{"filename": "19931215_210d_par.doc", "date": "1993-12-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 210 L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1993 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 210", "L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 210", "L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1993", "WERREJ", "MINUTI 455", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI 455", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 461", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1994", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAS-SIGURTA' SOĊJALI 461", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA 476", "AĠĠORNAMENT 494", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 495", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 209 li saret fl-14 ta' Diċembru, 1993, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "LABOUR OFFICE - IMPJEGATI", "12721.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-0nor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' inspectors fl-Inspectorate Section tal-Labour Office, cioe' dik is-sezzjoni li hija nkarigata biex tara li l-ħaddiema jitħaddmu skond il-liġi u jingħata lilhom dak kollu dovut bil-liġi?", "Kemm-il employer tressaq il-Qorti minn din is-sezzjoni minn Frar 1992 sal- lum?", "Kemm huwa n-numru ta' uffiċjali pubbliċi fl-Enforcement Section tal- Labour Office?", "U kemm-il employer tressaq quddiem il-Qorti minn din is- sezzjoni minn Frar 1992 sal-lum?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Id-Dipartiment tax-Xogħol għandu Unit ta' spettorat dwar kondizzjonijiet ta' impieg.", "F'dan il-Unit fil-preżent hemm erba' uffiċjali li jżuru regolarment l-istabbilimenti.", "Bejn Frar 1992 sa nofs Settembru 1993 dawn l- ispetturi ressqu disa' każijiet fil-Qorti.", "Hemm ukoll tliet uffiċjali li jżuru stabbilimenti biex jaraw li jiġu mħarsa r-regolamenti dwar l-Occupational Health and Safety.", "Matul l-istess perjodu dawn l-uffiċjali ressqu 73 każ fil-Qorti.", "Id-Dipartiment tax-Xogħol għandu wkoll Enforcement Unit li x-xogħol tiegħu huwa li:", "(1) tipprepara u tressaq każijiet għall-prosekuzzjoni bl-għajnuna tal- Pulizija.", "Uffiċjal Amministrattiv qiegħed fuq din il-ħidma;", "(2) tilqa' claims u tinvestiga lmenti li jsiru lid-Dipartiment minn persuni li jżuru l-Uffiċċju.", "Żewġ uffiċjali jilqgħu l-ilmenti.", "Matul il- perjodu msemmi l-istess uffiċjali ressqu 121 każ il-Qorti.", "Impjegata oħra tagħmel xogħol klerikali fl-istess Unit.", "Fil-parti l-kbira, każijiet jitressqu l-Qorti wara li l-prinċipal ikun intalab jirregola l-pożizzjoni tiegħu jew iħallas xi talba għal ħlas ta' pagi u jonqos li jagħmel dan.", "PRIM MINISTRU - ŻJARAT BARRA MINN MALTA", "12722.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Apparti li l-preżenza ta' Malta fil-kamp internazzjonali setgħet issaħħet bl-għadd ta' żjarat li l-Prim Ministru għamel barra minn Malta tul is-snin fil-prattika, x'ħadet/kisbet Malta biż- żjarat tal-Prim Ministru:", "1) f'Singapore (1990); 2) fl-Awstralja (1990); 3) fil-Ġappun (1990); 4) Il-Korea t'Isfel (1990); 5) fi Strasbourg (1990); 6) f'Geneva (1990) 7) f'Parigi (1990); u 8) f'Londra (1990)?", "X'ħareġ ta' vantaġġ għall-Malta f'kull każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ma jidhirlix li għandi nkun jien li nelenka l-vantaġġi għal Malta minn żjarat li għamilt jien.", "Nassigurak, iżda, li ma nqastx milli i nagħmel l-aħjar li nista'.", "VALLETTA - TRASPORT PUBBLIKU", "12723.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir bus shelter fejn Fountain Str, Valletta, quddiem il-blokkijiet ta' Fountain Str, Valletta fejn joqogħdu l-anzjani?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni billi r-responsabilita` tad-deċiżjoni dwar fejn isiru bus shelters għaddiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "SERVIZZ ĊIVILI - RIFORMA", "12724.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Prim Ministru: Peress li r-riforma tas-Servizz Pubbliku kienet ġiet imsejħa \"l-għodda effettiva għall-bdil tas-soċjeta' Maltija\", kemm fil- fatt inbidlet din is-soċjeta' Maltija u fiex sar sewwa sew dan it-tibdil effettiv u radikali?", "Kif, fuq kollox, din l-imsejħa riforma serviet ta' \"ħolqa li tgħaqqad liċ-ċittadin ma' l-amministrazzjoni li qegħda għas- servizz tiegħu\"?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija tiegħu numru 12720.", "SAN ĠILJAN - ĦADID MAT-TARAĠ TAL-BAJJA", "12746.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jordna li f'Balluta Bay, San Ġiljan fejn jgħumu n-nies u anke anzjani ta' ċertu eta', isir ħadid fejn it-taraġ għal dawk in-nies li jbatu biex jinżlu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (f'isem il-Ministru għas-Serviċċi Ekonomiċi): It- talba ta' l-Onor Interpellant se tittieħed in konsiderazzjoni, biss issa mhux iz-żmien li jsir xi railing billi dan fix-xitwa jissaddad.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Cilia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CILIA: Bir-rispett kollu lejn il-Ministru, ma naħsibx li din it-tweġiba hija ġusta għaliex jekk nagħmlu hekk railings tal-ħadid ma jsiru mkien, la f'pools privati, la f'health centres u lanqas f'postijiet bħal dawn.", "Ovvjament hemm metodi kif oġġett bħal dan ma jissaddadx billi jiġi galvanizzat .", "MR SPEAKER:Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Segretarju Parlamentari): Din il- mistoqsija li tirrigwarda l-Beach Cleaning Section saret lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi.", "Kull meta l-Beach Cleaning Section tagħmel xi slielem, dawn tagħmilhom għal ċertu żmien fis-sajf u terġa' ttellagħhom għall-istess raġuni.", "Din mhijiex kwestjoni tal-Ministeru ta' l-Ambjent imma hija kwestjoni biex in-nies tinżel minn banda għal oħra ...", "Il-prattika hija li dawn jitneħħew mill-post u mbagħad nerġgħu nqegħduhom.", "Dan it-tip ta' xogħol isir mill-ħaddiema tal-Workshop.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Allura taraġ tal-ħadid li jkun imdaħħal fil-konkos jinqala' u jerġa' jitpoġġa?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Qatt m'għamilna taraġ tal-ħadid li jiddaħħal fil-konkos.", "Għalhekk qed ngħidu li din għandha tiġi konsidrata.", "ONOR.", "JOE CILIA: Allura dan ikun jagħti għall-baħar?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Iva, dak ikun jidħol f'toqba imbagħad fix- xitwa nneħħuh biex ma jissaddadx.", "FURJANA - NUGRUFUN MILL-IFRAN", "12747.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'passi immedjati jidhirlu li għandu jieħu l-Gvern dwar in-nugrufun li joħroġ mill-ifran fil-Furjana, li jikkawża ħsara lir-residenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għalkemm l-allegazzjonijiet ta` l-Onor.", "Interpellant ma jirriżultawx, wieħed irid jgħid li n-nugrufun li joħroġ mill-ifran huwa kkontrollat bi proċeduri taħt il-provvedimenti ta` l-Att Dwar l-Arja Pura (Att Nru. XVIII ta` l-1967) u fir-regolamenti taħt l- imsemmi Att, dwar il-Perjodi Permissibbli ta` Duħħan Iswed (A.L. Nru. 28 ta` 1969).", "Dħaħen ta` kull xorta li jikkawżaw inkonvenjent lill-ġirien huma wkoll kkontrollati b'artiklu 128 u artiklu 130 tal-Kodiċi tal-Pulizija (Kapitlu 10).", "F`każi bħal dawn, l-azzjoni meħtieġa biex jitnaqqas kull inkonvenjent u biex titħares is-saħħa tar-residenti f`kull lokal tittieħed kemm mill- Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll mill-Awtorita' Sanitarja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien naħseb li ma' dan mhux il-kwestjoni tan-nugrufun għandna norbtu imma l-kwestjoni tal-ħruq ta' l-injam miżbugħ fil-fran Maltin.", "Kultant wieħed jara munzelli wara l-bibien tal-fran u Alla jbierek is-sanitory inspectors ma jarawhomx.", "Minkejja li l-poplu Malti huwa nkwetat bil-livell taċ-ċomb fid-demm - u nafu li parti minnu żgur ġej mill-ħruq ta' materjal miżbugħ - dawn jibqgħu ...", "Jien qed nagħmel appell biex jekk jista' jkun wieħed ikun iktar riġidu - u hawnhekk nappella wkoll lill-Ministru Galea - fuq dawn l-affarijiet għax f'din il- kwestjoni tidħol is-saħħa tal-poplu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Dan l- appell nilqgħu bis-serjeta' kollha pero' nixtieq ngħid li kellna diversi każijiet fejn tellajna lil sidien ta' l-ifran il-qorti u kien hemm min instab ħati u weħel piena.", "Il-problema mhijiex konnessa ma' l-injam innifsu għalkemm f'każ bħal dan jittieħdu l-passi meħtieġa.", "Qed ngħid dan għax għandna wkoll il-problema strutturali - biex insejħilha hekk - li jsaħħnu l-ifran mhux bl-injam imma b'metodi oħrajn bħad-diesel.", "Jekk il-forn diġa' jkollu dik li tissejjaħ l-għanqbuta u dik ma titneħħiex - u kultant ikun hemm ċerti problemi biex ineħħuha - xorta jista' jifdallek problema, pero' naħseb li l-Onor.", "Membru jiftakar li fil- Leġislatura l-oħra konna għaddejna regolamenti apposta fuq dan is-suġġett, ħarġu struzzjonijiet u ta' l-ifran kienu ġew avżati b'dawn l- istruzzjonijiet.", "Fil-fatt kien tressqu l-Qorti diversi każijiet u kien hemm min weħel il-piena wkoll.", "Rigward l-intervent ta' l-Onor.", "Membru għada ninsisti mad-Direttur Ġenerali tas-Saħħa biex jissikka aktar fuq il- health inspectors ħalli din il-materja jagħtuha l-importanza meħtieġa.", "Ġieli tgħaddi minn ħdejn xi forn u tara xi munzell injam pero' rrid ngħid li dawn naqsu u m'għadhomx spissi bħal qabel.", "SPTAR SAN LUQA - BLOOD TRANSFUSION SYSTEM", "14272.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-Business Plan tal-Management Systems Unit (1993) u l-proġett Numru M25 - Blood Transfusion System li kellu jkun lest f'Awissu 1993, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-target date ġietx milħuqa?", "Minn informazzjoni li għandi, jidher li n-numru ta' computers li għandu dan id-dipartiment huma tnejn u wieħed minnhom kien mogħti minn kumpannija privata.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu r-requirements analysis u s-selection software package li jitkellem dwarhom ir-rapport ta' l-MSU?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' computers fiċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm huwa tlieta, inkluż wieħed mogħti minn ditta privata.", "Skond informazzjoni li ġiet mgħoddija lid-Dipartiment tas-Saħħa mill- Management Systems Unit, ir-Requirements Analysis għall-proġett Blood Transfusion System tlesta kmieni f'Ottubru.", "Id-dokument tat-Tender tlesta f'nofs Ottubru u l-Invitation to Tender ħarġet fid-19 ta' Novembru, wara li d-dokument kien għadda mill-proċeduri tat-Teżor.", "Iż-żmien għall-offerti jagħlaq fit-30 ta' Diċembru, 1993.", "IKEL TAT-TRABI - IMPORTAZZJONI", "14318.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga jekk id-Dipartiment tas-Saħħa hux qed jieħu xi passi dwar importazzjoni ta' baby food f'Malta mill-kumpannija Olandiża \"NUTRICIA NV\"?", "Billi huwa mifhum li din il-kumpannija qegħda tiġbor lura mis-suq 26 mis-86 tip ta' \"OLVARIT\" baby food li timmanifattura minħabba li sabu li dawn aktarx li huma kontaminati b'xi diżinfettant.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s'issa d-Dipartiment tas-Saħħa ma jirriżultalux li l-baby food tal-marka \"OLVARIT\" tal-kumpannija Olandiża \"NUTRICIA NV\" qatt ġie importat ġewwa Malta.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-BLOOD TRANSFUSION", "14332.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-uffiċjal fid-Dipartiment tal-Blood Transfusion fl-Isptar San Luqa li huwa nkarigat mis-superviżjoni u sikurezza tal-laboratorju f'dan id- Dipartiment?", "Jidhirlu l-Ministru li dan l-uffiċjal għandu ħin biżżejjed għal dan ix-xogħol responsabbli?", "Min ikun inkarigat mil-laboratorju fl-assenza ta' dan l-uffiċjal, xi ħaġa li tiġri ta' spiss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, minbarra d-Direttur u l-Medical Lab Technologist (MLT) Prinċipali nkarigati mit-tmexxija, hemm żewġ tekniċi oħra li jassistu fit-tmexxija u s- supervizjoni.", "Dawn jalternaw fid-duties mit-8.00 a.m. sat-8.00 p.m. ġurnata iva u ġurnata le bejniethom u huma responsabbli għat-tmexxija tal- laboratorji taċ-Ċentru fl-assenza tad-Direttur u l-Medical Lab Technologist Prinċipali.", "Wara t-8.00 p.m. ir-responsabbilita' tkun tal-Medical Lab Technologist l-aktar anzjan li jkun xogħol fiċ-Ċentru.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-BLOOD TRANSFUSION", "14333.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga u jara li l-Biohazard Safety Room fid-Dipartiment tal-Blood Transfusion hi ta' livell aċċettabbli għal dan ix-xogħol?", "Minn informazzjoni li għandi, jidher li din is-sezzjoni ilha ma tiffunzjona tajjeb minn Novembru 1992 minħabba nuqqas ta' tagħmir adegwat.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-Biohazard Safety Room ġiet stabbilita fl-aħħar snin fl-interess tat-teknoloġisti li jaħdmu fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni u li s-safety cabinet li hemm f'din il-Kamra hi rapportata biex tissewwa u l-inġiniera qed jistennew spare parts neċessarji jaslu fil-futur qarib.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZ-JONIJIET", "14334.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'listi ta' operazzjonijiet isiru fl-Isptar San Luqa wara s-sagħtejn ta' wara nofsinhar barra dawk li huma ta' natura ta' emerġenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat hekk:", "!)", "Listi twal ta' operazzjonijiet li jibdew fit-8.30 a.m. normalment jispiċċaw bejn it-3.00 p.m. jew l-4.00 p.m. u ġieli anke wara.", "2) Afternoon Session Orthopaedics tibda wara li tispiċċa s-sessjoni ta' fil-għodu.", "Din is-sessjoni kuljum tibqa' sejra sa bil-lejl fit-tard.", "Għal din is-sessjoni hemm allokat anestetista extra apposta kuljum.", "3) Kull nhar ta' Ħadd ikun hemm sessjoni oħra ta' operazzjoni ta' l- ortopedija li tvarja mill-ħin ta' bejn erba' sigħat sa tmien sigħat.", "4) Numru ta' visiting surgeons diversi li joperaw fil-main operating theatre ġimgħa iva u ġimgħa le (Cardiacs, Urology, Orthopaedics, Scoliosis, Plastic Surgery, Kidney Harvesting u Kidney Transplants) kollha joperaw wara nofsinhar sa fil-għaxija u ġieli anke bil-lejl.", "5) Nibqgħu għaddejjin bil-listi ta' fil-għodu, fit-teatri ta' Karen Grech l-istess kif isir fil-każi ta' elective caeserian sections li jibqgħu minn fil-għodu.", "6) Visiting surgeons fil-Pedjatrija wkoll jużaw it-teatri ta' l-Isptar Karen Grech wara nofsinhar.", "SPTAR SAN LUQA - ACUTE PSYCHIATRIC WARD", "14335.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' pazjenti li kellhom jiġu rikoverati fl-Acute Psychiatric Ward ta' l-Isptar San Luqa fis-snin 1991, 1992, u 1993?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat.", "AMBEJNT - ĦSARA MINĦABBA PPAKKJAR FI PLASTIC", "14478.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Meta se jagħti eżempju l-Gvern u ma jibqax jippermetti li l-gazzetta tal-Gvern titkebbeb fil-plastic?", "Meta se jordna lil-fabbrika tal-ħalib biex taqta' l-kartun u tbigħ il- ħalib fi flixken tal-ħġieġ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-kwestjoni ta` l-ippakkjar u materjal għall- ippakkjar mhix waħda sempliċi kif donnu jaħseb l-Onor.", "Interpellant.", "Is-Segretarjat Ambjent bħalissa qed jaħdem fuq regolamenti ġodda dwar dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-iskart u qed jistudja direttivi li jeżistu fi ħdan l-Unjoni Ewropea dwar is-suġġett.", "L-għan finali għandu jkun linja konsistenti u politika sħiħa dwar l- ippakkjar li ma tħarisx biss lejn iż-żewġ eżempji msemmija mill-Onor.", "Interpellant iżda lejn is-suġġett fit-totalita` tiegħu.", "AMBJENT - ĦSARA MINĦABBA PPAKKJAR FI PLASTIC", "14479.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Il-Ministru meta se jordna lil tal-ħwienet biex ma jibqgħux jagħtu basktijiet tal-plastic iżda jagħtu basktijiet tal-karti għax-xirja li tagħmel il-mara tad-dar?", "Jaf xi ħsara kbira qed issir lill- ambjent Malti bil-ħruq ta' eluf u eluf ta' basktijiet u boroż tal-plastic li qed jinħarqu fil-miżbla?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fit-teorija, borża tal-plastik għandha l-vantaġġ li tista' tintuża ħafna iktar minn darba qabel ma titqatta' u tintrema.", "F`dan is-sens, għandha vantaġġi fuq boroż tal-karti li huma inqas b'saħħithom, speċjalment jekk jixxarbu.", "Fil-prattika, iżda, ħafna minn nies jużaw il-boroż tal-plastik darba biss u kull darba jitolbu waħda ġdida lil tal-ħanut.", "S`issa l-pożizzjoni tal-Gvern kienet li jħalli f`idejn il-pubbliku biex kull individwu, b'sens ta' responsabilita' lejn l-ambjent, juża l-istess borża iktar minn darba.", "Is-Segretarjat Ambjent jispera li aktar tard is- sena li ġejja jkun jista' jidħol iktar fil-fond tal-materja wara li jkunu ġew ippubblikati regolamenti ġodda dwar l-iskart bil-ħsieb li mhux biss l- iskart jiġi maniġġjat aħjar, iżda jonqos ukoll fil-volum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CILIA: Tajjeb li tħalli f'idejn il-poplu, imma l-Ministru ma jaħsibx li almenu għandhom isiru awarness campaigns?", "GĦax żgur li ħafna nies jibqgħu jużaw dawn il-boroż tal-plastik bla fini ta' xejn; żgur li mhux qed jagħmlu dan biex jagħmlu ħsara lilhom infushom, lil saħħithom u lill-pajjiż.", "Ħafna drabi dan ikun ħtija ta' nuqqas ta' kuxjena mrawma fil- poplu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien mhux qed ngħid li se nħallu biss f'idejn in- nies.", "Kif għidt fit-tweġiba ta' qabel, se jsiru regolamenti ġodda dwar l- iskart.", "Bħalissa hemm team ta' nies li qed jistudja l-istrateġija li għandna nimbarkaw fuqha u din evidentement trid tinkludi mhux biss leġislazzjoni imma anke kampanja edukattiva, kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, naħseb li l-Ministru jaf li hawn tip ta' plastic li huwa bio-degradable, jiġifieri jikkonsma lilu nnfisu u hawn ukoll il-karta riċiklata.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għidtx li ma jafx, anzi m'għandix dubju li jaf.", "Offhand ma nafx kemm hu d-dazju jew customs duty li titħallas fuq karta jew plastic ta' dan it-tip.", "Pero' fl-ispirtu li qed jitkellem bih sieħbi, nistaqsi lill-Ministru jekk jaħsibx li jistgħu jsiru xi konċessjonijiet fuq dazju biex jiġu importati karta riċiklata u plastic bio-degradable minflok dawk li jintużaw is-soltu.", "Wara kollox il-prezz ta' dan inħallsu għalih aħna għaliex jew jibqa' jiġri mal-ħmieġ l-ieħor, jew inkella naħarquh bil-konsegwenza li l-veleni tiegħu jixterdu fl-arja.", "GĦalhekk naħseb li fl-aħħar mill-aħħar miżuri fis-sens li qed nissuġġerixxi jkunu worth it.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għas- suġġeriment li għamel li naħseb li huwa validu.", "Jien se ngħaddih lil min qed jagħmel dan l-istudju biex jaraw jekk hux cost-effective fis-sens li jħalli r-riżultat mixtieq.", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il- Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport imħejji mit-Test Construction Unit tad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni dwar l-eżami tad-dħul fil-Junior Lyceum li sar din is- sena.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 172 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 dwar Preparati Mediċinali Oral Reinoid;", "Avviż Legali Nru. 173 taż l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1994", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAS-SIGURTA' SOĊJALI", "U", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 135 tad-29 ta' Novembru, 1993 il-Kamra marret f'Kumitat.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tat-23 ta' Novembru, 1993 din is-seduta se tixxandar dirett bir-radju u skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 135 tad-29 ta' Novembru, 1993, il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn il-Ministeru għas-Sigurta' Soċjali u l-Ministeru tal- Ġustizzja u f'kull każ dan il-ħin jerġa' jinqasam indaqs bejn kelliema tal- Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Il-Ministru għas-Sigurta' Soċjali, jekk jogħġbu, iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Nipproponi:", "VOT 40 - MINISTERU GĦAS-SIGURTA' SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm37,159,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Ministeru għas-Sigurta' Soċjali kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1994.", "VOT 42 - DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm373,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Djar kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "VOT X - MINISTERU GĦAS-SIGURTA' SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,480,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għas-Sigurta' Soċjali kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1994.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Moran.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Sur President, bħala turija ta' sfiduċja fil- Gvern u fil-politika tiegħu dwar il-qasam tas-sigurta' soċjali, minħabba fir-raġunijet li issa se nelenka fid-diskors tiegħi, nipproponi din l- emenda:", "Vot 40 Ministeru għas-Sigurta' Soċjali", "Personal emoluments", "Item 11 - Ministru.", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm9,998\" u ssosistiwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm9,997\".", "Delete the figure \"Lm9,998\" and substitute therefor the figure \"Lm9,997\".", "Mr Chairman, illum quddiem dan il-Parlament għandna l-ikbar eżempju tad- diskriminazzjoni li għamel dan il-Budget li għandu aspirazzjonijiet għall- Ewropa, għax naraw li qiegħed jaġevola u jgħin lil dak is-settur komdu, qawwi u b'saħħtu u jinsa lis-settur il-fjakk u skomdu.", "Mr Chairman, illum se nitkellmu fuq dak is-settur emarġinat li, skond ma qal il-Budget innifsu, jinħtieġ l-ispalla tal-Gvern biex iserraħ fuqha ħalli jkollu kwalita' ta' ħajja diċenti u denja tal-bniedem.", "Mr Chairman, fil-ħajja privata u professjonali tiegħi jkolli ħafna opportunitajiet li nidħol fid-djar tal-ħaddiema u ta' persuni mis-settur emarġinat, is-settur ta' l-iskomdi li jinkludi lill-pensjonant, l-armla, l- anzjan, il-marid, il-ħaddiema kollha li m'humiex protetti mill-unions u għalhekk m'għandhomx il-benefiċċju ta' collective agreements, u dawk li huma impjegati part-time u m'għandhomx kondizzjonijiet tajba fuq il-post tax-xogħol.", "Illum aħna għal dan is-settur se nitkellmu.", "Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li dawn in-nies illum qed ibatu, u dan mhux jien biss qed ngħidu.", "Se nibda billi nikkwota minn rapport awtorevoli li ħareġ mill- International Institute on Ageing tal-Ġnus Magħquda, rapport li jagħti rendikont ta' żewġ surveys li saru, wieħed fl-1982 taħt Gvern Laburista u ieħor bejn l-1989 u l-1992 taħt Gvern Nazzjonalista.", "Dan ir-rapport, li jitkellem għalih innifsu, huwa kompilat minn Reno Camilleri, ekonomista fil- Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi tal-Gvern Nazzjonalista, li tani l- permess li nikkwota partijiet minnu.", "Jien se naqra t-traduzzjoni bil- Malti, pero' għall-eżattezza, bil-permess tal-Kumitat, se npoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja fotostatika tar-rapport bl-Ingliż.", "THE CHAIRMAN: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "VINCENT C MORAN: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn \"A Demographic and Socio-Economic Profile of Ageing in Malta\" miktub mis-Sur Reno Camilleri mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "Taħt il-kap \"Dħul ta' l-Anzjani hu Biżżejjed?\" dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"Stħarriġ riċenti fost dawk ta' 60 sena u fuqhom, li saru fl-1989 u fl- 1992, taw riżultat li bilfors joħloq tħassib.", "Għalkemm ir-riżultati ta' stħarriġ simili li kien sar fl-1992 bażikament ġew konfermati, il- kuntrast prinċipali bejn dawn iż-żewġ studji ħareġ mir-risposti li ngħataw għad-domanda dwar kemm kien biżżejjed id-dħul ta' l-anzjani.", "Filwaqt li fl-istħarriġ li sar fl-1982, 77% kienu jsibu d-dħul biżżejjed għal dak li kienu jenħtieġu, l-istudju li sar fl-1990 jikxef illi 21% biss minn dawk mistoqsija kienu jikkonsidraw id-dħul tagħhom biżżejjed minkejja illi 14% minn dawn ta' l-aħħar kienu qed jirċievu għajnuna finanzjarja addizzjonali mxebbħa mad-9% minn 77% għaxar snin qabel.", "Waħda mir-raġunijiet ta' dan hu l-fatt li t-tibdil fil- kwalita' tal-ħajja kif ukoll il-ħteġijiet ta' ġenerazzjoni anzjana Maltija ma kenux sostnuti b'titjib fil-benefiċċji ekonomiċi u għajnuniet oħra kemm mill-Istat kif ukoll minn organizzazzjonijiet volontarji.", "Per eżempju, minkejja li bosta mediċini u mediċinali għal mard kroniku qed jiġu provduti b'xejn mill-Istat fil-kliniċi governattivi, il-prezz tal-mediċini għola konsiderevolment f'dawn l- aħħar snin.", "Iż-żidiet fil-pensjonijiet hu wkoll ikkonsidrat minn uħud li mhuwiex biżżejjed meta wieħed jikkonsidra l-livell ġenerali tal- prezzijiet, l-għoli tal-ħajja.\".", "Wara li qrajt dan nista' npoġġi bil-qiegħda u ma ngħid xejn iżjed għax dan ir-rapport indipendenti, maħruġ minn istituzzjoni internazzjonali li żgur m'għandna l-ebda interess li tħares minn nuċċali partiġġjan, jagħti r- risposta illi tixraq lil dan il-Gvern speċjalment dwar il-qasam tas- sigurta' soċjali.", "Jiġifieri dan ir-rapport jirrispondi d-domandi kollha li wieħed jista' jagħmel dwar kemm il-Gvern għandu verament għal qalbu s- settur emarġinat.", "Jiena se nkompli ngħid x'seta' għamel il-Gvern biex irażżan l-għoli tal- ħajja li hija waħda mill-aktar problemi illi qed tikkondizzjona l-kwalita' tal-ħajja tas-setturi kollha tal-poplu Malti.", "Naturalment din il-problema tolqot lis-setturi kollha b'mod differenti imma l-iktar settur li jintlaqat ħażin u jweġġa' huwa dak tal-pensjonanti, tax-xjuħ, tar-romol u ta' dawk li jinħtieġu l-ispalla tal-Gvern biex iserrħu fuqha ħalli jkunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti.", "Il-Gvern m'għamel xejn minn dan u m'għamel l-ebda sforz biex l-għoli tal-ħajja jiġi kontrollat.", "Matul din is-sena li qegħdin fiha, il-Gvern żvaluta l-lira Maltija b'10%, miżura li żgur ġabet għoli fil- prezzijiet u moħqrija u tbatija għas-settur emarġinat.", "Mhux talli hekk, talli meta ngħidu li hemm bżonn li jkun hemm rażan fil-prezzijiet, il-Prim Ministru jgħid li ma jridx jagħmel dawn il-kontrolli u qal li għamel l- iżvalutar tal-lira għaliex hemm bżonn li jipproteġi l-impiegi.", "Aħna għandna interess kbir illi l-impiegi jiġu protetti, imma l-impiegi m'għandhomx jiġu protetti a skapitu ta' dak is-settur li se jbati l-iktar mill-fatt li l-ħajja qed togħla bir-rata li qed togħla.", "Wieħed għandu jirrealizza li hija assolutament responsabilita' tal-Gvern li jikkontrolla l-prezzijiet.", "Jekk, per eżempju, inħarsu lejn il-Ġermanja, naraw li llum din għandha rata ta' qgħad ferm ogħla minn dik ta' Malta għax ir-rata tal- qgħad hemmhekk hija ta' 9.4% filwaqt li f'Malta hija ta' 4.2%.", "Il- Ġermanja għandha interess wisq iktar minna li tipproteġi u toħloq l-impiegi imma b'danakollu f'dak il-pajjiż il-Kostituzzjoni stess saħansitra torbot lill-Istat li jikkontrolla l-inflazzjoni.", "Ir-rata ta' l-inflazzjoni f'pajjiżna, jiġifieri l-għoli tal-ħajja, mis-sena l-oħra 'l hawn ittrippla u minn 1.3% ittripplat sar 3.9%.", "Jekk wieħed iħares lejn statistiċi pubblikati mill-Gvern stess, isib li attwalment il-ħajja għall-konsumatur għoliet b'7.4%.", "Mr Chairman, dan l-għoli tal-ħajja rrenda farsa l-mezz kif kellha titkejjel iż-żieda li tingħata biex proprju tagħmel tajjeb għall- għoli tal-ħajja.", "Għaliex?", "Għaliex il-Gvern ma ħax in konsiderazzjoni fattur mill-aktar importanti meta ġie biex jattwa l-incomes policy li suppost għandha żżomm kontroll serju u strett fuq il-prezzijiet.", "Fil-fatt insibu li l-incomes policy huwa bbażat fuq kejl fallaċi li jirrendi kollox farsa.", "GĦalhekk meta l-Gvern jagħti Lm2 - Lm1.50 miżjuda mal-paga u 50c miżjuda mal-bonus - kulħadd jaqbad jidħak għax il-poplu jaf li l-Gvern naqas milli jikkontrolla l-prezzijiet.", "Mhux hekk biss imma l-Gvern kompla jgħolli l-ħajja u għolliha billi żied il-prezzijiet tas-servizzi li jipprovdi hu stess.", "Illum nafu li se jżid il-prezz ta' l-ilma li huwa tant essenzjali għall-poplu tagħna u se jżid il- prezz tat-telefon.", "Illum stess kellmitni waħda u qaltli li minħabba problema finanzjarja li għandha ma tistax iċċempel u tkellem lill-familjari tagħha.", "It-telefon huwa oġġett essenzjali u jużawh il-ħaddiema, il- pensjonanti u familji Maltin u GĦawdxin u bl-għoli fit-tariffi, il-kwalita' tal-ħajja ta' dawn in-nies bilfors li se tonqos u se jkomplu jiġu emarġinati.", "Illum b'dan l-għoli tal-ħajja inizjata minn dan il-Gvern u minħabba żieda fil-prezz tas-servizzi li qed joffri hu qed joħloq moħqrija u tbatija ma' dawn in-nies.", "Hija farsa meta wieħed jisma' l-kliem tal- Ministru tal-Finanzi li jgħid li jrid itejjeb il-qagħda tal-familja tal- ħaddiema Maltin u tal-pensjonanti.", "Iż-żieda lill-ħaddiema, lis-settur produttiv u naturalment iż-żieda pro rata li ngħatat lill-pensjonanti u lill-benefiċċjarji tas-servizzi soċjali, hija inadegwata.", "Il-Gvern innifsu aċċetta li l-incomes policy, li hu l-metodu li bih ikejjel l-għoli tal- ħajja mhuwiex metodu adegwat u korrett.", "Tant hu hekk li l-Gvern is-sena li ġejja se jagħmel household budgetary survey ġdid biex fuqu jkun jista' jkejjel l-għoli tal-ħajja.", "Din hija prova li l-Gvern innifsu qiegħed jaċċetta li l-kejl użat mhuwiex il-kejl korrett.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq il-benefiċċji li qed jagħti dan il-Gvern biex ikun jista' jgħin u jikkumpensa għall-għoli tal-ħajja ħalli, kif inhu xieraq, is-settur emarġinat ikun jista' jgħix kwalita' ta' ħajja diċenti.", "Minbarra li dan huwa Budget li jifred u jagħżel bejn żewġ setturi tas- soċjeta' Maltija - is-settur komdu u s-settur illi jimportah jekk jogħlewx il-karozzi, is-settur li jħallas income tax aktar minn 15% fuq l-imgħax li jieħu mill-bank u dak is-settur li skond il-Prim Ministru ma tantx hu komdu għax idaħħal Lm10,000 biss fis-sena bħala paga - dan huwa wkoll Budget ta' qabar imbajjad għaliex taħt il-kliem sabiħ, taħt ir-retorika u l-figuri mogħtija mill-Ministru - li mhumiex eżatti u korretti - hemm l-intiena.", "Jekk wieħed janalizza sewwa x'inhuma l-benefiċċji li qed jingħataw lill- pensjonanti u lill-benefiċċjarji tas-servizzi soċjali, isib li dawn mhumiex adegwati biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja ta' bniedem.", "Għalhekk dawn ikollhom inaqqsu l-kwalita' tal-ħajja li qed jgħixu - kif jgħid ir- rapport li kkwotajt minnu - aktar u aktar bl-introduzzjoni tal-VAT u b'miżuri oħra li ġew imħabbra li se jistimulaw aktar għoli tal-ħajja.", "Bejn l-1971 u l-1982 - għax wara ma kienx hemm żidiet fil-pensjonijiet - il-pensjoni minima nazzjonali, jiġifieri l-pensjoni ta' dawk li l-aktar huma batuti żdiedet b'¥20.", "Imbagħad f'seba' snin ta' Gvern Nazzjonalista l- pensjoni minima nazzjonali kulma żdiedet kien biss b'¥6.50.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li fi żmienna l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet tgħid li kien hemm diżastru ekonomiku, li kien Gvern ta' tqanċiċ u Gvern li jieħu biss u ma jagħtix.", "U meta l-Gvern Laburista kellu dawn l-akkużi kollha żied il-pensjoni minima nazzjonali b'¥20!", "U taħt dan il-Gvern Nazzjonalista li jiftaħar li taħtu l-ekonomija hija buoyant u li rreġistrat l-akbar rata ta' growth, f'seba' snin il-pensjoni minima nazzjonali żdiedet biss b'¥6.50!", "Mela nistaqsi: Min verament iħobb u għandu għal qalbu lill- pensjonant iż-żgħir, lill-pensjonant li bilfors irid juża l-pensjoni tiegħu ħalli jkun jista' jgħix ta' bniedem?", "Fl-iSpeech tal-Budget intqal ukoll li ċerti żidiet qed jingħataw minħabba xi diskrepanzi li hemm bejn il-pensjoni għar-romol u l-pensjonijiet l-oħra.", "Veru li hemm diskrepanza imma din ġrat minħabba n-nuqqas ta' għaqal tal- Gvern Nazzjonalista meta għolla l-pensjonijet tar-romol mingħajr m'għolla l- pensjonijiet l-oħra ħalli jkunu paripassu.", "Barra minn hekk, Mr Chairman, dan il-Gvern qed jgħid li se jagħti madwar ¥3 lil dawk li għandhom pensjoni ta' l-irtirar.", "Dan ried jagħti ad intendere li din iż-żieda se jeħodha kull min għandu pensjoni ta' l-irtirar, li minnhom hemm 4,900 pensjonant.", "Iżda din iż-żieda se jeħduha biss dawk li għandhom ir-rata skond it-tieni jew it-tielet kolonna ta' Skeda A ...", "Il-Gvern għandu manija biex juża din it-terminoloġija.", "Ara l-poplu kemm jifhem bil-kolonni!", "Aħna lill-poplu ngħidulu ċar li din iż-żieda se jeħduha biss dawk li għandhom pensjoni bir- rata ta' Lm19.53.", "Min għandu aktar minn Lm19.53 mhux se jibbenefika minn din iż-żieda.", "Barra minn hekk irridu ngħidu li minn dawn il-5,000 hemm 3,000 pensjonant tas-servizzi Ingliżi li mhumiex se jibbenefikaw minn din iż-żieda għaliex għandhom 'il fuq minn dik ir-rata.", "Iż-żidiet rigward il- pensjoni minima miżjuda għal min jirtira se jeħduhom biss dawk li qegħdin fuq il-massimu u mhux l-4,600 persuna kollha se jieħdu din iż-żieda.", "Dawk li mhumiex fuq il-massimu se jieħdu biss iż-żidiet ta' l-għoli tal-ħajja.", "Rigward l-aġġustamenti li qegħdin isiru għall-għoli tal-ħajja, irrid ngħid li l-Gvern is-sena l-oħra neħħa dik li qabel kienet konswetudni, jiġifieri illi l-pensjonanti u dawk li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali jieħdu żewġ terzi ta' kull żieda mogħtija għall-għoli tal-ħajja.", "Kulħadd jiftakar li s-sena l-oħra minn Lm1 żieda kien hemm min ħa 66ċ, kien hemm min ħa 53ċ u kien hemm min ħa 35ċ.", "Issa din is-sena ġie jiftaħar li lill- pensjonanti se jagħtihom żewġ terzi taż-żididet għall-għoli tal-ħajja.", "Dan huwa kliem sabiħ, imma lill-Gvern nistaqsih: B'min trid tidħak inti?", "Ħalli naraw issa x'sar rigward iż-żieda fil-bonus addizzjonali.", "Sa l- 1992, il-bonus li kien ta l-Gvern Laburista kien jieħdu kulħadd, kemm il- pensjonanti kif ukoll dawk li jaħdmu, pero' l-bonus addizzjonali li ta l- Gvern Nazzjonalista sa l-1993 il-pensjonanti ma kenux jeħduh u kien din is- sena li, bl-isforzi li għamilna aħna minn din in-naħa kif ukoll bl- isforzi li għamlet il-General Workers' Union, il-Gvern kien kostrett li jagħti Lm30 bonus lill-pensjonanti, jiġifieri żewġ terzi tat-Lm78 li qiegħed jagħti bħala bonus addizzjonali.", "Il-Gvern qed jiftaħar li din is- sena ta Lm30 bħala bonus addizzjonali lill-pensjonanti u li s-sena li ġejja se jagħtihom Lm22 oħra.", "Dawk it-Lm22 il-Gvern se jagħtihom għaliex huwa kostrett li jagħtihom bl-agreement li sar mal-General Workers' Union fit- 22 ta' Marzu ta' din is-sena.", "Jiġifieri l-pensjonanti se jieħdu biss żewġ terzi taż-żidiet għall-għoli tal-ħajja li jammontaw għal Lm1.33.", "Issa ħalli nagħti xi eżempji kif din iż-żieda se tintnefaq mill-pensjonanti.", "Per eżempju, koppja pensjonanta li se jkollha tħallas l-ilma bir-rati l- ġodda, għal kull 30 gallun ilma li tuża - għaliex issa l-Gvern irrazzjona l-ilma b'irħis għal 15-il gallun ilma kull persuna kuljum - se tonfoq 13ċ iktar fil-ġimgħa.", "Jekk din il-koppja tiġi ntaxxata bl-inqas rata ta' 10%, ifisser li se tonfoq 13ċ oħra iktar fil-ġimgħa.", "Biż-żieda li fil-kera tat- telephone - issa ħadd ma jaf kemm se jiġu l-kontijiet tat-telephone bir- rati l-ġodda - tfisser li l-pensjonanti se jkollhom iħallsu 7c5 iktar fil- ġimgħa u għalhekk minn Lm1.33, il-pensjonanti u min qiegħed fuq il- benefiċċji soċjali kulma se jifdlilhom għall-għoli tal-ħajja hija Lm1biss.", "Iċ-children's allowance żdiedu biss b'25c fil-ġimgħa għal kull tifel jew tifla.", "Aħna dejjem insistejna li aħjar wieħed iżid iċ-children's allowance li se jiggwadanjaw minnhom il-familji kollha milli tiżdied il- parental allowance li żied dan il-Gvern, għaliex minn din l-allowance jiggwadanja biss dak is-settur li jista' jaħbi l-ammont ta' introjtu tiegħu bħala paga, u fost dawn żgur li m'hemmx il-ħaddiema bis-salarju.", "Mr Chairman, nixtieq nagħlaq billi ngħid li l-politika li qed imexxina biha dan il-Gvern, li hija indirizzata biex tressaqna lejn l-Ewropa, hija politika ħażina u jien nixtieq nistaqsi lill-Gvern x'se niggwadanjaw bl- għaqda sħiħa tagħna ma' l-Ewropa.", "F'diversi okkażjonijiet il-Prim Ministru qal li l-ekonomija tagħna hija ħafna aħjar mill-ekonomija ta' ħafna mill- pajjiżi Ewropej.", "Allura għaliex ngħiru għall-pajjiżi Ewropej; għar- razziżmu, għall- faxxiżmu u n-naziżmu li hemm u li qed jikber minn jum għal ieħor?", "Ngħiru għas-solidarjeta' tagħhom?", "X'solidarjeta' wrew dawn il- pajjiżi mal-Jugoslavja?", "Ngħiru għall-valuri li għandhom?", "Fejn huma l- valuri ta' dawn il-pajjiżi?", "Allura ngħiru għar-rata ta' qgħad li għandhom?", "Jien ngħid li jekk Malta ssib ruħha kif iridha l-Gvern Nazzjonalista, membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea, il-qgħad jiżdied, u mhux talli jkollna bżonn id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, talli l-iktar li jkollha x'tagħmel hija l-ETC, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, li jkollha tara kif issib xogħol għall-ħaddiema Maltin li jispiċċaw qegħda, li n-numru tagħhom diġa' beda jiżdied.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, illejla qed niddiskutu l-qasam soċjali, qasam li hu għażiż ħafna għall-Partit Laburista u kien ħadem ħafna għalih speċjalment meta kien fil-gvern.", "Il-qasam tal-housing huwa monument nazzjonali għall-Partit Laburista.", "GĦal dan il-qasam is-sena d-dieħla l- Gvern se jipprovdi s-somma ta' aktar minn Lm5,600,000.", "Huwa importanti li wieħed jara kemm verament għandu jagħti kas tal-figuri ta' flus ivvotati minn dan il-Gvern, speċjalment meta jsib li għas-sena 1993 il-Gvern kien ivvota s-somma ta' Lm1,341,000 għall-bini tal-belt il-ġdida ta' l-Imtarfa u mbagħad minnhom nefaq biss Lm324,000.", "L-istess ġara fil-każ tal-flus ivvotati għall-progġett dwar l-enerġija, fejn minkejja li l-Gvern kien ivvota Lm60,000, lanqas lira waħda ma kienet intnefqet għal dan il-proġett.", "Allura inutli li noqgħod naħli l-ħin nitkellem dwar il-figuri li jidhru fl- Estimi għas-sena d-dieħla, għax imbagħad meta tgħaddi s-sena ssib li eluf kbar ta' liri ma jkunux intnefqu minħabba l-ineffiċjenza min-naħa ta' min qed imexxi, jiġifieri l-ineffiċjenza tal-Gvern Nazzjonalista.", "Proprju bħal- lum xahar jien kont tkellimt għal madwar sagħtejn sħaħ fil-Parlament fuq il- qasam tal-housing, u għalhekk illum se nsemmi każijiet differenti milli semmejt dak inhar.", "Il-fatt hu li l-Gvern Nazzjonalista lill-qasam soċjali tal-housing qiegħed jirrendih bħala wieħed kummerċjali tant li matul is- sena 1993 minflok li ħareġ flats għall-kiri ħareġ biss 51 appartament għall-bejgħ.", "Biex nagħti prova ta' kemm il-Gvern Nazzjonalista qiegħed imur għall-qasam kummerċjali ngħid biss li nħarġu plots u flats bl-offerti li nbiegħu Lm14,000 u Lm17,000.", "Dan imur kontra l-għan ewlieni ta' l- Awtorita' tad-Djar li l-ewwel m'għandha tieħu ħsieb huma dawk il-ħaddiema li ma jifilħux jixtru post fejn joqogħdu.", "Illum qed naraw li taħt dan il-Gvern jeżisti ferment sħiħ fost diversi nies li jokkupaw postijiet tal-Gvern.", "Per eżempju, insibu ferment sħiħ min- nies ta' Tigne' li l-Gvern Nazzjonalista ma jridx jintegrahom fil-proġett turistiku li se jagħmel hemmhekk.", "U jiddispjaċini meta l-Onor.Censu Galea qabeż fuq is-Sur Peter Grima, President ta' l-GĦaqda Residenti ta' Tigne', għaliex meta qallu li hu u r-residenti l-oħra lesti li joħorġu, Grima ma kienx qiegħed jifhem li lesti li joħorġu minn Tigne' u jmorru l-Mellieħa imma li mill-flats li qegħdin fihom f'Tigne' jmorru f'postijiet oħra f'Tigne' stess u jiġu integrati fil-proġett li se jsir hemmhekk.", "Mr Chairman, jien se nippreżenta stqarrijiet li ħriġt bħala l-kelliemi għall- Oppożizzjoni rigward il-housing, wara l-programm li sar fuq it-television fit-8 ta' Diċembru 1993 \"Dahrek mal-Ħajt\" fejn kien hemm min insinwa li l-Partit Laburista abbanduna lil dawn in-nies.", "Bil-permess tal-Kumitat se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tliet stqarrijiet li għamilt f'ismi u f'isem il-Partit Laburista fuq dan is-suġġett li ġew ċensurati mill-PBS u la ssemmew fuq it-television u lanqas fuq Radju Malta.", "Flimkien ma' dawn, bil-permess tal-Kumitat, se npoġġi wkoll estratt mis-seduta numru 102 tat-3 ta' Frar 1993 biex nuri kemm iġġelidna aħna għan-nies ta' Tigne' - il- Ministru Falzon dak inhar għajjarni \"wiċċi tost\" - u kif qbiżna anke għar- residenti ta' Kalafrana li kienu ntbagħatu kontra qalbhom - kważi bil- forza - f'Ġebel San Martin.", "Ma' wħud minn dawn ta' l-aħħar saret preferenza u nistenna li se ssir xi preferenza simili ma' xi residenti ta' Tigne' li jogħġbu lill-Gvern Nazzjonalista.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ stqarrijiet magħmula mill-Onor.", "Alfred Portelli fid-9 u l-10 ta' Diċembru, 1993 u oħra mill-M.L.P. dwar xandiriet mill-Public Broadcasting Services fuq il-qasam tad-djar;", "Estratt mis-seduta Parlamentari numru 102 tat-3 ta' Frar 1993 dwar il- Qasam tad-Djar ta' Tigne'.", "Mr Chairman, jien dort diversi areas u housing estates f'Malta u ħadt numru ta' ritratti li fosthom hemm dawk li ħadt meta mort inżur lin-nies ta' Pembroke.", "Dawn ir-ritratti, bil-permess tal-Kumitat, nixtieq inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva.)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Erba' ritratti tal-Qasam tad-Djar ta' Pembroke.", "Minn dawn ir-ritratti tidher it-traskuraġni li hemm f'dan il-qasam tad- djar.", "Ir-residenti għandhom qalbhom maqtugħa għax uħud minnhom finanzjarjament ma jifilħux jirranġaw il-postijiet tagħhom u saħansitra hemm min għandu t-tieqa tad-dar se taqa' biċċiet.", "Kif jista' l-Gvern Nazzjonalista jittratta ma' dawn in-nies b'tant moħqrija u jħallihom b'daqshekk qtigħ il-qalb!", "Qed nirreferi għal dawk ir-residenti ta' Tigne' u ta' Pembroke li ma jafux x'se jsir minnhom.", "Illejla stess ġew għandi nies mill-qasam tad-djar ta' Żonqor, Wied il- Għajn, u tawni kopja ta' petizzjoni illi huma qegħdin jiġbru biex jibagħtuha lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, lill-Awtorita' tad-Djar, lis- Segretarju Parlamentari responsabbli mid-djar, lill-Ministru għall-Ambjent, lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura u lid-Development Control Commission.", "Mr Chairman, dawn qegħdin jitolbu illi dik l-area li tidher fil-pjanta oriġinali ta' Żonqor, li kellha tkun imħollija apposta għal \"shopping and sports complex\" - kien Gvern Laburista li kien ta l-plots kollha fil-qasam tad-djar ta' Żonqor - m'għandhiex tiġi eliminata.", "Minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari jirriżulta li f'dak l-ispazju se jitilgħu 36 maisonette u 36 garaxx, għalkemm meta tlabt lill-Ministru Falzon biex jagħtini kopja tal-pjanta l-ġdida, baqa' ma tahielix - dan hu sinjal li donnhom iridu jaħbu xi ħaġa - u kompla weġibni li aktar tard se jinbnew sitt iħwienet u se jsir ġnien pubbliku u l-Ministru qalli li l-pjanti dettaljati għadhom qed jitħejjew.", "Allura ladarba l-pjanti ta' dawn is- sitt iħwienet u l-ġonna għadhom qegħdin jitħejjew, jien nifhem li l-ispazju għal 36 maisonette u 36 garaxx diġa' huwa meħud.", "Jiddispjaċini li wara li ridt ngħin lil dawn in-nies, il-Ministru m'għoġbux jippreżentali kopja tal- pjanta ġdida.", "Jiena sal-lum erġajt bgħatt lil ħaddieħor il-Public Works - kelli risposta mingħandu xi nofs siegħa qabel ma ġejt hawnhekk - u nista' ngħid li b'36 maisonette hemmhekk se jkun crowded.", "Għalhekk flimkien ma' dawn ir-residenti nitlob li jkun hemm bilanċ bejn il-bini u l-area li għandha tkun għar-rikreazzjoni speċjalment tat-tfal.", "Il-Gvern għandu jagħmel studju dwar il-bini ta' maisonettes bejn ta' Monita u Żonqor, għaliex b'dan il-mod ikun qed jgħaqqad l-area ta' Żonqor maċ-ċentru ta' Wied il-Għajn u n-nies t'hemmhekk ikollhom aktar aċċess għall-iskola, għall- għassa tal-pulizija, eċċ. Nispera li d-Development Control Commission tibgħat għal dawn in-nies meta tiġi biex tiddiskuti l-proġett ħalli tara l- veduti tagħhom ukoll.", "Bil-permess tal-Kumitat nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-petizzjoni mir-residenti ta' dik l-area u dokumenti oħra in konessjoni ma' din il-kwestjoni.", "THE CHAIRMAN: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Petizzjoni magħmula minn residenti tal-Qasam tad-Djar ta' Żonqor, M'Scala, flimkien ma' pjanta tal-post u mistoqsija parlamentari numru 14364.", "Mr Chairman, jien nara li l-Gvern Nazzjonalista qed jagħlaq għajnejh u jagħmel l-affarijiet bl-addoċċ, għax ma ma jikkonsultax man-nies qabel ma jiddeċiedi.", "Jien ma nistax nifhem kif meta l-Gvern Nazzjonalista għandu din it-tendenza wasal biex jagħmel il-Liġi tal-Kunsilli Lokali li allaħares jimxu bl-istess mod li jimxi l-Gvern.", "Jekk wieħed iħares lejn x'ġara fi bnadi oħra isib li, per eżempju, meta Gasan ried il-permessi biex jibni fil-pjazza f'Tas-Sliema, faċċata tax- Chalet, dan ma ngħatax permess.", "Allura dan ifisser li l-Gvern Nazzjonalista qed jimxi b'żewġ metodi; ma' min għandu għajnejh blu jimxi mod u jħallilu l-pjazza libera, filwaqt li jagħmel li jrid b'min għandu għajnejh imħalltin, mhux blu biss.", "Il-Gvern Nazzjonalista mhux veru li jipparteċipa man-nies.", "Hawnhekk nappella biex it-town planning isir sewwa.", "Barra minn Malta, per eżempju fl-Ingilterra, l-urban planners meta jiġu biex jagħmlu xi proġett - bħal dak li se jsir f'Tigne' - jipprovaw jagħmlu ħilithom kollha biex jintegraw lir-residenti fil-proġett.", "THE CHAIRMAN: Onorevoli, baqgħalek minuta biex tikkonkludi.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni għal każ skandaluż li jikkonċerna lill-Familja Scerri minn San Ġwann li għandha post f'Reid Street, il-Gżira.", "Skond risposta għal mistoqsija parlamentari li saret dwar dan il-każ, il-Gvern biegħ dar lill-inkwilina fit-2 ta' Lulju, imma mbagħad din l-inkwilina qegħda mniżżla fuq Reid Street, Gżira, kemm fl- identity card, kemm fir-Reġistru Elettorali tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll fir-Reġistru Elettorali ta' l-elezzjonijiet ġenerali.", "Fl-istess waqt fil- lista tal-permessi pubblikati mill-Planning Authority, l-indirizz ta' din il-persuna jidher bħala 1, Palm Street, Housing Estate, San Ġwann.", "Jista' l-Ministru jispjega kif qed isiru dawn l-affarijiet, li ċerti nies b'għajnejhom blu qed ikollhom żewġ postijiet fejn joqogħdu, cioe' jkollhom villeġġjatura, u l-Gvern ibegħelhom dar f'housing estate?", "Mr Chairman, bil- permess tal-Kumitat nixtieq inpoġġi din il-mistoqsija parlamentari u dokumenti oħra rilevanti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 12769 u dokumenti relevanti dwar proprjeta' pubblika f'San Ġwann.", "Mr Chairman, nixtieq niġbed l-attenzjoni għal każ ieħor skandaluż dwar talba għal akkommodazzjoni alternattiva fil-Belt.", "Hawnhekk għandi kopja ta' kuntratt li bil-permess tal-Kumitat se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan il-kuntratt juri li sar bejgħ ta' postijiet u maisonettes bil-prezz ta' Lm67,000 minn Louis Simler, President tal-Każin Nazzjonalista tal-Belt u part-timer fl-Independence Print, li mbagħad ingħata post tal-Gvern.", "Is- Sur Simler ingħata dan il-post għaliex l-Onor.", "Censu Galea qal li \"ħadem ħafna għall-Partit u qala' fuq wiċċu\".", "Dan hu każ skandaluż.", "Jien nagħlaq billi npoġġi dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra u ngħid li familja oħra Midolo waslet biex anke kitbet ittra ta' diżappunt lill-Prim Ministru.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' kuntratt ta' bejgħ li sar fit-28 ta' Diċembru 1992 minn Louis Simler, mill-Belt Valletta flimkien ma' korrespondenza bejn Dipartimenti tal-Gvern u l-familja Midolo dwar akkommodazzjoni alternattiva.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Segretarju Parlamentari): Mr Chairman, naturalment il- każijiet li għadu kif semma l-Onor.", "Portelli jkollna ċans nitkellmu dwarhom aktar 'il quddiem għaliex l-Onor.", "Portelli għandu l-vizzju li jiġi hawnhekk jitkellem dwar individwi - anke meta ma jkunux tawh permess - u mbagħad jippretendi li jien noqgħod nitkellem dwarhom.", "Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Point of order, l-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Din hija akkuża.", "L-Onor.", "Galea mdorri jakkużani b'ċerti affarijiet.", "Ġieli anke jaħseb li noqgħod nikkwota mill- ġurnali.", "Jien sal-lejla stess ġew ikellmuni nies biex inressaq il-każ tagħhom f'din il-Kamra.", "Fuq dan il-każ li semmejt l-aħħar, ġibt il- permess tal-familja, għandi d-dokumenti kollha u l-każ qiegħed quddiem il- Kummissjoni ta' l-Inġustizzji.", "Imissu jistħi l-Onor.", "Galea!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Portelli, il-point of order tiegħek għamiltu u nitolbok tieqaf.", "Zomm il-kalma, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Il-fatti jitkellmu waħedhom.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Dan mhux sewwa.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Portelli, daqshekk; tlabtek biex tieqaf għax il-punt tiegħek għamiltu.", "Point of order irid ikun qasir u relevanti.", "Nitlob lill-Membri biex iżommu l-kalma.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Onor.", "Portelli qal li se jitkellem b'mod differenti milli tkellem xahar ilu u jien onestament ħsibt li se jitkellem dwar il-housing, pero' għal darb'oħra tkellem dwar elf ħaġa minbarra fuq il-housing u fuq id-Dipartiment tal- Housing, kif aħna mdorrijin nisimgħu f'din il-Kamra.", "Għalhekk fuq id- Dipartiment tad-Djar u fuq l-affarijiet li qed niddiskutu llum ma smajna xejn.", "Din hija r-realta'.", "Fl-aħħar dibattitu li kien hawn hawnhekk dwar dan il-qasam jien kont għidt li l-Oppożizzjoni kienet għadha m'għamlitx l- update of policy tagħha dwar il-qasam tal-housing.", "Għal darb' oħra l-Onor.", "Portelli, il-kelliemi ta' l-Oppożizzjoni dwar dan il-qasam reġa' kkonferma li l-Oppożizzjoni għadha ma tafx x'qed tgħid fuq il-qasam tal-housing.", "Jien irrid nitkellem fuq id-Dipartiment tad-Djar, fuq id-diversi sezzjonijiet li fih u fuq id-diversi xogħlijiet li għamel is-sena li għaddiet.", "Id-Dipartiment tad-Djar fih diversi firxiet u problemi li dwarhom kellu jitkellem, jimxi u jaġixxi.", "Matul is-sena li għaddiet id- Dipartiment ħadem biex in-nuqqas ta' affarijiet ċari li seta' kien hemm ...", "Per eżempju, ftit tal-ġimgħat ilu għamilt talba lill-Oppożizzjoni u staqsejtha xi tkun ir-reazzjoni tagħha kieku jkolli nippubblika l-ismijiet ta' l-applikanti kollha li hemm pendenti għal akkommodazzjoni alternattiva.", "Illum jien kont nistenna li l-Oppożizzjoni tiġi hawnhekk u tgħidli \"iva\" jew \"le\", pero', naturalment minn dan m'għamlet xejn.", "Peress li jien m'għandix x'naħbi u peress li d-Dipartiment qed immexxuh b'konvinzjoni u b'onesta', jien nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra karta li turi n-numri ta' l-applikazzjonijiet minn kull raħal għal akkommodazzjoni alternattiva biex kulħadd ikun jista' jaraha.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex l-Onor.", "Galea jqiegħed dan id-dokument?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra:", "Lista ta' applikazzjonijiet għal akkommodazzjoni alternattiva sa l-14 ta' Diċembru 1993.", "Jekk l-Oppożizzjoni taċċetta, għal darb'oħra ngħidilha li jien lest li nippubblika l-ismijiet ta' l-applikanti kollha li għandhom talba pendenti għal akkommodazzjoni alternattiva, l-ismijiet tan-nies kollha li ħadu akkommodazzjoni matul is-sena li għaddiet u r-raġunijiet għaliex dawn in- nies ħadu din l-akkommodazzjoni.", "Qatt ma kien hemm dipartiment tad-djar li kien immexxi bil-mod rett u onest li qed jitmexxa llum u li fuqu ħadd ma jista' jgħid xejn.", "Naturalment din il-policy kienet ġusta fis-seba' snin li għaddew u qed inkomplu nsaħħuha għal quddiem.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien qed nagħmlu l- affarijiet aktar trasparenti.", "Irrid nitkellem fuq ir-rekwiżizzjonijiet li għandu d-Dipartiment tad- Djar.", "Matul l-istorja tiegħu d-Dipartiment tad-Djar kellu 54,000 rekwiżizzjoni li ħadd ma kien jaf kif għaddew għand id-Dipartiment u jekk l-Onor.", "Membru jrid jitkellem dwar l-iskandli fil-qasam tal-housing, nistiednu jmur jara l-konfużjoni, it-taħwid u l-qerq fil-files tar- requisition orders.", "B'hekk malajr jifhem min għamel it-taħwid, min ħa l- postijiet għal xejn b'xejn, min għamel il-vendikazzjonijiet u min uża din il-liġi soċjali biex ingħataw il-każini lill-partiti politiċi, Mr Chairman.", "Dawn huma l-fatti ta' l-istorja tal-housing f'dan il-pajjiż.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien u aktar ma nuru l-affarijiet kif inhuma, aktar inkunu nistgħu nuru li fl-imgħoddi verament kien hemm abbużi kbar minn dan id-Dipartiment, abbużi li bihom gawda direttament il-Partit Laburista u diversi nies li ma kienx ħaqqhom.", "Madanakollu d-Dipartiment llum għad għandu f'idejh 25,000 proprjeta' rekwiżizzjonata.", "Minn dawn hemm 16,000 li huma prorprjeta' privata.", "Dawn il-proprjetajiet irridu nnaqqsuhom għaliex huwa fl-interess tad-Dipartiment li l-affarijiet nagħmluhom b'mod tajjeb u effiċjenti għal kulħadd.", "Fost id-diversi skemi li għandu d-Dipartiment tad-Djar hemm Skema 11 li tittratta s-sussidju tal-kera u Skema 13 li tittratta sussidju għal persuni b'diżabilita'.", "Hawnhekk niftaħar li matul is-sena li għaddiet prattikament kull applikazzjoni li daħlet u li kienet tikkwalifika taħt din l-iskema ġiet approvata u se jingħataw il-ħlasijiet lil min għandu bżonn.", "Hemm ukoll Skema 15 li tittratta dwar għajnuna li tingħata lil dawk is-sidien ta' djarhom li jkunu jridu jirranġaw il-postijiet tagħhom.", "Diversi drabi smajna lill-kelliema ta' l-Oppożizzjoni jgħidulna: X'sar minn din l- iskema?", "Nista' ngħid li matul it-tliet snin li għaddew dan il-Gvern nefaq ¥275,000 f'għajnuniet lil dawk li talbu għajnuna biex jirranġaw id-dar tagħhom.", "Skema 15A imbagħad hija skema li tittratta dwar għajnuna lil dawk li joqogħdu f'postijiet bil-kera.", "Taħt din l-iskema ntnefqu ¥61,000 u huwa mistenni li matul din is-sena jintnefqu ¥200,000 oħra biex anke dawk li applikaw taħt din l-iskema jieħdu l-għajnuna.", "Hemm ukoll ¥400,000 li ngħataw f'forma ta' mgħax sussidjat permezz ta' għajununiet mil-Lohombus taħt l-Skema 16.", "Taħt din l-iskema s-sena li għaddiet saru 650l applikazzjoni u kull applikazzjoni li daħlet qabel ix-xahar li għadda ġiet ipproċessata.", "Allokazzjonijiet oħra li jsiru mid-Dipartiment tad-Djar permezz tad-Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali jinkludu 300 post diċenti.", "U hawnhekk ukoll, Mr Chairman, kuntrarju għal dak li kien jiġri ħafna drabi fil-passat, qegħdin nesiġu li d-djar li joħorġu mingħand id- Dipartiment tad-Djar ikunu djar li jkollhom il-faċilitajiet u l-bżonnijiet adegwati.", "Ma nistgħux nibqgħu nagħtu djar mingħajr kamra tal-banju, per eżempju, imma rridu naraw li l-postijiet li joħorġu mid-Dipartiment tad- Djar ikunu fi stat abitabbli.", "Dak hu li għamilna matul is-sena li għaddiet, Mr Chairman, pero' biex stajna nagħtu 300 dar lin-nies li applikaw kellna nagħmlu 'l fuq minn 1,700 spezzjoni għand id-diversi applikanti li kellna għaliex aħna konna ċerti li kien hemm diversi applikanti li kellhom applikazzjoni li fiha kien hemm informazzjoni żbaljata.", "Il-kelliemi ta' l-Oppożizzjoni kien ġie f'din il- Kamra u qal li ma jafx kif, minn 11,000 applikazzjoni dawn f'daqqa waħda niżlu għal 2,500 applikazzjoni.", "Ridna naraw li kull persuna li jkollha applikazzjoni għal akkommodazzjoni alternattiva verament ikollha dritt għaliha.", "U jiena ċert li mill-2,500 applikant li bagħtulna l- informazzjoni li tlabniehom, għad baqa' oħrajn li nistgħu naqtgħuhom għaliex diġa' għandhom dar diċenti.", "L-ewwel dover tal-Gvern u tiegħi bħala Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan id-Dipartiment huwa li ngħinu lil dawk in-nies li l-iktar li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Jien nistħi niġi hawnhekk u nisma' d-diskors li sar illejla, nisħti għaliex kien missna smajna diskors fis-sens li issa d-Dipartiment tad-Djar verament miexi kif għandu jimxi, verament miexi fid-direzzjoni li nipprovaw naqtgħu l-ikbar problemi li għad fadal fil-pajjiż.", "Illum baqgħalna pendenti dawk l- 2,500 applikazzjoni li kellna f'Lulju li għadda u madwar 200 applikazzjoni li daħlu minn Lulju sal-bieraħ u li tagħhom għandna d-dettalji kollha.", "Illum kull applikant jista' jiġi jkellem lili jew lil xi ħaddieħor u jingħata sodisfazzjon dwar fejn waslet l-applikazzjoni tiegħu, jekk hijiex qegħda ma' ta' l-ewwel jew inkella ma' ta' l-aħħar fil-lista ta' l- applikazzjonijiet.", "U dan is-sodisfazzjon nagħtuh lill-applikanti għaliex m'għandna għalfejn niddejqu u nistħu minn ħadd.", "Ir-realta' jista' jaraha kulħadd, u jien nistieden lil kull applikant li għandu xi applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment sabiex meta jrid u fejn irid jiġi jara għall- affari tiegħu kif qed jitmexxew l-affarijiet u jekk ikun hemm żbalji, kemm kontra jew favur xi persuna, dawn jiġu rranġati.", "Din hija s-serjeta' li għandna bżonn f'dan il-pajjiż.", "L-Onor.", "Portelli ġie hawnhekk jitkellem dwar Tigne'.", "Jien jiddispjaċini li jkolli nsemmi lil Tigne' b'dan il-mod, pero' hija tal-mistħija li 80 familja, li l-parti l-kbira tagħhom kellhom dar tajba u kien hemm minnhom li kellhom appartament tal-Gvern, għal raġunijiet li jafhom biss il-Gvern Soċjalista u forsi jafhom l-Onor.", "Portelli, ċaqilquhom minn San Ġwann u minn Tas-Sliema u tefgħuhom f'Tigne'.", "Din hija r-realta' dwar il-kwestjoni ta' Tigne'.", "Il-bieraħt lura l-President ta' l-Għaqda tar-Residenti ta' Tigne' ċempel fuq stazzjon tar-radju privat u għall-ewwel beda jitkellem kif jitkellmu n-nies u mbagħad wara qabad jgħajjat.", "Jien kontra qalbi kellu ngħidlu li jekk jaf jgħajjat, jien naf ngħajjat ukoll.", "Imbagħad is-Sur Grima li kien qed jitkellem f'isem ir-residenti ta' Tigne' qalli li huma lesti li joħorġu minn Tigne' basta jingħataw xi ħaġa tajba u jien għidltu li għalija kienet xi ħaġa ġdida għaliex kienet l-ewwel darba li qed nisma' li r-residenti ta' Tigne' lesti li joħorġu minn hemm.", "Issa f'dan il- Parlament diġa' ngħatat il-garanzija li r-residenti ta' Tigne' se jingħataw appartament tajjeb daqs dak li għandhom fil-preżent.", "Dan juri s-serjeta' li biha qed jimxi dan il-Gvern ma' dawn ir-residenti li sabu ruħhom f'din il-problema minħabba xi ħadd li ftit ġranet qabel l-elezzjoni kaxkarhom minn naħa għal oħra għal skop li kien jaħseb li jaqbel lilu.", "Pero' aħna għidnielhom li m'aħniex se nkunu irresponsabbli u bħala Gvern serju wegħidniehom li jekk jiċċaqilqu minn Tigne' se jingħataw post tajjeb daqs dak li għandhom.", "Jiddispjaċini li l-ħin ma jippermettilix li nkompli nitkellem, pero' rrid nagħlaq billi ngħid li matul is-sena li għaddiet id-Dipartiment tad-Djar wera serjeta' u onesta fit-tmexxija tiegħu.", "Jien ċert li bin-nies li hemm imexxu d-Dipartiment, aħna se nkomplu naħdmu biex inwaqqgħu dawk il- postijiet li mhumiex tajbin għall-abitazzjoni biex verament il-Gvern Nazzjonalista jkun jista' jkompli bil-politika tiegħu li jgħin lil min l- iktar li għandu bżonn u lil min hu l-iktar batut.", "Jidher li l-Oppożizzjoni qed tagħmel bħall-gallozz u tgħaddas rasha fl-ilma biex la tisma' u lanqas tkun taf bil-problemi li jeżistu f'dan il-qasam għaliex għaliha l- importanti hu li titkellem fuq il-problemi tad-distretti mingħajr ma tagħraf x'inhuma l-bżonnijiet nazzjonali.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, l-infiq rikorrenti tal-Gvern qed jiżdied sostanzjalment kull sena, speċjalment minħabba ż-żieda fis-salarji u fil-benefiċċji soċjali.", "GĦas-sena 1994, l-infiq rikorrenti tal-Gvern se jilħaq is-somma ta' 'l fuq minn Lm385 miljun, li hu aktar mid-doppju ta' l- ispiża rikorrenti tal-Gvern Soċjalista fl-1983, meta kien nefaq Lm182.5 miljuni.", "GĦas-sena d-dieħla s-somma vvotata għall-Ministeru tas-Sigurta' Soċjali tlaħħaq kważi dan l-ammont għax il-Vot għal dan il-Ministeru, li jinkludi s-social housing, id-Dipartiment tal-Housing u l-Awtorita' tad- Djar, hija ta' Lm164 miljun.", "Din is-somma ta' Lm164 miljun turi żieda ta' Lm14-il miljun fuq in-nefqa tal-Ministeru għas-Sigurta' Soċjali matul is- sena l-oħra.", "Ta' min jgħid li barra din is-somma ta' Lm164 miljun, il- Gvern jonfoq ukoll Lm15-il miljun taħt il-Vot tal-pensjonijiet li jitħallsu mit-Teżor prinċipalment lil ex impjegati tal-Gvern u r-romol tagħhom.", "Mis- somma ta' Lm164 miljun il-Gvern se jonfoq Lm117,370,000 f'benefiċċji soċjali, waqt li fl-1982 din in-nefqa kienet tlaħħaq biss Lm58 miljun, jiġifieri nofs l-ammont li l-Gvern qed jonfoq illum.", "Il-kelliemi ta' l- Oppożizzjoni pparaguna żmien ma' żmien u allura naħseb li ta' min jipparaguna dak li qed jonfoq il-Gvern illum f'benefiċċji soċjali ma' dak li kien jonfoq il-Gvern l-ieħor.", "Wieħed forsi jistaqsi kif huwa possibbli li l-Gvern joħroġ dawn il- flejjes kollha, kif jista' jsostni din l-ispiża.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li filwaqt li fl-aħħar seba' snin ta' Gvern Laburista ntnefqu Lm429 miljun f'benefiċċji soċjali, f'dawn l-aħħar seba' snin, kemm ilna fil-gvern aħna, se jkunu ntnefqu Lm644 miljun, jiġifieri żieda ta' 51% fuq in-nefqa li kienet saret mill-Gvern Laburista.", "Barra minn hekk, għat-tieni sena konsekuttiva, din is-sena l-Gvern Nazzjonalista żied in-nefqa fuq benefiċċji soċjali aktar milli kien għamel il-Gvern Laburista f'ħames snin, jiġifieri fl-aħħar sentejn aħna se nonfqu aktar milli l-Gvern Laburista nefaq f'ħames snin.", "GĦas-sena d-dieħla d-dħul mill- kontribuzzjonijiet soċjali huwa mistenni li jlaħħaq Lm103,887,000, jiġifieri kważi Lm104 miljun.", "Din is-somma tinkludi Lm12 miljun li jikkontribwixxi l-Gvern bħala employer u Lm34.62 miljun li l-Gvern jagħti bħala state grant.", "Filwaqt li fl-1982 il-kontribuzzjoni tal-Gvern kienet ta' Lm4.4 miljun, illum hija ta' Lm12 miljun, u l-istate grant li, kif għidt, illum hija ta' Lm34.62 miljun, fi żmien il-Gvern Laburista kienet ta' Lm18.42 miljun.", "Dan juri biċ-ċar l-impenn akbar li dan il-Gvern għandu fil-qasam tas-sigurta' soċjali.", "Ta' min ifakkar ukoll li filwaqt li fl-erba' snin bejn l-1982 u l-1986 Gvern Soċjalista żied id-dħul minn Lm52.15 miljun għal Lm52.32 miljun - żieda insinifikanti ta' Lm167,000 - mill-1987 'l hawn, jiġifieri f'dawn l-aħħar sitt snin, id-dħul żdied għal Lm98 miljun, żieda ta' Lm44.5 miljun.", "GĦaliex din is-sena daħlu dawn il- flus kollha minn dan il-Ministeru?", "Ir-raġuni prinċipali hi t-tnaqqis fin- numru ta' nies qegħda li minn 11,626 fl-1983, niżel għal 5,816.", "Raġuni oħra kienet iż-żieda sostanzjali fin-numru ta' nies jaħdmu - u allura jikkontribwixxu mill-paga tagħhom - li fl-1983 kien ta' 108,512 u llum huwa ta' 134,000.", "Barra minn hekk raġuni oħra hija t-titjib fil-pagi, mhux biss għall-impjegati tal-Gvern, bħalma huma dawk fil-qasam tas-saħħa, tal- welfare u l-pulizija, imma anke ta' dawk li huma mpjegati fl-industrija.", "Raġuni oħra hija l-impenn li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali wera fl- enforzar tal-ġbir ta' dak li kien dovut.", "L-aħħar raġuni hija ż-żieda fil- kontribuzzjonijiet tas-self-employed kif ukoll dik li jħallsu l-employers, li minn one-twelfth telgħet għal one-tenth.", "Mr Chairman, fil-Budget insibu li din iż-żieda fid-dħul - din qalha l- Ministru Dalli - wasslet sabiex ikun possibbli li l-Gvern iħabbar numru ta' żidiet fis-salarji, fil-pensjonijiet, fil-benefiċċji u fiċ-children's allowance.", "Minkejja li l-Oppożizzjoni taf dan kollu, xorta ssib x'tikkritika u biex tkun popolari man-nies tgħidilhom li Gvern Nazzonalista kien imissu tahom aktar minn hekk.", "Il-fatti juru storja differenti minn dik li tgħid l-Oppożizzjoni u juru li aħna qegħdin nieħdu ħsieb in-nies u l-emarġinati li jsemmu huma.", "Jien ċert li sew il-pensjonanti u sew il- ħaddiema huma wisq iktar komdi llum milli kienu fi żmien Gvern Soċjalista.", "Mill-kritika li saret s'issa kemm mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kemm mill- kelliema li tkellmu llum, jidher ċar li dawn għadhom ma nbidlux.", "Għalhekk jiena se mmur ftit lura fis-snin biex infakkar lill-pubbliku li qed jismagħna kif mexa l-Partit Soċjalista mal-ħaddiema, mal-morda, mal- pensjonanti u mat-tfal u waqt li naraw x'kienet in-nefqa ta' Gvern Soċjalista fit-tqassim ta' benefiċċji bejn l-1982 u l-1987 - fl-aħħar sitt snin tagħhom - nagħtu ħarsa lejn in-nefqa ta' Gvern Nazzjonalista f'dawn is- sitt snin li għaddew.", "Hekk isiru l-paraguni, sitt snin ma' sitt snin, jiġifieri mill-1982 sa l-1987 u mill-1987 sal-lum.", "Mill-figuri li se nagħti wieħed jista' jara f'liema snin il-pensjonanti u l-morda kienu iktar komdi u liema Gvern ħa ħsiebhom l-aktar.", "Ngħid biss li l-aħħar żidiet li ta Gvern Laburista f'pensjonijiet u f'pagi kienu mħabbra fil-Budget Speech ta' l-1 ta' Settembru, 1981, jiġifieri xahrejn qabel l-elezzjoni ta' l- istess sena.", "Mela biex jidħku bil-poplu u biex in-nies joħorġu jivvotawlhom, xahrejn qabel l-elezzjoni kienu ġenerużi, fetħu jdejhom u bagħtulhom iċ-ċekkijiet li għalkemm kienu jissarrfu f'Jannar ta' wara, xorta bagħtuhomlhom biex taparsi qegħdin f'idejn il-poplu.", "Barra minn hekk taw ukoll il-promotions, u dawn il-maniġġi saru anke fl-elezzjoni ta' l- 1987.", "Allavolja għamlu hekk - kif ġara fir-Russja - u pprovaw jidħku bil- poplu, lin-nies ma daħkux bihom.", "Jiġifieri għalxejn bagħtulhom iċ- ċekkijiet li kienu jissarrfu wara l-elezzjoni u taw il-promotions għax il- poplu lanqas dwar il-promotions ma fdahom.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejtx u għalhekk nixtieq li jħalluni nitkellem, għalkemm aktar ma tinterrompu aktar nagħmlu d-dibattitu ħaj.", "Jien qed ngħid li qabel l-1987 ingħataw numru ta' promotions u anke ntbagħtu bl-idejn numru ta' cheques fid-djar, jiġifieri mingħajr ma ntużat il-posta.", "Meta sirt responsabbli mill-Health Department, sibt li kien hemm ħaddiema li kienu għadhom kemm ħadu l-promotions.", "Meta normalment dawn jieħdu ż-żmien biex isiru, Alla jbierek kienu laħħquhom f'daqqa waħda!", "U biex tara kemm kienu qed jgħaġġlu l-proċess tal-promotions, nista' nsemmi li fil-fatt kien hemm wieħed li kellu t-timbru rasu 'l isfel.", "Fost il-ħaddiema li ħadu promotion kien hemm koki ta' l-isptar li lanqas biss jafu jaqlu bajda.", "Dawn kienu l- promotions u ħneżrijiet li għaddejna minnhom!", "Dawn għamiltuhom biex tidħku bin-nies imma xorta ma ġibtux biżżejjed voti.", "Sur President, kif diġa' għidt, l-aħħar żidiet li kien ta l-Partit Soċjalista kienu eżattament qabel l-elezzjoni ta' l-1981.", "Issa ħalli naraw għaliex donnha weħlet il-labra fuq il-frażi \"il-komdi u l-iskomdi\" u naraw kif intom għamiltu lill-ħaddiema iktar \"komdi\".", "Għamiltu friża tal-pagi, neħħejtu l-overtime u l-collective agreements, daħħaltu l-four-day week kif għamiltu fil-Casino ...", "Ara kemm kienu \"komdi\" l-ħaddiema fi żmien il-Gvern Soċjalista!", "Intom ma tajtu l-ebda żieda, kien hemm ħafna qgħad u ma kien hemm l-ebda opportunita' ta' xogħol.", "Allura l-qgħad baqa' jikber sakemm wasal għall-figura ta' 11,000 ruħ.", "Sabiex kien jirnexxilu jaħdem dan il-povru bniedem ried imur jistenna fil- queues wara l-bibien tal-ministri biex forsi jsibulu post tax-xogħol.", "Għalhekk kienu vvintaw il-korpi bħal Dirghajn il-Maltin, Baħħar u Sewwi, eċċ., Minn kollox ipprovaw jagħmlu bla ebda suċċess.", "Lill-ħaddiema tal- korpi kontu għamiltulhom il-kondizzjoni paramilitari li ma setgħux jistrajkjaw.", "Allura hekk ridtuhom \"komdi\" lin-nies?", "(Interruzzjonijiet) L-Awżiljarji twikkejna bihom aħna u konna aħna li tajniehom il-kelma li se nimpjegawhom; għalhekk tgħabbejna bi 8,000 ruħ.", "Fis-seba' snin li kontu intom fil-gvern, biex ma togħliex il-ħajja, ħloqtu s-sistema tal-bulk buying u neħħejtu kull dritt ta' l-għażla.", "Mur għidilhom illum lin-nies biex jixtru dawk il-ħneżrijiet li kienu jagħtuhom qabel!", "Kienu jagħmlu ħafna propaganda bil-Price Stabilisation Fund imma l-qliegħ li kien jibqgħalhom minflok ma kienu jgħadduh f'benefiċċji soċjali kienu jużawh biex iraħħsu bott tat-tonn taż-żejt, bott tal-ħalib jew flixkun żejt b'1c.", "Dawn kienu l-affarijiet li kienu jibbenefikaw minnhom in-nies biex imbagħad il-Partit Soċjalista jkollu l- iskuża li l-ħajja m'għolietx; neħħew l-għażla u bdew inaqqsu xi 1c 'l hemm u 'l hawn mill-prezzijiet.", "Minn dawn iċ-ċifri li semmejt, l-aktar figura li hija ta' interess għall-poplu u għall-pensjonanti hija s-somma ta' Lm117 miljun li se tkun mogħtija lill-pensjonanti u lil dawk li jibbenefikaw mis-servizzi soċjali.", "Aħna filwaqt li għamilna tajjeb għaż- żieda fl-għoli tal-ħajja, għamilna wkoll miżuri biex biddilna l-konċett tas- sigurta' soċjali mil-lejl għan-nhar.", "Din kienet id-differenza bejn politika Soċjalista li kienet tiddetta x'wieħed għandu jingħata, u politika personalizzata mibnija fuq is-solidarjeta' u d-djalogu li jħaddan dan il- Gvern.", "Ħalli naraw x'sibna u nsemmu xi ftit mill-miżuri li għamilna.", "L-Onor.", "Moran semma l-pensjoni ta' min jirtira li fl-1987 kienet tammonta għal Lm12.10 għal min hu miżżewweġ u Lm7.40 għal min hu waħdu.", "Din il-pensjoni wieħed kien jeħodha jekk flimkien mal-pensjoni tas-servizz id-dħul tiegħu ma kienx jaqbeż is-salarju kurrenti għax f'dak il-każ il- pensjoni kienet tonqoslu.", "X'għamilna aħna għal dawn in-nies li jieħdu l- pensjoni ta' min jirtira?", "Aħna tajniehom il-garanzija li jieħdu l- pensjoni sħiħa, u f'każ ta' wieħed miżżewweġ minn Lm12.10 tellajnieha għal Lm21.78 u f'każ ta' persuna weħidha minn Lm7.40 għamilnieha Lm14.85.", "Fil-programm elettorali ta' l-1987 konna wegħedna li nipprovaw inressqu lill-pensjonanti kollha lejn pensjoni ta' żewġ terzi tas-salarju.", "Fl-1987 ir-rata ta' pensjoni miżjuda għal min jirtira kienet ta' Lm24.70 f'każ ta' miżżewweġ u Lm16.25 f'każ ta' persuna weħidha.", "B'effett mill-1 ta' Jannar se nerġgħu nżidu r-rata tal-pensjoni; f'każ ta' miżżewweġ b'Lm2.16 fil- ġimgħa u b'hekk tilħaq Lm37.83 fil-ġimgħa, u f'każ ta' wieħed waħdu l- pensjoni se nżiduha b'Lm2.06 li titla' għal Lm28.33 fil-ġimgħa.", "Tajjeb li l-ħaddiem ikun jafhom dawn l-affarijiet għax ħafna drabi l-istess nies imorru jisimgħu lill-istess kelliema u għalhekk jisimgħu qanpiena waħda.", "Qabel l-1987 kienet saret anomalija kbira billi lil dawk in-nies li kienu jaħdmu mas-Servizzi tawhom Lm19 fil-ġimgħa - il-Gvern Laburista kien beża' li mhux se jivvotawlu - filwaqt lil ħaddieħor li ħallas l-istess bolli taw Lm12.", "Aħna għollejna l-medja tad-dħul mill-pensjonijiet għal Lm16 fil-ġimgħa.", "Mela jekk wieħed iżid Lm16 fil-ġimgħa ma' Lm37.83 jiġu Lm53.83 li huma two-thirds ta' paga ta' Lm80 fil-ġimgħa.", "Dan huwa record ieħor u għalkemm l-Oppożizzjoni dan tafu, ma ssemmihx.", "Dan huwa l-mod kif lill-ħaddiema nistgħu nżommuhom komdi.", "Issa ħalli nitkellmu fuq il-pensjoni minima nazzjonali li semma l-Onor.", "Moran.", "Meta fl-1987 aħna tlajna fil-gvern, il-pensjoni minima nazzjonali kienet ta' Lm22.80 u llum din qegħda Lm31.50.", "L-unika ħaġa li għamilna b'liġi hija li wieħed miżżewweġ jieħu four-fifths tal-paga minima nazzjonali waqt li min hu single jieħu two-thirds.", "Aħna żidna din ir-rata u min hu waħdu llum jieħu Lm27.90 fil-ġimgħa filwaqt li min hu miżżewweġ jieħu Lm31.50 fil-ġimgħa.", "Aħna żidna wkoll il-pensjoni minima nazzjonali miżjuda minn ¥25.80 għal ¥37.83.", "Pero' hawnhekk kien hawn anomalija.", "Aħna qegħdin nipprovaw inressqu lil kulħadd lejn il-pensjoni taż-żewġ terzi u għalhekk għamilnieha li min m'għandux pensjoni tas-Servizzi u bil-paga minima nazzjonali ma jilħaqx il-pensjoni taż-żewġ terzi, allura din tiżdied.", "Fil-każ tas-self-employed - u hawn tara l-ħneżrijiet ta' żmien l- Amministrazzjoni Laburista - waqt li dawn kienu jħallsu l-bolli, minflok kienu jieħdu ¥25.80 fil-ġimgħa, kienu jieħdu ¥22.80.", "GĦaliex?", "GĦaliex kienu self-employed?", "Issa aħna ġibniehom kollha l-istess u dawn l- inġustizzji u l-ħneżrijiet inqatgħu.", "Minn Jannar li ġej il-pensjonanti kollha li jieħdu pensjoni tas-sigurta' soċjali, inklużi dawk taħt l-iskema mhux kontributorja u dawk li jieħdu għajnuna soċjali, se jgawdu minn żewġ miżuri importanti.", "L-Onor.", "Membru qal li s-sena l-oħra kien hemm min ħa 53c, kien hemm min ħa 35c u kien hemm min ħa 66c miż-żieda li l-Gvern ta għall-għoli tal- ħajja.", "Issa bħala l-ewwel miżura se ngħadduha b'liġi li mis-sena d-dieħla kulħadd għandu d-dritt li jirċievi mhux anqas minn żewġ terżi taż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja.", "It-tieni miżura hija li dawk kollha li jien għidt li f'Awissu ta' din is-sena tajniehom bonus addizzjonali ta' ¥30, mis-sena d- dieħla dan il-bonus se jiżdidilhom għal ¥69.68, jiġifieri se jkollhom ¥1.34 iżjed fil-ġimgħa.", "Dawn iż-żewġ miżuri flimkien se jagħtu l- possibilita' li dawn il-pensjonanti jkollhom żieda ta' ¥2.34 fil-ġimgħa fid- dħul tagħhom.", "Meta l-Onor.", "Membru semma l-pensjoni tar-romol, jien għidt: Dan għandu l-wiċċ tost li jitkellem fuq ir-romol, għandu l-wiċċ tost li jersaq quddiem in-nies li qed jisimgħuh ....", "(Interruzzjonijiet) Mela m'hemmx romol li qed jisimgħu dan id-dibattitu?", "Fi żmien il-Gvern Laburista meta mara armla tagħlaq is-60 sena kienet tonqsilha l-pensjoni.", "Jekk mara kienet tormol meta r-raġel ikun, anke għal ftit ġranet, m'għalaqx .....", "(Interruzzjonijet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Portelli, m'hemmx interruzzjonijiet, jekk jogħġbok.", "Kompli Onor. Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, jien smajt lill-Onor.", "Portelli bil- kalma kollha għaliex kont naf li ma kien qed jgħid xejn u ħallejtu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-karti u r-ritratti kollha għaliex ma nkwetanix imma issa jrid jissaporti u joqgħod jisma' ħalli forsi xi darba jitgħallem u jammetti x'ġara fi żmiehom u x'għamilna aħna.", "Dwar il- pensjoni tar-romol qed ngħid li jekk persuna kienet tormol u r-raġel ma jkunx għalaq iż-żmien tal-pensjoni, taħt il-liġi tas-superstiti kienet titlef id-dritt għall-pensjoni.", "Illum dawn ir-romol ħadu d-dritt għall- pensjoni tas-superstiti u hemm 1,100 armla, li r-raġel tagħha miet qabel l- eta' tal-pensjoni, li qed jibbenefikaw minnha.", "Illum bħala pensjoni tar- romol minflok Lm28.35 fil-ġimgħa, qegħdin jieħdu Lm35 fil-ġimgħa.", "Qabel, jekk ir-raġel ta' l-armla kien self-employed u kellu dħul li jaqbeż Lm630 fis-sena, din kienet titlef id-dritt li tieħu l-pensjoni tas-superstiti.", "Dan li qed ngħid kollu jafuh il-pensjonanti.", "Illum l-armla tieħu l- pensjoni tar-romol li hija ta' Lm28.35 fil-ġimgħa, minbarra l-bonus addizzjonali ta' Lm1.34 fil-ġimgħa, iċ-children's allowance - jekk ikollha għandha t-tfal - u jekk tkun għadha qed trabbi għandha wkoll allowance ta' Lm3 għal kull tifel u tifla.", "Barra minn hekk tajnieha d-dritt - u għalhekk l-ewwel għidt li ma nafx b'liema kuraġġ jitkellmu l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni li fi żmienhom armla li kienet taqla' iktar minn Lm7.50 fil- ġimgħa kienet titneħħielha l-pensjoni, mentri llum taħdem kemm trid u xorta tieħu l-pensjoni.", "L-aktar ħaġa li impressjonatni hija li -Onor.", "Moran semma r-romol għax qed jitkellem fuq ħaġa li għaliha għandu għaliex jgħatti wiċċu quddiem in- nies li kienu jifformaw parti mill-Gvern ta' dak iż-żmien.", "Sal-lum, il- medja tal-pensjoni taż-żewġ terzi kienet ta' Lm29.58 fil-ġimgħa u s-sena d- dieħla r-rata medja tal-pensjoni taż-żewġ terzi se tkun ta' mhux inqas minn Lm38 fil-ġimgħa, jiġifieri bejn l-1987 u l-1994 iż-żieda fir-rata tal- medja tal-pensjoni taż-żewġ terzi se tkun ta' Lm8.42 fil-ġimgħa.", "Huwa importanti li ngħidu li taħt dan il-Gvern kemm il-ħaddiema u kemm il- pensjonanti se jkunu moħħhom mistrieħ li se jkunu komdi.", "Irrid ngħid li din il-medja issa tirrifletti ruħha fil-pensjonijiet.", "Għar-rigward taċ- children's allowance, irrid ngħid li barra li tajna ċ-children's allowance lit-tfal kollha, tajna żieda ta' Lm3.25 kull 13-il ġimgħa u kulħadd apprezza din iż-żieda.", "Għalhekk m'għandniex għalfejn inkunu redikoli bħalma kien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qal li din iż-żieda se jsarrafha fi twistees.", "Xtaqt ukoll insemmi l-mediċini li jingħataw b'xejn għaliex din l-issue ta' sikwit tissemma mill-Oppożizzjoni.", "Dawn il-mediċini jingħataw b'xejn lil min ibati minn mard kroniku u rrid ngħid li mal- pensjoni minima se tingħata allowance fit-test tal-mezzi biex dak li jkun ikun jista' jieħu l-mediċini b'xejn.", "Filwaqt li fi żmien Gvern Laburista min kellu pensjoni ta' iktar minn Lm31.50 fil-ġimgħa ma kienx intitolat għall-mediċini b'xejn, issa qed intellgħu s-ceiling għal Lm46.25.", "Issa se nitkellem fuq affarijiet li ma dehrux fil-Budget, fosthom li fil-Ħames Skeda tal-Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali se ndaħħlu li min ikun ibati mill- endometriosis se jkun intitolat għall-mediċini b'xejn għaliex din tirrikjedi kura bi spejjeż kbar ħafna.", "Barra minn hekk, se ndaħħlu wkoll l- immune enteropathy li tirrikjedi dieta speċjali ta' Lm18,000 fis-sena.", "Nagħlaq billi ngħid li meta jiġi ppreżentat Budget bħal dan li neħħa t- tapit minn taħt saqajn l-Oppożizzjoni, wieħed jistaqsi lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni u lill-Membri l-oħra ta' l-Oppożizzjoni: Fejn hu l-Budget tal- firda?", "Jien ngħid li l-Oppożizzjoni ma tantx tipprofetizza tajjeb għaliex meta pprevedew li se tkun is-sena ta' l-impiegi kienet l-iktar sena ta' qgħad u ta' qawsalla ta' nkwiet.", "Il-firda fil-Budget m'għamilnihiex aħna, imma qed jarawha huma għaliex dawk li qed igawdu mill-benefiċċji soċjali bil-mod il-mod qed jaraw kemm Gvern Nazzjonalista jaf imexxi u għalhekk se jżidulna l-maġġoranza li ġibna fl-aħħar elezzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista għall-Voti tal-Ministeru għas-Sigurta' Soċjali.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 135 tad-29 ta' Novembru, 1993, il-mistoqsija fuq l-emenda ta' l-Onor.", "Moran u fuq ir-Riżoluzzjonijiet imressqa mill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali se jitħallew għal wara d-9.30 p.m.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA", "THE CHAIRMAN: Nitlob il-Ministru Fenech iressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 43 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm306,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 43 - Ministeru tal-Ġustizzja kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "VOT 44 - LEGALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,076,899 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 44 - Legali kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "VOT 45 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,361,737 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 45 - Ġudizzjarju kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "VOT 46 - REĠISTRU TA' L-ART", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm211,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 46 - Reġistru ta' l-Art kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "VOT XI - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm385,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru tal-Ġustizzja kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Inressaq din l-emenda", "Vot 43 Ministeru tal-Ġustizzja", "Personal Emoluments", "Item II Ministeru", "Ħassar iċ-ċifra \"L9,998\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm9,997\".", "Delete the figure \"Lm9,998\" and substitute therefor the figure \"Lm9,997\".", "Sur President, fil-qasam tal-ġustizzja ċ-ċittadin jistenna li proċeduri kriminali jew ċivili jew kummerċjali li bihom jitmexxa l-proċess fil-qorti jkunu tabilħaqq li jinftiehmu, ġusti u fl-istess ħin jitmexxew b'effiċjenza.", "Iċ-ċittadin m'huwiex kuntent għax minn sena għall-oħra in- nuqqasijiet baqgħu jiżdiedu.", "Minkejja l-wegħda tal-Gvern Nazzjonalista li se jħaffef u jiċċara t-tmexxija tal-ġustizzja, fil-fatt ġara bil-maqlub.", "Matul l-aħħar snin żdied in-nuqqas ta' sodisfazzjon - bejn u għal xulxin - ta' l-imħallfin, maġistrati, avukati, avukati tar-Repubblika, prokuraturi legali u ċ-ċittadin innifsu.", "Il-metodu ta' soluzzjonijiet impost minn fuq ma ta sodisfazzjon lil ħadd, anzi għamel deni kbir.", "Il-Ministru jaf li l-iktar ħaġa li wieħed għandu jindirizza ruħu lejha meta qed nitkellmu fuq il-qasam tal-ġustizzja hija proprju d-dewmien esaġerat tal-kawżi.", "Fil-fatt skond il-ktieb li jelenka x'ġara bejn l-1992 u l-1993, naraw li kien hemm madwar 8,000 kawża pendenti fil-Qorti Superjuri, li kif qal tajjeb il-Ministru jistgħu jissarrfu f'terminu ta' erba' snin xogħol.", "Il-kritika li ġiet indirizzata lejn l-imħallfin trid tittieħed fiċ-ċirkostanzi ta' x'għamel il-Gvern biex jameljora s- sitwazzjoni.", "Il-Ministru ma jistax jiddeċiedi hu l-kawżi, imma jrid joħloq l-ambjent biex il-ġudikatura tkun tista' tiddeċiedi l-kawżi u tiddedika l- ħin tagħha kemm għall-evalwazzjoni ta' l-evidenza kif ukoll għad- deċiżjonijiet.", "Meta nitkellem fuq id-dewmien f'dan il-qasam, nintebaħ kemm il-Gvern għandu nuqqas ta' ideat biex isolvi din il-problema.", "Jien iddeċidejt li fid-diskors tiegħi mhux nikkritika biss, imma nagħmel ukoll suġġerimenti biex ma niġux imċanfra li aħna distruttivi.", "Ħaġa importanti hija li l-Gvern jagħmel struttura u infrastruttura sabiex il-ġudikatura tkun tista' tiddeċiedi l-kawżi.", "Waħda mill-ideat li m'hemmx għalfejn tkun ġenju biex toħroġ biha hija li hemm bżonn l-għajnuna għal min jiġġudika.", "Aħna nafu li fil-qasam mediku min jilħaq tabib irid jaħdem għal ċertu żmien fl-isptar kemm biex jieħu esperjenza u kemm biex jaqdi lis- soċjeta' li tagħtu l-possibilita' li jitgħallem.", "M'hemm xejn ħażin f'dan, anzi huwa tajjeb kieku fil-qasam ta' l-avukatura ssir sistema analoga u l- imħallfin ikollhom żewġ avukati għal perjodu ta' sena jew sentejn sabiex jgħinu fir-riċerka ta' ġurisprudenza, ħaġa li llum irid jagħmilha l- imħallef stess.", "X'hemm ħażin li minbarra s-segretarjat preżenti l-imħallef ikollu segretarja personali tiegħu?", "Wara li nipprovdu dawn l-affarijiet inkunu ġustifikati li nikkritikaw il-backlog li jeżisti u ngħajru lis- sistema - u mhux ilhom - li ttawwal bla bżonn il-kawżi pendenti u niskandalizzaw ruħna - kif għamel il-Ministru stess għax qalha hu u ridt ngħidlu li hu stess għamel din ir-rimarka - li quddiem dik il-Qorti tar- Reviżjoni ta' l-Atti Notarili kien hemm 150,000 att li għadhom mhux reveduti.", "Meta wieħed jara dawn l-affarijiet jallarma ruħu għax huwa l- obbligu ta' l-amministrazzjoni li tagħmel dak li hu meħtieġ biex tipprovdi s-sistemi neċessarji għall-effiċjenza tal-proċess fil-Qorti.", "L-ewwel m'għamel dan il-Gvern kienu r-rules of court, jiġifieri r-regoli tal-Qorti.", "Għalkemm l-intenzjoni ta' dawn ir-regoli kienet li jagħmlu s- sistema iżjed effiċjenti spiċċaw biex ikkreaw chaos.", "Dawn kienu saru biex il-Gvern, f'attentat iddisprat, jagħti l-impressjoni li hu qiegħed jagħmel dak li jixtieq biex kemm jista' jkun ifassal proċeduri u regoli biex id- dewmien jonqos.", "Fil-fatt wieħed irid ikun preċiż.", "Mhumiex il-Gvern u l- amministrazzjoni li jagħmlu r-rules of court imma kumitat appuntat mill- eżekuttiv u m'għandix dubju li dan ħa l-ispunt u l-ispinta mill-Gvern u mill-Ministeru.", "Ġara li r-rules of court mhumiex qed jiġu applikati u minkejja li sar challenge għalihom, parti żgħira biss tal-kawżi u taċ- ċitazzjonijiet li qed jiġu preżentati huma mfasslin skond dawn ir-regoli.", "Qegħdin jidħlu eċċezzjonijiet u qegħdin jagħtu n-nullitajiet.", "Allura x'inhi s-sitwazzjoni preżenti ta' dawn il-kawżi kollha - mijiet u anke eluf - li mhux qegħdin jiġu ppreżentati skond dawn ir-regoli?", "Riċentement il-Gvern Nazzjonalista ppromulga White Paper wara sitt snin il ilu fil-Gvern sabiex jipproponi diversi emendi dwar il-Proċedura u Organizzazzjoni Ċivili.", "Ħafna mill-punti li hemm fil-White Paper huma ta' interess kbir u għandhom il-mertu tagħhom.", "Ma nistax nidħol ovvjament fid- dettal dwarhom issa - meta naslu għall-istadju fejn nibdew napprovahom wieħed jinduna bil-kobor tal-proġett.", "Kif jaf kulħadd il-Partit Laburista qed jagħmel update tal-policies u fosthom hemm dik tal-ġustizzja u kif jaf kulħadd ukoll din ġiet ippreparata, għaddiet mill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, mill-Grupp Parlamentari, anke kont ressaqt il-proposti tagħna quddiem id-delegati tal-każini - li ħafna mill-affarijiet li hemm proposti fid-dokument tagħna qegħdin fl-istess White Paper.", "Per eżempju, hemm l- iSmall Claims Court fejn jiġu solvuti problemi fuq każijiet li jinvolvu flus inqas minn Lm100; hemm il-proċedura li każijiet li jmorru quddiem maġistrat jinvolvu somom ta' 'l fuq minn Lm1,000; u hemm il-proċess li kawża tibda u tintemm bħalma hija dik tal-ġuri.", "Jien nieħu gost nara li ħafna mill-ideat illi qed nippromulgaw aħna jsibu ruħhom ukoll fil-White Paper tal-Gvern.", "Probabbilment hija sempliċi kumbinazzjoni imma anke jekk mhux, jien wieħed mill-persuni li ma niddejjaqx nagħmel id-dmir u d-dover tiegħi - jekk hemm bżonn anke nfaħħar - u ngħid li dak li huwa tajjeb għandna nagħmluh.", "Huwa ħafna diffiċli meta tkun fil-politika illi tfaħħar dak li jagħmel l-opponent tiegħek.", "Rari tisma b'persuna min-naħa tan- Nazzjonalisti jgħidu li l-Laburisti għamlu xi ħaġa tajba, u kultant ir- rarita' tkun viċi-versa - biex inkun għidt kollox.", "Imma huwa importanti biex aħna nissejħu rappreżentanti tal-poplu u mhux rappreżentanti tal- partiti, illi meta jkun hemm affarijiet li jkun hemm qbil fuqhom, minflok nagħmlu l-muntanji tal-kritika għandna nagħmlu muntanji żgħar ta' koperazzjoni.", "M'hemmx dubju li fil-proċedura illi se tiġi promulgata quddiem dan il-Parlament, aħna mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni - kif dejjem għamilna - nagħtu l-koperazzjoni sħiħa u ġenwina.", "Kulħadd jaf ukoll, almenu dawk li huma interessati fil-qasam tagħna, li din is-sena ġew imressqa żewġ abbozzi ta' liġi, wieħed biex jemenda l- Kostituzzjoni u l-ieħor biex jipprovdi għall-għoti ta' setgħat lill- Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Matul din is-sena saru diversi laqgħat bejn delegazzjonijiet tal-Gvern u ta' l-Oppożizzjoni u b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li waqt id-diskussjonijiet li kellna sibna li l-Gvern kien flessibbli biex jisma' dak li kellna x'ngħidu aħna rigward dak li kien qed jiġi abbozzat u sibna li kien hemm ħafna affarijiet li qbilna dwarhom.", "Kien hemm punt wieħed li ddiverġejna fuqu u dan kien dwar jekk dak li qed jiġi ppromulgat għandux jiġi entrenched jew le.", "Is- suġġeriment tal-Gvern kien li għandu jiġi entrenched u s-suġġeriment tagħna hu li dak li qed jiġi propost nagħtuh żmien għaxar snin biex imbagħad naraw x'ikunu tgħallmu mill-esperjenza u wara, jekk ikun hemm bżonn, dawn il- proposti li qed isiru llum jiġu emendati, abrogati jew inkella entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Jien jiddispjaċini ngħid li l-Oppożizzjoni ġiet interpretata ħażin - mhux fair li jsir hekk - meta ntqal li b'xi mod ma tridx isaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Jien b'wiċċi minn quddiem ngħid li l-Oppożizzjoni ma trid tagħmel xejn biex tnaqqas mill- indipendenza tal-ġudikatura, anzi se tuża l-forzi tagħha kollha biex l- indipendenza tal-ġudikatura tiġi msaħħa.", "Aħna rajna li dan kien unfair għax dik il-parti fil-Kostituzzjoni li tittratta dwar it-tneħħija ta' imħallef bl-ebda mod m'hi se tintmess - hawn qed nirreferi għal subartikli 97 (1)(2) - u se tibqa' entrenched.", "Li se jsir u jiġi promulgat huwa l-mekkaniżmu li huwa kontemplat f'subartiklu 97(3) tal- Kostituzzjoni - naturalment hemm l-emendi relattivi biex jagħmlu dan possibbli - billi jitwaqqfu l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja u s-sotto-kumitati.", "Jien nixtieq nitkellem dwar il-qorti bħala qorti.", "Nibda billi ngħid xi ħaġa fuq l-istaff tal-Qorti.", "Ħaġa li tiskantani hija illi rari nara l- impjegati jitbissmu.", "Jien ma nistax nifhem kif persuna m'għandhiex tkun kuntenta fuq xogħolha.", "Naħseb li l-impjegati tal-Qorti ma jħossu l-ebda soljev meta jkunu jixtiequ jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom jew meta tinqala' xi problema.", "Huwa importanti li l-istaff tal-Qorti jkun rispettat kif għandu jkun għaliex ix-xogħol tagħhom huwa partikolari ħafna.", "Issa ħalli nagħti ftit eżempji, forsi huma uniċi.", "Intqal - ma nafx jekk dan huwiex veru jew le - li dan l-aħħar ġew appuntati Deputati Reġistraturi u kien hemm xi persuna li ma ġietx magħżula fost dawk li ġew short-listed biex jagħmlu l-kors - din mhijiex persuna Laburista imma Nazzjonalista - għax ma kenitx ben vista.", "Issa jekk dan huwiex veru jew le ma nafx.", "Ħaġa oħra li ġejt informat biha hija li għalkemm saru xi messaġġiera, diversi nies li kienu ilhom jagħmlu dan ix-xogħol ma ntgħażlux minkejja l- esperjenza tagħhom.", "Ma jidhirx li kien hemm xi raġuni partikolari għal dan.", "M'ilux kien hemm il-ħatra ta' Assistent Reġistratur jew Assistent Direttur Ġenerali.", "Jien kont nara individwu b'esperjenza vasta taħdem fil- Qorti li llum ġiet boarded out preżumibilment għax ma ġietx magħżula.", "Intqal li kien hemm xi avukat li kellu jidħol għal dan ix-xogħol u wara li kellu kollox lest m'għoġbitux ir-remunerazzjoni.", "Dawn huma affarijiet li għall-individwi jfissru l-ġejjieni u l-karriera.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm sodisfazzjon f'kull impjegat għaliex huma l-impjegati li jagħmlu l-qalba tal-Qorti.", "Il-Qorti tikkonsisti mill-qalb u l-ġisem; għalkemm il-ġisem li huwa l-bini jista' jkun sabiħ, lussuż u bil-granite, il-qalb ta' ġo fih tista' ma taħdimx bis-sinċerita' u b'dik il-qalb li tixtieq tagħti iżjed milli tiflaħ.", "Għalhekk xejn ma jirnexxi.", "Issa ħalli nitkellem fuq il-Qorti bħala bini.", "Il-Qorti huwa żgħir wisq għax meta nbena n-numru tal-ġudikanti kien in-nofs ta' dak li hu llum.", "L- isfortuna hija li meta l-Gvern ġie biex ikabbar il-Qorti, minflok għamel l- istudju neċessarju bena annexe li swielu ¥1 miljun meta l-Qorti faċilment setgħat tiġi estiża lateralment.", "Il-Ministru kien stqarr li l-esperti kellhom l-opinjoni li dan ma jistax isir għar-raġuniiet tekniċi pero' aħna morna f'dawn il-postijiet fejn naħsbu li l-Qorti tista' tiġi estiża, ħadna l-periti magħna u dawn qalulna u ċċertifikawlna li dak li ntqal lill- Ministru ...", "Jien mhux qed ngħid li lill-Ministru mhux veru qalulu hekk, imma qed ngħid li dawk li tawh dawn il-pariri rridu naraw min huma u nsemmuhom u jekk hemm bżonn nagħmlu kummissjoni indipendenti biex naraw il- possibbilta' li l-Qorti tespandi lateralment.", "Pero' aħna għamilna iżjed minn hekk.", "Aħna bdejna naraw postijiet viċin il-Qorti fejn tista' tespandi u nafu li hemm post b'sidien privati, nafu kemm iridu ta' dan il-post u nafu li hemm il-possibbilta' li l-Qorti tiġi estiża fid-direzzjoni opposta ta' dak li qed ngħid.", "Jien nixtieq inkun naf mill-Ministru x'hemm li qiegħed iżomm lill-Qorti milli tespandi taħt l-art.", "Jiena kelli x-xorti li nżur il- Pentagon li huwa stallazzjoni militari u tkun 25 sular taħt l-art u lanqas tkun taf li qiegħed taħt l-art.", "Jien dan qed ngħidu għaliex jekk l- ispazju f'pajjiżna huwa prezzjuz, allura rridu naraw il-possibbiltajiet kollha.", "Jien mhux qed ngħid dan bi kritika imma għaliex għandi xi ftit ideat li forsi jintużaw minflok itiru mar-riħ.", "L-isfortuna kienet li meta l-Gvern iddeċieda li jestendi, mar għal Strada Stretta u mar f'annexe li sfortunatament ma qediex il-funzjoni li kellu jaqdi għaliex huwa 'l bogħod wisq mill-korp prinċipali tal-Qorti.", "Dan biex tgħaddi għalih huwa skomdu u l-affarijiet ta' hemm ġew ma jaħdmux tajjeb.", "Anke l-lift ma jaħdimx tajjeb.", "Jien mhux se noqgħod insemmi d-dettalji fuq l-affarijiet mekkaniċi imma l-Ministru jaf li dan li qed ngħid huwa minnu.", "Gvern Laburista ġdid mhux se jagħmel bħalma għamlu Gvernijiet Laburisti oħra ta' qablu li l-affarijiet li jkunu saru qabel jiskrepjahom jew ma jużahomx.", "Anzi l-post huwa ideali - u hawnhekk qed nagħti idea oħra lill- Ministru - biex jintuża bħala l-uffiċini ta' l-Avukat Generali, u b'dan il- mod forsi wkoll niffrankaw mijiet ta' eluf ta' liri mill-Erarju tal-pajjiż.", "Hawnhekk qed nagħi l-opinjoni tiegħi u nixtieq li l-Ministru jaħsibha sewwa.", "Aħna ielna ngħidu li l-Avukat Ġenerali għandu bżonn uffiċini ġodda u jien qed ngħid li jekk il-Qorti tiġi estiża lateralment imbagħad tressaq l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali f'dik il-parti fejn illum hemm l-annexe.", "Jien wegħidtu li se nkun oġġettiv, wegħedt li nagħti l-opinjoni u l-ideat tiegħi u hekk għandu jsir għaliex l-affarijiet jekk qed isiru tajjeb u għall-ġid tal-pajjiż mhuwiex importanti min jagħmilhom - jista' jagħmilhom il-Gvern Laburista tal-futur u jista' jagħmilhom il-Gvern Nazzjonalista tal-preżent.", "Jagħmilhom min jagħmilhom, meta dawn l-affarijiet ikunu ta' ġid ikun hemm il-koperazzjoni u anke l-ideat tagħna.", "Aħna ma noqgħodux inżommu l-ideat fil-komma għal meta nkunu fil-gvern aħna - li għandu bżonn isir u li jista' jsir nipproponuh biex isir għaliex it-tajjeb għall-pajjiż huwa dejjem tajjeb.", "Jiena xtaqt ukoll nirringrazzja pubblikament lil dawk il-persuni li jaħdmu bħala avukati ġenerali, dawk li jaħdmu fir-Reġistru Pubbliku u dawk li jaħdmu fl-Uffiċċju tan-Nutar Pubbliku fil-Land Registration Department għaliex huma professjonisti u staff li jagħtu mhux biss dak li suppost jagħtu bħala l-ġurnata tax-xogħol tagħhom imma jagħtu iżjed minn hekk, huma professjonisti dedikati u d-dedikazzjoni tagħhom għandha tiġi rikonoxxuta.", "U jien nixtieq nieqaf sekonda u ngħid li r-rikonoxximent jista' jieħu diversi formi; jista' jieħu rikompens finanzjarju u jista' jieħu forom oħrajn.", "Per eżempju, jekk persuna trid ittejjeb il-karriera tagħha għaliex m'għandhiex tingħata kull opportunita' li tagħmel dan?", "Huwa ħażin li persuna tiġi imblukkata jekk hija għandha l-kapaċita' u tixtieq ittejjeb il- pożizzjoni tagħha.", "Għandna nagħtu l-opportunita' lil dawk li jixtiequ jaqbdu triq differenti milli jkunu qabdu sabiex itejbu l-karriera tagħhom.", "U dan qed ngħidu għaliex nixtieq nikkonkludi fuq il-kwestjoni tal- maġistrati u mhux bi kritika għall-Ministru.", "Lill-Ministru diġa' kkritikajtu fejn kelli nikkritikah u naħseb li l-poplu sema biżżejjed fuq il-kwestjoni tal-maġistrati imma huwa minnu li l-maġistratura ġiet imblokkata u l-Ministru stqarr, wara li ġie ibbumbardjat mill-Oppożizzjoni u eventwalment mill-maġistrati infushom, li mhuwiex sewwa li l-maġistrati ma jlaħħquhomx għall-bank tal-ġudikatura.", "Jidher li l-Minisitru kien se jagħmel żewġ imħallfin - u dan stqarru f'konferenza stampa fl-4 ta' Ġunju ta' l-1993 - u minħabba din il-problema għamel imħallef wieħed.", "Intqal li ma nħatarx imħallef ieħor minn fost il-maġistratura għaliex il- Ministru jemmen li l-maġistrat jista' jkollu t-tentazzjoni li jiddeċiedi kawżi b'ċertu mod biex jiġi elevat.", "Jien segwejt din il-kwestjoni kollha u l-Prim Ministru qal li l-Ministru kien tenna l-opinjoni personali tiegħu.", "Jien nikkongratula lill-Ministru fuq dan il-każ - allavolja s-soltu jkolli kliem iebes fil-konfront tiegħu - għaliex irnexxielu jgħid dak li ħass fuq kwestjoni daqshekk importanti - xi ħaġa li f'demokrazija kif nafuha aħna normalment mhijiex aċċettata - anke meta dak li ħass kien differenti minn dak li jemmen fih il-Kabinett.", "Dan ifisser li kull ministru tal-Gvern Nazzjonalista għandu d-dritt jesprimi ruħu fuq kwestjonijiet importanti anke jekk dawn ma jkunux skond dak li jemmen fih jew li jiddeċiedi l- Kabinett.", "Din hija perikoluża mhux biss għall-Gvern, imma anke għad- demokrazija.", "Għaliex?", "Għaliex wieħed jista' jaqbad u jgħid l-idea tiegħu u jekk ma tiġix milqugħa tajjeb, jgħid li kien qed jesprimi l-opinjoni personali tiegħu.", "Jien ngħid li f'din il-kwestjoni rebaħ il-Ministru u mhux il-Prim Ministru għaliex kieku kienu jsiru żewġ imħallfin u mhux sar imħallef wieħed - mill-inqas hemm sitt maġistrati oħra li għandhom l- kapaċita' li jaqdu l-funzjoni ta' imħallef.", "Nagħlaq billi nirringrazzja lill-Kamra u ngħid li f'dan il-qasam tant delikat u vulnerabbli lkoll irridu noqogħdu attenti għaliex wara kollox il- pilastri tad-demokrazija huma li jkollna l-ġustizzja fil-pajjiż.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Chairman, jekk il-poplu kien qed jistenna ħidma qawwija u soluzzjoni għall-problemi preżenti kien il-qasam tal-ġustizzja, għax proprju dan il-Gvern ħareġ bil- għajta tal-\"ġustizzja\" fis-slogan li kien juża, \"Xogħol, Ġustizzja u Liberta'\".", "Illum il-kelma \"ġustizzja\" rridu nillimitawha għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja f'pajjiżna li tikkomprendi l-Qrati - li tkellem tant tajjeb dwarhom il-kollega tiegħi - l-Uffiċċju tan-Nutar tal- Gvern, ir-Reġistru Pubbliku, il-Land Registry, il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni - aħna bħala Partit għidna li m'għandniex fiduċja fiha - u l-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Liġijiet.", "U meta fi 15-il minuta wieħed irid jipprova kemm l-ideat ta' dan il-Gvern fuq dawn l-oqsma kollha huma żbaljati, wieħed jiġi f'diffikulta' minn fejn se jaqbad jibda.", "Jien se nibda minn punti li l-Onor.", "Attard Montalto ma semmiex.", "Ħalli nieħu l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Jien għandi kull sens ta' rispett lejn dawk li jmexxu dan l-Uffiċċju li huma nies dedikati u vokati.", "Dawn is-civil servants m'huma ta' l-ebda gvern partikolari, imma huma tal- poplu u allura l-prosit għandu jingħata lil Malta li għandha nies bħal dawn.", "Imma hemm in-nuqqas, li qiegħed dejjem jiżdied, ta' avukati ta' livell għoli bi kwalifiki u b'konoxxenza legali tal-kurrent Ewropew, ladarba qegħdin jgħidu li jridu jdaħħlu lil Malta fil-Komunita' Ewropea.", "Hemm bżonn ta' aktar speċjalizzazzjoni fil-qasam legali u dan minkejja l- ħafna ftaħir u minkejja li l-Ministru Fenech - biex nimxi fuq l-istess linja ta' ħsieb li segwa l-Onor.", "Attard Montaldo - ipprova jagħmel diversi calls for applications għal nies kwalifikati.", "Wieħed irid jistaqsi x'inhi r-raġuni li f'dan l-Uffiċċju hemm nuqqas ta' individwi li huma kapaċi u lesti li jimpenjaw ruħhom fi studju speċjalizzat - jekk hemm bżonn anke jsir taħriġ barra minn Malta għal perjodu qasir - biex ikollna amministrazzjoni tal-ġustizzja b'avukati aktar aġġornati u ta' kalibru bħal pajjiżi oħra.", "Rigward l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, barra l-problema ta' nuqqas ta' nies, hemm ukoll il-problema tal-bini.", "Fil-fatt smajna diversi diskorsi fuq it-tkabbir ta' l-uffiċċini ta' l-Avukat Ġenerali.", "Huwa veru li l-bini eżistenti huwa żgħir wisq biex ikopri l-ħteġijiet tal-lum. u għalhekk huwa importanti li l-post jitkabbar.", "Pero ejjew ma nagħmlux l-iżball li diġa' għamel aċċenn għalih l-Onor.", "John Attard Montalto fir-rigward ta' l-annexe tal-Qorti, li tajjeb kemm hu tajjeb, xorta ma kienx is-soluzzjoni reali għall- problemi fil-qasam tal-Qrati.", "GĦalhekk, in-nefqa li għamel il- Gvern f'dan il-qasam, wieħed irid iħares u jistaqsi jekk hijiex waħda li tista' tissodisfa l-aspettattivi ta' dan il-poplu f'dan il-qasam.", "Il-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Liġijiet twaqqfet, teżisti, u ħadmet imma nixtieq li nieħdu ftit idea ta' x'jiġri f'diversi pajjiżi barranin, ħalli jkun hemm firxa u jkun hemm iktar consultation mal-bodies konċernati.", "Jien ma nistax ngħid li dan ma sarx minn min huwa membru fil- Kummissjoni imma huwa importanti li fir-reviżjoni ta' dawn il-liġijiet ikun hemm iktar konsultazzjoni u iktar minn hekk, fil-Parlament għandhom jinformawna regolarment bl-operat ta' din il-Kummissjoni, partikolarment meta aħna nagħmlu għadd ta' interpellanzi fuq dan is-suġġett u sfortunatament niġu mwieġba b'mod mhux sodisfaċenti u b'mod evażiv.", "Ħalli nieħu ftit punti dwar il-Land Registry.", "Jgħidulek li hemmhekk hemm nies dedikati u hemm iktar ħtieġa għall-impjegati tekniċi u legali biex jitħarrġu fil-proċess ta' reġistrazzjoni ta' artijiet ħalli l-proċess u l- espansjoni li saru sal-lum ikomplu 'l quddiem.", "Ngħid kelma waħda biss dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l- Korruzzjoni għax diġa' tkellem dwarha l-istess leader tagħna.", "Huwa importanti li ngħidu li din hija Kummissjoni li aħna m'għandniex fiduċja fiha għax isservi ta' paraventu.", "Il-korruzzjoni ma teqridhiex bl-għeruq u xniexel billi tagħmel kummissjoni imma teqridha billi tnawwar is-sistema ta' nies li huma involuti u li dawn in-nies ikunu jistgħu jiġu ġudikati b'mod li ma jkux hemm paraventi.", "Ħalli ngħid kelma oħra fuq l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.", "Qabel ma bdejt nipprattika għamilt żmien bħala student fl-Uffiċċju tan-Nutar u nista' ngħid kif jaħdmu l-ħaddiema hemmhekk.", "Bħalma nista' ngħid għar- Reġistru Pubbliku rrid nara aktar taħriġ fl-istaff biex ikunu iktar kompetenti u ta' ċertu esperjenzza.", "Fil-fatt qed jiġri - bħalma qed jiġri fir-Reġistru Pubbliku - li jkollok nies li jkunu tħarrġu u tgħallmu x-xogħol tagħhom imbagħad jitilqu - ħafna minnhom ikunu nisa li joħorġu pregnant - u allura titlef il-kapaċita' ta' dawn in-nies f'dawn il- postijiet.", "Hemm il-problema ta' volumi distrutti u mitlufa.", "Barra minn hekk hemm il-kwestjoni - inħoss li din għandha tissemma hawnhekk - dwar jekk dan għandux isir a closed department.", "Naf li hemm min ma jaqbilx miegħi fuq dan - fosthom il-Ministru - u għalkemm din l-idea forsi ma tantx tinżel tajjeb, naħseb li huwa importanti li jsir hekk.", "Minkejja li staqsejna diversi drabi fiex wasal ix-xogħol ta' klassifikar u indiċjar ta' volumi antiki fl-Arkivji, xorta waħda nibqgħu mingħajr risposta.", "L-istess nista' ngħid għar-rigward tas-sistema tal-micro-filming.", "Darba kienu qalu wkoll li hemm bżonn ta' nutar tal-Gvern ieħor - fil-fatt kien anke sar eżami għalih - imma llum donnu m'hemmx bżonnu aktar.", "Nixtieq nistaqsi wkoll kif qed isir kordinament ma' l-uffiċċju l-ieħor f'63 St Christopher Street, Valletta fejn hemm bniedem li, Alla jbierek, huwa teacher li għandu l-M.A fil-History!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: No cross-debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Chairman, nixtieq nikkummenta wkoll dwar qasam ieħor allavolja diġa' għamel aċċenn għalih l-Onor.", "Attard Montalto.", "L-Onor.", "Fenech malli sar Ministru tal-Ġustizzja mar il-Qorti u qal lil kulħadd li għandhom żmien stipulat - mingħalija kien semma ħdax-il xahar jew sena - biex jirranġaw l-affarijiet u li wara dak iż-żmien ma jridx imur u jerġa' jsib rebus.", "Veru li l-Ministru Fenech seta' kellu intenzjonijiet tajba meta qal hekk għaliex fi żmien il-Ministru ta' qabel, l-Onor.", "De Marco, rebus kien hemm u għalkemm dan il-ħin kollu kien jgħid li se jsolvi l-problemi li jeżistu, ma solva xejn u ħalla l-problemi kollha li kien hemm.", "Wara li l-Onor.", "Fenech sar Ministru, żar id-dipartiment u lill-ħaddiema tal-Qorti tahom xahar żmien biex jirranġaw l-affarijiet, beda jsir tibdil amministrattiv għax kien hemm negliġenza kbira fl- amministrazzjoni.", "Per eżempju, kien hemm ħafna skariġġ u ġiri żejjed u jekk kont trid tara proċess kien ikollok toqgħod tarah mal-counter!", "Imma fuq kollox il-problemi veri ma ġewx indirizzati, fosthom problemi li għandhom x'jaqsmu ma' l-istaff, li diġa' semmihom l-Onor.", "Attard Montalto u m'għandix ħin biex nidħol fihom, u l-problema tad-dewmien tal- kawżi.", "Imbagħad beda wkoll il-ġlied; il-Ministru ġġieled mal-maġistrati għaliex qalilhom li mhux se jagħżel aktar imħallfin minn fosthom għax inkella din l-ambizzjoni tibda taffettwa l-mod kif jaqtgħu l-kawżi u għalhekk se jibda jagħżel lil min irid hu għall-ħatra ta' mħallef.", "U l- maġistrati ħadu għalihom.", "Jiġifieri ma kienx biżżejjed li kellu bojkott soċjali mill-imħallfin, kellu jiġġieled ukoll mal-maġistrati!", "L-ewwel kollox tajjeb u kollox miexi fuq ir-rubini, imbagħad jiġi l-Professur Rene' Cremona u jgħidlu biex jitkellmu u wara li tkellmu qallu li mhux hekk għandu jagħmel għax donnu ma kienx qed jafdah u bdew deħlin is-suspetti.", "Qallu biex jitkellmu bi djalogu, imma xorta ma mxejniex.", "Il-problemi kollha li hemm fil-Qrati semmihom l-Onor.", "John Attard Montalto - kienu proprju riżultat ta' atteġġjament ta' persuna waħda.", "Jekk niġu hawn u nikkritikaw lill-Onor.", "Ninu Zammit - u hemm l-importanza tagħha ...", "Naħseb li kulħadd iħoss li l-Onor.", "Fenech - anke meta titkellem ma' membri tal- Gvern, bir-rispett kollu lejh għax on a personal basis m' għandu xejn - kien wieħed mill-ministri li fil-qasam tal-ġustizzja żgur falla.", "Evidentement ma tridx tkun agħar.", "Din jgħiduhielek in-Nazzjonalisti, in- nies midħla tal-Qorti u anke nies li huma involuti fl-amministrazzjoni tal- Qrati filwaqt li jkemxu xuftejhom.", "Jgħidulek li meta l-Onor.", "De Marco kien Ministru tal-Ġustizzja konna nimxu u li meta l-Avukat Ġuże' Cassar kien Ministru kien jinħass u ma jinħassx, iżda l-Ministru Fenech imir jibbuldozja l-ħin kollu biex jara x'inhu jiġri u dejjem tarah bil-karozza u jien li nogqħod viċin narah hemmhekk kuljum.", "Aħna nemmnu li l-poplu Malti kollu - anzi kull poplu - irid u jiddomanda li jkollu sistema ta' ġustizzja aħjar.", "Jiena nemmen li din hija waħda mill-affarijiet illi l-Partit Nazzjonalista ma kienx kapaċi jagħti lill-poplu.", "Nagħlaq billi ngħid x'kien qal l-Onor.", "Joe Fenech f'debate li kellna l- Belt.", "Dan qal hekk:", "\"Xi darba l-partit li llum qiegħed fl-Oppożizzjoni irid jiggverna l- pajjiż\"", "U jien ngħidlu: Xi darba!", "Aħna se nkunu fil-gvern iktar malajr iktar ma tagħmlu dawn l-iżbalji.", "Jekk l-problemi li hemm illum iwarrabhom dawn se jsibhom ma' wiċċu u hu jrid isolvihom.", "Aħna ngħidulu li rridu nikkoperaw miegħu imma biex nagħmlu dan ma rridux li mbagħad l-affarijiet li nipproponu aħna jagħmilhom tiegħu.", "Ħafna mill-affarijiet li għidna aħna, bħalma huma s-soluzzjoni tad-dewmien fil-kawzi, inkorporajtuhom u għamiltuhom tagħkom biex imbagħad lilna tkunu tistgħu tgħidulna li għamiltuhom intom.", "Aħna li hemm bżonn nagħmlu nagħmluh meta nkunu fil- Gvern.", "(Interruzzjonijiet) Inti titkellimx ħalli nitkellem jien.", "Nitlob il-protezzjoni tiegħek Mr Chairman biex l-Onor.", "Tonio Borg ma jitkellimx.", "MR CHAIRMAN: Kompli ndirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Chairman, l-Onor.", "Joe Fenech qal li l- Partit Laburista jmissu jaġixxi differenti u talabna biex ngħinuh isolvi l- problemi u ma noqogħdux niġu hawn - dakinhar attakka lili - biex nagħmlu propaganda.", "Aħna nagħmlu propaganda!", "F'dan il-qasam tal-ġustizzja trid titkellem bi skruplu u b'impenn.", "Meta qed ngħidu dawn l-affarijiet mhux qed ngħiduhom għall-propaganda imma qed ngħiduhom għax huma veri u reali u l-Ministru mhux qiegħed jinduna.", "Jien ngħid li j'Alla s-sena li ġejja ma jkollniex dawn il-problemi u j'Alla li meta jitkellem il-Ministru jirrispondi ħafna mill-affarijiet li qajjimna aħna u ma jgħidx li konna qed ngħidu l-ħmerijiet għax meta niltaqgħu darba oħra ngħidulu fejn qegħdin il- ħmerijiet.", "Se mai nsemmulu kwestjonijiet - forsi llum ma kontx ppreparat li ngħidhom - li llum mhux se nsemmihom.", "Meta jrid il-Ministru, nagħmlu debate miegħu u ngħidulu l-affarijiet kif inhuma anke fil-mod kif qed titmexxa l-ġustizzja f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Illum jien konvint u sodisfatt li l-affarijiet mexjin tajjeb għax ma kritikaw xejn u ma qalu xejn x'hemm ħażin.", "Jien ma nafx x'iridni nirrispondi l-Onor.", "Sandro Schembri Adami għax ma naf li qanqal xejn li qed jitlob risposta mingħandi - kull min semgħu jaf.", "Nibda biex insemmi xi affarijiet li aċċenna għalihom biss - għamel sweeping statements - u ma għamel ebda referenza għal xejn u se ngħidlu xi affarijiet dwar id- dipartimenti li semma.", "Qal li fl-Uffiċċju ta' l-Attorney General hemm nuqqas ta' avukati u dan huwa veru.", "L-avukati ma taqbadhomx minn għonqhom u ġġibhom imma trid toħroġ call for applications, u dawn jirrispondu u japplikaw biex imbagħad wieħed jagħżel minn dawk li jkunu applikaw.", "Fl-aħħar call for applications applikaw xi 27 avukat u nista' ngħidlu li s-selection board kellu jiltaqa' f'waħda minn dawn il-ġranet u nispera li nsibu numru ta' avukati żgħar li huma intenzjonati li jagħmlu karriera fl-Uffiċċju ta' l- AG.", "L-Onor.", "Membru semma li rridu nsibu r-raġuni għaliex m'humiex japplikaw avukati anzjani jew avukati li għandhom isem.", "Ir-raġuni hija faċli - ma naħsibx li trid tkun arka tax-xjenza!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Point of order, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Jekk hemm point of order irid ikun qasir u dirett għall- punt u mhux a personal explanation.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jien fl-ebda stadju m'għidt dan li qed jgħid l-Onor.", "Fenech.", "Jien kulma għidtlu huwa li peress li mhux qed jirnexxilu jsib avukati aħna rridu r-raġunijiet.", "Jien għidt li dan jista' jkun minħabba l-kondizzjonijiet li qed jiġu offruti.", "Din mhijiex kwestjoni ta' anzjani, kif qed igħid hu.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien fhimt li hu mhux qed jirreferi għall-avukati żgħar li għadhom isiru.", "Rigward l-avukati żgħar li għadhom isiru nista' ninformah li fl-aħħar call applikaw mill-inqas 15.", "L-avukati li għandhom il- prattika twila u għamlu isem niġu bżonnhom, imma fir-realta' s-salarju mogħti lill-Gvern lill-impjegati tiegħu mhuwiex biżżejjed biex jattira nies ta' esperjenza li jidħlu mal-Gvern jekk ikunu diġa' avvjati fil- professjoni.", "Ma jistax ikun hemm raġuni oħra ħlief din.", "Lill-avukati aħna m'għidnilhomx - kif kien sar fi żmienkom - li ma jistgħux jipprattikaw f'affarijiet trejdjunjonistiċi u diversi affarijiet oħra.", "L-avukati jaħdmu fejn iridu u fejn jixtiequ għax hemm spazju kbir għall-avukati fix- xogħol privat.", "Issemma l-bini l-ġdid għal uffiċċju ta' l-A.G..", "Nista' ngħid li saru l- pjanti u qed nistennew l-approval tal-PAPB.", "Sfortunatament minħabba l- burokrazija li tibqa' teżisti kollox għadu pendenti u nispera li din is- sena joħroġ il-permess ħalli jibda x-xogħol.", "Għall-bidu ta' dan il-proġett hemm ivvotati Lm200,000.", "L-Onor.", "Membru semma l-Kummissjoni ta' Reviżjoni.", "Jien naħseb li hawnhekk l-Onor.", "Membru kien qed jirreferi għall-Kummissjoni tar-Riforma tal-Liġijiet mhux għall-Kummissjoni tar-Reviżjoni tal-Liġijiet.", "Il- Kummissjoni tar-Reviżjoni tal-Liġijiet m'għandha għalfejn tikkonsulta lil ħadd għax kulma tagħmel huwa li taġġorna l-liġijiet kif jiġu emendati.", "L- Onor. Membru tfixkel bejn il-Kummissjoni ta' Reviżjoni u l-Kummissjoni ta' Riforma.", "Fil-fatt fil-Kummissjoni ta' Riforma sar ħafna xogħol.", "Jien nista' ngħidlu wkoll kemm hemm liġijiet li qed jistennew u dawn mhux kollha għamlithom il-Kummissjoni ta' Riforma.", "Fil-fatt din is-sena għamlu kapulavur u xogħol monumentali fl-emendi u fir-riformi għall-Kodiċi ta' Proċedura - riformi li ħarġu f'forma ta' White Paper - li ilu ma jiġi emendat b'mod komprensiv madwar 150 sena.", "Din hija biċċa xogħol monumentali u l-ad hoc committee li ħadem fuqha huwa wkoll ta' min jirrangrazzjah għax-xogħol siewi u kbir li għamel.", "Jien issa nispera li dawn l-emendi ikunu strument biex iwasslu għat-tnaqqis tad-dewmien għaliex dawn ir-riformi fil-Kodiċi ta' Proċedura għalhekk saru.", "Per eżempju, tlesta Abbozz ta' Liġi biex jiġu kreati qrati ta' arbitraġġ, li bħalissa qed jiġi rivedut mill-Attorney General biex naturalment ikun jista' jiġi approvat mill-Gvern u pubblikat.", "Hemm draft li qiegħed isir dwar il-kondominju biex jiġi inserit fil-Kodiċi Ċivili u hemm ukoll emendi għall-istitut tas-suċċessjoni.", "Hemm Abbozz ta' Liġi lest dwar il- fondazzjonijiet u hemm Abbozz ta' Liġi li għadu mhux lest li jemenda il- Liġi dwar il-Professjoni Notarili.", "Hemm il-Liġi tad-Domiċilju u Kodiċi u Liġi Amministrattiva li għadha fil-fażi ta' studju.", "Hemm liġi li tirregola t-telfien tal-bearer books, hemm Information Practices u Data Protection Bill li huwa lest u Interception of Commmunications Bill li huwa lest ukoll.", "Hemm l-emendi għal-Land Registry Bill - li l-Onor. ħabib tiegħi żgur jaf bih għax kellu okkażjoni jarah - li se taġġorna ħafna l- liġi preżenti b'mod li tista' tiffaċilita ix-xogħol.", "Dan kollu huwa xogħol li qed isir u sar f'sentejn.", "Qed isir l-istudju dwar il-konsolidazzjoni tal-Liġi Kummerċjali u r-reviżjoni komprensiva tal-Kodiċi Kummerċjali u Kodiċi Ċivili, din ta' l-aħħar istitut, istitut.", "Naħseb li dawn diġa' huma biżżejjed biex l-Onor.", "Membru ta' l-Opożizzjoni jirrealizza l-entita' u l- kobor ta' dawn ir-riformi li fil-fatt qegħdin isiru.", "L-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Land Registry Bill miexi 'l quddiem ħafna u fil-fatt dawn l- emendi għandhom jagħtu riżultat tajjeb.", "Hemm ukoll studju biex issir unifikazzjoni u konsolidazzjoni ta' diversi affarijiet komuni li hemm fir- Reġistru Pubbliku u il-Lands Registry li għandhom x'jaqsmu ma' l-ipoteki u trasferimenti ta' l-art u ta' l-immobbli, biex inneħħu kull duplication, u possibbilment nikkonsolidaw l-attivita' komuni ta' dawn iż-żewġ dipartimenti f'dipartiment wieħed.", "L-Onor.", "Membru tkellem ukoll dwar il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u qal biss li ma jaqbilx magħha.", "Fil-fatt din għamlet ħafna xogħol siewi u lestiet diversi rapporti li qegħdin fuq il-Mejda tal-Kamra u hemm xi rapporti oħra li wasluli, li malli jkun il-mument opportun, inpoġġuhom ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra kif għamilna qabel.", "L-Onor.", "Schembri Adami semma wkoll ir-Reġistru Pubbliku u jien ngħid li dan huwa wieħed mid-dipartimenti li jaħdem tajjeb ħafna, anzi huwa wieħed mid-dipartimenti li fil-materja ta' komputerizzazzjoni - u hawn irrid nirringrazzja pubblikament lill-MSU għax-xogħol kbir li għamlu hemm - diġa' bdew jirreġistraw l-imwiet u t-twelid fuq il-computer u fil-bidu ta' Jannar se jibdew joħorġu ċ-ċertifikati tat-twelid fuq il-computer u dawk ta' l-imwiet se jibdew joħorġu bl-istess mod fi Frar.", "Jiġifieri hawn dawn diġa' qegħdin on link ma' l-ISD, ma' Blata-l-Bajda biex meta jkun hemm il- linkage totali d-diversi dipartimenti tal-Gvern jkunu jistgħu fuq għafsa ta' buttuna iġibu l-informazzjoni kollha li għandhom bżonn mingħajr ma jkun hemm għalfejn jinħareġ ċertifikat, għalkemm ikunu wkoll jistgħu jitolbu li jingħataw ċertifikat bl-istess mod.", "Il-kelliemi ta' l-Oppożizzjoni semma wkoll in-Nutar tal-Gvern.", "Dan id- dipartiment ukoll miexi tajjeb kif kappeġġjat min-Nutar Pellegrini.", "Fil- fatt għamel ħafna xogħol ta' upgrading u anke l-micro filming ta' dokumenti qiegħed fi stat avvanzat.", "Imma mhux hekk biss, illum hemm vot, li jidher fl-Estimi, sabiex nikkonvertu l-cameras tal-micro filming għal digitised imaging fejn allura tidħol fil-computer u b'dan il-mod inħaffu ħafna iktar ix-xogħol permezz ta' scanners u nkunu nistgħu nagħmlu prodott aħjar.", "Imbagħad fl-aħħar, l-Onor.", "Schembri Adami daħal f'għalqa li aħjar ħalliha għal ħaddieħor.", "Huwa qal ħafna affarijiet fl-arja u jekk tipprova tagħsar dak li qal ma ssib xejn.", "Qal li ma sar xejn minn dan il-Gvern dwar id-dewmien fil-Qrati.", "Għadu kif qed jara xogħol ta' sena u nofs li għamlet il-Kummissjoni dwar ir-Riforma tal-Liġijiet biex espressament tipprova possibilment tnaqqas id-dewmien billi kkreat strutturi u għamlet emendi għal-liġijiet biex issimplifikaw il-mod kif isiru l-proċeduri, u jgħidilna li m'għamilna xejn!", "Is-sena l-oħra qalilna li rridu nagħmlu studju komprensiv, meta dan l-istudju komprensiv kien ilu sejjer minn Ġunju tas-sena l-oħra Issa għaliex dan l-istudju sar, qed jgħidilna li m'għamilniex biżżejjed.", "Fil-fatt issa ħa ngħaddi fuq il-Qrati u nsemmi ħafna affarijiet li saru hemm, u x'miżuri diġa' ħadna biex inwettqu r- riforma .", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ma rridx interruzzjonijiet.", "Nitlob lill-Onor.", "Membru biex ma jinterrompix għaliex lilu ħadd ma nterrompih.", "ONOR.", "JOE FENECH: Fil-materja tal-Qrati mxejna bl-iktar mod serju u tajna d-direzzjoni li trid tieħu r-riforma li diġa' bdejna nwettqu.", "Infatti qed nipprovaw nwettqu din ir-riforma fuq tliet skali.", "L-ewwel waħda hija riforma infrastrutturali li tikkonsisti milli nagħmlu użu aħjar mill- ispazju eżistenti li hemm fil-Qrati.", "Diġa' għamilna tliet swali ġodda, waħda minnhom, li diġa' qed tintuża, kienet parti mill-kmamar ta' l-avukati u ż-żewġ kmamar l-oħra fejn kien hemm ir-Reġistru se jibdew jintużaw mill- maġistrati.", "Ta' min jgħid li ġejna mwiegħda mill-Public Works li l-mobbli se jkunu lesti sa l-aħħar ta' Jannar u b'hekk dawn il-kmamar ikunu jistgħu jibdew jiġu wżati minn Frar.", "Id-deputati reġistraturi ġew miġbura f'kamra waħda kbira fejn qabel kien hemm l-Accounts Section - li issa mar fl-annex - ħalli jkunu iktar aċċessibbli għall-pubbliku, ikunu jistgħu jaqdu aħjar lill-pubbliku u jkun hemm iktar kontroll tax-xogħol li jkun qed isir.", "U din hija miżura amministrattiva li qed tgħin għal iktar effiċjenza.", "Għandna librerija attrezzata ħafna - u hawn irrid nagħti prosit lill-ħabib tiegħi l-Onor.", "De Marco għaliex fil-fatt kien hu li bdiha - u qegħda f'espansjoni kostanti b'donazzjonijiet ta' kotba.", "Għamilna maintenance unit li tagħmel xogħol ta' manutenzjoni regolari fil-qrati biex ikollhom dehra iktar aħjar u ġie mqabbad il-Perit Joe Tonna biex jagħmel survey u valwazzjoni tal-bżonnijiet tal-qrati mil-lat ta' spazju u jagħmel pjan biex inkunu nistgħu nissodisfaw l-esiġenzi tal-qrati għal 25 sena li ġejjin.", "Hemm ippjanat ukoll - u nispera li ma jdumx ma jsir - li jibda jsir kontroll fl-entratura tal-Qorti, kemm għall-finijiet ta' sigurta' tal-Qrati kif ukoll biex nassiguraw li min jidħol, la jidħol bi fliexken u lanqas biex jagħmel picnic fit-taraġ u mill-kuriduri tal-Qorti biex tinżamm id- diċenza ta' l-ambjent fl-istitut tal-Qorti.", "Irridu nsibu wkoll spazju għall-imħallfin, għall-maġistrati u għall-ġudikanti fejn jistgħu jaħdmu fil- Qorti.", "Meta nbniet il-Qorti, is-Sigrieta ta' l-imħallef kienet konċepita b'ideat sfortunatament antiki fejn l-imħallef kien jużaha waħdu - forsi kultant kien ikollu lir-Registratur miegħu, - u biex jilbes it-toga biex joħroġ fuq it-tribuna.", "Illum f'din il-kamra ta' għaxar piedi b'għaxar piedi hemm erba' jew ħamsa min-nies li ma jistgħux jaħdmu f'ambjent tajjeb u bil-mod trankwill li hemm bżonn jaħdmu fih partikolarment meta jkunu qed jiddeċiedu xi kawża.", "Ir-Reġistru li qiegħed fl-annexe qegħdin nikkontemplaw li nniżluh minflok l-GĦassa tal-Pulizija u bħalissa qegħdin f'riċerka biex nipprovaw insibu post alternattiv għall-GĦassa tal-Pulizija li jissodisfa lill-Pulizija biex ir-Reġistru jkun jista' jinżel isfel u jkun hemm spazju biżżejjed kemm għar-Reġistru tal-Qorti t'Isfel u kif ukoll għar-Reġistru tal-Qorti ta' Fuq f'ambjent ħafna aħjar u komdu.", "Qed isir studju wkoll dwar użu aktar razzjonali ta' l-awli tal-Qorti li jintużaw biss tliet sigħat jew erba' sigħat forsi tliet darbiet fil-ġimgħa u allura wieħed qed jistudja kif jista' jagħmel użu aħjar minn dawn l-awli.", "Barra minn dan ittieħdu wkoll miżuri amministrattivi li diġa' bdew jagħtu riżultat tajjeb u daħħalna sistema ta' kontroll waqt li jkun jsir l-eżami tal-proċessi mill-partijiet fuq reġistru biex nassiguraw li ma jintilfux proċessi u dokumenti.", "L-Onor. ħabib tiegħi din m'għoġbitux u għadda kumment sardoniku u sarkastiku pero' rriżulta li f'din l-aħħar sena ma ntilef l-ebda dokument.", "Barra minn hekk it-telfien ta' proċessi u dokumenti naqas għal xi għaxra jew 12, meta s-sena l-oħra kien hemm 120 li ntilfu qabel ma ttieħdet din il-miżura.", "Jekk jonqos xi ħaġa, b'din irrendejna l-iskrivani accountable biex jissorveljaw il-proċess meta jkun qiegħed fl-idejn.", "Għamilna wkoll li d-Deputati Reġistraturi jridu jagħmlu returns fil- ġimgħa tal-proċessi kollha li huma jkunu għaddew taħt idejhom waqt li kienu qed jattendu għall-kawżi.", "B'hekk inżommu updating regolari u jkun qed jiġi eżaminat li l-proċess u d-dokumenti ma jkunux neqsin għax ikunu qed jiġu impaġnati u enumerati b'mod regolari.", "Din il-proċedura qed tinżamm u tintbagħat f'din ir-return regolarment darba fil-ġimgħa biex jekk ikun hemm xi ħaġa nieqsa wieħed jittendi biha malajr.", "Qed niġbru weekly returns mill-marixxalli u mill-purtiera biex nassiguraw li n-notifiki jsiru fil-ħin u nassiguraw ukoll xi tkun ir-raġuni jekk ma jkunux saru.", "Jien ma rridx li d-dokumenti jibqgħu miżmumin għand il-marixxall jew għand il-purtier bl-iskuża li dan ma jkunx sab lil min ried jiġi notifikat u ikollu jerġa' jmur.", "Għalhekk qed ikun hemm rendikont regolari ta' l- atti li jkunu nnotifikaw il-ħin li marru bihom kif wkoll meta kellhom riferta negattiva.", "Bi ftehim mal-Posta ġiet żviluppata sistema ġdida biex ikollna informazzjoni mmedjata ħalli ma noqogħdux nistennew xi 15-il ġurnata jew xi tliet ġimgħat biex ikun hemm informazzjoni dwar atti li ma jkunux ġew notifikati bil-posta jekk din ma tkunx waslet.", "Bdilna l- kwalita' tal-cards \"for easy identification\" għax mill-kulur tal-posta malajr jindunaw bihom li huma tal-Qorti.", "Dawn jiġu referiti immedjatament il-Qorti, u b'hekk wara ġurnata jew jumejn wieħed ikun jaf jekk l-att ġiex notifikat jew le.", "Għamilna wkoll \"on-going courses\" ta' taħriġ biex nassiguraw aktar professjonalita' mill-impjegati kollha, ibda mill- messaġġier u spiċċa fid-Deputat Reġistratur.", "Dan qed isir biex nassiguraw aktar effiċjenza.", "Lid-Deputati Reġistraturi tajnihom \"allowance\" speċjali ħalli nipprovaw nattiraw l-aħjar elementi li hemm fiċ-Ċivil biex jiġu jaħdmu l-Qorti.", "L-Onor.", "Attard Montalto semma li kien hemm xi Deputat Reġistratur li ma sarx.", "Kien hemm xi deputat reġistratur ma sarx ċioe' wieħed mill-impjegati li kien jagħmilha ta' deputat reġistratur ma kkwalifikax biex jieħu din l-\"allowance\".", "Fil-fatt kien hemm tlieta mhux wieħed u t-tlieta ma kkwalifikawx għar-raġuni sempliċi li l-call for applications ħarġet bil-kondizzjoni li trid tattendi kors u tgħaddi mill- eżami; u dawn ma attendewx għal dan il-kors.", "Din kienet l-unika raġuni li għaliha dawn ma sarux mhux għaliex ma humiex effiċjenti; jistgħu jkunu effiċjenti u nistgħu forsi nsibu mod jew sistema oħra kif dawn jistgħu jikkwalifikaw u jiġu upgraded.", "Imma s-serjeta' tirrikjedi li jekk toħroġ call for applications b'dak il-mod, wieħed irid jara li fil-fatt dawn jiġu ottemporati.", "Semma wkoll li kien hemm xi messaġġiera li ma sarux kif ukoll li kien hemm persuna li applikat għal assistent reġistratur u ma saritx.", "Dan ta' l- aħħar fil-fatt talab hu li jiġi borded out għaliex forsi, is-suppervja iddettatlu hekk, imma dwar dan kien hemm bord kompost minn tlieta minn nies fosthom bħala chairman l-Imħallef Said Pullicino li tajjeb u ħażin - u naħseb ma għandix raġuni għaliex niddubita minnhom - dawn deherilhom li dan ma jikkwalifikax għal dak il-grad.", "Ma jfissirx li dan ma jafx l- affarijiet mil-lat prattiku, imma jista' jkun li mhux manager tajjeb jew jista' jkun nieqes fl-amministrazzjoni u għalkemm jaf il-liġi mhux tajjeb għall-post ta' assistent reġistratur.", "L-istess dwar il-messaġġiera li semma.", "Dawk li ma sarux, applikaw 55 u saru xi 15, għaliex ma għaddewx la mill-eżami, partikolarment tal-kitba, u lanqas mill-interview orali.", "Jekk ma jgħaddux tfisser li għandna nagħmluhom?", "Jew isiru l-affarijiet kif għandhom isiru jew ma tagħmel xejn għaliex is-serjeta' hekk tiddetta.", "Dawn fil-fatt saru kif kellhom isiru, ma kkwalifikawx u konsegwentement ma sarux.", "Ingħataw notebook computers lill-Imħallfin u lill-Maġistrati kollha biex ikunu jistgħu jaħdmu b'iktar faċilita' d-dar u jkun jista' jiġi reġistrat anke x-xogħol għall-użu tagħhom u b'hekk is-sentenzi jiġu printed mill- Qorti malli dawn jagħuhom id-disk .", "Dwar il-mandati ngħid li dawn qed jiġu esegwiti immedjatament malli jidħlu, m'hemm xejn lura.", "Rigward typing ta' sentenzi wkoll m'hemm xejn lura, anzi biex inkun korrett ngħid li hemm ftit sentenzi li mhumiex ittajpjati li huma jew fuq kontumaċi jew ammissjonijiet, imma s-sentenzi importanti kollha huma ittajpjati u huma ttajpjati up to date.", "It-taxxi wkoll huma aġġornati,.", "Mela jekk aħna qegħdin ngħidu li bil-miżuri amministrattivi li ttieħdu, l-amministrazzjoni qegħda taħdem ħafna aħjar għalkemm għad hemm ħafna nuqqasijiet, biex ma ma jkunx hawn min jaħseb li qed ngħid li jien sodisfatt li kollox miexi mingħajr diffetti.", "THE CHAIRMAN: Point of order, l-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien ma niddubitax mill-informazzjoni li qed tagħti int, pero' nista' nassigurak li dak li qed tgħid mhux talli mhuwiex preċiż, imma huwa skorrett għall-aħħar.", "Il-Ministru huwa kompletament miżinformat.", "THE CHAIRMAN: Point taken, għalkemm ma kienx point of order.", "L-Onor.", "Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien lest li nistieden lill-Onor.", "Attard Montalto biex flimkien immorru naraw fejn qiegħed dak li qed ngħid, li fi kliem l-Onor.", "Attard Montalto huwa skorrett u nieħu gost li quddiemu stess ngħid lil min tani l-informazzjoni dwar dan li tani informazzjoni ħażina u jekk hemm bżonn jittieħdu l-passi neċessarji.", "(Interruzzjonijiet) THE CHAIRMAN: Ma rridx cross-debates.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien nieħu gost li jekk hemm xi ħaġa ħażina insir naf biha għax jekk insib xi ħaġa skorretta nistabbilixxi li mhux qed niġi sewwa u nara għaliex.", "Fil-fatt qed jitkellem b'mod ġenerali u ma semma l- ebda każ partikolari fejn dak li semmejt jien mhuwiex korrett.", "Illum jekk ma ssirx subbasta jiġu informati l- partijiet konċernati u tingħatalhom ir- raġuni jew x'nuqqas kien hemm biex ma saritx.", "Per eżempju, ġieli jkun hemm nuqqas ta' notifika tal-primo jew secondo ricorso jew ikun hemm xi nuqqas fl-informazzjoni ta' l-istima tal-perit u l-partijiet jiġu informati biex ma jibqgħux bil-proċeduri weqfin għaliex ikun hemm nuqqas ta' interess mill-avukat jew minn waħda mill-partijiet.", "Jidhirli li dan huwa progress kbir li sar fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Il-kompjuterizzazzjoni mxiet ukoll ħafna 'il quddiem u suppost li sa l-aħħar ta' l-1995 is-sistema tkun kompjuterizzata kollha u tkun tista' tibda taħdem sħiħa.", "Fil-fatt diġa' hemm ħafna affarijiet li huma stored fil-computer bħalma huma affarijiet dwar liġijiet, dwar ġurisprudenza u dwar l-atti li qed jidħlu fil-Qorti, u 'l quddiem għandna l-intenzjoni li l-avukat ikollu modem fl- uffiċċju tiegħu biex jkun jista' anke jippreżenta att permezz tal- computer.", "Naturalment hemm diffikultajiet amministrattivi u tekniċi li jridu jiġu megħluba imma una volta dawn jiġu solvuti, din il-link tkun tista' tibda tiffunzjona.", "Saret ukoll riforma strutturali; għidna fejn se jiġi stabbilit \"small claims tribunal\", żdiedet il-kompetenza tal-maġistrati għal kawżi ċivili sal massimu ta' Lm1,000, u se jsir tribunal ta' arbitraġġ, permezz ta' liġi apposta, li se jservi wkoll biex jitnaqqas ċertu xogħol mill-qrati ordinarji.", "Se ssir ukoll il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja li għamel referenza għaliha l-ħabib tiegħi.", "Fil-fatt s'issa qbilna ma' l-Oppożizzjoni dwar is-sustanza tal-proposti li qed nagħmlu, li ma qbilniex huwa dwar jekk dawn l-emendi għandhomx jiġu entrenched.", "Aħna jidhrilna li għandhom jiġu entrenched fil-Kostituzzjoni għax inkella jista' jkun li din timpinġi fuq l-indipendenza tal-qrati, mhux minħabba l- artiklu tal-Kostituzzjoni li semma l-ħabib tiegħi dwar kif jitneħħew jew ma jitneħħewx l-imħallfin, imma għax lill-imħallef jew il-ġudikant tista' tnaqqaslu l-indipendenza b'diversi forom ta' favuri u pressjoni.", "Allura jekk it-twaqqif ta' din il-kummissjoni ma jkunx entrenched tista' sservi biex tnaqqas l-indipendenza tal-ġudikanti.", "Fil-fatt saret emenda minn avukat rinomat - u ġiet approvata anke mill-Avukat Ġenerali - li ġiet mgħoddija lill-Oppożizzjoni biex tagħti l-veduti tagħha dwarha imma naħseb li din l-emenda tersaq viċin ħafna għal dak li tixtieq in-naħa l-oħra filwaqt li tissalvagwarda l-indipendenza tal-Qrati.", "Pero' żgur li huwa importanti li ssir din il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u ssir malajr għax ma jistax jibqa' jkollna din is-sitwazzjoni, fejn la għandna accountability u lanqas ebda forma ta' dixxiplina, li fl-istess ħin tassigura l-indipendenza tal-Ġudikatura.", "Saret ukoll proposta għal riforma radikali fil-Kodiċi ta' Proċedura - m'inix se nidħol fil-fond dwar dan għax ikollna ċans niddibattuha fil-Parlament - li dwarha s'issa għadna ma rċevejna l-ebda kumment avvers għalkemm kien hemm xahar żmien għal min irid jgħaddi l-kummenti tiegħu.", "Il-kummenti li rċevejna kienu kollha favorevoli.", "Biex il-Liġi tal-Proċedura tiffunzjona u taħdem tajjeb, din naturalment trid il-koperazzjoni ta' kull min huwa involut fl- amministrazzjoni tal-ġustizzja imma prinċipalment trid l-impenn sħiħ ta' l- imħallfin, il-maġistrati u l-ġudikanti li jaċċettaw il-bidla li trid isir biex din jimplimentawha b'awtorita' u jassiguraw li tkun suċċess.", "L- imħallfin li huma l-protetturi tal-liġi huma mistennija li biex jipproteġu l-liġi josservawha fl-ispirtu u fl-ittra tagħha u jimplimentaw dak kollu li l-liġi tgħid biex b'hekk jassiguraw li jkun hemm aktar effiċjenza u aktar speditezza - kif trid il-liġi - u li għalhekk qed isiru d-diversi emendi.", "Hija ħaġa ta' l-għaġeb - u b'kumbinazzjoni rajt proċess f'dawn il-ġranet - li xi ħadd għamel kawża tmien snin ilu għal żgrumbrament minn post għax għalaq iċ-ċens u min qed jidher għal konvenut ibbaża l-eċċezzjoni fuq in- nullita' taċ-ċitazzjoni u wara li tilifha mill-Appell, il-kawża reġgħet ġiet rinvjata quddiem il-Qorti u issa reġa' ta l-eċċezzjoni li din il-Qorti mhix kompetenti, mingħajr eċċezzjoni fil-mertu.", "Dan ifisser li l-Qorti ħalliet lil parti jisserva biha u jtawwal l-proċedura biex ma ssirx ġustizzja u jekk jitlef il-kawża ikun gawda l-post illeċitament għal għaxar snin.", "Aħna nistgħu nħallu din is-sistema topera fejn il-liġi qed iservi unikament biex jitwalu l-kawżi għal xejn, flok li kawża tinqata' kif għandha tinqata' fis-sustanza?", "GĦalhekk qed isiru d-diversi emendi li hemm fil-proċedura u għalhekk għamilna li l-appelli mid-digrieti ma jsirux ħlief fl-aħħar mis-sentenza u mas-sentenza biex nevitaw dawn il-ħafna abbużi li jsiru għal dewmien u telf ta' żmien biex il-kawża ma tinqata' qatt jew iddum ma tinqata' u sadanittant wieħed ikun qed igawdi lleċitament dak li jkollu f'idejh għal ħafna żmien.", "Biex nassiguraw li dawn jaħdmu tajjeb, irridu amministrazzjoni dejjem aktar effiċjenti u amministrazzjoni li jkollha s-support staff għall-imħallfin.", "Ma nafx għalfejn l-Onor.", "Montalto semma din għax fil-fatt kieku qara d-diversi emendi li hemm fil- Liġi tal-Proċedura kien jirrealizza li bdilna l-konċett ta' l-assistent ġudizzjarju kif inhu llum bil-liġi li kienet saret fi żmienhom, fejn huwa sempliċement perit legali biex jisma x-xhieda, għal assistent ġudizzjarju fis-sens li jkun assistent ta' l-imħallef fil-veru sens tal-kelma, bħalma hu fil-konċett Amerikan, fejn dan ikun qiegħed hemm biex jagħmel ir-riċerki ta' l-imħallef - u jservi ta' dialogu għall-imħallef - u jgħinu ħalli b'hekk l-Imħallef ikollu sounding-board u meta jiġi biex jagħti sentenza, ma jkunx waħdu mal-kuxjenza u mal-Missier Etern, imma għallinqas ikollu wkoll interposta persona li magħha jista' jiddiskuti.", "Għax għalkemm finalment hu jrid jiddeċiedi, huwa tajjeb li jkollu rifless ta' xi ħaddieħor li jkun parti mill-judicial unit kif komtemplat.", "Din l-emenda diġa' qegħda fil-proposti li għandna għal emendi fil-Liġi ta' Proċedura u kieku l-Onor.", "Membru raha, kien jirrealizza li diġa' daħħalnieha.", "Aħna mhux qed ngħidu li jkun hemm student tal-liġi li jkun se jispiċċa u allura jinbidel wara sentejn, imma jkun hemm judicial unit funzjonanti bħala unit, fejn allura jkollok bniedem li jkun espert fil-qasam legali u għada pitgħada, jekk ikun jipprometti biżżejjed, ikun jista' jsir anke ġudikant.", "Illum il-ġurisprudenza qed tiġi pubblikata regolarment.", "Fil-fatt għandna kuntratt ma' l-Legal Publishing Limited li qed toħroġ ktieb tal- ġurisprudenza kull xahrejn, ħaġa li kienet ilha ma ssir snin twal - mill- aħħar tas-snin sittin - u li ħadd ma ta kasha u fl-istess ħin konna nippretendu li l-avukati u l-ġudikanti b'xi mod ikunu aġġornati dwar kif ikunu qed jiġu deċiżi l-kawżi.", "Dan ma kienx possibbli għax ma kellhomx aċċess għall-ġurisprudenza peress li s-sentenzi ma kenux jiġu pubblikati.", "Nerġa' ngħid li issa dan qiegħed isir.", "Irridu wkoll intejbu l-kondizzjonijiet tal-ġudikanti biex nattiraw l- aħjar elementi għal ġudikatura.", "Jien għadni s'issa noħlom illi jista' jsir xi charter of justice, kif għandhom fi Franza u nissuġġerixxu li jsir kemm jista' malajr biex dan it-tielet poter ta' l-Istat, li l-ġudikatura, u l- parti legali governattiva konnessa magħha, jiġifieri l-AG, ikunu kompletament maqtugħa miċ-Ċivil.", "B'hekk allura tkun tista' tikkonsidra lill-impjegati f'dan il-qasam b'mod differenti għax ihuma kategorija għal kollox differenti.", "Dawn in-nies la jista' jkollhom xogħol part-time jew xogħol ieħor privat u lanqas jistgħu jagħmlu affarijiet oħrajn bħalma jagħmel kwalunkwe impjegat u uffiċjal ieħor taċ-Ċivil.", "Dawn irid ikollhom dan ix-xogħol biss u ma jagħmlu xejn iktar.", "Karigi li minn natura tagħhom jesiġu sagrifiċċji kbar u dedikazzjoni biex wieħed ma jgħidx kważi emarġinazzjoni soċjali biex jassiguraw ukoll l-apparenza tal-ġustizzja.", "Sabiex tattira l-aħjar element - mhux biss f'dik li hija kapaċita' u erudizjoni, imma anke integrita' - bħala ġudikanti, dawn in-nies iridu jiġu klassifikati u konsidrati b'mod partikolari.", "Rigward in-numru ta' kawżi li qed jinqatgħu nistgħu ngħidu li dan għadu piu o meno l-istess kif kien is-sena l-oħra u ftit kien hemm kambjament, għalkemm hemm xi apprezzament żgħir li lanqas hu \"vale la pena\" li wieħed jidħol fih fil-ftit ħin li fadal.", "Ix-xogħol żdied ħafna u rrid nikkumplimenta lill-ġudikanti u lill-amministrazzjoni li rnexxielhom ilaħħqu max-xogħol b'mod tajjeb, minkejja li, kif għidt, ix-xogħol żdied b'mod konsiderevoli.", "Kien interessanti wkoll illi fil-\"fora\" internazzjonali fejn ipparteċipajna, għamilna suġġerimenti siewja u li qanqlu interess, dwar il- possibilita' ta' estensjoni tal-protezzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għal diversi stati oħra, cioe' biex jiġi assigurat fuq bażi ta' reċiproċita' illi kull ċittadin ta' l-istati firmatarji jiġifieri ta' dawk il-pajjiżi li llum jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea, ikollu l-protezzjoni mhux biss fil-pajjiżi firmatarji imma wkoll f'pajjiżi li mhumiex firmatarji tal- Konvenzjoni Ewropea.", "Wieħed mill-aktar punti importanti tal-Konvenzjoni Ewropea hu illi din tagħti protezzjoni mhux biss liċ-ċittadini ta' l-Ewropa imma lil kull min jinstab f'territorju ta' l-istati Ewropej firmatarji imma anke jekk ma jkunx ċittadin ta' dawk l-istati.", "Allura fuq l-istess bażi ta' reċiproċita' għamilna dan is-suġġeriment li ntlaqa' tajjeb ħafna u li qiegħed jiġi kkonsidrat biex jiġi stabbilit kampjun ta trattat bilaterali komuni li jiġi formulat mill-Kunsill tal-Ministri.", "Imbagħad naturalment kull pajjiż ikun jista' jittratta fuq bażi bilaterali ma' pajjiżi oħra biex il-protezzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tiġi estiża għaċ- ċittadini tiegħu anke meta dawn ikunu f'dawk il-pajjiżi.", "THE CHAIRMAN: Ikkonkludi, Onorevoli.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-aħħar ħaġa li rrid insemmi hija l-legal aid li għamilna diversi emendi għaliha li kollha jinsabu fl-Abbozz tal-Liġi ta' Proċedura.", "Il-legal aid estendejnieha b'mod qawwi biex ħafna aktar nies ikollhom aċċess għaliha.", "Se jkun hemm a permanent panel kif ukoll uffiċċju imsaħħaħ ta' l-avukat ta' l-għajnuna legali b'nies permanenti u jkun jista' jagħmel xogħol anke estra-ġudizzjarju għal dawk li jkollhom bżonn l- għajnuna legali.", "Nikkonkludi billi ngħid li pajjiżna ta' għada jiddependi mill-mod kif aħna nibnu pajjiżna llum.", "L-istess japplika għall-qrati.", "Il-qrati ta' għada jkunu biss rifless ta' kif nibnu l-Qrati llum.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent li meta jitkellem fuq din l-istituzzjoni tant importanti għad-demokrazija ta' kull pajjiż, wieħed għandu jitkellem b'mod oġġettiv u bi prudenza kbira mingħajr sensazzjonaliżmu u b'mod li jassigura li ma jipperturbax u ma jiddisturbax l-atmosfera ta paċi li kull qorti tirrikjedi jekk trid taħdem kif għandha taħdem.", "Il-ġudikanti bħala \"leaders\" fis-soċjeta' jridu jkunu mhux biss ta' eżempju imma ta' ispirazzjoni għal kulħadd biex ikollhom il-fiduċja u rispett tant essenzjali għal din l-istituzzjoni.", "Dawn iridu jkunu ta' eżempju u ta' ispirazzjoni fil-mod kif jgħixu u kif jaqdu d-doveri tagħhom kemm fil- ħajja pubblika u kemm fil-ħajja privata.", "Dawn li qegħdin kostantament taħt lenti qawwija tal-pubbliku jirrikjedu li jekk huma jridu li jkollhom il- fiduċja u r-rispett tal-pubbliku, iridu juru bl-iktar mod trasparenti li huma jimmeritaw dik il-fiduċja u rispett.", "Jien nispera li s-sena 1994 tkun is-sena ta' riforma li twassal għal aktar effiċjenza fil-futur u speditezza fil-qasam tal-ġustizzja u tagħti lura lill-qrati dik il-qima, stima, rispett, fiduċja u dinjita' li jixirqilhom.", "THE CHAIRMAN: Skada il-ħin fil-Kumitat ta' Provvista.", "Nitlob lill- istazzjonijiet tar-radju jieqfu jxandru din is-seduta.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 40 mressqa mill-Onor.", "Censu Moran.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU : Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 135 tad-29 ta' Novembru, 1993, din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma fid-9.36 p.m.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 40 mressqa mill-Onor.", "Vincent Moran.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Division.", "Ninforma lill-Kamra li l-Onor.", "John Dalli u l- Onor. Carm Lino Spiteri huma paired ma' l-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Lino Spiteri.", "VOTAZZJONI NRU.", "79", "FAVUR: 29", "L-Onor.", "Abela Wistin Attard Montalto John Bartolo Evarist Borg Carmel Brincat Joseph Buhagiar Charles Buhagiar Louis Calleja Reno Cilia Joe Debono Grech Joe Farrugia Michael Farrugia Noel Gatt George Grech Edwin S Mangion Charles Micallef Freddie Mifsud Bonnici Karmenu Mintoff Dom Mizzi Joe Moran Vincent C. Muscat Philip Nicholl Tony Portelli Alfred Refalo Anton Sant Alfred Sant Salvu Schembri Adami Sandro Vella George Vella Karmenu", "KONTRA : 32", "L-Onor.", "Bonello du Puis George Bonnici Josef Bonnici Michael Borg Tonio Cassar Joe Cuschieri Louis Debono Giovanna Deguara Louis De Marco Guido Falzon Michael Fenech Adami Eddie Fenech Joe Frendo Michael Galea Ċensu Galea Louis Galea Mario Gatt Lawrence Gauci Borda Lino Hyzler George Mifsud Bonnici Antoine Mifsud Bonnici Ugo Muscat Claude Muscat Richard Psaila Savona Joseph Refalo Louis Refalo Michael Angelo Rizzo Naudi John Tabone Anton Vella John Zammit Ninu Zammit Stanley Zammit Dimech Francis", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti tal-Ministeru għas- Sigurta' Soċjali.", "VOT 40 - MINISTERU GĦAS-SIGURTA' SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm37,159,000 li titħallas mill-fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Ministeru għas-Sigurta' Soċjali kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' nefqa għas- sena 1994.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 40 għaddiet.", "THE CHIARMAN:", "VOT 42 - DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm373,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Djar kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 42 għaddiet.", "THE CHAIRMAN:", "VOT X - MINISTERU GĦAS-SIGURTA' SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,480,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għas-Sigurta' Soċjali kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1994.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot X għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda mressqa mill-Onor.", "Attard Montalto għall-Vot 42.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Poċedura Nru. 135 tad-29 ta' Novembru, din id-division tittieħed issa stess.", "Għal darba oħra ninforma lill-Kumitat li l-Viċi Prim Ministru u l- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Tonio Borg u l-Onor.", "Louis Refalo huma paired ma' l-Onor.", "Carmel Borg, l-Onor.", "Joe Cilia u ma' l-Onor.", "Karmenu Vella.", "VOTAZZJONI NRU.", "80", "FAVUR: 29", "L-Onor.", "Abela Wistin Attard Montalto John Bartolo Evarist Borg Carmel Brincat Joe Buhagiar Charles Buhagiari Louis Calleja Reno Cilia Joe Debono Grech Joe Farrugia Michale Farrugia Noel Gatt George Grech Edwin S. Mangion Charles Micallef Alfred Mifsud Bonnici Kamenu Mintoff Bonnici Karmenu Mintoff Dom Mizzi Joe Moran Vincent C. Muscat Philip Nicholl Tony Portelli Alfred Refalo Anton Sant Alfred Sant Salvu Schembri Adami Sandro Vella George Vella Karmenu", "KONTRA: 32", "L-Onor.", "Bonello Du Puis George Boniici Josef Bonnici Michael Borg Tonio Cassar Joe Cuschieri Louis Debono Giovanna Deguara Louiis Demarco Guido Falzon Michael Fenech Adami Eddie Fenech Joe Frendo Michael Galea Censuħ Galea Louiis Galea Mario Gatt Lawrence Gauci Borda Lino Hyzler George Mifsud Bonnici Antoine Mifsud Bonnici Ugo Muscat Claude Muscat Richard Psaila Savona Joe Refalo Louis Refalo Michael Rizzo Naudi John Tabone Abton Vella John Zammit Ninu Zammit Stanley Zammit Dimech Francis", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti tal-Ministeru għall- Ġustizzja.", "VOT 43 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm306,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 43 - Ministeru tal-Ġustizzja kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' nefqa għas-sena 1994.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 43 għaddiet.", "THE CHAIRMAN:", "VOT 44 - LEGALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,076,899 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikat taħt il-Vot 44 - Legali kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' nefqa għas-sena 1994.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 44 għaddiet.", "THE CHAIRMAN:", "VOT 45 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,361,737 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 45 - Ġudizzjarju kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 45 għaddiet.", "THE CHAIRMAN:", "VOT 46 - REĠISTRU TA' L-ART", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm211,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 46 - Reġistru ta' l-Art kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1994.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 46 għaddiet.", "THE CHAIRMAN:", "VOT XI- MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm385,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru tal-Ġustizzja kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' nefqa għas-sena 1994.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot XI għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 40, 42 u X taħt il-Ministeru għas-Sigurta' Soċjali u l-Voti 43, 44, 45, 46 u XI taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 1993 fis-6.00 p.m. b'din l-Aġenda:", "Kumitat ta' Porvvista - Estimi Ġenerali 1994", "Id-Disa' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura", "u", "Voti tal-Ministeru għat-Traseport u Kommunikazzjoni.", "Il-Viċi Prim Ministru ta' l-Affarijiet Barranin informa lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 198 tat-23 ta' Novembru 1993, din is- seduta kellha tixxandar bir-radju.", "Fid-9.44 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 135 tad-29 ta' Novembru 1993.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKODA FAVORIT LX - PREZZ", "14496.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Għaliex aġenti tal-karozzi kien qed iżommu Lm49 aktar milli suppost meta xerrejja ħallsu Lm2829 cash bħala show room price ta' Skoda Favorit LX meta suppost li dan il-prezz kien ta Lm2780?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DROGA - PROGRAMM TA' PREVENZJONI", "14497.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Skond il-Masterplan dwar il-Programm ta' Prevenzjoni mid-Droga mogħtija mal-mistoqsija parlamentari numru 10575 jingħad u dan preċiżament f'Paġna 10 li għandha titwaqqaf klinika b'faċilitajiet neċessarji fil-Ħabs Ċivili.", "Dan il-proġett ġie abbandunat għal kollox?", "Kien inbeda xi xogħol fuq waħda mid-diviżjonijiet biex issir din il- klimika u mbagħad waqaf?", "Għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-faċilita' imsemmija qed nieħdu ħsiebha fil-kwadru tar-Riforma tal-Ħabs.", "ĦABS ĊIVILI - AMNESTIJA", "14498.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm-il talba saret biex il-President tar-Repubblika juża il-prerogattiva tiegħu ta' ħniena biex jinħelsu priġunieri mill-ħabs minn Ottubru, 1992 għal xi raġuni jew oħra?", "Kemm ġew milqugħa?", "X'raġuni ngħatat f'kull petizzjoni?", "Għaliex kien hemm petizzjonijiet li jew rifjutati?", "ONOR.", "JOE FENECH: Mill-1 ta' Ottubru, 1992 'l hawn kien hemm 29 talba biex il-President ta' Malta juża l-prerogattiva tiegħu ta' ħniena biex jinħelsu priġunieri mill-ħabs.", "24 minnhom ġew miċħuda, erbgħa għadhom qed jiġu kkonsidrati u waħda ġiet milqugħa għall-raġunijiet kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11995.", "Ir-raġunijiet li jingħataw f'kull petizzjoni jkunu varji.", "Ir-raġunijiet fejn il-petizzjoni ma ġietx milqugħa kienu li ma kenux jiġġustifikaw li tingħata maħfra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "14499.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu l-Ministeru tiegħu jieħu ħsieb li r- residenti li joqogħdu ix-Xemxija f'San Pawl il-Baħar ma jbatux aktar minn irwejjaħ ta' drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jassigura li fis-sajf li ġej din il-bajja ferm frekwentata minn nies, tkun tajba għal għawm għaliex jkunu saru t-tiswijiet neċessarji?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10912 (Seduta 149) u mistoqsija parlamentari numru 12682 (Seduta 178).", "Huwa meta jsir ix-xogħol indikat f`dawn it-tweġibiet li l-problema tal- fawran tad-drenaġġ fix-Xemxija tispiċċa definittivament.", "Dan ix-xogħol se jinbeda s-sena d-dieħla (1994).", "DEGIORGIO ANGELO - PROMOZZJONI", "14504.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Is-Sur Angelo Degiorgio kien ingħata promozzjoni għall-grad ta' Administrative Nurse III skond sejħa għall-applikazzjonijiet li saret permezz taċ- ċirkolari tad-Dipartiment tas-Saħħa Nru 123/91 tal-11 ta Lulju, 1991 abbażi ta' talba li kellu pendenti quddiem il-Kummissjoni għall- Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji peress li altrimenti huwa ma kienx ikun eliġibbli li japplika għall-istess promozzjoni.", "X'inhi għalhekk ir- raġuni li minkejja li l-Kummissjoni madwar seba' xhur ilu sabet li l- ilment tas-Sur Degiorgio ma kienx ġustifikat, lil dan xorta waħda baqgħet ma ttieħditlux lura l-ħatra li ngħata permezz tal-promozzjoni msemmija, kif suppost kellu jsir skond ċirkolari relevanti maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "Japprezza l-Prim Ministru li billi s-Sur Degiorgio baqa' jokkupa l-grad imsemmi li m'għandu ebda dritt li jokkupa u bis-saħħa ta' dan saħansitra ġie assimilat fil-grad il-ġdid ta' Nursing Officer skond it-tieni fażi tar- riforma għall-infermiera, dan l-impjegat qiegħed jimblokka post li hemm min hu eliġibbli biex 'il quddiem japplika għalih?", "Hemm ħsieb kif tista' tiġi regolarizzata s-sitwazzjoni msemmija?", "Jekk iva, meta u kif se jsir dan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-każ tal-ħatra tas-Sur Angelo Degiorgio bħala Administrative Nurse III abbażi ta' talba li kellu pendenti quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa u huwa mistenni li jiġi finalizzat kemm jista' jkun malajr.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - NURSE F'LUKANDA", "14516.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk \"Enrolled Nurse\" impjegat mad-Dipartiment tas- Saħħa li huwa allokat fiċ-Ċentru tas-Saħħa, tar-Rabat għandux il-permess meħtieġ tal-\"Management and Personnel Office\" biex jagħmel xogħol ta' nurse mal-lukanda fil-Qawra bħalma ilu jagħmel fuq bażi regolari għal dawn l- aħħar sitt snin u nofs?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Hija l-policy tal-Gvern li jagħti permess lill-impjegati governattivi li huma nurses li jixtiequ jaħdmu ta' nurses \"part-time\" fis-settur privat.", "Skond ir-records tal-Management and Personnel Office ma jidhirx li kien hemm talba minn \"Enrolled Nurse\" biex jaħdem ta' nurse f'lukanda l-Qawra.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - TISWIJIET", "14547.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'toroq ġodda f'surfacing ta' toroq u fit-tarmac kull sena, sena b'sena bejn l-1987 u din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-rapporti ta` l- estimi ta` kull sena ppreżentati fil-budget, fejn ikun hemm l-infiq ta` kull vot li jkun sar is-sena ta` qabel.", "SISTEMA TAD-DRENAĠĠ - FLUS MINFUQA", "14548.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm intnefqu flus fis-sistema tad-drenaġġ kull sena mill-1987 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-infiq fis-sens li jgħid kemm intnefqu fit- tħaffir, fid-drainage u fl-impjanti sena b'sena mill-1987 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal- mistoqsija tirriżulta mill-estimi ta` kull sena.", "Mhux possibbli li jsir breakdown kif intalab fit-tieni parti tal-mistoqsija mingħajr ma jsir eżami tal-kontijiet kollha wieħed wieħed - biċċa xogħol li l-Onor.", "Interpellant japprezza li tieħu ħafna żmien.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - RAPPORT ANNWALI", "14549.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fejn ġie stampat ir-rapport annwali tal-Water Services Corporation?", "Kemm ġew stampati minn dan ir-rapport?", "Kemm sewa biex ġie stampat ir- rapport imsemmi?", "Liema kumpannija jew printer għamel ix-xogħol imsemmi?", "Ħarġet offerta pubblika qabel ingħatat dan ix-xogħol din id-ditta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "MARITIME AUTHORIY/TRANSPORT AUTHORITY - RAPPORT ANNWALI", "14550.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min stampa r-rapporti annwali tal-\"Maritime Authority\" u tat-\"Transport Authority\"?", "Kemm sewa kull rapport?", "Kemm ġew stampati rapporti f'kull każ?", "Ħarġet xi offerta f'kull każ?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-rapport annwali ta' l-Awtorita' tat- Trasport Pubbliku li tiegħu saru 100 kopja, sar għand ditta privata għal ħlas ta' Lm36.", "Dan il-ħlas kien ikopri biss l-ispejjeż tal-fotokopji.", "Issoltu x-xogħol isir mill-Aworita' stess, pero' peress li l-photocopier ta' l-Awtorita' kellha xi ħsarat ix-xogħol kellu jingħata barra.", "Ir-rapport annwali ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta li tiegħu saru 150 kopja sar kollu kemm hu mill-Awtorita'.", "ŻABBAR - DAWL FI TRIQ IX-XGĦAJRA", "14682.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel bozza qrib id-dar Casa Juve, fi Triq ix-Xgħajra, f'Ħaż Żabbar (fil-parti ta' bejn Triq is-Santwarju u Triq Wied il-Għajn) minħabba li hemm ħafna dlam?", "Tista' l-istess Korporazzjoni tneħħi l-wire li hemm mal-gallerija tar- residenta tal-post Nru. 44 fl-istess parti tat-triq li semmejt fuq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talba biex issir bozza ħdejn Casa Juve Triq ix- Xgħajra Żabbar qed tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "Jien informat li l-wires ta` l-elettriku li hemm ħdejn il-gallerija ta` No 44 Triq ix- Xgħajra Żabbar qegħdin stallati f`kondizzjoni tajba u m`hemmx il-ħsieb li jitneħħew.", "ŻFIN - KOMPETIZZJONIJIET", "14683.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' d-dipartiment konċernat jipprovdi sala għall- kompetizzjonijiet taż-żfin biex dawk interessati jkollhom fejn jitgħallmu jiżfnu u fejn jibdew jinżammu l-kompetizzjonijiet anke internazzjonali?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Id-Dipartiment tal-Kultura m'għandux swali adattati għad-dispożizzjoni tiegħu.", "AIDS", "14684.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qed jieħu d- dipartiment konċernat kontra t-tixrid ta' l-AIDS u HIV fir-rigward tal- barbiera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3575.", "ŻABBAR - ASFALTAR FI TRIQ IS-SANTWARJU", "14685.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat jieħu ħsieb inaddaf u jasfalta l-pjazza f'tarf Triq is-Santwarju, f'Ħaż Żabbar, faċċata tas-Santwarju u jpoġġi fiha n-niċċa ta' San Nikola biex isaħħaħ l-ambjent, inaqqas il-ħmieġ u l-ġrieden u biex l-ilma ma jibqax jidħol għand in-nies mod speċjali għand ir- residenta ta' Nru. 44 Triq ix-Xgħajra, bejn Triq is-Santwarju u Triq Wied il-Għajn li lmentat miegħi dwar dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartimenti konċernati jaraw x`jistgħu jagħmlu dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "DIPARTIMENT TAT-TEŻOR - ĊIRKOLARI", "14686.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi biex jintbagħtu 5,000 cirkolari - datati 29.11.93 mid-Dipartiment tat-Teżor indirizzati lil \"Għażiż Stockholder\", (kopja tagħha qed tintbagħat under separate cover) dwar il-final witholding tax ta' 15% fuq l-imgħax kif imsemmija fil-Budget - ma ntużawx l-envelopes bl-arma tar-Repubblika ta' qabel?", "Għaliex qegħdin jiġu ordnati oħrajn minħabba l-arma l-ġdida?", "Kemm servew l-envelopes il-ġodda li ntużaw flokhom?", "Jaf il-Ministru li wara li ddaħħlu xi 1,000 cirkolari fl-envelopes ġiet deċiżjoni li se jitbiddlu ċ-ċirkolaritajiet u fetħu l-envelopes magħluqin biex tneħħiet minnhom il-formola u ntremiet għax inbidlet u żammew l-oħra u l-envelopes intremew.", "Jaf li mbagħad biex jilħqu jintbagħtu saret is-sahra?", "Għaliex din il-ħela meta dawn huma minn flus il-poplu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-envelopes li jintużaw normalment ma kenux disponibbli għand is-Central Supplies u għalhekk minħabba n-nuqqas ta' ħin, ma kienx possibbli li jkunu stampati oħrajn bl- Emblema tar-Repubblika.", "L-envelopes li ntużaw swew Lm8.50.0 kull elf.", "Niżgura lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ imsemmi minnu kienu nvoluti ferm anqas minn elf envelope.", "Is-sahra ma saritx minħabba f'dan il-każ imsemmi iżda minħabba ż-żmien qasir minn meta tħabbret il-miżura tal-\"Witholding Tax\" fil-Budget sa meta għandu jiħallas l-ewwel 'dividend' ta' l-1994 fuq 'stocks' tal-Gvern fit-3 ta'Jannar.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li ma setgħux isir ebda preparamenti sakemm il-miżura ġiet imħabbra.", "TELEPHONES - RATA TAT-TARIFFI", "14695.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Kif jaf il-Ministru f'ċerti ħinijiet, kif jiġi ċċarġjat it-telephone jinbidel, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata tat-tariffi tat-telephone fuq l-Exchange E10 isirx b'mod normali jew awtomatiku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-rati tat-tariffi tat-telephone fuq l- Exchange E10 isir b'mod normali għalkemm manwali.", "Is-sistema, li naturalment m'għandhiex il-mezzi moderni li għandha s-sistema AXE 10 li nxtara dan l-aħħar, mistennija tkun operata awtomatikament f'Jannar li ġej.", "TELEPHONES - RATI TA' TARIFFI", "14696.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu ċċarġjati r-rati tat-telephone f'ġurnata festa pubblika meta din tiġi matul il-ġimgħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Meta xi festa pubblika tigi matul il- ġimgħa, ir-rati tat-telephone huma l-istess bħal dawk ta' ġurnata normali ta' xogħol.", "Dan japplika sew għal-sejħiet lokali u kemm għal dawk ta' barra minn Malta.", "TELEPHONES - EXCHANGE E10", "14697.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew jekk hemmx xi diffikutajiet dwar iċ-charges/pulses//ħin għas-servizz tat-telephone fl- Exchange E10?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nista' nassigura lil-Onor.", "Interpellant li la qatt kien hemm u lanqas hemm diffikultajiet dwar iċ-charges\\ pulses\\ħin għas-servizz tat-telephone fl-Exchange E10.", "Iżjed dettalji jinagħtaw fir-risposta għall-mistoqsija parlamenatri numru 4695.", "REGOLAMENTI GĦALL-UŻU TAS-CB", "14698.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk tħejjewx ir-regolamenti biex wieħed ikun jista' jingħatalu liċenzja biex juża s-CB?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jagħtini kopja tar- regolamenti li ġew ippreparati u li aktar tard joħorġu uffiċjalment?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajtu fis-26 ta' April, 1993 għall-mistoqsija parlamentari numru 9681 fejn kont informajtu li kien ittamat li liċenzji għas-CB jibdew jingħataw għall-ħabta ta' l-aħħar ta' l-1993 jew fil-bidu ta' l-1994.", "Ninsab issa nformat li t-\"Technical Standards\" ta' l-\"European Telecommunication Standards Institute\" (ETSI) huma lesti iżda \"Citizens Band radios\" li jikkonformaw ma' dawn in-normi għadhom mhumiex qegħdin jiġu maħduma bi kwantita'.", "Dan ifisser li dan it-tip ta' apparat għadu mhux kummerċjalment disponibbli għal bejgħ fis-suq Ewropew.", "Għalhekk ma nħassx li kien meħtieġ li tingħata priorita' biex ir-regolamenti li għalihom qed jirreferi l- Onor. Membru jiġu mfassla malajr peress li t-Taqsima tal-\"Wireless Telegraphy\" kienet u għadha mpenjata fuq xogħol ieħor aktar urġenti.", "BIRKIRKARA - TWAQQIGĦ TA' BINI", "14712.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' tagħti risposta u informazzjoni definittiva lir-residenti ta' Naxxar Road, Birkirkara (fil-livell tan-numri erbgħin) li ilhom sitt snin mill-anqas bl- avviż li r-residenzi tagħhom se jitwaqqgħu biex jinħoloq spazju madwar il- Knisja ta' Santa Tereża?", "Hu konxju l-Ministru li r-residenti involuti ma jistgħux jieħdu l-ebda deċiżjoni tat-tul dwar ir-residenzi tagħhom, fl- assenza ta' tweġiba ċara għall-ħtieġa tagħhom li jkunu jafu fejn qegħdin dwar din il-materja?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ispazju, jew aħjar pjazza, imsemmija hi ndikata bħala tali fl-iskema ta` l-iżvilupp u għaldaqstant għad hemm l-intenzjoni li jsir dan il-ftuħ.", "Madankollu dan il-proġett mhux ikkonsidrat bħala wieħed ta` priorita`.", "SPTARIJIET - WARD CLERKS", "14719.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: 1.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kandidati li qagħdu għall-interview li sar fid-9,10 u 11 tas-sena 1992 sabiex dawn ikunu jistgħu jaħdmu bħala clerks fil-wards ta' l-isptarijiet ġewwa Malta u Għawdex?", "2.", "Kemm minn dawn il-kandidati għaddew minn dan l-interview?", "3.", "Kemm minn dawk li għaddew ġew impjegati?", "4.", "Jekk ħadd ma ġie impjegat, x'kienet ir-raġuni?", "5.", "Meta beħsiebu l-Gvern jimpjega lil dawk il-kandidati li għaddew b'suċċess l-imsemmi interview u baqgħu barra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-'interviews' li qed isemmi l-Onor.", "Membru jirreferu għall-proposta tad-Dipartiment biex jiġu ngaġġati 'Casual Ward Clerks' fuq bażi temporanja.", "Id-Dipartiment ma kompliex b'dan il-proċess u issa talab li jingħata l-permess biex joħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għal 'Ward Clerks' permanenti.", "Din it-talba qed tiġi kkonsidrata mill- awtoritajiet kompetenti.", "DISTRETT NRU.", "12 - BDIL TA' MAINS TA' L-ILMA", "14720.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi f'diversi mistoqsijiet parlamentari ġejt informat li hemm bżonn jinbidlu diversi mains ta' l-ilma sabiex id-distribuzzjoni għall-villaġġi u l-ibliet tat-12-il Distrett jkollhom provvista u pressa ta' ilma aħjar li wkoll turik li jkollhom inqas ġranet ta' sospensjoni tal-provvista ta' l-ilma.", "Jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' dawn ix-xogħlijiet għal matul is-sena d-dieħla 1994?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "DIPARTIMENT GĦALL-AMBJENT - ĦARSIEN TA' WIDIEN", "14721.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Xi proġetti ta' xogħlijiet għandu d-Dipartiment għall-Ambjent biex iħares il- widien fil-gżejjer tagħna?", "X'manutenzjoni se ssir fil-Wied tal-Qlejja u dak tal-Fiddien limiti tar- Rabat?", "Meta se jibdew ix-xogħlijiet u kemm hija kkalkolata in-nefqa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Huwa l-ħsieb li, progressivament, it-Taqsima tan- Non Urban Areas fi ħdan tad-Dipartiment għall-Protezzjoni ta` l-Ambjent tinvolvi ruħha dejjem iktar f`interventi fil-kampanja Maltija inkluż il- widien.", "S`issa għad m`hemmx proġetti speċifiċi.", "Ta` min jgħid li f`Settembru li għadda din is-sezzjoni għamlet ħafna xogħol ta` fejda fil-Wied tal-Qlejja (Chadwick Lakes) li kien jinkludi mhux biss tindif u tiswija ta` ħitan tas-sejjieħ iżda wkoll it-tneħħija ta` kwantitajiet kbar ta` ħamrija li maż-żmien akkumulaw fil-qiegħ tal-wied.", "Din il-ħamrija ngħatat lill-bdiewa biex reġgħet infirxet fl-għelieqi.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - ESEBIZZJONIJIET", "14722.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Kemm saru esebizzjonijiet mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fl- iskejjel ta' l-istat, sabiex l-istudenti jkollhom aktar informazzjoni dwar il-produzzjoni bnina, friska u naturali li nsibu fil-gżejjer Maltin, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: L-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel taqa' taħt ir-responsabilita' tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Din ir- responsabilita' tinkludi wkoll attivitajiet fl-iskejjel dwar l-ikel u nutrizzjoni, konformi mal-politika tal-Gvern fuq in-nutrizzjoni.", "Il- Ministeru tiegħi dejjem ta sehmu kull meta ntalab jagħti l-għajnuna.", "Biss l-Onor.", "Membru għandu japprezza li l-edukazzjoni tat-tfal fl-iskejjel dwar ikel ma tikkonsistix biss f'esebizzjonijiet.", "PULIZIJA - TRAFFIC LIGHTS", "14723.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew stallati traffic lights matul din is-sena?", "Billi ħafna toroq illum jenħtieġu aktar kontroll strett fis-sistema tat- traffiku, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'programm ta' xogħol għandu preparat id-dipartiment għal dawn l-ewwel tliet xhur tas-sena d- dieħla '94 sabiex jiġu stallati aktar \"traffic light\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-materja tispetta lill-Ministeru għall- Ambjent.", "PULIZIJA - TRAFFIC LIGHTS", "14724.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm ġew stallati traffic lights matul din is-sena?", "Billi ħafna toroq illum jenħtieġu aktar kontroll strett fis-sistema tat- traffiku, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi programm ta' xogħol għandu ppreparat id-Dipartiment għal dawn l-ewwel tliet xhur tas-sena d- dieħla 1994 sabiex jiġu stallati aktar \"traffic lights\"?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentrari mumru 13615 (Seduta 192).", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "14725.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm fil-fatt kien in-numru ta' priġunieri li ħarbu mill-ħabs ta' Kordin matul din is-sena 1993?", "X'passi ttieħdu kontra dawn il-priġunieri u kemm minnhom illum temmew is- sentenza tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul is-sena 1993 ħarbu erba' priġunieri mill-Ħabs ta' Kordin.", "F'kull każ il-Pulizija ressqet il-persuna konċernata quddiem il-Qorti kompetenti.", "L-erba' priġunieri għadhom il-Ħabs jiskontaw xi sentenza.", "FAMILJI BI DĦUL BAXX - SUSSIDJU FUQ ĦLAS TA' KONTIJIET", "14730.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistiex xi skema li permezz tagħha familji bi dħul baxx jista' jingħatalhom sussidju fuq il-ħlas tal-kontijiet tad- dawl u ilma?", "Jekk fl-affermattiv, kfi titħaddem din l-iskema?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Teżisti skema fejn dawk li jkunu fuq ir-Relief jistgħu japplikaw għand il-Welfare Officer tad-Distrett u l-ammont tal- Meter Rent ta` l-elettriku jinżel minn Lm2.73 għal Lm0.30,9 kull erba' xhur.", "Fil-każ li l-kont ikun ta` perjodu iqsar jew itwal l-iskont jinħadem pro-rata.", "SAN SAN RAFFAELLE - KUNTRATTURI", "14731.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għas-sejħa għall-prequalifications ta' kuntratturi għall-bini ta' l-Isptar San Raffaelle, min kienu u minn fejn huma l- kuntratturi li rrispondew għal din is-sejħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li t-tagħrif jinġabar biex nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - \"WORKINGS\" TA' L-ILMA", "14732.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 14565?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra."]} {"filename": "19951108_470d_par.doc", "date": "1995-11-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 470 L-Erbgħa, 8 ta' Novembru, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 470", "L-Erbgħa, 8 ta' Novembru, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.05 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 470", "L-Erbgħa, 8 ta' Novembru, 1995", "WERREJ", "MINUTI 492", "MISTOQSIJIET - TWEGIBIET ORALI 492", "TQEGHID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 498", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIGU APPROVATI L-ESTIMI TA' L-AWTORITA'", "MARITTIMA TA' MALTA GHAS-SENA FINANZJARJA 1995/1996 498", "AGGORNAMENT 523", "MISTOQSIJIET IMWIEGBA BIL-MIKTUB 529", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 469 li saret fis-7 ta' Novembru, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-MEDIĊINA - STRUMENTI", "28666.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm strumenti fid-Dipartiment tal-Mediċina fl-Isptar San Luqa li jimmoniterjaw il-qalb għal 24 siegħa?", "Kemm minn dawn jiffunzjonaw tajjeb?", "Jista' l- Ministru jinvestiga ilmenti minn pazjenti li dawn l-apparati mhux qed jiffunzjonaw tajjeb billi ħafna drabi jimmoniterjaw għal ftit minuti biss?", "ONOR.", "LOUIS LOUIS DEGUARA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jalludi għall-'holter monitors li ġew introdotti għall-ewwel darba fl-Isptar San Luqa fl-1989.", "Ninsab informat li bħalissa għandna ħames recorders li minnhom hemm tnejn li qed jaħdmu filwaqt li l-oħrajn intbagħtu għat-tiswija.", "Il-waiting list għal holter recording hija ta' madwar sitt ġimgħat li mhix differenti minn qabel.", "Ta' min jirrimarka li ħafna minn dawn il-każi huma elettivi iżda ninsab assigurat li meta jkun hemm każi urġenti dawn isiru mmedjatament.", "Id-dipartiment diġa' ordna holter machine oħra li tikkonsisti fi printer u ħames recorders ġodda.", "Ir-recorders huma heavy duty u r-rapport jinqara fi ftit minuti, filwaqt li r-recorders li għandna bħalissa jdumu aktar biex jinqraw.", "VALLETTA - TRIQ IL-FUNTANA - DAWL", "28134.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jkun hemm aktar dawl fuq il-bridge taħt is-sur, ċioe' fi Triq il-Funtana l-Belt Valletta għax qed ikun hemm dlam ċappa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Il-proġett biex isir dawl adegwat taħt is-sur fi Triq il-Funtana l-Belt qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' talbiet oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli għaliex id-dawl li kien hemm ma' ċerti swar, bħal per eżempju s-swar tar-Rikasoli, m'għadux jinxtegħel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-każ ta' diversi swar kien hemm id- diffikulta' tal-bdil tal-lampi peress li kien hemm sistema differenti minn dik normalment użata mill-Korporazzjoni Enemalta u allura nħass li ovvjament wieħed għandu jara fejn għandu jalloka x-xogħol in kwestjoni.", "Jiena ddiskutejt anke mal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta li għandu jkun hemm uffiċċju responsabbli minn dak it-tip ta' dawl mas-swar.", "Naturalment dan huwa importanti ħafna għax jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku għas-swar sbieħ tagħna u meta kien sar il-proġett tad-dawl mas-swar kien għamel differenza notevoli.", "Min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta jkun hemm il-problema li huma ma jkunux iridu jżommu spares ta' sistemi ta' dawl li huwa differenti minn dak li normalment jużaw għat-toroq u allura dan huwa dawl li għandu jkun kkordinat minn min ikun għamel il-proġett.", "Dan ġie diskuss u sa fejn naf jien se jkun hemm rimedju f'dan is-sens.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li s-swar tal-Kottonera għandhom jiġu mdawwla bi floodlights ħalli jagħtu dehra isbaħ?", "Jikkunsidra l-Ministru li jsir dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nikkonsidra li jsir id-dawl bħalma sar mas- swar tal-Belt.", "Huwa minnu li dawn huma swar ferm sħieb u storiċi u kif għidt qabel napprezzawhom aħjar meta jkunu mdawwlin.", "Jiena niftakar li meta nxtegħlu għall-ewwel darba kulħadd ħass dak is-soljev ta' proġett sabiħ, pero' imbagħad trid tieħu ħsieb il-manutenzjoni qabel ma tibda testendi s-sistema għal swar oħra li ċertament imisshom ikunu mdawwlin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jaħseb il-Ministru li filwaqt li dejjem nitkellmu fuq l-istreet lighting u dwar kemm hu importanti li nixegħlu s-swar, li wasal iż-żmien li Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta - anke in vista tas- suppost politika tal-Gvern li jġib il-belt kapitali tagħna 'l quddiem bħal bliet oħra ewropej - jkun hemm dawl iktar adegwat u iktar karatteristiku ħalli l-ambjent ta' din it-triq, partikolarment bil-lejl, ikun wieħed ta' natura li jixraq lill-Belt Valletta?", "Domanda oħra li xtaqt nagħmel lill-Ministru hija dwar id-dwal taz-zebra crossings fit-triq ta' San Pawl il-Baħar.", "Jiena jidhirli li bħal lum ġimgħa kont għamilt intervent f'dan ir-rigward u l-Ministru kien wegħidni li se jara x'rimedju mmedjat jista' jkun hemm ħalli din iż-zebra crossing tiddawwal qabel ma jsir xi inċident fatali.", "Jista' l-Ministru jgħidli x'sar f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li jixraq li nibda mit-tieni domanda.", "Jiena kont irriferejt mill-ewwel l-ilment ta' l-Onor.", "Noel Farrugia - u ta' membri oħra ta' din il-Kamra, mhux l-inqas il-kollega Ministru Censu Galea - biex il-materja tkun investigata u nagħtu rimedju malajr.", "Pero' minn dak inhar ma kellix iċ-ċans - għalkemm dan kien ġimgħa ilu, imma f'ġimgħa jiġru ħafna affarijiet oħra - li nara x'inhu r-rispons ta' l- Enemalta.", "Inwegħdek li nerġa' nistaqsihom.", "Pero' l-każ diġa' għaddejtu lil-korporazzjoni u nawgura li ma ndumux ma nagħtu rimedju.", "Rigward Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, irrid ngħid li ma' proġetti oħra taħt ir-riabililtazzjoni tal-Belt Valletta, inkluż li jkollok sistema ta' bankini aħjar u ġodda b'disinn isbaħ - għal dan hemm anke kompetizzjoni - għandu jkun hemm sistema ta' dawl li tixraq iktar lill-belt kapitali tagħna u lit-triq prinċipali ta' l-istess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, ladarba qed nitkellmu dwar dwal u lluminazzjoni tas-swar irrid ngħid li jiena ftit ilu kont għamilt mistoqsija lill-Ministru dwar dwal li qed ikerrhu l-iskyline ta' l-Imdina.", "Din hija mdawwla sabiħa ħafna, pero' qed isir ċertu żvilupp ta' restaurants eċċ. li jidher minn wara u d-dawl tagħhom tant qed ikun qawwi li qed inaqqas mill-attrazzjoni u anke mit-tonalita' tad-dawl safrani u sabiħ li biha hija mdawwla l-Imdina.", "Fir-risposta l-Ministru kien qal li se jieħu ħsieb li jsir xi ħaġa.", "S'issa għadu ma sar xejn.", "Dan mhux għax ikollok għal xi individwu għax kważi kważi dawn huma ħbieb tiegħi.", "Jiena naħseb li mil-lat estetiku għandu jkun hemm kontroll fuq dawn l- affarijiet.", "Dawn qed nixegħluhom biex jidhru sbieħ u jitgawdew, imma jekk inti tixgħel b'ċertu qawwa isfel u mbagħad fuq għandek dawl glaring li qed jiġbed l-attenzjoni kollha u jtellef il-bilanċ naħseb li nkunu qed nagħmlu d-dawl għal xejn.", "Jiġifieri għandu jkun hemm monitoring u mod dixxiplinat u wieħed m'għandux jieħu għalih li jiġi mitlub li jneħħi ċerti dwal għax irid jifhem li dan huwa fl-interess tal-kumpless kollu li d-dawl jibqa' sabiħ u bbilanċjat.", "Jekk wieħed jara l-Imdina mill-bogħod malajr jinduna għal xiex qed ngħid.", "Jekk tħarsu lejha mit-triq ta' Ħaż Żebbuġ jew inkella minn ftit iktar 'il bogħod taraw l-isbilanċ li hemm bejn ċerti dwal u d-dwal li jdawwlu l- Katidral u l-bqija tas-swar.", "Nixtieq li din il-Ministru jeħodha bis- serjeta'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk huwa dawl li twaħħal minn entijiet privati wieħed irid jara jekk hemmx il-permessi meħtieġa u kif wieħed l- aħjar jirregola.", "Jekk huwa dawl pubbliku jkun iktar faċli għall- Korporazzjoni Enemalta biex tinvestiga l-każ.", "Jiena ħadt nota ta' dak li qal l-Onor.", "Vella.", "(Interruzzjonijiet) Mid-domanda fhimt li huwa dawl privat imma ridt inħalli l-options miftuħa.", "Issa la huwa dawl privat naturalment hija kwestjoni ta' taħt liema liġijiet jaqgħu dawn l-affarijiet u kif nirregolaw dawl qawwi ż-żejjed li seta' sar.", "Hawnhekk jiena rrid nagħmel l-istess appell li nagħmel ħafna drabi f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Preċiżament għar-rigward ta' l-Imdina għidt il- frażi li se ngħid hawn meta dan l-aħħar indirizzajt is-symposium bit-tema Walled Towns and Cities fuq is-sbuħija tal-walled cities f'diversi partijiet ta' l-Ewropa, inkluża l-Imdina.", "Dak inhar jiena għidt li fid- dinja ta' l-ekonomija hemm il-famuża frażi li trid toqgħod attent not to kill the goose that lays the golden egg u naħseb li dan huwa każ fejn preċiżament japplika dan il-prinċipju.", "Jiġifieri meta inti tagħmel żvilupp imma l-iżvilupp ikun esaġerat jew mhux estetikament pjaċevoli, bħala riżultat finali flok tattira iktar nies tibda toqtol l-attrazzjoni tal-post li inti minnu tifforma parti.", "U dan għidtu anke għar-rigward ta' żvilupp kummerċjali fl-Imdina, liema żvilupp rridu nirregolaw b'mod ġenerali għax hemm limitu ta' kemm jiftħu ħwienet tas-souvenirs jew ħwienet fejn wieħed imur jieħu t-te jew il-kafe.", "Dawn kollha huma affarijiet sbieħ pero' imbagħad, xi darba trid tirregola dawn l-aspetti kollha.", "Din tad-dawl ma kontx naf biżżejjed dwarha u se nara x'nistgħu nagħmlu biex nirregolaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena naħseb li f'affarijiet bħal dawn fejn bħalissa ninsabu nkwetati għax l-industrija tat-turiżmu qed tbati u fejn nafu kemm huwa sensittiv fejn tidħol l-industrija tat-turiżmu għandu jkun hemm reazzjoni mmeddjata.", "Jiena mhux qed ngħid li m'għandux ikun hemm regolamenti ħalli wieħed jieħu d-drittijiet tiegħu pero' jiena naħseb li għandu jkun hemm reazzjonijiet immedjati dwar affarijiet bħal dawn.", "Għandu jkun hemm viġilanza.", "Dan huwa li m'għandniex.", "Għaliex għandi niġi jien u noqgħod nagħmel mistoqsija parlamentari lill-Ministru biex jieħu ħsieb hu?", "Min qed jieħu ħsieb dawn l-affarijiet m'għandux għajnejn bħalma għandi jien!", "M'għandux concern bħalma għandi jien!", "Dan irridu naraw li jkollhom ċerti strutturi u mhux kull darba noqogħdu nitilgħu fuq nett biex jinżlu l- messaġġi.", "Jien nifhem li għandu jkun hemm min hu responsabbli ta' dawn l- affarijiet.", "Jiena nitlob lill-Ministru li jara li min hu responsabbli, hu min hu kemm jekk qiegħed fil-Ministeru għall-Ambjent u kemm jekk qiegħed fil-Planning Authority, għandha tinġibidlu l-attenzjoni.", "Dan ma setax ma raħx.", "Din mhijiex xi ħaġa li hija tant soġġettiva li forsi wieħed jaraha mod u ieħor jaraha mod ieħor.", "Min għandu għajn għal dawn l-affarijiet u min jaf...", "Il-Ministru semma d-diskors li għamel fis-symposium \"Walled Towns and Cities\" - u nifraħlu għax qrajtu u kien diskors tajjeb - u jidher li għandna sensittivita'.", "Mela allura għaliex il-mistoqsija parlamentari tiegħi ilha li saret xi ħmistax-il ġuranta u dak id-dawl xorta waħda għadu hemm?", "Dan mhux qed ngħidu biex noqogħdu nargumentaw.", "Ejja nkunu sensittivi iktar għax bħalma tajjeb għidt inti mingħalik tkun qed tiġbed it- turisti u fil-fatt tkun qed tagħmel affarijiet li bihom jidħku bik.", "Dawn l- affarijiet, bħalma taf inti, barra ma jsirux.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jiena naqbel dejjem li fuq materji bħal dawn, fil-pajjiż għandu jkollna strutturi u anke istituzzjonjiet li kemm jista' jkun jieħdu l-inizjattiva huma u ma jkun hemmx għalfejn li l-affarijiet dejjem jitilgħu għand il-Ministru biex imbagħad jerġgħu jinżlu 'l isfel u allura wieħed ma jkollux it-tweġiba lura fil-ħin li jixtieq.", "Naturlament l-Onor.", "Interpellant irid japprezza wkoll li qed inżidu l-mentalita' li għandna nirregolaw iżjed b'mod pożittiv.", "Ħafna drabi meta tirregola jkollok ir-reazzjoni li qisek qed tipprojbixxi xi ħaġa.", "Li tirregola, speċjalment fil-qasam ta' l-ippjanar, għandu jfisser ukoll li jkun hemm interventi pożittivi rigward l-ambjent ta' post jew ta' lokalita'.", "Minkejja dan kollu rridu nifhmu li rridu naħdmu fi ħdan parametri stabbiliti.", "Jekk xi ħadd itella' kamra bla permess fuq il-bejt li mhijiex xi washroom biss - forsi dan mhux eżempju feliċi - il-probabbilita' hi li dan ikun qed jikser ċerta liġi partikolari u hemm l-Awtorita' ta' l- Ippjanar li tirregola l-materja.", "Jekk hemm aspetti ta' estetika nafu li hemm bord ieħor dwar dan l-aspett.", "Trid tara wkoll jekk għandekx il-poter.", "Jiena nispera li anke bl-appelli l-affarijiet jimxu aħjar.", "Jekk stabbilment għamel dawl qawwi fuq l-area tiegħu rridu naraw jekk din taqax taħt il-bżonn li ġġib permess minn x'imkien.", "Jiena ma nafx li l- Planning Authority tirregola li xi ħadd irid iwaħħal brackets quddiem il- post tiegħu biex jagħmel floodlighting.", "Jekk timxi mar-regoli ta' l- ippjanar probabbli ssib li din hija eżenti.", "Jekk dan qed iħallas il-kont ta' l-elettriku tiegħu lanqas Enemalta ma tirregola dak l-aspett.", "Forsi taħt l-estetika, d-Dipartiment ta' l-Ambjent jaraha daqsxejn 'il bogħod mill-parametri mmedjati.", "Mela jekk m'għandekx il-ħtieġa ta' permess il- poter f'idejn il-Gvern f'ċirkostanzi bħal dawn x'inhu?", "L-ewwel dover huwa dak tal-persważjoni kif qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant miegħi u jiena nestendi l-appell miegħu.", "Jekk bil-persważjoni ma tasalx trid tara jekk għandekx strument legali li bih taħdem biex inti tmur u tgħidlu li dak id- dawl huwa qawwi wisq u nixtiequ li jkun inqas.", "Imma rridu naħdmu f'parametri ta' dak li l-liġi tippermetti u nappella lill-Onor.", "Interpellant, li b'mod kostruttiv qiegħed jagħmel dawn is-suġġerimenti, li jifhem ukoll id-diffikultajiet min-naħa tagħna f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, mhux biex inkompli l-argument għax dan l- aħħar kumment li se nagħmel.", "Jiena nifhem li hemm il-liġijiet u trid timxi magħhom.", "Jiena m'iniex qed ngħid biex narmu l-liġijiet u kulħadd jipprova jiddetta.", "Allaħares isir hekk!", "Inti diġa' semmejt l-eżempju tal-washroom u bini llegali.", "Jiena naħseb li l-Panning Authority diġa' qalulek bil- loopholes li hemm fil-Liġi tal-Planning Authority, li bihom ħafna mill- iżvilupp illegali li qed isir qed jiġi miżmum temporanjament milli jiġi mwaqqa' għax jgħidulek li huma għamlu l-applikazzjoni u issa se joqogħdu jistennew il-proċeduri fil-qorti u quddiem id-DCC.", "Jiena rrid nagħmel din il-mistoqsija u qed nagħmilha sinċerament.", "Meta aħna qegħdin f'suq tant kompetittiv nistgħu noqogħdu nistennew proċeduri legali, proċeduri ġol- qrati u proċeduri oħra biex naraw jekk hemmx liġijiet għalihom?", "Jiena ngħid li għandhom isiru ċerti liġijiet malajr biex nikkontrollaw ċerti affarijiet għax it-turiżmu tant huwa teneru li jekk aħna dawn l-affarijiet nibqgħu nħassruhom u jibqgħu jidhru koroh, ikun tard wisq meta niddeċiedu li nagħmlu liġijiet biex nikkontrollawhom.", "Dan huwa l-appell tiegħi u nieqaf hawn.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena fl-appell fis-sens ta' persważjoni diġa' qbilt miegħu u nerġa' naqbel miegħu, jiġifieri fl-ebda stadju m'hu qed ninterpreta lill-Onor.", "Vella li jrid jagħmel argument.", "Naturalment jiena qed nispjega d-diffikulta' min-naħa amministrattiva li taġixxi oltre l-poteri legali li jkollok.", "B'mod persważiv tipprova u dan il-każ nagħmel mezz li nidħol fih personalment biex nara jekk hemmx xi rimedju.", "Dan huwa li nista' ngħid.", "Rigward il-materji speċifiċi li qed jgħid dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar irrid ngħid li jiena konxju li wara tliet snin ta' operat ta' din l- Awtorita' - anke jekk għalaqna ħafna loopholes għalkemm meta ngħidu loopholes b'riferenza għal dak li kien isir qabel inkunu qed nagħmlu understatement - għad fadal loopholes u hemm minn jikkreja l-ġodda.", "Hemm ukoll min jagħraf il-liġi u jgħid li jekk jappella kontra xi enforcement order biex b'din \"l-iskuża\" jibqa' għaddej bix-xogħol jew almenu ma jwaqqgħulux dak li jkun sar.", "Naturalment anke f'dan ir-rigward tlabt lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex anke b'konsulenzi minn barra tinvestiga l- liġi tliet snin wara u jekk ikun hemm skop ta' emendi, din tirrakkmandahom lill-Gvern.", "Fil-fatt l-Awtorita' wegħditni li se tagħmel dan l-istudju.", "Mr Speaker, b'mod ġenerali rridu dejjem insibu metodi kif nirregolaw bi prudenza l-iżvilupp u l-aspett estetitiku ta' l-iżvilupp li jkun qed isir biex il-mentalita' ta' kwalita' f'dak li nagħmlu tidħol f'kollox.", "Meta wieħed jiġi biex idawwal post irid jifhem xi jkun qed jagħmel u jrid iżomm quddiem għajnejh jekk b'dak li qed jagħmel l-effet finali fuq il-post fejn ikun qed jopera huwiex pożittiv jew negattiv.", "Irid jaħdem b'ċerta sottilezza.", "Illum min jidħol fil-kamp tal-marketing suppost jifhem li nistgħu nkunu iktar persważivi mal-pubbliku in ġenerali jekk nagħrfu nkunu sottili u mhux dejjem ngħidu b'mod apert kull ħaġa li rridu ngħidu.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-argumenti fil-Parlament imma għall- mod kif anke nies jattiraw persuni oħra lejn l-istabbilimenti tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, mill-belt storika ta' l-Imdina ħalli mmorru daqsxejn għall-belt il-ġdida ta' l-Imtarfa.", "GĦal dawn l-aħħar tmien snin saret talba kontinwa lid-dipartimenti konċernati sabiex jiddawwlu diversi partijiet ħalli r-residenti ta' din il-belt, li sena wara l-oħra dejjem jiżdiedu, jonqsilhom il-periklu li d-dlam iġib miegħu.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-by-pass li trid tinxtegħel u li suppost hemm talbiet biex fil-fatt tinxtegħel imma għall-entratura li qiegħda bejn il- parti tan-Nigret u l-parti ta' l-Imtarfa.", "Jista' l-Ministru jispjegali għaliex qatt ma ttieħdet bħala prijorita' t-talba ta' dawn ir-residenti fi żvilupp ta' belt ġdida?", "Meta l-Ministru għadu kemm għamel aċċenn fuq kemm huwa importanti li ċ-ċittadin ikun aġġornat, li jkun flessibbli, li jifhem ċerti responsabilitajiet u li jitgħabba bihom allura kif f'dan il-każ id- dipartimenti konċernati stess mhux qed ikunu responsabbli u mhux qed jirrispettaw l-istess sentimenti li qed jesprimi l-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif kelli l-opportunita' li nispjega, din hija dejjem kwestjoni ta' prijoritajiet u ta' kif tinfilsa dawn il- prijoritajiet fil-kejl ta' safejn tista' tasal skond il-budget li tkun għamilt.", "Li nkoraġġejna lill-Korporazzjoni Enemalta tagħmel għas-sena finanzjarja li għadha kemm bdiet u li fil-fatt bdiet tagħmel hu li tagħti prijorita' iktar għolja lid-diversi talbiet ta' dawl li hemm għall- inħawi residenzjali li m'humiex imdawwlin u għal inħawi oħra fejn huwa evidenti li tista' tipprovdi iktar dawl.", "Pero' tagħti kemm tagħti iktar prijorita' u twessa' kemm twessa' dan il-kejl, fl-aħħar mill-aħħar wieħed dejjem qed jitkellem fuq spejjeż konsiderevoli.", "Fil-fatt anke meta l-korporazzjoni forsi kienet qed tagħti inqas prijorita' dejjem kienet tivvota minimu ta' Lm100,000 fis-sena.", "Issa qed nimmiraw li nonfqu iktar minn hekk imma jibqa' l-fatt li x'imkien dejjem trid tiġbed il-linja u biex tagħmel hekk trid tara t-talbiet kollha li jkun hemm, tevalwa liema huma l-iktar validi u tagħmel lista ta' prijoritajiet.", "Li nista' ngħid hu li l-korporazzjoni bdiet għaddejja b'ritmu aktar mgħaġġel biex tilqa' ħafna minn dawn it- talbiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nifhem x'qed jgħid il-Ministru.", "Imma l- Ministru jista' jispjegali liema kienu dawk il-każijiet ta' prijorita' f'Belt il-Ġmiel qabel din it-talba partikolari?", "Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jagħtini spjegazzjoni?", "Dejjem nitkellmu fuq prijoritajiet imma f'ġieħ is-sewwa, jista' xi ħadd lili jiggwidani u jinformani fejn kienu dawn il-prijoritajiet.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien bla ebda eżitazzjoni dispost li nagħti lista totali tad-dawl li għamilna f'diversi partijiet ta' Malta jekk isiruli mistoqsijiet parlamentari f'dan is-sens.", "Ġieli kellna żmien fejn kellna nużaw ukoll il-fondi biex inkopru kontijiet fuq dwal li kienu ilhom pendenti s-snin.", "Ġieli skoprejna - mingħajr ma nkun polemikuż iżżejjed - li spiċċajna nħallsu ta' bozoz stallati anke tmien snin qabel u din hija realta'.", "Naħseb li wasalna fil-punt li ngħidu li dan huwa qasam li rridu nonfqu iżjed mingħajr ma nesaġeraw.", "Ma nistgħux nilqgħu kull talba għax għandna ħafna talbiet li ġieli jkunu waħda kontra l-oħra u allura rridu naraw fejn l-iktar hemm bżonn.", "Nifhem li inti qed tagħmel enfasi fuq Belt il-Ġmiel u allura wara s- seduta tal-lum se nara l-lista tal-prijoritajiet li għandna f'idejna ħalli nara x'weighting għandha din l-area ħalli tingħata l-prijorita' li jistħoqqilha.", "VALLETTA - TRIQ SAN ĠUŻEPP - FOND NRU.", "111/4", "28135.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tal- Housing & Maintenance of Tenements jilqa' t-talba li saret fl-uffiċċju msemmi biex issir tinda jew xi forma ta' gallarija biex tilqa' għax-xita u għall-ħmieġ li jaqgħu fil-fond tas-Sur Celeste, ta' 111/4, St. Joseph Str, Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif ġie spjegat lis-Sur Celeste, tinda kif jixtieq hu tiġi kerha u ma taqbilx ma' l-estetika tal-Belt.", "Biss billi hu rikonoxxut li x-xogħol li sar biex jinbena l-pont li għaqqad din il- Binja ma' Triq San Bastjan seta' ħoloq nuqqas ta' sigurta' għas-Sur Celeste, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar aċċetta li jsir rixtellu tal-ħadid fil-gallarija tas-Sur Celeste.", "Dan isir spejjeż tad- Dipartiment u b'tali mod li l-estetika tiġi taqbel mal-kumplament tal- blokk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi jirriżulta li ħafna ċittadini li joqogħdu f'housing estates qed idumu jistennew ħafna li ssirilhom il-manutenzjoni u f'ħafna każijiet jiġri li anke l-ħsara, inkluż ħsara fis-soqfa tkompli tikber, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir min-naħa tiegħu sabiex jara li d- dipartiment tal-Housing and Maintenance of Tenements ikun jista' jlaħħaq mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin b'mod aktar matur u effiċjenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, dan huwa eżempju ieħor ta' fejn trid timxi dejjem b'xi kejl u dejjem trid tiġbed linja, pero' kif qed ifakkarni l-Onor. kollega dan huwa vot li qabel kien stabbilit fil-linja ta' Lm25,000 u llum tellajnih għal Lm300,000 biex inkopru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni.", "Naturalment talbiet għandek dejjem u naħseb li l-Gvern bħala sid ta' dawn il-postijiet bla ebda dubbju huwa ġeneruż ħafna kif jimxi ma' l-inkwilini u naħseb jonfoq ferm aktar minn dak li jdaħħal, pero' d-doveri wieħed jagħmilhom u jagħmilhom b'mod dejjem aktar ġeneruż u qed nagħtu dejjem attenzjoni akbar għat-talbiet li jkollna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): GĦan-nom tal-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 154 ta' l-1995 - Avviż dwar ir-Rimunerazzjoni li tingħata lil Ġudikanti tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd f'isem il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): F'isem il- Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 155 ta' l-1995 - Avviż ta' Bidu fis-Seħħ ta' l-Att ta' l-1995 dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Stralċ).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TA' L-AWTORITA' MARITTIMA TA' MALTA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1995/1996", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settembru 1996 skond l-Att XVII ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta;", "Illi wkoll skond l-istess Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta l-Kamra tapprova bħala Estimi Supplimentari dak l-infiq għas-sena finanzjarja 1994/1995, li hu stmat mill-Awtorita' Marittima ta' Malta li se jeċċedi l-ammont totali ta' nfiq approvat mill-Kamra għall-istess sena, kif jidher dettaljat fl-Estimi għas-sena finanzjarja 1995/1996 taħt il-kolonni msemmija \"Actual 1994/1995\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, id-dibattitu tal-lum huwa dwar awtorita' li għandha importanza partikolari fl-ispectrum ta' l-ekonomija ta' pajjiżna għaliex hija awtorita' li għandha aspetti kemm regolatorji kif ukoll operattivi għandha l-inkarigu li tieħu ħsieb l-aspetti marittimi ta' pajjiżna li apparti l-Freeport Corporation - li għandha responsabilita' partikolari għall-freeport f'pajjiżna - hija prattikament l-unika organizzazzjoni li għandha din il-fakulta'.", "Apparti hekk l-Awtorita' Marittima għandha responsabilita' għal kulma jiġri għar-rigward ta' l- aspett marittimu f'pajjiżna.", "Jien naħseb li l-importanza tagħha hija marbuta mhux biss mal-firxa ta' attivitajiet li għandha imma hija marbuta l- iktar mal-fatt li gżiritna storikament dejjem kellha l-importanza ta' l- ibħra ta' madwarha biex tkun tista' tiżviluppa ekonomikament u l-Awtorita' Marittima għandha l-missjoni li Malta marittima tagħmilha realta'.", "Hija missjoni li teħodha f'diversi direzzjonijiet u taqsamha f'diversi aspetti imma hija fuq kollox missjoni li tagħmel minn Malta ċentru marittimu ta' fama internazzjonali u b'kapaċita' li tagħti pakkett marittimu biex jikkompeti internazzjonalment.", "L-Awtorita' Marittima fis-sena li għaddiet fittxet li tkompli bix-xogħol tagħha biex tagħmel dan billi ħadmet fit- tliet sferi partikolari tagħha, ċioe' il-portijiet, il-yachting u l- merchant shipping, jiġifieri r-responsabilita' għall-bandiera u kulma jmur magħha.", "Jekk wieħed iħares lejn ix-xogħol li sar għar-rigward tal-portijiet jara li dan ix-xogħol jaqa' taħt id-Direttorat tal-Portijiet, direttorat li għandu responsabilita' kif diġa' għidt għall-portijiet kollha ta' pajjiżna apparti dawk l-eċċezzjonijiet li semmejt fejn hemm il-Freeport.", "Dan id- direttorat ħa ħsieb li jiżviluppa l-attivita' fil-portijiet ta' pajjiżna b'diversi modi li se nsemmi.", "Per eżempju, waħda mill-attivitajiet li hija importanti ħafna għall-pajjiżna hija l-attivita' tal-cruise liners u tal- ferries.", "Jekk aħna rridu li pajjiżna jsir post li jintuża fil-linji tal- cruises irridu nieħdu ħsieb li ntejbu s-servizzi u l-marketing tagħna u rridu nieħdu ħsieb li naħdmu biex pajjiżna jsir post fejn jieqfu iktar cruise liners.", "Din hija attivita' li l-Awtorita' Marittima tagħmel anke naturalment f'ċerti relazzjoni ma' l-aspett turistiku ta' pajjiżna - għaliex ma tistax tofroq qasam minn ieħor b'mod kompletament separat - u taħdem sabiex tkabbar din l-attivita' għall-ġid ta' pajjiżna.", "Jien naħseb li huwa ta' sodisfazzjon għaliha li f'dawn it-12-il xhar li qed nitkellmu fuqhom l-Awtorita' Marittima rat żieda ta' 4% għar-rigward tan-numru ta' cruise liners li ġew f'pajjiżna, li prattikament hija wkoll ż-żieda fin- numru ta' passiġġiera li ġew f'pajjiżna.", "Għalkemm din m'hijiex xi żieda li toħloq headlines kbar, hija żieda importanti, u iktar mill-ammont bħala żieda, huwa importanti l-mod ta' kif din iż-żieda hija magħmula.", "Wieħed jifhem li hemm kompetizzjoni għall-portijiet kollha fil-Meditterran li jfittxu li jkun hemm cruise liners li jmorru fil-portijiet tagħhom u fortunatament għalina, bħala pajjiż, dan huwa suq li bil-mod il-mod qiegħed jikber - fil-Mediterran huwa mistenni li jkompli jikber - u l-Awtorita' Marittima ħadet ħsieb li ma tittraskurax dan il-qasam anzi tatu l- importanza kollha meħtieġa.", "Fil-fatt, Mr Speaker, din kienet l-ewwel sena li f'pajjiżna kien hawn cruise liner li opera mill-port tagħna u l-ewwel darba li rnexxielna, bħala pajjiż, li jkollna cruise liner li jopera minn Malta bħala l-home port tiegħu, jiġifieri jitlaq minn Malta u jtemm il-cruise tiegħu f'Malta.", "Qabel konna mdorrijin - sa ċertu punt, anzi sa miżura kbira, għadna - bis-sistema fejn ikollok cruise liners li ma jibdewx u jispiċċaw il-vjaġġ tagħhom f'Malta imma sempliċement jieqfu f'pajjiżna.", "U naħseb li kienet xi ħaġa tajba li għandha tagħmlilna kuraġġ għall-futur li kemm ilna li bdejna dan il-proċess - irridu żgur nipprovaw inkabbruh u nsaħħuh - kellna cruise liner ta' dan it-tip li beda u spiċċa l-vjaġġ tiegħu f'pajjiżna.", "Qed ngħid dan għaliex huwa ta' importanza ekonomika għal dan il-pajjiż li dan is- settur jiżviluppa u x-xogħol li qed tagħmel l-Awtorita' Marittima huwa dirett li jkabbar dan is-settur.", "Dan huwa settur li miegħu iġib ħafna value added u huwa settur li jekk ikollok cruise liners bħal dan li kellna li jagħmlu l-cruises tagħhom fil-Mediterran u jibdew u jispiċċaw f'pajjiżna - din is-sena saru seba' cruises minn dawn minn dan l-istess cruise liner - allura jiġu n-nies f'Malta, probabbilment joqogħodu wkoll xi ftit jiem f'xi hotel f'Malta u wara naturalment jiġu trasportati bl-ajru lura lejn pajjiżhom.", "Għalhekk dan mhux sempliċement joħloq xogħol għall- port imma joħloq xogħol ukoll għal ħafna attivitajiet oħrajn.", "Naħseb li dan kien żvilupp importanti l-istess bħalma kien żvilupp importanti l-fatt li kien hemm żieda fl-istandard tal-cruise liners li qed jiġu Malta llum.", "It-tip ta' cruise liners li qed jiġu Malta llum huwa ta' livell għoli, ħafna minnhom huma operati minn kumpanniji li kif jgħid ir-rapport huma fil-klassi deluxe jew super deluxe u allura dan ix-xogħol li qed tagħmel l-Awtorita' Marittima huwa marbut mal-konċett kollu tat- turiżmu li qed ifittex li jgħolli kemm jista' jkun il-livell tat-turist li jiġi f'pajjiżna.", "U naħseb li huwa ta' sodisfazzjon għall-Awtorita' Marittima, u għalija bħala l-Ministru responsabbli, li nirrapporta lill- Kamra li fil-fatt din is-sena kien hawn din il-qabża fil-livell tal-cruise liners li ġew f'pajjiżna.", "Din hija qabża li tagħmel ħafna sens għat- turiżmu f'pajjiżna u jekk wieħed iħares lejn il-pajjiżi li minnhom ġew il- maġġoranza tal-passiġġieri fuq cruise liners jara li dawn ġew mir-Renju Unit, mill-Amerika, mill-Ġermanja u mill-pajjiżi Skandinavi.", "Wieħed jifhem ukoll li t-tip ta' turist li juża cruise liners bħal dawn ikun turist ta' ċertu livell u ta' ċertu kwalita' u allura hija naturalment l-isperanza tagħna bħala pajjiż li turist bħal dan jonfoq iktar f'pajjiżna u jħalli iktar ġid fost il-poplu tagħna.", "Din hija xi ħaġa li fil-Gvern ħdimna id f'id ma' setturi oħrajn u nista' ngħid li l-Ministeru tiegħi kien involut ħafna - kif nirrapporta lil din il-Kamra meta niġu għall-estimi tal-Public Transport Authority - fix-xogħol li sar biex ngħollu l-livell - u rnexxielna ngħollu l-livell - tal-coaches f'pajjiżna li kien essenzjali biex l-Awtorita' Marittima tkun tista' tkompli fit-triq tagħha biex tipprova tiġbed iktar cruise liners deluxe u super deluxe f'pajjiżna.", "Għaliex wieħed irid jifhem li ma jistax ikollok dawn it-tip ta' cruise liners imbagħad ma jkollokx servizz ta' trasport għat-turisti li jkun konformi ma' dak it-tip ta' turist li tkun qed tipprova tiġbed lejn pajjiżek.", "Naħseb li dan huwa aspett importanti li wieħed għandu jsemmi f'dan id-dibattitu.", "Aspett ieħor huwa wkoll il-ferry services li huma offruti f'pajjiżna f'diversi direzzjonijiet fejn din is-sena kellna żieda ta' madwar 6% ta' ferry passengers.", "Huwa interessanti li nsemmu wkoll li f'Awissu beda servizz ta' ferry minn kumpannija Maltija bejn Malta, Reggio Calabria u Catania li allura qed naraw ukoll żvilupp f'din id-direzzjoni.", "M'għandix dubju li f'dan il-qasam partikolari tal-ferry services hemm ukoll fejn wieħed jista' jkabbar u jagħmel titjib għaliex dan huwa suq li għandna nħarsu lejh aktar bir-reqqa u naf li l-Awtorita' Marittima qed tħares lejh b'aktar reqqa għaliex huwa tip ta' suq tajjeb għal pajjiżna.", "Tajjeb ukoll li ngħidu li l-Awtorita' Marittima, li għandha responsabilita' anke għas-sea passenger terminal, ħadet ħsieb li tagħmel upgrading tat-terminal eżistenti li għandha u ħadet ħsieb li żżommu dejjem fuq livell għoli.", "Fil-fatt naħseb li dan qed jagħti servizz kemm jista' jkun tajjeb fiċ-ċirkostanzi għalkemm naturalment hemm bżonn li fil- futur wieħed jara kif jiżviluppah biex inkomplu ntejbu dan il-qasam.", "Għar-rigward ta' xogħol ta' shipping f'pajjiżna naħseb li huwa importanti li wieħed jara li f'din is-sena li qed nirrapportaw fuqha qed nitkellmu fuq żieda totali ta' madwar 6% għan-numru totali ta' vapuri li fil-fatt ġew fl- ibħra territorjali u fil-portijiet tagħna.", "Dan juri żieda interessanti kemm għar-rigward ta' żieda fit-tip ta' container vessels li qed jiġu f'pajjiżna, kemm għar-rigward ta' xogħol li qed jiġi f'pajjiżna kif ukoll għar-rigward tat-tip ta' shipping li qed jersaq lejn pajjiżna.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-cargo li ġie handled mill-port workers f'dan il- perijodu jara żieda ta' 8.5% li hija żieda sostanzjali u minn dawn il- figuri wieħed qiegħed jeskludi dak it-transhipment cargo li jidħol fil- Malta Freeport.", "Huwa importanti ngħidu wkoll li dan id-direttorat ħares lejn aspetti oħrajn li huma ta' importanza għall-Awtorita' Marittima, fosthom il-mod ta' kif għandu jikkontrolla t-tniġġiż fil-portijiet tagħna u l-metodi ta' kif wieħed jiddisponi mill-ilma, mill-waste oil tal-vapuri u anke minn biċċiet tal-baħar żgħar fil-portijiet tagħna.", "Din hija xi ħaġa li hija pjuttost ġdida u d-dipartiment fis-sena li għaddiet beda jagħmel monitoring regolari ta' kif jiġi dispost dan it-tip ta' waste.", "Jekk irridu nieħdu ħsieb l-ambjent tal-portijiet tagħna huwa essenzjali li d-dipartiment ikompli għaddej b'dan il-programm li beda din is-sena li kien jinkludi wkoll programm li fih ukoll għamel tindif ta' ċerti partijiet tal-Port tal- Belt fosthom anke l-Menqa tal-Marsa li prattikament tnaddfet mill-problemi kollha li kellha.", "Wieħed irid jgħid li din hija waħda mill-attivitajiet li għandha l-Awtorita' Marittima li biha tipprova tagħmel xogħol fuq il- portijiet u fuq il-Port tal-Belt partikolament - għalkemm tagħmel xogħol ukoll f'portijiet oħrajn - biex ittejjeb is-sitwazzjoni ta' dawk il- portijiet u biex tkattar iktar attivitajiet f'dawk il-portijiet.", "Wieħed irid jgħid li għas-snin li ġejjin ikollna wkoll xogħol u pjanijiet li jħarsu lejn l-area tal-portijiet b'mod integrat biex inkunu nistgħu nagħtu wkoll aktar attivita' għall-portijiet tagħna.", "Matul din is-sena rriżulta - huwa importanti li dan jingħad lil din il-Kamra - li ħafna mix- xogħol li kien jidħol fil-Port tal-Belt ġie diverted fil-Port ta' Marsaxlokk għax hemmhekk hemm iktar konnessjonijiet u hemm iktar faċilitajiet ta' ċertu tip.", "Naturalment dan huwa port li jagħmel parti mill-attivita' ekonomika ta' pajjiżna.", "Din m'hijiex kwestjoni li pajjiżna tilef ix-xogħol imma sempliċement ix-xogħol li kien imur f'port wieħed qed imur f'port ieħor.", "Pero' dan ipoġġi fuqna u fuq l-Awtorita' Marittima d- dmir li nħarsu b'mod sistematiku u b'mod organizzat lejn funzjonijiet ġodda li rridu nagħtu lill-Port tal-Belt fosthom - kif diġa' semmejt - ix- xogħol fi cruise liners.", "Nafu li f'din is-sena wieħed mix-xogħlijiet importanti ħafna li huwa għaddej huwa li jkollna moll li jgħaqqad żewġ mollijiet, moll li jkun kbir biżżejjed biex jieħu numru sostanzjali ta' cruise liners.", "Bħalissa dan ix-xogħol għaddej fil-Belt.", "Ix-xogħol li kellu jsir fil-baħar huwa prattikament lest u issa qed issir il-parti ta' fuq l-art biex għall-ewwel darba jkollna tip ta' moll li jkun jista' jieħu sa ħames cruise liners f'daqqa u allura nkabbru u nsaħħu l-faċilitajiet li għandna bżonn f'dan il-qasam.", "F'din is-sena wkoll l-Awtorita' Marittima ħarset lejn id-doveri tagħha rigward il-bandiera Maltija u rigward ix-xogħol tagħha fuq il-vapuri li għandhom bandiera Maltija.", "Hawnhekk qed nirriferi għas-sigurta', għas- safety u għall-organizzazzjoni tar-Reġistru Malti.", "Jien naħseb li din hija sena li turi li x-xogħol ta' preparazzjoni, x-xogħol ta' organizzazzjoni u x-xogħol ta' preċiżjoni li għamlet l-Awtorita' Marittima f'dan ir-reġistru beda jagħti l-frott tiegħu.", "Għalkemm in-numri m'humiex l-iktar ħaġa li lilna bħala Gvern u bħala politika tagħna għandha tokkupana għaliex mhux qed nagħmlu xi ġirja biex kemm jista' jkun naqbżu lil ħaddieħor, jekk nagħtu ħarsa lejn in-numru ta' vapuri reġistrati fid-dinja naraw li llum pajjiżna qiegħed fit-tmien post. Hawnhekk nistgħu ngħidu li pajjiżna mexa mill-għaxar post għat-tmien post u dan minħabba l-fatt li r-reġistru tagħna baqa' jaħdem biex isir reġistru aktar serju, reġistru aktar rispettat u reġistru b'record aħjar dejjem jitjieb.", "Ir-riżultat ta' dan kien, kif għidt, li llum qegħdin fit-tmien post fil-ġerarkija tar-reġistri kollha fid- dinja, naturalment wara pajjiżi li huma ikbar minnha fix-shipping bħalma huma l-Panama, l-Liberia, l-Greċja, Ċipru, l-Bahamas, il-Ġappun u n- Norveġja u qabel pajjiżi oħrajn li huma wkoll kbar fix-shipping bħalma huma ċ-Ċina, r-Russja, l-Istati Uniti, Singapore u pajjiżi oħrajn.", "Naħseb li dan huwa riżultat tas-serjeta' tax-xogħol li qed jagħmel ir-Reġistru Malti.", "Dan jagħmel ġieħ lil dan ir-reġistru u jagħti sens ta' serjeta' lil dak kollu li qed isir rigward il-bandiera Maltija.", "Illum qed nitkellmu fuq gross tonnage ta' madwar 18-il miljun.", "F'dan il- gross tonnage taħt il- bandiera Maltija hemm żieda ta' madwar 10% rigward in-numru ta' vapuri u żieda ta' madwar 13% rigward it-tonnage innifsu.", "Dan qed isir ukoll bil- ħsieb li pajjiżna, li llum huwa attur internazzjonali f'din il-ħaġa u huwa magħruf għall-attivita' marittima tiegħu anke għar-rigward tal-bandiera tiegħu, jkun jista' juri li m'huwiex biss pajjiż li kapaċi jikkompeti internazzjonalment imma juri li kapaċi wkoll jaqdi d-doveri internazzjonali tiegħu li jiġu mal-pożizzjoni tagħna internazzjonali.", "Fost l-affarijiet l-oħra tajjeb li wieħed isemmi li l-eta' average tal- flotta taħt ir-reġistrazzjoni Maltija hija ta' 20 sena.", "Din hija l-istess eta' li wieħed isib fil-flotta tar-Renju Unit u hija tliet snin inqas mill- flotta tal-Greċja.", "Dan huwa ta' sodisfazzjon.", "Jekk wieħed iħares lejn il- mod ta' reġistrazzjonijiet li kellna s-sena li għaddiet naraw li l-average age tas-sena li għaddiet kienet ta' 17-il sena.", "Fil-fatt l-average age għall-vapuri li ġew reġistrati kienet 17.31-il sena filwaqt li għall- vapuri li tneħħew mir-reġistru jew li telqu mir-reġistru tagħna is-sena li għaddiet kienet ta' 21 sena.", "Dan juri li t-trend li ħadna hija trend tajba, trend li turi li qegħdin nattiraw iktar tonnage li huwa żagħżugħ u qegħdin neħilsu minn tonnage li huwa anzjan - dan huwa l-uniku post fejn nitkellmu favur iż-żgħażagħ u kontra l-anzjani! - u huwa ta' interess u ta' importanza għax-shipping li dan ngħiduh.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll li ngħidu li kkanċellajna mir-reġistru tagħna għaxar vapuri li dehrilna li kienu sub-standard.", "Dan juri l-mod ta' kif qiegħed jaħdem dan ir-reġistru.", "Jekk wieħed iħares lejn il-casualties ta' din is-sena - ċioe' s-sena li qed nitkellmu fuqha f'dawn l-estimi - insibu li prattikament kien hemm tliet casualties li huma 0.2% tan-numru ta' vapuri li għandna reġistrati f'Malta.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn is-sena kalendarja 1995 insibu li bejn Jannar u Awissu Malta kellha casualty waħda mentri l-Panama kellha seba' casualties u l-Greċja, l-Bahamas u Ċipru kellhom żewġ casualties.", "Naħseb li bil-mod il-mod dan huwa riżultat - dan ma jistax ikun riżultat immedjat imma jrid ikun riżultat li jkun f'tul ta' żmien - li jirrifletti x- xogħol li sar rigward il-maritime safety mir-Reġistru Malti.", "Minbarra li dan ix-xogħol sar biex jissaħħaħ id-dipartiment tekniku - fil-fatt ingħata wkoll on the job training barra minn pajjiżna - sar ukoll biex jissaħħu inspections ġodda u s-sistema ta' inspection li l- flag state beda jagħmel mill-1993.", "Allura bil-mod il-mod dan jibda jħalli l-effett tiegħu wkoll.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq inspections li saru minn pajjiżna rigward vessels li huma reġistrati Malta li huwa fir-reġjun ta' 226.", "Jekk wieħed iħares lejn is-sena kalendarja 1994 isib li hemm 259 u l-estimu għal din is-sena kalendarja huwa ta' 268.", "Prattikament qed nitkellmu fuq il-programm li għamlet l-Awtorita' Marittima li kull sena tagħmel inspection fuq kwart mit-tonnage tagħha kollu.", "F'dan ir-rigward jidher li qegħdin pjuttost on stream.", "It-tip ta' flag state inspection li qed isir jagħmel ħafna ġid għas-serjeta' u għall-mod ta' kif pajjiżna huwa magħruf internazzjonalment.", "Naħseb ukoll li ħaġa tajba ħafna li saret mill-Awtorita' Marittima f'dan il-qasam kienet li ġiet introdotta s-sistema tal-port state control.", "Qed infittxu wkoll biex l-Awtorita' Marittima tħares ukoll lejn il-kontroll u l- inspection tal-vapuri li huma reġistrati taħt il-bandiera tagħha imma kif jiġri f'pajjiżi oħrajn, kif jiġri lill-vapuri bil-bandiera Maltija meta jmorru fuq vjaġġi internazzjonali u kif jiġri wkoll lill-vapuri ta' bandiera barranija li jiġu f'Malta, wieħed għandu jħares lejn il-kwalita' u l-istandard li jkollhom.", "Fil-fatt saru diversi reviews u kien hemm anke detention orders għal madwar seba' vapuri minn diversi nazzjonalitajiet fosthom vapuri reġistrati l-Ingilterra, n-Norveġja, l-Panama, l-Greċja u l- Fillandja.", "Dan juri ċerta serjeta' li qed tintuża fir-reġistru u l-mod kif il-bandiera Maltija llum, li żdiedet b'mod eċċezzjonali f'dawn l-aħħar snin, qiegħda tkompli torganizza ruħha biex dik iż-żieda magħha torbot ir- responsabbiltajiet tagħha bħala bandiera.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn iż-żieda tal-bandiera Maltija mill-1973 sa l-1987 jsib li ż-żieda kienet ta' 2,379,000 tunnellata f'perjodu ta' madwar 14-il sena.", "Jekk wieħed iħares lejn iż-żieda mill-1987 sal-lum jiġifieri f'perjodu ta' tmien snin isib li ż-żieda - dejjem imqabbla ma' ftit iktar minn 2 miljun tunnellata f' 14-il sena - kienet ta' aktar minn 16-il miljun tunnellata.", "Din m'hijiex xi żieda li ġrat b'kumbinazzjoni imma żieda li ġrat b'riżultat ta' diversi bidliet f'liġijiet li ġew introdotti fl-1988 fosthom it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-mortgages, l- introduzzjoni tal-bare-boat charter u s-safety standards ġodda.", "Dawn kollha flimkien max-xogħol li għamel ir-reġistru taw suċċess enormi rigward ir-Reġistru Malti fid-dinja marittima internazzjonali.", "Naħseb li x-xogħol li qed jagħmel dan il-qasam ta' l-Awtorita' Marittima huwa xogħol importanti u xogħol li qed ikollu riżultati pożittivi ħafna.", "Irrid ngħid ukoll li direttorat ieħor li għandha l-Awtorita' Marittima li wkoll jaħdem f'dan il-qasam huwa d-Direttorat tal-Yachting, direttorat li huwa wkoll ta' importanza għall-pajjiżna għax qed jaħdem fuq din l-għażla strateġika li għamel pajjiżna.", "Dan qed jipprova jiżviluppa lil Malta bħala ċentru ta' yachting fil-Mediterran li fil-fatt diġa' qed jagħmel handling ta' iktar minn 1,000 berth f'pajjiżna u din is-sena kien hemm ukoll żieda ta' 40 berths oħra fil-Marina ta' l-Imġarr f'Għawdex.", "Qed isiru u saru programmi ta' organizzazzjoni ta' moorings f'diversi bajjiet fosthom il-Bajja ta' Buġibba.", "Hawnhekk saru 325 moorings li ġew istallati u allokati.", "Bħalissa wkoll qed isir pjan simili għall-Bajja ta' San Ġorg f'Birżebbuġia li għadu mhux implimentat minħabba li qed isir ix-xogħol ta' dredging.", "Tajjeb ukoll li ngħidu li dan id-direttorat ħadem u għadu qed jaħdem fuq is-safety campaign importanti rigward il-baħar għax pajjiżna qed jintuża iktar u iktar għal skopijiet ta' leisure u allura iktar u iktar hemm pressure biex wieħed jara li dak l-użu ma jkunx għad-detriment kemm ta' min imur jgħum kif ukoll ta' min ikun qed juża l-ibħra għall-iskopijiet ta' leisure.", "Fil-fatt rajna ż-żieda ta' swimming zones f'pajjiżna; fosthom hemm is-swimming zones - li llum qegħdin f'posthom - tar-Ramla, tar-ramla ta' Għajn Tuffieħa, ta' Mellieħa Bay, ta' Paradise Bay, ta' San Pawl il- Baħar,ta' l-Imġiebaħ, ta' Marsalforn, tar-Ramla ta' Għawdex u tal-Blue Lagoon.", "Naħseb li dawn kienu suċċess anke man-nies li llum iħossuhom aktar protetti.", "Dawn kienu suċċess ukoll għaliex mill-informazzjoni li għandha l- Awtorita' Marittima b'mod ġenerali huma wkoll swimming zones li huma rispettati.", "Din hija xi ħaġa ta' kultura li rridu nkomplu nkabbru f'pajjiżna biex nuru r-rispett illi għandu jkollna lejn xulxin għar- rigward ta' kif nużaw l-ibħra tagħna.", "Din is-sena dan id-direttorat kompla wkoll bis-Safety at Sea Campaign li kienet bdiet is-sena li għaddiet.", "Qassmet ukoll booklets lil min juża l- baħar biex ikun jaf dak li għandu jsir.", "Saru wkoll courses biex in-nies jitgħallmu jużaw aħjar il-yachts u d-dgħajjes tagħhom; dawn għamluhom madwar 900 persuna li żgur huma kontribuzzjoni importanti għar-rigward tas- safety f'pajjiżna.", "Jekk wieħed iħares lejn ix-xogħol li qed tagħmel l-Awtorita' Marittima wieħed għandu jifhem li din qiegħda fil-linja t-tajba għar-rigward tad- direzzjoni strateġika illi dan il-Gvern ħaseb għal pajjiżna, cioe' direzzjoni importanti strateġika li pajjiżna jkollu prodott marittimu tajjeb, immaniġġjat tajjeb u prodott serju li jkun jista' jikkompeti internazzjonalment u li jista' jiġbed lejn pajjiżna servizzi u attivita' ekonomika illi żżid il-ġid f'pajjiżna.", "Jien naħseb li l-Awtorita' Marittima dan ix-xogħol qiegħda tagħmlu b'serjeta' u m'għandix dubju li l- pjanijiet li għandha anke għas-snin li ġejjin ikomplu jkabbru l-attivita' f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru jgħid kemm sar xogħol mill-Maritime Authority u kemm morna 'l quddiem.", "Jien mhux se nikkritika b'mod li ngħid li kollox ħażin.", "Jekk l-Awtorita' Marittima tmur ħażin mhux se jmur ħażin il-Gvern jew l-Oppożizzjoni imma se jmur ħażin il- poplu Malti kollu għax din hija awtorita' li tmexxi l-arterji tal-pajjiż li minn dejjem kienu importanti.", "L-Awtorita' Marittima tmexxi dawk il- portijiet li l-poplu Malti ilu jiddependi minnhom - għalkemm illum hawn il mezzi tat-trasport ta' l-ajru - u l-poplu u n-nazzjon Malti jiftaħar bil- Port ta' Malta.", "Bħalma taf, Mr Speaker, il-pajjiżi Mediterranji li attendew għal-laqgħa ta' l-IPU li nżammet f'pajjiżna dan l-aħħar għamlu enfasi fuq il-portijiet ta' Malta u fuq l-istrateġija b'saħħitha ta' Malta.", "Issa wara li smajt lill-Ministru b'attenzjoni, nixtieq immur lura daqsxejn fl-istorja, mhux biex inkun tedjanti għax l-istorja hija xi ħaġa sabiħa.", "L-Awtorita' Marittima għandha dritt tmexxi l-portijiet kollha - barra l-Freeport għaliex dak għandu awtorita' għalih - u hi in charge mhux mill-Port il-Kbir biss imma mill-portijiet kollha.", "Nibda mill-Port il- Kbir.", "Kien beda fiż-żmenijiet meta konna għadna fortizza Ingliża.", "Fil- ħamsinijiet u fis-sittinijiet niftakar li kienu għamlu l-ewwel tliet tined u dawn damu magħluqin sa l-1967 għaliex dawn ħadd ma seta' jifhem kif se jitmexxew.", "Dak iż-żmien kienet twaqqfet il-Malta Landing Co. biex tibda tmexxi l-port hi.", "Kien hemm it-tliet tined u kien hemm dawk li konna ngħidulhom il-Mifsud Verandas.", "Meta tela' Gvern Laburista fl-1971 ħaseb biex dawn jiġu modernizzati, ħaseb biex jibda jibni u jirranġa l-moll fejn illum hemm d-Dwana l-ġdida u ħaseb biex jagħmel l-ewwel Moll tal- Kurċifiss.", "Kien qala' ħafna kritika għalkemm illum ħadt pjaċir nisma' lill- Ministru jgħid illi dawn il-mollijiet tkomplew biex ikunu jistgħu jieħdu iktar cruise liners.", "Din hija xi ħaġa tajba għal Malta għax il-poplu in ġenerali se jgawdi minnha.", "Mr Speaker, hawn ippermettili ngħid li niddejjaq nisma' lil min jgħid li se jkollna ċerti turisti ta' klassi għax imbagħad se nweġġgħu lil dawk it- turisti li ma jistgħux iħallsu.", "Din mhix xi ħaġa sabiħa.", "Tieħu pjaċir li jiġi kull tip ta' turist għax Malta ma tistax tgħid: Jien se nagħmel dawn tajbin, dawn inqas tajbin u dawn ħżiena!", "Jien ma naqbilx ma' din il- politika li jgħidu li se jġibu turisti ta' klassi għax ma tagħmilx unur għal Malta.", "Il-Port huwa maqsum hekk: GĦandek id-Deep Water Quay tal-Marsa, għendek il-Menqa fejn hemm il-Laboratory Wharf u għandek il-Coal Wharf fejn jinħatt is-cement.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidli xi ħaġa fuqhom għaliex semmilna, per eżempju, il-Pollution Division u jekk se nitkellmu fuq il- pollution ma naħsibx li għamilna ħafna suċċess.", "Il-Pollution Division ħadmet imma l-pollution ma tfissirx fuq iż-żejt biss għax dan is-sajf nafu li kellna ħafna pollution u l-Awtorita' Marittima kienet responsabbli wkoll minnu dan.", "Jien ma naħsibx li veru kien hemm liaison bejn il- Pollution Division ta' l-Awtorita' Marittima u l-Ministru għall-Ambjent għaliex l-affarijiet li kellna ...", "Biex taparsi ngħattu bdejna nirriferu għall-ewwel fażi, għat-tieni fażi, għat-tielet fażi.", "GĦalina mhux veru li l-Awtorita' Marittima ħadet passi għax bil-pollution li kien hawn ġejna kkritikati minn kulħadd dwar il-ħmieġ li kien hawn fil-portijiet u l- bajjiet ta' Malta li hija responsabbli minnhom il-Maritime Authority.", "Il- pollution ma ssirx biż-żejt biss.", "Għalkemm intnefqu eluf ta' liri biex stajna nagħmlu dan, imma l-eluf ta' liri li ntnefqu ma marrux biex jitnaddfu l-bajjiet minn dan il-ħmieġ.", "Jekk tgħaddi minn ħdejn ċerti bajjiet għadek sal-lum tgħid: Hawn drenaġġ, bajja, jew port?!", "Dan mhux qed nagħmluh bi kritika biex inkissru, imma hemm bżonn illi issa, qabel ma jerġa' jiġi sajf ieħor, l-Awtorita' Marittima tieħu l-passi meħtieġa mal- Ministeru għall-Ambjent biex dan is-sajf li ġej ma jerġax ikun ta' detriment għall-poplu Malti, għat-turiżmu u għal dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu.", "Ħa nkomplu fuq id-Deep Water Quay.", "Hemmhekk intnefqu eluf ta' liri - u jien qed nistaqsi lill-Ministru biex jara dan għandux jiġi rranġat - li ħadhom il-kuntrattur biex għamilna l-fenders.", "Illum bħala fenders għall- vapuri m'għadhomx jagħmlu tyres imma qed isir lastiku kbir bil-katina ġo fih.", "Il-kuntrattur minflok għamilhom imqabbdin ma' l-eyelids - mal-ħoloq li qegħdin għal tapposta - rabathom ma' postijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn.", "Dawn il-fenders flok ma ntrabtu ma' l-eyelids għamluhom mal- bollards fejn suppost jorbot il-vapur.", "Dan qed ikun ta' periklu għall- vapuri stess, periklu għal dawk il-ħaddiema li ngħidulhom tal-\"longside\" u periklu anke għall-mooring man illi jkun se jorbot għax isib katina u jitfarrak magħha.", "Il-kuntrattur tħallas biex dawn jagħmilhom sura ta' nies u jien qed nitlob lill-Ministru u lill-Awtorita' Marittima biex jerġgħu jaraw dawn l-affarijiet għax m'humiex qegħdin tajjeb.", "Dawn suppost jintrabtu mal-ħoloq għal tapposta għalihom, iżda rabtuhom mal-bollards u qisu ma ġara xejn.", "Dan il-kuntrattur tħallas prezz tajjeb għalihom u x- xogħol ma sarx.", "Tħallas kuntrattur biex sar kollox ġdid, infaqna l-eluf ta' liri u minn dan kollu ma sar xejn.", "Ma sarx għaliex min suppost mar jara kif sar ix-xogħol ma rahx.", "Jekk niġu għall-biċċa l-oħra fejn il-Ministru qal li għandha d-Dwana l- ġdida veru li din ġiet rinovata, imma meta jidħol il-vapur mil-Libja t- taħwid u l-konfużjoni li jkun hemm hija xi ħaġa kbira.", "Meta jaħbtulek kemm vapur tat-turisti u kemm il-ferry li ġejja u sejra l-Libja qed ikollna konfużjoni għax min suppost qed jieħu ħsieb din id-dwana kulħadd qisu jiġi jaqa' u jqum.", "Jien kont tliet darbiet hemm u l-konfużjoni li rajt hemmhekk kienet xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "M'għandux ikun hemm konfużjoni, iktar u iktar meta għandek vapur tat-turisti.", "Il-Ministru m'għandux x'jaqsam biss ma' l-Awtorita' Marittima imma anke ma' tat-taxis.", "Meta jersqu 'l hemm tat-taxis minn kollox jaqilgħulhom.", "Jien nitlob lill-Ministru biex jidħol mal-Ministru responsabbli mit-traffiku biex jara għaliex lil tat- taxis qed jagħmluhielhom impossibbli kull meta jkun hemm vapur tat-turisti jew inkella meta jidħol il-vapur tal-Libja u qed jagħmlulhom demmhom ilma.", "Jien qed nitkellem għax l-Awtorita' Marittima għandha tara li dawn in-nies - li xogħolhom huwa wkoll mat-turisti - m'għandhomx jagħmluhielhom impossibbli ħalli mbagħad jersqu nies li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal- vapuri tat-turisti.", "Hemm min lanqas għandu permess biex iħaddem karozza, aħseb u ara kif jaqbad u jieħu l-ħobż ta' dawn li jridu jgħixu mit-taxis!", "Veru ġibna l-coaches il-ġodda - huma affarijiet sbieħ - imma ma jfissirx li għax ġibna l-coaches il-ġodda dawn nagħmluhom a skapitu ta' ħaddieħor!", "Jekk dawn in-nies iridu jieklu minn hemm kif ikun hemm venda u tneħħihielhom jew tressaqhielhom?", "Qed ngħid li konfużjoni jkun hemm u jien nitlob lill-Ministru li hu responsabbli mit-trasport biex din jidħol fiha.", "Dwar il-Menqa il-Ministru qal li din tnaddfet.", "Illum il-Menqa fejn kien hemm il-faħam, faċċata tal-power station, veru li l-faħam spiċċa minn hemm, imma l-ħajt għadu hemm u ma tnaddafx.", "Ftit ilu meta daħal tanker minħabba li l-Menqa ma ġietx imħammla dan ma kellux pixka u biex iċaqalquh kellhom jidħlu t-tug boats għaliex ma sarx it-tindif li l-Ministru qed jgħid li sar.", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru, hemmhekk ma tnaddafx.", "Jekk tgħaddi min hemm tara li 'l ġewwa għad hemm dgħajjes imkissrin li ħadd ma jaf ta' min huma.", "Jien nistaqsi lill-Ministru jekk ħafna minnhom dawn humiex tajbin għall-iscrap jew humiex tajbin biex iħalluhom hemmhekk.", "Imbagħad jekk tmur in-naħa l-oħra, ftit 'il ġewwa fejn hemm ta' Bezzina u ta' Cassar hemm ċimiterju, biċċiet ta' vapuri mkissrin, biċċiet oħra tal-baħar li qed jiżgumbraw u li huma eyesore.", "Jekk veru hemm id-direttorat li jieħu ħsieb l-ambjent u l-affarijiet li jsiru biex iżommu l-portijiet indaf, fil-port ma jeżistix biss id-Deep Water Quay.", "Fil-port teżisti wkoll in-naħa li qegħdin insemmu hawnhekk.", "Din l-area wkoll għandha titnaddaf imma tant ma tnaddfitx u tant hemm scrap u affarijiet li qegħdin ikunu ta' żgombru, li biżżejjed ngħid li meta ġew biex ħarġu l-vapuri taċ-Ċiniżi kellhom iċaqalqu l-imbarazz kollu li kien hemm u kellhom iċaqalqu wkoll il-vapur Russu.", "GĦaliex għalkemm qed ngħidu li għandna l-Awtorita' Marittima, f'din l-area ma sar xejn u l-imbarazz li kien hemm baqa' hemm.", "Jekk niġu għall-Coal Wharf li suppost sar biex jinħatt is-siment li llum m'għadux jiġi fl-ixkejjer imma fil-bowsers, hemmhekk għandna floating dock li huwa ta' periklu għaliex għandu l-katina tiegħu qegħda 'l barra, la għandu dawl u lanqas xejn fuqu u huwa milqut minn tliet irjiħat.", "Mela filwaqt li qabel vapur kien jorbot u jċaqilquh skond kif idur ir-riħ jekk kien ikollu l-periklu, dan illum irid jorbot wiċċu 'l barra għaliex jekk jitfa' l-ankra jaqbad il-katina tal-floating dock u jekk jiġu biex jorbtuh isibu li ma jistgħux.", "Jiena qed ngħid li l-Awtorita' Marittima għandha tara li l-Port il-Kbir ikun nadif u għandu jkun bini li jista' jimmaniġġja ruħu għaliex jekk se nħallu dawn l-affarijiet bilfors li ma nistgħux ngħidu li għandna port nadif.", "Hija l-Awtorita' Marittima li għandha tara li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru.", "Dawn l-affarijiet jiena għidthom is-sena l- oħra u qalu li dan m'hux veru imma dan xorta baqa' hemm.", "Jien qed ngħid li l-floating dock li hemm f'-Coal Wharf fejn jinħatt is-siment qed ikun ta' periku għan-navigazzjoni.", "Niġu issa għal-Laboratory Wharf li bl-inġenji kollha li hemm fuqu bħalma huma l-cranes qisu wiċċ il-qamar!", "Dan huwa ta' periklu għall-inġenji u għal affarijiet oħra li hemm fuqu għaliex l-art li suppost kellhom jirranġaw ma rranġawha xejn.", "Barra minn hekk hemm nies jew entitajiet li suppost qegħdin fil-port pero' dawn ma jistgħux jaħdmu mill-port.", "Jekk nieħdu l-area taħt l-Isptar ta' Bighi, hemmhekk hemm post li huwa adattat għal dawn l-affarijet imma b'għaġeb kbir flok dan huwa okkupat min-nies li għandhom x'jaqsmu mal-port, huwa okkupat min-nies li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-port - hemm l-Environment Division - u l-entitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-port qegħdin band'oħra.", "U fejn qabel mill-post fejn kienu jistgħu jaraw il-maniġġ tal-port kollu, x'dieħel, x'ħiereġ u affarijiet bħal dawn, illum minn fejn qegħdin ma jistgħu jaraw xejn għaliex qegħdin bejn is-sur u l-ħajt u allura għalkemm huma responsabbi mill-ħruġ u d-dħul tal-vapuri ma jistgħux jikkontrollaw it-traffiku li jkun dieħel u ħiereġ għaliex il-post li għandhom qiegħed magħluq bejn ħajt għoli li nbena issa u bejn is-sur.", "Dan meta hemm dak il-post li diġa' semmejt li huwa adattat għalihom imma flok qiegħed għandhom qiegħed għand nies li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn mal-port.", "Niġi issa għall-ħmieġ li hemm fil-Marsa kollha bil-port b'kollox li hija xi ħaġa tal-biża'.", "Biżżejjed ngħidu li f'biċċa mill-port hemm żewġ barges imkissrin li qegħdin nofshom fuq l-art u nofshom fuq il-baħar.", "Dawn ħadd ma jaf ta' min huma u allura l-Gvern imissu qabad u neħħihom minn hemm u naddaf il-post, u jekk jaf ta' min huma, jara li jħallsu d-dues.", "Jiena ma nafx jekk il-floating dock li semmejt qabel iħallasx dues talli qiegħed hemmhekk u nixtieq li l-Ministru jgħidli.", "L-istess dwar dawn il-biċċiet li qegħdin hemmhekk imma tistaqsi lil min tistaqsi ħadd ma jaf ta' min huma.", "Dawn qed ikunu ta' eyesore u l-Awtorita' Marittima għandha tieħu passi biex dawn jitneħħew minn hemm l-ewwelnett għaliex kif qed ngħid qed ikerrħu l- post u t-tieninett għaliex huma ta' periklu.", "Jien mhux qed ngħid li dan huwa tort tal-Ministru imma jekk dawn m'huma ta' ħadd, allura l-Awtorita' Marittima li għandha dritt fuq il-port għandha tieħu passi biex fejn hemm dawn l-affarijet, dawn jitneħħew.", "Huwa inutli li noqogħdu ngħidu li se nagħmlu moll ġdid, li se nġibu l-cruise liners, li se nġibu turisti ta' klassi għolja - kollha huma affarijiet tajbin - meta fil-port, fil-Menqa u d-dawra kollha sal-Laboratory Wharf u l-Mifsud Verandas għandek dak il- ħmieġ kollu li għalkemm qiegħed fil-baħar m'għandu x'jaqsam xejn mal-baħar.", "Jekk niġu mbagħad għad-dawra tat-toroq tal-port, ngħidu aħna minn fejn il-power station 'l hemm, it-toroq huma orrur u dan ma jagħmlilniex unur.", "Dawn tant fihom ħofor u tant huma mkissrin li ma jagħmlux unur lil pajjiżna meta tara barranin deħlin mill-port, mill-entrata tal-pajjiż, u jaraw dak il-ħmieġ u dawk it-toroq diżastrużi.", "Fuq dan li qed ngħid intnefqu ħafna flus u ntnefqu wkoll flus biex l-Awtorita' Marittima rranġat l-uffiċini tagħha.", "Dawn huma kollha affarijiet tajbin imma meta niġu għall- affarijiet li huma essenzjali fil-port, jinkiteb ħafna fuq il-karta, imbagħad tmur tfittex u ma ssib xejn.", "Biżżejjed ngħidu li bl-insistenza kemm tal-GWU u kemm tan-nies li għandhom x'jaqsmu mal-port bħalma huma aġenti u nies bħal dawn ......", "Intnefqu eluf ta' liri biex inxtraw żewġ laneċ tal-pilots, waħda kontra l-pollution u oħra tad-Dwana, imma ħadd m'hu qed jagħti kas la tal-maintenance tagħhom u lanqas fejn jiġu sorġuti u qisu ma ġara xejn.", "Dawn inxtraw mill-Awtorita' Marittima u għamlet sew li xtrathom għaliex kien hemm bżonnhom, imma la taf jekk hijiex qegħda ssirilhom maintenance tajba u lanqas taf fejn qegħdin jiġu sorġuti u allura jien nitlob lill-Ministru biex dawn l-affarijiet jarahom.", "L-affarijiet tajbin għandek tieħu ħsiebhom u tibża għalihom.", "Niġu issa biex naraw kemm Malta ffirmat konvenzjonijiet ta' l-ILO u ta' l- IMO.", "L-informazzjoni li għandi jien hija li mis-37 konvenzjoni ta' l-ILO ffirmajna biss xi ħamsa u mill-14 ta' l-IMO iffirmajna xi tnejn jew tlieta.", "Jiena din m'iniex qed nagħmilha bi kritika imma nistaqsi lill-Ministru għaliex il-konvenzjonijiet l-oħra li jolqtu x-shipping Malti u anke konvenzjonijiet internazzjonali oħra l-Gvern għadu ma ffirmahomx.", "Il- Ministru qal li fir-Reġistru Malti tax-shipping għamilna suċċess għaliex qed neħilsu mill-vapuri l-qodma u nġibu l-ġodda, pero' rridu niġu koperti bil-konvenzjonijiet kemm ta' l-ILO li jolqtu lill-baħħara u kemm mill- kondizzjonijiet ta' l-IMO.", "Skond l-informazzjoni li għandi dan ma jagħmillux unur lix-shipping Malti.", "Meta jiena nisma' li l-bandiera Maltija għandha ċertu tunnellaġġ - u ċert li x-shipping qed jiġi żagħżugħ kif qed jgħid il-Ministru - dan huwa ta' unur għall-poplu Malti.", "Hawnhekk m'aħniex ngħidu li din hija xi ħaġa ħażina għax għamilha wieħed jew li hija xi ħaġa tajba għaliex għamilha l-ieħor.", "Din hija xi ħaġa li tolqot lill- poplu Malti kollu, li tolqot lin-nazzjon kollu u meta nisimgħu stqarrijiet bħal dawn nieħdu pjaċir.", "Pero' m'għandniex nitħalltu mal-Panama, mal- Bahamas u mal-Greċja!", "Kulħadd jaf li l-bandiera ta' dawn il-portijiet hija flag of convenience u jekk taqra fuq il-kwalita' tal-vapuri li għandhom issib li anke vapur li jkun qed jegħreq jirreġistrawh magħhom, biex inkunu ċari!", "Aħna m'għandniex nħalltu ruħna ma' min hu agħar minna imma għandna nħalltu ruħna ma' min hu aħjar minna.", "Jien nieħu pjaċir li aħna qegħdin 'il fuq daqshekk fix-shipping, imma m'għandniex inkunu 'l fuq għaliex nitħalltu mal-Panama, mal-Baħamas u mal-Greċja.", "Jekk kif qal il-Ministru għamilna dan il-pass, dan huwa unur għall-poplu Malti għaliex qed jaraw li l-bandiera Maltija fi ftit żmien telgħet b'saħħitha daqshekk u telgħet daqshekk għaliex hemm is-serjeta'.", "Jien għalhekk għidt li l-konvenzjonijiet l-oħrajn għandna niffirmawhom u għandna noqogħdu għalihom għaliex jekk irridu li jafdaw lill-bandiera Maltija - kif qed jafdawha - il-bandiera Maltija jrid ikollha ċerta serjeta'.", "Jiena nemmen li għandha ċerta serjeta' għaliex kieku m'għandhiex din is-serjeta' kieku ħadd m'hu se jiġi jirreġistra magħna għaliex trid tkun miġnun biex tirreġista ma' min m'huwiex serju!", "Dan bħal meta tiġi biex tagħmel l-insurance tal-karozza.", "Jekk ikollok karrakka kulħadd jeħles minnha imma jekk ikollok karozza tajba kulħadd imur għand min hu serju.", "U jekk dawn jiġu taħt il-bandiera Maltija sinjal li għandna ċerta' serjeta'.", "Jiena nemmen li żidna t-tunnellaġġ għaliex hemm is-serjeta'.", "Jien ma ngħidx li kollox sejjer ħażin u għamilt dik il-kritika qabel mhux biex ngħid li saru affarijiet ħżiena imma biex niġu aħjar milli aħna għaliex kif għidt fil-bidu jekk l-Awtorita' Marittima timxi ħażin jbati l-poplu Malti għaliex din hija responsabbli lejn il-Gvern u in the long run responsabbli lejn il-poplu Malti.", "Issa ħaġa oħra li għandha x'taqsam ma' l-Awtorita' Marittima - din insemmiha meta niddiskutu t-trasport pubbliku imma xtaqt li ngħid xi ħaġa issa - hija l-kwestjoni tal-monopolji.", "Jiena nixtieq nistaqsi lill- Ministru x'se jiġri 'l quddiem mill-ħaddiema tax-xatt għax l-Awtorita' Marittima indirettament hija responsabbli minn dawn il-ħaddiema.", "Jekk għada nidħlu fl-Unjoni Ewropea dawn il-ħaddiema se jibqa' jkollhom l-istess drittijiet jew se jiġrilhom bħalma ġralhom il-barklori li kellhom il- liċenzja?", "Dawn għad għandhom il-liċenzja imma l-liċenzja ma tistax issajjarha u tiekolha!", "Dak li qed igawdu llum dawn il-ħaddiema rebħuh bis- saħħa tal-General Workers' Union u bis-saħħa tax-xogħol li għamlu għaliex tajjeb ngħidu li l-ħaddiema tax-xatt mhux dejjem kellhom il-privileġġi, il- paga ggarantita, il-leave u l-benefiċċji li għandhom illum.", "Dawn rebħuhom matul is-snin bis-sagrifiċċji li għamlu u kulħadd jaf li l-ħaddiem tax-xatt qabel - m'iniex qed nirriferi għal 20 sena ilu imma qed nirriferi għal qabel l-1971 biex ma mmurx lura sa l-1955 meta lanqas kienu għadhom organizzati u kien dak iż-żmien li bdew jorganizzaw ruħhom u llum ħafna minna jħarsu lejn il-ħaddiema tax-xatt bħala nies li għandhom privileġġi - kien ġieli jaqla Lm100 u ġieli ġie xahar fejn ma kien jaqla' xejn.", "Fiż-żmien meta kont naħdem ix-xatt jien kien hemm il-Port Labour Joint Council - illum għadu jeżisti - li kien magħmul mill-ħaddiema tax-xatt, mill-aġenti u minn kull min kellu x'jaqsam max-xatt u kienu jsiru l-laqgħat u wara li jkunu saru l-laqgħat il-proposti tagħhom kienu jmorru għand il- Ministru responsabbli u ssir liġi.", "Hekk kienu jsiru l-liġijiet li jirrigwardaw ix-xatt.", "Illum dan il-Council ftit għadu jiltaqa' u l-ħaddiem tax-xatt illum ma jafx x'sejjer isir minnu għada u hux se jaqa' kollox f'idejn il-privat biex imbagħad isib ċerti gajjijiet oħra jaħdmu miegħu bħalma qed jipprova jiġri ġo l-Air Malta u fl-MIA.", "Jien qed nistaqsi lill- Ministru jekk dawn il-ħaddiema għandhomx garanzija li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea hux se jiġrilhom bħall-ħaddiema tax-xatt ta' l-Amerika, ta' l- Olanda, tal-Ġermanja, ta' l-Ingilterra u tal-Greċja li għalkemm ikollhom il-liċenzja biex jaħdmu x-xatt isibu l-aġenti jew min għandu x'jaqsam max- xatt li jkollhom id-dritt li jkollhom il-gajjijiet u l-kumpanniji tagħhom u jaħdmu bihom.", "Aħna diġa' rajna foremen li kellhom id-dritt li jaħdmu d-Deep Water Quay u meta marru l-freeport, għalkemm kienu saru ħafna arranġamenti, dawn tilfu kollox u llum l-aġent li jkollu x-xogħol il-freeport jgħidilhom: M'għandix x'naqsam u m'għandix bżonn foremen.", "Il-ħaddiema tax-xatt sal-lum għandhom kollox assigurat u jħott fejn iħott u jmur fejn imur vapur dawn għandhom id- dritt li jħottuh huma biss.", "Is-sitwazzjoni qiegħda hekk mhux għax kienet użanza imma għaliex kienet saret liġi wara ħafna sagrifiċċji.", "Lil dawn il- ħaddiema qabel kulħadd kien jarmihom u jagħtihom bis-sieq u wisq nibża' li għalkemm dawn illum għandhom il-liċenzja għad jiġi żmien li din ma tkun tfisser xejn għall-ħaddiema ħlief sempliċement biċċa karta.", "Jien illum nixtieq li l-Ministru jagħtina assigurazzjoni li dawn il-ħaddiema m'humiex se jiġu fl-istess pożizzjoni li ġew sħabhom ħaddiema li jaħdmu f'portijiet tal-Mediterran li qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena nitlob lill-Ministru biex jagħti assigurazzjoni lill-ħaddiema tax-xatt li din ma tiġrix bħalma ġara meta kienet qed ittektek li l-Gozo Channel kienu se joħorġu liċenzji lil ħaddieħor privat.", "Lil dan l-Awtorita' Marittima - jew il-Gvern - l-ewwel tagħtu l-permess biex iġib il-vapuri għaliex qalulu li se jaħdem mix-xatt tal-Belt għal Għawdex imbagħad f'daqqa waħda - ħadd ma jaf kif - il-vapuri li kellha l- Gozo Channel b'kumbinazzjoni jew b'miraklu bdew jaħbtu wieħed wieħed max- xatt u f'temp ta' xahar ġew kollha obsolete u l-vapuri li ġabet il- kumpannija privata inxtraw mill-Gozo Channel u sal-lum għadna ma nafux kemm ħallset għalihom il-Gozo Channel.", "Issa ma rridux ninsew li l-Gozo Channel kienet bagħtet nies barra minn Malta biex jaraw u jixtru vapuri, dawn ġew bir-rapporti u f'daqqa waħda dawn xtraw iż-żewġ vapuri ta' din il- kumpannija privata.", "Issemmiet somma fenomenali pero' ħadd ma jaf kemm inxtraw u jien kont għamilt domanda u rrispondewni li peress li din hija entita kummerċjali mhux sewwa li jgħidu kemm inxtraw.", "Veru li din hija entita' kummerċjali imma hija wkoll entita' tal-poplu Malti.", "Tkun l-isbaħ ħaġa kieku ngħidu li l-Awtorita' Marittima hija awtonoma u taqbad tonfoq Lm2 miljun u ngħidu din m'għandhiex x'taqsam, imma ma naħsibx li għaliex entita' kummerċjali tkun privata m'għadhiex dritt tgħid kemm nefqet għal dawn il-vapuri.", "Għaliex?", "Għaliex forsi nefqet ftit u qablilha u forsi nefqet ħafna u ma qablilhiex.", "Il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf dawn l- affarijiet.", "Il-Ministru semma wkoll il-kwestjoni tal-yacht marinas.", "Veru għandna l- yacht marinas u hija ħaġa li lilna ma ddejaqniex imma mhux ngħidu li għaliex għandna so much yachts kollox miexi tajjeb u għaliex għamilna dwana Għawdex u bdejna nieħdu responsabilita' ta' dawn il-yachts b'daqshekk qisu ħadd ma jaf xejn u ma ġara xejn.", "Din hija ħaġa sabiħa imma fir-rapport daqshekk biss għandna, ma jsemmix il-kwestjonijiet u d-diffikultajiet li qed isibu dawk li għandhom il-yachts.", "Il-Ministru jaf b'dawn id- diffikultajiet u jekk ma jafhomx nitlob lill-Ministru jara dawn l- affarijiet għaliex m'hijiex ħaġa sewwa li tgħid li għandna kollox sewwa fil- yacht marinas u li żidna l-berths u li għandna so much yachts u so much barranin li qegħdin jorbtu l-yachts tagħhom hemm u ma ssemmix id- diffikultajiet u l-ostakoli li qegħdin isibu dawn biex jiġu u jorbtu Malta.", "Huwa tajjeb li nżidu l-yacht marinas imma jiena nifhem ukoll li għandna nżiduhom bil-għaqal biex ma jkollniex il-problemi li għandna llum.", "Dwar il-portijiet, Mr Speaker, ngħid li kemm jekk nieħdu l-port ta' San Pawl il-Baħar, kemm jekk nieħdu l-port ta' Birżebbuġa kif ukoll jekk nieħdu l-port ta' Wied-il Għajn - portijiet li wkoll għandha x'taqsam magħhom il- Maritime Authority - naraw li m'aħniex nieħdu ħsiebhom kif suppost.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex billi noqogħdu nitkellmu fuq is-safety u ngħidu li min irid imur jgħum illum jista' jagħmel hekk b'moħħu mistrieħ ...", "Veru li fuq il-karta għandna ħafna affarijiet sbieħ - jien immur ngħum bħalma naħseb li jagħmel il-Ministru - imma imbagħad meta niġu għall-fatti qed naraw ħafna diffikultajiet.", "Il-Ministru qal li jrid ikun hemm ħafna kooperazzjoni bejn il-ministeri, imma jien ngħidlu li jekk għandu kooperazzjoni fuq kollox fuq dawn l-affarijiet żgur li m'għandux.", "F'dawn il-bajjiet li semmejt wieħed jista' jara inġenji tal-baħar jidħlu fejn mhux suppost u ma jkellimhom ħadd.", "Saru seminars fuq is-safety u kien hemm ħafna li attendew għalihom - madwar 900 kif qal il-Ministru - pero' jien nitlob lill-Ministru biex jara dawn l-affarijiet għaliex mhux veru li hemm safety fl-ibħra fejn semmejna għaliex kulħadd għamel li ried u min kellu jieħu passi kontra tahom ma ħadhomx; jew forsi ttieħdu xi ftit 'l hawn u 'l hinn.", "Mr Speaker, qabel ma nagħlaq nixtieq nistaqsi xi domandi rigward il- balance sheet tar-rapporti li għandna.", "L-ewwelnett irrid nistaqsi għaliex fl-1995 fil-current assets għandna biss Lm0.5 f'deposits.", "Imbagħad nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-qabża kbira ta' 'l fuq minn Lm40,000 li hemm fuq salaries and staff costs bejn l-actual ta' l-1994/95 u l-estimates għall- 1995/96.", "Jien nixtieq li l-Ministru meta jkun qed jagħmel l-ispjegazzjoni tiegħu jitkellem dwar dan.", "Hemm qabża oħra kbira fl-administration expenses bejn l-actual ta' l-1994/95 u l-estimates ta' l-1995/96.", "Nixtieq ukoll li l-Ministru jispjegalna ċ-ċifri li għandna mniżżlin fl-investing activities - payments for tangible fixed assets u fuq il-qabża kbira li hemm hemm fl-appropriation to Government of Malta bejn l-estimates għall- 1995/96 u l-actual 1994/95.", "Mr Speaker, filwaqt li nħoss li mill-Maritime Authority sar progress - ma tistax toqgħod tgħid li sar kollox ħażin; jien ma ngħidx hekk għaliex kif għidt qabel dawn huma affarijiet li nemmen li saru - fuq affarijiet oħra li semmejt jien u li semmejthom ukoll is-sena l-oħra ma sar xejn.", "Hemm affarijiet li marru għall-agħar u jiena nixtieq li l-Awtorita' Marittima tieħu l-passi meħtieġa biex dawn id-diverġenzi u nuqqasijiet li hemm fil-portijiet, speċjalment fil-Port il-Kbir, jiġu rranġati.", "Ħaġa oħra li ridt insemmi qabel ma nagħlaq li qiegħda ddejjaq lil kulħadd u li hija wkoll responsabilita' tal-Ministru hija l-kwestjoni tal- vapuri ta' Għawdex.", "Ħinijiet ta' tluq ma jeżistux u tara nies hemmhekk jistennew meta jkun hemm vapur qiegħed hemmhekk għalxejn.", "Ikun hemm turisti li forsi jkunu jridu jaqbdu ajruplan u dawn mingħalihom ikunu se jitilgħu fuq vapur li minflok jitlaq fit-3.00p.m. jitlaq fit-3.30p.m., imbagħad tat-3.30p.m. jitlaq fl-4.00p.m. u ta' l-4.00p.m. ma jsirx jew inkella trid tistenna vapur ġej minn Malta meta diġa' jkun hemm żewġ vapuri sorġuti.", "Jekk tmur tistaqsi kulħadd jgħid li mhux hu responsabbli.", "Din tedjanti ħafna.", "Inutli ngħidu li aħna għandna vapuri ġejjin u sejrin meta ma nżommux il- ħinijiet.", "Din hija xi ħaġa li qegħda ddejjaq lill-passiġġieri.", "Jiena għamilt rapporti personalment imma kemm kemm ma jgħaddukx biż-żmien.", "M'hux fair li inti mingħalik se taqbad il-vapur tas-2.00 p.m. u ma ssibux għaliex ikun għadu kemm telaq minn Malta - u hemmhekk ikun hemm żewġ vapuri sorġuti - u trid tistennih.", "Dan m'huwiex qiegħed jagħmel unur lil pajjiżna.", "Jiena nagħlaq billi ngħid li l-Awtorita' Marittima hija responsabbli m'hux lejn il-Gvern biss imma lejn il-poplu Malti.", "Xogħolha jrid jidher bilfors għaliex qiegħda tmexxi xi ħaġa li hija vitali għall-poplu Malti, xi ħaġa li hija l-pulmun tal-pajjiż, il-pulmun minn fejn jidħlu t-turisti kif qal il-Ministu u kif ukoll il-merkanzija.", "GĦalhekk jiena nitlob li l- Awtorita' Marittima tieħu ħsieb dawk l-affarijiet li sal-lum għadu ħadd ma ta kashom u tieħu ħsieb ukoll il-ħmieġ li semmejt ħalli sena oħra ma nerġgħux niġu hawn u nitkellmu fuq l-istess affarijiet imma nitkellmu fuq affarijiet oħra li suppost tkun għamlet u forsi tkun għadha ma għamlithomx.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimakri?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Konformi ma' dak li hu mitlub minna mill- parent Act u t-twaqqif ta' l-Awtorita' Marittima niġu hawn biex ikollna diskussjoni u l-eventwali approvazzjoni ta' l-estimi ta' din l-awtorita'.", "Is-sena li għaddiet jien kont għidt li ma kienx hemm mument aktar propizju biex jitressqu l-estimi għaliex kienet qiegħda ssir ir-Ratifika tal-Liġi tal-Baħar.", "Wara tant ġlied u wara tant diskussjonijet mill-1958 'il quddiem kien proprju f'dak il-mument li ġew diskussi l-estimi f'dan il-Parlament.", "Din is-sena qegħdin niddiskutu l-Estimi ta' l-Awtorita' Marittima proprju fi żmien meta l-International Maritime Organisation qiegħda toħroġ patafjun ta' konvenzjonijiet sabiex tissensibilizza l-opinjoni ta' l-awtoritajiet marittimi mad-dinja kollha.", "Allura jagħmel aktar sens dak li għadu kif fisser il-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Debono Grech li jinsisti li l- konvenzjonijiet naderixxu għalihom u nirratifikawhom.", "Waqt li nafu li l- istorja marittima tagħna suppost hija rikka u waħda li titlob li kull gvern bħala gvern jikkonsidra dan li qed ngħid, ħafna mill-konvenzjonijiet bażilari li għandna m'humiex parti mil-liġi tagħna u m'humiex enshrined fis- sistema tagħna.", "'Il quddiem nistgħu wkoll nagħmlu riferenza, per eżempju, għall-qasam ta' l-ILO.", "F'dan il-qasam għandek dak li huwa l-welfare tal- ħaddiem tal-baħar li tista' tgħid li m'huwiex protett b'liġi ad hoc.", "Kif fisser il-Ministru s-sena li għaddiet irid ikollna l-opportunita' li dawn l- affarijiet ngħiduhom ċar u tond għaliex jekk il-Ministru dak inhar kien qal li l-Awtorita' Marittima għandha bħala għan dak li tkompli tgħin fl- iżvilupp ta' Malta f'ċentru marittimu internazzjonali ta' fama anke bl-użu tar-riżorsi tagħha, irridu naraw li jkollna wkoll il-mekkaniżmu u l- istruttura legali perfetta u korretta li fiha aħna nkunu nistgħu naħdmu.", "Fil-fatt, naħseb li nkun qed infisser tajjeb meta ngħid li dan l-aħħar intqal li port huwa safe \"if a particular ship can reach it, use it and return from it without being exposed to danger which cannot be avoided by good navigation and seamanship.\".", "X'qegħdin nipprovaw ngħidu hawnhekk?", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li jekk irridu nitkellmu fuq awtorita' marittima serja dawn l-affarijiet trid taħseb fuqhom.", "Nafu li l-Awtorita' Marittima ġiet ikkritikata fil-gazzetti u hemm xi każijiet li nistgħu nagħmlu riferenza għalihom aktar 'il quddiem.", "Nistgħu ngħidu li l-funzjonijiet tal- portijiet tagħna ma jistgħux jiġu utilizzati b'mod tajjeb jekk barra good seamanship ma jkollokx good navigation.", "GĦalhekk huwa tajjeb li nitkellmu fuq safety at sea imma huwa importanti wkoll li nitkellmu fuq navigazzjoni korretta u tajba.", "Inutili li l-vapuri ma jkunux f'pożizzjoni li jbaħħru u inutili li fil-portijiet tagħna nilqgħu vapuri li m'humiex ta' kwalita' għaliex allura l-portijiet nirrenduhom post fejn jiġi kulħadd.", "Irridu nkunu verament kawti u verament serji fuq dan il-punt u jekk qegħdin ngħidu li dan irid isir dan għandna nagħmluh filwaqt li nsaħħu t-tradizzjonijiet marittimi tagħna għaliex ma rridux li dawn jiġu mittiefsa filwaqt li nirrikonoxxu l-istandards internazzjonali.", "Imma ejja nieqfu ftit hawnhekk.", "Jiena semmejt l-IMO u l-ILO, imma hemm konvenzjonijiet oħra.", "Il-Konvenzjoni ta' Ruma, per eżempju, titkellem fuq is-suppression of unlawful acts at sea, jiġifieri t-twaqqif ta' kull attentat fuq il-baħar li mhux suppost isir.", "Hawnhekk nieqaf naħseb ftit u ngħid: Jekk għallinqas din il-konvenzjoni ma rratifikajniehiex - kif qalli l-Ministru de Marco għal domanda li għamiltru fil-Parlament - il-Kodiċi Kriminali ta' pajjiżna fl-artiklu 5 tiegħu fejn jitkellem fuq il-ġurisdizzjoni territorjali tal- pajjiż, qiegħed ikopri dawn ir-reati?", "Jien ndagajt u sibt li dawn ma jkoprihomx.", "Mela inutli li aħna ngħidu li rridu naraw kif nimxu 'l quddiem ħalli nirratifikaw il-konvenzjonijiet.", "Forsi bil-mod kif esprima ruħu l- Onor. Joe Debono Grech din ma ħarġitx daqshekk ċara, imma jagħmel ħafna sens li meta nitkellmu fuq l-Awtorita' Marittima ngħidu li jrid ikollna struttura mill-aktar kompleta, struttura legali li ttendi lejn il-ġustizzja u li ttendi lejn ir-razzjonalita', imma struttura legali li ttendi lejn l- effettivita' u lejn il-kompletezza.", "Jiena ngħid li mhux biss wasal iż- żmien li din il-konvenzjoni u konvenzjonijiet oħrajn naraw kif ninkorporawhom imma hemm bżonn ukoll li nagħmlu kodiċi marittimu li jinkorpora dawn it-tip ta' konvenzjonijiet.", "U mhux biss dan.", "GĦaliex, per eżempju, ħadd għadu ma ħaseb sabiex ikollna s-seafarers' welfare at sea and port act?", "GĦaliex m'għandux ikollna difiża ċara tad-drittijiet tal- ħaddiema?", "Fejn huma d-drittijiet tal-ħaddiema?", "Qabel konna ngħidu li s- safety at sea mhijiex xi ħaġa li għandha tikkonċerna l-leġislatur.", "Forsi hawnhekk qed nitkellem bħala legali f'din l-area li hija l-area ta' l- ispjeċalita' tiegħi pero' l-liġijiet tagħna f'dan il-kamp huma sadly lacking.", "Lanqas m'aħna qegħdin ngħidu: Ejja naraw x'għandna u nipprovaw niġbru dawn il-leġislazzjonijiet b'mod li nagħtu aktar protezzjoni anke lill- ħaddiema tax-xatt .", "L-Onor.", "Debono Grech qal li forsi fil-ħamsinijiet ma konniex hekk u llum hawn min jgħid li l-ħaddiema tax-xatt huma aktar privileġġjati, imma s-seafarer kemm qegħdin nipproteġuh?", "Kemm qed nipproteġu d-drittijiet tiegħu fuq il-post tax-xogħol meta l-baħar ikun f'sitwazzjoni li ma jistax ibaħħar fih?", "Il-liġi tagħna ma titkellem xejn fuq welfare facilities u s-servizzi li għandhom ikunu ta' benefiċċju għal ħaddiem on board.", "GĦandu jkun hemm ukoll reviżjoni ta' dawn il- faċilitajiet tal-welfare u tas-servizzi.", "U għaliex dan qed ngħiduh hawnhekk?", "GĦaliex meta napprovaw - jew ma napprovawx - l-estimi kif qed jiġu ppreżentati huwa importanti li ngħidu: Dawn huma flus il-poplu u għalhekk rridu noqogħdu attenti u naraw li jintnefqu fl-aħjar interess anke tal-ħaddiema.", "Hemm ukoll il-contract of employment u l-penalty clauses li jistgħu jsiru u dawn jistgħu jsiru b'mod għad-difiża tal-ħaddiem u fl- istess ħin tal-pajjiż, imma ma nistax niftaħ ħafna fuq dan l-argument għaliex irid jitkellem l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Imma għandu jkun hemm enforcement?", "Dażgur li għandu jkun hemm enforcement u safety committees!", "Naf li s-safety committees jeżistu imma ma tantx għandhom snien biex jigdmu fejn hemm bżonn.", "Dan huwa x'kelli xi ngħid fuq dan l-aspett.", "Niġu issa għas-safety awareness.", "F'\"The Times\" kien hemm rapport dwar ħabta bejn il-\"Pocket Rocket\" u l-ispeed boat \"Vincienne\" waqt li kien hawn it-tellieqa tar-Royal Malta Yacht Club u b'riżultat ta' din il-ħabta l- Maritime Authority fetħet inkjesta.", "Hawnhekk qed jingħad li rridu noqogħdu wkoll attenti għat-trafffic lanes.", "F'dan ir-rapport jingħad:", "\"The way sea traffic is increasing is becoming more and more dangerous.", "People become overconfident and take chances.", "Our laws are sadly lacking.\".", "Veru li huwa tajjeb li nitkellmu fuq il-prattiċita' imma jien qomt biex nitkellem għaliex aħna rarament ngħidu li m'għandniex enforcement measures, li m'għandniex difiża għall-ħaddiem u li m'għandniex bilanċ bejn l- interessi ta' min ibaħħar u min qiegħed joffri s-servizz.", "Jiena nagħlaq biex jitkellem l-Onor.", "Joe Mizzi u nagħlaq b'dan il-punt.", "Illum għandna Ministru lill-Onor.", "Frendo u qabel kien hemm il-Minstru Fenech imma nispera li l-Ministru Frendo ma jagħmilx dak li għamel il- Ministru Fenech.", "Hawnhekk għandi żewġ karti li lest inpoġġihom fuq il- Mejda tal-Kamra fuq kiri ta' post tal-Gvern avvjat għal użu ta' snack bar u bar fil-kumpless ta' l-Imsida Marina lis-Sur Albert Bone.", "Meta l-Onor.", "Joe Fenech kien Segretarju Parlamentari lil dan qallu sabiex il-billiard table full size, is-sett boċċi antiki, żewġ stikek twal u xi affarijiet oħra jagħtihomlu.", "Dan l-individwu qallu: Mela dawn affarijiet li nagħtihomlok?", "Dawn proprjeta' tal-Gvern.", "Kif tridni nagħtihomlok?", "L- Onor. Fenech qallu: Agħtihomli, mhux jien il-Ministru?", "U dan tahomlu.", "Hawnhekk hawn il-firma ta' l-Onor.", "Fenech li ġġib id-data ta' l-20 ta' Ottubru, 1990.", "Issa jien irrid inkun naf x'kien il-consideration of money, jekk dan huwa veru.", "Huwa importanti li l-affarijiet isiru bi trasparenza ħalli l-Awtorita' Marittima timxi 'l quddiem kif minn qalbi tant nixtieqilha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi se nipprova ngħid xi ħaġa dwar dak li qal il-MInistru.", "Il-Ministru qal li fin-numru ta' reġistrazzjoni ta' bastimenti taħt il-bandiera Maltija mill-għaxar post tlajna għat-tmien post fost l-akbar fid-dinja.", "Il-Ministru din semmiha, pero' naf li jemmen ħafna bit-trasparenza u nesa jsemmi li ftit xhur ilu aħna konna fir-raba' post fost dawk il-pajjiżi tal-bandiera ta' mistħija u issa ġejna fl-ewwel post!", "Din nesa jsemmiha l-Ministru imma jsemmi biss fejn jaqbillu.", "Dan mhux qed ngħidu b'disprezz lejn il-bandiera Maltija, anzi qed ngħidu biex nuru fir-realta' fejn ninsabu ħalli nirranġaw is- sitwazzjoni.", "Ħa nispjega wkoll xi affarijiet li l-Ministru beda jitkellem fuqhom.", "Il-Ministru jħobb isemmi t-tunnellaġġ u ma jsemmix numri għax meta inti tikkompara t-tunnellaġġ tal-bastimenti ma jkollokx stampa ċara.", "Allura jien issa se nitkellem fuq numru ta' bastimenti mhux fuq it-tunnellaġġ reġistrat.", "Per eżempju, jien nista' ngħidlu lill-Ministru illi fost bastimenti illi l-iktar li jkollhom inċidenti fuq il-baħar hemm il- bastimenti li jgħidulhom bulk carriers.", "Jien persważ li taħt il-bandiera Maltija hemm ħafna bulk carriers reġistrati.", "Sfortunatament bejn l-1993 u l-1994 għerqu 18-il bulk carrier fid-dinja kollha.", "Ħaġa ta' l-iskantament tlieta minnhom kienu Maltin jew aħjar 16.6% tat-total ta' bulk carriers li għerqu kienu taħt bandiera Maltija.", "Jekk issib il-persentaġġ ta' bastimenti kkomparat mal-persentaġġ tal-bastimenti rreġistrati mad-dinja kollha ssib li għandna - anke bin-numru ta' bastimenti li ġew reġistrati dan l-aħħar - xi 1.6%.", "Meta tara dawn l-affarijiet tkun taf ir-realta' tas- sitwazzjoni li tinsab fiha l-bandiera Maltija.", "Dawn l-affarijiet imissu jispjega l-Ministru.", "Ma nsemmix l-inċidenti li jseħħu fuq bastimenti Maltin jekk tikkomparahom ma' bastimenti oħra għax huwa numru kbir ukoll.", "Dan spjegajtu fi ftit ħin biex nuri lill-Ministru li meta jispjega għandu jispjega kollox, mhux jgħid illi mill-għaxar post ġejna fit-tmien post fost l-iktar pajjiżi li għandhom bastimenti reġistrati.", "Il-Ministru wkoll ta x'jifhem illi aħna serji u kollox miexi bis- serjeta'.", "Jien infakkru illi f'risposta għal mistoqsija parlamentari li kien ta kien semma li kien hemm żewġ bastimenti illi kisru s-sanzjonijiet, fosthom semma wieħed li kien jismu Jadran Express??.", "Fuq it-television Taljan kien issemma li dan il-bastiment li huwa reġistrat taħt bandiera Maltija kien qed jittraffika l-armi.", "Ħaġa ta' l-iskantament il-Ministru stess hawnhekk qal illi dawn huma ħwejjeġ li ddeċidew fuqhom l-awtoritajiet barranin, iżda meta mbagħad għamilt mistoqsija parlamentari rigward dan l- istess bastiment qalli li l-każ għadu sub judice.", "Jien ma nistax nifhem.", "Il-każ għadu sub judice jew iddeċidew fuqu?", "Issa dan il-bastiment inbidillu ismu u reġa' ġie reġistrat taħt bandiera Maltija.", "Ħaġa ta' l- iskantament il-Gvern Malti daħal biex jerġa' jirreġistrah taħt bandiera Maltija.", "Jien nistaqsi lill-Ministru għaliex daħal il-Gvern Malti meta l- Ministru stess kien qal illi dan kiser is-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda.", "Għalhekk qed nistaqsih is-serjeta' fejnha.", "Ħalli ngħid ukoll dwar is-safety tal-bastimenti.", "Il-Ministru qed jiftaħar illi issa l-bastimenti huma tajbin għax qegħdin nispezzjonawhom.", "Eżempju wieħed se nsemmilek.", "Ħa nibda bil-każ tal-bastiment il-ferry l- \"Island Seaway\" li jġorr passiġġieri u karozzi.", "Taf li din il-ferry boat li tant ftaħru biha li se tkun tagħmel din il-linja għandha life boats mhux marbutin f'posthom u ċċertifikata sabiex iġġorr 12-il passiġġier biss.", "Tista' temminha din!", "Kif nista' nemmen li ġġorr 12-il passiġġier biss meta ftaħru tant li b'din il-ferry l-ġdida se jiżdied is-servizz bejn Malta u Sqallija!", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux u affarijiet li wieħed irid jara bis-serjeta' x'inhu jiġri, mhux imbilli noqogħdu nparlaw u ngħidu li spezzjonajna dan l-ammont ta' tunnellaġġ.", "Forsi għalhekk il-Ministru jieħu pjaċir isemmi t-tunnellaġġ u ma jsemmix in-numru ta' bastimenti għax jista' jkollok bastiment wieħed ta' 30,000 tunnellata minn total ta' 40,000 tunnellata reġistrat f'pajjiżek, imma jista' wkoll ikollok 30 bastiment ta' 1,000 tunnellata 'l wieħed u t-total xorta jitla' għal 30,000 tunnellata.", "Mela jekk inti spezzjonajt 30,000 tunnellata tista' tkun spezzjonajt bastiment wieħed u tista' tkun spezzjonajt 30 bastiment.", "Jiġifieri hemm xi naqra tad-differenza!", "Imbagħad qed jgħid li hemm is-sigurta' fil-portijiet tagħna.", "Waqt dibattitu jien kont għidtlek tispjegali kif bastiment ħarab mill-port u inti għidtli li mhux it-tort tal- Maritime Authority għax din hija serja.", "Jien għidtlek: Mela tajjeb!", "Il-Maritime Authority hija serja u ħarbilha bastiment, kumbinazzjoni tlett ijiem wara li għidtlu ħarab bastiment ieħor.", "Il-Maritime Authority serja u ħarbulha żewġ bastimenti!", "Mela li kieku ma kenitx serja l-Maritime Authority x'kien jiġri!", "Kont tmur il-Barrakka ta' Fuq, tħares lejn il-Port u ma tara xejn fil-Port, jew inkella tħares mill- Barrakka ta' Fuq u tibda tara l-laneċ deħlin bin-nies klandestini jniżżlu n- nies 'l hawn u 'l hemm?!", "Inkella tħares barra l-Port minn fuq il-Barrakka ta' Fuq u tara xi lanċa bin-nies klandestini weqfin għax tiqfilhom il-lanċa bil-ħsara!", "B'hekk jaqbduhom għax kieku lanqas jaqbduhom!", "Jew inkella tant temmnu fit-trasparenza li lanqas taraw il-bastimenti jaħarbu għax jisparixxi kollox!", "It-trasparenza tant hi qawwija fil-Maritime Authority - bħalma kienet fit-Telemalta - illi lanqas il-bastimenti ma taraw jaħarbu!", "Dawn huma affarijiet ta' min jagħti kashom u din il-kritika ssir biex l- affarijiet tirranġawhom.", "Ħalli nuri iktar fejn hi s-serjeta' tal-Maritime Authority.", "Hemm il-PCCU co-ordinator li jikkordina l-kontroll dwar it-tniġġis li ma jaqax taħt il- Maritime Authority.", "Imbagħad il-Maritime Authority għandha l-prevention.", "Tajjeb wieħed isemmi li f'dan il-Parlament f'mistoqsija supplimentari jien diġa' qajjimt każ speċifiku u se nerġa' nsemmih.", "Jien għidt li bastiment tal-bunkering is-\"St Elmo\" fis-6 ta' Awissu ta' din is-sena għabba żewġ tipi ta' bunkers fl-istess ħin u dan kontra l-liġi - ma tistax tgħabbihom fl-istess ħin - bi tnejn min-nies biss abbord - kontra l-liġi wkoll - u kien hemm watchman waqt li qed jgħabbu li huwa kontra l-liġi wkoll.", "Din it- tagħbija tal-bunkers kienet qed issir fuq struzzjonijiet taċ-Chairman ta' l- MOBC.", "Il-Maritime Authority ġiet informata dwar dan; jien naħseb li ħadet passi bis-serjeta' fuq dan, imma x'ġara?", "Ġara illi ċ-chief officer li kien fuq il-bastiment li kien stranġier ma deherx iktar abbord.", "Għaliex?", "Spiċċawh, ħarab, telquh?!", "Kif titilqu meta hemm każ bħal dan li tefa' ż- żejt fil-baħar waqt li kien qed jgħabbi dawn iż-żewġ tipi ta' fuel li mhux suppost jgħabbihom?", "Kif tħallih jaħrab, tħallih jitlaq, isiefer jew iġġegħluh jitlaq biex ma jkunx jista' jagħti x-xiehda tiegħu meta jkun hemm bżonn?!", "Imma l-iktar vilta' hi illi ċ-Chairman ta' l-MOBC ħadd għadu sal-lum ma ħa passi kontrih.", "Li kieku konna f'pajjiż ieħor fuq ħaġa bħal din kienu jiżgradawh minn hemm, issir inkjesta biex toħroġ il-verita' u jieħdu passi kontra kulħadd.", "Imma forsi għax iċ-Chairman ta' l-MOBC huwa kulur blu huwa bi dritt u mhux bi pjaċir li ma jittieħdux passi kontrih!", "Dawn huma affarijiet li wieħed jibda jinkwieta fuqhom li qed isiru ġo pajjiżna meta dak iż-żejt li qed jinxteħet ġol-baħar jista' jħalli diżastru f'pajjiżna.", "Wara li għamilt xi mistoqsijiet supplimentari u wara li l-Ministru għall- Ambjent kien wegħedni li se jinvestiga u se jieħu passi, illum nistenna li l-Ministru Frendo li għandu id-dettalji kollha - għax kellmu l-Ministru għall-Ambjent - jagħtini risposta u jgħidli x'passi ttieħdu kontra ċ- Chairman ta' l-MOBC.", "Illum dan nistennih għax kieku qed ninformah issa ngħid paċenzja, imma jien ili li qajjimt dan il-każ fil-Parlament u llum nistenna li l-Ministru jgħidli eżatt x'passi ttieħdu.", "Il-Marsa fejn se jsir dak il-purifikazzjoni ta' l-iskart taż-żejt li jibqa' ġol-bastimenti, din il-kumpannija bħalissa qed tiġbor l-iskart mill- bastimenti taż-żejt u qed tieħdu Manoel Island.", "Ħaġa ta' l-iskantament dan iż-żejt qed jitfgħuh ġo tankijiet, qed joħroġ fl-art u qed imur ġol-blat.", "Il-Maritime Authority taf bih dan u taf xi ħsara tista' ssir.", "Imma x'inhu jsir?", "Nispera li dak li qed jiġri f'Manoel Island ma jiġrix fil-Marsa meta jibdew jaħdmu l-Marsa.", "Għalhekk qed ngħid dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, peress li m'għandix ħin bilfors illi jkolli naqbeż fuq ċerti punti u biex nuri s-serjeta' u biex nuri kemm huma trasparenti tal-Maritime Authority irrid ngħid illi dan l-aħħar issemma it-tender ta' xi aperturi u għamara illi fuqha nfetħet kawża fil-qorti.", "Dawn qed jikkontestaw li l- affarijiet ma sarux kif suppost.", "Hemmhekk tibda taħseb u tgħid li hemm raġuni għaliex meta tibda tara affarijiet oħra li qed isiru l-istess tgħid: Mela allura xi ħaġa hemm ħażin.", "Per eżempju, meta tara l-mollijiet li qed isiru ssib illi fiż-żmien li suppost kellhom ikunu lesti ma tlestewx u x- xogħol ma sarx kif kellu jsir.", "Imbagħad issib illi toħroġ ukoll tender biex tinxtara lanċa - din it-tender kellha tagħlaq fl-14 ta' Novembru - u d-data ta' l-għeluq ġiet estiża sabiex xi ħadd li ma kienx tefa' t-tender sa l-14 ta' Novembru issa jkun jista' jitfagħha għax it-tender issa se tagħlaq fis-7 ta' Diċembru.", "Fosthom hemm ta' l-Aquastar.", "Meta tibda tara dawn l-affarijiet maħdumin bizzilla tibda wkoll tissuspetta illi l- korruzzjoni qed tidħol fil-Maritime Authority wkoll u fil-beraħ u bla ħabi.", "Jien nistenna lill-Ministru jgħidli x'se jsir meta t-tender tagħlaq fis-7 ta' Diċembru.", "Imbagħad nitkellmu għax dawn l-affarijiet ma jitwemmnux.", "Ħa ngħid żewġ punti importanti biex nagħlaq.", "Jien nissuġġerixxi li għar- raġunijiet ta' safety, il-Maritime Authority għandha tikkonsidra li tagħmel dredging dik is-sikka ta' Bengħajsa li hemm viċin il-Freeport.", "B'hekk, issa li tant qed jintuża l-Freeport, anke kumpanniji ta' bastimenti tattirahom għax jgħidu li la hemm iktar safety jistgħu jużaw iktar dan il- port.", "Ħaġa oħra li ma nistax nifhem hija dwar transhipment tal-karozzi li f'dan l-annual report qed jintqal li sar studju dwaru.", "Hawnhekk intqal li sar studju u nstab il-post ġol-Port il-Kbir fejn għandu jsir transhipment tal-karozzi.", "Jien ngħidlu: Fejn sar studju bis-serjeta'!", "Sar l-istudju bis-serjeta' meta jafu illi jekk ikollok baħar forza 6 vapuri bħal dawk ma jidħlux fil-Port il-Kbir u fix-xitwa ħafna drabi l-baħar ikun ta' forza 6!", "Għaliex m'għażiltux il-Freeport li tant qed tgħidulu post tajjeb - u veru post tajjeb - meta hemmhekk xorta jidħol allavolja l-baħar ikun forza 8?", "Meta qed tgħidu li sar l-istudju dawn l-affarijiet ma rajtuhomx?", "Per eżempju, taf li Malta huwa l-uniku pajjiż fid-dinja fejn bastiment ifiġġ crane biex iħott u mhux il-crane ifiġġ bastiment, jiġifieri għax għandek cranes biżżejjed u tajbin biex jistgħu jħottu.", "L-uniku pajjiż fid-dinja.", "Mhux hekk, qed ikollna każijiet fejn il-bastiment ikollok iddawru għax il- crane ma jlaħħaqx biżżejjed biex iħott.", "F'din is-sitwazzjoni qegħdin fil- Port il-Kbir!", "Dawn l-affarijiet ħadd ma jemminhom, imma hemm qegħdin, minkejja li għaddew is-snin illi suppost irranġajna l-affarijiet!", "Imbagħad issib ukoll li hemm dak il-floating dock li tefa' l-ankri hemmhekk.", "Min huwa responsabbli lanqas biss informa lil min għandu jinforma biex jgħid fejn huma l-ankri biex meta jiġi biex jidħol xi bastiment u jkollu bżonn jitfa' l-ankra ma teħillux l-ankra bħalma ġara dan l-aħħar.", "Dan tefa' l-ankra, din weħlitlu hemmhekk u dam xi nofs siegħa jitħabat biex jaqlagħha.", "Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux!", "Pero' biex nagħlaq se jkolli ngħid li ma jistax ikun li ninsa lill- baħħara.", "Intqal ħafna illi qed iħarrġu lill-istudenti ħalli dawn ikollhom opportunita' biex isiru baħħara tajbin.", "U ejja!", "L-ewwelnett f'dan ir- rapport stess jidher ċar li l-istudenti marru ħażin fl-eżamijiet tort tal- Gvern għaliex in-nuqqasijiet li hemm f'dik l-iskola u li semmejna f'dan il- Parlament ma rranġawhomx.", "Min-naħa l-oħra l-Maritime Authority qed tiġġieled biex tieħu din l-iskola f'idejha u ma tħallihiex f'idejn id- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, jiġifieri hemm il-piki f'dawn l-affarijiet.", "Imbagħad biex tgħaxxaqha nsibu li min ikkwalifika - u bit-taħbit tikkwalifika ħafna drabi għax issib l-ostakli - lanqas biss isib jaħdem fuq bastiment Malti.", "Għalhekk il-Maritime Authority għandha tagħmel xi ħaġa biex tiggarantixxi li ċertu ammont ta' baħħara Maltin bi dritt għandhom jaħdmu fuq bastimenti Maltin u mhux ma jsibux jaħdmu.", "Mela ssib il-Kroati, l-Filippini u xi chief officer fuq bastiment b'bandiera Maltija li jkollu ċertifikat ta' second officer!", "Dawn l-affarijiet qed jiġru fuq il- bastimenti Maltin fil-portijiet tagħna.", "Biex nagħlaq nitlob lill-Ministru biex mill-iktar fis possibbli jara li jiffirma l-Konvenzjoni ta' l-ILO Dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal- Baħħara għax l-unika ħaġa li tirrigwarda l-kondizzjonijiet tagħhom hija l- Merchant Shipping Act.", "Issa jekk wieħed iħares lejn il-Merchant Shipping Act isib li lill-baħħara din mhux tipproteġihom jew tagħtihom kondizzjonijiet tajbin tax-xogħol imma taħdem kontrihom.", "Għalhekk nerġa' nitlob lill-Ministru biex jara li mill-iktar fis possibbli jiffirma din il- konvenzjoni ta' l-ILO.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, smajna lill-Oppożizzjoni tagħmel il- punti tagħha fuq dawn l-estimi u fuq il-preżentazzjoni ta' dawn l-accounts.", "Jien se niddedika dan il-ħin li baqa' biex inwieġeb u nispjega x'inhuma l- pjanijiet tal-Malta Maritime Authority għall-futur.", "L-ewwelnett nibda mill- affarijiet li ssemmew.", "L-Onor.", "Membru tkellem fuq il-launch u qal li din għandha xi riħa ta' korruzzjoni għaliex meta nħarġet it-tender din ma ngħatatx u issa ġiet estiża, Qal ukoll li wara għandna nitkellmu biex naraw lil min ingħata jew lil min ma ngħatax.", "Mr Speaker, li ġara eżattament kien li l-Malta Maritime Authority ħarġet tender għal Harbour Master's Launch - din m'hijiex xi ħaġa ta' xi urġenza kbira imma fil-fatt hemm bżonnha fil-port - u ma rrakkomandat l-ebda offerta minn dawk li saru imma talbet il-permess biex ikun jista' jingħata direct order li, skond il- liġi direttament, jien nista' nagħti bħala l-Ministru responsabbli.", "Minħabba li din m'hijiex xi ħaġa ta' urġenza kbira ħassejt li ma kienx hemm bżonn biex dan isir u tlabt lill-Awtorita' biex terġa' titlob offerti oħrajn, ladarba għamlet l-għażla li ma ġġibx offerti bħal dawn.", "Naħseb li affarijiet li jsiru b'mod serju m'għandhomx jiġu mpinġijin f'dan il- Parlament bħala affarijiet li qed isiru ħażin anzi jsiru ħażin kieku ma jsirux bil-mod ta' kif qed ngħid jien.", "Mr Speaker, l-istess ħaġa nista' ngħid għall-mod leġġer kif isiru l-affarijiet u l-akkużi f'dan il- Parlament.", "Per eżempju, hemm punt li m'għandu x'jaqsam xejn la mal-Malta Maritime Authority, la mad-dekasteru tiegħu u lanqas ma' dan id-dibattitu.", "Wieħed mill-Onor.", "Membri semma l-vapuri tal-Gozo Channel - kumpannija li ma taqax taħt dan il-Ministeru u li m'għandha x'taqsam xejn mal-Malta Maritime Authority - u qal li jrid id-dettalji kollha ta' xi ħaġa li saret minn kumpannija oħra taħt Ministeru ieħor.", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa li tagħmel ġieħ lid-diskussjoni f'dan il-Parlament.", "Dan semma wkoll li l- vapuri tal-Gozo Channel mhux qed ikunu eżattament fil-ħin.", "Din m'hijiex xi ħaġa li hija responsabbli għaliha l-Malta Maritime Authority.", "Naħseb li huwa importanti li nibbażaw il-kritika fuq dak li għandna quddiemna u mhux niġu u ngħidu affarijiet li forsi n-nies li ma jafux id-dettalji eżatti ta' l-affarijiet jifhmu li xi ħadd huwa responsabbli għal xi ħaġa li m'huwiex responsabbli għaliha.", "Naħseb li jien konvint li l-affarijiet saru bis-serjeta' u li l-Gvern, f'parti mill-fergħat l-oħra tiegħu, għamel l- affarijiet bis-serjeta' imma ma naħsibx li għandna nitkellmu b'dan il-mod leġġer u ndaħħlu kollox f'daqqa rigward dibattitu bħal dan.", "Jekk wieħed iħares lejn dak li tagħmel il-Malta Maritime Authority isib li din hija awtorita' - anke fil-livell finanzjarju - li minkejja li għandha budget kbir, ħadmet b'għaqal.", "Jekk wieħed iħares lejn, per eżempju, l-access li kellha fuq is-sena li għaddiet u fuq il-budget li għamlet insibu li qed nitkellmu fuq access ta' Lm14,000 minn budget kbir ta' miljuni.", "Dan juri li din hija organizzata tajjeb u timxi tajjeb bil-mod finanzjarju ta' kif tmexxi l-affarijiet.", "Saru diversi affarijiet inkluż fil-problema tal- pollution.", "L-Awtorita' Marittima weħlet bil-problema tad-drenaġġ li m'għandha x'taqsam xejn.", "Il-Gvern qed jieħu ħsieb din il-problema tad- drenaġġ - din hija problema li kien hawn f'dan il-pajjiż - għax il-problemi aħna nittekiljawhom biex insolvuhom.", "Ma kienx fair meta l-Onor.", "Membru qal li issa hemm kwestjonijiet dwar il-vapuri li qed jaħarbu mill-Port il-Kbir u li aħna m'għamilna xejn dwar dan.", "Dan m'hu veru xejn.", "Kull min jaħdem f'dan il-qasam jaf li dawn l-affarijiet isiru f'diversi portijiet fid- dinja.", "L-Onor.", "Membru jmissu semma - jekk qara r-rapport isib li dan qiegħed hemmhekk - li jien bħala Ministru responsabbli utilizzajt il- poteri li tagħtini l-liġi biex nitlob lill-Awtorita' Marittima - minkejja li legalment m'għandix responsabbilta' diretta għal dan - ħalli kull fejn ikun hemm mandat ta' qbid jew mandat ta' impediment ta' partenza, din b'sens ta' responsabbilta' tieħu s-safety measures kollha.", "B'hekk ma jkun jista' joħroġ ħadd mill-port u allura tkun qed tagħmel security - din qed tiswielha l-flus - ma' kull każ ta' dan it-tip.", "Fil-fatt ma kienx hemm każi oħrajn minn dawn.", "Dan ifisser li l-problemi jeżistu l-ħin kollu fix- xogħol.", "Min ma jaħdimx ma jkollux problemi.", "Il-kwestjoni kollha hi tarax il-problemi u tipprovax issolvihom.", "Dan huwa li qed nagħmlu.", "Aħna l- problemi qed nittekiljawhom u qegħdin insolvuhom u mhux nipprovaw insolvuhom.", "L-Onor.", "Membru qal li jien qed insemmi biss it-tunnellaġġ.", "Dan mhux veru.", "Jien semmejt il-persentaġġi bbażati fuq in-numru ta' vapuri u ma ħadtx il-vapuri kollha.", "Jien mhux qed nirreferi għall-vapuri li huma yachts jew fishing vessels imma qed nikkalkola l-bulk carriers jiġifieri dak it-tunnellaġġ li huwa sinifikanti ta' vapur proprju.", "Fil-fatt l- affarijiet juru li minkejja li kien hemm sena - is-sena li għaddiet - fejn kellna problemi bl-inċidenti u problemi bil-casualties tal-vapuri, din is- sena kellna sena tajba.", "Issa ma jiġix jgħidli li d-dinja kollha kellha sena tajba għalkemm j'Alla d-dinja kollha jkollha sena tajba.", "Aħna li għandna responsabbilta' għat-tunnellaġġ tagħna u għan-numru ta' vapuri tagħna, x-xogħol li qed tagħmel l-Awtorita' Marittima huwa xogħol li bil- mod il-mod qed jagħti r-riżultati għax dawn l-affarijiet ma jsirux mil-lum għal għada.", "Dak li sar mil-lum għal għada hu li filwaqt li meta kien hemm fil-gvern l-Amministrazzjoni l-oħra - damu f'perjodu twil biex nibdew niċċaqilqu ftit fit-tunnellaġġ Malti - għaddew 14-il sena biex żdidna b'2 miljun tunnellaġġ, dan il-Gvern, minħabba li hu Gvern li jaħdem bil-għaqal u minħabba li għandu policies tajbin - li huwa s-sigriet tas-suċċess ta' dan il-Gvern - u serji, fi tmien snin irnexxielu jżid it-tunnellaġġ b'16 miljun.", "Mela 2 miljun tunnellaġġ f'14-il sena!", "Hawn qed nitkellmu fuq 16 miljun tunnellaġġ fi tmien snin.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawk huma l- affarijiet li jsiru malajr, dawk huma l-mirakli tax-xogħol u ta' min jagħmel politika serja u politika tajba.", "Imma mbagħad naturalment minħabba li kien hemm żieda tant sostanzjali kien hemm bżonn li nsaħħu l-istrutturi tagħna.", "Fil-fatt saħħaħna l-istrutturi tagħna, għamilna safety measures aħjar, għamilna inspections u għamilna xogħol li kontinwament għaddej.", "Dan qed jagħti l-frott tiegħu.", "Naħseb li dawn l-affarijiet irridu ngħidu u mhux nagħtu l-impressjoni li l-affarijiet sejrin assolutament bla kontroll ta' xejn anzi l-kuntrarju.", "Issemma l-Jadran (?)", "Express.", "Dan huwa każ li qiegħed sub judice fl-Italja imma kien hemm diskussjonijiet, ftehim u garanzija bankarja għolja ħafna li rabtet ukoll dan il-vapur fl-operat li qed jagħmel hu stess.", "Sakemm il-każ huwa sub judice irridu nħalluh sub judice u naraw x'inhu r-riżultat tiegħu.", "Naħseb li huwa importanti li l- affarijiet ngħiduhom kollha kif inhuma.", "Jien niskanta kif l-Oppożizzjoni tiġi titkellem fuq il-mollijiet meta wieħed jaf li meta saru inspections f'diversi mollijiet biex naraw x'xogħol jista' jsir fuqhom instabu ċerti defiċjenzi.", "Għal dawn il-mollijiet huma responsabbli għalihom huma għax huma għamluh dan ix-xogħol u naħseb li meta joħorġu r-riżultati - li jkollna ċans li nitkellmu aktar fuqhom mhux biss f'dan il-Parlament - inkunu nistgħu nuru kif l-affarijiet ma sarux bis- serjeta' li qed isiru llum.", "Jekk wieħed jara d-Deep Water Quay u x-xogħol fuq il-mollijiet li qed isir illum biex ikun hemm cruise liners tajbin, biex ikollna qasam ta' cruise liners li jkun tajjeb u biex inkunu nistgħu norbtu aktar cruise liners f'daqqa, naħseb li wieħed għandu jfaħħar ix- xogħol li qiegħed isir.", "Dan huwa xogħol serju għax huwa marbut ma' studji li saru fuq il-mewġ fil-Port il-Kbir biex ma jkollniex rebounds li jagħmlu ħsara lil ħaddieħor fuq in-naħa l-oħra tal-port.", "Għalkemm il-port tagħna huwa magħluq bħall-portijiet tajbin, minħabba l-mod ta' kif inhu fformat jista' jkollu diffikultajiet meta jaħbtu l-mewġ u minn ma' moll imorru għal ma' moll ieħor.", "Il-moll il-ġdid qed isir biex ikun jista' jassorbi dak it- tip ta' mewġ u biex dak il-mewġ ma jagħmilx effett ħażin fuq il-partijiet l-oħra tal-Belt.", "Din hija l-ewwel darba li qed nagħmlu moll modern bħal dan fil-port tagħna.", "Issemmew il-fenders.", "Il-fenders qed isiru fuq livell internazzjonali u fuq livell għoli għaliex mhux se nibqgħu bl-istess mentalita' ta' kif isiru l-affarijiet.", "L-affarijiet qed isiru b'ideat ġodda għax aħna l-affarijiet nagħmluhom sew.", "Issa se nagħtu lok biex fil-port tagħna jkun hemm il- faċilitajiet biex inkabbru l-cruise liners.", "Naturalment irridu nkomplu naħdmu.", "L-Onor.", "Debono Grech semma l-konfużjoni fil-passenger terminal.", "Jien għidt li saru ħafna improvements fis-sea passenger terminal u m'hemmx dubju li hemm bżonn li jkun hemm improvements iktar hemmhekk.", "Jien dik it- tip ta' kritika naċċettaha għax hija kritika li aħna stess nagħmlu lilna nfusna.", "B'dak li għandna qed nagħmlu mill-aħjar u qed nimxu tajjeb imma rridu nagħmlu iktar għax irridu nattiraw iktar cruise liners u rridu li jkollna kapaċita' li jkollna iktar nies.", "Għalhekk il-Malta Maritime Authority qed tagħmel il-pjanijiet tagħha biex ikun hemm sea passenger terminal ġdid.", "Fil-fatt il-Malta Maritime Authority għamlet pjanijiet lill- Planning Authority li din ma aċċettathomx imma dik hija s-sistema li nużaw f'dan il-pajjiż.", "Aħna rridu li jkollna Awtorita' ta' l-Ippjanar li tħares lejn l-ippjanar kollu u mxejna skond ma jitolbu l-liġijiet ta' pajjiżna.", "Issa din tmur fuq id-drawing board u toħroġ b'ideat oħra.", "Dan huwa l-mod serju kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru ilu daqsxejn ma jmur lejn Church Wharf għaliex jekk imur isib li sar ħafna tindif ta' ħafna racks, għalkemm hemm racks oħrajn li x-xogħol irid isir fuqhom.", "Din hija problema li qabel ħadd ma kien jieħu ħsiebha pero' l- Awtorita' Marittima ddeċidiet li tieħu ħsiebha jiġifieri l-problemi qed jiġu tackled.", "L-Onor.", "Membru semma xi kawża li hemm ta' tender ta' l-għamara.", "L- affarijiet isiru bi trasparenza.", "Skond il-Contracts Committee din it- tender ma kellhiex tingħata lil xi ħadd pero' kellha tingħata lil ħaddieħor.", "Issa l-Awtorita' Marittima tatha lil ħaddieħor skond ma talab il-Contracts Committee u min ma ħadhiex għamel kawża.", "Din hija xi ħaġa ġdida?!", "Min ma ħadhiex żgur li ma ħax gost.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ovvja!", "Issa hemm kawża u naraw l-eżitu tal-kawża.", "Aħna nimxu skond il- liġijiet tal-pajjiż.", "Naħseb li kultant isiru ħafna akkużi fil-vojt bħal, per eżempju, l-akkuża li aħna mhux qed nagħtu kas - għax din tajba wkoll - il-konvenzjonijiet internazzjonali.", "Malta saret importanti ħafna fid-dinja marittima pero' ma saritx importanti qabel l-1987 imma wara li dan il- partit ħa l-Gvern f'idejh għax saru l-bidliet li taw il-fiduċja tal-banek", "internazzjonali fil-bandiera tagħna.", "Qabel ma kenux jafdaw il-liġijiet dwar il-mortgages imma wara bdew jafdawhom, u għadhom jafdawhom sal-lum.", "L- aqwa nies li jagħmlu riklam lill-bandiera tagħna huma l-banek li ġieli jkunu huma li jidderieġu lill-owners biex jirreġistraw mal-bandiera tagħna.", "Dan għaliex aħna internazzjonalment qed neħduha bis-serjeta', qed ngħiduh, qed nitkellmu man-nies u qed jifhmu li qed neħduha bis-serjeta'.", "Qalu wkoll li hawn diversi konvenzjonijiet li ma ffirmajnihomx u min ma semma' xejn, min qal li ffirmajna ħamsa minn ta' l-ILO u min qal li ffirmajna tnejn minn ta' l-IMO.", "Il-verita' hi li minn ta' l-IMO iffirmajna tmienja mhux tnejn, u huwa importanti li l-figuri jkunu tajbin għaliex minn tnejn għal tmienja hemm differenza pjuttost sostanzjali.", "Dawn it- tmien konvenzjonijiet - għalkemm m'iniex se nidħol fid-dettalji ta' dawn l- affarijiet kollha - huma l-qalba tal-konvenzjonijiet li għamlet l-IMO.", "Minn dawk ta' l-ILO, minn dawk li bħalissa qegħdin in vigore u qed joperaw, fil-fatt iffirmajna seba' li huma importanti ħafna.", "Veru li għadna ma ffirmajniex il-Konvenzjoni Nru. 147 li tirrigwarda l-kondizzjonijiet tax- xogħol u l-welfare tal-baħħara pero' din qegħdin inħarsu lejha u meta nkunu sodisfatti li għamilna x-xogħol preparatorju kollu, allura niffirmawha wkoll.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li hija in the pipeline, imma mhux għaliex baqgħalna waħda x'niffirmaw issa se nġibuha bħala eżempju li assolutament ma tajna kas xejn il-qafas internazzjonali!", "Anzi llum jidher ċar - u r-riżultati jitkellmu waħedhom - li f'dan il-qasam sar żvilupp kbir.", "L-Onor.", "Debono Grech qal li l-Laboratory Wharf qisu wiċċ il-qamar.", "Il- Laboratary Wharf huwa moll importanti li għandna nsibu użu aħjar għalih.", "Fil-fatt se jsir xogħol fuq ir-resurfacing tiegħu biex inġibuh funzjonabbli.", "L-Onor.", "Membru qal ukoll li fil-Port tal-Belt hemm id- diffikulta' li l-vapur ifittex il-crane u mhux il-crane ifittex il-vapur!", "Li ma ssemmiex huwa li fl-estimi tas-sena l-oħra - u dan it-tender għadu għaddej u allura qiegħed ukoll fl-estimi ta' din is-sena - kien hemm ipprovdut biex jinxtara dan il-crane; jiġifieri semma' l-problema u ma semmiex li aħna qegħdin insolvu l-problema.", "Naħseb li tajjeb li l-pubbliku li jkun qed isegwi minn din il-Kamra u anke minn barra din il-Kamra jkun jaf li fil-fatt il-problemi qegħdin nittekiljawhom.", "Rigward il yacht marinas nista' ngħid li hija storja ta' suċċess.", "L- iżvilupp tal-yacht marinas f'pajjiżna huwa suċċess li dan il-Gvern huwa kburi bih.", "Jekk wieħed iħares b'mod partikolari lejn il-Yacht Marina ta' l- Imsida jsib li post li kien waħx - u anke meta ġie rranġat, biex ngħidu hekk, mill-Amminsitrazzjoni l-oħra, xorta baqa' ma jattirax - illum inbidel radikalment.", "Illum tieħu pjaċir tmur hemmhekk u tara l-mod kif huwa miżmum.", "Illum għandna marina ta' livell internazzjonali.", "L-affarijiet tant saru sewwa li d-demand kibret u l-1,000 berth li għandna għandhom pressure fuqhom, u allura rridu nsibu postijiet oħrajn.", "L-Awtorita' Marittima kienet għamlet xogħol preliminari biex tipprova tidentifika postijiet fejn nistgħu nagħmlu marinas oħrajn, u wara konsultazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda tagħmel l-istudji li l-istess Awtorita' talbitha tagħmel biex tkun tista' tidentifika postijiet f'Malta fejn jistgħu jsiru yacht marinas.", "Qabel ma tagħmel dan, trid tara wkoll l- effett ekonomiku ta' yacht marina, il-bżonn, il-prijoritajiet importanti biex din il-ħaġa ssir u fil-fatt dan qegħdin nagħmluh.", "Nafu li din il- problema tas-suċċess qiegħda magħna u qed nittekiljawha b'mod li naraw li l-għażla tkun tajba għaliex ma nistgħux nagħmlu għażla ħażina jekk se nagħmlu yacht marina ta' ċerta importanza biex inkomplu nkabbru dak li hemm fil-Yacht Marina ta' l-Imsida.", "Irridu nagħmlu għażla tajba u għażla li nkunu konvinti minnha u mbagħad irridu naħdmu biex dik l-għażla ssir realta'.", "Dan huwa wieħed mill-pjanijiet li l-Awtorita' Marittima għandha għas-sena d-dieħla biex nkunu nistgħu nippjanaw il-futur ta' pajjiżna aħjar.", "Huwa essenzjali li dan isir għaliex is-suq tal-yachting li hawn fil- Mediterran huwa suq li qed jitlobna nagħmluh bħalma qed jitlobna nagħmluh is-suq taċ-chartering li ma ssemmiex f'dan id-dibattitu.", "Aħna rridu nipprovaw inkabbru dan it-tip ta' suq minn pajjiżna biex inkomplu nsaħħu s- servizzi li jingħataw minn Malta.", "Din m'hijiex kwestjoni li ġġib yacht u m'hijiex kwestjoni li tirreġistra vapur imma trid tara wkoll kemm dak ix- xogħol qiegħed jgħin fl-iżvilupp ta' l-ekonomija tagħna.", "Jiena ngħid li dan qed jgħin immensament għaliex meta wieħed iħares lejn l-attivitajiet kollha madwar l-attivita' marittima jsib li hemm attivita' sostanzjali li għandha effett fuq servizzi oħra li jingħataw f'pajjiżna.", "Din it-tip ta' approach li qiegħda tagħmel l-Awtorita' Marittima hija tip ta' approach li ssibha f'kull livell.", "Jekk insemmi, per eżempju, is- sinjali ta' swimming zones li għamlet is-sajf li għadda, dawn jidhru li kienu effettivi.", "Sfortunatament inċidenti fil-baħar isiru wkoll u l-unika inċident serju li kellna din is-sena ma kienx fis-swimming zones disinjati mill-Awtorita' Marittima imma barra minnhom.", "Naturalment aħna nixtiequ li ma jkun hemm ebda inċident u l-Awtorita' Marittima trid tkompli taħdem biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm lanqas inċident wieħed u rridu nagħmlu minn kollox biex il-periklu mill-baħar inneħħuh.", "Naħseb li l-kampanja li bdiet u trid tkompli l-Awtorita' fuq is-safety at sea hija importanti għax hija kampanja li tagħti ċerta responsabilita' lilna bħala Maltin li nużaw il- baħar li rridu nifhmu li anke f'dan irridu nirrispettaw lil xulxin.", "Irridu nirrispettaw mhux biss lilna nfusna imma anke lil ħaddieħor b'mod li ma nagħmlux deni u lanqas danni lil ħaddieħor.", "Kritika oħra li saret mill-Onor.", "Debono Grech kienet li m'għandniex inqabblu ruħna mal-Panama, mal-Greċja u mal-Bahamas.", "Meta tkellimt fuq l- eta' tal-vapuri għidt li għandna vapuri ta' eta' medja ta' 20 sena u għidt li fl-aħħar sena kellna reġistrazzjoni ta' vapuri ta' eta' medja ta' 17-il sena.", "Issa kemm dik ta' 20 sena kif ukoll dik ta' 17-il sena, meta qabbilthom, ma qabbilthomx ma' xi flag of convenience imma qabbilthom mar- Reġistru tal-Gran Brittanja.", "Jekk wieħed jaqra anke l-gazzetti li jiktbu bl-Ingliż f'pajjiżna, jara li dan huwa reġistru li jqisuh bħala l-qies ta' l-affarijiet għax meta jkun hemm xi kritika fuq dak ir-reġistru, mill-ewwel taraha fl-ewwel paġna.", "F'dan ir-reġistru, l-eta' tal-vapuri hija ta' 20 sena eżattament bħar-reġistru tagħna, pero' aħna qegħdin ħafna aktar 'il fuq minn dak il-pajjiż għar-rigward ta' tonnage u numru ta' vapuri, imma minkejja dan, f'dak li jirrigwarda l-eta' , għandna l-istess average age.", "Wieħed jista' jħares ukoll lejn pajjiżi oħra bħall-Istati Uniti - li huwa pajjiż serju - fejn l-average age tal-vapuri hija ta' 22 sena.", "M'iniex qed ngħid li m'hemmx titjib li jista' jsir u fil-fatt sar sforz kbir kemm min-naħa tagħna bħala Gvern kif ukoll min-naħa ta' l-Awtorita' Marittima biex nagħfsu iktar fuq il-vapuri li għandhom ċerta eta'.", "Per eżempju, minn Frar, saru technical requirements iktar iebsin fuq reġistrazzjoini ta' vapuri li għandhom 20 sena u iktar, b'mod li mhux biss irid ikollhom is- safety certificates tal-klassi tagħhom mill-classification society tagħhom imma trid issirilhom inspection tal-flag state li ssir sa żmien xahar mir- reġistru ħalli naraw jekk humiex up to the standard li rridu aħna u fil-każ inkunu nistgħu immedjatament inneħħuh mir-reġistru.", "Dawn il- kondizzjonijiet huma iktar iebsin għal vapuri li għandhom 25 sena u iktar, għaliex qabel ir-reġistrazzjoni bil-ħlas tas-sid innifsu, l-Awtorita' Marittima qiegħda tesiġi li tagħmel spezzjoni bin-nies tagħha għas-spejjeż tas-sid ta' dak il-vapur.", "Jiġifieri l-Awtorita' Marittima permezz ta' l- aġenti tagħha qiegħda tara li l-affarijet isiru sewwa billi tara jekk il- vapur għandux is-safety requirements u mhux tibbaża biss fuq iċ-ċertifikat li joħroġ ħaddieħor - għalkemm dan huwa rikonoxxut internazzjonalment.", "Mr Speaker, irrid ngħid li mill-1 ta' Ottubru għamilna surcharge ta' Lm500 fuq vapuri li għandhom 20 sena u iktar.", "Jiġifieri qed isiru affarijiet li kontinwament iridu jgħassru 'l barra t-tonnage li għandu ċerta eta'; m'aħniex qegħdin biss inħarsu lejn l-affarijet imma qegħdin ukoll nittekiljawhom.", "U qegħdin nittekiljawhom mhux għax irridu nidħlu fl- Unjoni Ewropea.", "Jien kelli diversi laqgħat ma' kummissarji ta' l-Unjoni Ewropea kemm mal-Kummissarju Oreja li kien responsabbli għat-trasport u issa mal-Kummissarju Kinnock u l-messaġġ tiegħi bħala Ministru responsabbli għan-nom anke tal-Gvern kien ċar ħafna.", "Aħna qed nagħmlu dan kollu mhux għax qegħdin napplikaw biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea imma qed nagħmlu dan kollu għax illum qegħdin it-tmien bandiera fid-dinja u għandna responsabilita' internazzjonali li dan nagħmluh.", "Qed nagħmluh għax irridu nkomplu nagħtu prova li dan huwa reġistru serju li qed ifittex mhux li jkun fost l-iktar numerużi imma li jkun fost l-iktar serji u fost l-iktar cost- effective biex jikkompeti imma mhux għas-skapitu tas-safety.", "Naħseb li dan huwa messaġġ li bil-mod il-mod qed jasal anke fejn għandu jasal u l-fatti juru li qegħdin insaħħu l-punt li qegħdin nagħmlu.", "Naħseb li x-xogħol li qed isir għar-rigward tar-reġistru huwa xogħol importanti li rridu nagħtuh rikonoxximent għaliex il-ħidma li ssir min-nies professjonali li għandna fir-reġistru hija ħidma serja li mexxiet lil Malta 'l quddiem.", "Jiena ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Debono Grech jgħid li dan huwa fl- interess ta' Malta kollha u li m'hijiex kwestjoni ta' oppożizzjoni jew gvern li l-affarijiet f'dan ir-rigward imorru tajjeb.", "Apprezzajt ukoll il- punt li għamel li huwa wkoll jieħu gost li jara żvilupp ta' din in-natura f'dan il-qasam.", "Jien ngħid li għandna x'nagħmlu - mhux kollox miexi ħarir għax fid-dinja ma jistax ikun li kollox jimxi ħarir - u naturalment hemm fejn irridu nistudjaw u naħdmu.", "Waħda mill-affarijiet li żgur irridu nagħmlu hija li nħarsu sew lejn il- Port tal-Belt.", "Jekk il-Port tal-Belt inħalluh sejjer mingħajr ma nħarsu lejn il-problemi li għandu allura nkunu qegħdin nikkundannawh għall-mewt.", "Dan huwa li għandhom jirrealizzaw anke l-ħaddiema tal-port u mhux inbeżżgħuhom bl-Unjoni Ewropea.", "Aħna għandna nbeżżgħuhom bħalma qed nibżgħu lkoll li jekk ma nsolvux il-problemi tal-Port tal-Belt allura nkunu aħna stess li nkunu qegħdin nikkundannawh għaliex jekk min-naħa l-oħra nħarsu lejn il-Port ta' Marsaxlokk naraw li dan qed jifjorixxi.", "Dan għaliex il-Port ta' Marsaxlokk kellu l-vantaġġ li ma kellux it-toqol tat- tradizzjonijiet fuqu - aħna nafu x'inhu dan it-toqol ta' tradizzjonijiet u mhux fil-portijiet ta' Malta biss imma f'portijiet oħra fid-dinja kollha.", "Dawn il-portijiet tant għandhom tradizzjonijiet antiki, tant għandhom metodi li mhux dejjem huma l-iktar metodi moderni u tant jaħsbu li jridu jibqgħu jagħmlu dak li kienu jagħmlu ......", "Jien ngħid li jekk se nibqgħu nagħmlu dak li konna nagħmlu, se nispiċċaw biex noqtlu l-funzjoni tal- portijiet.", "Aħna rridu nikkompetu u rridu nkunu aħna li niġġieldu biex noffru s-servizzi tagħna lid-dinja u mhux id-dinja trid tiġġieled biex tagħmel użu mis-servizzi tagħna għaliex il-vapuri jsibu portijiet oħra fejn imorru, m'għandhomx għalfejn jiġu fil-port tagħna.", "Għandna nkunu aħna li nagħmlu bdil fil-port tagħna biex b'hekk inkunu nistgħu nagħmluh iktar kompetittiv u iktar organizzat.", "Jiena naqbel perfettament ma' dak li qal l- Onor. Debono Grech meta qal li hemm ċertu bini fil-port li m'hux qed jintuża biżżejjed għall-operat tal-port.", "Veru li llum hemm nies jokkupaw bini madwar il-port u attivitajiet madwar il-port li forsi għal xi raġuni storika sabu ruħhom hemmhekk, imma aħna rridu naraw kif nistgħu nimmassimizzaw l-area tal-port għaliex aħna għandna port li ma tantx għandu hinterland għaliex malajr jeħel ma' xi ħaġa u għalhekk hemm bżonn li nimmassimizzaw l-ispazju li għandna.", "Waħda mill-affarijiet li qiegħda taħdem fuqha l-Awtorita' Marittima għall-1996 hija eżattament din, jiġifieri li nagħmlu master plan għall-port tagħna u mhux inkomplu niżviluppawh b'mod ad hoc; kultant xi ħadd jagħmel xi ħaġa u ħaddieħor darb'oħra jagħmel xi ħaġa oħra.", "Irridu nħarsu lejn il- Port tal-Belt b'mod integrat ħalli niżviluppawh bil-mod kif żviluppa l- Port ta' Marsaxlokk minħabba l-fatt ta' kif żviluppat id-dinja u l-mod kif kiber il-containerisation.", "Jekk wieħed iħares lejn il-figuri jara li waħda mill-affarijiet li tolqtok l-aktar hija kif il-metodi tradizzjonali ta' kif jinġarru l-affarijiet dejjem qegħdin jonqsu u qed jiżdiedu l-metodi li huma unitised.", "Għalhekk aħna ma nistgħux ninjoraw it-trends li qed isiru fid-dinja imma rridu nittekiljawhom, kif fil-fatt qed nagħmlu.", "Fil- fehma tiegħi l-master plan tal-Port tal-Belt huwa importanti ħafna u mhux għax ġejja l-elezzjoni u allura nkunu nistgħu ngħidu li għamilnih f'sena.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' voti, m'hijiex kwestjoni li se jkun hemm xi plakka u l-Ministru Frendo se jikxef din il-plakka.", "Din hija ħaġa fit-tul għall-futur ta' pajjiżna u huwa essenzjali li fil-politika tagħna dejjem inħarsu lejn il-futur ta' pajjiżna b'mod serju u m'għandniex inħarsu lejh fuq bażi short-term, u dan hu li għandu jagħmel dan il-master plan.", "Il-Port tal-Belt irridu nagħtuh funzjonijiet importanti u funzjonijiet ġodda bħal, per eżempju, il-possibilta' li jsir car transhipment.", "Jekk inħarsu lejn il-figuri ta' car transhipment li jsir fil-port tagħna nsibu li dawn huma insinifikanti pero' xorta għandna nħarsu lejn din il- possibilta'.", "Jidher li hawn dan il-ftuħ li nistgħu nutilizzawh u m'għandix dubju li se jkun wieħed mill-punti li jridu jiġu żviluppati u mmaturati iktar.", "Fil-fatt l-Awtorita' Marittima identifikat dan bħala niche market li fil-Mediterran għandna nidħlu għalih.", "Naturalment f'dak il-każ se jkun hemm it-traġitt u l-kummerċ għaddej min-naħa ta' fuq tagħna, min-naħa t'isfel tagħna, mill-Ewropa għall-Far East, mill-Far East għall-Ewropa u anke mill-Far East għall-Amerika.", "Barra li aħna nixtiequ li jkollna din il-possibilta', nixtiequ wkoll li noħolqu sistema ta' feeder services u sistemi ta' transhipment li qegħdin jiżviluppaw fid-dinja, fosthom li l- vettura mhux biss iġġibha u tpoġġiha fuq vapur ieħor imma possibbilment ukoll tagħmel xogħol fuqha li jkun speċjalizzat għal suq partikolari.", "Dan ukoll qegħdin inħarsu lejh u fil-fatt din hija waħda mill-affarijiet li rridu nimmaturaw u naħseb li huwa essenzjali li dan inkomplu naħdmu fuqu.", "Meta nħarsu lejn il-mod ta' kif irridu nittekiljaw l-affarijiet, waħda mill-affarijiet li l-l-Awtorita' Marittima qiegħda tħares lejha hija li tagħmel ċentru li fih ikollok il-faċilitajiet kollha.", "F'dan il-one-stop centre dak li jkun isib il-faċiltajiet kollha, kemm l-aġenti u anke d- diversi uffiċini oħrajn biex inkunu nistgħu nirrazzjonalizzaw u nagħmluha iktar faċli li l-kummerċ jikber.", "Proġett ieħor li l-Awtorita' qiegħda taħdem fuqu bħalissa huwa l-proġett taċ-ċentru amministrattiv f'Ta' Xbiex.", "Issa din il-marina kibret u hija żviluppata u għalhekk tajjeb li jkun hemm ukoll one-stop centre u min imur hemmhekk isib il-faċilitajiet kollha li għandu bżonn.", "Irrid ngħid li l-Awtorita' Marittima s-sena li għaddiet fetħet ċentru ieħor bħal dan fl-Imġarr, Għawdex.", "Apparti li dan iċ-ċentru huwa sabiħ anke bil-mod li sar u apparti li ffittja fl-ambjent ta' hemmhekk, l- awtorita' m'hux biss ħarset lejn il-funzjonalita' tiegħu imma ħarset lejn kif jista' jikkontribwixxi għall-apparenza tal-port ta' l-Imġarr innifsu.", "Jien naħseb li l-awtorita' ta' min ifaħħarha għaliex f'dan il-proġett mhux biss ħadet ħsieb il-funzjonijiet imma ħadet ħsieb ukoll id-dehra tal-Port ta' l-Imġarr.", "Imma apparti dan, dan iċ-ċentru jipprovdi wkoll is-servizzi essenzjali li wieħed ikollu bżonn għall-iżvilupp tal-yachting fl-istess port.", "Dan se jsir ukoll f'Ta' Xbiex u naturalment fi kwalunkwe yacht marina oħra li għad trid tiżviluppa.", "Mr Speaker, nistgħu nieħdu ħafna iktar ħin fuq dan ix-xogħol li qed tagħmel l-Awtorita' Marittima pero' nixtieq niddedika ftit mill-ħin li baqa' fuq x'inhija eżattament il-viżjoni li qed naħdmu għaliha bħala gvern.", "Aħna ma rridux nitilfu l-possibbilta' li pajjiżna jkollu vantaġġ kompettitiv fuq ħaddieħor fil-qasam marittimu.", "Bħala pajjiż u bħala gvern aħna identifikajna li l-qasam marittimu huwa qasam fejn jista' jkollna vantaġġ kompetittiv.", "Aħna għandna tradizzjoni marittima kbira f'pajjiżna u din it-tradizzjoni rridu nibnu fuqha; aħna għandna pajjiż li huwa mdawwar bil-baħar li għandu port naturali mill-aqwa, pajjiż li żviluppa l-Port ta' Marsaxlokk u pajjiż li madwar dawn l-attivitajiet kollha żviluppa infrastruttura ta' informatika u ta' telekomunikazzjoni li t-tnejn huma essenzjali għall-portijiet.", "Aħna qegħdin inħarsu anke lejn il-possibbiltajiet li niżviluppaw okkażjoni fejn nistgħu nlaqqgħu nies f'dan il-pajjiż sabiex jiddiskutu kif għandhom jiżviluppaw il-portijiet fil-Mediterran.", "F'portijiet oħra fil- Mediterran diġa' kien hemm konferenzi, laqgħat u żjarat biex ikun hemm iktar koperazzjoni u iktar żvilupp tar-rotot fil-Mediterran.", "Nafu li l- Unjoni Ewropea, per eżempju, qed tħares lejn kif tista' tkabbar l-attivita' marittima fil-Mediterran u din hija xi ħaġa li l-Awtorita' Marittima u l- Gvern Malti jissapportja u żgur li hija xi ħaġa li se tiġi diskussa fil- Konferenza ta' Barcelona għax hija waħda mill-punti fundamentali.", "It- trasport marittimu fil-Mediterran se jiġi diskuss ukoll fil-laqgħat li se jsiru bejn il-pajjiżi Ewropej, il-pajjiżi tan-North Africa u anke l-pajjiżi tal-Mediterran.", "Aħna rridu nkunu parti minn dawn il-punti ta' żvilupp għaliex jekk strateġikament nitilfu din l-okkażjoni allura nkunu qegħdin nitilfu okkażjoni għal pajjiżna.", "Biex nagħmlu dan irridu inkomplu naġġornaw ruħna u nsaħħu l-infrastruttura tagħna kontinwament; dak li qiegħda tagħmel l-Awtorita' Marittima.", "Din l-awtorita' qiegħda tkompli tagħti s-saħħa lill-infrastruttura tagħna b'mod li sena wara sena minkejja l-programm tagħha, minkejja l-mod ta' kif qed tiffunzjona, minkejja l- proġetti li tagħmel, jirnexxila wkoll tagħti kontribuzzjoni reali lill- kaxxa ta' Malta direttament - biex inpoġġiha hekk, għaliex se tagħti kontribuzzjoni reali lill-finanzi tal-Gvern - u wieħed jara li estimi wara estimi dawn qegħdin jiġu żviluppati.", "Huwa importanti wkoll li nifhmu li mhux biss sena wara sena qiegħda tagħmel hekk imma li wkoll sena wara sena qiegħda tkabbar l-attivita' ekonomika fil-pajjiż marbuta mas-settur marittimu.", "Dan huwa l-pakkett marittimu li qegħdin niżvluppaw, pakkett li qed jagħmel hub iktar u iktar minn pajjiżna.", "Dan huwa hub anke ta' servizzi bbażati fuq pajjiż li għandu sistema legali antika li llum hija rispettata, pajjiż li għandu telekomunikazzjonijiet tajbin, pajjiż li għandu reġistru magħruf mad-dinja kollha, pajjiż li għandu l-possibbilta' li jsewwi wkoll il-vapuri, pajjiż li għandu freeport u pajjiż li għandu l- kapaċita' ta' transhipment.", "Dawn kollha huma parti mill-istess pakkett u l- Awtorita' Marittima hija dik l-organizzazzjoni li flimkien mal-freeport f'ċerti aspetti hija l-ispearhead ta' din il-politika, hija l- organizzazzjoni li qiegħda tkabbar din il-politika b'mod li kemm fil-qasam tar-reġistru, kemm tal-bandiera, kemm fil-qasam tal-portijiet u kemm fil- qasam tal-yachting qed tagħmel progress regolari u konsistenti sena wara sena.", "Mr Speaker, jien nixtieq nirringrazzja lill-Awtorita' u kull min jaħdem fiha għax-xogħol li qegħdin jagħmlu, xogħol li fl-opinjoni tiegħi huwa tajjeb, li qed jagħti riżultati u li qed jagħmel ġieh lil pajjiżna.", "Pero' l-iktar ħaġa importanti hija li dan huwa xogħol ippjanat, xogħol li għandu sens ta' direzzjoni, xogħol li qed iħares lejn il-problemi u jsolvihom u xogħol li qed iħares lejn il-futur ta' pajjiżna.", "Jien nemmen li dan ix- xogħol huwa ta' fejda għal pajjiżna u huwa qasam li fih pajjiżna jista' jaċċella u għalhekk naħseb li jkun importanti li f'qasam bħal dan inkunu agressivi internazzjonalment.", "Fil-fatt dan il-pajjiż illum huwa nnotat internazzjonalment li stabbilixxa ruħu b'ċertu mod fid-dinja marittima.", "Pero' għad fadal ħafna xi jsir fid-dinja marittima u baqgħalna ħafna x'intejbu.", "Fis-snin li ġejjin dawn l-improvements se jkomplu sejrin pero' m'hemmx dubju wkoll, Mr Speaker, li l-policies li għandu dan il-Gvern fil- qasam marittimu huma policies li taw suċċess lil pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l- Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settembru 1996 skond l-Att XVII ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta u Estimi Supplimentari għas-sena finanzjarja 1994/1995 jkunu approvati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settembru 1996 skond l-Att XVII ta' l- 1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta u Estimi Supplimentari għas-sena finanzjarja 1994/1995 jkunu approvati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "291", "FAVUR: 32", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Mario | |Bonello du Puis|Gatt Lawrence | |George | | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael|Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borda Manuel |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joe | |Cuschieri Louis|Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | | |Angelo | |Debono Giovanna|Rizzo Naudi | | |John | |Deguara Louis |Spiteri Carm | | |Lino | |Falzon Michael |Tabone Anton | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Ċensu |Zammit Stanley | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 29", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Micallef | | |Freddie | |Attard Montalto|Mifsud Bonnici| |John |Karmenu | |Bartolo Evarist|Mintoff Dom | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Moran Vincent | | |C. | |Buhagiar |Muscat Philip | |Charles | | |Buhagiar Louis |Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli | | |Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech |Sant Alfred | |Joe | | |Farrugia |Sant Salvu | |Michael | | |Farrugia Noel |Schembri Adami| | |Sandro | |Gatt George |Vella George | |Grech Edwin S. |Vella Carmelo | |Mangion Charles| |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Novembru 1995 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena finanzjarja 1995/1996.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Kiri ta' Djar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istampa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex ikompli jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "ESTRATT MIS-SEDUTA NRU 470 - 8 TA' NOVEMBRU 1995", "AĠĠORNAMENT", "MR SPEAKER: Rimarki.", "L-Onor.", "John Rizzo Naudi.", "ONOR.", "JOHN RIZZO NAUDI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, aktar kmieni llum kelli l-pjaċir u l-unur li nirċievi mingħand l-Eċċellenza Tiegħu il-President tar-Repubblika ta' Malta Dr. Ugo Mifsud Bonnici l-ħatra ta' Kanċillier ta' l-Universita' jiġifieri l-ogħla kariga ta' l- Universita' ta' Malta li hija wkoll l-ogħla istituzzjoni tat-tagħlim u l- edukazzjoni f'Malta u f'Għawdex.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja qabel kollox lil Alla imbagħad kemm lill-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika kif ukoll lill-Prim Ministru ta' Malta tal-fiduċja li wrew fija.", "Għalija din il-ħatra tfisser ħafna.", "L- Universita' kienet u għada għalija għażiża ħafna u nħoss li kelli grazzja u xorti kbira li nidħol l-Universita' fl-1945 fejn hemm għamilt seba' snin ta' studju u preparazzjoni għal tabib.", "Dawk is-snin jibqgħu dejjem ta' tifkira sabiħa għalija.", "Tajjeb hawn li niftakru li dak iż-żmien, jiġifieri fl-erbgħinijiet u l-ħamsinijiet, il-korsijiet kienu jibdew kull tliet snin u jdumu seba' snin u li matulhom ma kien ikollna l-ebda stipendju għalhekk konna nkunu dejjem bla flus fil-but, pero' madankollu konna kuntenti u naħseb jibqa' wieħed mill-isbaħ żminijiet ta' ħajjitna.", "L-istudenti fl- Universita' kienu ftit ħafna u n-numru tagħhom kien ivarja minn 200 sa 300 skond is-sena u l-korsijiet kollha kienu jwasslu għal lawrji tradizzjonali bħal ta' tabib jew avukat.", "Dawk iż-żmenijiet nisa fil-kors kienu jammontaw għal ftit anqas minn 5% meta llum hemm madwar 50% ta' l-istudenti li huma nisa.", "F'dawn iż- żmenijiet speċjalment f'dawn l-aħħar snin in-numru ta' studenti żdied ħafna tant li din is-sena hemm aktar minn 7000 studenti jistudjaw għal diversi professjonijiet li ħafna minnhom lanqas kienu jeżistu qabel.", "Insemmi, per eżempju, l-ekonomija u l-accountancy, in-nursing, speech therapy, physiotherapy u ħafna oħrajn iżda minbarra d-diversita' tal-korsijiet l- akbar ħaġa li għandha jkollha sinifikat hija n-numru kbir ta' studenti u l- persentaġġ għoli li dejjem qiegħed jiżdied ta' żgħażagħ tagħna li qegħdin ikomplu jfittxu edukazzjoni terzjarja.", "L-akbar u l-itjeb riżors li għandna Malta huwa r-riżors uman jiġifieri n-nies, il-persuni, iċ-ċittadini Maltin kollha bil-kapaċitajiet u l-ħidma tagħhom.", "Għalhekk kienet l-aħjar ħaġa li stajna nagħmlu li nvestejna f'dan ir-riżors billi kabbarna u tejjibna t- tagħlim u l-edukazzjoni li huma l-qofol ta' kull żvilupp soċjali u ekonomiku ta' kull nazzjon.", "Ma jistax ikollok żvilupp f'pajjiż jekk ma jkollokx żvilupp qawwi fl-edukazzjoni taċ-ċittadini.", "Illum dan l-iżvilupp fl-edukazzjoni qiegħed jirrifletti ruħu fl- istatistika ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "L-iżvilupp ta' l-edukazzjoni fil-pajjiż jirrifletti ruħu wkoll fil-qasam tas-saħħa għaliex minn dejjem kienet u għada li l-mappa tal-faqar, tal-mard u tal-mortalita' eċċessiva fid-dinja tixbaħ ħafna, anzi hija kważi identika, għall-mappa ta' l-injoranza u n-nuqqas ta' edukazzjoni - l-illiteracy - fid-dinja.", "Fejn issib l-injoranza u n-nuqqas ta' tagħlim hemm issib il-faqar u l-mard u llum insibu li ż-żieda fil-life expectancy tal-poplu tagħna laħqet livelli tajbin ħafna meta mqabbla ma' dik ta' pajjiżi żviluppati u din hija dovuta wkoll għat-titjib fl-edukazzjoni.", "Għalhekk kienet ħaġa ta' priorita' li b'mod speċjali u speċifiku insaħħu u nkabbru l-preparazzjoni tal-professjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-poplu.", "Illum il-kura u l-prevenzjoni tal-mard u l- preżervazzjoni tas-saħħa tal-bniedem saret ħafna aktar komplikata minn qatt qabel.", "Dawn jirrikjedu tagħlim u preparazzjoni għal-livelli għolja professjonali tad-dixxiplini kollha mhux biss it-tobba iżda wkoll, anzi b'mod speċjali, l-infermiera u l-paramediċi kollha li jikkuraw lill-poplu.", "Għalhekk bdejna mill-ewwel fl-1987 inħejju t-triq għall-Istitut tal-Kura tas-Saħħa li bdejnih bl-ewwel kors għall-grad ta' B.Sc. fin-nursing studies u li imbagħad estendejna dawn il-korsijiet għal oqsma u dixxiplini oħra.", "Illum insibu 'l fuq minn 800 student fl-Institute of Health Care li qegħdin jippreparaw ruħhom fid-diversi dixxiplini tal-kura tas-saħħa, livelli differenti li jvarjaw minn ċertifikat għal diploma għal grad ta' B.Sc. u Masters.", "L-iżvilupp fit-teknoloġija u fil-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti ta' bilfors jirrikjedu dawn il-korsijiet.", "Illum kull wieħed li jżur l-universita' u jara b'għajnejh dawk l-eluf ta' studenti jippreparaw ruħhom għall-ħajja professjonali tagħhom f'oqsma differenti għandu jħoss sodisfazzjon kbir li qbadna t-triq it-tajba ta' l-iżvilupp u l-ġid veru ta' pajjiżna iżda dawn in-numri kbar ta' studenti ukoll iġibu l-problemi magħhom, problemi ta' loġistika u problemi oħra ta' kif, fejn u min jgħallimhom.", "Il-kobor u l-iżvilupp mgħaġġel ta' l-universita' qiegħed ikabbar l-isfida għalina lkoll speċjalment għal dawk il-persuni li għandhom x'jaqsmu ma' l-universita'.", "Jiena, li għal ħafna snin kont nifforma parti mill-korp akkademiku ta' l- universita', ħassejt ħafna din l-isfida u kien għalhekk li lqajt u aċċettajt mill-ewwel din il-kariga ta' Kanċillier ta' l-Universita' b'sens ta' sodisfazzjon u fl-istess waqt b'sens ta' umilta' quddiem din l-isfida hekk kbira u lest li nagħmel l-almu tiegħi kollu ħalli nkomplu nkattru u nkabbru t-tagħlim u l-għerf tal-poplu Malti.", "Mr Speaker, nifhem li permezz ta' din il-ħatra ġdida tiegħi fl-Universita' bħala Kanċillier se jkolli opportunita' kbira li naħdem għall-ġid nazzjonali fil-qasam ta' l- edukazzjoni, speċjalment dik terzjarja u hija opportunita' unika għalija li nkabbar l-għerf u t-tagħlim f'dan il-livell tal-poplu Malti u għalhekk aċċettajt din il-ħatra bil-ferħ iżda fl-istess waqt fhimt ukoll li se jkun diffiċli li naqdi ż-żewġ dmirijiet tiegħi tajjeb kif nixtieq ta' Kanċillier ta' l-Universita' u deputat f'din il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-poplu ta' Malta.", "Għalhekk b'dispjaċir kbir wasalt għad-deċiżjoni li jkolli nirriżenja minn din il-Kamra.", "Għidt \"b'dispjaċir kbir\" għaliex f'dawn il- kważi 20 sena kelli ħafna esperjenzi sbieħ u kelli wkoll ħafna okkażjonijiet fejn stajt nagħmel il-ġid fejjiedi u dejjiemi għall-poplu Malti.", "Għamilt ħafna ħbieb miż-żewġ naħat tal-Kamra u niskuża ruħi jekk xi darba inqast lil xi ħadd għalkemm dejjem ippruvajt inkun oġġettiv ħafna u ġust fid-diskorsi u l-kritika tiegħi matul dawn l-aħħar 20 sena.", "Mr Speaker, nixtieq ninformak li wara li tispiċċa s-seduta se nġiblek l- ittra tar-riżenja bħala membru ta' din il-Kamra.", "Nixtieq pero' qabel kollox nirringrazzja lill-kostitwenti tiegħi li dejjem tawni l-fiduċja tagħhom f'dawn is-snin u ngħidilhom li għalkemm irriżenjajt minn din il- Kamra se nkompli naħdem għall-ġid nazzjonali fil-kariga ġdida tiegħi.", "Nixtieq ukoll nieħu din l-opportunita' biex nirringrazzja l-membri kollha ta' din il-Kamra ta' l-għajnuna u l-ħbiberija li tawni iżda fuq kollox nixtieq nirringrazzja lis-Sinjorija Tiegħek, Mr Speaker għall-għajnuna li dejjem sibt mingħandek.", "Nirringrazzja wkoll lill-Iskrivan tal-Kamra u l- assistenti tiegħu kollha u l-messaġġiera ta' l-għajnuna li dejjem tawni meta kelli bżonnha.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak u nawguralek.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, 20 sena minn ħajja ta' bniedem huma bla dubju ta' xejn kapitlu u ftit minuti ilu l-kollega tagħna l-Onor.", "Rizzo Naudi għalaq dan il-kapitlu.", "Hekk sejjaħlu hu stess ftit ġranet ilu meta konna qed nitkellmu u qalli bl-intenzjoni tiegħu li jirriżenja biex jaċċetta l-kariga ta' Kanċillier ta' l-Universita'.", "Jien naħseb li fih ftit sinifikat li llejla qomt biex nagħmel dan id- diskors ħalli nsellem lill-ħabib u kollega tagħna l-Onor.", "John Rizzo Naudi.", "Huwa ta' sinifikat għaliex għalija l-Onor.", "John Rizzo Naudi huwa kollega, ħabib u politiku li nistqarr li dejjem ħarist lejh bħala role model.", "Jien dejjem fittixtu għall-pariri u nistqarr, mingħajr mistħija, li kien hemm drabi oħra fejn fittixni hu biex jagħtini pariri meta deherlu li kien hemm bżonn li jiggwidani, speċjalment meta kont qed nagħmel il-kors tal-B.Sc Nursing.", "Naħseb li għal ħafna minna d-deputati ż-żgħar - nażżarda ngħid taż-żewġ naħat tal-Kamra - kien wieħed mill-politiċi li tħares lejh għax kellu dik il-figura ta' missier.", "Mr Speaker, huwa ta' sinifikat ukoll li llejla qomt nagħmel dan id- diskors ħalli nsellem lill-Onor.", "Rizzo Naudi għaliex dan huwa l-akbar Deputat minn din in-naħa tal-Kamra u jien inzertajt l-iżgħar Deputat fuq in- naħa tal-Gvern.", "Pero' fiha sinifikat ukoll għaliex barra li jien politiku jien nurse u naħseb li din il-professjoni għandha dejn kbir lejn dan il- bniedem.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien naħseb li f'dan il-mument meta l-Onor.", "Rizzo Naudi għadu kemm ħabbar li se jagħti r-riżenja tiegħu bħala membru parlamentari, in-nurses kollha għandhom ikunu minn ta' quddiem biex isellmulu.", "Illum aħna n-nurses nistgħu nitkellmu dwar ix-xogħol tagħna bħala professjoni, nistgħu ngħidu li l-kors tagħna ġie elevat għall- universita' u għandna wkoll l-Institute of Health Care.", "Illum nistgħu ngħidu li f'Malta għandna nurses ggradwati mill-B.Sc u numru ieħor li marru barra minn Malta biex jakkwistaw Masters.", "Nistgħu ngħidu wkoll li n- nurses, li qabel ħafna kienu jirreferu għalihom bħala servjenti, illum qed jagħmlu riċerka u dan kollu huwa dovut għall-fatt li ftit snin ilu l-Onor.", "John Rizzo Naudi kellu viżjoni li għal ħafna oħrajn dehret bħala illużjoni.", "Nista' ngħid li l-Onor.", "John Rizzo Naudi ta kontribut qawwi sew fil-qasam tan-nursing kif ukoll il-qasam ta' l-anzjani u ngħid ukoll mingħajr tlaqliq, li dan għamel żmien joħlom waħdu u kien hawn ħafna li dak iż- żmien ħasbu bis-serjeta' li kien qiegħed joħlom.", "F'dawn iż-żewġ oqsma l- ħolm tal-bieraħ ta' l-Onor.", "Rizzo Naudi sar l-agenda politika tal-lum.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, grazzi għall-Onor.", "Rizzo Naudi, fil-qasam tan-nursing u ta' l- anzjani kellna qabża kbira kemm fid-direzzjoni kif ukoll fl-istrateġija, fil-kwalita' u fil-mod kif bdejna nħarsu lejn dawn iż-żewġ oqsma.", "Illum mexjin fid-direzzjoni li kien qabbadna hu hekk kif ġie maħtur Segretarju Parlamentari fl-1987.", "Jien ngħid li llum qed nirfinaw u qed inkomplu nibnu fuq il-bażi li pprovdielna hu.", "Kienet direzzjoni differenti minn dik li konna mdorrijin biha u għalhekk kien hemm min iddubitaha, ikkritikaha, kien hemm min kien xettiku dwarha u kien hemm ukoll min dam ma aċċettaha.", "Pero' llum, seba' snin wara, din id-direzzjoni qed jaddotaha kulħadd, kemm membri tan-naħa tal-Gvern kif ukoll - għal darb'oħra nażżarda ngħid - dawk ta' l-Oppożizzjoni.", "Għalhekk jien għidt li filwaqt li kien hawn min kien qed jaħseb li l-Onor.", "Rizzo Naudi kien qed joħlom, dan il-ħolm illum sar parti mill-agenda politika.", "Mr Speaker, fil-bidunett tad-diskors tiegħi semmejt il-qasam tan-nursing li mingħajr dubju ta' xejn l-Onor.", "Rizzo Naudi ta kontribut qawwi fih.", "Għalkemm jien ma rridx nagħti l-impressjoni li x-xemx fil-qasam tan-nursing telgħet fl-1987 - m'huwiex l-iskop tiegħi li nagħmel kummenti partiġġjani - kulħadd jaf x'kienet is-sitwazzjoni qabel l-1987.", "Dak iż-żmien kellna sitwazzjoni fejn in-nurses kienu demoralizzati, kienu jirriferu għalihom bħala servjenti u kienu kkontrollati u manipulati mill-professjoni medika.", "L-Onor.", "Rizzo Naudi, flimkien mal-kollegi tiegħu, l-Onor.", "Louis Galea u l- Onor. George Hyzler imbagħad aktar tard anke l-Onor.", "Louis Deguara u l- Onor. Antoine Mifsud Bonnici, għamlu minn kollox u għadhom qed jagħmlu minn kollox - pero' nista' ngħid u naħseb li jaqbel miegħi kulħadd li l- pijunier kien l-Onor.", "Rizzo Naudi - biex in-nursing ikun elevat għal grad ta' professjoni u biex isir kumplimentari u fl-istess ħin awtonomu mill- professjoni medika.", "Il-bieraħ kont qed nitkellem ma' żewġ segretarji li ħadmu mill-qrib ma' l-Onor.", "Rizzo Naudi - Josef Camilleri u Daniela Cachia, qed ngħid min huma għaliex se nsemmihom fit-tajjeb - li qaluli ħafna affarijiet sbieħ dwaru.", "Dawn qaluli li kif twaqqaf l-Institute of Health Care kienu l-uffiċċju - dak iż-żmien kellu s-Segretarjat għall- Anzjani - bdew jipprovaw iċemplu barra minn Malta biex jagħmlu appuntamenti ma' numru ta' universitajiet u tant kien għadu fil-fażi preliminari ta' Gvern Nazzjonalista li lanqas biss kellhom iz-zero facility biex iċemplu għal barra minn Malta.", "L-ewwel ħaġa li riedu jagħmlu kienet biex jaraw kif se jġibu z-zero facility ħalli jkunu jistgħu jċemplu barra minn Malta u jintroduċu ruħhom li kienu qed iċemplu f'isem il-Gvern Malti.", "Fil-fatt dawn għamlu appuntamenti ma' numru ta' universitajiet barra minn Malta biex imorru jiltaqgħu magħhom bit-tama li dak li jien sejjaħt \"ħolm\" ta' l- Onor. Rizzo Naudi, jsir realta'.", "Dawn siefru u fost oħrajn iltaqgħu mad- diriġenti ta' l-Universita' ta' Liverpool.", "Ftit wara ġiet Malta Barbara Burkey, beda l-Institute of Health Care, beda l-kors fil-B.Sc in nursing studies, aktar tard id-diploma u s-certificate in nursing practice; fi ftit kliem kellna riforma sħiħa fit-taħriġ tan-nurses.", "Jien sinċerament ngħid li l-Institute of Health Care li l-Onor.", "Rizzo Naudi għadu Chairman tiegħu huwa proprju l-istitut li mhux biss ta futur imma se jkompli jagħti futur lin-nursing ġewwa pajjiżna.", "Pero' l-Onor.", "Rizzo Naudi ma waqafx hawn u naħseb li kien preġju tiegħu wkoll li ġiet imwaqqfa l-Prevocational School li kellha l-iskop u għad għandha l-iskop biex tiggwida lill-istudenti mil- livell sekondarju għall-professjoni tan-nursing u l-professjonijiet paramediċi.", "Mr Speaker, jiena li ħdimt ta' nurse naf x'jiġifieri jkollok segretarju parlamentari li huwa wkoll tabib li jinsisti u jagħmel ħafna sforzi, nista' ngħid b'suċċess, biex in-nursing ikun elevat għal-livell ta' professjoni.", "Min jaf lill-Onor.", "Rizzo Naudi jaf li dan huwa bniedem li dejjem iħuf l- isptar u li l-ħarġa tiegħu tal-Ħadd fil-għaxijia hija li jmur l-isptar idur u jitkellem mal-morda, jisma' s-suġġerimenti ta' kulħadd u jiddiskuti ma' kulħadd.", "Hawnhekk, Mr Speaker, nixtieq nagħti eżempju żgħir ta' dan li qed ngħid.", "Dan is-sajf kont qiegħed Għawdex u kont tiela' t-telgħa taż-Żebbuġ u ltqajt ma' nurse u li għamel il-B.Sc miegħi - Michael Asciak - li qalli li hu flimkien ma' nurse ieħor - Nicky Sammut - għamlu rapport dwar ir- riforma li jaħsbu li hemm bżonn li ssir fin-nursing u qalli li b'kumbinazzjoni ltaqgħu ma' l-Onor.", "Rizzo Naudi li kien qiegħed għal holiday ġewwa Għawdex u qalli li aċċetta li jiltaqa' magħhom allavolja kien hemmhekk għal btala.", "Fil-fatt iltaqgħu u ddiskutew miegħu - bħala Chairman ta' l-Institute of Health Care - ir-rapport u aċċetta li jiġi implimentat ħafna minnu.", "Dan qed ngħidu biex nuri x'tip ta' bniedem hu l- Professur Rizzo Naudi; ikun qiegħed holiday mal-familja ġewwa Għawdex, jiltaqa' ma' nurse li jgħidlu li għandu ftit suġġerimenti u jaċċetta li jiltaqa' miegħu.", "Skond ma qalli dan l-individwu l-Onor.", "Rizzo Naudi mar l- isptar u għamlu sagħtejn jiddiskutu dan ir-rapport u fil-fatt se jimplimentaw - anzi naf li diġa' beda jiġi mplimentat - ħafna minnu.", "Mr Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li l-Onor.Rizzo Naudi kien pijunier anke fil-qasam ta' l-anzjani.", "Kif jaf kulħadd fl-1987 il-Prim Ministru ħatar ministeru għal kollox ġdid biex jieħu ħsieb il-qasam ta' l- anzjani.", "L-ewwel pass li kien sar kien li jiġi refurbished St. Vincent de Paule fejn il-gvern tal-ġurnata ma baqax iħares lejn dan l-isptar bħala l- makna li tipproduċi l-voti.", "Il-viżjoni li kellu l-Onor.", "Rizzo Naudi kienet li hemmhekk minn sptar jinbidel f'residenza li fiha l-anzjani jkunu jistgħu jqattgħu l-aħħar snin ta' ħajjithom b'dinjita'.", "Jien naħseb li kien ukoll l-Onor.", "Rizzo Naudi li ħa diversi miżuri biex l-anzjani jibdew jgħixu fil-komunita' bil-fatti u mhux bil-kliem.", "Kien taħtu wkoll li bdew jinfetħu d-djar ta' l-anzjani.", "Għadni niftakar meta nfetħet waħda mid-djar ta' l-anzjani u kien hemm waħda mit-tutors - li kienet ġiet mil-Liverpool li l-forte tagħha kienet li tgħallem il-geriatrics - u qaltli li ġewwa l- Ingilterra kollha m'għandhom l-ebda residential home ta' l-anzjani ta' dan it-tip; qaltli li dawn id-djar qishom hotels.", "Mr Speaker, kien l-Onor.", "Rizzo Naudi - imbagħad wara kompla l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici - li ntroduċa diversi servizzi li kellhom l-iskop li jgħinu lill-anzjani biex jibqgħu jgħixu fil-komunita' u hawnhekk nista' nsemmi l-handyman service, is-servizz tas-social assistance, it-Telecare u servizzi oħrajn li mhux l-iskop tiegħi li nidħol fihom illum.", "Kien hu wkoll li ħareġ bl-idea li f'pajjiżna għandna jkollna geriatric hospital u nsista li jekk ma jkollniex dan l-isptar ma nistgħux inwettqu l-pjan li għandna f'moħħna.", "Hu ried li jkollna dan l-isptar speċjalizzat għar- riabilitazzjoni ta' l-anzjani u meta ħareġ b'din l-idea kien hemm min qal li kien qiegħed jhewden u li ma kienx jaf x'kien qiegħed jgħid.", "Jien naħseb li f'Settembru ta' l-1991 meta l-Blue Sisters ġie kovertit fl-Isptar Zammit Clapp - mertu ieħor ta' l-Onor.", "Rizzo Naudi - ħadd ma baqa' jgħid li kien qed jhewden u kulħadd aċċetta l-fatt li din kienet prova oħra tad- determinazzjoni u ta' l-impenn ta' l-Onor.", "Rizzo Naudi u tal-Gvern biex fil- qasam tal-kura ta' l-anzjani ikun minn ta' quddiem.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, ma nistax insemmi lill-Onor.", "Rizzo Naudi mingħajr ma nsemmi l- kapaċita' tiegħu bħala physician.", "Naħseb li kulħadd jaċċetta l-fatt li huwa wieħed mill-aqwa physicians li qatt kellna f'pajjiżna, pero' apparti l-kapaċita' tiegħu xjentifika f'dik il-professjoni ta' min isemmi l-kariżma unika li kellu mal-pazjenti u anke l-mod kif diversi drabi uża l- professjoni tiegħu biex jaħdem fost il-missjoni.", "Fil-fatt, anke meta kien Ministru, siefer diversi drabi biex jagħmel xogħol ta' tabib fil-missjoni - jidhirli li l-aħħar post li żar kien il-Kenja - u kien imur jaħdem fl- iktar areas impestati bil-ħmieġ u bil-mard u fejn ikun hemm problemi kbar.", "Kien ukoll il-bniedem li waqqaf il-volontary lay mission li qed tagħmel ħafna xogħol b'risq il-missjoni.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Rizzo Naudi huwa riċerkatur wkoll - jien ngħid li huwa iffissat fl-istatistika.", "Fit-tiftix li għamilt jien sibt li fl-ewwel diskors li kien għamel l-Onor.", "Rizzo Naudi fil-22 ta' Diċembru 1976 waqt id- diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir- Regolamenti tat-Traffiku - li kellu l-għan li jimpedixxi t-tipjip fuq it- trasport pubbliku - kkwota studju famuż ta' Doll and Hill li sar fl-1951 u semma ruxxmata statistika biex isostni l-argumenti tiegħu li t-tipjip u l- passive smoking jagħmlu l-ħsara.", "Jien naħseb li ħaġa oħra li wieħed għandu jgħid fuq l-Onor.", "Rizzo Naudi hija rigward l-aspett uman.", "Il-bieraħ meta kont qed nitkellem ma' Josef u Daniela - li ħadmu miegħu mill-qrib - u ma' Dr. John Cachia - li dak il- ħin inzerta qiegħed fl-uffiċċju - qaluli li meta l-Onor.", "Rizzo Naudi kien Segretarju Parlamentari kien jara lil kull min kien imur fl-uffiċċju tiegħu anke jekk ma jkollux appuntament u jekk xi ħadd mill-istaff kien igerger għal xi ħadd għaliex ikun jidhirlu li huwa xi ftit esiġenti żżejjed kien jgħidlu biex qabel ma jiġġudika jpoġġi lilu nnifsu fil-pożizzjoni ta' dak l-individwu.", "L-Onor.", "Rizzo Naudi huwa bniedem li jittollera lil kulħadd, ma jgħajjat u jiġġieled ma' ħadd u għandu riżerva kbira ta' paċenzja.", "Hawnhekk nixtieq insemmi waqt ftit umoristiku.", "Waqt il-maiden speech li kien għamel fit-22 ta' Diċembru 1976 xi ħadd min-naħa tal-Gvern - għax dak iż-żmien konna fl-oppożizzjoni - beda jinterrompih b'mod kontinwu u wara ħafna interruzzjonijiet l-iSpeaker talbu biex jkomplix jinterrompih għaliex huwa kien qed jagħmel il-maiden speech.", "Pero' dak il-ħin qabeż l- Onor. Rizzo Naudi u qallu: Tinkwetax, Mr Speaker, erħilu ma jimpurtax.", "Dan huwa l-karattru ta' l-Onor.", "Rizzo Naudi; membru ieħor jinterrompih fil- maiden speech tiegħu, l-iSpeaker jipprova jaqbeż għalih u hu jgħidlu li ma jimpurtax.", "Naħseb li dan jirrifletti l-karattru ta' dan il-bniedem; bniedem ta' rispett, b'valuri soda u raġel tal-familja.", "Il-bieraħ Josef kien qed jgħidli li nhar ta' Tnejn fil-għodu ġieli kienu jiltaqgħu fl- uffiċċju u jgħidulu: Profs, fejn mort il-bieraħ?", "U hu kien jgħidilhom li ma ħariġx għaliex l-għaxqa tiegħu hi li nhar ta' Ħadd joqgħod id-dar jieħu ħsieb it-tfal tat-tfal.", "Naħseb li dan jirrifletti kemm hija mportanti l- familja għal dan il-bniedem.", "Mr Speaker, jien m'iniex magħruf għall-eloġji, la ta' dawk li jkunu mejtin u wisq u wisq inqas għal persuni bħall-Onor.", "John Rizzo Naudi li għadhom ħajjin mimlija saħħa u enerġija u li għad fadlilhom snin twal ta' servizz x'jagħtu lil dan il-pajjiż.", "Pero' llum ħassejt li għandi nagħmel eċċezzjoni billi nqum u nsellimlu qabel ma jitlaq u ħsibt li l-aħjar mod li għandi nsellimlu bih huwa li nieħu ftit ħin mill-Aġġornament.", "Jien xtaqt li nsellem lill-Onor.", "Rizzo Naudi b'dan il-mod għaliex jien ngħid li huwa kontra t-tendenzi li għandhom politiċi oħrajn.", "Politiċi oħrajn iħobbu jfaħħru lilhom infushom u jamplifikaw it-tajjeb li għandhom, pero' min jaf lill-Onor.", "Rizzo Naudi jaf li m'huwiex ta' dan it-tip.", "Huwa qatt ma fittex il-glorja tiegħu u qatt ma pprova jfaħħar lilu nnifsu - anzi jimpressjonak bl-umilta' li għandu - u għalhekk jien ħsibt li jistħoqqlu ftit minuti biex qabel ma jitlaq xi ħadd iqum u jsellimlu.", "Mr Speaker, din hija biss tislima mhux bl-intenzjoni li nħallsu d-dejn li għandna miegħu imma biex f'dawn il-ftit minuti nirrikonoxxu dan id-dejn.", "Minn dan il-grupp - nista' ngħid anke minn din il-Kamra - se nitilfu l- ewwelnett konsulent - kien dejjem on call u kull min kien ikollu xi ħaġa kien jgħid: Issa jiġi John Rizzo Naudi - ħabib, kollega u Onorevoli li kien denju ta' dan it-titlu mhux skond il-proċedura tal-Kamra imma skond għemilu.", "GĦalhekk, qabel ma jagħlaq dan il-kapitlu u jitlaq għall-aħħar darba biex imur iwettaq xogħol ieħor bħala Kanċillier ta' l-Universita', xtaqt li lil dan ir-raġel ġentlom f'ismi, f'isem il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra u fuq kollox f'isem il-poplu ngħidlu grazzi u grazzi ħafna tas- servizz twil ta' 20 sena li ta bħala membru parlamentari.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Prosit, f'ċirkostanzi bħal dawn min jippresjedi l-Kamra normalment ikun jixtieq li r-regolamenti tal-Kamra jippermettulu jagħmel l- istess diskors li għamel l-Onor.", "Galea.", "Ir-regolamenti ma jippermettulix, pero' jippermettuli li ninforma lill-Kamra li għadni kif irċevejt issa ittra mingħand l-Onor.", "Rizzo Naudi u se naqra lill-Kamra kif jien obbligat li nagħmel.", "8 ta' Novembru, 1995", "GĦażiż Dr. Gonzi,", "Nixtieq ninfurmak li llum aktar kmieni, rċevejt minn għand il- President tar-Repubblika ta' Malta, l-E.T. Dr. Ugo Mifsud Bonnici, l- ħatra ta' Kanċillier ta' l-Universita' ta' Malta.", "Jien aċċettajt bil- ferħ din il-kariga għaliex tagħtini l-opportunita' unika li nkun nista' naħdem għall-ġid Nazzjonali fil-qasam tal-Edukazzjoni Terzjarja.", "Nifhem li, b'din il-ħatra fl-Universita', sejjer ikun diffiċli għalija li naqdi sewwa, kif nixtieq, iż-żewġ dmirijiet ta' Kanċillier fl- Universita' u ta' Deputat fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Poplu ta' Malta.", "GĦalhekk iddeċidejt li nirreżenja minn Membru ta' din il-Kamra tar- Rappreżentanti tal-Poplu ta' Malta llum t-tmienja ta' Novembru, 1995 b'effett minn wara din is-seduta tal-lejla.", "Waqt li nselli għalik u l- istaff tiegħek kollu, nixtieq nirringrazzjakom ta' l-għajnuna li dejjem sibt mingħandkom.", "Nsellimlek u Grazzi Ħafna.", "GĦoddni dejjem tiegħek.", "John Rizzo Naudi", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Novembru, 1995 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.54 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA - KAŻ TA' JOACHIN ARMENI", "28136.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif sħiħ dwar fiex wasal il-każ ta' Joachin Armeni ta' 35/4, St. Joseph Str.", "Valletta li għamel talba għal akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li skond l-informazzjoni li għandu d- dipartiment, filwaqt li s-Sur Joachin Armeni (mhux Jack Aumeni) qed jitlob li jibdel il-post tiegħu ma' ta' ħaddieħor, il-persuna li qed jindika hu, min-naħa tiegħu qed jitlob li jibdel ma' terza persuna.", "Id-dipartiment qed jara wkoll kemm jagħmel sens li familja b']amsa min- nies tibdel minn flat 3 bedroomed għal wieħed izgħar.", "DJAR - KAŻ B'FILE NRU.", "H 08800", "28150.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-file H 08800 tal-Housing u jirrapporta dwar il-każ fil-Parlament?", "ONOR.CENSU GALEA: L-applikazzjoni Nru. H 08800 qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet oħra simili.", "GUDJA - TISWIJA TA' TOROQ", "28151.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li Triq l- Għelejjel, fil-Gudja, tiġi rranġata l-problema li hemm minħabba ilmijiet li jiġu minn toroq oħra u wara, tingħata t-tarmac?", "Jista' wkoll jara li tiġi rranġata Triq Xlejli, fil-Gudja, bl-istess problema?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li snin ilu kien sar \"culvert\" miftuħ biex jiddrenja dan l-ilma għal Wied Dalam, iżda dan il-kanal reġa' ngħalaq mill-bdiewa li jaħdmu r-raba' minn fejn jgħaddi.", "Bħalissa qed jerġa jsir dan il-\"culvert\".", "GUDJA - TRIQ IL-PLUVIERI -TISWIJA", "28152.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li Triq il- Pluvieri, fil-Gudja terġa' tiġi mibnija mill-ġdid?", "ONOR.MICHAEL FRENDO: L-asfaltar ta' toroq ġodda jsir skond il- prijoritajiet li kienu bagħtu l-kunsillieri lokali, u dawk tad-Dipartiment tat-Toroq, u skond il-fondi disponibbli.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MEDIĊINI GĦAL DAWK MORDA BL-AIDS", "28833.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Billi dan l-aħħar tħabbar li meta ġew kkumbinati żewġ mediċini kellhom effett tajjeb fuq dawk morda bl-AIDS, din il-kura hija aċċessibbli għal morda bl-AIDS f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt assigurat li din il-kura hija aċċessibbli f'Malta għal dawk li jkunu dikjarati li jenħtieġuha mill-konsulent li jkun qed jikkurahom.", "BANEK - BOV", "28834.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħa l-BOV kontra l-Grupp 4 li kienu responsabbli minn borza ta' Lm20,000 li għosfrot meta kienu qed jiddepożitaw il-flus fil-cash centre tal-BOV?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Bank Of Valletta llum huwa kumpannija privata.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KAŻ TA' MICHAEL GALEA", "28835.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif baqa' l-każ ta' Michael Galea li qatgħulu idu fl-Isptar wara li kellu inċident?", "Saret inkjesta?", "Jekk iva, r-riżultat ħareġ?", "Il-ġenituri tiegħu li stqarrew li kienu se jieħdu passi legali, għamlu dan?", "Jekk iva, qed ifittxu lid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall- każ ta' Michael Galea.", "Wara li ntemmet 'peer review' dwar il-każ biex ġew stabbiliti il-fatti ġiet appuntata inkjesta taħt 'Inquiries Act'.", "Ninsab informat li r-Rapport ta' l-Inkjesta għadu mhuwiex konkluż.", "Id-dipartiment mżhuwiex a konjizzjoni ta' xi passi legali kontrih f'dan il- każ.", "ĦALIB - IMPORTAZZJONI", "28851.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mportat ħalib ta' barra fil-kartun jew flieken f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "X'kontroll hemm fuq l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib?", "Peress li hemm ħafna raħħala nkwetati li l-Malta Dairy Products mhux se tieħu aktar ħalib mill-kwosta allokata, ma jidhirlux l-Ministru li għandu jkun hemm kontroll fuq l-importazzjoni tal-ħalib ta' barra u fuq it-trab tal-ħalib ukoll?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni dwar importazzjoni ta` ħalib fil- kartun jew fliexken hi kif tidher hawn taħt:-", "SENA LITRU", "1990 370,242 1991 165,999 1992 257,493 1993 422,815 1994 1,025,660", "Sa l-aħħar tas-sena li għaddiet l-importazzjoni ta` ħalib kienet ristretta u kien jitħalla jiġi mportat trab tal-ħalib f`kontenituri ta` mhux aktar minn 400 gramma u, fi kwantitajiet akbar għal skopijiet industrijali, taħt kontrolli stretti.", "Kien ukoll permess li jidħol ħalib likwidu `long-life`speċjali, addattat għal persuni li ma setgħux jixorbu ħalib normali.", "Dawn il-miżuri swew bħala protezzjoni lir-raħħala.", "Mill-ewwel ta` din is-sena il-protezzjoni għall-industrija lokali inbidlet, bħal f`numru kbir ta` każi u oħra f`waħda bbażata fuq sistema ta` `levies` li jservu biex jipproteġu l-industrija lokali, bħal f`dan il-każ dik tal-ħalib.", "RAĦĦALA - PROJBIZZJONI LI JAGĦMLU L-ĠBEJNIET TAL-BŻAR", "28852.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Wara l-aħħar imxija tad-deni rqiq f'Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-raħħala hux qed jiġu projbiti milli jagħmlu ġbejniet tal-bżar?", "Jekk iva, għaliex?", "Jekk le, raħħal li għandu baqar, jista' jagħmel ġobon hu?", "Jekk iva, x'irid jagħmel?", "Jista' l-ħalib żejjed li jipproduċi u ma jittieħidx mill-fabbrika tal-ħalib minħabba l-kwota jagħmel dan il-ħalib f'ġobon hu?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li r-raħħala li jrabbu n-nagħaġ ma ġewx pprojbiti milli jagħmlu ġbejniet.", "Raħħal li għandu l-baqar huwa marbut bil-liġi li jieħu l-ħalib kollu tal-baqar il-Malta Dairy Products Ltd liema kumpannija hija marbut li taċċetta l-ħalib kollu.", "SKEJJEL: NADUR - SKOLA PRIMARJA", "28866.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Ministeru tiegħu dwar l-ilmenti mqajma f'ittra lilek ta' \"Ġenituri Mħassba\" bid-data tat-30 ta' Settembru, 1995?", "Meta se tintbagħat Kap fl-Iskola Primarja tan-Nadur?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fl-Iskola tan-Nadur mżhemmx nuqqas ta' Kap għalkemm il-Kap ta' l-iskola kienet bis-'sick leave'.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l-ittra msemmija kienet waħda anonima u saru ħafna insinwazzjonijiet mingħajr ma ħadd kellu l- kuraġġ li juri ismu jew jagħti dettalji konkreti.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - SUR LOUIS CASSAR", "28867.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jirriżulta li s-Sur Louis Cassar tal-Foundation for International Studies qed jagħmel Master's degree f'kors organizzat minnu stess?", "Jirriżulta li huwa diġa' kkwalifika minn kors organizzat mill-Istitut Internazzjonali għall-Ambjent tal-Fondazzjoni?", "Is-Sur Cassar huwa Kordinatur ta' dan l-Istitut?", "Malli jieħu l-Master's is-Sur Cassar jaqbad salarju ogħla mal- Fondazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Interpellant mhux korrett meta jgħid li s- Sur Louis Cassar tal-Foundation for International Studies qed jagħmel Master's Degree f'kors organizzat minnu stess.", "Dan il-kors hu organizzat mill-Istitut Internazzjonali għall-Ambjent u hu mmexxi minn Bord ta' Studju maħtur mis-Senat ta' l-Universita'.", "Is-Sur Cassar mhux membru tal-Bord ta' Studju ta' dan il-kors.", "Il-kordinatur tal-kors hu membru ta' l-istaff akkademiku ta' l-Universita'.", "Is-Sur Cassar kiseb Postgraduate Diploma f'\"Environmental Management\" mħejji mill-programm MEDCAMPUS ta' l-Unjoni Ewropea, kompost minn erba' universitajiet, fosthom l-Universita' ta' Strathclyde, Istituto Universitario Navale ta' Napli, Galillee College u l-Universita' ta' Malta.", "Dan il-kors kien immexxi minn Scientific & Management Committee b'rappreżentanza ta' dawn l-Universitajiet msemmija, flimkien ma' Bord ta' l-Istudju maħtur mis-Senat ta' l-Universita' ta' Malta li s-Sur Cassar ma kienx membru tiegħu.", "Is-Sur Cassar huwa Kordinatur Eżekuttiv ta' l-Istitut Internazzjonali għall-Ambjent, kariga marbuta ma' l-amministrazzjoni ta' dan l-istess Istitut.", "Jekk is-Sur Cassar jikseb il-grad ikollu l-istess drittijiet li għandu kull impjegat ieħor bl-istess kwalifiki.", "Inżid li hi ħaġa normali li l- Istituzzjonijiet jinkoraġġixxu lill-impjegati tagħhom biex javvanzaw fl- istudji u l-kwalifiki tagħhom.", "Din hi prattika ta' l-Universita' fejn hemm numru kbir ta' impjegati li qegħdin jagħmlu korsijiet organizzati mill- istess Universita'.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET", "28868.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: L-Universita' tinsab f'pożizzjoni li tgħid kemm minn dawk li jibdew xi kors universitarju jkun hemm min ma jkomplix għal xi raġuni jew oħra?", "Sena b'sena fl-aħħar snin (1992-1995) kemm kien hemm studenti li bdew kors fl-Universita' u ma komplewx?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25323 (Seduta Nru. 422) li kienet tirrigwarda s-snin 1992-94.", "Il-figuri għas-sena 1995 għadhom qed jinġabru.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "28869.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li tħallew jibdew jistudjaw l-Universita' din is-sena u tħallew jidħlu provisional?", "Liema korsijiet qed isegwu?", "Ingħatat pubbliċita' biżżejjed li studenti setgħu jiġu aċċettati bħala provisional?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal studenti li ġew ammessi bħala studenti bi prova (probationary) taħt ir- Regolament 3.1 (c) li jipprovdu għad-dħul ta' student li \"jkun applika għad- dħul skond ir-Regolament 2 (dħul ta' studenti regolari) iżda hu mistenni mill-Bord tad-Dħul, bil-parir tal-Kumitat tad-Dħul tal-Fakulta' jew l- Istitut relevanti, li jissodisfa kondizzjonijiet addizzjonali li jkunu minflok mhux aktar minn element wieħed tar-Rekwiżiti għad-Dħul, bħala suġġett ta' l-Eżami taċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja jew ta' grad ta' l-Eżami tal-Matrikola fil-livell Avvanzat, u l-Bord tad-Dħul, bil- parir fuq imsemmi, jiċċertifika dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu sodisfatti billi jtemmu b'suċċess parti speċifika tal-kors jew il-kors sħiħ li l-kandidat ikun irid jidħol għalih.\"", "Dan ir-regolament kellu l-istess pubbliċita' bħal bqija tar-Regolamenti tad-Dħul, li kienu jistgħu jinġabru mill-Universita' minn min kien interessat.", "Din is-sena ġew aċċettati 110 studenti taħt dan ir-regolament.", "Numru żgħir minn dawn m'aċċettawx l-offerta.", "In-numru preċiż għad qed jinġabar peress li l-istudenti għadhom fil-proċess li qed jirreġistraw formalment.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "28870.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bħalissa jistudjaw fl-Universita' li tħallew jidħlu bis-saħħa tal-maturity Clause?", "Liema korsijiet qed jistudjaw?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu?", "Kien hemm persuni li applikaw u ma ntgħażlux?", "Kemm kien hemm minn dawn l-applikanti adulti li ma ntgħażlux u għaliex?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dik li hi komunament magħrufa bħala l-'maturity clause' hi Regolament 2.2(a) (iii) tar-Regolamenti tad-Dħul fl-Universita' li tgħid li:", "\"Kandidat jista' jiddaħħal ukoll bħala student regolari ta' l- Universita' jekk hu jkun qabeż l-eta' ta' 23 sena fil-bidu tal-kors li jkun applika għalih u jkun tqies intitolat għad-dħul bħala student regolari mill-Bord tad-Dħul imwaqqaf skond ir-Regolament 5.\"", "Ir-Regolament 5 jipprovdi li l-Bord tad-Dħul ikollu s-setgħa \"li jfittex il- parir tal-kumitat tad-dħul tal-Fakulta' u b'mod partikolari jekk kandidat li qiegħed jitlob li jidħol bħala student regolari skond ir-Regolament 2.2(a) (iii) għandu l-isfond akkademiku neċessarju biex isegwi bi profitt il-kors ta' studju konċernat.\"", "Għal dan il-għan, kandidati li japplikaw biex jidħlu f'xi kors bis-saħħa ta' dan ir-regolament normalment ikunu intervistati u f'xi każi, jekk ikun meħtieġ, isirilhom ukoll test bil-miktub.", "Għal din is-sena akkademika kien hemm 369 kandidati f'din il-kategorija u 271 minnhom ġew aċċettati.", "Dawn kienu mqassmin kif ġej:", "|Kors |Appli|Accet|Mhux |Irtiraw| | |kaw |tati |Accettat|l-appli| | | | |i |kazzjon| | | | | |i | |B.E.& |2 |0 |2 |0 | |A. | | | | | |B.A. |16 |9 |1 |6 | |B.A.(E|45 |41 |0 |4 | |vening| | | | | |) | | | | | |B.Com.|25 |21 |3 |1 | |B.Sc.B|9 |6 |2 |1 | |us & | | | | | |Comp | | | | | |Dip. |25 |23 |1 |1 | |Mangt | | | | | |Dip. | | | | | |Soc St| | | | | |Wom & |10 |10 |0 |0 | |Dev | | | | | |B.Ed. |16 |13 |2 |1 | |B.Psyc|13 |12 |1 |0 | |h. | | | | | |B.Comm|5 |4 |0 |1 | |un. | | | | | |B.Eng.|3 |1 |2 |0 | |B.A.Le|21 |21 |0 |1 | |gal | | | | | |B.Phar|3 |2 |0 |1 | |m. | | | | | |B.Sc.(|3 |1 |1 |1 | |Hons.)| | | | | |S.Th.B|3 |3 |0 |0 | |. | | | | | |B.A.(R|9 |6 |3 |0 | |el. | | | | | |Stud) | | | | | |B.A.(T|4 |3 |1 |0 | |heol.)| | | | | |Dip. |13 |11 |2 |0 | |Rel. | | | | | |Stud. | | | | | |B.Sc.(| | | | | |Hons.)| | | | | |Info |5 |3 |2 |0 | |Tech) | | | | | |Dip.in|3 |3 |0 |0 | |Agric.| | | | | |B.A.So|4 |2 |1 |1 | |c. | | | | | |Adm. | | | | | |Dip. |65 |33 |31 |1 | |Soc. | | | | | |Wk. | | | | | |Dip. |32 |28 |2 |1 | |Youth | | | | | |B.Sc.C|5 |5 |0 |0 | |omm. | | | | | |Th. | | | | | |B.Sc.N|3 |3 |0 |0 | |urse | | | | | |B.Sc.R|1 |1 |0 |0 | |ad. | | | | | |Dip. |2 |0 |2 |0 | |Med. | | | | | |Lab. | | | | | |Dip. |6 |6 |0 |0 | |Nurse | | | | | |Dip. |1 |1 |0 |0 | |Podol.| | | | | |Cert. |12 |8 |0 |4 | |in | | | | | |Nurse | | | | |", "Hemm ukoll sitt applikazzjonijiet li ġew milqugħa tard u għadhom qed jiġu kkunsidrati.", "Dawn huma 2 fil-B.A. u waħda kull wieħed fil-B.A.(Evening), B.Communications, B.A.(Theol. & Hum.", "Studies) u fid-Dip. in Youth.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U RIŻORSI UMANI - SUR GODWIN FRIGGIERI", "28871.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' Godwin Friggieri mal-Ministeru tiegħu?", "Meta daħal jaħdem ma' dan il- Ministeru?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is-Sur Godwin Friggieri kien ġie mpjegat bħala 'Personal Assistant' fil-Ministeru tiegħi meta kelli responsabbiltajiet Ministerjali differenti.", "Dan il-kuntratt baqa' jiġġeded kull sena.", "Fl-aħħar kuntratt li sar, dak ta' Novembru 1994, is-Sur Friggieri ġie mpjegat bħala 'Personal Assistant' fuq bażi 'part-time' u ma baqax 'full-time' bħal qabel.", "PULIZIJA - SERQA MILL-CASH CENTRE TAL-BANK OF VALLETTA", "28900.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kienx hemm xi żvilupp fuq il-borża li kien fiha Lm20,000 taħt il-ħarsien tal-Group 4 u nsterqet mill-Cash Centre tal-Bank of Valletta?", "Il-Group 4 inżammu responsabbli?", "Ġew imġiegħla jħallsu dawn l- Lm20,000 lura ladarba dawn il-flus kienu taħt il-ħarsien tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma kienx hemm żviluppi fl-investigazzjonijiet tal- pulizija dwar is-serq tal-borża bil-flus li seħħet mill-Bank Of Valletta.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija m'iniex f'pożizzjoni ngħid x'decizjonijiet ħadu l-awtoritajiet tal-Bank imsemmi.", "Minħabba li l-Banek ma jaqgħux taħt il-Ministeru ta' l-Intern", "\"IT-TORĊA\" - KOORDINATUR EŻEKUTTIV - KUMMENTI", "29083.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Nirreferi għal kummenti li għamel il-Kordinatur Eżekuttiv f'intervista li ta fil-ħarġa tat-\"Torċa\", nhar il-Ħadd 15, ta' Ottubru dwar l-Isptar Monte Carmeli fejn għamel riferenza għar-riforma fil-Qasam tas- Saħħa Mentali.", "Dan l-uffiċjal li m'għandu l-ebda background fil-Qasam tas- Saħħa, iktar u iktar fejn għandu x'jaqsam mal-kura tas-Saħħa Mentali, għamel dikjarazzjoni li tgħid li l-problemi tas-saħħa mentali huma diversi u hemm ħafna u dawn il-pazjenti m'humiex ta' periklu għall-komunita'.", "Ma jidhirlux l-Ministru li dawn huma kliem kemm kontraditorji u fl-istess ħin perikolużi u li jistgħu jagħmlu iktar ħsara milli ġid lir-riforma għas- servizz tas-Saħħa Mentali?", "Dawn il-konklużjonijiet żgur li għadna ma nafuhomx qabel ma jsiru l-istudji neċessarji.", "Pajjiżi bħal fir-Renju Unit fejn riformi fil-kura tas-Saħħa Mentali kienu ddaħħlu b'mod mgħaġġel, kellhom esperjenza qarsa li waslet għal opinjoni li bħalissa l-kura tas- saħħa mentali fil-komunita' rriżultat f'katastrofu fil-komunita', fejn mill- inqas mewta fil-ġimgħa, hija assoċjata ma' din it-tip ta' kura.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kuntrarju għall-opinjoni ta' l-Onor.", "Membru il- Koordinatur Eżekuttiv kiseb esperjenza fl-Amministrazzjoni fis-Settur tas- Saħħa u għandu l-kapaċitajiet biex jikkordina ir-Riforma kif proposta fil- 'Policy' Nazzjonali.", "Il-Koordinatur kien qed jitkellem b'mod ġenerali bl- għan li titnaqqas l-istigma kontra l-Mard Mentali u l-pazjenti li jbatu b'dan il-mard.", "Dan ma jfissirx li pazjenti li huma ta' periklu għalihom u għas-Soċjeta' jiġu ntegrati fis-soċjeta'.", "Fl-ebda mument ma ntqal dan mill- Koordinatur Eżekuttiv.", "Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Membru fiċ- Ċensiment li sar fl-Isptar Monte Carmeli minn total ta' 632 pazjent, 35 pazjent biss kellhom xi tendenza ta' vjolenza lejn terzi persuni, li minnhom 18 kienu 'diagnosed' bħala 'mentally retarded'.", "Il-'Policy' Nazzjonali li għaliha rrefera il-Koordinatur tenfasizza l-ħtieġa li l- Isptar Monte Carmeli jibqa' jeżisti għaliex nafu li ċertu nies ma tistax tagħtihom il-kura effettiva jekk mhux b'ambjent istituzzjonali kuntrarju għall-opinjoni ta' l-Onor.", "Membru.", "Il-kummenti tal-koordinatur la huma kontraditorji u lanqas ta' periklu għaliex fin-normi aċċettati wieħed jenfasiżża dak li huwa komuni u mhux dak li huwa rari.", "Pazjenti Mentali b'tendenza ta' vjolenza fiżika huma r-rarita' u hu dover ta' kull min jista' jinfluwenza l-opinjoni pubblika li fi kliemu u b'għemilu ma jbeżżax il-poplu b'affarijiet li ma tantx huma komuni.", "SPTAR MONTE CARMELI - LAUNDRY", "29084.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jeżistu u jiġu pprattikati fil-laundry fl-Isptar Monte Carmeli biex jiġi żgurat li jitnaqqas il-periklu għas-saħħa ta' l-impjegati fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li qed jittieħdu diversi miżuri biex is-Saħħa tal-ħaddiema fil-'Laundry' ta' l-Isptar Monte Carmeli tiġi żgurata.", "Fosthom dawn ta' min isemmi:- 1.", "Ħwejjeġ maħmuġin sewwa speċjalment dawk li jkunu mxarrbin b'xi likwidi, jiġu mitfugħa ġo boroż speċjali li jdubu ġol-makni tal-ħasil biex fl-ebda waqt ma jintmissu minn xi impjegat qabel ma jinħaslu.", "2.", "Jingħata lbies protettiv lill-impjegati u jiġi mfakkar regolarment dwar l-importanza ta' l-użu tiegħu.", "3.", "F'ċerti każi jingħataw maskri tal-wiċċ u ngwanti ħoxnin lill-impjegati li jiġu f'kuntatt mal-ħwejjeġ maħmuġin.", "4.", "Biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda waqt li kemm l-impjegati tal- 'Laundry' kif ukoll il-pazjenti ma jieħdu ebda infezzjoni mill-ħwejjeġ indaf, kull ħaġa li tiġi maħsula tingħata trattament ta' 'Heat Disinfection' biex jinqatlu l-mikrobi kollha.", "5.", "Tingħata t-tilqima kontra l-'Hepatitis' lil kull impjegat tal-'Laundry' fuq bażi volontarja.", "6.", "Barra mis-saħħa fiżika qegħdin jittieħdu miżuri biex tittaffa t-tbatija lill-impjegati billi qed jiġu ordnati makni awtomatiċi li bihom ix-xogħol isir aħjar b'inqas tbatija.", "SPTAR MONTE CARMELI - GENERATOR TA' L-ELETTRIKU", "29085.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar Monte Carmeli jeżistix generator ta' l-elettriku?", "Jekk fin-negattiv, hemm il-ħsieb li fil-futur qarib dan l-impjant se jiġi nstallat?", "Xi provvediment jeżisti fl-isptar meta jkun hemm qtugħ tal-kurrent elettriku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li qed jitħejjew l- ispeċifikazzjonijiet biex l-Isptar Monte Carmeli wkoll ikun ipprovdut b'ġeneratur ta' l-elettriku.", "Sal-lum bħalma kien jiġri fil-passat l-isptar huwa fornut b'numru suffiċjenti ta' 'emergency lights' u b'lampi tal-gas.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - CANCER REGISTRY", "29086.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf il-cancer registry fid- Dipartiment tas-Saħħa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk informazzjoni li nġabret qabel l-1991 fil-cancer registry għadx tkun disponibbli fil-futur biex tiġi studjata flimkien ma' informazzjoni li nġabret wara l-1991?", "Kif id-Dipartiment tas-Saħħa jiżgura li informazzjoni u statistika fuq każi tal- cancer ma tintilifx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-'Cancer Registry' li teżisti bħalissa fid-Diviżjoni tas-Saħħa bdiet tiffunzjona fil-bidu ta' l-1984.", "Ma ntilfet ebda parti mill-informazzjoni li nġabret mill-1984 sa l-1990, u hija kollha disponibbli għall-istudju.", "Mill-1991 l-informazzjoni bdiet tinġabar fuq il-popolazzjoni sħiħa tal-Gżejjer Maltin, u ġew applikati 'standards' internazzjonali li jiżguraw il-kwalita' ta' l-istatistika u li jippermettu paragun ma' l-istatistika ta' pajjiżi oħra.", "Hija għal dawn iż- żewġ raġunijiet li jsir ferm iżjed użu mill-informazzjoni li nġabret mill- 1991 'il quddiem.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-OUTPATIENTS - ĦRUQ FIL-LIFT", "29087.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkaġuna ħruq fil-lift tad-Dipartiment ta' l- Outpatients fl-Isptar San Luqa li sar fit-18 ta' dan ix-xahar?", "X'kienu l- effetti ta' dan il-ħruq?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lift l-ieħor fl- Outpatients hux qed jaħdem fil-preżent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nikkonferma li sar ħruq żgħir fil-'lift' ta' l-'Out- Patients' fit-18 ta' Ottubru, 1995.", "Dan kien ikkaġunat minn sigarett li ġie mitfugħ minn xi ħadd (dan kontra r-regolamenti ta' l-Isptar) u qabbad ftit karti miġbura fix-shaft taħt il-'lift'.", "Dan ikkawża daħna li tferxet fis-'second floor'.", "Il-ħruq ġie kkontrollat fi ftit minuti.", "Inżid ngħid li ma saret ebda ħsara fil-mutur u fil-kaxxa tal-'lift'.", "Dan il-'lift' tħaddem mill-ewwel wara li saru l-aċċertamenti kollha meħtieġa.", "Fil-preżent il-'lift' l-ieħor mhux qiegħed jaħdem.", "Ħarġet 'tender' biex jitwaħħal mutur ġdid f'dan il-'lift', li ġiet mogħtija lil 'Top Service Ltd'.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "29088.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Billi s-sena l-oħra n-numru ta' karozzi li kienu rreġistrati kien 226,379 waqt li n-numru ta' dawk il-karozzi li kellhom 'road licence' kien biss 169,066 - diskrepanza ta' 57379 - jista' l-Ministru jispjega għaliex teżisti din id- diskrepanza kollha?", "Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm il- pulizija ħarġet ċitazzjonijiet kull sena fl-aħħar ħames snin fuq karozzi u sewwieqa li nqabdu jużaw il-karozza tagħhom mingħajr ma kienu koperti minn 'road licence'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill- Onor. Interpellant li r-reġistrazzjoni ta' vetturi jaqgħu taħt ir- responsabilita' tad-Direttorat tal-Liċenzjar u Spezzjonar ta' Vetturi.", "Dan id-Direttorat jaqa' taħt il-Ministeru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "Mill-1990 sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena it-Taqsima tat- Traffiku tal-Pulizija ħarġet 7,816-il ċitazzjoni dwar vetturi li ma kienux koperti minn \"road licence\".", "Barra minn dan inhargu numru kbir ta' citazzjonijiet mill-pulizija tad-distrett li stastika taghhom s'issa kienet impossibli li tinzamm.", "MSIDA - RUE D'ARGENS - ZEBRA CROSSING", "29200.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing f'Rue D'Argens, Msida fil-parti parallela ma' Sawmill Street, minħabba fil-mużew li hemm fil-kantuniera ta' Sawmill Street ma' din it- triq prinċipali?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se nirriferi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għal konsiderazzjoni tal-Bord, għall-Kontroll tat-Traffiku.", "POSTA LTD. - INGAĠĠAR TA' ĦADDIEMA", "29205.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies ma' Posta Ltd. mindu twaqqfet il-kumpannija?", "F'liema livell kienu u kif intgħażlu?", "Huwa minnu li fost dawk magħżula hemm żewġ messaġġiera ġodda:", "wieħed illitterat; u l-ieħor ex-pastizzar ta' 'l fuq minn 50 sena li jiġi minn Ministru?", "Veru li dan ta' l-aħħar spiss jidħol tard għax-xogħol biex ikun jista' jmur jgħin fil-Pastizzerija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li n-numru ta' n-nies impjegati s'issa ma' Posta Ltd. huwa ta' 122.", "Dawn huma:", "Chief Executive 1 Financial Controller 1 P.R. and Marketing Exec 1 Pustiera 72", "Dawn: (a) 41 minn eżami pubbliku kompetittiv li kien jagħlaq f'Lulju 1995. (b) 26 minn eżami pubbliku kompetittiv li sar f'Settembru 1995 u validu għal sentejn.", "(c) 5 wara sejħa li saret lill-ETC sakemm sar l-eżami msemmi f'(b)", "Il-kriterji wżati fit-tliet reklutaġġi tal-Pustiera kienu li l- kandidati ried ikollhom 5 ċertifikati 'O' level fil-GCE jew Matsec li kellhom jinkludu żewġ lingwi u li jgħaddu minn intervista t'għażla.", "\"Postal Auxiliaries\" ġew impjegati 36 wara sejħa li saret lill ETC u l- kandidati kienu riedu jkunu litterati.", "Messaġġiera ġew impjegati 5 bl-istess kriterja bħal tal-\"Postal Auxiliaries\".", "Tlett (3) \"watchmen\" bl-istess kriterja bħal tal-\"Postal Auxiliaries\".", "\"Charwomen\" ġew impjegati 3 li riedu jkollhom esperjenza ta' tindif.", "Ħadd mill-messaġġiera ngaġġati m'huwa llitterat, filwaqt li hija l- \"policy\" tal-kumpanija \"Posta Ltd.\" li materji ta' politika, reliġjon, razza u parentela ma' jiġux mistoqsija f'intervista.", "L-ebda mpjegat ma' jingħata permess biex jidħol tard għax-xogħol fuq bażi regolari.", "SAN GWANN - TWESSIGĦ TA' TRIQ W. APAP", "29206.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 28836 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall- Ambjent, ċioe' jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex titwessa' W. Apap Street, San Gwann billi minħabba fid-djuq tagħha la hemm fejn wieħed jipparkja u lanqas hemm serħan ta' moħħ minħabba fil-problemi li spiss jinqalgħu bit-traffiku 2 way f'din it-triq dejqa?", "Sal-lum it-triq lanqas għandha bankina.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li biex titwessa' t-triq W.Apap, San Ġwann trid tiġi esproprijata art mill-faċċata tal-bini billi din it- triq hija mibnija fuq naħa waħda biss, iżda s'issa għad ma' kien hemm l- ebda talba biex din isir.", "TA' GIORNI - TRIQ A. MAUROIS - ASFALTAR", "29214.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jingħata xi tarmac jew qatran fl-inħawi ta' A. Maurois Str, Ta' Ġiorni, H.E.?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TA' ĠIORNI - QASAM TAD-DJAR - TISWIJIET", "29215.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jerġgħu jinżebgħu l-kuriduri u l-intrata ta' Block E, Ta' Ġiorni H.E. billi minħabba fit-tip ta' żebgħa li wżaw il-ħaddiema tal-Gvern xi sena u nofs ilu, iż-żebgħa reġgħet inqalgħet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "BRISTISH POSTAL CONSULTANCY SERVICE - XOGĦOL TA' KONSULENZA", "29321.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk apparti mill-assignments f'isem Posta Ltd tal-British Postal Consultancy Service li inti semmejt, dawn kellhom wkoll brief biex ilestu rapport dwar ir-Relocation tas-Central Mail Room, il-Marsa?", "Jekk iva, meta ġie kkummissjonat l-istudju, meta tlesta, kemm sewa u meta tħallas?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ix-xogħol ta' konsulenza li sar mill-\"British Postal Consultancy Service\" u li semmejt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 28932, sar f'isem id-Dipartiment tal-Posta u mhux f'isem Posta Ltd.", "Il-\"Brief\" li kellha il-\"British Postal Consultancy Service\" kien dak dettaljat fir-risposta li diġa tajt.", "Peress li fl-1993 id- Dipartiment tal-Posta kien qed jikkonsidra l-possibilita' ta' ċaqlieq tas- \"Central Mail Room\" mill-Belt għall-Marsa, il-konsulenti fir-rapport tagħhom fuq il-metodoloġija tax-xogħol taw ukoll l-opinjoni tagħhom fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' \"office layout\".", "WIED IL-GĦAJN - ISEM TA' TRIQ", "29350.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara hux possibbli jingħata isem għat-triq li tinsab wara Triq il-Gidwet u wara Triq il-Munxar, f'Wied il-Għajn il-għaliex din it-triq minkejja li hi abitabbli għadha bla isem?", "Billi dan il-fatt qed joħloq problemi kbar lir-residenti jista' jsir sforz biex din it-triq tissemma' fl-aqsar żmien possibli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "RABAT - SPEZZJONIJIET GĦAL-LEAKAGES TAD-DRENAĠĠ", "29364.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani kemm saru spezzjonijiet għal-leakages fis- sistema tad-drenaġġ fir-Rabat Malta matul din is-sena?", "Kemm instabu li kien hemm leakages u fejn?", "Fejn kienu dawk il-każijiet fejn id-drenaġġ dam ħiereġ aktar minn jum wieħed bħal fil-każ tal-Wied ta' Għeriexem li spiċċa aktar wied tad-drenaġġ flok dak ta' l-ilma naturali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Spezzjonijiet għall-leakages fis-sistema tad-drenaġġ isiru kważi kuljum u kull meta jidħol xi rapport.", "Għalhekk hu diffiċli li dawn l-ispezzjonijiet jiġu kwantifikati.", "Rigward il-Wied ta' l-Għeriexem kien hemm żewġ każi din is-sena fejn saru leakages ta' drenaġġ eżattament fis-27 ta' Frar u fit-30 ta' Ottubru.", "Ix- xogħol biex tissewwa il-ħsara fiż-żewġ każi sar fil-pront.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - SPEZZJONIJIET GĦAL-LEAKAGES TAD-DRENAĠĠ", "29365.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani kemm saru spezzjonijiet għal-leakages fis- sistema tad-drenaġġ f'San Pawl il-Baħar matul din is-sena?", "Kemm instabu li kien hemm leakages u fejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Spezzjonijiet għal-leakages fis-sistema tad-drenaġġ f'kull raħal issir kważi kuljum u kull meta jidħol xi rapport.", "Għalhekk hu diffiċli li dawn jiġu kwantifikati.", "MELLIEĦA - SPEZZJONIJIET GĦAL-LEAKAGES TAD-DRENAĠĠ", "29366.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani kemm saru spezzjonijiet għal-leakages fis- sistema tad-drenaġġ fil-Mellieħa matul din is-sena?", "Kemm instabu li kien hemm leakages u fejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Spezzjonijiet għal-leakages fis-sistema tad-drenaġġ f'kull raħal issir kważi kuljum u kull meta jidħol xi rapport.", "Għalhekk hu diffiċli li dawn jiġu kwantifikati.", "SKEJJEL - STUDENTI LI JIBQGĦU JISTUDJAW", "29367.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'persentaġġ ta' studenti bejn l-etajiet ta' 16 u 18 jkomplu bl-istudji tagħhom?", "Kemm minn dawn l-istudenti jaħdmu part-time jobs u kemm minn dawn għandhom stipendju/jew benefiċċji oħra biex jgħinuhom itaffu l-problemi finanzjarji tagħhom matul l-istudju?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minn tracer study li sar, jirriżulta li fl-aħħar erba' snin, medja ta' 65% ta' l-istudenti li jkunu spiċċaw l-iskola fil- Ħames Klassi ta' l-iskola Sekondarja jew klassijiet ekwivalenti, ikomplu l- istudju u/jew taħriġ f'xi skola post-sekondarja.", "Il-maġġoranza ta' dawn l- istudenti qed jattendu kors li jintitulhom għal stipendju.", "Mir-records tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ jirriżulta li 82 student qed jaħdmu xogħol part-time.", "MRIEĦEL - QTUGĦ TAL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "29368.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 29170 dwar qtugħ fil- provvista ta' l-elettriku fl-Imrieħel Industrial Estate?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ġejt informat li r-raġunijiet għaliex kienet sospiża l-provvista ta' l-elettriku fl-Industrial Estate, Mrieħel matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru kienu dawn:", "9 ta' Settembru - Unit 2 ta' Delimara ittrippja u ikkaguna disturbanza fuq is-sistema b'konsegwenza li Unit Nru 8 il-Marsa ittrippja ukoll.", "20 ta' Settembru - Unit 4 tal-Marsa ittrippja waqt manutenzjoni li kienet qieghda ssir fuqu stess.", "26 ta' Settembru - Unit 8 tal-Marsa ittrippja minħabba li waqaf ID Fan tas-sistema tal-kontroll.", "7 ta' Ottubru - Unit 8 tal-Marsa ittrippja minhabba \"surge\" qawwija fuq is-sistema li ddisturbat il-kontroll tal-boilers.", "11 ta' Ottubru - Unit 8 tal-Marsa ittrippja minhabba sistema tal-kontroll tal-Burner Management.", "16 ta' Ottubru - Gas Turbine ta' Delimara ittrippja minhabba difett fil-control card.", "17 ta' Ottubru - Unit 7 tal-Marsa ittrippja minħabba \"surge\" qawwija fuq is-sistema li ikkagunat ħsarat fil-pompi tal-fuel.", "F'dan il-perjodu, Unit 1 ta' Delimara, Boiler Nru 3 u Turbina Nru 3 kien qed issirilhom manutenzjoni ġenerali filwaqt li Boiler Nru 4 u Boiler Nru 6 fil-Marsa kienu mitfija minħabba manutenzjoni.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "29369.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 29169, jista' l-Ministru jinformani fiex jikkonsistu u/jew kemm huma s-sussidji finanzjarji fuq il- kera ta' l-arloġġ tad-dawl?", "Fil-fatt l-istess sussidju jeżisti fuq servizzi oħra ċioe' bħal arloġġ ta' l-ilma u s-servizzi tal-kera tat-telephone?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-sussidji fuq il-kera ta' l- arloġġi tad-dawl u l-ilma skond kif inhuma stabbiliti fl-avviż legali numru 6 ta' l-1981, jingħataw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant mitlub jirreferi il-mistoqsija lilll- Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, u dwar l- aħħar parti tal-mistoqsija, lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni Telemalta.", "QRATI - COURT MESSENGERS - RIŻULTAT TA' L-EŻAMI", "29378.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ma ħariġtx ir-riżultat ta' l-eżami li kien sar f'nofs Awissu għal Court Messengers?", "Kemm hu maħsub li jimtlew vacancies f'din il-kariga u meta?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ir-rizultat ta` Court Messengers qiegħed quddiem il-Public Service Commission.", "Fil-prezent hemm disa` postijiet battala u dawn jimtlew hekk kif ikun hemm l-approvazzjoni meħtieġa.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' PERSUNI LAGĦBA", "29379.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jindaga rapporti li kelli mir-residenti ta' Triq Patri Magri, il- Marsa li fil-parti tat-tarf tat-triq li tmiss mal-Ħamrun qed ikun hemm diversi nies \"lagħba\" barra ħwienet li jiġu eżattament faċċata ta' l-għassa tal-Ħamrun u ma ttieħdu l-ebda passi kontra l-istess nies?", "ONOR.", "TONIO BORG: Hu magħruf li fl-inħawi tal-ħwienet f'din il-lokalita' jinġabru diversi nies, magħrufa bħala \"lagħba\".", "F'April ta' din is-sena il- pulizija għamlet raid fuq dawn in-nies iżda ma nstab xejn li setgħa jwassal sabiex jittieħdu passi kontra xi persuna.", "Il-pulizija qed tagħmel sorveljanza f'din il-lokalita' biex kemm jista jkun tippreveni l-abbuzi.", "TELEPHONES - STALLAZZJONI TA' SERVIZZ TAT-TELECARE", "29380.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi s- servizz tat-Telecare għal dawk l-anzjani li jixtiequ jdaħħluh?", "X'rati ta' ħlas jeżistu għall-abbonati ma' dan is-servizz?", "Dan is-servizz mhuwiex issussidjat bil-Kartanzjan?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li t-tariffi tat-Telecare huma kif ġej:-", "TIP TA' TELECARE UNIT KERA KULL TLETT XHUR", "(a) b'remote control wiehed Lm3.00", "(b) b'remote control flimkien Lm3.25 ma' Active Card", "(c) b'zewg remote controls Lm3.50", "(d) b'zewg remote controls Lm4.00 (it-tnejn b'Active Cards) Id-drittijiet fuq imsemmija għandhom jitħallsu b'żieda fuq it-tariffi applikabbli għall-użu tas-servizz tat-telephone.", "F'każ li jintalab is- servizz tat-Telecare u l-abbonat ma jkollux linja tat-telephone, l- istallazzjoni għall-linja tkun ta' Lm10 minflok Lm20.", "Is-servizz fih innifsu huwa ssussidjat u normalment l-abbonati tat- Telecare għandhom il-Kartanzjan.", "MARSA - ĠNIEN BELVEDERE - DUSTBINS", "29381.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsiru dustbins fi ġnien Belvedere fil-Marsa, partikolarment fil-parti tal-ġnien li tiġi ma' Triq Stiefnu Zerafa, kif ukoll li jinbidlu l-bozoz tad-dawl li ilhom maqtugħin ix-xhur f'dan l- istess ġnien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25712 Seduta Nru. 409.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI - KAŻ TA' ĠIUSEPPA SPITERI", "29382.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-ċekk tas-\"sickness benefit\" ta' Ġiuseppa Spiteri (ID 184115(M)), ma waslilhiex darbtejn fuq xulxin u jaġġorna s-sitwazzjoni peress li dawn il-flus huma meħtieġa ferm mill- istess persuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ċ-ċekk ta' l-għajnuna li qed tirċievi l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant kien ġie mibgħut lura fid-dipartiment.", "Fit-30 ta' Ottubru, 1995 ħareġ ċekk ieħor minfloku.", "QRATI - ARRETRATI TA' L-ISKILLED LABOURERS", "29388.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jittieħdu l-arretrati fil-paga ta' dawk l-iskilled labourers li ġew avżati li b'effett mill-1/1/94 minn Group A saru Group B?", "X'hemm iżomm milli jittieħdu dawn l-istess arretrati?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ma nafx għal-liema ħaddiema qed jirriferi l- Onor. Interpellant iżda jekk qed jirriferi għall-ħaddiema fi Grupp A (Skala 20) li saru General Hand (Skala 19) relattivament għal ħaddiema tal-Qrati, ninformah li l-ittra li biha l-Qorti ġiet informata bl-approvazzjoni tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku waslet fl-4 ta` Ottubru, 1995 u l- ittri ta` ħatra lill-impjegati nħarġu fis-6 ta` Ottubru, 1995.", "Huwa ttamat li l-ħlas ta` l-arretrati, li huwa espressament regolat mit- Teżor ma jdumx ma jsir."]} {"filename": "19930222_108d_par.doc", "date": "1993-02-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 108 It-Tnejn, 22 ta' Frar, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 108", "It-Tnejn, 22 ta' Frar, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "108", "It-Tnejn, 22 ta' Frar, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "486", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "486", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "493", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IŻ-ŻWIEĠ", "MARRIAGE (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ......................................", "494", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "521", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "529", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 107 li saret fis-17 ta' Frar, 1993, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "IMPJEGATI MA' L-UNIVERSITA'", "8021.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid:-", "1) Mill-10 ta' Mejju ta' l- 1987 sa l-aħħar tas-sena 1992, kemm spiċċaw minn ma' l- Universita' grad, grad; u", "2) Kemm ġew ipjegati ħaddiema ġodda ma' l-Universita' fl- istess perjodu grad, grad?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li l-Ministru qed jgħidli li għadu kif poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba, jista' jgħidli jekk spiċċawx iktar milli daħlu ġodda jew inkella daħlux ġodda iktar milli spiċċaw?", "X'inhi r-raġuni partikolari għal dan?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mir-risposta jidher li hawn numru kbir kemm ta' dawk li daħlu ġodda kif ukoll ta' dawk li spiċċaw.", "F'kull każ ma nistax ngħid preċiżament x'ġara u għaliex, pero' n-numru ta' dawk li daħlu huwa ħafna ikbar minn ta' dawk li ħarġu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq li l-Ministru jgħidilna jekk kellux xi talbiet għal impiegi partikolari, jew inkella kienx hemm xi pjan min- naħa tal-Gvern biex l- Universita' timxi aħjar.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-Universita' mhux kull darba li tkun se timpjega lil xi ħadd titlob l-approvazzjoni tiegħi.", "Fil-fatt l-Universita' għaddiet minn fażi ta' żvilupp li minħabba fih bilfors kellha tkabbar l- istaff.", "Naturlament kull sena niddiskuti magħhom il-budget li jagħmlu ħalli nara jekk hemmx bżonn li jiżdied l- istaff skond il-budget.", "Qabel ma jintalab l-ammont ta' flus li jkun rikjest għal dawk l- impiegi, il-budget tagħhom jiġi sottomess lill-Ministeru tiegħi biex imbagħad dawk il-flus jintalbu lill-Ministeru tal- Finanzi.", "Dan ma jfissirx li għal kull impieg jitolbu l- approvazzjoni tiegħi.", "Jien ninsisti biss li meta jiġu biex jimpjegaw in-nies, jużaw l- istess metodu li jużaw il- korporazzjonijiet l- oħra.", "Jiġifieri għar-rigward tal- minor staff, jiġġustifikaw it- talba tagħhom ma' l-ETC, li tibagħtilhom numru ta' nies li jkunu qed jirreġistraw biex imbagħad l-Universita' tagħżel minnhom.", "Rigward staff ieħor hemm kriterji dwar kif jintgħażlu n-nies, per eżempju bl-eżamijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Dwar staff akkademiku, jista' l- Ministru jgħidli jekk l- Universita' ltaqgħetx ma' xi diffikultajiet?", "Jiġifieri minn- ħabba l-istudenti, l- Universita' tinħtiġx xi kwalita ta' lecturers oħrajn?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI Ma kenitx l-ewwel darba li l- Universita' ta' Malta kienet laħqet ħarġet call for applications u mill-applikanti li jkollha quddiema tiddeċiedi li ma jintgħażel ħadd għax huma jgħidu li ħadd ma jinsab kkwalifikat biżżejjed biex jgħati lectures fuq dik il- materja.", "F'ċertu sitwazzjonijiet bħal dawn il-Bord ta' l- Universita' jagħmel xi arranġamenti temporanji sakemm xi ħadd jiġi ppreparat tajjeb ħalli jkun jista' jgħallem dik il-materja.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Reno Calleja, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RENO CALLEJA Mr Speaker, l-aspett ta' l- Universita' minn dejjem kont inħossu jinkwetani, għax in vista tal fatt li ngħidu li din għandha tkun awtonoma, jidher ċar li qisu l-Parlament qatt ma għandu jindaħal f'xejn.", "Allura in vista tal-fatt li għal l- Universita xorta waħda jinsabu ħerġin l-flus kbar, x'sehem sejjer ikollu l-Gvern tal- ġurnata f'dawn l- affarijiet biex jara li hemm ġew kollox jinsab miexi bil-fair?", "Jaħsibx il- Ministru ta' jekk huwiex sewwa li waqt li qegħdin nivvotaw dawn il-flus kollha għandniex nsibu kollox ħallata ballata sforz li hemm ġew instab li kulħadd jagħmel li jrid?", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "UGU MIFSUD BONNICI Ma nistax ngħid li hemm ġew kollox jinsab ħallata ballata fejn allura kulħadd jgħamel li jrid.", "Għandek tkun taf li fl- Universita' jeżistu ċertu metodi ta' kontroll.", "F'dan is- sens minn dejjem kien instab li hemmhekk hemm bilanċ bejn l- organi li jimpjegaw in-nies, u dawk li jitolbu n-nies biex jiġu mpjegati.", "Għandek tkun taf ukoll li l-Gvern sikwit jitlob minn għandha r- rendikonti.", "Jiena spiss niltaqa mar-Rettur ta' l-Universita', pero ma nistaqsiehx jekk f'dak iż-żmien daħalx xi kok jew canteen manager għax din id-deċiżjoni nħalliha f'idejn il-politika ġenerali ta' l-Universita'.", "Sakemm jiena nħalli lill- Universita tmexxi lilha nfisha ma jfissirx li meta tiġi biex titlob il-flus allura ma tiġix f'sitwazzjoni fejn ikollha tiġġustifika dak l-ammont ta' flus li tkun qegħda titlob.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA Mr Speaker din ir-risposta li għadu kif tgħani l- Ministru ma nikkunsidrahiex bħala risposta adegwata.", "Jien għadni kif staqsejt lill-Ministru jekk il-Gvern preżenti jinsabx kuntent b'ċertu għażliet li għadhom kif saru ġewwa l- Universita' in vista tal kritika kollha li kien hemm fl- istampa?", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI Ma rridux ninsew li f'dan is-sens jew ikollok dik l-awtonomija meħtieġa jew inkella ma jkollok xejn.", "Għandkom tkunu tafu li jiena ma nindaħalx f'dik li hija amministrazzjoni, pero xorta waħda nżomm responsabbli lil min qiegħed jamministra.", "Jien nindaħal biss fil- linji ġenerali ta' ċertu policies u minn għand l- Universita' nitlob biss ċertu nformazzjoni. minħabba xi mistoqsijiet li jsiruli hawnhekk.", "Barra minnhekk, jien biss nista' nirrappreżenta lill-Universita' biex nirrispondi għad domandi li jgħamlu d-Deputati l-oħra u għalhekk quddiem il-pajjiż jien irrid niġġustifika l-mod ta' kif tinsab mixja l-Universita'.", "B'dan kollu niprova nevita li nindaħal fil-kwestjonijiet ta' l-Universita' għax inkella ma nkunx qed nirrispetta l- awtonomija tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Smajt lill-Ministru jgħid li meta post li jkun advertised għal lecturer ma jimteliex, dan ikun ifisser li l-individwi li japplikaw ma jkollhomx il- kwalifikazzjonijiet meħtieġa.", "Darba ġbidt l- attenzjoni tal- Ministru li f'okkażjoni minnhom l-individwi kellhom il- kwalifikazzjonijiet neċessarji.", "Jekk f'każijiet bħal dawn il- vakanza ma timteliex, bilfors li tissuspetta li dan jiġri minħabba diskriminazzjoni.", "Jiena staqsejt lill-Ministru jekk jidhirlux li għandu jieħu passi u jinvestiga, għax nista' ngħidlu li dawn l-affarijiet qed isiru.", "Veru li l- Universita' hija awtonoma imma ma tistax tagħmel diskriminazzjoni meta tiġi biex timpjega n- nies.", "Aħna għandna l-provi li din ġrat kemm-il darba u minkejja li l-individwi konċernati rrapportaw lill- Kummissjoni ta' l- Inġustizzji, ma sar xejn.", "Allura naħseb li xi ħadd irid jindaħal.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, meta jiena staqsejt fuq każijiet partikolari li saret referenza għalihom f'din il-Kamra, tawni r-raġunijiet għaliex ġara hekk.", "Jekk kontx nagħmel l-istess kieku kont minflokhom, hija kwestjoni oħra, pero' ma nistax ngħid kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, li saret diskri- minazzjoni.", "Kieku rriżultali li saret xi diskriminazzjoni, kien ikun mod ieħor.", "Li qed ngħid huwa li jew iżżomm lill- Universita' responsabbli imma tħallilha l-amministrazzjoni f'idejha, jew inkella nkun jien responsabbli ta' l-amministrazzjoni.", "Ma jistax ikun li nindaħal jien u tkun responsabbli hi, kif lanqas tista' tamministra hi u jien inkun responsabbli għal kull dettall ta' amministrazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "Mistoqsija Suppli- mentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Peress li l-Ministru ħa każ ipotetiku u qal li ma jistax jgħid li kieku kien hu minflok l- Universita', kien jagħmel l- affarijiet kif saru, jista' jestendi t-tweġiba tiegħu u jgħid li kieku hu kien ir- Rettur ta' l-Universita', kienx jaċċetta li jiġi identifikat ma' manifesti elettorali ta' wieħed mill-partiti hawn Malta?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jiena qrajt, bħalma qara l- Onor. Interpellant, artiklu li deher f'wieħed mill-ġurnali tal-bieraħ, u fil- fatt qrajt artikli oħrajn f'dan il-ġurnal li jirrigwardaw materja li se niddibattu llum fil-Parlament.", "Pero' kultant l-artikolisti jpoġġu ċerti affarijiet f'ħalq in-nies.", "Ma naħsibx li r- Rettur ta' l-Universita' qal li kiteb il-programm elettorali, imma qal li kien imdaħħal fih hu u kien imdaħħal fis-sens li kien ra li l-prinċipji kienu jaqblu ma dawk li huma alktar sani.", "Naħseb li bħala Partit kellna d-dritt li nieħdu minn għand wieħed mill-aħjar filosofi li hawn f'pajjiżna ċerti pariri, li b'mod ġenerali konna naqblu magħhom u hekk stajna naraw li l-programm elettorali li sejrin nippreżentaw lill-poplu Malti jkun jaqbel mal-filosofija li aħna nipprofessaw li nħaddnu.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI Billi l- essenza tal-filosofija nafha dejjem bħala dik it-tfittxija għal verita, u billi naf li l- verita fl-essenza tagħha bilfors trid tkun marbuta ma l- etika, jaħsibx il-Ministru li skond l-etika li għandu jsegwi, ikunx xieraq li Rettur ta' Universita ta' pajjiżna -li hija ta' l-istat - li allura f'isem l-akkademiċi huwa għandu jkun responsabbli lejn il- poplu, għandhux joqgħod barra mill-politika?", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI L- ewwel nett naħseb li wieħed irid jitgħallem jiddistingwi bejn kwalita u kwalita oħra ta' x'involviment għandu jkun hemm.", "Imbagħad aktar minn hekk naħseb ukoll li lkoll kemm aħna għandna l- obbligu li ninvolvu ruħna fil-politika bis-serjeta.", "Dana jodd kemm għall- akkademiċi u kemm għal dawk li mhumiex.", "Ċertu nies m'għandhomx jinvolvu ruħhom biss f'ċertu kwalita ta' attivita politika li l- perspettiva tagħha aktarx tkun negattiva.", "Fl-1987 ir-Rettur tal-lum - li allura ma kienx għadu Rettur - kellu liberta aktar milli kellu llum, pero fil-preżent jiena spiss nitolb minn għandu pariri fuq ċerta linja għax nħoss li jkun fid- dover tiegħu li lili għandhu jilluminani.", "Jiena ma nħossnix li nista' nlum lir-Rettur preżenti għal ħolqien ta' attivita li seħħet bl-għajnuna, kemm ta' din in-naħa u kemm tan-naħa l-oħra tal-Kamra.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI Peress li issa dħallna fil-qasam tax- xirka ta' l- imdawwlin, jista' l-Onor.", "Ministru jgħid jekk f' din ix-xirka ta' l- imdawwlin hu personalment jħossux ugwali ma l-iżjed wieħed li ssoltu jkun mdawwal - jiġifieri mill- Ministru Louis Galea?", "Jigifieri id-dawl li qiegħed jingħata lill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici u d-dawl li qiegħed jingħata lill-Ministru Louis Galea, huwa ta' l-istess saħħa?", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI Jiena ma ngħidx li għax ir- Rettur ta' l- Universita jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħi allura dan bilfors għandi nżommu għalija biss.", "Jien nixtieq li aktar ma jkun hemm direzzjoni li tkun għaqlija iktar aħjar.", "Jista' jkun li llum għandi bżonnu jien u darb'oħra jkollu bżonnu xi Ministru ieħor, nimxu skond il- bżonnijiet, imma l-bżonn mhux qiegħed għalija biss.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, nixtieq li l-Ministru jagħtina raġuni iktar speċifika għad-differenza kbira li hawn f'ċerti figuri bejn dawk li spiċċaw u dawk li ġew impjegati ġodda.", "Ngħidu aħna lecturers spiċċaw sitta waqt li ġew impjegati 89, jiġifieri hemm differenza kbira.", "Kif jista' jispjegaha din il-Ministru?", "Per eżempju ma spiċċa l-ebda research assistant u daħlu 16 waqt li assistant lecturers spiċċaw tnejn u daħlu 47.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ir-raġuni hi li l-Universita' għaddiet minn perjodu kbir ta' espansjoni, b'żieda fin-numru ta' studenti u firxa akbar ta' korsijiet.", "Meta jkollok tant korsijiet ġodda u tant nies iktar fl- Universita' l-istaff ratio irid jinbidel, ma tistax tkompli sejjer bin- numru ta' qabel.", "Illum hemm 4,000 ruħ fl-Universita' u hemm numru ikbar ta' korsijiet milli kien hemm qabel.", "Dan neċessarjament ġab miegħu żieda fil-personnel akkademiku.", "KODIĊI TA' ETIKA", "4255.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel Agrikoltura u Sajd: F'liema data approssimattiva se jkollna kodiċi ta' Etika li jirregola r-relazzjoni bejn bejjiegħ/negozjant u konsumatur u x'għandu jinkludi u x'ma għandux jinkludi kodiċi bħal dan?", "X'tip ta' Qrati Speċjali jkun hemm biex jinforzaw ksur ta' dan il-kodiċi?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il- formulazzjoni ta' kodiċi ta' etika hu oġġett li jsir minn gruppi partikolari f'xi qasam fil-ħajja tal-kummerċ u mhux jiġi mpost mill-awtoritajiet governattivi.", "Hu maħsub li parti mill-ħidma tal-Kunsill għall-Ħarsien tal- Konsumatur tkun li jinkoraġġixxi u jgħin lill- privat fit-tfassil tal-kodiċi ta' etika.", "Normalment kodiċi ta' etika jfassal il-mod kif membri marbutin ma' tali kodiċi għandhom jaġixxu kemm ma' xulxin kif ukoll mal-pubbliku in ġenerali.", "Peress illi kodiċi ta' etika jitfassal minn entita' privata, l-istess kodiċi ġeneralment jipprovdi wkoll għall-ħolqien ta' Bord li jkun responsabbli għall-infurzar ta' l-istess kodiċi fost il-membri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "Mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel id- Dipartiment għall-Ħarsien tal- Konsumatur fir-rigward li ħafna prezzijiet qegħdin jogħlew mil- lum għal għada, naturalment għax l-aġenti qegħdin igħollu l-prezzijiet u allura tal- ħwienet ikollhom igħolluhom ukoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, apparti l-fatt li nirċievu l-ilmenti u narawhom, għandna n-nies tagħna li jduru u jiċċekkjaw l-affarijiet.", "Meta l- iffissar tal-prezzijiet jagħmluh it-Trade Department, aħna niċċekkjaw ma' dak id- Dipartiment jekk żieda fil- prezz hijiex ġustifikata.", "Meta l- importaturi jew tal-ħwienet jaqbdu u jgħollu min rajhom mingħajr ma jkunu talbu l- kunsens tad-Dipartiment, aħna ninformaw lit-Trade Department u naraw min minna jrid jieħu passi kontra dak li jkun kiser il-liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, ħlief dwar etika, kodiċi u kumitati ma smajniex.", "Aħna rridu nkunu nafu jekk hemmx xi każijiet li l-Ministru Gatt u l-Ministru Dalli kellhom jinformaw lill-pubbliku dwarhom.", "Il-pubbliku kulma jaf hu li mil-lum għal għada qed jiġi misruq.", "Nerġa' ngħid, jekk hemm xi każijiet li ma qablux fuqhom, għall-inqas għandhom igħiduhom fil- pubbliku biex inkunu nafu bihom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, ma nistax ngħid offhand fuq kull każ li jidħol fid-Dipartiment.", "Jekk jagħmilli domanda speċifika fuq dan, jien lest li nirrispondih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, ielna nisimgħu - u issa qed nisimgħu aktar spiss - dwar is-small claims tribunal u nixtieq inkun naf jekk hawnx politika dwaru.", "Nerġa' ninsisti wkoll fuq dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Salvu Sant għax ħafna nies qed igergru li m'hawnx kontroll fuq il-prezzijiet.", "Jien fil-bidu kont ngħid li aħjar naraw l- affarijiet b'mod iktar diskret pero' llum veru hawn ħafna nies li qed igergru fuq l- għoli eżaġerat tal-prezzijiet.", "Jien nixtieq inkun naf x'qed jagħmel il- Ministeru tiegħek dwar dan għax int accountable lejn il- poplu fuq dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, is-small claims tribunal qiegħed fl- Abbozz li għad irid jiġi hawnhekk.", "L- Abbozz lest u qed nistenna li jingħata l-priorita' mistħoqqa biex inkun nista' nressaqu quddiem dan il- Parlament.", "Fih mhux biss hemm is-small claims tribunal imma hemm provdut ukoll il-kunsill għall-ħarsien tal-konsumatur li se jgħin ħafna biex 'il quddiem anke jirranġa policies u liġijiet ġodda li jista' jkollna bżonn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, nitlob il-permess tal- Kamra biex għan-nom ta' l-Onor.", "Joseph Psaila Savona nagħmel il-mistoqsija parlamentari numru 8463 li tidher fuq l- agenda tal-lum lill-Viċi Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "CRISIS IN FORMER YUGOSLAVIA", "8463.", "L-ONOR.", "CARMLINO SPITERI (f'isem l-Onor.", "Joseph Psaila Savona) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: What measures have been adapted by the government to ensure respect for the embargo against Serbia, Montenegro in the crisis in former Yugoslavia?", "What violations of this embargo has government been informed of?", "What reaction has been taken in such cases?", "What other actions, always related to the embargo have been undertaken by the authorities?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru)(f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin): Following the adoption of United Nations Security Council resolution 757 (1992), all Government Ministries were informed of the contents of this resolution and were requested to abide by its provisions.", "In this regard, the measures instituted by Malta for meeting the obligations set forth in Security Council resolution 757 (1992) are contained in document S/24152 dated 23rd June 1992, which was circulated as an Official Document of the United Nations Security Council.", "This document includes a Note Verbale dated 22nd June 1992 from the Permanent Missions of Malta to the United Nations addressed to the Secretary General.", "For this purpose I am putting on the Table of the House a copy of this Document.", "In addition, and in conformity with the provisions of Security Council resolution 787 (1992), the Government has been in close contact with the United Nations Security Council Sanctions Committee on a number of cases of alleged violations by Maltese-registered vessels.", "In each and every case, a full investigation is being carried out to ascertain whether indeed there was a violation.", "These investigations are being carried out by the Merchant Shipping Directorate at the Malta Maritime Authority.", "Reports on the findings are then passed on to the United Nations Security Council Sanctions Committee for further consideration.", "If it is found that a violation of the United Nations Security Council Resolutions 757 (1992) and 787 (1992) has occurred, then the Directorate, in terms of Section 29 of the Merchant Shipping Act 1 shall recommend to the Minister responsible for shipping, to order also in the national interest and in the interest of Maltese Shipping, that the vessel concerned shall cease to be registered as a Maltese Ship under Part II of the said Act.", "Din ir-risposta weġibtha bl- Ingliż għax id-domanda saret bl-Ingliż, kif hawn żewġ mistoqsijiet parlamentari oħra ta' l-Onor.", "Attard Montalto fuq l- Aġenda tal-lum.", "Li kieku l- mistoqsijiet kienu bil-Malti kont nirrispondi bil-Malti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jekk il-Kamra tippermettili nixtieq nesprimi l- merħba lid- delegazzjoni li għandna preżenti fil-Kamra li hija mmexxija mill-Onor.", "Voronin li huwa d-Deputy Chairman tal- Parlament Suprem Sovjetiku tal- Federazzjoni Russa.", "MERĦBA LIL DELEGAZZJONI TAL-FEDERAZZJONI RUSSA", "MR SPEAKER: On behalf of all Members of Parliament, I express my welcome to the Hon.", "Yuri Voronin, Deputy Chairman of the Supreme Soviet of the Russian Federation.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Avviż Legali Nru 19 ta' l-1993 - Direttiva mill- Ministru tal-Finanzi għall-ħruġ ta' Lm28,067,000 7% Stock tal-Gvern ta' Malta 2003.\"", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IŻ-ŻWIEG", "MARRIAGE (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-17 ta' Frar, 1993.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Artiklu ġdid 21 li qed jiġi introdott f'dan l-Abbozz jgħid:", "\"Żwieġ li jiġi ċelebrat f'Malta wara d-dħul fis- seħħ ta' dan l-artikolu, skond in-normi u l- formalitajiet stabbiliti bid-Dritt Kanoniku, għandu mill-waqt taċ- ċelebrazzjoni tiegħu, jiġi rikonuxxut u jkollu l- istess efetti ċivili bħal żwieġ ċelebrat skond in- normi u l-formalitajiet ta' dan l-Att\",", "biss jekk meta jsiru t- tnedijiet skond dan l-Att, il- Kappillan jittrasmetti l-att taż-żwieġ fil-forma preskritta u ma jkunx hemm impediment għaż-żwieġ bħal dawk imsemmija f'artikli 3, 4, 5 u 6 ta' l- Att prinċipali.", "Artiklu 6 jgħid li ma jridx ikun hemm żwieġ validu qabel, u allura jekk jiġi ċelebrat żwieġ Kattoliku fejn xi parti tkun ikkuntrattat żwieġ ċivili qabel, għalkemm iż-żwieġ Kattoliku jkun validu, ma jistax jiġi rikonoxxut minn din il-liġi u jkollu l-istess effetti ċivili skond din il- liġi għax huwa impediment kontemplat f'artiklu 6, u li m'hemm ebda dispensa minnu.", "Allura b'dan l-artiklu, il- Knisja Kattolika ma tistax tippretendi li żwieġ ċelebrat minnha jkun rikonoxxut mill- Gvern u jkollu effetti ċivili f'pajjiżna jekk qabel wieħed mill-partijiet fiż-żwieġ Kattoliku jkun daħal fi żwieġ validu skond din il-liġi.", "Iż- żwieġ li ġie kuntrattat anke f'forma ċivili fi Stat barrani, jekk ikun validu fl-Istat li ġie kuntrattat, skond il-liġi ta' l-l975, huwa konsidrat bħala żwieġ validu.", "Barra li jrid ikun hemm it-tliet ħwejjeġ biex ikun hemm ir- rikonoxximent taż-żwieġ kattoliku mil-liġi u jkollu effett, fosthom ir- reġistrazzjoni, huwa veru li mill-mument tar-reġistrazzjoni, l-effett għar- rikonoxximent u l-effetti ċivili tal-liġi jkunu retroattivi mill-mument taċ- ċelebrazzjoni tal-funzjoni reliġjuża u mhux mill-mument tar- reġistrazzjoni.", "Huwa fatt li jekk ma jkunx hemm ir- reġistrazzjoni, allura żwieġ reliġjuż skond ir-rit Kattoliku mhuwiex rikonoxxut mil-liġi u ma jkollux l-effetti ċivili skond il-liġi.", "Żwieġ li jiġi rikonoxxut skond artiklu 21 li għadni kif qrajt, mat- trasmissjoni u r-reġistrazzjoni ta' l- att taż-żwieġ għandu jiġi rikonoxxut mill-waqt taċ- ċelebrazzjoni tiegħu.", "Għalkemm l-effett hu retroattiv, ir- rikonoxximent u l-effetti ċivili taż- żwieġ Kattoliku jsiru mhux maċ-ċerimonja taż- żwieġ imma mat-trasmissjoni ta' l-att taż-żwieġ, jiġifieri taċ- ċertifikat taż-żwieġ, min-naħa tal- kappillan u r- reġistrazzjoni ta' l-att.", "Mela jekk ikun hemm żmien bejn it- trasmissjoni ta' l-att taż- żwieġ li jibgħat il-kappillan u r- reġistrazzjoni min-naħa tar- reġistratur ċivili, allura l- mument li fih ikun hemm ir- rikonoxximent taż-żwieġ, għalkemm b'effett retroattiv u anke l-effetti taż-żwieġ ikunu magħrufa, ikun mill-mument tar- reġistrazzjoni.", "Dan huwa importanti għaliex il-kappillan bi bona fide jista' jgħaddi għaċ- ċelebrazzjoni taż-żwieġ u meta mbagħad jiġi l-mument li r-reġistratur ċivili jiġi biex jirreġistra ċ-ċertifikat taż- żwieġ mibgħut mill- kapplillan, isib li dan ma jistax jagħmlu għal xi waħda mir-raġunijiet li tagħti l-liġi.", "Fosthom, jista' jkun hemm wieħed mill- impedimenti ta' l- artikli 3, 4, 5, u 6 ta' l-Att ta' l-1975 anke kif emendati, u jista' jkun hemm raġunijiet oħra.", "Pero' l-fatt jibqa' li l-mument li l-effetti ċivili u anke r- rikonoxximent taż-żwieġ jibdew jiġu magħrufa skond il-liġi - għaliex hawn jgħidlek li jiġi rikonoxxut u jkollu l-istess effetti ċivili bħaż-żwieġ ċelebrat skond dan l-Att biss meta jkun hemm it-tnedijiet hemm żewġ kondizzjonijiet oħra - ....", "Allura jista' jagħti l- każ li filwaqt li żwieġ Kattoliku jiġi ċelebrat, ma jiġix reġistrat għal xi raġuni valida, fosthom jekk ir- reġistratur ċivili jara li l- proċeduri tat-tnidijiet, jiġifieri dawk li hemm fl-Att ta' l-1975 u mhux dawk li kienu jsiru qabel, ma ġewx osservati.", "Mela jista' jinqala' l-każ fejn żwieġ Kattoliku kulħadd mingħalih li ma jkunx hemm diffikulta' li se jkun rikonoxxut mil-liġi u se jkollu l-effetti ċivili, u mbagħad fil-fatt jinstab li hemm ostakolu u r- reġistratur ma jirreġistrahx.", "Allura, ladarba r-reġistratur ma jirreġis- trahx, la jkun rikonoxxut mil-liġi u lanqas ikollu l-effetti ċivili tal- liġi għaliex ma jkunx hemm ir-reġistrazzjoni.", "Mela issa ġejna f'sitwazzjoni fejn għalkemm iż-żwieġ Kattoliku jsir regolarment skond il- Liġi Kanonika ma jfissirx awtomatikament li dan se jkollu r-rikonoxximent mil- liġi għall-effetti ċivili tiegħu, għax iridu jiġu sodisfatti ħwejjeġ oħra.", "Għalkemm wieħed kien jaħseb li din il-liġi se tintroduċi l- prinċipju li żwieġ Kattoliku awtomatikament se jkollu l- effetti tal-liġi, dan mhuwiex awtomatikament minnu għax iridu jitħarsu kondizzjonijiet oħra imposti mil- liġi, fosthom it- tnidijiet ċivili - mhux it- tnidijiet li kienu jsiru qabel l-1975 fil-parroċċa bit- termini li timponi l-liġi kanonika - u r- reġistrazzjoni ta' l-att taż-żwieġ mir- reġistratur pubbliku.", "Għalkemm ir- rikonoxximent għandu effett retroattiv għall-mument taċ- ċelebrazzjoni huwa kondizzjonat għal żewġ affarijiet li joħorġu mil-Liġi Ċivili u mhux mid- Dritt Kanoniku.", "Wieħed jista' jipprospetta li se jkollna żweġijiet Kattoliċi li tagħrafhom il-Knisja imma li l- Istat ma jagħrafhomx bħala żweġijiet li għandhom effetti ċivili minħabba li ma tkunx ġiet sodisfatta waħda mill- kondizzjonijiet imposta mil- liġi.", "Minbarra dan, jekk wieħed jaqra sewwa x'igħid l- artiklu 21 isib li dan jitkellem dwar żwieġ li jiġi ċelebrat \"f'Malta wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-artiklu\".", "Mela qabel ma jidħol fis-seħħ dan l-artiklu, żwieġ Kattoliku ċelebrat f'Malta - hawnhekk wieħed mill-ewwel jara kemm kienet korretta l-osservazzjoni li saret minn din in-naħa meta l-Viċi Prim Ministru qara waħda mill-klawsoli ġodda ta' dan l- Abbozz ta' Liġi fejn kien hemm li \"meta żwieġ li jidħol fis- seħħ wara dan l-Att\" - u hawn qed nirreferu għall-Att prinċipali ta' l- 1975 - u fejn hemm \"żwieġ li jiġi ċelebrat f'Malta wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-artiklu \" qed nirreferu għas-sena 1993, jiġiferi meta tgħaddi din il- liġi.", "Għalhekk il-Viċi Prim Ministru kien żbaljat meta nsista li kien qed jirreferi għal żweġijiet li se jsiru wara li jidħol fis-seħħ dan l- Abbozz ta' Liġi.", "Fil-fatt il- liġi se tiddistingwi bejn żwieġ Kattoliku li sar qabel l-1993 u żwieġ Kattoliku li se jsir fl- 1993 jew wara, jiġifieri wara li jgħaddi dan l-Abbozz.", "Mhux hekk biss, imma l-liġi tagħna isssa se tiddistingwi bejn żwieġ Kattoliku validament ċelebrat skond il- Liġi Kanonika li jsir f'Malta u żwieġ Kattoliku skond il-Liġi Kanonika ċelebrat barra minn Malta, għaliex f'artiklu 21 insibu żewġ kwalifiki, li żwieġ jiġi ċelebrat f'Malta, u li jkun ċelebrat wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-artiklu.", "Allura issa se jkollna d- distinzjoni bejn żwieġ ċelebrat f'Malta u żwieġ ċelebrat barra minn Malta kemm qabel kif ukoll wara l-1993, għax għalkemm iż- żwieġ ċelebrat barra minn Malta huwa validament rikonoxxut mill-Knisja Kattolika, l-liġi tagħna xorta waħda ma tirrikonoxxihx u m'għandux effetti ċivili f'Malta, għaliex artiklu 21 jgħid li jrid ikun żwieġ Kattoliku ċelebrat f'Malta u li sar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-artiklu.", "Apparti din id-distinzjoni li qed issir permezz ta' l-Abbozz ta' Liġi, wieħed irid jerġa' jagħmel referenza għall- konsegwenzi li ġejjin min- nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' żwieġ Kattoliku validament ċelebrat skond il-Liġi Kanonika.", "Subartiklu 22 (4) li qed jiġi introdott jgħid hekk:", "\"Żwieġ li jiġi rikonoxxut skond l-artikolu 21 ta' dan l-Att għandu mat- trasmissjoni u r- reġistrazzjoni ta' l-Att taż-Żwieġ jiġi rikonoxxut sa mill-waqt taċ- ċelebrazzjoni tiegħu.", "Dan ir-rikonoxximent m'għandux madankollu, ikun ta' preġudizzju għal kull dritt dwar proprjeta' leġittimament miksub minn terzi persuni in bona fide ...\"", "Meta wieħed jaqra l-frażi \"dwar kull dritt dwar proprjeta'\", wieħed jiftakar fl-oġġezzjoni li kien għamel il-Prim Ministru fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, fejn qal li jekk wieħed ikun ikkuntratta żwieġ Kanoniku, wara ma jkunx jista' jikkuntratta żwieġ ċivili, għaliex b'hekk ikun qiegħed jippreġudika l-interessi ta' terzi persuni.", "Dan mhux korrett, għaliex ma jistax jippreġudika biss kull dritt dwar proprjeta' u mhux dritt personali ieħor.", "Dan is- subartiklu jikkonferma wkoll l- osservazzjoni li saret minn din in-naħa, li raġuni oħra għaliex il-Prim Ministru ma kienx korrett meta għamel dik ir- rimarka, hija għaliex f'dan is- subartiklu nsibu miktub hekk:", "\"... miksub minn terzi persuni in bona fide qabel it-trasmissjoni ta' l- Att taż-Żwieġ kif imsemmi qabel f'dan l- artikolu, meta dak l-Att taż-Żwieġ ikun ġie trasmess wara l-iskadenza tat-terminu msemmi fis- subartikolu (1) ta' dan l- artikolu.\",", "jiġifieri wara t-terminu ta' ħamest ijiem.", "Allura fl-ewwel ħamest ijiem bejn iċ- ċelebrazzjoni reliġjiża u l- iskadenza tat-terminu li fih il- kappillan għandu jittrasmetti l-Att taż-Żwieġ, jista' jkun hemm preġudizzju għal terzi anke fil-proprjeta' tagħhom, jiġifieri fid-dritt patrimonjali jew proprjetarju tagħhom.", "Għaliex f'dawk il-ħamest ijiem m'hemm xejn li jissalvagwarda l-interessi tat-terzi anke għar-rigward tal-proprjeta'.", "L- interessi jiġu salvagwardati biss jekk il-kappillan jonqos li jittrasmetti l-Att taż-Żwieġ fi żmien ħamest ijiem miċ- ċelebrazzjoni, sakemm wara din it-trasmissjoni ssir.", "U m'hemmx terminu li fih il- kappillan huwa obbligat li jagħmel dan; hemm it-terminu ta' ħamest ijiem, imma mbagħad hemm provdut li jekk din it- trasmissjoni ma ssirx f'dak it-terminu, xorta tista' ssir wara.", "Allura hawnhekk tinħoloq diffikulta' enormi sempliċement għaliex b'dan l- Abbozz il-Gvern qiegħed jagħti latitudni ta' ħamest ijiem għat- trasmissjoni taċ- ċertifikat taż-żwieġ u latitudni ikbar għar- reġistrazzjoni, għax it- trasmissjoni mhix awtomatikament reġistrazzjoni.", "Inkella d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ma jkollux x'jagħmel ħlief li jaqbad u jinnota ċ- ċertifikat taż-żwieġ, ħaġa li ma jistax jagħmilha għax irid jagħmel il-verifiki li timponi fuqu l-liġi.", "Bil-ħamest ijiem żmien li qed jingħataw biex issir it-trażmissjoni taċ- ċertifikat taż-żwieġ se jinħolqu kwantita' ta' diffikultajiet, iktar u iktar meta jista' jagħti l- każ li t-trasmissjoni tieħu iktar minn ħamest ijiem u s-salvagwardja għad- dritt tat-terzi dwar proprjeta' ma ssolvix id- diffikultajiet kollha li jistgħu jinqalgħu minħabba din il-latitudni fiż-żmien.", "Għalhekk wieħed jistaqsi: X'inhi r-raġuni illi l- kappillan m'għandux l-obbligu li minnufih - u mhux fi żmien ħamest ijiem - jirreġistra ż- żwieġ, jiġifieri jibgħat iċ- ċertifikat taż-żwieġ għar- reġistrazzjoni?", "Din id- diffikulta' qed tinħoloq għaliex minflok ma bqajna nosservaw dak li hawn fil-Liġi llum - fejn żwieġ reliġjuż huwa diġa' kontemplat kif ġie spjegat fis-seduta ta' qabel - ...", "Fl-artiklu 17 (3) ta' l-Att ta' l-1975 hemm li:", "\"L-att taż-żwieġ għandu jiġi kompletat u kkonsenjat għar- reġistrazzjoni minnufih wara ż-żwieġ.\".", "F'dan il-każ, jekk wieħed se joqgħod biss fuq iċ- ċelebrazzjoni reliġjuża taż- żwieġ, wieħed m'għandux jiddispensa lill-Kappillan mill-obbligu li jikkonsenja minnufih iċ-ċertifikat taż- żwieġ għar-reġistrazzjoni, biex ma jkunx hemm diffikulta' - li żgur tinqala' - fil-perjodu bejn ċelebrazzjoni reliġjuża u r-reġistrazzjoni, li kif għidt tista' tkun ħafna iktar minn ħamest ijiem li qed jiġu introdotti permezz ta' dan l- Abbozz ta' Liġi, xorta waħda se jkun hawn numru ta' żweġijiet Kattoliċi li ma jistgħux jiġu rikonoxxuti u ma jistgħux ikollhom l-effetti ċivili skond il-liġi?", "Jekk wieħed jaqra l- Liġi Kanonika jsib kwantita' ta' żweġijiet li huma kontemplati u regolati mill- istess Liġi imma li għal xi raġuni jew oħra ma jissodisfawx il-provvedimenti tal-liġi Ċivili u allura ma jistgħux jiġu rikonoxxuti u jkollhom l- effetti ċivili.", "Jekk dan huwa hekk, għaliex il- Gvern se jħalli sitwazzjoni fejn xi wħud miż-żweġijiet Kattoliċi li se jiġu ċelebrati f'pajjiżna wara li jidħol fis-seħħ l-artiklu 21, jistgħu jiġu rikonoxxuti u jkollhom effetti ċivili, u żweġijiet oħra Kattoliċi li jsiru skond il-liġi Kanonika, la jistgħu jiġu rikonoxxuti u lanqas ikollhom effetti ċivili?", "Allura l-Gvern se joħloq differenza bejn żwieġ Kanoniku ċelebrat barra minn Malta, żwieġ Kanoniku ċelebrat qabel jibda jseħħ dan l- artiklu u żweġijiet Kanoniċi ċelebrati hawn Malta li ma jissodisfawx il- kondizzjonijiet kollha tal- liġi Ċivili.", "Din tapplika mhux biss għall- finijiet tar- rikonoxximent ta' l-effetti ċivili ta' dawn iż-żweġijiet, imma anke meta niġu għall- kwestjoni ta' l-annullamenti.", "Jekk żwieġ Kattoliku rikonoxxut mid-Dritt Kanoniku ma jkunx rikonoxxut u ma jkollux l- effetti ċivili mil-liġi tagħna, meta jiġi annullat mit-Tribunal Eklesjastiku, jista' jkun hemm ostaklu għar-reġistrazzjoni ta' dak l- annullament.", "Waħda mill-kondizzjonijiet li l-Qorti ta' l-Appell trid tivverifika u tkun sodisfatta dwarha hija li jkun hemm ir- reġistrazzjoni skond il-liġi Ċivili, jiġifieri r- reġistrazzjoni mid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku.", "Aħna qed nikkontemplaw żweġijiet Kanoniċi fejn m'hemmx din ir- reġistrazzjoni u allura la huma rikonoxxuti - għax ma jistgħux ikollhom ir- reġistrazzjoni taċ- ċelebrazzjoni ta' żwieġ Kattoliku - lanqas għandhom l- effetti ċivili.", "Fost iż-żweġijiet li ma jistgħu qatt jiġu magħrufa mil- liġi tagħna hemm iċ-ċelebrazzjoni sigrieta ta' żwieġ li huwa validu skond il-liġi Kanonika imma li ma jista' qatt jiġi rikonoxxut skond il-liġi tagħna għax ma jissodisfax xi wieħed jew iktar mill-provvedimenti tal-liġi tagħna.", "Rigward il-kwestjoni tad- dritt ta' l-għażla li sar ħafna diskors dwaru meta ġie pubblikat l-Abbozz ta' Liġi, qed jingħad li issa l-Kattoliċi f'pajjiżna se jkollhom id-dritt li jagħżlu kif jiżżewġu.", "Dan m'hu veru xejn għax filwaqt li l-Kattoliċi f'pajjiżna kienu fil-liberta' li jiżżewġu skond il-liġi Kanonika, kellhom ukoll il-fakulta' li ma jagħmlux dan.", "Jiġifieri d- dritt ta' l-għażla mhux se jiżdied bl-Abbozz ta' Liġi li qed jipproponi l-Gvern.", "Rigward l-applikazzjoni tad- dritt ta' l-għażla għall- annullamenti, hija kwestjoni oħra li nittrattaw meta niġu biex nittrattaw il-kwestjoni ta' l-annullamenti.", "Ħalli niġi għall-kwestjoni ta' l-annullamenti u naraw kemm wieħed jista' jiftaħar bid- dritt ta' l-għażla fil- proċeduri ta' l-annullament.", "Il-liġi tikkontempla li f'każ taż-żwieġ Kattoliku, meta parti qed titlob l- annullament għandha d-dritt li tesiġi li l- annullament jingħata mit- Tribunal Ekklesjastiku bl- esklużjoni tal-Qorti Ċivili u li wara li jingħata l- annullament mit-Tribunal Ekklesjastiku, allura awtoma- tikament, d-deċiżjoni tan- nullita' mogħtija bit-Tribunal Ekklesjastiku tiġi reġistrata mill-Qorti ta' l-Appell mingħajr din il-Qorti ma terġa' tidħol fil-meritu tal-kawża ta' l-annullament.", "Dik hija l- għażla li qed tingħata b'din il-liġi.", "X'inhi l-pożizzjoni llum?", "Il-pożizzjoni llum hija li parti li qed titlob l- annullament għandha wkoll d- dritt ta' l- għażla li titlob l- annullament quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku.", "Illum bil-liġi kif inhi ma jeżistix li jekk hemm talba quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku, awtomatikament il-Qorti ordinarja tiddekadi mill-kompetenza tagħha.", "U ħadd ma jista' onestament jgħid li dan huwa xi estenzjoni tad- dritt ta' l-għazla għax id- dritt ta' l-għażla diġa' jeżisti llum.", "Min llum miżżewweġ bi żwieġ Kattoliku u jrid jitlob l-annullament, ħadd ma jżommu milli jagħmel dan quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku.", "Barra li għandu dan id-dritt ta' l-għażla li jmur quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku, għandu wkoll id-dritt li fl-istess żmien, kontemporanjament filwaqt li jagħżel li jmur quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku jagħżel wkoll li jagħmel proċedimenti ċivili.", "Allura għal min qed jitlob l- annullament, id-dritt tiegħu se jiġi mċekken u mhux imkabbar.", "Filwaqt li llum għandu dritt liberalment li jmur quddiem it- Tribunal Ekkleżjastiku mingħajr ma jkun impedut imur quddiem il-Qorti ordinarja, issa skond dan l-Abbozz ta' Liġi, jekk hu jagħżel li jmur quddiem it- Tribunal Ekkleżjastiku, ma jistax ikompli bil-proċeduri tiegħu quddiem it-Tribunal Ċivili.", "Id-dritt ta' l- għażla mhuwiex qed jiġi mogħti f'dan l-Abbozz.", "Id-dritt ta' l- għażla diġa' jeżisti, u dan l- Abbozz mhux qed ikabbar dan id- dritt.", "Issa naraw jekk dan id-dritt huwiex qiegħed jiġi mogħti lill-konvenut jew konvenuta f'dan l-Abbozz.", "Illum persuna li qegħda topponi t-talba għall-annullament tista' tiġi mkaxkra jew quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku jew quddiem it- Tribunal Ċivili.", "B'dan l-Abbozz ta' Liġi, xorta waħda il-persuna li qed tikkontesta t-talba ta' l- annullament tiġi mkaxkra mill- attur jew mill- attriċi fejn irid hu, jew quddiem it- Tribunal Ekkleżjastiku jew quddiem it- Tribunal Ċivili.", "Allura l-konvenut jew konvenuta, min qed jopponi l- annullament, xorta waħda mhux qed jingħata d-dritt ta' l- għażla.", "L-għażla ta' fejn issir il-kawża ta' l- annullament jiddeċidiha l-attur jew l- attriċi.", "Jista' jagħti l-każ illum li żwieġ kattoliku li jista' jkun a mixed marriage, il-parti li tagħżel li tmur quddiem il-Qorti Ċivili tista' ma tkunx il-parti kattolika.", "U nonostante li l- konvenut jew il-konvenuta li qed topponi t-talba ta' l- annullament tkun tixtieq, għaliex iżżewġet taħt id-dritt kanoniku għalkemm a mixed marriage, li l-annullament jiġi deċiż mit-Tribunal Ekkleżjastiku, xorta waħda din ma tista' tagħmel xejn, ikollha tissottometti ruħha għall- kompetenza tal-qrati ordinarji allavolja moralment tħoss l- obbliġu u tixtieq li d- deċiżjoni ta' l-annullamet tingħata mit-Tribunal Ekkleż- jastiku.", "Mela din m'għandha għażla ta' xejn u m'għandha ebda rimedju.", "Allura min qiegħed jikkontesta t-talba ta' l- annullament m'għandu ebda protezzjoni u m'hu se jinagħta ebda vantaġġ permezz ta' dan l- Abbozz ta' Liġi.", "L-uniku vantaġġ li se jinagħta min għal xi raġuni jew oħra ma jridx li t-talba tiegħu tinstema' quddiem il- Qrati Ċivili, huwa li jista' jmur quddiem it- Tribunal Ekklesjastiku mill- ewwel jew inkella jekk ikun quddiem it-Tribunal Ċivili, jista' jagħżel li jmur quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku u ma jkomplix quddiem it-Tribunal Ċivili.", "Allura nistgħu nipotizzaw is-sitwazzjoni fejn persuna li qed titlob l- annullament quddiem it-Tribunal Ċivili, tħoss li t-talba tagħha mhux se jkun hemm eżitu pożittiv għaliha u tagħżel li twaqqaf dawk il- proċeduri u tmur quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku bit-tama li l- eżitu hemmhekk ikun aktar favorevoli u wara li ġġib l- annullament minn dan it- Tribunal awtomatikament tottjeni r-reġistrzzjoni tad- deċiżjoni ta' l- annullament kemm-il darba l-Qorti ta' l- Appell ma tikkonstatax li hemm xi infrazzjoni kostituzzjonali jew tara li ma ġewx osservati r-rekwiżiti kollha li qed timponi din il-liġi.", "Allura s- sitwazzjoni m'hi xejn sabiħa kif qiegħed jiprospetta l- Abbozz ta' Liġi, ħlief għall- każ li meta jkun hemm annullament tat-Tribunal Ekkleżjastiku, min ikun ottjena l-annullament ma jkollux il- ħtieġa - għall-finijiet ta' l- effetti ċivili ta' dak l- annullament - jirrikorri għat- tribunal ordinjarju.", "F'dan il- każ, il- persuna li tkun ikkontestat dik it-talba, kif inhi l-liġi llum m'għandha ebda rimedji għax għall-finijiet ta' l-effetti ċivili, trid issir kawża ta' annullament quddiem it-tribunal ordinarju.", "Allura l-Gvern Nazzjonalista qiegħed jagħmel pass biex jiffavorixxi lil min jottjeni l-annullament u qed jippreġudika lil min qiegħed jikkontesta l- annullament.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Knisja Kattolika tista' tiftaħar li qed tagħmel is- sitwazzjoni iktar faċli lil min jottjeni l-annullament u qed tagħmel is- sitwazzjoni aktar diffiċli lil min ikompli jikkontesta l-annullament u jkompli jsostni l-validita' taż-żwieġ Kattoliku, jiġifieri tas-sagrament taż-żwieġ.", "Lill- pubbliku għandna nispjegawlu li l-Knisja Kattolika qegħda tiffavorixxi lil min iġib l- annullament u qed tippreġudika lil min jikkontesta l- annullament u min irid iżomm sagru s-sagrament taż-żwieġ.", "Din hija l-konsegwenza ta' din l-emenda li qegħda ssir.", "Dan hu vantaġġ għal min jottjeni l- annullament.", "Kieku l-proċedura ssir quddiem il-Qrati Ċivili wieħed jirnexxielu jikkontesta l-annullament u ma jingħatax l- annullament bil-Qorti Ċivili u allura jżomm integri d- drittijiet ċivili tiegħu.", "Dan se jiġi preġudikat.", "Allura aħna rriduh dan?", "Hawn xi ħadd li għandu l-kuraġġ igħid li jekk ma tgħaddix din l-emenda, dawn id-drittijiet se jiġu mħarsa mill-Qorti Ċivili?", "Ħadd m'għandu l-kuraġġ igħid li jixtieq hekk.", "Aħna rridu li nagħtu l-effetti ċivili ta' annullamenti ekkleżjastiċi mingħajr ma naraw in-naħa l- oħra tal-munita?", "Se nagħtu wkoll il- konsegwenzi ċivili lil min qed jikkontesta l- annullament fil-Qrati Ċivili, jiġifieri t-talba ta' l- annullament ma tiġix milqugħa, iż-żwieġ jibqa' dikjarat validu u għalhekk jibqa' jgawdi l- effetti ċivili.", "Il-Gvern dan li jrid jagħmel b'dawn l- emendi, u għalhekk wieħed m'għandux għalfejn jiftaħar li se jagħti iktar drittijiet, għax jekk se tagħti iktar drittijiet lil xi ħadd, lill- parti l-oħra se tnaqqashomlha.", "Meta jkun hemm kontestazzjoni, jekk tagħti vantaġġ lil parti, tkun qed tagħti żvantaġġ lill- parti l-oħra, u m'hemm ebda raġuni loġika għaliex wieħed għandu jagħmel dan.", "Ikun illoġiku kieku nargumentaw mod ieħor.", "Meta jkun hemm talba għall-annullament li mhijiex kontestata, iż-żewġ partijiet igawdu aktar ma l-annullament isir malajr, imma f'każ li l- annullament ikun kontestat, min ikun qed jikkontestah mhux se jieħu vantaġġ jekk se tagħti opportunita' akbar għall- annullament.", "Meta ż-żewġ patijiet jaqblu li jkun hemm talba għal annullament, m'għandekx għalfejn tagħti l- fakulta' li din it-talba ssir quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku, ħlief għas- sodisfazzjon tal-kuxjenza tagħhom, għaliex iż-żewġ partijiet għandhom jikkoperaw ma' xulxin biex jakkwistaw l-annullament mill-iktar fis.", "Issa biex naraw l-assurdita' tal- pożizzjoni li niġu fiha b'dawn l-emendi, nistgħu nieħdu l- eżempju fejn l-attur f'kawża ta' anullament huwa l-parti li mhijiex Kattolika, filwaqt li l-mara li tkun Kattolika tirreżisti l- annullament.", "Min mhux Kattoliku jġib l- anullament mit-Tribunal ekklesjastiku, mentri kieku l- proċeduri jsiru quddiem il- Qrati Ċivili, iż- żwieġ jibqa' jgawdi l-effetti ċivili għax quddiem il-Qrati Ċivili l- annullament ma jingħatax.", "Allura f'dan il-każ il-parti li tkun Kattolika se tbati a skapitu ta' min mhux Kattoliku għaliex dan se jivvantaġġa ruħu mid-dritt Kanoniku.", "(Interruzzjonijiet) M'għandux raġun għax f'dan il-każ il- qorti ordinarja qed tagħtih tort.", "Jekk quddiem il-qorti ordinarja se jġib l-annullament għax għandu raġun, għaliex it- Tribunal Ekklesjastiku ma jirrikonoxxix dak ir-raġun li kien ingħata mill-Qorti Ċivili?", "(Interruzzjonijiet) Allura sewwa li inti tirrikonoxxi li l-individwu għandu jieħu r- raġun, mentri t-Tribunal Ekklesjastiku ma jirrikonoxxihx?", "(Interruzzjonijiet) X'fiha billi t-tnejn min-nies għażlu li jiżżewġu bi żwieġ reliġjuż?", "Kieku dawn it-tnejn min-nies ikunu għażlu li jiżżewġu bi żwieġ reliġjuż, il- konvenuta, li tkun Kattolika, tkun tista' tirreżisti lill- attur tal-kawża, li hu żewgha, milli jfittex l-annullament tiegħu mill-Qorti Ċivili, xi ħaġa li ma tistax tagħmel.", "Allura jiena qiegħed ngħid li biex tkun koerenti u konsistenti, għandek tagħmilha li jekk mara tkun Kattolika u tkun qed tirreżisti l- annullament, din tkun tista' timpedixxi lil żewġha milli jkun jista' jfittex l- annullament tiegħu fil- Qorti Civili, fejn hi jkollha tbaxxi rasha għas-sentenza li tingħata, għax għaliha dak ma jkun annullament xejn.", "Din is- sitwazzjoni flok ma rrimedjajtuha, għamiltuha bil-maqlub.", "Il-kuxjenza u l-loġika jgħidulek li meta tribunal indipendenti se jiġġudika mhux jekk żwieġ għandux jinħall - u għalhekk mill-ewwel għidt li l- kwestjoni tad-divorzju hija xi ħaġa oħra - imma jekk żwieġ huwiex validu jew le, il- kompetenza tat-tribunal għandha tkun garanzija oġġettiva, u kulħadd għandu jikkonoxxi l- eżitu tiegħu.", "Inti għandu jkollok il-kuraġġ li tgħid lit- Tribunal Ekklesjastiku li jekk aħna verament nemmnu li l- imħallfin tagħna huma imparzjali u independenti, id- deċiżjoni tagħhom għandha tiġi rikonoxxuta minn kulħadd.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq deċiżjoni dwar jekk żwieġ għandux jinħall, imma fuq deċiżjoni dwar jekk żwieġ huwiex validu.", "U għalhekk id- differenza bejn l-annullament u d-divorzju hija importanti.", "Lill-Knisja ma kellniex għalfejn ma ngħidulhiex ċar u tond li fuq din il-kwestjoni għandna raġun nargumentaw f'termini oħra.", "U rigward il- kwestjoni tad- divorzju rrid ngħid li jekk il-Knisja tibqa' tinsisti li ma tirrikonoxxix iż-żwieġ ċivili, nixtieq inkun naf kif il-Knisja tista' tibqa' topponi li jinħall żwieġ ċivili b'divorzju, ladarba ma tirrikonoxxix iż-żwieġ ċivili li jkun sar qabel.", "Kif tista' l-Knisja ma tirrikonoxxix żwieġ ċivili li jeżisti imbagħad topponi li jkun hawn id-divorzju ħalli jinħall dak li qed tirrikonoxxi bħala mhux marbut?", "Kif tista' l-Knisja tibqa' tagħmel dan?", "Mela allura issa għidtulha l-Knisja bħala kontroparti illi biex wieħed jaċċetta dawn l- affarijiet irridu nkunu iktar raġjonevoli għar-rigward taż- żweġijiet ċivli biss?", "M'għidthuliex dan.", "Imma f'Malta t-talba hemm qegħda u qed tiżdied u r-reazzjoni li se jġib dan l-Abbozz hija proprju din, li se tikber il-pressjoni li se jkun hawn għall- introduzzjoni tad-divorzju.", "Il- Gvern ma jixtieqx li jiġri dan imma indirettament hekk qed jagħmel għax dan kollu li qed isir huwa żejjed.", "MR SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-Kamra għall- estensjoni.", "Billi qiegħed nittratta għan-nom ta' l- Oppożizzjoni jkolli nieħu ż- żmien biex ngħid il-punti l- iktar importanti li l- Oppożizzjoni tħoss li għandha tgħid dwar dan l-Abbozz u għalhekk se nagħmel eċċezzjoni peress li s-soltu ma nitlobx estensjoni tal-ħin.", "Kont qed ngħid li meta wieħed janalizza u jifli sewwa dan kollu li qed isir, isib illi dan mhux riżultat ta' ħsieb loġiku u ta' analiżi oġġettiva tas-sitwazzjoni kif wieħed għandu jagħmilha fiż-żmenijiet tal-lum.", "Qed ngħidu li d-dritt ta' l-għażla llum diġa' jeżisti.", "Dak il-gwadann li se tingħata dik il-parti li qed titlob l-annullament se jkun a skapitu tal- parti l-oħra li tikkontesta l-annullament u għalhekk m'hemm l-ebda raġuni għaliex dan għandu jsir ħlief għal raġuni waħda biss, cioe' meta wieħed jiffranka proċeduri lill-partijiet fiż-żwieġ.", "Meta t-Tribunal Eklesjastiku ma jagħtix l-annullament, xorta waħda jista' jkun hemm il- proċeduri quddiem il-qrati ordinarja.", "Allura anke f'dan il-każ se jkun hawn il- proċeduri doppji li hawn illum u mhux se nkunu nistgħu nevitawhom.", "Jien jidhirli li l-loġika tgħidlek li jekk Tribunal Ekklesjastiku jagħti deċiżjoni favur l-annullament, dik id-deċiżjoni ma tistax tinbidel.", "Hekk ukoll loġikament u konxjenzjożament għandek tgħid li jekk Tribunal Ekklesjastiku jagħti deċiżjoni li biha jiċħad l-annullament, għall-istess raġunijiet ma tistax tagħmel proċeduri oħra biex titlob l-annullament quddiem it-tribunali ordinarji.", "Meta jkun hemm sentenza ta' annullament, dik is-sentenza hija inkontestabbli.", "Meta s- sentenza tkun li m'hemmx raġuni għal annullament, dik is- sentenza hija kontestabbli u terġa' tmur quddiem it-tribunal ordinarju fuq l-istess kawżali u għall-istess raġunijiet tagħmel l-istess talba li tagħha kellek eżitu negattiv.", "Jekk tagħmel dan, tkun qed timxi b'mod illoġiku u bla sens.", "Dak hu li qed jagħmel il-Gvern u jiddispjaċini ngħid li l-Knisja f'pajjiżna dak li qed tippretendi li jsir mill- Gvern Malti.", "Din hija ħaġa li m'għandhiex issir.", "Jien nifhem li jkun fl-interess tal- partijiet li jekk tribunal jiddeċiedi dwar l-annullament, dik id-deċiżjoni għandha torbot quddiem kulħadd.", "Ħadd m'għandu jiġi sottomess għall-proċeduri doppji li jerġa' jagħmel kawża ta' annullament biex jottjeni effetti li ma ottjeniex fl- ewwel sentenza.", "Jidhirli li jekk huwa avvanz li deċiżjoni ta' annullament mogħtija mit- Tribunal Eklesjastiku, għandha tiġi aċċettata mill-qrati ordinarji, hekk ukoll wieħed għandu jinsisti li deċiżjoni tal-qrati ordinarji dwar l- annullament għandha tiġi aċċettata minn kulħadd, inkluża l-Knisja.", "M'hemmx għalfejn li wara li wieħed jottjeni deċiżjoni tal-Qrati Ċivili dwar annullament, isiru proċeduri quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku għall- annullament Kanoniku.", "Kieku hemm din ir- reċiproċita' wieħed jista' jifhem għaliex għandhom isiru dawn il-miżuri li l-Gvern qed jipproponi.", "Jekk ma jkunx hemm reċiproċita' allura kulma qed jingħata ma jkunx dritt ta' l- għażla imma jkun dritt ta' privileġġ lill-konfessjoni ta' reliġjon waħda.", "In vista ta' l-artiklu 35 introdotta minn dan il-Gvern, dak il-privileġġ li se jingħata lir-reliġjon Kattolika, il-Gvern qed jintrabat li jagħtih ukoll lil kull reliġjon oħra f'pajjiżna.", "M'hemm l-ebda raġuni għaliex f'pajjiż ċivili u demokratiku l-effetti ċivili jiddependu mir-reliġjonijiet.", "Intqal li din qed issir minħabba r- realta' soċjali f'pajjiżna.", "Meta l-Gvern jipproponi li l- istess trattament jingħata mhux biss lil żweġijiet Kattoliċi imma lil żweġijiet ta' reliġjonijiet oħra, jkun qiegħed imur kontra din ir- raġuni soċjali għax anke jekk se jkollna minoranza żgħira ta' tnejn minn nies li huma jappartjenu għal reliġjon li tiġi rikonoxxuta - per eżempju, l-Knsija Anglikana jkollha tribunal li jannulla ż-żwieġ tagħha allavolja jkun każ ta' tnejn minn nies biss - il-Gvern irid jirrikonoxxi dawn l- effetti ċivili ta' dan l- annullament ukoll bħalma qed jagħmel għall-annullamenti ta' żweġijiet Kattoliċi mogħtija mit-Tribunal Kattoliku.", "F'pajjiżna qed indaħħlu komplessita' u komplikazzjoni żejda mingħajr ebda raġuni.", "Il-partijiet li qed jitolbu l- annullament għandhom l-interess li l-affarijiet mhux jitwalu imma jiqsaru u li d-deċiżjoni tittieħed bl-aktar mod espedjenti.", "Wieħed mill-ikbar ilmenti fil-kawżi ta' l-annullamenti, anke quddiem it- Tribunal Ekklesjastiku, huwa d-dewmien u t-tul ta' dawn il-proċeduri.", "Aktar ma t-Tribunal Ekklesjastiku jkollu każijiet ta' annullamenti, bilfors li l- proċeduri aktar iridu jieħu fit-tul minħabba l-volum ta' xogħol li jkun hemm.", "B'dawn l- emendi, il-kawżi quddiem it- Tribunal Ekklesjastiku sejrin jiżdiedu għax bħala tattika diġa' għidt li kull avukat jagħti parir li l-proċeduri jibdew quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku biex jekk ikun hemm eżitu negattiv xorta waħda wieħed ikun jista' jmur quddiem it-tribunal ordinarju.", "Imma jekk ikollok sentenza negattiva mit-tribunal ordinarju u tottjeni l-annullament Ekklesjastiku, ma tistax iġġib ir-reġistrazzjoni mill-Qorti ta' l-Appell.", "Għalhekk in- numru ta' kawżi quddiem it- Tribunal Ekklesjastiku bilfors se jiżdiedu u b'hekk se naggravaw l-ilmenti li diġa' jeżistu minħabba t-tul taż- żmien għall-annullamenti.", "Meta jkun hemm proċeduri ta' annullamenti fejn parti tgħid li tħoss li ż-żwieġ tagħha mhux validu, u bilfors tippresupponi li r-rabta ta' l-imħabba għall- parti l-oħra tkun diġa' spiċċat, huwa fl-interess tal- partijiet u tas- soċjeta' li jkun hemm deċiżjoni mill-iktar mgħaġġla għal din is- sitwazzjoni.", "Allura l-isforz li għandu jsir huwa kif nistgħu nissuffragaw lil min qiegħed f'din is-sitwazzjoni li jħoss li għandu jikseb l- annullament u mhux milli nagħmluhielu aktar diffiċli għalih biex ikun jista' jottjeni dan l- annullament.", "Dak li qed isir mhuwiex qed jaġevola lil min qed jagħmel it-talba għall- annullament imma qed jippreġudikah għaliex qed itawwalu ż-żmien.", "Anke minħabba din ir-raġuni, dak li qed jipproponi l-Gvern mhuwiex rakkommandabbli.", "Issa biex wieħed ikun jista' jieħu r- reġistrazzjoni ta' l- annullament mogħti mit-Tribunal Ekkleżjastiku, irid ikun jew domiċiljat f'Malta jew inkella ċittadin ta' Malta.", "Hawn tinħoloq komplikazzjoni oħra minħabba l-konċett tad-dual citizenship li llum hu aċċettat f'pajjiżna.", "Dan ifisser li, per eżempju, persuna li qegħda l-Awstralja għaliex għandha d- dual citizenship tista' ġġib ir-reġistrazzjoni ta' l-effetti tad-deċiżjoni ta' l-annullament minn tribunal ekkleżjastiku billi tiġi reġistrata fil-Qorti ta' l-Appell ta' pajjiżna.", "U billi l-liġi Awstraljana tirrikonoxxi l-annullamenti u l- istatus ċivili tal-Qrati ta' Malta, imbagħad ikollha dritt li dak li ġie reġistrat mill- Qorti Ċivili f'pajjiżna jkun magħruf bħala stat anke fl- Awstralja jew il-pajjiż l-ieħor fejn tkun qed tgħix bħala dual citizen.", "Il-konċett tad-dual citizenship ikompli jikkomplika dan il-fatt għaliex persuna, biex tottjeni r-reġistrazzjoni ta' l-annullament tat-Tribunal Ekkleżjastiku, trid tissodisfa jew il-vot tad-domiċilju jew il-vot tas- citizenship.", "U dawk li għandhom id-dual citizenship jistgħu jissodisfaw il- vot tas- citizenship mingħajr ma jkollhom l-obbligu li jissodisfaw il-vot tad- domiċilju.", "Issa niġi għall-miżura li se jdaħħal dan il-Gvern, l-obbligu tal-Qrati tagħna li jieħdu x- xiehda għall-benefiċċju tat- Tribunal Ekkleżjastiku.", "Allura għandna fejn it-Tribunal Ekkleżjastiku se jibda jagħti rikonoxximent għall-proċeduri li jsiru fil-Qrati tagħna għall-finijiet tal-ġbir ta' xiehda, xi ħaġa li s'issa ma teżistix.", "Mela issa l-Knisja se jkollha l- fakulta' li tużufruwixxi mis-servizzi tal- Qrati ordinarji tagħna ħalli tiġbor xiehda għall-proċeduri ta' annullamenti li jkunu qegħdin isiru fit- Tribunal Ekkleżjastiku.", "Din hija okkażjoni oħra ta' one-way traffic fejn il-Knisja qed tingħata fakulta' biex tagħmel użu mis-servizzi tal-Qrati ordinarji mingħajr ma tirrikonoxxi l-operat u d- deċiżjonijiet tal-Qrati ordinarji fil-każ ta' talba għal annullament jew ċaħda tat- talba għal annullament.", "Issa, meta l-Knisja Kattolika u dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin jaċċettaw it-tnidijiet skond l- Att ta' l-1975 u qegħdin jaċċettaw li biex żwieġ Kattoliku jkollu l-effetti ċivili u jkun rikonoxxut irid mhux biss isir skond it- tnidijiet, u jridu jaraw li l- provvedimenti l-oħra tal- liġi jiġu osservati u fosthom ikun hemm ukoll ir-reġistrazzjoni, allura dan l-Abbozz ta' Liġi u l-Knisja Kattolika b'dak li ftehmet qegħda tirrivendika kemm kien utli u f'waqtu l-pass li ħa l-Gvern Laburista li għamel il-Liġi taż-Żwieġ ta' l- 1975.", "Għaliex il-Knisja issa qegħda taċċetta li jkun hemm it-tnidijiet u r-reġistrazzjoni skond il-liġi introdotta fl- 1975, u għalhekk din hija miżura ta' rivendikazzjoni ta' dak li kien introduċa l-Gvern Laburista fl-1975.", "It-tnidijiet ċivili u r- reġistrazzjoni ċivili qabel ma kenux jeżistu u għalhekk ma kenux rikonoxxuti.", "Imma barra li hija rivendikazzjoni tal-pożizzjoni tal-liġi ta' l-1975, l-Abbozz ta' Liġi ma jagħmilx il-pass doveruż għax filwaqt li qed jingħata rikonoxximent għad-deċiżjoni- jiet tat-Tribunali Ekklesjas- tiċi, mhux qed jingħata kontro- partita b'reċiproċita' u rikonoxximent tad- deċiżjoni tal-Qrati ordinarji.", "Hawnhekk niġu għall-kwestjoni li kienet qed issir diskriminazzjoni mad- deċiżjonijiet tat- Tribunali Ekklesjastiċi għax filwaqt li sentenza tal- Qorti barranija dwar annullament, divorzju u stat ta' individwu kienet rikonoxxuta bil-liġi tagħna, id-deċiżjoni tat- Tribunal Ekklesjastiku ma kenitx qed tiġi rikonoxxuta bil-liġi tagħna.", "L-artiklu 21 tal-liġi eżistenti li se jibqa' l-istess igħid hekk:", "\"Deċiżjoni ta' qorti barranija dwar l-istat ta' persuna miżżewġa jew li tolqot dak l-istat għandha tkun rikonoxxuta għall- finijiet kollha ta' liġi f'Malta jekk id-deċiżjoni tingħata minn qorti kompetenti tal-pajjiż li fih xi waħda mill- partijiet fil-proċedimenti tkun domiċiljata jew li tiegħu xi waħda minn dawk il-partijiet tkun ċittadin.\".", "Dik hija l-liġi kif inhi llum u peress li għal dan l-artiklu m'hemm ebda emenda, l-liġi hekk se tibqa'.", "Mela llum, jekk xi ħadd jilmenta li divorzju miksub f'pajjiż ieħor huwa rikonoxxut f'Malta jiġifieri l- effetti, l-konsegwenzi u l- istat liberu ta' min hu divorzjat, b'dan l- Abbozz ta' Liġi, l-pożizzjoni hekk se tibqa'.", "Għalhekk għandi nifhem li l- kritika kollha li kienet saret fl-imgħoddi għal dan l- artiklu partikolari ta' dan l- Abbozz ta' Liġi, issa sfumat u m'għadhiex teżisti għax mhu se ssir ebda emenda għal dan l- artiklu.", "Il-Gvern Nazzjonalista qed jirrikonoxxi dak li għamel il-Gvern Laburista li d- deċiżjonijiet ta' qrati barranin, l-istat Malti jagħrafhom.", "Il-Gvern Malti qed jagħmel dan għax fid-dinja ċivili, kull stat jirrikonoxxi d-deċiżjonijiet validi tal- qrati ordinarji ta' stat ieħor.", "Għaliex allura jingħad li deċiżjoni tat-Tribunal Ekkles- jastiku m'għandhiex tiġi rikonoxxuta?", "Għas-sempliċi raġuni illi t- Tribunal Ekklesjastiku ma jirrikonoxxix id-deċiżjonijiet ta' l-istat Malti, Ingliż, Franċiż u Taljan.", "Meta l-Knisja Kattolika tagħti r-reċiproċita' allura kulħadd jirrikonoxxi d- deċiżjonijiet tagħha.", "Sakemm il-Knisja Kattolika tibqa' tinsisti li ma tagħtix ir- reċiproċita' ma' tistax tippretendi li stat ċivili jagħtuha r-reċiproċita', jiġifieri jagħtiha rikonoxximent għad-deċiżjonijiet tagħha mingħajr ma hi tagħti rikonoxximent tad-deċiżjonijiet ta' l-istat.", "Jien ma nistax nifhem kif wieħed jista' jinsisti li d-deċiżjoni tat- Tribunal tal-Knisja m'aħniex ngħarfuha u d- deċiżjoni ta' Qorti Ingliża qed ngħarfuha.", "Imma jekk l-Ingilterra jagħrfu d-deċiżjoni tal-Qorti Maltija mhux bilfors aħna nagħrfu d- deċiżjoni tal- Qorti Ingliża?", "Meta żwieġ ikun skond il- formalita' ta' dak il-pajjiż u skond id-domiċilju tal- partijiet għar-rigward tal- kapaċita', jiġifieri r- rekwiżiti tal-liġijiet tagħna, il-Qorti Ingliża tagħraf id- deċiżjonijiet tal-Qrati Maltin.", "Issa se nispiċċaw illi d- deċiżjonijiet tal-Qrati barranin nagħrfuhom u huma jagħrfu d-deċiżjoni tal-Qrati Maltin, imma se nkunu obbligati li nagħrfu d-deċiżjoni għall- finijiet ċivili u mhux reliġjużi, jiġifieri mhux fil- kamp morali ta' jekk inħallx jew le is- sagrament taż-żwieġ, jew jekk qatt eżistiex is- sagrament taż-żwieġ.", "M'aħniex nidħlu f'dik il-kwestjoni kbira.", "Jekk wieħed jiddikjara l- annullament taż-żwieġ - jiġifieri li ż-żwieġ qatt ma kien jeżisti u mhux li ż-żwieġ se jinħall - allura mhux se nidħlu f'dik il-kwestjoni ta' jekk is- sagrament eżistiex jew le.", "Dawk huma kwestjonijiet morali u teoloġiċi li m'aħniex se nidħlu fihom.", "Imma kif nippretendu li aħna naċċettaw li nirrikonoxxu dawn id- deċiżjonijiet jekk min jippretendi li nirrikonoxxulu dawn id-deċiżjonijiet fil-kamp ċivili ma jirrikonoxxihomx, anke jekk huma mogħtija mill- qrati ċivili?", "U hawnhekk tajjeb li nirrimarkaw ukoll illi l- Knisja Kattolika tippretendi strettament mhux biss li m'hemmx żwieġ bejn min hu Kattoliku jekk ma jiżżewwiġx bir-rit tal-Knisja, imma lanqas hemm kuntratt ta' żwieġ.", "Artiklu 10552 tad-Dritt Kanoniku jgħid:", "\"Tra i battezzati non puo sussistere un valido contratto matrimoniale che non sia' percio' stesso sagramento.\"", "Jiġifieri l-Knisja qed tinsisti li mhux biss m'hemmx sagrament, imma lanqas hemm kuntratt.", "Aħna qed ngħidu li m'hemmx sagrament għax il-Knisja tippreskrivi x'inhuma l- kondizzjonijiet biex wieħed ikun jista' jamministra s- sagrament lil xi ħaddieħor, peress li fiż-żwieġ il- partijiet jamministraw is- sagrament lil xulxin u mhux is- saċerdot.", "Li tgħid li m'hemmx kuntratt taż-żwieġ .....", "(Interruzzjonijiet).", "Qed ngħid li l-Knisja baqgħet tinsisti li m'hemmx kuntratt validu taż- żwieġ.", "Aħna din m'aħniex naċċettawha għax anke bejn Kattoliċi li ma jiżżewġux bi żwieġ Kattoliku hemm il- kuntratt taż-żwieġ.", "Aħna m'aċċettajniex ukoll l-idea ta' l-esklussivita' tal-Knisjaf'każ ta' żwieġ.", "Allura wara li tkun għamilt dawn iż-żewġ passi, kif ma tagħmilx il-passi loġiċi l- oħra kollha li jsegwu minn dawn iż-żewġ passi?", "La hemm kuntratt validu ta' żwieġ skond il- liġi tagħna u aħna qed naċċettaw id-deċiżjonijiet li se jaffettwaw dak il- kuntratt li skond il-Liġi Kanonika lanqas jeżisti - għax se naċċettaw il- konsegwenzi ċivili ta' l-annullament - kif il- Knisja bl-istess manjiera ma taċċettax il-konsegwenzi ta' żwieġ ċelebrat skond il-liġi u annullament mogħti oġġett- ivament mill-Qrati tagħna skond il-liġi?", "Qabel ma nagħlaq nixtieq ngħid li din il-liġi mhux biss m'hijiex se ssolvi d- diffikultajiet li jinqalgħu fost ħafna żweġijiet, imma lanqas kienet xi kwestjoni li l-Knisja kienet tikkonsidraha bħala importanti.", "Qed ngħid dan għax jirriżulta minn dokument tal-Knisja stess.", "Jien se nagħmel referenza għal ittra mibgħuta minn Monsinjur Mercieca lill-Prim Ministru fl- 14 ta' Marzu 1979, li tinsab f'paġna 36 u 37 tad-dokumenti maħruġa fis-16 ta' Ġunju 1983, dwar problemi u tilwim bejn il- Knisja u l-Istat f'Malta.", "Din l-ittra tittratta dwar inkontri li kien hemm, li se jkun hemm u li għandu jibqa' jkun hemm bejn il-Prim Ministru u l-Arċisqof ta' Malta.", "Fl- ittra Monsinjur Mercieca għamel agenda tal- ħwejjeġ li l-Knisja tħoss li għandhom jiġu diskussi u elenkahom b'mod tassattiv.", "Fost is-suġġetti li, skond l- Arċisqof, kienu jitolbu attenzjoni urġenti - u dan intqal fl-14 ta' Marzu 1979, erba' snin wara li għaddiet il- Liġi dwar iż-Żwieġ ta' l- 1975 - insibu elenkati dawn li ġejjin:", "\"Tisħib bejn il-Gvern u l- Knisja fit-taqbida kontra d-droga.", "Proposti tal-Knisja biex tintlaħaq aħjar il- funzjoni soċjali tal- proprjeta' immobiljajri li tippossjedi.", "Proġett tal-Knisja għal sejbien ta' aktar spazju fl-istituti tagħha biex tirrikovera numru akbar ta' xjuħ; kontribut li jista' jagħti l-Gvern fil- konsegwiment ta' dan il- għan.", "Diffikultajiet finanzjarji li għaddejjin minnhom l- iskejjel ġestiti mill- Knisja.", "Talba għal emenda fl- Abbozz ta' Liġi dwar il- ġbir fil-knejjes.", "Talba biex l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni jiġi muri lill-Awtorita' Ekklesjastika qabel il- pubblikazzjoni tiegħu.\".", "Fil-fatt imkien ma nsibu xi referenza għal emendi għall-Att taż-Żwieġ.", "Minkejja li kienu ssemmew sitt affarijiet bħala suġġetti li kienet tinħass li għandha tingħata attenzjoni urġenti għalihom, l-emendi għal-Liġi taż- Żwieġ - din kienet għaddiet erba' snin qabel u allura l-kwestjoni kienet għadha aktar friska - ma ssemmewx.", "Jiġifieri dawn il-kwestjonijiet kollha, inkluż il-kwestjoni tax-xjuħ, tad- droga u tal-kremazzjoni kienu kollha aktar urġenti mill- kwestjoni taż-żwieġ.", "Fl-1981 il-Gvern ħass li għandu jemenda il-provvedimenti dwar l- impediment għaż-żwieġ u qorob ħafna lejn l-impedimenti li jeżistu fil-Liġi Kanonika, għalkemm ma ġabhomx l- istess.", "U dak huwa l-isforz li wieħed kellu jagħmel, li kemm jista' jkun nirrikonċiljaw l- impedimenti ħalli ma jkunx hemm konflitt bejn id- deċiżjonijiet tat-Tribunali Ekklesjastiċi u dawk tat-tribunali ordinarji.", "Imma dan l-isforz ma sarx min- naħa tal-Gvern għax kulma hemm huma żewġ emendi, l-emenda li saret għal artiklu 3 dwar l- etajiet u s-setgħat li jingħataw lil min hu 'l fuq minn 16-il sena imma għadu taħt il-patria potesta, l-emenda dwar id-dispensi li tista' tagħti l-Knisja dwar il- kwestjoni ta' l-affinita' u l- gradi, li qabel ma kienx hemm fil-Liġi, u l- kwestjoni taż- żwieġ rato u mhux konsmat.", "Imbagħad fil-kwestjoni taż- żwieġ rato u mhux konsmat inħolqot anomalija oħra għaliex filwaqt li f'artiklu 25 il-ġdid hemm provdut li d- digriet Pontifiċju jista' jiġi reġistrat, billi issa daħal Artiklu l9A, allura l-Qrati ordinarji jistgħu jannullaw iż- żwieġ ukoll abbażi tan-nuqqas li ż-żwieġ ġie konsmat.", "Kif inhi l-liġi llum, jekk iż-żwieġ ma jiġix konsmat, il-Qrati Ċivili ma jistgħux jagħtu annullament, tant li ddaħħal Artiklu l9A.", "Issa wara li tgħaddi l-liġi, il-Qrati ordinarji jistgħu jagħtu l- annullament u jistgħu ma jagħtux l-annullament, u allura jista' jkun hemm diverġenza bejn id- digriet tal-Papa li u l-Qrati Ċivili.", "Kull darba li tagħti kompetenza lil xi organu ieħor u d-deċiżjoni awtomatikament mhux se tkun l-istess, tkun qed toħloq il-possibbilta' ta' konflitt u diverġenza.", "Għalhekk qed ngħid li qed toħloq ħafna aktar komplikazzjonijiet bħal meta issa se jinqalgħu fil-kwestjoni tar- reġistrazzjoni tad-deċiżjoni- jiet ta' l-annullament tat- Tribunal Ekkleżjastiku.", "Il- Qorti ta' l-Appell trid tara jekk f'dak il- proċess partikolari ġewx osservati l- proċedimenti mhux inkonsistenti mal- prinċipji kostituzzjonali.", "X'ifisser dan?", "Dan ifisser li jekk it-Tribunal Ekkleżjastiku jibqa' jirrifjuta li l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici jidher quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku, allura min ikkontesta dak l-annullament u ma setax jivvantaġġja jew jiżvantaġġja ruħu mis-servizzi ta' l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku jista' joġġezz- jona quddiem il-Qorti ta' l- Appell għar-reġistrazzjoni ta' dik is-sentenza ta' l- annullament.", "Għalfejn qed noħolqu dawn il-kwestjonijiet kollha, apparti l-punti l-oħra ta' jekk hijiex kostituzzjonali jew le, li għadhom in abeyance u li se jiġu kontestati fil- Qorti?", "Dan huwa ċar għaliex issa jew it-Tribunal Ekkleżjastiku se jirrinunzja għad-dritt li jopponi li jidhru quddiemu ċertu avukati ħalli ebda parti ma tista' tgħid li fil-każ tagħha ma ġiex segwit il-prinċipju kostituzzjonali li tagħżel id-difensur li trid jew inkella, jekk mhux se tagħmel hekk, se jkun hemm okkażjoni ta' anti-kostituzzjonalita'.", "Anzi jien immur oltre dan.", "Jekk jien ikolli klijent li qed jirreżisti t-talba ta' l- annullament u din it-talba qegħda ssir quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku li m'għandux oġġezzjoni li jien nidher quddiemu, jien lill-klijent tiegħi nagħtih il-parir li jinkariga avukat li t-Tribunal Ekkleżjastiku se jopponi għalih, għaliex wara li tingħata s-sentenza ta' l- annullament - jekk tingħata - dak se jkun mottiv ħalli dik is-sentenza ma tiġix reġistrata mill-Qorti ta' l-Appell.", "Allura jien stess lill-klijent tiegħi nagħtih il-parir li għall- konvenjenza, għat- tattika, inqabbdu avukat oġġezzjonabbli għall-Knisja, il- Knisja toġġezzjona, il- proċeduri quddiem it-Tribunal isiru, jingħata l- annullament u mbagħad quddiem il-Qorti ta' l- Appell dan l-annullament ma jkunx jista' jiġi reġistrat.", "Jien, fil-kuxjenza, hekk nagħmel, għaliex l- interessi tal-klijent huma supremi.", "(Interuzzjonijiet) Dan huwa eżempju sempliċi ta' kumplikazzjoni li qed tinqala' għal xejn bl-emenda kif qed issir.", "Dan barra l-kwantita' ta' kwestjonijiet legali oħra li jistgħu jinqalgħu.", "U meta llum qegħdin fl-era ta' l- ekumeniżmu, meta qegħdin fl- era fejn kulħadd jaċċetta li għandna nuru rispett lir- reliġjonijiet kollha u anke lil dawk li ma jħaddnu l-ebda reliġjon, jien ngħid: Għaliex għandha ssir din id- diskriminazzjoni jew trattament favur min iħaddan reliġjon?", "Issa qegħdin ngħidu li min iħaddan reliġjon rikonoxxut mill-Ministru, jiġifieri kull reliġjon, se jkollu dan it- trattament speċjali.", "Allura min ma jħaddanx reliġjon għalfejn m'għandux ikun trattat bl-istess mod?", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin ngħidu li qed nirrikonoxxu lil kulħadd, imma huma għandhom jirrikonoxxu wkoll lill-atei.", "Dawn għax m'għandhomx jirrikonoxxu wkoll lill-atei?", "Jekk bniedem li ġie mgħammed fil-Knisja Kattolika ma jridx jibqa' konsidrat bħala Kattoliku, għaliex għandu jiġi mogħti trattament differenti minn ħaddieħor?", "Għaliex għandna nibbażaw li r- reliġjon tkun fattur ta' konsiderazzjoni għall-finijiet ta' l-effetti ċivili?", "Aħna qegħdin nagħtu l- effetti ċivili lil min iħaddan ċerti reliġjonijiet u għalhekk dawn se jkollhom trattament differenti minn ħaddieħor għall-finijiet ta' l-effetti ċivili wkoll.", "Dawn m'għandhomx jippretendu effetti ċivili minn dawk ir-reliġjonijiet.", "Mela mir-reliġjon jitwieldu l- effetti ċivili wkoll!", "Min qal li dawn m'għandhomx dritt iħaddnu dawk ir-reliġjonijiet?", "Il-kwestjoni hija jekk l- effetti ċivili għandhomx isegwu t-tħaddin tar-reliġjonijiet.", "Dawn qegħdin fuq terren perikoluż.", "Aħna kif nistgħu nikkritikaw dawk l-istati li jagħmlu l-ħajja ċivili fuq l- istess linji tar-reliġjon li jħaddnu jiġifieri fuq l- integraliżmu u fuq il- fundamentaliżmu?", "Kif nistgħu nopponuhom u nikkritikawhom jekk aħna mexjin fuq l-istess linja?", "Ir-reliġjonijiet għand- hom jiġu rispettati imma m'għandhomx ikunu mottiv ta' trattament differenzjali fost iċ-ċittadin.", "Iktar ma d-dinja qed tevolvi u ssir pluralistika u aktar mhu qed nemmnu verament fl-ekumeniżmu, aktar m'għand- niex nagħtu din l-importanza lir-reliġjon għall-finijiet tal-liġi ċivili.", "Mr Speaker, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li għal dawn ir- raġunijiet kollha, nħoss li l-Gvern għandu jikkonsidra serjament jekk jipproċedix b'dawn l-emendi u żgur jistenna li jkun hemm eżitu mill-Qrati dwar il- kostituzzjonalita' ta' dawn l- emendi.", "Ma jagħmilx sens li wara li dawn l-emendi jiġu mgħoddija minn din il-Kamra, jista' jkun hemm sentenza tal- qrati li tgħid li xi parti minn dawn l-emendi mhijiex kostituzzjonali.", "Nixtieq infakkar lill-Gvern fl- esperjenza li għadda minnha ftit ilu meta saret il-ħatra ta' l-imħallfin temporanji, u għalkemm il-Gvern kien jemmen li kellu raġun mija fil-mija, il-qrati tawh tort.", "F'dan il- każ ukoll jista' jiġri li għalkemm il-Gvern ġenwinament jemmen li dak li qed jagħmel huwa kostituzzjonali, il-qrati fis-sapjenza tagħhom, jaħsbuha u jiddeċiedu mod ieħor.", "Allura tkun prudenza min-naħa tal- Gvern li jekk verament irid ikompli jipproċedi fuq dawn il- linji jistenna li jkun hemm sentenza tal- qorti.", "Jiddisp- jaċini nosserva li filwaqt li l-Awtoritajiet tal-Knisja f'Malta u r-rappreżentati tas- Santa Sede ħassew il-ħtieġa li jistiednu lill-Oppożizzjoni biex tipparteċipa fin- negozjati dwar il-kwestjoni tal- proprjeta' f'pajjiżna - u l-Oppożizzjoni m'aċċettax - fil-każ ta' l-emendi għal-Liġi taż-Żwieġ ma kien hemm ebda stedina bħal din.", "Jiġifieri kemm fil-każ tal-ftehim li sar dwar l-iskejjel tal-Knisja - u nixtieq nirrimarka li dan lanqas għadu inġab għar- ratifika ta' dan il-Parlament - kif ukoll fil-każ ta' l-emendi għal-Liġi dwar iż-Żwieġ, l- Oppożizzjoni qatt ma ġiet mistiedna biex tieħu parti fin- negozjati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru ta' l- Edukazzjoni.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, nibda biex nikkummenta fuq l- aħħar rimarki li għamel l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, dwar il-bżonn li nistennew sentenza tal-qrati.", "Allaħares meta liġi tiġi proposta f'dan il- Parlament noqogħdu nistennew lill-qrati jippronunzjaw il- fehma tagħhom qabel ma ngħaddu l-liġi.", "Jekk il-liġi nkunu għadna m'għaddejnihiex fuq xiex iridu jippronunzjaw ruħhom?", "Għax l-Abbozz nistgħu nbiddluh fl- istadju tal-Kumitat.", "Allura l-ewwel għandna ngħaddu l-liġi, imbagħad jekk il- qrati ...", "(Interruzzjonijiet)", "L-ewwelnett s'issa għadu ħadd m'għamel kawża u ma jistax jagħmel kawża fuq liġi ipotetika għax il-liġi l-ewwel trid tgħaddi mill-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li meta xi ħadd iħoss li d- dritt fundamentali tiegħu ġie miksur jew se jiġi miksur jista' jagħmel kawża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnci.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- ewwelnett din għadha mhijiex liġi, imma Abbozz ta' Liġi.", "(Interruzzjonijiet) Jekk kemm- il darba xi ħadd jaħseb li b'din il-liġi - u s'issa għadha biss proposta, għadna qed niddiskutuha u fil- Kumitat għadha tista' tinbidel - se jinkisirlu xi dritt fundamentali u jrid jagħmel kawża, jista' jagħmilha, pero' s'issa għadu ħadd m'għamel kawża jew hedded li se jagħmel kawża.", "(Interruzzjonijiet) U ma jistax jagħmilha.", "Il-qrati ma jistgħux jiddeċiedu fuq Abbozz ta' Liġi li għadu qed jiġi diskuss quddiem il- Parlament u jibdew jindaħlulna minn qabel dwar x'għandna nagħmlu fil-Parlament.", "L-iktar ħaġa żbaljata li jistgħu jagħmlu l-qrati hi li jiddeċiedu fuq Abbozz ta' Liġi li għadu mhux mgħoddi mill- Parlament u jibdew jippontifikaw fuq kif għandna nagħmlu l- liġijiet.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment iħarsu lejn dak li nagħmlu u jaraw jekk huwiex legali u skond il-Kostituzzjoni, imma mhux jgħidulna minn qabel x'għandna nagħmlu.", "Kif jista' jkun, Sur President!", "Ħalli ngħaddu għall-kwestjoni ta' prinċipju.", "Iż-żwieġ min jagħmlu u meta beda?", "Iż-żwieġ jagħmlu l-istat jew għandna nimmaġinaw li f'xi pajjiż tad- dinja l-istat għandu jimponi, bħala parti mill-validita' taż- żwieġ, li dan għandu jkun reġistrat miegħu?", "Għax sal-lum hekk kienet tgħid il-liġi.", "Iż- żwieġ sar qabel il-Knisja Kattolika u qabel l-istat.", "(Interruzzjonijiet) Iva, iż- żwieġ sar qabel il-Knisja Kattolika u qabel l-istat.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mintoff naħseb li se jkollu ċans jitkellem.", "Mr Speaker, kif qal tajjeb l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, anke l-Knisja tirrikonoxxi li ż-żwieġ, mhux iċ-ċelebrant taż-żwieġ, jew ir-reġistratur jew l-Istat jagħmlu, imma jagħmluh il- partijiet u dan dottrinalment huwa korrett u rridu nibqgħu noħorġu minnu l-konsegwenzi kollha.", "Ir- reġistrazzjoni hija rikjesta ...", "(Interruzzjonijiet) Inti ktibt fuq iż- żwieġ u qrajnih issa ħallini nitkellem jekk jogħġbok.", "Mr Speaker, iż- żwieġ jagħmluh il-partijiet u s-soċjeta' in ġenerali, sia dik ċivili jiġifieri l-Istat u kemm dik ta' Knisja, jiġifieri l- komunita' reliġjuża li bniedem ikun fiha, għandhom dritt li jkunu mgħarrfa li sar.", "Għalhekk fiż-żwieġ Kattoliku l- Ministri huma l-partijiet u l- qassis huwa x-xhud taż-żwieġ u l-istess għar-rigward taż-żwieġ konsidrat mill-Istat; iż-żwieġ jagħmluh il-partijiet imma l- Istat għandu dritt li jkun mgħarraf bih minħabba l-effetti li jista' jkollu fuq ħaddieħor.", "U din ma rridux ninsewha meta qed niddiskutu liġi bħal din.", "Il-Gvern ta' qabilna kien għamel żball fundamentali f'din il-liġi li kkondizzjona l-validita' taż-żwieġ għar- reġistrazzjoni.", "Tnejn jiżżewġu u għall-Istat ma jkunux iżżewġu għaliex ma jkunux qalulu.", "Dan huwa żball fundamentali ...", "(Interruzzjonijiet) Le issa għamilniha mod ieħor li huwa l- mod korrett kif tħares lejn l- affarijiet.", "Iż-żwieġ isir mill-partijiet kif iridu jagħmluh; bir-reliġjon jekk jemmnu, bla reliġjon jew b'reliġjon oħra jekk jemmnu f'xi ħaġa oħra u bil-mod ċivili jekk iridu li jkun bil-mod ċivili, imma huma jagħmluh.", "Bħal nutar, l-Istat irid jisma' dak li jgħidulu l-partijiet u jirreġistrah.", "Din hija l-parti korretta.", "Il-liġi kienet tħares lejn l-importanza li l- Istat ikun jaf li sar żwieġ u l-materja ta' validita' tagħmilha sanzjoni.", "Jien nifhem li l-Istat għandu dan l- interess għax huwa tajjeb li jibqgħu jiġu reġistrati u iktar ma jiġu reġistrati malajr aktar aħjar.", "Aħna qed nagħmlu terminu ta' ħamest ijiem biex inkunu prattiċi u fuq din il- materja jista' jkun hemm aktar għaġġla.", "Huwa fatt li fuq din il-liġi li qed nissottomettu f'dan il-Parlament, aħna qed naraw iż-żwieġ li jsir bejn il- partijiet u li jirreġistra l- Istat mentri kif kienet il- liġi li kellna, jekk kemm-il darba l-partijiet ma jirreġistrawhx minnufih, ma jkunx hemm żwieġ.", "Dan huwa l- iżball.", "(Interruzzjonijiet) Rigward il-partijiet, malli ż- żwieġ jiġi ċelebrat, dan ikun żwieġ.", "Jekk kemm-il darba, dan ma jiġix reġistrat, dan jibqa' żwieġ.", "Il-validita' ma tiġix konsidrata jekk kemm-il darba wieħed irreġistrahx jew le.", "Din hija ħaġa fondamentali u naħseb li kien żball li l-Istat jarroga għalih il-validita' taż-żwieġ.", "Għalhekk aħna qed nipprovaw inneħħu dan l-iżball għar-reliġjonijiet kollha mhux għar-reliġjon Kattolika biss li hija r-reliġjon tal-maġġoranza tal-Maltin.", "Il-parti l- kbira tal-Maltin jiżżewġu fil- knejjes.", "Jekk żewġ persuni tal-Jehovah Witnesses iridu jiżżewġu bil-mod tagħhom u jagħtu l-kelma lil xulxin, dak ikun iż-żwieġ tagħhom mhux meta jmorru quddiem ir-Reġistru Pubbliku.", "Aħna għamilna sewwa li ħallejna ż-żwieġ ċivili.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qatt m'għidna kontra tiegħu u jekk intom taqraw ...", "(Interruzzjonijiet) Aħna dejjem sostnejna - u f'din il-ħaġa konna assolutament konsistenti - li qabel l-1975 il-pożizzjoni f'Malta ma kenitx tajba, għaliex min kien iħaddan xi reliġjon kellu mod kif jiżżewweġ u ż- żwieġ tiegħu jiġi rikonoxxut, u min ma kien iħaddan l-ebda reliġjon kien irid jagħmel att ta' ipokriżija, jiġifieri jiżżewweġ ġo knisja biex ikun jista' jirreġistra ż-żwieġ tiegħu.", "Mela, meta l-Gvern Laburista fl-1975 għamel forma ta' żwieġ ċivili, għamel sewwa.", "Għidnielu li għamel tajjeb dak iż-żmien u għadna ngħidu li għamel tajjeb illum għaliex tajjeb li jkun hawn żwieġ ċivili għal min ma jridx jiżżewweġ reliġjożament.", "U allaħares immorru lura għaż- żmien meta wieħed li ma jemminx, biex jiżżewweġ, kien irid imur fi knisja Anglikana, taparsi jiżżewweġ bir-rit Anglikan u jitlob lill- gvernatur biex ikun jista' jirreġistra ż-żwieġ tiegħu.", "Dan kien żbaljat.", "Veru li dak iż-żmien il-biċċa l-kbira tal- Maltin kienu Kattoliċi imma kien ħażin li f'pajjiżna ma kienx hawn mod kif min ma jemminx jew jemmen f'reliġjon oħra jista' jiżżewweġ u jkollu ż-żwieġ tiegħu reġistrat.", "Pero' meta l-Gvern Laburista fl-1975 istitwixxa l-proċeduri taż-żwieġ ċivili mar lil hinn ż-żejjed.", "X'inhi l-liġi Kanonika?", "Għall-Knisja - kif qal ukoll l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonniċi - iż-żwieġ tal- Kattoliċi huwa sagrament ukoll u l-Knisja tgħid li l-Kattoliċi ma jistgħux jiżżewġu jekk iż- żwieġ ma jkunx ukoll sagrament għalihom.", "Pero' l-Knisja ma tgħidx li jiżżewġu biss il- Kattoliċi u lanqas tgħid li ż- żwieġ ta' dawk li mhumiex Kattoliċi mhuwiex żwieġ.", "Il- Knisja ma tgħidx hekk u kienet tkun belha kieku qalitu dan.", "Il-Knisja ilha madwar 2,000 sena tara d-dinja kif inhi u taf li hawn żwiġijiet tal- Kattoliċi u hawn żweġijiet oħra.", "Pero' ma tgħidx li dawk iż-żweġijiet li mhumiex Kattoliċi mhumiex żweġijiet u ma tgħidx li dawk li żżewġu b'xi mod ieħor mhumiex miżżewġin, imma qegħdin flimkien mod ieħor.", "Il-Knisja tgħid li ż-żwieġ ta' dawk li huma membri tagħha, biex ikun żwieġ validu jrid ikun sagrament.", "Dan iġib ċerti diffikultajiet, għaliex hemm ċertu numru ta' nies li jappartjenu għall-Knisja, hemm oħrajn li ma jappartjenux għaliha, u hemm ukoll nies li meta żżewġu kienu Kattoliċi u mbagħad ma baqgħux.", "Dan il- Gvern qed jirrevedi ċerti partijiet mil-liġi li saret fl- 1975.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici kkritika dan l-Abbozz għax permezz tiegħu l-liġi xorta ma ġietx perfetta għax ma neħħiex il- komplikazzjonijiet kollha li jistgħu jinqalgħu taħt il-Liġi dwar iż-Żwieġ ta' l-1975.", "Pero' aħna qed nipprovaw inneħħu uħud minn dawn il- komplikazzjonijiet li jien ngħid li daħlu inutilment, minħabba preġudizzji żbaljati li ġew repetuti llejla.", "L-ewwelnett xi tfisser il- Liġi Kanonika għaż-żweġijiet ta' Kattoliċi Maltin?", "Xi jfisser li ngħidu li se nirrikonoxxu t-Tribunali tal- Knisja Kattolika?", "F'ċerti affarijiet qabel l-1975 il-Liġi Kanonika kienet parti mil-Liġi Ċivili.", "Fil-Liġi dwar iż- Żwieġ ta' 1975 ġie dikjarat li l-Liġi Kanonika mhix se tkun iktar parti mil-Liġi Ċivili (Interruzzjonijiet) Il- Liġi Kanonika kienet fuq kollox.", "Forsi mhux dejjem jiġi apprezzat - imma aħna li nistudjaw il-liġi nindunaw - li l-Liġi Kanonika matul is- sekli ...", "Meta kien qed jitkellem l-Onor.", "De Marco l- Onor. Mintoff semma l- Medju Evu u żmien Biżanzju.", "Pero' meta tipparaguna l-Liġi Rumana mal- liġi moderna, issib li parti sewwa mil-modernizzazzjoni ġiet mil-Liġi Kanonika.", "F'ħafna ħwejjeġ kienet il-Liġi Kanonika li bdiet tħares lejn l- intenzjoni.", "Per eżempju fil- Liġi Kriminali l-Liġi Kanonika kienet liġi progressiva u tat lil-leġislazzjoni fil-pajjiżi ta' l-Ewropa l-idea li ma tistax tikkonsidra l-affarijiet mekkanikament, ladarba qed jagħmluhom l- bnedmin, imma trid tara anke l-intenzjoni tagħhom.", "F'ħafna ħwejjeġ il- Liġi Kanonika għamlet il-ġid.", "F'ħafna pajjiżi ta' l-Ewropa kien hawn il- liġi komuni li parti minnha kienet il-Liġi Kanonika u l-liġijiet nazzjonali u dak li kien jordna l-Prinċep tal-post kienu ħwejjeġ sekondarji.", "Il-Kodiċi Ċivili - u għadu hekk sal-lum - kien jibda billi jikkonsidra li ż-żwieġ diġa' sar.", "Fil-Liġi Ċivili Maltija - sakemm studjajtha jien - ma kien hemm xejn rigward iż-żwieġ kif jiġi formolat, għaliex din kienet tistrieħ fuq il-Liġi Kanonika.", "Meta mbagħad saret il- Liġi taż- Żwieġ ta' l-1975, dak kollu li jirrigwarda l-irbit taż-żwieġ, tal- validita' u l-impedimenti taż-żwieġ li kienu regolati mil-Liġi Kanonika rikonoxxuta bħala parti mil-Liġi ta' Malta, spiċċaw minn taħt dik il-liġi u ġew sostitwiti b'ċerti impedimenti u ħwejjeġ oħra rigward il-validita' li ma kenux għal kollox bħalma kienu fil-Liġi Kanonika.", "Jiġifieri pprovaw jissostitwixxu l-Liġi Kanonika li kien hemm qabel b'liġi oħra li f'ċerti partijiet kienet iktar ristretta mil-Liġi Kanonika, u f'oħrajn iktar liberali mil- Liġi Kanonika, pero' b'hekk ħolqu diskrepanza kbira.", "Għaliex l-istess Malti li fil- kuxjenza jħoss li biex jerġa' jiżżewweġ, il- Qorti tal-Knisja trid tiddikjara ż-żwieġ tiegħu null, ħalli mbagħad ikun jista' jerġa' jiżżewweġ bil-Knisja, meta kien imur fil-Qorti Ċivili, kien isib regoli oħrajn.", "Dan kien l-ewwel żball.", "Kellek liġi Kanonika li kienet ilha liġi ta' Malta għal żmien twil - anzi l-unika liġi rigward iż- żwieġ - u f'daqqa waħda din tiġi dikjarata li m'għadha tapplika xejn għax issa għandek il-Liġi taż-Żwieġ u din biss tapplika.", "Fl-1981 il-Gvern Laburista spontanjament - u ma nafx jekk sarux diskussjonijiet mal-Knisja jew le - ...", "L-ewwel l-Onor.", "Mifsud Bonnici ċċita ittra li bagħat l- Arċisqof Mercieca u din ma semmihiex, pero' jibqa' l-fatt li wara sena u nofs minn dik l-ittra saret emenda fil- Liġi Ċivili - u aħna wkoll konna tkellimna favur tagħha - li qarrbet ħafna l-Att ta' l- 1975 kif emendat, lejn il-Liġi Kanonika kif kienet evolviet u mhux kif kienet qabel.", "Jiġifieri xi ħadd min-naħa tal- Gvern kien ikkonsulta ma' xi ħadd min-naħa tal-Knisja - li kien aġġornat dwar l-aħħar żviluppi tal-liġi Kanonika u x- xogħol li kien għamel ċertu Kardinal Kanadiż Bawm - li aġġorna l-mod kif għandek tqis il-validita' jew l-invalidata' taż-żwieġ u kemm jista' jkun il-liġi tagħna ġiet qrib il- liġi Kanonika.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux għal kollox imma kemm jista' jkun qrib.", "Jien qed ngħid li hemm ħafna ħwejjeġ li bihom il-liġi kif emendata fl-1981 - u hawn għadni niftakar lill- Onor. Brincat jitkellem u jsemmi proprju t-text tal-Kardinal Bawm - ġiet qrib kemm jista' jkun lejn il-liġi Kanonika kif kienet dak iż-żmien imma mhux f'kollox u lanqas kif se nagħmluha aħna m'hi se tkun għal kollox eżatt.", "Jien qed ngħid li se tkun qrib.", "Dak inhar tqarrbet kemm jista' jkun u kien pass tajjeb għax almenu oġġettivament ma kellekx l- istess raġunijiet ta' diskrepanza bejn l-annullament fil-Qorti Ċivili u fil-Qorti Ekklesjastika.", "L-area tad- diskrepanza għalkemm ma sparixxietx għal kollox almenu naqset.", "Pero' f'ħafna ħwejjeġ id-deċiżjoni tal-qrati u tad- tribunali ġew fuq l-istess materja.", "Naturalment kull qorti tikkonsidra l- affarijiet forsi bi ftit differenza bejn waħda u oħra pero' almenu kellhom liġi simili fuqhiex jitkellmu.", "Pero' x'kien qed jiġri?", "U hawn ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni mhix tinduna b'dan.", "F'pajjiżna, kull min kellu kawża ta' annullament mill-1975 sal-lum, għamilha fiż-żewġ Tribunali.", "Mela kull min ippretenda li ż-żwieġ tiegħu jiġi null, jekk kemm-il darba kien hemm xi parti kattolika, marret quddiem it- Tribunal Ekklesjastiku, biex meta tieħu l-annullament, tista' terġa' tiżżewweġ fil- Knisja.", "Barra milli marret quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku - li dan għamlitu biex isserraħ il-kuxjenza u biex tkun tista' terġa' tiżżewweġ bil-Knisja jekk ikun hemm bżonn - kellha wkoll tagħmel il-kawża ċivili.", "Jiġifieri minn dak iż- żmien lil hawn, kull avukat illi kellu każ ta' annullament ta' żwieġ kellu jagħmel żewġ kawżi.", "Is-Sinjorija tiegħek tifhem li f'dan il-pajjiż jidħlu l-kondizzjonijiet soċjali li semma' l-Onor.", "De Marco, fejn nibqgħu nilgħabu din il-farsa li nimmaġinaw li biex inżommu l-lajċita' ta' l- Istat, biex aħna ngħidu li la l-Knisja ma tirrikonoxxix tagħna mela ma nirrikonoxxux tagħha, allura nżommu lil dan il-poplu li kull darba jkollu annullament taż-żwieġ irid jagħmel żewġ kawżi, waħda quddiem il-Qorti Ċivili u waħda quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku.", "Hekk kienet il- pożizzjoni u din aħna se nneħħuha.", "Jekk xi ħadd ma jarax li hawn vantaġġ li tneħħi dan il-ħela żejjed ta' enerġiji, ta' flus, ta' ħin ...", "U mhux hekk biss, ħafna drabi dawn it-Tribunali kienu jistennew lil xulxin.", "It- Tribunal tal-Knisja kien jara xi provi inġabru quddiem it- Tribunal Ċivili, għax it- Tribunal Ċivili jista' jħarrek lill-parti l-oħra mentri t- Tribunal tal-Knisja ma jistax iġiegħel lin-naħa l-oħra - u issa jista' jagħmel hekk u din se niġu għaliha - mentri l- Qorti Ċivili kienet kultant, meta l-Imħallef jibda jħossu daqsxejn dubjuż fil-kuxjenza tiegħu huwiex se jannulla ż- żwieġ li mbagħad il-Qorti tal- Knisja ma tannullahx, kultant kien itawwal il-kawża biex jistenna d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Knisja.", "Kull min ħadem il- Qorti f'dan l-aħħar żmien jaf li din hija r-realta', kultant tkun qed tittratta quddiem l- imħallef u ma tafx għaliex l- imħallef ma jasalx biex jiddeċiedi.", "Ir-realta' hija li l-imħallef jiddubita jekk huwiex se jiddeċiedi mod u t- Tribunal Ekkleżjastiku se jiddeċiedi mod ieħor.", "Min-naħa l-oħra ħafna drabi t-Tribunal Ekkleżjastiku kien igħid lill- persuna involuta biex tiġbor aktar provi fil-kawża ċivili biex ikollu aktar provi.", "Din kienet is-sitwazzjoni.", "X'argu- ment hu li lill-Knisja tgħidilha li ladarba ma tirrikonoxxix it-Tribunal Ċivili l-Istat ma jirrikonoxxix it-Tribunal tagħha?", "Mela din hija kwestjoni ta' reċipro- ċita'?", "Hawnhekk m'għandekx Stat u Stat imma għandek Stat ta' Malta u l- Knisja, li kollox sew għandha l-Istat tal-Vatikan imma mhux kwantu Stat ta' Vatikan jew Sagra Rota ta' Ruma iżda qed ngħidu t-Tribunal Ekkleżjastiku ta' Malta bħala parti mis-sistema kollha tal- Knisja Kattolika.", "Biex ngħid hekk lill-Papa m'aħniex se ngħidulu li għaliex ma jirrikonoxxix lill- President ta' Malta bl-istess prerogattivi li l-President ta' Malta jirrikonoxxu lilu, allura l- President ta' Malta ma jirrikonoxxihx bħala kap tar- reliġjon Kattolika.", "Nistgħu nirraġunaw hekk?", "Wieħed huwa mod u l- ieħor hu mod ieħor.", "Hawn Malta hawn Kattoliċi, li huma wkoll Maltin, waqt li l- każijiet l-oħra kollha li tista' timmaġina, ta' reċiproċita' ta' stati, m'għandhomx l-istess idea li għandek f'pajjiż fejn il- maġġoranza għandha aderenza lejn it-tnejn b'mod differenti.", "Dan huwa l-każ.", "Issa x'għamilna f'din il-liġi?", "Aħna m'għidniex \"iva\" lill-Knisja li hija qed tarroga għaliha l- esklussivita' tal-kompetenza fil-każ li trid tiddeċiedi jekk kemm-il darba żwieġ huwiex validu jew le.", "Din kienet materja li domna niddiskutuha ħafna mal-Knisja.", "Il-liġi li għandna llum turi li l- Istat Malti żamm il-prerogattiva li jiddeċiedi fuq in-nullita' anke fuq iż- żweġijiet Kattoliċi.", "Bilfors kellna nagħmlu hekk, u għamilna sewwa.", "U din verament hija liġi li turi l-lajċita' ta' l-Istat, mhux billi tasserixxi li inti ma tirrikonoxxix il-Qrati tal- Knisja għaliex ma jirrikonoxxux tiegħek, imma għaliex tgħid li dawk għażlu li jiżżewġu bil- Knisja u llum m'għadhomx jemmnu, u allura jridu mod ieħor kif jidħlu għall- annullament u jiddikjaraw l- annullament, dawn għandhom dritt jagħmlu hekk u aħna ma nistgħux inkomplu nġiegħlu lill-Maltin jemmnu kontra qalbhom.", "Hawn hu l- punt tal- lajċita' ta' l-Istat tagħna, jiġifieri li m'għandekx tagħti l- coercion ta' l-Istat għat- twemmin reliġjuż.", "(Interruzzjonijiet) X'fundamentaliżmu hu?", "Il-fundamentaliżmu huwa dan, u dan huwa li aħna ma rridux.", "Dan huwa li aħna ċħadna minn dejjem.", "Aħna minn dejjem ċħadna li r- reliġjon tiġi nforzata bl-arma ċivili.", "Dan huwa żbaljat.", "Il-bqija, li r- reliġjon tiġi rikonoxxuta bħala reliġjon f'dan il-pajjiż, mhux biss mhuwiex żbaljat u mhux biss ma jagħmilniex Gvern konfessjonali jew inkella partit konfessjonali imma jagħmilna proprjament Gvern u partit li jara l- affarijiet kif inhuma fir-realta'.", "U jien ngħid: X'għamel iktar il- Gvern?", "Il-Gvern lill- awtoritajiet tal-Knisja qalilhom li dawk li kienu Kattoliċi u m'għadhomx, jien ma nistax inġegħelhom jiġu fit- Tribunal tal- Knisja għax dawk għandhom id-dritt jiġu fit- Tribunal Ċivili.", "Pero' meta parti minnhom li tkun daħlet fiż-żwieġ Kattoliku tagħżel li tannulla ż- żwieġ minn Tribunal kompetenti għar-reliġjon tagħha, jien ma nistax ngħid li l-għażla li saret ma teżistix.", "Jekk iż-żewġ partijiet m'għadhomx jemmnu, nagħtihom id-dritt li l-ewwel imorru quddiem it-Tribunal Ċivili, imma jekk kemm-il darba waħda mill-partijiet għadha temmen u trid tmur quddiem it-Tribunal Ekkleżjastiku, ma nistax niċħdilha d-dritt li l-ewwel tmur quddiem it-Tribunal Ekkleżjasitku.", "Jista' xi ħadd bir-raġuni jiċħad dan id-dritt?", "Pero' ħallejna d-dritt - u dan il-Knisja tafu u din il-ħaġa ġiet awtorevolment anke dikjarata pubblikament min-naħa tal-Knisja - li jekk kemm-il darba l-parti Kattolika titlob l-anullament quddiem it- Tribunal Ekkleżjastiku u dan ma jingħatalhiex għaliex dak it- Tribunal ma jarax li hemm l- estremi ta' l-annullament, b'danakollu l-parti mhux Kattolika jew li ma tridx toqgħod għat-Tribunali Kattoliċi, wara li t- Tribunal tal-Knisja jiddikjara li m'hemmx annullament, tista' tmur fil- Qorti Ċivli u tgħid li jidhrilha li hemm annullament.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx other way round, this is the only way round.", "M'aħniex qed ngħidu li jekk tmur biex tannulla żwieġ ċivili quddiem Tribunal Ekklesjastiku jippre- vali t-Tribunal Ekklesjastiku.", "Aħna qed ngħidu li jekk kemm-il darba ż-żwieġ huwa Kattoliku u l-parti Kattolika tmur biex tannulla mhux biex tiddefendi ż-żwieġ, il-parti l-oħra jekk tagħmel kawża hi wkoll fil- Qorti Ċivili trid tissoprassedi, ħaġa li llum ħafna mill- qrati diġa' qed jagħmlu.", "Pero' qed nagħmluha ċara x'għandu jsir, mhux li jkun hemm imħallef jissoprassedi, joqgħod jistenna u l-ieħor le.", "Qed ngħidu li f'dan il-każ jekk il- parti Kattolika marret quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku biex jiġi dikjarat li ż-żwieġ tagħha huwa null, allura tipprevali l- kawża quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku u l-kawża li jkun hemm quddiem it- Tribunal Ċivili tiġi posposta sakemm tinqata' din il-kawża.", "Din mhix kwestjoni li tiddefendi ż-żwieġ kontra n-nullita, jekk kemm-il darba l- parti trid tagħmel in- nullita' mod ieħor għal raġunijiet oħra u t-Tribunal Ekklesjastiku ma jagħtix in- nullita, wara dan kollu xorta tista' tmur fil- Qorti Ċivili.", "Pero' hemm ħaġa oħra għax din naħseb li ġiet konsidrata b'ħafna għaqal.", "Billi fil- Qrati Ċivili hemm vantaġġ li fil-Qrati Ekklesjastiċi m'hemmx, jiġifieri li tista' ġġib il-parti l-oħra biex tixhed - min ħadem fil-qrati jaf li dak huwa l-uniku mod biex tipprova, speċjalment fin- nullita taż-żwieġ - jekk parti qed tgħid li l-parti l-oħra kienet impotenti jew li wriet ċertu nuqqas ta' ġudizzju għar- rigward taż- żwieġ, l-aħjar mod kif dawn tipprovahom hu billi ġġib lil dik il-parti biex tixhed.", "Fil-qorti Ekklesjastika dan ma jistax isir għax it- Tribunal Ekklesjastiku m'għandux id-dritt li jġiegħel lill-parti l-oħra tixhed.", "X'għamilna Sur President biex proprju jkun hemm iċ-ċirku kollu kemm jista' jkun mimli?", "Se nagħtu d-dritt illi jsir proċess quddiem il-Qorti Ċivili għall-ġbir tal-provi, imbagħad dawn ikunu aċċessibbli għat- Tribunal Ekklesjastiku.", "Jiġifieri ma nistax nifhem kif xi ħadd se jitlef xi ħaġa minna din il-Liġi, għaliex qegħdin immorru oltre.", "Jien faħħart il-Liġi Kanonika billi għidt li kienet element ta' modernita' f'ċertu żmien.", "Il- Knisja għandha esperjenza twila f'din il-materja u hija ta' ċerta importanza, allavolja tista' ma taqbilx f'xi ħaġa jew oħra, pero' xorta trid tirrispetta - apparti l-fidi jew konsiderazzjonijiet oħra - l- esperjenza tagħha għaliex hija ta' ċerta importanza.", "Imma Sur President, x'għamilna?", "Aħna qed ngħidu li għaż-żmenijiet tal-lum, il-mod u l- proċedura tal-Qrati Ekkleżjastiċi mhumiex għal kollox aġġornati u nitkellmu fuq dan apertament.", "Għaliex?", "Għax l-ewwelnett għandek in- nuqqas illi ma tistax iġġib il- parti l-oħra biex tixhed; u t- tieni, għax fin-nuqqas ta' konfront tax-xhieda bilfors jinqalgħu d-diffikultajiet.", "Hemm diffikulta' fil-mod kif jimxi t-Tribunal Ekklesjastiku għal metodu modern ta' kif aħna nsibu r-realta'.", "Qegħdin nipprovaw nissupplimentaw għal dan billi tajna d- dritt li dik il-parti li tħoss li trid tiġbor ix-xiehda tal-parti l- oħra u ma tistax tagħmlu quddiem Qorti Ekkleżjastika, tista' titlob li tieħu suppliment ta' provi quddiem il-Qorti Ċivili.", "Issa dan, Sur President, naħseb li huwa żgur pass 'il quddiem, progressiv u li jagħmel ġid anke għal Qorti tal-Knisja, għax ikollha aktar provi, u jagħmel ukoll ġid għall-pajjiżna għax minflok ma jkollok żewġ tribunali, ikollok tribunal wieħed imma l-ġbir tal-provi jkun qiegħed isir bil-metodu u bil-mezzi tat- tnejn.", "Dan li qegħdin nagħmlu f'din il-liġi naħseb li huwa pass tajjeb u jidhirli li min- naħa l-oħra lanqas ma smajt kritika fuq dan il-punt.", "Ma naħsibx li huwa kritikabbli kif lanqas huwa kritikabbli ...", "(Interruzzjonijiet) Intom m'għidtu xejn fuq dan il-punt, forsi għad irid ikun hawn min jgħid kontra.", "Jien, Sur President, qiegħed ngħid l- opinjoni tiegħi, u dan il-punt mhux talli huwa tajjeb imma tajjeb ukoll għaliex għidna li biex deċiżjoni tal-Qorti Ekklesjastika tkun reġistrata, il-Qorti ta' l-Appell trid tikkonsidra jekk kemm-il darba saritx bil-mod aċċettat tal- ġustizzja naturali.", "Jiġifieri hemm referenza għal kostituzzjonalita' tal-fair hearing.", "Issa l-kostituzzjoni fuq liema bażi tagħmilha din?", "(Interruzzjonijiet) X'inhu fair hearing?", "Fair hearing huwa l-ġustizzja naturali.", "Jien kont nimmaġina li almenu fuq dan naqbel ma' l-avukati.", "Jiġifieri ma naqblux li l- kostituzzjonalita' tal-fair hearing tfisser li wieħed joqgħod għal ġustizzja natur- ali?", "Il-ġustizzja naturali tfisser li tagħti ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: X'inhi l- ġustizzja naturali, dik li kien jippriedka Mose', għajn għal għajn u sinna b'sinna, jew dik ta' Kristu li jgħidlek li jekk taqla' daqqa ddawwar wiċċek in- naħa l-oħra?", "Allura x'inhi l- ġustizzja naturali?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-ġustizzja naturali la hi ta' Mose' u ...", "(Interruzzjonijiet) Forsi l-Onor.", "Mintoff ma jirrikonoxxix li hemm regoli tal-ġustizzja naturali.", "Jien irrid ngħid, Sur President, li din il-liġi ġiet magħmula b'mod biex inneħħu l-iżball fundamentali li ż-żweġijiet isiru ta' l-Istat, għax dan huwa żball kbir.", "Mhux biss neħħejna żball dottrinali teoretiku imma qed nippruvaw inneħħu wkoll xi ħaġa li kienet tagħmel ħsara u li tinvolvi spejjeż, tul ta' żmien u diskrepanzi fil-biċċa l-kbira tal- każijiet.", "Din il-liġi, barra milli hija avvanz biex inġibu l-affarijiet aktar f'posthom f'pajjiżna u ma nibqgħux naraw il-Knisja bħala b'xi mod jew ieħor avversarja ta' l-Istat - li għall-biċċa l- kbira tal-Maltin assolutament mhijiex u qed naraw li l-Istat u l-Knisja jistgħu jgħixu flimkien, anke fi kwestjonijiet taż-żwieġ, bl-iktar mod armonjuż - għandha wkoll riżultati prattiċi li kull min b'mod jew ieħor huwa mdaħħal f'dawn l- affarijiet jaf li jeżistu u qed jistenna li jsiru.", "Kien hawn ħafna li ppruvaw isemmu l-kwestjoni tad- divorzju ma' din l-affari.", "Hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu biss mid-dikjarazzjoni tan- nullita' u bl-ebda mod m'aħna qegħdin niddiskutu d-divorzju u għalhekk dak li qal l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, li din il-liġi se ġġib iktar għatx għad-divorzju, naħseb li huwa barra minn loku.", "Id-divorzju huwa ħaġa u ż-żwieġ huwa ħaġa oħra.", "Id- divorzju huwa d- dikjarazzjoni li ż-żwieġ m'għadux jeżisti.", "U min jiddikjarah dan?", "Nerġgħu mmorru lura għall-ewwel ħaġa li bdejna biha fejn għidna li l- partijiet jiżżewwġu u li s- soċjeta' għandha dritt tkun tafu b'dan.", "(Interruzzjonijiet) Le, għaliex għandna ngħixu din il-gidba?", "Jekk kemm-il darba l-partijiet taw kelma lil xulxin li se jibqgħu għal dejjem ...", "(Interruzzjonijiet) Din hija l-ipokrezija u l- falsita', pero' dan qed ngħidu għaliex kif igħixu u ma' min igħixu l-partijiet hija materja tagħhom.", "Is-soċjeta' jinteres- sawha d-drittijiet, fosthom dawk ta' l- ulied.", "(Interruzzjonijiet) Jekk intom favur id- divorzju, ddikjarawh.", "Jien niddikjara li jien kontra d- divorzju mhux għaliex il-Knisja hija kontra tiegħu wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Din hija gidba u għalhekk jiena kontra tiegħu.", "Din il-liġi qed isservi lil dan il-pajjiż billi tpoġġi l- kuxjenza f'postha ta' dawk li jerġgħu jiżżewġu żwieġ Kattoliku u tagħtihom id-dritt li dan jagħmluh.", "Din il-liġi tagħtihom ukoll il-mezz biex din il-ħaġa ssir u qed tissimplifika l-mod kif dan jista' jsir.", "Jien naħseb li apparti l- kwestjoni tad- divorzju u kwestjonijiet oħra, l-vantaġġi li se jkollha s- soċjeta' Maltija, anke jekk tħares lejhom mill-punto di vista reliġjuża, huma kbar.", "Aħna bħala nies tal-Gvern irridu naraw jekk aħniex se nservu lis-soċjeta' tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Xi prezz hu?!", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici jaħseb li aħna nittrattaw il-problemi ta' l- Istat u l- Knisja bħala xi negozjar.", "Meta aħna konna qed niddiskutu l-liġi dwar l- artijiet tal-Knisja, aħna ma bdejniex ninnegozjaw imma nittrattaw.", "Lanqas fuq din il- liġi ma nnegozjajna.", "Aħna qatt m'għidna lill-Knisja biex tagħtina xi ħaġa oħra ta' dak li nagħtuha.", "Allaħares għamilna hekk!", "Allaħares dan l- Abbozz sar bħala kompromess għal xi ħaġ'oħra.", "Dan l- Abbozz sar wara diskussjoni u trattazzjoni ta' prinċipji u wara li rajna l- interess veru tal-poplu Malti.", "Sur President, jiena ngħid li kieku ma kienx għall-fatt li n- naħa l-oħra darba għamlet żball u ma tridx tammetih, kienet taqbel ma' dan il-pass u tgħid li huwa pass 'il quddiem.", "Intom għamiltu ħaġa tajba meta għamiltu ż- żwieġ ċivili, iżda dak iż-żmien ma stħajniex ngħidulkom - u lanqas issa ma nistgħu - li l-verita' hi li għamiltu żball u esaġerajtu meta għidtu kontra l-Liġi Kanonika u kontra t-Tribunali Ekklesjastiċi.", "Kif jista' jkun li l- Knisja tagħti r- rikonoxximent lit-tribunali l- oħra għar-rigward tal- validita' taż-żwieġ li hi tgħid li hu sagrament?!", "(Interruzzjonijiet) Din lanqas tikkonċepiha, aħseb u ara kemm tgħidha!", "Jiena ngħid li kieku n- naħa ta' l-Oppożizzjoni fehmet b'liema spirtu qegħdin nagħmlu dawn l- emendi, fejn dak li huwa tajjeb qed inħalluh u nikkonfermawh u dak li hu ħażin qed nirranġawh ...", "Naturalment qed nirranġaw biss parti minnu, għax għad hemm parti mil-liġi li forsi jeħtieġ li tiġi rranġata, imma m'aħniex qed nirranġawha llum.", "Illum qed nagħmlu pass li jidhirli li huwa pass importanti u li l- Kamra kollha għandha tivvota favur tiegħu, għax l-iskop tagħna hu li f'dan il-pajjiż la jkun hawn stat konfessjonali u lanqas ikun hawn stat li jħares lejn il-Knisja bħala xi ħaġa barranija u kuntrarja għall-Istat Malti.", "Nringarzzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li l-għan tiegħu hu li jemenda l-Att ta' l-1975 dwar iż-Żwieġ ta' l- 1975, kif sussegwentement ġie emendat fl-1981.", "Dan sar biex kif qed jgħid il-Gvern fl- Abbozz, jagħti effett lill- Ftiehem li l-Gvern Nazzjonalista u l-Vatikan iffirmaw fit-3 ta' Frar rigward ir- rikonoxximent ta' żweġijiet Kattoliċi u ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan.", "Il-Grupp Parlamentari Laburista diġa' esprima l- pożizzjoni tiegħu dwar dan b'mod ċar, konkret u mingħajr ekwivoku fi stqarrija li ħareġ fis-16 ta' Frar, 1993.", "Aħna nsostnu dak li għidna, li dan l-Abbozz ta' Liġi u l- Ftehim jikkostitwixxu pass lura u 'l quddiem ikolli l-opportunita' li ngħid għaliex.", "Jien naqbel ma' l-idea li dan Abbozz ta' Liġi fih innifsu huwa anakroniżmu, fih irrelevanzi, kif ukoll jista' jkollu b'effetti perikolużi.", "Jiena nemmen li dan l-Abbozz ta' Liġi se joħloq aktar problemi milli fil-fatt se jsolvi.", "Jista' jkun li l-Gvern għandu xi intenzjoni tajba, imma żgur li dak li fil-fatt se jiġri mhuwiex eżattament dak li jrid il-Gvern.", "Aħna nħarsu lejn l- Att ta' 1975 bħala milestone, għaliex dak iż-żmien bdejna naraw id-distinzjoni, li kienet bdiet teżisti anke f'ċerti pajjiżi moderni tal-Punent, bejn il-ħajja ċivili u dik reliġjuża, li huma oqsma importanti tas-soċjeta' u awtonomi fit-tmexxija ta' ħwejjiġhom.", "Għalhekk forsi llum huwa tajjeb li wieħed jistaqsi x'inhuma l- parametri li fihom il-Knisja tista' tiġġestixxi, x'inhi s- sovranita' tagħha, x'inhuma l- parametri li fih għandu jaħdem l-Istat u safejn jista' l-Istat jidħol fi ftehim mal-Knisja?", "Irrid ngħid li sa l-1975, kif qal l- Onor. Ugo Mifsud Bonnici u kif nafu lkoll, iż-żwieġ kien ġie regolat mil- Liġi Kanonika.", "Sa l-l975 il-Qrati tagħna dejjem ħarsu lejn il-forma u r- rekwiżiti tal-validita' taż- żwieġ skond id- dispożizzjonijiet tal-liġi Kanonika, li kienet il-liġi ta' Malta.", "Fil-fatt qabel l-l975 iż-żwieġ f'Malta kien regolat mid-dritt kanoniku, u l- każijiet kollha ta' nullita' kienu jkunu deċiżi mit- Tribunali Ekkleżjastiċi meta għallinqas waħda mill- partijiet li se tiżżewweġ kienet tkun membru tal-Knisja Kattolika.", "L-Onor.", "Mintoff semma mill- medjuevu.", "Din kienet il- pożizzjoni f'Malta fl-1563, sa mill-Konċilju ta' Trento.", "Meta fl-l975 il-Partit Laburista fil-Gvern ħass li għandu jintroduċi l-Liġi taż- Żwieġ Ċivili u dan kien għamlu fi żmien meta mhux veru li kulħadd kien jaqbel ma' dan.", "Esponenti tal-Partit Nazzjonalista nkluż Monsinjur Sapiano kienu qalu kontra dan.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejt lil ħadd.", "\"The Times\" dak iż- żmien tat stampa ta' kif kienet is-sitwazzjoni:", "\"It was a situation in which marriage was indispensably tied up to religious persuasion.", "It was clear that such a situation did not provide for a reality that was rapidly gaining recognition, namely the possibility of persons professing no particular religion wanting to marry in Malta.", "It also left helpless all those who though professing a religion were unable or unwilling to undertake marriage in the form required by their religion ...\"", "Kemm kien għaqli l-Labour Party dak inhar.", "\"... whenever such persons wanted to celebrate marriage in Malta.\".", "Imbagħad jittratta dwar l-idea tal-pluraliżmu u jagħmel referenza:", "\"To a small extent United Kingdom Foreign Marriage Act which authorised the Governor or his deputy to celebarate marriages solved the problem.\".", "Imma dak inhar dik ma kenitx soluzzjoni u aħna ddeċidejna li nagħmlu liġi li fil-fatt saret fil-5 ta' Awissu, 1975, biex tirregola ż-żweġijiet u materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan.", "L-iskop ta' din il-liġi kien li nipprovdu għal sitwazzjoni tad-dritt ċivili u, man mano din daħlet fis- seħħ.", "Sussegwentement fl-1981 il-liġi ġiet emendata u l-grounds li introduċejna kienu joqorbu ħafna lejn il-prinċipji li abbażi tagħhom takkwista n- nullita' mill-Knisja, għax l- emendi li għamilna kienu bbażati fuq id-dritt Kanoniku.", "Jiġifieri mhux sewwa li jipprovaw jagħtu l-impressjoni li aħna qisna xi partit kontra l-Knisja u li rridu nagħmlu xi kruċjata kontra l-Knisja, għax din m'hijiex l-intenzjoni tagħna.", "L- intenzjoni tagħna hija li l-affarijiet ngħiduhom kif inhuma, kif inħossu u kif inhu l-aħjar fl-interess nazzjonali.", "Id-dritt Kanoniku dak iż- żmien kien jirregola r- rekwiżiti taż-żweġijiet validi fejn jidħol il-kunsens tal- partijiet, u abbażi ta' dan konna għamilna l-emendi ta' l- 1981 fejn bdejna nirrikonoxxu bħala persuasive id- deċiżjonijiet li kien jagħti t- Tribunal Ekklesjastiku, fis- sens li meta kont iġġib sentenza mingħand it-Tribunal Ekklesjastiku, il-qrati tagħna kienu jagħtuha ċerta cognisance.", "Quddiem din is- sitwazzjoni, il-Partit Laburista jara li dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed iqanqal ħafna oġġezzjonijiet serji ta' natura kostituzzjonali.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli.", "Sar il-ħin.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jekk jogħġbok, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. d-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Frar, fis-6.00 p.m b'din l- Agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il- Meetings Pubbliċi - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir- Ratifika tal-Liġi tal- Baħar - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Karti ta' l- Identita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tal- Mewt u tad-Donazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kunsilli Lokali - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, ftit iktar minn sena ilu daħlet fis- seħħ parti kbira mil-liġi li biha twaqqfet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Kif jidher ċar mil-liġi li biha twaqqfet din il-Korporazzjoni, huwa dover tal-Korporazzjoni li tara x'inhuma r-riżorsi ta' l-ilma naturali tagħna u l-bżonnijiet tal-pajjiż sabiex il-pajjiż ikollu provvista adegwata ta' ilma.", "Il-problema ta' l-ilma kienet minn dejjem, peress li pajjiżna huwa żgħir a paragun tal-popolazzjoni li għandu.", "Kulħadd jaf x'inhi s- sitwazzjoni ġeografika u l- klima ta' pajjiżna u kważi tradizzjonalment kellna din il- problema.", "Meta aħna waqqafna l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ridna li din il- Korporazzjoni jkollha anke bil- liġi d-dover li tagħmel assessment tar-riżorsi naturali ta' l-ilma li għandna, partikolarment ukoll ir-riżorsi ta' l-ilma li huma magħrufin bħala l-water table jew l- underground water.", "Fil-fatt il-liġi li twaqqaf il- Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma tipprovdi u tispeċifika illi kull liċenzja, kull arranġament u kull permess li kien hawn fil-pajjiż biex individwu, hu min hu jiġbed l- ilma minn underground sources kellhom jiskadu fil-31 ta' Diċembru tas-sena meta din il- liġi tkun daħlet fis- seħħ.", "Il- liġi bdiet fis-seħħ f'Jannar, 1992 u allura kull liċenzja, kull permess u kull arranġament li seta' kien hemm biex individwi jiġbdu l-ilma minn ġo l-art, jiġifieri to extract water u jipproduċu l-ilma minn ġo l- art, minn spieri u affarijiet oħra, dawn skadew fil-31 ta' Diċembru li għadda.", "Kif kulħadd jaf, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħarġet avviż fejn avżat lil kulħadd li dawn l-arranġamenti, il-permessi u l- liċenzji skadew skond il-liġi u kull min għandu xi interess li jkollu permess biex jiġbed l-ilma mill-art, kien se jingħata sa' l-aħħar ta' Frar biex javża u jirreġistra t-talba tiegħu mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Fil-fatt nista' ngħid li dan l-aħħar il-Korporazzjoni ddeċidiet - u din trid tidher fil-gazzetti - li din id-data tiġi estiża sa l-aħħar ta' Marzu biex min għadu m'għamilx l-applikazzjoni, jkollu żmien biżżejjed biex jagħmilha.", "Mr Speaker, jiddispjaċini ngħid li b'riżultat ta' dan il-pass, beda jingħad ċertu għajdut u bdiet titmexxa l-kelma li l- Gvern kien beħsiebu jagħmel meters lil nies li jiġbdu l- ilma għal skopijiet agrikoli, jiġifieri għall-bdiewa.", "Uħud minn dawn in-nies u l- antenati tagħhom ilhom żmien twil u anke għal mijiet ta' snin jiġbdu l- ilma biex isaqqu.", "Sfortunatament kien hawn min, biex jagħmel ftit propaganda irħisa kontra l-Gvern, beda jmexxi l- kelma li issa l-Gvern se jibda jagħmel metering ta' l-ilma u se jiċċarġja l-flus lill-bdiewa talli qegħdin jiġbdu l-ilma mill-water table.", "Hawn irrid niġbed l-attenzjoni ta' kulħadd li dan m'hu minnu xejn.", "Pero' wieħed irid japprezza li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha d-dover li tagħmel assessment biex tkun taf kemm fil-fatt qiegħed jinġibed ilma mill- underground table, mhux biss għal skopijiet agrikoli, imma anke għal skopijiet oħra.", "Kif qed ngħid, dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' l- ispekulazzjoni li ġiet ivvintata li se jintalab xi ħlas.", "Mr Speaker, dan huwa biss - u jiddispjaċini imma se jkolli nuża kelma li jien qatt ma wżajt, pero' ntużat ħafna mill-Oppożizzjoni meta kienet fil-gvern - tixwix u m'hemmx kelma oħra għalih.", "Aħna qegħdin ngħidu - u nagħti l- kelma tiegħi bħala Ministru - li fil-każ ta' bdiewa bona fide, bdiewa illi qegħdin jiġbdu l-ilma u se jibqgħu jiġbdu l-ilma għal skopijiet ta' agrikoltura mhux għal skopijiet oħra iżda ta' irrigazzjoni, dawn se jibqgħu jiġbdu l-ilma kif kienu u żgur illi m'għandna l-ebda ħsieb jew intenzjoni li l-Gvern jibda jiċċarġja l-flus għall-ilma lil dawn in-nies.", "Pero', filwaqt li ngħidu dan, kulħadd irid jifhem u japprezza li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha l-obbligu li tkun taf min qed jiġbed u minn fejn qed jinġibed dan l-ilma u għandha wkoll l-obbligu li tikkontrolla, għaliex wieħed irid jgħid illi hemm min qed jieħu minn dan l- ilma mhux għal skopijiet agrikoli imma anke għal skopijiet kummerċjali.", "L- assigurazzjoni għamiltha u nibqa' nagħmilha biss għall- bdiewa bona fide li jiġbdu l- ilma għal skopijiet ta' irrigazzjoni, u ovvjament ma qed nagħmilha għal ħadd iktar.", "Pero', żgur li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha l-obbligu li tara fejn u kif wieħed qiegħed jiġbed minn dan l-ilma.", "Mr Speaker, jiddispjaċini ngħid f'nofs dawn l-affarijiet li qed insemmi, li membru ta' din il-Kamra, l-Onor.", "Evarist Bartolo dan l-aħħar bagħat bil- posta tal-Kamra tar- Rappreżentanti leaflet ta' propaganda - jien hekk ngħidilha - fuq letterhead tal-Parlament iffirmata minnu.", "Għalhekk nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il- leaflet u anke ta' l-envelope - ovvjament ħassart l-isem għal raġunijiet ovvji.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Leaflet mibgħuta mill- Onor. Evarist Bartolo intitolata \"Għalfejn għandhom ibatu iżjed il- bdiewa?\" fuq karta u envelope tal-Parlament.", "F'din il-leaflet hemm, bl-iktar mod ċar, attentat biex isir attakk kontra l- politika ta' dan il-Gvern f'dak li għandhom x'jaqsmu l-bdiewa u l-aħħar paragrafu jgħid:", "\"Sa l-aħħar ta' Frar, il- bdiewa ġew ordnati jirreġistraw kull spiera li għandhom.", "Diġa' qed jingħad li 'l quddiem il- bdiewa se jiġu ordnati jwaħħlu meter ma' kull spiera u iżjed 'l quddiem il-bdiewa se jkollhom iħallsu ta' l-ilma li jtellgħu mill-ispiera li ħafna minnhom ħaffru huma stess b'ħafna spejjeż u problemi.\"", "U jien ngħid li kieku l-Onor.", "Evarist Bartolo kien in bona fide kulma kellu jagħmel kienet mistoqsija fil-Parlament u kien ikollu r-risposta ċara li m'għandna l-ebda intenzjoni li noqogħdu nagħmlu l-meters u nġiegħlu lill- bdiewa jħallsu ta' l-ilma li ilhom jiġbdu mijiet ta' snin biex jirrigaw ir- raba' tagħhom.", "U jiena ngħid li meta mhux sewwa bidwi jirċievi envelope li fuqu jkollu t-timbru tal-Gvern ta' Malta - għalkemm ikun hemm ukoll it- timbru tal-House of Representatives u l-inizjali ta' l-Onor.", "Bartolo - u ġo dan l-envelope isib karta bil-kliem \"Kamra tad-Deputati \" u bl-arma ta' Malta, u mbagħad jaqra xi ħaġa li għalija hija ċara daqs il-kristall li hija biċċa propaganda rħisa kontra l- Gvern ...", "Għaliex għalkemm hemm affarijiet oħra li forsi ma nidħolx fihom jien, dawn jirrigwardaw lill- Ministri sħabi li huma responsabbli mill-Agrikoltura, u mill- permessi ta' l-importazzjoni.", "Intqal li jekk Malta tidħol fis-Suq Komuni, dan ikun ifisser li f'Malta jidħol frott minn Sqallija u Spanja, u propaganda simili.", "Meta fuq dan il-fuljett il-bidwi jaqra li jingħad li 'l quddiem se jibda jħallas ta' l-ilma li jtella' mill-ispiera meta dan m'hu veru xejn ...", "Fil-fatt kien hemm miktub li \"qed jingħad\" jiġifieri mhux li dan huwa fatt. Pero' jien ngħid li meta l-Onor.", "Bartolo jibgħat ittra fuq letterhead tal-House of Representatives f'envelope bl-arma tal-Gvern u b'leaflet propagandistika qiegħed jeċċedi kull etika għaliex qiegħed jipprova jidħak bin-nies u jinganna lin-nies u jipprova jagħti lil wieħed x'jifhem xi ħaġa li mhijiex minnha.", "Ħafna mill-Membri ta' l-Oppożizzjoni, meta nagħtihom ir-risposta għal mistoqsijiet parlamentari li jkunu għamlu lili jagħmlu kopji tagħhom u jibagħtuhom lill- kostitwenti tagħhom li jkunu staqsew id-domanda.", "Jien mhux qed nikkritakahom.", "Jagħmlu sew.", "Meta jien kont fl-Oppożizzjoni kont nagħmel hekk wkoll.", "Mhux qed ngħid li Membri ta' l- Oppożizzjoni ma għandhomx jużaw dak li jagħmlu hawn fil- Parlament u l-faċilita' tal- posta li għandhom biex jinformaw lill- kostitwenti tagħhom dwar il-ħidma tagħhom u x'qed jagħmlu ġewwa l- Parlament.", "Dawn għandhom kull dritt li jagħmlu dan għax huwa parti mid- dover tal-Membri tal- Parlament u jien naċċettah.", "Ġieli jiġu nies għandi li jkunu rċevew xi karta mingħand it- tali u jgħiduli biex nispjegalhom x'inhi.", "Jien ngħidilhom li l-Onor.", "Interpellant ikun għamel xi mistoqsija parlamentari u bagħtilhom kopja tagħha.", "S'hemmhekk ma ġara xejn għax dan kellu kull dritt jagħmel hekk, pero' f'dan il-każ m'mhijiex xi ħaġa li ġrat fil- Parlament.", "Dan il-Membru kiteb speech ta' żewġ minuti kontra l- politika tal-Gvern, għamel allegazzjonijiet li fil- każ ta' l-ilma huma assolutament infondati u inventati - almenu seta' kieku ried jiċċekkja x'inhuma l-fatti billi kien jagħmilli mistoqsijiet - u abbuża bl- iktar mod sfaċċat mill- faċilita' li għandu bħala Membru tal-Parlament.", "Għax kif diġa' għidt, meta bidwi jirċievi xi ħaġa bħal din, jaħsibha xi ħaġa offiċjali u li xi ħadd qed jagħtih notice li se jibdew jiċċarġjawh ta' l- ilma.", "Mr Speaker, jiena d- drittijiet tal-Membri tal- Parlament ġeluż għalihom.", "Jiena kont fl-Oppożizzjoni u naf li meta tkun fl-Oppożizzjoni ħafna drabi ftit għandek azzjonijiet x'tagħmel.", "Waħda minnhom importanti hija li tagħmel mistoqsijiet - waħda mill- affarijiet li niġġieled fuqha fil-Ministeru tiegħi għax il- mistoqsijiet li jsiru nkun irrid inweġibhom - pero' f'dan il-każ, fl-opinjoni tiegħi l- Onor. Bartolo eċċeda l-etika, eċċeda d-dritt li għandu li juża l-arma tal-Kamra tad- Deputati u l-posta tal-Kamra tad-Deputati għaliex poġġa ġo din il-posta affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn max- xogħol tiegħu fil-Parlament u oltre minn hekk għamel xi ħaġa li tinganna n-nies.", "Mr Speaker, jiena poġġejtha fuq il- Mejda tal-Kamra apposta u nitolbok tinvestigha għax mhuwiex sew li jsiru dawn l- affarijiet.", "Dan iġibni għal ħafna affarijiet oħra għax illum kulħadd jitkellem fuq l- etika, fuq kif għandhom isiru sew l-affarijiet u kif għandna nimxu ma' xulxin, u jiena jiddispjaċini ngħid illi l- Onor. Bartolo meta jagħmel dawn l-affarijiet assolutament qed juri li bil-paroli ngħidu ħafna affarijiet imma mbagħad bil- fatti nabbużaw b'dawn l- affarijiet biex ningannaw lin- nies.", "Mr Speaker, nappellalek bl-ikbar serjeta' li tinvestiga dan il-każ li jiena qiegħed insemmi.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, tul il-ġimgħat li għaddew l-Oppożizzjoni ħadet vantaġġ b'mod irresponsabbli minn dak li qed jiġri fl-Italja bħalissa u qed jipprovaw idaħħluha f'moħħ il-poplu li f'Malta għaddejjin xi speċi ta' tangenti.", "Jidhirli li l-Onor.", "George Vella f'Aġġornament qal li qed isiru proġetti f'Malta u ta l-impressjoni li qed jitħallsu tangenti biex il- Partit Nazzjonalista jkun jista' jiffinanzja mhux biss il-kampanja tiegħu imma l- organizzazzjoni li għandu.", "Qalu li l-Partit Nazzjonalista għandu ħafna ħaddiema full- time, semmew il-kampanja elettorali li għamel il- Partit fl-aħħar elezzjoni.", "Tkellmu dwar kampanja li huma qed igħidu li l- Partit se jagħmel għall-kunsilli lokali, u waslu għall-konklużjoni faċli li għaliex fl-Italja ssemmew xi nies li l-kumpanniji tagħhomħadu xi proġetti f'Malta u qed jiġu nvestigati dwar it- tangenti, allura skond huma f'Malta qed iħallsu t-tangenti u t-tangenti qed imorru għall- Partit Nazzjonalista.", "Kumbinazzjoni qabel ġejt kont qed nisma' l-RTK, u kien hemm l-Onor.", "Vella u Dr Austin Gatt, Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jitkellmu proprju fuq din l-issue.", "Darba minnhom qalu li jafu meta sar kuntatt ma' xi nies involuti fit-tangenti mill-Partit Nazzjonalista.", "Kien hawn l- Onor. Richard Muscat u qalilhom biex isemmu l- isem jekk jafu min.", "Qalulu li ma kienx il- waqt.", "Wara kellhom diversi sfidi min-naħa tal-Partit Nazzjonalista biex isemmu l- ismijiet, u dawn ma semmewhomx.", "Dan hu nuqqas - biex inkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Michael Falzon - ta' etika u abbuż mill-privileġġ.", "Għaliex huwa faċli ħafna li jien bħalissa nibda ngħid li jiġi f'moħħi peress li għandi l-immunita'.", "Nista' nibda nallega li l- Partit Soċjalista qed jieħu l- flus minn xi tangenti li qed isiru.", "L-immunita' qegħda biex naqdu dmirna b'mod responsabbli mingħajr tfixkil imma hu abbuż li tuża din l- immunita' biex taqbad u titfa' t-tajn.", "L-Onor.", "Vella semma Federici fl-Italja, u li qed isiru investigazzjonijiet dwar xi power station li saret.", "Din il- kumpannija ħadet xi xogħol fil-power station ta' Delimara, allura pprovaw jagħtu l- impressjoni li l-Partit Nazzjonalista qed jiffinanzja l- organizzazzjoni tiegħu mill- power station.", "Nerġa' nistieden lill-Onor.", "Vella biex ikun responsabbli u jkun denju li jissejjaħ Onorevoli billi jsemmi l-ismijiet.", "Għandu sfida ċara biex issemmi l- ismijiet jekk jaf xi Deputat, Ministru, Segretarju Parlamentari, xi uffiċjal tal- Partit jew xi ħadd fil-partit li ħa xi forma ta' flus għall- kuntratti li saru bħala kumpens.", "S'issa għadhom ma semmew lil ħadd.", "Din l- allegazzjoni qed tagħmel ħsara mhux lill-Partit Nazzjonalista iżda aktar minn hekk qed tagħmel ħsara lill-istituzzjoni politika ta' pajjiżna.", "Dawn qisu hemm xi ħadd mill-ġara li huwa marid, u inti tmur għand ta' ħdejh u tgħidlu joqgħod attent li ma tmurx taqbdu l- istess marda, u allura ġġennu.", "U dawn hekk qed jagħmlu.", "Dawn jafu li bħalissa kulħadd qed jitkellem dwar il-kriżi politika fl-Italja u jafu li l- poplu Malti kontinwament huwa bbumbardjat - u din hija ħaġa tajba - bl-aħbarijiet dwar dak li qed jiġri fl-Italja.", "U allura ddeċidew li din hija issue tajba biex lill-poplu jipprovaw idaħħlulu f'moħħu li għaddejjin xi tanġenti li qed jispiċċaw għand il-Partit Nazzjonalista.", "Ovvjament dawn kontinwament qegħdin joqogħdu attenti li jagħmlu akkużi ġeneriċi biex filwaqt li jipprovaw iħammġu lil kulħadd, ma jidentifikaw lil ħadd.", "Din il-kampanja issa ilha għaddejja ġimgħat u mill- attitudni li qed jieħdu donnha se tkompli anke fil-ġranet li ġejjin.", "Din hija wkoll irresponsabbilta'.", "Waħda mill-problemi li qed tiffaċċja kull istituzzjoni politika - mhux f'pajjiżna biss imma kullimkien - hija n- nuqqas ta' fiduċja tan-nies.", "Jien naħseb li kull wieħed minna għandu d- dover li jipprova jara x'inhi l-problema u bl-għemil tiegħu u b'dak li jgħid jipprova jkun responsabbli u ma jkomplix jiġġenera din l-idea.", "Sfortunatament pero' l- Oppożizzjoni mhijiex tagħti kontribut f'din id- direzzjoni imma qed tkompli bl-allegazzjonijiet infondati tagħha tiġġenera din l-idea biex il- poplu jitlef il-fiduċja fl- istituzzjoni politika ta' pajjiżna.", "Jien nittama li dan il-Parlament ma jispiċċax bħala arena fejn għandek iż-żewġ naħat li jwaddbu t-tajn lil xulxin.", "Il-Partit Nazzjonalista qiegħed attent ħafna li ma jaqax f'din in-nasba li noqogħdu nitfgħu t-tajn.", "Biss, naħseb li huwa importanti ħafna li kull wieħed minna b'dak li jgħid u b'dak li jagħmel ma jkomplix joħloq din l-idea.", "Jekk l- Onor. Vella u sħabu għandhom xi informazzjoni dwar xi korruzzjoni jew dwar xi tanġenti, ikunu kompliċi jekk dawn il-fatti ma jperċuhomx.", "Imma tperreċ il-fatti mhux billi tagħmel allegazzjonijiet ġeneriċi, imma billi ssemmi l- ismijiet u tagħmel akkużi diretti.", "Fost affarijiet oħra, dawn issa qalu li l-Partit Nazzjonalista nefaq Lm2 miljun biex għamel il-kampanja elettorali tiegħu fl-aħħar elezzjoni u qalu li dawn il- flus bilfors ġew min xi flus li tħallsu f'forma ta' tanġenti.", "U llum waqt li kien ma' Dr Austin Gatt fuq l-RTK, l-Onor.", "George Vella qal li qabel iż-żewġ partiti jitkellmu flimkien fuq il-finanzjament tal-Partit, il-Partit Nazzjonalista l-ewwel għandu jippubblika l-accounts tal-flus li ntnefqu ħalli jikkonvinċih li ma ntnefqux Lm2 miljun.", "Jien m'inix avukat imma meta xi ħadd jiġi akkużat quddiem il- Qorti, il-prosekuzzjoni trid tipprova l-akkuża tagħha.", "Iżda dawn le.", "Dawn l-ewwel tefgħu akkuża li l- Partit Nazzjonalista nefaq Lm2 miljun fil- kampanja elettorali u issa jridu li l-Partit Nazzjonalista jikkonvinċihom li mhux veru nefaq Lm2 miljun.", "Jien nittama li meta l-Onor.", "Vella jew sħabu għamlu l-akkuża u qalu li aħna nfaqna Lm2 miljun fil-kampanja elettorali - u rrid ngħid li din hija gidba faħxija - nittama li dawn kellhom xi fatti f'idejhom u issa sta għalihom li jippubblikaw il- fatti li suppost għandhom u jgħidu fejn infaqna Lm2 miljun.", "Jien nistedinhom biex fil- ġranet li ġejjin, dawn igħidu kif wasslu għal din iċ-ċifra jew inkella jkollhom id-diċenza li jirtirawha u jgħidu li kienu qed jiċċajtaw.", "F'dan il-pajjiż aħna drajnih iċ-ċajt tagħhom u niftakruh iċ-ċajt fuq it- televisions tal-kulur.", "Dawn jiċċawtaw anke fil-politika.", "Kulħadd jaf kif tħallsu t- tangenti fi żmenijiet l- imgħoddija.", "Per eżempju, fl- opinjoni miżera tiegħi - għax jien ili sena biss fil- Parlament u għalhekk għadni qed nitgħallem - naħseb li meta tkun fil-gvern u tieħu proprjeta' ta' l-Istat bil-kera miżera ta' 6c kuljum għall- partit tiegħek, dan huwa tangenti wkoll għax il-Gvern jiffavorixxi l-partit tiegħu stess bi flus il-poplu.", "Meta xi wħud wettqu l-vjolenza fiż- Żejtun, għalqu t-toroq, itterrorizzaw in-nies u wara marru l-bank biex jieħdu self ta' eluf kbar ta' liri mingħajr ebda garanzija dawn ukoll huma tanġenti.", "Dawn huma l-vera tangenti għax dawn in-nies kriminali tħallsu talli wettqu l-vjolenza u l-bank taż-Żejtun għamluh qisu \"take-away\".", "Fil- ġranet li għaddew, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-Onor.", "Alfred Sant qal frazi illi fl-opinjoni tiegħi hija tajba u f'postha u għalhekk għandna nemmnuha.", "Huwa spiċċa d-diskors tiegħu - li kien qed jagħmel fil- Federazzjoni ta' l-Industrija - billi qal li labour means business.", "U labour means business fil-veru sens tal- kelma - kif qal ukoll Dr. Austin Gatt illejla - għaliex meta kienu fil-gvern għamlu ħafna business.", "Dan narawh mill-kwestjoni tal-proprjeta', mill-kwestjoni tal-flus li sellfu, mill-famuża kwestjoni ta' l-artijiet f'St. Andrews u mill-mod kif il-Malta Shipbuilding ħadet il-post tagħhom u huma spiċċaw ħadu art li tiswa miljuni kbar ta' liri.", "Jiena sinċerament nappella li jekk l-Oppożizzjoni għandha xi informazzjoni dwar flus li tħallsu f'forma ta' tangenti isemmu l- ismijiet.", "Ilejla l- Onor. Vella waqt programm fuq l-istazzjon tar-radju RTK stieden lil Dr. Austin Gatt sabiex jieħu affidafit li dawn in-nies li qed jissemmew fit- tangenti ma tawx flus lill- Partit Nazzjonalista.", "Dr. Austin Gatt laqa' l-isfida tiegħu u qallu li kif jispiċċaw minn fuq il- programm, huwa lest li jmur miegħu u jieħu affidavit li kemm ilu Segretarju Generali tal-Partit hu, ma ġew ebda flus minn barra għall-Partit u ma tħallsu ebda flus minn dawn il-persuni li huma investigati fl-Italja.", "Jien ma nafx jekk marrux jieħdu l-affidavit għaliex dawn kontinwament jisfidaw imbagħad meta tilqagħlhom l-isfida, jagħmlu preconditions u jirtiraw l-isfida tagħhom.", "Jiena personalment qed nara bidla fl-Onor.", "Vella għaliex lill-Onor.", "Vella niftakru jitkellem mod ieħor.", "Niftakru - kif qallu wkoll Dr. Austin Gatt illejla - fi żmien meta ma kienx jidħol fil-każin Laburista taż-Żejtun għaliex kien jikkritika bil-miftuħ il- vjolenza fiż-żejtun u llum jiġi hawn jikkritika lill-Gvern għaliex meta kien hemm it-tieġ tal-familja Abdilla ntbagħtu l- pulizija ta' l-SAG.", "Jiġifieri issa donnu mhux qed jikkritika l-vjolenza imma qed jikkritika l- forzi ta' l-ordni li marru ż- Żejtun biex jikkontrollaw il- vjolenza.", "Niftakar żmenijiet meta l-Onor.", "Vella kien jitkellem b'aktar serjeta'.", "Sena ilu daħal biex ibiddel lill-Partit u minflok biddel lill-Partit, il- Partit biddel lilu għaliex illum qed jiġi hawn u jagħmel ċerti allegazzjonijiet.", "Il-ġimgħa l- oħra għamel aġġornament fuq stqarrija li ħriġt jien fil- kariga tiegħi ta' Direttur Informazzjoni u qagħad jagħmel ħafna referenzi personali.", "Jien bħala Membru Parlamentari - u mhux bħala Direttur Informazzjoni tal-Partit, għax kieku ma kontx nuża l- Parlament, imma kont nuża mezzi oħrajn - sinċerament nappellalu għax naħseb li bl- allegazzjonijiet li qed jagħmel mhux lill-Paritti qed jagħmel ħsara imma lill-istituzzjoni politika f'pajjiżna - biex jekk verament għandu xi provi u qed jibbaża dak li qed jgħid fuq fatti, isemmi l-ismijiet.", "Jekk jaf b'xi nies, Deputati, Ministri, Membri Parlamentari jew uffiċjali tal-Partit, li ħadu xi flus li jistgħu jissejħu tangenti ikollu l- kuraġġ li jsemmi l- ismijiet.", "Inkella jagħmel pjaċir lilu nnifsu, lill-Partit tiegħu u lill- istituzzjoni politika f'pajjiżna u ma joqgħodx juża l-immunita' parlamentari biex jagħmel akkużi ġeneriċi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Qrati,Riforma schs,Qrati,Riforma fenj,Qrati,Riforma QRATI - RIFORMA", "4256.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Fiex kienu jikkonsistu r-riformi li ntqal li l-Gvern għamel fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali u fl- Amministrazzjoni tal-Qrati?", "ONOR.", "JOE FENECH: Meta ħadt f'idejja l-Ministeru tal- Ġustizzja ordnajt studju dwar it-tqassim tax-xogħol u amministrazzjoni fl-ufficcju ta' l- Avukat Ġenerali.", "Dan l- istudju issa ġie konkluż u hemm pjan ta' struttura ġdid ta' kif f'dan l-ufficcju ix-xogħol jitqassam f'erba taqsimiet, waħda kkoncernata fuq prosekuzzjonijiet kriminali, oħra b'litigazzjoni civili u kostituzzjonali, sezzjoni ta' drafting u ricerka u l-aħħar waħda dwar trattati u kooperazzjoni internazzjonali.", "Dan il-pjan jaħseb biex jitħaffu proceduri kriminali u tingħata l-assistenza aktar meħtieġa fil- prosekuzzjonijiet quddiem il-Qrati Inferjuri, il- farming out ta' certi kawżi ta' ġbir ta' krediti tal-Gvern, u biex tkun tista' ssir il- kooperazzjoni meħtieġa fil- qasam internazzjonali f'dak li jirrigwarda trattati u t- traduzzjoni tagħhom fejn applikabbli fil-liġijiet domestici u f'dak li hu il-kamp kriminali kif ukoll civili, specjalment f'kawżi ta' child abduction.", "Il-pjan jinvolvi l- mili tal-11-il vakanza ta' avukati li hemm nieqsa fl- ufficcju ta' l-avukat ġenerali, b'avukati ta' esperjenza jew li għandhom potenzjal qawwi kif inhi fit-traduzzjoni ta' l- ufficcju ta' l-avukat ġenerali.", "Ir-recruitment se jsir meta jiġu ffinalizzati l- kondizzjonijiet ġodda u salarji ġodda (inkluż strutturi, beneficcji, skemi ta' continuous training etc) biex b'hekk l-aħjar elementi jkunu jistgħu jiġu mħajjra.", "Dawn kważi tlestew u malli jsir hekk, ikun jista' jiġi implimentat il-pjan ta' riforma.", "Inħasset il-ħtieġa wkoll li jinstabu premises ġodda il- Belt, vicin il- qrati għall- ufficcju ta' l-avukat ġenerali biex dan ikun jista' jopera minn ufficcju aktar akkoljenti u funzjonali.", "Tlestew il- pjanti u ġie individwat sit li dwaru qed isir l-istudju meħtieġ.", "Is-somma meħtieġa ġiet ivvotata fl-aħħar estimi ġenerali.", "Fejn jirrigwarda il-Qorti l- ewwel ħaġa li saret minn Marzu, 1992 'il quddiem kien li nbeda proċess sabiex jiġu ddentifikati dawk in-nuqqasijiet ta' natura amministrattiva fl- amministrazzjoni tal-Qrati.", "Punt importanti li ġie konstatat kien li ma kienx hemm biżżejjed decentralizzazzjoni tal-poter fil-parti amministrattiva fil-Qrati u għalhekk sar studju dwar riformi amministrattivi għal aktar efficjenza u sigurta' li bdew gradatament jiġu implimentati.", "Għalhekk, ġie deciż li jimtlew tlett postijiet ta' Assistent Reġistratur, wieħed għal Qrati Inferjuri ta' Malta u ieħor għal Qrati ta' Għawdex.", "Inħoloq post ieħor ta' Assistent Reġistratur li se jkun unikament responsabbli għall-amministrazzjoni tal- Qrati.", "L-Assistent Reġistratur ta' Għawdex ġie nominat u għaż- żewġ Assistenti Reġistraturi ta' Malta ħareġ l-Avviż fil- Gazzetta tal-Gvern.", "Ġie maħtur Library Assistant fil-Librerija tal-Qrati f'Malta.", "Ġie deciż li postijiet importanti bħalma huma deputati Reġistraturi jiġi upgraded, kif ukoll sar complimenting exercise li qed jiġi implimentat biex il-postijiet kollha nieqsa jimtlew b'nies tajba dedikati għax-xogħol tal- Qorti.", "Għal dan il-għan ħarġu u għadhom qed joħorġu calls for application għal mili ta' postijiet fid-diversi kategoriji minn messaġġiera, sa professional officers.", "Qed isir studju biex issir emenda fil-liġi dwar l- assistenti ġudizzjarji biex wieħed jara kif fi struttura ġdida dawn jistgħu isiru postijiet permanenti integrati aktar fis-sistema ġudizzjarja.", "B'hekk ikunu ta' assistenza diretta lill-Imħallef fir- ricerka u fil-ġudizzju proprju.", "Beda jsir użu ta' l-annex, kemm għal Qorti tal-familja u għas-Sekond Awla kif ukoll għall-parti sostanzjali ta' l- amministrazzjoni.", "L-istess il- Gvern qed jieħu passi biex ikabbar l-ispazju għall-użu tal-Qrati.", "Barra minn dan tlestew mill- Law Reform Commission id- diversi emendi komprensivi suġġeriti għall-Kodici ta' Procedura Civili li għandhom jgħinu mhux ftit biex issir ġustizzja aktar malajr u tidher li qed issir.", "Il- Kummissjoni bdiet taħdem ukoll fuq riformi komprensivi dwar l-istituti kollha tal-Kodici Civili kif ukoll biex tipprepara abbozz ta' liġi dwar l- arbitraġġ biex oltre li jħaffef ix-xogħol tal- Qrati ordinarji, jgħin biex Malta issir biż-żmien Centru reġjonali u internazzjonali importanti ta' Arbitraġġ.", "Qed issir il-komputerizzazzjoni sħiħa tax-xogħol fil-Qorti u din tinsab fi stadju avvanzat, u proġettata li titlesta sa l-aħħar tas-sena d- dieħla.", "Rigward il-Qrati ta' Għawdex, inħoloq post wieħed ta' Marixxall, tnejn ta' Purtier u tnejn oħra ta' Messaġġier tal- Qorti.", "Il-Marixxall ta' Għawdex ġie nominat.", "Il- proceduri għal mili tal- postjiet l-oħra mexjin ukoll.", "Barra minn dan sar ħafna xogħol li rranġa l-ambjent tal-Qorti u qed jiġi studjat kif tista' tiżdied aktar l-efficjenza.", "Universita',Kors fl-Agrikoltura schs,Universita',Kors fl-Agrikoltura mifu,Universita',Kors fl-Agrikoltura UNIVERSITA' - KORS FL- AGRIKOLTURA", "4257.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta ġie introdott il-kors fl- Agrikoltura fl- Universita' permezz ta' twaqqif ta' Istitut ta' l-Agrikoltura?", "Kemm ilu sejjer dan il-kors?", "Kemm hu n-numru ta' studenti?", "Min huma l-lecturers?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Għad ma ġiex introdott kors fl- Agrikoltura, għalkemm qed isir studju biex dan jista' jinbeda.", "Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy schc,Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy dalj,Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy STABBILIMENTI TA' L-IKEL - LEVY", "4258.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm daħħal il- Gvern mill-levy fuq l-ikel sena b'sena minn meta ġiet introdotta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-taxxa fuq l-infiq li daħħal il-Gvern fuq servizzi mogħtija f'ristoranti hija kif murija hawn taħt:", "1) Bejn is-16 ta' Lulju u l-31 ta' Dicembru 1990 - Lm566,289", "2) Matul l-1991 - Lm1,103,724", "3) Bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Awissu 1992 - Lm615,913", "Avukati,Warrants schc,Avukati,Warrants fenj,Avukati,Warrants AVUKATI - WARRANTS", "4259.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Min huma dawk li għandhom il-warrant ta' Avukati iżda m'għandhomx LLD ta' Malta iżda għal xi raġuni jew oħra qed jipprattikaw jew għandhom id-dritt u l-fakulta' li jipprattikaw Malta?", "ONOR.", "JOE FENECH: Skond il- Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili ħadd ma jista' jottjeni l-warrant ta' Avukat jekk ma jkollux il-grad akkademiku ta' Duttur tal-liġi skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut ta' l-Universita' ta' Malta.", "Id-dispożizzjoni preżenti ġiet introdotta bl-Att XX ta' l-1968 li skond l- artikolu 4 tagħha hu ssalvagwardat id- dritt ta' dawk li kellhom warrant qabel il-bidu fis-seħħ ta' dak l-att fosthom ta' min seta', skond il-liġi kif kienet qabel, ikkwalifika għal warrant mhux għax kellu l-LLD iżda għax kien intitolat jeżercita bħala avukat fl- Ingilterra, l-Irlanda ta' fuq jew l-Iskozja.", "Sa fejn hu magħruf dan kien jirrigwarda avukat wieħed biss.", "Dip tas-Successjoni,Periti schc,Dip tas-Successjoni,Periti dalj,Dip tas-Successjoni,Periti DIPARTIMENT TAS-SUCCESSJONI - PERITI", "4260.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Min huma l- periti kollha li huma mqabbdin mis-suċċessjoni biex jivvalutaw proprjeta' li tkun inbiegħet, u x'salarju għandhom kull wieħed?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-periti mqabbda mid-Dipartiment tat- Taxxi Interni, Fergħa tas- Successjoni, biex jivvalutaw proprjeta' li tkun imbiegħet, għall-finijiet ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti, huma dawn:", "MALTA", "Alex Buontempo Michael Busuttil Carmel Cacopardo Jos Degaetano Godwin Drago Albert Fenech Joseph Gerada Azzopardi Jos.", "M. Jaccarini Carmel V Psaila Joseph Sultana Godfrey Vella", "GĦAWDEX", "Victor Bigeni Emanuel Vella Il-ħlas għal dan ix-xogħol huwa ta' Lm3 għal kull valutazzjoni.", "Meta periti minn Malta jagħmlu dan ix-xogħol f'Għawdex il-ħlas ikun ta' Lm4 għal kull valutazzjoni u Lm5 għall-ispejjeż tal-vjaġġ.", "Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh,Membri cilj,Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh,Membri frem,Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh,Membri KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - MEMBRI", "6835.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3333 tas-7 ta' Lulju, 1992 li għadu ma weġibx?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Skond l-aħħar informazzjoni li għandi hemm 31 membru sħiħ u l1-il membru assocjat fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.", "L-indirizzi ta' dawn, flimkien ma' l-ismijiet tal- Presidenti, tas- Segretarju Ġenerali fejn possibbli u n- numru ta' membri ta' kull għaqda, huma dawn:", "Catholic Action Movement Male Section Catholic Institute, Floriana", "President: Tonio Galea Segretarju: David Battistino Membri: 345", "Christian Youth Community Flat 1 Brug 1 Triq l-1 ta' Mejju Feur-de-Lys BKR 09", "President: Louisel Borg Segretarju: Membri: 28", "Salesian Youth Oratory 20 Karm Galea Street Sliema", "Director: Fr Paul Formosa SDB Membri: 258", "Young Christian Workers 11 Pjazza Filippu Sciberras Floriana VLT15", "President: Vivianne Mallia Segretarju: Janet Zammit Membri: 381", "Kerygma Youth Section PO Box 1 Rabat", "President: Tonio Briguglio Segretarju: Mario Fenech Caruana Membri: 381", "Society for Christian Doctrine-Male Section Triq is-Salib tal-Marsa Blata l-Bajda", "Direttur: Carmel Bezzina Membri: 800", "University Students Catholic Movement Student House University of Malta Tal-Qroqq", "Segretarju: Alan Zammit Membri: 300 Society for Christian Doctrine - Female Section Triq is-Salib tal-Marsa Blata l-Bajda", "Segretarju: Rosa Schembri Membri: 520", "Christian Life Communities Mount St Joseph Targa Gap Mosta MST 11", "Contact Person: Claude Distefano", "Diocesan Youth Commission 492/3 St. Joseph High Road Santa Venera HMR 18 President: B. Sammut Briffa Segretarju: Sandro Soler Membri:", "Maltese Federation of Past Pupils of Don Bosco 10 St. John Bosco Street Sliema", "President: Noel Camilleri Membri: 600", "Cana Movement Catholic Institute Floriana", "Contact Person: Raymond Caruana Membri: 20", "Vennafal Crusaders Triq G. Grech Delicata Birkirkara", "Segretarju: Joseph Cassar Membru: 240", "Legion of Mary 278 St. Paul Street Valletta", "Direttur: Carmel Aquilina Membri: 240", "CATEGORY B: STUDENT MOVEMENTS", "University Students Council Dar l-Istudent Universita' ta' Malta Tal-Qroqq", "President: Louiselle Vassallo Segretarju: Suzanne Midolo Membri: All University Students", "Catholic Youth Leaders Organisation St. Aloysius College Birkirkara", "President: Theresa Cachia Segretarju: Rudolph Zammit Membri: 780", "Lyceum Students Council Kumpless Liceo Superjuri Msida University Engineering Students Association University of Malta Tal-Qroqq Msida", "Segretarju: Edward Gatt All Engineering Students", "CATEGORY C: POLITICAL, TRADE UNION, AND EVIRON- MENTAL YOUTH ORGANISATIONS", "Youth Movement of Free Trade Unions PO Box 467 Valletta", "Contact Person: Kenneth Abela Membri: 7,500", "Young Nature Friends c/o 138 Triq l-Antinni Mosta", "President: John Mifsud Segretarju: Charles Marsh Membri: 1,000", "Nationalist Party Youth Movement Nationalist Party Head Quarters Pieta'", "President: Mario Muscat Segretarju: Paul Borg Olivier Membri: 5,000", "Christian Democrat Students Universitay of Malta Tal-Qroqq Msida", "President: Gordon Pisani Segretarju: Ian Formosa Membri: 500", "Young Workers League of the General Workers Union Workers Memorial Building South Street Valletta", "President: Michael Parnis Segretarju: Josephine Attard Sultana Membri: Approx: 1,000", "Young Socialist League Il-Macina L-Isla", "Segretarju: Michael Ellul", "CATEGORY D: CULTURAL, SPORTS AND OTHER YOUTH MOVEMENTS", "Youth Travel Circle 227 Merchants Street Valletta", "President: Charles Sciberras Segretarju: Pauline Bezzina Membri: 250", "The Scout Association Island Headquarters Floriana", "Segretarju: Kenneth De Martino Membri: 1,745", "Malta Youth Hostels Association 17, Triq tal-Borg Paola", "Segretarju: Amanda Grech Membri: 1,970", "Third World Group Marisio Triq l-Orsolini Guardamangia", "Contact Person: Michael Gatt Membri: 95", "Polisportive Giovanili Salesiane 10 St. John Bosco Street Sliema", "Segretarju Nazzjonali: Bryan Magro Membri: 700", "The Society of Maltese 224 Main Street Balzan", "Segretarju: Joseph Borg Membri: 186 Youth for Exchange and Understanding Malta Merlin Sir Paul Boffa Avenue Paola", "President: Annette Scerri Segretarju: Anna Maria Farrugia Membri: 46.", "ASSOCIATE MEMBER ORGANISATIONS", "CATEGORY A", "Attard Youth Centre Church Square Attard BZN 02", "Coordinator: Joe Azzopardi", "Society of Franciscan Vocations 291 Triq San Pawl Valletta", "Direttur: Fr. Noel Muscat Membri: 31", "CATEGORY B", "General Union of Palestinian Students 2 Vladimir Flats Triq Tal-Qroqq Msida", "Contact Person: Hussein", "CATEGORY C", "Malta Ornithological Society Youth Section PO Box 498 Valletta", "Segretarju: Ruth Sultana Membri: 300", "ARBOR PO Box 9 Valletta CMR 01", "President: Isabelle Camilleri Segretarju: Katia Glainville Membri: 280", "CATEGORY D", "Nigret Youth Club 46 Conception Street Zurrieq", "Contact Person: Saviour Saliba Membri: 40", "Siggiewi Brass Band and Social Club 19 Short Street Siġġiewi", "Segretarju: Eusebio Stivala Membri: 200", "National Student Travel Foundation 220 St. Paul Street Valletta", "Segretarju: Francis Stivala Membri: 6800", "MAC Productions 299 Rue D'Argens Gżira", "President: Mario Camilleri Membri: 60", "Physically Handicapped Rehabilitation Fund PHRF Centre Corradino Paola", "Segretarju: Albert Bonnici Membri: 1,000", "Association of Aircraft Enthusiasts PO Box 27 Malta International Airport Gudja", "Segretarju: Robin Zammit Membri: 95", "Skond l-istatut tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huwa meħtieġ biss l- isem ta' Contact Persons ta' l-għaqdiet affiljati u għaldaqstant mhux dejjem huwa pprovdut l-isem tal-President jew tas-Segretarju għax dan mhux mitlub mill-istatut.", "Lanqas mhux mitlub mill- istatut in-numru ta' membri, għalhekk il-figuri dwar sħubija li jidhru, huma dawk kif ingħataw mill-għaqdiet.", "Zghazagh,Uzu ta' kumplessi tal-Gvern cilj,Zghazagh,Uzu ta' kumplessi tal-Gvern frem,Zghazagh,Uzu ta' kumplessi tal-Gvern ŻGĦAŻAGĦ - UŻU TA' KUMPLESSI TAL-GVERN", "6836.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid liema gruppi barranin matul l-1991 u l-1992 separatament użaw:", "i) Il-hostels ta' Martin Luther King, St. Andrews;", "ii) Il-kumpless turistiku White Rocks in konnessjoni ma skambji mit- Taqsima Żgħażagħ ma' żgħażagħ barranin?", "Liema għaqdiet Maltin użaw l- istess żewġ kumplessi matul l- istess snin u għal liema attivitajiet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- hostel ta' Martin Luther King ma taqax taħt ir- responsabbilta' ta' dan il-Ministeru u għalhekk ma nistax nagħti rendikont tal-gruppi kollha li ġew alloġġjati f'din il-hostel.", "Minn naħa tal- Ministeru taż- Żgħażagħ u Kultura kellna għaxar gruppi residenti fiha, fosthom Ġermaniżi, Taljani, Ungeriżi, Lussemburgi, Irlandiżi, Russi u Belġjani.", "Fil-Kumpless tal-White Rocks ġie alloġġjat grupp wieħed biss Taljan.", "B'referenza għall-aħħar domanda ma nistax nagħti risposta minħabba li:-", "1) Martin Luther King huwa taħt l-amministrazzjoni tad- Dipartiment ta' l- Edukazzjoni u", "2) Il-Kumpless tal-White Rocks huwa taħt l-amministrazzjoni tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu.", "Kumitat kontra d-Droga fl-Isport cilj,Kumitat kontra d-Droga fl-Isport frem,Kumitat kontra d-Droga fl-Isport KUMITAT KONTRA D-DROGA FL- ISPORT", "6837.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' sal- lum il-Kumitat Kontra d- Droga fl-iSport imwaqqaf fit-30 ta' Jannar, 1992?", "X'riżultati wasal għalihom l-istess kumitat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- Kumitat iltaqa' darbtejn.", "Fiż- żewġ laqgħat ġew diskussi diversi punti fosthom (a) Kollaborazzjoni sħiħa mal- Kumitat Olimpiku Malti (b) Kif se jsir l-aħjar mod għall- istħarriġ fuq il-problema f'pajjiżna jekk teżisti u (c) x'miżuri ttieħdu f'pajjiżi oħra.", "Sports,Facilitajiet cilj,Sports,Facilitajiet frem,Sports,Facilitajiet SPORTS - FACILITAJIET", "6838.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3552 tat- 13 ta' Lulju 1992 dwar facilitajiet sportivi f'pajjiżna?", "X'sar mid- direttorju li jirreferi għalih l-istess Ministru fit-tweġiba fuq indikata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: X'sar huwa li dan id-direttorju huwa miġbur u huwa ppjanat li jiġi ppubblikat kmieni din is-sena.", "Din se tkun l-ewwel darba li f'pajjiżna jkun sar direttorju bħal dan.", "Marsa,Zebra crossing cilj,Marsa,Zebra crossing falm,Marsa,Zebra crossing MARSA - ZEBRA CROSSING", "6845.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li ssir mill-aktar fis possibbli zebra crossing bejn il-Marsa Sports Ground u Albertown kemm għall- ġid tar-residenti f'Albertown li jkunu jaqsmu t-triq traffikuża li hemm, kif ukoll għaż-żgħażagħ li jkunu jridu jaqsmu għal l-isports ground u studenti li jattendu t-trade school fil-qrib?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Billi zebra crossing xorta wahda tista' tikkonstitwixxi periklu ghal min ikun qieghed jaqsam it-triq, qieghda tigi studjata l-possibbilta' ta' \"overhead bridge\".", "Fil-fatt diġa' ġew ivvotati fondi ghall-bini ta' footbridge.", "Kaccaturi,Licenzji cilj,Kaccaturi,Licenzji gall,Kaccaturi,Licenzji KAĊĊATURI - LIĊENZJI", "6846.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hemm kaċċaturi li għandhom liċenzja għall-kaċċa ta' l- għasafar u għall-kaċċa tal-fniek separatament?", "Kemm-il kaċċatur instab bla liċenzja tal-kaċċa u tressaq il-Qorti minħabba f'hekk mill- 1987 'il hawn?", "Kemm tqum il-liċenzja għall- kaċċa tal-fniek u l-liċenzja għall-kaċċa ta' l-għasafar?", "Hemm xi differenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' persuni licenzjati ghall- kacca ta' l- ghasafar u tal- fniek hu kif ser nghid:", "MALTA", "Persuni licenzjati ghall-kacca ta' l-ghasafar: 10,749 Persuni licenzjati ghall-kacca tal-fniek: 604", "GHAWDEX", "Persuni licenzjati ghall-kacca ta'l-ghasafar: 1,807 Persuni licenzjati ghall-kacca tal-fniek: 81", "Mill-1987 'l hawn 70 (sebghin) persuna tressqu l- Qorti mixlija li kienu ghall- kacca minghajr licenzja mahruga mill-Pulizija.", "Il-licenzja ghall-kacca ta' l-ghasafar tiswa' Lm10, filwaqt li l-licenzja ghall-fniek tiswa' Lm3, id-differenza ta' bejniethom hi ta' Lm7.", "Sliema,Triq Bisazza,Parkegg bare,Sliema,Triq Bisazza,Parkegg falm,Sliema,Triq Bisazza,Parkegg SLIEMA: TRIQ BISAZZA - PARKEĠĠ", "8028.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Wasalna fl-aħħar ta' Jannar, 1992 u s-Sliema Residents Association (SRA) sal-20 ta' Jannar, 1993 kienet għadha qed tilmenta li għadha ma rċevitx risposta minn għandek għall-mistoqsija tagħha li għamlitlek fit-8 ta' Ġunju, 1992 dwar l- ispazju għall- parking fil-kumpless tal-Plaza, f'Bisazza Street, Sliema.", "X'inhi r-raġuni għal dan id- dewmien ta' aktar minn sitt xhur?", "Meta se twieġeb lil SRA?", "X'se tkun it-tweġiba?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- twegiba ghall-ittra msemmija issa ntbaghtet.", "Sliema,Permessi ghal bini bare,Sliema,Permessi ghal bini falm,Sliema,Permessi ghal bini SLIEMA - PERMESSI GĦAL BINI", "8029.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħidli f'dawn l- aħħar ħames snin (1987 - 1992) kemm-il darba s-Sliema Residents Association (SRA) kitbet lill-Ministeru (anki meta kien jismu għall-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura) biex tiġbidlek l- attenzjoni li kienu qed jinkisru l-kondizzjonijiet ta' permessi għal bini f'Tas- Sliema?", "F'kull każ x'kienet ir- risposta tiegħek għall-SRA?", "F'kull każ x'passi ttieħdu?", "Għandha raġun l-SRA tilmenta li jew ma ttieħdux passi jew ittieħdu tard wisq u għalhekk ma ħallewx ir-riżultat mixtieq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kull meta l-Ministeru jircievi lmenti b'allegazzjonijiet ta' bini mhux bil-permess jew bi ksur tal- kondizzjonijiet tal- permess, kemm minghand l-ghaqda msemmija kif ukoll minghand haddiehor, il-Ministeru jghaddi dawn l-ilmenti lis-Sezzjoni ta' l- Enforcement tad-Divizjoni ta' l-Ippjanar u fejn ikun il-kaz ittiehdu passi.", "Nispera li bit-twaqqif ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar titjieb l- efficjenza fil- kontroll ghal ilmenti simili.", "Lira Maltija,Zvalutar bare,Lira Maltija,Zvalutar dalj,Lira Maltija,Zvalutar ŻVALUTAR TAL-LIRA MALTIJA", "8030.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Wara li żvaluta l- Lira, l-Gvern wiegħed li se jgħasses għaċ-ċaqlieq tal- prezzijiet.", "Kif jirriżultawlu li ċċaqalqu dawn il-prezzijiet?", "Mill-monitoring tal- prezzijiet jirriżultawlu li għolew mill-inqas 270 oġġett fosthom mediċini kif ilmentaw fil-ġurnali pensjonati li ddikjaraw li dejjem ivvotaw għal partit li llum jinsab fil- Gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif wiegħed il-Gvern, qed isir kontroll strett fuq ċaqliq fil- prezzijiet.", "Dan ma jfissirx li fejn ikun hemm żidiet ġustifikati fil-prezzijiet dawn ma jingħatawx iżda ifisser li kemm jista' jkun qed nassiguraw li l-prezzijiet fis-suq ikunu dawk awtorizzati.", "Kif għidna fid-diskors tal- Budget, jenħtieġ jinstab mezz aktar effikaċi biex ikun hemm assigurazzjoni li ħadd ma jisfrutta l-ħadd.", "Nispera li l- partijiet soċjali kollha jagħżlu li jikkoperaw.", "Stocks tal-Gvern bare,Stocks tal-Gvern dalj,Stocks tal-Gvern STOCK TAL-GVERN", "8031.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Għaliex iċ- ċertifikati ta' stocks tal- Gvern li kienu ħarġu f'Ottubru u Novembru, 1992 għadhom sa' l- aħħar ta' Jannar, 1993 ma ntbagħtux lil dawk li kkonkorrew u ħadu minn dawn l- istocks?", "Jaħseb il-Ministru li dan id- dewmien jista' jnissel sfiduċja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma naħsibx li tidħol xi kwestjoni ta' sfiduċja għax fil-fatt, skond il-Prospectus maħruġ ma' l- istess stocks, ma kellhomx jintbagħtu ċertifikati.", "Dan għaliex is-Seduta Parlamentari Nru. 555 tat-30 ta' Lulju, 1991, kienet ġiet approvata l-amenda fil-parti tal-liġi dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' Stocks fis-sens li dawn ma joħorġux aktar fil- każ ta' stocks tal-Gvern li jistgħu jiġu nnegozjati fil- Borża ta' Malta.", "Minflok ġie mwaqqaf Reġistru Ċentrali fil- Borża ta' Malta fejn ġew reġistrati t- titoli kollha.", "Barra minn dan, kull min investa fi stock ġie informat bir- reġistrazzjoni, mitlub jivverifika li kollox sew, u avżat li, f'każ ta' xi diffikulta', kellu jinforma jew imur il-Borża ta' Malta.", "Hemmhekk kulħadd ingħata l- għajnuna kollha meħtieġa.", "Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq bare,Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq falm,Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq KUMITAT TA' L-ISMIJIET TAT- TOROQ", "8032.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jirrikmanda lil Kumitat ta' l- Ismijiet tat-Toroq biex isemmi xi triq fejn twieled jew fejn kien joqgħod Gerard Cassar, id- Deputat Parlamentari li miet f'Jannar, 1993?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se nghaddi t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill- Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq.", "Pensjonijiet bare,Pensjonijiet hyzg,Pensjonijiet PENSJONIJIET", "8033.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid xi tkun il- pożizzjoni ta' ħaddiema li jimirdu/ikorru fuq ix-xogħol, jaslu għal pensjoni jew jaslu għal kull dritt ieħor tas- sigurta' soċjali, filwaqt li l- employer rispettiv tagħhom ikun lura fil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' dwar l- impjegati tiegħu?", "Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li ħaddiema li ma jkollhom ebda tort li l- kontribuzzjonijiet tagħhom ma jkunux waslu għand id- dipartiment ma jitilfu xejn mid-drittijeit tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jeżisti provvediment li jgħid f'każ li employer ikun naqas li jħallas il-kontribuzzjoni tas- Sigurta' Soċjali f'isem il- ħaddiema tiegħu dan in-nuqqas fih innifsu ma jtellef xejn mid-drittijiet tal-ħaddiema għall-benfiċċji soċjali mħallsa taħt l-Att fuq imsemmi jekk kemm-il darba l-ħaddiem konċernat jipproduċi dokumenti rilevanti (bħal P.3, l-pay slip, eċċ) li fihom ikun jidher biċ-ċar li mill-paga tiegħu l- employer kien effettivament qatagħlu l-kontribuzzjoni xorta waħda minkejja l-fatt li dan baqa' ma għaddihiex lil Gvern kif suppost.", "Dan il- provvediment ddaħħal fil-liġi f'Lulju ta' l-1979 u japplika biss fil-każ ta' kontribuzzjonijiet li kienu dovuti minn Lulju, 1979 'il quddiem.", "Għaldaqstant kull nuqqas ta' ħlas ta' kontribuzzjonijiet qabel din id-data mhuwiex kopert bl-istess provvedimenti.", "Tajjeb jingħad, iżda li l- istess Att jagħti fakulta' lil ħaddiem jew lil armla tiegħu li tfittex bil-Qorti lil employer (u lil eredi tiegħu) f'każ li dawn (jiġifieri l-ħaddiem jew armla tiegħu) ibagħtu xi tnaqqis fil-benefiċċji soċjali minħabba dan in- nuqqas min-naħa ta' l-employer u l-employer u/jew l-eredi tiegħu ikollhom iħallsu minn buthom d- differenza fil-benfiċċji, pensjoni, eċċ.", "Bdiewa,Hazna ta' ilma farn,Bdiewa,Hazna ta' ilma gatl,Bdiewa,Hazna ta' ilma BDIEWA - ĦAŻNA TA' ILMA", "8044.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra x'diskussjonijiet saru bejn id- Dipartiment ta' l- Agrikoltura w l-Water Services Corporation dwar l-aħħar żviluppi għar-rigward tar- reġistrar tal-ħażniet ta' l- ilma naturali li l- bdiewa w raħħala jużaw għat-tisqija fl- għelieqi tagħhom?", "Jista' l-Ministru jara li l- applikazzjonijiet jsiru fl- uffiċini ta' l- Extension Service fid-Dipartiment tal- Biedja ħalli titwarrab l- inkonvenjenza tal-proċeduri ta' l-applikazzjonijiet mill- bdiewa?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-bdiewa humiex se jibdew iħallsu għal dan l-ilma wkoll?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Qed isiru diskussjonijiet mal-Water Services Corporation dwar dan is-suggett.", "Ser tohrog stqarrija dalwaqt biex tispjega lil min hu koncernat x'inhuma l-policies tal-Water Services Corporation.", "Dingli,Servizz tad-drenagg farn,Dingli,Servizz tad-drenagg falm,Dingli,Servizz tad-drenagg DINGLI: TRIQ DUN BOSCO - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "8045.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsiru l-estensjonijiet meħtieġa għas-sistema tad- drenaġġ f'Dun Bosco Street, Dingli?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xoghlijiet fis- sistema tad- drenagg f'Dun Bosco Street, Dingli huma pprogrammati biex isiru aktar tard din is-sena.", "Distrett Nru. 12,Drenagg farn,Distrett Nru. 12,Drenagg falm,Distrett Nru. 12,Drenagg DISTRETT NRU.", "12 - DRENAĠĠ", "8046.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid lill-Kamra liema huma dawk l-estensjonijiet għas- servizz tad-drenaġġ li se jsiru matul din is-sena fit-12-il Distrett?", "Kemm-il talba hemm pendenti għal dan is-servizz u f'liema inħawi qegħdin Belt u raħal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Twegiba tinghata f'seduta ohra.", "Distrett Nru. 12,Zvilupp farn,Distrett Nru. 12,Zvilupp falm,Distrett Nru. 12,Zvilupp DISTRETT NRU.", "12 - ŻVILUPP", "8047.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid:-", "Billi ħafna mill-ilmenti dwar it-12-il Distrett elettorali imressqa minni permezz ta' petizzjoni li ġiet ppreżentata fil-Parlament dan l-aħħar jikkonċernaw lill-Ministru ta' l-Ambjent, jista' l-Ministru jgħid x'żviluppi kien hemm s'issa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dwar l-ilmenti fil-petizzjoni mir- residenti tat 12-il-distrett ghal dak li hu kompitu tal- Ministeru ta' l-Ambjent ghandi nghid: (1) It-triq tal-Bahrija li mill-Fiddien tiehdok sal-Bajja ta' Fomm ir-Rih u t-toroq ta' l-Imtarfa Bypass huma nkluzi fil-programm ta' tarmac.", "(2) Rigward id-dawl bejn il- Bahrija u Fomm ir-Rih u l- Bypass ta' l- Imtarfa l- Korporazzjoni Enemalta qieghda tikkonsidra din it-talba flimkien ma' talbiet ohra.", "(3) Ix-Xaghra tal-Knisja ta' l-Imgarr hija nkluza wkoll fil- programm ta' tarmac.", "(4) Dwar it-triq ewlenija tal-Manikata m'ghandi xejn xi nzid mar- risposta li tajt ghal mistoqsija parlamentari numru 1988 (Seduta 23).", "Ma nhossx li din it-talba ghandha tinghata priorita' fuq xoghol iehor aktar importanti.", "(5) Qeghdin isiru aktar spezzjonijiet ta' l-ispejjer ta' l-ilma u twaqqaf Bord ghall-kontroll ta' l-ilma gieri li ghandu bhala wiehed mill- ghanijiet il-protezzjoni tal- 'acquifer' mill-kontaminazzjoni sabiex titjieb il-kwalita' ta' l-ilma.", "(6) Dwar l-estensjonijiet tas-servizz ta' drenagg fil- Bahrija din qeghda ssir bhalissa.", "Rigward il-Buskett m'hemmx talbiet bizzejjed biex jiggustifika li dan is-servizz jigi estiz.", "(7) Fir-rigward ta' playing field fl-inhawi ta' Ghajn Kajjiet l/o Rabat u Ta' Bragg l/o Mellieha tlabt lid- Dipartiment tad-Distretti jikkonsidra dawn is-suggerimenti.", "Rabat,Dawl fit-toroq farn,Rabat,Dawl fit-toroq falm,Rabat,Dawl fit-toroq RABAT - SQAQ TAL-VICTORY KITCHEN - BOZZA", "8071.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 7381, meta ivverifikajt jien stess fl-uffiċċju tal-Lands Department, irriżulta li dan l- isqaq mhuwiex privat.", "In vista ta' dan u tal-fatt li pajjiżna huwa favur il-kura lill-anzjani, jista' l-Ministru jirrimedja għall bżonn ta' din l-anzjana?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ghalkemm l-isqaq hu miftuh ghall-pubbliku jien informat li ma jidhirx li hu propjeta' tal- Gvern.", "Air Malta,Salarju tac-Chairman calr,Air Malta,Salarju tac-Chairman bong,Air Malta,Salarju tac-Chairman AIR MALTA - SALARJU TAĊ- CHAIRMAN", "8092.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Veru li c- Chairman ta' Air Malta għandu salarju ta' Lm20,000 fis-sena?", "Jekk le, kemm hi l-paga tiegħu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS:Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 4339 datata t-13 ta' Settembru, 1992.", "Amerika,Attakk fuq l-Iraq calr,Amerika,Attakk fuq l-Iraq demg,Amerika,Attakk fuq l-Iraq AMERIKA - ATTAKK FUQ L-IRAQ", "8093.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Malta għamlet xi rappreżentazzjonijiet mal-Gvern Amerikan wara l-aħħar attakki fuq l-Iraq in vista li ħafna pajjiżi inklużi Franza u r- Russja qiesu li l-Amerikani ma kellhomx mandat biex jagħmlu l- aħħar attakki fuq l-Iraq?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Dwar l- attakki fuq l-Iraq msemmija mill-Onor.", "Interpellant, nixtieq nikkwota dak li s- Segretarju Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti ġie rraportat li qal:", "\"So, as Secretary General of the United Nations, I can say that this action was taken and conforms to resolutions of the Security Council and the Charter of the United Nations.\"", "Il-President tal-Kunsill tas- Siġurta' tan-Nazzjonijiet Uniti spjega wkoll li l-attakki kienu saru b'risposta għal sensiela ta' azzjonijiet minn- naħa ta' l-Iraq.", "Madankollu l-isforzi kollha għandhom isiru biex soluzzjoni tinstab f'metodi li ma jinvolvux l-użu tal-forza li tħalli bħala konsegwenza vittimi nnoċenti.", "Din hija l-linja Politika li l-Gvern miexi fuqha.", "Censura tal-film \"Basic Instict\" calr,Censura tal-film \"Basic Instict\" zamf,Censura tal-film \"Basic Instict\" ĊENSURA TAL-FILM BASIC INSTINCT", "8094.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-video tal-film Basic Instinct m'għaddiex miċ- ċensura?", "Jekk iva, kif tħalla jintwera l- film fiċ-ċinemas Maltin u issa nżamm il-video għal raġunijiet ta' ċensura?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-video \"Basic Instinct\" kien ġie miżmum mill-Kontrollur tad- Dwana.", "L-importatur tal-video appella mid-deċiżjoni iżda l- Bord ta' l-Appelli dwar Stampat iddeċieda li ma jilqax l- appell.", "Ta' min jgħid li waqt li ċ- ċensuri tal-films jistgħu jaffettwaw cuts jew trimmings fil-films, video tapes li jiġu eżaminati fil-Posta u fid-Dwana jew jiġu miżmuma jew mgħoddija mingħajr qtugħ.", "Skejjel,Birzebbugia,Manutenzjoni calr,Skejjel,Birzebbugia,Manutenzjoni mifu,Skejjel,Birzebbugia,Manutenzjoni BIRZEBBUGIA: MANUTENZJONI TA' L-ISKOLA", "8095.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf li s-saqaf tas-sala ta' l- iskola primarja ta' Birżebbuġia ilu jqattar xhur?", "Jaf li t- tfal qed ibatu minħabba l-ilma dieħel?", "Għaliex dan is-saqaf ma ssewwiex?", "Meta se jissewwa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien informat li s-saqaf tas- sala ta' l-iskola primarja ta' Birzebbugia issa qed jinkesa mill-ġdid wara li twaqqgħu il- partijiet maqtugħa li kienu perikolużi.", "Saru diversi xogħlijiet fl- iskola kollha.", "Halib,Data ta' bbottiljar calr,Halib,Data ta' bbottiljar gatl,Halib,Data ta' bbottiljar ĦALIB - DATA TA' BBOTILJAR", "8096.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Meta se jinsisti biex il-ħalib tal- Gvern ikun datat skond il- ġurnata li joħroġ?", "Jaf li Malta għadha l-uniku pajjiż fl- Ewropa li ma tistampax data fuq il-kartuna tal-ħalib?", "ONOR.LAWRENCE GATT: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4789 tal-5 ta' Ottubru, 1992.", "Universita',Tindif calr,Universita',Tindif mifu,Universita',Tindif UNIVERSITA - TINDIF", "8097.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf li l-ħamrija li ddawwar ir- ring road ta' l-Universita' hija mimlija ħmieġ u terrapien?", "Jista' jagħmel pressjoni fuq l- awtoritajiet ta' l-Universita' biex din titnaddaf?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Iz- zoni tal-ħamrija madwar ir-ring road huma miżmuma fl-aħjar stat ta' ndafa possibbli.", "Fiċ- ċirkostanzi preżenti ta' espansjoni meħtieġa wara snin ta' nuqqas ta' żvilupp, wieħed jifhem li fejn hemm lant ta' bini ġdid (bħall-blokk ta' l- inġinerija) jista' jkun hemm inkonvenjenza temporanja ta' ġebel u terrapin.", "B'dana kollu is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant qed jiġi mgħoddi lill-Universita' għal passi li jistgħu jittieħdu.", "Siggiewi,Triq imblokkata b'xatba farn,Siggiewi,Triq imblokkata b'xatba gall,Siggiewi,Triq imblokkata b'xatba SIGGIEWI - TRIQ IMBLOKKATA B'XATBA", "8101.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Billi waħda mit-toroq li hemm wara l-palazz ta' l-inkwiżitur l/o Siġġewi qed tiġi ostakolata minħabba gate illi hemm imwaħħla, biex timblokka din it-triq, jista' l-Ministru jinformani jekk din il-gate saritx bil-permess tad- dipartimenti tiegħu?", "Jekk le, jista' jara li din it-triq ma tkomplix tiġi mblokkata biex il- bdiewa ta' l- inħawi jkunu jistgħu jagħmlu użu regolari minn din it-triq?", "Billi din il-kwestjoni ilha sejra xhur, jistgħu jittieħdu miżuri urġenti biex tiġi rregolata s-sitwazzjoni f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ebda Dipartiment li jaqa' fil- Ministeru tiegħi ma hu responsabbli għal kwestjonijiet simili.", "Il-pulizija ġiet informata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet bil-fatti li jikkostitwixxu kontroversja dwar passaġġ bejn diversi bdiewa li fiha jista' jiddaħħal id-Dipartiment ta' l- Artijiet.", "Ninsab informat li dawk involuti qed jieħdu proċeduri fil-Qorti Ċivili dwar il-kwestjoni.", "Zabbar,Xghajra,Tindif pubbliku gree,Zabbar,Xghajra,Tindif pubbliku falm,Zabbar,Xghajra,Tindif pubbliku ZABBAR: XGĦAJRA - TINDIF PUBBLIKU", "8230.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Niġbed l- attenzjoni tal-Ministru għan-nuqqas ta' manutenzjoni u tindif fin-naħa tal- Housing Estate fix-Xgħajra u għalkemm kienet inbniet kamra għall-użu tal- kenniesa, illum il-ġurnata dawn qatt ma tarahom.", "Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol ta' tindif jerġa' jibda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ingħataw struzzjonijiet biex jiġi żgurat li l- Housing Estate msemmi mill-Onor.", "Interpellant jinkines regolarment.", "Zabbar,Xghajra,Traffiku gree,Zabbar,Xghajra,Traffiku falm,Zabbar,Xghajra,Traffiku ZABBAR: XGĦAJRA - TRAFFIKU", "8231.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Niġbed l- attenzjoni tal-Ministru għal periklu tat- traffiku li qiegħed jiġi kkaġunat minn kurvatura taċ- Ċimiterju fix-Xgħajra fl-inħawi ta' St. Leonard & St. Peter Streets u ħdejn il-Housing Estate.", "Kien hemm il-ħsieb li tinfetaħ triq ġdida li tiftaħ minn din l-area għan-naħa tal- Kapuċċini.", "Jista' l- Ministru jara x'jista' jsir biex jitnaqqas il-periklu tat- traffiku li jeżisti fil- preżent?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Veru li l-kurvatura msemmija mill- Onor.Membru hija xi ftit perikoluża imma huwa diffiċli li din tiġi rranġata jekk ma jintmisx iċ-ċimiterju jew il- bini.", "Dwar it-tieni parti tal- mistoqsija, ninforma l-Onor.", "Membru li qed terġa' tiġi studjata l-proposta l-antika bl-iskop li jiġi evitat li din it- triq ġdida tgħaddi minn raba' saqwi.", "Zabbar,Xghajra,Bir gree,Zabbar,Xghajra,Bir mifu,Zabbar,Xghajra,Bir ZABBAR: XGĦAJRA - BIR", "8232.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Niġbed l-attenzjoni tal- Ministru għall-periklu li jeżisti għat- tfal ta' l-iskola ta' Xgħajra fejn hemm bir li għadu miftuħ u li bħalissa jinsab mgħotti b'biċċa pjanċa.", "Peress li l-fence tal-ħadid li kellu jitpoġġa fuq iċ-ċint ta' madwar l- iskola baqa' ma sarx, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li dan ix-xogħol jitlesta biex jitnaqqas il-periklu għat- tfal?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien informat li qegħdin jittieħdu passi biex il-fencing tal-ħadid ta' madwar l-iskola tax-Xgħajra jsir kemm jista' jkun malajr.", "Sptarijiet,San Luqa,Kamra mortwarja,Registru gree,Sptarijiet,San Luqa,Kamra mortwarja,Registru gall,Sptarijiet,San Luqa,Kamra mortwarja,Registru SPTAR SAN LUQA - KAMRA MORTWARJA - REĠISTRU", "8301.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba tal- Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7942, napprezza li l-Ministru ta struzzjonijiet li fil-Kamra Mortwarja ta' l-Isptar San Luqa, jibda jinżamm reġistru fejn jiġu miżmuma dettalji relevanti fuq kadavri li jkollhom bżonn ibbalzmar jew injezzjonijiet bil-formalina.", "Nista' nissuġġerixxi lill- Ministru li meta jkun hemm bżonn ta' dan is-servizz il- qraba jiġu nformati minn qabel, biex ma jiġux sorpriżi meta jiġu ppreżentati b'xi kont li ma jkunx mistenni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat illi l-qraba tal- mejjet iridu jaghtu l- approvazzjoni taghhom qabel ma jinghata dan is-servizz u fuq ir-registru msemmi jitnizzlu d- dettalji ta' min ikun talab dan is-servizz.", "Pero' l- kummenti ta' l-Onor.", "Membru se jkomplu jigu kkonsidrati.", "Fondazzjoni ghax-Xjenza u Servizzi Medici gree,Fondazzjoni ghax-Xjenza u Servizzi Medici gall,Fondazzjoni ghax-Xjenza u Servizzi Medici FONDAZZJONI GĦAX-XJENZA U SERVIZZI MEDIĊI", "8302.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali u Uffiċjali Membri tal- Fondazzjoni għax-Xjenza u Servizzi Mediċi jirċievux xi salarji/remunerazzjoni?", "Jekk fl-affermattiv kemm hu l-ammont ta' kull wieħed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- Ufficjali membri tal-Bord tad- Diretturi tal- Fondazzjoni ghax- Xjenzi u Servizzi Medici ma jircevu l-ebda remunerazzjoni filwaqt li d-Direttur Generali, li mhux membru tal-Bord, ghandu kuntratt b'salarju ta' Lm8,000 fis-sena.", "Sptarijet,Generali,Ghawdex,Dental Clinic gree,Sptarijet,Generali,Ghawdex,Dental Clinic gall,Sptarijet,Generali,Ghawdex,Dental Clinic GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI - DENTAL CLINIC", "8303.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Nixtieq inġib għall-attenzjoni tal-Ministru it-tgergir minn bosta pazjenti peress li fid- Dental Clinic fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, is- servizz li jingħata huwa biss ta' extractions u ma jsirux l- ebda fillings.", "Jekk din l- informazzjoni hija fl- affermattiv, jista' l-Ministru jipprova jara li s-servizz jinfetaħ iżjed minn sempliċi extraction?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is- servizz dentali fl-Isptar Generali ta' Ghawdex hu ugwali ghas-servizz moghti fil-klinika dentali fl-Isptar San Luqa.", "F'dawn l-ahhar xhur zdiedu l- facilitajiet dentali fl-Isptar ta' Ghawdex u ghall- ewwel darba specjalisti fl-ortodontija' u fil-kirurgija dentali qed jattendu l-Isptar ta' Ghawdex biex jaghtu kura necessarja lill-pazjenti Ghawdxin.", "Diġa' ttiehdu passi sabiex jintbaghat 'dental technician' fl- Isptar Generali biex il-poplu Ghawdxi jkun moqdi dejjem aktar ahjar.", "Impieg ta' apprentisti mal-Gvern sans,Impieg ta' apprentisti mal-Gvern mifu,Impieg ta' apprentisti mal-Gvern IMPIEG TA' APPRENTISTI MAL- GVERN", "8333.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l- Ministru jgħid kif se jiġu mpjegati l-apprentices fis- sena tal-ġebel li kienu daħlu tlett snin ilu u issa spiċċaw l- apprenticeship tagħhom?", "Veru li wara li dawn ġew impjegati bħala apprentisti mal-Gvern issa se jintbagħtu jaħdmu mal-Privat?", "Hekk dan hu hekk, jista' jsir?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ma nistax nifhem minn fejn l-Onor.", "Membru ġabar din l-informazzjoni peress li safejn naf jien m'hemm l-ebda tibdil fil-policy li dejjem ġiet imħaddma s'issa.", "Fgura,Triq il-Kitba,Stalla bil-bhejjem sans,Fgura,Triq il-Kitba,Stalla bil-bhejjem falm,Fgura,Triq il-Kitba,Stalla bil-bhejjem FGURA: TRIQ IL-KITBA - STALLA BIL-BHEJJEM", "8334.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għaliex fi Triq il-Kitba (kanutniera ma' Carmel Street), Fgura qed titħalla tinżamm stalla bil- bhejjem meta din hi fl-abitant bid- djar ħdejha u anke l-iskola tal-Gvern tinsab eżatt ħdejha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se naghti struzzjonijiet biex ir- rapport ta' l- Onor. Membru jasal ghand l-Ispetturi Sanitarji (Dipartiment tas- Sahha) biex dawn jidhlu fil- post indikat u jistabbilixxu jekk jezistux il- karatteristici ikkontemplati mill-ligi sabiex jittiehdu passi.", "Fgura,Triq il-Kitba,Trakkijiet sans,Fgura,Triq il-Kitba,Trakkijiet falm,Fgura,Triq il-Kitba,Trakkijiet FGURA: TRIQ IL-KITBA - TRAKKIJIET", "8335.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għaliex fi Triq il-Kitba, Fgura qed jitħallew trucks jiġu maħsula barra fit-triq ħdejn l- iskola tal-Gvern?", "Hemm xi raġuni għaliex din it-triq ma tingħatax priorita' għal kisja sewwa ta' Bitmac jew qed titħalla hekk sabiex iż- żejt li joħroġ ta' l- inġenji ikun jista' jiġi assorbit mit- trab li hemm fit-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- Onor. Interpellant mitlub jghaddi l-ewwel parti tal- mistoqsija lill-Ministru responsabbli ghall-Pulizija.", "Triq il-Kitba, Fgura hija nkluza fil-programm tat-tarmac ghal matul din is-sena.", "Fgura,Triq il-Kitba sans,Fgura,Triq il-Kitba falm,Fgura,Triq il-Kitba FGURA: TRIQ IL-KITBA", "8336.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kif ingħatat lil privat l-arja tal- bejt fuq is-sub-station li hemm fi Triq il-Kitba, l-Fgura ħdejn l-istalla tal-bhejjem?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- Onor. Interpellant hu mitlub jindika ezatt ghal liema substation qed jirreferi ghaliex jien informat li l- eqreb substation lejn Triq il- Kitba tinsab go l-iskola ta' Triq il-Karmnu, u din is- substation ma fihiex bini fuqha.", "Kordin,Ilma sans,Kordin,Ilma falm,Kordin,Ilma KORDIN - ILMA", "8337.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu passi sabiex jieqaf il-ħruġ ta' ilma fit-triq prinċipali f'Kordin ħdejn il-ground tal-Hibs?", "Din is-sitwazzjoni ilha hekk żgur għal dawn l-aħħar sitt xhur.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lill-Korporazzjoni ghas- Servizzi ta' l-Ilma biex tara x'tista' taghmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura galm,Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura gall,Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura SPTARIJIET - PAZJENTI MSIEFRA GĦALL-KURA", "8338.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kien hemm numru żgħir pazjenti fosthom uħud li għadhom żgħar li għandhom congenctal birth marks f'wiċċhom u li suppost kellhom jintbagħtu barra għal kura.", "Jista' l-Ministru jintervjeni personalment biex il-proċeduri jitħaffu fil-każ ta' żgħażugħ minn Ħaż Żabbar (li lest nagħti d-dettalji tiegħu b'mod kunfidenzjali lill-Ministru) li ilu xhur twal jiġi mwiegħed li se jintbagħat għal kura barra minn Malta peress li l-birth mark li għandu qegħda f'wiċċu u qed toħloqu problemi psikoloġiċi kbar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa ghadhom qatt ma ntbaghtu kazi bhal dawn.", "Din hi kura prattikament gdida u l-Bord qieghed jikkonsidra l- beneficcji ta' din il-kura.", "Minn barra dan, hemm ftit ferm sptarijiet fl-Ingilterra li jaghtu din il-kura u l-'waiting lists' huma twal - madwar sentejn.", "Sant'Antnin,Rimi ta' skart galm,Sant'Antnin,Rimi ta' skart falm,Sant'Antnin,Rimi ta' skart SANT'ANTNIN - RIMI TA' SKART", "8339.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Possibbli li tinsab soluzzjoni dejjiema għal problema ta' skart li kontinwament qed jintefa' f'Sant Antnin?", "Il-pjan tal-Gvern li jbiddel din il-parti fi ġnien, parking area, u play ground inbidel?", "Fil-fatt x'se jsir minn dan il- post?", "Hu possibbli li mmedjatament jintbagħat xi bulldozer biex iwitti il-ħafna materjal u skart (inkluż annimali mejta) li hemm f'dan il-post?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- pjan biex dan il-post jinbidel fi gnien (jew iktar ezattament bosk zghir) ghadu hemm.", "Sfortunatament ghadu ma kienx possibli li jkun stabbilit meta dan il-progett se jinghata bidu.", "It-talba ta' l-Onor.", "Membru li, temporanjament isir intervent iehor biex jitnaddaf il-post se tkun konsidrata.", "Skejjel,Wied il-Ghajn,Manutenzjoni galm,Skejjel,Wied il-Ghajn,Manutenzjoni mifu,Skejjel,Wied il-Ghajn,Manutenzjoni WIED IL-GĦAJN - MANUTENZJONI FL-ISKEJJEL", "8340.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' jiġi aċċertat li jsir xi xogħol li hemm bżonn fl-iskola tal- Gvern ta' Wied il-Għajn fosthom:", "- Billi jitwaħħal time switch li tant hemm bżonnu?", "- Jissewwa t-taraġ li jgħaddu minnu t-tfal biex jitilgħu l- iskola? u", "- Jinbidel il-fence ta' madwar il-bitħa ta' l-iskola li hu msaddad u miksur?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien informat li x-xogħlijiet ta' tiswijia fl- iskola tal- Gvern ta' Wied il-Għajn se jsiru kemm jista' jkun malajr.", "Wied il-Ghajn,Zonqor Point,Mizbla galm,Wied il-Ghajn,Zonqor Point,Mizbla falm,Wied il-Ghajn,Zonqor Point,Mizbla WIED IL-GĦAJN: ŻONQOR POINT - MIŻBLA", "8341.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Tista' tinstab soluzzjoni għat-triq (jew speċi ta' triq) li tagħti minn Żonqor Point f'Wied il-Għajn sax- Xgħajra ta' Ħaż Żabbar għax din saret dumping site ta' ħafna kuntratturi irresponsabbli?", "Possibbli li fl-iqsar żmien possibbli jintbagħat xi bulldozer biex iwitti din it- triq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sfortunatament is-sitwazzjoni hija ezattament kif iddeskrivija l-Onor.", "Membru; bi kwantitajiet kbar ta' radam tul it-triq kollha.", "Ghad ma hemm l-ebda pjan ghal intervent immedjat.", "Ftit ta' jiem ilu, it-Taqsima tax-Xoghlijiet intalbet tfassal pjan ta' intervent biex tinstab soluzzjoni generali ghall- problema kbira ta' skart (gebel, terrapien etc) iggenerat mill-industrija tal- bini.", "Ufficjal gholi gie nkarigat minn din il-bicca xoghol.", "Hemm il-hsieb li naraw kif nistghu niffacilitaw ir- riciklagg ta' dan it- tip ta' materjal kif ukoll jinhtieg li nsibu u nippjanaw arji ohra (barra l- Maghtab) fejn dan il- materjal jista' jintefa'.", "Wied il-Ghajn,Irmiggi galm,Wied il-Ghajn,Irmiggi zamf,Wied il-Ghajn,Irmiggi WIED IL-GĦAJN - IRMIĠĠI", "8342.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Hemm il-ħsieb li fil-futur jiġu rranġati l-irmiġġi fil- port ta' Wied il-Għajn kif kienu rranġati ta' Spinola?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor.", "Kollega għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 8288.", "Skejjel,Msida,Licej Superjuri,Canteen cusl,Skejjel,Msida,Licej Superjuri,Canteen mifu,Skejjel,Msida,Licej Superjuri,Canteen MSIDA: SKEJJEL LICEJ SUPERJURI - CANTEEN", "8349.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministeru jagħti dettalji kif, b'kemm u lil min ingħata l-canteen tan-New Lyceum, Imsida?", "Jidhirlu l-Ministru li s- somma li biha ngħata hija żgħira ħafna u għalhekk il- parti minnha li qed tingħata l- Amminstazzjoni ta' l-istess skola hija miżera ħafna?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It-tmexxija tal-canteen (jew aħjar Tuckshop) ta' l-Upper Lyceum, Msida ngħata b'kuntratt wara sejħa għat-Tenders li ssir kull sena mid-Dipartiment għall-iskejjel sekondarji, tekniċi u post- sekondarji.", "Il- kuntratt rebħitu Ms. Rose Farrugia, li offriet is-somma ta' Lm1,000.", "L-offerta tas-sinjura Farrugia kienet l-unika waħda għall-kumpless ta' l- Upper Lyceum u għaldaqstant ma jistax isir paragun jekk kenitx għolja jew baxxa.", "Hawnhekk nixtieq nikkjarifika li t-tuck shop ta' l-Upper Lyceum jaqdi wkoll il-Higher Secondary School, l-iskola Segretarjali u l-iskola Pre- Vocational jiġifieri l-kumpless kollu ta' l-iskejjel Post- Secondary fl- Imsida.", "Is-somma globali li ġiet allokata lil Amministrazzjoni tal-kumpless hi ta' Lm600, kif jidher hawn taħt:-", "G.F. Abela Upper Lyceum (Arti) - Lm150 G.F. Abela Upper Lyceum (Xjenza) - Lm150 Giov.", "Curmi Higher Secondary - Lm150 Skola Segretarjali - Lm 50 Skola Pre-Vocational - Lm100", "Nista' nżid ngħid ukoll li hemm policy stabbilita li permezz tagħha 60% tad-dħul mit-tuck shop jingħata lill-iskejjel li għandhom Kunsill ta' l- iskola kif ukoll tuck shop.", "Din il-proċedura tiġi riveduta minn żmien għal żmien, skond id-dħul li d-dipartiment jirċievi mill-kiri tat-tuck shops, u kien prorpju bis-saħħa ta' din il-proċedura li l- kumpless kollu jingħata s- somma ta' Lm600 f'din is-sena skolastika.", "Sptarijiet,Zammit Clapp buhc,Sptarijiet,Zammit Clapp falm,Sptarijiet,Zammit Clapp SPTAR ZAMMIT CLAPP", "8350.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8084?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li 48 kuntratturi tqabbdu jaghmlu xoghol ta' riabilitazzjoni u rrangar ta' l-Isptar Zammit Clapp.", "Id-dettalji mitluba huma hekk:", "ZAMMIT CLAPP HOSPITAL LISTA TA' KUNTRATTURI", "XOGHOL KUNTRATTUR VALUR Lm. ------------------------------------------------------ Terrazzo Tiles Francesco Fenech 25392.470 Floor Tiles Bathroom Design 21511.400 Sanitary Ware B & M Supplies Paola 19198.200 Airconditioning Medairco Ltd 123055.100 Plumbing & Medical gases Panta/Technline 36450.000 Joinery Works Rizzo Mobile Corradino 21549.450 TV & Radio System Panta Lesco Ltd 8675.830 Lightning Protection Globe Electronic 2960.000 Plant Room Equipment Panta Lesco Ltd 24426.140 Waterproofing of Basement Azzopardi W'Proofing 11516.170 Waterproofing of Roofs Azzopardi W'Proofing 3933.930 Foul & Rail Water Drains Messrs WP Qormi 20917.500 Decor.", "Minor Buildings Falzon & D'Amato Ltd 7805.700 Decor.", "Main Staircase Galea F. Sliema 1003.410 Excavation Works Bonavia Emle Mosta 7445.420 Retaining Wall West Side Jesmond Gauci Rabat 2375.000 Retaining Wall Car Park Jesmond Gauci Rabat 9329.850 Masonary Water Tank Godfrey Attard Zejtun 9639.340 Decoration to Facade Frank Galea Msida 7814.562 Elect. & related works Ray Vella & Co 27009.800 Telephone Sockets Gemco Ltd 192.000 Painting of Timber Edgar Fava Msida 1428.000 Supply of curtains Camilleri Paris Mode 26035.990 Soffit Ceiling CJF Ltd 23328.210 Fire Detection Medairco Ltd 4173.280 Decoration Works Southern Construction 3300.000 Ltd Demolition & Construction C & M Enterprises 122185.700 Marble Works VG Tiles 12833.500 Bathroom Suite B & M Paola 904.800 Supply of Furniture Bezzina Bros. 18226.000 Luminaires Finalumin Ltd 12063.000 Construction of Well J Carabott M'Scala 9700.810 Special Paint A E Sullivan Ltd 3045.500 Generator Technoline Ltd 9238.930 Marble Cills C Sare Ltd 3301.100 Fire Alarm Alberta Trading Co 9236.276 Plastering Basement Angelo Xuereb Ltd 2061.800 Automatic Door Afda Ltd Hamrun 1952.000 Transportation of Soil Polidano Bros Luqa 15200.000 Lift Engineering Service Panta Lesco Ltd 13656.000 Steel Lockers Bezzina Bros. Ltd 4990.000 Insect Screens Gozo Aluminium Victoria 5190.000 Sewer Trench Excavation Abela Angelo Zejtun 1155.000 Hand Grab Rail B & M Supplies 6254.000 Reinstate Boundary Wall Lawrence Spiteri 1456.400 Substation Transformer Enemalta 11000.000 Supply of Cable E Calleja & Sons 721.000 B'Kara PVC Plumbing System F Caruana Bros Zejtun 969.800 PVC Pipes & Fittings Gusto Gen. Stores Hamrun 1030.500 PVC Trunking Ravelco Ltd Hamrun 1211.070 PVC Trunking Ravelco Ltd Hamrun 1209.820 Supply of Bottletraps Grech Ltd Qormi 142.000 Electric Cable MCE Ltd 715.730 Handrail & Kickers Macaw Ltd Sliema 9277.250 Interlocking Slabs Cemenstone Ltd 5375.468 Chainling Fencing Intersteel Ltd Zejtun 390.000 Wall Suction Unit TeePee Ltd Mosta 2084.000", "Kalkara,Provvista ta' ilma mizj,Kalkara,Provvista ta' ilma falm,Kalkara,Provvista ta' ilma KALKARA: TRIQ IT-TURRETTA - PROVVISTA TA' ILMA", "8351.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li d- Dipartiment ta' l-Ilma jirrimedja mill-aktar fis possibbli għan-nuqqas ta' provvista ta' ilma li qed ibatu minnha r- residenti ta' Triq it- Turretta, il-Kalkara, tant li qed ikollhom jordnaw l- ilma tal-bowsers?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Triq it-Turretta, l-Kalkara, tiehu l-ilma mill- gibjun ta' San Klement f'Bormla.", "Meta dan il- livell ta' l-ilma f'dan il- gibjun ikun baxx il-provvista ta' l-ilma f'din l-area jista' jkollha nuqqas ta' pressa.", "Meta jintalab is-servizz tal- bowser, il-bowser jintbaghat mill-aktar fis.", "Meta jitlesta il-progett tal- pipeline tas-South, is- sitwazzjoni f'dawn l-inhawi ukoll mistennija titjieb.", "Kalkara,Dawl fix-Xatt mizj,Kalkara,Dawl fix-Xatt falm,Kalkara,Dawl fix-Xatt KALKARA - DAWL FIX-XATT", "8352.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta tal- mistoqsija parlamentai numru 8005, jista' l-Ministru jgħid kif jista' jkun li s-sistema tad-dawl max-Xatt tal-Kalkara ġiet iċċekkjata u nstabet li tiffunzjona meta lanqas bozza waħda m'hemm imwaħħla minflok dawk li tkissru bil-maltemp ta' xi erba' snin ilu?", "Jista' l-Ministru għalhekk jerġa' jikkonsidra l-mistoqsija tiegħi u jgħid meta se jitwaħħlu lampi ġodda flok dawk li tkissru bil-maltempata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Billi jidher li hemm xi dizgwid, se ninvestiga ahjar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MCC,Haddiema mizj,MCC,Haddiema bong,MCC,Haddiema MCC - ĦADDIEMA", "8353.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8006, jista' l-Ministru jgħidli jekk dawn għalkemm m'għadhomx ingaġġati f'Dar il- Mediterran, hux se jieħdu ż-żieda f'Dar il- Mediterran, hu se jieħdu ż- żieda bl-arrears mill-ħatra tagħhom fl-1992?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien informat li jekk il- ħaddiema li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor.", "Membru kellhom paga anqas minn ta' Grupp A mal-Gvern, allura huma intitolati għad-differnza fil-paga b'effett mid- data tal- ħatra tagħhom.", "Dan il-ħlas irid isir mid-dipartiment li magħhom huma impjegati llum.", "Pensjoni tas-Servizzi Inglizi bonm,Pensjoni tas-Servizzi Inglizi demg,Pensjoni tas-Servizzi Inglizi PENSJONI TAS-SERVIZZI INĠLIŻI", "8354.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Peress li hemm persuni li kienu jservu mal- Gvern Ingliż fl-RAF (M) bl- uniformi li qed jirċievu pensjoni differenti minn xulxin u b'hekk inħolqot anomalija bejniethom, jista' l-Ministru jispjega kif inħolqot din l- anomalija?", "Peress li prima facie dawn il-pensjonanti jidher li moralment għandhom raġun fit- talba tagħhom biex din l- anomalija tiġi rranġata, jista' l- Ministru jikkonsidra li t- talba ta' dawn il-pensjonanti titressaq quddiem il-Gvern Ingliż biex b'hekk isir ġustizzja ma' dawn in-nies, li minħabba f'hekk qed isofru finanzjarjament?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il- punti msemmija mill-Onor.", "Interpellant qegħdin jiġu mistħarrġa, għalkemm huwa ta' riljev il-fatt li qegħdin nittrattaw fuq ftehim li sar 21 sena ilu.", "Pensjoni tas-Servizzi Inglizi bonm,Pensjoni tas-Servizzi Inglizi demg,Pensjoni tas-Servizzi Inglizi PENSJONI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "8355.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jispjega l-pożizzjoni għar- rigward dawk il-persuni li kienu jservu bl-uniformi fir- Royal Air Force (Malta) u li spiċċaw is-servizzi tagħhom wara l-1/8/73, kienu ntitolati għal pensjoni?", "Peress li r-Royal Air Force Association (Malta Branch) ilha għal xi żmien li talbet laqgħa mal-Ministeru tiegħek, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx din il-laqgħa?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jingħad x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Delegazzjoni ta' l- Assoċjazzjoni diġa' ltaqgħet mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, għal bqija ta' l- interpellanza, l- Onor. Membru huwa ġentilment mitlub jirreferi għar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 8354.", "Msida,Provvista ta' ilma micf,Msida,Provvista ta' ilma falm,Msida,Provvista ta' ilma MSIDA: GŻIRA ROAD - PROVVISTA TA' ILMA", "8356.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi r-residenti ta' Msida Road, Gżira ilhom xhur sħaħ mingħajr pressa adegwata fil-provvista ta' l-ilma u billi dawn l-istess familji għamlu rappreżentazzjonijiet kontinwi ma' l-Uffiċjali tal- Korporazzjoni dwar l- Ilma, kif ukoll ma' uffiċjali fil- Ministeri responsabbli dwar dan in- nuqqas, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s- sitwazzjoni għandha l- istess?", "Meta se jittieħdu miżuri biex dan l-inkonvenjent jiġi megħlub?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jirriżulta li bħalissa hemm pressa baxxa f'Msida Road, Gzira minkejja li madwar tlett ġimgħat ilu nstabet ħsara fuq main ta' tliet pulzieri li ssewwiet.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn żviluppaw xi ħsarat oħra li qed jiġu mistħarrġa u mfittxija.", "Mosta,Provvista ta' elettriku micf,Mosta,Provvista ta' elettriku falm,Mosta,Provvista ta' elettriku MOSTA: TRIQ IL-ĠDIDA - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "8357.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi r-residenti li joqogħdu f'New Street off College Street, Mosta ilhom kważi sentejn jagħmlu rappreżentazzjonijiet ma' l- uffiċjali u ċ-Chairman ta' Enemalta dwar il-provvista baxxa ħafna ta' dawl li hemm fid-djar tagħhom u billi dan il-vultaġġ baxx, apparti l- inkonvenjenza kontinwa, qed jikkaġuna ħsarat fl-appliances ta' l-elettriku, jista' l- Ministru jara li din s- sitwazzjoni tiġi normalizzata?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Korporazzjoni Enemalta diġa' ħadet biċċa art in- naħa tas- Sgħajtar biex tinbena substation u b'hekk titjieb is- sistema tal- provvista ta' l- elettriku fl-inħawi msemmija.", "Distrett numru III,Djar pora,Distrett numru III,Djar hyzg,Distrett numru III,Djar AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA - APPLIKAZZJONIJIET", "8358.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu każijiet ta' talbiet għal akkomodazzjoni alternattiva minn fost applikanti li joqogħdu:-", "1) ix-Xgħajra; 2) Ħaż Żabbar; 3) Wied il-Għajn; 4) Iż-Żejtun; u 5) Marsaxlokk?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: In-numru ta' applikanti mill-lokalitajiet mitluba huma:-", "Xgħajra 8 Zabbar 108 Wied il-Għajn 16 Zejtun 118 Marsaxlokk 13", "Universita',Impjegati pora,Universita',Impjegati mifu,Universita',Impjegati UNIVERSITA' - IMPJEGATI", "8359.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija paralamentari tiegħi numru 8021?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il- mistoqsija parlamentari numru 8021 weġibtha.", "Telephones,Direttorju muxp,Telephones,Direttorju zamf,Telephones,Direttorju TELEPHONES - DIRETTORJU", "8364.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-poplu meta se jkun lest u mqassam it- \"Telephone Directory - yellow pages\"?", "Jaf il-Ministru li ħafna abbonati ilhom xhur li ħallsu lil aġenzija l- kontribuzzjonijiet meħtieġa għar-reklamar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena nformat li l-Paġni Sofor se jkunu lesti għall-pubblikazzjoni għall-ħabta t'April 1993.", "Japprezza l-Onor.", "Interpellant li pubblikazzjoni bħalma huma l-Paġni Sofor tinvolvi ħafna xogħol ta' bejgħ ta' riklami, produzzjoni u printing u għaldaqstant iridu ċertu żmien biex jitlestew 130,000 kopja.", "Sptarijiet,San Luqa,Pharmacy technicians mizj,Sptarijiet,San Luqa,Pharmacy technicians gall,Sptarijiet,San Luqa,Pharmacy technicians SPTAR SAN LUQA - PHARMACY TECHNICIANS", "8391.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li erba' Pharmacy Technicians li jaħdmu fl-Ispiżerija ta' St. Luke's se jiġu trasferiti minn nhar l-Erbgħa li ġejjin biex jakkomodaw erba' oħra li daħlu fix-shift?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- Ispizerija ta' l-'In-patients' ta' l-Isptar San Luqa toffri servizz ghal erbgha u ghoxrin siegha.", "Biex jinghata dan is- servizz kien hemm erba' 'shifts', ilkoll bi tliet 'pharmacy technicians'.", "Ir- raguni ghala kienu tlieta u mhux tnejn kienet biex jekk jonqos wiehed f'kaz ta' 'vacation leave, sick leave', jew xi emergenza personali ma jibqax wiehed wahdu.", "Dan l-ahhar gie assenjat ukoll spizjar fuq kull 'shift', sabiex ikun jista' jinghata servizz aktar professjonali.", "Li jkun hemm spizjar fuq kull 'shift' minn dejjem kienet intenzjonata, izda din il-haga ma setghetx tigi effetwata qabel, minhabba n-nuqqas ta' spizjara li kien jezisti.", "Zgur illi ma hemmx bzonn ta' erba' minn nies fuq kull 'shift', u biex ma jkunx hemm hela ta' 'manpower', erba' 'technicians' qeghdin jigu trasferiti ghal postijiet ohra fejn hemm hafna iktar bzonnhom.", "Ghalhekk mhux preciz u gust li jigi allegat li dan sar 'biex jakkomodaw erbgha ohra li dahlu fix-'shift'.", "Rabat,Twahhil ta' bollards spic,Rabat,Twahhil ta' bollards gall,Rabat,Twahhil ta' bollards RABAT - TWAĦĦIL TA' BOLLARDS", "8392.", "L-ONOR.", "CARM LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jistgħu jittieħdu passi biex l- Awtorita' tat-Trasport Pubbliku tapprova t-twaħħil ta' bollards fuq il-bankina quddiem il- knisja Ta' Ġieżu, Rabat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- talba tiegħu se titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall- konsiderazzjoni.", "Mellieha,Hlas ta' licenzja tat-TV spic,Mellieha,Hlas ta' licenzja tat-TV frem,Mellieha,Hlas ta' licenzja tat-TV MELLIEĦA - ĦLAS TA' LIĊENZJA TAT-TV", "8393.", "L-ONOR.", "CARM LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jistgħu jittieħdu passi biex ir- residenti tal-Mellieħa jkunu jistgħu jħallsu l-liċenzja tat- TV fl-għassa tal-Pulizija tal- Mellieħa u mhux ikollhom jinżlu San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO:Il- postijiet fejn jitħallsu l- liċenzji ġie stabbilit mill-Wireless Telegraphy Ordinance (Kap 78) ippubblikata fil- Gazzetta tal-Gvern fl-24 ta' Diċembru 1979.", "In- notifikazzjoni relevanti tgħid li r-residenti tal-Mellieħa flimkien ma' dawk ta' San Pawl il-Baħar, Burmarrad, Għajn Tuffieħa, l-Armier, il-Marfa u lokalita' oħra f'dawk l- inħawi jħallsu l-liċenzji mis-16 sa 30 ta' April fl-Għassa tal- Pulizija ta' San Pawl il-Baħar.", "Din il-proċedura għadha sseħħ sal-lum.", "Ta' min jgħid li l-Public Broadcasting Services Ltd. qegħda tistudja proċeduri ġodda għall-ħlasijiet tal-liċenzja dwar ix-Xandir li jieħdu in konsiderazzjoni l-konvenjenza tal-Pubbliku.", "Ma' dan il-pjan se tkun marbuta kampanja li tinkoraġixxi lill-pubbliku li jħallas il-liċenzja permezz ta' ċekkijiet.", "Mellieha,Triq Borg Olivier,Bollards spic,Mellieha,Triq Borg Olivier,Bollards gall,Mellieha,Triq Borg Olivier,Bollards MELLIEĦA: TRIQ BORG OLIVIER - BOLLARDS", "8394.", "L-ONOR.", "CARM LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jistgħu jittieħdu passi biex l- Awtorita' tat-Trasport Pubbliku tapprova it-twaħħil ta' bollards fuq il-bankina dejqa ħafna quddiem Brian Tailoring f'Ġorġ Borg Olivier Street, Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- talba tiegħu se titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall- konsiderazzjoni.", "Memmo Roberto,Investigazzjonijiet bril,Memmo Roberto,Investigazzjonijiet fenj,Memmo Roberto,Investigazzjonijiet ROBERT MEMMO - INVESTIGAZZJONIJIET", "8395.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni ta' Kontra l-Korruzzjoni inizjatx x'invesitagazzjonijiet sabiex tistabbilixxi jekk setax kien hemm irregolaritajiet dwar l- għoti ta' kuntratti f'intrapriżi pubbliċi Maltin lil aħwa Federici u lil Roberto Memmo li lkoll ġew imxandra fl- istampa Taljana għall- konnessjonijiet diretti tagħhom mal-qarnita tat-Tangenti ġewwa dak il-pajjiż?", "ONOR.", "JOE FENECH: Taħt l- artiklu 15 tal-Cap 326 tal- liġijiet ta' Malta l-Onor.", "Interpellant jista' jressaq kull ilment jew allegazzjonijiet li jidhirlu għal investigazzjoni mill-kummissjoni.", "Madankollu il-mistoqsija parlamentari ġiet mgħoddija lill-kummissjoni, biss skond l- artiklu 15 tal-liġi fuq imsemmija il-kummissjoni ma tistax tiżvela x'investigazzjonijiet ikunu għaddejjin jew x'informazzjoni tkun qed tinġabar.", "Satellite Dishes,Licenzja bril,Satellite Dishes,Licenzja fene,Satellite Dishes,Licenzja SATELLITE DISHES - LIĊENZJA", "8396.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-liċenzja li wieħed irid iħallas bħalissa sabiex jistalla TV Satellite Dish?", "Din il-liċenzja meta kienet ġiet introdotta u kemm kienet dak inhar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għalkemm din il-mistoqsija suppost li ġiet indirizzata lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija, xorta qiegħed nagħti l-informazzjoni mitluba.", "Dwar l-ewwel parti tal- mistoqsija ninsab informat li l-ħlas biex wieħed ikollu/għandu TV Satellite Dish il-liċenzja hi kif jidher jawn taħt:-", "(i) għal kull terminal ta' riċezzjoni tat-televiżjoni bis- satellita f'lukandi, kumplessi għal btala, uffiċċji ta' gazzetti ta' kuljum u stazzjonijiet tar-radju u/jew tat-televiżjoni, Lm50 fis-sena;", "(ii) għal użu ta' terminal kif imsemmi f'(i) hawn fuq iżda ġewwa fondi oħrajn, Lm25 fis- sena.", "Il-liċenzji msemmija f'(1) u (ii) hawn fuq ġew introdotti f'Marzu ta' l- 1988 u f'Jannar ta' l-1990 rispettivament.", "Minn dak inhar sal-lum, ma sar ebda tibdil fil-ħlas ta' dawn il-liċenzji.", "Banek,Bank Centrali bril,Banek,Bank Centrali dalj,Banek,Bank Centrali BANEL - BANK ĊENTRALI", "8397.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Meta ħarġet u meta għalqet it-tender għall- computers li se jintużaw fl- extension il- ġdida tal-Bank Ċentrali ta' Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena nformat li l-computers li kienu fil-bini l-qadim tal-Bank Ċentrali se jibqgħu jintużaw fil-bini l-ġdid.", "Fil-fatt saru l- arranġamenti kollha meħtieġa sabiex permezz ta' tqegħid ta' cables apposta, is-sistema kompjuterizzata tal-Bank xorta tibqa' taħdem b'mod effiċjenti.", "Servizz Civili,Impjegati hatjin ta' reati bril,Servizz Civili,Impjegati hatjin ta' reati fene,Servizz Civili,Impjegati hatjin ta' reati SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI ĦATJIN TA' REATI", "8398.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi il-pożizzjoni vis a vis il-PSC ta' impjegati mal- Gvern pensjonabbli/part-timer/casual li jinstab ħati ta' reati kriminali u li jispiċċa jeħel sena ħabs b'sentenza sospiża għall-frodi u misapproprijazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L- impjegati regolari tal-Gvern inklużi dawk pensjonabbli li jinstabu ħatja ta' reat kriminali huma soġġetti għal proċeduri tad-dixxiplina skond ir-Regolamenti ta' l-1977 tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina).", "Il-każ jintbagħat quddiem il-Kummissjoni tas- Servizz Pubbliku li trid tirrakkomanda lill- Prim Ministru jekk l-Uffiċjal għandux jitkeċċa jew tingħatalu xi piena iżgħar minħabba r-reat li għalih ikun ġie misjub ħati.", "L-impjegati part-time u każwali ma jaqawx taħt il- ġurisdizzjoni tar- regolamenti fuq imsemmija.", "Iżda l-kap tad- dipartiment għandu d-dritt li jittermina l-impjieg tagħhom meta jrid, iżjed u iżjed meta huma ħatja ta' reat kriminali.", "Lukandi,Room Tax bril,Lukandi,Room Tax dalj,Lukandi,Room Tax LUKANDI - ROOM TAX", "8399.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'se jkunu il-guidelines għal-lukandiera li diġa' qed jinnegozjaw kuntratti ta' l- 1994 fuq bażi Half Board rigward dak li hu Room Tax component, food levy charge fuq il-prezz negozjat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il- lukandiera li fil-preżent qegħdin jinnegozjaw kuntratti ta' l-1994 ma jidhirlix li jenħtieġu xi guidelines speċifiċi.", "Dan għaliex il-liġi f'dan ir-rigward hija ċara biżżejjed, jiġifieri tkun trid titħallas taxxa ta' 5% fuq il- prezz miftiehem ta' akkomodazzjoni jew servizz ieħor li jinkludi kull ikel u xorb kompriż fil-ftehim.", "Banek,Mid-Med Bank,Inkjesta bril,Banek,Mid-Med Bank,Inkjesta fene,Banek,Mid-Med Bank,Inkjesta BANEK - MID-MED - INKJESTA", "8400.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-ippubblikar tar-rapport ta' inkjesta tal-Mid-Med Bank?", "It-tieni parti tar-rapport tlestiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-rapport finali ġie pprżentat lili fid-9 ta' Frar, 1993 u qiegħed jiġi eżaminat.", "Pensjoni tas-Sur Falzon Anthony spil,Pensjoni tas-Sur Falzon Anthony dalj,Pensjoni tas-Sur Falzon Anthony PENSJONI TAS-SUR ANTHONY FALZON", "8401.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jara għaliex il-pensjonant Anthony Falzon, li għandu l-ID Number 657022 (M) u n-numru tal-pensjoni 10683163 għadu ma rceviex il-pensjoni għal Ottubru 1992, minkejja d- diversi drabi li rrapporta dan?", "Jista' jara li dan l-anzjan ma jkollux għalfejn jibqa' jterraq għal dak li suppost irceva?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li diġa' inħareġ ċekk ġdid bin- numru GI/238807 biex jissostitwixxi ċ-ċekk oriġinali li kien intbagħat fiż-żmien lill-pensjonant imsemmi iżda li kien ġie rrapportat bħala mitluf minnu stess.", "Ghawdex,Karnival bork,Ghawdex,Karnival frem,Ghawdex,Karnival GĦAWDEX - KARNIVAL", "8402.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-advanced money tal-karnival għal Għawdex waslux fejn kellhom jaslu?", "Jekk ma waslux, għaliex?", "U meta se jaslu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L- advance money tal-Karnival għal Għawdex li jammonta għal Lm2,110 waslu fejn kellhom jaslu.", "Skart industrijali psaj,Skart industrijali falm,Skart industrijali SKART INDUSTRIJALI", "8403.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kif inhu rregolat it-tfigħ ta' skart speċjalment dak industrijali fis-sistema tad-drenaġġ?", "Hemm xi guidelines li magħhom jistgħu jimxu kumpanniji?", "Isir xi kontroll jew isir biss superviżjoni u investigazzjoni meta jiġi rrapportat xi każ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Regolamenti dwar rimi ta' skart fid-drenagg jinstabu fl-Avviz Legali Numru 8 ta' l-1993.", "Dawn ir-regolamenti jipprovdu ghall-iskart industrijali.", "Parti minnhom jidhlu fis-sehh fl-1 ta' April 1993, u l-bqija fl-1 ta' Jannar 1994.", "Prezentament isiru kontrolli skond il-kaz.", "Dawn ha jigu intensifikati bil-poteri moghtija bir-regolamenti godda u bit-twaqqif ta' Waste Control Unit fi hdan id-Dipartiment tad-Drenagg.", "Gwidi tat-turisti psaj,Gwidi tat-turisti bong,Gwidi tat-turisti GWIDI TAT-TURISTI", "8404.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Filwaqt li nifhem li min ikun qiegħed jattendi kors full-time l- Universita' ma jkunx jista' jagħmel xogħol full-time bħal Tourist Guide, ma narax għaliex licenzja għal dan għandha tiġi miżmuma.", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex dawk l-istudenti li fix-xhur tas-sajf jixtiequ jagħmlu xogħol ta' gwidi tat-turisti tingħatalhom din il-licenzja, specjalment issa li hi policy tal-Gvern li jinkoraġġixxi lill-istudenti jsibu xogħol huma?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-kors li ghalih l-Onor Interpellant qed jaghmel riferenza kien miftuh biss ghal dawk li kienu lesti jahdmu ta' gwida \"full-time\" matul is-sena kollha.", "Sakemm persuna ma tkunx f'qaghda li tiggwida \"full-time\" ma tinghatax licenzja ghal dan l-iskop.", "Din il-policy ilha tithaddem 'l fuq minn hames snin u ma saru l-ebda eccezzjonijiet.", "Awtorita' tad-Djar,Requisition orders psaj,Awtorita' tad-Djar,Requisition orders hyzg,Awtorita' tad-Djar,Requisition orders AWTORITA' TAD-DJAR - REQUISITION ORDERS", "8405.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- policy ta' l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Socjali f'dawk li huma Protective Requisition Orders?", "Iħoss il-Ministru li dawn ikunu ndħil f'xi deciżjonijiet li tkun trid tieħu l-Qorti?", "Jekk dan hu hekk, iħoss li xi Protective Requisition Orders li ħarġu fil-passat għandhom jiġu rtirati biex il-Qorti tkun libera għal kollox fid- deciżjonijiet tagħha?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mhix il-policy tad-dipartiment li joħroġ protective requisition orders iżjed u iżjed fejn tkun se tittieħed deċiżjoni mill- Qorti.", "Xi protective requistion li setgħu ħarġu qabel mhux se jitneħħew.", "Zejtun,Tennis court psaj,Zejtun,Tennis court frem,Zejtun,Tennis court ŻEJTUN - TENNIS COURT", "8406.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Billi mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubblici jidher li kollox hemm lest għat-tennis courts li hemm fil-ġnien ta' ħdejn San Girgor, iż- Żejtun, x'qiegħed iżomm li dawn ma ġewx imqegħda u organizzati biex ikunu jistgħu jiġu wżati?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Qrati,Annullamenti taz-zwieg bonm,Qrati,Annullamenti taz-zwieg fenj,Qrati,Annullamenti taz-zwieg QRATI - ANNULLAMENTI TAŻ-ŻWIEĠ", "8407.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' annullamenti taż-żwieġ fil- Qrati Maltin u dawk Għawdxin matul is-snin 1989, 1990, 1991 u 1992?", "Kemm minnhom ġew deciżi?", "Kemm għad hemm pendenti?", "Kemm-il kawża ġiet irtirata minħabba xi raġuni jew oħra?", "ONOR.", "JOE FENECH: L- informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra hekk kif din tiġi miġbura.", "Servizz Civili,Promozzjonijiet abew,Servizz Civili,Promozzjonijiet fene,Servizz Civili,Promozzjonijiet SERVIZZ ĊIVILI - PROMOZZJONIJIET", "8408.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kull min ingħata promotion fl-20 ta' Jannar, 1992, ma ħadux l-ewwel incriment f'Jannar, 1993, u dawn qalulhom li l-ewwel incriment se jingħata fl-1994?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li dawk li matul l-1992 ħadu ħatra jew promozzjoni not in the normal course, jiġifieri wara kompetizzjoni għal post avżat fil-Gazzetta tal-Gvern, tpoġġew mill-ewwel fuq l-iskala l- ġdida.", "Dawn huma ntitolati għal increment din is-sena.", "Dawk li l-promozzjoni tagħhom fl-1992 kienet in normal course tħallset t- tielet installment tar-Riforma skond il-Ftehim Preliminari mal-Unions, u tpoġġew fuq l-iskala l-ġdida fl-1 ta' Jannar din is-sena.", "Għalhekk dawn jiġu ntitolati għal increment matul l-1994.", "Forzi Armati,Ajruplani abew,Forzi Armati,Ajruplani fene,Forzi Armati,Ajruplani FORZI ARMATI - AJRUPLANI", "8409.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Kemm għad hemm ajruplani Fixed Wings li mhumiex fi stat li jistgħu jittajru minħabba xi ħsarat, uncertification jew nuqqas ta' xi spares jew tagħmir?", "X'inhi r- raġuni jew raġunijiet li hemm piloti uffiċjali fl-Armata Maltija li huma ċċertifikati biex ittajru dawn il-fixed wings imma dawn mhux ittarjuhom jew qed jirrifjutaw li jtajjruhom?", "Veru jew le li fost raġunijiet oħra dawn il- piloti ma jridux jtajjruhom għax għad m'għandhomx parachute issue personali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Rigward l-ewwel parti tal- mistoqsijam nirreferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li tajt, fis-Seduta tad-9 ta' Frar, ta' l-1993, għal mistoqsija parlamentari numru 7831.", "Dwar it-tieni parti tal- mistoqsija, naħseb li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għal erba' bdoti li riċentement temmew b'suċċess it-taħriġ tagħhom fl- Italja.", "Ninsab informat li l- awtoritajiet lokali ta' l- Avjazzjoni Ċivili bħalissa qegħdin jipproċessaw id- dokumentazzjoni tat- titjir ta' dawn il-bdoti sabiex ikunu jistgħu joħorġulhom l- awtoritazzazzjoni tat-titjir li hi meħtieġa.", "Ninsab informat ukoll li mhux minnu li dawn il- bdoti qed jirrifjutaw li jtajjru l-ajruplani fixed wing.", "Irrid inżid li, għalkemm il- manual ta' dan it-tip ta' ajruplan ma jispeċifikax li l- bdot tiegħu jrid jilbes il- parachute, waqt it-taħriġ tagħhom fl-Italja, dawn l-erba' bdoti Maltin fil-fatt kienu jilbsu l- parachute u għalhekk il-Forzi Armati ta' Malta qed jieħdu ħsieb biex jixtru numru ta' parachutes sabiex jintlibsu mill-ekwipaġġi ta' dan l- ajruplan.", "Forzi Armati,Computers abew,Forzi Armati,Computers fene,Forzi Armati,Computers FORZI ARMATI - COMPUTERS", "8410.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm computers fl-Armata?", "Kemm intnefqu flus fuq il- Hardware u Software tal- computers li nxtraw mill-Armata matul l-aħħar ħames snin?", "Ta' liema ditta huma dawn il- computers?", "Inxtraw wara ħruġ ta' Tenders jew by quotation?", "Għal-liema skop jew skopijiet qed jintużaw?", "L-istores and Equipment Accounting, Finance and Pay, Maintanence Records ta' tagħmir speċjali bħal helicopters, ajruplani u patrol boats, etc, huma fis-sistema kompjuterizzata jew le?", "Jekk le, meta hemm il-ħsieb li dawn se jiġu imdaħħla fis-sistema kompjuterizzata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L- informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f'xi seduta oħra", "Forzi Armati,Ajruplani abew,Forzi Armati,Ajruplani fene,Forzi Armati,Ajruplani FORZI ARMATI - AJRUPLANI", "8411.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il siegħa kull wieħed itajjru l-ajruplani fixed wings matul l-aħħar sena li ilhom ma' l-Armata Maltija?", "Kemm-il siegħa kull wieħed itajjru fuq operational tasks?", "F'kull każ kemm kienu is-sigħat li itajjru minn piloti militari Maltin u kemm-il siegħa itajjru minn piloti oħra?", "Min kienu il- piloti li tajjruhom u li ma kenux membri regolari ta' l- Armata Maltija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa' għidt fi tweġibiet oħra, s'issa, mill-ħames ajruplani fixed wing li għandhom il-Forzi Armati ta' Malta, tlieta nħarġilhom iċ- ċertifikat tal-airworthiness mill-awtoritajiet lokali ta' l- Avjazzjoni Ċivili.", "Minn meta nħarġilhom dan iċ-ċertifikat sas-16 ta' Frar, 1993 dawn l- ajruplani taru kif jidher hawn taħt:-", "REG MARK TEST FLIGHTS TRAINING MISSIONS", "9 H - ACA 2 hrs - 35 mins 33 hrs - 55 mins 9 H - ACB 1 hr - 25 mins 23 hrs - 40 mins 9 H - ACC 2 hrs - 40 mins 31 hrs - 25 mins", "Għal raġunijiet li tajt fi tweġibiet oħra, dawn l- ajruplani għadhom ma ttajjrux fuq operational tasks.", "It-titjir ta' prova sar mis- Sur Paul Morley, ċittadin Inġliż, li hu bdot kwalifikat u inġinier aeronawtiku, waqt li t-titjir ta' taħriġ sar minn ħames bdoti tal-Forzi Armati ta' Malta taħt il-ħarsien tas- Sur Morley innifsu.", "S'issa l- istess ħames bdoti taru darbtejn solo, jiġifieri waħedhom, fuq l-ajruplan.", "Ħadd ħlief dawn is-sitt persuni ma tajru dawn l- ajruplani.", "Forzi Armati,Reklutagg abew,Forzi Armati,Reklutagg fene,Forzi Armati,Reklutagg FORZI ARMATI - REKLUTAĠĠ", "8412.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta ħabbar l-arranġamenti ġodda tar-reklutaġġ fl- Armata:", "a. Kemm kien hemm applikazzjonijiet?", "b. Kemm minnhom ġew magħżula? c. Kemm minnhom ġew ingaġġati?", "d. X'irid wieħed jagħmel u fejn irid imur biex japplika?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa' għidt meta riċentement ħabbart l- iskema l- ġdida għar-reklutaġġ ta' suldati regolari fil-Forzi Armati ta' Malta, id-dettalji dwar din l-iskema se jitħabbru dalwaqt.", "Dawn id- dettalji jkunu jinkludu kif, meta u fejn wieħed għandu japplika.", "Naturalment, s'issa għadu ma sar l-ebda reklutaġġ taħt din l-iskema.", "Forzi Armati,Kazi ta' ingustizzji abew,Forzi Armati,Kazi ta' ingustizzji fene,Forzi Armati,Kazi ta' ingustizzji FORZI ARMATI - KAŻI TA' INĠUSTIZZJI", "8413.", "L-ONOR.", "WISTIN ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta hu ta ordni biex jibdew jinstemgħu l-każi ta' inġustizzji mressqa minn membri tal-Forzi Armata ta' Malta li qed jiġu allegati li saru mill- 1987 'il hawn?", "Kemm ġew trattati każi?", "Kemm minnhom ġew deċiżi favur u kemm kontra l-Armata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L- Att XV ta' l-1987 jiddistingwi bejn każi ta' allegati nġustizzji li jiġru mill-1 ta' Ottubru, 1987 'il hawn - Artiklu 9.", "(1) (a) u dawk li ġraw bejn l-1 ta' Ottubru, 1971 u t-30 ta' Settembru, 1987 - Artiklu 9.", "(1) (b).", "Minħabba li l-Kummissjoni tinvestiga l-ilmenti fuq bażi kronoloġika, għall-ewwel hija kienet għadha qed tara biss ilmenti skond Artiklu 9.", "(1) (b).", "Fit-30 ta' Marzu, 1992, wara suġġeriment tiegħi, il- Kummissjoni bdiet tinvestiga wkoll l-ilmenti magħmulin skond Artiklu 9.", "(1) (a).", "Dawn qed isir mhux biss dwar ilmenti mressqa minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta.", "Fil-fatt għal kull tnejn mill-każi ta' wara l-1987 jinstemgħu tliet każi ta' qabel.", "Sa l-aħħar ta' Jannar, 1992 in-numru ta' ilmenti dwar allegata inġustizzja mill-1987 'il hawn imressqa minn membri tal-Forzi Armati li ġew investigati mill-Kummissjoni kien ta' 77.", "Minn dawn, il- Kummissjoni sabet li 26 ilment (li minnhom 25 kienu każ kollettiv) kienu ġustifikati filwaqt li 51 ma kienux.", "Ghawdex,Rabat,Klinika velj,Ghawdex,Rabat,Klinika taba,Ghawdex,Rabat,Klinika GĦAWDEX: RABAT - KLINIKA", "8415.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid:-", "1) Meta nfetħet għall- pubbliku l-klinika li tinsab fi Triq Enrico Mizzi fir-Rabat, Għawdex?", "2) X'ħin huma l-ħinijiet li tiftaħ għall-pubbliku?", "3) Fil-Ħdud u l-festi tkun miftuħa wkoll?", "4) Kemm hemm staff u x'inhu r-rwol ta' kull membru ta' l- istaff?", "5) X'tip ta servizz jingħata minn din il-klinika?", "6) Kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis- servizzi mogħtija minn din il- klinika minn meta nfetħet sal- 31 ta' Jannar, 1993?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Iċ- ċentru tas-Saħħa fir-Rabat, Għawdex infetaħ uffiċjalment fit-12 ta' Ottubru, 1991.", "Iċ- ċentru jkun miftuħ kuljum, inklużi l-Ħdud u festi, mit- 8.00 a.m. sat-7.45 p.m.", "L-istaff taċ-ċentru huwa magħmul minn tmien tobba, tliet nurses, sitt Health Assistants u żewġ Hospital Auxiliares.", "Fost is-servizzi li jingħataw, li huma dawk ta' tabib fil- prattika ġenerali, hemm it- testijiet ta' pazjenti bħal eżami tad-demm u tal-pressjoni, il-medikazzjoni tal-pazjenti u l-kitba ta' mediċini u ċertifikati kif ukoll żjarat lill- morda d-dar.", "Minn meta nfetaħ 'il hawn in- numru ta' persuni li għamlu użu mis- servizzi mogħtija minn dan iċ-ċentru kien hekk:-", "Ottubru - Diċembru 1991 - 5,323 Jannar - Diċembru 1992 - 34,671 Jannar 1993 - 2,823 ------ Total: 42,817 ------", "Telemalta,Riorganizzazzjoni pora,Telemalta,Riorganizzazzjoni zamf,Telemalta,Riorganizzazzjoni TELEMALTA - RIORGANIZZAZZJONI", "8416.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Peress li t-taħdidiet bejn ir- rappreżentanti tal-ħaddiema u l-Management tal-Korporazzjoni Telemalta dwar ir- riorganizzazzjoni tat- Telefonija u t-Telegrafija waqfu aktar minn xahrejn ilu, u peress li hemm xniegħa fost il- ħaddiema koncernati li membru tal-Management qed jgħid li spicca kollox dwar dawn ir- riorganizzazzjonijiet, jista' l-Ministru jikkonferma dan l- għajdut jew kontra?", "Jekk fin-negattiv, fiex waslu dawn it-taħdidiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bhalissa qeghdin isiru diskussjonijiet fuq il-Ftehim Kollettiv li fost affarijiet ohra jinkludu z-zewg taqsimiet li qieghed jirreferi ghalihom l-Onor.", "Membru.", "Qrati,Kaz ta' abort pora,Qrati,Kaz ta' abort gall,Qrati,Kaz ta' abort QRATI - KAŻ TA' ABORT", "8417.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għar-risposta li tani l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8020, jista' jgħid kemm- il darba dan it-tabib u l- compounder tela' l-Qorti dwar dan il-każ ta' abort?", "Jista' jgħid jekk f'dan il-każ tapplikax il-liġi tal- preskrizzjoni peress li ilu jtawwal is-snin?", "Jista' jassigura lill-Kamra li l-każ mhux se jmut fuq ommu għax ikun preskritt?", "Min hu l-ispettur prosekutur f'dan il-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: a) It- tabib u l-'compounder' dehru quddiem il- Magistrat 15-il (hmistax) darba barra dik id- darba li huma tressqu il- Qorti arrestati.", "L-ahhar darba li dehru kien fl-20 ta' Jannar 1993.", "b) La darba l-kaz ikun tressaq quddiem il-Qorti l-Ligi tal- Preskrizzjoni tigi interotta. c) Dan il-kaz kien gie investigat mill-Ispettur Mario Calleja u kien tressaq il-Qorti mill-istess Spettur.", "Importazzjoni ta' haxix frisk buhc,Importazzjoni ta' haxix frisk gatl,Importazzjoni ta' haxix frisk IMPORTAZZJONI TA' ĦAXIX FRISK", "8418.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li se jitħalla jiġi importat ħaxix frisk inkluż qarabali?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ma hemm l-ebda hsieb li jigi importat haxix frisk li jkun mkabbar mill-bdiewa Maltin.", "Proprjeta' mmobbli,Taxxa buhc,Proprjeta' mmobbli,Taxxa dalj,Proprjeta' mmobbli,Taxxa PROPRJETA' MMOBBLI - TAXXA", "8419.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk iż-żieda fit-taxxa tal-boll fuq trasferiment ta' proprjeta' immobbli ġietx fis- seħħ mid-data tal-budget jew jekk din ma tapplikax għal dawk il-konvenji li ġew reġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni fiż-żmien stipulat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iż-żieda tal-boll fuq trasferimenti ta' proprjeta' mmobbli se tkun ġiet fis-seħħ u applikabbli għal dawk il-kuntratti li ġew pubblikati mill-għada tal- Budget, jiġifieri mill-25 ta' Novembru, 1992 irrespettivament jekk il-konvenji ġewx reġistrati mad-Dipartiment tat- Taxxi Interni jew le.", "Telephones,Mobile buhc,Telephones,Mobile falm,Telephones,Mobile MOBILE TELEPHONES", "8420.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil- Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu li għandhom is- servizz tal-mobile telephone?", "X'inhu l-grad ta' xogħol ta' dawn il-persuni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Twegiba tinghata f'seduta ohra.", "Permessi tal-bini buhc,Permessi tal-bini falm,Permessi tal-bini PERMESSI TAL-BINI", "8421.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara x'sar mill-applikazzjoni tal-PAPB PB5465/89 l/o Dingli, peress li milli jidher dan il- file ġie misplaced?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-applikazzjoni msemmija qed tigi processata tant li ftit ta' zmien ilu saret spezzjoni li minnha nstab li diga nbeda x-xoghol fuq is- sit li jinstab 'l barra mill- limiti ta' l- izvilupp.", "Zebbug,Mdina Road,Bini buhc,Zebbug,Mdina Road,Bini falm,Zebbug,Mdina Road,Bini ŻEBBUĠ: MDINA ROAD - BINI", "8422.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini li qiegħed isir quddiem il-fabbrika ta' Spiteri Tiles, f'Imdina Road, l/o Zebbug hux qiegħed isir fuq il-linja ufficjali tat-triq għax milli jidher dan il-bini qiegħed isir fil-post fejn kellha ssir is-service road?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xoghol fil-bini msemmi mill- Onor. Membru gie mwaqqaf ix-xahar li ghadda ghax jinsab barra l-linja ufficjali.", "Qed jittiehdu passi kontra l- persuna responsabbli.", "Pulizija,Kazi ta' serq pora,Pulizija,Kazi ta' serq gall,Pulizija,Kazi ta' serq PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "8426.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jweġibni l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8329 dwar serq li sar matul l-1992?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat kif ser nghid:", "Fl-1992 gew irrapurtati dawn il-kazijiet ta' serq ghand il- Pulizija.", "Tip ta' Reat Total ta' Kazijiet", "Serq minn postijiet gewwa bliet u rhula: 2004 Serq minn bnadi ohra: 564 Serq minn bicciet tal-bahar: 50 Serq ta' bicciet tal-bahar: 64 Serq minn vetturi ipparkjati: 2808 Serq ta' vetturi: 1439 'Pickpocketing': 197 'Snatch and Grab': 117 Serq minn xtajtiet: 231 Serq ta' 'bicycles': 49 Serq ta' hwejjeg minn fuq il-bjut: 4 Serq ta' affarijiet ohra minn fuq il-bjut: 3 Serq ta' kurrent elettriku: 136 'Hold ups': 35 Serq bi vjolenza: 16", "Matul l-istess sena tressqu 534 (hames mija u erbgha u tletin) persuna mixlija b'serq jew reati konnessi ma' serq il- Qorti.", "Fl-1992, 1123 (elf mija u tlieta u ghoxrin) persuna gew mizmuma mill- Pulizija.", "Zabbar,Dawl fit-toroq pora,Zabbar,Dawl fit-toroq falm,Zabbar,Dawl fit-toroq ŻABBAR - DAWL FIT-TOROQ", "8427.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandu pendenti għall-istallazzjoni ta' bozoz f'Ħaż Żabbar, Wied il-Għajn, iż-Żejtun u Marsaxlokk, rispettivament?", "Fejn huma dawn it-talbiet u meta se jiġu stallati dawn il- bozoz?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- informazzjoni mitluba qed tingabar u t-twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "Ilma,Hsara fil-kanen degl,Ilma,Hsara fil-kanen falm,Ilma,Hsara fil-kanen ĦSARA FIL-KANEN TA' L-ILMA", "8428.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Meta l- Gvern iqabbad kuntrattur biex iħaffer xi trinek u dan jagħmel ħsara lil kanen ta' l-ilma tar-residenti tat-triq, min għandu iħallas l- ispejjeż tat- tiswijiet ta' dawn il-kanen ta' l-ilma?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kull kuntrattur tat-trinek jintalab ihallas spejjez ghal hsarat kagunati minn traskuragni tieghu jew nuqqas ta' osservanza tar-regolamenti.", "Korruzzjoni fil-loghob tal-football musr,Korruzzjoni fil-loghob tal-football frem,Korruzzjoni fil-loghob tal-football KORRUZZJONI FIL-LOGĦOB TAL- FOOTBALL", "8434.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: B'referenza għal dak li ġie rapportat li qal Ally Dawson, Manager ta' St. Andrew's F.C., rapportat fil-ġurnali Maltin tas-17 ta' Frar, 1993, dwar każ ta' korruzzjoni fil-logħba St. Andrews vs Zurrieq (1992/93) fejn stqarr illi l-football f'Malta huwa wieħed mill-aktar korrotti fl-Ewropa, jista' l- Ministru jinforma lil dan il- Parlament dwar x'passi jista' jieħu l-Gvern biex:", "1) Jgħin lill-MFA fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;", "2) Jinforza l-liġi kontra l- logħba li sfaccament jiksru liġijiet fil- pubbliku;", "3) Jitlob li ssir inkjesta dwar il-logħba St. Andrews vs Zurrrieq (2-0) li semma Dawson;", "4) Dan il-Parlament, filwaqt li jirrispetta l-awtonomija ta' l- Assocjazzjonijiet Nazzjonali Sportivi, jara li l-abbuż u l- korruzzjoni jinqatgħu mill- prattika tal-ħajja Maltija, inkluż fl-isport?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Minkejja li jirrispeta l- awtonomija ta' l- Għaqdiet Nazzjonali Sportivi, il- Ministeru jsegwi mill-qrib kull attivita' u kumment.", "Tajjeb li jiddikjara li l-Gvern innotat l-pożizzjoni li ħadet l- MFA mal-ħatra tal-President il-ġdid u jappoġġa politikament u moralment bil- ħeġġa kollha possibbli din il-lotta kontra l-korruzzjoni u nħoss li ma nistgħux inħallu din il- problema mhux affrontata bil- kuraġġ kollu li tenħtieġ u bl- għajnuna u koperazzjoni ta' dawk responsabbli u li qegħdin f'sitwazzjoni li jgħinu.", "Din hi kompetenza tal- Ministeru ta' l-Intern iżda bħala l-Ministru responsabbli mill-Isport irrid nuri l- apprezzament ta' dak kollu li qed tagħmel il-pulizija b'dan ir-rigward.", "Nixtieq nagħmel appell lil dawk kollha li jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni biex ikomplu jagħtu l-kontribut tagħhom f'din il-ġlieda qaddisa.", "Nixtieq li l-Pulizija u kull min jista' jgħin lill- Pulizija tieħu l-miżuri meħtieġa biex neqirdu dan il- kankru.", "Nistenna x'azzjoni se tieħu l-MFA biex inkun f'qagħda li ninforma lil dan il-Parlament bil-qagħda preċiża dwar dawn l- allegazzjonijiet.", "Hekk bħalma l-Gvern jinsisti dwar il-komportament u l-etika fil-ħajja pubblika, dik politika u amministrattiva, ikunu mħarsa minn dawk responsabbli, hekk ukoll irridu naraw li l-ħajja Maltija kollha tgħozz u tħares dawn il- valuri.", "L-għajdut dwar l- isport jagħmel ħsara kbira lil valuri ta' l-isport u liż- żgħażagħ numerużi li jipprattikawh u għaldaqstant l- etika fl-isport trid tkun ukoll tifforma parti mill- prattika sportiva skond il-ħtieġa ta' l- isportivi kollha.", "Kalkara,Impjant tal-purifikazzjoni mizj,Kalkara,Impjant tal-purifikazzjoni falm,Kalkara,Impjant tal-purifikazzjoni KALKARA - IMPJANT TAL- PURIFIKAZZJONI", "8435.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8003, jaf il-Ministru li l-maġġoranza assoluta tar-residenti tal- Kalkara ma jridux li jsir l- impjant?", "Qiegħed ngħidlu b'dan biex inkun ta' għajnuna qabel ma jkompli b'dan il- proġett u biex ikun jaf x'inhi x-xewqa tan-nies tal-Kalkara.", "Biex inkompli nsostni, dan, jien lest li niġborlu l-firem tan-nies tal-Kalkara fejn il- maġġoranza tagħhom huma ta' liema kulur politiku huma, ma jaqblux ma dan.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- informazzjoni mogħtija mill- Onor. Interpellant ġiet innotata.", "Distrett numru II,Telephones mizj,Distrett numru II,Telephones zamf,Distrett numru II,Telephones DISTRETT NUMRU II - TELEPHONES", "8436.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid f'liema lokal tat-tieni distrett hemm is- service on demand għas-servizzi tat-telefon?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: S'Issa l-ebda lokal fit-tieni distrett ma huwa kklasifikat bhala \"Service on Demand\".", "Madanakollu qieghed isir xoghol t'estensjoni tal-linji f'hafna mill-lokalitajiet ta' dan id- distrett.", "Fil-fatt, dawk l-applikanti fil-Birgu, tal-Hawli (Bormla) u parti mill-Fgura li applikaw sa l- ahhar ta' Dicembru 1992 diga' kienu jew qed ikunu mghajta sabiex jinghatalhom is-servizz.", "Air Malta,Safar mic-Chairman nict,Air Malta,Safar mic-Chairman bong,Air Malta,Safar mic-Chairman AIR MALTA - SAFAR MIĊ-CHAIRMAN", "8440.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il safra għamel ic-Chairman ta' l-Air Malta s-Sur T. Tabone mill- ħatra tiegħu sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema pajjiżi mar u jista' jagħti lista dettaljata ta' l- ispejjeż li saru f'dak li huwa akkommodazzjoni, ikel, trasport ecc?", "Jista' jagħti wkoll l- ismijiet tal-persuni li akkumpanjaw is-Sur Tabone f'dan is-safar?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ma jidhirlix li ghandi naghti d-dettalji mitluba mill- Onorevoli Interpellant izda nghid biss illi s-safar u l- kompozizzjonijiet tad- delegazzjonijiet f'dan is-safar huma ristretti ghal dak li jkun dettat fl-ahjar interessi tal- kumpannija.", "Dingli,Triq l-Irdum,Traffiku spic,Dingli,Triq l-Irdum,Traffiku gall,Dingli,Triq l-Irdum,Traffiku DINGLI: TRIQ L-IRDUM - TRAFFIKU", "8441.", "L-ONOR.", "CARM LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jistgħu jittieħdu passi biex Cliff Str, f'Ħad Dingli issir one-way traffic road minħabba li hemm partijiet minnha li huma perikolużi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba tieghu sejra titressaq quddiem il-Bord ghall-Kontroll tat-Traffiku ghall- konsiderazzjoni.", "Marsaxlokk,\"Il-Maghluq\" velk,Marsaxlokk,\"Il-Maghluq\" falm,Marsaxlokk,\"Il-Maghluq\" MARSAXLOKK - \"IL-MAGĦLUQ\"", "8460.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat l-istat ħażin ta' l-area magħruf bħala \"Il- Magħluq\" f'Marsaxlokk?", "Jista' jara wkoll li jitwaħħlu arbli tad-dawl f'dik l-area peress li ta' spiss qed jinsterqu anke dgħajjes u laneċ tas-sajjieda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: F'Tal- Ballut, fl-inhawi tal-post maghruf bhala 'Il-Maghluq ta' Marsaxlokk', hemm riserva naturali zghira izda mportanti.", "Il-parti ta' gewwa ta' din ir- riserva ser tithalla fl-istat naturali taghha, dak ta' bur salmastru (marsh), filwaqt li d-dawra mmedjata taghha ser tithawwel b'sigar indigeni adattati ghall-post.", "Fix-xifer l-iehor tal- 'Maghluq ta' Marsaxlokk' hemm moll fejn jorbtu numru ta' dghajjes u fejn nhar ta' Hadd jingabru numru kbir ta' nies.", "Is- Segretarjat Ambjent m'ghandu l-ebda pjan ta' ntervent f'din il-parti tal- Maghluq.", "It-talba ghal dawl qed tigi mistharrga u r-risposta tinghata f'seduta ohra.", "Skejjel,Birzebbugia,Manutenzjoni velk,Skejjel,Birzebbugia,Manutenzjoni mifu,Skejjel,Birzebbugia,Manutenzjoni BIRZEBBUGIA: MANUTENZJONI TA' L-ISKOLA", "8461.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 8174?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-mistoqsija parlamentari numru 8174 kienet saritli (taħt numru 8095) ġurnata waħda biss qabel.", "Nista' nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal dik il-mistoqsija.", "Qormi,Klinika psaj,Qormi,Klinika gall,Qormi,Klinika QORMI - KLINIKA", "8462.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: F'din l-aħħar sena li ilha miftuħa l-Klinika ta' Ħal Qormi, kemm attendew nies għal għajnuna?", "Kemm minn dawn ġew moqdija hemm u kemm ġew riferiti l- isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' nies li attendew fic- Centru tas-Sahha ta' Hal Qormi minn meta nfetah fi Frar 1992 sa l-ahhar tas- sena 1992 kien ta' 76,538.", "Dan ma jinkludix dawk li marru u nqdew mill- ispizerija tac- Centru tas-Sahha ghall- medicini.", "Dawn kienu maqsuma kif gej:", "G.P. 40,471", "TREATMENT ROOM 16,107", "PODOLOGY CLINIC 3,142", "DENTAL CLINIC 2,315", "X-RAYS 2,150", "IMMUNIZATION 3,005", "PHYSIOTHERAPY 3,342", "DIABETIC CLINIC 842", "E.C.G. 233", "OPHTHALMIC CLINIC 1,224", "SCHEDULE V CLINIC 1,480", "GYNAE 1,518", "WELL BABY CLINIC 709", "Ma jinzammux 'records' ta' kemm pazjenti jigu riferuti l- isptar mic- Centri tas-Sahha.", "Teknopark spil,Teknopark bong,Teknopark TEKNOPARK", "8464.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: F'liema stadju wasal it-Teknopark tal- Mosta?", "Saru xi allokazzjonijiet?", "Jekk iva, lil min?", "Dejjem jekk iva, il- kumpanniji huma ġodda, jew se jkunu rilokati (minn xi mkien ieħor Malta)?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: It-Teknopark tal-Mosta wasal fi stadju avanzat hafna tant li l- ewwel zewg kumpaniji godda hemm hsieb li jibdew joperaw ghal-nofs din is-sena.", "Dawn huma Euro PCNI u International Business Intelligence Ltd, zewg kumpanniji ta' l-elettronika.", "Barra minn dawn, il-Malta Development Corporation qieghda f'tahdidiet avanzati ma mhux anqas minn tnax il-kumpannija ohra li huma kollha relatati ma l-elettronika.", "Dawn il- kumpanniji li qed juru interess serju gejjin mill-Germanja (2), Italja (1), Franza (1) u Ingilterra (5).", "Hemm ukoll zewg kumpanniji Inglizi li jridu jwaqqfu \"joint ventures\" ma ditti Maltin.", "Kunsill ta' l-Ewropa attj,Kunsill ta' l-Ewropa demg,Kunsill ta' l-Ewropa KUNSILL TA' L-EWROPA", "8465.", "L-ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: As is widely known, the Council of Europe's system for the protection of human rights is an essential instrument for the building-up of fundamental rights, democracy and the rule of law throughout Europe.", "The number of applications submitted to the Commission and Court has considerably increased in recent years and will continue to increase at an even greater rate because the Council of Europe is now open to the countries of Central and Eastern Europe.", "This has led to an increase in its membership (the Organisation now has 27 member States, and will certainly have over 30 in the near future).", "In view of these developments, the Parliamentary Assembly of the Council of Europe, in its Recommendation 1194, advocates a reform of the control mechanism of the European Convention on Human Rights in order to prevent it from becoming inoperable owing to an excessive workload.", "The linchpin of the reform would be the creation of a single court as a full-time body.", "The reform would, moreover, have two effects: Firstly, it would respond to the logical consequences of the application of Protocol No.9 to the Convention, which enables applicants, under certain conditions, to refer cases to the Court directly; and secondly, it would, in the long-term, rationalise the work and so substantially reduce the budget required for the system's operation.", "Do your Government intend to voice their support for this proposed reform in the Committee of Ministers of the Council of Europe?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: The Reform of the Control Machinery in the field of Human Rights, mentioned by the Hon.", "Member in his parliamentary question No. 8405 of the 17th February 1993 has long been left.", "My Government, through its representative on the Committees of Experts of the Steering Committee for the Protection of Human Rights, the Ministers Deputies and the Committee of Ministers, has participated in the meetings on the subject in question.", "Efforts are being made by all those concerned to reach agreement.", "Member- States, including this Government, are fully committed in reaching consensus on the final form on the reform in the Control machinery in the Field of Human Rights.", "Kunsill ta' l-Ewropa attj,Kunsill ta' l-Ewropa fenj,Kunsill ta' l-Ewropa KUNSILL TA' L-EWROPA", "8466.", "L-ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Sir, as is widely known, the Council of Europe's system for the protection of human rights is an essential instrument for the building-up of fundamental rights, democracy and the rule of law throughout Europe.", "The number of applications submitted to the Commission and Court has considerably increased in recent years and will continue to increase at an even greater rate because the Council of Europe is now open to the countries of Central and Eastern Europe.", "This has led to an increase in its membership (the Organisation now has 27 member States, and will certainly have over 30 in the near future).", "In view of these developments, the Parliamentary Assembly of the Council of Europe, in its Recommendation 1194, advocates a reform of the control mechanism of the European Convention on Human Rights in order to prevent it from becoming inoperable owing to an excessive workload.", "The linchpin of the reform would be the creation of a single court as a full-time body.", "The reform would, moreover, have two effects: Firstly, it would respond to the logical consequences of the application of Protocol No.9 to the Convention, which enables applicants, under certain conditions, to refer cases to the Court directly; and secondly, it would, in the long-term, rationalise the work and so substantially reduce the budget required for the system's operation.", "Do your Government intend to voice their support for this proposed reform in the Committee of Ministers of the Council of Europe?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li ngħatat mill- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin għall-mistoqsija parlamentari numru 8465."]} {"filename": "20020930_793d_par.doc", "date": "2002-09-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 793 It-Tnejn, 30 ta' Settembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 793", "It-Tnejn, 30 ta' Settembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "793", "It-Tnejn, 30 ta' Settembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 533", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 533", "TQEGĦID TA' KARTI 539", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 540", "STQARRIJA MINISTERJALI 541", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS (KUMITAT)", "SPORTS BILL (COMMITTEE STAGE) 549", "AĠĠORNAMENT 566", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 571", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 792 li saret fil-25 ta` Settembru, 2002 ġew konfermati", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RABAT - TRIQ IN-NIGRET - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "35272.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'ikkawża l-fawran tad-drenaġġ fl- inħawi ta' Triq in-Nigret u partijiet minn Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat?", "Meta se jiġi rranġat u rrimedjat dan l-inkonvenjent li qed jikkawża rwejjaħ insapportabbli kważi matul il-jiem tal-ġimgħa kollha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Ninsab informat li d-dipartiment tad-drenaġġ ma jirriżultalux li riċentement kien hemm xi fawran tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq in-Nigret u Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat.", "Minn spezzjonijiet li saru ma rriżulta ebda inkonvenjent, kif allegat fil- mistoqsija.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien inzertajt noqgħod f'dawk l- inħawi u naf x'jien ngħid.", "Nista' ngħidlu wkoll li l-fawran tad-drenaġġ qed ikun regolari u qed jaffettwa l-ispieri ta' l-ilma ġieri li hemm fid- djar residenzjali tal-lokal.", "Forsi f'dan il-kuntest, il-Ministru jista' jilluminana ftit xi programm twettaq bil-għan li tiġi rrimedjata din il- problema, li ngħiduha kif inhi ilha problema għall-komunita` Rabtija għal dawn l-aħħar snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, meta ndagajt dwar dak li staqsa l-Onor.", "Farrugia ma rriżultalix li hemm xi problemi f'xi post partikolari fir-Rabat.", "Naturalment blockages jista' jkollok dejjem, bħalma jista' jkun hemm f'kull parti tal-pajjiż għax f'dawk l-inħawi viċin il- farms jaf ikollok problema jekk fis-sistema tad-drenaġġ jintefa` materjal li suppost ikun trattat separatament.", "Mhux qed ngħid li kulħadd jagħmel hekk.", "Li nista' nagħmel hu li nistieden bl-aktar mod apert lill-Onor. interpellant li jindikali il-lokalita` preċiża - għaliex nemmen li meta jkun hemm diffikultajiet bħal dawn, l-intervent min-naħa tagħna għandu jkun wieħed immedjat - l-isem tat-triq u jekk hemm bżonn quddiem liema bieb u f'liema parti.", "Jiena nista` nassigurah li l-ilment jiġi spezzjonat biex naraw li ma jkunx hemm problemi.", "Naturalment ikollna problemi li mhux neċessarjament huma fis-sistema nnifisha.", "Per eżempju, jista' jkollok konnesjoni ħażina ta' dar jew ta' blokk appartamenti.", "Jista' jkollok problemi marbuta ma' l-abbuż tas-sistema bl-użu ħażin li jsir minn xi farms.", "Ġieli jkollok problema marbuta ma' użu industrijali.", "Pero' fuq ir-Rabat, għallinqas f'dawk iż-żewġ toroq, ma jirriżultalix li hemm diffikultajiet.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikollu xi każi partikolari, ma niddejjeq xejn li jinforma lili jew jekk irid nindikalu anke uffiċjali li jkunu disposti fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata ħalli mill-ewwel ninvestigaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq nistaqsi fuq kwestjoni simili imma mhux fl- istess lokalita', Sur President.", "Qed nirriferi għal Sqaq San Lawrenz f'Ħaż Żabbar, li jagħmel mal-kunsill lokali tax-Xgħajra.", "Kienet saret mistoqsija dwar żbroff ta` drenaġġ – anke l-kunsill kien intervjena dwar dan - u fit-tweġiba li ngħatat kien intqal li l-problema kienet ġiet solvuta.", "Veru li l-iżbroff waqaf, pero' għad hemm is-sadd u jidher li jekk ma jitteħdux passi immedjati u jsir ċertu xogħol, il-problema ma tkunx solvuta għal kollox.", "Allura peress li l-kunsill għadu kemm informa lid-dipartament b'din il- problema, ma jidhirlux il-Ministru li għandhom jittieħdu passi biex din tiġi solvuta jekk ma jridx li minn hawn u ftit żmien ieħor jerġa' jkollna l- istess problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment napprezza li l-Onor.", "Interpellant qed jikkonferma li l-fawran u d-diffikulta` immedjata li kien hemm ġiet riżolta.", "Jekk hemm xogħlijiet oħra li jridu jsiru biex il- problema ma terġax tirrikorri, naturalment naqbel li hekk għandu jsir.", "Jekk forsi l-Onor.", "Interpellant jagħtini kopja ta' l-ittra li l-kunsill bagħat lid-dipartiment, sakemm mhux diġa` bagħtuha lili wkoll, jien inkun nista' nsegwiha wkoll.", "KPH – BEEF INTERVENTION SCHEME", "35273.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid x'ikkawża n-nuqqas ta' qbil mal-koperativa tal-produtturi tal-ħalib dwar l-aħħar proposti ġodda tal-ministeru dwar il- beef intervention scheme?", "Għal liema raġuni r-raħħala nhar it-Tnejn, 3 ta' Settembru 2002 ma niżżlux bhejjem għall-qatla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li bl-introduzzjoni ta' ħlas dirett lill-produtturi, il- kumpens għall-beef intervention scheme se jingħata direttament lill- produtturi u dawn iridu jnaqqsu l-prezz biex il-biċċiera jkunu jistgħu jbigħu l-karkassa kollha.", "Sal-lum għadhom għaddejjin in-negozjati bejn il-partijiet ikkonċernati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta l-Ministru qed jgħid li għadhom għaddejjin in- negozjati bejn il-partijiet konċernati, dan ifisser li llum reġa' ma kienx hemm hemm bhejjem għall-qatla fil-biċċerija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qed ngħid li sal-lum għadhom għaddejjin in- negozjati – per eżempju, illum wara nofsinhar kelli laqgħa oħra ma' uffiċjali legali sabiex il-kuntratt isir kif suppost u bil-formalitajiet kollha, skond il-parametri legali - u għada għandi niltaqa` mal-biċċiera u jekk Alla jrid niltaqa` wkoll mad-diriġenti tal-KPH.", "Infatti għal dawn l- aħħar ħmistax jew tliet ġimgħat kont f'kuntatt kontinwu sew fl-uffiċċju kif ukoll f'postijiet oħra, mas-settur tal-biċċiera u mar-raħħala li ovvjament huma rappreżentati mill-KPH, li għandhom accountant jew awditur li qed imexxihom.", "Nisperaw li fil-jiem li ġejjin insibu soluzzjoni għal din il-problema li ilha magħna s-snin.", "MDP - FABBRIKA TAL-ĦALIB", "35274.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li ma nbnietx il- fabbrika l-ġdida tal-ħalib?", "Fejn huwa s-sit li qed jipproponi l-gvern għall-iżvilupp ta' din il-fabbrika?", "Jista' jpoġġi l-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-MDP iddeċidiet li għalissa ma tibnix fabbrika ġdida u minflok iġġedded il-fabbrika li għandha fil-Ħamrun.", "Fil-fatt, il-kumpannija qed tinvesti biex il-fabbrika tilħaq standards internazzjonali sas-sena 2003.", "Dan qed isir ukoll bl-għajnuna tat-taqsima ta' l-ikel u attività veterinarja fi ħdan il-ministeru għall-agrikoltura u sajd, kif ukoll bl-għajnuna ta' konsulenti barranin.", "Sur President, nixtieq ngħid li l-problema ta` bini ta' fabbrika ġdida tal- ħalib ilha magħna żmien twil.", "Niftaktar li meta dħalt fil-ministeru, jiġifieri xi erba' snin ilu, il-problema li ġew biha r-raħħala kienet tikkomuna l-bini ta` fabbrika ġdida.", "Aħna għamilna kumitat magħmul in parti mir-raħħala u in parti mid-diriġenti tal-ministeru li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tas-servizzi veterinarji, u dawn flimkien kienu għamlu re-evaluation tas-siti kollha li kienu ġew identifikati.", "Wara li kienet ġiet magħżula s-site biex tinbena dairy ġdida li allura kienet anke ġiet approvata mill-kabinett, iż-żmenijiet biddlu l-opinjoni tar-raħħala.", "Meta ngħid ir-raħħala nkun qed infisser il-KPH u l-MDP, peress li d-dairy hija 70% tal-KPH u 30% ta' l-MDP.", "F'dawn l-aħħar xhur, l-MDP qabbdet konsulenti barranin biex jaraw il- fabbrika li għandhom fil-preżent u donnu li l-opinjoni prevalenti hi li l- fabbrika tista' tibqa' fejn hi basta tiġi upgraded.", "Huma ntrabtu wkoll li sa l-aħħar tas-sena d-dieħla, l-operat tal-fabbrika eżistenti jrid jiġi rinnovat b'mod li jkun konformi ma' l-istandards internazzjonali ta' l- operat ta' dairy moderna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jista` il-Ministru jgħidilna x'kienet ir-raġuni li ma tpoġġietx kopja tal-pjanta ta' dan is-sit fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Jista` jgħid ukoll jekk min-naħa tiegħu l-gvern hux qed iwiegħed biss li jgħaddi s-sit lill-produtturi, jew inkella hux qed jassigura wkoll li se jsir il-bini u l-ħlas tal-bqija ta' l-spejjeż ta' l-infrastruttura għal dan il-proġett, u jekk dawn hux se jitħallsu jekk mhux mill-Lm100 miljun, mill- għexieren ta' miljuni li se testendielna l-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp ta` inizjattivi u proġetti ta' din ix-xorta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Wara l-approvazzjoni tas-sit il-ġdid mill-kabinett, l- MDP anke ngħatat l-instructions neċessarji iżda bdew jinqalgħu ħafna ntoppi u l-kumpannija baqgħet ma ssottomettietx applikazzjoni quddiem il-planning authority għall-bini ta' dairy ġdida.", "Allura ladarba r-raħħala ddeċidew li ma jibqgħux bil-ħsieb li jibnu dairy ġdida imma jirranġaw dik eżistenti, ma ħassewx il-ħtieġa li joqogħdu jagħmlu pubbliċita' tas-sit identifikat.", "Dan kulħadd jaf x' hemm fid-dairy l-qadima u l-pariri tal-konsulenti huma li din tiġi upgraded u mmodernizzata sabiex tiġi up to standard mad-dairies moderni.", "Sur President, dwar id-dairy ġdida, kieku kellha tinbena hemm il-kuntratt ta` meta ġiet ifformata l-MDP li jgħid li l-gvern huwa obbligat li jipprovdi area ġdida.", "Pero' fil-kuntratt hemm ukoll li jekk dan ma jseħħx, il-gvern jista' jibni d-dairy hu u mbagħad jekk, per eżempju, il-bini tad- dairy bħala shell jiġi jiswa Lm1 miljun jew Lm2 miljun, il-gvern jikriha lill-MDP bit-8%.", "Jiġifieri jekk id-dairy il-ġdida tiġi tiswa Lm1 miljun, il-kera tiġi madwar Lm80,000.", "Ovvjament wieħed jaf - u jien għedtulhom dan il-kliem - li l-MDP tista` tieħu loan mill-bank b'inqas minn 8%, iżda issa la ddeċidew li jirranġaw id-dairy il-qadima dan waqa` kollu.", "Jekk inħarsu lejn kif konna mexjin erba' snin ilu, naraw li dakinhar il- ħsieb kien li l-gvern japprova s-site b'area superfiċjali biżżejjed biex tinbena dairy ġdida u bl-amenities kollha li jmorru ma' dairy ta' din il- kwalita`.", "Iżda issa wara l-pariri tal-konsulenti, l-MDP iddeċidiet li tirranġa d-dairy il-qadima u għalhekk l-MDP trid tara li għandha l-finanzi biex isir l-upgrading neċessarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiġifieri l-Ministru qed jgħid li l- gvern m'għadux bil-ħsieb li jestendi l-opportunita' ta' dan is-sit kemm-il darba jkun hemm deċiżjoni differenti min-naħa tal-KPH?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena mhux qed ngħid li m'aħniex lesti li nestendu din l-opportunita`, anzi jiena issa stess inħeġġeġ biex tinbena dairy ġdida.", "Inti taf, bħalma naf jiena u bħalma jaf il-kollega tagħna, il- Ministru Ċensu Galea, li r-raħħala ilhom snin twal jitolbu li tinbena dairy ġdida.", "Inti taf, għax anke fi żmienek kienu qed ifittxu site ġdida.", "(Interruzzjonijiet) Fi żmienek ma kienx hemm il-kwestjoni ta' l-EU imma wkoll kienu talbu site fejn jibnu d-dairy.", "Intom kontu qegħdin tfittxu sites fejn din tista` tinbena u kien hemm diversi postijiet identifikati.", "Iżda minn dawn is-sites, għal xi raġuni l-ebda waħda ma kienet tikwalifika kif xtaq kulħadd.", "Lili kienu ġew talbuni biex tinbena din dairy ġdida u jiena għamilt kumitat apposta, kompost minn diriġenti tal-ministeru u minn diriġenti tar-raħħala stess, u flimkien marru jaraw u ntgħażel sit li qabel ma kienx issemma'.", "Wara li għażilna dan is-site u l-għażla ġiet approvata mill-kabinett, l- MDP iddeċidiet li ma tkomplix bil-ħsieb tagħha.", "Ovvjament jekk ir-raħħala jċemplu issa u jgħidu li se jerġgħu jmorru għall-idea li jibnu dairy, jiena all out li tinbena dairy fuq din is-site li qiegħda f'area fejn għandek is- servizzi essenzjali kollha jaħdmu kif jixraq.", "Kif jaf kulħadd biex tibni dairy bħal din irid ikollok drainage system li taħdem tajjeb, provvista ta' l-ilma adegwata u supply ta' l-elettriku għaddej b'vultaġġ qawwi fejn tkun tista' tagħmel distribution centre ħalli ma toqgħodx taqla' friegħi oħra.", "Din is-site qiegħda f'area elevata, jiġiifieri f'area fejn għandek iżjed arja nadifa.", "Meta int għandek postijiet li qegħdin fl-għoli aktar ikollok arja nadifa minn postijiet oħra.", "Per eżempju, jekk int filgħodu tkun nieżel min-naħa tar-Rabat u tħares lejn in-naħa tal-Marsa, donnok tibda tara arja fgata.", "Jiġifieri hawn areas li għandhom arja nadifa aktar minn areas oħra, u din is-site li kienet ġiet identifikata biex tinbena din id-dairy fuqha tinsab f'post elevat fejn hemm iżjed arja nadifa, u dan barra li għandek il-provvista tas-servizzi essenzjali lesti u l-aċċessibilita' minn toroq fil-qalba tal-pajjiżi li diġa' huma fformati.", "UE – TNEĦĦIJA TAL-LEVIES", "35275.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-gvern ma laqax it-talba ta' l-FOI, u cioe' li l-protezzjoni tal-biedja titneħħa wara s-sħubija u mhux qabel, kif fuq kollox l-Unjoni qed tagħmel ma' pajjiżna?", "Jista' jinformani x'sens jagħmel li Malta tneħħi l-protezzjoni tal-biedja qabel tidħol membru, waqt li l-Unjoni tneħħi l-protezzjoni tal-biedja tagħha ma' Malta wara li pajjiżna jsir membru sħiħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-tneħħija tal- levies fuq il-prodotti ta' l-ikel u dawk agrikoli kien is-suġġett ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-ministeru għas-servizzi ekonomiċi fit- 13 ta' Settembru ta' din is-sena.", "Kif ġie spjegat f'dik l-istqarrija, bħala medja huwa biss daqs 30% tal- valur tal-levy li se jitneħħa qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni.", "Anke wara dan it-tnaqqis fil-levy, fil-każ tal-maġġoranza l-kbira tal-prodotti, il-protezzjoni lokali tkun għadha ferm ogħla minn dik applikata bħalissa mill-Unjoni Ewropea, apparti li hemm prodotti li fuqhom Malta għadha qed timponi levies li mhux suġġetti għall-protezzjoni min-naħa ta' l-Unjoni.", "Finalment din il-materja bilfors trid tiġi nkwadrata fl-istampa kumplessiva tat-tariffi applikati, anke fuq prodotti mhux agrikoli.", "Wieħed irid jiftakar li se jkun biss mill-1 ta' Jannar 2003 li Malta se tkun neħħiet il- levies minn fuq bosta prodotti industrijali, filwaqt li ilhom snin twal li dawn l-istess prodotti jistgħu jiġu esportati minn Malta lejn l-Unjoni mingħajr il-ħlas ta' ebda tariffa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, allura kif l-Unjoni Ewropea ma neħħietx il-protezzjoni tagħha fuq il-prodotti esportati minn Malta lejn l- Unjoni u aħna qed inneħħu l-protezzjoni fuq il-prodotti agrikoli ta' l- Unjoni esportati lejn pajjiżna?", "Dan anke fil-kuntest ta' dak li għadu kemm ġie ppubblikat, jiġifieri li bir-riforma ta' l-hekk imsejħa politika agrarja ta' l-Unjoni, l-Ewropej se jkunu qed isostnu forom ta' levies ekwivalenti għal dawk li kienu ġew stabiliti fl-1997, fuq l-importazzjoni minn barra l-Unjoni għall-istess l-Unjoni sas-sena 2013.", "Dan ukoll kif ġie kkonfermat mill-OSCE fil-laqgħa dwar l-ikel, agrikoltura u sajd li saret f'Copenhagen.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, nerġa' ngħid li mhux se jitneħħew il- levies kollha sas-sħubija iżda se jitneħħew parti żgħira minnhom.", "Il-parti li tibqa' se tkun ferm akbar mill-parti li l-Ewropa tintaxxa fuq prodotti tagħna għax aħna m'aħniex membri.", "Jiġifieri wieħed irid ipoġġi kollox f'dan il-kwadru.", "Bħalissa għaddejjin in-negozjati fuq ċerti talbiet li għamilna biex ikun hemm aċċess aħjar kemm għal ċerti prodotti agrikoli kif ukoll għal ċerti prodotti ta' natura agro-industrijali.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni hija waħda fejn kulma qegħdin inneħħu hija farka żgħira, li bażikament m'għandu jkolla l-ebda effett fuq il-protezzjoni effettiva, fis-sens li l-levies attwali kultant jirdoppjaw il-prezz tal-prodott importat u anke aktar.", "Allura meta wieħed jaħseb biex ineħħi 30% minn dawn il-levies fuq medda ta' sena jew iżjed, ikun qiegħed jibda l-proċess ta' l-eżerċizzju f'diversi oqsma.", "Pero' effettivament il-protezzjoni se tibqa' hemm u t-taxxa fuq prodotti importati se tibqa` għolja biżżejjed biex din ma tagħmel l-ebda differenza fuq il-prezzijiet tal-prodotti importati.", "Se nibdew il-proċess biex nagħtu messaġġ u nuru t-tip ta' proċess li qed nimxu lejh u bil-mod il-mod irridu nsibu mezz kif ukoll inkunu nistgħu nitrattaw il-prodotti importati fuq l-istess level playingfield tal- prodotti tagħna.", "RABAT – TRIQ GĦERIEXEM - FAWRAN TA` DRENAĠĠ", "35276.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'ikkawża l-fawran tad-drenaġġ fi Triq Għeriexem, ir-Rabat, matul il-ġimgħat kollha tas-sajf?", "Kemm-il rapport sar mir-residenti ta' l-inħawi lid-dipartiment konċernat?", "X'ikkawża l-iżbroff tad-drenaġġ fil-garaxx tal-fond numru 2?", "Għaliex il- ħsara damet daqstant sabiex tiġi rranġata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minn survey li sar bis- CCTV irriżulta illi hemm ħsara fis-sistema tad-drenaġġ li issa ġiet rranġata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, issa ilu numru ta' ġimgħat li daħal il-proġett skart ġewwa s-Swieqi.", "Naf li qed isir monitoring qawwi għax mhux l-ewwel darba li ċempluli biex jgħiduli li ħriġt il-garbage bag żbaljata jew biex jaraw jekk għandix xi problemi oħra.", "Pero', nistaqsi jien, x'inhuma l-problemi reali li ġew identifikati f'dan il-proġett?", "Kemm se jdum ma jiġi estiż tul il-lokalita` kollha u x'soluzzjonijiet qed jara l- Ministru biex il-problema tad-domestic waste kemm jista' jkun insolvuha jew almenu nċekknuha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, il-proġett skart jirrikjedi li jkollok separazzjoni ta' l-iskart u li jkollok sistema li l-iskart jinqasam f'komponenti differenti, b'mod partikolari f'dak li jista' jiġi wżat għall- produzzjoni tal-compost - bħalma huwa l-parti l-kbira ta' l-iskart marbut ma' l-ikel, skart mill-ħxejjex tal-ġnien u skart simili minn skart ieħor li jkun riċiklabbli bħalma huwa l-ħġieġ u l-karta – waqt li skart li la ma jaqax fil-kategorija li tista' tagħmel il-kompost u lanqas ma jaqa' fil- kategorija li tista' tirriċiklah irid jinġabar separatament għax ikun skart li ma jista' jsir l-ebda użu ieħor minnu.", "Naturalment biex tagħmlu dan, apparti li trid tispjega fid-djar x'inhu l- proċess u kif it-tipi differenti ta' skart għandu jinqasam f'boroż separati, trid tassigura li anke l-ġbir ta' l-iskart ikun separat.", "Dan għaliex jekk ma tagħmilx hekk, u din hija d-diffikulta prinċipali, ifisser li dak li jkun ġie separat fid-djar jispiċċa jerġa' jingħaqad f'sistema waħda minn min jiġbru, jew jekk mhux minn min jiġbru minn ta` l-iscammel li jmur biex ibattal fil-post finali.", "Għalhekk meta din ġiet introdotta f'numru ta' toroq fis-Swieqi - u diġa' tkellimna mal-kunsill ta' Santa Luċija biex dan il-proċess jibda hemmhekk ukoll - ridna li nagħmlu l-ħoloq kollha tal-katina tal-proġett skart, jiġifieri l-ħolqa li n-nies jisseparaw u li jisseparaw bis-serjeta' billi jifhmu l-komponenti differenti ta' skart.", "U jifhmu dan mhux biss billi jkollhom spjega permezz ta' leaflet imma jkollhom anke spjega personali minn fil-volontarjat u nies fid- dipartiment u oħrajn li konna ngaġġajna matul is-sajf fuq perjodu temporarju li marru u tkellmu mal-familji u spjegawlhom kif is-sistema għandha taħdem.", "Ħolqa oħra biex il-proġett skart jitmexxa sewwa hi li fil-familji kollha li żorna tqassmu wkoll boroż b'kuluri u ta` tipi differenti biex inti, anke psikoloġikament, tkun taf liema skart għandu jmur f'liema borża.", "Dan apparti l-fatt li l-boroż li qed jintużaw biex fihom jintefa' l-iskart biex jsir il-kompost qed ikunu boroż li huma stess huma bio-degradabbli.", "Dan ifisser li dik il-borża tista' tintrema b'kollox għax anke hi ssir kompost u għalhekk għaddej il-proċess biex ikollna iżjed minn dawn il-boroż ħalli nkunu nistgħu nqassmu iżjed.", "Ħolqa oħra kruċjali hi li s-separazzjoni tkun anke fil-ġbir.", "Fil-fatt fis- Swieqi l-ġbir fit-toroq fejn is-sistema kienet introdotta, qed ikun skond il-ġranet indikati lill-familji u dan isir b'mod separat.", "Imbagħad l- iskart li huwa l-kompost imur direttament fl-impjant ta' Sant Antnin biex isir il-kompost minnu.", "Il-borża li fiha jkun hemm skart ta' prodotti li jistgħu jiġu riċiklati jinżammu u jkunu storjati biex minnu jsiru prodotti riċiklati u l-iskart l-ieħor huwa l-skart naturalment li jintefa ma l-skart kollu tal-pajjiż.", "Sur President, dan hu li qed isir fil-proġett skart u nista' ngħid li qed ikun hemm koperazzjoni kbira.", "Aħna naturalment qegħdin nagħmlu il- monitoring u l-iskart ikun analizzat u eżaminat.", "Se jerġa` jkun hemm spjeġa lill-diversi familji fejn ikun hemm bżonn u l-persentaġġ ta` compliance hija waħda għolja ħafna.", "Naturalment dan il-persentaġġ huwa għoli għaliex preċiżament qed isir dan il-proċess daqshekk personalizzat u daqshekk fit- tul anke mal-familji individwalment, apparti li anke qed niktbulhom b'mod personali biex nispjegaw dak kollu.", "Naturalment meta nitkellmu dwar separazzjoni ta' skart, s'issa f'numru ta' toroq fis-Swieqi u se nkomplu f'numru ta' areas f'Santa Luċija fejn għandek problemi ta' tipi differenti għax għandek ħafna blokki ta' appartamenti, il-probabbilta` hi li ħafna mis-separazjoni jkollha ssir fuq bażi ta' blokki ta' appartamenti flok ta' djar, units residenzjali waħda waħda.", "Qegħdin nipprovaw li noħolqu sistemi komunitarji li jiġbru blokki flimkien.", "Nista' ngħid li s'issa l-koperazzjoni qed tirnexxi, pero' l-proġett skart naturalment jinvolvi proċessi oħrajn ukoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta` Karti?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq proġetti fil-Furjana bejn l-1998 u l-2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 35647.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-ispiża fuq kotba ġodda fl-iskejjel ta' l-istat għas- sena skolastika 2002/2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 35531.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 275 ta' l-2002 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tar- Regolamenti Ekonomiċi ta' l-Ajruport ta' l-2001;", "Avviż Legali Nru 276 ta' l-2002 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar- Regolamenti ta' l-2002 ta' l-Avjazzjoni Ċivili dwar l-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti ta' l-Ajru;", "Avviż Legali Nru 278 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li Jissostitwixxu l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili;", "Avviż Legali Nru 279 ta' l-2002 – Merchant Shipping (Fees) (Amendment) Regulations, 2002; u", "Avviż Legali Nru 280 ta' l-2002 – Ordni ta' l-2002 dwar it-Twaqqif ta' Direttorati fl-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 277 ta' l-2002 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikli ta' l-Att ta' l-2002 li Jirregola Fondi Speċjali (Att Nru XVII ta' l-2002);", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqieghed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Kopja ta' environmental impact assessment b'riferenza għall-iżvilupp f'Bengħajsa intitolat \"Report on a video survey of the benthic assemblages and bottom types of a site off Benghajsa, southeast Malta, prepared for Mediterranean Tuna Ltd.\" maħruġ f'Ottubru 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 35600; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Lista li turi l-Imħallfin u Maġistrati li qed iservu fil-Qrati f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 35565.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Prim Ministru.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nixtieq inressaq każ ta` ksur ta` privileġġ kontra l-Onor.", "Chris Cardona.", "Nhar it-Tnejn, 23 ta` Settembru, 2002 fl-aġġornament tas-seduta numru 788, l-Onor.", "Cardona poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra erba` dokumenti.", "Dakinhar jiena ħriġt mill- Parlament, għax kelli appuntamenti oħra, għall-ħabta tat-8.45 p.m. L-għada fil-għodu, it-Tlieta, jiena sifirt u ġejt lura nhar l-Erbgħa għall-ħabta tal-10.15 p.m. Għalhekk din hija l-ewwel okkażjoni li nqajjem dan il-ksur ta` privileġġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-ewwel okkażjoni li jitqajjem ksur ta` privileġġ hija meta jiltaqa` l-Parlament u m'hijiex kwestjoni jekk il- membru jkunx jista` jew le.", "Allura jiena nista` nagħmel sitt xhur ma niġix għal-laqgħat tal-Parlament u mbagħad meta niġi nqajjem ksur ta` privileġġ u ngħid li din kienet l-ewwel okkażjoni li stajt inqajjem dan il-ksur ta` privileġġ.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed inqajjem point of order u qed nistaqsi lill-iSpeaker jekk dan il-ksur ta` privileġġ jistax jitqajjem.", "L- istanding orders jgħidu li l-ewwel okkażjoni biex jitqajjem ksur ta` privileġġ hija meta jiltaqa` l-Parlament u mhux meta l-individwu jkun jista` jattendi għall-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Per eżempju, jekk jiġi xi ħadd fis-seduta issa ....", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, is-Sedja trid tisma` x'għandu xi jgħid il-Prim Ministru u mbagħad tagħti r-ruling wara.", "Kompli Onor. Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, biex nikkumenta fuq dan il-point order li qam kemm-il darba f'dan il-Parlament nista` ngħid li hemm rulings kemm trid li ma jaqblux ma` dak li qed jallega l-Onor.", "Mizzi.", "Niġi issa għal dak li rrid ngħid jien.", "Mr Speaker, il-ksur ta` privileġġ li qed inqajjem jikkonsisti f'dan: L- Onor. Chris Cardona poġġa erba` ittri fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ewwel ittra allegatament miktuba minn ċertu Carmel Attard, \"Iż-Żambi\", li jinsab il- ħabs fuq kundanna ta` attentat ta` qtil hija miktuba direttament lill-Onor.", "Chris Cardona.", "Barra minn din l-ittra l-Onor.", "Cardona poġġa wkoll tliet ittri oħra li waħda minnhom hija datata l-1 ta` Settembu ta` din is-sena, oħra l-4 ta` Lulju ta` din is-sena u l-ittra l-oħra ma jidhirlix li sibt id-data tagħha, liema ittri huma, kollha kemm huma mimlijin insulti u theddid u allegazzjonijiet gravi u serji kontra tiegħi.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Chirs Cardona fid-diskors li għamel kien preċiż dwar il- kontenut ta` dawn l-ittri u ddeskrivihom bħala ittri li fihom hemm akkużi serji ħafna fil-kuntest mhux biss ta` l-attentat ta` qtil li kien hemm fl- Imdina, imma anke fuq każijiet oħrajn.", "Huwa kompla jgħid li l- korrispondenza fiha akkużi serji li għandhom rilevanza nazzjonali.", "Dan x'qal fl-ewwel intervent tiegħu.", "Imbagħad kien hemm aġġornament li fih tkellem il-Viċi Prim Ministru u reġa` rrisponda fl-aġġornament tas-seduta ta` wara l-istess Chris Cardona u żied jgħid dan:-", "\"Sur President, il-verita` hija waħda.", "Il-verita` hija li f'dak li poġġejt jien fuq il-Mejda tal-Kamra hemm allegazzjonijiet li huma serji u minn hawhekk jien nitlob li jingħataw l-attenzjoni li għandhom jingħataw.\".", "Imbagħad kompla jgħid li –", "\"Hemm allegazzjonijiet serji u gravi u m'għandniex nispekulaw fuq il- mod ta` kif ġie ppreżentat id-dokument imma fuq is-sustanza tiegħu.", "Jekk huwa gvern serju jara s-sustanza ta` dawk l-ittri, Sur President.\".", "M'hemmx dubju, dawk l-ittri li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-Onor.", "Cardona huma ittri, kif diġa` għedt, insulenti fil-konfront tiegħi.", "Jiena ngħid ukoll li dawn l-ittri fihom theddid u m'hemmx dubju li l-Onor.", "Cardona għamel dawk l-allegazzjonijiet tiegħu meta ddiskrevihom kif għadni kif semmejt u għalhekk jiena nissottometti li l-Onor.", "Chris Cardona kiser ir- regolamenti tal-Kamra, mar kontra dak li jiddisponi l-kapitlu 113 tal- liġijiet ta` Malta billi rrenda ruħu ħati ta` dak li hemm miktub f'paragrafi (b), (e) u (j) f'subklawsola (4) ta` klawsola 11.", "Paragrafu (b) jitkellem fuq insult lill-membri ta` din il-Kamra.", "Paragrafu (e) jitkellem dwar min jibgħat ittra ta` theddid lill-membru tal-Kamra dwar id- dmirijiet tiegħu fil-Kamra.", "Imbagħad paragrafu (j) jitkellem fuq il- pubblikazzjoni ta` kull libell li jagħti malafama lill-iSpeaker jew lil xi membru ta` din il-Kamra.", "Jiena nattira l-attenzjoni tiegħek, Sur President, li waħda mill-ittri hemm indikat fiha, minn min kitibha, li hu bagħta lill-istampa u safejn naf jien f'ebda parti ta` l-istampa ma dehret dik l-ittra.", "L-aġir ta` l-Onor.", "Chris Cardona jfisser li hu issa ta pubblikazzjoni ta` dawn l-ittri.", "Nattira l- attenzjoni tiegħek ukoll għas-subartiklu (11) ta` l-istess artiklu 11 li jgħid li –", "\"Kull persuna li tkun kompliċi f'xi attijiet imsemmija fil-paragrafi (a) sa (k) tas-subartiklu (4) ta` dan l-artiklu titqies li tkun ħatja ta` l-istess attijiet u teħel il-pieni stabbiliti fl-imsemmi subartiklu.\".", "Sur President, jiena jidhirli li meta nitkellmu fuq privileġġi tal-Kamra, kif kemm-il darba għedna f'dan il-Parlament, ma nkunux qed nitkellmu fuq il- privileġġi għax aħna għandna xi privileġġi partikolari, imma nkunu qegħdin nitkellmu fuq id-drittijiet tagħna bħala deputati, u d-drittijiet ma jistgħux jiġu abbużati fil-konfront ta` ħadd.", "Grazzi.", "MR SPAEKER: Grazzi.", "Is-Sedja tagħti l-veduti tagħha f'seduta oħra.", "Ngħaddu issa għal stqarrijiet ministerjali.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "STQARRIJA MINISTERJALI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nhar il-Ħamis li għadda, 26 ta` Settembru, 2002 iċ- chairman u wieħed miż-żewġ membri tal-Bord ta` Inkjesta Fondazzjoni għall- Iskejjel ta` Għada, is-Sur Joseph C. Schembri u l-Perit Catherine Galea ripettivament, informawni b'ittra li kienu qed jirriżenjaw mill-istess bord b'effett immedjat wara l-kliem dispreġġjattiv li qal fuq il-bord il-kelliem ta` l-oppożizzjoni dwar l-edukazzjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo, fil- parlament il-ġurnata ta` qabel.", "Kopja ta` l-ittra ta' riżenja qed tiġi mehmuża ma' din l-istqarrija.", "Il-Bord ta` Inkjesta kien ġie sostitwit ftit jiem ilu, fit-12 ta` Settembru, 2002, fuq talba ta` l-oppożizzjoni, u fuqu kien hemm ukoll nominat rappreżentant ta` l-istess oppożizzjoni, il-Perit Martin Debono.", "Il- bord kellu jistħarreġ allegazzjoni ta` l-istess oppożizzjoni li l- Fondazzjoni (FTS) kisret regolamenti finanzjarji tal-gvern fl-għoti ta` kuntratti konnessi mal-ħidma tagħha fl-iskejjel.", "Din l-alleġazzjoni ġiet miċħuda mill-bord tal-FTS.", "Nhar l-Erbgħa, 25 ta` Settembru, 2002 filgħodu fil-Parlament, l-Onor.", "Bartolo rrefera għal dan il-bord ta' inkjesta u qal Ii l-bord twaqqaf b'mod difettuż, li l-bord ma kienx qed jiltaqa' bis-serjeta', li taparsi qed jagħmel inkjesta, li din hi farsa u karnivalata, u dan għaliex skond l- Onor. Bartolo r-rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni fuq il-bord, l-perit Martin Debono, ma kienx qed jitħalla jara d-dokumenti li jrid u jmur fuq il- postijiet tax-xogħol fejn irid biex jara x'qed isir fl-iskejjel.", "F'risposta immedjata dakinhar stess jien iddeskrivejt l-kummenti ta' l- Onor. Bartolo bħala inġusti, infondati u barra minn lokhom.", "Għidt ukoll li l-Onor.", "Bartolo kien qed jikkundanna l-bord meta dan kien proprju fil-bidu tal-ħidma tiegħu.", "Temmejt ngħid li lanqas li tista' tagħmel l-Oppożizzjoni hu li tħalli l-bord ħieles jaqdi d-dmirjiet tiegħu skond il-liġi u mhux tattakkah bl-aktar mod inġust u irresponsabbli.", "L-għada ta' l-intervent ta' l-Onor.", "Bartolo rċevejt l-imsemmija ittra ta' riżenji mill-bord.", "Iċ-chairman tani wkoll rapport tiegħu tax-xogħol li l- bord kien laħaq wettaq.", "Kopja tar-rapport hija mehmuża ma` din l- istqarrija.", "Ir-rapport juri biċ-ċar kemm il-kummenti ta' l-Onor.", "Bartolo huma għal kollox inġusti u 'l bogħod minn kull verita`.", "Ir-rapport juri li:", "1) Il-bord mill-ewwel qabad rittmu mgħaġġel ta' xogħol.", "2) Il-bord kellu għad-dispożizzjoni sħiħa tiegħu d-dokumenti u l- informazzjoni kollha meħtieġa ta' FTS skond it-termini ta' referenza li ngħata u li ma ġie rifjutat l-ebda dokument minn lista twila ta' dokumenti li kienu laħqu ntalbu.", "3) Il-bord ingħata l-faċilita` kollha li jżur kwalunkwe skola fejn l-FTS għamlet xogħol estensiv fix-xhur li għaddew biex itejjeb u jsebbaħ l- ambjent ta' l-iskejjel tal-gvern.", "Infatti kienu diġa' ġew iffissati l-ġranet biex il-bord jibda żjarat fl-iskejjel u l-eżami tad-dokumenti meħtieġa.", "4) L-allegazzjoni tal-Perit Debono, fl-ewwel jum tal-ħidma tal-bord, li l- files kienu qed jiġu mbagħbsa kien suspett għal kollox infondat għaliex kulma kien qed jiġri kien biss li l-impjegati proprju qed jiġbru l-informazzjoni mill-files li talab l-istess bord.", "Dan jikkonfermah iċ-chairman fir-rapport tiegħu.", "Mir-rapport taċ-chairman jirriżulta wkoll li r-rappreżentant ta' l- oppożizzjoni, il-Perit Martin Debono, ried li:-", "1) Il-media tattendi l-laqgħat fuq stedina ta' xi wieħed mill-membri;", "2) li hu waħdu, separatament mill-bord ikun jista' jara u jikkopja d- dokumenti ta' FTS kull meta u kull fejn jidhirlu; u", "3) li hu waħdu, separatament mill-bord, imur jispezzjona kwalunkwe skola biex jara x-xogħol li suppost sar.", "Il-bord ta' l-inkjesta ddiskuta dawn it-talbiet tas-Sur Debono u ddeċieda li l-istħarriġ għandu jsir f'kull stadju mill-membri tal-bord flimkien.", "Iddeċieda wkoll li skond il-prattika normali ta' bordijiet mwaqqfa taħt il- liġi dwar l-inkjesti mhux kompitu tal-bord li jikkomunika mal-media.", "Il- kompitu tiegħu huwa biss li jistħarreġ skond it-termini ta' referenza u jagħti r-rapport bil-konklużjonijiet u r-rakkmandazzjonjiet tiegħu dwar il- każ.", "Meta l-oppożizzjoni ħarġet bl-allegazzjoni tagħha u talbet inkjesta, jien ġenwinament aċċettajt mill-ewwel u, filwaqt li għaddejtilha t-termini tar- referenza tal-bord, tlabtha tinnomina r-rappreżentant tagħha.", "L- oppożizzjoni ħasset li kellha tinnomina kandidat tal-partit Laburista fil- persuna tal-Perit Martin Debono.", "Il-kummenti ta' l-Onor.", "Bartolo għamlu ħsara u b'konsegwenza jien sibtha aktar diffiċli nsib persuni idonei lesti li jaċċettaw u jservu f'bord ta' inkjesta fid-dawl ta' dak li ġarrbu s-Sur Joseph C. Schembri u l-Perit Catherine Galea, li ġew mgħajra li qed iwettqu farsa u karnivalata talli b'mod professjonali, disinteressat u imparzjali kienu bdew jaqdu dmirhom skond il-liġi.", "Għaldaqstant issa se nħalli f'idejn l-istituzzjonijiet ta' verifika li għandu l-gvern u l-Parlament biex ikomplu jsegwu u jivverifikaw l- osservanza tar-regolamenti finanzjarji mill-FTS fil-ħidma tagħha, u b'hekk jiġi żgurat li l-FTS tkompli tagħti valur sħiħ għan-nefqa pubblika biex il- poplu fi żmien tmien snin ikollu l-iskejjel kollha li għandu bżonn u tal- kwalita` meħtieġa biex ulied il-poplu jkollhom l-aħjar ambjent skolastiku possibbli.", "Qed nehmez ukoll stqarrija ta' Sur Alfred Ferrante, chief executive ta' l- FTS, li tiċħad għal kollox il-qlajja li l-Onor.", "Bartolo fajjar bl-addoċċ dwaru personalment f'dan il-Parlament.", "Dan kollu għandu juri min tassew naqas fis-serjeta`, u kemm il-kummenti tal- kelliem ta' l-Oppożizzjoni kienu inġusti, infondati u barra minn lokhom u jixhdu motivi ulterjuri.", "Sur President, bil-permess tal-Kamra nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra, in konnessjoni ma' din l-istqarrija, l-ittra tar-riżenja li rriferejt għaliha, ir-rapport taċ-chairman, ittri tal-Fondazzjoni għall- Iskejjel ta' Għada u ittri oħrajn li huma relevanti għaċ-ċirkostanzi ta' dan il-bord ta' inkjesta.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex il-Ministru jpoġi dawn id-dokumenti fuq il- Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' l-ittra tar-riżenja datata 26 ta' Settembru 2002, mibgħuta mis-Sur Joseph C Schembri u s-Sinjura Catherine Galea, Chairman u Membru rispettivi tal-Bord ta' Inkjesta Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada; rapport datat 26 ta' Settembru 2002 miċ-Chairman tal-Bord ta' Inkjesta Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada; u kopja ta' korrispondenza li għaddiet bejn il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u ċ- Chairman tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, iċ-Chairman tal- Bord ta' Inkjesta, iċ-Chief Executive tal-Fondazzjoni u l-Onor Evarist Bartolo dwar l-istess Bord ta' Inkjesta.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Sur President, jista` l-Ministru jinforma lill- Kamra x'passi ttieħdu minn meta twaqqaf il-bord ta' inkjesta biex jiġi żgurat li dokumenti importanti ħafna għall-inkjesta, li kienu fil-pussess ta' persuni li kienu qed jiġu investigati, ma jiġux minsusa?", "Kif jaf il- Ministru, meta ssir inkjesta ta' dan it-tip l-ewwel pass li jittieħed huwa li dokumenti bħal dawn jiġu impounded.", "F'dan il-każ x'sar?", "Sur President, jistax il-Ministru jgħid ukoll minn fejn jirriżulta li d- dokumenti kollha li kien qed jitlob għalihom l-Perit Martin Debono kienu fil-fatt se jingħataw, meta fil-fatt jirriżulta li s-Sur Schembri għal ħafna mit-talbiet li kien qed jagħmel il-Perit Debono - inċidentalment mhux hu biss kien kandidat ta' partit, imma jekk jien niftakar sew anke l-Perit Galea kienet kandidata tal-partit Nazzjonalista....", "(Interruzzjonijiet) Ma kenitx kandidata tal-partit Nazzjonalista?", "Indipendenti ħafna u imparzjali!", "ONOR.", "MEMBRU: X'għandu x'jaqsam?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: U Mela m'għandux x'jaqsam!", "Se noqogħdu nilgħabuha tal-puri!", "Daqskemm jagħmel sens li taħtar chairman ta' inkjesta meta ħafna mir-rapporti ta' l-awdituri jeħduhom il-kumpannija KPMG.", "Naħseb b'kumbinazzjoni li ċ-chairman li nħatar huwa tal-KPMG u l-MISCO tieħu x- xogħol kollu kważi tar-rapporti u affarijiet oħra tal-gvern.", "Minn fejn jirriżulta li kull ħaġa li kien jitlob il-Perit Debono kienet se tingħata meta għal kull talba li kien qed jagħmel il-Perit Debono ħafna drabi s-Sur Schembri kien qiegħed jgħid li dak li qiegħed jitlob m'huwiex fit-terms of reference?", "X'sens kien jagħmel li dan il-bord ta` inkjesta kien qiegħed jiltaqa` f'bini tal-ministeru meta nafu li l-laqgħat fil-każ ta' l-inkjesta tal- Magħtab kienu qed isiru f'post newtrali għal min kien involut fl- investigazzjoni?", "Fil-fatt kienu qed jiltaqgħu fil-bini tal-qorti.", "Meta l-Perit Debono talab li tkun preżenti l-istampa, ċ-chairman ċaħadlu din it-talba u qallu li jrid li jiltaqgħu fil-magħluq.", "X'sens kien jagħmel dan?", "Nerġa' ngħid, fil-każ ta' l-investigazzjoni tal-Magħtab mhux biss l- inkjesta kienet qed issir fil-miftuħ, u min irid seta' jattendi għaliha, imma anke l-istampa kienet qed tattendi u tkun preżenti waqt li tingħata x- xiehda u regolarment kienet qed tirrapporta x'inhu għaddej f'din l- inkjesta.", "Sur President, kif kulħadd jaf ħafna mix-xogħol li għandu x'jaqsam ma' kuntratti mhux biżżejjed li tara d-dokumenti u l-karti.", "Wieħed irid imur jivverifika jekk fil-fatt ix-xogħol hux qed isir kif supost.", "Jekk, per eżempju, suppost jingħataw tliet passati żebgħa jew li suppost li jingħata l-konkos kullimkien, u mhux biss il-parti li tiġi ttestjata, wieħed irid imu fuq il-post bjiex jivverifika dawn l-affarijiet.", "Issa kif jista' jkun il-Perit Debono ikun jaf jekk ix-xogħol hux qed isir kif suppost meta ċaħdulu t-talba li jmur jiċċekkja on site?", "Jirriżultalu l-Ministru li fil- fatt kien hemm anke dawn it-tip ta' ċaħdiet min-naħa tat-talbiet li kien qed jagħmel ir-rappreżentant ta' l-oppożizzjoni?", "Sur President, jirriżultalu l-Ministru li kuntratturi li ngħataw xogħol, anke bil-fomm min-nies tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, kenux qed jiġu avviċinati waqt li kienet għaddejja l-inkjesta biex jipprovaw jaraw kif joħorġulhom il-letter of acceptance ħalli forsi jilħqu jgħattu t- tbażwir li kienu għamlu qabel?", "Sur President, kien f'dan il-kuntest kollu li tkellimt hawn ġew li kienet għaddejja karnivalata.", "Għax jew l-affarijiet isiru kif suppost jew inkella se nagħmluhom taparsi.", "L-ewwel ħafna qdusija u nħabbru li se nagħmlu inkjesta, imbagħad, on the ground, meta l-inkjesta tibda ma jittieħdux il- miżuri serji li hemm bżonn jittieħdu biex din l-inkjesta ssir bis-serjeta`.", "MR SPEAKER: Hawn aktar domandi?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Invista ta` l-iskandlu li kellu fuq l-AWTS, ma jidhirlux il-Ministru li kellu joqgħod attent kif jinnomina u kif jaħtar dan il-bord li ħatar?", "Ma jidhirlux li l-mod kif ħatar dan il-bord u l-mod kif spustah jirriflettu aktar u aktar fuq dak li ġara fl-iskandlu ta' l-awżiljari, li tiegħu hu personalment responsabbli?", "Jidhirlux l-Ministru li f'dak li għandu x'jaqsam ma' inkjesta bħal din, kellux il-bord jaċċetta minnufih li l-inkjesta tkun miftuħa?", "U x'kienu r- raġunijiet li waqfu lill-membri tal-bord milli jaċċettaw li tkun miftuħha?", "Jista' l-Ministru jilluminana fuq il-kriterji li bihom inomina l-membri li nnomina, u cioe' lill-Perit Catherine Galea li hi magħrufa li għandha kuntratti mal-gvern u s-Sur Schembri li hu magħruf li qed jaħdem f'kumpanija li għandha kuntratti tal-gvern?", "Jaħsibx li ħaġa bħal din diġa' qed tivvizzja l-membri, li hu ħatar, fil-kariga tagħhom li jispezzjonaw x- xogħol tal-gvern b'mod trasparenti?", "Sur Predsident, dwar il-files li l-Perit Martin Debono allega li setgħu jiġu mbagħbsa nistaqsi dan.", "X'inhuma l-kriterji li fuqhom files li għandhom x'jaqsmu ma' l-inkjesta ġew b'xi mod jew ieħor separati mill-bqija tax- xogħol li kienet qed tagħmel il-fondazzjoni?", "Huwiex minnu, effettivament, li dawn il-files kienu ġew murija anke lill-membri tad-dipartiment ta' l- edukazzjoni wara li qam l-iskandlu li qam u fil-mument li kienet qed tissejjaħ l-inkjesta?", "Jirriżultalux il-Ministru jekk effettivament il- bord għadux kostitwit?", "Il-fatt li rriżenjaw tnejn mill-membri jfisser li l- bord sfaxxa, għax il-bord għadu kostitwit.", "Kostitwit mill-Perit Martin Debono.", "F'dan il-kuntest jistax jgħidilna jekk jagħmilx sens li inkjesta li beda jmexxi hu 'l quddiem, fuq briga ta' l-oppożizzjoni, effettivament titwaqqaf b'dan il-mod?", "Il-bord għadu kostitwit.", "Il-fatt li rriżenjaw żewġ membri minnu ma jfissirx li l-bord spiċċa jew li l-inkjesta twaqqfet.", "Fl-aħħarnett, bir-rispett kollu, iħossx l-Ministru li riżenja bħal din se tiġi interpretata, kif qed ninterpretaha jiena, bħala imbuttatura mill- amministrazzjoni stess biex ix-xogħol tal-bord jiġi vvizzjat, ma jsirx?", "Imbilli kien hemm kritika ta' l-operat tal-bord li kont qed nagħmilha jien - l-Onor.", "Bartolo għamilha b'mod pubbliku, jien kont qed nagħmilha mill- informazzjoni li kelli b'mod privat - iħossx li dan huwa, b'interpretazzjoni ċara, metodu ieħor kif xogħol li suppost kellu jsir ma jsirx?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici", "ONOR MICHAEL BONNICI: Jista` l-ministru jgħid kemm hemm verita` f'dak li kien qed jingħad minn sezzjoni ta' l-istampa u t-televiżjoni meta kien qed jingħad li ma ħarġux tenders jew quotations tax-xogħol li kien qed isir fl- iskejjel matul il-vaganzi tas-sajf?", "Jista` jgħid ukoll jekk skond iċ- ċirkostanza ta' ċertu żmien limitat li fih kellu jitlesta x-xogħol ġewx osservati r-regolamenti finanzjarji kollha?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR MARIO GALEA: Jista` l-Ministru jekk hijiex prattika li f'bordijiet ta' inkjesta membru wieħed tal-bord jagħżel li jmur jagħmel site visits waħdu u mhux fil-preżenza tal-bord kollu?", "Jista` l-Ministru jgħid ukoll x'terms of reference kellu dan il-bord ta' inkjesta u jekk ingħatax żmien meta għandu jitlesta r-rapport?", "Jidhirlux l-Ministru li l-komunikazzjoni ma' l-stampa kellha ssir wara li jitlesta x-xogħol tal-bord u jiġi sottomess ir-rapport finali, u mhux proprju meta l-bord ta' inkjesta kien għadu qed jiltaqa' l-ewwel darba biex jiddeċiedi kif se jaħdem?", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR LOUIS GALEA: Sur President, m'hemmx dubju li l-affarijiet għandhom isiru tajjeb, kif suppost u bis-serjeta` biex nassiguraw l-kontabilita` ta' kull min jopera fondi pubbliċi u biex inkunu nistgħu nagħmlu verifika sħiħa tal-mod kif qed jintnefqu fondi pubbliċi, biex jiġu osservati r-regolamenti u l-liġijiet u naraw jekk hux qed ikun hemm value for money għall-flus li jkunu qed jintnefqu.", "L-ewwelnett irrid ngħid li s-Sinjura Catherine Galea qatt ma kienet kandidat għall-Partit Nazzjonalista.", "Irrid ngħid ukoll li l- kriterji li fuqhom intgħażlu n-nies, għandi nassumi jiena, kienet li qed jintgħażlu nies li huma integri, li huma onesti, li huma professjonali u effettivi fix-xogħol tagħhom u li fuq kollox huma wkoll nies, li darba jkunu ħadu l-ġurament tal-ħatra tagħhom taħt il-liġi ta' l-inkjesta, ikunu kapaċi jħarsu lejn ix-xogħol li jkunu se jagħmlu b'oġġettivita` u b'imparzjalita`.", "Il-ġurament li ħadu l-membri tal-bord ta' inkjesta taħt l- liġi ta' l-inkjesti proprju jeseġi li min ikun fuq dan il-bord irrid ikun imparzjali.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Ministru.", "Point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: F'dan il-kuntest, jista' jgħidilna x'inhi r-relevanza tal-punt li semma li l-Perit Martin Debono kien kandidat Laburista mingħajr ma semma li Catherine Galea u s-Sur Schembri jibbenefikaw minn kuntratti tal-gvern?", "Jista' jgħidilna x'inhi r-rilevanza?", "Għax din hija l- mistħija ta` kif jitkellem il-Ministru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR LOUIS GALEA: Dan m'hu point of order xejn.", "Dan huwa kumment u naħseb li m'hemmx għalfejn spjegi ta' dawn l-affarijiet għaliex l- affarijiet jitkellmu waħedhom, bil-latin ngħidu res ipse loquitor.", "Issa l- allegazzjoni li għamlet l-Oppożizzjoni kienet allegazzjoni li fl-għoti ta' kuntratti għal xogħol fl-iskejjel li sar f'dawn l-aħħar xhur l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ma segwitx ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern.", "Din kienet l-allegazzjoni.", "Allura ladarba kellna din l-allegazzjoni t- termini ta' referenza dwar l-istħarriġ riedu jirriflettu għal din l- allegazzjoni.", "It-termini ta' referenza ntbagħtu lill-oppożizzjoni meta jien aċċettajt li din l-inkjesta ssir.", "Tlabt in-nominee ta' l-oppożizzjoni u għaddejtilhom ukoll it-termini tar-referenza li huma ċari daqs il-kristall, u kellu jiġi nvestigat kien dan il-punt jekk kienx hemm jew le ksur tar- regolamenti finanzjarji.", "Issa ħalli nieħu l-mistoqsijiet, jekk jista` jkun, fl-ordni li saru u mbagħad jekk hemm xi mistoqsijiet li jkunu ġew ripetuti nirreferi għar- reazzjoni li nkun tajt.", "Ġie mistoqsi x'passi ttieħdu biex jiġi żgurat li dokumenti ma jiġux minsusa.", "Irrid ngħid li l-ewwelnett l-bord ta' l- inkjesta ssottometta lill-FTS lista konsiderevoli ta' informazzjoni li ried biex ikun jista' jibda l-istħarriġ tiegħu.", "L-informazzjoni li għandi jien hija li din il-lista ġiet komposta fl-ewwel abbozz tagħha mill-Perit Debono nnifisu u tista' tgħid fl-intier tagħha ġiet mibgħuta mill-Perit Debono nnifsu, u nistgħu ngħidu li fl-intier tagħha ġiet mibgħuta lill-FTS biex tibda tiġbor din l-informazzjoni.", "Fir-rapport tiegħu, iċ-chairman jindika d-dati ta' meta ltaqa' l-ewwel bord u ta' kif segwew l-affarijiet.", "Fil-fatt, il-bord għamel din it-talba lill- FTS il-Ħamis, biex jekk jista' jkun din tiġbor l-informazzjoni kollha sat- Tlieta ta' wara.", "Ġara li hekk kif il-bord ta' l-FTS talab biex jirriferi għall-files konċernati, ħalli ovvjament jibda jiġbor din l-informazzjoni, xi ħadd qalbu tajba ċempel lis-Sur Debono biex javżah li l-files kienu qegħdin jiċċaqilqu.", "Iċ-chairman tal-bord ta' l-inkjesta mar personalment fl-uffiċċini ta' l-FTS, baqa' preżenti, fuq inizjattiva tiegħu, mingħajr ma ħadd ma ndaħħallu, inkariga uffiċjal minn tiegħu biex jibqa' preżenti fil- bini ta' l-FTS, ħa f'idejh iċ-ċwievet tal-filing cabinets fejn hemm il- files li għandhom x'jaqsmu ma' din il-materja, u kompla għaddej bl-eżami ħalli jassigura li l-bord ta' l-inkjesta jingħata t-tagħrif li talab, iżda fl-istess ħin, ix-xogħol ta' l-FTS ikun jista' jibqa' għaddej.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo on a point of order.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-point of order hu li dak li qiegħed jgħid il-Ministru, kronoloġikament żgur li m'huwiex korrett għax il-Perit Debono kien qiegħed jipprova jikkuntattja lis-Sur Schembri imma dam sigħat biex jagħmel dan, għax is-Sur Schembri kien f'xi seminar.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iktar ma nisma' minn dan it-tip ta' kummenti, iktar ikolli raġun naħseb x'inhuma l-motivi veri ta' l-oppożizzjoni.", "Iva, ittieħdu l-passi li ċ-chairman tal-bord ħass li huma meħtieġa biex jilqa' għal dik l-allegazzjoni nfondata.", "Minn fejn jirriżulta li d-dokumenti kienu se jingħataw?", "Nixtieq li l-Kamra tapprezza l-fatt li proprju fit-tieni laqgħa tal-bord, meta s-Sur Debono mar bil-lista sħiħa biex jikseb l-informazzjoni li jrid hu, dik il-lista, prattikament fl-intier tagħha, ġiet milqugħa u mgħoddija ħalli tinkiseb l- informazzjoni.", "Niente di meno, il-Perit Debono ried ukoll jinvestiga x'inhu x-xogħol li l-fondazzjoni għad trid tagħmel fil-ġejjieni, xi ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn mat-terms of reference li kellu l-bord ta' l- inkjesta.", "M'huwiex veru li għal kull talba għal informazzjoni mir-rappreżentant ta' l- oppożizzjoni, iċ-chairman kien qiegħed jirrifjuta li jgħaddi l- informazzjoni.", "X'kienet il-pożizzjoni tas-Sur Debono, taċ-chairman u tal- membru l-ieħor tal-bord?", "Is-Sur Martin Debono ried li jkollu l-fakulta` li jmexxi l-istħarriġ waħdu, b'inizjattiva tiegħu, mingħajr sorveljanza ta' ħadd, mentri ċ-chairman tal-bord ried li l-istħarriġ isir mill-membri tal- bord kollha flimkien, u li l-ebda membru, la hu bħala chairman u lanqas iż- żewġ membri l-oħra, ma jaġixxu separatament mill-bord.", "Il-fatti juru li fil- ftit sigħat li dan l-bord ta' l-inkjesta dam jeżisti, qabel ma imminatu l- oppożizzjoni, kellu aċċess sħiħ għad-dokumentazzjoni kollha, għall- informazzjoni kollha u għall-postijiet kollha tax-xogħol.", "Kif diġa' għidt fl-istqarrija, fil-fatt dan il-bord kien diġa' beda jlesti l-iskeda tal- laqgħat u ż-żjarat li kien hemm bżonn li jsiru.", "Rigward il-fatt li dawn iltaqgħu fil-bini tal-ministeru, l-ewwelnett irrid ngħid li f'din il-ħaġa jien assolutament ma dħaltx.", "Ovvjament, jien innominajt bħala segretarju lil wieħed mill-assistenti diretturi, lis-sur Alfred Mallia, iżda sta għal kull bord li jiddeċiedi fejn irid jiltaqa'.", "Rigward il-kwestjoni tal-media, inġab l-eżempju ta' l-inkjesta li qiegħda ssir dwar il-fdalijiet umani fil-Magħtab.", "Jien m'iniex se nidħol fil-mertu tad-deċiżjoni tal-bord dwar jekk għandux jammetti lill-media jew le għal- lagħqat tiegħu, pero' huwa loġiku li dak li kienet qiegħda tistħarreġ l- inkjesta tal-Magħtab, li appropożitu, fuq din l-inkjesta, tpoġġew nies li huma tal-fiduċja taż-żewġ naħat, pero' ma tpoġġewx kandidati....", "F'dan ir- rigward irrid ngħid li altru li wieħed qiegħed jinvestiga jekk tħallewx fdalijiet umani f'xi miżbla, u altru li wieħed qiegħed jinvestiga kwestjonijiet fejn se jeżamina tenders, offerti, prezzijiet ta' kuntratturi u se jidħol f'oqsma li għandhom ħafna aspetti kummerċjali li mhux lakemm wieħed jaqbad u jiddeċiedi li jperriċhom fil-pubbliku.", "Rigward minn fejn jirriżulta li s-Sur Debono seta' jivverfika on site, irrid ngħid li iva, kieku s-Sur Debono kellu l-paċenzja li jaħdem mal- kollegi tiegħu tal-bord ta' l-inkjesta, kien ikollu l-faċilita` kollha li jmur on site flimkien magħhom, bl-assistenza ta' kwalunkwe espert li setgħu jkollhom bżonn, biex ikun jista' jinvestiga.", "Dwar il-kriterji għan-nomina tal-membri, nista' nassigura lill-Kamra li fil- klima politika ta' pajjiżna, m'huwiex faċli li jinstabu persuni li jaċċettaw l-inkarigu li jagħtu servizz pubbliku bħal dak li kienu mitluba li jagħmlu dawn il-membri, speċjalment fiċ-ċirkostanzi li ngħixu fihom aħna.", "L-ewwel tentattiv tiegħi kien li nitlob lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex jindikali persuna tal-ġudikatura, pero' l-Onor.", "Gatt kien tal-fehma li m'għandniex nieħdu nies tal-ġudikatura minn fuq xogħolhom għal skopijiet oħra bħal dawn.", "Kelli ndur fuq diversi nies u avviċinajt iktar minn persuna waħda biex stajt nikkomponi l-bord in kwestjoni.", "Nerġa' ngħid li l-għażla li għamilt taċ-chairman u tal-persuna ta' fiduċja tal-gvern hija mibnija biss fuq il-kwalitajiet ta' integrita`, onesta` u professjonalita`.", "Mal-Perit Debono ma kelli l-ebda diffikulta`, għax ippretendejt li hu wkoll kien sej kun kapaċi juri integrita`, professjonalita` u onesta`, flimkien ma' sens ta' fairness u ta' imparzjalita`.", "Rigward il-fatt ta' jekk il-bord huwiex kostitwit jew le, irrid ngħid li l- pożizzjoni legali hija li ladarba rriżenja ċ-chairman u wieħed mill-membri tal-bord, il-bord m'għadux kostitwit.", "Irrid ngħid ukoll li l-oppożizzjoni hija żbaljata jekk qiegħda taħseb li....", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, anke f'dak kontu żbaljati.", "Ma rridx nidħol fil-kontroversja tal-gideb tagħkom.", "L-oppożizzjoni qiegħda terġa' tipprova tilgħab l-istrateġija ta' qabel l- 1996, li tħammeġ u tħammeġ, għax xi ħaġa se teħel żgur, u tipprova toħloq atmosfera, fuq membri tal-gvern u membri fil-qasam pubbliku, biex tisfiduċja l-kredibilita` tal-poplu Malti fil-konfront tal-gvern.", "Pero' jekk l-oppożizzjoni rnexxielha tagħmel dan darba, m'huwiex se jirnexxielha tagħmel dan għat-tieni darba.", "Sur President, irrid ngħid li f'din il-kwestjoni, mhux talli ma kien hemm l- ebda xewqa li nżommu lura milli l-affarijiet jiġu eżaminati, talli l- allegazzjoni għamlitha l-oppożizzjoni, it-talba għall-inkjesta għamlitha l- oppożizzjoni, jien aċċettajtha mill-ewwel, u wara li aħna nnominajna lill- bord, dan bilkemm kien iltaqa' darbtejn....", "(Interruzzjonijiet) Jien m'hu qiegħed nagħmel l-ebda kritika dwar x'jixtieq u x'ma jixtieqx il-membru ta' l-oppożizzjoni li ġie nominat fuq dan il-bord ta' l-inkjesta.", "Sakemm il- membru ta' l-oppożizzjoni deherlu li kellu jimxi dak il-mod, dik kienet affari tiegħu, taċ-chairman u tal-membri l-oħra tal-bord.", "Li ma kienx mistenni huwa li l-oppożizzjoni tiġi f'dan il-parlament ....", "(Interruzzjonijiet) L-Erbgħa tkellem il-membru ta' l-oppożizzjoni, u l- Ġimgħa, jumejn wara, kien hemm diġa' d-data ffissata meta l-bord ta' l- inkjesta kellu jmur biex jieħu l-informazzjoni li ngħatatlu, fuq talba tiegħu stess, ħalli jkun jista' jara jekk l-informazzjoni li talab ingħatatx, jekk hijiex għas-sodisfazzjon tiegħu, jekk riedx li jagħmel iktar indaġini u jitlob iktar informazzjoni.", "Kienet iffissata wkoll id-data ta' meta kellhom isiru site visits fl-iskejjel fejn sar ix-xogħol, iżda l- Erbgħa, l-oppożizzjoni ġiet hawn tattakka lill-bord u tgħid li huwa bord farsa, li m'huwiex serju, li m'huwiex qiegħed jaqdi d-dmirijiet tiegħu.", "Jekk l-oppożizzjoni taħseb li l-persuni li jitqabbdu, disinteressatament, biex jagħtu servizz lill-poplu f'din il-materja, se joqogħdu għal dawn l- attakki li diġa' ppreġudikaw a priori lill-bord, sejra żball.", "Fil-fatt dawn deherilhom li ma setgħux joqogħdu għal din il-kritika, u fl-ittra tagħhom, is-Sur Schembri u l-Perit Galea qalu:", "\"Huwa b'dispjaċir li qed ikollna niktbu din l-ittra ta' riżenja ftit jiem biss wara l-ħatra tagħna fuq dan il-bord.", "Fil-kuntest ta' l- allegazzjonijiet sfrenati u nfondati fir-rigward ta' l-istess bord u l- integrita` tagħna bħala membri tiegħu qabel biss ma l-istess bord kellu l-opportunita` li jibda jaħdem, inħossu li ġie maħluq ambjent kontroversjali in konessjoni ma' din l-inkjesta, li m'huwiex idoneu li aħna bħala membri tal-bord inkunu nistgħu naqdu d-doveri tagħna bil- mod seren skond kif titlob il-liġi u l-ġurament tal-ħatra tagħna. \"", "Ovvjament, l-oppożizzjoni, li l-ewwel interess tagħha, qabel kollox, huwa li tiskorja politikament u partiġġjanament, jidhrilha li għandha wkoll il- pretensjoni li tista' tattakka ċittadini li huma magħrufa għas-serjeta`, għall-onesta` u għall-integrita` tagħhom, hi x'inhi l-fehma politika tagħhom.", "Irrid ngħid li din kienet l-ewwel darba li jien iltqajt mas-Sur Joseph Schembri, ma kont rajtu qatt f'għomri.", "Jien naħseb li l-oppożizzjoni uriet nuqqas kbir ta' serjeta` meta wara li hi kienet qiegħda tipparteċipa f'dan il-bord ta' inkjesta, permezz tar-rappreżentant tagħha, minflok tħalli ....", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni on a point of order.", "ONOR ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jilluminana dwar min irriżenja, jekk hux ir-rappreżentant ta' l-oppożizzjoni jew ir-rappreżentant tal-gvern?", "ONOR LOUIS GALEA: Jidhirli li meta l-oppożizzjoni kienet qiegħda tipparteċipa f'dan il-bord ta' inkjesta, din kellha tkun ħafna iktar serja u prudenti u ma taqbadx u tattakka bl-addoċċ.", "Kellha tistenna r-riżultati ta' l-istħarriġ....", "(Interruzzjonijiet) B'danakollu, Onor. Sant, fdani fl- 1996, fdani fl-1998 u tellagħni minn żewġ distretti, avolja int ippruvajt teqridni.", "Baqa' f'wiċċek, Onor. Sant!", "Agħmel li trid, m'iniex interessat fil-fiduċja tiegħek.", "(Interruzzjonijiet) Mhux inti tkejjilni, ikejjilni l- poplu Malti!", "Nerġa' ngħid li kien hawn nuqqas kbir ta' prudenza, li m'huwiex sew.", "(Interruzzjonijiet) Din hija t-tmexxija moderna li tiġi ppriedkata.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien m'iniex se nirreaġixxi għar-rimarki dispreġjevoli li saru fil-konfront tiegħi, anke dakinhar li sar dan id-diskors.", "Jien nibqa' nagħmel ħilti kollha biex inħares l-interessi tal-pajjiż u tal-kamp ta' l-edukazzjoni.", "Nappella biex f'dan il-qasam, inqisu d-diskors tagħna u l-mod ta' kif niddjalogaw ma' xulxin, biex kemm jista' jkun nżommu l-kwestjonijiet fundamentali f'qafas ta' diskussjoni kemm jista' jkun oġġettiva, u ma naqgħux għal dawn l-affarijiet.", "Rigward il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Michael Bonnici rrid ngħid li fil- fatt, għall-kwantita` kbira ta' xogħolijiet li saru, ħarġu diversi tenders li ġew aġġudikati, eżaminati u mogħtija mid-Dipartiment tal-Kuntratti, filwaqt li ħarġu wkoll numru ta' tenders dipartimentali, kif jitolbu r- regolamenti finanzjarji.", "Rigward il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Mario Galea nista' ngħid li le, meta jitwaqqaf bord ta' inkjesta li ma jkunx magħmul minn persuna waħda imma minn tlett persuni, huwa mistenni li jkun il-bord, bil-membri tiegħu flimkien, li jagħmel l-istħarriġ, l-eżami u l-kontro-eżami li hemm bżonn, li jevalwa l-fatti li jirriżultawlu, li jasal għall-konklużjonijiet tiegħu u li jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet.", "Jekk wara li jsir dan kollu, xi membru ma jaqbilx ma' xi konklużjoni, ikun jista' jagħmel rapport ta' minoranza.", "Fir-rigward imbagħad ta' l-aħħar mistoqsija ta' l-Onor.", "Mario Galea dwar il- kwestjoni tal-media, nerġa' ngħid li m'hijiex il-prattika normali li f'bordijiet ta' inkjesta nominati taħt il-liġi dwar l-inkjesta, dawn ikunu miftuħa għall-istampa.", "Li jiġri hu li wara li jitlesta r-rapport, dan isir pubbliku, imbagħad sta għal min irrid jikkumenta fuqu, gvern, oppożizzjoni jew media, biex jagħmel dan.", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li jien ma niddejjaqx li l-oppożizzjoni tibqa' tiġbed l-attenzjoni tiegħi, tal-gvern u tal-fondazzjoni, biex l-affarijiet isiru kemm jista' jkun b'mod tajjeb.", "Dan huwa settur li għandu importanza għall-futur ta' l-edukazzjoni.", "Meta qegħdin naħdmu fuq programm biex fi tmien snin, nibnu l-iskejjel kollha li għandna bżonn u biex fl-istess perjodu ta' żmien, inġeddu l-ambjent ta' l-iskejjel kollha tal-gvern, kemm primarji kif ukoll sekondarji, filwaqt li nagħmlulhom refurbishment ħalli l- kwalita` ta' l-ambjent tagħhom titjieb, ma nistgħux nimminaw lil dan il- proġett, ma nistgħux nitfgħulu spokes in the wheels u nippruvaw nirrallentawh jew inwaqqfuh.", "Iktar ma nirrallentawh, iktar idumu jbatu t- tfal tal-poplu Malti.", "Jien ninsisti biex l-affarijiet isiru skond il-liġi, skond ir-regolamenti finanzjarji.", "Jien m'hu se nagħti kenn lil ħadd li jipprova jgħawweġ l-affarijiet.", "Sur President, irrid intemm din l-istqarrija b'din id-dikjarazzjoni.", "Jeżisti bord, immexxi mill-Perit Conrad Thake, u jien għandi fiduċja fl- integrita` u fl-onesta` tal-membri tiegħu, għaliex huma nies ħerqana li jwettqu l-missjoni tagħhom favur l-iskejjel tal-poplu Malti, huma persuni anzjużi u dinamiċi, u għalhekk, filwaqt li l-ħin kollu ninsisti li jimxu skond ir-regoli ta' pajjiżna, inħeġġiġhom biex ma jaqtgħux qalbhom iżda jkomplu jaħdmu ħalli nibqgħu on course u nagħtu lill-poplu Malti dawk l- affarijiet li għandu bżonn fil-qasam ta' l-iskejjel pubbliċi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS", "SPORTS BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-18 ta' Settembru, 2002)", "Klawsola 4 - Twaqqif u kompożizzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport (Kont.)", "Clause 4 - Establishment and composition of the \" Kunsill Malti għall- Isport\" (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Chairman, se nipproponi numru ta' emendi li ħafna minnhom għandhom x'jaqsmu mal- vokabolarju, filwaqt li oħrajn jirriflettu d-diskussjoni li saret fl-aħħar seduta ta' dan il-Kumitat.", "\"B\" Klawsola 4 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fit-test Malti ta' subklawsola (1) tagħha għandha tidħol il- kelma \"Għandu\" fil-bidu;", "b) minflok subklawsola (2) għandha tidħol din is-subklawsola ġdida li ġejja:-", "\"Il-ħwejjeġ u x-xogħol tal-Kunsill huma taħt it-tmexxija tal- Kunsill u jitmexxew minn Bord ta' Diretturi.\";", "c) minflok il-kliem \"u jistgħu\" li hemm f'paragrafu (a) ta' subklawsola (3) tagħha għandhom jidħlu l-kliem \"għandhom\";", "d) f'paragrafu (c) ta' subklawsola (3) tagħha wara l-kliem \"ieħor minn\" fit-tieni linja għandha tidhol il-kelma \"fost\"; wara l- kliem \"għall-Edukazzjoni u\" fir-raba' linja għandha tidħol il- kelma \"li\"; u wara l-kliem \"nominat mill-Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni,\" fl-aħħar linja għandhom jidħlu l-kliem \"u membru ieħor għandu jiġi nominat mill-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali ta' Sport mhux Olimpiku\";", "e) minflok subklawsola (5) tagħha għandha tidħol din is-subklawsola ġdida li ġejja:", "\"F'każ li ċ-Chairperson ikun imsiefer jew għal xi raġuni oħra, għal xi żmien, ma jkunx f'pożizzjoni li jwettaq il-qadi tal- funzjonijiet tiegħu, id-Deputat Chairperson għandu jaġixxi ta' Chairperson u għandu jwettaq is-setgħat u l-funzjonijiet taċ- Chairperson.\";", "f) f'subklawsola (6) tagħha minflok il-kliem \"tagħmel xi xogħol bħala\" għandhom jidħlu l-kliem \"li tokkupa l-kariga ta'\" u titħassar il-kelma \"tkun\" fl-aħħar tas-subklawsola;", "g) f'paragrafu (a) ta' subklawsola (6) tagħha għandha tidħol il- kelma \"ikun\" fil-bidu u minflok il-kliem \"Kamra tar- Rappreżentanti\" għandhom jidħlu l-kliem \"Kamra tad-Deputati\";", "h) f'paragrafu (b) ta' subklawsola (6) tagħha għandha tidħol il- kelma \"ikun\" fil-bidu;", "i) minflok paragrafu (c) ta' subklawsola (6) tagħha għandu jidħol dan li ġej: \"tkun legalment inkapaċitata\";", "j) f'paragrafu (d) ta' subklawsola (6) tagħha minflok il-kliem \"ikunu saru xi arranġamenti\" għandhom jidħlu l-kliem \"tkun għamlet kompożizzjoni jew ftehim\";", "k) f'paragrafu (e) ta' subklawsola (6) tagħha minflok il-kliem \"att kriminali\" fl-ewwel linja għandha tidħol il-kelma \"reat\";", "l) f'paragrafu (f) ta' subklawsola (6) tagħha minflok il-kliem \"tad- dmirijiet\" fit-tieni linja għandhom jidħlu l-kliem \"tal- funzjonijiet\";", "m) f'subklawsola (8) tagħha minflok il-kliem \"jekk ma jinstabx kompetenti\" fit-tieni linja għandhom jidħlu l-kliem \"għal raġuni li jkun inkapaċi\"; il-kliem \"stat ta'\" fit-tielet linja għandhom jitħassru; u wara l-kliem \"raġunijiet oħra\" fl-aħħar linja għandhom jidħlu l-kliem \"li minħabba fihom il-membru ma jibqax idoneju li jokkupa dik il-kariga\"; u", "n) f'subklawsola (12) tagħha minflok il-kliem \"xi direttivi\" fl- ewwel linja għandhom jidħlu l-kliem \"kull direttiva\"; minflok il- kliem minn \"ir-rwol eżekuttiv tal-Kunsill\" fit-tieni linja sa \"l- uffiċjali u ħaddiema\" fit-tielet linja għandhom jidħlu l-kliem \"it-tmexxija eżekuttiva u l-amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tal-Kunsill, u l-kontroll amministrattiv ta' l-uffiċjali u impjegati tiegħu\"; minflok il-kelma \"mgħoddija\" fil-ħames linja għandha tidħol il-kelma \"delegati\"; minflok il-kliem \"jiżviluppa strateġiji\" fid-disa' linja għandhom jidħlu l-kliem \"jiżviluppa dawk l-istrategiji\"; wara l-kelma \"regolamenti\" fid-disa' linja għandha tidħol il-kelma \"meħtieġa\"; u wara l-kliem \"skond ma\" fil-ħdax-il linja għandhom jidħlu l-kliem \"jara li\".", "\"B\" Clause 4 shall be amended as follows:", "a) In paragraph (a) of subclause (3) the words \"shall be\" in the fourth line shall be substituted by the words \"will be\"; and", "(b) In paragraph (c) of subclause (3) after the words \"nominated by the Minister responsible for Education\" in the last line there shall be inserted the words \"and another member shall be nominated by National Associations responsible for non-Olympic Sports\".", "Din hi l-unika emenda fit-test Ingliż, għax il-bqija tat-test Ingliż huwa tajjeb.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, nixtieq nagħmel żewġ domandi lill- Onor. Mugliett dwar l-emendi li għadhom kemm tressqu.", "Għal subklawsola (12) ta' klawsola 4 qiegħed jingħad li minflok \"mgħoddija\" għandha tidħol il- kelma \"delegati\".", "B'hekk qegħdin infissru l-kunsill se jiddelega, jiġifieri hu qiegħed jagħti l-poter lill-uffiċjal eżekuttiv.", "Rigward it-tieni parti ta' subklawsola (12) ta' klawsola 4, fejn qiegħed jingħad li l-kap uffiċjal eżekuttiv se jkun responsabbli mill- implimentazzjoni u allura għandu imbagħad jiżviluppa strateġija politika u regolamenti għall-implimentazzjoni ta' l-għanijiet tal-kunsill, f'dan is- sens kont staqsejt jekk wara li jiżviluppa l-istrateġija politika, ir- regolamenti, eċċ., il-kap uffiċjal eżekuttiv għandux jitlob l-approvazzjoni tal-kunsill jew għallinqas jinforma lill-kunsill b'dak li jkun se jagħmel, għax bl-emenda li tressqet, fejn qiegħed jingħad li minflok \"mgħoddija\" għandha tidħol \"delegati\", naħseb li din ġiet solvuta.", "Pero', rigward it- tieni parti, ma nafx jekk għandniex inżidu jew \"li jinforma\" jew \"li jkun jenħtieġ l-approvazzjoni tal-kunsill\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kap uffiċjal eżekuttiv huwa membru fil-bord, allura huwa accountable il-ħin kollu.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien nifhem li l-mod ta' kif għandhom jaħdmu, peress li l-kap uffiċjal eżekuttiv huwa, biex ngħid hekk, membru fil- kunsill mingħajr vot, ovvjament se jkun jista' jattendi, mingħajr ma jkollu d-dritt li jivvota, fil-Kunsill Malti għall-Isport.", "Il-fatt li l-kunsill se jiddelega jfisser li se jagħti l-poteri lill-kap uffiċjal eżekuttiv biex jiżviluppa dik l-istrateġija, politika u regolamenti.", "Issa jien qiegħed ngħid li huwa veru li dawn suppost li jaħdmu flimkien, pero' jekk inżommu saqajna daqsxejn iktar ma' l-art naraw li l-affarijiet jista' jkun li jimxu b'mod ieħor.", "L-argument tiegħi huwa dan.", "Għandna niżguraw li l-kap uffiċjal eżekuttiv, li se tkun delegata lilu l-politika, l-istrateġija, eċċ., u li hu se jiżviluppaha, għandu b'xi mod jew ieħor jitkellem mal-kunsill jew jagħti relazzjoni fl-ewwel laqgħa tal-kunsill li jkun imiss, u hemmhekk tingħata l-approvazzjoni jew le?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien nifhem il-concern ta' l-Onor.", "Abela, pero' naħseb li rridu noqogħdu attenti li ma niddettawx kull pass.", "Teżisti ċerta kultura tal-mod ta' kif jaħdmu dawn il-bordijiet.", "X'imkien, bħalma jingħad fir-rigward ta' kwalunkwe bord li jitwaqqaf, insibu mniżżel li dan il-bord għandu jistabbilixxi l-proċeduri tiegħu, jiġifieri ejjew ma niddettawx kull pass għax wara kollox, din hija wkoll klawsola ġenerika.", "Jien ngħid li tinqara tajjeb u naħseb li għandha tibqa' kif inhi.", "M'hemm xejn ħażin f'li xi ħadd se jitlaq għal rasu, għax meta imbagħad irid isir business plan, jiġi sottomess, eċċ., naħseb li r-reporting-back huwa stabbilit f'dawk l- affarijiet.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien bl-ebda mod ma rrid nirristrinġi jew nidher qisni qiegħed niggwida kollox, pero' wisq nibża' li jista' jkun hemm xi kunflitt bejn il-kunsill u bejn il-kap uffiċjal eżekuttiv, forsi għax f'ċerti affarijiet, il-kap uffiċjal eżekuttiv ikun ipproċeda waħdu.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li l-affarijiet ikunu ċari għal kulħadd.", "Nerġa' nirrepeti li nifhem li l-kap uffiċjal eżekuttiv se jkun membru ta' l- istess kunsill, se jkun jista' jattendi mingħajr ma jivvota.", "Fl-opinjoni tiegħi, bl-emenda fejn għedna li l-kelma \"mgħoddija\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"delegati\", solvejna nofs il-problema, pero' l- importanti hu li mhux biss ikun hemm affjatament iżda li l-kunsill jiġi nfurmat b'dak li jkun se jagħmel il-kap uffiċjal eżekuttiv.", "Ejjew ma ngħidux li għandu jkun hemm l-approvazzjoni diretta tal-kunsill, pero' ta' l-inqas, il-kap uffiċjal eżekuttiv għandu jagħmel relazzjoni quddiem il- kunsill ħalli l-affarijiet jimxu bl-aħjar mod.", "Jien qed ngħid li filwaqt li l-operat ta' ħadd ma jiġi ristrett, kulħadd ikun jaf x'inhu jsir.", "Mistoqsija oħra li rrid nagħmel lill-Onor.", "Mugliett titratta l-emenda għal paragrafu (ċ) ta' subklawsola (3) ta' klawsola 4, fejn qiegħed jingħad li wara l-kliem \"nominat mill-Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni,\" fl- aħħar linja għandhom jidħlu l-kliem \"u membru ieħor għandu jiġi nominat mill-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali ta' Sport mhux Olimpiku\".", "Il-mistoqsija tiegħi hi kif dan se jsir, pero eżempju se tintbagħat xi ittra lil dawn l- għaqdiet jew assoċjazzjonijiet biex huma jinnominaw persuna jew jivvotaw għal persuna?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dażgur.", "Huma bejniethom iridu jistabilixxu proċedura.", "Dawn jintalbu biex jiltaqgħu u jagħżlu rappreżentant bejniethom.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: L-aħħar mistoqsija hija marbuta b'mod ġenerali mat- twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Isport, u hija mistoqsija ta' kurżita` iktar milli ta' xi ħaġa oħra.", "Nixtieq inkun naf jekk is-segretarjat, il- ministeru jew id-dipartiment ħadux diġa' xi deċiżjoni dwar xi membri li jistgħu jiġu maħtura fuq il-Kunsill Malti għall-Isport.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ovvjament, la qegħdin nantiċipaw il-fatt li t- tibdil jibda jseħħ kemm jista' jkun malajr, wieħed jibda jgħarbel ċerti ismijiet.", "Naħseb li huwa fid-dover tagħna li nagħmlu hekk, pero' dan se jkun bord li wara kollox, anke l-ħatra tiegħu trid tiġi approvata mill- Kabinett.", "Iżda minkejja li huwa inutli li tittieħed xi deċiżjoni, wieħed jista' jipprova jara min jista' jinħatar bħala kap uffiċjali eżekuttiv.", "Ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni.", "Qiegħda biss tinġabar lista ħalli ma ninqabdux f'sitwazzjoni fejn fl-aħħar minuta jkollna nsibu lil xi ħadd malajr.", "Kif għedt, anke l-appointment tal-bord tad-diretturi jrid jgħaddi mill- kabinett, u għalhekk m'hemm xejn stabbilit.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mingħajr ma nidher kurjuż iżżejjed, nixtieq inkun naf jekk ħaddiema fid-dipartiment ta' l-isport humiex ukoll fost dawk li qegħdin ikunu kkunsidrati għal ċerti karigi fl-istruttura l-ġdida tal- kunsill.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iktar 'il quddiem naslu għal direttorati, u se nippruvaw nagħmlu eżerċizzju tajjeb fejn naraw li dawk il-membri ta' l- istruttura eżistenti li jistgħu jaqdu funzjoni tajba fl-istruttura l-ġdida, ikollhom l-ispazju.", "Fil-fatt diġa' bdejna niddiskutu ma' l-MEU, li qiegħed jagħmel skills audit tal-ħaddiema fit-taqsima ta' l-isport fi ħdan id- dipartiment taż-żgħażagħ u sport.", "Dan qiegħed isir biex ikun jista' jsir matching tal-funzjonijiet ta' dan il-bord ma' l-iskills tal-ħaddiema li hemm.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Għanijiet tal-Kunsill.", "Clause 5 - Objectives of the Council.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'din il-klawsola qed ngħidu x'inhuma l- għanijiet ta' dan il-kunsill.", "Ovvjament l-għan ewlieni tagħna huwa li nkattru l-parteċipazzjoni ta' l-isport f'Malta.", "F'paragrafu (b) ta' klawsola 5 qed ngħidu li għandu jkun hemm aċċess indaqs għall-isport.", "Apparti minn hekk, ladarba l-isport huwa xi ħaġa dinamika għandna naraw li ma nibqgħux bilfors fl-istess livell.", "Għaldaqstant paragrafu (ċ) qed jippromwovi kultura ta' eċċellenza fl-isport.", "Ir- riżultati u l-ksir ta' records huma importanti għaliex ħafna drabi dawn ikunu l-bandiera li tħajjar liż-żgħażagħ jipparteċipaw aktar.", "Ikun tajjeb li wieħed igħid ukoll li fil-kultura ta' ħafna pajjiżi saret materja ta' prestiġju nazzjonali li jkollok ċertu eċċellenza fl-isport.", "F'kompetizzjonijiet nazzjonali kulħadd iħares lejn il-klassifika ta' midalji u fejn ikun pajjiżu u naħseb li hemm ċerta aspettattiva min-nies biex kemm jista' jkun pajjiż jipprova jtejjeb il-pożizzjoni tiegħu f'dik li hija eċċellenza sportiva.", "Mr Chairman, wieħed mill-għanijiet tal-gvern huwa li kemm jista' jkun ikun hawn ir-riżorsi neċessarji.", "Irridu niżguraw ukoll li ma jkollniex nuqqas ta' faċilitajiet u allura fejn nistgħu qed niżviluppaw faċilitajiet eżistenti jew nagħtu art biex tkun żviluppata.", "Pero' r-riżorsi mhux bilfors ikunu faċilitajiet imma jistgħu jkunu coaches, jistgħu jkunu koordinaturi u jistgħu jkunu anke mezzi finanzjarji biex xi ħadd jipparteċipa.", "Paragrafu (e) igħid:", "\"li jippromwovi kultura ta' parteċipazzjoni fl-isport fost il-poplu speċjalment fost iż-żgħażagħ, bħala parti mill-iżvilupp personali u soċjali fil-kuntest tal-politika tal-Gvern fl-edukazzjoni u s-saħħa;\".", "Imbagħad għandna paragrafu (f) li jgħid hekk:", "\"li jtejjeb il-ħiliet sportivi tal-Maltin in ġenerali, permezz ta' titjib fl-istandard ta' coaches sportivi, amministraturi u uffiċjali.\".", "Din hija importanti ħafna.", "Għal ħafna żmien il-coaching kien jitħalla għal riħu u għaldaqstant naħseb li l-Kunsill Nazzjonali għall-Isport għandu jara li jkun hawn standard tajjeb ta' coaches.", "Issa dan ifisser ħafna affarijiet.", "Ifisser li jista' jkollok kemm titjib fil-livell, kemm ħarsien mill-abbuż u mentalità ġdida dwar l-etika sportiva.", "Aħna nemmnu li hawnhekk il-gvern għandu jkollu rwol ewlieni.", "Inħossu li aħna qed nimlew nuqqas li ilu jeżisti.", "Fil-fatt il-Kunsill Malti għall- Isport diġa' beda jagħmel xi ħidma f'dan il-qasam.", "U issa, anke permezz ta' l-istitut ta' l-isport li ġie approvat kemm mis-senat kif ukoll mill- kunsill ta' l-università, din il-ħidma għall-coaches sportivi għandha tibqa'.", "Pero' rridu naħdmu wkoll anke fuq l-amministraturi uffiċjali u qed nipprovaw inħajru istituzzjonijiet oħrajn, bħall-MCAST, eċċ. biex jinbdew programmi ta' amministratturi u uffiċjali.", "Paragrafu (g) jgħid hekk:", "\"li jiġġenera koperazzjoni fl-isport ma' korpi lokali u internazzjonali, entitajiet u persuni oħra biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-iżvilupp, inizjattivi u attivitajiet ta' programmi sportivi.\".", "Mr Chairman, jista' jkollok każin li jiddeċiedi li jagħmel league tat-table soccer fil-każin pero' dik ma tkunx il-kultura sportiva li għandna nħarsu lejha.", "L-isport huwa mezz ta' attività bejn organizzazzjonijiet u jidhrilna li fil-korpi lokali bilfors irid ikollok il-koperazzjoni.", "Il- kultura ta' koperazzjoni hija indispensabbli biex ikollok kultura sportiva b'saħħitha.", "Paragrafu (h) jgħid:", "\"li jiżgura li kull attività sportiva tkun tirrispetta d-dinjità tal- bniedem, is-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti fl-isport u r- regolamenti ta' fair play\".", "Dan qed jiġi rifless ukoll f'funzjonijiet oħrajn u għandna wkoll klawsoli li jitkellmu fuq użu ħażin ta' sustanzi li jgħinu l-prestazzjoni ta' atleti.", "Dan huwa għan tal-kunsill u ħafna drabi huwa wieħed mill-għanijiet li l-gvernijiet diversi huma ġelużi għalih anzi ngħid li mn' Alla jkunu l- gvernijiet li jidħlu fl-issues ta' anti-doping u fair play għaliex kultant l-assoċjazzjonijiet ikunu jixtiequ jakkwistaw ċerti riżultati.", "Għalhekk fejn jidħlu dawn l-issues il-gvern irid ikun regolatur.", "Paragrafu (i) igħid li:", "\"li jinkoraġġixxi ̧ fid-dawl tat-tkattir tal-prinċipju tas- sussidjarjetà, korpi mhux governattivi u entitajiet privati jew persuni u kunsilli lokali biex jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni ta' l-isport f'Malta.\".", "Hawnhekk qed nirrikonoxxu li l-kunsill għandu jinkoraġġixxi u jikkolabora ma' dawn l-entitajiet.", "Per eżempju, jkun tajjeb li kieku l-kunsilli lokali jkunu nvoluti fl-isport.", "Ta' min igħid li f'ċerti pajjiżi r- responsabbiltà sportiva ma tkunx vestita f'ministru imma fil-gvernijiet lokali.", "Ovvjament pajjiżna huwa żgħir jiġifieri ma tistax tneħħi r-rwol tal-ministru pero' huwa żgur li l-kunsilli lokali jistgħu jagħmlu ħafna biex jiddisseminaw il-kultura sportiva f'livell ta' komunità.", "B'hekk jibdew jipparteċipaw ħafna aktar nies u verament nilħqu dawk is-setturi tal- popolazzjoni li ma jkunux qed jipparteċipaw fl-isport.", "Mr Chairman, din hija spjegazzjoni qasira ta' l-għanijiet li kellna f'moħħna.", "Issa nistenna lill-kollega tiegħi jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu u mbagħad għandi xi ftit emendi żgħar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, hawnhekk qed insemmu l-għanijiet bażiċi tal-Kunsilli Malti għall-Isport u allura jkun tajjeb li jien ukoll nagħmel xi kummenti ġenerali dwar dan.", "Mr Chairman, fit-tieni qari l-oppożizzjoni vvotat kontra għar-raġuni li semmejt diġà pero' l-aktar ħaġa li ma qbilniex magħha kienet li d- dipartiment se jispiċċa mingħajr ma ġejna mogħtija raġuni valida biżżejjed biex isir dan.", "Pero' ċertament hemm qbil unanimu li f'pajjiżna għandna mmexxu 'l quddiem il-parteċipazzjoni ta' l-isport.", "Għalhekk l-ewwel għan tal-Kunsill Malti għall-Isport għandu jkun dak li jippromwovi l-iżvilupp ta' aktar parteċipazzjoni fl-isport f'Malta.", "Pero' huwa mportanti li mhux biss ikun hemm aktar parteċipazzjoni imma li l- parteċipazzjoni tkun ta' ċertu livell.", "Dan ma jgħoddx biss għal dawk l- atleti li jikkompetu b'mod nazzjonali jew anke internazzjonali imma jgħodd ukoll sabiex nippromwovu kultura mill-aktar wiesgħa fl-isport.", "Per eżempju ̧ subklawsola (e) tgħid li wieħed mill-għanijiet tal-kunsilli huwa:", "\"li jippromwovi kultura ta' parteċipazzjoni fl-isport fost il-poplu speċjalment fost iż-żgħażagħ, bħala parti mill-iżvilupp personali u soċjali fil-kuntest tal-politika tal-Gvern fl-edukazzjoni u s-saħħa.\".", "Ta' min isemmi wkoll li minkejja li fl-univeristà hemm kumpless sħiħ għall- isport wieħed jista' jinnota l-parteċipazzjoni baxxa ta' studenti universitarji li jkunu qed jipprattikaw xi sport.", "Għalhekk wieħed mill- għanijiet tal-kunsill għandu jiffoka proprju fuq l-università fejn għandek popolazzjoni ta' bejn wieħed u ieħor 8,000 student.", "Huwa mportanti ħafna li l-attenzjoni tagħna ma tkunx iffokata fuq ċerti atleti li nsejħulhom \"elite\" li fl-aħħar mill-aħħar jipparteċipaw biex jirrappreżentaw lil pajjiżna f'kompetizzjonijiet internazzjonali barra minn Malta.", "Għalhekk wieħed mill-għanijiet li naħseb li għandna nżidu ma' l-għanijiet li hawn diġà msemmija hawnhekk għandu jkun li ladarba l-Kumitat Olimpiku Malti huwa responsabbli mil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, mill- parteċipazzjoni tagħna fil-logħob olimpiku, mill-Commonwealth games u minn diversi kompetizzjonijiet internazzjonali oħrajn bħal-logħob tal- Mediterran, il-Kunsill Malti għall-Isport għandu jikkopera ̧ jappoġġa u jgħin bil-mod li jista' lil dan il-kumitat.", "Kif jaf kulħadd fil-preżent il-gvern, permezz tad-dipartiment, tal-ministeru jew tas-segretarjat, jgħaddi fondi lill-Kumitat Olimpiku Malti.", "Barra minn hekk wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi mill-parlament, id-dipartiment se jispiċċa u l-funzjoni operattiva tal-gvern se taqa' f'idejn il-Kunsill Malti għall- Isport.", "Punt li nixtieq insemmi huwa li f'pajjiżi barranin ġie ppruvat li f'postijiet fejn kien hemm programmi serji li nvolvew ħafna ċittadini fl- isport, iggwadanjat is-soċjetà.", "Fil-fatt kien hemm inqas nies li waqgħu f'ċerti vizzji bħat-tipjip jew f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- kriminalità.", "Għalhekk jekk nagħu aktar fondi u attenzjoni lill-isport is- soċjetà se tgawdi żgur.", "Proposta oħra li nixtieq nagħmel lill-Onor.", "Mugliett hija li fis- subklawsola (e) ̧ flimkien maż-żgħażagħ ̧ indaħħlu wkoll lit-tfal u l- adoloxxenti ħalli din il-kultura wiesgħa ta' parteċipazzjoni fl-isport tibda miċ-ċokon.", "Wieħed mill-għanijiet li naħseb li huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna huwa li naraw x'ħidma se jkun hemm mad-dipartiment responsabbli mill-edukazzjoni.", "Naf li wieħed mill-membri tal-kunsill se jkun proprju appuntat mill-ministeru ta' l-edukazzjoni pero' naħseb li għandu jkun ukoll għan speċifiku li l-Kunsill Malti għall-Isport ̧ safejn hu possibbli, jagħti l-inputs tiegħu biex dak li għandna llum fl-iskejjel, jitjieb u jissaħħaħ.", "Imbagħad għandna paragrafu (h) li jgħid:", "\"li jiżgura li kull attività sportiva tkun tirrispetta d-dinjità tal- bniedem, is-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti fl-isport u r- regolamenti ta' fair play.\".", "Naturalment wieħed li jipprattika xi sport għandu jżomm dawn l-għanijiet nobbli f'moħħu u fl-opinjoni tiegħi ̧ il-fair play, flimkien mad-dinjità tal-bniedem ̧ huwa l-qofol ta' l-attività sportiva.", "Mr Chairman ̧ meta qed insemmu s-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti fl- isport ma nafx jekk inkunux qed ninkorporaw ukoll l-ispettaturi.", "Jien naħseb li għandna ndaħħlu wkoll il-konċett li jkun hemm saħħa u sigurtà mhux biss għall-parteċipanti fl-isport imma wkoll għall-ispettaturi li jkunu qed jattendu għall-attività sportiva li tkun qed issir.", "Jekk għandek logħba futbol huwa ovvju li jrid ikun hemm il-miżuri kollha neċessarji biex min ikun qed jilgħab ma jkunx f'riskju li jweġġa'.", "Per eżempju ̧ ġieli naraw ir-reklami li jkunu qrib wisq il-pitch fejn ikun hemm it-turf u kemm-il darba jkun hemm players li jaħbtu magħhom waqt il-logħba.", "Dak huwa argument ieħor pero` huwa mportanti wkoll li naraw li l- ispettaturi li qed jkunu qed jaraw il-logħba football ikollhom is-sigurtà wkoll.", "Paragrafu (i) jgħid hekk:", "\"li jinkoraġġixxi, fid-dawl tat-tkattir tal-prinċipju tas- sussidjarjetà, korpi mhux governattivi u entitajiet privati jew persuni u kunsilli lokali biex jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni ta' l-isport f'Malta.\".", "Din hija xi ħaġa tajba u naħseb li din hija l-ewwel liġi li qed tinkoraġġixxi li l-kunsilli lokali jagħtu attenzjoni lill-promozzjoni ta' l-isports.", "Id-dubju tiegħi huwa dwar il-frażi \"fid-dawl tat-tkattir tal- prinċipju tas-sussidjarjeta`\".", "Ma nafx kif hawnhekk qed niffokaw biss fuq prinċipju wieħed għax jekk noqogħdu sejrin hekk nistgħu nsemmu prinċipji oħrajn bħad-demokrazija.", "Naf li jista' jkun hemm għaqdiet u assoċjazzjonijiet li l-mod kif ikunu kostitwiti ma jkunx demokratiku.", "Mela allura għalfejn qegħdin insemmu prinċipju wieħed u ma nsemmux prinċipju ieħor?", "Għalhekk filwaqt li naqbel ma' paragrafu (i) kif inhu naħseb li l-frażi \"fid-dawl tat-tkattir tal-prinċipju tas-sussidjarjeta`\" kont inħalliha barra.", "Fid-dikjarazzjoni ta' prinċipji dan l-argument ħallejtu barra pero' hawnhekk fejn għandna l-għanijiet tal-kunsill naħseb li huwa żejjed għax jew insemmu l-prinċipji kollha jew inneħħu dak li għandna.", "Naħseb li hawnhekk ikun tajjeb li nagħmlu parentesi żgħira fejn ngħidu li diġ hawn ħafna għaqdiet volontarji u persuni li b'mod volontarju qed jagħtu s-sehem tagħhom.", "Lil dawn mhux biss għandna nroddulhom ħajr imma għandna nħeġġuhom minn din il-Kamra biex ikomplu jagħmlu l-almu tagħhom kollu jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' l-isport f'pajjiżna.", "Għalissa se nieqaf hawnhekk għax naħseb li jkun tajjeb li jitkellem ftit l-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, f'paragrafu (a) hemm ċerti riferenzi speċifiċi għall-Maltin.", "Kif diġà għidt aktar qabel, f'Malta jista' jkollna residenti f'Malta li ma jkollhomx iċ-ċittadinanza Maltija u allura naħseb li huwa desiderabbli li dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fl- isport għal diversi raġunijiet.", "Dawn jistgħu jkunu nies li jkunu jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib fil-livell għax jista' jkollhom ċerta expertise.", "Fil-fatt aktar 'il quddiem se nipproponi emenda biex l-aħħar frażi ta' paragrafu (a) ta' klawsola 5 \"l-isport mill-Maltin\" tinbidel bil- frażi \"l-atleti fl-isport\".", "Din il-parti għamilniha aktar wiesgħa.", "Qed inbiddlu wkoll paragrafu (b) u allura dan issa ġej jaqra hekk:", "\"li jiżviluppa u jippromwovi aċċess indaqs u aktar parteċipazzjoni fl- isport.\".", "L-Onor.", "Ablea rrifera għal paragrafu (e) u qal li għandna ninkorporaw ukoll lit-tfal u l-adoloxxenti.", "Issa l-kelma \"adoloxxenti\" hija x'imkien bejn tfal u żgħażagħ u allura naħseb li nkunu qed nirrepetu.", "Pero' jien lest li nagħmluha hekk:", "\"li jippromwovi kultura ta' parteċipazzjoni fl-isport fost il-poplu speċjalment fost it-tfal u ż-żgħażagħ ...\".", "L-Onor.", "Abela qal ukoll li l-prinċipju tas-saħħa u sigurta` għandu jinkludi wkoll l-ispettaturi.", "Jien ngħid li din toħroġ minn paragrafi (s) u (t).", "Hawnhekk qed ngħidu x'qed nistabbilixxu b'dan it-tibdil imbagħad klawsola 6 hija kif nittraduċu dawn l-affarijiet f'funzjonijiet individwali.", "Il- kollega tiegħi staqsa kif qed insemmu l-prinċipju tas-sussidjarjeta` u mhux qed insemmu prinċipji oħrajn.", "Fil-fatt f'paragrafu (i) ta' klawsola 6 għamilna statement dwar il-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "Huwa mportanti li nagħmluh dan għax hawnhekk qed nagħmlu dikjarazzjoni li l-isport m'għandux isir biss mill-gvern.", "Jien darba kont għidt li dak li qed jagħmlu l- assoċjazzjonijiet u l-għaqdiet fl-isports li jagħti aċċess lil kulmin irid jipparteċipa m'għandux jiddupplikah il-gvern.", "Dak huwa l-prinċipju tas- sussidjarjeta` fl-isport u hawnhekk qed nasserixxuh.", "Il-prinċipju tad-demokrazija fl-għaqdiet huwa rilevanti ħafna pero' jekk l- Onor. Abela jħares lejn dik il-parti li titkellem fuq ir-reġistru tal- persuni suppost isib li dawn għandhom ikunu demokratiċi.", "Din kienet xi ħaġa li tqajment fid-diskussjonijiet li kellna ma' l-għaqdiet.", "Niftakar li l-MFA kienet qaltilna li hawn min igħidlek li għandu jkollok simple majority u hawn min igħidlek li għandu jkun hemm elezzjoni u jkun hemm qualified majority u għalihom demokrazija tfisser affarijiet differenti.", "Id-demokrazija hija concern tagħna wkoll pero' f'paragrafu (i) ta' klawsola 5 ridna nasserixxu l-prinċipju tas-sussidjarjeta` fl-isport li huwa indispensabbli.", "Naħseb li l-kollega tiegħi bħali jaf il-literature eżistenti li hawn pero' jeżisti l-mudell Ewropej ta' l-isport.", "Issa dan m'għandux x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Il-mudell Ewroej ta' l-isports huwa eżattament is-sussidjarjeta` jiġifiei li inti jkollok livelli differenti ta' awtoritajiet, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u clubs.", "Il-parteċipazzjoni fil-leagues m'hijiex abbażi ta' kemm wieħed għandu flus imma abbażi ta' jekk huwiex kostitwit kif suppost u mbagħad abbażi ta' mertu, kif xi ħadd ikun promoss u kif xi ħadd ikun relegat.", "Huwa totalment differenti mill-mudell Amerikan fejn ikollok ħames għaqdiet li għax forsi huma b'saħħithom jiddeċiedu li jagħmlu league bejniethom.", "Dik hi d- differenza bejn il-mudell Ewropew u l-mudell Amerikan fl-isport.", "U hawnhekk ridna nasserixxu dan il-prinċipju ta' sussidjarjieta`, li l-gvern m'għandux jaħgmel kollox.", "Hemm ħafna korpi mhux governattivi li qed jaħdmu ħafna u għandna nikkollaboraw magħhom u anke mal-kunsilli lokali li naħsbu li huma ħolqa oħra f'dan il-prinċiju ta' sussidjarjeta.`", "Pero` nipproponi li 5(g) ikun irranġat ftit u jiġi jaqra hekk:", "\"li jiġġenera koperazzjoni fl-isport ma' korpi lokali u internazzjonali, entitajiet u persuni oħra biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-iżvilupp ta' inizjattivi, attivitajiet u programmi ta' l- isport;\".", "Imbagħad f'paragrafu (h) minflok il-kelma \"regolamenti\" għandha tidħol il- kelma \"regoli\".", "Imbagħad għandna emendi għal 5(a) u 5(b) tat-test Ingliż li huma traduzzjoni ta' dak li għamilt għat-test Malti.", "Il-kollega staqsa wkoll għalfejn fl-għanijiet ma nagħmlux riferenza għall- kumitat olimpiku Malti, partikolarment l-issue tal-funding.", "Dak kollu li qal dwar il-kumitat olimpiku Malti qiegħed fi klawosla 6.", "Aħna tkellimna mal-kumitat olimpliku Malti u meta ssuġġerewlna ċertu tibdil, anke ta' grammatika, li għalihom kienu jagħmlu differenza kbira, qgħadna eżatt fuq is-sottomissjonijiet tagħhom.", "Fost il-funzjonijiet tal-kunsill insibu li jrid jikkonsulta u jikkopera mal- kumitat olimpiku Malti dwar materji relatati mal-promozzjoni u l-iżvilupp ta' l-isport u l-parteċipazzjoni jew ir-rappreżentanza ta' Malta fil-logħob internazzjonali li għandna elenkat fi klawsola 6.", "Però ħallejna lok għal ċertu żvilupp li jista' jkun hemm għax l-isport huwa xi ħaġa dinamika u għedna li jista' jkun hemm parteċipazzjoni f'kull logħob ieħor internazzjonali li minn żmien għal żmien li l-kunsill jidhirlu li jkun jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-kumitat olimpiku Malti.", "Jiġifieri m'għamilniex xi ħaġa statika billi għedna li l-kumitat olimpiku Malti jipparteċipa f'dawn l-erba' jew ħames kompetizzjonijet internazzjnali biss.", "Nafu li din tista' tevolvi.", "Il-kwestjoni tal-funding kienet ta' concern għal ħafna assoċjazzjonijiet għax qalulna li imkien m'hu mniżżel li l-gvern għandu xi obbligu li jagħti funding lill-assoċjazzjonijiet.", "Iżda dik daħħlet f'paragrafu (ġ) ta' subklawosla 6(1).", "Naħseb li dan jindirrizza d-diffikultajiet tal-kollega tiegħi.", "Mr Chairman, nipproponi issa din l-emenda:", "\"C\" Klawsola 5 għandha tiġi emendata kif ġej:", "a) f'subklawsola (a) minflok il-kliem \"l-isport mill-Maltin\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-atleti fl-isport\";", "b) minflok il-kliem li hemm f'subklawsola (b) għandhom jidħlu dawn il- kliem \"li jiżviluppa u jippromwovi aċċess indaqs u aktar parteċipazzjoni fl-isport;\";", "c) f'subklawsola (e) qabel il-kliem \"iż-żgħażagħ\" għandhom jidħlu l-kliem \"it-tfal u\";", "d) minflok il-kliem li hemm f'subklawsola (g) għandhom jidħlu dawn il- kliem \"li jiġġenera koperazzjoni fl-isport ma' korpi lokali u internazzjonali, entitajiet u persuni oħra biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-iżvilupp ta' inizjattivi, attivitajiet u programmi ta' l- isport;\"; u", "e) f'paragrafu (h) minflok il-kelma \"regolamenti\" fit-tielet linja għandha tidħol il-kelma \"regoli\" u wara l-kliem \"fair play\" għandhom jidħlu l-kliem \"u s-saħħa u s-sigurta' ta' l-ispettaturi\".", "\"C\" Clause 5 shall be amended as follows:-", "a) in subclause (a) for the word \"Maltese\" there shall be substituted the word \"athletes\";", "b) for subclause (b) there shall be substituted the following \"to develop and implement programs that promote equality of access to and participation in sport;\"; u", "c) in subclause (e) for the words \"the young\" there shall be substituted the words \"children and youths\"; and", "d) in subclause (h) after the words \"fair play\" there shall be inserted the words \"and the health and safety of the spectators\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nagħmel xi rimarki fuq dak li għedt qabel u fuq ir-reazzjoni tas-segretarju parlamentari.", "Il-kumment tiegħi dwar il- kumitat olimpiku Malti ma kienx marbut direttament mal-fondi.", "L-ewwelnett nara xebħ kbir bejn l-għanijiet u funzjonijeit tal-kunsill.", "L-Onor.", "Mugliett qal li dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà ta' l-ispettatturi jinsab ukoll fil-funzjonijiet tal-kunsill u kkwota subklawosla minnhom li hija vera.", "Però l-iżvilupp ta' l-isport, il-parteċipazzjoni fl-isport u l- aċċess indaqs ukoll insibuhom fost il-funzjonijiet tal-kunsill.", "Jiġifieri ħafna drabi nsibu li l-istess konċetti huma ripetuti kemm fl- għanijiet kif ukoll fil-funzjonijiet.", "Li qed ngħid huwa li ċerti għanijiet tal-kunsill, għalkemm jinsabu fil-funzjonijiet, jekk aħna naħsbu li huma tant importanti li huma worth mentioning fl-għanijiet, għandna nsemmuhom.", "Naħseb li s-sigurta` fl-impjanti sportivi u f'postijiet oħrajn fejn jiġi pprattikat l-isport huwa għan importanti li wieħed għandu jżidu fl- għanijeit minkejja li, kif qal l-Onor.", "Mugliett, jinsab imsemmi fil- funzjonijeit tal-kunsill.", "Fil-fatt jingħad li għandhom isiru regolamenti biex jirregolaw il-livell tas-servizzi, il-livell tal-faċilitajiet, il- manutenzjoni u t-tmexxija ta' dawn l-affarijiet.", "Naħseb li jekk nemmnu f'din il-ħaġa għandna nsemmuha fl-għanijiet.", "Rigward paragrafu (i) ta' klawsola 5, fejn qegħdin insemmu l-prinċipju tas- sussidjarjeta`, jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Mugliett, jiġifieri ċertament li ma kontx qed ngħid li l-gvern għandu jiċċentralizza kollox.", "Xejn minn dan, anzi semmejt li hemm ħafna għaqdiet volontarji u persuni li b'mod volontarju qed jagħmlu ħafna xogħol tajjeb.", "Hekk għandu jkun, dak huwa prinċipju tajjeb u hekk għandu jibqa'.", "Imma apparti li nemmnu fil- prinċipju ta' sussidjarjeta`, jiġifieri f'dak li jagħmlu korpi mhux governattivi, entitajiet privati u persuni oħrajn li fl-aħħar mill-aħħar kollha qed jikkontribwixxu biex jippromwovu l-isport, daqstant ieħor hemm prinċipji oħrajn - l-Onor.", "Mugliett semma l-European model of sport - bħad- demokrazija u s-solidarjeta`.", "Dawn ukoll huma prinċipji tajbin u validi fil-qasam sportiv.", "Jien qed ngħid li jew insemmu kollox jew ma nsemmu xejn.", "Nerġa' ngħid li naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Mugliett, jiġifieri li dak li qed jagħmel il- privat u l-volontarjat m'għandux jiġi dupplikat mill-gvern.", "Ma ridtx ninftiehem li kont qed ngħid xi ħaġa differenti.", "Sur President, jien inħoss li l-kumitat olimpiku Malti għandu importanza kbira fil-qasam ta' l-isport f'pajjiżna u se jibqa' jkollu dik l- importanza.", "Jiġifieri l-kunsill Malti għall-isport bl-ebda mod m'hu se jieħu jew ineħħi l-importanza li għandu l-kumitat olimpiku Malti, speċjalment fejn jidħlu kompetizzjonijiet internazzjonali.", "Għalhekk inħoss li fost l-għanijiet tal-kunsill għandu jidħol l-għan li jkun hemm kooperazzjoni, biex ikun hemm appoġġ u għajnuna, tkun kif tkun l-għajnuna.", "Mhux bilfors finanzjarja, jiġifieri jien ma kontx qed nirriferi għall- aspett finanzjajru, imma li jkun hemm il-kooperazzjoni bejn il-kunsill Malti għall-isport u l-kumitat olimpiku Malti.", "Tajjeb li jidħol bħala għan u mhux biss bħala parti mill-funzjonijiet tal-kunsill għax qegħdin nitkelllmu fuq xi ħaġa li hija ta' ċerta importanza.", "Issa l-Onor.", "Mugliett ressaq emenda għal paragrafu (a) li tgħid li minflok il-kliem \"l-isport mill-Maltin\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-atleti fl- isport\".", "Peress li fit-tifsiriet il-kelma Maltin neħħejnieha kompletamnet, allura hawnhekk qegħdin ninkludu lil dawk l-atleti fl-isport f'pajjiżna li minkejja li m'humiex Maltin qed jkkompetu hawn Malta skond ir-regolamenti ta' l-assoċjazzjonijiet tagħhom( Jekk il-clubs tal-futbol huma intitolati li jkollhom żewġ players jew tliet players minn pajjiżi barranin, qed naħsbu għalihom permezz ta' din l-emenda.", "Jiġifieri dawn l-ewwel għaddew mill-għarbiel ta' l-assoċjazzjonijiet, ikkwalifikaw biex jilagħbu u jikkompetu f'pajjiżna u permezz ta' din l-emenda qed ngħidu li anke dawn l- atleti barranin jaqgħu taħt dan il-għan tal-Kunsill Malti.", "Qed nifhem tajjeb(", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb l-għarbiel finali għandu jkun ta' l- assoċjazzjonijiet, m'għandux ikun ta' din il-liġi.", "Għalhekk neħħejnieha d- definizzjoni ta' Maltin.", "Għax hawn liġijiet fejn \"Maltin\" tfisser ċittadinanza, hawn Iiġijiet fejn \"Maltin\" tfisser li għandek dritt għal residenza u allura jista' jkollna konflitt anke ma' statuti.", "Din hija konsegwenza.", "Ladarba m'għandniex od-definizzjoni ta' \"Maltin\", allura m'għandniex nagħmluha fl-għanijiet għax imbagħad ma nkunux qegħdin niftiehmu x'irridu nfissru.", "Barra minn hekk dehrilna li għandna nippromwovu l-parteċipazzjoni fl-isport ta' kulmin hu residenti Malta fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu għax hemm parteċipazzjoni li tista' tkun f'league u parteċipazzjoni li tista' tkun f'attivita` ta' sport for all.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Xtaqtek tirrispondini wkoll dwar jekk għandniex indaħħlu bħala għan li jkun hemm kooperazzjoni u appoġġ bejn il-kunsill u l- Kumitat olimpiku Malti minkejja li, nerġa' ngħid, qiegħda fil-funzjonijiet.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawnhekk ma naqbilx.", "X'inhi d-differenza bejn għan u funzjoni(", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naħseb aħjar niddefinixxu dik l-ewwel.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għan huwa l-viżjoni li rridu naslu għaliha xi darba, filwaqt li l-funzjonijiet huma dawk il-miżuri li se timplimenta biex xi darba tasal għal dik il-viżjoni.", "Paragrafu (i) ta' klawsola 5 jgħid: \"li jinkorraġixxi, fid-dawl tat-tkattir ta' l-prinċipju tas-sussidjarjeta`, korpi mhux governattivi u entitajiet privati jew persuni u kunsilli lokali biex jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni ta' l-isport f'Malta.\"", "Din hija dikjarazzjoni wiesgħa li rridu nikkonsultaw u naħdmu flimkien ma' dawn il- korpi.", "Imbagħad fi klawsola 6 jissemmew dawk il-korpi prinċipali li rridu nikkooperaw magħhom, fosthom il-Kumitat olimpiku Malti li huwa korp per eccellenza fl-isport Malti, u l-assoċjazzjonijeit u l-federazzjonijiet nazzjonali.", "Jiġifieri qed nispeċifikaw.", "L-għan huwa l-kollaborazzjoni b'mod wiesgħa, imbagħad il-funzjoni hija fejn qed ngħidu ma' min se nimplimentaw dan l-għan.", "Naħseb li din il-liġi tagħti rikonoxximent lill-kumitat olimpiku Malti għax huwa msemmi kemm-il darba u l-istatut tiegħu se jkun anness ma' din il-liġi.", "Jiġifieri r-rwol ċentrali tal-Kumitat olimpiku Malti fl-isport qed ikun affermat f'din il-liġi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Bl-istess argument ta' l-Onor.", "Mugliett ngħid li l- paragrafu (k) ta' subklawsola 6(1) jgħid: \"li jikkonsulta u jikkopera mal- kunsilli lokali u persuni oħra dwar materji relatati ma' l-isport\" li hija repetizzjoni tal-paragrafu (i) tal-klawsola 5.", "Jien ma nsib l-ebda diffikulta` jekk indaħħlu l-kumitat olimpiku Malti fil-kontest ta' paragrafu (i).", "Jiġifieri minflok nagħmlu paragrafu għalih, insemmuh hemmhekk.", "Jien qed ngħid dan għax sinċerament nemmen - u minn dak li għedt inti qed taqbel ukoll - li ma nistgħux ninjoraw il-Kumitat olimpiku Malti u ngħidu li dan huwa parti mill-funzjonijet biss.", "Dan huwa għan ukoll ta' l- istess kunsill Malti għall-isport.", "Għax bl-istess raġunament li semmejna korpi mhux governattivi u entitajiet privati jew persuni u kunsilli lokali, inħoss li l-kumitat olimpiku Malti għandu rwol ewlieni u ċentrali fl- isport.", "Għalhekk qed ngħid li għandna ndaħħlu l-koperazzjoni tal-kunsill mal- kumitat olimpiku Malti bħala parti mill-għanijiet tal-kunsill.", "Issa jista' jidħol bħala paragrafu għalih, li nemmen li hekk għandu jkun, pero` nistgħu naslu nofs triq u ndaħħluh fil-pargrafu (i) ta' klawsola 5.", "It- tnejn li aħna qed nistqarru u nirrikonoxxu r-rwol ewlieni u ċentrali li l- kumitat olimpiku Malti għandu fl-isport.", "Naturalment, kif għedt inti wkoll, dak li hemm fil-funzjonijiet jinsab ukoll fl-għanijiet.", "Pero` bejn l-għanijiet u l-funzjonijeit qed nara ċertu overlapping xi kultant u jekk insemmu ċerti affarijiet u ma nsemmux oħrajn naħseb ikun nuqqas min-naħa tagħna.", "F'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta` ta' l-ispettatturi, minkejja li fil- funzjonijeit insibu li jista' jkun hemm regolamenti f'dan is-sens, naħseb li għandu jkun għan tal-kunsill Malti għall-isport li fil-post fejn jiġi prattikat xi sport partikolari, mhux biss għandha tiġi mħarsa s-saħħa u s- sigurta` ta' min jipparteċipa imma anke s-saħħa u s-sigurtà ta' dawk li jkunu qegħdin jaraw l-isport.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Din hija kwestjoni ta' x'qed nifhmu b'għan u b'funzjoni tal-kunsill.", "Naħseb li qegħdin naqblu fuq il-ħtieġa ta' kollaborazzjoni mal-kumitat olimpiku Malti.", "Aħna semmejna speċifikament lill-kunsilli lokali fil-paragrafu (i) ta' klawsola 5 għax bħalissa dawn ma tantx għandhom sehem fl-iżvilupp u fil-ħolqien ta' attivitajiet ta' l- isport.", "Dehrilna li għandna nippreċiżaw li b'sussidjarjetà qed nifhmu li nixtiequ naslu anke sal-kunsilli lokali.", "Nixtiequ li dawn ukoll jikkontribwixxu fil-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "Mr Chairman, aħna nistgħu nkunu kuntenti li l-isport qed jimxi sew f'dan il- pajjiż meta l-gvern ikun attiv ħafna u jkollu l-budget tiegħu għall-isport meta l-kunsilli lokali jkunu attivi u jkollhom il-budget tagħhom għall- isport.", "Aħna qegħdin nipprovaw inħeġġu din it-tip ta' kultura.", "Jien ma nħossx il-ħtieġa li noqogħdu insemmu li wieħed mill-għanijiet tal-kunsill għandu jkun li jikkollabora mal-Kumitat Olimpiku.", "Rigward il-kwestjoni tas-sigurta` ta' l-ispettaturi rrid ngħid li meta wieħed jagħmel regolamenti dwar il-faċilitajiet u attivitajiet ta' l- isport żgur li wieħed se jħares lejn is-saħħa u s-sigurta` ta' l- ispettaturi.", "F'paragrafu (h) ta' klawsola 5 hemm elenkati l-ideali tagħna f'dan il-qasam, fosthom li l-isport ikun free mill-abbuż.", "Issa jekk se nibdew indaħħlu l-issue tas-sigurtà ta' l-ispettatturi se nitilfu ftit il- focus ta' dan l-istatement għax irridu nagħmlu affermazzjoni li l-isport għandu jkun 'il bogħod minn abbuż ta' sustanzi u 'l bogħod minn abbuż mir- regolamenti eċċ.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Bla dubju ta' xejn naħseb li ma nkunu qegħdin nitilfu l-ebda focus partikolari jekk f'dak li għandu x'jaqsam ma' li wieħed jiżgura li dawk li qegħdin jattendu attivita` sportiva....", "Ejjew nieħdu l-eżempju tal-football u nimmaġinaw logħba li ma jattendi ħadd għaliha.", "Għalkemm xorta tibqa' logħba football, tkun differenti minn logħba li għaliha jattendu numru ta' spettatturi li allura jkunu qegħdin jipparteċipaw fiha b'mod indirett.", "Minkejja li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fl-isport billi jipprattikawh, ikunu qegħdin jipparteċipaw billi jkunu spettatturi.", "L-ideal hu li kulħadd jipprattika l-isport, imma ħafna drabi dan ma jkunx possibbli.", "Wieħed mill-għanijiet tal-kunsill huwa li jiżgura li kull attivita` sportiva tkun tirrispetta d-dinjita` tal-bniedem, is-saħħa u s-sigurta` tal- parteċipanti fl-isport.", "Issa b'dan ma naħsibx li nifhmu biss li ma jkunx hemm abbuż minn sustanzi pprojbiti jew illeċiti, iżda nifhmu wkoll li jittieħdu miżuri ta' safety biex persuna li tipparteċipa fl-isport tkun ħielsa mir-riskju li tweġġa'.", "Jiddependi pero' x'nifhmu bil-kelma \"parteċipant\".", "Parteċipant huwa biss dak li jipprattika l-isport jew huwa wkoll dak li jattendi għal attivita` sportiva bħala spettatur?", "Jien naħseb li l-kunsill għandu jara li l-postijiet fejn jiġi pprattikat l- isport ikunu safe, ħielsa mill-perikli, għax fl-aħħar mill-aħħar, jekk jiġri inċident, dan se jirrifletti ħażin fuq il-logħba, li jkollha tieqaf.", "Huwa għalhekk li qiegħed ngħid li m'hu se nnaqsu xejn mill-ħsieb proprju, għax fl-aħħar mill-aħħar, l-ispettattur ukoll qiegħed jipparteċipa b'mod indirett fl-attivita` sportiva, avolja ma jkunx qiegħed jipprattika l- isport.", "Jekk l-għan ma jkunx li anke l-ispettaturi jiġu mħarsa, għax huma wkoll huma parteċipanti fl-isport, naħseb li jkun nuqqas min-naħa tagħna li ma nilleġislawx f'dan is-sens.", "Rigward il-kumitat olimpiku Malti, forsi m'aħniex naraw l-affarijiet bl- istess lenti.", "Semmejna lill-kunsilli lokali, li m'humiex NGOs iżda huma eletti mill-poplu, pero' la qegħdin insemmu anke korpi mhux governattivi, għaliex ma nsemmux ukoll lill-kumitat olimpiku Malti?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Minkejja li nħoss li l-klawsoli li jmiss, li jitrattaw ir-regolamentazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, għandhom x'jaqsmu mal-concern tas-saħħa u s-sigurta` ta' l-ispettaturi, nistgħu naċċettaw is- suġġeriment ta' l-Onor.", "Abela.", "Fil-fatt, fl-emenda għal paragrafu (h) ta' klawsola 5, li pproponejt iktar kmieni, qiegħed jingħad li wara l-kliem \"fair play\" għandhom jidħlu l-kliem \"u s-saħħa u s-sigurta' ta' l- ispettaturi\".", "B'hekk, il-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Abela qiegħda tiġi indirizzata.", "Rigward il-kumitat olimpiku Malti, jien ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Kollega, għax fl-opinjoni tiegħi....", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nista' nagħmel suġġeriment prattiku, forsi naslu biex naqblu?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Klawsola 5 hija kollha kemm hi ġenerika.", "Id- differenza bejn din il-klawsola u klawsola 6 hi li qegħdin immorru minn ideal ġeneriku għal kif se jiġu mplimentati l-funzjonijiet.", "Ma naħsibx li l- għan tat-twaqqif tal-kunsill huwa biex jikkoopera ma' xi ħadd.", "Il-kunsill Malti għall-isport twaqqaf biex jistabbilixxi l-kooperazzjoni ma' l- għaqdiet kollha mhux governattivi.", "Ma naħsibx li....", "ONOR.", "CARMELO ABELA: U mal-kunsilli lokali.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Imma fil-każ tal-kunsilli lokali, spjegajt speċifikament li bħalissa hemm xi ħaġa li fil-kunsilli lokali ma teżistix u li rridu nimbuttawha.", "Ma nistgħux nimbuttawha jekk nibqgħu....", "Irridu nkunu speċifiċi biex nimbuttawha.", "Dik hija d-differenza bejn kunsill lokali u kumitat olimpiku Malti.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li kunsill lokali għandu xi rwol iktar mill-kumitat olimpiku Malti.", "Mill-mod kif l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jindirizza lill-kumitat olimpiku Malti, qed jidher ċar li dan l-abbozz ta' liġi qed iqis lil dan il-kumitat bħala l-iktar korp mhux governattiv li hu importanti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien nifhem għalfejn f'paragrafu (i) qed jissemmew il-kunsilli lokali, u tant qbilt li sar dan li iktar kmieni għedt li dan l- abbozz ta' liġi huwa l-ewwel wieħed li qed jinkoraġġixxi lill-kunsilli lokali jippromwovu l-isport.", "Madanakollu nixtieq nissuġġerixxi wkoll biex f'dan l-istess paragrafu, wara l-kliem \"korpi mhux governattivi\" jiddaħħlu l-kliem \"fosthom il-kumitat olimpiku Malti''.", "Jien nemmen li dan jista' jsir, anke għax ma naħsibx li għada pitgħada se jinħolqu xi strutturi oħrajn li se jieħdu post il-kumitat olimpiku Malti.", "Fil-fatt il-kumitat olimpiku Malti tant huwa meqjus importanti li l-istatut tiegħu huwa anness ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Imma l-kumitat olimpiku Malti diġa` huwa msemmi fid-definizzjonijiet taħt klawsola 2 u allura ma narax il-ħtieġa li dan jerġa` jissemma hawnhekk, anke għax bl-istess argument, allura f'paragrafu (i) għandna nsemmu wkoll l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u lista sħiħa ta' entitajiet oħra.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: L-assoċjazzjonijet nazzjonali m'hemmx għalfejn jissemmew hawnhekk għax dawn qegħdin fi ħdan il-kumitat olimpiku Malti.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, mhux bilfors, għax jista' jkun hemm assoċjazzjonijiet nazzjonali li m'humiex qegħdin fi ħdan il-kumitat olimpiku Malti, bħalma huma per eżempju, l-assoċjazzjoni tal-motor sport u l-playing field association.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma aħna tant għarafna l-importanza tal-kumitat olimpiku Malti li .....", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Imma l-importanza tal-kumitat olimpiku Malti diġa` qed tingħata f'diversi klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi, u jien ma narax għalfejn għandha terġa` tissemma hawnhekk.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien naqbel ma' dan li qed tgħid, imma għaliex m'għandniex indaħħlu bħala wieħed mill-għanijiet tal-kunsill Malti għall- isport l-għan li dan il-kunsill jaħdem u jikkollabora mal-kumitat olimpiku Malti wkoll?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Niġbidlek l-attenzjoni li hawnhekk il-kunsill Malti għall-isport m'huwiex qed jitwaqqaf biex jikkollabora imma qed jitwaqqaf biex jippromwovi, jinkoraġġixxi u jkattar il-prinċipju ta' sussidjarjeta`.", "Issa ma' min se jagħmel dan toħroġ mill-funzjonijiet ta' l- istess kunsill, li jissemmew fi klawsola 6.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-kunsill Malti għall-isport qed jitwaqqaf biex jieħu over il-kunsill Malti għall-isport kif inhu llum u biex jieħu post ukoll id-dipartiment ta' l-isport.", "Barra minn hekk irrid ngħid li llum kemm il-kunsill Malti għall-isport kif ukoll id-dipartiment ta' l-isport qed jaħdmu mill-qrib mal-kumitat olimpiku Malti, u dawn jgħinu u jappoġġjaw il-ħidma li huwa responsabbli minnha l-kumitat olimpiku Malti.", "Issa jien naf li l-importanza tal-kumitat olimpiku Malti hija rikonoxxuta wkoll fi klawsoli oħrajn ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u fil-fatt kif għedna diġa` dan il-kumitat tant qed jiġi meqjus bħala wieħed importanti li sa għandu l-istatut tiegħu anness ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt il- maġġoranza l-kbira ta' l-assoċjazzjonijiet nazzjonali huma fi ħdan il- kumitat olimpiku Malti wkoll u dan il-kumitat għandu s-saħħa li jirrappreżenta lill-isportivi Maltin u Għawdxin f'kompetizzjonijiet internazzjonali, kif hemm imsemmi fil-funzjonijiet tiegħu, u huwa għalhekk li jien qed nissuġġerixxi biex f'paragrafu (i) il-kumitat olimpiku Malti jissemma speċifikament.", "Issa jekk ma naqblux ma' dan, paċenzja.", "Jien ma nħossx li b'daqshekk inkunu qed nagħtu x'jifhem lil dak li jkun li l- kunsill Malti għall-isport qed jitwaqqaf biex jaħdem mal-kumitat olimpiku Malti biss u nemmen li jekk dan il-kunsill jissemma speċifikatament f'paragrafu (i), inkunu qed nagħmlu enfasi ikbar li l-kumitat olimpiku Malti għandu rwol ċentrali u ewlieni f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, aħna bħala gvern ninsabu miftuħin għas-suġġerimenti fuq dan l-abbozz ta' liġi, u ta' min jgħid li nofs l- emendi li qed jiddaħħlu hawnhekk, qed jiddaħħlu biex jiġu attwati s- suġġerimenti li għaddew il-Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Ta' min jgħid ukoll li bħala gvern, aħna attwajna l-ispirtu ta' kooperazzjoni fil- prattika, kemm permezz ta' fondi, kemm permezz ta' għoti ta' premises kif ukoll permezz tal-programmi kollha li għamilna mal-kumitat olimpiku Malti.", "Issa l-concern li rridu nindirizzaw hawnhekk huwa li dan l-ispirtu ta' kooperazzjoni li diġa` jeżisti bejn il-kunsill Malti għall-isport u d- dipartiment ta' l-isport jiġi taken over mill-kunsill Malti għall-isport il- ġdid.", "Fejn riedna nkunu speċifiċi, aħna konna speċifiċi.", "M'iniex qed ngħid li s-suġġeriment li qed jgħaddi l-Onor.", "Abela huwa ħażin, pero` aħna dehrilna li kien ikun ħafna iktar makkjavelljan u devious li kieku f'paragrafu (i) ta' klawsola 5 għamilna riferenza speċifika għall-kumitat olimpiku Malti u mbagħad m'għamilniex din ir-riferenza speċifika fi klawsola 6, li proprjament titkellem dwar il-funzjonijiet tal-kunsill Malti għall-isport.", "Is-suġġerimenti li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Abela dwar din il-klawsola kollha ħadnihom, u n-nuqqas ta' qbil li hawn dwar dan is-suġġeriment huwa fl-istil.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, għalkemm aħna nistgħu naraw ċerti affarijiet minn lenti differenti, nassigura lill-Onor.", "Mugliett li jien qed nagħmel dawn is-suġġerimenti bi spirtu tajjeb u ġenwin.", "F'dan l-istadju m'għandix iktar kummenti x'nagħmel.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Se nerġa` naqra l-emenda għal klawsola 5 minħabba li għamilna xi tibdil:", "\"C\" Klawsola 5 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) f'subklawsola (a) minflok il-kliem \"l-isport mill-Maltin\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-atleti fl-isport\";", "(b) minflok il-kliem li hemm f'subklawsola (b) għandhom jidħlu dawn il-kliem \"li jiżviluppa u jippromwovi aċċess indaqs u aktar parteċipazzjoni fl-isport;\";", "(c) f'subklawsola (e) qabel il-kliem \"iż-żgħażagħ\" għandhom jidħlu l- kliem \"it-tfal u\";", "(d) minflok il-kliem li hemm f'subklawsola (g) għandhom jidħlu dawn il-kliem \"li jiġġenera koperazzjoni fl-isport ma' korpi lokali u internazzjonali, entitajiet u persuni oħra biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-iżvilupp ta' inizjattivi, attivitajiet u programmi ta' l- isport;\"; u (e) f'paragrafu (h) minflok il-kelma \"regolamenti\" fit-tielet linja għandha tidħol il-kelma \"regoli\" u wara l-kliem \"fair play\" għandhom jidħlu l-kliem \"u s-saħħa u s-sigurta' ta' l-ispettaturi\".", "\"C\" Clause 5 shall be amended as follows:-", "(a) in subclause (a) for the word \"Maltese\" there shall be substituted the word \"athletes\";", "(b) for subclause (b) there shall be substituted the following \"to develop and implement programs that promote equality of access to and participation in sport;\"; u", "(c) in subclause (e) for the words \"the young\" there shall be substituted the words \"children and youths\"; and", "(d) in subclause (h) after the words \"fair play\" there shall be inserted the words \"and the health and safety of the spectators\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 6 - Funzjonijiet tal-Kunsill.", "Clause 6 - Functions of the Council.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR JESMOND MUGLIETT: Sur President, kif għedna diġa`, il-kunsill Malti għall-isport irid ikollu diversi funzjonijiet biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fi klawsola 5.", "Paragrafu (a) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6 jgħid li waħda mill-funzjonijiet tal-kunsill Malti għall-isport hija:", "\"li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar politika nazzjonali ta' l-isport, kif ukoll lejn l-iżvilupp ta' l-isport;\",", "jiġifieri l-kunsill Malti għall-isport se jkun il-policy making arm tal- ministru.", "Kif għedna meta konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi fl-istadju tat- Tieni Qari, il-kunsill Malti għall-isport m'huwiex forum ta' l-għaqdiet imma huwa bord eżekuttiv li jagħti l-pariri, u allura bilfors irid ikollu l- funzjonijiet li qed jissemmew f'paragrafi (b) u (ċ), li jgħidu li l-kunsill Malti għall-isport għandu jkollu wkoll il-funzjonijiet:", "\"li jiżviluppa u jimplimenta programmi li jippromwovu aċċess indaqs għall-isport u parteċipazzjoni fih għall-Maltin kollha;\", u \"li jiżviluppa u jimplimenta politika u strateġiji għat-tkattir ta' l- għanijiet u l-funzjonijiet tiegħu, li jniedi, jinkoraġġixxi u jiffaċilita riċerka ...\".", "Fil-fatt din ta' l-aħħar hija importanti għax ħafna drabi ma tkunx tista' ssir politika jekk qabel ma tkunx saret riċerka.", "L-isport huwa xi ħaġa soċjali u għalhekk il-politika trid tkun ibbażata fuq l-evidenza, anke biex imbagħad wieħed ikun jista' jkejjel jekk ikunx qed isir progress jew rigress.", "Paragrafu (d) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6 tgħid li funzjoni oħra tal- kunsill Malti għall-isport hija dik:", "\"li jippromwovi u jiżgura l-edukazzjoni u t-tħejjija ta' coaches, amministraturi u uffiċjali bil-kompetenzi vokazzjonali u professjonali meħtieġa, u li jippromwovi, jorganizza jew jassisti b'kull mezz, skemi edukattivi għall-atleti;\".", "Hawnhekk qed ngħidu xi ħaġa iktar milli għidna fi klawsola 5 għax qed ngħidu li l-coaching jeħtieġ kompetenza vokazzjonali u professjonali, jiġifieri xi darba rridu naslu fl-istess sitwazzjoni ta' pajjiżi oħra fejn biex wieħed jilħaq coach ikun irid ikollu l-kompetenza vokazzjonali kif ukoll xi ċertifikati professjonali.", "Paragrafu (e) ta' subklawsola (1) ta' l-istess klawsola tgħid hekk:", "\"li jippromwovi u jiżgura t-twaqqif, l-iżvilupp u l-manutenzjoni kif ukoll l-użu xieraq ta' faċilitajiet sportivi, servizzi u riżorsi għall- inkoraġġiment u l-promozzjoni ta' l-isport, u li jagħti pariri lill- Ministru dwar miżuri ta' sigurta`, inkluża s-superviżjoni u l-użu ta' tagħmir sportiv fejn ikun hemm faċilitajiet sportivi.\".", "Kif qed jgħid dan il-paragrafu, jista' jkollok tagħmir li ma jkunx addattat għall-prattika li wieħed ikun qiegħed jipprova jippromwovi.", "Paragrafi (ġ) ta' subklawsola (1) jgħid li l-kunsill Malti għall-isport għandu wkoll il-funzjoni li jipprovdi għajnuna finanzjarja, u din hija importanti.", "Niftakar li darba l-Onor.", "Frendo qalli li baqa' sorpriż b'kemm mexa 'l quddiem il-qasam ta' l-isport għax fi żmienu, meta kien ta allokazzjoni lill-kumitat olimpiku Malti għall-ewwel darba, kien hemm artikolista magħruf f'gazzetta lokali bl-Ingliż li toħroġ kull nhar ta' Ħadd fejn kważi staqsa jekk għandniex nagħtu din it-tip ta' għajnuna lill- kumitat olimpiku Malti.", "Illum il-kultura nbidlet tant li qed ngħidu li waħda mill-funzjonijiet tal-kunsill Malti għall-isport hija li tipprovdi għajnuna finanzjarja - naturalment din tingħata skond il-mezzi - lill- kumitat olimpiku Malti, lil assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet nazzjonali, lil clubs sportivi u lill-kunsilli lokali.", "Kif nafu, din l- għajnuna hija indispensabbli, anke għax per eżempju, kieku ma jkunx hemm din it-tip ta' għajnuna ma jkunx possibbli li nipparteċipaw f'kompetizzjonijiet internazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq din il-klawsola ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u s-Segretarju Parlamentari l-Onor Jesmond Mugliett irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi, Abbozz Nru 148, u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Abbozz Nru 152 għaddew mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi b'emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 1 ta' Ottubru, 2002, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni. ------------------ Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, għada se jkun iċċelebrat il-Jum Dinji ta' l-Anzjani kif kien deċiż mill- assemblea ġenerali tal-Ġnus Magħquda.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk f'dan il- ħin li għandi, nitkellem u nirrifletti ftit dwar il-post li l-anzjan tagħna qed igawdi fis-soċjeta` Maltija.", "Is-sena 1999 kienet iddikjarata is-sena internazzjonali ta' l-anzjani u dak iż-żmien il-Papa preżenti kien indirizza ittra lill-anzjani u qalilhom li l-għomor hu barka t'Alla u ddeskriva lill-anzjani bħala għassiesa tal-memorja kolletiva, tal-prinċipji u tal-valuri tal-ħajja, bħala interpreti ta' l-ideali għolja u gwidi tal- ħajja u bħala l-aqwa esperti li kapaċi jagħtu pariri siewja u bħala enċiklopediji ħajjin.", "Jiena nistaqsi, Sur President, is-soċjeta` tagħna kif qed tħares u tittratta lill-anzjan tagħna fiż-żmenijiet tal-lum?", "Jiena nistqarr li l- soċjeta` Maltija titkejjel kemm hi soċjeta` ċivilizzata minn kemm turi rispett u mħabba lejn l-anzjani u kemm qiegħda tittratta dawn l-anzjani b'dinjita`.", "Irridu nħarsu lejn l-anzjan bħala dak il-bniedem li f'żogħżitu ta l-aħjar li seta` għas-soċjeta` tagħna u għalhekk dan ma għandux għalfejn jiġi meqjus bħala piż li s-soċjeta` tagħna trid iġġorr jew bħala individwu li għandu jgħix l-aħħar snin ta' ħajtu jiddependi mill-ħniena tal-gvern jew ta' xi ħaddieħor.", "L-anzjani għandhom id-dinjita` tagħhom li għandha tiġi mħarsa dejjem u kullimkien u dawn jixirqilhom post speċjali fis-soċjeta` għaliex aħna nagħrfu u nirrispettaw il-kontribut li dawn l-anzjani taw u għalhekk irridu niżgurawlhom l-ogħla livell ta' għajxien.", "Irridu nqisu lill- anzjan bħala ħolqa mportanti fl-ekonomija nazzjonali.", "L-anzjan għandu ħafna x'jista` jagħti għall-ħolqien u t-tkabbir tal-ġid komuni u dan jifforma parti ntegrali mis-soċjeta` tagħna għax hu wieħed mill-elementi li jiffurmaw ir-riżorsi umani u soċjali tagħna u għalhekk li safejn hu possibbli, l-anzjan għandu jibqa` jgħix fl-ambjent tiegħu, fiċ-ċentru ta' l- attivita` soċjali u fi djalogu kontinwu ma' ġenerazzjonijiet oħra.", "Il-popolazzjoni f'pajjiżna, bħall-bqija ta' pajjiżi oħra tad-dinja , qiegħda kontinwament tixjieħ u se tkompli tixjieħ b'rata aktar mgħaġġla fis- snin li ġejjin.", "Dan hu dovut għal żewġ fatturi, li huma l-fertilita` li qegħda dejjem tonqos, u l-fatt li l-bniedem qed jgħix aktar.", "Waqt li n- numri globali ta` persuni li għalqu s-60 sena bħalissa jiffurmaw madwar 18% tal-popolazzjoni totali, fi żmien 25 sena oħra, dan il-persentaġġ mistenni jilħaq l-24%.", "Sas-sena 2025, il-popolazzjoni anzjana tkun aktar milli rduppjat u fl-istess ħin il-popolazzjoni żgħażugħa tkun qed tonqos gradwalment b'riżultat li l-labour force tkun qed tonqos u tixjieħ fl- istess ħin.", "Dan kollu jwassal għal ċerti mplikazzjonijiet ekonomiċi li huwa ovvju fejn se jkollna inqas ħaddiema li jridu jwieżnu aktar pensjonanti; filwaqt li llum għandna 4.2 ħaddiem għal kull pensjonant, fl-2030 se jkollna 2.5 ħaddiema għal kull pensjonant.", "L-għajxien aktar fit-tul ta' l-anzjani jrid jiġi akkumpanjat minn kwalita` ta' ħajja aħjar għaliex inkella l-benefiċċji jkunu artifiċjali.", "Irridu nagħmlu policies li bħala skop ikollhom dak li l-anzjan jibqa' attiv, iżomm ir-relazzjonijiet tiegħu mal-familja u mal-ħbieb filwaqt li jiġi nkoraġġut jipparteċipa attivament biex iħoss ruħu kompletament integrat fis-soċjeta`.", "Wieħed jista` jevalwa l-post ta' l-anzjan fis-soċjeta` tagħna minn tliet aspetti differenti: L-anzjan fil-familja, l-anzjan fil-kommunita` u l- anzjan fl-istituzzjonijiet.", "Nibdew mill-aspett ta' l-anzjan fil-familja.", "Il-familja għandha tkun il- post ideali għall-anzjan.", "Sfortunatament, ir-rwol tradizzjonali tal-familja Maltija fis-support u l-kura ta` kuljum ta' l-anzjani tagħha hu mhedded serjament minn diversi bżonnijiet ekonomiċi, soċjali u psikoloġiċi.", "It- tnaqqis radikali ta' twelid f'pajjiżna u l-fatt li numru dejjem akbar ta' nisa qed joħorġu jaħdmu barra mid-dar huma żewġ fatturi li qed ibiddlu l- familja Maltija mhux biss fl-istruttura u fil-kobor iżda anke fil-funzjoni tagħha.", "Iżda sfortunatament, wieħed irid isemmi wkoll li qegħdin inħabbtu wiċċna ma' ċertu bdil fil-valuri tradizzjonali li qabel kienu jżommu l- membri tal-familja Maltija magħquda flimkien irrispettivament mill-eta` tagħhom.", "U jekk irridu li numru akbar ta' anzjani jibqgħu jgħixu f'darhom, hemm bżonn li jikber il-kontribut tal-qraba ta' l-anzjani li dawn wara kollox, għad għandhom l-akbar responsabbilta` f'dan ir-rigward.", "Hemm bżonn li l-familja Maltija terġa' tibda tħaddan dawk il-valuri li kienu l-bażi tagħha fis-snin imgħoddija.", "Il-mira ewlenija tal-gvern kienet, għadha u tibqa' li safejn u sakemm hu possibbli, l-anzjan jibqa' jgħix f'daru mal-familja tiegħu u ma' ħbiebu.", "L-impenn min-naħa tal-gvern, biex jgħin lil dawk l-anzjani li m'għandhomx minn jieħu ħsiebhom u anke biex jgħin lil dawk il-familji li qed jieħdu ħsieb l-anzjani, żdied u jrid ikompli jiżdied.", "Is-servizzi għall-anzjani fil-kommunita` jridu jkomplu jiġu estiżi u mtejba u jsiru aktar personalizzati.", "Dawn is-servizzi jridu jipprovdu support lill-anzjani u fl-istess waqt iħaffu l-piż minn fuq il- familja tagħhom.", "Pero` aħna nemmnu wkoll li s-soċjeta` kollha trid tagħti sehem akbar fil-ħarsien soċjali ta' dawk l-anzjani fil-bżonn, u hawn qed nirriferi għall-kunċett tal-welfare society.", "Irridu nkomplu naħdmu fuq il- kunċett tas-solidarjeta`.", "F'dawn l-erba` snin, il-gvern Nazzjonalista kompla saħħaħ is-servizzi kommunitarji biex jgħin kemm jista` jkun lill-anzjani biex ikomplu jgħixu fil-kommunita`.", "Is-servizz tat-telecare, li hu provdut b'kollaborazzjoni mal-Maltacom, kompla jiġi mwassal lil aktar anzjani tant li n-numru ta' abbonati issa qabeż it-8,700.", "Fiċ-ċentru tat-telecare jidħlu madwar 400 sejħa kuljum u biex dan is-servizz ikun aktar personalizzat, l-operators iċemplu lill-klijenti biex jawgurawlhom l-isbaħ xewqat fl-għeluq sninhom.", "Servizz ieħor li provdejna hu l-handyman service, li issa qegħdin jagħmlu użu minnu, bi ħlas sussidjat, anke dawk l-anzjani li m'għandhomx il-karta r- roża filwaqt li dawk li għandhom il-karta r-roża qed jieħdu s-servizz b'xejn.", "Ftit figuri juru li fl-1999 saru 988 biċċa xogħol, fl-2000 saru 1,465 u fl-2001 saru 1,381 biċċa xogħol minn dawn il-handyman.", "Servizz ieħor huwa dak ta' l-inkontinenza.", "Dan is-servizz jikkonsisti f'żewġ skemi.", "L-iskema A tipprovdi servizz b'xejn għal persuni b'diżabilita` li għandhom il-karta ta' l-identita` speċjali u l-iskema B hi provduta lill-anzjani biex jixtru ħrieqi bi prezz sussidjat.", "Fl-1999, taħt l-iskema A kien hemm 632 filwaqt li taħt l-iskema B kien hemm 1,340.", "Fl- 2000, taħt l-iskema A kien 634 filwaqt li taħt l-iskema B kien hemm 1,288.", "Fl-2001, taħt l-iskema A kien hemm 646 filwaqt li taħt l-iskema B kien hemm 1, 319.", "Servizz ieħor hu l-meals on wheels, servizz imħaddem mill-Malta Cross Corps bl-għajnuna finanzjarja tad-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil- kommunita`.", "Dan is-servizz kompla jżid fil-popolarita` tiegħu tant li l- ammont ta' ikliet qabeż is-47,000 f'sena.", "Matul dawn l-erba` snin, l-gvern dejjem għamel u għadu jagħmel minn kollox - u għadu - sabiex dan is-servizz jibqa` wieħed soċjali.", "Is-servizz ta' kura u għajnuna fid-dar, il-home help care, huwa servizz personalizzat li jgħin persuni bi bżonn ta' support sabiex jibqgħu jgħixu f'darhom u fil-kommunita`.", "Għandu jkun ta' għajnuna għal persuna anzjana biex itejjeb il-kwalita` tal-ħajja tagħha u għandu jikkumplimenta għajnuna oħra li l-persuna tkun qed tirċievi.", "Matul dawn l- erba` snin, bdiet proċedura ġdida fejn iddaħħlet sistema ta` assessment professjonali li permezz tagħha - s-social workers ġew imħarrġa apposta għal dan ix-xogħol - is-servizz jitfassal u jingħata dejjem aktar skond il- bżonnijiet partikolari ta' l-anzjan.", "Qed issir ukoll revizjoni tas-servizz kemm fuq livell amministrattiv kif ukoll fuq dak kwalitattiv.", "Preżentament hemm 3,180 households li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz.", "Servizz ieħor fil-kommunita`, li qed jagħti frott tajjeb, huwa bla dubbju ta' xejn is-servizz li qed jingħata permess taċ-ċentri ta' matul il-jum, id-day centres.", "Dawn iċ-ċentri qed joffru l-opportunita` lil tant anzjani u anke persuni bi bżonnijiet speċjali li jiltaqgħu flimkien u jgħaddu l-ħin tagħhom b'mod kostruttiv filwaqt li jgħinuhom ħalli jibqgħu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.", "Dawn l- aħħar erba` snin infetħu ħames ċentri oħra, fl-Imtarfa, Birkirkara, Bormla, Ħal Luqa u San Pawl il-Baħar li flimkien mas-sitta l-oħra li nfetħu qabel, jgħollu n-numru ta' day centres f'Malta għal 11.", "Tajjeb li wieħed jenfasizza li fil-maġġoranza tal-każi, il-ftuħ ta' dawn iċ-ċentri saru possibbli bil-ko-operazzjoni tal-kunsilli lokali li f'ċerti każi huma stess xtraw il-post jew qegħdin iħallsu l-kera.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir meta wieħed jikkonstata li hemm madwar elf persuna anzjana li jattendu regolarment dawn iċ-ċentri.", "Bi pjaċir nista` ngħid li proprju din il- ġimgħa, sejrin niftħu day centre ieħor, din id-darba b'Birżebbuġa u anke dan bil-ko-operazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Dan se jkun it-12-il ċentru li ser ikollna f'Malta.", "X'inhu l-post ta' l-anzjani tagħna fil-kommunita`?", "Il-viżjoni tagħna ta' l- anzjan tal-lum fis-soċjeta` li qegħdin ngħixu fiha, li hija soċjeta` għal kull eta`, soċjeta` inklużiva u mhux esklużiva, hija ta' l-anzjan li jrid jibqa` attiv fiha.", "Irridu li l-anzjan jieħu l-inizjattiva f'idejh, irriduh li jkun anzjan pro-attiv, jiġifieri li hu stess jfittex kif jista` jagħti kontibut siewi lis-soċjeta`.", "Aħna lkoll għandna d-dover li nipprovdu kwalita` ta' ħajja aħjar lill-anzjani tagħna mhux mill-lat materjali biss iżda wkoll mill-aspett soċjali, kulturali, edukattiv u rikreattiv.", "Huwa b'hekk li l-anzjani tagħna ma jgħoddux ruħhom emarġinati iżda jħossuhom kompletament integrati fis-soċjeta`.", "Il-mira tagħna għandha tkun li jkollna anzjani b'saħħithom, attivi u li jkollhom interess fil-ħajja minkejja l-eta`.", "Irridu nkomplu nirsistu biex niżviluppaw aktar u aktar l-istampa l-ġdida ta' l-anzjani Maltin.", "Irridu noħolqu diversi okkazzjonijiet li jipprovdu lill-anzjani tagħna opportunitajiet biex huma stess jipparteċipaw b'mod attiv u b'hekk, tkun qed tissaħħaħ l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjeta`.", "Illum l-anzjan għandu quddiemu diversi attivitajiet li fihom jista` jikkontribwixxi bħal ma huma kunsilli lokali, għaqdiet ta' trade unions, għaqdiet reliġjużi, politiċi, kulturali, filantropiċi u sportivi.", "Wieħed hawnhekk irid isemmi bħala xhieda tal-parteċipazzjoni attiva` ta' l-anzjani, in-numru kbir ta' anzjani li jattendu l-Universita` tat-tielet eta` u wkoll il-madwar elf ruħ li jmorru fid-day centres.", "Din rajniha wkoll f'dawn il-ġranet fid-diversi attivitajiet li pprogrammajna fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji ta' l-Anzjani.", "Kien ta' sodisfazzjon kbir għalina, li naraw mijiet ta' anzjani jattendu d- day centres fejn per eżempju darba minnhom imlew id-day centre taż-Żejtun f'żewġ okkazzjonijiet differenti u proprju l-lejla kien hemm madwar 800 anzjan jattendu serata fl-auditorium f'Sant'Agata, r-Rabat.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll, is-serata li saret nhar is-Sibt li għadda, li fiha ġie proklamat l-anzjan tas-sena u għalhekk, jiena rrid nieħu din l- okkazzjoni biex nifraħ lir-rebbieħ, is-Sur Anthony Borg u nikkongratula n- nominati kollha li kellna għal dan il-premju.", "Kienet serata sabiħa u dinjituża li tat pjaċir lin-numru sabiħ ta' persuni li attendew għaliha.", "Naturalment, il-gvern irid jagħti każ ukoll ta' l-anzjani fl- istituzzjonijiet.", "Għalkemm in-numru ta' anzjani li huma nstituzzjonalizzati huwa żgħir ħafna bħala perċentaġġ meta paragunat man-numru totali ta' l- anzjani, il-gvern xorta għandu d-dmir li jtejjeb il-livell ta' l-għixien u l-kwalita` tal-ħajja ta' dawk l-anzjani li jkun f'xi dar ta' l-anzjani jew f'SVPR.", "Dawn l-aħħar snin, inbnew djar residenzjali ta' l-ogħla livell filwaqt li SVPR qatt ma ra daqstant titjieb u progress kemm mill-lat strutturali tal-wards kif ukoll fis-servizz kontinwu li jingħata lir- residenti.", "Meta qiegħed nitkellem fuq servizz residenzjali għall-anzjani, ma nistax ma nsemmix u fl-istess ħin, nirringrazzja lill-Knisja, li f'pajjiżna kienet l-ewwel waħda li offriet servizzi residenzjali lil tant u tant anzjani u għada sal-lum tilqa` mijjiet ta' anzjani fid-diversi djar tagħha.", "Fiż-żminijiet tal-lum għandna diversi djar ta' l-anzjani mmexxija mis- settur privat li fihom qed isibu kenn mijiet ta' anzjani.", "Tajjeb li ladarba qiegħed insemmi d-djar ta l-anzjani privati, nixtieq infisser x'inhi l- pożizzjoni tal-gvern.", "Il-gvern hu favur li s-settur privat jiġi mħajjar jinvesti f'dan il-qasam iżda l-gvern hu determinat li ma jippermetti lil ħadd li jnaqqas mid-dinjita` ta' l-anzjani jew li ma jipprovdix kwalita` ta' ħajja tajba u xierqa minħabba l-interessi kummerċjali tiegħu.", "Irridu nwaqfu l-istrutturi meħtieġa biex jgħassu l-operat ta' kull dar ta' l- anzjani – tkun liema tkun, ta' l-istat, tal-knisja jew privata – biex inkunu ċerti li f'kull dar ta' l-anzjani tkun qed tingħata kura kwalitattiva li tħares fost affarijiet oħra, id-dinjita`, l-privatezza u d- dritt ta' l-għażla tal-persuna anzjana.", "Sur President, naħseb li l-poplu Malti kollu hu konxju tax-xogħol kollu li rnexxilu jagħmel dan il-gvern f'dawn l-aħħar erba` snin biex ikattar, jkabbar u jtejjeb is-servizzi residenzjali għall-anzjani tagħna.", "Ma nixtieqx inkun polemiku għax żgur m'għandhiex din l-intenzjoni llejla meta proprju qed nitkellem lejliet il-Jum Dinji ta' l-Anzjani iżda ma nistax ma nirrimarkax il-kritika qarrieqa li tinxtered mill-media ta' l-oppożizzjoni u speċjalment dwar il-SVPR.", "L-iskantament u l-istmerrija tiegħi huma iżjed meta din il-kritika tkun magħmula minn xi deputat ta' l-oppożizzjoni li żgur missu joqgħod aktar attent fil-kritika tiegħu.", "X'għamilna f'dawn l- erba` snin biex kabbarna u tejjibna s-servizzi residenzjali ta' l-istat?", "Ħalli nibdew mid-djar residenzjali tal-gvern fejn ftaħna dar ta' l-anzjani f'Bormla li għandha l-kumditajiet kollha neċessarji u fejn is-servizz li qed jingħata lill-anzjani hu eċċellenti.", "Dar li wara ftit xhur kabbarniha mingħajr ma tellifniela mill-aspett estetiku tagħha u issa qiegħda tilqa` 107 residenti.", "Komplejna t-tkabbir u l-immodernizzar tad-dar ta' l-anzjani fil-Furjana fejn illum qed jgħixu fiha 47 persuna.", "Id-dar ta' l-anzjani fl- Imsida kabbarniha biex nilqgħu ħames koppji anzjani oħra.", "L-istess għamilna fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa li żidniha bi tnax-il sodda oħra.", "Miżura ġdida li bdejna nieħdu minn din is-sena biex nilqagħu aktar għad- domanda kbira li għandna, hi li komplejna niżviluppaw il-public/private partnership billi d-dipartiment ta' l-anzjani ssieħeb mas-settur privat biex jipprovdi servizz ta' akkomodazzjoni għal aktar minn 70 anzjan fid- djar privati ta' l-anzjani.", "Hu tajjeb li hawnhekk infakkar li f'din is-sena li qegħdin fiha, irnexxilna b'kollox naqdu aktar minn 110 anzjani fit-talba tagħhom għal post residenzjali.", "Altru milli ma għamilna xejn f'dawn l-erba` snin Sur President!", "M'aħniex se nieqfu hawn u diġa` pjanajna l-estensjoni tad-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun li minn dar f'60 sodda se tiġi dar f'140 sodda – jiġifieri żieda ta' 80 residenti oħra – u dan ix-xogħol dalwaqt se jibda u nispera li jitlesta fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.", "Nista` ngħid ukoll li d-diskussjonijiet mal-planning authority dwar dar ġdida fil-Mellieħa qegħdin fil-konkluzzjonijiet tagħhom u nisperaw li dalwaqt ikunu f'pożizzjoni biex jinħarġu t-tenders relattivi.", "Naturalment Sur President, SVPR għandu prijorita` kbira fis-servizzi residenzjali għall-anzjani li għandu l-gvern.", "Gvern Nazzjonalista ilu mill- 1987 jagħmel xogħol ta' ristrutturar, ta' refurbishing u modernizzar f'din ir-residenza u anke xogħol ta' titjib tal-livell ta' l-għixien u tal- kwalita` tal-ħajja tar-residenti, u rrid nagħmel emfażi kbira fuq dak kollu li rnexxilna nwettqu f'din ir-residenza f'dan l-erba` snin.", "F'Marzu tas- sena l-oħra, ġew inawgurati s-serenity wards li huma blokk ta' wards fuq tlett sulari li jakkomodaw 120 resident.", "Dawn il-wards huma attrezzati bil- faċilitajiet u l-kumditajiet kollha neċċessarji għall-anzjani fiż-żminijiet tal-lum u bl-akbar sodisfazzjon ngħid li diversi persuni barranin - involuti fil-qasam ta' l-anzjani u li żaru dawn il-wards – stqarrew li l- anqas f'pajjiżhom ma għandhom wards bħal dawn għall-anzjani tagħhom.", "Għamilna refurbishing u upgrading estensiv tas-swali St. Francis numri 5,6,7 u 8 fuq l-istess still tas-serenity wards.", "Sar refurbishing u upgrading wkoll tas-swali ta' l-irġiel, St. Joseph numri 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 20 u 21 u anke f'sala 3, Rużar Briffa u l-sick bays fis-Sala numru 1.", "Inbeda l-proġett tal-bini mill-ġdid tas-swali ta' l-irġiel numri 1, 2, 3 u 4 u tan-nisa numri 1, 2, 3 u 4 wkoll.", "Dawn se jkunu żewġ blokki ta' wards fuq tliet sulari fuq l-istil tas- serenity wards.", "Ġiet inawgurata staff dining room ġdida, podology clinic u speech therapy clinic u ġie introdott is-servizz ta' social workers.", "Sar ukoll titjib fis-servizz tat-trasport anke bix-xiri ta' tliet ambulanzi bil- lifters u ġew impjegati numru ta' nurses u care workers biex ikompli jitjieb is-servizz ta' kura li jingħata lill-anzjani.", "Dan kollu ġara f'dawn l-aħħar erba` snin ta' gvern Nazzjonalista.", "Din hi l-lista twila ta' xogħol li wettaq dan il-gvern f'dawn l-aħħar erba` snin u dan juri biċ-ċar, l- impenn sod u kostanti ta' dan il-gvern fit-titjieb u l-progress ta' din ir- residenza u li kif għedt qabel, din tgiddeb għal kollox il-kritika nġusta u qarrieqa ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, fl-1991, l-assemblea ġenerali tal-Ġnus Magħquda addottat il- United Nations Principles for Older Persons u nkorraġiet lill-gvernijiet biex jinkorporaw dawn it-tmintax il-prinċipju fil-programmi nazzjonali tagħhom fejn hu possibbli.", "Dawn it-tmintax il-prinċipju huma miġbura f'ħames taqsimiet, Independence, Participation, Care, Self-Fulfilment u Dignity.", "Żewġ prinċipji li jsibu fit-taqsima dwar id-dinjita` huma: \"Older persons should be able to live in dignity and security and to be free of exploitation and physical or mental abuse.", "Older persons should be treated fairly, regardless of age, gender, social or ethnic background, disability or other status and to be valued independently of their economic contributions.\".", "Fiż-żminijiet tal-lum, id-dinjita` ta' l-anzjani għandha tingħata l-akbar prominenza u nridu nagħmlu mod li niżguraw li fis-soċjeta` tagħna - li hi soċjeta` inklużiva u mhux esklużiva - id-dinjita` ta' l-anzjan tiġi rispettata u mħarsa.", "Il-gvern tal-pajjiż irid ikun hu l-ewwel li jagħti l- eżempju u jħares id-dinjita` ta' l-anzjani f'dak kollu li jipproponi u jwettaq.", "Għalhekk li f'dawn l-aħħar erba` snin, il-gvern Nazzjonalista impenja ruħu - u ser ikompli jagħmel dan – ħalli ħadd mill-anzjani tagħna ma jibqa' lura; li kull anzjan ikollu l-pensjoni tal-gvern assigurata għal ħajtu kollha; li kull anzjan ikollu available servizzi avvanzati ta' saħħa u edukazzjoni; li kull anzjan jgħix f'daru f'kundizzjonijiet aċċettabbli u sakemm hu possibbli.", "Dawk l-anzjani li għandhom bżonn jgħixu f'istituzzjoni, jingħatawlhom l-mezzi kollha biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Kull każ ta' anzjan jiġi trattat individwalment u bl-aktar mod professjonali.", "Sur President, l-isfidi tal-futur fil-qasam ta' l-anzjani huma kbar iżda mhux se naqgħtu qalbna.", "Il-progress miksub f'dawn l-aħħar snin jagħmlilna kuraġġ u hu garanzija għall-futur.", "Gvern waħdu ma jistax jissoddisfa l- ħtiġijiet kollha li dejjem jiżdiedu u jinbidlu f'settur ta' popolazzjoni li qed dejjem jikber u għalhekk irridu naħdmu lkoll id f'id - gvern, knisja, volontarjat, settur privat u l-anzjani u l-familji tagħhom – u allura żgur li nottjenu dak li lkoll nixtiequ u cioe` li l-anzjani f'pajjiżna jgawdu d- dinjita` u jkunu rispettati mis-soċjeta` tagħna - dik is-soċjeta` li aħna rridu li ħadd ma jibqa` lura, li tkun soċjeta inklużiva u mhux esklużiva u li tkun soċjeta` għal kull eta`.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada, it- Tlieta, 1 ta' Ottubru 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦSARAT KKAWŻATI MILL-IMPJANT TA' SANT'ANTNIN – KUMPENS LILL-BDIEWA", "35277.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li l- bdiewa li jirċievu l-ilma mill-impjant ta' Sant'Antnin inqerdulhom l-uċuh tar-raba' tagħhom minħabba l-kwalita' inferjuri ta' ilma li ngħataw mill- istess impjant, jista' il-Ministru jara li l-bdiewa ta' Ħaż-Żabbar, Żejtun u oħrajn fl-inħawi li sofrew l-istess danni jingħataw kumpens finanzjarju xieraq?", "Kemm fil-fatt hija s-somma tal-kumpens li se tiġi mogħtija lil dawn il-bdiewa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-misotqsija lill-ministru konċernat.", "ŻEJTUN – TRIQ ID-DWIEMES", "35506.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-aħħar hux se issir Triq id- Dwiemes, Żejtun?", "Jekk iva, meta maħsub li jibda x-xogħol?", "Kemm hu maħsub li se jiġi jiswa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li diġa` ingħata kuntratt lill- kumpannija Asfaltar Ltd. għax-xogħol ta' kostruzzjoni u asfaltar.", "Ix- xogħol ta' formazzjoni tat-triq u l-bankina tlesta u jonqos biss li jingħata l-asfalt li se Jsir f'dawn il-ġranet.", "Ix-xogħol kollu fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant se jiswa qrib l- Lm20,000.", "VALLETTA REHABILITATION COMMITTEE", "35513.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk iċ-chairman tal-Valletta rehabilitation committee jistax ikollu konflitt ta' interess peress li jaħdem bħala perit part-time f'ditta ta' periti għamlu diversi xogħlijiet għal dan l-istess kumitat ta' riabilitazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa veru li l-perit imsemmi jagħmel parti minn ditta li fil-passat għamlet diversi xogħlijiet għall-proġett tar- riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "Huwa veru wkoll li l-istess ditta għadha l-konsulent għax-xogħlijiet li jsiru fil-Berġa ta' Kastilja.", "Biss, bħal kull chairman ieħor, il-perit imsemmi jkollu jirtira mid-diskussjoni jekk din tista' tkun ta' nteress għad-ditta personali tiegħu.", "MEPA - APPLIKAZZJONI", "35514.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għall-applikazzjoni li saret lil MEPA, GF 3206/02?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li l-applikazzjoni lill-MEPA li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant saret mill-awtorita' tat-trasport sabiex jiġu stabbiliti kriterji għal environment impact assessment tat- toroq arterjali li se jikkostitwixxu l-ewwel fażi ta' pjan ta' restawr u upgrading ta' toroq li jkun jista' jiġi ffinanzjat minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea meta Malta tissieħeb fl-unjoni.", "HOUSING - KONVENJU", "35515.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill- konvenju li ġie ffirmat mill-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għax-xiri ta' appartament fil-housing estate ta' Ħal Mula, Żebbuġ fil-31 ta' Jannar 1992, u li sal-lum, għadu ma sarx il-kuntratt finali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-awtorita' tad-djar kienet informat bil-miktub diversi drabi lill-familja ndikata mill-Onor.", "Interpellant bir-raġuni għalfejn ma setax jitkompla l-proċess għax-xiri ta' l-appartament li kienu jgħixu fih.", "Permezz ta' ittra li ġġib id-data tal- 21 ta' Novembru 1996, l-awtorita` tad-djar informat għall-aħħar darba lill- familja ndikata li l-applikazzjoni tagħha kienet qed tiġi kkunsidrata bħala rtirata.", "XIRI TA' PROPRJETA`", "35516.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm baqa' minn dawk in-numru ta' residenti li xtraw il- proprjeta` tagħhom f'Malta u reġgħu bigħuha lura lill-Maltin hekk kif ġie ddikjarat fil-mistoqsija 35233?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellanti li meta barrani jbigħ il-proprjeta` li jkun akkwista lill-Maltin, ma jkollu l-ebda obbligu li jinforma lid-dipartiment b'tali trasferiment u allura ma setgħet qatt tinżamm statistika.", "L-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta` Immobbli minn persuni mhux residenti (Kap. 246) jirregola l-akkwist tal-proprjeta` mill- barranin u mhux il-bejgħ ta' l-istess proprjeta`.", "Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li meta jingħata permess taħt l-att imsemmi ma jfissirx konklussivament li jkun sar it-trasferiment.", "ŻABBAR – ŻBIR TA' SIĠAR", "35517.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jara li jinżabru żewġ siġriet kbar ta' iktar minn erba' sulari li jinsabu jmissu mall-faċċata ta' blokk F fi Triq l-Iklin, housing estate, Żabbar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li r-responsabbilta` ta' dan ix-xogħol hi tal-kunsill lokali ta' Haż-Żabbar.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill- Onor. Interpellant biex tagħmel it-talba tagħha lil dan il-kunsill.", "ATTARD - TRIQ IL-PJAZZETTA", "35518.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi permess għal reserved parking fi Triq il-Pjazzetta, Ħ'Attard?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għal-maniġġ tat- traffiku m'għadda l-ebda permess għal reserved parking fi Triq il- Pjazzetta, Ħ'Attard.", "ATTARD - TRIQ IL-LINJA", "35519.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fi Triq il-Linja, Ħ'Attard tinħoloq sistema one way minħabba l-periklu u l-inkonvenjent li qed jinħoloq mit-traffiku f'din it-triq dejqa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku għamel studju fil-lokal li rriżulta li b'sinjalaġġ approprijat, din it-triq tista' tibqa' bit-traffiku two way mingħajr problemi w inkonvenjenzi.", "Il-proposti għas-sinjalaġġ għaddew lill-kunsill lokali kkonċernat fit-12 ta' Settembru 2001, iżda sal-lum, dawn għadhom ma ġewx implimentati.", "VALLETTA REHABILITATION PROJECT", "35520.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta se jkunu mixgħula s- swar ta' A. M. Valperga, tal-Bieb u Tal-Foss li jinsabu fil-Fgura, peress li fl-inħawi hemm ħafna dlam u qed isiru wkoll ħafna abbużi, u peress li dan ix-xogħol suppost kellu jsir mill-Valletta rehabilitation project skond il-mistoqsija 35304?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s-sena d-dieħla hemm l- intenzjoni li l-proġett għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera jixgħel id-daħla ta' Bormla, minn Għajn Dwieli sa parti mis-sur tal-ġenb.", "Hemm il-ħsieb li s- sena d-dieħla jinxtgħelu d-daħla ta' Bormla u Forti Sant'Anġlu.", "PROĠETT TAL-MIDI – KUMPENS GĦALL-INKONVENJENZA", "35521.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-proġett tal-MIDI se jitlesta fi tmien snin?", "X'kumpens se jieħdu l-lukandi tal-madwar minħabba l-inkonvenjent li qiegħed ikollhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett tal-MIDI jitlesta skond time frames li jistabbilixxi l-istess konsorzju sakemm dawn ikunu konformi ma' jew aħjar minn dak li kien stabbilit fil-kuntratt li sar mal-gvern preżenti.", "Rigward il-lukandi li hemm fl-inħawi, mhux previst li dawn jirċievu xi kumpens.", "TURIŻMU", "35522.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid wara n-nuqqas fit-turiżmu din is-sena x'inhuma l-pjanijiet tal-ministru biex ir-rankatura ma tkomplix fit-triq tan-niżla?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Din hi sena diffiċli għat-turiżmu internazzjonali sew kaġun ta' qagħda ekonomika dinjija dgħajfa kif ukoll tort ta' l-impatt tat-traġedja tal-11 ta' Settembru.", "Huma dawn il-fatturi li l-aktar ikkaġunaw telf ta' volum fit-turiżmu u għalhekk hekk kif l-ekonomija Amerikana, Ġappuniża u Ġermaniża tirpilja, jinħoloq tiġdid fl-ekonomija dinjija.", "Dan jgħodd ukoll għal kull ġurnata li tgħaddi mid-data ta' l- attakk fuq l-Amerika.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-politika tal-gvern timxi fuq dawn it-tliet binarji: l-ewwel, użu effettiv u aggressiv tal-flus li tiddisponi minnhom l- awtorita`; it-tieni, tmexxija skond il-pjan strateġiku 2002 – 2004, u t- tielet, tkomplija tal-proċess ta' titjib u tiġdid tal-prodott turistiku.", "BUDGET – PUBBLIĊITA` GĦAT-TURIŻMU", "35523.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien il-budget sena b'sena mill-1998 sal-lum fuq pubbliċita` għat-turiżmu u x'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-budget sena b'sena mill-1998 sal-lum fuq pubbliċita` għat-turiżmu kien hekk:", "|Sena |Ammont Totali | | |Lm | |1998 |3,180,871 | |1999 |3,119,187 | |2000 |3,647,764 | |2001 |5,347,368 | |2002 |7,030,000 |", "Kif jaf l-Onor.", "Membru, il-pubbliċita` fit-turiżmu mhux kollox.", "Matul dawn is-snin, dejjem irnexxilna nattiraw aktar minn Lm1.1 miljun turist fis- sena.", "MTA - IMPJEGATI", "35524.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid mill-1998 sal-lum kemm ġew impjegati ħaddiema ma' l-MTA jew mad-dipartiment tat-turiżmu u mil-liema lokalita` kienu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LUKANDI – BOOKINGS IMĦASSRA", "35525.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm kienu dawk il-lukandi li wara li kien ippjanat li se jkollhom it-turisti għal dan is-sajf, ġew ikkanċellati l-bookings u l- lukandi spiċċaw biex minflok bit-turisti mtlew bl-istudenti?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor.", "Interpellant ma jressaq ebda fatt biex isostni l-allegazzjoni tiegħu li kien hemm turisti li ħassru l- prenotazzjoni għall-btajjel f'Malta.", "Informat li dan, lanqas jirriżulta lill-MTA.", "Nixtieq nispjegalu wkoll li s-settur tat-TEFL hu niċċa ewlenija tat- turiżmu.", "Kif joħroġ mill-istatistika ta' l-NSO min jiġi Malta biex jitgħallem l-Ingliż għandu għażla fejn joqgħod.", "Il-maġġoranza kbira tiġi akkommodata ma' host families waqt li l-bqija jiġu alloġġjati f'appartamenti u lukandi.", "PROĠETT TAL-MIDI", "35526.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-proġett ta' bini ta' flats mill-MIDI fil-pjanta mmarkata T4 ġewx ikkonsultati sidien oħra ta' lukandi li jmissu mal-proġett tal-MIDI peress li bil-proġett tal-mina tilfu spazju li kellhom quddiem il-lukanda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "VAT - ABBUŻI", "35527.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jistax iqabbad lid-dipartiment tal-VAT jinvestiga l-abbuż li qed isir minn min imexxi t-tuckshop tal-junior lyceum tas-subien fil-Ħamrun li minflok flus qed jagħti chips li jissarrfu biex hekk ma jkunx hemm transazzjonijiet finanzjarji u ma jħallsux VAT?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li min imexxi tuckshops fi skejjel jista' jitlob lill-kummissarju tal-VAT biex jawtorizzah joħroġ irċevuta waħda fiskali kuljum għall-bejgħ kollu li jkun sar matul dak il-jum taħt kundizzjonijiet.", "Fil-każ imsemmi mill-Onor.", "Membru, qed isir l-istħarriġ meħtieġ biex ikun żgurat li min imexxi t-tucksop tal-junior lyceum tal-Ħamrun qed jimxi skond il-provvedimenti tal-liġi.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif timxi din l-amministrazzjoni, il- ministru ma jqabbadx lid-dipartiment tal-VAT tinvestiga lil dak u lil ieħor.", "Kull meta xi ħadd jgħaddili lmenti bħal dawn, jien ngħaddihom lid- dipartiment biex jieħu l-azzjoni li jidhirlu xierqa.", "Iċ-ċittadin jista' u għandu jgħaddi dawn l-ilmenti direttament lid- dipartiment tal-VAT.", "L-ISTITUT MIKELANG SAPIANO – GĦALLIEMA U TECHNICIANS REDUNDANT", "35528.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema u technicians fl-istitut Mikelanġ Sapiano li qed jitqiesu redundant?", "X'jgħallmu jew x'xogħol jagħmlu f'kull każ?", "X'se jsir minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm erba' technicians li jitqiesu redundant fl-Istitut Teknikul Mikilanġ Sapiano.", "Dawn qegħdin jiġu trasferiti għal skejjel oħra.", "Informat ukoll li n-numru ta' għalliema li jistgħu jitqiesu redundant ikunu magħrufa hekk kif jiġi stabbilit in-numru ta' studenti ġodda wara t-tieni sejħa għal applikazzjonijiet fit-3 u 4 ta' Ottubru 2002 wara li joħroġu r- riżultati tas-SEC.", "SAFAR - NEFQA", "35529.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 35328 u jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra riċenti tiegħu fl-Awstralja u New Zealand?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - TRASFERIMENTI TA' GĦALLIEMA", "35530.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35307, jista' jgħid min kienu l- għalliema li ntlaqgħet it-talba tagħhom għal trasferiment għal skola oħra għas-sena skolastika li se tibda:", "1) fil-qasam primarju u 2) fil-qasam sekondarju? a) f'Malta u b) f'Għawdex? 3) Lejn liema skejjel iċċaqalqu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 35543, mhix il-prattika li wieħed jagħti l- ismijiet ta' l-għalliema konċernati.", "XIRI TA' KOTBA - NEFQA", "35531.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35422 u jgħid kemm intnefqu flus biex inxtraw kotba ġodda għall-użu ta' l-istudenti li jattendu l-iskejjel ta' l- istat għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem?", "Ta' liema suġġetti u ta' liema livell?", "Jista' jagħti l-istess dettalji għas-sena skolastika li għaddiet ukoll?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "SKEJJEL - TRASFERIMENTI TA' GĦALLIEMA", "35533.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35310 u jgħid kemm kien hemm għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda: 1) fil-qasam primarju u 2) fil-qasam sekondarju? a) f'Malta u b) f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda huma dawn:", "| |Qasam |Qasam | | |Primarju |Sekondarju | |Malta |111 |126 | |Għawdex |7 |17 | |Total |118 |143 |", "PIETA` - DOOR RENUMBERING", "35535.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jistax isir renumbering ta' Triq Clarence Pieta` minħabba d-diffikultajiet li hemm minħabba duplikazzjoni ta' numri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirrifferi din il- mistoqsija lill-ministru ta` l-infrastruttura u riżorsi.", "SKEJJEL - STUDENTI", "35537.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35330 u jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'il fuq minn 14-il sena li jattendu skejjel regolari u li għandhom: a) diżabilita` fiżika; b) nuqqas ta' smigħ; c) nuqqas ta' vista; d) nuqqas mentali; u e) aktar minn diżabilita' waħda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - STUDENTI", "35539.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35331 u jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'il fuq minn 14-il sena li jattendu skejjel speċjali u li għandhom: a) diżabilita` fiżika; b) nuqqas ta' smigħ; c) nuqqas ta' vista; d) nuqqas mentali; u e) aktar minn diżabilita` waħda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel speċjali hemm 85 student li għandhom nuqqas mentali u 84 student li għandhom aktar minn diżabilita` waħda u li għandhom 'il fuq minn 14-il sena.", "SKEJJEL - TRASFERIMENTI TA' GĦALLIEMA", "35540.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35309 u jgħid min kienu l-għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda: 1) fil-qasam primarju u 2) fil-qasam sekondarju? a) f'Malta u b) f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħu stess 35530.", "SKEJJEL - TRASFERIMENTI TA' GĦALLIEMA", "35543.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35308 u jgħid kemm intlaqgħu talbiet għal trasferimenti minn għalliema għas-sena skolastika li se tibda: 1) fil-qasam primarju u 2) fil-qasam sekondarju? a) f'Malta u b) f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-talbiet li intlaqgħu għal trasferimenti minn għalliema għas-sena skolastika li se tibda huma kif se nsemmi:", "| |Qasam |Qasam | | |Primarju |Sekondarju | |Malta |43 |40 | |Għawdex |3 |7 | |Total |46 |47 |", "SERVIZZI – IRĊEVUTI FUQ KONTIJIET", "35544.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35467 u jgħid x'inhi r-raġuni li kontijiet tad-dawl u l-ilma li tħallsu b'cheque fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju għadhom ma ntbagħtux irċevuti għalihom?", "Possibbli li hemm bżonn xahrejn biex il-klijenti jirċievu irċevuta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se tintroduċi sistema ġdida li permezz tagħha l-proċess ta' l- irċevuti se jibda jsir b'mod elettroniku.", "Naturalment, sakemm din is- sistema tkun implimentata, ix-xogħol ta' ipproċessar ta' l-irċevuti waqa' lura.", "Hu ttamat li fi żmien qasir is-sitwazzjoni tiġi għan-normal.", "TINĠIS", "35547.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid għaliex jirriżulta li ġiet ikkawżata intiena persistenti matul il-ġimgħa li għaddiet fl-inħawi ta' Blata l-Bajda, Spencer Marsa u l-Marina tal-Pieta`?", "Ittieħdu passi sabiex min niġġeż jagħmel tajjeb għall-ħsara li saret?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li rigward il-problema fil- Marina tal-Pieta', ġie stabbilit li hemm manhole ġewwa l-proprjeta' ta' ditta privata fil-Ħamrun li trid tiġi msewwija.", "Rigward ir-riħa fl-inħawi ta' Blata l-Bajda din hija riħa ta' żjut u m'għandha xejn x'taqsam mas-sistema tad-drenaġġ.", "KANALI TA' L-ILMA – TINDIF", "35549.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35421, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, jista' jgħid min hu responsabbli li jara li jitnaddfu l-kanali ta' l-ilma mill-ħmieġ u terrapien li jinġabar matul iż-żmien biex ikunu ħielsa ħalli jgħaddi l-ilma tax-xita mingħajr xkiel?", "Id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħek jaraw li dan ix-xogħol isir?", "Għandu dettalji ta' kemm sar minn dan ix-xogħol minn Mejju sal-lum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Ministeru ta' l-Agrikultura u Sajd, jieħu ħsieb li jitnaddfu l-ispralli ta' l-ilma tax-xita li jagħtu għall-ġibjuni ta' taħt l- art li hawn fil-pjazez u toroq fl-irħula.", "Il-kanali li jieħdu ilma tat- toroq biex jevitaw l-għargħar f'xi inħawi huma responsabbilta' tal- ministeru għat-trasport u komunikazzjoni, u għaldaqstant nissuġġerixxi lill- Onor. Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lilu.", "ENEMALTA – BIDNIJA – BDIL TA' ARBLI", "35550.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex numru ta' arbli jiġu mibdula minħabba fil-kondizzjoni ħażina li jinsabu fiha fl-inħawi tar-range tal-Bidnija u dan anke fid-dawl tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li se jsiru f'Malta s-sena d-dieħla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRŻEBBUGIA – TRIQ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI – XOGĦLIJIET", "35551.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tad- dipartiment tat-toroq biex jingħata wiċċ asfalt lil Triq l-Immakulata Kunċizzjoni Bengħajsa B'Buġia peress li din hija t-triq prinċipali li twassal għall-Ħamlet ta' Bengħajsa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lid-direttorat għat-toroq biex jispezzjona t- triq imsemmija.", "QRATI - ĠURIJIET PENDENTI", "35563.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fil-Qorti Kriminali?", "Kemm ilu l-aktar wieħed?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm akkużi ta' omiċidju, traffikar/pusses ta' droga, eċċ?", "Kemm hemm barranin u ta' liema nazzjonalita` huma dawk li jinsabu akkużati b'xi delitt minn dawn?", "Kemm hu ppjanat li jsiru ġurijiet sa l-aħħar ta' din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nfurmat li hemm 34 ġuri pendenti.", "L-aktar antik huwa l-att ta' akkuza numru 9/89 li daħal fil-Qorti Kriminali fis-26 ta' Mejju, 1989.", "Dan il-ġuri jinsab pendenti minħabba li hemm kawza kostituzzjonali.", "Gurijiet pendenti", "|Numru ta` |Akkuża | |ġurijiet | | |6 |Omiċidju | | |volontarju | |11 |Traffikar/pusses| | |s ta` droga | |1 |Korruzzjoni ta` | | |minuri | |1 |Stupru | |4 |Serq u | | |reċittazzjoni | |9 |Tentattiv ta` | | |omiċidju | |1 |Sekwestru ta` | | |persuna | |1 |Taw nar bini |", "F`dawn il-ġurijiet hemm tmien persuni akkuzati barranin:", "|Numru ta' |Nazzjonalita` | |barranin | | |1 |Germaniza | |6 |Libjana | |1 |Tunezina |", "Sa l-aħħar ta` din is-sena hemm ippjanati tliet ġurijiet.", "QRATI - ĠURIJIET PENDENTI", "35564.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid minn dawk il-persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri kemm hemm mill-akkużati li huma:", "a) miżmuma l-ħabs; b) qegħdin barra fuq pleġġ?", "F'kull każ kemm minnhom huma barranin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nfurmat li bħalissa hemm 45 persuna jistennew li jgħaddu ġuri.", "Minn dawn hemm tmienja barranin.", "(a) 17-il persuna li qed jistennew li jgħaddu ġuri huma mizmuma l-ħabs, li minnhom hemm sebgħa ta` nazzjonalita` barranija.", "(b) 28 persuna li qed jistennew li jgħaddu ġuri qegħdin barra fuq pleġġ li minnhom hemm persuna waħda ta` nazzjonalita` barranija.", "QRATI - IMĦALLFIN U MAĠISTRATI", "35565.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm imħallfin u maġistrati li qed iservu fil-qrati f'Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid min huma u meta ġie appuntat kull wieħed?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista aġġornata ta' imħallfin u maġistrati li qed iservu fil-qrati Maltin u Ghawdxin u d- data ta' meta ġew appuntati.", "AIR MALTA – ALLEGAZZJONI TA' FRODI MINN UFFIĊJAL", "35586.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jikkonferma li uffiċjal għoli li kien jaħdem ma' l-Air Malta u li kien ibbażat Dubai iffroda lill-Air Malta mijiet ta' eluf ta' liri?", "Jista' jgħid jekk il-gvern jafx fejn tinstab din il- persuna?", "Jekk fl-affermattiv x'passi ħa l-gvern biex din il-persuna tinġieb lura minn fejn hi sabiex tħallas ta' għemilha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA – KONTIJIET TA' BARRANIN", "35587.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien hemm barranin rikoverati fl-isptar San Luqa f'dawn l-aħħar sentejn?", "Kemm minn dawn il-barranin ma kenux koperti bil-ftehim reċiproku li għandha Malta dwar is-saħħa kif għandha ma' l-Ingilterra u mal- Belġju?", "Kemm minn dawn il-barranin li ma kenux koperti bi ftehim bħal dan kellhom insurance?", "Huwa minnu li l-awtoritajiet ta' l-isptar naqsu li jibagħtu l-kontijiet lill-insurances ta' dawn il-persuni u huwa minnu li dawn il-kontijiet dovuti lill-poplu Malti jlaħħqu miljuni ta' liri?", "Jekk dan hu minnu, x'passi se jieħu l-Ministru kontra dawk responsabbli minn dan in-nuqqas kriminali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "SKEMA TA' SUSSIDJU", "35588.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jikkonferma li dawk li jgawdu mis-sussidju tal-kera dan l-aħħar irċevew ittra mingħand l-awtorita' tad- djar li tgħarrafhom li skema HD11 li taħtha kienu jieħdu s-sussidju ntemmet fl-1999 u li issa jridu jerġgħu japplikaw taħt skema R?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid għaliex jekk skema HD11 intemmet fl-1999 kien proprju issa, tliet snin wara, li ġew informati?", "Għaliex lil min qed imur japplika, qed jgħidulu li se jkollu jħallas tar- riċerki li jridu jsiru?", "Jista' jgħid x'riċerki hemm bżonn meta ħafna minn dawn li jgawdu minn din l- iskema huma nies li jgħixu bis-servizzi soċjali?", "Jikkonsidrax il-Ministru li l-awtorita' tad-djar biex tiffranka l-flus lil dawk in-nies li jgħixu bis-servizzi soċjali tirriferi l-każ ta' l- applikazzjoni l-ġdida lid-dipartiment tas-servizzi soċjali, li wara kollox jaqa' taħt l-istess ministeru biex jiġi aċċertat jekk il-pożizzjoni ta' l- applikant tbiddlitx?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dawn in-nies, li ħafna minnhom iridu jagħmlu sforz biex jgħixu bl-assistenza soċjali, se ssir inġustizzja magħhom?", "Jista' il-Ministru jordna li fil-każ ta' dawn il-kategoriji ta' nies li jgħixu bl-assistenza soċjali ssir eżenzjoni mill-ħlas tar-riċerki, bħalma ssir ukoll eżenzjoni mill-ħlas tal-fees ta' l-eżamijiet ta' uliedhom, proprju għax hu rikonoxxut li dawn jgħixu bil-ftit servizzi soċjali li jirċievu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema HD 11 taħt id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, li kienet tirrigwarda sussidju fuq il-kera għal periodu ta' 10 snin, għalqet fl-1999 u minflokha nfetħet skema R taħt l-awtorita' tad-djar.", "Bħal kull skema oħra, biex persuna tibbenefika minn skema R irid isir it- test tal-mezzi u għalhekk iridu jsiru r-riċerki neċessarji biex jiġi żgurat li min jibbenefika minn din l-iskema jkun fil-fatt intitolat li jagħmel hekk u li jirċievi s-sussidju dovut.", "L-awtorita' tad-djar titlob lill- applikanti jħallsu dawk l-ispejjeż li tkun għamlet hi biex tagħmel dawn ir- riċerki.", "Għalhekk ma narax li qed issir xi inġustizzja ma' l-applikanti aktar u aktar meta s-sussidju massimu li kien jingħata taħt skema HD 11 kien ta' Lm215 fis-sena u dak massimu taħt l-iskema l-ġdida, skema R hu ta' Lm315 fis-sena.", "COTTONERA COMMUNITY RESOURCE CENTRE", "35590.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Cottonera community resource centre li kellha tinfetaħ fl-2001 għadha ma nfetħitx sal- lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 35294 f'seduta 786.", "VAPURI TAL-GWERRA", "35591.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid b'liema mod il-gvern qed jaċċetta vapuri tal- gwerra fil-port ta' Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: La l-Kostituzzjoni Maltija, u lanqas il-liġijiet tagħna, ma jipprekludu vapuri navali barranin milli jwettqu żjarat ta' kortesija f'pajjiżna.", "Naturalment, dawn iż-żjarat huma regolati minn proċedura amministrattiva stabbilita.", "Fit-23 ta' Ġunju 1988, din il-Kamra kienet approvat riżoluzzjoni fejn ġie riaffermat li ebda armamenti nukleari m'għandhom jitħallew fuq territorju Malti.", "Madwar din ir-riżoluzzjoni kienu sussegwentement tfasslu kondizzjonijiet ġenerali li jiġu applikati kull meta xi gvern barrani jitlob il-permess sabiex vapuri navali tiegħu jidħlu Malta fuq żjara uffiċjali.", "Ma naf bl-ebda każ fejn gvern ta' xi pajjiż ieħor, inkella xi ekwipaġġ barrani, naqas li jirrispetta l-kondizzjonijiet li ngħatawlu meta żaruna l- vapuri tiegħu.", "ENEMALTA - ŻEBBUĠ", "35592.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 34975 u jgħid x'inhi r- raġuni li l-Enemalta, f'każ ta' estenzjoni ta' dawl għal ġewwa kamra ta' għalqa fi Triq Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ, l-arbli ġew mgħoddija mill-għelieqi waqt li għall-farmhouse fi Triq bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, l-uffiċjal qiegħed jirrifjuta li jgħaddi l-arbli mill-għelieqi bħal fil-każ imsemmija hawn fuq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minn investigazzjoni li saret min-nies tal-korporazzjoni Enemalta, ma jirriżultax li l-arbli li ntużaw biex jingħata servizz ta' l-elettriku fi Triq H'Attard, Ħaż-Żebbuġ ġew mgħoddija minn għalqa, iżda minn passaġġ eżistenti.", "Fil-każ tas-servizz ta' l-elettriku mitlub f'farmhouse li tinsab bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, il-proposta ta' kif għandu jsir ix-xogħol saret skond il-prattika normali tax-xogħol u l-electricity supply regulations.", "HOUSING", "35593.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jordna li jittella' ħajt madwar biċċa art pubblika li tinsab f'idejn l-housing authority department u li fuqha hemm bir mikxuf?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika fejn tinsab din il-biċċa art u jgħaddi l-informazzjoni lill-ministru konċernat.", "ŻABBAR – TRIQ ALESSIO ERARDI - SLEEPING POLICEMEN", "35594.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir sleeping policemen fi Triq Alessio Erardi, Żabbar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għall-maniġġ għat- traffiku m'għandu l-ebda talba mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar sabiex issir sleeping policeman fi Triq Alessio Eraldi.", "AFM – REKLUTAĠĠ TA' GUNNERS", "35595.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il- Ministru jgħid meta se jerġa' jkun hemm reklutaġġ ta' gunners fl-AFM?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall- mistoqsija 34528 li t-twegiba għaliha ngħatat fis-seduta 769 tat-8 ta' Lulju 2002.", "HOUSING - VALLETTA – STALLAR TA' LIFTS", "35596.", "L-ONOR.", "JOSE` HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir ix- xogħol tal-lifts fil-bini tal-Kamerata fi Triq il-Merkanti, il-Belt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li f'Ottubru l-awtorita' tad-djar mistennija toħroġ sejħa għal offerti dwar ix-xogħol meħtieġ biex jiġi nstallat lift fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "TRIQ IMDINA - ZEBRA CROSSING", "35597.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru japprova li ssir zebra crossing illuminata fi Triq Imdina kantuniera ma' Triq iċ-Ċawsli peress li ż-zebra crossing li hemm tinsab kważi kilometru 'l fuq u ta' tbatija għal ħafna anzjani?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li d-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku spezzjona l-każ u jirriżulta li z-zebra crossing li hemm fi triq l- Imdina hija fil-limitu ta' walking distance minn Triq iċ-Ċawsli.", "EIA - RAPPORT", "35600.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapport tal-EIA propost mill-Profs.", "P. F. Schembri u Joe Borg in konnessjoni mal-permess li ngħata riċentement ġewwa Bengħajsa?", "Qed ngħaddi n-numru ta' l- applikazzjoni in konnessjoni ma' dan ir-rapport b'mod separat.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Nittama li l-Onor.", "Membru japrezza li din l-informazzjoni qed tingħata minħabba t-tibdiliet fil-liġi dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp u r- regolamenti ta' l-EIA li daħħal dan il-gvern, li permezz tagħhom hemm aċċess għall-pubbliku għal din l-informazzjoni.", "ENEMALTA - ŻABBAR – TQEGĦID TA' CABLE", "35601.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'koordinament sar bejn l-Enemalta u dawk l- entitajiet kollha konċernati sabiex isir xogħol ta' tqegħid ta' cable f'Ħaż- Żabbar li jolqot Triq is-Santwarji, Triq il-Kbira, Misraħ is-Sliem, Triq il- Marloċċ u toroq oħra fil-qalba tal-Belt Hompesch?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA – ŻABBAR – TQEGĦID TA' CABLE", "35602.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lil Enemalta biex jgħaddu l-cable tad- dawl minn Triq il-Marloċċ f'Ħaż-Żabbar sabiex il-kunsill lokali jkun f'pożizzjoni li jirranġa din it-triq li tant hi fi stat ħażin li wieħed jevita li jgħaddi minn hemm?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN ĠILJAN - DRENAĠĠ", "35603.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinvestiga u eventwalment jieħu l-passi biex tinstab soluzzjoni għar-riħa ta' drenaġġ li ħierġa u li qed teffetwa lir-residenti fi Triq Lapsi San Ġiljan fil-parti ta' fuq viċin il-parking ta' ħdejn l-entratura ta' l-iskola primarja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li d-dipartiment tad- drenaġġ ikkonferma li l-main sewer qed jaħdem regolari u ma jirriżultax li hemm xi rwejjaħ.", "ŻABBAR - TRIQ SPADARO -XOGĦLIJIET", "35604.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda t-tarmac fi Triq Spadaro f'Ħaż-Żabbar peress li l-ammont ta' ħofor li fiha ma jippermettux li tgħaddi b'karrozza b'mod aċċettabbli fiż-żmenijiet tal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 34394.", "PRIVATIZAZZJONI TA' L-MIA", "35605.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid f'termini effettivi kemm mill-Lm40 miljun tal- privatizazzjoni parzjali ta' l-MIA ġew minn barra bħala flus barranin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li nofshom oriġinaw minn barra minn Malta.", "Irrid inżid li anke jekk l-Onor.", "Interpellant għadu ma rrealizzax, l- ekonomija Maltija issa mmaturat u għalhekk il-fizzazzjonijiet li kienu jeżistu fi żmien gvernijiet soċjalisti m'għadhomx jeżistu.", "Illum l-ekonomija tagħna hi kapaċi tiġġenera nvestiment mir-riżorsi li toħloq bl-attivita` ekonimika li għandna.", "Hu wkoll pożittiv li l-banek lokali, li għandhom f'idejhom biljuni ta' liri ta' depożiti, jużawhom fl- iżvilupp ta' pajjiżna.", "Meta l-banek Maltin għandhom likwidita` qawwija f'idejhom, kienet tkun ħaġa aħjar – kif donnhom jaħsbu dawk li jaraw kollox iswed – li l-finanzjament isir minn banek barannin u mhux minn banek Maltin?", "Jien ma naħsibx hekk.", "MIA – BEJGĦ TA' ISHMA LILL-PUBBLIKU", "35606.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jekk il-gvern għadux bil-ħsieb li joffri ishma ta' l-MIA għall-bejgħ lill-pubbliku permezz ta' IPO f'Ottubru li ġej?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, kif ilna nħabbru, il-gvern beħsiebu joħroġ għall-bejgħ lill-pubbliku permezz ta' IPO din is- sena.", "Id-data titħabbar meta jkun il-waqt.", "ŻABBAR – TRIQ IL-KUNSILL TA' L-EWROPA - XOGĦLIJIET", "35607.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa (ex- Girdle Road) f'Ħaż-Żabbar, li hija triq arterjali u li tinsab fi stat diżastruż tiġi irranġata peress li din tista' ttaffi l-flow tat-traffiku f'Ħaż-Żabbar u l-madwar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29353.", "TAX INFORMATION EXCHANGE AGREEMENTS", "35608.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux qiegħed jinnegozja xi TIEAs (Tax information exchange agreements) ma' xi gvernijiet barranin?", "Jekk iva, liema huma dawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern Malti mhux qiegħed jinnegozja xi TIEA ma' xi gvern barrani.", "L-obbligi u drittijiet ta' bdil ta' informazzjoni joħroġ mill-protocol ta' ħelsien minn taxxa doppja li Malta għandha ma' ħafna pajjiżi.", "ŻABBAR – TRIQ L-10 TA' SETTEMBRU - XOGĦLIJIET", "35609.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkun lest ix- xogħol fuq Triq l-10 ta' Settembru f'Ħaż-Żabbar?", "Peress li dan ix-xogħol jinvolvi trinek u qed isir fuq talba ta' l-Enemalta, jista' jgħid x'kordinament sar jew jista' jsir, sabiex tissolva l-problema ta' l- għargħar f'din l-area?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol li għaddej f'din it-triq qed isir biex isaħħaħ il-provista tad-dawl fil-Kottonera u qed isir tqegħid ta' cables ġodda f'diversi fażijiet sabiex ikun hemm inkonvenjent mill- inqas.", "Dan il-proġett Hu maħsub li jkun lest sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena.", "Għar-rigward ta' l-għargħar, diġa` jeżistu culverts f'din it-triq u għalhekk m'hemmx il-bżonn li jitqiegħdu katusi oħra, iżda li l-wiċċ tat- triq jiġi mibni mill-ġdid, sabiex l-ilma ikun jista jintefa' fil-ġenb u jinġabar fil-ġibjun, li jrid jitnaddaf għax mirdum, fil-lokalita'.", "Dawn ix-xogħlijiet jitwettqu aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li hemm fil-master plan għar-restawr tat-toroq.", "AIR MALTA – ALLEGAZZJONI DWAR IMPJEGAT", "35611.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35476 u jgħid x'passi ħadet jew se tieħu l-Air Malta dwar impjegat fuq il-kotba tagħha akkużat bil-pedufilja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-impjegat ikkonċernat ġie sospiż b'nofs paga appena l-Air Malta saret taf bil-każ.", "ENEMALTA – PIETA`", "35613.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35451 u jgħid tistax tiddawwal il-parking area għad-dipartiment CDAU fi triq Zammit Clapp, Pieta`?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MEPA - FGURA", "35614.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ġibjun li qiegħed jinbena fejn l- HSBC f'Hompesch road, Fgura, hux kopert bil-permessi ta' l-iżvilupp meħtieġa mill-MEPA?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-iżvilupp in kwistjoni hu preżentement kopert minn notifikazzjoni dwar żvilupp (DNO).", "SKEJJEL PRIMARJI - KURRIKULU ĠDID", "35616.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumitat tal-kurrikulu fid- dipartiment ta' l-edukazzjoni ħariġx b'kurrikulu ġdid għat-tfal tas-sitt klassi fl-iskejjel primarji?", "Fid-dawl tal-fatt li dawn it-tfal jersqu għall-eżami għall-junior lyceum/common entrance, jista' dan il-kurrikulu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux maħsub li jsir kurrikulu ġdid għas- sitt klassi.", "Bħalissa qed issir l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali permezz ta' pjan ta' azzjoni li jinkludi:", "1.", "Reviżjoni tas-sillabi fis-suġġetti differenti għal-livell differenti, inkluż dak tal-primjarji, 2.", "Taħriġ ta' għalliema f'metodi ta' tagħlim differenzjat.", "Din is-sena se nkunu lħaqna l-għalliema kollha tas-sitt klassi, 3.", "Proġetti dwar literacy fl-iskejjel l-aktar milquta mill-problema ta' l- illitteriżmu, 4.", "Programmi pilota ta' assessjar formattiv, 5.", "Programm ta' informazzjoni lill-iskejjel, studenti u ġenituri dwar l- eżami għad-dħul fil-junior lyceum innifsu.", "KURA TAL-KANĊER", "35617.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hawn pazjenti Maltin li talbu li jingħataw il-Gleevic bħala kura kontra l-mard tal-kanċer?", "Jista' jgħid hemmx possibilta' li dawn in-nies jiġu akkomodati fil-viċin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li kien hemm erba' pazjenti li għalihom saret talba għall-mediċina imatinib (Glivec) skond il-protokoll li ġie stabbilit mid-dipartiment tas-saħħa.", "Dawn il-pazjenti kollha bdew jingħataw din il-mediċina.", "QRATI - INKJESTI PENDENTI", "35618.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti quddiem il- qrati tal-maġistrati?", "Jista' jagħti dettalji ta' min huma l-maġistrati li qed jikkmandaw dawn l-inkjesti?", "Kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat partikolari, u kemm ġew aċċettati inkjesti matul dawn l-aħħar tlett snin lil kull maġistrat partikolari?", "Kemm hemm inkjesti li ilhom aktar minn tlett snin, u quddiem liema maġistrati partikolari?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li r-risposti għal din il-mistoqsija parlamentari huma varji u jeħtieġ ċertu ammont ta` riċerka biex jinstabu, ir-risposti jingħataw f`seduta oħra.", "L-Onor.", "Interpellant għandu izda jara r-risposta għall-mistoqsija 35566 fejn qed tintwieġeb parti mid-domanda tiegħu.", "MALTACOM - TISWIJA TA' TELEFON", "35619.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara jekk hux possibli li l-Maltacom issewwi l-ħsara fit- telefon li qed nehmeż under seperate cover, għax din hi anzjana li tgħix waħedha u dan it-telefon issa ilu ftit bil-ħsara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-ħsara li qed jirrifferi għaliha l-Onor.", "Interpellant fil-fatt diġa' ssewwiet.", "ENEMALTA - BINI TAS-SUBSTATION", "35620.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru permezz ta' l-Enemalta jinformani fiex wasal il-bini tas- substation biex tiġi msaħħa l-provvista ta' l-Elettriku fi Triq it-Tiben, Wied il-Għajn?", "Fejn se tinbena jew qed tinbena din is-substation?", "Meta hu maħsub li tkun lesta din is-substation?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA - DRENAĠĠ", "35621.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li issir investigazzjoni sabiex titneħħa r-riħa ta' drenaġġ li żvillupat dan l-aħħar fin-naħat ta' Sur San Pawl, Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fuq Sur San Pawl, Bormla hemm 'vent pipe' f'forma ta' ċumnija mibnija ħafna snin ilu fuq il-mina li tagħti għal Wied Għammieq.", "Din is-sitwazzjoni taċ-ċumnija ilha hemm ħafna snin, u d-dipartiment tad-drenaġġ qatt ma kellu lmenti.", "Dawn iċ-ċmieni jeżistu f'diversi lokalitajiet bħal Bormla, Birgu, Kalkara, Żejtun eċċ.", "BORMLA - DRENAĠĠ", "35622.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta ser tintlaqa' t-talba sabiex issir estensjoni tad-drenaġġ fi Triq R. Taylor Bormla, sabiex il- garaxxijiet u l-appartamenti f'tarf din it-triq kantuniera ma' Triq Alessandra ikunu mqabbda mad-drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi l-kuntratt biex issir l-estensjoni tad-drenaġġ fi Triq Robert Taylor, Bormla ġiet ippreparata u dalwaqt tiġi ppubblikata.", "Fl-istess waqt, id-dipartiment tad-drenaġġ irid jikteb lill-MEPA fejn jispjega l-kwalita' tax-xogħol mitlub biex jinħarġu l- permessi neċessarji.", "FGURA - HOMPESCH ROAD - PEDESTRIAN CROSSING", "35623.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta ser isir xi tip ta' pedestrian crossing fi Triq Hompesch Fgura, peress li qabel inqalgħet kien hemm xi 4 pedestrian crossings?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li d-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku approva tlett pedestrian/pelican crossings fi Triq Hompesh, Fgura fil-parti minn k/m Triq San Tumas sa k/m Triq il-Foss.", "ENEMALTA - BORMLA", "35624.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jissewwa d-dawl li hemm jixgħel u jitfi fit- telgħa tar-Rialto Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "TARZNA - FENCING", "35625.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed isir fencing madwar dock 2 u dock 3 tat-Tarzna ta' Bormla? x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ - NEFQA", "35626.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35459, jista' jagħti breakdown dettaljat tan-nefqa ta' Lm30 miljun li l-Prim Ministru semma li ntefqu f'toroq f'dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35459.", "MEPA", "35630.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara applikazzjoni PA 5061/02 li saret lill-awtorita' ta' l-ippjanar mid-direttur ta' l-istess awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din l-applikazzjoni tirrigwarda proġett esperimentali biex tiġi żviluppata artificial reef li se tinbena 'l barra mill-Exiles, Sliema minn materjal riċiklat.", "L-iskop tal-artificial reef hu li jiġi kkreat habitat artifiċjali.", "Dan il-proġett qed isir bil-kooperazzjoni tal- marine ecology research group ta' l-universita` ta` Malta, bħala wieħed mill-proġetti finanzjati mill-environmental initiatives fund, liema proġett se jiġi ffinanzjat mill-Lm50,000 li kienu ttieħdu lill-iżviluppaturi ta' Portomaso, minħabba l-ksur fil-kundizzjoni tal-permess.", "NATIONAL SUPPORT CENTRE", "35632.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita`, subien u bniet separatament, li jużaw is-servizzi fi ħdan in-national support centre li huma bejn: 0 – sentejn; 3 - 5 snin; 6 - 11-il sena; 12 - 16-il sena; u 16-il sena 'l fuq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "35633.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jattendu l-iskejjel speċjali li huma ta' eta' anqas minn 11-il sena, bejn 12 u 16-il sena u 16-il sena 'l fuq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL – STUDENTI B'DIŻABILITA`", "35634.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita` li jattendu: skejjel ta' l-istat (regolari u opportunity), skejjel tal-knisja, u skejjel indipendenti?", "Jista' jgħid kemm hemm minn dawn l-istudenti huma subien u bniet u kemm minnhom jattendu:", "f'year 1 – 3; year 4 – 6; form 1 – 3; u form 4 - 5?", "Kemm minn dawn it-tfal għandhom facilitator magħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KONSUMATUR – INSPECTIONS FUQ BEJGĦ TA' ĦOBŻ", "35635.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'kontroll qed isir fuq il-piż tal-ħobż meta dan qed jinbiegħ?", "Kemm isiru inspections u x'passi ttieħdu matul din is-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li minn mindu ġie aġġustat il-prezz tal-ħobż, permezz tal-freephone 120, li huwa t-telefon fejn il-konsumatur iressaq l-ilment tiegħu lid-diviżjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni, saru 20 ilment.", "Dawn l-ilmenti ġew mgħoddija lill-metrology office li jagħmel parti mill- awtorita` ta' Malta dwar l-istandards.", "Dan l-uffiċċju għadu kemm ġie mwaqqaf u qed jingħata din il-funzjoni f'dan il-qasam.", "BENEFIĊĊJU SOĊJALI", "35641.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jara jekk il-persuna ndikata under separate cover hijiex intitolata għal xi tip ta' benefiċċju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet informata bil-każ tagħha.", "HOUSING – FURJANA – PROĠETTI", "35647.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35486 u jgħid kemm intnefqu f'din il-leġislatura għal dawn il-proġetti fil- Furjana, każ b'każ:", "i) tindif u tibjid tal-loġoġ mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar;", "ii) riabilitazzjoni tad-dar ta' l-anzjani; u iii) embellishment madwar il-housing estate", "a) Triq il-Foss; u b) b) f'Binja Vilhena", "mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "SPTAR MONTE CARMELI - REFURBISHMENT", "35651.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jagħti rapport dettaljat dwar x'kien ix-xogħol ta' refurbishment li sar fl-isptar Monte Carmeli f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm intnefqu flus f'dan ir-refurbishment?", "X'hemm ippjanat li jsir fil-futur bħala benefiċċju għall-pazjenti u għall-atmosfera ġenerali tal-lok?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20000628_329d_par.doc", "date": "2000-06-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 329 L-Erbgħa, 28 ta' Ġunju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 329", "L-Erbgħa, 28 ta' Ġunju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "329", "L-Erbgħa, 28 ta' Ġunju, 2000", "WERREJ MINUTI 328", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 328", "TQEGĦID TA' KARTI 332", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 333 ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 333", "AĠĠORNAMENT 364", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 369", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 328 li saret fis-27 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "COTTONERA - REHABILITATION COMMITTEE", "16975.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- pjan ta' ħidma kurrenti tal-Cottonera rehabilitation committee?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plan tal-kumitat għar- riabilitazzjoni tal-Kottonera.", "MDINA REHABILITATION COMMITTEE", "16976.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il- pjan ta' ħidma kurrenti tar-rehabiliation committee ta' l-Imdina.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plan tal-kumitat għar-riabilitazzjoni ta' l-Imdina.", "EU - ECONOMIC IMPACT ASSESSMENTS", "17246.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru kkummissjonax xi economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, x'terms of reference kellhom, minn min saru u x'kienu s-suġġetti ittrattati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru għall-ambjent ikkummissjona diversi economic impact assessments.", "Dawn huma kif jidhru fil-lista nru.", "1 li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "It-terms of reference tagħhom huma kif jidhru f'lista nru.", "2 li wkoll qiegħed inpoġġiha fuq il-Mejda tal- Kamra u saru mill-uffiċjali tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent responsabbli mis-suġġetti trattati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Fir-rigward tal-waste management, fejn għandhom x'jaqsmu l-obbligi li Malta trid issostni sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea vis-a-vis is-settur ta' l-agrikoltura, jista' l- Ministru jgħidilna jekk dawn ir-rapporti humiex qed jiġu diskussi mad- dipartimenti inter-ministerjali u ma' l-għaqdiet li huma konċernati ma' dan it-tip ta' ambjent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dak li għandu x'jaqsam ma' waste management in ġenerali, id-dokument li ppubblikajna diġa' jagħti indikazzjoni ta' stimi preliminari dwar spejjeż involuti f'dan il-qasam.", "F'oqsma oħra għad iridu jsiru stimi aktar dettaljati u f'kull każ l-istudji li qed isiru u li għadhom fil-bidu tagħhom jindikaw x'ikun l-impatt ekonomiku, naturalment b'konsultazzjoni u b'kordinazzjoni ma' kull dipartiment involut.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Imma x'sistema qed tintuża jekk dan qed isir?", "Qegħdin isiru laqgħat inter-ministerjali bejn id-dipartiment ta' l- agrikoltura u d-dipartiment ta' l-ambjent jew bejn id-direttorat ta' l- ambjent u d-direttorat ta' l-agrikoltura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fir-rigward ta' l-economic assessment, il- persuna mqabbda tkun espert fil-materja u allura tagħmel direttament hi l- konsultazzjoni mad-dipartimenti konċernati.", "Jiġifieri anke jekk ma jkunx hemm laqgħat formali inter-dipartimenti - kif ġieli jkun hemm fuq suġġetti differenti - din il-persuna tara x'inhu dak li jolqot dak is-settur u evidentement titkellem ma' nies intizi f'dak il-qasam.", "Dawn ir-rapporti għadhom m'humiex finalizzati u allura f'dan l-istadju ma nistax ngħidlek x'inhu r-riżultat.", "Pero' l-iskop hu li nkunu nafu x'inhi l-ispiża u naraw x'inhu ppjanat fid-diversi oqsma li jorbtu mas-suġġett ta' waste management.", "Fil-qasam agrikolu diġa' saru suġġerimenti speċifiċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mela jekk qed nifhem sew l-istudju għadu għaddej u kulħadd se jiġi kkonsultat, kemm id-dipartimenti kif ukoll l-għaqdiet u l- koperattivi li għandhom l-interess ikunu jafu dwar is-sitwazzjoni ta' dan l- impatt.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment l-iskop li tagħmel studju huwa li tikkonsulta man-nies kollha involuti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Peress li dan l-istudju jista' joħloq ħafna diffikultajiet anke fit-termini ta kif se tiġi applikata jew ta' kif il- gvern se jipproponi li jkun hemm inqas impatt fir-rigward ta' l-istrutturi eżistenti fl-Unjoni Ewropea rigward il-waste management, hemm xi terms of reference, target date jew pjan dwar meta se jsiru l-konsultazzjonijiet ma' l-għaqdiet jew mal-koperattivi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Biex niffokaw b'mod aktar preċiż, fl-istudju dwar il-waste management hemm involuta organizzazzjoni internazzjonali li hija bbażata f'Dublin.", "Din bdiet dan l-istudju partikolari fil-bidu tas- sena u l-iskop huwa li tikkompletah sa nofs is-sena.", "Għar-rigward tal-qasam direttament agrikolu - hawn qed nitkellem fuq impact study dwar id-direttiva nru.", "91/676/EEC concerning protection of waters against pollution caused by nitrates from agricultural sources - l- istudju partikolari għad irid jiġi kkummissjonat u mbagħad hemm studji oħrajn li huma marbutin ma' kwestjonijiet ta' inkwinament.", "Ladarba jsiru dawn l-istudji nkunu nistgħu naraw l-impatt ta' dak kollu li jrid isir.", "Irrid nenfasizza li meta nitkellmu dwar prattiċi aħjar f'materja bħal waste management, jagħmel kull sens li dawn jikunu konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea għax fl-aħħar mill-aħħar dawn is-sistemi jkunu prattiċi, ferm aktar serji u jassiguraw aħjar is-saħħa tagħna lkoll f'qasam daqshekk sensittiv u delikat bħalma hu l-immaniġjar ta' l-iskart.", "Allura huwa kruċjali li nikkalkolaw ukoll, kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll mil- lat ta' riżorsi oħra, xi jkollna bżonn biex inwettqu dan il-programm ambizzjuż.", "MMA - REGOLAMENTI", "17195.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-regolamenti ġodda li l-awtorita' marittima se tintroduċi b'effett mis-sajf li ġej għaċ- ċittadini Maltin u Għawdxin li jużaw opri tal-baħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li r-regolamenti li hemm ħsieb li jiġu introdotti rigward ir- reġistrar ta` l-opri tal-baħar iż-żgħar, fihom jiġbru regolamenti li fil- passat kienu jaqgħu taħt il-police licences regulations u taħt il-water- skiing regulations - L.N. 19/1985 - flimkien ma' bidliet oħra li qed jiġu dikussi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Meta l-Ministru qed jgħid li ċertu bidliet qed jiġu diskussi, jista' jagħti indikazzjoni lill-Kamra ma' min qed isiru d- diskussjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-fatt dawn il-bidliet ġew diskussi ma' l-MMA, mal-pulizija u mal-ministeru.", "Kopja ta' dawn ir-regolamenti ngħataw ukoll lill-organizzazzjoni li tuża dawn il-mezzi ta' l-opri tal-baħar proprju għal skop ta' negozju u tirrappreżenta uffiċjalment lil din l- għaqda.", "Proprju l-bieraħ irċevejt mingħandhom ir-reazzjonijiet dwar il- legal notice kif hija ppreparata.", "Issa nieħu in konsiderazzjoni dawn it- talbiet li bagħtu u naraw jekk il-legal notice kif preparata għandhiex tinbidel xi ftit minħabba dawn iċ-ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Fhimtu sew lill-Ministru meta qal li se tiddaħħal liċenzja għal min irid isuq vettura tal-baħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-fatt diġa' jeżistu xi regolamenti dwar il-ħtieġa li tiġi mposta liċenzja biex jinstaqu inġenji tal-baħar pero' sfortunatament dawn ir-regolamenti qatt ma ġew applikati b'mod rigoruż.", "Id-diffikulta' prinċipali li qed tinħoloq jirrigwarda l-fatt li ċerti pajjiżi ma jitolbux liċenzja għal dawn t-tip ta' inġenji u allura rridu naraw x'se tkun il-pożizzjoni ta' Malta vis-a-vis persuni li jiġu minn dawn il-pajjiżi u kif din nistgħu nikkjarifikawha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Peress li parti mix-xogħol li kienet jew għadha tagħmel l-iskola nawtika huwa proprju dwar il-kisba tal-ħila biex wieħed isuq vettura fuq il-baħar, hemm xi verita' fl-għajdut li din l-iskola se tingħalaq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Sfortunatament f'dan il-pajjiż isir ħafna diskors li wieħed ma jirrealizzax minn fejn ikun oriġina.", "Żgur li m'hijiex l- intenzjoni tagħna li l-iskola nawtika tiġi magħluqa - ma nafx jekk il- ministru ta' l-edukazzjoni għandux x'iżid dwar dan - pero' se mai l- intenzjoni hi li l-għan ta' din l-iskola jissaħħaħ u jkun hemm aktar persuni li jibbenefikaw mit-tagħlim li joħroġ minn dan is-settur.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Xtaqt inżid biss illi l- ewwelnett l-istudji marittimi se jiġu elevati għal qafas ta' istitut fi ħdan il-kulleġġ vokazzjonali l-ġdid - naturalment dan mhux se jsir immedjatament imma nittamaw li jsir fis-sentejn li ġejjin - u sadanittant il-problema li teżisti fl-iskola nawtika huwa l-bini għax dan jinstab fi stat diżastruż u perikoluż.", "Din is-sena se nieħdu l-miżuri biex nibqgħu ngħallmu l-istudji nawtiċi u marittimi skond is-sillabi u l-korsijiet eżistenti imma fuq il-bini se nieħdu l-passi mmedjati għax la hu safe għal min jaħdem fih u lanqas għall-istudenti li jmorru hemmhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' dak li ntqal, u ċioe' li hemm bżonn ta' liċenzja biex wieħed isuq vettura tal-baħar, qed jitqanqlu wkoll ħafna lmenti dwar nies li huma esperti f'dan il-qasam - qed ngħid għal dawk li jsuqu l-opri tal-baħar u li jagħtu servizz lit-turisti - u li ilhom jagħmlu dan it-tip ta' xogħol għal aktar minn 30 sena.", "Dawn ukoll se jkollhom joqogħdu għal dan il-kors partikolari jew minħabba l-esperjenza li għandhom u s-servizz professjonali li dejjem taw, inkluż meta ma kienx hawn dawn it- tip ta' strutturi fil-pajjiż, se jkollhom xi komunikazzjoni differenti fil- qafas ta' dak li qed jispjega l-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, kif għedt qabel, diġa' jeżistu kondizzjonijiet dwar kif u b'liema mod wieħed għandu jsuq opra tal-baħar.", "Naturalment wieħed irid jagħmel distinzjoni - u jiena konvint li l-Onor.", "Farrugia dan il-punt jifhmu - bejn persuna li tkun qiegħda ssuq jet-ski jew speedboat għal pjaċir u l-gost tagħha personali u persuna li tkun qed issuq opra tal-baħar ferm ikbar - bħal luzzu, cabin cruiser jew lanċa - b'xi 100 turist fuqha.", "Hawnhekk ir-responsabbiltajiet huma differenti minn xulxin.", "Allura wieħed irid joqgħod attent illi filwaqt li min b'xi mod ilu dawn is- snin kollha jieħu in konsiderazzjoni wkoll l-esperjenza li għandu - wara kollox din il-liċenzja li qed nitkellmu dwarha m'hijiex impossibbli li tiġi akkwistata - irid jifhem li għandu ċerti responsabbiltajiet x'iġorr.", "Ma rridux li biex naġevolaw lil xi ftit li jkun ilhom f'dan is-settur, nispiċċaw niksru r-regolamenti internazzjonali.", "Imsieken aħna jekk kemm-il darba jinqala' xi inċident, ikorri xi ħadd u ma nkunux f'pożizzjoni nispjegaw x'ġara minħabba mhux biss riperkussjonijiet lokali imma anke riperkussjonijiet li jistgħu jinqalgħu internazzjonalment.", "Allura filwaqt li wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-punt li semma' l-Onor.", "Farrugia, noqogħdu attenti wkoll mir-responsabbiltajiet li jkollhom dawk li jkunu qegħdin isuqu opri bħal dawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Jekk qed nifhem sew se jkun hemm distinzjoni bejn dawk iċ-ċittadini li jitolbu l-liċenzja biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn jet skis u opri simili fix-xtut tagħna, u dawk l-organizzazzjonijiet jew kumpanniji kummerċjali li ilhom is-snin iwettqu din il-prattika.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, id-differenza ma tirrigwardax jekk min ikun qed jagħmel użu ta' jet-ski jew opra tal-baħar oħra tkunx persuna weħidha jew tkunx kumpannija kummerċjali.", "Kumpannija jista' jkollha dritt tilliċenzja opri tal-baħar imma mbagħad l-individwu li jkun qed isuq l-opra tal-baħar irid ikun liċenzjat u allura m'hemm l-ebda relazzjoni bejn operatur li jkun ilu stabilit bħala kumpannija kbira u wieħed li beda l- bieraħ.", "Jekk jiena qatt ma soqt speedboat u mmur nimpjega ruħi bħala pilota ma' waħda mill-kumpanniji kbar li jagħtu dan it-tip ta' servizz, ma nistax nippretendi li għax dik il-kumpannija ilha topera s-snin, jiena se niġi eżentat minn ċerti regolamenti.", "Huwa jien li jrid ikolli l-esperjenza u l-liċenzja biex insuq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: M'aħniex niftehmu, Sur President, għax li qed nipprova nispjega jien hija funzjoni differenti.", "Jekk għandek tali kumpannija stabilita u jiena bħala ċittadin immur biex nikri vettura tal- baħar, jekk ma nippreżentax il-liċenzja lil din il-kumpannija mhux se nkun awtorizzat nagħmel użu minn dik il-vettura.", "F'dan is-sens qed ngħid li se jkun hemm sitwazzjoni u dimensjoni differenti ta' żewġ identitajiet u responsabbiltajiet għax jekk jien mort għand car hire għandi bżonn il- liċenzja biex din tikrili karozza.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu li resqin lejn sitwazzjoni fejn jekk ċittadin komuni jmur il-baħar u ma jippreżentax il-liċenzja, ma jistax jikri jet-ski mingħand l-ebda kumpannija.", "Qed nifhem sew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Il-pożizzjoni m'hijiex hekk.", "Kif diġa' għedt, hemm pajjiżi fejn id-dritt tal-liċenzja ma jeżistix u allura se jkun ferm diffiċli li bniedem jiġi hawn Malta għal holiday u jmur biex jikri vettura tal-baħar.", "Biex jagħmel dan irid jew iġib liċenzja minn pajjiżu stess, li ma tkunx teżisti, jew inkella jġib il-liċenzja hawn Malta stess f'dik il- ġimgħa li jdum hawn, u dan fil-prattika huwa impossibbli.", "Dan huwa l-punt kardinali li fuqu għaddejjin id-diskussjonijiet bħalissa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tas-Sinjura Helen Tabone bħala assistenta personali tal-president tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17327.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "Ikompli mis-27 ta' Ġunju, 2000", "Klawsola 32 u t-Tieni Skeda - Revoka u riżervi.", "(Kont.)", "Clause 32 and Second Schedule - Revocation and savings.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Chairman, tajjeb li nerġgħu niffokaw ftit fuq subartiklu 44(6) vis-à-vis subartiklu 44(5).", "Il- bieraħ filgħodu l-Ministru Gatt qalilna li meta nitkellmu dwar il-problema tax-shareholders minoritarji tal-Maltacom irridu norjentaw id-diskussjoni tagħna vis-à-vis subartiklu 44(6) u mhux vis-à-vis subartiklu 44(5).", "Imbagħad il-bieraħ filgħaxija qalilna bil-maqlub għax qal li subartiklu 44(6) bl-ebda mod ma jirrigwarda x-shareholders tal-Maltacom jew ta' xi korporazzjoni oħra imma jirrigwarda biss it-tliet operaturi li għandhom x'jaqsmu ma' l-exclusive privilege qua monopolju li għandhom.", "Nistgħu nikkjarifikaw dan il-punt qabel inkomplu?", "Għax inkella se noqogħdu nilagħbu l-ballun minn darba għall-oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Fil-fatt nikkonferma li hekk għedt, iżda forsi nftehemt ħażin jew jiena ma spjegajtx ruħi sew.", "Jien għedt li l-kwestjoni tal-minority shareholders jew private shareholders, call them what you want, tinkwadra ruħha f'subartiklu 44(6) mhux għaliex jaqgħu taħtu, imma billi subartiklu 44(6) qed jirriferi għal section 37 tal-Kostituzzjoni, l-uniku dritt li nista' nara fejn tista' b'xi mod tagħmel argument favur il-minority shareholders huwa fuq il-bażi ta' section 37.", "Jiġifieri mhux għaliex tinkwadra ruħha f'subartiklu 44(6) imma għaliex section 37 tal-Kostituzzjoni hija msemmija fih.", "Dan li ridt infisser.", "F'subartiklu 44(5) żgur li huma esklużi u f'subartiklu 44(6), fejn hemm riferenza għal section 37 għalkemm ir-riferenza diretta hija għall-kumpanniji, se mai l-argument tal-minority shareholders jista' jreġi biss taħt l-argument ta' section 37 tal-Kostituzzjoni.", "This is what I meant to say aktar milli dak li għedt.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma mbagħad fl-istess nifs qed jintqal li subartiklu 44(6) ma japplikax għall-minority shareholders tal-Maltacom.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-arranġament speċifiku li hemm f'subartiklu 44(6), jiġifieri li l-parlament qed jagħmel a special case in the national interest taħt il-kriterji msemmija hawnhekk, huwa applikabbli għal kulmin tilef l-exclusive privilege.", "Issa mhux il-minority shareholders tilfu l- exclusive privilege imma kienu l-kumpanniji li tilfu l-exclusive privilege.", "Jiġifieri l-arranġament li hawn hawnhekk jien qed nifhmu li huwa applikabbli għall-kumpanniji.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa ħalli nerġgħu nikkjarifikaw punt ieħor li ntqal il-bieraħ u se nikkontestah jien.", "Intqal li meta qed nitkellmu fuq shareholders ta' kumpannija tal-Maltacom ma nistgħux nitkellmu fuqhom bħala klassi apparti, għax bl-istess mod irridu nestendu l-istess konsiderazzjonijiet għax-shareholders tal-Vodafone u tal-Melita Cable.", "Fhimtu dak l-argument jien?", "Dan l-argument huwa skorrett għax ix- shareholders tal-Vodafone u x-shareholders tal-Melita Cable m'humiex fl- istess pożizzjoni mal-Gvern ta' Malta bħalma huma l-minority shareholders tal-Maltacom.", "Għaliex ix-shareholders tal-Vodafone u x-shareholders tal- Melita Cable huma direttament allaċċjati mad-diretturi tal-kumpannija u mal- general meeting tal-kumpannija u jirrispondu minn hemmhekk għal dak li jiġri, waqt li x-shareholders minoritarji tal-Maltacom xtraw ix-shares tagħhom mingħand il-Gvern ta' Malta taħt il-ftehim li se jkun hemm monopolju sas-sena 2010.", "U mhux argument li tgħid li fil-prospectus li xtraw hemm imsemmi li jista' jinbidel il-gvern u jistgħu jinbidlu ċ- ċirkostanzi u dak il-monopolju jiġi affettwat għaliex fl-offerta li xtraw hemm implied - u anke explicitly stated - li se jingħataw kumpens jekk jiġri hekk.", "Jiġifieri m'huwiex korrett li tgħid li ma tistax titkellem dwar il-minority shareholders tal-Maltacom bħala klassi apparti għax tista' f'dan il-kuntest.", "M'hu veru xejn li s-sitwazzjoni tagħhom għandha awtomatikament tiġi assimilata max-shareholders tal-Vodafone u max- shareholders tal-Melita Cable.", "Jekk ix-shareholders tal-Melita Cable jħossuhom leżi minn dak li qed jiġri hawnhekk b'dan l-arranġament, għandhom jattakkaw through a general meeting lid-diretturi tagħhom, lil min jirrappreżentahom.", "Imma x-shareholders minoritarji tal-Maltacom jafu żewġ affarijiet, jafu lill-istrutturi interni tal-Maltacom u jafu wkoll lill- gvern li mingħandu xtraw ix-shares.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, mhux tant lejn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, però lil min tah dan il-parir legali jien ngħidlu li din hija ereżija legali.", "Ma jistax ikun!", "Minn liema section fil-Companies Act toħroġ distinzjoni bejn shareholders li huma shareholders in a public company kif inhija l-Maltacom plc u shareholders Vodafone Ltd li hija a private company?", "Minn fejn toħroġ din id-distinzjoni?", "Meta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jgħid li l-minority shareholder tal-Vodafone jew tal- Melita Cable għandu rikors kontra l-bord tad-diretturi għax it's a private company, u l-minority sharholder tal-Maltacom għandu rikors kontra l-gvern għax kien hemm a sale of shares, din hija ereżija legali.", "M'hemm l-ebda distinzjoni bejn shareholders ta' public company jew private company.", "Però jekk ikompli jżomm din it-teżi issa l-Onor.", "Sant anke fattwalment għandu problema, għaliex il-minority shareholder fil-Vodafone hija l- Maltacom.", "Mela parti mill-minority shareholding tal-Vodafone huwa l-public shareholding li hemm fil-Maltacom.", "Dażgur li għandha x'taqsam!", "Inti qed tgħidli li l-minority shareholder vis-à-vis il-Maltacom għandu rikors kontra l-gvern, però l-public shareholder as a minority shareholder of Maltacom within Vodafone m'għandux.", "Ma tistax tagħmel distinzjoni għax huma l-istess nies fl-istess sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'hu qed jifhem xejn l-Onor.", "Gatt, bir-rispett kollu.", "Il-punt m'huwiex dak.", "Il-minority shareholder tal-Maltacom għandu x-shares tiegħu għax xtrahom taħt promise mill-Gvern ta' Malta, taħt framework mill-Gvern ta' Malta, taħt wegħda mill-Gvern ta' Malta.", "Hemmhekk għandu claim fuq il-Gvern ta' Malta.", "Ix-shareholder Maltacom fil-Vodafone m'għandux l-istess ħaġa għax il-Vodafone mbagħad hija rappreżentata fl- istrutturi tagħha biex tiddijlja ma' xi ħaġa li ppreżentalha l-gvern.", "Ara x'qed jiġri.", "Il-gvern ippreżenta framework differenti minn dak li kien ġie ppreżentat lill-Maltacom fl-1997, qed ibiddlu dak il-framework.", "Fl-1997 ippreżenta dak il-framework kemm lill-Maltacom qua Maltacom u kemm lix- shareholders ġodda li xtraw at that point.", "Mela x-shareholder tal-Maltacom għandu claim fuq il-gvern direttament apparti mbagħad fuq l-istrutturi tal- Maltacom.", "Fil-kuntest tal-Vodafone le, għax il-Maltacom daħlet fil- Vodafone taħt l-istrutturi li l-Vodafone qed tinnegozja mal-gvern kif tinnegozja mal-gvern.", "U l-input li għandha l-Maltacom u allura x- shareholders tagħha - imma l-Maltacom f'dak il-każ - fid-dealings li tagħmel il-Vodafone mal-gvern minn hemmhekk jirristrutturaw ruħhom.", "M'għandhiex x'taqsam li tkun public jew private company.", "Mela qed ngħidu li x-shareholders ta' public company u ta' private company huma differenti?", "Le, mhux dak il-punt!", "Fil-bidu l-gvern kien 100% shareholder tat-Telemalta, imbagħad biegħ 40% meta saret Maltacom, u biegħhom mhux bħala shareholder tal-Maltacom imma bħala gvern.", "Dik kienet il-kondizzjoni.", "Jiġifieri l-gvern jeżerċita d- dritt tiegħu tal-monopolju mhux qua shareholder tal-Maltacom.", "Din il-liġi aħna għamilnieha biex niddistingwu bejn ir-regulatory power tal-gvern u l- ownership jew l-operating potential tal-gvern.", "Mela l-gvern qua regolatur, mhux qua shareholder maġġoritarju tal-Maltacom, il-gvern qua regolatur, wara li kien biegħ 40% taħt ċerta promessa, issa qua gvern biddel dik il- kondizzjoni.", "U hemmhekk tidħol relazzjoni diretta bejn ix-shareholders minoritarji tal-Maltacom u l-gvern.", "X'għandha x'taqsam li qed nagħmel distinzjoni bejn public u private!", "M'għandhiex x'taqsam!", "Il-punt huwa differenti.", "Il-Vodafone hija kumpannija privata u min qiegħed fiha qiegħed hemm qua shareholder privat.", "Id-dealings tal-Vodafone jew tal-Melita Cable mal- gvern isiru tramite l-istrutturi li għandhom mal-gvern.", "U anke tal- Maltacom, veru.", "Imma l-minority shareholders tal-Maltacom mhux dik ir- relazzjoni biss li għandhom mal-gvern!", "Mhux ir-relazzjoni li huma minority shareholders u allura jaħdmu permezz ta' l-istruttura tal-Maltacom, imma għandhom relazzjoni diretta personali mal-gvern, qua regolatur jekk trid, illi tmur lura għall-wegħda li għamlilhom il-gvern fl-1997 li se jkun hemm monopolju sas-sena 2010.", "U fuq dik il-wegħda huma xtraw ix-shares.", "Issa forsi tgħidli li kien hemm diġà indikazzjoni li tista' tinbidel is- sitwazzjoni.", "Iva, imma marbuta ma' kumpens!", "U dak il-kumpens allura ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma skużi, mhux fuq exclusive right of any person qed nitkellmu!", "Jekk inti tixtri x-shares f'kumpannija fejn il-gvern qed iwiegħdek monopolju ta' ċertu tip, u għalhekk tixtriha, inti għandek sehem dirett personali issa; dak huwa l-exclusive right.", "Anke jekk tkun kumpannija privata.", "Immaġina li jkun hemm kumpannija privata li tbegħlek 20% tax-shares tagħha on the understanding li għall-għaxar snin li ġejjin il-Captain Morgan ikun kollu f'idejk.", "(Interruzzjonijiet) Qed nivvinta tapposta.", "Ħames snin wara inti tiddeċiedi li xxoljih dak l-agreement.", "Jekk inti xtrajt mingħandi lili tfittixni wkoll apparti li tfittex il- kumpannija.", "Mhux ovvja din jekk inti xtrajt b'dik il-wegħda!", "Il-punt li qed nipprova nqajjem jien huwa jekk il-private shareholder għandux title vis-à-vis il-gvern, indipendentement minn x'tagħmel il- Maltacom.", "Jien naħseb li għandu, iva.", "U mhux l-istess ħaġa bħax- shareholder privat tal-Vodafone!", "Mhux l-istess ħaġa bħax-shareholder minoritarju, maġġoritarju u privat tal-Melita Cable.", "M'għandhiex x'taqsam is-sitwazzjoni.", "Kollox imur lura għall-punt li meta x-shareholder privat xtara fil-Maltacom, xtara taħt dik il-wegħda.", "U dik il-wegħda iva, hija exclusive right.", "Kif tista' tgħid li m'hijiex exclusive right!", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, naħseb għedna għal mitt darba li qegħdin fi stadju tal-kumitat biex jekk xi ħadd jidhirlu li l-liġi kif inhi m'hijiex tajba, tista' tkun aħjar, jista' jagħmel emenda u l-gvern jista' jilqagħha.", "Issa billi nkunu legalistiċi u nagħmluha ta' l-avukati - biċċa minna aħna, biċċa minna konna - ma nistax nifhem kif se naslu.", "L-argument tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kif fhimt jien huwa dan: Il-gvern kien l-uniku shareholder tal-Maltacom, ipprivatizza u biegħ 40% tax-shares lil persuni li ma nafux min huma - għax safejn naf jien kollha GDR's, jiġifieri bearer - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li min għandu l-bearer shares fil- Maltacom għandu relazzjoni speċjali mal-gvern għax kien il-gvern li biegħlu x-shares taħt il-kondizzjonijiet ta' l-IPO, li jirriferu għall-possibbiltà li ma jibqax il-monopolju.", "Issa fejn irid iwassal b'dan l-argument il-Kap ta' l-Oppoizzjoni?", "Qed jgħid li fil-liġi għandna nagħmlu xi ħaġa aktar milli qed nagħmlu favur ix- shareholders tal-kumpanniji kollha involuti u ngħidu li l-bearer shares tal- Maltacom se nagħtuhom xi ħaġa oħra?", "X'se nagħtuhom?", "Jiġifieri jekk għandu proposta x'jagħmel fir-rigward tal-40% shares li nbiegħu fi żmienu lil nies li ma nafux min huma, jagħmilha.", "Ma nafx x'irid jagħtihom għax qed nagħtuhom kumpens.", "Issa jekk iħossu li l-kumpens m'huwiex adegwat, allura jikkontestawh.", "Imma hawnhekk qed nagħtuhom quid pro quo, l-exchange ta' drittijiet ma' drittijiet.", "Qed neħdulhom drittijiet u nagħtuhom drittijiet oħra.", "Ħalli nkunu ċari.", "L-argument li qajjem dalgħodu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien li lil dawn li xtraw l-40% tax-shares li ma nafux min huma l-owners tagħhom - issa jista' jkun li hemm biċċiet minnhom li llum nafu għax saru xi trasferimenti – nagħtuhom xi drittijiet differenti milli qed nagħtu lil ħaddieħor f'din il-liġi.", "Jekk inhu hekk jagħmel proposta.", "Dan il-gvern ma jaqbilx magħha assolutament għal ħafna raġunijiet.", "L-ewwelnett għar-raġuni li ma nistgħux niddistingwu bejn shareholders u oħrajn.", "Aħna qed ngħidu li jekk hemm xi dritt ta' kumpens għax qed inneħħu d-drittijiet, dan huwa bbilanċjat bi drittijiet ġodda li se nagħtuhom.", "Issa jekk irid jagħmel proposta għandu jkun ċar u mhux noqogħdu nargumentaw bil-legaliżmi.", "Jien bħala avukat ma naqbilx miegħu lanqas mil- lat legali kif qed jispjegah, assolutament ma naqbilx miegħu.", "Imma jekk irid isostni dan l-argument jasal għall-konklużjoni u jgħid li se jagħmel emenda biex il-40% minority shareholders tal-Maltacom jiġu ttrattati b'mod differenti mix-shareholders li hemm fil-kumpanniji kollha li se nneħħulhom il-monopolju.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, diġà saru l-9.45 a.m. u jekk il-Prim Ministru ġie biex iħawwad u jitlef iż-żmien affari tiegħu.", "Għax dan m'huwiex mod kif nitkellmu hawn ġew!", "Jekk il-Prim Ministru ma ndunax, jien kont qed nipprova nikkjarifika dan il-punt.", "Il-bieraħ kellna claim - u reġa' għamilha llum l-Onor.", "Gatt - li subartiklu 44(6) ma japplikax għax- shareholders privati tal-Maltacom.", "Konna qed nipprovaw niċċaraw dan il- punt.", "Hemm xi ħaġa ta' barra minn hawn fiha din?", "U qed nipprova nispjega għaliex subartiklu 44(6) għandu japplika u qiegħed japplika għall-minority shareholders tal-Maltacom.", "(Interruzzjonijiet) Il-Prim Ministru għandu jkun qed jgħix fis-sħab!", "Ippermettili issa għax int tant tipperora li tgħid il-ħmerijiet!", "Il-punt huwa li kif qiegħed miktub subartiklu 44(6), in kwantu għall- kumpanniji, ta' min jiddiskutiha wkoll għax wara kollox tiftaħ l-idea għal ċerti affarijiet oħra anke vis-à-vis ċerti bidliet li jridu jsiru wara l- elezzjoni li ġejja jekk se nimxu dik it-triq.", "U naħseb hija perikoluża dik it-triq ħa nkun ċar magħkom.", "Imma jekk qed napplikawha wkoll - u naħseb li tiġi interpretata hekk u għandha tiġi interpretata hekk - kif inhi miktuba \"any person who loses any exclusive privilege\" li konna għamilnieha \"exclusive right\", dik ma tistax teskludiha mix-shareholders minoritarji tal-Maltacom għax għandhom share f'dak l-exclusive right permezz ta' kuntratt tal-ftehim li kellhom mal-gvern.", "U din ma tapplikax għal tal- Vodafone.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiġifieri l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-argument tiegħu kuntent bil-formolazzjoni tal-liġi kif inhi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ejja nagħmlu l-affarijiet ċari u ma noqogħdux inħawdu l-biegħa.", "Għandu xi interess il-Prim Ministru li jħawwad il-biegħa?", "Hekk qed neħodha jien li jrid iħawwad il-biegħa.", "Jiena bħalissa qed nipprova niddetermina għal min japplika subartiklu 44(6).", "Jekk irid iħawwad il- biegħa l-Prim Ministru jagħmel hekk, imma mbagħad ma jiġix jakkużana li qed naħlu l-ħin!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, l-assigurazzjoni li għandi mil-legal drafters tagħna hija li t-terminu \"any person who loses any exclusive privilege in pursuance of this section\" tirriferi għal min kellu l- exclusive privilege.", "Shareholder f'kumpannija li kellha exclusive privilege m'għandux dak l-exclusive privilege.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux shareholder li għandu x-shares f'kumpannija li kellha exclusive privilege, shareholder li xtara x-shares tiegħu on the basis of the exclusive privilege.", "Dik kienet il-mistoqsija.", "U dik għandhom jirrispondu l-advisors tiegħek.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien ma nafx jekk il-malintiż li qed ikun hemm huwiex dwar il- kliem \"any person\".", "Legalment il-kelma \"person\" tintuża b'mod ġenerali mhux bħala persuna fiżika.", "Fil-liġi anke meta trid tirriferi għal kumpannija ma tgħidx \"any company\" tgħid \"any person\".", "L-assigurazzjoni li għandi min-naħa tal-legal drafters tagħna hija li fejn hemm \"any person who loses any exclusive privilege in pursuance of this section\" qed nirriferu għat-tliet kumpanniji involuti, mhux qed nirriferu għax-shareholders.", "Issa jien ikolli noqgħod fuq dan il-parir li ngħata, għax għalhekk għandna l- legal drafters u l-esperti.", "Ladarba għandi din l-assigurazzjoni li din is- section tirriferi għall-kumpanniji, m'aħna qed immissu bl-ebda mod kwalunkwe dritt li jista' jkollhom il-private shareholders.", "Jiena ngħid li m'għandhomx, taf.", "Il-pożizzjoni li kellhom qabel ma bdejna niddiskutu din il-liġi u l-pożizzjoni li għandhom sal-ġurnata meta napprovaw din il-liġi, se tibqa' l-istess l-għada li napprovawha.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri hawnhekk il-liġi qed tgħid li section 37 tal-Kostituzzjoni m'hijiex applicable għal dan il-każ.", "Spjega ftit dan il- punt għax tajjeb li nkunu ċari fuqu issa.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hawnhekk qed nużaw il-każ li tipprevedi section 37 fejn il-parlament jiddikjara li t-teħid ta' dan il-privileġġ ikun sar in the national interest, każ speċjali, u allura qiegħed jistabilixxi l- kriterji tal-kumpens.", "Immorru għan-normalità.", "In-normalità hija li section 37 tgħidlek li kulħadd għandu dritt għall-kumpens jekk il-gvern jesproprja xi ħaġa.", "Fin-normalità l-gvern ma jistabilixxix il-kumpens hu imma lanqas jiġi stabilit mill-qrati stess jew issir offerta.", "B'mod eċċezzjonali l-parlament, f'każi speċjali li hu jkun iddikjara li huma fl- interess nazzjonali, jistabilixxi l-metodu tal-kumpens x'għandu jkun.", "U allura qed nużaw dik is-section biex ngħidu li fl-opinjoni ta' dan il- parlament, dan huwa l-kriterju li għandu jkun, cioe' it-teħid tal-privileġġ kontra l-għoti mill-ġdid tad-drittijiet jikkumpensaw lil xulxin.", "Fi kliem ieħor mhux qed ngħidu li section 37 m'hijiex applikabbli, però għal section 37, billi din hija a special case in the national interest, il- metodu tal-kumpens qiegħed jiġi kkalkolat b'dan il-mod.", "Dan ma jfissirx illi xi ħadd li għandu dritt ma jistax jikkontesta quddiem il-qorti u l- qorti tgħid li hi ma taqbilx li dan huwa metodu ġust ta' kumpens u allura tirriferi dak li qal il-parlament.", "Jiġifieri l-qorti xorta tista' ddur fuq dan il-parlament u tgħid: Għalija tant hemm żbilanċ - jiġi pprovat l- iżbilanċ kbir bejn waħda u oħra - li mhux se noqgħod fuq dak li qal il- parlament u se nikkalkula l-kumpens tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa minn fejn joħorġu l-kriterji li kkonsidra u adotta l-parlament fuq din il-ħaġa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk tibda taqra mill-bidu din tgħid hekk:", "\"In any event, any person who loses any exclusive privilege in pursuance of this section shall be deemed, even for the purposes of the proviso to subsection (1) of section 37 of the Constitution ...\"", "- li huwa tal-kumpens -", "\"... of the if the said section 37 were applicable, to have been adequately compensated for any such loss by the acquisition of the opportunity to provide telecommunications services and operate telecommunications systems under the conditions as are provided for in this Act ...\"", "It-tneħħija tal-privileġġ esklużiv kontra \"adequately compensated by the acquisition of the opportunity to provide telecommunications services ...\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri hemmhekk qed ngħidu li l-Ewwel Skeda tat- Telecommunications (Regulation) Act 1997, kif proposta f'partita 13 ta' din l-iskeda, tinkorpora l-kriterji.", "Qed nifhem tajjeb jiena?", "Issa ma jidhirlekx li dan huwa mod arbitrarju kif nimxu?", "Fi żmien fejn se jkollna u hemm diġà numru kbir ta' private public partnerships u anke numru kbir ta' privatizzazzjonijiet, wieħed jista' joħroġ bit-teorija li juża din is- section.", "Naħseb li hija fattibbli ħafna.", "Ħu, per eżempju, l-HSBC hawn Malta; il-gvern ikun iqis li fl-interess nazzjonali l-profil tagħha hawn Malta jrid jinbidel, allura l-ewwel jibda negozjati jew jitkellem ma' l- HSBC, jasal għal ċerti kriterji - il-bieraħ sirna nafu li ma kenux maqbula l-kriterji li qegħdin fil-First Schedule - u jinvoka din il-klawsola biex jimxi 'l quddiem.", "Ma taħsibx li dan m'huwiex metodu tajjeb?", "Għax jekk se nużaw din it-triq, tista' tintuża f'diversi każi, fosthom fil-proġett tal- Kottonera, jekk ċerti affarijiet jiżgarraw.", "Dan il-metodu jista' jintuża f'ċerti privatizzazzjonijiet li saru, jiġifieri jiġu stabiliti kriterji bħal dawn fi skeda bħalma qrajna l-bieraħ li hija soġġettiva.", "U meta tlabna anke għal dettalji tekniċi u finanzjarji bħala parlament dawn ma ngħatawx.", "Jien l-ewwel wieħed m'iniex sodisfatt bl- Ewwel Skeda, kif proposta f'partita 13.", "Hija miktuba tajjeb imma ma joħorġux kriterji oġġettivi minnha, anzi joħorġu ċerti kriterji soġġettivi li meta tlabna biex ikollna ċerti spjegi tekniċi tagħhom, il-Ministru Dalli qalilna ċar u tond li ma jistgħux jingħataw għaliex skond hu - ma naqbilx miegħu imma hekk qal - l-affarijiet jinbidlu mil-lum għal għada.", "U din trid tkun on record li qal hekk bħala spjega ta' l-iskeda.", "Din it-tip ta' approach ma nafx li ntużat drabi oħra ħlief fil-każ ta' xi proprjetà tal-knisja - u għandu jkun il-qorti kienet kissritha, hux hekk - u fil-każ tan-National Bank.", "Jiġifieri din it-tielet darba li ntużat.", "Il- punt tiegħi huwa dan: Din it-tip ta' approach m'hijiex qed tiftaħ tieqa ġdida għall-arbitrarjetà f'dan il-kuntest li qed insemmu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif qal sew din hija t-tielet darba, almenu li naf jien, li qed tiġi wżata din it-tip ta' formola.", "L-ewwel darbtejn intużat b'mod goff ħafna u f'każ minnhom twaqqgħet għal kollox mill-qorti.", "F'dan il-każ ma naqbilx ma' l-interpretazzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena naħseb li l-bilanċ li wieħed irid isib huwa fejn sejjer dan il-pajjiż u x'tip ta' sistema ta' telekomunikazzjoni rridu bħala pajjiż.", "Jiena nemmen li l-opportunitajiet illi qed jingħataw illum għall-players eżistenti huma ħafna akbar mill-invested interest li għandhom huma diġà hemmhekk.", "Kieku t- tliet kumpanniji separati jibqgħu jinvestu l-interess li għandhom mingħajr ma jħarsu lejn l-opportunitajiet ġodda, jiena personalment - nista' nkun żbaljat għax wara kollox dawn huma opinjonijiet - nemmen li ftit li xejn kellhom futur.", "Jekk neħduha fuq bażi nazzjonali, pajjiżna żgur li ma setax jibqa' marbut ma' dan il-monopolju.", "Konna qed nitilfu u qegħdin nitilfu opportunitajiet enormi.", "Biss biss - insa l-fixed telephony li hija a dying breed illum - l-opportunitajiet li tlifna s'issa f'dak li għandu x'jaqsam ma' international gateways, ISP's u call back systems, li kollha konna impeduti milli nagħmluhom jew minħabba tariffi għoljin, jew minħabba l- monopolji jew inkella minħabba nuqqas ta' investiment dirett u nuqqas ta' kompetizzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi dan kollu qed ixekkel l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Fuq l-Ewwel Skeda tista' taqbel jew ma taqbilx perfettament għaliex, kif qal sew il-Ministru Dalli l-bieraħ, din m'hijiex kwestjoni li you can draw a balance sheet għaliex l-assunzjonijiet li qed isiru llum qed jispiċċaw li within six months jinbidlu kollha.", "Il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel rimarka li ma qbilt magħha xejn.", "Qal li hemm separazzjoni finanzjarja bejn is-setturi tal-telecommunications u tal-computer companies.", "Illum is-serparazzjoni finanzjarja ilha li spiċċat totalment.", "Jekk inti tara min huma x-shareholders tal-Yahoo issib li huma kważi kollha telephone companies.", "Jekk tara min huma x-shareholders tal-major search engines li ġew żviluppati ssib li huma kważi kollha telephone companies.", "Illum hawn interfacing totali bejn min erba' snin ilu kien qiegħed fuq fixed telephony biss u llum qiegħed in a big way fis-software production min-naħa tal-computers.", "Bil-kontra ssib min beda minn Silicone Valley u llum daħal fuq il-mobile telephony as a means of delivering computer software.", "Illum x'differenza hemm per eżempju fil-carriers?", "L-ASDL huwa sistema to carry computer networks però it is provided by fixed telephony companies.", "Jiġifieri the integration has become so big that it is unimmaginable what is happening.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu analisi tajba ħafna dwar ir-raġuni li fallew it-dot com companies, eċċ., però mbagħad trid tirrealizza li llum id- differenza finanzjarja bejn id-dot com companies u t-telecommunications spiċċat assolutament għaliex wasalna fis-sitwazzjoni fejn fixed telephone, mobile telephone jew computer are delivering one and the same product and we will end up bi tlieta delivering l-istess affarijiet.", "U l-qabża li jmiss hija kif it-television companies se jintegraw dawn it-tlieta.", "U hawnhekk imbagħad ġej ir-raiding il-kbir 'il quddiem.", "Għalhekk f'din is- sitwazzjoni jien ngħid li l-first schedule ma tista' qatt tkun u naħseb li ebda pajjiż ma qatt kellu - għalkemm m'iniex xi espert - sitwazzjoni fejn seta' jgħid fejn se jkun wasal preċiżament tliet snin oħra.", "Jien nista' nantiċipa li within five years bil-ftuħ tas-suq, il-BT se tkun hawnhekk.", "Dawn il-predictions tista' tagħmilhom però l-assunzjonijiet tant se jkunu kbar li jekk inti tgħid: Jekk inneħħi l-monopolju l-business se jonqosli 50% jew iżidli 50%?", "Tista' tagħmilha biex tkun għamiltha, imma fejn tasal fil-verità?", "Għall-punt li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li hawn qed indaħħlu kriterju li m'huwiex oġġettiv, jien ngħid iva, hemm element qawwi ta' soġġettività.", "Però bilfors irid ikun hemm dak l-element u ma tistax tevitah għax il-futur is being worked out day by day.", "Hemm min jgħidlek li sa tliet snin oħra kulħadd se jkollu jdaħħal chip ma' widnejh u ma jkollux bżonn telephone.", "Din kienet miktuba f'waħda mill-journals speċjalizzati.", "Temmen li se ssir?", "Ma nafx!", "Jiena ngħid li Allaħares jiġri hekk għax nispiċċaw veru robots imbagħad.", "Imma teknoloġikament apparentement tista' ssir.", "Jiġifieri kif tista' taħseb għal din il-ħaġa fi studju li tgħid fejn se tasal erba' jew ħames snin oħra?", "Għalhekk ngħid li veru li l-Ewwel Skeda hija soġġettiva, però mbagħad ma ngħidx li hija xi ħaġa ħażina - u din il-qabża li ma nagħmilx jien - li qed nużaw dan il-metodu li tagħtina l-Kostituzzjoni għat-tielet darba f'dan il- pajjiż.", "Ma naħsibx.", "L-importanti li ma nużawhx ta' spiss, li ma nabbużawx minn dak id-dritt.", "U naħseb il-fatt li mill-1987 'l hawn, jiġifieri fi 13- il sena, huwa l-ewwel darba li qed jintuża minn dan il-gvern, qed jintuża f'każ fejn żgur kulħadd jaqbel li huwa neċessarju għall-pajjiż, u qed jintuża f'kuntest fejn veru qed jittieħdu drittijiet però qed jingħataw opportunitajiet oħra, allura l-konklużjoni tiegħi hija li hemm ġustifikazzjoni poltika qawwija għaliex għandu jkun użat.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwelnett nibqa' nsostni d-distinzjoni li għamilt il-bieraħ dwar il-financing tal-kumpanniji dot com vis-à-vis kumpanniji tat- telecommunications.", "Veru l-interfacing li hemm huwa qawwi, imma l- financing tad-dot com companies, speċjalment fil-US, m'għandha x'taqsam xejn mal-financing tal-kumpanniji tat-telecommunications il-kbar.", "Dawn, inklużi l-major players li għandna Malta, għandhom ċertu ammont ta' investiment u infrastruttura materjali li minnhom tiġġenera cashflow li ħafna mid-dot com companies li spiċċaw downflated – if that's the word - ma kellhomx għax kienu qed jgħixu fuq capital gains expectations qawwija li ma jistgħux jirriżultaw, apparti mill-fatt li l-capital base tagħhom hija ħafna aktar baxxa minn tat-telecommunications companies il-kbar.", "Il- projections jistgħu jsiru fil-każ tat-telecommunications companies il-kbar, minkejja li l-ambjent dejjem jinbidel kif qal il-Ministru Gatt.", "Meta t- Telefonika ta' Spanja pprovat tagħmel relationship ġdida ma' l-Olandiżi - li twaqqfet imbagħad mill-Gvern Olandiż minħabba l-exclusive rights li għandu l-Gvern Spanjol fit-telefonika – hemmhekk il-projections ta' kif jinħadmu l-affarijiet kienu totali.", "U l-istess ġara meta kien hemm il- battalja fit-telecommunications Taljana ftit ilu!", "Il-bankiera finanzjarji għalhekk jitħallsu dawk il-commissions - li ftit ilu skandalizza ruħu l- gvern vis-à-vis kif jaħdmu - għax ikollhom analisti li jipproġettaw ċerti affarijiet.", "Issa tgħidli li wara sentejn jinbidel kollox.", "Forsi jinbidel kollox imma hemm ikunu ċerti kriterji li jdawlu d-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Issa x'għandna quddiemna bħalissa?", "Għandna quddiemna xi ħaġa li rriżultat il-bieraħ, għallinqas għalija, li m'hemmx ftehim fuq dan il-framework.", "Għax idealment ikun hemm ftehim fuq framework bħal dan.", "Jekk l-istess gvern ta monopolju tmien snin ilu għall- mobile telephony u seba' snin ilu jew aktar għall-cable television, u issa jrid ineħħihom b'dan il-framework, ovvjament l-ideali tkun li jkun hemm ftehim.", "La m'hemmx ftehim ifisser li l-framework ippreżentat bil-mod soġġettiv tiegħu fl-Ewwel Skeda m'huwiex aċċettabbli għalihom.", "Mela hemm diġà problema.", "Issa l-argument huwa dan: Il-fatt li qed indaħħluh b'dan il-mod, dan għalija jiftaħ preċedent għax in terms ta' xi ħaġa mogħtija mill-istess gvern biex tinbidel.", "Fil-każ tan-National Bank kien hemm run fuq il-bank.", "Naf li hemm kontroversja jekk kenitx run veru jew le, imma dawk affarijiet ta' l-istorja u hemm evidenza ċara dwar x'ġara; fil-każ tal- Knisja kienet xi ħaġa mhux kummerċjali għax mhix f'kontest ta' aġir jew ta' regolamentazzjoni kummerċjali.", "Apparti min-National Bank, dan huwa l-ewwel każ, imma f'kuntest differenti, fejn drittijiet mogħtija lill-privat qed jittieħdu lura mill- gvern jew qed jiġu mibdula mill-gvern u l-mistoqsija tiegħi hija din allura: Nistgħu ngħaddu mingħajru dan l-artiklu?", "Għax jekk il-gvern għandu żball wieħed jista' jikkontestah fil-qorti, u bl-istess mod, biha u mingħajrha x'qed jieħu l-gvern?", "Tinsiex li qed nitkellmu fuq proprjetà privata issa.", "Issa forsi tgħidli li l-proprjetà privata m'hijiex sagra.", "Ovvja, jien l-aktar wieħed li naqbel magħha ħaġa bħal din!", "Imma minkejja l- bidliet kollha li qed jissemmew, hija ġustifikazzjoni biżżejjed li ndaħħlu artiklu bħal dan mingħajr ma nħalluh miftuħ.", "Ejja nagħmlu mod li nneħħuh dan l-artiklu, x'se tkun id-differenza?", "Id-differenza tkun li dawn jistgħu jagħmlu kawża lill-gvern u l-gvern jitlifha għax section 37 ma tkunx ġiet invokata fil-liġi?", "Jien ma nistax naraha din lanqas.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett mhux qed nitkellmu fuq proprjetà privata imma qed nitkellmu fuq dritt mogħti mill-gvern li qed jieħdu lura.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk tippermettili, għalija proprjetà privata hija kull ħaġa li tista' teżerċita biex iżżidlek il-capital base tiegħek.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Legalment le.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma fir-realtà hekk.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, popularly speaking hija proprjetà privata.", "Id- domanda kienet għaliex qed issir hawnhekk u għaliex ma nħalluhiex kollha barra.", "L-ewwelnett b'dan l-artiklu m'aħna qed nippreġudikaw xejn lill- privat għax jekk dan huwa artiklu ħażin il-qorti tista' tgħid li dan m'huwiex ġust, allura tinjorah biex tikkalkula kumpens.", "Jiġifieri m'hu qed nippreġudikaw xejn lil ħadd.", "Però b'dan l-artiklu qed niżguraw li jekk il- qorti tiġi biex tikkalkula hi l-kumpens, trid bilfors tieħu in konsiderazzjoni dak li qed jingħata ġdid lill-kumpanniji għaliex inkella we run the risk li ssir kawża għall-kumpens u billi t-talba tkun biex jingħata kumpens għal dak li ttieħed lill-persuna, il-qorti ma ddaħalx in konsiderazzjoni dak li ngħatat.", "Invece b'dan l-artiklu qed niżguraw li dan isir.", "Sempliċi daqshekk.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, ngħaddu issa għal artiklu 45, kif propost f'partita 12 tat-Tieni Skeda li jgħid:", "\"Minkejja l-provvedimenti ta' kull liġi oħra, ikun id-dmir ta' l-awtorità kompetenti li tagħmel b'mod proporzjonat u, wara li tikkonsulta lill- provditur jew provdituri awtorizzati involuti dawk it-tibdiliet ta' kull liċenza lil provditur awtorizzat maħruġa qabel l-1 ta' Marzu 2000 ...\"", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li fil-prattika l-awtorità trid tidħol f'konsultazzjoni ma' l-istess provdituri biex tagħmel xi bidliet għal dawk il-liċenzji li jeżistu,.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naħseb li din trid tinqara ma' dak li se ngħidu aktar tard taħt artiklu 46 fejn qed jingħad li l-ministru se jkun l- awtorità sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Mela effettivament li qed ngħidu f'artiklu 45 huwa li l-ministru se jagħmilhom dawn l-affarijiet, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Le, ma naħsibx li tista' tiġi interpretata b'dan il- mod.", "Jista' jkun li fil-perijodu li jibqa' sa l-aħħar tas-sena jkun il- ministru li jagħmilhom, imma l-possibbiltà li jkun hemm bidliet fil- liċenzji m'hijiex limitata biss sa l-aħħar tas-sena imma hija estiża għall- kumplament taż-żmien.", "To be fair mal-punt li qed iqajjem il-Kap ta' l- Oppożizzjoni forsi huwa veru li l-bidla hi radikali, within inverted commas, bejn il-pożizzjoni eżistenti u l-pożizzjonii kif sejra tkun, se ssir fil-perjodu fejn il-ministru jkun għadu responsabbli, però dak id- dritt jibqa' wkoll kif tispiċċa din is-sena u allura l-awtorità wkoll ikollha dak il-poter.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hija ovvja li wara l-aħħar tas-sena jibqa' jkun hemm xi possibbiltà ta' bidliet, imma nimmaġina li l-brunt tal-bidliet taħt dan l-artiklu li se jsiru fil-bidu ta' l-implimentazzjoni tal-liġi.", "Allura qed ngħidu ipso facto li se jkun il-ministru li jagħmilha.", "Wara din il-liġi kollha li għaddejna tagħmel sens li l-ministru se jispiċċa jkun in charge ta' xi ħaġa bħal din?", "Għax hemmhekk qiegħda l-essenza kollha ta' kif se jsiru l-affarijiet!", "Il-bidla tal-bidu u kif se tiġi mqassma l-bidla tal- bidu.", "Issa jekk se jistaqsini x'nissuġġerixxi, jiena nissuġġerixxi li għallinqas tiġi skrutinata minn xi kumitat tal-kamra meta ssir id- deċiżjoni.", "Mr Chairman, ir-regolatur diġà jeżisti safejn naf jien, allura ma jistax joħroġ dawn it-tibdiliet hu b'direttiva tal-ministru?", "Ir-regolatur innifsu ma jistax jagħmel dan ix-xogħol?", "Jien ma nistax nifhem għaliex qed nerġgħu ndaħħlu lill-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-ministru qiegħed jingħata dan il- poter f'dan l-istadju għaliex, kif diġà għedna, jista' jkun hemm problema biex titwaqqaf l-awtorità peress li ma jinstabux il-persuni mill-ewwel, jew inkella allavolja tkun kostitwita l-awtorità ddum biex teżerċita ċerti poteri ħalli dawn il-bidliet jiġu fis-seħħ, allura f'dak il-każ dawn l- affarijiet jistgħu jsiru bil-poter tal-ministru, limitatament għall- perijodu sa l-aħħar tas-sena.", "U nerġa' nirrepeti li l-poter hawnhekk huwa li l-ministru jġib in line il-bidliet konsegwenzjali minn din il-liġi li għandna quddiemna.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn hemm liċenzja waħda għall-mobile telephony, nafu li suppost toħroġ liċenzja oħra, u aktar ma toħroġ malajr din il-liċenzja aktar aħjar għas-settur kollu kemm hu.", "Għal dan il-għan f'dan il-perijodu se jkun il-ministru li jagħmel il-bidliet indikati biex niġu in line mal-liġi kif emendata.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Taħt il-liġi eżistenti hemm ir-regolatur tat- telecommunications qed jagħmel il-funzjonijiet li jispekkjaw lill-awtorità dwar il-komunikazzjoni, jiġifieri m'hemmx vacuum hemmhekk.", "Safejn naf jien aħna ddiskutejna li jkun hemm a transition period fejn ir-regolatur tat- telecommunications jibqa' in charge hu instead of the authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, diġà kien hawn argument sħiħ u ġibna diversi raġunijiet għaliex f'dan il-perijdou mhux bilfors jibqa' r- regolatur.", "Mhux qed ngħidu li mhux se jkun ir-regolatur imma qed ngħidu li mhux bilfors li jkun hu.", "Anke skond subartiklu 3 (1), kif emendat f'partita 3 ta' din l-iskeda, qed ngħidu li tkun nominata \"persuna\" li tkun responsabbli f'dan il-perijodu.", "U din il-persuna tista' tkun il-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, bir-rispett kollu, din m'hijiex serjetà.", "F'subartiklu 3 (1), kif emendat, qed ngħidu li se nagħmlu persuna jew body biex tkun regolatur sakemm titwaqqaf l-awtorità.", "Huwa veru li jista' jkun il-ministru, imma jekk se jkun il-ministru għaliex ma ngħidux hekk mill- ewwel?", "Għaliex imbagħad iktar 'il quddiem qed indaħħlu transitional provision on top of it fejn ngħidu li jkun il-ministru responsabbli sa l- aħħar tas-sena.", "X'inhi l-logħba?", "L-ewwel qed ngħidu li se nagħmlu persuna li tkun transitional regulator sakemm tidħol l-awtorità, imbagħad ngħidu li sa l-aħħar tas-sena se jkun il-ministru responsabbli.", "Allura jista' jkun il-ministru right through mill-ewwel!", "Ma nistax nifhem x'inhi r-raġuni.", "U ċertament dan se jkun l-aktar żmien delikat.", "Fil-każ jibqa' l-ministru mill-ewwel!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-punti delikati li żgur se jkun hemm sa l-aħħar tas-sena huma l-bidla tal-liċenzji biex naslu għas-sitwazzjoni li rridu skond din il-liġi u f'dan l-istadju l-poter tal-ministru jew min ikun regolatur huwa dak li jġib in line dawn il-bidliet konsegwenzjali għal- liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, allura ma jistax jagħmilha mill-ewwel taħt subartiklu 3(1), kif propost taħt partita 3, li qed insemmu?", "Hemm xi ħaġa li jżomm il-ministru milli jagħmel hekk mill-ewwel?", "Għalfejn l-ewwel joqgħod hu, imbagħad jinnomina lil xi ħaddieħor, imbagħad jagħmel awtorità?", "Juża mill-ewwel dan l-artiklu li ddiskutejna fit-tul diġà.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, naħseb id-distinzjoni li wieħed irid jiġbed hija bejn l-amministrazzjoni ta' kuljum li sakemm tibda taħdem l- awtorità, li għaliha hija intiża dik il-persuna li trid tiġi nominata skond subartiklu 3(1), kif emendat f'partita 3, u d-deċiżjonijiet politiċi ħafna drabi li jridu jittieħdu f'dan il-perijodu li aħna jidhrilna li għandu jeħodhom direttament il-ministru.", "Jiġifieri f'dawn is-sitt xhur sa l-aħħar tas-sena li huma kruċjali, fejn irid isir it-taqlib kollu, jekk ikun hemm deċiżjoni politika li neċessarjament trid tittieħed għandu jerfagħha l- ministru, m'għandhiex terfagħha din il-persuna.", "M'għandniex inkunu f'pożizzjoni fejn ikollna sempliċement amministratur nominat mill-ministru li jiffaċċja ċerti deċiżjonijiet li naħseb jistgħu jkunu iebsin, nidħlu f'ħafna burokrazija u jispiċċaw ma jitteħdux għax il-persuna hija sempliċement nominata, m'għandhiex poteri awtonomi u ndumu għaddejjin.", "B'dak il-mod għandek the political accountability għax il-ministru se jieħu d-deċiżjoni.", "L-importanti huwa li f'dawn is-sitt xhur kruċjali dawn id- deċiżjonijiet jittieħdu.", "Għalhekk daħal il-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, l-ewwelnett f'subartiklu 3(1), kif proposta f'partita 3, il-persuna nominata b'dan il-mod għandha l-poteri kollha mogħtija lilha mil-liġi dwar il-communications authority, jiġifieri dik se tiffunzjona qua regolatur bl-awtonomija tagħha.", "Imma beyond that, il-persuna konċernata trid taħdem skond ir-regolamenti ta' l-awtorità, fis- sens li d-direttivi kif taġixxi jagħtihomla l-ministru.", "Il-Malta Communications Authority Bill li qed niddiskutu jipprovdi li l-ministru joħroġ direttivi lill-awtorità, jiġifieri se joħroġ direttivi anke matul iż- żmien delikat sa l-aħħar tas-sena.", "Bl-ebda mod m'hu se jabdika r- responsabbiltà tiegħu l-ministru.", "Allura l-punt jibqa' li bid-direttivi tiegħu, il-ministru qed jieħu r-responsabbiltà politika xorta waħda, id- deċiżjonijiet qed jimbuttahom xorta waħda, imma għallinqas inżommu ftit koerenza f'dak li qed ngħidu, mhux issa qed naraw li sa l-aħħar tas-sena se jkun il-ministru li jmexxi, allura agħmilha mill-bidu nett u agħmilha għal dejjem.", "Dan huwa l-istess argument tal-bord li konna semmejna aħna fil-bidu għaliex jekk tapplika l-istrutturi ta' l-Att għal dak li se jiġri sa l- aħħar tas-sena b'regolatur jew b'persuna li se tkun qed taħdem fuq bażi tranżitorja, din ukoll trid timxi fuq direttivi li jagħtiha l-ministru bir- responsabilita' politika personali tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, naħseb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu esperjenza personali u jaf li għalkemm fis-sistema tagħna l-ministru jerfa' r-responsabbiltà politika u għandu l-poter li jagħti direttivi lis-civil servants li jaħdmu taħtu, bejn il-ħruġ tad-direttivi u l-attwazzjoni tad- direttivi kultant ikun hemm baħar jaqsam.", "Il-gvern qed jirraġuna li għandna perijodu żgħir ta' sitt xhur fejn huwa kruċjali li jittieħdu ċerti moves.", "Ma rridux nirriskjaw li neħlu fil-burokrazija, allura barra li l- persuna li tiġi nominata taħt subartiklu 3(1) qiegħda hemmhekk biex tagħmel id-day-to-day administration sakemm tinbena l-awtorità, huwa tajjeb li l- ministru jitħallewlu l-poteri biex l-iktar affarijiet kruċjali li jridu jsiru fil-fatt isiru.", "Issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġustament argumenta li wara kollox il- ministru jista' jaqbad joħroġ direttiva u jordna lil ta' taħtu biex jagħmel hekk, hekk u hekk.", "Però naħseb anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jammetti li hemm differenza sostanzjali bejn li tagħmel xi ħaġa int u toħroġ liċenzja int, u li tordna lil xi ħadd joħroġ liċenzja.", "Il-gvern qed jirraġuna li dan huwa perijodu importanti ħafna li rridu neħilsuh malajr kemm jista' jkun.", "Allura għandu jkun il-ministru who is politically accountable hawnhekk għax dan m'hu se jagħmel xejn li ma jiġix ippubblikat, jiġifieri r- review qiegħed hemmhekk u naħseb li għandu jibqa' hemmhekk proprju għal dan il-perijodu li huwa kruċjali.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, allura issa kif se jiġu formolati u skrutinati d-deċiżjonijiet tal-ministru?", "Fl-abbozz ta' liġi għat-twaqqif ta' l-awtorità dwar il-konunikazzjoni għamilna l-proċedura li toħroġ direttiva tal-ministru, l-awtorità toħroġ legal order u tippubblikaha.", "Issa f'dan il-perijodu meta jkun responsabbli l-ministru, x'se jiġri?", "Il- ministru jippubblika legal order, jippubblika d-deċiżjoni tiegħu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, billi l-ministru is going to be empowered to exercise all functions and powers granted by this Act to the authority, prattikament il-ministru jilbes l-istess drittijiet u obbligi ta' l-awtorità.", "Allura fejn hemm obbligu li l-awtorità tippubblika kwalunkwe deċiżjoni, u dik id-deċiżjoni jeħodha l-ministru, huwa wkoll obbligat li jippubblika by legal notice jew b'direttiva kif irranġajna fil- każ ta' l-awtorità.", "Kull obbligu li għandha l-awtorità jrid josservah il- ministru.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, dan iġibna għal subartiklu 46(3), kif propost fit-Tieni Skeda, li jgħid:", "\"Nothing in this section shall be construed as preventing the Authority from exercising the powers and functions granted to it by this Act ...\"", "Jiġifieri aħna qegħdin ngħidu li se jkun hemm awtorità sa l-aħħar ta' Diċembru?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jista' jkun li l-awtorità, anzi wieħed jixtieq li l-awtorità tkun diġà twaqqfet ħafna qabel l-aħħar tas-sena jekk jista' jkun.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, allura se jkun hemm il-ministru qisu awtorità u se jkun hemm l-awtorità qisha awtorità?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fir-realtà jista' jkun hemm l-awtorità bħala awtorità u l-ministru bħala ministru.", "Dan għaliex jista' jkun hemm deċiżjonijiet li joħorġu bħala riżultat dirett tal-bidla li se ġġib din il- liġi li għandna quddiemna, li attwalment l-awtorità, anke jekk tkun kostitwita, ma tasalx biex teħodhom u jkollu jkun il-ministru li jġorr dik ir-responsabbiltà.", "Fil-fatt ftit ilu diġà għamel dan il-punt l-Onor.", "Austin Gatt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, safejn naf jien qed nitkellmu fuq transitory clauses, jiġifieri x'se jiġri sakemm tiġi kostitwita l-awtorità.", "Li l-ministru tagħtih il-fakultajiet li jeżerċita l-poteri tiegħu sakemm tiġi kostitwita l-awtorità nifhimha, imma li jkun hemm fakultà li kemm il- ministru u kemm l-awtorità jibqgħu jaħdmu flimkien, allura wieħed jista' jinterpretaha li l-ministru se jibqa' jkollu l-poteri kollha li kellu qabel waqt li tkun kostitwita l-awtorità.", "Jekk inhu hekk allura ma kienx hemm bżonn li jkollna din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-argument ta' l-Onor.", "Buhagiar tista' tagħtih valur jekk iġebbdu sa l-aħħar ta' din is-sena, se mai, għax il- poter tal-ministru huwa limitat sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Dan l-artiklu huwa intenzjonat biex f'dan il-perijodu, jekk ikun hemm diffikultajiet biex jiġi fis-seħħ dak li hawn f'dan l-Att, ikun il-ministru li jġorr dik ir- reponsabbiltà.", "Mhux qegħdin ngħidu li l-ministru se jibqa' l-awtorità.", "Artiklu 46 jgħid: \"Upon the coming into force of this section and until the 31st December, 2000\", jiġifieri ż-żmien qiegħed limitat b'mod ċar.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, hawnhekk qegħdin ngħidu li se jkun hawn żewġ ċentri ta' awtorità sa l-aħħar tas-sena, il-ministru fuq il-binarju tiegħu u l-awtorità fuq il-binarju tagħha.", "Is this wise?", "Din tagħmel sens?", "Nifhem għaliex qed tqum din, imma l-gvern dieħel f'din it-taħwida għar-raġuni li qed jagħmel il-binarju tal-ministru biex imexxi.", "Jista' jkun hemm il-ministru bil-funzjonijiet kollha ta' l-awtorità u jista' jkun hemm l-awtorità bil-funzjonijiet kollha tagħha.", "X'sens tagħmel din?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, nafu li kull ħaġa li tkun ġdida jkollha numru ta' diffikultajiet biex tibda tingrana kif wieħed ikun jixtieq.", "Għalhekk hawnhekk qegħdin ngħidu li sa l-aħħar tas-sena poter li fin- normalità se jkun poter ta' l-awtorità jista' jkun li fil-perijodu minn meta tidħol fis-seħħ din is-section sa l-aħħar tas-sena jista' jkun li dak il-poter ikun għand il-ministru.", "Jista' jiġri li jkun hemm il-minsitru u concurrently l-awtorita' tkun diġà twaqqfet.", "Din hi l-pożizzjoni li qed nitkellmu fuqha.", "Jista' jkun hemm affarijiet li joħorġu minn din il-liġi li għal xi raġuni jew oħra l-awtorità ma tasalx għal deċiżjoni fuqhom, f'dak il-każ ikun il-ministru li jiddeċiedi dwarhom f'dan il-perjodu limitat.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, safejn naf jien, taħt it- Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997 diġà hemm struttura ta' regolatur, jiġifieri ir-regolamentazzjoni fit-telecommunications mhix xi ħaġa li se tibda from scratch.", "Il-punt kollu huwa li r-regolatur anke taħt din il-liġi ta' l-1997 diġà qed jagħmel il-funzjoni ta' awtorità.", "Il-liġi tipprovdi l-miżuri kollha biex ir-regolatur eżistenti jservi ta' awtorità għar-regolamentazzjoni fit-telecommunications.", "Issa ma nafx jekk hemmx il- punt li trid li jkollok mano in pasta diretta bħala ministru biex tgħaġġel l-affarijiet, għalkemm jien naraha ftit abbużiva bħala approach, ħalli nkun straight.", "Għaliex l-ewwel noqogħdu nagħmlu awtorità biex ikollna taparsi struttura awtonoma u fl-aktar żmien li huwa kruċjali l-ministru jidħol in line minnufih ħalli jkun jista' jwettaq l-affarijiet.", "Imma apparti minn hekk, l-istruttura ta' regolatur diġà teżisti, jiġifieri se jkollok two powers hemmhekk.", "In the meantime meta l-ministru qiegħed jieħu over, ir- regolatur eżistenti se jispiċċa, x'se jiġrilu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jekk wieħed jerġa' jmur għal artiklu 3, kif emendata b'partita 3, li saret riferenza għalih mill-ġdid dalgħodu, jidher ċar li se tispiċċa l-istruttura ta' regolatur kif inhi llum.", "Sfortunatament din l-istruttura hija magħmula minn persuna waħda in real terms, però din se tispiċċa, għalkemm ħadd ma eskluda l-possibbiltà li jkun l-istess persuna meta tkellimna dwar dan il-punt.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, il-punt mhuwiex jekk tispiċċax jew le legalment.", "L-istruttura hemm qiegħda, il-files hemm qegħdin, jiġifieri jista' jkun l-istess regolatur jew xi ħadd ieħor li jiġi nominat awtomatikament malli tidħol il-liġi.", "Tista' ma tħassarx l-artiklu dwar ir- regolatur tal-liġi l-antika u żżommha għaddejja in which case dak ir- regolatur l-antik jibqa' l-awtorità għall-purposes tal-communications authority.", "Hemmhekk diġà għandek ipso facto struttura eżistenti u fuqha se tagħmel stuttura oħra, jiġifieri se jkun hemm żewġ strutturi għaddejjin.", "Naħseb trid tgħid li għallinqas matul dak iż-żmien ikun responsabbli l- ministru unikament u mhux ikollok tnejn f'daqqa.", "Qed nargumenta bil-maqlub issa!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, wara li kkonsultajna ftit sibna li l- ħsieb wara artiklu 3 kien li, għalkemm tiġi appuntata l-awtorità, jista' jkun li f'dan il-perijodu xorta jkunu għaddejjin in-negozjati mal-licence holders preżenti.", "U l-gvern jidhirlu li n-negozjati vis-à-vis licence holders u variations li għandhom joħorġu mil-liċenzji m'għandhomx jitħallew f'idejn l-awtorità, imma għandhom jibqgħu f'idejn il-gvern.", "Allura qed tiġi suġġerita emenda għal artiklu 3 fejn bejn wieħed u ieħor se ngħidu li:", "\"upon the appointment of the authority the powers of the Minister under this section shall lapse, with the exception of negotiations with current licence holders and consequent variations to existing licences as a result of those negotiations.\"", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-fatt nista' ngħaddi għal subartiklu 45(1), kif propost f'partita 12, li kont diġà spjegajt il-kontenut tiegħu u b'dak li qal l-Onor.", "Gatt, naħseb il-pożizzjoni issa hija aktar ċara.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, hija iktar ċara fis-sens li subartiklu 45(1) jirriferi għall-\"ministru\" kif ġew l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, iktar jirriferi għal \"person\" għax subartiklu 3(1), kif propost f'partita 3(2), jgħid: \"The Minister shall nominate a person or body to be the competent authority for the purposes of this Act\" u subartiklu 45(1) qed isemmi wkoll \"competent authoirty\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'iniex qed nikkontesta t-terminoloġija imma qed ngħid li in reality se jkun il-ministru li jieħu r-responsabbiltà taħt section 45 in view of section 46 għax l-iktar affarijiet importanti, let's face it, se jiġru fl-ewwel xhur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, nerġa' nirripeti l-punt li kont għamilt iktar kmieni, fis-sens li huwa veru li l-ikbar bidliet radikali se jseħħu fil-bidu, però mbagħad ikun hemm bidliet oħrajn li jistgħu jseħħu anytime u dawk ma jkunx il-ministru li jagħmilhom imma l-awtorità.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, point taken, imma l-punt tiegħi huwa li the brunt of the changes tal-bidu se jmexxihom il-ministru u n-naħa tal- gvern issa anke insistiet li politikament hemm bżonn li jkun il-ministru li jmexxihom minħabba raġunijiet ta' direzzjoni.", "Issa l-mistoqsija li tqum hawnhekk hija dwar l-iskrutinju għax meta għandek awtorità li qed tmexxi l- affarijiet suppost hemm iċ-checks and balances tagħha, u l-uniku skrutinju li se jibqa' fuq section 45 se jkun li l-ministru joħroġ legal notice, tasal hawn u l-parlament kulma jista' jagħmel huwa sempliċement li jagħmel mozzjoni ta' 30 ġurnata.", "Jien inħoss li għandu jkun hemm xi forma ta' audit jew skrutinju u allura nissuġġerixxi li għallinqas il-ministru għandu jirrapporta d-deċiżjonijiet tiegħu, per eżempju, lill-PAC.", "Imbagħad f'termini ta' seduta - ħalli ħadd ma jgħid li se nagħmlu xi 30 seduta fuqha - ikunu informati dwar ir- raġunijiet għad-deċiżjonijiet tal-ministru, aktar u aktar peress li dan huwa kollokat ma' property rights jew privileġġi.", "Irid ikun hemm xi forma ta' skrutinju f'dak l-istadju għax inkella se nispiċċaw li toħroġ il-legal notice u l-unika azzjoni li tista' tieħu hija li ttellagħha għad- diskussjoni fil-parlament li tispiċċa a gala performance aktar minn ħaġa oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, jiddispjaċini li din id-darba ma naqbel xejn mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Section 45 qed tirregola l-probabbiltà jekk mhux iċ-ċertezza ta' varjazzjonijiet ta' liċenzji eżistenti.", "Kif qal sew il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-gvern irid li sakemm naslu għal dawn il- varjazzjonijiet ikun il-ministru li qed jippilota n-negozjati li jieħu d- deċiżjonijiet finali dwar il-liberalizzazzjoni.", "Dawn mhumiex deċiżjonijiet li jispettaw il-parlament imma huma deċiżjonijiet ta' l-eżekuttiv, niente piu' niente meno.", "Il-gvern jerfa' r-responsabbiltà għalihom, jippubblika l- legal notices għax irid jippubblikahom, u hemmhekk hemm opportunità jekk irid dan il-parlament li jiddibatti dik il-legal notice.", "Però d- deċiżjoniiet fuq in-negozjati, li jridu jkunu ovvjament within the framework ta' din il-liġi, jeħodhom l-eżekuttiv u jrid jeħodhom bir- responsabbiltà kollha li għandu hu bħala gvern.", "Mr Chairman, f'din il-kwestjoni m'hemm l-ebda relazzjoni assolutament mal- PAC għax dan il-kumitat jara l-infiq tal-gvern.", "Ma nara l-ebda relazzjoni lanqas mal-Kamra nnifisha.", "Naħseb huwa ċar ħafna li dawn huma deċiżjonijiet ta' l-eżekuttiv biss u hemm ir-responsabbiltà politika li trid terfa' magħhom.", "Mhijiex deċiżjoni ta' amministrazzjoni li għandha tkun soġġetta għall-iskrutinju parlamentari.", "Fl-aħħar mill-aħħar kollox nisgħtu nġibu fil-parlament, però żgur li fis-sistema amministrattiva tagħna d-deċiżjoni dwar kif se tiġi varjata liċenzja partikolari eżistenti, wara negozjati bejn gvern u licence holder, hija eżempju ċar ta' kwestjoni ta' amministrazzjoni.", "Meta ħarġu l-liċenzji oriġinali ġejna l-parlament?", "Lanqas il-liċenzji oriġinali ma ħarġu mill-parlament.", "Jiġifieri ma nistax nifhem kif varjazzjoni ta' liċenzja diġà eżistenti li ma ħarġitx mill- parlment għandha tiġi l-parlament.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, huwa ovvju minn fejn toħroġ ir-raġuni.", "Għamilna dan iż-żmien kollu biex noħolqu struttura li biha jkun hemm it- trasparenza sħiħa u l-iskrutinju pubbliku sħiħ dwar kif jittieħdu ċerti deċiżjonijiet f'dan il-qasam, preċiżament dwar varjazzjonijiet ta' liċenzji u dwar liċenzji ġodda li jridu jinħarġu.", "Mela għamilna dan ix-xogħol kollu biex noħolqu din l-istruttura biex ikollna dawn iċ-checks and balances u jkun hemm ċertu sens ta' trasparenza u ta' trust, u issa għall-iktar biċċa importanti u kruċjali, fejn se jittieħdu l-iktar deċiżjonijiet iebsin, hemmhekk ninsew kollox u l-ministru jiddeċiedi hu.", "Hemmhekk huwa proprju l- punt fejn irid ikun hemm il-bilanċ f'din il-kwestjoni.", "Jien semmejt li d- deċiżjoni tmur quddiem kumitat, u jekk hemm bżonn jista' jkun kumitat ad hoc.", "Dan huwa s-sens tagħha, allura għalfejn għamilna dan ix-xogħol kollu?", "Jekk l-aktar ħaġa importanti tal-bidu jagħmilha l-ministru, allura l- ministru jista' jagħmel kollox kif għedna mill-bidu nett.", "U għalhekk imbagħad il-parlament għandu jingħata ċ-ċans, jekk mhux ta' skrutinju għallinqas ta' spjega biex ikun hemm accountability, għax l-unika ħaġa li hemm hija li toħroġ legal notice u dan il-parlament jagħmel mozzjoni fuqha, li fl-opinjoni tiegħi mhux il-mod idoneu.", "Minn hemm joħroġ il-punt kollu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, l-ewwelnett il-ministru jrid jieħu d- deċiżjonijiet tiegħu fil-parametri tal-liġi li ġiet diskussa fil-parlament.", "Hawnhekk huwa limitatissimu l-poter tiegħu, għax hija kwestjoni ta' liċenzji diġà eżistenti u l-varjazzjonijiet tagħhom li huma arġinati fil- parametri li għandna hawnhekk.", "Però iktar minn hekk, aħna ma pprovdejna mkien li meta jkun hemm l-awtorità u toħroġ liċenzji ġodda niddiskutuhom f'dan il-parlament.", "L-awtorità toħroġhom u tippubblikahom.", "L-istess se jagħmel il-ministru, se jbiddel il-liċenzji eżistenti u se jippubblikahom.", "Jekk se jippubblika l-liċenzji u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra nistgħu nagħmlu dibattitu fuqhom.", "Imma Allaħares issa niġu fis-sitwazzjoni fejn azzjoni purament inherently executive, bħalma hija l-ħruġ ta' liċenzja, tibda tkun soġġetta għal dibattitu parlamentari.", "Din hija l-quibus kollu, qed nipprovdu għall-pubbliċità.", "Il-ministru permezz tal-pubbliċità se jkun soġġett għall-kritika pubblika parlamentari ta' l-att eżekuttiv li huwa għandu.", "Naħseb li din hija s-sitwazzjoni ġusta kif għandha tkun.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, ħalli nagħti analoġija għal dak li rrid ngħid.", "Qabel twaqqfet il-planning authority kien hawn sistema f'dan il- parlament li kull kwestjoni dwar boundaries, x'jista' jinbena u ma jinbeniex, titla' quddiem il-parlament u kien jiddeċidihom hu dawk l- affarijiet li huma affarijiet eżekuttivi.", "Meta daħal il-planning authority, l-argument kien li issa hemm struttura trasparenti li qed taħdem - u naħseb kien korrett f'dan is-sens -u l-paralment m'għandux għalfejn jidħol f'dawn l-affarijiet.", "Jien inħoss li dak li għamilna b'din l-awtorità hija l-istess ħaġa, li stabilixxejna l-ground rules ta' kif jingħataw ċerti liċenzji, ta' kif jitmexxew ċerti affarijiet ta' regolamentazzjoni fil-qasam tat- telecommunications, imma mbagħad il-bidu tagħha li hija l-iktar parti importanti - mhux imbilli jgħid l-Onor.", "Gatt, bir-rispett kollu - għax hemmhekk l-iktar li jista' jinqala' taħwid jew mistoqsijiet, eskludejnieha barra minn dan il-proċess kollu.", "Allura l-punt huwa li ladarba l-parlament qiegħed jgħid li għandna nimxu b'dan il-mod trasparenti permezz ta' awtorità u taħt dawn ir-regoli li ddiskutejna tul dawn is-seduti kollha, kif imbagħad ninjoraw l-importanza ta' l-ewwel saff meta qed niddelegaw 100% lill-ministru u ma neħdux prekawzjoni biex it-trasparenza li qed nassiguraw as of 1st January 2001 tapplika wkoll għal din is-sena?", "Għaliex m'għandniex nipprevedu f'dan il-punt xi forma ta' struttura ta' skrutinju?", "Li tagħmel legal notice u allura tikkontesta l-legal notice fl-opinjoni tiegħi mhijiex idonea.", "Mhux dak il-punt qed ngħidu.", "Irridu xi ħaġa li turi li l-istess serjetà li rridu fit-tħaddim ta' l-awtorità bit- trasparenza tagħha tapplika wkoll għall-bidu ta' kif se jaħdem dan il- proċess, u mhux iddelegajna l-poter mija fil-mija lill-ministru u daqshekk, il-parlament imur jorqod.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, il-punt tat-trasparenza huwa kopert bil- pubbliċità, mhuwiex kopert b'diskussjoni fil-parlament jew bl-iskrutinju ta' l-aġir tal-ministru.", "It-trasparenza tfisser li inti tieħu deċiżjoni u tippubblikaha.", "U hawnhekk se jkun hemm trasparenza għax il-pubbliċità qiegħda hemmhekk.", "Anzi jien immur oltre, l-iskrutinju tad-deċiżjoni li jkun ħa l-ministru hija possibbli għal kulħadd kontinwament għax huwa ministru li qed jieħu deċiżjoni u qed jitfagħha fil-pubbliku.", "Dak huwa l- iskrutinju li jrid isir, imma l-ħruġ tal-liċenzja bħall-ħruġ ta' permess huwa att eżekuttiv, qatt ma jista' jkun att parlamentari.", "Fil-fatt ħalli nġib analoġija u issa jaqleb id-diskors probabbilment.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, biex isostni l-argument tiegħu għaliex għandna nġibu l-għoti tal-liċenzja quddiem il-parlament, ġab l-eżempju tas-suppost bidla li ġrat fil-planning authoirty.", "Ma ġarax hekk fil-planning authoirty.", "L-istructure plan u l-local plans iridu jiġu approvati minn dan il-parlament u mhux mill-planning authoirty biss għaliex it's a policy decision mhux fuq permess wieħed imma għandek local plan ta' area kbira.", "Per eżempju, x'għandhom ikunu l-parametri ta' policies li għandek timxi fuqhom fin-north harbour plan li tolqot Tas-Sliema, l-Gżira eċċ., dawk jiġu diskussi hawn because it's a policy matter.", "Però l-permess individwali ta' kull dar ma jiġix deċiż fil-parlament.", "Hawnhekk qed niddiskutu qafas ta' regolamentazzjoni ta' liċenzji, però Allaħares jibdew jiġu diskussi hawnhekk il-liċenzji.", "Dik hija d-differenza.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Meta tgħid \"permess\" qisek qed titkellem fuq permess ta' bottegin fi Strada Stretta, qisek qed titkellem fuq xi ħaġa żgħira.", "Il- permessi li qed nitkellmu dwarhom hawnhekk huma nationwide daqs l- istructure plan.", "Permess fuq il-cable m'huwiex permess għal Strada Mercanti l-Belt jew għal Triq il-Majjistral fil-Birgu, imma huwa permess għall-pajjiż kollu, bħal fil-każ ta' fixed telephony, ta' mobile telephony eċċ. Mela qed nitkellmu fuq policies għax meta tgħid li qed tagħti liċenzja, tagħti permess tinħass qisek qed titkellem fuq xi ħaġa żgħira.", "Qed nitkellmu fuq policy decision li taffettwa l-pajjiż kollu.", "Nerġa' ngħid li jekk għamilna l-communications authority bl-istruttura ta' skrutinju u ta' pubbliċità, kif imbagħad fl-aktar parti kruċjali, fil- bidu tagħha meta se jkunu qed jitqassmu l-liċenzji ...", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk tfisser?", "Il-Ministru Gatt qed jgħid li mhux tqassim ta' liċenzji imma varjazzjoni ta' liċenzji.", "Meta qed tvarja liċenzja biex tagħti biċċa minn hemm u biċċa minn hemm, mhux tagħti qiegħed?", "Dan l- istess bħal meta nużaw il-kelma \"liċenzja\" qisna qed nużawha fil-kuntest ta' bottegin.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq policy li tapplika għall-pajjiż kollu.", "Mhux veru li hija sempliċement deċiżjoni eżekuttiva għax jekk hija deċiżjoni eżekuttiva jmissna mill-bidu nett m'għamilna xejn dan il-patafjun ta' regolamenti li għamilna u għedna li l-ministru għandu jkun ir-regolatur full stop.", "Għalfejn għamilna din l-istruttura kollha meta mbagħad fl-aktar biċċa kruċjali tagħha ma jkunx hemm forma ta' skrutinju!", "Dan bħal meta qed tilgħab il-poker u qed tqassam il-karti fil-bidu, mhux dak il-punt l-iktar importanti?", "Bir-rispett kollu, din ma tagħmilx sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, dan l-aħħar intervent li se nagħmel għaliex naħseb li issa bdena nirrepetu ruħna wkoll.", "Nerġa' ngħid l-istess ħaġa.", "Hawnhekk it-tqassim ta' karti li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhuwiex bħal meta qed nilagħbu poker bil-magħluq, imma qed nilagħbu poker bil-miftuħ għax diġà nafu x'se jqassam.", "Se jagħti lill-Maltacom il- liċenzja biex jidħlu fil-mobile telephony immedjatament.", "Dik hija l-karta li se jilgħab il-ministru għax il-liġi hekk qed tgħidlu.", "Il-ministru ma jistax jaqbad f'daqqa waħda u jgħid lill-Vodafone: \"Mil-lum idħlu fil- fixed telephony!", "M'għandux dak il-poter.", "Hawnhekk fin-national policy li diġà tkellimna dwarha nafu preċiż x'karta se jilgħab il-ministru.", "Mela din is-section mhux qed tgħid x'liċenzji ġodda se jingħataw lill-players eżistenti, imma x'varjazzjonijiet iridu jiġu negozjati fil-kuntratti eżistenti tagħhom li se jkunu għall-iskrutinju pubbliku għax se jiġu ppubblikati, li se jkunu politikament accountable għax hemm il-pubbliċità, u li l-ministru jerfa' r-responsabbiltà tagħhom.", "Anke jekk għall-grazzja ta' l-argument niġi biex naċċetta l-argument li l-ħruġ ta' liċenzja is a policy matter - which by no stretch of the immagination can it ever be defined as a policy matter - hemm il-pubbliċità, it-trasparenza u l- iskrutinju.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, jekk per eżempju l-liċenzji li joħorġu jkollhom xi varjazzjoni, xi differenza min-national plan li għamilna fl- iskeda, xi tkun il-pożizzjoni?", "Mhux deċiżjoni ta' policy tkun hemmhekk?", "Il-bieraħ smajna li n-national plan mhux maqbul ma' l-operaturi, allura jista' jkun hemm partijiet li biex ikun hemm il-qbil jinbidlu.", "Hemmhekk mhux ukoll kwestjoni fejn wieħed irid jiddiskuti jew għallinqas jisma'?", "Nerġa' ngħid li ma tagħmilx sens li tagħmel struttura bħal din għal wara li jkunu tqassmu l-karti.", "U min qed jgħid li ma jkunux fid-dlam il-karti?", "Jekk qed tagħmel wieħed biss li jqassam il-karti!", "Hemm ħafna modi kif tista' toħloq varjazzjonijiet jew toħloq options ġodda fuq in-national plan.", "Jien nirritjeni li mhux sew li wara li għamilna din l-istruttura kollha, imbagħad għall-aktar parti importanti s-sistema għallinqas ta' skrutinju, ta' diskussjoni parlamentari jew mod ieħor qed tiġi scrapped.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, subartiklu 45(2) jitkellem fuq x'bidliet jistgħu jsiru fil-liċenzja ta' xorta supplimentari, inċidentali, konsegwenzjali jew transitorja, jiġifieri wieħed jista' jgħid li hija parti mis-subartiklu 45(1) ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, l-istess rimarki li għamilt għal subartiklu 45(1) japplikaw għal subartiklu 45(2).", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, hawnhekk qed jingħad li kull bidla fil- liċenzja jew kuntratt tista' ssir ukoll b'effett retrospettiv, altrimenti m'hemm xejn fuqha.", "Subartiklu 45(4) jgħid li:", "\"Kull tibdila f'xi liċenza jew kuntratt li ssir taħt dan l-artikolu għandha ssir permezz ta' avviż li jiġi notifikat lill-provditur jew provdituri awtorizzati involuti u għandu jiġi ppubblikat b'dak il-mod li l-awtorità kompetenti tista' tqis li jkun adattat.\"", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, kif jinkwadra ruħu dan kollu fiċ-ċans ta' appell?", "Għaliex għamilt kalkolu - imma forsi żbaljat - li hawnhekk għandna qisu vacuum fid-dritt ta' l-appell li jkollha l-persuna konċernata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, ma fhimtx preċiż id-domanda; jekk id- dritt ta' appell jeżistix jew jekk il-bord ta' l-appell hux se jibda jaħdem mill-ewwel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt it-tnejn.", "Ovvjament id-dritt ta' appell ma tistax tiċħdu.", "Min-naħa l-oħra kif se jiffunzjona l-bord ta' l-appell f'ħaġa bħal din għax din hija xi ħaġa ta' policy.", "Hemm qisu vacuum.", "Qed nistaqsi bħalissa.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm differenza bejn jekk hemmx dritt u jekk il-bord ta' l-appell previst diġà bil-liġi hux se jiffunzjona minn day one.", "Allura biex nifhem sew ...", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ejja nagħmluha ċara.", "L-ewwelnett hemm dritt ta' appell?", "Naħseb li hemm.", "It-tieni nett kif se jiġi eżerċitat dak id-dritt ta' l-appell minħabba ċerti komplikazzjonijiet fil-bord ta' l-appell?", "Se jkun in funzjoni l-bord ta' l-appell f'ħaġa bħal din?", "Peress li din hija implimentazzjoni tal-policy tal-gvern u hemm dawk id-diffikultajiet kollha li tqanqlu fuq section 37 tal-Kostituzzjoni, . lanqas huwa ċar li se jkun hemm dritt ta' appell.", "Qed tifhmu l-punt li qed nipprova nagħmel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għad-domanda li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jien informat li l-bord ta' appell fil-fatt diġà jeżisti u se jibqa' għaddej b'mod normali taħt l-Att il-ġdid.", "Allura jekk il-każ jinkwadra ruħu fit- termini tal-bord ta' l-appell li diġà hemm, allura jkun hemm dritt ta' l- appell.", "Ovvjament jekk ma jinkwadrax ruħu, ma jkunx hemm dritt għal appell.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa f'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet li jieħu l-ministru dwar liċenzji li joħroġ in segwitu tal-mod kif il-gvern qiegħed jalloka l-liċenzji taħt din il-liġi, dak huwa suġġett għal appell jew le?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma naħsibx li l-punt huwa jekk joħroġhomx il-ministru jew joħroġhom xi ħadd ieħor.", "Il-punt irid ikun jekk il-varjazzjoni ta' liċenzja jew il-ħruġ ta' liċenzja hijiex soġġetta għall-appell.", "Jekk hija soġġetta għall-appell, toħroġ mingħand min toħroġ, iva taqa' taħt il-bord ta' appell.", "Jekk le, joħroġha min joħroġha, ma taqax.", "Jiġifieri ma nafx jeżistix dritt għal appell jekk, per eżempju, l-awtorità toħroġ liċenzja jew tvarja l-liċenzja.", "Ma nafx ngħidlek.", "Irrid niċċekkjaha.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, ikkonsultajt ftit ma' l-advisors li nformawni li m'hemmx dritt għal appell fuq il-ħruġ ta' liċenzji, anke meta toħroġhom l-awtorità jew ir-regolatur.", "Però f'dak il-każ dejjem jibqa' l-judicial review of administrative discretion, jiġifieri tista' tmur il-qorti direttament mingħajr ma tmur quddiem il-bord ta' l-appell.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, subartikolu 45(5) jgħid li:", "\"Id-deċiżjoni ta' l-awtorità kompetenti li tagħmel tibdila f'xi liċenza jew kuntratt skond dan l-artikolu għandu jkun fiha raġunijiet li fuqhom tkun imsejsa l-istess deċiżjoni.\"", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li l-awtorità ma tistax taqbad u tbiddel il-liċenzja kif ġieb u laħaq, għax fettlilha tibdel il-liċenzja, imma trid tagħti wkoll ir-raġunijiet li għalihom tkun waslet biex tbiddel dik il- liċenzja partikolari.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Dak li għadu kemm qal il-Ministru jgħodd għall-ħruġ tal-liċenzja skond il-First Schedule marbuta ma' artiklu 44, kif proposta f'partita 13, jew jorbot ukoll wara li jgħaddi ż-żmien?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Subartiklu 45(5) speċifikament jorbot għal dan il- perijodu, però iktar 'il quddiem fil-liġi hemm provdut li jrid ikun hemm l- istess tip ta' pubbliċità f'deċiżjonijiet simili li jittieħdu mill- awtorità.", "Però hemm specific provisions għal dak il-każ, mhux taħt subartiklu 45(5) għax din hija marbuta ma' dan il-perijodu li qegħdin nitkellmu dwaru.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri subartiklu 45(5) huwa transitorju, japplika għall-bidu biss, però f'parti oħra tal-liġi hemm provdut li jrid ikun hemm l-istess tip ta' pubbliċità f'deċiżjonijiet simili li jittieħdu mill-awtorità.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, artiklu 47 jgħid:", "\"It-tħassir ta' l-artikoli 39, 40, 41 u 42 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-validità u l-infurzar ta' xi trasferiment ta' drittijiet, dmirijiet, obbligazzjonijiet, attiv, proprjetà ta' kull deskrizzjoni kif ukoll kull dritt anċillari ...\"", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li għalkemm qegħdin jitħassru artikli 39, 40, 41 u 42, id-dmirijiet, drittijiet u l-obbligazzjonijiet li joħorġu minnhom għandhom jibqgħu fis-seħħ.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan l-artiklu prattikament jirriafferma dak li għedna diversi drabi waqt id-dibattitu, li d-dritt ta' proprjetà li għandhom il- players eżistenti mhux qed jiġi mittiefes għaliex aħna mhux qed nattakkaw id-drittijiet ta' proprjetà imma qed invarjaw biss id-drittijiet li tħaddem liċenzja partikolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, il-bieraħ issemmiet il-kwestjoni li kienet qamet bejn il-Melita Cable u l-Maltacom dwar proprjetà li l-Maltacom investiet fiha.", "Issa li l-Melita Cable se jkunu jistgħu huma wkoll jużaw din il-proprjetà?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, artiklu 47 jittratta d-dritt ta' proprjetà u d- dritt anċillari li inti tittrasferixxi, tipoteka, eċċ., eċċ. Int qed titkellem dwar l-użu ta' proprjetà ta' ħaddieħor, li ma jinkwadrax ruħu hawnhekk għax hawn mhux qed tattakka d-dritt.", "Bl-obbligu ta' l-open network systems, jekk qiegħed in a dominant market position, inti mhux qed tieħu d-dritt ta' proprjetà imma qed timponi obbligu biex dik il-proprjetà tiġi wżata minħabba li int in a dominant market position.", "Jiġifieri iktar hija kwestjoni ta' dritt ta' użu, però ma tidħolx f'din direttament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, għandna klawsola 30 tal-liġi li ġiet sospiża aktar kmieni u mbagħad hemm ir-rethinking dwar il-klawsola li kienet titkellem fuq \"uffiċjal pubbliku\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nissuġġerixxi li l-ewwel intajru l-iskeda out of the way.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiġifieri neħilsu l-iskeda u klawsola 32, imbagħad immorru għal klawsola 30.", "Nistgħu nipproċedu b'dan il-mod, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Mela se mmorru għal klawsola 32 u l-iskeda.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-bidu tad-diskussjoni dwar l-iskeda kont ressaqt l-emenda \"AE\", li f'dan l-istadju nitlob il-permess biex nirtiraha għaliex dak li kien inkluż f'dik l-ewwel emenda issa qed jiġi inkorporat fl-emenda li se nressaq.", "THE CHAIRMAN: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda \"AE\" ġiet irtirata.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, minflok l-emenda li għadni kemm irtirajt nipproponi din l-emenda:", "\"AF\" It-Tieni Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:-", "1. fil-partita 2(2) tagħha minflok il-kliem minn \"\"kummerċ relevanti\",\" sa \"telefonija\" għandhom jidħlu l-kliem \"Regolatur\", \"kummerċ relevanti\", \"telekomunikazzjonijiet\", \"infrastruttura tat- telekomunikazzjoni\", u \"telefonija\"\";", "2. fil-paragrafu (b) tal-partita 2(3) għad-definizzjoni ta' \"iġġorr\" għandha tiġi sostitwita d-definizzjoni ġdida li ġejja:", "\"\"iġġorr\" tinkludi tittrasmetti u tittrasporta u \"ġarr\" għandha tiftiehem skond hekk;\";", "3. fil-paragrafu (c) tal-partita 2(3) fid-definizzjoni ta' \"privileġġ esklużiv\" il-kliem \"tfisser id-drittijiet mogħtija\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"tfisser il-privileġġ mogħti kemm jekk imsejjaħ dritt, awtorita' jew xort' oħra,\" u l-kliem \"dawk il-persuni d-dritt li jipprovdu\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"dawk il-persuni l-privileġġ li jipprovdu\";", "4. fil-paragrafu (f) tal-partita 2(3):", "(a) wara t-tifsira ta' \"servizz ta' telekomunikazzjonijiet pubbliċi\" għandhom jiżdiedu t-tifsiriet li ġejjin:", "\"\"servizz ta' telekomunikazzjonijiet li jkun pubblikament disponibbli\" tfisser servizz ta' telekomunikazzjonijiet li jkun disponibbli għall- pubbliku;\";", "\"\"servizz tat-telefonija bil-vuċi pubblikament disponibbli\" tfisser servizz ta' telefonija fiss, sew jekk jitħaddem mingħajr l-użu tal- fili sew jekk xort' oħra, jew servizz ta' telefonija mobbli, jew it- tnejn, li jkun disponibbli għall-pubbliku;\";", "(b) fit-test Ingliż tal-partita 2(3) tagħha, fil-paragrafu (f), tifsira ta' \"telecommunications\", paragrafu (iii) tagħha, u fil- paragrafu (g), tifsira ta' \"telecommunications system\", paragrafu (iii) tagħha, minflok il-kelma \"importation\" kull fejn din tinsab għandha tidħol il-kelma \"impartation\";", "(c) fil-partita 2(3)(f) minflok il-kliem\"\"forza fis-suq sinjifikanti\"\" għandhom jidħlu l-kliem \"\"pożizzjoni dominanti fis- suq\"\";", "5. fit-test Malti tal-paragrafu (h) tal-partita 2(3) fid- definizzjoni ta' \"telefonija\" minflok il-kliem \"il-provdiment kummerċjali\" sal-kliem \"f'dak il-waqt stess\" għandu jidħol il-kliem \"il-provdiment kummerċjali għall-pubbliku ta' trasport dirett u fl- istess waqt ta' diskors li jkun qed isir\";", "6. fil-paragrafu (h) tal-partita 2(3) wara d-definizzjoni ta' \"telefonija\" għandha tidħol id-definizzjoni ġdida li ġejja:", "\"\"trasport\" tinkludi ġarr u trasmissjoni;\";", "7. il-partita 2(5) għandha tiġi mħassra;", "8. fil-partita 2(7) tagħha, fil-paragrafu (c), minflok il-kliem \"Fi tmiem it-tifsira\" għandhom jidħlu l-kliem \"Fi tmiem il-paragrafu (c)\";", "9. fil-partita 3(3), fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 4 il- paragrafi (a) u (b) għandhom ikunu numerati mill-ġdid bħala s-sub- paragrafi (b) u (c) rispettivament u l-paragrafu (a) ġdid li ġej għandu jiżdied:", "\"(a) biex ir-regolamentazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet issir abbażi tal-prinċipji fundamentali ta' dan l-Att li jinkludu s- separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji minn dawk operattivi, il- kompetizzjoni ġusta, it-trasparenza, in-non-diskriminazzjoni, il-ftuħ tan-networks, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-servizz universali, il- valuri ta' servizz pubbliku u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.\";", "10. fit-test Ingliż tal-partita 3(3) tagħha, fl-artikolu 4(1)(b) tagħha, minflok il-kliem \"of paragraph above,\" għandhom jidħlu l-kliem \"of paragraph (a) above,\";", "11. fis-subartikolu (5) ta' l-artikolu 4 fil-partita 3(3) minflok il- kliem \"u għandhom ukoll jintagħmlu pubbliċi b'dak il-mod li l- awtorita' tista' tqis li jkun adattat.\" għandhom jidħlu l-kliem \"u għandhom ukoll jintgħamlu pubbliċi billi jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern\";", "12. fit-test Ingliż tal-partita 3(4) tagħha, minflok il-kliem \"shall amended\" għandhom jidħlu l-kliem \"shall be amended\", u fil-paragrafu (a) minflok il-kliem \"\"shall be deemed to\"\" għandhom jidħlu l-kliem \"\"shall be deemed to include\"\";", "13. il-paragrafu (ii) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 6 fil- partita 4(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(ii) skond awtorizzazzjoni ġenerali maħruġa mill-Awtorita' u suġġett għall-verifika da parti ta' l-Awtorita' li l-kondizzjonijiet ta' dik l- awtorizzazzjoni ġenerali jkunu sodisfatti.\";", "14. fit-test Ingliż tal-paragrafu (c) tas-subartikolu (5) ta' l- artikolu 6 fil-partita 4(2) il-kliem \"the licence relates\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"the licence relates,\";", "15. fil-partita 4(2), fl-artikolu 9(1)(d) minflok il-kliem \"forza fis-suq sinjifikanti\" għandhom jidħlu l-kliem \"pożizzjoni dominanti fis-suq\";", "16. fit-test Ingliż tal-partita 4(2) tagħha, fis-subartikoli (2), (3) u (4) ta' l-artikolu 11, kull fejn din tinsab, minflok il-kelma \"intention\" għandha tidħol il-kelma \"intervention\";", "17. fil-paragrafu (d) tal-partita 5(3):", "(i) fis-subartikolu (5) il-kliem \"\"b'dak il-mod li l-Awtorita' jew il-Ministru, skond il-każ, iqisu li jkun adattat\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"fil-Gazzetta tal-Gvern\"; (ii) fis-subartikolu (7) il-kliem \"jista' jittawwal sa massimu ta' erba' xhur\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"għandu japplika wkoll\" u l-proviso li ġej għandu jiżdied fl-aħħar ta' l-imsemmi paragrafu:", "\"Iżda f'każijiet bħal dawn l-imsemmi perijodu ta' erba' xhur jista' jittawwal b'erba' xhur oħra.\";", "18. il-partita 6(6) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"(6) L-artikolu 19 kif enumerat mill-ġdid għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) in-nota marġinali tiegħu għandha tiġi sostitwita bil-kliem \"Kontrolli dwar tariffi u mekkaniżmi għal rati\"; (b) is-subartikoli (1) sa (9) tiegħu għandhom jiġu numerati mill- ġdid bħala s-subartikoli (2) sa (10) rispettivament; (c) dan li ġej għandu jidħol bħala s-subartikolu (1) ġdid:", "\"(1) It-tariffi dwar is-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet għandhom jiġu regolati kif ġej:", "(i) fis-swieq jew partijiet minn swieq fejn, fil-fehma ta' l- Awtorita', ikun hemm kompetizzjoni effettiva, it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti bil-ħidma tas-suq;", "(ii) fis-swieq jew partijiet minn swieq fejn, fil-fehma ta' l- Awtorita', il-kompetizzjoni effettiva tkun nieqsa, it-tariffi għandhom ikunu soġġetti b'mod proporzjonat għal kontrolli u għal regolamenti, li jistgħu wkoll jagħtu l-poter lill-Awtorita' sabiex toħroġ dawk id- direttivi proporzjonati u li ma jiddiskriminawx kif jidhrilha xieraq, kif jista' jiġi preskritt;", "(iii) meta ma jkunu nħarġu jew ma jkunu fis-seħħ ebda regolamenti magħmula skond is-sub-paragrafu (ii) u meta ma tkun ġiet pubblikata ebda ordni fil-Gazzetta tal-Gvern mill-Awtorita' li tkun tgħid illi t- tariffi f'suq partikolari jew f'parti minn suq għandhom ikunu regolati skond is-sub-paragrafu (i) aktar 'il fuq jew meta ebda tali ordni ma jkun fis-seħħ, it-tariffi għandhom ikunu regolati skond il-mekkaniżmi għal rati skond is-subartikoli (2) sa (7) ta' dan l-artikolu;", "(iv) meta tkun ġiet pubblikata ordni mill-Awtorita' skond is-sub- paragrafi (i) u (iii) aktar 'il fuq jew meta jiġu preskritti regolamenti skond is-sub-paragrafu (ii) aktar 'il fuq, kull mekkaniżmu għal rati li jkun fis-seħħ fil-ħin tal-pubblikazzjoni ta' l-imsemmija ordni jew ta' l-imsemmija regolamenti ma jibqax fis-seħħ, bla ħsara għall-validita' tiegħu dwar kull perijodu ta' qabel, dwar dak is-suq jew dik il-parti mis-suq li għalih ikunu jirriferu dik l-ordni jew dawk ir-regolamenti.\";", "(d) fis-subartikolu (2) kif numerat mill-ġdid il-kliem \"Ikun hemm\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"Bla ħsara għal dak provdut fis- subartikolu (1), ikun hemm\";", "(e) fis-subartikolu (3) kif numerat mill-ġdid minflok il-kliem \"għall-approvazzjoni tiegħu\" għandhom jidħlu l-kliem \"għall- approvazzjoni tagħha\";", "(f) fis-subartikolu (5) kif numerat mill-ġdid minflok il-kliem \"l- artikolu 29\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 34\";", "(g) fit-tieni proviso tas-subartikolu (6) kif numerat mill-ġdid minflok il-kliem \"suġġetta wkoll għal appell\" għandhom jidħlu l-kliem \"suġġetta wkoll għal appell.\" u l-bqija tal-proviso għandha titħassar.\";", "19. fil-partita 6(7) tagħha, minnufih qabel in-numru \"20.\" għandu jiżdied it-titolu marġinali \"Modifika ta' liċenzi.\";", "20. fil-partita 6(7):", "(i) fis-sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 20 il-kliem \"tagħmel referenza lill-Kummissjoni għall- Kummerċ Ġust fejn teħtieġha tinvestiga u tirrapporta\" għandu jiġi sostitwit il-kliem \"tagħmel referenza lill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta fejn teħtieġu jinvestiga u jirrapporta\";", "(i) fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 20 għall- kliem \"Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust\" għandu jiġi sostitwit il-kliem \"Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta\";", "(iii) il-paragrafu (e) tas-subartikolu (i) ta' l-artikolu 20 għandu jiġi sostitwit bis-segwenti:", "\"(e) meta l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jirrapporta dwar xi ħaġa lilu riferita taħt is-sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (c) ta' dan is- subartikolu l-konklużjonijiet tiegħu għandhom ikunu definittivi u vinkolanti u meta l-imsemmi Uffiċċju jaqtagħha li jkollha ssir modifika f'liċenza individwali, dik il-modifika għandha tiġi implimentata minn dik id-data li tista' tiġi stabbilita mill- Awtorita'.\";", "21. it-test Ingliż tal-partita 8(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"8(2) Title number 4 of Part II shall be replaced by the words \"Interests of Users and Subscribers\";", "22. fit-test Ingliż tal-partita 9(2) il-kelma \"hall\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"shall\";", "23. fil-partita 9(3) il-kliem \"\"l-effiċjenza, l-istandards u l- kompetizzjoni\"\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"\"l-effiċjenza, l- istandards u l-kompetizzjoni tas-suq\"\" u wara l-imsemmija kliem għandu jiżdied il-kliem li ġej: \"u fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 33 kif enumerat mill-ġdid wara l-kliem \"fil-qasam tat- telekomunikazzjonijiet\" għandu jiżdied il-kliem \"u dwar it-taħriġ fit- telekomunikazzjonijiet\";", "24. fil-partita 10(2) wara l-kelma \"\"persuna\"\" għandu jiżdied dan li ġej: \"u wara l-kliem \"segretarju tal-bord\" għandu jiżdied il-kliem \"u dik il-persuna għandha taqdi dmirha f'dik il-kariga skond il-livelli ta' etika li huma parti mill-valuri ta' servizz pubbliku.\"\";", "25. fit-test Malti tas-subartikolu (5) ta' l-artikolu 35 tal-partita 10(6) il-kelma \"ordni\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"direzzjoni\";", "26. fil-partita 10(9) il-paragrafu (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(a) fis-subartikolu (1) wara l-kliem \"b'inizjattiva tiegħu nnifsu\" għandu jiżdied il-kliem \"wara konsultazzjoni ma' l-Awtorita', jew, jekk l-Awtorita' ma tkunx kostitwita, b'inizjattiva tiegħu nnifsu\" u wara l-kliem \"ta' dak imsemmi qabel\" għandu jidħol il-kliem \"lill- prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta u lill-provvedimenti ta' open network u\";", "27. fil-partita 10(9)(e), fil-paragrafu (k) minflok il-kliem \"forza fis-suq sinjifikanti\" għandhom jidħlu l-kliem \"pożizzjoni dominanti fis-suq\";", "28. fil-paragrafu (h) tas-subartikolu (i) ta' l-artikolu 38 kif enumerat mill-ġdid fil-partita 10(9)(e) il-kliem \"fis-sehem ta' faċilitajiet\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"ta' użu ta' faċilitajiet jew apparat\" u fit-test Malti l-kliem \"mal-kollokament\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"tqegħid fl-istess post\";", "29. fil-partita 10(9)(f), minnufih fi tmiem il-paragrafu għandhom jiżdiedu l-kliem \"u wara l-kliem \"u tagħrif ieħor\" għandhom jiżdiedu l- kliem \", inkluż tagħrif dwar kull kumpannija li fiha l-provditur awotrizzat ikollu sehem ta' kontroll\"\";", "30. il-paragrafu (1) tal-partita 10(9) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(6) (a) Regolamenti magħmulin taħt dan l-artikolu jistgħu wkoll jiddelegaw lill-Awtorita' s-setgħa li toħroġ direttivi kif jidhrilha xieraq bil-għan li tiġi implimentata kull ħaġa li dwarha jkun provdut fl-istess regolamenti.", "(b) Kull direttiva maħruġa mill-Awtorita' bis-saħħa ta' delega magħmula lilha kif deskritt fil-paragrafu (a) ta' dan is-subartikolu għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.\";", "31. il-partita 10(10) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"(10) Fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 39 kif enumerat mill-ġdid:", "(i) minnufih wara l-kliem \"jagħti informazzjoni lill-Awtorita'\" għandu jidħol il-kliem \"jew lill-Ministru\";", "(ii) minflok il-kliem \"li tkun falza, jew iwaqqaf\" għandhom jidħlu l- kliem \"li tkun falza jew qarrieqa, jew iwaqqaf\";", "(iii) minnufih wara l-kliem \"jostruixxi lill-Awtorita'\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew lill-Ministru\";", "32. il-partita 11(2) għandha tiġi mħassra;", "33. il-partita 11(3) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala l- partita 11(2) u:", "(i) fil-paragrafu (a) tagħha minflok il-kliem \"\"it-tħassir ta' l-Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta\"\" għandhom jidħlu l-kliem \"\"it-2 ta' Jannar 1998\"\" u l-kumplament tal-paragrafu għandu jiħassar;", "(ii) fil-paragrafu (b) tagħha l-kliem \"Fis-subartikolu (2)\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"Fl-ewwel senenza tas-subartikolu (2)\" u l- kliem \"\"mit-tħassir ta' l-Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta\"\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"\"mit-2 ta' Jannar 1998\"\";", "(iii) fil-paragrafu (c) tiegħu l-kliem \"\"t-tħassir ta' l-Att dwar il- Korporazzjoni Telemalta\"\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"\"t-2 ta' Jannar 1998\"\";", "(iv) wara l-paragrafu (c) għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(d) Wara s-subartikolu (2) ta' l-artikolu 43 kif enumerat mill-ġdid għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(3) Kull liċenza jew awtorizzazzjoni legalment maħruġa jew mogħtija jew miżmuma fis-seħħ bejn it-2 ta' Jannar 1998 u t-30 ta' Ġunju 2000 taħt dan l-Att għandha wara t-30 ta' Ġunju 2000 tkompli fis-seħħ kif provdut bi jew taħt dan l-Att soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att kif emendat minn żmien għal żmien u b'dawk il-modifiki, adattamenti u limitazzjonijiet kif jista' jkun meħtieġ jew xieraq għal dak il-għan.\".\";", "34.", "Minnufih wara l-partita 12 għandha tidħol il-partita ġdida 12A kif ġej:", "\"12A.", "Żieda ta' artikolu ġdid 48:", "Minnufih wara l-artikolu 47 għandu jiżdied l-artikolu ġdid li ġej:", "\"Eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "48.", "(1) Huma eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att l- installazzjonijiet u s-sistemi ta' telekomunikazzjonijiet ta' l-Istat stabbiliti għall-ħtiġijiet tad-difiża jew tas-sikurezza pubblika.", "(2) Il-Prim Ministru jista' b'ordni pubblikat fil-Gazzetta jeżenta mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att kull installazzjoni jew sistema ta' telekomunikazzjonijiet li tkun proprjeta' ta' Dipartiment tal- Gvern jew ta' korp imwaqqaf b'liġi u tkun użata għall-iskopijiet tiegħu u meta joħroġ tali eżenzjoni l-Prim Ministru jista' wkoll jimponi kondizzjonijiet għal dik l-eżenzjoni kif jidhirlu xieraq.\".\";", "35. fil-partita 13 fl-Ewwel Skeda:", "(i) fil-paragrafu 1 tal-Parti II għall-kliem \"mill-1 ta' Ġunju, 2000\" għandu jiġi sostitwit il-kliem \"mid-data li fiha din l-Isked tiġi fis-seħħ\";", "(ii) fit-tieni paragrafu tal-Parti III għall-kliem \"l-1 ta' Ġunju 2000\" għandu jiġi sostitwit il-kliem \"id-data li fiha din l-Iskeda tiġi fis-seħħ\";", "(iii) fit-tielet paragrafu tal-Parti IV il-kliem \"forza sinifikanti fis-suq\" kull fejn dawn jinsabu għandhojm jidħlu l-kliem \"pożizzjoni dominanti fis-suq\";", "(iv) fil-paragrafu (k) tal-Parti IV għall-kliem \"fl-1 ta' Ġunju, 2000\" għandu jiġi sostitwit il-kliem \"fid-data li fiha din l-Iskeda tiġi fis-seħħ\";", "(v) fil-paragrafu (h) tal-Parti V għall-kliem \"fl-1 ta' Ġunju, 2000\" għandu jiġi sostitwit il-kliem \"fid-data li fiha din l-Iskeda tiġi fis- seħħ\".", "\"AF\" The Second Schedule shall be amended as follows:", "1. in item 2 (2) thereof, for the phrases from \"\"relevant business\",\" to \"\"telephony\".\" there shall be substituted the phrases \"\"Regulator\", \"relevant business\", \"telecommunications\", \"telecommunication infrastructure\", and \"telephony\".\";", "2. in paragraph (b) of item 2(3) for the definition of \"convey\" there shall be substituted the following new definition:", "\"\"convey\" includes transmit and transport and \"conveyance\" shall be construed accordingly;\"", "3. in paragraph (c) of item 2(3) in the definition of \"exclusive privilege\" the words \"means the rights\" shall be substituted by the words \"means the privilege whether referred to as a right or authority or otherwise\" and the words \"person or persons the right to provide\" there shall be substituted the words \"person or persons the privilege to provide\";", "4.", "In paragraph (f) of item 2(3):", "(a) after the definition of \"public telecommunications service\" there shall be added the following new definitions:", "\"\"Publicly available telecommunications service\" means a telecommunications service available to the public;\";", "\"\"Publicly available voice telephony services\" means a fixed telephony service whether operated by wireless or otherwise or a mobile telephony service, or both, available to the public;\";", "(b) in the English text of item 2(3) thereof, in paragraph (f), definition of \"telecommunications\", paragraph (iii) thereof, and in paragraph (g), definition of \"telecommunications system\", paragraph (iii) thereof, for the word \"importation\" wherever it occurs there shall be substituted the word \"impartation\";", "(c) in item 2(3)(f) for the words \"\"significant market power\"\" there shall be substituted the words \"\"a dominant market position\"\";", "5. in paragraph (h) of item 2(3) in the definition of \"telephony\" the words \"public or\" shall substituted by the words \"public of';", "6. in paragraph (h) of item 2(3) after the definition of \"telephony\" there shall be inserted the following new definition:", "\"\"transport\" includes conveyance and transmission;\";", "7.", "Item 2(5) shall be deleted;", "8. item 2(7) thereof, in paragraph (c), for the words \"At the end of the definition\" there shall be substituted the words \"At the end of paragraph (c)\";", "9. in item 3(3) in subsection (1) of section 4 subparagraphs (a) and (b) shall be renumbered as subparagraphs (b) and (c) respectively and the following subparagraph (a) shall be added:", "\"(a) to the regulation of the telecommunications sector on the basis of the fundamental principles of this Act including the separation of regulatory and operational functions, fair competition, transparency, non-discrimination, open networks, consumer protection, universal service, public service values and respect for fundamental human rights.\";", "10. in the English text of item 3(3) thereof, in section 4(1)(b) thereof, for the words \"of paragraph above,\" there shall be substituted the words \"of paragraph (a) above,\";", "11. in subsection (5) of section 4 in item 3(3) for the words \"made public in such manner as the authority deems appropriate.\" there shall be substituted the words \"made public by publication in the Government Gazette\";", "12. in the English text of item 3(4) thereof, for the words \"shall amended\" there shall be substituted the words \"\"shall be amended\", and in paragraph (a) for the words \"\"shall be deemed to\"\" there shall be substituted the words \"\"shall be deemed to include\"\";", "13. paragraph (ii) of subsection (1) of section 6 in item 4(2) shall be substituted by the following:", "\"(ii) in accordance with a general authorisation issued by the Authority and subject to verification by the Authority that the conditions of the general authorisation have been satisfied\";", "14. in the English text of sub-paragraph (c) of subsection (5) of section 6 in item 4(2) the words \"the licence relates\" shall be substituted by the words \"the licence relates,\";", "15.", "In item 4(2) in paragraph (d) of subsection (1) of section 9 the words \"significant market power\" shall be substituted by the words \"a dominant market position\";", "16. in the English text of item 4(2) thereof, in subsections (2), (3) and (4) of section 11, wherever it occurs, the word \"intention\" shall be substituted by the word \"intervention\";", "17.", "In paragraph (d) of item 5(3):", "(i) in subsection (5) for the words \"such manner as the Authority or the Minister, as the case may be, deem appropriate\" there shall be substituted the words \"the Government Gazette\"", "(ii) in subsection (7) the words \"period referred to in subsection (6) above may be extended by up to four months.\" shall be substituted by the words \"\"four month period referred to in subsection (6) above shall also apply.\" and the following proviso shall be added at the end of the said paragraph:", "\"Provided that in such cases the said four month period may be extended by a further four months.\";", "18. item 6(6) shall be substituted as follows:", "\"(6) Section 19 as renumbered shall be amended as follows:", "(a) the marginal note thereof shall be substituted by the words \"Tariff controls and rate mechanisms\";", "(b) subsections (1) to (9) thereof shall be renumbered as subsections (2) to (10) respectively;", "(c) the following shall be inserted as the new subsection (1):", "\"(1) Tariffs in respect of telecommunications services shall be regulated as follows:", "(i) in markets or market segments which are, in the opinion of the Authority, subject to effective competition, tariffs shall be established by the operation of the market;", "(ii) in markets or market segments which, in the opinion of the Authority, lack effective competition, tariffs shall be subject to such proportionate controls and regulations, which may also grant power to the Authority to issue such proportionate and non-discriminatory directives as it may deem appropriate, as may be prescribed;", "(iii) where no regulations have been issued or are in force in terms of sub-paragraph (ii) and no order has been published in the Government Gazette by the Authority stating that tariffs in a particular market or market segment are to be regulated in accordance with sub-paragraph (i) above or when no such order is in force, tariffs shall be regulated in accordance with rate mechanisms in terms of subsections (2) to (7) of this section;", "(iv) where an order has been published by the Authority in terms of sub-paragraphs (i) and (iii) above or where regulations are prescribed in terms of sub-paragraph (ii) above any rate mechanism in force at the time of the publication of the said order or of the said regulations shall cease to have effect, without prejudice to its validity in respect of any preceding period, with regard to the market or market segment to which the order or the regulations refer.\";", "(d) in subsection (2) as renumbered the words \"There shall be\" shall be substituted by the words \"Subject to subsection (1) there shall be\";", "(e) in subsection (3) as renumbered for the word \"his\" there shall be substituted the word \"its\"", "(f) in subsection (5) as renumbered for the words \"section 29\" there shall be substituted the words \"section 34\";", "(g) in the second proviso to subsection (6) as renumbered the words \"subject to appeal\" shall be substituted by the words \"subject to appeal.\" and the rest of the proviso shall be deleted.\";", "19. in item 6(7) immediately before the number \"20\" there shall be added the marginal note \"Modifications of licences\";", "20. in item 6(7) thereof:", "(i) in-sub-paragraph (ii) of paragraph (c) of subsection (1) of section 20 the words \"Commission for Fair Trading\" shall be substituted by the words \"Office for Fair Competition\";", "(ii) in paragraph (d) of subsection (1) of section 20 the words \"Commission of Fair Trading\" shall be substituted by the words \"Office for Fair Competition\";", "(iii) paragraph (2) of subsection (1) of section 20 shall be substituted by the following:", "\"(e) when the Office for Fair Competition reports on a matter referred to it under subparagraph (ii) of paragraph (c) of this subsection its conclusions shall be definitive and binding and when the office decides that a modification to an individual licence shall be carried out, that modification shall be implemented from such date as established by the Authority.\";", "21. the English text of item 8(2) shall be replaced by the following:", "\"8(2) Title number 4 of Part II shall be replaced by the words \"Interests of Users and Subscribers\";", "22. in the English text of item 9(2) the word \"hall\" shall be substituted by the word \"shall\";", "23. in item 9(3) the words \"standards and competition\" shall be replaced by the words \"standards and market competition\" and the following shall be added \"and in paragraph (d) of subsection (1) of the said section 33, as renumbered after the words \"in the field of telecommunications\" there shall be added the words \"and in respect of training in telecommunications\";", "24.", "In item 10(2) after the word \"person\" there shall be added the following \"and after the words \"the Board\" there shall be added the words \"and such person serve in such capacity in accordance with ethical standards which form part of public service values.\"\";", "25.", "In the Maltese text of subsection (5) of section 35 in item 10(6) the word \"ordni\" shall be substituted by the word \"direzzjoni\";", "26.", "In item 10 (9) paragraph (a) shall be substituted by the following:", "\"(a) In subsection (1) after the words \"on his own initiative\" there shall be added the words \"after consultation with the Authority or, if the said Authority is not constituted, on his own initiative\" and after the words \"to the generality of the above,\" there shall be added the words \"to the principles of fair competition and to open network provisions and\";", "27. in item 10(9)(e), in paragraph (k) for the words \"significant market power\" there shall be substituted the words \"a dominant market position\";", "28.", "In paragraph (h) of subsection (1) of section 38 as renumbered in item 10(9)(e):", "(i) the words \"facility sharing\" shall be substituted by the words \"facility or equipment sharing\" and in the Maltese text the words \"mal- kollokament\" shall be substituted by the words \"tqeghid fi-istess post\".", "29. in item 10(9)(f), immediately at the end of the paragraph there shall be added the words \"and immediately after the words \"and other information\" there shall be added the words \"including information about any company in which an authorised provider has a controlling interest\"\";", "30. paragraph (1) of item 10(9) shall be substituted by the following:", "\"(6) (a) Regulations made under this section may also delegate to the Authority the power to issue directives as it deems fit for the purpose of the implementation of any matter provided for in the said regulations.", "(b) any directive issued by the Authority under any delegation made to it as described in paragraph (a) of this subsection shall be published in the Government Gazette.\";", "31. item 10(10) shall be substituted by the following:", "\"(10) In subsection (2) of section 39 as renumbered:", "(i) immediately after the words \"information to the Authority\" there shall be added the words \"or to the Minister\";", "(ii) the words \"to be false or impedes or obstructs the\" shall be substituted by the words \"to be false or misleading, or impedes or obstructs the\";", "(iii) immediately after the words \"obstructs the Authority\" there shall be added the words \"or the Minister\";", "32. item 11(2) shall be deleted;", "33. item 11(3) shall be renumbered as item 11(2) and:", "(i) in paragraph (a) thereof the words \"\"repeal of the Telemalta Corporation Act,\"\" shall be substituted by the words \"\"2 January 1998.\"\" and the rest of the paragraph shall be deleted;", "(ii) in paragraph (b) thereof the words \"in subsection (2)\" shall be substituted by the words \"in the first sentence of subsection (2)\" and the words \"\"repeal of the Telemalta Corporation Act,\"\" shall be substituted by the words \"\"2 January 1998\"\";", "(iii) in paragraph (c) thereof the words \"\"repeal of the Telemalta Corporation Act,\"\" shall be substituted by the words \"\"2 January 1998\"\";", "(iv) after paragraph (c) the following new paragraph shall be added:", "\"(d) After subsection (2) of section 43 as renumbered there shall be added the following new subsection:", "\"(3) Any licence or authorisation lawfully issued, granted or kept in force between the 2 January 1998 and the 30 June 2000 under this Act shall after the 30 June 2000 continue to have effect as is provided by or under this Act subject to the provisions of this Act as amended from time to time and with such modifications, adaptations, and limitations as may be necessary or appropriate for the purpose.\"\";", "34. immediately after item 12 the following new item 12A shall be inserted:", "\"12A.", "Addition of a new section 48:", "Immediately after section 47 the following new section shall be inserted:", "\"Exemption from the provisions of this Act", "48.", "(1) Telecommunications systems and installations of the State established to satisfy the exigencies of defence or public security are exempt from the provisions of this Act.", "(2) The Prime Minister may by order published in the Gazette exempt from the provisions of this Act any installation or telecommunications system belonging to a Government Department or to a body established by law and used for its own purposes and in issuing such an exemption the Prime Minister may also impose conditions thereto as he deems fit.\".\";", "35.", "In item 13 in the \"First Schedule\":", "(i) in paragraph 1 of Part II for the words \"1 June 2000\" there shall be substituted the words \"the date when this schedule comes into force\";", "(ii) in the second paragraph of Part III for the words \"1 June 2000\" there shall be substituted the words \"the date when this Schedule comes into force\";", "(iii) in the third paragraph of Part IV for the words \"significant market power\" wherever they occur there shall be substituted the words \"a dominant market position\";", "(iv) in paragraph (k) of Part IV for the words \"1st June 2000\" there shall be substituted the words \"the coming into force of this Schedule\";", "(v) in paragraph (h) of Part V for the words \"1st June 2000\" there shall be substituted the words \"the coming into force of this Schedule\".", "THE CHAIRMAN: Għandi nifhem li wħud minnhom dawn l-emendi l-kumitat kien diġà qabel fuqhom, hux hekk?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Suppost li huma kollha skond dak li qbilna dwaru - almenu dak li fhimna li qbilna, ejja npoġġiha b'dak il-mod - waqt il- laqgħat tad-diskussjoni li kellna.", "THE CHAIRMAN: Nissuġġerixxi li neħduhom paragrafu wieħed wara l-ieħor.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nkunu ċari.", "Se niddiskutu l-emenda li għadu kemm ressaq il-Ministru biex nimmarkaw x'inhu għall-vot aktar 'il quddiem.", "Se neħduha paragrafu paragrafu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naqblu.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki fuq para.", "1 u para.", "2?", "(Onor. Membri: No) Para.", "3?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk fil-para (c) tal-partit 2 (3) fid- definizzjoni ta' \"exclusive privilege\" se tiżdied sentenza żgħira għax ma kienx hemm traduzzjoni preċiża ta' dak li kien hemm fil-Malti.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ministru, fakkarni ftit x'konna ftehemna fuq din, li se nagħmlu \"exclusive privilege means the privilege\" jew \"exclusive right means the rights\" Mingħalija kien hemm diskussjoni jekk minflok \"exclusive privilege\" issirx \"exclusive right\".", "Mingħalija konna għedna li ssir \"exclusive right\" jiġifieri qalbuhielna d-drafters?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk niftakar sew, int kont qajjimt il-punt li ladarba hemmhekk dejjem nużaw \"exclusive privilege\", għaliex konna qed nużaw \"right\" hawnhekk?", "Imbagħad kont għamilt l-argument li \"right\" mhuwiex \"privilege\".", "Imbagħad spiċċajt naqbel miegħek jien.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri d-drafters ma qablux magħna għax issa baqgħet \"exclusive privilege\".", "Mingħalija konna ftehemna li se ssir \"exclusive right\", fuq l-argument tiegħek ukoll.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Diffiċli żżomm kollox fil-memorja meta tant jgħaddi diskors!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hekk ġara mingħalija.", "Inti kont argumentajt - u jien qbilt miegħek imbagħad - li rather than calling it \"exclusive privilege\" we should call it \"exclusive right\".", "Jekk niftakar sew id-drafters kienu ġew jgħidulek li ma jaqblux magħha l-biċċa.", "Forsi kont qbilt magħhom int?", "Ma nafx!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Id-drafters qed jgħidu li waqt id-diskussjoni konna għedna li d-definizzjoni oriġinali ta' \"exclusive privilege means the rights\" nagħmluha \"means the privilege, whether referred to as right and authority or otherwise\".", "Fil-verżjoni Maltija qegħdin ngħidu \"privileġġ esklużiv tfisser id-drittijiet mogħtija\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"tfisser il-privileġġ mogħti kemm jekk imsejjaħ dritt, awtorità jew xort'oħra\".", "Jiġifieri tgħajjatlu kif tgħajjatlu huwa privileġġ.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għal para.", "4.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni", "ONOR.", "ALFRED SANT: Safejn naf jien, din ta' \"impartation\" ma konniex iddiskutejnieha.", "Xi tfisser \"impartation\" li hemm f'paragrafu 4 (b)?.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt din kienet parti mill-emenda oriġinali, però jidher li kien hemm xi żball fit-typing iktar minn ħaġa oħra, għaliex dik li oriġinarjament kellha tkun \"impartation\" mill-bidu nett kienet ittajpjata bħala \"importation\".", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura xi tfisser \"impartation\"?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt it-tifsira li qegħdin jagħtuni tal-kelma \"impartation\" hija li twassal messaġġ minn naħa għal oħra, kelma meħuda mil- liġi Ingliża.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki fuq para.", "5 u fuq para.", "6?", "(Onor. Membri: No) Para.", "7?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Paragrafu 7 ta' l-emenda jgħid li l-partita 2(5) għandha titħassar.", "U l-verżjoni Ingliża tgħid: Item 2(5) shall be deleted.", "ONOR.ALFRED SANT: Tista' tfakkarna ftit x'kienet din?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-partita 2(5) qegħdin inħassruha għaliex din kienet tgħid li section 12 għandha tiġi section 8, mentri fir- realtà riedet tibqa' section 12 u mhux section 8.", "Jiġifieri m'hu se jinbidel xejn.", "THE CHAIRMAN: Rimarki fuq para.", "8 u para.", "9?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, f'para.", "9 ta' l-emenda - jew aħjar fil- partita 3 (3) ta' l-iskeda, f'subartikolu 4 (i) - għandna l-lista tal- prinċipji fundamentali li tkellimna fuqhom, li anke għamel riferenza għalihom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni iktar kmieni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kont nippreferi kieku dawn kienu xi forma ta' matriċi, xi ħaġa li aktar tolqot l-għajn, xi ħaġa ċentrali, imma kif inhuma naħseb li huma fair ukoll.", "THE CHAIRMAN: Rimarki fuq para 10, para 11, para 12, para 13, para 14?", "(Onor. Membri: No) Para 15?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Niskuża ruħi għax il-paragrafu 15 fil-verżjoni Ingliża mhux dan irid jiġi.", "Hemm xi ħaġa ħażina.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fit-text li għandi jien para 15 bil-Malti ġie paragraph 16 bl-Ingliż.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Paragraph 15 inqabeż.", "Irid jidħol ieħor u l-English text minn paragraph 15 'il quddiem irid jiġi renumbered 16, 17.", "Faċilment nirranġawha!", "THE CHAIRMAN: Jiddispjaċini imma għalissa nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "Grazzi.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla l-Erbgħa, 28 ta' Ġunju, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' l-Awtorità ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artġġjanat - Tieni Qari (Kont).;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità Maltija għal għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordninanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni", "--------------------------------------------------------------- -----", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Refuġjati - Kumitat Permamenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumtiat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permemanti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, dawn il-ġimgħat għal uliedna jirrappreżentaw l-aħħar jiem fl-iskejjel qabel joħorġu bil-btajjel tas- sajf, għall-iskejjel privati din il-ġimgħa u għall-iskejjel tal-gvern ġimgħatejn oħra.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk wieħed jitkellem naqra fuq il- ħteġijiet kemm infrastrutturali ta' l-iskejjel tagħna kif ukoll wieħed iħares lura u jirrifletti fuq is-suċċessi edukattivi jew mod ieħor ta' wliedna.", "Illum min qara l-gazzetta jew sema' l-aħbarijiet jaf li ħarġu r- riżultati ta' l-eżami għall-junior lyceum.", "Bħas-sena li għaddiet u bħas- sena ta' qabel għaddew 52% mill-istudenti li qagħdu għal dawn l-eżamijiet biex imorru fil-junior lyceum.", "Jekk wieħed janalizza s-sinifikat ta' dan ir-riżultat isib li prattikament nofs l-istudenti li qagħdu għal dawn l- eżamijiet ma rrnexxilhomx jilħqu l-istandard tal-karta li ġiet preżentata lilhom.", "Fil-maġġoranza tagħhom wieħed jara li dawn weħlu jew fl-Ingliż jew inkella fil-Maths, liema karta jippreżentawhilhom bl-Ingliż ukoll.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi, dan jagħti lok biex wieħed jixtarr sew x'inhi l-problema vera, jekk huwiex fil-mod kif qegħdin jitgħallmu l-lingwa dawn it-tfal, jew inkella jekk l-istandard li qed jintalab meta dawn ipoġġu għall-eżamijiet huwiex għoli żżejjed għall-età ta' dawn l-istudenti.", "Minkejja li m'għaddewx biex imorru l-junior lyceum, xorta se jkun hemm skejjel fejn imorru dawn it-tfal, skejjel li jieħdu ħsieb li dawn jibqgħu telgħin sa form 5, però permezz ta' dan l-eżami, dawn ġew streamed bejn dawk li rnexxew u dawk li ma rnexxewx.", "Ħafna drabi l-fatt li dawn it-tfal ma jkunux għaddew mill-eżami tal-junior lyceum ma jkunx minħabba li mhumiex tajbin jew ma kenux ippreparati, imma għaliex dawn it-tfal għall-ewwel darba f'ħajjithom ikunu ġew ippreżentati għal eżami kompetittiv.", "Tkun l- ewwel darba li dawn l-istudenti jkunu għamlu eżami barra mill-klassi regolari tagħhom ta' l-iskola, f'kompetitizzjoni mhux biss ma' l-istudenti l-oħrajn, però f'kompetizzjoni ma' l-istandards li xi kultant, jiddispjaċini ngħid, jiġu ffissati mingħajr ma jkun sar studju biżżejjed ta' safejn ikunu waslu t-tfal fl-iskejjel.", "Mr Speaker, irridu nagħmlu kurrikulu minimu nazzjonali għall-istudenti li jrid jippreżenta mezz kif uliedna jiġu ppreparati għall-ħajja għaliex, fuq kollox, għalxejn bniedem jitgħallem ħafna minn ġol-ktieb jekk finalment meta joħroġ fit-triq ma jkunx ippreparat għal kulma jista' jiltaqa' miegħu.", "Għalxejn bniedem iġib full marks x'ħin joqgħod għall-eżami u mbagħad fil- prattika, malli joħroġ mill-għatba tad-dar, jitfixkel u jaqa' fil-bankina, anke jekk ma jkunx hemm ħofor fil-bankina.", "Allura jiena nemmen li wieħed irid jagħmel post-mortem għaliex ripetutament, sena wara sena, mhux biss mhumiex qegħdin jgħaddu proporzjon sostanzjali tat-tfal mill-eżami tal- junior lyceum, imma għaliex dawn qegħdin jeħlu prattikalment fl-istess suġġett.", "Irridu nirriflettu sew għaliex kull darba qed jeħlu f'suġġetti li jitolbu lill-istudenti jaqraw u jifhmu dak li hemm miktub bl-Ingliż.", "Possibbli hemm daqstant disparità bejn tfal u oħra?", "Jiena ngħid li hemm dawk it-tfal li ma jistudjawx, però mhux reklam tajjeb għas-sistema edukattiva tagħna li minn 4,000 student li jpoġġi għall-eżami tas- sekondarja, 2000 minnhom jeħlu.", "Jiddispjaċini ngħid li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni diġà qiegħed tard, qiegħed tard mhux għaliex ma jaħdimx għaliex jiena naħseb li kull persuna li tifforma parti mis-sistema edukattiva tagħna tixtieq li jkollha s- suċċessi.", "Però forsi hemm bżonn rethinking tal-mod kif jiġu mgħallma ċerti suġġetti ħalli studenti ta' għaxra, ħdax-il sena jkunu diġà jifhmu l-Ingliż biżżejjed biex ikunu kapaċi jifhmu d-domandi li jagħmlulhom.", "Hawnhekk irrid ngħid li sfortunatament kull meta tkellimt ma' ċerti nies kull darba tawni l-istess risposta, li mhux it-tifel mhuwiex ippreparat, mhux it-tifla ma kenitx taf is-suġġett, mhux għaliex it-tifla injoranta u ma kenitx kapaċi titgħallem, imma ma kenitx kapaċi tirrealizza dak li kien qed jintalab minnha f'dik id-domanda, anke f'dak l-istadju ta' tifel jew tifla ta' għaxra, ħdax-il sena.", "Għalxejn ikollok teacher li tibda taqralhom somma bl-Ingliż, tfehemhielhom bil-Malti, turihom is-sistema li biha trid tinħadem, jekk primarjament l-istess studenti ma kenux kapaċi li jifhmu d- domanda kif tkun x'ħin huma pprovaw jaqrawha.", "Għalxejn nitolbu lil dawn it- tfal jagħmlu composition żgħira jew nistaqsuhom ċerti domandi bl-Ingliż li aħna nafu li jafu r-risposti tagħhom għaliex ikunu tgħallmuhom b'mod pappagallesk.", "Naħseb li għandu jkun hemm rethinking sabiex il-pedament li jingħataw l- istudenti fit-tagħlim ta' l-Ingliż ikun konkret u meta jiġu għall-eżamijiet ma jkunx hemm iżjed is-sogru li jgħaddu dawk li jmorru l-privat u dawk li kellhom special training biex jaslu, imma s-suċċess tas-sistema edukattiva tagħna tiġi riflessa b'ammont sostanzjali iżjed minn 52% li jgħaddu mill- eżamijiet tal-junior lyceum.", "Ovvjament, mhux kulħadd se jirnexxi fis- suġġetti li aħna ngħiduluhom akkademiċi, però naħseb li meta fl-ekonomija ta' pajjiżna l-qasam tas-servizzi qiegħed isir dejjem iktar importanti, pajjiżna għandu jara li minn età żgħira wliedna jkunu kapaċi jifhmu primarjament dak li qed jiġi ppreżentat quddiemhom.", "Mr Speaker, in konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, nixtieq nirrifletti fuq xi ħaġa oħra li għandha x'taqsam ma' l- edukazzjoni u ma' l-isfida li lil uliedna nippreparawhom aħjar għall-isfidi tal-ħajja u sabiex pajjiżna jkun ippreparat aħjar għall-ġejjieni.", "Din l- aħħar ġimgħa ħafna nies irċevew fid-djar tagħhom ktejjeb żgħir fuq il- programm Socrates, programm bl-isem ta' wieħed mill-filosofi antiki tal- qedem, bniedem li kien kapaċi jipprova jirraġuna l-affarijiet, bniedem li tul ħajtu kollha baqa' jitgħallem u jipprepara ruħu aħjar biex ifiehem lil ħaddieħor kif jaħseb.", "Il-programm Socrates huwa miftuħ b'mod sussidjat mill-Unjoni Ewropea kemm għal studenti minn pajjiżi li diġà daħlu fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll għal dawk il-pajjiżi, bħalma hi Malta preżentement, li qabdu t-triq tal-kandidatura biex isiru membri fl-Unjoni Ewropea.", "Però dawk l-istudenti minn pajjiżi li ma jifformawx parti minn dan il-blokk li japplikaw biex jipparteċipaw f'dawn il-korsijiet ħalli jieħdu esperjenza u jistudjaw f'pajjiż ieħor, iridu jew iħallsu huma jew iħallas il-gvern ta' dak il-pajjiż.", "Għalhekk importanti li wliedna u min irid jipparteċipa f'dawn l-affarijiet jaqra sew il-vantaġġi li tirrappreżenta l-pożizzjoni tagħna llum.", "Mr Speaker, inħoss li huwa importanti li l-istudenti tagħna bi kliem sempliċi li jista' jifhmu kulħadd, bħalma huwa dan il-ktejjeb, jiġu espressi lilhom il-vantaġġi li jinkludu programm bħal dan, programmi bħal Leonardo u programmi oħrajn li jagħtu tagħlim u preparazzjoni għal uliedna.", "Bil-mezzi ta' l-informatika li jeżistu llum, fejn bniedem b'għafsa ta' buttuna jista' jsib din l-informazzjoni kollha, huwa importanti li fl- iskejjel tagħna jingħata apprezzament ta' dawn l-affarijiet u jingħataw l- indikazzjonijiet lill-istudenti li telgħin illum sabiex min irid jaqra u jifhem x'jirrappreżentaw dawn it-tip ta' affarijiet, ikun jista' jsibhom wara dik l-għafsa ta' buttuna u jidħol fl-internet jew fi programmi li jkunu ppreparati.", "Mr Speaker, issa nixtieq nitkellem xi ftit ukoll fuq il-ħteġijiet li hemm fil-lokalitajiet li jien nirrappreżenta li nħoss li għandhom bżonn jingħataw attenzjoni.", "Din il-Kamra dalwaqt se tiddiskuti liġi fuq health and safety fuq il-post tax-xogħol.", "Però naħseb li għad jiġi żmien li wieħed jitkellem ukoll fuq il-health and safety fil-post fejn noqogħdu.", "Mhux qed nirriferi għad-djar tagħna għaliex id-dar tagħna għandna t- tendenza li dejjem nagħmluha aħjar għall-kumdità tagħna, fejn l-affarijiet ikunu safe kemm jista' jkun u ma jkunx hemm il-perikoli li bniedem jista' jevita b'naqra attenzjoni.", "Qed nirriferi għal dak li hu 'l barra mill-bieb tagħna u fit-toroq tagħna.", "Il-gvern preżenti snin ilu welled proġett fejn iddeċieda li jibni ammont sostanzjali ta' residenzi, cluster houses, flats, maisonettes, plots fl- Imtarfa, post li llum ħa l-istat tiegħu fil-ħajja Maltija bħala lokalità billi anke saru elezzjonijiet ta' kunsill lokali, fejn in-nies għażlu żewġ rappreżentanti minn kull naħa li jappoġġaw xi naħa minn din il-Kamra u għażlu bniedem indipendenti li kien jifforma parti mill-għaqda tar- residenzi ta' l-Imtarfa.", "Però jien nemmen li meta bniedem jagħmel proġett ta' residenzi, man mano li dan il-proġett jiżviluppa, bniedem irid jagħmel dawk l-emendi meħtieġa sabiex jara li f'dan il-post ikun jeżisti wkoll element ta' health and safety fl-ambjent ta' madwar dawn in-nies li joqogħdu hemm.", "L-Imtarfa tirrappreżenta popolazzjoni ta' età żagħżugħa, fejn il-medja ta' l-età tvarja bejn 22 sena sa 50 sena, fejn l-anzjani huma f'minoranza żgħira ħafna u n-nies li qegħdin irabbu huma fil-maġġoranza.", "Għalhekk illum ma stajtx ma nsemmix l-assurdità li fejn hemm il-gymnasium ta' l- Imtarfa, li llum ngħata lil għaqda sportiva biex tmexxih, f'area fejn suppost tħalliet miftuħa sabiex ikun hemm aċċess jekk ikun hemm bżonn ta' ambulanza, fire-engine jew xi emerġenza oħra, din ġiet mogħtija madwar filata xaħx u ngħalqet totalment.", "Iktar minn hekk, qed tiġri d-diċerija kerha f'din il-lokalità li hemm il-ħsieb li din issir playing field.", "Allaħares jinqala' inċident ħdejn il-cluster houses ta' din l-area li qed insemmi jien, bejn is-civic centre fuq in-naħa tal-lvant, il-gymnasium fuq in-naħa ta' nofsinhar, u l-cluster houses ta' Binja Sta.", "Luċija fuq it- tramuntana u l-punent għaliex mhuwiex possibbli li s-civil protection, il- pulizija jew ambulanza jidħlu sabiex jaqdu dmirhom fl-inqas żmien possibbli biex joħorġu n-nies jew ilaħħqu ma' nar f'dawn l-inħawi.", "Mr Speaker, naħseb li hemm bżonn li l-kunsill lokali tal-lokalità - u jien naf li individwalment jaqblu ma' dan li qed ngħid - jieħu ħsieb li din l-area tinfetaħ b'mod li taqdi xi ftit il-bżonn ta' xi parking fl-inħawi, però iktar importanti minn hekk, li jitħalla aċċess liberu għal vetturi li jistgħu jkollhom bżonn jidħlu f'din l-area.", "Ma tagħmilx sens li fire- engine irid ikollha hose pipe twil mhux inqas minn 100 metru biex jinqdew areas f'dawn il-lokalitajiet.", "B'dak li ġara mhux qiegħed jintlaħaq l-iskop kollu li jinbena ambjent li għandu jaqdi l-bżonnijiet ta' housing tal- lokalità u tal-poplu Malti u fl-istess ħin joħloq atmosfera pjaċevoli imma anke safe.", "Inħoss li hemm bżonn li dan jinbidel biex l-affarijiet isiru sew darba għal dejjem.", "Mr Speaker, ilhom isiru ħafna complaints għaliex baqgħet ma ħarġitx local plan għall-Imtarfa sabiex, bħalma hemm f'kull raħal, ikun hemm development area u outside development zone.", "Jeħtieġ li dan l-imbierek local plan għall-Imtarfa jinħareġ minnufih ħalli min għandu proprjetà jew art hemmhekk ikun jaf taħt liema kategorija taqa', u min għandu art li hija fabbrikabbli jkun jista' japplika.", "Però trid tinqata' l-anomalija li kull min japplika sabiex jibni biċċa art fl-Imtarfa, li nafuha bħala raħal bħal kull raħal ieħor, ma jibqgħux jirċievu ittra mingħand il-planning authority li l- applikazzjoni saret għall-bini ta' art f'outside development area.", "Strettament din hija skond il-liġi, però fil-prattika hija banali.", "Mr Speaker, fl-Imtarfa hemm areas li f'kull raħal ieħor l- applikazzjonijiet fuqhom ikunu run of the mill, imma hemmhekk, minħabba li dan l-imbierek local plan għadu ma ħareġx, kull applikazzjoni titqies bħala illegali għaliex qed tapplika fl-area li hija outside development zone.", "Però mbagħad l-anomaliji jkomplu jikbru għaliex f'lokalità fejn il-gvern stess ħoloq kunsill lokali u bena jew ta art biex jinbnew madwar 1,000 residenza, il-gvern ngħata permess biex jibni outside development zone, biex jagħti l-housing.", "Mr Speaker, fil-każ tal-housing nammetti li l-gvern għandu jkollu dritt li jibni f'inħawi li ma jkunux within development zone, però jekk wieħed irid joħloq lokalità b'identita', allura ma jistax ikun li affarijiet bażiċi bħal local plan għal din l-area tibqa' ma ssirx.", "Mr Speaker, nerġa' niġi għall-punt li din il-lokalità tista' sservi wkoll sabiex isir pilot project ta' kif ikollna health and safety fl-irħula tagħna.", "Il-ġimgħa l-oħra ġie jkellimni bniedem ta' madwar 32 sena li, b'ideat sempliċi però effettivi, ipprova jagħtini eżempji ta' kif l- anomaliji li jeżistu llum f'din il-lokalità jistgħu għallinqas jiġu minimizzati sakemm jitranġaw l-affarijiet .", "Minkejja li sar ħafna xogħol tajjeb ta' landscaping fl-istess Imtarfa, jonqos ftit inqaqar li għandna bżonn induru magħhom.", "Dan nistgħu nagħmluh billi dak li hu tajjeb inżommuh u nkomplu ntejbuh, però dak li jirriżulta biċ-ċar li huwa inadegwat u ħażin, waqt li għadna qed nibnu l-pedamenti ta' din il-lokalità, jiġi rranġat illum meta għadna in time biex is-sitwazzjoni ma tiggravax ruħha.", "Per eżempju, jekk in-nies tal-lokaltà jixtiequ playing-field fejn uliedhom jistgħu jmorru jilagħbu, hemm lok fejn issir mingħajr ma jingħalaq l-aċċess għal ċerti nħawi f'każ ta' bżonnijiet urġenti f'dik il-lokalità.", "Hemm areas biżżejjed għax għall-grazzja t'Alla l-Imtarfa, minkejja l-high density ta' bini li għamlu għar-residenti, hija lokalità żgħira biżżejjed fejn jekk bniedem jaqbad tarf tar-raħal u jibni din il-playing-field, xorta tibqa' aċċessibbli bir-riġel minn bankini li huma tajbin.", "Ix-xogħol tal- bankini u tad-dwal sar tajjeb ħafna u x-xogħol ta' aċċess huwa komdu fil- ħafna proprjetajiet li hemm, inkluż fejn sar ħafna xogħol ta' landscaping fl-areas fejn kien hemm il-bini antik tas-servizzi.", "Però mbagħad m'għandniex naqtgħu l-aċċessibilità għal ċerti postijiet sabiex ngħidu li għamilna playing-field, u biex nibnu ħajt ma jfissirx li nżarmaw ieħor jekk il-ħajt l-ieħor huwa tajjeb.", "Irid ikun hemm ħsieb u proġettazzjoni wara dawn ix-xogħlijiet.", "Mr Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi dalgħodu billi nissuġġerixxi li fl-interess tax-xogħol siewi li għamlet il-planning authority fl-Imtarfa għandha ssir laqgħa miftuħa kemm għar-residenti ta' l-Imtarfa kif ukoll mal- kunsill lokali ta' din il-lokalità.", "Nassigurahom li se jsibu nes li lesti jaħdmu volontarjament biex jaraw li l-lokalità tagħhom tkun miżmuma tajjeb u jkollha l-bżonnijiet kollha.", "Dawn lesti jiddiskutu n-nuqqasijiet li hemm u bi ftit attenzjoni u mhux b'ħafna flus, ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex wieħed jara li l-ambjent fejn jgħixu jkun iżjed safe.", "Nirrngrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa, 28 ta' Ġunju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRODUTTURI TAT-TJUR", "17196.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' produtturi tat-tjur reġistrati mad-dipartiment tas-servizzi veterinarji tad-dipartiment ta' l- agrikoltura?", "Kemm saru spezzjonijiet fl-irziezet u l-impjanti tagħhom sabiex ikun stabilit it-tibdil li dawn iridu jwettqu sabiex ikunu konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet tal-CAP, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kemm huwa n-numru ta' l-istaff responsabbli minn dan ix-xogħol u kemm iridu jiżdiedu tekniċi, eċċ, sabiex fil-ġejjieni qarib jibdew jiġu segwiti l-imsemmija sistemi ġodda ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numri ta' produtturi ta' tjur reġistrati mas- Servizz Veterinarju u li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura huwa ta':", "281 Broilers 84 Broilers u layers 45 Layers", "In-numru ta' staff responsabbli minn dan ix-xogħol huwa ta' veterinarju u żewġ tekniċi.", "Huwa stmat li dan in-numru jrid jitla' għal għaxar persuni.", "Spezzjonijiet isiru fuq bażi regolari meta u kemm-il darba jkun meħtieġ.", "INĊIDENTI - IMWIET", "17197.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li mietu kawża ta' inċidenti fatali mill-ewwel tas-sena 'l hawn?", "X'ikkawża l-mewt ta' dawn il- persuni?", "Kemm kienu nisa, irġiel, anzjani u żgħażagħ?", "X'investigazzjoni qed issir mill-pulizija relatata ma' dawn il-każi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u d-19 ta` Ġunju ta` din is- sena, huwa kif ġej :", "|Data |Sess |Eta|Kawża |Investiga| | | |` |tal-me|zzjoni | | | | |wt | | | | | | | | |16.01.2|raġel|62 |Waqa' |Inkjesta | |000 | | |bini |bil-Maġis| | | | | |trat | |27.01.2|raġel|39 |Gass |Inkjesta | |000 | | |velenu|bil-Maġis| | | | |ż |trat | |27.01.2|raġel|55 |Gass |Inkjesta | |000 | | |velenu|bil-Maġis| | | | |ż |trat | |27.01.2|raġel|49 |Gass |Inkjesta | |000 | | |velenu|bil-Maġis| | | | |ż |trat | |28.01.2|raġel|45 |Splużj|Inkjesta | |000 | | |oni |bil-Maġis| | | | |kamra |trat | | | | |tan-na| | | | | |r | | |11.02.2|raġel|77 |Inċide|Inkjesta | |000 | | |nt |bil-Maġis| | | | |tat-tr|trat | | | | |affiku| | |12.02.2|mara |91 |Inċide|Inkjesta | |000 | | |nt |bil-Maġis| | | | |tat-tr|trat | | | | |affiku| | |19.02.2|raġel|19 |Inċide|Inkjesta | |000 | | |nt |bil-Maġis| | | | |tat-tr|trat | | | | |affiku| | |19.02.2|raġel|14 |Inċide|Inkjesta | |000 | | |nt |bil-Maġis| | | | |tat-tr|trat | | | | |affiku| | |16.03.2|raġel|70 |Splużj|Inkjesta | |000 | | |oni |bil- | | | | |kamra |Maġistrat| | | | |tan-na| | | | | |r | | | | | |(02.03| | | | | |.2000)| | |30.03.2|raġel|16 |Waqa` |Inkjesta | |000 | | |minn |bil-Maġis| | | | |għoli |trat | |12.04.2|mara |83 |Waqa` |Inkjesta | |000 | | |bini |bil-Maġis| | | | | |trat | |23.04.2|raġel|33 |Inċide|Inkjesta | |000 | | |nt |bil-Maġis| | | | |tat-tr|trat | | | | |affiku| | |04.05.2|raġel|67 |Waqa` |Inkjesta | |000 | | |minn |bil-Maġis| | | | |għoli |trat | |15.05.2|raġel|41 |Waqa` |Inkjesta | |000 | | |minn |bil-Maġis| | | | |għoli |trat | |11.06.2|raġel|22 |Mgħarr|Inkjesta | |000 | | |aq |bil-Maġis| | | | | |trat | |11.06.2|raġel|63 |Mgħarr|Inkjesta | |000 | | |aq |bil-Maġis| | | | | |trat |", "XOGĦOL - KORRIMENTI", "17198.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol rapportati lid-dipartiment mill- ewwel tas-sena 'l hawn f'Malta u Għawdex?", "Kemm minnhom kienu gravi?", "Kemm minn dawn il-ħaddiema kawża ta' l-inċidenti għadhom ma rritornawx għax- xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' talbiet għal benefiċċju tal-korriment li daħlu mill-ewwel tas-sena 'l hawn huwa ta' 2182 talba f'Malta u 62 f'Għawdex.", "Mill-istatistika li għandu d-dipartiment, 323 għadhom ma rritornawx għax- xogħol f'Malta u tmienja f'Għawdex.", "Id-dipartiment ma jżommx statistika dwar il-gravita' tal-korriment.", "Li jista' jingħad biss huwa li mill-ewwel tas-sena s'issa ingħataw biss żewġ għotjiet tal-korriment minħabba t-telf fiżiku minħabba l-korriment.", "Fiż- żewġ każi l-panel mediku għamel stima ta' l% bħala telf fiżiku riżultat tal- korriment.", "PULIZIJA - PERSUNI NIEQSA", "17199.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapportati nieqsa mill- pulizija mill-ewwel tas-sena 'l hawn?", "Kemm minnhom instabu u/jew irritornaw?", "X'investigazzjonijiet għaddejjin fil-mument mill-pulizija b'konnessjoni ma' dawn il-każi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u t-19 ta` Ġunju ta` din is-sena kien hemm 95 persuna rrapportati nieqsa lill-pulizija.", "Dawn kollha ġew rintraċċati.", "LAĦAM - IMPORTAZZJONI", "17200.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar importazzjoni tal-laħam tal-majjal u kemm kwantitajiet ta' majjal ġie importat?", "Kemm jieħu biex jilħaq is-suq il-proċess tat-trobbija tal-majjal fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-aħħar importazzjoni tal-laħam tal-majjal kienet fit- 12 ta' Ġunju ta' din is-sena u l-ammont importat kien ta' żewġ tunnellati.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda huwa fatt li l-iqsar tul tas-simna huwa favur il-produttur.", "Iċ-ċirkostanzi ta' Malta wieħed jistenna cycle mit-twelid għall-qatla ta' mhux aktar minn seba' xhur.", "FSM - IMPJEGATA", "17327.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' xogħol, ittra ta' ħatra, il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg u lista ta' benefiċċji, remunerazzjoni u perkaċċi oħra li għandha l-impjegata tal-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi - isimha qed jintbagħat separatament - filwaqt li jgħid meta ġiet ingaġġata u permezz ta' liema sejħa għall-applikazzjoni pubblika, filwaqt li jpoġġi wkoll kopja ta' l-avviżi li dehru fil-ġurnali jirriklemaw dan l-impjieg?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kuntratt tax-xogħol ta' Ms. Helen Tabone, assistenta personali tal-President tal-Fondazzjoni, kif ukoll il-job description tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Hija tirċievi wkoll remunerazzjoni tal-kont tat-telefon ċellulari.", "Sejħa għall-applikazzjonijiet ma ġiex ppubblikat fil-gazzetti minħabba li din hija position of trust.", "DIPARTIMENT TAL-KULTURA - IMPJEGATI", "17328.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol ta' l-impjegat - ismu qed jintbagħat separatament - fi ħdan id-dipartiment tal-kultura iżda flok ma hu stazzjonat f'Casa Gaspe, fil-Belt, Valletta, huwa stazzjonat fil-bini tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-Furjana, filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum vitae ta' l-istess individwu u jgħid hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' supervisor fl- istess dipartiment tal-kultura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux soltu li għal impjegati ta' dan il- grad tintalab is-CV tagħhom.", "Għar-rigward tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' supervisor fid-Dipartiment tal-Kultura ma jirriżultaliex li ħarġu dawn l- applikazzjonijiet.", "Jekk fil-futur issir, din tkun miftuħa għal kulħadd inkluż impjegati l-oħra kollha tal-gvern f'dipartimenti oħra.", "FREEPORT", "17329.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat bejn il-ministeru tiegħu u l-Korporazzjoni tal-Freeport biex dan ta' l-aħħar jagħti servizzi ta' konsulenza lil ta' l-ewwel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress illi ġejt mogħti l-parir li minħabba l-element kummerċjali tiegħu, mhux meqjus xieraq li jiġi ppubblikat il-ftehim li sar bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u t-technical services tal-Malta Freeport Corporation, se nikkonsidra t-talba ta' l-Onor.", "Membru u nagħti risposta definittiva f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "17330.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol ta' l-impjegat - isimu qed jintbagħat separatament - fi ħdan il-ministeru tiegħu, filwaqt li jgħid minn liema enti toħroġ il-paga tiegħu, kif ukoll jgħarraf lill-Kamra x'kien l-iskop tal-viżti ta' l-istess individwu fl-iskola sekondarja tal-Gżira fil- perijodu bejn it-2 ta' Mejju, 2000 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA - KONSULENTI", "17359.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati uew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatibilita' etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kondizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - KONSULENTI", "17360.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in- nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li m'hemm l-ebda avukat, għaqda ta' avukati jew konsulent legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lid- dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex f'xogħol relatat mal-Unjoni Ewropea.", "SAĦĦA - KONSULENTI", "17361.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jw xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - KONSULENTI", "17362.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f` seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - KONSULENTI", "17363.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatibilita' etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.", "TILQIM - SIDE EFFECTS", "17364.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri m'humiex qed jiġu informati bis-side- effects li jista' jkun hemm mit-tilqima cellular li qed tingħata f'Malta kontra l-whooping cough meta tilqima simili tista' tikkaġuna brain damage tant li l-qorti suprema ta' l-Irlanda fl-1995 ġiegħlet tħallas miljuni ta' liri f'danni lill-ġenituri ta' tarbija li spiċċat brain damaged?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "MALTA UNIVERSITY SERVICES LTD.", "17376.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jikkonferma li l-uffiċċju tiegħu ta l-approvazzjoni lill- Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex dan, permezz tal-kumpannija ta' l- Universita, cioe' l-Malta University Services Ltd. jingħata s-servizzi tal- persuna - ismu qed jintbagħat separatament - b'salarju part-time ta' Lm14,000 (mingħajr VAT) fis-sena għall-massimu ta' 15-il siegħa fil-ġimgħa għall-perijodu bejn Ottubru u Ġunju u massimu ta' ħamsa u għoxrin siegħa fil-ġimgħa fil-perijodu bejn Lulju u Settembru kif ukoll l-użu ta' karozza bl-ispejjeż kollha tagħha mħallsa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għandu kuntratt (A Contract for Services) mal-Malta University Services Ltd (MUS) biex din il-kumpannija tipprovdi servizzi lill-imsemmi ministeru.", "Il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant ġiet provduta mill-MUS biex tagħti s-servizzi tagħha lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni taħt dan il- kuntratt.", "L-approvazzjoni ta' kuntratt simili hi delegata lill-Ministru kkonċernat."]} {"filename": "20011113_638d_par.doc", "date": "2001-11-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 638 It-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 638", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "638", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 700", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 700", "TQEGĦID TA' KARTI 705", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI (IT-TIENI QARI)", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL (SECOND READING) 706", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL(COMMITTEE STAGE) 715", "AĠĠORNAMENT 725", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 730", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 637 li saret fit-12 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "DAR OSANNA PIA", "29429.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħatat fondi pubbliċi d-dar Osanna Pia f'Tas-Sliema?", "X'ħidma għamlet id-Dar Osanna Pia minn meta fetħet sa kemm għalqet?", "X'inhuma r-raġunijiet li għalihom m'għadhiex topera din id-dar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Din is-sena d-Dar Osanna Pia ngħatat Lm5,000 mill-vot allokat fl-estimi għall-NGOs.", "Din id- dar, li hi amministrata mis-Selesjani ta' Don Bosco, toffri kenn lill- ġuvintur ta' bejn it-18 u t-28 sena bi problemi familjari, soċjali, ta' abbuż sesswali u emozzjonali.", "Jiġu aċċettati wkoll ġuvintur ta' bejn is-16 u t-18-il sena li jkunu fi bżonn ta' għajnuna urġenti.", "Residenti fid-dar jiġu mgħallma, permezz ta' life skills programmes, jakkwistaw l-indipendenza u l-kapaċita` biex jaffaċċjaw il-ħajja u għalhekk jkunu mistennija li eventwalment isibu akkomodazzjoni oħra.", "Isir ukoll xogħol mal-familjari tar-residenti u jinħadem after-care programme.", "Ninsab informat li d-Dar Osanna Pia għadha qed topera.", "SKOLA PRIMARJA TA' STA.VENERA", "29430.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika lmenti li fl- iskola primarja ta' St. Venera mhux qed jitqassam biżżejjed ħalib lit-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-iskola Primarja 'A' qed tordna ħalib skond id-domanda min-naħa tat-tfal biex tassigura li dan il-ħalib jinxtorob kollu u jkun miżmum il-ħin kollu f'temperatura tajba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi l-policy tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni fejn jirriżulta li f'ċerti skejjel - primarji jew sekondarji – l-għalliema huma responsabbli mit-tmexxija tat-tuck shops?", "Kif qed jiġi assigurat li dawn l-għalliema ma jkunx ta' inkonvenjent għalihom li jkomplu jagħtu t- tagħlim tagħhom fis-suġġetti partikolari li jgħallmu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, illum-il ġurnata l-iskejjel għandhom spazju ta' tmexxija deċentralizzata u din il-kwestjoni dwar it-tuck shops taqa' fil-parametri tad-deċiżjoni tal-kap ta' l-iskola flimkien mal-kunsill skolastiku.", "Hawn skejjel li joħorġu l-offerti biex ikun jista' jiġi ġestit it-tuck shop u jridu josservaw ir-regoli u l-kondizzjonijiet li hemm stabbilit għal dan il-għan.", "Imbagħad hemm każijiet oħrajn fejn il-kunsill skolastiku flimkien mal-kap ta' l-iskola jiddeċiedi li huwa ta' interess għall-iskola li t-tuck shop jiġi ġestit internament minn nies li qegħdin diġa` jaħdmu fl-iskola.", "F'dak il-każ ikun hemm għalliema li jidħlu volontarjament għal din ir- responsabbilta` biex imbagħad il-qliegħ li jagħmlu jerġa' jiġi investit fl- iskola.", "Jien ngħid li min jagħmel dan ix-xogħol ikollu spirtu qawwi ta' ċerta rabta ma' din l-iskola partikolari għax trid tqis li dan jagħmluh mingħajr ma jitħallsu tiegħu u a skapitu tal-ħin liberu tagħhom.", "Jien nformat li f'każijiet bħal dawn l-għalliema għandhom id-disponibilita` kollha li jkomplu bil-qadi ta' dmirijiethom bħala għalliema, liema dmirijiet jirbħu fuq kull qadi ieħor volontarju li jistgħu jagħmlu fl- iskola.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nifhem li l-proviżjon tal-ħalib fl- iskejjel tal-gvern daħlet fi żmenijiet meta l-life style kienet differenti ħafna u fil-fatt ġejt informat li f'ċerti skejjel qed ikun hemm ħafna ħela ta' ħalib.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi indikazzjoni li d-domanda għall-ħalib naqset ħafna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, teżisti din it-tip ta' sitwazzjoni u għalhekk f'dan il-każ in partikolari weġibt li l-iskola tordna l-ħalib skond id- domanda għax kieku tordna skond ir-razzjon tat-tfal kollha, kieku l-ħela ta' ħalib tkun aktar sostanzjali.", "Il-kap ta' l-iskola ma jkunx ħa din id- deċiżjoni fid-dawl ta' esperjenza ta' ġurnata jew tnejn imma probabbli fuq esperjenza fit-tul li tkun qiegħda turi li l-ħalib m'huwiex qed jittieħed kollu.", "U allura t-talba għall-ħalib issir skond id-domanda u skond l-użu li jagħmlu minnu t-tfal.", "Hawn skejjel li jimmaniġġjaw il-kwestjoni tal-ħalib b'din il-manjiera, għalkemm jaf jiġi żmien meta jkollok domanda baxxa u jaf jiġi żmien meta jkollok domanda aktar qawwija, u hawn skejjel oħrajn li jimxu bir-rata li jordnaw il-ħalib per capita, jiġifieri skond kemm għandhom tfal, indipendentement minn kemm jikkonsmaw ħalib.", "Huwa veru li l-ħalib kien ġie ntrodott fi żmenijiet meta t-tfal tal-familji Maltin kienu neqsin minn affarijiet l-aktar bażiċi.", "Niftakar meta fl- iskejjel, apparti l-ħalib, kienu jitqassmu l-mustardini tal-calcium, il- pilloli taż-żejt tal-ħuta u anke l-għasel.", "Għall-grazzja t'Alla llum-il ġurnata l-istandard of living tal-familja Maltija in ġenerali tela' 'il fuq imma jiena dan is-servizz nibqa' nqisu importanti anke għaż-żmenijiet tal- lum minħabba l-fatt li l-ħalib huwa importanti fid-dieta tat-tfal tagħna u f'ħafna każijiet – mhux tant minħabba kwestjoni finanzjarja – jekk dan ma jingħatax fl-iskola, jispiċċaw ma jieħdux ħalib matul il-ġurnata.", "Barra minn hekk wieħed irid jingrana lit-tfal f'ċertu stil ta' dieta.", "Filwaqt li l-ħalib għandu jibqa' jingħata fl-iskejjel tagħna, nemmen ukoll li t-talba għalih għandha tkun komensurata mal-konsum tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma jaħsibx il-Ministru li jkun diffiċli għall-għalliema biex minbarra li jaqdu dmirijiethom bħala għalliema jagħmlu wkoll il-preparamenti biex jitqassam il-ħalib u jieħdu ħsieb it-tuck shops ta' l-iskola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nirċievi diversi lmenti dwar affarijiet li jiġru fl-iskejjel pero` s'issa qatt ma wasalli xi lment li hemm għalliema li qed jonqsu mid-doveri tagħhom minħabba l-impenji tagħhom fit-tuck shop.", "Irrid nafda f'idejn il-kapijiet ta' l-iskejjel biex jassiguraw li l-impenn ta' l-għalliema għall-aqwa esperjenza edukattiva tingħata l-ogħla prijorita` fl-iskejjel tagħna.", "Tajjeb ngħidu li l-għalliema jagħmlu kwantita` ta' xogħol volontarju ta' guidance, ta' appoġġ u ta' inizjattivi biex lit-tfal joffrulhom esperjenzi li m'humiex fil-kwadru tat-time-table ta l-iskola.", "Ħafna għalliema jiddedikaw ruħhom b'entusjażmu, b'enerġija u bi kreattivita` biex itellgħu diversi attivitajiet matul is-sena.", "Fil-fatt Allaħares ma jkunx hekk.", "Jiena rrid infisser pubblikament l-apprezzament tiegħi għal dak li jagħmlu l-għalliema beyond their call of duty.", "Huwa veru li kollox jista' jkollu impatt fuq il-ħin li huwa ddedikat għat- tagħlim pero` jien għandi fiduċja li l-kapiijet ta' l-iskejjel, l- assistenti tagħhom u fuq kollox l-għalliema nfushom, huma nies li l-ewwel vokazzjoni tagħhom hija t-tagħlim u allura l-ewwel ma jagħmlu huwa li jiddedikaw ruħhom għall-iskop primarju u fundamentali tal-ħidma tagħhom fl- iskola.", "It-tendenza x'aktarx tkun li dawk l-għalliema li jagħtu kontribut lill-iskejjel fil-ħin liberu tagħhom ikunu fost l-aħjar għalliema għax ikollhom ċerta motivazzjoni u ċerta rabta ma' l-identita` ta' l-iskola partikolari.", "Nerġa' ngħid li s'issa qatt ma kelli lmenti ta' dan it-tip pero` jekk ikolli, nikkonsidrahom.", "Il-kapijiet ta' l-iskejjel għandhom ċerta responsabbilta` f'dan il-kamp u jekk l-Onor.", "Membru jew xi ħadd ieħor ikollu xi tħassib dwar żbilanċ bejn l- impenn ta' xi għalliem biex jaqdi dmirijietu u biex imexxi t-tuck shop, għandu jiġbed l-attenzjoni tagħna biex aħna niffokaw fuq l-eċċezzjoni u ma ndaħħlux il-ġeneralita` ta' din il-ħidma volontarja bħallikieku hija xi attivita` li għandha tkun iċċensurata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bla ma ninftiehem li għandi xi sfiduċja fil- kapijiet ta' l-iskola u l-għalliema u bla ma ninftiehem li qed nitkellem fuq xi ċensura, jikkonsidra l-Ministru li jkun aktar għaqli li l-għalliema jużaw aktar il-ħila u l-iskills tagħhom biex tabilħaqq jinħolqu opportunitajiet fl-iskejjel milli biex imexxu t-tuck shops?", "Jien nemmen li ċertu servizz jista' jingħata minn nies oħrajn li jkollhom l-istess sens ta' maturita` li bla dubju għandhom l-għalliema u l-kapijiet ta' l-iskola.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena ma kontx qed nifhem li l-Onor. kollega tiegħi għandu xi nuqqas ta' fiduċja fl-għalliema jew fit-tmexxija ta' l-iskejjel.", "Jiena se niġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet edukattivi għas-suġġeriment li qiegħed jagħmel pero` nerġa' ngħid li s'issa ma kellix rapporti li x- xogħol volontarju li jagħmlu l-għalliema fl-iskejjel jista' b'xi mod qed jimpinġi fuq il-kontribut u fuq it-tagħlim tagħhom.", "Huwa importanti li ma niġġeneralizzawx.", "Allaħares niġu fi stat li lill-għalliema nagħtuhom x'jifhmu li xogħolhom għandu jkun work to rule, li għandhom jimxu biss mal-kurrikulu u malli tispiċċa l-lezzjoni daqshekk.", "Jekk nagħtu din l-impressjoni nkunu qegħdin naqtgħu l-ispirtu ta' teamwork u ta' xogħol volontarju li għandu jkollna fl- iskejjel tagħna.", "Għandna ngħidu bil-maqlub, li l-core work u l-ħidma primarja ta' l-għalliem hija li jwettaq il-kurrikulu pero` ejjew ma nkunux dojoq f'din l-interpretazzjoni.", "Ejjew ngħidu wkoll li l-għalliema jagħtu ħafna tagħlim lit-tfal tagħna fil-ħinijiet tal-kuntatt l-ieħor li jkollhom magħhom.", "Ċerti affarijiet li tgħallimt u ċerti eżempji li ħadt jien personalment ma ħadthomx fil-klassi imma ħadthom fil-kuntatt li kelli ma' l-għalliema tiegħi waqt il-ħin tal-logħob, waqt li konna qed nippreparaw għall-plays tal-Milied u waqt li konna qed nagħmlu attivita` extra-kurrikulari.", "Għalhekk naħseb li m'għandniex nirrestrinġu x-xogħol ta' l-għalliema biex joqogħdu biss fil-klassijiet u naraw x'riżultat ikollna fl-eżamijiet.", "Joħroġ ċar li jekk għandna d-difetti f'ċerti standards mhux għax l- għalliema tagħna jagħmlu ħidma extra-kurrikulari a favur tat-tfal jew a favur ta' l-iskola.", "Nerġa' ngħid li din il-ħidma għandha tiġi nkoraġġita għax jiena nibqa' nafda fit-tmexxija tal-kapijiet ta' l-iskejjel li jafu x'inhuma l-prijoritajiet u ċert li m'humiex se jħallu lil dawn il- prijoritajiet jiġu mfixxkla.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħixu f'Ġenna ta' l-art imma qegħdin ngħixu f'dinja tal-bnedmin, bit-tajjeb u bid-difetti kollha tagħna.", "U allura l- konklużjoni trid tkun li fejn għandna każijiet speċifiċi ta' nuqqas ta' dmirijiet, wieħed għandu jiġbed l-attenzjoni bil-prudenza kollha għalihom biex insewwuhom u fl-istess ħin ninkoraġġixxu u nirringrazzjaw lil dawk l- għalliema li fil-ħin liberu tagħhom jiddedikaw enerġija u kreattivita` favur it-tfal u favur l-iskejjel.", "SUPPLY TEACHERS", "29431.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom supply teachers mad-divizjoni ta' l-edukazzjoni rċevew cheque ta' Lm 000.0 bħala ħlas għal Ottubru 2001?", "Kemm kien hemm impjegati oħra f'oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-ministru li ħadu cheque ta' Lm 000.00 bħala salarju?", "X'passi rimedjali ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minħabba li s-supply teachers normalment jerġgħu japplikaw fil-bidu ta' kull sena skolastika, din l-informazzjoni ma laħqitx waslet fil-ħin sakemm inħadmu s-salarji ta' Ottubru.", "Dan qiegħed jiġi rimedjat.", "Informat ukoll li fl-oqsma l-oħra li jaqgħu taħt ir- responsabbilita` tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, ma kien hemm ebda impjegat ieħor li ħa cheque ta' Lm000.00 bħala salarju.", "GĦALLIEMA", "29433.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex suġġetti xjentifiċi bħall-fiżika, kimika u bioloġija jiġu mgħallma permezz tal-kompjuter kif qed tiġi mgħallma l-matematika fl-iskejjel sekondarji u junior lyceum?", "X'taħriġ se jingħataw l-għalliema ta' dawn is-suġġetti biex jużaw l-IT fit-tagħlim ta' dawn is-suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment tal-kurrikulu beda proċess li għandu jwassal biex il-kompjuters ikunu parti integrali minn kull laboratorju tax-xjenzi fl-iskejjel.", "Wara riċerka li saret fost l-għalliema tax-xjenza kien determinat x'tip ta' taħriġ għandhom bżonn l-għalliema u f'liema livelli.", "L-istadju li jmiss hu li jingħata bidu għal dan it- taħriġ, filwaqt li jkun hemm proċess ta' konsultazzjoni ma' l-għalliema biex jekk ma jinstabx software tajjeb offrut kommerċjalment, jinbnew programmi adatti ta' software.", "Barra minn hekk, fid-dipartiment tal-further studies qed jitħejja programm ta' e-learning fil-fiżika.", "Dan il-proġett qiegħed fi stadju avvanzat u huwa ntiż bħala reviżjoni għal studenti li jkunu qed jirrepetu l-kors tal- fiżika, liema kors iwassal għaċ-ċertifikat ta' l-edukazzjoni sekondarja.", "Hemm il-ħsieb li dan il-proġett ikun estiż anki għax-xjenzi l-oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan il-proċess li beda u li għandu jwassal biex il- computers ikunu parti ntegrali minn kull laboratorju tax-xjenza fl-iskejjel huwa marbut ma' proċedura short term jew ma' proċedura long term?", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-proċedura ma tistax tkun on a short-term basis, trid tiġi żvilupata u tibqa' tiġi aġġornata kontinwament matul iż- żmien.", "Pajjiżna huwa wieħed mill-ftit pajjiżi fid-dinja li għamlu investiment kapitali qawwi fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Issa filwaqt li l-gvern għamel investiment eċċezzjonali f'dan il-kamp, l- investiment kif qed jiġi magħġun fil-ħajja ta' kuljum ta' l-iskola u fil- metodoloġija tat-tagħlim għad irid jiġi żviluppat.", "Huwa hawn li rridu nifhmu x'qed jiġri.", "Sa ftit taż-żmien ilu l-għodda tat-tagħlim kien il-ġibs, il-blackboard, il- kotba u d-diskors u issa għandna għodda ġdida li tista' tħaddimha b'mod interattiv fejn m'għadux aktar l-għalliem li jkellem lill-klassi imma fejn il-klassi tipparteċipa flimkien ma' l-għalliem permezz ta' mezzi ta' teknoloġija ta' l-informatika u mezzi ta' komunikazzjoni biex is-suġġett jiġi mgħallem b'metodoloġija differenti.", "Huwa f'dan il-kamp fejn il- progress għad irid jiġi rreġistrat bi kwalita` ħafna aktar għolja u b'passi aktar mgħaġġla.", "Qegħdin ngħidu li altru t-teacher tgħallem il-matematika fuq il-blackboard u altru tgħallimha bl-użu ta' computers fil-klassi.", "Kulħadd japprezza - min huwa kompetenti jifhem ħafna aktar dan li qed ngħid – li dan jirrikjedi programmi ta' software biex it-tagħlim ikun jista' jsir b'manjiera li xorta jirnexxielek tgħaddi l-prinċipji bażiċi tas-suġġett, illi inti tibda tibni l-istandards meħtieġa f'dak is-suġġett pero` naturalment b'mod ħafna aktar interessanti, b'mod ħafna aktar interattiv u b'mod li tista' tapplika l- prinċipju tad-diversita` bejn l-istudenti.", "Dan il-proċess huwa ffaċilitat permezz tal-mezzi l-ġodda u permezz tat- teknoloġija l-ġdida imma f'ċertu sens huwa aktar ikkomplikat għax huwa f'dawn l-aħħar snin li aħna bdejna nesponu l-għalliema li għandna għal din il-metodoloġija ta' tagħlim.", "Jekk naqtgħu l-aħħar ħames snin, l-għalliema kollha ta' qabel ma ġewx imħarrġa biex jużaw il-computers bħala għodda ġdida ta' tagħlim.", "Dan huwa proċess on-going.", "Il-fakulta` ta' l- edukazzjoni fl-Universita` qed tintensifika dan it-tip ta' training u anke d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni nnifisha qiegħda tittrenja kwantitajiet ta' għalliema kull sena billi torganizza courses u għalhekk dan huwa stat ta' żvilupp kontinwu.", "SANTA VENERA - SKOLA PRIMARJA", "29435.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom tfal li jattendu l-iskola primarja Dun Xand Cortis ta' Santa Venera qed jingħataw ftit wisq ħalib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19430.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena napprezza t-tweġiba tal-Ministru pero` peress li d-domanda tirriferi għal mistoqsija 19430 u allura m'hemmx indikat għaliex qed jingħata ftit wisq ħalib, jista' il-Ministru f'dan ir-rigward almenu jara li jinvestiga jekk huwiex il-każ li l-istudenti ta' dik l- iskola qed jingħataw ftit wisq ħalib?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, dan diġa` ġie nvestigat għax għalhekk isiru l-mistoqsijiet parlamentari.", "L-uffiċjali tad-dipartiment diġa` daħlu fihom u r-risposta m'hijiex li qed jingħata ftit ħalib imma li l-ħalib qed jiġi ordnat skond id-domanda.", "Issa jekk id-domanda għall-ħalib tiżdied, allura l-provvista tal-ħalib tiżdied.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li mhux qed ikun hemm biżżejjed ħalib imma hija kwestjoni ta' management minn ġurnata għal oħra biex jiġi sodisfatt il-konsum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma għandi nifhem li ladarba l-Onor.", "Bartolo għamel din il-mistoqsija, qed jingħata inqas ħalib lill-istudenti.", "Jista' l- Ministru jinvestiga u jara x'inhu jiġri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-mistoqsijiet parlamentari li aħna jkollna jmorru għand il-kapijiet konċernati, dawn jagħtuna l-informazzjoni biex inkunu nistgħu nagħtu rendikont lill-Parlament u jekk oġġettivament jikkonstataw li hemm bżonn ta' xi intervent, dan jagħmluh.", "Jiena xorta waħda se niġbed l-attenzjoni biex inkun ċert li dak li jixtieq l-Onor.", "Membru jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, fil-qosor jekk jogħġbu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk id- dipartiment ikollux ilmenti kontinwi rigward nuqqas ta' ħalib.", "Jista' jgħid mil-liema fondi jitħallas il-ħalib fl-iskejjel tal-gvern jekk hux mill-fondi tad-dipartiment, mill-fondi allokati lill-iskola, jew mill-flus li l-iskola tiġbor permezz tal-kumitati tagħha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dipartiment qatt ma kellu lmenti f'dan ir-rigward; jien sirt naf dwarhom permezz tad-domanda li saritli.", "Tajjeb ngħid li un bel giorno kien hemm vot apposta ta' Lm0.25 miljun, il- gvern Laburista kien abolih u nkluda l-flus fl-operations and maintenance ta' l-iskejjel.", "Il-fondi biex jitħallas il-ħalib joħorġu minn dan il-vot u jitqassmu lid-diversi skejjel skond l-ispiża li kull skola jkollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-kompożizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29520;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni, inkluż studenti, li żaru l-Ipoġew bejn Settembru 2000 u Ottubru 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29565;", "Tagħrif dwar awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet oħra fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29628;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar li sar minn uffiċjali fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Ministru tal-Finanzi bejn Jannar u Settembru 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29605; u", "Tagħrif dwar awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet oħra fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29626;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skeda tal-proċess ta' public screening dwar skema għal art agrikola tal-Gvern maħruġa mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29496;", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet oħra fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29622; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29624.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Novembru.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, qabel ma ngħaddi biex inkompli bl- intervent tiegħi nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja għad-diffikultajiet li xi drabi qed niltaqgħu magħhom biex naslu hawnhekk.", "Per eżempju, dalgħodu kien diffiċli għalina biex naslu sal-bini tal-parlament minħabba ċerti xogħlijiet li kienu qed isiru fi Triq Nofsinhar ġewwa l-Belt u anke f'toroq oħra.", "Fil-fatt b'konsegwenza t'hekk kien hemm minna min wasal tard għal din is-seduta.", "Jien, biex wasalt fil-ħin - u bilfors ridt nasal fil- ħin minħabba li kont naf li rrid inkompli bl-intervent li bdejt il-bieraħ - kelli nsuq b'veloċita` eċċessiva, u ma naħsibx li dan huwa l-mod kif membru parlamentari għandu jasal biex jattendi għas-seduti.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, is-Sedja se tieħu nota ta' dan u se titlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex jgħaddi dan l-ilment lill-awtoritajiet konċernati.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jien nirringrazzja lilek kif ukoll lill-Iskrivan tal-Kamra.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem dwar dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Meta l-bieraħ kelli nieqaf minħabba li kien sar il-ħin, kont qed inġib l- argument li matul din il-leġislatura l-gvern imbarka fuq diversi abbozzi ta' liġi biex permezz tagħhom iwaqqaf awtoritajiet u kunsilli ġodda, imma jien naħseb li wieħed irid jara jekk dawn l-entitajiet li qed jitwaqqfu f'pajjiżna humiex qed jitwaqqfu għax hemm bżonnhom verament jew inkella humiex qed jitwaqqfu biex il-gvern jimxi fuq il-linja politika li qed tiġi suġġerita lilu - biex ma ngħidx li qed tiġi \"imposta\" lilu - minn Brussels ħalli b'hekk niġu in line mal-politika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kif kont qed ngħid il-bieraħ, diġa` jeżistu dipartimenti, li joperaw bil- fondi tal-gvern u bil-ħaddiema tal-gvern, li qed jaqdu l-funzjonijiet li se jaqdi dan il-kunsill li qed jitwaqqaf permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u għalhekk kulma se jsir hawnhekk huwa sempliċement sostituzzjoni ta' funzjonijiet.", "Jien, b'kurżita`, nixtieq inkun naf jekk qabel ma jiġi deċiż mill-Kabinett li għandu jitressaq abbozz ta' liġi f'dan il-parlament biex iwaqqaf xi kunsill, xi awtorita` jew xi entita` oħra, isirx studju biex tiġi evalwata ħidmet l-entita` li tkun qed taqdi l- funzjonijiet li jkun se jieħu l-kunsill jew l-awtorita` li tkun qed titwaqqaf ħalli mbagħad wieħed ikun jista' jasal għall-konklużjoni jekk dak li diġa` kien hemm eżistenti kienx qed jiffunzjona kif inhu mixtieq.", "Jekk l-entita` eżistenti ma kinitx qed tiffunzjona kif inhu mixtieq, wieħed ikun jista' jasal biex jiġġustifika t-tibdil li jkun se jsir, pero` jekk wieħed jasal għall-konklużjoni li l-entita` eżistenti kienet qed tiffunzjona kif inhu mixtieq, ma nafx għaliex għandu jsir tibdil.", "Jien naħseb li l-poplu għandu dritt ikun jaf jekk isirx dan it-tip ta' studju għax jekk jitwaqqaf kunsill, awtorita` jew aġenzija biex tagħmel xogħol li jkun diġa` qed isir, ikun qed isir dupplikazzjoni ta' xogħol, u dan biex ma nsemmix ukoll l-ispejjeż li jinvolvi tibdil bħal dan.", "Jekk ma jsir l-ebda studju f'dan ir-rigward, il-problema tikber għax wieħed iktar jibda jikkonvinċi ruħu li t-tibdil ma jkunx qed isir għax ikun neċessarju – forsi minħabba li l-gvern kellu sistema li ma kenitx qed tiffunzjona - imma jkun qed isir minħabba li l-gvern ikun irid jimxi fuq il-politika li jeżonera r-responsabbilta` tal-ministru b'mod dirett u jifrex il-politika kif qed tiġi suġġerita mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk min-naħa l-oħra jsir studju u jirriżulta li t-tibdil ikun qed isir minħabba li l-entita` eżistenti ma tkunx qed tiffunzjona kif suppost u ma tkunx qed tmexxi 'l quddiem id-doveri jew il-politika tal-gvern tal-ġurnata, imbagħad hemmhekk tidħol fi sfera oħra għax dan ikun ifisser li l-ħidma ma ssarrfitx b'suċċess, jew minħabba l-linja gwida ħażina li jkun ta l-gvern jew il- ministeru responsabbli jew inkella minħabba xi nuqqas min-naħa ta' min ikun qed imexxi dik l-entita`.", "Mr Speaker, ma rridux ninsew li dan il-parlament, minn sena għal oħra, japprova voti ta' eluf ta' liri biex id-dipartimenti tagħna jkunu jistgħu jwettqu ħidmiethom u jimxu 'l quddiem, jiġifieri jekk aħna jkollna niżmantellaw lid-dipartimenti għax jirriżulta li dawn ma kenux effettivi fil-ħidma tagħhom, mela allura sinjal li kienet sejra xi ħaġa ħażina.", "Jekk dan huwa l-każ huwa segwit bi studju u mhux b'sempliċement konklużjoni tal- Kabinett jew tal-ministru, allura hemmhekk wieħed għandu jirrispondi u jagħti rendikont lill-poplu għax wara kollox fin-nofs hemm ir- responsabbilta` ta' dan il-parlament, li kif għedt diġa`, sena wara l-oħra jivvota l-flus biex iġedded il-ħidma tad-dipartimenti tiegħu, hemm ir- responsabbilta` tal-ministru, li huwa responsabbli milli jara li l-voti li jkunu ġew approvati fil-budget jitmexxew tajjeb kemm mill-ministeru tiegħu u kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, hemm ir-responsabbilta` tal- permanent secretary, hemm ir-responsabbilta` tad-direttur li jkun qed imexxi lil dawn id-dipartimenti u fl-aħħar imma mhux l-inqas hemm ukoll ir- responsabbilta` ta' l-impjegati tad-dipartimenti.", "Mela fi kliem ieħor, hawnhekk qed ngħidu li jekk jirriżulta li l-entita` eżistenti tkun falliet fil-ħidma tagħha, wieħed irid jara kif din il-ħidma falliet, għaliex falliet u min kien responsabbli għall-falliment tagħha.", "Mr Speaker, ċertament li f'dan il-pajjiż ma nistgħux nibqgħu mexjin bil-mod kif mexjin.", "Hawnhekk aħna qed nitkellmu fuq ir-responsabbilta` assoluta ta' l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, fuq ir-responsabbilta` ta' min jiġi hawnhekk jippreżenta l-budget u mbagħad il-membri parlamentari japprovaw jew jiddiżapprovawh.", "Qed nitkellmu wkoll fuq eluf ta' liri li jiġu vvotati sena wara l-oħra.", "Issa din is-sostituzzjoni ta' poteri minn dipartiment għal kunsill jew awtorita` ilna nsegwuha xahar wara l-ieħor u sena wara l- oħra, speċjalment matul din il-leġislatura.", "Kif għedt diġa`, f'dan il- pajjiż ma nistgħux nibqgħu mexjin b'dan il-mod għax hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq il-flus ta' xi ministru, dipartiment jew membru parlamentari imma qed nitkellmu fuq il-flus tat-taxpayer Malti u Għawdxi, u għalhekk il- gvern għandu d-dover li juża dawn il-flus bl-ikbar għaqal u bl-ikbar responsabbilta`.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż nibqgħu f'sitwazzjoni fejn min jabbuża jew inkella min ma jwettaqx xogħlu ma jirrispondix għal għemilu jew agħar minn hekk, lanqas biss jiġi mitlub jirrispondi għal għemilu.", "Mr Speaker, jien nixtieq inkun naf jekk it-twaqqif ta' dan il-kunsill nazzjonali kif propost fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwiex se jissostitwixxi ħidmet entitajiet oħra li diġa` huma eżistenti.", "Jekk ir- risposta hija fl-affermattiv, allura nitlob lil xi ħadd jgħidli jekk sarx studju biex ittieħdet din id-deċiżjoni u jekk ma sarx studju, nixtieq inkun naf għaliex u x'wassal biex ittieħdet din id-deċiżjoni.", "Jekk min-naħa l- oħra sar studju u ttieħdet deċiżjoni li għandu jitwaqqaf dan il-kunsill biex jissostitwixxi ħidmet id-dipartimenti diġa` eżistenti, allura nixtieq inkun naf jekk id-dipartimenti eżistenti fallewx fil-ħidma tagħhom.", "Mr Speaker, wieħed ma jistax ma jitkellimx dwar il-kultura u l-arti meta jkollu abbozz ta' liġi bħal dan quddiemu.", "F'pajjiżna hawn nies li għandhom talent kemm f'dik li hija kultura kif ukoll f'dik li hija arti.", "Sfortunatament kien hemm żminijiet meta nies li kellhom ċertu talent u kultura ma ngħatawx l-appoġġ tant mixtieq u meħtieġ biex jesprimu lilhom infushom.", "Jien ngħid li din hija sfortuna, pero` minkejja li dan il-qasam f'pajjiżna għadda minn dawn id-diffikultajiet, ħafna Maltin u Għawdxin xorta rnexxielhom juru l-ħiliet tagħhom.", "Il-poplu tagħna huwa fortunat minħabba li għandu l-kultura tiegħu u minħabba li pajjiżna għandu storja, pero` llum għandna dak li għandna f'pajjiżna grazzi għall-ħidma taċ- ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Jien nammira ħafna t-talenti ta' artisti żgħażagħ, pero` sfortunatament il- ħidma tagħhom ma tidhirx daqskemm tidher dik ta' artist li jesebixxi x- xogħol tiegħu f'xi foyer jew sala.", "Naħseb li huwa d-dmir u d-dover tal- gvern tal-ġurnata, li forsi anke b'ħidma mal-kunsilli lokali, jidentifika lil dawk il-persuni li jkollhom l-arti u l-kultura ġo fihom u li ma jkunux qed jiġu megħjuna biżżejjed biex jesprimu t-talenti tagħhom.", "Sfortunatament xi wħud ma jkunux daqshekk konvinti mit-talenti tagħhom u ma jħossux li l-prodott li jkunu qed jipproduċu jkollu daqstant valur.", "Jiddispjaċini ngħid ukoll li hawn min ma jorbotx l-arti mal-ġenerazzjoni moderna u jqis lil dan il-qasam bħala antikwat.", "Din hija idea żbaljata għax l-arti hija mifruxa fuq kull ġenerazzjoni u forsi huwa proprju minħabba din il-mentalita` żbaljata li wħud miż-żgħażagħ iżommu lura milli jagħmlu pass 'il quddiem biex jinvolvu lilhom infushom fit-talenti li jkollhom filwaqt li jesprimu ruħhom b'tali mod u manjiera li dak li jkunu kapaċi jipproduċu bl-għerf ta' moħħhom, ta' jdejhom u tat-talenti tagħhom, jagħmluh għad-dispożizzjoni ta' l-oħrajn.", "Quddiemi hawn is-segretarju parlamentari responsabbli mis-self-employed li naf li fis-sajf joqgħod idur minn festa għall-oħra bħalma nagħmel jien u napprezzaw diversi biċċiet ta' l-arti, li ħafna minnhom ikunu magħmula miż- żgħażagħ.", "Fil-festi ġieli jkun hemm biċċiet ta' l-arti u ta' skultura li meta tarahom iġġib għajnejk wara widnejk, u dan biex ma nsemmix ukoll l- ispejjeż li jinvolvu xogħlijiet bħal dawn.", "Fil-fatt ġeneralment fil-festa tal-parroċċa toħroġ il-kapaċita` ta' ħafna żgħażagħ li matul is-sena jinġabru flimkien bħala ħbieb biex jaraw x'jistgħu joħolqu flimkien.", "Ħafna drabi ma tantx nisimgħu kliem sabiħ fuq iż-żgħażagħ, pero` fil-verita` jeżistu ħafna żgħażagħ li huma kapaċi jesprimu t-talenti tagħhom b'mod pożittiv ħafna.", "Meta ġieli tara ċerti xogħlijiet lanqas temmen li dawn ikunu saru minn żgħażagħ, u ħafna drabi dawn lanqas jidentifikaw il-biċċa xogħol li jkunu għamlu bħala arti imma bħala hobby jew sempliċement bħala mogħdija taż-żmien.", "Kif għedt diġa`, jien nemmen li l-kunsilli lokali u l- gvern ċentrali jistgħu jagħmlu ħafna biex dawn iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jiżviluppaw it-talenti tagħhom u eventwalment ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Imma ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq xi klawsoli ta' l-abbozz li għandna quddiemna.", "Per eżempju, klawsola 4 titkellem dwar il-funzjonijiet li l-kunsill li se jitwaqqaf huwa mistenni li jwettaq, u fil-fatt l-ewwel subklawsola tgħid hekk:", "\"Ikun id-dmir tal-Kunsill li jippromwovi l-kultura ta' Malta b'kull għamla ta' espressjoni kreattiva u li jawmenta l-aċċessibilita` tal- pubbliku għall-arti, u jkabbar il-patrimonju kulturali ta' Malta kemm fil-pajjiż innifsu u barra mill-pajjiż.\".", "Minn din is-subklawsola tinduna kemm il-funzjonijiet ta' dan il-kunsill se jkunu wiesgħa.", "F'dan il-parlament ġew quddiemna diversi abbozzi ta' liġi simili għal dak li għandna quddiemna, jiġifieri li waqqfu xi entita` partikolari, pero` sfortunatament issib li ftit li xejn saret ħidma minn dawn l-entitajiet minn mindu twaqqfu.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 4 laqtitni b'mod partikolari għax minkejja li kulma fiha huma erba' linji, tispjega sew il- ħidma li hija mistennija li titwettaq minn dan il-kunsill.", "Issa kulma rridu nagħmlu huwa li nistennew u naraw x'ħidma se ssir minn dan il-kunsill verament.", "Mr Speaker, l-istess subklawsola tgħid li l-kunsill li se jitwaqqaf għandu jkabbar il-patrimonju kulturali ta' Malta kemm f'dan il-pajjiż kif ukoll barra mill-pajjiż.", "Meta bħal dan iż-żmien sena mort l-Awstralja u żort lil sħabna l-emigranti, kienu ħafna dawk li lmentawli li minkejja li huma jagħmlu kull sforz immaġinabbli biex jibqgħu jippromwovu l-ilsien Malti u l- kultura Maltija fost it-tfal tagħhom, meta jitolbu l-għajnuna tal-gvern Malti f'dan ir-rigward, ftit li xejn isibu rispons min-naħa tiegħu.", "Għalhekk issa nittama li dan li hawn miktub jiġi attwat bil-fatti.", "Kull meta niltaqa' ma' l-emigranti Maltin ninnota li dawn ikollhom għatx kbir għall-kultura Maltija u jkunu jixtiequ jipprattikaw it-tradizzjonijiet Maltin ħafna iktar milli nipprattikawhom aħna hawn Malta.", "Per eżempju, hija ħasra li iktar ma jgħaddi ż-żmien l-għana Maltija iktar qed tonqos f'pajjiżna, u nemmen li għandu sforz biex it-tradizzjonijiet Maltin jerġgħu jingħataw il-ħajja.", "Niftakar li sa ftit taż-żmien ilu kienu jsiru saħansitra festivals ta' l-għana.", "Naturalment f'din il-ħidma jista' jidħol anke s-settur privat.", "Per eżempju, hawnhekk ma nistax ma nsemmix reklam kummerċjali partikolari li jagħti ċerta informazzjoni kulturali dwar pajjiżna.", "Dan ir-reklam jien napprezzah ħafna u nittama li jkun hawn iktar kumpanniji kummerċjali privati li jimitaw dan l-eżempju għax b'hekk tkun qed titqajjem iktar il- kuxjenza tal-poplu Malti u Għawdxi dwar ir-rikkezzi tal-kultura f'pajjiżna.", "Naturalment għalkemm nemmen li l-kumpanniji kummerċjali għandhom kontribut x'jagħtu f'dan il-qasam, imbagħad mill-gvern ċentrali nippretendi li dan jagħti l-kontribut tiegħu f'dan il-qasam b'iktar saħħa.", "Illum għandna ħafna artisti f'diversi sferi ta' l-arti u l-kultura li għalkemm huma kapaċi, għadhom ma ġewx identifikati, forsi kif għedt diġa`, iżommu lura minħabba li m'humiex daqstant konvinti mit-talent li għandhom.", "Jien naħseb li jekk il-gvern jirnexxielu jidentifika lil dawn l-artisti u jipprovdilhom l-għajnuna li jenħtieġu biex jimxu 'l quddiem, bħal per eżempju, joffrilhom il-bini li għandu u li jintuża għall-wirjiet ta' l-arti biex huma wkoll ikunu jistgħu jagħmlu xi wirjiet fih, ikun qed jagħti spinta 'l quddiem lill-qasam kulturali ta' pajjiżna.", "Wara kollox aħna għandna għaliex inkunu kburin bil-kultura li għandna, liema kultura ġiet imsawra minn ġenerazzjoni għal oħra għal eluf ta' snin.", "Hemm pajjiżi ħafna ikbar minna li m'għandhomx il-kultura u l-arti li għandna aħna f'pajjiżna, u għalhekk nerġa' ngħid li għandna għal xiex inkunu mkabbrin b'dak li għandna.", "Mr Speaker, billi naf li l-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi wasal biex jiskadili u m'iniex se ningħata extension, nixtieq nikkonkludi dan id- diskors billi ngħid li din in-naħa tal-Kamra hija konxja tal-fatt li l- gvern preżenti qiegħed iwaqqaf dawn il-kunsilli, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet kollha biex l-ewwelnett jeżonera l-ministri mir- responsabbiltajiet u t-tieni nett biex ikun qiegħed isegwi l-politika mposta fuqu minn Brussels permezz ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk nista' ngħid minn issa li din in-naħa sejra tivvota kontra l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, huma u jitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi, innotajt li l-membri ta' l-oppożizzjoni, mingħajr ma jafu, qed joħolqu diversi kontradizzjonijiet fl-argumenti tagħhom, u dan m'huwiex qed isir biss meta jitkellmu fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna imma anke meta jitkellmu fuq abbozzi ta' liġi oħrajn.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li wħud mill-membri ta' l-oppożizzjoni bdew jgħidu li b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna l-gvern irid ineħħi r-responsabbiltajiet minn fuq spallejn il-ministru u li l-ministru jrid joħroġ 'il barra minn dawn ir-responsabbiltajiet, kelliema oħra mill-istess oppożizzjoni bdew jilmentaw li issa l-ministru se jkollu wisq poteri u li se jkollu kollox f'idejh.", "Hemm bżonn li l-membri ta' l-oppożizzjoni jiddeċiedu liema argument iridu jġibu; jekk hux wieħed jew l-ieħor.", "Il- gvern qed iwaqqaf dan il-kunsill għax jemmen li dan se jservi ta' ġid għal dan il-qasam jew inkella għax hekk qed jiġi indikat mill-Unjoni Ewropea, kif qalilna l-Onor.", "Cuschieri?", "Mr Speaker, il-gvern qed iwaqqaf dan il-kunsill għax jemmen li dan se jservi ta' ġid għal dan il-qasam.", "Dan huwa l-mod li bih aħna nixtiequ li nbiddlu l-istrutturi, l-approach ta' kif niggvernaw u ta' kif immexxu l- affarijiet.", "Li kieku l-Onor.", "Cuschieri kellu jeżamina d-dokumentazzjoni tal-management efficiency unit, li ħadmet taħt il-gvern Laburista u li rrikostitwixxa l-Onor.", "Alfred Sant meta kien prim ministru biex tagħmel ix- xogħol li kienet qiegħda tagħmel il-management systems unit – f'dan il-każ l-Onor.", "Sant m'abolixxiex l-istruttura tal-management systems unit imma pprova jtejjibha - kien jiltaqa' ma rapporti li saru taħt l- amministrazzjoni Laburista u li jindikaw proprju t-triq li aħna qegħdin naqbdu.", "Biex tasal għall-konklużjoni li f'qasam bħal dan huwa aħjar li timxi b'kunsill minflok b'dipartiment ma tridx ħafna sforz għall-immaġinazzjoni imma hija loġika li għandha toħroġ minn analisi oġġettiva ta' x'inhu l- qafas kostituzzjonali tad-dipartimenti governattivi, ta' x'inhu l-qafas ta' l-istruttura dipartimentali pubblika tad-dipartimenti tagħna, ta' x'inhuma l-oġġettivi veri u proprji ta' dawn id-dipartimenti, ta' x'inhuma l- constraints li huma imposti bil-liġijiet u bir-regolamenti u ta' x'tip ta' servizz u promozzjoni tkun trid toffri.", "M'hemmx dubju li jekk għal dan il- qasam jitwaqqaf kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti minflok ma nibqgħu b'dipartiment, ix-xogħol li jsir ikun ħafna iktar effettiv, trasparenti, cost effective u accountable.", "Mr Speaker, matul dan id-dibattitu l-membri ta' l-oppożizzjoni, inkluż il- kap ta' l-oppożizzjoni, kollha kkonċentraw id-diskors tagħhom fuq l- argument li għal darb'oħra l-gvern qed joħloq struttura - bil-personalita` ġuridika tagħha, b'ċertu ammont ta' awtonomija u b'ċertu spazju li fih jista' jaħdem - li qed tieħu post dipartiment tal-gvern, pero` dan aħna m'aħniex qed nagħmluh għax, kif ipprovaw jindikaw xi wħud, qed nammettu jew għandna xi indikazzjoni li ma ntlaħqux ir-riżultati meħtieġa fir-riforma tas-servizz pubbliku.", "Aħna m'aħniex qed nagħmlu hekk għax qtajna qalbna mir-riforma tas-servizz pubbliku, anzi li qed nagħmlu huwa proprju estensjoni loġika ta' dik ir-riforma, u min imur jerġa' jaqra r-rapporti oriġinali li saru mill-kummissjoni li kienet qed timmilita favur ir-riforma tas-servizz pubbliku jsib li wieħed mill-prinċipji ewlenin ta' dawk id- dokumenti kienu diġa' qed jindikaw l-importanza li r-riforma tas-servizz pubbliku - u s-servizz pubbliku ma jfissirx biss id-dipartimenti - trid timmira biex tiċċara dejjem iktar ir-rwoli tar-regolamentazzjoni u r-rwoli ta' dawk l-oqsma li huma mistennija jagħtu servizz.", "Għalhekk din m'hijiex kwestjoni li hawn qed noħolqu u nikkreaw xi servizz pubbliku ieħor.", "Jien ħadt gost ninnota li wħud mill-membri ta' l-oppożizzjoni stqarrew li f'dan l-abbozz ta' liġi hawn ċerti affarijiet tajbin.", "Kien hemm ukoll uħud mill-membri ta' l-oppożizzjoni li esprimew il-fehma tagħhom li huwa tajjeb li l-gvern qed iżomm il-poteri li fil-fatt qed iżomm, filwaqt li kien hemm oħrajn, bħall-aħħar kelliemi, li ma nafx x'interpretazzjoni taw fuq din il- kwestjoni, pero` l-fatt hu li dan huwa l-approach li qed nieħdu.", "Issa ħalli nanalizzaw l-argumenti li għamlu l-membri ta' l-oppożizzjoni kontra dan l-abbozz ta' liġi iktar fid-dettall, liema membri għal darb'oħra se jivvotaw kontra abbozz ta' liġi li għandu x'jaqsam mal-kultura u l-arti.", "Se nibda biex niffoka ftit fuq dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax jekk saret difiża min-naħa ta' l-oppożizzjoni favur dan l-abbozz ta' liġi li qed ngħaddu minn dan il-parlament, din insibuha fid-diskors tiegħu.", "Jekk wieħed jaqra dak id-diskors sew, jifhem l-argumentazzjoni li qed issir, u jara fejn irid jasal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għandu jasal għall- konklużjoni li huwa proprjament dan l-abbozz ta' liġi li jwassal lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn irid jasal.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni. qalilna li anke l-membri ta' l-oppożizzjoni jridu li jitwaqqaf kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti, imma jriduh ftit differenti u jridu wkoll li d- dipartiment jibqa' hemmhekk.", "Insomma, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma setax jagħmel mod ieħor ħlief li jgħid li l-partit Laburista jrid li jitwaqqaf kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti għax il-programm elettorali ta' l- istess partit Laburista kien jgħid hekk:", "\"Jitwaqqaf kunsill ta' l-arti u l-kultura biex jikkoordina politika u programmi kulturali bis-sehem dirett t'artisti u animaturi kulturali.\".", "L-ewwel argument li ġabu l-membri ta' l-oppożizzjoni kontra l-proposta li jitwaqqaf kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti kien li l-ħolqien ta' dan il-kunsill se jġib miegħu żieda fl-ispiża pubblika.", "Issa hawnhekk jien nistaqsi: Iġġib żieda fl-ispiża pubblika jekk inti, minflok dipartiment tal-kultura, twaqqaf kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti, jew jekk inti żżomm lid-dipartiment u żżid lill-kunsill nazzjonali għall-kultura u l- arti?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li huwa ma jaqbilx li jekk jitwaqqaf kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti, dan għandu jiffoka fuq il-management tat-teatru Manoel.", "Jien ngħidlu: Dażgur li le!", "Imma minn fejn qed toħroġ it-teorija li l-kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti li qed nipproponu aħna b'xi mod jew ieħor se jiffoka fuq din il-kwestjoni?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna wkoll li l-oppożizzjoni trid illi l- kunsill li se jitwaqqaf ikollu poter u funzjonijiet stabiliti, ikun jista' jagħti indirizz kulturali, jagħmel il-koordinament meħtieġ u jkun jista' jieħu inizjattivi favur it-turiżmu kulturali.", "U hawnhekk jien nistaqsih: Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni, mela inti ma qrajtx dan l-abbozz ta' liġi?", "Għax dan l-abbozz li qed jagħmel huwa proprju dak li qed jissuġġerixxi hu, qed jagħti lil dan il-kunsill ċertu poter u funzjonijiet, qed jistabilixxilu indirizz kulturali, qed jistabilixxilu ċertu koordinament u qed jistabilixxilu wkoll inizjattiva favur it-turiżmu kulturali.", "Irrid ngħid ukoll li l-kunsill li se jitwaqqaf se jaħdem bl-istess budget li kien jiġi vvotat lid-dipartiment tal-kultura, jiġifieri hawnhekk m'aħniex se nwaqqfu xi struttura burokratika li tqum ħafna flus.", "Fil-fatt din l-istruttura m'hijiex se tqum iktar milli qam id-dipartiment tal- kultura sal-lum u kulma se nagħmlu huwa li dak li nfaqna fid-dipartiment tal-kultura sal-lum se nipprovaw nutilizzawh aħjar u se nipprovaw ukoll nużaw aħjar l-istess nies li għandna llum.", "Fil-fehma tiegħi, il-ġustifikazzjoni li pprovat tagħti l-oppożizzjoni biex tiġġustifika l-fatt li se tivvota kontra l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'hijiex valida għax kif għadni kemm spjegajt, dak kollu li qalu li jixtiequ li jkun hemm f'dan l-abbozz ta' liġi, fil-fatt qiegħed hemm.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li hawn Malta jenħtieġ li jkun hemm nexus, jiġifieri speċi ta' ħolqa, bejn dak li jista' jagħmel l-Istat u d- dinja kulturali.", "Fil-fatt aħna għalhekk qed inwaqqfu l-kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti; għax inħossu li d-dipartiment tal-kultura ma kienx dik il-ħolqa effettiva.", "Issa hawnhekk ma rridx li jkun hawn min jinterpretani li qed ngħid illi d-dipartiment tal-kultura m'għamel xejn, u fil-fatt fid-diskors introduttiv tiegħi jien irrikonoxxejt il-kontribut li taw l-impjegati tad-dipartiment tal-kultura, pero` huwa fatt - u dan jgħidulek kulħadd - li jekk hemm nuqqasijiet u dgħjufija f'dan il-qasam, dawn huma ġejjin l-ewwel u qabel kollox min-natura ta' l-istruttura li qed tmexxi lil dan il-qasam, liema struttura m'hijiex qed tgħin lil dan il- qasam jimxi 'l quddiem.", "Meta smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem, kważi lanqas ridt nemmen li hu se jivvota kontra abbozz ta' liġi li qed joffri proprju l-istess soluzzjoni li ppropona hu.", "Aħna ma qbadniex u ppilotajna dan l-abbozz ta' liġi bl-addoċċ u qed nipproponu li nagħmlu ċerti bidliet għax m'għandniex dubju li hemm bżonnhom.", "Jekk wieħed imur lura sa nofs id-disgħinijiet żgur jiftakar li kien hemm diversi kummissjonijiet li studjaw il-funzjonijiet li kien qed jaqdi d-dipartiment tal-kultura.", "Fil-fatt din l-analisi saret anke taħt il-gvern Laburista mill-management efficiency unit, u dawn kollha indikaw li hemm bżonn li titwaqqaf struttura oħra dwar il-kultura u l-arti.", "Spiss ikun hemm min jilmenta li l-Onor.", "Louis Galea jħobb joħloq dawn it- tip ta' strutturi.", "Jien ma noħloqx dawn it-tip ta' strutturi għax inħobb noħloqhom imma meta nara li nies li jkunu għamlu analisi fid-dettall waslu għall-istess konklużjonijiet, nipprova nimplimenta dak li jkunu qed jipproponu huma filwaqt li nifhem illi bidla ma ssirx mil-lum għal għada imma trid iż-żmien u trid ħafna mpenn.", "Mr Speaker, jien naħseb li weġibt għall-argumenti prinċipali li qanqlet l- oppożizzjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Kif għedt diġa`, filwaqt li wħud mill-membri ta' l-oppożizzjoni qablu li f'dan l- abbozz ta' liġi l-gvern żamm ċerti poteri, oħrajn qalu li m'hux sew li l- ministru għandu dawn il-poteri kollha, u jien lil dawn ta' l-aħħar nistaqsihom: Kieku kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista, lil min se jinnominaw fuq dan il-kunsill?", "Lill-ħajbu jew lill-ministru?", "Allura b'daqshekk għandna ngħidu li issa kollox se jiġi fdat f'idejn il-ministru?", "Meta jitwaqqaf korp min jagħtih id-direttivi għan-nom tal-gvern?", "Il-ħajbu jew il-ministru?", "Mhux il-ministru?!", "U mhux il-ministru jrid japprova l- budget, jippreżenta l-estimi u jżomm ċertu kontroll?", "Għalhekk jien naħseb li l-ħrafa li ħarġet biha l-oppożizzjoni li dan l-abbozz ta' liġi se jagħti poteri speċjali lill-ministru hija sempliċement orkestrazzjoni ta' miżinformazzjoni biex jitħawdu l-imħuħ.", "Jien naħseb li jkun jaqbel jekk il- membri ta' l-oppożizzjoni joħorġu minn din il-kakofonija u konfużjoni ta' opinjonijiet.", "Per eżempju, jistgħu l-membri ta' l-oppożizzjoni jgħiduli wkoll min suppost jinnomina l-bordijiet ta' l-orkestra nazzjonali, tal- Mediterranean conference centre, tat-teatru Manoel jew tal-Kavallier ta' San Ġakbu?", "Qed jipproponu li jwaqqaf dawn il-bordijiet l-iSpeaker, il- President tar-Repubblika jew l-Ombudsman?!", "M'hijiex ħaġa loġika li huwa l- ministru li jrid iwaqqafhom?", "Allura kif hawnhekk qed issir it-teżi stupida li se nagħtu l-poteri kollha lill-ministru?", "Din hija s-serjeta`?", "Daqshekk hi ppreparata l-oppożizzjoni li għandna?", "L-oppożizzjoni qed tgħid li se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi għax filwaqt li trid li jitwaqqaf dan il-kunsill, trid li d-dipartiment tal-kultura ma jispiċċax, pero` jien ma nistax nifhem kif irridu naħdmu f'din is-sitwazzjoni u ngħid li l- oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi sempliċement biex għal darb'oħra tkun qed tieħu linja dijametrikament opposta għal-linja li qed jieħu l-gvern.", "Issa hawnhekk jien irrid nagħmilha ċara li aħna m'aħniex qed nippretendu li kif jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi u jitwaqqaf il-kunsill, se nagħmlu xi progress f'daqqa waħda.", "Jien diġa` sostnejt, anke fl-introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi, li l-kultura ma jagħmilhiex il-gvern imma jagħmluha n- nies ta' l-arti.", "Il-kultura ssir kull ħin u kull mument ġo pajjiżna u billi nneħħu d-dipartiment tal-kultura u minfloku nwaqqfu lil dan il- kunsill, b'daqshekk m'aħniex se naraw xi rinaxximent li bħalu Malta qatt ma rat.", "Ix-xemx la telgħet issa, la telgħet il-bieraħ u lanqas se titla' għada meta jitwaqqaf dan il-kunsill, pero` jien m'għandix dubju li l-miżura li qed tittieħed hija fid-direzzjoni t-tajba.", "Ċertament li se jkollna struttura iktar b'saħħitha, iktar trasparenti, iktar flessibbli, iktar accountable u se tkun tista' tirrispondi iktar fil-ħin għall-bżonnijiet li jinqalgħu f'dan il-qasam.", "Issa jekk f'kull kamp għandna ħafna għaqdiet volontarji, fil-qasam ta' l- arti u tal-kultura mhux biss għandna lill-għaqdiet volontarji imma għandna wkoll lill-artisti nfushom, li kull wieħed u waħda minnhom għandhom l- aġenda tagħhom, il-karatteristiċi tagħhom u s-sens ta' dixxiplina tagħhom, u għalhekk il-kunsill li se jitwaqqaf irid ikun kapaċi jirrispondi għal dawn l-esiġenzi differenti.", "S'issa kull meta twaqqfu strutturi simili, is- servizz dejjem tjieb.", "M'iniex qed ngħid li meta jitwaqqfu dawn it-tip ta' strutturi ma jsirux żbalji, ma jkunx hemm difetti jew inkella ma jinħolqux problemi.", "Hija ħaġa ovvja li dejjem tibqa' ssib żbalji, difetti u problem imma ejjew inqabblu s-servizz li tagħti l-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ mas-servizz li kien jagħti d-dipartiment tax-xogħol fl-antik, jew inkella s- servizz li qed tagħti s-Sedqa llum mas-servizzi li kienu jingħataw fi żminijiet oħrajn.", "Imbagħad xi ngħidu għal meta wieħed iħares lejn il-Malta International Airport?", "Taħsbu li bid-department of civil aviation, is-servizz li jagħti l-Malta international airport kien se jiżviluppa kif fil-fatt żviluppa?", "Nerġa' nenfasizza li dan ma jfissirx li jekk jitwaqqaf il-kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti u d-dipartiment tal-kultura jispiċċa mhux se jkun hemm kritika negattiva x'wieħed jista' jibqa' jagħmel f'dan il- qasam, pero` m'għandix dubju li t-twaqqif tal-kunsill u t-tneħħija tad- dipartiment tal-kultura se jkun ħafna iktar cost-effective u mhux talli l- ministru mhux se jkun kollox hu talli l-ministru, għan-nom ta' l-Istat Malti, se jerfa' r-responsabbilta` għall-promozzjoni tal-kultura u ta' l- arti safejn l-Istat ikun jista' jagħtiha u mbagħad se jimxi passejn lura u jħalli lill-kunsill ikun one step removed iktar milli hu llum.", "Ħafna drabi r-raġunijiet għaliex id-dipartiment tal-kultura ma jkunx jista' jirreaġixxi kif suppost huwa riżultat ta' kif inhuma magħmulin id- dipartimenti tal-gvern u għalhekk nisperaw li ma jkollniex xi gvern Laburista ieħor li jibdel l-Interpretation Act biex jerġa' jdaħħal il- klawsola li kienet daħlet fis-sebgħinijiet u li kienet tgħid illi d- diskrezzjoni ta' kull kap ta' dipartiment għandha tiġi sostitwita bid- diskrezzjoni tal-ministru.", "Aħna niftakruha din il-liġi, u fil-fatt din kienet waħda mill-ewwel liġijiet li l-gvern preżenti kien bidel lejn l- aħħar tas-snin tmenin.", "Il-gvern Laburista ma bidilx ħafna mil-liġi li kienet tirregola d-dipartimenti tal-gvern; klawsola waħda bidel imma biha d- diskrezzjoni tal-kapijiet kollha tad-dipartimenti tal-gvern ġiet sostitwita bid-diskrezzjoni tal-ministri, u f'kemm ili ngħidlek il-ministri tal-gvern saru kollha kemm huma l-kapijiet tad-dipartimenti.", "Il-gwaj li ġabet dik il- liġi fis-servizz pubbliku aħna nafuh u ma nixtiqux li nerġgħu nidħlu fih.", "Mr Speaker, huwa importanti li jkollna din it-tip ta' struttura għax jekk irridu navvanzaw is-sħubija tal-kultura anke mad-dinja ta' l-ekonomija, tat- turiżmu u tal-kummerċ, dan nistgħu nagħmluh ħafna aħjar jekk ikollna din it- tip ta' struttura.", "Aħna nafu li jekk, per eżempju, wieħed iħares lejn il- pajjiżi Ewropej, fosthom l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Italja u r-Russja, insibu li dawn huma kollha pajjiżi li għandhom tradizzjoni pjuttost twila fejn l-Istat jipprovdi fondi qawwija favur l-arti u l-kultura, pero` llum anke dawn l-istati, li biex ngħidu hekk, kienu minn ta' quddiem f'dak li hu investiment, m'għadhomx jipprovdu ammont daqstant kbir ta' finanzi.", "Jekk imbagħad immorru għall-mudell Amerikan insibu li dak il-mudell huwa totalment differenti.", "L-oqsma tal-kultura u ta' l-arti fl-Amerka qatt ma straħu fuq x'jagħti l-gvern tal-ġurnata imma matul iż-żmenijiet inbena partnership bejn il-kummerċ, l-arti u l-kultura li permezz tiegħu l-oqsma ta' l-arti u l-kultura tgħallmu jfendu għal rashom mingħajr wisq għajnuna mill-Istat u tgħallmu jikkooperaw mas-settur privat.", "B'din il-partnership, kemm il-qasam ta' l-arti, kemm il-qasam tal-kultura kif ukoll il-qasam tal- kummerċ ibbenefikaw.", "Aħna nafu li fid-dinja tal-lum huwa iktar diffiċli li jinħoloq dan it-tip ta' partnership, u f'seminar li organizzajna dan l- aħħar stajna naraw li l-istat ta' dawn il-pajjiżi xorta waħda ftit li xejn qed jinvolvi ruħu f'dan l-aspett ħlief li qed jassigura sistema ta' taxxi li tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-isponsorships, imma dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex qed jirriferi għal dan għax il-management tal- kwestjonijiet fiskali hija kwestjoni li mbagħad trid tiġi determinata fuq livell ieħor.", "Barra minn hekk m'hemmx dubju li biex l-istituzzjonijiet kulturali jimxu aħjar, jenħtieġu tmexxija iktar professjonali, managers aħjar u nies li huma kapaċi jiskopru l-potenzjal tar-relazzjoni li teżisti bejn il-kultura u l-kummerċ.", "Mr Speaker, nixtieq nieħu l-opportunita` biex ngħid li jien ma naqbilx mal- kritika li saret ġo din il-Kamra fil-konfront ta' l-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika għar-rigward tal-mod ta' kif din tieħu ħsieb il-wirt kulturali tagħha.", "L-ewwelnett irrid nirrimarka li għalkemm dan is-suġġett għandu x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, iktar kien f'loku li ddiskutejnieh meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar il- patrimonju kulturali.", "Jien ngħid li l-Istat ma tantx jista' jipponta subgħajh lejn il-Knisja dwar kif din qed tieħu ħsieb il-wirt li għandha, u huwa żball li ma nirrikonoxxux il-ġid kbir li sar mill-Knisja Kattolika f'Malta biex ġie akkumulat dak il-wirt kbir u rikk li għandha u biex dan ġie kkonservat.", "Naturalment żbalji min-naħa tal-Knisja setgħu saru wkoll għax errare humanum est, imma li nagħmlu din il-kritika nġusta fil-konfront ta' l-awtoritajiet tal-Knisja, li ħadmu ħafna biex dak li għandna seta' jiġi kkonservat, huwa żbaljat.", "U huwa żbaljat li ngħidu li l-Knisja nnominat biss lil Fr Edgar Vella biex jieħu ħsieb l-inventarju ta' dak kollu li għandha; Fr Edgar Vella se jkun il-persuna li fiha qed tiġi vestita din il-funzjoni, imma mbagħad dan se jkollu nies taħtu biex jgħinuh jimxi 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li naħseb illi dak li qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, u meta jgħaddi ż-żmien għad nirrealizzaw li dan l-abbozz ta' liġi ta frott li huwa kostruttiv u pożittiv.", "Jien nara li pajjiżna qiegħed jipproduċi u qiegħed ikun kreattiv fl-oqsma tal-kultura u l-arti u nemmen li f'pajjiżna teżisti attivita` artistika u kulturali li hija waħda interessanti u ta' min jagħti kasha, pero` hemm bżonn li l-awturi u l-artisti kollha jifhmu iktar il-kontribut li jistgħu jagħtu biex is-soċjeta` tagħna tkun kapaċi tifhem x'inhuma s-sinjali taż-żminijiet, x'inhuma l-valuri u x'inhi l- awtokritika li għandha tagħmel biex dejjem titjieb u tissaħħaħ.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Kunsill li jkun magħruf bħala l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-kultura f'perspettiva wiesgħa ta' attivita` soċjo-ekonomika, u sabiex jipprovdi dwar affarijiet anċillari ma' dan jew li għandhom x'jaqsmu miegħu.\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fl-10.40 a.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Kunsill li jkun magħruf bħala l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-kultura f'perspettiva wiesgħa ta' attivita` soċjo-ekonomika, u sabiex jipprovdi dwar affarijiet anċillari ma' dan jew li għandhom x'jaqsmu miegħu.\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "321", "FAVUR : 30", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi Frederick|Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Michael |Gonzi Lawrence| |Borg Tonio |Hyzler George | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Dalli John |Mifsud Bonnici| | |Carmelo | |D'Amato Helen |Mugliett | | |Jesmond | |Debono Giovanna |Muscat Claude | |Deguara Louis |Pullicino | | |George | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin| |Pierre | | |Fenech Adami Eddie |Vella John | |Frendo Michael |Zammit Ninu |", "KONTRA : 25", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion | | |Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cilia Joe |Parnis Silvio | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo | | |Adrian | |Debono Grech Joe |Vella George | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, f'kull abbozz ta' liġi t-tieni klawsola tkun dik li hija magħrufa bħala \"tat-tifsir\", jiġifieri li tistabilixxi xi jfisser il-kliem prinċipali li jkollna fil-liġi.", "L-abbozz ta' liġi dwar il-patrimonju kulturali m'huwiex differenti mill-abbozzi ta' liġi l-oħrajn, u fil-fehma tiegħi, it-tieni klawsola ta' dan l-abbozz ta' liġi għandha ċerta importanza għax, biex ngħidu hekk, hija l-ġebla tax- xewka jew inkella l-corner stone tal-liġi.", "Qed ngħid dan għaliex f'din il- klawsola qed niddefinixxu u qed noħolqu l-parametri ta' ċerta terminoloġija li għandha x'taqsam mal-patrimonju kulturali, u dan it-tifsir huwa tajjeb li wieħed jiddiskutih bir-reqqa għax imbagħad miegħu jintrabtu l-bqija tal- klawsoli.", "F'din il-klawsola hemm uħud mit-tifsiriet li huma ftit formali imbagħad hemm tifsiriet oħrajn li, fil-fehma tiegħi, huma ta' sustanza.", "It- tifsiriet formali huma dawk tal-kliem \"aġenzija\", \"ċentru\" jew \"sovrintendenza\".", "Normalment meta nirriferu għall-aġenzija operattiva, għaċ-ċentru Malti għar- restawr, għas-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali, għall-fond dwar il- patrimonju kulturali jew għall-forum nazzjonali għall-patrimonju kulturali nużaw biss il-kliem \"aġenzija\", \"ċentru\", \"sovrintendenza\", \"fond\" jew \"forum\", u permezz ta' din il-klawsola qed nieħdu l-opportunita` li anke fil-liġi, nisiltu l-iktar kelma importanti minn dawn il-frażijiet.", "Din il- klawsola qed tagħmilha ċara wkoll li meta fil-liġi tissemma l-awtorita` ta' l-ippjanar, din tkun qed tirriferi għal dik l-awtorita` li ġiet imwaqqfa taħt l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, meta jissemma l-kumitat tkun qed tirriferi għal dak il-kumitat ta' garanzija li se jiġi mwaqqaf bi klawsola 14 ta' dan l-abbozz ta' liġi u meta jissemma l-kunsill lokali, il-liġi tkun qed tirriferi għall-kunsill lokali mwaqqaf taħt l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "Dawn huma t-tifsiriet formali li jsiru għall-finijiet ta' abbozzar ta' liġijiet.", "Hemm imbagħad definizzjonijiet oħra f'dan l-istess abbozz li huma ta' importanza sostanzjali u li ġew meħuda minn liġijiet oħra.", "Per eżempju, dan l-abbozz ta' liġi qed jiddefinixxi l-frażi \"ibħra territorjali\", allavolja l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa jagħti din id- definizzjoni.", "Dan qed isir għax dan l-abbozz ta' liġi kemm-il darba jagħmel riferenza għall-patrimonju tagħna li jinsab fl-ibħra li jappartjenu għal Malta u għas-sovranita` tagħha.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jgħid li ibħra territorjali:", "\"... għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, u tinkludi l-ibħra kollha li jinsabu bejn il-linji bażi hemm imsemmija u l-kosta;\".", "Din il-klawsola tgħid ukoll li d-definizzjoni ta' \"żona kontigwa\" tinsab fl- Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa u fil-fatt \"żona kontigwa\" hija terminu legali li jiġi bżonn kulmin ikun irid jintervjeni b'att legali fuq xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-baħar li jmiss ma' l-ibħra territorjali Maltin, u b'hekk nistgħu ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jiddefinixxi kemm it-territorju ta' l-art kif ukoll it- territorju tal-baħar.", "Anke għall-kelma \"żvilupp\", klawsola 2 qed tgħid li din it-tifsira diġa` hija mogħtija fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, pero` rridu naraw x'qed nifhmu bil-kelma \"żvilupp\".", "Imbagħad klawsola 2 tagħti definizzjonijiet li x'aktarx ma nsibuhomx f'liġijiet oħrajn għaliex huma speċifiċi għal dan l-abbozz ta' liġi, u allura forsi ta' min wieħed jirriferi għalihom waħda waħda.", "Uħud mid- definizzjonijiet huma pjuttost ovvji, bħal ngħidu aħna, id-definizzjoni ta' \"detentur\", li tfisser:", "\"... min ikollu fiżikament għandu oġġett kulturali f'isem terzi;\".", "Mela jekk oġġett kulturali jinsab fil-pussess tiegħek minħabba li inti l- proprjetarju tiegħu, allura inti m'intix detentur.", "Min-naħa l-oħra din il- klawsola qed tgħid li l-kelma \"funzjoni\" - liema kelma napplikawha għall- funzjonijiet tas-sovrintendent, ta' l-aġenzija operattiva u taċ-ċentru - ma tfissirx biss dak li normalment nifhmu b'dik il-kelma imma tinkludi wkoll \"kull responsabbilta`, poter u dmir;\".", "Jiġifieri hawnhekk qed inwessgħu din it-tifsira biex nagħmluha ċara li, per eżempju, il-membri ta' aġenzija operattiva ma jkunux qegħdin hemm biss biex jattendu l-laqgħat tal-bord imma jkollhom ċerta responsabbilta`, poteri u dmirijiet, kif hemm spjegat fil-liġi stess.", "Sur President, din il-klawsola ħasset ukoll il-ħtieġa li tagħti definizzjoni għall-kelma \"investigazzjoni\".", "Ir-raġuni hija li kif se naraw iktar tard, f'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nidħlu f'kamp relattivament ġdid.", "Sal-lum kull meta d-dipartiment tal-mużewijiet ġie biex jinforza l- liġi dwar l-antikitajiet kellu jirrikorri għall-poter eżekuttiv tal- pulizija, u r-rwol ta' l-uffiċjal tad-dipartiment tal-mużewijiet kien wieħed ta' medjazzjoni bejn l-att ta' l-inforzar u dak tal-prosekuzzjoni.", "Mhux darba jew tnejn li sibna ruħna f'sitwazzjoni fejn l-uffiċjali prosekuturi u l-pulizija konċernati ma kellhomx l-istess kompetenza u l- istess sensittivita` kif ikollhom l-uffiċjali tad-dipartiment tal- mużewijiet u l-kuraturi meta ġew biex jinvestigaw ċerti affarijiet.", "B'dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li l-uffiċjali tas-sovrintendent se jkunu konparteċipi fl-inforzar tal-liġi u fil-prosekuzzjoni tal-ksur ta' din il-liġi u huma stess se jkunu jistgħu jagħmlu ċerti investigazzjonijiet.", "Forsi hawnhekk wieħed jistaqsi x'nifhmu b'investigazzjoni?", "Hawnhekk aħna m'aħniex qed inħarsu biss lejn investigazzjoni għall-finijiet tal-ksur u l-prosekuzzjoni tar-reati taħt din il-liġi mill-punto di vista kriminali għax dan l-abbozz ta' liġi jgħabbi lis-sovrintendent b'numru ta' poteri speċjali li biex iwettaqhom, ħafna drabi l-ewwel ikun irid jagħmel investigazzjoni.", "Ovvjament is- sovrintendent ma jistax joħroġ ċerti ordnijiet u jwettaq ċerti setgħat jekk qabel ma jinvestigax, u għalhekk li kieku dan l-abbozz ta' liġi ma jiddefinixxix il-kelma \"investigazzjoni\" żgur jibda jiġri li ...", "Għax kif nafu, iċ-ċittadin normali mdorri li meta jara l-uniformi ta' pulizija jew inkella l-warrant ta' spettur tal-pulizija biss jirrispondi għall- mistoqsijiet li jsirulu minħabba li jaf li normalment ix-xogħol investigattiv isir minnhom, u għalhekk wisq nibża' li jinqalgħu ċerti diffikultajiet jekk dan ix-xogħol jibda jagħmlu xi ħaddieħor.", "Din iltqajna magħha f'oqsma oħrajn.", "Fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol l-ispetturi li nħatru wkoll ġew mogħtija dawn it-tip ta' poteri ta' inforzar tal-liġi, u huwa importanti li ma tinqalax sitwazzjoni fejn ikollok lill-uffiċjali tas- sovrintendent li jkunu jridu jagħmlu ċerta investigazzjoni u jibda jiġi kkonstatat lilhom safejn jistgħu jaslu f'din l-investigazzjoni.", "Għalhekk aħna, permezz ta' klawsola 2, qed ngħidu li \"investigazzjoni\" tfisser:", "\"... kull attivita` għall-fini li tinkiseb u tiġi reġistrata informazzjoni li jkollha x'taqsam mal-patrimonju kulturali u tinkludi kull xogħol għall-finijiet li jiġu identifikati, skoperti, skavati, mikxufa, rkuprati u mneħħija kull oġġett jew materjal li jkunu sitwati fi, fuq jew taħt xi proprjeta` kulturali;\".", "Dan huwa importanti wkoll fis-settur statali, l-iktar minħabba li wieħed mix-xogħlijiet li jrid jagħmel is-sovrintendent huwa proprju li jagħmel l- inventarju nazzjonali.", "Klawsola 2 tagħti wkoll tifsira għall-kelma \"jikkoordina\".", "Forsi hawnhekk wieħed jgħid li t-tifsir ta' din il-kelma huwa ovvju, pero` inħass il-bżonn li nagħtu din it-tifsira biex kulmin jieħu sehem f'dan il-proċess ta' koordinament japprezza li hawnhekk qed nitkellmu fuq:", "\"... l-iskambju ta' veduti bil-fomm jew bil-miktub, qabel ma tittieħed xi deċiżjoni jew titwettaq xi azzjoni, bil-għan li jiġu evitati konflitti, ħela u żbalji jew sabiex jinstab rimedju għalihom;\".", "Din il-klawsola tagħti wkoll it-tifsira ta' \"konservatur-restawratur\" fejn qed tgħid li hawnhekk qegħdin nirriferu għal min hu professjonalment kwalifikat biex ikun id-detentur ta' warrant taħt din il-liġi, u kulmin hu kwalifikat, allura jkun jista':", "\"jagħmel analisi u jinterpreta data li tirrigwarda l-istat ta' konservazzjoni ta' xi artefatt, bini jew monument; u", "\"jidentifika l-għażliet li hemm fil-kura jew l-intervent li jingħataw bil-għan ta' konservazzjoni, jekk ikunu meħtieġa; u", "\"jintervjeni manwalment jew jagħti xi kura oħra bil-għan ta' konservazzjoni;\".", "Mela hawnhekk qed ngħidu li l-konservatur, bħat-tabib, għandu l-liċenzja li wara li jagħmel id-dijanjosi, jiddeċiedi x'kura u x'intervent għandu japplika.", "Biex tkun tista' tirrestawra u tikkonserva huwa importanti ħafna li jkollok nies kompetenti.", "Aħna nafu li ġieli f'pajjiżna kien hemm każijiet fejn il-persuni li rrestawraw u li kkonservaw il-monumenti u l- opri ta' l-arti tagħna ma kellhomx il-kompetenza meħtieġa, bil-konsegwenza li kien diffiċli li wieħed jirkupra d-diżastri li dawn għamlu.", "Qed tingħata wkoll it-tifsira għall-kelma \"konservazzjoni\" u qed tgħid li din tfisser:", "\"... attivita` meħtieġa biex kemm jista' jkun tkabbar ir-reżistenza jew tnaqqas id-deterjorament ta' proprjeta` kulturali, u tinkludi l- eżami, ttestjar, kkurar, reġistrazzjoni u preservazzjoni ta' kull tali proprjeta` kulturali jew xi parti minnha;\".", "Biex inkabbru r-reżistenza għad-deterjorazzjoni jew innaqqsu d- deterjorazzjoni ta' ċerta proprjeta` kulturali, huwa importanti li ssir il- konservazzjoni.", "Għandna ħafna proprjeta` kulturali li għadha fi stat tajjeb f'pajjiżna, pero` hemm bżonn naraw x'jista' jsir biex lil din il-proprjeta` nżidulha r- reżistenza għad-deterjorazzjoni, kemm minħabba ż-żmien, kemm minħabba l- klima kif ukoll minħabba l-post li tkun qiegħda fih.", "Per eżempju, m'hemmx dubju li hemm bżonn li nżidu r-reżistenza għad-deterjorazzjoni fit-tempji neolitiċi tagħna, fil-konkattidral ta' San Ġwann u fil-palazz li ninsabu fih u naraw x'miżuri preventivi nistgħu nieħdu biex proprju nkunu nistgħu ntejbu l-konservazzjoni ta' dawn il-postijiet.", "Għandna mbagħad it-tifsir tal-kliem \"kurazija\" u \"att ta' kurazija\" li peress li jinsabu fi klawsola 48 niddiskutuhom aktar tard.", "Il-klawsola ta' l-interpretazzjonijiet tgħid ukoll li meta dan l-abbozz ta' liġi jsemmi lill-\"ministru\" jkun qed jirriferi għall-ministru responsabbli mill- patrimonju kulturali.", "Issa aħna nafu li l-ministru responsabbli mill- patrimonju kulturali daqqa kien il-ministru ta' l-edukazzjoni, daqqa kien il-ministru tat-turiżmu, daqqa kien il-ministru tas-servizzi soċjali u daqqa kien ukoll il-ministru tal-ġustizzja.", "Dan il-qasam appartjena lil diversi ministeri u allura f'dan l-abbozz ta' liġi nħass li jkun aħjar jekk jingħad li kull fejn f'dan l-abbozz ta' liġi jissemma l-ministru responsabbli, dan ikun il-ministru responsabbli mill-patrimonju kulturali u mhux, per eżempju, mill-edukazzjoni, mit-turiżmu, mis-servizzi soċjali jew mill-ġustizzja.", "Naturalment mhux bilfors ikun il-ministru waħdu responsabbli mill-patrimonju kulturali għax illum il-ministru jista' jkun qiegħed hawnhekk u għada jista' jiġi ħaddieħor minfloku, u għalhekk din il- klawsola qed tgħid li l-kelma \"Ministru\" tfisser:", "\"... u tinkludi, fil-limitu ta' kull awtorita` mogħtija, kull min ikun speċifikament awtorizzat mill-Ministru għal xi wieħed mill-għanijiet ta' dan l-Att;\".", "Sur President, għandna mbagħad tifsiriet oħra, fosthom dik tal-kelma \"mużew\", li ġew emendati, u fil-fatt jien se ngħaddi kopja bit-tifsiriet emendati lill-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Se nintroduċi wkoll xi emendi, li huma frott tad-dibattitu li sar hawn ġew fl-istadju tat-Tieni Qari u frott tad-diskussjonijiet li kellna anke barra minn din il-Kamra ma' għaqdiet volontarji u ma' għaqdiet oħrajn.", "Jien naħseb li jkun iktar għaqli jekk wieħed jippreżenta dawn l-emendi formalment fil-Kamra wara li nkunu ddibattejniehom biex jekk nerġgħu nbiddlu xi ħaġa fihom, ma tinħoloqx sitwazzjoni fejn fuq klawsola waħda jkollna xi tlieta jew erba' emendi, u għalhekk jien se nippreżenta dawn l-emendi fl-aħħar nett, meta l- pożizzjonijiet tal-membri jkunu ġew definiti.", "Sur President, ta' min jgħid li jien se nipproponi emenda biex qabel id- definizzjoni għall-kelma \"mużew\" tiddaħħal definizzjoni għall-kelma \"missjoni\" għax għalkemm it-tifsira ta' din il-kelma hija ovvja, naħseb li ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin jekk indaħħluha.", "Fil-fatt aħna qed ngħidu li l-kelma \"missjoni\":", "\"... tfisser l-għan u l-iskop ta' organizzazzjoni.\".", "Ta' min jgħid li f'emenda li se nressqu iktar tard, aħna se nipproponu li l- kelma \"mużew\" tingħata tifsira differenti.", "S'issa qed ngħidu li l-kelma \"mużew\" tfisser:", "\"stabbiliment permanenti maħsub għall-iskop ta' konservazzjoni, preservazzjoni, studju, interpretazzjoni jew assemblaġġ ta' proprjeta` kulturali jew bil-għan li tiġi esibita proprjeta` kulturali lill- pubbliku\";\".", "Issa qed nipproponu li l-kelma \"mużew\" tkun tfisser:", "\"... istituzzjoni permanenti fis-servizz ta' soċjeta` u ta' l-iżvilupp tagħha u miftuħa għall-pubbliku li takkwista, tiġbor, tikkonserva, tagħmel riċerka, tiddokumenta, tikkomunika u tesebixxi għall-fini ta' studju, edukazzjoni u tgawdija tal-patrimonju kulturali u informazzjoni assoċjata ta' l-umanita` u ta' l-ambjent relattiv għall- benefiċċju pubbliku.\".", "Fid-diskussjonijiet li kellna deher ċar li kien qed jinħass li t-tifsira għall-kelma \"mużew\" kienet relattivament limitata fil-parametri tagħha, u allura jien ilqajt is-suġġeriment li din il-kelma tingħata tifsira iktar wiesgħa u interattiva mas-soċjeta` tagħna billi tingħata ħafna iktar enfasi dwar ir-relazzjoni tal-mużew mal-ħajja tas-soċjeta`, mar-riċerka, ma' l- istudju u mat-tgawdija tal-patrimonju kulturali.", "Sur President, f'din il-klawsola hemm tliet definizzjonijiet li huma relatati ħafna ma' xulxin u wara d-diskussjoni li kellna fl-istadju tat- Tieni Qari nħasset il-ħtieġa li dawn id-definizzjonijiet niċċarawhom iktar.", "Dawn it-tliet definizzjonijiet huma għall-kliem \"patrimonju kulturali\", \"proprjeta` kulturali\" u \"valur kulturali\".", "Fil-fatt ta' min jgħid li silta mid-definizzjoni ta' \"proprjeta` kulturali\" poġġejnieha fid- definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\" biex minbarra li nagħmlu dak li ġie rifless fid-diskussjonijiet li għamilna hawnhekk, niġu iktar viċin tad- diversi definizzjonijiet li nsibu fil-konvenzjonijiet tal-kunsill ta' l- Ewropa u f'konvenzjonijiet oħrajn.", "Id-definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\" hija importanti għax dak li m'huwiex patrimonju kulturali ma jaqax taħt dan l-abbozz ta' liġi, u allura, biex ngħidu hekk, id- definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\" hija l-qalb ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Filwaqt li s'issa l-frażi \"patrimonju kulturali\" kienet tfisser:", "\"... oġġetti mobbli jew immobbli ta' importanza artistika, arkitettonika, storika, arkeoloġika, paleontoloġika, reliġjuża u tinkludi wkoll proprjeta` kulturali u informazzjoni jew data relattivi għall-patrimonju kulturali;\",", "issa qed nipproponi li din tiġi tfisser:", "\"... oġġetti mobbli jew immobbli ta' importanza artistika, arkeoloġika, paleontoloġika u ġeoloġika u tinkludi tagħrif jew data li għandhom x'jaqsmu mal-wirt kulturali li jappartjeni lil Malta jew lil xi pajjiż ieħor.", "Dan jinkludi wkoll siti jew depożiti arkeoloġiċi, paelontoloġiċi jew ġeoloġiċi, pajsaġġ, gruppi ta' bini kif ukoll kollezzjonijiet xjentifiċi, kollezzjonijiet ta' oġġetti artistiċi, manuskritti, kotba, arkivji u riproduzzjonijiet ta' xi waħda minn dawn hawn qabel imsemmija jew kollezzjonijiet ta' valur storiku.\".", "Kif qed naraw u bħalma diġa` għedt, silta kbira mid-definizzjoni ta' \"proprjeta` kulturali\" ġiet inkorporata fid-definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\", pero` hawn xi tibdil li se nirriferi għalih.", "Per eżempju, fid- definizzjonijiet m'għadniex nagħmlu iktar riferenza għall-aġġettiv \"reliġjuża\" jew \"reliġjuż\", u r-raġuni għal dan hija li ma rridux niddistingwu jekk \"patrimonju kulturali\" huwiex ta' oriġini reliġjuża jew le għax ma jagħmilx sens.", "X'inhu patrimonju kulturali u x'm'huwiex ma jiddependix minn jekk huwiex reliġjuż jew le, u fil-fatt din hija waħda mid- differenzi li hemm fid-definizzjoni l-ġdida.", "Nenfasizza li d-definizzjoni l-ġdida bl-ebda mod ma teskludi kwalunkwe patrimonju kulturali ta' xi oriġini jew użu reliġjuż.", "Dan bħal meta f'ċertu sens ma niddistingwux bejn patrimonju kulturali li qiegħed f'idejn l-irġiel jew patrimonju kulturali li qiegħed f'idejn in-nisa.", "Jekk oġġett jew post, bil-karatteristiċi tiegħu, jikkwalifika bħala patrimonju kulturali, m'għandhiex issir distinzjoni skond mil-liema oriġini ġej, minn jekk huwiex ta' natura reliġjuża, agrikola, industrijali, politika jew ta' natura oħra.", "Sur President, għaliex qed ngħidu li l-frażi \"patrimonju kulturali\" tinkludi wkoll \"tagħrif jew data li għandhom x'jaqsmu mal-wirt kulturali li jappartjeni lil Malta jew lil xi pajjiż ieħor.\"?", "Il-frażi \"li jappartjeni lil Malta\" nifhmuha malajr għax aħna qegħdin f'Malta, pero` aħna, bħala bnedmin, għandna l-obbligu fundamentali li ma nħarsux biss lejn il- patrimonju kulturali Malti imma nħarsu wkoll, nipproteġu u nikkonservaw kull patrimonju kulturali, hu ta' liema pajjiż hu.", "Huwa importanti wkoll li fid-definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\" ninkludu t-tagħrif u d-data li għandhom x'jaqsmu mal-wirt kulturali għax kull informazzjoni li tispjega, tidentifika u turina l-ambjent, iċ-ċirkostanzi storiċi u l-għeruq ta' dak il-patrimonju kulturali hija parti integra mill-patrimonju kulturali kollu kemm hu.", "Id-definizzjoni l-ġdida ta' \"patrimonju kulturali\" ssemmi wkoll il-landscape għax anke l-landscape ta' pajjiżna jista' jkun parti mill-patrimonju kulturali tagħna u għalhekk għandu jiġi mħares.", "Fil-fatt l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp għandu provvedimenti li jagħtu kas dan l-aspett, u aħna nafu kemm ġieli l-awtorita` ta' l- ippjanar tiffoka fuq applikazzjoni ta' żvilupp minħabba li dan l-iżvilupp ikun se jkollu impatt pożittiv fuq il-pajsaġġ.", "Aħna għandna interess ieħor f'dan l-abbozz ta' liġi; dak li nħarsu lejn il-pajsaġġ bħala parti mill- patrimonju kulturali tagħna wkoll.", "Kif għedt diġa`, id-definizzjoni l- ġdida ta' \"patrimonju kulturali\" tinkludi wkoll:", "\"... gruppi ta' bini kif ukoll kollezzjonijiet xjentifiċi, kollezzjonijiet ta' oġġetti artistiċi, manuskritti, kotba, arkivji u riproduzzjonijiet ta' xi waħda minn dawn hawn qabel imsemmija jew kollezzjonijiet ta' valur storiku.\".", "Jista' jkun hemm kollezzjonijiet li għalkemm ma jkollhomx valur artistiku, ikollhom valur storiku, u allura f'dan il-każ huwa importanti li wieħed jgħodd dawn il-kollezzjonijiet mal-patrimonju kulturali.", "Sal-lum id-definizzjoni ta' \"proprjeta` kulturali\" kienet tgħid hekk:", "\"\"proprjeta` kulturali\" tfisser proprjeta` mobbli jew immobbli ta' valur kulturali, li tappartjeni lil Malta jew lil xi pajjiż ieħor, u tinkludi xogħol ta' arkitettura, xogħlijiet ta' l-arti u xogħlijiet ta' valur storiku, f'kull każ sew reliġjuż sew sekolari kif ukoll siti arkeoloġiċi u depożiti, gruppi ta' bini li fl-assjem tagħhom għandhom interess storiku jew artistiku, manuskritti, kollezzjonijiet xjentifiċi, kollezzjonijiet ta' kotba, arkivji u riproduzzjonijiet ta' xi oġġett hawn qabel imsemmi;\".", "Ħafna minn dan li għadni kemm qrajt issa ġie inkorporat fid-definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\" u allura issa qed nissuġġerixxu li t-tifsira ta' \"proprjeta` kulturali tkun tfisser: \"\"... proprjeta` mobbli jew immobbli li tagħmel parti mill-patrimonju kulturali.\",", "u b'hekk issimplifikajna din id-definizzjoni ħafna iktar.", "Sur President, f'din il-klawsola li qed niddiskutu hemm ukoll id- definizzjoni ta' \"pussessur\".", "Diġa` semmejna d-definizzjoni li dan l- abbozz ta' liġi qed jagħti għall-kelma \"detentur\", li tfisser:", "\"... min ikollu fiżikament għandu oġġett kulturali f'isem terzi;\",", "u issa dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti d-definizzjoni ta' \"pussessur\", li tfisser:", "\"... min fiżikament ikollu l-oġġett kulturali f'ismu proprju;\".", "Wara d-definizzjoni ta' \"pussessur\" qed nipproponu li nżidu d-definizzjoni ta' \"restawr\" għax peress li f'din il-klawsola għandna d-definizzjoni ta' \"konservatur-restawratur\" u ta' \"konservazzjoni\", wara d-diskussjoni li kellna nħasset il-ħtieġa li niddefinixxu x'qed nifhmu bil-kelma \"restawr\".", "Aħna qed nipproponu li l-kelma \"restawr\" tkun tfisser:", "\"attivita` ta' speċjalizzazzjoni għolja għall-konservazzjoni ta' l- integrita` tal-patrimonju kulturali li toħroġ il-valuri u ttejjeb il- mod kif jinqara l-istat, il-forma u d-disinn oriġinali fil-parametri ta' materjal li jkun għadu jeżisti.", "Dik l-attivita` għandha tkun imsejsa fuq proċess kritiku u storiku ta' valutazzjoni u mhux fuq konġettura.\".", "Aħna qed inżidu din id-definizzjoni wara li ħadna l-parir ta' diversi persuni biex nagħmlu dan ħalli jkollna idea ċara u ma jkollniex ekwivoċi ta' xi tfisser il-kelma \"restawr\".", "Sur Presidnet, din il-klawsola qed tiddefinixxi wkoll il-kliem \"proprjeta` kulturali\", \"sena finanzjarja\" u \"sid\".", "Naturalment il-kelma \"sid\" ma tirriferix biss għall-proprjetarju imma wkoll għal dawk li jkollhom xi proprjeta` b'ċens, b'sub-ċens jew b'użufrutt.", "Fil-fatt id-definizzjoni ta' \"sid\" tgħid hekk:", "\"\"sid\" dwar proprjeta` kulturali tinkludi directus dominus, sub directus dominus, enfitewta, sub-enfitewta, min ikollu l-proprjeta` nuda u użufruttwarju;\".", "Dan huwa l-kliem tekniku li nsibu fil-liġi ċivili u li aħna qed nirriproduċu hawnhekk.", "Sur President, wara li għamilna d-definizzjoni ta' \"sovrintendenza\" kellna suġġeriment, liema suġġeriment qed nilqgħuh, biex niddefinixxu l-kelma \"sorveljanza\" ħalli l-parametri ta' l-attivita` tas-sovrintendenza jiġu ċċarati iktar.", "Fil-fatt aħna qed nipproponu li l-kelma \"sorveljanza\" tkun tfisser:", "\"attivita` mis-sovrintendenza li tkun tinkludi ...\"", "- ta' min jinnota li fl-abbozzi ta' liġi, meta ndaħħlu l-kelma \"tinkludi\" nkunu qed niftħu xibka wiesgħa li ma teskludix, pero` nkunu rridu nagħmlu enfasi fuq ċerti affarijiet -", "\"... attivita` li jkollha x'taqsam mal-kontroll b'direzzjoni, sorveljar, regolament, investigazzjoni u reġistrar tal-patrimonju kulturali u tinkludi kull attivita` li jkollha x'taqsam ma' dan.\".", "Din il-klawsola qed tagħti wkoll id-definizzjoni tal-kliem \"uffiċjal\" u \"impjegat\", fejn qed ngħidu li:", "\"\"uffiċjal\" u \"impjegat\" tinkludi uffiċjal pubbliku mqabbad jaqdi dmirijiet f'xi Entita`, Kumitat jew korp imwaqqaf taħt dan l-Att;\".", "Naturalment \"uffiċjal\" u \"impjegat\" m'humiex biss dawk li jiġu direttament ingaġġati minn dawn l-istrutturi.", "Irrid ngħid ukoll li ġaladarba aħna diġa` inkludejna l-importanza tal-valur kulturali fid-definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\", inħasset il-ħtieġa li d-definizzjoni ta' \"valur kulturali\" titneħħa biex nikkonċentraw kollox fuq id-definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\".", "Sur President, jien naħseb li dort il-klawsola 2 kollha kemm hi bi proposti għal tibdil, u naturalment issa nibdew inpoġġu kollox għad-diskussjoni u naraw kif inhu l-aħjar li ntejbu dan l-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, ħadt gost nisma' lill-ministru jagħti din l-espożizzjoni ġenerali ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, anke għax naħseb li huwa tajjeb li f'dan l-istadju, waqt li wieħed jista' jagħmel punti formali dwar it-tifsiriet tal-kliem, għal dawn it-tifsiriet ikun hemm implikazzjonijiet iktar sostanzjali dwar l-abbozz ta' liġi li qed jiġi propost.", "Naqbel ukoll mal-ministru li minkejja li dan l-abbozz ta' liġi diġa` ġie diskuss kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra minn dan il-parlament, qed iħalli din id-diskussjoni miftuħa u se jagħmel emenda biss fl-aħħar ta' din id-diskussjoni, għax filwaqt li l-emendi li ressaq il-ministru dalgħodu qed itejbu dan l-abbozz ta' liġi, naħseb li bi ftit iktar diskussjoni u riflessjoni, hemm ċans li nkomplu ntejbuh.", "Imma issa ħalli nagħti ħarsa ġenerali lejn it-tifsiriet li hemm fi klawsola 2 u lejn l-implikazzjonijiet li joħorġu minn din il-klawsola jien ukoll.", "Sur President, matul dan id-diskors nixtieq nagħmel ċerti mistoqsijiet biex nara jekk fhimtx dak li qed jiġi propost tajjeb u nixtieq ukoll ngħaddi xi rimarki li naħseb li jistgħu jservu biex itejbu dak li qed jiġi propost.", "Forsi kif nagħmel dan il-punt dak li jkun se jaħseb li qiegħed sempliċement nilgħab bil-kliem jew qiegħed nagħmel punt formali li m'għandux sustanza, pero` naħseb li ma nagħmlux ħażin li nirriflettu ftit jekk hijiex idea tajba li l-aġenzija tkun imsemmija \"aġenzija patrimonju Malta\", u dan minħabba li diġa` teżisti l-Fondazzjoni Patrimonju Malti.", "Naħseb li jagħmel sens li wieħed jagħmel dan il-punt għax sfortunatament jew fortunatament - għax hemm argumenti favur jew kontra - illum neżistu f'soċjeta` ta' branding fejn l-isem huwa importanti ħafna u għalhekk wieħed irid jevita li 'l quddiem tinħoloq konfużjoni.", "Forsi ta' min jikkonsidra li l-aġenzija, minflok ma jkun jisimha \"aġenzija patrimonju Malta\" jkun jisimha \"aġenzija wirt Malta\".", "Nerġa' ngħid li ma nafx jekk ikunx hawn min jaħseb li dan huwa sempliċement logħob bil-kliem, pero` jkun tajjeb jekk wieħed jirrifletti dwar dan biex nevitaw il-konfużjoni li tista' tinħoloq 'il quddiem, anke peress li għadna kemm iddiskutejna abbozz ta' liġi, dak li waqqaf lill-kunsill nazzjonali għall-kultura u l-arti, fejn il- fondazzjoni patrimonju Malti hija rikonoxxuta bħala waħda mill-protagonisti prinċipali kemm fil-qasam tal-wirt kulturali u storiku f'pajjiżna kif ukoll fil-qasam tal-ħidma kulturali.", "Għalhekk naħseb li ta' min wieħed jikkonsidra l-konfużjoni li tista' tinħoloq meta nużaw ismijiet bħal dawn.", "Jien nistaqsi wkoll jekk huwiex ta' min jikkonsidra li fi klawsola 2 jiġu nklużi entitajiet li ma jissemmewx f'dan l-abbozz ta' liġi minkejja li s'issa għandhom xi sehem fix-xogħol tar-restawr f'pajjiżna.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għar-restoration unit tal-ministeru għall-ambjent li wkoll jagħmel xogħol ta' restawr.", "F'din il-klawsola hemm id-definizzjonijiet ta' dawk li huma protagonisti fil-qasam tar-restawr f'Malta, pero` jien naħseb li hemm bżonn li niddiskutu ftit biex niċċaraw kif jidħlu l-players differenti li qed insemmu fil-ġerarkija ta' poter.", "Is-sovrintendenza, l-aġenzija, iċ-ċentru għar-restawr u l-kumitat ta' garanzija m'għandhomx poter newtrali u naħseb li lanqas għandhom poter ugwali, pero` l-fatt hu li teżisti ġerarkija ta' poter, u naħseb li huwa tajjeb li niċċaraw kif inhi din il-ġerarkija ta' poter jew aħjar, ta' min hi l-aħħar kelma.", "Naħseb li huwa importanti li din tkun iċċarata għal kulħadd.", "Jien nerġa' nistaqsi jekk ir-rwol ta' dawk l-entitajiet li bħalissa għandhom xi sehem x'jagħtu u li m'humiex imsemmija f'dan l-abbozz ta' liġi, fosthom ir-restoration unit tal-ministeru għall- ambjent, fejn se jidħlu f'dan kollu.", "Per eżempju, ir-restoration unit se jibqa' jaqa' taħt il-ministeru għall-ambjent jew inkella hemm il-ħsieb li dan jiġi trasferit u jibda jaqa' taħt iċ-ċentru għar-restawr?", "Ma jidhirlix li l-ministru daħal f'dan il-punt fl-istadju tat-Tieni Qari, u naħseb li din hija mistoqsija li ta' min jirrispondiha.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-kumitati ta' riabilitazzjoni li għandna għax lanqas dawn ma jissemmew fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u li jissemmew biss huma l- kunsilli lokali.", "Ġustament il-ministru ħass il-bżonn li l-kunsilli lokali jissemmew għax dawn qed jingħataw xogħol importanti, u għalkemm dan ix-xogħol m'humiex se jagħmluh direttament huma, dan huwa xogħol li jaqa' taħt ir-responsabbilta` tagħhom u għalhekk nistgħu ngħidu li għandhom sehem importanti x'jagħtu f'dan il-qasam.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-kumitati ta' riabilitazzjoni li għandna, bħal dawk tal-Kottonera, tal-Belt u ta' l-Imdina, b'xi mod għandhom jiddaħħlu f'dan l-abbozz ta' liġi għax dawn għandhom rwol importanti, u naħseb li jkun tajjeb jekk naraw jekk hemmx xi strutturi oħra li qed jagħtu l-kontribut tagħhom f'dan il-qasam u li allura għandhom jissemmew f'dan l-abbozz ta' liġi.", "F'dan l-istadju huwa importanti li niċċaraw ukoll min se jkun awtorizzat li jagħmel ċertu xogħol, u qed ngħid dan b'mod partikolari għax naf li bħalissa fl-Imdina għaddejja attivita` pożittiva ħafna fejn numru ta' żgħażagħ, li sa ftit ilu kienu għadhom studenti u li ggradwaw riċentement, ingħaqdu f'kooperativa u ħadu speċi ta' kuntratt mill-kumitat tar-riabilitazzjoni ta' l-Imdina biex jagħmlu xogħol ta' skavi u ta' restawr fl-Imdina.", "Naħseb li b'xi mod jew ieħor l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jipprovdi qafas dwar kif dan irid jiġi regolat, pero` naħseb li rridu niċċaraw dan il-qafas iktar u naraw jekk id- definizzjoni ta' \"konservatur-restawratur\" li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi hijiex komprensiva biżżejjed.", "Issa nixtieq ngħaddi kumment fuq id-definizzjoni tal-kelma \"jikkoordina\" ħalli naraw jekk din id-definizzjoni hijiex sodisfaċenti jew inkella hijiex dgħajfa wisq.", "Jien għandi l-impressjoni - u nixtieq li niġi kkoreġut jekk din l-impressjoni hija żbaljata - li l-awtorita` ta' l-ippjanar xorta waħda se tibqa' tiddomina, u fil-fehma tiegħi għad għandha poter kbir li tegħleb il-poteri li qed nilleġislaw f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Fl-opinjoni tiegħi, għal dak li għandu x'jaqsam ma' wirt storiku, l-aħħar kelma m'għandhiex tkun dik ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar imma għandha tkun dik ta' l- istituzzjonijiet li qed jitwaqqfu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi għax wisq nibża' li kulma qed nagħmlu hawnhekk huwa heritage advisory committee number two, u ma naħsibx li dak huwa l-iskop tal-ministru.", "Jien naħseb li issa li qed nitgħallmu mill-esperjenza, l-istrutturi li qed jitwaqqfu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi għandhom ikollhom iktar saħħa milli kellu l-heritage advisory committee, u din is-saħħa trid tkun espressa f'dan l- abbozz ta' liġi.", "Sur President, jien naqbel mal-ministru rigward id-definizzjoni u l- ispjegazzjoni li ta dwar \"ibħra territorjali\".", "Sfortunatament sal-lum f'pajjiżna ma kellniex il-mezzi biex inħarsu l-wirt storiku u arkeoloġiku li għandna fil-qiegħ tal-baħar tagħna, u fil-fatt naħseb li kien hawn barranin li serquna mhux ħażin matul is-snin.", "Sa ftit ilu kienu jiġu vapuri Amerikani biex jaraw x'se jsibu fil-qiegħ tal-baħar Mediterran, u dak li skoprew u li tellgħu minn qiegħ il-baħar tal-Mediterran kien importanti mmens tant li hemm min jgħid li dan aktarx li se jbiddel anke l- interpretazzjoni ta' dak li naħsbu li ġara fiċ-ċivilta` Mediterranja matul is-sekli.", "Minn dan nirrealizzaw kemm l-istorja ta' l-ibħra territorjali tagħna hija importanti.", "Mill-mezzi teknoloġiċi li jeżistu llum - u hawn nista' nsemmi s-submarines iż-żgħar li huma kapaċi jiġbru dak li hemm fil- qiegħ tal-baħar Mediterranju - nindunaw kemm matul is-sekli l-baħar Mediterran ġabar wirt, u huwa tajjeb li aħna, min-naħa tagħna, nagħmlu minn kollox biex nieħdu ħsieb dan l-istess wirt.", "Sur President, naqbel ukoll mal-ministru dwar dak li qal rigward id- definizzjoni ta' \"investigazzjoni\" u rigward il-pulizija.", "M'iniex se noħroġ bl-idea li nwaqqfu korp tal-pulizija ieħor għall-ħarsien tal-wirt storiku, pero` biex ikollna uffiċjali tal-pulizija li jkunu sensittivi għal dan il- qasam, għandniex nikkonsidraw li jiġi assenjat grupp ta' pulizija taħt l- awtorita`, per eżempju, tas-sovrintendenza?", "Naturalment dawn il-pulizija - li jibqgħu jilbsu l-uniformi tal-korp xorta waħda – ikunu jridu jingħataw taħriġ speċifiku f'dan il-qasam.", "Fil-fatt diġa` għandna grupp ta' pulizija mħarrġa speċifikament għall-ġlieda kontra d-droga, u allura jien iktar u iktar ma nara xejn ħażin li grupp ieħor ta' pulizija jingħata taħriġ speċifiku fil-ħarsien tal-wirt storiku u jkun ippreparat tajjeb anke jekk jitressqu xi każi l-qorti.", "Ta' spiss nilmentaw li f'dan il-pajjiż jiġu mgħoddija ħafna liġijiet imma mbagħad insibu ċerti problemi biex ninforzawhom, u kieku jkollna dawn il-pulizija, żgur li jgħinu biex dan l- abbozz ta' liġi, ġaladarba jsir liġi, jiġi inforzat, kif wara kollox hija x- xewqa tagħna lkoll.", "Diġa` għaddejt kumment fuq id-definizzjoni tal-kelma \"jikkoordina\", pero` issa se nidħol fiha xi ftit iktar fid-dettall.", "Bħalma għedt iktar kmieni, inħoss li s-sustanza li toħroġ mill-użu tal-kelma \"jikkoordina\" f'dan l- abbozz ta' liġi hija dgħajfa ħafna u wisq nibża' li l-aħħar kelma se tkun dik ta' entitajiet li jmorru 'l barra mill-istrutturi li qed jitwaqqfu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Issa jekk l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jkun hemm iktar serjeta` fil-ħarsien tal-wirt storiku ta' pajjiżna, ma naħsibx li għandna nittrasferixxu l-aħħar kelma lil strutturi li qegħdin 'il barra mill-istituzzjonijiet li qed jitwaqqfu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk nixtieq nagħmilha ċara li d-definizzjoni tal-kelma \"jikkoordina\" hija korretta, jiġifieri jien m'iniex qed niġġieled ma' min iddefinixxa din il-kelma, imma naħseb li l-poteri li qed jitqassmu permezz ta' dan il-konċett huma dgħajfa wisq.", "Jekk xejn, jien naħseb li din m'għandhiex tkun sempliċement \"coordination\" għax minnha nnifisha nħoss li l-kelma \"coordination\" hija dgħajfa, imma għandha tkun code decision.", "Klawsola 2 qed tgħid li l-kelma \"jikkoordina\" tfisser:", "\"... l-iskambju ta' veduti bil-fomm jew bil-miktub, qabel ma tittieħed xi deċiżjoni jew titwettaq xi azzjoni, bil-għan li jiġu evitati konflitti, ħela u żbalji jew sabiex jinsab rimedju għalihom;\".", "Dan huwa kliem sabiħ u konċett li m'għandix dubju li min iddefinixxieh, iddefinixxieh bl-intenzjonijiet tajba kollha, pero` b'daqshekk ma naħsibx li għandna nkunu sodisfatti.", "Għax inti tista' turi l-veduti tiegħek bil- fomm jew bil-miktub, imma mbagħad, min ikun se jieħu d-deċiżjoni jew iwettaq l-azzjoni jista' jinjora l-veduti tiegħek.", "Jien naħseb li l-aħħar kelma għandha tkun dik ta' l-istrutturi li qed jitwaqqfu b'dan l-abbozz ta' liġi biex iħarsu l-wirt storiku għax li twaqqaf dawn l-istrutturi biex sempliċement tpoġġihom fil-livell li jgħaddu l-iskambji, il-pariri u l- opinjonijiet tagħhom u mbagħad id-decision making finali jibqa' f'idejn entita` oħra, li tista' tkun l-awtorita` ta' l-ippjanar u tista' tkun ukoll xi awtorita` oħra, ma jagħmilx sens.", "Wisq nibża' li jekk nagħmlu hekk inkunu qed inħottu dak li nixtiequ nibnu, u allura jew f'dan l-istadju jew inkella x'ħin niġu biex niddiskutu s-sustanza ta' l-istrutturi li qed jitwaqqfu, ta' min jirrifletti ftit iktar dwar kif se nsaħħu iżjed dawn l- istrutturi għax nerġa' ngħid li jien inħoss li l-aħħar kelma m'għandhiex tkun ta' xi struttura li tinsab 'il barra minn dawn l-istrutturi li qed inwaqqfu b'dan l-abbozz ta' liġi.", "Sur President, smajt lill-Ministru jitkellem fuq id-definizzjoni ta' \"konservatur-restawratur\", pero` xorta waħda bqajt ma fhimtx il-bżonn li ngħaqqdu ż-żewġ kelmiet flimkien.", "Għaliex qed ngħaqqdu dawn iż-żewġ kelmiet flimkien?", "Għax ifissru l-istess?", "Għaliex ħassejna l-bżonn li jkollna dawn is-Siamese twins?", "Dan ifisser li persuna li se tingħata l- warrant se tkun konservatur u restawratur fl-istess ħin jew inkella l- warrant ta' konservatur u l-warrant ta' restawratur huma differenti?", "Taħsbux li qed infettaq bil-kliem meta nagħmel mistoqsija bħal din, imma nħoss li fid-definizzjoni ta' \"konservatur-restawratur\" qed issir wisq riferenza għal dak it-tip ta' xogħol li jirrikjedi high knowledge u very advanced skills.", "Jien nistaqsi - u bl-ebda mod ma jien qed nagħmel din il- mistoqsija għax inħoss li x-xogħol ta' l-idejn huwa ta' grad inferjuri – jekk min se jagħmel ix-xogħol fuq il-ġebla, fuq l-injam jew fuq il-metall hux se jkollu bżonn il-warrant, u jekk iva, il-warrant ta' xiex se tkun.", "Ta' konservatur-restawratur jew ta' xi ħaġa oħra?", "Ma jidhirlix li dan l- abbozz ta' liġi jitkellem dwar dan.", "Jekk wieħed jaqra paragrafu (ċ) li jinsab taħt id-definizzjoni ta' \"konservatur-restawratur\" jsib li dan jgħid li konservatur-restawratur tfisser persuna kkwalifikata professjonalment li tkun detentur ta' warrant u li tkun tista': \"tintervjeni manwalment jew tagħti xi kura oħra bil-għan ta' konservazzjoni;\".", "Imma minn dak il-lat, il-liċenzja jew il-liċenzji se jkunu differenti, skond il-gradi ta' xogħol li jkun qed isir?", "U kif se jiġu deċiżi dawn il- gradi?", "Jiġifieri d-definizzjoni ta' kif titla' minn livell għal ieħor se tkun qed taħdem fil-parametri ta' x'jiġri fin-national vocational qualifications?", "Jekk qed nagħmlu hekk fil-każ ta' l-NVQs, dan ifisser li minn livell tista' titla' għal ieħor.", "Imma kif se jiġu deċiżi dawn?", "Dan ifisser li meta se tkun qed tagħti warrant lill-konservatur-restawratur skond paragrafu (a) ta' din id-definizzjoni, jiġifieri li:", "\"tagħmel analisi u tinterpreta data li tirrigwarda l-istat ta' konservazzjoni ta' xi artefatt, bini jew monument;\"", "Dak se jkun tip ta' warrant, u mbagħad għal paragrafu (b) se jkun hemm tip ta' warrant ieħor u għal paragrafu (ċ) se jerġa' jkun hemm tip ta' warrant ieħor?", "Nixtieq li niddiskutu din id-definizzjoni xi ftit iktar għax naħseb li din għandha implikazzjonijiet kbar u serji fuq il-futur tad-dinja tax- xogħol f'pajjiżna, anke għal dawk li diġa` jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Per eżempju, għandna nies li huma senior tradesmen li qed jagħmlu dan ix- xogħol, u aħna rridu naraw kif se jagħmlu dawn biex jieħdu l-warrant.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li meta nibdew niddiskutu klawsola klawsola, nidħlu f'dawn l-aspetti.", "Jien jidhirli li d-definizzjoni ta' \"konservazzjoni\" - u dan qed ngħidu anke fid-dawl tar-riflessjonijiet li għamlu pajjiżi oħra fuq l-esperjenzi tagħhom, fosthom l-Italja - qed tħalli xi ħaġa importanti barra, pero` ma nafx jekk din għandniex ninkluduha fid-definizzjoni tal-kelma \"konservazzjoni\" jew inkella fid-definizzjoni tal-kelma \"manutenzjoni\".", "Issa l-istess, wieħed jista' jgħid li qed nilgħab bil-kliem għax il-kelma \"manutenzjoni\" diġa` hija mdaħħla, pero` jien konvint li n-nies li jaħdmu f'dan il-qasam, anke f'pajjiżna, iħossu li l-konċett tal-manutenzjoni qed jingħata importanza kbira u li konċettwalment id-definizzjoni ta' \"konservazzjoni\" u ta' \"restawr\" m'għandhiex tkun l-istess definizzjoni ta' \"manutenzjoni\".", "Għalhekk jien qed nissuġġerixxi biex aħna u nirriflettu fuq dan l-abbozz ta' liġi nagħmlu riflessjoni importanti fuq din il-kelma.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Ispeaker.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 13 ta' Novembru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, ippermettili li fl-ewwel mument li għandi nagħti l-kondoljanzi f'ismi u f'isem il-Ministru Tonio Borg lill-mara, lit-tfal - jekk huma ta' eta` li jifhmu x'ġara - u lill-familjari tal-pulizija li l-bieraħ ġie maqtul kiesaħ u biered fil-fergħa ta' bank lokali ġewwa Ħal Qormi.", "Irrid ngħid li dak il- qtil kien attentat mhux biss kontra s-Sur Roger Debattista imma kien attentat kontra l-korp tal-pulizija kollu.", "Jien u l-Ministru l-bieraħ filgħaxija, flimkien mal-Kummissarju, morna nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-mara u lill-familjari tiegħu ġewwa dik li kienet id-dar ta' Roger Debattista.", "Irrid ngħid li tara lill-mara u lit-tliet itfal żgħar li ħalla warajh m'hijiex xena sabiħa.", "Nifhem li l-pulizija qed tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex min kien responsabbli jinġieb quddiem il-ġustizzja.", "Mill- ġdid irrid nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-familjari tiegħu u nawgura li l- pulizija tibqa' taħdem bil-mod stinkat li ħadmet fl-aħħar sigħat minn meta sar l-inċident sabiex tirrisolvi dak il-każ.", "Mr Speaker, nixtieq li fl-intervent tiegħi tal-lum nitkellem fil-qosor dwar skema volontarja ta' reġistrazzjoni ta' proprjeta` li ġiet imnedija l- ġimgħa l-oħra mill-ministeru ta' l-intern flimkien mal-ministeru ta' l- ambjent.", "Din l-iskema saret sabiex il-Belt, il-Furjana, l-Isla, Bormla u l- Birgu jidħlu wkoll fis-sistema li diġa` għandna f'pajjiżna, fejn f'ċerti postijiet il-proprjeta` trid tiġi rreġistrata fir-reġistru ta' l-artijiet.", "Daħħalna dawn il-ħames postijiet għaliex dehrilna li huwa importanti ħafna li nkunu nafu eżattament x'hemm f'dawn il-ħames lokalitajiet.", "Dawn huma ħames lokalitajiet li sfortunatament għandhom problemi akuti ta' proprjeta` li mhux biss hija vakata imma hija wkoll delapidata u għandha ħsarat li ħafna drabi jħallu mpatt negattiv fuq ir-residenti li jkunu jabitaw fil- viċinanzi.", "Mr Speaker, aħna qed ngħidu li din hija skema volontarja għaliex eventwalment huwa maħsub li sas-sena 2011 jkun obbligu li l-proprjeta` tiġi rreġistrata u eventwalment anke dawn l-proprjetarji ta' postijiet fil- Belt, il-Furjana, l-Isla, Bormla u l-Birgu se jkollhom obbligu fuqhom li jirreġistraw.", "Issa ħalli naraw x'inhi d-differenza bejn l-iskema u dak li eventwalment ikun obbligu.", "Din l-iskema tagħti ċ-ċans lill-proprjetarji li għandhom postijiet f'dawn il-ħames lokalitajiet li jersqu 'l quddiem biex fit-tliet xhur li ġejjin - fil-fatt ir-reġistrazzjoni fetħet il-bieraħ u tagħlaq fil-15 ta' Frar tas- sena d-dieħla –b'mod volontarju jirreġistraw il-proprjeta`.", "U ġaladarba huma jipparteċipaw f'din l-iskema ma jħallsux il-ħlasijiet normali li jsiru lid-dipartiment ta' l-artijiet meta ssir reġistrazzjoni ta' l-art u lanqas ma jħallsu l-ispejjeż li normalment wieħed ikollu jagħmel sabiex iqabbad perit u nutar privat biex jagħmel ix-xogħol għal dik ir-reġistrazzjoni.", "Fil-fatt min jutilizza din l-iskema se jkun qiegħed jieħu sussidju ta' nofs l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni tal-proprjeta`.", "Irrid ngħid li bħalissa l- ħlas tar-reġistrazzjoni huwa ta' Lm20, mentri b'din l-iskema min japplika għaliha se jkun irid iħallas biss Lm10.", "Min jagħmel użu minn din l-iskema se jkun ukoll intitolat li jitlob li l- pjanti tar-reġistrazzjoni jsiru mhux kif normalment isiru minn perit privat u allura jkollu jħallas lilu, imma jsiru minn uffiċjal governattiv u jkun hemm ħlas ta' Lm10 biss meta tiġi ppreżentata l-formola mimlija.", "Jiġifieri bażikament fejn is-soltu wieħed iħallas Lm20 biex jagħmel u jdaħħal l- applikazzjoni, issa se jkun qed iħallas Lm20 biex isir il-proċess kollu.", "Jiġifieri dak li normalment jiġi jqum Lm100 jew Lm120, permezz ta' din l- iskema wieħed se jkun qiegħed igawdi mill-benefiċċju ta' ħafna inqas spejjeż.", "Mr Speaker, din l-iskema se tkun volontarja għal dawn it-tliet xhur li ġejjin imma wara se ssir obbligatorja, u allura l-ispejjeż ikunu jridu jsiru xorta waħda.", "Li qed ngħidu huwa li jkun aħjar jekk dak li jkun jutilizza din l-iskema sabiex jagħmel dak li għandu jagħmel fit-tliet xhur li ġejjin u b'hekk l-ispejjeż għalih ikunu inqas.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li min jipparteċipa f'din l-iskema jista' jipparteċipa fi kwalunkwe skema ta' inċentivi li l-gvern jista' jniedi 'l quddiem sabiex jiffaċilita n-negozju jew riġenerazzjoni ta' proprjeta` f'dawn l-inħawi.", "Dan huwa inċentiv ieħor li għandu min jersaq biex jirreġistra proprjeta` f'dawn il-ħames lokalitajiet fit-tliet xhur li ġejjin.", "Se jkun jikkwalifika wkoll għal inċentivi li l-gvern jista' jiddeċiedi li jgħaddi fuq dawn il-postijiet.", "Mr Speaker, dan kollu qed isir għaliex il-problema tal-postijiet vojta rridu nindirizzawha mhux bil-paroli imma bil-fatti.", "Biex wieħed jindirizzaha bil-fatti mhux biżżejjed li jkollok ċifra ta' x'inhu l- persentaġġ ta' proprjeta` vojta, imma importanti li wieħed jifhem għalfejn hemm dik il-proprjeta` vojta.", "Meta wieħed janalizza l-ħafna raġunijiet li jkun hemm, allura jkun f'pożizzjoni li jagħti s-soluzzjoni.", "Jekk ma tkunx taf x'inhi r-raġuni tibqa' taħseb x'jistgħu jkunu s-soluzzjonijiet u anke jekk tagħti dawk is-soluzzjonijiet imma ma tkunx analizzajt x'inhi r- realta` li qed toħloq dawk il-problemi allura jista' jagħti l-kas li dawk ikunu biss soluzzjonijiet fuq il-karta għaliex ma jkunux jistgħu jwieġbu verament għall-problemi li hemm.", "Għalhekk aħna rridu li ssir din l-iskema sabiex inkunu f'pożizzjoni li jkollna l-faċilita` li nibnu database kemm jista' jkun malajr ta' x'inhi l-pożizzjoni tal-postijiet vojta.", "Ir- raġunijiet għall-postijiet vojta jistgħu jkunu varji fosthom li ma jkunx hemm ftehim dwar qsim ta' wirt.", "Dan kollu jista' jkun magħruf jekk tinġabar l-informazzjoni fuq il-post.", "Mr Speaker, xtaqt ngħid għalfejn qed nindirizzaw dawn il-postijiet u mhux postijiet oħra f'Malta.", "Fiċ-ċensiment ta' l-1995 irriżulta li l- popolazzjoni fil-Belt Valletta, il-Furjana u t-tliet ibliet bejn l-1985 u l-1995 naqset bi kważi 20%.", "Fil-fatt iċ-ċensiment ta' l-1995 wera li l- ikbar tnaqqis seħħ fil-Belt; fuq perijodu ta' 10 snin kien hemm tnaqqis fil- popolazzjoni ta' 22%.", "L-iktar post minn dawn il-ħamsa li l-anqas li kellu tnaqqis fil-popolazzjoni, għalkemm xorta waħda huwa għoli, kien il-Birgu li kellu tnaqqis ta' 14%.", "Irrid ngħid li l-perċentwali tad-djar vojta fil- ħames lokalitajiet hija ta' 20%, ammont pjuttost sinifikanti.", "L-ogħla huwa fil-Belt u l-Birgu fejn għandek 23% tad-djar li huma vojta u l-inqas huwa fl-Isla fejn għandek 17% tad-djar li huma vojta.", "Jiġifieri filwaqt li l- persentaġġ tal-bini vojt huwa kemmxejn daqs l-average nazzjonali, meta wieħed imbagħad jara minn dan il-bini vojt x'hemm li għandu ħsarat isib li totalment nitilqu 'l bogħod mir-realta` ta' x'għandna fuq livell nazzjonali.", "Insibu li filwaqt li fuq livell nazzjonali 26% tal-bini vojt għandu bżonn tiswijiet jew jinstab fi stat delapidat, fil-ħames lokalitajiet in kwestjoni din il-perċentwali hija ta' 63%.", "Qed nirripeti għaliex sfortunatament fil-media kien hemm min qal li hemm 63% tal-bini kollu li huwa delapidat.", "Fil-fatt huwa 63% tal-bini vojt li huwa delapidat.", "Minbarra l-problemi li hemm assoċjati ma' bini vojt, għandek ukoll problemi ta' bosta sidien jew inkwilini li joqogħdu viċin dik il- proprjeta`.", "Mr Speaker, din l-iskema m'hijiex se ssolvi kollox, imma se tagħtina għallinqas l-għodda li biha nkunu nistgħu naraw stampa ċara ta' dak li għandna.", "Ħaġa oħra li titkellem fuqha din l-iskema hija li min għandu proprjeta` l- Belt, il-Furjana, l-Isla, Bormla u l-Birgu li hija tiegħu imma f'xi mument jew ieħor ġiet rekwiżizzjonata mill-gvern allura hemm obbligu fuqhom li jirreġistraw.", "Huma jistgħu jirreġistraw u se jkun hemm obbligu fuqhom 'il quddiem, imma b'din l-iskema jekk jirreġistraw fit-tliet xhur li ġejjin ma jħallsu xejn.", "Mela 'l quddiem, wara t-tliet xhur li ġejjin, dak li jkun se jkollu l-obbligu li jirreġistra u l-ispejjeż se jkunu kollha għalih, anke jekk il-post huwa rekwiżizzjonat.", "Jekk huwa sid ta' post rekwiżizzjonat u jirreġistra fit-tliet xhur li ġejjin ma jħallas assolutament xejn, lanqas l- Lm10 li tkellimt fuqhom li wieħed irid iħallas għall-kumplament tal- postijiet li jiġu rreġistrati fit-tliet xhur li ġejjin.", "Jien nappella lill-pubbliku in ġenerali li għandu proprjeta` f'dawn il- lokalitajiet sabiex jersaq 'il quddiem fiż-żmien li hemm speċifikat fl- iskema.", "Jien niftakar - u għamel riferenza għaliha wkoll l-Onor.", "Tonio Borg il-bieraħ - li meta saret l-iskema tal-qbiela għall-bdiewa kien hemm sitwazzjoni fejn għall-bidu bdew jidħlu ftit għax sfortunatament kien hemm kampanja minn xi wħud, fosthom membri ta' l-oppożizzjoni, li beżżgħu lill- bdiewa li din b'xi mod se jkollha effett negattiv.", "Minħabba f'hekk għall- bidu ma bdewx jidħlu applikazzjonijiet imbagħad fl-aħħar, meta meta l- bdiewa fehmu li fil-fatt kien jaqblilhom b'dik l-iskema, kien hemm mewġa qawwija ta' applikazzjonijiet u fil-fatt kellna nestenduha.", "Jien nagħmel appell lill-pubbliku sabiex ma jdumx biex jibda jutilizza din l-iskema li tagħlaq fil-15 ta' Frar.", "Mr Speaker, għal din l-iskema jistgħu japplikaw sidien ta' proprjeta`, inkluż dak li jissejjaħ id-direttarju, jiġifieri min jirċievi ċ-ċens, jista' japplika l-utilista, min iħallas iċ-ċens, min għandu dik li tissejjaħ in-nuda proprjetarja u anke l-użufruttarju jiġifieri min qed jagħmel użu mill-post b'titlu ta' użufrutt.", "Irrid ngħid ukoll li f'din l-iskema, bħal f'kull reġistrazzjoni ta' art oħra, min jirreġistra dik l-art jingħata ċertifikat ta' titolu li jkun kompjuterizzat u li biha wieħed ikun jaf li dik il-proprjeta` hija tat-tali u safejn huma l-konfini ta' dik il-proprjeta`.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn fis-snin disgħin dan il-parlament daħħal ir-reġistrazzjoni ta' l- art u sal-lum għandna disa' jew għaxar tipi ta' postijiet li huma bilfors reġistrabbli, hija għaliex f'dan il-pajjiż ikollna ħafna konflitti ta' persuni li jkollhom proprjeta` viċin l-oħra u min jgħid tasal s'\"hawn\", min jgħid tasal s'\"hemm\", mentri bir-reġistrazzjoni ta' l-art dawn it-tip ta' konflitti jiġu eliminati.", "Jiena nittama li anke bl-għajnuna tal-ministeru għall-ambjent, speċjalment permezz tal-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Belt Valletta - u hawn nixtieq nirringrazzja lis-Sur Bondin li aċċetta li parti mill-ispiża ta' din l-iskema titħallas mill-fond tar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta - inkunu f'pożizzjoni li fi ftit żmien ikollna stampa ċara ta' x'inhi s- sitwazzjoni imbagħad inkunu f'pożizzjoni li nistgħu nindirizzaw dawk li jistgħu jkunu soluzzjonijiet għal dik is-sitwazzjoni.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li għad fadalli fl-aġġornament tal-lum nixtieq nikkummenta fuq xi punti li semma' l-Onor.", "Joe Mizzi rigward l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "L-Onor.", "Mizzi qal li l-gvern ma tax raġuni għalfejn tneħħa l-Onor.", "Michael Bonnici minn rappreżentant tal-gvern fuq il-bord ta' l-awtorita` u qal ukoll li mhux għax veru hemm it-terminu ta' seba' snin.", "Jien ma nafx min ta dan il-parir lill-Onor.", "Mizzi imma nixtieq nispjegalu li artikolu 3(8) ta' l-att dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp - u mhux issa wara li ġiet emendata f'dan il-parlament, imma kienet hemm anke meta l-oppożizzjoni tal-lum kienet fil-gvern – jgħid dan li ġej:", "\"Ebda persuna m'għandha tibqa' membru ta' l-awtorita` għal iktar minn seba' snin wara xulxin.\"", "Issa l-Onor.", "Michael Bonnici f'April tas-sena li ġejja kien se jagħlaq seba' snin bħala membru tal-gvern fuq l-awtorita` ta' l-ippjanar u minħabba dan l-artiklu li hawn fil-liġi, li ebda persuna m'għandha tibqa' membru ta' l-awtorita` għal iktar minn seba' snin wara xulxin, il-Prim Ministru dehrlu li ġaladarba se jinħatar bord ġdid ikun għaqli li l-membru min-naħa tal- gvern jidħol biex jokkupa postu mill-bidu meta dan il-bord ikun se jinħatar.", "Din hija raġuni li anke ġiet spjegata fil-media u ma nistax nifhem għalfejn l-Onor.", "Mizzi qed jgħid dawn l-affarijiet.", "Jista' jkun li ngħata parir ħażin, imma din hija l-liġi u aktar 'il quddiem nitlob il- permess sabiex inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr Speaker, kif qed nitkellem fuq dan is-suġġett, nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha tal-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar li taw sehmhom fit-tliet snin li għaddew.", "Nirringrazzja wkoll liċ-chairman tal-bord ta' l- awtorita` u nirringrazzja wkoll lill-Onor.", "Michael Bonnici li taha sehmu b'mod konsistenti f'dan il-bord.", "Jista' jkun li wieħed ma jaqbilx ma' ċerti deċiżjonijiet, imma meta ttieħdu d-deċiżjonijiet l-Onor.", "Michael Bonnici kien dejjem preżenti.", "Ma għażilx li għal deċiżjonijiet ibsin joħroġ 'il barra, kif f'ċerti każi għażel li jagħmel l-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-Onor.", "Bonnici kien preżenti biex jiddeċiedi fuq każijiet li ħafna drabi ma kenux faċli.", "Wara kollox li jgħodd hu li wieħed jipparteċipa fid-deċiżjonijiet kollha mhux biss f'dawk li jkunu faċli.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq dak li semma' l-Onor.", "Joe Mizzi l-bieraħ għar- rigward l-applikazzjoni u l-permess li ħareġ fuq il-lukanda Solemar.", "Filwaqt li naqbel ma' l-Onor.", "Mizzi għar-rigward tal-ħtieġa li l-pajjiż jirriċikla l-ħmieġ, naħseb li rridu noqogħdu attenti li ma nirriċiklawx il- ħmieġ f'dan il-parlament ukoll.", "Fuq il-każ tas-Solemar mhux biss in-naħa tal-gvern u l-awtorita` ta' l-ippjanar li finalment ħadet id-deċiżjoni wieġbu pubblikament, imma kien hemm ukoll tweġiba għal kull argument li għamel l-Onor.", "Mizzi.", "U jekk l-Onor.", "Mizzi forsi għadu ma fehemx dak li ġara aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wħud mill- pożizzjonijiet li ħadet l-awtorita`.", "Dan il-każ ġie spjegat ukoll pubblikament fil-ġurnali ta' pajjiżna.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn ċerti affarijiet, minkejja li jkun hemm it- tweġibiet fuqhom jerġgħu jitqajmu.", "Jiena m'għandi l-ebda problema li l- Onor. Mizzi jerġa' jqajjimhom, imma naħseb li wieħed irid joqgħod attent li ma jispiċċax isaħħan kawlata darba fuq l-oħra għax naħseb li kawlata msaħħna għal ħafna drabi ġġib indiġestjoni speċjalment lil min jikolha.", "L-Onor.", "Mizzi qal li mhux veru li ma seta' jsir xejn fil-każ tas-Solemar u kkwota dak li skond hu għedt jien u u ċ-chairman ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar.", "M'hu veru xejn li jien għedt li ma seta' jsir xejn fuq id- deċiżjoni li kien ħa l-bord ta' l-appell fuq dan il-każ u rrid infakkar li l-bord ta' l-awtorita` mexa fuq id-deċiżjoni tal-bord ta' l-appell - l- istess bord li kien kostitwit mill-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 – li kien ta l-approvazzjoni tiegħu fuq l-outline application.", "Dan qed ngħidu ħalli kulħadd jinkwadra l-affarijiet kif inhuma.", "U rrid infakkar hawnhekk li l-Onor.", "Mizzi għażel li ma jmurx jivvota fuq din id-deċiżjoni.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Joe Mizzi qalilna wkoll li ma ġiex mistieden il-ġimgħa l-oħra meta l-bord ta' l-awtorita` iltaqa' mal-Prim Ministru.", "Jien ma nafx għalfejn qajjem dan il-punt, imma għall-korrettezza - jiġifieri mhux għax dan huwa każ importanti - rrid ngħid li l-membri ġew avżati bil-laqgħa mal- Prim Ministru waqt il-laqgħa tal-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar ta' nhar il-Ħamis l-1 ta' Novembru.", "Imma kumbinazzjoni dakinhar l-Onor.", "Joe Mizzi ma kienx preżenti għal dik il-laqgħa.", "L-ittra ntbagħtet fil-5 ta' Novembru, jiġfieri it-Tnejn, u l-laqgħa mal-Prim Ministru saret il-Ħamis u l-Onor.", "Mizzi seta' kellu d-diċenza li jgħid li t-timbru fuq l-envelope li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jaqra l-5 ta' Novembru.", "Issa jista' jkun li kien hemm dewmien min-naħa tal-Maltapost minħabba li l-korrispondenza tal- membri parlamentari tgħaddi minn ċerta security imma b'daqshekk l-Onor.", "Membru m'għandux jgħid li kien hawn xi nuqqas min-naħa ta' l-awtorita`.", "Barra minn hekk l-Onor.", "Mizzi kien jaf bil-laqgħa għax ta' min jgħid li lejliet il-laqgħa mal-Prim Ministru ċ-chairman tal-planning authority b'telefonata kien ipprova jikkonvinċi lill-Onor.", "Mizzi biex jattendi għal dik il-laqgħa, minkejja li kien għadu ma rċeviex l-istedina.", "Dan kollu qed ngħidu għax naħseb li l-Onor.", "Mizzi qiegħed jipprova jagħmel maltempata ġo kikkra.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi qalilna wkoll li l-oppożizzjoni għandha r-rieda favur l-ambjent.", "U veru li x-xitan ma jaħmilx għax kumbinazzjoni fl- aġġornament tal-bieraħ tkellem warajh l-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Jekk jaħseb li l-oppożizzjoni hija konvinta favur l-ambjent u għandha r-rieda favur l-ambjent, naħseb li l-Onor.", "Joe Mizzi għandu jitkellem ukoll dwar il- ksur li għamel il-Partit Laburista fuq il-binja tal-każin tagħhom ġewwa l- Imġarr f'Malta li huwa responsabbli għalih bħala perit l-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Jekk irridu li jkollna rieda favur l-ambjent, kulħadd, bil- Partit Laburista minn ta' quddiem, irid isegwi l-liġijiet ta' dan il- pajjiż.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra xi dokumenti li rreferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, Kap. 356;", "Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"The Times\" tat-2 ta' Awissu 2001, intitolat \"Clearly distinct, not opaque\";", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Awtorita` ta' l- Ippjanar fil-31 ta' Mejju 2001, dwar l-iżvilupp tas-Solemar Hotel, Marfa; u", "Kopja ta' fax mibgħuta mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar lil ġurnalista ta' \"The Times\" fit-13 ta' Ġunju 2001, dwar l-iżvilupp tas-Solemar Hotel, Marfa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta 13 ta' Novembru, 2001 fis-6:00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fis-12.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMPJEGATI - FACILITATORS", "29437.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'liema rati ta' ħlas u b'liema kundizzjonijiet ta' xogħol qed jaħdmu l-madwar 100 supply kindergarten assistants li temmew kors ta' taħriġ għal xogħol ta' facilitators fis-sajf?", "X'sar mill-40 kinder assistant li temmew il-kors ta' facilitator fi Frar li għadda biex jiġu impjegati bħala facilitators?", "Meta se jiġu impjegati?", "Meta se jibdew jitħallsu ta' facilitators?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li madwar tmenin Supply Kindergarten Assistants li temmew il-Kors ta' Ċertifikat fl-Edukazzjoni Inklussiva fis- sajf qed jitħallsu bir-rata ta' ħlas u bil-kundizzjonijiet ta' xogħol li ġew ingaġġati bih - jiġifieri ta' Supply Kindergarten Assistant.", "Rigward l-erbgħin Kindergarten Assistant (Special Education) li wkoll temmew il-Kors ta' Ċertifikat fl-Edukazzjoni Inklussiva fi Frar li għadda għadhom fl-istess impieg li bdew bih.", "Il-ħlas ta' facilitator huma intitolati għalih dawk biss li jiksbu ħatra ta' Facilitator permezz tal-proċess normali ta' promozzjoni bil-proċeduri tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "VAT - ALCOHOL", "29445.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinfurmani kemm kien id-dħul mill-Vat fuq l-alkohol għas-snin 1997, 1999, 2000 u bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill- VAT fuq l-alkohol għas-snin 1997, 1999, 2000 u 2001 (Jannar - Settembru) kien ta':", "|1997 |Lm 619,860| |1998 |Lm 329,177| |1999 |Lm 952,250| |2000 |Lm 895,832| |2001 |Lm 552,575| |(Jannar – | | |Settembru) | |", "MEDIGRAIN - SALARJI", "29446.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x' kienu raġunijiet taż-żidiet fis-salarji taċ- Chairman, Chief Executive, Deputy Chairman, General Manager li saru fil- Medigrain u l-Grain Terminal?", "Kemm fil-fatt kien in-numru ta' ħaddiema fil-Grain Terminal u l-Medigrain qabel ma ngħataw dawn iż-żdied u issa wara li ngħataw dawn iż-żidied?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li ż-żieda fis-salarji taċ-Chairman, Deputat Chairman u General Manager tal-kumpanija Medigrain ingħatat sabiex dawn jiġu in-line mal-kumplament ta' l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt il- MIMCOL.", "In-numru ta' ħaddiema fil-kumpanija msemmija, qabel ma' ingħatat din iż- żieda, kien ta' wieħed u għoxrin u llum dan in-numru naqas b'wieħed.", "SKOLA SPEĊJALI TAL-WARDIJA", "29493.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni b'diżabilita li kienu jattendu l- iskola speċjali tal-Wardija u għalqu l-20 sena mhux jiġu aċċettati fiċ- Ċentri oħra bħal fil-każ ta' Targa Gap jew l-Imtarfa?", "Kemm fil-fatt huma numra ta' persuni/studenti b'diżabilita li jattendu fl-iskola tal-Wardija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nissuġġerixxi lill- Onor. Membru jirreferi d-domanda lill-Ministeru għall-Politika Soċjali responsabbli miċ-Ċentri ta' Taħriġ għall-Adulti b'Diżabilita`.", "Informat li bħalissa hemm 53 student jattendu l-Iskola tal-Wardija.", "ĊENTRI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA", "29494.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' persuni b'diżabilita li jattendu ċ-ċentri f'Tarġa Gap, l-Imtarfa u oħrajn f'Malta u Għawdex separatament fil-mument?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru tiegħi m'għandux Ċentru f'Tarġa Gap.", "Iċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita' li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi għandhom dan in-numru ta' persuni b'diżabilita' jattendu fihom:", "|ĊENTRU |NUMRU TA' | | |PERSUNI | | |B'DIŻABILITA' | |Mtarfa |83 | |Marsascala|74 | |Ħal Far |88 | |Santa |33 | |Venera | | |Fleur de |91 | |Lys | |", "XOGĦOL - PERSUNI B'DIŻABILITA", "29495.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija r- raġuni li persuni b'diżabilita mentali qed jintbagħtu jirreġistraw għax- xogħol wara li jkunu spiċċaw mill-iskola tal-Wardija għaliex ikunu għalqu l- 20 sena?", "X'inhija r-raġuni li dawn il-persuni qed jinqagħtalhom il- benefiċji ta' diżabilita meta kawża tad-diżabilita' mentali u fiżika mhux prattiku għalihom li jsiebu impjieg?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-iskola tal-Wardija ma taqax taħt ir- responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuna tista' tirreġistra għax-xogħol jekk tkun laħqet l-eta' tax-xogħol u tkun disponibbli għall-impjieg.", "Għalhekk mhemm xejn li jipprekludi persuni b'diżabilita' li jirreġistraw għax-xogħol.", "Fl-istess waqt, il-pensjoni għad-diżabilita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali mhiex marbuta mar-reġistrar għax-xogħol.", "Għalhekk mhux ċar għaliex l-Onor.", "Interpellant qed jidher jorbot ir-reġistrar għax-xogħol mal-ħlas ta' din il-pensjoni.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - RABA", "29496.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet tal-bdiewa, raħħala eċċ sabiex jiġu rikonoxxuti mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għar-raba li jokkupaw?", "Meta se jiġu finaliżżati u meta se joħorġu skemi simili?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onorevoli Interpellant l-Iskema għal Art Agrikola tal-Gvern, li għalqet fi Frar ta` din is-sena, kienet tipprovdi li jkun hemm proċess ta` 'public screening' ta` xahrejn għal kull lokalita`, li fih kull applikazzjoni li tkun saret taħt l-Iskema titqiegħed għall- iskrutinju tal-pubbliku permezz ta` pjanti u listi apposta li jitqiegħdu għall-wiri f`kull Kunsill Lokali.", "Dan biex min ikollu raġuni valida biex iressaq oġġezzjoni lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, jkun jista` jagħmel dan fuq formoli apposta.", "Minħabba n-numru kbir ta` applikazzjonijiet li saru taħt l-Iskema, it- Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ħasbet biex il-proċess ta` public screening jitwettaq f`numru ta` stadji, fi gruppi ta` lokalitajiet, skond skeda maħruġa apposta u kopja ta` liema qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil- fatt il-proċess ta` public screening għall-ewwel żewġ gruppi ta` lokalitajiet diġa` nfetaħ skond l-iskeda u, jekk ma jkunx hemm intoppi, it- tielet grupp mistenni jinfetaħ f`Diċembru li ġej.", "Il-ħsieb tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern huwa li, wara li jintemm il- proċess ta` public screening, ikun jista` jibda l-istadju, li fih kull applikazzjoni tiġi mistħarrġa sabiex jiġi ddeterminat jekk għandux isir jew le kuntratt ta` kirja skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Iskema.", "Huwa f`dan l-istadju li jkunu jistgħu jibdew isiru l-kuntratti tal-kirja u l- ismijiet ta` l-applikanti jidħlu għand ir-Reġistru tal-Artijiet skond kif imħabbar fl-Iskema.", "Fil-fatt bħalissa qed tinbena t-tieni fażi ta` sistema kkompjuterizzata apposta li ser tgħin lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern fil- kuntratti ta` kirja.", "Peress li dan il-proċess jinkludi l-ħtieġa ta` spezzjoni għal kull applikazzjoni li tkun saret mhux possibli għalissa li wieħed jagħti data ta` meta dawn ser ikunu iffinalizzati.", "Kif kien imħabbar mal-ħruġ ta` din l-Iskema, m`hemm l-ebda ħsieb li jinħarġu skemi oħra simili.", "ĦABS TA' KORDIN - PRIĠUNIERI", "29515.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri l-ħabs ta' Kordin li huma", "1) sentenzjati ?", "2) qed jistennew proċeduri tal-Qorti u/jew ma ingħatawx pleġġ", "F'kull każ ta' liema nazzjonalita huma?", "Jista' jgħid kemm f'kull każ għandhom:", "1) taħt il-21 sena? 2) bejn it-22 u t-30 sena? 3) 'Il fuq minn 31 sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fis-7 ta` Novembru 2001, in-numru ta` persuni miżmuma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 253.", "Dawk sentenzjati jammontaw għal 170 filwaqt li n-numru ta` dawk arrestati jammonta 83.", "In-Nazzjonalita` ta` dawn il-priġunieri hija kif ġej:-", "|Nazzjonali|Sentenzja|Arrestati | |ta |ti | | |Maltin |133 |42 | |Renju Unit|1 |3 | |Taljani |1 |2 | |Libjani |22 |32 | |Alġerini | |1 | |Tuneżini |5 |1 | |Torok | |1 | |Niġerjani | |1 | |Palestinja|1 | | |ni | | | |Eġizzjani |2 | | |Yugoslavi |1 | | |Olandiżi |3 | | |Awstraljan|1 | | |i | | | |TOTAL |170 |83 |", "It-tagħrif dwar l-eta` ta` dawn il-priġunieri hu kif jidher hawn taħt:-", "|Sa 21 sena |19 | |Bejn 22 sena u 30 sena|73 | |Minn 31 sena-il fuq |161 |", "STUDENTI - GRADUATION", "29516.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student se jiggradwa fl-edukazzjoni x-xahar id-dieħel?", "Kemm se jiggradwaw fiż-żmien sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li ħa jiggradwaw din is-sena fl-Edukazzjoni hu kif ġej:", "| |Irġi|Nis|Tota| | |el |a |l | |Bachelor of |68 |165|233 | |Education (Hons) | | | | |Bachelor of |6 |3 |9 | |Education | | | | |Bachelor of |8 |18 |26 | |Psychology | | | | |Bachelor of |8 |21 |29 | |Psychology (Hons) | | | | |Bachelor of Arts |3 |10 |13 | |(Youth Studies) | | | | |Dip in Education |33 |19 |52 | |(Admin & Mgr) | | | | |Dip in Info.", "Tech.|1 |9 |10 | |in Education | | | | |Dip in School |3 |8 |11 | |Counselling | | | | |Dip in Youth |2 |2 |4 | |Studies | | | | |Certificate |10 |2 |12 | |Tourism Studies in| | | | |Educ. | | | | |Master in |2 |2 |4 | |Education | | | | |Master in |8 |10 | | |Psychology | | | | |Postgrad Cert. |1 |5 |6 | |Inc.& Special | | | | |Educ.", "Needs | | | | |PGCE |23 |63 |86 | |TOTAL |505 |170|335 |", "Informat ukoll li s-sena d-dieħla potenzjalment jistgħu jiggradwaw 531.", "Dan in-numru dejjem ikun anqas peress li mhux l-istudenti kollha jtemmu l- kors fiż-żmien maħsub.", "XOGĦOL TA' OUTREACH", "29517.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir xogħol ta' outreach speċjalment fi tmiem il-ġimgħa f'postijiet ta' divertiment biex persuna li jkun qed jabbużaw mid-droga u l-alcohol jinġabru u jingħataw l- għajnuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li team mill-Agenzija Sedqa għamel periodu ta' osservazzjoni fiż-żona ta' Paceville.", "Minn din l-osservazzjoni jidher li l-akbar problema fir-rigward ta' addictions hi l-konsum eċċessiv ta' alkoħol anki minn żagħżagħ taħt l-eta' ta' 16-il sena.", "Ninsab infurmat li fix-xhur li ġejjin l-Aġenzija mistennija li tifrex ix- xogħol tagħha fuq żoni oħra, filwaqt li tiżviluppa servizzi ta' outreach f'ħidma aktar strutturata.", "PULIZIJA - DROGA", "29518.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk qattx saru studji biex tiġi stabbilita l-konnessjoni bejn il-kriminalita' u d-droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija hemm sistema ta` ġbir ta` informazzjoni li tgħin fl-investigazzjoni dwar id- droga u l-konnessjoni li din għandha ma` reati oħra.", "Fuq kollox il- koperazzjoni kontinwa bejn is-sezzjonijiet varji tal-Pulizija li huma nvoluti direttament f`dawn l-oqsma tgħin mhux ftit biex tiġi stabbilita din il-konnessjoni.", "SKEJJEL - PE", "29519.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom il-permess biex jgħallmu l-edukazzjoni fiżika (PE) fl-iskejjel f'Malta u Għawdex?", "F'liema skejjel?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "Taħt liema kundizzjonijiet ingħataw permess?", "Hemm vakanzi bħalissa fl-iskejjel ta' l-istat fil-PE?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel statali u tal-Knisja ma hemm ebda għalliem barrani ngaġġat biex jgħallem l-Edukazzjoni Fiżika.", "Informat ukoll li fl-iskejjel Privati jew Indipendenti hemm:", "a) Verdala International - 1 (Awstraljan part-time)", "b) St Edwards - 1 (Bulgaru)", "Il-kundizzjonijiet għal dawn il-liċenzji huma:", "a) li ma jagħmel ebda xogħol ieħor kemm idum Malta (OPM/EXP/1838/94)", "b) li joffri s-servizzi tiegħu b'xejn lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jekk u meta jkun meħtieġa u li ma jaħdimx kemm idum Malta.", "(OPM/EXP/10900/1987)", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija informat li bħalissa ma hemmx vakanzi ta' għalliema ta' Edukazzjoni Fiżika (PE) fl-iskejjel ta' l-Istat.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "29520.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda tal-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ u lil min qed jirrapreżentaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PUBLIC SERVICE COMMISSION - APPELLI", "29538.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-public service commission tagħti deċiżjoni dwar dixxiplina, l-individwu għandux dritt ta' appell?", "Jekk iva, kemm-il darba saru appelli mill-1990 sal-lum?", "Jekk iva, kemm hemm żmien sakem jistgħu jsiru l-appelli?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li kemm ir-Regolamenti tad- Dixxiplina preżenti, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2000, kif ukoll ir- Regolamenti tad-Dixxiplina ta' l-1997 li kien hemm qabilhom, ma jipprovdux li uffiċjali pubbliċi jistgħu jappellaw kontra xi deċiżjoni li tkun ittieħdiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fuq xi akkuża dixxiplinarja.", "APPLIKAZZJONIJIET – SUSSIDJU", "29540.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni ta' ħamsa min-nies, b'diversi problemi soċjali għal sussidju fuq irranġar ta' dar tal- privat u lanqas għandha servizz tad-drenaġġ fid-dar, jitmexxa 'l quddiem ħalli x-xogħol ikun jista' jibda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni għal sussidju fuq irranġar tad-dar mill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "COURSES – PART-TIME", "29550.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita' li jsir course (p/time) għal min għandu diġa B. Educ li jwassal għall-PGCE?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-programm ta' studju li jwassal għall- B.Ed (Hons) jinvolvi taħriġ professjonali estensiv bħala għalliem ta' l- iskola fil-livell primarju jew sekondarju.", "Il-PGCE huwa programm ta' studju li jipprepara gradwati f'suġġett mgħallem fl-iskejjel tagħna sabiex ikunu jistgħu jgħallmu dan is-suġġett.", "Ġaladarba kemm il-B.Ed (Hons) kif ukoll il-PGCE iwasslu sabiex wieħed ikun jista' jgħallem f'pajjiżna, m'hemm ebda ħtieġa tat-taħriġ indikat mill- Onor. Membru.", "BIRGU - XIRI TA' APPARTAMENTI", "29551.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x' inhu jżomm milli jsir il- kuntratt finali ta' xiri ta' appartamenti li hemm f' 75 Triq San Lawrenz, Birgu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Kuntratti finali ta' xiri ta' appartamenti li hemm f'75 Triq San Lawrenz Birgu ma jistgħux jiġu ppubblikati għalissa peress illi l-Awtorita' tad-Djar ma għandhiex titolu legali fuq l-art.", "ARETRATI", "29553.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni li l-persuna hawn taħt indikata intalbet tħallas arretrati ta' Lm119?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment informa lill-persuna imsemmija dwar il-każ tiegħu.", "IPOĠEW - ŻJARAT", "29565.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm marru nies jaraw l-Ipoġew bejn Settembru 2000 u Ottubru 2001 u jistax jiġi indikat kemm marru tfal ta' l- iskola primarji u sekondarji għal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "BORŻA TA' MALTA - NEFQA", "29566.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda numru 11600 jgħid kemm flus intefqu fuq l-Borża ta' Malta u kemm dam isir ix-xogħol kollu mill-bidu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-bini l-ġdid tal-Borża dam minn Ġunju 1999 sa Settembru 2001.", "Dan il- proġett sewa Lm1.6 miljun, VAT inkluż, li tħallsu mill-fondi tal-Borża stess - parti mit-tifdil li kienet għamlet u parti minn loan li ħadet biex tkompli l-proġett.", "Il-Borża tippubblika l-istatements finanzjarji tagħha mar-Rapport Annwali tagħha.", "BIRGU/FGURA - LIBRERIJI PUBBLIKI", "29567.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flejjes fuq kotba tal- lingwa Spanjola fis-snin 2000 u sal-31 ta' Ottubru 2001 u kemm minhom ġew mibgħuta fil-librerija pubblika tal-Birgu u dik tal-Fgura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji matul is-sena 2000 xtara 28 ktieb bl-ilsien Spanjol li swew Lm58.", "Minnhom intbagħtu 3 lil-librerija pubblika tal-Birgu u ma ntbagħat xejn lil- librerija pubblika tal-Fgura.", "Bl-istess ilsien, sa l-aħħar ta' Ottubru 2001 inxtraw 25 ktieb li swew Lm47.", "Minnhom 5 intbagħtu l-librerija tal-Birgu u 2 li għadhom qed ikunu pproċessati huma destinati għal-librerija tal-Fgura.", "FGURA - LIBRERIJA PUBBLIKA", "29568.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flejjes fuq il-librerija pubblika tal-Fgura u f' liema stat tinsab?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji nefaq fuq il-Librerija pubblika tal-Fgura li nfetħet f'Novembru 1982, l- ammont ta' Lm2950 f'kotba, u dan sal-lum.", "Din il-librerija waqfet topera f'Ottubru 2000 minħabba problemi ta' allokazzjoni.", "Id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji flimkien mal-Kunsill Lokali tal- Fgura, ħadem bi sħiħ biex isib post alternattiv.", "Dan instab hekk kif tidħol mill-entratura ta' l-iskola u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ħa ħsieb il-bini tiegħu.", "Bħalissa x-xogħol wasal fl-istadju li jitqiegħdu l- aperturi.", "Huwa kkalkulat li sa tliet xhur oħra din il-librerija tkun f'qagħda li terġa tibda topera.", "SAFAR", "29605.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb PQ 29366?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SAFAR", "29606.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29371?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-nefqa għas-safar fil-Ministeru ta` l-Intern (Uffiċċju tal-Ministru, Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti) bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2001 kienet ta` Lm25,610.", "Minn dan l-ammont, is-somma ta` Lm8,383 intefqet fuq safar relattiv ma` l-applikazzjoni ta` Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.", "SAFAR", "29607.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29375?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l- informazzjoni qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAFAR", "29608.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29372?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li l-ispiża fuq safar barra minn Malta minn uffiċjali fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt dan id- dekasteru kienet tammonta għal Lm28,702.41 fil-perjodu msemmi.", "Lm11,859.87 minn dawn intefqu fuq safar konness mal-Unjoni Ewropea.", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29620.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29621.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li hemm dsatax (19) –il Bord, Kumitat, Kummissjoni, Entitajiet Governattivi eċċ. fi ħdan id- Dekasteru tas- Saħħa.", "Dawn huma:", "|Board/ |Chairperso|Dirett|Konsule| |Committ|n/ |uri |nt | |ee |President/| |Legali | | |Chief | | | | |Executive | | | |Council|Dr. Louis |N/A |N/A | |of |Deguara | | | |Health | | | | |Medical|Judge |N/A |N/A | |Council|Victor | | | | |Caruana | | | | |Colombo | | | |Nursing|Dr. Dennis|N/A |N/A | |and |Soler | | | |Midwife| | | | |ry | | | | |Board | | | | |Board |Dr. Mark |N/A |N/A | |for the|Fenech | | | |Profess| | | | |ions | | | | |Supplem| | | | |entary | | | | |to | | | | |Medicin| | | | |e | | | | |Pharmac|Dr. Martin|N/A |N/A | |y Board|Fenech | | | |Hospita|Ms. |N/A |N/A | |l |Roseanne | | | |Managem|Camilleri | | | |ent | | | | |Committ| | | | |ee – | | | | |SLH | | | | |General|Dr. |N/A |N/A | |Service|Raymond | | | |s Board|Busuttil | | | |Mental |Hon. |N/A |N/A | |Health |Victor | | | |Review |Caruana | | | |Tribuna|Colombo | | | |l | | | | |Burials|Dr. |N/A |N/A | |Board |Malcolm | | | | |Micallef | | | |Clean |Dr. |N/A |N/A | |Air |Malcolm | | | |Board |Micallef | | | |Ta' |Dr. |N/A |N/A | |Braxia |Malcolm | | | |Committ|Micallef | | | |ee | | | | |Committ|Dr. |N/A |N/A | |ee on |Malcolm | | | |Smoking|Micallef | | | |and | | | | |Health | | | | |Mt. |Dr. Andrew|N/A |N/A | |Carmel |Amato | | | |Hospita|Gauci | | | |l | | | | |Managem| | | | |ent | | | | |Team | | | | |Sexuall|Dr. |N/A |N/A | |y |Malcolm | | | |Transmi|Micallef | | | |tted | | | | |Infecti| | | | |ons | | | | |Prevent| | | | |ive | | | | |Committ| | | | |ee | | | | |Nationa|Dr. Joseph|N/A |N/A | |l |Azzopardi | | | |Steerin| | | | |g | | | | |Committ| | | | |ee on | | | | |Diabete| | | | |s | | | | |Bioethi|Profs. |N/A |N/A | |cs |Maurice M.| | | |Consult|N. Cauchi | | | |ative | | | | |Committ| | | | |ee | | | | |Nationa|Profs.", "M. |N/A |N/A | |l |T. | | | |Commiss|Camilleri | | | |ion for|Podesta | | | |Mental | | | | |Health | | | | |Zammit |Profs. |Mr. |Muscat | |Clapp |Frederick |Emanue|Azzopar| |Hospita|Fenech |l |di & | |l | |Attard|Associa| |Managem| | |tes | |ent | | | | |Team | | | | | | |Mr. | | | | |Edwin | | | | |Cauchi| | | | |Dr. | | | | |Anthon| | | | |y | | | | |Fiorin| | | | |i | | | | |Mr. | | | | |Saviou| | | | |r | | | | |Gambin| | | | |Mr. | | | | |Joseph| | | | |Micall| | | | |ef | | | | | | | |Foundat|Dr. Joseph|Mr. |Muscat | |ion for|Pace |Albert|Azzopar| |Medical|(President|A. |di & | |Service|) |Attard|Associa| |s | | |tes | | |Mr. |Dr. | | | |Emanuel |Ray | | | |Attard ( |Busutt| | | |Chief |il | | | |Executive)| | | | | |Dr. | | | | |Ray | | | | |Xerri | | | | |Dr. | | | | |Natash| | | | |a | | | | |Azzopa| | | | |rdi | | | | |Muscat| | | | |Arch. | | | | |Paul | | | | |Camill| | | | |eri | | | | |Mr. | | | | |Emanue| | | | |l C. | | | | |Micall| | | | |ef | | | | |Mr. | | | | |Saviou| | | | |r | | | | |Sciber| | | | |ras | |", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29622.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29624.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill- Onorevoli Interpellant.", "Hemm ukoll il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal- Voice of the Mediterranean li huwa magħmul minn erba` kunsillieri, tnejn nominati mill-Gvern Malti u tnejn mill-Gvern Libjan, li jaġixxu ta` Chairman on a rotation basis.", "Il-Voice of the Mediterranean jittmexxa mis- Sur Richard Muscat li jokkupa l-kariga ta` Managing Director.", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29626.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29628.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba dwar entijiet li jirċievu kontribuzzjoni mill-Gvern skond l-Estimi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT – AWTORITA' TAD-DJAR", "29636.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-proċess sabiex l- art magħrufa bħala tas-Sagħjtar Naxxar b'mod speċjali Triq Ġibilta li presentment suppost li qedha f'idejn l-Uffiċċju Konġunt tiġi trasferita lill-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn riċerka li għamlet it- Taqsima Proprjeta` tal-Gvern jidher li m`hemm l-ebda art fis-Sgħajtar Naxxar li preżentament qiegħda f`idejn l-Uffiċċju Konġunt.", "Fl-istess area hemm bċejjeċ ta` art li qegħdin f`idejn it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u li sa issa ma jistgħux jiġu trasferiti lill-Awtorita` tad-Djar għax il- proċess ta` akkwist taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Art għal skopijiet Pubbliċi għadu mhux iffinalizzat.", "ĠONNA - PROGRAM TA' TĦAWWIL", "29638.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk kemm-il darba sarx jew hemmx programm ta tħawwil tal-lavanda fil-ġonna taħt idejn id- dipartiment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari numru 29562.", "CHILDREN'S ALLOWANCE - INVESTIGAZZJONI", "29663.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat il-każ tat-twaqqif taċ-children's allowance lill-familja li l-partikularijiet dwarha jidhru separatament minn din il-mistoqsija?", "Tista' din il-familja tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jivverifika d- dettalji tal-persuna ndikata minnu."]} {"filename": "20001128_438d_par.doc", "date": "2000-11-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 438 It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 438", "It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "438", "It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 710", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 710", "TQEGĦID TA' KARTI 714", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GHAS-SENA 2000/2001 715", "AĠĠORNAMENT 738", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 744", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 437 li saret fit-28 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIĊĊERIJA - BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM", "21152.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani x'follow-up sar mill-ministeru, b'riferenza għall-ittra li bagħtu l-meat sellers association fil-21 ta' Settembru, 2000 dwar l-ilment li għamlu l-bejjiegħa tal-laħam lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Kif diġa' weġibt f'mistoqsija parlamentari nru.", "21134, wara li ġie stabilit li l-ilmenti kollha li kien hemm fl-ittra kienu jirriferu speċifikament għall-operat tal- biċċerija, kopja ta' l-istess ittra ġiet mgħoddija lill-ministeru ta' l- agrikoltura.", "Ninsab informat li l-punti kollha elenkati fl-imsemmija ittra qed jiġu investigati.", "LIĊENZJI - BIĊĊERIJI TAT-TJUR", "21153.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn biċċeriji tat-tjur liċenzjati mill-pulizija ma' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi fil- preżent hawn għaxar biċċeriji tat-tjur koperti b'liċenzja tal-pulizija.", "SAĦĦA PUBBLIKA - BEJGĦ TA' TIĠIEĠ", "21154.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: X'kienet ir-raġuni li nġabru t-tiġieg minn ġol-ħwienet u anke se jittellgħu xi persuni l-qorti mid-dipartiment tas-sanita'?", "Kemm hemm persuni involuti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li nġabru numru ta' tiġieg minn ġol-ħwienet wara spezzjonijiet minn uffiċjali tad- dipartiment tas-saħħa pubblika, minħabba li t-tali tiġieġ kienu jikkontravjenu r-regolamenti li joħorġu minn Kap. 231 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Hemm 34 persuna li se jittressqu l-qorti fuq tali akkużi.", "Dan ma jeskludix li tittieħed azzjoni kontra persuni oħra fil-futur qarib.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħidli x'inhu jagħmel id- dipartiment tas-saħħa biex jassigura li ċ-ċertifikazzjoni ta' laħam importat minn barra tkun tajba?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond il-liġi attwali - nispera li ma ddumx ma tinbidel - ir-responsabbilta' ta' ċertifikazzjoni ta' laħam importat taqa' taħt id-dipartiment tas-servizzi veterinarji.", "Din id-domanda qajjimha l- Onor. Bartolo l-ġimgħa li għaddiet u spjegajnilu x'inhi s-sitwazzjoni.", "Illum wasalna fi stadju li m'hemmx pajjiż fl-Ewropa li għandu garanzija li huwa eskluż minn din it-tip ta' marda.", "Biex niżguraw u nnaqqsu kemm jista' jkun il-possibbilta' ta' mard, qegħdin noqogħdu attenti li l-laħam importat ikun ġej minn annimali li jkollhom anqas minn sentejn u qed noqogħdu wkoll fuq iċ-ċertifikazzjoni u l-analisi li tiġi ma' kull kunsenja.", "Fil-fatt xi ġimgħatejn ilu kellna każ ta' laħam li dehrilna li ma kienx iċċertifikat kif inhu xieraq u għalkemm kien ġej mill-Italja, għadu miżmum ġewwa l-cold stores u ma tajniex il-permess li jiġi distribwit.", "Skond rapport li deher f'waħda mill-gazzetti lokali, donnu l-ebda pajjiż ma jista' jagħti l-garanzija li l-laħam li qed jipproduċu m'għandux ir- riskju ta' din il-marda sakemm kull konsenja ma tiġix ittestjata.", "Ġie rrapportat ukoll li l-ministru Taljan responsabbli minn dan il-qasam ħa d- deċiżjoni li kull ras li tidħol għall-qatla ġewwa xi biċċerija fit- territorju kollu Taljan, mhux biss irid ikollha l-garanzija li għandha anqas minn sentejn, imma jridu jsiru wkoll it-testijiet fuqha.", "Is- sitwazzjoni għadha fluwida.", "Sur President, jien iddiskutejt din il-problema mal-ministru għall- agrikoltura u qegħdin isiru l-arranġamenti biex anke f'pajjiżna ma nibqgħux biss nesiġu ċ-ċertifikati minn barra imma jkun hemm il-possibbilta', anzi ċ- ċertezza, li l-laħam nibdew nittestjawh lokalment.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, mhux biex immeri lill-Ministru, imma mhux veru li m'hemmx riskju jekk il-laħam ikun ġej minn bhejjem li jkollhom anqas minn sentejn.", "Jien għadni ġej minn konferenza barra minn Malta, flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Francis Agius, fejn l-esperti qalulna li din il-marda ilha madwar 13-il sena fl-Ewropa u ma jistgħux isibu tarfha.", "Jiena nitlob lill-gvern biex jagħmel bħalma għamlu gvernijiet oħra u ma jħallix laħam jidħol minn barra, speċjalment mill-Ewropa, għax m'hemm l- ebda garanzija ta' xejn.", "Din la hi xi ħaġa li la għandha x'taqsam mal- gvern u lanqas ma' l-oppożizzjoni, imma din hija xi ħaġa tal-poplu.", "Ħadd ma jaf eżatt minn fejn ġejja din il-marda u skond l-esperti l-mikrobu jkun ilu hibernating għal numru ta' snin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar marda li xjentifikament għad m'għandniex il-provi lanqas kif tista' tiġi trasmessa.", "Fil-fatt naħseb li waħda mill-affarijiet li kienet l-iżjed inkwetanti kien ir-rapport li ħareġ mill-Ġermanja fejn ġew identifikati żewġ każi ta' din it-tip ta' marda.", "Il-Gvern Ġermaniż qed jgħid li l-bhejjem tagħhom ma jiġux mitmugħa għalf li jkun fih prodotti ta' annimali oħra maqtula u allura ma jistax ikun li din il-marda nxterdet minħabba din ir-raġuni.", "Sa dak iż-żmien konna nafu li jekk l-annimali ma nagħtuhomx dak it-tip ta' ikel wieħed seta' jserraħ moħħu, pero' illum lanqas din m'hi verita'.", "Nerġa' nirrepeti li s-sitwazzjoni għadha fluwida ħafna u jista' jkun li għad jasal iż-żmien li niskopru li din il-marda l-ġdida ilha eżistenti mhux biss 13-il sena imma ħafna qabel u forsi ma setgħetx tiġi identifikata, bħal ħafna mard ieħor.", "Per eżempju, illum hemm argumenti validi li l-marda ta' l-AIDS ilha magħna ħafna iżjed milli qegħdin naħsbu, imma peress li ma konniex nafu li hija \"AIDS\" konna naħsbu li hija xi forma ta' leukaemia.", "F'dan ix-xenarju kollu qegħdin nerġgħu nanalizzaw u nassessjaw is- sitwazzjoni għax kull ġimgħa nisimgħu xi aħbar ġdida fuq din il-marda u m'huwiex eskluż li d-dipartiment tas-servizzi veterinarji - flimkien mad- dipartiment tas-saħħa - jgħidilna biex ma nimportawx laħam minn pajjiżi oħra għax illum m'hawn l-ebda pajjiż li jista' jiddikjara ruħu li huwa ħieles minn din il-marda.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jiddispjaċini imma ma naqbilx ma' dak li qed jingħad.", "Il-marda jafu minn fejn ġejja għax lill-bhejjem bdew jitimgħuhom għalf magħmul minn carcass meat u affarijiet bħal dawn, u din ma ħadmietx.", "Issa ndunaw li l-baqra hija annimal li tiekol il-ħaxix u mhux il-laħam?", "U dawn iridu jgħallmu lilna!", "Naħseb li s-serjeta' li għandna aħna fil-biċċerija m'hawn imkien bħalha fl-Ewropa u lilna m'għandniex bżonn minn jgħallimna.", "Il-veterinarji tagħna huma professuri u sewwa jagħmlu jekk iżommu id tal-ħadid.", "Mela allura fuq l-għasafar ta' l-għana ma nagħtux permess li jidħlu għax naħsbu li jġorru l-mard, u mbagħad nirriskjaw billi nħallu laħam jidħol f'pajjiżna bir-riskju li jista' jkun infettat!", "Illum ħadd m'hu qed jieħu riskji u nemmen li lanqas aħna m'għandna nieħdu riskji.", "It-Taljani, per eżempju, kellhom ġlieda fl-Ewropa.", "U jiena lill- Ingliżi għedtilhom li sena ilu suppost kellhom jaħarqu kollox.", "Qabeż il- Franċiż u qal: Allura naħarqu 12-il miljun baqra!", "Għedtlu: Allura toqtol lili!", "Għedtilhom li meta aħna kellna l-marda tal-ħnieżer hekk konna għamilna, ħraqna kollox.", "Jiena nemmen li jgħidu x'jgħidu l-merħla tagħna hija nadifa, għax ix-xogħol li jagħmlu l-veterinarji Maltin ma jsir imkien bħalu.", "Jien għandi rispett kbir lejhom.", "Kellna t-Tabib Vella veterinarju, kien jiġġieled miegħu kulħadd għax kien idejh iebsa u meta qgħadna fuqu qatt ma ġraw affarijiet ħżiena, ħa nitkellem ċar.", "Dawn jafu minn fejn ġejja din il-marda, jafu x'għamlu, u qed jgħidu li l- bonemeal kollu li hawn biex jgħalfu lill-baqar se jagħtuh lill-majjali.", "Dan kollu jrid jintrema'.", "Jien staqsejthom jekk hux se jagħtuh lit-third world countries u qalu li s'issa għadhom ma jafux!", "Issa ndunaw li l- Portugal mimli u dan qatt ma ddikjara.", "U aħna għandna waħda u nafu li hi agħar mill-AIDS.", "Fil-fatt il-Ġermaniżi issa se jagħmlu liġi li minn twieled wara l-1981 ma jistax jagħti demm għax qed jibżgħu ġo l-Ewropa - l- aktar ġo Franza, l-Ingilterra u l-Ġermanja - li l-blood transfusion tad- demm ukoll tagħmel ħażin.", "Jien ma xtaqtx inqajjimha hawn din il-kwestjoni imma nitlob liż-żewġ ministri responsabbli biex għalissa ma jiġix laħam minn barra.", "Għandna nġibu mill-Awstralja u minn New Zealand u l-bqija ma nġibu minn imkien aktar għax biex nindunaw bil-marda jrid jgħaddi ż-żmien.", "ENEMALTA - KONTIJIET ŻBALJATI", "21156.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiġi rrimedjat l-iżball tal-kont ta' l-Enemalta li qed jintbagħat separatament?", "Jista' jinformani jekk jogħġbu meta se jiġi rrimedjat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-konsumatur kien qed jirċievi żewġ kontijiet separati, wieħed ta' l-ilma u l-ieħor tad-dawl.", "Meta l-kont tad-dawl ġie magħdud ma' ta' l-ilma, irriżulta li għalkemm fil-kont l-antik il-konsum kien jidher, fil-fatt il-konsumatur kien qiegħed jirċievi biss il- kont bil-kera ta' l-arloġġ li kien ikopri l-perijodu bejn il-15 ta' Mejju u l-20 ta' Awissu, 1998.", "Wara konsultazzjoni mal-korporazzjoni Enemalta, il-kontijiet għall- perijodu bejn il-15 ta' Mejju u l-20 ta' Awissu 1998 u l-perijodu bejn l-20 ta' Awissu 1998 u t-28 ta' Jannar 2000 ġew riveduti u fil-fatt il- konsumatur ingħata kreditu ta' Lm16.85.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, il-Ministru għandu statistika li turi kemm b'kollox kien hemm kontijiet li effettivament ġew riveduti fiż-żmien indikat fil-mistoqsija parlamentari?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, din il-mistoqsija qed tirriferi għal kont partikolari u naturalment m'hemmx statistika fuq reviżjoni ta' kontijiet in ġenerali.", "Li nafu hu li fir-rapport annwali tal-water services corporation, in-numru ta' lmenti fuq kontijiet qiegħed jindika li huwa ta' madwar 2% meta mqabbel ma' dak li sentejn ilu kien 4%.", "BIĊĊERIJA - BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM", "21210.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformana x'passi ttieħdu wara l-ilmenti li saru mill-meat sellers association b'riferenza għall-istat ta' iġjene li jkun hemm waqt il-ħin tax-xiri tal-majjal, kif imsemmija fl-ittra li l-assoċjazzjoni bagħtet lil Mark Xerri fil-21 ta' Settembru 2000, rappreżentant fil-ministeru?", "X'inhija l-pożizzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru 21134.", "BIĊĊERIJA - BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM", "21214.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformana x'passi ttieħdu dwar l-ilma fil-ħawt fid-dħul mill-bieb tal-biċċerija peress li jista' jxerred il-mard, kif intqal fl-ilment tal-meat sellers association li tressaq nhar il-21 ta' Settembru., 2000 lill-ministeru?", "X'inhija l- pożizzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "21134.", "KORPORAZZJONIJIET PUBBLIĊI - SUSSIDJI", "21480.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju li ħallas il-gvern lill-korporazzjonijiet pubbliċi u intrapriżi oħra din is-sena?", "Kemm hu dan l-ammont f'persentaġġ tal-GDP?", "Kemm kien l- ammont fis-sentejn ta' qabel?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha li qiegħed jitlob hi ppubblikata.", "VAPURI - BANDIERA MALTIJA", "21482.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vapuri taħt il-bandiera Maltija din is-sena?", "Kemm ġew imneħħija?", "X'kien it-tunnellaġġ f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija nkluża fir-rapport ta' l-awtorita' marittima ta' Malta, liema rapport tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra riċentement.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21505.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija ġie rrapportat li qal li l-pajjiż ma jiflaħx \"aktar minn 25 gradwat fil- farmaċija fis-sena\"?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l- policy dwar ħruġ ta' permessi biex farmaċisti jiftħu spiżeriji ġodda?", "Fid- dawl tar-risposta għal mistoqsija parlamentari fejn irriżulta li kien hemm xi 200 applikazzjoni, jista' l-Ministru jgħid xi żvilupp sar minn dak iż- żmien sal-lum?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Irrid infakkar lill-kollega tiegħi li xi tlett ijiem qabel l-aħħar elezzjoni, il-ministru tas-saħħa preċedenti kien daħal f'arranġamenti maċ-chamber of pharmacists u mal-GRTU fuq pakkett li kien jinkludi tliet items differenti; l-ewwelnett biex jogħla l-livell ġewwa l- ispiżeriji, it-tieni biex ikun hemm qbil fuq il-liċenzjar ta' spiżeriji u t- tielet biex ikun hemm il-possibbilta' li l-pazjenti li sal-lum iġibu l- mediċini mill-ispiżeriji tal-gvern, ikunu jistgħu jinqdew mill-ispiżeriji fl-irħula.", "Wara numru record ta' laqgħat, ir-rapport finali ġie ppreżentat u d-dipartiment qiegħed janalizza x'deċiżjonijiet jista' jieħu fuq dak li ġie rrakkomandat u aktarx dalwaqt tingħata risposta.", "Attwalment kien hemm 'il fuq minn 200 spiżerija li applikaw u ħarġu biss żewġ liċenzji bi qbil bejn id-diviżjoni tal-GRTU u ċ-chamber of pharmacists.", "Dawn kienu jinkludu spiżeriji li li t-talba tagħhom saret fuq talba tal-kunsill lokali minħabba li qegħdin f'postijiet fejn ma kienx hemm spiżeriji oħrajn u allura ovvjament ma kienx hemm problema ta' distanzi jew catchment area.", "Pero' rrid ngħid li d-diviżjoni għadha qed tevalwa r- rakkmandazzjonijiet li saru biex tkun tista' tieħu pożizzjoni finali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema li ġew impjegati f'organizzazzjonijiet u entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21515; u", "f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar ħaddiema li ġew impjegati f'organizzazzjonijiet u entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Prim Ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21509; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar ħaddiema li ġew impjegati f'organizzazzjonijiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Viċi Prim Ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21512; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Annual report and financial statements ta' l-Universita' ta' Malta għas-sena 1999.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GHAS-SENA 2000/2001", "(Ikompli mit-28 ta' Novembru, 2000)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar huwa in possession.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, fil-ftit minuti li fadalli għad- dispożizzjoni tiegħi xtaqt nitkellem l-ewwelnett fuq l-użu ta' l-enerġija alternattiva li huwa s-suġġett favorit tiegħi, u kemm huwa importanti li f'dan il-pajjiż inħarsu lejn sorsi ta' enerġija oħrajn li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.", "Hija ħaġa sabiħa li f'dan il-budget, wara ħafna rakkmandazzjonijiet anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni u minn setturi oħrajn, qed jingħad li se jkun hemm inċentivi biex jintużaw iktar is-solar water heaters biex nagħmlu użu mill-enerġija tax-xemx.", "Xtaqt nidħol ukoll fuq is- suġġett ta' l-ambjent għaliex huwa importanti li waqt li nħarsu lejn l- ambjent u waqt li tajjeb li jkollna ekonomija vivaċi u b'saħħitha, nispera li meta jitkellmu sħabi jittekiljaw dan is-suġġett għaliex ma naħsibx li fil-ftit minuti li fadalli nista' nidħol fid-dettal fih.", "Ħaġa waħda biss nixtieq insemmi li ma tantx titfa' dawl sabiħ fuq dak kollu li ġara.", "Qed nirriferi hawnhekk għal meta s-sindku ta' Birżebbuġia, li huwa konxju ħafna ta' l-ambjent fil-lokalita' tiegħu, għamel protesta simbolika kontra l-Enemalta u poġġa ġebla żgħira fil-passaġġ tal-gas depot ta' Birżebbuġa.", "Irriżulta li l-korporazjoni ħadet passi legali kontra dan is-sindku.", "Issa din id-dimostrazzjoni m'għamilhiex is-sindku waħdu, għaliex kien hemm kunsilliera oħrajn, u għalhekk jiena naraha intimidazzjoni li jittieħdu passi kontra s-sindku.", "Fil-fatt kien hemm organizzazzjonijiet bħall-alternattiva demokratika u l-għaqda tal-kunsilli lLokali li appoġġjawh għaliex f'din il-protesta kien qed jinsisti li ma ssirx ħsara lill-ambjent.", "Jien kont nistenna li l-Enemalta ssejjaħ lil dan is-sindku u titkellem miegħu dwar x'inhuma l-arranġamenti tagħha dwar il- problema tal-gas depot.", "Problema oħra f'Birżebbuga hija dwar allegazzjonijiet li fil-baħar qed jispiċċa żejt li qed jaħrab mill-impjanti ta' l-Enemalta u għalhekk tajjeb li nittekiljaw l-ambjent ukoll.", "Xtaqt nitkellem issa fuq l-estimi nfushom, Sur President.", "F'paġna 3 tal-consolidated profit and loss accounts insibu li r-revenue ta' l-Enemalta minn Lm106.4 miljun żdied għal Lm116.5 miljun.", "Meta wieħed iqis li bħala sales ta' prodotti dawn kienu bażikament l-istess, allura dan l-introjtu ta' Lm10 miljun ġie bħala riżultat tal-miżuri li ttieħdu fil- budget li għadda, fejn għollew il-prodotti li tbiegħ l-Enemalta bħall- pitrolju u prodotti oħrajn.", "Is-sena l-oħra l-poplu ġie mitlub jagħmel is- sagrifiċċji imma meta nqisu li l-costs għall-Enemalta żdiedu b'mod fenomenali - għaliex minn Lm63.2 miljun telgħu għal Lm86.3 miljun - u l- ispiża għall-wages u d-depreciation kważi baqgħet l-istess, allura din id- differenza ġiet għaliex kien hemm żieda fil-prezz taż-żejt.", "Kien stmat li l-Enemalta din is-sena se tagħmel il-qligħ imma fil-fatt għamlet it-telf u dan huwa riżultat tad-deċiżjonijiet ħżiena li tkellimna fuqhom dalgħodu.", "Mela waqt li l-poplu ntalab jagħmel is-sagrifiċċji, inġabru iżjed flus minn fuqu minħaba n-nuqqas ta' għaqal ta' din l- amministrazzjoni u għalhekk dawn is-sagrifiċċji swew għal xejn.", "Dan huwa preċiżament dak li qed jiġri f'dan il-pajjiż u jkun tajjeb li l-ministru fil-winding-up jispjega daqsxejn kif waqt li r-revised estimates for the year ending 1998/99 kienu juru qligħ ta' Lm10.7 miljun, l-actual profit for the year ending 1998/99 niżel għal Lm6.24 miljun.", "Nispera li din ma kenitx xi manuvra biex jitgħatta t-telf fenomenali li għamlet l-Enemalta din is- sena bħala riżultat ta' l-għoli fil-prezz taż-żejt.", "Sur President, dalgħodu semmejt anke l-indħil politku u dħalt iżjed fid- dettal dwar kif dan l-indħil eventwalment wassal lill-Enemalta sabiex tieħu deċiżjonijiet żbaljati li swew il-miljuni.", "Mela nitkellmu fuq awtonomija u fuq kemm dawn il-korporazzjonijiet għandna nħalluhom jiddeċiedu b'mod professjonali u mbagħad ikun hemm dan it-tip ta' ndħil!", "Barra minn hekk tul is-sena li għaddiet kien hemm ilmenti kbar mill-konsumatur vis-a-vis l- Enemalta u relazzjonijiet ħżiena bejn l-Enemalta u l-kunsilli lokali għaliex il-poplu ntalab jagħmel is-sagrifiċċji u dawn swew għal xejn.", "Nagħlaq dan id-diskors billi nerġa' naqra mid-diskors tal-President tar- Repubblika ta' l-1987 fejn ingħad li:", "\"Problemi wkoll hemm fil-provvista ta' l-elettriku.", "Il-politika ta' xiri ta' l-irmixk ta' ħaddieħor illum tfisser li l-power station tal- Marsa tiddependi minn ġeneraturi qodma li jissewwew kemm jissewwew qatt ma tista' torbot fuqhom.", "In-nuqqas ta' sistema ta' elettriku tassew effiċjenti jista' jfixkel il-prospetti ta' investiment ġdid u għalhekk ukoll ta' mpjiegi ġodda.", "Qed tiġi studjata b'urġenza sistema ta' trasmissjoni għal Malta u għal Għawdex u pjan għall-bini ta' power station x'imkien ieħor.", "Dan jieħu ż-żmien imma l-gvern beħsiebu jissodisfa l-provvista mill-iktar fis u jippjana biex ikun jista' jissodisfa d-domanda skond m'hu kkalkolat li se tikber sa tmiem is- seklu u aktar 'il hemm.\"", "Għalhekk nistaqsi lill-poplu: Wara 13-il sena, wara dak l-investiment kollu, il-pajjiż qiegħed f'pożizzjoni aħjar minn dak iż-żmien?", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, dawn l-estimi qegħdin jersqu fi żmien li fil-fehma tiegħi huwa żmien imqalleb għall-Enemalta għal diversi ċirkostanzi.", "Kellna l-akkuża serja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li saret il- bieraħ li sakemm sabu ruħhom fil-parlament, il-kontijiet ta' l-Enemalta ġew imbagħbsa mill-verżjoni oriġinali tagħhom biex jgħattu t-telf li l- korporazzjoni ġarrbet minħabba l-politika żbaljata li adotta l-gvern fid- dawl taż-żieda fil-prezz tal-fuel.", "Mingħajr ma noqgħod nirrepeti dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l- bieraħ, għax wara kollox dak li qal issostanzjah billi poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra extracts mill-minuti tal-bord ta' l-Enemalta, ngħid li l-iktar tliet laqtiet ta' l-extracts li mpressjonawni kienu fejn iċ-chairman qed jgħid li ma jistax jistaqsi lill-bord biex japprova l-proposti li kienu diġa' ġew iċċirkolati u dan minħabba li kien żamm numru ta' laqgħat regolari mal-ministru għas-servizzi ekonomiċi fuq l-abbozz ippreżentat mill- manager finanzjarju sabiex jinstabu mezzi kif l-estimi jispiċċaw b'bilanċ minflok juru deficit ta' Lm10.5 miljun.", "It-tieni punt huwa fejn qed jingħad li n-numru ta' alternattivi ġew ikkonsidrati imma d-deficit li jirriżulta ma setax jitħassar kollu.", "It-tielet punt - forsi l-iktar wieħed sfaċċat - huwa fejn qed jintqal li għalkemm iċ-chairman kien talab lill- manager finanzjarju biex jaġġusta l-proposti kif oriġinarjament abbozzati u bħala riżultat id-deficit tniżżel għal-¥2.5 miljun, din il-biċċa kienet għadha qed tqanqal tħassib u fil-fatt iċ-chairman u d-direttur Simon Vella kienu għadhom qed jikkonsidraw jekk setax isir ċertu tqasqis ieħor biex ikun jista' jiġi ppreżentat budget bilanċjat lill-ministru.", "Dan l-ewwel punt.", "Imbagħad kellna l-kritika fjakka tal-gvern biex jiġġustifika d-deċiżjoni għaġġelija tiegħu li ma jġeddidx il-hedging agreement għaż-żejt, deċiżjoni żbaljata li jiena nsejħilha frott il-pika u l-partiġġjaniżmu.", "Mhux se ngħid li l-ministru ma jifhimx fil-hedging, għaliex persważ li m'huwiex persuna inkompetenti akkademikament imma tant wera li ma jridx jifhem fil- hedging - u qed nitkellem politically, mhux qed nipprova nirredikolah personalment - li fuq NET Television, meta konna flimkien kien qal li minflok imxejna kif mexxejna jmissna ħriġna tender kif jagħmlu l-kunsilli lokali.", "X'għandu x'jaqsam l-ordnijiet li jagħtu l-kunsilli lokali ma' hedging agreement u l-implikazzjonijiet kollha tiegħu!", "Jekk ix-xiri taż- żejt għandi nipparagunah ma' xi ħaġa oħra - u qed ngħid għall-hedging - nipparagunah max-xiri ta' xi equities jew xi stock fuq in-Nasdaq jew xi stock exchange oħra.", "F'ċirkostanzi bħal dawn fejn ikun hemm bżonn jittieħdu ċerti deċiżjonijiet immedjati, joqogħdu jinħarġu t-tenders?", "Naħseb din tat-tenders mill-kunsilli lokali ma kenitx eżempju daqstant feliċi.", "Li naf żgur huwa li meta konna fuq l-istess programm fuq NET Television - u dan jikkonfermah it-tape għax rajt il-playback tiegħu - il- Ministru Bonnici ammetta ċar u tond li grazzi għaż-żieda fil-prezz taż- żejt, il-hedging wera ruħu li huwa xi ħaġa worthwhile.", "Dan kien il-kliem tiegħu.", "Kellna mbagħad iż-żewġ power failures il-kbar fil-provvista ta' l- enerġija mis-sajf li għadda sal-lum minkejja li x-xitwa bilkemm għadha daħlet - forsi llum l-iktar ġurnata kiesħa li kellna s'issa - u t- temperaturi għadhom relattivament għoljin.", "Kellna mbagħad l-attitudni li adottaw id-diriġenti ta' l-Enemalta fid-dawl ta' dan kollu, attitudni li wasslet biex anke ġurnali qrib ċerti factions fil-Partit Nazzjonalista bħal \"The Business Times\", li tajjeb jew ħażin ħafna jsejħulha l-filjozza tal- Ministru Dalli, li waslet biex tikkritika bl-aħrax kemm lill-ministru għas- servizzi ekonomiċi għal dak li qalet li kienet ir-ras iebsa tiegħu li jirrifjuta li jwieġeb diversi mistoqsijiet dwar il-kontabilita' u t- trasparenza fl-operat ta' l-Enemalta, kif ukoll dwar il-performance taċ- chairman ta' l-Enemalta fid-dawl tal-kriżi tas-circuit breakers li faqqgħet, kriżi li kien ta' min kien it-tort, ġiet handled b'ċerta inkompetenza kbira u anke b'diżrispett kbir lejn il-konsumaturi nnifishom kif ukoll lejn il-komunita' kummerċjali.", "Li hu l-iktar inkwetanti f'dan kollu huwa li meta jittieħdu deċiżjonijiet żbaljati u goffi ta' din in- natura f'pajjiżi oħrajn ikun hemm min iġorr ir-responsabbilta' għal dan kollu, iżda f'Malta, fejn il-kultura tar-riżenji għadha mili 'l bogħod, jidher li għandna kejl għal kollox differenti kfi niżnu u nkejlu dawn l- affarijiet.", "Il-Ministru Bonnici ilu li poġġa lilu nnifsu fil-mira minn Settembru li għadda meta bdew ħerġin figuri tat-telf għoli li kienet qed iġġarrab l- Enemalta mill-bidu tas-sena minħabba l-għoli taż-żejt.", "Filwaqt li l- Enemalta għamlitha ċara, naħseb korrettement, li l-pricing policy tagħha hija determinata mill-gvern, min-naħa l-oħra meta l-Onor.", "Bonnici kien ġie ssikkat mill-media Laburista dwar deċiżjonijiet ta' pricing policy, huwa qal li d-deċiżjoniiet jittieħdu mill-Enemalta u la hu u lanqas il-gvern m'għandhom x'jaqsmu ma' dan kollu.", "Lil min suppost nemmnu f'ċirkostanzi bħal dawn?", "Jiena kelli ftit esperjenza f'dawn l-affarijiet u naħseb li iktar għandha raġun l-Enemalta milli għandu raġun il-ministru fuq dan il- punt.", "Ironikament meta fi Frar 1999 iċ-chairman preċedenti ta' l-Enemalta s-Sur Bonello Cole kien irrikkmanda lill-Ministru Bonnici biex iġedded il- ftehim li kien inbeda fi żmien gvern Laburista ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jistax ikun fi kien Frar.", "Naħseb li kien f'Novembru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: I stand to be corrected, għandek raġun.", "Mela kien il- ministru nnifsu li rrifjuta din it-talba u mhux il-bord il-ġdid ta' l- Enemalta.", "Mela l-ewwel l-Enemalta tgħidlek li l-pricing policy jagħmilha l- gvern u mbagħad il-gvern jgħidlek li tagħmilha l-Enemalta.", "Iżda meta ġejna to the crunch, fejn kellek l-outgoing chairman - jew kien x'kien - li kien qed jissuġġerixxi li jiġġedded jew jiġi estiż dan il-ftehim, id-deċiżjoni finali wara kollox ma ħadithiex l-Enemalta imma ħadha l-ministru.", "Diġa' għedtha u nerġa' ngħidha - u forsi ngħidha tongue in cheek, għaliex naf li hija ċajta li tiġri fl-Enemalta - li meta spiċċa ċ-chief executive, is-Sur Arthur Tua, waħda mir-raġunijiet għaliex ma qagħdux ifittxu chief executive ġdid kienet li f'termini effettivi ħafna drabi kien il-ministru allegatament li aġixxa ta' chief executive officer bil-bord tad-diretturi jgħidulu \"Signor si\" għal kull ħaġa li jgħid.", "Dan rajnih anke fil-programm \"Monitor\" fuq it-television meta, biex jitkellem waqt id-dibattitu, iċ- chairman l-ewwel qagħad bil-korteżija kollha jitlob il-permess tal-ministru jekk għandux jintervjeni jew le fuq is-suġġett partikolari.", "Jiean naħseb li l-minuti li l-Kap ta' l-Oppożizzoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- bieraħ jitkellmu iktar ċar dwar dan kollu u jitkellmu b'mod iktar luċidu u b'mod iktar inkwetanti.", "Fil-fehma tagħna, Sur President, id-deċiżjonijiet tal-Ministru Bonnici mhux biss kienu tattikament u strateġikament żbaljati iżda qlew lill-pajjiż b'żejtu litteralment u telfu lill-korporazzjoni u lil pajjiżna bagatella sħiħa ta' liri.", "Il-ministru, fil-mod kif iħħendilja l-issue tal-hedging agreement, wera li ftit li xejn ried jifhem - ma ngħidx li ftit li xejn jifhem għax persważ li jaf - fil-kunċett ta' risk management, tant li hedging agreement ħafna drabi huwa meqjus bħala għodda u teknika ta' risk management iktar milli sempliċement ta' spekulazzjoni.", "Hafna drabi deċiżjoni li tagħmel hedging tfisser fil-fatt li tkun qed tieħu riskju inqas milli kieku kellek tiddeċiedi li ma tagħmilx hedging.", "U iktar ma jitbaxxa l-prezz taż-żejt, iktar hemm raġuni li tagħmel hedging għat-tul għaliex il-loġika tgħidlek li sa fl-aħħar iż-żejt isib il-livell tiegħu fil- prezz.", "Kien hemm inċertezza kbira anke fil-mod li bih il-gvern ġie biex jiddetermina l-politika futura tiegħu dwar iż-żejt.", "Mela l-ewwel il- ministru qal li l-gvern se jżomm l-għażliet kollha miftuħa fid-dawl taż- żieda li kien hemm fl-import bill taż-żejt u qal li ma kien jeskludi xejn, imbagħad tkellem il-prim ministru fil-bidu ta' Settembru, fejn qal li għalkemm il-prezzijiet huma nkwetanti ma kienx hemm il-ħsieb li jiżdied il- prezz tal-fuel sakemm l-Enemalta tibqa' sostenibbli, u iktar tard kien tkellem fir-run-up tal-budget il-Ministru Dalli, fejn qal li apparti li mhux se tintmiss l-income tax, mhux se jintmiss il-prezz tal-fuel.", "Imma niġi ftit lura jekk ma jimpurtax għal dak li qal il-prim ministru.", "Jiena nkwetani l-prim ministru meta qal li ma kienx hemm ħsieb li jiżdied il-prezz tal-fuel sakemm l-Enemalta tibqa' sostenibbli.", "Min qallu li l- Enemalta hija sostenibbli?", "Minn mindu l-Enemalta saret sostenibbli?", "Jiena ngħid li l-Enemalta ilha żmien twil m'hijiex sostenibbli u din hija xi ħaġa li turi kemm il-prim ministru, bir-rispett kollu lejh bħala politiku, m'huwiex aġġornat dwar dak li qed jiġri f'dan il-qasam.", "It-tieni nett, minkejja l-assigurazzjoni tal-prim ministru u tal-ministru tal-finanzi li l- prezz tal-petrol mhux se jintmiss, issa sirna nafu li minn Jannar 2002 - jiġifieri mhux minn Jannar li ġej - jekk il-prezz fis-swieq internazzjonali jogħla, awtomatikament jibda jogħla fis-suq lokali malli jaqbeż il- benchmark jekk m'iniex sejjer żball ta' $US33 il-barmil.", "Sur President, din tfakkarni fil-mod kif ġiet introdotta ż-żieda fil-bolla.", "Kulħadd jaf li l-bolla kienet telgħet minn 8.3% għal 9% u għal 10%.", "Il- gvern biex jagħti l-impact f'daqqa tagħha - minflok skedaha budget budget - ħabbarha bħala miżura waħda mentri kieku skedaha lanqas kien ikollu għalfejn joqgħod iħabbar mill-ġdid li se terġa' togħla l-bolla u b'hekk kienet tidħol mingħajr ħoss, imma bil-mod kif mexa ovvjament il-ħaddiema xorta ħassewha meta ġew biex jieħdu ċ-cheque tal-paga mnaqqas.", "L-istess jidher li qed jiġri kif qed tinħema l-kwestjoni taż-żieda fil-prezz taż- żejt li jista' jkollna b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena 2002.", "Jiena ngħid li din qed titħabbar issa ħalli meta niġu għall-budget tas-sena d- dieħla x'aktarx ma jkun hemm l-ebda riferenza għalija, tkun diġa' ġiet ingrained fis-sistema u tieħu l-evoluzzjoni naturali tagħha bħal xi ħaġa li qiegħda hemm u qiegħda sempliċement timxi waħedha.", "Tajjeb li fil-ħin limitat li għandi wieħed jifli fid-dettal dak li verament ġara fil-power failure massiċ ta' Ġunju 2000.", "Fuq dak ta' t'issa mhux se nitkellem wisq, għax jidher li hemm inkjesta għaddejja u naħseb li fiċ-ċirkostanzi wieħed irid jagħti the benefit of the doubt.", "Mir-rapport ta' inkjesta tas-Sinjuri Ciantar u Role' joħorġu ħafna mistoqsijiet li fil- fehma tiegħi jibqgħu bla tweġiba.", "Dawn huma primarjament x'passi ttieħdu jew qegħdin jittieħdu fl-Enemalta biex jiġi assigurat li ma terġax issir ħsara estenisva simili.", "Jista' l-ministru jgħidilna, per eżempju, jekk il- ħsara saritx minħabba nuqqas serju ta' manutenzjoni fl-apparat użat?", "Jista' l-ministru jgħidilna jekk itteħdux passi dixxiplinarji fuq dak il- każ?", "Jekk iva, x'passi ttieħdu?", "Qalulna, Sur President, li l-fault kien tort ta' overheating tal-contacts u ta' dak li jissejjaħ accumulative deterioration ta' l-insulator brushing u taż-żejt fit-33KV switchboard.", "Normalment dan isir jew minħabba li jkollok makkinarju antik jew inkella minħabba nuqqas ta' maintenance xieraq.", "Mill-inkjesta jirriżulta li kien hemm oil circuit breaker redundant li kien ġie laid off fis-switchgear bay, u Alla Jbierek, jekk wieħed jaqra r-rapport ta' l-inkjesta u jara l-intervisti li għamlu ż-żewġ sinjuri lid-diversi membri ta' l-istaff, meta intervistaw lill-istaff ħadd ma pprovda informazzoni jew tweġibiet definittivi dwar dan kollu.", "Dan jimplika li ħadd donnu ma kien qed jassumi r-responsabbilta' dwar jekk l- OCB kienx qed jiġi maintained jew le jew kienx qed jiġi maintained tajjeb jew le.", "Instab, per eżempju, li ċerti resistance valves importanti ma kenux ġew miksuba mis-switchgear manufacturers u lanqas kien hemm informazzjoni dwarhom fil-manual tal-maintenance.", "Jiena nifhem li min kien responsabbli biex jordna dan is-switchgear kien imissu inżamm responsabbli biex jiċċekkja għaliex dawn ir-resistance valves ma kienu jidhru mkien fil- manufacturer's manual.", "Forsi l-ministru jkun jista' jispjega dan kollu fil- winding-up.", "Mill-informazzjoni li għandi - forsi second-hand mhux first- hand, imma ma tistax ma tagħtihiex ċertu widen - il-feeling ġenerali fl- Enemalta huwa li l-oil circuit breakers jiġu spezzjonati biss meta tinqala' xi okkażjoni opportuna.", "Għalkemm intqal li dawn jiġu eżaminati waqt machine overhauls u general maintenance, ma ħariġx ċar kemm kien profond ir- routine service li ġie segwit.", "Lanqas m'huwa ċar jekk jeżistix xi programm ta' maintenance għar-routine inspections tas-circuit breakers.", "Li ħareġ inkwetanti mir-rapport ta' inkjesta huwa li kieku ġew segwiti l-proċeduri ta' maintenance għar-redundant circuit breaker, il-power failure u ċerti disruptions oħrajn x'aktarx li setgħu ġew evitati.", "L-aħħar aspett li rrid nitkellem dwaru f'din il-kwestjoni speċifika huwa li meta feġġ il-fault tas-circuit breaker, dak li jissejjah il-buzz-zone protection system fil-control room, li huwa speċi ta' sistema ta' emerġenza li jittrippja s-circuit breakers li jiffidjaw fil-fault innifisha, ma ffunzjonawx minħabba li s-sistemi kollha - dawk li r-rapport isejħilhom trip circuits - kienu effettivament disabled.", "Fil-fehma tagħna dan kien riskju kkalkolat żejjed li jmissu qatt ma ttieħed.", "Fil-fatt, biex inkun fair mal-bord ta' inkjesta, dawn stqarrew li kienet x'kienet ir-raġuni favur id-deċiżjoni biex tiġi disabled il-buzz-zone protection system, il- power failure reċenti, jiġifieri tas-sajf li għadda, wriet kemm din il- faċilita' hija essenzjali u meħtieġa.", "Issa x'nitgħallmu minn dan kollu, Sur President?", "Huwa faċli li tikkritika u titfa' t-tajn, imma minn dan kollu jidher li l-Enemalta għadha qed tbati mill-mard kroniku li akkumulat tul is-snin - mhux qed ngħid f'din l-aħħar sena taħt il-ministru biex inkun fair - u li d-diriġenti tal-lum fi-fehma tagħna qajla qegħdin jindirrizzaw.", "Għad hemm livell baxx ta' maintenance, għad hemm nuqqas serju ta' preventive maintenance, hemm nuqqas serju ta' records dettaljati, hemm nuqqas kbir ta' kordinazzjoni u teżisti wkoll nuqqas ta' linja ġenerali ta' direzzjoni.", "Forsi bil-permess tal-Kamra tajjeb li wieħed jiftaħ ukoll dwar kif dan kollu, il-performance ta' l-Enemalta f'dawn l-aħħar snin, huwa nkwadrat fil- kuntest ta' l-ambjent ta' pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għaliex umilment inħoss li l-gvern tal-lum, minkejja l-ħafna wegħdiet elettorali u minkejja l- platforms elettorali - nenfasizza li qed ngħid il-gvern mhux il-Ministru Bonnici - jidher li l-ambjent tah bis-sieq minkejja l-ftaħir kollu tiegħu.", "U dan mhux qed ngħidu jiena iżda tgħidu l-istess Unjoni Ewropea li fl-aħħar rapport tagħha dwar Malta għamlet a very damning report għax uriet li dan is-settur tant kien wieħed mill-agħar li ftit li xejn għamel progress.", "Ma sar ebda progress dwar il-protezzjoni tan-natura, ma sar ebda progress dwar il-kwalita' ta' l-ilma, ma ġie rrapportat ebda progress fil-qasam tal- kwalita' ta' l-arja, ma kien hemm ebda progress leġislattiv dwar il-waste, ma kien hemm ebda progres leġislattiv dwar industrial pollution control, ma kien hemm ebda progress leġislattiv dwar risk management, ma kien hemm ebda progress leġislattiv dwar noise from vehicles and machinery, ma kien hemm ebda progress leġislattiv dwar chemicals, dwar genetically modified organisms u lanqas - u dan importanti - dwar radiation protection.", "Mhux ta' b'xejn allura li ta' l-Unjoni Ewropea qed jgħidu li l-livell kurrenti ta' alinjament ta' pajjiżna ma' l-acquis ta' l-Unjoni huwa wieħed baxx għall-aħħar u jenħtieġu sforzi sostanzjali u kbar biex dan l-acquis jiġi adottat u implimentat f'dan il-qasam.", "Naf li l-Ministru Bonnici għandu ministeru wiesa' ġmielu u forsi ma jistax jidħol fid-dettal ta' l- affarijiet daqskemm jixtieq, pero' jidher li ftit li xejn jieħu gost jitlaq l-affarijiet minn taħt idejh.", "Irrid infakkru li ftit ilu, meta ssikkajnieh dwar il-wegħda pre- elettorali tiegħu li jekk jitla' gvern Nazzjonalista fl-1998 kien se jġib il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma prattikament għall-livell li kienu fih qabel ma għollihom gvern Laburista, kien dar dawra durella u qalli li dwar dan ma kien hemm xejn fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista u li hu ġie kkwotat ħażin.", "Jiena minflok ma noqgħod nilgħab ping-pong u noqgħod nagħmel ħafna issues politiċi fuqha, ngħid li l-ġudizzju nħalluh lill- poplu; il-Partit Laburista ilu jirrepeti għal diversi drabi ċertu film clip bħala spot ta' l-awtorita' tax-xandir, u naħseb li kulħadd seta' jasal għall-konklużjonijiet tiegħu dwar x'qal effettivament il-Ministru Bonnici qabel l-elezzjoni ta' l-1998 u x'kien l-eżitu tiegħu bħala ministru meta ttieħdu ċerti deċiżjonijiet wara li daħal fil-gvern.", "Niġi issa għar- rapport taċ-chairman tal-korporazzjoni, Sur President.", "Mir-rapport taċ-chairman tal-korporazzjoni joħroġ ċar il-piż li kien hemm fuq l-Enemalta, kemm f'dik li hija żieda qawwija fil-prezz taż-żejt kif ukoll fit-tisħiħ tad-dollaru.", "Kulma qal iċ-chairman dwar il-hedging kien li għamel mistoqsija mingħajr ma azzarda jweġibha dwar jekk korporazzjoni pubblika li tagħżel li tagħmel hedging tkunx qed tispekola jew le.", "Fejn ma naqbilx maċ-chairman fundamentalment - għandi kull rispett lejh bħala persuna - huwa meta attribwixxa l-image ħażina li għandha l-Enemalta għal- low key approach li l-korporazzjoni tadotta.", "Biex jifhimni kulħadd, iċ- chairman kien qed jgħid li l-Enemalta veru għandha image problem, imma din l-image ġejja għax iżżomm daqsxejn lura u forsi ma timbuttax lilha nnifisha fil-media daqskemm suppost.", "Personalment ngħid li dan m'hu minnu xejn.", "Ir- raġuni hija li l-Enemalta hija meqjusa bħala waħda mill-iktar korporazzjojijiet mmexxija ħażin, korporazzjoni bi produttivita' baxxa u b'diżinteress qawwi f'dawk li huma drittijiet tal-konsumatur u tat- taxpayer.", "Sur President, jiena m'iniex qed niġbor lil kulħadd f'keffa waħda, għaliex hemm ħafna ħaddiema serji u ta' l-affari tagħhom fil-korporazzjoni ta' kull kulur politiku biex ħadd ma jaħseb li qed niddistingwi bejn naħa u oħra.", "Iżda filwaqt li napprezza li ħafna nies jaħdmu taħt ċerta pressjoni, kemm fid-deployment tan-nies u anke għal dawk li huma abbużi fl-allocation ta' overtime, il-ħtija ma nagħtihiex lill-ħaddiema.", "Fil-fehma tieħi l- ħtija hija ta' ċerti diriġenti nfushom li qed isofru minn management li m'huwa professjonali xejn.", "Ħafna drabi l-Enemalta tiġi f'sitwazzjoni fejn kappell ma jmejjilx lill-ieħor għax wisq nissuspetta li jkun hemm ħafna b'taħt abthom jinten.", "Jekk iċ-chairman verament iħoss li hemm bżonn urġenti li titjieb l-image tal-korporazoni, ngħidlu li l-ewwel prijorita' għandha tkun li jitjieb il-kwalita' tas-servizz tal-korporazzjoni.", "U ladarba qegħdin f'dan il-kuntest, nitlob lill-ministru jelabora wkoll fuq dak li qal iċ-chairman fir-rapport li kulma sar kien overhauling parzjali ta' l-electrostatic precipitators tal-Marsa power station li qed jiġu modifikati, billi ilhom ma joperaw kif suppost miż-żmien li l-boilers ġew konvertiti minn boilers jaħdmu bil-faħam għal boilers li jaħdmu biż-żejt.", "Ngħaddi issa għal ftit rimarki konklussivi iktar fuq l-accounts innifishom.", "Meta l-korporazzjoni biddlet il-loan ewlieni mid-dollari għall-euros fil- bidu ta' l-1999, dan x'kien?", "Forsi din ma kenitx spekulazzjoni wkoll?", "M'iniex qed ngħid li sar ħażin, biex ħadd ma jifhimni hekk, u naf li bħala move kienet move pożittiva. imma naħseb li anke hawnhekk irridu niddistingwu bejn oġġett li jsir b'mod professjonali u oġġett li jsir b'mod purament spekulattiv.", "Jiena ngħid li fil-fehma tiegħi la din is-swapping tal-loan mid-dollari għall-euro ma kenitx spekulazzoni, daqstant ieħor ma kenitx spekulazzjoni l-kwestjoni tal-hedging agreement.", "Nistieden lill- ministru biex fil-winding-up tiegħu jagħtina ftit ħjiel dwar in-nefqiet totali ta' investiment li għandha committed għall-ġejjieni l-Enemalta.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għan-nefqa totali ta' l-investiment meħtieġ għall-korporazzjoni kemm dwar combined cycle ġdid f'Delimara kif ukoll it- tunnel bejn Delimara u l-Marsa u l-istess dwar l-investiment sostanzjali meħtieġ għall-petrolium division u għall-gas division.", "L-istess jingħad għall-pipeline ġdid li ġie kkummissjonat biex jittrasferixxi jet fuel minn Wied Dalam għall-ajruport.", "Sieħbi l-Onor.", "Louis Buhagiar diġa' aċċenna għall-problema ta' Birżebbuġa, imma tajjeb li forsi l-ministru jgħidilna speċifikament xi progress sar dwar il-problema ta' l-oil seepage wara li l-ewwel ġew mistiedna żewġ teams ta' konsulenti barranin biex jissottomettu proposti lill-Enemalta u mbagħad f'Settembru li għadda mbeda xogħol fuq din l-issue minn team Taljan li ġie magħżul mill- Enemalta.", "Ikun ta' interess pubbliku wkoll li nkunu nafu x'kienu d-demurrage charges li l-bord jgħidilhom fir-rapport tiegħu \"appreciable\" li ġew incurred minħabba dewmien li kien hemm mill-awtoritajiet tal-port biex jippermettu l-berthing ta' ċerti vessels ġewwa Marsaxlokk.", "Billi qed jintqal ukoll li se ssir ratifika ta' l-energy charter sa tmiem din is- sena, forsi jkun tajjeb, anke fuq livell tekniku, li l-ministru jagħtina ħjiel ta' limplikazzjonijiet ta' dan iċ-charter.", "Fuq l-accounts irrid nagħmel tlieta jew erbgħa rimarki qabel nikkonkludi.", "Jidher li kien hemm żieda sostanzjali fid-debtors tal-kumpannija u tajjeb ikollna indikazzjoni għaliex.", "Naraw li l-petroleum products minn ¥6.5 miljun telgħu għal ¥9.4 miljun u tajjeb inkunu nafu jekk dan ifissirx li hemm more fuel in stock jew sempliċement stock in higher prices.", "Tajjeb ikollna wkoll spjegazzjoni dwar dik li qed jidher li hija problema dejjem tikber ta' likwidita' tal-korporazzjoni.", "Jidher li l-liquidity problems qegħdin verament on the rise fl-Enemalta u tajjeb li jkollna indikazzjoni dwar dan u dwar x'effett dan jista' qed ikollu fuq il-garanziji tal-gvern li jkopru lill-Enemalta.", "Sakemm ma sfuġġiex lili fir-rapport, ma deherlix li qrajt xi ħaġa dwar il- labour force ta' l-Enemalta, jekk huwiex qed isir xi rationalisation programme biex jitnaqqsu l-ammont ta' nies b'natural wastage jew le jew jekk min-naħa l-oħra ġewx ingaġġati iktar nies mal-korporazzjoni.", "Naf li għamilt mistoqsija lill-ministru biex jgħidli kemm ġew ingaġġati nies fil- korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu minn Settembru 1998 sal-lum u biex inkun fair miegħu d-domanda għamiltha l-bieraħ u mhux qed nippretendi tweġiba llum.", "Iżda forsi l-ministru jkun jista' jweġibni speċifikament dwar x'inhi l-qagħda attwali tal-labour force ta' l-Enemalta.", "Fuq il-korporazzjoijiet oħrajn nitkellmu f'okkażjoni oħra.", "Dwar ir-revised estimates, nixtieq nistaqsi għaliex hemm ipproġettat turnover inqas minkejja li nafu li se jkun hemm tnaqqis fir-rebates.", "Imbagħad għandek il-famużi estimates għas-sena 2000/2001 ipparagunati ma' dawk revised għall-1999/2000 u l-mistoqsija naturali li toħroġ minn dawn l- estimi hija: Il-gvern qed jippretendina nemmnu li ż-żieda fil-prezzijiet m'hijiex se jkollha rifless u mhux se jkollha impatt fuq l-Enemalta?", "Fl- aħħar nett tidher inkwetanti l-performance tal-gas division ta' l-Enemalta, fejn ġejna f'sitwazzjoni li filwaqt li qabel din kienet tagħti ċerta performance tajba, anke jekk ma kenitx tkun waħda eċċellenti, issa qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-cost of products huwa 104% tas-sales revenue.", "Ħalli nispjega biex jifhmni aħjar min qed isegwi.", "Il-korporazzjoni ġiet f'sitwazzjoni fejn qed tbiegħ oġġett b'¥6 meta dak l-oġġett qed jiġi jiswilha ¥7.", "Tajjeb li wieħed jistaqs x'inhi s-sitwazzjoni li wasslet biex l-Enemalta qed tipproduċi oġġett li qed jiswiha iktar biex tipproduċih milli huwa antiċipat li ddaħħal sales revenue bħala liquid petroleum gas.", "Naħseb li jkun tajjeb li jkollna ħjiel dwar dan.", "L-aħħar kumment huwa li jiena s-soltu ma tantx nagħti kas ittri anonimi, biss proprju llum irċevejt ittra minn Għawdex fejn qaluli li xi xhur ilu kien ġie skopert li kien hemm tourist resort kbir Għawdxi li kien inqabad li qed ibagħbas fl-electricity consumption meters b'riżultat ta' telf sostanzjali ta' eluf ta' liri għall-Enemalta.", "Kienet inbdiet investigazzjoni iżda f'daqqa waħda waqaf kollox.", "Ma nafx kemm din l- informazzjoni hija korretta u qed inqajjimha għax inħoss li hija fil- kuntest tad-dibattitu li għandna llum u jkun tajjeb li forsi l-ministru jgħidilna fiex waslu l-investigazzjnijiet kemm mill-Enemalta kif ukoll mill- pulizija.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, il-korporazzjoni Enemalta bilfors li jkun hemm attenzjoni pubblika kbira dwarha għal ħafna raġunijiet.", "Fl- introduzzjoni tiegħu ċ-chairman qal li n-nies mhux dejjem jaraw l-Enemalta f'dawl sabiħ, u din wieħed jifhima, pero' fuq nota umoristika ngħid li meta ma jkollhomx dawl lanqas ikunu jistgħu jarawha f'dawl ikrah!", "Iżda minħabba li llum kollox jiddependi mill-elettriku, wieħed jifhimha li l-Enemalta bilfors tkun taħt il-lenti pubblika mhux biss mil-lat ta' produzzjoni iżda anke mil-lat ta' ambjent għaliex żdiedet il-kuxjenza - u din hija ħaġa tajba - li l-kwalita' tal-ħajja ma tiddependix biss minn kemm ikollok flus fil-but iżda anke x'tip ta' ambjent tgħix fih.", "U f'dan il-każ l-Enemalta għandha role ċentrali mhux biss minħabba li għandha żewġ power stations iżda anke għaliex s'issa għadha qed timporta l-fuel li jħaddem il-makni u l- makkinarju li għandna fil-pajjiż.", "Hemm rabta bejn il-kwalita' tal-ħajja u l-kwalita' ta' l-arja li għandna u t-tip ta' fuel li jintuża fil-karozzi u fil-power station u allura bilfors li n-nies jorbtu ħaġa m'oħra.", "Stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika li qed isir minn organizzazzjonijiet differenti qed ipoġġi lill-ambjent fuq quddiem bħala tħassib u importanza li nagħtu fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Dan speċjalment meta nafu li f'pajjiżna l-livell ta' l-asthma u mard ieħor ta' allerġiji respiratorji marbutin mal-kwalita' ta' l-arja .....", "Dan barra li l-ammont ta' karozzi li għandna jduru fit-toroq ta' pajjiżna jlaħħqu fost l-ogħla livelli fid-dinja; fil-fatt meta tqis in-numru ta' residenti f'pajjiżna u l-area territorjali tagħna, issib li qegħdin kważi fl-istess livelli ta' l-Istati Uniti u l-Ġappun.", "Irrid ngħid, Sur President, li jiena nimmeravilja ruħi ma' min iqis dawn sempliċement bħala indiċi ta' kemm imxejna 'l quddiem.", "Ċertament li illi jkollok karozza privata hija indiċi ta' dan, pero' għal dak li għandu x'jaqsam mal-kwalita' tal-ħajja żgur li l-ammont ta' karozzi li għandna baxxew il-kwalita' tal-ħajja.", "Għaliex ladarba għandna sistema ineffiċjenti ta' trasport pubbliku u ħafna nies ikollhom jużaw il-mezz privat tagħhom biex jiċċaqalqu minn post għall-ieħor, f'pajjiżna qed nilħqu livelli mhux aċċettabbli mhux biss għal dak li huwa tinġis mill-karozzi iżda anke ta' x'jiġri fit-toroq tagħna u l-ħin li tqatta' biex tiċċaqlaq min-naħa għall- oħra tal-pajjiż.", "Nerġa' ngħid, għalhekk wieħed jifhem li l-attenzjoni pubblika tkun fuq l- Enemalta, fuq it-tip ta' fuel li jiġi mportat, x'effett iħalli fuq l-arja u x'rabta hemm mal-livelli ta' mard respiratorju u mal-livelli ta' cancer.", "M'hijiex kumbinazzjoni li riċerka li saret f'pajjiżi oħra turi li hemm rabta qawwija bejn il-kwalita' ta' l-arja u l-mard fil-pajjiż; iktar ma l- arja tkun maħmuġa u iktar ma l-arja tkun ħażina iktar se ssib mard f'dak il- pajjiż.", "Hemm bżonn mela li nistudjaw dawn l-affarijiet; hemm bżonn li tqum iktar kuxjenza u jittieħdu l-passi għaliex m'hemmx biss il-cost uman imma hemm ukoll il-cost ekonomiku.", "In-nies qed isiru iktar konxji anke għaliex jaraw ċerti żviluppi fix-xena internazzjonali.", "Nafu li għadha kemm falliet il-konferenza li kienet qed issir f'The Hague, fejn suppost iltaqgħu l- pajjiżi li ntrabtu li jniżżlu l-livelli ta' tinġis.", "In-nies jinkwetaw ukoll għaliex qed jaraw li qed ikun hemm effetti fuq il-klima.", "S'intendi jrid jgħaddi iktar żmien biex inkunu ċerti x'inhu l-effett fuq it- temperatura u t-taqlib li qed ikun hawn imma ċertament li n-nies saru iktar konxji minn dawn l-affarijiet.", "Hemm ukoll il-kumdita' li ħafna mill-apparat li nużaw fid-dar illum jaħdem bl-elettriku.", "Anke l-informatika li daħlet f'kull qasam tal-ħajja tiddependi mill-elettriku u allura f'pajjiżna qamet ukoll il-kuxjenza li d- dawl u l-ilma jiswew u hemm il-kontijiet.", "Jiena naħseb li waħda mill- affarijiet li saret ħażina mill-amministrazzjoni Nazzjonalista tul is-snin tmenin u disgħin kienet li lin-nies ipproteġewhom mir-realta' li biex tipproduċi l-ilma u d-dawl trid il-flus.", "Naħseb li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern huwa responsabbli li daħħal l-idea li d-dawl u l-ilma tipproduċihom mingħajr spejjeż u allura daħħlu lill-pajjiż f'ċerti problemi li għadna ma ħriġniex minnhom.", "Ċertament li n-nies huma iżjed konxji li l- ilma u d-dawl jiswew u jiswew tajjeb, u huwa importanti ħafna li nitkellmu fuq il-prezz ta' l-ilma u d-dawl għaliex qabel l-elezzjoni ta' l-1998 ingħatat l-impressjoni li malli l-Partit Nazzjonalista jerġa' jitla' fil- gvern se jniżżel il-prezzijiet ta' l-ilma u d-dawl għal-livelli li kienu qabel.", "Il-Ministru Josef Bonnici nnifsu, matul il-kampanja elettorali kien qal li bejn wieħed u ieħor jerġgħu jiġu għal-livelli li kienu qabel.", "Issa għad irridu naraw kemm dawn fil-fatt ġew għal-livelli li kienu qabel.", "Sur President, dalgħodu smajt lill-Ministru Josef Bonnici jappella u jgħid b'ċertu ton ta' vittimizzazzjoni li hu jiġi singled out, li jiġi attakkat għal kull ħaġa.", "Qal li anke jsallbuh għal kull ħaġa li b'xi mod jew ieħor ma tkunx marret sew fl-Enemalta.", "Jiena naħseb li kien qed jirriferi fost affarijiet oħrajn għall-kwestjoni tal-hedging agreement u għal-livell tal-prezzijiet meta jfakkruh x'kien jgħid qabel l-elezzjoni ta' l-1998.", "Jiena naħseb li l-ministru dawn l-affarijiet sa ċertu punt ġabhom huwa stess għaliex fuq il-kwestjoni tal-hedging agreement - kif spjega tajjeb il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Leo Brincat - kien il-ministru stess li ħa r-responsabbilta' illi jgħid li ma kienx jaqbel mal-hedging agreement u ħa d-deċiżjoni li jitneħħa.", "Imbagħad meta l-prezzijiet bdew telgħin ma baqax jieħu din ir-responsabbilta'.", "Issa jekk wieħed jara kumpanniji ta' l- ajru barra minn Malta, li bejn wieħed u ieħor jikkonsmaw fuel u żjut daqs kemm nikkonsmaw aħna, isib li dawn għamlu hedging agreements u tawhom riżultat.", "Aħna daqqa nieħdu deċiżjonijiet tajbin u daqqa nieħdu deċiżjonijiet ħżiena, imma bħala politiċi għandna nerfgħu r-responsabbilta' tad-deċiżjonijiet li nieħdu u mhux noqgħodu nitbekkew jekk inkunu ħadna deċiżjoni ħażina.", "Għandna nerfgħu r-responsabbilta' tad-deċiżjonijiet li nkunu ħadna u nwieġbu għall-azzjonijiet tagħna għaliex dik hija parti mill- ħajja demokratika.", "Biex nerġa' niġi għal-livelli tal-prezzijiet tad-dawl u ta' l-ilma, ngħid li jekk waqt kampanja elettorali twiegħed affarijiet sbieħ - mhux l-ewwel darba li jien għedt li waqt il-kampanja elettorali titkellem bil-poeżija u x'ħin tibda tiggverna titkellem bil-proża! - meta mbagħad tiġi għar- responsabbilta' biex tmexxi jkollok tiffaċċja l-konsegwenzi ta' dak li għedt u ta' dak li trid tagħmel.", "Allura jiena nifhem li l-Ministru Josef Bonnici daħħal lilu nnifsu fi problema fuq il-livell tal-prezzijiet tad- dawl u ta' l-ilma peress li waqt il-kampanja elettorali kien wieħed minn dawk li kien jgħid li l-prezzijiet jerġgħu jiġu lura għal-livelli li kienu qabel l-1997.", "Allura ried jara kif se joħroġ minn din il-problema, u waħda mill-modi kif toħroġ minn din il-problema tista' tkun li tgħid: Isma', waqt il-kampanja elettorali għedt affarijiet li issa ma nistax insostnihom għax il-prezzijiet għolew u l-kontijiet għolew u ma nistax inżomm il-wegħda tiegħi.", "Sur President, kien hemm ħafna sforzi biex bil-propaganda tingħata l- impressjoni li l-kontijiet mhux vera għolew minn kif kienu fl- amministrazzjoni Nazzjonalista ta' l-1996.", "Iżda jekk irridu nkunu onesti u sinċieri, nies ta' fehmiet politiċi differenti kollha jammettu li meta jmorru jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jsibu li għolew ħafna meta tqabbilhom ma' kif kienu fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista li ntemmet fl-1996.", "Issa jew se taċċetta r-realta' u tgħid li l-prezzijiet għolew, jew inkella tista' tilgħab bl-istatistika biex is-saħħa taż-żieda fil-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl ma tirriflettix ruħha daqshekk fl- indiċi tal-prezzijiet.", "U dan hu li ġara.", "Jekk wieħed jara l-indiċi tal- prezzijiet, li hija sempliċement riga li biha l-gvern ikejjel l-għoli tal- ħajja, f'dan il-każ insibu li ir-riga saret lastiku li ġġebbidha skond id- daqs konvenjenti għall-gvern.", "U wara l-elezzjoni ta' l-1998 il-gvern iddeċieda li għandu jilgħab b'dik ir-riga li minflok hija ġusta u trasparenti, hija lastiku li jġebbidha kemm irid u kemm jaqbillu.", "Għalhekk l-indiċi tal-prezzijiet ma rriflettix biżżejjed l-effett ta' l-għoli tal- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Issa x'inhu l-importanza ta' dan?", "L-importanza ta' dan hu għaliex meta fis-sena li għaddiet u din is-sena l- gvern ġie biex jagħti ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja, allura ż-żieda ta' l- Lm1.50 assolutament ma tirriflettix l-impatt tal-kontijiet ta' l-ilma u d- dawl fuq l-għoli tal-ħajja.", "Stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika li sar minn organizzazzjonijiet differenti ta' fehmiet politiċi differenti jpoġġu fuq quddiem fil-lista tat-tħassib tagħhom ta' x'iqisu bħala problema serja, l- għoli tal-ħajja.", "U l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma jikkontribwixxu għall- għoli tal-ħajja.", "Issa meta n-nies jirċievu l-kont tad-dawl u l-ilma ma joqogħdux jaraw xi jgħid l-indiċi tal-prezzijiet u kif jitkejjel l-effett taż-żieda fil-prezz ta' l-ilma u d-dawl fuq l-istess indiċi imma li jaffetwahom huwa kemm se joħorġu mid-dħul tagħhom biex iħallsu dak il-kont.", "U dan hu li ġara għaliex l-indiċi tal-prezzijiet m'huwiex jirrifletti l- effett taż-żieda tal-kont tad-dawl u l-ilma.", "Nixtieq niġi issa għal dak li jiena nsejħilhom kwestjonijiet umanitarji.", "Nirriferi, per eżempju, għal familja li għandhom persuna b'diżabilita' li jużaw ħafna u ħafna ilma u jużaw ħafna l-elettriku għax iridu jsaħħnu dak l- ilma u jużawh għall-ħasil kemm tal-persuna u kemm tal-ħwejjeġ.", "Mur spjegalhom lil dawn li fl-indiċi tal-prezzijiet mhux qed jagħtu daqshekk importanza lid-dawl u l-ilma, meta huma jafu li l-parti l-kbira mill- benefiċċji soċjali li jgħixu bihom se jmorru biex iħallsu l-kontijiet tad- dawl u l-ilma.", "Illejla smajt ir-reazzjoni ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika għal dak li qal il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawn iltaqgħu u qalu li huma sodisfatti mill-metodu li ntuża, li huwa skond ix-xjenza ta' l- istatistika u li huwa korrett.", "Mela issa mmur b'din l-istqarrija għand din il-familja, naqrahielhom, ngħidilhom li l-bord huwa sodisfatt li l-effett tad-dawl u l-ilma fuq l-indiċi tal-prezzijiet huwa rifless tajjeb, li l- metodu hu skond ix-xjenza statistika!", "L-ewwelnett, Sur President, hemm ħafna metodi differenti ta' xjenza statistika, u ejja ma noqgħodux nimpressjonaw ruħna li xi ħadd daqshekk bravu sab metodu wieħed u li x-xjenza statistika hija waħda!", "Għalhekk inutli jkun hawn min jipprova jimpressjonana b'dawn it-tip ta' argumenti teoloġiċi.", "Aħna m'aħniex hawn biex nagħmlu argument akkademiku imma biex nenfasizzaw l-aspett uman.", "X'għandha x'taqsam ix-xjenza, x'għandha x'taqsam l-istatistika u x'għandu x'jaqsam jekk il-bord huwiex sodisfatt mill-mod kif qed ikejjel l-effett tad-dawl u l-ilma jekk qegħdin nippruvaw nidħku bin-nies?", "Donnu li sakemm l-istatistika tirrifletti dak li nixtiequ aħna, mela d-dinja miexja tajjeb!", "Illum ħafna nies qed iħossuhom ingannati għaliex waħda mir-raġunijiet li vvotaw għall-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni hija li dan wiegħed li se jerġa' jġib il-kontijiet tad-dawl u l- ilma għal-livelli kif kienu qabel.", "Għandi f'idejja ittra li ntbagħtet lis-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista minn xi ħadd li anke vvota lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni.", "Din ittra li kitibha xi ħadd li għadu kemm irċieva l-ittra tal- kap tal-partit biex jagħti kontribut lill-partit għax-xogħol li qed isir fid-dar ċentrali.", "Din hija ndirizzata lis-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, bid-data tal-21 ta' Novembru, u tgħid hekk:", "\"Sinjur,", "Irċevejt l-ittra tal-kap tal-partit biex nagħti kontibut lill-partit.", "Jiena diġa' kont ktibt lill-prim ministru biex ngħidlu li qed ningħafas bil-miżuri ebsin li qed jieħu l-gvern tagħna.", "Jiena ngħid għalija qed inħossni magħfus u qed inbati taħt dan il-gvern.", "Jien minn fejn nista' nagħti Lm5 jew Lm10 jew saħansitra Lm20 lill-partit jekk m'għandix minn mnejn b'din in-naqra ta' Lm6 ta' part-time li għandi?", "Jiena bħala part-timer, kif diġa' ktibt lill-prim ministru, lanqas dritt għall-bonus m'għandi.\".", "Imbagħad jgħid hekk:", "\"Jiena rrid ngħin lil missieri u lil ommi fil-ħlas tal-kontijiet tad- dawl u l-ilma li għadhom ma raħsux għal kif kienu qabel tela' Alfred Sant fil-gvern.", "Jiena kif nista' ngħix b'din il-miżerja?", "Kif tippretendi li jiena ngħin lill-Partit Nazzjonalista meta lanqas biex ngħin lili nnifsi m'għandi!\"", "Dan huwa każ ta' wieħed minn dawk in-nies li ġenwinament emmen li l- kontijiet tad-dawl u l-ilma se jiġu lura għal kif kienu qabel ma tela' l- Onor. Alfred Sant iżda nafu li dan ma ġarax.", "Għalhekk inutli jsir il- logħob biex l-effett tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jiġi moħbi u kellu raġun il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li dan m'għandux jiġi moħbi u li ż-żieda ta' Lm1.50 m'hijiex biżżejjed.", "U m'hijiex biżżejjed lanqas għas-sena d-dieħla; biex tkun biżżejjed trid tkun mill-inqas Lm2.50 jew Lm2.75.", "Sur President, kif qal dan iż-żagħżugħ li kiteb din l-ittra li għadni kemm qrajt minnha, l-effetti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma tarahomx waħedhom imma tarahom ma' miżuri oħrajn li ddaħħlu.", "Dan iż-żagħżugħ qed jara l-kont tad-dawl u l-ilma bħala wieħed mill-miżuri ebsin, bħala parti mill-piż li qed ikollhom iġorru l-familji Maltin u Għawdxin partikolarment dawk li l-iktar iweġġgħu u dan barra l-ħlas ta' l-income tax u tal-bolla.", "Din hija l-ħajja li jgħixu, mhux x'jgħidu n-numri u l-istatistika tal- Ministru Josef Bonnici.", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet nagħtu kashom għaliex bilfors li n-nies jibdew jissusspettaw, bilfors imbagħad jibdew jagħtu timbru lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern li ma jgħidx il-verita', ma jurix l-affarijiet kif inhuma, mhux veru huwa interessat li jgħolli l- kwalita' tal-ħajja tan-nies u ma jħallix l-għoli tal-ħajja tibqa' tiela'.", "Anke għaliex in-nies diġa' suppost tgħallmu.", "In-nies jafu li bejn l-1992 u l-1996 il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien qed jaħbi r-realta', jafu li d-diffikultajiet finanzjarji li kien fihom il-pajjiż kien qed jipprova jaħbihom imma fil-kampanja elettorali ta' l-1996 kompla jgħid li se jbaxxi t-taxxi, li se jagħti l-ġid u li se jgħolli l-benefiċċji soċjali.", "Mela l-pajjiż kien iffaċċjat bi kriżi kbira finanzjarja minħabba nfiq u tberbiq bl-addoċċ u l-Partit Nazzjonalista dan kien qed jaħbih.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex aktar Maltin u Għawdxin m'humiex jemmnu dak li qed jgħid dan il-gvern.", "Il-poplu llum ma jistax jifhem kif meta l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għolew fi żmien gvern Laburista allura r-rifless fl-indiċi tal-prezzijiet jidher, u meta għollihom il-gvern Nazzjonalista dan ma jiġix rifless fl-indiċi tal- prezzijiet.", "Għandna mbagħad l-uffiċċju ta' l-istatistika li joħroġ jgħidilna li l-bord iltaqa', li huwa sodisfatt b'dan l-indiċi, li sar skond ix-xjenza statistika u li huwa korrett.", "Nerġa' ngħid pero' meta n-nies jmorru jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma jmorrux iħallsuhom fl- uffiċċju ta' l-istatistika u jħallsu skond dak li juri l-kont li jkunu rċevew.", "Sur President, il-poplu xeba' jgerger u jilmenta mill-effett tal-kont tad- dawl u l-ilma fuq id-dħul tal-familja u inutli jsir il-logħob u t-tbagħbis fl-istatistika għaliex imbagħad il-mistoqsija tqum waħedha: ''Il-ħiliet li kull wieħed u waħda minna għandna għal xiex irridu nużawhom?", "Irridu nużawhom biex ningannaw lin-nies, biex nistorduhom, biex nippruvaw nintimidawhom bl-istatistika jew bit-teknika ta' kif inpoġġu l-kliem?", "Jew inkella rridu nagħtu sehemna biex il-kwalita' tal-ħajja f'dan il-pajjiż titjieb?\"", "Ċertament għalhekk li l-Enemalta li hija l-korporazzjoni li tiġġenera d-dawl li aktar ma jmur aktar qiegħed isir in-nervitura prinċipali tal-ħajja f'pajjiżna, trid tara dan kollu x'effett għandu fuq l- ambjent u fuq il-livell ta' l-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li fadal issa huwa għad- dispożizzjoni tan-naħa tal-gvern u għaldaqstant nistieden lill-Ministru biex jibda d-diskors ta' l-għeluq.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, ħalli nibda fuq dan l-aħħar punt li fil-fehma tiegħi huwa punt ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Madwar għaxar snin ilu twaqqaf bord taħt il-Malta council for economic development li jissejjaħ ir-retail price management board.", "Dak iż-żmien kien ikollna ħafna konflitti fuq l-indiċi tal-prezzijiet, min kien jargumenta mod u min kien jargumenta mod ieħor.", "Bil-liġi, l-indiċi tal-prezzijiet huwa responsabbilta' tad-direttur ta' l- istatistika, pero' ntlaħaq ftehim li jitwaqqaf dan il-bord b'rappreżentanti mill-unions kollha, rappreżentanti ta' l-FOI, rappreżentanti tal-GRTU u rappreżentanti tal-gvern.", "Dan il-bord kien inkarigat li jissorvelja kif isir l-indiċi tal-prezzijiet u għalkemm ir-responsabbilta' finali bil-liġi tibqa' fid-direttur, id-direttur huwa membru ex officio f'dan il-bord, hemm chairman indipendenti u over the years intlaħaq consensus li l-indiċi tal- prezzijiet veru jirrifletti s-sitwazzjoni ta' pajjiżna kif inhi stabilita s- sistema fuq bażi xjentifika.", "Issa, fl-intervent tiegħu, l-Onor.", "Evarist Bartolo anke din kważi beda jmeriha.", "Jekk l-indiċi tal-prezzijiet ma jiġix stabilit fuq bażi xjentifika, mela fuq liema bażi tista' turih?", "Kien hemm żmien fejn l-indiċi tal-prezzijiet kien ibażżat fuq dawk li jaqilgħu l- minimum wage u kien hemm żmien fejn kien jeskludi lill-pensjonanti.", "Din kienet is-sitwazzjoni li writna fl-1987 u wara li fl-1990 ħloqna dan il- bord, bord li ħadem u neħħa ċerta konfrontazzjoni u polemika bejn iż-żewġ partiti u l-unions dwar l-indiċi tal-prezzijiet, inħoloq consensus fil- pajjiż.", "Issa sfortunatament għandna attentat - jiena ngħid li assolutament mhux ġustifikat - imbuttat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex dan il-consensus jitkisser.", "Nafu wkoll li llum issejjaħ meeting straordinarju fuq l- insistenza ta' ċerti membri tal-bord biex jeżaminaw il-claim li għamel il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawn iltaqgħu għal sigħat twal, irrevedew x'kienu għamlu meta bdiet ir-reviżjoni ta' l-indiċi tal-prezzijiet, minħabba li tnaqqsu b'mod drammatiku t-tariffi li kien introduċa l-gvern preċedenti, u waslu għall-konklużjoni li m'hemm xejn li huwa skorrett bil-mod kif applikaw is-sistemi u kif ħarġu l-indiċi tal-prezzijiet.", "U din il-press release li għandna hawn illum hija frott ta' tripartite consensus fuq din il-materja.", "(Interruzzjonijiet) Ir-rotta li għażel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma kenitx li jagħmel mistoqsija parlamentari kif isir ħafna drabi u jistaqsi kif joħroġ dan ir-riżultat.", "It-tattika li uża kienet li jgħid li l-indiċi huwa ħażin, ħareġ ċifra li qal li għandha tingħata għaż- żidiet u tefagħha għal rasha!", "Issa jiena diġa' poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra dokumenti mill-water services corporation - jiġifieri mhux mill- uffiċċju ta' l-istatistika - li jsostnu illi jekk tieħu l-parti ta' l- indiċi fuq id-dawl u tieħu l-ewwel kontijiet li ħarġu bit-tariffi l-ġodda, issib illi veru kien hemm tnaqqis żgħir.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor.", "Sur President, jiena dejjem insostni li jmexxini l-programm elettorali u li għedt fuq il-programm ta' NET Television kien li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fil-fehma tiegħi għandhom imorru lura għal-livelli li kienu qabel, u din żammejtha f'moħħi.", "Pero' l-makna tal-Partit Laburista bir-radju u bl- istazzjon tat-television tagħhom, veru li hija makna taż-żrar li titħan l- affarijiet quddiemha għaliex tibqa' tirrepeti u tirrepeti u kulma ssib quddiemha ġġibu trab!", "U hekk qed jagħmlu.", "Għalhekk ħalli nerġa' naqra daqsxejn – għaliex din diġa' qamet fid-dibattitu dwar il-water services corporation - x'għedna fil-programm elettorali għaliex l-akkuża tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija li fl-ewwel kont kif ġie rifless fl-indiċi tal- prezzijiet kien qed jidher tnaqqis.", "Pero' ħalli naraw fuq liema kriterji jiena mxejt meta ħadt ir-responsabbilta' li ġiet delegata lili mill- kabinett li noħroġ struttura ta' tarriffi illi tirrispetta dak li għedna fil-programm elettorali.", "Il-programm elettorali jgħid:", "\"...", "Jerġa' jagħti sussidju qawwi fuq l-ewwel 20 gallun ta' l-ilma, minflok l- ewwel 18 ...\",", "u hekk sar għax niftakru li gvern Laburista ta' qabel kien iddeċieda li l- Maltin għandhom bżonn inqas ilma għall-bżonnijiet ta' kuljum.", "\"...", "Titneħħa ż-żieda esaġerata li saret fil-meter charge li gvern Laburista għollieha għal Lm24 .....\",", "u din naqqasniha b'aktar min-nofs.", "\" .....", "Titneħħa t-taxxa ta' Lm24 tad-drenaġġ ...... \",", "u hekk sar, barra li l-element tad-drenaġġ ġie nkorporat fil-meter charge.", "\" .....", "Jagħti sussidju għall-ammont minimu li kull persuna għandha bżonn kuljum fil-konsum ta' l-elettriku u b'hekk jorħsu sew il-kontijiet tad- dawl.\".", "Imkien m'hawn imsemmi li dawn se jmorru preċiż għal li kienu.", "Naturalment il- goal tagħna kien li wieħed jipprova jqarreb kemm jista' jkun għal dak il-livell u jien dejjem hekk tkellimt u dik kienet il- pożizzjoni li ħadt fil-programm ta' NET Television.", "Huwa l-programm elettorali li jmexxi lill-gvern u l-gvern huwa marbut bih, u bil-kritika tiegħu l-Onor.", "Sant ikkonferma dak li kont qed ngħid jien, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mad-dawl.", "Dan għaliex l-istruttura li għamilna hija struttura li fil-fehma tagħna hija iktar ġusta għaliex ħadna into consideration in-numru ta' persuni fil-familja.", "Aħna għedna illi meta jkollok persuna jkun tant, meta jkollok tnejn ikun tant eċċ, eċċ .....", "Allura ħriġna dik li sejjaħnilha average consumption għal diversi familji b'diversi persuni kif turi l-istatistika li poġġejt dalgħodu fuq il-Mejda tal-Kamra u li tkopri 98% tal-households.", "U din għamilnieha b'mod li tirrifletti dak li wegħedna.", "Iżda milli jidher il-Kap ta' l-Oppożizzjoni din ma ndunax biha.", "Fil-makna propagandista tagħhom indirizzata primarjament lejja biex juru li jiena ma żammejtx kellmti fuq dak li għedt fi programm tat-television – mela l-programm elettorali nsewh! –ħarġu jattakkaw l-istatistika u kif din inħadmet.", "Pero' l-verita' hija li l-attakk ta' l-Onor.", "Sant jikkonferma dak li jien dejjem għedt, jiġifieri illi jekk tieħu l-average tal-konsum tal-familji Maltin prattikament issib li huma l-istess u fil-każ tad-dawl raħsu b'ammont żgħir.", "Dalgħodu, nerġa' ngħid, tajt eżempju ta' dan imma l- kelliema tan-naħa l-oħra Alla Jbierek injoraw kompletament dak li poġġejt jien fuq il-Mejda tal-Kamra.", "U għalhekk f'dan il-parlament nispiċċaw ma jkollniex dibbatitu ħaj għaliex niġu b'test preparat jew b'ideat preparati u mbagħad ngħidu: Għaliex fil-parlament ma jkollniex dibattitu ħaj!", "Sur President, l-abbilta' ta' dan il-parlament tidher meta xi ħadd ipoġġilek xi ħaġa quddiemek u inti tirrispondi għaliha fil-ħin tiegħek u bir-regoli tal- Parlament u jkollok allura dibattitu li jiżviluppa.", "Pero' dan it-tip ta' progress f'Malta għadna neħlu fih u allura se jkolli nerġa' nirrepeti x'għandna fiċ-ċifri li ġġib il-water services corporation li jinkorporaw il- households kollha.", "Jekk nieħdu l-iktar statistika relevanti rridu mmorru għall-bidu ta' dan il-proċess, jiġifieri għall-ewwel kont li ħareġ bit-tariffi l-ġodda ta' dan il-gvern.", "Jekk nieħdu familja ta' erbgħa nsibu li l-medja tal-konsum ta' dawl kienet ta' 1,254 units għal cycle ta' 122 ġurnata.", "Bir-rati kif kienu qabel ma l-gvern ta' Dr. Sant ħareġ bit-tariffi esaġerati tiegħu, dawn is- 26,800 familja kien ikollhom kont ta' Lm30.54; bis-sistema kif għamilha gvern Laburista kien ikollhom iħallsu Lm40.10; u bis-sistema li għamilna aħna f'Novembru ta' l-1998 il-kont niżel għal Lm28.69.", "Mela veru allura li raħsu l-kontijiet!", "Veru wkoll li mhux xi roħs fenomenali - u jiena ma qgħadtx niftaħar b'dan - imma m'għandix minnfuq niġi kontinwament attakkat fuq il-mezzi tax-xandir minn tan-naħa l-oħra li ma żammejtx kelmti.", "Nerġa' ngħid li bil-pożizzjoni li ħa l-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni proprju qed jikkonferma dak li kont qed ngħid jien.", "Barra minn hekk, dawn iċ-ċifri qegħdin fuq il-Mejda tal-Kamra għall-iskrutinju ta' kulħadd u min m'huwiex sodisfatt bihom nistiednu jmur sal-water services corporation u jara kif jinħadmu.", "Issa, dan li għedt għall-familja ta' erbgħa min-nies tista' taħdmu fuq kategoriji oħra u din hija r-realta'.", "Irridu nifhmu pero' li dawn huma maħduma fuq average u li l-istruttura tal-kontijiet li għamilna taħdem b'mod - u suppost li l-partit tan-naħa l- oħra bħala partit tal-proletarjat jaqblu magħha din, iżda minflok qed jipprovaw isawtuna biha – li meta tikkonsma iktar allura t-tariffi jiżdiedu għax il-livell ta' sussidju jonqos.", "Min jikkonsma d-doppju mhux se jkollu kont doppju imma b'aktar mid-doppju.", "Nafu pero' li s-sistema l-antika ma kelliex gearing daqshekk qawwi u għalhekk daħħalna din is-sistema.", "Xi bidla ridna nagħmlu fuq it-tariffi, speċjalment meta wieħed jara ż-żieda fuq il-konsum, iżda din niġi għaliha iktar tard.", "Kif għedt diġa', il-Kap ta' l-Oppożizzjoni indirettament ikkonferma dak li għedt jiena għaliex m'għamilx biżżejjed riċerka u minflok qal li kelli raġun qal li l-istatistika ġiet imbagħbsa u naturalment offenda lit-tliet partijiet soċjali.", "Dan ir-retail price managment board għandu effett u role prinċipali fl-ekonomija tagħna imma f'daqqa waħda qiegħed in a head-on conflict ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Sant.", "Naturalment ir-rappreżentanti ta' dan il-bord inkwetaw meta semgħu lill-Onor.", "Sant u dalgħodu stess sejħu laqgħa ta' emerġenza biex jaraw jekk dak li ntqal huwiex minnu.", "Dawn marru through the workings kollha għaliex primarjament għad hemm l-istess nies - bil-unions, l-employers, l-FOI u l-GRTU - u sabu illi s-sistema li użaw hija korretta f'kull sens.", "Fil-fatt fil-press release li ħarġu llum qegħdin jgħidu:", "\"Ir-retail price index management board imlaqqa' llum 28 ta' Novembru 2000, in vista tal-kummenti li saru dwar l-indiċi tal-prezzijiet bl- imnut, wara li reġa' eżamina l-indiċijiet li ġew ippublikati wara l- aħħar reviżjoni li saret tat-tariffi tad-dawl u l-ilma fl-1998, jikkonferma li s-social partners huma sodisfatti\".", "Dawn m'hemm l-ebda ministru jordnalhom, Mr Speaker.", "Dawn huma liberi li ma jaqblux imma hawn qed jikkonfermaw li jinsabu sodisfatti li l-metodoloġija wżata mill-uffiċċju ta' l-istatistika hi skond ix-xjenza ta' l-istatistika u jikkonfermaw ukoll il-korrettezza ta' l-indiċijiet kif ġew ikkalkulati mid-direttur ta' l-istatistika.", "U l-evidenza li poġġejt jiena llum - fortunatament kienet preparata minn qabel mingħajr ma kont naf x'se jgħid l- Onor. Sant - tipprova dan minn sors differenti, jiġifieri mill-water services corporation.", "Hawnhekk għandna sors li ġej mill-istatistika li huwa bbażat fuq household budgetary survey li l-gvern preċedenti kien jagħti ż-żidiet ta' l- għoli tal-ħajja bbażata fuqha.", "Dakinhar qatt ma qal li l-istatistika ma kenitx korretta.", "Meta kienu fil-gvern kienet aċċettata u ħallew is-sistema li ħallejna aħna, u allura jien naħseb li m'huwiex biss unfair imma huwa wkoll disservice għall-pajjiż li jkollok attakk fuq il-fatt li l-RPI management board jibbaża fuq household budgetary survey li sar fuq madwar 3,000 ruħ fejn raw x'konsum għandhom u applikaw it-tariffi fuq bażi ta' dak il-konsum.", "Hekk jinħadem l-household budgetary survey.", "U r-riżultat jiġi li l-indiċi ta' l-elettriku jaqa' bi ftit, l-indiċi ta' l-ilma jitla' bi ftit, u pressappoco m'intix 'il bogħod wisq mit-tariffii li kellna qabel.", "U allura llum, b'mod indirett, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed iwaqqa' l- kritika kontrija li ilu jibni x-xhur bir-radju u b'ċerta propaganda qarsa.", "Jiena ngħid m'huwiex ġustifikat - biex ma ngħidx li huwa qerq - il-mod kif jiġu mqiegħda l-mistoqsijiet u r-risposti.", "Ħafna affarijiet jitħallew imdendlin u fil-fehma tiegħi dak it-tip ta' programm huwa disservice għall- pajjiż.", "Imma dak jarawh huma.", "Għandhom il-freedom li jagħmlu hekk, pero' l- poplu llum mhux ħmar u jaf jiġġudika l-affarijiet.", "Sur President, jien dalgħodu għedt li din kienet waħda mill-punti li ġew jarawni fuqha l-IMF.", "Dawn għamluli sessjoni ta' questions.", "Jien bgħatthom l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika u għedtilhom li aħna ħdimna fuq sistema li naħsbu li hija waħda li tiġġustifika ċertu livell ta' konsum, pero' kif il-konsum jitla', dak li jkun awtomatikament jinqabad f'livelli għoljin.", "Huwa veru li għax għola l-istandard of living, il-konsum illum se jkun iktar minn dak ta' ħames snin ilu, imma dan ma jfissirx li aħna għandna nibqgħu nissussidjaw id-dawl b'ammont akbar.", "Is-sussidju jingħata għal dak li hu neċessarju biex wieħed ikollu livell ta' għajxien aċċettabbli, imma mbagħad ma tistax tippretendi li dan jingħata wkoll jekk wieħed iżid ċertu apparat li jikkonsma iktar dawl.", "Wara kollox dak l- apparat mhux biss se jikkonsma iktar fuel imma se jagħmel demand akbar fuq l-apparat tal-ġenerazzjoni.", "Mr. Speaker, hawnhekk tajjeb li ngħid li d-domanda tad-dawl qed tiżdied għax l-standard of living qed jiżdied.", "U jekk nieħdu dawn l-aħħar għaxar snin insibu illi d-domanda tad-dawl f'units żdiedet b'medja ta' 7% fis- sena.", "Din hija ċifra illi fiha ħafna sinifikat.", "Il-GDP tagħna dan l-aħħar kien qed jikber bejn 4% u 5 %, jiġifieri qegħdin f'sitwazzjoni fejn id- domanda tad-dawl qed tiżdied kultant b'40% u 50% iktar mill-GDP.", "Issa jiena dan ma jissorprendinix, u għalhekk għamilna t-tariffi li għamilna, biex kif il-pajjiż ikompli jiżviluppa, s-sitwazzjoni fl-Enemalta tibda tiġi iktar sostenibbli.", "Minflok m'għamilna bħalma għamel il-gvern preċedenti li għolla bi tliet darbiet it-tariffi, aħna għamilna sistema fejn żammejna kemm jista' jkun l-average adattat għal dak iż-żmien bi bdil żgħir.", "Id-dawl naqas ftit, imma jekk inti tikkonsma iktar tidħol f'rati iktar għoljin.", "Il- gvern ta' qabel ukoll għamel sistema illi l-units jitilgħu, pero' l-units kienu jitilgħu b'mod astronomiku u aħna naqqasna r-rata li kienu jitilgħu biha l-units.", "Mr. Speaker, mela għandna sitwazzjoni fejn id-domanda għad-dawl żdiedet b' average ta' 7%.", "Kien hemm snin fejn kellna żieda ta' 11% jew 12%.", "Dan kien iż-żmien meta l-ekonomija żdiedet b'mod qawwi.", "Kien hemm żmien - per eżempju fl-1997, meta kien hemm il-gvern preċedenti - meta d-domanda żdiedet biss bi 3.3%.", "Fl-1998, wara li ġew ippublikati t-tariffi tal-gvern preċedenti, id-domanda tad-dawl iġġamjat għax żdiedet biss bi 2%.", "Fl-1999, meta n-nies irrealizzaw li t-tariffi mbagħad reġgħu kienu raġonevoli, erġajna morna għas-7%.", "U din il-ħaġa għandha implikazzjonijiet anke għat- tip ta' kontijiet li jirċievu n-nies.", "Illum per eżempju daħlet drawwa li dak li jkun juża' dehumidifier u jkollu mas-600 jew 800 watts għaddejjin kontinwament.", "Dan bejn wieħed u ieħor jaħli daqs geyser.", "Jien niftakar 20 u 30 sena ilu meta ommi kienet tixgħel il-geyser darba fil- ġimgħa, imbagħad bdejna nixegħluh darbtejn fil-ġimgħa u fl-aħħar spiċċajna f'sitwazzjoni li tħallih mixgħul il-ħin kollu.", "Dan huwa l-progress.", "Illum mhux il-geyser biss għandek imma wkoll apparat ieħor bħal automatic washing machines li jikkonsmaw iktar ilma u iktar dawl.", "Jien niftakar washing machines bit-twin-tub.", "Kemm hawn twin-tubs illum?", "Biex ma ntawwalx fuq dan il-punt, li qed ngħid hu li l-istandard of living tjieb, imma mbagħad hemm ċertu cost li jrid jitħallas.", "Fuq kollox id-domanda akbar fuq il-power station li qed iġib miegħu a higher standard of living ma tistax tiġi injorata, bħalma żgur li ma jistax jiġi injorat il-fuel li qed tikkonsma l- istess power station.", "Mr. Speaker, issemmiet il-power station ta' Delimara.", "Lura fl-1987 aħna għedna li rridu neliminaw il-problema ta' nuqqas ta' supply, liema supply kien dipendenti fuq equipment antikwat.", "Minħabba f'hekk iddeċidejna li nibnu power station ġdida.", "Issa ta' min jgħid li mill-1987 sa l-1999 id- domanda għad-dawl żdiedet b'85%.", "X'konna nagħmlu kieku bqajna niddependu fuq dik tal-Marsa!?", "Dak iż-żmien fl-1987 kien ikollna nagħmlu ħafna qtugħ tad-dawl għax ma kenitx tlaħħaq is-sistema. llum investejna bil-kbir u sfortunatament għad għandna bżonn ninvestu.", "Il-priority hi li nagħmlu a combined cycle oħra f'Delimara ta' 110 MW biex inkunu nistgħu nitfu l-parti l-antika li tħammeġ u nħalluha bħala back-up biex jinxtegħel f'ċerti ċirkostanzi, speċjalment fil-peak period.", "Il-power station ta' Delimara għandha ċertu apparat fiċ-ċmieni illi jnaddaf id-duħħan.", "Il-parti l-qadima m'għandhiex dan l-apparat.", "Il-pjan tat-tekniċi ta' l-Enemalta huwa li titwaqqa' l-parti l-qadima u jinbena mpjant nadif u modern li jaħdem bil- combined cycle li juża' gas oil u allura lanqas tara d-duħħan ħiereġ minnu.", "Dan se jsir biex ikollna security of supply ta' żewġ postijiet.", "Hawnhekk qed nitkellmu, Mr Speaker, fuq medda ta' għaxar snin.", "U min jiġi jgħid li l- power station ta' Delimara kellha tkun biżżejjed, jiena ngħidlu li ma jafx x'inhu jgħid fl-iżviluppi ekonomiċi li għandna.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-passi li ttieħdu biex innaqqsu l- pollution tal-black dust li issa bdiet tfeġġ sewwa.", "Ġibna konsulenti tekniċi u jirriżulta li parti mill-problema kienet li meta s-sistema tal- power station qalbet mill-faħam li daħħal il-gvern preċedenti għall-fuel oil, ħlisna kompletament minn dak l-irmied li kien ikollna mill-power station bi problemi kbar fejn tiddisponi minnhom.", "Pero' kien hemm sistema ta' precipitators fiċ-ċmieni li meta jitla' d-duħħan kienet qiegħda titfa' qisu electric charge mad-duħħan.", "Dawn jgħaddu minn ħdejn electrically charged plates u d-duħħan jaqbad mal-plates, u kultant żmien dawn jiġu shaken biex jitneħħa t-trab.", "Fil-każ tal-faħam din kienet taħdem għaliex il- frak li jitla' huwa iktar niexef, pero' fil-każ taż-żejt il-particles li jkollok fid-duħħan għandhom iktar moisture content u s-sistema kienet qed tiġi clogged.", "X'ġara s-sajf li għadda?", "Tfejna l-boiler no 8, ġibna l- esperti biex naraw kif jinħaraq il-fuel fihom u saru xi aġġustamenti fejn in-nies tekniċi rnexxielhom, għalkemm mhux 100%, iġibu l-precipitators into operation.", "Din il-ħaġa saret rigward ċumnija għolja.", "Fil-fatt illum wieħed jista' jara d-duħħan ħiereġ miċ-ċmieni l-baxxi - speċjalment waħda minnhom li tkun għaddejja kważi kontinwament - pero' minn waħda miċ-ċmieni mit-twal li fiha għamilna din il-modifikazzjoni ma jarax duħħan ħiereġ, u biex jinduna li ħiereġ xi ħaġa jrid veru iħares b'attenzjoni.", "Dan huwa progress kbir, u ta' min igħid li dawn il-modifications saru min-nies tekniċi ta' Malta.", "Mr. Speaker, dan biżżejjed?", "Dażgur li mhux biżżejjed!", "Li se nagħmlu hu li nistennew li tgħaddi x- xitwa biex induru għaċ-ċumnija l-oħra u għall-boiler 7 għaliex bħalissa ma naffordjawx nitfuh.", "U b'dawn il-miżuri se nkunu naqqasna bin-nofs l-ammont ta' dħaħen u ta' particles li joħorġu.", "Irrid ngħid ukoll li l-parti l- qadima nixtiequ nużawha mill-anqas u dan l-għan se naslu għalih bit-tisħiħ tas-sistema ta' distribuzzjoni.", "Sintendi jekk se tużaha kompletament is- sena kollha dan mhux possibbli, anke minħabba ċertu rotation li jsir.", "Per eżempju, jiena informat li hemm boiler f'Delimara li jrid jintefa' għall- maintenance li trid issir bilfors, anke minħabba insurance u minħabba instructions ta' manufacturers u din se jkollha ssir fix-xitwa.", "Minħabba f'hekk f'Delimara se jkollok 60 MW inqas u allura jkollhom jintużaw il-gas turbines tal-Marsa biex jagħmlu tajjeb għal dan in-nuqqas.", "Altru li rridu nżidu l-effiċjenza u li hemm bżonn li ninvestu iktar, pero' fiċ-ċirkostanzi reali ta' pajjiżna jiena naħseb li qed isir effort mill-aqwa biex l- Enemalta tagħti s-servizz lill-poplu tagħna.", "U jiena għalhekk ma naħsibx li l-kritika li qed issir dwar din il-korporazzjoni hija ġustifikata.", "Mr Speaker, hemm ukoll bidliet ambjentali importanti oħra li qed nagħmlu, allavolja ċ-ċirkostanzi fis-swieq internazzjonali m'humiex faċli.", "Minflok tan-naħa l-oħra jgħidulna li aħna qed naffaċċjaw problema li l-gvern preċedenti ma ffaċċjax, li hija l-kriżi tal-prezzijiet taż-żejt, dawn donnhom jgħixu f'xi bozza u jaħsbu li pajjiżna jista' b'xi mod jiżola ruħu b'mod permanenti mill-forza tas-swieq tad-dinja.", "Dawn jgħidu li kieku jiena ħadt il-parir tagħhom kont nidħol għal agreement ieħor...", "(Interruzzjonijiet) L-Enemalta lanqas biss f'Novembru ta' l-1998 ma setgħet tidħol f'agreement ieħor għaliex kienet mgħaffġa taħt il-piż ta' ħlasijiet bil-quddiem sforz l-agreement li kien ġie ffirmat.", "Min hu dan li jiġi jgħidilna biex nidħlu f'dan l-agreement?", "Faċli tħares lejn il-passat u tgħid li kieku għamilt mod ieħor jiena ma kontx nikser sieqi!", "Ma tridx wisq għerf!", "Mr Speaker, biex ngħid kollox ma nistax nifhem kif tan-naħa l-oħra qegħdin hawnhekk meta dawn tant huma intiżi fuq fl-istock markets!", "Bl- għerf li għandhom dawn suppost miljunarji!", "Dawn iqabblu x-xiri taż-żejt ma' l-istocks imma ma jafux x'inhuma jgħidu.", "Smajniha aktar minn darba li jekk tixtri ż-żejt bil-quddiem tkun qisek qed tixtri l-istocks.", "Ma ndaħħqux nies bina!", "Meta jien nixtri stocks dawk ikollhom valur li jista' jitla' u jista' jinżel.", "Tieħu anke d-dividends fuqhom u l-istocks iżżommhom kemm trid.", "Imma dawn il-kuntratti li ġew iffirmati x'għandhom x'jaqsmu ma' dan?", "Jiena nerġa' nfakkar li fuq il-kuntratt li ġie ffirmat fl-14 ta' Awissu sa l-4 ta' Settembru, l-Enemalta trid tħallas madwar $US2 miljun bil-quddiem, għaliex il-commitment li għamlet għax-xiri taż-żejt kien qed jindika li mqabbel mal-prezzijiet ta' dak iż-żmien u tal-futur, dan se jkollu telf kbir fuqu.", "U f'liema stocks jew shares jiġri hekk?", "Jgħiduli l- professjonisti tan-naħa l-oħra li jifhmu daqshekk fl-istock markets!", "F'liema każ il-poplu jixtri shares tal-Maltacom, tal-BOV u mbagħad għax il- prezz jonqos jispiċċa jħallas iktar?", "X'għandu x'jaqsam dan!", "Dan x'taħwid hu!", "Issa biex tkompli, dawn jgħajru lili għaliex jien għalliem ta' l- ekonomija u jgħidu li ma nifhimx f'dawn l-affarijiet.", "Skużi, imma dan x'għerf hu li ħiereġ min-naħa l-oħra!", "Mr. Speaker, ix-xiri taż-żejt huwa spekulattiv u sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1998, l-Enemalta kellha exposure ta' $US10 miljun fuq il-kuntratt li ffirmat.", "Għiduli fuq liema stocks li tixtri jkollok din it-tip ta' exposure!", "(Interruzzjonijiet) M'għandu x'jaqsam assolutament xejn, m'hemmx comparison.", "Kellha tħallas bil-quddiem $US8 miljun għat-telf antiċipat sas-sena ta' wara.", "Din kienet is-sitwazzjoni.", "Meta ġie c-chairman għandi u qalli biex jagħmel kuntratt għas-sena 2000, lanqas biss kellha l-fondi u l-finanzjament biex tagħmlu.", "U inti tagħmel kuntratt għas-sena 2000 meta għadek kif tlift $US9 miljun fuq is-sena 1998 u għandek bil-quddiem claim ta' $US8 miljun fuq is-sena 1999?", "Jien il-kritika minn tan-naħa l-oħra ma nistax nifimha!", "Mr. Speaker, tan-naħa l-oħra jgħidu li jien ma kienx missni ndħalt f'dawn l-affarijiet.", "Kif jistgħu jgħidu li ndħalt f'dawn l-affarijiet jekk il-liġi timponi fuqi illi dawn it-tip ta' affarijiet irid ikollhom il-go- ahead tal-ministru?", "Sewwa, meta jisplodi circuit jgħidu li t-tort tal- ministru, għax qed imexxi ħażin il-korporazzjoni, u meta mbagħad jiena nwaqqaf xi ħaġa li jien responsabbli minnha u ngħid li kienet tinten, jgħidu li nindaħal!", "U dalgħodu għedt li kienet tinten imma ħadd minn tan- naħa l-oħra ma kien kapaċi jirrispondini.", "Tant kienet loġika li kienet tinten li jiena tassew iddisgustat kif ċerti membri jippruvaw jiġġustifikaw the unjustifiable.", "Jista' xi ħadd min-naħa l-oħra jgħidli jekk dak iż-żmien kienx jieħu deċiżjoni li jkompli jikkommetti lill-Enemalta għal miljuni kbar?", "Din kellha telf ta' $US9 miljun u exposure ta' $US8 miljun, u konna se nerġgħu nintrabtu għas-sena 2000, bil-konsegwenza li jekk jerġa' jinżillek il-prezz taż-żejt tibda tħallas bil-quddiem fuq dak it-telf.", "Mela qed niġġennu aħna!", "Mr. Speaker, l-Enemalta ilha 20 sena u dejjem għamlet ċerta protezzjoni hi.", "Meta jorħos il-prezz internazzjonali kienet tagħmel profitti ikbar u meta l-prezz jitla' kienet tagħmel profitti inqas u l-konsumatur isib prezz stabbli.", "Jien naħseb li din is-sistema trid tinbidel anke minħabba l- liberalizzazzjoni.", "Pero' kien hemm min min-naħa l-oħrali pprova jidħol fil- futures market, kif xtaq iċ-chairman preċedenti li daħal fl-Enemalta fit-2 ta' Jannar ta' l-1998.", "Tnax-il ġurnata wara ħarġet ittra lil ħames banek kbar - u jiena nista' nsemmihom - li spiċċaw jikkompetu mas-soċjeta' in ġenerali.", "Mill-14 ta' Jannar sa l-4 ta' Frar imbagħad ikkonkludew agreement.", "Imma xi studji saru qabel?", "X'assessment sar?", "Sa l-aħħar ta' Frar konna tlifna $US600,000 u bqajna nitilfu 'l fuq minn $US600,000 kull xahar għall-bqija ta' l-agreement.", "Saħansitra f'Awissu t-telf tela' anke għall-$US1miljun.", "Dan għedtu dalgħodu u mhux se noqgħod nirripetih.", "Ngħid biss li din is-sistema tal-hedging diġa' kienet gidmet lill-gvern Laburista fis-snin 1983/1984 fejn deputat li kien għadu kif ħareġ mill- kariga ta' prim ministru ngħata l-fakulta' li jispekula bir-riżervi tal- pajjiż.", "Dakinhar fi tmien xhur tlifna Lm80 miljun.", "U tant is-sitwazzjoni kienet gravi illi ex-ministru ta' dak iż-żmien mar fuq Karmenu Mifsud Bonniċi, dakinhar prim ministru, u qallu li jekk ma jneħħix lil Mintoff milli jkompli jispekula mill-ġid tal-pajjiż kien se jirriżenja.", "U Karmenu Mifsud Bonniċi kellu l-kuraġġ li jneħħih.", "Imbagħad l-affarijiet tgħattew billi kien hemm ħażna deheb li kienet inxtrat fis-snin sittin minn gvern Nazzjonalista bil-prezz ta' $US35 u $US45 an ounce u on revaluation irnexxilhom iqaċċtu nofs it-telf - għax fi żmien l-Avukat Mifsud Bonnici d- deheb laħaq tela' għal $US800 an ounce - iżda fl-accounts xorta baqa' jidher telf ta' Lm33 miljun u Lm40 miljun!", "Mr. Speaker, meta c-chairman preċedenti qalli biex naħdmu għas-sena 2000 jiena għedtlu li l-ewwelnett għandna naraw kif morna fis-sena 1998 u naraw hemmx xi implikazzjionijiet għas-sena 1999.", "(Interruzzjonijiet) Imma xi ħadd jista' jgħidli li għamilt ħażin li staqsejt dawn l-affarijiet?", "Xi ħadd jista' jgħidli li qed nindaħal meta dan hu dover tiegħi skond il-liġi?", "U meta jirriżulta li kien hemm Lm9 miljun telf u commitment ta' Lm8 miljun, xi ħadd jista' jgħid li jiena ma mxejtx b'mod dritt, b'mod rett u b'mod korrett meta għedt li f'dawn iċ-ċirkostanzi wieħed irid jerġa' jagħmel assesment tas-sitwazzjoni?", "Wara kollox xi tfisser is-sistema ta' qabel?", "Is- sistema ta' qabel kienet li l-prezz jista' jogħla u jista' jinżel, għall- konsumatur jibqa' stabbli u l-Enemalta b'mod jew ieħor daqqa tagħmel profitt tajjeb, daqqa tagħmel ftit telf u daqqa tagħmel profit inqas, kif qed nagħmlu din is-sena.", "Din kienet is-sitwazzjoni.", "Sur President, issa rrid ngħid kif sar it-tieni kuntratt.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ħallina minnek, għax lili ħadd min-naħa l-oħra ma qalli kif intgħażel it-tieni bank.", "(Interruzzjonijiet) Mela jista' jqum xi ħadd u jispjega x'konnessjonijiet għandu t-tieni bank man-naħa l-oħra?", "Meta l-Enemalta kienet qed tifga u ma setgħetx tieħu nifs, kellha tmur għand il-Mid-Med biex tagħmel back-to-back arrangements għall-commitments li għandha.", "Il-Mid-Med qalilha li mir-riċerka tiegħu dan huwa bank iżgħar minnu u li l-profitti tiegħu jammontaw għal xi Lm1.5 miljun fis-sena.", "U diġa' ddepożitaw fih Lm8 miljun!", "(Interruzzjonijiet) Too risky qalulha l- Mid Med lill-Enemalta!", "Din kienet is-sitwazzjoni, Mr Speaker.", "Din kienet sitwazzjoni ta' irresponsabbilta'.", "Ic-chairman daħal jiġri wisq fis-sistema tal-hedging, beda jsir it-telf u wieħed beda jsib mod kif dan it-telf jirkuprah b'xi mod billi jidħol f'hedging arrangement ieħor.", "Dan bħal meta wieħed imur f'casino u jieħu Lm100 fil-but u l-ieħor jieħu credit card .", "Dak tal-Lm100 fil-but Lm100 jista' jitlef, pero' dak tal-credit card jista' jitlef ġidu kollu, u hekk ġabuna!", "U jiena nibqa' nsostni li n-naħa l-oħra għandhom jirrispondu l-mistoqsijiet li għamilt jien.", "M'inix konvint li l-pariri kienu tajbin.", "Jiena qrajt il-pariri li kienu jingħataw minn kumpannija li l-Enemalta kkommettiet ruħha illi tixtri l-instruments mingħandha.", "Ma nafx min jagħmel hekk jiena.", "Qisek sejjer tixtri karozza ġdida u se tieħu parir dwarha mingħand min se jbiegħlek karozza.", "L- affarijiet mhux hekk isiru.", "Dik m'hijiex serjeta'.", "U jiena konvint li d- diriġenti ta' l-Enemalta ma kenux favur li nimxu b'dan il-mod.", "Din kienet kollha fissazzjoni tac-chairman preċedenti illi jara kif jidħol f'dan il- qasam.", "Mr Speaker, il-verita' hija illi l-gvern preżenti assuma r- responsabbilta' illi jżomm il-prezz fiss u qiegħed jgħin lill-Enemalta biex dan ikun jista' jseħħ.", "Talli l-gvern qed jagħmel hekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ħareġ jgħid li hemm it-tbagħbis.", "Dan qed jgħid li hemm it- tbagħbis talli l-gvern se jagħti miljuni lill-Enemalta biex jgħinha.", "U din mhux serjeta'.", "Is-sitwazzjoni hi li għal din is-sena li ġejja se nżommu l- prezzijiet stabbli.", "Dan se nagħmluh għal diversi raġunijiet, anke għaliex il-prezz tal-petrol u tad-diesel għola kważi fuq tliet budgets konsekuttivi.", "Irridu nżommu l-prezzijiet stabbli wkoll anke għaliex aħna rridu nippromwovu l-growth ekonomiku ta' pajjiżna u ma jidhrilniex li żieda oħra fil-cost tagħmel tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Il-growth ekonomiku se nkomplu niġġenerawh u m'aħniex qed nagħtu skossi.", "Imbagħad jekk il-Bambin irid sena oħra, anke meta forsi tistabilizza ruħha s- sitwazzjoni fis-swieqi internazzjonali, wieħed jista' jintroduċi skema fejn ikollna ċerta flessibilita'.", "X'hemm ħażin jekk il-konsumatur iħallas żewġ ċenteżmi aktar għal-litru jekk il-prezz taż-żejt minn barra jogħla b'żewġ centeżmi l-litru u jekk jorħos b'żewġ ċenteżmi l-konsumatur jerġa' jorħoslu l-prezz?", "Il-pajjiżi kollha hekk jimxu.", "Din il-ħaġa works both ways.", "Is- sistema preżenti does not work both ways għax meta jogħla żżidu u meta jorħos, il-flus jeħodhom il-gvern jew il-korporazzjoni.", "Fis-sistema liberalizzata ma nistgħux nimxu hekk.", "Mr Speaker, irrid ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar pjani li għandha l- Enemalta li għandhom x'jaqsmu ma' diversi aspetti.", "Nista' ngħid li bħalissa għaddejjin bi proċess biex tiġi ordnata a second combined cycle.", "Qegħdin inħarsu lejn option li kellha l-ewwel combined cycle li ordnajna.", "Għaddejjin b'diskussjonijiet tekniċi u din il-combined cycle qed ngħidu li għandha tkun hemm għas-sena 2004, tinbena Delimara u tippermetti li nitfu nofs dik tal-Marsa li hija l-iktar parti li tħammeġ.", "Barra minn hekk, f'Ottubru ta' din is-sena, l-Enemalta, mingħajr ma qalet kważi lil ħadd bdiet timporta petrol b'lead content drammatikament inqas.", "Il-lead content tal-petrol kien madwar 0.4 mg għal kull litru.", "Dan niżel għal 0.15 mg għal kull litru.", "Dan huwa tnaqqis ta' 62.5%.", "Din il-miżura hija importanti l-ewwelnett għaliex fl-atmosfera hemm konċentrazzjoni ta' ċomb iktar, u dan jagħmel ħsara kbira, speċjalment fit-tul.", "Mr. Speaker, dan il-pass l-Enemalta qed tagħmlu mingħajr ma żdied il-prezz tal-petrol.", "U dan huwa pass għaqli li juri l-apprezzament tal-gvern għall-ambjent ta' madwaru.", "Qabel l-aħħar tas-sajf li għadda bdejna wkoll nixtru diesel differenti.", "Id-diesel li konna qed nixtru kellu sulphur content ta' 0.5% u dan niżżilnih għal 0.2%.", "Is-sulphur ukoll jagħmel ħsara għall-bniedem u għall- ambjent, pero issa qed inġibu diesel li għandu 60% inqas sulphur.", "Irrid ngħid ukoll li mill-ewwel ta' Jannar il-gvern ħa deċiżjoni li nibdew nimportaw diesel with 0.05% sulphur content.", "Din kienet waħda mill- kondizzjonijiet li għamel il-gvern qabel ma ta l-għajnuna lill-Enemalta.", "Dan ifisser li f'temp ta' sitt xhur is-sulpur content fid-diesel se jkun naqas b'għaxar darbiet.", "Dawn m'humiex affarijiet in arja, dawn huma affarijiet prattiċi li qegħdin indaħħlu fis-sistema u għalkemm fil-biċċa l- kbira tagħhom jinvolvu cost iktar huwa importanti li jsiru.", "Allavolja għandna din il-problema ta' spiża aktar taż-żejt minn barra, aħna xorta dehrilna li dan il-pass m'għandniex inżommuh.", "Dan qed nagħmluh primarjament għall-poplu Malti, pero' qed nagħmluh ukoll għax eventwalment irridu nilħqu standards Ewropej ukoll, u allura rrid ngħid li iva, l-Ewropa kultant timbuttak fis-sens li għandek programm li trid tilħqu.", "U dan huwa wieħed mill-benefiċċji tiegħu għaliex forsi dik il-ħeġġa li nagħmlu ċerti bidliet ma kenitx tkun daqshekk qawwija kieku ma kellniex dak it-target.", "Mr. Speaker, irrid insemmi wkoll il-kwestjoni tal-gas pipeline.", "Din ilha tiġi studjata, ilha tiġi msemmija u ilha tiġi costed.", "Irrid ngħid li hemm żewġ alternattivi li qed inħarsu lejhom, waħda illi tillinkja ma' gas pipeline li se jgħaddi bejn il-Libja u Sqallija u oħra li nagħmlu gas pipeline diretta ma' Sqallija.", "Għandhom costs daqsxejn differenti u hemm ċerti komplikazzjonijiet tekniċi, pero' mill-analisi premilinarja li għamilna l-gas pipeline iqum il-fuq minn $US100 miljun, pero' minbarra li l- effett fuq l-ambjent ikun ferm inqas mill-effett taż-żjut anke tal-gas oils, mill-analisi li rajna dan jista' jfisser ukoll, b'mod konservattiv, tnaqqis fl-ispiża tal-fuel u allura tal-cost tad-dawl ta' madwar 25%.", "Din il-ħaġa toffri sitwazzjoni interessanti ferm għaliex inkunu qegħdin innaqqsu t-telf li tagħmel l-Enemalta minn fuq id-dawl mingħajr ma ngħollu t-tariffi, u milli qed naraw ukoll, jekk tqabblu mal-gas oil u tad-diesel, l-ispiża tiġik madwar 50% inqas.", "Din hija xi ħaġa interessanti ferm għalina li turi t-triq kif irridu nimxu fil-futur.", "Hemm problemi tekniċi u finanzjarji li jridu jiġu overcome.", "Dwar din il-ħaġa qegħdin nesploraw x'fondi jeżistu.", "Nafu li l-Ewropa għandha programmi biex tillinkja gas network mal-membri tagħha kollha bħalma għandha programm biex tillinkja l- elettriku mal-membri tagħha kollha biex ikollha d-dritt interlinked.", "Aħna m'aħniex membri, pero' qed nesploraw il-phasing-in ta' dan ix-xogħol għax dan mhux se ssir mill-lum għal għada.", "Fuq il-gas pipeline nafu nieħdu ħames snin oħra għax proġetti ta' dan it- tip wieħed irid jippjanhom bil-quddiem.", "Jien naħseb din tkun ta' fejda kbira għal pajjiżna.", "Jekk l-apparat ikun aġġustabbli f'każ ta' emerġenza tista' taqleb għal gas oil.", "B'dan il-mod ikun jista' jkollna the best fuel you can use, the cleanest fuel you can use, with the possibility of switching over to gas oil if the need arises.", "Dan barra li ma nibqgħux niddependu fuq tankers ġejjin kull xahar biex jissupplixxuna ż-żejt.", "B'dan il-mod ikollna sistema ħafna iktar secure.", "Idealment isir ukoll cable tad-dawl bejn Malta u Sqallija għaliex dik imbagħad tippermetti bidla radikali.", "Peress li aħna an isolated network għad-dawl, irridu a certain margin of safety in terms of back-up production.", "U Delimara għandna żewġ gas turbines illi prattikament huma wieqfa sakemm ma jkollniex xi bżonn minħabba xi ħsara jew xi refurbishment.", "Dawn għandhom 37 MW each u l-Marsa għandna gas turbine ta' another 30 or 35 MW li qed tintuża b'mod kontinwu sakemm insolvu l-problema tas-circuit breaker.", "L-interessanti huwa li meta jkollok sistema linked bil-grid ukoll, din is-surplus capacity ma toqgħodx idle il-ħin kollu imma tkun tista' tużah biex tissupplixxi grid.", "Dawn huma ftit mill-affarijiet, Mr Speaker, li qed inħarsu lejhom.", "In addition, issa t-tender għat-tunnel bejn Delimara u l-Marsa ġie awarded u l-planning authority ħarġet il-permessi meħtieġa.", "Irrid ingħid li l- geological survey ta' din it-tunnel kellha tibda fl-1996, pero' meta inbidel il-gvern sfortunatament donnu ħadd ma baqa' jimbotta din l-idea.", "Issa kenux konxji tad-deċiżjoni jew le ma nafx.", "Meta rġajna dħalna fil- gvern kellna nerġgħu nibdew b'ħafna xogħol li jieħu ż-żmien.", "Fuq kollox biex tgħaddi tunnel ta' tmien kilometri bejn il-Marsa u Delimara m'hijiex xi biċċa proġett li tista' tagħmlu kif ġieb u laħaq.", "Hemm ħafna xogħol xi jsir, li jinvolvi ħafna geological studies, ħafna tests u ħafna kondizzjonijiet u dawn l-affarijiet ħadu ż-żmien.", "Ħadna sentejn biex naslu safejn wasalna u jekk il-Bambin irid minn Jannar se jibda dan ix-xogħol.", "Mr Speaker, għandna distribution centre ġdida tad-dawl f'Ħal Kirkop biex taqdi aħjar l-ST Microelectronics.", "Smajt kritika min-naħa l-oħra li l-ST Microelectronics kellhom xi problemi fis-supply tad-dawl.", "Hawnhekk ta' min igħid li meta mar is-circuit breaker l-industrija ma kellhiex problemi.", "Il- problema li kellna sfortunatament kienet in-naħa ta' Paceville u Pembroke minħabba l-ħsara fejn saret.", "Irrid ngħid ukoll li d-domanda għad-dawl mill- ST Microelectronics qed tiżdied b'ammont enormi.", "Dawn jużaw sistema ta' cooling and heating u d-domanda tagħhom se titla' għal xi 16 MW.", "Nafu x'jiġifieri 16 MW.", "Jiġifieri madwar 12% mill-combined cycle ġdida trid tmur biex tissuplixxi fabbrika waħda.", "Dan m'aħniex qegħdin ngħidu li mhux se jsir pero' jrid ċertu investiment u lill-ST Microelectronics għaddejnilha cable kontra cable.", "Kellna reserve capacity, dak ir-reserve capacity jispiċċa jiġi wżat għal regular supply.", "Dan ifisser li appena jkollok xi problema, inti ma jkollokx riżerva u ma tistax tissuplixxi fejn trid.", "Ta' min jgħid li aħna diġa' ordnajna t-transformers.", "Barra minn hekk is- switchgear is about to be ordered u miegħu se nordnaw switchgear għal- switchboard li hemm il-Mellieħa li hija ta' l-istess tip ta' switchboard li hemm il-Marsa.", "Aħna qed ngħidu li we should phase out the switchboards minħabba l-problemi li kellna.", "Hemm ukoll is-submarine cable bejn Malta u Għawdex.", "Is-sena d-dieħla nisperaw li sas-sajf ikun jista' jibda jiġi laid.", "Sar ukoll il-Valletta distribution centre.", "Waħda mill-problemi li kellna meta kien mar is-circuit breaker hija li kien għad m'hemmx il-Valletta distribution centre.", "Din hija sistema iktar flessibbli kif nistgħu nagħtu d-dawl lill-Belt.", "Il-Belt għandha five feeders deħlin, tlieta kienu mqabbdin mac-circuit breaker li nħaraq u dan ifisser li dakinhar li mar is-circuit breaker konna b'żewġ feeders biss.", "Dawn ma kenux biżżejjed biex jissuplixxu lill-Belt fil-ħin meta l-ħwienet u l-uffiċini jkunu miftuħa.", "Hemm ukoll Marsascala distribution centre.", "It-tender għat-transformer ġie issued.", "Is-switchgear tender ġie issued u għad irid isir il-bini.", "Hemm ukoll distribution centre għall-isptar il-ġdid.", "U hemm ukoll il-bidla tas- switchboard tas-switchroom fil-Marsa.", "Dan huwa proġett ta' ċerta komplessita' għaliex inti għandek sistema li ma tistax taffordja li titfiha u tagħmel xahar biex tikkonnettja l-oħra.", "Minħabba f'hekk il-pjan huwa illi jinbena bini fil-qrib jew fuqha jew ħdejha fejn jiġi ordnat switchgear differenti li mhux daqshekk mekkaniku u b'dan is-switchgear nibdew nippreparaw biex il-linkages tikunu jistgħu jsiru bil-mod il-mod fuq medda ta' żmien.", "Din hemm xi ħaġa żgħira.", "Hija l-qalba tad-distribuzzjoni fin- naħa tal-Marsa u hija importanti li tiġi managed sewwa fl-iqsar żmien possibbli, u l-iqsar żmien se jkun bejn sena u sentejn.", "U għalhekk l- inkwiet li kellna fuq il-ħsara li saret.", "Mr. Speaker, jiena rrid ngħid li kien hawn ċerta leġġerezza kif din il- ħsara ġiet ittrattata minn tan-naħa l-oħra.", "Kien hemm min qal għax ma sarx maintenance u kien hemm min qal għax l-Enemalta ma kenitx effiċjenti.", "F'Ġunju li għadda kien hemm ħsara li wieħed ma jistenniihiex u li qatt qabel ma ġrat bħalha.", "Din il-ħsara kkaġunat problemi.", "Dorna ma' dawk il- problemi u bdejna programm ta' ċċekkjar u ttestjar biex żgur ma jerġax jiġri hekk.", "Sfortunatament meta ġibna l-prodott minn barra biex nagħmlu replacement ġiet ikkaġunata straġi sħiħa.", "U l-ewwel indikazzjoni tar- rapport kienu li dan il-prodott ma kienx qiegħed aligned sewwa u allura kellu diffikultajiet.", "Dan ir-rapport għadu mhux lest imma l-verita' hija li kkaġunat problema kbira u għadha sal-lum l-Enemalta tħeġġeġ biex il- kumpannija kkonċernata ssewwielna dan il-prodott.", "Imma ma nistenniex jien illi kif għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kif għamel l-Onor.", "Evarist Bartolo jiġu jaqbdu l-iSpeech from the Throne ta' l- 1987 u jgħidu li aħna m'aħniex qegħdin inwettqu l-wegħda li għamilna fl- 1987.", "Biss biss inbniet il-power station.", "Fuq kollox fis-sentejn li damu fil gvern xi żviluppi għamlu huma fil-power station?", "Ittardjaw l- affarijiet u mhux komplew għaddejjin.", "Dik hija s-sitwazzjoni, u li wieħed jipprova jieħu vantaġġ politiku minn ħsara pjuttost naturali m'huwiex mod onest kif wieħed jikkritika.", "Sar żvilupp qawwi wkoll fil-qasam tat-transformers f'pajjiżna fejn is-sistema ġiet estiża f'ħafna postijiet.", "Ir-rapport jgħid, per eżempju, li kien hemm net increase of 36 transformers f'Malta u wieħed f'Għawdex u jindika li kien hemm bidliet u estensjonijiet tat-tisħiħ tas-supply dejjem għaliex id-domanda qiegħda tikber.", "Nafu li s-sistema tad- distribuzzjoni tagħna għandha l-limitazzjonijiet tagħha u jekk id-domanda tikber malajr wisq .....", "F'Malta qatt ma żviluppajna sistema ta' grid u allura għandna ħafna inter-linkages bejn distribution centres u sub- stations li mhux dejjem jagħtuk flessibilita'.", "U dan m'huwiex xi proġett żgħir.", "Intqal li fid-distribution centres il-ġodda se tiddaħħal is-sistema ta' l- ISKADA li se tgħin biex id-distribution centres jiġu kkontrollati mill- power station u allura tippermetti iktar flessibilita' kif wieħed ikun jista' jbiddel il-load kif ukoll is-supply minn post għall-ieħor.", "L- Enemalta għamlet diversi affarijiet pero' baqa' ħafna u ħafna x'isir u għalhekk qiegħda tagħmel assessment tal-human resources tagħha speċjalment fil-livelli ta' l-engineers.", "L-Enemalta qiegħda tħares kif tista' ssaħħaħ u tirristruttura l-management tagħha u kif tista' tkun f'pożizzjoni li toffri servizz aħjar.", "Sur President, sar ukoll ċertu investiment fil-gas division.", "Jekk naraw kemm ġew importati ċilindri tal-gass din is-sena, insibu li ġew importati madwar 35,000 ċilindru fil-programm ta' phasing-out taċ-ċilindri l-qodma.", "Tajjeb ngħid li bil-prezzijiet tal-gass kif inhuma llum dawn qed ifissru telf lill-Enemalta ta' 'l fuq minn Lm1 miljun meta t-telf fis-snin li għaddew kien ikun ta' madwar Lm 200,000.", "F'dan l-istadju l-gvern iddeċieda li jħalli l-prezz kif inhu naturalment biex ma jagħtix imbottatura lill- għoli tal-ħajja għaliex dan huwa prodott użat fid-djar tagħna.", "Żgur li l-korporazzjoni Enemalta hija korporazzjoni li qiegħda fil- forefront tas-servizz li tagħti lill-pajjiż u meta ma tagħtix dan is- servizz toħloq inkonvenjent kbir, toħloq problemi fis-setturi industrijali, fis-settur tat-turiżmu u f'kull qasam ieħor ta' pajjiżna.", "Allura jeħtieġ li tiġi mmexxija b'mod għaqli u li l-ħaddiema jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Jiena ngħid li l-maġġor parti tal-ħaddiema jagħtu kontribut qawwi anke b'periklu għalihom infushom.", "Niftakar li meta mort nara l-ħruq li kien hemm fis-switchroom l-aħħar darba, hemmhekk mhux biss poisonous gas fumes kien hemm imma kien hemm sitwazzjoni fejn il-ħruq ma setax jiġi kkontrollat.", "Ipprovaw jużaw fire extinguishers tal-carbon dioxide għal darba tnejn iżda l-ħruq tant kien qawwi li fl-aħħar kellhom jaslu għad- deċiżjoni li jużaw il-foam li jrid jitħallat bl-ilma.", "Dan il-foam tefa' n- nar iżda kkaġuna ċerti problemi oħra għaliex ċerti circuit breakers ixxarrbu u allura riedu jgħaddu minn proċess sħiħ ta' testing.", "Sur President, l-Enemalta hija ddiżappuntata mis-servizz li qed tingħata fuq b'dan l-apparat u għalhekk qed tħejji programm ta' bidla.", "Il- kumpannija involuta hija kumpannija well known li tispeċjalizza fis- servicing.", "Fl-Ingilterra dan l-apparat jintuża ħafna iżda biex nikkomplikaw is-sitwazzjoni dan l-apparat ġie affettwat mill-flooding li kien hawn u allura hemm shortage ta' spares tagħhom.", "Huwa f'dan il-kwadru li r-rakkmandazzjonijiet li tawni t-task force - għax jiena m'iniex tekniku - hija li jagħmlu dan it-tip ta' investiment, li jsir replacement tas- switchroom tal-Mellieħa li fuqha jiddependi Għawdex għax hija ta' l-istess kwalita' ta' apparat.", "B'hekk din imbagħad tipprovdi ċertu ammont ta' spares għall-emerġenza li nistgħu nużaw sakemm is-switchroom tal-Marsa li tinvolvi xogħol ferm iktar estensiv tkun tista' tiġi programmata bil- bidliet kollha li jridu jsiru.", "Iżda din m'hijiex se tkun ħaġa faċli speċjalment għaliex kultant l-isfortuna laqtitna doppjament.", "Minkejja dan, Sur President, qed jitkompla t-tibdil fuq ċerti generators u huwa kkalkolat li fi żmien ġimgħatejn jew tliet ġimgħat il-Marsa tkun asbestos free fejn jidħlu l-generators.", "L-asbestos huwa prodott perikoluż, kellhom jittieħdu ħafna prekawzjonijiet sabiex jitneħħa u sfortunatament din ukoll illimitat ċerta flessibilita' li kellna fil-każ tad- diffikultajiet li ffaċċjat l-Enemalta.", "F'dan il-qasam ta' l-enerġija jeħtieġ ukoll li naħsbu għal alternative systems ta' enerġija, u l-budget ta' din is-sena għall-ewwel darba ntroduċa ċerti miżuri sabiex nużaw l- enerġija solari pero' dan m'huwiex biżżejjed.", "Bħalissa l-Enemalta qiegħda f'pożizzjoni fejn qiegħda tikkonsidra serjament li twaqqaf wind turbine biex tużah bħala esperiment.", "Għandna ħafna u ħafna proposti għal dan ix- xogħol, pero' qabel ma wieħed jikkommetti ruħu għal investiment estensiv bħal dan jkun tajjeb jekk wieħed jesperimenta u jara jekk hijiex vijabbli, jekk huwiex għaqli li wieħed ikollu dan it-tip ta' teknoloġija.", "Naturalment jekk wieħed ma jesperimentax ma jkunx jaf jekk dan jistax ikun effettiv jew le u allura se nagħmlu investiment limitat u mhux noqogħdu fuq il-karta bbażata fuq kalkolazzjonijiet biex naraw dan jistax isir.", "Biex nagħlaq, Sur President, nixtieq nieħu din l-opportunita' li nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' l-Enemalta li għaddew minn ċirkostanzi diffiċli.", "Naf li hemm min jista' jagħti kontribut ikbar pero' hemm ħafna u ħafna ħaddiema - mill-management għall-engineers, għall- ħaddiema li jkunu on the road isewwu l-ħsarat u jagħmlu maintenance, mill- ħaddiema li għandhom x'jaqsmu ma' l-elettriku għall-ħaddiema tal-petroleum, għall-ħaddiema li għandhom x'jaqsmu mal-gass - li jagħtu sewwa l-kontribut tagħhom u jagħmlu xogħol utli għal pajjiżna.", "Dan pajjiżna japprezzah u għalkemm ikun hemm ċerta kritika ġustifikata meta l-affarijiet ma jmorrux sew wieħed irid jiftakar li finalment is-sistemi mekkaniċi qatt m'huma 100% reliable u minn żmien għal żmien ikollok problemi u allura wieħed irid jifhem id-diffikultajiet tekniċi li l-Enemalta tiffaċċja.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l- Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2000/2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 pm il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas- sena 2000/2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "263", "FAVUR: 30", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cristina Dolores |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George | |Debono Giovanna |Pullicino Orlando| | |Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2000 sat-30 ta' Settembru 2001 ġew approvati.", "KUMITATI PERMANENTI", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Abbozz Nru 34 – ġie mgħoddi b'numru ta' emendi; waqt li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Abbozz Nru 73 – ġie mgħoddi b'emenda waħda.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, bil-permess tal-Kamra nipproponi li l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - li għadu kemm irrapporta dwaru l-Onor.", "Anthony Abela - jerġa' jmur quddiem l- istess Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi għar- recommittal ta' ċerti klawsoli.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar il- Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd jerġa' jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi għar-recommittal ta' ċerti klawsoli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 29 ta' Novembru, fis-6.00 pm, b'din l-aġenda:", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2001 (It-Tieni Jum Imħolli kollu għall-Gvern).", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-bieraħ kelli okkażjoni nsemmi s- sitwazzjoni li teżisti fil-qasam ta' l-indiċi tal-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt tal-bidla fit-tariffi tad- dawl u l-ilma.", "Jien poġġejt għall-attenzjoni ta' din il-Kamra l-fatt li bil- bidliet li saru f'Ottubru u Novembru ta' l-1998, taħt il-gvern preżenti, l- indiċi tal-prezzijiet, ir-retail price index, qed juri li mhux talli ma żdedux it-tariffi tad-dawl u l-ilma fuq dak li għamel gvern Laburista, imma ma żdedux lanqas - anzi naqsu - fuq it-tariffi tad-dawl u l-ilma li kienu viġenti qabel bdiet l-istorja kollha tat-tariffi tad-dawl u l-ilma jiġifieri qabel is-sajf ta' l-1997.", "Illum b'urġenza tlaqqa' r-retail price index management board u ħareġ din l-istqarrija li se naqra:", "\"Ir-retail price index management board, imlaqqa' llum 28 ta' Novembru 2000, in vista tal-kummenti li saru dwar l-indiċi tal-prezzijiet bl- imnut, wara li reġa' eżamina l-indiċijiet li ġew ippubblikati wara l- aħħar reviżjoni li saret tat-tariffi tad-dawl u l-ilma fl-1998, jikkonferma li hu sodisfatt li l-metodoloġija wżata mill-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika hija skond ix-xjenza ta' l-istatistika u jikkonferma l-korrettezza ta' l-indiċijiet kif ġew ikkalkulati mid- direttur ta' l-istatistika.", "Iċ-chairman ta' l-RPI management board għarraf liċ-chairman tal- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku li sew hu u kemm id-direttur ta' l-istatistika jixtiequ jiltaqgħu mal-membri ta' l-MCED biex jiċċaraw xi kummenti li saru.\"", "Sur President, stqarrija bħal din tħallini mbellaħ għax l-ewwelnett ikolli bilfors nistaqsi: Dan ir-retail price index management board min hu?", "Huwa bord ad hoc ta' natura amministrattiva, li qiegħed hemm biex jassigura illi r-retail price index tassew jirrifletti ċ-ċaqliq tal- prezzijiet fil-pajjiż - nittama jien - għax jekk mhux qiegħed hemm biex jagħmel hekk jista' ma joqgħod hemm xejn.", "Naħseb li għalhekk li hemm il- forzi soċjali rappreżentati, għax kieku qiegħed hemm biex sempliċement joqgħod janalizza kif taħdem ix-xjenza ta' l-istatistika, setgħu sempliċement appuntaw magħhom il-professur tax-xjenza ta' l-istatistika mill-Universita' ta' Malta, il-Profs.", "Josef Bonniċi, biex jgħinhom ibagħbsu ftit u nieqfu hemm!", "Għax x'hemm għalfejn noqogħdu ndaħħlu l-forzi soċjali jekk issa se noqogħdu nitkellmu fuq ix-xjenza ta' l-istatistika?", "Dan hu l- ewwel punt.", "Il-bieraħ, safejn naf, ma tkellimtx fuq ix-xjenza ta' l-istatistika.", "Il- bieraħ jien tkellimt fuq ħaġa li kulħadd jaf, ħaġa li kulħadd ġarrab u ħaġa li kulħadd jammetti li t-tariffi tad-dawl u l-ilma kif qed iseħħu u jitwettqu taħt il-gvern Nazzjonalista żdiedu bil-kbir.", "M'hemmx dubju dwarha din il-ħaġa.", "Kulħadd qed iġarrabha din il-ħaġa.", "Issa jista' jkun hemm kontroversja bejnietna jekk iż-żieda taħt gvern Nazzjonalista hijiex anqas jew daqs jew aktar miż-żieda taħt gvern Laburista, pero' jiena l- ewwel wieħed ngħid li m'hemmx differenza.", "Dawn huma kważi l-istess, anzi f'ċerti każi tal-gvern Nazzjonalista huma agħar.", "Qed ngħid hekk għax niltaqa' ma' nies li juruni l-kontijiet li kienu jirċievu taħt gvern Laburista u l-kontijiet li qed jirċievu taħt gvern Nazzjonalista.", "Dawn mhux sinjuruni imma nies tal-klassi medja.", "Hemm kontroversja fuqha kollox sew, imma ejja nassumu l-punt għallinqas li t-tariffi tad-dawl u l-ilma żdiedu taħt gvern Nazzjonalista.", "Anke jekk wieħed jassumi, kif jassumu ċerti nies tan-naħa tal-gvern, li żdiedu anqas milli żdiedu taħt gvern Laburista, jibqa' l-fatt li żdiedu.", "Żdiedu fuq il-bażi tas-sajf ta' l-1997, xejn aktar u xejn anqas!", "Ara, per eżempju, il-Ministru Zammit ftit ilu, daqs ġimgħa u nofs ilu, qal li t-tariffi ta' gvern Nazzjonalista kienu żewġ terzi ta' dawk tal-gvern Laburista.", "Din qalha x'imkien.", "Jekk niftakar tajjeb qal 148%.", "Mela żdiedu.", "Dażgur li żdiedu, kif jista' jgħid li ma żdidux!", "Issa l-argument hu li meta wieħed iħares lejn l-istatistika li fuqha mmexxi l-RPI u ġie mbuttat l-RPI, jirriżulta ċar u tond li le, it-tariffi tad-dawl naqsu fuq dawk li kien hemm fis-sajf ta' l-1997 u l-istess japplika għat-tariffi ta' l-ilma.", "U ma jiġux joqogħdu jgħidulna sample u mhux sample, u sample 'l hawn u sample 'l hemm.", "Dan x'żigużajg hu!", "Jien għalhekk nikkundanna din l-istqarrija li ħarġet illum.", "Skużi, il-bieraħ ma kontx qiegħed hawn biex nagħmel statement jew lecture fl-universita', għax dak inħallih għall-Onor.", "Profs.", "Bonniċi meta jkollu ċ-ċans.", "Se nerġa' nirrepeti x'qalu dawn dwar l-indiċi tal-prezzijiet - iċ-chairman tagħhom huwa s-Sur Reno Camilleri - u qalu hekk:", "\"Sodisfatti li l-metodoloġija wżata mill-uffiċċju ċentrali ta' l- istatistika hi skond ix-xjenza ta' l-istatistika\".", "Tajba din, bħal ta' Galileo ġiet!", "Lil Galileo hekk qalulu ta' l- inkwiżizzjoni.", "Qalulu: Isma', id-dinja hija ċatta u ma tiċċaqlaqx.", "Galileo qalilhom: Isma', tgħid x'tgħid il-metodoloġija tagħkom, eppure si muove!", "Naħseb li din m'hijiex xi ħaġa li qed nivvintaw aħna.", "Aħna mhux qegħdin hawn biex nivvintaw l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Bonnici mill-ġdid qed jgħid li m'iniex informat.", "Ħalli ngħidlek fuqhiex jien informat, Onor. Bonnici.", "Jien naf bl-eluf ta' l-eluf ta' familji li rċevew kontijiet ħafna aktar għolja tad-dawl u l-ilma milli kienu jirċevuhom qabel.", "Fuq hekk informat jien.", "Inti m'intix informat fuqhom dawk għax inti u sieħbek Dalli taħdmu biss bil-laptop.", "Għamlu tagħkom, aħdmu kemm tridu bil-laptop imma biex tgħid li ma żdiedux it- tariffi tad-dawl u l-ilma, irid ikollok il-guts li tinnega l-esperjenza ta' daqstant eluf u eluf ta' familji u tal-poplu kollu.", "Dan huwa l-punt, Sur President.", "Jiena ngħid li stqarrija bħal din hi tal-mistħija f'pajjiżna llum.", "Għandna r-retail price index management board li qiegħed flying in the face of mhux public opinion imma a public experience.", "Kif jista' jkun dawn jgħidulna li għax il-bażi tal-metodoloġija statistika hija hekk, hemm razzjonal, hemm raġuni biex l-indiċi tal-prezzijiet juri li d-dawl naqas u li l-ilma naqas fuq dak li kien fis-sajf ta' l-1997!", "Din żgur mhux demagoġija.", "Din hija xi ħaġa razzjonali.", "L-istatistika qegħda għas-servizz tal-poplu u mhux il-poplu għas-servizz ta' l-istatistika.", "Ħa nagħmluha ċara din il-ħaġa.", "Din hija l-mistħija tagħha l-istorja.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn hemm tnejn, tlieta min-nies li jafu kif jistgħu jimmanipulaw u jbagħbsu fin-numri u dawn in-numri qed jużawhom kontra l- poplu.", "Qed jużaw in-numri kontra l-ħaddiema, l-impjegati, is-self-employed iż-żgħar, l-anzjani u l-pensjonanti.", "Kif tista' timmaġina li jekk għandek sistema ta' indiċi tal-prezzijiet, li qiegħda hemm biex tikkalkula kemm għoliet il-ħajja - u m'hijiex xi ħaġa li qed nivvinta jien jew il-Partit Laburista - minħabba ż-żieda fit-tariffi tad-dawl u l-ilma ....", "Kemm kienu jgħajruna meta konna fil-gvern għax għollejna t-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Iva, għollejnihom, imma għallinqas kellna d-diċenza u l-ispirtu veritier ta' x'inhu għaddej, li allura minnufih qbilna li l-indiċi tal-prezzijiet għandu jirrifletti ż-żieda fil- prezzijiet tad-dawl u l-ilma.", "Ma qgħadniex naraw minn qabel kif inhu mfassal l-indiċi tal-prezzijiet biex nippruvaw nibbażawha b'mod ħalli taparsi niffitjaw ma' l-indiċi tal-prezzijiet biex inkunu skond ix-xjenza ta' l-istatistika.", "Aħna mhux skond ix-xjenza ta' l-istatistika ridnihom jiffitjaw imma skond il-fatti u l-esperjenza tan-nies.", "Dak huwa s-sens veritier, u mela titlaq biex tara x'tgħid ix-xjenza ta' l-statistika u tipprova tfassal dak li tagħmel ħalli tbagħbas u mbagħad l-affarijiet l- oħra jinġarru!", "L-istatistika, nerġa' ngħid, m'hijiex qiegħda hemmhekk biex il-poplu jkun għas-servizz tagħha, imma qiegħda hemm biex tkun għas-servizz tal-poplu.", "Minn hemm irridu nitilqu.", "Jekk hemm xi ħaġa li hi evidenti għal kulħadd, żgur li hija li kien hemm żieda sostanzjali fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Issa jekk għandna mistoqsija jekk hijiex anqas jew aktar minn ta' żmien il-Labour, kollox sew, ħalliha għaddejja dik, imma li tiċħad u tgħid: \"Skond għal liema konsum\", kif qed jgħid il-Profs.", "Bonnici ......", "Il-familji kollha li ltqajt magħhom, Onor. Bonnici, kollha qalu li kellhom żieda sostanzjali fit- tariffi tad-dawl u l-ilma u ma qagħdux jgħidu skond għal liema konsum.", "Ma qagħdux iġibu lill-Onor.", "Bonnici biex igħidilhom: Isma', dik 700 minn hemm u dak 200 minn hemm .....", "Dan hu t-tbagħbis li qed isir.", "Dan il-gvern u l- ministri jaħsbu li bl-arroganza li tawhom il-ħames siġġijiet extra fuq in- naħa l-oħra tal-Kamra jistgħu jibqgħu jirrumblaw fuq il-poplu.", "Imma jien ngħid li hemm limitu ta' kollox.", "Jiena l-ewwel wieħed li meta rajt l-istatistika ma stajtx nemmen u għedtilhom li ma jistax ikun.", "Iċċekkjajt, qabbadt tliet esperti differenti, indipendenti wieħed mill-ieħor.", "Lanqas kienu jafu li qed inqabbad lilhom fl-istess ħin u lanqas kienu jafu lil xulxin.", "Dan għamniltu ħalli nara jekk hux veru dan li qed ngħid għax ma stajtx nemminha.", "It-tlieta li huma ġew lura jgħidu li l-indiċi qed juri li fuq l-ilma u l-elettriku ma kienx hemm żieda fuq is-sajf ta' l-1997, anzi kien hemm tnaqqis.", "Allura mbagħad bilfors tgħid li dan ir-retail price index management board jekk qed jaħdem b'dan il-mod m'huwiex qed jaħdem tajjeb.", "Hemm min hemm fuqu, m'huwiex qed jaħdem tajjeb.", "Kif nista' fuq ħaġa daqshekk kardinali, li tirrappreżenta break discontinuity.", "Darba kien hemm wieħed li kiteb analisi tad- discontinuities fl-affarijiet.", "Meta jkollok discontinuity u lanqas tinduna u tħaddimha b'dan il-mod ikun hemm xi ħadd li qed jimmanipula fiha din.", "Ara meta konna fil-gvern aħna, minnufih ġew jgħiduli li tista' forsi timmanipula l'hemm u l'hawn.", "Jiena għedtilhom: Le, le, le, ma nimmanipulaw xejn!", "Dik inħalluha għal ħaddieħor biex jimmanipula.", "Il-retail price index qiegħed hemm biex jagħti stampa veritiera ta' kif qed jimxu l-prezzijiet ħalli mbagħad inkunu nistgħu nifhmu kif sejra l- ekonomija.", "L-ewwelnett jiena ma nemminx li jkollok ekonomija miexja fuq strumenti li qed jagħtuk informazzjoni falza u t-tieni hemm id-dimensjoni soċjali - għax din hi aktar importanti minn hekk - li mir-retail price index tippermettilek tikkalkula kemm marru ħażin jew marru tajjeb il- ħaddiema, in-nies tax-xogħol, is-self-employed iż-żgħar, l-anzjani u l- pensjonanti.", "Din issa tant hija ċara li m'hemmx għalfejn nargumentaha aktar, imma xtaqt nuri li din l-istqarrija tal-lum mhux biss hi rresponsabbli u kundannabbli, imma hi xi ħaġa li tmur kontra l-interessi tal-ħaddiema u tan-nies tax-xogħol kollha kemm huma.", "Kif nistgħu niġu hawn u ngħidu li din tmur skond ix-xjenza ta' l- istatistika!", "Nerġa' ngħid li x-xjenza ta' l-istatistika qiegħda hemm għas- servizz tal-ħaddiema u tal-poplu u mhux viċi-versa.", "Naħseb li din aktar u aktar hi serja għax in-naħa tal-gvern tiġi hawn u tgħid li ma kienx hemm żieda fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, anzi li kien hemm roħs fuq is-sajf ta' l-1997, u għalhekk li ma ngħatatx żieda fil-pagi u fil-pensjonijiet bħala kumpens.", "U hawn ta' min jgħid li mhux talli ma kienx hemm żieda, talli kien hemm tnaqqis u effettivament iż-żieda li kellha tingħata mhux talli ma kenitx hemm imma talli naqset.", "Għax b'din l-istatistika li tmur skond ix- xjenza ta' l-istatistika ta' l-RPI, kif qalulna hawn, li ġara kien li ż- żieda li kien jistħoqqilhom il-ħaddiema, l-impjegati u l-pensjonanti naqset, u mhux naqset biss fuq l-ilma u fuq id-dawl għax ma kenitx hemm, imma naqset fuq affarijiet oħra.", "Għax dawn qed jikkalkulaw li peress li naqas l-ilma u naqas id-dawl, allura anki trid tonqos iż-żieda li kellhom jagħtu.", "Dawn huma affarijiet tal-ġenn, u huwa skandaluż li n-naħa tal-gvern tiddefendihom b'dan il-mod.", "Minħabba f'hekk illejla ħassejt il-ħtieġa li nqum hawnhekk u nerġa' nikkundanna din l-istqarrija għax hija stqarrija anti-soċjali.", "Dan il-punt se nibqgħu nagħmluh, għax jiena l-ewwel wieħed li ngħid le meta nara dawn il-ħneżrijiet jiġru, li l-ħaddiema, in-nies tax- xogħol, l-anzjani u l-pensjonanti l-aktar li qed jaqilgħuha fuq rashom u ma jeħdux lanqas il-kumpens li jistħoqqilhom fuq l-għoli tal-ħajja kkawżat minn tariffi tassew għolja.", "Meta konna fil-gvern aħna żidna t-tariffi tad- dawl u l-ilma u konna lesti li nagħtu l-kumpens.", "Dawn mhux hekk.", "Dawn iżiduh bil-qawwi u jaraw kif ibagħbsu ċ-ċifri u l-figuri biex mhux talli ma jagħtux il-kumpens, talli anki jnaqqsu mill-kumpens li kienu jagħtu fuq affarijiet oħra.", "Dan mhux sew.", "M'hemmx fair play, hemm tbagħbis u jiena l- ewwel wieħed nerġa' ngħid li ma naqbilx u nibqa' ninsisti li dawn huma affarijiet ħżiena.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: On a point of order, il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dan qed jallega tbagħbis.", "Jiena nistiednu jiltaqa' u jitkellem mal-kumitat.", "Jekk hu raġel jaċċetta dak l-invit.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT: It-tbagħbis qed isir b'mod ċar fil-mod kif jitfasslu l-affarijiet ħalli l-istatistika tintuża mhux biex tkun għas- servizz tal-poplu, imma biex il-poplu jkun għas-servizz ta' l-istatistika.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, jiena nixtieq nitkellem dwar it- tmien distrett li huwa d-distrett li noħroġ fuqu jiena.", "Naħseb li diffiċli li wieħed jitkellem dwar id-distrett tiegħu mingħajr ma jibda biex jitkellem dwar l-istat tat-toroq.", "Naħseb li kull persuna f'pajjiżna tista' tgħid ħafna fuq il-livell ħażin u l-istat diżastruż li għandna fit-toroq.", "Ħafna minna ngħidu li t-toroq li jinsabu fl-agħar stat huma dawk illi nsibu fin-nofsinhar ta' Malta, pero' naħseb li m'hu se nissorprendi lil ħadd jekk ngħid li wħud mill-agħar toroq li hawn f'pajjiżna huma t-toroq li hemm fl-inħawi tat-tmien distrett, u bħala eżempju nista' nsemmi toroq bħal Psaila Street.", "Dawn huma toroq li ilu jkun hawn garr fuqhom għal għexieren ta' snin mingħajr ma nagħmlu xejn dwarhom.", "L-istat diżastruż li tinsab fih din it-triq sar xempju ta' kif wieħed jista' jikkritika t-toroq hawn Malta.", "Barra minn din it-triq hemm toroq oħrajn fit-tmien distrett li huma fi stat diżastruż.", "Huma toroq periferali, pero' huma toroq li jinsabu fiż- żoni li huma wżati min-nies.", "M'hemmx għalfejn tagħmel ix-xita f'Birkirkara biex ikollna l-wied, m'hemmx għalfejn ikun hemm il-maltemp biex ikollna l- problemi fit-toroq, għax ċerti toroq li jinsabu fiż-żoni li huma residenzjali huma fi stat pjetuż u tal-biki.", "U huma fi stat tal-biki għax intelqu u tħallew jiġu f'dan l-istat sena wara l-oħra mingħajr ma jsir xejn u mingħajr biss ma jingħataw il-manutenzjoni meħtieġa.", "It-tmien distrett kif inhu llum jikkomprendi Birkirkara u Ħal Lija u llum żdiedet ukoll parti mill-Iklin.", "Barra li hu distrett popolat sew, dan huwa distrett li m'għadux wieħed żgħir fl-area tiegħu.", "Dan kiber u allura jkun diffiċli ħafna li wieħed jitkellem dwar id-distrett kollu..", "Jiena se nagħmel sensiela ta' aġġornamenti dwar id-distrett u se nibda minn Birkirkara u nitkellem dwar żewġ żoni li huma viċin xulxin u li jbatu minn problemi pjuttost simili.", "L-ewwel żona li se nitkellem dwarha hija dik Ta' Paris, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tikber.", "Hija żona magħmula minn familji li huma relattivament żgħar fl-eta', għalkemm ovvjament hemm ukoll persuni li huma anzjani.", "Din hi żona li qed tikber kontinwament.", "Jekk wieħed jara per eżempju ċerti inħawi wara Ta' Paris li kważi jmissu ma' żoni ta' l- Imsida, wieħed jirrealizza kemm kibret din iż-żona.", "Waħda mill-aktar affarijiet li għandna nieħdu ħsieb f'din iż-żona huwa proprju n-naħa tal-housing estate li sfortunatament aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar qegħdin nirrealizzaw kemm m'huwiex fi stat li wieħed jista' jsejjaħlu tajjeb.", "Sfortunatament m'huwiex it-tort tar-residenti, jew inkella m'huwiex biss it-tort tar-residenti Ta' Paris.", "Nafu kemm hemm persuni f'Ta' Paris li huma konċernati dwar l-istat ambjentali u l-istat taż-żona tagħhom.", "Per eżempju jiena ltqajt ma' lmenti fejn residenti f'din iż-żona ppruvaw itejbu ż-żona tagħhom u sabu reżistenza mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jien naf b'każi fejn residenti ppruvaw jirranġaw dik il-parti ta' quddiem tal-housing estate tagħhom biex jiżviluppawha fi front garden, u sabu reżistenza kbira mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Nixtieq inkun naf għalfejn l-awtorita' ta' l-ippjanar ma teħux bis-serjeta' ċerti proġetti żgħar - għax dawn huma proġetti żgħar wara kollox - li jkunu qed jippruvaw jagħmlu r-residenti.", "Minflok taġevola, tistimula u tmexxi 'l quddiem dawn it-tip ta' proġetti żgħar, l-awtorita' ta' l-ippjanar twaqqafhom jew inkella toħroġ penali fuq min jipprova jagħmilhom.", "Sur President, kien hemm żmien meta forsi kien hemm bżonn ta' ċertu tip ta' kontroll iebes vis-a-vis żvilupp fiż-żoni tagħna.", "Jiena m'inix qed ngħid li l-kontroll tal-lum m'għandux ikun iebes u li m'għandux ikun sod.", "Li qed ngħid hu li l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tkun responsabbli biżżejjed biex tippromovi dak it-tip ta' żvilupp li jkun se jagħmel enhancement u embellishment fl-area.", "L-inqas ħaġa li tista' tagħmel l- awtorita' ta' l-ippjanar hija li xxeklu jew li twaqqfu.", "Din hija waħda mill-problemi li qegħdin niffaċċjaw fiż-żona Ta' Paris, fejn insibu li dawn ir-residenti li qegħdin jippruvaw jagħmlu l-aħjar possibbli biex itejbu l- apparenza taż-żona tagħhom u qed isibu oppożizzjoni mill-awtorita' ta' l- ippjanar u minn dipartimenti oħra tal-gvern, bħal per eżempju d-dipartiment tat-toroq u dak ta' l-artijiet.", "Dan biex ma nsemmix il-biżibilju ta' problemi u lmenti li tiltaqa' magħhom kull persuna li tirrappreżenta lid-distrett tagħha f'din il-Kamra.", "Dawn l-ilmenti din il-Kamra ilha tisma' dwarhom sa mill-ewwel sessjoni u jikkonċernaw per eżempju bozoz maqtugħin.", "Imma kif f'dan il-pajjiż f'żona bħal Ta' Paris jew żoni oħrajn f'Birkirkara m'aħniex kapaċi li bozza li tinqata' llum, għallinqas jumejn wara, nagħmlu replacement tagħha?", "Għaliex għandhom jgħaddu s-snin?", "Għaliex per eżempju bozza fejn l-għassa għandha ddum maqtugħa x-xhur biex tiġi mibdula?", "Dan mhux għax min ikun hemm hemmhekk ma jagħtix kas, għax ir-rapporti jsiru.", "X'iwassal lil dan id- dipartiment biex jieħu daqshekk fit-tul biex jagħmel sempliċement tibdil ta' bozza?", "Jiena ma nistax nifhimha din!", "Problema oħra li għandna fiż-żona Ta' Paris, li m'hijiex problema li ġejja minn ħafna żmien ilu, hi l-ammont kbir ta' traffiku li żdied f'din iż- żona.", "Ovvjament kien hemm żvilupp industrijali minħabba l-ftuħ ta' supermarket li qed jattira diversi persuni li minbarra l-bypass ta' Birkirkara qed jużaw ukoll toroq li m'humiex daqshekk arterjali.", "Dawn jgħaddu minn Ta' Paris biex jew joħorġu jew inkella jipparkjaw għal dan is- supermarket.", "Ovvjament l-infrastruttura qiegħda hemmhekk, hemm żoni ta' parkeġġ, pero' xorta waħda l-fatt hu li żdied it-traffiku.", "Issa f'dik l- area llum insibu residenti ġodda u allura bilfors ikun hemm problemi ta' parkeġġ.", "L-ispazji għall-parking huma importantissimi, pero' x'jiġri?", "F'din iż-żona qegħdin insibu li l-parking tal-pubbliku qed jiġi okkupat jew minn karozzi ta' diversi residenti li ma jiffunzjonawx, jew ikunu karozzi li sempliċiment jintużaw għall-ispare parts.", "Hemm saħansitra każi fejn familja waħda tikkapparra l-ispazju tal-parkeġġ billi tagħmel katina jew bollard fin-nofs biex meta dak li jkun jiġi lura mix-xogħol ikollu il- parkeġġ lest.", "Ovvjament il-parking m'huwiex qiegħed hemm għal bniedem wieħed biss.", "Il-parking qiegħed hemmhekk 24 siegħa fil-ġurnata u jekk dak li jkun jagħmel dawn it-tip ta' bollards jew katini, min se jiġi f'ħin meta l-ispazju ma jkunx okkupat ma jkunx jista' jipparkja.", "F'dan ir-rigward nappella lir-residenti jkunu iżjed konxji li dawn il-parking spaces m'humiex tagħhom biss imma huma tal-komunita' in ġenerali, tal-persuni li jużaw din iż-żona u anki ta' dawk li jmorru jagħmlu biex jixtru, speċjalment minn dan is-supermarket.", "It-tieni żona li xtaqt nitkellem fuqha llum hija ż-żona tal-Laqxija u l- Vitorja.", "Naħseb li l-akbar problema li għandha din iż-żona m'hijiex il- problema tal-komunita' per se, imma hi t-timbru ħażin li għandha.", "Lil din l- area ttimbrajniha bħala ż-żona hi ta' l-imbarazz u allura b'din l-iskuża qed nispiċċaw nabbandunawha.", "Din hi xi ħaġa li ma tagħmilx sens.", "Nispera li jkolli ċ-ċans li fl-aġġornamenti dalwaqt nitkellem dwar din iż-żona, pero' bla dubju ta' xejn hi żona li tinħtieġ ħafna għajnuna, hija żona li tagħti ħafna pero' li mbagħad jistħoqqilha ħafna għajnuna wkoll.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 29 ta' Novembru, 2000 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21152.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmani bil-follow up li saret mill-Ministeru b'referenza għall-ittra ta' 21.09.2000 tal-Meat Sellers Association li tittratta l-ilment tal-bejjiegħa tal-laħam lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall- mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436 tat-Tnejn filgħaxija, wara li ġie stabbilit li l-ilmenti kollha li hemm fl-ittra li qed issir riferenza għaliha jirreferu speċifikament għall-operat tal-biċċerija, kopja ta' l-istess ittra ġiet mgħoddija lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura.", "Ninsab infurmat li l-punti kollha elenkati fl-imsemmija ittra qed jiġu investigati.", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "21153.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn biċċeriji tat-tjur illeċenzjati mill-Pulizija f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` biċċeriji tat-tjur koperti bil-liċenzji tal-Pulizija hu ta` 10.", "BEJGĦ TA' TIĠIEĠ", "21154.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: X'kienet ir- raġuni li nġabbru t-tiġieg minn ġol ħwienet lokali u se jittellgħu xi persuni l-Qorti mid-Dipartiment tas-Sanita'?", "Kemm huma n-numri ta' persuni nvoluti u li se jittellgħu il-Qorti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li nġabbru numru ta' tiġieg minn ġo ħwienet lokali wara spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika minħabba li tali tiġieġ kienu jikkontravenu r-Regolamenti li joħorġu minn Kapitlu 231.", "Erbgħa w tletin persuna ser jitressqu l-Qorti fuq tali akkużi.", "Dan ma jeskludix li tittieħed azzjoni kontra persuni oħra fil-futur qarib.", "ENEMALTA - KONTIJIET ŻBALLJATI", "21156.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat l-iżball tal-kont ta' l-Enemalta li qed jintbagħat separatament?", "Jista' l-Ministru jinfurmani jekk jogħġbu meta se jiġi rimedjati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-konsumatur kien qed jirċievi żewġ kontijiet separati, wieħed ta' l-ilma u l-ieħor tad-dawl.", "Meta l-kont tad-dawl ġie magħqud ma' ta' l-ilma, irriżulta li għalkemm fil- kont l-antik il-konsum kien jidher, fil-fatt il-konsumatur kien qiegħed jirċievi biss il-kont bil-kera ta' l-arloġġ li kien ikopri l-perjodu bejn il-15 ta' Mejju 1998 u l-20 ta' Awissu 1998.", "Wara konsultazzjoni mal-Korporazzjoni Enemalta, il-kontijiet għall-perjodu bejn il-15 ta' Mejju 1998 u l-20 ta' Awissu 1998 u l-perjodu bejn l-20 ta' Awissu 1998 u t-28 ta' Jannar 2000 ġew riveduti u fil-fatt il-konsumatur ingħata kreditu ta' Lm16.85.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21210.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu wara l-ilmenti li saru mill- Meat Sellers Association b'riferenza għall-istat ta' iġene li jkun hemm waqt il-ħin tax-xiri tal-majjal, kif imsemmija fl-ittra li l-assoċjazzjoni bagħtet lil Mark Xerri fil-21 ta' Settembru, 2000 li huwa rappreżentant fil-Ministeru tiegħek?", "X'inhija l-pożizzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tatġtweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21214.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu dwar l-ilma fil-ħawt fid-dħul mill-bieb tal-biċċerija peress li jista' jxerred il-mard kif intqal fl- ilment tal-Meat Sellers Association li tressaq nhar il-21 ta' Settembru., 2000 lill-Ministeru?", "X'inhija l-pożizzjoni llum dwar dan l-ilment?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.", "KORPORAZZJONIJIET PUBBLIĊI - SUSSIDJI", "21480.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju li ħallas il-gvern lill- korporazzjonijiet pubbliċi u entrapriżi oħra din is-sena?", "Kemm hu dan l-ammont f'perċentaġġ mal-GDP?", "Kemm kien l-ammont fis-sentejn ta' qabel?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha li qiegħed jitlob hi ppubblikata.", "VAPURI - BANDIERA MALTIJA", "21482.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati vapuri taħt il-bandiera Maltija din is-sena?", "Kemm ġew imneħħija?", "X'kien it-tunnellaġ f'kull każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija nkluża fir-rapport annwali ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra riċentement.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21505.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija għamel il-kumment tiegħu rrapportat fil-Ġens il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000 \"li l-pajjiż ma jiflaħx aktar minn 25 gradwat fil-farmaċija fis-sena\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitluba qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21506.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull sena tal-kors tal- farmaċija?", "X'kienu n-numru oriġinali li daħlu bih?", "Kemm kien hemm riparatorji (re sits) s-sena li għaddiet?", "F'liema suġġetti?", "Kemm kien hemm talbiet għar-reviżjoni ta' karti ta' l-eżami?", "Kemm kien hemm studenti li weħlu u tkeċċew jew irripetew is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "PRIM MINISTRU - KURA FL-AMERIKA", "21507.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kura li ngħata dan l-aħħar il-Prim Ministru fl-Amerika ġietx mogħtija xi forma ta' għajnuna, anke dik finanzjarja mid-Divizjoni tas- Saħħa?", "Jekk iva, jista' jgħid x'kienet din l-għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sa issa ma ngħatat l-ebda forma ta' għajnuna finanzjarja għall-kura li ngħata dan l-aħħar il-Prim Ministru fl-Amerika.", "Hemm talba pendenti f'dan is-sens mill-konsulent Malti quddiem it-Treatment Abroad Board.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21508.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Skond il-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000 il-Kap tad-dipartiment tal-Farmċaija qal: \"li d-dipartiment tiegħu għandu l-entry requirements l-aktar baxxi fl- Universita'\", din l-istqarrija l-Ministru kkonfermaha?", "Il-kap tad- dipartiment tal-farmaċija jaħseb li dawn l-entry requirements iridu jinbidlu?", "X'passi lest li jieħu l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija?", "Ma' min beħsiebu jikkonsulta?", "Il-kap preżenti tad-dipartiment tal-farmaċija kemm ilu kap ta' l-istess dipartiment?", "Kemm-il darba nbidlu l-entry requirements tul it-tmexxija tiegħu?", "Min irrikmanda dawn il-bidliet u x'kienu r-raġunijiet mogħtija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "UFFIĊJU TAL-PRIM MINISTRU - IMPJEGATI ĠODDA", "21509.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li matul is-sena 2000 f'organizzazzjonijiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà' tiegħi ġew impjegati 38 nies ġodda u rriżenjaw 25.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-gradi u s-salarji/benefiċċji ta' dawn l-impjegati.", "UNVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21510.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li skond il-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000 il-kap tad-dipartiment tal- farmaċija stqarr li l-problema għandha s-sisien tagħha fil-Junior College, x'inizjattivi qed jieħu biex itejjeb is-sitwazzjoni?", "Fuq liema bażi stqarr illi \"ħafna drabi l-istudenti jieħdu l-kors tal-farmaċija flok kors ieħor minkejja li jkollhom ippjanat li jsiru għalliema jew riċerkaturi fil- kimika\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI ĠODDA", "21511.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma ġie mpjegat l-ebda ħaddiem ġdid ma organiżżazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul din is-sena.", "Nixtieq inżid pero illi għalkemm il-Malta EU Information Centre ma jaqax taħt ir-responsabbilta tiegħi, ġew impjegati sitt persuni ma' dan iċ-Ċentru matul is-sena elfejn.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - IMPJEGATI ĠODDA", "21512.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21513.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk dak li qal il-kap tad-dipartiment tal- farmaċija fl-artiklu tal-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000, jiġifieri li m'għandux biżżejjed riżorsi għan-numru ta' l-istudenti li daħlu?", "Għal- liema tip ta' riżorsi kien qed jalludi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI ĠODDA", "21514.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 21597.", "MINISTERU TAL-FINANZI - IMPJEGATI ĠODDA", "21515.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li se nqiegħed ir- risposta għall-interpellanza Nru. 21515 fuq il-Mejda tal-Kamra.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21516.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'talba (budget) ressaq il-kap tad-dipartiment tal- farmaċija għas-sena 2000/1?", "Din in-nefqa xi tkopri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "QORTI TA' REVIŻJONI - ATT NUTARILI", "21559.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Billi aktar minn 200,000 att nutarili ma ġewx depożitati u għalhekk mhux spezzjonati mill-qorti tar-reviżjoni sas-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew depożitati wara l-aħħar emenda li saret għal notarial professions and notarial achives act 1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-Atti Notarili jiġu depożitati man-Nutar tal- Gvern li, skond id-dispożizzjonijiet tal -Att IX tal-2000 b'effett mill-21 ta' Marzu 2000, jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Intern, qed jigi ssuġġerit li din il-mistoqsija tigi ndirizzata lilu.", "ESTIMI GĦAS-SENA 2001", "21565.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega dawn id-differenzi fl-estimi għas-sena 2001 ma' dawk tas- snin ta' qabel kif indikat:", "a) Żieda fil-vot tal-materials & supplies ta' l-Electoral Office minn Lm 2,000(2000) għall Lm 15,000 is-sena d-dieħla?", "b) Żieda fil-vot ta' l-electoral commission minn Lm 300,000 din is-sena għal Lm 340,000 is-sena d-dieħla? ċ) Żieda fl-Import Duty ta' house hold electrical appliances minn Lm 340,000 din is-sena għall Lm 600,000 is-sena id-dieħla?", "d) Żieda fl-Import Duty fuq clothing minn Lm 990,000 din is-sena għal Lm 1.6 miljun is-sena d-dieħla?", "e) Żieda fl-Execise Duties fuq il-birra minn Lm 9,700 is-sena l-oħra għal Lm 300,000 is-sena d-dieħla?", "f) Żieda fid-Duty fuq tabakk minn Lm 700,000 din is-sena għal Lm1.2 miljun is-sena d-dieħla?", "g) Żieda fil-Wireless Licence minn Lm 850,000 din is-sena għal Lm 1 miljun is-sena id-dieħla?", "h) Żieda fil-Mobile Telephone Licences minn Lm 81,000 din is-sena għal Lm 2.491 miljun is-sena d-dieħla?", "i) Żieda fil-Fixed Telephone Licences minn xejn għal Lm 534,000 is-sena d- dieħla?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għall- osservazzjonijiet tiegħu dwar id-differenzi li nnota bejn il-figuri għal 2001 u dawk għat-2000 qiegħed nagħti spjegazzjoni aktar 'il isfel.", "| |2001 |2000 | | |(Estima|(Approve| | |te) |d) | | | | | |(a) Electoral |Lm15,00|Lm2,000 | |Office – |0 | | |Materials & | | | |Supplies | | |", "L-istima riveduta għall-2000 hi ta' Lm22,000 minħabba l-elezzjonijiet tal- KunsilliLokali.", "| |2001 |2000 | | |(Estimate|(Approved| | |) |) | | | | | |(b) Electoral |Lm340,000|Lm300,000| |Commission | | |", "Il-fondi pprovduti din is-sena (Lm300,000) ma kenux biżżejjed biex ikopru l- ispiża tal-Kummissjoni u kien hemm bżonn ta' fondi supplimentari.", "Għalhekk għas-sena d-dieħla, qed jiġu vvotati flus aktar minn kemm kienu vvotatiflus għal din is-sena.", "| |2001 |2000 | | |(Estimat|(Approve| | |e) |d) | | | | | |Import & Excise| | | |Duty – | | | | | | | |(ċ) Household |Lm600,00|Lm340,00| |Electrical |0 |0 | |Appliances | | | | | | | |(d) Clothing |Lm1,600,|Lm990,00| | |000 |0 |", "Il-figuri attwali għal perijodu Jannar/Ottubru 2000 diġa' qabżu l-estimi oriġinali bbażati fuq importazzjoni attwali minn pajjiżi barra mill-Ewropa.", "Għalhekk il-figuri tas-sena d-dieħla huma mibnija fuq il-figuri riveduti ta' din is-sena.", "| |2001 |2000 | | |(Estimate)|(Approved)| | | | | |(e) |Lm300,000 |Lm9,700 | |Birra | | | | | | | |(f) |Lm1,200,00|Lm700,000 | |Tabakk |0 | |", "Iż-żidiet fit-2001 huma riżultat ta' miżuri ġodda għal Budget għall-2001.", "| |2001 |2000 | | |(Estimat|(Approved| | |e) |) | | | | | |(g) Wireless |Lm1,000,|Lm850,000| |Licence |000 | | | | | | |(h) Mobile |Lm2,491,|Lm81,000 | |Telephone |000 | | |Licences | | | |(i) Fixed |Lm534,00|NIL | |Telephone |0 | | |Licences | | |", "Kif intqal fid-diskors tal-Budget għall-2001, dawn l-ammonti huma mistennija l-aktar riżultat ta' rati ġodda li ġew introdotti dan l-aħħar għal kumpanniji li jaħdmu fis-settur tal-komunikazzjoni u jinkludu kemm dħul ta' barra (biex tingħata l-liċenzja), kif ukoll il-ħlas annwali tal- liċenzja (għal 2001).", "FLUS TAL-ĦOBŻ", "21566.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji tagħhom qiegħed nibgħat separatament ma rċevewx l-Lm10 tal-ħobż kif imħabbar fil-budget tas-sena l-oħra?", "Jista' l-Ministru jirrimedja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tat-Teżor jirriżulta li l-persuni msemmija sal-lum stess kienu għadhom ma jidhrux reġistrati bħala benefiċċjarji fuq id- database li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, liema database ġiet użata għal ħruġ tal-ħlasijiet ta' Lm10 lil kull persuna kif kien imħabbar fil-Budget 1999.", "B'riżultat ta' hekk, l-imsemmija persuni kien għadhom ma rċevewx l-ammont dovut lilhom.", "Għaldaqstant id-Dipartiment tat-Teżor ħa l-passi neċessarji sabiex immedjatament jinħareġ il-pagament dovut u jintbagħat lil persuni msemmija mill-aktar fis possibbli.", "PULIZIJA - DATA TRACK - VETTURI", "21567.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid f'liema sezzjonijiet tal-korp tal-pulizija ġiet installata s-sistema data track u fuq liema vetturi?", "Jista' jgħid kemm swiet s'issa din is-sistema u x'riżultati tat kemm ilha li ġiet installata?", "Jista' jgħid ukoll jekk ingħatax taħriġ fuq dan l-apparat lix-xufiera tal-korp?", "ONOR.", "TONIO BORG:Ninsab infurmat illi s-sistema ta` l-Automated Vehicle Location System ġiet stallata fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.", "Fuq din is-sistema, għalissa ser ikun hemm il-vetturi tal-Mobile, tad-Distretti, tat-Taqsima ta` l-A.L.E. u l-muturi tat-Taqsima tat-Traffiku.", "Kif jien infurmat, din is-sistema ma tinħtieġ ebda input minn naħa tax-xufier li jkun qiegħed juża` l-vettura li tkun mgħammra b`dan l-apparat u għaldaqstant ma hemmx bżonn li dawn jingħataw xi taħriġ.", "Ninsab infurmat ukoll li n-nefqa għax-xiri ta` dan l-apparat tammonta għal Lm62,495.00, liema ammont jinkludi sena (1) subscription fee li jkopri sa massimu ta` mitt (100) vettura.", "PULIZIJA - VETTURI", "21568.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-pulizija jkollha low loader ġdid biex il-ġarr ta' vetturi jkun aktar effiċjenti u jonqsu aktar id-derelict vehicles mal-pajjiż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu żewġ low loaders, li jintużaw kemm għall-ġarr ta` vetturi tas- servizz li tiġrilhom ħsara kif ukoll għal ġbir ta` dawk irrapurtati bħala derelicts.", "Pero`, ser isiru emendi fir-regolamenti, sabiex titjieb il- proċedura tat-tneħħija ta` vetturi li qiegħed jirreferi għalihom l- Onorevoli Interpellant.", "PULIZIJA - PSIKOLOGU/PSIKJATRA", "21569.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li mal-korp tal-pulizija jiġu ngaġġati psikologu u psikjatra biex membri tal-korp li jgħaddu minn trawmi psikoloġiċi jiġu kkurati u jekk ikun meħtieġ jinstab xogħol adattat għalihom fil-korp fuq parir professjonali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu tabib full time u dawk il-membri tal-Korp li jkollhom bżonn kura speċjalizzata jiġu riferuti għal kura skond kif meħtieġ.", "Barra minn dan, il-Korp tal-Pulizija qed jisponsorja żewġ membri tal-Korp li qed jattendu kors full time fil-psikoloġija fl-Universita` ta` Malta.", "PULIZIJA", "21570.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' rekluti fl-akkademja tal-korp tal- pulizija bħalissa?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` rekluti fl-Akkademja tal-Pulizija għal kors li beda f`Ottubru 2000, huwa ta` 60 - 47 raġel u 13- il mara.", "PULIZIJA - SAG - VETTURI", "21571.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi għandha għad-dispożizzjoni tagħha s-sezzjoni tal- korp tal-pulizija, l-SAG?", "Jista' jgħid f'liema snin dawn inxtraw u jekk hemmx ħsieb li jinxtraw vetturi oħra?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta` l-S.A.G. tal-Korp tal-Pulizija, fil-preżent għandha għad-dispożizzjoni tagħha 9 vetturi għal użu ġenerali.", "Dawn kienu nxtraw 1 fl-1988, 1 fl-1990, 6 fl-1993 u 1 fl- 1996.", "Qiegħed isir eżerċizzju dwar il-ħtiġijiet attwali ta` din it- Taqsima.", "WSC - MAIN TA' L-ILMA", "21581.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li qed insemmi separatament għad m'għandhiex il-komunikazzjoni mal-main ta' l-ilma meta plot 'il bogħod qed jingħata servizz temporanju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RELIEF", "21582.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li qed insemmi separatament se tieħu r-relief?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "21583.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li qed insemmi separatament se tieħu ċ-children's allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ MELITA - BOZZA", "21587.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ħaddiema ta' l-Enemalta jibdlu bozza tat-triq fit-Triq Melita, Raħal Ġdid peress li ilha ġimgħat sħaħ ma tinxtgħelx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "MARSA SPORTS GROUND - SAQQIJIET TAL-HIGH JUMP", "21588.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna meta se jibdlu s-saqqijiet tal-high jump u tal- pole vault tal-Marsa Sports Ground, minħabba li l-atleti qegħdin jittrenjaw b'sogru kbir għal saħħithom peress li dawn is-saqqijiet fihom ħsarat kbar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-equipment li jintuża għall-atletika hija proprjeta` tal-Malta Amateur Athletics Association.", "Id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport diġa' talab lill-uffiċċjali tal-MAAA sabiex jinġabru stimi ta' equipment/materjal li hemm bżonn għat-tħejjija għal-logħob tal- Pajjiżi Żgħar tas-sena 2001 u 2003.", "Qegħdin ukoll jinġabru stimi sabiex jinxtraw mobile crates ħalli dan l-equipment ikun jista' jiġi mgħotti biex jiġi eliminat il-vandaliżmu fuq dan it-tip ta' equipment.", "VALLETTA - DĦUL TA' VETTURI", "21590.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex tapplika l-liġi li vetturi bħal trakkijiet ma jistgħux jidħlu ġewwa l-Belt Valletta?", "Jekk iva, x'inhuma l-ħinijiet projbiti?", "Jista' jgħid kemm kien hemm persuni li kissru l-liġi mill-1996 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "PULIZIJA - PERMESS GĦAL BEJJIEGĦA", "21592.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jinħareġ il-permess ta' hawker (bejjiegħ) tal-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG:Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant li kienet saret fl-1 ta` Novembru ta` din is-sena, qed tkun ipproċessata skond il-proċeduri stabbiliti.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ BURIAL - BOZZA", "21593.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tinbidel bozza fi Triq Burial, Raħal Ġdid faċċata tal-Hypogeum peress li ilha ġimgħatejn ma tinxtgħelx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir il-verifika neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.", "DJAR - DRENAĠĠ", "21595.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tiswija tad-Djar jirranġaw il-problemi ta' drenaġġ li hemm fi flat li d-dettalji tiegħu jidhru separatament minn din il- mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment ta' Bini u Tiswija tad-Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "KORPI PARASTATALI - IMPJEGATI ĠODDA", "21597.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 20370 li ilha li saret mill-24/10/2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn ġew impjegati dawn in-nies ġodda ma' korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni:", "PBS 4 MCC Nil Teatru Manoel 1 St James Cavalier 11 (Casual Part-Time) MCST 1 Universita` 168 Fondazzjoni Patrimonju Malti 3 Orkestra Nazzjonali 5 FIS 4 MCAST Nil MCR 12 (7 Maltin u 5 barranin) Pixxina Nazzjonali 13 (5 minnhom ingħatalhom kuntratt ġdid).", "TOROQ", "21600.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 21374, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratti tat-toroq li saru ħlasijiet fuqhom u kemm hu t-tender value ta' kull kuntratt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din l-informazzjoni tkun tista' tingħata meta tinġabar.", "PULIZIJA - GĦASSA TA' WIED IL-GĦAJN", "21601.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat ċaqliq fl-għassa ta' Wied il-Għajn sabiex din tkun aktar aċċessibbli u fi stat aħjar minn dak preżenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kien hemm il-ħsieb illi l-Għassa tal-Pulizija tkun inkorporata fil-bini taċ-Ċentru Ċiviku li għandu jinbena f`dan il-lokal.", "SKEJJEL - MARSA - SKOLA FX ATTARD", "21603.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ħmieġ li hemm fl-iskola FX Attard tal-Marsa jiġi mnaddaf?", "Jista' jara li jittieħdu passi sabiex toilets li huma mkissrin jiġu rranġati u li tittieħed xi tip ta' azzjoni minħabba l-ġrieden li hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-Mistoqsija waslet il-bieraħ u ma kienx hemm biżżejjed żmien biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Sedua oħra.", "WSC - MULTI", "21604.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'multi għandhom l-Enemalta u l-Water Services Corporation?", "Jikkonferma l-Ministru li waħda minnhom hija li f'każ li ħlas isir b'cheque u jkun hemm xi żball fih, il-konsumatur jiġi mmultat Lm25?", "Fejn ikun hemm żball ġenwin ikun possibbli li l-multa tinħafer?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "PA - BARRIERA", "21605.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-art agrikola f'Tal Medjat sive Tal Qortin, limiti taż-Żurrieq tal-kejl ta' ċirca 22,662 metru kwadru kif indikat fil-Gazetta tal-Gvern nru 572 Pg 5497 ta' l-14 ta' Lulju, 2000 u kif tidher fir-reġistru tal-Gvern bħala post rurali 50804, meta din hija art agrikola fertili: (i) Ser tingħata għall-blat (barriera)?(ii) Lil min ġiet mgħotija? (iii) Kienx hemm konsultazzjoni mal-kunsill taż-Żurrieq?(iv) Hux fil-pjan ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG:Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li l-art imsemmija mill- Onorevoli Interpellant tingħata biex tinfetaħ barriera taż-żrar minn wieħed miż-żewġ operaturi tal-barrieri li twaqqfu mix-xogħol biex jiġu protetti t- Tempji ta` Ħaġar Qim u l-Imnajdra.", "Fuq dan is-sit hemm applikazzjoi PA 3158/00 minn Mr Carmelo Vella għan-nom ta` Bros Shekinah St. Margaret Street, San Ġwann u s-site area tkopri 22,300sq m. Din l-applikazzjoni qiegħda fi stadju ta` konsultazzjoni ma` numru ta` dipartimenti fosthom: Water Services Corporation, Commissioner of Lands, Ministry of Agriculture & Fisheries, Museums Department, Health Department, Lands Department u l-Environment Protection Department.", "Sa issa saru konsultazzjoni verbali mal-Kunsill Lokali Żurrieq wara talba ta` l-istess Kunsill kif ukoll laqgħat qrib is-siti msemmija.", "Pero` fil-futur qrib għandha issir laqgħa formali ma` l-istess Kunsill.", "L-aħħar żviluppi dwar dawn l-applikazzjonijiet huma li tħejjew Terms of Reference sabiex isir Environmental Impact Assessment.", "Dawn it-Terms of Reference qegħdin għall-approvazzjoni tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l- Ambjent.", "Deċiżjoni aħħarija dwar dawn l-applikazzjonijiet tista` tittieħed biss wara li jkun sar l-istudju dwar l-impatt ambjentali.", "PULIZIJA - SURĠENTI", "21606.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vojta fil-gradi ta' surġent fil-Korp ta' l-Pulizija?", "Jekk iva, meta se jimtlew dawn il-vakanzi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fid-19 ta` Settembru 2000, kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-grad ta` Surġent fil-Korp tal- Pulizija.", "Il-postijiet jimtlew wara li jitlesta l-proċess ta` l-għażla li jinkludi kors fl-Akkademja tal-Pulizija.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ GĦAXQET L-GĦAJN", "21607.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Għaxqet l-Għajn, Wied il-Għajn għax tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li Triq Għaxqet l-Ghajn kienet asfaltata snin ilu u qiegħda fil-programm ta` toroq li jrid isir xogħol fihom taħt il-proġett ta` l-embellishment f`Marsascala li qed titwettaq mid- Diviżjoni tax-Xogħloijiet tal-Ministeru għall-Ambjent.", "L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat biex jikseb aktar informazzjoni dwar il-prijorita` li qed tingħata din it-triq fil-programm ta` l-embellishment.", "TAXXI INTERNI - REFUNDS", "21609.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li refund dovut lil persuna li d-dettalji tiegħu qed jingħataw b'mod separat, għadu ma ngħatatx minkejja li saru bosta verifiki u ilu jistenna sa mill-1995?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-talba għal ħlas lura ta' kreditu eċċessiv lil persuna kkonċernata qed tiġi pproċessata u l- ħlas dovut se jsir dalwaqt.", "Din it-talba kienet miżmuma minħabba żewġ investigazzjonijiet li saru dwar diversi talbiet simili magħmula mill- istess persuna.", "GĦAXAQ - TAL-MILLIERI - ASFALTAR", "21612.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu asfaltati t-toroq f'Tal-Millieri, f'Ħal Għaxaq li ilhom għal ħafna żmien imwiegħda li se jsiru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq kellu diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali dwar it-toroq f`dan il-lokal u s-sejħa għall-offerti għal xogħol fihom mistennija joħorġu dalwaqt.", "GĦAXAQ - LAMPI", "21614.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu numru ta' lampi f'Ħal Għaxaq li diġa' huma approvati mill-Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "SKEJJEL - POLICIES", "21615.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policies fuq l-użu ta' l-iskejjel primarji wara l-ħin normali ta' l-iskola minn entitajiet mhux governattivi jew mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-Mistoqsija waslet il-bieraħ u ma kienx hemm biżżejjed żmien biex tinġabar l-inforamzzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "GĦAXAQ - BERGA", "21617.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-berġa ta' Ħal Għaxaq jiżdiedilha s- servizz provdut minnha għar-residenti Għaxqin minħabba li fil-preżent din m'hi toffri ebda servizz ħlief dak ta' tqassim ta' xi pilloli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mhux korrett li jingħad illi mill-Berġa ta' Ħal Għaxaq ma jiġi provdut ebda servizz ħlief dak tat-tqassim tal-pilloli.", "Il-Berġa ta' Ħal Għaxaq tipprovdi s-servizzi kollha li jipprovdu l-Bereġ l- oħra fl-ibliet u rħula ta' Malta.", "Tabib u nurse dejjem jattendu kull berġa skond l-iskeda tal-ftuħ u jiġi provdut f'kull berġa servizz ta' nurse u tabib tal-familja għal dawk il- persuni li jkollhom bżonn jattendu għal dan is-servizz.", "Dawn is-servizzi huma provduti wkoll fil-berġa ta' Ħal Ghaxaq: It-tqassim ta' pilloli b'xejn mill-berġa huwa servizz anċillari.", "IMPJIEGI", "21618.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm impjega nies ġodda ma' dawn l-entitajiet li ġejjin:1) Orkestra Nazzjonali; (2) EUPU; (3) FIS; (4) Kulleġġ Vokazzjonali; (5) Pixxina Nazzjonali; (6) Kunsill Malti Xjenza u Teknoloġija; (7) Ċentru Malti għar-Restawr; (8) San Ġakbu; (9) Teatru Manwel minn 5/9/1998 'hawn, u b'mod individwali għal kull entita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21597.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - BIG SCREEN", "21622.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema skop inkera big screen f'Ġunju li għadda mill-Ministeru?", "Jista' jinforma lill-Kamra: (a) mingħand min inkera dan l-big screen; (b) kemm sewa lill-ministeru; (ċ) min iffirma għalih fil-ministeru; u (d) fejn intuża dan il-big sceren u x'ġie muri fuqu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li mhux l-ewwel darba li jkun meħtieġ li jinkera xi tip ta' apparat bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jew ta' tip ieħor minħabba xi attivita' li tinżamm fil- Ministeru.", "Fil-fatt il-big screen li qed issir riferenza għalih kien ġie użat meta saret il-preżentazzjoni dwar l-Operations Review.", "Dan l-apparat, flimkien ma' apparat ieħor relatat, kien inkera mingħand id- ditta Studio 7 għas-somma globali ta' Lm358.80c.", "L-apparat intuża fil-post fejn saret din il-preżentazzjoni jiġifieri fil-Berġa ta' Aragona.", "Qabel inkera dan l-apparat kienet intalbet stima ta' l-ispiża involuta, liema stima kienet ġiet iffirmata mill-persuna responsabbli għall-ko-ordinazzjoni ta' l-uffiċċju fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ĊITTADINANZI DOPPJI", "21627.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 21463, jista' l-Ministru jgħid kif jistgħu d-dettalji u l-ismijiet ta' ċittadini Maltin li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi ma jibqux biss id-dominju tad-dipartiment taċ- ċittadinanzi u cioe' tal-gvern iżda jkunu magħrufa għall-parlament?", "Jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed jiġi zgurat li d-dipartiment taċ- ċittadinanzi qiegħed jinforma bil-miktub kulmin huwa ntitolat li jżomm żewġ ċittadinanzi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Membru illi f`kull każ ta` konferma ta` ċittadinanza doppja, kopja ta` l-ittra ta` konferma li d- Dipartiment taċ-Ċittadinanza jibgħat lill-persuna li tkun għamlet it-talba, tintbagħat ukoll:", "lill-Kummissarju Elettorali Ewlieni;", "lid-Direttur, Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili;", "lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku;", "lill-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju tal-Passaporti (Għawdex) jekk il- persuna kkonċernata tkun toqgħod Għawdex.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b`xi każijiet ta` persuni li ilhom ħafna li talbu konferma dwar ċittadinanza doppja u għadhom ma rċevewx tweġiba, jiena lest li ninvestiga dawn il-każijiet jekk jgħaddhili l-informazzjoni meħtieġa.", "POSTA - LETTER BOX", "21628.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax titqiegħed letter box fl-inħawi ta' Triq il-Poeżija u Triq is-Siġġiewi.", "Ħaż-Żebbuġ, billi l-ewwel letter box li hemm għad-dispozizjoni tar-residenti ta' l-inħawi tinsab xi elf metru 'l bogħod fi Triq tad-Dawl, Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li f`ċirkostanzi bħal dawn il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta` l-ittri għal kull 3,000 resident.", "Ħaż-Żebbuġ hu fornut bin-numri ta` kaxxi ta` l-ittri ogħla minn dak rakkomandat mill-Unjoni Postali Universali.", "Għalhekk mhux possibbli li titwaħħal kaxxa ta` l-ittri addizjonali.", "Madankollu, il-Maltapost dejjem lest tikkunsidra talbiet mill-Kunsill Lokali biex xi waħda mill-Kaxxi ta` l-ittri eżistenti tiġi rilokata b`mod li l-lokalita` msemmija tkun moqdija aħjar - naturlament, mingħajr ma jinħoloq ebda nkonvenjent għar-residenti tal-lokalita` oriġinali."]} {"filename": "19981026_002d_par.doc", "date": "1998-10-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 2 It-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 2", "It-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.33 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "2", "It-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1998", "WERREJ MINUTI 25", "KUNSENS GĦAL ATTI 25", "KONDOLJANZI 25", "TQEGĦID TA' KARTI 27", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 31", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 34", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA 34", "AĠĠORNAMENT 56", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 1 li saret fl-24 t'Ottubru, 1998 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XVIII ta' l-1998 - Att biex jirregola r-reġistrazzjoni ta' brokers fl-assigurazzjoni u intermedjarji oħra u attivitajiet ta' intermedjarji fl-assigurazzjoni;", "Att Nru XIX ta' l-1998 - Att biex jemenda diversi liġijiet dwar it- telegrafija mingħajr fili u t-telekomunikazzjoni; u", "Att Nru XX ta' l-1998 - Att biex jagħti seħħ lil ċerti liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' fl-avjazzjoni.", "Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport datat 14 ta' Lulju 1998 magħmul mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika intitolat \"Tender for the supply of Financial Software Applications, Hardware, Network Systems and Associated Services to Enemalta Corporation.\".", "Ngħaddu issa għall-Kondoljanzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad- Deputati): Mr Speaker, ftit ġranet ilu tħabbret il-mewt ta' Dr. Jackie Frendo Azzopardi.", "Fil-fatt skond informazzjoni li għandi huwa miet ta' 83 sena fit-13 t'Ottubru fil-Kanada fejn kien ilu jgħix għal dawn l-aħħar 39 sena.", "Dr. Jackie Frendo Azzopardi kien beda l-karriera politika tiegħu mal- Partit Nazzjonalista meta kien ikkontesta l-elezzjoni ta' l-1947 fuq il- ħames distrett u fil-fatt kien ġie elett u okkupa karigi differenti matul il-leġislaturi ta' bejn l-1947 u l-1955.", "Jackie Frendo Azzopardi okkupa wkoll il-kariga ta' ministru tal-finanzi bejn l-1950 u l-1955 u l-istess perijodu okkupa diversi karigi oħrajn fl-eżekuttiv, kemm temporanjament kif ukoll bħala aġent.", "Per eżempju, fl-1951 huwa assuma l-kariga ta' ministru ta' l-edukazzjoni, bejn l-1951 u l-1954 kien okkupa wkoll il-kariga ta' aġent prim ministru u mill-1955 sa l-1958 kien ukoll deputat kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Ovvjament jien lil Dr. Jackie Frendo Azzopardi ma kontx nafu, pero' minn dak li pprovajt infittex dwaru naħseb li nista' ngħid li huwa kien xempju ta' individwu li joffri s-servizzi tiegħu għall-pajjiż senza interessi u kien lest jissagrifika lilu nnifsu u saħansitra lill- familja għall-pajjiż, tant li wara li spiċċa minn dawn il-karigi sab ruħu f'sitwazzjoni fejn kellu jemigra u jistabbilixxi ruħu ġewwa l-Kanada.", "Mr Speaker, dan il-bniedem ma kienx magħruf biss fil-qasam politiku u għas-sehem li ta fl-eżekuttiv u fil-gvernijiet li kellna imma kien magħruf ukoll fil-karriera professjonali tiegħu.", "Ta' min jgħid li Jackie Frendo Azzopardi kien avukat u jkun tajjeb li wieħed iżid jgħid ukoll - għax fl- opinjoni tiegħi din hija ħaġa sabiħa ħafna - li huwa kien jagħti l- kontribut tiegħu anke f'oqsma oħrajn, inkluż fil-qasam sportiv.", "Fil-fatt jirriżulta li huwa kien anke okkupa l-kariga ta' president tal-Malta Football Association, apparti li hu stess kien sportiv u attiv ħafna tant li wasal biex saħansitra għamel isem għalih innifsu.", "Mr Speaker, jien, f'isem din in-naħa tal-Kamra u b'rispett lejn kull min ta s-sehem tiegħu għall-pajjiż, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat- tmexxija tal-pajjiż fil-qasam governattiv, u allura b'rispett b'mod partikolari lejn Dr. Jackie Frendo Azzopardi, kif inhu xieraq u kif dejjem sar f'dan il-Parlament, nixtieq nesprimi l-kondoljanzi tiegħi lill- familjari kollha tiegħu u min-naħa tagħna ġentilment nitolbuk biex, bħala Speaker tal-Parlament Malti, twassal dawn il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, l-Oppożizzjoni Laburista tagħti ġieh lill-memorja ta' Dr. Jackie Frendo Azzopardi u testendi l-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-familjari tiegħu.", "Jiena personalment - u naħseb miegħi anke sħabi ta' din in-naħa - m'għandix konoxxenza personali ta' Dr. Frendo Azzopardi imma f'okkażjonijiet bħal dawn huwa dmir tagħna li nagħtu ġieh lil kul min ikun ikkontribwixxa fil- ħajja politika ta' pajjiżna.", "Dan il-bniedem temm il-karriera politika tiegħu f'pajjiżna madwar 40 sena ilu u bħal politiku ieħor, is-Sur Cole, emigra wara li spiċċa l-karriera politika tiegħu preċiżament fl-istess żmien.", "Dak iż-żmien kien perijodu mqalleb ta' l-istorja politika ta' pajjiżna, għalkemm hawn wieħed jista' jistaqsi meta l-istorja politika ta' pajjiżna ma kenitx imqallba.", "Mill-bijografija li għandna ta' Dr. Frendo Azzopardi jidher li huwa kellu esperjenza diversifikata u uża din l-esperjenza bl-aħjar mod li seta'.", "Ta' min jgħid ukoll li huwa mhux biss kien attiv fil-qasam politiku u laħaq quċċati kbar fil-ħidma politika tiegħu imma kien attiv ukoll fuq bażi sportiva.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid li fl-1936 huwa pparteċipa fl-Olimpjadi ta' Berlin biex b'hekk kien sar wieħed mill-ewwel atleti Maltin li ħadu sehem f'logħob barra mill-pajjiż.", "Għalhekk huwa xieraq li dan il-Parlament jagħti ġieh lit-tifkira ta' Dr. Jackie Frendo Azzopardi u jestendi l- kondoljanzi lill-familjari tiegħu.", "Aħna lkoll nerġgħu nagħtu konferma mill-ġdid ta' kemm ix-xogħol li għamel hu u sħabu tal-ġenerazzjoni tiegħu matul is-snin nibqgħu ngħożżuh u nagħtuh ġieh fiż-żmien li ġej.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u jien, min-naħa tiegħi, ninkariga lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal il-kondoljanzi lill-familjari ta' Dr. Jackie Frendo Azzopardi.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 174 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani);", "Avviż Legali Nru 184 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar ir-reviżjoni tas-Salarji ta' l-Imħallfin u Maġistrati (Ordni Nru 2);", "Avviż Legali Nru 199 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Assoċjazzjoni ta' Awtoritajiet ta' Gvern Lokali;", "Avviż Legali Nru 223 ta' l-1998 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1996 li jemenda l-Att dwar ir-Referendi;", "Avviż Legali Nru 230 ta' l-1998 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1998 li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar;", "Avviż Legali Nru 231 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jħassru r- Regolamenti dwar Records Duplikati fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar f'Għawdex;", "Avviż Legali Nru 232 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Assoċjazzjoni ta' Awtoritajiet ta' Gvern Lokali (Emenda Nru 3);", "K.L.B.L. 47/2/98 - Bye-Laws ta' l-1998 dwar Reklami fuq l-Internet (Kunsill Lokali Pieta');", "K.L.B.L. 8/4/98 - Bye-Laws ta' l-1998 dwar Użu ta' Faċilitajiet (Kunsill Lokali Zabbar); u", "K.L.B.L. 53/3/98 - Bye-Laws ta' l-1998 dwar Reklami fuq Għamara tat- Toroq (Kunsill Lokali San Ġwann).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 185 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru. 10);", "Avviż Legali Nru 222 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 11); u", "Avviż Legali Nru 227 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 12).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 178 ta' l-1998 – Ordinamenti ta' l-1998 għall-Grad ta' Master of Philosophy – M.Phil. – fil-Workers' Participation Development Centre;", "Avviż Legali Nru 179 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Commerce – B.Com. – u Bachelor of Commerce (Honours) – B.Com.", "(Hons);", "Avviż Legali Nru 180 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Postgraduate Diploma in Social Work – P.G. Dip.", "S.W.;", "Avviż Legali Nru 181 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Science (Honours) – B.Sc.", "(Hons);", "Avviż Legali Nru 182 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Master of Psychology in Clinical Psychology – M.Psy.", "(Clin.) – or in Counselling Psychology – M.Psy.", "(Couns.) – or in Educational Psychology – M.Psy.", "(Ed.);", "Avviż Legali Nru 183 ta' l-1998 – Regolamenti ta' l-1998 għall-Għażla ta' l-Applikanti għad-Dħul fil-Kors għall-Grad ta' Master of Psychology in Clinical Psychology – M.Psy.", "(Clin.) – or in Counselling Psychology – M.Psy.", "(Couns.) – or in Educational Psychology – M.Psy.", "(Ed.);", "Avviż Legali Nru 194 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1995 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons);", "Avviż Legali Nru 195 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad- Diploma in Information Technology in Education - Dip.", "I.T. Ed.;", "Avviż Legali Nru 196 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Psychology - B.Psy.;", "Avviż Legali Nru 197 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għaċ- Ċertifikat Undergraduate ta' l-Universita' fit-Teaching of Science at Primary Level;", "Avviż Legali Nru 198 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1992 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Arts - M.A.;", "Avviż Legali Nru 200 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Rati ta' Stipendji għal Korsijiet Post-Graduate għal Studenti Universitarji;", "Avviż Legali Nru 204 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Psychology (Honours) - B.Psy.", "(Hons);", "Avviż Legali Nru 205 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts in Theology and Human Studies - B.A.;", "Avviż Legali Nru 206 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għas- Certificate in Desalination Studies - Cert.", "Desal. - u għad-Diploma in Desalination Studies - Dip.", "Desal.;", "Avviż Legali Nru 207 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1997 tal-Kors għall-grad ta' Bachelor of Science - B.Sc. - u Bachelor of Science (Honours) - B.Sc.", "(Hons) - in Informatics, Computer Science and Computer Systems Engineering;", "Avviż Legali Nru 208 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Education (Honours) - B.Ed.", "(Hons);", "Avviż Legali Nru 224 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1993 għall-Kors li jwassal għall-Grad ta' Master of Arts (Diplomatic Studies) - M.A. (Dip.", "St.);", "Avviż Legali Nru 225 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1992 għall-Kors li jwassal għall-Postgraduate Diploma u għall-Grad ta' Master of Gerontology and Geriatrics - Dip.", "Ger. - M.Ger.; u", "Avviż Legali Nru 226 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 biex jemendaw ir-Regolamenti għall-Grad ta' Master in Diplomacy (M. Dip.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 175 ta' l-1998 – Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm15,851,800 addizzjonali 6.8% Stock tal- Gvern ta' Malta 2004 (IT-TIENI ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 176 ta' l-1998 – Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm20,000,000 addizzjonali 7.2% Stock tal- Gvern ta' Malta 2008 (IT-TIENI ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 177 ta' l-1998 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Ħruġ ta' Lm60,000,000 addizzjonali 7.8% Stock tal- Gvern ta' Malta 2018 (L-EWWEL ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 188 ta' l-1998 - Avviż ta' Bidu fis-Seħħ ta' l-Att ta' l-1998 dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni;", "Avviż Legali Nru 189 ta' l-1998 - Avviż ta' Bidu fis-Seħħ ta' l-Att ta' l-1998 dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra;", "Avviż Legali Nru 190 ta' l-1998 - Ħatra ta' Awtorita' Kompetenti taħt l-Att ta' l-1998 dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni;", "Avviż Legali Nru 191 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw l- Att dwar Servizzi ta' Investiment;", "Avviż Legali Nru 192 ta' l-1998 - Avviż ta' Bidu fis-Seħħ ta' l-Att ta' l-1998 dwar il-Logħob; Avviż Legali Nru 193 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar l-Att dwar il-Logħob;", "Avviż Legali Nru 201 ta' l-1998 - Dikjarazzjoni ta' Vaganzi tal-Banek;", "Avviż Legali Nru 221 ta' l-1998 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ għall-Bdil f'Lm17,600,000 6.15% Stock tal-Gvern ta' Malta (Bdil) 2001 (Il-Ħames Ħruġ) minn Lm17,600,000 6% Stock tal-Gvern ta' Malta 1998 (Is-Sitt Ħruġ); u", "Avviż Legali Nru 228 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 li jemenda l-Ordni dwar il-Kontroll fuq il-Kambju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 187 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħaddiema tal-Port;", "Avviż Legali Nru 202 ta' l-1998 - Air Navigation (Amendment) Order, 1998;", "Avviż Legali Nru 203 ta' l-1998 - Civil Aviation (Joint Aviation Requirements) Order, 1998;", "Avviż Legali Nru 211 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar it- Trasferiment ta' Kirjiet li jirrigwardaw l-Uffiċċju tal-Posta;", "Avviż Legali Nru 214 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar is-Sospensjoni tal-Monopolju fir-rigward ta' l-Uffiċċju tal-Posta;", "Avviż Legali Nru 215 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħaddiema tal-Port (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 216 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Obbligazzjonijiet ta' Servizz Universli fit-Telekomunikazzjonijiet;", "Avviż Legali Nru 217 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar il- Ġurisdizzjoni tal-Bord ta' l-Appelli dwar Telekomunikazzjonijiet;", "Avviż Legali Nru 218 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Regoli ta' Proċedura għar-rigward tal-Bord ta' l-Appelli dwar Telekomunikazzjonijiet;", "Avviż Legali Nru 219 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar Standardi għal Apparat tat-Telekomunikazzjonijiet; u", "Avviż Legali Nru 220 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar id- Drittijiet għall-Approvazzjoni ta' Tip dwar Tagħmir tat- Telekomunikazzjonijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 212 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti fuq il-Provvista tal-Kurrent Elettriku;", "Avviż Legali Nru 213 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Fornitura ta' l-Ilma (Emenda Nru 2); u", "Avviż Legali Nru 229 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar Reċipjenti Sempliċi taħt Pressjoni (Ordni Nru M35 ta' l-1998).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 186 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Rati ta' Taxxa dwar Bini; u", "Avviż Legali Nru 210 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar il- Votazzjoni (Restrizzjoni ta' Aċċess).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 209 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Zalzett, Laħam Immellaħ u Laħam ieħor Ippreparat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni: Mr Speaker, nixtieq inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ quddiem din il-Kamra li joħroġ minn artiklu li ġie ppubblikat il-bieraħ, il-Ħadd, 25 ta' Ottubru f'\"il-mument\" u li jirriferi għall-intervista li tat is-Sinjorija Tiegħek u preċiżament il-każ ta' ksur ta' privileġġ jirriferi għal dak li għidt inti stess.", "Jien nista' nagħti indikazzjonijiet ċari fejn joħroġ il-każ ta' ksur ta' privileġġ, pero' qabel xejn ma nafx jekk f'dan l-istadju s-Sinjorija Tiegħek għandhiex xi rimarki x'tagħmel.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, naħseb li jkun tajjeb jekk l-ewwel il-Kamra kollha tisma' dwar xiex jittratta dan il-ksur ta' privileġġ.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri, Sur President, jien nifhem li din hi l- pożizzjoni tiegħek f'dan l-istadju, illi tisma' x'inhu l-punt imqajjem.", "Fil-fatt il-punt imqajjem jittratta dwar dak li qalet is-Sinjorija Tiegħek stess.", "Hawnhekk jien se naqra t-test kollu tal-mistoqsijiet kollha li sarulek u li ġew ippubblikati f'paġna 13 ta' \"il-mument\" tal-25 t'Ottubru, 1998, jiġifieri l-bieraħ:", "\"Iddispjaċut li l-Oppożizzjoni ma laqgħetx it-talba biex tinnomina hi l-ħatra ta' deputat speaker?\"", "Min-naħa tagħha, is-Sinjorija Tiegħek irrispondiet hekk:", "\"Nemmen li biż-żmien l-Oppożizzjoni tagħraf li l-Parlament hu tagħha daqs kemm hu tal-Gvern.", "Il-Parlament hu tagħna lkoll u hu fl-interess tal-Membri kollha li dan jimxi bl-aħjar mod possibbli.", "L-Oppożizzjoni hi parti essenzjali, komponent li mingħajru l-Parlament ma jaħdimx u allura trid tifhem li dan hu tagħha wkoll.", "Il-Parlament hu l-post fejn flimkien irridu noħorġu l-aħjar ġid għall-poplu Malti kollu.", "Dan m'għandux ikun ta' kontroversja u f'demokrazija parlamentari bħalma għandna f'Malta, il-Parlament hu suprem u allura jrid jitħaddem mill-Membri kollha.", "Il-Parlament irid ikollu fih Membri li jifhmu li dan irid jaħdem fl-interess tal-pajjiż billi jintuża l-mekkaniżmu kollu tas-sistema, fosthom ukoll li jkun hemm deputat speaker min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan jagħti sens ta' parteċipazzjoni aktar wiesgħa u hekk il-Membri kollha jħossu li l-Parlament hu tagħhom ilkoll.\".", "Mistoqsija oħra:", "\"Tixtieq li l-Oppożizzjoni tibdel il-fehma tagħha dwar l-atteġġjament li ħadet?\"", "U t-tweġiba għaliha:", "\"Iva, nixtieq li l-Oppożizzjoni tifhem li huwa fl-interess nazzjonali u anke tagħha bħala l-gvern alternattiv li tagħmel użu mill-mezzi li jistgħu jmexxu l-Parlament 'il quddiem.\".", "Mr Speaker, jien nirritjeni li diskors bħal dan huwa ksur ta' privileġġ min-naħa tas-Sinjorija Tiegħek u għalhekk nistiednek biex qabel tasal għad- deċiżjoni tiegħek fuq jekk għandux jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi jew le, tirrifletti wkoll fuq il-pożizzjoni tiegħek dwar is-sottomissjoni li qed tagħmel issa qabel ma tagħti l-ġudizzju tiegħek.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi, on a point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ikun tajjeb jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jindika taħt liema klawsola ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati qed iressaq dan il-ksur ta' privileġġ.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jien naħseb li qabel ikun aħjar li tgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tiegħek stess; jekk intix iżżomm illi waqt li qed tiġi diskussa xi ħaġa li għidt inti, tkun inti stess il-president ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien ninsisti li qabel ma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jagħmel mistoqsijiet indirizzati lis-Sedja, jindika taħt liema klawsola ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad- Deputati qed jitressaq dan il-każ ta' ksur ta' privileġġ; għax il-każijiet ta' ksur ta' privileġġi huma regolati mill-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s- Setgħat tal-Kamra tad-Deputati.", "Taħt liema parti mill-ordinanza qed iressaq dan il-ksur ta' privileġġ?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, qed inressaq it-talba tiegħi taħt l- Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, li tispjega eżattament kull waħda mill-affarijiet li jistgħu jitressqu.", "Skond aħna, dan huwa każ ta' ksur ta' privileġġ u sta għas-Sedja li tiddeċiedi jekk dan huwiex ksur ta' privileġġ jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ippermettili ftit għax l-affarijiet mhux hekk isiru.", "Mr Speaker, teżisti proċedura stabbilita, liema proċedura hija regolata b'liġi stabbilita, li għandha klawsoli speċifiċi li jgħidulek preċiżament taħt liema ċirkostanza każ jista' jiġi kkonsidrat bħala każ ta' ksur ta' privileġġ jew le.", "Ġaladarba wieħed jispeċifika taħt liema klawsola qed jitressaq dan il-ksur ta' privileġġ imbagħad jiġi riferut lill- Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi, jekk is-Sedja tiddeċiedi hekk, u mbagħad wieħed jinvestiga.", "Jiġifieri jien nerġa' nistaqsi taħt liema klawsola ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra qed jitressaq dan il-każ ta' ksur ta' privileġġ.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan il-każ ta' ksur ta' privileġġ qed jitressaq fuq il-punt li hawnhekk is-Sinjorija Tiegħek qed tesprimi ġudizzju fuq l-aġir ta' l-Oppożizzjoni, li m'huwiex ġudizzju tenibbli fiċ-ċirkostanzi li taħthom jitmexxa dan il-Parlament.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dan huwa out of order kompletament għax dawn iċ-ċirkostanzi li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jeżistux taħt l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra.", "F'din l- ordinanza ma teżisti l-ebda klawsola li tistabbilixxi dan li qed jgħid il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, bir-rispett kollu l-Onor.", "Gonzi m'għadux speaker ta' din il-Kamra u aħna m'aħniex qed nistennewh jagħti l-ġudizzju tiegħu fuq din il-ħaġa.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, l-ewwel point of order li jipprevali f'dan il-każ huwa jekk inti intix se tibqa' f'pożizzjoni li tiġġudika fuq dak li qed inressqu aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Is-Sedja ħadet nota ta' dan il-każ u tirriserva d-dritt li tagħti ruling f'xi seduta oħra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jien tlabt li jingħata ġudizzju fuq talba ta' ksur ta' privileġġ li tressqet quddiemek.", "Waħda mill-affarijiet li qed tiġi rikużat inti bħala President ta' din il-Kamra hija fuq din il-ħaġa.", "Illi inti tirriserva d-dritt li titkellem barra fuq din il-ħaġa, qed tirrifjuta li tirrikuża ruħek.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, l-uniku mod kif jista' jiġi rikużat l-Ispeaker hija b'mozzjoni ta' sfiduċja fih.", "Jekk fl-ewwel seduta jkun hemm min irid iressaq mozzjoni ta' sfiduċja fl-Ispeaker, jaqbad biċċa karta, jiktibha u jressaqha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, bir-rispett kollu jien użajt il-kelma \"rikużat\" fir-rigward tal-punt li qajjimt jien u mhux fir-rigward ta' l- operat tiegħu, ta' mozzjoni ta' sfiduċja.", "Meta wżajt il-kelma \"rikużat\" jien kont qed nirriferi għal jekk hawnx lok ta' ksur ta' privileġġ f'dak li qed inressaq jien.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, Allaħares deputat f'din il-Kamra għandu d-dritt jgħid lill-Ispeaker jirtira għax jagħmel allegazzjoni hu.", "L- atteġġjament tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa evidenti; huwa biss abbuż mir- regolamenti tal-Kamra.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qajjem ksur ta' privileġġ - kif għandu dritt jagħmel u s-Sinjorija Tiegħek imbagħad tiddeċiedi jekk skond il-proċedura hemmx prima facie breach of privilege jew le - imma li mbagħad jippretendi li għaliex hu qed jagħmel allegazzjoni, is-Sinjorija Tiegħek trid tagħmel xi ħaġa hija assolutament inkonċepibbli u inaċċettabbli.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, bir-rispett kollu huwa inkonċepibbli li l- Oppożizzjoni diġa' tiġi mneżża mid-drittijiet tagħha li tressaq ksur ta' privileġġ f'din il-Kamra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Huwa inkonċepibbli wkoll li prim ministru - jew leader of the House - jgħid lill-Ispeaker tal-Kamra x'għandu jgħid.", "Huwa inkonċepibbli li meta jitressaq ksur ta' privileġġ li jirrigwarda lill-ispeaker innifsu, ir- rimarka kompletament ċivili li ssir, li ispeaker imissu jikkonsidra qabel ma jagħti l-ġudizzju tiegħu, li hemm hu fin-nofs u allura jirrikuża ruħu, tiġi mitqiesa bħala inkonċepibbli.", "Huwa inkonċepibbli wkoll li speaker jiddeċiedi li jiddeċiedi aktar 'il quddiem fuq xi ħaġa li l-ewwel irid jagħti rule of order dwar jekk huwiex qiegħed personalment jiddeċiedi fuq din il-ħaġa jew le.", "MR SPEAKER: Jien naħseb li smajna biżżejjed miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kif diġa' għidt, is-Sedja ħadet konjizzjoni ta' dak kollu li ntqal u tirriserva d-dritt li tagħti ruling f'xi seduta oħra.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "INDIRIZZ B'RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA", "ADDRESS IN REPLY TO THE SPEECH FROM THE THRONE", "MR SPEAKER: Għandi nifhem li hawn xi arranġament fuq kif se jinqasam il- ħin tad-dibattitu.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dibattitu huwa mifrux fuq tlett ijiem u l-ħin għandu jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Safejn hu possibbli, aħna se nalternaw, naturalment bl-għeluq għall-Gvern.", "MR SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, l-ewwel kelma li nħoss li għandi nlissen hija l-kelma \"grazzi\" ndirizzata lill-E.T. il-President ta' Malta li, filwaqt li onorana bil-preżenza tiegħu, għamel diskors li għandu jimliena b'kuraġġ u jispira fiduċja fil-poplu tagħna.", "Permezz ta' dan id- diskors ġie mfassal lilna l-punti kardinali tal-programm ta' dan il-Gvern.", "Fl-istess nifs nifraħlek għall-kariga li għadek kemm bdejt tokkupa u nawguralek ħidma fejjieda f'ġieh id-demokrazija parlamentari tagħna.", "Nibda b'żewġ premessi li skond il-prassi u l-konswetudini għandu jkollu diskors inawgurali ta' l-iżgħar deputat minn din in-naħa; l-ewwel waħda li tiddependi minni u li se nipprova nosservaha, ċioe' li dan id-diskors ma jkunx kontroversjali, u t-tieni waħda ma tiddependix minni, hija beyond my control, u hija dik li ma jkunx hemm interruzzjonijiet min-naħa l-oħra.", "J'Alla f'dan id-diskors tkun segwita din it-tradizzjoni.", "Mr Speaker, ippermettili nesprimi sentiment personali.", "Inħossni onorat li fl-ewwel diskors tiegħi bħala l-iżgħar deputat, ninsab inressaq mozzjoni ta' ringrazzjament għad-diskors li għamel il-Kap ta' l-Istat.", "Inħoss li meta wieħed jiġi elett deputat, dan għandu jħares lejn din il-kariga minn żewġ aspetti.", "Min-naħa huwa unur li tiġi elett minn fost tant nies biex tirrappreżenta l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet tagħhom, peress li hija wkoll responsabbilta' kbira li trid tiġi amministrata b'dehen u dixxerniment; u min-naħa l-oħra hija responsabbilta' quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.", "Ippermettuli ngħid li lkoll kemm aħna għandna responsabbiltajiet kbar li naqdu lill-poplu koxjenzjożament u b'għaqal.", "Kif qal Mons. Arċisqof waqt l-omelija tiegħu l-bieraħt lura, jenħtiġielna dehen u kuraġġ f'din l-arti diffiċli iżda nobbli tal-politika.", "Irrispettivament mil-liema naħa ta' l-ispectrum politiku ġejjin, għandu jkollna għan wieħed, ċioe' l-benessere tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Għalhekk Mr Speaker, nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nawgura iktar rapprochement bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, iktar konverġenza u iktar consensus fuq numru ta' issues li għandna ngħollu 'l fuq mill-arena politika.", "Per eżempju, bħalissa qed tiġini f'moħħi l-issue tas-saħħa, tal-politika estera, ta' l- edukazzjoni u tas-sistema ta' tassazzjoni.", "Għandi nifhem u nemmen li ż- żewġ naħat iridu l-benessere tal-pazjenti Maltin, iż-żewġ naħat iridu l- benessere ta' l-istudenti Maltin, iż-żewġ naħat iridu li l-image ta' Malta jkun rispettat fil-politika estera, iż-żewġ naħat iridu li filwaqt li s- sistema ta' tassazzjoni tkun waħda li trendi tkun tirrifletti l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali.", "Dawn għandna naqblu fuqhom ilkoll għax jolqtu fil- laħam il-ħaj lil kull wieħed u waħda minna.", "Mr Speaker, ma nistgħux ninsew li ninsabu lejliet millennju ġdid.", "Dan huwa appuntament li għandu valur speċjali għalina lkoll, jimmarka punt kruċjali fl-iżvilupp ta' l-umanita' u b'mod speċjali ta' din id-disa' leġislatura li minn hawn u kważi sentejn oħra tara s-sebħ ta' millennju ġdid u l-qsim ta' fliegu mill-iktar simboliku.", "Din hija raġuni oħra għalfejn aħna lkoll għandna nkunu kburin li qed nassistu għal dan il-pass u fl-istess waqt inkunu conscious li għada pitgħada rridu nagħtu rendikont ta' għemilna.", "Għandna nkunu kburin iktar minn qatt qabel meta niftakru li pajjiżna kien fost ta' l-ewwel li rċieva l-emna nisranija bil-miġja ta' San Pawl tant sekli ilu.", "B'daqshekk ma jfissirx li aħna perfetti iżda għandna nieħdu t-tagħlim frott il-fidi tagħna anke fil-politika bħala l-ideal li rridu naspiraw għalih, u dan il-Gvern għandu l-ixprun, għandu l-istimolu ta' l-attivita' politika tiegħu li hija ġejja proprjament mill-fidi nisranija, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika soċjali tiegħu.", "Mr Speaker, fil-programm tiegħu l-Gvern iddikjara li għandu ideal; dak tat-tisħib dejjem iktar attiv ta' kull persuna fit-tmexxija tal-komunita' li tagħha dik il-persuna tkun membru.", "Ikun tajjeb li wieħed jirrifletti fuq dan l-ideal u jara x'ifisser kif ukoll x'importanza għandu.", "Fi tfuliti xi ħadd kien għallimni li l-ideal huwa bħal stilla.", "L-istilla hija dik li fin-nuqqas ta' boxxla tidderieġi l-baħħar u għalkemm il-baħħar qatt m'hu se jilħaqha, tmexxih 'il quddiem.", "L-istess nistgħu ngħidu fil- politika.", "Ilkoll kemm aħna għandu jkollna l-ideali u qatt m'aħna se nilħquhom għax il-perfezzjoni tinsab biss f'Alla l-imbierek, pero' żgur li dmirna huwa li nimmiraw lejn dak l-ideal.", "Ilkoll kemm aħna għandu jkollna l-ideal li l-politika hija servizz.", "Anzi mmur oltre u nikkwota minn dak li kien qal Nerik Mizzi, jiġifieri li l-politika hija missjoni li tenħtieġ li tagħġen fiha l-valur tas-solidarjeta'.", "Solidarjeta' tfisser li għandna niżguraw li ħadd m'għandu jibqa' lura u rridu naħdmu lkoll biex nimxu 'l quddiem fil-qasam tal-ġustizzja soċjali.", "Għandu wkoll ikollna l-mira - u dan il-Gvern hekk jemmen - li l-bniedem, fit-totalita' tiegħu, għandu jkun hu ċ-ċentru li madwaru tirrivolġi l-attivita' tal-Gvern.", "Kif qal Mons. Arċisqof, għandna nimmiraw li jitkattar l-ogħla ġid komuni li qatt m'għandu jiġi mibdul ma' xi interess partikolari ta' xi ndividwu.", "Mr Speaker, m'huwiex faċli li tiddefinixxi l-konċett tal-ġid komuni u fil- fatt ħafna jużawh u jabbużaw minnu.", "Ikun tajjeb li nifhmu x'inhu dan il- ġid komuni, u hawnhekk ippermettuli nikkwota mill-enċiklika ta' dan il-Papa \"Centesimus Annus\", li fuq il-ġid komuni dan jimplika l-valutazzjoni u l- integrazzjoni ta' l-interessi partikolari tas-soċjeta' magħmula fuq bażi ta' ġerarkija bbilanċjata ta' valuri u fl-aħħar mill-aħħar ta' x'inhi d- dinjita' tad-drittijiet tal-bniedem.", "Fi kliem sempliċi, kull wieħed minna għandu responsabbilta' kbira u soċjali quddiem il-poplu u l-Gvern huwa konxju ta' dan.", "Kull wieħed minna għandu dover.", "Hekk titlob il-ġustizzja soċjali, li nikkontibwixxu għall-ġid komuni billi niżguraw li l-Istat Malti jqassam il-ġid prodott mill-iżvilupp ekonomiku u soċjali u jitqassam bejn il-Maltin u l-Għawdxin għall-benefiċċju komuni.", "Il-ġustizzja soċjali titlob ukoll li filwaqt li kull wieħed minna għandu dritt jipparteċipa fis- soċjeta', min-naħa l-oħra s-soċjeta' għandha d-dover li tiżgura li l-membri tagħha jipparteċipaw b'dan il-mod fis-sħiħ għax id-dritt u d-dmir huma żewġ faċċati ta' l-istess munita.", "Fil-fatt dan il-Gvern hekk hu mpenjat li jagħmel għax jemmen, kif kien qal De Gasperi, li l-ħsieb soċjali fil- programm leġislattiv tal-Gvern għandu jkun bħal ħmira li mingħajrha l-ħobża ma ssirx.", "B'mod prattiku aħna nemmnu li l-ġustizzja soċjali tfisser li mhux biss irridu nsewwu l-Kaxxa ta' Malta imma wkoll li nqabblu dan mat- tiġdid tal-progress soċjali.", "Irridu nlaqqgħu flimkien il-wirt tal-valuri tradizzjonali tagħna ma' l-akkwist ta' ħiliet teknoloġiċi ġodda frott l- informatika.", "Għal dan il-Gvern ġustizzja soċjali tfisser li jingħata rikonoxximent aħjar b'mod prattiku lill-vittmi ta' reat fil-proċessi kriminali.", "S'issa dan kien nuqqas u hemm bżonn jiġi ratifikat.", "Aħna naqblu u nemmnu li l-vittmi tar-reati għandhom ikollhom dritt daqs l- akkużat li jkunu assistiti b'avukat.", "Sa llum dan id-dritt huwa mċaħħad lilhom, speċjalment fil-Qorti ta' l-Appell Kriminali għax hekk jiddisponi l- Kodiċi Kriminali.", "Jien nixtieq li norbot dan is-suġġeriment m'ieħor li jimplika emenda fil-liġi magħrufa l-Probation of Offenders Act.", "Mr Speaker, hemm ħtieġa kbira li f'Malta jidħol il-konċett tal-community service fejn persuna misjuba ħatja fuq reati relattivament mhux serji u li tkun għadha ta' eta' pjuttost żgħira, minflok priġunerija tintbagħat tagħmel tant sigħat ta' xogħol fil-komunita'.", "L-Ingliżi dan kienu daħħluh fl-1972 bil-Criminal and Justice Act.", "Dan kien ta' suċċess kbir u f'Malta hekk għandu jkun ukoll.", "Jekk kemm-il darba jiddaħħal dan il-konċett meta wieħed jiġi misjub ħati li per eżempju, ikkommetta ħsara fuq il-proprjeta' ta' xi ħadd, dan m'għandux jiġi kkundannat permezz ta' multa imma għandu jħallas a spejjeż tiegħu dik il-ħsara u jmur jirranġaha hu stess.", "Ħalli nġib eżempju ieħor.", "Jekk xi ħadd ikun ikkommetta serqa minn dar ta' anzjan għandu per eżempju, jiġi mġiegħel jagħmel xogħol ta' tibjid f'dar ta' l- anzjani u fin-nuqqas li jagħmel dan għandu jeħel il-ħabs.", "B'dan il-mod inkunu qed nolqtu tliet għasafar b'ġebla waħda; riabilitazzjoni effettiva tal-ħati, kumpens xieraq lill-vittma ta' reat u inqas piż fuq l-istruttura tal-ħabs li fih illum hemm xejn inqas minn 267 priġunier, kważi full capacity.", "Mr Speaker, forsi wasal ukoll iż-żmien li jiġi introdott l-electronic tagging għal ċerti hardened criminals, jiġifieri ngħidu aħna s-sexual offenders, il-pedofili u dawk li jkunu riċedivi.", "B'dan il-mod il-pulizija tkun tista' tagħmel monitoring tal-moviment ta' dawn in-nies li ma jkunux iridu jaqbdu t-triq it-tajba.", "Dan il-metodu ġie introdott fl-Ingilterra b'suċċess u għandu jiġi introdott ukoll f'pajjiżna.", "Mr Speaker, dan il-Gvern ma jemminx li għandha ssir ekonomija falza fil- ġlieda kontra l-kriminalita'.", "Il-korp tal-pulizija jixraqlu membri motivati u mhux pulizija li minħabba r-ration tal-petrol, frott l-hekk imsejħa riforma tal-Gvern preċedenti, ma jkunux jistgħu jwettqu dmirijiethom.", "Hawnhekk nixtieq nirrakkonta episodju li assistejt għalih jien stess il-qorti proprju f'Mejju ta' din is-sena li huwa komiku u serju fl-istess ħin.", "Maġistrat staqsa lil spettur għaliex persuna partikolari ma kenitx ġiet notifikata b'referta, li hija forma ta' ordni tal-pulizija biex tidher il- qorti, u l-ispettur kellu jirrispondi li minħabba li spiċċalhom ir-ration tal-petrol ma kellhomx biex iqassmu r-referti.", "Dan huwa l-istat tal-Kap tal-Pulizija li aħna writna lejliet il-millennju l-ġdid!", "Bir-rispett kollu aħna writna mentalita' penny wise and pound foolish.", "Pero' dan il-Gvern għandu viżjoni u qed jerġa' jagħti dik il-fiduċja fil-korp tal-pulizija li hija indispensabbli, sine qua non, fil-ġlieda kontra l-kriminalita'.", "Forsi wieħed jista' jgħidli li dan kollu huwa nċens li jfuħ u li m'għandux sustanza, imma għal dan il-Gvern mhux hekk.", "Mr Speaker, jekk id-diskors tal-Kap ta' l-Istat wera xi ħaġa, dan wera li l-programm elettorali ta' dan il-Gvern kien wieħed sostantiv.", "B'mod prattiku dan il-Gvern qed iwiegħed li jneħħi minn fuq dahar il-poplu tagħna ċerti piżijiet finanzjarji żejda li ġew introdotti ftit taż-żmien ilu, bħall-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.", "Tneħħiet it-taxxa anti-soċjali minn fuq il-mediċini.", "Okkażjonijiet familjari, bħal tiġijiet u funerali, se jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa fuq il-konsum.", "Ir-romol u s-single parents se jiġu kkonsidrati bħall-miżżewġin għal fini ta' ħlas ta' l-income tax, il-pensjonanti kollha mhux biss qed jiġu mwegħda l-pensjoni taż-żewġ terzi iżda wkoll li l-pensjoni tas-servizz ma tkunx ta' xkiel għall-għoti tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "Il-Gvern qed jimpenja ruħu li jsir indiċi għall-għoli tal-ħajja speċifikament għall-pensjonanti.", "Solidarjeta' tfisser dan kollu u tfisser ukoll li tinstab tweġiba effikaċi għall-pjaga li hemm fis-sistema edukattiva tagħna, l-analfabetiżmu.", "Ma nistgħux nersqu lejn il-millennju l-ġdid meta hemm mijiet ta' studenti li ta' kull sena qed joħorġu mill-iskejjel tagħna ma jafux jaqraw u jiktbu.", "Din hija xi ħaġa li ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra għandna naqblu fuqha għax hemm il-futur ta' wliedna fin-nofs.", "Mr Speaker, eżempju ieħor ta' kif irridu nkunu Gvern solidali mas-setturi l-iktar batuti tas-soċjeta' huwa billi nikkonsolidaw u ntejbu l-isforzi tagħna sabiex niżguraw li l-ebda persuna, anke jekk tkun persuna b'diżabbilta', ma toqgħod lura milli tipparteċipa bis-sħiħ fil-ħajja soċjali.", "Għalkemm Malta tinsab lejliet il-millennju l-ġdid, għandna biss tliet ċentri li jilqgħu fihom persuni b'diżabbilta' fil-komunita'.", "Dawn huma Dar Nazaret, Dar il-Wens u Dar il-Provvidenza u bejniethom jospitaw madwar 150 persuna.", "Dawn it-tip ta' ċentri huma ftit wisq u jenħtieġ li nagħmlu sforz kollettiv sabiex jiżdiedu.", "Nixtieq nagħmel suġġeriment żgħir dwar il-mod kif insejħu lil dan is-settur tal-poplu tagħna.", "Kien hemm żmien meta kienu jissejħu ħandikappati jew inkapaċitati - dawn il-kelmiet xejn m'huma sbieħ u jirriflettu mentalita' antikwata - u mbagħad biż-żmien bdejna nsejħulhom persuni b'diżabbilta'.", "J'Alla nibdew insejħulhom persuni bi bżonnijiet speċjali biex mhux biss nuru aktar rispett lejhom imma nuruhom ukoll li rridu nemanċipawhom dejjem aktar.", "Il- Gvern għandu viżjoni f'dan il-qasam u qed jintrabat li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabbilta' tiġi mwaqqfa b'liġi ħalli jkollha r- riżorsi sabiex tkun verament il-katalist għall-bidla fil-mentalita'.", "Dan il-Gvern huwa mpenjat li jgħaddi l-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs sabiex titneħħa kull forma ta' diskriminazzjoni li tista' ssir fil-konfront ta' dawn in-nies, li tiġi fis-seħħ il-liġi dwar il-volontarjat u li jiġu ntrodotti servizzi ġodda għal persuni bi bżonnijiet speċjali, bħalma huma assistenti personali, sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti kemm jista' jkun.", "Dan kollu juri li dan il-Gvern huwa ħanin, li għandu ruħ soċjali, li għandu l-boxla soċjali tidderiġih u li m'huwiex kadavru.", "X'inhi d-differenza bejn kadavru u ġisem?", "Wieħed għandu r-ruħ u l-ieħor m'għandux.", "Wieħed huwa mejjet u l-ieħor le.", "Dan il-Gvern huwa ħaj u m'huwiex kadavru mingħajr ruħ.", "Qasam ieħor huwa s-saħħa mentali.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, għalkemm bil-mod il-mod qed niġu konxji tal-wesa' tal-problema, għad baqgħalna x'naqdfu meta nipparagunaw ruħna ma' pajjiżi oħra f'dan il-qasam.", "Fil-komunita' għad għandna dar waħda biss għal dawn in-nies, Villa Chelsea f'Birkirkara.", "L-istigma assoċjata ma' din id-dar - forsi mhux daqskemm meta infetħet - hija sintomatika tal-kultura li tenħtieġ tinbidel mill- qiegħ u din ħafna drabi tkun ġejja minn nuqqas ta' informazzjoni.", "Kif nistgħu nibqgħu naċċettaw l-istatus quo li żewġ terzi tan-nies residenti f'Mount Carmel m'huwiex posthom hemm u jinsabu hemm sempliċement għax m'għandhomx post ieħor fejn joqogħdu!", "Dawn ukoll għandhom dritt sagrosant daqsna li jgħixu ħajja li twettaqhom u li fiha jsibu l-milja ta' l-għajxien tagħhom.", "Dawn ukoll għandhom potenzjali li jrid jiġi żviluppat.", "Mr Speaker, inħoss ukoll li hemm bżonn riforma kbira fil-Kodiċi Kriminali f'dak li għandu x'jaqsam ma' dik li aħna l-avukati nsejħulha demenza u t- tobba jsejħulha insanita'.", "Lejliet il-millennju l-ġdid għad għandna kodiċi li jiddistingwi biss bejn id-dementi u dak li m'huwiex, m'hemmx triq tan- nofs.", "Ħalli nieħdu Artiklu 34.", "Jekk jiena neċċepixxi li bniedem wettaq reat waqt li kien fis-sakra u għaldaqstant ma kienx konxju ta' dak li kien qed jagħmel, dan għandu jiġi kkonsidrat daqs miġnun u jintbagħat Mount Carmel, filwaqt li min verament għandu bżonn il-kura jitħalla barra?", "Mr Speaker, bl-akbar umilta' inħoss li dan l-istat ta' fatt huwa inaċċettabbli.", "Għandna bżonn il-half way institutions għal dawk il-persuni li filwaqt li posthom m'huwiex il-ħabs u lanqas barra, lanqas m'huma daqstant gravi li jiġu eżiljati f'Mount Carmel.", "Issa nitkellem dwar il-ġid ekonomiku, Sur President.", "Għal dan il-Gvern il-ġid ekonomiku waħdu mhux biżżejjed, aħna rridu nżewġu miegħu l-ġid, frott il-viżjoni politika u soċjali.", "Irridu niftakru li aktar ma se jkollna soċjeta` konsumista, frott il-ġid u l-espansjoni ekonomika, aktar se jkollna soċjeta` pluralista u liberali.", "Dan jgħidu fost oħrajn l- antropologu Ernst Gelner li b'mod skjett ħafna, fil-qosor jgħidlek li \"liberty has ridden to victory on the back of consumerism\".", "Għalhekk il- motivazzjoni ekonomika waħedha m'hijiex biżżejjed, irid ikollna l-viżjoni politika li tibbilanċjaha.", "U hawn nasal biex nitkellem fuq l-Unjoni Ewropea, Sur President, għaliex l-Unjoni Ewropea m'hijiex realta` ekonomika biss, hija realta` politika li trid tiġi apprezzata qabel ma tista' tiġi miftiehma minn Ċikku l-poplu.", "Dan il-Gvern se jkollu jġorr il-madmad tad-deċiżjoni li ttieħdet f'dawn l- aħħar sentejn f'dan is-settur, pero' fl-istess waqt ikollna nammettu li żdiedet il-ħrara tal-poplu tagħna li jissieħeb mill-iktar fis fl-Unjoni.", "Żdiedet il-ħerqa tal-poplu Malti li joħroġ mid-dlam tan-nuqqas ta' informazzjoni fuq dan is-suġġett; bi dritt għax id-dlam joħloq il-biżgħa.", "Żgur li t-triq mhux se tkun waħda għall-wita, iżda żgur li dan il-Gvern huwa impenjat li jistinka kemm jiflaħ biex jerġa' jagħti futur lil uliedna.", "Il-poplu għadu kemm iddeċieda li ma jridx tbatijiet biss, jistħoqqlu l- vantaġġi wkoll, jistħoqqlu li wara li jkun ġie ppreżentat lilu pakkett tal- kondizzjonijiet li Malta tkun ottjeniet mill-Unjoni jkun il-poplu sovran li jiddeċiedi abbażi ta' dak li jkollu quddiemu.", "Dak huwa l-għaqal, hekk jiddetta l-bonsens; l-ewwel innegozja u mbagħad tqabbel fejn tista' tqabbel.", "Dan huwa minn ewl id-dinja.", "Il-poplu tagħna jistaqsi: \"Għaliex ġejt imċaħħad minn sentejn utili?\"", "Forsi sentejn fil-ħajja tal-bniedem huma ftit, forsi fil-ħajja tan-nazzjon huma inqas, iżda kemm seta' jsir xogħol f'dawn l-aħħar sentejn!", "Ma konna se nitilfu xejn li kieku nnegozjajna u mbagħad għażilna, iżda il-\"kieku\" u l-\"kien\" qatt ma jiltaqgħu.", "Ir-realta` politika preżenti hija tali li l-Gvern se jinnegozja l-aħjar kondizzjonijiet għas-setturi kollha tas-soċjeta`, imbagħad isir referendum popolari.", "Hekk titlob id-demokrazija, Sur President, hekk titlob l-irġulija.", "Sur President, dwar l-Unjoni Ewropea hemm aspett partikolari li xtaqt niffoka fuqu.", "M'ilux kont qed naqra ktibt \"More Europe\" miktub fi Brussels minn grupp ta' akkademiċi kattoliċi Ewropej, kemm ġiżwiti u lajċi, li dawn jagħtu titwila analitika lejn il-proċess ta' integrazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn iħarsu lejn l-avveniment sekolari - għaliex huwa proċess sekolari l-proċess ta' integrazzjoni fi ħdan l-Unjoni - pero' mil-lenti ta' tagħlim nisrani.", "Fost oħrajn jitkellmu dwar il-valur tas-sussidjarjeta`, tas-solidarjeta` fl-Unjoni.", "Aħna nemmnu li dawn iż-żewġ konċetti huma l- ġebla tax-xewka tat-tagħlim nisrani dwar l-Istat.", "Dawn l-awturi jgħidu li fi żmenijietna l-Unjoni qed tiżviluppa intra-national subsidiarity aktar milli supra-national co-operation.", "Dan huwa sinjal ta' żmenijietna li jeħtieġ jiġi mifhum.", "Dan l-aspett ta' l-Unjoni jrid jiġi enfasizzat għax f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin kien hemm evoluzzjoni, mid-dipendenza ta' pajjiż fuq ieħor għaddejna għall-indipendenza ta' pajjiż minn ieħor u issa qegħdin fl- interdipendenza, fejn pajjiż jiddependi fuq l-ieħor.", "Dan huwa proċess kontinwu li m'huwa xejn għajr sinjal ta' żmenijietna li jrid jiġi mifhum, għax dak li ġara fil-Bosnia f'dawn l-aħħar tliet snin u dak li qed jiġri llum fil-Kosovo jurina li no country can be an island and no country can afford being an island.", "Għalhekk dan il-Gvern irid jimmira lejn sħubija fl- Unjoni, irid jipparteċipa fil-proċess ta' sussidjarjeta` ta' bejn il- pajjiżi u mhux biss bil-koperazzjoni internazzjonali.", "Sur President, semmejt l-Unjoni Ewropea u bħala żagħżugħ ma nistax ma nsemmix dik il-firxa fis-soċjeta` tagħna li jissejħu żgħażagħ.", "Ħafna jgħidulek li ż-żgħażagħ huma l-futur ta' pajjiżna, huma l-irġiel u n-nisa ta' għada pitgħada.", "Veru, pero' huma realta` preżenti tal-lum, jeħtieġ li jiġu mifhuma, mgħejjuna, apprezzati u valorizzati.", "Illum żagħżugħ irid li pajjiżu jerġa' jagħtih fiduċja fil-futur tiegħu u mhux jitlaq minn fuq il- bank ta' l-iskola jew ta' l-universita` b'qalbu maqtugħa, jekk hux se jsib xogħol jew le.", "Ma ninsewx - u dan huwa s-sewwa magħruf, huma fatti - li f'dawn l-aħħar sentejn 40% ta' dawk qiegħda huma taħt it-30 sena.", "Għalhekk iż-żgħażagħ jitolbu li jipparteċipaw bid-dritt fil-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewrope, bħal Leonardo, Socrates, Youth for Europe u l-Community Action Programme for Youths.", "Iż-żgħażagħ jitolbu li l-problema tad-droga tiġi analizzata b'reqqa.", "Proprju l-ġimgħa l-oħra minn studju tal-Caritas smajna li kważi 8% tat-teenagers fl-iskejjel tagħna, anke sa mill-eta` ta' 13-il sena, ikunu esperjenzaw id-droga.", "Għaliex?", "Ejja nħabbtu rasna ma' xulxin hawn ġew, mhux il-ponnijiet, u nfittxu r-raġuni.", "Jista' jkun hemm min jgħidli biex nikkonsla ruħi għax fl-Ingilterra r-rata qiegħda ta' 50%.", "Skużi, jien nikkonsla b'min hu aħjar minni, inħares lejn min hu aħjar minni u mhux lejn min hu agħar minni.", "Forsi 8% mhijiex xi rata fenomenali imma nħoss li jekk ma jitteħdux passi ta' prevenzjoni issa, għada se jkun tard wisq.", "Għalhekk dan il-Gvern huwa impenjat li fid-dipartiment tas-saħħa mhux biss jintroduċi taqsima ġdida ta' kura għaż-żgħażagħ biex tieħu ħsieb il-problemi li jolqtuhom, bħalma huwa stress li jinħoloq matul l-eżamijiet, l-istress frott l-għażla li student irid jagħmel għall-karriera futura tiegħu, stress - realta` preżenti llum - frott il-mard trażmess sesswalment, imma dan il-Gvern huwa impenjat ukoll li jimxi id f'id mal- Caritas, mas-Sedqa u mal-forzi kollha neċessarji sabiex jiġu prevented l- problemi tad-droga u x-xorb.", "Ilkoll naqblu li l-kura hija tajba, imma mhijiex biżżejjed, il-prevenzjoni hija kollox.", "Għalhekk jeħtieġ li sa mill- iskola primarja nibdew indaħħlu l-mentalita` li d-droga hija sempliċement ħarba mir-realta`, li ma tieħu xejn u ma se takkwista xejn billi tabbuża minnha.", "Sur President, mingħajr ma rrid, dan kollu jwassalni biex nitkellem fuq il-familja.", "X'importanza se jagħti dan il-Gvern lill-familja?", "Għal dan il- Gvern il-familja mhijiex biss, kif kienet qalet il-Ġnus Magħquda xi għaxar snin ilu, \"the smallest democracy at the heart of society\", iżda hija l- pern li madwaru ddur il-politika soċjali ta' dan il-Gvern.", "Mons. Arċisqof il-bieraħt lura fl-omelija tiegħu qalilna li hija l-ġebla tax-xewka tas- soċjeta', u l-istabilita' tagħha hija marbuta intrinsikament mal-ġid komuni.", "Aħna niddikjaraw li aħna kontra dak kollu li jgħin biex titnawwar il-familja, aktar u aktar jekk din tkun ġejja minn xi att leġislattiv ta' dan il-parlament.", "Aħna favur li tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn ir-raġel u l- mara imma nemmnu wkoll li l-mara m'għandux ikollha għalfejn tmur taħdem biex tlaħħaq ma' l-għoli tal-ħajja.", "Tmur taħdem għaliex tkun ħadet deċiżjoni minn rajja u mhux għaliex tkun sforzata miċ-ċirkostanzi soċjali u ekonomiċi tal-pajjiż.", "U meta ssib l-impjieg, dan il-gvern qed jidħol garanti li jdaħħal proċeduri effettivi kontra s-sexual harassment, u f'dan il-qasam għad baqagħlna x'nimxu.", "Minbarra hekk, dan il-gvern se jkun qiegħed jikkonsidra diversi sistemi ta' mpjiegi li jżommu preżenti r-realta' li bir-rivoluzzjoni elettronika ta' żminijietna aktar qed isir possibbli li x-xogħol jerġa' jibda jkun ibbażat id-dar, fuq l-organizzazzjoni familjari.", "Per eżempju, hemm il- proposta li għad trid tiġi mixtarra u studjata li tippermetti tnejn min- nies, ir-raġel u martu, li jieħdu post tax-xogħol wieħed bejniethom, jitħallsu paga waħda u jitneħħa l-leave ta' persuna waħda.", "Ovvjament is- sigħat tax-xogħol jinqasmu bi ftehim bejniethom.", "Is-sabiħ f'din is-sistema hija li tħalli l-possibilita' sħiħa tal-qadi tad-dmirijiet familjari.", "B'dan il-mod irridu nkunu proattivi, Sur President, f'din il-leġislatura.", "Dan il-gvern, bir-ruħ soċjali tiegħu, bil-viżjoni lejlet il-millenju l- ġdid, irid jintroduċi u jkun aġġornat mas-sistemi ġodda li qed jiġu ntrodotti f'pajjiżi aktar moderni minna.", "Il-messaġġ li rridu ngħaddu lill-poplu tagħna huwa: \"Meta trid, int poplu ħawtiel, int poplu bieżel.", "Dan il-gvern m'huwiex se jkun wieħed li jaqtagħlek qalbek.", "Dan il-gvern m'huwiex se jkun wieħed li jingħi u jokrob fuq il-problemi li għandu biex forsi titħassru.", "Anzi, dan il-gvern se jkun wieħed li jagħtik l-għodda biex tużahom flimkien mar-rieda tiegħek ħalli timxi 'l quddiem u ttejjeb lill-familja tiegħek.", "Aħna se nagħtuk l-ispazju fejn timraħ bl-inizjattiva tiegħek.", "Aħna għandna fiduċja fik, ja żagħżugħ, ja student, int mara tad-dar, int pensjonant, int negozjant, int ħaddiem ta' l-id, int ħaddiem f'uffiċċju, int bidwi, int sajjied u intom persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Għandna bżonn li l-potenzjal tagħkom jiġi żviluppat.\"", "Sur President, jiena nħoss li dan il-poplu għandu jkollu żewġ frażijiet bħala l-formamentis tiegħu fil-mixja lejn il-millenju l-ġdid.", "Bil-Latin kienu jgħidu festina lente, jiġifieri make haste slowly u carpe diem, jiġifieri live now.", "Dejjem trid tipprepara u tippjana għall-għada għaliex hekk jiddetta l-għaqal u l-bonsens pero' tħallix għal għada dak li tista' tagħmel illum.", "Dan il-pajjiż għandu bżonnok, int min int.", "Sur President, qabel nagħlaq nixtieq nagħmel riflessjoni politika.", "Jekk wieħed jistudja b'mod spassjonat l-istorja politika ta' pajjiżna f'dawn l- aħħar 30 jew 40 sena, isib li kull meta l-poplu Malti kien rinfaċċjat b'sitwazzjoni fejn kien f'salib it- toroq, at the crossroads, jew f'turning point fl-istorja tiegħu, dejjem ivvota favur il-Partit Nazzjonalista.", "Ngħidu aħna fl-1962 fejn kien hemm l- għażla - il-bivio jgħidulu t-Taljani - bejn l-integration u l-indipendenza, il-poplu għażel: \"Irrid rajja f'idejja, irrid is-sovranita`.\"", "Hekk ġara fl-1987 meta kellna l-għażla bejn gvern li jnaqqar id-drittijiet fundamentali tiegħek bħala bniedem u gvern li jagħtik il-ġustizzja u l- liberta`, u l-poplu nafu fejn għażel.", "Sa erba' ġimgħat ilu, fil-5 ta' Settembru, konna wkoll f'salib it-toroq, konna wkoll at the crossroads fil- ħajja politika ta' pajjiżna, u l-poplu reġa' wera li jrid l-istabbilta`, is- serħan tal-moħħ.", "Il-Maltin urew li jridu li l-futur jerġa' jibda għal pajjiżhom; il-poplu wera li jrid gvern li għandu fiduċja fis-setgħat ta' kull Malti u kull Għawdxi, u mhux gvern li jokrob bil-problemi.", "Il-poplu wera li jrid gvern li jaf fejn hu sejjer fis-setturi kollha tal-politika tiegħu.", "Sur President, bdejt b'ringrazzjament u nixtieq nagħlaq ukoll b'ringrazzjament.", "L-ewwelnett nirringrazzja lis-Sinjur Alla li tani l- grazzja nipparteċipa b'mod attiv u dirett fit-tfassil tal-futur ta' pajjiżi bħala membru ta' dan il-Parlament u nitolbu jagħtini d-dehen.", "Nirringrazzja lill-familja tiegħi għall-imħabba u għall-paċenzja, lil Marica u speċjalment lil ommi li Alla l-imbierek għoġbu jsejjaħ għal għandu.", "Nirringrazzja lill-edukaturi tiegħi, lill-Frères ta' De La Salle, lil sħabi u lil kull min f'ħajti tani pariri siewja.", "Nirringrazzja lil sħabi d-deputati tan-naħa tal-Gvern għall-inkoraġġiment tagħhom.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni li qagħdu jisimgħuni bil- paċenzja kollha.", "J'Alla kull wieħed minna fl-għeluq ta' din il-Leġislatura jkun jista' jgħid b'wiċċu minn quddiem, b'kuxjenza nadifa, li kien denju tal-fiduċja li l-elettorat wera fih.", "Grazzi ħafna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda l-mozzjoni ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi li tressqet fl-ewwel seduta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT(Ministru tal-Biedja u Sajd): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-ewwelnett kif inhija l-konswetudini, inħoss li għandi nawgura lill-kollega tiegħi għad-diskors li għamel.", "Ma nistax ngħid li qbilt ma' kulma qal, biss għalkemm ħares lejn l-affarijiet minn ottica ta' deputat Nazzjonalista, xorta waħda sposta l-argumenti tiegħu b'mod kemm jista' jkun oġġettiv u nawguralu kull suċċess kif nawgura lid-deputati kollha ġodda fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra li qegħdin preżenti llum.", "Sur President, għadna ħerġin minn ġimgħa kkaratterizzata minn dibattitu ekonomiku u finanzjarju li kien ħaj, li kien dinamiku u li kien varjat.", "Taqbel jew ma taqbilx miegħu, kellna d-Diskors tal-President, li qegħdin iwieġbu fuqu llum, li kif inhija l-prassi jkun qed jirrifletti l-politika tal-gvern tal-ġurnata; kellna l-eżerċizzju ta' benchmarking li sar mill-FOI u li deher timed għal ta' l-apposta sabiex joħloq ċerta diskussjoni fil- pajjiż; kellna laqgħat tal-gvern ma' diversi korpi kostitwiti illi fihom saru ċerti dikjarazzjonijiet, kummenti u stqarrijiet; kellna l-kummenti tal- korpi kostitwiti nfushom; u fl-aħħarnett imma mhux neċessarjament l-inqas importanti, anzi aħna nħossu l-iktar validi, kellna r-riflessjonijiet tal- Partit Laburista dwar l-andament ta' dan kollu li qiegħed nirrifletti għalih.", "Għalhekk jien fil-ħin limitat li rrid nieħu, biex ma nżommx il- business ta' din il-Kamra bla bżonn, xtaqt nagħti ħarsa fuq fuq lejn dawn id-diversi aspetti, ħalli nara kif kellna d-Diskors tal-President u anke affarijiet inċidentali li ġraw fl-istess ġranet u li ġew impacted fuq is- settur ekonomiku u dak finanzjarju, kemm b'dak li ntqal kif ukoll b'dak li ma ntqalx.", "Mr Speaker, l-ewwelnett ta' min jgħid li hekk kif inħatar il-gvern il- ġdid ingħatajna x'nifhmu li fi żmien ftit ġranet kien se jkun hemm a financial statement min-naħa tal-ministru tal-finanzi imma sa llum, li ninsabu fis-26 t'Ottubru, jiġifieri xahar u tliet ġimgħat wara li tela' dan il-Gvern, dan il-financial statement għadu ma sarx.", "Jien kont nippretendi li l-financial statement seta' jsir faċilment għaliex jekk wieħed kulma jkollu hu li jinterpreta figuri li jkunu ħejjew in-nies tad-dipartiment naħseb li żgur m'hemmx għalfejn wieħed jistenna seba' ġimgħat biex jagħmel il-kummenti tiegħu.", "Imma fl-assenza ta' dan il-financial statement, li kif jgħidu l-Ingliżi, s'issa huwa conspicuous by its own absence, naħseb illi għandna niffokaw xi ftit fuq dak li kellna uffiċjali s'issa; jiġifieri fuq il-figuri li ġew maħruġa mit-teżor il-ġimgħa li għaddiet li juru r-return komparattiv bejn ir-revenue u l-expenditure għall-ewwel disa' xhur ta' din is-sena u anke statistika oħra li ġiet pubblikata u li turi l-performance ekonomika tal-gvern, kemm għal dak li huwa settur pubbliku kif ukoll għal dak li huwa settur privat.", "Mr Speaker, jekk nieħdu l-ewwel l-aspett finanzjarju u neskludu l-public debt servicing, insibu li l-ispiża rikorrenti żdiedet biss marġinalment fuq dak li kienet fl-1997, u dan naħseb li huwa indikatur pożittiv ħafna għaliex jikkuntrastja bil-kbir ma' kif kienet tiżdied fis-snin l-imgħoddija riċenti.", "Per eżempju, bejn l-1994 u l-1995 l-ispiża rikorrenti kienet tiżdied b'9.4%, jiġifieri kulma kien hemm kienet ċaqliqa marġinali.", "Bejn l- 1995 u l-1996 kien hemm żieda ta' 11.1%, jiġifieri dan juri l-impenn li kien hemm min-naħa tal-Gvern ta' qabel biex l-ispiża rikorrenti, li biex ngħid hekk hija waħda mill-pjagi ewlenin ta' kull amministrazzjoni, ikunu x'ikunu ċ-ċirkostanzi tagħha, tiġi capped kemm jista' jkun.", "Jekk imbagħad wieħed iqis in-nefqa globali, jiġifieri kemm in-nefqa kapitali kif ukoll in- nefqa rikorrenti nnifisha, wieħed isib li f'dawn id-disa' xhur iż-żieda kienet biss ta' 1%, u hawnhekk wieħed irid iqabbel din iż-żieda marġinali maż-żidiet li kien hemm fis-snin preċedenti fejn normalment iż-żieda kienet tkun ta' 10.8% għal darbtejn in fila, 4.5% ...", "Jiġifieri d-differenza hija sostanzjali.", "U jiena nixtieq nibda billi nistaqsi lill-partit oppost kif fil-prattika beħsiebu jħaddem il-klawsola 45 tal-manifest tiegħu meta huwa qed jitkellem fuq politika li meta tagħsarha - u dan qaluh anke l- editorjalisti tal-gazzetti llum - hija politika espansjonistika.", "X'inhi l- klawsola 45, Sur President?", "Il-klawsola 45 tal-manifest Nazzjonalista tgħid li \"jsir kontroll aħjar fuq l-infiq tal-gvern u l-aktar biex titrażżan il-ħela\".", "J'Alla jsir hekk għaliex din kienet id-direzzjoni li konna qed nipprovaw nimxu fiha aħna, bħala amminstrazzjoni Laburista, kienet xi ħaġa li forsi anke tellfitna anke l-voti għaliex aħna wżajna id iebsa f'dan ir-rigward, imma naħseb li fiċ-ċirkostanzi kull amministrazzjoni jeħtieġ li timxi f'din id-direzzjoni mhux biss bil-lip service imma b'ċertu sens ta' impenn li jkun rifless fl- aħħar mill-aħħar fil-figuri nfushom.", "U issa nixtieq li nikkummenta ftit dwar dak li ħareġ mill-figuri komparattivi għal dak li huwa revenue ordinarju.", "Meta nħarsu lejn ir-revenue nagħmlu żball jekk aħna nitkellmu fuq CET biss b'mod iżolat u ngħid għaliex.", "Għaliex inti għandek ċerti items li qabel kienu jaqgħu taħt il-VAT li llum m'għadhomx jinġabru taħt is-CET, għadhom jinġabru xorta imma qed jinġabru taħt il-customs and excise.", "U għalhekk meta jsiru l-paraguni m'għandhomx isiru like with like bejn CET u bejn VAT imma għandhom isiru bejn VAT u customs and excise f'daqqa u bejn CET u customs and excise f'daqqa.", "Per eżempju, nista' nagħmel paragun bejn l-1995, li kienet l-ewwel sena li fiha ġiet fis-seħħ il-VAT, u l-1998, is-sena li qegħdin fiha bħalissa.", "Jekk nieħdu l-1995, l-ewwel sena tal- VAT, u nżidu magħha l-customs and excise - dejjem fl-ewwel disa' xhur biex inkunu komparattivi - insibu li kien hemm total ta' Lm63.6 miljun.", "Jekk nieħdu mbagħad id-disa' xhur għal din is-sena, insibu li l-figura telgħet għal Lm87 miljun.", "Jiġifieri din il-ħrafa kollha li s-CET m'hijiex trendi hija xi ħaġa totalment infondata meta wieħed ipoġġi s-CET fil-perspettiva attwali tagħha u flok iħares lejha f'iżolament iħares lejha fil-kontest ta' dawk l-items li kienu jagħmlu parti mill-VAT u llum jagħmlu parti mill- customs and excise.", "U għalhekk qed nagħmel dan l-eżerċizzju jien fejn nipparaguna customs and excise plus VAT as compared ma' customs and excise mas-CET.", "Ir-raġuni jafha kulħadd, Sur President, għaliex l-ewwelnett it- taxxi minn fuq l-Enemalta u t-Telemalta kienu jinġabru permezz tal-VAT, li m'għadux il-każ taħt is-CET, u kellna l-ispirti, is-sigaretti, it-tabakk u l-fuel li llum mhux jinġabru taħt is-CET imma jinġabru taħt dazji addizzjonali.", "Apparti minn hekk, meta wieħed jagħmel ċerti paraguni jrid joqgħod attent kif jagħmilhom.", "Għaliex dan l-aħħar kien hemm min qal li jekk naraw l-1997 u l-1998 insibu li kien hemm drop, kien hemm niżla 'l isfel f'dak li huwa dħul fil-każ tas-CET.", "Imma anke hawnhekk stess ma tistax tagħmel paragun like with like, u ngħid għaliex.", "Fl-1997 kellek l-ewwel sitt xhur fejn kien għad hemm is-sistema tal-VAT, allura kienu għadhom jinġabru dawk l-items kollha li semmejt iktar kmieni li llum ma jagħmlux parti mis-CET.", "Min-naħa l-oħra fl-1998 kellek is-CET mingħajr ma kellek component ta' VAT għaliex il-VAT kienet diġa` ġiet phased out.", "U għalhekk jien ma nafx sinċerament - u ngħidha bl-ikbar onesta` u mhux biex niddefendi s-CET għax jekk hemm affarijiet x'wieħed jikkritika ejjew nikkritikawhom - b'liema metodoloġija l-Partit Nazzjonalista jasal biex jikkonkludi - qaluha editorjalment fil-gazzetti - li kemm ilha li daħlet is-CET f'Malta kellna shortfall ta' Lm50 miljun taxxi.", "Filli qalu li daħħalna 50% ta' dak li kien jinġabar mill-VAT u issa qed jgħidu Lm50 miljun shortfall, jiġifieri lanqas qed ikunu konsistenti magħhom infushom fil-kritika, imma jien żgur li dawn iż-żewġ argumenti ta' kritika huma żbaljati on both counts.", "Huwa ironiku li min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista ftit li xejn ingħad dwar l-income tax.", "Veru li jitkellmu dwar il-bżonn li jkun hemm iktar kontrolli fuq l-evażjoni tat-taxxa - u fuq dan nitkellmu u naqbel jien li għandu jkun hemm kontrolli fuq l-evażjoni tat-taxxa - imma ftit li xejn saret riferenza għall-avvanzi sinifikanti li saru f'dawn l-aħħar snin f'dak li huwa ġbir ta' l-income tax.", "Per eżempju, jekk naraw l-income tax li nġabret f'dawn id-disa' xhur ipparagunata ma' l-1994, naraw żieda sostanzjali ta' 35%.", "Jekk imbagħad nagħmlu paragun mas-sena li għaddiet, l- 1997, anke hemmhekk insibu qabża sinifikanti ta' 10%.", "Dan juri li f'dak li huwa dħul ta' income tax, għalkemm għad hemm ħafna x'jista' jitranġa, għalkemm it-tax evasion tista' tiġi kkumbattuta b'mod iktar dirett u b'mod iktar effikaċi, xorta waħda f'dak li huwa ġbir tat-taxxa diġa` kien hemm indikaturi pożittivi li juru ċertu impenn min-naħa ta' l-amministrazzjoni li kellna fil-pajjiż sa Settembru ta' din is-sena.", "Irrid nitkellem ukoll dwar dak li huwa dħul ordinarju, u hawnhekk mhux se nagħmel l-iżball li noqgħod ninkludi l-loans għaliex ovvjament dawk jagħtu stampa distorted ta' dak li jkun l-ordinary revenue.", "Imma anke hawnhekk wieħed jara differenza bejn it-trend li kellna fl-aħħar snin u t-trend f'dawn l-aħħar disa' xhur sforz l-impenn tal-Gvern Laburista.", "U fejn toħroġ din id-differenza?", "Bejn l-1994 u l-1995 id-dħul kien żdied bi 11%, bejn l-1995 u l-1996 bi 2%, bejn l-1996 u l-1997 b'6%.", "Taf kemm żdied bejn l-1997 u l-1998, Sur President?", "Żdied b'17.8%.", "Nerġa' ngħid li dan juri impenn min-naħa tal-Gvern Laburista biex isaħħaħ l-għejjun tad-dħul ordinarju tal-pajjiż, anke jekk wieħed jeskludi l-fattur tal-loans.", "U għalhekk aħna ma nistgħux min-naħa tagħna naċċettaw l-argument li aħna kissirna l-Kaxxa ta' Malta, anzi aħna daħħalna, fil-fehma tiegħi, ċertu għaqal u ċerta prudenza fiskali għalkemm ovvjament kien għad baqa' ħafna xi jsir.", "U aħna fl-ebda stadju, lanqas fl-eqqel tal-kampanja elettorali, la l- Prim Ministru, la jien u lanqas kelliema oħra, qatt ma tajna l-impressjoni li l-problemi kienu qed jiġu solvuti, għidna biss li jidher li l-affarijiet mexjin lejn xi forma ta' stabilizzazzjoni.", "U għalhekk jien ngħid li l- performance tal-Gvern Laburista ma tridx taraha f'iżolament imma trid taraha f'kontest pjuttost komparattiv.", "Sur President, jekk wieħed jara, per eżempju, ir-revenue bħala persentaġġ ta' l-ispiża totali, anke hemmhekk wieħed jara ċertu avvanz min-naħa tagħna.", "Fl-1996 it-total revenue as a percentage tat-total expenditure kien 76%.", "Fl-1998 insibu li dan il-persentaġġ tela' għal kważi 90%.", "Jiġifieri l-gap, b'xi mod jew ieħor, was being bridged mhux ħażin.", "Ħalli nitkellmu ftit issa fuq dak li qed jissejjaħ - u ilu jissejjaħ - il-welfare gap.", "Jiena ma rridx nidħol fuq l-area tal-qasam soċjali li żgur se jitkellmu fuqha nies kompetenti min-naħa tagħha, imma ma nistax ma nitkellimx fuq il- welfare gap inniffsu għaliex jidher li se jkun hemm enfasi qawwija fuq dan is-settur li jistgħu joħolqu ċerti dubji dwar il-futur tas-servizzi soċjali nfushom mingħajr ma nippreżentaw lill-poplu alternattivi ċari u serji li joffru serħan il-moħħ.", "Għalhekk jiena, aktar milli nagħmel kummenti u nkun allarmista ż-żejjed bla bżonn, se nipprova npoġġi l-kliem tiegħi f'forma ta' mistoqsija aktar milli f'forma ta' kumment u nistieden lill-gvern ikun ċar kemm jista' jkun dwar il-politika tiegħu f'dan il-qasam ħalli nkunu nafu x'miżuri qed jikkontempla għas-snin li ġejjin biex jindirizza l- welfare gap b'mod effettiv.", "Dan qed ngħidu għaliex jekk inħarsu lura sa l-1993, Sur President, diġa' nsibu l-istess ministru tal-finanzi tal-lum jgħid li din hija problema serja u problema li trid tiġi ndirizzata mmedjatament għaliex aktar ma jgħaddi żmien minn fuqha aktar se jinħolqu problemi.", "Jiena ngħid li waħda mix-xenarji alternattivi li għanda nistudjaw - qed ngħid \"nistudjaw\" biex ħadd ma jikkwotani ħażin u jgħid li qed ngħid neċessarjatment \"nattwaw\" - hija s-sistema tal-pensjonijiet privati.", "Jiena nħoss li din għandha ssir biss taħt żewġ kondizzjonijiet, l-ewwelnett li jkun hemm garanzija li l- pensjonijiet u s-servizzi soċjali ma jiġux mittiefsa u minsusa u jibqgħu dejjem joffru dik is-safety net li pprovdew tul is-snin u t-tieni nett li jekk issir xi ħaġa f'dan ir-rigward, issir biss jekk ikun hemm il-qbil bejn il-partijiet soċjali kollha, b'mod partikolari t-trade unions.", "Dan għaliex jiena nemmen li jekk il-pajjiż - ikun hemm min ikun hemm fil-gvern - jiġi biex jattwa fuq pensjonijiet privati mingħajr il-backing tat-trade unions ikun qed iwelled annimal stramb, krejatura zoppa u proċess li ma jkunx qed jawguralu ġejjieni sabiħ quddiemu.", "Għalhekk fil-pajjiż għandu jkun hemm dibattitu wiesa' u miftuħ dwar il-pensjonijet privati, u għandu jiġi assigurat li jkun hemm l-impenn u anke l-approvazzjoni tal-partijiet soċjali kollha.", "Min-naħa tagħna bħala amministrazzjoni Laburista konna għamilna l-parti tagħna, konna kkummissjonajna studju minn actuaries ewlenin Ingliżi li, jekk m'iniex sejjer żball, jisimhom Wyatt u l-finanzjament ta' dan l- istudju kien sar jointly, jekk niftakar tajjeb, mill-Middle Sea Valletta Life Assurance Co. Ltd. u mill-Mid-Med Life Assurance Co. Ltd., żewġ kumpanniji ewlenin fil-qasam ta' l-assigurazzjoni lokali.", "Jiena ngħid li hemm bżonn li dan l-istudju issa jiġi mgħarbel mhux biss mill-Kabinett imma wkoll mill-partijiet kollha fil-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku ħalli l- impatt tiegħu jkun jista' jiġi mifli mill-angoli kollha.", "Sfortunatament min-naħa tagħna, aħna ma lħaqniex tajnih il-ħin li kien jixraqlu, u r-raġuni kienet li, kif jaf kulħadd, ħakmitna l- ingovernabilita' u għaldaqstant lanqas ilħaqna għaddejn jew iddiskutejna dan id-dokument mill-Kabinett.", "Għalhekk jiena nawgura li l- amministrazzjoni l-ġdida ssib il-ħin li tiffoka fuq dan l-istudju - mhux qed ngħid li dan l-istudju għandu l-imprimatur tagħna għaliex, nerġa' ngħid, lanqas biss kellna ċ-ċans niddiskutuh fil-livell ta' Kabinett - li għandu jservi bħala bażi ta' diskussjonim, kif għandu jservi wkoll ta' bażi ta' diskussjoni r-rapport interessanti li ħejja fuq il-welfare gap is-Sur Reno Camilleri, li dwaru kien diġa' għamel preżentazzjoni lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku.", "Niġu issa għat-taxxi l-ġodda.", "Mr Speaker, ma nistgħux nitkellmu fuq id-Diskors tal-President mingħajr ma nagħmlu riferenza għas-sistema ta' tassazzjoni ġdida li ssemmiet speċifikatament.", "Biss kif ġara anke fuq issues oħrajn, bħall-Unjoni Ewropea u bħad-deficit, m'hemm l-ebda indikazzjoni ċara ta' x'se tkun il- kritika tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "Jien ftit ilu, f'artiklu li ktibt f'xi waħda mill-kolonni ta' gazzetti lokali kkritikajt lil dan il-Gvern u sejjaħtlu a sound bite government.", "Illum din se nerġa' ngħidha għaliex il- Gvern jidher, b'ħafna esponenti minn tiegħu, li iktar huma interessati fis- sound bite li se jipprovdu lill-ġurnali, lir-radios u lit-televisions lokali milli lill-profondita' ta' l-argument u ħafna drabi qed jiġri li s- sound bites li qed ikun hemm qed joħorġu fid-deher b'kuntrasti kbar bejn ministru u ieħor u kultant anke bejn dak li jgħidu żewġ ministri u li jgħid il-Prim Ministru nnifsu fuq l-istess suġġett.", "Jekk hemm suġġett li qed juri kuntrasti kbar f'dawn is-sound bites li wieħed sema' f'dawn l-aħħar ġimgħat kienet proprju l-kwestjoni tat-tassazzjoni l-ġdida li l-Gvern qed jgħid li jrid idaħħal fil-pajjiż.", "Mr Speaker, l-ewwelnett ta' min jgħid li fil-manifest Nazzjonalista li rebaħ l-elezzjoni bih, il-kelma \"VAT\" ma tissemma mkien minkejja l-kritika li konna għamilna dwar dan tul il-kampanja elettorali.", "Biss lejn l-aħħar tal-kampanja elettorali, meta l-Prim Ministru, dakinhar Kap ta' l- Oppożizzjoni, kien beda jiġi ssikkat mill-media Laburista, huwa fl-aħħar beda jirriferi għat-tassazzjoni bħala VAT, u min bħali kien preżenti għall- attivita' tal-GRTU li saret nhar is-Sibt sema' li fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru rrifera għal-leġislazzjoni prospettiva b'mod speċifiku bħala t- tassazzjoni l-ġdida tal-VAT.", "Dan qed ngħidu għax jumejn jew tlett ijiem qabel il-Ministru Dalli ltaqa' mal-Kamra tal-Kummerċ u ġie rrapportat li qal - u dan ma ġiex irrapportat minn gazzetta Laburista imma minn \"In- Nazzjon\" - li huwa qed jersaq lejn dan is-suġġett mingħajr idea fissa jew partikolari.", "Ovvjament jidher li din il-quote ma tantx ħalliet reazzjoni pożittiva għaliex l-għada l-Ministru Dalli biddel id-diska tiegħu u beda jgħid li għandu ideat ċari fejn irid imur u x'sistema għandha tiddaħħal fil- pajjiż, imma qed joffri kollox għad-diskussjoni.", "Madanakollu jibqa' l-fatt li jekk wieħed jagħsar dak li qal liċ-Chamber of Commerce isib li l- Ministru Dalli qalilhom li hemm tliet għażliet; jew li tiġi emendata l-liġi tas-CET, jew li jkun hemm liġi kompletament ġdida jew inkella - milli qed nisma' tidher li din it-tielet option hija l-iktar waħda probabbli - li tiġi modifikata l-liġi tal-VAT innifisha.", "Huwa importanti li l-Gvern jitkellem ċar fuq dan is-suġġett għax fil- preżent teżisti inċertezza fil-pajjiż minħabba li hawn ħafna nies li ma jafux x'se jiġri b'mod speċifiku dwar it-tassazzjoni l-ġdida, u huwa inutili li noqogħdu ngħidu li m'hawnx inċertezza.", "Kienu jgħidu li hemm inċertezza meta aħna konna qed niddiskutu s-CET.", "Fil-fatt hawn inċertezza anke llum b'differenza waħda biss; li meta aħna tkellimna fuq is-CET diġa' kellna qafas lest ta' x'irridu tant li biddilna biss ċerti suġġerimenti pożittivi li ħarġu mil-laqgħat li l-Prim Ministru u l-kollaboraturi tiegħu, fosthom aħna, kellna ma' diversi korpi kostitwiti u negozjanti żgħar f'diversi bliet u rħula Maltin, jiġifieri morna b'qafas lest, morna b'outline, morna b'abbozz ta' liġi u kulma għamilna kien sempliċement fine tuning ta' dak li kien hemm maħsub, u min-naħa l-oħra, jekk naraw x'qed jiġri fil-każ ta' Gvern Nazzjonalista, insibu li dawn mhux qed imorru bil- qafas lest imma qed imorru b'kollox mifrux fuq il-mejda mingħajr l-ebda proposta speċifika min-naħa tagħhom biex jisimgħu lil kulħadd, u għalhekk jien ngħid li bla ebda dubju l-inċertezza li qed tinħass preżentement hija ikbar.", "Imma apparti minn hekk wieħed qed jara li anke bejn dak li qal il- Prim Ministru u dak li qed jgħid il-Ministru Dalli hemm baħar jaqsam.", "Per eżempju, l-ewwel nisimgħu lill-Prim Ministru jiġi intervistat fuq Radio 101 u jgħid li t-taxxa mhux se tkun iktar minn 15%, imbagħad nisimgħu lill-Ministru Josef Bonnici jgħid li għadu ma jistax jgħid jekk din it- taxxa hijiex se tkun ta' 15% jew ta' 20% għax għadhom qed jistudjaw ir-rati prospettivi u mbagħad imur il-Ministru Dalli quddiem wieħed mill-korpi kostitwiti, li kif għidt diġa' mingħalija f'dan il-każ kien iċ-Chamber of Commerce, u qalilhom li bħalissa għandu kaldarun sħiħ quddiemi b'ħafna rati ġo fih u qed jara liema napplikaw.", "Għalhekk meta wieħed jara li hawn dan il-ġigġifogu kollu, mhux biss dwar il-parametri tal-liġi imma anke dwar ir- rati prospettivi li jista' jkollha din il-leġislazzjoni, jinduna li l- inċertezza m'aħniex qed nitkellmu fuqha aħna biss biex nagħmlu xogħol ta' oppożizzjoni imma hija xi ħaġa li toħroġ weħidha għax hija xi ħaġa naturali li meta tibgħat dawn is-sinjali konfliġġenti tkun qed toħloq inċertezza, ikun x'ikun is-suġġett, iktar u iktar meta dan ikun jittratta dwar tassazzjoni, ħaġa li tolqot l-andament ekonomiku, il-qasam kummerċjali u anke l-qasam finanzjarju tal-pajjiż innifsu.", "Mr Speaker, apparti minn hekk kien hemm anke konfużjoni dwar it- tassazzjoni għax wieħed beda jistaqsi: Din se tidħol f'daqqa?", "Se tidħol phased in?", "Dan ġara għaliex filwaqt li l-Ministru Dalli qed jgħid li se jkollna ħin għad-diskussjoni imma m'għandniex intawlu żżejjed, min-naħa l- oħra mbagħad meta l-Ministru Bonnici ġie minn barra u ġie mistoqsi kif se tidħol din it-taxxa, dan wiegħed li din it-taxxa m'hijiex se tidħol f'daqqa imma se tiġi phased in gradwalment.", "Għalhekk jien naħseb li fuq din it- taxxa hemm żewġ aspetti rridu nitfgħu l-ispotlight fuqhom minn issa għax jidhirli li dawn se jkunu l-iktar żewġ aspetti kritiċi dwar it-taxxa nnifisha.", "Sur President, il-claim li qed jagħmel il-Gvern hija li r-refunds huma bżonn ekonomiku.", "Jien ngħid li r-refunds m'huma bżonn ekonomiku xejn imma jiftħu l-bieb għal abbużi kbar, se jservu ta' tentazzjoni għan-nies imdaħħla fin-negozju u għalkemm jien nemmen li l-maġġoranza tan-nies fin- negozju huma nies serji u ta' l-affari tagħhom jien ngħid li jistgħu jkunu ta' tentazzjoni anke għal min huwa serju u ta' l-affari tiegħu.", "It-tieni ħaġa li rrid ngħid f'dan ir-rigward hija li min jaf kif tħaddmu r-refunds biex jiġu pproċessati f'dawn l-aħħar snin jaf kemm kienu problematiċi għall- uffiċċju tas-CET u għalhekk jien ma nafx kif f'daqqa waħda qed jgħidu li r- refunds se jitħaddmu b'mod mgħaġġel fejn kważi r-refund jitħallas fil-ħin.", "Naturalment jista' jiġri hekk imma biex jiġri hekk se nkunu qed indaħħlu take away system li l-aħħar ħaġa li tkun qed tagħmel huwa li fil-pajjiż iżżomm ċerti checks and balances għax għall-kuntrarju tkun qed tagħti lok għal ħafna abbużi ġodda f'dan ir-rigward.", "Sur President, imbagħad hemm l-aspett tad-discretionary power.", "Meta aħna konna tajna ċerti poteri ta' diskrezzjoni fuq eżenzjonijet lid-direttur tas- CET, dakinhar il-Ministru Dalli, bħala spokesman ta' l-Oppożizzjoni, kien qal li huwa ħażin li d-direttur tas-CET jkollu d-discretionary powers għax dawn jistgħu jitfgħu lok għal abbuż.", "Biex inkun fair mal-Ministru Dalli rrid ngħid li dan hu qalu mingħajr ma tefa' l-ebda dell fuq id-direttur tas- CET inniffsu.", "Imma issa qed nisimgħu l-istatement ta' l-istess Onor. Dalli, din id-darba fil-kapaċita' tiegħu ta' ministru, fejn qed jgħidilna li biex il-liġi tkun aktar user-friendly, hemm bżonn id-discretionary powers tad-direttur ħalli nnaqqsu ċerta riġidita' li seta' kellha l-VAT.", "Għalhekk jiena ngħid li jidher li hawnhekk deħlin f'baħar imqalleb fejn il- gvern għandu nuqqas serju ta' direzzjoni dwar fejn jixtieq imexxi fuq dan is-suġġett.", "U huwa inutli li jiġi l-Ministru Dalli u joqgħod jgħid \"Aħna gvern ta' deċiżjonijiet effiċjenti u mhux gvern ta' formoli maġiċi\".", "Jiena ngħid li bħalissa hemm konfużjoni manja li żgur ma tawgurax stabilita' fil- pajjiż.", "U jekk hemm settur li din il-kwesjtoni tat-tassazzjoni qiegħda toħloqlu inċertezza, dan huwa s-settur tat-turiżmu.", "Huwa veru li l-gvern min-naħa tiegħu qal li se jkun hemm rata speċjali għat-turiżmu, imma dan ma jfissirx li din ir-rata se tibqa' l-istess bħal dik li hemm illum.", "Tista' tkun rata ogħla; tkun inqas mill-15% imma tkun rata ogħla minn dak li drajna bih f'dawn l-aħħar snin.", "U jkun żball kardinali jekk tintmiss ir- rata tat-turiżmu għaliex inkunu xellifna l-kompetittivita' tal-qasam turistiku b'daqqa ta' pinna.", "Għalhekk jiena minn issa stess ngħid li jkun x'ikun l-eżitu tad- diskussjonijiet fuq it-tassazzjoni, xejn xejn għall-benefiċċju tas-settur turistiku, il-Gvern għandu minn issa jiġi clean fuq dan is-suġġett u flok joqgħod jagħmel ħafna tidwir mal-lewża, jgħid ċar u tond, bħala sinjal għas- settur turistiku, x'se tkun ir-rata applikabbli għas-settur inniffsu.", "Aħna nitħassbu wkoll li din il-leġislazzjoni ġdida tista' twassal għal inflazzjoni ġdida fil-pajjiż, u dan it-tħassib mhux biss qed nuruh aħna imma wrietu anke l-Federation of Industry li f'laqgħa li kellha mal- ministru qalet li tixtieq tawgura li l-leġislazzjoni l-ġdida ma tkunx waħda inflazzjonarja.", "Sur President, qalulna wkoll li se jkun hemm bażi ta' rabta bejn it- tassazzjoni l-ġdida u l-evażjoni tat-taxxa.", "Anzi, ammettew li taħt is- sistema tal-VAT kien hemm ċerti nuqqasijiet, u qed nieħu gost li qed nisma' għall-ewwel darba lill-Gvern Nazzjonalista jikkritika n-nuqqas ta' tightness li kien hemm fuq it-tassazzjoni fuq il-kwestjoni tal-VAT.", "Għaliex aħna dejjem konna nisimgħu li l-VAT għalqet ħafna mill-abbużi tat- taxxi u li meta daħlet is-CET l-affarijiet reġgħu marru l-baħar.", "Jiena, filwaqt li nawgura li l-Gvern jimpenja ruħu bis-sħiħ biex jieħu passi kontra l-evażjoni tat-taxxa - dan huwa suġġett li żgur li fuqu se jkun hemm impenn ta' solidarjeta' min-naħa ta' l-oppożizzjoni - irrid infakkar kif fil-kwiet u mingħajr daqq ta' trombi, fiż-żmien qasir li kont ministru tal- finanzi, kont tajt linji gwida lill-kummissarju ta' l-inland revenue department kif għandu jinvestiga nies li jippossjedu ċerti affarijiet - per eżempju, nies li jippossjedu karozzi b'ċilindratura kbira u nies li huma sidien reġistrati ta' yachts - bħala mezz li permezz tiegħu nistgħu nikkumbattu l-evażjoni tat-taxxa.", "Jiena nittama li dawn l-affarijiet marbutin mal-lifestyle ta' l-individwi jibqgħu jiġu ndirizzati, kif għandhom jiġu ndirizzati ovvjament setturi naturali bħas-setturi tan- negozju u s-setturi tal-professjonisti.", "Jiena nħoss ukoll li għandi nitkellem xi ftit fuq l-indikaturi ekonomiċi li ħarġu fl-aħħar ġimgħat ta' din is-sena, indikaturi li meta wieħed iħares lejhom jara li l-impressjoni li qed jipprova jagħti l-gvern, dak inhar Oppożizzjoni, li quddiemna aħna kellna ċpar biss, kienet illużjoni daqskemm kienet illużjoni l-ħrafa li ħareġ biha l-Prim Ministru dawn l-aħħar ġranet meta qal li l-pajjiż kien għaddej minn koma.", "L-indikaturi ekonomiċi juru li għalkemm kien għad hemm ħafna xi jsir konna bdejna mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "L-ewwelnett il- growth tal-GDP, il-kejk nazzjonali tal-pajjiż, kien qed ikun primarjament export led, jiġifieri t-tkabbir tiegħu kien qed ikun dovut prinċipalment għall-esportazzjoni.", "L-aħħar figuri li ħarġu juru li x-share tal- manifattura issa laħaq tela' għal 25%.", "Dawn il-growth rates jisbqu dawk li kien hemm fit-tliet snin ta' qabel.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix, b'mod partikolari fl-assenza tal- kollega tiegħi l-Onor.", "Karmenu Vella, dak li sar ta' fejda fil-qasam turistiku.", "Fil-qasam turistiku l-figuri - il-figuri nerġa' ngħid, mhux il- propaganda - juru konsolidament u titjib min-naħa tagħna u dan huwa rifless fiż-żieda li kien hemm fl-arrivals, fl-occupancy ogħla li kien hemm fil-lukandi 4-Star u 5-Star u anke fil-figuri record għal dawk li huma passiġġieri tal-cruise liners.", "Kien hemm titjib ukoll fil-bilanċ tal- pagamenti.", "Kien hemm titjib ukoll f'dawk li huma t-terms of trade tal- pajjiż.", "Per eżempju, jekk nieħdu l-aħħar figuri it-trade gap ġiet narrowed, ċkienet b'Lm34.6 miljun.", "Dan kien dovut għall-fatt li filwaqt li l-esportazzjoni telgħet bi 15.9%, kważi 16%, l-importazzjoni telgħet b'4.7%.", "U ma' dawn hemm fattur ieħor importanti, li għalkemm l- importazzjoni ma telgħetx bl-istess ritmu li telgħet biha l-esportazzjoni u għalkemm il-consumer goods niżlu xi ftit, dawk li huma industrial supplies, jiġifieri dawk li huma marbutin ħafna drabi ma' produzzjoni industrijali, telgħu u żdiedu bħala persentaġġ.", "Fuq il-qgħad, għalkemm wieħed ovvjament m'għandux ikun kuntent bil-figura tal-qgħad, xorta wieħed jista' jgħid li għadna sew taħt l-average ta' l- Unjoni Ewropea, fejn għandek qgħad strutturali.", "Wieħed jara li kien hemm ħolqien ta' jobs ġodda fil-private sector u anke għal dak li huwa part-time work.", "Jien smajt diversi kelliema tan-naħa tal-Gvern, kemm issa u kemm qabel l-elezzjoni, jgħidu li l-part-time work kien qed jonqos taħt Gvern Laburista.", "L-istatistika uffiċjali turi li tul dawn l-aħħar tmien xhur il- part-time work effettivament kiber u mhux naqas.", "Jiġifieri dan huwa indikatur ieħor pożittiv li xtaqt nissolleva hawnhekk.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-inflazzjoni jidher li għalkemm kien hemm ċertu awment tul ix-xhur, mill-aħħar figuri jidher li l-figuri qed jiġu stabilizzati u tajjeb li wieħed jgħid li r-rata ta' inflazzjoni wara li daħlet is-CET kienet ferm iktar imrażżna mir-rata ta' inflazzjoni li kien hemm fl-ewwel sena wara l-introduzzjoni tal-VAT għaliex, jekk niftakar sew, meta kienet introdotta l-VAT l-average rate ta' inflazzjoni kienet ta' 3.98%, 4.01%, jiġifieri ogħla mir-rati li kien hemm wara l-introduzzjoni tas-CET innifisha.", "Settur ieħor li naħseb li wieħed irid jirrifletti fuqu huwa s-settur tad- Drydocks fejn mhux biss kellek żieda fit-turnover imma kellek decline, tnaqqis fil-livell tal-losses.", "Dawn huma kollha fatturi pożittivi li wieħed għandu jissolleva, Mr Speaker.", "Sar xogħol fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u nawgura li dan jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin.", "Kellna żieda fir-reġistrazzjonijiet u għandna l- vantaġġ li dan is-settur irridu nibqgħu nikkoltivawh.", "Dan il-vantaġġ huwa fuq il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għax minħabba r-regoli interni tagħhom dawn qed ikollhom jersqu għal ċertu armonizzazzjoni li lilna kieku kienet ittelfilna l-edge kompetittiva min-naħa tagħna.", "Ħalli niġi għall-Freeport.", "Dan kellu żieda f'dak li huwa throughput u f'dawk li huma servizzi ta' transhipments li għamel f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "B'mod pożittiv irrid ninnota illi fil-konsultazzjonijiet li kellha mal- Gvern, il-Federazzjoni ta' l-Industriji għamlet sejħa biex jinżamm l-istess perijodu ta' ristrutturazzjoni li kien ġie maqbul ma' Gvern Laburista, jiġifieri ta' ħamsa u seba' snin.", "Din hija konferma li l-pjan tagħna kien wieħed realistiku u kien imfassal id f'id mas-settur industrijali Malti u mal-korpi kostitwiti Maltin.", "Għalkemm kien hemm ħafna gazzetti li taw twist ta' gloom and doom għas-survey li għamlet l-FOI dan l-aħħar, kien hemm ċerti aspetti pożittivi li wieħed għandu jissolleva u fosthom primarjament li l-local order book ta' ħafna kumpanniji kien stabbli għat- tieni half ta' din is-sena, li d-ditti l-kbar ta' esportazzjoni ma deherx li kellhom fatturi quddiemhom li jillimitaw il-programmi kapitali tagħhom u kien hemm anke tħeġġiġ min-naħa tagħhom - li miegħu ningħaqdu aħna wkoll - biex il-Gvern ifittex jalloka l-qasam industrijali, kemm mill-fondi tal- privatizzazzjoni tal-Maltacom u anke mill-fondi tal-protokoll ta' l-Unjoni Ewropea li kien hemm commitment fuqu min-naħa tagħna li jiġu allokati għar- ristrutturazzjoni fil-pajjiż.", "Mr Speaker, vojt partikolari li kien hemm fid-Diskors mit-Tron kien jirrigwarda mill-inqas żewġ aspetti, l-investment promotion li għaliha saret riferenza in passing biss, ir-ristrutturazzjoni li wkoll għaliha saret riferenza in passing u kien hemm biss lip service, u mbagħad għal dak li huwa liberalizzazzjoni ma kien hemm l-ebda riferenza, wisq anqas kien hemm it-time frames li wieħed kien jistenna mill-amministrazzjoni l-ġdida li għandna quddiemna.", "Hawnhekk wieħed bilfors ikollu jirrifletti kemm dak li kien qed jintqal dan l-aħħar min-naħa ta' l-FOI u anke dak li ntqal min- naħa tal-Gvern għax hemm daqsxejn ta' kuntrast Mingħajr ma nkun neċessarjament kritiku għall-FOI, nixtieq nirrifletti fuq il-fatt li meta aħna konna nitkellmu fuq il-ħofor finanzjarji, l-FOI ħafna drabi kienet tgħidilna li qed nagħmlu ħażin nitkellmu żżejjed fuq il-ħofor għax b'hekk inkunu qed noħolqu nċertezza fil-pajjiż u nkunu qed niddempinjaw l-effett psikoloġiku pożittiv li wieħed jista' jkollu meta jħares lejn il-prospetti għal quddiem.", "Aħna għallinqas fuq ħofor tkellimna!", "Dan l-aħħar il-President ta' l-FOI qal: \"The economy can collapse if no action is taken\".", "Jiġifieri hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi ħofra u mhux qed nitkellmu fuq xi problemi baġitarji jew fiskali biss imma qed nitkellmu fuq ekonomija li fil-fehma tagħhom waslet biex tikkollassa.", "Anke l-Gvern innifsu kważi kważi ħassu mbarazzat b'din it-tip ta' dikjarazzjoni għax fil-pront qam il-Ministru Josef Bonnici u qal \"Isma', minkejja kollox, l-istat ta' l-ekonomija m'huwiex fi stat daqshekk estrem u għalhekk m'hemmx bżonn li jittieħdu miżuri estremi\".", "Għalhekk il-Gvern jidher li qed jinqabad daqsxejn f'catch-22 situation u ma jkunx jaf kif jirreaġixxi għaċ- ċirkostanzi għax qed idoqq wisq diski differenti skond l-udjenza li jkollu quddiemu.", "Jekk ikollu trade unions jipprova jpinġi stampa kerha kemm jista' jkun, jgħidilhom iżommu saqajhom ma' l-art, jiddempiljalhom l- aspettattivi u d-demands tagħhom kemm jista' jkun u jekk qed jitkellem imbagħad ma' korpi kostitwiti oħrajn, jitkellem b'mod differenti kif għadni kif semmejt issa stess.", "Mr Speaker, l-importanti hu li żgur m'għandniex sitwazzjoni fejn xi ħadd jista' jitkellem b'mod trijonfalistiku dwar il- qagħda attwali minkejja dawn l-indikaturi pożittivi li jien ikkwotajt aktar kmieni.", "Ħalli niġi għad-devalwazzjoni.", "Inħoss li d-devalwazzjoni hija issue li fuqha l-Gvern Nazzjonalista lagħab il-karti tiegħu ħażin.", "Meta kienet ġejja l-elezzjoni kien hemm xi kelliema minn tagħhom - forsi ma qaluhiex formalment imma qaluha f'interventi li għamlu fl-istampa, anke f'artikli li kitbu - li antiċipaw li stajna konna ninsabu lejliet devalwazzjoni.", "Issa ġara li nbidel il- gvern u bdew jiġru ħafna xniegħat dwar il-possibbilta' ta' devalwazzjoni.", "Għalkemm il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi fl-aħħar ikkummenta u ċaħad li m'hemmx devalwazzjoni ppjanata, jien ngħid li kien slow ħafna fir-reaction tiegħu, dam ħafna ma rreaġixxa u laħqet saret ċertu ħsara u laħaq sar anke ċertu outflow ta' kapital minn Malta, kif qrajna anke dan l-aħħar, argument li ma ġiex ribattut min-naħa ta' l-awtoritajiet Maltin.", "Għalhekk jien ngħid li din tad-devalwazzjoni hija xi ħaġa li l-Gvern għandu jkun ċar dwarha u għandu jagħmel il-pjani tiegħu ċari għax inkella żgur joħloq inċertezza kbira fil-pajjiż apparti mill-fatt li jien personalment nemmen li d-devalwazzjoni bħalissa żgur ma toffrix soluzzjoni għas-sitwazzjoni li għandna meta wieħed iqis li aħna an importing country u nkunu qegħdin inkissru aktar il-konsum fil-pajjiż.", "Jiena persważ li fuq l-Unjoni Ewropea bħala suġġett se jitkellmu kelliema oħrajn imma rrid nirrifletti, anke f'kontest ekonomiku, li diġa' tbiddlet ħafna id-diska f'dan ix-xahar u nofs jekk wieħed iqabbel ir-retorika tal- kampanja elettorali mal-qagħda attwali kif qed tiġi esposta mill-kelliema tan-naħa tal-Gvern.", "L-ewwelnett kellna rapporti fl-istampa - dawn ma ġewx miċħuda min-naħa tal-gvern - li Franza u l-Ġermanja, li għalihom huma żewġ muturi ewlenin ta' l-Unjoni Ewropea, huma xettiċi ħafna fuq l-applikazzjoni Maltija u apparti minn hekk kien hemm l-Onor. de Marco li tkellem kif tkellem fil-kampanja elettorali u għamel ħafna enfasi fuq l-applikazzjoni Maltija, imbagħad appena daret il-folja beda jgħid li hu m'huwiex profeta u li t-triq 'il quddiem hija twila u tqila u għamel ħafna kummenti oħra simili li żgur jikkontrastjaw bi kbir mal-mod kif tkellmu qabel il-kampanja elettorali.", "Mr Speaker, dan narawh ukoll anke fil-kwestjoni tal-pre-accession funds.", "Aħna nafu kif fil-kampanja elettorali konna niġu bbumbardjati b'ħafna figuri dwar pre-accession funds li kien se jkollha Malta f'temp ta' ftit ġimgħat.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbu, jippermettilli ftit l-Onor.", "Membru.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Brincat ikompli jinstema'.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Leo Brincat ikompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant u nipprova nagħlaq fi ftit minuti, Sur President.", "Li kont qed ngħid fuq il- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea hija li issa anke l-Ambaxxatur ta' l-Unjoni Ewropea stess ipprova inaqqas iktar dawn il-ħafna aspettattivi fuq pre- accession funds u din l-approach li ħa l-Gvern illi jgħaqqad l-kwestjoni tas-sħubija ma' kemm jew kif se jiġu dawn l-imberkin pre-accession funds.", "X'qal l-Ambaxxatur Boggio?", "Jekk m'iniex sejjer żball Boggio kien qed jitkellem fi breakfast conference tal-Business Weekly u qalilhom:", "\"A country should not take pre-accession funds into consideration when deciding if to join or not.\"", "U biex inkun fair ma' l-EU, jien ngħid li mhux tort ta' l-EU li kien hemm din l-aspettattiva kollha imma t-tort kien tal-Gvern innifsu li webbel tant lill-poplu fil-ġranet ta' qabel l-elezzjoni nnifisha.", "Niġu issa għad- deficit innifsu.", "Qabel l-elezzjoni l-poplu ġie bbumbardjat b'ħafna figuri dwar kemm se nġibu miljuni mill-Unjoni Ewropea, ECU80 miljun, ECU40 miljun, ECU60 miljun, ECU70 miljun, u issa qed niġu bbumbardjati b'ħafna figuri li jikkonċernaw id-deficit.", "Filli Lm80 miljun, filli Lm120 miljun, filli mbagħad dehru li ssetiljaw fuq Lml50 miljun, u mbagħad il-ġimgħa li għaddiet ħarġet anke l-figura ta' Lm170 miljun.", "L-ewwelnett naħseb li l- poplu jixraqlu aħjar minn hekk u l-poplu għandu jiġi mfakkar kif verament twieled dan id-deficit, li ngħidu x'ngħidu huwa deficit strutturali.", "U jekk in-naħa l-oħra jiċħdu dan inutili li niddiskutu aktar, l-istess bħall- kwestjoni tad-dejn nazzjonali.", "U inutili nwaħħlu fis-CET għad-deficit.", "Fl- aħħar leġislatura kien hemm deputat fostna li veru ma kienx jaqbel fuq it- tassazzjoni tas-CET, imma biex inkun fair f'artikolu minn tiegħu meta tkellem fuq l-argument li jallaċċjaw is-CET mad-deficit uża l-kelma \"rubbish\" u qal li ma jagħmel l-ebda sens li inti twaħħal fis-CET għad- deficit li jista' jkollu l-pajjiż bħalissa.", "Huwa unfair ħafna għall-poplu li jkollok figura li tinbidel kull erbat ijiem għaliex dan jew jagħti lok għal creative accounting jew suspetti ta' creative accounting jew inkella jagħti lok li wieħed jaħseb li ċerti nies tekniċi ma kenux konsistenti fix- xogħol tagħhom.", "U jien ma rridx nemmen dan għax jien nemmen li n-nies li hemm fil-ministeru tal-finanzi huma nies tekniċi u ta' l-affari tagħhom u żgur mhux se jkunu inkonsistenti magħhom infushom ma' xogħol li għamlu ftit ġimgħat ilu.", "Mr Speaker, jien qed ngħid hekk għax ftit qabel ma spiċċajt mill-inkarigu tiegħi ta' ministru tal-finanzi, kont ġejt ippreżentat bil-pożizzjoni tal- Fond Konsolidat min-naħa tan-nies tekniċi tal-finanzi, li nerġa' ngħid għandi kull rispett għall-kompetenza teknika tagħhom, u l-figura li tawni tad-deficits dakinhar kienet li d-deficit kellu jkun Lm80 miljun sa l-aħħar tas-sena imma kien hemm indikaturi li seta' jiġi revised għal Lm70 miljun.", "Issa jekk din il-figura kenitx ġeneruża jew le nieqaf hawn imma xorta ngħid li hemm baħar jaqsam bejn il-figura ta' Lm70 miljun li ġejt ippreżentat biha f'Awissu u l-figura ta' Lm170 miljun li qed tissemma dan l-aħħar min- naħa tal-ministru tal-finanzi u min-naħa ta' diversi kelliema tal-Gvern.", "Mr Speaker, jien ngħid li qed tintlagħab logħba psikoloġika biex jitbaxxew l-aspettattivi tal-poplu u qed tintlagħab logħba wkoll biex kemm jista' jkun jintefa' dell ikrah fuq l-amministrazzjoni Laburista.", "Madanakollu jekk kemm-il darba l-Gvern qed jilgħab din il-logħba għandu żewġ dilemmi quddiemu; l-ewwelnett għandu l-ikbar dilemma li huwa l- manifest elettorali tiegħu, għaliex jien nemmen li jekk jiġi biex jattwa dawk il-130 wegħda d-deficit żgur li jsir ferm iktar insostenibbli milli huwa sa llum, u t-tieni nett jien ma nafx kif se jirreaġġixxu l- istituzzjonijiet internazzjonali tal-kreditu, bħall-Moody's, Standard & Poor's u l-Fond Monetarju Internazzjonali meta jaraw il-figura tad-deficit ta' pajjiżna tisplodi 'l fuq, kif fil-fatt qed tisplodi skond il- kwotazzjoni min-naħa tal-kelliema tal-Gvern f'dawn l-aħħar ġranet.", "Mr Speaker, l-uniku punt li rrid nagħmel qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi fuq id-deficit li għandu pajjiżna hija li veru li dan l-aħħar kien hemm min skopra l-Maastricht criteria u fil-fatt kellna anke graphs u figuri ta' kemm il-persentaġġ tad-deficit tagħna mal-GDP huwa sproporzjonat ma' dak ta' pajjiżi oħra, pero' naħseb li jekk irridu nkunu serji u ċari ma' l-elettorat irridu ngħidulu meta u kif nibet dan id-deficit strutturali u mhux nipprovaw nagħtu l-impressjoni li huwa xi ħaġa li nibtet proprju l- bieraħ.", "Minkejja li mhux kulħadd jieħu into consideration il-public sector borrowing tal-corporations, jekk verament irridu nagħtu stampa ta' dak li huwa d-debt outstanding tal-public sector corporations irridu nuru ċerti figuri.", "Jien se nikkwota figura waħda għax niddejjaq ngħabbi lill-Kamra b'ħafna figuri.", "Fl-1990 jekk wieħed iżid x'kellu l-gvern ma' x'kellhom il- public sector corporations wieħed isib li kien hemm Lm320 miljun.", "Fl-1996, jiġifieri fl-aħħar sena li għamel Gvern Nazzjonalista, għax huwa għamel għaxar xhur minnhom jew iktar, din il-figura splodiet 'il fuq għal Lm977,234 miljun.", "Jiġifieri l-figuri jitkellmu weħidhom u juru li d-dual deficit li kellna f'pajjiżna, kemm dak tad-deficit innifsu kif ukoll dak tad-dejn nazzjonali, splodew 'il fuq ħafna qabel ma tela' l-Gvern Laburista fil-poter.", "L-aħħar osservazzjoni li rrid nagħmel hija li fid-Diskors tal-President m'hemm xejn dwar il-politika tal-Gvern rigward il-korporazzjonijiet pubbliċi ewlenin, speċjalment dawk li huma ta' piż għall-Kaxxa ta' Malta, u hawnhekk qed nitkellem partikolarment għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kif ukoll għall-Enemalta.", "L-ewwelnett ma jintqal xejn dwar xi pjani hemm min-naħa tal-gvern biex ipoġġihom fit-triq tal-fejqan u l-viabilita', u allura wieħed jistaqsi wkoll jekk dawn jinkwadrawx x'imkien fil-pjan u fil-programm ta' privatizzazzjoni li forsi għandu mħejji l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "X'inhu l-programm ta' privatizzazzjoni ta' dan il-gvern, Sur President?", "Forsi għadu kmieni biex nistennew li nitkellmu dwaru fid-Diskors tal- President u wieħed jittama li dan joħroġ f'iktar dettall fil-budget li tiġi ppreżentata din il-Kamra fil-ġejjieni qrib, imma huwa importanti wkoll li nkunu nafu x'se tkun il-politika tal-gvern vis-a-vis l-impjiegi fis-settur pubbliku.", "Dan qed ngħidu għaliex min-naħa għandek il-gvern li għamel ħafna wegħdiet elettorali fejn qal li ta' l-impressed ried jagħmilhom tal-post u ħafna affarijiet oħra simili, imma min-naħa l-oħra l-Prim Ministru, meta l- ġimgħa li għaddiet ġie intervistat minn \"The Malta Business Weekly\", qal li fir-recruitment se nirrestrinġu kemm nistgħu, se nirrestrinġu permezz tal- privatizzazzjoni, se nirrestrinġu permezz tal-national wastage u wkoll billi jkollna restricted recruitment for certain grades.", "Jiġifieri f'ċerti gradi, per eżempju, fil-livell ta' labourers u gradi oħra simili se jirrestrinġi kemm jista'.", "Allura hemm kuntrast kbir bejn dak li qal fuq il- każ ta' l-impressed u dak li qed jgħidu issa għal dawn il-gradi inferjuri taċ-ċivil.", "Jiena naħseb pero' li l-pubbliku huwa interessat li jkun jaf ukoll kif dan il-gvern se jsaħħaħ il-kwalita' u l-effiċjenza ta' l-operat tiegħu għaliex minn ċerti statements li saru minn ċerti ministri, jidher li jista' jkollna ċerta laxkezza li żgur ma tagħmel l-ebda awgurju għall-quddiem, iżjed u iżjed meta wieħed jiftakar fis-serjeta' li qed jitmexxew biha s-sub- committees tal-Kabinett fuq dixxiplina fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn is-sub- committees forsi ma rrendewniex popolari man-nies u setgħu anke tellfuna xi voti imma żgur li daħħlu ċerta serjeta' fl-operat tal-pajjiż.", "Suġġett li jidher li huwa topiku u li jolqot anke l-impjiegi huwa dak li għandu x'jaqsam mad-duty free għaliex jidher li hemm balbuljata manja.", "L- ewwel kellna lill-Ministru Francis Zammit Dimech jgħid li dawn se jiġu aboliti fl-1 ta' Lulju ta' l-1999 u mbagħad kellna lill-Ministru Josef Bonnici li ħareġ jgħid li m'hemmx loġika li jsir dan kollu qabel ma nsiru membri sħaħ wara r-referendum ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena ngħid li dan huwa l-veru każ ta' l-id il-leminija li ma tafx x'inhi tagħmel l-id ix- xellugija għaliex jidher li l-gvern qed ikun insensittiv fl-approach tiegħu fuq din l-issue.", "Li nafu żgur huwa li qegħdin jipprovaw iċekkunu kemm jista' jkun il-problema, anke jekk tiġi attwata forsi ħames jew sitt snin oħra.", "Bħalissa fl-Ewropa qed ikun hemm anke dimostrazzjonijiet fuq din l-issue, hemm dibattutu sħiħ għaddej f'diversi istituzzjonijiet Ewropej, kellek vot unanimu fil-Parlament Ewropew fejn il-membri parlamentari kollha tal- European Parliament f'April, jekk m'iniex sejjer żball, appellaw biex il- Kummissjoni tagħmel studju soċjo-ekonomiku fuq l-impatt tal-kwestjoni tad- duty frees u meta l-Kummissjoni ħarġet bl-idea li jkun hemm xi state aids u structural regional funds bħala kumpens, din ma ġietx aċċettata.", "Anzi, il- committee of regions ħarġet bl-idea li għandu jkun hemm extension qabel din l-implimentazzjoni ta' mill-inqas ħames snin ħalli titwaqqaf task force li jkollha ġo fiha l-gvernijiet nazzjonali, il-gvernijiet lokali u l- gvernijiet reġjonali, it-trade unions, il-Kummissjoni Ewropea u anke d-duty free industry innifisha.", "Nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet, Sur President, fuq id-diskors li sar min-naħa tal-President tar-Repubblika.", "Kif diġa' kkumenta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, l-ikbar nuqqas li fih id-Diskors tal-President huwa li fuq issues fundamentali bħall-Unjoni Ewropea u d-deficit m'għandek l-ebda indikaturi speċifiċi dwar liema direzzjoni se nimxu b'mod prattiku.", "Kellek, per eżempju, ħafna ftaħir - nimmaġina l-input kien min-naħa tal- Ministru Dalli - li se naqilbu għas-sistema ta' accruals fil-qasam tal- finanzi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kif isir l-accounting tal-gvern, u min bħali u bħal oħrajn kien qed iservi fil-Kumitat Permanenti dwar il- Kontijiet Pubbliċi, jaf kemm ħlejna sigħat niddiskutu dwar il-bżonn li naqilbu gradatament għal sistema ta' accruals ħalli s-sistema ta' l- accounting tal-gvern ma tibqax waħda cash based imma ssir accrual based.", "Għalhekk, jekk il-Gvern Nazzjonalista se jimxi f'din id-direzzjoni - u j'Alla jimxi fiha - ikun sempliċement qiegħed ikompli fil-passi li mexa fihom il-Gvern Laburista.", "Qalulna wkoll li jridu jaħdmu biex titwaqqaf l-awtorita' tat-turiżmu.", "Jiena hawnhekk bilfors ikolli nfakkar, Sur President, il-battikata żejda li ħadna f'din il-Kamra meta, frott il-pika u frott il-konfoffi, liġi li kienet waslet kważi fl-aħħar stadju tagħha kellha tiġi abortita minħabba dawk il-maniġġi kollha li kienu għaddejjin f'din il-Kamra fl-aħħar death rows, biex ngħid hekk, tal-leġislatura l-oħra.", "Għalhekk jiena ngħid li meta l-abbozz ta' liġi dwar l-awtorita' tat-turiżmu jiġi quddiemna, għandna nfakkru mill-ġdid lill-poplu kollu dwar il-ħela ta' żmien li kien hemm għaliex kieku din il-liġi ġiet fis-seħħ kif ġew liġijiet oħra bħal dik ta' l-insurance, kieku diġa' qiegħda tħalli l-effett tagħha fil-pajjiż u mhux għad irridu nerġgħu nibdew il-proċess leġislattiv tagħha saħansitra mill- bidu nett.", "Qalulna li hemm bżonn pjan nazzjonali għall-enerġija.", "Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija diġa' qed jaħdem f'dan ir-rigward.", "Niftakar li meta kont Ministru tal-Kummerċ kelli anke taħditiet magħhom dwar it-time frames li fihom setgħu jsiru dawn it-tip ta' ħidmiet.", "Nixtieq nitkellem issa fuq id-dejn pubbliku u t-tmexxija aħjar tiegħu.", "Qalulna li se jipprovaw imexxu d-dejn pubbliku b'mod iktar effiċjenti.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li kellna xi soluzzjoni maġika imma li għamilna kien li waqqafna kumitat fejn minflok ibbażajna fuq civil servants biss, daħħalna nies tekniċi mill-banek kummerċjali, mis-Central Bank u minn istituzzjonijiet oħrajn biex ikollna l-input ta' l-istutuzzjonijiet finanzjarji kollha tal-pajjiż minflok nistrieħu biss fuq is-civil servants tal-ministeru tal-finanzi.", "Dan kien kumitat li għalkemm forsi ma ltaqax daqs kemm xtaqna kien beda jagħti ċertu frott u jekk il-gvern jiġi biex iwarrab din ir-rakkmandazzjoni nawgura li jaħsibha sew u nissuġġerilu biex qabel jieħu passi fuq il-management tad-dejn, jifli ftit ir-rapport li għamel il-konsulent Irlandiż li konna ġibna min-naħa tagħna għaliex ir- rapport tiegħu kien fih diversi rakkmandazzjonijiet inkoraġġanti li naħseb li għandhom jiġu miflija minn kull amministrazzjoni u ħafna minnhom huma prattiċi u jistgħu jiġu attwati mingħajr diffikulta'.", "L-aħħar osservazzjoni tiegħi hija fuq dak li ntqal fuq networks elettroniċi li l-Gvern beħsiebu jwaqqaf bejn it-teżor, id-dipartimenti governattivi u l-entitajiet finanzjarji.", "Li jkollok information sharing bejn id-diversi difartipmenti kienet xi ħaġa li kellna f'moħħna, biss meta qrajtha skantajt, u se ngħid għaliex skantajt.", "Għaliex meta konna se nilleġislaw f'dan ir-rigward u kellna abbokkament ma' l-oppożizzjoni, l- oppożizzjoni stess kienet qaltilna \"Go slow, għaliex dawn jista' jkollkom effetti negattivi u tibagħtu sinjali negattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tistgħu twasslu anke għal drain finanzjarju kapitali mill- pajjiż.\".", "Għalhekk mingħajr ma nkun allarmista nistieden lill-Gvern biex meta jsiru interventi min-naħa tal-kelliema tiegħu, jgħidulna eżattament x'għandhom f'moħħhom b'dan in-networking elettroniku bejn it-teżor, id- dipartimenti tal-gvern u l-entitajiet finanzjarji; xejn xejn jispjegawlna għaliex taħtna kien ħażin li jsir dan u issa jidhru li huma interessati li jagħmluh.", "Nirringrazzjak, Sur President, u persważ li jkollna okkażjoni nittekkiljaw dawn is-suġġetti f'aktar dettall drabi oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jiena naqbel ma' l-Onor.", "Leo Brincat li f'din il-leġislatura se jkollna aktar opportunitajiet biex niflu d- diversi punti li hu qanqal fid-diskors tiegħu.", "Dawn il-punti huma dettaljati, mhux l-ewwel darba li tqanqlu f'din il-Kamra taħt il- leġislatura li għaddiet u huma dwar kwestjonijiet li għandhom l-importanza tagħhom u għalhekk irridu nidħlu fihom u nevalwawhom imma ma naħsibx li huwa ġust li wieħed jippretendi li jiġu tackled proprju fid-Diskors tal- President.", "Wieħed mill-kummenti ta' l-Onor.", "Brincat kien li fid-Diskors tal- President ta' nhar is-Sibt li għadda ma kellniex indikaturi speċifiċi.", "Jekk wieħed iqalleb id-diskors inawgurali li sar sentejn ilu, mhux biss ma jsibx ebda indikaturi speċifiċi imma jsib li d-diskors li suppost kellu jintroduċi l-programm tal-Gvern Laburista ta' l-1996, kien ħafna iktar fqir, ħafna iktar vag u kien fih ħafna iktar inċertezza mid-diskors li ġie ppreżentat fil-program ta' dan il-Gvern il-ġdid.", "Fil-fehma tiegħi id- diskors ta' dan il-Gvern joħloq viżjoni mill-iktar interessanti li timpenja lill-pajjiż u lill-poplu kollu kemm hu biex iħares 'l quddiem b'saqajh ma' l-art, fir-realiżmu tal-kwadru tal-problemi li pajjiżna jiffaċċja minn żmien għal żmien, imma fl-istess ħin b'fiduċja kbira fl-opportunitajiet u fl-isfidi li ż-żmenijiet li qegħdin ngħixu joffrulna u li jekk nagħrfu naħdmu flimkien dwar kif għandna nisfruttawhom għandhom jissarfu f'ħafna ġid għall-poplu tagħna, jgħinuna nirkbu u nikkontrollaw il-problemi li għandna llum, insibu s-soluzzjonijiet għalihom u nkunu nistgħu ntejbu l- kwalita' tal-ħajja tagħna.", "Meta ngħid dan ma jfissirx li meta nsolvu l- problemi tal-lum mhux se jinħolqu problemi ġodda li wkoll irridu nattakkaw.", "Mr Speaker, huwa ftit diffiċli nirrikonċilja kif f'ċertu mument il- kelliemi ta' l-Oppożizzjoni jgħidilna li f'dan id-diskors m'għandniex indikaturi speċifiċi u proposti konkreti imma mbagħad mill-ewwel jgħaddi biex jitkellem dwar is-sistema ta' kif wieħed jgħaddi minn ikkuntjar li huwa cash based għal sistema accrual based, proprju l-proposta konkreta li hija msemmija fid-Diskors tal-President, meta kien qed jitkellem dwar kif wieħed jista' jagħmel kontroll aħjar, jagħmel verifika aħjar u jrażżan l- infiq pubbliku ħalli jassigura li dan ikun qiegħed isir kif suppost.", "Dan kien jikkaratterizza ftit id-diskors kollu tal-ħabib tiegħi ta' l- Oppożizzjoni għax f'ċertu mument ipprova jindika ċerta problema u ċerta defiċjenza fil-ħsieb u fl-istrateġija tal-Gvern imma mbagħad beda jiċċita ħwejjeġ li l-Gvern qiegħed jipproponi biex proprju jiġu tackled dawk l- oqsma.", "Mr Speaker, il-kwestjonijiet li llum aħna qed naffaċċjaw ġew dibattuti f'din il-kampanja elettorali.", "Aħna għamilna sentejn sħaħ nisimgħu fuq il- problema tan-nefqa pubblika, fuq il-problema ta' l-iżbilanċ fil-budget tal- gvern, fuq il-ħtieġa li nikkontrollaw in-nefqa pubblika u fuq ħwejjeġ oħra bħal dawn.", "L-Onor.", "Membru semma' x'kien qal il-president tal-Federazzjoni ta' l-Industriji meta tkellem dwar il-problemi ekonomiċi li l-federazzjoni tara li hawn fil-pajjiż.", "Pero' id-differenza hija fundamentali għax altru jkollok il-president tal-Federazzjoni ta' l-Industriji li jitkellem fuq il- problemi ekonomiċi tal-pajjiż, li anke jipproġetta xenarju li jista' jkun xi ftit allarmista, u altru jkun il-gvern tal-ġurnata nnifsu li jagħmel kampanja ta' xahar wara l-ieħor - nistgħu ngħidu ta' sentejn sħaħ - li jibda jipproġetta kważi l-falliment ta' l-ekonomija tal-pajjiż u l-finanzi tal-gvern tal-ġurnata għax filwaqt li d-diskors tal-president tal- Federazzjoni ta' l-Industriji wieħed għandu jagħtih il-piż li jistħoqqlu, m'hemmx dubju li meta jkun il gvern innifsu li jistimula dik it-tip ta' diskussjoni u ta' xenarju li proprju jinċita dan is-sens ta' falliment u ta' inċertezza, il-konsegwenzi huma assolutament kbar u verament differenti.", "Mr Speaker, filwaqt li l-President tal-Federazzjoni ta' l-Industriji qal dak li kellu jgħid - wieħed irid jara f'liema kuntest qalu u rajna lill- pajjiż jieħu nota ta' dawn l-affarijiet, kif għandu jsir f'soċjeta' li hija ħajja - ma kellniex il-konsegwenzi li kien qed ikollna meta kien il-Gvern Laburista nnifsu li tkellem bil-mod li tkellem.", "M'hemmx dubju li meta l- Partit Nazzzjonalista kien fil-gvern kif ukoll meta kien fl-oppożizzjoni, tkellem, aġixxa u ħa sensiela ta' miżuri dwar kif kellu jirregola l- kwestjoni tal-kontroll tan-nefqa tal-gvern, dwar it-trażżin tal-ħela u fl- istess ħin il-mod kif l-ekonomija tal-pajjiż kienet se tikber u kif il- pajjiż kien se jtejjeb is-servizzi essenzjali li għandu bżonn fid-diversi oqsma soċjo-ekonomiċi tal-ħajja tiegħu.", "Jidher ċar li meta l-Onor.", "Membru jibda jiċċita ċerti figuri ta' ħruġ u dħul, l-Oppożizzjoni Laburista tirrikorri b'mod konsistenti matul iż-żmien u tagħti stampa parzjali ta' l- expenditure u l-income tal-gvern jibda jiċċita figuri - jekk m'iniex sejjer żball t'Awissu - li kulħadd jaf li għadhom m'humiex kompleti għax trid tiġi l-aħħar tas-sena biex wieħed ikun jaf fejn hu qiegħed u biex wieħed ikun jista' jagħmel l-istampa kompleta.", "Naħseb li d-diskors tal-ħabib tiegħi jqanqal punti li rridu niddibattu pero' jidhirli li wieħed m'għandux jippretendi li jsibhom fid-Diskors tal-President.", "Il-ħabib tiegħi qal tajjeb li wieħed m'għandux jadotta ton trijonfalistiku.", "Jekk aħna neżaminaw oġġettivament kif żvolġiet il- politika f'pajjiżna f'dawn l-aħħar ftit snin, b'mod ġenerali wieħed jista' jgħid li min-naħa tal-Partit Nazzjonalista żgur li ma kien hawn l-ebda ton trijonfalistiku fl-atteġġjament tad-diskorsi tagħna u fil-mod kif konna qegħdin nipproġettaw il-politika u l-istrateġija tagħna.", "Lanqas ma kien korrett l-Onor.", "Brincat meta kien qed jgħid li fuq il-kwestjoni tad- devalwazzjoni, il-Gvern ma aġixxiex bil-prontezza li kienet meħtieġa.", "Jiena assolutament ma naqbilx miegħu għaliex kontrarjament għal dak li kien ġara taħt il-Gvern Laburista, meta kellna perijodu tassew twil minn meta bdiet ċerta diċerija fuq is-suġġett tad-devalwazzjoni sa meta, jekk m'iniex sejjer żball, il-Prim Ministru Laburista kien innega dawk id-diċeriji, f'dan il-każ mill-ewwel kien hemm id-dikjarazzjonijiet meħtieġa biex jagħtu d-direzzjoni u juru li dawn id-diċeriji m'għandhom l-ebda fondatezza.", "Din id-darba kienet l-Oppożizzjoni Laburista li pprovat iżżomm is-suġġett tad- devalwazzjoni jnemnem biex tipprova żżid xi ftit id-doża li toħloq ċertu diżgwid fil-pajjiż.", "L-Onor.", "Brincat iċċita lil Boggio dwar dak li qal fuq l-Unjoni Ewropea.", "Qalilna li Boggio qal:", "\"A country should not take pre-accession funds into consideration when deciding if to join or not.\"", "Bħallikieku xi darba l-Partit Nazzjonalista pproġetta jew ippropona li d- deċiżjoni jekk nidħlux jew le fl-Unjoni Ewropea għandha tiġi deċiża fuq il- kwestjoni ta' l-accession funds!", "Hawnhekk għandna eżempju ieħor ta' kif l- Oppożizzjoni taqbad punt, toħorġu sew barra mil-kontest ta' dak li jkun intqal u tpingih bħalikieku huwa argument li juri xi kontradizzjoni jew xi defiċjenza fil-politika ċara li għandu l-gvern tal-ġurnata.", "L-Onor.", "Brincat ikkritika wkoll frażi tal-Prim Ministru meta qal li għal sentejn taħt Gvern Laburista l-pajjiż tagħna qisu għex f'koma.", "Għalhekk tajjeb li nfakkru li dan jirriżulta minn studji li għamel l-Istitut għar- Riċerka dwar is-Sinjali taż-Żmenijiet, l-INSERM, li wara illi eżamina x'ġara fl-1997 - li kienet l-ewwel u l-aħħar sena sħiħa ta' Gvern Laburista mmexxi mill-Onor.", "Alfred Sant - wasal għall-konklużjoni li l-inċertezza li kien hawn fil-pajjiż, l-aspett ta' instabilita', ta' ingovernabilita', il- kwestjonijiet li nqalgħu dwar temi ta' finanzjament pubbliku u ekonomija, wasslu biex is-soċjeta' tkun dik li bl-Ingliż insejħulha \"a stunned society\", soċjeta' ssummata, soċjeta' f'koma.", "Meta sar eżami ta' 2,379 ġrajja li ġraw fl-1997, l-istima tas-soċjeta' tagħna turi li fl-1997 - m'hemmx dubju li dan wieħed ikompli jarah b'enfasi ikbar fl-1998 sal-mument li saret l-elezzjoni - il-politika, l-istrateġija u l-metodu maniġerjali tal-Gvern Laburista wassal biex is-soċjeta' tagħna tkun waħda ssummata.", "U kellha tkun l-elezzjoni li sejjaħ il-Prim Ministru Alfred Sant inniffsu li ħolqot l-iżbokk biex noħorġu mill-isqaq li konna dħalna fih.", "Huwa propju f'dan il-kontest li nixtieq nagħmel xi rimarki oħra fuq id-Diskors tal- President.", "Meta wieħed jeżamina d-Diskors tal-President, isib li l-karatteristika li tolqtok l-iktar dwar il-viżjoni li l-Gvern qed joffri f'din il-leġislatura, hija ċ-ċentralita' tal-kultura.", "Jekk wieħed jara d-diskors, isib li fl- ewwel parti tiegħu, il-President jelenka l-viżjoni tal-Gvern fil-qasam ekonomiku.", "Fl-aħħar parti tad-diskors, il-President jitkellem fuq il- politika soċjali waqt li l-parti tan-nofs hija l-parti li tittratta l- politika kulturali.", "U m'hijiex kumbinazzjoni li l-politika kulturali qiegħda bejn dawn iż-żewġ oqsma; m'hijiex qiegħda hemm biex sempliċement tokkupa l-ispazju tad-diskors, imma qiegħda hemm bil-ħsieb għax nemmen li din hija l-parti innovattiva ta' l-istrateġija li rridu nsegwu.", "Il-kultura hija l-medjazzjoni bejn il-qasam ekonomiku u l-qasam tal-ġustizzja soċjali, hija l-ħolqa li trid torbot flimkien l-ewwel parti ta' l-ekonomija mat- tielet parti dwar il-progress soċjali.", "Sur President, id-Diskors tal-President tar-Repubblika jistqarr ċar il- problema, ma qagħdx jinħeba.", "Il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni qiegħed jipprova jagħti l-impressjoni li aħna qegħdin nipprovaw ma nkunux ċari fuq dak li qed jiffaċċja l-pajjiż, mentri d-Diskors tal-President jiċċentra mill-ewwel fuq il-problema u jgħid li min-naħa waħda teħtieġ li tiġi kkontrollata n-nefqa tal-gvern u min-naħa l-oħra rridu nkomplu bl-avvanz fil-qasam soċjali.", "Għalhekk aħna nafu li għandna sfida quddiemna.", "Għandna l-isfida ta' kif se jirnexxielna nġibu in-nefqa tal-gvern fil-limiti, f'parametri ta' kontroll aċċettabbli u ta' kontroll finanzjarju ekonomiku imma fl-istess ħin irridu nkomplu bl-avvanz fil-qasam soċjali.", "Irridu nagħmluha ċara li dan l-avvanz irid jikkonsisti fit- trasformazzjoni tal-welfare state f'welfare society, jiġifieri rridu ngħaddu mill-istat fejn għal kull bżonn il-gvern kien jagħti xi ħaġa tal- flus għas-sitwazzjoni ta' servizz personalizzat skond il-bżonn.", "Diġa' għamilna ċertu progress f'ċerti oqsma imma biex nagħmlu din il-bidla, biex nilqgħu din l-isfida, hemm bżonn li jkun hemm żvilupp fil-mentalita' kulturali tagħna u bidla fil-kultura.", "Naturalment bil-kelma \"kultura\" ma nifhmux neċessarjament, fis-sens dejjaq tagħha, bil-kotba li wieħed jaqra jew bil-pittura u l-mużewijiet li jħarsu l-wirt għani li għandu pajjiżna imma l-mod ta' kif ngħixu, ta' kif naħsbu, ta' kif inġibu ruħna u ta' kif proprju naqilgħu l-għajxien tagħna.", "Fil-fatt, id-Diskors tal-President ma setax ikollu l-indikaturi speċifiċi li rrefera għalihom l-Onor.", "Brincat għax id-Diskors tat-Tron, id-Diskors tal-President, huwa essenzjalment it-tħabbir tal-programm leġislattiv.", "Fil- fatt fil-kors ta' dan id-diskors insibu proprju lista pjuttost deskrittiva b'mod qasir ta' liġijiet u ta' tibdil fil-liġijiet li jridu jsiru.", "Imma l- kwadru tal-viżjoni li jissinifikaw dawn il-liġijiet huwa ħafna aktar wiesa'.", "Aħna nemmnu illi l-bidla kulturali meħtieġa hija proprju li nadattaw ruħna għal żmien ġdid fl-istorja tal-bniedem.", "Il-millennju l-ġdid m'huwiex il-bdil ta' data, jew il-qlib ta' folja tal-kalendarju, jew xi problema għal ċertu sistemi ta' computers imma huwa t-tibdil fil-mod kif il- biċċa l-kbira tal-bnedmin jaqilgħu l-għejxien tagħhom.", "Dan huwa importanti u jidher ċar illi l-għoti ta' servizzi personali qed isir fis-settur dominanti ta' l-ekonomija.", "Kultant konna nsibu min jiddieħaq bina meta nitkellmu fuq il-ħtieġa li norjentaw ruħna ma' sistemi ta' servizzi personalizzati, imma fil-fatt għalhekk qed jikber is-settur terzjarju fl-ekonomija ta' pajjiżna, dak li jissejjaħ is-settur tas-servizzi, għax l-għoti tas-servizzi personali qed isir is-settur dominanti fl-ekonomija.", "Kulħadd jaf illi sa ftit sekli ilu l-biċċa l-kbira tal-bnedmin, bħall-kaċċaturi, is-sajjieda u l-bdiewa, kienu jgħixu b'dak il-mod agrikolu imma nafu wkoll illi seħħet taqliba kbira meta ġiet ivvintata l-makna u l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema fil-pajjiżi anke avvanzati saru ħaddiema fil-fabbriki.", "Il-bidla li qed isseħħ illum hija ta' l-istess kobor daqs il-bidla li seħħet bejn l-era agrikola u l-era industrijali għax il-biċċa 'l kbira tal- bnedmin issa qegħdin aktar jaħdmu f'dak illi jissejjaħ is-settur terzjarju, fix-xogħol li mhux il-makni trid għalih imma proprju x-xogħol illi jikkonsisti filli wieħed jaqdi lill-ieħor, jiġifieri li wieħed jaqla' l- għejxien tiegħu billi jagħti s-servizz lill-oħrajn.", "Aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar qegħdin naraw ir-robots u l-computers jagħmlu x-xogħol li qabel il-ħaddiema kienu jagħmlu fil-fabbriki permezz ta' makni.", "Għalhekk nerġa' ngħid illi l-aktar ħaġa importanti fid-diskors li rridu nagħmlu fl- istrateġija u fil-politika huwa proprju li npoġġu l-kultura fis-sens wiesa' tagħha u fiċ-ċentru tal-ħsieb tagħna għax il-bidla li hija meħtieġa hija l- bidla fil-mentalita'.", "Fiċ-ċivilita' tal-makna kellna proprju ċ-ċivilta' tal-mass production, mentri fiċ-ċivilta' l-ġdida, fejn wieħed jagħti s- servizz imma mhux jipproduċi l-oġġett, dak li wieħed jagħti jrid ikun personalizzat u mfassal skond ix-xewqat tal-klijenti.", "Fil-fatt huwa għalhekk ukoll illi kiber is-sehem ta' dawk li nsejħulhom impriżi żgħar jew ta' daqs medju għax qed naraw ukoll kif din it-trasformazzjoni tal-mod kif naqilgħu l-għejxien tagħna qiegħda tikber fiż-żmenijiet tal-lum.", "Dan ifisser li neħtieġu kapaċitajiet ġodda fil-ħaddiem, l-aktar kapaċitajiet ta' komunikazzjoni, li jfisser ruħu u mill-ġdid jesprimi l-personalita' individwali fix-xogħol tiegħu.", "Jekk hawn qasam fejn dan huwa verament attinenti u rilevanti huwa proprju fil-qasam tat-turiżmu fejn id-differenza hija proprju l-mod kif il-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur iġibu ruħhom mat-turisti u b'mod personali jagħtu s-servizz tagħhom.", "L-istess anke fil-mod ta' kif wieħed kultant jagħti fama lil lukanda partikolari.", "Dan ma jiddependix biss u tant mid-dehra tagħha jew mill-faċilitajiet li jkollha imma wisq aktar mis-servizz personalizzat li l-ħaddiema jkunu kapaċi jagħtu.", "Dan huwa wieħed mill-punti li wieħed għandu jislet mid-diskors ta' President.", "Il-punt l-ieħor li xtaqt nagħmel huwa li aħna qegħdin ngħixu fi żmien fejn għall-ewwel darba fl-istorja tal-bniedem għandna ekonomija globalizzata, jiġifieri m'għadx għandna ekonomija maqsuma f'żewġ dinjiet, fid-dinja kapitalista u fid-dinja komunista.", "Jidhirli illi aktar kemm nifhmu li qegħdin ngħixu f'ekonomija globalizzata, f'ekonomija fejn il- kwestjonijiet ma jibqgħux tant taħt il-kontroll tal-pajjiżi partikolari, taħt il-gvernijiet nazzjonali partikolari, kull pajjiż konċernat irid ifittex dak illi hu kapaċi jisfrutta u li għandu aħjar minn ħaddieħor, il- comparative advantage ta' pajjiż f'dinja globalizzata.", "M'hemmx dubju illi l-pożizzjoni ġeografika u l-istorja li ħallewlna kultura mill-aktar għanja, wirt mill-aktar kbir u ta' simbolu enormi, hija proprju l-ħaġa li għandha tiddiffirenzjana minn pajjiżi oħrajn u li fuqha rridu nibnu l-comparitive advantage tagħna.", "Biex dan inwassluh lill-oħrajn irridu anke aħna nsiru nafuh sew.", "Għalhekk ukoll il-kwestjoni mportanti taċ-ċentralita' tal- kultura li trid tkun il-ħolqa bejn l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp soċjali għax mingħajr l-għarfien ta' dawn il-kwestjonijiet li qed nirriferi għalihom, il-ġid li aħna rridu nkattru ma jkunx possibbli li aħna nirrealizzawh.", "Mr Speaker, bil-pożizzjoni ġeografika tagħna flimkien mat-tradizzjoni kulturali li għaliha l-poplu tagħna huwa magħruf - nafu li l-poplu tagħna jsibha faċli li jikkomunika, għandu ħiliet lingwistiċi u kapaċi jadatta ruħu malajr għal ħafna ċirkostanzi - nistgħu niżvolġu, kif konna qegħdin nagħmlu, il-funzjoni ta' pajjiżna bħala hub u bħala punt ċentrali fir- reġjun li fih aħna ngħixu.", "Jien ma naqbel xejn ma' dak li qalet l- Oppożizzjoni fir-reazzjoni tagħha għad-Diskors tal-President, fejn qalet li fuq dan il-kunċett il-Gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1996 m'għamel xejn.", "Għall-kuntrarju l-Gvern Nazzjonalista nvesta miljuni kbar ta' liri biex proprju jagħmilha possibbli li Malta tkun tista' sservi ta' ċentru ta' servizzi fir-reġjun tal-Mediterran, servizzi li llum aħna qed naraw kif nistgħu nagħtuhom.", "Naraw, per eżempju, is-suċċess tal-Freeport.", "X'hemm attivita' illi proprju tixhed din il-potenzjal ta' pajjiżna bħala ċentru ta' servizzi aktar mill-Freeport?", "Rajna wkoll kemm investejna fis-sistema tat-telekomunikazzjonijiet tagħna.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Galea jibqa' in possession of the House.", "Nitlob lill-Kap tal-Kamra biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 27 ta' Ottubru, 1998 fis-6.30 p.m. - għar-raġuni li mhux se jkun hemm mistoqsijiet parlamentari s'għada - b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Indirizz b'risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta - Kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, illum is-26 ta' Ottubru jaħbat it- tieni anniversarju mill-elezzjoni ta' l-1996 u naħseb li jkun tajjeb li nagħmlu ftit riflessjonijiet dwar it-tifsira ta' dik id-data u l-esperjenza li kellna bħala Gvern Laburista wara dik id-data, b'mod dispassjonat, b'mod kalm imma naħseb ukoll b'mod li huwa importanti li jsir, issa li għalaqna sentejn.", "Tajjeb li nagħmilha ċara li waħda mill-iktar affarijiet importanti li rajna meta rbaħna dik l-elezzjoni kienet li kien se jkollna opportunita` biex nipprovaw indaħħlu serjeta` fit-tmexxija ta' pajjiżna, serjeta` li konna għaqqadnieha taħt is-sigla tal-ħtieġa għal tmexxija moderna.", "Tmexxija moderna fis-sens li nirrealizzaw li pajjiżna huwa ċkejken u ma nistgħux nibqgħu ninqasmu fi tnejn kull darba li jitla' gvern; li jrid ikun hemm ġustizzja u trasparenza fil-mod kif isiru l-affarijiet; u li jrid ikun hemm ukoll ħila u ħeġġa biex minflok noqogħdu ninħlew fi kliem sabiħ li ma jfisser xejn u nirripetuh minn darba għall-oħra, noħorġu bi proposti konkreti ta' tmexxija u nwettqu dawk il-proposti konkreti ta' tmexxija.", "Minħabba f'hekk qalulna li konna qed nersqu lejn l-affarijiet b'mod maniġerjali.", "Forsi veru konna qed nersqu lejn l-affarijiet b'mod maniġerjali, imma jekk kien hemm u għad hemm ħtieġa ċara f'dan il-pajjiż hija li l-konċett ta' kif torganizza u tmexxi l-affarijiet b'mod serju u responsabbli, lil hinn mir-retorika politika biss, jitħaddem u jitħaddem bis-serjeta`.", "Sa mill-ewwel ġranet tat-tmexxija Laburista ta' wara dik l-elezzjoni tajna sinjali konkreti ta' kif irridu naħdmu.", "Per eżempju, konna għamilna freeze fuq kull transfer illi switilna qares ma' nies li jappoġġjaw lill- Partit Laburista, imma kienet maħsuba biex inwaqqfu darba għal dejjem - ma rnexxilniex inwaqqfuha darba għal dejjem għax irripetiet ruħha wara l-aħħar elezzjoni - il-mewġa ta' transfers, ħafna minnhom vendikattivi u oħrajn sempliċement opportunisti, li jsiru fil-livelli kollha ta' l- amministrazzjoni biex min għandu ċertu kulur u l-gvern tiegħu spiċċa, tilef, m'għadux hemm, jagħmel spazju għal ħaddieħor li jkun qalgħu sentejn, tliet snin jew tmien snin qabel.", "Konna nsistejna wkoll li dawk li jidhru madwarna li jkunu qed imexxu l-gvern jiġu trattati ta' nies u mhux jiġrilhom kif ġara wara l-1987 li jispiċċaw jagħmlu snin sħaħ magħluqa f'kamra u ma jaħdmux, injorati u minsija.", "Kienet esperjenza ġdida u esperiment ġdid li konna u nibqgħu norbtuh taħt l-għajta li kien hemm bżonn ta' tmexxija moderna f'pajjiżna.", "Bħala eżempju nsemmi l-każ tas-segretarju tal-kabinett ta' l-1996.", "Aħna konna għidna li s-segretarju tal-kabinett ikun hemm bżonn li jinbidel imma fhimna li għandu jingħata trattament serju mija fil-mija.", "Sa qabel Ottubru 1996, is-segretarju tal-kabinett kien is-Sur Fiorini Lowell, u dan sa ġimgħa wara l-elezzjoni tas-26 ta' Ottubru 1996 kien ġie appuntat segretarju permanenti fil-ministeru tal-housing, xogħol li kien jixraqlu, u rranġajna wkoll biex iż-żmien li kien għadda bħala segretarju tal-kabinett jgħoddlu bħala żmien li fuqu mbagħad ikollu l-performance contract anke bħala segretarju permanenti.", "Jiġifieri t-transizzjoni hemmhekk kienet waħda mill-aktar serja u soda li rrispettat u tat trattament altru minn ta' nies lit-top managers li kienu fdati mill- amministrazzjoni preċedenti.", "Imma jiddispjaċini ngħid li l-istess ħaġa ma ġratx wara l-aħħar elezzjoni.", "Jiena m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall imma jekk wieħed jistaqsi - u ċertament li l-ġurnalisti tagħna ma jistaqsux x'ġara mis-segretarju tal- kabinett ta' żmien il-Gvern Laburista issa li għaddew aktar minn sitt ġimgħat wara l-aħħar elezzjoni - jirrealizza li taħt din l-amministrazzjoni erġajna morna lejn il-metodi ta' l-antik.", "Imma nagħmilha ċara, Sur President, li l-Partit Laburista, u jiena l-ewwel wieħed, m'għandna l-ebda regrets jew dwejjaq li pprovajna nimxu b'mod ġdid, trasparenti u serju f'dan il-pajjiż.", "Aħna qgħadna attenti li jkun hemm trattament ta' nies u kemm jista' jkun nipprovaw nużaw it-talenti kollha f'pajjiżna.", "Qgħadna attenti wkoll li nieħdu passi fejn ċerti nies ma kellhomx jibqgħu fl- amministrazzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li konna għamilna, per eżempju, kienet li konna għidna lil żewġ uffiċjali għolja fil-pulizija biex jirriżenjaw.", "Din konna għamilniha bl-aktar mod trasparenti u ċar għaliex kien hemm bżonn li jitilqu.", "Jiena nemmen li dawn kienu l-affarijeit li taw sinjal importanti, sinjal li mbagħad għaqqadnieh ma' linja ta' ħidma li kienet temmen - u nixtieqha tibqa' temmen imma ma nistax naraha fl-amministrazzjoni preżenti - fil-parteċipazzjoni sħiħa mhux biss fil-gvern imma fl-għaqdiet u l-korpi li għandhom xi ħaġa x'jagħtu fil-pajjiż fil-qasam tan-negozju.", "Aħna anke ma' l-għaqdiet tan-negozju li ma kenux jaqblu ma' ċerti linji ta' ħidma tagħna tajnihom sehem sħiħ parteċipattiv fil-mod kif jiġu nkwadrati l- affarijiet u ħloqna anke istituzzjonijiet biex ikunu jistgħu jieħdu sehem fid-deċiżjonijet li jittieħdu.", "Fil-qasam tat-tmexxija tal-ġlieda kontra d-droga, per eżempju, insistejna li hemm bżonn li jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa mhux biss mill-organi tal- gvern imma anke mill-għaqdiet volontarji nvoluti fid-droga, speċjalment il- Caritas, li jkunu huma direttament parti mis-sistema li biha jittieħdu d- deċiżjonijet u jimxu 'l quddiem bl-istrutturi ta' politika.", "Jiena anke hawn nara li għandna rigress għaddej.", "Jiddispjaċini nisma', per eżempju, li l-Caritas lanqas biss ġiet konsultata meta kien hemm xi forma ta' politika li qiegħda tiġi diskussa dwar ir-rave parties.", "Jidher ukoll li fejn aħna konna qed nipprovaw nagħtu vuċi fid-deċiżjonijiet li jittieħdu għal dak li huwa l-budgeting tal-gvern fil-qasam tad-droga u l-politika soċjali lill-Caritas u l-Oasi, anke din qiegħda titwarrab.", "L-esperiment li bdejna fl-1996 kien maħsub biex ma jkunx il-gvern li jiddeċiedi, qisu hu l- organu li għandu kollox taħt idejh u jissorvelja kollox imma li joħloq sitwazzjoni fejn kull parti tas-soċjeta' jkollha sehem reali - mhux aktar fir-rettorika politika li jużaw tan-naħa l-oħra - fid-deċiżjonijet li jittieħdu u fl-implimentazzjoni tagħhom.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mar-ristrutturar ta' l-industrija u l-qasam ekonomiku, ħloqna strutturi li fihom l-interessi privati jkollhom sehem dirett fid-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu dwar ir-ristrutturar tas- sistema indistrijali.", "Qasam wara l-ieħor, tlaqna għal għonq it-triq sabiex indaħħlu esperiment ġdid f'dan il-pajjiż.", "Ma ngħidx li ridna ndaħħlu l- evoluzzjoni għaliex din ma tfisser xejn imma ridna ndaħħlu bidla radikali dwar kif isiru l-affarijiet marbuta ma' l-argument ta' stil modern ta' tmexxija u marbuta wkoll mas-serjeta' fit-tmexxija.", "Anke hawn huwa ċar li konna qed immorru kontra d-drawwiet.", "Per eżempju, aħna nsistejna fuq aktar dixxiplina fil-mod kif jitmexxew l-amministrazzjonijiet tal-gvern, fil-mod kif jingħata l-overtime, fil-mod kif jiġi kkontrollat ix-xogħol li jsir u fil-mod kif jiġu kkontrollati l-istocks u l-istores.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni, per eżempju, kellna stores li kienu sparpaljati u moħlija.", "Anke hawn jidher ċar li konna mexjin fuq triq li kienet iebsa imma triq li kienet meħtieġa għal dan il-pajjiż.", "Tajjeb li ngħidu li min-naħa kien hemm min ipprotesta u ma qabilx ma' dak li konna qegħdin nagħmlu għaliex inqaras, imma min-naħa l-oħra l-ħtieġa ta' aktar serjeta' f'pajjiżna konna aħna li bdejna nenfasizzawha u jiena nemmen li issa hawn lobby qawwi f'dan il-pajjiż li jaħseb u jrid li tassew ikun hawn serjeta' fit-tmexxija.", "Għalhekk l-argumenti li diġa' qamu dwar it-taħwid li hemm f'Għawdex, per eżempju, fejn m'għadhomx jintbagħtu tobba biex ikun jafu x'inhu għaddej fuq il-postijiet tax-xogħol u s-sorvelja ta' l-overtime f'ċerti areas, qegħdin juru li l-kankru ta' l-imgħoddi reġa' daħal.", "Għaliex dan huwa kankru li malajr jerġa' jaqbad, Sur President.", "Tajjeb li nifhmu wkoll x'kienu l-isfidi u l-problemi li ffaċċja Gvern Laburista ġdid fis-sentejn ta' wara Ottubru ta' l-1996.", "L-ewwelnett - mhux għaliex hija l-aqwa waħda f'dik li hija importanza imma hija l-aktar waħda li l-gazzetti jogħxew fuqha - hemm l-issue tar-relazzjoni bejn Malta u l- Unjoni Ewropea.", "Minkejja l-ħafna diksors li kien isir u l-ħafna sparaturi li konna nilqgħu, aħna urejna x'inhi l-vera triq li trid tinħadem għal relazzjonijiet tabilħaqq serji bejn Malta u l-Ewropa.", "U din ma ħarisniex lejha b'iżolament kif jagħmel dan il-gvern, qisu Malta u l-Ewropa biss jeżistu fid-dinja, imma f'qafas ħafna aktar wiesa' fejn poġġejna tliet kantunieri għall-politika li fuqha rridu naħdmu u f'temp ta' sena u nofs għamilna progress kbir.", "Aħna għamilna kemm progress fil-qasam tar-relazzjonijiet ma' l-Ewropa, li tabilħaqq joħolqu qafas sħiħ u serju ħalli Malta u l-Ewropa jkollhom ftuħ sħiħ fil-mod kif jaħdmu bejniethom - u allura jkun hemm skambju ħieles fil- qasam kummerċjali li jwassal ukoll għal skambju ħieles fil-qasam soċjali - u għamilna wkoll bażi politika li torbot tajjeb ma' x'inhi l-kwalita' tagħna bħala pajjiż Mediterranju.", "Din hija l-ewwel kantuniera.", "Bit-tieni kantuniera, f'rabta sħiħa mal-kwalitajiet Mediterranji ta' Malta, b'mod konkret - mhux b'ħafna kliem żejjed u kliem vojt - konna qegħdin niftħu orizzonti ġodda mal-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq, speċjalment il-Libja.", "Pass wara l-ieħor, f'temp ta' sena u nofs, taw riżultati li f'disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista qatt ma rajnihom.", "Imbagħad hemm it-tielet kantuniera, il-kantuniera li fl-istess ambitu ta' newtralita' soda għal Malta, ikollna relazzjoni qawwija u tajba ma' l-Istati Uniti, fejn għal snin twal taħt amministrazzjonijiet differenti konna tbiegħdna u bqajna qisna ma nistgħux niftiehmu.", "Madanakollu f'temp ta' sena u nofs anke hemmhekk għamilna progressi kbar imma, milli qed nisma', dawn qed jerġgħu jiġu mhedda u mminati taħt din l- amministrazzjoni.", "Dik kienet viżjoni li aħna ma tantx kellna żmien biex inwettquha imma kienet diġa' bdiet turi li hemm bażi ġdida, serja u konkreta għal dak li għandu jsir.", "Prijorita' oħra li ftaħna u li konna qed navvanzaw sew fuqha - ma nistax nitkellem fuqha fit-tul biex ma nidhirx li qed nikkummenta fuq id-Diskors tal-President waqt li qed nitkellem fil-ħin ta' l-Aġġornament - kienet l- edukazzjoni.", "Din torbot ma' l-idea soda u moderna tagħna li kienet illi aħna rridu naħdmu b'mod soċjali għal opportunitajiet tassew indaqs, mhux iktar biex ngħidu l-ħmerijiet fuq il-welfare society, li ma tfisser xejn, imma biex b'mod konkret nagħtu liċ-ċittadini tagħna l-modi, il-metodi u l- mezzi li bihom ikollhom opportunitajiet ugwali.", "Naturalment biex wieħed jagħmel dan irid jitlaq mill-ewwel mill-ħtieġa li l-edukazzjoni tkun iffokata tabilħaqq ħalli toffri l-aħjar opportunitajiet kemm fil-qasam primarju, kemm fil-qasam sekondarju, kif ukoll fil-qasam sekondarju tekniku għal dawk it-tfal tagħna li jinsabu fil-qasam statali.", "Aħna ma sibna l- ebda problema ta' xejn biex nagħtu l-prijoritajiet li kellna nagħtu f'dawn l-oqsma u ovvjament imxejna 'l quddiem, pero' wieħed ma jistax jitkellem fuq prijoritajiet mingħajr ma jgħid li l-prijorita' ewlenija tagħna kienet dak kollha li sibna u li ħallew ta' qabilna.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li ta' qabilna kienu saqu lill-finanzi tal- pajjiż bl-iktar mod irresponsabbli - issa qed jgħiduha fl-aħħar din il- Federazzjoni ta' l-Industriji għax qabel meta nsemmuha kienu jgħidulna li qegħdin noħolqu sfiduċja fil-pajjiż - lejn stat ta' kollass.", "Din hija l- verita'.", "Imma għax għidnieha u rripetejnieha - u bilfors trid tirripetiha biex iċ-ċittadini setgħu jifhmu x'kienu l-isfidi tagħna - rajna l-bsaten fir-roti joħorġu kollha, rajna s-sabutaġġi kollha għaddejjin u rajna l- attakki kollha jimmontaw mid-diversi kanuni ta' nies li messhom kienu jafu aħjar.", "Aħna għidna l-verita' dwar il-ħofor li sibna u fil-fatt imbagħad għidna iktar minn hekk għax imxejna 'l quddiem biex bl-iktar mod trasparenti, serju u sod ngħidu x'kienu t-toroq li fuqhom se naħdmu ħalli nsolvu dawn il-problemi.", "Fil-fatt aħna bdejna naħdmu biex insolvu dawn il- problemi minkejja l-attakki, ħafna drabi personali, li kienu għaddejjin il- ħin kollu, minkejja l-mizinformazzjoni dejjem għaddejja u minkejja saħansitra in-nuqqas ta' koperazzjoni mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, li rat kif tagħmel biex toħloq iktar diżgwid fil-pajjiż.", "Madanakollu kif għidt diġa' aħna wrejna x'inhuma l-problemi u mxejna 'l quddiem biex insolvuhom.", "Biżżejjed insemmu lit-Tarzna, lill-PBS, lill- Posta Ltd., lill-Korporazzjoni ta' l-Enemalta, lill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma, lill-Malta Shipbuilding, u nistgħu nkomplu nsemmu unita' wara unita' wara unita'.", "Aħna konna sibna li effettivament il-verita' kienet ilha tinħeba mill- poplu għal snin sħaħ u f'pajjiżna kienu qed jinħolqu ċirkostanzi li kienu qed iġibu sfiduċja kbira mhux biss internament imma anke esternament.", "Imma anke hawnhekk, aħna poġġejna 'l quddiem strateġija soda u sħiħa ta' kif se nilqgħu għal li ġej u għidna mill-ewwel li dawn l-affarijiet ma tistax issolvihom mil-lum għal għada, anzi jrid ikollok programm fit-tul li jieħu tliet snin, f'ċerti każi erba' u f'ċerti każi anke ħamsa.", "Aħna kellna bżonn nieħdu l-brejkijiet u evidentement meta tieħu l-brejkijiet se ġġib sitwazzjonijiet li joħolqu ċerti problemi, ċerti diffikultajiet u ċertu garr.", "Aħna konna nafu x'qed nagħmlu u konna qed nagħmlu dawn l-affarijiet għax wegħidna li se nkunu qed naħdmu skond il-valuri tal-verita' li kien hemm bżonn isiru.", "Issa f'daqqa waħda qed jerġa' joħroġ l-għarfien li kien hemm bżonn isiru ċerti affarijiet li aħna, sentejn ilu, bl-akbar sens ta' responsabbilta', poġġejnihom quddiem il-poplu Malti u Għawdxi fuq programm tat-tul li kien maħsub biex jasal sa l-aħħar.", "Ċertament ħadd ma qal li ma ħadniex żbalji u li m'għamilniex ċerti affarijiet li forsi kienu mgħaġġla wisq, li ma kenux spjegati wisq jew li setgħu kienu xi ftit imxellfa, imma jekk ma tipprovax ma tasalx.", "Jekk toqgħod taħbi kollox taħt kliem sabiħ li ma jfisser xejn taparsi qed tagħmel xi ħaġa, ma tkun qed tagħmel xejn.", "Aħna ħadna r-responsabbilta' li dak li kien hemm bżonn isir nipprovaw nagħmluh bl-onesta', b'sinċerita' u b'kuraġġ.", "Imma, m'hemmx għalfejn ngħidu, qamu l-ħalel kollha, qamu l-ħalel internament fi ħdan il-Partit Laburista min-nies li għal raġuni jew oħra ma qablux ma' dak li kien qed isir, imma apparti minn dawn it-tradimenti qamu wkoll il-konfoffi mal-Partit Nazzjonalista li raw ix-xoqqa f'moxtha - u issa nispjega minn fejn ġiet ix-xoqqa f'moxtha - biex jipprovaw iwaqqfu x- xogħol diffiċli u iebes li kellu jsir u li xorta għad irid isir, jagħmlu min jagħmlu.", "Imma mbagħad hemm l-isfida l-oħra, Sur President, l-isfida ta' l-investiment ġdid produttiv li għandu bżonn pajjiżna.", "Inutili noqogħdu naħsbu li bil-kliem ta' fiduċja għaliex inbidel il- gvern, għaliex ministru jitkellem mod u l-Prim Ministru jitkellem mod ieħor, se tispunta l-fiduċja f'pajjiżna; il-problema hija ħafna aktar fundamentali.", "Apparti milli l-gvern irid jikkorreġi l-finanzi tiegħu, li huma żgarrati bil-kbir minħabba l-irresponsabbilta' ta' Fenech Adami qabel l-1996, hemm ukoll il-problema l-oħra ta' kif se nistimolaw investiment produttiv ġdid, investiment li jrendi, investiment li jagħti impjiegi u li minnu nnifsu joħloq aktar xogħol fil-pajjiż.", "Aħna, bħala gvern, ma konniex qed ngħidu: \"Għandna din il-problema,\" imma konna qegħdin noħorġu bit-toroq li fuqhom nistgħu nsolvuha u matul is-sena u disa' xhur ta' tmexxija Laburista ħdima biex nippreparaw għal numru ta' proġetti.", "Sibna proġetti ta' żmien il-Gvern Nazzjonalista kkamlati bħal, per eżempju, il-proġett ta' Tigne' u l-proġett ta' Manoel Island li kienu ilhom sena u nofs taparsi mexjin imma baqa' ma sar xejn fuqhom.", "Dawn il-proġetti tajnihom injection mill-ġdid imma mbagħad tlaqna fuq proġetti oħra meħtieġa fejn il-gvern ta spalla sħiħa ħalli s-settur privat ikun jista' jinvesti u bl-investiment tiegħu joħloq xogħol produttiv u mhux infrastrutturali.", "Hemm lista sħiħa ta' xogħol li għandu x'jaqsam mal-Kottonera imma kellna l-ħalel kollha hawnhekk, il-qaddisin kollha ta' Malta jgħidu li l-mollijiet ma tistax tgħaddihom lill-privat għaliex dawk huma xi ħaġa sagra tal-pajjiż u allura ma jistgħux jiġu l-Amerikani u jġorrumhomlna u jeħduhom New York, għalkemm dawn se jibqgħu hemm!", "Kellna wkoll argumenti jekk il-cruise liner terminal in-naħa tal-Belt għandux ikun mogħti b'ċens u l-argumenti l-oħra stupidi dwar jekk il-Forti Sant'Anġlu huwiex se jispiċċa parti mill- Vatikan.", "Dawn kollha kienu affarijiet maħsuba biex ifixklu l-ħtieġa li naħdmu u naħsbu b'mod ġdid ħalli jidħol investiment produttiv ġdid f'dan il- pajjiż u jsostni ruħu.", "Gvern Laburista seta' joqgħod lura, jieħu l- affarijiet easy, iħalli l-affarijiet għaddejjin, nibqgħu imdandnin bħala ministri u bħala deputati u kollox jibqa' miexi mill-ħażin għall-agħar mingħajr ħadd ma jinduna.", "Din kienet l-istrateġija ta' Fenech Adami qabel l-1996.", "Imma aħna għidna \"le\" bl-ikbar sens ta' responsabbilta', u jien għadni kburi li għidna \"le\" għax filwaqt li nirrikonoxxi li kien hemm ċerti affarijiet li stajna nagħmluhom aħjar u li kien hemm ċerti affarijiet li żbaljajna fihom - wara kollox min ma jiżbaljax? - aħna ħadna linja li kienet meħtieġa għal dan il-pajjiż, iktar u iktar għaliex bqajna u se nibqgħu ninsistu fuq il-ħtieġa ta' dixxiplina u serjeta'.", "Imma mbagħad ikun tajjeb jekk ngħidu wkoll li wara Ottubru ta' l-1996 kien hemm il-land- mine il-kbira, li hija l-mod ta' kif ġew miġbuda l-konfini elettorali ta' l- 1996.", "Aħna se nibqgħu nsostnu li fl-1996 il-Gvern Laburista kellu maġġoranza ta' 8,000 u fil-Parlament spiċċa bi tliet siġġijiet inqas mill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li fl-1998, bl-istess konfini elettorali, il-Partit Nazzjonalista kellu maġġoranza ta' 13,000 u effettivament spiċċa b'maġġoranza ta' ħames siġġijiet fil-Parlament.", "Din hija ċara, illi l- konfini kienu miġbuda b'mod ta' gerrymandering, iktar u iktar għaliex fil- Parlament ta' qabel l-1996 aħna konna nsistejna li dawn il-konfini jerġgħu jittellgħu quddiem il-kummissjoni elettorali ħalli terġa' tiġġudika hi fuq il-bażi tar-rimarki li konna għamilna aħna dwar kemm kienu inġusti dawk il- konfini.", "Bħala konsegwenza, aħna, bħala Gvern Laburista, spiċċajna f'pożizzjoni fejn għalkemm kien jixirqilna maġġoranza ta' tnejn li twassal għal tlieta taħt ir-regoli kif jinħadmu, konna b'maġġoranza ta' wieħed u allura konna soġġetti għar-rikatti, għat-tradimenti u għall-konfoffi li seħħew.", "Min ma jarax dawn l-affarijiet bħala affarijiet li ġraw verament jew għandu l-faħam miblul, jew għandu interess partiġjan li jara mod ieħor jew inkella huwa għama u trux.", "Għalhekk f'qasam bħal dan bilfors li dak it- tip ta' gerrymandering u dik it-tip ta' land-mine jinħassu problematiċi.", "Għaliex?", "Għax nerġa' ngħid li l-Gvern Laburista kellu l-kuraġġ jieħu deċiżjonijiet u jimxi bi strateġija li qabel qatt ma ġiet segwita f'dan il- pajjiż, li quddiem problema fundamentali aħna kellna l-kuraġġ li nħarsu lejha wiċċ imb'wiċċ u nimxu 'l quddiem bid-deċiżjonijiet iebsa li kellhom jittieħdu.", "Imma ċertament imbagħad jekk ikollok min jista' jimminak b'dak il-mod u li ħafna qabel iż-żmien trid bilfors tmur quddiem l-elettorat li qiegħed iħoss il-qrusa, li qiegħed iħoss il-morr ta' dak li qed tagħmel u jkun għadu ma jistax jara l-ġid tagħha għaliex inkunu għadna ma avvanzajniex biżżejjed fil-proġett, mhux ovvju li se tkun qiegħed f'pożizzjoni ta' żvantaġġ doppju u tripplu?", "Għalhekk jien nemmen li meta nirriflettu fuq dak li ġara ma rridux ngħidu li l-passi mittieħda kienu passi li ma kienx hemm bżonnhom, u hawnhekk niġi għall-argument tal-kuxjenza soċjali li ntuża kemm-il darba mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, illum in-naħa tal-Gvern, argument mill-aktar żleali li seta' jintuża.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax jekk hemm xi ħaġa li hija ċara hi li jekk tħalli l-finanzi tal-gvern jaħarbu, kif kienu qed jagħmlu n-Nazzjonalisti qabel l-1996 - u x'aktarx li se jagħmluha din id-darba wkoll - l-iktar ħaġa li se tiġi attakkata malajr malajr hija l-qafas kollu li fuqu huwa bbażat il-welfare ta' pajjiżna, u mbagħad l-ewwel li jaqilgħuha m'humiex in-nies li qegħdin fuq, li huma ta' l-alta crema, ta' l-alta classe, imma l-iktar nies li huma minn taħt, li għandhom bżonn is-servizzi soċjali, li għandhom bżonn il-benefiċċji soċjali u li għandhom bżonn l-istruttura ta' solidarjeta' soċjali li bnejna f'dan il-pajjiż.", "Sur President, aħna nibqgħu ngħidu li l-aktar turija sħiħa ta' kuxjenza soċjali huma preċiżament il-miżuri li jittieħdu u li kienu qed jittieħdu biex tidħol id-dixxiplina fil-pajjiż, biex jiġu ssanati l-finanzi tal-gvern u biex tabilħaqq nimxu b'serjeta' ħalli ssir il-bidla meħtieġa u l-finanzi tal-gvern jerġgħu jitpoġġew fuq bażi soda u serja.", "Jiena għalhekk ngħid li wara li nkunu ħarisna lejn l-esperjenza ta' l-aħħar sena u nofs jew sentejn, l-ewwelnett naslu għall-konklużjoni li l-gvern preżenti huwa gvern li fil-bejta tiegħu stess, fil-qalba tiegħu stess, huwa lleġittimu.", "Dan il- Gvern m'huwiex qiegħed hemm skond ir-regoli tal-fair play politiku u allura minnu nniffsu m'huwiex se jkollu s-saħħa morali biex dak li jgħid ikun jista' jwettqu, jekk tabilħaqq irid iwettqu.", "Allura aktar u aktar imbagħad toħroġ is-saħħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista li turi 'l quddiem għaliex issa għandna bl-aktar mod ċar ix-xiehda tal-verita' u l-konferma li dak li konna qegħdin ngħidu ma kienx xi ħolma, ma kienx xi ħmar il-lejl imma kienu affarijiet veri li konna qed ngħiduhom għaliex sibnihom u li b'ħeġġa u b'sinċerita' lejn il-kuxjenza Maltija konna qed nipprovaw inwettquhom mill- aħjar li stajna.", "Din hija xi ħaġa li se ssaħħilna jdejna fiż-żmien li ġej, fis-sens li issa se nkunu qegħdin inwettqu l-affarijiet li joħorġu b'mod lineari ma' dak li għidna mill-1996 'l quddiem.", "Sur President, meta tirrifletti fuq dan kollu u tara li l-Oppożizzjoni għandha warajha 47% u aktar ta' l-elettorat, allura aktar u aktar is-saħħa morali u politika ta' l-oppożizzjoni fiż-żmien li ġej se tkun għaddejja biex tabilħaqq inkomplu naffermaw il-valuri li nemmnu fihom.", "Dawn huma valuri li ma nistgħux nibqgħu nwaddbuhom taħt it-tapit u taparsi nipprovaw niddieħku bihom għaliex nużaw il-kliem \"modern\" u \"serju\".", "Hemm bżonn li l- modernita' vera tidħol f'pajjiżna; hemm bżonn li s-serjeta' vera tidħol f'pajjiżna.", "Mhux aktar il-kliem sabiħ dwar parteċipazzjoni meta mbagħad inkunu qed inwarrbu lill-Caritas fil-ġenb.", "Mhux aktar il-kliem sabiħ dwar dixxiplina meta mbagħad id-dixxiplina f'Għawdex u f'postijiet oħra nkunu qegħdin ninsewha għaliex hekk jaqblilna politikament.", "Mhux aktar il-kliem sabiħ dwar trasparenza u dwar kif irridu li jkollna fair play fil-pajjiż meta mbagħad isiru transfers lil ċerti nies u ċerti ħatriet abbużivi u ċerti nies li huma ta' l-akbar validita', bħall-ex-segretarju tal-kabinett, jiġu trattati bil-mod oxxen li qed jiġu trattati.", "Sur President, il-poplu jaf jagħraf dawn l-affarijiet.", "Il-poplu se jkun qed jiżen aktar dawn l-affarijiet u minn hawnhekk se tiġi aktar is-saħħa morali apparti s-saħħa politika ta' l-oppożizzjoni laburista.", "Għaliex aħna kellna l-kuraġġ nuru t-triq kif inhi.", "Aħna kellna l-kuraġġ politiku li anke fl-aktar ċirkostanzi u fl-aktar kondizzjonijiet politiċi diffiċli mmorru quddiem il-poplu.", "Aħna morna quddiem il-poplu, anke fi żmien fejn iċ-ċittadini kienu qegħdin jinqarsu u kienu għadhom ma bdewx jaraw tajjeb biżżejjed - u kien hemm min ma kienx irid iħallihom jaraw tajjeb biżżejjed - it-tajjeb li konna qegħdin niżirgħu għall-futur.", "Din is-saħħa morali tkompli tqawwilna qalbna sabiex il-politika li ppreżentajna fl-aħħar elezzjoni nkomplu ninsistu fuqha, u se nkomplu ninsistu fuqha għaliex hija t-triq li fil-kuxjenza tagħna nħossu li tgħodd għal dan il-pajjiż.", "U m'huwiex veru - kif jippretendu ċerti nies li jħarbxu fil-gazzetti bl-Ingliż - li din qed nagħmluha b'xi forma ta' pika.", "Din iddiskutejniha bejnietna u ddiskutejniha mal-poplu Malti u Għawdxi, u rajna fil-prattika kif tista' taħdem.", "Konna wkoll qed nippjantaw kif se tasal, u mhux biss se nkomplu nsostnuha għaliex hija t-triq li nemmnu fiha u għaliex warajha hemm - anke taħt iċ-ċirkostanzi diffiċli li konna qed niffaċċjaw - 47% tal-poplu imma għaliex hija t-triq li ngħidu x'ngħidu tgħodd għal pajjiżna.", "Tajjeb li nifhmu - jien din nibqa' ninsisti fuqha - li aktar ma jgħaddi ż-żmien, malajr malajr se terġa' tinġabar madwar il- Partit Laburista l-maġġoranza li kellu, anzi forsi tikber.", "Ħalli ngħidlek għaliex, Sur President.", "Minkejja dawk li jiddieħku bl-għajta tagħna favur pajjiż modern, favur pajjiż serju, dawn in-nies, anke fost in-Nazzjonalisti stess, jifhmu li diġa' qed jinfirxu l-klikek antiki ta' nies li jinqdew għaliex jafu lil dak u lill-ieħor, għaliex jiġu kuġini minn dak jew miżżewġa lill-ieħor jew lill- oħra fin-networks ta' ċerti familji, anke fi ħdan il-lemin ta' pajjiżna, li jikkontrollaw u jiddominaw.", "Din hija xi ħaġa li tagħmel ħsara lill- iżvilupp ta' pajjiż u hija xi ħaġa li m'hijiex ġusta, u aktar ma jgħaddi żmien dawn l-affarijiet aktar qed jiġu magħrufa, aktar qed jiġu diskussi, u aktar qed joħorġu fiċ-ċar.", "Għalhekk jiena nemmen li għaż-żmien li ġej il- valuri tal-verita' li ppridkajna, il-valuri ta' ħtieġa ta' tmexxija dixxiplinata u serja f'pajjiżna aktar se jitwemmnu u aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar se nkunu qegħdin nirrankaw b'mod li s-saħħa morali u politika tal-Partit Laburista wara t-telfa elettorali li ġarrabna, telfa mill-aktar onorabbli, twassalna biex inħarsu 'l quddiem b'fiduċja sħiħa li l-futur għal dan il-pajjiż se jkun futur Laburista.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 27 ta' Ottubru, 1998 fis- 6.30 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20010516_539d_par.doc", "date": "2001-05-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 539 L-Erbgħa, 16 ta' Mejju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 539", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "539", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 744", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 744", "TQEGĦID TA' KARTI 749", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTI ARTIJIET (IT-TIENI QARI)", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL (SECOND READING) 749", "AĠĠORNAMENT 766", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 770", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 538 li saret fil-15 ta'Mejju, 2001ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta' l-Onor Evarist Bartolo wara rapport imħejji mill-uffiċċju nazzjonali tal-verifika dwar trasport governattiv; u", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari ta' l-Onor George Vella dwar rappreżentanza parlamentari f'laqgħa li saret f'Marzu 2001 fi Strasbourg.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MMA – SKOLA NAWTIKA – EŻAMIJIET", "25149.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtorita' marittima biex din is-sena jsiru l-eżamijiet għall- istudenti fit-tielet fażi ta' l-iskola nawtika fl-oqsma tal-meteorology, matematika u fiżika, skond il-proċeduri ta' l-eżamijiet stabiliti mill- merchant shipping directorate ġdid?", "X'komplikazzjonijiet inqalgħu biex jiġu segwiti dawn il-proċeduri fil-5, fit-12 u fl-20 ta' Marzu 2001?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-eżamijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant li saru din is- sena ġew organizzati skond proċeduri li kienu ġew stabiliti fl-1998 u li ilhom jiġu esegwiti minn dak iż-żmien.", "Dawn l-istess proċeduri kienu anke ġew sottomessi lill-organizzazzjoni internazzjonali marittima skond il- konvenzjoni internazzjonali dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.", "It-talba lid-direttorat tal-bastimenti merkantili ta' l-awtorita' marittima ta' Malta ma kenitx ġiet sottomessa kmieni biżżejjed kif stabilit f'dawn l- istess proċeduri biex l-eżamijiet setgħu isiru fil-5, fit-12 u fl-20 ta' Marzu, 2001.", "Minflok l-eżamijiet saru fis-26 ta' Marzu, fit-2 u fid-9 ta' April, 2001.", "NAXXAR – TRIQ NISSIEĠ - XOGĦLIJIET", "25150.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tingħata tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 24345?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fit-triq imsemmija għad hemm żvilupp mhux ħażin xi jsir u għalhekk ix-xogħol f'din it-triq ma jistax isir għalissa.", "ŻEBBIEGĦ - MIŻBLA", "25151.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jingħata permess biex tkun żviluppata miżbla fl-inħawi bejn iż-Żebbiegħ u Għajn Tuffieħa?", "Fil-każ li iva, x'sens jagħmel li nħallu Magħtab ieħor ifaqqas u jikber f'dawn l-inħawi sbieħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Id-deċiżjoni li jipprovdi lokal għal servizz ta' ġbir ta' skart b'mod kollettiv hija tal- kunsill lokali.", "Id-dipartiment għall-immaniġjar ta' l-iskart u implimentazzjoni ta' strateġija fi ħdan il-ministeru għall-ambjent offra l- assistenza tiegħu, kif kien mitlub mill-kunsill lokali, biex jintalbu l- permessi meħtieġa mill-awtorita' ta' l-ippjanar u mid-dipartiment għall- protezzjoni ta' l-ambjent.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindaga dwar dan il-każ direttament mal-kunsill lokali konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Meta jkun hemm rapporti li f'diversi artijiet mitluqin, anke dawk privati, jintrema' żibel li mbagħad jiżviluppa f'miżbliet żgħar, x'passi jieħu d-dipartiment ta' l-ambjent sabiex dawn l- affarijiet ma jibqgħux isiru?", "Għax naturalment minbarra li dan ikerrah l- ambjent, ikun ukoll ta' detriment għas-saħħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sfortunatament id-diffikulta' li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant teżisti f'diversi partijiet u l- leġislazzjoni għadha mhijiex b'saħħitha biżżejjed biex tagħti lill-gvern poteri li jaġixxi b'mod dirett u immedjat.", "L-uniku provvediment li jeżisti bil-liġi huwa mil-lat sanitarju.", "Jekk inti għandek art privata, ma tistax tħalliha ssir miżbla jew tħalli materjal ieħor jinġabar fuqha, għax dak ikun ta' detriment għas-saħħa, u jekk ma tiżviluppahiex suppost tagħmel reċint.", "Jekk dan ma jsirx, id- dipartiment tas-saħħa jiġbidlek l-attenzjoni.", "Jekk tibqa' ma tagħtix kas, jista' jressqek il-qorti u mbagħad jiġi ffissat terminu li fih isir reċint u jitneħħa dak l-iskart.", "Il-gvern ċentrali, la bħala ministeru għall- ambjent u lanqas bħala ministeru għas-saħħa, m'għandux ir-responsabbilta' u lanqas l-awtorita' li jidħol f'artijiet privati u jnaddafhom.", "Pero' ġieli kien hemm miżbliet li kien ilhom hemm żmien twil u aħna intervenejna xorta waħda, għax jew ppruvajna nieħdu l-kunsens tas-sid biex nagħmlu intervent min-naħa tagħna jew is-sid ma kienx magħruf u allura kellu jsir xi intervent minn xi ħadd.", "Naħseb idealment l-aħjar ħaġa li ssir fil-futur hi li nekwiparaw dawn is- sitwazzjonijiet ma' forma ta' direct enforcement.", "Fl-antik meta kien ikun hemm bini illegali kienet tintuża l-istess proċedura, fis-sens li min kien jagħmel bini llegali kien jittieħed il-qorti, jiġi stabilit terminu ta' żmien u jekk dan jiskadi u s-sid jibqa' ma jagħmel xejn, jeħel multa kuljum.", "Pero' anke hawn għandi dubju jekk jistax xi ħadd imur u jwaqqa', speċjalment jekk dak li jkun ikun qed iħallas multa kuljum.", "Il-proċedura ta' direct enforcement tintuża meta jkollok illegalita'.", "Għandek awtorita' pubblika li tista' twaqqa' hi u mbagħad tibgħat il-kont lis-sid.", "Il- prinċipju huwa simili għal dak ta' awtorita' pubblika jew min jingħata l- inkarigu li jista' jwaqqa', pero' f'dan il-każ biex jinbena reċint jew biex jitneħħa l-iskart.", "Ir-responsabbilta' tibqa' tas-sid u l-kont tar-reċint jintbagħat lilu.", "Pero' l-liġi tagħna ma tipprovdix għal din il-forma ta' direct enforcement.", "Sa l-1992 kien hemm l-istess tip ta' lakuna fil-bini llegali u mbagħad il- liġi pattiet għaliha, u naħseb li anke għal dik it-tip ta' sitwazzjoni jrid ikun hemm xi rimedju.", "PA – ŻEBBIEGĦ - MIŻBLA", "25152.", "L-ONOR CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar biex titħalla tikber miżbla fl-inħawi bejn iż-Żebbiegħ u Għajn Tuffieħa?", "Kif se tikkonsidra din l-applikazzjoni l-awtorita ta' l-ippjanar u xi studji ambjentali se jsiru qabel taċċetta din l-applikazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern) Ninsab informat illi quddiem l-awtorita` ta` l-ippjanar hemm applikazzjoni pendenti għall- kostruzzjoni ta` waste disposal depot - PA 700/01 – li jikkonsisti f'sit li fih jinġabar l-iskart b`mod organizzat u temporanju, sabiex wara jiġi ttrasferit jew lejn il-Magħtab jew għal riċiklaġġ.", "L-awtorita` ta` l-ippjanar tikkonsidra din l-applikazzjoni fid-dawl tal- policies stabiliti u tagħti kas ta` konsiderazzjonijiet ambjentali u tiżgura li l-iżvilupp iħalli l-inqas impatt fuq l-ambjent.", "RABAT SCOUT GROUP", "25156.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani għaliex ma kienx hemm rappreżentant tas- segretarjat privat tiegħu jew tad-dipartiment konċernat fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċjali u l-ġenituri ta' l-iscout group tar-Rabat nhar il-Ħadd, l-1 ta' April meta fis-sala tal-parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l- problema tal-premises tar-Rabat scout group?", "Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li m'huwiex attrezzat xejn biex jilqa' lil dawn it-tfal?", "Jaf li l-iscouts ġew offruti temporanjament il-premises tal-kunsill lokali u li ma kienx għall-intervent tal-kunsill lokali tar-Rabat, dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom m'għandhomx fejn jiltaqgħu sal-lum?", "Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn, għandu jieħu l- passi u jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja għal din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat scout group qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi l- Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni għal mistoqsija simili għal dik li saret lili.", "Tajjeb inżid ukoll li din l-istedina kienet saritli b'mod personali d-dar tiegħi u minħabba mpenji oħra ma stajtx nattendi.", "Allura m'huwiex minnu li kellu jkun hemm xi rappreżentant mill-ministeru u li dan m'attendiex.", "Jien kont ikkomunikajt mar-Rabat scout groups u wegħidthom li se nara x'nista' nagħmel biex ngħinhom.", "M'għandix l-iċken dubju li l-moviment ta' l-iscouts huwa ta' benefiċċju kbir għas-soċjeta' kollha u għalhekk wieħed għandu jagħmel ħiltu kollha biex jgħinhom mill-aħjar li jista'.", "IMPORTAZZJONI TA' ŻWIEMEL", "25158.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi wieħed irid biex jimporta żwiemel mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Mil-liema pajjiżi hija awtorizzata l- importazzjoni ta' żwiemel fil-mument?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Filwaqt li l- importaturi taż-żwiemel qegħdin jiġu mitluba li ma jimportawx żwiemel, ingħatat deroga għal dawk iż-żwiemel li kienu diġa' nxtraw u kienu fl- istalel lesti għall-esportazzjoni.", "Dawn iż-żwiemel inżammu kwarantina u fil-perijodu ġew imnaddfa u ddisinfettati.", "Waqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija nru.", "566 għall- istampa maħruġa mid-dipartiment ta' l-informazzjoni, tajjeb li ngħid li bħall-klieb u l-qtates, iż-żwiemel ma jinfettawx ruħhom bil-virus tal-foot and mouth disease u għalhekk ma jistgħux jgħadduh lil annimali oħra. .", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, għall-benefiċċju ta' dawk li lmentaw miegħi li ġew importati żwiemel meta suppost li hawn a total ban fuq l- importazzjoni ta' annimali - aktar u aktar meta ż-żwiemel huma fost dawk l- annimali li jistgħu jġorru mard, avolja ma jkunux suġġetti għal din it-tip ta' marda - jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ċara dwar l-irċevuti ta' kif u meta dawn iż-żwiemel inxtraw?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien li nista' ngħid huwa li kif appena kont informat illi kienu se jiġu importati xi żwiemel meta naf li kienet ħarġet stqarrija li ma setgħux jiġu importati annimali, immedjatament iċċekkjajt mal- veterinarju ewlieni u dan informani li ż-żwiemel kienu nxtraw qabel ma ħarġet l-istqarrija.", "Fil-fatt l-importazzjoni taż-żwiemel imsemmija saret bejn id-9 u l-10 ta' April u l-istqarrija ħarġet fit-18 ta' April.", "Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li fid-9 ta' April kienu ġew importati 14-il żiemel minn Franza u fl-10 ta' April kienu ġew importati disa' żwiemel oħra.", "Nista' nikkwota dak li stqarr il-veterenarju ewlieni tal-gvern, u ċioe':", "\"Peress li minn fejn kienu ġejjin iż-żwiemel, speċjalment fil-każ ta' Franza, hemm il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, dawn iż-żwiemel wara li ġew ċċertifikati kemm fuq il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer kif ukoll fuq xi mard ieħor, ġew imnaddfa, disinfettati u sussegwentement imqegħda taħt ġimgħa kwarantina biex b'hekk jiġi żgurat li meta jinħarġu jkunu ħielsa minn kull mard.", "Il–kwarantina għaż-żwiemel li jkunu ġejjin minn pajjiżi Ewropej m'hijiex proċedura normali iżda ssir f'ċirkostanzi speċifiċi bħalma hu l-każ fil-mument f'ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa fejn hemm il-marda ta' l- ilsien u d-dwiefer.", "Minn meta d-dipartiment tas-servizz veterinarju ħareġ l-istqarrija biex iwaqqaf l-importazzjoni ta' annimali minn pajjiżi nfettati mill- marda ta' l–ilsien u d-dwiefer, ma kienx hemm talba oħra minn pajjiżi Ewropej.\"", "Jiġifieri hawn għandna każ fejn il-veterinarju ewlieni qed jgħid li ma setax ikun hemm importazzjoni ta' annimali minn ċerti pajjiżi, pero' meta nħarġet din l-istqarrija kien hemm xi ħadd li kien diġa' xtara żwiemel minn pajjiż partikolari.", "Ovvjament ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi vverifikat u ggarantit li dawn iż-żwiemel ma kellhomx mard u malli daħlu f'pajjiżna, ġew disinfettati u miżmuma taħt kwarantina.", "Meta mbagħad ġew iċċertifikati li ma kellhom l-ebda forma ta' mard, inkluż dik ta' l-ilsien u d-dwiefer, iż-żwiemel tħallew jidħlu.", "Irrid ngħid ukoll li minn dak iż-żmien 'l hawn ma kien hemm l-ebda importazzjoni oħra ta' żwiemel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien jinteressani li l-Ministru jgħaddili l-konferma, anke konfidenzjalment jekk irid, li dawn iż-żwiemel kienu verament inxtraw qabel.", "U dan għas-sodisfazzjon ta' ħafna Maltin u Għawdxin li l-ewwelnett ma jifhmux għala ttieħed dan ir-riskju, u t-tieni, ma jifhmux għala kien hemm uħud li ġew preferuti aktar minn oħrajn.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li ngħaddi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant u nwiegħdu li nipprovdilu d-dettalji kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk il-prekawzjonijiet li kien hemm in place għadhomx jiġu attwati?", "Għax jien informat li l- affarijiet reġgħu ntelqu għal riħhom u għalkemm kellu jkun hemm ċerta attenzjoni fil-biċċerija u anke f'diversi farms, din mhux qed tiġi daqstant segwita.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa informat ħażin.", "Il- prekawzjonijiet kollha għadhom qegħdin jiġu osservati u l-miżuri kollha li ħadna fil-bidu li faqqgħet il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għadhom in vigore sal-lum u ma llaxkajna fl-ebda mument.", "Għall-grazzja t'Alla din il-marda qiegħda tiġi kkontrollata fid-diversi pajjiżi li ġew milquta u ovvjament ladarba l-marda tkun ikkontrollata, m'hemmx il-bżonn li jittieħdu ċerti miżuri.", "Ovvjament aħna nimxu mal-mod kif jimxu pajjiżi oħra u fejn jiġi deċiż mill-esperti li ċerti miżuri jistgħu jiġu mnaqqsa, nagħmlu l-istess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri dak il-kumitat ta' azzjoni li kien ġie maħtur - u forsi l-Ministru jista' jgħidli kemm-il darba ltaqa' - għadu qed jopera?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iva, dak il-kumitat għadu jaħdem kif kien jaħdem qabel.", "RABAT – CULVERTS", "25159.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li l-culverts qatt ma tnaddfu mindu saru fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "25000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, minkejja li ħafna drabi jkun hemm pjani biex dawn il-flooding systems jitnaddfu, sfortunatament jinqabżu u jitħallew abbandunati.", "Jista' l-Ministru jara li f'ċirkostanzi bħal dawn, almenu f'ċerti areas bħal fil-każ ta' l-area li qed insemmi, ikun hemm l- attenzjoni meħtieġa ħalli ma jkollniex għalfejn noqogħdu kull darba niġbdu l-attenzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba li tajt tirriferi għall-fatt li l-culverts huma responsabbilta' tal-kunsilli lokali u allura bilfors li l- kordinament irid isir minnhom.", "Naturalment fejn kunsill lokali jitlobna l- għajnuna aħna nipprovduhielu, għalkemm imbagħad ikollna d-diffikulta' ta' l- ispejjeż involuti, bħal overtime u materjal ieħor addizzjonali li jkun hemm bżonn jintuża.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddi għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 124 ta' l-2001 - Ordni ta' l-2001 dwar eżenzjoni mit- taxxa fuq trasferiment ta' djar ta' residenza lil azzjonisti (taxxa fuq l-income u taxxa fuq dokumenti u trasferimenti);", "Avviż Legali Nu 125 ta' l-2001 - Regoli ta' l-2001 dwar benefiċċji minn impjieg jew kariga; u", "Tagħrif dwar karozzi tal-kiri fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25211.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi mikrija fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25210; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar serq ta' u minn karozzi bejn l-1996 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25206.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTI ARTIJIET", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr. Speaker, meta wieħed ikun qiegħed jiddiskuti din il-liġi mingħajr ma jrid l-ewwel ma' jiġih f'moħħu huwa dwar kemm huwa ħażin li jkollok xi ħaġa li hija tiegħek li titteħidlek.", "Iżda kemm huwa ħafna agħar jekk dak li jeħodielek ikun il-gvern ta' pajjiżek, gvern li jipprofessa ruħu bħala t-tarka tad-drittijiet taċ-ċittadini ta' dak il- pajjiż.", "Proprju dan hu l-isfond tal-liġi li qegħdin niddiskutu.", "Dan l- abbozz jagħmel referenza għall-Building Development Areas Act ta' l-1983 li kien sar mill-gvern Soċjalista.", "Jien nistħi ngħid li kelli gvern f'dan il- pajjiż li kien għadda liġi li permezz tagħha b'daqqa ta' pinna assuma f'idejh mingħajr ebda ġustifikazzjoni ta' xejn artijiet u proprjetajiet taċ- ċittadini.", "Dan kollu sar mill-partit li qiegħed fl-oppożizzjoni u li jgħid li ċ-ċittadin jiġi l-ewwel.", "Verament biex jipprova jkun ġeneruż ma' l-intenzjoni tal-leġislatur ta' dak iż-żmien, wieħed irid jgħid li l-ħsieb wara dik il-liġi kien li jipprova kemm jista' jkun inaqqas il-pressure fuq il-prezzijiet ta' l-artijiet billi jkun hawn ħafna supply.", "Kulħadd jaf li hija liġi kardinali tas-suq li iktar ma jkun hemm supply ta' oġġett inqas se jkun il-prezz li jintalab għal dak l-oġġett.", "Din il-ħaġa narawha kuljum madwarna u dik kienet il-loġika - jien ngħid loġika monka - tal-gvern ta' dak iż-żmien.", "Dan ipprova jinnazzjonalizza l-art tal-privat mingħajr ma jħallas kumpens.", "Din hija inġustizzja kbira, u huwa proprju fuq dan li wieħed jirribella kontra l- effett ta' dik il-liġi.", "Jekk inti għandek proprjeta' tiegħek, żgħira kemm hi żgħira, kbira kemm hi kbira, din hija tiegħek, pero' b'daqqa ta' pinna l- gvern ta' dak iż-żmien seta' jgħidlek li dik se jeħodielek mingħajr ma jagħtik Lm1 kumpens.", "Mr. Speaker, x'kien il-ħsieb wara l-BDA?", "Il-ħsieb kien li l-gvern jieħu ammont sostanzjali - l-bieraħ il-ministru uża l-frażi ''qatgħet ta' artijiet'' - ta' meded ta' art li ħafna minnhom kien art saqwi u anke art tajba għall-agrikoltura mingħajr ma ħallas biex dawk l-artijiet ikunu jistgħu jitqassmu għal plots tal-BDAs.", "Issa fost il- kondizzjonijiet l-iktar iebsa kien hemm il-kondizzjoni li dan il-plot seta' jiġi akkwistat minn persuna waħda, kull persuna ma setgħetx tapplika għal iktar minn plot wieħed pero' persuna setgħet tbiegħ dik l-art basta tkun nefqet Lm4,000 f'benefikati.", "Allura x'kien jiġri?", "Kien jiġri li ċerti spekulaturi ta' l-art - u dan huwa an open secret - kienu jidħlu fi ftehim privat ma' dawk li jkollhom dawn il-plots, fejn permezz ta' skrittura jintrabtu li appena dan iħallas l-Lm4,000 tgħaddi l-art għand ix-xerrej u x- xerrej Alla biss jaf x'jagħmel biha.", "Issa ma rridux ninsew li dawn huma plots li kienu jinxtraw b'Lm400 u Lm300 u hawn mhux qed nitkellmu fuq plots żgħar imma fuq plots li fuqhom illum tibni tlett idjar.", "Dak kien l-użu ħażin ta' l-art tagħna.", "Ħafna drabi ninsew li qegħdin ngħixu f'Malta u naħsbu li l-art tagħna hija infinita, u konsegwenza spjaċevoli ta' din il-liġi tal-BDA kienet li kellek żvilupp sfrenat u bla pjan ta' xejn kultant anke f'nofs il-kampanja.", "Issa, permezz ta' din il-liġi dan il-gvern qed ipatti lura għall-ħsara li kienet għamlet din il-liġi li kienet għaddiet fi żmien amministrazzjoni Soċjalista.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nispjega daqsxejn dwar kif se tiġi rranġata din l- inġustizzja.", "Kif spjega tant tajjeb il-ministru l-bieraħ, permezz ta' din il-liġi l- gvern se jirritorna lura l-artijiet kollha lil dawk is-sidien li mingħandhom kienet ittieħdet mingħajr kumpens.", "Jekk inhuma mejtin tingħata lura lill-eredi tagħhom.", "Tajjeb ukoll li nsemmi statistika mportanti ħalli nifhmu ftit x'kien isir bil-BDAs.", "Bejn l-1983 u l-1987, meta allura kellna gvern li kien qed imexxi kontra r-rieda tal-poplu, ingħataw 1,325 plot taħt il-BDA.", "Issa ma ninsewx li l-ħsieb kien li kemm jista' jkun titnaqqas il- pressure fuq il-prezzijiet u allura l-prezzijiet ta' l-art kemm jista' jkun jitbaxxew.", "Jekk imbagħad tara kemm ingħataw permessi matul dawk l-erba' snin sabiex jinbnew djar privati, ssib li ngħataw sitt darbiet aktar.", "Fil-fatt kienu ngħataw 7,655 permess għal djar privati.", "Mela r-ratio kien li għal plot mogħti bil-BDA ngħataw sitt permessi għad-djar tal-privat.", "Mela allura m'huwiex veru min jgħid jew min jipprova jiġġustifika ruħu li l-iskop tal- BDA ntlaħaq, għax l-iskop tal-BDA qatt ma ntlaħaq.", "Intlaħaq kollox barra l- iskop oriġinali, imma ejja issa naraw aktar statistika li jekk xejn turi d- diskrezzjoni assoluta li kienu jassumu f'idejhom l-ministri ta' qabel l- 1987 fejn jirrigwarda l-artijiet.", "Qabel l-1981 il-ministru kellu poteri li jbiddel jew jestendi l-iskemi u dak il-poter kien jiġi wżat ħafna.", "Ħalli naraw naqra l-istatistika x'kienet.", "Fl-1978 ġew approvati 14-il estensjoni, fl-1979, 17-il estensjoni, fl-1980 ġew approvati 32 estensjoni u fl-1981 101-il estensjoni.", "Issa ta' min igħid li 21 minn dawn il-101 estensjoni ta' schemes ġew approvati fl-ewwel 12-il ġurnata ta' Diċembru ta' l-1981 meta l-elezzjoni kienet fit-13 ta' Diċembru.", "Jiġifieri fl-ewwel 12-il ġurnata sa lejliet l-elezzjoni ta' l- 1981 ġew approvati 21 estensjoni għal skemi fejn jista' jinbena u tiġi żviluppata l-art.", "B'dan il-mod il-leġislatur ta' dak iż-żmien ħass li seta' jirbaħ il-voti u naħseb li llum ilkoll nirrikonoxxu li s-serjeta' titlob ħafna iktar minn hekk.", "U Meta jara dan wieħed japprezza aktar l-isforzi kbar li għamel dan il-gvern u x'cultural change kienet saret meta l-1992 dan il-gvern kien iddeċieda li jitlaq minn idejh il-poter li jgħid hu fejn jinbena l-bini u għal dan il-għan waqqaf awtorita' indipendenti li hi l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Mr. Speaker, biex nuri kemm kienet inġusta u sfaċċata l-liġi tal-BDA irrid ngħid li fil-mument li l-gvern, fl-għerf infinit tiegħu, kien jiddikjara art tajba għall-iżvilupp, jekk dik l-art kienet taqa' b'ċens, b'kera, bi qbiela, dawn kollha jispiċċaw awtomatikament mill-ewwel.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li meta inti jkollok persuna tokkupa proprjeta' b'titolu ta' ċens, ta' kera jew ta' qbiela u inti b'daqqa ta' pinna titterminalu dik il-kera, lil dan tista' ssallbu.", "Dik kienet inġustizzja kbira, għax li kieku l-gvern għamel hekk għal skop soċjali - u din il-liġi kienet intiża li tintuża għal skop soċjali – u dak li jkun jingħata kumpens bħalma jiġri fil-liġi ta' l- esproprijazzjoni tgħid fiha u ma fihiex, imma dan ma kien jingħata l-ebda kumpens.", "Minħabba f'hekk kellna ammont ta' bdiewa li spiċċaw bla art, kellek kerrejja li spiċċaw bla art u kellek ċenswalisti li spiċċaw bla art li fuqha kienu għal numru ta' snin.", "Inġustizzja u anomalija oħra ta' din il-liġi kienet li t-teħid ta' l-art lanqas kien jirrikjedi l-bżonn ta' kuntratt pubbliku.", "Issa l-liġi fi stat demokratiku u ċivili fejn teżisti r-rule of law u fejn jeżistu s-safeguards għaċ-ċittadini tgħid li meta xi ħadd ibiegħ jew jagħmel akkwist ikun hemm kuntratt.", "Dan isir għal diversi raġunijiet fosthom it-trasparenza u biex jekk għada pitgħada dik il-proprjeta' terġa' tiġi trasferita jkun hemm kuntratt li fuqu wieħed jista' jimxi.", "Minkejja dan, bil-liġi ta' l-1983 l- gvern kien approprja ruħu minn ammont kbir ta' art, ħafna minnha art agrikola, mingħajr ma kien iffirmat kuntratt.", "Dan hu l-poter enormi li l- gvern ta' ta' dak iż-żmien kien assuma.", "Issa hawnhekk se nagħmel nota mhux politika imma nota legali.", "Jekk hemm xi ħaġa li dejjem nitgħallmu u ilha magħna eluf ta' snin - u din kienu jgħiduha anke r-Rumani - din hi l- prinċipju sagrosant li f'kull liġi li tgħaddi kemm jista' jkun għandu jkun hemm diskrezzjoni żgħira f'idejn min irid jamministra dik il-liġi.", "Ir- Rumani kienu jgħidu - hija xi ħaġa li kull student tal-liġi jitgħallem fl- ewwel sena tal-kors tal-liġi - li liġi hija tajba daqskemm ikun hemm ftit diskrezzjoni mħollija f'idejn min se jamministra dik il-liġi.", "In-natura umana nafu x'inhi u fil-mument li inti ħallejt diskrezzjoni qawwija f'idejn min se jamministra dik il-liġi qed tibda tistieden il-gwaj.", "Din hija ħaġa li tistona f'din il-liġi partikolari ta' l-1983 għax kważi tidher ereżija legali li jkollok gvern li b'daqqa ta' pinna litteralment jeħodlok art mingħajr konsultazzjoni ta' xejn, bla kuntratt pubbliku ta' xejn, bla riċerki ta' xejn u bla kumpens ta' xejn sempliċement għax huwa l- gvern.", "Is-soltu meta jrid jesproprja art għal skop pubbliku jew soċjali, skond il-Land Acquistion for Public Purposes Ordinance il-gvern irid jagħmel notice.", "Dik il-famuża ittra uffiċjali l-gvern irid joħroġha lil kulmin tappartjeni dik l-art u jekk ikun hemm persuna waħda li ma tiġix notifikata b'dik l-ittra uffiċċjali, dik il-persuna jkollha ċerti drittijiet quddiem il-qorti kontra l-gvern.", "Din il-liġi tal-land acquisition, li hija liġi ferm aktar antika minn dik tal-BDAs, saħansitra tgħid li jekk ma jkunx jaf min huma s-sidien, huwa obbligu tal-gvern li jinnomina kuraturi fil-qorti biex jirrappreżentaw lis-sidien ħalli kollox isir b'mod trasparenti u b'mod legali.", "Minn dan kollu, il-liġi ta' l-1983 ma pprovdiet xejn u fiha nqabdu artijiet agrikoli u green areas li spiċċaw mibnija.", "Irrid ngħid ukoll li dak iż-żmien kien sar maremot ukoll għax kienu ġew skartati r-regoli elementari li kull perit jgħallem u jitgħallem fuq it- town planning.", "U ħafna mill-haphazard development, fejn f'nofs il-kampanja f'daqqa waħda ssib il-bini u l-vilel, huwa proprju tort tal-liġi ta' l- 1983.", "Interessanti wkoll li madwar dan il-bini li seta' jsir bil-liġi ta' l- 1983 l-gvern kien qal li trid titħalla a green belt ta' 100 metru.", "L-art ta' dak il-green belt li qatt ma nbena l-gvern xorta waħda ħadha u s-sidien li mingħandhom ittieħdet dik l-art sal-lum baqgħu mingħajr kumpens.", "Issa dan il-gvern, għax huwa gvern rasu fuq għonqu, għax il-kuxjenza tiegħu verament hija soċjali, għax verament jibża' għaż-żgħir u għax ma jippermetti bl-ebda mod li persuna jitteħdilha oġġett mingħajr kumpens, qed jirranġa din l-inġustizzja.", "U biex ipatti għall-iżbilanċ maħluq b'din il- liġi qed iressaq dan l-abbozz li għandna.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa l-iżvilupp bla ħsieb u bla razzjonalita' ta' xejn li kellna.", "Per eżempju, jekk wieħed jara d-dibattitu tal-PAPB ta' l-1988, il-ministru ta' dak iż-żmien, il-Perit Michael Falzon, kien qiegħed jikkummenta fuq il-liġi ta' l-1983 u qal hekk;", "''Jekk trid tmur għand grocer ikollok tmur nofs siegħa bil-mixi biex tasal.", "Minn Pembroke trid timxi nofs siegħa biex tasal fejn hemm il- ħwienet.", "Minn tas-Swatar ma nafx kif iridu jinżlu l-Imsida biex jixtru minn hemm, imma fejn joqogħdu m'hemmx minn fejn jixtru.", "Ħadd ma ta kas li mhux kull familja għandha żewġ karozzi....''", "Michael Falzon, dak iż-żmien ministru għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura, kien daħal f'dawn il-problemi prattiċi.", "Kellek traskuraġni assoluta għar- regoli elementari ta' town planning.", "Dan minbarra l-fatt li setgħu japplikaw diversi membri tal-familja u allura kienu jispiċċaw tapplika l- mama, japplika l-papa, tapplika t-tifla, japplika l-għarus tat-tifla, tapplika n-nanna u n-nannu, għax il-liġi kienet tgħid b'mod mill-iktar inġenwu li ma jistgħux japplikaw aktar minn persuna waħda, pero' ħalli jkunu ta' l-istess familja.", "B'dan il-mod spiċċajna li familja waħda ta' sitta japplikaw u jieħdu sitt plots kbar li llum l-għaqal jiddetta li setgħu nbnew ferm aħjar.", "Biex naraw kemm kienu jsiru b'mod serju l-affarijiet fl-1983, artiklu 14 tal-liġi ta' l-1983 ma jagħmel l-ebda referenza għal pjanti.", "U jekk hemm xi ħaġa li anke student tal-primarja jirrikonoxxi din hi li ma jistax ikollok bini mingħajr pjanta, aħseb u ara meta jkun il-gvern.", "Naħseb li aħna konna l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn kellna liġi dwar fejn tista' tibni u fejn ma tistax mingħajr ma hemm riferenza għall-pjanti.", "Meta żżomm dan kollu f'moħħok tapprezza fejn wasalna fl-1992 bit-twaqqif tal-planning authority.", "Mhux qed ngħid li l-planning authority m'għandhiex difetti pero' qegħdin intejbuha u nafu dan il-parlament bħalissa qed jiddiskuti fil-kumitat ta' l- abbozzi ta' liġi emendi għal-liġi tal-planning authority biex nagħmluha aktar pro-attiva, inqas burokratika u aktar effiċjenti.", "Mr. Speaker, din il-liġi kienet tajba biss biex toħloq il-problemi.", "Frott il-BDA ta' l-1983 kull gvern wara l-1983 ma setax jirritorna l-artijiet meħuda, anke jekk ried jagħmel hekk.", "Għalfejn?", "L-ewwelnett għax ma kienx hemm kuntratt u t-tieni kif tista' proprjeta' f'idejn il-gvern tingħata lura mingħajr tendering process?", "U dan kien wieħed mill-ostakli legali frott il-liġi ta' l-1983.", "Kif jaf kulħadd il-Land Disposal Act tipprovdi li l-gvern irid bilfors joħroġha b'tender.", "Issa dan l-abbozz li għandna quddiemna aħna niftaħru bih għax dan l-ostaklu qiegħed jissormontah.", "Artiklu 3 ta' dan l-abbozz jgħid li:", "\"...mal-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern ta' avviż legali li tkun tistabilixxi li l-gvern qiegħed jitlaq il-proprjeta' ta' l-imsemmija art, għandha b'seħħ mid-data meta dik l-art tkun ġiet akkwistata kif hawn qabel imsemmi , u bis saħħa ta' dan l-Att mingħajr ebda formalita' oħra meħtieġa bil-liġi, terġa' lura għand il-persuna jew persuni li lilhom kienet tappartjeni l-art, sew bi proprjeta' assoluta sew b'titlu ta' proprjeta' diretta jew nuda, dirett jew utli dominju...\"", "Dan ifisser li jekk kienet b'ċens tingħata lura b'ċens, jekk kienet b'kera tingħata lura b'kera, jekk kienet bi qbiela tingħata lura bi qbiela, jekk kienet proprjeta' assoluta tingħata lura proprjeta' assoluta.", "Jiġifieri hawnhekk verament is-serjeta' titlob li nirrikonoxxu li qegħdin nagħmlu pass verament fid-direzzjoni t-tajba għaliex qegħdin inpattu għall- inġustizzji li kienu saru matul is-snin tmenin fejn jidħlu l-artijiet.", "Ma rridux ninsew - għax ħafna drabi ninsew minn fejn tlaqna - it-theddid li konna nissubixxu fejn kienu jidħlu l-artijiet.", "Kull meta l-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien fl-oppożizzjoni kien jitkellem kontra l-abbużi li kienu jsiru fl-artijiet, tan-naħa l-oħra kienu jirrispondu bit-theddid.", "Fid-dibattitu ta' l-1988, il-Perit Michael Falzon kien qed jirriferi għall- estensjonijiet ta' bini u plots li kienu jingħataw qabel l-1987 b'sempliċement daqqa ta' pinna tal-ministru u dan qal hekk.", "''Kienet diskussjoni mqanqla ħafna u spiċċat li aħna wegħidna li nissottomettu numru ta' każi ta' dawn l-estensjonijiet fejn dehrilna li ma kienx jagħmel sens.", "Infakkar ukoll li dak iż-żmien lilna li konna fl-oppożizzjoni heddewna li joqtluna.", "Għax bqajna ninsistu li jsiru dawk l-investigazzjonijiet, heddewna li ma noħorġux ħajjin minn ġol-Kamra.''", "Dan kien il-mod kif kienet tiġi ttrattata oppożizzjoni eletta demokratikament mill-poplu mhux biex tkun fl-oppożizzjoni imma biex tkun fil-gvern.", "Għall-grazzja t'Alla l-atmosfera nbidlet u jien ngħid li Alla jħares qatt nerġgħu nirritornaw għal dik is-sitwazzjoni.", "Jiena bħala Malti nistħi ngħid li f'dan il-pajjiż konna f'sitwazzjoni li jekk l-oppożizzjoni titlob investigazzjoni fuq ċerti building sites għax saru b'mod dubjuż ir- risposta mill-gvern tal-ġurnata kienet tkun li ma joħorġux ħajjin minn ġol- Kamra.", "Dak iż-żmien għadda u qegħdin hawnhekk niddiskutu liġi li biha se ssolvi l-ħmar il-lejl.", "U meta titkellem man-nies li jaħdmu fid-dipartiment ta' l-artijiet jgħidulek li it was a nightmare jamministraw il-liġi ta' l- 1983.", "Mr. Speaker, interessanti wkoll il-kummenti li għamel l-Onor.", "Joe Mizzi l- bieraħ meta staqsa jekk hux se jsir żvilupp fuq l-artijiet li jinsabu fuq il-green belt ladarba dawn jiġu ritornati.", "Ir-risposta hija pjuttost straight forward.", "Hemm proċess serju u trasparenti li kulħadd irid isegwi fejn trid tagħmel applikazzjoni lill-planning authority.", "Barra minn hekk, frott l-emendi li għadna kemm approvajna għall-liġi tal-planning authority ftit tal-ġimgħat ilu, dan il-parlament se jkollu kumitat speċjali mwaqqaf apposta biex jiddiskuti d-disposal ta' artijiet tal-gvern.", "Din hi d- differenza bejn il-partit li huwa fil-gvern u l-partit li huwa fl- oppożizzjoni.", "Il-modus operandi u r-raison d'etre tagħna huma differenti.", "Qabel l-1987 kellek gvern li kien interessat biss biex jaħtaf il-poter u d- dritt assolut li kollox jibda minnu u kollox jispiċċa minnu u l-gvern Nazzjonalista ta' l-1992 żvesta ruħu minn dawn it-tip ta' poter u drittijiet billi waqqaf il-planning authority.", "Mhux faċli ċċedi minn idejk awtorita'.", "Il-bniedem min-natura tiegħu jixtieq l-awtorita' u jixtieq il- poter u ma kienx faċli għal partit li kien ilu sittax-il sena fl- oppożizzjoni li jgħaddi liġi li jisvesti ruħu minn kull awtorita' u minn kull poter.", "It was a cultural earthquake.", "Mhux hekk biss, ftit tal- ġimgħat ilu dan il-parlament għidna li għandna mmorru pass lil hinn billi nwaqqfu kumitat ta' dan il-parlament biex jiddiskuti u japprova b'mod trasparenti u b'rappreżentanza miż-żewġ naħat tal-Kamra d-disposal ta' artijiet li jappartjenu lill-gvern.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi wkoll l-ammont ta' kumpens li ngħata lura minn dan il-gvern lis-sidien ta' art esproprijata.", "Is-sena l-oħra l-lands department - u dwar dan għandna biex niftaħru - approva Lm5 miljun f'pagamenti arretrati lil nies li kienu ilhom jistennew dawk il-pagamenti għall-art esproprijata mingħand il-gvern għal għexieren ta' snin.", "Dan il- gvern mhux jieħu l-art u ma jikkompensax, imma saħansitra jikkumpensa għall- art li ma ħax.", "Dik hija d-differenza bejn iż-żewġ partiti.", "Meta wieħed jara x'ġara fit-1983 u x'qegħdin nagħmlu f'dan l-abbozz ma nistgħux ma nħossux sens ta' sodisfazzjon.", "F'Malta l-art hija limitata u rridu nibżgħu għaliha.", "L-istatistika tgħid li bejn l-1957 u l-1987, 30 sena, l-area ta' Malta li hija mgħottija bil-bini minn 5% telgħet għal 16.5%, jiġifieri ttriplat.", "Jekk nibqgħu mexjin b'dik ir-rata fi żmien 60 sena oħra ma jkunx hawn post mhux mibni.", "Malta ma ninsewx li huwa l-iktar pajjiż densly populated fid-dinja wara Hong Kong pero' Hong Kong għandhom il-hinterland, aħna m'għandniex, aħna għandna l- baħar.", "Irridu nibżgħu għall-art u naħseb pass importanti f'dan il-proċess huwa li inħallsu lil dawk in-nies li sofrew inġustizzji minn gvern immexxi minn Partit Soċjalista li kien jipprofessa ruħu t-tarka tal-ħaddiem.", "Issa ħalliha li l-gabillott huwa ħaddiem, il-kerrej huwa ħaddiem u ċ-ċenwalist huwa ħaddiem.", "Dawn fl-1983 b'daqqa ta' pinna l-ministru ta' dak iż-żmien qalilhom li se jeħdilhom l-art mingħajr kumpens ta' xejn.", "Mr. Speaker, meta wieħed jara dawn il-fatti jara kemm il-BDA fl-prattika la rnexxielha telimina l-iżvilupp privat u lanqas irnexxielha tikkontrolla l- ammont u l-mod kif jinbena l-bini f'art li jkun permess il-bini fuqha.", "Pajjiż serju u modern jixraqlu gvern serju li jgħaddi liġijiet serji.", "Din il-liġi hija liġi serja, mhux biss frott il-buon sens imma frott l-animu li nagħmlu ġustizzja ma' min sofra inġustizzja.", "Lili dejjem għallmuni li l- agħar inġustizzja hija dik kommessa f'isem il-ġustizzja.", "Hekk sar fl-1983 u llum qegħdin nagħmlu dikjarazzjoni assoluta u sagrosanta permezz ta' dan l- abbozz li never again ma jerġa' jkollna sitwazzjoni bħal din.", "Nagħlaq billi ngħid li j'Alla dan il-parlament japprova din il-liġi b'mod unanimu biex verament nagħtu messaġġ lill-poplu li l-passat ħallejnih warajna, li l-ħniżrijiet ta' l-1983 ħallejnihom warajna u se nagħmlu minn kollox biex verament dan il-pajjiż nagħmlu l-ġid u l-progress.", "Grazzi ħafna, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr. Speaker, din il-liġi hija prova oħra tal- kuxjenza soċjali li l-gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għandu lejn il-poplu Malti.", "Bil-liġi tal-BDA konna f'sitwazzjoni fejn kienu jsiru ħafna abbużi u għad hawn nies li minħabba din il-liġi għadhom isofru l- konsegwenzi sal-lum.", "Dan għaliex għalkemm gvern Nazzjonalista fl-1988 kien abroga din il-liġi, ħafna minn dawk il-persuni li tteħditilhom l-art xorta waħda baqgħu ma ħadu assolutament xejn.", "Jekk kien hemm kumpens dan kien kumpens żgħir, pero' llum il-gvern m'għandux iktar l-interess li jkompli jżomm dik l-art u allura bl-iktar sens ta' ġustizzja soċjali qed jerġa' jagħtihielhom lura.", "Mr Speaker, illum il-poplu Malti qed jinduna kemm il-gvern għandu għall- qalbu ċ-ċittadin sew jekk huwa kbir kif ukoll jekk huwa żgħir.", "Ma ninsewx li kien gvern Nazzjonalista li neħħa r-requisition orders.", "Nafu x'ġara f'dawk iż-żmenijiet ta' soċjaliżmu estrem.", "F'dawk iż-żmenijiet mhux l- artijiet biss ittieħdu imma anke d-djar.", "Huwa veru li r-Requistion Ordinance ilha li saret minn qabel il-gwerra u li kien hemm skop soċjali għaliex saret, pero' din il-liġi – li tneħħiet minn gvern Nazzjonalista - wkoll kienet abbużata mill-gvern Soċjalista.", "Permezz ta' dik il-liġi wkoll saret ħafna korruzzjoni u saru ħafna abbużi.", "Kien jiġri li xi ħadd ikollu dar li forsi b'tant sagrifiċċju jkun xtraha għal uliedu u għax din id-dar ma tkunx għadha abitata kienet tittieħed mill- gvern Soċjalista għal xi bażużlu.", "Ta' min igħid li mhux dar jew tnejn ittiieħdet b'dan il-mod.", "Kieku dawn ittieħdu għal skop soċjali forsi b'xi mod nifimha, pero' r-requisition orders kienu joħorġu anke biex djar jingħataw lill-Partit Laburista biex jagħmilhom każini.", "Ma ninsewx lanqas il-każ tan-National Bank of Malta li illum il-ġurnata huwa l-Bank of Valletta.", "Kulħadd jiftakar il-kelma stampede li kien qal il-prim ministru ta' dak iż-żmien fuq it-television rigward dan il-bank, b'riferenza għall- ħatfa tan-nies biex joħorġu l-flus minn National Bank minħabba li l-gvern Soċjalista kien iddeċieda li jaħtaf dak il-bank u jagħmlu bank tiegħu.", "Sal- lum għad hemm kawżi dwar dan il-każ li ilhom pendenti kważi tletin sena.", "L-istess jista' jingħad għall-BICAL, li falla.", "U kieku ma kienx għall-gvern Nazzjonalista, dawk l-investituri li kellhom il-flus fil-bank kieku baqgħu ma ħadu xejn.", "Illum il-ġurnata, Mr Speaker, niftaħru li l-gvern bil-mod il- mod u bil-permess tal-kontrollur ħallas lil dawk il-klienti ta' dak il-bank u issa forsi fadal l-aħħar pagamenti.", "Dan ukoll kien ħtif ta' bank li seħħ taħt amministrazzjoni Soċjalista fi żmien soċjaliżmu estrem.", "Bħall-Onor.", "Jason Azzopardi, jiena wkoll nispera li ma jerġax jiġi dan iż-żmien, u jien għandi fiduċja li tan-naħa l-oħra ma jerġgħux jirrikorru għal dawn l- affarijiet.", "Mr Speaker, f'dan iż-żmien barra d-djar, l-artijiet u l-banek kien inħataf ukoll ix-xandir.", "Issa jiena naqbel li x-xandir ikun taħt il-kontroll tal- Gvern Malti u mhux tal-gvern jew inkella ta' kumpannija Ingliża imma ma naqbilx kif sar dan.", "Naħseb li kulħadd jiftakar is-sit-in, fejn bil- konsegwenza tas-sit in ix-xandir ġie meħud mingħajr l-ebda rikumpens.", "Kienet ħaġa tajba li x-xandir jiġi taħt il-kontroll tal-Gvern Malti, imma kemm għamel iktar il-gvern Nazzjonalista meta ntroduċa l-pluraliżmu fix- xandir!", "Niftakru wkoll it-theddida tal-Phoenicia Hotel u s-sit in li għamlu tal-GWU, li riedet tieħu f'idejha kemm din il-lukanda kif ukoll il- lukanda Verdala.", "Mr. Speaker, dawn huma affarijiet li rridu nfakkruhom liż- żgħażagħ tagħna.", "Ma ninsewx ukoll l-isptar tal-Blues.", "X'kien l-iskop għall-ħtif ta' l- isptarijiet privati?", "Dawn huma stejjer tal-passat imma rridu nfakkru l- poplu Malti fuqhom għaliex gvern soċjalista mhux l-art biss ħataf, imma anke affarijiet oħra.", "U għall-kuntrarju ta' dan, gvern Nazzjonalista pprovda żieda sostanzjali għar-rikompens għal art esproprjata.", "Qabel kienu jiġu vvotati Lm60,000 jew Lm100,000 għal dan il-għan imma llum qed jiġi vvotati Lm1 miljun u anke Lm2 miljun biex il-gvern ifittex jagħmel il- ġustizzja ma' dawk li tteħditilhom l-art.", "Ta' min igħid li issa ġiet introdotta sistema li jekk id-dipartiment ikollu l-flus depozitati, il- gvern iħallas immedjatament lil dawk it-tenants li tkun itteħditilhom l- art.", "Illum il-ġurnata l-ebda' art ma tista' tiġi esproprjata jekk kemm il- darba ma jkunx hemm il-flus diġa'.", "Barra minn hekk illum issir stima bil- quddiem u ikun hemm il-flus depozitati minn dak id-dipartiment li jkun se jakkwista dik l-art.", "Din hija l-ġustizzja soċjali min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Nista' nsemmi wkoll l-iskema rigward proprjeta ta' art rurali li għadna kif għaddejna minn dan il-parlament.", "Din l-iskema hija dwar art li kienet qed tiġi amministrata minn proprjetarji li ma kellhom ebda' titolu, u l-gvern, bħala rikonoxximent tal-ħidma li qegħdin jagħmlu fl-agrikoltura se jirrikonoxxi dan id-dritt bil-prezz ta' Lm4 t-tomna.", "Dan ifisser li l-gvern qed jagħtiha kważi b'xejn.", "Gvern Nazzjonalista ntroduċa wkoll il-home ownership scheme għall-flats u d-djar tal-gvern.", "Dak iż-żmienijiet tan-naħa l-oħra qalu li dawn ma jistgħux jinbiegħu pero' ż-żmien tana raġun u din l- iskema kienet suċċess.", "Mr. Speaker, meta konna qegħdin nabrogaw il-liġi ta' 1983, l-Onor Charles Buhagiar kien staqsa dwar kif inhu possibbli li l-gvern jipprovdi art u bini bi prezz irħis jekk m'huwiex se jkun f'pożizzjoni li jieħu art bis- saħħa tal-BDA.", "Ħriġnihom dawn il-postijiet bi prezz irħis, Mr Speaker?", "Flats tal-gvern bi tliet ikmamar tas-sodda, b'salott, kċina u kamra tal- banju ġieli nbiegħu Lm2,000 jew Lm3,000.", "Huwa veru li fil-bidu kien qed isir l-abbuż pero' issa erġajna emendajna l-liġi biex dan l-abbuż jinqata' wkoll.", "Din hija l-ġustizzja soċjali, u dak li kien jingħad li bil-mod kif ħadem gvern Nazzjonalista ma jistax jagħti affarijiet bl-irħis irriżulta li kien żbaljat.", "Ta' min igħid ukoll li gvern Nazzjonalista qed jagħti għajnuna kbira wkoll sabiex dak li jkun jirranġa daru.", "Mr Speaker, pass ieħor importanti kien li l-kunsilli lokali jingħataw dritt li jamministraw ċerta proprjeta' tal-gvern fil-lokalita' tagħhom.", "Il-gvern għandu ammont sostanzjali ta' proprjeta' li biex jamministraha sew irid joħroġ iktar flus għal skrivani u accountants.", "Minħabba f'hekk qed jagħti proprjeta' biex tiġi amministrata sew mill-kunsilli lokali.", "Din hija ħaġa li ninkoraġġuha u li għandha tkompli għaddejja.", "Dawn huma kollha affarijiet pożittivi.", "X'differenza milli b'abbuż kbir tieħu l-art mingħand individwi!", "Biżżejjed ngħid, Mr Speaker, li waħda mill-klawsoli ta' dik il-liġi ta' 1983 kienet tgħid hekk:", "''Kull dikjarazzjoni magħmula mill-ministru u addottata jew approvata mill-Kamra, tista' tiġi emendata jew revokata b'dikjarazzjoni oħra magħmula mill-ministru''.", "Dawk kienu l-abbużi, Mr Speaker!", "Iktar minn hekk klawsola 12 kienet tgħid hekk:", "\"Iżda wkoll meta tkun teżisti strixxa ħadra matul il-konfini ta' area għall-iżvilupp tal-bini, li tiġi estiża fuq art li tkun tmiss maghħa, id-disposizzjonijiet ta' dan is-subartiklu ma jkunux japplikaw iktar għall-konfini oriġinali ta' l-area għall-iżvilipp tal-bini iżda għandhom japplikaw ukoll għall-konfini ta' area għall-iżvilupp tal- bini kif qed isir.\"", "Fid-dibattitu ta' meta tneħħiet din il-liġi, l-Avukat Manuel Bonnici, dak iż-żmien ministru għall-iżvilupp terzjarju – li kien bniedem moderat ħafna - kien tkellem dwar kemm kienu qed jiġu abbużati bil-kbir dawn l-areas għall-iżvilipp tal-bini u kemm mill-oppożizzjoni l-Partit Nazzjonalista kien jgħid li din kienet liġi nfami.", "Il-gvern Nazzjonalista mhux talli neħħiha meta lanqas biss kien ilu sena fil-gvern, imma talli tejjeb l- affarijiet bl-aktar mod raġonevoli u bl-akbar sens ta' ġustizzja u ta' kuxjenza soċjali.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija dwar kemm dik il-liġi ta' 1983 ħassret l- ambjent ta' pajjiżna.", "Minħabba bini b'abbuż li rriżulta minn din il-liġi, ħafna minn dik id-distanza li kienet karatteristika bejn villaġġ u ieħor illum spiċċat.", "Illum l-irħula ġew ħafna viċin ta' xulxin u din il-ħaġa rrovinat ħafna l-karatteristika differenti bejn raħal u ieħor.", "Mr Speaker, dawn l-affarijiet illum il-ġurnata spiċċaw għax ħareġ pjan ta' struttura li jgħid li ma nistghux nestendu minn dak li approva l-parlament.", "Għandna pressjoni qawwija biex inbiddlu jew nestendu l-pjanijiet lokali imma nafu li kemm il-gvern u nispera wkoll li l-oppożizzjoni naqblu li l-art agrikola u l-open spaces għad għandna bzonnhom f'dan il-pajjiż.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'dan l-iżvilupp sfrenat.", "Għad għandna spazji vojta fejn jista' jitla' l-bini u huwa dan li rridu nutilizzaw biex inħasru l-ambjent minn dan l-iżvilupp sfrenat.", "Kien għamel tajjeb il-gvern Nazzjonalista li mill- ewwel ħareġ dawk il-pjani lokali.", "Issa se jsiru emendi għal local plans, pero' dawn se jsiru b'limitazzjoni qawwija biex nibżgħu għall-ambjent rurali ta' Malta.", "Din hija wegħda tal-Partit Nazzjonalista u hija wegħda li qed tagħmel ukoll l-awtorita ta' l-ippjanar.", "Mr Speaker, jiena nawgura li l-poplu jkun rikonoxxenti lejn il-gvern Nazzjonalista li qed jagħmel dan il-pass mill-iktar nobbli li jagħti lura art li kienet ittieħdet fil-passat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, irrid ngħid illi din kienet waħda minn dawk il-liġijiet li barra minn din il-Kamra kienu jgħajjruna li mhux se jkun hawn kunsens fuqha, imma safejn naf jien din hija xi ħaġa maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Irrid ngħid ukoll li sfortunatament l-interventi li kellna llejla kienu ta' xejra partiġġjana.", "U ngħid sfortunatament għaliex fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru laqat diversi problemi tal-qasam ta' l-artijiet f'pajjiżna imma illejla b'mod partikolari fl-aħħar żewġ interventi kellna attakk kontinwu min-naħa tal-gvern kontra l-oppożizzjoni dwar il-politika li kien hawn fil-passat f'dan il-qasam.", "Dan huwa atteġġjament ta' min jikkritikah u ta' min jikkritika wkoll b'mod partikolari t-ton li bih tkellem l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Mr. Speaker, aħna qegħdin naqblu fuq dan l-abbozz ta' liġi u allura xtaqt li fid-dibattitu kulħadd jiprova jagħmel suġġerimenti dwar kif nistgħu nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Jiena ngħid li apparti intervall ta' sentejn, il-Partit Nazzjonalista ilu fil-gvern erbatax-il sena u ma nistax nifhem għaliex qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi issa.", "Ta' min jgħid ukoll li din il-liġi diġa' kienet qed titħejja mill-gvern preċedenti laburista u ma nafx kif dan il-gvern, wara tant snin jikkritika bl-aħrax dak li sar fil- passat, dam daqshekk biex iressaqha.", "Irrid ngħid ukoll li ċerti argumenti li kien hawn hawnhekk kważi kważi huma tad-daħk.", "L-ewwelnett kien hemm l-argument ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi fuq l-iskop tal-leġislatur meta oriġinarjament tressqet il-liġi tal-BDA.", "Dan qal li permezz ta' din il-liġi kien se jkun hawn plots bl-irħis fil-pajjiż u li dan kellu jkollu effett fuq il-prezz ta' l-art fis-suq.", "Jiena ngħidlu li jew ma jafx x'inhu jiġri f'dan il-qasam jew inkella qed jaħrab mir-realta', għaliex jekk kien hawn splużjoni fil-prezzijiet proprju f' dan il-qasam din seħħet proprju meta beda jonqos in-numru ta' artijiet – u anke djar - li kienu jitqassmu mill-gvern.", "Qabel, is-settur privat kellu kompetitur dirett mill-gvern u allura l-prezzijiet bilfors kellhom jaqgħu għaliex il-gvern kien qed iforni bi prezzijiet baxxi.", "Malli beda jinħass li l-possibilita li wieħed jakwista biċċa art bi prezzijiet irħas bħal ma kien hemm qed tonqos, allura awtomatikament bdew jogħlew aktar il-prezzijiet.", "U naħseb li jekk hemm xi ħaġa li f'dan il-pajjiż kulħadd jaqbel magħha din hija li f'dawn l-aħħar snin kellna splużjoni fil-prezzijiet ta' l-art.", "Dan juri li l-għan tal-politika ta' dakinhar irnexxa għax l-artijiet dak iż-żminijiet kienu jinbiegħu bi prezzijiet ferm u ferm aktar aċċessibbli għall-poplu.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Azzopardi qal ukoll li ħarġu permessi għall-bini sitt darbiet aktar milli ngħataw plots tal-gvern.", "Dan l-argument jissustanzja dak li għadni kif għedt li dak iż-żmien kienet iktar possibbli li dak li jkun jiżviluppa.", "Meta bdejt nisma' dan l-argument bdejt niddubita jekk hux qed nifhem sew, għax dan ir-raġunar iktar juri li l-għan oriġinali tal- leġiżlatur dakinhar fil-fatt intlaħaq.", "Naħseb ukoll li huwa nġust li tan- naħa l-oħra jippruvaw imaqdru lill-gvernijiet Laburisti tal-passat għax wara kollox, jekk wieħed jara l-istorja jsib li dawn lanqas kienu joħolmu bit-tip ta' skemi li ħarġu gvernijiet Laburisti.", "Fi żmenijiet oħra ta' gvernijiet Nazzjonalisti n-nies lanqas kienu joħolmu li jkollhom djar kompluti bi prezzijiet irħas.", "Huwa veru li kien hemm min jabbuża - u aħna nikkundannaw lil min jabbuża - imma mbagħad wieħed m'għandux juża l- eċċezjoni biex jikkundanna r-regola, għax inkella ma jkunx qiegħed jitkellem b'mod ġust.", "Jiena nemmen li fil-maġġor parti tagħhom min kien allokat plot illum dan il-plot bnieh u qed igawdi daru bis-saħħa ta' dik l- allokazzjoni.", "Intqal ukoll li l-gvern b'daqqa ta' pinna - biex nuża l-kliem tal-Ministru Tonio Borg – kien jakkwista dawn l-artijiet.", "Illum il-ġurnata l-gvern x'qed jagħmel?", "Bl-istess daqqa ta' pinna mingħajr kuntratti qed jirritornahom lura.", "Mela jekk bl-argument kien ħażin għax ma sarux kuntratti dakinhar, naħseb jien l-istess argument jogħod għall-gvern tal-ġurnata.", "Jew temmen li għandhom isiru l-kuntratti biex inkunu trasparenti u biex l-affarijiet jimxu kif għandhom jimxu, jew inkella titkellimx.", "Dan qed ngħidu biex nuri li ċerti argumenti minnhom infishom huma mħawwdin.", "Intqal ukoll li saru każini politiċi bis-saħħa tar-requisition orders.", "Jien ngħid lill-Onor.", "Jason Azzopardi jara minn fejn ġie l-akbar każin tal- Partit Nazzjonalista li hawn f'pajjiżna.", "Dan inbena fuq art pubblika li ttieħdet u llum ġo Santa Luċija m'hemmx track għall-atletika għaliex ma jistax isir proprju minħabba dan il-każin.", "Qed insemmi dan il-każin biex ma nsemmix affarijiet oħra li forsi l-Onor.", "Azzopardi ma tantx jiftakar.", "L- Onor. Azzopardi jaf li kien gvern Nazzjonalista li ħa l-artijiet fejn kien hemm tennis u basketball courts?", "Jaf li minħabba f'hekk bqajna mingħajr dawn il-faċilitajiet sportivi f'dawk l-inħawi?", "Minflok dawn il-faċilitajiet illum hemm parking.", "Dan meta dawn il-mezzi ta' parking faċilment setgħu saru taħt il-faċilitajiet li kien hemm dakinhar imma Alla jbierek dawn l- affarijiet baqgħu għaddejjin.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Azzopardi ikkwota wkoll lill-Perit Michael Falzon li kien qal xi ħaġa fuq il-gvern laburista ta' dakinhar.", "Minn tant lil dak ikkwota, l-iktar bniedem li għandu tabu' fuqu u li kien editur ta' gazzetta \"The People\" li lanqas damet tirrenja f' dan il-pajjiż!", "Din il-gazzetta tant qalgħet ħmieġ u tant kienet titfa' tajn bl-addoċċ li rrovinat lilha nnifisha u falliet.", "B'din it-tip ta' persważjoni rridu nitkellmu hawn, billi nikkwotaw persuni li nafu kemm tefgħu t-tajn fil-passat?", "Ejja ma nintilfux fuq partiġġjaniżmu, għax nassigurah li nista' nieħu s-seduta kollha llejla nitkellem b'mod partiġġjan, avolja naf li tan-naħa l-oħra żgur li ma jagħtunix il-ħin.", "Fl-opinjoni tiegħi m'għandniex noqogħdu nintilfu f'dawn l-affarijiet imma għandna nħarsu 'l quddiem.", "M'għandniex niġu hawn u qisu dak kollu li għamel il-partit l-ieħor huwa kollu ħażin.", "M'għandux ikun li l-iskopijiet oriġinali jiġu magħsurin u mgħawġin għax wara kollox wieħed ma jistax jipparaguna s-sitwazzjoni li għandna tal- housing illum mas-sitwazzjoni li kellna 20 sena, 25 sena ilu.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li din in-naħa tal-Kamra taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi pero' jien ħafna drabi jiddispjaċini li mhux qed isir biżżejjed biex ċerti problemi jiġu megħluba.", "Per eżempju problema waħda klassika hi li ċertu housing inbena fuq artijiet li lanqas il-gvern m'għandu titlu tiegħu u minħabba f'hekk inqalgħu ħafna problemi dwar bejgħ jew xiri ta' dawn id-djar.", "Dwar dawn ħarġu skemi kontra skemi imma li irridu huma soluzzjonijiet ferm aktar serji.", "Wara kollox m'huwiex ġust li n-nies li joqogħdu f'dawn l-abitazzjonijiet ma jistgħux isiru sid darhom għax ma jistax isirilhom kuntratt, u aħna għandna nagħmlu l-isforzi kollha f'din il- Kamra biex dawn it-tip ta' diffikultajiet jiġu megħluba.", "Problema oħra hija s-sigurta'.", "Kulħadd jaf li meta wieħed imur il-bank biex jissellef, l-ewwel ħaġa li jkun irid il-bank, apparti ovvjament x'introjtu għandek, tkun security għas-self.", "Dan jgħid lill-bank li jista' jagħmel id-dar fejn joqgħod bħala garanzija, issir ir-riċerka u Alla jbierek jirriżulta li din hi waħda minn dawn il-famużi każijiet ta' art jew proprjeta' li qatt ma sar kuntratt fuqha u allura teknikament id-dar ma tkunx tiegħu.", "Din hija realta' soċjali li ma tistax taħrabha, pero' mbagħad il-banek bdew jiżviluppaw sistema fejn il-bniedem jiġi mitlub jintrabat li malli issir tiegħu d-dar, jekk ikun għadu ma ħallasx lura d-dejn, jagħtihielu garanzija dakinhar.", "Barra minn hekk il-gvern qed jitlef l- introjtu minħabba din il-proprjeta li nies iridu jixtruha imma minħabba f'din il-ħaġa ma ma jistgħux.", "Dawn japplikaw lill-awtoritajiet kompetenti pero' jilmentaw minħabba dewmien fil-pubblikazzjoni tal-President's order.", "Kultant jgħidulek li jkun hemm saħansitra djar fl-istess triq li għal uħud toħroġ din il-President's order u għal oħrajn ma toħroġx.", "Dawn huma l-affarijiet li naħseb jeħtieġ li bis-serjeta' wieħed iħares lejhom biex ikun hawn is-serħan tal-moħħ li qegħdin nimxu b' ċerta serjeta.", "Għandhom isiru sistemi trasparenti li jifhimhom kullħadd.", "Kultant jiġu klienti għandi, nagħmlilhom il-kuntratti għax jgħidu li se jixtru I-post imbagħad meta nara l-abbozz insib li dak ma jkun xejn ħlief konvenju.", "Jien nemmen li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu kull informazzjoni neċessarja lill-individwu biex dan ikun jaf fiex dieħel.", "Kien hemm każi fejn anki ntilfu depożiti għaliex meta daħlu għal ftehim ma qalulhomx il- konsegwenzi ċari x'inhuma u ma setgħux ikomplu.", "Dan m'huwiex ġust, għax dan Alla biss jaf kif jagħmel biex ikollu lira.", "Każi bħal dawn ċertament li jimmeritaw li nagħtuhom l-attenzjoni neċessarja.", "Fuq il-kwistjoni li jingħataw lura l-artijiet jiena naħseb li hawn ukoll irridu sforzi kbar.", "Jiena per eżempju tiġini f'rasi l-area tal-Marsa fejn kien hemm ipproġettata t-triq Diċembru 13.", "Ġew ikellmuni xi żmien ilu xi nies li tagħhom kienu dawn il-postijiet li kienu ġew meħudin mill-gvern biex sar il-proġett li jeżisti llum u dawn il-postijiet baqgħu hemm abbandunati u mitluqin.", "Wara sforzi kbar dawn ingħataw lura dawn il- proprjetajiet u għallinqas illum dawn qed iduruhom.", "Il-proprjeta' kullħadd jaf kemm tiswa flus u kemm tista' tgħin lil dak li jkun biex jammeljora l- kondizzjoni tiegħu.", "Dan qed nitkellmu fuq familji, jiġifieri ħadd minnhom ma kien xi sinjur.", "Dawn kienu sfortunati li nzertaw at the wrong place, at the wrong time biex isir dak il-proġett.", "Mr. Speaker, barra dawn it-tip ta' każi għandek ukoll każijiet ta' artijiet mitluqin u plots fl-aqwa estates li Alla biss jaf kemm hemm nies li jixtiequ japplikaw għalihom.", "Dawn jiktbu l-ittri biex jindagaw fuq dawn l- artijiet u dwar jekk hux se jkun hemm tender, imma sfortunatament qatt ma jieħdu mqar acknowledgement li waslet l-ittra.", "Jien kelli każi ukoll ta' nies li kellhom kamra mingħand in-nannu u dejjem ġejja fil-familja, din ħaduhielhom, qed jgħidu ma għandhomx bżonnha iktar imma meta tmur biex tara dik il-kamra, il-bambin biss jaf kif issibha.", "Per eżempju jiena darba ltqajt ma' anzjan f'nofs Wied il-Għajn, li illum hu żviluppat, li kellu biċċa area li ġiet iprovduta lilu mill-wirt imma kuntratti x'juri ma kellu xejn.", "Jiena staqsejtu dwar kif ġiet għandu l-art u qalli li darba n-nannu tiegħu kien qal lilu u lil ħutu li dik l-area hija tiegħu u li kien se jaqsamha bejniethom, pero' Alla jbierek kuntratti ma saru xejn.", "Hekk kienu jagħmlu dak iż-żmien.", "Dawn lanqas isimhom ma kienu jafu jiktbu u nassigura lil kulħadd li ma kenitx faċli biex nirranġaw is-sitwazzjoni, imma dawn huma affarijiet li fil-prattika wieħed isibhom.", "Meta jiġri hekk dak li jkun l- ewwel irid imur għand in-nutar u jagħmel dak li ngħidulu causa mortis minħabba li kien hemm il-wirt, sadanittant tħallas it-taxxa fuqha biex toħodha lura, issir riċerka fejn taf li at the end of the day m'hu ħa ssib xejn fuqha u fl-aħħar dan jispiċċa jgħidlek li lanqas ħaqq ikompli jistinka biex jeħodha lura għax tiġi tiswielu iktar flus milli attwalment tiswa l- istess proprjeta'.", "Aħna għandna nħarsu 'l hemm ukoll għax jista' jkun li għandna areas bħal dawn li jistgħu jiġu utilizzati li lanqas is-sidien tagħhom ma għandhom aktar interess fihom.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li saru sforzi anke mill-joint office biex isiru policies u skemi biex jfejn jidħlu ċ-ċnus bniedem ikollu l- possibilita' li jixtri.", "Dawn il-każi tressqu anki quddiem dan il-parlament, imma l-verita' x' inhi?", "Il-verita' hi li llum il-joint office mhuwiex well equipped b'personnel u b'nies mħarrġa għax dan mhux li taqbad skrivan u titfgħu hemm.", "Hemmhekk hemm ċertu xogħol li huwa speċjalizzat u wieħed ikun irid ċertu żmien biex jidra' u jitħarreġ.", "U mhux qed isir ħafna xogħol ta' trasferimenti ta' din in-natura proprju minħabba f'hekk.", "Din il-ħaġa kważi lanqas temminha meta l-gvern dejjem jgħid li għandu ħafna overheads żejda.", "Mr. Speaker, x'inhuma l-konsegwenzi ta' dan?", "Il-konsegwenzi huma li hemm diversi nies li jridu jsiru sidien ta' darhom imma ma jistgħux.", "L-iskemi jeżistu imma dawn ma jistgħux jitħaddmu sew minħabba n-nuqqas ta' ħaddiema.", "Kull ħaddiem par idejn għandu, u dawn ma jistgħux ileħħqu mad-domanda kbira li hemm.", "Minħabba f'din il-problema wkoll il-gvern qed jitlef eluf ta' liri f'introjtu.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' abbozz ta' liġi imma hija kwestjoni ta' amministrazzjoni fejn il-gvern tal-ġurnata għandu juri impenn u jgħid din il-problema jrid jeħodha bis-serjeta' għallġid ta' kulħadd.", "Jiena nerġa' ngħid xtaqt li niffoka l-maġġor parti tad-diskors tiegħi proprju fuq problemi attwali li qed inħabbtu wiċċna magħhom mingħajr ma nkun partiġġjan imma ċerti diskorsi tal-kelliema tan-naħa l-oħra kienu jimmeritaw tweġiba.", "Sinċerament, jiena ma nħobbx nitkellem b'mod partiġġjan partikolarment fuq dan il-qasam għax nemmen li jista' jsir ħafna ġid jekk ma nibqgħux nintilfu f'ħafna tgħajjir u retorika biex nagħtu l-impressjoni li l-partit li nagħmlu parti minnu għandu xi raġġiera fuq rasu.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il- Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, qed nitkellmu dwar abbozz ta' liġi li fih innifsu huwa sempliċi.", "Bħala volum ta' kliem huwa wieħed mill-iqsar abbozzi li tressaq f'dan il-parlament, pero' huwa abbozz ta' liġi li għandu implikazzjonijiet u effetti li jmorru iktar 'il bogħod mill-ħxuna tal-karta li fuqha huwa miktub.", "L-ewwelnett huwa abbozz ta' liġi li permezz tiegħu l-gvern tal-ġurnata qed jagħmel ġustizzja ma' dawk il-persuni li gvern ta' dan il-pajjiż kien iddeċieda li jaħtaf il-proprjetajiet tagħhom biex jagħtihom lil xi ħaddieħor.", "Kien hemm diversi punti li tqajmu mill-kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra, imma naħseb il-pern tad-diskussjoni iktar minn ħaġa oħra għandu jkun dwar xi tfisser għalih il-valur tal-proprjeta' li kull wieħed minna għandu f'dan l-istat.", "Dan qed ngħidu għax huwa magħruf prattikament minn kulħadd li l-uniku riżors barra l-bniedem f'dan il-pajjiż hija l-art u m'għandix dubju minn xiex tgħaddi persuna li tkun itteħditilha l-proprjeta' tagħha.", "Matul is-snin li għaddew mhux darba jew tnejn kien hemm persuni li tteħditilhom il-proprjeta' għal diversi raġunijiet.", "Nafu li f'dan il-pajjiż l-art għadha tittieħed sal-lum għad-dekasteru responsabbli minnu jiena prinċipalment biex jinfetħu t-toroq pero' qatt u fl-ebda ħin ħlief għall- perijodu meta twaqqaf il-Building Development Act m'għaddejna minn sitwazzjoni fejn arei kbar ittieħdu lil diversi individwi mingħajr l-ebda kumpens.", "Tajjeb li wieħed jagħmel riflessjoni oħra li ma tolqotx lill-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Taż min igħid li meta għadda l-BDA tmintax-il sena ilu Malta kollha ġiet dikjarata bħala area fejn wieħed jista' jibni u minħabba f'hekk kien hemm riperkussjoni li għadna nħossuhom sal-lum.", "Bħala riżultat ta' l-abbozz ta' liġi li kien għadda minn dan il-parlament fl-1983 kull parti tal-gżira tagħna kienet dikjarata li tista' tibni fuqha fejn kien hemm parenteżi waħda li jrid ikollok erbat itmien u fuq dawk l-erbat itmien stajt tibni unit.", "Hawnhekk mhux se nidħol fil-kontroversja li fuq erbat itmien partikolari minflok binja waħda spiċċaw jinbnew erbgħa postijiet imma l-punt prinċipali hu li bil-BDA ta' l-1983 Malta kollha kienet dikjarata post fejn tista' tibni.", "Dak l-Att kien neħħa wkoll il- building schemes li kienu jeżistu sa minn snin qabel u minflok kienu daħlu set ta' regolamenti li permezz tagħhom kullimkien seta' jinbena taħt il- kondizzjoni unika li jrid ikollok area ta' erbat itmien.", "Dawn il-building schemes ġew ri-integrati fl-1988 u sal-lum għadhom jissejħu skemi temporanji.", "Mr. Speaker, il-possibilita' li kull parti tal-gżira tista' tinbena u l- fatt li l-gvern kellu l-poter jaħtaf proprjeta' ta' individwi u jagħmel biha dak li jfettilu ġabu riperkussjonijiet negattivi kemm f'dak li hu valur tal-proprjeta kif ukoll f'dak li huwa l-qasam ta' l-ambjent.", "Illum għandna qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha neċessarja biex kemm jista' jkun l-ambjent ta' dan il-pajjiż ikun protett.", "Din l-awareness dwar l-ambjent ma faqqsitx il-bieraħ, pero' għal snin twal, minħabba dak l-Att, saru affarijiet li għamlu ħsara kbira lill- ambjent.", "Per eżempju ħafna minn dawn l-areas jinsabu fuq għolijiet fejn kultant issib ukoll diżlivell esaġerat bejn triq u oħra.", "Minħabba li ħadd qatt ma ta imqar l-iċken kas fejn qegħdin jintgħażlu dawn il-proprjetajiet, għandek bini li biex wasal għal livell tat-triq kellu tlieta jew erbgħa sulari ta' basement.", "Kellek postijiet li biex inbnew kellhom iħallsu eluf kbar ta' liri f'pedamenti.", "Barra dawn hemm riperkussjonjiet li jmorru iktar 'il bogħod minn dawk li huma riperkussjonijiet li jolqtu lill-individwi.", "Kellna riperkussjonijiet fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna, fuq il- proprjetajiet u fuq il-valur ta' l-investiment li jrid jagħmel il-pajjiż biex jipprovdi s-servizzi.", "Kelliema oħrajn qabli għamlu riferenza għall- fatt li kien diffiċli wkoll - biex ma ngħidx impossibbli - biex jinfetħu ħwienet u postijiet li jagħtu servizz lil dik il-komunita'.", "Sur President, bil-mod kif tqassmu dawn l-istess proprjetajiet wasalna fil- pożizzjoni li għandna dak li l-Ministru Tonio Borg sejjaħ ċapep ta' artijiet li ġew ippakkettjati f'numru ta' plots li kultant kienu jlaħħqu l- mijiet.", "L-importanti kien li ngħidu li tajna ma nafx kemm-il plot fit-tali inħawi mingħajr ma naħsbu jew nirrealizzaw li jekk ridna verament noħolqu xi tip ta' soċjeta' f'dawn l-areas ried ikun hemm servizzi oħrajn bħall- ħwienet.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn numru sostanzjali ta' building development areas jirrealizza li dawn l-areas jinsabu f'postijiet li kien diffiċli biex dipartiment tal-gvern jagħmel ċerti affarijiet.", "Hawnhekk hawn riflessjoni oħra.", "Il-fatt li kienu jinbnew 100 jew 200 plot 'il bogħod minn servizzi li kienu diġa' jeżistu ġab konsegwenzi kbar fuq il- mod ta' kif twassal it-toroq u servizzi oħrajn bħall-ilma u d-drenaġġ u llum, 17-il sena wara li dawn il-prorpjetajiet ġew imqassma għad baqgħalna lokalitajiet li għadhom in parti jbatu l-konsegwenzi.", "Dan it-tip ta' żvilupp kellu konsegwenza wkoll fuq il-kumplament tar-raħal jew belt li fiha jkun hemm dawn l-iżviluppi.", "Ħafna drabi biex nagħtu ċerti servizzi lil dawn il-lokalitajiet kellna nkissru u naqilgħu mill-ġdid il-kumplament tar- raħal.", "M'għandix dubju li jekk xi darba jkun hawn xi ħadd f'dan il-pajjiż li jagħmel analiżi serja tas-siti kollha li fuqhom hemm il-building development areas dan żgur jasal għall-konklużjoni li mil-lat arkitettoniku fil-parti l-kbira tagħhom ma jagħmlux sens.", "Hawnhekk wieħed irid jagħmel riflessjoni oħra.", "Illum sar diffiċli għall- poplu Malti li jifhem li llum sar impossibbli li tagħmel l-istess tip ta' kostruzzjoni li 18-il sena ilu kien mhux jaċċettah il-gvern, imma kien qed jorganizzah hu stess.", "Jiena ninsab ċert li l-membri kollha f'din il-Kamra jiltaqgħu ma' nies li jgħidulu li ftit metri biss il-bogħod minn fejn għandhom plot li ma jistgħux jibnu hemm il-bini.", "U jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna hawnhekk m'għandniex inġibu t-tip ta' argumenti li ġab l-Onor.", "Cilia meta kien qed jitkellem rigward President's order.", "L-Onor.", "Cilia jrid jirrealizza li dawn il-binjiet saru għax wieħed ikun ħabib ta' ħabib ta' ma nafx min u saru għax kien possibbli li jsiru bil-liġijiet li kien hawn f'dan il-pajjiż.", "Jekk m'inix sejjer żball l-Onor.", "Jason Azzopardi qal li numru sostanzjali ta' dawn l-għotjiet kienu saru ftit qabel l- elezzjoni ta' l-1981.", "U jkun biżżejjed li wieħed iħares lejn is-site plan ta' dan il-pajjiż biex jinduna kif it-tessut tar-raħal jew belt partikolari jkun inbidel għax xi ħadd iddeċieda li ċerti artijiet jingħataw għall-bini.", "L-Onor.", "Joe Cilia tkaża wkoll għax illum għadek issib persuni li ħadu plot jew flat tal-gvern numru ta' snin ilu pero' m'humiex fil-pożizzjoni li dawn isiru sid darhom.", "Jien ukoll naqbel li jkun aħjar anke għall-gvern li dawn isiru sid darhom imma jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna rridu ngħidu wkoll li dawn ma jistgħux isiru s-sid tad-dar tagħhom proprju għax meta ħadu l-plot min kien responsabbli mill-amministrazzjoni tal-pajjiż dak iż- żmien ma kienx qed jagħmel l-affarijiet b'mod sew.", "Dan huwa punt ieħor li bilfors ridna nitkellem dwaru ladarba ssemma.", "Niftakar li meta meta ħarġet il-home ownership scheme fl-1992 kien hawn kważi 4,500 familja li ma setgħux jagħmlu l-kuntratt.", "Kienet ħaġa preokkupanti li tara dawn il- familji għadhom f'din il-pożizzjoni.", "U jiena nħossni sodisfatt li meta spiċċajt minn ministru fl-1996 konna naqqasna dan in-numru ta' familji minn 4,500 għal madwar 2,000, jiġifieri f'erbgħa snin u nofs konna naqqasna iktar min-nofs il-persuni li kellhom diffikulta' li ma jistgħux jixtru l- proprjeta'.", "Matul is-snin li għaddew komplejna mexjin f'din id-direzzjoni u j'Alla nkomplu mexjin biex naslu fi stadju fejn kull persuna li bil-mod tajjeb jew bil-mod mhux tajjeb ħadet plot f'dan il-pajjiż matul is-snin li għaddew tkun fil-qagħda li tkun is-sid assolut tad-dar li tkun bniet fuqha.", "Fl- aħħar mill-aħħar l-individwu li bbenefika minn dawn l-iskemi żgur m'hijiex il-persuna li għandha tbati l-konsegwenza ta' dak li ġara matul is-snin.", "Naturalment hemm il-komplikazzjonijiet u din m'hijiex ħaġa faċli bħalma qal l-Onor.", "Cilia meta qal li din kull m'hi biċċa dikjarazzjoni fil-gazzetta tal-gvern.", "Kieku kienu daqshekk sempliċi l-affarijiet, dawn setgħu għamluhom fis-sentejn li għamlu fil-gvern.", "L-affarijiet huma ferm u ferm iktar kumplikati minn daqshekk u min hu nutar f'ċertu sens suppost jgħallem lili f'dan l-aspett għax jaf li d-diffikultjaiet imorru iktar 'il bogħod minn kif qal l-Onor.", "Cilia.", "Kien hawn riferenza wkoll għall-proprjetajiet li kienu rekwizizzjonati.", "Jekk wieħed imur lura għall-1949 wieħed jista' jgħid li mn'Alla dak iż- żmien kien hemm il-poter li l-gvern jirrekwiżizzjona.", "Dak iż-żmien forsi kien jagħmel sens li jkun hemm liġi li tgħid li l-gvern jista' jirrekwiżizzjona proprjeta' li tkun tajba biex jużawha dawk il-persuni li l- proprjeta' tagħhom tkissret pero' din il-liġi damet fuq il-kotba tal- leġislazzjoni Maltija sa l-1995 u kien gvern Nazzjonalista wkoll li abrogaha.", "U min kien għadda din il-liġi mill-parlament qatt ma basar li din se sservi biex aktar minn 54,000 proprjeta' tispiċċa b'requisition order fuqha.", "Żgur ukoll li qatt m'għaddielu minn rasu li familja li tkun marret ġimgħa Għawdex jew ġimgħa barra minn Malta terġa' tiġi lura ssib li l- għamara m'għadhiex iktar hemm u li fid-dar tagħha jkun daħal xi ħaddieħor.", "Jiena ċert li anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni f'qalbhom jgħidu li dawn kienu affarijiet li ma misshomx saru.", "Fl-opinjoni tiegħi ladarba saru ikun aħjar jekk l-oppożizzjoni ma tagħmilx riferenza għalihom, għax fl-aħħar mill-aħħar ma naħsibx li jagħmlu xi unur għall-partit li kien jamministra dak iż-żmien.", "Il-bieraħ filgħaxija l-Onor.", "George Vella tkellem għal ħin twil dwar derogi u mhux derogi fuq barranin jixtru proprjeta' hawn Malta u qal ukoll li Alla jħares qatt inkunu membri fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid Alla jħares qatt ma nkunux.", "L-Onor.", "Vella nesa li sentejn u nofs jew tliet snin ilu il-Partit Laburista fil-gvern, li llum qed jipprova jbeżża' lill-poplu li se jiġu l- barranin f'dan il-pajjiż, waqqaf kummissjoni biex jara kif jagħmel ħalli l- barranin jiġu hawn Malta u jixtru proprejta'.", "Ma kienx il-Partit Nazzjonalista li għamel hekk, pero' kien il-gvern laburista bejn l-1996 u l- 1998 li waqqaf din it-tip ta' kummissjoni biex tħajjar iktar u iktar persuni barranin li jiġu jixtru l-proprjeta' f'dan il-pajjiż għax skond huma dak kien mod kif jagħti injection lis-settur tal-kostruzzjoni f'dan il- pajjiż.", "Issa jkun għal xejn li sentejn wara, tliet snin wara niġu hawnhekk nipprovaw inbeżżgħu lill-istess poplu Malti li jekk in-Nazzjonaisti jidħlu fl-Unjoni Ewropea dawn se jħallu lil kulħadd jiġi hawnwhekk jibni u jixtri u jagħmel ma nafx xiex.", "Jien ngħid li għandna nipprovaw nikbru ftit f'dak li huwa l-mod ta' kif nipprovaw nagħmlu l-politika tagħna u għandna nkunu fil-pożizzjoni li dak li għedna u għamilna la nipprovw niċħduh u wisq inqas nipprovaw inwaħħluh fuq in-naħa l-oħra.", "Jekk hemm proposti li kienu tajbin f'ġurnata partikolari dawn m'għandhomx f'daqqa waħda jsiru ħżiena sempliċement għax ikun inbidel il-gvern, u għandna nkomplu naħdmu fuqhom għall-interess ta' pajjiżna u tal-poplu Malti.", "Sur President hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq abbozz li jitkellem dwar il- proprjeta' f'dan il-pajjiż, abbozz li lilna miż-żewġ naħat tal-Kamra għandu jġegħelna nirriflettu dwar kif għandna namministraw f'dan il-qasam.", "Naħseb li għandna nkunu f'qagħda li ngħidu li l-mod ta' kif ġiet amministrata l- art ta' dan il-pajjiż b'mod partikolari l-art li ttieħdet mill-gvernijiet matul is-snin li għaddew jirrikjedi li jkun hemm għoti ta' kumpens xieraq.", "Ma nafx jekk il-ministru fl-introduzzjoni tiegħu għamilx riferenza għal kemm hemm proprjeta' u kemm hemm flus li l-gvern għandu jagħti lill- individwi, pero' nafu li hemm miljuni ta' liri fi proprjetajiet li ttieħdu mill-gvern ta' dan il-pajjiż u li s-sidien li kellhom dik il-proprjeta' għadhom ma tħallsux.", "Hawnhekk irridu ngħidu li kien fl-aħħar ftit snin li ġie deċiż b'mod serju li fl-aħħar mill-aħħar l-art li tittieħed għandha tiġi kumpensata mill-ewwel.", "Nixtieq issa nitkellem fuq il-qasam tat-toroq.", "Huwa fatt li fil-pajjiż ittieħdu proprjetajiet kbar biex fihom jinfetħu toroq.", "Huwa fatt ukoll li anke hawnhekk kienu saru l-abbużi.", "Wieħed kultant jasal għall-konklużjoni li min kien qed jagħmel id-deċiżjoni fejn se jesproprija kien qed jara s- sriep jimxu quddiemu u t-triq ta' Wied il-Għajn hija eżempju ta' dan.", "Jiena ma naħsibx li kien il-perit fid-dipartiment tat-toroq li ddeċieda li jagħmel dawk il-kurvi perikolużi li hemm.", "Jiena żgur li kien hemm interventi politiċi meta saret din it-triq, għax fiha hemm affarijiet li żgur ma sarux skond it-teknika tal-kostruzzjoni tat-toroq.", "Dan hu mod ieħor żbaljat li pprovajna nimxu bih matul is-snin li għaddew f'dan il-pajjiż.", "Ftit tal-ġranet ilu l-ministru qal li s-sena li għaddiet il-gvern tal- ġurnata ħallas Lm5 miljun lis-sidien li tteħditilhom l-art matul is-snin.", "Fadal ħafna imma żgur li ninsabu mexjin fid-direzzjoni t-tajba anke hawnhekk.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet qed jara li kemm jista' jkun jaqta' minn dawk il-pendenzi li ilhom snin twal quddiemu.", "L-Onor.", "Cilia ġab l- eżempju ta' Triq Diċembru 13 u qal li kien f'dawn l-aħħar sentejn, tliet snin li rnexxielu f'isem il-klijenti tiegħu jsolvi l-problema.", "Issa ta' min jgħid li Triq Diċembru 13 ilha miftuħa 25 sena jew iktar u allura wieħed bilfors jibda jagħmel domandi dwar kif jista' jkun problemi ta' dan it-tip idumu pendenti għal daqshekk tul ta' żmien.", "Irrid ngħid ukoll li ta' l-oppożizzjoni qalulna wkoll li fis-sustanza hija taqbel ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna fejn qegħdin ngħidu li se nagħtu lura l-proprjeta' li għal snin twal baqgħet mejta lis-sidien oriġinali tagħha.", "Jiena konvint li numru sostanzjali ta' dawk is-sidien meta se jieħdu lura l-proprjeta' li kienet tagħhom se jindunaw li dik hi proprjeta' li għalkemm fiżikament għadha l-istess waħda, l-valur li kellha - anke jekk kien valur agrikolu - fil-fatt naqas sostanzjalment minħabba li dan il-famuż 100 metru green belt suppost intiż biex iżżejjen u jipproteġi l-areas residenzjali serva biss biex isir grey jew ma nafx liema kulur belt għax kulħadd spiċċa jwaddab l-imbarazz fihom.", "Illum qegħdin niddeċiedu li nagħtu lura din il-proprjeta' lis-sidien tagħha anke jekk 17-il sena wara li tteħditilhom.", "Issa dawn se jkunu fil- pożizzjoni li jerġgħu jibdew jikkuraw din l-art u jiena ċert li dawn is- sidien se jagħmlu ħilithom kollha biex din il-proprjeta' jerġgħu jagħmlu minna xi ħaġa ħajja li twassal biex jitjieb u jisbieħ l-ambjent ta' dawn l- areas.", "Dan ifisser li meta qed nagħtu lura l-proprjeta' lil sidha indirettament se nkunu qed insebħu l-ambjent ukoll.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, il-liġi li għandna quddiemna fil- prinċipju hemm qbil fuqha imma meta nisma' lil tan-naħa l-oħra kultant nibda nistaqsi jekk dawn humiex qegħdin jitkellmu fuq xi liġi oħra.", "L- Onor. Ċensu Galea donnu qed jagħti l-impressjoni li din il-liġi se tagħti xi kumpens lil xi ħadd li l-proprjeta' tiegħu ġiet esproprjata taħt il- liġi tal-BDA jew taħt il-liġijiet tal-possession and use u ta' l- esproprijazzjoni li normalment jagħmel użu minnhom il-gvern għal skopijiet pubbliċi.", "Din il-liġi assolutament bl-ebda mod m'hi qegħda tindirizza din il-problema.", "Anke l-Onor.", "Jason Azzopardi pprova jagħti din l-impressjoni imma ta' min jgħid li dan l-abbozz assolutament ma jgħid xejn dwar xi kumpens ta' din il-kwalita'.", "Sur President, qed ngħid hekk għax l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l- abbozz huma skjetti u ċari ħafna.", "L-għan ta' dan l-abbozz huwa biex jipprovdi għar-restituzzjoni ta' art f'arei għall-iżvilupp tal-bini li ma jkunux meħtieġa mill-gvern.", "Mela min qed jaħseb li kellu xi art li tteħditlu u issa se jeħodha lura jien ngħidlu li l-ewwel trid tgħaddi mill- għarbiel li l-gvern ma jkollux bżonnha.", "Dan ifisser li l-gvern xorta baqa' jarroga lejh il-poter li jekk ikun irid, din l-art - u sewwa jagħmel - jista' jibqa' jżommha.", "Qed ngħid hekk għax hawn qed nagħtu l-impressjoni li l-gvern b'din il-liġi qed ikun ġeneruż ħafna u qed jagħti lura l-artijiet biex ipatti għal xi nuqqas.", "L-ewwel ħaġa jekk hemm areas li l-gvern iħoss li għandu bżonnhom, dawn għandu dritt li jżommhom.", "Hawnhekk jidħlu l- kunsilli lokali li jidentifikaw areas f'dawn iż-żoni li jkunu jriduhom for public purposes u għandhom dritt jagħmlu sottomissjonijiet lill-gvern - u diġa' hemm ħafna sottomissjonijiet dwarhom - fejn jitolbu biex ikunu jistgħu jamministraw dik l-art.", "Mela jekk ikunu meħtieġa għal skop pubbliku dawn mhux se jingħataw lura lin-nies li tteħditilhom oriġinarjament.", "Se tingħata lura biss dik l-art li l-gvern m'għandux bżonnha.", "Dan huwa biss pass amministattiv u mhux ġest ta' ġenerożita' biex tiġi indirizzata l-problema tal-kumpens xieraq.", "Irrid ngħid ukoll li wieħed iħossu offiż li jisma' lil min igħid li din il- miżura kienet kompletament ħażina.", "Jiena nistaqsi lill-kelliema tan-naħa l- oħra jekk dawn qattx marru jiltaqgħu man-nies li jgħixu fil-BDAs.", "Dawn huma nies li bis-saħħa ta' din l-iskema, bid-difetti kollha tagħha – u jien ma noqgħodx lura ngħid fejn huma d-difetti - kellhom l-opportunita' li jkollhom id-dar tagħhom minħabba l-fatt li ngħataw dawn il-plots bi prezz sussidjat.", "Barra minn dan, dik l-inizjattiva dakinhar ħolqot ħafna xogħol fl-industrija tal-bini.", "Huwa veru li l-fatt li l-gvern jieħu l-art tal- privat għal skopijiet pubbliċi joħloq element ta' inġustizzja u għalhekk imbagħad tidħol il-kwestjoni tal-kumpens.", "Hawnehkk il-problema tiġi kemm se nikkwantifikaw il-kumpens għax min itteħditlu l-art jippretendi tant u l- gvern min-naħa tiegħu, minħabba l-limitazzjonijiet finanzjarji li jkollu jkun jista' jagħti inqas.", "Tinħoloq ukoll il-problema ta' meta dak il- kumpens ikun se jitħallas.", "Ingħad ukoll li hemm 4,500 familja li ma jistax ikollhom titolu fuq id-djar jew fuq ir-residenzi tagħhom.", "Ta' min igħid li dawk in-nies dak iż-żmien lanqas biss kienu jaspiraw li xi darba jkollhom dar diċenti fuq rashom u kien permezz tal-miżuri amministrattivi li ttieħdu 20 jew 25 sena ilu fi żmien gvernijiet Laburisti li ngħatatilhom din l-opportunita'.", "Kien il- Partit Laburista li daħħal il-kuxjenza soċjali fil-housing f'dan il-pajjiż.", "Huwa veru li kellhom jittieħdu ċerti deċiżjonijiet ibsin, imma biex tindirizza problema bħalma kienet il-problema tax-shortage tal-housing fil- bidu tas-snin '70 u fis-snin '80 u meta trid tindirizza l-problema li ma tħallix il-proprjeta' tisplodi 'l fuq ikollok tieħu ċerti passi.", "U ċertament il-housing estates li nbnew fis-snin '70 u fis-snin '80 ma' Malta kollha huma xhieda ta' kemm-il-kuxjenza soċjali fil-housing iddaħħlet f'dan il-pajjiż taħt l-amministrazzjonijiet laburisti preċedenti.", "Huwa veru li kien hemm xi eċċezzjonijiet fejn xi ħadd forsi b'xi mod jew ieħor ma kienx ħaqqu jieħu, imma l-eluf li gawdew minn dawn l-iskemi kienu ħaddiema.", "Jiena nisma' kelliema jitkellmu b'mod qisu n-nies li jabitaw f'dawn il-building development areas serqu xi ħaġa lil xi ħadd.", "Naħseb li din hija tip ta' politika partiġġjana li m'għandhiex issir.", "Sur President, il-gvern, jekk verament ikun irid jindirizza l-problema tal- housing billi jkollu l-areas fejn jibni u l-opportunitajiet li jagħti plots bi prezz issusidjat, bilfors ikun irid jieħu deċiżjonijiet ibsin.", "Il- problema aħħarija tibqa' dik tal-kumpens minħabba li r-realta' hi li gvern wara ieħor dejjem kien reluctant biex jagħti dan il-kumpens għax ikun irid juża l-fondi tiegħu għal skopijiet pubbliċi oħrajn.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nagħti kredtu lill-ministru li semma' l-problemi li għandu taħt il- possession and use u problemi oħra biex ikun jista' joħloq skemi ħalli l- gvern ikollu t-titolu assolut ta' ċerti artijiet filwaqt li jagħti kumpens adegwat.", "Jiena nifhimhom dawn il-problemi, imma għalkemm wieħed jifhimhom, huwa importanti llum wieħed jindirizzahom.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll għaliex ittieħdu dawk id-deċiżjoniiet 20 jew 25 sena ilu.", "B'konsegwenza tal-liġi ta' l-1993, illum apparti l-proprjeta' li diġa' għandu u li forsi f'ħafna okkażjonijiet lanqas jidentifika eżatt fejn hi qiegħda minħabba problemi amministrattivi, il-gvern għandu wkoll il- proprjeta' hekk imsejħa tal-joint office li kienet tal-knisja u għaddiet għand il-gvern.", "Meta jsolvi l-problemi amministrattivi li hemm fil-joint office wieħed ikun jista' jiddentifika ħafna proprjeta' li tkun tajba għall- iżvilupp u li tista' tintuża għall-iskop soċjali li hemm stipulat fil-liġi ta' l-1993.", "U jekk dik il-proprjeta' ma tintużax għal skopijiet soċjali l- element spekulattiv jerġa' jmur fuq is-sid dirett li hija l-knisja.", "Grazzi għal din il-proprjeta' l-gvern preżenti llum m'għandux dak il-bżonn akut li jkollu jirrikorri għal miżuri tipo dawk tal-BDA.", "Sur President, jiena ġieli niltaqa' ma nies li jistaqsuni jekk hemmx xi possibilita' li uliedhom jibbenefikaw minn xi skema bħal dik tal-BDA u jiena nweġibhom li din il-possibilita' hija remota ħafna għax iż-żmien huwa differenti.", "Din kienet skema li l-Onor.", "Galea kkritika għax qal li dawn il- BDAs kienu barra mir-raħal u li biex jixtru minn ħanut ikollhom imorru l- bogħod.", "Fid-distrett tiegħu kien hemm ħafna BDAs, speċjalment il-Mosta, u jiena nistiednu jmur s'hemmhekk u jistaqsi lin-nies li bbenefikaw jekk humiex kontra din l-iskema.", "Dawn il-plots ingħataw lil min kien tela' bil- polza bil-famuż prezz ta' Lm200 u Lm300.", "Jiena ma neskludix li kien hemm xi wħud li spekulaw ukoll minn din l-iskema, imma mbagħad f'kull ħaġa li tagħmel dejjem issib lil xi ħadd li jaħrablek minn hawn jew minn hemm, u dawn huma ftit ħdejn il-ħafna żgħażagħ u familji li qatt ma kienu jaspiraw li jkollhom dar tagħhom u li bbenefikaw minn din l-iskema.", "Naħseb l-affarijiet mhux imbilli nikkundannawhom.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi qal li m'hemmx ħaġa agħar mill-fatt li l-gvern tiegħek jisraqlek il-proprjeta' pero' mbagħad ma qalx kemm proprjeta' ngħatat b'xejn.", "In-nuqqas huwa biss li min itteħditlu l-proprjeta' ma ngħatax kumpens adegwat, la dakinhar u lanqas sal-lum.", "Sur President, din il-liġi li għandna quddiemna ma taħsibx biex jingħata xi forma ta' kumpens lil min itteħditlu l-proprjeta' taħt din l-iskema u llum din il-proprjeta' ġiet żviluppata u hemm ir-residenti fiha.", "Hija ħolma li din il-liġi qed tagħmel ġustizzja ma' dawk kollha li tteħditilhom l-art.", "Din il-liġi assolutament ma tagħmel xejn minn dan għax sempliċiment tgħid li tingħata lura biss dik l-art li l-gvern m'għandux bżonn.", "Barra minn hekk din se tingħata biss jekk is-sidien stess jitħabtu biex jipprovaw li dik hija tagħhom, jiġifieri l-gvern qed inaqqas minn fuqu piż amministrattiv.", "Dan ifisser li b'din il-liġi l-gvern la huwa ġeneruż u lanqas qed jagħmel att ta' karita' man-nies imma sempiċiment qed inaqqas piż amministrattiv minn fuq dahru.", "L-Onor.", "Galea irrifera wkoll - u bir-rispett kollu ħawwad ħafna fuq dan il- punt – għall-ispjegazzjoni li ta l-Onor.", "George Vella dwar il-problema li tinħoloq bil-policy dwar il-liberta' ta' trasferiment tal-kapital u l- akkwisti tal-proprjeta' li jkollna naċċettaw jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa veru li l-kummissjoni li rrefera għaliha kienet imwaqqfa biex verament tħajjar barranin jinvestu Malta imma din twaqqfet fid-dawl tal- politika ta' gvern Nazzjonalsita preċedenti għax kien hemm ammont ta' barranin li kienu qegħdin jitħajru jixtru proprjeta' waħda f'Malta bħala residenza u mhux proprjeta' biex jispekulaw.", "Gvern Nazzjonalista preċedenti lil dawn in-nies kien bellgħalhom taxxa ta' 17% u allura dak is-suq kien qerdu.", "Sur President, il-kummissjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Galea ma kellhiex l-għan li tinbidel il-liġi li ilha fis-seħħ mill-1974 u li tesiġi li kulmin irid jakkwista proprjeta' f'pajjiżna jrid iġib il-permess tal- ministeru tal-finanzi imma studjat biss ċerti miżuri u inċentivi ħalli tħajjar aktar lil dak li jkun jinvesti f'pajjiżna u b'dan il-mod tkun qed tingħata spinta l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Ta' min jgħid li uħud mis- suġġerimenti ta' dik il-kummissjoni effettivament ġew implimentati u taw frott pożittiv.", "X'tinvolvi l-liġi li għandna quddiemna li għedt li hija liġi sempliċiment amministrattiva?", "Fost l-affarijiet oħra, klawsola 3(2) - u forsi hawnhekk il-ministru għandu jikkjarifika ftit – tgħid li meta proprjeta' tmur lura għand is-sidien tagħha, kull dritt li kien hemm fuqha jerġa' jiġi sanat.", "Jekk kien hemm xi ħadd li kellu xi ipoteka ma' bank fuq dik l-art li ttieħdet, b'din il-klawsola se niftehmu li dik l-ipoteka tista' terġa' tiġi risanata?", "Ħalli nispjega b'eżempju.", "Jiena għandi biċċa art li tajtha bħala ipoteka ma' bank imma l-gvern ħadli din l-art.", "Ovvjament meta jinduna b'dan, il-bank jgħidli li rrid nagħtih xi proprjeta' addizjonali biex nagħmel tajjeb għal dik l-art li spiċċat għand il-gvern.", "B'dan l-artiklu fl-opinjoni tiegħi dik l-ipoteka li tkun oriġinarjament tneħħiet tista' terġa' tiġi risanata u allura forsi wieħed irid jikkonsidra li jagħmel emenda żgħira għall-preċiżjoni.", "Jekk per eżempju kien hemm bidwi li kellu biċċa għalqa li ġiet esproprijata mbagħad sar arranġament miegħu u ngħatatlu biċċa art oħra agrikola, allura jekk dak id-dritt tiegħu se jerġa' jiġi risanat, dan se jgawdi doppjament?", "Din hija xi ħaġa li tajjeb li wieħed jikkonsidraha.", "Fejn dak li jkun ma' ngħata xejn nifhimha li jerġa' jiġi mogħti lura dawk id-drittijiet, pero' fejn saru arranġamenti differenti allura dawk id-drittijiet m'għandhomx jingħataw.", "Sur President, jekk fhimt sew kif se taħdem l-iskema, il-gvern se jwaħħal il-pjanti ta' dawn l-artijiet fil-land registry office imbagħad sta għall- individwu li qed jippretendi xi dritt li jmur u jagħmel il-claim tiegħu.", "Jekk il-gvern diġa' identifika dawn l-artijiet, ma jagħmilx aktar sens li site plan ta' dawn l-artijiet jiġu attached ma' dan l-abbozz u jiġu mqassma fil-local offices tal-kunsilli lokali, ħalli min hu interessat ikollu aktar aċċess għalihom?", "Qed ngħid hekk għax billi għaddew ħafna snin jista' jkollok il-werrieta li forsi jkunu tilfu eżatt fejn qiegħda u mhux qiegħda l-art, u b'dan il-mod ikun aktar faċli għalihom li jiċċekkjaw l- affarijiet.", "Dan huwa importanti għax ħafna drabi fl-esperjenza professjonali ssib li dak li jkun kellu biċċa art imma eżatt ma jkunx jaf fejn hi qiegħda.", "Dawn huma każi li aħna n-nutara niltaqgħu magħhom sikwit.", "Is-suġġeriment ta' l-oppożizzjoni hu li biex amministrattivament din il- liġi nagħmluha iktar effiċjenti, jekk il-gvern diġa' identifika liema huma s-siti li hu m'għandux bżonn u allura se jagħtihom lura, dawn għandu jkun hemm il-pjanti tagħhom aċċessibbli ħalli kulħadd ikun jaf liema huma dawn is-siti.", "Hawnhekk tajjeb li nfehmu lin-nies li jekk se jkun hemm konflitt ta' claims, din iridu jikkontestawha huma.", "Din m'hijiex xi ħaġa li se jiddeċidiha l-gvern imma jridu jiddeċiduha l-persuni konċernati b'mezzi oħra probabbilment tramite l-qrati.", "Mela fil-qosor il-liġi li għandna quddiemna hija miżura amministrattiva biex il-gvern ineħħi piż minn fuqu.", "Filwaqt li aħna naqblu li l-artijiet li l-gvern m'għandux bżonnhom għandu jagħtihom lura lis-sidien, pero' nibqgħu ninsistu li l-problema kruċjali kienet u tibqa' l-kwestjoni tal-kumpens.", "Din hija problema għal kwalunkwe amministrazzjoni u din il-liġi ma ssolvi xejn minnha.", "Il-problema dejjem kienet dwar kif jingħata kumpens xieraq u kif dak il-kumpens jingħata kemm jista' jkun malajr.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Mejju, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, fl-4 ta' Marzu li għadda l-poplu Svizzeru mar jivvota f'referendum li ma kienx mixtieq mill-partiti politiċi, iżda kienu laħqu nġabru l-firem minn ċerti attivisti biex immedjatament jibdew in-negozjati għad-dħul ta' l-Isvizzera fl-Unjoni Ewropea.", "Kif nafu dan ir-referendum m'għaddiex.", "L-għada \"The Financial Times\" ħarġet tgħid illi la issa l-Isvizzera għażlet illi tirrifjuta li tibda n-negozjati għad-dħul tagħha fl-Unjoni, ma setgħetx tidħallha fuq l- istess binarju mal-pajjizi l-oħra illi kienu qegħdin jinnegozjaw id-dħul.", "Il-gazzetta qalet ukoll li tara li se jkun diffiċli għall-Isvizzera biex l- arranġamenti bilaterali li kienet laħqet ftehim fuqhom ma' l-Unjoni Ewropea kienu jistgħu jidħlu fis-seħħ.", "Din il-profezija ta' \"The Financial Times\" saret realta` l-ġimgħa l-oħra, Sur President.", "Il-kummissarju għat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, Gunther Verheugen, qal b'mod ċar li fl-Unjoni jew ġewwa jew barra, u li l-ebda pajjiż ma jista' jippretendi li jibqa' barra u jagħmel ftehim a la carte, speċi ta' menu illi dak li trid minnu tieħdu u dak li ma tridx tħallieħ.", "L-Unjoni Ewropea m'hijiex lesta li tagħmel dan it-tip ta' arranġament ma' pajjiżi terzi li la jkunu membri ta' l-Unjoni u lanqas tal-European economic area.", "Effettivament il-ġimgħa l-oħra l-Unjoni Ewropea bdiet tpoġġi fil-prattika dan it-twemmin, li fl-opinjoni tiegħi huwa twemmin ġust, għax tajjeb li tippremja lil min hu membru u lil min qed jinnegozja sħubija iżda mhux lil minn jagħżel li jibqa' barra u jieħu biss dak illi jogħġbu u dak li ma jogħġbux iħallieħ ma' wiċċha.", "Fil-fatt lill-Isvizzeri qalulhom li ma jistgħux jipparteċipaw iżjed bis- sussidju ta' disgħa minn kull għaxra li kienet qed tagħti l-Unjoni Ewropea għall-programmi edukattivi ta' Leonardo u Socrates.", "Ovvjament jekk l- Isvizzera riedet tħallas għal dawn il-programmi kellha l-fakulta` li tkompli, pero` kien ħa jiswielha disa' darbiet iktar milli kien qed jiswielha sal-lum.", "Il-Kummissjoni Ewropea għamlitha ċara wkoll li l- programmi kollha li kellha xi sussidju fuqhom u li kienet qed tipparteċipa fihom l-Isvizzera, issa kellhom jerġgħu jiġu eżaminati mill-ġdid ġaladarba għażlet li tibqa' barra.", "L-Unjoni Ewropea talbitha wkoll biex ma tipparteċipax fil-programm ta' Schengen, fejn ċerti pajjiżi kienu għażlu li ma jagħmlux restrizzjonijiet fuq il-fruntiera.", "Dan juri kollu b'mod ċar li l-pożizzjoni tal-Partit Laburista, ta' Svizzera fil-Mediterran, hija non- starter, Sur President.", "Tant hu hekk illi fl-Isvizzera stess, l-Unjoni Ewropea bdiet timplimenta dak li qalet hawn Malta - meta kien hawn il- Kummissarju Verheugen - li you are either in or out as there is no a la carte menu.", "Jiena nitlob lil kull persuna matura - inkluż partitarji u attivisti tal-Partit Laburista – biex tevalwa jekk dan ifissirx li l- pożizzjoni tal-Partit Laburista hija waħda anakronista u li ma tagħmilx sens.", "Il-Ħadd li għadda l-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea għall-Kummerċ, Pascal Lamy, qal li l-Unjoni Ewropea m'hijiex se tfittex tagħmel rabtiet ekonomiċi fuq bażi bilaterali ma' pajjiżi li m' humiex membri, imma se tfittex biss illi tagħmilhom fuq bażi reġjonali.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea m'hijiex lesta li tagħmel ftehim bilaterali ma' Malta imma tkun lesta biss li tagħmlu fl-ambitu tal-EuroMed free trade area tal-EuroMed process.", "Qed jispelluha b'mod ċar illi l-Unjoni Ewropea qed tiċħad diġa l-option tal- Partit Laburista.", "Nista' nikkwota lil Pascal Lamy, naturalment qed naqleb għall-Ingliż:", "\"The European Union would continue to seek the development of closer economic ties with non-member countries on a regional basis but would definitely refrain from establishing any additional trade agreement with individual countries on a bilateral basis.\"", "L-Unjoni Ewropea m'hijiex lesta li tagħmel ftehim fuq bażi bilaterali ma' pajjiżi li jibqgħu barra mill-Unjoni.", "Il-framework reġjonali li hemm fil- Mediterran huwa proprju l-EuroMed process.", "Għalkemm dak illi nistgħu niksbu mill-EuroMed process huwa aħjar milli kieku tibqa' barra minnu, fil- fatt jaqa' ħafna iktar 'il isfel minn dak li tista' tikseb bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura kemm se ndumu nidħku bil-poplu Malti u bina nfusna, nivvintaw, inbeżżgħu, ingerrxu u nfixklu?", "Ejjew nikbru naqra għax hawn il-futur tagħna, ta' pajjiżna u ta' wliedna fin-nofs!", "Dan huwa mod childish tal- Partit Laburista.", "U meta ngħid il-Partit Laburista, jiġifieri Dr Alfred Sant u ċ-ċirku viċin ta' madwaru, għax jiena ċert li ħafna mid-deputati Laburisti still have to be convinced fuqha din il-biċċa xogħol.", "Dan huwa ċans li se jiġi u rridu nieħduh għax importanti li iktar minn qatt qabel inneħħu l-għamad politiku u nibdew nużaw is-sens komun.", "Pero` sfortunatament ħlief gideb u tgħawwiġ tal-fatti b'mod sottili - u b'mod anke mhux daqshekk sottili - min-naħa tal-Partit Laburista ma nisimgħux, Sur President.", "Kont qed nara spot tal-Partit Laburista fuq it-television fejn jgħid illi mhux vera li l-programmi edukattivi Socrates u Leonardo ma jibqgħux jiġu ssussidjati mill-Unjoni Ewropea biex aħna nipparteċipaw fihom jekk nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea.", "Qalu li xiehda ta' dan huwa l-fatt li bħalissa Malta diġa` qed tipparteċipa f'dawn il-programmi.", "Jien ngħidilhom biex jirrispettaw naqra l-verita' u ma jdaħħkux nies bihom għax l-Unjoni Ewropea qed tissusidjana peress li aħna pajjiż applikanti u qed ninnegozjaw id-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "M'hemmx għalfejn jgħidulna x'ġara l-Partit Laburista, Pascal Lamy jew \"The Financial Times\", meta l-Partit Laburista fis-sentejn li għamel fil-gvern waqqaf in-negozjati ta' pajjiżna ma' l- Unjoni Ewropea.", "Nafu li l-Unjoni Ewropea waqqfet il-programmi edukattivi għax il-gvern ta' Dr Alfred Sant kien waqqaf id-diskussjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, u l-finanzjament għal dawk il-programmi kien waqaf ħesrem.", "Niftakar li meta l-Onor Evarist Bartolo kien ministru ta' l-edukazzjoni, l- istudenti kienu ġibdulu l-attenzjoni u staqsewh jekk jidhirlux li din il- mossa tal-gvern Laburista setgħet tellfet lil pajjiżna u lill-istudenti tagħna.", "Ir-risposta ta' l-Onor.", "Bartolo kienet li peress li kulma kien hemm jieħdu sehem u jgawdu minn dawn il-programmi kienu xi mija minn xi sitt elef ruħ, il-gvern ta' dak iż-żmien ma kienx tal-fehma li għal dawn il- mitt ruħ kellu jbiddel il-programm ta' pajjiżna u tal-partit tiegħu.", "Jiġifieri l-gvern Laburista ma jinterressaħx minn dawn il-mitt ruħ, allavolja mija mhux xi numru insinifikanti, u magħhom hemm ħafna iżjed mill- oqsma tat-trade unions u tal-ħaddiema.", "Kull darba li ngħid dan fil- parlament, iqum l-Onor.", "Bartolo u jgħid li qed nigdeb.", "Illum ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ siltiet, waħda minn \"The Sunday Times\" tat-23 ta' Marzu 1997 u l-oħra mill-gazzetta \"Kullħadd\" ta' l-istess ġurnata – l- Onor. Bartolo stess kien l-editur tagħha – fejn jikkwotaw lil ħabib tiegħi jgħid dawn il-proprja kelmiet.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sfortunatament il-Partit Laburista qiegħed jaqa' f'dagħdigħa ta' tgħawwiġ ta' fatti u gideb li ftit jagħmel ġid lill-partit li qiegħed fl-oppożizzjoni.", "Ċertament ma nistax nimmaġina kif f'diskussjoni pubblika fuq it-televiżjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo joħroġ jhedded u jgħajjar b'mod insulenti membru ta' l-istaff akkademiku ta' l- universita`.", "Dan kollu għax Prof. Kenneth Wain għandu l-opinjonijiet tiegħu fuq l-Unjoni Ewropea, huwa membru attiv tal-moviment Iva għall- Ewropa u lissen l-opinjonijiet tiegħu li huma kontra dawk ta' l-Onor.", "Bartolo.", "Dan kien shock kbir għall-poplu Malti u Għawdxi kollu u għandu jkun an eye-opener għall-intelletwali kollha.", "Sur President, m'hemmx dubju li qed joqrob il-mument tal-verita' għalina l- Maltin.", "Kull bniedem f'Malta li kapaċi jirraġuna għandu jlissen leħnu u ħsibijietu f'dan id-dibattitu nazzjonali.", "Post speċjali f'dan id-dibattiu għandu jkun ta' l-intelletwali.", "Veru li għandhom tradizzjoni li ma jidħlux f'dawn id-diskussjonijiet, u ħafna drabi jibqgħu lura għax jibżgħu jew għal xi raġuni oħra.", "L-intelletwali għandhom vokazzjoni u m'għandhomx jibżgħu isemmgħu leħinhom fuq din il-kwestjoni għax in-nies għandhom moħħ u kapaċi jużawh.", "Pero` li thedded bniedem b'dak il-mod quddiem it-television m'hijiex kumbinazzjoni imma parti minn strateġija tal-Partit Laburista biex jagħtu sinjal ċar li lesti biex jagħlqu ħalq kulmin jopponihom meta jkunu fil-gvern.", "Dan partit li jpattiha lil dawk li ma jaqblux miegħu u jqaċċat l-irjus.", "L-Onor.", "Bartolo, speċjalment bħala shadow minister ta' l-edukazzjoni, qatt ma jmissu kien arroganti u qatt ma jmissu aġixxa b'dak il-mod quddiem il- pubbliku Malti ma' bniedem li kien qed juri l-opinjoni tiegħu.", "What a disgrace!", "Jekk beħsiebu jqaċċat l-irjus meta jerġa' jkun ministru ta' l- edukazzjoni, l-Onor Bartolo jista' jibda bija.", "Jiena part-time lecturer l- universita' u ma noqgħodx niddiskuti l-Unjoni Ewropea ma' l-istudenti waqt il-lectures, pero` meta nkunu qegħdin nieħdu kafe fil-break nitkellmu fuq din l-issue, mela le!", "Għall-ġid komuni ta' pajjiżna m'iniex lest li niġi intimidat mill-Onor.", "Bartolo u mhux billi qed jipprova jintimida l- intelligentsia.", "Nerġa' ngħid l-intelligentsia għandhom vokazzjoni li juru t-triq għall-poplu Malti.", "Evidentement din ta' l-Onor.", "Bartolo m'hijiex kumbinazzjoni imma programm għax kulmin jipprova b'mod diżinteressat ipoġġi l-idea tiegħu fuq l-Unjoni Ewropea quddiem il-pubbliku Malti, jispiċċa attakkat b'mod aħrax u mill- Partit Laburista.", "Speċi ta': Agħlqu ħalqkhom għax inkissrukhom jekk tiftħu ħalqkhom!", "Dan hu l-livell ta' diskussjoni li jrid il-Partit Laburista fuq l-Unjoni Ewropea.", "Din ma ġratx biss lil Prof. Wain għax riċentement ġrat lill-ġurnalisti, preżentaturi ta' programmi televiżivi, isqfijiet ta' Malta, mexxejja ta' unions, mexxejja ta' korpi kostitwiti, il- kummissarju tal-pulizija, l-ambaxxatur Franċiż, il-Kummissarju Verheugen u ġrat ukoll liċ-ċentru ta' informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Kif jgħidu tajjeb bl-Ingliż: Shut your mouth or I shut you up!", "Din hija l- policy tal-Labour Party fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea: Agħlaq ħalqek jew inkissrek!", "Pero` sentejn ilu fil-31 ta' Mejju ta' l-1998, meta l-Onor.", "Evarist Bartolo kien ministru ta' l-edukazzjoni, kien kiteb artiklu f'\"The Sunday Times\" u kien qal li t-triq lejn l-Ewropa għandha tkun ibbażata fuq il-konverġenza, kif kien jemmen il-politiku Taljan Aldo Moro, convergenze parallelle.", "Se nikkwota x'qal f'dak l-artiklu l-Onor.", "Bartolo:", "\"It is indeed regretable that we do not have too many Maltese politicians endowed with a choice of language capable of reducing the differences between opposing parties.", "Our politicians are rather more inclined than talented at spouting words that reek of divisiveness and belligerence.", "It would not be at all a bad idea were the Nationalist Party to borrow a leaf or two from Aldo Moro's book and learn to use a style of language that would effectively reduce rather than feed confrontation.", "The two parties could achieve a form of convergence between them on the European Union.", "This is the kind of policy which could yield benefits for everyone concerned.", "Malta would gain, the PN would gain and the MLP would also gain.", "I am confident that this convergence between the MLP and the PN on the European Union is both desirable and attainable.\"", "Dan kien il-kliem ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo meta kien ministru ta' l- edukazzjoni.", "Ħalluna tridux!", "X'kuntrast mat-theddid illi għamel il- ġimgħa l-oħra lil Prof. Wain, u ma ninsewx li dan ta' l-aħħar kien qiegħed jirrappreżenta l-intelligentsia Maltija.", "Nistgħu naraw x'baħar jaqsam hemm bejn il-kliem u l-fatti tal-Partit Laburista għaliex jekk verament jemmnu f'dak li qal l-Onor.", "Evarist Bartolo, qatt ma jmissu sar dak li sar.", "Fl-opinjoni tiegħi għandu jitlob apoloġija pubblika kemm lill-poplu Malti u lil Prof. Wain.", "Hawnhekk irrid niftaħ għajnejn il-poplu Malti li l-periklu tal-Partit Laburista ta' qabel l-1987 għadu m'għaddiex.", "Forsi waħda mir-raġunijiet għalfejn qed jopponu li nidħlu fl-Unjoni Ewropea hija li meta nkunu membri ma jkunux jistgħu jibqgħu b'din it-tip ta' politika li jekk ma tagħlaqx ħalqek inħassrek.", "Forsi dik qed iddejjaqhom.", "Dawn huma messaġġi ċari lill- poplu Malti fuq il-livell patetiku tad-demokrazija li jemmen fih il-Partit Laburista.", "Ma nemminx li l-Partit Laburista kollu jemmen hekk iżda l- klikka ta' Dr Alfred Sant u sħabu wisq nibza' li temmen hekk.", "Wara li warrbu mill-partit nies bħal George Abela, Lino Spiteri u nies oħra li forsi kellhom opinjonijiet differenti, bnew din il-klikka ta' aggresjoni u ta' estremiżmu li fl-opinjoni tiegħi narawha tikkonverġi fil-figura ta' Manuel Cuschieri, il-president tal-Partit Laburista, notorju għal dak li jgħid fil-programm tiegħu fuq ir-radio.", "Dan huwa ħafna 'l bogħod mill- moderazzjoni u mill-level headedness li għandu bżonn pajjiżna fuq kwalunkwe diskussjoni, motiv u suġġett, aħseb u ara diskussjoni fuq l- Unjoni Ewropea!", "It-teżi tal-Partit Laburista hija: Beżża', igdeb, ħawwad l-imħuħ, ċajpar l- immaġini u daħħal il-biża` fil-poplu Malti!", "Kontra din l-arma qawwija l- Partit Nazzjonalista għandu l-verita`, l-unika arma li jrid juża l-Partit Nazzjonalista, li jgħid il-fatti bbażati fuq il-verita`.", "Ikun hemm min mill-Partit Laburista jew nies oħra li jistaqsu x'inhi l-verita`.", "Sfortunatament xi kultant nibda nissuspetta li l-oppożizzjoni ħadu xi folja mill-frame of mind ta' Ponzju Pilatu meta staqsa x'inhi l-verita`.", "Bil- konvinzjoni tat-twemmin tagħna demokristjan, l-etika tal-verita` għandha tmexxi l-metodu trasparentti fil-politika, allavolja ħaddieħor jipprova jċajpar u jħammeġ il-verita`.", "Irridu niġġieldu l-ġlieda ta' l-Unjoni Ewropea bil-fatti u l-verita`, anke jekk inbatu, u mhux kif qed jagħmlu tal- Labour Party.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Mejju 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TINDIF TAT-TOROQ", "25160.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinvestiga għaliex it-tindif tat-toroq fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed fir-Rabat mhux isir kull ħmistax mindu tela' l-kunsill il-ġdid tar-Rabat?", "Jista' jestendi l-għajnuna tad-dipartiment sabiex dan il-bżonn tar- residenti jiġi rimedjat.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).", "MIŻBLA", "25161.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fir- rigward tal-miżbla li hemm fil-parti ta' Għajn Tuffieħa Road li tmiss ma' Triq Sir Themi Zammit, l-Imġarr u ċioe in-notice li twaħħlet fil-miżbla f'dawn l-aħħar jiem, jista' l-Ministru jinfurmani dwar is-sitwazzjoni?", "Fid- dawl li din il-miżbla qed tkun ta' inkonvenjent kbir u ta' detriment għas- saħħa tar-residenti u tal-bdiewa ta' l-inħawi, jista' jinfurmani għaliex din il-miżbla se tiġi estiża mid-Dipartiment ta' l-Ambjent?", "Jista' jara li jsib inħawi oħra għal dan l-iskop u preferibilment barra l-konfini ta' l- Imgarr", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25151 ta' din is- seduta.", "BIS", "25162.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24570?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi s-somma tal-BIS dovuta lir- raħħala u l-biċċiera privati sa' l-aħħar ta' Marzu 2001 hija ta' Lm268,645.", "SERQIET TA' KAROZZI", "25206.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru serqiet ta' karrozzi u minn karozzi f'dawn l-aħħar 5 snin?", "Kemm minnhom ġew solvuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "AJRUPLANI PRIVATI", "25207.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer hu jew xi uffiċċjal li jaqa' taħt id- dekasteru tiegħu u għamel użu min ajruplan privat matul din il-leġislatura?", "Kemm swiet kull kirja ta' ajruplan u x'kien l-iskop taż-żjara u għall-liema pajjiż kienet?", "Għaliex inħass il-bżonn ta' l-użu ta' ajruplan privat meta setgħet intużat linja ta' l-ajru kummerċjali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Matul din il-leġislatura ntuża ajruplan privat tmien darbiet fuq żjarat uffiċjali kif ġej:", "|Kemm |Skop |Pajjiż | |swiet |taż-żjar| | |(LM) |a | | | | | | |3,250 |fuq |Grecja | | |xoghol | | |4,800 |fuq |Turkija | | |xoghol | | |3,690 |fuq |Libja | | |xoghol | | |4,950 |fuq |Slovakja| | |xoghol | | |7,022 |fuq |Polonja | | |xoghol | | |4,560 |fuq |Franza | | |xoghol | | |6,400 |fuq |Germanja| | |xoghol | | |6,470 |fuq |Franza | | |xoghol | |", "L-għażla ta' dawn it-titjiriet kienet dejjem dovuta għall-eżiġenzi ta' żmien flimkien ma konsiderazzjoniet finanzjarji.", "DETOX", "25208.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid id-Detox kemm żamm pazjenti din is-sena?", "Kemm kienu ġodda u x'etajiet kellhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-istatistika miġbura nsibu li bejn Jannar u Marzu 2001, 698 persuna bi problema ta' droga attendew iċ-Ċentru tad-Detox.", "Minn dawn, 33 kienu ġodda.", "L-etajiet ta' dawk kollha li attendew kien kif ġej:", "|Eta' |Irġie|Nisa | | |l | | |14-19|29 |14 | |20-24|172 |37 | |25-29|201 |26 | |30-34|96 |10 | |35-39|48 |13 | |40-44|25 |2 | |45-49|17 |1 | |50+ |7 |0 | |Total|595 |103 |", "Eta' ta' dawk li kienu klijenti ġodda fl-istess perijodu kien kif ġej:", "|Eta' |Irġie|Nisa| | |l | | |14-19|8 |2 | |20-24|11 |4 | |25-29|1 |2 | |30-34|1 |0 | |35-39|3 |1 | |40-44|0 |0 | |45-49|0 |0 | |50+ |0 |0 | |Total|24 |11 |", "METHADONE", "25209.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu litri ta' methadone is-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul is-sena 2000, tqassmu 7,456.211 litri ta' Methadone minn ġewwa ċ-Ċentru tad-Detox.", "Matul l-ewwel tlett xhur tas-sena 2001 (Jannar - Marzu) tqassmu 2,130.283 litri ta' Methadone mill-istess Ċentru.", "KAROZZI MIKRIJA", "25210.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri mikrija fid- dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il- fuel bill tagħhom ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KAROZZI MIKRIJA", "25211.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħi, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l- oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom.", "KONTIJIET", "25341.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?", "ONOR.", "JOE BORG: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni ddettaljata.", "KONTIJIET", "25342.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sakemm ma tingħatax raġuni l'għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25343.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25344.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25345.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25346.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "SERQ", "25420.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'kien in-numru ta' serqiet li ġew irrapurtati lill-pulizija f'dawn l-ewwel tlett (3) xhur ta' din is-sena:", "1) Mid-djar 2) Ta' Vetturi 3) Minn Vetturi 4) Serq ieħor", "Kemm minn dan ġie solvut?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 23502, Nru. 24191 u Nru. 25117, ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat in-numru ta` każi solvuti kien ta` 251.", "KUMMISSJONI GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU", "25421.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm każi li qed jinstemgħu quddiem il-kummissjoni għas- servizz pubbliku?", "Jista' jgħid kemm-il każ jinvolvi nies fis-servizz ċivili, fil-pulizija u f'postijiet oħra mal-Gvern?", "Kemm ilu, l-aktar każ quddiem il-kummissjoni?", "Jista' jgħid x'inhuma l- każijiet l-aktar serji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li fl-4 ta' Mejju 2001 mill- erba' każijiet ta' dixxiplina li kien hemm pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kien hemm każ wieħed li jinvolvi membru tal-Korp tal-Pulizija.", "Dettalji dwar l-erba' każijiet huma kif ġej:-", "(a) Żewġ każijiet kriminali dwar pussess ta' droga li ġew riferuti lill-", "Kummissjoni wieħed f'Mejju u l'ieħor f'Ottubru 2000.", "(b) Żewġ każijiet ta' dixxiplina dwar akkużi ta' negliġenza.", "Wieħed minn", "dawn il-każijiet jinvolvi membru tal-Korp tal-Pulizija u ilu pendenti minn Ottubru 1994 peress li hemm allegazzjonijiet li għadhom qed jiġu investigati wkoll mill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni.", "Il-każ l- ieħor li jinvolvi uffiċjal pubbliku ieħor ilu pendenti minn Awissu 2000.", "FINANCIAL INTELLIGENCE UNIT", "25648.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk il-financial intelligence unit huwiex ser jiġi imwaqqaf mil-ministeru tal-finanzi jew inkella fil-ministeru imsemmi, minħabba f'dak il gemm irrapurtat f'kapitlu 4 tan-negozjati mal-UE dwar free movement of capital?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Financial Intelligence Unit se tkun twieġeb għall-Ministru tal-Finanzi bħala unit indipendenti.", "PRIVATIZZAZZJONI", "25649.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi spiss qed jidhru rapporti li l-proċess ta' privatizzazzjoni miexi ġmielu, jista' l-Ministru jagħti r-rendikont fhiex waslet il-privatizzazzjoni ta' kull kumpanija li qegħda ingaġġata f'dal proċess?", "Billi l-Prim Ministru indika li huwa mistenni li jipprova jinkiseb kunsens qabel jitkompla il-proċess ta' privatizzazzjoni, jista' jgħid f'termini effettivi kif biħsiebkom tilħqu dan il-għan?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta' privatizzazzjoni ta' kull kumpanija li qegħda ngaġġata f'dal proċess huwa kif imsemmi hawn taħt:-", "1.Malta Freeport Terminals: Irċevejna l'Expressions of Interest minn erbatax il-kumpanija.", "Fil-ġranet li ġejjin sejrin jintbagħtu l- Information Memorandum.", "2.Kordin Grain Terminal: Disa kumpaniji wieġbu għas-sejħa għall- Expression of Interest.", "Fil-ġranet li ġejjin jintbagħat l- Information Memorandum.", "3.Mediterranean Offshore Bunkering Company: Sittax il-kumpanija wrew interess f'din il-privatizzazzjoni.", "4.Dipartiment tal-Lottu: Ippreżentajt għal-ewwel qari il-Liġi ġdida dwar il-Lotterji liema liġi dalwaqt tiġi ppreżentata fil-Parlament.", "F'Mejju sejra toħroġ Request for Proposal għal din il- privatizzazzjoni.", "5.Malta International Airport: Il-konsulenti bħalissa għaddejin bid- due diligence exercise.", "6.Bank of Valletta: Sejrin jiġu appuntati awdituri għal dan il- proċess.", "Fi stadji differenti tal-proċess il-Privatisation Unit kif ukoll il- konsulenti involuti qegħdin jiltaqgħu mal-partijiet interessati f'dan il- proċess.", "INDUSTRIJA TAL-FILMS", "25650.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta kellu jitlesta ir-rapport tal-kummissjoni immexxija mis-sur Lou Bondi' dwar l-industrija tal-films f'pajjiżna?", "Dan ser jigi ippublikat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li r-rapport tal-Kunsill Konsultattiv għall-industrija tal-Films tlesta.", "M'hemmx il-ħsieb li dan ir- rapport ikun ippubblikat.", "Madanakollu xi wħud mis-suġġerimenti magħmula qed jiġu attwati.", "Tajjeb jingħad li dan ir-rapport ser jiġi diskuss ma' persuni oħra f'din l-industrija.", "Dawn ser jiġu mistiedna jagħmlu l- kummenti tagħhom dwar ir-rapport.", "COMPETITION POLICY", "25651.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi f'Chapter 6 dwar competition policy dwar negozjati mal-UE jingħad li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kellu jiġi mgħoddi state aid inventory lil kummissjoni ewropeja li jkopri l-state aid mgħoti mill-Gvern Malti fis- sena 1999, jistgħax jgħid sarx dan, jekk le, meta mistenni jsir dan, u tistgħax tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fil-preżent l-iState Aid Monitoring Board qed jiffinalizza l-inventarju li qed issir riferenza għalih.", "ESTRADIZZJONI", "25664.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena liema kienu talbiet minn barra minn pajjiżna għall-estradizzjoni ta' persuni?", "Meta saru t-talbiet?", "Min kienu l-persuni li saret talba kontrihom?", "Għal liema akkużi intalbet l-estradizzjoni tagħhom ?", "Liema kienu l-każijiet li saret l- estradizzjoni tal-persuni?", "Jekk ma saritx l-estradizzjoni x'kienet ir- raġuni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "PERSUNI IMFITTXIJA", "25665.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena kemm il-persuna li kienet imfittxija permezz tal-interpol minn xi pajiż ieħor instabet fil-gżejjer Maltin?", "Min kienu l-persuni u x'passi ittieħdu fil-konfront tagħhom?", "Meta l- persuni intbagħtu lejn il-pajjiż li kien qiegħed ifittixhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.", "HSBC", "25675.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25416 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u ċioe billi għaddew fuq sentejn minn meta tħabbar il-bejgħ tal-Mid Med lill-HSBC, jista' l-Ministru jinforma jekk:", "1.", "It-tlieta fil-mija ta' l-ishma tax-ex-Mid Med għaddewx kif imwiegħed lill-Fondazzjoni tal-ħaddiema bħal ma ġara fil-każ tal-Bank of Valletta u l- Maltacom? 2.", "Jekk iva, meta - jekk le, meta se jgħaddu? 3.", "Jekk hemm xi dewmien, għaliex dan id-dewmien meta l-gvern ilu li daħħal il-flus?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rrid niċċara li l-Gvern qatt ma kien wiegħed tlieta fil-mija ta' l-ishma ta' l-ex Mid- Med Bank lil Fondazzjoni li għandha titwaqqaf għall-impjegati tal-Mid-Med Bank.", "Il-Gvern wiegħed iżda li jipprovdi self fit-tul sabiex din il- fondazzjoni tkun tista' titwaqqaf.", "Il-parametri għal dan is-self issa ġew miftiehma mal-Unions konċernati u d-dokumenti meħtieġa jinsabu fi stat avvanzat ta' preparazzjoni sabiex is-self ikun jista' jingħata fi żmien qasir.", "HOUSING", "25677.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħawx jittieħdu passi biex isir tkaħħil ta' block IV A, Vjal in-Naspli, San Ġwann fuq barra, kif jidher li sar f'appartamenti oħrajn tal-Gvern fil-qrib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "DAY CARE CENTRE", "25678.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li jsir day care centre għall-anzjani f' San Ġwann?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li, fil-mument, ma hemm l-ebda ħsieb li jinfetaħ Day Care Centre għall-Anzjani f'San Ġwann.", "TISWIJA TA' BINI", "25696.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li d-dipartiment inkarigat minn tiswija ta' bini, jara li jiġi rranġat xi bieb ta' barra tal-anzjana hawn taħt indikata, li qed tgħix fil-biża li jidħol fuqha xi ħadd?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "CSA", "25697.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-CSA issiru tal-post, bħal ma' sar mal-impressed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Gvern qiegħed jeżamina l-proposta li Assistenti Soċjali Każwali, ma jitqisux aktar bħala self-employed, iżda bħala mpjegati part-time u b'hekk igawdu l-benefiċċji kollha li tagħti l-liġi, u dan skond il-wegħda elettorali li kienet saret.", "ŻABBAR - TRIQ ALESSIO ERARI", "25698.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li għalqa mitluqa li hemm fit-tarf ta' Triq Alessio Erari, Zabbar jittella madwarha ħajt, skond kif titlob il-liġi u dan sabiex jitnaqqas il-periklu li hemm bil-kwantita kbira ta' ġrieden li hemm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kelliex rapporti dwar din l-art imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.", "Madankollu l- Pulizija avzat lis-sid sabiex jerga' jittella dan ic-cint.", "Il-Pulizija avzat ukoll lill-Ispettur Sanitarju dwar dan l-ilment.", "ANZJANI TA' 75 SENA", "25699.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk anzjani ta' 75 sena humiex intitolati li meta jmorru biex jinqdew ġewwa dipartiment tal- Gvern jew banek jaqbżu l-kju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-anzjani ta' 75 sena u li huma fil-pussess tal-Kartanzjan huma ntitolati li jaqbżu l-kju meta jmorru l-Isptar jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "ŻABBAR - TRIQ IL-BAĦRIJA", "25700.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser tingħata wiċċ il-parti ta' Triq il-Baħrija kantuniera ma' Triq il-Kapuċċini, Żabbar, peress li qed toħloq inkonvenjent lir-residenti u peress wkoll li s-servizzi kollha huma mgħoddija u jonqos biss kisja tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi biex tinxtara l-art li hemm bżonn tittieħed biex Triq il-Baħrija tinfetaħ għal Triq Alessio Erardi biex b' hekk ukoll tittaffa l-inċidenza ta' għargħar f'din il-parti tat-triq.", "L-asfalt ta' din it-triq ikun jista' jsir meta l-art li semmejt tkun akwistata.", "REVERSE OSMOSIS", "25719.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-perċentaġġ ta' ilma prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis meta' mqabbel mall-perċentaġġ ta' ilma imtellgħa mill-art mill-bidu tas-sena sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Jannar u l-10 ta' Mejju tas-sena kurrenti, il-produzzjoni ta' l-ilma li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għaddiet għas-sistema pubblikata tad-distribuzzjoni kienet hekk:", "Ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis 46.4 fil-mija jew 5,318,104 metri kubi Ilma ta' taħt l-art (underground) 53.6 fil-mija jew 6,138,491 metri kubi.", "Tajjeb jingħad li matul dan il-perjodu kien hemm madwar 20 jum li matulhom kien hemm nuqqas ta' produzzjoni ta' 18,000 metri kubi ta' ilma kuljum mill- impjanti tar-Reverse Osmosis minħabba azzjonijiet industrijali.", "WSC", "25720.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk f'dawn l-aħħar xhur il- korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kkummissjonatx xi studju fuq il- kwalita' ta' l-ilma?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l- istudju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kkummissjonat tlitt kumpaniji barranin biex jagħmlu testijiet dwar il-kwalita' ta' l-ilma f'Malta u Għawdex.", "Ir-riżultati prinċipali ta' dawn l-istudji diġa' ġew ippubblikati fir- Rapport Annwali tal-Korporazzjoni li kopja tiegħu kienet tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra.", "B'KARA - PSAILA STREET", "25721.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-perċentaġġ minn kull fażi ta' xogħlijiet Psaila Street, B'Kara li tlesta sa issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fl-ewwel u t-tieni fażi ta' Psaila Street saru 95% u 90% tax-xogħol fihom rispettivament.", "Bħalissa għaddej ix- xogħol fuq it-tielet fażi fejn tlesta 30% tax-xogħol.", "QORTI", "25722.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari nru.", "25604, jiġifieri meta hu previst li jispiċċaw ix- xogħlijiet li qegħdin isiru fl-estensjoni tal-Qorti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tender ghall-finishing works inhareg mid- Dipartiment tax-Xoghlijiet u qieghed fil-process li jigi aġġudikat.", "Jien infurmat illi d-Dipartiment jistenna illi x-xogholijiet jitlestew fi zmien sitt xhux minn meta jinghata t-\"tender\".", "AWTORITA' MALTIJA DWAR IT-TURIŻMU", "25723.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jirrispondi l-ewwel parti ta' mistoqsija parlamentari nru.", "25603?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Għalissa m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt f'Seduta 536 għall-Mistoqsija numru 25603.", "JETTING BOWSER", "25724.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "25599, jista' l- Ministru jagħti l-ismijiet tal-toroq ta' kull lokalita msemmija fir- risposta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "QORMI - IMDINA ROAD", "25780.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir it-tindif ta' bankini eċċ li ġew imblukkati b'terrapien u ġebel li nqala waqt ix-xogħol li sar f'Imdina Road, Qormi u li huwa ta' detriment għal dawk kollha li jużawhom bil-mixi kif wkoll għal dawk l-persuni b'nuqqas ta' mobbilita' u ġenituri li jgħaddu b'pushchairs eċċ bit-trabi tagħhom?", "Munzelli partikolari jinstabu fl-area ta' faċċata ta' Triq il-Ġdida f'Ħal Qormi fejn hemm junction li tgħaqqad iż- żewġ Imdina Road ma Triq Guże Duca?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed kontinwament jinsisti mal-kuntrattur li jżomm il-lant nadif kemm jista' jkun u ma jħallix materjal li mhux qed jintuża fil-post.", "Jien infurmat ukoll li l-munzelli partikolari msemmija mill-Onor.", "Interpellant tneħħew.", "MIŻATI TA' L-EŻAMIJIET", "25781.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li studenti li ġejjin minn familji fejn il-ġenituri huma bla impjieg, jiġu eżentati milli jħallsu l-miżati ta' l-eżamijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li rigward applikazzjonijiet għal eżamijiet tal-Matsec Board, il-kandidati konċernati li jkunu jridu jitolbu eżenzjoni tal-ħlas tal-miżata, iridu jinġbru formola mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u wara li din tiġi konfermata mill-Area Social Security Welfare Officer tad- distrett tagħhom, jippreżentawha biex it-talba tagħhom tiġi kkonsidrata mid- Dipartiment tal-Finanzi ta' l-Universita` ta' Malta.", "L-eżenzjoni tiġi kkonfermata mid-Dipartiment tal-Finanzi ta' l-Universita` u l-kandidati konċernati ma jħallsux il-miżata.", "Kandidati li jirċievu stipendju ma jkunux eżentati.", "Kandidati li jaqgħu taħt wieħed minn dawn il-kategoriji jiġu kwalifikati għall-eżenzjoni:", "Dawk li jirċievu: a) social assistance", "b) unemployment assistance", "c) old age pension (non contributory, in lieu of social assistance)", "d) special unemployment benefit, u", "e) social security pensioners, such as widows who following a means test, would qualify for free medical aid.", "Fil-każ ta' eżamijiet ekwivalenti ta' barra amminstrati mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, il-kandidati konċernati jridu jħallsu l-miżata u mbagħad jippreżentaw talba bil-miktub, taħt l-istess kondizzjonijiet imsemmija, u magħha l-irċevuta oriġinali, lill-Accounts Section tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni.", "L-istess bħala fil-każ tal-Matsec, it-talba tagħhom trid tiġi konfermata mill-Welfare Office.", "Wara li t-talba tiġi approvata, id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tirrifondi l-ammont tal-miżata lill-kandidati konċernati.", "Fil-każ ta' l-eżamijiet ta' barra, l-eżenzjoni tingħata darba biss u sakemm l-istudenti jkunu ċertifikati li kienu spiċċaw il-Ħames Klassi ta' l-Iskola Sekondarja u li s-suġġett/i kien/u fil-kurrikulu ta' l-iskola.", "SENIOR CARE WORKERS", "25782.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tas- Senior Care Workers għal Adult Training Centres li sarulhom l-interviews f'Settembru 2000?", "X'kienu r-requirements, kwalifiki u esperjenza li ġew mitluba?", "Min huma l-applikanti kolha li applikaw?", "Min huma dawk l- applikanti li għaddew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru tirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "ĦAL LUQA - TRIQ ĦAL FARRUĠ", "25783.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa Triq Ħal Farruġ f'Ħal Luqa li l-istat tagħha jimmerita attenmzjoni bil-għan li ma tibqax ta' detriment għal kull min jgħid minn hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt id-Dipartiment tat-Toroq jiġbor l-informazzjoni dettaljata dwar x'hemm bżonn isir.", "STREET LIGHTING", "25784.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa se jiġi installat street lighting adekwat minħabba li f'diversi areas hija diżabitata u allura s-sitwazzjoni tippreżenta nuqqas ta' sigurta' għal dawk kollha li joqgħodu f'din it-triq, għal dawk li għandhom postijiet tax- xogħol kif wkoll għal kull min jgħaddi mit-triq partikolarment f'ċertu ħinijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "INDUSTRIAL ESTATE", "25785.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' industrija suppost hija awtorizzata li taħdem mill-Industrial Estate ta' Ħal Luqa, qrib l-area magħrufa bħala Ħal Farruġ ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li t-tip ta' industrija approvata jew maħsuba għall-Qasam Industrijali ta' Ħal Luqa hija dik ta' panel beater, mekkanik, spray painter, mastrudaxxa, manifattura ta' diterġenti, inġinerija u industrija oħra ħafifa."]} {"filename": "20001121_432d_par.doc", "date": "2000-11-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 432 It-Tlieta, 21 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 432", "It-Tlieta, 21 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "432", "It-Tlieta, 21 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 456", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 456", "TQEGĦID TA' KARTI 460", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA", "GĦAS-SENA 2000-2001 461", "AĠĠORNAMENT 485", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 490", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 431 li saret fil-21 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "21059.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' liċenzji għal stabilimenti kummerċjali li ħarġet il-pulizija matul ix-xahar ta' Ottubru ta' din is- sena?", "X'tip ta' liċenzji nħarġu?", "Kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li għandha quddiemha l-pulizija fil-preżent għal liċenzji ta' stabilimenti kummerċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi matul ix- xahar ta` Ottubru 2000 il-pulizija ħarġet 65 liċenzja għal stabilimenti kummerċjali.", "Dawn l-istabilimenti kienu jinkludu aġenziji, ħwienet tal- bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut u eżerċizzju ta` sengħa jew arti.", "Informat ukoll illi fil-preżent hemm 474 talba pendenti.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl li ħafna każi ma jiddependux biss mid- dipartiment tal-pulizija biex tinħarġilhom il-liċenzja, hemm timeframe partikolari li fih it-talbiet pendenti għandhom jiġu indirizzati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-intenzjoni hi li dawn il-liċenzji jitħaffu kemm jista' jkun malajr.", "Għal dan il-għan il-bord jiltaqa' ta' spiss u jagħmel inspections regolarment.", "Peress li kull każ ikun differenti, diffiċli li jkun hemm timeframe.", "Per eżempju, meta jkun hemm oġġezzjoni mill-ġirien, il-każ jikkomplika ruħu ftit aktar u allura ssir inspection mill-police advisory licensing board.", "Barra minn hekk hemm każi li jkollhom bżonn il-permess jew l- approvazzjoni ta' dipartimenti oħrajn u oħrajn li jkollhom bżonn il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar qabel ma japplikaw għall-permess tal- pulizija.", "F'dak il-każ il-bord xorta waħda għandu dritt jirrifjuta, għalkemm dan huwa rari, u l-kondizzjonijiet imbagħad jiġu deċiżi minnu bi dritt ta' appell quddiem bord ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għalkemm nifhem dak li qed jgħid il-Ministru, il- bord li qed jirriferi għalih huwa f'pożizzjoni li jagħmel pressjoni fuq ċerti dipartimenti sabiex iċ-ċittadini ma jdumux ix-xhur sakemm jingħataw il-formalitajiet li jkollhom bżonn?", "Għax għalkemm jista' jidher li dan id- dewmien ikun ġej min-naħa tad-dipartiment tal-pulizija, jista' jkun li dipartimenti oħrajn ikunu qegħdin itawlu.", "Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jidhirli li meta dipartiment jirċievi xi ċirkolari jew ittra jkollu ċertu żmien biex iwieġeb.", "Id-dipartimenti ssirilhom pressjoni biex kemm jista' jkun iħaffu l-proċess u l-liċenzji jiġu riferuti lil dan il-bord.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-intenzjoni hi li fl-iqsar żmien possibbli dawn il-liċenzji jispċċaw minn idejn il-pulizija - minbarra dawk li għandhom fihom element ta' ordni pubblika, bħal firearms, kmamar tan-nar u esplussiv li bilfors iridu jibqgħu f'idejn il-pulizija - u jiġu esklużivament f'idejn id-dipartiment tal-kummerċ.", "PULIZIJA - SERQ", "21061.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fuq djar, karozzi, stabilimenti tad-divertiment u ħwienet kummerċjali rrapportati lill- pulizija matul ix-xahar ta' Ottubru ta' din is-sena?", "Kemm tressqu persuni l-qorti akkużati b'dawn il-każi ta' ksur ta' liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul ix-xahar ta` Ottubru 2000 il-pulizija kellha 91 rapport dwar serq minn residenzi, 280 rapport dwar serq minn vetturi, 64 rapport dwar serq ta' vetturi u 19-il rapport ta` serq minn ħwienet kummerċjali, li jinkludu wkoll rapporti ta` serq minn individwi waqt li kienu ġo dawn l-istabbilimenti.", "Ma tinżammx statistika separata dwar stabilimenti ta` divertiment.", "Matul l-istess perijodu tressqu għaxar persuni quddiem il-qorti b`konnessjoni ma` uħud minn dawn ir- rapporti.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "21062.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema f'Malta u Għawdex li fallew milli jattendu l-iskola matul ix-xahar ta' Ottubru?", "X'kienu r- raġunijiet għala fallew?", "Kemm kien hemm fuq sick leave u vacation leave jew għaliex kienu msiefra fuq xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informazzjoni dwar assenza ta' għalliema b'ċertifikat mediku ta' mard matul ix-xahar ta' Ottubru fl-iskejjel primarji, sekondarji, junior lyceum u skejjel tas- snajja' se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, saret il-prattika li numru ta' għalliema, speċjalment dawk li jgħallmu l-year 6, jingħataw taħriġ fil- computer waqt il-ħin ta' l-iskola.", "Jista' jsir xi ħaġa biex forsi dan it- taħriġ jingħata f'xi ħin ieħor ħalli dan ma jservix ta' impatt negattiv fuq l-edukazzjoni tat-tfal?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hija prattika pjuttost normali li l-għalliema jiġu released waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom biex ikunu jistgħu jattendu korsijiet ta' taħriġ.", "Din tiġri mhux biss fi skejjel Maltin imma anke fi skejjel barranin.", "Nittama li fil-ġejjieni din il-prattika norganizzawha b'mod li filwaqt li l-għalliema jattendu għal sessjonijiet ta' taħriġ jew laqgħat li jagħmlu parti mill-iżvilupp edukattiv, l-istudenti jkollhom ċerti attivitajiet bħal physical education, crafts u attivitajiet ta' żvilupp personali u mhux lezzjonijiet ta' żvilupp akkademiku bħalma huma l- Malti, l-Ingliż, il-matematika, ix-xjenza, ir-reliġjon u suġġetti oħrajn bħal dawn.", "Ma nafx ngħidlek bl-eżatt f'liema każi għalliema ta' year 6 ikunu qegħdin jattendu sezzjonijiet ta' taħriġ fit-teknoloġija ta' l-informattika.", "Dan l- aħħar fil-vaganzi tas-sajf kellna numru sabiħ ta' għalliema li attendew korsijiet li organizzajna biex nagħtuhom l-opportunita' li jsiru aktar profiċjenti fit-tħaddim ta' din l-għodda ta' tagħlim.", "Malli nivverifika f'liema każi l-għalliema ta' year 6 marru għal dawn il- korsijiet, kemm-il darba u x'kienet l-inċidenza, ninforma lill-Onor.", "Membru.", "ETC - REĠISTRAZZJONI", "21063.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol f'Ottubru?", "Kemm minnhom kienu żgħażagħ, nisa u rġiel?", "X'tip ta' xogħol irreġistraw għalih dawn il-persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax- xogħol f'Settembru 2000 kien ta' l,358 - l-aħħar ċifri pubblikati - jiġifieri 249 żagħġugħ, 226 mara u 883 raġel.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tabella li turi x'tip ta' xogħol bdew jirreġistraw għalih dawn il- persuni.", "PULIZIJA - REATI", "21064.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet, hold-ups u abbużi sesswali fuq tfal, nisa u rġiel u vjolenza fuq anzjani matul ix-xahar ta' Ottubru rrapportati lill-pulizija?", "X'passi qed jittieħdu mill-pulizija u kemm tressqu nies il-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul ix-xahar ta` Ottubru 2000 il-pulizija kellha 772 rapport ta` serq, rapport wieħed ta` hold-up, żewġ rapporti ta` abbużi sesswali fuq tfal, wieħed fuq mara u tliet każi ta` vjolenza fuq anzjani.", "In-numru ta` persuni li tressqu quddiem il-qorti in konnessjoni ma` uħud minn dawn ir-reati kien ta` 18.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid kemm każi ġew solvuti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li persuna tista' tkun għamlet għaxar reati li jkunu ġew solvuti f'salt, diffiċli tagħti din iċ-ċifra.", "MDINA REHABILITATION COMMITTEE", "21065.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani jekk huwiex possibbli li Mdina rehabilitation committee jiltaqa' mar-rappreżentanti ta' kuċċiera ta' l-Imdina peress li qed jirriżultaw diversi nuqqasijiet li qed jikkreaw perikolu għal kuċċiera u jistgħu wkoll ikunu ta' periklu għat-turisti u ta' tbatija għaż-żwiemel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li qatt ma saret talba mir-rappreżentanti tal-kuċċiera ta' l-Imdina biex issir laqgħa ma' Mdina rehabilitation committee.", "Meta din it-talba ssir, Mdina rehabilitation committee lest li jiltaqa' magħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li din id-domanda titkellem ukoll dwar il- problemi partikolari li qed jiffaċċjaw il-bhejjem, jista' l-Ministru jgħid jekk min-naħa tad-dipartiment sarietx xi verifika fir-rigward ta' dan l- ilment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar żwiemel, karozzini u kuċċiera.", "Huwa fatt magħruf - kien hawn ċertu tqajjim ta' kuxjenza dwar dan is-suġġett - li dawn iż-żwiemel ma tantx jinżammu f'kondizzjoni tajba waqt li jkunu qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom, b'mod partikolari lit- turisti, wisq iktar meta jkunu qegħdin fil-beraħ għax-xemx, riħ u elementi oħra simili.", "Fil-fatt l-awtoritajiet jisuġġerixxu diversi rimedji, imma naturalment mhux dejjem tkun tista' tikkonkordahom mal-kuċċiera kkonċernati.", "Aħna pproponejna li jsir ċertu spostament ta' dawn iż-żwiemel biex fuqhom ikollhom għata li tipproteġihom minn ċerti elementi, bħal xemx u xita, kif ġara fil-każ tal-Belt Valletta, imma din mhux dejjem ġiet miftehma bħala l-aħjar soluzzjoni.", "Fl-Imdina għandna l-istess problema u wieħed jibda jistaqsi: F'liema stand għandhom ipoġġu dawn il-karozzini?", "X'tip ta' faċilitajiet għandu jkollhom il-kuċċiera?", "X'tip ta' faċilitajiet għandu jkollhom iż-żwiemel?", "Dawn huma materji li m'hemmx dubju li t-taqsima ta' l-ambjent f'dan il- ministeru hija konxja tagħhom, iddiskutiethom kemm-il darba u ppruvat rimedji differenti għalihom.", "M'għandix l-iċken dubju li l-kumitat għar- riabilitazzjoni ta' l-Imdina jkun dejjem dispost li jiltaqa' ma' dawn il- kuċċiera biex jiddiskuti dawn it-tip ta' problemi.", "Wieħed għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jinstabu soluzzjonijiet, li ħafna drabi jkunu ta' sens komun, li jridu jikkonformaw ma' l-ambjent kollu li wieħed ikun qed jgħix fih.", "Per eżempju, m'hemmx dubju li kellna diffikulta' meta kellna kwantita' ta' żwiemel fil-pjazza ta' quddiemna u jista' jkun li parti minn din id-diffikulta' għadha teżisti.", "Is- soluzzjonijiet iridu jiġu maqbula bejn l-awtoritajiet u dawk in-nies li qegħdin jagħtu dan is-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Jikkonsidrax il-Ministru li fl-istand fejn ikunu qegħdin dawn il-karozzini biż-żwiemel, ikun hemm ukoll fonti ta' l-ilma, bħalma kien ikun hemm fl-antik, għall-benefiċċju tal-bhima li tkun qiegħda tagħti dan it-tip ta' servizz.", "Sur President, issa ippermettili naqleb is-suġġett u nagħmel domanda fuq suġġett kompletament differenti.", "Qed niltaqa' ma' każi fejn studenti jkunu ilhom aktar minn sena li applikaw biex jiġu provduti b'facilitator.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal dawn it-tip ta' għalliema u x'inhuma d-diffikultajiet biex dawn jiġu provduti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għat-tieni parti tad-domanda, nista' ngħid li l- kwestjoni ta' facilitators għadna qegħdin niltaqgħu ma' ċerti diffikultajiet minħabba l-proċess li bih tiċċertifika l-appoġġ partikolari li persuna jkollha bżonn.", "Il-prijorita' tingħata lil dawk it-tfal li jkunu se jibdew l-iskola għall-ewwel darba u safejn jien din is-sena ma kellniex każijiet bħal dawn.", "Matul is-sena jinqalgħu każijiet bħal dawn fejn għalliema, kapijiet jew ġenituri jħossu l-bżonn li jirriferu studenti għal dan il-proċess ta' statementing.", "F'dan ir-rigward għandna numru ta' studenti li għadhom ma ġewx statemented u nittama li bil-policy il-ġdida li se tiġi mplimentata fil-bidu tas-sena d-dieħla, inkunu nistgħu nħaffu l-proċess.", "Nittama wkoll li r-reklutaġġ ta' facilitators fuq bażi każwali u t-taħriġ li qed jingħata lil dawk li huma supplied facilitators, għandu jtejjeb is-sitwazzjoni.", "Għall-ewwel parti tal-mistoqsija se nħalli f'idejn il-Ministru Zammit Dimech biex iwieġeb hu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, filwaqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Cuschieri kif ukoll lill-Onor.", "Farrugia tad-domandi li għamluli, ngħidilhom li bħala prinċipju naqbel li jkun hemm fonti ta' l-ilma fil-post fejn ipoġġu dawn il-karozzini, pero' trid tara jekk ikunx possibbli li dawn isiru fis-siti in kwestjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-membri fuq bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21314; u", "f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista tal-membri fuq bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l- uffiċċju tal-prim ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21311.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-applikazzjonijiet approvati għal apparat tat- telekomunikazzjoni, flimkien ma' lista ta' applikazzjonijiet pendenti għal stallazzjoni ta' apparat tat-telekomunikazzjoni, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21222; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista tal-membri fuq bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- ministru tal-finanzi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21317; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Lista tal-membri fuq bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- ministeru għall-affarijiet barranin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21313.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA 2000-2001", "Ikompli mill-21 ta' Novembru, 2000)", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, min dalgħodu sema' lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni jagħmlu l-kritika tagħhom, seta' jinduna li dak li sar bejn l-1987 u l-1996, dak li aħna ta' din in- naħa nsejħulu investiment sod li sar fil-qasam ta' l-ilma, tan-naħa l-oħra jirriferu għalih bħala sparpaljar.", "Għalhekk ta' min jagħti spjegazzjoni ta' x'sar f'dawk l-għaxar snin biex irranġajna dan il-qasam.", "Per eżempju, jkun tajjeb li wieħed ifakkar li qabel l-1987 il-qtugħ ta' l-ilma kien ipprogrammat u konna wasalna f'sitwazzjoni fejn l-ilma kien beda jiġi mpurtat minn barra.", "Mhux talli hekk talli kien irriżulta wkoll li l-ilma li kien qed jiġi mpurtat kien ikkontaminat.", "Pero' mbagħad bis-saħħa ta' l- investiment li għamilna fil-produzzjoni u fid-distribuzzjoni ta' l-ilma din il-kriżi eliminajniha.", "Ta' min jgħid li dan il-qasam kien mgħobbi bil-problema ta' nies żejda.", "Fil-fatt fil-water works department li kien hawn fl-1987 sibna ammont ta' nies żejda u nies li ma kenux trained.", "Kif diġa' spjegajt kellna wkoll il- kriżi ta' nuqqas serju ta' ilma.", "Tant hu hekk li fl-1987 kellna produzzjoni ta' ilma li kienet tlaħħaq madwar 18 miljun gallun ilma kuljum, pero' bis-saħħa ta' l-investiment li sar il-produzzjoni ta' l-ilma, bl- ilma li tellajna mir-reverse osmosis plants u bl-ilma li ġie pumped mill- aquifer, tista' tgħid li sa l-1994 dan l-ammont irduppjajnih u tellajnih għal madwar 35 miljun gallun ilma kuljum u b'hekk stajna nissodisfaw id- domanda li kellna fil-pajjiż.", "Dan sar bis-saħħa ta' investiment qawwi li sar fl-upgrading ta' l-impjant f'Tigne', Lapsi u bil-bini ta' mpjant ġdid fiċ-Ċirkewwa u f'Pembroke.", "Ta' min jgħid li kien hemm il-ħsieb ukoll - din għadha fuq il-pjanti - li tinbena reverse osmosis plant oħra fiż- Żonqor, Wied il-Għajn u konna qegħdin naħsbu wkoll li ssir distillation plant fil-power station.", "Dan kollu jfisser li aħna m'għamilniex l-investiment biss biex inżidu l-produzzjoni imma għamilna wkoll xogħol estensiv fis-sistema tad- distribuzzjoni.", "Għalhekk jien niskanta kif ikun hawn min jgħid li donnu aħna qgħadna ninvestu u nkabbru l-produzzjoni u ma għamilna xejn fis- sistema tad-distribuzzjoni.", "Jien nixtieq infakkar li fl-1987, eżattament fl-ewwel sajf wara li konna tlajna fil-gvern, niżżilna main tal-pied fil- qasam tal-Qawra u f'perijodu ta' għaxar snin għamilna xogħol kbir u estensiv fil-qasam tad-distribuzzjoni.", "Nista' nsemmi wkoll il-proġett tal-Qrendi (south) li għamilna li permezz tiegħu ħriġna żewġ mains kbar mill-ġibjun tal-Qrendi u n-nofsinhar tal-pajjiż u b'hekk biddilna s-sistema tad-distribuzzjoni kollha.", "Dan l-investiment beda jagħti l-frott.", "Ovvjament jien illum nieħu pjaċir meta niġi hawnhekk u nara l-graph li hemm f'paġna 13 ta' l-annual report li tindika li llum id-domanda reġgħet niżlet għal 21 miljun gallun ilma kuljum kif kienet fl-1988.", "Din id- domanda niżlet għal dan l-ammont riżultat ta' l-investiment qawwi li sar fil-qasam tad-distribuzzjoni.", "Nixtieq infakkar ukoll li fl-1994 konna qsamna l-pajjiż f'seba' żoni - Għawdex kien zona għalih - imbagħad dawn erġajna qsamnihom f'subzones u għamilna analisi ta' fejn kien qed imur l-ilma.", "Minn hawnhekk sibna li kien hemm ċertu ammont ta' ilma li ma kienx qed jiġi reġistrat għax kellna meters li ma kenux sensittivi li jaqraw il-flow ta' l-ilma minn ġewwa fihom.", "Għalhekk għamilna investiment ta' miljuni ta' liri biex bdilna l- meters minn ''B'' type u ''C'' type u għamilnihom ''D'' type, ħalli jkunu sensittivi biżżejjed biex jirreġistraw il-volum ta' ilma li jiġi kkonsmat.", "Meta għamilna din l-analisi - dan ifisser miljuni ta' liri f'investiment u mhux sparpaljar - sibna li 80% tal-leakages kienu jseħħu mis-service pipe ta' l-iggalvanizzar meta dan kien jieħu mill-main ta' barra għall- meter tad-dar.", "Allura għamilna investiment kbir ieħor li kien jinvolvi miljuni ta' liri u minflok service connections tal-metal galvanizzat bdejna nagħmlu service connections tal-plastic ħalli neliminaw sostanzjalment dak l-ammont ta' leakages.", "Dawn huma l-investimenti li saru.", "Hawnhekk forsi jkun hawn min jistaqsi għalfejn żidna l-produzzjoni tant biex imbagħad bdejna nnaqqsu bil-mod il-mod.", "Wieħed irid jifhem li dan bilfors kellna nagħmluh għax biex inti tkun taf fejn għandek leakage, l- ewwel trid tippressa l-mains bl-ilma.", "Kif jaf l-Onor.", "Louis Buhagiar - nirrispettah ħafna għall-professjoni tiegħu u nneħħilu l-kappell - kadavru li jkun ilu fi stat ta' dekompożizzjoni għal aktar minn 20 siegħa ma joħroġx demm minnu għax ma jkunx qed jiġi ppumpjat demm fl-arterji, u l- istess fil-qasam ta' l-ilma.", "Jekk inti ma jkollokx supply ħierġa mill- ġibjuni biex timla' l-katusi u l-mains tad-distribuzzjoni, allura ma tkunx taf liema mains ikunu waslu biex jinbidlu.", "Meta żidna l-produzzjoni - din bilfors kellna nżiduha biex intejbu l-kwalita' - sirna nafu li ħafna mains kienu difettużi.", "Għalhekk il-water service corporation nidiet diversi proġetti kbar ta' bdil fis-sistema ta' distribuzzjoni u bidlet ħafna connections, fosthom dawk li kien hemm bejn il-ġibjun tal-Qrendi u dak ta' Ta' Qali.", "Per eżempju, permezz tal-proġett kbir tal-Qrendi (south) bdilna terz tan- network tad-distribuzzjoni tal-mains u saħħaħna l-qasam tad-distribuzzjoni ta' l-ilma b'tali mod li meta beda jiżdied ix-xogħol ta' bdil ta' meters u ta' bdil ta' service connections, erġajna bdejna naqdu d-domanda b'ammont li jqarrab lejn id-domanda li kellna fl-1988.", "Ovvjament hawnhekk qed nirriferi għall-ammont li kien joħroġ mill-ġibjuni bħala supply.", "Għalhekk bil-għaqal u bis-saħħa ta' l-investiment li sar f'dan il-qasam matul dawk l- għaxar snin ta' bejn l-1987 u l-1996 ġejna f'pożizzjoni fejn il-pajjiż qegħdin noħorġulu provvista ta' 22 miljun gallun ilma kuljum - dan kif kien sa Ottubru li għadda - u b'hekk qegħdin naqdu d-domanda fil-pajjiż.", "Mr Speaker, dawn huma fuq fuq ix-xogħlijiet li saru biex f'pajjiżna neliminaw il-ħela li kellna verament.", "Irrid ngħid li llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn bis-saħħa ta' dawn ix- xogħlijiet kollha li saru lil pajjiżna qegħdin naqduh b'domanda li gradwalment qegħda tnaqqas mill-ammont ta' ħela li kien fiha.", "Meta tlajna fil-gvern fl-1987 sibna li fil-qasam tal-water works kien hemm 1,900 impjegat, għax irridu niftakru kemm kienu jiġu lumped nies f'dan il-qasam minn diversi sezzjonijiet oħra li kienu jaħdmu mal-gvern.", "Pero' mbagħad by gradual elimination - aħna ma keċċejna lil ħadd aħna imma ħallejna lin- nies jirtiraw waħedhom - sa l-1996 dan l-ammont niżżilnieh għal madwar 1,100 impjegat.", "Issa peress li l-water services corporation assorbiet in- nies kollha li kienu jaħdmu mad-desalination services u lin-nies li kienu impressed din is-sena l-ammont ta' ħaddiema totali reġa tela' għal madwar 1,300 imma jien persważ li b'iżjed programmar u by gradual elimination dan l-ammont għad irid ikompli jinżel ħalli b'hekk dan il-qasam ikompli jsir iżjed effiċjenti u iżjed cost-effective.", "Issemma wkoll l-integrated water cycle.", "Irrid ngħid li meta ddisinjajniha din ridna nibnuha fuq tliet pilastri; l-ilma tax-xorb, l- ilma tax-xita u l-ilma li jiġi mit-tisfija tad-drenaġġ.", "Irrid nenfasizza li wasal iż-żmien li għandna nsaffu iżjed ilma mid-drenaġġ ħalli dan inkunu nistgħu nipprovduh bħala ilma second-class għat-tisqija, b'mod partikolari, fil-qasam agrikolu.", "Ta' min jgħid li huwa kkalkolat li l- bdiewa jippumpjaw madwar tmien miljun gallun ilma kuljum mill-aquifer u dan qed jiġi jiswa madwar Lm4 miljun fis-sena.", "Dan ifisser li t-taxpayers qed joħorġu Lm4 miljun fis-sena biex iżommu l-qasam agrikolu.", "Allura wasal iż-żmien li minflok dan l-ilma nkomplu neħduh mill-aquifer hemm bżonn li nagħmlu proġett - dan se jinvolvi investiment kbir ieħor ta' miljuni ta' liri - li permezz tiegħu, meta nsaffu d-drenaġġ, nipproduċu ilma biżżejjed biex ngħadduh lill-bdiewa għ=at-tisqija.", "Dan il-proġett għaqli għandu jiffranka lill-pajjiżna madwar Lm4 miljun fis-sena li se jmorru biex nipproduċu tmien miljun gallun ilma kuljum li qed jittella' mill- aquifer.", "Meta jkollna sistema ta' networks fil-katusi u allura jkollna provvista ta' l-ilma għat-tisqija nibdew gradwalment nagħlqu l-boreholes li għandna fil-pajjiż u allura nkunu qed nagħtu ċans lill-aquifer biex jerġa' jagħmel recharge.", "B'hekk inkunu f'pożizzjoni li ntellgħu iżjed ilma mill- aquifer għas-sistema tax-xorb u allura nkunu nistgħu nnaqqsu l-ammont ta' ilma li jiġi pproduċut mill-mezzi tar-reverse osmosis.", "Għalhekk bis-saħħa ta' dan is-cycle kollu nkunu qed niffrankaw Lm4 miljun fis-sena.", "Qabel nagħlaq irrid ngħid xi ħaġa fuq l-imbierka kontijiet tad-dawl u l-ilma, Sur President.", "Illum xi ħadd fuq ir-radju qal li aħna għollejna t-tariffi ta' l-ilma iżjed milli kien għollihom il-gvern preċedenti ta' Alfred Sant.", "Jien quddiemi għandi kontijiet li ma ħdimthomx jien imma ħadimhomli ħaddieħor u minnhom jirriżulta illi l-kontijiet li kien ħareġ il-gvern preċedenti huma 128% ogħla minn dak li qed inħallsu llum.", "Illum bniedem li jgħix waħdu jħallas Lm5.49 għal cycle wieħed ta' madwar 121 ġurnata, pero' kieku għad hemm il-Partit Laburista fil-gvern dan irid iħallas Lm13.15, kważi 140% iżjed.", "Illum kont ta' tnejn min-nies jammonta għal Lm6.35, pero' bit- tariffi ta' Alfred Sant dan kien jitla' għal Lm13.", "Kont li llum qed iħallsu tlieta min-nies jammonta għal Lm8.60, il-bogħod ħafna mit-Lm23 tal- Labour.", "Kont ta' familja ta' erbgħa min-nies illum jammonta għal Lm20, pero' kieku għad hemm il-Partit Laburista fil-gvern il-kont kien jitla' għal Lm38.", "Illum kont ta' familja ta' ħamsa min-nies jitla' għal kważi Lm13, ħafna inqas mill-Lm31 ta' Dr. Sant.", "Jekk imbagħad nieħdu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma flimkien insibu illi kieku għad hemm fil-gvern il-partit ta' Alfred Sant, kieku l-kontijiet illum huma medja ta' 50% ogħla minn dawk li attwalment huma.", "Mr Speaker, jien irrid nagħlaq billi ngħid li l-poplu għandu jifhem u japprezza x-xogħol u l-investiment kollu li sar f'dan il-qasam qed jagħti riżultat.", "Nerġa' ntenni li l-investiment li sar fil-qasam tal- produzzjoni, fil-qasam tad-distribuzzjoni, fil-bdil tal-meters u fil-bdil tas-service connections qed jagħti riżultat għax illum nistgħu nipproduċu provvista mħallta ta' ilma, li nofsha tiġi mill-aquifer u nofsha tiġi mir- reverse osmosis plants, u dan kollu jammonta għal provvista ta' madwar 22 miljun gallun ilma kuljum li qed taqdi d-domanda tal-pajjiż.", "Ovvjament għad jonqos xi jsir fis-sistema tad-distribuzzjoni u f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalita' pero' dan huwa ċ-ċertifikat li wieħed jista' jagħti lill-water services corporation li rnexxielha twassal l-ilma għand il- konsumatur.", "Jien nawgura ħafna aktar żmien lil din il-korporazzjoni li ġiet imwaqqfa fl-1992 ħalli fis-snin li ġejjin tkompli tagħti servizz tajjeb lill-poplu Malti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemna għandna r-rapport annwali għas-sena 1999/2000 tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Ninu Zammit, jitkellem fuq il- kontijiet għax minkejja li kien hemm min ried jagħti x'wieħed jifhem li s- sagrifiċċju kważi għadda u ta l-frott, fil-fatt is-sagrifiċċju m'għadda xejn.", "U l-ewwel punt li xtaqt nagħmel huwa li f'dan ir-rapport ma jidher xejn dwar il-miżura li kien ħa l-gvern Nazzjonalista s-sena l-oħra, li permezz tagħha jonqos ir-rebate u awtomatikament il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma se jkunu ogħla mill-1 ta' Jannar li ġej.", "Din hija miżura moħbija li hemm fil-budget tas-sena l-oħra jiġifieri mhux veru li s- sagrifiċċju ta l-frott - għalkemm huma għamlu sena sħiħa jgħidu li s- sagrifiċċju qatt ma eżista - anzi s-sagrifiċċju se jkompli.", "Illum irċevejt ktejjeb mingħand il-Malta information centre, ktejjeb li mhuwiex miktub hawn Malta imma huwa maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, li jitkellem dwar l-ambjent u fost affarijiet oħra, dan jitkellem fuq il-fresh water li huwa tajjeb għax-xorb.", "Fil-fatt f'paġna 93 ta' dan il-ktejjeb jingħad hekk:", "\"Meanwhile member states could help focus their attention on the true economic value of water by ensuring that the true cost of treatment and purification is reflected in its sale price.\".", "B'dan il-paragrafu qed nifhmu li fl-Unjoni Ewropea ma jeżistux prezzijiet soċjali fejn jidħol il-fresh water jiġifieri l-prezzijiet iridu jkunu kemm jiġu jiswew lill-korporazzjoni, kumpannija jew gvern li jkun qiegħed jipproduċi l-ilma għall-konsumatur.", "B'kumbinazzjoni dan ir-rapport qed niddiskutuh l-għada tal-budget u allura jkun tajjeb li l-poplu Malti jkun jafhom dawn l-affarijiet.", "Ikun tajjeb li l-poplu jkun jaf kif dawn l- affarijiet ikunu bil-moħbi wara l-kantuniera lesti biex l-għada jidħlu fil- bwiet tan-nies bil-pulit u jżidu t-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Irridu nfakkru li r-rebates iridu jitneħħew fi tliet snin u fl-1 ta' Jannar li ġej se jsir l-ewwel pass.", "Tajjeb li l-poplu jkun jafhom dawn l-affarijiet.", "II-gvern, iċ-chairman u l-bord tad-diretturi tal-water services corporation jgħidu li jridu imma l-poplu ma jemminhomx ċerti affarijiet għax huwa qed jirċevihom il-kontijiet.", "Il-poplu huwa mweġġa' bil-kontijiet u din hija l- verita'.", "Il-verita' toħroġ mir-rapport li għandna quddiemna.", "Fil-fatt f'paġna 24 ta' dan ir-rapport issib kemm il-poplu huwa mweġġa' bil-kontijiet li qed jirċevi għax tabella numru 14 turi n-numru ta' ilmenti li għamel il-poplu fuq il-kontijiet li rċeva.", "Hemmhekk wieħed isib li dan in-numru tela' għad-doppju u nofs fuq is-sena preċedenti.", "Huwa veru li fl-1997 u fl-1998 sar 61,685 u li fl-1999 dan l-ammont niżel għal 31,692 imma dan il-fatt huwa dovut għax apparti li matul dik is-sena ma bagħtux kontijiet, il-poplu kien qed jittama li l-partit Nazzjonalista fil-gvern se jwettaq dak li wiegħed qabel l-elezzjoni ta' l-1998.", "Pero' mbagħad meta ġejna għall-fatti l-poplu beda jirċievi kontijiet differenti minn kif ġie mwiegħed u s-sena li għaddiet flimkien ma' din is-sena kien hemm qabża fenomenali ta' 72,328 ilment mingħand in-nies.", "Dan huwa ammont fenomenali ta' lmenti u jien nixtieq inkun naf kemm kien hemm ilmenti dwar żbalji u dwar kontijiet esaġerati għax sfortunatament din l-istatistika ma teżistix f'dan ir-rapport.", "Per eżempju, f'dan ir-rapport għandna li jsiru ċerti lmenti fuq il-metering.", "Nafu li meta ġew introdotti dawn il-meters kien hemm żmien meta kien hemm is-suspett li dawn huma difettużi.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li fejn saru mains ġodda jsir eżerċizzju u naraw jekk hux veru hemm dawn il-mains difettużi għax din hija xi ħaġa inġusta.", "Mhux sew li anzjana, per eżempju, li ma tifhimx f'dawn l-affarijiet u ma tiflaħx taħli l-enerġija biex tmur tilmenta fuq il-kontijiet għoljin tibqa' tħallas xorta waħda.", "Dalgħodu l-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali tkellem fuq il-kwestjoni tat-toroq u semma l-ftehim - din jirriferi għaliha wkoll iċ-chairman fir- rapport tiegħu - li sar bejn il-kunsilli lokali u l-water services corporation.", "Kif għedt kemm-il darba, ma teżistix statistika - dwar kemm il-gvern nefaq flus fuq it-toroq bejn l-1987 u l-1996 - irrid inkun naf jekk jeżistux records għallinqas - u ta' min ifakkar li b'kumbinazzjoni ċ- chairman li hemm illum fil-water services corporation kien ministru responsabbli mit-toroq.", "Il-ministru qed jgħid li ma teżistix statistika imma rridu nkunu nafuhom dawn l-affarijiet għax hawnhekk qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta' liri u dawn huma flus il-poplu.", "Il-poplu għandu dritt ikun jafhom dawn l-affarijiet għax minkejja li kważi Malta kollha ingħatat it-tarmac it-toroq xorta baqgħu diżastru u dan ifisser li x-xogħol ma sarx kif suppost.", "Jista' jkun li dan ma tantx għandu x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna pero' qed nagħmel riferenza għalih għax ma nixtieqx li f'dan ir-rapport isir l-istess żball li sar fil-passat fejn ma nżammux statistiċi fil-water services corporation imma dak imbagħad narawh 'il quddiem.", "Kif qal il-kelliem ta' qabli, bejn l-1987 u l-1996 sar ħafna investiment f'dan il-qasam pero' r-riżultat finali x'kien?", "Illum huwa fatt magħruf li ħafna mill-ilma li qed nipproduċu qiegħed jintilef.", "Nafu ukoll li ċerti reverse osmosis plants mhux qed jiffunzjonaw u l-kwalita' ta' ilma ftit li xejn tjiebet.", "Barra minn hekk għad hemm min għadu jbati minn nuqqas ta' ilma.", "Per eżempju, dan l-aħħar iddiżappuntajt ruħi meta għamilt mistoqsija parlamentari dwar iż-żona residenzjali ta' Ta' Ġiorni fejn hemmhekk is-servizz ta' l-ilma jinqata' għal ġimgħat sħaħ u mbagħad il- ministru jweġibni li m'għandux dawn ir-rapporti. lli jkollu ilma.", "Dalgħodu sieħbi, l-Onor.", "Louis Buhagiar qal li ma jistax jifhem, per eżempju, kif fl-inħawi ta' Tas-Sliema, is-Swieqi, Pembroke, Ta' l-Ibraġġ, il-Madliena u San Ġiljan fejn hemm nukleu qawwi ta' kummerċ għaddej għadu jinqata' l-ilma li jħalli effett ħażin kemm fuq il-familji kif ukoll fuq il- kummerċ.", "Ma jistax ikun li ninvestu f'power station u d-dawl jibqa' jinqata'.", "Ma jistax ikun li ninvestu fir-reverse osmosis plants u fil- piping ta' l-ilma u l-ilma jibqa' jinqata'.", "U lanqas jista' jkun li ninvestu fit-toroq u dawn għadhom diżastru.", "Dan huwa falliment ta' gvern li nefaq flus il-poplu bla għaqal.", "Dawn it-tliet oqsma jinsabu f'diżastru, Mr Speaker.", "Issa se nagħmel mistoqsija ċara li għaliha nixtieq risposta.", "Huwa veru li l-water services corporation għandha rapporti li l-ilma li hemm fl-inħawi ta' Tas-Sliema u San Ġiljan huwa kontaminat bid-drenaġġ?", "Jien nesiġi li jsiru t-testijiet meħtieġa għax hawnhekk mhux qed niċċajtaw imma qed nitkellmu fuq saħħet in-nies.", "Nerġa' ntenni li rrid risposta, jekk mhux għalija għall-konsumatur.", "Il-konsumatur iħallas il-kont tad-dawl u l-ilma kollu u allura għandu jkollu servizz tajjeb.", "Per eżempju, wara li jinqata' l-ilma f'dawn l-inħawi, l-kwalita' ta' l-ilma tkun ħażina ħafna.", "Dan mhuwiex ġust għax l-arloġġ ta' l-ilma xorta jkun qed idur u nafu li l- ilma huwa għoli.", "Issa jien mhux se noqgħod nidħol fil-mertu jekk illum l- ilma huwiex orħos jew ogħla minn kif kien fi żmien gvern Laburista imma l- verita' hi li l-ilma huwa għoli.", "Jien tlabt lill-ministru biex din il- problema jikkonsidraha bis-serjeta' u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma ta' l-ilma għandha d-dover tagħmel dan għax il-konsumatur għandu dritt ta' servizz tajjeb u bnin.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jikkonsidra, per eżempju, li wieħed li jkun ħela ħafna ilma għax dan idum ħafna biex jiċċara, jingħata rebate fil-kont tiegħu.", "Per eżempju, d-dar tagħna wara li jinqata' s-servizz ta' l-ilma - dawn huma affarijiet li mmisshom b'idejja u narahom b'għajnejja - nagħmlu kwarta, jekk mhux 20 nistennewh jiċċara jiġifieri dak l-ilma ħażin xorta jkun qed jinħela u xorta rridu nħallsu għalih.", "Issa din m'hijiex kwestjoni ta' bejn naħa jew oħra imma hija kwestjoni mal-konsumatur innifsu.", "Għalhekk għandna nikkonsidraw bis-serjeta' li min isofri minn dawn l-affarijiet jingħata xi forma ta' rebate.", "Jien nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-ġibjuni għax dwar dan għamilt anke mistoqsija parlamentari.", "Dwar dan ukoll tkellem tajjeb ħafna sieħbi dalgħodu.", "Per eżempju, jien ilni ħafna nagħmel rapporti fuq ġibjun li hemm f'Ta' Ġiorni għax fih qed ikun hemm leakage tad-drenaġġ u dan jista' jintuża għat-tisqija.", "Dan mhuwiex il-ġibjun tiegħi tal-familja tiegħi jew tal- ħabib tiegħi imma huwa ġibjun tal-poplu li nbena għalll-poplu.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li jittieħdu l-passi neċessarji dwaru.", "Jien se nagħlaq billi nawgura li jsir aktar xogħol serju u li l-konsumatur jieħu prodott aħjar bil-prezzijiet kif kien imwiegħed pero' dan mhux se jiġri għax mill-1 ta' Jannar li ġej se jitneħħa parti mir-rebate u l- kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma se jkunu aktar għoljin milli qed ikunu llum.", "Igħid x'jgħid il-gvern u tgħid x'tgħid il-korporazzjoni, iċ-ċifri fil-kontijiet jitkellmu waħedhom u l-poplu qed jitkellem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, jien nixtieq nagħmel intervent qasir fuq dan il-qasam tant importanti għalina.", "Nafu li l-ilma huwa l-għajn ta' ħajja għal kull ħlejqa li hawn fid-dinja.", "Naħseb li l-bniedem jgħaddi mingħajr ikel imma mingħajr ilma ma jgħaddix.", "L-antenati tagħna wkoll taw importanza kbira lil dan ir-riżors naturali għax biex isalvaw l- ilma tax-xita għamlu ġibjuni u bjar kbar u kanali u nixxiegħat.", "Għalhekk dawn ħadmu ħafna biex dan l-ilma tant vitali għall-ħajja tal- bniedem jiġi kkonservat għall-bnedmin kif ukoll għall-annimali.", "Kif jaf kulħadd aħna m'għandniex riżorsi naturali imma għandna l-ġebla u l-ilma.", "Aħna għamilna użu tajjeb ħafna mill-ġebla tagħna u fil-fatt qatt ma impurtajna.", "Dan jista' jingħad ukoll għall-ilma pero' minħabba d- diżastru li kellna xi żmien ilu f'dan il-qasam impurtajna darba l-ilma u dan kellu jkun ikkontaminat.", "Mr Speaker, minkejja li l-gvern huwa konxju mill-fatt li l-ilma huwa għoli, dan qed jippompja miljuni ta' liri biex il-poplu ma jħallasx il- prezz reali ta' dak li qed jiġi jqum lill-gvern.", "Hawnhekk lill-kelliem ta' qabli rrid ngħidlu li l-gvern se jibqa' jissussidja l-prezz ta' l-ilma kif qed jagħmel illum.", "Jekk il-poplu jifli sew il-kont ta' l-ilma jsib kemm verament il-gvern qed jissussidja.", "Per eżempju, jekk il-prezz reali huwa Lm23 l-poplu jħallas biss Lm4 jew Lm5.", "Dik hija l-għajnuna li qed jagħti l-gvern biex il-poplu ma jbatix il-konsegwenzi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Ikompli l-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, il-kelliemi ta' qabli qal li jista' jkun hawn ilma ħażin pero' ta' min igħid li minn produzzjoni ta' 34 miljun kubu ilma li ġie mill-isprings, il-gvern rema 0.5 miljun metru kubu biex jiżgura li l-ilma jkun tajjeb.", "Nafu li l-water services corporation għandha wieħed mill-aħjar laboratorji li hawn f'Malta li huwa fornut b'apparat sofistikat ħafna.", "Huwa veru li sfortunatament kultant jiġri xi ħaġa u l-ilma jitħallat mad-drenaġġ jew inkella meta tagħmel ix-xita d- drenaġġ jidħol f'xi mains li jkunu mkissra imma l-water services corporation hija konxja biżżejjed ta' dan kollu u jekk ikun hemm ilma li jista' jkun ikkontaminat, din tieħu l-prekawzjonijiet kollha u qabel ma titfgħu fid-distribuzzjoni ta' l-ilma, tanalizzah tajjeb biex il-poplu Malti jkollu ilma verament tajjeb.", "Fil-budget rajna li hemm bżonn li l- gvern inaqqas l-ispejjeż li jista' jgħaddi mingħajrhom u jżid l-effiċjenza tal-ħaddiema.", "Għalhekk jien nappella lill-korporazzjonijiet kollha, anke lill-water services corporation, li jieħdu l-eżempju tal-gvern.", "Waħda mill-problemi l-kbar li għandu pajjiżna llum il-ġurnata m'hijiex id- distribuzzjoni ta' l-ilma għax illum jekk jinqata' s-servizz ta' l-ilma dan ma jdumx il-ġranet biex jiġi lura.", "Illum hemm servizz għaddej lejl u nhar u biex il-ħsarat jissewwew mill-ewwel żdied il-personnel u żdiedu wkoll il- karozzi.", "Għadda dak iż-żmien ta' days without end mingħajr ilma.", "Illum l-ilma m'għadux jinqata' għal tapposta.", "Illum niftaħru li kulħadd għandu l-ilma.", "Huwa veru li jista' jinqata' fuse jew inkella ma jaħdimx xi impjant tar-reverse osmosis pero' dawn huma affarijiet li jiġru.", "U d- dawl ma jinqatax għax m'hemmx power station.", "Per eżempju, id-diżgrazzja li ġrat dan l-aħħar seħħet għax inqala' xi ħaġa bħal meta karozza tiġi knocked down, pero' grazzi għall-intervent li sar mill-ħaddiema - f'''The Sunday Times'' ta' nhar il-Ħadd kien hemm min irringrazzja lil dawn il- ħaddiema dedikati - is-servizzi tad-dawl u l-ilma reġgħu ġew għan-normal.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar l-istormwater master plan li fuqu għad fadal ħafna xi jsir.", "Per eżempju, ftit taż-żmien ilu ħaduni Ħ'Attard biex nara l- għelieqi li minnhom kienu qed jgħaddu pipes kbar ta' l-ilma sabiex ikun jista' jgħaddi l-ilma tax-xita.", "Il-problema tagħna hija li aħna qatt ma ħadna ħsieb li nibnu t-toroq tagħna b'tali mod li jkunu drainable.", "Dan isir billi jkun hemm culverts fil-ġnub jew fin-nofs tagħhom sabiex l-ilma tax-xita ma jispiċċax bħala surface water imma jgħaddi minn dawn il-kanali.", "Peress li f'dawn l-aħħar 25 sena l-area mibnija kibret sostanzjalment, l-ilma ma jmurx fl-għelieqi u fl-aquifer imma jmur fit-toroq.", "Għalhekk nixtieq nenfasizza li hemm bżonn aktar urġenza f'din il-ħaġa.", "Pero' hawnhekk nixtieq nistaqsi: Filwaqt li l-works division u r-roads department joħorġu l-offerti għall-istormwater culverts, dawn min se jkun responsabbli għalihom?", "Fir-rapport tal-water services corporation hemm xi ħaġa żgħira ħafna fuq l-istormwater.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li jkun hemm pjan tajjeb għal Malta kollha.", "Nafu li diversi kunsilli lokali huma inkwetati bil-kwantita' ta' ilma li qed jinġabar f'ċerti toroq u f'ċerti catchment areas.", "Saħansitra anke djar tan-nies qed jiġu flooded u dawn rajnihom b'mod speċjali meta kienet għamlet xita qawwija ħafna.", "Per eżempju, ġieli rajna fabbriki li kellhom jagħlqu għax spiċċaw total loss minħabba din il-problema.", "Hawnhekk nista' nsemmi fabbrika f'Ħal Qormi li ġratilha ħafna ħsara minħabba l-ilma pero' hemmhekk sar intervent tajjeb ħafna u nispera li meta tiġi l-prova naraw ir-riżultat tiegħu.", "Nista' nsemmi wkoll il-lokal tiegħi li huwa Ħaż Żebbuġ fejn għandna problema kbira.", "Pero' x'fondi qegħdin nagħtu lill- water services corporation, lir-roads department jew lill-works division biex insolvu l-problema ta' l-istorm water?", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija xi ħaġa urġenti li għandha tkun fl-aġenda fil-pajjiż.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid hija dwar is-sick leave li jieħdu l- impjegati.", "Fil-fatt dan ir-rapport igħid li fil-water services corporation ittieħdu 7,842 ġurnata sick leave u hawnhekk jingħad li:", "\"This is considered excessive.\".", "Hemm bżonn li wieħed jagħmel surveillance fuq dawn ir-rapporti tas-sick leave li jittieħed fid-dipartimenti, fil-korporazzjonijiet u f'aġenziji oħra.", "Jien naf li l-water services corporation għandha tobba li jmorru jiċċekkjaw lil min ikun bis-sick leave pero' hemm bżonn aktar responsabbilta' fuq din il-ħaġa.", "Jien nittama li l-ħidma li qed issir mill- water services corporation biex tipprovdi dan is-servizz tant utli tkompli għaddejja u nittama wkoll li jibqa' jkollna prodott tajjeb.", "Qabel nagħlaq nixtieq nissuġġerixxi li l-water services corporation tibda tipproduċi l-ilma fil-fliexken li llum jinbiegħu bħala mineral water.", "Ta' min igħid li Malta timporta ħafna fliexken ta' l-ilma minerali.", "Issa jien mhux qed ngħid li m'għandux ikun hawn kompetizzjoni imma naħseb li wasal iż- żmien li la l-water services corporation għandha nixxiegħat tajba ta' l- ilma u għandha ilma tajjeb għax-xorb tista' tidħol għal dan l-investiment.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, illum qed niddiskutu r-rapport dwar il-water services corporation li, fl-opinjoni tiegħi, bħala format huwa rapport ippreparat tajjeb u l-informazzjoni li fih hija utli ħafna.", "Qrajt ukoll id-dħul li għamel il-Perit Michael Falzon, fejn semma diversi problemi li qed tħabbat wiċċha magħhom il-korporazzjoni u b'mod ġenerali naqbel mad-diskors li għamel ukoll.", "Pero' l-korporazzjoni għandha sfida qawwija li għamilhielha l-bieraħ il- ministru tal-finanzi meta qara l-budget.", "Fil-fatt dan qal hekk:", "\"Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tieħu Lm8 miljun f'sussidju u anke hawn irridu naraw x'inhu jiġri f'din il- korporazzjoni u għaliex l-ispejjeż għall-produzzjoni ta' l-ilma huma daqshekk għolja.\".", "Naħseb li l-kritika li għamel il-ministru tal-finanzi m'hijiex totalment ġusta u l-kliem li uża m'humiex preċiżi.", "Qed ngħid dan għax naħseb li dan ma riedx jitkellem fuq il-produzzjoni.", "Fil-fatt jekk tara r-rapport li nħareġ mill-korporazzjoni ssib li konna bdejna bi production cost pjuttost għoli imma matul is-snin dan niżel.", "Tant hu hekk li fl-1992/1993 il- production cost kien Lm16 miljun plus u sa l-1998/1999 niżel għal Lm5.7 miljun, jiġifieri hemmhekk il-production cost ta' l-ilma naqas b'aktar minn Lm10 miljun f'temp ta' seba' snin.", "Għalhekk naħseb li l-bieraħ il- ministru tal-finanzi mhux fuq il-production costs kien qed jitkellem imma fuq il-unit cost ta' l-ilma.", "Jien lill-ministru tal-finanzi nista' nirrispondih mill-ewwel.", "Dan huwa argument li qajjem ukoll sieħbi l-Onor.", "Louis Buhagiar dalgħodu meta qal li ma jafx x'inhi r-raġuni li minkejja li aħna qed innaqqsu l- produzzjoni ta' l-ilma, l-ilma xorta qed jiġi għoli u l-korporazzjoni xorta qed tonfoq ħafna flus?", "Ir-raġuni hija waħda sempliċi.", "Fil-korporazzjoni għandek ħafna fixed costs li tagħmel x'tagħmel se jibqgħu hemmhekk.", "Għandek il-cost ta' l-istaff, il-cost tas-salarji - dawn huma a big chunk tal-costs li għandha l-korporazzjoni - il-cost ta' l-elettriku u l-cost minħabba l-financing li sar matul iż-żmenijiet sabiex il-korporazzjoni wettqet ċerti xogħlijiet.", "Dawn huma fixed costs u ma tantx hemm x'tagħmel dwarhom.", "Jien se ngħid x'irid isir biex tikkontrolla dawn il-costs, pero' din ma tingħadx f'dan ir-rapport.", "L-aktar ħaġa li hawn missing fir- rapport hija li dan mhux qed jgħid x'viżjoni għandha l-korporazzjoni għall- iżvilupp ta' dan is-settur tant importanti ta' l-ilma.", "U jien nistaqsi: X'inhi l-policy tal-gvern dwar l-ilma?", "Il-gvern għandu policy dwar l-ilma?", "Qed nistaqsi dan għax minn dan id-dokument dan ma joħroġx.", "Kif diġa' għedt, id-dokument li għandna quddiemna huwa tajjeb ħafna biex jirrakkonta x'sar matul is-sena li għaddiet u matul is-snin ta' qabel imma x'se jsir 'il quddiem biex nilħqu ċ-challenge li għandna quddiemna?", "Jien irrid infakkar li kien hemm żmien meta s-sussidju tal-korporazzjoni ma kienx Lm8 miljun imma kien Lm13 miljun u Lm14 miljun, u beda nieżel ftit ftit grazzi għall-ħidma li saret fit-22 xahar, f'perijodu qasir ta' gvern Laburista u se ngħid għaliex.", "Jien se ngħid xi ħaġa fuq il-viżjoni li għandu jkollna bħala pajjiż.", "Jekk int tara r-rapport issib li pajjiżna jikkwalifika bħala an arid country, jiġifieri post fejn l-ilma huwa problema.", "Aħna nafu li 'l quddiem din il-problema ta' l-ilma se tiggrava.", "Per eżempju, jekk tara l-climate changes li qed ikun hawn fid-dinja bħalissa, jekk tara l-effett tal- global warming, jekk tara x'ħareġ mill-meeting ta' Kyoto li kien sar fuq global warming u jekk tara d-dokument li għadu kif ġie ippreżentat dwar l- effetti tal-global warming, issib li aktar ma jgħaddi żmien il-problema tagħna se tkun li se jkollna inqas rainfall f'dan il-pajjiż.", "L-ilma se jonqos f'pajjiżna u jekk aħna rridu nkunu forward-looking - jien ma nixtieqx nagħmel speech partiġġjan għax dan huwa suġġett tekniku - irridu naraw x'se jkunu ċ-challenges tagħna fil-futur li f'dan il-qasam se jikbru ħafna.", "Għalhekk għandna bżonn li jkollna viżjoni li trid tkun ibbażata fuq l-integrated managment tar-riżorsi ta' l-ilma tagħna f'dan il-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa li rridu nsemmgħu fir-rapport imma effettivament għadu ma sar xejn dwarha mill-korporazzjoni.", "U hawn fejn jien qed nitlob lill- ministru biex jgħidilna x'inhi l-viżjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Meta twaqqfet il-korporazzjoni - naħseb li dak iż-żmien il-ministru kien iċ-chairman tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li hemm illum li huwa l-Perit Michael Falzon - l-iskop kien li din tieħu ħsieb ir-riżorsi kollha ta' l-ilma f'pajjiżna.", "U kien proprju fi żmien l-amministrazzjoni Laburista li ressaqna l-legal notice.", "Hawnhekk nixtieq nirrispondi lill- Onor. Michael Bonnici li tkellem qabli li staqsa min huwa responsabbli mill-istormwater f'pajjiżna.", "Ir-risposta hija li l-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma hija responsabbli mill-istormwater għax konna ressaqna legal notice f'dan il-parlament biex nagħmluha responsabbli.", "Fil-fatt din kienet diġa' parti mil-liġi imma ma kenitx in vigore.", "Aħna rridu li l- korporazzjoni li hija responsabbli għal dawn ir-riżorsi kollha ta' l-ilma ikollha pjan kif dawn tintegrahom flimkien biex dawn ikunu jistgħu jintużaw bl-aħjar mod.", "Mr Speaker, din hija xi ħaġa li m'aħniex inwettqu pero' l-aktar ħaġa li tinkwetani hija li meta tqis dawn ir-riżorsi ta' l-ilma f'pajjiżna, li bħalma għidt huma riżorsi importanti ħafna u se jkunu aktar importanti 'l quddiem, issib li dawn mhux qed nindukrawhom biżżejjed.", "Hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, l-ground water, jiġifieri l-ilma li ntellgħu mill- blat.", "Nafu kemm jittella' ilma mill-blat - dwar dan tkellem l-Onor.", "Ninu Zammit qabel - mill-private boreholes.", "Jekk fhimtu tajjeb dan qal li huwa jikkalkula li mill-private boreholes jtellgħu xi tmien miljun gallun ilma kuljum.", "Dan huwa ammont sostanzjali meta tqis li bħalissa l- korporazzjoni għandha bżonn tipproduċi 22 miljun gallun ilma kuljum.", "Għalhekk meta tgħid li tmien miljun gallun ilma oħrajn jittellgħu mill-art qed tgħid kważi daqskemm ittella' l-korporazzjoni kuljum mill-art għax bejn wieħed u ieħor din ittella' madwar 11 miljun gallun ilma kuljum mill-art.", "Meta inti għandek din is-sitwazzjoni għandek nies oħrajn li m'humiex il- korporazzjoni li qed itellgħu l-istess ammont u allura trid issir regolazzjoni aktar preċiża x'qed jiġri fuq il-ground water.", "Illum mhu qed isir xejn dwar dan.", "Fi żmien il-gvern Laburista kien beda jsir xi ħaġa u għidna li hemm bżonn li dawn il-boreholes kollha nirreġistrawhom ħalli nkunu nafu fejn qegħdin.", "Fil-fatt dawn ġew reġistrati pero' ma jfissirx li għax dawn ġew reġistrati, dawn ġew legalizzati, ħalli nagħmluha ċara.", "Pero' kif għidt, għallinqas inkunu nafu fejn qegħdin.", "Jien naħseb li l-pass li jmiss kellu jkun li mhux naraw x'naħsbu li jitla' minn dawn il-boreholes imma li nkejlu x'jitla' minnhom ħalli effettivament inkunu nafu x'qed nesplojtjaw.", "Aħna nafu li fil-passat u anke llum l-aquifer tagħna għandu ħafna ħafna problemi.", "Per eżempju, fi żmien l-amministrazzjoni Laburista kellna każ ta' bniedem, li b'inċident jew mhux b'inċident, spiċċa biex tefa' ż-żejt maħruq f'borehole bil-konsegwenza li ż-żejt spiċċa fil-galleries ta' Ta' Kandja.", "Ftit ilu jien kont għamilt mistoqsija lill-ministru dwar x'ġara minn dan il-proxxmu li kien għamel dan id-diżastru kollu għax jien ċert li l- korporazzjoni nefqet mijiet ta' eluf ta' liri biex nadfet dik il-gallery partikolari miż-żejt maħruq li kien hemm hemmhekk.", "Il-ministru kien irrispondieni li lil dan il-bniedem kienu ressquh il-qorti u nstab li huwa ħati ta' kollox ħlief li ma seraqx l-ilma.", "Imbagħad meta staqsejtu x'danni qed tfittex il-korporazzjoni mingħand dan il-proxxmu dan qalli li l- korporazzjoni ma ħaditx azzjoni kontra tiegħu għax għadhom qed jistudjaw il- każ.", "Allura jien nistaqsi: Qed jistudjaw il-każ meta dan ġara tliet snin ilu u jekk ma jeħdux azzjoni dan il-każ ikun preskritt?", "Kif se nagħtu eżempju tajjeb lin-nies biex dawn joqogħdu attenti kif jittrattaw ma' l- aquifer tagħna meta hawnhekk għandna każ li huwa clear-cut fejn il-pulizija sabet lil dan il-bniedem ħati li għamel ħafna danni fl-aquifer u lil dan qed iħalluh għaddej u għadhom qed jistudjaw x'se jagħmlu?!", "Issa jien mhux se noqgħod ngħid li forsi dan għandu min jirranġalu u għalhekk ma ħadux azzjoni kontra tiegħu għax fl-aħħar mill-aħħar il-flus hawnhekk mhumiex tal- korporazzjoni imma huma tal-poplu Malti.", "Jien nixtieq li fil-winding up tiegħu l-ministru għandu jirrispondini b'mod preċiż fuqha din għax jien inħoss li din hija xi ħaġa gravi ħafna.", "Dan huwa eżempju mill-aktar ħażin għax bniedem li huwa misjub ħati mhux qed jipproċedu kontra tiegħu.", "Kulħadd jaf xi problemi jinqalgħu meta jkollna t-tniġġis fil-boreholes.", "Per eżempju, fil-bidu ta' din is-sena kellna t-tniġġis - din semmiha wkoll l-Onor.", "Michael Bonnici - ġewwa Ħaż-Żebbuġ meta kellna d-drenaġġ qed ifur.", "Jien ma nafx x'ġara fid-drenaġġ pero' dan spiċċa fil-borehole ta' Wied Qirda u dan tħallat ma' l-ilma bil-konsegwenza li niġġes l-ilma ta' parti mil-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ.", "L-ewwel kritika tiegħi hija li dan l- inċident ma kellux jindunaw bih in-nies li bdew ixommu l-ilma jinten u rrapportaw.", "Kieku dan l-ilma kien ikkontaminat b'xi ħaġa oħra, bħal, per eżempju, bil-mercury li m'għandux riħa, dawn kienu jixorbuh u kien ikollna xi diżastru kbir.", "Jien ħassejt li hemmhekk kien hemm nuqqas kbir min-naħa tal-korporazzjoni.", "Safejn naf jien, il-korporazzjoni għandha sistema ta' monitoraġġ tal-kwalita' ta' l-ilma fil-boreholes kollha imma għal xi raġuni din m'hijiex effettiva biżżejjed għax kieku ma kenux ikunu n-nies li jindunaw b'dan l-inċident imma kienet tkun il-koporazzjoni jew in-nies li tqabbad biex jiċċekkjaw l-affarijiet.", "Jien hawnhekk nixtieq nappella lill-korporazzjoni biex tkun aktar serja f'dawn l-affarijiet għax mhux sew li tippermetti kontaminazzjoni ta' borehole li sfortunatament hija waħda minn dawk il-boreholes li twassal l- ilma dirett għall-mains u għand in-nies.", "Naf li minn dawn il-boreholes ma fadalx ħafna pero' nixtieq nappella biex dawn ma jibqgħux jippumpjaw l-ilma direttament fil-main għax meta jkollok problema ta' kontaminazzjoni mhux faċli tillokalizzaha mill-ewwel.", "Ovvjament meta l-ilma tal-borehole jibqa' sejjer direttament fil-main u ma jmurx fil-ġibjun jispiċċa biex jitħallat ma' ilma ieħor u mbagħad ikun aktar diffiċli biex tikkontrolla.", "Għalhekk hemm bżonn li dawn il-boreholes jispiċċaw darba għal dejjem u ma nibqgħux nużawhom aktar imma hemm bżonn li nkunu aktar serji dwar il-monitoraġġ li nagħmlu.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-aquifer.", "Aħna konna ngħidu - dwar dan kien sar rapport ikkummissjonat mill-water services corporation ħafna snin ilu minn ditta Franċiża - li jekk se jkollna extra capacity fir-reverse osmosis plants għandna nnaqqsu l-ippumpjar ta' l-ilma ta' l-aquifer u mhux inwaqqfu l-impjanti tar-reverse osmosis.", "Issa jien naf li l-korporazzjoni twaqqaf l-impjanti tar-reverse osmosis biex ma taħlix ħafna elettriku, jiġifieri it is a cost saving exercise, imma jekk aħna verament irridu ntejbu l-kwalita' ta' l-ilma tagħna rridu nagħmlu bħalma kienu qalu l- konsulenti Franċiżi li malli jkollna extra capacity fuq ir-reverse osmosis plants innaqqsu daqsxejn mill-pumping minn ġewwa l-art ħalli nagħtu ċans l- aquifer jirpilja ftit.", "Din mhux qed nagħmluha u jien hawnhekk irrid nistaqsi jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur il-korporazzjoni hux se tnaqqas mill-pumping ħalli b'hekk intejbu l-kwalita' ta' l-ilma għaċ-ċittadini?", "Ta' min isemmi li min jieħu l-ilma mir-reverse osmosis plants jieħu ilma ta' kwalita' tajba u min jieħu ilma mill-boreholes ma jeħux ilma tajjeb.", "Għalhekk għad għandna ħafna x'nagħmlu sabiex nassiguraw li kemm jista' jkun l-ilma li jingħata liċ-ċittadini ta' pajjiżna jkun ta' kulħadd l-istess.", "Dan ifisser li anke hawnhekk irridu naraw x'se nagħmlu bħalma rridu naraw x'se nagħmlu fuq il-kwestjoni ta' l-insurance ta' l-aquifer.", "Din hija kwestjoni li kienet qamet qabel meta kien hemm il-ħsieb li l-barrieri jintużaw biex jintrema' fihom l-iskart ta' l-industrija tal-bini u waħda mill-affarijiet li kienet qamet waqt id-diskussjonijiet kienet meta kien intqal li jekk se nagħmlu hekk hemm riskju li l-aquifer jiġi mniġġes għax ikun hemm xi ħadd irressponsabbli li minflok iwaddab affarijiet li huma inorganiċi, iwaddab xi affarijiet organiċi jew xi ħaġa tossika.", "Għalhekk konna bdejna diskussjonijiet biex insibu sistema kif l-aquifer jista' jiġi insured.", "Issa jien naf li jekk tagħmel insurance ta' l-aquifer xorta mhuwiex biżżejjed għax in the first place l-aquifer m'għandux jiġi mniġġes.", "Pero' jekk dan jiġi mniġġes bħala korporazzjoni għandna nieħdu l- prekawzjonijiet ħalli naraw li jekk se nsofru xi danni nkunu insured kontra tagħhom.", "Allura jien nistaqsi: Fiex waslet l-insurance fuq l-aquifer?", "Komplejna naħdmu fuqha jew waqafna?", "Naf li ma kenitx xi ħaġa faċli biex issib insurer li jagħmillek insurance għal din l-eventwalita'.", "Mela biex ma ntawwalx dan huwa l-ewwel tip ta' ilma li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni bħala riżors.", "It-tieni tip ta' ilma ġej mir-reverse osmosis plants.", "Issa huwa veru li l-ilma tar-reverse osmosis plants huwa ilma tajjeb ħafna imma dan qed ikun at a high cost.", "U kif intqal tajjeb, hemm bżonn naraw kif il-konsum ta' l-elettriku fir-reverse osmosis plants inbaxxuh kemm jista' jkun biex ma nibqgħux inħallsu dawk il-flejjes kollha għall-elettriku biex nipproduċu l-ilma.", "Tajjeb ukoll kien il-kumment taċ- chairman, mingħalija, li qal li għandna bżonn nifthemu ma' l-Enemalta ħalli dawn jitħaddmu bil-lejl u l-Enemalta tagħtina rati għal matul il-lejl li jkunu irħas mir-rati ta' matul il-ġurnata imma mid-dehra tan-naħa l-oħra għadhom ma waslux.", "Din konna pprovajna nagħmluha aħna pero' ma wasalniex lanqas.", "Din hija xi ħaġa li hemm bżonn issir għax inkella mhu se naslu qatt biex inbaxxu l-costs.", "Pero' sadanittant hemm bżonn naraw jekk nistgħux insibu xi soluzzjonijiet oħrajn.", "Per eżempju, f'Marzu li għadda ġie rrapportat fil-media li l-Onor.", "Zammit Dimech kien ta xi konferenza u qal li għandna bżonn insibu alternattivi għat-tħaddim ta' l-impjanti tar- reverse osmosis.", "Dan semma l-possibbilta' li nużaw is-solar heating jew is-solar energy għat-tħaddim tar-reverse osmosis plants.", "Qed tiġi followed xi tip ta' riċerka f'dan is-sens min-naħa tal-korporazzjoni?", "Jien naħseb li jekk din hija possibbli tkun tagħmel sens imma nixtieq inkun naf jekk din ir-riċerka aħniex qegħdin nittekiljawha bis-serjeta' jew le.", "Mr Speaker, issa nixtieq nirrispondi lill-Onor.", "Ninu Zammit li qal li huma kellhom jibnu l-impjanti tar-reverse osmosis bilfors għax ma setgħux jiċċekkjaw il-mains ta' l-ilma jekk dawn ma kienx fihom ilma.", "Skond hu biex niċċekkjaw il-mains ta' l-ilma rridu nibnu l-impjanti tar-reverse osmosis!", "Jien naħseb li hawnhekk il-ministru ried idaħħaq.", "Allaħares biex tiċċekkja main trid tagħmel investiment ta' Lm11 miljun u tibni impjant tar-reverse osmosis!", "Veru nkunu gravi jekk nirraġunaw b'dan il-mod!", "Mr Speaker, il-verita' hija li l-ewwel inbnew l-impjanti tar-reverse osmosis u s-sistema ta' distribuzzjoni ppruvaw jirranġawha wara.", "L-ewwel żidna l-produzzjoni kemm flaħna - minnha nnifisha li żżid il-produzzjoni forsi ma kenitx idea ħażina imma kellu jkun hemm limitu - u parallel magħha ridna ntejbu s-sistema ta' distribuzzjoni.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn bnew reverse osmosis plants u mhux talli mhux qed nużawhom, talli żarmajnihom.", "Nista' ngħid, per eżempju, li l-impjant ta' Tigne' neħħejnih, l- impjant tal-Marsa tista' tgħid li xejn ma ħadem matul din is-sena u ħafna mit-trains li hemm fl-impjanti taċ-Ċirkewwa, ta' Lapsi u ta' Pembroke huma weqfin u mhux qed jaħdmu.", "Per eżempju, jekk fl-impjant ta' Pembroke hemm 12-il train, ħafna drabi jħaddmu sitta jew sebgħa minnhom.", "Mela għandna ħafna overcapacity fl-impjanti tar-reverse osmosis u biex bnejnihom dawn - issa hawn qegħda l-istorja - il-korporazzjoni sselfet ħafna flus u llum qed inħallsu l-interessi fuq dak is-self.", "U parti minn dak il-cost li rrifera għalih il-bieraħ il-Ministru John Dalli meta qal li hemm bżonn naraw x'nagħmlu biex dan il-cost inbaxxuh ġej mis-servicing ta' dak id-dejn li kien sar biex bnew ir-reverse osmosis plants.", "Għalhekk hawnhekk wieħed irid jara kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni li ma nibdlux il-mains tad-distribuzzjoni ta' l-ilma li kienu jillikjaw bl-amment - fuq il- leakages nitkellem aktar tard - u minflok nieħdu l-aktar soluzzjoni faċli u fast li llum qed inħallsu l-konsegwenzi tagħha.", "Huwa aktar faċli li tibni impjant tar-reverse osmosis milli tibdel id-distrubution mains għax kif tibda tibdilhom dawn toħloq ħafna problemi oħrajn, bħal problemi ta' toroq u affarijiet bħal dawn.", "Illum fir-reverse osmosis plants għandna overcapacity li mhux qed nużawha u qed inħallsu għaliha.", "Fil-fatt illum il-korporazzjoni qed tħallas għas-servicing cost tad-debts li għandha.", "Din hija waħda mill- affarijiet li ġiet konsegwenza tad-deċiżjoni żbaljata li kienet ittieħdet li minflok itejbu s-sistema tad-distribuzzjoni, jaqbdu u jibnu r-reverse osmosis plants.", "Il-Ministru Ninu Zammit stess qalha din.", "Fil-fatt dan qal li l-ewwel bnew ir-reverse osmosis plants imbagħad wara rranġaw il- mains.", "Issa jien ma rridx inkun partiġġjan u noqgħod ngħid li l-oħrajn bidlu hemm u aħna bdilna hawn jew li din is-sena huma għamlu biss 35 kilometru ta' mains ġodda u aħna f'sena għamilna 100 kilometru.", "Aħna għarafna l-problema u ħdimna sabiex il-mains jitbiddlu.", "Hawnhekk ta' min igħid li fi 22 xahar aħna bdilna ammont sostanzjali ta' mains pero' hemm bżonn li ssir xi ħaġa biex innaqqsu l-persentaġġ ta' leakages għax inkella se nibqgħu bl-istess problema.", "Waħda mill-affarijiet li ma nistax nifhem fir-rapport li għandna quddiemna hija kif inqasmu l-operating costs tar-reverse osmosis plants li għandna fiċ-Ċirkewwa, f'Pembroke, fil-Marsa u f'Lapsi.", "B'xi mod l- operating costs inqasmu fuq dawn l-erba' impjanti u minkejja li l-impjant tal-Marsa ħadem ftit li xejn, a significant part minnu tfajnih proprju fuq dan l-impjant.", "Bħalissa ma nistax insib it-tabella relattiva imma ċert li rajtha fir-rapport.", "Jidhirli li minn Lm750,000, Lm173,000 marru għall-impjant tal-Marsa.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi: Għaliex tfajna dan l- ammont kollu fuq l-impjant tal-Marsa meta dan huwa l-impjant li l-inqas li ħadem u pproduċa?", "Nixtieq li l-ministru jagħtini risposta dwar dan.", "It-tielet sors ta' ilma li rridu ndaħħlu meta nintegraw il-managment tar- riżorsi tagħna kollha huwa l-istormwater, jiġifieri l-ilma tax-xita u kif għidt fil-bidu, din hija fir-responsabbilta' tal-korporazzjoni.", "Il-gvern Laburista preċedenti kien jaf bl-importanza ta' dan u kien ikkummissjona li jsir a stormwater master plan fil-pajjiż.", "Fil-fatt kienet tqabbdet konsulenza biex dawn jagħmlu t-terms of reference pero' meta nbidel il- gvern, waqaf kollox.", "Jien inħoss li dan huwa nuqqas kbir min-naħa tal- korporazzjoni.", "Huwa veru li hemm problemi finanzjarji imma naħseb li l- prijoritajiet tagħna huma ħżiena.", "Aħna għandna żewġ sorsi ta' ilma li rridu nagħtu każ ħafna u jekk nittrattawhom sewwa jistgħu jnaqqsulna l-cost of water.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-istorm water u għat-treated affluent, jiġifieri l-ilma li nipproduċu billi nittrattaw id-drenaġġ.", "Il-verita' hija li l-istorm water ikun tajjeb jekk jiġi polished u t-treated affluent ikun tajjeb bħala second class water pero' l-korporazzjoni mhijiex tagħti kashom.", "Issa dan huwa d-dover tagħha u dan huwa mniżżel ukoll fil-liġi.", "Ta' min jgħid ukoll li suppost id-drainage department se jiġi nkorporat mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Din hija xi ħaġa li jidhirli li ssemmiet minn gvern Nazzjonalista preċedenti, semmejniha aħna u naħseb li issa qed terġa' tingħad pero' minkejja dan kollu, mhu qed nagħmlu xejn dwarha.", "Ma rridux ninsew li l-ilma li nipproduċu għall-użu domestiku jispiċċa fid-drenaġġ u jekk dan l-ilma imqar nagħmluh tajjeb għas-second- class water inkunu qed nagħmlu replacement ta' dak li kien qed jgħid l- Onor. Ninu Zammit meta kien qed jitkellem dwar it-tmien miljun gallun ilma li jtellgħu mill-art.", "Ara x'benefiċċju nkunu qegħdin nieħdu!", "Jien ngħid li għandna nieħdu benefiċċju ħafna akbar minn hekk.", "Jekk nagħmlu dak biss ukoll ikun biżżejjed u dak jista' jkun sors ta' ilma li jiġina relattivament irħis ħafna.", "Il-bieraħ il-Ministru John Dalli fl-aħħar tal-budget speech għoġbu jiddedika żewġ paġni jew paġna u nofs lill-ambjent biex jagħti messaġġ lill-Unjoni Ewropea li aħna serious fuq dan il-qasam.", "Pero' biex inkunu serji rridu nagħmlu affarijiet fejn ir-riżorsi tagħna nużawhom b'mod sostenibbli.", "Ħafna drabi nsemmu r-reduce, ir-reuse u r-recycle u naħseb li dan japplika wkoll għall-ilma.", "Hemm bżonn li nirriċiklaw l-ilma.", "X'inhuma l-ħsebijiet tal-korporazzjoni fuq dan?", "X'viżjonijiet għandha?", "X'time-table għandha?", "X'targets għandha l-korporazzjoni fuq l-istorm water u fuq it-treated affluent?", "Nittama li l-ministru jagħti risposta għal dawn il-mistoqsijiet.", "Qed jiġbduli l-attenzjoni li ma tantx fadalli ħin imma nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-unaccounted for water.", "Jekk hemm xi ħaġa li trid tiġi regolata aħjar biex ikollna aktar effiċjenza hija din il-figura ta' l- unaccounted for water. ll-problema ta' l-unaccounted for water m'hijiex dovuta biss għal-leakages imma hija dovuta wkoll għal diversi fatturi oħrajn.", "Ta' min igħid li din il-problema qed nirriduċuha bil-mod il-mod għax fl-1995 ir-rata kienet ta' 64% jew 65% u sa l-1998 niżlet għal madwar 50%.", "Pero' hemm bżonn li din ir-rata inniżżluha aktar.", "Ma jistax ikun li nipproduċu l-ilma li tant iqum flus u ma nafux xi jsir minnu għax hekk tfisser unaccounted for water.", "Jien mhux qed ngħid li dan jinsteraq jew li jkun hemm leakage imma ma nafux xi jsir minnu.", "Hawnhekk tidħol il- problema tal-water services corporation għax aktar ma nċekknu l-figura ta' l-unaccounted for water u aktar ma nnaqqsu l-produzzjoni, għax il-fixed costs jibqgħu l-istess, il-cost of water jogħla.", "Per eżempju, jekk illum b'Lm1,000 qed tipproduċi 1,000 gallun, kull gallun iqumlek Lm1 imma jekk int kapaċi tagħmel ċerti sistemi li permezz tagħhom ma jkollokx telf ta' ilma u m'għandekx għalfejn tipproduċu 1,000 gallun aktar imma għandek bżonn tipproduċi 500, il-costs xorta se jibqgħu Lm1,000 għax il-fixed costs tiegħek mhux se tnaqqashom.", "Din hija l- problema vera tal-korporazzjoni.", "Mela jekk verament irridu nattakkaw il- fixed costs - il-bieraħ il-Ministru Dalli semma t-Lm8 miljun sussidju - irridu nattakkaw il-labour costs jiġifieri l-pagi.", "Issa dawn tattakkahom billi l-labourer li għandek idle jew żejjed issiblu xogħol ieħor.", "U hawn tara kemm huwa importanti mbagħad li l-korporazzjoni tagħmel aktar fejn jidħol l-istorm water u treated affluent.", "Qed ngħid dan għax jekk il- labour żejjed li għandha l-korporazzjoni jista' jintuża sabiex nagħmlu użu aħjar mill-istorm water u mit-treated affluent allura forsi permezz ta' hekk inkunu qed intaffu ftit il-problema ta' l-excessive labour li għandna fil-korporazzjoni.", "Hawnhekk ta' min igħid ukoll li se jiżdiedu 66 ruħ oħra li se jiddaħħlu minn ma' l-impressed.", "Qabel nagħlaq nixtieq nagħmel riferenza għal dak li qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Cuschieri.", "Mr Speaker, l-aktar mod kif in-nies isiru aktar konxji mill-valur ta' xi ħaġa, hi x'inhi, hija meta titkellem fuq il-prezz tagħha.", "L-Onor.", "Cuschieri kkwota parti li tgħid li l-Unjoni Ewropea tesiġi li l-member states jgħaddu l-cost kollu ta' l-ilma lill-konsumaturi u jien se nerġa' nirrepeti dan il-paragrafu:", "\"Member states could help focus their attention on the true economic value of water by ensuring that the true cost of treatment and purification is reflected in its sale price.\".", "Mela jekk il-gvern jixtieq li xi darba jidħol fl-Unjoni Ewropea naħseb jaqbillu jara x'se jagħmel biex ibaxxi l-prezz ta' l-ilma għax jekk mhux se jagħmel xi ħaġa malajr se jibdew iħallsu xi Lm1.10 għal kull metru kubu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien se nagħmel ftit riflessjonijiet fuq il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Din il-korporazzjoni mhux biss hija importanti għax tipprovdi l-ilma lil kull wieħed u waħda minna naħseb li kif kellna l-okkażjoni li nisimgħu dalgħodu u llejla wkoll hija importanti minħabba diversi aspetti oħra tal-ħajja għandha importanza ukoll f'diversi aspetti oħra tal-ħajja tagħna.", "Wieħed mill-aspetti l-aktar importanti li jolqot b'mod dirett hu r-riżultat tax-xogħol ta' din il- korporazzjoni u hawnhekk jidħol ukoll il-qasam tat-toroq.", "L-ewwelnett irrid ngħid li huwa żbaljat minn jipprova jdawwar risposta f'mistoqsija parlamentari biex jipprova jgħid li ma kienx hemm kontroll fuq in-nefqa li ssir fil-qasam tat-toroq.", "Hawnhekk nixtieq nirrispondi għal min jistaqsi kemm sar patching f'rokna partikolari.", "Nerġa' nirrepeti dak li għidt anke fil-pubbliku riċentament li s'issa ma teżistix statistika f'dan ir-rigward.", "Dwar dan nixtieq nieqaf hawnhekk għax huwa żbaljat li jkun hawn deputat ta' din il-Kamra li jattakka liċ-chairman tal- korporazzjoni preżenti fuq affarijiet li kien jagħmel snin twal ilu meta fir-realta' l-informazzjoni hija differenti minn dik li ġiet użata attwalment.", "Jien nixtieq nagħmel riferenza għall-istormwater management.", "Jekk irridu nitkellmu bis-serjeta' dwar l-użu ta' dan l-ilma ma rridux nitkellmu b'mod superfiċjali.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, kont qed ngħid li attwalment hemm rabta diretta bejn dak li ingħad fil-parlament minn diversi kelliema llum dwar l-istormwater managment u l-investiment li jrid isir f'dan il-qasam.", "L-ewwelnett naħseb li huwa ċar għal kull membru parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra li fuq il-karta l-water services corporation hija responsabbli minn dak kollu li b'xi mod huwa marbut ma' l-ilma kif ukoll mill-management tad-drenaġġ, għalkemm din ta' l-aħħar għadha mhijiex issir fil-prattika.", "Pero' nafu li dan il-pajjiż għad fadallu ħafna biex bis-serjeta' l-obbligi kollha li b'xi mod huma marbuta mal-managment ta' l-ilma jkunu amministrati mill-water services corporation.", "Biex inkunu f'qagħda li jkollna dan il-managment b'mod serju minn korporazzjoni waħda għad iridu jsiru investimenti ta' miljuni kbar ta' liri.", "Issa jien konvint li ċ-chairman, id-deputy chairman kif ukoll id-diversi membri oħra li qegħdin f'din il-korporazzjoni jafu fejn iridu jaslu u jafu wkoll id-diffikultajiet li jridu jiffaċċjaw.", "F'ċerti mumenti meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Charles Buhagiar u qal li hija għarukaża li investejna daqshekk fl-impjanti tar-reverse osmosis ftakart f'akkuża oħra li kienet saret fil-kampanja elettorali ta' l-1971 minn ex-ministru - safejn naf jien illum m'għadux magħna u għal dan jiddispjaċini - li kien jgħid li għad jiġi żmien meta d-desalination plants jiżżarmaw u jintefgħu wara bieb il-ministru li kien installahom.", "Dak il- ħin ħsibt ukoll li hawn min se jgħid li għandna nżarmaw dawn l-impjanti tar- reverse osmosis u nitfgħuhom wara l-bieb ta' min kien responsabbli mill- kostruzzjoni tagħhom.", "Madankollu nafu li Allaħares ma sarx l-investiment fid-desalination plants li għal snin twal qeda lill-poplu Malti għax kieku llum ma ħlisniex mill-problemi ta' nuqqas ta' ilma.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li kien gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kien ħaseb bis-serjeta' biex għall-ewwel darba fis-snin sittin jibda jipprovdi ilma permezz tat-tisfija ta' l-ilma tal-baħar.", "Ħarsa żgħira fil- qosor lejn l-1987 tfakkarna li kienet ħaġa regolari li kull wieħed minna f'kull lokalita' ta' Malta u Għawdex jinqatagħlu s-servizz ta' l-ilma darba fil-ġimgħa, darbtejn, tliet darbiet u kultant aktar spiss ukoll.", "Diversi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni qalulna li llum meta jinqata' d-dawl jinqata' l-ilma wkoll.", "Huwa veru li matul l-aħħar jiem kien hemm diversi okkażjonijiet li fihom inqata' d-dawl u l-ilma pero' dan jiġri għax kif nafu llum, ammont sostanzjali ta' l-ilma li nixorbu jiġi mir- reverse osmosis plants.", "Dak li għaddejna minnu f'dawn l-aħħar ġranet huwa ħażin u kien ikun aħjar li kieku m'għaddejniex minnu pero' qabel din kienet in-norma ta' kuljum tal-ħajja ta' kull wieħed minna.", "Pero' bis-saħħa ta' l- investiment li sar mill-poplu - wara kollox flus il-poplu jkunu qed jintnefqu - wassal biex insejna l-qtugħ ta' l-ilma u nisperaw ukoll li fi ftit jiem inkunu fil-pożizzjoni li nerġgħu niritornaw għan-normalita'.", "Jien m'inix f'pożizzjoni li nwieġeb għalfejn kien hemm dan il-qtugħ fid- dawl pero' huwa żgur li l-Korporazzjoni Enemalta ħadet il-passi neċessarji.", "Issa nixtieq nerġa' niġi lura għall-managment ta' l-istormwater.", "Jista' jkun li għadhom isiru diversi studji u jista' jkun li tkellimna diversi drabi dwar il-ħtieġa li nisfruttaw b'mod tajjeb l-ilma li jiġi mill- istorm water f'pajjiżna.", "Madankollu r-realta' tibqa' li kważi l-ilma kollu tal-maltempati jispiċċa biex jintilef.", "Fil-fatt l-ilma li jinġabar minn dawn il-maltempati huwa ammont żgħir ħafna u ta' min igħid li dan l- ilma ma jinġabarx mill-awtoritajiet jew mill-gvern imma jinġabar min- numru sostanzjali ta' bdiewa li matul is-snin investew f'ġibjuni u f'postijiet fejn jinġabar l-ilma.", "Naf li dawn in-nies għadhom iridu jkomplu jinvestu biex ikollhom aktar postijiet fejn jiġbru l-ilma.", "Pero' dan mhuwiex biżżejjed għax irridu naraw bis-serjeta' x'jista' jsir mid-dipartiment u mill-ministeru responsabbli mit-toroq biex jaraw li l- ilma tax-xita għallinqas nipprovaw nerfgħuh fil-widien.", "Jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna rridu ngħidu li għall-ewwel darba, fejn qed nibnu toroq ġodda qed naraw li jkun hemm water culverts u pajpijiet ta' l-ilma biex l-ilma tax-xita jmur fil-widien.", "Per eżempju, f'Ħal Far, fi Mdina Road jew fi Psaila Street għaddejjin pajpijiet ta' l- ilma għall-ilma tax-xita u jekk nieħdu t-triq li saret fl-Imġarr insibu li hemmhekk hemm culverts li jwasslu biex l-ilma jmur fil-widien pero' b'xi mod jew ieħor l-ilma għadu qed jintilef.", "Pero' għall-ewwel darba f'pajjiżna numru sostanzjali ta' kunsilli lokali qegħdin jitkellmu dwar il- ħtieġa li l-ilma tax-xita li jispiċċa fit-toroq ma jibqax jintilef u jitkaxkar bil-konsegwenza li jagħmel ħsara lill-istess toroq.", "Fil-fatt hemm diversi talbiet mill-kunsilli lokali li wħud minnhom huma bbażati fuq l-istudji li għamlet il-water services corporation biex l-ilma jinġabar ħalli jintuża.", "Apparti minn hekk, diversi kunsilli flimkien mad- dipartiment tat-toroq u mal-gvern qed jaraw kif l-ilma jista' jintuża bl- aħjar mod.", "Naturalment biex tagħmel dawn is-servizzi taħt l-art - dwar dan għamel riferenza tajba ħafna l-Onor.", "Buhagiar - irid ikun hemm l- investimenti u ċerti toroq ta' pajjiżna jridu jinqalgħu.", "Ovvjament biex tagħmel culvert jew pipe ta' l-ilma trid taqla' l-wiċċ tat-triq u jridu jitkissru xi servizzi imma l-kunsilli lokali qed jifhmu l-ħtieġa li l-ilma tax-xita jibda jiġi wżat.", "F'dan ir-rapport li għandna quddiemna saret riferenza wkoll għal bdil ta' diversi kilometri ta' mains pero' jien mhux se nagħmel riferenza għal jekk inbidlux aktar mains qabel jew hux qed jinbidlu aktar issa.", "Ir-riferenza għandha tkun fuq kemm fadlilna x'nagħmlu u kemm fadlilna nbiddlu pajpijiet ta' l-ilma.", "Naħseb li kull deputat ta' din il-Kamra jmorru jkellmuh kostitwenti li jgħidulu li għadhom jinqdew b'pajpijiet ta' l-ilma tan-nofs pulzier jew tal-pulzier bil-konsegwenza li m'għandhomx servizz tajjeb.", "Dawn l-affarijiet ma sarux f'dawn is-sentejn jew fl-erba' snin li għaddew pero' kif għidt diversi drabi l-mains jistgħu jsiru b'nefqa kapitali oriġinali aktar milli wieħed jistenna u in the long term din tagħtik riżultat pożittiv.", "Hawnhekk nista' ngħid li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma f'diversi lokalitajiet qed tuża sistema fejn jitqiegħed main fuq naħa u main fuq naħa oħra tat-triq.", "B'dan il-mod il-korporazzjoni tkun qed tonfoq darba u nofs aktar għax imbagħad tiffranka mill-connections li tagħmel fin-nofs tat-triq pero' in the long term, din tkun qed tiffranka l- flus.", "Ta' min igħid ukoll li bħalissa d-dipartiment tat-toroq għaddej bit-tqegħid ta' culverts fil-ġnub tat-triq biex fihom dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu servizzi oħrajn ta' korporazzjonijiet oħrajn.", "B'hekk il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tiffranka t-tiswijiet u l-ħsarat fuq l-istess servizzi u allura kemm il-korporazzjoni kif ukoll il-poplu Malti jkunu qed jiffrankaw il-flus.", "Qed ngħid dan għax irridu u ma rridux f'dan il-qasam dejjem se jibqa' jkun hemm il-ħsarat.", "Barra minn hekk huwa aktar faċli li taqla' tappiera u ssewwi pipe minflok toqgħod tkisser it-triq bil- konsegwenza li mbagħad trid tagħmel il-patching.", "Ħafna drabi għalkemm il- gandott li tkun ħaffirt tkun sewwejtu tajjeb it-triq xorta tibqa' tinżel u nispiċċaw dejjem bl-istess storja.", "Hawnhekk forsi jkun hawn min jistaqsi meta se naslu biex l-2,000 kilometru ta' toroq li għandna fid-diversi lokalitajiet ta' pajjiżna jsiru kollha b'dan il-mod.", "Huwa veru li għad baqgħalna snin twal biex naslu għal din il-pożizzjoni pero' dan huwa investiment tajjeb għax aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar nibdew niffrankaw flus.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-intenzjoni taż- żewġ naħat tal-Kamra hija li l-flus jintużaw bl-aħjar mod għax dawn jiġu mit-taxxi li jimponi kull gvern.", "Aħna għandna l-obbligu li naraw li l- investiment li nagħmlu ma jkunx short-term investment imma jkun long-term investment.", "Jien ċert li min qed imexxi l-korporazzjoni llum jaf li l- investiment li jsir ikun wieħed għaqli u tajjeb għall-poplu Malti kollu kemm hu.", "Mr Speaker, mhuwiex biżżejjed li ngħidu li għandna oversupply ta' l-ilma.", "Illum qegħdin f'din is-sitwazzjoni għax fl-aħħar snin il-water services corporation naqqset b'mod sostanzjali t-telfien ta' l-ilma u l-leakages u llum qed naraw ir-riżultati.", "Jista' jkun hawn min igħid illi kieku ma saritx dik in-nefqa m'għandniex dan id-dejn pero' kieku ma investejniex f'dan il-qasam qed inbatu l-konsegwenzi li jista' jkollhom effett ukoll fuq setturi oħrajn.", "Jien konvint li min imexxi l-korporazzjoni llum jaf x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' din il-korporazzjoni u x'inhu l-effett negattiv jew pożittiv tad-deċiżjonijiet li jista' jieħu llum fix-short-term u fil-long-term.", "Jien konvint li l-persuni li qed imexxu l-korporazzjoni jafu li l-esperjenzi tagħhom tal-passat se jkomplu jgħinu biex din il- korporazzjoni tkompli miexja fid-direzzjoni t-tajba biex minbarra li tipprovdi l-ilma, tagħmel l-aħjar użu mill-ilma tax-xita u tad-drenaġġ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naħseb li kellna dibattitu interessanti għax tqajmu ħafna punti validi u ħafna mistoqsijiet li se nipprova nweġibhom fil- ħin li għandi.", "Pero' nixtieq nagħmel rimarka ġenerali għax kultant tan- naħa l-oħra jinsew minn fejn tlaqna.", "Ta' min ifakkar li aħna tlaqna minn sitwazzjoni fejn ma kienx hawn ilma biżżejjed u fejn il-pajjiż tant kien għatxan għall-ilma li nipproduċu kemm nipproduċu ilma ma konniex nistgħu nlaħħqu mad-domanda.", "Dan huwa li writtna fl-1987 wara 16-il sena ta' gvern Soċjalista.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi għalfejn is-sistema tad-distribuzzjoni żviluppat daqshekk tard.", "Jien m'għandix dubju li s-sistema ta' distribuzzjoni tagħna waqgħet lura ħafna ħdejn dik ta' pajjiżi oħra b'mod partikolari fis-snin sebgħin u fis- snin tmenin.", "Qed ngħid dan għax dak iż-żmien ma kienx hemm biżżejjed investiment mhux biss fit-toroq imma anke fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Biex l-affarijiet ikunu aktar ikkumplikati kien hemm żmien ukoll meta donnu l-policy kienet li nippumpjaw kemm nistgħu minn taħt l-art biex niffrankaw il-flus.", "Għalhekk bdejna ntaqqbu l-art u spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-kwalita' ta' ilma li kien qed jitla' kienet inferjuri ħafna.", "Tant hu hekk li kellna diversi warnings li l-ilma li konna qed nieħdu seta' jipperikola l-aquifer.", "Dik kienet is-sitwazzjoni li writtna fl-1987.", "X'differenza mis-sitwazzjoni li sab gvern Laburista li sab fl-1996!", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni qed jgħidulna li investejna wisq pero' rridu naraw x'kien qed jiġri eżattament.", "L-ewwelnett aħna ma konniex nafu kemm nistgħu nippumpjaw ilma ta' kwalita' tajba minn taħt l-art għax il-pumping minn taħt l-art kien overextended u t-tieni nett ma konniex nafu kemm kienet se tkun id-domanda.", "Per eżempju, fl-1990 il-produzzjoni kienet ta' 17.6 miljun metru kubu, fl-1991 kienet 21 miljun metru kubu, fl-1992 kienet ta' 24 miljun metru kubu, fl-1993 kienet 25.7 miljun metru kubu, fl-1994 kienet 30 miljun metru kubu u fl-1995 kienet 31 miljun metru kubu.", "Dan ifisser li sena wara sena l-produzzjoni ta' l-ilma mir-reverse osmosis plants kienet qed tiżdied b'miljuni kbar u d-domanda ma stajniex inlaħħqu magħha għax kellna sistema antikwata u sistema mhux tajba biżżejjed tad- distribuzzjoni.", "Jien hawnhekk għandi wkoll ċifri dwar kemm ġew investiti fis-sistema tad- distribuzzjoni pero' din ma tfaqqax subgħajk u ġġibha b'saħħitha.", "Irridu niftakru li hemm madwar 2,000 kilometru ta' mains u madwar 1,400 kilometru connections.", "Filwaqt li meta tibni reverse osmosis plant tkun qed tagħmel capital cost fil-bini, meta tagħmel bidla radikali fis-sistema tad- distribuzzjoni mhux biss trid investiment qawwi imma trid iż-żmien.", "Ta' min igħid li fuq is-sistema tad-distribuzzjoni l-ġdida fl-1992/1993 intnefqu Lm3 miljun, 1993/1994 intnefqu Lm3.3 miljun, fl-1994/1995 intnefqu Lm3 miljun, fl-1995/1996 intnefqu Lm2.3 miljun, fl-1996/1997 intnefqu Lm1.36 miljun, fl-1997/1998 intnefqu Lm2.8 miljun, fl-1998/1999 Lm4 miljun, fl-1999/2000 intnefqu madwar Lm4 miljun u s-sena d-dieħla huwa proġettat li jintnefqu madwar Lm3.6 miljun.", "Il-problema tant kienet kbira li minkejja li fis-sistema tad-distribuzzjoni u fis-sistema tal-produzzjoni domna ninvestu madwar sitt snin xorta ma kellniex ilma biżżejjed.", "Fl-1995/1996 - jien għalhekk ngħid li l-gvern Laburista preċedenti qabdu panic - is-sitwazzjoni aktar bdiet tiġi għan-normal għax għall-ewwel darba rajna tnaqqis fl-ammont ta' ilma li kien qed jiġi prodott mir- reverse osmosis plants għax fis-snin preċedenti saru investimenti kbar fis- sistema tad-distribuzzjoni.", "Jien ma nafx kif il-membri ta' l-oppożizzjoni qed jgħidu li aħna komplejna fuq il-passi fis-sistema tad-distribuzzjoni li għamlu huma fl-1996/1997.", "Mill-2,000 kilometri ta' pajpijiet li hemm bżonn jinbidlu kemm setgħu bidlu fi 18-il xahar li għamlu fil-gvern?", "Qed ngħid dan għax miċ-ċifri li għandi jidher li sar inqas mis-snin ta' qabel bħala ammont tal-valur.", "Tiġix tgħidli li t-titjib fis-sistema ta' distribuzzjoni beda f'dawk it-18-il xahar!", "It-titjib fis-sistema ta' distribuzzjoni beda minn meta twaqqfet il-water services corporation pero' dan ħa ż-żmien sakemm beda juri l-frott tiegħu.", "Tant hu hekk li għadna qegħdin nippumpjaw il-flus fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Per eżempju, hawnhekk kien hawn min qal li għandna nipproteġu l-ground water u nnaqqsu l-ispejjeż, anke spejjeż tar-reverse osmosis plants.", "Jekk nibqgħu għaddejjin fuq ir-rotta li qbadna xorta ma nafux sa fejn nistgħu ninżlu.", "Per eżempju, jekk fil-ħames snin li ġejjin jirnexxielna nerġgħu nnaqqsu l-leakages - hawnhekk irrid ngħid li llum ir-reverse osmosis plants qed jipproduċu bejn wieħed u ieħor nofs jew kemm kemm aktar min- nofs milli kienu jipproduċu fl-1995 - u dan jaffettwa wkoll l-extraction mill-ground water allura nkunu wasalna f'sitwazzjoni fejn is-sistema tibda tkun ħafna aktar vijabbli għax l-ammont ta' ilma li jkollna bżonn mill- ippumpjar jibda joqrob aktar lejn l-ammont li jkun billed.", "Naturalment dejjem ikun hemm xi ammont ta' leakages għax kultant meta tagħmel ix-xita jkun hemm xi kontaminazzjoni.", "F'dan il-pajjiż jew ma tagħmilx xita għal xhur sħaħ jew inkella negħrqu.", "Sfortunatament meta tagħmel xita qawwija s-sistema tad-drenaġġ ma tkunx tista' tlaħħaq għaliex f'ċerti postijiet l-ilma li jispiċċa fuq il-bejt imur fid-drenaġġ - mhux suppost isir hekk dik hija s-sitwazzjoni - u każ klassiku huwa Ħal Balzan.", "Dan iwassal biex l-ilma jitħallat mad-drenaġġ u kultant dan jispiċċa għaddej fit-toroq tagħna bil-konsegwenza li jkun hemm xi kontaminazzjoni.", "Imbagħad wara jkun irid isir proċess ta' tisfija u jinħlew mijiet ta' eluf ta' metri kubu ta' ilma biex titneħħa dik il-kontaminazzjoni.", "Dawn huma komplikazzjonijiet li naħseb tan-naħa l-oħra jifhmuhom daqsi għax kellhom esperjenza f'dan il-qasam ukoll.", "Pero' jien konvint li s-soluzzjoni prinċipali hija li nibqgħu ntejbu s-sistema tad-distribuzzjoni u s-sistema ta' metering.", "Per eżempju, jien niftakar lill-Ministru Ninu Zammit fil-kabinett ta' l- 1996 jgħid bl-aktar mod ċar li minħabba meters antikwati ma tkunx tista' taqra l-konsum tajjeb u jekk tibdilhom se jkollok billed water aħjar u revenue aħjar mingħajr ma jkollok iċċaqlaq it-tariffi b'mod drammatiku.", "Fil- fatt l-esperjenza hekk uriet.", "Per eżempju, ġieli jiġu nies għandi jistaqsuni kif wara li biddlulhom il-meter bdew jikkonsmaw aktar ilma.", "Ovvjament ir-raġuni tkun li qabel dawn kellhom meter għajjien li t- tolleranza tiegħu ma kenitx tajba biżżejjed biex ma nsemmix ukoll xi ħmieġ li jinġabar fih.", "F'każijiet bħal dawn jitpoġġa meter ieħor biex wieħed jara sewwa jekk dak kienx meter difettuż u ħafna drabi jirriżulta - jkun hemm xi eċċezzjonijiet ukoll - li l-problema prinċipali tkun li l-meter il- qadim kien qiegħed jagħmel under-reading bil-konsegwenza li jkollok ilma għaddej li ma jkunx hemm measuring tiegħu kif suppost.", "Għalhekk dan jitqies bħala parti mill-unaccounted for water.", "Naturalment mas-sistema tal-metering wieħed irid jaħseb ukoll - il- korporazzjoni qed tiffoka fuq dan l-investiment - fuq is-sistema tad- distribuzzjoni.", "Din is-sena qed nippjanaw biex nagħmlu 41 kilometru ta' pipes ġodda biex inkunu nistgħu ntejbu s-sistema tad-distribuzzjoni jiġifieri hemm ħafna xi jsir.", "Issemmiet ħafna l-problema ta' qtugħ ta' dawl li kien hemm dan l-aħħar pero' naħseb li ħafna mill-kummenti li saru ma kenux fair.", "Id-dawl jista' jinqata' taħt kwalunkwe gvern u mn'Alla kellna l-power station ta' Delimara għaliex f'ċerti ħinijiet hi biss kienet qed tissupplixxi d-dawl lill-pajjiż kollu ħlief għal ċerti postijiet il- Belt, għalkemm l-inġiniera rnexxielhom idawwru s-sistema.", "Pero' kellna u għad għandna problema serja fil-power station.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq switch room u fuq circuit-breakers u meta nqata' d-dawl sfortunatament kien hemm accident.", "Fil-fatt issa qed naraw ta' min huwa t-tort, jekk dan l- accident kellux jew kienx hemm xi ħaġa li kienet ġejja minn barra li kienet difettuża.", "Dwar dan qed jiġi ppreparat rapport għax dan l-accident seta' kien aktar serju.", "Nista' ngħid, per eżempju, li l-area ta' Pembroke qed tiġi served direttament mill-gas turbines tal-Marsa, impjant li ilu mill-1992.", "U lil dawk li qed jgħidu li n-naħa ta' Pembroke u San Ġiljan qed jinqata' d-dawl, bir-rispett kollu ngħidilhom, li dawn ma jistaqsux biżżejjed u jaqgħu għall-konklużjonijiet malajr, il-hobby tal-Maltin.", "Fil-fatt dawn qed jieħdu d-dawl minn impjant ġdid u l-problema hi li dan l-impjant li suppost huwa back-up għal x'jista' jiġri f'xi impjanti oħra tal-Marsa - uħud minnhom veru huma qodma - illum huwa ddedikat għan-naħa ta' Pembroke għaliex is-circuit-breaker li kien għaddej inħaraq.", "Tant hu hekk li qed isiru arranġamenti 24 hours-a-day fejn il-ħaddiema ta' l-Enemalta huma għaddejjin biex jagħmlu re-routing, bypass u impjanti oħra għal dak ir- reġjun.", "Jien ngħid li dak li ġara mhuwiex tort biex ikunu jistgħu jitfgħu impjanti oħra għal dak ir-reġjun.", "U allura iva, jekk ikollok sitwazzjoni fejn għandek din is-sitwazzjoni ta' kriżi, din hija kriżi li ġiet bla ħsieb, u jien ngħid li ċertament m'huwiex tort ta' l-Enemalta.", "Mhuwiex sew li f'daqqa waħda teħel l-Enemalta kollha jew li noqgħodu ngħidu li investejna f'Delimara għalxejn għax xorta qed ikun hemm qtugħ ta' dawl.", "Għandu jkollna daqsxejn proporzjon fl-affarijiet u għandna nkunu oġġettivi.", "Jien għadni ngħid li llum is-sitwazzjoni għadha serja għax ix-xogħol li jrid isir, għadu qed isir, u għadna qed inġibu l-parts minn barra.", "Issa peress li mhux kollox issib minn barra x-xogħol li jrid isir ma tistax tagħmlu mil-lum għal għada.", "Dik hija s-sitwazzjoni tal-lum u sfortunatament is-sistema ta' Pembroke hija connected direttament mas- sistema ta' l-ilma ta' dak ir-reġjun u allura jekk ikun hemm problema f'Pembroke ikollok problema fid-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "Naturalment is- soluzzjoni hija li jinbena ġibjun ġdid f'Tax-Xwieki pero' dan iqum Lm3.5 miljun.", "U minkejja li għaddejjin bir-ritmu ta' pipe replacement biex innaqqsu l-leakages - kulħadd huwa favur dan - sfortunatament ir-riżorsi finanzjarji huma limitati biex nagħmlu dan ukoll f'dan l-istadju.", "Pero' 'l quddiem wieħed irid jara xi proposti jkun hemm meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż tkun aħjar.", "Jien informat li bħalissa l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha pjan biex tagħmel linkage mal-ġibjun tan-Naxxar u ma' dak ta' Ta' Qali biex jekk ma jkunx hemm ilma għallinqas tkun tista' sservi lil din l- area.", "Pero' issa m'għandniex noqogħdu nqabblu din il-problema mal- problemi li kellna fis-snin tmenin meta kellna s-sistema tad-distribuzzjoni brodu b'leakages ħerġin minn kullimkien, meta ma kellniex biżżejjed supply ta' l-ilma u meta konna niddependu mit-toqob ta' l-art.", "Dik kienet is- sitwazzjoni li kellna qabel.", "F'dan ir-rapport li għandna quddiemna jingħad li pajjiżna għandu ċerti żvantaġġi ta' aridness, ta' density tal- popolazzjoni u ta' spazju limitat u jingħad ukoll li aħna l-aktar pajjiż żvantaġġjat fil-Mediterran.", "Allura jien ngħid li rridu noqgħodu attenti kif nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea u mhux billi naqbdu direttiva u b'mod pappagallesk napplikawha għalina.", "L-impressjoni li għandi fuq tan-naħa l-oħra dwar l-Unjoni Ewropea hija li huma jgħidu li din ma tgħoddx għalina għaliex aħna għandna ċirkostanzi speċjali.", "Huwa veru li għandna ċirkostanzi speċjali imma ma jfisserx li b'hekk tista' taqbad id-direttivi u tapplikahom bl-amment.", "Wieħed irid jara kif jista' jaddatta ċerti affarijiet u kif jista' jsaħħaħ l-investiment li jrid isir f'pajjiżna mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, l-Unjoni Ewropea tagħraf l-iżvantaġġi li għandhom pajjiżi żgħar bħal tagħna u tagħtihom assistenza speċjali biex tkun tista' ttejjeb l- infrastruttura tagħhom u ġġibhom a level playing field ma' pajjiżi oħra li m'għandhomx dawn l-iżvantaġġi.", "Dak huwa l-kalkolu li wieħed irid jagħmel imma dak huwa dibatttu ieħor.", "Pero' wieħed irid jaħseb f'dawn l- affarijiet ukoll għaliex wieħed ma jridx jaħseb biss għaż-żmien immedjat imma jrid jaħseb ukoll għall-quddiem.", "L-interess nazzjonali jirrikjedi li l-poplu Malti kollu jirrealizza li pajjiżna qiegħed f'sitwazzjoni aktar fraġli minn pajjiżi oħra.", "Per eżempju, jekk f'pajjiżna jkollna oil spill ir-reverse osmosis plants ikollhom jieqfu għaliex ma tistax tħaddem dawn l- impjanti jekk fl-ilma jkun hemm ammont ta' żejt.", "Dan biex ma nsemmix li jintlaqat ukoll is-settur tat-turiżmu li jagħmel terz ta' l-ekonomija tagħna.", "Jekk Allaħares qatt ikollna dawn it-tip ta' problemi l-pajjiż kollu jiġi affettwat u din hija waħda mill-problemi li niffaċċjaw.", "Mr Speaker, il-problema tad-distribuzzjoni se tibqa' tiġi ttrattata bħala prijorita'.", "L-Onor.", "Buhagiar min-naħa l-oħra staqsa x'inhuma l- prijoritajiet.", "L-ewwelnett irridu ngħidu li aħna ffortunati għax għandna supply biżżejjed ta' ilma.", "Dan ma jfissirx li l-impjanti qegħdin idle imma jfisser li nistgħu nagħmlu ċertu rotation ta' trains b'mod li nnaqqsu ċerti spejjeż u b'hekk daqqa nużaw naħa u daqqa nużaw oħra.", "Aħna qed niffokaw ukoll kif nistgħu nutilizzaw il-ġibjuni ħalli s-sistema tad-distribuzzjoni nġibuha aħjar.", "B'hekk il-poplu ma jkunx jiddependi daqshekk mir-reverse osmosis plants għax ikollok stock ta' jumejn jew tlieta li fihom tkun tista' tissupplixxi l-ilma.", "Apparti minn hekk nistgħu mmorru għas- sistema, li jien naqbel magħha, tal-multi-tariffing pero' mbagħad irid ikollok dual tariffe meter li s'issa għad m'għandniex.", "Per eżempju, jien naf li saru diskussjonijiet mal-water services corporation - s'issa għadu ma sarx ftehim - biex jekk jista' jkun ir-reverse osmosis plants, speċjalment dawk li jaħdmu bil-lejl, jistgħux jiffrankaw xi ħaġa fit- tariffa tad-dawl u b'hekk jitnaqqas il-cost.", "Naturalment l-Enemalta mhux imdorrija taħdem b'dan il-mod għax għaliha l-cost tad-dawl huwa cost tad- dawl u allura wieħed irid ukoll jikkalkula daqxejn ċerti bidliet.", "Fost affarijiet oħra ssemma ż-Żonqor Point Development.", "Kif diġa' għidt aħna konna qed ninvestu f'sitwazzjoni fejn ma kienx ċar jekk hux se jkollna supply biżżejjed jew le imma qabel l-1996 Żonqor Point Development kien discarded fis-sens li kien qed jidher li m'għandniex bżonn li jkollna reverse osmosis plants oħra, għalkemm kieku kellna xi ħaġa li kienet qed tipproduċu l-ilma f'dik in-naħa ta' Malta, bħala geographical location, kienet tagħmel sens.", "Minkejja dan wieħed kien irrealizza li ma kienx hemm bżonn li wieħed jagħmel impjant ieħor.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar u l-Onor.", "Louis Buhagiar semmew ir-recharging of the aquifer.", "Din l-idea tappellali ħafna imma wieħed irid joqgħod attent ukoll li jiżgura li l-aquifer ma jiġix kontaminat.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Buhagiar kien hemm każ serju - l-informazzjoni li għandi fuqu hija li qed jittieħdu passi - ta' kontaminazzjoni f'Ta' Kandja imma naturalment wieħed irid joqgħod attent li mhux biex nagħmlu recharging of the aquifer inkunu qed nipperikolaw is-sistema ta' l-aquifer innifisha.", "Hemm ukoll l-issue tas-second-class water.", "Jien ngħid li s-second-class water irid sistema tad-distribuzzjoni għalih biex tkun tista' tużah b'mod effettiv.", "Per eżempju, l-industrial estate ta' Bulebel juża' second class water għal diversi affarijiet imma jrid ikollok sistema ta' distribuzzjoni għaliha.", "Ta' min igħid li aħna qegħdin naħdmu biex l-ewwel sistema tad- distribuzzjoni ma jibqax ikollha daqshekk leakages.", "Huwa tajjeb li nippjanaw imma d-domanda għar-riżorsi hija kbira ħafna.", "S'issa semmejna li rridu nagħmlu xi ġibjuni ġodda u sistema tad-distribuzzjoni għas-second- class water pero' naturalment ma jistax isir kollox f'daqqa.", "Intqal li l-water services corporation tuża 13% tad-dawl.", "L- informazzjoni li għandi jien hija - anke r-rapport jgħid hekk - li s-sena li għaddiet din ir-rata niżlet għal 9.9% għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija li l-korporazzjoni qed tipproduċi inqas ilma bir-reverse osmosis plants u qed tipproduċih b'mod aktar effiċjenti.", "Infatti r- rapport annwali qed jantiċipa tnaqqis jew savings ta' l-enerġija ta' 25% meta jkollok din is-sistema ta' energy recovery u sistemi oħra li jistgħu jintużaw.", "Dan ifisser li tnaqqset ir-rata ta' kemm qed tuża l-water services corporation għax fil-fatt id-domanda tad-dawl żdiedet b'mod qawwi f'dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt meta nagħmlu impjant ġdid tad-dawl biex ikollna ftit fuq ir-riħ u nibdew inżarmaw parti minn dak tal-Marsa nispiċċaw biex ikollna noqgħodu ftit attenti li nlaħħqu mal-peak demand għax jista' ma jkollokx biżżejjed, kif wara kollox hija s-sitwazzjoni llum.", "Min jgħid li l-power station ta' Delimara hija biżżejjed għall-peak demand tal-konsum ma jafx x'inhu jgħid.", "Il-peak tal-konsum qed ilaħħaq madwar 355 MW imbagħad jekk fil-power station ta' Delimara tuża l-back-up tal-gas turbines ikollok xi 305 MW.", "Min-naħa l-oħra jekk tneħħi l-gas turbines li suppost ikunu għar-riżerva jkollok madwar 260 MW.", "Għalhekk qed ngħidu li sfortunatament il-pajjiż irid combined cycle oħra u qegħdin nippjanaw biex ninvestu fiha ukoll.", "Imma dawn huma l-problemi li l-iżvilupp jġib miegħu.", "Jien ngħid li j'Alla jkollna problemi ta' dan it-tip għax dan ikun ifisser li l-pajjiż ikun qed jimxi 'l quddiem.", "Issemmiet ukoll l-MDS.", "Irridu niftakru li meta bdejna ninvestu fir- reverse osmosis plants kien hemm ċertu reliance fuq il-barranin imma maż- żmien il-Maltin saru profiċjenti f'dan it-tip ta' xogħol u bil-mod il-mod anke l-gvern Nazzjonalista ta' l-1996 beda jippjana biex l-MDS tgħaddi f'idejn il-Maltin.", "Meta tela' l-gvern Laburista hekk sar u aħna naqblu ma' dan pero' ma rridux naħsbu li skoprejna l-Amerika għax kulma sar huwa li komplejna mexjin fuq il-pjanijiet li kien hemm.", "Issa se nagħmel xi ftit kummenti oħra fuq il-kwalita' ta' l-ilma.", "Għall- ewwel darba r-rapport annwali qiegħed jagħti dettalji tekniċi fuq il- kwalita' ta' l-ilma li huma estensivi u hawnhekk ukoll għandna bżonn l- investiment l-ewwelnett għaliex il-kwalita' ta' l-ilma trid titjieb għall- benefiċċju tal-poplu Malti u għat-turisti li jiġu hawn u t-tieni għax aħna nsegwu d-WHO directives u issa se nsegwu wkoll id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-kwalita' ta' l-ilma tista' titjieb b'diversi modi b'mod partikolari billi jkollna dik li tissejjaħ polishing plant li allura tkun kapaċi ttejjeb il-kwalita' u jkollna mix aħjar ta' l-ilma.", "Din hija xi ħaġa li wieħed qed jaħdem fuqha u naturalment tfisser aktar investiment.", "Għalhekk wieħed irid jara li jkun f'pożizzjoni li jkun jista' jġorr dan il- piż ukoll.", "Mr Speaker, issemma s-sewage plant u l-EIB loan.", "Jien naħseb li hawnhekk il-gvern preċedenti ħakk idejh u qal li din seta' jwaħħalha, biex ngħid hekk, lill-gvern ta' qablu għaliex qabad u qara ċertu dokumenti u ma rrealizzax li fil-fatt f'dawn id-dokumenti kien hemm li huwa up to us kif aħna nintegraw fis-sistema tar-recovery cost tad-drenaġġ.", "Għalhekk dan għamel taxxa tad-drenaġġ bħall-poll tax kif ipprovat tagħmel Margaret Thatcher pero' dan kien żball għax dak m'huwiex il-mod kif wieħed għandu jimxi.", "Fil-fatt din it-taxxa tad-drenaġġ aħna neħħejniha.", "L-investiment kien għadu lanqas sar, il-flus kienu għadhom lanqas ġew u by the time li spiċċat l-amministrazzjoni preċedenti u bdejna l-amministrazzjoni preżenti ż-żmien kien għadda u l-investiment kien għalaq.", "Għalhekk issa se nerġgħu napplikaw biex ikollna sources of funds oħra mill-istess fond biex wieħed ikun jista' jagħmel dan ix-xogħol.", "Irrid ngħid li fit-tariffi għidna li element miċ-charge li hemm fuq il-meter hija ntiża biex tmur għar-recovery cost tad-drenaġġ.", "U la qed nitkellmu fuq it-tariffi jien nixtieq nitlob il- permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- konsum tas-servizz ta' l-elettriku u l-ilma minn familji f'diversi nħawi ta' Malta matul is-snin 1997 - 1999.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din it-tabella turi bl-aktar mod ċar kif naqqasna b'mod drammatiku l-cost ta' l-ilma.", "Jien hawnhekk għandi sample ta' 26 konsumatur li turi li bniedem waħdu mill-Belt jikkonsma 25 cubic metres.", "Skond it-tariffa ta' gvern preċedenti l-ammont jitla' għal Lm35 u issa jitla' għal Lm21.", "Naturalment jien qlajt ħafna kritika fuq din pero' t- tariffi għamilthom b'ċerta responsabbilta' għax minkejja li l-pajjiż għandu bżonn li jkollu ċertu dħul, ipprovanja nsibu l-bilanċ.", "Il-bilanċ ma kienx li tmur għat-tariffi preċiżament kif kienu qabel.", "Fil-fatt fil-programm elettorali - infakkar lill-membri tan-naħa l-oħra x'għidna fil-programm elettorali għax dan hu li jorbot lill-gvern - għidna hekk:", "\"Jerġa' jagħti sussidju qawwi fuq l-ewwel 20 gallun ilma minflok fuq l- ewwel 18 ....\".", "Irridu niftakru li l-gvern preċedenti kien iddeċieda li n-nies għandhom bżonn inqas ilma u allura naqqas l-ammont ta' ilma sussidjat.", "Jien m'inix ċert fuq liema bażi għamluha din imma jien nissuspetta li għamluha fuq bażi finanzjarja.", "Imbagħad għandna hekk:", "\"... li tuża kull persuna biex is-servizz essenzjali ta' l-ilma ma jkunx piż fuq il-familja.", "Titneħħa ż-żieda esaġerata li saret fil- meter charge li gvern Laburista għolliha għal Lm24 fis-sena. \"", "Din għamilniha bħalma għamilna l-ewwel waħda.", "\"Titneħħa t-taxxa ta' Lm24 tad-drenaġġ.\".", "Din għamilniha wkoll.", "\"Jagħti sussidju għall-ammont minimu lil kull persuna li għandha bżonn kuljum fil-konsum ta' l-elettriku.\".", "Din għamilniha wkoll.", "Aħna daħħalna sistema ġdida li min jikkonsma aktar dawl iħallas aktar pero' llum din hija bbażata fuq kull persuna u qabel din ma kenitx taħdem b'dan il-mod.", "\"Jiddiskuti mas-settur tan-negozju struttura ġdida ta' tariffi tad- dawl u ilma li ma jxekklux l-iżvilupp ekonomiku.\".", "Din għamilniha bi qbil ma' kulħadd.", "Imbagħad għandna li:", "\" ... u jara li l-produtturi ta' l-ilma u ta' l-elettriku jaqtgħu l- ħela.\".", "Dan kollu jfisser li skond il-programm elettorali mxejna ma' dak li wegħedna.", "Issa x'jagħmlu tan-naħa l-oħra, Mr Speaker?", "Dawn jaqbdu fejn jien kont għidt li prattikament it-tariffi kienu se jiġu kif kienu qabel u jagħmlu clip fuq it-television.", "Jien hawnhekk għandi tabella oħra li turi l-actual average tat-tariffi li ħarġu.", "Per eżempju, bit-tariffa l-ġdida li daħħal dan il-gvern, familja ta' tlieta min-nies tħallas Lm38.", "Issa bit-tariffa ta' gvern preċedenti din kienet tħallas Lm56 u bit-tariffa kif kienet qabel kienet tħallas Lm32.", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellmu fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Dan kollu jfisser li minkejja li aħna żidna bi ftit it-tariffa ta' qabel, naqqasna b'mod drammatiku t-tariffa ta' żmien il-gvern preċedenti.", "Allura dan huwa xi skandlu?", "Allura b'daqshekk ma mxejniex mal-wegħdi li hawn fil- programm elettorali?", "Jidher li l-oppożizzjoni jinjoraw dan il-punt u jippruvaw ipinġu stampa falza u diżonesta li tgħid li aħna mhux qed nimxu mal-wegħda elettorali tagħna.", "Dan mhux il-każ u aktar ma jgħiduli hekk aktar se nibqa' nħambaq li t-tarifffi tagħhom kienu se jkunu madwar 50% u 70% aktar minn dawk li qed jirċievu l-konsumaturi llum.", "Dan ifisser li min illum qed jirċievi kont ta' Lm100, bit-tariffa ta' gvern preċedenti kien jiġih Lm170.", "Daqshekk reġġajniha lura s-sitwazzjoni jiġifieri l-mira tagħna lħaqniha.", "Issemmew il-human resources u l-bidliet li kien hemm.", "Fil-fatt il-head operations manager li kien hemm irriżenja - kultant lin-nies ma tistax iżżommhom milli jmorru jsibu kariga aħjar u allura tinħoloq problema - u ftit ilu irriżenja wkoll il-financial controller bil-konsegwenza li mbagħad kellna xi problemi biex noħorġu l-estimi.", "Xi ħadd qalli li għax ħriġna l-estimi ġimgħatejn tard ksirna l-liġi pero' wieħed irid jifhem li kellna dawn il-problemi ta' human relations.", "Il-bord qiegħed iħares lejn dan ukoll u fil-fatt diġa' ħareġ xi adverts.", "Għalhekk wieħed jistenna li nsibu r-riżorsi umani li l-korporazzjoni għandha bżonn bħalma jiġri fi kwalunkwe korporazzjoni.", "Illum id-domanda għan-nies ta' ċerta kwalita' hija għolja għax naturalment wieħed irid jikkompeti mas-sistema privata.", "Safejn naf jien ukoll il-manager ta' l-information systems qiegħed b'kuntratt u wieħed jara jekk jistax isib lil xi ħadd li jkollu commitment aktar permanenti għall-ħteġijiet tal-korporazzjoni.", "Issemmiet ukoll il-privatizzazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li aħna għadna ma semmejnijhiex fil-privatisation paper tal-water services corporation għax din hija korporazzjoni b'livell ta' servizz strateġiku li għandha għajnuna qawwija mill-gvern.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li l-Unjoni Ewropea ma tipprojbixxix lill-gvern milli jagħti għajnuna direttament lill-konsumatur dirett u barra minn hekk m'għandniex nibnu kastelli fl-arja u ngħidu li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea se jkollna nneħħu dan is-sussidju.", "Hemm bżonn nimxu kif għandna bżonn pero' mhuwiex il-każ li wieħed joqgħod jgħid dan it-tip ta' diskors.", "L-Onor.", "Joe Cuschieri tkellem fuq ir-rebates u qal li mill-1 ta' Jannar dawn se jispiċċaw.", "Pero' dan nesa' jsemmi lill-membri ta' din il-Kamra u lill-poplu li r-rebates ta' din is-sena ġew posposti bħala parti mill- agreement li ntlaħaq mal-UĦM u nesa jgħid li taħt il-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant kien hemm sistema fejn it-tariffi se jitilgħu fuq tliet snin u aħna għamilnihom fuq tliet snin biex inżommu l-istess gap taħt it-tariffi li kien ippropona l-gvern preċedenti.", "Aħna t-tariffi għamilnihom b'mod li nżommu l-istess gap 'l isfel b'madwar 50%, 60% jew 70% għall-konsumaturi kollha.", "Ma rridux ninsew li dawn it-tariffi għaddew b'leġislazzjoni minn dan il-parlament.", "Qed ngħid dan għax fejn iridu jgħidu li l-gvern preċedenti ħaseb għal kollox u fejn irridu ċerti affarijiet jinsewhom, qishom qatt ma kienu jeżistu.", "Kultant jien nissorprendi ruħi.", "Per eżempju, l-Onor.", "Cuschieri qagħad jallarma ħafna bla bżonn.", "La jien u lanqas il- korporazzjoni m'għandna rapporti li fl-inħawi ta' San Ġiljan u Tas-Sliema hemm xi kontaminazzjoni fis-sistema għax kieku jien niġi informat mill- ewwel jiġifieri ma naħsibx li wieħed għandu jibni din it-tip ta' stampa.", "Allura għalfejn noqgħodu nsemmu dawn l-affarijiet?", "Li nista' ngħid hu li l- Onor. Cuschieri semma xi ġibjun li lanqas biss jaqa' taħt il-water services corporation.", "Naħseb li s'issa rrispondejt ukoll għal ċerti mistoqsijiet li qajjem l- Onor. Charles Buhagiar.", "Fl-opinjoni tiegħi, d-diskorsi ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar u ta' l-Onor.", "Louis Buhagiar kienu interessanti għax dawn tkellmu b'ċertu maturita'.", "Naħseb li d-difett tagħna l-politiċi huwa li kultant inkunu rridu nniggżu xi ftit bla bżonn.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq ir-reverse osmosis plant tal-Marsa għax jien issorprendejt ruħi kemm tan-naħa l-oħra semmewha din.", "Ir-reverse osmosis plant tal-Marsa hija waħda qadima, taħdem bil-brackish water u allura l-costs tagħha huma inqas.", "Sfortunatament fejn hi qegħda hemm ilma kontaminat u allura f'dan l-istadju mhux possibbli li nerġgħu nħaddmuha b'mod effettiv.", "Apparti minn hekk din tħaddem ħafna nies u meta at one stage ma kenitx taħdem kellna problema għax il-union riedet li n-nies xorta jmorru jħarsu lejn makna ma taħdimx pero' fl-aħħar ilħaqna ftehim li dan ma kienx jagħmel sens.", "Għalhekk ir-reverse osmosis plant mhijiex daqshekk kritika pero' għaż-żmenijiet tal-lum hija qadima u tittratta ċertu tip ta' ilma li f'dan l-istadju ma nistgħux nużawh minn dak il-post.", "Imbagħad għandna r-reverse osmosis plant ta' Tigne' li minħabba l- proġett ta' Manoel Island kellna nċaqilquha minn hemmhekk.", "Għandna wkoll ir-reverse osmosis plant ta' Għar Lapsi li hija waħda mill-aktar impjanti qodma u tikkonsma ħafna enerġija.", "Għalhekk qed naħsbu kif naqilbu għall- membranes differenti li jaħdmu bi pressure inqas pero' naturalment iridu jsiru ċerti aġġustamenti.", "B'hekk l-impjant ta' Għar Lapsi nkunu nistgħu nużawh b'mod li jipprovdi ilma tajjeb u cost-effective.", "Intqal li l-water services corporation naqset l-ispiża ta' l-elettriku u ta' l-ilma pero' meta tħares lejn l-overall costs issib li dawn jew ma nbidlux jew inkella żdiedu bi ftit.", "Fl-appendix ta' l-estimi ssib broken- down wages and salaries b'somma ta' Lm469,000 li huma difference in scales.", "Dan huwa riżultat dirett tal-collective agreement li sar mal-gvern u huwa għalhekk li għandek ċerti implikazzjonijiet.", "Kieku ma kienx hemm dawn it- tip ta' bidliet, kieku l-cost totali forsi kienet titnaqqas imma l-verita' hi li dan il-collective agreement li sar mas-settur pubbliku kien ilu ġej sitt snin u issa se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar.", "Diversi kelliema - l-Onor.", "Cuschieri kien wieħed minnhom - tkellmu dwar in-number of customer contacts u complaints li kien hemm pero' jiddispjaċini ngħid li dawn ma kenux oġġettivi biżżejjed.", "Issa hawnhekk nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed tabella fuq il-Mejda tal- Kamra dwar l-għadd ta' customer contacts fl-uffiċċji tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma fil-Belt Valletta u Għawdex.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "Meta l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra ħarsu lejn il-complaints dawn ma rrealizzawx li fl-1999 u fis-sena 2000 kien hemm five cycles tal-billing system u fis-snin ta' qabel kien hemm ħafna inqas cycles.", "Dan ifisser li n- numru ta' kontijiet li ħarġu din is-sena kien ta' 'l fuq minn 1 miljun.", "Per eżempju fl-1997/1998 ħarġu biss madwar 530,000 kont u allura you are not comparing like with like.", "Jekk taqbad il-complaints ta' sena u tqabbilhom ma' ta' sena oħra, dawn trid teħodhom bħala persentaġġ tal-bills issued u t-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra qegħda għas- sodisfazzjon ta' kulħadd.", "Per eżempju, meta l-gvern preċedenti għolla t- tariffi n-numru ta' complaints fl-1997/1998 kien laħaq madwar 4% pero' n- numru ta' complaints din l-aħħar sena huwa ta' madwar 2%.", "Għalhekk ma rridux noqgħodu nesaġeraw u ngħidu li qed ikun hemm ħafna queues twal u li kulħadd qed jilmenta meta l-gvern preċedenti kellu d-doppju.", "Jien ma nafx kif ma jiftakrux dak li ġara sentejn ilu.", "Jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li matul din l-aħħar sena l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tat servizz tajjeb.", "Ovvjament baqa' ħafna xi jsir u hemm ċerti konsumaturi li mhumiex moqdijin tajjeb għax għandhom boreholes li huma connected direttament mas-sistema.", "Hawnhekk naqbel ma' l-Onor.", "Charles Buhagiar li qal li hemm bżonn insibu soluzzjoni għal din il-problema għax il-kwalita' ta' l-ilma tista' tkun ta' periklu.", "Din hija prijorita' li wieħed irid jieħu ħsiebha.", "Naħseb li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma trid issib mezz ukoll kif tħaffef kemm jista' jkun il-programm ta' pipe replacement biex ladarba tkun tista' tnaqqas l-ispejjeż tagħha b'dan il-mod tkun tista' tibda tiffoka fuq oġġettivi oħra.", "Naf li din ikkummissjonat xi xogħol fuq l- istormwater master plan u naħseb li hemm bżonn inħarsu lejh dan ir-riżors.", "Naqbel li għandu jkollna water resource management system għall-pajjiż kollu, naqbel li għandna nħarsu lejn l-oqsma kollha tas-sistemi li nistgħu nużaw u nemmen ukoll fl-alternative energy pero' ma rridux niġru wisq.", "L- Enemalta qed taħseb biex tagħmel xi ħaġa f'dan il-qasam pero' l-verita' hi li filwaqt li l-alternative energy għandha l-limitazzjonijiet tagħha, ir- reverse osmosis plants jikkonsmaw ħafna u ħafna elettriku.", "Ikun tajjeb li ngħid li hawn Malta fetħet fabbrika Amerikana li tipproduċi solar-powered water pumps.", "B'din is-sistema ma ddawwarx is- solar energy f'dawl elettriku imma tuża s-sħana tas-solar energy to drive a pump.", "Dan huwa apparat ideali għall-pajjiżi fejn m'hemmx dawl pero' jista' jkun li aħna jkollna ċans nużawhom ukoll.", "Per eżempju, dan l-apparat huwa ideali fl-Afrika fejn m'għandhomx grid tad-dawl ma' xiex jikkonnettjaw u allura l-uniku mod kif jista' jkollhom mechanical power huwa billi b'xi mod jużaw l-enerġija tax-xemx.", "Jidher li din it-teknoloġija hija avvanzata u interessanti u jista' jkollha spillover effect fuq pajjiżna wkoll.", "Nista' ngħid, per eżempju, li hemm investitur ieħor Ġermaniż li qed jaħseb fuq is- solar panels għad-dawl pero' l-limitazzjonijiet qegħdin hemm.", "L- informazzjoni li għandi hija li biex toħroġ dawl biżżejjed u tħaddem geyser trid ten square metres, aħseb u ara kemm trid spazju biex tħaddem reverse osmosis plant.", "Qed ngħid dan biex nuri li anke bħala spazju għandna l- limitazjzonijiet.", "Per eżempju, l-Enemalta qed tħares ukoll lejn il- proġett tal-wind turbines pero' dwar dan beħsiebni nitkellem il-ġimgħa d- dieħla.", "Dawn l-alternative energies huma importanti għal pajjiżna pero' wieħed irid iżomm saqajh ma' l-art u jirrealizza li ma jistax ikun li wieħed jaħseb li b'hekk se jsolvi l-problema.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li nkunu f'pożizzjoni li nużaw inqas enerġija biex nagħmlu x-xogħol tagħna, kif wara kollox qed tagħmel il-water services corporation.", "Per eżempju, huwa tajjeb ħafna li fir-rapport li għandna quddiemna għandna l- enviormental impact assessment għall-ewwel darba u jien nixtieq nara min jikkummenta aktar fil-gazzetti fuq dan ir-rapport.", "Qed ngħid dan għax donnu li ħadd ma nduna bihom.", "Naħseb li jekk il-water services corporation tibqa' miexja fuq dawn il-passi nkunu f'pożizzjoni li sena oħra nkunu nistgħu nerġgħu naġġornaw ruħna fuq ix-xogħol siewi li qed tagħmel.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 2000/2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 2000/2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "260", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "| | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA : 27", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2000 sat-30 ta' Settembru 2001, ġew approvati.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena finanzjarja 2000-2001.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anglu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "L-ONOR NINU ZAMMIT: Mr. Speaker, dan l-aħħar f'gazzetta bil-Malti deher artiklu fuq l-industrija tal-majjal.", "Huwa fatt li riċentement kellna nuqqas fil-provvista ta' materja prima, fis-sens li l-piż li jiddaħħal ta' kull ġimgħa għall-qatla fil-biċċerija niżel minn 80 għal 75 kilogramm kull ras, għalkemm il-kwantita' ta' rjus li ddaħħlu fil-biċċerija baqgħet kostanti, jiġifieri madwar 2,300 u 2,400 kull ġimgħa.", "Fil-gażżetta hemm imniżżel li minħabba dan in-nuqqas ta' materja prima kellna nimpurtaw il- majjal minn barra.", "Iva, nerġa' ngħid li kull ġimgħa beda jkollna nuqqas ta' materja prima u biex insolvu din il-problema kellna nimpurtaw il-majjal minn barra.", "Din l-importazzjoni seħħet wara li tkellimna kemm mal-produtturi tal- majjal, jiġifieri mar-raħħala li jkabbru l-majjal, kif ukoll mal-proċessuri lokali tal-majjal, li bejniethom jieħdu bejn 60% u 70% tal-materja prima biex jagħmluh zalzett, burgers, perżut u affarijiet oħra.", "Biex insolvu dan in-nuqqas tkellimna mad-diretturi tal-KIM u mal-proċessuri, tramite l-FOI u lħaqna ftehim.", "F'dan il-ftehim għedna li peress li l-KIM tbiegħ il- majjal lill-proċessuri bil-prezz ta' madwar 82c5m kull kilogramm, aħna għedna li kulmin jimporta majjal minn barra għall-ipproċessar - ngħidu aħna negozjant li jimporta l-majjal u meta jasal Malta jiġih 70c kull kilogramm - ikun irid iħallas id-differenza bejn 70c u 82c bħala levy.", "Irridu niftakru li l-prezz tal-majjal jitla' u jinżel skond il-forzi tas- suq, jiġifieri skond kemm għandek provvista u kemm għandek domanda.", "Għalhekk ftehemna, kemm il-KIM u anke l-proċessuri tal-majjal, li kulmin se jimporta l-majjal minn barra biex jagħmel tajjeb għal dan ix-shortage, kellu bilfors iħallas din il-levy.", "Din is-sistema ħadmet tajjeb u f'dawn l- aħħar xhur qegħdin nimpurtaw majjal mhux frisk biex jagħmel tajjeb għal dan ix-shortage.", "Issa din il-problema ma ġietx mill-lum għall-għada imma ilha ġejja.", "Kien hawn żmien meta r-raħħala ngħataw x'jifhmu li kien hemm potenzjal li jesportaw ma' l-10,000 majjal.", "B'hekk kien hawn ċerta raħħala li bdew ikabbru l-ammont ta' majjal li għandhom fl-irziezet tagħhom.", "Fir-realta' - kontra ta' dak li kien intqal lir-raħħala dwar il-potenzjal li jkunu esportati ma' l-għaxart elef majjal - spiċċajna biex ġew esportati biss 43 majjal.", "Dan ħalla ċerta ammont ta' majjal żejjed fl-irziezet tagħna.", "Ovvjament ir-raħħala rranġaw is-sitwazzjoni u minn waħda ta' surplus ġew għal waħda li jkollok nuqqas, pero' issa r-raħħala qegħdin f'pożizzjoni li jerġgħu bil-mod il-mod ikabbru l-ammont ta' majjal fl-irziezet tagħhom u, jekk Alla jrid, bi ftehim bejn kulħadd - għax kultant kulħadd jista' jieħu falza stikka - nerġgħu nilħqu l-bilanċ ta' ammont ta' majjal li jkun jissodisfa d-domanda ta' majjal fil-pajjiż, kif ukoll ikun jissodisfa l- ammont ta' majjal li jmur għal processing.", "F'gazzetta lokali ntqal ukoll li l-impatt ta' l-importazzjoni ta' laħam tal-majjal frisk - u rrid ngħid li din mhix importazzjoni ta' majjal frisk, għax il-majjal ma jiġix importat frisk imma ffriżat - hu falliment kbir li qed jeqred is-suċċess li ħalla l-gvern preċedenti.", "Ma rridx nidħol f'polemika imma kien żball li wieħed jingħata x'jifhem li kien hemm xi potenzjal kbir li jiġi esportat il-majjal u dan sfaxxa fix-xejn.", "Jiena m'inix se noqgħod nidħol fil-mertu għaliex sfaxxa fix-xejn, pero' llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn għal dawn l-aħħar xhur il-KIM flimkien mal- produtturi qed jiġbdu ħabel wieħed biex jirranġaw is-sitwazzjoni sabiex ikunu f'sitwazzjoni li jipprovdu għad-domanda kemm tal-mara tad-dar kif ukoll għal dak li jipproċessa.", "Dan l-artiklu li deher f'\"l-orizzont\" ta' l- 20 ta' Novembru jgħid li l-poplu Malti u Għawdxi qed ikun iktar konxju tal- falliment li se jkompli jersaq fuq din l-industrija.", "Dan mhux veru.", "M'hu minnu xejn li din l-industrija se tfalli.", "Mr. Speaker, kien żball li ngħata l-intendiment li kien hemm il- potenzjal ta' esportazzjoni tal-majjal.", "Minħabba dan kien hemm oversurplus, li mbagħad ġab nuqqas fil-provvista ta' materja prima.", "Minkejja li sar dan l-iżball, l-ammont ta' majjal li jiddaħħal il-biċċerija għall-qatla qed jiżdied ġimgħa fuq ġimgħa u jekk Alla jrid fil-ġimgħat u x- xhur is-sitwazzjoni se terġa' tiġi għan-normal u l-provvista min-naħa tal- produtturi tal-majjal tkun tali li jkollna d-domanda tagħna moqdija kemm għall-mara tad-dar kif ukoll għall-proċessuri.", "Dan grazzi għall-mod kif ħadmu s'issa tul dawn l-aħħar xhur bi ftehim, koperazzjoni u kollaborazzjoni id-diriġenti tal-KIM kif ukoll il-proċessuri tal-majjal.", "Intqal ukoll li dan l-aħħar kien hemm xi lmenti dwar affarijiet li ma kenux kif suppost fil-biċċerija.", "Jien se nħalli f'idejn sieħbi l-Onor.", "Edwin Vassallo biex jispjega dawn l-affarijiet.", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Irrid nibda minn fejn ħalla l-Ministru Ninu Zammit, li rrifera għall-ilmenti li qanqlu l- bejjiegħa tal-laħam rigward il-biċċerija.", "Din il-kwestjoni setgħet inqalgħet minħabba nuqqas ta' informazzjoni u minħabba li xi ħadd ġibed konklużjonijiet li ma kenux f'posthom.", "Jiena naħseb li kemm fil-konfront tal-bejjiegħa tal-laħam infushom, kif ukoll rigward il-proċess li dwaru qed taħdem l-ismall business unit, dawn kienu konklużjonijiet inġusti.", "Irrid ngħid ukoll li l-assoċjazzjoni tal-bejjiegħa tal-laħam m'għandhomx bżonn lil ħadd minna biex jidħol ta' medjatur.", "Kienet konklużjoni azzardata li waslu għaliha xi ġurnalisti, speċjalment tas-Super One, meta qalu li jiena dħalt bħala medjatur bejn il-ministru ta' l-agrikoltura u l- bejjiegħa tal-laħam.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex illum qed isiru affarijiet li forsi qabel ma kenux isiru, dawn l-affarijiet ilna nippruvaw nitkellmu dwarhom u huma wkoll affarijiet pubbliċi.", "Jien personalment ili ħafna żmien nagħmel laqgħat mal-bejjiegħa tal-laħam.", "Forsi meta l-Onor.", "Noel Farrugia kien ministru responsabbli mill-agrikultura kien jitkellem hu waħdu magħhom, imma llum il-ġurnata f'dan il-gvern jien għandi kariga biex nieħu ħsieb l-interessi ta' min hu self-employed u ta' min hu fin-negozju.", "Bħalma nitkellem ma' l-għaqda tal-bejjiegħa tal-laħam nitkellem ukoll ma' l- għaqdiet kollha tan-negozju, ġejjin minn liema settur ġejjin, jiġifieri jiena ma kontx hemm biex nagħmel xi medjazzjoni imma biex nagħmel ix-xogħol tiegħi ta' kuljum.", "Il-konsultazzjoni ma' l-għaqdiet tan-negozju m'għandha tkun tfisser qatt xi tip ta' medjazzjoni bejni jew inkella xi ministru ieħor.", "Mr. Speaker, jekk wieħed jidħol fil-website ta' l-ismall business unit li inawgurajna llum wieħed jista' jara l-iskeda tal-laqgħat kollha li jkollna ma' l-għaqdiet kollha tan-negozju u jara wkoll taħt liema programm qegħdin niddiskutu u għalfejn.", "Apparti minn hekk, jekk wieħed jara d- diskors tal-budget tal-bieraħ u jaqbad il-paġna fejn hemm l-imprenditur iż- żgħir, isib din is-sentenza:", "\"Diġa twaqqfet l-ismall business unit fis-segretarjat li bdiet tanalizza l-proċeduri eżistenti.", "Din ir-riforma trid issir bil- kollaborazzjoni tas-settur innifsu.\"", "Hawnhekk il-ministru tal-finanzi qed jgħid li fl-2001 se jitkompla x- xogħol biex naqtgħu kemm nistgħu l-għafsa u l-ispejjeż li jistgħu jġibu magħhom il-proċeduri burokratiċi kollha.", "Dan minħabba li l-ineffiċjenzi jġibu wkoll spejjeż żejda li s-settur tan-negozju żgur ma jeħux gost bihom.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li tant inkunu għaddejjin bi speed f'xogħolna li jekk ma tinqalax xi interpellanza - u hawn nirringrazzja lill-Onor.", "Farrugia - jew jekk ħadd ma jgħaddi xi kumment li ma tantx ikun floku, din it-tip ta' konsultazzjoni ma tissemmiex.", "Jiena niskuża lil min ikun għamel kumment simili għax nasal biex ngħid li dan ikun għamlu minħabba nuqqas ta' informazzjoni.", "U min ma jkollux l-informazzjoni faċli jgħid li Edwin Vassallo daħal medjatur, għaliex is-soltu hekk kien isir.", "Is-soltu dawn in- nies kien ikellimhom biss il-ministru konċernat.", "Aħna fil-bejjiegħa tal- laħam naraw settur partikulari ta' negozjanti żgħar u rridu naraw li niffaċilitaw kemm jista' jkun is-servizz li jkunu qegħdin jieħdu.", "F'idejja għandi korrispondenza li tibda mis-6 ta' Ġunju fejn uffiċċjal mill-ismall business unit, Mark Scerri, responsabbli li jżomm il-kuntatt ma' l-għaqdiet tan-negozju, kiteb lil dawn il-bejjiegħa u qallhom hekk:", "\"Il-laqgħa ta' nhar it-Tlieta se tkun fuq il-kondizzjonijiet tal- liċenzji tas-settur tagħkom.", "F'dan il-każ, jekk trid aktar informazzjoni jew jekk għandek xi diffikultajiet, ċempilli fuq ...\",", "u tahom in-numru tat-telefon.", "Dan qed ngħidu biex nuri li f'ħidmietna aħna niġru wara dawn l-għaqdiet biex igħidulna l-problemi u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.", "Dawn il- laqgħat isevuna biex niġġieldu kontra l-burokrazija u l-ineffiċjenza.", "Dawn ma tawniex il-problema u qalulna li jekk ma nsolvuhiex jistrajkjaw.", "Ma kienx hemm ultimatum u għalhekk ma kien hemm l-ebda bżonn ta' medjazzjoni.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex għada pitgħada lanqas niddejjqu xejn biex inġibu dawn it-tip ta' ittri fuq l-istess website.", "Din illum hi informazzjoni pubblika u ma niddejjaq xejn inpoġġi din l-ittra li rreferejt għaliha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dawn huma sempliċement ittri ta' korrispondenza li llum huma rutina normali bejn l-ismall business unit - li forsi għad hawn min ma jafx sewwa x'inhi tagħmel - u l-għaqdiet tan- negozju.", "Meta darba konna qegħdin nitkellmu f'laqgħa ta' rutina, il- bejjiegħa irrappurtawli li qatt ma ltaqgħu mal-gvern daqskemm iltaqgħu f'dan iż-żmien.", "Anki jekk niltaqgħu ta' xejn, il-bieb tagħna huwa miftuħ il- ħin kollu.", "Hekk qiegħda ssir il-konsultazzjoni llum.", "U dan m'huwiex xogħol ta' medjazzjoni imma din hi konsultazzjoni ta' rutina normali u wieħed jeħtieġ li jifhem sew għaliex qiegħda ssir.", "Irrid inneħħi minn moħħ kulħadd xi dubju fuq l-ittra li ntbagħtet minn Mark Scerri, l-uffiċċjal ta' l-ismall business unit, li hu responsabbli li jżomm il-konsultazzjoni ma' l-għaqdiet tan-negozju.", "Ir-raġuni hi li rridu nżommu l-konsultazzjonijiet ma' l-għaqdiet tan-negozju.", "Dan illum qed jidher ippubblikat anki fil-programm ta' ħidma għas-sena li ġejja.", "Min jidħol fil-website jista' jtella' dan id-dokument pubbliku.", "It-terms of reference, jiġifieri għaliex qed inżommu dawn il-laqgħat ma' l-għaqdiet tan- negozju u fuq liema proċeduri qed nitkellmu, huma sabiex jonqsu l- burokrazija u l-ineffiċjenza u nkunu nistgħu naħdmu aħjar.", "M'hemmx dubju li wara dan il-budget aħna se nkomplu niltaqgħu biex in-negozjanti jgħidulna x'inhuma l-problemi.", "Dan hu l-mod ta' kif qed issir il- konsultazzjoni ta' bejnietna.", "Jien mhux qed nidħol medjatur bejn il- bejjiegħa tal-laħam u l-ministeru għall-agrikoltura.", "Il-Ministru Ninu Zammit hu l-kollega tiegħi bħall-ministri kollha f'dan il-kabinett, li kontinwament nitkellmu u naħdmu flimkien biex nifhmu aħjar iċ-ċirkostanzi ta' bejnietna u nipprovaw innaqqsu d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "Issa li għandi din l-opportunita' rrid nirringrazzja lill-Onor.", "Noel Farrugia li forsi wasal biex jagħmel din il- konklużjoni nġusta minħabba li forsi t-tort tiegħi, għax missni tajt din l- informazzjoni qabel ħalli kulħadd ikun jaf aktar dwar kif qegħdin naħdmu u għaliex qegħdin naħdmu.", "L-ismall business efficiency unit ġiet imwaqqfa ftit inqas minn sena ilu.", "Fil-paġna li nikteb fuq \"il-mument\", proprju il-Ħadd li għadda għedt li rridu naħdmu biex innaqqsu l-burokrazija mill-lat legali u mill-lat ta' proċeduri.", "Irridu nnaqqsu l-burokrazija billi nagħtu iżjed informazzjoni u wkoll billi nħarsu lejn leġislazzjonijiet ġodda.", "Nieħu l-ewwel il-lat tal- proċeduri, qabel ma mmur fuq il-lat legali.", "F'dan ir-rigward is-settur kummerċjali qiegħed ikun mitlub jirrapporta fl-uffiċċju ta' l-ismall business unit u jagħti dettalji ta' fejn qiegħed jingħata servizz ineffiċjenti.", "Illum il-gvern qed jiġri biex jiġbor rapporti mis-settur kummerċjali, u għalija l-bejjiegħa tal-laħam hu settur kummerċjali bħalma jistgħu jkunu l-għaqdiet kollha tan-negozju.", "Għalhekk aħna niġru wara dan is-settur kummerċjali biex jagħtina rapporti rigward servizzi ineffiċjenti.", "Għax jew se niġġieldu kontra l-burokrazija jew se noqgħodu nħarsu lejha.", "Dan hu l-ġist kollu.", "Dan kollu hu miktub.", "Dan hu l-metodu ta' kif illum irridu nippruvaw naraw li nkunu prattiċi u reali biex insolvu l-problemi.", "Lill għaqda tal-bejjiegħa tal-laħam tlabniha tagħtina iktar informazzjoni dwar x'qed tara ħażin fil-biċċerija u tlabniha wkoll biex issemmielna wkoll xi ilmenti oħra.", "Issir konsultazzjoni ma' l-entita' konċernata bil-ħsieb li jkunu analizzati proċeduri li jkunu ġew irrapportati li huma ineffiċjenti u naraw li jiġu mibdula bi proċeduri inqas burokratiċi.", "Jista' ma jkunx hemm nuqqas burokratiku għax l-ineffiċjenza tinħoloq minn ħafna affarijiet.", "Aħna nitolbu lis-settur kummerċjali u anki lill-operatur individwali sabiex jirrappurtaw lill-ismall business unit biex iċemplu l-ismall business unit biex jagħmlu r-rapporti u l-ilmenti tagħhom.", "Jekk wieħed iħares lejn il-budget isib li hemm ivvotati Lm350,000 biex nieħdu ħsieb żoni industrijali, fosthom dik ta' Ħaż-Żebbuġ, tal-Ħandaq u ta' l-Imrieħel li għad għandhom diffikultajiet ta' nuqqas ta' żvilupp infrastrutturali.", "Bħala gvern għamilna rapport - u dan huwa pubbliku għax tajnieh ukoll lill-istampa li attendiet għal diversi press conferences li għamilna - fejn ikkwantifikajna n-nuqqasijiet ta' żvilupp infrastrutturali f'dawn l-areas u kemm jiswa' flus biex jitranġaw.", "Il-ministru tal-finanzi wieġeb billi qalilna biex nibdew naħdmu.", "Tana kważi nofs in-nefqa li trid issir din is-sena biex ikollna l-ħteġijiet kollha infrastrutturali f'dawk it-tliet żoni industrijali li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-MDC.", "Aħna ffukajna fejn għandna nuqqas ta' effiċjenza u ridna naraw li naslu.", "Fi ftit xhur wasalna biex nibdew niltaqgħu ma' l-entitajiet kollha biex naraw x'jonqos isir u nibdew nagħmluh.", "U huwa għalhekk qed issir din il- konsultazzjoni ma' l-entita' konċernata.", "Mr. Speaker, aħna se nkomplu bl-istrateġija li ssir konsultazzjoni kontinwa ma' l-għaqdiet kollha tan-negozju bil-ħsieb li huma wkoll ikunu jistgħu jirrappurtaw f'isem il-membri tagħhom proċeduri ineffiċjenti li l- istess membri tagħhom ikunu qegħdin jirrapportaw lilhom.", "Għal dan il-għan qed ikollna djalogu - u dan qed isir b'rutina - ma' l-għaqdiet kollha tan- negozju.", "Fuq il-website li għadni kemm inawgurajt illum għandna wkoll il- lista ta' l-għaqdiet tan-negozju li nitkellmu magħhom.", "Hu importanti wkoll li naraw li l-ismall business unit tkun impenjata li tistħarreġ u toffri assistenza dwar kull każ li jiġi rrappurtat lilha.", "Ovvjament ikun hemm każi individwali, iżda iktar importanti minn hekk hu li jrid jiġi analiżżat jekk il-każ ikunx identiku għal oħrajn sabiex jibdew diskussjonijiet ma' l- entita' konċernata biex jiġi mtejjeb is-servizz li jkun ġie rrappuratat.", "Din hi l-istrateġija li qed nużaw biex innaqqsu l-burokrazija mill-lat ta' proċeduri.", "Isiru laqgħat regolari fil-preżenza tas-segretarju parlamentari ma' kull entita' li tipprovdi s-servizz lis-settur tan-negozju fejn jiġu diskussi l-proċeduri li qed jintużaw mas-settur kummerċjali bil-għan li kull entita' tkun mgħejjuna tifhem li l-għoti tas-servizz effiċjenti għandu jitqies bħala priorita'.", "Din hi ħidma ġdida fil-bidu tagħha u għalhekk għadna qed insibu saqajna.", "Il-honeymoon, mhux talli ma spiċċajnihx talli lanqas għadna bdejnieh.", "Dawn il-proċeduri li għadni kemm semmejt qegħdin għat-test - kieku kellu jkun website jgħiduli li għadu under construction - u aħna stess għadna fil- learning curve nitgħallmu kif innaqqsu l-burokrazija.", "Dawn il-proċeduri huma kollha pubbliċi - m'għandix ċans li nitkellem dwar kif qed nippruvaw inħarsu u nsolvu mill-lat legali u l-għoti ta' informazzjoni - u min irid jista' jidħol fil-website u jaqrahom.", "Dawn ippubblikajthom il-Ħadd li għadda u ngħataw lill-Kamra f'risposta parlamentari.", "Meta tkellimna dwar dawn il-proċeduri u kif qed nippruvaw naslu ħalli niġġieldu l-ineffiċjenza u nkunu nistgħu nanalizzaw fejn hi l-burokrazija żejda ma' l-uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea - kienu hawnhekk il-ġimgħa li għaddiet biex jagħtu seminar u janalizzaw kif sejra il-ħidma ta' l-ismall business unit - huma stess qalulna, wara li tajnihom din l-informazzjoni kollha, li aħna ninsabu minn ta' quddiem bħala pajjiż, anke bil-ħidma ta' l-ismall business unit għal dik li hi enterprise policy, għall-mod ta' kif qed inwettqu l-ħidma li qed norganizzaw u għall-mod ukoll ta' kif bl-iżjed mod prattiku qegħdin inkunu business-friendly, effiċjenti u nagħmlu ħilitna kollha ħalli niffaċċjaw waħda mill-iżjed problemi li jiltaqa' magħha s-settur tan-negozju, jiġifieri dik tal-burokrazija żejda u l-ineffiċjenza.", "Irrid intenni li din il-ħidma m'hijiex ħidma ta' medjazzjoni imma hi ħidma ta' konsultazzjoni.", "Mal-Ministru Żammit m'hemmx bżonn li jkun hemm xi medjazzjoni, il-bibien tagħna huma miftuħa u qed nagħmluha faċli kemm jista' jkun.", "Fejn ma jiġux qed immorru aħna għand l-għaqdiet tan-negozju u n-negozjanti fil-komunitajiet tagħhom.", "Għandna kull programm possibbli ta' kif inkunu f'kuntatt kontinwu ma' min jimpurtah jiltaqa' magħna, ma' min għandu l-ħin jiltaqa' magħna, ma' min għandu problemi x' jiddiskuti magħna u ma' min hu ta' rieda tajba li l-problemi li jkollu jiddiskutihom magħna.", "Aħna nwiegħdu li kull fejn nistgħu aħna lesti li immedjatament inkomplu ntejbu l-mod ta' l-operat tagħna ħalli naraw li nkunu prattiċi, reali u li tassew inkunu qed inwieġbu għall-iżjed sejħa importanti li għandna, jiġifieri li nkunu ta' servizz għal min qiegħed fis-settur tan-negozju.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada l-Erbgħa, 22 ta' Novembru 2000 fid- 9.00a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMPJIEGI - PERSUNI JAĦDMU BLA PERMESS", "21221.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weħlu persuni xi multa mill-qorti talli dawn nstabu ħatja li mpjegaw lil xi persuna bla permess?", "X'weħħlu f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l- perijodu li dwaru qiegħed jitlob l-informazzjoni.", "MOBILE PHONE BASE TRANSMITTERS", "21222.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jppoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi fejn qegħdin il- mobile phone base transmitters jew repeaters li hawn installati u għal fejn hemm applikazzjonijiet pendenti għal oħrajn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi bit- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "TRACKING SYSTEMS", "21223.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk permezz ta' tracking systems, l- awtoritajiet ikunu jafu fejn qegħdin il-gwardjani lokali f'kull ħin?", "Billi dawn il-gwardjani jġorru tagħmir elettroniku waqt xogħolhom, jista' l- Ministru jgħid x'tip ta' studju sar biex jiżguraw illi dan it-tgħamir ma jgħamilx ħsara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma li l-Kunsilli Lokali jistghu jaraw fejn qeghdin il-gwardjani lokali permezz ta' l-apparat li jintlibes u jigi operat mill-istess gwardjani lokali.", "Jien ghandi konferma mill-kuntrattur tas-sistema li wara li kien sar studju, jirrizulta li l-energija totali emessa mill-apparat li jilbes il- gwardjan lokali, hija ferm inqas minn dik stabbilita internazzjonalment bhala perikoluza u ghad-dannu tas-sahha tal-bniedem.", "Dan minhabba li t- trasmissjonijiet illi jsiru mill-apparat huma ta' durata ta' millezmi ta' sekonda kull ftit minuti.", "PBS - IMPJEGAT", "21224.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hux veru li impjegat tax-Xandir (PBS) inqabad jikkommetti frodi għad-dannu tal-PBS minn fuq flus li kienu tħallsu għall- avviżi tal-mejtin?", "Jekk iva, x'passi dixxiplinari ttieħdu kontra dan l- impjegat?", "Jista' jgħid jekk il-passi dixxiplinari li ttieħdu humiex simili, iktar jew anqas għal dawk li ttieħdu kontra impjegata li allegatament għamlet xi mossa lejn cameraman tan-NET TV waqt attivita' politika?", "Fil-każ ta' din ta' l-aħħar, jista' l-Ministru jgħid meta se tidħol lura għax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżultax li kien hemm xi każ ta' frodi għad-danni tal-PBS minn fuq flus li kienu tħallsu għal avviżi tal- mejtin u għalhekk il-kwistjoni ta' passi dixxiplinarji f'dan il-każ ma tapplikax.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija informat li l-proċess tal-każ għadu għaddej u għalhekk ma tista' tittieħed ebda deċiżjoni qabel ma l-Bord ta' l- Appell jiddelibera u jiddeċiedi fuq il-każ.", "AFM - RECRUITMENT", "21225.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kienet iddaħlet ir-recruitment list għal skopijiet ta' recruitment fl-Armata?", "Għaliex issa tneħħiet u jekk hijiex se terġa' tiddaħħal u jekk le għaliex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li n-notifika fil-Gazzetta tal- Gvern Numru 15732 tat-2 ta' April 1993, kienet tinkludi l-ħtieġa li l- applikanti jkunu għalqu t-tmintax-il sena iżda mhux il-ħamsa u għoxrin sena fil-15 ta' April 1993.", "Għalhekk din is-sejħa ma setgħatx tibqa' applikata ndefinitivament.", "Fil-futur, ikun hemm eżami pubbliku kompetittiv bħal ma sar fl-1999, biex jiġu ngaġġati suldati biex iservu fil-Forza Regolari.", "QORMI - VALLEY ROAD - PAVING", "21272.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol tal-paving ġewwa Valley Road, Qormi? (non-council task)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk ix-xogħol li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant huwa non-council task, il-paving tat-toroq mhix responsabbilta' tal- Ministeru tieghi.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "21273.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21183, jista' l-Ministru jgħid dawk il-membri ta' l-istaff li ġew mis-servizz pubbliku fejn kienu qabel dan l-appointment u kemm ilhom impjegati maċ-ċivil?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - TRIQ SIDTNA TAL-ANĠLI - PAVING", "21274.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol tal-paving ġewwa Triq Sidtna tal-Anġli, Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsill Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il- prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "21275.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21183, jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat il-karozza għall-użu uffiċjali tas-segretarju parlamentari?", "Jista' jgħid x'sar mill-karozza li kellu qabel u għalfejn ġiet mibdula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-BMW li nxtrat għall-użu uffiċjali tas- Segretarju Parlamenari qamet Lm10,994.", "Informat ukoll li l-karozza li kellu qabel ġiet mgħoddija lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Inħass il-bżonn li din il-karozza tinbidel minħabba li ta' spiss kien ikollha ħsarat.", "Fil-fatt minn Ottubru 1998 sa' Lulju 2000 kellha tiddaħħal għat-tiswija 18-il darba.", "Kull darba li jiġri dan , is- Segretarjat kien qiegħed ikollu jiffaċċja spejjeż li kienu jinkludu il- manutenzjoni biex jissewwew dawn il-ħsarat kif ukoll għall-kiri ta' karozza oħra għall-użu tas-Segretarju Parlamentari sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa.", "Minħabba li l-magna ma kenitx tinsab f'kundizzjoni tajba kienet qiegħda tikkonsma kwantita` kbira ta' fuel.", "QORMI - EMBELLISHMENT PROJECT", "21276.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda l-embellishment project fTal- Blat, Housing Estate, Qormi (non-council task)?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il- prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom.", "Għaldaqstant nissuġġerrixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsilli tal-lokalita billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli ghalkemm fil-mistoqsija qed jingħad li dan il-progett huwa non-council task.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MEDIĊINI", "21277.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jiċċara l-policy li biha qed jimxi d-Dipartiment tas-Saħħa meta persuna ma ssibx mediċina (pilloli) fis-suq imma tkun available l-isptar peress li dan l-aħħar persuna li kellha bżonn Acetozolanide (Dianinox) li ma sabitx tixtriha minn spiżeriji fil-lokal (Żabbar) iżda meta marret l- ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa din ma tħallitx tixtriha minkejja li kellha riċetta iffirmata mill-ispiżjar li dan ma kellux dawn il-pilloli kontra l-glawkoma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa jbiegħ mediċini li jkunu out of stock fl-Ispiżeriji privati biss meta jkollu stokk adekwat għal bżonnijiet tiegħu.", "SERVIZZ PUBBLIKU - TRANSFERS", "21278.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.", "21171, jista' l- Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula biex ingħataw transfer mill- Ministeru għall-Ambjent għall-Ministeru tas-Saħħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-transfers saru kollha skond l-esiġenzi tas-servizz.", "ĊANGA", "21279.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid u jserraħ ras il-poplu Malti li ċ-ċanga (beef) li daħlet u qed tidħol f'Malta hija assolutament ħielsa mill-mard inkluż l-Mad Cow Disease?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji jieħu l- prekawzjonijiet neċċesarji biex jassigura li l-ikel li jidħol f'Malta, partikolarment iċ-ċanga, huwa tajjeb għal konsum.", "Barra l-kontroll li jagħmel il-pajjiż minn fejn joriġina il-laħam, l- Official Health Certificate jiġi studjat b'reqqa, sabiex jassigura illi l- kundizzjonijiet u testijiet għal-BSE mill- Awtoritajiet Kompetenti jkunu saru kif suppost.", "Barraminhekk, iċ-ċanga kolla u l-prodotti tagħha li jiġu impurtati, iridu jkunu immarkati b'tali mod li jkun faċli li wieħed ikun jaf minn fejn oriġina l-istess prodott.", "Barraminhekk, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji fl-14 ta' Novembru 2000 ħareġ is-segwenti stqarrija, u cioe' :", "\"Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarju javża illi minħabba fis-sitwazzjoni tal-marda tal-BSE [Mad Cow Disease] fi Franza, l-importazzjoni taċ-ċanga minn dan il-pajjiż sejra tiġi kkondizzjonata, billi il-konsinji taċ-ċanga jridu jiġu ċċertifikati li l-laħam qiegħed joriġina minn annimali li meta nqatlu kellhom inqas minn 24 xahar, u li kull biċċa laħam trid tkun identifikata għall-oriġini tagħha.", "L-istess kondizzjonijiet jgħoddu għal prodotti oħra tal-laħam taċ-ċanga bħal burgers.", "TOROQ", "21280.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir triq magħrufa bħala Triq il-Wiesgħa (fost ir-raba') (li tkompli għal Triq Wied il-Għajn mill-Beach Post sal-post li jiltaqgħu l-ilmijiet)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħti iktar informazzjoni dwar it-triq peress li mid-deskrizzjoni li ngħatat, ix-xogħol ma jistax jiġi dentifikat.", "ĊIMITERJI - ĦWEJJEĠ TAL-MEJTIN", "21281.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.", "21169, jista' l- Ministru jgħid min għandu r-responsabbilta' jara li l-ħwejjeġ tal-mejtin maqlugħa mill-oqbra jiġu verament distrutti peress li hemm diversi każi fejn f'ċimiterji pubbliċi u tal-Knisja dawn il-ħwejjeġ qegħdin jiġu biss mitfugħa ma' l-iskart u jinġabru mill-iscammel taż-żibel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li fiċ-ċimiterji pubbliċi ta' l-Addolorata u dak ta' Santa Margherita r-Rabat hija r-responsabilita' tas-supervisor tad-deffiena li jara li l-ħwejjeġ, meta ma jiġux trasferiti b'kollox, jiġu distrutti.", "Fiċ-ċimiterji pubbliċi l-oħra r-responsabilita' hija tal- kummusjonant imqabbad mill-familjari tal-mejjet, filwaqt li fiċ-ċimiterji tal-knisja r-responsabilita' hija ta' l-arċipriet/kappillan rispettiv.", "ŻEBBUĠ - TRIQ IL-KNISJA - EMBELLISHMENT", "21282.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-embellishment ġewwa Triq il-Knisja, Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il- prijoritajiet,esiġenzi u l-mezzi taghhom.", "Għaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha , fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.", "COASTAL MANAGMENT CO LTD", "21283.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "21164, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema tip ta' spezzjoni ta' l-applikazzjonijiet ġiet imqabbda d-ditta Coastal Managment Co Ltd mill-Awtorita' tad-Djar?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li hemm bejn l- Awtorita' tad-Djar u l-Coastal Management Co Ltd?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li d-ditta ndikata fil-Mistoqsija qiegħda tagħmel spezzjonijiet tad-djar ta' dawk il-persuni li għandhom applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jiġu aġġornati l-punti skond il-kriterji ġodda kif ġew approvati reċentement.", "Is-soċjeta in kwistjoni hi sussidjarja tal-Freeport Corporation.", "Dettalji dwar il-ftehim ikunu jistgħu jingħataw aktar tard.", "POMPI AUTOMATIĊI TAL-PETROL", "21284.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "21148 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti pompi automatiċi tal- petrol mhux kollha jagħtu riċevuta fiskali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id- dispożizzjonijiet tal-partita 5 ta' l-Erbatax-il Skeda li tinsab ma' l-Att tal-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Kap. 406) riċevuta fiskali għar- rigward ta' oġġetti li jsiru permezz ta' vending machine għandha tinħareġ meta jiġu magazzinati oġġetti f'dik il-magna u għandha tagħti kont tal- bejgħ li jkun sar mill-aħħar darba li jkunu ġew magazzinati l-oġġetti.", "F'dan ir-rigward mhux meħtieġ li tinħareġ riċevuta fiskali għal kull bejgħ.", "KUNSILL MALTI TA' L-ARTI, XJENZI U TEKNOLOĠIJA", "21285.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 20868?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa din l-amministrazzjoni ma talbitx għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropeja in konnessjoni mal-proġett tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija.", "Informat ukoll li ntnefqu madwar Lm624,000 f'infieq kapitali u ftit anqas minn Lm55,000 f'infieq rikorrenti.", "L-infieq kapitali jinkludi x-xogħol ta' refurbishment li sar u li għadu għaddej fil-kumpless ta' Kordin, kif ukoll fi skejjel oħra inklużi dawk tal-Marsa, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, il-Gżira fejn sar xogħol li jew hu relatat mat-tħejjija ta' studenti li wara jgħaddu biex jidħlu għall-kulleġġ jew inkella fuq iċ-ċaqliq ta' skola biex il- Kulleġġ seta' jiġi akkomodat f'Kordin.", "L-infieq rikorrenti sar fuq ħlas ta' staff u konsulenti neċessarju biex ix-xogħol seta' jsir.", "BIRŻEBBUĠA - TRIQ TAL-ĠEBEL - DAWL", "21286.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li Triq Tal-Ġebel, Birżebbuga, tiġi mixgħula peress li hija ta' perikolu għar-residenti li jridu jimxu fiha fis- sigħat mudlama?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "ALE - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "21288.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm l-ALE ressqet persuni l-qorti mill-lokalitajiet ta' Ħaż- Żebbuġ u s-Siġġiewi fuq akkużi konnessi mal-kaċċa u l-insib mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-ġurnata tal-lum?", "Jista' jgħid kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena aflitta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar sas-17 ta` Novembru 2000, is-sezzjoni tal-A.L.E. ressqet il-Qorti għoxrin (20) persuna mill-lokalitajiet ta` Ħaż Żebbuġ u s-Siġġiewi fuq akkużi konnessi mal-kaċċa u l-insib.", "Tnax-il persuna instabu ħatja, tnejn ġew liberati, waqt li sitt kawżi għadhom sub judice.", "L-eżitu tal-każijiet li ġew deċiżi mill-Qorti kien kif ġej:-", "|Pieni |Numru | |Liberat |1 | |Liberat u Konfiska |1 | |Lm30 Multa |1 | |Lm50 Multa |5 | |Lm50 Multa u |1 | |Konfiska | | |Lm70 Multa |1 | |Lm100 Multa |1 | |Lm200 Multa |1 | |Lm300 u Konfiska |1 | |R&A |1 |", "BIRŻEBBUGA - TRIQ TAL-ĠEBEL", "21289.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq tal-Ġebel, Birżebbuga, tingħata wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant huwa wieħed ta` resurfacing li s-soltu jsir mill-Kunsill Lokali.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "21290.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti rendikont tal-persuni kollha li saru ċittadini Maltin u li ottjenew iċ-ċittadinanza doppja bis-saħħa ta' l-aħħar emendi fil-liġi dwar iċ-ċittadinanza?", "Jista' jagħti l-ismijiet u l-ġurnata meta ottjenew iċ- ċittadinanza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi sal-31 ta` Ottubru 2000, kien hemm 1,147 persuna li ġew infurmati bil-miktub li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi, dik Maltija u l-oħra barranija li diġa` kellhom jew li jakkwistaw waqt li kienu qed jgħixu barra minn Malta.", "Fl-istess żmien kien hemm ukoll 400 persuna li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta u minħabba t-tibdil li sar fil-liġi taċ-ċittadinanza m`għandhomx għalfejn jirrinunzjaw iċ-ċittadinanza barranija tagħhom u għalhekk huma wkoll jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi.", "Fil-każ ta` dawn ta` l-aħħar, dettalji dwarhom jidhru fil-Gazzetta tal- Gvern kif inhu meħtieġ mill-istess Liġi taċ-Ċittadinanza.", "MALTACOM - OVERTIME", "21292.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kwota ta' kemm isir overtime mill-ħaddiema tal-Maltacom?", "Kemm hija l-kwota?", "Hemm xi ħaddiema li qabżu din il-kwota?", "Dawn se jitħallsu ta' dawk is-sigħat żejda fuq il-kwota?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "Dwar is-suġġett tas-sahra fil-Maltacom, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18868 waqt is-Seduta numru 377.", "QAJJENZA - EMBELLISHMENT", "21294.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-proġett ta' l-embellishment tal- promenade tal-Qajjenza waqaf ħesrem meta ntefqu tant flus fl-embellishment tal-promenade f'Tas Sliema?", "Jista' l-Ministru jgħid meta dan ix-xogħol se jerġa' jibda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li fix-xogħol ta' tisbiħ fin- Nofs in-Nhar ta' Malta saru diversi xogħlijiet fl-area tal-Qajjenza B'Bugia, l-aktar, xogħol ta' toroq u bankini.", "M'hemmx pjanati l-ebda xogħlijiet oħra fil-futur qarib għal din l-area.", "TELEPHONE - SERVIZZ", "21295.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ikollha lura s-servizz tat-telefon li ilu maqtugħ mill-4 ta' Novembru, u ilha tirrapporta ħafna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "QAJJENZA - DAWL", "21297.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-parti tal-Qajjenza, Birżebbuga, tiġi aktar mdawwla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet mgħarrfa bit-talba ta' l-Onorevoli Interpellant.", "Wara li ssir l-investigazzjoni meħtieġa, jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "WELFARE DEPARTMENT - MASTER PLAN", "21298.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġornana dwar jekk kienx hemm xi studju fuq il-Welfare Department u jekk sarx master plan?", "Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li, kif kelli okkażjoni ngħid pubblikament dan l-aħħar meta ppreżentajt ir-Rapport ta' Ħidma għas-sena li għaddiet dwar il-Ministeru għall-Politika Soċjali, bdiet tiġi mfassla l-infrastruttura organiżżattiva sabiex isir tibdil fil- funzjonijiet tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja biex dan id- Dipartiment jinbidel minn wieħed li jipprovdi s-servizzi għal wieħed li jirregola dawn is-servizzi billi jistabbilixxi standards u jassigura li dawn l-istandards jiġu osservati.", "Dan ix-xogħol għadu mhux finaliżżat.", "ACQUIS", "21299.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm iridu jintnefqu flus biex isir it-tibdil biex Malta tkun konformi ma' l-acquis?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalkemm hemm diġa' indikazzjonijiet dwar l- ispiża meħtieġa f'ċertu oqsma ambjentali biex dawn ikunu konformi ma' l- Acquis Communautaire l-ammont totali għad irid jinħadem.", "QAJJENZA - LETTER BOX", "21300.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsiru letter boxes fil-parti tal- Qajjenza, Birżebbuga, peress li din l-area għadha moqdija b'letter box waħda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li f`ċirkostanzi bħal dawn il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta` l-ittri għal kull 3,000 resident.", "Il-Maltapost lesta li tikkunsidra xi rakkomandazzjoni li tista` ssir mill- Kunsill Lokali dwar jekk il-kaxxa ta` l-ittri li hemm bħalissa għandiex tiġi rilokata b`mod li r-residenti jinqdew aħjar.", "LIĠIJIET TAL-UE - TIBDIL", "21301.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-tibdil li jrid isir rigward l-ambjent biex Malta tkun konformi mal-liġijiet ta' l-UE?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa fatt magħruf li jrid isir diversi tibdil fil-qasam ambjentali biex Malta tkun konformi mal-liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalita' ta' l-arja, l- immaniġġar ta' l-iskart, ir-rimi tad-drenaġġ fil-baħar, il-konservazzjoni tan-natura u aspetti oħra.", "Naħseb li l-Onorevoli Interpellant taqbel illi irrispettivament mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea huwa fl-interess tagħna lkoll illi ntejbu l- oqsma kollha ambjentali biex nassiguraw kwalita' ta' ħajja aħjar għall- poplu tagħna.", "AMBJENT - IMPACT ASSESSMENT", "21302.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarx impact assessment fuq l-ambjent dan l-aħħar?", "Jekk iva, x'kienu r-riżultati fuq dan ir-riżultat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17246 li ngħatat fis-Seduta numru 324.", "QAJJENZA - TRAFFIC ISLANDS", "21304.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li t-traffic islands u ġnub tat-toroq fil-Qajjenza, Birżebbuga, jimtlew bil-ħamrija sabiex d-dehra ta' telqa li hemm titneħħa u sabiex l-ambjent jissebbaħ b'siġar u pjanti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).", "AMBJENT - MASTER PLAN", "21305.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarx master plan fuq l-ambjent?", "Jekk iva, jista' l- Ministru jpoġġi kopja tal-plan fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq lill-Onorevoli Interpellant tgħidli dwar liema aspett ta' l-ambjent qed tirreferi sabiex inkun nista' nagħtiha tweġiba xierqa.", "Per eżempju, nista' ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien ġie pubblikat Management Plan għall-Immaniġġar ta' l-Iskart għall- konsultazzjoni tal-pubbliku.", "Ġie pubblikat ukoll State of the Environment Report li kopja tiegħu kienet tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "OPM - BORDIJIET", "21311.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl- ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' bordijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll l-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - BORDIJIET", "21313.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-membri f'bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi.", "Il-bord tal-MEUSAC (Malta EU Steering Action Committee) jiltaqa taħt iċ-Chairmanship tiegħi.", "Qiegħed nagħti wkoll lista tal-Membri tal-Bord Konsultattiv tal-MIC (Malta EU Information Centre), liema Information Centre jaqa taħt ir- responsabbilta tal-MEUSAC.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - BORDIJIET", "21314.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal- bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - BORDIJIET", "21316.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub jirrikjedi ħafna xogħol ta' kompilazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - BORDIJIET", "21317.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl- ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - BORDIJIET", "21318.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl- ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Bordijiet u l-membri tagħhom li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ambjent huma dawn:", "Il-Bord ta' l-Inġinerija", "Dr. Thomas Abela, Chairman Ing. Carmelo Bonello, Membru Ing. Anthony Cachia, Membru Ing. Paul Cardona, Membru Ing. Alexander Galea, Membru Dr. Paul Micallef, Membru Ing. Norman Zammit, Membru", "Il-Bord tal-Periti", "Dr. Ramon Rossignad, Chairman Perit Joseph Falzon, Membru Dr. Alexander Torpiano, Membru Perit David Pace, Membru Perit Carmel Cacopardo, Membru Perit Paul Buhagiar, Membru", "Il-Bord tal-Bennejja", "Perit Franco Montesin, Chairman Perit Carmelo Barbara, Membru Is-Sur Joseph Camilleri, Membru Is-Sur Paul Cassar, Membru Is-Sur Joseph Farrugia, Membru Is-Sur Joseph Gatt, Membru", "MT CARMEL HOSPITAL - SOCIAL WORKERS", "21329.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx social workers f' Mt Carmel Hospital li qegħdin jitwasslu d-dar bil-karozza u driver tal-Gvern?", "Jekk iva, min huma dawn il- persuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 5810.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "21335.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 21187, li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara li tiġi kkonsidrata mill-aktar fis l-applikazzjoni għall-apparat mat-telephone għal min huwa nieqes mis-smiegħ ta' koppja anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, minħabba l-urġenza tal-każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Maltacom għall-kunsiderazzjoni tagħha."]} {"filename": "19991203_198d_par.doc", "date": "1999-12-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 198 Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 198", "Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "198", "Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 767", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 767", "KONDOLJANZI 772", "TQEGĦID TA' KARTI 773", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI 774", "AĠĠORNAMENT 803", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 803", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 197 li saret fit-2 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - HIV", "11692.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni bl-HIV f'Malta llum?", "Kemm hawn nies bl-AIDS?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn qegħdin jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni bl-HIV f'kuntatt mas-servizzi tas-saħħa f'Malta huwa ta' 32.", "Minn dawn hemm ħamsa li għandhom l-AIDS.", "Dwar l-aħħar mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- dipartiment m'għandux l-informazzjoni f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone) L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kemm qed iniedi programmi ta' awareness id- dipartiment tas-saħħa, speċjalment fost t-tfal fl-iskejjel rigward din il- materja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, id-dipartiment tas- saħħa għandu direttur fuq health promotion li parti sostanzjali mix-xogħol tiegħu huwa dawn it-tip ta' kampanji fl-iskejjel.", "Kif sar f'ħafna pajjiżi oħra, din is-sena ġiet imnedija kompetizzjoni biex it-tfal, permezz ta' tpinġijiet, iwasslu l-messaġġ li huma għandhom dwar l-AIDS.", "Minn din il-kompetizzjoni ħareġ ċar li hemm nuqqas ta' informazzjoni f'dawn it-tfal - kif hemm ukoll f'pajjiżi oħra - minħabba li f'ħafna mid-drawings li ppreżentaw assoċjaw l-AIDS ma' l-injezzjonijiet biss, mentri li l-periklu prinċipali ta' l-HIV u l-AIDS, apparti l-aspett tad-droga, huwa l-uncontrolled u l-unprotected sex.", "Fil-fatt wara li kkonsulta ma' l-awtoritajiet tal-Knisja, id-dipartiment tal-health promotion din is-sena pproduċa booklet kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż biex ikun jista' jitqassam fl-iskejjel.", "Ħaġa oħra li għamilna kienet li kkollaborajna iktar mill-qrib ma' l-aġenzija Sedqa, u fil-fatt meta din l-istess aġenzija kienet qed tiċċelebra u tfakkar il-world AIDS day, minflok ma baqgħet tagħmel enfasi biss fuq l-HIV u l-AIDS permezz ta' l-injections tad-droga, qajmet public awareness dwar il-mod iktar frekwenti li wieħed jista' jieħu l-AIDS permezz tas-sess.", "Minn dan l-istudju ħareġ ċar ukoll li qabel nimmiraw il-kampanja tagħna lejn it-tfal ta' l-iskola, hemm bżonn li nedukaw lill-istess edukaturi.", "Jien naħseb li waħda mill-iktar affarijiet li jsibu diffiċli l-għalliema ta' tfal żgħar hija li jitkellmu dwar sex education.", "Għalhekk huwa maħsub li filwaqt li d-dipartiment tal-health promotion se jkompli bil-kampanja tiegħu ndirizzata lejn iż-żgħar, se jibda jħares ukoll b'lenti ġdida lejn kampanja biex nedukaw lill-edukaturi tagħna għaliex mir-response tal- competition li saret lit-tfal, ħareġ ċar li l-messaġġ li qegħdin jagħtu l- edukaturi m'huwiex wieħed tajjeb biżżejjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jiena naqbel mal-Ministru li hemm bżonn li l-edukaturi jiġu informati aktar dwar dan is-suġġett pero` naħseb li l- pubbliku in ġenerali wkoll għandu bżonn jiġi informat aktar.", "Rigward il-kampanja fl-iskejjel li rrifera għaliha l-Ministru, xtaqt nistaqsi jekk din tinkludix ukoll l-iskejjel privati u tal-Knisja.", "Jiena għandi nifhem li l-booklet li ssemma fih l-informazzjoni kollha, anke jekk xi kultant din tista' tkun kontrastanti mal-ħsieb tal-Knisja.", "Naturalment wieħed irrid jirrispetta l-opinjonijiet ta' kulħadd pero` naħseb li l- informazzjoni trid tingħata, imbagħad sta għal kull persuna fil-kuxjenza tiegħu li jagħmel l-għażliet personali li jħoss li huma l-aħjar għalih.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, nikkonferma li l-kampanja qiegħda tiġi indirizzata mhux biss fl-iskejjel pubbliċi imma wkoll fl-iskejjel privati u tal-Knisja.", "Nista' ngħid li l-konsulent li għandna fuq il-mard trasmess sesswalment qiegħed idur l-iskejjel u jagħmel lectures lill-adoloxxenti.", "Fil-fatt għandna kampanja mill-health promotion unit fl-iċken etajiet, imbagħad fil-każ ta' dawk li jkunu iżjed f'riskju, jiġifieri l-adoloxxenti - għaliex nafu li l-maġġor parti tan-nies li jimirdu bl-AIDS huma dawk ta' bejn il-15 u s-17-il sena - qiegħed imur il-konsulent stess u jagħti lectures apposta bis-slides biex ovvjament iqajjem iżjed awareness dwar din il-marda.", "Biex nevitaw id-diżgwid li kien hemm meta nidejna s-serje ta' lectures u l-kampanja kontra l-kontraċettivi, din id-darba wrejna l-materjal kollu li konna se nqassmu fl-iskejjel lill-awtortajiet ekklesjastiċi, mhux ovvjament għall-approval biss imma biex nikkollaboraw u nwasslu l-messaġġ korrett.", "Hawn irrid ngħid li sibna l-koperazzjoni kollha min-naħa tal-Knisja.", "(Interruzzjonijiet) Nista' ngħaddi kopja tal-booklet lill-kollega tiegħi llejla - ovvjament m'għandix kopja fuqi bħalissa - biex huwa wkoll ikun jista' jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-health promotion unit biex jibdew jingħataw talks jew informazzjoni lill-ħaddiema fid-diversi postijiet tax-xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, din hija idea tajba ħafna pero` ovvjament m'huwiex għaqli li tespandi s-servizz meta ma jkollokx nies trained biex jagħmlu dak ix-xogħol.", "Fil-fatt ħaġa pożittiva hija li f'nofs dan ix-xahar huwa maħsub li niftħu one-stop-clinic ġewwa l-isptar Boffa, mhux biss għall-AIDS u għall-HIV imma għall-mard kollu li jista' jkun trasmess sesswalment.", "F'din il-clinic, minbarra li persuna tkun tista' tmur u tiġi eżaminata mill-konsulent dwar il-mard venerju b'mod konfidenzjali, tkun tista' tingħata treatment ukoll.", "Qegħdin nagħmlu dan għaliex problema li jsibu ħafna min-nies hija li jekk inti jkollok prescription mingħand il-konsulent jew mingħand it-tabib u tmur ġo spiżerija biex tixtri l-mediċina - anke jekk mhux fir-raħal tiegħek - jekk tuża penicillin injections għal sebat ijiem, l-ispiżjar awtomatikament ikun jaf li inti għandek jew gonorrhoea jew syphilis.", "Għalhekk biex innaqqsu din il-problema se nagħmlu din il-one-stop-clinic.", "Barra minn hekk bgħatna wkoll nurse tispeċjalizza barra li se tkun taħdem ġewwa din il-clinic biex tagħti pariri lill-pazjenti jew individwi oħrajn li jkunu qegħdin jirrikorru hemmhekk, u ħriġna wkoll applikazzjoni biex persuna tkun tista' tmur tistudja għall-Ph.D. fuq adolescent health ġewwa l- Ingilterra.", "Kif konna wegħedna fil-programm elettorali, is-sistema tas-saħħa tkopri lit-tfal minn qabel ma jitwieldu sakemm ikollhom 16-il sena b'inspections fl-iskejjel u assessment kontinwu, pero` mbagħad nitilfuhom proprju fl- iktar żmien li fih ikollhom bżonn ċerta għajnuna u ċerti pariri.", "Parti mill-funzjoni ta' dan id-dipartiment ta' l-adoloxxenti huwa biex jagħti pariri lill-adoloxxenti fuq affarijiet bħal, per eżempju, stress fuq l- eżamijiet u mard trasmess sesswalment.", "Għalhekk hemm il-ħsieb li matul is- sentejn li ġejjin - ovvjament il-Ph.D mhux se jilħqu jġibuha s-sena d- dieħla - inkunu qegħdin nibnu bil-mod il-mod dan id-dipartiment biex imbagħad inkunu nistgħu nifirxu s-servizzi tagħna.", "SAĦĦA - FIŻJOTERAPISTI", "11721.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu ta' l-on-call duty il-fiżjoterapisti li jaħdmu mad-dipartiment tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-servizz ta' fiżjoterapija on-call jiġi offrut biss mill-Isptar San Luqa.", "Il-ħteġijiet ta' sptarijiet oħra jiġu moqdija mill-istess sptar.", "Dwar ħlas ta' on-call duties kien hemm problemi ta' natura amministrattiva li issa ġew riżolti.", "Ninsab informat li l-ħlas ta' l-on-call duties li hemm pendenti se jsir mal-paga ta' Diċembru 1999.", "SAĦĦA - MENTAL OUT-PATIENTS", "11742.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara jistax jibda jsir staggering ta' l-appuntamenti fil-mental out-patients department?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Huwa possibbli li jibda jsir staggering tal- appuntamenti fil-mental out-patients department iżda jeżistu diversi problemi fosthom li:", "i) in-numru ta' pazjenti tant huwa kbir u t-tobba tant jinbidlu minn darba għal oħra, minħabba leave jew impenji oħra fid-dipartiment, li huwa diffiċli li żżomm allokazzjoni ta' appuntamenti staggered għal kull tabib;", "ii) meta tabib ikun nieqes mill-clinic il-pazjenti tiegħu jinqasmu fuq tobba oħra;", "iii) ħafna mill-pazjenti jiġu kmieni ħafna u jinsistu li min jiġi l-ewwel għandu jinqeda l-ewwel, irrispettivament mill-appuntamenti; u", "iv) teżisti diffikulta` biex tkun taf kull konsulta kemm se tieħu ħin.", "Għal dawn ir-raġunijiet għandu mnejn li sistema ta' staggered appointments ma taħdimx daqshekk tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Asciak, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, ir-raġuni li għamilt din il-mistoqsija hija għaliex kelli complaints minn pazjenti li ġieli għamlu erba' sigħat jistennew u peress li l-istat mentali ta' ħafna minn dawn il-pazjenti ma jkunx stabbli ħafna, ġieli jinqalgħu ċerti problemi.", "Dawn ġieli jkunu ilhom jistennew għal ħin twil jispiċċaw biex ikollhom jitilqu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, jien konxju minn din il-problema u fil- fatt waħda mir-raġunijiet li semmejt kienet li ħafna minn dawn il-pazjenti, minkejja li jkollhom appuntament, imorru hemmhekk ħafna qabel, pero` ovvjament ma jiġux eżaminati qabel il-ħin allokat għalihom għaliex ikun hemm min għandu appuntament qabilhom.", "Jien ma naqbilx li pazjent għandu jingħata appuntament u jitħalla jistenna erba' sigħat, pero` nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ħafna drabi dawk li jdumu jistennew erba' sigħat jaslu madwar tliet sigħat jew erbgħa qabel il-ħin ta' l- appuntament tagħhom.", "ŻEPPI L-ĦAFI - PROKLAMA", "9800.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Peress li mix-xhieda fil-ġuri ta' Ian Farrugia ntqal mis- Sur Nicholas Jensen Testaferrata - l-unika persuna li kient preżenti waqt l- attentat fuq l-assistent personali tiegħu - li l-persuna li wettqet l- attakk fuq l-assistent personali tiegħu ma kienet ħadd ħlief Joseph Fenech, u peress li l-istess Joseph Fenech ingħata proklama mill-kabinett Nazzjonalista fuq parir tal-Prim Ministru bil-kondizzjoni li jgħid il- verita` u xejn inqas mill-verita`, jista' l-Prim Ministru jgħid din il- proklama hijiex se titneħħa u jekk mhux se titneħħa x'inhi r-raġuni?", "Jista' jgħid ukoll jekk it-tneħħija ta' din il-proklama ġietx diskussa fil- kabinett?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Apparti li kif messu jaf l- Onor. Interpellant, ma hux minnu li s-Sur Nicholas Jensen Testaferrata kienet l-unika persuna li kienet preżenti waqt l-attentat fuq l-assistent personali tiegħi, ma għandi xejn xi nżid ma dak li għedt fit-tweġiba li tajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għad-domanda parlamentari numru 1.", "Il-Gvern m'għandu ebda poter li jneħħi proklami.", "Fil-fatt fit-22 xahar ta' Gvern Laburista din il-proklama - li kienet ġiet kontestata mill-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni - ma tneħħietx.", "Deċiżjonijiet dwar jekk kondizzjonijiet imposti fi proklama ġewx osservati jew le jittieħdu mill-Avukat Ġenerali u finalment mill-Qorti.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Membru m'għandux jeħodha li għaliex fit-tweġiba li kont tajt għad-domanda parlamentari numru 9177 jien kont issodisfajt il-kurżita` inspjegabbli ta' wieħed mill-kollegi tiegħu dwar min kien preżenti għal laqgħa partikolari tal-kabinett allura għandi wkoll nissodisfa l-kurżita`, inspjegabbli wkoll, tiegħu dwar x'jiġi jew x'ma jiġix diskuss fil-kabinett.", "ŻEPPI L-ĦAFI - DANNI", "9801.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk peress li mix-xhieda fil-ġuri ta' Ian Farrugia ntqal mis-Sur Nicholas Jensen Testaferrata - l- unika persuna li kienet preżenti waqt l-attentat fuq l-assistent personali tiegħu - li l-persuna li wettqet l-attakk fuq l-assistent personali tiegħu ma kienet ħadd ħlief Joseph Fenech, u peress li l-istess Joseph Fenech ingħata proklama mill-kabinett Nazzjonalista fuq parir tal-Prim Ministru bil-kondizzjoni li jgħid il-verita` u xejn inqas mill-verita`, u peress li l-versjoni ta' Joseph Fenech fil-qorti ma ġietx emmnuta mill-ġurati u allura s-soċjeta` bl-aktar mod liberu u demokratiku ma qisitx kredibbli l- verżjoni ta' Joseph Fenech u allura ma tikkorrispondix mal-verita`, u peress li minħabba dan l-attentat is-Sur Richard Cachia Caruana ngħata kumpens sostanzjali mill-gvern Nazzjonalista li jammonta għal eluf ta' liri, huwiex il-ħsieb tal-gvern li jfittex legalment lis-Sur Joseph Fenech għad-danni li l-gvern ħallas f'kumpens lis-Sur Richard Cachia Caruana?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa` ntqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9799, l-Onor.", "Interpellant jaf ben tajjeb li mhux minnu li s-Sur Nicholas Jensen Testaferrata kien l-unika persuna li kienet preżenti waqt l-attentat fuq l-assistent personali tiegħi, u mhux komprensibbli x'motivazzjoni jista' għandu l-interpellant li jirrepeti din l-allegazzjoni li manifestament m'hijiex vera.", "Peress li l-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant hija bbażata fuq sensila ta' premessi li fil-parti kbira tagħhom huma għal kollox skorretti kemm bħala fatt kif ukoll bħala liġi, ma jidhirx li hu l-każ li tingħata xi risposta aktar minn dak li għadu kemm intqal.", "AMBJENT - ĠRIEDEN", "9802.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-ambjent jissorveljax il-problema tal-ġrieden f'pajjiżna?", "Jekk ir- risposta hi fl-affermattiv, jista' jgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm ikunu nqabdu ġrieden u mil-liema lokalitajiet jew zoni?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk qattx sar xi rapport jew isirx rapport minn żmien għal żmien dwar il-problema tal-ġrieden f'pajjiżna, lokal b'lokal jew zona b'zona?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji f'dan ir-rigward?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' kemm inqabdu ġrieden matul l-1996, 1997, 1998 u ta' liema daqs kienu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ir-risposta hi fin- negattiv u nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "SANITA` - ĠRIEDEN", "9803.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas- sanita` jissorveljax il-problema tal-ġrieden f'pajjiżna?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid jekk timżammx statistika ta' kemm ikunu nqabdu ġrieden u mil-liema lokalitajiet jew zoni?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk qattx sar rapport jew isirx rapport min żmien għal żmien dwar il-problema tal-ġrieden f'pajjiżna, lokal b'lokal jew zona b'zona?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' jagħti d- dettalji f'dan ir-rigward?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' kemm inqabdu ġrieden matul l-1996, 1997 u 1998 u ta' liema qisien kienu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-saħħa, permezz tal-pest control unit, qiegħed kontinwament jissorvelja l-problema tal-ġrieden.", "Kull xahar isir rendikont ta' kemm daħlu rapporti minn kull raħal.", "Dawn jagħtu indikazzjoni ċara ta' liema huma dawk iz-zoni li l-aktar jenħtieġu attenzjoni.", "Dwar l-aħħar parti mid-domanda, fejn l-Onor.", "Membru qed jgħid li jixtieq ikun jaf in-numru u d-daqs tal-ġrieden li nqabdu, nixtieq ninformah li fil- manpower plan tad-dipartiment tas-saħħa m'hemmx maħsub għall-impjieg ta' pied piper u għalhekk la nafu fejn imorru jmutu l-ġrieden ivvalenati u lanqas id-daqs tagħhom!", "SWAR - TINDIF", "9804.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir u anke jieħu l-passi meħtieġa biex diversi swar li jdawru l-Belt Valletta u anke t-Tlett Ibliet isirilhom tindif mill-ħaxix ħażin li hemm magħhom, peress li dan jikkawża kemm ħsara fil-bini tagħhom u kemm kruha fid-dehra tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s-swar tal-Belt jitnaddfu b'mod sistematiku mill-ħaxix minn grupp ta' nies imħarrġa apposta fl-abseiling.", "Fil-fatt għadu kemm intemm it-tindif ta' St Michael Demi Bastion, taħt il-ġnien ta' Hastings.", "Barra minn hekk, biex inkunu f'pożizzjoni li nagħmlu xogħol iktar speċjalizzat qegħdin bħalissa f'arranġamenti biex jinxtraw żewġ scaffold systems li jippermettu aċċess iktar faċli.", "SWAR - RESTAWR", "9805.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal- gvern għar-restawr tas-swar li jdawru l-Belt Valletta u anke t-Tlett Ibliet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizza) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni): Dwar din il-materja nitlob lill-Onor.", "Membru jindirizza din il-mistoqsija lill-ministru għall-ambjent.", "EU - CAP", "11636.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li f'Ottubru tas-sena l-oħra l- BBC f'wieħed mir-rapporti li għamel qal li l-CAP qed tiswa lill-familja ta' erba' persuni tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea Stg 20 fil-ġimgħa - li jġibu madwar Lm600 fis-sena għall-familja Maltija - jista' l-Ministru jgħid dawn humiex ħrejjef jew fatti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor Interpellant li jmissu jaf li diġa' għamel din id-domanda permezz tal- mistoqsija parlamentari numru 11490, fis-seduta numru 196.", "Nerġa nikkonferma li t-taxxa ta' Lm600 hija ħrafa ta' l-Onor.", "Noel Farrugia.", "BIEDJA U SAJD - GDP", "11637.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li fl-ewwel disa' xhur tas- sena l-GDP niżel bi kważi Lm1 miljun fis-setturi tal-biedja u sajd meta pparagunat mas-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għal dan it-telf?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din l-interpellanza hija kelma b'kelma bħall- mistoqsija parlamentari numru 11491 ta' l-istess Onor. Interpellant u għaldaqstant għandu jirriferi għar-risposta diġa` mogħtija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għall- Kondoljanzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, dalgħodu ġejna informati li matul dan il-lejl mietet is-Sinjura Carmen Brincat, li tiġi omm l-Onor.", "Leo Brincat, membru u kollega min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Huwa d-dmir tagħna lkoll li f'mument bħal dan, meta xi ħadd mill-membri ta' din il-Kamra jitlef lil xi ħadd mill-familja tiegħu, partikolarment meta jkun xi ħadd mill-ġenituri, kollha kemm aħna nesprimu s-solidarjeta` u s-sogħba tagħna.", "Għaldaqstant jiena, f'isem in-naħa tal-gvern, nixtieq nesprimi s-sogħba tagħna f'din l-okkażjoni tal-mewt ta' Mrs Brincat u nwassal il-kondoljanzi tagħna lkoll lill-Onor.", "Leo Brincat u lill-familja kollha tiegħu.", "Fil-fatt għadna ma nafux id-dettalji tal-funeral pero` nittama li f'dak il-mument ikun hemm anke l-preżenza min-naħa tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Min-naħa ta' l-oppożizzjoni jmiss lili sabiex ningħaqad ma' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Gonzi u nagħti l-kondoljanzi tiegħi kemm lill-Onor.", "Leo Brincat kif ukoll lill-familjari tiegħu u anke nuru s-solidarjeta` tagħna f'dan il-mument diffiċli.", "Naħseb li hija konswetudni sabiħa f'din il-Kamra li nagħtu l-kondoljanzi meta xi ħadd mill-ġenituri tagħna jiġi nieqes; u huwa importanti li f'dawn il-mumenti ninsew in-nuqqas ta' qbil li kultant ikollna f'din il-Kamra rigward politika u nuru s-solidarjeta` ma' xulxin.", "Tabilħaqq nemmen li mumenti bħal dawn iservu biex mhux biss aħna imma anke l-poplu li jkun qed jismagħna jirrifletti ftit fuq l-importanza tal-ġenituri.", "Ċertament li n- nuqqas ta' l-omm - li ħafna drabi hija meqjusa bħala l-aktar persuna essenzjali biex iżżomm il-familja magħquda; kważi kważi nistgħu nqisuha bħala l-ġawhra tal-familja tagħna - jinħass ħafna.", "Għalhekk naħseb li huwa tajjeb li ningħaqdu flimkien biex nagħtu l- kondoljanzi tagħna kemm lill-Onor.", "Leo Brincat kif ukoll lill-familjari tiegħu u meta jitħabbru d-dettalji tal-funeral nuru s-support tagħna billi nattendu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal dawn is- sentimenti lill-Onor.", "Leo Brincat u lill-familjari tiegħu.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet mibgħuta mir-residenti tal-Kalkara lill- awtorita` tad-djar bejn l-1997 u l-1998, b'riferenza għal diversi skemi maħruġa mill-istess awtorita`, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11813.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-ispiża li saret bejn l-1996 u l-1998 fl-ambaxxati ta' Malta fl-Ingilterra, l-Italja, Franza, l-Awstrija, il-Ġermanja, ir- Russja u l-Amerika, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11812.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippressjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 111 ta' 17 ta' Novembru 1999, il-ħin tad-diskussjoni, maqsum fuq żewġ seduti, għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema tal-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI; Grazzi.", "Nipproponi:", "VOT 10 - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,190,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 - Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2000.", "VOT 11 - SIGURTA' SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 56,459,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 - Sigurta' Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 13 - FAMILJA U ĦARSIEN SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 615,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Familja u Ħarsien Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 14 - KURA TA' L-ANZJANI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 9,827,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Kura ta' l-Anzjani, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 15 - DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 452,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Djar, kif dettaljata fl- Abbozz ta'l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 16 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 638,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT II - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,830,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2000.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Grazzi, Mr Chairman.", "Nipproponi din l- emenda:", "VOT 10 - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra Lm 20,614 u poġġi minflokha ċ-ċifra ta' Lm 20,613.", "Delete the figure Lm 20,614 and substitute therefore with the figure Lm 20,613.", "Il-Ministru m'għandux għalfejn jinkwieta għax kulma naqqastlu hija Lm1, li hija ż-żieda tad-daħk li ngħatat fil-ġimgħa!", "Sur President, se niftaħ id-diskussjoni min-naħa tal-oppożizzjoni dwar il- voti li jaqgħu taħt il-ministeru għall-politika soċjali b'silta mill- priedka li l-Onor.", "Lawrence Gonzi għamlilna s-sena l-oħra fil-parlament, meta kien qed jagħmel il-winding-up fuq il-voti tal-ministeru tiegħu.", "Iddeċidejt li nfakkru x'kien qal biex la hu u lanqas il-membri l-oħra tal- gvern ma jieħdu għalihom meta ngħidulhom li dan huwa buget anti-soċjali.", "Is-sena l-oħra, proprju fl-10 ta' Diċembru, fis-seduta 26, l-Onor.", "Gonzi tana spjega dettaljata ta' xi tfisser għalih kuxjenza soċjali.", "Se naqra testwalment:", "''Kuxjenza soċjali meta tagħsarha tfisser li fil-miżien tad- deċiżjonijiet, li bħala gvern tkun qed tieħu kuljum, minn x'ħin tidħol fl-uffiċċju sa x'ħin tmur lura lejn id-dar - ġieli f'nofs il-lejl u ġieli anke aktar tard ukoll - trid il-ħin kollu tpoġġi għall- konsiderazzjoni ta' kif dik id-deċiżjoni se jkollha impatt jew x'impatt ser ikollha fuq il-bnedmin li wara kollox se jintlaqtu b'dik id-deċiżjoni.", "Trid tagħti attenzjoni partikolari lejn dawk li huma dgħajfa.", "Għandek il-ħin kollu titfa' ħarstek fuq iż-żgħir u fuq dak li huwa dgħajjef.''", "Il-Ministru Gonzi qal dan dwar xi tfisser għalih il-ġustizzja soċjali u għalhekk mill-ewwel lill-Onor.", "Gonzi rrid nistaqsih jekk fil-kuxjenza tiegħu llum iħossx li l-budget preżentat mill-gvern tiegħu ftit iktar minn ġimgħa ilu kienx il-ħin kollu, kif qal huwa stess, qed jagħti attenzjoni partikolari lejn dawk kollha li huma dgħajfa.", "Nixtieq nistaqsih ukoll jekk iħossx li l-gvern tiegħu, waqt li kien qed iħejji dan il-budget kienx , kif qal huwa stess, qed jitfa' ħarstu l-ħin kollu fuq iż-żgħir u fuq dak li huwa dgħajjef.", "Għadni niftakar sena ilu għax dakinhar kelli l-ewwel esperjenza tiegħi f'din il-Kamra fid-diskussjoni dwar il-budget u kont impressjonajt ruħi bil- mod kif l-Onor.", "Gonzi kien ipprova jippatronizza lil din il-Kamra u jġib lil kulħadd qisu tifel jew tifla żgħira li trid tisma' mill-papa' bilfors.", "Iżda llum, sena wara, hi t-tieni esperjenza tiegħi waqt din id-diskussjoni tal-budget.", "Nista' ngħid li llum inħossni mpressjonata b'kemm il-membri tan- naħa tal-gvern - u naturalment l-Onor.", "Gonzi magħhom - għandhom wiċċhom qagħad u ma jafux jistħu u b'kemm, sfortunatament, għalihom il-politika tfisser biss kilba għall-poter.", "Malli jiksbu l-poter ma jimpurtahomx x'jiġri min-nies.", "Dan il-budget ġiegħel lill-gvern Nazzjonalista biex fl- aħħar jammetti l-verita'.", "Il-gvern issa ammetta li jeżistu problemi serji fil-finanzi tal-pajjiż u li l-ħofra ħrafa ta' l-Onor.", "Alfred Sant, kif kienu jsejħulha Dr Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista meta kienu fl- oppożizzjoni, issa kulħadd qed ikollu jammetti li teżisti.", "Dan stqarru l- istess Onor. John Dalli.", "Din mhijiex impressjoni u minix qed nivvinta imma dan stqarru l-istess ministru tal-finanzi fid-diskors tiegħu proprju ma' l- ewwel żewġ sentenzi, ftit aktar minn ġimgħa ilu, meta ressaq dan il-budget għas-sena 2000.", "Fil-fatt il-Ministru Dalli fetaħ id-diskors b'din l-ammissjoni :", "''F'pajjiżna hawn qbil li l-iżbilanċ li kellna f'dawn l-aħħar snin huwa wieħed għoli u ma nistgħux nkomplu nġorruh.", "Jaqbel kulħadd li hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex naraw li d-dħul u l- ħruġ tal-gvern joqorbu lejn xulxin.''", "Dan huwa budget li laħaq il-kulminazzjoni tal-kruċjata ta' qerq, ipokrezija u ngann tal-Partit Nazzjonalista, li issa ilu sejjer biha għal dawn l-aħħar ħames snin mill-anqas.", "Issa spiċċa' l-eżerċizzju tal-feel-good factor falz li dan il-gvern kien ipprova jilludi lil kulħadd bih.", "Dan huwa budget ta' gvern li jinsab f'paniku.", "Il-budget jirrifletti l-paniku tal-gvern Nazzjonalista biex issa jindirizza, ħames snin b'lura, il-problema li ħoloq huwa stess fil-finanzi tal-pajjiż, minħabba l-inkompetenza, il-ħela u t- tberbiq.", "Il-Partit Nazzjonalista kien ilu jaf bid-deficit finanzjarju sa' mill-anqas l-1995 u m'għamel xejn għajr jaħbi l-verita' mill-poplu.", "Tant il-Partit Nazzjonalista kien intenzjonat li jaħbi l-verita' mill-poplu dak iż-żmien, li kien sejjaħ elezzjoni bikrija f'Ottubru 1996.", "Din għamilha biex jiskarta u jiskansa milli jagħmel il-budget li kien imiss.", "Issa, għax il-gvern jinsab dahru mal-ħajt, ġab budget b'miżuri mill-aktar anti-soċjali li se jkomplu jgħakksu lil min hu diġa' magħkus u jitfa' f'saram lil min jaħdem daqs bagħal, kif jgħid il-Malti, biex ilaħħaq mal-piżijiet u mal- esiġenzi finanzjarji tiegħu u ta' familtu.", "Sadanittant, minkejja it-tqanżiħ kollu li sar f'dawn l-aħħar jiem mill- Prim Ministru, mill-Ministru Dalli u mill-media Nazzjonalista biex iwaħħlu fil-Partit Laburista għas-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha l-pajjiż llum - u b'hekk mingħalihom jgħattu dnubiethom - xorta waħda kien hemm min kixfilhom il-maskra.", "Hija ħaġa ta' l-iskantament li kienet proprju l- kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea li kixfithom fit-tieni avis dwar Malta li ħareġ fi Frar li għadda.", "F'paġna 11 tar-rapport \"Updating the Commission's Opinion on Malta's Application for Membership\", li tqiegħed fuq il-Mejda ta' din il-Kamra aktar kmieni din is-sena, insibu eżattament dan li se ngħid:", "''Malta's current account position shifted from a balanced position in the early 90's to wide deficits which peaked in 1995 at 11% of GDP.''", "Dan id-diskors mhux qiegħda tgħidu l-oppożizzjoni Laburista iżda l- kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk lill-membri tal-gvern ngħidilhom biex ma jkomplux jiddiħku bin-nies.", "Il-poplu tagħna ma jixraqlux dan.", "Lill- gvern nappellalu biex ma jkomplix b'dan il-logħob tat-tfal u jieqaf jittratta lill-poplu bħat-tfal.", "Issa spiċċat l-għajta ta' money no problem, li tant kien jiddelitta biha l-Partit Nazzjonalista fl-imgħoddi.", "Għajta oħra kienet li ma jimpurtax li niddejnu għax iħallsu uliedna.", "Dawn l-għajtiet kollha spiċċaw għax id-dejn tant tela' għal rasna li diġa' bdejna nħallsu għalih.", "Se jkomplu jħallsu għalih uliedna w ulied uliedna, dejjem jekk dan il-gvern se jibqa' jaħdem b'mod li ma joħloqx klima tajba biżżejjed ħalli jġib l-investiment u b'hekk allura jiżdiedu l- opportunitajiet ta' mpjiegi produttivi.", "L-istess jekk se jibqa' ma jaħdimx b'serjeta' ħalli jaqta' l-ħela, it-tberbiq u l-abbużi.", "Dan huwa gvern li jgħid li jrid jaqta' l-abbużi imma mbagħad ma jimpurtax li biex jaqdi u jpaxxi lil xi ħadd minn tiegħu jaħli l-flus.", "Se nsemmi xi każijiet fost oħrajn li nafu bihom biex insostni dak li qed ngħid.", "Sur President nibda proprju b'każ tipiku ta' kif jitberbqu flus il-poplu biex jinqdew xi bażużli u se nsemmi dak li qed jiġri fl-institute of health care.", "F'dan il-post hemm enrolled nurse li taħdem bħala librara.", "Din taħdem fuq sistema ta' shift, kif suppost taħdem li kieku qiegħda tagħmel ix- xogħol proprju tagħha ta' nurse fl-isptar jew f'xi health centre.", "Dejjem bix-shift ta' nurse, skond il-grad tagħha, suppost din taħdem is-Sibt u l- Ħadd u m'għandhiex taħdem bis-sistema tan-nofs ta' nhar fis-sajf - nurse tieħu Lm36 żejda għal dan ix-shift għax jinkludi l-Ħadd - iżda tajjeb li ngħidu li fl-institute of health care il-Ħadd ikun hemm biss il-fattigi.", "Din in-nurse tieħu madwar Lm1,000 fis-sena f'allowances għaliex għadha kkonsidrata bħala enrolled nurse, minkejja li ilha snin ma tagħmel xogħol li għandu x'jaqsam man-nursing.", "Fil-holidays tas-sajf, li jdumu madwar tliet xhur, il-librerija tagħlaq f'xi 1.00 p.m. jew fis-2.00 p.m., minkejja li din in-nurse mħallsa biex taħdem bix-shift.", "L-Onor.", "Gonzi jaf tajjeb b'dan l-abbuż għaliex jien għamiltlu anke żewġ mistoqsijiet parlamentari - numri 9191 u 10,027 - iżda sal-lum, minkejja dawn l-interpellanzi, l- affarijiet għadhom kif kienu.", "Imbagħad xi ngħidu għall-famużi golden handshakes li kapaċi jagħti dan il-gvern?", "Din il-ġimgħa stess sirna nafu dwar mistoqsija parlamentari nru.11,569 li għamilt lill-Ministru Gonzi dwar l-ex-chief executive ta' l-ETC, is-Sur Bobby Laurenti.", "Il-gvern ddeċieda li jitterminalu l-kuntratt 18-il xahar qabel iż-żmien u tah golden handshake ta' Lm17,119.", "Imbagħad niġu għaż-żieda ta' madwar 14% li hemm fil-budget ta' din is- sena għal hospitality u travel.", "Nistaqsi kif il-gvern irid li jemmnuh meta l-ewwel jgħid li jrid jindirizza l-ispiża żejda u mbagħad iżid in-nefqa fuq l-ospitalita' u s-safar.", "Il-gvern jgħidilna li jrid jaqta' l-abbużi u jippriedka li jrid jikkontrolla l-infiq tiegħu, imbagħad ikun jaf b'abbuż u ma jgħamel xejn, biex ma ngħidx ibierku wkoll.", "Qalilna li jrid jinvestiga l- karti r-roża u l-karti s-sofor li permezz tagħhom dawk li jaqgħu f'ċerta kategorija ta' dħul u li jbatu minn ċerta kondizzjonijiet jieħdu l-mediċini b'xejn.", "Għalina l-gvern żgur mhux se jagħmel ħażin jekk jaħdem kontra l- abbużi iżda din il-ħidma trid tkun għal kulħadd.", "Kif nistgħu nemmnu li l- gvern se jaħdem bis-serjeta' kontra l-ħela, t-tberbiq u l-abbużi meta fejn jidħlu l-affarijiet tiegħu u tan-nies tiegħu ma jiddejjaq xejn jisparpalja l-flus?", "Dan huwa budget anti-soċjali u anti-familja għax il-gvern Nazzjonalista għażel it-triq il-faċli biex iżid id-dħul tiegħu.", "Il-gvern għażel triq fejn jintaxxa aktar u l-aktar, kemm direttament kif ukoll indirettament, lil dawk bil-paga u bid-dħul fiss.", "Għażel li jintroduċi miżuri t'awsterita' li jagħfsu l-aktar lil dawk bi dħul baxx u medju.", "Issa, għax il-gvern Nazzjonalista m'għandux iktar ħitan ta' kenn fuq xiex idur biex jaħbi l-verita' ta' l-isfreġju finanzjarju li għandu l-pajjiż, kellu jistqarr l-verita' ħames snin tard.", "X'qiegħed jipproponi biex itaffi l- problema finanzjarja, ekonomika u soċjali ta' pajjiżna b'dan il-budget?", "Qed nieħu dan l-approach għaliex ma tistax tissepara l-qasam soċjali mill-qasam finanzjarju jew ekonomiku tal-pajjiż.", "Dawn jaħdmu paripassu.", "Dan il-budget qed jipproponi dawn it-toroq ewlenin biex il-gvern ikabbar id-dħul finanzjarju tiegħu: żieda fir-rati l-income tax, żieda fir-rati tal-bolla, żieda fit-taxxa indiretta bid-dħul tal-VAT fuq prodotti oħra essenzjali, tneħħija t'aktar sussidji minn fuq prodotti u serviżżi u wegħdi antiki li se jaħdem biex inaqqas l-ineffiċjenzi tal-gvern u l-evażjoni tat-taxxa, u li jipprivatiżża aktar assi tal-poplu.", "Nibda biż-żieda fir-rati tal-income tax u fir-rata tal-bolla tas-sigurta' soċjali, Sur President.", "X'inhu l- ħsieb soċjali tal-gvern wara dawn il-miżuri fiskali?", "Mingħajr tlaqliq ngħid li l-gvern ġie jaqa' u jqum mill-ekwita', mill- ġustizzja u mill-progressivita' tas-sistema tat-taxxa fuq l-income.", "L- istess ġie jaqa' u jqum mill-prinċipju ewlieni li jassigura ġustizzja soċjali, fejn dak li jaqla' l-anqas iħallas l-anqas u dak li jaqla' l-aktar iħallas l-aktar.", "Qed ngħid dan għax l-ewwelnett żied ir-rati ta' dawk li jaqilgħu minn Lm6,000 'il fuq.", "Dan l-income ma tistax tgħid li huwa xi wieħed għoli għax illum familja normali b'żewġt itfal trid tlaħħaq ma' l- esiġenzi finanzjarji kollha tagħha.", "Imbagħad lil dawk li jaqilgħu bejn l- Lm10,000 u l-Lm20,000 waddabhom f'kategorija waħda.", "Kulħadd jifhem li hemm differenza mhux ħażin bejn dak li jaqla' Lm10,000 għal dak li jaqla' Lm20,000.", "Iżda l-Prim Ministru nhar l-Erbgħa, f'dan il-parlament, għamilha b'taparsi li ma jafx u bla mistħija ta' xejn ried jikkonvinċi lil kulħadd li l-gvern tiegħu kien ġust bil-mod kif biddel u żied ir-rati ta' l-income tax.", "Bis-sistema tar-rati l-ġodda l-gvern kisser il-progressivita' fis- sistema tat-taxxi diretti kif ukoll ħoloq opportunita' akbar għall-evażjoni tat-taxxa.", "Dan kollu jfisser li biex il-gvern iżid id-dħul tiegħu, l-akbar piż se jaqa' l-aktar fuq spallejn dawk li għandhom dħul medju.", "Jekk wieħed iħares lejn paġna 73 tad-diskors tal-budget - fejn hemm tabella nru.2 bit- titlu \"Miżuri dwar it-Taxxa tad-Dħul - isib li min jaqla' bejn l-Lm10,000 u l-Lm20,000 se jħallas l-istess ammont iktar ta' taxxa, jiġifieri żieda ta' Lm250 aktar fis-sena.", "Minn somma ħafifa li jien ħdimt, dan ifisser li min jaqla' Lm10,000 se jħallas madwar 2.5% aktar tal-paga tiegħu f'taxxa, filwaqt li min jaqla' Lm20,000 se jħallas 1.25% aktar tal-paga tiegħu f'taxxa.", "Mill-ewwel tista' tara li dak li se jaqla' Lm10,000 se jħallas aktar mid-doppju ta' dak li jaqla' l-Lm20,000.", "Din il-miżura kissret il- kunċett tal-ġustizzja soċjali fis-sistema tat-taxxi tagħna.", "Kissret il- prinċipju fundamentali fejn dak li jiflaħ l-aktar iħallas l-aktar u dak li jiflaħ l-anqas iħallas l-anqas.", "Imbagħad hemm iż-żieda fir-rata tal-ħlas tas-siġurta' soċjali, il-bolla.", "Naturalment dawk tal-gvern se jgħidulna li din konna nafu biha mis-sena l- oħra.", "Dażgur li konna nafu biha!", "Konna wkoll nafu li l-bolla kienu jgħidulha balla fi żmien gvernijiet Laburisti u li fi kważi 12-il sena li ilhom fil-gvern in-Nazzjonalisti qatt ma neħħewha anzi komplew iżiduha.", "Is- sena l-oħra pero' ma qalulniex liema piżijiet oħra se jkomplu jgħabbu fuq il-povru ħaddiem din is-sena.", "Lanqas ma qalu li se jgħollu l-bolla lis- self-employed iż-żgħir biex kulħadd iħallas 15%.", "Din l-ispiża fuq is-self- employed iż-żgħir se tkompli taffettwa l-għoli tal-ħajja.", "Kulħadd jaf li kull spiża extra li tidħol fin-negozju dejjem se tispiċċa tinġarr mill- konsumatur, mill-familji u mill-pensjonanti.", "Din iż-żieda fil-bolla tas- self-employed irridu nħarsu lejha b'dan il-mod ukoll.", "Hawn irrid nerġa' nfakkar lill-Prim Ministru f'dak li kien wiegħed, li mhux se jmiss l-income tax.", "Din qalha kemm qabel l-elezzjoni kif ukoll wara.", "Jista' jdawwar id- diskors kif għamel nhar l-Erbgħa, meta bl-aktar mod fjakk ipprova jiġġustifika li l-kelma li ta li mhux se jmiss l-income tax ma kenitx minnha.", "F'dan il-pajjiż kullħadd jaf li bit-tibdil fir-rata ta' l-income tax u ż- żiedet oħra fuq prodotti essenzjali l-gvern qed iwaddab piżijiet żejda u inġusti fuq dawk li għandhom dħul baxx jew medju.", "Dan kulħadd qed jgħiduhulu lill-gvern, kif ukoll li se jimmina l-purchasing power tal- Maltin.", "Nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru mpressjonani meta qal li llum min jaqla' Lm10,000 jinsab komdu.", "Naturalment jekk kien qed jirriferi għal min jaqla' Lm10,000 u ma jkollux familja u piżijiet oħra finanzjarji, verament jista' jkun komdu.", "Iżda nixtieq nara jekk l-Onor.", "Gonzi jaħsibx li l-livell tal- għixien hux se jogħla, per eżempju, għal dawk il-koppji li b'tant sagrifiċċju joħorġu jaħdmu t-tnejn, jaqilgħu bejniethom Lm10,000, għandhom il-piżijiet ta' xi loan mal-bank biex iħallsu d-dar u għandhom tfal imorru l-iskola.", "Hawn ukoll jiddependi skond liema skola jmorru t-tfal, għaliex jekk imorru f'xi skola privata din il-koppja jkollha tlaħħaq mal-ispejjeż kollha ta' l-iskola.", "Ta' min ifakkar lill-gvern Nazzjonalista li dawn il- familji li jibagħtu lill uliedhom f'iskejjel privati għadhom qiegħdin jistennew li l-wegħda li għamlilhom titwettaq.", "Kien wiegħed li jagħtihom tax rebate fuq il-ħlasijiet tal-miżati ta' l-iskola.", "Se nkompli nsemmi ftit mir-realtajiet li llum qed jgħixu l-familji Maltin.", "Dan il-gvern, li issa għandu ċ-ċertifikat li jew irrid jinganna jew verament maqtugħ min-nies, qed iwaddab lil kulħadd f'borma waħda u ma jinteressahx minn dak li se jispiċċa mibrux mill-miżuri anti-soċjali tal- budget.", "Għalih biżżejjed li jkabbar u jassigura d-dħul finanzjarju tiegħu.", "Ndur fuq l-Ministru Gonzi u nistaqsih jekk jaħsibx li dan il-budget se jgħolli l-livell t'għixien għal dawk il-familji mgħobbijin bil-piżijiet tal- privatijiet fejn jibagħtu lil uliedhom.", "Nixtieq li l-Onor.", "Gonzi jgħidli jekk il-gvern tiegħu jaħsibx li l-4,007 familja li jibagħtu lit-tfal tagħhom fil-higher secondary schools se jogħlielhom il-livell tal-għixien b'dan il-budget.", "Dawn ma ġewx mogħtija stipendji minkejja li l-gvern kien tahom x'jifhmu fil-bidu li se jingħataw stipendju wkoll, għax imbagħad kien reġa' biddel il-legal notice bil-għan li jaqtagħhom barra.", "Il-gvern ikkalkula, per eżempju, li dawn l-4,007 familja li għandhom uliedhom fil- higher secondary schools, huma diġa' mgħobbijin b'piżijiet finanzjarji minħabba ż-żieda fin-nollijiet tat-trasport pubbliku biex uliedhom imorru l- iskola?", "Ħalli nagħti eżempju prattiku tal-kobor ta' l-ispejjeż li daħħalhom fihom dan il-gvern biex tajjar is-sussidju ħalli jaqdi lil ta' Brussels mill-koxxa minn fuq it-trasport pubbliku.", "Studenti Qriema li jattendu l-higher secondary sċhool tan-Naxxar għandhom spiża ta' 50c kuljum kull wieħed għax ikollhom jirkbu erba' karozzi biex jaslu.", "Dawn jammontaw għal Lm2.50 kull ġimgħa u Lm10 fix-xahar kull ras - jekk familja jkollha żewġ studenti, kollox irid jirdoppja naturalment - spiża li hi għat-trasport pubbliku biss u miniex qed nikkalkula l-lunch li jieħdu magħhom.", "Ħafna minn dawn l-istudenti ħobż jieħdu magħhom u dan ukoll issa se jispiċċalu s-sussidju minn fuqu, minkejja l-Lm10 daħka ta' darba li l-gvern se jagħtina f'Jannar.", "Dik probabbli kienet gimmick to boost il-kummerċ mejjet li hawn fil-pajjiż.", "Ma ninsewx li dawn l-istudenti jridu jixtru l-kotba, l-istationery meħtieġa għall-iskola, u jridu jilbsu bħal ħaddieħor ukoll.", "Dawn huma kollha piżijiet fuq il-familji.", "Jien tlaqt minn eżempju ta' koppja li jaħdmu t-tnejn u jaqilgħu bejniethom aktar minn Lm10,000.", "Nixtieq li l-ministru jgħidilna jekk il- gvern tiegħu, bil-miżuri fil-budget, jaħsibx li lill-familji bi dħul aktar baxx u li għandhom l-istess tip ta' piżijiet hux se jogħlielhom il-livell ta' l-għixien.", "Jien tlaqt minn income group fejn koppja miżżewġa jaħdmu t- tnejn u jdaħħlu Lm10,000 imma nafu li hawn ħafna familji li ma jaqgħux f'din l-income bracket.", "F'dan il-budget, bil-miżuri anti-soċjali u bil-Lm1 daħka żieda fil-ġimgħa, il-gvern ikkalkula kemm se jogħlielhom il-livell ta' l-għixien lil dawn in-nies?", "Nixtieq ukoll li l-ministru jgħidilna x'se jagħmlu dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom waslu għall-eżamijiet u jridu l- liri biex iħallsu għall-miżati tagħhom.", "Qed insemmi realtajiet li jgħixu ta' kuljum il-familji Maltin għax minn hemm irridu nitilqu biex naraw l- effett proprju ta' dan il-budget fuq il-familji.", "Nixtieq li l-Onor.", "Gonzi jgħidilna jekk jaħsibx li permezz ta' dan il-budget il-familji se jogħlielhom il-livell ta' l-għixien.", "Nistaqsi jekk humiex se jsiru iktar komdi u jekk se jogħlielhom il-livell tal-għixien dawk il-familji li llum għandhom piżijiet finanzjarji minħabba li għandhom xi tifel jew tifla bi bżonnijiet speċjali u li jkollhom iħallsu biex jagħtuhom it-terapija jew it-trattament li jeħtieġu.", "Naf ħafna li jħallsu bejn Lm40 u Lm70 fix-xahar biex jgħinu lil uliedhom bi bżonnijiet speċjali.", "Nixtiequ jgħidilna jekk jafx x'sagrifiċċju qed jagħmlu dawn il- familji li ħafna drabi d-dħul finanzjarju tagħhom ikun marbut ma' spalla waħda.", "Ħafna drabi r-raġel joħroġ jaħdem bi qligħ, u l-mara, anke jekk tixtieq tgħin finanzjarjament, ma tkunx tista' tagħmel pass għaliex trid toqgħod id-dar u tagħti l-kura diretta lit-tifel jew tifla tagħha bi bżonnijiet speċjali.", "Dawn ukoll milqutin mill-miżuri ta' kuxjenza soċjali kbira li daħħal il-gvern Nazzjonalista f'dan il-budget.", "Mingħajr tlaqliq inkompli nsostni li huwa budget anti-soċjali u anti-familja.", "Jgħidilna l-Onor.", "Gonzi jekk jaħsibx li bil-miżuri tal-budget tal-gvern tiegħu l-familji b'ġenitur wieħed se jsiru aktar komdi, hux se jogħlielhom il-livell ta' l-għixien.", "Bħallikieku mhux biżżejjed li is-sena l-oħra ppruvajtu tgħattu x-xemx bl-għarbiel, meta taparsi żidtulhom l-entitlement għall-finijiet tax-taxxa, biex imbagħad irbattuha ma' għadd ta' kondizzjonijiet.", "Dakinhar konna staqsejna lill-Onor.", "Gonzi kemm se jibbenefikaw minnha din.", "Hu ma kienx f'qagħda li jgħidilna u qalilna li ma jafux.", "Ma nafx jekk jafux illum u nittama li jafu.", "L-Onor.", "Gonzi se jkun jista' jgħidilna jekk dawk l-irġiel separati li jħallsu l-manteniment għat- tfal tagħhom - u xi kultant anke għall-ex-nisa tagħhom - hux se jogħlielhom il-livell ta' l-għixien bil-miżuri mħabbra fil-budget, meta nafu li ħafna minn dawn l-irġiel huma meqjusin bħala single għall-finijiet ta' l-income tax.", "Għamilna kemm il-mistoqsija parlamentari fuqha din u Alla jbierek baqa' ma sar xejn.", "Nixtieq li l-Ministru Gonzi jgħidilna jekk il-gvern tiegħu jaħsibx li l- pensjonanti se jogħlielhom il-livell tal-għixien bil-miżuri mħabbra f'dan il-budget.", "Fejn marret l-għajta elettorali tal-Partit Nazzjonalista li se jtejbu l-pensjonijiet u x'sar minnha l-wegħda li se jagħtuhom iż-żidiet sħaħ għall-għoli tal-ħajja?", "Fid-diskors tal-budget lanqas kienu jafu fejn qegħdin għax imbagħad wara ġiet iċċarata li dawn ħadu żewġ terzi taż-żieda u kulħadd jgħid bis-66c jew 67c li se jiżdiedu fil-ġimgħa.", "Fejn hu l-indiċi speċjali tal-prezzijiet għall-anzjani biex l-għoli tal-ħajja għalihom jiġi mkejjel f'basket apposta?", "Aħna nafu li l-anzjani għandhom il-baskett partikolari tax-xirja tagħhom.", "Il-pensjonanti u l-anzjani llum jinsabu mwerwrin għaliex f'sena fil-gvern il-Partit Nazzjonalista rnexxielu mhux biss ma jagħtix ħjiel liema mill-wegħdi elettorali ser iwettaq iżda herra s- servizzi mediċi li jingħataw mill-isptarijiet u mill-health centres tal- gvern.", "Irrid ukoll infakkar lill-ministru f'dak li kien qal is-sena l-oħra fir- rigward tal-familja.", "Kien qal hekk dwar il-budget tas-sena l-oħra:", "''Dawn il-miżuri kollha li aħna għandna msemmijin fil-budget irridu npoġġuhom f'viżjoni sħiħa.", "Iva, aħna qegħdin ngħidu li kull miżura, kull ħaġa u deċiżjoni li nieħdu rridu neħduha fil-kuntest tal- familja.''", "Kliem mill-isbaħ, pero' lill-Ministru Gonzi nistaqsih jekk sarx verament dak li qal is-sena l-oħra min-naħa tal-gvern bi tħejjija għal dan il- budget.", "Il-miżuri tal-budget għas-sena 2000 tqiegħdu f'viżjoni sħiħa fil- kuntest tal-familja, Onor. Gonzi?", "Jekk sar hekk, il-ministru jħossu sodisfatt li l-familja Maltija, hi min hi, se timxi 'l quddiem, se jogħlilha l-livell tal-għixien u se jkollha kwalita' ta' ħajja aħjar?", "Nista' nissopponi x'se tkun it-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet.", "Minix qed nipprova nagħmilha tal-profeta iżda diġa' smajna tant li dan il-budget se jindirizza l-problemi tal-pajjiż.", "Il-pajjiż mhux minn-nies u mill-familji magħmul?", "Jekk f'dan il-pajjiż il-familja, il-pensjonant u dak li jgħix bl- assistenza soċjali se jonqsilhom drastikament il-livell tal-għixien tagħhom, għax se jiġi mminat id-dħul tagħhom, il-pajjiż se jiddgħajjef finanzjarjament, ekonomikament u soċjalment.", "Din hija katina waħda.", "Fil-bidu ta' l-intervent tiegħi għedt li l-gvern għażel it-triq il-faċli u li mhux se jasal jekk mhux se jaħdem bis-serjeta' biex jikkrea klima tajba ħalli nattiraw investiment ġdid biex noħolqu mpjiegi produttivi ġodda f'pajjiżna.", "Dan mhux aħna tal-Malta Labour Party biss qegħdin ngħiduh, iżda l-korpi kostitwiti, it-trade unions u kulħadd qed jgħid l-istess ħaġa.", "Kulħadd qed jgħid lill-gvern li dan il-budget mhux qiegħed jindirizza l- bżonn li jattira investiment ġdid.", "L-inċentivi għall-industrija għosfru minkejja li wara d-diskors tal-budget il-Ministru Dalli ġie rraportat jgħid li se jkun hemm pakkett ġdid.", "F'dan ir-rigward, meta nitkellmu fuq ir- rapporti ta' l-Unjoni Ewropea li aħna rridu nagħmlu a level playing field għal kulħadd, jien nifhem li ma tistax tagħmel inċentivi.", "Anke ftit tal- ġimgħat ilu meta c-chairman ta' l-MDC, f'intervent li għamel fl-aħbarijiet ta' One News, ġie mistoqsi jekk hux se jkun hemm inċentivi għall-industriji ġodda hu qal: \"Dawk li għandhom għandhom u dak li jiġi, ħeqq ...\", u ma kompliex is-sentenza.", "Dawn huma inkonsistenzi.", "Sadanittant il-gvern, li huwa ossessjonat li akkost ta' kollox idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea, hu kostrett li apparti li jrid jindirizza d-deficit biex iniżżlu għall- livell aċċettabbli mill-Unjoni Ewropea ta' madwar 3%, issa jrid idaħħal miżuri oħra li jiddettawlu minn Brussels, bħat-tneħħija tal-levies f'daqqa minn fuq prodotti ta' manifattura Maltija għas-suq lokali biex jaqdu lil ta' Brussels.", "L-industrijalisti stess qed jgħidu lill-gvern li jekk ma jidħolx bis- serjeta' għar-ristrutturazzjoni huma mhux se jkunu f'qagħda li jlaħħqu mal- kompetittivita' li għandhom il-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Kulħadd qiegħed jgħid li dan qed jhedded mijiet u eluf ta' mpjiegi.", "Fid-diskors tal-budget hemm ammissjoni ċara dwar il-fatt li l-qgħad mhux nieżel iżda tiela' u tajjeb li niftakru dak li ntqal fid-diskors tal-budget tas-sena l-oħra, meta l-gvern kien ikkommetta ruħu biex iniżżel il-qgħad għal 4%.", "Mhux talli dan l- impenn ma wettqux iżda l-qgħad kompla tiela' saħanistra għal 5.5%, jiġifieri 'l fuq minn 8,000 ruħ bla xogħol f'dan il-pajjiż.", "Issa din is- sena l-gvern qed jgħid li l-qgħad huwa previst li se jkun għal madwar 5%.", "Mela din is-sena warrab il-benchmark li għamel għalih innifsu s-sena l- oħra.", "Din il-benchmark kien tana lecture fuqha l-Onor.", "Gonzi s-sena l-oħra fid-diskors tiegħu tal-budget meta ġie biex jagħmel il-winding-up b'risposta għal dak li kien qallu sieħbi l-Onor.", "Chris Aguis rigward ix- xogħol.", "Il-Ministru Gonzi kien qal hekk:", "''L-Onor.", "Chris Agius semma punt li naħseb li huwa importanti u qal li fil-budget m'hemm xejn fuq il-kwestjoni tal-qgħad, ċioe' ta' dawk li għandhom iktar minn 45 sena, li jdumu jirreġistraw għax ma jsibux xogħol.", "Imma jiddispjaċini ngħid li l-Onor.", "Membru donnu ma fehem xejn għax jien ngħidlu li dan huwa budget immirat proprju biex jipprovdi soluzzjoni mhux biss għal dawk in-nies li għandhom 'il fuq minn 45 sena imma għal kulmin qiegħed ifittex ix-xogħol.", "Dan huwa budget li l-mira tiegħu primarja hi l-ewwel u qabel kollox li jerġa' jistimula l-ekonomija.", "Dan huwa budget li jrid jerġa' jqajjem lil dan il-pajjiż mir-raqda li raqad, mid-depression li kien nieżel fiha, kif uża l-kelma l-ministru tal-finanzi stess fid-diskors tal-budget, b'riżultat ta' sentejn ta' politika ta' qtigħ il-qalb ta' gvern Laburista, li l-ħin kollu baqa' jgħid x'ħofra għandna, xi problemi għandna, kemm aħna żgħar u kemm ma nistgħux nikkompetu mal-barranin, dawk il-miżuri kollha li spiċċaw qatgħu qalb kulħadd. ''", "Issa ma jimpurtax li l-ħofra ħrafa spiċċat u saret ħofra vera għall-gvern Nazzjonalista.", "Il-Ministru Gonzi kompla jgħid:", "''Dan huwa budget li jerġa' jqajjem il-ħidma ekonomika ta' dan il- pajjiż.", "Malli tqajjem il-ħidma ekonomika, min se jgawdi?", "L-ewwel u qabel kollox igawdu dawk iż-żgħażagħ li mhux qed jaħdmu, dawk li huma qegħda, dawk li llum qed ifittxu x-xogħol u bir-rispett kollu mhux qed isibuh, b'riżultat ta' politika ta' gvern Laburista.", "Wara sentejn illum il-pajjiż jinstab staġnat u qegħdin nitkellmu fuq rata ta' qgħad li laħqet kważi 5% b'riżultat tal-politika tal-Partit Laburista fil- gvern.", "Din hija s-sitwazzjoni.''", "Meta taqra x'ikun intqal sena qabel u tifli sew is-sitwazzjoni tal-lum jaqbdek id-daħk għaliex issa l-gvern Nazzjonalista ma jistax jibqa' jwaħħal fil-Partit Laburista fil-gvern.", "Ilu iktar minn sena fil-gvern u s-sena l- oħra bl-aktar mod assertiv l-Ministru Gonzi kien qalilna li, matul is-sena li għaddiet, kellu jkun hemm boost fl-ekonomija u kellu jiġi ġġenerat il- ġid.", "Dawk il-ħafna slogans sbieħ ta' qabel l-elezzjoni kienu rripetuti u suppost li ħallew miraklu kbir.", "Il-miraklu sfortuntament ma seħħx iżda seħħ miraklu bil-maqlub għax minflok naqset ir-rata tal-qgħad din kompliet żdiedet matul din is-sena.", "Imbagħad għal ħabta ta' Settembru, meta kienu qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista ta' l-indipendenza, il-Prim Ministru, bit-talent kbir li għandu ta' kif idawwar is-sewwa magħruf, għal ġimgħat sħaħ kien qed jagħmel maratona sħiħa fil-każini tal-partit tiegħu ma' Malta kollha u jgħid lil kulħadd li l-impjiegi żdiedu b'1,200 mingħajr ma jgħid kemm attwalment żdied il-labour supply.", "Iżda naturalment dakinhar l-aqwa għan għall-Prim Ministru kien li jtella' l-moral tal-partitarji tiegħu.", "Issa ġie dahru mal-ħajt għax ma jistax idawwar il-fatti l-ħin kollu -kif jgħid il- Malti, il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tiġġarraf! - u qed jgħid lill-poplu li n-nies qegħda żdiedu għaliex hawn iktar nisa jfittxu peress li hawn il- fiduċja.", "Skond il-Prim Ministru in-nisa m'għadhomx joħorġu jaħdmu biex jixtru l-air-conditioners, kif kien jgħid lil kulħadd qabel l-elezzjoni!", "Bir-rispett kollu ma nafx ma' liema nisa qed jagħmilha l-Prim Ministru għax jew irid iqarraq jew qed iqarrqu bih.", "Illum ħafna nisa qed ikunu kostretti, jixtiequ jew ma jixtiequx, joħorġu jaħdmu għax bil-paga tar-raġel ma jistgħux ilaħħqu ma' l-ispejjeż u ż-żidiet li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom biex irabbu l-familja.", "Aħseb u ara la tibda ħierġa l-għafsa tal- miżuri anti-soċjali u anti-familja ta' dan il-budget!", "Hawn niftakar ukoll lill-Onor.", "Gonzi s-sena l-oħra jitkellem dwar id-day care centres tat-tfal.", "Hu kien qal hekk:", "''Il-budget jipprevedi għall-ftuħ ta' day centres oħrajn biex inkunu nistgħu nipprovdu servizz ħalli l-mara li jkollha tarbija li għadha qed trabbi u trid taħdem ikollha post fejn tista' tħalli t-tarbija u tmur taħdem.''", "U jien nistaqsi fejn huma d-day centres oħrajn li kellu jipprovdi l-budget tas-sena l-oħra għal din is-sena.", "Fejn infetħu dawn?", "Hawn xi ħadd jaf bihom?", "Dwar in-nisa jekk Alla jrid titkellem l-Onor.", "Helena Dalli, meta jiġi trattat il-vot tal-prim ministru għaliex, aħna ma tfajniex id- drittijiet tan-nisa f'kantuniera mudlama f'xi ministeru.", "Aħna nemmnu li d- drittijiet tan-nisa għandhom jibqgħu jingħataw il-prijorita' sħieħa fil- ħidma tal-gvern u għalhekk se nittrattaw dan il-qasam, jekk Alla jrid, meta jiġi l-vot tal-Prim Ministru.", "L-esponenti tal-gvern qalulna li dawru r- rota, biddlu r-rotta, li qegħdin naslu u li l-qgħad kompla tiela' għal 5.5%, jiġifieri għal aktar minn 8,000 ruħ qegħda.", "Wara li rajna x'suppost offra l-budget tas-sena l-oħra għal din is-sena, issa ħalli naraw il-budget ta' din is-sena, li qed isir illum għas-sena d-dieħla, x'qed joffri lill- ħaddiema bla xogħol.", "Il-gvern Nazzjonalista qed joffrilhom li jħarriġhom.", "Mir-rapport annwali tal-korporazzjoni għat-taħriġ u mpjieg, mill- istatistika ppubblikata din is-sena hemm indikat li 47% ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol huma nies li ilhom jirreġistraw għall-aktar minn 53 xahar.", "Lil dawn f'dan il-budget ukoll qed joffrilhom li jħarriġhom.", "Għalhekk ikolli nistaqsi lill-Ministru Gonzi: X'se joffrilhom aktar wara t- taħriġ?", "Nittamaw li se joffrulhom ix-xogħol għaliex, jekk le, lil dawn in- nies se jkomplu jifrustrawhom aktar.", "Ħafna minnhom diġa' huma ffrustrati għax ilhom dawn is-snin kollha ma jaħdmux, aħseb u ara jekk imbagħad inħarrġuhom - u hekk għandu jkun għax aħna nemmnu fit-taħriġ - u jibqgħu lampa stampa.", "Dawn se jidħlu fi frustrament ġdid.", "Nies li ilhom madwar erba' snin u ħames snin qegħda mhux suppost li l-korporazzjoni diġa' tathom taħriġ?", "Wara kollox il-gvern Nazzjonalista mhux għalhekk kien waqqaf din il-korporazzjoni, biex it-taħriġ ikun proprju proċess kontinwu għall-ħaddiema?", "Jekk dawn il-ħaddiema bla xogħol ġew imħarrġa diġa', x'ġew offruti matul dawn is-snin kollha?", "Jekk dawn ma ġewx imħarrġa, allura x'kienet qiegħda tagħmel l-ETC matul dawn is-snin?", "Nistaqsi wkoll x'se tagħmel l-ETC fil-każ tal-gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Jien nifhem li għadhom ħerġin friski minn taħriġ akkademiku u allura x'taħriġ se toffrilhom l-korporazzjoni, sakemm mhumiex se jibqgħu jitħarrġu għal ħajjithom kollha.", "F'dan il-budget xtaqt nisma' x'se jiġri minn dak li wegħedna l-Onor.", "Gonzi s-sena l-oħra fir-rigward tal-liġijiet taċ-CERA u dik dwar ir- relazzjonijiet industrijali.", "Hemm bżonn kbir li naraw li dawn il-liġijiet jiġu aġġornati.", "Kemm se ndumu nistennew wara li ilna nisimgħuha, ngħiduha u nibqgħu fejn inkunu?", "Il-gvern Laburista preċedenti f'għoxrin xahar ħadem bi sħiħ fuqhom dawn.", "Għaliex dan il-gvern għadu jittituba?", "Il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema ma jistgħux jiġu ttraskurati, speċjalment meta nafu li għandna liġi li ilha mill-1952 u li minkejja li ġiet emendata din ma tirriflettix it-tibdil soċjali li sar matul dawn l-aħħar snin.", "Nafu wkoll li hemm għadd kbir ta' ħaddiema li mhumiex unionised u li għalhekk dawn huma aktar prone li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jiġu mnaqqra.", "Nafu li hemm għadd ta' ħaddiema li jeħtieġu l-attenzjoni, minħabba li għadhom il-bogħod wisq biex jiksbu kondizzjonijiet xierqa u dinjitużi.", "Fost dawn il-ħaddiema hemm dawk, per eżempju, li jaħdmu f'xi uħud mill-kumpanniji tat-tindif.", "Meta tismagħhom jirrakkontawlek il-kondizzjonijiet li għandhom tax-xogħol jaqbdek il-biki.", "Lanqas temmen li dawn qiegħdin f'Malta.", "Nafu wkoll li llum minħabba n-nuqqas ta' xogħol hemm xi employers li qegħdin japprofittaw irwieħhom u jħallsu lill-ħaddiema bil-laqx.", "Dawn l-affarijiet m'għandhomx ikunu aċċettabbli jekk irridu nkomplu nsaħħu l-liġijiet tagħna, ħalli anke lil dawn il-ħaddiema nagħtuhom aktar protezzjoni.", "Fir-rigward tar-relazzjonijiet industrijali mhux biss jeħtieġ li l-liġi tiġi aġġornata iżda wkoll li l-attitudni tal-gvern lejn il-GWU tinbidel.", "Din wara kollox hi l-akbar trade union f'Malta u dak li ġara fl-20 ta' Awissu ġewwa Marsaxlokk u ġewwa l-ajruport internazzjonali ta' Malta ma jagħmilx ġieħ lill-gvern.", "Ma jawgurax wisq għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet industrijali tajbin bejn l-imsieħba soċjali f'dan il-pajjiż.", "Imkien fid- dinja demokratika m'hija aċċettabbli li l-gvern ikisser azzjoni industrijali bil-forza tas-sigurta' kif għamel permezz ta' l-armata u tal- pulizija fl-20 ta' Awissu ta' din is-sena.", "Hija tal-mistħija u ta' għajb għall-gvern Nazzjonalista li qed jaġixxi mal-membri u ma' l-uffiċjali tal- GWU bħal li kieku kienu xi kriminali.", "Ħadd m'għandu jieħu għalih u jipprova jinnega dan l-aġir tal-gvern.", "Sa dalgħodu stess il-palazz hawnhekk kien mimli pulizija.", "Jien nafha li timmobilizza l-forzi tas-sigurta' għall- kriminali.", "Hawnhekk irrid insellem lill-ħaddiema membri tal-union li bħalissa qegħdin il-qorti, lil dawk li ġew imtella' nhar it-Tnejn li għadda u lill-uffiċjali u lill-membri l-oħra li fil-jiem li ġejjin wkoll se jiġu mressqa l-qorti.", "Lil dawn sħabi ngħidilhom: Taqtgħux qalbkom.", "Għamlu kuraġġ għaliex sakemm intom magħqudin il-gvern ma jistax ikisser l-akbar għaqda tredjunjonistika f'pajjiżna.", "Irrid ukoll nsemmi l-ħidma tal-gvern vis-a-vis il-ġlieda kontra l-abbuż mid-droga għax din taqa' wkoll taħt dan il-ministeru permezz ta' l-aġenzija Sedqa.", "Nieħu l-opportunita' biex nenfasizza l-punt li huwa essenzjali li naħdmu biex insaħħu l-ħidma tagħna favur il-prevenzjoni, iżda l-gvern għandu responsabbilta' ħafna akbar minn hekk.", "Il-gvern mhux responsabbli biss biex jipprovdi l-fondi lill-agenzija iżda għandu jaħdem bis-serjeta' biex jara kif iwaqqaf id-dħul tad-droga f'Malta.", "Għandu jaħdem bis-serjeta' biex it-traffikanti li jinqabdu jieħdu dak li ħaqqhom u mhux jiġri bħal ma ġara fil-każ ta' Queiroz u issa din is-sena l-każ ta' El Azzabi, li ġie jimla lit-tfal tagħna bid-droga u mbagħad ħarab minn idejna u qisu Alla jbierek ma ġara xejn.", "Infakkar ukoll lill-ministru f'dak li kien wiegħed is-sena l-oħra, fejn kien qal li l-mira tagħna għal matul is-sena d-dieħla, jiġifieri għal din is-sena, hija li nkomplu ntejbu s-servizzi li jagħti d-dipartiment tas- sigurta' soċjali.", "Dakinhar kien qed jirriferi partikolarment għall-area offices fejn kien wiegħed li se jara li jwessgħu s-servizzi li jagħtu biex ma jibqgħux speċi ta' reception desks.", "Lill-ministru nixtieq nistaqsih x'sar s'issa għaliex sa' llum dawn l-area offices ftit li xejn tbiddlet il- funzjoni tagħhom.", "Jeħtieġ li mill-paroli ngħaddu għall-fatti.", "Lill-Ministru Gonzi nixtieq nistaqsih x'sar mill-programm leġislattiv li kien qal li għandu jimpenja bis-sħiħ il-ministeru tiegħu matul din is-sena.", "Is-sena l- oħra, fl-għeluq tas-seduta fuq il-voti tal-ministeru tiegħu, il-ministru kien semmielna l-emendi fil-liġi dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol u dwar ir-relazzjonijiet industrijali, l-emendi u l-inizjattivi li hemm bżonn li nieħdu fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Il-ministru qalilna li kien se jgħaddi l-liġijiet dwar id-drittijiet tat-tfal, dwar il- vjolenza domestika, dwar is-social workers u l-professjonijiet l-oħrajn kollha.", "Fejn huma dawn il-liġijiet?", "Is-sena għalqet u l-benchmark li stabilixxa l-istess ministru għadu ferm il-bogħod minnha.", "Ejja anmmettu li l-budget ġab tempesta kerha għaż-żgħir u għal dawk li għandhom dħul medju.", "Nittama li ma jkunx hemm xi maltempata oħra meta jitħabbru r-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-kummissjoni għar-riforma fil-welfare.", "Biżżejjed li dan il-budget se jagħmel ħsara kbira lit-tessut soċjali ta' pajjiżna.", "Se jagħmel ħsara kbira lill-mentalita' u l-kultura politika u soċjali ta' pajjiżna għaliex matul dan l-aħħar jiem erġajna qiegħdin nitkellmu f'termini ta' klassijiet u diviżjonijiet soċjali.", "Dan il-budget qed idawwar ir-rota u qed ibiddel ir-rotta iżda mhux 'il quddiem, kif jgħidulna tal-gvern, iżda b'lura.", "Mexjin bir-reverse, b'lura għal madwar 30 sena ilu, għal żmenijiet meta s-saff soċjali ta' fuq kien ferm il- bogħod mis-saff soċjali ta' taħt.", "Huwa sagrileġġ li nħallu li ssir il-ħsara fil-mentalita' li kienet bdiet tinbidel.", "Il-poplu Malti u Għawdxi beda jifhem il-bżonn li ngħixu f'armonija fejn s-sħab soċjali jkunu l-elementi li jwasslu l-vuċi ħajja ta' kull settur tal-poplu tagħna.", "Il-budget qed jhedded dan kollu, għaliex huwa budget b'miżuri anti-soċjali u anti- familja, fejn jolqot bl-aktar mod fil-laħam il-ħaj lil dawk li għandhom dħul baxx u dħul medju.", "Fl-aħħarnett lill-Ministru Gonzi rrid nistaqsih jekk iħossux komdu mal- kuxjenza tiegħu li b'dan il-budget il-poplu u l-partit tiegħu se jiksbu dak li wegħdu hu u l-partit tiegħu qabel l-elezzjoni li għaddiet?", "Dakinhar qabel l-elezzjoni, f'wieħed mill-ispeeches tal-aħħar, il-ministru kien wiegħed lill-poplu li mill-għada jikseb is-serħan tal-moħħ.", "Bil-Lm1 żieda kontra madwar Lm7 spejjeż żejda li dan il-budget waddab fuq il-familji kollha, il-ministru jħoss li se jgħolli l-livell tal-għixien ta' kulħadd?", "Il-gvern Nazzjonalista ma jistax jibqa' jilgħab bid-diskors u jdawwar il- fatti.", "Il-poplu qed jistenna li jbiddel ir-rotta verament ħalli r-rota tal- ġustizzja soċjali f'Malta terġa' tibda ddur bis-serjeta' u mhux bi slogans fierħa li ma jwasslu mkien imma bil-fatti konkreti.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, dan huwa t-tieni budget li qed nassisti għalih.", "Għalkemm budgets oħra preċedenti kienu ta' interess għalija, din l-esperjenza, fejn tkun qiegħed tipparteċipa u tidħol f'ħafna dettall f'dak li jkun qed jintqal u dak li qed issir fil-pajjiż, hija vera sabiħa.", "Pero', mingħajr ma nidħol f'ħafna dettalji, hija xi ħaġa li tfakkarni f'dak il-kliem li kien jintqal mill-anzjani li tiltaqa' magħhom fid-diversi villaġġi.", "Fl-1987, meta saret il-bidla fl-amministrazzjoni, dawn kienu jgħidu li reġgħu ġejjin iż-żmenijiet tal-passat.", "Kien diskors li forsi min kien ta' l-eta' tiegħi dak iż-żmien, xi tlettax-il sena ilu, kien jieħdu b'ċerta leġġerezza, fis-sens li x-xjuħ dejjem igorru.", "Biss illum ikolli ngħid li kważi dan il-kliem qed jikkonferma ruħu.", "Dak iż-żmien kulhadd jaf li l-ekonomija fil-pajjiż kienet b'saħħitha.", "Illum il-ġurnata qegħdin niddikjaraw għall-ewwel darba li finanzjarjament il-pajjiż qiegħed ħażin u li għandna problemi kbar finanzjarji.", "Bla dubbju ta' xejn dan ifakkarna fid-diskors li kien għamel gvern Laburista meta ħa l-poter f'Ottubru ta' l-1996.", "Mill-ewwel żvela u għamilha ċara li hemm diffikultajiet enormi finanzjarji li kien wiret mill- amministrazzjoni preċedenti.", "Jagħmel sens ukoll dak li kienet tgħid l- oppożizzjonijiet Nazzjonalista dak iż-żmien, li qegħdin inkabbruha u qegħdin nesaġerawha.", "Illum qed jirriżulta li ma konna qegħdin nesaġeraw xejn.", "Kien kollu realta' u għall-ewwel darba tneħħiet maskra - ħalli nsejħulha hekk - ta' kif l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien irnexxielha taħbi diffikultajiet finanzjarji enormi li ħolqot hija stess.", "Għalhekk nemmen li dan huwa budget li qiegħed jikxef il-maskra totali ta' kif jinsabu r-riżorsi tal-pajjiż tagħna u ninsab konvint li l- poplu Malti jaf biżżejjed min ikkaġuna dawn il-problemi.", "Kulħadd jaqbel li dawn il-problemi jridu jsolvu ruħhom, biss żgur kif se nindika aktar tard, mhux bil-mod li qiegħed jiġi propost u bil-mezzi li qiegħda tipproponi l- amministrazzjoni preżenti.", "Jien se nikkonċentra dwar l-aspett ta' kif dan il-budget jolqot lill-housing.", "Żgur li f'dan il-pajjiż il-klassi tal-ħaddiema, dawk l-iktar fil-bżonn, l- ixkaffa t'isfel, ma jirrikjedux budget li qiegħed b'xi mod juri xi simpatija lejhom.", "Permezz ta' dan il-budget id-diffikulta' tagħhom tnaqqset b'Lm1.", "Żgur li n-nies li jinsabu f'din l-istrata tas-soċjeta' tagħna m'huma se jirkupraw xejn mit-tbatijiet li għandhom.", "Żgur li l-pensjonanti jeħtieġu għajnuna u żgur li dawk li qegħdin jipprovaw ifittxu biex jibdew l- istat ta' ħajja u jfittxu residenza, żgur li dan il-budget m'hu qiegħed joffri xejn li jista' b'xi mod jaġevolahom.", "Ma joffri xejn lil min verament għandu bżonn, anzi jekk naqraw il-premessa nsibu li l-policy dettata mill-ministeru konċernat hija li tiddaħħal mentalita' fil-poplu Malti biex dan irid ikun lest iħallas biex ikollu post xieraq fejn joqgħod.", "Fl-opinjoni tiegħi wieħed għandu jitlob kjarifika dwar din il-policy.", "Mr. Chairman, kif ġie spjegat f'diversi seduti oħra tal-parlament, il- problema attwali hija l-prezzijiet esaġerati.", "Per eżempju fl-aħħar diskors tiegħi fuq dan is-suġġett jiena kont għedt li t-taxxi imposti fuq it-trasferiment ta' proprjeta' huma għoljin wisq u waħda mill-miżuri biex forsi jorħos il-prezz tal-proprjeta' kellha tkun proprju li dawn jitneħħew jew inkella jitnaqqsu.", "Fil-fatt nieħu gost li dan il-budget għamel pass pożittiv f'din id-direzzjoni għax għalkemm għadna l-bogħod f'dan ir-rigward, fil-fatt it-taxxa tnaqqset.", "Barra minn hekk jekk nagħtu ħarsa lejn il-leaflet li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra naraw li se jinħoloq dipartiment li se jkun responsabbli għall-ippjanar ta' żvilupp u għar-regolarmentazzjoni tas-settur tal-politika tad-djar f'Malta.", "Aspetti pożittivi oħra f'din il-leaflet huma l-amalgamazzjoni tal- funzjonijiet ta' l-awtorita' tad-djar, tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u tad-dipartiment tal-bini u manutenzjoni tad-djar u l-ħolqien ta' sistema waħda fl-għoti tal-punti.", "Għalkemm dawn huma viżjonijiet sbieħ, f'din il-leaflet ma joħroġ xejn li b'xi mod juri x'se jsir biex din il- problema tal-housing tiġi aġevolata.", "Jien kont iktar nistenna ideat ta' kif se tiġi solvuta l-problema tal-joint office, fejn għandek diversi proprjetajiet u meded ta' art li jistgħu jiġu żviluppati.", "Ma nisimgħu xejn lanqas fuq kif nistgħu nagħmlu rendikont tas-siti tal-gvern li jinsabu mitluqin.", "Mr. Chairman, xtaqt nitkellem ukoll dwar il-vot imressaq għall-awtorita' tad-djar.", "Dan huwa vot li fl-opinjoni tiegħi ma jimpressjona xejn.", "Wieħed jista' jikkompara dan il-vot ma' ta' qablu, fejn għall-ewwel jgħid li huwa xi ħaġa pożittiva, fis-sens li hawn awment pero' meta wieħed iqabbel dan il- vot ma' dak imressaq mill-amministrazzjoni preċedenti Laburista jsib li l- amministrazzjoni preċedenti kienet ressqet stima ta' Lm1,662,600 aktar.", "Is- somma vvotata mill-amministrazzjoni Laburista sabiex tiġi mgħoddija lill- awtorita' tad-djar kienet ta' Lm7,066,600 filwaqt li dik imressqa mill- amministrazzjoni Nazzjonalista għas-sena 1999 kienet ta' Lm5,404,000.", "Għas- sena 2000 - u dan minkejja li l-Prim Ministru u l-ministru tal-finanzi jgħidu li l-pajjiż qabad id-direzzjoni u l-ekonomija qiegħda ddur - ġew ivvotati Lm5,860,000, jiġifieri Lm458,000 aktar mis-sena ta' qabel.", "F'dan il-każ ġew ivvotati Lm1,204,600 inqas minn dak li kien ivvota gvern laburista.", "Jekk wieħed ikompli janalizza jsib li gvern Laburista kien tella' l-vot minn Lm3,352,333 għal Lm6,323,000 pero' mbagħad gvern Nazzjonalista naqqas dan il-vot għal Lm4,730,000.", "Dawn iċ-ċifri juru biċ- ċar min verament għandu għal qalbu l-klassi tal-ħaddiema.", "Huma ċifri li juru kif fi ftit xhur gvern Laburista daħal fil-fond tas-soċjeta' u ra verament il-polz fejn qed iħabbat u kif verament jista' jgħin.", "Gvern Laburista mill-ewwel irrealizza li jekk hawn Malta rridu ntaffu t-tbatijiet taċ-ċittadin, żgur li l-ewwel irid ipoġġi l-enerġija u r-riżorsi tiegħu fuq il-kwestjoni tad-djar.", "Dan urieh bil-fatti u biċ-ċifri li għadni kif ikkwotajt.", "Mr. Chairman, punt ieħor li xtaqt nagħmel riferenza għalih huwa konness mal-bejgħ ta' l-ishma li kellha l-awtorita' tad-djar fil-Lohombus.", "Fir- rapport finanzjarju nsibu sezzjoni li titkellem proprju fuq id-dħul li l- awtorita' tad-djar għamlet mill-bejgħ ta' l-ishma li kellha fil-Lohombus.", "Nassumi li kulħadd jaf li l-Lohombus jifforma parti mill-Mid-Med Group u meta l-HSBC akkwistaw l-ishma tal-Mid-Med huma akkwistaw ukoll l-interessi li kien hemm fil-Lohombus.", "L-awtorita' tad-djar min-naħa tagħha ġiet obbligata tittrasferixxi dawk l-ishma li kellha wkoll.", "Issa mill-financial statements datati 30 ta' Settembru, 1999 jirriżulta li wara li tnaqqsu l- ispejjeż, l-awtorita' kien baqgħalha dħul ta' Lm875,087 minn dan it- trasferiment.", "Fr-rendikont imressaq f'dawn l-estimi dan id-dħul ma jidher imkien imma tidher biss żieda ta' Lm458,000.", "Sur President, naħseb li din hija diskrepanza.", "Minn dan il-bejgħ l-awtorita' tad-djar daħħlet 'il fuq minn Lm800,000 pero' ż-żieda fuq dan il-budget hi ta' Lm400,000.", "Dawn il- flus fejn setgħu marru?", "Wara kollox dawn kienu ishma li gvernijiet preċedenti Laburisti kienu nvestew sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-profitti u allura wieħed kien jistenna li dan id-dħul kien se jmur proprju biex tiġi solvuta din il-problema tal-housing.", "Punt ieħor li xtaqt nelenka u li fl-opinjoni tiegħi juri kif din l- amministrazzjoni hija l-bogħod milli tifhem il-problemi ta' dan il-pajjiż huwa l-punt li se jintnefqu xi Lm1.2 miljun fuq il-kostruzzjoni mill-ġdid ta' Triq Hal Far, li hi t-triq li tieħu mill-airport u tibqa' nieżla sal- freeport.", "Onestament ħadt pjaċir meta smajt li qed jiġu vvotati dawn il- flus għal din it-triq għax żgur li n-naħa ta' isfel ta' Malta huwa mwarrab, pero' dan is-sodisfazzjon tiegħi immedjatament għeb meta smajt li l-amministrazzjoni preżenti għandha f'moħħha li tbiegħ l-interessi tagħha f'diversi entitajiet, fosthom il-freeport.", "Ma nafx jekk dan huwiex biss għajdut pero' mhux sew li jiġu investiti Lm1.2 miljun fi triq biex wara kollox jinbiegħu l-interessi tal-freeport lil xi barrani.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa għajb li l-flus tal-poplu Malti jintnefqu b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet) Jiena mhux qed ngħid li din it-triq m'għandhiex tiġi rranġata, biss flus il-poplu għandhom jintnefqu b'mod aktar serju.", "Dan ngħidu b'mod partikolari meta tqis li l-vot għall-awtorita' tad-djar tnaqqas b'mod konsiderevoli u meta tqis ukoll li hemm ħafna aktar toroq li suppost ikollhom aktar priorita'.", "Jiena nsemmi biss Triq Valletta li tieħdok għaż-Żurrieq u eventwalment twasslek għall-Blue Grotto.", "Din ukoll hija triq fi stat tal-biki fejn saħansitra ma kull taqtira xita tkun tista' xxomm riħa taqsam ta' drenaġġ.", "Kont iktar nippretendi li flus il-poplu Malti jintużaw għal toroq bħal dawn, li wara kollox minnhom jgħaddu wkoll eluf ta' turisti.", "Huwa għajb li flus il-poplu jintużaw biex naġevolaw u biex inwittu t-triq biex ħaddieħor ikun jista' jakkwista interessi f'postijiet strateġiċi mingħajr ma jonfoq flus hu.", "Jiena kont nippretendi li l-Malta freeport jiġi mġiegħel jikkontribwixxi sabiex tiġi rranġata din it-triq.", "Wara kollox il-ħsara li saret f'din it-triq saret purament b'konsegwenza tal-containers mgħobbijin li jgħaddu minnha u kienet tkun ħaġa fair li l-freeport jikkontribwixxi għaliha.", "Mr. Chairman, nagħlaq id-diskors tiegħi billi nerġa' ngħid li dan huwa budget li fl-opinjoni tiegħi ma jidħolx fid-dettall fejn jirrigwarda housing.", "Fih sar ħafna diskors dwar ippjanar.", "Jiena naqbel ma dan id- diskors pero' fl-opinjoni tiegħi bl-ippjanar biss ma nagħmlu xejn.", "L- awtorita' tad-djar għandha tiġi mogħtija l-fondi li kienet tingħata fi żmenijiet ta' tmexxija Laburista u għandha tingħata wkoll l-attenzjoni mistħoqqa lill-joint office.", "Hemmhekk hemm proprjeta' kbira li tista' tiġi utilizzata, żviluppata u mgħoddija lil min m'għandux u lil min jiflaħ l- inqas.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr. Chairman dan il-qasam tal-politika soċjali huwa qasam verament vast u fost l-estimi kollha tal-budget naħseb li huwa l-aktar qasam li jolqot u jaffettwa liċ-ċittadini b'mod personali.", "Il-politika soċjali hija mifruxa fuq ħafna oqsma u jiena bħala l-kelliema ewlenija għall-familja u għall-assistenza soċjali nista' ngħid li kieku kelli nsemmi kollox mhux l-20 minuta li għandi għad-dispożizzjoni biss nieħu imma nieħu ħafna iktar ħin.", "Nibda biex ngħid li meta toqgħod tqis dak kollu li hemm fil-budget għas- sena 2000 rigward il-politika soċjali ssib li għandek konflitt.", "Min-naħa waħda għandna d-dipartiment tal-politika soċjali li qed jagħmel l-istudju tiegħu biex jitjiebu l-affarijiet u biex jara li l-affarijiet jimxu kif suppost u min-naħa l-oħra għandna l-gvern li qed jipproponi budget li jagħmel pressjoni sħiħa fuq kulħadd sempliċement biex ikun qed jagħmel dak kollu li jgħidulu ta' Brussels.", "Jien verament inħoss li kif qal il-mexxej tagħna, dan huwa budget li se jsawwat lill-poplu Malti u li mhux qed jikkalkula l-effetti ta' min verament għandu bżonn.", "F'pajjiżna għandna ħafna familji u persuni li għandhom qligħ baxx u għandna familji li qegħdin ifittxu x-xogħol u qegħdin jgħixu bil-benefiċċji soċjali, bir-relief jew bil-pensjoni u jekk gvern jagħmel budget li ma jikkalkolax dawn id- diffikultajiet allura dan ikun gvern anti-soċjali.", "Għalkemm f'pajjiżna għandna ħafna għaqdiet bħall-fejda u l-SWDP biex jaraw li l-familji jkunu qegħdin jgħixu b'mod diċenti, mill-banda l-oħra għandna gvern li jibqa' għaddej fuq kulħadd mingħajr ma jikkalkula lil dawn in-nies.", "Dawn in-nies għandhom il-karba tagħhom u aħna fid-dover li nressqu u nieħdu ħsieb l- ilmenti tagħhom.", "Mr. Chairman, f'dan il-budget hemm ħafna affarijiet li se jolqtu lill- familja b'mod dirett li jiena ma stennejtx li dan il-gvern kien se jasal biex jagħmilhom.", "Ngħid li ma kontx nistenna għax minn banda l-gvern dejjem igħid kemm għandu għal qalbu l-familja imma mill-banda l-oħra jagħmel dak li għamel fil-budget.", "Dawn huma miżuri li wieħed mhux issa jibda jara l- effett tagħhom imma malli taqleb is-sena.", "Huma wkoll miżuri li kellu jieħu l-gvern ta' Fenech Adami fl-1996 pero' għaliex beża' dawn ma' ħadhomx u minflok qabad u sejjaħ elezzjoni ġenerali.", "Issa ninsabu l-bogħod minn elezzjoni ġenerali u l-gvern għalaq għajnejh għal ċerti tbatijiet li se jgħaddu minnhom ħafna familji u ppropona dawn il-miżuri.", "Barra minn hekk illum il-gvern għandu l-frosta ta' l-Unjoni Ewropea li qed iġġiegħlu jsuq karettun bil-punctures b'veloċita' qawwija.", "Dan il-karettun ma jiflaħx ir- rittmu li għaddejin bih.", "Jien ħassejt li dan il-gvern tant għandu għajnejh magħluqa biex jibqa' għaddej bir-rittmu li hu għaddej bih li qabel il- budget lanqas biss ikkonsidra lill-unions u lill-korpi kostitwiti biex ikun jista' jara fejn il-poplu se jiġi milqut.", "Lanqas ikkalkolahom biex jara x'miżuri jista' jaddatta għall-familji Maltin.", "Issa dan kollu ġara minkejja li meta tan-naħa l-oħra kienu fl- oppożizzjoni kienu jagħmlu ħafna wegħdi u jgħajru lill-gvern Laburista li kien qed jaħqar lin-nies.", "Illum il-ġurnata l-miżuri li qiegħed jagħmel il- gvern Nazzjonalista huma ferm agħar, għax fejn gvern Laburista kien se jagħti s-sussidju u r-rebates lil eluf ta' nies li jkollhom dħul baxx dan il-gvern lanqas din ma kkonsidra.", "Dan il-gvern la kkalkula li llum jew għada jridu jinqatgħu s-sussidji fuq id-dawl u l-ilma u lanqas ikkalkula kif se jintlaqtu l-familji bir-rati għoljin tat-telephone.", "Illum l- istudenti jagħmlu ħafna riċerka fuq l-internet pero' dan il-gvern lanqas ikkalkula kemm se jiġu jiswew aktar dawn ir-riċerki.", "Il-Prim Ministru din il-ġimgħa tkaża bil-gvern Laburista u tkellem b'mod qisu aħna mponejna xi liġijiet ħorox li bihom kissirna l-familji.", "Jiena mhux b'hekk nitkaża imma b'ċerti affarijiet li se nsemmi fil-ħin limitat li għandi u li diġa' beda jinħass l-effett tagħhom.", "Mr. Chairman, x'inhuma dawn il-miżuri?", "L-ewwelnett, apparti l-miżuri ġodda li deħlin is-sena d-dieħla, dan il- gvern għolla n-nollijiet tal-karozzi tal-linja.", "Reġa' mpona wkoll ħlas ta' Lm70 - issa din konna neħħejniha meta konna fil-gvern - għad-dħul ta' l- ewwel servizz ta' l-ilma.", "Imbagħad għandna l-kwestjoni tal-kotba tat-tfal ta' l-iskejjel tal-gvern.", "Meta kien ministru l-Onor.", "Evarist Bartolo kienet se ssir policy li meta t-tfal ta' l-iskejjel tal-gvern jispiċċaw mill- iskola l-kotba kienu jibqgħu għandhom.", "Illum x'ġara?", "Illum dan il-gvern mhux hekk jaħdem.", "Kif bdiet l-iskola dan il-gvern qal lill-ġenituri biex jixtru l-kotba ta' l-iskola huma.", "Ħafna ġenituri ta' tfal fi skejjel tal- gvern kellhom jonfqu anke Lm30 f'kotba.", "Din hi l-kuxjenza soċjali.", "Barra minn dawn dan il-gvern reġa' daħħal il-VAT, għandna wkoll nuqqas ta' mediċina u l-iskimmed milk mhux se jibqa' jagħtih lil kulħadd.", "Issa dawn huma piżijiet apparti minn dawk li qegħdin f'dan il-budget.", "X'ma jitbaqbqux l-aġenziji!", "X'ma jagħmlux studju wara studju!", "Imbagħad noqogħdu niftaħru kemm qed jiġu mgħejjuna dawn l-aġenziji!", "Huwa inutli li tgħin lil dawn l-aġenziji jekk imbagħad tieħu miżuri li jkomplu jkissru lil dawn il- familji.", "Din hija xi ħaġa konfliġġenti.", "Għandek, per eżempju, l-għoli tal- bolla u għoli fit-taxxi.", "Dawn l-affarijiet iġiegħlu kap tal-familja jagħmel xi żewġ jobs biex jipprova jlaħħaq mal-ħajja u saħansitra jġiegħlu anke ommijiet jitilqu mid-dar biex imorru jaħdmu u jdaħħlu xi ħaġa iżjed.", "Issa dan ma jagħmluhx biex ikunu jistgħu jgħixu xi ħajja ta' lussu.", "Tant se togħla l-ħajja u tant mhux se nkunu nistgħu nlaħħqu ma' l-ispejjeż li l- mara tad-dar se jkollha titlaq mid-dar biex taħdem ħalli tkun tista' tiekol.", "Mhux ta' b'xejn li dawn l-aġenziji lanqas qegħdin ilaħħqu mal- family therapies u ma għajnuniet oħra li jagħtu!", "Mr. Chairman, jien ngħid li dan il-gvern m'huwiex qiegħed isuq il- karettun bis-serjeta'.", "Qed iħares biss sal-ponta ta' mnieħru u mhux qiegħed jara l-problemi li jista' joħloq huwa stess bil-miżuri u bil-budget, inġust u ta' swat li qed jipproponi.", "U kellu raġun l-Onor.", "Alfred Sant jgħid li dan kien budget tas-swat għaliex meta inti toqgħod tqis tinduna li l-miżuri kollha li ttieħdu fih qegħdin isawwtu u jkissru l-familji.", "Meta l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ta' l-1996 ħafna mill-ilmenti kienu għax gvern nazzjonalista ma semax lill-poplu biżżejjed.", "Jiena ngħid li anke' issa, dan il-gvern qed jerġa' jagħmel dan l-istess żball u m'huwiex qed jikkalkula t-tbatijiet li qed jgħaddu minnhom il-familji.", "U jiena nista' ngħid li dan il-gvern diġa' tilef ħafna mill-appoġġ li kellu fl-aħħar elezzjoni.", "Barra minn hekk tilef il-kredibilita' għax il-wegħdi li kien se jagħmel il-ġenna ta' l-art mill-għada ta' l-elezzjoni mhux talli ma sarux realta' b'dan il-budget talli aktar saru jidhru l-bogħod.", "Imbagħad kif jista' l-gvern jgħid lill-poplu li għamel budget tajjeb u ta' kuxjenza soċjali meta qed jgħollilu l-affarijiet essenzjali nkluż il-ħobża ta' kuljum!", "Mr. Chairman, dwar il-ħobż irrid ngħid ukoll li jekk ma dħakna b'xejn fil- ġurnata tal-budget dħakna bil-fatt li l-gvern qalilna li l-ħobż tal-Malti għola għaliex dan jieklu t-turist.", "Ejja ma ndaħħkux!", "Allura min ikollu dħul baxx u jixtri l-ħobża ta' kuljum biex ikun jista' jimla żaqq il- familja mhux qed jiġi kkalkolat?", "Inti għandek tikkalkula biss lit-turist li jiġi hawnhekk u jerġa' jitlaq jew lill-familja li qed tgħix hawn Malta, qed tagħmel is-sagrifiċċju u li qed tissawwat bil-budget tiegħek?", "Inti tikkalkolah lir-raġel li jrid juża' bilfors il-karozza tiegħu u għolielu l- petrol, Sur gvern?", "Min illum Lm5 petrol iservuh minn Sibt għal Sibt issa se jibdew iservuh biss sal-Ħamis.", "Din hi l-kuxjenza soċjali!", "Dawn huma l- affarijiet li rridu nqisu u mhux billi noqogħdu ngħidu li rridu nagħmlu t- terapija lill-familja.", "Huwa veru li dawn huma kollha affarijiet tajbin pero' prevention is always better than cure u għalhekk m'għandniex mill- banda l-oħra npoġġu stress fuq il-familja.", "Mr. Chairman, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-effetti li se jħallu dawn il-miżuri fuq iż-żgħażagħ li jridu jiżżewġu.", "X'kuraġġ qed tagħmlilhom liż-żgħażagħ b'dan il-budget?", "M'huwiex biżżejjed li qegħdin naraw ir-rata ta' twelid dejjem tonqos?", "Illum il-Maltin ma jaffordjawx ikollhom familja magħquda u sabiħa b'xi erba' jew tliet ulied.", "Illum huwa diffiċli li jkollok it-tfal u trabbihom kif suppost bl-affarijiet essenzjali.", "Jien għalhekk nerġa' ngħid u naqa' għall-punt li dan il-gvern sawwat lill-poplu Malti.", "Jekk inti għandek għarejjes li ilhom jaħsbuha snin twal biex jieħdu l-pass taż-żwieġ illum dawn iktar se jdumu jaħsbuha.", "Dawn bilfors ma jagħmlux kuraġġ u meta jħarsu lejn is-snin li ġejjin fuqhom qegħdin jaraw biss tbatijiet.", "Dan huwa budget li qed jerda demm il-Maltin u l- Għawdxin.", "Id-dispjaċir tiegħi huwa li dan il-budget sar minn gvern li tant tgħajjar bil-kuxjenza soċjali.", "Issa l-affarijiet li kien għamel il-gvern Laburista ma kenux ta' tbatija daqs l-affarijiet li hawn f'dan il-budget.", "Dawn huma miżuri ħorox u kiefra li se jfissru tbatija għall-poplu tagħna.", "Sur.", "President, xtaqt ħafna li kelli aktar ħin imma sfortunatament il-ħin jiġri warajna.", "Biex nagħlaq nixtieq nibgħat messaġġ lill-gvern biex f'ġieħ is-serjeta' jikkonsidra x'inhu qed jagħmel f'dan il-pajjiż.", "Nappellalu wkoll biex jara li jagħmel affarijiet li jkunu ta' ġid għall-poplu Malti u mhux sempliċement dak li jgħidulu jagħmel minn Brussels.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, bħala kelliemi fuq l-anzjani jiena wkoll ħassejt li għandi ngħid xi ħaġa dwar kif dan l-budget laqat lill- poplu Malti u Għawdxi.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid li dwar dan il-budget hawn kurrent qawwi ta' inċertezza fost il-poplu Malti u dan mhux jiena biss ngħidu imma jgħiduh ukoll in-nies tat-triq, dawk tal-ħwienet, u fuq l- istazzjonijiet inkluż dawk li ma jissimpatizzawx mal-Partit Laburista biss.", "Bla dubbju ta' xejn waħda mill-ikbar daqqiet li ħadu f'dan il-budget huma l- anzjani.", "Din is-sena hija s-sena ta' l-anzjani u minflok ma ħadu rigal dawn ġew ittrattati b'mod xejn ġust.", "Waħda mill-wegħdiet tal-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali finta tiegħu kienet li l-anzjani se jieħdu ż-żieda kollha ta' l-għoli tal- ħajja.", "Din mhijiex xi storja li qaluha xi 70 sena ilu u li forsi ntesiet imma din smajniha fil-konferenzi li kienu jagħmlu.", "Issa din il-wegħda taret mar-riħ u minn dan kollu ma sar xejn.", "Barra minn hekk l-istess Partit Nazzjonalista kien wiegħed li se jagħmel minn kollox biex irazzan l-għoli tal-ħajja pero' din il-ħaġa wkoll ma saritx u minħabba f'hekk il-livell ta' l-għixien ta' dawn l-anzjani dejjem qiegħed jonqos.", "Hawnhekk noqogħdu niġu ngħidu li l-affarijiet sejrin tajjeb pero' meta mbagħad titkellem man-nies - u jiena ma nitkellimx mal-Laburisti biss - tinduna kemm dan m'huwiex minnu.", "Saħansitra tinduna wkoll li nies li qabel l-aħħar elezzjoni kienu mal-Partit Nazzjonalista ndunaw kemm ġew ingannati u ndunaw ukoll kemm m'huwiex veru li tan-naħa l-oħra huma d-difensuri tal-kuxjenza soċjali.", "Mr Chairman, bla dubbju ta' xejn huma l-anzjani li l-aktar se jiġu milquta minn dan il-budget.", "Minkejja li dawn ħadu żieda ta' xi 66c fil- ġimgħa l-anzjani tagħna m'humiex se jkunu kapaċi jkopru għall-għoli tal- ħajja speċjalment issa li se jitneħħa s-sussidju minn fuq il-ħobż.", "Kif fil- budget se nagħtu Lm10 għal kull persuna fil-familja għal darba biss?", "Mela l- ħaddiema u l-anzjani tagħna darba biss jiekluh il-ħobż?", "Huwa veru li ta' din in-naħa għamilna żbalji meta konna fil-gvern pero' tan-naħa l-oħra żgur se jiksru r-rekord ta' l-iżbalji u bil-mod il-mod qegħdin jagħtu mediċina morra lill-poplu.", "Din hi il-kuxjenza soċjali li tant għajjatna biha.", "Is- sena l-oħra daħħalna l-VAT u din is-sena se ndaħħluha wkoll fuq il-petrol u d-diesel.", "Bħal dak li qallu l-anzjani tagħna ma jsuqux karozza bħalma jsuq il-ħaddiem!", "Jien ma naħsibx li l-ħaddiem kien ħaqqu li jieħu żieda ta' Lm1 fil-ġimgħa biss - u dan minkejja li fit-tmeninijiet konna nsemmu Lm7 fil-ġimgħa -meta b'sens kbir ta' kuxjenza soċjali għollejna wkoll in-noll tat-trasport għax neħħejna s-sussidju u daħħalna wkoll il-VAT fuq it- telephone.", "Meta aħna konna fil-gvern ma kienx hemm għalfejn nagħtu żieda ta' aktar minn Lm1 fil-ġimgħa għax dawn l-affarijiet essenzjali ma għollejnihomx.", "Minħabba f'hekk kienu jgħajjruna wkoll.", "Allura kif issa jippretendu li noqogħdu hawnhekk kwieti u ma nitkellmux?!", "Jekk nagħmlu hekk inkun kompliċi mal-gvern.", "Mr. Chairman, f'dan il-budget li suppost se jagħtina d-direzzjoni rajna wkoll tibdil fis-sistema tal-kartuna r-roża.", "Issa se nwaqqfu task force biex naraw min qed jabbuża mill-kartuna r-roża.", "Dwar il-kartuna s-safra rrid ngħid li ħadd ma jaf fejn qiegħed.", "Tmur għand in-nies u jistaqsuk dwarha u aħna ngħidulhom li ma nafu xejn ħlief li se ssir riforma.", "X'inhija din ir-riforma?", "Din ir-riforma tfisser li se ndaħħlu aktar items fil- kartuna r-roża jew fil-kartuna s-safra?", "Dawn huma mistoqsijiet li nistaqsihom f'isem in-nies li jiġu jitkellmu magħna.", "Aħna nitkellmu ma' dawn in-nies u nifhmuhom għaliex aħna ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema u dak li għaddejjin minnhom huma għaddejna minnu aħna u għadna ngħaddu minnu sal- lum.", "Ma jfissirx li għax aħna ġejna fuq dawn il-bankijiet sirna xi sinjuri jew xi miljunarji, anzi pjuttost ħadna xi daqqa naqra iktar 'l isfel.", "Mr. Chairman, meta l-Partit Laburista kien għamel miżura li tittieħed 60% tal-pensjoni tar-residenti ta' San Vincenz intqal li dakinhar għamilna ħażin.", "Illum din il-ħaġa m'għadhiex ħażina.", "Il-Partit Laburista iktar minn sena ilu ġie mgħajjar hawnhekk li marritlu l-kuxjenza soċjali u li spiċċatlu l-fibra soċjali imma llum dawn id-difensuri tal-ħaddiema qishom sparixxew.", "Fejn hi dik il-fibra li kellhom sena u nofs ilu?", "Fejn hija l- kuxjenza soċjali li kienu jippriedkaw dwarha?", "U hija xi ħaġa li tweġġagħni li tgħajjar lill-partit tagħna b'dan il-mod.", "L-istorja hemm miktuba qegħda u din turi min kien il-partit li ħadem biex fil-pajjiż tagħna jitneħħa l- ġuħ, il-ħefa u t-tallaba.", "Illum qed jiġri bħal meta jkollok missier li jibni dar imbagħad dawk li jiġu warajh jibdew ikissruha.", "Mr. Chairman, fejn huma l-ideat ġodda f'dan il-budget fejn jidħol il-qasam ta' l-anzjani meta deħlin fil-millennju l-ġdid?", "Xejn ma jissemma dwar il-fatt li ġewwa San Vincenz lanqas hemm social worker wieħed.", "Huwa veru li lanqas fi żmien il-gvern Laburista ma kien hemm pero' aħna qegħdin hawn biex nimxu 'l quddiem u jiena kont nippretendi li fid-diskors tal-budget ngħidu li fis- sena ta' l-anzjani se nallokaw għallinqas social worker wieħed ġewwa San Vinċenz.", "Sur President, għalkemm ma tissemmiex fil-budget li se nibdew riforma ġewwa San Vinċenz, ikun tajjeb li hawnhekk ngħid xi ħaġa dwarha.", "Jiena mhux se ngħid li f'San Vincenz m'hemm xejn, imma fl-opinjoni tiegħi din ir- riforma hija meħtieġa ħafna.", "Jien immur indur ġewwa San Vincenz u nistaqsi wkoll dwar x'inhuma l-pjanijiet għal dan il-post.", "Jien nistaqsi: X'qegħdin nagħmlu għall-problemi ġodda li qed jinħolqu fuq l-anzjani?", "Jien persważ li s-segretarju parlamentari jaf kemm hawn problemi ta' anzjani fid-djar tagħhom u kemm hawn anzjani li huma iżolati u jekk ma nkunux aħna li niddefendu lil dawn in-nies m'aħna se naslu mkien.", "Jiena kont qed nippretendi li dan il-budget kien se jdawwar ir-rotta u kien se joħroġ b'ideat dwar kif ngħinu lil dawn l-anzjani.", "Jien nifhem li m'aħniex se nagħmlu l-mirakli imma għallinqas għandna nibdew nimbuttaw.", "Żgur li f'dan il-budget xtaqt nara li s-servizz tal-home-help u l-handyman jinfetaħ aktar.", "Kont nistenna wkoll li ssir task force biex naraw jekk min qed jieħu s-servizz tal-home-help hux veru qed jieħdu għax għandu bżonn.", "Mr. Chairman, dwar l-anzjani rrid ngħid ukoll li minkejja li kien hawn ħofra finanzjarja kien il-gvern ta' l-Onor.", "Sant - u jiena ngħid li dan kellu ħafna kuraġġ u paċenzja biex baqa' sod meta kien jiġi mgħajjar b'dak il-mod - li beda r-riforma biex jagħti l-pensjoni tal-gvern Ingliż.", "Kien il-gvern Laburista li minkejja li ġie mgħajjar li huwa bla kuxjenza soċjali li ra l-iżbalji kollha li kien hemm fid-dar ta' Bormla u li kien wasal biex jiffinalizza d-djar tal-Furjana u ta' l-Imtarfa.", "Illum nistaqsi: X'inhuma l- ideat ġodda li għandu dan il-gvern?", "Il-Partit Laburista kien se jagħmel in- night warden b'karozza lesta biex tibda ddur fl-irħula u fl-ibliet tagħna biex nagħtu wens lill-anzjani, pero' issa x'inhuwa l-futur ta' l-anzjani tagħna?", "Pensjoni mhijiex assigurata?", "Li ma niftħux aktar djar ta' l- anzjani?", "Fl-aħħar programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jingħad li:", "\"Niftħu ċentri ta' tiġdid għall-anzjani u ntejbu l-pensjonijiet.\"", "X'inhu dan it-tiġdid?", "Li ma tagħmel xejn?", "Xi jfisser li ntejbu l- pensjonijiet?", "Dawn se jgħidulna li se jagħmlu riforma biex ikunu assigurati l-pensjonijiet?", "Nixtieq inkun naf ukoll x'qegħdin nagħmlu ġewwa San Vincenz.", "Dan qed nistaqsih minħabba t-tgergir li nisma'.", "Huwa veru li dan it-tgergir ma jġibux u ma jixtiqux il-ministru jew xi ħadd minn tan-naħa l- oħra imma tajjeb li ngħid li ħafna minn dan it-tgergir huwa kkawżat min- nuqqas ta' staff li hemm.", "Jien mhux qed inwaħħal fin-nurses, fil-health assistants u fil-fattigi, pero' qegħdin nagħmlu xi ħaġa dwar dan?", "Allaħares dawn ma jagħmlux overtime - u anke fi żmien gvern laburista ħallejna l-overtime għaddej għaliex anke aħna nemmnu li l-overtime sakemm ikun tajjeb, għandek tħallih - għax kieku min jaf f'liema sitwazzjoni qegħdin hemmhekk.", "Sur.", "President, kif qed nitkellem fuq l-istaff ta' San Vinċenz minn hawnhekk nixtieq insellem lil kulmin jaħdem hemm - tobba, nurses, speech therapists, physiotherapist, occupational therapist, health assistants, maids u tal-maintance - għax-xogħol li jagħmlu.", "Ngħid ukoll li kont nippretendi li f'dan il-budget kont se nara xi soluzzjoni għall-problema tad-dewmien biex tidħol f'San Vincenz.", "Dan ma ntqalx anzi qed jingħad li l- gvern ma jistax ikompli jinvesti f'dawn id-djar għax hemm ħofra finanzjarja li skond tan-naħa l-oħra vvinta l-Onor.", "Sant.", "X'qegħdin nagħmlu f'dan ir- rigward?", "Hemm pjan li naraw kif se nħallu lill-privat jinvesti mingħajr ma jabbuża mill-anzjani tagħna u jiftaħ djar għall-anzjani?", "Għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jinħolqu problemi soċjali u l-familji iktar mhux se jkunu jistgħu jżommu lill-anzjani.", "Irridu nifhmu li din hija problema li aħna se jkollna niffaċċjawha minn hawn u ftit snin oħra u li dan huwa l- homework li rridu nagħmlu fil-politika ġdida tal-Partit Laburista.", "Meta erba' snin oħra nerġgħu nidhru quddiem il-poplu bħala Partit Laburista, irridu mmorru b'affarijiet konkreti u żgur li m'aħniex se nagħmlu bħalma għamel il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni, fejn wiegħed ħafna affarijiet u ma wettaq xejn minnhom.", "Ejjew nagħmluha ċara; jien lanqas irrid inkun parti minn partit li l-ewwel iwiegħed u mbagħad ma jagħtix, għaliex l-iktar ħaġa li nobgħod hija li jiġi xi ħadd fuqi u jgħidli li m'iniex raġel.", "Sur President, minkejja li qabel il-budget jien għamilt diversi proposti dwar dak li nistgħu nagħmlu għall-qasam ta' l-anzjani, f'dan il-budget kien hemm baħħ f'dan il-qasam, u hawnhekk jien inwissi lin-Nazzjonalisti li jekk il-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami jaħseb li għax dawn qegħdin ħamsa iktar minna jistgħu jagħmlu li jridu, se jgħarralhom għaliex l-anzjani tagħna huma l-mimmi tal-Partit Laburista.", "L-anzjani jafu li kien il-Partit Laburista li minn tallaba għamilhom sinjuri, li tahom il-pensjoni u li beda jiftaħ id-djar ta' l-anzjani.", "Jekk hemm min qed jaħseb li minn Jannar li ġej l-anzjani tagħna mhux se jibqa' jkollhom ibatu biex jiksbu l-għajxien tagħhom u mhux se jibqgħu jiġu mhedda milli jibqgħu jieħdu l-mediċini b'xejn ....", "Kienu joqogħdu jgħajruna bil-50c lilna.", "Ara huma mhux 50c ħadulhom lill-anzjani!", "Staqsuhom lill-anzjani u lill-morda li kienu jieħdu l-iskimmed milk b'xejn u li issa dan ma baqax jingħatalhom.", "Kienet fil- programm elettorali din li lill-anzjani u lill-morda tneħħulhom il- benefiċċju ta' l-iskimmed milk b'xejn?", "Allura sewwa!", "Aħna għax daħħalna fee ta' 50c għal kull riċetta għal mediċini b'xejn m'għandniex kuxjenza soċjali, u intom għax neħħejtulhom il-benefiċċju ta' l-iskimmed milk b'xejn, li biex tixtrih trid tonfoq ferm iktar minn 50c, dik hija kuxjenza soċjali!", "Meta nara dawn l-affarijiet jien niskanta u jkolli nikkonkludi li aħna qlibna lil dan il-parlament rasu 'l isfel!", "Kulmin ikun qed jisma' dawn is-seduti u jagħmel il-paraguni żgur li jinduna li dan huwa gvern ta' ngann.", "Fuq kollox tafu għaliex għamlu din l-arja kollha n-Nazzjonalisti?", "Għax kien hemm xi tnejn jew tlieta minn tagħna li marru magħhom jew ma nafx fejn id-dinja marru!", "Għalhekk jagħmlu dik l-arja kollha, Sur President!", "Bla ebda dubju l-GWU għamlet tajjeb li se tara l-impatt li se jħalli dan il- budget u minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex ngħid lil din il-union li aħna se nkunu ma' min ikun qed jiddefendi lill-anzjani tagħna.", "Ara ma taħsbux li se noqogħdu b'idejna marbuta u ma nitkellmux!", "Aħna ġieli konna fil-gvern ukoll u nħossu li huwa d-dover tagħna li niddefendu lill-anzjani.", "Issa ħalli nikkonkludi dan id-diskors għaliex ma rridx nieħu iktar mill- ħin ta' ħaddieħor.", "Sur President, il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jagħti l-impressjoni li jekk kemm-il darba ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea pajjiżna se jfalli.", "Hawnhekk jien nistaqsi: Allura x'se jiġri jekk kemm-il darba meta jitressaq ir-referendum il-poplu Malti u Għawdxi jivvota kontra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jiġifieri jekk jiġri hekk pajjiżna se jispiċċa?", "Mela spiċċat il-fiduċja li tant għajjatna biha?", "Dik hija l-unika tarka li qed nużaw għall-poplu tagħna?", "Jien lill-poplu tagħna nagħmillu kuraġġ u ngħidlu li matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin aħna se niddefendu l- interessi taż-żgħir għaliex wara kollox fil-maġġoranza tagħna aħna l-membri tal-Partit Laburista ġejjin mill-familji taż-żgħar.", "L-anzjani għandhom jagħmlu kuraġġ ukoll għaliex għalkemm f'dan il-budget il-Partit Nazzjonalista warrabhom, il-Partit Laburista se jkompli jaħdem għalihom, kif dejjem għamel.", "Jien persważ li anke bil-politika l-ġdida tal-Partit Laburista, kulħadd ikun jaf min għandu għal qalbu lill-anzjani verament.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, iktar ma jgħaddi żmien mill-ħajja ta' dan il-gvern iktar wieħed jinduna kemm dawn in-nies kapaċi jingannaw u jidħku bil-poplu.", "Ftit iktar minn sena ilu, minbarra l-fatt li ċaħdu li kienet teżisti problema fil-finanzi tal-pajjiż, wegħdu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li hekk kif ikunu fil-gvern huma, dawn se jfawru l-pajjiż bil- ġid, li lill-pajjiż se jagħtuh direzzjoni u li se jġibu serħan tal-moħħ.", "Il-poplu emminhom biex illum pajjiżna reġa' għandu gvern imexxi mill-istess prim ministru u ministru tal-finanzi li kienu responsabbli għall-fatt li matul is-snin 1995 u 1996 il-problema tal-finanzi tal-pajjiż kienet splodiet.", "Fil-budget tas-sena l-oħra, li kien l-ewwel budget tal-gvern Nazzjonalista preżenti, huma pprovaw jgħattu l-miżuri li ħadu taħt l-iskuża li kienu għadhom ġejjin minn taħt is-suppost tkissir li ħalla l-gvern Laburista, pero` llum ma jistgħux isibu skużi.", "Il-poplu kien qed jistenna li f'dan il-budget kienu se jitwettqu ħafna mill-wegħdiet li kien għamillu l-Partit Laburista qabel ma jitla' fil-gvern u allura llum il-poplu qed jinduna li ngidem u li mhux qed jiġi trattat kif ġie mwiegħed li se jiġi trattat.", "B'hekk nistgħu ngħidu li l-poplu ġie ttradut u għalhekk naħseb li jkun f'waqtu jekk insejħu lil dan il-budget bħala budget ta' ngann.", "Sur President, minn fost il-ħafna kliem sabiħ li kien qal il-Ministru Dalli fid-diskors tal-budget tas-sena l-oħra xtaqt nikkwota dan li ġej:", "''Jekk aktar 'il quddiem bil-miżuri kollha li semmejt din il-mira ma tintlaħaqx, ...\"", "- hawnhekk dan qed jirriferi għall-mira li jitnaqqas id-deficit finanzjarju tal-pajjiż -", "\"... allura jkollhom isiru taxxi ġodda biex jagħmlu tajjeb għad- differenza.\".", "Għallinqas jidher li din il-wegħda li saret fid-diskors tal-budget tas-sena l-oħra nżammet għax illum qed inkomplu nżidu l-piż u t-taxxi fuq il-poplu Malti u Għawdxi, u bħal kif jiġri dejjem se jkun il-ħaddiem iż-żgħir li se jkollu jġorr dawn il-piżijiet.", "Dik hija l-kuxjenza soċjali li tant kienu jħobbu jsemmu meta kienu għadhom fl-oppożizzjoni!", "Dik hija d-difiża li qed joffru lil min jiflaħ l-inqas!", "Huwa inutli li jkun hawn min jipprova jbellagħha lill-poplu minn hawn ġew stess li dan il-budget kellu kuxjenza soċjali, u fiż-żmien li ġej se naraw li se jkun il-poplu stess li jiġġudika jekk dan il-budget jirriflettix dak li kien jgħid il-gvern; jiġifieri li huwa se jkun id-difensur tal-ġustizzja soċjali.", "Il-verita` hi li minħabba dawn il-miżuri anti-soċjali, fiż-żmien li ġej iż-żgħir se jbati u l-livell ta' l-għajxien se jonqos.", "Qed nisimgħu lill-kelliema tan-naħa tal-gvern jgħidu li t-taxxa m'għolietx għal kulħadd iżda għoliet biss għal dawk li jaqilgħu aktar minn Lm5,500, donnhom dawn insew li għoliet il-bolla bi kważi Lm1 fil-ġimgħa fuq l-inqas paga, li kellna żieda fil-petrol - u jien naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li llum karozza m'għadhiex titqies bħala xi ħaġa ta' lussu - li ddaħħlet taxxa fuq is-servizz tat- telephone u li l-għoli tal-ħajja qed ikompli jagħfas fuq il-but tal- ħaddiema.", "Sur President, il-ministru tal-finanzi introduċa d-diskors tal-budget billi semma l-ħrafa ta' Esopu u l-mistoqsija li qamet meta ġew biex idendlu l-ġonġol lill-qattus.", "Il-ministru b'dan il-mod ipparaguna l-mediċina li kellu jingħata dan il-pajjiż sabiex tissewwa s-sitwazzjoni tant diffiċli li għandu fil-finanzi tiegħu!", "Ara fi żmien il-gvern Laburista l-membri tal- Partit Nazzjonalista ma rraġunawx b'dan il-mod u ċaħdu li kien hemm bżonn jittieħdu ċerti miżuri korrettivi tant li bdew jgħidu li l-ħofra kienet sempliċement ħrafa vvintata mill-prim ministru ta' dak iż-żmien.", "Madanakollu matul din l-aħħar sena mhux talli ddeċidew li jgħidu lill-poplu l-verita` kollha imma talli se jieħdu diversi miżuri korrettivi f'dan ir- rigward, fosthom billi jkomplu jżidu t-taxxi, kif wegħidna s-sena l-oħra l- ministru John Dalli, u l-ikbar ħasra hi li, kif għedt iktar 'il quddiem, it- taxxi u l-piżijiet qed ikompli jġorrhom min jiflaħ l-inqas.", "Issa ħalli nkompli dan id-diskors billi nitkellem fuq qasam li jien responsabbli minnu, jiġifieri fuq il-qasam ta' l-impjiegi.", "Sur President, fid-diskors tal-budget ta' sena ilu l-Ministru Dalli kien qalilna wkoll li:", "''Fis-settur ekonomiku se nibqgħu mpenjati li noħolqu xogħol għal kulħadd, xogħol veru, xogħol li joħloq il-ġid u jżid mar-riżorsi ta' pajjiżna, mhux impjiegi taparsi li jieklu minnu dawn ir-riżorsi.", "Għajnejna se jkunu fuq kemm dawk kollha li jridu jaħdmu se jsibu x- xogħol.", "Irridu fi żmien qasir inniżżlu ċ-ċifra tal-qgħad għal taħt l- 4%.", "Naf li xi operaturi ekonomiċi jitmeżmżu meta jisimgħu dan għax jgħidu li dan ifisser li l-pagi jibdew jogħlew għax ma jsibux min jaħdem.", "Iżda aħna dejjem qisna li x-xogħol hu l-akbar servizz soċjali u li l-qgħad huwa l-akbar inġustizzja soċjali.\".", "Minn dan id-diskors sirna nafu li l-mira tal-gvern għas-sena li għaddiet kienet li l-qgħad jitnaqqas mill-inqas b'1%, pero` jkolli ngħid b'dispjaċir illi din il-mira fallietlu mhux bi ftit għaliex f'sena waħda biss il-qgħad żdied b'iktar minn 1,000 ruħ, u dan meta kellna gvern li suppost kellu joħloq iktar ġid u investiment.", "Is-sena l-oħra anke l-Onor.", "Gonzi, li huwa responsabbli minn dan il- ministeru li qed niddiskutu llum, kien qalilna li dak il-budget kellu jiftaħ it-triq għas-soluzzjonijiet tal-qgħad; u wara li jien stess kont tkellimt dwar il-fatt li f'dak il-budget ma kien hemm xejn sabiex in-numru ta' nies qegħda jitnaqqas, l-Onor.", "Gonzi weġibni - u hawn se nikkwota minn paġna 347 tas-seduta tal-budget tas-sena l-oħra li kienet saret dwar dan il- qasam - billi qal hekk: ''L-Onor.", "Chris Agius semma punt li naħseb li huwa importanti.", "Qal li fil-budget m'hawn xejn dwar il-kwestjoni tal-qgħad, il-kwestjoni ta' dawk in-nies illi għandhom iktar minn 45 sena, li jdumu jirreġistraw u ma jsibux ix-xogħol.", "Imma l-Onor.", "Membru ma fehem xejn!", "Anzi jiena ngħidlu li dan huwa budget immirat proprju biex jipprovdi s-soluzzjoni mhux għal dawk in-nies biss illi għandhom 'il fuq minn 45 sena imma għal kull min qiegħed ifittex ix-xogħol.''.", "Pero` minkejja dan il-kliem sabiħ kollu kif għedt diġa' l-qgħad żdied b'iktar minn 1,000 ruħ.", "Anzi mhux talli hekk imma talli din is-sena l- Ministru Dalli, wara li tant kien imliena b'kuraġġ li l-qgħad kellu jitnaqqas, qalilna hekk:", "\"Fil-qasam tax-xogħol il-gvern se jibqa' kommess lejn it-tkattir ta' mpjiegi li verament jirrendu.", "Filwaqt li se nibqgħu viġilanti dwar impjiegi ġodda mal-Gvern, wieħed jistenna li matul is-sena d-dieħla wkoll se jkun is-settur privat li se jikkontribwixxi lejn żieda fl- impjiegi.", "Huwa mistenni li l-livell tal-qgħad jinżamm għal madwar 5%.\".", "Meta wieħed jisma' dan il-kliem bilfors ikollu jistaqsi: Tgħid f'sena waħda biss il-ministru diġa' qata' qalbu?", "Tgħid diġa' qed naċċettaw li jkollna figura ta' qgħad?", "Hawn ta' min jagħmel riflessjoni wkoll dwar il-persentaġġ li ssemma mill- ministru ta' 5% għaliex hemm differenza bejn li tgħid illi trid li l-qgħad jinżamm, per eżempju, f'ammont ta' 8,000 ruħ, u bejn li ssemmi persentaġġ.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex kif jaf kulħadd - fil-fatt is-soltu l- membri tan-naħa l-oħra jħobbu jsemmuha din - ġieli għalkemm in-numru ta' persuni li jaħdmu jkun żdied, il-persentaġġ jibqa' l-istess.", "Il-labour supply qed jiżdied xahar wara l-ieħor.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li matul l-1996 il-labour supply kien ta' 144,000, din is-sena dan tela' għal 146,500 persuna, jiġifieri kien hemm żieda ta' 2,500 persuna, pero` minkejja dan kollu l-persentaġġ baqa' l-istess.", "Meta nisma' statement bħal dak li qal il-ministru jien inħoss li dan il-gvern huwa insensittiv għall- problema tal-qgħad u minkejja li kienu l-membri tiegħu stess li ammettew illi l-qgħad huwa l-ikbar inġustizzja soċjali, jien xorta waħda nemmen illi dan qed jistma lin-nies bħala numri u mhux bħala persuni li jittamaw li jkollhom futur aħjar kemm għalihom kif ukoll għall-familji tagħhom.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi dan il-budget se jimmina l-ġustizzja soċjali u jnaqqas il-livell ta' l-għajxien, u dan mhux aħna biss qed ngħiduh imma qed jgħiduh il-korpi kostitwiti kollha.", "Fil-fatt biex nipprova dan li qed ngħid nixtieq nikkwota ftit mir-rapporti li qtajt mill- gazzetti matul din l-aħħar ġimgħa, pero` qabel xejn irrid ngħid li l-kliem li se nikkwota ma ntqalx minn xi entitajiet li jissimpatizzaw mal-Partit Laburista.", "L-ewwel ħalli nibda billi naraw x'kellha xi tgħid il- federazzjoni ta' l-industriji fuq dan il-budget:", "''The FOI believes that the budgetary measures will deprive a wide strata of citizens of part of their disposable income and this is bound to depress further the current situation in the retail sector.\".", "Min-naħa l-oħra l-UĦM qalet hekk:", "''These measures, together with the increase in the social security contributions and the revision of income tax, would mostly hit workers with an average wage.", "UĦM believes that the measures will eat away the standard of living of workers and pensioners.''.", "Ta' min jgħid li anke d-direttur ġenerali ta' l-MEA għadda r-rimarki tiegħu fuq dan il-budget u fost affarijiet oħra rrimarka li:", "''With regards to the various taxes and increased costs announced by the budget speech, he said that these carry hidden increases with a multiplier effect which will impact on inflation.''", "Min-naħa tagħha l-GRTU ukoll għaddiet ir-rimarki tagħha u qalet li:", "''About Lm10 million would be creamed off the purchasing power of consumers over the next 12 months following the budgetary measures.", "If the government merely curtails the deficit without creating new job opportunities the effect during the next four to five years would be a further lowering of consumer demand and higher unemployment.''", "Il-GWU qalet hekk fuq dan il-budget:", "''The budget measures were an attack on social justice as they would turn a financial deficit into a social one.", "Even though the government was trying to paint the budget as one which did not effect those who could least afford it, the facts showed that even a worker with an average annual salary of Lm4,000 would be hit.'',", "Fl-aħħarnett irrid nirrimarka li l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti qalet illi:", "''The budget speech had caused concern to most pensioners and widows as the finance minister reiterated that social security pensions would cease to be reassessed whenever salaries were revised.\".", "Sur President, kif qed naraw hemm kor sħiħ ta' ilħna inkwetati minħabba li qed jibżgħu li dan il-budget se jweġġa' biss liż-żgħir.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb ukoll jekk infakkar x'qal il-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu ta' qabel l-aħħar elezzjoni daqs sena u nofs ilu.", "Fil- fatt f'paġna 6 dan qal hekk:", "''Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid fil-gvern jaħdem mal-partijiet soċjali kollha biex jintlaħaq consensus fuq il-mod kif jinġabru t- taxxi indiretti fil-pajjiż.", "Dan huwa essenzjali biex kulħadd iserraħ rasu li ma nerġgħux ngħaddu mill-inċertezzi li għaddejna minnhom fl- aħħar sentejn.''.", "Madanakollu jidher illi l-membri tal-Partit Nazzjonalista diġa' nsew li kellhom jikkonsultaw u jaħdmu mal-partijiet soċjali qabel jgħabbu xi piżijiet fuq il-poplu u għalhekk wieħed bilfors ikollu jikkonkludi li ġaladarba dawn il-wegħdiet ġew użati għall-iskopijiet ta' qabel l- elezzjoni, dawn ġew imwarrbin fil-ġenb.", "Sur President, kuntrarjament għall-gvern Nazzjonalista, meta aħna konna fil-gvern bdejna nipprovaw innaqqsu l-ħela li kienet qed issir, bdejna naraw li ma jsirx overtime fejn ma jkunx hemm bżonn kif ukoll bdejna ndaħħlu iktar dixxiplina fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Naħseb kulħadd jiftakar kemm il-Partit Nazzjonalista kien xewwex lill-ħaddiema dak iż- żmien!", "Ara issa li l-Partit Nazzjonalista jinsab fil-gvern, l-istorja nqalbet u qed jipprova jieħu l-istess passi li kien qed jieħu l-gvern Laburista u li tant kien jiġi kkritikat fuqhom.", "Jien qed nieħu pjaċir li llum anke l-gvern Nazzjonalista fehem li jeħtieġ li jittieħdu dawn il- passi, pero` min-naħa l-oħra nittama li ma ssirx diskriminazzjoni u li l- overtime ma jinqatax biss lil-Laburisti biss.", "Fil-fatt dan id-dubju esprimieh ukoll l-editorjal ta' \"The Times\" ta nhar il-Ġimgħa, 26 ta' Novembru, li fost affarijiet oħra għadda din ir-rimarka:", "''The overtime game is a popular game which many have developed into a sanctific tool for punishing those who don't belong to the party or union and for some who do little work during normal hours so they could be called on in overtime.''", "Sur President, waqt id-diskussjoni li saret dwar l-estimi għall- korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ jien għalaqt id-diskors tiegħi billi għamilt appell sabiex inkunu aktar stretti f'dak li huwa taħriġ.", "Fil-fatt minn paġna 86 tad-diskors tal-budget jirriżulta li issa l-korsijiet li torganizza l-ETC se jkunu obbligatorji għal kulmin jiġi mistieden biex jattendihom.", "Ta' min jgħid ukoll illi l-ETC se tkun inkarigata anke milli tara li dawk li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol ikunu bla mpjieg verament.", "Il-ministru tal-finanzi kompla billi qal li:", "\"Irridu nnaqqsu miċ-ċifra ta' dawk li huma qegħda u fl-istess qegħdin jaħdmu u jirreġistraw.", "Dawn qegħdin jagħmlu hekk biex jaħarbu t-taxxi u fl-istess ħin jieħdu għajnuniet soċjali li żgur li ma ħaqqhomx li jeħduhom.\".", "Madanakollu issa jien nittama li anke meta niġu nattwaw dawn il-miżuri, ħadd ma joqgħod iħares lejn għajnejn dak li jkun imma kulħadd jiġi ttrattat l-istess.", "Lanqas għandna nagħmlu l-inspections fuq min jidhrilna aħna għaliex jien nemmen li l-ħażin dejjem jibqa' ħażin, jagħmlu min jagħmlu.", "Jien wisq nibża' li meta jiġu implimentati miżuri bħal dawn se jkun hemm min se jmur għand iż-żiemel tiegħu biex jirranġalu u, kif semma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni fil-każ tal-ministru għal Għawdex, nemmen li jekk dan isir mhux biss inkunu qed inżidu d-diskriminazzjoni imma nkunu wkoll qed inkomplu nnaqqsu l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi fil-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "Sur President, f'dan il-budget li għandna quddiemna min-naħa m'aħna qed naraw l-ebda proposti li jistgħu jħajru investiment ġdid li joħloq impjiegi u min-naħa l-oħra qed naraw lill-gvern jattwa dawk il-miżuri mitluba lilu minn Brussels b'għajnejh magħluqa, liema miżuri żgur li se jkomplu jheddu numru ta' mpjiegi li diġa' jeżistu.", "Biżżejjed ngħid li biex jissodisfa lil Brussels il-gvern preżenti se jneħħi l-levies, se jkompli bil-pjanijiet tiegħu ta' privatizzazzjoni kif ukoll se jneħħi l-monopolju li sal-lum gawdiet il-Maltacom.", "Għalhekk fiż-żmien li ġej il-ħaddiema kollha jridu jżommu għajnejhom miftuħin għal dan it-theddid fuq l-impjieg tagħhom.", "Naħseb li se jkollna ngħidu addio wkoll għan-numru ta' kondizzjonijiet li s'issa dejjem gawdew il-ħaddiema tal-gvern u tal-korporazzjonijiet pubbliċi, u qed ngħid dan għaliex fil-white paper li tqassmet mad-diskors tal-budget dwar il-privatizzazzjoni, qed naraw li fost kollox hemm attakk fuq in-nofs ta' nhari li jgawdu l-ħaddiema taċ-Ċivil.", "Ħalli nikkwota minn paġna 20 ta' din il-white paper:", "''For example, the summer work privilege enables a number of public sector workers to augment their incomes with seasonal employment in the tourism sector.'',", "jiġifieri din il-white paper qed tgħid illi minbarra li huwa privileġġ li l- ħaddiema tal-gvern igawdu min-nofs ta' nhari, permezz ta' dawn in-nofs ta' nhari huma qed ikunu jistgħu jagħmlu jobs oħrajn li jinħolqu għas-sajf.", "Jien naħseb li dikjarazzjonijiet bħal dawn se jkomplu jżidu l-inċertezzi li jeżistu f'dan il-pajjiż u se jkomplu jiġġammjaw l-ekonomija, li diġa' tinsab iġġammjata.", "Sur President, bħal ħafna pajjiżi, anke hawn Malta għandna numru ta' ħaddiema li jgawdu benefiċċji li jkunu over and above is-salarju tagħhom, u fosthom igawdu mill-użu ta' karozza, mill-fuel, mis-servizzi tat-telephone u tal-mobile phones u minn għadd ta' benefiċċji oħra.", "Dan il-budget qed jgħid li mis-sena li ġejja dawn il-ħaddiema se jkunu jridu jiddikjaraw dawn il-benefiċċji, u dan sabiex jiġu intaxxati fuq dawn il-benefiċċji.", "Issa fl- opinjoni tiegħi, dan huwa attakk fuq il-klassi medja u jekk kemm-il darba se nkomplu nintaxxaw b'dan il-mod żgur li se jkollna iktar tnaqqis fil- qasam ta' l-ekonomija.", "Din hija xi ħaġa ovvja għaliex ġaladarba issa l- klassi medja se jonqsilha l-purchasing power li għandha bħalissa, dan żgur li m'huwiex se jgħin sabiex ir-rota tibda ddur.", "Anke l-effetti li se tħalli ż-żieda li kien hemm fil-ħlas ta' l-income tax, din żgur li m'hijiex se tolqot lil kulħadd l-istess, anzi jien ngħid li l-ħuta l-kbira m'hijiex se tintlaqat minn din iż-żieda daqs il-ħuta żgħira jew il-ħuta l-medja.", "Dan li qed ngħid joħroġ ċar anke minn tabella li kien hemm fid-diskors tal- budget stess fejn qed naraw li min jaqla' Lm10,000 qed ikollu żieda fit- taxxa eżattament daqs min jaqla' Lm20,000 jew Lm25,000.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-qgħad.", "Sur President, rigward il-qgħad irrid ngħid li f'dan il-budget ma ssemma xejn dwar in-numru kbir ta' żgħażagħ jirreġistraw, li qed jiżdied xahar wara l-ieħor.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li f'Diċembru ta' l-1996 kien hemm 2,500 żagħżugħ u żagħżugħa taħt it-30 sena jirreġistraw, f'Awissu ta' l-1998 din il-figura telgħet għal 2,800 u mbagħad sa l-aħħar tax-xahar li għadda kompliet tiela' għal 3,200 żagħżugħ u żagħżugħa, jiġifieri kien hemm żieda ta' iktar minn 800 żagħżugħ u żagħżugħa jirreġistraw għax-xogħol.", "Innotajt ukoll li f'dan il-budget il-gvern ma pprovda l-ebda inċentivi sabiex ikun hemm iktar employers li jħaddmu żgħażagħ magħhom u għalhekk nemmen li fiż-żmien li ġej huwa għandu jimpenja ruħu bis-sħiħ sabiex in- numru kbir ta' żgħażagħ bla xogħol ikunu jistgħu jsibu mpjieg.", "Jien nittama li fiż-żmien li ġej il-Gvern Laburista jbiddel ir-rotta u jibda jħares lejn dawk il-klassijiet tas-soċjetà tagħna li se jsofru minħabba l- miżuri mħabbra f'dan il-budget u naħseb li jkun iktar ġust li kieku l-gvern jirtira l-istatements li għamel meta beda jgħid li l-miżuri tal-budget m'humiex negozjabbli.", "Bla ebda dubju fiż-żmien li ġej pajjiżna se jmur ħafna snin lura fejn jidħol livell ta' għajxien u l-gvern għandu bżonn jirrealizza li jekk ma jagħmilx xi ħaġa f'dan ir-rigward, il-poplu se jbati.", "Qabel nagħlaq nixtieq nikkwota hekk:", "''Nixtieq ngħid li dan il-gvern imissu jifhem li biex toħloq il-ġid trid taħseb ukoll fiż-żgħir għax b'hekk fl-istess ħin tkun qed taħseb fil-kbir.", "Il-gvern jista' joħloq il-ġid billi ma jwebbisx rasu u jifhem li l-ġid jinħoloq biss meta jaħseb l-ewwel fil-batut.", "Jekk stess id-deċiżjonijiet li jieħu jkunu jidhru tajbin fuq il-karta u jidhru tajbin f'għajnejn accountant, il-gvern għandu l-obbligu li jara kif dawn id-deċiżjonijiet se jolqtu lil dawk is-setturi li qed isofru bil-kwiet, li m'għandhomx vuċi f'dan il-Parlament u li jiddependu minna biex aħna niddefenduhom.", "Dan huwa budget bla qalb u aħna se nivvotaw kontra tiegħu bil-qalb.''", "Dan kien parti minn diskors li sar għall-budget ta' Novembru ta' l-1997 iżda dan żgur igħodd għall-budget li ġie ppreżentat din is-sena u jien ċert li ma' dan jaqblu l-maġġoranza tal-korpi kostitwiti u l-maġġoranza tal- poplu Malti.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, ikun tajjeb li fl-intervent tiegħi tal-lum ngħid li matul dawn l-aħħar tliet budgets li ġew ippreżentati f'din il-Kamra tant smajna l-kliem ''kuxjenza\" u \"ġustizzja soċjali'' li naħseb ġew użati f'sens ħażin u llum, xi ftit jew wisq, tilfu t-tifsira tagħhom.", "Għalhekk ikun tajjeb li naraw kif jista' gvern iwettaq ġustizzja soċjali permezz ta' l-istess budget tiegħu.", "L-għan ewlieni tal-gvern meta jfassal budget għandu jkun li jqassam id-dħul tiegħu bejn min hu sinjur u min hu fqir u bejn attività ekonomika u attività ekonomika oħra.", "Il-gvern jagħmel dan biex jew jgħin settur partikolari jikber u jiżviluppa fl- interess nazzjonali jew inkella sabiex jistimula d-domanda fl-ekonomija.", "Naħseb li b'dawn il-fatti ġewwa moħħna rridu napprezzaw li l-budget wara kollox huwa għodda f'idejn il-gvern sabiex dan ikun jista' jimplimenta l- policies soċjali tiegħu.", "Jekk gvern verament irid iwettaq ġustizzja soċjali għandu jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni aktar ekwa fid-dħul tal- familji Maltin u Għawdxin kollha.", "Minħabba dawn ir-raġunijiet ma tistax tissepara policies ekonomiċi minn policies soċjali.", "Il-qagħda ekonomika tal-pajjiż, ikun liema jkun, xi ftit jew wisq tiddetta l-policies soċjali ta' dak l-istess gvern imma min-naħa l-oħra dan ma jfissirx li għax il- finanzi ta' gvern ma jkunux daqshekk b'saħħithom għandna nagħmlu miżuri soċjali ebsin.", "Per eżempju, l-gvern m'għandux iħares lejn il-pagi tal- ħaddiema tagħna bħala spiża għal min iħaddem biss imma għandu jħares lejhom bħala mezz ta' stimolu ta' l-infiq u tar-ritmu ekonomiku ta' pajjiżna.", "Fl- opinjoni tiegħi u tal-poplu Malti dan il-budget huwa fqir kemm mil-lat ekonomiku u wisq aktar mil-lat soċjali, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "Sur President, dan il-budget ma fih l-ebda miżura intiża biex tistimula l- investiment barrani u l-investiment lokali.", "L-uniċi inċentivi, biex insejħilhom hekk, pożittivi, biex jistimulaw lill-ekonimija lluppjata li għandna bħalissa ngħataw fl-industrija tal-bini u fl-istock exchange.", "L- inċentiv fl-industrija tal-bini ngħata għax kif nafu f'Malta diġà hawn ħafna bini vojt, kemm ġdid kif ukoll qadim.", "Barra minn hekk għandna sitwazzjoni fejn f'sena mill-planning authority qegħdin joħorġu madwar 4,000 permess meta f'pajjiżna jsir madwar 2,000 żwieġ.", "Dan ifisser li hawnhekk qegħdin nipprovaw nistimulaw suq li diġà huwa mifqugħ sa ruħ ommu.", "Għalhekk jien għandi r-riżervi tiegħi kemm fil-fatt din il-miżura se taħdem u jekk se taħdem hux se tolqot liż-żgħir li għad irid jixtri jew inkella lil dak li jħobb jispekula fuq l-artijiet u fuq l-industrija tal- bini.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li l-miżura l-oħra ta' l-istock exchange li hija kemmxejn pożittiva mhijiex intiża biex taġevola lil dak li huwa batut jew lil min qiegħed fil-klassi baxxa.", "Sur President, jidher li dan il-gvern m'għandux politika ndirizzata lejn il-problema tal-qgħad.", "Fil-fatt il-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami u l- gvern tiegħu ammettew li qed jistennew li sal-Milied li ġej, jiġifieri tliet ġimgħat oħra, se jerġa' jkun hawn xi żieda fil-qgħad.", "Barra minn hekk ta' min jinnota wkoll li l- korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ lanqas biss qed tistħarreġ x'effett se jkollha s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea fuq il-qgħad.", "Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari li għamilt lill- Ministru Gonzi li rrispondieni li l-ETC m'għamlet l-ebda studju biex naraw x'impatt se jkollha sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea fuq is-settur tax- xogħol u l-qgħad.", "Sur President, ikolli ngħid bla tlaqliq ta' xejn li Malta qatt ma rat budget daqshekk fqir u nieqes minn ġustizzja u kuxjenza soċjali.", "Proprju għalhekk li ta' din in-naħa qed ngħidu li dan huwa budget anti-soċjali.", "Dan għaliex minflok ma l-gvern, permezz ta' dan il-budget, ipprova jagħmel redistribution ta' income u jintaxxa l-aktar lil dawk li jifilħu l-aktar biex b'hekk igħin lil min għandu income baxx, qed jitfa' l-piż fuq iż- żgħir u Alla jbierek il-ħuta l-kbira nħalluha tgħum ixxamplata f'baħar wiesa' fejn ma jista' jaqbadha ħadd.", "Hawnhekk nixtieq nirrimarka li darba minnhom il-prim ministru waqt risposta li ta lill-kap ta' l-oppożizzjoni qal li se jgħid kif se jintaxxaw lil dawk in-nies li jaqilgħu aktar minn Lm10,000 pero' dan baqa' ma qalux.", "Għalhekk aħna ta' din in-naħa għadna qegħdin nistennew kif il-Gvern Nazzjonalista beħsiebu jintaxxa lil dawk li għandhom income għoli ta' aktar minn Lm10,000.", "F'dan il-budget qed jittieħdu miżuri kosmetiċi biex taparsi l-gvern qed iħenn għall-batuti pero' l-verità hija li min hu verament batut mhu qed jara l-ebda ħniena.", "Fil-fatt dan il-gvern, b'daħka fuq fommu, b'id waħda jagħtik Lm1 xotta imbagħad mill-id l-oħra jeħodlok Lm4, Lm5, Lm6 jew Lm7 grassi.", "Qed ngħid hekk għaliex kif jaf kulħadd, ċerti affarijiet essenzjali se jkomplu jogħlew.", "M'hemmx għalfejn wieħed joqgħod isemmi ż-żieda fl-income tax li se tibla' minn ħalq il-ħaddiem, l-iktar ż-żgħir u tal-klassi medja, madwar Lm9 miljun addizzjonali u ż-żieda fil-bolla li minn bolla balla saret bolla bomba għax fuq medda ta' sentejn se nkunu blajna minn ħalq il- ħaddiema Lm14 miljun extra.", "M'hemmx għalfejn wieħed isemmi ż-żieda fenomenali li se nesperjenzaw minħabba t-tneħħija tas-sussidju fuq id-dqiq li se ġġib magħha żieda fil-ħobż li tant u tant huwa essenzjali fid-dieta tagħna l-Maltin.", "M'hemmx għalfejn wieħed joqgħod isemmi ż-żieda fuq il- petrol u d-diesel li se tolqot l-aktar lil dawk li mhumiex vat registered, jiġifieri liż-żgħir, għax kull min ikollu VAT number, se jkun jista' jieħu l-flus lura.", "Nerġa' ntenni li dan il-gvern min-naħa qed jagħti Lm1 żieda għall-għoli tal-ħajja u min-naħa l-oħra qed jieħu lura medja ta' Lm7 imbagħad Alla jbierek wieħed jippretendi li jieħu l-prosit talli nkunu dħakna b'aktar minn nofs il-poplu Malti.", "Sur President, dan il-gvern imissu jistħi li żied in-national insurance contributions proprju għal din il-kategorija ta' nies li hija l-aktar batuta.", "Li kieku kellu quddiem għajnejh l-interessi ta' min verament huwa batut u emarġinat kien jara kif se jnaqqas il-piż minn fuq min jaqla' l- minimum wage u mhux iżidha.", "F'din il-kategorija nsibu ħafna klassijiet ta' ħaddiema, fosthom il-casual social assistants u l-impjegati każwali l- oħrajn li għandhom impjiegi prekarji u aktar minn hekk huma sfruttati mill- istess gvern li wara kollox id-dmir tiegħu huwa li jipproteġi l-interessi u d-drittijiet fundamentali tagħhom.", "Pero' sfortunatament jidher li dan il- gvern, bi prepotenza kbira, għażel li jkasbar l-iktar lil min hu żgħir, lil min batut u lil min hu emarġinat.", "Nixtieq nikkummenta wkoll fuq il-qagħda tan-nisa fis-soċjetà tagħna.", "Smajna ħafna paroli fil-vojt fuq kemm żdiedet il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Il-verita' hi li ċerti nisa qed ikollhom joħorġu jaħdmu biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż tal-familja tagħhom u mhux biex ikunu jistgħu jaffordjaw xi lussu partikolari.", "F'din il-kategorija nsibu ħafna ħaddiema każwali li jaħdmu mal-gvern, casual social assistants u cleaners li jaħdmu fl-iskejjel u anke ma' kuntratturi privati fl-isptarijiet.", "Peress li dawn in-nisa, li ħafna drabi jkunu miżżewġin, bilfors ikollhom joħorġu jaħdmu biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż - u ħafna minnhom anke jkollhom livell baxx ta' edukazzjoni - jidher li l-gvern qiegħed jisfrutta l-bżonn tagħhom għax qed joffrilhom kondizzjonijiet ta' xogħol ħżiena.", "Jidher ukoll li minflok ma l-gvern qed igħinhom biex jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol normali, qed jemarġinahom billi ħoloq dinja tax-xogħol inferjuri u għalaqhom fiha, bil-konsegwenza li dawn ma jgawdux dawk id-drittijiet li llum kulħadd jeħodhom for granted.", "Per eżempju, dawn in-nisa li għandhom xogħol prekarju għall-aħħar, m'għandhomx dritt għal leave, sick leave, maternity leave u overtime pay u barra minn hekk il-gvern jista' jwaqqafhom meta jrid u meta jfettillu.", "Żgur li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema jmorru kontra r- regoli kollha li hemm imniżżlin fis-social charter ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-gvern, li tant ftaħar bil-participation rate tan-nisa fl-ekonomija tagħna, mhu qed jagħmel xejn biex iħares id-drittijiet ta' dawn l-individwi anzi żidilhom in-national insurance contributions u allura naqqsilhom il- paga miżera li jieħdu lura d-dar biex jitimgħu lil uliedhom.", "Ikolli ngħid ukoll li dan il-gvern qed jittratta lill-poplu Malti b'disrispett għax wiegħed mod u qed jagħmel l-oppost u għalhekk m'għandux mandat elettorali biex jagħmel dak li qed jagħmel.", "Per eżempju, minkejja li l-impressed drivers ġew imwiegħda li se jsiru full-timers mal-gvern, dawn sal-lum għadhom imdendlin.", "Irridu nammettu li l-miżuri mħabbrin f'dan il-budget u dawk li s'issa għadhom ma tħabbrux se jkabbru l-problema ta' dawk li qegħdin below the poverty line f'Malta u hija ħaġa ċerta li dawk li jgħixu fil-faqar se jiżdiedu.", "Fil-passat kien gvern Laburista li nieda programm estensiv ta' pensjonijiet għal kulħadd u għajnuniet soċjali għal min hu fil- bżonn, pero' issa smajna lill-Ministru Dalli jistqarr li minn hawn jew minn hemm dan il-gvern se jismantella s-sistema tas-servizzi soċjali kif nafuha llum.", "Ovvjament ħadd ma jaqbel, lanqas il-Partit Laburista, li jkun hawn min jabbuża mis-servizzi soċjali, pero' rrid nirrimarka li dawn għandna nħalluhom fejn huma għal min verament għandu bżonnhom.", "Il-gvern qiegħed juża lil min qed jabbuża minn din is-sistema sabiex ikisser il-welfare state kif nafuh illum.", "Gvern li suppost jemmen fil-ġustizzja soċjali m'għandux iħalli li mal-ħażin jeħel it-tajjeb u jintaxxa lill-batut billi jgħollilu l-bolla.", "Fil-budget il-ministru tal-finanzi analizza d- differenza bejn id-dħul ta' ħaddiem li jkollu l-minimum wage packet, biex ngħid hekk, u d-dħul ta' dak li jkun qed jirreġistra għax-xogħol u jkun qiegħed fuq l-assistenza soċjali.", "Aħna ta' din in-naħa nafu li din l- analisi ħarġet mir-rapport li ġie mwassal mill-Prof Mullard u li ġie ppreżentat lill-kummissjoni fir-riforma tal-welfare.", "Ikolli ngħid li hawnhekk il-Ministru Dalli uża parti minn dan ir-rapport biex ikun jista' jinqeda hu għall-iskopijiet tiegħu personali u tal-gvern pero' meta mbagħad ġie għall-konklużjoni bidilha.", "Fil-fatt il-ministru kkonkluda li bejn min qiegħed fuq il-minimum wage u min qiegħed fuq il-benefiċċju soċjali tal-qgħad tant hemm differenza żgħira li din qed isservi ta' diżinċentiv biex in-nies qegħda jsibu x- xogħol.", "Issa aħna l-membri ta' din in-naħa tal-Kamra naqblu perfettament li din id-differenza, li jirriżulta li hija ta' Lm1.50, qed isservi ta' diżinċentiv biex dak li jkun isib ix-xogħol.", "Il-membri ta' din in-naħa naqblu perfettament li din id-differenza, li wara kollox tirriżulta f'xi Lm1.50 fil-ġimgħa, hija ħmerija u qed isservi ta' diżinċentiv għax-xogħol.", "Pero' fejn ma naqbilx mal-Ministru Dalli huwa li fil-konklużjoni, minflok ma attakka lil dawk li jirreġistraw għax-xogħol, kien imissu qal li l- minimum wage hija baxxa ħafna u effettivament irridu ngħolluha.", "Dan iservi ta' inċentiv sabiex dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol ma jibqax jaqblilhom jirreġistraw għax-xogħol u joħorġu jfittxu mpjieg.", "Hawnhekk jidħol l-investiment soċjali li tant niftaħru bih.", "Min jaqla' minimum wage diġà qiegħed jgħix fil-faqar, aktar u aktar jekk ikollu xi tlett itfal.", "Għalhekk jekk dan il-gvern jemmen verament fil-ġustizzja soċjali jmissu jara x'jagħmel biex itejjeb is-sitwazzjoni ta' dawn in- nies.", "Il-verità sagrosanta hija li llum il-ġurnata ma tgħix bil-minimum wage.", "Ikolli ngħid li diċenza ma teżistix, aħseb u ara x'inhu ġej wara dan il-budget!", "Sur President, issa se ngħid xi ħaġa dwar il-pensjonijiet.", "Dan is- suġġett huwa għal qalbi ħafna u jiddispjaċini li qed nara li se jkollna ħafna problemi f'dan il-qasam.", "Jien nemmen li biex tkun kostruttiv ma tistax tkun politiku żżejjed.", "Ta' min igħid li l-gvern Laburista ta' sena u nofs ilu kien diġa' ħa passi konkreti sabiex jindirizza l-problemi li għandna quddiemna llum f'dan il-qasam.", "Tant hu hekk li, kif jaf kulħadd, konna aħna li kkummissjonajna żewġ studji rigward il-problema tal- pensjonijiet.", "Per eżempju, jien nieħu gost ninnota li l-gvern attwali qed jimxi fuq it-tagħrif miġbur minn dawn iż-żewġ dokumenti u jien ċert li ma' dan jaqblu kemm iż-żewġ partiti kbar li għandna f'pajjiżna kif ukoll l- għaqda nazzjonali tal-pensjonanti.", "Pero' jibqa' l-fatt li l-poplu u din l- istess għaqda kienu qed jistennew ħafna mill-Partit Nazzjonalista li tela' fil-gvern bl-għajta tal-kuxjenza soċjali.", "Fil-fatt fil-gazzetti lokali ġew pubblikati diversi ittri fuq dan il-qasam.", "Aħna ma nistgħux minn din in-naħa ma nagħmlux riferenza u ma nsemmux il-wegħdi - minn 214 sa 218 li hemm fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista - li jitkellmu dwar titjib għall-pensjonanti in ġenerali, kif ukoll għal dawk il-pensjonanti tas-servizzi li kienu diġà bbenefikaw minn titjib li kien wegħedhom u wasal biex iwettaq il-Partit Laburista fil-gvern.", "Ma ninsewx ukoll li l-Partit Nazzjonalista wiegħed li se jagħti ż-żieda għall-għoli tal-ħajja sħiħa, xi ħaġa li s'issa għadu ma wettaqx.", "Mhux talli hekk, talli l-Ministru Dalli mill-ewwel budget li ppreżenta s-sena l-oħra f'din il-Kamra ta x'jifhem li l-gvern kien determinat li jneħħi l-imberkin trigger factors mill-ispiża tal-gvern, inkluż iż-żidiet fuq il-pensjonijiet.", "Matul l-aħħar sena rajna żewġ tentattivi serji sabiex iż-żieda li tingħata s-soltu fil-collective agreements ma tingħatax.", "Kien hemm il- ftehim kollettiv li ġie ffirmat mac-ċivil u l-ftehim l-ieħor li ġie iffirmat mal-Malta Drydocks, li bl-intervent f'waqtu tal-GWU, il-gvern ma nrexxielux jaqta' l-barra l-interessi tal-pensjonanti.", "Fil-fatt bis- sistema tat-two-thirds kif nafuha llum il-pensjonanti jgawdu minn żewġ tipi ta' żidiet sabiex il-pensjoni tagħhom tibqa' tiġi riflessa bħala two-thirds tal-paga kurrenti, iż-żieda ta' two-thirds ta' l-għoli tal-ħajja li jagħti l-gvern fil-budget u ż-żieda ta' two-thirds li tingħata fil-collective agreement.", "B'hekk il-pensjonanti jibqa' jkollhom pensjoni li tkun riflessa bħala two-thirds tal-paga kurrenti ta' kwalunkwe azjenda jew korp kostitwit.", "Irrid ngħid li matul l-aħħar 25 sena dawn iż-żewġ sistemi ħadmu tajjeb għax kellek mekkaniżmu li jiżgura li l-pensjonijiet jibqgħu jkunu, bejn wieħed u ieħor, two-thirds tal-paga kurrenti.", "Pero' jidher li kien hemm dan it-tentattiv serju mill-gvern li parti rnexxiet u parti oħra għada ma rnexxietx.", "Imbagħad xi ngħidu dwar il-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi li tant ġew imwiegħda mill-Partit Nazzjonalista li l-pensjoni tagħhom se tissaħħilhom?", "Fil-fatt wegħda elettorali, mingħalija nru.", "216, tirrigwarda lil dawn il- pensjonanti li qed insemmi.", "Meta jien għamilt mistoqsija lill-Ministru Gonzi dan weġibni li l-affarijiet imisshom saru aktar bis-serjetà u li ż- żieda tas-servizzi Ingliżi jridu jgħadduha mill-għarbiel tal-welfare reform commission u waqaf hemm.", "Jien lill-Onor.", "Gonzi nistaqsih: F'ġieħ is- sewwa, min hu l-aktar serju f'pajjiżna?", "Min jagħmel wegħda elettorali u jara kif jagħmel biex iwettaqha, jew min iwiegħed mod u jagħmel l-oppost?", "Fil-każ tal-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi hekk qed jiġri.", "Mis-sens ta' prijorità li għandna nagħtu lill-problema finanzjarja li għandu pajjiżna bħalissa toħroġ ċara d-differenza politika taż-żewġ partiti.", "Jien naħseb li jekk l-elezzjoni ma swiet għal xejn żgur swiet biex il-Partit Nazzjonalista fil-gvern jammetti li f'pajjiżna veru hawn il- ħofor.", "Ilum ħadd m'għadu jgħid li l-ħofra hija ħrafa, anzi llum il-ħofra saret safja.", "Issa Alla jbierek iridu jbellgħu ir-ross bil-labra lill- poplu Malti li dan id-deficit beda jeżisti mill-1996, qisu l-Ministru Dalli l-ewwel wieħed ma kienx jaf li d-deficit kien jeżisti qabel l-1996!", "(Interruzzjonijiet) Issa nispera li l-ministru ma jiġix f'dan il-parlament b'wisq ħerqa għax għad għandu tliet snin!", "Kif qalet il-kollega tiegħi, l- Onor. Marie Louise Coleiro, fit-tieni avis update ta' l-Unjoni Ewropea hemm miktub li l-akbar żbilanċ kien fl-1995 għax laħaq 11% tal-GDP.", "Dan l- argument iġibni għall-argument kruċjali li biex dan il-pajjiż noħorġuh mir- rovina finanzjarja li daħħalna fiha l-Ministru Dalli, m'għandniex inżidu t- taxxi fuq kulħadd left, right and centre iżda għaliex inkunu responsabbli biżżejjed u nnaqqsu l-ispiża tal-gvern innifsu.", "Kif qal l-Onor.", "Alfred Sant, minn hemmhekk irridu nitilqu jekk verament irridu nnaqqsu d-deficit strutturali finanzjarju mingħajr ma nikkaġunaw deficit soċjali ieħor, kif wara kollox qed jagħmel dan il-budget.", "Per eżempju, nistgħu nnaqqsu l- ispiża fuq is-safar.", "Jien ma nistax nifhem kif wara li l-gvern introduċa dawn il-miżuri anti-soċjali kollha u għabba lill-poplu Malti b'biżibilju ta' taxxi, għandu l-wiċċ iżid l-ispiża fuq is-safar b'madwar 27%!", "Huwa proprju fil-qasam soċjali fejn irridu noqogħdu attenti kif nindirizzaw din il-problema.", "Aħna qed inwettqu din ir-riforma fil-welfare għax is-sistema mhijiex aktar sostenibbli jew inkella għax f'pajjiżna għandna dan id-dejn strutturali?", "Dan huwa l-fulcrum ta' kollox.", "Jekk il- problema hija d-dejn strutturali, allura inutli nagħmlu din ir-riforma.", "Il-kontribuzzjonijiet soċjali li qed iħallsu l-ħaddiema issa qed imorru sabiex jitħallsu l-pensjonijiet tal-pensjonanti tal-preżent u mhux biex jassiguraw il-pensjoni tagħhom stess.", "Jekk kemm-il darba nipprivatizzaw il-pensjonijiet jew parti minnhom sabiex nagħmlu tajjeb għal dan id-dejn strutturali li għandna ġewwa pajjiżna, allura d-domanda addizzjonali mill- available income ta' min għadu qed jaħdem mhu se jkun xejn ħlief taxxa addizzjonali.", "Il-gvern suppost għolla l-kontribuzzjoni tal-bolla sabiex itejjeb il-futur tal-provvediment tal-benefiċċji soċjali tagħna, pero' sfortunatament jidher biċ-ċar li minflok se jaħtaf din l-opportunità sabiex dawn l-Lm14 miljun addizzjonali jew kemm li qed jieħu minn ħalq il-ħaddiema jara kif jinvestihom b'mod għaqli għall-futur, qed jużahom sempliċement biex jittaffa d-dejn, xejn iżjed u xejn inqas.", "Jekk min-naħa l-oħra l- privatizzazzjoni ssir f'ambjent finanzjarju aktar feliċi u aktar b'saħħtu, mingħajr ma ġġib tbatija żejda fuq dawk li l-aktar ikollhom bżonn l- għajnuna tal-gvern - kif fil-fatt ġara f'pajjiżi barranin meta l- pensjonijiet ġew privatizzati f'sitwazzjoni finanzjarja mwiergħa - allura aħna se nkunu qed naqblu hands down.", "Artiklu li deher f'\"The Financial Times\" fis-sajf li għadda minn Barry Riley jgħid hekk:", "''Pension funding can only make economic sense if the accruing rights are matched by productive economic assets.", "Governments can, it is true, invest productively in the infrastructure.", "However if compulsory pension contributions only serve to finance a budget deficit reflecting current overspending, they represent a tax rather than an appreciating asset.''.", "Din hija kwotazzjoni li tapplika għas-sitwazzjoni li għandna preżentement ġewwa pajjiżna.", "Tibdil bħal dan fi klima finanzjarja ħażina sfortunatament mhux biss iweġġa' lil-lower class people imma jweġġa' wkoll lill-middle class people.", "Qed ngħid dan għax jekk lil familja ta' klassi medja, li taspira li titla' dejjem 'il fuq, ikollha loan fuq id-dar jew fuq il-karozza tagħha jew forsi tibgħat lit-tfal fl-iskejjel privati - wara kollox tkun qed tgħin lill-gvern li qabel l-elezzjoni wiegħed li se jissussidja l-income tax ta' dawn in-nies! - iżżidilha din l-additional drain fuq l-ispending powers tagħha, tkun qed issallabha aktar.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li qabel ma nirranġaw is-sistema tal-welfare, ikun aħjar li l-gvern jirranġa s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu mingħajr ma jweġġa' lil dawk li qegħdin fil-klassi ta' isfel.", "Din hija xi ħaġa li fil-ftit żmien li għamilna fil-gvern ħadd ma jista' jinnega li ma pprovajniex nagħmluha bis-serjetà, kważi kważi għad-detriment ta' l-istabilità tal-gvern Laburista nnifsu.", "L-ewwelnett aħna konna erġajna waqqafna l-ekonomija turistika fuq saqajha għaliex mill-ewwel rajna li din kienet il-mutur ta' l-ekonomija tagħna.", "Dan għamilnieh billi neħħejna l-VAT għax qabel l-1996 l-industrija kienet qabdet ir-rankatura 'l isfel għal rata ta' madwar 6%.", "Sfortunatament issa qed naraw li matul din is-sena l-growth rate ta' l-industrija tat-turiżmu naqset u r-rata kienet ta' 3.4%.", "Barra minn hekk, daħħalna aktar sens ta' value for money fi ħdan is-settur pubbliku fejn irnexxielna nagħmlu aktar b'inqas.", "Irnexxielna wkoll innaqqsu xi ftit id-daqs astronomiku ta' l- ammont ta' ħaddiema li jaħdmu mal-gvern.", "Pero' issa qed ninnotaw li fejn jidħlu spejjeż għal tal-qalba qed jintnefqu flus bl-addoċċ bħal, per eżempju, żieda ta' l-ispiża fuq is-safar tal-gvern, kif għadni kemm semmejt.", "Ridna wkoll nattiraw investiment barrani li jkun jaqbel għal pajjiżna għax dan ixxotta għal kollox, jekk taqta' barra l-bejgħ bl-irħis u minn fuq il-monti, ngħidlu jien, tal-Mid-Med Bank.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss imma qed igħidu kulħadd.", "Aħna konna niedejna diversi proġetti bħall-famuż proġett, tal-Kottonera u l-cruise-liner terminal.", "Dawn il- miżuri kollha li semmejt kienu se jwasslu sabiex nerġgħu nwaqqfu l-gvern fuq saqajh, innaqqsu l-overspending u nneħħu l-politika ta' money no problem.", "Filwaqt li naqblu li fil-futur se jkollna problema bil-benefiċċji soċjali, ma naqblux li dawn għandhom jintmissu qabel ma s-sitwazzjoni finanzjarja titranġa, kif wara kollox jistipula l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna nsostnu li l-unika għażla li għandna sabiex dan il- pajjiż nerġgħu nwaqqfuh fuq saqajh mhijiex li nissikkaw iċ-ċintorin fuq iż- żgħir biss - għax din anke l-akbar ebete jaf jagħmilha - imma rridu nkunu kapaċi nnaqqsu l-overspending esaġerat tal-gvern u l-operat tiegħu u niġbru aktar taxxi mingħand min jiflaħ l-aktar.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Farrugia qed jgħid li hekk ġara.", "Jien naħseb li b'dan il-budget, Onor. Jean Pierre Farrugia, mhux hekk se jiġri!", "Inti tagħmilha man-nies bħali u kuljum tidħol fid-djar tan-nies, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti, u persważ li kulħadd hekk qed jgħidlek.", "F'din il-Kamra għandna nkunu onesti.", "Lill-Ministru Gonzi nixtieq nistaqsih xi ħaġa dwar il-vot 4141 li jirrigwarda r-retirement pensions.", "Jien għamilt daqsxejn ta' stħarriġ fuq dawn l-aħħar ħames snin u sibt li, per eżempju, fl-1995 intnefqu Lm48 miljun, fl-1996 ġew ivvotati Lm54.3 miljun u ntnefqu Lm54 miljun, fl-1997 ġew ivvotati Lm61 miljun u ntnefqu Lm57 miljun, fl-1998 ġew ivvotati Lm67 miljun u ntnefqu Lm63 miljun u fl-1999 ġew ivvotati Lm76 miljun pero' għadna ma nafux kemm se jkunu minfuqa minnhom.", "Għas-sena d-dieħla qed nivvotaw Lm72 miljun pero' din hija stima.", "Tajjeb li wieħed jinnota li minn sena għall-oħra l-istima dejjem kienet qed tiżdied ħlief għal din is- sena.", "Jista' jkun li s-somma ta' Lm76 miljun li ġiet ivvotata s-sena l- oħra kienet overinflated u fl-aħħar mill-aħħar se jintnefqu ħafna inqas minn hekk, pero' xorta ma nistax nifhem kif għall-ewwel darba din is-sena ġew ivvotati kważi Lm5 miljun inqas fir-retirement pensions.", "Dan ifisser li d-domanda għall-pensjonijiet ta' l-irtirar se tonqos?", "Jien nixtieq li l-ministru jilluminani ftit fuq din il-kwestjoni kollha.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-qasam tax-xogħol pero' rrid ngħid mill- ewwel li l-Partit Nazzjonalista falla bil-kbir f'dan il-qasam, allavolja kien jgħajjat bil-ġid, fiduċja u direzzjoni.", "F'dan il-budget qed insemmu ħafna r-rota jew ir-rotta pero' li huwa żgur huwa li r-rota nkisret għax matul din is-sena l-qgħad sploda 'l fuq b'madwar 1,000 ruħ, jiġifieri b'5.5%.", "Issa jkun tajjeb li ngħidu li n-Nazzjonalisti qed jipprovaw jiddefendu din il-mistħija u jgħidu li l-ammont ta' nies li qed jaħdmu fil- pajjiż baqa' jiżdied.", "Pero' jien ngħid li anke fi żmienna kien jiġri hekk.", "Fil-fatt fi żmienna kien qed jiżdied il-livell tal-qgħad imma fl-istess ħin l-ammont tal-gainfully employed kien jiżdied ukoll.", "Dawn kemm jaħsbu li huma bravi!", "Dawn jaħsbu li l-poplu Malti huwa daqshekk beċċun li ma jafx xi tfisser li jkollok rata ta' qgħad li qiegħda dejjem tikber.", "Bħalissa taħt din l-amministrazzjoni ta' ġid, fiduċja u direzzjoni, sfortunatament għandna ammont ta' nies qegħda aktar milli kellna matul dawn l-aħħar 12-il sena.", "Ma tridx ħafna għerf biex tifhem li r-rata tal-qgħad f'pajjiżna telgħet b'mod allarmanti tant li lħaqna l-ogħla rata f'dawn l- aħħar 12-il sena.", "Apparti minn dawn il-figuri, il-qasam tax-xogħol f'pajjiżna jinsab mhedded għal diversi raġunijiet.", "Minbarra r-rata għolja tal-qgħad, għandek it-tneħħija tal-levies fi żmien sentejn li qegħdin jheddu madwar 7,000 ħaddiem li jaħdmu fl-industrija tal-manifattura għas-suq lokali, u din diġà mmarkat tnaqqis għal din is-sena.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ukoll is- settur tal-manifattura ta' l-għamara u kif bħalissa l-povri employers jinsabu għarkobbtejhom.", "Tant hu hekk li meta qabel kienu jmorru jixtru l- injam mingħand l-aġenti ewlenin, dawn kienu jagħtuhom madwar tliet xhur credit biex iħallsu lura pero' llum dawn qed jiġu mġiegħla jmorru jagħmlu kambjali mal-bank.", "Dan ifisser li fil-pajjiż hawn nuqqas ta' cashflow u nuqqas ta' fiduċja f'xulxin.", "Raġuni oħra għalfejn il-qasam tax-xogħol jinstab mhedded hija t-tneħħija tal-monopolju tal-Maltacom.", "Issa rrid ngħid xi ħaġa żgħira rigward il-privatizzazzjoni.", "Il-programm ta' privatizzazzjoni li qed jimxi fuqu l-gvern jidher li fih x'wieħed jomgħod.", "Ta' min igħid li aħna konna wegħedna fil-programm elettorali tagħna li konna se niddedikaw madwar 20% tad-dħul li ndaħħlu mill-programmi ta' privatizzazzjoni għall-qasam soċjali.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid li dan il-gvern jitratta lill- poplu Malti b'disrispett għax minkejja li wiegħed pensjonijiet sħaħ issa se jneħħi l-pensjoni taż-żewġ terzi.", "Barra minn hekk, dan il-gvern qiegħed inaqqar il-pensjoni tas-servizzi Ingliżi, qed jagħmel minn kollox biex iqaċċat bl-addoċċ l-għajnuna soċjali u qed jieħu miż-żgħir biex ipaxxi lill-kbir, meta m'għandux mandat elettorali biex iwettaq dan kollu.", "Dan il- gvern inganna lill-poplu Malti u Għawdxi kollu bid-daħka fuq fommu.", "Jien hawnhekk irrid nagħmel sfida lill-Prim Ministru, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, biex jekk verament jemmen li dan huwa budget ta' kuxjenza soċjali għada stess isejjaħ elezzjoni ġenerali.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponnibbli għall-oppożizzjoni.", "Naturalment illejla jkun imiss lin-naħa tal-gvern biex tesponi l-argumenti tagħha.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l- Ġimgħa, 3 ta' Diċembru 1999, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Kumitat ta' Provvistà -Estimi Ġenerali 2000", "It-Tielet Jum Stabbilit (Kontinwazzjoni) Voti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAJJIEDA MALTIN - TERRITORJI MALTIN", "11638.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li jirriżulta li Malta se jkollha diffikultajiet kbar sabiex tipproteġi l-25 mil tal-kosta, fejn huma protetti li jistadu sajjieda Maltin u Għawdxin kif ġie rrapportat f'ġurnal lokali, jista'l- Ministru jinformana x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar din il- problema?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi din il- kwestjoni imsemmija għadha trid tiġi ttrattata fin-negozjati li jibdew wara Ġunju 2000.", "Qabel ma dawn jintemmu ma jkunx prudenti li wieħed jippreżenta l-pożizzjoni meħuda.", "KO-OPERATTIVI TAS-SAJJIEDA - APEX", "11639.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħat ma' l-APEX u l- Koperattivi tas-Sajjieda, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn il-Ministeru tkellem dwar dan il-punt u x'kienu r-reazzjonijiet tal-kooperattivi tas- sajjieda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Liema punt?", "EU - BUTIR - SUSSIDJU", "11640.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l- industrija lokali li timmanifattura l-butir se titlef sussidju fuq l- importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu?", "Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan il- impatt?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir- rapport?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jirriżultax li teżisti 'industrija li timmanifattura l-butir f'Malta'.", "Kif lanqas ma teżisti l-ebda skema fejn il-gvern iħallas sussidju fuq l-importazzjoni tal-butir.", "EU - ZOKKOR - SUSSIDJU", "11641.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l- industrija lokali li tuża z-zokkor bħala kompożizzjoni fil-manifattura tagħha se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lil-industrija lokali u lill- poplu?", "Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9878 u 10643 li t-tnejn jittrattaw l- importazzjoni taz-zokkor.", "SPTAR SAN LUQA - LIFT", "11778.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Possibbli li l-Ministru jerġa' jidħol personalment, kif naf li għamel dan l-aħħar, biex il-lift prinċipali f'St Luke's, fuq in-naħa tal-casualty li sar ġdid f'Novembru 1996, ma jibqax ikun bil-ħsara b'mod regolari u ta' spiss?", "Billi dan il-lift għandu jintuża mhux biss biex jittellgħu pazjenti mill- casualty għas-swali u għall-main operating theatre, u biex jittellgħu pazjenti mis-swali għall-operazzjonijiet ġol-main operating theatre, iżda jintuża wkoll biex jitniżżlu cardiac cases mill-main operating theatre, għall-ITU (billi jinsab l-aktar lift viċin l-ITU) jaqbel il-Ministru li għandha tinsab soluzzjoni permanenti biex dan il-lift ma jibqax jieqaf bil- ħsara ta' spiss?", "Jikkonsidra d-dipartiment li jieħu passi kontra l-kuntrattur li għamel dan il-lift ġdid minħabba l-fatt li qed jieqaf ta' spiss?", "Kemm kien sewa dan il-lift?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kien hemm diversi drabi meta it-temperatura tal- mutur ta` dan il-lift laħqet valuri aktar minn normali.", "Dawn il-każi wasslu biex il-mutur inaqqas mill-effiċjenza tiegħu u fil- fatt kellu jinbidel.", "Dan sar ix-xahar li għadda.", "Kien hemm diversi raġunijiet tekniċi għal din il-ħsara u biex nipproteġu il-mutur il-ġdid iddeċidejna li l-lift jintuża biss mill-istaff, dan bil- kontroll tan-Nursing Officer fis-sala ta` l-operazzjonijiet.", "Sadanittant il-kuntrattur responsabbli għal manutenzjoni ta` dan il-lift kellu jkompli jinvestiga l-każ biex isib soluzzjoni permanenti.", "It-team tekniku tal-kuntrattur għandu jiġi fuq il-post biex ikun jista` josserva għal ħin twil l-operazzjoni ta` dan il-lift biex jiddentifika kull element li mhux qed jaħdem kif suppost fit-3 ta` Diċembru, 1999.", "Il-prezz totali kien madwar Lm 19,800.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "11782.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11605?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kienu sitta min-nies li marru Dusseldorf sabiex jaraw apparat mediku għall-Isptar il-Ġdid f'Tal Qroqq.", "Attendew għal din il-fiera: Dr Joe Zarb Adami Chairman MEC, Emanuel Bezzina Nursing Manager SLH, Rosario Attard Principal Technical Officer SLH, Dr. Kenneth Grech Head Institutional Operations FMS, Eng.", "Chris Attard Montalto Medical Equipment Manager FMS, Mario Hili Nursing Officer SLH.", "Dawn intgħażlu mill-bord ta' l-FMS.", "In-nefqa totali kienet ta' Lm2983 u se tħallas għaliha l-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi u mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "PA - ŻEJTUN", "11786.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-korrispondenza bejni u bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar (Ref.", "GFA 45/97 u PA/ZTN/98) billi din l-area tinsab fil-village core (kif kien qal l-ex-Ministru Michael Falzon f'mistoqsija parlamentari numru 13941 f'Seduta Parlamentari tad-9 ta' Novembru 1993) u billi din hi area ferm mibnija u waħda mill-aktar antika taż-Żejtun, ma taħsibx l-Awtorita' ta'l- Ippjanar li hu diffiċli li jinfetħu toroq ġodda f'din l-area għax ikollhom jitwaqqgħu numru ta' residenzi antiki?", "Taqbel l-Awtorita' ta'l-Ippjanar li issa għadda żmien biżżejjed biex tasal għal deċiżjoni peress li hi inġusta għar-residenti in kwestjoni li ilhom snin sħaħ u ma jafux x'se jiġri mid-djar tagħhom?", "Possibbli għal ġid ta' dawn ir-residenti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tgħid meta se tiddeċiedi finalment dwar din il-kwestjoni li issa saret waħda ta'natura kronika?", "ONOR.", "TONIO BORG: .", "Kif diġa' ġie indikat lill-Onor.", "Interpellant fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11180, il-każ tas-sit tas-Sur Alex Mercieca u l-każ tar-residenti fl-istess inħawi jridu jiġu kkonsidrati flimkien minħabba li ma tistax telimina t-toroq proposti kollha.", "Ta' minn jgħid ukoll li jridu jiġu kkunsidrati kemm it-tqassim tad-drenaġġ kif ukoll il-problema ta' l-ilma tax-xita.", "Ninsab informat ukoll li bħalissa hemm proposta li taffettwa mill-anqas residenti (effettivament binja/residenza waħda).", "Bħalma jaf l-Onor.", "Membru kien qed jipprova jintlaħaq ftehim mas-Sur Mercieca biex ikun hemm residenza alternattiva għall-binja affetwata.", "ENEMALTA - SUSSIDJU FUQ PITROLJU", "11787.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Possibbli li l-Enemalta tara għalfejn cheque ta' sussidju fuq l-għoli tal- pitrolju, li kien għola taħt il-Gvern Laburista liema cheque ingħata lill- furnara mill-Gvern Nazzjonalista, wara li f'Ottubru 1998 lil wieħed furnar li ismu qed jintbagħat separatament baqa ma rċeviehx, wara li c-cheque kien ħareġ fuq isem żbaljat u l-persuna konċernata kienet irritornatu lura permezz tal-koperattiva tal-furnara lill-Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "DRYDOCK - CORRUGATED IRON", "11810.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: In vista tad-domandi parlamentari preċedenti, jista' l- Ministru jissuġġerixxi li fil-futur qasir l-Malta Drydocks jieħdu ħsieb li jneħħu l-kwantita' kbira ta' corrugated iron li hemm mwaħħla fuq wara ma' l- imħażen tan-No.1 Dock u li jisporġu ġewwa Triq San Pawl, Bormla billi dawn qegħdin jkerħu dejjem aktar l-ambjent?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ikun possibbli li jiġi attwat matul is-sena d-dieħla, meta huwa ppjanat li jitlesta l-maħżen numru wieħed li fil-preżent qed jinbena mill-ġdid.", "KALKARA - VILLA PORTELLI", "11811.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-ġnien li hemm anness ma' Villa Portelli fil-Kalkara preżentement taħt l-MDC jiġi mnaddaf u kkurat aktar billi fuq il-partijiet li jmissu mal-ħitan ta' barra hemm l-impressjoni li dan m'huwiex ikkurat tajjeb?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta biex tieħu l-passi meħtieġa.", "AMBAXXATI - SPEJJEŻ", "11812.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma x'kienet l-ispiża li saret tul is-snin 1996, 1997 u 1998 fl-ambaxxati u High Commissions fil- pajjiżi ta' l-Ingilterra, l-Italja, Franza, Awstrija, Ġermanija, Olanda, Russja u Amerika?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant rigward l- ispiża li saret fl-1996, 1997 u 1998 fl-Ambaxxati u Kummissjonijiet Għolja ta' Malta fil-pajjiżi indikati minnu minn barra ta' l-Olanda peress li Malta m'għandhiex u ma kellhiex Ambaxxata fl-Olanda tul is-snin indikati tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-ispejjeż mogħtija jirrapreżentaw l-ispejjeż kollha minfuqa mill- Ambaxxati fil-perjodi rispettivi msemmija.", "DJAR - KALKARA - APPLIKAZZJONIJIET", "11813.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm applikazzjonijiet ġew preżentati minn residenti tar-raħal tal-Kalkara ma' l-Awtorita' tad-Djar fis-snin 1997 u 1998 u dan billi jiġi ndikati ta' liema tip dawn l-applikazzjonijiet kienu, kemm minnhom ġew effettivament milqugħa u possibbilment kemm flus intnefqu fuq dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta."]} {"filename": "20001114_424d_par.doc", "date": "2000-11-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 424 It-Tlieta, 14 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 424", "It-Tlieta, 14 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "424", "It-Tlieta, 14 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 118", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 118", "TQEGĦID TA' KARTI 121", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI (IT-TIELET QARI)", "COMPETITION (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 122", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA (IT-TIENI QARI)", "DATA PROTECTION BILL (SECOND READING) 123", "AĠĠORNAMENT 143", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 148", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 423 li saret fit-13 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EU - SAJD - QABDA REGISTRATA", "20695.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dikjarazzjoni li mhux il-ħut kollu jiġi rreġistrat taffettwax l-għajnuna li sajjieda Maltin jistgħu jingħataw mill-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "20688 li tgħid hekk:", "\"Il-ħut li jinqabad jispiċċa jew mibjugħ mill-pixkerija jew ikkonsmat mill-familji tas-sajjieda stess, jew mibjugħ lill-mara tad-dar min- nisa tas-sajjieda, jew mibjugħ b'kuntrattazzjoni diretta lir- ristoranti/lukandi jew mibjugħ b'kuntratt bħal fil-każ tat-tonn.", "Id-dipartiment iżomm record ta' kuntratti kbar, jekk ikun involut, u ta' dak li jgħaddi mis-sistema tal-pixkerija.", "Mid-dikjarazzjonijiet fiskali ppreżentati f'dawn l-aħħar xhur mis-sajjieda għall-finijiet ta' allokazzjoni ta' duty-free fuel, huwa ċar li l-ħut maqbud huwa iktar mill-ħut reġistrat fil-pixkerija.", "Fil-preżent din ir-reġistrazzjoni hija l-unika sistema ta' dikjarazzjoni ta' qbid.\"", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għaliex ma semma' xejn il-Ministru dwar l-għajnuna li tingħata lis-sajjieda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru jmissu jaf li l-gvern żamm il-wegħda li kien għamel lis-sajjieda, u cioe' li dawn kienu se jibbenefikaw minn sistema fejn għal kull valur ta' 94c ta' ħut li jiġi rreġistrat mal-pixkerija, jingħata sussidju ta' 6c1 fuq kull litru diesel li s-sajjied jieħu mingħand l-MODC.", "Din is-sistema qiegħda taħdem tajjeb u fil-fatt minn Mejju 'l hawn il-kwantita' ta' ħut reġistrata fil-pixkerija żdiedet meta mqabbla ma' dik reġistrata fl-istess perijodu fis-snin ta' qabel.", "Apparti dan, is-sajjieda jingħataw ċerta għajnuna mill-Unjoni Ewropea biex jekk il-bastimenti li jużaw ikunu ta' ċerta eta', jimmodernizzawhom b'tali mod li ma jiġix affettwat il-fishing effort u fl-istess ħin il- bastimenti jkunu aktar safe.", "L-ammont ta' qabda li jiddikjaraw is- sajjieda m'għandux x'jaqsam mal-mod kif jiġu utilizzati dawn il-fondi biex is-sajjieda jimmodernizzaw il-bastimenti tagħhom.", "Bħalma għedt diġa', aktar ma tkun kbira l-qabda ta' ħut aħjar għas- sajjieda.", "Bis-sistema li daħħal il-gvern, aktar ma s-sajjieda jiddikjaraw valur ta' ħut jew fil-pixkerija jew permezz ta' riċevuti fiskali, iżjed ikunu intitolati għal provvista' ta' duty-free diesel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk qed nifhem sew il-Ministru qed jgħid li mhu se jkun hemm xejn li jorbot is-sussidju li jingħata lis-sajjieda ma' l-ammont ta' ħut li jinqabad?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proċedura qiegħda li sajjied jista' japplika biex jingħata l-għajnuna sabiex jimmodernizza opra tal-baħar, pero' sal-lum din l-għajnuna m'hijiex marbuta mal-qabda ta' ħut li l-istess sajjied jirreġistra ma' l-awtoritajiet tas-sajd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt li bil-permess tiegħek inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokument li l-bieraħ il-Ministru qal li ma jeżistix.", "Forsi ma jiddejjaqx jgħidli l-Ministru min huma dawk il-persuni li kienu jaħdmu miegħi u li, skond hu, ikkonfermawlu li ma jeżisti l-ebda protokoll bejn Malta u l-Libja fuq marine wealth, agriculture and animal wealth.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPKEAER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Napprezza ħafna l-mod kif qegħdin naħdmu flimkien u nirringrazzja lill-Onor.", "Farrugia talli għoġbu jgħaddili kopja ta' dan id- dokument u nwiegħdu li 'l quddiem inkun nista' nwieġbu.", "SAJD - KONSERVAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI", "20696.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li sar minn esperti Maltin dwar l-agreement on the conservation and management of straddling and highly migratory fish stocks?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk sarux laqgħat maż- żewġ koperattivi tas-sajjieda dwar dan is-suġġett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-laqgħat mal-koperattivi tas-sajd isiru fuq bażi regolari.", "SAJD - KONSERVAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI", "20697.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif se jaffettwa lis-sajjieda Maltin u lis- sajd tal-lampuki, fanfri, tonn u pixxispad l-agreement on the conservation and management of straddling and highly migratory fish stocks?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sajd li semma hu rregolamentat bħalma dejjem kien f'dawn l-aħħar 30 sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għandi nifhem li l-Ministru qed iwieġeb fid-dawl tal-policy eżistenti.", "Jista' jgħidli jekk b'riżultat tal-common fisheries policy se niġux f'pożizzjoni li jkollna nbiddlu din il-policy?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni fuq dan it-tip ta' sajd se tibqa' tiġi mgħoddija bl-istess mod kif għaddiet f'dawn l-aħħar 30 sena.", "EU - GĦAJNUNA LIS-SAJJIEDA", "20698.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispeċifika l-ammont ta' għajnuna li qiegħed jingħad li sajjieda Maltin jistgħu jingħataw ġaladarba Malta ssir membru ta' l-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Inkunu nistgħu nagħmlu dan meta jkunu konklużi n- negozjati.", "Is-sajjieda Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw fi programmi ta' modernizazzjoni tal-flotta, ikunu jistgħu jieħdu payments jekk jieqfu mis- sajd u jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-young fishermen scheme fejn is- sajjieda ġodda jistgħu jiġu megħjuna biex jixtru dgħajsa.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jagħtini risposta aktar konkreta dwar kemm miljuni jridu jiġu investiti f'ċerti proġetti infrastrutturali sabiex il-flotta tas-sajd timmodernizza ruħha u tkun konformi mal-politika tal-CFP?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalma jaf kulħadd, f'Diċembru tas-sena l-oħra Malta ġiet aċċettata bħala candidate country biex tkun tista' tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Issa fil-qasam tas-sajd għandna flotta li hija relattivament antika u rridu nibdew nagħmlu l-almu tagħna biex nimodernizzawha.", "Ovvjament biex is-sajjieda tagħna jibbenefikaw mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, Malta trid tkun membru sħiħ.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Membru qed jgħid li issa għaddew sentejn minn mindu erġajna qbadna t-triq li twassalna biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Nista' ngħidlu li aħna ninsabu għaddejjin bin-negozjati u ladarba nkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, is-sajjieda tagħna jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi ħalli jkunu jistgħu jimodernizzaw l-opri tal-baħar tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru għadu ma jafx kemm se titla' l-ispiża bejn wieħed u ieħor sabiex is-sajjied Malti jagħmel il-bidliet neċessarji ħalli kwalunkwe opra tal-baħar tkun konformi ma' l-istandards tas-CFP?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Biex inkun f'pożizzjoni li ngħid kemm huwa l-ammont, l-ewwel irrid inkun naf kemm hu n-numru ta' sajjieda li jridu jimmodernizzaw l-opri tagħhom.", "Jekk inti tkun taf li hemm 100 sajjied li se japplikaw u kull wieħed minnhom se jonfoq madwar Lm10,000, tikkalkula li għandek bżonn Lm1 miljun, altrimenti ma tistax tikkalkula ċ-ċifra.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna meta se jsir dan l- eżerċizzju ħalli naraw jekk sajjieda lokali humiex se jieħdu sussidju?", "MR.", "SPEAKER: ll-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Biex ikollok il-bajda, jrid ikollok it-tiġieġa!", "L- ewwel irridu nkunu membri fl-Unjoni Ewropea, ikun hemm din l-iskema u wara li s-sajjieda japplikaw inkunu f'pożizzjoni li nagħtu dawn id-dettalji.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiġifieri l-Ministru qed jagħmel dikjarazzjoni li s-sajjieda mhux se jieħdu l-pre-accession funds li tant smajna dwarhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalma għedt diġa', biex inti tibbenefika minn din l- iskema trid tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "AKWAKULTURA - SETTUR", "20699.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jingħad li jrid isir studju dwar is-sitwazzjoni li s-settur ta' l-akwakultura qiegħed jifaċċja?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan l-istudju għadu ma ngħatax u fil-preżent m'huwiex il-ħsieb li jinħareġ.", "Jidher li l-problema, li hija l-fulkru ta' kulma qed jiġri fis-settur, qiegħda fin-nuqqas ta' kompettivita' fil-prezz tal-ħut.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li fost kollox dan il-ħut għandu handicap ta' landing tariff ta' 15%, taxxa li sfortunatament għadha hemm għaliex l- applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea ġiet iffriżata fl- 1998.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid infakkar li sa l-1995/96 kien hemm understanding bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea illi dik it-tariffa ta' 15% tibda tonqos bil-mod il-mod u sas-sena 2000 tispiċċa fix-xejn.", "Fl- 1996 ġara dak li ġara, l-understanding spiċċa u jiddispjaċini ngħid li sal- ġurnata tal-lum sajjieda Maltin, b'mod partikolari dawk li għandhom il-fish farms, għadhom liable għal din it-taxxa meta jiġu biex jesportaw ħut lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nista' nikkonferma li l-gvern preżenti diġa' ħa l-miżuri biex jibdew id- diskussjonijiet biex din it-taxxa tonqos għal kif konna miftehmin fl-1996.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Censu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar garanziji/letters of comfort għall-perijodu 1996 - 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21090;", "Tagħrif dwar claims għal atti ta' trasferiment ta' proprjeta' causa mortis bejn l-1993 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21054;", "Tagħrif dwar claims għal atti ta' traferiment ta' proprjeta' inter vivos bejn l-1993 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21055.", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar l-eżerċizzju ta' enumerazzjoni ta' bibien f'diversi lokalitajiet, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 21027.", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għas-sena 2000;", "Report and financial statements ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għas- sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2000;", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għas-sena li tagħlaq fit-30 ta' Settembru 2001;", "Tabella li tagħti l-għadd u l-grad ta' mpjegati fl-uffiċċju konġunt matul is-snin 1999 u 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 20988.", "Tagħrif dwar l-għadd, il-grad, pagi u benefiċċji oħra ta' mpjegati ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21094; u", "Tagħrif dwar ħlas mill-awtorita' ta' l-ippjanar fuq studji magħmula minn konsulenti matul is-snin 1998 u 1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21095.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar derogi/perijodi ta' transizzjoni mitluba mill-Gvern Malti fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, b'sostituzzjoni għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20992; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Rapport annwali tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall- perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 1999 u t-30 ta' Settembru 2000;", "Report and financial statements tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1999;", "Report and financial statements tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma għas-sitt xhur li għalqu fil-31 ta' Marzu 1999; u", "Estimi tad-dħul u nfiq tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2000 u t-30 ta' Settembru 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI", "COMPETITION (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il- Kompetizzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI U PRIVATEZZA TAD-DATA", "DATA PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta' Novembru, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, din hija s-sitt seduta fuq dan l- abbozz ta' liġi u mill-informazzjoni li għandi tkellmu 19-il membru ħamsa minnhom min-naħa tal-gvern.", "Il-bqija tal-kelliema kienu min-naħa ta' l- oppożizzjoni u dawn elenkaw l-oġġezzjonijiet ta' din in-naħa fir-rigward ta' dan l-abbozz.", "Il-ħames kelliema tan-naħa l-oħra kellhom iċ-ċans kollu jgħidu jekk in-naħa tal-gvern hijiex b'xi mod jew ieħor lesta li tikkonsidra l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Il- ministru għadu kemm qalli li fil-bidu qal li lest jikkonsidra suġġerimenti ta' l-oppożizzjoni, imma dwar dan se nitkellem aktar tard għax jien ma tantx inħobb inħalli l-affarijiet jgħadduli.", "Irrid ngħid li jien segwejt l-introduzzjoni tal-ministru u fl-ebda ħin fid-diskors tiegħu ma tkellem dwar l-awtorita'.", "Jekk inħarsu lejn l-abbozz ta' liġi nsibu li l-ministru se jibda jagħżel hu lin-nies fuq din l- awtorita', jagħżel ukoll lil dawk fuq il-board ta' appell u jagħżel anke lill-kontrollur, xi ħaġa li assolutament l-oppożizzjoni ma taqbel xejn magħha.", "Nagħmilha ċara li l-oppożizzjoni m'hijiex qiegħda titkellem kontra dan l-abbozz.", "Dan qed ngħidu għax il-bieraħ fil-għaxija l-Onor.", "Jason Azzopardi qal li jekk l-oppożizzjoni tivvota kontra dan l-abbozz ikun ifisser li aħna kontra li jkun hemm kontroll fuq il-protezzjoni , il- privatezza u l-integrita' personali ta' l-individwu minħabba l-ipproċessar ta' data personali u dak kollu anċillari għalih.", "Dan mhu minnu xejn.", "Il- kelliema ta' l-oppożizzjoni kollha saħqu dwar il-bżonn li wieħed jifhem x'inhi l-pożizzjoni tagħna.", "Jekk wieħed jifli sewwa x'qalu sħabi isib li dawn kollha sostnew li bażikament dan l-abbozz huwa wieħed tajjeb, imma l- mod kif inhu magħmul huwa mfattar u ma jilħaqx l-aspettattiva la ta' l- oppożizzjoni u lanqas taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Mr. Speaker, fit-tieni parti ta' dan l-abbozz id-dritt taċ-ċittadin ma jinsab imkien.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li iktar 'il quddiem se titressaq liġi oħra li jkollha x'taqsam mad-drittijiet taċ-ċittadini u mal-freedom of information.", "Iżda jekk wieħed jaqbad il-lista ta' l-abbozzi li aħna mistennija niddiskutu fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin, imkien ma hemm riferenza għal dan li qed jgħid il-ministru.", "Din m'hijiex l-ewwel liġi li għaddejna f'dan il-parlament rigward l-informatika.", "Ta' min jgħid li liġijiet li jkunu ta' l-istess ġeneru ġeneralment jittressqu in tandem, għax b'hekk biss jista' jkollna aċċess għal dak li jkollu f'rasu l-gvern.", "Aħna d-deputati jrid ikollna u allura jkollna l-fakulta' li meta niddiskutu liġi partikolari nkunu nistgħu nqabbluha ma' liġi oħra li tkun fuq l-istess binarju.", "F'dan il-każ imma l-liġi tidher li għadha fantażma għax m'għandna xejn tanġibbli swed fuq l-abjad.", "Nistgħu nieħdu biss il- kelma tal-ministru li hemm abbozz ta' liġi lest f'dan ir-rigward, imma x'fih sewwa ma nafux.", "Bħalma lanqas ma nafu meta dan l-abbozz se jitressaq.", "Allura f'dan il-każ aktar tagħmel sens il-pożizzjoni li qiegħda tieħu l- oppożizzjoni għax minflok m'aħna qegħdin nitkellmu dwar il-fantażmi, għażilna li nitkellmu fuq il-konkret.", "Għaldaqstant bir-raġun kollu nsostnu li mkien fil-liġi li għandna quddiemna ma nsibu d-dritt taċ-ċittadin.", "Aħna nsostnu li l-gvern għandu jagħti liċ-ċittadin id-drittijiet tiegħu, inkluż li jkollu aċċess għall-informazzjoni li l-istess gvern għandu fuqhom.", "Sakemm l-oppożizzjoni ma jkollhiex dan iswed fuq l-abjad ma tistax taqbel kompletament ma' dan l-abbozz.", "Aħna ma nistgħux nitkellmu fuq il-fantażmi imma rridu nitkellmu fuq il-konkret.", "Ma nafx għalfejn l-Onor.", "Azzopardi l- bieraħ skanta kif l-oppożizzjoni se tivvota kontra.", "Se nagħmlu hekk għax s'issa ma kien hemm xejn min-naħa tal-gvern li jiġġustifika għaliex għandna nbiddlu l-ħsieb tagħna.", "Per eżempju, f'klawsola 36 ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu li hemm imniżżlin dawn il-kelmiet:", "''L-awtorita' kompetenti għandha tkun il-persuna li tiġi nominata b'ordni tal-Ministru biex tkun l-awtorita' kompetenti għall-finijiet ta' dan l-Att.''", "Jekk imbagħad immorru għal klawsola 45 li jirrigwarda l-bord ta' appell, insibu dan li ġej:", "''Ikun hemm bord ta' appell dwar il-protezzjoni ta' data li jkun magħmul minn tliet membri, li wieħed minnhom, li jkun il-president, għandu jkun persuna li tkun eżerċitat bħala avukat għal mhux inqas minn seba' snin.''", "Imbagħad subklawsola (2) ta' klawsola 45 titkellem fuq li:", "''Il-membri tal-bord għandhom jinħatru mill-Ministru għal perijodu ta' sentejn u jistgħu jerġgħu jiġu maħtura drabi oħra.''", "Apparti minn hekk, subklawsola (5) - dejjem b'riferenza għal klawsola 45 - tittratta fuq is-segretarju tal-bord u tgħid hekk:", "''Il-Ministru għandu wkoll jaħtar persuna biex tagħmilha ta' segretarju tal-bord.''", "Issa jekk il-ministru jgħidli li din se tinbidel kollha u dawn il-ħatriet isiru minn dan il-parlament, allura ma nkomplix fuq dan l-argument.", "Iżda dment li l-ministru ma jgħidx li se jkun il-parlament li jaħtar dawn il- membri, bi ftehim bejn il-gvern u l-oppożizzjoni, allura l-pożizzjoni ta' din in-naħa se tibqa' l-istess.", "Jiena ċert li ħadd ma jlum lill- oppożizzjoni meta minn din in-naħa ngħidu li l-kunċetti ta' dan l-abbozz huma tajbin iżda l-kontenut huwa ħażin.", "Jekk il-kontenut huwa ħażin, wieħed ma jistax bil-wiċċ tost kollu jiġi jgħid li l-oppożizzjoni għandha tivvota favur tiegħu.", "Din il-ħaġa ma tagħmilx sens.", "L-abbozz kollu huwa mibni fuq il-kontrollur, fuq l-awtorita' kompetenti u fuq il-bord ta' appell, u m'għandux ikun li dawn kollha jiġu maħtura mill-ministru.", "Aħna ma naqblux ma' dan l-atteġġament u l-oġġezzjoni tagħna hija qawwija.", "Ironikament rajt abbozzi ta' liġi oħrajn li qegħdin jinħmew min-naħa tal- gvern li fihom issib l-istess ħaġa.", "Il-gvern preżenti għandu dejjem il- maġġoranza tal-membri fil-bordijiet maħtura.", "Dan ifisser li jekk għada pitgħada tinqaleb il-folja, allura l-gvern il-ġdid jispiċċa li jkollu minoranza tal-persuni maħtura.", "Huwa għalhekk li wieħed ma jistax jaċċetta l- kunċett li l-ministru jkollu a finger in the pie.", "Jekk naraw diversi abbozzi ta' liġi li fil-fatt konna qegħdin niddiskutu tul dawn l-aħħar xhur, wieħed isib li ħafna drabi l-gvern qed jieħu l-poteri kollha fuq spallejh meta m'għandux għalfejn jagħmel dan.", "Il-gvern qed jieħu fuq spallejh ċerti responsabilitajiet li m'għandux jeħodhom, bħal fil-każ ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Mr. Speaker, x'qegħdin niddiskutu hawnhekk?", "Hawnhekk għandna abbozz ta' liġi li jitkellem fuq il-protezzjoni ta' l- individwu kontra l-ksur tal-privatezza u l-integrita' personali bl- ipproċessar tad-data u affarijiet oħrajn li huma anċillari għalihom.", "Jekk hemm xi ħaġa li żgur hija delikata hija li tagħti informazzjoni fuq individwi Maltin u Għawdxin li jgħixu f'pajjiżna jew f'postijiet oħrajn li ħafna drabi huma meqjusin bħala territorju Malti.", "U dawn il-poteri m'għandhomx ikunu f'idejn il-ministru għax jista' jkun li fil-futur ikun hemm ministru ieħor li b'xi mod jabbuża minn din id-data.", "Dan l-abbuż jista' jsir b'mod sottili u m'hemmx għalfejn li wieħed jużah daqshekk b'mod apert.", "Persuna tista' b'xi mod jew ieħor ikollha aċċess għall- informazzjoni kollha li tkun ilha stored, u dan jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn dik l-informazzjoni li tkun qiegħda tinġabar tintuża għal xi skop malinn.", "Jiena ma nixtieqx noqgħod nagħti eżempji ta' sitwazzjonijiet u ċirkostanzi li ġraw tul dawn l-aħħar xhur li wasslu biex jinħarġu dokumenti anke mill-qrati u jispiċċaw f'idejn nies li żgur m'għandhom l-ebda kompetenza u l-ebda professjonalita'.", "Għalkemm dawn it-talin ma ngħatawx permess li jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni, b'danakollu ċerta informazzjoni xorta waħda spiċċat splashed.", "Dan il-periklu jeżisti f'kull settur, inkluż f'dak tas-saħħa.", "Iva, anke hawn wieħed irid joqgħod attent għax filwaqt li nkunu qegħdin niżviluppaw it-teknoloġija moderna ġewwa l- isptarijiet, irridu naraw li dik l-informazzjoni tkun protetta b'mod serju ħafna.", "Issa meta nitkellmu fuq data u fuq drittijiet taċ-ċittadin, jiena niftakar f'xi ħaġa li qiegħda tiġri bħalissa.", "Numru ta' ħaddiema fiċ-ċivil għamlu eżami iżda għadhom ma jafux ir- riżultat tiegħu peress li għadu ġiex ippubblikat.", "B'danakollu dipartimenti tal-gvern - u iktar 'il quddiem se nsemmi liema huma - qegħdin jirċievu ittra min-naħa ta' l-OPM fejn qegħdin ikunu informati li numru ta' skrivani qegħdin jiġu assenjati mad-dipartiment tagħhom minħabba li ċerti persuni mpjegati f'dak id-dipartiment partikolari kisbu suċċess fl-eżami li qagħdu għalih.", "Qed nirriferi għall-eżami intern fiċ-ċivil għal spetturi tal-VAT, għal liema postijiet kien hemm call for applications iktar kmieni din is- sena.", "Dawn kellhom joqogħdu għall-interview peress li kien hemm xi 60 ruħ li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għal dan l-eżami, iżda sal-lum ir- riżultati għadhom ma ħarġux.", "Kulma ħareġ s'issa hija ittra mill-OPM li tinforma lid-dipartiment u lill-uffiċjali tal-qrati li se jintbagħtulhom numru ta' skrivani - u l-ittra ssemmihom b'isimhom - għax it-tali persuna kellha suċċess fl-eżami ta' l-ispetturi tal-VAT.", "Mela l-OPM għandu l- informazzjoni, dipartiment ieħor fis-settur tal-gvern għandu l- informazzjoni wkoll, filwaqt li min għamel l-eżami għadu ma jafx jekk għaddiex jew le, aħseb u ara kemm jaf il-placing tiegħu!", "Dan huwa eżempju ta' xi ħaġa mhux daqshekk serja.", "Immaġina meta l-gvern għandu dik l- informazzjoni kollha fuq kull individwu kemm jista' jkun hemm każi fejn din tiġi wżata ħażin, biex ma nużax il-kelma ''abbużata''.", "Nafu wkoll li minkejja l-liġijiet kollha li jeżistu tas-segretezza ta' l- impjegati kollha li jaħdmu fiċ-ċivil - u dawn huma marbutin bis-segretezza ta' l-impjieg tagħhom u għalhekk ma jistgħux jiżvelaw informazzjoni lanqas wara li jirtiraw - b'danakollu xorta waħda ċerta informazzjoni tispiċċa toħroġ.", "Dan huwa ħażin u m'għandux isir.", "Min-naħa l-oħra, tkun ħaġa tajba wkoll li l-individwu jkun jaf x'tip ta' informazzjoni jkollu l-gvern dwaru biex għallinqas ikun żgur li dik l-informazzjoni tkun korretta.", "Niġi issa għal dak li jirrigwarda s-settur tas-saħħa.", "Sur President, fis-settur tas-saħħa llum il-ġurnata għandek sistema ta' komputerizzazzjoni li bdiet tiddaħħal madwar ħames snin ilu u magħha wkoll hemm il-files ta' kull individwu.", "Sfortunatament għalkemm is-sistema tal- files hija tajba, dawn il-files mhux dejjem ikun fihom l-informazzjoni kollha fuq l-individwu, għax xi drabi t-tobba li jaħdmu fl-isptarijiet mhux dejjem jiktbu fihom l-informazzjoni li jkollhom fuq dak l-individwu.", "Qabel kien hemm sistema ta' tracking manwali u kienu jintilfu biżibilju ta' files.", "Alla biss jaf fejn kienu jmorru.", "Illum il-ġurnata għandek sistema li ddaħħlet xi tliet snin ilu fejn it-tracking ta' files isir b'mod komputerizzat pero' b'danakollu ċerta informazzjoni xorta ma tinstabx.", "Iktar minn hekk, ħafna drabi t-tobba u l-ispeċjalisti li jaħdmu fl- isptarijiet isibu problema biex iniżżlu ċerta informazzjoni intima dwar ċerti individwi.", "Jien li għamilt żmien naħdem l-isptar ġieli sibt ruħi f'ċirkostanzi fejn kelli nniżżel informazzjoni fuq il-file anke jekk ħassejt li ma kellix nagħmel hekk.", "Ġieli ssib ruħek f'ċirkostanzi li jkollok tniżżel informazzjoni dwar persuni li jkunu twieldu barra minn Malta u li meta kienu żgħar kienu ħarġu tqal u għamlu abort.", "X'importanza jkollha ħaġa bħal din li titniżżel fil-file ta' dik il-persuna partikolari, meta nafu li dak il-file jista' jkollu aċċess għalih kulmin jaħdem fl- isptar?", "Jiena kont nippreferi ma nniżżel xejn għax huwa faċli li wieħed ikollu aċċess għal file u jagħmel użu mill-informazzjoni li jkollu fih biex joħloq problemi fi żwiġijiet jew fir-relazzjonijiet bejn individwi.", "Għalhekk dik l-informazzjoni ħafna drabi bdiet titħalla barra.", "Wieħed jirrealizza li informazzjoni bħal din tista' tkun utli f'ċerti każi partikolari, pero' mill-banda l-oħra taf ma tibqa' sigrieta xejn u b'hekk tista' tkun kaġun ukoll ta' problemi bla bżonn lil xi persuni partikolari.", "Meta kont ministru tas-saħħa, waħda mill-affarijiet li konna qegħdin nipprovaw nelevaw kienet kif nistgħu nutilizzaw din it-teknoloġija moderna biex mhux biss l-informazzjoni tkun available ġewwa l-isptar, imma biex din l-istess informazzjoni jkollhom aċċess għaliha wkoll iċ-ċentri tas-saħħa, it-tobba mill-uffiċini tagħhom u naturalment il-pazjent innifsu.", "Imma biex wieħed jagħmel dan m'għandux sempliċement jaqbad u jiddeċiedi li jdaħħal l- informazzjoni tal-pazjent fis-sistema tal-computers.", "Illum il-ġurnata nasal biex ngħid li faċilment wieħed li jagħmel test tad-demm u fl-istess ġurnata jkollu r-riżultati bis-sistema tal-computers tal-gvern li hemm fl- isptarijiet.", "Wasalna wkoll fis-sitwazzjoni li anke X-ray jista' jiġi mdaħħal fis-sistema.", "Sadattant, bis-saħħa ta' l-internet, wieħed jista' faċilment jidħol u jara X-rays li jkunu ddaħħlu, u jkabbarhom u jċekkinhom kemm irid u kemm jogħġbu fuq il-computer li jkollu quddiemu.", "Mr. Speaker, din it-teknoloġija hekk kbira tagħti fakulta' ta' bidla radikali dwar il-mod kif inħarsu lejn is-settur tas-saħħa, speċjalment fejn jidħol filing.", "Din tal-filing ilha żmien tkun problema kardinali.", "Ħafna drabi tiġi rranġata, pero' wara ftit jiem xorta waħda nerġgħu nibdew bl- istess kantaliena.", "Bħalissa quddiemi għandi żewġ tobba oħra u lkoll nistgħu ngħidu li waħda mill-affarijiet li ngorru fuqha hija li mhux dejjem il- pazjent joħroġ mill-isptar b'discharge note.", "Kemm kien ikun aħjar kieku l- informazzjoni li jkollna dwar il-pazjent tkun waħda kompleta - inklużi l-X- rays li jkun ħa - għax kieku nkunu nistgħu narawha there and then u ma jkollniex bżonn ta' discharge note.", "B'dan il-mod ix-xogħol tagħna jkun iktar faċli.", "Imma biex ikollok X-ray fuq is-sistema ta' l-internet u jkollok l-informazzjoni tat-testijiet fuq is-sistemi kollha, irridu nkunu ċerti wkoll li ħaddieħor ma jkollux aċċess għal dik l-informazzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li rridu nieħdu ħsieb żgur hija li l-informazzjoni tkun tista' tinġabar anke mit-tabib ta' l-individwu wara li naturalment dan jingħata l-permess mingħand l-individwu.", "Billi sempliċement jkollok password ma tkunx naqqast il-periklu li ċerta data sensittiva ħafna ta' l- individwu tista' tasal f'idejn min m'għandux dritt għaliha.", "Għalhekk irid ikollok sistema - kif konna qegħdin nipprovaw noħolqu aħna - fejn wieħed ikollu l-ismart cards barra l-passwords tiegħu.", "Din hija l-istess sistema ta' kif individwu jista' jidħol f'kont tal-bank permezz ta' ATM.", "Din is- sistema taħdem u ma nara l-ebda raġuni għaliex fis-settur tas-saħħa, fejn l- informazzjoni personali ta' l-individwu hija mill-iktar sensittiva, din ma taħdimx.", "Iva, hemm bżonn ta' sistema biex l-informazzjoni personali ta' persuna tkun protetta u sigura fejn iċ-ċavetta tkun qiegħda biss f'idejn it- tabib tiegħu.", "Jiena nħoss li fil-każ tas-saħħa, mhux biss bħalma tgħid din il-liġi, l- aċċess għandu jkun għal dawk il-professjonisti li jkunu ħadu l-permess ta' l-individwu.", "Għax kif diġa' għedt, iċ-ċavetta għal din l-informazzjoni għandha tkun biss f'idejn iċ-ċittadin u f'idejn ħadd iżjed.", "Meta wieħed ikun qed jiġbor l-informazzjoni li tkun b'xi mod marbuta mas-saħħa - bħal fil-każ ta' mard li jittieħed - wieħed għandu jara li jkun hemm ċerta protezzjoni għas-soċjeta' tagħna.", "Hawn jeżistu sistemi li jistgħu jiġu mtejba kemm f'dak li jirrigwarda proċessar ta' data kif ukoll biex wieħed ikun jista' jagħmel assesment dwar kif jilqa' għal ċerti problemi.", "Altrimenti, fejn jidħlu ħwejjeġ li jirrigwardaw lil persuni partikolari, hawnhekk anqas il-professjonisti nfushom m'għandu jkollhom dritt għal dik l- informazzjoni mingħajr ma l-persuna konċernata tkun informata qabel.", "Apparti minn hekk, jiena nasal biex ngħid ukoll li meta nkunu qed niġbru data għal statistika, ħafna drabi ma jkunx hemm għalfejn wieħed iniżżel ċerta informazzjoni li tidentifika persuni li huma morda b'mard partikolari.", "Jekk nagħmlu hekk allura nkunu verament qegħdin nimxu fit-triq it-tajba.", "Niġi issa għall-abbozz innifsu.", "Hawn ta' min jistaqsi: Għaliex dan l- abbozz qiegħed jitressaq illum?", "Jiena naħseb li dan qiegħed isir għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għax ilha tinħass il-ħtieġa li jkollna protezzjoni ta' din id-data, imma tressaq illum ukoll - u tressaq mingħajr ma' miegħu hemm inkluż abbozz ieħor li jagħti dritt liċ-ċittadin li jkollu aċċess liberu għad-data li l-gvern ikollu dwar is-saħħa, l-impjieg, il-bżonnijiet ta' housing, servizzi soċjali u edukattivi ta' l-individwu - biex nogħġbu lill-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb niftakru li dan tressaq qabel il-liġi fantażma li qalulna li diġa' qiegħda hemm, meta fil-fatt jeżisti l-isem tagħha biss u ma nafux jekk teżistix tassew.", "Ma nafux jekk hijiex quddiem il-ministru, ma nafux jekk għaddietx diġa' mill-avukat ġenerali u ma nafux jekk ġietx diskussa fil-kabinett.", "Għedt li dan l-abbozz tressaq issa biex nippruvaw nintgħoġbu ma' ta' l- Unjoni Ewropea għax din tinsisti li jkollha informazzjoni fuq pajjiżi terzi.", "Ilkoll nafu li l-politika ta' l-Unjoni Ewropea hi li jkollhom informazzjoni ta' kull tip fejn jidħlu ċttadini tal-pajjiżi membri tagħha, saħansitra anke informazzjoni dwar il-banek - bħal ngħidu aħna jekk hemmx xi ħadd, Ingliż, Taljan jew Svediż li għandu flus u fil-Bank of Valletta - ħalli l-awtoritajiet f'dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jaraw jekk l-individwu jkunx qed iħallas it-taxxi dovuta.", "Din it-tip ta' informazzjoni mbagħad jgħadduha lil xulxin.", "Issa dan l-aħħar qegħdin nipprovaw inbellgħuha u nagħtu l-impressjoni li l-Unjoni Ewropea hija l-Ewropa u l-Ewropa hija l- Unjoni Ewropea.", "Din hija l-ikbar tbażwira u gidba li qiegħed jipprova jivvinta l-Partit Nazzjonalista.", "L-Ewropa hija l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea hija għaqda ta' numru ta' pajjiżi Ewropej li qegħdin jipprovaw jissiġġillaw ir-rabta ta' bejniethom.", "Imma l-Unjoni Ewropea m'hijiex l-Ewropa u min jgħid li min hu kontra l-Unjoni Ewropea allura huwa kontra l-Ewropa, ikun l- ikbar giddieb.", "Ma nixtieqx nuża kliem iktar iebes minn hekk, għalkemm lil min jgħid hekk joqgħodlu ħafna agħar.", "Waħda mill-affarijiet li qegħdin naraw jinħmew hija l-kwestjoni biex tinġabar l-informazzjoni fiskali fejn jidħlu flus u investiment individwali.", "Sa ftit taż-żmien ilu, per eżempju, konna qegħdin ingawdu minn individwi Ewropej li kellhom yacht.", "Ħafna drabi dawn kienu jġibuh hawn Malta u b'hekk aħna konna niggwadanjaw.", "Ma kienx jinteressana x'ikun qiegħed jagħmel bil-problema li kellu ma' pajjiżu.", "Imma issa din l- informazzjoni wieħed irid jibda jaqsamha, u ħtija ta' hekk dawn in-nies qegħdin imorrulek lejn it-Tuneżija għax dan hu pajjiż li ma jgħaddi informazzjoni lil ħadd.", "B'hekk aħna se mmorru minn taħt.", "Ara pajjiżi oħrajn bħal Jersey u l-Isle of Man kemm kienu aktar għaqlin, minkejja l- irbit li għandhom ma' pajjiżi Ewropej.", "Dawn qagħdu 'l barra minn ċerti affarijiet ħalli s-settur finanzjarju tagħhom ikompli jissaħħah.", "Mill- banda l-oħra, aħna l-għorrief, minflok naraw kif insaħħu iktar l-ekonomija ta' pajjiżna u nieħdu vantaġġ mill-iżbalji ta' ħaddieħor, nagħmlu ħmerijiet bħal dawn.", "Dan l-aħħar kont qed nisma' li d-duty-free ġewwa l-airport żiedu fil- bejgħ.", "Dażgur li jżidu fil-bejgħ, jekk min isiefer bejn il-pajjiżi fl- Unjoni Ewropea m'għadux isib id-duty-free!", "Ara hawn Malta nistgħu nirriklamaw bħalma jirriklamaw fl-Isvizzera.", "Kulmin imur l-Isvizzera jsib riklami kbar fl-airport jgħidulu li jkun daħal f'pajjiż fejn jista' jgawdi mid-duty-free, xi ħaġa li pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea m'għandhomx.", "U t- turisti jmorru hemm mhux biss biex igawdu l-pajjiż imma wkoll għax għandhom id-duty-free shops.", "Aħna l-għorrief, minflok naraw kif se nsaħħu l- ekonomija ta' pajjiżna, kif nipprovaw ninqalgħu minn dan il-fondoq li qegħdin fih, inkomplu nieħdu deċiżjonijiet li jkomplu jgħarrquna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, bla dubju din hija liġi oħra importanti ħafna li qiegħda quddiem dan il-parlament minħabba l-fatt li qegħdin nippreparaw biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Kieku ma kienx hekk kieku din il-liġi għadha ġejja.", "Din il-liġi ilha fil-pajjiżi Ewropej u fl- Istati Uniti għal ħafna snin.", "Minħabba l-impenn ta' pajjiżna li jrid jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, allura liġijiet ta' din l-importanza qegħdin jittressqu quddiemna u jidħlu fis-seħħ bla ħafna dewmien.", "(Interruzzjonijiet) Veru li l-Unjoni Ewropea m'hijiex l-Ewropa, imma l- Unjoni hija kważi l-Ewropa kollha!", "Jekk tgħodd il-pajjiżi kollha li qegħdin japplikaw biex jissieħbu ma' dawk li diġa' qegħdin fiha, issib li għandek kważi l-Ewropa kollha.", "Għad jiġi żmien li saħansitra r-Russja tkun trid tidħol fl-Unjoni Ewropea, imma ħa nkompli fuq din il-liġi.", "Mr Speaker, nistqarr li qrajt il-liġi darba biss u allura diffiċli nidħol fit-teknikalitajiet kollha tagħha.", "L-iktar parti li fl-opinjoni tiegħi hija interessanti - għalkemm ovvjament kull taqsima għandha r-rilevanza tagħha u l-mod kif se tiġi applikata - hija dik li tikkonċerna dawk it-taqsimiet li jirrigwardaw l-eżenzjonijiet.", "Għandek taqsima oħra li tirrigwarda n- notifikazzjoni u taqsima 8 li tirrigwarda s-setgħa ta' l-awtorita' li se titwaqqaf.", "Hawn tajjeb li wieħed jgħid li anke jekk min se jmexxi l- awtorita' se jkun nominat mill-ministru, dan ma jfisser bl-ebda mod li din m'hijiex se tkun indipendenti.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk wieħed iħares lejn il-pajjiżi l-oħra jsib li fil-biċċa l-kbira tal-każi huwa l-gvern li jinnomina.", "Il-fatt li l-gvern jinnomina awtorita' ma jfissirx li din ma timxix b'mod indipendenti.", "Allaħares naslu s'hawn!", "Interessanti wkoll hija taqsima 4 li tittratta dwar l-ipproċessar għal skopijiet speċifiċi.", "Per eżempju, klawsola 14 tgħid hekk:", "''Organizzazzjonijiet bla skop ta' profitt li jkollhom għanijiet politiċi, filosofiċi, reliġjużi jew trejdunjonistiċi jistgħu, filwaqt li jkunu għaddejjin bl-attivitajiet leġittimi tagħhom u b'garanziji xierqa, jipproċessaw data personali sensittivi li jkunu jolqtu lill- membri ta' l-enti rispettiva u lil dawk il-persuni l-oħra li minħabba fl-għanijiet ta' l-enti jkollhom kuntatt regolari magħhom.", "Iżda data personali sensittivi jistgħu jiġu pprovduti lil terzi biss jekk is-suġġett ta' data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu għal dan''.", "Ovvjament, fl-ewwel taqsima hemm definizzjoni tal-kelma ''terzi'', eċċ. Imma l-punt huwa li aħna nafu li permezz ta' l-IT l-partiti politiċi, it- trade unions, il-Knisja - f'kelma waħda kulħadd - għandhom id-databases tagħhom.", "Jien ili fil-Partit Nazzjonalista għal ħafna snin issa u nixtieq ngħid li l-partit tagħna dejjem qagħad lura milli jagħti lill-membri parlamentari u lill-kandidati informazzjoni dwar x'ideoloġija jħaddnu u liema partit politiku jappoġġaw ċerti nies.", "Dan hu importanti għax inti m'għandekx tissupplixxi informazzjoni dwar kif tifhimha persuna jew familja bl-addoċċ.", "Għalhekk il-Partit Nazzjonalista dejjem qagħad attent biex dawn il-listi ma jiġrux fl-idejn.", "Imma rrid ngħid li issa permezz ta' din il-liġi iktar u iktar se jkun hemm kontroll fuq din il-ħaġa.", "Mr Speaker, għalija huwa żball kbir li meta l-politiċi f'pajjiżna jagħmlu l-home visits, dawn joqogħdu jagħżlu dar minn oħra.", "Veru li ħafna drabi wieħed ma jistax jagħmel l-impossibbli u jħabbat il-bibien kollha, imma huwa żball li wieħed jagħżel bieb minn ieħor sempliċement minħabba t-timbru li wieħed jista' jkollu.", "Dan forsi japplika ħafna għal żminijietna meta l- gvern preżenti qiegħed jinsisti fuq sħubija ma' l-Unjoni Ewropea u allura għandek ħafna familji li tradizzjonalment huma Labour, imma fihom għandek żgħażagħ li a kwalunkwe kost iridu li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma każi fejn għandek ideat differenti minn kif kienet il-familja tradizzjonalment ta' dari.", "Din il-liġi turina kemm huwa importanti għall- partiti politiċi, għat-trade unions u anke għall-knisja li ma jibqgħux jittimbraw lin-nies.", "Jiena nħoss li l-liġi hija importanti ħafna anke f'dan ir-rigward, u dan huwa kollu frott ta' l-istandards Ewropej li qegħdin ibiddluna.", "Almenu, ta' dan għandna nkunu fattwali u realistiċi.", "Dak li hu tajjeb għandna ngħiduh ġej minn liema kamp ġej.", "Mr. Speaker, l-aktar qasam li forsi lili jinteressani mill-viċin huwa dak tas-saħħa.", "Hawn għandna artiklu 15 li jitkellem dwar proċessar dwar is- saħħa jew skopijiet mediċi.", "Hawn għandna d-definizzjoni ta' xi tfisser ''data personali sensittiva''.", "Jekk wieħed ifittex fl-ewwel taqsima - dik preliminari - isib li d-definizzjonijiet huma ċari ħafna u ovvjament jgħinuk biex tifhem il-liġi ferm aħjar.", "''Data personali sensittiva'' tfisser:", "\"... data personali li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, fehmiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trade unions, saħħa u attivita' sesswali''.", "U naħseb li l-wording huwa very avantgarde.", "Huwa wording li juri l- ispectrum kollu li l-leġislatur għandu jżomm quddiem għajnejh, sew fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem, dak li għandu x'jaqsam ma' assoċjazzjoni, ma' għaqdiet, ma' partiti politiċi, ma' fehmiet reliġjużi, u saħansitra anke fejn tidħol il-liberta' f'dak li jirrigwarda s-sess, eċċ.", "Mr Speaker, ippermettili naqra klawsola 15:", "''Id-data personali sensittivi jistgħu jiġu pproċessati għal skopijiet ta' saħħa u ta' kura fl-isptar, sakemm dawn ikunu meħtieġa għal:", "(a) mediċina preventiva u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika;", "(b) dijanjosi medika;", "(c) kura tas-saħħa jew il-kura li tingħata; jew", "(d) il-maniġġ ta' servizzi ta' kura tas-saħħa u fl-isptar", "Iżda d-data għandha tiġi pproċessata minn professjonist tas-saħħa li jkun suġġett għall-obbligu impost fuqu ta' segretezza professjonali jew minn xi persuna oħra li tkun ukoll suġġetta għal dak il- professjonali jew minn xi persuna oħra li tkun ukoll suġġetta għal dak l-obbligu.''.", "Dan il-proviso huwa ċ-ċavetta li se tbiddel l-affarijiet u se ġġib iktar serjeta' f'dan il-pajjiż.", "Il-bieraħ kont qed nisma' lill-kollega tagħna, l- Onor. Mario Galea, jitkellem fl-aġġornament, u vera għamel punt tajjeb meta qal li l-aqwa nurse ma jagħmilx tabib u l-aqwa tabib ma jagħmilx nurse.", "Kien qiegħed jirriferi għall-kwestjoni tal-health assistants u tan-nurses.", "Kulħadd għandu r-responsabbiltajiet tiegħu, imma r-responsabbiltajiet huma differenti.", "Bir-rispett kollu, ma naqbel xejn ma l-Onor.", "Silvio Parnis li fl-1 ta' Novembru, meta kien qiegħed jitkellem fuq il-liġi dwar e-government u dwar it-transazzjonijiet kummerċjali permezz tat-teknoloġija dan qabad il- kunċett tal-kunsilli lokali u l-computer u f'ħin minnhom stqarr li l- kunsill lokali għandu jkollu l-informazzjoni kollha dwar il-persuni fil- lokalita'.", "Ngħid is-sewwa erġajt smajt it-tape apposta biex inkun ċert li kont smajt sewwa.", "L-Onor.", "Parnis kompla jgħid li jħossu frustrat li per eżempju l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' ma tagħtix ċerta informazzjoni lill-kunsilli lokali.", "Issa dan ma nafx kemm huwa minnu, għax kif darba kont qed nuri anke lill-Onor.", "Marie Louise Coleiro, jekk taqbad in-national disability survey ssib li f'kull lokalita' mill-questionnaires li jsiru, joħorġu kemm għandek males, females u l-etajiet u d-diżabilita' differenti, visual, hearing, physical, intellectual, psychological, multiple, unspecified, etc. Jiġifieri għandek ħafna informazzjoni imma mid- dehra l-Onor.", "Parnis irid iktar.", "Dan irid li l-kunsill lokali jkollu l- informazzjoni kollha dwar il-persuni kollha li joqogħdu fil-lokalita'.", "Jien ngħid li l-oppożizzjoni trid toqgħod attenta, għaliex għandha min jitkellem b'mod li jixtieq jagħmel l-affarijiet iktar stretti.", "Fl-opinjoni tiegħi l-politika tal-Partit Laburista f'dawn l-affarijiet m'hijiex ċara biżżejjed.", "Per eżempju, l-Onor.", "Parnis kien qed jgħid li l-kunsilli lokali għandu jkollhom anke listi tal-persuni kollha li joqogħdu waħedhom, bħallikieku dan ma jpoġġix lil dawk li joqogħdu weħidhom f'ċertu riskju ta' sigurta'.", "Dan japplika wkoll - u forsi aktar - għal dawk il-persuni b'diżabilita' għaliex mill-istess survey tan-national disability survey jirriżulta li 47.5% tal-persuni reġistrati b'diżabilita', id-diżabilita' tagħhom ġejja minn marda u mhux minn xi inċident li kellhom fuq il-post tax-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li 10% biss tal-persuni b'diżabilita' reġistrati twieldu hekk, u a good 50% għandhom diżabilita li l-oriġini tagħha hija unknown.", "Meta qed ngħid ''unknown'' fi questionnaire pjuttost ikkomplikat jien nantiċipa li jkun hemm il-mard ukoll.", "Fi kliem ieħor il-kawża tad- diżabilita' ta' nofs il-persuni b'diżabilita' hija l-mard.", "Dan ifisser li allura għandek spokesman ta' l-oppożizzjoni dwar l-anzjani li jippretendi li l-kunsill lokali jkun jaf kollox dwar kulħadd fil-lokalita', inkluż informazzjoni u data sensittiva bħal dak li għandu x'jaqsam ma' diżabilita' u mard.", "Mr Speaker, hawn hu allura l-kunċett żbaljat.", "Xi trid eżatt l- oppożizzjoni?", "Il-persuni legali tan-naħa l-oħra qalu li din il-liġi m'hijiex tajba jew m'hijiex tajba biżżejjed u jridu jissikkaw iktar.", "Saħansitra kien hemm anke min qal li trid tiġi worded mill-ġdid, pero' jiena nsostni li fil-fatt din hija qabża kbira 'l quddiem.", "Imbagħad għandek kelliema oħra ta' l- istess Partit Laburista li fl-opinjoni tiegħi juru li l-politika tal-partit tagħhom għadha ma mmaturatx f'dan il-qasam.", "Jiena ma naqbilx li għax int kunsillier għandu jkollok l-informazzjoni kollha dwar il-persuni fil- lokalita' tiegħek.", "Anqas jekk tkun sindku, aħseb u ara kunsillier!", "U dan ma japplikax biss għall-kunsilli lokali imma wkoll għall-membri parlamentari.", "Xi dritt għandu membru parlamentari li xi ħadd jidħol l- isptar u wara jibgħatlu kartolina biex jgħidlu li jixtiequ jfiq mill-mard li għandu?", "Agħar u agħar imbagħad li jkollok każi, bħalma ġara lill- familja tiegħi, fejn nannuwi rċeva kartolina ta' fejqan mill-mard meta dan kien diġa' miet!", "Dan juri kemm għandna noqogħdu attenti ħalli ma naqbżu qatt il-limiti tagħna.", "Mingħajr ma ninftiehem ħażin ngħid li għandu dejjem nuru ċerta maturita' politika.", "M'inix ngħid li persuna li tkun tafha mill-qrib u ssir taf li tkun l- isptar inti m'għandekx tmur taraha.", "Imma m'għandux ikun li tinkiseb ċerta informazzjoni minn database u mbagħad tintbagħat kartolina sempliċement biex tikseb il-vot tagħha.", "Dan egoiżmu u mhux rispett jew solidarjeta'.", "Għandna nkunu prudenti fi ħwejjeġ bħal dawn fejn jidħlu l-isptarijiet.", "Jien kattoliku prattikanti imma b'danakollu naħseb li l-knisja m'għandhiex tinsisti żżejjed biex wieħed jaqbad u jmur jara lil xi ħadd l-isptar kif ġie ġie.", "Jekk tmur, tajjeb, imma jekk ikun hemm il-kunsens aħjar.", "X'jiġifieri bniedem li jkun jinsab l-isptar u jirċievi karti mingħand dak u mingħand l-ieħor u jmur jarah dak u jmur jarah l-ieħor?", "Hemm bżonn ta' iktar professjonalita' u iktar sens f'dan il-qasam.", "Huwa veru li aħna ngħixu f'pajjiż żgħir imma ma jistax ikun li ma nibdlux din il-mentalita'.", "Ngħid għalija biex immur nara persuna l-isptar irrid inkun ċert li tridni mmur jew li nkun bgħattha jiena bħala t-tabib.", "Żgur li m'inix se nuża dan il-mod biex nikseb aktar popolarita'.", "Jien naħseb li rridu noqogħdu attenti ħafna sew fejn jidħol il-gvern ċentrali, il-parlament u iktar u iktar imbagħad fuq livell lokali.", "Naturalment imbagħad wieħed ma jridx iġebbed l- argument bil-kontra, Mr Speaker.", "Nhar is-Sibt inzertajt kont f'laqgħa ma' xi tobba u għalija kienet news meta sirt naf li ċerti tobba fl-irċevuti li joħorġu ma jiktbux il-kunjom tal-pazjent minħabba li skond huma tidħol il-kunfidenzjalita'.", "Il-VAT issa ilha mill-1995 u jien dejjem ktibt il-kunjom tal-pazjent fuq l-irċevuta.", "Ma narahiex daqshekk perikoluża li tabib jikteb isem u kunjom pazjent fuq irċevuta.", "Fuq kollox illum din hija abbinata ma' lotterija, u taf titlagħlek l-irċevuta tat-tabib.", "Għalhekk, m'hemmx isbaħ milli wieħed jibbilanċja fil-ħajja.", "Huwa veru li l-konfidenzjalita' hija importanti imma żgur li m'hijiex kollox.", "Issa hemm ukoll il-finanzi tal-pajjiż.", "Huwa tajjeb li jkollok id-dipartiment ta' l-income tax u tal-VAT iżda dawn iridu jkunu f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jagħmlu ċertu kontroll.", "Issa biex dan isir, l-irċevuti jridu jsiru kif suppost.", "Jekk imur inspector fi clinic jew fi spiżerija u jsib li t-tabib jew il-professur ikun kiteb irċevuti mingħajr isem u jkun kiteb sitta u dan jara ħamsa min-nies, dan ma jista' bl-ebda mod jikkjarifika saritx irċevuta jew le.", "Jiġifieri issa lanqas irridu nużaw il-kwestjoni tal-konfidenzjalita' billi noħolqu loopholes minn fejn ngħaddu.", "Għalhekk huwa importanti li din il-liġi sseħħ, għaliex jien nemmen li toħloq dak il-bilanċ li tant huwa meħtieġ.", "Fuq din ta' l-irċevuti rrid ngħid li meta tabib jikteb riċetta iktar ikun qiegħed jagħti informazzjoni dwar il-pazjent milli meta jimla riċevuta.", "Għalhekk fl-irċevuti m'għandux jiġi f'konflitt ma' liema triq għandu jieħu.", "Wara kollox, l-irċevuta ma tagħti ebda ħjiel dwar x'marda jista' jkollu l- pazjent.", "Il-pazjent jista' jmur għand tabib bħala prevention u mhux bilfors minħabba mard, jiġifieri wieħed ikun daħal fl-assurdita' li lil kulmin jarah dieħel ġo spiżerija jew ġo clinic jgħid li għandu xi ħaġa.", "Mela permezz ta' l-irċevuta t-tabib ma jiksirx il-konfidenzjalita', u għalhekk għandu jagħtiha lill-pazjent kif suppost.", "Mr. Speaker, il-bieraħ smajt lill-Onor.", "Helena Dalli titkellem dwar il- kwestjoni tal-mail lists.", "Dan ifisser li filwaqt li tkun fil-kwiet ta' darek jistgħu jiġu persuni jkellmuk għal raġunijiet ovvji.", "Ġieli jċemplu anke nies li ma jafukx jew minħabba xi health insurance inkella minħabba xi bejgħ door-to-door.", "Imma l-agħar dawn il-listi.", "Nixtieq insemmi wkoll il- posta.", "Ma naqbilx anqas li wieħed jimposta lil kulħadd bl-addoċċ dwar bejgħ ta' prodotti, bħal ngħidu aħna meta wieħed jiġi mħajjar jixtri mediċini ta' ċerti ditti.", "Jien minħabba l-parlament rari nkun nista' mmur, imma xorta jkolli naqbad it-telefon u nċempel lura biex ngħidilhom li m'inix sejjer.", "Lili dawn il-listi ma jinżluli xejn.", "Ġieli tirċievi karta u jitolbuk timlieha biex tinformahom jekk tridx tirċievi permezz ta' l-e-mail jew bil-posta dak li jkunu qegħdin jirriklamaw.", "Jiena nemmen li huwa importanti li ħwejjeġ bħal dawn insemmuhom f'dan il-parlament għaliex, kif qalet il-bieraħ l-Onor.", "Dalli, il-ħajja llum tant saret mgħaġġla li m'għadniex nieqfu u naħsbu.", "Hemm bżonn li l-kumpanniji l-kbar ma jibqgħux idejqu lin-nies billi jiffittawhom biex iċemplulhom lura jew jibagħtulhom xi fax.", "Dan hu tip ta' inkonvenjent għall-pubbliku li għandu jinqata' bla dewmien.", "Nixtieq ngħid kelma wkoll dwar l-internet u l-e-mail.", "Tisma' min jgħidlek li fl-internet u fl-e-mail m'hemmx assigurazzjoni ta' kunfidenzjalita'.", "Jekk allura jkun hemm fin-nofs informazzjoni sensittiva li tkun tirrikjedi ċerta konfidenzjalita', wieħed irid joqgħod attent għaliex l-e-mail b'ebda mod m'hi konfidenzjali.", "L-istess ħaġa fejn jidħol l-internet.", "Huwa possibbli li jsiru checks biex dak li jkun isir jaf ċerta informazzjoni fuq ħaddieħor.", "Dan juri kemm huwa importanti li n-nies tifhem li meta tuża dawn l-affarijiet tkun qiegħda ħafna drabi titlef mill- kunfidenzjalita' tagħha.", "Mr Speaker, jiena nifhem u napprezza kemm l-internet huwa utli.", "Ftit ilu ġiet f'idejja is-''psychiatric news, professional news'' u fiha qrajt li skond l-esperti, confidentiality of mental health records should balance the needs of society.", "Dan isostnih l-attorney, Dr Lawrence Goston li huwa professur f'Georgetown University.", "Dan il-bniedem għandu diversi karigi.", "Barra milli llum hu bioassayist, fil-passat kien ukoll social worker, kien chairman tat-task for health information for the centres for disease control and prevention, kif ukoll tal-Carter Centre f'Atlanta.", "Dan il- Carter Centre għandu rwol li jikteb dwar il-konfidenzjalita' fl-istandards għal dak li jirrigwarda l-medical records.", "Din il-persuna hija l-awtur tal- ''British Mental Health Act'', jiġifieri hi persuna ta' fama kbira internazzjonalment.", "Issa dan qiegħed jargumenta hekk:", "''He believes that while patients are entitled to some degree of privacy and protection for their medical records, their claims are not absolute and will in some cases have to be sacrificed for the good of society''.", "Anke fil-qasam tas-saħħa mentali hija meħtieġa ħafna l-fiduċja li l- pazjent ikollu fit-tabib jew fl-ispeċjalista tiegħu.", "Huwa wkoll importanti li l-pazjent ikun żgur li l-informazzjoni dwaru ma tintużax ħażin u li l- kunfidenzjalita' dwaru tiġi rispettata.", "Ħafna jsostnu dan anke fir-rigwad ta' l-HIV u fil-każ tal-ġenetika, kif tkellem tajjeb ħafna l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Asciak, u anke kif semmiet l-Onor.", "Helena Dalli fejn jidħol id-drug abuse.", "Dawn kollha jidħlu fil-medical records imma l- iktar sensittiva fosthom hija s-saħħa mentali.", "Ir-raġuni hija li din hi bbażata fuq fiduċja sħiħa.", "Psikjatra ma jużax strumenti imma jkellmek biss, għalkemm ġieli jintużaw fl-isptarijiet.", "Kollox ikun ibbażat fuq intervista, mistoqsijiet u tweġibiet u sintomi partikolari.", "Għalhekk is- saħħa mentali hija iktar sensittiva minn oqsma oħra ta' saħħa.", "Madanakollu Dr. Goston jisħaq fuq l-importanza tremenda li għandha d-data f'dawn il- każi ukoll jekk ma tistax tgħid b'mod assolut li ma tistax tużaha.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament wieħed għandu joqgħod attent kif jużaha.", "Huwa veru li din il-liġi li bħalissa għandna quddiemna tirrispekkja d- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, imma din tirrispekkja wkoll dan il-kunċett li ġej mill-Istati Uniti.", "Hawn għandna l-fraud prevention, il-cost savings, il-clinical research, sew biex tuża pillola, jew injection inkella ċerta forma ta' psikoterapija.", "Għandek bżonn ir-results biex tkun tista' tkejjel.", "Tkejjel meta tkun qed tagħmel trial qabel ma l-mediċina tiġi approvata u liċenzjata biex din tinbigħ, imma mbagħad trid tkompli tkejjel wara wkoll.", "Jiġifieri mhux għax din ġiet liċenzjata tieqaf hemm.", "Għaliex ħafna drabi jiġri li l-effetti pożittivi u negattivi tal-mediċina tibda tarahom sew wara li din tibda tintuża fis-suq u mhux neċessarjament fit-trials li jkunu saru qabel.", "Insemmiet ukoll l-ETC, Sur President.", "Jekk inti għandek persuna li tabbuża mid-droga, ma naħsibx li din għandu jkun jaf biha kulħadd, imma l-ETC qabel ma tirrikmanda din il-persuna biex taħdem, naħseb huwa xieraq li tara fejn se tibgħatha, per eżempju jekk hux ġo sport facility inkella ġo xi skola.", "Wieħed jifhem li għandu jkun hemm differenza.", "Dan qed ngħidu biex nuri li l-informazzjoni għandha tinżamm konfidenzjali, pero' mbagħad għandha tintuża biss f'ċerti ċirkostanzi partikolari.", "Importanti wkoll li wieħed jara li ma jsirx serq ta' mediċini fl-isptarijiet pubbliċi jew privati for that matter.", "Il-cost saving jgħinek biex tagħmel l-audit, anke n-nefqa.", "Imbagħad Dr Goston ikompli jargumenta, u naqra verbatim:", "''We have to draw a clear circle around appropriate uses of information necessary to the right clinical and public health benefits.''.", "Klawsola 15 ta' din il-liġi tgħid:", "''Iżda d-data għandha tiġi proċessata minn professjonist tas-saħħa li jkun suġġett għall-obbligu impost fuqu ta' segretezza professjonali, jew minn xi persuna oħra li tkun ukoll suġġetta għal dak l-obbligu''.", "Il-liġi hija ċara and you cannot depart minn dan.", "Jekk jiġri li wieħed jiddipartixxi minn din il-linja, allura mbagħad hemm strong penalties.", "Dan Lawrence Goston jgħid li għandu jkun hemm:", "''...strong penalties for those who access or share medical record data outside the territory prescribed by the circle''.", "Jekk taqbeż il-limiti m'għandux ikun hemm ħniena.", "Min-naħa l-oħra, wieħed jista' jiftaħ sabiex dawn ir-records jintużaw għall-ġid komuni tas-soċjeta' u tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Ma rridux ninsew li hawn ħafna mard, speċjalment mard li għandu x'jaqsam mas-sistema tan-nervituri li nsejħulu cancer.", "Kulmin segwa l-kampanja elettorali fl- Istati Uniti żgur li nduna illi ż-żewġ kandidati għall-president it-tnejn enfasizzaw ir-riċerka fuq cancer.", "Dwar il-qasam tan-nervituri għadna kważi ma nafu xejn.", "Għalhekk id-data trid tintuża, u jekk ma tintużax ikunu qegħdin jintilfu ħafna options.", "Ma nafu xejn u tintuża d-data, aħseb u ara jekk din ma tintużax kemm se nibqgħu ma nsiru nafu xejn aktar.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament, kif għedt qabel, huwa importanti li wieħed ma jaqbiżx il-limitu.", "Sur President, ġie f'idejja tagħrif dwar symposium li sar proprju din is- sena dwar patient rights fejn jidħlu r-reproductive technology u t- transplantation.", "F'Malta din għadha m'hijiex legali u jien personalment għandi riżervi wkoll dwarha.", "Qiegħed nirriferi għal koppja li ma jistax ikollha tfal minħabba li wieħed mit-tnejn assolutament ma jistax jirripproduċi.", "F'dan il-każ jista' jkun hemm donor, persuna oħra barra mill-koppja, li jagħti ż-żerriegħa jew l-ovules għar-reproduction u b'hekk ikollok artificial insemination.", "Hawn naturalment tidħol il- konfidenzjalita'.", "Issa din il-ħaġa f'Malta għadha m'hijiex permessa u l- knisja għandha r-riżervi tagħha, bħalma jien personalment għandi r-riżervi tiegħi, imma li rrid ngħid huwa dan.", "Fejn jidħlu dawn l-affarijiet barra minn Malta l-liġijiet jgħidulek ċar u tond li min ikun imdaħħal f'każi simili jrid ikun jaf l-oriġini tat- tarbija, jekk xejn anke minħabba l-ġenetika.", "Imma hawn tidħol ukoll konfidenzjalita' stretta ħafna.", "Jiena ngħid li liġijiet bħal dawn għandna niddiskutuhom f'dan il-parlament sabiex nimxu 'l quddiem.", "Hemm bżonn li f'dan il-pajjiż nibdew anke nittrattaw dawn is-suġġetti sensittivi.", "Minn dan l-istess symposium kienet ħarġet iċ-charter tal-pazjenti li fost l- oħrajn tgħidlek li l-pazjent għandu dritt jipparteċipa jew ma jipparteċipax f'research jew student training.", "Il-pazjent għandu d-dritt li jara l-files tiegħu, ir-riżultati tat-testijiet li jkun għamel, u dawn għandhom jibqgħu konfidenzjali.", "L-aħħar punt tiegħi, Sur President, huwa dwar il-media.", "Jiena naqbel li l-media għandha dritt għall-informazzjoni imma tajjeb li noqogħdu attenti.", "M'ilux f'''l-orizzont'' kien rrapportat headline: ''Persuna Maqtula'', li mbagħad mill-awtopsja rriżulta li dik il-persuna ma kienet maqtula xejn.", "Qrajt ukoll f'gazzetta oħra, li ma niftakarx liema kienet, li koppja ta' spiss ikollha xi tgħid tant li l-ġirien huma mdejqin bis-sitwazzjoni.", "Kollox kien miktub, bl-isem tal-persuna u bid-dettalji kollha.", "Jien naħseb li din tal-freedom of information se titressaq ukoll f'dan il-parlament, imma wieħed għandu dejjem jara li ma jaqbiżx il-limiti tad-diċenza.", "Sur President, jien ngħid li d-databases huma importanti u nemmn li għandna bżonn ħafna aktar - per eżempju, l-ETC għandha personal action plan għal kull persuna li tirreġistra għax-xogħol - imma huwa importanti li wieħed ma jabbużax minn din l-informazzjoni.", "Hi ħaġa tajba li l- informazzjoni tinġabar, bħalma huwa tajjeb li ċerti aġenziji bħall-ETC ikollhom din it-tip ta' informazzjoni.", "Nafu li l-ETC tittratta mal- kummissjoni tal-persuni b'diżabilita' b'mod konfidenzjali u għandha action plan konfidenzjali għal kull persuna li tirreġistra skond kif tirrapporta hija stess.", "Ċertament li din il-liġi hija pass kbir 'il quddiem għal dak li jirrigwarda l-professjonalita' u s-serjeta' f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia jitkellem, għaliex kulma qal ikkonferma dak li qegħdin jgħidu l-membri ta' l-oppożizzjoni dwar il-bżonn li din il-liġi, li tant għandna bżonnha, tkun waħda li jkollha struttura u mekkaniżmi serji biex titħaddem sewwa.", "Dan kollu hu ġustifikazzjoni għall-kritika kollha li għamilna aħna għall-mod ta' kif fl-aħħar mill-aħħar qiegħed jitressaq dan l- abbozz.", "Jien ħadt gost ukoll nisimgħu jitkellem fuq il-kwestjoni tal- konfidenzjalita' u l-importanza tagħha.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd jitkellem fuqha imma hija wkoll xi ħaġa li titfa' iktar spotlight fuq il- bżonn li din il-liġi tispira fiduċja fin-nies.", "Sfortunatament aħna m'aħniex poplu li għandna kultura ta' konfidenzjalita'.", "Forsi dan jiġri għax aħna poplu żgħir, kulħadd jaf lil xulxin u l-extended families tagħna huma mifruxin ma' kullimkien.", "Għaldaqstant għandna bżonn li jkollna liġi li tispira fiduċja.", "Iżda din il-liġi jekk tibqa' mkaħħla mal-politiku m'hi se tispira qatt din il-fiduċja.", "Dan għax l-ewwelnett anke l-perception tan- nies vis-a-vis lejna, kulħadd jaf li aħna forsi minħabba s-sistema elettorali tagħna kull wieħed u waħda minna nipprovaw nisfruttaw kull opportunita' għall-gwadann personali tagħna fis-sens ta' voti.", "Mela, dan huwa fatt magħruf.", "Jien inħobb inkun dejjem saqajja ma' l-art.", "Dawn l- affarijiet huma minnhom u aħna mmissuhom u ngħixuhom kuljum.", "Allura, iktar u iktar liġi bħal din li titkellem dwar data u informazzjoni fuq in-nies għandna bżonn nersqu biha quddiem il-poplu tagħna mingħajr ma tkun imkaħħla mal-politiku.", "Iżda żgur li dan m'aħniex nagħmluh, u għalija dan hu ta' diżappunt kbir.", "Huwa proprju hawnhekk fejn ma qbiltx ma' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia għax mhux veru li kull pajjiż għandu liġi fejn il-gvern jaħtar lil kulħadd hu.", "Fil-liġi Ingliża, per eżempju, it-tribunal, li qisu l-bord ta' l-appell li qed jiġi propost f'din il-liġi veru jaħtruh membri tal-gvern, imma dawn ikunu diversi biex kemm jista' jkun is-setgħa tkun mifruxa.", "Meta s-setgħa tkun mitfugħa fuq spalla waħda bilfors li jkun hemm ċerta omnipotenza.", "Irrid nagħmilha ċara li qiegħda nsemmi l-liġi Ingliża bħala eżempju għax hemm oħrajn li huma bħalha fejn il-firxa tar-responsabbilta' ta' min jinnomina hija mifruxa fuq diversi membri tal-gvern.", "Il-kummissarju, li fil-liġi tagħna qegħdin ngħidulu ''l-awtorita''' fil-liġi Ingliża dan jinħatar mir-reġina.", "Issa r-reġina suppost li la hi Laburista u lanqas Konservattiva!", "Mela, mhux veru li l-appointments isiru kollha mill-gvern.", "Alla jbierek, aħna niġu hawn u nagħtu setgħat assoluti lill-ministru.", "Din hija daħqa.", "Il-ministru jaħtar l-awtorita', jagħmel ir-regolamenti, jagħti l-ordnijiet u jwaqqaf l-istess il-bord ta' l-appell.", "Ma nafx allura aħna x'niġu nagħmlu hawn!", "Kif nistgħu nispiraw fiduċja fil-poplu tagħna b'liġi bħal din?", "Din hija liġi li għandna bżonnha ħafna għax ħdejn ħaddieħor bħala pajjiż għadna lura fil-qasam fejn tidħol it-teknoloġija ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni.", "Iva, għandna bżonnha b'mod urġenti l-aktar meta smajna b'sitwazzjonijiet ta' hackers li jidħlu u jaċċessaw anke banek.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li aħna esposti għalihom ukoll.", "Sur President, jiena nemmen li għandna bżonn kbir li noħolqu fiduċja anke għaliex se jkun hawn sitwazzjonijiet - kif spjegahom tajjeb l-Onor.", "Farrugia fid-diskors tiegħu - fejn data li tkun qiegħda tinġabar u tiġi proċessata tkun tikkonċerna l-qasam tas-saħħa, tal-housing u tax-xogħol.", "(Interruzzjonijiet) Tiġi proċessata fis-sens biex joħorġu t-trends ħalli nkunu nistgħu nagħmlu targeting u niffukaw fuq kif għandu jsir l-ippjanar ta' pajjiżna f'ċerti oqsma.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li jiddiżappuntawni bil-kbir hija kif sal-lum għad lanqas għandna statistika, jew għallinqas analisi dwar il-poverta', l-incomes u s-social exclusion.", "Imn'Alla hemm uffiċjali fl-uffiċċju ta' l-istatistika li huma nies professjonali u serji li minn jeddhom qegħdin jieħdu l-inizjattiva flimkien ma' xi dipartimenti oħra tal-gvern biex jibdew jiżviluppaw din it-tip ta' riċerka f'pajjiżna.", "Dan li qed ngħid joħroġ anke mill-NPAA.", "Jidher bl- aktar mod ċar li sal-lum għad m'għandniex statistika fuq xiex iddur u tkun taf min huma s-socially excluded.", "La nafu għaliex dawn in-nies jinsabu f'din is-sitwazzjoni u lanqas nafu kemm għandna minnhom f'pajjiżna.", "Ma nafux eżatt il-poverty line li għandna biex inkunu nistgħu nikkalkolaw min qiegħed jaqa' taħtu u min qiegħed eżatt imiss miegħu.", "Dawn l-affarijiet f'Malta ma jeżistux.", "Jiġifieri meta għandek liġi bħal din, li titkellem fuq data collation ta' individwi, data sensittiva, konfidenzjalissima tan- nies, ngħid għalija ma nistax ma nħossnix iddiżappuntata għax din il-liġi tpoġġi lill-gvern bħala l-ikbar entita' li tiġbor data fuq in-nies.", "Fil-fatt jekk tħares lejn id-dipartiment tas-saħħa min jaf x'informazzjonijiet issib fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "L-istess jista' jingħad għad-dipartiment tal-housing, għall-korporazzjoni ta' l- impjiegi u tat-taħriġ.", "Dawn barra l-SWDP, li hi aġenzija tal-gvern bħalma hija s-Sedqa.", "Dawn kollha jiġbru kwantita' kbira ta' data sensittiva fuq iċ-ċittadini Maltin.", "Jiġifieri l-ikbar operatur f'dan il-qasam huwa proprju l-gvern.", "Imbagħad għandna liġi li l-gvern jissemma darba biss, minkejja li hemm riferenza, li by implication meta tħares lejn il-white paper li ġiet ippreżentata f'Mejju li għadda, issib spjega u riferenza għall-artiklu 2(1) jekk m'inix sejra żball, għaliex qed ngħid offhand - li partikolarment jirriferi għall-gvern.", "Dan ifisser li għandna sitwazzjoni ta' kuntrast, u din hija ħaġa li tħassibni serjament.", "Għax hawnhekk għandek il-politiku - il-gvern - li jinnomina persuni responsabbli biex jagħmlu monitoring tiegħu stess.", "Għalija din hi waħda mill-ikbar punti kruċjali ta' din il-liġi, u għalhekk l-oppożizzjoni qiegħda tikkritikaha bil-qawwa kollha u se tibqa' tikkritikaha.", "(Interruzzjonijiet) Mhux biss tikkritikaha, imma saħansitra se tivvota kontriha.", "Is-setgħa tal-ministru hija tant kbira li lanqas hemm bżonn li wieħed jersaq 'l hawn.", "Meta kien qiegħed jirreferi għall-partiti politiċi, għat-trade unions u għall-għaqdiet tal-knisja, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia qal li dawn huma fost l-entitajiet li għandhom ħafna data.", "Huwa semma wkoll lill-Partit Nazzjonalista u qal li dan minn dejjem kellu data pero' b'danakollu qatt m'għaddiha lid-deputati tiegħu jew lil xi nies oħra.", "Imma x'jaf l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia fuq din?", "Aħna ma nafux jekk dan hux minnu jew le.", "Li hu żgur hu li mill-1987 'l hawn il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel użu estensiv minn dik id-data.", "Bir-rispett kollu lejh, jiena niftakar lill-Ministru Gatt, li qiegħed jippilota din il- liġi, bħala l-pijunier fil-Partit Nazzjonalista bl-Elcom, meta bdejna bl- ispjuni tat-toroq li kienu magħrufin bħala street leaders.", "Nafu l-frott ta' l-ispjuni tat-toroq x'kien għax kellna gruppi sħaħ ta' ħaddiema Laburisti li ġew itturufnati għal snin sħaħ.", "Għadni niftakar li wara l-elezzjoni ta' l-1987 kienet tiġi fattiga għandi - u qed nitkellem b'dan il-mod apposta biex niftiehem - u b'qalb maqsuma tgħidli li qalgħet id-disa' transfer fi ftit xhur.", "Dan għax kienet Laburista u ma kellhiex għajnejha blue!", "Jista' jkun li l-listi mill- kwartieri jew mid-dar ċentrali tal-Partit Nazzjonalista qatt ma marru għand id-deputati, il-kandidati u l-kumitati tal-partit ma nafx, pero' l-gvern Nazzjonalista għamel użu tajjeb minnhom biex itturufna u kasbar lil diversi Laburisti.", "U kieku ma kienx hekk, lanqas kien ikollna għalfejn kif nitilgħu fil-gvern nagħmlu l-liġi tat-tribunali għall-inġustizzji.", "Għalhekk din hija prova ċara ta' kemm dan li qed ngħid huwa minnu.", "Min-naħa l-oħra ma nafx safejn kien responsabbli l-Ministru Gatt, jekk kienx biss il- bniedem li ħoloq is-sistema tal-ġbir ta' l-informazzjoni fid-dar ċentrali tal-PN.", "Li naf hu li d-data li kellu l-Partit Nazzjonalista f'Tal-Pieta' wżaha tajjeb kontra l-Laburisti!", "Għaldaqstant liġi bħal din għandha tagħmel sens u taspira fiduċja biex in-nies tħares lejha bħala xi ħaġa li verament tmur above board, above il-politika partiġjana, above l-abbuż li jista' jiġi sfruttat mill-gvern tal-ġurnata.", "L-Onor.", "Farrugia qal li din hija liġi li qed nagħmluha għax qegħdin nimxu lejn il-proċess ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Meta nisma' dan it-tip ta' kumment min-nies ta' ċerta integrita' nħoss għafsa ta' qalb.", "Dan ifisser li biex naraw il-ġid u l-bżonnijiet tal-poplu tagħna bilfors irid jiġi big daddy biex jgħidilna x'għandna nagħmlu?", "Ma nistax nifhem!", "L- Onor. Farrugia tgħidx kemm dam jitkaża għax xi ħadd minn sħabna hawnhekk qal ħaġa u ħaddieħor qal ħaġa oħra.", "Bir-rispett kollu, meta qegħdin fl- istadju tat-tieni qari qegħdin nittrattaw ċerti prinċipji.", "Barra dan kulħadd qiegħed jesprimi b'mod ħieles il-linja tal-partit tiegħu.", "Allaħares ma kienx hekk, għax kieku tgħidx kemm konna ngħidu kemm dan il- gvern huwa gaffa!", "Mr. Speaker, fuq naħa qegħdin ngħidu li din il-liġi li għandna quddiemna hija in konformita' mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea - u hemm id- direttiva ta' l-1997 li fil-fatt ma ssemmietx, u nittama li l-ministru fil- winding-up jispjegalna ftit dwar dan - imma mbagħad fil-white paper insibu li suppost kellha titla' quddiemna l-Computer Crimes Act.", "Ta' min igħid li fil-pubblikazzjoni tal-white paper ta' Mejju ta' din is-sena hemm ċar u tond li l-European Union m'għandhiex direttivi fuq computer crimes.", "Fuq teknikalita' jew fuq fehma jistgħu forsi tan-naħa l-oħra jgħidulna li ma qbilniex, imma issa qegħdin indaħħku ftit meta jiġi kelliemi tal-gvern jgħidilna li din il-liġi qiegħda ssir biex inkunu konformi ma' direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, meta fil-white paper li ħareġ l-istess gvern insibu li issa ġejja liġi oħra għax tinħass ħafna l-ħtieġa tagħha.", "Mhux aħjar inkunu serji!", "Jiena ngħid li l-maġġoranza assoluta tan-nies li jaħdmu fil- Parlament Ewropew u fil-Kummissjoni Ewropea lanqas biss qatt xammew l-arja ta' pajjiżna, aħseb u ara kemm dawn jafu bil-bżonnijiet tagħna!", "Dawn nafuhom aħna u jrid altru jkollna demmna mqanqal biex dak li għandu bżonn pajjiżna nwettquh.", "Minn hawn naqbeż għal punt ieħor, Sur President.", "Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li aħna ma nikkonformawx ruħna sempliċement billi nagħmlu l-liġijiet fuq il-karta.", "B'daqshekk inkunu qegħdin naqdu biss lil Brussels u mhux lill-poplu tagħna.", "Dan qed ngħidu għax aħna nafu li l-e-literacy f'dan il-pajjiż għadha lura bħal granċ.", "Fil- white paper qed jiġi mwiegħed li se nagħmlu l-kiosks madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikollu aċċess għal din it-teknoloġija.", "J'Alla jiġri dan, imma jekk lanqas fl-iskejjel tagħna minkejja l-wegħdi li saru m'għandna biżżejjed computers għat-taħriġ ta' l-istudenti, u waqajna lura, kif jista' wieħed jieħu bis-serjeta' din il-wegħda li se jkollna kiosks madwar Malta u Għawdex?", "Jekk irridu noqogħdu nivvintaw nistgħu ngħidu wkoll li se nagħtu computer b'xejn lil kulħadd.", "Biex inkunu serji għandu jkollna time-frame meta dawn il-kiosks se jidhru madwar Malta u Għawdex, imbagħad forsi nibdew nemmnu li kulħadd se jkollu l-aċċess u kulħadd se jkun jista' jieħu l- benefiċċju minn din it-teknoloġija ġdida.", "Inutli nagħmlu liġijiet hawnhekk biex noħolqu safeguards għan-nies, imbagħad in-nies ma tkunx taf id- drittijiet tagħha x'inhuma.", "Jekk ma nappoġġjawx il-liġi bi programmi ta' edukazzjoni u ta' tkabbir ta' kuxjenza lin-nies ma nkunu qegħdin nagħtuhom xejn.", "Inkunu qed nagħtu biss lil dak il-grupp żgħir f'pajjiżna li diġa' hu informat, u min hu informat għandu diġa' l-aċċess għal iktar informazzjoni.", "Nagħti eżempju, Sur President.", "X'jiswa li ngħidu lil xi anzjan li għandu dritt ikun jaf dwar id-data personali tiegħu, jekk imbagħad lil dan l-anzjan ma nfehmuhx x'qegħdin nagħtuh bħala dritt?", "L-anzjani xorta se jibqgħu ma jafux, u meta xi ħadd minn dawn l-operaturi li qegħdin insemmu iċemplilhom id-dar jew imur iħabbtilhom il-bieb, ladarba dawn ma jkunux jafu għal xiex ikun ġie, aktarx li jispiċċa jgħaddi kollox.", "Din bħal tal-konsumatur.", "Inutli għamilna liġijiet kbar tal-konsumatur jekk aħna lill-konsumatur ma nagħtuhx il-mezzi biex l-ewwelnett ikollu l-aċċess għall-prinċipju fundamentali tiegħu li jkollu aċċess għall-bżonnijiet bażiċi tiegħu.", "Dak huwa dritt fundamentali tal-konsumatur u inutli nagħmlulu liġijiet kbar jekk dan lanqas biss ikun jaf id-drittijiet li għandu, jekk ħadd ma jgħidlu bihom, jekk ħadd ma jinformah dwarhom.", "Din l-istess ħaġa.", "Inutli ngħidu li għandna bżonn is- safeguards u li se nagħtu dawn is-safeguards lill-poplu jekk lill-poplu tagħna ma nfehmuhx l-affarijiet b'mod ċar.", "Mela liġi bħal din irid ikollha wkoll ċerti programmi ta' appoġġ biex il-poplu kollu kemm hu jkun informat, ikun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu u jkun jaf x'għandu jagħmel biex dawn id-drittijiet ma jibqgħux biss fuq il-karta imma jkunu verament għodda effettiva f'idejh.", "Dan qed ngħidu għax il-liġi tagħna ma titkellimx fuq dan.", "Ara l-liġi Ingliża, tagħmel riferenza u twaddab anke responsabilita' fuq dawn l- operaturi tad-data biex jgħaddu l-informazzjoni.", "Minix qed ngħid li l-liġi Ingliża hija l-aqwa u l-aħjar, għax l-aqwa u l-aħjar għalina f'dan il- pajjiż nafuh aħna.", "Il-Ministru fil-bidu semma li kien hemm konsultazzjoni ma' liġijiet oħra u anke fil-white paper hemm riferenza ċara għal liema liġijiet ġew ikkonsultati, pero' naħseb li rridu nħarsu wkoll lejn liġijiet oħra li għandhom affarijiet li jistgħu jgħoddu iktar għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħna.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi fl-intervent tiegħi huwa marbut ma' dak li semma sieħbi l-Onor.", "Michael Farrugia.", "Hu qal li din il-liġi kienet tkun ħafna aħjar kieku l-gvern qiegħed jintrabat li jagħti l-informazzjoni.", "Dan huwa punt importanti ħafna u jqum diversi drabi meta titkellem man-nies fuq xi ħadd li ilu s-snin kbar japplika, ngħidu aħna, għal housing soċjali.", "Tiltaqa' ma' nies li jgħidulek li ilhom ħames jew sitt snin japplikaw - u veru jkunu ġenwini - b'danakollu, baqgħu ma jafux fejn qegħdin.", "Imbagħad jibdew isemmulek li t-tali jkun inqeda.", "Qiegħda nsemmi l-housing bħala eżempju għax dan japplika wkoll għall-impjiegi.", "Jien naf nies li ilhom is- snin jirreġistraw għax-xogħol u jgħidulek li l-ETC qatt ma bagħtu għalihom jew li l-ETC bagħtet għalihom biss għal xi ħaġa li m'humiex japplikaw għaliha.", "Jiena nħoss li ċ-ċittadin għandu dritt għal din it-tip ta' informazzjoni.", "Kull ċittadin għandu dritt li l-informazzjoni li jagħti jara fejn se tispiċċa, bħalma għandu dritt ikun jaf l-informazzjoni tiegħu kif ġiet proċessata u x'riżultat inkiseb.", "Minn hemm missna tlaqna, għax kif għedt fil-bidunett, il-gvern huwa l-ikbar operatur f'dan il-qasam ta' data sensittiva.", "Kieku l-gvern jinfetaħ u jibda jagħti din l-informazzjoni liċ-ċittadin, kieku s-sitwazzjoni tkun ħafna aħjar.", "Tkun aħjar l-ewwelnett għaċ-ċittadin u tkun ħafna aħjar ukoll għall-istess nies li daħlu fil-politika bis- serjeta' biex jaħdmu u jagħmlu mill-politika karriera onesta.", "Nista' nsemmi każi ta' nies li jmorru s-social security local office fuq pensjonijiet u fuq affarijiet oħra li ma jħossux li ngħataw sodisfazzjon u jispiċċaw ifittxu l-ministeru u fid-dipartiment ċentrali.", "Dan hu kollu telf ta' ħin.", "Għandek ċittadin imħasseb għax ma jafx eżattament x'qed jiġri għax f'dan il-pajjiż.", "Dan jiġri minħabba li għandna perception - u perception ma tinbeniex mix-xejn - u preġudizzju politiku qawwi wisq u allura jibdew jimmaġinaw li qegħdin jiġu diskriminati.", "Għandek nies li jibdew jimmaġinaw li anke l-pensjoni tagħhom inħadmet skond il-kulur politiku tagħhom.", "Għaliex ċittadin Malti u Għawdxi li jkun inqatagħlu benefiċċju, ngħidu aħna, ma jingħatax spjegazzjoni?", "Għal ċerti nies ikun biżżejjed li tibgħatilhom printout tal-computer b'mod professjonali, imma hemm oħrajn li jkollhom bżonn ta' spjegazzjoni aktar minn hekk.", "Jiġu ruxxmata għandi li tkun inqatgħatilhom l-għajnuna supplementari u ma jkunux jafu għaliex.", "Dawk ikollhom bżonn lil min jispjegalhom xi jkun ġara.", "L- informazzjoni trid tingħata u rridu nsibu l-mezzi ta' kif nagħtuha.", "Din xi ħaġa li nistgħu nagħmluha għaliex teżisti infrastruttura permezz ta' l- uffiċċji - f'dan il-każ qed insemmi s-social security offices, il-welfare offices fl-ibliet u fl-irħula tagħna - li jistgħu jagħmlu dan.", "Kellu raġun l-Onor.", "Michael Farrugia jgħid li tkun ħaġa flokha kieku l- gvern jintrabat li jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa liċ-ċittadini bħal fil- każi tal-housing, tax-xogħol, tal-benefiċċji, eċċ..", "B'hekk kien jinqata' l- ħafna ġiri 'l hawn u 'l hemm u kienu jinqatgħu wkoll ċerti suspetti.", "Barra dan, aħna l-politiċi - partikolarment min ikun fil-gvern - kien ikollna checkpoints għax aħna rridu nimxu lejn sitwazzjoni fejn ikollna gvernijiet accountable u trasparenti.", "Il-gvern Nazzjonalista kellu l-opportunita' li jwettaq dan iżda l-opportunita' ma ħadhiex.", "Kellu kull opportunita' li juri li nbidel miż-żmenijiet ta' wara l-1987, għax l-informazzjoni m'hijiex qiegħda hemmhekk biex jużaha politikament u b'mod partiġġjan, imma l-gvern ħaraq din l-opportunita' u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali li kien wiegħed ma waslet qatt u saret biss kelma fiergħa għall-poplu Malti.", "Jiena nittama li forsi xi darba jibda jwettaqha bis-serjeta'.", "Qed ngħid dan għax il- informazzjoni dwar il-political allegiance tan-nies għadha tintuża b'mod ħażin bil-għan li jiġu ddiskriminati l-Laburisti.", "Per eżempju, Alla jbierek kif inqaleb il-gvern, il-casual workers ma' l- MIA ma baqgħux tajbin u tkeċċew 'il barra biex flokhom iddaħħlu bażużli Nazzjonalisti.", "Bħallikieku dawn m'għandhomx familja u m'għandhomx ħalq bħal ħaddieħor biex jieklu!", "Tal-Kalaxlokk, wara li ġew imwiegħda mpjieg, tħallew holiday tal-ġenn li għalihom kienet trawma sħiħa.", "Bħallikieku meta bniedem tagħtih cheque għandu jagħlaq ħalqu!", "Meta tagħti cheque tkun ħlist minn dak li jkun u tkun farfart mir-responsabilita'.", "Imma dan mhux biżżejjed għax għadhom jiġu ħaddiema tal-Kalaxlokk jibku, ħaddiema li għandhom 'il fuq minn 40 sena, ħaddiema li għad fadlilhom quddiemhom kważi 20 sena xogħol għax għad għandhom familji bit-tfal żgħar.", "Meta dawn japplikaw għal interviews 'l hemm u 'l hawn u jistqarru li huma ex-ħaddiema tal-Kalaxlokk, qisha tkun ħarġet xi sħaba sewda fuqhom.", "Mr. Speaker, dawn ħwejjeġ li għadhom isiru, u għalhekk aħna qegħdin nikkritikaw din il-liġi li tagħti setgħat kbar lill-ministru.", "Il-ministru huwa politiku u f'dan il- każ kellu jkun l-Onor.", "Austin Gatt li bella' lill-Partit Nazzjonalista bl- Elcom u bl-ispjuni tat-triq.", "Nerġa' ngħid li l-Partit Nazzjonalista kellu ċans juri li qed jinbidel u jibda jwettaq ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali li kien wiegħed qabel l-1987, imma kollox jidher li baqa' fuq il-karta.", "Hawnhekk imissha ġiet proposta li min se jkun in charge ta' din il-liġi, kellu jkun xi ħadd li m'huwiex mimsus.", "Ejja nieħdu l-finanzi tal-pajjiż.", "Dawn jiġu diskussi hawnhekk fil-budget u f'diversi seduti oħra imma mbagħad tista' tmur ukoll il-kumitat tal-kontijiet pubbliċi.", "Issa ħalliha li f'dawn l-aħħar sentejn il-gvern irrenda dan il-kumitat f'farsa għax tmur hemmhekk tistaqsi u ma jagħtukx risposti, imma jeżisti mekkaniżmu li fejn jidħol l-interess pubbliku, fejn jidħol l-interess taċ-ċittadin biex apparti li jiġu diskussi hawnhekk l-affarijiet imorru wkoll fil-PAC u hemmhekk tkompli tespandi d-diskussjoni.", "Dan l-istess bħall-ombudsman.", "L- ombudsman jinħatar mill-parlament u jkollna rapporti mingħandu mqegħda fuq il-mejda tal-Kamra.", "Imma jista' l-ministru jgħidilna x'tip ta' accountability se jkollha din l-awtorita', din il-persuna li se jaħtar hu?", "L-unika accountability li tfittex din il-liġi hija lejn il-ministru.", "Dan se jkun obbligat lejn il-ministru.", "Mela dan għandu d-drittijiet kollha li jkun jaf fuq kulħadd u jiddeċiedi fuq kulħadd, imma mbagħad jagħti rendikont lill-ministru biss, filwaqt li lil dawk li jirrappreżentaw lill- poplu tagħna, dawk m'għandhom dritt ikunu jafu xejn.", "Din m'hijiex serjeta'.", "Ilna hawnhekk xhur f'saga sħiħa ta' awtoritajiet għaddejjin fuq oqsma tekniċi, oqsma speċifiċi li bilfors trid nies tekniċi biex jaħdmu fuqhom.", "Kull awtorita' donnha trid tiddependi bilfors mill-ministru jew mill-prim ministru, qisu xejn ma jista' jiġri hawn jekk ma jkunx hemm imnieħer il- ministru mdeffes fin-nofs.", "Jien għedt forsi din se tbiddel ir-rotta, imma ma ġarax hekk.", "L-awtoritajiet l-oħra forsi se jkollna ċ-ċans niddiskutuhom, imma din le.", "X'jagħmel l-individwu li se jkun obbligat lejn il-ministru.", "Ladarba ħatru l-ministru lejn il-ministru jkollu jħares.", "Imbagħad jiġi l-gvern Nazzjonalista b'wiċċu minn quddiem u jgħid li b'din il-liġi qed jagħmel xi ħaġa tajba għall-poplu għax qiegħed jagħti safeguards għal konfidenzjalita'.", "Mhux talli mhux qiegħed jagħmel dan, imma talli qiegħed joħloq tħassib ġdid, qiegħed ikompli jkisser u jkabbar is- suspetti.", "Din hija l-ikbar ħsara li se tagħmel din il-liġi.", "U din il-ħsara se ssir għax il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma jistax jogħla 'l fuq mill- politika partiġġjana lanqas fejn tidħol l-informazzjoni sensittiva taċ- ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Xtaqt nagħmel mistoqsijiet ukoll fuq xi artikli imsemmija fil-liġi.", "Din il-liġi se tkun suprema fuq ċerti regolamenti u liġijiet oħra, bħal per eżempju dik ta' l-istampa.", "Se nibda billi nirriferi għall-punt fejn l- awtorita' tinkoraġġixxi jew tinfluwenza.", "Għandi f'moħħi klawsola 6(2) fejn hemm miktub hekk:", "''(2) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l- artikolu l-awtorita' kompetenti għandha tinkoraġġixxi l-abbozzar ta' kodiċi ta'kondotta adattat li jkun japplika għall-ġurnalisti u għall- medja biex jiġi regolat l-ipproċessar ta' xi data personali, u l- kodiċi ta' kondotta għandu jipprovdi miżuri u proċeduri ...''.", "X'se jkun suprem?", "Din il-liġi se tkun suprema?", "Dan se jkun tassattiv?", "It- terminoloġija użata hawnhekk tinkoraġġixxi biss u m'hemm xejn tassattiv.", "Dan qed ngħidu għax irridu noqogħdu attenti biex ma ntellgħux l- aspettattiva tan-nies biex imbagħad meta nfittxu ma nsibu xejn.", "Din bħall- istorja li semma qabli l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia meta qal li fl-internet u l-e-mail kważi lanqas għandek safeguards tant li jista' jkun hemm hacker, jidħollok fihom u titlef il-konfidenzjalita' kollha.", "Jiġifieri importanti li naraw li nimpustaw l-affarijiet fil-perspettiva proprja tagħhom ħalli n- nies ma nkunux qed intellgħulhom ċerta aspettattiva li mbagħad ma tkun tfisser xejn.", "Irrid nirriferi wkoll għal subklawsola 22(2) li tgħid:", "'Il-kontrollur għandu javża lil dawk it-terzi li d-data jkunu ġew lilhom żvelati bil-miżura li tkun ittieħdet taħt is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu:", "Iżda ebda avviż bħal dak m'għandu jingħata jekk dan ikun impossibbli jew ikun jinvolvi attivita' sproporzjonata.''", "Din xi tfisser?", "Mela l-ewwel qed nagħtu safeguard imbagħad qegħdin nikkreaw loophole fil-liġi aħna stess!", "Nixtieq li meta l-ministru jagħmel il-winding-up jagħtini t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet.", "F'subklawsola 29(4) jingħad li:", "''Il-Ministru jista' b'regolamenti jippreskrivi dwar kull ħaġa li tirrigwarda l-obbligu tan-notifikazzjoni taħt is-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu ....''", "Lanqas kien hemm bżonn nagħmlu liġi bħal din.", "Il-ministru seta' qagħad jgħaffeġ waħdu.", "Kullimkien insibu li l-ministru jista' b'regolamenti jippreskrivi u hawn elenku daqsxiex.", "Elenku simili jinsab fit-taqsima 8 fejn tittratta s-setgħat tal-ministru.", "Ma kienx ikun aħjar kieku l-gvern Nazzjonalista ġie b'wiċċu minn quddiem u qal li jrid jaqdi din id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea u jrid jibqa' l-factotum fl-affarijiet.", "Almenu konna ngħidu li għalkemm qiegħed jgħaffeġ, imma għallinqas hu onest għax qiegħed jgħid il-verita'.", "Imma l-gvern mhux hekk għamel, noqogħdu nabbozzaw il- liġijiet u noqogħdu niġu niddiskutuhom fil-parlament meta nafu li qegħdin nagħmlu ħrafa.", "Nixtieq nagħmel mistoqsija oħra dwar klawsola 38 (5) fejn jingħad li:", "''Għall-fini li jeżerċita s-setgħat lilha mogħtija taħt dan l- artikolu, l-awtorita' kompetenti jew kull persuna minnha awtorizzata bil-miktub ikollha d-dritt tidħol u tagħmel tfittxija f'kull fond fejn tkun raġonevolment tissuspetta li jkunu qed jinżammu jew jiġu pproċessati dawk id-data personali.''.", "Qed ngħidu li jekk ikun hemm suspett dwar il-mod kif tkun qiegħda tinġabar data u dwar kif din tkun qiegħda tiġi proċessata, dawn - u qed nassumi li huma impjegati tal-gvern ċivili - jistgħu jaqbdu u jmorru bla protezzjoni ta' xejn?", "Il-pulizija m'hijiex se tkun involuta?", "Naħseb li hemm żewġ affarijiet li rridu nikkonsidraw meta jkollna dawn it-tipi ta' inputs fil- liġijiet tagħna.", "L-ewwelnett, bir-rispett kollu lejn kulħadd, jista' jkollok persuna li forsi tabbuża mill-poteri li jkollha minkejja l- identifikazzjoni.", "Imbagħad għandek l-aspett l-ieħor, li ladarba ma jkollhomx il-protezzjoni tal-pulizija, lil dawn in-nies tkun qed tesponihom għal ċerti tipi ta' sitwazzjonijiet .", "Imbagħad klawsola 43(2) tgħid dan li ġej:", "''Azzjoni taħt dan l-artikolu għandha tinbeda fi żmien perijodu ta' tnax-il xahar mid-data meta s-suġġett ta' data jsir jaf jew seta' jsir jaf b'dan il-ksur, skond liema tiġi l-ewwel.''", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onor. Coleiro, imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "Min qed jipproponi?", "ONOR JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Coleiro tkompli bid- diskors tagħha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża il-11.37 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR ADRIAN VASSALLO: Sur President, illum qegħdin nitkellmu fuq liġi li tirrigwarda ż-żamma ta' informazzjoni minn xi ħadd fuq xi ħaddieħor.", "Tajjeb li wieħed jgħid li din m'hijiex ħaġa tal-lum, imma ilha ssir kważi kważi minn meta l-bniedem tgħallem jitkeb.", "Jekk wieħed jaqra l-istorja taċ- ċiviltajiet antiki bħar-Rumani, l-Eġizzjani u ċiviltajiet kbar oħra isib li anke f'dawk iż-żmenijiet kienu sabu mezz kif iżommu records.", "Uħud minnhom għadhom jeżistu sal-lum, u mn'Alla, għax kieku ma konniex inkunu nafu x'kien jiġri f'dawk iż-żmenijiet.", "Minkejja li kollox kien isir bl-idejn xorta sabu metodi kif jaħżnu l-informazzjoni bil-limitazzjonijiet kbar li kellhom u li llum tista' tgħid sparixxew għal kollox kemm ilu li wasal il- computer li ċertament għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu.", "Sur President, fejn beda l-computer naħseb li kulħadd jaf, pero' fejn se jispiċċa, x'potenzjal fih, u x'għad jiġi warajh ħadd ma jista' jgħid.", "Dan joħloq ċertu biża' f'ħafna nies għax iqisuh xi tip ta' ''big brother''.", "Ilkoll nafu li llum għandek il-kwestjoni tal-globalisation u saret faċli għall-gvern, għal ċerti corporations u għall-businesses kbar biex iżommu kwalunkwe tip ta' informazzjoni fuq kull ċittadin u jistgħu jagħmlu użu minnha x'ħin iridu.", "Illum iż-żamma ta' l-informazzjoni saret ħaġa ħafifa immens għax kulma trid tagħmel hu li tagħfas buttuna u l-informazzjoni li tkun trid issibha quddiemek minnufih.", "Tista' faċilment permezz ta' telephone u anke permezz ta' satellita tagħmel transfer ta' informazzjoni minn naħa għal oħra, minn kumpannija għal oħra, minn gvern għal ieħor, minn dipartiment għal ieħor, minn dar għal oħra.", "M'għandniex xi ngħidu li fejn tidħol din l-informazzjoni teżisti kwantita' ta' terminals oħrajn li min jużahom ikollu aċċess għal din l-informazzjoni u dan jista' jagħti lok għal ċerti leakages.", "Fi kliem ieħor, ċerta informazzjoni tista' tiġi f'idejn nies li wieħed ma jkunx jixtieq li tasal għandhom.", "Jekk wieħed joqgħod jaħseb x'jista' jiġri fil-futur żgur li jkollu raġun jitwerwer, għax illum saret faċli ħafna biex il-gvern u anke kumpanniji jkunu jafu bniedem xi xtara, x'nefaq, x'ġemma', x'għamel, fejn mar u x'ħaseb.", "Kważi nasal biex ngħid li llum wieħed jista' jżomm track ta' bniedem dwar x'għamel u x'm'għamilx.", "Għaldaqstant ħafna pajjiżi ħassew il- ħtieġa li tidħol liġi bħal din.", "Jiena għalhekk niskanta b'dak li qal sieħbi l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia li din il-liġi daħlet f'Malta minħabba l-fatt li hemm bżonnha biex aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Nerġgħu naqgħu għall-istess diskors li dejjem ngħidu aħna ta' l-oppożizzjoni.", "Sfortunatament ħafna liġijiet qegħdin nagħmluhom sempliċiment għax qbadna t- triq biex immorru lejn l-Unjoni u ma nagħmluhomx għaliex pajjiżna verament għandu bżonnhom.", "Jekk hu hekk, allura, fil-fehma tiegħi, qegħdin ninsulentaw lilna nfusna.", "Dan ifisser li l-gvern, il-ministri tiegħu u aħna bħala poplu m'għandniex ideat dwar kif għandna mmexxu lil pajjiżna u sempliċement nagħmlu dak li jiddettalna ħaddieħor.", "Ma naħsibx li dan hu veru.", "B'danakollu, għandna gvern li għalkemm dejjem jgħid li għandu fiduċja fil-poplu Malti, sikwiet iqum xi membru tan-naħa tiegħu u jgħid li aħna l-liġijiet qegħdin nagħmluhom għax irridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li jekk ma nidħlux m'aħna kapaċi nagħmlu xejn?", "Ma naħsibx li dan hu sinjal ta' fiduċja fil-poplu Malti.", "Din hija liġi li saret f'pajjiżi oħra u naħseb l-iktar ħaġa li tispikka hi li l-maġġoranza ta' dawn il-pajjiżi - m'inix qed nieħu pajjiżi komunisti, imma pajjiżi demokratiċi bħalna - kollha taw ħafna mill-poter f'idejn il-bniedem li se jkun in charge mill-kummissjoni, li xogħlha hu li tara li l-liġi tiġi sorveljata.", "Min-naħa tagħha din tkun persuna li taġixxi b'mod indipendenti.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwieta lill- oppożizzjoni - u din semmewha ħafna minn sħabi u allura m'inix se noqgħod nelabora dwarha - hija li l-ministru għandu ħafna poteri.", "Dan żgur se joħloq ċertu biża' fin-nies li l-gvern se jkun jaf affarijiet li m'għandux bżonn ikun jaf.", "Imbagħad min-naħa l-oħra, the player in the game se jirregola u jiddetta r-rules hu filwaqt li jagħmilha wkoll ta' referee.", "Barra minn dan tajjeb li wieħed jinnota li din il-liġi tressqet għall-ewwel qari mill-Prim Ministru, imbagħad ġiet piloted fis-second reading mill- ministru tal-ġustizzja u gvern lokali, u warajh se tgħaddi taħt ir- responsabbilta' tal-ministru tat-telekomunikazzjoni.Jiena nispera li mhux se jkollna lil min jagħmel mod iu min jagħmel ieħor; għax inkella se nispiċċaw b'balbuljata fejn ikollna ħafna jdejn spoiling the broth.", "Issa se nidħol f'affarijiet li għalkemm forsi diġa' ssemmew, imma fix- xogħol tiegħi kważi kważi nħabbat wiċċi magħhom ta' kuljum.", "Fil-liġi hemm miktub li min jiġbor l-informazzjoni għandu jiġbor dak biss li jkollu bżonn.", "Imma min se jiddeċiedi dwar x'għandu bżonn?", "Bħalma semmiet il- kollega u ħabiba tiegħi, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, illum kulħadd jaf li l-partiti politiċi - speċjalment tan-naħa l-oħra - għandhom ċerta informazzjoni bħal per eżempju min hu self-employed, min hu fl-armata, min jaħdem, min hija l-mara tad-dar, min jaħdem l-isptar, eċċ. Jiena nistaqsi: Din l-informazzjoni kif ġabuha?", "Ma naħsibx li dawn ġabu l-permess ta' kull bniedem li għandu ismu fuq dik id-database.", "U inutli noqogħdu ngħidu fil- liġi li kulħadd għandu dritt imur jara d-database tiegħu x'inhi.", "Se nagħtu dritt lill-partiti politiċi li fl-elezzjoni jiġu flooded b'ħafna ittri personalizzati biex idaħħluhom fid-database tagħhom?", "Se jkollu dritt dak l- individwu li jkollu l-informazzjoni dwaru, jneħħi ismu?", "Għax m'hijiex ħaġa sewwa li ngħidu ħafna diskors sabiħ fil-liġi pero' when it boils down to facts kollox jibqa' kif kien.", "Ejjew nammettu li qegħdin nikellmu dwar affarijiet li l-gvern seta' għamilhom bla ma kien hemm bżonn ta' liġi bħal din.", "Illum għandna ħafna red tape.", "Għandna ġbir ta' informazzjoni ħafna drabi żejda u ma nafx x'inhu l- iskop li tinżamm din l-informazzjoni li kultant tasal biex tikxef il- konfidenzjalita' ta' dak li jkun.", "Per eżempju, nieħdu ċertifikat tal-mard li aħna t-tobba nagħmlu bħalu għexieren fil-ġimgħa.", "Għaliex għandek toqgħod tniżżel, ngħidu aħna, il-marda ta' dak li jkun?", "Tajjeb niftakru li dan se jgħaddi minn ħafna jdejn fid-dipartiment tas-servizzi soċjali u se jgaħddi minn ħafna idejn fuq il-post tax-xogħol peress li kopja tiegħu tmur ukoll għand l-imgħallem.", "L-Onor.", "Farrugia semma li mhux sewwa li t-tobba jniżżlu l-isem ta' min imur għandhom fuq l-irċevuti tal-VAT.", "Għaliex għandek toqgħod tniżżel min ġie għandek?", "Xi skop hemm li tniżżel isem fuq irċevuta tal-VAT?", "Jekk per eżempju tmur tixtri ftit perżut tal-grocer se joqgħod iniżżel ismek?", "Għax mbagħad bilfors niġu f'sitwazzjoni fejn il-gvern isir jaf kollox fuqek; x'inti tagħmel u x'm'intix.", "Anke f'affarijiet bażiċi.", "Għaliex għandek toqgħod tikteb li dan għandu vista tajba, kemm hi l-vista tiegħu u kemm jisma'; jew xi problemi għandu t-tali biex dan ikollu d-driving licence?", "Bniedem jew tajjeb biex isuq jew m'huwiex.", "Hekk għandhom ikunu l- affarijiet.", "L-istess biex tmur tixtri sempliċiment ftit skimmed milk mid- dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Dawn in-nies jifhmu fil-ħass u fil-basal u mhux fil-mard, pero' b'danakollu xorta waħda trid toqgħod tikteb x'marda għandu t-tali biex ikun jista' jmur jixtri ftit skimmed milk.", "Dwar iċ- ċertifikat ta' l-iskola hemm għalfejn toqgħod tikteb ukoll il-marda tat- tifel jew tifla u għaliex din ma tistax tmur skola?", "Dawn huma affarijiet li jispiċċaw f'idejn it-teacher.", "Se nsemmi każ sempliċi bħal per eżempju ċ-chickenpox.", "Ikun hemm każi meta t-tabib ikun jidhirlu li tifel għandu bżonn għaxart ijiem biex ifieq imbagħad tiġi t-teacher u tibgħatu lura d-dar għax tgħid li dan suppost idum tliet ġimgħat.", "Din tkun qalet hekk lill-ġenituri, u l-ġenituri mbagħad ħallihom igorru kontra dak it-tabib partikolari.", "Fi ftit kliem m'għandniex noqogħdu ngħidu li se nipproteġu d-data u fl-istess ħin nibqgħu nippermettu li ħafna data bla sens tibqa' tinkiteb fuq ċerti affarijiet.", "Għandek ukoll - u fl-opinjoni tiegħi din iktar importanti u ma tantx hija riflessa fil-liġi - li d-data trid tkun korretta kemm jista' jkun.", "Hekk għandu jkun.", "Għax meta din tkun skorretta tista' toħloq problemi enormi lill-persuna konċernata.", "Per eżempju, mhux darba jew tnejn ħarġu ċitazzjonijiet ta' karozzi - jien wieħed minnhom - li d-data li jkun hemm f'idejn l-awtoritajiet ma tkunx tajba.", "Hemm ċertu żmien, naħseb erba' jew ħames snin biex jirranġaw u jżommu l-affarijiet up-to-date għax mhux imbilli jkollok id-data, l-affarijiet trid iżżommhom up-to-date kontinwament.", "Kemm telgħu nies fuq ċitazzjonijiet li l-karozza lanqas biss kienet tagħhom?", "Kemm tisma' b'każi ta' pulizija li jmur iħabbat bieb bi żball għax ikollu indirizz ħażin u dan jaħsad lil dak li jkun?", "L-istess jgħodd għall-marixxalli tal-qorti.", "Dawn l-affarijiet kif se jirrimedjaw ruħhom?", "Mhux billi jkollna l-liġi.", "Jekk ikollok bniedem li intortament qed isofri minn żbalji ħtija ta' data żbaljata, dan x'rimedju se jieħu?", "Ir- rimedji li se jkollu huma li jrid joqgħod jieħu l-leave, jiġri l'hawn u l'hemm, imbagħad jispiċċa biex jgħidulu: Skużana, għandna data ħażina.", "Imbagħad wara kollox, min jista' jgħid jekk irranġawhielux?", "Għax x'jiswa li jkollok data importanti u din tintilef?", "X'jiswa li jkun hemm id-data fuqek fl-isptar imbagħad meta tmur tkellem lill-professur li tkun tinqeda bih jgħidulek li l-file tiegħek ma nstabx?", "Wieħed irid jifhem li file bħal dan għandu importanza kbira.", "Għalhekk, żgur li dak li jkun ma joħroġx sodisfatt u jista' jiddubita li t-trattament li jkun ingħata ma jkunx kif kellu jkun.", "Inkella s-soluzzjoni tkun li jgħidulek biex tmur darba oħra.", "F'każ bħal dan min se jagħmel tajjeb għal dawn l-affarijiet?", "Min se jagħmel tajjeb għal- leave li dak il-bniedem ikun tilef?", "Mhux darba jew tnejn li bniedem ikunu rawh fil-casualty, ikunu għamlulu file fuq l-injuries li jkollu wara ġlieda jew wara accident ta' karozza, u meta mbagħad imur jitlob iċ-ċertifikat għaliex forsi jinqalgħu xi kumplikazzjonijiet jgħidulu li l-file tiegħu jkun intilef.", "Issa jekk verament ikunx intilef, ma nafx, imma kulħadd jaf kemm tests jintilfu.", "Naħseb li inti, Mr Speaker, smajthom żgur dawn l- affarijiet.", "Mhux l-ewwel darba li wieħed jisma' lil xi ħadd jilmenta li mar l-isptar u qalulu li jkun mar għalxejn għax it-testijiet tiegħu jkunu ntilfu.", "Lanqas hi l-ewwel darba li jitħalltu testijiet ta' persuna ma' dawk ta' oħra.", "Sa X-rays ġieli ntilfu jew tħalltu.", "F'każi simili lil min se tfittex jekk inti jkollok tbati l-konsegwenzi ta' dawn l-iżbalji, lis- CGMO, lid-direttur?", "Dawn huma kollha problemi li narawhom ta' kuljum, li ilhom sejrin is-snin u missu ilna li rranġajnihom.", "U fl-opinjoni tiegħi mhux talli rranġajnihom talli dawn il-każi qegħdin jiżdiedu.", "Nieħdu l- income tax returns, Sur President.", "Jien naf b'werrieta li xi ħadd li jkun jiġi minnhom ikun miet u mbagħad wara sentejn jirċievu nota mingħand ta' l-income tax, jgħidulhom li r- returns tal-persuna li tkun mietet, ikunu ilhom ma jintbagħtu xi għaxar snin.", "Aktarx ikun ġara li r-returns fil-fatt ikunu ntbagħtu lid- diparitment, imma jkunu ntilfu.", "Meta jiġri hekk il-werrieta jkunu jridu jaraw kif se jagħmlu biex isolvu din is-sitwazzjoni.", "Dawn huma kollha affarijiet elementari.", "Inutli noqogħdu nsemmu affarijiet bombastiċi mbagħad affarijiet basiċi ma nsibux soluzzjonijiet għalihom.", "Każ ieħor li wieħed irid jirranġa hu dak dwar ir-returns tal-VAT u ta' l-income tax.", "Inti tmur titfa' r-return tiegħek ġo kaxxa u ħadd ma jagħtik irċevuta.", "Ma jkollokx x'turi li inti tkun qdejt dmirek imbagħad jgħaddi ftit taż-żmien u tibda tirċievi l-multi.", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, se jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR ADRIAN VASSALLO; Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tlieta, 14 ta' Novembru 2000, b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant'Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwna - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjoni u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ftit tal-ġranet ilu kelli l- opportunita' li nżur pajjiż barrani li b'xi mod jew ieħor għandu konnessjonijiet ma' pajjiżna.", "Qiegħed nirriferi għall-Awstralja, fejn hemmhekk hemm jgħixu eluf ta' Maltin, uħud minnhom emigraw minn jeddhom u oħrajn ġew sfurzati jemigraw.", "Hemm fosthom, nissogra ngħid, li ġew eżiljati lejn dak il-kontinent mbiegħed.", "Mr Speaker, flimkien mas Sur Joe Sammut, kandidat tal-Partit Laburista, u ma' hija l-Viċi-President tal-Partit Laburista, jiena kelli l-okkażjoni niltaqa' ma' diversi Maltin fl-Awstralja.", "Żorna diversi clubs tal-Maltin, iltqajna ma' kumitati tal-Maltin, u kellna ċ-ċans niddiskutu magħhom diversi problemi dwar ċittadinanza u affarijiet oħra konessi ma' l- emigranti inġenerali.", "Iltqajna anke ma' dinjitarji fil-gvernijiet statali u federali ta' dan il-kontinent.", "Bi pjaċir innotajt li minkejja s-snin twal 'il bogħod minn art twelidhom, minn dik l-art li tathom il-ħajja, ħafna minn dawn ħutna għadhom iħobbu bis-sħiħ lil pajjiżhom u għad għandhom demm Malti jiġri fil-vini tagħhom.", "U dan tarah ibaqbaq fihom minkejja li hemmhekk dawn jgħixu ma diversi gruppi etniċi oħra.", "L-Awstralja, kif nafu, hija magħmula minn popolazzjoni iffurmata minn diversi gruppi etniċi differenti minn madwar id-dinja imma dawn il-Maltin jorganizzaw ruħhom tant tajjeb li jżommu ħajja fosthom it-tradizzjonijiet u l-kultura ta' pajjiżna.", "Ħafna huma dawk li jagħmlu l-isforzi tagħhom biex jgħaddu lill-ġenerazzjonijiet ta' warajhom il-lingwa Maltija.", "Huma jagħmlu sforzi kbar u jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' diversi diffikultajiet ħafna drabi minħabba nuqqas ta' aċċess għal informazzjoni adegwata b'danakollu jagħmlu ħilithom biex iżommu ħajja l-identita' tagħhom.", "Mr Speaker, ikolli nistqarr kemm ħassejtni diżappuntat meta ltqajna ma' okkażjonijiet fejn kunsilli Maltin f'ċerti stati stqarrew magħna li meta rrikorrew għand il-gvern Malti biex jingħataw għajnuna huma sabu l-bibien magħluqin.", "Minkejja dan huma baqgħu jgħożżu l-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna ferm aktar milli ngħożżuhom aħna stess f'pajjiżna.", "Per eżempju fejn jidħlu attivitajiet kulturali u dak kollu li hu Malti, dawn, minkejja gruppi etniċi oħra kbar b'kulturi, b'lingwi u bi tradizzjonijiet differenti minn tagħhom, kienu kapaċi jżommu ħajja fosthom l-identita' tagħhom tant li għal dawn l-attivitajiet ikun hemm attendenzi sodisfaċenti ħafna.", "Dan juri kemm dawn ħutna mhux talli ma jibqgħux lura jew jirridikulaw attivitajiet simili - kif diżgrazzjatament jagħmlu ċerti nies fostna - imma huma jħossuhom kburin li jissapportjawhom.", "Din hi l-verita'.", "Irridu nammettu li f'Malta għandna min jistħi jitkellem bil-Malti u min jiħmar quddiem il- kultura u t-tradizzjonijiet tagħna forsi għax iħoss li aħna żgħar wisq ħdejn pajjiżi oħra.", "Dan hu ħażin, u ħutna l-emigranti ġewwa kontinent Awstraljan jagħtuna l-aqwa eżempju ta' xi jfisser tkun Malti.", "Għalhekk għandna nkunu kburin bl-emigranti tagħna, li minkejja ħafna diffikultajiet irnexxielhom iżommu ħajja l-karatteristika Maltija.", "Uħud mill-emigranti stqarrew magħna li huma qatt ma xtaqu jmorru jgħixu f'dak il-kontinent u kellhom jieħdu dak il-pass kontra qalbhom fis-snin sittin u fl-aħħar tal-ħamsinijiet.", "Ngħid għalija ħassejt għafsa ta' qalb meta smajthom jgħidu dan u nħossni żgur li m'humiex se jinsew lil min dak iż-żmien kien isejjaħ lill-emigrazzjoni bħala s-safety valve tal-pajjiż u b'kompliċita' mal-gvern Ingliż, flok ra kif għamel biex ġab ix-xogħol, flok ra kif kellu jħallas lura l-ġlieda li għamel il-poplu Malti fit-Tieni Gwerra Dinjija, għażel li jivvinta l-emigrazzjoni.", "Ma kenitx ħaġa sewwa li dawk li għal 200 sena sħaħ ħakmuna, għafsu kemm felħu fuqna u ħadu kulma setgħu imma mbagħad meta ġejna għall-fatti, mhux talli m'għenuniex imma talli bdew jitfgħu eluf 'il barra minn Malta bit-taparsi inċentivi tal- passaġġ b'xejn, ta' l-injection b'xejn u ta' ħames liri fil-but.", "Trid titkellem ma' dawn in-nies biex issir taf kemm batew ġo l-Awstralja sakemm draw u sakemm bnew ħajjithom mill-qiegħ nett.", "Sadanittant huma baqgħu jħobbu lil pajjiżhom xorta.", "Waħda mill-akbar sorpriżi li kelli kienet meta ltqajt ma' numru kbir ta' laburisti li rrakkontaw kif ġew sforzati biex jitilqu minn Malta u kif ġew iżolati mis-soċjeta' li tant ħadmu għaliha l-aktar fil-ġlieda għall-ħobż u għall-ħelsien f'pajjiżna meta sar l-istrajk ġenerali tat-28 ta' April 1958.", "Dawk in-nies li ġew arrestati jew b'xi mod kienu ntefgħu l-ħabs għaliex ħadu sehem f'dik il-ġlieda, li aħna lkoll illum qegħdin ingawdu minnha, iħossuhom ittraduti meta jiftakru li sadattant huma kienu ġew imkeċċija minn arthom bil-pulit.", "Hawn nieħu l-okkażjoni biex minn dan il-parlament insellem lil dawn in-nies ta' qalb kbira li b'rieda soda u b'determinazzjoni li ma jċedu quddiem xejn, kienu kapaċi jiġġieldu għal pajjiżhom u dan għamluh għax għalihom pajjiżhom jiġi verament l-ewwel u qabel kollox.", "Lil Malta dawn in-nies ma nsewhiex għalkemm illum jitkellmu ħafna fuq l-Awstralja.", "Ħafna minnhom waqqfu clubs organizzati u jien nixtieq nirringrazzjahom tal-paċenzja li ħadu jdawruna u jlaqqgħuna ma' tant membri tagħhom.", "Sħabi u jien ħadna gost naraw l-entużjażmu li għandhom imma mbagħad tiddiżappunta ruħek meta tisma li l-kunsill Malti ta' New South Wales - li tant jagħmel sforzi kbar biex imexxi skola tal-lingwa Maltija fost il- Maltin - sab il-bibien ma\\luqa meta talab l-għajnuna mill-Gvern Malti.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq somma ta' Lm5,000 meta pajjiżi oħra tant jgħinu lill-gruppi etniċi tagħhom f'dan il-pajjiż.", "Jiġifieri l-gvern irrifjuta li jgħin billi jagħti lil dan il-kunsill Lm5,000, biex imbagħad sirna nafu li l-gvern preżenti nefaq AUS 870,000 biex xtara ambaxxata ġdida ġewwa Canberra.", "Aħna kellna l-okkażjoni li narawha din l-ambaxxata u nista' ngħid li fil-lussu tiżboq lil ħafna ambaxxati ta' pajjiżi industrijalizzati li hemm ġewwa din il-belt.", "Imma aħna poplu li f'ċirkostanzi bħal dawn il- problema nsibuha meta niġu biex nagħtu għajnuna ta' dan it-tip, Mr Speaker.", "Imbagħad aktar tal-mistħija meta matul is-snin - dejjem taħt gvern Nazzjonalista - investiment mibgħut mill-Awstralja jintefa' ġox-shreader jew aħjar ġod-dustbin.", "Irrid ngħid ukoll li ltqajna ma' ħafna okkażjonijiet li sfortunatament jagħmlu għajb lill-poplu Malti.", "Forsi kien ikun aħjar kieku għedt lill-gvern Nazzjonalista Malti jinstab f'raqda nobis!", "U meta ngħidulu li jinsab rieqed raqda nobis ma nkunux qegħdin ngħidu hekk sempliċement biex inkunu għedna xi ħaġa imma għax hekk juru l-fatti.", "Insemmi, per eżempju - għalkemm din kienet ippubblikata qabel, imma se ngħidha xorta waħda - li għand l-MDC waslet talba dwar investiment ta' l- international casino u dawn lanqas biss taw kasha.", "Qegħdin nitkellmu dwar kumpannija li setgħet issettiljat ġo pajjiżna u li setgħet tħallielna miljuni kbar ta' liri.", "Imma xi ħadd rieqed raqda nobis fl-MDC ma tax kasha.", "Lanqas acknowledgement ma ta, qisu ma ġara xejn!", "Hekk sejrin l-affarijiet, Mr Speaker.", "Fl-opinjoni tiegħi, min fl-uffiċini jaġixxi b'dan il-mod ikun qiegħed jikkommetti att kriminali kontra l-interessi ta' pajjiżna.", "Proposta oħra li tħalliet bla risposta ta' xejn tikkonċerna l-programm tal-Magħtab.", "Tabilħaqq tistagħġeb tismagħhom dawn l-affarijiet meta nafu l- għatx għall-investiment barrani li hawn f'dan il-pajjiż.", "Peress li għandna gvern rieqed raqda nobis dawn l-okkażjonijiet jispiċċaw jisfumaw fix-xejn.", "Illum ftit għandi ħin biex nitkellem dwar dawn l-affarijiet imma 'l quddiem żgur li nelabora fuqhom ħalli naraw min hu tabilħaqq responsabbli ta' dan il-kriminu għall-ekonomija Maltija.", "Aħna li ninsabu f'dan il-parlament għandna ħidma x'inwettqu u daqstant ieħor min qiegħed fl-uffiċċini tiegħu.", "Dan għandu dover xi jwettaq xogħlu bl-akbar responsabbilta' fl-interess ta' pajjiżna, u allura m'għandux jaħrab mir-responsabbilta' tiegħu.", "Jakk jagħmel hekk, il-konsegwenzi jispiċċa jbatihom il-pajjiż u l-poplu Malti.", "Fl-Awstralja kellna okkażjoni niltaqgħu ma' nies li għandhom responsabbiltajiet kbar.", "Insemmi u nsellem minn hawn lill-ministru John Aquilina, li huwa ministru ta' New South Wales.", "Dan laqagħna f'Parliament House u tkellimna miegħu fit-tul.", "Iltqajna wkoll ma' Marianne Saliba li wkoll hija membru fil-parlament ta' New South Wales.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll membru parlamentari federali li huwa Malti li żorna u laqgħna tajjeb ħafna..", "Fl-Awstralja m'hijiex ċajta tkun membru parlamentari fil-federal parliament.", "Qed nirriferi għaż-żagħżugħ ta' 27 sena, Christian Zahra.", "Miegħu tkellimna fil-tul u ħadna gost naraw bniedem li lest jgħin lil pajjiżna ukoll meta donnha li ma teżisti l-ebda koperazzjoni min-naħa tagħna ma' nies bħal dawn, avolja dejjem ħarġuna ta' rġiel.", "Imma aħna għandna biżżejjed dejn.", "B'danakollu qisu li m'għandna bżonn ta' ħadd.", "Forsi għax issa moħħna biss fl-Ewropa li qed iġġegħilna nagħmlu liġijiet bħalma qegħdin nagħmlu u nibqgħu għaddejjin qisu kollox miexi sew!", "Mr Speaker, 'il quddiem għad nitkellem aktar fid-dettall dwar il- kwestjoni taċ-ċittadinanza doppja u kif l-emigranti Maltin huma diżappuntati bil-mod kif qed ikunu ttrattati bħalissa mill-Gvern Malti.", "Imma qabel nispiċċa nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nerġa' nsellem minn qiegħ qalbi lill-emigranti kollha Maltin imxerrdin f'diversi pajjiżi speċjalment dawk li kelli l-opportunita' niltaqa' magħhom fl-Awstralja.", "Nirringrazzjahom, għax minkejja li qegħdin 'il bogħod minn xtuthom dawngħadhom iħobbu lil pajjiżhom u għadhom kburin b'dak li jagħmilhom Maltin l-aktar fejn jidħlu t-tradizzjonijiet, il-kultura u l-lingwa Maltija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien se inkompli fuq in-nota li tkellem dwarha sieħbi, l-Onor.", "Joseph Cuschieri, iżda m'inix se mmur daqstant 'il bogħod imma se ndur lejn pajjiż ġar tagħna, il-Libja.", "Bla tlaqliq ta' xejn ngħid li huwa insult lejn dan il-parlament, lejn il- poplu Malti u lejn il-poplu ġar Libjan li jkollok ministru tal-gvern li jiddikjara li hu ma jafx, ma jirriżultalux u mhux informat dwar protokoll ta' koperazzjoni li jeżisti bejn pajjiżna u l-Libja fl-oqsma tal-biedja u s-sajd.", "Jien inqisu bħala insult għal din il-Kamra meta matul dawn is- sentejn jien għamilt kemm-il mistoqsija dwar dan il-protokoll kemm lill- ministru konċernat, jiġifieri lill-ministru għall-agrikoltura u sajd kif ukoll lill-ministru għall-affarijiet barranin.", "Wara riċerka li għamilt sibt li bejn is-seduta nru.", "73 u s-seduta nru.", "368 kien hemm 'il fuq minn 18-il mistoqsija min-naħa tiegħi dwar dan il-protokoll jew affarijiet li jirrelataw mal-koperazzjoni li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Għalija dan huwa tal-mistħija għaliex aħna nifhmu li n-naħa tal-gvern għandha l-obbligu li mhux biss iżżomm relazzjonijiet mill-qrib u diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, imma wkoll li tara kif b'mod iktar komuni tiżviluppa politika ekonomika li talbiħaqq tkun ta' ġid għaż-żewġ popli.", "Iva, fil-fehma tiegħi, dan in-nuqqas huwa ta' insult anke lejn l-ispirtu li dejjem kellna bejnietna aħna u l-poplu Libjan.", "Jien niskanta kif il- ministru konċernat lili ma weġibnix meta ddikjara fil-Kamra li l-istess uffiċjali li jien kont nuża meta kont ministru, ma nformawhx b'dan il- protokoll.", "Bir-rispett kollu jien ma nemminx li din hija verita' u nibqa' ninsisti sabiex il-ministru jiddikjara l-ismijiet ta' dawn l- uffiċjali ħalli jien nara kif dawn iddikjaraw li ma kenux informati meta kienu huma stess li attendew miegħi għad-diskussjonijiet in kwestjoni.", "Sur President, iktar kmieni llum jien ippreżentajtlek kopji ta' dan il- protokoll kif ukoll kopja tal-kontinwazzjonijiet ta' minuti li jirriflettu l-follow-up li kien qed isir mill-gvern preċedenti laburista bil-għan li jiġi kemm jista' jkun imwettaq dan il-protokoll ta' koperazzjoni fl-oqsma ta' l-agrikoltura u s-sajd bejn Malta u l-Libja.", "Kif is-Sedja tista' tara, dawk kienu inizjalati wkoll mir-rappreżentant ta' l-ambaxxata Maltija fil- Libja.", "Dan allura jikkonferma li x'imkien trid tingħata spjegazzjoni li tkun tabilħaqq kredibbli.", "Fl-imgħoddi l-ministru għall-agrikoltura u sajd dejjem għoġbu jikkritikani u jgħidli li jien ngħix f'dinja għalija waħdi u li nitkellem fuq affarijiet li ma jkunux veri.", "Din id-darba qed nitkellem bid-dokumenti u rrispettivament minn dak li jgħid hu, bħala bniedem jien ingawdi d-dinjita' ta' rappreżentant tal-poplu.", "F'dan il-parlament ingawdi wkoll id-dinjita' ta' kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni laburista għall- oqsma ta' l-agrikoltura u sajd f'pajjiżna.", "Għalhekk jien ninsisti li għandi ningħata spjegazzjoni 'l hemm mill-insulti, spjegazzjoni serja u kredibbli.", "Fost l-affarijiet li kien hemm miftiehma f'dan il-protokoll kien hemm ħwejjeġ li jaħsbu biex jinċentivaw l-opportunitajiet ta' impjiegi bejn il-Maltin f'Malta u l-Maltin ġewwa l-Libja.", "Aħna nafu li matul dawn l-aħħar għoxrin sena, grazzi għall-politika laburista, ħafna kienu dawk il-ħaddiema Maltin li kellhom esperjenza ta' xogħol fil-Libja.", "Dan għax f'dak il-pajjiż jeżistu opportunitajiet ta' xogħol b'kundizzjonijiet u b'pagi li huma aktar favorevoli minn dawk li hawn f'pajjiżna.", "Għandi nifhem li dan il-protokoll proprju kien intenzjonat biex issaħħaħ din it-tip ta' rabta barra milli kien jaħseb biex 'il quddiem iż-żewġ popli jifhmu l-importanza strateġika li għandhom.", "Iż- żewġ pajjiżi jridu bilfors jimportaw ħafna ikel minn barra.", "Malta għandha l- problema li m'għandhiex id-daqs territorjali biex tagħmel ċerti farms kbar u biex tiżviluppa ċerta prodottivita' agrikola.", "Mill-banda l-oħra l-Libja għandha art kbira ħafna u allura żgur li għandha din il-possibbilta'.", "Sur President, dan il-protokoll jitkellem ukoll dwar it-tarznari tagħna; jiġifieri, dwar kif it-tarzna kemm tat-tiswija u kemm tal-bini tal-vapuri - id-Drydocks u l-Malta Shipbuilding - jistgħu jservu bil-għan li jagħtu iktar servizz lil ċerti bżonnijiet ta' manutenzjoni li jkollhom ċerti fabbriki ta' l-ipproċessar u cold rooms fil-Libja fejn jinħażen l-ikel impurtat biex aktar tard li jiġi proċessat u prodott fil-Libja.", "Kien jinkludi anke l-manutenzjoni u l-bini ta' trawlers tas-sajd.", "Dan huwa ta' vantaġġ għat-tarznari tagħna kemm għax huma iktar ekonomikament vijabbli kif ukoll għaliex ma jinvolvux xogħol ta' periklu kif ġieli jinvolvu vapuri kbar bħal tankers li ħafna drabi nitilfu l-kompetittivita' tagħna minħabba l-ispiża addizjonali għal danger money.", "Il-firmatarju li miegħu jiena ffirmajt dan il-protokoll kien l-inġinier Abu Shanah, li dak iż-żmien kien segretarju tal-marine wealth tal-poplu Libjan u llum huwa l-viċi prim ministru tal-gvern fil-Libja.", "Kien ikun ta' vantaġġ kbir għalina kieku l-ministru għall-agrikoltura u sajd ħataf l- opportunita' u ddiskuta ma' Abu Shanah it-tip ta' pożizzjoni li jien għamilt riferenza għaliha fit-18-il mistoqsija parlamentari li għamilt kemm lilu u kemm lill-ministru għall-affarijiet barranin bejn is-seduti 73 u 368.", "Jien ma nemminx li aħna qegħdin hawnhekk biex noqogħdu nfixklu lil xulxin jew biex noqogħdu nitgħajjru.", "Għall-kuntrarju, jien nirrealizza li aħna qegħdin hawn biex inwettqu dmirna għall-ġid tal-poplu tagħna u tal- pajjiżi ta' madwarna.", "Mr Speaker, bis-saħħa ta' dan il-protokoll il-gvern preċedenti laburista, rnexxielu jġib 10,000 siġra pero' f'dawn l-aħħar sentejn ma kien hemm ebda ħjiel ta' diskussjoni għaddejja bejn il-ministeru Malti u l-gvern Libjan biex jinġiebu aktar siġar biex lil pajjiżna nagħmluh isbaħ.", "Dawn is-siġar kienu jgħinu mhux ftit fil-landscaping ta' l-areas kemm rurali kif ukoll urbani ta' pajjiżna.", "Barra minn dan illum fostna jiġu eluf ta' Libjani u dawn allura, bħall-bqija tal-Maltin, jieħdu gost li jaraw lil Malta tissebbaħ dejjem aktar.", "Sur President, għalija dan hu nsult lejn il-ħbiberija storika li teżisti bejn iż-żewġ popli.", "Huwa nsult ukoll lejn il-ħidma li wettaq il-gvern preċedenti laburista.", "Jekk xi ħadd jemmen tassew fil-ġid komuni u fis- suċess li pajjiżna għandu jkollu, m'għandux għalfejn joqgħod ipoġġi fil- lenti tiegħu x'għamel il-gvern preċedenti laburista u jipprova jwarrbu, jaħbih u jostru biex ma jurix kemm kien tabilħaqq qed jaħdem biex iġib 'il quddiem l-interessi tax-xogħol, tal-Maltin u ta' l-ekonomija tagħna.", "Aħna nemmnu li hemm bżonn ta' bidla fil-politika Maltija biex lil pajjiżna nagħmluh tabilħaqq Svizzera fil-Mediterran.", "Naturalment, dan il-protokoll ma kienx jaħseb biss biex isiru dawn ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' żviluppi, imma kien hemm anke joint-ventures u kien jaħseb ukoll biex numru ta' studenti Libjani jiġu jitħarrġu fiċ-ċentru ta' l-akwakultura tagħna.", "B'dan il-mod inkunu qed ngħinu lil dan il-pajjiż jisfrutta din it-tip ta' industrija li m'hemmx dubju taf toħloq opportunitajiet ta' impjiegi mhux biss fl-ibħra tagħna imma wkoll fl-ibħra ta' madwarna.", "Fil-ftit ħin li baqagħli nixtieq nagħmel osservazzjoni oħra.", "Jien kont nistenna li l-kwestjoni tal-prodotti ġenetikament modifikati kienet se tittieħed b'interess partiġġan loġiku u realistiku.", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li aħna nimpurtaw numru ta' prodotti ta' l-ikel u anke ta' żrieragħ li jistgħu jkunu genetically modified meta d-dinja kollha qiegħda tiddiskuti dawn il-bidliet u bħalissa għaddej forum kontinwu.", "Jien kemm-il darba nsistejt li l-gvern għandu juri l-pożizzjoni tiegħu b'mod ċar dwar il- prodotti ġenetikament modifikati.", "Għandu jara wkoll kif joħloq diskussjoni ħalli permezz tagħha nedukaw aktar lill-konsumaturi u lin-negozjanti filwaqt li nfissru x'inhuma l-policies li tabilħaqq jagħmlu l-iktar ġid lil pajjiżna.", "M'iniex qed ngħid dan biex nallarma lill-poplu li f'pajjiżna qegħdin jiġu impurtati xi prodotti li jistgħu jkunu ġenetikament modifikati pero' qed ninsisti mal-gvern li jgħid x'inhi l-policy tiegħu f'dan ir-rigward.", "Jekk hemm bżonn għandu jsir meeting inter-ministerjali bejn id-dipartiment ta' l-ambjent u dak ta' l-agrikoltura ħalli tkun magħrufa l-policy tal-gvern rigward dawn it-tip ta' prodotti.", "Huwa importanti li nkunu informati dwar dawn is-sistemi li tabiħaqq qegħdin jinkwetaw lill-familji madwar id-dinja kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta 14 ta' Novembru, 2000 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BEJJIEGĦA TAL-ĦUT", "20700.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa dak it-tibdil li jrid isir mill- bejjiegħa tal-ħut minħabba kwestjoni ta' saħħa msemmi f'paġna 131 ta' l- NPAA?", "Meta ġie spjegat lil dawn il-bejjiegħa dan it-tibdil?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tibdil li jrid isir minn kull min hu involut fil- bejgħ tal-ħut huwa bbażat fuq l-importanza li tigi mħarsa saħħet il- konsumatur.", "Dan ifisser li min jinnegozja l-ħut irid ikollu faċilitajiet ta' kif iżomm il-ħut f'temperatura kiesħa biż-żejjed li dan il-prodott jibqa f'kondizzjoni tajba biex jittiekel min-nies.", "GĦAJN TUFFIEĦA - BANJIJIET RUMANI", "20968.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ttieħdet id-deċiżjoni li l- familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mhix qed titħalla tieħu ħsieb iżjed tal-banjijiet rumani f'Għajn Tuffieħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ftehim li seta' eżista kien ma' persuna li mietet xi snin ilu, u ma hemm ebda evidenza għal xi ftehim ma' persuni oħra.", "Il-preżenza ta' din il-familja ġiet mitmuma wara li d-dipartiment tal-mużewijiet waslulu rapporti li bosta nies kien qed jitħallew jidħlu fuq is-sit u li kienu qed jinġabru flejjes għal dan.", "SKEJJEL - STUDENTI", "21042.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.", "20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra minn liema skejjel kienu ġejjin l-istudenti li marru Ħaġar Qim u Għar Dalam Cave and Museum, St Paul's Catacombs u Tarxien Temples?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istatistika tat-tfal skola skola ma' tinżammx.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "21047.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm għalliema fl- iskejjel primarji li qed jgħallmu l-ewwel klassi?", "Jistax jindika kemm minnhom huma fuq bażi każwali u kemm le, kemm hemm minnhom taħt it-30 sena, kemm minnhom qabżu t-30 sena iżda mhux l-35 sena, kemm qabżu l-35 sena izda mhux il-45 sena u kemm hemm minnhom fuq l-45 sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li:", "|1.", "Għalliema fl-iskejjel |160 | |primarji li qed jgħallmu | | |l-Ewwel klassi | | |2.", "Għalliema fuq bażi |Xejn | |każwali | | |3.", "Għalliema taħt it-30 | 57 | |sena | | |4.", "Għalliema li qabżu | 12 | |t-30 sena iżda mhux il-35| | |sena | | |5.", "Għalliema li qabżu | 11 | |l-35 sena iżda mhux il-45| | |sena | | |6.", "Għalliema fuq il-45 | 80 | |sena | |", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "21048.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jistax l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema u xi kwalifiki għandhom fl-iskola tal-junior lyceum Verdala, Bormla, kemm hemm studenti u f'liema klassijiet qedgħin, huwa possibbli li jiġi ndikat kemm hemm kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola u b'kemm żdidu tul dawn l-aħħar snin u cioe' 1998, 1999 u 2000?", "Huwiex wkoll possibbli li jiġi ndikat kemm flus f'manutenzjoni, eċċ., intefqu f'dawk is-snin 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola tal-junior lyceum, Verdala, Bormla hemm 65 għalliema, inkluż il-kap u l-assistenti kapijiet ta' l- iskola.", "Il-kwalifiki ta' dawn l-għalliema huma kif ġej:", "|Bachelor in Education |27 | |BA/PGCE |23 | |M.A. | 1| |Teachers Certificate |10 | |Pedagogy Course | 2| |Kwalifiki oħra | 2|", "F'din l-iskola hemm 579 student kif se nsemmi:", "|Form I |109 student f'4 | | |klassijiet | |Form II |138 student f'5 | | |klassijiet | |Form III|115 student f'5 | | |klassijiet | |Form IV |116 student f'6 | | |klassijiet | |Form V |101 student f'5 | | |kalssijiet |", "Informat ukoll li saru xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola tal-junior lyceum Verdala, Bormla bl-infiq kif se nsemmi:", "| 1998 | 1999 | 2000 | |Lm2,415 |Lm7,810 |Lm2,514 |", "L-informazzjoni dwar kotba fil-librerija għadha qed tinġabar.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "21050.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jistax l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm għalliema u x'kwalifiki għandhom fl-iskola ta' Lorenzo Gafa, Birgu?", "Kemm hemm studenti u f'liema klassijiet qegħdin, huwiex possibbli li jiġi ndikat kemm hemm kotba ġewwa l-librerija ta' l-iskola u b'kemm żdidu tul dawn l-aħħar snin u cioe' 1998, 1999 u 2000.", "Huwiex ukoll possibbli li jiġi ndikat kemm flus f'manutenzjoni, eċċ., intefqu f'dawk is-snin 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola sekondarja Lorenzo Gafa`, Birgu hemm 32 għalliema, inkluż il-kap u l-assistent kap ta' l-iskola.", "Il-kwalifiki ta' dawn l-għalliema huma dawn:", "|Bachelor in Education |12 | |BA/BSc/PGCE | 9| |Teachers Training Course | 3| |Pedagogy Course | 8|", "F'din l-iskola hemm 230 student kif se nsemmi:", "|Form I |54 student f'2 | | |klassijiet | |Form II |49 student f'2 | | |klassijiet | |Form III |35 student f'2 | | |klassijiet | |Form IV |61 student fi 3 | | |klassijiet | |Form V |31 student f'2 | | |klassijiet |", "Informat ukoll li saru xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola ta' Lorenzo Gafa`, Birgu, bl-infiq kif ġej:", "| 1998 | 1999 | 2000 | |Lm2,329 |Lm859 |Lm1,110 |", "L-informazzjoni dwar kotba fil-librerija għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAL AMBJENT", "21086.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u liema units, sezzjonijiet, eċċ., għandhom xogħol konness jew relatat mal- politika tal-gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-acquis?", "X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units, eċċ?", "X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units?", "Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?", "X'pagi, kondizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'hemmx dubju li s-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea se tiftaħ opportunitajiet ġodda anke ta' mpiegi fil-qasam ta' l-ambjent u minħabba f'hekk żgur li se jkun hemm il-ħtieġa li jitwaqqfu istituzzjonijiet ġodda fosthom l-aġenzija għall-ambjent, l-awtorita' ta' Malta tar-riżorsi kif ukoll units ġodda fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il- ministeru tiegħi.", "Dettalji dwar l-awtorita' ta' Malta għar-riżorsi diġa' ngħataw f'din il- Kamra waqt id-dibattitu dwar it-twaqqif ta' din l-awtorita'.", "Wieħed ikun jista' jitkellem aktar fid-dettall dwar it-twaqqif ta' l-aġenzija jew awtorita' għall-ambjent meta titressaq il-liġi għat-twaqqif tagħha fil- parlament.", "Dwar it-twaqqif ta' units ġodda dawn jiġu diterminati wara li jkun intemm il-proċess ta' negozjati dwar il-kapitlu fuq l-ambjent.", "MINISTERU GĦAL EDUKAZZJONI", "21087.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ifformati jew hemmx il-ħsieb li jiġu fformati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid- dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet, eċċ., għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl- addozzjoni ta' l-acquis?", "X'jisimhom jew x'se jkun jisimhom dawn il-units, eċċ?", "X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units?", "Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?", "X'pagi, kondizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "21088.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati, rata ta' parteċipazzjoni, lokal b'lokal, skola b'skola, f'Malta u f'Għawdex fejn saru l-elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi f'Ottubru 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar mill-iskejjel.", "ĦLASIJIET MILL-GVERN", "21089.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk sa l-aħħar ta' Ottubru 2000, kien hemm xi pendenza fil- ħlasijiet li jsiru mill-gvern lill-knisja dwar it-tmexxija ta' l-iskejjel tagħha li jitħallsu mill-vot tal-ministeru ta' l-edukazzjoni 16-4024?", "Jekk iva, kemm huma dawn il-pendenzi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob l-Onorevoli Membru jgħaddi din il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "TEŻOR - GARANZIJI - LETTERS OF COMFORT", "21090.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk mill-1 ta' Jannar, 2000 kienx hemm garanziji u/jew letters of comfort li ħarġu mit-Teżor?", "Jekk iva, jista' jagħti lista ta' dawn il-garanziji letters of comfort, il-valuri tagħhom u l-entitajiet li kienu nvoluti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru.", "19383 f'seduta 375 illi fiha kont tajt id-dettalji kollha sena b'sena tal-garanziji u letters of comfort li għandu l-gvern mal-banek.", "Qiegħed nagħmel l-updating ta' din il-lista biex għas-sena 2000 ngħati l- pożizzjoni dettaljata u hekk ikun hemm iktar stampa ċara tal-movimenti minn Jannar sal-lum billi xi self jiġi riorganizzat jew amalgamat flimkien.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista għall-perjodu 1996 sas-sena 2000.", "ENEMALTA", "21091.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Meta l-Enemalta m'għandhiex 3 phase cable u arloġġi, jista' l- Ministru jgħid kif għadha taċċetta applikazzjonijiet u l-ħlas ta' Lm 210 għal dawn il-servizzi?", "Kemm hemm applikazzjonijiet minn dawn?", "Meta se jiġu sodisfatti dawn il-bidliet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li kull applikant li għamel talba għal meter tat-three phase u t-talba għadha pendenti, ser jingħata s- servizz sa nofs Diċembru li ġej.", "Dan ikun possibbli jekk l-estensjonijiet mitluba ma jkunux jinħtieġu li jitwaħħlu arbli jew isiru trinek.", "F'każijiet bħal dawn ikun meħtieġ aktar żmien minħabba proċeduri oħra.", "ENEMALTA - ARLOĠĠI", "21092.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Enemalta lanqas għandha arloġġi tat- 3 phrase xi twaħħal?", "Jekk inhu hekk, kif spiċċat mingħajr dawn l-arloġġi u meta se jkollha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li konsenja ta' 1,300 meter li waslet fi Frar li għadda u li normalment tieħu sena biex tispiċċa, kważi spiċċat ix-xahar li għadda.", "Fil-bidu ta' Novembru waslet konsenja żgħira ta' 260 meter u hemm konsenja oħra ta' 2,000 meter li mistennija tasal lejn l-aħħar tas-sena.", "Naturalment peress li diversi konsumaturi, anke fis-settur domestiku, qiegħdin jaqilbu għas-sistema tat-three phase, l-istock ta' dawn it-tip ta' meters qiegħed jispiċċa aktar malajr.", "Diġa ittieħdu l-passi meħtieġa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata u b'hekk il-pubbliku jkompli jinqeda."]} {"filename": "20001011_390d_par.doc", "date": "2000-10-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 390 L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 390", "L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "390", "L-Erbgħa, 11 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 340", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 340", "TQEGĦID TA' KARTI 345", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA' ARTIJIET (L-EWWEL QARI) 345", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ", "IL-POST TAX-XOGĦOL(IT-TIENI QARI)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (SECOND READING) 346", "AGGORNAMENT 364", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 369", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 389 li saret fl-10 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI ĠODDA", "19097.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda maċ- ċivil u korpi parastatali minn Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li bejn Settembru 1998 u l-aħħar ta' Awissu 2000 ġew impjegati 1839 ħaddiem ġdid mas-servizz pubbliku.", "Fl-entitajiet governattivi li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi tul l-istess perijodu ġew impjegati 77 ħaddiem ġdid.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta' l-impjegati u l-grad tagħhom.", "ST.", "JAMES HOSPITAL - MRI SCAN", "19535.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru MRI scans f'St. James f'Ħaż-Żabbar bejn l-1997 u l-2000?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): In-numru ta' pazjenti li ntbagħtu f'St James għal MRI scan kien hekk: 225 fl-1997, 328 fl-1998, 485 fl-1999 u 162 fis-sena 2000, total ta' 1200.", "(Interruzzjonijiet)", "Nista' ngħid li minn mindu bdew isiru l-MRI scans fl-Isptar San Luqa, cioe' mill-11 ta' April ta' din is-sena sat-3 ta' Ottubru, saru 832 proċedura.", "Meta ngħid proċedura nkun qed infisser li jekk pazjent ikollu bżonn scan ta' rasu u ieħor ta' dahru, dawk jitqiesu bħala żewġ proċeduri differenti.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Allura b'riżultat t'hekk bdiet tonqos il-waiting- list jew għadna fejn konna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid niċċara li meta kienu jsiru l-MRI scans fil-privat dejjem kien hemm ċertu limitu li ma stajniex naqbżu u fil- fatt l-average totali kien ta' bejn il-25 u t-30 fix-xahar.", "Trid ukoll iżżomm quddiem għajnejk li meta tiġi biex toffri proċedura ġdida l-ewwel tkun trid teħles mill-backlog - u ċertament li kien hemm backlog - imma mhux hekk biss għax anke talbiet ġodda jibdew deħlin b'ritmu ħafna aktar mgħaġġel.", "Barra minn hekk l-MRI scan huwa xi ħaġa sofistikata ħafna u r-riżultati ma tistax takkwistahom billi tagħmel testijiet ordinarji u allura jkun hemm it-tendenza li għal kull ħaġa ta' xejn jintalab dan is-servizz.", "Kien għalhekk li meta bdejna nħaddmu l-MRI scan, daħħalna ċerti protokolli biex naraw li t-talbiet ikunu ġustifikati.", "Hemm limitu kemm tista' tuża dan is- servizz kemm minħabba l-istaff kif ukoll minħabba l-limitazzjoni fit- tħaddim ta' l-apparat stess.", "Jiena kont għedt mall-ewwel li bl- introduzzjoni ta' dan is-servizz m'aħniex se neliminaw il-waiting list imma pjuttost se nżiduha, kif jiġri kull meta nintroduċu proċedura ġdida.", "Per eżempju, meta kienu jsiru l-operazzjonijiet tal-qalb - kulħadd jiftakar li dawn kienu jsiru barra minn pajjiżna u kienu jkunu limitati - konna nibdew nagħmlu l-investigazzjoni minn kmieni biex nidentifikaw min għandu bżonn jagħmel il-bypass.", "Fil-fatt illum qegħdin isiru madwar 1,700 operazzjoni, fejn qabel konna nagħmlu mal-100 operazzjoni fis-sena.", "Anke fil-każ ta' operazzjonijiet oħrajn li qabel ma kenux available, bħal fil-każ tal-hip jew knee replacement, kien ikollna backlog mhux ħażin u għad għandna waiting-list twila.", "Għalhekk naħseb illi jagħmel sens li jkollna dawn il-protokolli biex niżguraw li dawk il-każi li jsirilhom l-MRI scan, naqduhom fl-iqsar żmien possibbli.", "AVJAZZJONI ĊIVILI - TRANSFERS", "19212.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili?", "Jista' jagħti r- raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 ħaddiem wieħed biss ġie ttrasferit.", "Dan il-ħaddiem kien għażel li jibqa' mal-gvern wara l-1 ta' Mejju, 1998 iżda kien baqa' jagħmel xogħol ma' l-MIA sa Marzu 2000.", "F'dan l-istess perijodu l-MIA plc iddikjarat li ma kellhiex aktar bżonn tas-servizzi tiegħu u peress li ma kienx hemm xogħol għalih fid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, dan ġie ttrasferit f'dipartiment ieħor tal-gvern.", "GARAXX TAL-GVERN - ĦADDIEMA ĠODDA", "19213.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-garaxx tal-gvern mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li ma' ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-garaxx tal-gvern bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Jirriżultalu l-Ministru li fil-garaxx tal-gvern hemm talba pendenti biex jiġu mpjegati aktar nies b'ċertu skills partikolari sabiex ix-xogħol ikun jista' jitħaffef u ma jkunx hemm backlog?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni fil- file u allura nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub lill-ministru konċernat.", "PTA - TRANSFERS", "19214.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tal-public transprt authority?", "Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li ma ngħataw l-ebda trasferimenti mill-5 ta` Jannar sal-10 ta` Settembru 2000 lill-ħaddiema ta` l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku.", "SERVIZZ ĊIVILI - TRANSFERS", "19215.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill- 5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema?", "Jista' jagħti r- raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fis-servizz pubbliku ġew approvati 122 transfer mill-management and personnel office bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000.", "Dawn jikkonċernaw ċaqliq ta' nies minn ministeru għall-ieħor u r-raġunijiet għalihom kienu hekk: 94 fuq talba ta' l-impjegati stess, 21 minħabba esiġenzi tas-servizz, u sebgħa biex l- impjegati jaħdmu fis-segretarjati privati ta' ministri jew segretarji parlamentari.", "Ingħataw tliet transfers minn dipartiment għal ieħor fl-uffiċċju tiegħi tul l-istess perijodu; wieħed kien għas-segretarjat privat, wieħed fuq esiġenzi tas-servizz u l-ieħor fuq għażla ta' l-impjegat.", "Tagħrif dwar transfers li ngħataw minn dipartiment għal ieħor f'ministeri oħra bl-approvazzjoni tas-segretarji permanenti rispettivi għandu jintalab mill-ministri kkonċernati.", "It-trasferiment ta' ħaddiema fis-servizz pubbliku huwa proċess kontinwu u jsir kemm għall-ġid tas-servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.", "AFM - TRANSFERS", "19216.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill- 5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-AFM?", "Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fil-perijodu bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 kien hemm 83 posting bejn reġiment u ieħor u 58 posting bejn kumpanniji fl-istess reġiment.", "Kien hemm ukoll trasferiment ta' għaxar ħaddiema pajżana mill-forzi armati għal ma' dipartimenti tal-gvern, u tlieta minn dipartimenti tal-gvern għal mal- forzi armati.", "Rigward il-mistoqsijiet l-oħra, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "12487 f'seduta nru.", "239.", "PTA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19217.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-awtorita' tat-trasport pubbliku mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li żewġ ħaddiema mas-servizz pubbliku ġew trasferiti ma' l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku bħala transport assistants b'effett mill-1 t'Awissu, 2000.", "Dan sar wara sejħa għal applikazzjonijiet permezz ta' ċirkolari Nru. 1/2000 maħruġa mill-management and personnel office ta' l-uffiċċju tal-prim ministru.", "KOMUNITA' ISLAMIKA - ĊIMITERJU", "19690.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformani bl-iżviluppi dwar l-art li fuqha mistenni li jinbena ċimiterju għall-komunita' Islamika f'Malta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi l-art li fuqha mistenni jsir ċimiterju għall-komunita` Islamika f`Malta diġa` ġiet identifikata u bħalissa qed jiġi ffinalizzat il-ftehim li se jiġi ffirmat fil-futur qarib.", "KOMUNITA' ISLAMIKA - ĊIMITERJU", "19691.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformani bl-iżviluppi tat-talba tal-komunita' Islamika f'Malta sabiex jinbena ċimiterju għall-komunita' msemmija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjoni dwar sit għall-bżonnijiet tal-komunita' Islamika bħala ċimiterju ġiet ikkonsidrata mill-general services board, fejn ġie deċiż li ma hemm l-ebda oġġezzjoni għal din l-applikazzjoni fir-rigward tas-saħħa pubblika.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li tali mistoqsija tiġi riferuta lill-ministru responsabbli mill-awtorita' ta' l-ippjanar peress li hemm il-bżonn ta' approvazzjoni mit-tali awtorita'.", "OMMIJIET XEBBIET - CHILDREN ALLOWANCE", "19692.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' ommijiet xebbiet li bdew jieħdu għall-ewwel darba ċ-children allowance matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' ommijiet xebbiet li matul l-istess perijodu rreġistraw talba għaċ-children allowance għaliex kellhom aktar tfal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rata ta' l-allowance ma tiddependix mill-istat ċivili ta' min japplika iżda mid-dħul finanzjarju fis-sena ta' qabel u min-numru ta' tfal li għandu fil-kustodja effettiva tiegħu.", "Nista' ngħid ukoll li qatt ma nħasset il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kif huma mqassmin dawk kollha li japplikaw għall-allowance tat-tfal għall- ewwel darba jew għax ikollhom tfal oħra.", "Fil-formola ta' l-applikazzjoni ma jkunx hemm din l-indikazzjoni u allura ma tiġix recorded fid-database tad-dipartiment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Billi jidher li din is-sitwazzjoni għadha fi stadju ta' żvilupp, ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li jkun aħjar li fuq il- formola ta' applikazzjoni ninkludu ċerti dettalji speċifiċi, ħalli d-data tkun anke tista' tintuża minn organizzazzjonijiet volontarji allura jkunu f'pożizzjoni aħjar li jaraw kif jistgħu jagħtu xi forma ta' support lil dawn l-ommijiet xebbiet?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jiena nixtieq li jkolli l-informazzjoni kollha kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Membru, pero' fl-istess ħin irrid nibbilanċja ma' bżonn ieħor li jinħass b'mod evidentissimu fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Is-sistemi li għandna - fejn l-informazzjoni tintalab mingħand l-individwu u jintużaw formoli kontra formoli - huma kkomplikati b'mod inkredibbli u allura qegħdin naraw nistgħux nissimplifikawhom.", "Jiena naħseb li l-ewwelnett irridu nissimplifikaw il-liġi tas-sigurta' soċjali billi nagħmlu steamlining qawwi ta' ċerti affarijiet li huma komuni bejn il-benefiċċji kollha.", "Nemmen li ċerti benefiċċji għandhom jiġu assorbiti f'benefiċċji oħrajn biex nissimplifikaw il-proċedura u nagħmlu l- proċess aktar mifhum mill-pubbliku in ġenerali għax mhux sew li f'dipartiment tispiċċa jkollok erba' persuni biss li jkunu tekniċi.", "Naturalment jekk lill-benefiċjarji titlobhom informazzjoni li teknikament ma jkollha x'taqsam xejn mal-benefiċċju li jkunu qed jitolbu tista' toħloq dilemma - jiġifieri minn banda dik l-informazzjoni tista' tkun utli ħafna għall-analisi tal-qagħda soċjali fuq livell nazzjonali, pero' mill-banda l- oħra ma tkunx rilevanti għall-benefiċċju partikolari; per eżempju, f'dan il-każ m'huwiex relevanti jekk min qed japplika għaċ-children allowance tkunx omm xebba jew omm miżżewġa - u allura rridu naraw jekk meta nitolbu ċerta informazzjoni nkunux qed nikkomplikaw aktar l-affarijiet.", "S'issa l-parir li qed ningħata huwa li ma jaqbilx li nikkomplikaw iżjed is-sitwazzjoni u allura din l-informazzjoni partikolari li hija importantissima, se nippruvaw inġibuha minn sorsi oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Naturalment iċ-children allowance tingħata biex it- tfal ikollhom upbringing tajjeb, iżda lili jirriżultali li għalkemm numru ta' ommijiet xebbiet jirrikorru għand id-dipartiment biex jesprimu d- diffikultajiet soċjali li jiltaqgħu magħhom, min-naħa tad-dipartiment dawn l-ommijiet m'humiex qed jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.", "Għalhekk nemmen li għandna naħsbu f'xi sistema oħra biex niġbru dan it-tip ta' tagħrif li permezz tiegħu d-dipartiment ikun jista' jindirizza l-veru bżonnijiet soċjali ta' dawn l-ommijiet xebbiet.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Jekk qed nifhem sew, l-Onor.", "Farrugia qed jgħid li meta omm xebba jkollha t-tieni u t-tielet tarbija m'hijiex qed issib appoġġ mid-dipartiment.", "Fil-fatt is-sistema mhux hekk taħdem.", "Jekk tkunx omm xebba jew omm miżżewġa ma tagħmel l-ebda differenza u l-proċedura f'dan is- sens hija sempliċi.", "Meta tapplika għaċ-children allowance, l-omm trid tindika fl-applikazzjoni jekk hijiex tapplika għall-ewwel, għat-tieni jew għat-tielet tarbija, tagħmel dikjarazzjoni tad-dħul li kellha matul is-sena ta' qabel, u mbagħad il-komputazzjoni tinħadem b'mod awtomatiku u m'hijiex xi ħaġa fid-diskrezzjoni tad-dipartiment.", "L-equation ta' l-ammont ta' flus li bniedem ħaqqu jieħu bħala children allowance jiddependi fuq kemm għandu tfal u fuq l-income li jkollu.", "Infatti li qed nippruvaw nagħmlu bħalissa hu li l-proċess nagħmluh aktar awtomatiku.", "Proprju fil-ġranet li ġejjin se ssir laqgħa mal-kummissarju tat-taxxi interni biex naraw nistgħux insibu metodu kif nevitaw il-komplikazzjonijiet kbar li jkollna għal ħabta ta' Mejju u Ġunju meta 45,000 ruħ imorru biex jimlew l-applikazzjonijiet u jagħtu d-dettalji tagħhom.", "Qed naraw nistgħux inħeffu parti minn dak il-proċess billi nġibu l-informazzjoni direttament mingħand il-kummissarju tat-taxxi interni, din tiġi ċċekkjata elettronikament ma' informazzjoni oħra - dwar id-dħul u l-assi kapitali ta' dak li jkun - u awtomatikament jinħadem il-benefiċċju.", "Aħna qed nippruvaw nużaw policy li biha l-benefiċċju jkun maħdum tajjeb u mhux wara li jingħata niskopru li d-dikjarazzjoni kienet żbaljata jew falza, jew id- dipartiment ikun għamel żball u mbagħad ikollok tgħaddi minn battikata sħiħa biex tiġbor il-flus lura.", "Dan huwa proċess sempliċi u awtomatiku li bih il-benefiċċju jinħadem b'mod awtomatiku u jingħata lill-persuna li tkun intitolata għalih.", "Assolutament m'hijiex kwestjoni ta' appoġġ jew mhux appoġġ lil ommijiet xebbiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar id-dipartiment taż-żgħażagħ u sports u persuni li jokkupaw karigi fi ħdan l-istess dipartiment, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19847; u", "Lista li turi l-membri tal-kumitati maħtura sabiex jorganizzaw il- logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li se jsiru f'Malta fis-sena 2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19854.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru Joe Borg.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA' ARTIJIET", "ONOR JOE BORG: F'isem il-Ministru ta' l-Intern, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Amministrazzjoni ta' Artijiet tal- Gvern\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar l- Amministrazzjoni ta' Artijiet tal-Gvern'' ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Ottubru, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li din hija waħda mil-liġijiet li f'din il-Kamra kulħadd jaqbel ma' l-għanijiet tagħha għax qed nitkellmu dwar is-fuq sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Però l-oppożizzjoni diġà rreġistrat li ma tistax tifhem għalfejn hemm bżonn li nwaqqfu awtorità biex intejbu s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Ma tantx trid wisq biex tinduna li l-iskop veru ta' din il-liġi huwa biex il-gvern jagħmel il- bidliet leġislattivi meħtieġa ħalli s-sistemi u r-regoli ta' pajjiżna jkunu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien nista' nsemmi ċerti inċidenti, uħud minnhom fatali, li għaddew minnhom il-ħaddiema, partikolarment dawk li jaħdmu fid-dipartimenti tal- gvern, li minkejja li jeżistu ċerti obbligi li jirregolaw is-sigurtà fuq il- post tax-xogħol, xorta rriżulta li kien hemm nuqqasijiet u fil-fatt sal-lum għad hemm nuqqasijiet.", "Se nsemmi dawn l-inċidenti sabiex noħroġ iktar l- argument ta' l-oppożizzjoni li hija ħrafa li biex intejbu s-sigurtà fuq il- post tax-xogħol hemm għalfejn noqogħdu nidħlu fi spiża biex issir awtorità.", "Kieku kellna nagħmlu analisi sobrija ta' ċerti rapporti u inkjesti li saru, wieħed jista' b'mod iktar organizzat u mingħajr ħafna diskors retoriku jwettaq bidliet li verament jindirizzaw is-sigurtà fuq il-post tax- xogħol u forsi ma narawx aktar ħaddiema jbatu u agħar minn hekk jitilfu ħajjithom.", "Mr Speaker, inċident traġiku li naħseb għadu frisk fil-memorja tad- deputati ta' din il-Kamra kien taż-żagħżugħ Kevin Vella, li f'Ġunju ta' l- 1991 kien waqa' fil-bitħa ta' dan il-palazz u ta' età żgħira tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol.", "Jien naf il-ġenituri tiegħu u nista' nifhem x'ħassew huma u x'ħassew sħabu dakinhar.", "Jiddispjaċini ngħid li minkejja li ġara dan l-inċident traġiku, li minħabba l-esiġenzi tas-servizz - almenu hekk jingħad - żagħżugħ tqabbad jagħmel xogħol li ma kienx tal-grad tiegħu u spiċċa biex waqa' minn għoli ta' 40 pied u tilef ħajtu, sal-lum għadna ma nafux x'inhi l-pożizzjoni ta' ħaddiema oħra bħalu f'każ li jitqabbdu jagħmlu xogħol li ma jkunx tal-grad tagħhom u jispiċċaw ikorru.", "J'Alla ma jkollniex inċidenti fatali imma jkun xi jkun l-inċident, dan huwa suġġett li aħna rridu nittrattaw bis-serejtà.", "Is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol m'hijiex kwestjoni ta' awtorità imma hija kwestjoni ta' responsabbiltà, li ma nħallux kollox jibqa' għaddej u l-mejjet jieħu t-tort, bil-familjari u l- ġenituri jbatu l-konsegwenzi b'sofferenza tremenda.", "Jiddispjaċini ngħid li minkejja li kien ġara dan l-inċident traġiku, għadni nara ċerti xogħlijiet isiru fil-bitħa tal-palazz fejn ftit jittieħdu miżuri ta' sigurtà biex dawn il-ħaddiema jkunu protetti waqt li jkunu qed jagħmlu x- xogħlijiet.", "Din hija xi ħaġa li għandha tmiss il-kuxjenza ta' kulħadd, l- iktar tal-ministru responsabbli minn dan id-dekasteru.", "Sur President, bl-ebda mod ma rrid nitfa' dell ikrah fuq il-ministru tal- lum, però hemm bżonn nirrealizzaw li dawn l-affarijiet ġraw - u qed ikomplu jiġru - u m'aħniex nifhmu l-urġenza li nindirizzaw is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk m'hemmx din il-kuxjenza biex nagħmlu l-bidliet neċessarji fir-regolamenti u jinxtara l-equipment biex dawn il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ikollhom protezzjoni, ikun inutli li nwaqqfu din l-awtorità.", "Qed nitkellem fuq il-palazz għax kif jgħidu l-Ingliżi charity begins at home.", "Per eżempju, darba filgħodu skantajt meta rajt electricians jiġru fuq is-soffitt li għandna f'din il-Kamra biex jibdlu t-tubi.", "Tajjeb li jkun hawn xi sistema ta' high-up biex meta jkun hemm bżonn jinbidel xi tubu l-ħaddiem ma jkollux għalfejn jieħu s-sogru li jitla' jimxi fuq dawn is- soffitti.", "Dawn huma affarijiet li jekk min hu responsabbli mhux se jifhem li rridu ninvestu fis-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u billi jkollna l- għodda neċessarja, jiddispjaċini ngħid li jkun inutli li naħsbu li permezz ta' awtoritajiet bħal dawn se nibdlu l-mentalità u tibda tittieħed azzjoni.", "Nikkondividi dak li qal il-kelliemi ewlieni tal-Partit Laburista għall- edukazzjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo, fis-sens li hemm bżonn nedukaw lit- tfal tagħna minn età żgħira.", "Fi żmien il-gvern Laburista, b'koperazzjoni bejn il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-ministeru ta' l-agrikoltura, konna kkordinajna l-programm hands-on farming biex it-tfal ta' l-iskejjel sekondarji ikollhom esperjenza first-hand tal-biedja u tat-trobbija ta' l- annimali domestiċi kif ukoll annimali ta' produzzjoni.", "Il-biedja hija vasta għaliex apparti t-trobbija ta' l-annimali għall-produzzjoni tal-laħam u tal-ħalib u prodotti tagħhom, hemm ħafna setturi li huma relatati mal- biedja, fosthom il-bejjiegħa tal-laħam u dawk tal-pet shops.", "Ma nafx kemm jingħata biżżejjed appoġġ lil dawn is-self-employed biex tkun imħarsa s- sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Għalhekk il-gvern preċedenti Laburista kellu l-għan li barra li jniedi programm ta' hands-on farming, jgħallem lill-istudenti Maltin dwar is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ħalli meta għada pitgħada dawn l-istudenti jkunu ħaddiema f'dan is-settur, ikunu jafu kif jipproteġu lilhom infushom.", "Naturalment, apparti fis-setturi li diġà semmejt, wieħed jeħtieġ ikun aġġornat dwar is-sigurtà fuq il-post tax- xogħol anke fil-qasam tas-sajjieda, tar-raħħala jew ħaddiema fl-ipproċessar ta' l-ikel.", "Nixtieq nenfasizza kemm huwa importanti li dan ix-xogħol jitkompla.", "Jien ma nafx jekk għadhomx isiru laqgħat regolari kif kienu jsiru bejn l-istitut ta' l-agrikoltura ta' l-università u d-dipartiment ta' l-agrikoltura u d- dipartiment ta' l-edukazzjoni biex jiġi diskuss kif jistgħu jitwettqu programmi ta' edukazzjoni ta' dan it-tip li semmejt.", "Qed insemmi din ir- realtà prattika biex noħroġ il-punt tal-kritika li qed tagħmel l- oppożizzjoni li biex nagħmlu dawn il-bidliet u norganizzaw dawn l- istrutturi, m'hemmx għalfejn noqogħdu nisparpaljaw flus il-poplu biex inwaqqfu awtorità meta nistgħu nonfquhom għal affarijiet li jagħmlu ħafna iktar sens.", "Per eżempju, hemm avviż legali, jidhirli ta' l-1983, li jgħid li r-raħħala li jieħdu ħsieb it-tjur u l-bhejjem iridu jieħdu t-tilqim kontra t-tetnu minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.", "Barra minn hekk, permezz ta' l-istess l-avviż legali huma marbuta li jieħdu wkoll booster injection kull ħames snin, imma jiddispjaċini ngħid li mill-1993 'l hawn dawn l-affarijiet ma baqgħux jiġu mgħarrfa lill-bdiewa u lir-raħħala.", "Qed ngħid hekk bl-ebda kritika lejn ħadd imma biex nuri kemm huwa importanti li flok ninvestu fl-abbozzi li jwaqqfu awtoritajiet, insaħħu dak li diġà jeżisti fejn tidħol is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-ħajja ta' kuljum.", "Illum rari tisma' koperativi kemm tal-bdiewa kif ukoll tar-raħħala li josservaw ir-regolamenti dwar is-sigurtà tal-ħaddiema fis-settur tal-biedja li, nerġa' ngħid, jinkludi firxa wiesgħa ta' ħaddiema self-employed f'oqsma anċillari għal dik l-industrija, u anke ġo fabbriki tal-produzzjoni u l- ippakkjar ta' prodotti ta' l-ikel.", "Jekk inħarsu lejn l-istatistika bejn l-1979 u l-1998, insibu li minn 3,201 ħaddiem li kienu jaħdmu fl-industrija tal-preparazzjoni ta' l-ikel, kien hemm 250 inċident fuq il-post tax-xogħol.", "Fl-opinjoni tiegħi fl- industrija tal-preparazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel ma jsirux inkjesti bis-serjetà bil-għan li jitqiegħed ċertu apparat protettiv fuq il-post tax- xogħol.", "Irridu naraw li kulħadd jimxi mar-regolamenti li titlob is- sigurtà.", "Waħda mill-affarijiet li kont ninnota kienet li f'uħud mill- kumpanniji li jippreparaw l-ikel ikollhom bżonn jixtru, per eżempju, l- ingwanti biex iqattgħu t-tiġieġ.", "U għal raġunijiet ekonomiċi minflok jixtru ngwanti li huma ta' kwalità tajba biex il-ħaddiema jipproteġu lilhom infushom, insibu li jinxtraw ingwanti inferjuri għaliex orħos.", "Allura meta jinqala' inċident il-management ikun kopert li huwa qed jobdi r-regolamenti ta' safety għaliex il-ħaddiem għandu l-ingwanti, però jirriżulta li l- ingwanti ma jkunux up to standard biex jipproteġu tajjeb lill-ħaddiema.", "Dan qed ngħidu biex niġbed l-attenzjoni li l-osservazzjoni ta' dawn ir- regolamenti ta' safety hija marbuta mas-sens ta' responsabilità li għandu jkollu l-employer iktar milli biex wieħed jobdi l-liġijiet.", "Nerġa' ngħid li jekk aħna konvinti minn dawn l-affarijiet m'hemmx bżonn noqogħdu niddiskutu biex inwaqqfu awtorità, imma rridu nieħdu dawn il-miżuri bis- serjetà.", "Mr Speaker, dawn in-nuqqasijiet ma jeżistux biss fl-industrija tal- preparazzjoni ta' l-ikel imma jeżistu f'ħafna postijiet oħrajn, u dawn l- affarijiet m'għandhomx jiġru f'pajjiżna.", "Per eżempju, għal xi snin f'pajjiżna kienu jidħlu helmets li jintużaw mis-sewwieqa tal-muturi u anke mil-pulizija tat-traffiku, helmets li ma kenux up to standard.", "Allura kien jiġri li postman jew pulizija li qed jaqdi dmiru jkollu helmet li effettivament ma jindirizzax il-bżonnijiet ta' din il-kategorija ta' ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Jien għalhekk ngħid li dawn l-affarijiet iridu jiġu trattati b'iktar serjetà.", "Per eżempju, ma tingħatax edukazzjoni biżżejjed kif għandhom jintlibsu dawn il-helmets, fis-sens li meta jintlibes il-helmet għandu jinżamm magħluq.", "Għadni sal-lum nara kemm postmen u kultant anke pulizija tat-traffiku li jkunu qed isuqu biċ-ċinga tal-helmet maħlula.", "Din hija xi ħaġa sempliċi imma importanti li wieħed jirrimarkaha għax meta l-helmet ma jkunx maqful, malli wieħed ikollu inċident dan joħroġ u effettivament ma jservi ta' ebda protezzjoni.", "Naturalment jien irrid nibbilanċja l-kritika tiegħi billi ngħid li s- sigurtà fuq il-post tax-xogħol ma tiddependix biss mil-lat ta investiment min-naħa tad-dipartiment biex jassigura li s-safety equipment li jkollu jkun ta' standard tajjeb, imma jrid ikun hemm ċerti responsabbiltajiet min- naħa tal-ħaddiem li jrid ikun informat kif jużah sewwa.", "Nixtieq insemmi esperjenza li għaddejt minna meta kont naħdem bħala freight clerk mal-Mediterranean Oilfield Services.", "Jien kont immur nirrilaxxa x-xogħol mill-cargo u meta kien ikun hemm ħaddiema neqsin kont nispiċċa nitla' jien fuq l-oil rig.", "Niftakar darba l-istess supervisor kien bagħatni fuq oil rig li kien stazzjonat f'wieħed mill-baċiri tad- dockyard u spiċċajt tlajt xi disa' jew għaxar sulari taraġ dejjaq tal- ħadid, bl-ilma nieżel fuqi, mingħajr ma tawni mqar helmet biex jipproteġini, ħalli jekk Allaħares qatt taqa' xi ħaġa minn dak l-għoli kollu, jew almenu xi tip ta' ingwanti biex inkun nista' nqabbad ma' dak it- taraġ li trid titilgħu f'dak l-istorbju.", "Li qed nipprova ngħid huwa li s- sigurtà fuq il-post tax-xogħol trid tkun imħarsa b'responsabbiltà u serjetà.", "Jekk aħna m'aħniex se ninvestu biex ikunu enforced ir-regolamenti tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol se nibqgħu nisimgħu bi traġedji u inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol u nibqgħu nagħmlu l-inkjesti.", "Jekk se nibqgħu laxki fl-obbligi tagħna jkun inutli li ngħaddu liġijiet jekk ma nkunux determinati li verament nimplimentawhom.", "Jien diġa' għedt li hemm avviż legali li jobbliga lil kulmin hu konness mas-settur tal-biedja u tar- raħħala, jiġifieri l-produtturi tat-tjur, dawk li jrabbu l-bhejjem, inklużi pet shop owners, biex dawn jitlaqqmu kontra t-tetnu u jieħdu booster kull ħames snin.", "Veru li dawn ir-raħħala forsi ma jiftakrux jeħduha regolarment, għalkemm huwa fl-interess tagħhom stess, imma l-koperativi kif ukoll l-awtoritajiet iridu jagħmlu monitoring ta' dawn l-affarijiet u jekk jaraw li xi ħadd mhux jimxi skond ir-regolamenti, iġibuh in line billi jfakkruh fl-obbligi tiegħu.", "Dawn l-istrutturi diġà jeżistu, però hemm bżonn nerġa' ngħid iktar kuxjenza dwar dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll in-nuqqas ta' sigurtà li hemm fil- portijiet, fejn hemm id-dgħajjes tas-sajjieda tagħna u anke ta' ħafna ċittadini Maltin u Għawdxin li għandhom xi tip ta' dgħajsa.", "Veru għandna l- investiment ta' ċerti opri tal-baħar bħalma huma l-bastimenti l-kbar li jintużaw f'każ li jkun hemm bżonn ta' tifi ta' nar, imma mbagħad għandna ċerti nuqqasijiet u limitazzjonijiet li ftit nagħtuhom konsiderazzjoni.", "Naturalment l-iktar li ssir konxju ta' dawn l-affarijiet huwa meta jinqalgħu l-inċidenti.", "Hawnhekk nirriferi għall-inċident li ġara fix- Xemxija fejn inħarqu żewġ opri tal-baħar, waħda li tagħti servizz lit- turisti u l-oħra tas-sajd li kienet tintuża minn familja ta' sitt sajjieda full-time li kienu ilhom jistadu b'din l-opra tal-baħar 'il fuq minn 30 sena u sfortunatament inħarqet.", "Wieħed jista' jifhem xi traġedja setgħet ġrat kieku dak l-inċident sar waqt il-ħin tax-xogħol, fejn numru ta' sajjieda jkunu qegħdin jinnavigaw id- dgħajjes tagħhom, u anke kif l-ispiża setgħet kienet ħafna akbar.", "Lili qaluli li bil-bastimenti b'kollox dawn xorta ma setgħux joperaw.", "Ma nafx jekk huwiex minnu jew le għax għadha għaddejja l-inkjesta.", "Fil-fatt dawn iż-żewġ dgħajjes inħarqu kompletament u waqfu jaqbdu għax intlaħqu fl-aħħar ħinijiet u almenu laħqu pproteġew dgħajjes oħra.", "Bastiment tas-sajd normalment ikollu bejn 600 u 700 gallun diesel, allura wieħed jista' jimmaġina x'diżastru jinqala' kieku Alla jħares qatt jisplodi waqt il-ħin tax-xogħol.", "Għaldaqstant ikun utli kieku fil-portijiet tas-sajd, bħalma għandna l-winches, naraw li jkollna ċerti pompi ta' l-ilma ħalli meta jkun hemm każ ta' ħruq, is-sajjieda li jkunu fl-area jieħdu azzjoni mill-ewwel.", "U forsi għada pitgħada anke d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jkun qed jagħmel monitoring ta' dawn is-sitwazzjonijiet.", "B'hekk aħna nkunu qegħdin nilqgħu għal dawn id-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu u nħarsu s-sigurtà tan-nies li jaħdmu fuq il-baħar.", "Sitwazzjoni oħra li tista' tkun ta' periklu għas-sigurtà ta' ċerti ħaddiema, għalkemm forsi hawn min jgħid li m'għandhiex x'taqsam, hija meta t-traffic-lights ikunu maqtugħa minħabba xi ħsarat.", "Illum għandna l- wardens, allura meta jiġri hekk għaliex m'għandux ikun hemm warden jiġġestixxi s-sinjali hu biex iżomm il-kontroll tat-traffiku u jkunu jistgħu jaqsmu n-nies.", "Per eżempju, jidhirli li l-bieraħ it-traffic-lights tal-Furjana kienu magħrufin u nimmaġina għadhom maqtugħin sal-lum.", "F'ċirkostanzi bħal dawn għandu jkun hemm wardens tal-kunsilli li forsi jkunu mħallsa mingħand id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili għaliex il- kunsilli lokali ma jaffordjawx dik l-ispiża.", "Wieħed irid jifhem l-impatt li dawn it-traffic-lights ikollhom fuq is-sigurtà ta' ħaddiema li jkunu sejrin fuq il-post tax-xogħol u anke tal-ħaddiem li dmirijietu jitolbu li joħroġ fit-toroq biex iwassal messaġġi jew materjal ieħor, bħalma huma l- messaġġiera li jaħdmu mal-gvern.", "Inkompli nibni fuq il-pożizzjoni ta' l- oppożizzjoni li tifhem li hemm strutturi fil-pajjiż biex jilħqu dan l- iskop, imma li teżisti telqa biex inwettqu l-bidliet li hemm bżonn.", "Il- gvern jemmen li billi jagħmel liġi u billi jonfoq iktar flus f'awtoritajiet se jirranġa din it-telqa.", "Fid-dinja tal-lum fejn nitkellmu fuq l- integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol, iktar u iktar huwa importanti li nieħdu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.", "Irridu nistudjaw in-nuqqasijiet li esperjenzajna matul dawn l-aħħar snin ħalli nkunu nistgħu nsaħħu l-istrutturi li diġà għandna biex nilħqu l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Wieħed irid jifhem li f'ħafna postijiet, speċjalment fl-iskejjel, hemm nuqqas ta' faċilitajiet u apparat biex jilqgħu għal ċerti diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.", "Ħafna skejjel inbnew wara l-gwerra jew kienu jintużaw mis-servizzi Ingliżi u hemm ċerti nuqqasijiet li wieħed ma jippretendix li għandu jkun hemm biex tkun imħarsa s-sigurtà ta' l-istudenti kif ukoll ta' l-għalliema.", "Per eżempju, m'hemmx l-apparat meħtieġ f'każ li jkun hemm ħruq f'ċerti zoni ta' l-iskejjel.", "Ħafna drabi l-għalliema jinformaw lis- surmast li jkun hemm bżonn xi maintenance fil-klassi jew biex tinbidel xi ħġieġa u minħabba li ddum ix-xhur biex issir, l-għalliem jispiċċa jagħmilha hu biex ma jħallix lill-istudenti b'dan l-inkonvenjent.", "U mhux l-ewwel darba li spiċċa biex ikun vittma ta' xi inċident u l-istudenti jispiċċaw imorru ħażin għax jibqgħu mingħajr għalliem għal jiem twal.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li sal-lum għad m'għandniex kuxjenza biżżejjed dwarhom u lanqas il-gvern m'hu jirrealizza l-bidliet li għandna bżonn nagħmlu fis- soċjetà.", "Jien iltqajt ma' ħabib tiegħi mill-Mosta li kien jaħdem ma' tar-refuse li waqt li kien qiegħed jiġbor l-iskart attakkah u gidmu kelb, u kawża ta' hekk qabditu marda fin-nervituri.", "Veru li għadda bord però f'temp ta' ħames snin nefaq 'il fuq minn Lm4,000 f'kura, u x'ħa?", "Għadda bord u sal- lum għadu ma ħax kumpens u naturalment wieħed jaf li meta inti titlef saħħtek f'età żgħira, billi tgħaddi bord ma jfissirx li inti komdu għaliex fiċ-ċirkostanzi xorta ma tkunx tista' tesperjenza l-ħajja fil-milja tagħha.", "Dawn il-każi jridu jiġu investigati bis-serjetà għaliex nies bħal dawn jispiċċaw biex jitilfu l-futur tagħhom.", "Mhux qed nirriferi għal dan il-każ biss imma konvint li tul is-snin ħafna ħaddiema messithom l-isfortuna li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol u kellhom jiġu boarded out, irrispettivament jekk l-ammont ta' flus li jieħdu jlaħħaqx mal-ħtiġijiet tagħhom, sia jekk huma miżżewġin bil-familja, u sia jekk huma ġuvintur jew xebbiet.", "Għalhekk jeħtieġ li nindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema jispiċċaw vittma ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol, b'mod li l-ħaddiema tagħna jħossu li barra milli hemm is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, hemm ukoll ir- rispett lejhom meta sfortunatament jispiċċaw vittma ta' xi inċidenti daqstant gravi li jkollhom itemmu l-karriera tax-xogħol ħesrem.", "F'soċjetà li temmen li d-drittijiet tal-ħaddiem huma rispettati u salvagwardjati, wieħed għandu jifhem l-importanza li b'mod realistiku nindirizzaw dawn is- sitwazzjonijiet għaliex ikun inutili li nżidu s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol u mbagħad, jekk kemm-il darba sfortunatament dan il-ħaddiem iweġġa', ma jingħatax l-għajnuna finanzjarja adegwata.", "F'pajjiżi oħra u f'xi wħud mill-kumpanniji privati hawn Malta, dawn l- inċidenti huma koperti permezz ta' assigurazzjoni, imma ma nafx x'se tkun il-pożizzjoni tal-Gvern Malti fir-rigward tal-ħaddiema tiegħu.", "Għalkemm il- gvern jgħid li se jnaqqas in-numru ta' ħaddiema, f'diversi mistoqsijiet parlamentari ntqal li qed jiżdied in-numru ta' ħaddiema.", "U ħafna drabi naraw li ftit li xejn tingħata importanza lejn is-superviżjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol f'dipartimenti governattivi.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Farrugia, imma wasal biex jiskadilek il- ħin.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Se nikkonkludi, Mr Speaker.", "Jien nixtieq nappella biex nirriflettu ftit dwar kemm saru inċidenti li bi ftit attenzjoni stajna evitajna.", "Kemm għandna liġijiet, kemm għandna regolamenti, kemm għandna strutturi biex iħarsu s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u b'xi mod jew ieħor u minħabba diffikultà jew oħra qatt ma tajna kashom u warrabnihom għaliex id-dixxiplina mhix il-forti tagħna.", "Għalhekk jien ngħid li aktar milli nonfqu l-flus biex nagħmlu awtoritajiet u nemendaw il-liġijiet sabiex ikunu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea, ejjew naraw li noħolqu sens ta' dixxiplina u sens ta' rispett veru lejn is-sigurtà fuq il-post tax- xogħol.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, qegħdin niddibattu abbozz ta' liġi li l-għan prinċipali tiegħu huwa biex titwaqqaf awtorità tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li jkollha l- funzjoni li ġġib 'il quddiem u tissalvagwarda l-ġid tal-ħaddiema kollha f'kull tip ta' xogħol, u biex tiżgura li jinżammu l-livelli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol kif stabiliti b'regolamenti li għad iridu jsiru.", "Dan l-abbozz ta' liġi żgur li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu fuqu fil-prinċipju.", "Il-Partit Nazzjonalista kien ċar u speċifiku dwar dan fil-programm elettorali li bih rebaħ l-elezzjoni ta' l-1998.", "Fil- fatt paragrafu 99 ta' dan il-manifest jgħid:", "\"Isir dak kollu meħtieġ biex titwettaq u tiġi nfurzata liġi dwar is- saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol.", "B'dan l-iskop u b'konsultazzjoni mal-partijiet soċjali, titwaqqaf awtorità biex tirregola dan il-qasam u jsiru regoli għal standards minimi nazzjonali fl-oqsma kollha fejn jinħass il-bżonn.\"", "Mr Speaker, ix-xogħol huwa dritt fundamentali tal-bniedem u dan tirrikonoxxih ukoll il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Għalhekk kull ċittadin Malti għandu d-dritt li jsib fejn jaħdem.", "Ix-xogħol huwa meħtieġ għall- bniedem biex jgħix u jiżviluppa ruħu.", "Ix-xogħol qiegħed għas-servizz tal- bniedem u mhux il-bniedem għas-servizz tax-xogħol, inkella l-bniedem ikun ilsir.", "Il-Qdusija Tiegħu l-Papa preżenti stqarr hekk:", "\"Il-bniedem għandu jiġi qabel l-ekonomija u l-politika u l-industrija.", "Dawn għandhom iservu għall-ġid tal-bniedem u mhux jagħmlu lill- bniedem ilsir tagħhom\".", "M'hemmx dubju li l-aqwa servizz soċjali li gvern jista' jipprovdi huwa li jipprovdi x-xogħol lill-ħaddiema, li joħloq opportunitajiet ta' xogħol għal dawk kollha li jridu u li jixtiequ jaħdmu.", "Iżda hemm kwallità ta' xogħol u hemm kwalità ta' xogħol.", "Il-ħaddiem għandu dritt għal xogħol li jissejjaħ diċenti.", "Dan ifisser li hu għandu dritt li jaqla' l-għajxien tiegħu fil- libertà, fid-dinjità u fis-sigurtà.", "U l-international labour organization twaqqfet biex tassigura dan lil kulħadd.", "Ma nistgħux naċċettaw li korrimenti fuq il-post tax-xogħol u f'ċerti każi mwiet jitqiesu ħaġa waħda flimkien mal-job li inti tkun qed taħdem.", "Id-dritt għall-ħajja huwa l- akbar dritt fundamentali, iżda kull sena 1,200,000 raġel u mara huma mċaħħda minn dan id-dritt minħabba inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard relatat max-xogħol.", "Estimi konservattivi juru li kull sena ħaddiema jġarrbu 250 miljun inċident fuq ix-xogħol u 160 miljun marda relatati max- xogħol.", "Kif diġà ntqal f'dan id-dibattitu, Malta hija kkonsidrata li għandha waħda mill-ogħla rati ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol fid-dinja.", "Ħafna minn dawn l-inċidenti huma riżultat tat-traskuraġni, ta' nuqqas ta' osservanza tar-regolamenti, ta' nuqqas ta' użu tal-mezzi ta' sigurtà u anke nuqqas ta' provvediment ta' dawn il-mezzi.", "L-istatistika turi li fl-1990 kien hemm 7,332 inċident fuq il-post tax-xogħol filwaqt li fl-1999 kien hemm 5,151, li jfisser tnaqqis ta' kważi 30%.", "Fl-istess waqt, fl- industrija tal-kostruzzjoni, inklużi l-barrieri, fl-1990 kien hemm 404 inċident fuq il-post tax-xogħol, waqt li fl-1999 kien hemm 908, żieda ta' 120% fuq l-1990.", "Dawn il-figuri juru li l-inċidenti konnessi ma' l- industrija tal-kostruzzjoni, bħala persentaġġ ta' l-inċidenti kollha fuq il- post tax-xogħol telgħu minn 5% fl-1990 għal 18% fl-1999.", "Huwa fatt ukoll li l-maġġoranza ta' l-inċidenti fatali jiġru fuq il-postijiet tal- kostruzzjoni.", "Ta' min jinnota wkoll li fl-1998 l-inċidenti fuq il-post tax- xogħol fissru li ntilfu 91,500 ġurnata ta' xogħol, filwaqt li tħallsu Lm700,000 f'benefiċċji għall-korrimenti.", "Mr Speaker, żgur li l-għan ewlieni ta' dan l-abbozz, kif diġà ntqal mill- Ministru Gonzi, għandu jkun u fil-fatt hu li jiġu evitati l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li jikkaġunaw tant niket u miżerja fuq il-ħaddiema involuti u l-familji tagħhom.", "Ma nistgħux naffordjaw aktar li nibqgħu newtrali meta nkunu ffaċċjati b'każi fejn hemm periklu u riskju għall- ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Aħna għandna responsabbiltà kollettiva lejn kull individwu u l-familja tiegħu.", "Hemm termini oħra li f'dawn il- każi huma faċilment kwantifikati, li huma wkoll effett ta' nuqqas ta' ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Il-ħlas tal- benefiċċji soċjali, pensjonijiet, piżijiet fuq is-servizz tas-saħħa u l- impatt fuq l-ekonomija b'riżultat ta' nuqqas ta' produttività u ta' ineffiċjenza kollha huma konsegwenzjali għal dawn l-inċidneti.", "Mr Speaker, jeżistu ċerti standards ta' sigurtà u saħħa fuq il-post tax- xogħol li jistgħu jinġabru f'erba' kategoriji.", "L-ewwelnett irid ikun hemm policies li għandhom ikunu ta' gwida għal kull azzjoni.", "Hemm protezzjoni f'ċerti oqsma ta' l-attività ekonomika, per eżempju, fl-industrija tal- kostruzzjoni u fix-xogħol tat-tarznari.", "Hemm protezzjoni kontra riskji speċifiċi, per eżempju, għal dawk li jaħdmu f'ambjent ta' radjazzjoni jew fuq xi makkinarju.", "Hemm miżuri ta' protezzjoni oħra, bħalma huwa eżami mediku għal ħaddiema żgħażagħ, l-akbar piż li jista' jġorr ħaddiem, prevenzjoni ta' inċidenti abbord vapur, prevenzjoni ta' kanċer ikkaġunat fuq il-post tax-xogħol, prevenzjoni tat-tinġis ta' l-arja, prevenzjoni kontra ħsejjes fl-ambjent tax-xogħol.", "Fejn hemm il-ħtieġa, is-servizzi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol għandhom jagħmlu monitoring ta' kemm ċerti ħaddiema huma esposti għal hazards partikolari.", "Għandhom ikopru superviżjoni għall-istallazzjonijiet sanitarji u faċilitajiet oħra għal ħaddiema, bħall-ilma tax-xorb, il- canteens u l-akkomodazzjoni ta' għajxien, fejn dawn huma provduti mill- employers; għandhom jagħtu parir dwar l-impatt fuq is-saħħa tal-ħaddiema bl-użu tat-teknoloġija; għandhom jagħtu parir u jipparteċipaw fl-għażla ta' l-equipment neċessarju biex il-ħaddiema jipproteġġu ruħhom kontra l-perikli fuq il-post tax-xogħol; għandhom jikkollaboraw fl-analisi tal-job u fl- istudju ta' organizzazzjoni u metodi ta' xogħol bl-iskop li jiġi żgurat l- aħjar xogħol adattat għall-ħaddiema; u għandhom jipparteċipaw ukoll fl- analisi ta' inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol u programmi ta' kif jistgħu jiġu evitati dawn l-inċidenti.", "Fiż-żmenijiet tal-lum, b'din id-dinja karatterizzata minn avvanz xjentifiku u teknoloġiku li ma jispiċċa qatt, l-implimentazzjoni tat- teknoloġija ġdida, il-ħteġijiet ġodda marbuta mal-produttività u l-kwalità u l-bżonn li tagħti support fl-innovazzjoni u l-motivazzjoni tax-xogħol, kollox iwassal għal tipi ġodda ta' organizzazzjoni ta' xogħol, forom ġodda ta' mpjiegi, arranġamenti ġodda ta' sigħat ta' xogħol u sistemi ġodda ta' management.", "Ħaddiema li qed ifittxu opportunitajiet ta' xogħol huma spiss esposti għal perikli serji u sogri kemm minħabba x-xogħol u kemm sogru soċjali li jistgħu jħallu impatt fuq saħħithom.", "L-average age ta' dawk li jaħdmu qed iġġib magħha żieda fin-numru ta' korrimenti u fil-popolazzjoni ħandikappata.", "Il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-kamp tax-xogħol se tkompli tiżdied u dan ifisser aktar bżonn ta' edukazzjoni, training u aġġustamenti ta' kondizzjonijiet ta' xogħol u kondizzjonijiet domestiċi għall-ħarsien ta' saħħithom u l-benessere tagħhom u tal-familja tagħhom.", "Dan l-abbozz ta' dan il-liġi rridu nikkonsidrawh fl-isfond ta' dan kollu u fil-kwadru tas-sitwazzjoni li qiegħed fiha pajjiżna f'dan ir-rigward qabel din il-liġi tgħaddi minn dan il-parlament u tiġi in vigore.", "Kif diġà ntqal l-ewwel leġislazzjoni f'pajjiżna fuq dan il-qasam kienet il-Factories Ordinance ta' 50 ilu.", "Sitt snin ilu, fl-1994 ġiet imwaqqfa l- kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol bil-promulgazzjoni ta' l-Occupational Health and Safety Promotion Act.", "Bis- saħħa ta' din il-liġi, il-pubbliku in ġenerali sar aktar konxju mill- problemi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "F'dawn is-sitt snin il-kummissjoni ħadmet ħafna u kienet tista' tgħid il-forza wara ħafna inizjattivi li ttieħdu, li permezz tagħhom wasalna biex inwaqqfu din l- awtorità minflok il-kummissjoni.", "Il-kummissjoni kienet l-ixprun biex jittieħdu azzjonijiet preventivi f'ħafna każi u ħolqot fil-pajjiż ċertu awareness dwar din il-problema.", "Kienet ukoll il-kummissjoni li instigat il- pubblikazzjoni ta' sett ta' regolamenti li ħarġu taħt forma ta' legal notice matul din is-sena cioe' Legal Notice 64 dwar ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol; Legal Notice 65 dwar it- twaħħil ta' sinjal tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol; Legal Notice 91 dwar il-protezzjoni ta' żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol; u Legal Notice 92 dwar il-protezzjoni tal-maternità fuq il-post tax-xogħol.", "Wieħed irid isemmi wkoll Legal Notice 122 ta' l-1992 dwar tagħmir protettiv personali.", "Mr Speaker, dan kollu jindika progress li sar f'dawn l-aħħar snin iżda żgur li m'aħniex f'pożizzjoni li nistgħu nikkuntentaw ruħna.", "Għadna ferm u ferm 'il bogħod u kien għalhekk li kienet il-kummissjoni stess li ħadmet bla heda biex issir din it-transizzjoni minn kummissjoni għal awtorità.", "Irrispettivament mis-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, kien wasal iż- żmien li ċerti direttivi ta' l-Unjoni jidħlu jifformaw parti mis-set-up lokali.", "Dawn id-direttivi jirregolaw ukoll koordinaturi tas-saħħa u s- sigurtà.", "Is-saħħa fuq il-post tax-xogħol tikkonċerna lil kulħadd u l- Unjoni Ewropea waqqfet kumitati u study groups biex tiffaċċja din il- problema.", "L-ewwel passi fl-iżvilupp tal-policy tal-komunità li tirrigwarda l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kienu bbażati fuq ċerti rakkmandazzjonijiet li kienu jikkonċernaw l-occupational medicine, adozzjoni ta' lista Ewropea ta' mard kkaġunat mix-xogħol, is-sorveljanza tas-saħħa ta' ħaddiema li huma esposti għal riskji speċifiċi, kumpens lill- vittmi tal-mard ikkaġunat mix-xogħol u protezzjoni ta' żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol.", "Mr Speaker, biex wieħed jottjeni suċċessi minn ċerti miżuri applikati għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol iridu jiġu adottati ċerti strateġiji.", "Per eżempju, hemm bżonn li ninkorraġġixxu u noħolqu inċentivi lill-employers biex jadottaw u jimplimentaw programmi ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Nagħtu għażla lil min iħaddem bejn partnership u enforcement tradizzjonali.", "Għandu jintuża s-sens komun fl-iżvilupp u fl- infurzar tar-regolamenti, u aħjar li ninnegozjaw u mhux niddettaw l- istandards tas-saħħa u s-sigurtà.", "Fuq kollox is-suċċess irid jitqies fit- termini tar-riżultati miksuba, kemm tnaqqas il-korrimenti u l-mard u mhux mill-ħafna red tape żejjed.", "M'għandix dubju li bit-twaqqif ta' l-awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, pajjiżna qiegħed jagħmel qabża ta' kwalita' fil-qasam tax-xogħol.", "M'għandi ebda ntenzjoni li nidħol fid-dettalji ta' ċerti klawsoli li żgur jistgħu jiġu diskussi aħjar fl-istadju ta' kumitat fejn jistgħu jitressqu emendi neċessarji wkoll.", "Irrid inħares lejn din il-liġi minn aspett ġenerali.", "L-istess liġi tgħid - qed nirriferi għal klawsola 4 - li:", "\"(1) Il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-postijiet tax- xogħol għandha titqies bħala materja ta' interess pubbliku.", "(2) L-awtorità stabbilita bis-saħħa ta' dan l-Att tkun responsabbli li tiżgura li jinġieb 'il quddiem u jiġi salvagwardat il-ġid fiżiku, psikoloġiku, u soċjali tal-ħaddiema kollha fil-postijiet kollha tax- xogħol.\"", "Mr Speaker, fejn għandhom x'jaqsmu funzjonijiet u s-setgħat ta' din il- liġi ma nistax naqbel ma' ċerta kritika li saret min-naħa ta' l- oppożizzjoni dwar l-operat ta' din il-liġi.", "Huwa veru li s-saħħa u s- sigurtà tal-ħaddiema huma prijorità għal kulħadd u mhux xi ħaġa esklussiva għall-gvern.", "Hija responsabbiltà li jrid jerfagħha kulħadd, iżda aħna nħossu li l-gvern huwa fid-dmir li jieħu l-lead biex żgur l-awtorità tagħti l-frott li kulħadd jixtieq.", "Għalhekk ma kenux flokhom u lanqas ġustifikati l-argumenti ta' l-oppożizzjoni fejn ikkritikaw il-kompożizzjoni ta' l- awtorità u naħseb li m'hemmx għalfejn nirrimarka dwar l-allegazzjonijiet infondati li issa drajna nisimgħu f'kull dibattitu li jkollna dwar xi awtorità dwar l-eventwali għażla tal-membri ta' din l-awtorità.", "Mr Speaker, ma setax jonqos li f'dan id-dibattitu ma tissemmiex l-Unjoni Ewropea.", "Għal darb'oħra mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni smajna dwar il- marda li huma jgħidu li għandna aħna, dwar l-ossessjoni li nidħlu kemm jista' jkun fl-Ewropa malajr, u allura erħilhom jibnu l-argumenti tagħhom fuq din il-premessa fallaċi!", "Naqblu jew ma naqblux li pajjiżna għandu jkollu awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, irrispettivament jekk l-Unjoni Ewropea titlobhiex jew le?", "L-Unjoni Ewropea ma tidħolx fil-merti tas-set-up amministrattiv li huwa neċessarju biex tippromwovi u tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà.", "Deċiżjoni bħal din irridu neħduha aħna fuq livelli lokali.", "Jekk aħna jirnexxilna nibnu struttura effettiva li biha nippromwovu u niggarantixxu s-saħħa u s-sigurtà fuq il- postijiet tax-xogħol, allura dan għandu jiġi attribwit għaliex aħna rridu nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Dawn huma l-assurditajiet li fihom qegħdin jaqgħu l-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Wara kollox, tajjeb li wieħed jenfasizza li l-provisions kollha li hemm imniżżla fid-diversi direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà huma kollha rilevanti għall- ħaddiem Malti u joffrulu livell ta' protezzjoni li żgur ma jstax jinqabeż.", "Mr Speaker, aħna nemmnu li t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol ifisser tnaqqis ta' sofferenza u sitwazzjonijiet traġiċi għall- ħaddiema u l-familji tagħhom.", "Dan it-titjib iġib miegħu vantaġġi ekonomiċi għall-pajjiż u titjib f'livell kompetittiv.", "Il-poplu Malti ilu snin jistenna biex ikollu liġi li permezz tagħha l-ħaddiema tagħna jkunu jistgħu jgawdu kondizzjonijiet ta' xogħol li jikkomparaw ma' dawk ta' pajjiżi aktar progrediti minna.", "Din il-liġi li twaqqaf din l-awtorità hija ferm differenti fis-sustanza tagħha mill-Att VII ta' l-1994 li kien waqqaf il-kummissjoni għall- promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà.", "Dan l-abbozz jiġbor fih numru ta' provisions li jinstabu fil-framework directive.", "Naturalment il-frott ta' din il-liġi jrid jinkiseb bl-implimentazzjoni u l-inforzar tagħha u fl- abbozz hemm provdut kif dan għandu jsir jekk ikun hemm il-bżonn.", "Mr Speaker, ma nixtieqx noqgħod nirrepeti dak li diġà ntqal f'din il- Kamra minn diversi deputati dwar il-funzjonijiet diversi li se jkollha l- awtorità għaliex inkun qed naħli l-ħin ta' dan id-dibattitu.", "Jien nikkonkludi billi ngħid li nħossni żgur li l-awtorità li se titwaqqaf b'din il-liġi se sservi bħala strument biex il-ħaddiem Malti jkun jista' jaħdem aktar b'motivazzjoni u b'kuntentizza għaliex japprezza li, wara kollox, id- dinjità tiegħu tirrikjedi li mhux biss ikollu paga tajba għax-xogħol li jagħmel, iżda wkoll ikun qed igawdi l-aħjar kondizzjonijiet fuq il-post tax- xogħol li jserrħulu rasu u ras il-familjari tiegħu.", "Jiena nemmen li b'din il-liġi, bħal liġijiet l-oħra li għaddejna, pajjiżna se jagħmel qabża fil- kwalità fil-qasam tax-xogħol kif del resto qegħdin naraw f'diversi oqsma oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, għal darb'oħra qegħdin f'din il-Kamra nitkellmu fuq liġi li ilha mistennija ħafna mill-ħaddiema kollha u l- familjari tagħhom.", "F'dawn l-aħħar ġranet ħafna deputati f'din il-Kamra taw il-verżjoni tagħhom dwar dan l-abbozz ta' liġi dwar l-awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u smajna ħafna statistika ta' kemm mietu nies u kemm weġġgħu nies fuq il-post tax-xogħol.", "Però niġi mill-ewwel għall-punt tiegħi mingħajr ma noqgħod indur mal-lewża u nistaqsi: Għaliex domna daqshekk biex ressaqna liġi daqshekk importanti?", "Għalfejn miżuri tant sempliċi li bihom wieħed jista' jnaqqas ir-riskju ta' xi inċident fuq il-post tax-xogħol, bqajna ma ħadnihomx għal ħafna snin?", "Jien nispera li f'din il-liġi ma jiġrix bħalma ġara fil-każ tal-liġi dwar opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilità - jien qbilt magħha u għadni nittama li joħroġ il-frott minnha - fejn ix-xogħol miexi bil-mod ħafna.", "Ejja ma noqogħdux inkaxkru saqajna biex nagħmlu affarijiet li huma ta' benefiċċju għall-poplu.", "Fil-ftuħ tad-diskors tiegħu l-ministru għamilha ċara li rridu nħarsu l- ewwelnett lejn il-qagħda ekonomika tal-pajjiż qabel ma jittieħdu ċerti miżuri.", "Imma l-gvern ma jistax jilleġisla biex idaħħal regolamenti ġodda ta' prevenzjoni u jimponihom fuq il-privat, u mbagħad fid-dipartimenti tal- gvern noqogħdu attenti li ma nonfqux ħafna għax l-Istat m'għandux flus biżżejjed!", "Irridu noqogħdu attenti x'qegħdin ngħidu hawnhekk għax min diġà ġarrab xi accident u llum qiegħed id-dar għal għomru, forsi minħabba li suppost kien hemm apparat apposta biex jiġi evitat il-periklu, żgur ma jeħux gost jisma' lill-ministru jgħid li għandna noqogħdu attenti għan- nefqa!", "Il-provisions li għandna f'din il-liġi diġà tkellimna fuqhom il- ġimgħa l-oħra meta konna qed niddiskutu in-NPAA.", "Ħafna minnhom insibuhom fis-sezzjoni li titkellem dwar l-impjiegi, u min għandu l-melħ ġo moħħu jinduna li dawn il-liġijiet qed isiru bl-iskop li nkunu in line ma' dak li trid l-Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ kont qed insegwi d-diskors ta' l-Onor.", "Michael Bonniċi li beda jagħmel pressjoni kbira fuq il-fabbriki u intrapriżi privati ħalli issa jieħdu l-miżuri kollha ta' prevenzjoni kontra inċidenti u biex jipprovdu lill-ħaddiema b'ingwanti, boots, headphones u kull forma ta' protezzjoni fuq il-post tax-xogħol.", "L-Onor.", "Bonniċi għamilha ċara li dawk il-ħwienet u l-fabbriki li mhux se jaġġornaw ruħhom ma' dawn ir-regolamenti jistgħu jagħlqu.", "Possibbli tista' tkun daqshekk arroganti!", "Mela l-gvern qed jaħseb li min għandu azjenda, fabbrika jew ħanut qed jimpala l-flus?", "Il- gvern mhux qed jikkonsidra x'nefqa jridu jagħmlu biex jixtru ċertu tagħmir ta' prevenzjoni, per eżempju, biex jagħmlu extractor ġo fabbrika ħalli l- ħaddiema ma jkunux qegħdin jibilgħu arja ħażina.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Bonnici kien qed jinsisti li l-postijiet tax-xogħol jimxu ma' dawn ir-regolamenti għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal- ħaddiema, kif qed tipprovdi din il-liġi, imma jien nistaqsi: Kemm hawn employers li jafu x'inhu għaddej fil-parlament?", "Jien mort f'xi fabbriki u stabilimenti li meta tistaqsihom jekk jafux li fil-parlament għaddejja liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, jgħidulek li ma jafu b'xejn.", "Jien staqsejthom ukoll jekk jafux li once li din il-liġi tiġi in vigore, se jkollhom ibiddlu jew jistallaw ċertu apparat biex inaqqsu mir- riskju li jkorru l-ħaddiema, u dawn reġgħu weġbuni li ma kenux jafu.", "Mela fejn hu qiegħed dan il-gvern tad-djalogu, Mr Speaker!", "Kif jista' jkun li l- gvern idaħħal regolamenti bħal dawn, li jirrikjedu ħafna xogħol u spejjeż kbar, mingħajr ma ddiskuta ma' ħadd u mingħajr ma ra d-diffikultajiet li għandhom l-employers biex iġibu l-postijiet tax-xogħol tagħhom up to standard ma' dawn ir-regolamenti!", "Il-gvern qed jimxi b'din l-għaġġla kollha biex jobdi mill-aktar fis l-istruzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, ħalli meta jmur xi ministru ġo Brussels jgħidilhom li kollox lest għax dawk il-liġijiet għaddew ukoll u ta' Brussels jaħsbu li l-fabbriki tagħna kollha huma attrezzati kif suppost biex il-ħaddiema tagħna jkunu mħarsa mill- perikli li jistgħu jkunu esposti għalihom.", "Mhux hekk!", "Mr Speaker, x'għamel il-gvern biex jinforma lil dawn l-employers?", "Ma' min tkellem biex jara d-diffikultajiet li se jkollhom u l-ispejjeż li jridu jidħlu għalihom biex jimxu skond il-liġi?", "Kif jista' dan il-gvern jgħajjat li huwa l-gvern tad-djalogu meta għandna liġi li se taffettwa tant oqsma tax-xogħol u lanqas biss kellu d-diċenza jgħid lil dawn l-employers li fil- parlament se nitkellmu dwar xi ħaġa li tikkonċernahom!", "Xejn, ħadd ma jaf xejn!", "Kemm hija serjetà li l-gvern l-ewwel joqgħod jibki dwar kemm weġġgħu nies u kemm kellna inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol, imbagħad il- ministru jgħidilna li għandna nħarsu lejn il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż u noqogħdu attenti għan-nefqa fid-dipartimenti tal-gvern!", "U hawnhekk l- ewwel ma ndur huwa lejn il-gvern u nistaqsih: Inti bdejt tirranġa d- dipartimenti tiegħek?", "Għalfejn qed tippunta subgħajk lejn il-fabbriki u lejn l-industriji u l-ħwienet biex jieħdu miżuri ħalli ma jkunx hemm inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol, imbagħad tibqa' ma tagħmel xejn fid- dipartimenti tiegħek!", "Jien tkellimt ma' ħafna ħaddiema min-naħa tal-gvern li bi problemi kienu, bi problemi għadhom, u niddubita kemm se jirranġaw il- postijiet tax-xogħol tagħhom biex ikunu attrezzati b'tagħmir ta' prevenzjoni minn xi inċidenti, għax il-ministru qalilna mill-ewwel li l- ekonomija tal-pajjiż m'hijiex tajba.", "U għaliex m'hijiex tajba?", "Minħabba d- dejn u t-tberbiq ta' flus li qed jagħmel!", "Allura l-ewwel jiġu joqogħdu jibku hawnhekk dwar kemm weġġgħu ħaddiema, imbagħad joqogħdu lura biex jipprovdu s-safety equipment li hemm bżonn.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq insemmi s-sitwazzjoni tal-garaxx ta' l- ambulanzi li hija tal-mistħija u ngħid għaliex.", "Kull meta jkun hemm talba għal ambulanza, kif din toħroġ mill-garaxx ta' l-isptar tiġi nformata li trid tmur, per eżempju, fit-tali triq fil-Marsa.", "U s-sewwieq ta' l- ambuanza, kull kantuniera joqgħod jieqaf jistaqsi fejn hi dik it-tali triq, meta Alla jaf kif il-persuna li tkun ċemplet tkun qiegħda tistenna lill- istaff mediku!", "Għalfejn m'għandux ikollhom maze biex sakemm jitlaq mill- garaxx ta' l-isptar is-sewwieq ta' l-ambulanza jkun jista' jara fejn qiegħda din it-triq!", "Ma ninsewx li kull minuta tista' ssalva ħajja ta' bniedem.", "Allura ħadd ma jiġih f'moħħu kemm dan huwa importanti!", "Din hija wkoll forma ta' prevenzjoni għaliex b'hekk l-ambulanza tasal aktar malajr bl-istaff mediku ħdejn il-pazjent.", "U nispera li ma jiġix il-ministru jgħidilna li b'hekk se jonfoq ħafna flus u se jkompli jħaffer il-ħofra, għax allura nistgħu nagħlqu din il-liġi u nitilqu kollha lejn id-dar!", "Kellna għalfejn nistennew din il-liġi biex nitkellmu fuq affarijiet loġiċi?", "Jiena nixtieq nagħti eżempju ieħor tan-nuqqasijiet li nsibu fid- dipartimenti tal-gvern u nibda mill-parlament stess.", "F'monument ta' palazz bħal dan jien tlabt għal dressing strip, biċċa stick, għax iż-żarbun beda jweġġagħni u hawn ġew ma sibtx, Mr Speaker.", "Stick kulma qed nitlob!", "Fl- ogħla istituzzjoni ta' Malta ma ssibx first aid box, tal-mistħija!", "U żgur li tal-mistħija, Onor. Vassallo!", "(Interruzzjonijiet) Mela issa noqogħdu nistennew din il-liġi tgħaddi biex dan id-dipartiment ikollu l- first-aid box.", "Din hija bżonjuża għax ma tistax tgħid x'jinqala', mhux hekk!", "Jien għadni ma nafx, per eżempju, jekk hawn ġew għandniex xi sistema tat-tifi tan-nar.", "Ħaġa li naf żgur hija li aħna d-deputati m'għandniex sigurtà fuq il-post tax-xogħol għaliex hawn ġew, Alla jbierek, jidħol min irid u ma trid xejn biex jidħol xi ħadd fuqek.", "Jiġifieri aħjar nibdew minn din il-Kamra stess!", "Mr Speaker, jien m'iniex se noqgħod inħares lejn il-fabbriki u noqgħod nipponta subgħajja, bħalma għamel l-Onor.", "Michael Bonniċi, u nġegħelhom jirranġaw u jagħmlu l-ispejjeż.", "L-ewwel għandu jibda l-gvern jieħu dawn il- miżuri ta' prevenzjoni lill-ħaddiema tiegħu.", "Per eżempju, kemm għandna vetturi tal-gvern li lanqas huma tajbin għat-triq, imma tajbin biss għall- iscrap, kollha msaddin!", "Hija tal-mistħija li tkun qed issuq, speċjalment fid-dlam jew inkella tkun xi ġurnata bix-xita, u jkun hemm vettura tal- gvern li taħsdek għax taqbad u ddur għalfejn trid mingħajr sinjal!", "Lanqas bozza ta' l-indicator m'għandhom uħud minnhom, kif jistgħu jagħmlulek is- sinjal li se jduru għal ġo side street?", "Jiena niskanta b'dawn l- affarijiet!", "Il-gvern irid idur għall-affarijiet tiegħu stess qabel ma jordna lill-fabbriki u l-azjendi biex iwettqu dawn il-miżuri ta' prevenzjoni mill-perikli fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Jeħtieġ jara li l- ħaddiema tiegħu stess ma jkunux esposti għall-periklu.", "Mr Speaker, issa se nsemmi każ li jirrigwarda lid-dipartiment tas-sanità.", "Kostitwenta tiegħi xtaqet li jmorru għandha tas-sanità għax kellha problema minħabba ġrieden, u jien kont preżenti hemmhekk meta ġie l- uffiċjal tas-sanità.", "Dan la kellu ngwanti u lanqas maskla għax dan ma tistax tgħid ma xiex tiltaqa'!", "U dan, Alla jbierek, ġie bil-karozza tiegħu.", "Meta wasal u staqsejtu għaliex dam, peress li konna ilna nistennewh, qalli lidan ix-xogħol jagħmluh bil-karrozza tagħhom u, minħabba li ma kellux petrol, kellu jmur jimlieha qabel.", "Din x'serjetà hi?", "Il- gvern għandu ħafna x'jagħmel u jrid jagħti eżempju billi jibda mill- postijiet tax-xogħol u mill-ħaddiema tiegħu biex imbagħad kulħadd jibda jirranġa l-affarijiet.", "Mr Speaker, il-gvern irid jagħti l-eżempju mhux billi joqgħod jiddiskrimina, skond jekk intix aħmar jew blu.", "Fil-Fgura jeżisti l-misteru taż-żiemel ta' ħdejn l-iskola li ħafna deputati tal-parlament għal bosta u bosta snin ilhom jilmentaw dwar il-preżenza tiegħu hemmhekk, iżda hemm baqa'.", "Qed inqajjem dan il-każ taż-żiemel ta' ħdejn l-iskola tal-Fgura biex nappella lil din l-awtorità li se titwaqqaf biex tieħu l-complaints li jaslulha bis-serjetà mingħajr ma tħares x'kulur għandu min ikun involut.", "Dawn huma n-nuqqasijiet li rridu nieħdu ħsieb, u mela jiġi l-Onor.", "Bonniċi jipponta subgħajh lejn il-fabbriki u jgħid li jekk mhumiex kapaċi jirranġaw u jieħdu miżuri ta' prevenzjoni mill-periklu għall-ħaddiema, dawn għandhom jagħlqu!", "Din hija arroganza, din hija theddida, għaliex il-gvern imissu l- ewwelnett jieħu ħsieb ir-responsabbiltajiet tiegħu.", "Mr Speaker, jien inħoss li din l-awtorità isem biss se jkollha għaliex il- poteri kollha se jibqgħu f'idejn il-ministru.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-poplu Malti huwiex se jkollu dritt li jfittex lill-gvern għad- danni li jsofri meta jinqala' xi inċident riżultat ta' nuqqas ta' miżuri ta' prevenzjoni jew negliġenza fuq il-post tax-xogħol.", "F'din il-liġi ma sibt xejn f'dan ir-rigward.", "Insemmi każ ta' ħabiba tiegħi li nzertat kienet għaddejja bil-karozza u kif ilwiet għal ġo triq oħra, fejn kienu qed isiru xi xogħlijiet, baqgħet nieżla ġo gandott.", "Il-ħaddiema tar-roads division ma ħadux ħsieb jagħmlu d-dawl u dawk il-cones tal-plastic biex juru li hemmhekk qed isiru xi xogħlijiet.", "U llum il-ġurnata din it-tfajla baqgħet b'diżabilità għaliex il-ħaddiema tal-gvern kienu negliġenti f'xogħolhom.", "Min jaf kemm-il darba nisimgħu b'każi, speċjalment ta' anzjani, li jkunu qed jaqsmu u jaqgħu u jweġġgħu minħabba l-ħofor.", "Kulħadd jaf kemm hija diffiċli li l-anzjani jfiequ speċjalment wara li jġarrbu xi ksur.", "Issa se nitkellem fuq xi problemi li jiffaċċjaw ħaddiema ta' l-Air Malta li xogħlhom jirrikjedi li jsuqu vetturi fuq ir-runway.", "Darba minnhom kont l-ajruport u ndunajt li sewwieq ta' vettura li kienet għaddejja fuq ir-runway kien qed jipprova jdoqq il-horn imma l-horn ma daqqlux.", "Jien ħassejtu d-dover tiegħi li mmur nara jekk dawn il-ħaddiema humiex jaħdmu f'kondizzjonijiet aċċettabbli u jekk għandhomx sigurtà peress li jaħdmu f'post li joffri daqstant perikli.", "Fil-fatt sirt naf li ħafna mill-karozzi tagħhom għall-iscrap tajbin għax la għandhom horn, la għandhom mirja u lanqas għandhom wipers.", "Immaġina x'periklu huwa espost għalih min ikun qed isuq fuq ir-runway fix-xita, fejn għandek kull ajruplan daqs dinja, allura biex jara jekk hemmx xi ħaġa quddiemu jrid joħroġ rasu minn ġot tieqa peress li m'għandux wipers.", "Ara f'liema kondizzjonijiet jaħdmu dawn il-ħaddiema!", "Dawn il-karozzi għandhom bżonn maintenance kontinwa jew inkella jiġu scrapped.", "Hemm ħafna affarijiet li rridu nikkonsidraw, imma ejja nħarsu lejn l-affarijiet bażiċi l-ewwelnett biex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Apparti minn hekk irrid niġbed l- attenzjoni li dawn il-karozzi qatt ma telgħu għall-VRT u wieħed jista' jimmaġina għalfejn ma telgħux!", "Issa se nitkellem fuq il-ħaddiema ta' l- Enemalta, Mr Speaker.", "L-ikbar sodisfazzjon li qatt ħadu f'dawn l-aħħar snin il-ħaddiema ta' l- Enemalta kien proprju ftit ġimgħat ilu meta l-President ta' Malta mar iżur il-power station.", "Dik kienet ġurnata memorabbli li l-ħaddiema tal-power station se jibqgħu jiftakruha.", "U se ngħid għalfejn.", "Kulħadd jaf, għaliex stajna naraw anke fuq it-televiżjoni, kemm kien hemm indafa u kemm kien hemm kollox organizzat.", "Però l-ħaddiema taf x'qaluli, Mr Speaker?", "Qaluli: Kellu bżonn iżurna mqar darba fix-xahar il-President, għax almenu jkollna kollox kif suppost!", "Fejn huma s-safety measures li suppost jittieħdu meta dawn il-ħaddiema joħorġu jsewwu l-ħsarat tad-dawl fit-toroq f'xi ġurnata bix-xita!", "Dawn jużaw slielem twal li jagħmluhom ma' l-arblu u fiż-żlieq, fir-riħ u fix-xita jipprovaw jibbilanċjaw qishom nies tas-circus biex jitilgħu jsewwu l-ħsarat ħalli l-konsumatur jingħata s-servizz ta' l- elettriku.", "Il-ħaddiema ta' l-Enemalta ilhom aktar minn għaxar snin li talbu għal slielem li għandhom eye-bolt, speċi ta' grampun biex is-sellum ikunu jistgħu jqabbduh ma' xi ħaġa oħra ħalli ma jiżloqx.", "Kellna għalfejn noqogħdu niġu hawnhekk aħna d-deputati nitkellmu fuq il-bżonnijiet ta' dawn il-ħaddiema!", "Il-kelliema tan-naħa tal-gvern semmew ħafna statistika dwar kemm kien hemm inċidenti, kemm mietu, kemm korrew u kemm qed joħroġ flus fis-servizzi soċjali, allura l-gvern ma jistax jibda jieħu azzjoni billi l- ewwelnett jitkellem mal-ħaddiem għaliex huwa l-aktar bniedem li jista' jgħid x'apparat għandu bżonn biex ma jkorrix waqt li qed jagħmel xogħlu.", "Għandek imbagħad il-kondizzjonijiet ħżiena li jaħdmu fihom il-ħaddiema ta' l-Enemalta fil-workshop tagħhom, fejn saħansitra hemm id-drenaġġ nieżel!", "Imma dawn ikollhom joqogħdu hemm u jieħdu paċenzja għax il-pajjiż għandu ħofra finanzjarja.", "Inberbqu tant flus fuq affarijiet oħra, bħalma huwa s- safar, u mbagħad m'għandniex flus għal xi ħaġa tant importanti?", "Issa la tgħaddi l-liġi forsi l-kuxjenza taħraqna, imbagħad nipprovaw nagħmlu xi ħaġa.", "Xi ngħidu mbagħad għas-sinjali li suppost isiru fit-toroq meta jkunu qed isiru xi xogħlijiet?", "Tkun miexja fit-triq u f'daqqa waħda ssib ma' wiċċek xi vettura ta' xi dipartiment tal-gvern u jkun hemm ħaddiema qed jiżbru s- siġar fuq xi central strip.", "Inkella tara xi sellum ħiereġ f'nofs ta' triq għax ikun hemm xi ħaddiem, miskin, imdendel isewwi xi wires tad-dawl.", "Hawn tant deputati li siefru barra minn Malta, possibbli ma jafux is-sistema ta' barra minn Malta kif taħdem?", "Is-sewwieqa jibda jkollhom indikazzjoni minn 100 metru 'l bogħod u mbagħad minn 50 metru 'il bogħod li hemm il-ħaddiema, ħalli wieħed jibda jnaqqas il-veloċità għax jaf li se jsib obstruction, u jista' jweġġa' lil xi ħadd.", "Fil-fehma tiegħi dawn l-affarijiet huma verament bażiċi għas-sigurtà tal-ħaddiema.", "Nibqa' fuq l-Enemalta u nirriferi issa għall-uniformi li lill-ħaddiema nippressawhom biex jilbsuha però uniformi m'għandhomx.", "Mr Speaker, issa nixtieq infaħħar lill-iskwadra ta' kontra d-drogi għax- xogħol li tagħmel.", "Għalkemm dawn jaħdmu f'periklu kontinwu li ma jistgħux jevitawh għaliex in-natura tax-xogħol stess hekk titlob, dawn in-nies huma kuraġġużi ħafna u jagħmlu xogħol imprezzabbli.", "Huma jħabbtu wiċċhom ma' nies kriminali li jkunu perikolużi għax jaslu għal kollox.", "Dawn l- uffiċjali saħansitra jkollhom jieħdu anke injezzjonijiet kontra mard infettiv għax jiltaqgħu ma' nies li jkollhom anke s-siringi fil-but.", "Mr Speaker, ma rridx nonqos milli nirriferi għal xi ħaġa li semma l-Onor.", "Francis Agius, li laqtitni ħafna għax weġġgħetni.", "Il-bieraħ kont qiegħda nsegwi d-dibattitu tal-parlament fuq ir-radju u lill-Onor.", "Membru smajtu jitkaża għax qal li ħafna accidents isiru għax in-nies imorru mill-part- time job għax-xogħol, ġirja minn xogħol għal ieħor.", "Onor. Agius, ma tafx li llum il-familji Maltin bilfors iridu jmorru minn xogħol għall-ieħor biex jgħixu, u l-ġurnata tagħhom jipprovaw iġebbduha biex jaħdmu iktar għax il- gvern dejjem qed jitlobna iktar taxxi?", "Onor. Agius, ma tafx li bil- liġijiet li qed jimponu fuqna ta' l-Unjoni Ewropea, il-ħaddiema ma jkunux jistgħu jaħdmu iktar minn tmien sigħat?", "Din hi r-raġuni għaliex ma tridux lill-ħaddiema jaħdmu iktar minn tmien sigħat, u mhux kif qal l-Onor.", "Agius għaliex il-ħaddiema jkunu għajjenin jekk imorru minn xogħol għall-ieħor.", "M'huwiex b'kapriċċ li l-poplu Malti qed ikollu jaħdem minn xogħol għall- ieħor.", "Mur staqsihom lin-nisa kemm qed ikunu għajjenin.", "Mela ma jkunux għajjenin!", "Mhux b'kapriċċ qed jagħmlu hekk, iżda għaliex il-finanzi qed jixrobhomlna dan il-gvern!", "Dan imissu jara l-gvern.", "Mr Speaker, dawn il-ħafna liġijiet li qed ikollna ndaħħlu f'pajjiżna biex ikunu in line mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea m'humiex tajbin għall-poplu Malti u naħseb lanqas il-gvern stess ma jafu fiex se jġib lill-poplu.", "Jien nixtieq li l-gvern jassigurana li l-pagi tal-ħaddiema se jkunu biżżejjed biex inrabbu l-familja.", "Mhux imbagħad minn fuq nitkażaw għax il-ħaddiema qed imorru minn xogħol għall-ieħor!", "B'dan irridu nitkażaw?", "Nitkażaw meta naraw xi familja li ma tkunx tista' tixtri l-affarijiet essenzjali tagħha, jew inkella ma tkunx tista' tħallas il-kontijiet u jkollha toħroġ il-mara taħdem.", "Taf għalfejn il-mara qed toħroġ taħdem?", "Biex meta jiġi l-kont tad- dawl u l-ilma, dak li suppost roħos, tkun tista' tħallsu!", "F'din l- estremità ġabna l-gvern!", "Għidli kif tista' familja Maltija tkun komda b'paga waħda biex il-mara toqgħod id-dar!", "Niftakru dak iż-żmien, imma bir- ritmu li qed imexxina bih il-gvern Nazzjonalista mhux se jiġi lura dak iż- żmien.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "RITA LAW: Iva, se nikkonkludi, Mr Speaker.", "Wieħed mid-deputati tal-gvern qal li dan it-tibdil li qed nagħmlu fil-liġijiet huwa challenge għall-poplu.", "Imma jien ngħidlu li biex tkun tista' tidħol għal dan iċ- challenge, inti trid tippjana fit-tul, u mhux iddaħħal dawn il-liġijiet malajr malajr u tisforza lill-industrijalist u lill-kummerċjant biex jirristruttura ruħu malajr, inkella jista' jagħlaq in-negozju tiegħu!", "Dak dittatorjat insejjaħlu.", "Il-ħaddiem ikun jista' jidħol għal dan iċ- challenge meta inti tagħtih iċ-ċans biex jirristruttura ruħu bil-mod, skond kif jippermettulu l-finanzi.", "Iva, aħna rridu li tkun imħarsa s-saħħa u s- sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, però mhux bil-mod kif il-gvern Nazzjonalista qed jippretendi li kulħadd jaġġorna ruħu malajr malajr ma' dawn il-liġijiet.", "Il-Partit Laburista jrid li l-affarijiet isiru ħafna aktar bil-mod u bid-djalogu ma' kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, wara li smajt b'attenzjoni lill-Onor.", "Rita Law, ngħidilha li jiddispjaċini jekk fil- parlament wieħed ma jsibx biċċa dressing strip, però jidhirli li hawnhekk qed niddiskutu liġi proprju biex nirranġaw dawn in-nuqqasijiet.", "B'din il- liġi m'aħniex ngħidu, kif qalet l-Onor.", "Membru, li min ma jridx jiġi in line mar-regolamenti l-ġodda, għandu jagħlaq in-negozju tiegħu.", "Bil- kuntrarju, b'din il-liġi qed nibagħtu messaġġ lil kulħadd biex jorganizza ruħu aħjar ħalli jkun jista' jikkompeti aktar.", "Mr Speaker, dan mhux l- ewwel darba għednieh u allura għalfejn dan l-istrobju kollu!", "Qisna f'dan il-pajjiż qatt ma tkellimna fuq occupational health and safety, qisha din il-liġi ġiet ħabta u sabta!", "Jien naraha kontradizzjoni kbira min-naħa ta' l-oppożizzjoni li titkellem dwar dawn l-inċidenti kollha li jinqalgħu fuq il-postijiet tax-xogħol u tgħid kemm għandna affarijiet sejrin ħażin, u mbagħad toħroġ bil-proposta li biex tirranġa dawn l-affarijiet li tant sejrin ħażin aħjar nimxu bil- mod.", "Mela min-naħa nisimgħu lill-Onor.", "Rita Law tgħidilna kemm hemm nuqqasijiet fl-Enemalta u fl-Air Malta, fost oħrajn, f'dak li jirrigwarda s- saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, tant li dawn il-ħaddiema huma esposti għall- periklu kontinwament, imbagħad toħroġ bil-konklużjoni kontradittorja li għandna nimxu bil-mod biex nirranġaw dawn l-affarijiet!", "Hekk irridu nistmawhom lill-ħaddiema tagħna?", "Dan huwa logħob bil-kliem, u rridu noqogħdu attenti biex il-poplu li jkun qiegħed isegwina jisma' diskorsi kredibbli.", "Mr Speaker, smajna wkoll il-kritika li t-twaqqif ta' din l-awtorità se tkun spiża żejda għall-gvern għaliex, skond l-oppożizzjoni, din l-awtorità nistgħu ngħaddu mingħajrha.", "Fl-interventi min-naħa tal-membri ta' l- oppożizzjoni qed nisimgħu l-kantaliena li ħafna affarijiet sejrin ħażin u ma ħadmux bil-liġijiet li kellna s'issa fil-pajjiż.", "Ladarba qegħdin jindunaw huma stess li dawn l-affarijiet sejrin ħażin, għalfejn qed jibqgħu jinsistu li nibqgħu naħdmu bl-istess struttura li, skond huma stess, wasslet biex l-affarijiet imorru ħażin!", "Kienet teżisti diġà liġi fejn il- gvern kien waqqaf kummissjoni li kienet responsabbli għall-ħarsien tas- saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Imma llum qegħdin nagħmlu pass ieħor 'il quddiem, billi nressqu liġi biex inwaqqfu awtorità li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Din l- awtorità se tkun awtonoma, kulħadd se jkun suġġett għaliha, anke l-gvern, u se jkollha ċerti poteri li s'issa l-kummissjoni taħt il-liġi preżenti ma kellhiex.", "Fil-fehma tiegħi, il-liġi preżenti kienet l-ewwel pass tajjeb.", "Issa jmiss it-tieni pass li huwa meħtieġ biex inkomplu ntejbu l-mod ta' kif ħadmet l-ewwel liġi.", "Din il-liġi hija l-proposta li għandna aħna biex nirranġaw dak kollu li l-oppożizzjoni qalet li mar ħażin.", "Issa x'inhi l- proposta tagħhom?", "Li jibqa' kollox jaħdem kif inhu, bil-ħażin kollu li għandna, sempliċiment għaliex din se tkun spiża żejda għall-pajjiż!", "Mr Speaker, hija spiża żejda li ninvestu biex inneħħu dawn id-difetti kollha li qegħdin isemmu li għandna kullimkien?", "Hekk qegħdin jirraġunaw.", "Sur poplu, il-partit tal-ħaddiema li qiegħed fl-oppożizzjoni qed jgħid li hija spiża żejda li nwaqqfu din l-awtorità u ma jmissniex nagħmluha.", "Qegħdin jirraġunaw bħal kaħħal li għandu sellum żlugat u jaraha spiża żejda li jirranġa dak is-sellum.", "Faċċata tagħna għandna kaħħal li m'għandux il- kuraġġ jirranġa s-sellum biex forsi ma jweġġax!", "Aħna qegħdin inressqu liġi li veru se tiswielna l-flus u bħal dak il-kaħħal irridu ndaħħlu jdejna fil- but u nirranġaw is-sellum li huwa żlugat biex naħdmu aħjar.", "Għaliex kaħħal fuq sellum tajjeb jaħdem aħjar u mingħajr periklu għal ħajtu.", "L-istess ħaġa fil-każ ta' azjenda li jkollha apparat li jipproteġi u jħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, din se taħdem aħjar.", "Allura partit tal-ħaddiema qed jopponi investiment għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax- xogħol?", "Għal dan qed jopponu?", "Komplu opponu, ħalli iżjed ma topponu iżjed tikxfu l-verità lill-poplu tagħna dwar intom min intom!", "Bl-emendi li qed isiru għal-liġi ta' l-1994, l-awtorità se tqis lill- gvern bħal kwalunkwe kuntrattur ieħor.", "Permezz ta' dawn l-awtoritajiet, Sur negozjant, il-gvern qed jinżel mill-pedestall li kien għamel għalih innifsu, fejn ma kienx ikun soġġett għal-liġi tal-kompetizzjoni, ma kienx ikun soġġett għal-liġi tal-konsumatur, ma kienx ikun soġġett għal din il- liġi, u issa se jkun soġġett daqs il-privat.", "Allura ħażin li nagħmlu dan il-pass?", "L-Unjoni Ewropea qed tgħinna nagħrfu fejn aħna stajna konna inqas tajbin u qed tgħidilna li l-gvern ma jistax jibqa' fuq il-pedestall fejn ħadd ma jista' jmissu, fejn il-konsumatur ma jistax jagħmel l-ilmenti kontra tiegħu.", "Ma jistax ikun li l-gvern, l-ikbar shareholder f'ħafna korporazzjonijiet, jara kif isalva l-monopolju, ikisser lil dawk li qed jikkompetu miegħu u filwaqt li ħaddieħor ma jistax jagħmel unfair competition, il-gvern jista' jħawwad il-liġi tal-kompetizzjoni kif irid!", "Le, illum il-ġurnata, bil-liġi li għaddejna fuq il-kompetizzjoni neħħejna lill-gvern minn fuq dan il-pedestall.", "Allura n-naħa ta' l-oppożizzjoni qed tikkritika dan ukoll?", "Mr Speaker, jien nawgura li din l-awtorità taħdem tajjeb fuq il-prinċipji li qed tagħtiha din il-liġi, anzi nixtieqha taħdem ferm iktar, imma ma tistax twessa' t-terms of reference ta' xi ħaġa li għadha kemm tibda.", "Għaldaqstant lill-Onor.", "Law ngħidilha li din l-awtorità se tkun responsabbli li tara li l-Enemalta ttejjeb dak li hemm bżonn.", "Fil- prinċipju kemm l-Enemalta u kemm l-Air Malta jinvestu f'health and safety.", "Issa jonqos li l-ħaddiema jkunu dixxiplinati u jagħfru huma stess li l- apparat tal-health and safety qiegħed hemm għall-benefiċċju tagħhom infushom.", "M'għandhiex tinqala' diżgrazzja biex jindunaw bil-ħtieġa tiegħu.", "Jien persważ li l-awtorità se tippromwovi din il-kultura favur l-apparat konness mal-health and safety.", "Jiena stess, Onor. Law, kemm-il darba mort, bla ma kienu qed jistennewni, biex niċċekkja f'liema kondizzjoni huma l-vetturi ta' l-Air Malta li jaħdmu fuq l-apron, u kont ġbidt l-attenzjoni tad-dipartiment tal-maintenance biex jaħdmu f'ambjent ta' safety.", "U llum inserraħ moħħi li bħala gvern qegħdin inressqu liġi biex inwaqqfu din l- awtorità għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, li se tissorvelja aktar il-postijiet tax-xogħol, mhux bl-iskop li tiddixxiplina lil min hu żgħir u lil min hu kbir tħallih għaddej, imma biex teduka u tbiddel il-mentalità.", "Mr Speaker, il-liġi tgħid li l-għanijiet u r-raġunijiet prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi huma biex titwaqqaf awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li jkollha l-funzjoni li ġġib 'il quddiem, tissalvagwarda l-ġid tal-ħaddiema kollha f'kull tip ta' xogħol u biex tiżgura li jinżammu l-livelli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurtà fuq il- postijiet tax-xogħol stabiliti b'regolamenti li jsiru taħtu.", "Kieku kelli nipproponi x'nixtieq f'dan ir-rigward, jien tal-fehma li mhux biżżejjed li nbigħu lil din l-awtorità bħala awtorità li se tkun qiegħda tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Dan il-punt iddiskutejtu l- bieraħ ma' l-Onor.", "Gonzi u l-Viċi Prim Ministru qalli li l-mod kif aħna niktbu l-liġi ma tistax tgħid kliem żejjed.", "Għalhekk ladarba aħna kostretti li nibqgħu daqshekk konservattivi fil-mod kif tinkiteb il-liġi minħabba l-qrati tagħna, allura x'ħin se mmorru nbigħuha fis-suq ejjew nagħmlu ħilitna kollha biex nuru li l-objettivi ta' din il-liġi huma li tinbidel il-mentalità tan-nies fejn tidħol health and safety.", "Jeħtieġ li min hu self-employed, negozjant żgħir, sajjied jew bidwi jibda jinduna waħdu - anke jekk ma jmorrux ta' l-awtorità biex jiġbdulu l-attenzjoni x'apparat ta' safety għandu nieqes - li huwa ta' benefiċċju għalih innifsu li jobdi r-regolamenti ta' din il-liġi.", "Wieħed għandu jibda jifhem li jekk qed juża sellum ħażin irid jibdlu għall-ġid tiegħu stess, u dan ma jistax jibqa' jarah bħala spiża li xi ħadd qed iwaddab fuqu.", "Meta fuq il-post tax-xogħol tingħata prijorità lis-saħħa u s-sigurtà tal- ħaddiem, dan ikun mezz ieħor kif wieħed iżid l-effiċjenza fix-xogħol li qed jagħmel u jkun jista' jtejjeb il-prodott jew servizz li qed joffri.", "Għalhekk, Sur imprenditur, meta tifhem l-importanza li int tħares iktar lilek innifsek minn kull periklu li jista' jkollok fuq il-post tax-xogħol, int se tkun tista' tikkompeti aħjar.", "Meta kont qed nitkellem ma' l-Onor.", "Gonzi qalli li espert Ingliż qal li f'pajjiżi oħra sabu li dawn il- kumpanniji li rregolaw lilhom infushom u ħadu dawn is-safety measures, irnexxielhom jiddistingwu lilhom infushom mill-bqija.", "Imma l-ikbar sfida li għandna hawnhekk hija li n-naħa l-oħra tal-Kamra taqbel fuq dan u tippromwovi dawn ir-regolamenti wkoll.", "Kulħadd jaf u jammetti li l-gvern għandu ħafna x'jirranġa.", "Mela ma nafux!", "U jibqa' jkollu x'jirranġa għaliex il-gvern huwa magħmul min-nies u mhux magħmul biss mid-deputati li jkun hawn fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nafu wkoll li l-gvern huwa responsabbli li jissalvagwarda s-saħħa tal-ħaddiema tiegħu.", "U l-gvern qed juri kuraġġ meta qed jieħu fuqu l-istess responsabbiltajiet li qed jimponi fuq l-imprenditur privat, għaldaqstant mhux qed jagħmel l-iżball li jgħid lill-poplu biex iħares is-saħħa u s-sigurtà, imma hu ma jagħmilx l-istess.", "Infatti mil-lum 'il quddiem il-korporazzjonijiet, l-entitajiet kollha tal- gvern se jkollhom lil din l-awtorità fuqhom bħalma se tkun fuqi meta jien inkun fil-ħanut tiegħi.", "Mr Speaker, nafu fejn irridu nirranġaw imma ma rridux nieqfu hemm biss.", "Jien nixtieq li nagħmel ħilti kollha biex flimkien ma' din l-awtorità nwassal l-objettivi ta' din l-awtorità lill-poplu.", "Li kieku kien jiddependi minni kont nagħmel pressjoni fuq id-drafters ta' din il-liġi ħalli ma' l-għanijiet ta' din il-liġi - jekk ma jinfluwenzawx xi deċiżjoni tal-qrati tagħna – iżidu li l-objettivi ta' din l-awtorità mhumiex li wieħed jobdi r-regolamenti imposti, imma li hemm regolamenti li jekk nobduhom inkunu qed inżidu l-effiċjenza fuq il-post tax-xogħol u għada pitgħada se ngħollu l-kwalità tal-prodott jew servizzli noffru.", "Ma nistgħux niġbdu investiment barrani jekk fl-istruttura tagħna ma jkollniex dawn l-għodod li jgħinuna nippreżentaw ruħna bħala imprendituri, manufatturi li verament nemmnu li l-ħaddiem huwa investiment.", "Per eżempju, il-Ħadd li għadda l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem dwar dawk iż-żgħażagħ li m'għandhom l-ebda ċertifikat jew sengħa.", "Illum il-ġurnata l- individwu li għandu ċertifikati x'juri, l-individwu li għandu xi sengħa qed isib ix-xogħol, imma mbagħad għandna problema bl-individwi li m'għandhomx lanqas sengħa partikolari.", "Mela anke l-oppożizzjoni qiegħda tagħraf li llum fil-qasam tax-xogħol għandna bracket ta' nies li sejjer tajjeb u għandna sezzjoni oħra fejn għandna problemi.", "Qed nagħmel dan il-punt għaliex illum min qed iħaddem jaf li impjegat jiswielu l-flus, jaf li jekk għandu bniedem tas-sengħa ma jridx jitilfu kif ġieb u laħaq.", "Id-direttur responsabbli fuq il-post tax-xogħol illum jgħid lill-imprenditur biex jieħu ħsieb il-ħaddiem tajjeb u jissalvagwardah minn dak kollu li jista' jweġġgħu għaliex dak jiswa iktar mill-makna li għandu.", "Mela kieku kelli nkun employer żgur jaqbilli nagħmel dik in-nefqa ta' flus biex inħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tiegħi.", "M'għandix nisma' min-naħa ta' l-oppożizzjoni, jew minn min huwa l-ikbar għadu tas- settur tan-negozju, li jgħid li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jkollna regolamenti li jdejquna!", "Jekk hawn xi ħadd li qiegħed fin-negozju u jara biss sal-ponta ta' mnieħru, jara li ħadd ma jmisslu flusu fil-kartiera, jara kif jaħdem bl-inqas spejjeż possibbli, ma jimpurtah minn ħadd, ħlief x'jieħu minn fuq il-post tax-xogħol, lil min jirraġuna b'dan il-mod ngħidlu: \"Iva, taf kemm se ndejquk!\"", "Però dak mhux imprenditur, dak volpi fuq il-post tax-xogħol, dak huwa l-invidiwu li anke l-unions għandhom xi jgħidu miegħu.", "U nittama li ma jkunx hawn xi kuraġġuż hawnhekk jew x'imkien barra li jipprova jħares lil dak il-ġifa li ma jipproteġix lill- ħaddiema tiegħu mill-periklu.", "Dak se jkollu problemi, mhux għax il-gvern qed iġibhom fuqu, imma għaliex hu qed jagħżel li jġib il-problemi fuqu nnifsu.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għal punt ieħor li joħroġ mill- istess liġi.", "F'Taqsima II, li titkellem dwar prinċipji u dmirijiet ġenerali, paragrafu (i) ta' subklawsola 6(2) jgħid hekk:", "\"..... billi tiġi żviluppata policy ta' prevenzjoni globali u loġika li tkopri t-teknoloġija, l-organizzazzjoni ta' xogħol, il- kundizzjonijiet ta' xogħol, ir-relazzjonijiet soċjali u l-influwenza ta' fatturi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent tal-post tax-xogħol.\"", "Nirripeti l-aħħar sentenza li tgħid \"relazzjonijiet soċjali u l-influwenza ta' fatturi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent tal-post tax-xogħol.\"", "Mr Speaker, qed nara li hawn preżenti l-uffiċjal li hu responsabbli mid- drafting tal-liġi u hawn ukoll il-ministru li ressaq din il-liġi, li nixtieq niġbdilhom l-attenzjoni għall-kliem \"li għandhom x'jaqsmu ma' l- ambjent tal-post tax-xogħol\".", "Il-bieraħ din iddiskutejtha xi ftit ma' l- Onor. Gonzi wkoll u qalli li rridu noqogħdu attenti x'nifhmu bih \"il-post tax-xogħol\".", "Jekk naqraw id-definizzjoni nsibu li:", "\"\"post tax-xogħol\" tfisser kull fond, lok, faċilità, bastiment jew post jew imkien ieħor fejn isir xogħol jew li għalih il-ħaddiem ikollu aċċess waqt il-kors ta' l-impieg tiegħu u, mingħajr ħsara għall-ġeneralità ta' dak hawn aktar qabel imsemmi, tinkludi fabbrika, ħanut, uffiċċju, lukanda, sptar jew klinika, tarzna, barriera, sit ta' bini jew kostruzzjoni, triq, razzett, moll, vettura, inġenji ta' l-ajru jew bastiment, iżda ma tinkludix bastiment li jsalpa fl-oċeani.\"", "Jien naħseb li kieku kelli mmur inbigħ din l-awtorità u l-vantaġġi tagħha, kif qalu l-membri tan-naħa l-oħra, jista' jkun hemm ċerti setturi tan-negozju li jgħiduli: Sur Gvern, l-ewwel irranġa tiegħek u mbagħad ejja għid lilna.", "Għalhekk hawnhekk qed tikkonfondini ħafna - u għalhekk qed nirripetiha diversi drabi - l-frażi \"għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent tal- post tax-xogħol\".", "Jien nixtieq, dejjem jekk ikun possibbli, li jekk inkunu qed nirriferu għal zoni industrijali, din l-awtorità ma tqisx biss mill- bieb 'il ġewwa ta' dawk il-garaxxijiet bħala l-lok li hija responsabbli li tiċċekkja, imma tqis ukoll l-ambjent kollu li hemm madwar.", "Issa jekk nagħmlu hekk, nifhem li nkunu qed niftħu beraħ id-definition li għandna ta' \"l-ambjent tal-post tax-xogħol\".", "Għall-fini ta' din il-liġi \"l-ambjent tal-post tax-xogħol\" jew l-aċċess tal-ħaddiema huwa mill-bieb 'il ġewwa ta' l-azjenda.", "Jiġifieri l-ambjent tal-post tax-xogħol huwa mill-bieb tal- ħanut tagħna 'l ġewwa.", "Però jien nixtieq li din l-awtorità tikkonsidra ċerti industrial estates b'mod differenti.", "Qed nirriferi għal tal-Ħandaq, u l-Imrieħel fost oħrajn, fejn għandna zona industrijali li nbniet forsi bla tip ta' kontroll, imma permezz ta' permessi individwali, u mhux b'xi ippjanar globali.", "M'għandniex mitt wieħed minnhom fil-pajjiż għaliex għandna zoni industrijali li huma responsabbiltà ta' l-MDC u għandna zoni industrijali privati ta' dan it- tip.", "Però jien nixtieq, dejjem jekk inhu possibli, li nwessgħu ftit it- terms of reference ta' din l-awtorità biex din ikollha ġurisdizzjoni wkoll fuq l-ambjent u t-toroq ta' madwar il-postijiet tax-xogħol li hemm fil- Handaq jew l-Imrieħel.", "Għaliex f'dawk l-inħawi, jekk jiġri accident ma tgħaddix ambulanza, ma tgħaddix fire-engine, jew inkella meta xi kultant ikun hemm xi serqa, il-pulizija jgħidulhom li mhux se jmorru għaliex biex jidħlu hemmhekk ikissru karozza!", "Għaldaqstant, jien naħseb li f'zoni industrijali bħal dawn l-awtorità tista' ma tkunx daqshekk effettiva meta hi tipprova tikkonvinċi lil dawn l-imprendituri biex jiġu in line mar- regolamenti ta' din il-liġi.", "Għaliex dawn in-nies li ramaw hemmhekk ma talbu ebda flus lill-gvern, imma xtraw l-art, bnewha huma u m'għandhom l- ebda sussidju.", "Dawn lanqas għandhom servizz tad-drenaġġ.", "Forsi jkolli okkażjoni fejn inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li għamilna speċifikament fuq in-nuqqasijiet li jeżistu fi tliet zoni industrijali, tal- Ħandaq, l-Imrieħel u Ħaż-Zebbuġ.", "Imbagħad madwar Malta għandna toroq li huma zoni industrijali żgħar, fosthom hemm anke ta' pajjiżi.", "Jien qed insemmi dawn il-postijiet għaliex jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi issa bħala segretarju parlamentari.", "Mr Speaker, jien irrid li din l-awtorità tirnexxi mija fil-mija għaliex jien nemmen li din se tgħin biex is-settur tan-negozju f'Malta jikkompeti aħjar.", "Għalhekk nitlob lid-drafters tal-liġi jikkonsidraw il-possibbiltà li fil-liġi jwessgħu l-poteri ta' l-awtorità biex jinkludu zoni ta' madwar il-postijiet tax-xogħol li qed insemmi.", "M'iniex ngħid li l-awtorità għandha tmur tagħmel it-toroq jew tgħaddi s-servizz tad-drenaġġ hi, imma għandha tagħmel il-pressjoni meħtieġa fuq id-dipartimenti kkonċernati biex it-toroq ta' dawn iz-zoni industrijali jingħataw prijorità.", "Wara kollox dawk in-nies qed iħaddmu lilhom infushom u qed jimpjegaw lin-nies.", "Jien naf li anke l-ministru responsabbli mit-toroq ma jaqbilx mal-mod kif qed taħdem il-burokrazija fejn zoni residenzjali jingħataw prijorità fuq zoni industrijali.", "Irridu nbiddlu l-mentalità, fis-sens li naraw li l- ħaddiema jaħdmu f'ambjent fejn il-kondizzjonijiet ikunu tajbin mhux biss mill-bieb 'il ġewwa imma anke mill-bieb 'il barra għaliex waħda tmur ma' l- oħra.", "Mhuwiex ġust li nitolbu li mill-bieb 'il ġewwa dawn l-imprendituri jkunu qed jobdu r-regolamenti li jħarsu s-saħħa tal-ħaddiem, imma mbagħad jekk Allaħares qatt xi ħadd iweġġa' jew ikun hemm xi ħruq, l-ambulanza jew il-fire-engine isibu l-problemi biex jidħlu fit-toroq ta' l-inħawi.", "Għalhekk qed nissuġġerixxi li titwessa' d-definizzjoni tal-frażi \"ambjent tal-post tax-xogħol\" biex ma tkunx tirriferi biss mill-bieb 'il ġewwa tal- workshops imma tinkludi wkoll it-toroq ta' madwarhom f'dawn it-tip ta' zoni industrijali.", "Fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk qed titkellem ukoll fuq l- aċċess għall-post tax-xogħol.", "Mr Speaker, kelli punti oħrajn xi nsemmi imma jkolli nagħlaq bil-punt dwar id-dritt ta' l-appell.", "Huwa punt pożittiv ħafna li jeżisti dan il- bord ta' l-appell fi ħdan din l-awtorità, però meta kont qed naqra l-liġi deherli li m'hijiex daqshekk ċara dwar dak li jirregola l-bord ta' l-appell u kif se jkun qed jaħdem.", "Nitlob lill-ministru kkonċernat biex fil-winding- up jagħtina ftit iktar informazzjoni dwaru.", "Jien inħoss li qisu hemm xi ħaġa nieqsa fil-liġi rigward il-bord ta' l-appell, forsi nkunu nistgħu niċċarawha xi ftit.", "Punt ieħor importanti huwa dwar Taqsima III ta' din il-liġi.", "Se nikkwota paragrafu (b) ta' subklawsola 12(1) li jgħid li l-ministru jista' jagħmel regolamenti:", "\"... dwar l-ittestjar, l-eżami u ċertifikati jew siġilli ta' approvazzjoni ta' apparat, makkinarju, tagħmir, ħwejjeġ jew ħaġa wżati jew maħsubin biex jiġu wżati f'post tax-xogħol.\"", "Irrid infakkar li issa waqqafna l-Malta standards authority li għandha r- responsabbiltà unika li toħorġ ċerti standards f'dan il-pajjiż, speċjalment fejn jidħlu l-istandards volontarji għaliex l-istandards mandatorji huma r- responsabbiltà ta' l-awtoritajiet l-oħrajn.", "Jien inħoss li l-Malta standards authority għandha tibda taħdem id f'id ma' l-awtorità li se nwaqqfu b'din il-liġi u għandu jkun hemm sinerġija assoluta biex dan it-tip ta' ċċekkjar ikun jista' jaħdem.", "Dan huwa punt importanti li jirrigwarda anke l-makkinarju li għad irid jġi importat.", "Se jkun hemm qabża fil- kwalità tal-manufattura tagħna għaliex il-makkinarju li se jkun importat irid ikollu ċerti specifications biex ikun up to standard u jkun jista' jiġi wżat fil-manufattura lokali.", "Għaldaqstant huwa importanti li f'sinerġija bejniethom dawn iż-żewġ awtoritajiet ikunu ta' għajnuna vera għas-settur tan-negozju.", "Mr Speaker, l-aħħar punt li rrid nagħmel huwa rigward l-inforzar ta' din il-liġi.", "Se jkun hemm uffiċjali apposta li se jieħdu ħsieb l-inforzar u hawnhekk naħseb li d-dibattitu għad irid ikompli.", "Jekk naraw kemm għandna awtoritajiet u kemm hemm uffiċjali li se jieħdu ħsieb l-inforzar ta' regolamenti maħruġa minn dawn l-awtoritajiet insibu li hemm sbatax.", "Però rridu noqogħdu attenti li bejn dawn l-awtoritajiet kollha jkun hemm sinerġija f'dak li huwa enforcement ħalli dan jibda jsir bis-sens.", "Nittama li 'l quddiem ikollna l-opportunità li nitkellmu iktar rigward dan.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AGGORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa 11 ta' Ottubru, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, illum se nitkellem fuq żewġ problemi mhux biex nikkritika lill-gvern imma għax nixtieq li l-parlament ikollu konoxxenza tagħhom.", "F'Birkirkara għandna kwestjoni li ilha tkaxkar ormai kważi xahar.", "Kellna green belt in-naħa tal-bypass u out of the blue din il-biċċa art ingħatat lil ditta privata biex jinbnew xi mħażen.", "Jekk dan il- proġett isir l-ewwel li jintlaqtu se jkunu l-bdiewa.", "Ftit baqa' raba tajba hemmhekk u b'dak li se nagħmlu dik l-area se nkomplu noħonquha.", "Barra minn hekk dan huwa l-uniku post li baqa' minn fejn jista' jinħaraq in-nar tal-festa.", "Jekk isir dan se jintlaqat il-poplu Karkariż u jintlaqtu dawk li huma dilettanti tan-nar.", "Jien qed nagħmel appell biex qabel ma noħorġu l-permessi naraw li l-affarijiet isiru sew.", "Jekk din ir-raba' għandha tingħata, il-biċċa li hi tal-gvern għandha tingħata bħala għażla ta' preferenza lill-bdiewa li diġa' qed jaħdmu l-art.", "Hekk isir is-soltu.", "Issa naturalment bdew il-protesti u kien hemm protesti mis-soċjeta` Filippu Borgia, saru protesti mit-tliet każini tal-baned u saru protesti wkoll mill-kunsill lokali ta' Birkirkara.", "Jien ukoll ipprotestajt f'isem dawk il-bdiewa u f'isem il-kumitati tal-baned li ġew ikellmuni.", "Tifhimha li mhux kulħadd huwa dilettant tan-nar - bħalma mhux kulħadd huwa dilettant tal-kaċċa, tar-raba u tat-tiġrijiet tal-karozzi - u kulħadd għandu d-delizzju tiegħu.", "Jien qed inressaq dan l-ilment wara li ġew ikellmuni kemm tal-kamra tan-nar kif ukoll xi bdiewa.", "Mhux sewwa li l- biċċa raba li għad baqa' f'Birkirkara se tittieħed.", "Jien qed nitkellem biex għada pitgħada ħadd ma jiġi jgħid li kieku konna nafu ma kenitx issir.", "Mhux sewwa li l-uniku sfog li baqa' fin-naħa ta' fuq ta' Birkirkara jittieħed b'dan il-mod.", "Barra minn hekk, jekk din il-biċċa art tingħata għall-bini, nistgħu ngħidu li 'l quddiem se jiġi pperikolat ukoll iċ- ċimiterju.", "Mr Speaker, issa xtaqt nitkellem dwar id-dispjaċir tiegħi u ta' ħafna Maltin li qed naraw li l-isports Malti sejjer lura bħall-granċ.", "Wara li niġu minn kull kompetizzjoni internazzjonali noqogħdu nagħmlu l-press conferences biex insibu l-iskużi kollha għan-nuqqas ta' suċċess.", "Fl- opinjoni tiegħi ma jistax ikun li l-poplu Malti jibqa' jingħata bis-sieq.", "Jew aħna ppreparati biex nikkompetu internazzjonalment, jew għandna nkunu sinċieri magħna nfusna u ngħidu li m'aħniex kapaċi.", "Dan qed ngħidu għax qed nagħmlu isem ħażin lil Malta.", "Ma jistax ikun li nibqgħu ngħidu li l-aqwa li kkompetejna.", "Per eżempju, dan l-aħħar rajna lill-Cameroon jiġru b'kulħadd.", "L-iskuża ta' l-isports writers Maltin kienet li m'għandniex għalfejn ninkwetaw għax il-logħob tal-football fl-olympics m'għandux x'jaqsam mal-logħob internazzjonali kif nafuh.", "Jumejn wara ħadna risposta għax il-Cameroon lagħbu maċ-champions tad-dinja u ġew draw.", "Issa l-Cameroon huwa team li huwa kważi magħmul kollu minn amateurs.", "Dawn marru Sydney u ma kellhomx nofs il-flus li kellhom tagħna.", "Anke l-atleti tat-third world għamlu suċċess u aħna b'dawn il-preparamenti u b'dawn il-coaches kollha, minflok suċċess spiċċajna waqqajna 'l-pajjiż għaż-żufjett.", "Għalfejn noqogħdu nistaħbew!", "Ejjew ngħidu kif qegħdin isiru l-affarijiet.", "Ma noqogħdux niġu hawn u ngħidu li ma morniex tajjeb imma l-aqwa li ksirna r-record ta' Malta.", "Ejjew ma ndaħħkux nies bina - fl-olympic games ma tmurx biex tikser ir-record ta' Malta - għax inutli nikkonslaw li ma ġejniex l-aħħar iżda ġejna t-tmienja.", "Jekk niġu għall-football ngħidu li ma morniex ħażin għax qlajna tlieta u mbagħad inwaħħlu f'dak u fl-ieħor.", "Player li ma jagħtix sehemu fit-team lokali ma tistax tagħżlu biex jilgħab ma' Malta.", "Jekk qed jilgħab ħażin mat-team tiegħu m'għandux jintgħażel għal logħob internazzjonali.", "Dan m'huwiex sewwa u min hu responsabbli għandu jieħu passi.", "L-MFA għamlet ħafna sagrifiċċji biex it-team Malti jiġi 'l quddiem.", "Min għamel is- sagrifiċċji – fil-fatt uħud mill-membri tal-clubs lokali joħorġu l-flus biex iżommu l-clubs - mhux qed jiġi rikonoxxut.", "Jien ma niddejjaq xejn ngħid li hemm it-teatrini fil-football.", "Meta membru parlamentari jmur barra għandu responsabbilta' li ma jwaqqax lil Malta għaċ-ċajt.", "Kulħadd jaf li dan li qed ngħid jien jgħiduh in-nies.", "Jien inħobb nitkellem b'mod illi n-nies tifhimni.", "Ma noqgħodx indur mal-lewża u min jafni hawn ġew u barra jafu dan.", "Let us call a spade a spade.", "Qed nidħku bil-poplu Malti u b'kulħadd.", "Per eżempju, fil-Faroe Islands lanqas nies m'hemm u dawn xorta jġibu riżultati tajbin.", "Anke San Marino jġibu r-riżultati aħjar minna u għandhom popolazzjoni iżgħar minn tagħna, ftit jew wisq daqs Għawdex.", "Liechtenstein, pajjiż żgħir, ukoll iġib riżultati tajbin f'ċerti dixxiplini, partikolarment fejn jidħol l-iskiing.", "Il-Belġju żgur li mhux xi pajjiż kbir iżda lanqas biss nibdew magħhom.", "Aħna xejn, immorru ngħidu li se nġibu l-midalji u nispiċċaw ma nagħmlu xejn!", "Ċipru beda l-bieraħ fil- football u altru li għaddiena.", "L-istess il-Cameroon.", "L-Amerka qatt ma kienu dilettanti tal-football u xorta mxew 'il quddiem.", "M'għandniex għalfejn nistħu ngħidu li l-players ta' l-antik la kellhom il-finanzi u lanqas l-affarijiet li għandhom illum.", "Ma kellhom xejn u kienu jġibu riżultati tajbin.", "Kont tieħu pjaċir tmur il-ground.", "Nistaqsi lill-coach jew lil min hu involut fl-għażla tal-players: Kif jista' jkun li player li ma jkunx lagħab tajjeb għal staġun sħiħ jispiċċa jilgħab man-nazzjonal!", "Hemm nies li ma jmorrux għat-training u jiġu magħżula biex jirrappreżentawna fl-atletika.", "Hemm min ma jmurx għat-training fil-għawm u mbagħad jippretendi li jirrappreżenta lil pajjiżu.", "Ma jistax ikun dan!", "Jien m'inix qed inwaħħal fil-gvern jew fl-oppożizzjoni għax kull gvern ħadem u ta grounds u faċilitajiet oħra għall-isports.", "Saħansitra anke l- iskejjel jingħataw għajnuna.", "Issa wasal iż-żmien li nieqfu u ngħidu biżżejjed.", "Jekk huwa veru li għandna nies jirrappreżentaw l-isports, li ħafna minnhom jagħmlu sagrifiċċji mill-but u mill-ħin tal-familja, ma jistax ikun li meta niġu għall-għażla nagħżlu nies illi mhux qegħdin f'kumitati.", "Ma jistgħux jiġġustifikaw dan billi jgħidu li qegħdin f'bord li waqqaf il-gvern, anke jekk ma jkunux jifhmu.", "Dawn huma nies li qed jirrapreżentawna bħalissa.", "Iva, hemm sports li fih urejna s-serjeta'.", "Fil- billiards għamilna suċċess u għamilna suċċess għax kien hemm nies serji.", "Nistaqsi għaliex ma nagħmlux suċċess f'dixxiplini oħrajn.", "Jien qed nitkellem hekk għax nixtieq li nagħmlu dibattitu mas-segretarju parlamentari responsabbli fuq kif se nimxu fl-isports.", "L-isports irid jibda bħalma kien fi żmienna, jiġifieri mill-iskejjel.", "Għandna l-isports officers u l-PE instructors ta' l-iskejjel.", "Minn hemm irid jibda.", "Ma jistax ikun illi nħallu iktar l-isports f'idejn nies li marru siegħa jiddiskutu madwar mejda u għamlu press conference.", "Saħansitra kien hemm min qal li tagħna ma marx tajjeb għax kellu r-riħ kontra tiegħu.", "Forsi dawk li ħadu l-ewwel kellhom ir-riħ favurihom!", "Ovvju li r-riħ ma kienx kontra l-atleti Maltin biss.", "Oħrajn jgħidu li tlifna fil-football għax dakinhar konna daqsxejn għajjenin!", "Jiena ngħid li dawn skużi.", "Jekk naqilgħu ħamsa ngħidu li ma morniex tajjeb, jekk naqilgħu tlieta ngħidu li morna mhux ħażin u jekk naqilgħu wieħed ngħidu li għal daqsxejn ma rbaħniex!", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk u mill-parlament irridu ngħidu daqshekk.", "Aħna r-rappreżentanti tal-poplu m'għandna nħallu lil ħadd jirfes lil Malta.", "Jien nistħi meta nkunu barra.", "Sirna l-laughing stock ta' l-Ewropa u tad-dinja meta mmorru nikkompetu.", "Irridu nħarsu lejn min hu iżgħar minna u jġib ir-riżultati, mhux lejn min jitlef jew jaqla' sebgħa.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nitlob lill-ministru għas- servizzi ekonomiċi biex f'xi ħin jinforma lill-Kamra dwar l-iżviluppi li kien qal minn hawnhekk stess li qed isiru bejn l-Air Malta u l-Lufthansa, f'dak li jirrigwarda l-ġarr tal-cargo.", "Diġa' għaddew erba' xhur minn meta ngħatat indikazzjoni li l-Air Malta kienet qiegħda tagħmel in-negozjati sabiex tilħaq arranġamenti għall-ġarr tal-cargo ma' ditta ta' l-ajruplani Ġermaniża.", "Naturalment wieħed jistenna li żviluppi dwar servizz importanti li jgħaqqad l-attivita` ekonomika tagħna mal-bqija tad-dinja jkunu magħrufa pubblikament.", "Sur President, f'era meta suppost għandna kollox komputerizzat, nista' ngħid li niltaqa' ma diversi ħaddiema li jilmentaw li minflok ma l-proċess tal-cargo clearance minn Ħal Luqa tħaffef, dan twal.", "Filwaqt li qabel fi żmien sagħtejn wieħed kien jikklerja l-cargo li jasal bl-ajru, bis-sistema l-ġdida tela' bejn tlieta u ħames sigħat.", "Naturalment wieħed għandu jifhem li dan id-dewmien m'għandniex x'nambuh għaċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Wara kollox f'ajruporti oħra l-istorja hi differenti.", "Fi Frankfurt, per eżempju, il-ħin biex jiġi rilaxxat il-cargo huwa ta' bejn siegħa u nofs u sagħtejn, u dan meta wieħed iqis li hemm volum ta' cargo ħafna ikbar minn dak li jkollna f'pajjiżna.", "Din hija sitwazzjoni li trid tiġi indirizzata.", "Aħna nitkellmu dwar il-kompetittivita`u ngħidu li se nikkonformaw ma' dawk li huma standards ta' l-Unjoni Ewropea imma dan il-paroli għandna nsarrfuh f'fatti.", "Finalment ir-riżultat għall-businessman ma jikkonsistix biss f'paroli dwar il-privatizzazzjoni iżda wkoll dwar sistemi ta' support li jagħmlu l-kummerċ aktar viabbli u effiċjenti.", "Jien ma rridx nagħti tort lill-ħaddiema ta' l-Air Malta, imma naħseb illi s-sistema li qed tikkrea dawn id-diffikultajiet għandha tiġi investigata għaliex bi ftit attenzjoni nistgħu nkunu kompetittivi iktar.", "Dan għandu jsir iktar u iktar meta din is-section ta' l-Air Malta se tkun f'negozjati ta' żvilupp mal-linja Lufthansa.", "Ċerti dipartimenti jagħmlu evalwazzjoni dwar kif jistgħu jtejbu l-management tagħhom u dan għandu jsir ukoll fil-każ tal-cargo.", "Mr. Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-ilma tax-xita li jispiċċa fil-widien.", "Jien niftakar lill-ministru għall-agrikoltura u sajd jgħid li f'pajjiżna jsiru five-year, ten-years, 15-year u 20-year storms.", "Jien m'inix se nitkellem fuq din l-intelliġenza filosofika u xjentifika, pero' rrid ngħid li m'hemmx dubju li l-ilma li jiġi kkreat b'dawn il-maltempati jmur x'imkien.", "Jien nieħu gost jekk inkun informat meta jmissna din il- five, ten jew 15-year storm, skond kif qalilna l-ministru.", "Nixtieq inkun naf ukoll x'garanzija għandu l-pajjiż jekk b'xi maltempata jinfaqa' wieħed mill-iskontri ta' l-ilma li hemm f'Wied il-Qlejgħa.", "Meta kont ministru jien kelli x-xorti li nibda nwettaq proġett ta' riabilitazzjoni f'dan il-post.", "Dan il-proġett kien maħsub mhux biss biex jirriabilita l-ġeoloġija, l- idroloġija u l-ekoloġija tal-wied imma wkoll biex jipproteġi lill-bdiewa u jħares l-art.", "Permezz ta' dan il-proġett kellu jsir xi ħaġa wkoll biex jiġi evitat xi diżastru li jista' jikkawża l-ilma tax-xita f'dan il-wied.", "Matul dawn l- aħħar 30 jew 40 sena ddeterjoraw il-ġnub ta' dawn l-iskontri - bl-Ingliż jissejħu dams - u b'hekk naqsitilhom is-saħħa.", "Jekk Alla jħares qatt iċedi xi wieħed minn dawn id-dams ikollna diżastru.", "In vista ta' dan, naturalment f'dan il-parlament wieħed għandu jistenna dikjarazzjoni jekk fil-fatt sarx xi ħaġa biex dawn id-dams ma jkunux daqstant perikolużi.", "Qed ngħid dan biex wara ma jkunx tard wisq.", "Ix-xogħol ta' riabilitazzjoni ta' dan il-wied ilu abbandunat għal dawn l-aħħar sentejn u għandi nifhem illi l-gravita` li kienet irriżultat lili minn esperti u periti Taljani u Maltin kompliet iggravat kemm minħabba l-maltemp li kellna fis-sentejn li għaddew kif ukoll minħabba l-fatt li l-istess proġett kien degradat.", "Mr. Speaker, hawnhekk nixtieq infakkar illi kelli nkun jien li għamilt protesta biex jitneħħa bridge tal-konkos li kien inbena illegalment.", "Għedt ukoll li anke jekk hemm bżonn tinbena xi triq biex tagħti aċċess lill- bdiewa, jistgħu jsiru żviluppi li jirrispettaw l-idroloġija, il-ġeoloġija u l-ekoloġija tal-wied mingħajr ma jsir impatt ikrah fuq l-ambjent.", "Jien naf li kienet saret kritika li dak kien sar għall-użu tal-bdiewa u llum kont nistenna li min jiftaħar li huwa difensur tal-bdiewa, jara x'jista' jagħmel biex joħloq aċċess minn fejn jgħaddu l-bdiewa.", "Mr Speaker, nirriferi għal fatt li diġa' rrapportajtu pero' xorta nixtieq nirreġistrah fil-parlament.", "Ir-rapport li ppreżenta l-Ministru Ninu Zammit dwar l-operat tal-gvern ma jgħid xejn dwar il-vitikoltura.", "Jirriżulta li f'pajjiżna nipproduċu 30% tal-produzzjoni ta' l-għeneb li tirrikjedi l- industrija lokali ta' l-inbid u sfortunatament għad m'hemmx programm dwar kif pajjiżna se jirnexxielu jkabbar is-70% li jifdal.", "Mhux billi jiġu jgħidulna li l-Unjoni Ewropea se tiggarantixxi swieq kbar għall- esportazzjoni ta' diversi prodotti, fosthom l-imbejjed.", "Ħafna drabi din in- naħa tal-Kamra tiġi kkritikata li ma tagħmilx il-homework tagħha, li m'għandhiex viżjoni u li m'hijiex tifhem l-isfidi tal-globalizzazzjoni.", "Il- verita' hi li din in-naħa nħobbu nżommu saqajna ma' l-art u nifhmu t- tradizzjoni tal-bdiewa tagħna u l-kultura ta' pajjiżna, f'dan il-każ il- vitikultura.", "Filwaqt li nirrikonoxxu l-isfidi u l-progress li wettaq is- settur privat, m'hemmx dubju li dawn l-isfidi rridu narawhom f'isem il-ġid komuni u fid-dawl ta' żieda fil-produzzjoni u l-esportazzjoni.", "Aħna nafu li l-esportazzjoni ta' l-inbid Malti se tkun imxekkla kemm-il darba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Dan il-fatt jikkonfermah anke l-NPAA.", "Mr. Speaker, jiddispjaċini ngħid li meta nitkellem mal-bdiewa li huma involuti f'dan il-mestier, u meta nipprova nifhem x'qed isir jew x'inhu r- rwol tal-koperativi, insib li hemm faqar totali f'dak li hu aġġornament dwar tibdil li dawn iridu jwettqu sabiex sas-sena 2003 nkunu konformi mar- regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiddispjaċini ngħid li nħoss li f'pajjiżna hawn nuqqas esaġerat ta' informazzjoni f'dan ir-rigward.", "Dan huwa kollu tort tan-nuqqas ta' serjeta' li bih tmexxa dan is-settur matul dawn l-aħħar sentejn u għaldaqstant ninsisti li jkollna spjegazzjoni iktar ċara li tiġi kkomunikata mhux lili iżda lill-bdiewa li fl-aħħar mill-aħħar iridu jkunu huma li jagħmlu l-bidliet meħtieġa biex ikollna għeneb u nbid ta' kwalita.", "Mr. Speaker, irrid nagħmel riferenza wkoll għal sport partikolari f'pajjiżna, li huwa l-kwart ta' mil tal-karozzi.", "Jiena diġa' kelli l- okkażjoni ngħid kemm kien ta' sodisfazzjon għall-poplu Malti li fl-aħħar finals li saru tal-European championship, rajna l-bandiera Maltija tittajjar fost dawk l-eluf ta' dilettanti.", "Kien hemm eluf li raw dan l- avvenimenti, fejn fost il-parteċipanti kien hemm team Malti kompost minn John Ellul u Charles Camilleri, iż-Żoqdi.", "Dawn iż-żewġ kompetituri Maltin - dan l-isport jinvolvi l-mechanic u lid-driver - irnexxielhom jirbħu s- seba' events biex rebħu dan it-titlu.", "Dawn rebħu dan l-unur għan-nom ta' l- isportivi Maltin.", "Qed ngħid dan mhux biex nuri li jekk jirnexxielna nirristrutturaw l-isport Malti, kapaċi nġibu riżultati tajbin.", "Sur President, meta għal numru ta' snin organizzajt l-attivitajiet tal- karozzi u tal-muturi, kont nagħmel l-almu tiegħi sabiex f'pajjiżna jkun hawn l-istrutturi u l-attrezzamenti meħtieġa.", "Hija sfortuna li l-gvern għadu qatt ma investa bis-serjeta` f'dawn it-tip ta' strutturi.", "Jien nemmen li għadu lanqas qed japprezza l-kapaċita` ta' dan it-talent sportiv.", "Nerġa' nieħu l-okkażjoni biex insellem lil sieħbi Chares Camilleri għall-mod kif irnexxielu jibni makna li twassal biex pajjiżna għall-ewwel darba fl- istorja jirreġistra dan is-suċċess.", "Insellem ukoll lil sieħbi John Ellul li rnexxielu jirbaħ b'din il-karozza.", "Nemmen li s-segretarju parlamentari m'għandux jonfoq il-flus biex imur jara xi avveniment barra mill-pajjiż imma għandu jsib il-ħin biex jiltaqa' ma' dawn in-nies, jifirħilhom u jara x'inhi l-opinjoni tagħhom dwar kif nistgħu niżviluppaw struttura biex ikollna aktar suċċessi f'dan l-isport.", "Jien nemmen li kull sportiv u kull membru ta' kumitat sportiv jiddedika ħafna ħin.", "Kull membru ta' kumitat volontarju jew nazzjonali jitlef flejjes kbar, u dan minbarra li dawn in-nies jiltaqgħu ma' diffikultajiet li ħafna drabi jaffettwaw ħażin lill-familja finanzjarjament.", "Ejjew nirrikonoxxu lil min irnexxielu jegħleb dawn l-ostakli u ġab is-suċċess għal pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal- lejla l-Erbgħa, 11 t'Ottubru, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - ABBUŻI FUQ TFAL", "19693.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' abbużi ta' sess u swat fuq it-tfal irrapportati lill-pulizija matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?", "X'eta' kellhom dawn it-tfal?", "X'passi qed jittieħdu sabiex dawn it-tfal jiġi megħjuna?", "Kemm huwa n-numru ta' persuni li l-pulizija qed tressaq il-qorti kontra dawn l-akkużi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija kellha 33 każ ta` abbuż sesswali jew swat fuq tfal minn 14-il sena f`isfel.", "L-eta` tagħhom tvarja bejn il-5 xhur u l-14- il sena.", "Dwar dawn il-każi, s`issa, ġew imressqa quddiem il-Qorti 10 persuni.", "Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija minn barra li tinvestiga u tieħu passi quddiem il-Qorti kif meħtieġ, tirreferi wkoll il-każ lill- S.W.D.P.", "STUDENTI ĠARDINARA", "19709.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill-istudenti/apprentisti ġardinara li spiċċaw il-kuntratt tagħhom mad-dipartiment ta' l-agrikoltura?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KOPERATTIVA TAL-PRODUTTURI TAL-MAJJAL", "19712.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru 19222 li oriġinarjament kienet saret lill-ministru għall-affarijiet barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l-laqgħat mal- koperattiva tal-produtturi tal-majjal, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena?", "X'punti tqajjmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għall- NPAA (National Plan for the Adoption of the Acquis), u mhux l-avis, li tpoġġa fuq il-Mejda ta' din il-Kamra, u għalhekk għandu aċċess għalih, dan kien ġie diskuss mal-koperattivi kif ukoll ma kull min kien interessat fil- ġid tal-bdiewa u raħħala.", "Jekk jien infurmat sewwa, l-Onorevoli sab xi diffikulta' biex jattendi.", "Pero' hemm il-minuti li sa fejn naf jien, jekk jinteressah, jista' jikkonsulthom.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "19845.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru 14588, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-1997 u fl-1998 ntefa' anqas skart mis-snin ta' qabel u mill-1999?", "Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess dwar x'se jsir mill-miżbla tal- Magħtab?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tinghata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "19847.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif hu maqsum id-dipartiment taż-żgħażagħ u sports u min huma l-persuni li qed jokkupaw dawn il-karigi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - ASSISTENTI DIRETTURI", "19850.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru 14440 u b'mod partikolari fejn hemm il-ministeru ta' l-edukazzjoni, jista' l-Ministru jgħid min huma l-assistenti diretturi u f'liema sezzjoni jinsabu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Assistenti Diretturi li nħatru qegħdin f'dawn is-sezzjonijiet li ġejjin:", "Dipartiment tas-Servizzi - Mr Edward Caruana (Information Resource Management)", "Korporattivi - Mr Paul Ebejer (Finance & Administration)", "Divizjoni ta' l-Edukazzjoni - Mr Anthony Cachia (Progetti Kapitali)", "Dipartiment tal-Kurrikulu - Ms P. Apap (Curriculum Development)", "Mr L. Zammit ( ICT) Dipt.", "Ippjanar u Zvilupp - Dr Sarah Sammut (Staff Devolopment and Training)", "Mr Leslie Agius (Non State Schools / Recruitment)", "Dipt. ta' l-Operations - Dr Cecilia Borg (Operations)", "Ms Gemma Cachia (Operations)", "Dipt.", "Servizz - Ms Josephine Baldacchino (ADE - Student Services)", "Istudenti u Relazzjonijiet - Mr Michael King (ADE - Special Educational Needs) Internazzjonali MrAnthony DeGiovanni (ADE - International Relations)", "Dipt. ta' l-Istudji Ogħola - Mr Joe Bonniċi", "Ms Margaret Ellul (Curriculum Development &", "Dipt. tal-Finanzi - Mr David Degabriele (Riżorsi Umani)", "Aministrazzjoni - Mr John Sant (Servizzi Finanzjarji)", "Dipartiment ta' l-Eżamijiet - Mr Joseph Caruana", "Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji- Mr Hugo Mizzi", "Dipartiment tal-Mużewijiet- Mr Joseph Farrugia (Finance & Administration)", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "19852.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru 19703 f'seduta nru.", "384 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm persuni tressqu l-qorti u/jew weħlu xi multa jew ħabs għax kisru l-liġi kontra d-dagħa f'dawn l- aħħar għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena u x'weħħlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat- tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar persuni li tressqu l-Qorti dwar dagħa.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "19378 f`seduta 377.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "19854.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 19705?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista sħiħa mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Dwar il-ħidma tiegħu hemm il-kumitat olimpiku li jista' jagħti tweġiba.", "Skond informazzjoni mill-kumitat olimpiku Malti s'issa sar xogħol fuq l-akkomodazzjoni, xogħol preparatorju għall-għażla ta' Sport u l-impjanti relattivi, diskussjonijiet dwar pjanijiet ta' marketing, xogħol fuq budgets, involviment iżjed fl-isport mill-istudenti fl-iskejjel u ċ-ċerimonji tal-ftuħ u ta' l-għeluq.", "Rigward l-aħħar parti tal-mitoqsija, informat li qiegħed ikun studjat kif jista' jiġi ffinanzat investiment akbar fil-faċilitajiet sportivi qrib il- pixxina, iżda meta jkun hemm pjanijiet konkreti, dawn isiru pubbliċi.", "FINANZI - ŻIDIET FIT-TARIFFI", "19855.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru 19491, preċiżament fl-aħħar żewġ paragrafi tat-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid liema taxxi rrevoka l-gvern u x'aġġustamenti oħra saru permezz ta' avviżi legali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - BUSINESS PLAN", "19881.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 5965?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ghalkemm il-ministeru ta' l-edukazzjoni ressaq abbozz tal-Business Plan tiegħu għas-snin 2000/2001/2002 - inkluża d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - quddiem il-ministeru tal-finanzi, għadhom għaddejin diskussjonijiet u stħarriġ interni biex jitfassal id-dokument finali.", "Għaldaqstant mhuwiex opportun li f'dan l-istadju noħorġu listi ta' inizjattivi u prioritajiet.", "SPTAR SAN LUQA - SERVIZZ AWDJOLOĠIKU", "19882.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 5825?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma jinżammux records dettaljati ta' kemm persuni jingħataw servizz awdjoloġiku, iżda l-etajiet ivarjaw minn trabi ta' ftit xhur sa anzjani.", "Is-servizz jinkludi eżamijiet kliniċi u testijiet biex tiġi stabbilita r- raġuni ta' nuqqas ta' smiegħ għal kulħadd.", "Il-fornitura ta' hearing aids u ear moulds hija b'xejn għal min jikkwalifika għal dan is-servizz (i.e. (i) tfal kollha taħt is-sittax-il sena, u (ii) persuni adulti bil-karta roża).", "Dwar ear moulds u fornitura ta' hearing aids niddependu fuq servizzi ta' kumpaniji barra mill-pajjiż.", "L-istennija għal ear moulds hija ta' madwar sitt ġimgħat.", "Għandna stokk adegwat u varjat biżżejjed biex naqdu pazjenti li jinħtieġu hearing aid b'mod immedjat ħlief f'każi eċċezzjonali li jkunu jinħtieġu xi għamla partikolari speċjali.", "F'dawn il-każi jingħata hearing aid temporanju sakemm jasal dak indikat li normalment jieħu sitt ġimgħat biex jiġi minn barra minn Malta.", "Id-dipartiment jagħmel minn kollox biex jiżgura li l-kwalita' tal- prodott/servizz tkun waħda ta' livell għoli.", "UNIVERSITA' - PROFESSUR", "19884.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru 4919?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li din il-persuna msemmija irċeviet ittra ta' ħatra fil-kariga ta' għalliem b'seħħ mill-25 ta' April 2000 u qed tgħallem il-mechanical engineering fl-istitut tekniku mikielanġ sapiano.", "Għaldaqstant is-servizz tagħha huwa indispensabbli għad-dipartiment.", "SKEJJEL - FGURA - ŻIEMEL", "19886.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 4752?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nista' nassigura lill-Onor.", "Membru li sew id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni kif ukoll jien personalment qed nagħmlu l- għalmu kollu tagħna biex il-każ jiġi deċiż, iżda sfortunatament il-Qorti s'issa għadha ma kkondludietx il-proċeduri.", "SKEJJEL - GROUNDS", "19887.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 2545?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed isiru arranġamenti mad-dipartiment ta' l- agrikoltura biex dawn is-siġar fejn jeżistu jiġu maqlugħa jew miżbura."]} {"filename": "19950523_424d_par.doc", "date": "1995-05-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 424 It-Tlieta, 23 ta' Mejju, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 424", "It-Tlieta, 23 ta' Mejju, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 424", "It-Tlieta, 23 ta' Mejju, 1995", "WERREJ", "MINUTI 238", "KUNSENS GĦAL ATTI 238", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 238", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 247", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "THE LOCAL MANUFACTURES (PROMOTION) (AMENDMENT) BILL", "Kumitat 248", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI (EMENDA NRU.", "3)", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL", "It-Tieni Qari 267", "AĠĠORNAMENT 274", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 282", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 423 li saret fit-22 ta' Mejju, 1995, ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XII ta' l-1995 - Att biex jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291; u", "Att Nru XIII ta' l-1995 - Att biex jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WIED IL-GĦAJN - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "25911.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Għalkemm il-Ministru permezz ta' tweġibiet parlamentari qal kemm-il darba li l-għases kollha jinfetħu regolarment, jikkonferma li dan mhux strettament korrett peress li:", "1) għalkemm fuq id-detail jidher li suppost ikun hemm pulizija fl-għassa, dan fil-fatt jiġi assenjat xogħol ta' għassa ma' residenza ta' ministru jew segretarju parlamentari?", "2) kemm-il darba - kif fil-fatt ġara fil-jum meta saret is-serqa mill-BOV f'Wied il-Għajn - il-Pulizija kien skorta ma' priġunier li kellu jidher il- Qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 24780 u 25691.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jien informat li veru li l-pulizija li kien għassa Wied il-Għajn dak inhar tal-hold-up kien ordnat biex jagħmel xogħol ta' skorta ma' priġunier.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ - STUDENTI BARRANIN", "25912.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nirreferi l-Ministru għat- tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari numru 24695 dwar in-numru ta' studenti barranin li attendew l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż fl-1994.", "Peress li fit-tweġiba hemm biss dawk l-istudenti li huma taħt it-18-il sena u dawk 'il fuq minn 60 sena, jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' studenti li attendew dawn il-ħames skejjel imsemmija fit-tweġiba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-għadd totali ta' studenti li attendew fl-1994 fil-ħames skejjel konċernati kien hekk:", "|Institute of English |8,456| |Language Studies | | |N.S.T.S. |5,000| |Inlingua School of Languages|3,033| |European Centre of English |2,658| |Language Studies | | |Sprachcaffe Plus Languages |1,239|", "SERGEI KOTELMIKOV - TOURIST VISA", "25913.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 25099 li oriġinarjament għamilt lill-Viċi Prim Ministru, ċioe' jgħid fuq liema bażi nħarġet il-visa ta' Sergei Kotelmikov (Russu) biex jidħol Malta wara li fil-perjodu Mejju 1994 - Jannar 1995 ġie rrifjutat tliet darbiet il-permess lilu biex jaħdem f'Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sergei Kotelmikov ingħata tourist visa li ma tippermettix li persuna taħdem f'Malta.", "Fl-14 ta' Marzu, 1995 din il-persuna ġiet immultata Lm100 talli ħadmet f'Malta mingħajr permess, filwaqt li dak li impjegaha weħel Lm500.", "Għaldaqstant Sergei Kotelmikov ġie ddikjarat immigrant ipprojbit mill- Qorti u tkeċċa minn Malta dak inhar stess.", "PULIZIJA - MEMBRI INVESTIGATI", "26007.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil- Korp tal-Pulizija li qed jiġu nvestigati dwar flus mill-extra duty fuq il- film Cut Throat Island?", "Kemm hemm membri li qed jiġu nvestigati?", "X'passi se jittieħdu?", "Fiex waslu dawn il-passi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar dan il-każ ninsab informat li membru tal-Korp tal- Pulizija ġie mixli quddiem il-Qorti fis-16 ta' Mejju 1995.", "Mhux prudenti li nikkummenta dwar każ li qed jiġi trattat fil-Qorti.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KORS TA' NURSING AIDES", "26141.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ewwel kors ta' Nursing Aides li kien diġa' beda, issa jinsab wieqaf?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l- Ministru jgħid għaliex ġara dan?", "Kemm hemm studenti fl-ewwel kors?", "Meta hemm il-ħsieb li dan il-kors jerġa' jibda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li l-ewwel kors tan-Nursing Aides għadu għaddej.", "Bħalissa hemm 16-il trainee fir-raba' grupp ta' Stream A li qed jagħmlu l-programm.", "SPTAR ĠENERALI - MEWT TA' TARBIJA", "26142.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'Marzu kien hemm tarbija li mietet waqt intervent fit-twelid?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx awtopsja fuq din it-tarbija u x'kienet il-kawża tal-mewt?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Filwaqt li ġejt informat li saret awtopsja kif kien jitlob il-każ, m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25760 fis-Seduta Nru. 418 fid-9 ta' Mejju, 1995.", "SPTAR ĠENERALI - INFERMIERA", "26143.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex infermiera fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li kellha argument mas- supretendent ta' l-Isptar minħabba li lmentat li tħalliet taħdem waħedha fis-sala, wassal biex din kellha tirriżenja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda riżenja tat-tip imsemmija fil-mistoqsija.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - IMPIEG TA' NFERMIERA", "26144.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati infermiera minn fost dawk li spiċċaw korsijiet fl-Istitut tas- Saħħa, fl-Universita', mill-1990 sa l-1994?", "Jista' l-Ministru jagħti t- tweġiba tiegħu skond il-gradi ta' l-infermiera li ġew impjegati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li n-numru ta' infermiera li ġew impjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa minn fost dawk li spiċċaw korsijiet fl-Istitut tas-Saħħa mill-1990 sal-1994 huwa kif ġej:", "Enrolled Nurse Staff Nurse", "1990 20 23 1991 12 25 1992 6 23 1993 21 37 1994 41 38", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - INFERMIERA", "26145.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex infermiera li kienu rriżenjaw mis-servizz u reġgħu applikaw biex jidħlu, mhux biss tilfu s-servizz, iżda kellhom jaħdmu bħala casuals għal sitt xhur u meta ġew appuntati kellhom jaħdmu tliet xhur oħra on probation u hemm minn fosthom li għadhom qed jitħallsu bħala casuals?", "Ma jidhirlux il- Ministru li dawn l-affarijiet ma jinkoraġġux li n-numru ta' infermiera jiżdied?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li meta infermiera jirriżenjaw mis-servizz u jerġgħu japplikaw biex jidħlu, qed jiġu mpjegati bħala casuals sakemm tiġi pproċessata s- sejħa għall-applikazzjonijiet relattiva mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u jkunu appuntati fuq bażi permanenti.", "Din hi konċessjoni mogħtija biss lill-infermiera għax ħaddiema oħra ma jkunux jistgħu jerġgħu jibdew jaħdmu qabel ma' l-proċedura msemmija hawn fuq tkun finalizzata.", "Ingħatat konċessjoni oħra lill-infermiera biex dawk li jibdew jaħdmu bħala casuals igawdu minnufih il-benefiċċji kollha bħal dawk l-infermiera li huma mpjegati fuq bażi permanenti.", "Dan ifisser li l-infermiera casuals qed jitħallsu bħal dawk li huma mpjegati fuq bażi permanenti.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jista' l-Ministru jagħmel xi ħaġa biex iż- żmien tas-servizz li ħaddiema jkunu għamlu qabel irriżenjaw, jingħadd maż- żmien li wieħed jerġa' jagħmel fis-servizz mingħajr interruzzjoni?", "M'inix qed nirreferi biss għan-nurses, imma għall-impjegati kollha tal-Gvern, inklużi t-teachers.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien jidhirli li kien hemm risposta għall- mistoqsija parlamentari f'dan is-sens u fil-fatt it-tweġiba kienet li qed isir studju biex jara jekk dan hux possibbli li jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna huwiex imħasseb u mbeżża' bin-numru sostanzjali ta' infermiera li qegħdin jirriżenjaw?", "Meta staqsejt kemm qed jirriżenjaw jew jirtiraw bl-eta' infermiera kull sena u kemm qed jiġu replaced b'infermiera ġodda li jkunu studjaw fl-Institute of Health Care, ġejt informat li għadna lura ħafna.", "Fil-fatt bħalissa n-numru ta' infermiera ġodda li qed jispiċċaw il- korsijiet u jidħlu fis-servizz hu qisu taqtira ta' l-ilma f'oċean.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li ta' kull sena f'dawn l-aħħar tliet snin qed jitilqu mill-isptar xi 40 jew 50 infermier biex imorru jaħdmu x'imkien ieħor?", "Minn xi tlieta jew erba' snin ilu bdew jitilqu ħafna nurses mis- servizz.", "Barra minn hekk, minn hawn u ftit xhur oħra se jinfetħu żewġ sptarijiet privati u jien nikkalkola li dawn l-isptarijiet se jeħdulna mill-anqas 50, 60 infermier.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament wieħed dejjem jinkwieta meta nies ikkwalifikati jitilqu mis-servizz, pero' huwa pożittiv li għal dawn l-aħħar tliet snin, in-numru ta' nurses ġodda li daħlu fis-servizz kien aktar minn dawk li telqu.", "Jiġifieri bħala complement in-numru ta' nurses m'huwiex jonqos.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant qed nagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex inħajru kemm jista' jkun studenti jibdew in-nursing courses u n-numru sabiħ ta' studenti li hemm fl-Institute of Health Care huwa inkoraġġanti.", "Wara kollox ħadd ma jista' jobbliga lil ħadd sabiex jibda nursing course.", "MELLIEĦA - PROĠETT TURISTIKU", "26179.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Peress li jidher li hemm il-ħsieb li l-parti mmarkata bl-isfar fil-mappa (mibgħuta under separate cover), se tiġi żviluppata fi proġett turistiku, jista' l-Ministru jara li din l-art tiġi esproprjata biex il-pubbliku jkompli jgawdi l-veduti mprezzabbli li hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd) (f'isem il- Ministru għall-Ambjent) Jien informat li bħalissa l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma għandha ebda applikazzjoni għall-proġett turistiku fuq l-art imsemmija.", "Meta u jekk tiġi applikazzjoni bħal din, l-Awtorita' tuża l-policies tagħha biex tiddeċiedi jekk jinħariġx permess u x'tip ta' żvilupp jiġi aċċettat.", "Rigward it-tieni mistoqsija wieħed irid jeżamina jekk l-esproprjazzjoni hijiex l-aħjar mezz biex jiġi mħares l-ambjent.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - ĦLAS TA' SAHRA LILL-INFERMIERA", "26180.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Hemm xi nurses fl-isptarijiet pubbliċi li ilhom ma jitħallsu ta' l-overtime li ħadmu minn Jannar 'l hawn?", "Jekk iva, x'inhi r-raġuni?", "Meta se jitħallsu?", "Hemm xi impjegati oħra fil-qasam tas-saħħa li ilhom ix-xhur ma jitħallsu ta' l-overtime?", "Meta se jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS DEGURA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li fl-aħħar ta' April ma kienx hemm ħlas pendenti dwar overtime li ħadmu l-infermiera.", "Għar-rigward ħlas ta' overtime lill-impjegati oħra, jirriżulta li dan qed isir regolarment ħlief li hemm numru ta' Health Assistants u Hospital Auxiliaries li jaħdmu fir-residenza San Vinċenz de Paule li ma tħallsux ta' l-overtime li ħadmu minn Novembru 1994 'l hawn.", "F'nofs dan ix-xahar - Mejju 1995 - dawn l-impjegati tħallsu ta' l-overtime li sar f'Novembru, f'Diċembru 1994 u f'Jannar, 1995.", "L-overtime ta' Frar ser jitħallas mal- paga ta' Mejju 1995.", "Overtime li nħadem f'Marzu u April 1995 se jitħallas mal-paga ta' Ġunju, 1995.", "FURJANA - CAR PARK", "26212.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24070 dwar il-bini ta' car park fil-Furjana li għamiltlek fit-18 ta' Jannar, peress li tajtni x'nifhem li l-istrutturi li saru mis-sidien tal-kumpannija MCP kienu konformi mal- permessi maħruġa, jista' l-Ministru jgħid kif tliet xhur wara l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabet li dan ma kienx hekk meta fil-fatt jidher li s-sidien tellgħu sular żejjed 'il fuq mil-livell tat-triq?", "Għaliex l-Awtorita' damet daqshekk biex indunat b'din l-irregolarita'?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta oriġinali li s-sidien issottomettew lill-Awtorita'?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): It-tweġiba li ngħatat għar-rigward tal-mistoqsija parlamentari numru 24070 saret wara spezzjoni minn Enforcement Officer ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-20 ta' Jannar 1995.", "Minn wara li ngħatat dik it-tweġiba, saru aktar investigazzjonijiet minn fejn ġie deċiż li l-lift shaft kien aktar għoli minn dak indikat fil- permess, filwaqt li mingħajr permess kien hemm: tabella, sitt vending machines u automated telling machine.", "Madankollu ir-raġuni prinċipali għaliex ġie sospiż il-permess ma kenitx minħabba ksur ta' kondizzjonijiet fil-permess, iżda minħabba li ġie magħruf li l-applikant kien ta informazzjoni inkorretta fl-applikazzjoni li fuqha nħareġ il-permess.", "Din l-informazzjoni kienet dikjarazzjoni mill-istess applikant fejn qal li l-art kollha fejn kellu jsir l-iżvilupp hija tiegħu, meta fil-fatt l-parti 'l fuq minn Triq l-Assedju l-Kbir ma kenitx ingħatat bl-iskop għall-bini mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar saret taf b'dan meta ġiet informata mill- Kummissarju ta' l-Artijiet fil-11 ta' April u ħadet passi mill-ewwel biex din l-irregolarita' tiġi rranġata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH: Ma nafx nistax nagħmel din id-domanda minħabba li l- Ministru konċernat m'hux qiegħed hawnhekk, imma nistgħu nkunu nafu x'qed jiġri bħalissa f'dan ir-rigward?", "Ix-xogħol waqaf jew le?", "Veru li tela' sular iżjed minn dak li kien hemm propost fuq il-pjanti?", "Dan is-sular żejjed li sar, se jitneħħa minħabba li dan qed ikerrah ħafna l-ambjent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb ikun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda bil-miktub fuq dan is-suġġett lill-Ministru konċernat għax jien m'inix f'pożizzjoni li nagħtih risposta.", "PULIZIJA - SERQ BI VJOLENZA FUQ ANZJANI", "26325.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 26127?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li mill-bidu ta' din is-sena kien hemm 49 każijiet ta' serq jew serq bil-vjolenza fuq anzjani jew proprjeta' ta' anzjani.", "Il-każijiet irrapportati kienu mqassmin kif jidher hawn taħt:", "|Post |Numru | | | | |Belt Valletta |5 | |Qormi |3 | |Siggiewi |1 | |Luqa |1 | |Rahal Gdid |1 | |Zabbar |3 | |Xghajra |1 | |(Zabbar) | | |Isla |1 | |Sliema |5 | |Gzira |1 | |Msida |1 | |Ta' Xbiex |1 | |Hamrun |7 | |Rabat |8 | |Santa Venera |1 | |Marsa |2 | |Blata l-Bajda |1 | |Lija |1 | |Mosta |3 | |Qawra |2 |", "Ma kienx hemm każijiet irrapportati f'Għawdex.", "Matul l-istess perjodu kien hemm tliet persuni mressqa l-Qorti; persuna fuq każ irrapportat il-Belt Valletta u żewġ persuni oħra tressqu fuq każ li ġie rrapportat l-Isla.", "Ninsab informat li dawn il-każijiet qed jiġu mistħarrġa attivament u li qed issir sorveljanza mill-pulizija biex kemm jista' jkun każijiet bħal dawn jiġu mrażżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jikkonsidrax il-Ministru li dawk is- snieter li qed jinqabdu mill-Pulizija jitqassmu b'xejn lill-anzjani?", "(Interruzzjonijiet)", "RABAT - DAWL FIT-TOROQ", "26326.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26158, bil-konsiderazzjonijiet li saru u li nifhem li issa ilhom pendenti s- snin, jista' l-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): It-talba ta' l- Onor. Interpellant għadha qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DINGLI: TRIQ DUN BOSCO - ASFALTAR", "26327.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija: Billi Triq Dun Bosco, f'Ħad Dingli tinsab bla asfalt, jista' d-dipartiment iwettaq ix- xogħlijiet meħtieġa sabiex jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): L-asfaltar tat-toroq ġodda isir skond il-prijoritajiet li kienu bagħtu l-kunsilli lokali u dawk tad-Dipartiment tat-Toroq skond il- fondi disponibbli.", "RABAT: WESGĦA TAL-MUŻEW - ASFALTAR", "26328.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 26060, billi din il-problema tal-wesgħa tal- mużew, ir-Rabat ilha pendenti għal numru ta' snin, jista' l-Ministru jinformani bir-riżultat ta' l-investigazzjoni li ntqal li se ssir skond il- mistoqsija parlamentari hawn fuq imsemmija?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq kiteb lid- Dipartiment tal-Mużewijiet biex jitlob clearance.", "Malli u jekk id- Dipartiment tal-Mużewijiet jagħti l-clearance lid-Dipartiment tat-Toroq, ix- xogħol ikun jista' jsir.", "TORBALL BLIND ASSOCIATION - TALBA GĦALL-PERMESSI TAL-BINI", "26329.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Billi skond il-Planning Authority, id-Dipartiment ta' l-Artijiet għadu ma weġibx għall-korrispondenza mibgħuta lil dan id- Dipartiment dwar it-talba għall-permessi tal-PAPB lit-Torball Blind Association, jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-proċess meħtieġ?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): S'issa ma ġiet ebda applikazzjoni jew ittra mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex id- Dipartiment ta' l-Artijiet ikun jista' jagħti n-no objection għax- xogħlijiet li jridu jagħmlu t-Torball Blind Association.", "Meta l-Onor.", "Interpellant il-ġimgħa li għaddiet kellem lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex dan jiddikjara lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar illi l- proprjeta' fejn għandha t-Torball Blind Association hija tal-Gvern u li ma hemmx oġġezzjonijiet li jsiru x-xogħlijiet, hu ġie mitlub jibgħat il- formoli relattivi ħalli jkunu jistgħu jiġu pproċessati mmedjatament.", "Sussegwentement il-perit inkarigat mill-Assoċjazzjoni msemmija bagħat dawn il-formoli, pero' rriżulta illi l-formoli ma kenux dawk li jridu jiġu mimlija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, imma kienu formoli li l-perit u l- Assoċjazzjoni jridu jimlew huma stess u jibagħtu waħda lid-Dipartiment ta' l-Artijiet fejn ikunu qegħdin jagħtu notifika li applikaw għax-xogħlijiet u l-oħra lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fil-fatt il-perit ġie mgħarraf b'dan u l-formoli kollha ġew mibgħuta lura lilu.", "S'issa ma ġiet ebda formola lura biex din tkun tista' tiġi proċessata mid-Dipartiment.", "GĦAQDIET SPORTIVI U KULTURALI - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "26336.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kienu f'numru t-talbiet ta' dawk l-għaqdiet sportivi u kulturali li talbu għajnuna finanzjarja lill-Ministeru u li fil-fatt ma ġewx milqugħa għar-raġunijiet ta' limitazzjonijiet finanzjarji li għandu l-Ministeru?", "Kemm jammontaw f'ċifra finanzjarja sena b'sena dawn it-talbiet u x'qed jiġi propost mill-Gvern biex jintlaħqu dawn it-talbiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Fid- Dipartiment tal-Kultura ma kenitx tinżamm statistika ta' dawk l-għaqdiet kulturali li jkunu talbu għall-għajnuna finanzjarja u t-talba tagħhom ma tkunx ġiet milqugħa għal raġunijiet ta' limitazzjonijiet finanzjarji.", "Fl-1994 il-Ministeru nieda programm ta' għajnuna għal inizjattiva minn individwi u għaqdiet kulturali fuq bażi ta' kull sitt xhur.", "Minn dak iż- żmien 'l hawn taħt dan il-programm ma ġewx milqugħa 33 talba minn għaqdiet kulturali u 17-il talba minn individwi.", "Dawn it-talbiet ma ġewx neċessarjament rifjutati minħabba raġunijiet ta' limitazzjonijiet ta' finanzi.", "Ġeneralment it-talbiet ma jispeċifikawx ammont ta' ċifra finanzjarja mitluba.", "Rigward l-informazzjoni dwar għaqdiet sportivi din għadha qed tinġabar.", "MTARFA - CLUSTER HOUSES", "26360.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Peress illi hemm residenti fl-Imtarfa li għadhom ma jistgħux jibdew jabitaw fil-cluster houses tagħhom - allavolja ilhom li ħaduhom mis-sena l-oħra - jista' l-Ministru jgħid meta se jitqabbdulhom il- komunikazzjonijiet tal-cluster houses mal-main tad-drenaġġ, dawl u ilma biex ikunu jistgħu jidħlu jgħixu fihom?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li filwaqt li s-sistema tad-drenaġġ qiegħda fil-fażi finali u s-sistema tad-dawl qiegħda tiġi nstallata, is- sistema ta' l-ilma mistennija titlesta fi żmien qasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk jafx li hemm problemi fil-housing estate ta' Ħaż-Żabbar fejn ċediet l-art ta' blokk ta' flats li kien inbena?", "Jista' jgħidli wkoll jekk jafx li f'dawn il-flats hemm ukoll ħsara strutturali u minkejja li d-dipartiment jaf li dawn qegħdin fil- periklu, għadu ma sar xejn kostruttiv biex dawn il-flats jiġu rranġati u jitneħħa l-periklu li jeżisti?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Fil-fatt jien ma naf xejn dwar dan il-każ, ħlief li dan l-aħħar kien hemm xi korrispondenza fil-gazzetti.", "Pero' m'inix informat b'mod uffiċjali dwar dan il-każ.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma sirtx naf b'dan il-każ mill-gazzetta, pero' nista' ngħid li qaluli li kien hemm korrispondenza mad-dipartiment u li fil- fatt kien mar xi ħadd li kkonferma li hemm il-periklu.", "Jien qed nitolbok biex tara jekk hux veru li hemm dan il-periklu, u jekk dan huwa minnu, jitneħħa.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien mhux qed ngħid li ma nkitbux ittri lid- dipartiment, imma naħseb l-Onor.", "Mizzi japprezza li mhux il-korrispondenza kollha li tasal id-dipartiment bilfors ikun jaf biha l-Ministru, għax kieku l-Ministru jkollu x'jagħmel ferm iktar milli fil-fatt għandu x'jagħmel!", "DJAR TAL-GVERN - ŻAMMA TA' ANNIMALI", "26361.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Alfred Portelli) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk meta resident fi flat jew f'dar tal-Gvern ikun qed iżomm l-annimali, bħal klieb, ifissirx li jkun qed jikser il-kuntratt bejnu u bejn l-Awtorita' tad- Djar?", "X'passi jittieħdu meta jsiru rapporti f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Meta jidħol rapport ta' dan il-ġeneru, l-Awtorita' tieħu l-passi neċessarji biex wieħed joqgħod għall-kondizzjonijiet tal- bejgħ tal-fond.", "F'dawk il-każi li l-kuntratt ta' bejgħ jgħid li ż-żamma ta' annimali fil- blokk jew ġol-fond innifsu hija pprojbita, l-Awtorita' titlob lil dak li jkun qed jikser din il-kondizzjoni biex jirregolarizza ruħu.", "Jekk jonqos, l-Awtorita' tieħu l-passi neċessarji kontemplati fl-istess kuntratt, anke passi legali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk meta jkun hemm klawsola bħal din, tinkludix l-annimali kollha, jew humiex exempted il- klieb u qtates?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jidher li llejla l-Onor.", "Mifsud Bonnici għandu sens ta' umoriżmu, imma apparti l-umoriżmu, l-annimali kollha huma nklużi f'lista bħal din.", "DJAR TAL-GVERN - ATTI TA' IMPRUDENZA", "26362.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Alfred Portelli) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha rapporti l-Awtorita' tad-Djar u/jew id-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali dwar ilmenti minn residenti f'oqsma tad-Djar tal- Gvern rigward ħmieġ u atti ta' imprudenza minn ċerti residenti oħra?", "Isiru spezzjonijiet dwar dawn l-ilmenti?", "X'riżultati kien hemm?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-Awtorita' tad-Djar ma żżommx reġistru ta' dawn l-ilmenti.", "Pero' kull ilment li jasal jiġi nvestigat u jekk jinstab li xi resident li xtara xi fond minghand l-Awtorita' kiser xi kondizzjoni tal-kuntratt jittieħdu passi neċessarji ħalli dan is-sid jirregolarizza ruħu.", "DIPARTIMENT TAR-REĠISTRU PUBBLIKU - REĠISTRATURI TAŻ-ŻWIEĠ", "26363.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Alfred Portelli) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu r-Reġistraturi taż-Żwieġ peress li ilhom ma jitħallsu minn Jannar 1995?", "Peress li lil dawn il-Gvern itterminalhom l-impieg bħala reġistraturi taż- żwieġ - bla ma qatt tahom żieda, il-flus li kienu jingħataw lilhom se jibdew jingħataw lil ħaddieħor?", "Lil min?", "ONOR.", "CENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Minħabba l-fatt li wara l-emendi li saru fil-Liġi ta' l-1975 dwar iż-Żwieġ u li ġew fis-seħħ fil-15 ta' Mejju 1995 ix-xogħol li kienu jagħmlu d-Delegati tar- Reġistru taż-Żwieġ ma baqax jiġi mogħti lilhom, id-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku u d-Delegati stess kienu ftiehmu li dawn jitħallsu f'darba għax- xogħol kollu li kienu għamlu mill-1 ta' Jannar sal-14 ta' Mejju 1995.", "Dawn id-Delegati kienu jitħallsu kull tliet xhur u fil-fatt ma baqgħalhom jieħdu xejn aktar mir-Reġistru Pubbliku.", "Ħadd m'hu se jitħallas biex issir ir-reġistrazzjoni taż-żwieġ kif rikjesta bl-emendi l-ġodda.", "VAT - VAT FUQ XIRI TA' DJAR", "26364.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Alfred Portelli) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid:-", "a. Meta wieħed jixtri post bħala l-ewwel residenza tiegħu, dan irid iħallas il-VAT fuqu għand in-nutar?", "b. Dan ix-xerrej jieħu lura l-VAT?", "ċ.", "X'inhi l-proċedura biex dan ix-xerrej jieħu lura l-VAT?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li xiri ta' proprjeta' hi eżentata bla kreditu u għalhekk ma titħallas ebda VAT.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti fuq il-Mejda.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Informazzjoni dwar impjegati mad-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 26454; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar-riżultat tal-każ 60A - Rapport numru 84;", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar-riżultat tal-każ 62 - Rapport numru 85;", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar-riżultat tal-każ 163 - Rapport numru 86; u", "Rapport mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tar-riżultat tal-każ 145 - Rapport numru 79.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "THE LOCAL MANUFACTURES (PROMOTION) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-22 ta' Mejju 1995.", "Klawsola 5 - Sostituzzjoni ta' l-Ewwel u t-Tieni Skedi li jinsabu ma' l-Att prinċipali (Kont.)", "Clause 5 - Substitution of First and Second Schedules to the principal Act.", "(Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Il-bieraħ wara li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni semmiet li l-SGS, li hi kumpannija li ġiet tinvesti fiż-żmien l-Amministrazzjoni Laburista, kienet responsabbli għal madwar 50% ta' l-esportazzjoni, meta l- Ministru kien se jitkellem fuq l-esportazzjoni qal li ma setax jifhem kif filwaqt li hemm 30,000 impjegat fis-settur tal-manifattura, l-Oppożizzjoni qed tgħid li l-industrija f'pajjiżna tkissret.", "Jien niċħad li xi darba għidt li l-industrija tkissret għax it-terminu li wżajt fir-rigward tas- settur tal-manifattura kien li \"staġna\" u mhux li \"tkisser\".", "Din il-kelma hi totalment differenti mill-kelma li uża l-Ministru.", "Dan is-settur tant staġna, li ż-żieda fl-impiegi fis-settur ta' l-industrija kienet minima - ta' 62 impieg biss.", "L-argument tal-Ministru iktar u iktar ma jreġix meta wieħed jara li l-Gvern ħela l-enerġija kollha u riżorsi kbar finanzjarji biex jippromwovi l-investiment barrani ta' hi-tech industry f'pajjiżna.", "Kif għidt diġa', għalkemm smajna ħafna tpaċpiċ u fanfarunati fuq il-Mosta Technopark, il-fatti huma dawk li semmejna aħna u l-Ministru ma jistax jinnegahom.", "Il-Gvern ipprova jbellagħha lill-poplu li b'ippjanar serju l- Mosta Technopark kienet se tiġi speċi ta' replika tas-Silicone Valley ta' California.", "Issa l-ikbar industrija li hawn fis-Silicone Valley Malti hija Vassallo Brothers, li għalkemm tagħmel kollox żgur m'hijiex industrija tal- hi-tech!", "Fil-fatt in-net increase ta' l-impiegi fil-Mosta Technopark kien ta' 32.", "Dan ifisser li fil-Mosta Technopark nħolqu impiegi ġodda għal 32 persuna biss.", "Issa biex nikkonferma l-argument ta' l-Oppożizzjoni rigward l-SGS se nikkwota mir-Rapport Annwali tas-Central Bank għas-sena 1994.", "F'paġna 15 ta' dan ir-rapport insibu li:", "\"The growth in exports of manufactures, however, was mainly attributable to one firm in the machinery sub-sector which upgraded its product line, thus boosting the value of its output.", "It is interesting to note that those sectors of the manufacturing industry which sell at least eighty per cent or more of their output to the domestic market became even more locally-oriented during the period surveyed.\".", "Mela anke dan ir-rapport tal-Gvern - rapport li żgur qrah il-Ministru - qed jikkonferma l-argumenti kollha ta' l-Oppożizzjoni.", "Minkejja l-ħafna paroli li kellna dwar hi-tech industry, iż-żieda fl-esportazzjoni kienet biss minħabba ditta waħda - l-SGS.", "Mr Chairman, xi tliet ġimgħat ilu għamilt mistoqsija parlamentari lill- Ministru fejn tlabtu jagħtini lista dettaljata ta' l-ispejjeż li saru fil- bini tal-Mosta Technopark li sewa lill-Gvern madwar Lm3.5 miljun.", "Wieħed jiftakar il-ħafna tpaċpiċ li sar meta ġew indirizzati l-industrijalisti Ingliżi fejn qalulhom biex joqogħdu fil-queue għax hemm lista twila ta' investituri li jixtiequ jinvestu f'Malta.", "Fir-rapport ta' ħidma tal- Ministeru għas-sena 1994 insibu li l-Ministru stess qal li ġew ikkonsidrati mill-MDC 16-il proġett.", "Fil-fatt f'dan ir-rapport m'hemmx li ġew \"approvati\" 16-il proġett, iżda li ġew \"ikkonsidrati\" 16-il proġett!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onorevoli, tista' jekk jogħġbok tibqa' fuq is- suġġett ta' l-Abbozz għax inkella noħorġu wisq 'l barra mis-suġġett.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Safejn naf jien fuq l-industrija qed nitkellem u qiegħed in order, Mr Chairman.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel huwa dwar dak li qal il-Ministru, jiġifieri li 75% ta' l-esportazzjoni Maltija tmur lejn l-Unjoni Ewropea.", "Hu donnu enfasizza li għaldaqstant l-applikazzjoni tal-Gvern Nazzjonalista biex idaħħal lill-pajjiżna membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea hija aktar aċċettabbli.", "Huwa minnu li l-industrija Maltija tesporta madwar 75% tal-prodott tagħha lejn l-Unjoni Ewropea, iżda l-Gvern x'għamel biex jgħin lill-industrija?", "Dan jaf li hemm in vigore l-Association Agreements.", "Jien għal din ir- raġuni meta konna fl-istadju tat-Tieni Qari għidt li dan huwa tradiment tal- Gvern għall-industrija Maltija.", "Il-Gvern fiex ittradixxa lill-industrija Maltija?", "Fil-fatt il-Gvern ittradixxa lill-industrija Maltija għax wara li lill-esportaturi kollha Ewropej lejn pajjiżna neħħielhom it-tariffi u l- barriers kollha, u b'hekk tahom il-vantaġġi kollha, ma ħa xejn in return.", "Ngħid għalija, jien għadni ma' ltqajt ma' ħadd li lest li jitlaq xi ħaġa minn idu mingħajr ma jieħu xi ħaġa oħra lura.", "Kieku l-Gvern tħabat u għamel negozjati serji fl-interess ta' l-industrija Maltija, żgur li kien ikollu l-ħila sabiex jitneħħew ċerti tariffi Ewropej li qed ikun ta' ostaklu għall-esportaturi Maltin lejn l-Ewropa.", "Fil-fatt il-Ministru stess ammettieh dan u semma l-eżempju tal-fish farming.", "Hu qal li li kieku m'hemmx il-15% tariffa fuq il-ħut esportat minn Malta għall-Ewropa, kieku l- esportazzjoni ta' din l-industrija kienet tkun tista' tikber.", "Għaliex il- Ministru meta kellu xi ħaġa f'idejh ramigħha mingħajr ma talab xejn in return, meta din seta' jinnegozja biha?", "X'ħa l-Ministru x'ħa talli aġevola lill-esportaturi tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Allura l- Ministru ma setax jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea sabiex din it-tariffa ta' 15% fuq l-esportazzjoni minn Malta lejn l-Ewropa titneħħa u b'hekk taġevola lill-industrijalist Malti u lill-investitur barrani li fetaħ il-fish farms f'pajjiżna?", "Jien nixtieq li l-Ministru jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet li qed tressaq in-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Sur President, punt qasir ieħor li xtaqt inressaq huwa li mhux veru li l- għan li dan l-Abbozz ta' Liġi tressaq quddiem dan il-Parlament huwa biex jippromwovi l-bejgħ ta' prodotti Maltin għas-suq lokali.", "GĦal kuntrarju, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, żgur li l-produtturi Maltin, dawk li primarjament qed jipproduċu għas-suq lokali, ħadu l-ikbar daqqa ta' ħarta.", "Fil-fatt l-ikbar daqqa ta' ħarta ħaduha diversi setturi ta' l-industrija Maltija.", "Kif kienet is-sitwazzjoni sa ftit taż-żmien ilu?", "Inti taf u jiddispjaċini li se jkolli nerġa' ngħid li sa ftit taż-żmien ilu kien hawn numru żgħir ta' prodotti li ma setgħux jidħlu f'pajjiżna għax l- importazzjoni tagħhom kienet projbita.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Point of order, l-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Ma nixtieqx ninterrompi lill-Onor.", "Membru, imma nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li aħna qegħdin fl-istadju ta' Kumitat u mhux fl-istadju ta' Second Reading.", "GĦalhekk id-diskussjonijiet ma għandhomx jieħdu daqshekk fit-tul.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sakemm l-Onor.", "Nicholl qed jitkellem fuq l-MDC, u jsemmi kwoti u ċifri, jien ma nistax inwaqqfu.", "Jien qiegħed attent ħafna għad-diskors li qed jingħad.", "(Interruzzjonijiet) Meta l-Onor.", "Nicholl żvija, ġbidtlu l-attenzjoni.", "Pero' Onorevoli, nixtieq li kemm jista' jkun inkomplu nitkellmu fuq is-suġġett ta' klawsola 5.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Jien fuq il-levies qed nitkellem u kont qed nispjega kif kienet is-sitwazzjoni sa ftit taż-żmien ilu.", "Sa ftit taż-żmien ilu aħna konna f'sitwazzjoni fejn kien hemm numru żgħir ta' prodotti li l-importazzjoni tagħhom kienet projbita.", "Fil-fatt il- prodottur Malti kellu l-aqwa protezzjoni.", "Issa m'inix se nidħol fl- argument dwar jekk dik il-policy kenitx tajba jew le, pero' huwa tajjeb jekk ngħid li b'din il-policy l-industrijalist Malti li primarjament kien qed jipproduċi għas-suq Malti, kellu l-aqwa protezzjoni li qatt seta' jkollu.", "Imbagħad kien hemm lista' oħra ta' prodotti, li kienet iktar wiesgħa, li setgħu jidħlu Malta, iżda b'ċerti restrizzjonijiet.", "Dawn minbarra li kienu jidħlu Malta bil-kwota, kellhom ukoll persentaġġ sostanzjali ta' dazju li kien jagħti ċerti vantaġġi lill-industrijalist Malti minħabba li dak li kien jimporta minn barra, kien taħt kwota - restrizzjoni qawwija - u kien hemm ukoll persentaġġ għoli ta' dazju.", "Din kienet is-sitwazzjoni sa ftit taż-żmien ilu.", "Imma malli l-Gvern daħħal is- sistema tal-levies u beda jikkwalifika billi qal li l-prodotti kollha jistgħu jiġu importati f'Malta, l-argumentar tal-Gvern waqa' mill-ewwel għax b'hekk anke jekk stess f'sena jinbiegħ biss prodott wieħed barrani, dan il-one unit of sale ikun tilfu dak il-produttur Malti li kien qed jipproduċi għas-suq lokali.", "Aħseb u ara meta lkoll nafu x'kienet il-kultura tal-konsumatur Malti dwar il-prodotti barranin.", "Issa jekk dawn kellhomx raġun jew le, hija ħaġa oħra.", "Jien nammetti li fuq ċerti prodotti l- kwalita' Maltija kienet inferjuri u nammetti wkoll li ċerti industrijalisti kienu jabbużaw mill-prezz li fil-fatt setgħu jżommuh irħis, imma billi kellhom il-monopolju ...", "Wara kollox bħal kwalunkwe settur tal-ħajja, hemm min jabbuża.", "Iżda ladarba din ġiet in vigore l-produttur Malti qatt ma' seta' jikkompeti ma' prodotti mportati minn barra.", "Barra minn hekk kien hemm il-kultura tal-konsumatur Malti li jippreferi prodott barrani.", "Kif jista' qatt prodottur Malti b'suq lokali żgħir ħafna - l-akbar żvantaġġ li għandna f'pajjiżna - jikkompeti mal-multi-national companies li kienu qed jibbumbardjaw il-media kollha bir-reklami tagħhom?", "Kulħadd jaf x'advertising budget għandhom dawn il-kumpanniji multi-nazzjonali.", "Nista' nsemmi franchise tal-catering li hawn Malta - m'hux se nsemmi isimiha - fejn fil-kuntratt hemm imniżżel li 6% of their global turnover f'Malta jrid jintnefaq fuq advertising.", "Din m'hijiex ċajta, iżda hija mniżżla f'kuntratt ta' franchise ta' kumpannija multi-nazzjonali li għandha catering establishment f'Malta.", "Għalhekk kif jista' prodottur żgħir Malti li qed jipproduċi għas-suq lokali jikkompeti meta llum il-konsumatur jaf x'saħħa għandha l-media.", "Kulħadd jaf x'marketing strategies jużaw dawn il- kumpanniji kbar biex jaħtfu s-suq f'idejhom.", "Issa inti b'daqqa ta' pinna tajt l-akbar daqqa ta' ħarta u qed tkisser dawk l-industriji Maltin li jipproduċu għas-suq lokali.", "Skond l-aħħar statistika li ħarġet, insibu li dawn l-industriji jħaddmu madwar 10,000 impjegat.", "Nixtieq li l-Ministru iwieġeb għall-mistoqsijiet li jien qajjimt u nittama li ma jaħrabx minnhom.", "Il-bieraħ, min għalija l-Onor.", "Karmenu MIfsud Bonnici u l-Onor.", "Lino Spiteri, staqsew lill-Ministru - u llum se nerġa' nirrepeti l-mistoqsija - kif wasal għall-konklużjoni biex lil ċerti setturi ta' l-industrija tiżdiedilhom il-protezzjoni u b'hekk tagħtihom aktar saħħa, mentri lil setturi oħra, tnaqqsilhom jew tneħħilhom il- protezzjoni.", "S'issa l-Ministru għadu ma ta l-ebda raġuni valida ta' kif wasal għad-deċiżjoni li lil ċerti setturi ta' l-industrija tiżdidilhom il- protezzjoni - din naqbel magħha - u lil ċertu setturi oħra ta' l-industrija teliminalhom il-protezzjoni.", "Nixtieq li l-Ministru jagħti tweġiba ċara għall-mistoqsijiet li għamlu l-kollegi tiegħi ta' din il-naħa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, ħafna mill-punti li qajjem l-Onor.", "Nicholl huma punti li diġa' ġew diskussi fl-istadju tat-Tieni Qari u ma naħsibx li għandna nerġgħu niftħu d-dibattitu.", "Anke l-prinċipji li ntużaw sabiex ġiet iddeterminata din l-Iskeda ġew spjegati kemm-il darba.", "Kien hemm każi fejn it-tneħħija tad-dazju ġiet trasformata f'levy; kien hemm każi fejn ma kienx hemm bżonn ta' dan għaliex il-prodott m'huwiex manifatturat f'Malta jew inkella d-dazju kien for revenue raising purposes u kien hemm każi oħra fejn inħass il-bżonn li għalkemm il-protezzjni kellha tibqa', kellha tonqos xi ftit.", "Dawn kienu r-raġunijiet u fil-fatt diġa' semmejnihom qabel.", "Jiena ma nafx kif wieħed jista' jirrispondi għal dawn il-punti li qajjem l-Onor.", "Interpellant f'dan l-istadju ta' Kumitat.", "Jien għandi risposti għal kull punt li semma, pero' ngħid ukoll li fit-Tieni Qari diġa' irrispondejt għal kważi kull punt li qajjem.", "Huwa inutli li nerġa' niftaħ id-dibattitu fuq il-kumpanniji export-oriented u jekk dawn jiddependux minn kumpannija waħda jew le, eċċ. Ngħid biss, li \"the proof of the pudding is in the eating\".", "Il-verita' hija li f'dawn l-aħħar tmien snin is-settur tal-manifattura żied 1,700 impieg u kontrarjament għal dak li qal l-Onor.", "Nicholl, is-sena li għaddiet fil-qasam tal-manifattura ma kienx hemm żieda ta' 62 impieg biss - dik il-figura kienet sa Settembru - iżda kien hemm żieda ta' 300 impieg.", "Is-settur tal-manifattura qed jespandi b'ritmu tajjeb u qed ikollu investiment tajjeb.", "Anke dawk l-industriji li huma aktar locally-oriented, qegħdin iħarsu aktar lejn l-esportazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Waħda mill-mistoqsijiet li għamilt lill-Ministru kienet x'wassal lill-Ministeru biex saħħaħ jew ħalla l-istess, il- protezzjoni fuq ċerti prodotti, bħalma hija l-birra, u mbagħad tnaqqset il- protezzjoni minn fuq prodotti oħra ta' l-industrija - bħalma huma tights u qomos fis-settur tat-tessuti.", "Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill- Ministeru biex jagħmel din id-diskriminazzjoni bejn żewġ setturi ta' l- industrija?", "Safejn naf jien il-Ministru għadu ma weġibx din il-mistoqsija.", "Xi kriterji ntużaw biex ittieħdet din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk per eżempju wieħed iħares lejn l-Economic Survey isib li s-settur tal-beverages iħaddem madwar 1,200 ruħ.", "Issa aħna nafu li l-beverages primarjament jinbiegħu fis-suq lokali u minn Jannar sa Settembru 1994 il-bejgħ kien ta' Lm 22 miljun.", "Malajr wieħed jasal għall-konlużjoni li ġaladarba s-settur tal-beverages - inkluż il-birra - għandu 1,200 impieg u l-produzzjoni hija prinċipalment locally-oriented b'bejgħ li jaqbeż Lm22 miljun, rridu noqogħdu attenti kif nimxu.", "Jekk wieħed iħares lejn is-settur tat-tessuti, jara li hawnhekk l-istorja hi kompletament differenti.", "F'dan is-settur l-esportazzjoni kienet primarjament il-mutur tiegħu.", "Fl-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet, naraw li xi Lm46 miljun minn madwar Lm50 miljun fi produzzjoni kienu ġejjin minn bejgħ għall-esportazzjoni.", "Anke hawnhekk wieħed irid jevalva kull prodott separatament biex jara fejn għad hemm bżonn il-protezzjoni u fejn m'hemmx bżonn protezzjoni.", "Għad hemm protezzjoni fis-settur tat-tessuti u ta' l-wearing apparel għax għad hemm il-levies.", "Dażgur li għad hemm il- levies, pero' hemm ċertu setturi fejn il-levy naqset biex il-benefiċċju jgħaddi għand il-konsumatur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fis-seduta tal-bieraħ il-Ministru beda jagħti l-ispjegazzjonijiet tiegħu u jagħmel osservazzjonijiet oħra dwar diversi prodotti li kienu ssemmew fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l- Abbozz ta' Liġi.", "Nixtieq nfakkar lill-Ministru li l-lista ta' prodotti li lħaqt semmejt dak inhar ma kenitx eżawrenti għaliex f'nofs id- diskussjoni, meta kont qiegħed nelenka l-prodotti fejn hemm varjazzjoni, il- Ministru qal li dak ix-xogħol jista' jsir fl-istadju ta' Kumitat.", "GĦalhekk illum se nkompli nitlob lill-Ministru sabiex jagħti aktar informazzjoni lill-Kamra dwar prodotti partikolari, speċjalment dawk li żdieditilhom il- protezzjoni.", "Il-bieraħ il-Ministru kkonċentra f'dawk il-każi ta' prodotti fejn hemm tnaqqis fil-levy u allura spjega, li fil-ġudizzju tal-Gvern wara l- konsultazzjonijiet li saru mas-setturi interessati, inħass li l-konsumatur jista' jibbenefika billi jkun hemm tnaqqis fil-levy u għalhekk wieħed jippretendi li jkun hemm ukoll tnaqqis fil-prezz.", "Nixtieq li l-Kamra tiġi nformata għaliex is-sitwazzjoni għar-rigward ta' dawn il-prodotti li se nsemmi hija differenti minn dan li qed ngħid.", "Il-Gvern stess qal li qed jagħmel introduction of protection.", "Issa \"introduction of protection\" m'hijiex levy li daħlet jew żdiedet biex tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fid- dazju, imma hija protezzjoni li qed tingħata issa, fejn qabel ma kienx hemm f'forma oħra - dik ta' dazju.", "Jien se nsemmi dawn il-prodotti li ġejjin ħalli l-Ministru jkun jista' jagħti spjega għaliex daħlet din l- introduction of protection.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-paġna 16 tal-Comparative Statement - hu diġa' għamel xi referenza għal dawn il-prodotti li se nsemmi - fejn hemm ħames każi ta' introduction of protection, jiġifieri mill-H.S. Code 1103.11.90.10 sa l-H.S. Code 1517.90.91.00.", "F'dawn il-ħames prodotti ġiet introdotta l-levy għall-ewwel darba u nerġa' ngħid li din ma saritx b'sostituzzjoni ta' dazju li tneħħa, imma hija introduzzjoni ta' levy.", "L-istess ħaġa - u jidhirli li l-bieraħ għamel referenza għaliha l- Ministru imma ma fhimtx x'inhi r-raġuni ta' din il-protezzjoni - f'paġna 19 insibu li hemm introduction of levy għall-prodott bl-H.S. Code 1901.20.00.00.", "Din l-introduzzjoni ta' levy tinsab ukoll f'paġna 21 fuq il- prodott bl-H.S. Code 2001.90.95.20 u f'paġna 29 fuq il-prodotti bl-H.S. Code 2105.00.10.90 u bl-H.S. Code 2106.90.99.42.", "Il-bieraħ l-Ministru għamel referenza għal dan, imma jien ma fhimtx x'inhi l-ispjegazzjoni għall- introduzzjoni tal-protezzjoni.", "Niġu għal paġna 30 fejn insibu numru ta' prodotti oħra li fuqhom ġiet introdotta il-levy.", "Hawnhekk hawn introduction of levy mingħajr ma ngħatat ebda spjegazzjoni għaliex saret.", "F'paġna 31 hemm ukoll introduction of levy mingħajr ma hemm ebda spjegazzjoni għaliha u nerġa' ngħid li din saret mhux b'sostituzzjoni tad-dazju.", "F'paġna 32 hemm żewġ każi oħra ta' introduction of levy u l-bieraħ l-Ministru għamel referenza għall-prodott minnhom, is-sigarri.", "F'paġna 33 hemm tliet każi oħra ta' introduction of levy.", "Imbagħad f'paġna 35 hemm żewġ każi fejn hemm re- introduction of levy u jidhirli li l-Ministru l-bieraħ qal li fil-fatt il- levy kienet tneħħiet, imma nstab li l-industrija partikolari ntlaqtet ħażin u allura wieħed kellu jagħmel re-introduction of levy.", "F'paġna 40 hemm prodott ieħor, bl-H.S. Code 4819.60.00.10; f'paġna 45 hemm il-prodott bl- H.S. Code 6802.23.00.00 u f'paġna 46 hemm il-prodott bl-H.S. Code 6907.10.00.00.", "F'dawn il-każi kollha hemm introduction of levy.", "Jien dejjem ngħid li dan ma sarx wara l-liberalisation of importation, imma dawn huma kollha każi differenti.", "Jien m'inix insemmi fejn kien hemm liberalisation of importation in line with Government policy, imma qed insemmi biss fejn hemm l-introduzzjoni tal-levy għall-ewwel darba.", "F'paġna 50 ma nsibux li hemm introduction of levy, imma hemm an increase of levy, u dan mhux biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fid-dazji, imma żgur biex tiżdied il-protezzjoni.", "F'dawn iż-żewġ każi - il-prodotti bl-H.S. Code 9403.80.00.90 u bl-H.S. Code 9403.90.90.19 - hemm increase of levy, żieda sostanzjali fil-protezzjoni.", "Jien naħseb li l-Ministru għandu jispjega għaliex il-Kamra qed tiġi mitluba tawtorizza żieda fil-levy.", "Naturalment l-ispjegazzjoni li se tingħata se tkun li fl-opinjoni tal-Gvern, dawn l-oqsma tal-manifattura jeħtieġu iktar protezzjoni milli għandhom illum.", "Imma din m'hix spjegazzjoni li se tipperswadi, una volta l-Gvern qiegħed jimxi b'politika li biha qed inaqqas il-protezzjoni u mhux iżidha.", "Meta l-Gvern jgħid li qed inaqqas il-protezzjoni, wieħed jifhimha, għalkemm jista' jkun li f'ċerti każijiet ma jaqbilx magħha.", "Wieħed jifhimha wkoll meta l-Gvern jgħid li se jżomm l-istess livell ta' protezzjoni permezz ta' l- introduzzjoni tal-levy li tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fid-dazju, għalkemm anke hawnhekk wieħed jista' ma jaqbilx.", "Imma mbagħad meta jkun hemm każ ta' żieda ta' protezzjoni u minħabba f'hekk l-ispiża għall-konsumatur se tiżdied, il-Gvern għandu jagħti spjegazzjoni u ġustifikazzjoni għal kull każ.", "Hawnhekk jien qed nirreferi għall-każijiet li fihom qed tiżdied il- protezzjoni jew qed tiġi introdotta għall-ewwel darba l-protezzjoni.", "Fi tliet kwarti mill-każijiet li semmejt, il-protezzjoni qed tiġi introdotta għall-ewwel darba f'forma ta' levy, u nerġa' ngħid li din mhux qed issir b'sostituzzjoni tad-dazju.", "Mr Chairman, nixtieq li l-Ministru jispjegalna għaliex fil-każijiet li se nsemmi, filwaqt li hemm levy fuq il-prodott, hemm exemption minn fuq ċerta kwalita' ta' prodotti li jaqgħu taħt il-klassifika ġenerika ta' dawk il- prodotti.", "Fost dawn nista' nsemmi l-wafers miksijin biċ-ċikkulata ta' ċertu weight.", "Il-bieraħ issemma ċertu prodott ta' ċikkulata li naturalment jaqa' taħt din il-klassifika u huwa soġġett għal-levy, imma meta dan il- prodott ikun taħt ċertu weight, hemm eżenzjoni mill-ħlas ta' levy.", "Jien se nsemmi każijiet speċifiċi ta' exemptions li jidhirli li l-Kamra hija intitolata għal spjegazzjoni dwarhom għaliex hemm dawn l-exemptions mil- levy.", "Meta l-prodott ġeneriku huwa soġġett għal-levy, imma mbagħad kwalita' partikolari ta' dak il-prodott, hija exempt mil-levy.", "GĦaldaqstant dan il-prodott ikun jista' jidħol fil-pajjiż bi prezz irħas minn dak ta' prodotti oħra ta' dak il-ġeneru, għaliex ma' dan il-prodott m'hemmx il-levy li għandhom prodotti oħra ta' dak il-ġeneru.", "F'paġna 19 insibu l-ewwel exemption fuq il-prodott bl-H.S. Code 1901.20.00.00.", "Imbagħad f'paġna 20 hemm t-tieni exemption introduced following Bill No. 117, fuq il-prodott bl-H.S. Code 1905.30.11.10.", "It- tielet exemption - taħt l-H.S. Code 1905.30.11.90 - hija waħda mill- exemptions partikolari li għadni kemm semmejt, \"chocolate covered wafers of a weight exceeding 10gm\".", "F'dan il-każ partikolari hawn exemption, jiġifieri dan il-prodott is not subject to levy, żieda fil-levy.", "Naturalment l-ispjegazzjoni li se tingħata se tkun li fl-opinjoni tal- Gvern, dawn l-oqsma tal-manifattura jeħtieġu iktar protezzjoni milli għandhom illum.", "Imma din m'hix spjegazzjoni li se tipperswadi, una volta l- Gvern qiegħed jimxi b'politika li biha qed inaqqas il-protezzjoni u mhux iżidha.", "Meta l-Gvern jgħid li qed inaqqas il-protezzjoni, wieħed jifhimha, għalkemm jista' jkun li f'ċerti każijiet ma jaqbilx magħha.", "Wieħed jifhimha wkoll meta l-Gvern jgħid li se jżomm l-istess livell ta' protezzjoni permezz ta' l-introduzzjoni tal-levy li tagħmel tajjeb għat- tnaqqis fid-dazju, għalkemm anke hawnhekk wieħed jista' ma jaqbilx.", "Imma mbagħad meta jkun hemm każ ta' żieda ta' protezzjoni u minħabba f'hekk l- ispiża għall-konsumatur se tiżdied, il-Gvern għandu jagħti spjegazzjoni u ġustifikazzjoni għal kull każ.", "Hawnhekk jien qed nirreferi għall-każijiet li fihom qed tiżdied il-protezzjoni jew qed tiġi introdotta għall-ewwel darba l-protezzjoni.", "Fi tliet kwarti mill-każijiet li semmejt, il- protezzjoni qed tiġi introdotta għall-ewwel darba f'forma ta' levy, u nerġa' ngħid li din mhux qed issir b'sostituzzjoni tad-dazju.", "Mr Chairman, nixtieq li l-Ministru jispjegalna għaliex fil-każijiet li se nsemmi, filwaqt li hemm levy fuq il-prodott, hemm exemption minn fuq ċerta kwalita' ta' prodotti li jaqgħu taħt il-klassifika ġenerika ta' dawk il- prodotti.", "Fost dawn nista' nsemmi l-wafers miksijin biċ-ċikkulata ta' ċertu weight.", "Il-bieraħ issemma ċertu prodott ta' ċikkulata li naturalment jaqa' taħt din il-klassifika u huwa soġġett għal-levy, imma meta dan il- prodott ikun taħt ċertu weight, hemm eżenzjoni mill-ħlas ta' levy.", "Jien se nsemmi każijiet speċifiċi ta' exemptions li jidhirli li l-Kamra hija intitolata għal spjegazzjoni dwarhom għaliex hemm dawn l-exemptions mil- levy.", "Meta l-prodott ġeneriku huwa soġġett għal-levy, imma mbagħad kwalita' partikolari ta' dak il-prodott, hija exempt mil-levy.", "GĦaldaqstant dan il-prodott ikun jista' jidħol fil-pajjiż bi prezz irħas minn dak ta' prodotti oħra ta' dak il-ġeneru, għaliex ma' dan il-prodott m'hemmx il-levy li għandhom prodotti oħra ta' dak il-ġeneru.", "F'paġna 19 insibu l-ewwel exemption fuq il-prodott bl-H.S. Code 1901.20.00.00.", "Imbagħad f'paġna 20 hemm t-tieni exemption introduced following Bill No. 117, fuq il-prodott bl-H.S. Code 1905.30.11.10.", "It- tielet exemption - taħt l-H.S. Code 1905.30.11.90 - hija waħda mill- exemptions partikolari li għadni kemm semmejt, \"chocolate covered wafers of a weight exceeding 10gm\".", "F'dan il-każ partikolari hawn exemption, jiġifieri dan il-prodott is not subject to levy, imma jekk dan il-prodott ikun ta' piż differenti, ikun subject to levy.", "F'paġna 20 hemm tliet exemptions oħra.", "Imbagħad f'paġni 24 u 39 insibu li hemm aktar exemptions mil-levy introduced following Bill No. 117.", "F'paġna 44 hemm erba' exemptions.", "Dan il-każ huwa kurjuż ħafna.", "Per eżempju, naraw li l-footware with uppers of rubber or plastics u l-footwear of plastic huma exempted mil- levy; imbagħad insibu wkoll li l-levy fuq il-men's footwear with uppers of leather or composition leather has been reduced from 250c per pair to 150c per pair.", "Jiġifieri f'dan il-każ hawn reduction of levy u mhux total exemption.", "Naturalment meta dawn il-prodotti jiġu eżentati mil-levy, jsiru iktar kompetittivi fis-suq, jiġifieri jkunu jistgħu jikkompetu mal-prodotti li jinħadmu lokalment li huma ta' l-istess natura u ġeneru.", "L-importanti huwa li wieħed iżomm quddiem għajnejh li aħna m'aħniex nitkellmu fuq l- industrija tal-manifattura li tesporta, imma fuq abbozz ta' liġi li l-iskop tiegħu - hawnhekk mhux qed nirreferi biss għal dan l-Abbozz li qiegħed jemenda liġi li diġa' teżisti - hu li jippromwovi l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali.", "Huwa tajjeb li b'din is-sistema ta' inċentivazzjoni jew miżuri li qed jittieħdu, tiżdied l-esportazzjoni, imma din is-sistema hija rrelevanti għall-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu.", "Jekk l-Abbozz li qed niddiskutu u t-tibdiliet li qed nagħmlu ma jgħinux biex jinċentiva l-produzzjoni għas-suq lokali, l-iskop tal-Liġi ma jkunx qed jiġi milħuq għax l-iskop huwa li tippromwovi l-industrija għas-suq lokali u mhux li tippromwovi lill-industrija li tesporta, għax għal dawn hemm inċentivi u miżuri oħra.", "GĦalhekk wieħed irid jara jekk hux veru li l- miżuri li hemm taħt din il-Liġi humiex qed jilħqu l-iskop prinċipali.", "Jien nixtieq nerġa' nfakkar li aħna qed niddiskutu emendi fil-liġi li tippromwovi l-produzzjoni ta' prodotti lokali, jiġifieri l-prodotti li jkunu se jmorru għas-suq lokali.", "(Interruzzjonijiet) Tajba din!", "Ħalli naraw jekk dak li qed tgħid int hux minnu!", "X'miżura hawn f'din il-Liġi li b'xi mod isservi ta' inċentiv jew ta' għajnuna għall-esportazzjoni?", "Fil- fatt f'din il-liġi m'hawn l-ebda miżura ta' dan it-tip.", "(Interruzzjonijiet) L-iskop ta' din il-liġi hu ...", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-punt hu li din qed tippromwovi l-promozzjoni ta' prodotti lokali.", "Issa l-prodotti lokali jistgħu jiġu kemm esportati, kif ukoll kkonsmati.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma naqbilx miegħek.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Att jitkellem dwar prodotti lokali.", "Issa jekk jien nesporta T-shirt, dan inkun prodott lokali.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien nieħu gost li l-Ministri qed isibu ruħhom f'pożizzjoni fejn qed ikollhom jikkontradixxu dak kollu li qalu fl- imgħoddi, eżattament meta kienu ressqu l-Liġi prinċipali.", "Fil-fatt dak iż- żmien kienet parti mill-politika ddikjarata tal-Gvern li jbiddel l- industrija li kellna f'pajjiżna billi jagħmilha iktar orjentata għall- esportazzjoni milli għas-suq lokali.", "Imma fl-istess nifs il-Gvern kien qal ukoll li hu qiegħed ibiddel is-sistema ta' protezzjoni lil dawk li jipproduċu għas-suq lokali billi jneħħi l-limitazzjonijiet u l-ħtieġa tal- permess.", "Il-Gvern kien qal ukoll li l-liberalizzazzjoni ta' l- importazzjoni u ta' l-industrija għas-suq lokali għandha tkun f'pożizzjoni - jekk mhux dak inhar, 'l quddiem - li tikkompeti ma' l-oġġetti importati.", "Din il-Liġi kienet speċifikata li tipproteġi, safejn il-Gvern iħoss li għandu jagħti protezzjoni, lill-industrija għas-suq lokali u mhux lil dik l- industrija li tesporta.", "Tant hu hekk, li l-bieraħ il-Ministru Dalli spjega li l-politika tal-Gvern hi li hu ma għandux ikompli jagħti għajnuna lil dik l-industrija li tinsab fi stat ta' agunija u li kieku m'hux għall-għajnuna tal-Gvern din tmut.", "Il-politika tal-Gvern hi li fejn iħoss li m'hemmx futur għal ċertu industrija lokali l-Gvern ma jagħtix iktar għajnuna biex ma jipprolongax l-agunija ta' dik l-industrija.", "Aħna dejjem tkellimna għar- rigward ta' l-industrija għas-suq lokali.", "Tant hu hekk, illi l-inċentivi u l-għajnuniet li jingħataw lill-industrija li tipproduċi għall-esportazzjoni ma nsibuhomx f'din il-Liġi imma nsibuhom f'liġijiet oħra fejn hemm speċifikat x'inhuma l-għajnuniet li jingħataw lill-industrija lokali li tipproduċi għall-esportazzjoni jew inkella li l-maġġoranza tal-prodott tagħha jkun indirizzat għall-esportazzjoni.", "Mela m'hemmx dubju li dawn il- miżuri u dawn il-levies li qed jiġu introdotti huma intiżi biex jagħtu protezzjoni lil dik l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali u mhux għall- esportazzjoni.", "Ftit minuti ilu kellna spjegazzjoni mill-Onor.", "Bonnici għall-każ tal- birra.", "Hu qal illi n-numru ta' impjegati f'dan il-qasam huwa ta' 1,200 u li l-volum ta' produzzjoni fis-sena jaqbeż it-Lm22 miljun.", "GĦaldaqsant il- Gvern iħoss li din l-industrija timmerita protezzjoni.", "Imma żgur li l- protezzjoni li timmerita m'hijiex minħabba l-esportazzjoni li qed tagħmel, imma minħabba l-output tagħha għas-suq lokali.", "GĦar-rigward ta' l- esportazzjoni din għandha tattira għajnuniet mill-Gvern taħt liġijiet u skemi oħra u mhux taħt l-iskema tal-levies.", "Li mbagħad illum il-Ministru Bonnici u l-Ministru Dalli jippruvaw jgħidu li l-levies qegħdin hemm biex jagħtu protezzjoni lill-industrija lokali u huma wkoll intiżi biex jagħtu għajnuna lill-industrija li hija orjentata għall-esportazzjoni, hija xi ħaġa stramba u żgur m'hijiex korretta.", "Mela qegħdin ngħidu li aħna qed nitkellmu fuq l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali.", "Meta niġu għall-promozzjoni ta' l-industrija għas-suq lokali aħna bilfors nistaqsu jekk dawn il-levies humiex vera intiżi biex jippromwovu l- industrija għas-suq lokali.", "Skond il-Gvern dawn il-levies huma ta' natura temporanja u allura żgur huma maħsuba biex jgħinu lill-industrija li tipproduċi għas-suq lokali ħalli għal numru limitat ta' snin, għalkemm m'hux speċifikat, tkun tista' tkompli tkampa, tissaħħah u tibqa' fuq saqajha.", "Issa jekk jirnexxilhiex jew le, hija kwestjoni oħra, imma dak hu l-intent tal-Gvern.", "Aħna jidhrilna li dawn il-levies jagħtu ammont ta' protezzjoni lill-industrija li tipproduċi għas-suq lokali, imma l-kwestjoni hija jekk din hijiex għajnuna biżżejjed jew le biex ikun hemm protezzjoni effettiva għal dik l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali u mhux għall- esportazzjoni.", "Il-Gvern jgħid li fil-kalkolu tiegħu u wara n-negozjati estensivi li kellu, jħoss li hu qiegħed jagħti għajnuna u protezzjoni biżżejjed lil dawk l-industriji li għandhom prospett li xi darba jiġu fuq saqajhom mingħajr ta' iktar bżonn ta' għajnuna permezz ta' din is-sistema ta' levies.", "Imbagħad f'każi fejn il-protezzjoni tkun qed tiżdied jew qed tiġi ntrodotta għall-ewwel darba, bħall-każi kollha li semmejt qabel, il- Gvern irid jagħti spjegazzjoni kif beda biex inaqqas l-ammont ta' protezzjoni f'dawk il-każi fejn ħass li m'hemmx prospetti għal ċerti industrija, u kif introduċa forma ta' protezzjoni permezz tal-levy f'dik l- industrija li qabel ma kellhiex protezzjoni.", "Jiena jidhirli li f'dawn il- każi l-Gvern jeħtieġlu li jagħti spjegazzjoni.", "Nixtieq nagħmel l-aħħar kumment tiegħi dwar il-prodotti agrikoli għax f'dawn il-listi hawn imsemmi aktar minn 300 prodott agrikolu - diretti jew indiretti - fejn qed jingħad li l-importation is being liberalised in line with Government policy and within the GATT parameters.", "Jiġifieri f'dawn il- każ qed tiġi ntrodotta l-levy imma se jkun hemm il-liberalizzazzjoni ta' l- importazzjoni relattivament għal dawn il-prodotti.", "Il-bieraħ ġie osservat li ħafna minn dawk il-prodotti li l-importazzjoni tagħhom f'dan il-qasam agrikolu jew li huma derevati minn prodotti agrikoli, imma li huma kkonsidrati taħt il-politika agrikola tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, f'ċerti żmenijiet tas-sena jkunu mormija.", "Il-poplu Malti jaf permezz ta' l- aħbarijiet fuq it-television li kwantita' ta' prodotti jiġu distrutti kull sena għax il-produzzjoni tagħhom hija akbar mid-domanda għalihom.", "Meta l- prodotti jiġu distrutti hemm sistema fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fejn il-produttur jiġi kkompensat għall-qerda ta' dak il-prodott.", "Mela fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għandna produtturi li huma megħjuna finanzjarjament mill-politika agrikola ta' l-Unjoni biex jiddistruġġu l- prodotti.", "Issa wieħed żgur ma jaħsibx li hija diffiċli ħafna biex produttur fi Sqallija minflok ma jiddistruġġi l-prodotti kollha li tagħhom se jieħu sussidju, jagħmel ftehim biex dawn il-prodotti jesportahom lejn Malta.", "Ma tantx hija diffiċli li wieħed jimmaġina dan.", "Naħseb li negozjanti Maltin għandhom biżżejjed entree' fis-suq Sqalli biex dan ikunu jistgħu jagħmluh.", "Mela meta prodott li hu mormi fi Sqallija jiġi mportat f'pajjiżna, jkun hemm il-levy fuqu.", "Issa aħna nippretendu li meta żżid il- levy fuq dak il-prodott li min akkwistah ma jkun ħallas xejn tiegħu għax il- produttur ikun qed jitħallas mill-Unjoni Ewropea għad-distruzzjoni tiegħu, żgur li dak il-prodott ikun orħos mill-prodott lokali ekwivalenti.", "Dan bilfors li jkun hekk għax l-ispiża inizjali tax-xiri tal-prodott tkun negliġibbli għax dak il-prodott suppost huwa mormi.", "Mela f'dawk iż- żmenijiet tas-sena, għar-rigward ta' dawk il-prodotti li jiġu meqruda fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, partikolarment fi Sqallija, jekk dawk il- prodotti jiġu mportati f'pajjiżna, anke jekk wieħed jikkonsidra l-ammont ta' levy li qed jiġi ntrodott fuqhom, żgur m'humiex se jkunu ogħla jew paragunati mal-prodott lokali.", "Il-Gvern jista' jgħid li b'daqshekk il- konsumatur se jibbenefika, imma jekk wieħed jimxi bil-prinċipju li l- konsumatur għandu jibbenefika, m'għandux jintroduċi levies, iżda għandu jinsihom kompletament.", "Ma tistax tgħid li qed tintroduċi s-sistema ta' levies biex tipproteġi l-prodott agrikolu lokali meta taf li bil-levy b'kollox, una volta dawn il-prodotti li suppost jiġu distrutti fil-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom, il-prezz tal-prodott se jkun orħos minn dak il- prodott maħdum jew imkabbar lokalment.", "Anke jekk ma nikkonsidrawx prodotti li jiġu distrutti fl-abbundanza tagħhom fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, għandna nikkonsidraw prodotti illi skond il-politika agrikola tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, l- esportazzjoni tagħhom hija sussidjata b'mod li l-esportatur jista' jitlob prezz baxx ħafna għal dak il-prodott in vista tas-sussidju li jieħu mill- Unjoni Ewropea.", "Mela allura anke jekk dan il-prodott iżżidlu l-levy li qed nagħmlu permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, in vista tal-fatt li l-prezz li jitlob l-esportatur mill-pajjiżi fl-Unjoni minħabba s-sussidju li għandu, ikun baxx ħafna, il-prezz mhux se jħabbatha mal-prezz tal-prodott imkabbar lokalment, kemm fir-rigward ta' prodotti tal-laħam, kif ukoll fil-prodotti agrikoli diretti.", "Jien jidhirli li l-Gvern għandu jispjega u jagħti assigurazzjoni lil din il-Kamra li l-ammont ta' levies li qed jikkontempla u li se jintroduċi għall-ewwel darba in relazzjoni għal dawn il-prodotti se jkunu verament ta' protezzjoni għall-prodott analogu li jiġi produced f'pajjiżna.", "Hawn mijiet minn dawn il-każi u jien għoddejt iktar minn 300 prodott f'dawn il- listi li għandna fejn hemm imniżżel \"Importation being liberalised in line with Government policy and within the parameters of the GATT agreement\".", "Ma jidhirlix li għandi għalfejn insemmihom kollha, pero' jekk wieħed jaqbad il-paġni ta' dawn id-dokumenti li ġew mogħtija lilna, isib li hemm iktar minn 300 prodott.", "Jien naħseb li l-Kamra timmerita din l-assigurazzjoni kif ukoll spjegazzjoni ta' kif il-Gvern għamel dawn il-kalkoli, la darba l- Kamra mhux biss qed tiġi mitluba biex tapprova l-politika li biha qed jimxi l-Gvern jew tapprova l-miżuri li qed jintroduċi l-Gvern, imma qed tapprova wkoll l-ammonti u l-persentaġġi ta' levies li l-Gvern qed jimponi fuq id- diversi prodotti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, meta wieħed jistudja l-levies li hemm fuq is-settur ta' prodotti agrikoli jsib li fil-maġġor parti tagħhom il- levy hija biżżejjed - anke skond il-ġudizzju tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura - biex ikun hemm protezzjoni.", "Jeżistu każijiet fejn tant hawn il-levies huma għolja li tista' tgħid li l-protezzjoni hija assoluta.", "Dwar l-agrikoltura rrid ngħid li għamilna studji u analiżi biżżejjed, kemm għall-prezzijiet tal-prodotti li jinbiegħu fuq is-suq lokali, kif ukoll għall-prezzijiet li wieħed jista' jġib għad-dumped products li jiġu minn barra.", "Aħna qgħadna attenti li dawn iħallu lill-prodott lokali f'pożizzjoni tajba peress li l-produtturi tagħna ma jikkwalifikax mill- benefiċċji tal-produtturi Ewropew - kif semma tajjeb l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici - bħal dawk li huma sussidji, export subsidies u d- diversi forom ta' assistenza li l-Unjoni Ewropea tipprovdi lill-produtturi tagħha fis-settur agrikoli.", "GĦalhekk għamilna levies li qed ikunu għoljin biżżejjed biex il-produtturi lokali fis-settur agrikolu jkunu protetti b'rata tajba biżżejjedl li ma jkunx hemm diffikultajiet.", "Fil-fatt ikun tajjeb li ngħid li dawn il-levies ilhom joperaw mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena u issa diġa' qegħdin f'nofs Mejju, jiġifieri diġa' għaddew ħames xhur.", "Kien hawn xi taqliba fis-suq agrikolu fis-sens li daħlu xi prodotti li qed ipoġġu lis-suq tagħna f'diffikultajiet?", "Nista' ngħid li jien ma nnottajt u ma smajt bl-ebda tip ta' diffikultajiet.", "Mr Chairman, issa nixtieq immur għall-punti li qajjem l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici li bl-istil tiegħu daħal fid-dettall - tajjeb li jsir hekk għaliex ikollna s-sorveljanza ta' l-Oppożizzjoni fuq id-dettall ukoll - u nibda mill-aħħar paġna ta' l-Iskeda.", "L-Onor.", "Membru semma għaliex hemm increase of levy fil-prodotti tal-cane.", "Per eżempju, fuq furniture of cane, bamboo or similar materials hemm increase of levy from Lm1.60 to Lm2.00c per kg.", "L-istess hemm fuq furniture parts of cane, bamboo or similar material fejn hemm increase of levy from Lm1.60 to Lm2.00 per kg.", "Ir-raġuni - fil-fatt semmejtha l-bierah - għal dan il-każ partikolari kienet li dawn il-prodotti huma ħfief għax naturalment il-bamboo u l-cane huma ħafna eħfef mill-injam.", "Kien hemm ukoll il-problema li dawn il- prodotti huma prodotti ta' furniture ukoll, għalhekk ladarba qed tipproteġi lis-settur ta' l-għamara - dan huwa settur li għandu protezzjoni ta' l-istess livell li kien hemm qabel meta kien hawn id-dazji - u peress li dawn huma cheap u ħfief, allura wieħed ried jassigura li jkun hemm l-istess livell ta' protezzjoni fuq prodott li jista' jkun użat bħala substitute.", "B'hekk tkun qiegħed f'sitwazzjoni li tkun qed iżżomm il-protezzjoni meħtieġa għas-settur ta' l-għamara.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li s-settur tal-furniture, forsi huwa wieħed mill-iktar setturi - minbarra dak agrikolu u dak tal-food processing - protett.", "Tajjeb li wieħed jifhem li dik il-protezzjoni tinvolvi cost.", "Kulħadd jaf li meta wieħed iqabbel il-cost ta' l-għamara li tiġi prodotta hawn Malta ma' dik li tiġi minn barra, isib li l-għamara tagħna hija iktar għolja.", "Pero' żammejna l-protezzjoni fuq is-settur ta' l-għamara proprju għaliex hemm madwar 2,000 jew 3,000 ruħ jaħdmu f'dan is-settur.", "Qed jiġi studjat biex wieħed jara kif jista' jsir restructuring ta' dan is-settur.", "Anke bl- industrial free trade zone - l-alternattiva li qed jissuġġerixxu l- Oppożizzjoni - dan is-settur ma tistax tibqa' tipproteġih, aħna ħassejna f'dan l-istadju, dan is-settur għandu jkollu il-protezzjoni meħtieġa.", "Kellna anke talba mill-Federazzjoni ta' l-Industrija li peress li l-cane huwa ħafif u peress li huwa substitute għall-għamara magħmula mill-injam, il-levy li kien hemm fuqu ma kenitx għolja biżżejjed u għalhekk inħasset il-ħtieġa li jkun hemm żieda fil-levy.", "Jiġifieri kif jista' japprezza l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici f'dawn il-każijiet, bħal f'diversi każijiet oħra li sejjer insemmi, saru analiżi, rappreżentazzjonijiet u diskussjonijiet u anke jekk qabel kien hemm sitwazzjoni fejn prodott ma kellux levy għolja biżżejjed u ġie pprovat li dan huwa każ li jimmerita rikonsiderazzjoni, ħadna l-opportunita' u żidna l-levy.", "Mr Chairman biex inkompli nitkellem dwar il-punti li qajjem l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, niġi għal item ieħor li kellu on introduction of levy as per Bill 117, ta \"box files\".", "Hawnhekk wieħed irid joqgħod ukoll attent għaliex il-klassifikazzjoni li qed immoru għaliha hija iktar dettaljata u allura hi iktar preċiża.", "Kien hemm diversi każi li semma l- Onor. Mifsud Bonnici fejn il-levy - għalkemm kienet hemm f'forma oħra għax kienet taħt klassifikazzjoni ġenerali - issa ġiet identifikata b'mod speċifiku u b'mod iżjed ċar.", "GĦalhekk fuq box files kien hemm on introduction of levy as per Bill 117.", "Hawn diversi każijiet oħra bħal dan.", "Każ ieħor li semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici kien dak ta' scouring creams and scouring liquids li wkoll għandhom an introduction of levy.", "Jekk m'inix sejjer żball il-bierah għidt li l-iscouring creams and scouring liquids kienu kkonsidrati li jaqgħu taħt liquid washing preparations.", "Filwaqt li fil-klassifikazzjoni l-qadima dawn kienu jaqgħu taħt l-H.S. Code 3402.20.10, peress li issa l-kwalifikazzjoni saret aktar fina kellna nidentifikawhom b'mod speċifiku għax ma ġewx jaqgħu taħt l-H.S. Code 3402.20.10.90 - il-klassifikazzjoni tal-liquid washing preparations li tidher f'paġna 35.", "GĦalhekk fil-każ ta' scouring creams and scouring liquids kien hemm din it-tip ta' problema.", "Fil-fatt sibna problemi simili f'diversi każijiet oħra.", "Mr Chairman, każ ieħor li semma l-Onor.", "Membru huwa dak tas-sigaretti, tabakk, pipe tobacco, tipi ta' sigarri u affarijiet simili.", "Prinċipalment din kienet motivata minħabba kwestjonijiet ta' revenue, fis-sens li kien tneħħa d-dazju minn fuqhom.", "Qabel sigarri ġejjin mill-Olanda kellhom dazju qawwi fuqhom li issa tneħħa.", "Għaldaqstant for revenue raising or protection purposes u anke minħabba li dawn il-prodotti jikkompetu ma' prodotti manifatturati hawn Malta - is-sigaretti fejn hemm produzzjoni sostanzjali - inħass li kien hemm bżonn li jkun hemm levy biex iżżomm l- istess ekwivalenza bejn is-sigarri u s-sigaretti u allura tipproteġi r- revenue.", "Jiġifieri din hi kwestjoni ta' protezzjoni u trasformazzjoni tad- dazju f'levy.", "Dan ma sarx għax is-sigarri jiġu prodotti ħafna hawn Malta - veru li hawn min jipproduċihom, pero' is-suq huwa żgħir - imma for revenue safe guarding purposes.", "Kien hemm diversi prodotti oħra, bħal vermouth and other wine of fresh grapes flavoured with plants or aromatic substances li fuqhom għamilna introduction of levy ta' Lm1 per litre.", "Hawnhekk ukoll hawn distinzjoni għax fejn qabel forsi kien hemm l-item \"wines\" u l-vermouth kien jaqa' taħt din il-kategorija, peress li dan jista' jikkompeti ma' prodotti lokali, inħass li għandu jiġi speċifikat b'mod iktar preċiż.", "Issemmew diversi punti oħra bħal wine of fresh grapes, including fortified wines.", "Fuq l- istess prinċipju dan għandu levy ta' Lm1.50 per litre.", "Kif kulħadd jaf għandna produzzjoni ta' inbid li qiegħda titjieb u sakemm din l-industrija tqum fuq saqajha u tkun tista' tibbenefika wkoll minn xi vantaġġi li jista' jkun hemm minn sħubija fl-Unjoni Ewropea, din il-levy se tibqa'.", "Hawn qed nitkellem fuq prodotti li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel u mas- settur agrikolu.", "Kif nafu, f'ħafna pajjiżi dawn il-prodotti għandhom element ta' protezzjoni qawwija u ta' sussidju fuq l-esportazzjoni, allura wieħed kellu jikkonsidra diversi miżuri kif fil-fatt għamilna hawnhekk.", "Per eżempju, fil-każ ta' non-alcoholic beverages with a basis of milk, other than those prepared for infant use, hemm levy ta' 50c per litre.", "Naturalment dan qed isir minħabba li qed nipproteġu l-industrija tal-ħalib u qed nagħtu eżenzjoni minn ħlas ta' levy fuq il-ħalib tat-trabi.", "Issemmew diversi prodotti oħra u aħna kellna rappreżentazzjonijiet minn diversi assoċjazzjonijiet relevanti.", "Fiċ-ċirkostanzi preżenti, fis-settur tal-food processing inħass il-bżonn li jkun hemm levy.", "Dan sar minħabba jew għax ftaħna l-klassifikazzjoni, jew inkella biex inżommu ċerta konsistenza ma' prodotti oħra li huma protetti.", "Per eżempju, fuq l-edible ice hemm levy ta' 5c per 100gm.", "Din m'hix xi levy kbira, pero' nħass li għandu jkun hemm ċerta ekwivalenza ma' levies oħra li hemm fuq prodotti oħra bħal dawk tal-ġelati, eċċ.", "Jekk immorru aktar 'il quddiem u naraw dawk il-prodotti li kellhom an introduction of levy insibu prodott li għandu x'jaqsam mal-ħawħ - hemm peaches, prepared or preserved, not containing added spirit, in immediate packings of a net content not exceeding 4 kg.", "Pero' mbagħad hemm eżenzjoni fuq is-sliced peaches (not halves) in cans of a net content exceeding 2.8kgs.", "General exemption bħal din tkun ħarġet primarjament minħabba li s-settur ta' l-industrija tar-ristoranti jużaw prodott li jiġi f'laned kbar li allura jkun użat għal bżonnijiet industrijali u ma jkunx prodott hawn Malta.", "Għalhekk fuq smaller containers li jikkompetu direttament mal-produzzjoni lokali trid titħallas il-levy.", "Il-punt huwa li wieħed ma jistax joħroġ regola ġenerali imma jrid jikkonsidra kull każ separatament, għaliex wieħed jista' jagħmillek bott ta' ċertu prodott u ta' ċertu daqs, mentri mbagħad il-caterers ikollhom bżonn il-prodott f'ċertu volum u għalhekk jużaw laned kbar.", "Naturalment ma jkunx sensibbli li wieħed juża' il-bottijiet iż-żgħar għax dan m'hux ekonomiku u finalment ifisser żieda fil-prezz ta' l-ikel fir-restaurant, u żieda għat-turisti u għall-Maltin.", "Allura bilfors li wieħed irid jidħol fid-dettall ta' dawn il- konsiderazzjonijiet.", "Dan jinvolvi ħafna xogħol, għax naturalment wieħed irid joqgħod attent li meta jagħti eżenzjoni, din ma tiġix abbużata u jekk ikun hemm evidenza li qed isir abbuż, wieħed irid jerġa' jbiddel xi ħaġa biex ineħħi dak l-abbuż.", "Kien hemm każijiet oħra li ssemmew bħalma hi l-introduction of levy fuq il-gardiniera prepared or preserved by vinegar or acetic acid.", "Anke f'dan il-każ kien hemm rappreżentazzjonijiet.", "Peress li dan il-prodott qed jiġi prodott hawn Malta, inħass il-bżonn li jiġi speċifikat u jkun hemm levy ta' 27c per kg.", "GĦar-rigward taċ-chocolate covered wafers of a weight exceeding 10gm, inħass li fil-fatt il-kompetizzjoni iktar qiegħda fuq chocolate covered wafers li huma below 10gm.", "Fil-verita' illum m'għandniex chocolate covered wafers exceeding 10 gm, allura għalfejn għandna nżommu prodott iktar għali milli forsi jista' jkun għall-konsumatur?", "Il- konsiderazzjoni dejjem trid tkun fuq produzzjoni lokali, impiegi u prospetti ta' dik l-industrija, kontra l-fatt li l-levies jgħollu l-prezz ta' l-oġġett u mhux biss ta' dak li jiġi mportat.", "L-ikbar insult li kultant jagħmlulu hu meta niltaqa' ma' xi ħadd li jipproduċi għal-lokal u jgħidli: \"Peress li l-prodott bħal dak li nipproduċi jien għandu levy fuqu biex jiġi mportat, u la jien nagħmlu Malta għandi price order fuqu, irrid li din il-price order tiżdied b'10% jew 20%.\"", "Ovvjament jien ngħidlu biex jġġustifika għaliex iridha tiżdied.", "U hu jirrispondi li l-prodott ta' barra għandu prezz aktar għoli minn tiegħu!", "Allura wieħed jagħmel levy biex jipproteġi il-prodott lokali, imbagħad il-fatt li prodott barrani għandu prezzi għoli meta jinbiegħ fil-ħwienet tagħna, għandu jiġġustifika li l-prodott Malti jżid il-prezz tiegħu!", "Dan minflok ma jgħid li l-levy mhux qiegħda hemmhekk għal dejjem u allura għandu jara kif jagħmel biex ikun kompetittiv, jiddiversifika jew jispeċjalizza fi prodott wieħed li hu jista' jkun kompetittiv fih!", "Dawn l-affarijiet jiġru u nista' ngħid li xi żewġt iĦdud ilu fid-9.00 a.m. kelli proprju każ ta' wieħed li ġie jgħidli biex ngħollilu l-price order għax il-prodott ta' barra huwa iktar għoli.", "Grazzi!", "Mela aħna nipproteġu, imbagħad din il-protezzjoni tiġi abbużata għall-iżvantaġġ tal-konsumatur!", "GĦalhekk kultant wieħed irid jidħol każ każ, jerfa' r-responsabbilta' u janalizza s-sitwazzjoni vera u jara min fil-fatt se jiggwadanja.", "Finalment jekk irridu li l-konsumatur Malti jiggwadanja, naraw li dan qed jiggwadanja u jekk naraw li l-prodott għandu futur, għandna nagħtuh iċ-ċans li hemm bżonn.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici semma każ ieħor fejn hemm an introduction of levy kif ukoll exemption.", "Qed nirreferi għal paġna 19 fejn hemm \"Mixes and doughs for the preparation of bakers' wares of heading No. 1905 excluding cake mixes in powder form\".", "Qed ngħidu \"excluding cake mixes in powder form\" għax dawn ma jsirux hawn Malta, pero' l-introduction of levy qiegħda fuq id-doughs.", "Din qabel ma kenitx speċifikata biżżejjed u meta għamilna dawn il-listi ħsibna li l-għaġina taqa' taħt il-kategorija tal-pastry, imma fil-fatt ma kienx hekk, allura kellna nispeċifikawha b'mod definit.", "Aktar 'il quddiem insibu wkoll iż-żejt ta' l-ikel - is-soya bean oil, sunflower seed oil u maize oil.", "Peress li ż-żejt ta' l-ikel barra minn Malta huwa ssussidjat u aħna għandna l-produzzjoni tagħna, għamilna levy ta' 4c per litre.", "F'dan il-każ inħass il-bżonn li jkun hemm din it-tip ta' protezzjoni.", "Barra minn hekk daħħalna kategorija ġdida, għaliex qabel il-liġi ma kenitx tikkontempla għall-każ fejn ikun hemm mixture ta' żjut.", "Hawnhekk konna semmejna maize, sunflower u soya bean - tliet tipi ta' żejt li bażikament jistgħu jidħlu bħala mixed vegetable oil.", "Allura fuq il- Mixed, fluid vegetable oils, hemm levy li għalkemm tidher qisha introduzzjoni ta' levy ġdida, fil-fatt qiegħda hemm biex tkopri dan il- każ.", "Fil-każ tas-semolina nsibu li dan il-prodott qabel kellu levy ta' 10c per kg u żammejniha l-istess.", "Normalment semolina magħmula mid-durum wheat tingħata exemption għaliex min irid jimporta semolina magħmula mid-durum wheat, la din ma ssirx Malta jista' jitlob exemption.", "Fil-prattika, id- Dipartiment ta' l-Industrija jikkonsulta mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u meta jissodisfaw ruħhom li dan huwa każ ġenwin tingħata l-exemption.", "Pero' is-semolina tista' tiġi mportata fi kwantitajiet iktar għolja u allura tista' tikkaġuna ċerta kompetizzjoni u ċerta diffikulta' għas-settur tad-dqiq eċċ. Jista' anke jidħol id-dqiq minflok is-semolina, għalhekk wieħed irid jara wkoll il-volum li jkun dieħel.", "La aħna għandna s-settur tal-flour mills u qed nipprovaw ngħinuh, qed nagħmlu dik il-levy fuq is- semolina.", "Niġu issa għas-settur agrikolu fejn kif ikkwota l-Onor.", "Mifsud Bonnici insibu li għal ċertu prodotti hemm \"importation being liberalised in line with Government policy and within the parameters of the GATT agreement\".", "Mela qegħdin ngħidu \"liberalised in line with Government policy\", pero' aktar u aktar importanti dan qed isir within the parameters tal-World Trade Organisation fejn il-prinċipju tagħha huwa li ma jkunx hemm restrizzjonijiet fejn jingħad li ċertu prodott ma jistax jidħol.", "Irid ikun hemm protezzjoni kwantifikata u m'hux sempliċement jingħad li prodott għandu bżonn liċenzja, imbagħad dik il-liċenzja ma tinħariġx.", "Għandu jkun hemm protezzjoni li jkollha valur magħha.", "Fil-futur dawn jisperaw li fil- pajjiżi industrijalizzati jew dawk li qegħdin jindustrijalizzaw, din it- tip ta' protezzjoni tonqos.", "Dan huwa l-għan tal-World Trade Organisation.", "Jiena hawnhekk ipprovajt nitratta l-punti u l-items li qajjem l-Onor.", "Mifsud Bonniċi rigward għaliex kien hemm introduzzjoni ta' levies f'ċerti każijiet, għaliex hemm exemption orders u għaliex il-prodotti agrikoli għandhom il-levies li għandhom.", "Ipprovajt nispjega wkoll jekk aħna naħsbux li din hija protezzjoni suffiċjenti għas-settur agrikolu u fil-fatt hekk naħsbu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, dan hu l-veru każ li jiġi konfermat li in vino veritas!", "Hawnhekk issemma l-inbid u għax issemma l-inbid - anke jekk il-Ministru ma xorbux - beda jiskopri ftit mill-veritajiet ta' xi tfisser li tkun ministru bin-nies fuq dahrek jiddomandaw l-affarijiet.", "Din hija esperjenza salutari għal kulħadd u tajjeb li wieħed jieħu l- implikazzjonijiet tagħha.", "Il-Ministru lili ħawwadni daqsxejn waħda meta qal li l-industrija ta' l-inbid qed titjieb u tiela' fuq saqajha.", "Jekk l- inbid jitjieb, bil-maqlub, tinżel 'l isfel m'hux titla' fuq saqajk!", "Fil- fatt l-argument aħjar jespandih naqra waħda mil-lat tal-prezzijiet.", "Huwa veru li daħal fil-prezzijiet f'kontest korrett fejn qal li hemm bżonn nipproteġu l-konsumatur - u meta nagħmlu l-levies, protezzjonijiet u kull miżura ta' natura fiskali fl-aħħar mill-aħħar tolqot lill-konsumatur - imma tajjeb li josserva wkoll x'qiegħed jiġri fil-livell tal-prezzijiet f'Malta.", "Aħna minn din in-naħa tal-Kamra filwaqt li dejjem għidna li l-industrija Maltija teħtieġ għajnuna biex tqum fuq saqajha bis-serjeta' u tkun tista' tikkompeti mingħajr ma tippretendi li tibqa' għal dejjem ta' dejjem amen, protetta u mingħajr ma tippretendi li lill-konsumatur tisfruttah għax ikun a captive market, fl-istess ħin dejjem enfasizzajna li l-prezz huwa konsiderazzjoni ewlenija.", "Jiddispjaċini ngħid li għall-Gvern il-prezz m'hux konsiderazzjoni.", "Il-Ministru għamel referenza għal xi ħadd li avviċinah biex joħroġ price order ħalli jgħolli l-prezz ta' prodott li huwa protett permezz ta' levy.", "L-ewwelnett għandu jiftakar li hija l-policy tal-Gvern tiegħu stess li jneħħi l-price orders, t-tieni nett għandu jirrifletti wkoll, kif nirriflettu aħna, dwar il-fatt li tassew qed ikun hemm prezzijiet li huma għoljin iż-żejjed u fl-istess ħin, mingħajr ma joqgħod idaħħal xi sistemi ta' kontrolli burokratiċi, wieħed għandu jara għaliex ċerti prezzijiet huma fil-livell li qegħdin.", "Ħalli nieħdu l-eżempju ta' l-inbid.", "Aħna lkoll nivvjaġġaw.", "Jekk tmur l- Italja jew Sqallija, issib li f'pajjiż li qiegħed fl-Unjoni Ewropea, il- prezz domestiku ta' l-inbid, li allura suppost qiegħed fl-istess pożizzjoni tal-prezz domestiku ta' l-inbejjed tagħna huwa irħas ħafna mill-prezz li qed jiġi mitlub għal kull range ta' inbid f'Malta.", "Issa veru li għall- inbid superjur, hawn ħames kwalitajiet ta' inbid ħlief dak popolari nett ta' ċertu prezz, Malta qiegħda tutilizza għeneb importat u allura jidħlu ċertu spejjeż ta' trasport għal dik il-materja prima, imma l-kontenut ewlieni ta' l-inbid huwa l-ilma.", "M'għandniex ninsewha dik.", "Dan kien hekk fi żmien Kristu, għadu hekk illum u jibqa' hekk għal dejjem.", "Fl-opinjoni tiegħi, m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni għaliex il-price range ta' l-inbejjed Maltin - m'hux qed inħares lejn min qed jipproduċihom, din qegħda right across the board - qiegħed fil-livell li qiegħed b'mod li sar assurd mill- kontest tal-konsumatur Malti u mill-kontest tat-turist.", "Dan aktar u aktar meta kif jiġi translated il-prezz fir-ristoranti - apparti fil-konsum fid- djar li diġa' qiegħed għoli ż-żejjed - sar li m'hemmx dik id-differential li tiġġustifia li tixrob inbid ta' Malta flok tixrob inbid ta' barra.", "Anke biex sempliċement tgħid li qed tixorb inbid ta' barra, allavolja f'ċerti każijet ma jkunx aħjar mill-inbejjed ta' Malta.", "Jiġifieri l-Minsitru jagħmel tajjeb jekk iħares ftit iżjed lejn dan l-aspett tal-prezz.", "Ħalli naqbad punt wieħed bħala referenza qasira għaliex ma nixtieqx intawwal l-intervent tiegħi.", "Il-Ministru għamel referenza għas-settur agrikolu li ftaħna fuqu l-bieraħ u għall-food processing industry.", "Jiena nixtieq li nisimgħu xi ħaġa dwar x'policy juża l-Gvern - apparti l-argument ta' l-esportazzjoni, għax hawnhekk qed inħares lejn is-suq Malti - jekk jinqalgħu ċirkostanzi fejn industriji li huma protetti permezz ta' levy, b'mod xieraq - m'hux qed ngħid \"b'mod m'hux xieraq\" - jiġu f'qagħda fejn għal raġuni jew oħra, minħabba mard jew minħabba nuqqas ta' materja prima indiġena, ma jkunux jistgħu jissodisfaw id-domanda totali tas-suq Malti.", "Allura jkollok sitwazzjoni fejn jinħoloq, jew inkella jkun proġettat li se jinħoloq, ċertu shortage li anke jekk ma jkunx wieħed drammatiku jista' jkun wieħed li jindika lill-ministeri konċernati, għax hemm mill-inqas żewġ ministeri li huma konċernati, li jridu jagħmlu xi ħaġa biex ma jkunx hemm dik ix-shortfall bejn supply and demand.", "F'ċirkostanzi bħal dawn hemm xi policy maħsuba?", "U jekk hemm xi policy maħsuba, jista' l-Ministru jagħti indikazzjni ta' x'inhi?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar l-aħħar punt, f'każ fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li l-produzzjni lokali ta' xi prodott agrikolu jew tal-food processing industry m'hux se tlaħħaq mad-domanda, li jiġri huwa li tingħata exemption order limitata.", "Jiġifieri f'dan il-każ għal ċertu perijodu ta' żmien wieħed ikun jista' jdaħħal dak il-prodott, f'dan il-każ bl-approvazzjoni tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura.", "Nista' nassigura lill- Kamra li din m'hijiex xi ħaġa faċli għax isir xogħol tajjeb ħafna biex jipproteġu s-settur agikolu ta' pajjiżna, pero' f'dan il-każ tingħata exemption order biex il-konsumatur Malti jkollu aċċess għal dak il-prodott bl-irħas prezz possibbli mingħajr ma jkun hemm levy li tgħolli l-prezz.", "Il-każ ta' l-inbid huwa każ interessanti sa ċertu punt għaliex jekk wieħed iħares lejn il-passat, anke sa ħames snin ilu, meta l-prezzijiet fir- range kollha ta' l-inbid kienet ikkontrollata, isib li kien hemm inbid ta' ċertu livell biss.", "Meta imbagħad niġu għal inbid aktar fin li jkollhom bżonn ir-ristoranti, kien hemm il-price order li kien iżomm il-prezz tiegħu fiss.", "Meta lliberalizzajna l-prezz ta' l-inbid fuq ċertu ranges, m'hux fuq l-inbid kollu, li beda jiġri huwa li l-produtturi lokali bdew jispjeċjalizzaw aktar u saħansitra bdew jimportaw l-għeneb biex jipproduċu inbid ta' kwalita' tajba.", "Fil-fehma tiegħi, meta nqabblu dan l-inbid lokali ma' inbid ta' barra li jinxtara mill-ħwienet, insibu li dan jikkompeti m'hux ħażin u l-kwalita' tiegħu hija tajba.", "Jien m'inix xi espert f'dan il-qasam, pero' jien nivvjaġġa u nara kif inhu l-prezz ta' l- inbid f'postijiet oħra.", "Veru li ssib inbid irħas minn tagħna, imma l- kwalita' m'hux dejjem tkun tajba daqs tagħna.", "Bħalissa fuq l-inbid hemm levy ta' Lm1.50 per litre.", "Naturalment wieħed jista' juża din il-levy fil- futur jekk jara li l-produtturi lokali qegħdin jipprovdu prodott m'hux f'livell daqshekk kompetittiv.", "Meta hemm il-levy, wieħed dejjem jista' juża' the carrot and the stick argument li tgħid li l-protezzjoni qiegħda hemm biex tiżviluppa s-settur, pero' jekk ikun hemm ċertu abbużi, il-levy tista' tonqos biex finalment dak li jkun tkun qed timbuttah fid-direzzjoni t-tajba.", "Rigward il-prezz ta' l-inbid fir-restaurants naqbel mija fil-mija ma' l- Onor. Spiteri u ma nafx għalfejn il-prezz ta' l-inbid fir-restaurants għandu tendenza li jkun għoli wisq u jiswa, tlieta, erba' jew anke ħames darbiet aktar milli tixtrih il-mara tad-dar.", "Dan huwa extra cost għas- settur tat-turiżmu.", "Veru li l-inbid trid tistokkjah, imma ma naħsibx li jimmerita dawk il-prezzijiet li kultant insibu f'ċertu restaurants.", "Fuq dan il-punt naqbel ma' l-Onor.", "Spiteri u naħseb li jkun tajjeb li l-messaġġ li wieħed irid iżomm is-settur tar-restaurants kompetittiv biżżejjed u mhux jgħabbih b'ċertu piżijiet esaġerati, joħroġ ċar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien nixtieq nagħmel referenza għal dak li għadu kemm qal il-Ministru Bonnici, jiġifieri jekk il-levy ħallietx impatt fuq is-settur agrikolu jew le.", "Hu qal li skond informazzjoni u analiżi li għamel, dan ma jirriżultalux.", "Fid-diskorsi tal-Budget, aħna kkritikajna li l-perjodu ta' sentejn m'huwiex ġust għaliex is-settur agrikolu huwa settur differenti minn setturi oħra minħabba l-attivita' tiegħu u minħabba li l- output tiegħu tiddependi minn natura.", "Xi ħadd qal li biex il-politika tal- Gvern tkun bilanċjata, il-levies għas-settur agrikolu mhux se jispiċċaw fl- 1996, imma se jkun hemm estensjoni.", "Għalkemm intqal li se jkun hemm estensjoni, illum l-ebda bidwi u raħħal f'pajjiżna ma jaf kemm se tkun estiża l-policy tal-Gvern rigward il-levies għal dan is-settur.", "Allura x'qed jiġri?", "Per eżempju, jekk il-Ministru tal-Finanzi għandu bżonn Lm3 miljun, dan jiddeċiedi li jissellef billi jagħti 7.5% imgħaxijiet fuq perjodu ta' ħames snin għax ikun komdu li jippjana u jagħmel l- arranġamenti neċessarji sabiex iħallas lura dawn id-djun.", "Il-bidwi jrid jaħdem bl-istess mod u f'dawn iċ-ċirkostanzi sentejn ma jfissru xejn.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hawnhekk m'hawnx miktub sentejn.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-iskop tal-levies huwa biex sakemm ikun hawn il- free trade, l-industriji lokali tagħna jilħqu jaġġornaw irwieħhom u jipproteġu lilhom infushom għas-suq liberalizzat li se taffaċċja l- ekonomija tagħna.", "Issa fl-aħħar Budget intqal li dawn il-levies se jkunu fuq perjodu ta' sentejn sabiex f'dan il-perjodu l-industrija lokali tkun tista' taġġorna s-sistemi ta' produzzjoni tagħha, kemm fis-settur agrikolu, kif ukoll fis-setturi l-oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jiddispjaċini Mr Chairman, imma assolutament m'huwiex hekk il-każ.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: M'għandux għalfejn jiddispjaċik.", "Jien qed nitlob informazzjoni.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Kif għidt, jiddispjaċini ngħid li m'huwiex il-każ li f'xi ħin jew ieħor x'imkien kien hemm indikat li l-levies fuq il- prodotti agrikoli se jitneħħew f'sentejn, fi tliet snin, f'erba' snin, f'ħames snin jew f'mitt sena!", "Jien jiddispjaċini għaliex għalkemm dan il- punt ġie repetut iktar minn darba mill-Oppożizzjoni u ġie miċħud iktar minn darba, jibqa' jiġi repetut.", "Il-kwestjoni tal-levies fuq il-prodotti agrikoli hija ċara għal kulħadd.", "Il-levies qegħdin hemmhekk għaż-żmien kollu li jkollna bżonnhom.", "Jiġifieri mhux biss mil-lum sa meta nidħlu membri fl-Unjoni Ewropea, imma wkoll għaż- żmien ta' tranżizzjoni li rridu niftiehmu fuqu.", "Ħarġu stqarrijiet iktar minn darba li jgħidu li l-levies fuq il-prodotti agrikoli jridu jkunu parti minn pakkett sħiħ li rridu niftiehmu dwarhom meta u fil-waqt opportun li nkunu qegħdin niddiskutu d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Bis-serjeta' ngħid li jiddispjaċini li nibqgħu nisimgħu gidba waħda wara l-oħra.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor.", "Galea mhux qed jgħid sew.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-ewwelnett mhuwiex il-każ li hawnhekk xi ħadd joqgħod jitkellem fuq gidba.", "Jekk il-Ministru se joqgħod isemmi li qed tintqal xi gidba, l-giddieb huwa min jgħid li ħaddieħor huwa giddieb, jiġifieri f'dan il-każ huwa giddieb il-Ministru stess.", "L-Onor.", "Noel Farrugia tkellem ċar u rrefera għal xi ħaġa fil-kontest ta' dak li qed jingħad hawn ġew.", "Issa dak li qed jingħad hawn ġew huwa - u jekk l-Onor.", "Ċensu Galea kien imħabbat wisq biex jisma' x'qed jingħad hawn ġew jien nikkumpatih - li s-sistema tal-levies hija regime temporanju.", "Għalhekk l- Onor. Noel Farrugia huwa korrett.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru tal- Finanzi li huwa l-bniedem inkarigat mill-economic policy u l-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi li huwa inkarigat mil-levies, qalu li hawnhekk m'għandniex levies li minnhom huwa nkarigat il-Ministru tal-biedja ħalli ħadd ma jilbes kappell ikbar milli għandu.", "Il-Ministru Galea għandu kappell kbir biżżejjed u m'għandux jilbes wieħed ikbar milli għandu.", "Iż- żewġ Ministri tennew li meta daħal ir-regime tal-levies, daħal regime temporanju.", "Issa regime temporanju jfisser li xi darba dan irid jispiċċa; meta se jispiċċa la jaf l-Onor.", "Noel Farrugia u lanqas jaf il-Ministru Ċensu Galea.", "Li nafu żgur huwa li jekk kemm-il darba jkollna sitwazzjoni fejn ikun hemm Gvern Nazzjonalista li tassew idaħħal lil Malta membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, il-ftehim ikun irid jinkludi l-phasing out tal-levies.", "Dik hija s-sitwazzjoni preċiża.", "Mela m'hemm l-ebda gidba meta wieħed jgħid li l-levies se jispiċċaw u noqogħdu attenti kif nużawh il-kliem.", "Mhux billi nidhru simpatiċi, imbagħad ilsienna jkun jaqta' iżjed milli għandu jaqta'.", "Issa jien jiddispjaċini ngħid li f'dan il-każ - mhux dejjem - il- Ministru Galea hekk huwa.", "L-Onor.", "Galea m'għandux joqgħod jgħid li l-Onor.", "Noel Farrugia qal gidba.", "Dik hija l-qagħda.", "Issa jekk dik hija l-qagħda, il-bdiewa jifhmuha.", "Min jaħseb li l-bdiewa ma jifhmuhiex ikun qed jiżbalja.", "L-Onor.", "Ċensu Galea jaf kif jirraġunaw il-bdiewa u japprezzahom.", "Bħall-Onor.", "Galea jien ukoll ġej minn familja tal-bdiewa; dan għandna ngħiduh f'sens tajjeb u kburin b'dan.", "Għalkemm il-bdiewa jista' ma jkollhomx edukazzjoni dawn ikollhom ħafna għerf u jifhmu li jekk issa l- Gvern qasam minn sistema ta' protezzjoni bbażata fuq il-quantitative restrictions għal waħda bbażata fuq il-levies ...", "L-ewwelnett il-levies jistgħu jinqabżu minkejja li l-Ministru Bonnici josserva li fl-ewwel ħames xhur, kemm ilhom li daħlu, ma kien hawn l-ebda katastrofi.", "J'Alla qatt ma jkun hawn katastrofi, imma l-perjodu tal-katastrofi huwa wkoll twil daqs il-perjodu li fih jitwieldu l-affarijiet sbieħ.", "Mela l-katastrofi tiġri mil-lum għal għada!", "Mela aħna qed nitkellmu fuq katastrofi!", "Aħna qed ngħidu li dan huwa pass ta' evoluzzjoni skond il-policy tal-Gvern li bilfors irid iwassalna għal sitwazzjoni fejn is-settur agrikolu - l-iżjed settur sensittiv f'pajjiżna u l-iżjed settur li jifforma parti mill- identita' tagħna u għaldaqstant nippretendi li l-Ministru tal-Biedja minflok joqgħod jgħid li ħaddieħor huwa giddieb għandu jiddefendi din l- identita' - jkun trasformat mill-qiegħ nett.", "Veru li jista' li jkun hemm partijiet minnu li jibdew jipproduċu ortikultura li tista' tiġi esportata, imma m'għandniex ninsew li f'dan il-pajjiż kellna ortikultura li kienet ippenetrat swieq ta' l-esportazzjoni - jiġifieri swieq barranin - u mietet, mhux espandiet.", "Mela ma tantx għandna nkunu daqstant ċerti li dak li qed jiġi mbassar bilfors se jseħħ għalkemm nawguraw li jseħħ.", "Jekk stess dan iseħħ, minħabba l-fatt li l-art tagħna hija limitata - l-Onor.", "Bonnici huwa ekonomista u jaf din xi tfisser - u minħabba l-fatt li minkejja li għandna baħar qed nisfruttaw dak il-baħar permezz tal-fish farms b'mod żejjed - dan ma nistgħux nisfruttawh bħalma għamlu f'Manila fil- Filippini taħt id-dittatur Marcos, meta setgħu jirriklamaw ħafna art li kienet fil-baħar u jikkonvertuha f'art tajba għall-bini - f'Malta ma nistgħux nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Mela skond il-pjan tal-Gvern - kieku kellu jitwettaq - irid jiġi żmien meta jista' jkun hemm elementi żgħar mill- agrikoltura Maltija li jsiru iżjed sofistikati u iżjed jirrendu, imma l- parti kbira minnha tispiċċa.", "Issa meta tispiċċa l-parti kbira ta' l- agrikoltura Maltija u meta jinftiehem il-punt - kif qed jinftiehem mill- bdiewa li jifhmu ħafna - li dan il-pass evolutorju se jseħħ, il-ħarba mill-art li diġa' teżisti u t-tnaqqis fil-popolazzjoni li tgħix mill- produzzjoni diretta tal-biedja - hawnhekk mhux qed nirreferi għall-part- time farmers, u din ngħidha bla sarkażmu, imma qed nirreferi għall-full- time farmers - se tkompli tinxef.", "Jekk wieħed kellu jagħmel statistika, jsib konferma tal-perception li din il-popolazzjoni li qed nirreferi għaliha qed tixjieħ.", "Mela allura l-preokkupazzjonijiet u l-interventi - tkun kif tkun il-forma ta' l-interventi li nagħmlu; eleganti, dritt, mhux dritt u l-interventi li smajt mingħand sħabi hawnhekk għandhom altru minn eleganza u mod dirett biżżejjed għax kultant aħjar tkun dirett milli eleganti ż-żejjed - li qed isiru minn din in-naħa huma maħsuba biex dan il- punt li jirrifletti realta' tal-preokkupazzjoni tal-bdiewa jiġi apprezzat iżjed min-naħa tal-Gvern.", "Li jbeżżagħni fil-qagħda tal-Gvern mhux li ma naqblux ma' xulxin, imma li tant huwa riġidu fil-qagħda tiegħu - meta qed ngħid il-Gvern mhux qed ngħid għall-Onor.", "Ċensu Galea, l-Onor.", "John Dalli u l-Onor.", "Josef Bonnici, imma għall-Gvern in ġenerali - illi m'huwiex miftuħ għal argumenti illi juruh li jista' jkun hemm dimensjoni oħra għal dak li qed jgħid hu stess.", "Jista' jkun hemm angoli oħra li għandu jeżamina; jista' jkun hemm alternattivi leġittimi li ta' min iħares lejhom u jista' jkun hemm perikli li għadu ma apprezzahomx biżżejjed.", "Ana politiċi u xi drabi nkunu wkoll partiġġjani, imma mhux dejjem.", "GĦalhekk nappella biex l-interventi tagħna jiġu apprezzati f'dan il-kontest.", "Jekk kull darba li nitkellmu neħduha li qisu qed isir attakk personali fuq xi ħadd jew inkella qed nipprovaw nigdbu jew inxewxu - li m'huwiex il-każ - mbagħad nispiċċaw biex lanqas nistgħu niftħu ħalqna u jekk ma niftħux ħalqna hawn ġew ikollna niftħu ħalqna u naġixxu b'mod iżjed qawwi barra minn hawn ġew.", "Issa jekk triduna nagħmlu hekk, għidulna u anke dawk minna li ma jippreferux dik l-alternattiva jkollhom jirrevedu l-pożizzjoni tagħhom, jien l-ewwel wieħed.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jista' jkun nibqgħu daqsxejn fuq is-suġġett tal- klawsola 5.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien qgħadt attent x'kont qed ngħid waqt l-intervent tiegħu u m'għidtx li s-sistema tal-levies m'hijiex transitorju.", "Madankollu nagħmel enfasi mill-ġdid fuq il-punt - għax dan huwa l-punt li kontinwament qiegħed jingħad lill-bidwi, lis-sajjied u lir-raħħal Malti - li ġie repetut ma nafx kemm-il darba minn xi ġurnali u minn Membri ta' l- Oppożizzjoni, cioe' li l-levies fis-settur agrikolu se jitneħħew sa l- aħħar ta' l-1996.", "Nagħmel enfasi fuq dan il-punt u l-perjodu sal-1996 proprju għall-istess raġuni illi għamel referenza għaliha l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Jien konxju ta' x'jgħid il-bidwi Malti, bħalma naf li hu konxju l- Onor. Lino Spiteri u proprju minħabba li naf x'jaħseb u jħoss il-bidwi Malti kultant ikolli nirreaġixxi bil-mod kif irreaġixxejt.", "Jekk hemm ħaġa li ddejjaq lill-bidwi Malti huwa proprju l-fatt illi x-xogħol tiegħu jista' ma jiġix apprezzat.", "Madankollu din in-naħa tal-Kamra hija kontinwament konxja mix-xogħol kollu li jagħmel u konxja tal-bżonnijiet li għandu dan is- settur.", "Għalhekk illum qed naraw x'inhuma l-bżonnijiet tiegħu bi programm għall-futur li jrid iwassal biex dan is-settur jibqa' jeżisti fis-snin li ġejjin.", "Din in-naħa tal-Kamra temmen li s-settur agrikolu kien hawn loku l-bieraħ, illum, u se jibqa' jkun hemm loku fis-snin li ġejjin, irrispettivament mill-fatt illi s-settur huwa an ageing group - kif qal l- Onor. Spiteri.", "Il-fatt li għandna numru sostanzjali tal-bdiewa Maltin li qegħdin jixjieħu huwa fatt li ma bediex il-bieraħ.", "Naturalment l-Onor.", "Spiteri huwa bniedem illi jiddiletta bl-istatistika u jagħraf x'inhuma t- trends ekonomiċi fil-pajjiż u jaf x'ġara f'dan is-settur mil-lat ta' numru ta' ħaddiema.", "Jaf ukoll illi s-settur agrikolu żviluppa b'mod illi minkejja l-fatt li naqas in-numru ta' bdiewa jaħdmu full-time u l-art available għal skop agrikolu naqqset ukoll, l-intervent kontinwu tal-bidwi Malti biex jiżviluppa lilu nnifsu u jagħmel is-sistemi tiegħu ferm iktar effiċjenti, qegħdin kontinwament iżidu l-produzzjoni, kemm fl-interess tal- bżonnijiet ta' pajjiżna, kif ukoll għal skopijiet ta' esportazzjoni.", "L-Onor.", "Spiteri għamel referenza għall-fatt illi fil-passat kellna swieq barranin ta' ortikoltura li spiċċaw.", "Diżgrazzjatament il-politika tal- passat wasslet biex ċerti swieq li kellna barra minn pajjiżna spiċċaw.", "Qegħdin nagħmlu ħilitna kollha biex dawn is-swieq inkunu nistgħu nerġgħu niżviluppawhom mill-ġdid.", "Jekk irridu nkunu onesti, nafu illi jekk kemm-il darba u meta nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, ma jkunx hemm speċi ta' one- way traffic fejn minn pajjiżi barranin jiġi li jrid, filwaqt li minn pajjiżna ma jmur xejn.", "Preżentement is-sitwazzjoni hija li fis- settur agrikolu, ħlief għal perjodi qosra mis-sena, min jesporta irid iħallas dazji barra mill-pajjiż.", "Dan huwa wkoll wieħed mill-benefiċċji li meta nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea, u possibilment anke qabel inkunu membri, nistgħu ngawdu minnu.", "Irridu naslu għal sitwazzjoni fejn dak li nesportaw ma nibqgħux inħallsu dazju fuqu bil-konsegwenza li nkunu nistgħu niftħu swieq ġodda barra minn pajjiżna.", "Illejla, waqt id-diskussjoni xi ħadd għamel referenza għall-ħut li jiġi esportat.", "Veru li dawk li qegħdin irabbu l-ħut fil-fish farms qegħdin isibu diffikultajiet minħabba l-fatt li jridu jħallsu 15% dazju.", "Kellna wkoll bdiewa Maltin li pprovaw jesportaw prodotti agrikoli oħrajn, iżda wkoll iffaċċjaw id-diffikulta' illi kellhom iħallsu d-dazju fuq prodotti Maltin.", "Dan ukoll irridu nfehmuh lill-bidwi Malti u konvint li dan qiegħed jifhmu.", "Nagħmlu żball li nipprovaw ngħidu lill-bdiewa Maltin li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed jippreparalhom iż-żmien meta jispiċċaw.", "M'huwiex il-każ, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed jipprepara għaż- żmien meta l-bidwi Malti jsir aktar effiċjenti, isir aktar kapaċi jipproduċi b'mod illi aħna, fiċ-ċokon tas-suq tagħna, lil dan is-settur immexxuh 'il quddiem.", "Pero' aħna nafu li mhux kapaċi nipproduċu bħalma jipproduċu Sqallija, l-Italja, Franza, l-Ingilterra u xi pajjiż ieħor fid- dinja.", "Dan is-settur qed jurina li huwa kapaċi jibbenefika mid-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Nagħmlu żball jekk bil-kliem tagħna nagħtu xi indikazzjoni li dan is-settur se jbati minħabba d-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Veru li dan is-settur għandu sfida, imma huwa kapaċi jilqagħha b'mod iktar pożittiv.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"C\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor Membri: No) Carried.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "PERMESS TAL-KUMITAT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob il-permess tal-Kumitat biex nerġgħu ngħaddu għal klawsola 4 ħalli nagħmel emenda verbali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel li nerġgħu ngħaddu għal klawsola 4?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "Klawsola 4 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 15 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Substitution of section 13 of the principal Act.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għandi din l-emenda verbali:", "Fit-test Malti, fin-nota marġinali li hemm għall-klawżola 4, minflok il-kliem \"artikolu 15\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 13\".", "In the Maltese text only, in the marginal note for clause 4 for the words \"artikolu 15\" there shall be substituted the words \"artikolu 13\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif moqrija mill-Ministri.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4, kif emendata verbalment.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1- Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, għandi din l-emenda:", "\"D\" Fil-klawżola 1, minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1994 li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali\" għandhom jidħlu l-kliem \"l- Att ta' l-1995 li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali\".", "\"D\" In clause 1, for the words \"the Local Manufactures (Promotion) (Amendment) Act 1994\" there shall be substituted the words \"the Local Manufactures (Promotion) (Amendment) Act, 1995\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"D\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola1, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Fit-8.30 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI (EMENDA NRU.", "3)", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mis-26 ta' April 1995", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa in possession.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, insistejt kemm-il darba li l-liġi li għandna quddiemna rridu narawha f'kumpless ta' miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu min-naħa mat-tneħħija tad-dazji fuq importazzjoni mill-Unjoni Ewropea u min-naħa l-oħra għandha x'taqsam mad-dħul tat-taxxa tal-VAT, u ma tistax tifred waħda mill-oħra.", "Kont wasalt fil-punt fejn kont qed ngħid li f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tad-dazji fuq importazzjoni mill- Unjoni Ewropea bilfors se jkun hemm - mingħajr ma l-Gvern ta ebda ħsieb tagħha - implikazzjonijiet fuq il-vantaġġi li tgawdi Malta bħalissa vis-a- vis ċerti pajjiżi, per eżempju l-Istati Uniti u l-Kanada, rigward l-iskema tal-preferenzi ġeneralizzati.", "X'irrid nifhem biha din?", "Bħalissa Malta tgawdi mill-General Scheme of Preferences għax hija konsidrata li hija pajjiż li jikkwalifika għal dawn il-benefiċċji mogħtija mill-Istati Uniti, mill-Kanada u minn pajjiżi oħra li huma meqjusa bħala pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.", "Il-Generalised Scheme of Preferences f'dak li għandu x'jaqsam ma' dazji hija sistema li ġiet imdaħħla matul is-snin taħt l- awspiċi tal-Ġnus Magħquda mill-organizzazzjoni speċjalizzati tagħha biex pajjiżi li huma żviluppati jagħtu lill-pajjiżi oħra mitqiesa li qed jiżviluppaw preferenzi fuq l-importazzjoni tagħhom minn dawn il-pajjiżi unilateralment mingħajr ma dawn il-pajjiżi jkunu mistennija li jagħtu xi kontra parti, xi quid pro puo.", "Jiġifieri pajjiż li hu mitqies bħala pajjiż li qed jiżviluppa jkun jista' jesporta ċerti prodotti taħt il- Generalised Scheme of Preferences lill-Istati Uniti mingħajr ma jkollu għalfejn iħallas dazji hu u jidħol fl-istati Uniti, fil-Kanada u f'pajjiżi oħra.", "GĦalija jidher ċar li l-mod kif il-Gvern qed jippreżenta t-tneħħija tad-dazji fuq l-importazzjoni mill-Unjoni Ewropea, minnufih twaddab dubju fuq l-istatus ta' pajjiżna vis-a-vis il-Generalised Scheme of Preferences f'dak li jirrigwarda l-Istati Uniti u pajjiżi oħra.", "Ta' min jgħid li din m'hijiex konsiderazzjoni żgħira għax nafu li ħafna mill-esportazzjoni industrijali Maltija li tmur lejn l-Istati Uniti u lejn il-Kanada - imma l- iktar lejn l-Istati Uniti - tibbenefika minn dħul fl-iStati Uniti li fuqu ma tħallasx dazju.", "GĦalhekk jidher li l-Gvern bl-azzjoni tiegħu ma ta l- ebda ħsieb li jekk l-Amerikani minħabba dak li għamel fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena jiddeċiedu li jneħħu l-istatus ta' Malta minn taħt il- Generalised Scheme of Preferences, l-esportazzjoni Maltija lejn l-iStati Uniti tista' tintlaqat anzi tintlaqat bid-dħul ta' dazji fuqhom tar-regime Amerikan.", "Ħaġa bħal din m'hijiex ta' min jarmiha, jiskartaha jew jissottovalutaha għaliex tista' tolqot effettivament faxx qawwi ta' esportazzjoni elettronika li titlaq minn Malta u li tispiċċa b'xi mod jew ieħor fl-iStati Uniti.", "Tajjeb li l-Gvern jispjega l-ħsieb tiegħu fuq din il-ħaġa u anke fil-kontest mhux biżżejjed sħiħ u sod - fl-opinjoni tiegħi; aktar u aktar issa wara li jiena flimkien ma' l-Onor.", "Lino Spiteri żorna l- Kanada u l-Istati Uniti - li bih il-Gvern qed jippromwovi l-interessi kummerċjali u ekonomiċi ta' Malta fl-Amerika in ġenerali.", "Jidher ċar li l- effetti qed jinħassu sew fil-mod kif il-Gvern iddedika ħafna mill-ħin u mir- riżorsi tiegħu biex jippromwovi relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea jew jippromwovi l-ossessjoni tiegħu biex idaħħal lill-Malta membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea u f'ċerti pajjiżi tagħha a skapitu tal-ħsieb, tal-ħin u tar- riżorsi li jmissu ddedika għal promozzjoni kummerċjali u ekonomika ta' Malta fl-Amerika ta' Fuq.", "Jiġifieri waħda torbot ma' l-oħra.", "Sur President, bil-mod li l-Gvern neħħa d-dazji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- importazzjoni mill-Unjoni Ewropea, bil-periklu li jtellef lill-Malta l- aċċess għal Generalised Scheme of Preferences Amerikani, tinkwadra mal- benign neglect, man-nuqqas ta' attenzjoni u l-impenn li bihom il-Gvern preżenti matul dawn l-aħħar snin ħares u mexxa r-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi ma' għad ta' pajjiżi ta' ċerta importanza fothom l-iStati Uniti u l-Kanada.", "Hawnhekk wieħed jistenna li jkollna spjega min-naħa tal-Gvern dwar kif qed jara l-inkwadrament ta' Malta fl-iskemi GSP vis-a-vis dawn il- pajjiżi li fuqhom tgħaddi kummerċ li m'huwiex ta' min jwaddbu fil-ġemb.", "Sur President, l-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa li nerġa' norbot ma' l- argument u ma' l-idea l-fatt li dak li għandna quddiemna huwa pakkett sħiħ, pakkett li jnaqqas id-dazji fuq l-importazzjoni u jdaħħal il-VAT bħala l- alternattiva u effettivament għandu impatt fuq l-għoli tal-ħajja u fuq il- prezzijiet f'pajjiżna.", "Din il-ġimgħa ħarġet l-istatistika finanzjarja dwar id-dħul tal-Gvern fl-ewwel xahrejn jew tliet xhur u minnha jirriżulta - fil- bidu ta' dan id-dibattitu fil-kwadru tal-tliet Bills li kellna quddiemna l- Ministru kien irrifjuta li jagħti xi forma ta' stima ta' dħul li qed ikollu u li se jkollu mill-VAT u l-istatiska li ħareġ il-Gvern stess fil-Gazzetta tal-Gvern, tagħti informazzjoni dwar id-dħul mid-dazji u mill-VAT għall- ewwel tliet xhur ta' din is-sena - li naqas id-dħul mid-dazju xahar b'xahar meta mqabbel mas-sena li għaddiet.", "Ovvjament ma kienx hemm dħul mill-VAT, imma beda jidħol id-dħul mill-VAT minn Jannar, Frar u Marzu.", "L- indikazzjoni hija li jekk ngħoddu l-VAT mad-dazju għall-Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena u nikkomparawhom mad-dħul mid-dazju tas-sena li għaddiet, jiġifieri Jannar, Frar u Marzu nsibu li d-dħul mid-dazji plus il- VAT ta' din is-sena huwa sostanzjalment ogħla mid-dħul mid-dazji biss.", "Allura wieħed bilfors jistaqsi: Kif tinkwadra dan id-dħul proviżorju li għandna għall-ewwel tliet xhur ma' l-istqarrijiet li għamel il-Gvern is- sena li għaddiet, li bid-dħul tal-VAT mhux se jkun hemm żieda fil-piż tat- taxxi fuq il-poplu?", "Wieħed jipproġetta li jkun hemm ċertu żieda fl-annual growth anke f'dak li għandu x'jaqsam mad-dħul mid-dazji, imma jekk wieħed jipproġetta fuq ċertu ammont ta' żieda fuq il-figuri tad-dazji tas-sena li għaddiet - kieku kollox baqa' kif kien is-sena li għaddiet - u jqabbilhom maż-żieda li l-Gvern qed ikollu mid-dħul tal-VAT u d-dazji, jirriżulta li dak id-dħul huwa aktar qawwi milli l-Gvern kien qed jgħid li se jkun is- sena li għaddiet.", "Jiġifieri d-dħul mill-VAT u mid-dazji, din is-sena huwa aktar ta' piż fuq il-poplu milli jippretendi l-Gvern.", "Sur President, hawnhekk nixtieq infakkar x'ippretenda l-Gvern is-sena li għaddiet.", "Is-sena li għaddiet il-Gvern ippretenda li f'dak li għandu x'jaqsam mal-VAT, din m'hijiex se tkun ta' piż extra fuq it-tax payer.", "Il- VAT sempliċement se tikkompensa għat-tnaqqis ta' dazji li jirriżulta mill- miżuri li għandna quddiemna llum.", "Il-figuri diġa' qed juru li dak l- assessment m'hux korrett.", "Nagħlaq billi nistieden lill-Ministru jikkummenta ftit fuq dawn il-figuri li għandu u jgħidilna kif se jqabbel l-argumenti li għamel is-sena li għaddiet, jiġifieri li permezz tal-VAT se jkollu l-istess piż fuq it-tax payer bħalma kellu qabel ma ddaħħlet il-VAT u li din se tkun newtrali fuq il-piżijiet li se jġorr it-tax payer mal-fatti li jippubblika hu nnifsu għall-ewwel tliet xhur ta' din is-sena li juru li bil-VAT u d-dazji li baqa' qed ikun hemm piż aktar sostanzjali - għax id-dħul tal-Gvern qed ikun aktar - milli kien, qabel ma ddaħlet il-VAT.", "Naħseb li anke fuq dan il- punt, il-Gvern irid jipprova u jittestja l-kredibilita' tiegħu għaliex l- istatements li l-Ministru kien jagħmel is-sena li għaddiet kienu kategoriċi għall-aħħar, anzi ħareġ rapport - ma nafx ta' kemm-il faċċata - sħiħ li suppost kien juri li mhux se jkun hemm żidiet fil-piżijiet tat-taxxa bil- VAT, imma li din sempliċement tikkompensa għal piż tad-dazju.", "Dan jirriżulta li ma kienx il-każ u mill-figuri li diġa' ħarġu għall-ewwel tliet xhur, wieħed jippreżumi li iktar 'il quddiem dawn il-figuri tad-dħul mill-VAT se jiżdiedu u mhux jonqsu.", "Għalhekk ikun tajjeb li fin-nuqqas totali li kellna s'issa f'dan id-dibattitu ta' spjega konċettwali dwar x'inhu għaddej f'dak li huwa irbit konċettwali bejn it-tnaqqis ta' dazji li qed jagħmel, ma' dħul tal-VAT, mas-sitwazzjoni internazzjonali ta' Malta fil-qasam tal-kummerċ, l-Ministru fir-risposta tiegħu jagħti spjega ta' l- impatt fiskali bħala taxxa li l-VAT qed ikollha.", "Aktar kmieni, meta kellna dan is-cycle ta' debates, il-Ministru rrifjuta li jitkellem għax qal li m'għandux il-figuri, imma issa għandu l-figuri, u tajjeb li jkollna l-ewwel assessment preliminari biex il-poplu jkun jista' jibda jiġġudika minn issa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Nistieden lill-Ministru jgħaddi għal winding up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, se nipprova ngħaqqad ir-risposta bejn dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni llum u dak li qal f'seduta oħra madwar tliet ġimgħat ilu meta konna bdejna niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L- argumenti tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni iċċentraw fuq dak li qed jgħid issa, jiġifieri fuq in-nuqqas ta' linkage bejn it-tliet Abbozzi ta' Liġi li għadna kemm għaddejna.", "Dan huwa l-ewwel punt u se nibda inweġibhom wieħed wara l-ieħor.", "Naturalment il-linkages bejn dawn l-Abbozzi ta' Liġijiet ma setgħux ikunu hawn.", "Meta għaddejna l-ewwel żewġ Abbozzi ta' Liġijiet, kont spjegajt li l-ewwel tnejn kienu jirriggwardaw unikament il-miżura fil- Budget li jiżdied id-dazju u s-sisa fuq is-sigaretti.", "Fuq il-mod kif ġew riveduti r-rati tad-dazju, wieħed seta' jara għaliex għamilna pubbliku ....", "Waqt il-Budget Speech f'Novembru tas-sena l-oħra niftakar li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li fih kien hemm analiżi ta' kif se jiċċaqilqu t-taxxi indiretti kollha fil-pajjiż u fuq dan kien hemm studju komparattiv bejn kif kienet il-pożizzjoni għall-1994 u kif se tkun tkun il-pożizzjoni għall-1995 bl-introduzzjoni tal-VAT.", "Hemmhekk konna stipulajna fid-dettal ta' kull H.S. Code kif se jsiru l-movimenti bejn id-dazji, il-levies u l- excise li kien hemm fl-1994 u d-dazji - jew in-nuqqas tagħhom billi issa neħħejna d-dazju minn fuq il-prodotti li jiġu mill-Ewropa - u l-levies kif ġew riveduti u li għadna kif iddiskutejna f'din is-seduta.", "Dħalna wkoll fid-dettall ta' kif il-VAT daħlet u fuqhiex daħlet u naturalment ukoll kif ġiet riveduta l-excise duty.", "Jiġifieri kien hemm comparative analysis sħiħa ta' dak li sar u konċettwalment spjegajna kemm-il darba dak li qed ngħidu.", "Aħna għidna li s-sistema ta' tassazzjoni indiretta fil-pajjiż riedet tinbidel u għalhekk jien dejjem insistejt li, kontra dak li xi wħud kienu qed jipprovaw jgħidu, aħna bil-VAT ma konniex qed indaħħalu taxxa ġdida imma konna qed indaħħlu mezz ġdid kif tinġabar it-taxxa indiretta li kienet tinġabar qabel.", "Qabel it-taxxa kienet tinġabar fuq il-konsum ta' xi prodotti importati imma llum qed tinġabar fuq il-konsum tal-prodotti importati u dawk maħduma lokalment kif ukoll fuq il-konsum ta' xi servizzi.", "Dik hija s-sistema kif daħħalniha.", "Naturalemt l-konċett hu li aħna qegħdin nipproġettaw li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea kif nispera li jidħol dalwaqt.", "Il-pjani tagħna ma jaħsbux mil-lum għal għada biss imma jaħsbu wkoll biex naslu għat-target li nkunu ffissajna.", "Mr Speaker, din m'hijiex kwestjoni ta' impożizzjoni.", "Kull darba li nipprovaw nipproduċu xi ħaġa ġdida tisma' lil min jgħid li qed issir għax ġiet imposta fuqna.", "Aħna għandna l-oġġettivi u l-miri tagħna u biex nilħquhom irridu nippreparaw lill-poplu tagħna f'dak kollu li għandu x'jaqsam magħhom.", "Jiġifieri aħna daħħalna s-sistema tal-VAT u magħha għamilna sistema ta' dazji mibnija fuq il-common external tariff li hemm fl-Unjoni Ewropea u sistema ta' levies biex inkunu nistgħu nagħtu l- protezzjoni li jkun hemm bżonn għall-industrija tagħna - irrispettivament minn dak it-tip ta' protezzjoniżmu li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tas- CET li hija intiża biex tipproteġi s-sitwazzjoni Ewropea; 'il quddiem ngħid kif inħadmet is-CET - pero' għamilna sistema ta' levies ukoll li m'hijiex kontemplata fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk jien ngħid li dak li għamilna m'hijiex customs union.", "Kieku għamilna customs union kieku ma kenitx tiġi tollerata li nżommu, nemendaw u nżidu, kif qalu xi kelliema ta' l-Oppożozzjoni llum, l-levies li kellna u li għad għandna.", "Dawk għamilnihom speċifikament wara studji dettaljati li saru mal-Federazzjoni ta' l-Industrija, maċ-Chamber of Commerce, mal-GRTU, mad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura, wara rappreżentazzjonijiet, wara li għidnilhom kif jaħsibha l- Gvern, wara li ġew kontro proposti - jiġifieri għamilnihom wara li ddiskutejnihom flimkien f'round tables li damu ġranet sħaħ.", "Dan kien kollu eżerċizzju li sar biex nesiġu x'inhu l-livell ta' protezzjoni li għandna bżonn - fuq din nitkellem iktar fid-dettal.", "Aħna għidna li ladarba nidħlu fl-Ewropa s-CET se tkun il-livell ta' dazji li se jkollna niffaċċjaw.", "Allura x'għamilna?", "Aħna għamilna studju li bbażajnih fuq dak li konna importajna fl-1993 - naturalment hawn qed insemmi s-sena 1993 għaliex konna qed nagħmlu l-eżerċizzju fl-1994 - u analizzajna fid-dettal l- importazzjoni kollha li daħlet f'Malta H.S. Code b'H.S. Code, nerġa' ngħid, biex naraw minn fejn daħlet din l-importazzjoni.", "Għalfejn?", "Dan għamilnih ħalli naraw jekk bis-CET konniex se npoġġu piżijiet esaġerati fuq l- industrija u fuq il-konsumatur Malti.", "Aħna rajna item partikolari minn fejn ġie importat u meta rriżultalna li dan ġie mportat b'mod predominanti - jekk m'iniex sejjer żball użajna ċ-ċifra ta' 25%, 30% jew 33% - sa 25% minn barra mill-Ewropa, allura qagħdna attenti li ma napplikawx is-CET biex b'hekk ma nżidux ċerti piżijiet fuq dak li jsir f'Malta.", "Per eżempju, fejn irriżultalna li dak li ndaħħlu huwa prattikament mill-Ewropa, allura applikajna s-CET b'mod normali għaliex dan ma kien se jaffettwa lil ħadd.", "Imma meta kellna sitwazzjonijiet fejn kien hemm prodotti ta' l-ikel u mediċinali li fihom kien hemm ċerti tariffi skond is-CET, allura għażilna biex nipproteġu wkoll il-livell tal-prezzijiet tal-konsum billi ma napplikawx is-CET.", "Hawn wieħed jista' jifhem id-dettall u x-xogħol li daħal f'dan it-tip ta' eżerċizzju.", "Mr Speaker, forsi f'dan il-Parlament issib min jgħid kif ġew is-600 paġna u jien ngħidlu li dawn ġew analizzati linja linja u mhux biss fuq it- tip ta' dazju li se jkollhom imma wkoll fuq il-levies, fuq il-VAT u anke fuq l-excise li se jkollhom.", "Dan l-eżerċizzju estensiv sar fil-Ministeru tal-Finanzi u jien ukoll kelli x'naqsam miegħu.", "Jien naħseb li llum għandna riżultat li jidher u dan narawh mill-fatt li l-ekonomija Maltija m'għamlilhiex ħsara anzi ngħid li l-ekonomija Maltija assorbietu tajjeb ħafna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsiena x'inhija l-istrateġija dwar it- tneħħija tal-protezzjoni.", "Aħna tkellima dwar din f'dan il-Parlament dawn l- aħħar tlett ijiem.", "Jien ma nistax nifhem kif - din ili ngħidha tmien snin f'dan il-Parlament - il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għadu ma daħħalx f'rasu x'inhija l-istrateġija tal-protezzjoni f'pajjiżna llum.", "Aħna għidna li ma nipproteġux lill-investiment imma lill-ħaddiem.", "Dak huwa l-bottom line u l- aħjar hu li nibdew minn hemm.", "Nerġa' nirrepeti li aħna nipproteġu l- postijiet tax-xogħol u l-livell ta' protezzjoni f'pajjiżna tkun skond il- livell tax-xogħol.", "Jiġifieri aħna ma nipproteġux biex jikber il-profit margin, fis-sens li ma nipproteġux biex wieħed jagħmel il-profitti għax qiegħed iħaddem makna u jew għax qed jorbot lill-poplu Malti biex jixtri l- prodotti tiegħu.", "Mhux għal hekk nipproteġu aħna imma nipproteġu skond il- bżonn li jkollna biex inżidu x-xogħol.", "Kien hawn min semma l-fabbriki tat-tessuti.", "Hawn nerġa' ngħid li llum għandna problema għaliex dawn ma jsibux nies biex jaħdmulhom.", "Allura x'hemm x'tipproteġi f'din?", "Jiġifieri ma jagħmilx sens li aħna nipproteġu l-qomos f'pajjiżna!", "Le, ma tagħmilx sens u jeħtieġ li l-Oppożizzjoni tifhimha jekk qed tgħix f'Malta.", "Le, ma jagħmilx sens li nipproteġi l-qomos biex dawk li qed jipproduċu affarijiet oħra għall-esportazzjoni u li għandhom bżonn l-istess tip ta' ħaddiema, ma jsibux ħaddiema u b'hekk ikollhom jgħollu l-prezzijiet tagħhom.", "Din it-tip ta' sistema ma tagħmilx sens.", "Hemm bżonn li dan nifhmuh.", "Jiġifieri jekk ma nifhmux din il-ħaġa bażika jew dawn l-affarijiet bażiċi ta' amministrazzjoni ekonomika, allura nistaqsi fejn se naslu jekk xi darba dawn in-nies ikunu huma stess li jieħdu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet.", "Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' ħareġ bl-argument ta' l- effikaċja bejn il-ġbir tad-dazju u tal-VAT fejn qal li d-dazju qed jinġabar minn erba' points u li l-VAT trid tinġabar minn ħafna nies.", "(Interruzzjonijiet) Veru li l-dazju jinġabar minn erba' points u li l-VAT tinġabar minn ħafna nies, pero' dan ma jfissirx li tkun iktar jew inqas effikaċi.", "Irrid ngħid li peress li dan huwa pajjiż żgħir - hawnhekk dejjem nużaw l-kontra-argument ta' l-Oppożizzjoni - il-VAT titħaddem aħjar.", "Jiġifieri jista' jkollna ħafna iktar kontroll fuq dak li qed jiġri għaliex aħna żgħar ħdejn il-pajjiżi kbar li għandhom il-miljuni jew mijiet ta' eluf ta' taxpayers.", "Kif qegħdin, aħna nistgħu nikkontrollaw fl-iktar livelli baxxi taċ-chain tad-distribution biex nassiguraw li l-affarijiet qed jimxu sew.", "Issa din ta' l-effikaċja narawha mill-effett li se jkun hawn fl- ekonomija fuq il-black economy.", "Niġi issa biex inwieġeb għall-aħħar punt li għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Hu qalilna li meta kien qed jitkellem l-ewwel darba, jien għidtlu li ma għadniex ċifri.", "Issa wara li ġew ippubblikati ċ-ċifri ta' l-ewwel tliet xhur, jien nixtieq nitlob lill-Onor.", "Alfred Sant biex jgħidilna kif jinterpreta r-riżultat.", "Sur Kap ta' l-Oppożizzjoni ħa nispjega biex ma nagħmilx kummenti oħra.", "L-ewwelnett nifhmu kif qed taħdem il-VAT?", "Mhux issa rridu nneħħuha u għandna lanqas fhimna kif taħdem!", "Dan li qed jinġabar illum mid-Dwana huwa VAT li fil-fatt jrid jiġi ritornat.", "Il-veru returns tal-VAT m'humiex dawk li qed jinġabru mid-Dwana imma huma r- returns li bdejna nirċievu minn nofs dan ix-xahar - kif spjegajtlu l- aħħar darba; għandna noqogħu attenti ħalli nipprovaw nifhmu.", "L-aħħar darba, lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni spjegajtlu li dan huwa proċess li jrid jibqa' għaddej żgur sal-15 ta' Lulju, għaliex illum kull min qed idaħħal prodotti f'pajjiżna qiegħed iħallas VAT, liema VAT fil-biċċa l-kbira tagħha se tkun input tax għalih, jiġifieri se tkun VAT li se jieħu lura.", "Naturalment imbagħad l-VAT li se jkun ġabar se tkun l-output tax tiegħu mill-bejgħ li jkun għamel hu.", "Minn dawk iċ-ċifri tal-VAT li qed niġbru mid- Dwana hemm VAT li fil-fatt se nirrifonduha mingħajr m'hu se jkun hemm contra partita tagħha fir-returns li se jkollna.", "Nieħdu eżempju ta' tabib li jimporta apparat li għandu bżonn fil-klinika tiegħu.", "Dan iħallas il-VAT u se jidher f'dawk iċ-ċifri li ppubblikajna li hija VAT li tħallset.", "It-tabib pero' meta hu jagħti s-servizz tiegħu ma jiġġarċjax VAT pero' se jikklemja lura l-VAT li hu ħallas fuq dak l-apparat li mporta.", "Jiġifieri dak l-element ta' VAT llum qiegħed f'dawk iċ-ċifri li ġew ippubblikati.", "Jekk għandek kumpannija tal-manifattura li timporta makkinarju, ħallset il-VAT fuq il-makkinarju kollu, pero' naturalment fl-ewwel tliet xhur ta' l- operazzjoni tagħha probabilment mhux se tkun biegħet biżżejjed daqskemm hu l-VAT li fil-fatt tkun ħallset u allura din se tirriżulta f'refund li rridu nagħtu lil din il-kumpannija.", "Nieħdu każijiet oħra.", "Il-VAT li qed tinġabar fid-Dwana llum hija VAT fuq l-istocks li deħlin fil-pajjiż, stocks li mhux bilfors jinbiegħu fil- perjodu sakemm tiġi magħmula r-return tan-negozjant partikolari.", "Dan ifisser li fl-ewwel return tiegħu, filwaqt li n-negozjant se jagħmel claim għall-VAT kollu, saħansitra fuq stocks li ma biegħx, l-output relatat magħha m'hux se jinġabar.", "GĦalhekk wieħed bl-ebda mod ma jista' jasal għall-konklużjoni li l-VAT li qed tinġabar mid-Dwana b'xi mod għandha xi relevanza reali mal-VAT li fil-fatt se tkun inġabret mill-Gvern.", "Jekk aħna ma nifhmux dan il-mekkaniżmu elementari, allura jien ikolli ngħid li għadu ma ssemma xejn dwar kif taħdem il-VAT għaliex il-VAT b'dan il-mod taħdem.", "Hawnhekk se jkolli nirrepeti dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jiġifieri li sa l-aħħar ta' Lulju jew il-bidu ta' Awissu jkollna indikazzjoni tar-riżultat ta' l-ewwel ċiklu tal-VAT.", "Meta nsiru nafu din l- indikazzjoni, naturalment il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkun jista' jagħmel assessment dwar b'kemm il-elf vot se jitlef l-elezzjoni li jmiss.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma wkoll il-Generalised System of Preferences fejn erġajna sirna nafu li l-Onor.", "Sant mar l-Amerika u l- Kanada.", "Filwaqt li meta kien mar l-Awstralja l-Onor.", "Membru ġie armat bl- ixprun tal-VAT, issa wara li ġie mill-Amerika u l-Kanada ġie bil-GSP.", "Fil- fatt illum se nikkonkludi l-ispeech tiegħi billi ngħid xi ħaġa dwar il-GSP.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni stess qal li l-GSP hija skema magħmula mill- pajjiżi żviluppati għall-benefiċċju tal-pajjiżi li m'humiex żviluppati.", "Imma l-GSP mhux se titlaq mhux għax iddaħħlet il-VAT f'pajjiżna u lanqas m'hi se titlaq għal dak li għamilna fl-1 ta' Jannar imma se titlaq għax Malta tkun pajjiż żviluppat.", "GĦal din ir-raġuni titlaq il-GSP.", "GĦalhekk ikun aħjar jekk ma noqogħdux indaħħku lin-nies bina.", "Kif għidt diġa', il- GSP mhux se titlaq minħabba r-riforma li għamilna fl-1 ta' Jannar imma se titlaq meta l-gross domestic product per capita jkun ta' livell, tant li aħna niġu kkonsidrati bħala pajjiż żviluppat u allura ma nkunux naqgħu taħt din l-iskema.", "J'Alla titlaq il-GSP, m'hux għax irridu li min qiegħed jesporta b'ċerti rati ta' benefiċċju lejn l-Amerika ma jibqax jesporta imma għaliex din tkun verifika li Malta hija pajjiż żviluppat u li f'dan il- pajjiż għollejna t-tenur tal-ħajja għal-livelli tal-pajjiżi żviluppati tad- dinja.", "Allura aħna se nibqgħu sotto-żviluppati biex jibqa' jkollna l-GSP?", "Dawn l-affarijiet żgur li ma jiġrux.", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-Kanada jien nixtieq nerġa' nirrepeti li issa nispera li almenu bħalma pprova jieħu t-tagħlima ta' l-Awstralja, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jieħu t-tagħlima tal-Kanada fejn illum hemm Gvern li wiegħed lill-poplu tiegħu li se jneħħi l-VAT.", "Pero' taf x'neħħa mill-VAT?", "Neħħa l-ittra \"V\" u l-ittra \"A\" għaliex minflok \"V\" għamilha \"Ġ\", minflok \"A\" għamilha \"S\" u minflok VAT illum għandhom GST li hi l-istess ħaġa li kellhom qabel.", "U nerġa' nirrepeti li hekk jiġrilha l-Oppożizzjoni f'Malta jekk tkompli tipprova tgħidilna li se tneħħi l-VAT, għaliex din hija wegħda li assolutament lanqas biss se tkun fil-programm elettorali tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni, Kap 337\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Peress li ssejħet division din tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni, Kap 337\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "275", "FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Hyzler George M | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borda Manuel |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joe | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Rizzo Naudi John| |Deguara Louis |Spiteri Carm | | |Lino | |Demarco Guido |Tabone Anton | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Ninu | |Frendo Michael |Zammit Stanley | |Galea Ċensu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 30", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Mangion Charles | |Attard Montalto|Mifsud Bonnici | |John |Karmenu | |Bartolo Evarist|Mintoff Dom | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Joseph |Moran Vincent | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar |Nicholl Tony | |Charles | | |Buhagiar Louis |Portelli Alfred | |Calleja Reno |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Debono Grech |Sant Salvu | |Joe | | |Farrugia |Schembri Adami | |Michael |Sandro | |Farrugia Noel |Spiteri Lino | |Gatt George |Vella George | |Grech Edwin S. |Vella Carmelo |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu, l-Viċi Prim Ministru jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 24 ta' Mejju, 1995 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 3) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bills tat-Teżor ta' Malta - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ombudsman - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Speaker, qomt nitkellem għal ftit minuti biss għax nixtieq nikkjarifika xi ħaġa li ġiet rrapportata fil-ġurnali wara li tkellimt nhar l-Erbgħa 17 ta' Mejju.", "Bil-mod kif ġejt irrapportat meta tkellimt fuq l-isptar San Raffaele u fuq il-konnessjoni tat-Taljani ma' Malta forsi setgħet ingħatat l-impressjoni li kont qed niġġeneralizza li għandi xi ħaġa kontra t-Taljani.", "Dan m'huwiex il-każ.", "Jiena kont qed insemmi tliet każi ċari fejn kien hemm investiment privat u fejn min investa f'Malta ġie jew qed jiġi nvestigat mill-Maġistrati Taljani.", "Jiena għal dan kont qed nirreferi u qomt nitkellem biex inneħħi kull impressjoni ħażina li setgħet ingħatat mir-rapporti fil-ġurnali u biex ngħid li din in- naħa żgur m'għandha xejn kontra l-investiment Taljan tant li meta jiena kont chairman ta' l-Investment Bank għent ħafna biex il-kumpannija SGS-ates tistabbilixxi ruħha f'Malta.", "Dan biss xtaqt nikkjarifika, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fil-ftit ħin li għandi nixtieq nagħti risposta għall- kritika li għamel il-bieraħ l-Onor.", "Psaila Savona fl-Aġġornament fejn akkużani b'partiġġaniżmu u b'imprudenza f'diskors li għamilt fl-okkażjoni tar-riċeviment organizzat mill-Kunsill taż-Żejtun f'Jum l-Omm.", "L-Onor.", "Psaila Savona minflok għamel xi diskors fuq it-turiżmu u ħareġ b'xi ideat ġodda minn mindu laħaq Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il- qasam, għażel li jiftaħ kritika mill-iktar baxxa kontra tiegħi.", "Mindu sar Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Psaila Savona ħlief ritratti u safar m'għamilx, sustanza ta' xejn, tant hu hekk li l-poplu għadu lanqas induna li l-qasam tat-turiżmu kien waqa' taħt ir-responsabbilta' ta' Segretarju Parlamentari ieħor.", "L-Onor.", "Psaila Savona fettillu jinfexx fuqi billi attakkani dwar id-diskors li għamilt il-ġimgħa l-oħra, il-Ħamis 18 ta' Mejju, fl-okkażjoni ta' riċeviment organizzat mill-Kunsill Lokali taż- Żejtun f'ġieħ l-ommijiet kollha taż-Żejtun.", "Il-Kunsill jew is-sotto-kumitat għoġobhom jistednuni biex nagħmel diskors f'din l-okkażjoni u l-Onor.", "Psaila Savona kkritika lill-Kunsill taż-Żejtun għax stieden lili mingħjar ma fl-istess ħin stieden ukoll lil xi ħadd min- naħa l-oħra tal-Gvern.", "Jien m'iniex se nindaħal x'jagħmel il-Kunsill Lokali imma rrid ngħid li kien hemm bosta okkażjonijiet fejn il-kunsilli lokali organizzaw funzjonijiet fejn kienu mistiedna Membri Parlamentari min- naħa tal-Gvern biss.", "Hawnhekk nista' nsemmi żewġ eżempji.", "L-ewwel eżempju hu dak taż-Żejtun stess, is-sena l-oħra fl-istess okkażjoni jiġifieri f'Jum il-Omm, fejn is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici kien mistieden waħdu u tkellem fuq dak li qed jagħmel il-Gvern mingħajr ma kien hemm l-oppost tiegħu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Okkażjoni oħra .....", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, nista' nassigura lill-Onor.", "Membru li kull darba li kont mistieden minn xi kunsill lokali jien bħala Segretarju Parlamentari qatt ma kont partiġġjan u qatt ma daħħalt politika fin-nofs.", "Jien dejjem noqgħod attent għal din il-ħaġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Speaker, jien qed ngħid fuq kritika ta' l-Onor.", "Psaila Savona li qal li għamlu żball li ma stednux lil xi ħadd min-naħa tal- Gvern.", "Jien qed ngħid li f'dawn l-okkażjonijiet kien hemm mistiedna membri min-naħa tal-Gvern biss.", "Okkażjoni oħra kienet dik ta' seminar li organizza l-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li għalih kien hemm mistieden biss rappreżentant tal-Gvern u ma kien hemm ħadd mill-Oppożizzjoni.", "GĦalhekk ma nafx għalfejn l-Onor.", "Psaila Savona ħa għalih.", "Imbagħad l- Onor. Psaila Savona dawwar il-kanuni għal fuqi u akkużani li kont partiġġjan u imprudenti f'dak li għidt.", "Mr Speaker, irrid ngħid li dan m'hu minnu xejn.", "Il-qofol tad-diskors tiegħi f'din l-okkażjoni kien fuq is- sinifikat ta' Jum l-Omm u l-aspetti soċjali tiegħu fil-kultura tagħna.", "Veru li fl-introduzzjoni li għamilt filwaqt li rringrazzjajt lill-Kunsill għaliex għoġbu jistedinni għal din l-okkażjoni sabiħa niftakar li għidt li jien ma kontx familjari mar-raħal taż-Żejtun, pero' kelli memorji sbieħ ta' dan il-post billi fiż-żmien meta kont imsiefer, binti kienet għamlet il- preċett u l-griżma f'dan il-raħal.", "B'daqshekk!", "Dak kulma għidt.", "L-Onor.", "Psaila Savona oġġezzjona għal dan il-kliem u ma setgħax jaqa' iktar fil- baxx milli waqa'.", "Forsi l-Onor.", "Psaila Savona jħoss il-kuxjenza tiegħu tniggżu bis-sempliċi referenza li għamilt għal binti bħalma jiġrilhom xi Membri oħra min-naħa tal-Gvern.", "Mr Speaker, jien għandi kull rispett għall-poplu Żejtuni.", "Ma nippretendix li nafhom sewwa jew li tajt x'nifhem li jien inħossni Żejtuni bħalhom imma jien qatt ma għidt kontra n-nies taż-Żejtun minn wara darhom bħalma jagħmel l-Onor.", "Psaila Savona, filwaqt li mbagħad minn quddiemhom jippretendi li hu xi paladin fejn għandhom x'jaqsmu l-interessi taż- Żwieten.", "Ma jistax ikun li noqgħod għal dawn il-ħneżrijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Mr Speaker, jien lill-Onor.", "Membru qatt ma semmejtu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom użaw il-kalma għax inkella ħadd ma jagħmel sens.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Tkellimt ukoll dwar it-tibdiliet li seħħew f'pajjiżna fil-mod li ngħixu llum u kif dan qed jaffetwa l-valuri tradizzjonali tagħna.", "Veru għamilt referenza għall-problemi li l-ommijiet tal-lum qed ikollhom jiffaċċjaw minħabba l-għoli tal-ħajja u li minħabba f'hekk ħafna minnhom qed ikollhom joħorġu jaħdmu għaliex ma jistgħux ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja.", "(Interruzzjonijiet) Semmejt wkoll l- problemi li qed jiffaċċjaw l-ommijiet anzjani għax dawn huma ommijiet ukoll.", "GĦamilt referenza wkoll għat-tendenza moderna f'pajjiżi żviluppati, speċjalment dawk ta' l-Ewropa, li kulma jgħaddi ż-żmien aktar qed jitbiegħdu mill-politika ta' welfare state għal dik ta' welfare society.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek x'għidtilhom.", "Mela lilkom jifhmu!", "Milli jidher dak li għidt ma kienx daqq għal widnejn l-Onor.", "Psaila Savona.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Le, imma għandu dritt jitkellem, ħu paċenzja.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jiena nista' nassigurak, Mr Speaker, li dawk l- ommijiet kollha li kienu preżenti għal din l-okkażjoni apprezzaw id-diskors tiegħi, diskors li kien meqjus u kawt, u diskors li kien ibbażat fuq ir- realtajiet tal-lum.", "Biex nagħlaq, ngħid li dak li għamilt għamiltu mingħajr interessi ta' xejn m'hux kif inhu imdorri jagħmel l-Onor.", "Psaila Savona, u se nagħti eżempju.", "Meta laħaq Segretarju Parlamentari u allura kellu jitlaq il-prattika privata, ippretenda li jitħallas tal-goodwill tal- prattika tiegħu billi jitlob tant flus fuq kull pazjent li jara t-tabib li kien se jieħu ħsieb tal-pazjenti.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MR SPEAKER: Onorevoli, tinżlux f'dan il-livell personali.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Dan hu li għamel l-Onor.", "Psaila Savona, dak li tant jitkaża b'dak li jagħmel ħaddieħor!", "Taf x'jgħidulu dan, Mr Speaker?", "Dan jgħidulu fee-splitting.", "(Interruzzjonijiet) Grazzi, Mr Speaker.", "Dan hu dak li kelli xi ngħid jiena.", "MR SPEAKER: Onorevoli, m'għandkomx għalfejn tinżlu fil-livell personali.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: L-Onor.", "Edwin Grech irid jissostanzja dak li qed jgħid jew inkella jgħidu pubblikament ħalli naraw min ....", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Meta trid!", "MR SPEAKER: Onor. Psaila Savona, inti għandek dritt għal personal explanation.", "Jiena nappella liż-żewġ naħat tal-Kamra biex ma tinżlux fil- livell personali.", "M'għandkomx għalfejn tinżlu fil-livell personali.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Grech, l-aħħar frażi tiegħek .....", "(Interruzzjonijiet) Onor. Psaila Savona, jekk se toqogħdu targumentaw bejnietkom is-soluzzjoni se tkun awtomatika.", "Onor. Grech, naħseb li l- aħħar frażi tiegħek għandek terġa' tpoġġiha mod ieħor għax dan m'huwiex il- mod kif ....", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Speaker, dan huwa fatt li ma jistax jinnegah u li ġara u allura ma nistax inbiddlu.", "Jiddispjaċini imma ma nistax inbiddlu.", "MR SPEAKER: Onor. Grech dan m'għandux għalfejn jissemma.", "Dak huwa personali.", "Ejja naqblu li dak l-istatement inħalluh barra mid-diskors.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Le, ma nistax inħallih barra.", "MR SPEAKER: Imma għalfejn?", "M'għandkomx għalfejn tirriduċu ruħkom għal akkużi fuq livelli personali.", "Dan m'huwiex il-mod kif nimxu.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat) Onor. Psaila Savona, jimporta?", "Onor. Grech, ħu paċenzja, nitolbok biex l-aħħar frażi tqiegħda mod ieħor ħalli nżommu l- istandard li għandna nżommu.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Speaker, jien għandi informazzjoni li l-Onor.", "Psaila Savona ipprova jitħallas tal-goodwill tal-prattika privata billi talab persentaġġ mill-flus li kien se jieħu t-tabib li kien se jikkura l- pazjenti tiegħu.", "Dan jgħidulu fee-splitting.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Psaila Savona.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: L-ewwelnett dan diġa' dawwar daqsxejn id- diskors.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili Onor. Mizzi, din tikkonċerna lili u m'hux lilek.", "ONOR.", "JOE MIZZI: U meta kkonċernat lili int tkellimt?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, dan l-inċident irrid nagħlqu, ħu paċenzja.", "ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA: Mr Speaker, l-Onor.", "Edwin Grech ftit ilu qal li jien tlabt li nieħu persentaġġ għal kull pazjent li jara t-tabib l- ieħor.", "Issa qed ivarjaha daqsxejn; qed jgħid li jien qed nitlob għall- goodwill imma lanqas dan m'hu veru.", "Jekk ikun hemm tabib ieħor fi premises tiegħi u jidhirlu li għandu jħalli mhux persentaġġ peress li jkun qed juża l-premises regolari bħalma jagħmlu l-periti u l-avukati u anke ħaddieħor ...", "Imma hemm differenza enormi bejn dik u dak li nitlob għax jekk jara għaxar pazjenti allura nieħu ta' għaxar pazjenti u jekk jara mitt pazjent allura nieħu ta' mitt pazjent.", "Din hija gidba sfrenata u jekk għandu element ta' rġulija jgħidha barra.", "MR SPEAKER: Dak ġie ċċarat u l-kwestjoni ġiet riżolta.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fl-aħħar ta' April li għadda, fl- Aġġornament ta' dan il-Parlament, jien għidt li se nkun assenti mill- Parlament minħabba xogħol parlamentari barra minn Malta u f'dan iż-żmien kien tkellem id-Deputat Nazzjonalista Manuel Borda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat on a point of order.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Jien irċevejt il-karta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Suppost inbidlet u qalulek.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Imma ma qalli ħadd.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Pero' ma kenitx għal-lum imma għat-22.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, on a point of order.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Jien se ninsisti - bħalma għidtlek privatament - u ngħid li meta jkolli l-ħin tiegħi allokat u xi ħadd iqum erba' darbiet jew kull meta jfettillu biex jirrispondi lil xi ħaddieħor u jneħħili d-dritt ta' l-Aġġornament tiegħi, allura nitlob li jsir il-kalkolu ta' kemm ...", "Jiġifieri qed nitlob formalment lilek għax hija responsabbilta' tiegħek li tqassam il-ħinijiet u tagħtini lista tal-Membri kollha li tkellmu fl- Aġġornament ħalli nara jekk l-apportionment tiegħi kienx tajjeb jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ir-responsabbilta' kif jitqassam l-Aġġornament tan- naħa ta' l-Oppożizzjoni jaqa' f'idejn il-Whip.", "Jekk l-Onor.", "Joe Brincat ma jridx jibqa' għad-dixxiplina tal-Whip tal-Partit Laburista, jagħmel dikjarazzjoni hawnhekk imbagħad isiru l-arranġamenti li għandhom bżonn isiru.", "MR SPEAKER: Jien għandi r-responsabbilta' li nipproteġi d-dritt ta' kull membru.", "Jiġifieri din nistgħu nivverifikawha, pero' naħseb li għandna nimxu bir-regola li dejjem mexa dan il-Parlament u kull parlament ieħor bħal tagħna li ż-żewġ Whips jirregolaw il-ħin allokat liż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Imma jien irrid inkun, għax għandi din ir-responsabbilta', li nipproteġi id-dritt ta' kull membru parlamentari li jitkellem f'dan il- Parlament.", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Mr Speaker, is-Sinjorija Tiegħek għandha poter hawn ġew - u kull wieħed minna li hawn hawn ġew - mhux in forza ta' organizzazzjoni partitika.", "L-ewwel ħaġa li hawn hija li l-membru parlamentari jiġi returned fil-Parlament u meta jiġi returned fil-Parlament tirregolah il-Kostituzzjoni bħalma tirregola kull wieħed minna inkluż lilek.", "L-iStanding Orders, bir-rispett kollu, fl-ebda mument ma jsemmu partiti, eċċ. Il-Whips huma indikati għall-kwestjoni tad-divisions, eċċ.", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni hija kif għidt l-ewwel.", "Jien nivverifika l- ħin u naċċerta ruħi li l-Onor.", "Brincat ikollu l-ħin jew kellu l-ħin li jintervjeni fil-ħin ta' l-Aġġornament.", "Pero' għall-mument jien ikolli nimxi bl-indikazzjonijiet li jagħtuni ż-żewġ Whips.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien ma kkummentajtx, imma kieku stajt għamilt kummenti kont ngħid iktar affarijiet.", "Pero' l-ewwel ma nippretendi minn membru parlamentari huwa li jkun preżenti l-Parlament kuljum meta jkun hawn laqgħat tal-Parlament, mhux jiġi darba f'mitt qamar meta jibagħtu għalih u meta jibagħtu għalih darba oħra ma jiġix ukoll.", "MR SPEAKER: Ħalli ma nikkummentawx fuq dan l-inċident.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma biex tkun taf ukoll.", "Jien se nitkellem dwar dak li qal l-Onor.", "Borda, li meta ma kontx hawnhekk jien tkellem fuq il-ġnien li hemm il-Kalkara li qal li se jsir ċimiterju.", "Jien se ngħid l-istorja tiegħu.", "L-ewwelnett fil-bidu tat- tmeninijiet il-Gvern kien talab ċerti postijiet li kienu taħt is-Servizzi Ingliżi biex jgħaddu f'idejn il-Gvern ħalli jsir żvilupp fihom għax pajjiżna huwa żgħir u l-artijiet hemm bżonnhom.", "Fost dawn kien hemm l-ex- ċimiterju tal-Ġermaniżi u ta' Bighi li tneħħew il-kadavri minn ġo fihom.", "Meta spiċċaw dawn sar l-iżvilupp, tela' l-bini ta' Bighi, imbagħad saret Triq Missjoni Taljana bil-Housing Estate ta' Rinella.", "Dik kienet ir-raġuni li dak iċ-ċimiterju spiċċa minn hemm.", "Fl-1985, 1986 dak kien se jsir ġnien diġa' u fil-fatt id-diffikulta' li kien hemm kienet illi d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma kellux nies biex jieħdu ħsiebu.", "Fil-fatt kien ġie offrut lill-Ministeru li jkun hemm voluntiera biex jieħdu ħsiebu.", "Imma ġara li ħa ftit ta' żmien u fl-1987 saret l-elezzjoni u tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Biex ma ntawwalx dan ġie approvat li jsir ġnien u ħadu f'idejh id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Saru ħafna interventi min-naħa tiegħi biex dan il-ġnien isir għaliex kienu qed isiru ċerti abbużi.", "Meta rajt li mhux se jsir ix-xogħol f'dan il-ġnien offrejt biex anke nieħu responsabbilta' jien għax tkellimt ma' nies li kienu lesti li volontarjament jagħmlu x-xogħol biex jiftħuh bħala ġnien u xorta ma ngħatajtx widen.", "Meta rajt illi dan il-Gvern kull darba jgħid li se jagħmel dan il-ġnien imbagħad ma jagħmlux għax m'għandux flus u affarijiet minn dawn, jien għidtlu biex fil-kas jagħmlu ċimiterju.", "Hawnhekk nirreferi għall-mistoqsija parlamentari fejn għidtlu li jekk mhux se jagħmlu ġnien jagħmlu ċimiterju.", "Meta għidt hekk, in-nies ta' dawk l-akkwati ħatfuni u qaluli: Kif tagħmlu ċimiterju meta dak spiċċa ħalli jsir żvilupp fih?", "Jien għalija personali ċimiterju aħjar milli jtellgħuli l-bini quddiemi, imma n-nies ta' hemmhekk kellhom raġun u għalhekk bqajt niddefendi l-ġlieda tagħhom li hemmhekk għandu jsir ġnien.", "Jiġifieri ma jreġix dak li qal l- Onor. Borda li donnu jien waqajt fix-xewqa personali għax għidtu ċar fil- Parlament - u mhux darba - li għalija jista' jsir ċimiterju u wrejt bil- fatti għax tlabt li jsir ċimiterju imma mbagħad għidt li għandu jsir ġnien għax in-nies iridu li jsir ġnien, u kellhom raġun.", "Apparti mill-fatt li legalment lanqas hemm distanza biżżejjed biex ikun jista' jsir ċimiterju, jien ilni mill-1987 nitlob biex isir dan il-ġnien.", "Kulma għidt dwar dan il-ġnien fil-Parlament, bgħattu lin-nies tal-Kalkara biex ikunu jafu bih u ma kienx hemm complaints għall-fatt li l-ex- ċimiterju jsir ġnien.", "Meta jien tlabt biex fil-Kalkara jsir ċimiterju, l- Onor. Borda ma kienx għamel bħali u mbagħad is-sena l-oħra nduna li n-nies tal-Kalkara jridu ċimiterju.", "L-Onor.", "Borda qal ukoll li jekk f'dan il-post indikat isir ġnien, jibża' li jsir l-abbuż mid-droga.", "Jien ngħidlu li seba' snin ilu jien kont għidt li kien qed isir l-abbuż tad-droga u kont qlajt xebgħa għax tkellimt fuq hekk u nistaqih għaliex qatt ma tkellem qabel dwar dan.", "Dan l-aħħar f'mistoqsija parlamentari l-Onor.", "Borda talab biex isir ċimiterju għax in- nies tal-Kalkara jriduh.", "Barra minn hekk ammetta wkoll li saru ħafna ħsarat.", "Mhux bilfors saru ħafna ħsarat!", "Minkejja li jien f'Ottubru ta' l-1988 għidt li hemmhekk għandna nirranġaw il-ħsarat għax kien qed isir ħafna vandaliżmu, ħadd ma ta kas ta' xejn u issa qed jgħidu li qed isiru l- ħsarat.", "L-Onor.", "Borda qed jgħid li wara li saret petizzjoni nstab li iktar minn 50% tar-residenti tal-Kalkara jridu ċimiterju.", "Ejja ma nidħkux bin- nies!", "Li ġara kien li wara li lin-nies staqsewhom jekk iridux ċimiterju jew le - fil-fatt ma wrewhom l-ebda petizzjoni - qalulhom li jien ma rridx ċimiterji fil-Kalkara!", "Meta lili ġew jgħiduli b'dan jien bgħatt l-istess dokumenti li kont bgħatt xi żmien qabel dwar iċ-ċimiterju tal- Kalkara biex in-nies ikunu jafu l-verita'.", "Kif għidt diġa', l-Onor.", "Borda qed jgħid illi għandu jsir ċimiterju għax il-maġġoranza tan-nies hekk iridu.", "Jien ngħidlu li huwa żbaljat għax mhux hekk huma l-affarijiet.", "In- nies ġew imqarrqa u jien se nurih bil-fatti.", "Jien se mmur għand dawk ir- residenti tal-Kalkara - ħafna minnhom diġa' talbuni biex nagħmel hekk - biex jiffirmaw petizzjoni li tgħid li hija x-xewqa tagħhom - jiġifieri ta' dawk li se jiffirmaw - li jsir ċimiterju fil-Kalkara f'area li ma tkunx ta' dettriment għalihom.", "B'hekk nurih li mhux veru li hemm 50%+1 ...", "Jien il-petizzjoni qed ngħidilhom fiex se tkun tikkonsisti jiġifieri m'iniex se ningannahom.", "Meta n-nies jafu bis-serjeta' li dak il-post kien spiċċa minn ċimiterju biex jiġi żviluppat il-bini, hawn xi ħadd jaħseb li dawn m'għandhomx kuxjenza li jgħidu li ċ-ċimiterju m'għandux isir qalb in-nies?", "Dażgur li jafu!", "Imma x'ġara?", "L-Onor.", "Borda tkellem biex dak il-post isir ċimiterju wara li mietet persuna.", "Ara meta kont nitkellem jien qatt ma sar xejn!", "L-Onor.", "Borda qed jgħid li la x-xewqa ta' iktar minn 50% tar- residenti jridu ċimiterju, dan għandu jsir.", "Jien ngħid li l-Onor.", "Borda huwa ipokrita għax jaf li fil-Kalkara hemm scrapyard li ma jridha ħadd u fl-1990 hu kien wieħed mill-Membri fil-gvern li ħarġilhom il-permess.", "Mela kemm inti ipokrita!", "La taf li l-maġġoranza ma jriduhiex din l-iscrapyard fil-Kalkara, għalfejn ħriġt il-permess?", "Mela issa m'għadhiex tgħodd il- maġġoranza, Onor. Borda?", "Issa meta niġu għall-impjant tat-tisfija tad- drenaġġ - jien ninsab ċert li hemm iktar minn 60% li diġa' ffirmaw il- petizzjoni għax kien hemm minnhom li ġew jgħiduli - se tagħti garanzija li dan l-impjant m'hu se jsir fl-ebda waħda minn dawk it-tliet sites li hemm indikati fil-Kalkara?", "Jien qed nistenna li bl-akbar responsabbilta' tgħid solennament f'dan il-Parlament li la hemm iktar minn 50% - la inti temmen biha - li ma ridux li l-impjant isir f'waħda minn dawk is-sites, dan ma jsirx hemm.", "U hawn trid tagħti garanzija.", "Jien mhux din ta' l-iscrapyard biss ngħidlek.", "Meta tkellmu dwar il-Baċir Nru. 1 tad-Dockyard li n-nies ta' Bormla rieduh, is-Sur Cacopardo qal li l- Gvern irid ikun biex jieħduh minn hemm, l-Oppożizzjoni, id-Dockyard u s- Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Bormla qalu l-istess u l-Onor.", "Borda qal li d- Dockyard trid tirregalah!", "U jien ngħidlu: Onor. Borda, issa taf x'se nagħmel jien, se nibgħat petizzjoni lill-Kunsill Lokali ta' Bormla li tgħid li l-Gvern bi dritt għandu jagħmel tajjeb għal dak li għandha bżonn it- Tarzna biex din tkun tista' tagħti l-baċir lill-Bormliżi.", "U jien naċċertak li dment li l-kunsill jilqa' din il-petizzjoni u jieħu r-responsabbilta' li jieħu ħsiebha - jien se nibgħathielhom issa - ikun hemm iktar minn 50% li jiffirmawha.", "Imbagħad nistenna lill-istess Onor. Borda jiġi f'dan il- Parlament u jgħid solennement li kif ikun hemm iktar minn 50% li jiffirmawha hu jidħol responsabbli li din tiġi mwettqa, għax jemmen fiha.", "Pero', fil-każ tal-Kalkara nerġa' ngħidlu li hu żbaljat li qed jgħid li hemm iktar minn 50% għax in-nies ġew misled u dan nista' nipprovahulek għax jien se mmur indur lil dawn in-nies - ħafna minnhom ġew jitolbuni biex nispjegalhom l-affarijiet eżatt - fejn ngħidilhom li din il-petizzjoni tgħid li aħna rridu ċimiterju fil-Kalkara imma f'area li ma tkunx ta' dettriment għar-residenti tal-Kalkara, u naċċertak li l-maġġoranza assoluta jaqblu magħha.", "L-Onor.", "Borda tkellem f'dan il-Parlament waqt li jien kont imsiefer u qal ħafna affarijiet li jien m'iniex se nitkellem dwarhom illum imma se nħalli iktar żmien, għax iż-żmien waħdu jagħtina risposta.", "Meta tkellimna fuq il- baċir ta' Bormla kien l-Onor.", "Borda stess li ħareġ bil-verżjoni li t-Tarzna għandha tirregalah, imma fil-prattika jaf li dan ma jistax isir u kemm sħabu tan-naħa l-oħra, kemm dawk tal-Kunsill Lokali ta' Bormla, kemm dawk tat-Tarzna, kif ukoll aħna għidna li dan ma jistax ikun.", "L-istess ġara fil- kwestjoni taċ-ċimiterju.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ta' dak iż-żmien, l- Onor. Ugo Mifsud Bonnici, kien qal ċar u tond f'mistoqsija supplimentari li għamilt jien li ma jistax ikun li dan il-post isir ċimiterju għax qiegħed viċin ħafna tan-nies, u għalhekk sar ġnien.", "Anke tan-naħa l-oħra jafuhom dawn l-affarijiet, imma issa wara li għaddew dawn is-snin kollha u ħadd ma fetaħ ħalqu għalkemm kulħadd kien jaf b'dan, f'daqqa waħda jqum l-Onor.", "Borda u jgħid li n-nies kollha jriduh hemmhekk.", "U ejja nitkellmu bis- serjeta'!", "Jien diġa' spjegajt u għidt ċar li personalment dan ma jaffettwanix, imma n-nies ta' dawk l-akkwati għandhom raġun li ma jaqblux u r-raġun tagħtihulhom kemm il-liġi stess u anke l-fatt li dak spiċċa minn ċimiterju biex seta' jsir l-iżvilupp hemmhekk.", "Filwaqt li qabel meta dan il-post kien għadu ċimiterju ma kien hemm xejn, wara li dan iċ-ċimiterju spiċċa nfetħet it-triq u tela' l-bini.", "Mela għandhom raġun il-Kalkariżi!", "Aħna l-Kalkariżi ilna ngħidu li għandna bżonn ċimiterju imma l-Onor.", "Borda s-sena l-oħra rrealizza li fil-Kalkara hemm bżonn ta' ċimiterju!", "Qabel is- sena l-oħra qatt ma tkellem fuq dan ir-rigward, lanqas dwar dan il-ġnien, lanqas wara li jien kont għidt li fih qed isiru l-abbużi u appellajt biex ma jibqax isir tkissir u ħsara f'dan il-post.", "Sa qabel is-sena l-oħra l- Onor. Borda qatt ma kien tkellem jew għamel xi ħaġa fuq dan ir-rigward!", "Basta l-Onor.", "Borda qal li ġewwa l-Kalkara hu għandu l-polz u mhux jien!", "Jien ma nistax ngħid jekk għandix il-polz jew le fil-Kalkara qabel ma tasal l-elezzjoni u nara jekk nitlax.", "GĦalissa jien nista' ngħid biss li għall- grazzja t'Alla mill-elezzjonijiet li saru mill-1987 sa llum dejjem tlajt u ma stennejtx lil xi ħadd jirriżenja ħalli nitla' minfloku.", "GĦalissa jien dan biss nista' ngħid.", "GĦalhekk jekk għandix il-polz tal-Kalkara jew le mhux jien irrid ngħidu iżda l-poplu, imma li wieħed jiġi hawnhekk u jgħid affarijiet li ma jkunux veru ...", "Fil-fatt hemm ħafna affarijiet li għalissa ma rridx nitkellem fuqhom imma se nitkellem fuqhom iktar 'il quddiem, meta jasal il-mument opportun.", "Wara kollox, meta jien għamilt mistoqsija parlamentari numru 24942 lill- Ministru ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd fejn fiha staqsejtu meta se jsir ix- xogħol fil-ġnien li kien iċ-ċimiterju tas-Servizzi Ingliżi weġibni hekk:", "\"Jien informat li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħa f'idejh dan iċ- ċimiterju vojt mingħand il-Kummissarju ta' l-Artijiet bil-ħsieb li dan jiġi konvertit fi ġnien pubbliku.", "Irriżulta li peress li laħqu twaqqfu l-kunsilli lokali, dehrilna li l-Kunsill għandu jiddeċiedi huwa fuq l-użu ta' dan iċ-ċimiterju ...\"", "- \"ċimiterju\" qal, imma ex-ċimiterju -", "\"... peress li saru suġġerimenti oħrajn fuqu.", "Id-Dipartiment diġa' kiteb lill-Kunsill dwar dan.\"", "Il-Kunsill diġa' ddeċieda li dan il-post ġnien pubbliku kien u ġnien pubbliku għandu jsir.", "Il-Kunsill ħa din id-deċiżjoni għar-raġunijiet ovvji, validi u saħansitra legali.", "Issa l-Onor.", "Borda qed isemmi l- petizzjoni li saret ...", "Hawnhekk jien irrid nerġa' ngħid li se nikkontesta din il-petizzjoni għax hija misleading u biha n-nies ġiet żgwidata u ġew qaluli hekk huma stess.", "Ma rridx ngħid x'qalulhom dwar din il-petizzjoni għax ingħadulhom ħafna affarijiet.", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li din lanqas biss urewhielhom għax bil-miktub ma kien hemm xejn.", "Jien ħallejt lin-nies fil-liberta' li jieħdu d-deċiżjoni dwar dan il-post huma imma jkun aħjar jekk ngħidu l-verita'.", "Issa jien se ndur b'dik il-petizzjoni ...", "Jien lill-Kalkariżi m'hu se ngħidilhom xejn ħlief li nispjegalhom f'hiex tikkonsisti din il-petizzjoni ħalli jkunu mgħarrfin.", "Imma d-deċiżjoni dwar jekk dawn in-nies jiffirmawx din il-petizzjoni jew le hi affari tagħhom, as simple as that.", "Fil-fatt il-petizzjoni li semmejt tgħid hekk:", "\"Hija x-xewqa tagħna li jsir ċimiterju fil-Kalkara f'area li ma tkunx ta' dettriment għar-residenti tal-Kalkara.\"", "Daqshekk biss, u meta mmur għand il-Kalkariżi jien se ninformahom b'din il- petizzjoni u għalhekk ma għandhomx għalfejn jinkwetaw aktar.", "Din jien qed nagħmilha pubblikament għax ma nħobbx ngħid affarijiet u ħmerijiet.", "Jien l- affarijiet inħobb ngħidhom ċari u tondi.", "B'dan il-mod imissu jitkellem l- Onor. Borda u mhux joqgħod jgħid lill-Kalkariżi li jiġri x'jiġri hemmhekk ċimiterju se jsir.", "Mela issa ma għadux jemmen fil-maġġoranza?", "Issa l- Onor. Borda qed jgħid - din mhux qed jgħidha pubblikament imma sħabu tal- Kalkara qed jgħidu li qed jgħid dan - li jingħad x'jingħad, hemmhekk żgur ċimiterju se jsir.", "Jekk hu ma qalx dak li qed jgħidu n-nies, u jibqa' ma jgħid xejn, allura bilfors għandhom il-barka tiegħu.", "Issa jien ngħid ħaġa waħda biss; jien m'iniex se nikkonstestaha bil-liġi imma r-residenti ta' hemmhekk lesti li jikkontestawha bil-liġi jekk jittieħdu ċerti passi.", "Pero' min-naħa l-oħra jien nikkontesta li mhux veru li dawk in-nies li ffirmaw, iffirmaw għal dak li hemm miktub fiha għaliex fil-fatt ma kenux jafu biha.", "U mhux veru hekk ġew mifthema.", "Għalhekk jien se mmur indur biex nurih li ħafna minn dawk li ffirmaw mhux veru kienu qed jifhmu hekk.", "Imbagħad wara li jkunu ffirmaw niġi ngħidlu biex nurih ukoll imma mbagħad nistenna mingħandu li jgħidli x'inhi din l-ipokresija fejn ħareġ il-permess biex issir scrap yard fil-Kalkara u li ħadd ma jridha.", "Mingħandu nistenna risposta wkoll fuq l-impjant tad-drenaġġ li diġa' hemm 60% li ffirmaw biex ma jsirx fis-sites li hemm.", "Jekk jaċċettaw il-petizzjoni li tirrigwarda l- Baċir Nru. 1 tad-Dockyard u jdawruha, u jkun hemm iktar minn 50% - jien naf żgur li jkun hemm iktar minn 50% u hekk għandu jsir għax inkella l-baċir qatt m'hu se jittieħed mill-Bormliżi - allura solennament jiġi f'dan il- Parlament jgħidilna li la hemm il-maġġoranza tan-nies li jridu hekk, allura jerfa' r-responsabbilta' li jsir hekk.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġoranata għal nhar l-Erbgħa, 24 ta' Mejju fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġorant mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻEJTUN: TRIQ ID-DEJMA - ASFALTAR", "26365.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi preċedenti, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm rigward l-esproprjazzjoni ta' art biex tinfetaħ u tiġi asfaltata Triq id-Dejma, fiż-Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-proċess ta' esproprijazzjoni qiegħed jitkompla.", "MRIEĦEL - QASAM INDUSTRIJALI - TISWIJA TA' TOROQ", "26376.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jimtlew il-ħofor u t-toqob li hemm madwar l-Industrial Estate ta' l-Imrieħel bħal per eżempju it-triq li tiġi bejn in-naħa ta' wara tal-Consolidated Biscuits u d- Dowty kif ukoll fit-toroq li jagħtu għaliha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-manteniment tat-toroq imsemmija hi responsabbilita' tal-Kunsilli Lokali.", "ŻABBAR: TRIQ LELI TABONE - TINDIF", "26386.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r- raġuni li minkejja diversi mistoqsijiet parlamentari Triq Leli Tabone, f'Ħaż Żabbar rari (jew aħjar qatt) ma tiġi miknusa?", "Possibbli jingħataw struzzjonijiet ċari lil min hu responsabbli biex din it-triq tibda tinkines b'mod regolari mingħajr il-bżonn li jsiru nterventi bħal dawn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-responsabbilita' għall-knis tat-toroq hija tal-kunsilli lokali.", "It-Taqsima Ndafa Pubblika għandha kuntratt tal- knis tat-toroq ta' Ħaż-Żabbar u jien informat li din it-triq tinkines regolarment.", "ŻABBAR: TRIQ IR-REDENTUR - ESPROPRJAZZJONI", "26387.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li titwessa' l-parti dejqa ta' Triq Redeemer, f'Ħaż-Żabbar billi jitwaqqa' l- ħajt eżistenti ta' ġnien privat li hemm?", "Billi hija parti żgħira ħafna tat-triq li hi dejqa u billi huwa biss parti żgħira minn ħajt li jrid eventwalment jitwaqqa' biex b'hekk it-triq kollha tiġi wiesgħa, jista' d-Dipartiment tat-Toroq jikkonsidra din it- talba li hi ferm importanti għar-residenti ta' din it-triq?", "Jaqbel dan id-dipartiment li triq passaġġa bħal din m'għandhiex tibqa' b'dan il-bottle neck anke minħabba l-periklu kontinwu ta' xi inċident tat- traffiku?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex wara li jaċċerta li m'hemmx xi oġġezzjoni mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar jibda l-proċeduri sabiex tiġi esproprjata biċċa art u barumbara li qed timbarra Triq Redeemer, f'Ħaż-Żabbar.", "ANZJANI - SERVIZZI FID-DJAR LILL-ANZJANI", "26388.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm persuni taħt il-61 sena u persuni 'l fuq min 61 sena li qed jirċievu dawn is-servizzi fil-komunita' li huma mogħtija mill-Gvern:-", "a) Home Help; b) Servizz tal-Handy Man; c) Telecare; d) Servizz dwar l-inkontinenza; e) Servizz ta' l-MMDNA; u f) Residenti (fl-etajiet imsemmija) fi Djar ta' l-Anzjani fil-Komunita'?", "X'inhi l-policy tal-Gvern fl-għoti ta' dawn is-servizzi fir-rigward ta' l- eta' ta' l-applikant?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' persuni taħt il-61 sena u ta' persuni 'l fuq minn 61 li qed jirċievu s-servizz fil-komunita' msemmija huma hekk:", "| |Taht |Fuq | | |il-61 |il-61 | |Home Care Help| | | |Service |277 |2,942 | |Telecare |141 |3,569 | |Servizz dwar | | | |l-Inkontinenza|475 |628 | |Residenti fi |3 |227 | |Djar | | | |ta' l-Anzjani | | |", "Dwar is-servizz tal-handyman, nixtieq nippreċiża li dan m'huwiex servizz li jingħata regolarment lill-anzjani, iżda meta jinqala' l-bżonn.", "Minn meta nbeda f'Awissu, 1993, ġie mogħti 1,203-il servizz lill-anzjani ta' fuq is-60 sena.", "Dan is-servizz jista' wkoll jingħata lil persuni bi bżonnijiet speċjali li jkunu taħt is-60 sena.", "Dwar is-servizz ta' l-MMDNA, jien informat li f'Jannar li għadda sar survey mill-MMDNA, li juri li dan is-servizz kien qed jingħata lil 1,259 persuni.", "Jirriżulta ukoll li aktar minn 76% ta' dawn il-persuni għandhom iktar minn 60 sena.", "Il-policy tal-Gvern fl-għoti ta' dawn is-servizzi mhix kkonsidrata fuq bażi ta' eta' iżda fuq bażi ta' bżonn.", "Minbarra fil-każ ta' residenza fi Djar ta' l-Anzjani fejn il-persuni li jiddaħħlu jridu jkunu neċessarjament anzjani jew ta' eta' qrib is-60 sena, is-servizz li jingħata jkun fuq bażi ta' bżonn u personalizzat kemm jista' jkun.", "SPTAR SAN LUQA - STUDENTI BARRANIN", "26401.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti mill-ex- Jugoslavia u mill-Bosnia jaħdmu ta' student nurses fl-isptar San Luqa?", "Kemm jitħallsu dawn ir-refuġjati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma jirriżultalix li f'xi kors organizzat mill- Institute of Health Care hemm studenti mill-pajjiżi li semma l-Onor Interpellant.", "KUMMISSJONI GĦAL MALTIN TA' BARRA - RIŻENJA TAL-PROFESSUR MAURICE CAUCHI", "26402.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif għaliex irriżenja l-Professur Maurice Cauchi mill-Kummissjoni għal Maltin ta' Barra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani li taħtu taqa' ir- responsabbilita' tal-Kummissjoni għal Maltin ta' Barra.", "MALTA/UNJONI EWROPEA - KUMITAT INTER-MINISTERJALI", "26432.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fl-1995 kemm saru laqgħat tal-Kumitat Inter-Ministerjali għar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u l-Kumitat għall-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Minn Jannar ta' din is-sena sal-lum saru erbgħa laqgħat tal-Kumitat Inter-Ministerjali għar-relazzjonijiet bejn Malta u l- Unjoni Ewropea, u eżattament fis-17 ta' Jannar, fit-28 ta' Frar, fl-4 ta' April u fid-9 ta' Mejju, 1995.", "Il-Kumitat għall-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn Malta u l- Unjoni Ewropea ma ltaqax matul din is-sena.", "Dan il-Kumitat jissejjaħ biss f'każ li jkun jinħass il-bżonn li jiltaqa'.", "Peress li minn meta ħareġ l- AVIS tal-Kummissjoni dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Ġunju, 1993 saru numru ta' laqgħat bejn rappreżentanti tal-Gvern Malti u rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, ma nħassx il-bżonn li jinżammu laqgħat ta' dan il-Kumitat.", "TAQSIMA GĦALL-IŻVILUPP TAL-KUMMERĊ - UFFIĊJALI", "26433.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fit-Taqsima għall-Iżvilupp tal- Kummerċ?", "Xi gradi għandhom?", "Kemm kien hemm każi fejn uffiċjali tat-taqsima ħadu sehem f'visti ta' familjarizzazzjoni, seminars, workshops, korsijiet ta' speċjalizzazzjoni kif ukoll taħriġ post-graduate fl-integrazzjoni ewropea f'universitajiet barranin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI : Fit-Taqsima għall-Iżvilupp tal-Kummerċ hemm jaħdmu żewġ uffiċjali, wieħed ta` grad Prinċipal u l-ieħor ta` grad Eżekuttiv.", "Sa ftit xhur ilu f`din it-taqsima kien hemm ukoll Assistent Kap li issa laħaq Kap fit-taqsima tal-Propjeta Industrijali.", "Tul dawn l-aħħar 12-il xahar wieħed mill-uffiċjali mar`Familiarisation visit` ta` ftit ġranet ġo Brussels u l-ieħor spiċċa kors ta` sena fl- Universita` ta` `Reading` l-Ingilterra.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IL-BATTERIJA - XOGĦOL TA' DRENAĠĠ", "26434.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tingħata l-letter of acceptance biex jibda x-xogħol tad-drenaġġ fi Triq il-Batterija, Wied il-Għajn?", "Meta hemm il-ħsieb li jsir dan ix-xogħol billi f'din it-triq hemm joqogħdu għadd ta' residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-triq imsemmija qiegħda fil-kuntratt WD 1911/90/4 u mistenni li fi żmien qasir toħroġ il-\"Letter of Acceptance\" sabiex ikun jista' jibda x-xogħol.", "SPTAR SAN LUQA - BRONCHOSCOPIES", "26435.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bronchoscopies fl-Isptar San Luqa tul l- 1994?", "X'kienu l-indikazzjonijiet (bejn wieħed u ieħor) għalihom?", "Liema huma l-ispeċjalisti li jagħmluhom u kemm il-bronchoscopy saret minn kull wieħed minn dawn l-ispeċjalisti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul l-1994 fl-Isptar San Luqa saru 384 'bronchoscopies'.", "L-indikazzjonijiet għal dawn l-interventi huma dijanjostiċi (biex tiġi stabbilita' il-preżenza ta' mard) jew terapewtiċi (biex jiġi kkurat ċertu mard).", "L-ispeċjalisti li jagħmlu l-'bronchoscopies', u n-numru ta' nterventi li għamlu fl-1994 kienu:-", "Dr J M Cacciottolo Ammont - 174 (Kunsulent - Dipartiment tal-Mediċina) Dr M Ebejer Ammont - 54 ('Lecturer' - Dipartiment tal-Mediċina)", "Dr S Montfort Ammont - 156 ('Senior Assistant' - Dipartiment tal-Mediċina)", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SERVIZZI GĦAL MIN IBATI B'ASTHMA", "26436.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi qed joffri d-Dipartiment tas-Saħħa biex nikkontrollaw l-Asthma f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-trattament kliniku tal- 'asthma' ġie organizzat ferm iżjed mindu bdiet topera l-'Asthma Clinic' għall-adulti fl-Isptar San Luqa fl-1992.", "Din issir darbtejn fil-ġimgħa (It- Tnejn u l-Erbgħa) u għandha s-'support' ta' 'Pulmonary Function Laboratory' fejn isiru testijiet speċjali fuq in-nifs.", "Barra l-kura, il-pazjenti jiġu mogħtija edukazzjoni dwar l-'asthma'.", "Is-suċċess tal-'asthma clinic' jista' jitqies mill-fatt li każi serji ta' 'asthma' li jkollhom bżonn jidħlu b'urġenza bħala 'in-patients' l-isptar qed jonqsu, għalkemm il-każi magħrufa ta' 'asthma' fil-kommunita', qed jiżdiedu bħalma hija it-'trend' fil-pajjiżi tal-Ewropa.", "Permezz ta' dan is-servizz qed niżviluppaw numru ta' speċjalisti li jagħtu servizz ta' 'Respiratory Medicine' u b'hekk tikber u tieħu sura din is-'subspeciality' hekk importanti fis-servizz tagħna.", "It-tfal li jsofru mill-'asthma' huma segwiti b'mod regolari mill- ispeċjalisti tal-pedjatrija.", "Permezz ta' Skeda V tal-Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali dawk li jsofru mill- 'asthma' huma ntitolati għall-mediċini b'xejn f'dak li jirrigwarda l-kura ta' l-'asthma' u l-komplikazzjonijiet tagħha.", "ŻEBBUĠ: TRIQ PAWLU DEBONO - SERVIZZ TA' ELETTRIKU", "26452.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex sal-lum is-Sur Carmel Cauchi għadu ma ngħatax is-servizz ta' l-elettriku fil-proprjeta' tiegħu Country Rose, Triq Pawlu Debono, Żebbuġ minkejja li ilu li applika għal dan is-servizz ħafna ġimgħat ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li s-Sur Carmel Cauchi applika għal servizz ta' l-elettriku fit-22 ta' Marzu 1995.", "Fid-9 ta' Mejju 1995, fit-22 ta' Mejju u fit-23 ta' Mejju 1995, saru tentattivi biex is-Sur Cauchi jiġi kuntattjat bit-telefon fuq Nru 464262 biex isir appuntament miegħu biex jingħatalu s-servizz iżda ma kienx hemm tweġiba.", "Nissuġġerixxi lis-Sur Cauchi biex imur id-Distrett ta' l-Enemalta f'Ħal Qormi biex jingħata appuntament.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - ĦINIJIET TAX-XOGĦOL TA' L-IMPJEGATI", "26453.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol ta' l- impjegati ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ħinijiet uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma bejn it-7.45 ta' fil-għodu u l-5.15 ta' wara nofsinhar għall-impjegati fi grad maniġerjali u professjonali.", "Filwaqt li għall-kumplament ta' l-impjegati l-ħinijiet uffiċjali huma bejn is-7.00 ta' fil-għodu u l-4.30 ta' wara nofsinhar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - NUMRU TA' IMPJEGATI", "26454.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mad-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, kull dipartiment separatament?", "F'liema gradi huma dawn l-impjegati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tqiegħdet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - UFFIĊINI", "26457.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Kemm sewa lill-Gvern ix-xogħol li sar li sar li sar fl-uffiċini tal-Kunsilli Lokali kollha, kunsill kunsill, f'Malta u f'Għawdex?", "Dawn ħarġu t-tenders għalihom?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tan-nefqa ta' kull xogħol li sar f'kull uffiċċju f'kull kunsill f'Malta u f'Għawdex u lil min tħallsu l-flus?", "Min kien responsabbli għax-xogħlijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li l-informazzjoni trid tinġabar, tweġiba dettaljata tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20020211_695d_par.doc", "date": "2002-02-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 695 It-Tnejn, 11 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 695", "It-Tnejn, 11 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "695", "It-Tnejn, 11 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "3", "MINUTI 497", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 497", "TQEGĦID TA' KARTI 503", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET", "(L-EWWEL QARI) 505", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA` LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA` L-ESTIMI (KUMITAT) 505", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (COMMITTEE STAGE) 505", "AĠĠORNAMENT 568", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 573", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 694 li saret fis-6 ta' Frar, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MELLIEĦA - TRIQ IL-GARGIR", "30728.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq il-Gargir, fil-Mellieħa, tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jitħaffu l-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena din it-triq tiġi asfaltata?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30727 li titratta dwar l-istess suġġett.", "MELLIEĦA - TRIQ IĊ-ĊAWL", "30729.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq Iċ-Ċawl, fil-Mellieħa, ma ġietx livellata aħjar sabiex almenu r-residenti jkollhom anqas żdingar f'din it-triq?", "Għaliex il- Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent għar-residenti ta' din it-triq matul it-tliet snin li għaddew?", "Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30721.", "MELLIEĦA - TRIQ IĊ-ĊAWL", "30730.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq Iċ-Ċawl, fil-Mellieħa, tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jitħaffu l-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena din it-triq tiġi asfaltata?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30729, li titratta dwar l- istess suġġett.", "MELLIEĦA - TRIQ IN-NASES", "30731.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq in-Nases fil-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir- residenti ta' din it-triq ikollhom anqas żdingar?", "Għaliex il-Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent għar-residenti ta' din it-triq matul it-tliet snin li għaddew?", "Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30721.", "MELLIEĦA - TRIQ IN-NASES", "30732.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq in-Nases fil-Mellieħa, tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jitħaffu l-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena din it-triq tiġi asfaltata?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30731 li titratta dwar l-istess suġġett.", "TA' MASRIJA – ISMIJIET TA' TOROQ", "30745.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-toroq bla isem fl-inħawi Ta' Masrija u Triq il-Fortizza jingħataw isem u jiġu asfaltati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Se ninvestiga liema toroq fl-inħawi għadhom bla isem biex jittieħdu l- passi neċessarji.", "ĊENTRI GĦAL TAĦRIĠ TA' L-INFORMATIKA", "31298.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċentri fejn isir it-taħriġ fl-informatika u fl-edukazzjoni tal-kompjuter għandhomx bżonn permess mill-ministeru skond l-att dwar l-edukazzjoni?", "Fil-każ li iva, liema huma dawn iċ-ċentri f'Malta u Għawdex u meta ħarġu l-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-liċenzji mogħtija mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni lil ċentri fejn isir taħriġ fl-informatika u fl-edukazzjoni tal-kompjuter, huma kif se nsemmi:", "Isem taċ-Ċentru Lokalita`", "Agius Tuition Centre Qormi Compex Training Centre Blata l-Bajda Computer Advisory Service Sliema Computer Domain Ltd.", "Mosta Educational Support Services (ESS) Paola, Ħamrun, Sliema Exor Computer Training Centre Naxxar Hi-Tex Computer Centre Sliema Holistic Technologies Fgura Shireburn Computer Training Centre Ta' Xbiex St Martin's Educational Services G'Mangia", "Peress li t-tagħrif dwar id-data tal-ħruġ tal-permessi għad irid jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SWATAR - TRIQ ĠUŻE` ELLUL MERCER", "31315.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid tistax tiżdied il- frekwenza li biha tgħaddi l-bus numru 169 minn Triq Guże` Mercer fis- Swatar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Għaddejt it- talba ta' l-Onor.", "Interpellant għall-attenzjoni tad-direttorat dwar it- trasport pubbliku biex jara x'jista' jsir.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, mingħajr ma nidħol fil-polemika tal-Fgura, jista' l-Ministru jgħidli jekk għadx hemm il-ħsieb li dawk it-toroq li jiena kont tajt lista tagħhom li se jiġu asfaltati f'din il-lokalita`, humiex se jsiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ovvjament jien ma niftakarx it-toroq kollha li kien hemm imniżżlin f'din il-lista pero` il-prijoritajiet f'dan ir-rigward għadhom kif kienu qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, fil-bypass li tagħti minn Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn saru diversi crash-barriers biex jipproteġu lil min ikun għaddej minn hemmhekk.", "Peress li t-truf ta' dawn il-barriers ingħalqu u allura n-nies qed ikollhom jgħaddu min-naħa ta' barra, speċjalment dawk li jkunu għaddejjin b'xi pushchair jew bicycle, jista' jsir xi ħaġa biex dawn il-barriers ma jservux aktar ta' periklu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, id-direttorat tat-toroq ilu għal diversi snin, b'mod partikolari għal dawn l-aħħar tliet snin, jipprova jidentifika dawk it-toroq li fihom hemm ċertu periklu għat-traffiku li jgħaddi minnhom u fejn hu possibbli jwaħħal crash-barriers biex jipproteġi proprju lis- sewwieqa tal-vetturi.", "Dawn ikunu toroq li sfortunatament ikunu riżultat ta' disinji żbaljati ta' kif tagħmel it-toroq, bħat-triq ta' Wied il-Għajn li nbniet forma ta' serp, u oħrajn f'diversi lokalitajiet.", "Tajjeb li wieħed jgħid li ċerti toroq, bħal dik ta' Wied il-Għajn, huma bażikament arterjali u m'humiex intenzjonati - ħlief fejn hemm il-wesgħa u fil-fatt id-dipartiment qed jipprova jagħmel il-bankini - biex minnhom jgħaddu n-nies bil-mixi.", "Għalhekk il-crash barriers isiru primarjament biex ikun hemm il-prevenzjoni ta' xi inċident tat-traffiku.", "Din il-kisra li qed tirriferi għaliha l-Onor.", "Dalli, hija fil-fatt il-forma tonda tal- bidu tal-crash barrier u ssir preċiżament b'dak il-mod biex kemm jista' jkun, jekk kemm-il darba jsir xi inċident u l-vettura tibqa' dieħla fil- crash barriers, ikun hemm inqas periklu għal min ikun qiegħed f'dik il- vettura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien napprezza l-ispjegazzjoni teknika li ta l- Ministru u naqbel miegħu, pero` lili mhux darba jew tnejn li ġibduli l- attenzjoni għal din il-problema.", "Dik il-parti tat-triq li qed insemmi jien bilfors ikollhom jgħaddu ħafna nies minnha, speċjalment dawk li joqogħdu fil-housing estate Tal-Plier.", "Ma jistax isir xi ħaġa biex it-tidwira għallinqas tkun ftit aktar 'il barra u jiġi evitat ħafna periklu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, teżisti d-diffikulta` li f'pajjiżna m'għandniex highways - qed nitkellem b'mod ġenerali – u biex tmur minn destinazzjoni għal oħra jkollok tgħaddi minn toroq partikolari.", "L- isfortuna hi li meta jkollok triq arterjali, l-aktar element qawwi fl-użu ta' dak il-post partikolari jkun permezz ta' vettura u allura l-miżuri jittieħdu b'tali mod li ma jkunx hemm periklu għal min ikun qed isuq dik il- vettura.", "Madanakollu, jekk l-Onor.", "Interpellant qed tindika dan il-post partikolari, fejn it-tundjaturi forsi saru akbar milli suppost, ninvestiga u nara x'jista' jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, bejn il-mina li hemm biex titla' mill- Kalkara u l-Birgu kienet saret forma ta' roundabout li m'hijiex adattata.", "Din hija area ristretta u tant it-triq hija ambigwa li min jgħaddi minn hemm bilfors ikollu jgħaddi minn fuqha.", "Fil-fatt saru ħafna complaints dwarha - kemm mill-kunsill lokali tal-Kalkara, mill-kunsill lokali tal- Birgu u anke minn diversi residenti – u kemm-il darba kienu se jsiru inċidenti, anke lili stess.", "Jista' l-Ministru jara kif din il-problema tista' tiġi solvuta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naħseb li l-Onor.", "Mizzi qed jagħmel riferenza għal dik li tissejjaħ \"multiple roundabout\", li tikkonsisti f'roundabout żgħira u baxxa li togħla ftit pulzieri lejn in-nofs tagħha.", "Ħafna drabi dak li jwassal biex jinbnew dawn it-tip ta' roundabouts hija proprju d-diffikulta` li jkun hemm fis-sit partikolari u dawn għandna ħafna bħalhom f'diversi junctions tal-pajjiż.", "Dawn huma differenti mit-tip ta' roundabouts li nafu bihom tradizzjonalment u cioe` dawk li jkunu ta' żewġ filati jew tlieta, li fil-prattika jikkawżaw aktar problemi.", "Teżisti wkoll il-problema li ħafna drabi l-multiple roundabout wara ftit żmien li tkun użata, il-materjal li minnha hija magħmula ma jibqax tidher, issir kulur it-triq u allura hemm iċ-ċans li s-sewwieq lanqas jinduna biha, jitla' fuqha u jkun se jinqaleb.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi qal li lilu hekk kien se jiġrilu.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li fis-sit li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Mizzi ttieħdet id-deċiżjoni li ssir din it-tip ta' roundabout, tindika d-diffikultajiet li jeżistu f'dan il-post pero` huwa diffiċli li ssib soluzzjoni differenti.", "VAT DEPARTMENT", "31316.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jistgħu d-diriġenti tal-VAT Department jibagħtu għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ħalli jagħlqu il-każ pendenti li għandhom, aktar u aktar billi din il-persuna issa ilha s-snin li għalqet in-negozju tagħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna indikata sejjer jinstema' mill-Bord ta' l-Appell fi ftit żmien ieħor.", "SWATAR - STREET LIGHTING", "31317.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jistax isir street lighting adegwat fit-tarf ta' fuq ta' Triq Ġuże Ellul Mercer, fis-Swatar, speċjalment fil-parti qrib Triq Swatar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet riferuta lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nirriferi għat-triq il-ġdida li tgħaddi minn Triq Reġjonali ġewwa Pembroke u twassal għal fejn hemm il- hotels u l-ITS.", "Niġbed l-attenzjoni li din it-triq hija perikoluża ħafna u hemm lok li fiha jsiru accidents kbar.", "Għalkemm il-poles tad-dawl twaħħlu, ma nafx jekk il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li jgħid meta attwalment se jsir id-dawl.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Fil-fatt il-poles twaħħlu, il-proċess għaddej biex jitwaħħlu l-lanterni imbagħad jinxtegħlu u dan kollu m'għandux idum ħafna.", "NEW ZEALAND POST", "31318.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-New Zealand Post ħadet 35% ta' l-ishma fil-Maltapost meta skond il-budget ta' l- 2002, f'paġna 22, dan is-sehem kellu jkun ta' 30%?", "X'kien l-ammont ta' investiment tal-kumpannija fil-Maltapost?", "Meta mistennija jitkomplew it- taħdidiet biex dan l-investiment jikber kif ġie mwiegħed fil-budget?", "Billi ż-żewġ ftehim li ġew iffirmati bejn Maltapost u New Zealand Post ġew fis-seħħ immedjatament, jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra f'ġieħ it-trasparenza li arranġament bħal dan jitlob u dan kemm fir-rigward ta' l- investiment tagħhom fil-kumpannija kif wkoll fir-rigward tal-ftehim għat- tħaddim u għall-management tal-kumpannija?", "Jista jagħti lista tal- kumpanniji postali Ewropej li fihom in-New Zealand Post għandha ishma?", "Jista' jgħarraf lill-Kamra x'kien wassal biex il-ftehim kummerċjali tan-New Zealand Post fin-Niġerja jiġi rtirat kif ukoll biex jiġi mħassar il-ftehim li kellhom ma' l-awtoritajiet postali fl-Afrika t'Isfel?", "Liema kienet il-kumpannija postali l-oħra li kienet qed tiġi kkonsidrata bħala sieħeb strategiku għall-Maltapost mill-awtoritajiet Maltin?", "Meta huwa maħsub li l-kumplament ta' l-ishma tal-Maltapost jiġu offruti lill-pubbliku Malti u Għawdxi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li kienet deċiżjoni esklussiva tal- gvern li l-kumpannija Transend tieħu 35% ta' l-ishma fil-Maltapost, żieda ta' 5% fuq l-ammont imsemmi fil-budget ta' din is-sena.", "Dan seta' jsir peress li l-investitur kien lest li jżid l-investiment.", "In-New Zealand Post m'għandha ishma f'ebda kumpanniji postali Ewropej.", "Ma jirriżultax li qatt kien hemm ftehim kummerċjali bejn it-Transend u n- Niġerja.", "Kien hemm biss qbil bil-għan li jintlaħaq ftehim, pero` dan qatt ma seħħ.", "Il-ftehim bejn Transend u l-Afrika t'Isfel kien ġie terminat bi qbil bejn iż-żewġ partijiet.", "Il-kumpannija postali l-oħra li kienet qed tiġi kkonsidrata bħala sieħeb strateġiku għall-Maltapost kienet il-Canada Post.", "Deċiżjoni dwar l-offerta tal-kumplament ta' l-ishma tal-Maltapost lill-pubbliku hija waħda li għad trid tittieħed mill-gvern.", "Kopja tal-ftehim milħuq bejn il-gvern, il-Maltapost u l-kumpannija Transend Worldwide Limited diġa` poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-seduta ta' filgħodu tat-Tlieta, 5 ta' Frar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-ftehim huwiex se jwassal biex jonqsu l-ħaddiema minn mal-Maltapost?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Wieħed irid jara sewwa sew kif l-operat tal- Maltapost se jiġi żviluppat.", "Tajjeb li wieħed jgħid li t-tibdiliet li qed isiru anke fit-teknoloġija, u allura inqas użu ta' ittri u iktar kompetizzjoni għal ċerti servizzi li kienet tagħti fil-passat il-Maltapost, kien qed iwassal ukoll għal ċerti pressjonijiet biex l-orjentazzjoni tal- Maltapost jinbidel.", "Jien naħseb li b'dan il-partner strateġiku hemm il- possibbilta` li jkun hemm żviluppi differenti li jkattru x-xogħol u mhux inaqqsuh.", "Naturalment il-manpower requirements tal-Maltapost fiċ-ċirkostanzi preżenti għad iridu jiġu stabbiliti u allura wieħed irid jistenna u jara kif is- sitwazzjoni se tiżviluppa biex il-Maltapost tkun effiċjenti, vijabbli u tkun qed tħares lejn x'servizzi jistgħu jingħataw minn Malta għar-reġjun ta' madwarna biex b'hekk inkunu nistgħu nkattru s-servizzi minn Malta għal pajjiżi oħra u allura niftħu skop ġdid għall-Maltapost li forsi s'issa kien għadu limitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li fil-posta qed jirriżulta li qed ikun hemm ċertu dewmien – fil-fatt għandi konferma minn diversi membri parlamentari – u kultant ċerti inviti ta' xi okkażjonijiet qed jaslu wara li dawn ikunu saru, ma jidhirlux il-Ministru li għandu jinvestiga għalfejn dan qed isir?", "Għax anke fil-każ ta' ittri li jiġu spezzjonati mill-Armata, ma jidhirlix li dawn għandhom jieħdu aktar minn erbat ijiem biex jaslu fejn għandhom jaslu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, ftit tal-ġimgħat ilu kellna diskussjoni dwar din il-materja, jien għaddejt il-kummenti li saru hawnhekk lill- Maltapost u qed jinvestigaw għaliex f'ċerti każi jidher li kien hemm dan id- dewmien, speċjalment fuq il-Belt.", "Naturalment wieħed irid jara kif qed topera r-rotta tal-Belt, min qed iserviha, x'tip ta' manpower kien hemm u x'tip ta' load kellhom biex l-ewwelnett naraw għaliex kien hemm dan id- dewmien u t-tieni nett biex intejbu l-effiċjenza fuq rotta essenzjali bħal dik tal-Belt.", "Reġgħu kkonfermawli li b'mod ġenerali 85% tal-posta tasal wara ġurnata, fil- każ tal-15% l-oħra jkun hemm aktar dewmien – minħabba raġunijiet partikolari – u f'ċerti ġranet bħall-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ikollok load ferm ikbar lil ovvjament teffettwa.", "Imbagħd fil-każ tal-membri parlamentari hemm il-kumplikazzjoni tas-security li wieħed irid jeħodha into account ukoll.", "Pero` nerġa' ngħid li dan ir-rapport sar u qed jiġi nvestigat x'jista' jsir biex is-sitwazzjoni titjieb.", "SWATAR - TRIQ ĠUŻE ELLUL MERCER", "31319.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistax jitneħħa l- bus stop li hemm preċiżament quddiem id-dar 115, Triq Ġuże Ellul Mercer, fis-Swatar, billi dan qed jkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din id-dar, kif ukoll minħabba l-ħmieġ li qed jirriżultalhom fl-area tagħhom fuq barra tad-dar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li wara li saret spezzjoni fuq il-post imsemmi, id-Direttorat dwar it-Trasport Pubbliku ma jħossx li hemm raġuni valida sabiex jiġi spostat il-bus stop għal post ieħor.", "Apparti minn hekk, ir-rotta stess ma tippermettix li dan jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, peress li kien intqal li l-karozzi tal- linja se jinbidlu, jista' l-Ministru jgħidilna fiex wasal dan il-proċess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-bdil tal-karozzi tal-linja ilu jissemma għal dawn l-aħħar seba' snin pero` nista' ngħid li finalment qegħdin fi stadju fejn is-sidien tal-karozzi tal-linja waslu fi ftehim ma' l-awtorita` dwar it-trasport għar-rigward l-ammont ta' sussidju li se jingħataw mill-gvern meta jġibu jew jibnu karozzi tal-linja ġodda.", "Hemm diversi sidien li applikaw biex ikunu jistgħu jimportaw jew jixtru minn Malta l-karozzi tal-linja low floor, jiġifieri bl-istaffa baxxa kif maqbula mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita`.", "Ta' min jenfasizza li l-kummissjoni persuni b'diżabilita` kienet involuta u qablet ma' l-ispecificiations li ħarġu, infomat li hemm tlieta jew erba' tipi differenti ta' karozzi li ġew approvati mill-awtorita` biex jiġu mportati u diversi sidien qegħdin fi stadju li jimportaw dawn il-karozzi tal-linja jew inkella joħorġu karozzi tal-linja minn hawnhekk.", "PENSJONI TA' L-ISTAT", "31320.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm trid tkun ilha taħdem mara biex tikkwalifika għall-pensjoni ta' l-Istat imqarr waħda proporzjonali għas-snin ta' servizz li tkun għamlet?", "Il- persuna ndikata separatament tikkwalifika għall-pensjoni wara li ħadmet bejn is-snin 1957/58 u fis-sena 1970 ma' hairdressing salon u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li biex persuna tikkwalifika għall-pensjoni kontributorja taħt l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali trid tkun almenu ħallset medja ta' 20 kontribuzzjoni għal kull sena mill-eta` ta' 19- il sena sakemm l-istess persuna tagħlaq 60 sena f'każ ta' mara jew 61 sena fil-każ ta' raġel.", "Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "ENEMALTA – BIRKIRKARA – VULTAĠĠ BAXX", "31326.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jindaga għaliex l- elettriku fl-area ta' Butchers Lane u St. Rocco Street f'B'Kara, għandu vultaġġ baxx u qed jaħraq ħafna electrical appliances?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.", "AWTORITA` TAT-TRASPORT", "31327.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Awtorita` tat- Trasport mhux qed tħalli s-sidien ta' karozzi tal-linja jbiddlu l-ħġieġ u jagħmluh ftit tinted peress li dan huwa aktar komdu għall-passiġieri minħabba x-xemx?", "Kif tispjega l-Awtorita` tat-Trasport li għad hemm wħud bil-ħġieġ tinted waqt li oħrajn ġew sfurzati biex ibiddluh?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Awtorita` ġiegħlet lil dawk is- sidien li kellhom adhesive dark paper ineħħuha minn mal-ħġieġ waqt li dawk li tħallew bil-ħġieġ light tinted, kien għar-raġuni sempliċi li dan huwa l- istess ħġieġ maħruġ mill-fabbrika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR MARIO GALEA: Mr Speaker, ġejt informat – mill-persuna li ġiet imġiegħla tbiddel dan il-ħġieġ - li s-sidien tax-xarabanks li għandhom il- ħġieġ tagħhom slightly tinted minħabba x-xemx ma ġewx imġiegħla jbiddluh.", "Jien tlabt lil din il-persuna, li hija minn Ħal Għaxaq, tagħmel l- allegazzjoni dwar dan in writing u b'kumbinazzjoni din l-ittra waslet illum il-Parlament.", "Jista' l-Ministru jinvestiga dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi l-ebda diffikulta` ninvestiga xi ħaġa li tkun saret in writing.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru John Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra :", "Avviż Legali Nru 34 ta' l-2002 – Ordni ta' l-2002 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxi fuq l-Income) (Repubblika tal-Finlandja).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-inkjesta maġisterjali u l-inkjesta dipartimentali li saru dwar l-inċident fejn tliet ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol fiċ-Ċirkewwa fis-27 ta' Jannar 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31371;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 32 ta' l-2002 – Ir-Regolamenti tas-sena 2002 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għad-Diploma in Social Studies;", "Avviż Legali Nru 33 ta' l-2002 – Ir-Regolamenti tas-sena 2002 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kors għas-Certificate in Applied Social Studies tal-Workers' Participation Development Centre; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratti tax-xogħol li ngħataw mill-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi lil tmien impjegati fil-kariga ta' skrivani fit- Taqsima A&E Department and Billing Section fl-Isptar San Luqa iffirmati fl-1 ta' Jannar 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31407.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 35 ta' l-2002 – Avviż ta' dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2001 dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali (Att Nru XXV ta' l- 2001).", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru tal- Finanzi.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "MR SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2002 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93)\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA` LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA` L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-28 ta` Jannar, 2002)", "Klawsola 31 – Sostituzzjoni tar-Raba` Skeda ta` l-Att Prinċipali (Kont.)", "Clause 31 - Substitution of the Fourth Schedule to the Principal Act (Cont.)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, qabel inkomplu id-diskussjoni fuq din il- klawsola nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex din il-klawsola niddikutuha flimkien ma' klawsola 32.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "Klawsola 32 - Emenda ta' l-Ewwel Skeda ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 32 - Amendment of the First Schedule to the Principal Act.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għall-klawsola 32 se nressaq din l- emenda:-", "\"C\" Klawsola 32 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "1) (a) id-dispożizzjoni li hemm għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala subklawsola (1) tagħha; u", "(b) minnufih wara subklawsola (1) kif enumerata mill-ġdid għandha tidħol subklawsola (2) li ġejja:-", "\"(2) (i) Fit-test Ingliż ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali għandhom jidħlu f'posthom skond l-ordni numerikali fil-Kolonni \"HS Code Number\", \"Description\" u \"Import Duty\" rispettivament il-kliem u l-figuri li jidhru hawn taħt:", "\" |HS CODE|DESCRIPTION |IMPORT | | | |DUTY | | | | | |2309.90|- - |0 | |.20.00 |PREPARATIONS | | | |OF A KIND USED| | | |IN ANIMAL | | | |FEED* REFERRED| | | |TO IN | | | |ADDITIONAL | | | |NOTE 5 TO CH | | | |23 | | | | | | |2710.91|- - WASTE |3.5 | |.00.00 |OILS* | | | |CONTAINING | | | |POLYCHLORINATE| | | |D BIPHENYLS/ | | | |TERPHENYLS OR | | | |PBBS | | | | | | |2710.99|- - WASTE |3.5 | |.00.00 |OILS* NES IN | | | |HS27109100* | | | |PETROLEUM OR | | | |FROM | | | |BITUMINOUS | | | |SUBSTANCES | | | | | | | | | | |3006.70|- GEL |6.5 | |.00.00 |PREPARATIONS | | | |FOR HUMAN/VET | | | |MEDICINE AS | | | |LUBRICANT FOR | | | |SURGERY/EXAMIN| | | |ATION | | | | | | |3006.80|- WASTE |0 | |.00.00 |PHARMACEUTICAL| | | |S | | | | | | |3825.10|- MUNICIPAL |6.5 | |.00.00 |WASTE | | | | | | |3825.20|- SEWAGE |6.5 | |.00.00 |SLUDGE | | | | | | |3825.30|- CLINICAL |6.5 | |.00.00 |WASTE | | | | | | |3825.41|- - |6.5 | |.00.00 |HALOGENATED | | | |WASTE ORGANIC | | | |PRODUCTS | | | | | | |3825.49|- - WASTE |6.5 | |.00.00 |ORGANIC | | | |SOLVENTS* NOT | | | |HALOGENATED OR| | | |HS38254100 | | | | | | |3825.50|- WASTES OF |6.5 | |.00.00 |METAL-PICKLING| | | |LIQOURS, | | | |HYDRAULIC | | | |FLUID, BRAKE &| | | |ANTI-FREEZE | | | |FLUID | | | | | | |3825.81|- - WASTES |6.5 | |.00.00 |FROM | | | |CHEMICAL/ALLIE| | | |D INDUSTRIES* | | | |NES* MAINLY | | | |WITH ORGANIC | | | |CONSTITUENT | | | | | | |3825.69|- - WASTES |6.5 | |.00.00 |FROM CHEMICAL | | | |OR ALLIED | | | |INDUSTRIES* | | | |MAINLY WITHOUT| | | |ORGANIC | | | |CONSTITUENT | | | | | | |3825.90|- RESIDUAL |6.5 | | |.00.00 |PRODUCTS OF | | | | |THE CHEMICAL | | | | |OR ALLIED | | | | |INDUSTRIES* | | | | |NES: WASTE OF | | | | |CH NOTE 6 | | |", "u", "(ii) fit-test Ingliż ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali, l-'ADDITIONAL NOTES' li hemm għall-Kapitolu 87 għandhom jiġu emendati kif ġej:", "(a) fil-paragrafu 1 għandu jitħassar il-kliem \"and the minimum value prescribed in each case shall not apply.\" u minflok il-kliem \"of this Act,\" għandu jidħol il-kliem \"of this Act.\"; u", "(b) il-paragrafu 2 għandu jitħassar kollu.\".", "\"C\" Clause 32 shall be amended as follows:", "1) (a) the present provision shall be renumbered as subclause (1) thereof; and", "b) immediately following subclause (1) as renumbered, there shall be inserted the following subclause (2);", "\"(2) In the English text of the First Schedule to the principal Act, there shall be inserted in their place according to the numerical order in the Columns \"HS Code Number\", \"Description\" and \"Import Duty\" respectively, the words and figures shown hereunder:", "\" |HS CODE|DESCRIPTION |IMPORT | | | |DUTY | | | | | |2309.90|- - PREPARATIONS|0 | |.20.00 |OF A KIND USED | | | |IN ANIMAL FEED* | | | |REFERRED TO IN | | | |ADDITIONAL NOTE | | | |5 TO CH 23 | | | | | | |2710.91|- - WASTE OILS* |3.5 | |.00.00 |CONTAINING | | | |POLYCHLORINATED | | | |BIPHENYLS/TERPHE| | | |NYLS OR PBBS | | | | | | |2710.99|- - WASTE OILS* |3.5 | |.00.00 |NES IN | | | |HS27109100* | | | |PETROLEUM OR | | | |FROM BITUMINOUS | | | |SUBSTANCES | | | | | | |3006.70|- GEL |6.5 | |.00.00 |PREPARATIONS FOR| | | |HUMAN/VET | | | |MEDICINE AS | | | |LUBRICANT FOR | | | |SURGERY/EXAMINAT| | | |ION | | | | | | |3006.80|- WASTE |0 | |.00.00 |PHARMACEUTICALS | | | | | | |3825.10|- MUNICIPAL |6.5 | |.00.00 |WASTE | | | | | | |3825.20|- SEWAGE SLUDGE |6.5 | |.00.00 | | | | | | | |3825.30|- CLINICAL WASTE|6.5 | |.00.00 | | | | | | | |3825.41|- - HALOGENATED |6.5 | |.00.00 |WASTE ORGANIC | | | |PRODUCTS | | | | | | |3825.49|- - WASTE |6.5 | |.00.00 |ORGANIC | | | |SOLVENTS* NOT | | | |HALOGENATED OR | | | |HS38254100 | | | | | | |3825.50|- WASTES OF |6.5 | |.00.00 |METAL-PICKLING | | | |LIQOURS, | | | |HYDRAULIC FLUID,| | | |BRAKE & | | | |ANTI-FREEZE | | | |FLUID | | | | | | |3825.81|- - WASTES FROM |6.5 | |.00.00 |CHEMICAL/ALLIED | | | |INDUSTRIES* NES*| | | |MAINLY WITH | | | |ORGANIC | | | |CONSTITUENT | | | | | | |3825.69|- - WASTES FROM |6.5 | |.00.00 |CHEMICAL OR | | | |ALLIED | | | |INDUSTRIES* | | | |MAINLY WITHOUT | | | |ORGANIC | | | |CONSTITUENT | | | | | | |3825.90|- RESIDUAL |6.5 | | |.00.00 |PRODUCTS OF THE | | | | |CHEMICAL OR | | | | |ALLIED | | | | |INDUSTRIES* NES:| | | | |WASTE OF CH NOTE| | | | |6 | | |", "and", "(ii) In the English version of the First Schedule to the principal Act, the \"ADDITIONAL NOTES\" to Chapter 87 shall be amended as follows:", "(a) in paragraph 1 the words \" and the minimum value prescribed in each case shall not apply.\" shall be deleted and for the words \"of this Act,\" there shall be substituted the words \"of this Act.\"; and", "(b) paragraph 2 shall be fully deleted.\".", "Din l-emenda qed issir għax se ninkludi klawsola ġdida għall-parti tar- reġistrazzjoni tal-vetturi biex biha nkunu nistgħu nimponu minimu ta` reġistrazzjoni fuq il-karozzi wżati.", "B'hekk tinbidel is-sistema tal-lum fejn hemm impost minimu fuq il-valur li jista' dikjarat fuq il-karozzi wżati biex nikkonformaw mal-qbil li għandna mal-World Trade Organisation.", "Pero` din niġi għaliha aktar 'il quddiem meta nkunu qed niddiskutu l- klawsola ġdida li se ndaħħlu.", "Din l-emenda li qegħdin nagħmlu għall- klawsola 32 se sservi biex inneħħu l-bżonn li karozzi wżati jkollhom ammont minimu ta` dikjarazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, meta qed ngħidu karozzi wżati, dawn jinkludu dawk il-karozzi għall-użu personali ta` bniedem li jiddeċiedi li jiġi joqgħod Malta għal dejjem u jġib il-karozza miegħu?", "Dawn se jkunu ttrattati l-istess bħal meta wieħed jimporta karozzi second-hand biex jinbiegħu fis-suq lokali?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-lum l-liġi qiegħda li meta f'Malta tiġi mportata karozza wżata, sew għan-negozju kif ukoll għall-użu personali, iż-żewġ każi jiġu ttrattati bl-istess mod sakemm ma jkunx hemm xi eżenzjonijiet li japplikaw f'liġijiet oħra.", "Pero` għall-fini tal-liġi kollox huwa ttrattat l-istess.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qal li issa se jitneħħa l-bżonn li karozzi wżati jkollhom ammont minimu ta` dikjarazzjoni.", "Imma l-karozza xorta se tiġi stmata u dak li jkun irid iħallas id-dazju fuq dak il-valur li l- karozza tkun ġiet stmata.", "Allura l-minimu biss se jvarja jew se jvarja wkoll l-ammont ta` kif kienet qed tiġi stmata karozza wżata bħalissa?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bħalissa, meta wieħed jimporta karozza wżata jiddikjaraha kemm jiddikjaraha hemm minimu, skond it-tip ta` karozza li tkun, li fuqu jrid jitħallas id-dazju.", "Jiġifieri jekk jiena ndaħħal karozza u ngħid li daħħalta b'Lm200, jekk skond il-liġi tad-dwana li għandna llum il-valur minimu ta` dik il-karozza li nkun daħħalt huwa Lm2,000, id-dazju fuq Lm2,000 irrid inħallsu u mhux fuq Lm200.", "Li se jiġri, minħabba l-agreement li għandna mal-World Trade Organisation, huwa li dawn il-minimu ta` valutazzjoni ma jistgħux jibqgħu jsiru.", "Naħseb li aħna lkoll naqblu li m'hu fl-interess ta` ħadd li nimtlew bil-karozzi second-hand, għal ħafna raġunijiet.", "Allura li qegħdin nagħmlu huwa li nikkonformaw mal-WTO, inneħħu dan il-minimu li jeżisti fuq il-valur, pero` se nkunu qed nagħmlu minimu meta niġu għat-taxxa tar-reġistrazzjoni.", "Jiġifieri qed naqilbu fejn isir il-kontroll bażikament.", "Minflok li l- kontroll jibqa` jsir fuq il-valur tal-vettura li qed jiddikjaraw in-nies, biex fuqu mbagħad jinħadmu t-taxxi, qed inneħħu dak il-valur, pero` fuq ir- reġistrazzjoni tal-karozzi se ndaħħlu l-minimu biex bażikament inżommu l- istess sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta xi ħadd li jkun ġej residenti hawn Malta u miegħu jkun se jġib il-karozza tiegħu hemm proċedura kif wieħed għandu jagħmel biex iħallas id-dazju fuq il-valur tal-karozza.", "Naħseb li l-Ministru jaf li hemm ċerta burokrazija fil-proċedura kif wieħed biex wieħed iħallas id- dazju.", "Sa din il-ġimgħa stess kien hemm wieħed li qalli li ilu ġimgħatejn sħaħ jiġġerra minn post għall-ieħor biex ikun jista` jħallas id-dazju fuq il-valur tal-karozza tiegħu.", "Jista` l-Ministru jgħidli jekk hux se jsir xi ħaġa biex din il-proċedura kemm jista` jkun titħaffef?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fir-rigward ta` pagamenti tad-dazju min-nies li jkunu se jdaħħlu karozza Malta, liema karozza tkun ilha għandhom għal ċertu ammont ta' żmien jeżistu ċerti eżenzjonijiet fil-liġi u dawn l- eżenzjonijiet se jibqgħu.", "Jiġifieri dawn mhux se jiġu affettwati.", "Jiġifieri aħna mhux se nimponu minimu ta` registration tax fuq karozzi għall-użu personali.", "Issa rigward il-proċeduri rrid ngħid li dawn ikunu qegħdin hemm l-iżjed minħabba l-kontrolli.", "Meta nagħtu eżenzjonijiet inkunu nagħmlu daqsxejn ta` xaqq fis-sistemi li jkollna.", "Min qed jagħmel il-leġislazzjoni f'dan il- Parlament huwa sensittiv għal ċirkostanzi differenti ta` persuni differenti.", "Imma kultant issib lil min ma joqgħodx jgħid li din l-eżenzjoni hija għal min veru qiegħed f'ċerti sitwazzjonijiet u jipprova jabbuża.", "Allura ħafna drabi d-dewmien fil-proċess biex nikkontrallaw li ċerti statements li jkunu qed isiru jkunu minnhom.", "Jekk hemm kondizzjoni li l- karozza għandha tkun ilha għandek ċertu ammont ta` żmien – ma niftakarx sew kemm – ma jistax jiġi xi ħadd b'karozza li nafu li l-mudell tagħha ħareġ sena ilu u jgħidilna li ilha għandha ħames snin.", "Qed ngħid dan għax naf li dawn l-affarijiet jiġru.", "Allura hemm bżonn li wieħed jikkontrolla ċerti statements li jsiru.", "Dan ma jsirx biex noqogħdu ntawlu ż-żmien, imma ma nisgħux nagħmluha daqstant faċli li everybody joins the band wagon.", "Sur President, waqt li konna qed niddikutu klawsola 31, li magħha hija marbuta ir-Raba` Skeda, l-Onor.", "Brincat kien qed jagħmel ħafna mistoqsijiet tekniċi fuq kif fil-fatt l-iskeda qiegħda taħdem.", "Jiena tlabt lill-Onor.", "Brincat biex jagħmilli lista ta` dawn il-mistoqsijiet tekniċi kollha u fil- fatt bagħathomli u jiena bgħattlu risposti bil-miktub.", "Pero` tajjeb li wieħed jelenka daqsxejn x'imhuma dawn it-tip ta` mistoqsijiet u naraw daqsxejn kif il-liġi, partikolarment ir-Raba' Skeda, qed taħseb għal ċerti sitwazzjonijiet differenti.", "Nispera li l-Kamra tieħu daqsxejn paċenzja bija għax se nidħol f'ċertu dettall.", "Pero` huwa tajjeb li nispjegaw daqsxejn kif fil-fatt se jaħdmu l-proċeduri l-ġodda f'dik li hija dwana.", "Per eżempju, f'artiklu 8 qegħdin ngħidu li dawk kollha li b'xi mod ma jablux ma xi deċiżjoni ta` l-awtoritajiet tad-dwana se jkollhom dritt ta` appell.", "Għax il-preokkupazzjoni kienet li hemm bżonn assigurazzjoni li mhux qed niftħu bibien biex nagħtu diskrezzjoni żejda lill-kontrollur tad- dwana.", "Jiena ngħid li pjuttost huwa differenti minn hekk.", "Anzi li qegħdin ngħidu aħna huwa li għalkemm il-kontrollur għandu dritt jieħdu d- deċiżjonijiet qegħdin nagħtu d-dritt ta` l-appell.", "Jiġifieri jekk il- kontrollur ħa deċiżjoni u inti ma taqbilx magħha għandek id-dritt bil-liġi li tmur għandu u tgħidlu biex jispjegalek sew għax ma taqbilx mad-deċiżjoni li ħa.", "(Interruzzjonijiet) Il-proċedura ta` l-appell hija waħda amministrattiva pjuttost.", "Din m'hijiex proċedura bil-qorti u b'ħafna statements.", "Imbagħad jekk inti ma teħux sodisfazzjoni mingħand il- kontrollur tkun tista` tmur quddiem korp indipendenti bħalma hu l-ombusdman u korpi oħra bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nafu li jekk wieħed imur quddiem l-ombudsman u dan jagħtih raġun mhux bilfors isir dak li jgħid l-ombudsman.", "Jiġifieri din il- kwestjoni wieħed irid jiċċaraha daqsxejn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ombudsman, kif qed jgħid l-Onor.", "Mizzi, ma jeħux deċiżjonijiet bħal l-imħallfin fil-qrati.", "Pero` s'issa, ħlief meta kellna nagħtu raġuni għaliex le, fuq każi ta` amministrazzjoni dak li kien qed jirrakkomanda l-ombudsman, fil-biċċa l-kbira tiegħu, l-amministrazzjoni aġixxiet skond kif kien qiegħed jgħid hu.", "Jiena naħseb li l-esperjenza li għanda ta` l-ombusman hija waħda pożittiva.", "Il-kontrollur tad-dwana tad- dwana qed jgħidli li dejjem ta raġun lill-ombudsman.", "Pero` apparti dan, jeina naħseb li l-ombusdman għandu track record tajjeb ħafna.", "Li kont qed ngħid qabel hu li għalkemm kien hemm xi diffikulta` dwar is-segretezza professjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma` ċerti rapporti li jridu jsiru lill-kontrollur tad-dwana, nista` nserraħ ras kulħadd li l-obbligi tas- segretezza professjonali se jkunu konformi mal-proviżjonijiet li għandna fil-liġijiet eżistenti.", "Sur President, kien hemm preokkupazzjoni wkoll fuq il-valur miżjud.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-kunċett tal-valur miżjud qed jidħol fil-kuntest ta` meta tiġi importata xi materja prima, imbagħad terġa` tiġi esportata bil-valur miżjud Malti.", "Allura aħna qed ngħidu x'se jiġri jekk dik il- materja prima nerġgħu nimportawha?", "Se nħallsu d-dazju fuq il-valur miżjud li għamilt Malta fuqu?", "Ir-risposta hija le.", "Il-valur miżjud ikkalkolat skond formoli u normi internazzjonali mhux se jkun intaxxat meta terġa` ddaħħal l-affarijiet lura f'pajjiżek.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'każ li tiġi mportata materja prima minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea u din terġa` tiġi esportata f'pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea bil-valur miżjud Malti, x'jiġri jekk aħna nerġgħu nimportawha se nħallsu dazju fuq il-valur miżjud li konna għamilna Malta fuq din il- materja prima?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħafna mir-riformi li qed isiru fil-proċedura tad-dwana qed isiru biex nagħtu iktar flessibilita` u naġevolaw is-settur tal- manifattura.", "Meta qegħdin f'ambjent globali, kif qegħdin ngħixu, qed jinbidel iż-żmien fejn inti qbadt u għamilt xi ħaġa mill-bidu sa l-aħħar, kollox inti.", "Ħafna drabi se jiġri li inti tirċievi l-materja prima, din tista` taħdem xi ftit fuqha u tista` wkoll tibgħat kollox barra biex ikomplu jagħmlu proċessi li hawn Malta ma jaqbillekx li tagħmilhom u mbagħad jerġgħu jibgħatulek kollox lura jew biex tużahom f'Malta jew biex terġa` tesportahom.", "Issa jekk l-affarijiet jerġgħu jiġu esportati m'hemm problema ta` xejn għax kollox jibqa` bla dazju, pero` jekk se jinbiegħu f'Malta, illum hemm il-metodu – dan qed indaħħluh fir-raba` skeda – kif se jsiru l-kalkoli tad-dazju.", "Hawn nixtieq ngħid li meta qed nitkellmu fuq id- dazju nkunu qed nitkellmu fuq dazju ta` affarijiet li ġejjin barra mill- Ewropa għax kieku dan qed isir ġo l-Ewropa stess kieku m'hemmx kwestjoni ta` dazju.", "Jiġifieri qed nitkellmu biss fuq affarijiet fejn it-third country huwa pajjiż barra mill-Ewropa.", "Allura aħna qegħdin indaħħlu l- proċeduri fejn qed ngħidu li d-dazju li għandu jitħallas, jekk jinbiegħ l- oġġett f'Malta, se jkun dak li tħallas fuq il-materjal li importajt oriġinarjament u l-added value li sar barra l-pajjiż.", "L-added value li sar f'Malta ma jidħolx fil-kalkolu tad-dazju li jrid jitħallas.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk il-materja prima ġiet minn pajjiż fl-Unjoni Ewropea m'hemmx dazju.", "Issa jekk din il-materja prima taħdimha Malta u tesportaha lejn pajjiż li m'huwiex fl-Unjoni Ewropea, per eżempju t-Tuneżija, biex terġa` timportaha minn hemm trid tħallas id-dazju.", "Allura f'dak il-każ x'se jiġri?", "Se jkun hemm dazju?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħalli nieħdu eżempju ipotetiku fuq fabbrika li tagħmel l-ilbiesi.", "Din tirċievi d-drapp minn barra u taqgħu biex tagħmel il- patterns -hekk tkun diġa` għamlet added value - u tibgħat l-affarjiet maqtugħa Tuneż biex issir il-ħjata fuqhom.", "Issir il-ħjata fuqhom u mbagħad jerġgħu jiġu Malta.", "Dawk li jkunu se jerġgħu jiġu esportati m'hemm l-ebda problema fuqhom.", "Pero` jekk jkun hemm 500 minn dawn l-ilbiesi li se jiġu mibjugħin f'Malta kif irid jiġi kkalkolat id-dazju?", "Il-materjal ta' dawk l- ilbiesi meta ġie mportat bħala materja prima x'dazju suppost jitħallas fuqu?", "Jekk il-materja prima ġiet importata mill-Ewropa m'hemm l-ebda dazju li suppost jitħallas fuqha, allura s'hemmhekk ma tħallas xejn.", "Jekk din ġiet minn barra l-Ewropa allura jrid jitħallas id-dazju tal-materja prima partikolari li tkun.", "L-added value Malti ma jidħolx fil-kalkolazzjoni tad- dazju għax dak huwa added value li sar f'Malta.", "Fuq l-added value barrani jitħallas id-dazju bir-rata li tapplika għall-prodott magħmul.", "Mela fuq il- parti tar-raw material, jekk ġej mill-Ewropa ma jitħallas l-ebda dazju imma jekk ikun ġej miċ-Ċina tħallas id-dazju bir-rata tal-materja prima partikolari li tkun.", "Il-parti tal-valur miżjud Malti huwa bla dazju u l- parti tal-valur miżjud barrani teħel id-dazju bir-rata li tapplika għall- ħwejjeġ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Onor. Dalli, skużani li ma kontx hawn mill-bidu, imma nqbadt ma' delegazzjoni parlamentari.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma jimportax.", "Qegħdin niddiskutu klawsola 32 bl- iskeda magħha u jiena kont qed nagħmel speċi ta' ri-assunt tar-rimarki tekniċi li kont għamilt inti u r-risposti li għandna għalihom.", "Issa jekk għandek xi kummenti oħra tekniċi nitolbok li tagħmilhom ħalli niċċarawhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dwar is-Secrecy Act jiena ħadt nota dwar l- assigurazzjonijiet li inti tajt min-naħa tiegħek, pero` mbagħad hemm l- artiklu 18 f'paġna 2253, ma nafx jekk tkellimx dwaru diġa` l-Onor.", "Mizzi, fuq l-implikazzjonijiet tal-bidla.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna qegħdin ngħidu li hawnhekk fil-fatt m'hu qed jinbidel xejn.", "Id-dispożizzjonijiet huma l-istess li jeżistu bħalissa fl- Att dwar id-Dazju ta' l-Importazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Biss jekk tara anke l-ispjegazzjoni li taw iċ-Chamber of Commerce, fil-publikazzjoni tagħhom li ħarġet dan l-aħħar, tara li dawn ħassew ma nistgħux naqbdu u nċekknu t-tibdiliet proposti.", "Jiena m'iniex qed nitkellem kontra tagħhom imma qed nitkellem dwar il-magnitude tagħhom għax hawnhekk qed nitkellmu dwar customs code li hija kważi waħda ġdida.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma fil-każ ta` artiklu 18, b'mod partikolari, m'hemmx tibdil u kif kont qed nispjega qabel, ħafna mit-tibdiliet li qed nagħmlu huma pjuttost biex indaħħlu ħafna iktar flessibbilta` fl-operat tad-dwana anke f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur industrijali biex ma jkunx hemm għalfejn jitħallas dazju fuq dazju.", "Jiena, fl-esperjenza tiegħi fl- industrija, niftakar il-problemi kbar li kien ikollna meta konna nesportaw xi ħaġa lil xi ħadd u dan jerġa` jibgħatilek lura għax ma tkunx togħġbu u kien ikollna nħallsu d-dazju fuqha.", "Hekk kienu r-regolamenti.", "Issa qegħdin ngħidu li meta inti bgħatt xi ħaġa u erġajt ġibtha lura, bażikament fl- istess stat ta` meta bgħattha, mhux se tħallas dazju talli ġibtha lura.", "Tħallas id-dazju jekk tkun se tbigħha f'Malta.", "Jiġifieri dawk huma ħafna mill-bidliet li qed isiru.", "Qegħdin ngħidu wkoll li issa jekk nimporta xi ħaġa lura lejn Malta mhux se nħallas id-dazju fuq kollox.", "Ara qabel kont trid tħallas id-dazju fuq kollox.", "Ftit qabel jiena tajt eżempju u tajjeb li nirrepetih.", "Jekk, per eżempju, ikun hemm fabbrika tal-ħwejjeġ li timporta materjal mill-Italja, taqgħu u tesporta l-balal maqtugħin lejn Tuneż biex iħituhom u mbagħad terġa` timporta l-materjal u wara li tagħmillu l-inspection u l-finishing biex tesportah jew biex tbiegħu f'Malta.", "Qabel is-sitwazzjoni kienet li ladarba ġie minn Tuneż id-dwana kienet tieħu l-attitudni li ladarba ġej barra mill-Ewropa jrid jitħallas id-dazju fuq il-qalziet kollu jew fuq il- libsa sħiħa.", "Issa bir-regolamenti l-ġodda qed ngħidu li dan mhux se jibqa` jsir.", "F'dak il-każ trid taqsam il-prodott fi tliet komponenti.", "Trid taqsmu fil-komponent tar-raw material, f'dak ta` l-added value li kien diġa` sar Malta fuqu u f'dak ta` l-added value li sar barra minn Malta.", "Fuq il- komponent tal-materjal trid tieħu l-materjal meta daħal bħala materjal.", "Jiġifieri jekk dan daħal mill-Italja m'hemmx dazju fuqu u allura mhux se terġa` tħallas dazju fuqu.", "Dwar il-komponent ta` l-added value lokali qegħdin ngħidu li mhux se jitħallas dazju fuq added value li tkun għamilt fil-lokal qabel esportajt il-materjal u fuq l-added value barrani qed ngħidu li fuq dan trid tħallas id-dazju skond it-tariffa esiġenti għall-prodott kif ġie lest.", "Jiġifieri veru li qegħdin inbiddlu, pero` l-biċċa l-kbira tat-tibdiliet huma biex jagħtu ħafna iktar flessibbilta` lis-settturi produttivi f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Punt ieħor li kelli kien jirrigwarda l-artiklu 25 u xtaqt daqsxejn spejgazzjoni min-naħa tiegħek dwar jekk il-kriterju tal- valur miżjud huwiex se jispiċċa b'konsegwenza ta` din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-valur miżjud huwa ta` interess għalina fejn japplika l-ftehim ta` l-assoċjazzjoni li Malta għandha ma` l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa stabbilit bil-ftehim li sar ma' l- Unjoni Ewropea fl-1970.", "Dan l-artiklu jirreferi għal meta japplikaw in-non- preferential rules of origin tal-WTO.", "Dawn ikunu dispożizzjonijiet internazzjonali li japplikaw għal kull pajjiż fid-dinja.", "Mela b'dawn it- tibdiliet qegħdin nikkonformaw ma` l-obbigi li se jkollna, u li kkommettejna ruħna għalihom snin ilu, mal-WTO u irridu nittemporaw ruħna fil-proċeduri tad-dwana wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-istess kuntest għal dak li għandu x'jaqsam mal-WTO, dwar dawk li qabel kienu jissejħu l-GATT Valuation Agreement, jekk m'iniex sejjer żball, xtaqt inkun naf jekk dan li qed tipprovdi għalih il-liġi – qed nitkellem rigward paragrafu 2. (a) ta` artiklu 29 - jkunx applikabbli wkoll fejn il-bejjiegħ ikollu r-retail outlets tiegħu f'Malta.", "THE CHAIRMAN: Irridu niftakru li dawn l-artikli, 28 sa 36, ikopru l-GATT Valuation Agreement, u dan ikopruh bażikament kelma b'kelma kif jgħid l- agreement u japplika għall-membri kollha tal-WTO.", "Aħna, f'Malta, issa ilna madwar tliet snin napplikaw dan l-agreement u għalhekk din ukoll m'hijiex xi ħaġa ġdida, imma hija xi ħaġa li issa ġiet inkorporata b'mod formali fil- liġi tagħna bħala skeda.", "Id-definizzjoni ta` \"persuni relatati\" tinsab fin- nota ta` interpretazzjoni li hemm fil-GATT Valuation Agreement u li huma riprodotti fit-Tielet Skeda ta` l-Att XIX u għalhekk wieħed irid jieħu ċ- ċirkostanzi ta` kull każ, għalkemm il-probabbilta` hija li dawn ikunu japplikaw ukoll fejn il-bejjiegħ ikollu retail outlets tiegħu f'Malta.", "Iżda paragrafu 2 (a) ta` artiklu 29 jgħid li l-fatt li persuni huma relatati, dan waħdu m'hijiex raġuni biżżejjed biex id-dwana ma taċċettax il-valur ta` transazzjoni.", "Jiġifieri d-dwana tassumi trasparenza, pero` żżomm id-dritt li tinvestiga fejn hi jkollha dubju li m'hemmx trasparenza.", "Dawn il- klawsoli għalhekk isiru u ma jfissrux li din se tkun ir-regola, pero` d- dwanier irid ikollu saħħa fil-liġi biex fejn għandu suspett ikun jista` jinvestiga.", "THE CAHIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Immur issa għall-paragrafu 5 ta` artiklu 32 f'paġna 2262.", "Xtaqt ftit kjarifika dwar il-kummissjoni li hemm riferenza għaliha.", "Li nixtieq inkun naf huwa jekk din il-kummissjoni normalment tkunx inkluża fil-prezz u jekk l-importatur normalment jgħaddihiex lill-aġent separatament.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija wkoll regolata mill-GATT Valuation Agreement li jipprovdi li l-buying commission, jiġifieri meta l-aġent qed jirrappreżenta lil min qiegħed jixtri u allura huwa x-xerrej li qed iħallas din il-commission, m'għandhiex tittieħed in konsiderazzjoni fil-valur, jekk din tkun murija separatament.", "Pero` s-selling commission, jiġifieri meta l- aġent qed jirrappreżenta lil min qed ibiegħ u allura l-commission qed iħallasha min qed ibiegħ, għandha tiżdied biex jiġi stabbilit il-valur għad- dwana.", "Jiġifieri trid tagħmel differenza dwar liema commission qed titkellem.", "Huwa ovvju għaliex.", "Għax is-selling commission qiegħda tinġarr mal-prodott kif jinbiegħ, waqt li l-buying commission hija xi ħaġa li qed issir lokalment.", "Dawn skond l-agreements internazzjonali.", "M'humiex affarijiet li vvintajnihom aħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għandna mbagħad paragrafu 5 ta` l-artiklu 38 f'paġna 2265 dwar l-aspett tal-kuntrabandu.", "Li nixtieq inkun naf huwa jekk dan ifissirx li kuntrabandu li jseħħ ġewwa l-ibħra territorjali, u mhux fuq l- art, ikunx meqjus li huwa kompletament barra mill-ġurisdizzjoni lokali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-risposta hija assolutament li le.", "L-artiklu 38 jirreferi għall-oġġetti miġjuba Malta f'postijiet awtorizzati mid-dwana.", "Is- sorveljanza fl-ibħra territorjali jew fl-ispazju ta` l-ajru ta` Malta hija f'idejn il-Forzi Armati u jibqa` d-dover tagħhom li jaraw li jiġu osservati l-liġijiet tal-pajjiż, inkluż li ma jħallux isir il-kuntrabandu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma jekk qed nifhem sew mhux se jkun hemm ġurisdizzjoni tad-dwana nnifisha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Lanqas illum m'hemm ġurisdizzjoni tad-dwana.", "Jiġifieri m'aħna nbiddlu xejn.", "Dak huwa xogħol ta` l-AFM.", "THE CAHIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, dwar dak li hemm f'paġna 2271 xtqat inkun naf jekk il-prattiċi li jseħħu ma jkunux konformi mal-liġi jew man- normi Maltin, fiċ-ċirkostanzi liema minn dawn in-normi se jipprevalu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-prattiċi se jkunu frott ta` ftehim bilaterali u dawn il-ftehim bilaterali se jsiru skond il-policy tal-gvern.", "Jiġifieri meta l- gvern jagħti struzzjonijiet biex jiġi ffirmat ftehim bilaterali ikun jaf eżattament fiex dieħel u affarijiet ta` konflitt ikunu ġew ikklerjati kollha qabel isir dan il-ftehim bilaterali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Issa jekk immorru għall-paragrafu 2 (b) ta` artiklu 123 f'paġna 2293 ....", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dik spjegajtha ftit ilu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: All right, mela m'hemmx għalfejn toqgħod tirrepeti.", "Issa naraha daqsxejn ma` l-Onor.", "Mizzi.", "Pero` ma nafx jekk intqalx xi ħaġa wkoll dwar dak li hemm riferenza għalih fl-artiklu 146 dwar l-importatur tal-materja prima li tista` tiġi mportata minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Il- mistoqsija tiegħi hija: Jekk importatur tal-materja prima minn barra l- Unjoni Ewropea iħallas dazju, imbagħad juża din il-materja prima f'oġġetti li se jesporta lejn l-Unjoni Ewropea, ma jkun hemm l-ebda remissjoni ta` dan id-dazju?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'każ bħal dan ikun ġara xi ħaġa li l-importatur jew il-manifattur ma jkunx ħaseb minn qabel li se ssir.", "Jiġifieri wieħed tidħollu orndi u juża ċerta materjal li fuqu jkun ħallas dazju meta kieku kien juża materjal li fuqu ma ħallasx dazju.", "F'dak il-każ meta l-kontrollur ikun sadisfatt li dan ikun każ ġenwin se jkun hemm proċedura, li qegħdin ngħidu li se tkun f'din l-iskeda, fejn l-importatur jingħata ċ-ċans li meta jerġa` jimporta l-istess ammont ta` materjal li jkun ikkonsma f'dik l-ordni partikolari fejn ħallas id-dazju meta mhux suppost ikun jista` jdaħħlu mingħajr dazju anke jekk suppost iħallas id-dazju.", "Allura jkun hemm kumpens għalih b'dan il-mod.", "Teknikament din tissejjaħ prior exportation.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk qed ninnota sew mhux qed jiġi speċifikat fil- liġi liema klawsola se tkun applikabbli.", "Veru li fit-tweġiba tiegħek inti għedt li dan se jkun provdut għalih fir-regolamenti li se jiġu ppubblikati dwar kif għandha tiġi implimentata l-liġi.", "Imma hemm riferenza speċifika fil-liġi biex tkun iktar user-friendly ma` dawk li qegħdin fin-negozju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din se tkun parti mir-regolamenti li se jsiru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dwar paragrafu 2 ta` l-artiklu 147 nixtieq inkun naf jekk dan il-provvediment hux se jgħolli l-prezz ta` l-esportazzjoni u b'hekk forsi jġibina ftit inqas kompetittivi milli aħna.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna ma naħsbux li għandu jkollu effett ta` żieda fil- prezz ta` l-esportazzjoni.", "Ma rridux ninsew li dawn il-provvedimenti se jitħaddmu b'kollaborazzjoni sħiħa ma' l-MDC.", "Jiġifieri l-interessi tal- produtturi Maltin se jiġu salvagwardati.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena m'għandix dubju mill-intezjonijiet li jkollhom ta` l-MDC f'ħaġa bħal din, imma ma jaħsibx il-Ministru li xorta waħda jista` jkollna sitwazzjoni fejn dan kollu effettivament se jżid il-prezz?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-esperti qegħdin jgħiduli li dawn huma parti mill- economic conditions li ħarġu xi sena ilu bħala guidelines, għadu ħadd ma kkummenta fuqhom u allura se jiġu kodifikati bħala regolament.", "Biex min qed jismagħna jkun jaf fuq hiex qed nitkellmu, aħna qed nitkellmu fuq każi fejn fabbrika f'Malta tagħmel prodott , per eżempju switches ta` karozzi, li jista` jiġi inkorporat fi prodott ieħor li jagħmel manifattur barrani.", "Li qegħdin ngħidu huwa li meta l-fabbrika f'Malta se tesporta l-prodott tagħha lill-fabbrika ta` barra u din ta` l-aħħar se terġa` tesporta l-prodott komplet tagħha f'Malta rridu noqogħdu attenti li ma jkunux qed isiru affarijiet b'detriment lill-produtturi oħra Maltin rigward tassazzjoni, levies u affarijiet bħal dawn.", "Għalhekk tidħol l-MDC fejn tiċċertifika li l-affarijiet qed isiru kif suppost.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, imbagħad għandna paragrafu 1 ta` artiklu 152 li jgħid hekk:", "\"1.", "Fejn il-għan għat-tħaddim ta` proċessar huwa t-tiswija ta' l- oġġett fuq esportazzjoni temporanja, dawn għandhom jiġu rilaxxati għaċ- ċirkolazzjoni ħielsa b'solliev tali mid-dazji fuq l-importazjoni, fejn jiġi stabbilit għas-sodisfazzjoni tal-kontrollur illi l-oġġetti ġew imsewwija mingħajr ħlas, jew minħabba obbligi kontrattwali u statutorji li joħorġu minn garanzija jew minħabba difett fil- manifattura.\".", "Il-mistoqsija tiegħi hija din: Jekk id-difett jibqa`, wara li jkun ġie kkonsidrat fl-ewwel rilaxx, x'ikun ir-rimedju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qegħdin ngħidu fejn l-oġġetti ma kenux ġew eżamintati mid-dwana jew waqt l-eżami tad-dwana ma jsirx magħruf li huma bil-ħsara, issa qegħdin insewwi l-inġustizzja li qabel kien isofri l- importatur.", "F'dan il-każ l-importatur xorta waħda jaċċetta li jirtira l- oġġetti, għalkemm jaf li huma bil-ħsara, u allura jitlef id-dritt ta` proċessar għall-estern.", "Jekk ma jaċċettax li jirtira l-oġġetti jista` jitlob li d-dikjarazzjoni tad-dwana ma tibqax valida u l-oġġetti jerġgħu jiġi esportati.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma jiena naħseb li kultant jista` jkun hemm ċirkostanzi fejn mhux dejjem ikun possibbli li tibgħat l-oġġetti lura.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma oġġett li ma tistax tingħabu lura u ma tistax tużah għax difettuż irid jiġi distrutt mid-dwana mbagħad ħalli dak li jkun ma jeħilx dazju fuqu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Birncat.", "ONOR.", "BRINCAT: Sur President, nixtieq issa mmur għall-artiklu 167 li titkkellem dwar żoni u mħażen ħielsa.", "Jekk industrial estate sħiħ jiġi nominat bħala żona ħielsa, kull min ikun irid, per eżempju, jibni xi kamra fil-fabbrika jeħtieġ il-permess tal-kontrollur?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk dan se jibni canteen jew jestendi kamra biex jagħmel store għall-affarijiet li juża fil-canteen tal-fabbrika, il- kontrollur assolutament ma jidħolx.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kontroll ta` areas ta` magazzinaġġ.", "Jiġifieri fuq l-istores fejn jidħlu affarijiet li fuqhom ma tħallasx dazju.", "Jiġifieri jekk għandek sit li fih se jidħlu prodotti u ma tħallasx dazju għall-użu, kważi qed ngħidu bonded stores, u tkun se tkabbru, allura f'dan il-każ trid il-permess tad-dwana.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma min se jiddetermina jekk hemmx bżonn il-permess tad-dwana?", "Min se jiddetermina jekk ikunx hemmx bżonn li wieħed japplika, in the first place?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk wieħed għandu store partikolari fejn qed jagħmel ir-raw material li suppost ħallas id-dazju fuqu imma ma ħallasx dazju fuqu għax se jużah hu u dan jgħid: Dan l-istore għandi bżonnu għal affarijiet oħra u se nibni maħżen ieħor x'imkien ieħor.", "F'dan il-każ ikun irid il- permess tad-dwana.", "Għaliex?", "Għax il-kontrollur tad-dwana jrid jaċċerta ruħu li dak huwa a safe place u mhux ikollu xi twieqi kbar għall-barra u kulħadd ikun jista` jaqbad u jieħu d-drapp jew kulma jrid minnu dan il- maħżen.", "Imma jekk dan se jagħmel linja oħra ta` produzzjoni d-dwana ma tidħolx fiha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President ngħaddi issa għall-artiklu 185 li jitkellem dwar oġġetti miġjuba u mill-ewwel ngħid li għandi daqsxejn ta` diffikulta` dwar kif jiġi kkalkolat id-dazju.", "Għaliex?", "Għax hawnhekk il- leġislatur qisu qed jagħti wieħed x'jifhem, speċjalment fl-aħħar line tat- tieni paragrafu tal-proviso, li d-dazju se jiġi bbażat fuq l-għan.", "Kif japprezza l-Ministru, id-dazju normalment ma jkunx ibbażat fuq l-għan imma fuq il-code number għax l-għan jista` anke jvarja maż-żmien.", "Jista` jkollok oġġett li importajtu għal raġuni waħda, jinbidlu ċ-ċirkostanzi u l-oġġett ma jibqax jaqdi l-istess funzjoni li jkun qed jaqdi oriġinarjament.", "Jiġifieri f'dan il-każ, ma jaħsibx il-Ministru li tkun iżjed tagħmel sens jekk id-dazju jkun marbut mal-code number milli mal-purpose jew l-għan innifsu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma rridux ninsew li qegħdin nitkellmu fuq oġġetti li jiġu importati mingħajr ma jkunu ħallsu dazju u għalhekk ikunu għadhom taħt il-kontroll tad-dwana.", "F'dak il-każ jekk oġġett suppost iħallas dazju skond code speċiku, pero` minħabba raġuni speċifika għalfejn se jiġi importat ikun ingħata eżenzjoni milli jħallas id-dazju u nkunu tajna permess biex dak jiġi importat mingħajr dazju, allura mbagħad ma jistax jiġi wżat għal xi ħaġa oħra.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Bħalissa fortunatament qed jespandi s-settur tal-films.", "Ħafna drabi fis- settur tal-films jidħlu ħafna oġġetti għas-sett tal-films li prima facie jidħlu taħt code li huwa dazjabbli.", "Pero` billi deħlin għal ġos-sett tal- films li se jerġgħu jiġu meħudin lura wara li l-film ikun inġibed, id-dwana tagħti konċessjoni u tgħidlu: Ladarba l-għan tiegħek huwa li dan se tużah b'mod temporanju, kemm tiġbed film u tieħdu lura, mhux se nesiġi li tħallas dazju.", "U huwa tajjeb li jkun hemm din il-flessibbilta`.", "Pero` imbagħad jekk dan jużahom għal ħaġa oħra mod ieħor.", "Jiena ftit ilu mort fuq is-sett tal- film Julius Cesaer u hemmhekk żgur li importaw ħafna materjal u ġild biex jagħmlu l-ilbiesi tas-suldati.", "Issa jekk wara li jiġbdu l-film dawn l- ilbiesi tas-suldati jbiegħuhom lil xi ħadd biex jilbsuhom fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ħażin, għax mhux l-għan speċifku li għalih ġew importati dawk l-affarijiet.", "Dan biex nispjega x'irridu nfissru fejn jidħol l-għan.", "Xi kultant ma tridx tmur għall-code biss, imma trid tħalli l-flessibbilta` fid-dwana ħalli jaraw u jagħtu ġudizzju huma għalfejn l-affarijiet qegħdin jiġu importati.", "Jista`, per eżempju, jkun hawn karozza tal-Formula I li ġabuha hawnhekk għall-wirja.", "Inti mhux se tgħidilhom iħallsu d-dazju meta taf li se jibgħatuha lura wara ġimgħa.", "Għalhekk l-għan huwa importanti f'dan il-każ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, paragrafu 2 ta` artiklu 192 jgħid hekk:", "\"Fejn il-liġijiet tad-dwana jipprovdu illi d-dispożizzjoni tal- garanzija tkun b'għażla u l-kontrollur ikun jeħtieġ illi tiġi provduta garanzija, l-ammont tal-garanzija għandu jiġi ffissat mill-kontrollur hekk li ma jaqbiżx il-livell provdut fil-paragrafu 1.\".", "Kif qed nifhima jiena, għalkemm qed tissemma l-kelma \"għażla\", ma nħossx li hemm daqstant għażla.", "Qed titħalla fid-deskrizzjoni tal-kontrollur.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien qed nifhem x'irid jgħid l-Onor.", "Brincat.", "Din m'hijiex kwestjoni ta` deskrizzjoni.", "Il-kontrollur qiegħed jiġi mitlub jieħu deċiżjoni fejn dazju suppost qiegħed jitħallas u hu jgħid li d-dazju jista` ma jitħallasx.", "Pero` l-kontrollur jista` jieħu garanzija fuq dawk il-flus.", "Din hija differenti milli kieku wieħed iħallas l-flus speċifikament.", "Anke l-cost tagħha, hemm differenza bejn pagament u garanzija fuq pagament.", "Jiġifieri hemm għażla.", "THE CHAIRMAN: Sur President, l-artiklu 222 li jitkellem dwar il- merkanzija li tkun rilaxxata mid-dwana jew mill-bonded stores u dwar jekk għandux ikun hemm dewmien fil-ħlas tad-dazji.", "Fil-fehma tagħna ladarba il- merkanzija tkun rilaxxata mid-dwana jew mill-bonded stores m'għandux ikun hemm ċertu dewmien fil-ħlas tad-dazji.", "Wara kollox il-VAT element jiġi rkuprat fuq bazi ta` returns darba kull tliet xhur, jekk m'iniex sejjer żball.", "Xtaqt iktar spejgazzjoni mill-Ministru fuq din.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija faċilita` ta' differimenti tal-ħlas, iktar minn ħaġa oħra, u hija dejjem suġġetta għall-forniment ta` garanzija mill- applikant.", "Jiġifieri fejn aħna qed niddeferixxu pagament nitolbu lid-dwana titlob garanziji.", "F'każi oħra fejn issir talba għad-dazji li bi żball ma ġewx miġbura qabel ir-rilaxx tal-merkanzija qegħdin nistabbilixxu ż-żmien li fih dan id-dazju jrid jitħallas.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Issa, għallinqas min-naħa tagħna, esawrejna l-punti fuq id-dwana.", "Pero` kelli xi żewġ punti oħra fuq klawsoli oħrajn ma nafx nistax inqajjimhom f'dan l-istadju.", "Ma nafx jekk il-Ministru għandux xi emendi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: X'kienu dawn il-punti?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Wieħed minnhom kien dwar il-kwestjoni ta` klawsola 49.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dik niġu għaliha aktar tard.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: All right.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 31.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"C\" għall-klawsola 32 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 32 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 32, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nixtieq nitlob il-permess tal-Kumitat biex nerġgħu mmorru għall-klawsola 29 li kienet diġa` għaddiet għax bl- emenda ġdida li għadni kemm inkorporajt, irrid naġġusta l-coming into force ta` din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex nerġgħu mmorru lura għall-klawsola 29?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "Klawsola 29 - Emenda ta` l-Att dwar id-Dazji ta` Importazzjoni Kap. 337", "Clause 29 - Amendment of Import Duties Act Cap.", "337", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan li qed nagħmlu huwa li qegħdin inneħħu l-minimum valuation mill-importazzjoni tal-karozzi second-hand.", "Aktar 'il quddiem se nagħmel klawsola ġdida fejn fiha se nispeċifikaw dan il-minimum registration tax.", "Pero' billi għamilt dik l-emenda fi klawsola 32 irrid nagħmel emenda konsekwenzjali fi klawsola 29 biex ngħid li l-bidu fis-seħħ tagħha se jkun l-1 ta` Marzu, 2002.", "Sur President, qabel inressaq l-emenda l-ġdida għall-klawsola 29 nixtieq nitlob il-permess biex nirtira l-emenda \"B\" li kienet saret għall-istess klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda \"B\" kienet irtirata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-emenda l-ġdida li se ressaq hija din:-", "\"D\" Fil-paragrafu (a) tas-subklawsola (2) ta' klawsola 29, minflok il-kliem \"ta' l-artikolu 32\" għandhom jidħlu l-kliem \"tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 32\"; u minnufih wara l-kliem \"1 ta' Jannar, 2002\" għandhom jidħlu l-kliem \"u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (ii) tas- subartikolu (2) ta' l-artikolu 32 għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Marzu, 2002.\".", "\"D\" In paragraph (a) of subclause (2) of clause 29, for the words \"of article 32\" there shall be substituted the words \"of subarticle (1) of article 32\"; and immediately after the words \"1st January, 2002\" there shall be added the words \"and the provisions of paragraph (ii) of subarticle (2) of article 32 shall be deemed to have come into force on 1st March, 2002.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 29 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-Taqsima IV u mmorru għall-klawsola 33.", "Klawsola 33 – Emendi ta` l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju Kap. 345", "Clause 33 - Amendment of the Exchange Control Act Cap.", "345", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din it-taqsima hija dwar kontroll fuq kambju biex tittieħed in konsiderazzjoni l-iskema li għandna tar-reġistrazzjoni tal- flus li l-Maltin għandhom barra.", "Klawsola 33 qiegħda tgħid li se temenda l- Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju u għaliha għandi din l-emenda.", "Din l- emenda se ssir minħabba għax fl-abbozz kif ippubblikat ma kienx hemm id- data tal-bidu fis-seħħ.", "L-emenda hija din li ġejja:-", "\"E\" Il-klawsola preżenti għandha tiġi enumerata bħala subklawsola (1) tagħha u minnufih wara s-subklawsola (1) tagħha kif enumerata mill- ġdid, għandha tidħol is-subklawsola (2) kif ġej:", "\"(2) Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fit-3 ta' Diċembru, 2001.\".", "\"E\" The present provision shall be renumbered as subclause (1) thereof and immediately after subclause (1) thereof as renumbered, there shall be added the following subclause (2):", "\"(2) The provisions of this Part shall be deemed to have come into effect on the 3rd December, 2001.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għandi żewġ mistoqsijiet fuq din l- iskema li huma iktar ta` natura ġenerali.", "Ma nafx jekk il-Ministru jippermettilix.", "Imma naħseb li for information purposes jinteressaw lil kulħadd.", "Nixtieq nistaqsi dwar tliet concerns li kultant insib meta niltaqa` ma` nies li jistaqsuni għall-opinjoni.", "L-ewwel concern hija dik dwar persuni li ġabu l-flus tagħhom qabel l-1 ta` Settembru.", "Jista` jinstab xi mezz biex dawn ikunu jistgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom?", "It- tieni waħda hija li għandek nies li għandhom flus investiti f'capital secure funds jew anke f'capital protective bonds li mhux ma jridux jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom, imma billi dawn qegħdin f'investimenti għat-tul se jiġu mċaħħda mid-dritt li jibbenefikaw mill-15% tal-witholding tax lokali.", "Allura biex jibbenefikaw minnha jridu bilfors jibbrejkjaw dawn il-capital secure funds jew capital protective bonds li għandhom barra l-pajjiż u din qed toħloq ċerti diffikultajiet ukoll.", "Imbagħad hemm hemm it-tielet waħda.", "Ma rrid bl-ebda mod nitfa` xi dell fuq l-integrita` tal-Bank Ċentali biex ħadd ma jaħseb li qed inkun partiġġjan fil-kummenti tiegħi.", "Imma l-fatt li l-Bank Ċentrali qed jiġi designated bħala depository, din il-ħaġa ma niżlitx tajjeb ma` kulħadd.", "Għalkemm jiena persważ li l-Ministru se jagħmel l-almu tiegħu biex ikun hemm segretezza sħiħa fil-proċess kollu kkonċernat, m'għandix għax naħseb mod ieħor, il-fatt li d-depository ta` dawn iċ-ċertifikati se jkun il-Bank Ċentrali qed toħloq ċerti dubji ma` ċerti nies li jistgħu jikkonkorru għall- iskema.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Rigward l-ewwel preokkupazzjoni nista` ngħid li din se neħduha in konsiderazzjoni fir-regolamenti.", "Mhux se tkun emenda, imma se tkun published fir-regolamenti.", "Fil-legal notice se ngħidu li dawk li ġabu l-flushom mill-1 ta` Jannar 2000 'il hawn se jkunu jistgħu jiġu koperti minn din l-iskema.", "Rigward il-Bank Ċentrali bħala depository nista` ngħid li anke lili wasluli dawn it-tip ta` kummenti.", "Pero` jiena ngħid li l-gvern irid ikollu depository.", "F'affarijiet bħal dawn ma jistax ikollna – u jien persważ li l- Onor. Brincat jaqbel miegħi - sitwazzjoni li nħallu ċertifikat ta` dan it- tip isir currency.", "Allura xi tip ta` kontroll irid ikun hemm.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li l-kontroll qed ikun ring-fence fil-Bank Ċentrali, u wara li wasluli dawn l-ilmenti, li rrefera għalihom l-Onor.", "Brincat, fir- regolamenti se nispeċifikaw ukoll li jekk b'xi mod tinkiser il- kunfidenzjalita` min-naħa tal-Bank Ċentrali se jkun hemm penali qawwija għal min jikser din il-kunfidenzjalita`.", "Dan biex ikun hemm speċi ta` deterrent f'dan ir-rigward.", "Pero` jiena naħseb li l-Bank Ċentrali llum huwa istituzzjoni awtonoma mill-gvern f'ħafna każi u jiena nagħti l- assigurazzjoni tiegħi personali li l-Bank Ċentrali qatt m'hu se mmur ngħidlu li jrid jinformani bl-affarijiet li għandu bħala depository.", "Dan m'għandux ikun u mhux se jsir.", "U naħseb li kwalunkwe ministru tal-finanzi ieħor se jagħmel l-istess u se norbtu lill-Bank Ċentrali bir-regolamenti li b'ebda mod ma jista` juża` din l-informazzjoni, ħlief meta jinqala` l-każ li jrid jikkontrolla li dawk il-flus ġabhom \"X\" u mhux \"Y\".", "Kieku ma kellniex dan is-central depository u ħallejnih f'idejn in-nies kien jista` jinqala` l-każ fejn \"X\" iġib il-flus u jagħmel iċ-ċertifikat u \"Y\" li għandu bżonn juri li għandu tant flus ikun jista` jixtri iċ-ċertifikat mingħand \"X\".", "Aħna ma ridniex li jkun hemm dik l-eventwalita` u għalhekk qed ikun hemm in-numbering ta` dawn iċ-ċertifikati u din is-central depository.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għalkemm kultant aħna nikkritikaw lill- Bank Ċentali u ngħidu li jkun hemm ċerti kumplimetarita` żejda mal-policies tal-gvern tal-ġurnata, aħna bl-ebda mod m'hu qed ngħidu li l-Bank Ċentrali m'għandux is-sens ta` responsabbilita` biex isservi ta` depository.", "Dan il- punt ma qajjimtux biex nallarma n-nies, imma qajjimtu biex sempliċiment għax teżisiti din il-perception fost xi wħud.", "Issa 99% din hija perception żbaljata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Brincat għandu raġun l-istess kummenti li waslu lilu waslu lili wkoll.", "Jiena ċert li l-Onor.", "Brincat qed iressaqha bi skop pożittiv u rrid nserraħ ras kulħadd li wara li wasluli dawk il-kummenti tlabt – u hekk se jsir – li r-regolamenti jkunu speċifiċi ħafna fuq penali fil-każ li b'xi mod tinkiser il-kunfidenzjalita`.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hemm imbagħad l-aspett l-ieħor dwar dawk il-funds li jkunu qegħdin marbutin għat-tul.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna tajna l-fakulta` lil dawk li għandhom funds marbutin għat-tul li xorta jirreġistrawhom.", "Issa hemm il-kwestjoni tat- taxxa.", "F'dan ir-rigward jiena ħadt il-pożizzjoni li ma rridx nibdel il- kunċetti tat-tassazzjoni li għandna fil-pajjiż għal din l-iskema.", "Meta s- sena l-oħra għamilna l-emendi fuq il-collective investment schemes waħda mill-konċessjonijiet li fil-fatt daħħalna fil-liġi tat-taxxa kienet li jekk l-interessi fuq il-collective investment schemes jiġu f'Malta through an approved agent jibdew igawdu wkoll mill-15%, ħaġa li ma kenux igawdu minnha qabel.", "Pero` issa ma nistgħux f'daqqa waħda ngħidu li l-interessi kollha f'Malta huma bil-15%.", "Ma naħsibx li wasalna f'dak l-istadju.", "Allura l-pożizzjoni hija dik li hi.", "Issa kulħadd irid jagħmel il-kalkoli tiegħu u wieħed irid jikkonsidra wkoll r-riskju jekk ma jiddikjarax il- flus.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 33 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 33, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 – Emenda ta` l-artiklu 2 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 34 - Amendment of article 2 to the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qegħdin inbiddlu t-tifsira ta` \"assi eliġibbli\".", "Qegħdin nagħtu indikazzjoni ta` x'se tkun id- definizzjoni ta` \"assi eliġibbli\".", "Pero` d-dettalji se jidħlu fil-legal notice li għad trid tiġi ppubblikata u f'din il-legal notice, għall- informazzjoni ta` kulħadd, se ndaħħlu wkoll \"proprjeta` immobbli u depożiti denominati f'muniti barranin miżmuma ma` banek f'Malta\".", "B'hekk inkunu qed inpoġġu level playing field għal kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 35 – Emenda ta` l-artiklu 39 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 35 - Amendment of article 39 to the Principal Act.", "THE CAHIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għandi emenda li tgħid hekk:-", "\"F\" Minnufih wara l-kliem \"ma tkun għamlet ebda reat taħt dan l- artikolu\" fis-subartikolu (2) li hemm fil-klawsola 35, għandhom jidħlu l-kliem \"fil-perjodu qabel dik ir-reġistrazzjoni, fir-rigward ta' tali assi eliġibbli hekk reġistrati jew flus jew oġġetti oħra rrappreżentati minn tali assi eliġibbli hekk reġistrati\"; u minnufih wara l-kliem \"għandhom japplikaw\" fis-subartikolu (3) li hemm fl- istess klawsola, għandhom jidħlu l-kliem \"u l-assi eliġibbli hekk reġistrati jistgħu jkomplu jiġu miżmuma kif miżmuma qabel id-data tar- reġistrazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' ebda permess taħt dan l-Att\".", "\"F\" Immediately after the words \"not to have committed an offence under this article\" in subarticle (2) of clause 35, there shall be added the words \"with regard to the eligible assets so registered or monies or other assets represented by such eligible assets so registered\"; and immediately after the words \"shall apply\" in subarticle (3) in the same clause, there shall be added the words \"and the eligible assets so registered may continue to be retained as prior to the date of registration without the need to obtain a permit under this Act\".", "Din qegħdin nagħmluha għax minn kummenti li kelli minn practioners, meta ġie ppubblikat l-abbozz, jidher li kien hemm xi ftit inċertezza dwar il- kliem kif impoġġi f'din is-subklawsola.", "Il-wording kien b'mod li jista` jinftehem li japplika għal xi flus depożitati wara li ssir ir- reġistrazzjoni.", "Fil-fatt m'huwiex hekk u biex ineħħu kwalunkwe ekwivoku qegħdin nirranġaw il-wording biex kollox ikun ċar daqs il-kristall.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 35 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għall-Taqsima V u nibdew bi klawsola 36.", "Klawsola 36 - Emenda ta` l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.", "Kap. 364.", "Clause 36 - Amendment of the Duty on Documents and Transfers Act.", "Cap.", "364.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'din it-Taqsima V qegħdin nitkellmu bażikament fuq l-emendi dwar il-boll li joħorġu mill-budget.", "Fil-fatt klawsola 36 tgħid li dawn li ġejjin huma emendi li jirrigwardaw l-Att dwar il-boll.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 36.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 36 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 37 – Emenda ta` l-artiklu 27 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 37 - Amendment of article 27 to the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din il-klawsola qegħdin nagħtu effett għall-miżura li għamilna fil-budget fuq insurance premia ta` inqas minn Lm5.", "Qegħdin inneħħu l-minimu ta` Lm5 u qegħdin ngħidu li f'dawn il-każi l- minimu għandu jkun 50% tal-premium.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 37.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 37 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 38 – Tħassir ta` l-Artiklu 36 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 38 - Repeal of article 36 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din il-klawsola qegħdin inneħħu, kif għedna li se nagħmlu fil-budget, il-boll fuq dokumenti ta` assignment of debts.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Smajt lill-Ministru jgħid li se jitneħħa l-boll minn fuq assignment of debts.", "Nagħmlu mod ikun hemm id-deċiżjoni ta` l- HSBC li tagħlaq l-operazzjonijiet tal-Lohombus u tassumihom biex tagħmilhom hi, f'dak il-każ, kieku l-HSBC kien ikollha tħallas lill-gvern tant fuq, per eżempju, il-Lm100 miljun li għandha fl-iskemi tagħha ta` self fuq id- djar, jew m'għandux x'jaqsam?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Billi l-Lohumbus huwa sussidjarju ma naħsibx li għandu x'jaqsam.", "F'dak il-każ, ġaladarba huma żewġ korpi personali differenti, qed jassenjaw right ta` wieħed lill-ieħor u teknikament kien ikollhom iħallsu l-boll.", "Li qed niġi informat huwa li minn ħafna snin ilu, meta l- banek kienu jassenjaw dawn it-tip ta` rights within their own organisation kienu jitolbu eżenzjonijiet u kienu jingħatawlhom.", "Fil-fatt il-ġbir minn din it-taxxa kienet minima.", "Konna niġbru xi Lm90,000 fis-sena u qed inneħħuha għax qed nikkonsidrawha more than nuisance value milli xi ħaġa li minnha tiġbor xi ammont kbir ta` revenue.", "Dawn it-tip ta` taxxi li iktar huma nuisance u ma jservu ta` ebda kontroll qegħdin nipprovaw li nneħħuhom mis-sistemi tagħna.", "Jekk wieħed jiftakar, meta konna għaddejna l-liġi tal-kumpanniji, konna tajna eżenzjonijiet kemm għal tassazzjoni u kemm għal affarijiet ta` boll fuq trasferimenti ta` prorjeta` meta kumpanniji jkunu qegħdin jirristrutturaw ruħhom.", "Jiġifieri meta jkun hemm trasferiment ta` proprjeta` bejn sussidjarji ta` kumpanniji u oħra konna tajnihom eżenzjonijiet mill-capital gains tax u mill-boll fuq it-trasferimenti ta` proprjeta`.", "Dan konna għamilnih bil-ħsieb li jkollna iktar kumpanniji li jibdew jirranġaw l-affarijiet tagħhom tajjeb għall-eventwalita` li jmorru fuq l-istock exchange.", "Din ta` l-assigment of debts hija l-istess.", "Meta kumpanniji sussidjarji jkunu qed jassenjaw debiti lil xulxin, issa qegħdin ngħidu wkoll li dawn huma eżenti minn xi boll li seta` kien pagabbli f'dak ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 38.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 38 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 39 – Tħassir ta` l-artiklu 38 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 39 - Repeal of article 38 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, l-artiklu 38 ta` l-Att Prinċipali qed jitħassar b'konsegwenza għat-tħassir li kien hemm fi klawsola 38.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 39.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 39 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 40 – Emenda ta` l-artiklu 48 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 40 - Amendment of article 48 to the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'konsegwenza tat-tħassir ta' l-artikli preċedenti, qegħdin ineħħu minn artiklu 48 ta` l-Att Prinċipali għalihom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 40.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 40 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 41 – Emenda ta` l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Kap. 123", "Clause 41 - Amendment of the Income Tax Act.", "Cap.", "123", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sur President, għal din il-klawsola għandi din l- emenda li ġejja:-", "\"G\" Klawsola 41 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) id-dispożizzjoni preżenti għandha tiġi emendata mill-ġdid bħala subklawsola (1) tagħha; u", "minnufih wara s-subklawsola (1) tagħha kif enumerata mill-ġdid għandha tidħol is-subklawsola li ġejja:", "\"(2) (a) Id-dispożizzjonijiet ta' l-artikoli 42 u 44, il-paragrafu (b) ta' l-artikolu 45, l-artikoli 46, 49 sa 54 u l-artikolu 78 għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002 u għandhom japplikaw għar-rigward ta' kull sena ta' stima li tibda fi jew wara l- 1 ta' Jannar, 2003;", "(b) id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (a) u (ċ) ta' l-artikolu 45 u ta' l-artikoli 47, 48, 79, 80, il-paragrafu (a) u l-partita (e) tas- subparagrafu (ii) tal-paragrafu (b) u l-paragrafu (ċ) ta' l-artikolu 81 għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2001 u għandhom japplikaw għar-rigward ta' kull sena ta' stima li tibda fi jew wara l-1 ta' Jannar, 2002;", "(ċ) id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 43 għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru, 2001; u", "(d) id-dispożizzjonijiet tal-partita (d) fis-subparagrafu (ii) tas- subartikolu (b) ta' l-artikolu 81 għandhom jitqiesu li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1998 u għandhom japplikaw għal kull sena ta' stima li tibda fi jew wara l-1 ta' Jannar, 1999.\".", "\"G\" Clause 41 shall be amended as follows:", "(a) the present provision shall be renumbered as subclause (1) thereof; and", "(b) immediately after subclause (1) as renumbered there shall be added the following subclause:", "\"(2) (a) the provisions of articles 42 and 44, paragraph (b) of article 45, articles 46, 49 to 54 and article 78 shall be deemed to have come into force on the 1st January, 2002 and shall apply with respect to any year of assessment commencing on or after 1st January, 2003;", "(b) the provisions of paragraphs (a) and (c) of article 45 and of articles 47, 48, 79, 80, paragraph (a) and item (e) of subparagraph (ii) of paragraph (b), and paragraph (c) of article 81 shall be deemed to have come into force on the 1st January 2001 and shall apply with respect to any year of assessment commencing on or after 1st January, 2002;", "(c) the provisions of article 43 shall be deemed to have come into force on the 3rd December, 2001; and", "(d) the provisions of item (d) of subparagraph (ii) of subarticle (b) of article 81 shall be deemed to have come into force on the 1st January, 1998 and shall apply with respect to any year of assessment commencing on or after 1st January, 1999.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 41 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 41, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 42 - Emenda ta` l-artiklu 2 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 42 - Amendment of article 2 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'din il-klawsola qegħdin nagħmlu definizzjoni ta` x'inhu \"kont ta` income barrani\".", "Paragrafi (a) u (b) ta` din il-klawsola huma emendi konsegwenzjali u qegħdin jemendaw id- definizzjoni ta` \"kumpannija b'kummerċ internazzjonali\" biex jagħmluha possibbli li l-provvediment ta` maniġġar ta` bastimenti minn kumpanniji li l-attivita` tagħhom unikament jikkomprendu l-maniġġ ta` bastimenti li jkunu ta` mhux inqas minn elf tunnellata tkun attivita` permessibbli li tista` ssir minn kumpannija b'kummerċ barrani.", "Din hija wkoll miżuri tal-budget li permezz tagħha se ndaħħlu s-ship management companies, li jistgħu jkunu wkoll settur ta` ċertu added value għall-pajjiż, biex ikunu jistgħu joperaw taħt il-kappa ta` l-International Trading Companies.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 42.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 42 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 43 – Assi reġistrati taħt l-Iskema ta` Reġistrazzjoni ta` Investiment.", "Clause 43 - Assets registered under the Investment Registration Scheme.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għal din il-klawsola għandi emenda u din qed issir ukoll bħala reazzjoni ta` kummenti li kellna dwar dan l- abbozz ta` liġi biex b'hekk ikun jista` jiġi rfinat ħalli żgur iserraħ ras in-nies li m'hijiex l-aġenda tal-gvern li jgħidilhom biex iġibu l-flus u mbagħad jaqbadhom f'xi ħaġa.", "Per eżempju, ħaġa oħra li kellmuni fuqha hija dwar x'jiġri jekk iġibu l-flus meta dawn ma kenux iddikjarawhom f'means test fil-passat, jew inkella kienu ħadu ċ-children's allowance u ma ddikjarajwx l-interessi fuqhom għax kienu barra.", "Aħna hawnhekk b'din il- liġi u anke bir-regolamenti li se joħorġu se nserrħu ras kulħadd li dak għadda għadda.", "Imma minn issa 'l hemm wieħed irid jikkonforma ruħu.", "Jiġifieri jekk wieħed ġab Lm1 miljun minn barra issa jrid jiddikjarah fil- means test.", "Pero` mhux se ngħidulu li ma kienx iddikjarah fil-means test tas-sena l-oħra jew tas-sena ta` qabel.", "Anke l-interessi fuqhom trid tiddikjarahom għall-fini taċ-childrens' allowance, pero` mhux se ngħidulu li qabel kien jieħu tant flus bħala children's allowance u issa se nitolbuhomlu lura.", "Aħna rridu nserrħu ras kulħadd li veru se naqtgħu l- linja fuq dawk li se jġibu l-flus minn barra.", "Allura l-emenda għal din il- klawsola hija din:-", "\"H\" Il-klawsola 43 għandha tiġi emendata kif ġej:", "''Is-subartikolu (4) ta' l-artikolu 9B, miżjud bl-istess klawsola, għandu jiġi mħassar u sostitwit b'dan li ġej:", "''(4) Ħadd ma għandu jkun marbut li jagħmel jew jibgħat, jew jitqies li qatt kien marbut jagħmel jew jibgħat, xi prospett, dikjarazzjoni, att jew avviż li kieku kien ikun mitlub li jagħmel jew jibgħat skond xi dispożizzjoni tal-liġijiet rilevanti rigward income, trasferiment, trasmissjoni, assenjament jew dokument li jkun eżenti mit-taxxa skond is-subartikolu (2), u kull responsabbiltà li kieku kien ikollu taħt dawk il-liġijiet rilevanti għan-nuqqas li jagħmel jew jibgħat xi prospett, dikjarazzjoni, att jew avviż bħal dak titqies li qatt ma kienet teżisti, u kull persuna li taħt xi skema magħmula mill-Gvern jew xi enti pubblika jew taħt xi liġi, tkun xi tkun inkluż dan l-Att, qabel dik ir-reġistrazzjoni ġiet ikkonsidrata li tkun intitolata għal xi benefiċċju, eżenzjoni jew vantaġġ ieħor minħabba li ma tkunx iddikjarat dawk l-assi eliġibbli (jew dħul minnhom) in konnessjoni ma' xi talba għal tali benefiċċju, eżenzjoni jew vantaġġ, ma għandhiex titqies li għamlet xi reat minħabba li ma tkunx hekk iddikjarat dawk l- assi (jew dħul minnhom) u ma għandhiex tkun mitluba li tirrifondi dak il-benefiċċju, dik l-eżenzjoni jew dak il-vantaġġ ieħor miksub qabel dik id-dikjarazzjoni:", "Iżda jekk persuna bħal dik, wara d-data tar-reġistrazzjoni ta' dawk l- assi eliġibbli (jew dħul minnhom) tkompli għal perjodu wara d- dikjarazzjoni tieħu dak il-benefiċċju, dik l-eżenzjoni jew dak il- vantaġġ bla ma tkun intitolata għalihom, din għandha titqies li qatt ma ġiet meħlusa minn dik il-ħtija għar-reat, u titlef id-dritt li ma tiġix mitluba tirrifondi xi benefiċċju, eżenzjoni jew vantaġġ hekk miksub qabel ir-reġistrazzjoni:", "Iżda wkoll xejn f'dan l-artikolu ma għandu jitqies li jeżenta lil xi persuna milli tirrifondi xi benefiċċju, eżenzjoni jew vantaġġ ieħor mitlub lura mill-awtorità kompetenti qabel ma tkun saret dik id- dikjarazzjoni.''''.", "\"H\" Clause 43 shall be amended as follows:", "''Subarticle (4) of article 9B, added by the said clause, shall be deleted and substituted by the following:", "''(4) No person shall be bound to make or furnish, or be considered to have ever been bound to make or furnish, any return, declaration, act or notice that would otherwise have been required to be made or furnished in accordance with any provision of the relevant laws relating to income, transfer, transmission, assignment or document that is exempt from tax in terms of subarticle (2), and any responsibility which the said person would have had under the relevant laws for the failure to make or to furnish any such return, declaration, act or notice shall be considered as never having existed, and every person who, under any scheme made by the Government or any public entity or under any law, whichever it may be including this Act, before such registration was considered to be entitled to any benefit, exemption or other advantage as a result of not having declared such eligible assets (or income therefrom) in connection with any claim for such benefit, exemption or advantage, shall not be considered as having committed an offence as a result of not having declared those assets (or income therefrom) and shall not be required to refund that benefit, exemption or other advantage acquired before that declaration:", "Provided that if such person, after the date of registration of those eligible assets (or income therefrom) continues for a period after the declaration to take that benefit, exemption or advantage without being entitled thereto, such person shall be considered as never having been exempted from liability for the offence, and shall forfeit the right not to refund any benefit, exemption or advantage acquired before the registration:", "Provided further that nothing in this article shall be construed as exempting any person from refunding any benefit, exemption or other advantage demanded to be paid back by the competent authority before the making of such declaration.''''.", "Jiġifieri għalkemm aħna qegħdin ngħidu li qegħdin naqtgħu l-linja għal kulħadd, pero` jekk xi ħadd li jkompli jabbuża u jirreġistra l-flus u mbagħad ma jiddikjarahomx għal xi means test, ikun huwa stess imbagħad li fetaħ anke l-passat.", "Jiġifieri aħna qed ngħidulu li trid tikkonforma ruħek.", "Qegħdin ngħidu wkoll li jekk hemm xi ħadd li diġa` nqabad mid- dipartimenti konċernati ma jistax jiddikjara u jeħles minn investigazzjoni li diġa` qed issirlu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 43 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 43, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 44 – Emenda ta` l-artiklu 12 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 44 - Amendment of article 12 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, mingħajr din l-emenda huma biss dawk l- iskemi ta` investiment kollettiv li huma eżenti mit-taxxa u li għandhom il- possibilita` li jagħżlu li jkunu taxxabbli bir-rata ta` 25%.", "Il-liġi kif inhi s'issa tipprovdi wkoll li dawk l-iskemi ta` investiment kollettiv biss li jagħżlu din ir-rata ta` taxxa jistgħu jibbenefikaw mid-double taxation agreements li Malta għandha ma` diversi pajjiżi.", "Fil-fatt l-ebda skema qatt ma għażlet li għandha tkun taxxabbli bil-25%.", "Għalhekk deherilna li wasal iż-żmien li għandna nneħħu din l-għażla u fl-istess ħin nagħmluha possibbli li kull skema ta` investiment kollettiv tkun tista` tibbenefika mid-double taxation agreements.", "Għalhekk din il-klawsola qed tneħħi l-għażla li kellhom l-iskemi ta` investiment kollettiv li jagħżlu r-rata ta` taxxa ta` 25%.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jiena m'għandix oġġezzjoni għal dak li qed jiġi propost mill-Ministru għax, kif spejga hu, għalkemm din il- klawsola tneħħi l-għażla li kellhom l-iskemi ta` investiment kollettiv li jagħżlu rata ta` taxxa ta` 25% fil-fatt l-ebda skema qatt m'għażlet li għandha tkun taxxabbli bil-25%.", "Biss il-kumment ġenerali tiegħi hu dwar il- qagħda tal-collective investment schemes bħalissa.", "Hemm ċertu stagnation f'dan is-settur.", "Is-sitwazzjoni sa ftit żmien ilu kienet tagħti lok biex dak li jkun jinvesti f'dan il-qasam, imma jekk tkellem practioners finanzjarji jew stockbrokers kollha jgħidulek li f'dawk l-investment schemes li huma listed qed ikun hemm ċaqliq minimu u negliġibbli.", "Għalhekk naħseb li huwa ta` tħassib li vehicle importanti bħal dan fil-qasam finanzjarju li kien qabad ċertu ritmu tul is-snin, illum jidher li qed imajna sostanzjalment.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, anke jien fuq dan irrid nagħmel kumment.", "Ovvjament ma rridux naqbdu dibattitu.", "Pero` irridu nagħmlu kumment għaliex hemm bżonn li l-affarijiet narawhom ħafna iktar b'mod oġġettiv.", "L-investment schemes huma mezz biex in-nies ikunu jistgħu jinvestu flushom.", "Meta jkun hemm xi ħadd li qed joffri xi servizz lill- poplu Malti biex ikun jista` jinvesti flusu b'mod aħjar jiena ngħid li huwa tajjeb u jekk ikun hemm xi down turn fihom nibda nippreokkupa ruħi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq investment schemes li kienu ġew maħluqa biss biex it-taxxa li suppost jieħu l-gvern, biċċa minnha tittieħed mill- financial advisor u l-biċċa l-oħra jagħdduha lill-investitur u kienu jgħidulu ara kemm jaqbillek tinvesti hawn.", "Il-fatt li kienu qed jaħarbu mit- taxxa li normalment titħallas lill-gvern, jiena ngħid x'added value qed jagħtu lill-pajjiż?", "Dawn m'hu qed jagħtu l-ebda added value.", "Lil dawn il- ħafna li qegħdin jgħidulna li l-investiment fil-collective investment schemes naqas jiena ngħidlhom li veru li dan naqas, imma minflok dawn qed imorru fil-banek.", "Pero` dawn it-tip ta` collective investment schemes ma kenux qed jagħtu iktar valur għax, nerġa` ngħid, kienu biss maħsuba biex il- 15% li suppost jitnaqqas bħala taxxa kienu qed jieħdu biċċa huma u biċċa jgħadduha lill-investitur u jgħidulu ara kemm jaqbillek tinvesti hekk minflok tinvesti direttament mal-gvern.", "Jiena mhux se noqgħod nippreokkupa ruħi li s-CISs ta` dan it-tip narahom jonqsu, sakemm il-flus qegħdin imorru fil-banek u f'vehicles oħra ta` investiment.", "U rridu noqogħdu attenti mir- reazzjoni li nieħdu aħna għax igerger xi ħadd.", "Dażgur, dawn li kienu qed jieħdu parti mill-flus li suppost kienu qed jgħaddu lil exchequer qegħdin jiddejqu minn dawn l-affarijiet.", "Imma ejja ma nagħtuhomx raġun għax m'għandhomx.", "Ma ninsewx, u jiena nerġa` nfakkar lil kulħadd li meta f'dan il-Parlament għaddejna l-liġi li permezz tagħha tajna eżenzjoni fuq il- capital gains ta` l-istock exchange m'għaddejnihiex biex jagħmlu s-CISs biha imma biex ninċentivaw lil kulħadd u kumpanniji jagħmlu equities fuq l- istock exchange.", "Jiena ngħid li sfortunatament ikkonċentrajna fuq il- collective investment schemes u fuq l-equities, ir-raġuni għal fejn verament għaddejna l-eżenzjoni tat-taxxa, ħadd ma jgħid xejn.", "Kulħadd nesiha din.", "Allura għandna noqogħdu attenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija kalwsola 44.", "Dawk favur?", "(Onor. membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 44 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 45 - Emenda ta` l-artiklu 14 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 45 - Amendment of article 14 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola tirrigwarda l- intellectual properties.", "Qegħdin ngħidu li l-ispejjeż fuq intellectual properties se jkunu meqjusa li jistgħu jitneħħew bħala spejjeż mill- profitti qabel tiġi għat-tassazzjoni.", "Għal din il-klawsola għandi din l- emenda li ġejja:- \"I\" Il-klawsola 45 għandha titħassar u tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "''45.", "L-artikolu 14 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) minnufih wara l-paragrafu (l) tas-subartikolu (1) tiegħu, għandu jiżdied il-paragrafu ġdid li ġej:", "''(m) kull nefqa ta' natura kapitali fuq jeddijiet ta' proprjetà intellettwali li tiġġarrab minn persuna li tkun f'xi negozju, kummerċ, professjoni jew vokazzjoni u li dwarha tinġieb prova għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju li din tkun saret għall-użu u l-benefiċċju ta' dak in- negozju, kummerċ, professjoni jew vokazzjoni:", "Iżda kull tali nefqa ta' xorta kapitali għandha tinfirex fuq is-sena li matulha tkun saret u s-sentejn li jiġu minnufih wara.'';", "minflok is-subartikolu (2) għandu jidħol dan li ġej:", "''(2) (a) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jagħmel regoli li jippreskrivu l-metodu tal-kalkular jew stimar tat-tnaqqis permess skond dan l-artikolu, u jista' b'dawk ir-regoli jistabbilixxi wkoll l- ammont tat-tnaqqis.", "(b) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' b'dawk ir-regoli jippreskrivi wkoll tnaqqis, minbarra dak elenkat fis-subartikolu (1), u jista' wkoll b'dawk ir-regoli jippreskrivi l-klassi ta' persuni li għalihom japplika dak it-tnaqqis u l-metodu tal-kalkular u stimar ta' dak it-tnaqqis u l-ammont tiegħu.''; u", "(ċ) minnufih wara s-subartikolu (2) tiegħu, għandu jiżdied dan is- subartikolu ġdid li ġej:", "''(3) Fejn issir nefqa minn persuna qabel ma din tibda topera l- kummerċ jew negozju tagħha, u n-nefqa –", "issir mhux aktar minn tmintax-il xahar qabel dak iż-żmien; u", "ma għandux isir tnaqqis dwarha biex jiġi stabbilit l-income mill- kummerċ jew min-negozju ta' dik il-persuna, iżda li kien jiġi mnaqqas skond is-subartikolu (1) li kieku saret wara dak iż-żmien,", "dik in-nefqa kif jiġi preskritt għandha tigi meqjusa bħallikieku saret fil-ġurnata meta l-kummerċ jew in-negozju jsir l-ewwel darba minn dik il-persuna. ''''.", "\"I\" Clause 45 shall be deleted and shall be substituted by the following:", "''45.", "Article 14 of the principal Act shall be amended as follows:", "immediately after paragraph (l) of subarticle (1) thereof, there shall be added the following new paragraph:", "''(m) any expenditure of a capital nature on intellectual property rights incurred by a person engaged in a trade, business, profession or vocation and proved to the satisfaction of the Commissioner to have been incurred for the use and benefit of the trade, business, profession or vocation:", "Provided that any such expenditure of a capital nature shall be spread equally over the year in which it has been incurred and the two succeeding years.'';", "for subarticle (2) there shall be substituted the following:", "\"(2) (a) The Minister responsible for finance may make rules prescribing the method of calculating or estimating the deductions allowable under this article, and may by such rules also determine the amount of the deduction.", "(b) The Minister responsible for finance may by such rules also prescribe deductions other than those listed in subarticle (1), and may also by such rules determine the class of persons to whom such deductions shall apply and the method of calculating or estimating such deductions and the amounts thereof.''; and", "immediately after subarticle (2) thereof, there shall be added the following new subarticle:", "''(3) Where any person incurs expenditure before he begins to carry on his trade or business, and the expenditure –", "is incurred not more than eighteen months before that time; and", "is not deductible in ascertaining the trading or business income of that person, but would have been so deductible under subarticle (1) had it been incurred after that time,", "such expenditure as may be prescribed shall be treated as incurred on the day on which the trade or business is first carried on by that person. '' ''.", "Bażikament hawnhekk qed indaħħlu l-miżuri li għamilna fil-budget, jiġifieri li ngħoddu bħala spejjeż chargeable għat-taxxa l-pre-trading expenditure.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hawnhekk għandna provvediment fejn il-Ministru tal- Finanzi qiegħed għal darb'oħra jingħata poteri diskrezzjonali u meta jkollok poteri diskrezzjonali wesgħin jistgħu anke jagħtu lok għall-poteri diskriminatorji.", "Mhux qed ngħid li hija l-intenzjoni tal-gvern li jagħmel hekk, imma meta jkun hemm din it-tip ta` diskrezzjoni qawwija naħseb li tista` tkun kontro-produċenti.", "Allura meta qed nagħmlu regaolamenti ta` dan it-tip naħseb li kien ikun aħjar kieku l-affarijiet ġew definiti f'mod ċar f'din il-leġislazzjoni.", "Naf li hija policy ta` dan il-gvern li safejn jista` jagħmel enabling laws u mbagħad joħroġ b'legal notices fi stadju ulterjuri, imma naħseb biex dak li jkun ikollu serħan tal-moħħ li hemm ċertu level playingfield f'kulma qed isir u li l-lasti mhux se jiċċaqilqu minn jum għall-ieħor kien ikun importanti kieku forsi konna nieħdu iktar żmien u kien ikollna definizzjoni dettaljata flok ma l-ministru jingħata poteri diskrezzjonali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk nixtieq ngħid li barra mill- fatt li d-dettalji, fl-opinjoni tagħna, għandhom joħorġu f'legal notice, irridu wkoll inħallu ċerta flessibbilita'.", "Għaliex?", "Għax illum qegħdin ngħidu li dawn ir-regoli dwar in-negozji ż-żgħar huma eliġibbli skond ċerti parametri, jiġifieri li jkun hemm ċerti negozji li jkunu eliġibbli għalihom, u aħna nħossu li din tista` tiġi miftuħa.", "Allura ma naħsibx li huwa każ li kull darba toqgħod tiġi hawn biex sempliċiment tgħid li flok Lm100,000 ic-ceiling nagħmluh Lm200,000.", "Meta qed nitkellmu fuq legal notices inkunu qed nitkellmu fuq strument legali li jgħaddi minn dan il- Parlament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija kalwsola 45 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 45, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 46 - Emenda ta` l-artiklu 14A ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 46 - Amendment of article 14A to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, permezz ta` din il-klawsola qegħdin inwettqu miżura oħra minn tal-budget fejn qegħdin nestendu t-tnaqqis tal- manteniment li jkun qed isir minn konjugu separat għal konjugu l-ieħor, mhux biss għal dawk li jkollhom sentenza mill-qorti imma wkoll għal dawk li jkunu għamlu ftehim bonarju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 46.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 46 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 47 – Żieda ta` artiklu ġdid 14B ma` l-Att Prinċipali.", "Clause 47 - Addition of new article 14B to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola hija miżura oħra tal- budget dwar it-tnaqqis mit-taxxa tal-ġenituri li jibgħatu lit-tfal tagħhom fi skejjel privati.", "Hawnhekk ukoll se nressaq emenda biex biha bażikament inkunu qegħdin ngħidu li f'każ ta` familja b'ġenituri separati li t-tnejn jikkontribwixxu għall-ħlas tal-miżati fi skejjel tal-gvern din id- deduzzjoni trid issir proporzjonalment skond kemm jikkontribwixxu.", "L- emenda għal din il-klawsola tgħid hekk:-", "\"J\" Il-klawsola 47 għandha tiġi emendata kif ġej:", "fil-paragrafu (b) tagħha, minflok il-kliem \"kull tifel jew tifla li jkunu attendew dik l-iskola primarja.\", għandhom jidħlu l-kliem \"kull tifel jew tifla li jkunu attendew dik l-iskola primarja:\"; u", "minnufih wara l-paragrafu (b) tagħha, għandu jiżdied dan il-proviso li ġej:", "\"Iżda fejn il-ġenituri ta' tifel li jattendi jew ta' tifla li tattendi skola msemmija jgħixu separati u flimkien jikkontribwixxu għall-ħlas tal-miżati ta' l-iskola, it-tnaqqis permess rigward dak it-tifel jew tifla għandu jiġi mqassam bejn il-ġenituri fil-proporzjon ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni tagħhom.\".", "\"J\" Clause 47 shall be amended as follows:", "(a) in paragraph (b) thereof, for the words \"each child who attended such primary school.\" there shall be substituted the words \"each child who attended such primary school:\"; and (b) immediately after paragraph (b) thereof, there shall be added the following proviso:", "\"Provided that where the parents of a child who attends a named school live separately and they jointly contribute towards the payment of the school fees, the allowable deduction in respect of that child shall be apportioned between them in proportion to the amount of their contribution.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din l-emenda diġa` benġlitha xi ftit pożittivament imma xtaqt ngħid – dan għamilt riferenza għalih anke fl- istadju tat-Tieni Qari – li jiena naf diversi nies li huma nanniet jew zijiet fejn evvettivament il-fee ta` l-iskola li jattendu n-neputijiet tagħhom qed iħallsuha huma.", "Fejn jiġi pprovat, beyond reasonable doubt, li l-każ huwa kif qed ngħid jiena, dawn m'għandhomx jieħdu l-benefiċċju tat- tax exemption?", "Veru li m'iniex nitkellem fuq mijiet ta` każi, pero` jeżistu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero', fl-opinjoni tiegħi, irridu noqogħdu attenti li ma niftħux bibien li minnhom jibdew jgħaddu ħafna nies u jkollna ħafna kwestjonijiet.", "Aħna qegħdin ngħidu l-legal guardian tat-tifel li qed imur l- iskola jiġi eżenti mit-taxxa.", "Issa jekk ikun hemm xi zija jew xi nanna li hija verament legal guardian jiena ngħid li għandha wkoll tingħata din it- tax exempiton.", "Imma ma rridux noqogħdu nidħlu fi problemi fejn iz-ziju jgħid li lit-tifel qed iħallaslu hu u l-missier jgħid li mhux veru għax huwa hu li qed iħallaslu.", "Fl-amministrazzjoni tat-taxxa ma nistgħux nidħlu f'din it-tip ta` problematika.", "Bażikament irridu bilfors immorru fuq x'inhu l-legal guardian tat-tifel jew tifla.", "Għalhekk aħna ma niftħux b'dan il-mod għax inkella niftħu l-bibien għal ħafna problemi u jkollna noqogħdu nagħmluha ta` Salamun biex niddeċiedu lil min se nagħtu ċerti deductions.", "Fil-każi ġenwini fejn ma jKunx hemm konflitti s-soluzzjoni hija faċli.", "Fejn hemm nanniet li qed jgħinu lit-tfal jedukaw lit-tfal tagħhom, il- ġenituri jagħmlu l-applikazzjoni u refund li jkollhom jgħadduha lil min qed iħallas il-miżata.", "Jiġifieri għandhom jagħmlu dawn l-arranġamenti bejniethom.", "Imma m'għandux jidħol id-Dipartiment tat-Taxxa biex jagħmel dawn l-arranġamenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 47 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 47, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 48 – Emenda ta` l-artiklu 26 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 48 - Amendment of article 26 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għal din il-klawsola għandi din l-emenda li ġejja:- \"K\" Il-klawsola 48 għandha titħassar u tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"48.", "Il-paragrafu (a) ta' l-artikolu 26 ta' l-Att prinċipali għandu jitħassar u jiġi sostitwit b'dan li gej:", "\"(a) spejjeż domestiċi jew privati minbarra ħlasijiet għall- manteniment kif hemm provdut għalihom fl-artikolu 14A u miżati ta' l- iskola kif hemm provdut għalihom fl-artikolu 14B;\"\".", "\"K\" Clause 48 shall be deleted and shall be substituted by the following: \"48.", "Paragraph (a) of article 26 of the principal Act shall be deleted and shall be substituted by the following:", "\"(a) domestic or private expenses other than alimony payments as provided for in article 14A and school fees as provided for in article 14B;\"\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 48 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 48, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 49 – Sostituzzjoni ta` l-artiklu 37 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 49 - Substitution of article 37 of the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din il-klawsola qegħdin nikkorreġu sitwazzjoni li kellna fil-liġi dwar il-final withholding tax fuq l- interessi.", "Din it-taxxa ta` 15% kellha tkun a final witholding tax.", "Jiġifieri ladarba tħallasha hija taxxa finali.", "Meta konna daħħalna l- kunċett tal-final witholding tax konna tajna l-għażla li min irid jista` jgħid lill-banek ma jnaqqashielux u dak il-każ ikollu jiddikjara hu l- interessi fuqhom.", "Pero` bil-mod kif kienet worded kienu qed jinqalgħu l- każi fejn xi wħud kienu jgħidu lill-banek biex inaqqsuhielhom u mbagħad jerġgħu jikklejmjawha lura.", "Dan mhux il-kunċett ta` final witholding tax.", "Li qegħdin nagħamlu b'din il-klawsola huwa li l-final witholding tax tkun verament final witholding tax, ladarba ħallastha hija taxxa finali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena nifhem li meta għandek il-kliem \"final witholding tax\" suppost ifissru verament final witholding tax.", "Imma xorta jista` jkollok sitwazzjoni fejn il-gvern jispiċċa jiġbor taxxa anke jekk ma tkunx dovuta.", "Jiena naħseb li ċirkostanzi fejn il-gvern jispiċċa jdaħħal taxxa mhux dovuta għandhom jiġu evitati għax din tkun xi ħaġa li tippenalizza l-iktar lil dawk li huma low income earners li normalment m'humiex soġġetti għat-taxxa.", "Għalhekk naħseb li t-tħassib li wriet l- oppożizzjoni, anke meta ddiskutejna din il-liġi fl-isatdju tat-Tieni Qari, kien tħassib ġenwin u naħseb li wieħed irid jindirizzaha, għalkemm napprezza li l-kunċett tal-witholding tax supost irid ikun wieħed finali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jiena ma naqbilx ma' l-Onor.", "Brincat dwar fuq min ikollha impatt din l-emenda, għax il-low income earners ikunu jafu preċiż l-income tagħhom x'se jkun u jiena naħseb li jkunu għamlu l- kalkolu u dawk li ma jkunux se jinqabdu jgħidu lill-bank biex ma jnaqqasilhomx.", "Jiġifieri l-low income earners jafu li huma low income earners u jafu li m'għandhomx jeħlu din it-taxxa.", "Din kienet qed tintuża l- iktar minn dawk li jagħmlu jagħmlu engineering tat-taxxa tagħhom.", "Dawk li ma jiddikjarawx profitti u allura meta bniedem ma jiddikkjarax profitt imbagħad idur fuq xi interessi li jkollu fil-banek u kull taxxa li jkun ħallas fuq dawk l-interessi jitlobha lura wkoll.", "Dak hu l-impatt li se jkun hemm.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "Il-mistoqsija hi klawsola 49.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 49 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 50 – Emenda ta` l-artiklu 39 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 50 - Amendment of article 39 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din hija emenda konsegwenzjali għall- klawsola 49 ta` l-abbozz.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "Il-mistoqsija hi klawsola 50.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 50 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 51 – Emenda ta` l-artiklu 56 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 51 - Amendment of article 56 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola tagħti poter lill- Ministru biex joħroġ regoli li jipprovdu għall-mod kif għandu jkun intaxxat l-income ta` dawk il-persuni li skond id-diskors tal-budget jistgħu jilħqu ftehim dwar id-dħul tagħhom għat-tliet snin li ġejjin.", "Din hija proċedura li se nibdew inħaddmu fl-income tax fejn biha ċerti tipi ta` negozji żgħar, dawk li fil-fatt huma fis-servizzi u li għandhom turnover ta` inqas minn Lm100,000, ikunu jistgħu jagħmlu arranġament mad-Dipartiment tat-Taxxa u jaqblu fuq it-taxxa li jkunu se jħallsu għat-tliet snin li ġejjin.", "Dawn ir- regoli ta` kif taħdem din is-sistema se joħorġu permezz ta` legal notice.", "Għal din il-klawsola għandi din l-emenda:-", "\"L\" It-test Ingliż tal-klawsola 51 għandu jiġi emendat kif ġej:", "Fin-nota marġinali tagħha, minflok il-kliem \"Deletion of article 56\", għandhom jidħlu l-kliem \"Amendment of article 56\".", "\"L\" The English text of clause 51 shall be amended as follows:", "In the marginal note thereto, for the words \"Deletion of article 56\", there shall be substituted the words \"Amendment of article 56\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif moqrija u mressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 51 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 51, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 52 – Emenda ta` l-artiklu 75 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 52 - Amendment of article 75 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, bħala informazzjoni għall-Iskrivan tal- Kamra irrid ngħid li aktar 'il quddiem se nipproponi żewġ klawsoli ġodda, imma għalissa aħna se nkomplu għaddejjin bin-numbering li għandna.", "Din il- klawsola 52 qiegħda temenda l-paragrafu (a) ta` l-artiklu 75 ta` l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income billi tneħħi r-referenza għas-subartiklu 82 li issa m'għadux jeżisti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 52.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 52 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 53 – Emenda ta` l-artiklu 76 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 53 - Amendment of article 76 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'paragrafu (a) ta` din hija l-klawsola qegħdin nagħmlu emenda konsegwenzjali waqt li b'paragrafu (b) qegħdin nagħmlu emenda li biha qed titneħħa d-dispożizzjoni li kien hemm fil-liġi li biha ma kienx possibbli li skema ta` investiment kollettiv li tkun eżenti mit-taxxa tibbenefika mid-double tax agreements, kif għedna qabel fi klawsola 44.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 53.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 53 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 54 – Sostituzzjoni ta` l-artiklu 82 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 54 - Substitution of article 82 of the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din hija wkoll teknika fis-settur finanzjarju internazzjonali u hija mod kif testendi l-underlying tax relief lill-kumpanniji Maltin.", "Mhux biss dwar dawk id-dividendi li jitqassmu direttament minn kumpanniji barranin lill-kumpanniji Maltin, imma anke dwar dividenti li jitqassmu minn kumpanniji oħrajn u li għandhom x'jaqsmu direttament jew indirettament ma` dawk id-dividendi li eventwalment jitqassmu lill-kumpanniji Maltin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 54.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 54 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 55 – Emenda ta` l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali.", "Kap. 318", "Clause 55 - Amendment of the Social Security Act.", "Cap.", "318", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, anke hawnhekk se jkolli xi new clauses.", "Pero' dawn ngħadduhom fl-aħħar.", "Issa ġejna għat-taqsima tas-sigurta` soċjali.", "Fil-fatt klawsola 55 qed tgħid li din it-taqsima se temenda l-liġi tas-sigurta` soċjali u tagħti wkoll id-dati tal-bidu fis-seħħ ta` artikli differenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 55.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 55 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 56 – Emenda ta` l-artiklu 2 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 56 - Amendment of article 2 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'din il-klawsola qegħdin nintroduċu allowance dwar tifel jew tifla f'affidament, jiġifieri għall-foster care parents.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 56.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 56 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 57 – Emenda ta` l-artiklu 16 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 57 - Amendment of article 16 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din hija emenda li hija meħtieġa mil-lat amministrattiv u qed issir fuq credits li jintalbu dwar pagamenti tal-boll, jiġifieri meta jiġi meqjus li tħallset bolla meta fil-fatt ma tkunx tħallset.", "Dan qed isir biex jirregola l-fatt li persuna trid tkun ilha out of the labour force għal ċertu żmien qabel ma tkun tista` tikklejmja dawn il-credits.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 57.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 57 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 58 – Emenda ta` l-artiklu 22 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 58 - Amendment of article 22 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din l-emenda qiegħda ssir biex jitneħħa l-perjodu ta` ħames snin li matulu kienet titħallas l-għajnuna dwar it- tuberculosis minkejja li l-pazjent kien ikun iddikjarat li ilu mfejjaq ħames snin.", "Dan qed isir fuq parir ta` l-ispeċjalisti mediċi li huma tal- fehma li llum meta persuna tfiq, tkun imfejqa għal kollox u m'hemmx aktar il-ħtieġa li tibqa` tingħata għajnuna medika bi flus għal ħames snin sħaħ meta hi mfejqa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena m'iniex se nikkontesta l-fehma ta` l- ispeċjalisti mediċi, imma naħseb li net savings għall-gvern huma minimi f'din il-ħaġa.", "Ma nafx kif il-gvern deherlu li kienet daqshekk neċessarja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-raġuni hija iktar waħda amministrattiva minn kull ħaġa oħra.", "Dawn il-ħafna affarijiet li saru b'raġuni fil-passat, meta m'għadhomx jgħoddu għandna ngħidu li m'għadhomx jgħoddu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 58.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 58 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 59 – Emenda ta` l-artiklu 25 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 59 - Amendment of article 25 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola hija konsegwenzjali għall-klawsola 58 li għadna kemm għaddejna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 59.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 59 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 60 – Emenda ta` l-artiklu 30 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 60 - Amendment of article 30 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola qed tpoġġi in force miżura oħra tal-budget.", "Jiġifieri nies li qegħdin fuq programm ta` rijabilitazzjoni fis-soċjeta` fuq rakkomandazzjoni tal-Mental Heath Review Tribunal, issa minflok 75% tar-rata dovuta ta` għajnuna soċjali se jibdew jitħallsu r-rata sħiħa.", "Din il-miżura diġa` hija implimentata, pero` issa qed nagħtuha l-forza tal-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 60.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 60 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 61 – Emenda ta` l-artiklu 73 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 61 - Amendment of article 73 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'din il-klawsola qegħdin nagħmlu emenda għax minn meta nħolqot l-allowance supplimentari, fl-1996, din ma kenitx titħallas lil dawk li kienu qed jirċievu ċ-children's allowance.", "Din il- klawsola qed tiżdied b'riferenza għall-artiklu ġdid 76A tal-liġi dwar il- foster care allowance u b'riferenza għall-artiklu 76 dwar iċ-children's allowance.", "B'hekk qed jiġi ċċarat li dawk li huma intitolati għaċ- children's allowance jew għall-foster care allowance ma jkunux intitolati għall-allowance supplimentari.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din se tirriżulta mill-emenda nnifisha jew se jkun hemm legal notice fi stadju ulterjuri?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, jiena naħseb li din se tirriżulta mill-emenda nnifisha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 61.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 61 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 62 – Żieda ta` l-artiklu 76A ma` l-Att Prinċipali.", "Clause 62 - Addition of article 76A to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qed indaħħlu miżura oħra tal- budget dwar l-allowance ta` Lm12 għal dawk it-tfal li jkunu qed jitrabbew foster parents.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Din il-miżura ta` foster care se tinkludi in- next of kin, jiġifieri jekk tfal ikunu qed jitrabbew minn nanniet, żijiet, eċċ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena ma naħsibx li jekk in-nanna qed tieħu ħsieb it- tfal tat-tfal tagħha hija foster caring, as such.", "Dan il-forster caring huwa tat-tfal li jkunu f'istituti u familji differenti jeħduhom over taħt il-kura tagħhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 62.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 62 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 63 – Emenda ta` l-artiklu 77 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 63 - Amendment of article 77 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola flimkien mat-tliet klawsoli li ġejjin huma klawsoli konsegwenzjali għall-klawsola 62 minħabba d-dħul tal-foster care.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 63.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 63 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 64 – Emenda ta` l-artiklu 80 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 64 - Amendment of article 80 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 64.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 64 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 65 – Emenda ta` l-artiklu 81 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 65 - Amendment of article 81 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 65.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 65 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 66 – Emenda ta` l-artiklu 82 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 66 - Amendment of article 82 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 66.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 66 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 67 – Emenda ta` l-artiklu 83 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 67 - Amendment of article 83 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, anke din il-klawsola hija konsegwenzjali għall-introduzzjoni tal-foster care allowance, kif qed tiġi mdaħħla.", "Fil-fatt qed jiġu mħassra r-referenzi għall-Erbatax-il Skeda ta` l-Att għax l-istituti li jieħdu ħsieb it-tfal issa qed jibdew jitħallsu rata sħiħa ta` Lm12 għax qabel dawn kienu jieħdu daqs kemm jieħu t-tielet wild fil-familja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 67.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 67 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 68 – Emenda ta` l-artiklu 90 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 68 - Amendment of article 90 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola hija wkoll konsegwenzjali għall-introduzzjoni tal-foster care allowance.", "Għalhekk fl- artiklu 90 ta` l-Att Prinċipali qed jiżdiedu l-kliem \"Allowance ta` Min Jieħu Ħsieb,\".", "Dan huwa rewording tal-liġi biex jidħol il-provvediment tal- foster care allowance.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 68.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 68 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 69 – Emenda ta` l-artiklu 91 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 69 - Amendment of article 91 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk ukoll għandna tibdil ta' kliem fl-Att Prinċipali biex tittieħed in konsiderazzjoni l-introduzzjoni ta` din l-allowance il-ġdida.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 69.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 69 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 70 – Emenda ta` l-artiklu 98 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 70 - Amendment of article 98 to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, l-istess bħal klawsola ta` qabel.", "Għandna tibdil ta' kliem minħabba l-foster care allowance l-ġdida li daħħalna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 70.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 70 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 71 – Emenda tat-Tieni Skeda (Taqsima II) ta` l-Att prinċipali.", "Clause 71 - Amendment of the Second Schedule (Part II) of the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, kulma qegħdin nagħmlu hu li fil- klawsoli fejn fihom ikun hemm il-kliem \"Allowances tat-Tfal\" qed inżidu l- kliem \"Allowance għal Min Jieħu Ħsieb,\".", "Għalhekk qed ngħid li dawn huma klawsoli konsegwenzjali u mingħajr ebda sustanza reali tal-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 71.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 71 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 72 – Emenda tat-Tieni Skeda (Taqsima IV) ta` l-Att prinċipali.", "Clause 72 - Amendment of the Second Schedule (Part IV) of the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din hija l-istess bħal ta` qabilha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 72.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 72 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 73 – Emenda tat-Tieni Skeda (Taqsima VII) ta` l-Att prinċipali.", "Clause 73 - Amendment of the Second Schedule (Part VII) of the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'din il-klawsola qegħdin niċċaraw li meta jsir means test u f'dan il-means test inkunu qed nieħdu in konsiderazzjoni l-profitti ta` xi ażjenda, dawn il-profitti jiġi meħuda fil- kalkulazzjoni kif dikjarati qabel ma titnaqqas it-taxxa, bħala gross, bħal kull income ieħor.", "Fil-prattika dejjem hekk sar, pero` billi forsi jistgħu jqumu xi malintisi qegħdin nispeċifikaw fil-liġi l-fatti kif għandhom ikunu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri, jekk qed nifhem sew, bażikament qegħdin ngħidu li jekk xi ħadd li jkun shareholder f'ażjenda jrid iżid, bħala income, is-sehem tiegħu ta` pre-tax profit li jkun għadu ma tqassamx.", "Qed nifhem sew?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hekk hu.", "Għax dak ukoll kien mezz kif jiena l-flus inħallihom fl-ażjenda u ma nqassamhomx u għalkemm inħallas l-income tax fuqhom xorta nista` ngħid li ma rċevejthomx għall-finijiet taċ-children's allowance.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma għaliex inħasset il-ħtieġa li tiġi ċċarata?", "Il- liġi ma kentix qed tipprovdi għaliha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-ħtieġa inħasset għax kien hemm min qed jipprova jikkontesta u jiddefinixxi li l-profitti għandhom ikunu distributed profits, u dan joħolq lok għal abbuż.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 73.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 73 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 74 – Emenda ta' l-Erbatax-il Skeda ta` l-Att prinċipali.", "Clause 74 - Amendment of the Fourteenth Schedule of the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, l-ewwel parti ta` din il-klawsola hija konsegwenzjali għal l-introduzzjoni tal-foster allowance u t-tieni parti qed tintroduċi l-iskema 8 li tindika r-rata tal-foster care allowance li għandha titħallas fil-ġimgħa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 74.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 74 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 50A", "NEW CLAUSE 50A", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 50A għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tieni Qari ta` Klawsola Ġdida 50A:", "\"M\" Minnufih wara klawsola 50 fit-Taqsima VI, għandha tiżdied din il- klawsola ġdida li ġejja:", "\"Żieda ta' artikolu ġdid għall-Att prinċipali.", "50A.", "Minnufih wara l-artikolu 48A ta' l-Att prinċipali għandu jiżdied dan l-artikolu ġdid li ġej:", "\"Dispożizzjonijiet speċjali dwar income derivat skond l-artikolu 4(1)(a) ta' l-Att.", "48B.", "Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jagħmel regolamenti li jippreskrivu l-mod kif l-income taxxabbli, li jaqa' taħt l-artikolu 4(1)(a), ta' dawk il-persuni kif jista' jiġi preskritt għandu jiġi kalkolat jew stmat taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti fir-regolamenti msemmija.\"\".", "\"M\" Immediately after clause 50 in Part VI, there shall be added the following new clause:", "\"Addition of new article to the principal Act.", "50A.", "Immediately after article 48A of the principal Act, there shall be added the following new article:", "\"Special provisions regarding certain income derived under article 4(1)(a) of the Act.", "48B.", "The Minister responsible for finance may make regulations prescribing the manner in which the chargeable income, falling under article 4(i)(a), of such persons as may be prescribed is to be calculated or estimated under such conditions as may be set out in the said regulations.\"\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 50A tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 50A ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 50A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Din qiegħda ssir biex tagħti poteri lill-Ministru biex joħroġ regoli li jipprovdu għall-mod kif għandu jiġi ntaxxat l-income tan-negozju ta` dawk il-persuni li skond id-dskors tal-budget jistgħu jilħqu ftehim dwar id-dħul tagħhom għat-tliet snin li ġejjin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 50A ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 50A għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 50B", "NEW CLAUSE 50B", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 50B għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tieni Qari ta` Klawsola Ġdida 50B.", "\"N\" Minnufih wara klawsola 50A fit-Taqsima VI, għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja fit-Taqsima VI ta' l-Abbozz:", "\"Emenda ta' l-artikolu 50 ta' l-Att prinċipali.", "50B.", "Minnufih wara s-subartikolu (2) ta' l-artikolu 50 ta' l- Att prinċipali għandu jiżdied dan is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(3) L-ebda għażla msemmija fis-subartikolu (1) ma tista' ssir dwar income li hu suġġett għat-taxxa skond xi waħda mid- dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 4(1)(b) jew (d) meta dak l-income jkun jikkonsisti biss minn income li hu meqjus li jikkostitwixxi benefiċċju li jiġi minn impieg jew negozju skond ir-regolamenti msemmija fl-artikolu 4(1)(b)(ii).\"\".", "\"N\" Immediately after clause 50A in Part VI, there shall be added the following new clause:", "\"Amendment of article 50 of the principal Act.", "50B.", "Immediately after subarticle (2) of article 50 of the principal Act, there shall be added the following new subarticle:", "\"(3) No election referred to in subarticle (1) may be made in respect of income which is subject to tax under any of the provisions of article 4(1)(b) or (d) where such income consists solely of income which is deemed to constitute a benefit provided by reason of employment or office in terms of the regulations referred to in article 4(1)(b)(ii).\"\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 50B tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 50B ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 50B tkun tifforma parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Dan qiegħed isir biex fejn ikun hemm xi ħadd li għandu biss fringe benefit bħala income tiegħu ma jkunux jista` jitlob a separate assessment biex nagħlqu tieqa ta` abbuż mit-taxxa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 50B ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 50B għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 54A", "NEW CLAUSE 54A", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 54A għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tieni Qari ta` Klawsola Ġdida 54A.", "\"O\" Minnufih wara klawsola 54 fit-Taqsima VI għandha tiżdied din il- klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 90A ta' l-Att prinċipali.", "54A.", "L-artikolu 90A ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (5) tiegħu, minflok il-kliem \"sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena.\", għandhom jidħlu l- kliem \"sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar tas-sena li tiġi wara s- sena rilevanti jew dik id-data oħra li tista' tiġi preskritta.\"; u", "(b) fis-subartikolu (8) tiegħu, minflok il-kliem \"suġġett għal dik it- taxxa sa l-aħħar tas-sena,\" għandhom jidħlu l-kliem \"suġġett għal dik it-taxxa sal-15 ta' Frar tas-sena li tiġi wara s-sena rilevanti jew dik id-data oħra li tista' tiġi preskritta,\".", "\"O\" Immediately after clause 54 in Part VI there shall be added the following new clause in Part VI of this Bill:", "\"Amendment of article 90A of the principal Act.", "54A.", "Article 90A of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in paragraph (b) of subarticle (5) thereof, for the words \"by not later than the 31st December of the year.\", there shall be substituted the words \"by not later than the 15th February of the year following the relevant year or such other date as may be prescribed.\"; and", "(b) in subarticle (8) thereof, for the words \"subject to such tax by the end of the year,\" there shall be substituted the words \"subject to such tax by the 15th February of the year following the relevant year or such other date as may be prescribed,\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 54A tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 54A ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 54A tkun tifforma parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Din qiegħda ssir biex dawk il-persuni li l-employer tagħhom ma jkunx naqqsilhom il-15% taxxa finali fuq il-part-time jiżdiedilhom iż-żmien, minn Diċembru għal Frar ta` wara, biex jikkonformaw ruħhom mad-Dipartiment tat- Taxxa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 54A ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 54A għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 54B", "NEW CLAUSE 54B", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 54B għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "\"P\" Minnufih wara klawsola ġdida 54A, għandha tiżdied din il- klawsola ġdida li ġejja fit-Taqsima VI ta' l-Abbozz:", "\"Emenda ta' l-Iskeda ta' l-Att prinċipali.", "54B.", "L-Iskeda ta' l-Att prinċipali għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-partiti 1 u 2 tagħha, għandhom jidħlu dawn li ġejjin:", "\"1.", "Taxxa addizzjonali li tiġi ntaxxata skond l-artikolu 56(12)(c) għal xi nuqqas minn individwu meta jagħmel prospett għar-rigward tas- sena ta' stima 1999 jew ta' xi sena ta' stima sussegwenti għandha tkun kalkolata fuq it-taxxa li għandha tiġi ntaxxata qabel ma titqies it- taxxa addizzjonali nnifisha fuq l-income totali ta' l-individwu għal dik is-sena skond ir-rati u suġġett għall-ammonti minimi u massimi kif muri fit-Tabella A ta' hawn taħt:", "TABELLA A", "|Numru ta' xhur |Rat|Minim|Massi| |mid-data li fiha |a |u |mu | |l-prospett hu | | | | |meħtieġ li jkun | | | | |sottomess skond | | | | |id-dispożizzjonijiet| | | | |rilevanti ta' l-Att | | | | |dwar | | | | |l-Amministrazzjoni | | | | |tat-Taxxa | | | | |Fi żmien 6 xhur |0% |Lm5 |Lm5 | |Aktar tard minn 6 |3% |Lm8 |Lm50 | |iżda fi żmien 12-il | | | | |xahar | | | | |Aktar tard minn 12 |10%|Lm20 |Lm100| |iżda fi żmien 18-il | | | | |xahar | | | | |Aktar tard minn 18 |15%|Lm30 |Lm200| |iżda fi żmien 24 | | | | |xahar | | | | |Aktar tard minn 24 |20%|Lm40 |Lm300| |xahar | | | |", "2.", "Taxxa addizzjonali li tiġi ntaxxata skond l-artikolu 56(12)(ċ) għal xi nuqqas minn persuna, li ma tkunx individwu, meta tagħmel prospett għar-rigward tas-sena ta' stima 1999 jew ta' xi sena ta' stima sussegwenti għandha tkun kalkolata fuq it-taxxa li għandha tiġi ntaxxata qabel ma titqies it-taxxa addizzjonali nnifisha fuq l-income totali ta' dik il-persuna għal dik is-sena skond ir-rata u suġġett għall-ammonti minimi u massismi kif muri fit-Tabella B ta' hawn taħt:", "TABELLA B", "|Numru ta' xhur |Rat|Minim|Massi| | |mid-data li fiha |a |u |mu | | |l-prospett hu | | | | | |meħtieġ li jkun | | | | | |sottomess skond | | | | | |id-dispożizzjonijiet| | | | | |rilevanti ta' l-Att | | | | | |dwar | | | | | |l-Amministrazzjoni | | | | | |tat-Taxxa | | | | | |Fi żmien 6 xhur |0% |Lm20 |Lm20 | | |Aktar tard minn 6 |3% |Lm40 |Lm200| | |iżda fi żmien 12-il | | | | | |xahar | | | | | |Aktar tard minn 12 |10%|Lm80 |Lm350| | |iżda fi żmien 18-il | | | | | |xahar | | | | | |Aktar tard minn 18 |15%|Lm100|Lm600| | |iżda fi żmien 24 | | | | | |xahar | | | | | |Aktar tard minn 24 |20%|Lm120|Lm100| | |xahar | | |0 | |", "(b) il-partita 3 tagħha għandha tiġi emendata kif ġej:", "(i) fil-paragrafu (a) minflok il-kliem \"taxxa addizzjonali li tiġi ntaxxata skond il-paragrafu (ċ) ta' l-artikolu 56\", għandhom jidħlu l- kliem \"taxxa addizzjonali li tiġi ntaxxata skond l-artikolu 56(12)(ċ)\";", "(ii) minnufih wara l-paragrafu (ċ) għandhom jiżdiedu ż-żewġ paragrafi ġodda li ġejjin:", "\"(d) Għall-għanijiet tal-paragrafu (a) ta' din il-partita s-sekwenza ta' l-ommissjonijiet għandha tiġi stabbilita skond is-sekwenza kronoloġika tad-dati ta' meta avviż bil-miktub ikun intbagħat lill- persuna mill-Kummissarju li sejra ssir inkjesta dwar il-prospetti tat- taxxa u t-taxxa dovuta minn dik il-persuna.", "(e) Għall-għanijiet tal-paragrafu (a) ta' din il-partita l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jagħmel regoli li jipprovdu dwar iċ- ċirkostanzi u l-mod kif it-taxxa addizzjonali tista' tiġi mħallsa kollha jew parti minnha.\";", "(c) fil-partita 4 tagħha, minflok il-kliem \"it-taxxa addizzjonali li għandha tiġi ntaxxata skond il-paragrafu (ċ) ta' l-artikolu 56 ta' dan l- Att għal dik l-ommissjoni għandha tkun bir-rata ta' wieħed punt ħamsa fil- mija (1.5%) għal kull xahar tat-taxxa perikolata\", għandhom jidħlu l-kliem \"it-taxxa addizzjonali li għandha tiġi ntaxxata skond l-artikolu 56(12)(ċ) għal dik l-ommissjoni għandha tkun bir-rata ta' żero punt ħamsa u sebgħin fil-mija (0.75%) għal kull xahar tat-taxxa perikolata\";", "(d) fil-partita 7 tagħha, minflok il-kliem \"it-taxxa addizzjonali li għandha tiġi ntaxxata skon il-paragrafu (ċ) ta' l-artikolu 56 ta' dan l- Att\", għandhom jidħlu l-kliem \"it-taxxa addizzjonali li għandha tiġi ntaxxata skond l-artikolu 56(12)(ċ)\";", "(e) fil-partita 8 tagħha, minflok il-kliem \"għall-iskopijiet tal-paragrafu (ċ) ta' l-artikolu 56\", għandhom jidħlu l-kliem \"għall-iskopijiet ta' l- artikolu 56(12)(ċ)\"; u", "(f) fil-partita 9 tagħha, minflok il-kliem \"għall-iskopijiet tal-paragrafu (ċ) ta' l-artikolu 56\" għandhom jidħlu l-kliem \"għall-iskopijiet ta' l- artikolu 56(12)(ċ)\"\".", "\"P\" Immediately after new clause 54A in Part VI there shall be added the following new clause:-", "\"Amendment of the Schedule to the principal Act.", "54B.", "The Schedule to the principal Act shall be amended as follows:", "(a) for items 1 and 2 thereof, there shall be substituted the following:", "\"1.", "Additional tax chargeable under article 56(12)(c) for a default by an individual in furnishing a return in respect of the year of assessment 1999 or any subsequent year of assessment shall be calculated on the tax chargeable before taking into account the additional tax itself on the total income of that individual for that year at the rates and subject to the minimum and maximum amounts as shown in Table A hereunder:", "TABLE A", "|Number of months|Rate|Minim|Maximu| |from the date on| |um |m | |which a return | | | | |is required to | | | | |be submitted in | | | | |accordance with | | | | |the relevant | | | | |provisions of | | | | |the Income Tax | | | | |Management Act | | | | |Within 6 months |0% |Lm5 |Lm5 | |Later than 6 but|3% |Lm8 |Lm50 | |within 12 months| | | | |Later than 12 |10% |Lm20 |Lm100 | |but within 18 | | | | |months | | | | |Later than 18 |15% |Lm30 |Lm200 | |but within 24 | | | | |months | | | | |Later than 24 |20% |Lm40 |Lm300 | |months | | | |", "2.", "Additional tax chargeable under article 56(12)(c) for a default by a person, other than an individual, in furnishing a return in respect of the year of assessment 1999 or any subsequent year of assessment shall be calculated on the tax chargeable before taking into account the additional tax itself on the total income of that person for that year at the rates and subject to the minimum and maximum amounts as shown in Table B hereunder:", "TABLE B", "|Number of months|Rate|Minim|Maximu| | |from the date on| |um |m | | |which a return | | | | | |is required to | | | | | |be submitted in | | | | | |accordance with | | | | | |the relevant | | | | | |provisions of | | | | | |the Income Tax | | | | | |Management Act | | | | | |Within 6 months |0% |Lm20 |Lm20 | | |Later than 6 but|3% |Lm40 |Lm200 | | |within 12 months| | | | | |Later than 12 |10% |Lm80 |Lm350 | | |but within 18 | | | | | |months | | | | | |Later than 18 |15% |Lm100|Lm600 | | |but within 24 | | | | | |months | | | | | |Later than 24 |20% |Lm120|Lm1000| | |months | | |\"; | |", "(b) item 3 thereof shall be amended as follows:", "(i) in paragraph (a) for the words \"additional tax chargeable under paragraph (c) of article 56\", there shall be substituted the words \"additional taxchargeable under article 56(12)(c)\";", "(ii) immediately after paragraph (c) there shall be inserted the following two new paragraphs:", "\"(d) For the purposes of paragraph (a) of this item the sequence of the omissions shall be established according to the chronological sequence of the dates of service upon a person of the notice in writing by the Commissioner that an enquiry will be conducted into that person's tax declarations and liabilities.", "(e) For the purposes of paragraph (a) of this item the Minister responsible for finance may make rules providing for the circumstances and the manner in which the additional tax may be remitted in whole or in part.\";", "(c) in item 4 thereof, for the words \"additional tax chargeable under paragraph (c) of article 56 of this Act for that omission shall be at the rate of one point five per cent (1.5%) per month of the endangered tax\", there shall be substituted the words \"additional tax chargeable under article 56(12)(c) for that omission shall be at the rate of zero point seventy-five per cent (0.75%) per month of the endangered tax\";", "(d) in item 7 thereof, for the words \"additional tax chargeable under paragraph (c) of article 56\", there shall be substituted the words \"additional tax chargeable under article 56(12)(c)\";", "(e) in item 8 thereof, for the words \"for the purposes of paragraph (c) of article 56\", there shall be substituted the words \"for the purposes of article 56(12)(c)\"; and", "(f) in item 9 thereof, for the words \"for the purposes of paragraph (c) of article 56\", there shall be substituted the words \"for the purposes of article 56(12)(c)\"\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 54B tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 54B ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 54B tkun tifforma parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "B'din il-klawsola bażikament qed innaqqsu t-taxxi addizzjonali u l-penali ta` dawk li jħallsu tard, pero` nagħmluha b'mod li xorta waħda jkunu jistgħu jinġabru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 54B ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 54B għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 75", "NEW CLAUSE 75", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 75 għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta` Klawsola Ġdida 75.", "\"Q\" Minnufih wara l-klawsola 74 għandha tiżdied din il-Klawsola Ġdida 75 u t-Taqsima VIII ġdida li ġejja:-", "\"TAQSIMA VIII", "Emendi għall-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Kap. 372.", "75.", "Din it-Taqsima temenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u għandha tinqara u tiftiehem ħaġa waħda ma' l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa, hawnhekk iżjed 'il quddiem f'din it- Taqsima msejjaħ \"l-Att prinċipali\".", "\"Q\" Immediately after clause 74 there shall be added the following New Clause 75 and new Part VIII:-", "\"PART VIII", "Amendments to the Income Tax Management Act.", "Cap.", "372.", "75.", "This Part amends the Income Tax Management Act, and shall be read and construed as one with the Income Tax Management Act, hereinafter in this Part referred to as \"the principal Act\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 75 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 75 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 75 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 75 ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 75 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 76", "NEW CLAUSE 76", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 76 għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta` Klawsola Ġdida 76.", "\"R\" Minnufih wara Klawsola Ġdida 75 għandha tiżdied din il-Klawsola Ġdida 76:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 32 ta' l-Att prinċipali.", "76.", "L-artikolu 32 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) minflok il-kliem \"għandhom japplikaw għal dik l-istima u għat- taxxa stabbilita bis-saħħa tagħha.\" fis-subartikolu (3) tiegħu, għandhom jidħlu l-kliem \"għandhom japplikaw għal dik l-istima u għat-taxxa stabbilita bis-saħħa tagħha:\"; u", "(b) minnufih wara s-subartikolu (3) tiegħu, għandu jiżdied dan il- proviso li ġej:", "\"Iżda:", "(i) id-dispożizzjonijiet ta' dan is-subartikolu għandhom bl-istess mod japplikaw għal dawk l-istimi li ġew magħmula mill-Kummissarju fl- 1 ta' Jannar 1992 jew xi data sussegwenti, ħlief għal stimi magħmula skond l-artikolu 31 ta' l-Att; u", "(ii) meta ma tkunx saret stima ġdida skond l-artikolu 30, u li għaliha jkun japplika dan is-subartikolu jew il-paragrafu (i) ta' dan il-proviso, mill-Kummissarju fil-perjodu msemmi f'dan is- subartikolu, il-Kummissarju jista' f'kull żmien jagħmel stima ġdida fuq it-taxpayer fuq l-income taxxabbli kollu jew parti minnu tat- taxpayer kif dikjarat minnu għas-sena ta' stima in kwistjoni li fuqu ma tkunx għadha ġiet magħmula stima valida; u minbarra d- dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 30(4), id-dispożizzjonijiet ta' l- Atti dwar it-Taxxi dwar avviż ta' stima, appelli u proċeduri oħra taħt l-Atti dwar it-Taxxi għandhom japplikaw għal dik l-istima u għal kull taxxa dovuta skond dik l-istima.\".\".", "\"R\" Immediately after New Clause 75 there shall be added the following New Clause 76:", "\"Amendment of article 32 of the principal Act.", "76.", "Article 32 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) for the words \"shall apply to such an assessment and to the tax charged thereon.\" in subarticle (3) thereof, there shall be substituted the words \"shall apply to such an assessment and to the tax charged thereon:\"; and", "(b) immediately after subarticle (3) thereof, there shall be added the following proviso:", "\"Provided that:", "(i) the provisions of this subarticle shall similarly apply to those assessments which have been raised by the Commissioner on 1st January 1992 or any subsequent date other than assessments raised under article 31 of the Act; and", "(ii) where a new assessment in terms of article 30 and to which this subarticle or paragraph (i) of this proviso refers has not been raised by the Commissioner within the period referred to in this subarticle, the Commissioner may at any time raise a new assessment on the taxpayer on all or any part of the chargeable income of the taxpayer as declared by him for the year of assessment in question upon which no valid assessment has been raised; and except for the provisions of article 30(4), the provisions of the Income Tax Acts as to notice of assessment, appeal and other proceedings under the Income Tax Acts shall apply to such assessment and to any tax chargeable thereunder.\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 76 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 76 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 76 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "B'din il-klawsola qegħdin nagħtu l-fakulta` lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni biex f'każ li assessment li jkun ħareġ qabel l-1 ta` Jannar 1992 ikun sar b'mod invalidu, almenu jkun jista` jitlob it-tax not in dispute.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 76 ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 76 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 77", "NEW CLAUSE 77", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 77 għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta` Klawsola Ġdida 77.", "\"S\" Minnufih wara l-Klawsola Ġdida 76 għandha tiżdied din il- Klawsola Ġdida 77 li ġejja:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 57 ta' l-Att prinċipali.", "77.", "Il-paragrafu (b) ta' l-artikolu 57 ta' l-Att prinċipali għandu jitħassar u jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(b) għall-użu ta' komunikazzjonijiet elettroniċi rigward il-forma u kif jintbagħtu prospetti, dikjarazzjonijiet, avviżi u informazzjoni jew dokumenti li l-forma u l-konsenja tagħhom huma awtorizzati jew meħtieġa taħt jew skond l-Atti dwar it-Taxxi jew skond regolamenti magħmulin taħthom, inkluż l-għemil ta' ħlasijiet b'mezzi elettroniċi taħt l-Atti u r-regolamenti msemmija; u", "(ċ) għal dawk il-materji kollha li jkunu awtorizzati b'dan l-Att li jiġu preskritti.\".\".", "\"S\" Immediately after New Clause 76 there shall be added the following New Clause 77:", "\"Amendment of article 57 of the principal Act.", "77.", "Paragraph (b) of article 57 of the principal Act shall be deleted and substituted by the following:", "\"(b) for the use of electronic communications with respect to the form and delivery of returns, claims, statements, notices and information or documents the form and delivery of which is authorised or required by or under the Income Tax Acts and of regulations made thereunder, including the making of payments by electronic means under the said Acts and regulations; and", "(c) for any such matters as are authorised by this Act to be prescribed.\".\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 77 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 77 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 77 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Din hija klawsola biex tagħmilha possibbli li l-filing ta' l-income tax jibda jsir b'mod eletroniku.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 77 ssir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 77 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta` Liġi.", "PERMESS TAL-KUMITAT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex il- Kumitat jikkonsidra mill-ġdid klawsoli 2 u 7 li kienu mgħoddija mill- Kumitat f'seduta numru 685 tat-28 ta` Jannar 2002.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT", "Klawsola 2 – Emendi ta` l-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta` Vetturi bil-Mutur.", "Kap. 368 Clause 2 - Amendment of the Motor Vehicle Registration Tax Act.", "Cap.", "368.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President għandi din l-emenda:-", "\"T\" Minflok is-subklawsola (2) tal-klawsola 2 għandha tidħol din is- subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(2) Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fl-1 ta' Jannar, 2002, minbarra l-paragrafu (a) tal- klawsola 7 li għandu jiġi fis-seħħ fl-1 ta' Marzu, 2002.\".", "\"T\" For subclause (2) of clause 2 there shall be substituted the following new subclause:", "\"(2) The provisions of this Part shall be deemed to have come into effect on the 1st January, 2002, except paragraph (a) of clause 7 which shall come into force on the 1st March, 2002.''.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"T\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 7 – Żieda tar-Raba` Skeda ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 7 – Addition of Fouth Schedule to the Principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President għandi din l-emenda:-", "\"U\" Minflok il-klawsola 7 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"7.", "L-Iskedi ta' l-Att prinċipali għandhom jiġu emendati kif ġej:", "a) L-Ewwel Skeda għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: b)", "|Numru|Numru |Oġġetti |Rata ta' | |tal-K|tal-Kodiċi| |Taxxa | |odiċi|VERA | | | |H.S. | | | | |87.03| |Karozzi bil-mutur u vetturi oħra | | | | |bil-mutur maħsuba l-aktar għall-ġarr ta' | | | | |persuni (minbarra dawk ta' l-intestatura | | | | |Nru. 87.02), inklużi station wagons u | | | | |karozzi tat-tlielaq: | | | |1.03.00.01|(A) Vetturi maħsuba speċjalment |50.5% | | | |għas-sewqan fuq is-silġġ karozzi | | | | |għall-golf u vetturi simili | | | | |(B) Vetturi oħra, b'makna ta' kombustjoni| | | | |interna li tixgħel bi | | | | |spark/b'kumpressjoni: | | | | | |(1) ta' ċilindrata ta' mhux aktar minn | | | | | |1000cc: | | | |1.03.01.01| | |- Chassis iffittjati b'makna u |50.5% | | | | | |kabina ................... | | | |1.03.02.01| | |- Vetturi ta' struttura unitarja |50.5% | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u | | | | | | |body li jikkonsisti biss f'kabina | | | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' | | | | | | |wara mingħajr armar .. | | | |1.03.03.01| | |- Vetturi oħra, ġodda: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.03.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur ... | | | |1.03.03.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir | | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |......... | | | |1.03.03.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |50.5% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul| | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.03.01| | | | |(iv) oħrajn |50.5% | | |L | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.03.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura | | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub | | | | | | | |intestatura .......... | | | |1.03.03.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |G | | | | | | | |1.03.03.01| | | |(d) Għal użu ieħor |50.5% | | |H | | | |...............................| | | | | | | |.. | | | |1.03.04.01| | |- Vetturi oħra, użati: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.04.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur ... |iżda mhux | | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | | |Lm640 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.04.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir |iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |......... |Lm640 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.04.01| | | | |(iii) vetturi self-drive | | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul|50.5% | | | | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |..... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm1070 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.04.01| | | | |(iv) oħrajn | | | |L | | | | |..........................|50.5% | | | | | | | |....... |iżda mhux | | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm1070 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | | | | | | | | | | | | | | | | | |1.03.04.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet | | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom |48.5% | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura |iżda mhux | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub |inqas minn| | | | | | |intestatura | | | | | | | |...................... |Lm1030 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.04.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | |iżda mhux | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | |Lm430 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.04.01| | | |(d) Għal użu ieħor |50.5% | | |HC | | | |...............................|iżda mhux | | | | | | |.. |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | |Lm1070 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | | | |(2) ta' ċilindrata ta' aktar minn | | | | | |1000cc iżda mhux aktar minn 1300cc: | | | |1.03.10.01| | |- Chassis iffittjati b'makna u |50.5% | | | | | |kabina ..................... | | | |1.03.11.01| | |- Vetturi ta' struttura unitarja |50.5% | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u | | | | | | |body li jikkonsisti biss f'kabina | | | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' | | | | | | |wara mingħajr | | | | | | |armar.................... | | | |1.03.12.01| | |- Vetturi oħra, ġodda: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.12.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... | | | |1.03.12.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir | | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |.......... | | | |1.03.12.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |50.5% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul| | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.12.01| | | | |(iv) oħrajn |50.5% | | |L | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.12.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura | | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub | | | | | | | |intestatura | | | | | | | |..................... | | | |1.03.12.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | |...............................| | | | | | | |................. | | | |1.03.12.01| | | |(d) Għal użu ieħor |50.5% | | |HC | | | |...............................| | | | | | | |.. | | | |1.03.13.01| | |- Vetturi oħra, użati: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.13.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... |iżda mhux | | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm810 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03134.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir |iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |.......... | | | | | | | | | |Lm810 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.13.01| | | | |(iii) vetturi self-drive | | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul|50.5% | | | | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm1350 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.13.01| | | | |(iv) oħrajn |50.5% | | |L | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm1350 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.13.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u|iżda mhux | | | | | | |vetturi light weight bi tliet |inqas minn| | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura |Lm1300 | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub |kull | | | | | | |intestatura |vettura | | | | | | |............................ | | | |1.03.13.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | |iżda mhux | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | |Lm540 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.13.01| | | |(d) Għal użu ieħor |50.5% | | |HC | | | |...............................|iżda mhux | | | | | | |.. |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | |Lm1350 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | | | |(3) ta' ċilindrata ta' aktar minn | | | | | |1300cc iżda mhux aktar minn 1500cc: | | | |1.03.20.01| | |- Chassis iffittjati b'makna u |53% | | | | | |kabina ..................... | | | |1.03.21.01| | |- Vetturi ta' struttura unitarja |53% | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u | | | | | | |body li jikkonsisti biss f'kabina | | | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' | | | | | | |wara mingħajr | | | | | | |armar..............................| | | | | | |...................... | | | |1.03.22.01| | |- Vetturi oħra, ġodda: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.22.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... | | | |1.03.22.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir | | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |.......... | | | |1.03.22.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |53% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul| | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.22.01| | | | |(iv) oħrajn |53% | | |L | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.22.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura | | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub | | | | | | | |intestatura | | | | | | | |..................... | | | |1.03.22.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | | | | |1.03.22.01| | | |(d) Għal użu ieħor |53% | | |HC | | | |...............................| | | | | | | |.. | | | | | | |- Vetturi oħra, użati: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.23.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... |iżda mhux | | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm900 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.23.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir |iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |.......... | | | | | | | | | |Lm900 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.23.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |53% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul|iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |....... | | | | | | | | | |Lm1600 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.23.01| | | | |(iv) oħrajn |53% | | |L | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm1600 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.23.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet | | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom |48.5% | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura |iżda mhux | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub |inqas minn| | | | | | |intestatura | | | | | | | |...................... |Lm1460 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.23.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | |iżda mhux | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | |Lm610 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.23.01| | | |(d) Għal użu ieħor |53% | | |.HC | | | |...............................|iżda mhux | | | | | | |.. |inqas minn| | | | | | | |Lm1600 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | | | |(4) ta' ċilindrata ta' aktar minn | | | | | |1500cc Iżda mhux aktar minn 1800cc: | | | |1.03.30.01| | |- Chassis iffittjati b'makna u |60% | | | | | |kabina ..................... | | | |1.03.31.01| | |- Vetturi ta' struttura unitarja |60% | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u | | | | | | |body li jikkonsisti biss f'kabina | | | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' | | | | | | |wara mingħajr | | | | | | |armar.................... | | | |1.03.32.01| | |- Vetturi oħra, ġodda: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.32.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... | | | |1.03.32.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir | | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |.......... | | | |1.03.32.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |60% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul| | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.32.01| | | | |(iv) oħrajn |60% | | |L | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.32.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura | | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub | | | | | | | |intestatura | | | | | | | |..................... | | | |1.03.32.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | | | | |1.03.32.01| | | |(d) Għal użu ieħor |60% | | |HC | | | |...............................| | | | | | | |.. | | | |1.03.33.01| | |- Vetturi oħra, użati: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.33.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... |iżda mhux | | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm1390 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.33.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir |iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |.......... | | | | | | | | | |Lm1390 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.33.01| | | | |(iii) vetturi self-drive | | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul|60% | | | | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm2770 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.33.01| | | | |(iv) oħrajn |60% | | |L | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm2770 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.33.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet | | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom |48.5% | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura |iżda mhux | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub |inqas minn| | | | | | |intestatura | | | | | | | |..................... |Lm2240 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.33.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | |iżda mhux | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | |Lm930 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.33.01| | | |(d) Għal użu ieħor |60% | | |HC | | | |...............................|iżda mhux | | | | | | |.. |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | |Lm2770 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | | | |(5) ta' ċilindrata ta' aktar minn | | | | | |1800cc iżda mhux aktar minn 2000cc: | | | |1.03.40.01| | |- Chassis iffittjati b'makna u |65% | | | | | |kabina ..................... | | | |1.03.41.01| | |- Vetturi ta' struttura unitarja |65% | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u | | | | | | |body li jikkonsisti biss f'kabina | | | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' | | | | | | |wara mingħajr armar .. | | | |1.03.42.01| | |- Vetturi oħra, ġodda: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.42.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... | | | |1.03.42.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir | | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |.......... | | | |1.03.42.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |65% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul| | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.42.01| | | | |(iv) oħrajn |65% | | |L | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.42.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura | | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub | | | | | | | |intestatura | | | | | | | |..................... | | | |1.03.42.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | | | | |1.03.42.01| | | |(d) Għal użu ieħor |65% | | |HC | | | |...............................| | | | | | | |.. | | | |1.03.43.01| | |- Vetturi oħra, użati: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.43.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... |iżda mhux | | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | | |Lm1850 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.43.01| | | | |(ii) vetturi self-drive |30% | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |iżda mhux | | | | | | | |fil-qasir |inqas minn| | | | | | | |..........................|Lm1850 | | | | | | | |.......... |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.43.01| | | | |(iii) vetturi self-drive | | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul|65% | | | | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.43.01| | | | |(iv) oħrajn |65% | | |L | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.43.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet | | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom |48.5% | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura |iżda mhux | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub |inqas minn| | | | | | |intestatura | | | | | | | |...................... |Lm2990 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.43.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | |iżda mhux | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | |Lm1230 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.43.01| | | |(d) Għal użu ieħor |65% | | |HC | | | |...............................|iżda mhux | | | | | | |.. |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | | | |(6) ta' ċilindrata ta' mhux aktar minn | | | | | |2000cc iżda mhux aktar minn 2500cc: | | | |1.03.50.01| | |- Chassis iffittjati b'makna u |75% | | | | | |kabina ..................... | | | |1.03.51.01| | |- Vetturi ta' struttura unitarja |75% | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u | | | | | | |body li jikkonsisti biss f'kabina | | | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' | | | | | | |wara mingħajr | | | | | | |armar.................... | | | |1.03.52.01| | |- Vetturi oħra, ġodda: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.52.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... | | | |1.03.52.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir | | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |.......... | | | |1.03.52.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |75% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul| | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.52.01| | | | |(iv) oħrajn |75% | | |L | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.52.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura | | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub | | | | | | | |intestatura | | | | | | | |..................... | | | |1.03.52.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | | | | |1.03.52.01| | | |(d) Għal użu ieħor |75% | | |HC | | | |...............................| | | | | | | |.. | | | |1.03.53.01| | |- Vetturi oħra, użati: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.53.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... |iżda mhux | | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm2800 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.53.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir |iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |.......... | | | | | | | | | |Lm2800 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.53.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |75% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul|iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |....... |Lm7000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | | | | | | | | | | |1.03.53.01| | | | |(iv) oħrajn |75% | | |L | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | |Lm7000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.53.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u|iżda mhux | | | | | | |vetturi light weight bi tliet |inqas minn| | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura |Lm4600 | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub |kull | | | | | | |intestatura |vettura | | | | | | |..................... | | | |1.03.53.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | |iżda mhux | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | |Lm1870 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.53.01| | | |(d) Għal użu ieħor |75% | | |HC | | | |...............................|iżda mhux | | | | | | |.. |inqas minn| | | | | | | |Lm7000 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | | | |(7) ta' ċilindrata ta' mhux aktar minn | | | | | |2500cc iżda aktar minn 3000cc: | | | |1.03.60.01| | |- Chassis iffittjati b'makna u |75% | | | | | |kabina ..................... | | | |1.03.61.01| | |- Vetturi ta' struttura unitarja |75% | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u | | | | | | |body li jikkonsisti biss f'kabina | | | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' | | | | | | |wara mingħajr | | | | | | |armar.................... | | | |1.03.62.01| | |- Vetturi oħra, ġodda: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.62.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... | | | |1.03.62.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir | | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |.......... | | | |1.03.62.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |75% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul| | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.62.01| | | | |(iv) oħrajn |75% | | |L | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.62.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura | | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub | | | | | | | |intestatura | | | | | | | |...................... | | | |1.03.62.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | | | | |1.03.62.01| | | |(d) Għal użu ieħor |75% | | |HC | | | |...............................| | | | | | | |.. | | | |1.03.63.01| | |- Vetturi oħra, użati: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.63.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... |iżda mhux | | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm3200 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.63.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir |iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |.......... | | | | | | | | | |Lm3200 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.63.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |75% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul|iżda mhux | | | | | | | |..........................|inqas minn| | | | | | | |....... | | | | | | | | | |Lm8000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.63.01| | | | |(iv) oħrajn |75% | | |L | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm8000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.63.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet | | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom |48.5% | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura |iżda mhux | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub |inqas minn| | | | | | |intestatura |Lm5200 | | | | | | |...................... |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.63.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | |iżda mhux | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | |Lm2140 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.63.01| | | |(d) Għal użu ieħor |75% | | |HC | | | |...............................|iżda mhux | | | | | | |.. |inqas minn| | | | | | | | | | | | | | | |Lm8000 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | | | |(8) ta' ċilindrata ta' aktar minn | | | | | |3000cc: | | | |1.03.70.01| | |- Chassis iffittjati b'makna u |75% | | | | | |kabina ..................... | | | |1.03.71.01| | |- Vetturi ta' struttura unitarja |75% | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u | | | | | | |body li jikkonsisti biss f'kabina | | | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' | | | | | | |wara mingħajr | | | | | | |armar.................... | | | |1.03.72.01| | |- Vetturi oħra, ġodda: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.72.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... | | | |1.03.72.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir | | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |.......... | | | |1.03.72.01| | | | |(iii) vetturi self-drive |75% | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul| | | | | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.72.01| | | | |(iv) oħrajn |75% | | |L | | | | |..........................| | | | | | | | |....... | | | |1.03.72.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet |48.5% | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom | | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura | | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub | | | | | | | |intestatura ...................| | | |1.03.72.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | | | | |1.03.72.01| | | |(d) Għal użu ieħor |65% | | |HC | | | |...............................| | | | | | | |.. | | | |1.03.73.01| | |- Vetturi oħra, użati: | | | | | | | |(a) Għal użu bħala vetturi | | | | | | | |bil-mutur għall-kiri: | | | |1.03.73.01| | | | |(i) vetturi misjuqa minn |30% | | |A | | | | |chauffeur .... |iżda mhux | | | | | | | | |aktar minn| | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.73.01| | | | |(ii) vetturi self-drive | | | |B1 | | | | |maħsuba għal kirja |30% | | | | | | | |fil-qasir |iżda mhux | | | | | | | |..........................|aktar minn| | | | | | | |.......... |Lm4000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.73.01| | | | |(iii) vetturi self-drive | | | |B2 | | | | |maħsuba għal kirja fit-tul|75% | | | | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |aktar minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm10000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.73.01| | | | |(iv) oħrajn |75% | | |L | | | | |..........................|iżda mhux | | | | | | | |....... |aktar minn| | | | | | | | | | | | | | | | | |Lm10000 | | | | | | | | |kull | | | | | | | | |vettura | | |1.03.73.01| | | |(b) Ambulanzi, vannijiet | | | |C-F | | | |tal-ħabs, karozzi tal-mejtin, u| | | | | | | |vetturi light weight bi tliet | | | | | | | |roti li jkollhom |48.5% | | | | | | |il-karatteristika ta' vettura |iżda mhux | | | | | | |bil-mutur ta' din is-sub |aktar minn| | | | | | |intestatura | | | | | | | |..................... |Lm6500 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.73.01| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |GA | | | | |iżda mhux | | | | | | | |inqas minn| | | | | | | |Lm2700 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | |1.03.73.01| | | |(d) Għal użu ieħor |75% | | |HC | | | |...............................|iżda mhux | | | | | | |.. |aktar minn| | | | | | | | | | | | | | | |Lm10000 | | | | | | | |kull | | | | | | | |vettura | | | |(C) Vetturi elettriċi: | | | |1.03.80.01| |(i) vetturi elettriċi bil-batterija |16.5% | | |1.03.81.01| |(ii) vetturi elettricċi ibridi |16.5% | | | | |bil-petrol (jew diesel) | | | | |(D) Oħrajn: | | | |1.03.90.01| |- Chassis iffittjati b'makna u kabina |60% | | | | |............................. | | | |1.03.91.01| |- Vetturi ta' struttura unitarja | | | | | |(monocoque) iffittjati b'makna u body | | | | | |li jikkonsisti biss f''kabina |60% | | | | |tas-sewwieq u fi pjattaforma ta' wara | | | | | |mingħajr armar | | | |1.03.93.01| |- Oħrajn: | | | |1.03.93.01| | |--- |60% | | |A | | |ġodda..............................| | | | | | |....................... | | | |1.03.93.01| | |--- Oħrajn |60% | | |B | | |...................................| | | | | | |................. | |", "(b) Minnufih wara t-Tielet Skeda għandha tiżdied din l-Iskeda ġdida li ġejja:", "IR-RABA' SKEDA (Artikolu 17A) Taxxa ta' reġistrazzjoni għall-vetturi b'reġistrazzjoni temporanja", "| | | | |Oġġetti |Rata ta' Taxxa | | | |Lm 100 |..\"| |Vetturi b'reġistrazzjoni temporanja | |. |", "\"U\" For clause 7 there shall be substituted the following new clause:", "\"7.", "The Schedules of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) for the First Schedule there shall be substituted the following new schedule:", "|H.S. |VERA Code |Goods |Rate of | |Code |Number | |Tax | |No. | | | | |87.03 | |Motor cars and other motor vehicles | | | | |principally designed for the transport | | | | |of persons (other than those of H.S. | | | | |heading No. 87.02), including station | | | | |wagons and racing cars: | | | |1.03.00.01 |(A) Vehicles specially designed for |50.5% | | | |travelling on snow; golf cars and | | | | |similar vehicles | | | | |(B) Other vehicles, with | | | | |spark/compression-ignition internal | | | | |combustion engine: | | | | | |(1) of a cylinder capacity not | | | | | |exceeding 1000cc: | | | |1.03.01.01 | | |- Chassis fitted with engine and |50.5% | | | | | |cab .................. | | | |1.03.02.01 | | |- Vehicles of unitary (monocoque) |50.5% | | | | | |structure fitted with engine and a | | | | | | |body consisting only of the | | | | | | |driver's cab and the bare rear | | | | | | |platform ............. | | | |1.03.03.01 | | |- Other vehicles, new: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.03.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... | | | |1.03.03.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles |30% | | | | | | | |intended for short term | | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.03.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |50.5% | | | | | | | |intended for long term | | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.03.01L | | | | |(iv) other ................................. |50.5% | | |1.03.03.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor | | | | | | | |vehicle of this sub-heading | | | | | | | |..................................... | | | |1.03.03.01G | | | |(c) Taxi-cars |20% | | |1.03.03.01H | | | |(d) For other use................................. |50.5% | | |1.03.04.01 | | |- Other vehicles used: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.04.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm640 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |1.03.04.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire |but not | | | | | | | |..........................|less than | | | | | | | |....... |Lm640 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.04.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for long term |50.5% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm1070 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.04.01L | | | | |(iv) other ................................. |50.5% | | | | | | | | |but not | | | | | | | | |less | | | | | | | | |than | | | | | | | | |Lm1070 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.04.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, | | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor |48.5% | | | | | | |vehicle of this sub-heading |but not | | | | | | |..................................... |less than | | | | | | | |Lm1030 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.04.01GA| | | |(c) Taxi-cars |20% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm430 per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.04.01HC| | | |(d) For other use: |50.5% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm1070 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | | | |(2) of a cylinder capacity exceeding | | | | | |1000cc but not exceeding 1300cc: | | | |1.03.10.01 | | |- Chassis fitted with engine and |50.5% | | | | | |cab ................... | | | |1.03.11.01 | | |- Vehicles of unitary (monocoque) |50.5% | | | | | |structure fitted with engine and a | | | | | | |body consisting only of the | | | | | | |driver's cab and the bare rear | | | | | | |platform ............. | | | |1.03.12.01 | | |- Other vehicles, new: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.12.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... | | | |1.03.12.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................ | | | |1.03.12.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |50.5% | | | | | | | |intended for long term | | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.12.01L | | | | |(iv) other ................................. |50.5% | | |1.03.12.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor | | | | | | | |vehicle of this sub-heading | | | | | | | |..................................... | | | |1.03.12.01GA| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |1.03.12.01HC| | | |(d) For other use .............................. |50.5% | | |1.03.13.01 | | |- Other vehicles used: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.13.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles ....... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm810 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03134.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm810 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.13.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for long term |50.5% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm1350 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.13.01L | | | | |(iv) other ................................. |50.5% | | | | | | | | |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm1350 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.13.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, | | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor |48.5% | | | | | | |vehicle of this sub-heading |but not | | | | | | |..................................... |less than | | | | | | | |Lm1300 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.13.01GA| | | |(c) Taxi-cars |20% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm540 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.13.01HC| | | |(d) For other use: |50.5% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm1350 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | | | |(3) of a cylinder capacity exceeding | | | | | |1300cc but not exceeding 1500cc: | | | |1.03.20.01 | | |- Chassis fitted with engine and |53% | | | | | |cab .................. | | | |1.03.21.01 | | |- Vehicles of unitary (monocoque) |53% | | | | | |structure fitted with engine and a | | | | | | |body consisting only of the | | | | | | |driver's cab and the bare rear | | | | | | |platform ............. | | | |1.03.22.01 | | |- Other vehicles, new: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.22.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... | | | |1.03.22.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.22.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |53% | | | | | | | |intended for long term | | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.22.01L | | | | |(iv) other ................................. |53% | | | | | | | | | | |1.03.22.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor | | | | | | | |vehicle of this sub-heading | | | | | | | |..................................... | | | |1.03.22.01GA| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |1.03.22.01HC| | | |(d) For other use ............................... |53% | | | | | |- Other vehicles used: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.23.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm900 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.23.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm900 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.23.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |53% | | | | | | | |intended for long term |but not | | | | | | | |hire ........................... |less than | | | | | | | | |Lm1600 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.23.01L | | | | |(iv) other ................................. |53% | | | | | | | | |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm1600 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.23.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight |but not | | | | | | |three-wheeled vehicles having |less than | | | | | | |the characteristic of a motor |Lm1460 | | | | | | |vehicle of this sub-heading |per | | | | | | |..................................... |vehicle | | |1.03.23.01GA| | | |(c) Taxi-cars .................................... |20% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm610 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.23.01HC| | | |(d) For other use .............................. |53% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less | | | | | | | |than | | | | | | | |Lm1600 | | | | | | | |Per | | | | | | | |vehicle | | | | |(4) of a cylinder capacity exceeding | | | | | |1500cc but not exceeding 1800cc: | | | |1.03.30.01 | | |- Chassis fitted with engine and |60% | | | | | |cab .................. | | | |1.03.31.01 | | |- Vehicles of unitary (monocoque) |60% | | | | | |structure fitted with engine and a | | | | | | |body consisting only of the | | | | | | |driver's cab and the bare rear | | | | | | |platform .............. | | | |1.03.32.01 | | |- Other vehicles, new: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.32.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... | | | | | | | | | | | | |1.03.32.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.32.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |60% | | | | | | | |intended for long term | | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.32.01L | | | | |(iv) other ................................. |60% | | |1.03.32.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor | | | | | | | |vehicle of this sub-heading | | | | | | | |..................................... | | | |1.03.32.01GA| | | |(c) Taxi-cars |20% | | |1.03.32.01HC| | | |(d) For other use ............................... |60% | | |1.03.33.01 | | |- Other vehicles used: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.33.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm1390 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.33.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles |30% | | | | | | | |intended for short term |but not | | | | | | | |hire ........................... |less than | | | | | | | | |Lm1390 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.33.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |60% | | | | | | | |intended for long term |but not | | | | | | | |hire ........................... |less than | | | | | | | | |Lm2770 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.33.01L | | | | |(iv) other ........................... |60% | | | | | | | | |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm2770 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.33.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight |but not | | | | | | |three-wheeled vehicles having |less than | | | | | | |the characteristic of a motor |Lm2240 | | | | | | |vehicle of this sub-heading |per | | | | | | |..................................... |vehicle | | |1.03.33.01GA| | | |(c) Taxi-cars ..................................... |20% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm930 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.33.01HC| | | |(d) For other use ................................ |60% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less | | | | | | | |than | | | | | | | |Lm2770 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | | | |(5) of a cylinder capacity exceeding | | | | | |1800cc but not exceeding 2000cc: | | | |1.03.40.01 | | |- Chassis fitted with engine and |65% | | | | | |cab .................. | | | |1.03.41.01 | | |- Vehicles of unitary (monocoque) |65% | | | | | |structure fitted with engine and a | | | | | | |body consisting only of the | | | | | | |driver's cab and the bare rear | | | | | | |platform ............. | | | |1.03.42.01 | | |- Other vehicles, new: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.42.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... | | | |1.03.42.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.42.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |65% | | | | | | | |intended for long term | | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.42.01L | | | | |(iv) other ................................. |65% | | |1.03.42.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor | | | | | | | |vehicle of this sub-heading | | | | | | | |..................................... | | | |1.03.42.01GA| | | |(c) Taxi-cars ..................................... |20% | | |1.03.42.01HC| | | |(d) For other use .............................. |65% | | |1.03.43.01 | | |- Other vehicles used: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.43.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm1850 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.43.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm1850 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.43.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for long term |65% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.43.01L | | | | |(iv) other ................................. |65% | | | | | | | | |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.43.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, | | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor |48.5% | | | | | | |vehicle of this sub-heading |but not | | | | | | |..................................... |less than | | | | | | | |Lm2990 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.43.01GA| | | |(c) Taxi-cars ...................................... |20% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm1230 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.43.01HC| | | |(d) For other use ................................. |65% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | | | |(6) of a cylinder capacity exceeding | | | | | |2000cc but not exceeding 2500cc: | | | |1.03.50.01 | | |- Chassis fitted with engine and |75% | | | | | |cab .................. | | | |1.03.51.01 | | |- Vehicles of unitary (monocoque) |75% | | | | | |structure fitted with engine and a | | | | | | |body consisting only of the | | | | | | |driver's cab and the bare rear | | | | | | |platform ............. | | | |1.03.52.01 | | |- Other vehicles, new: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.52.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... | | | |1.03.52.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.52.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |75% | | | | | | | |intended for long term | | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.52.01L | | | | |(iv) other ................................. |75% | | |1.03.52.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor | | | | | | | |vehicle of this sub-heading | | | | | | | |..................................... | | | |1.03.52.01GA| | | |(c) Taxi-cars .................................... |20% | | |1.03.52.01HC| | | |(d) For other use .............................. |75% | | |1.03.53.01 | | |- Other vehicles used: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.53.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm2800 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.53.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm2800 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.53.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for long term |75% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm7000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.53.01L | | | | |(iv) other ................................. |75% | | | | | | | | |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm7000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.53.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, | | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor |48.5% | | | | | | |vehicle of this sub-heading |but not | | | | | | |..................................... |less than | | | | | | | |Lm4600 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.53.01GA| | | |(c) Taxi-cars ...................................... |20% | | | | | | | |but not | | | | | | | |lett than | | | | | | | |Lm1870 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.53.01HC| | | |(d) For other use ................................. |75% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm7000 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | | | |(7) of a cylinder capacity exceeding | | | | | |2500cc but not exceeding 3000cc: | | | |1.03.60.01 | | |- Chassis fitted with engine and |75% | | | | | |cab .................. | | | |1.03.61.01 | | |- Vehicles of unitary (monocoque) |75% | | | | | |structure fitted with engine and a | | | | | | |body consisting only of the | | | | | | |driver's cab and the bare rear | | | | | | |platform ............................. | | | |1.03.62.01 | | |- Other vehicles, new: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.62.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... | | | |1.03.62.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.62.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |75% | | | | | | | |intended for long term | | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.62.01L | | | | |(iv) other ................................. |75% | | |1.03.62.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor | | | | | | | |vehicle of this sub-heading | | | | | | | |..................................... | | | |1.03.62.01GA| | | |(c) Taxi-cars .................................... |20% | | |1.03.62.01HC| | | |(d) For other use .............................. |75% | | |1.03.63.01 | | |- Other vehicles used: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.63.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles .......... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm3200 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.63.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm3200 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.63.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for long term |75% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm8000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.63.01L | | | | |(iv) other ................................. |75% | | | | | | | | |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm8000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.63.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, | | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor |48.5% | | | | | | |vehicle of this sub-heading |but not | | | | | | |..................................... |less than | | | | | | | |Lm5200 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.63.01GA| | | |(c) Taxi-cars ..................................... |20% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm2140 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.63.01HC| | | |(d) For other use ................................. |75% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm8000 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | | | |(8) of a cylinder capacity exceeding | | | | | |3000cc: | | | |1.03.70.01 | | |- Chassis fitted with engine and |75% | | | | | |cab .................. | | | |1.03.71.01 | | |- Vehicles of unitary (monocoque) |75% | | | | | |structure fitted with engine and a | | | | | | |body consisting only of the | | | | | | |driver's cab and the bare rear | | | | | | |platform ............. | | | |1.03.72.01 | | |- Other vehicles, new: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.72.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles ....... | | | |1.03.72.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... | | | |1.03.72.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles |75% | | | | | | | |intended for long term | | | | | | | | |hire .......................... | | | |1.03.72.01L | | | | |(iv) other ................................. |75% | | |1.03.72.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, |48.5% | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor | | | | | | | |vehicle of this sub-heading | | | | | | | |..................................... | | | |1.03.72.01GA| | | |(c) Taxi-cars .................................... |20% | | |1.03.72.01HC| | | |(d) For other use ............................... |65% | | |1.03.73.01 | | |- Other vehicles used: | | | | | | | |(a) For use as motor vehicle | | | | | | | |for hire: | | | |1.03.73.01A | | | | |(i) chauffeur driven |30% | | | | | | | |vehicles ....... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.73.01B1| | | | |(ii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for short term |30% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm4000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.73.01B2| | | | |(iii) self-drive vehicles | | | | | | | | |intended for long term |75% | | | | | | | |hire ........................... |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm10000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.73.01L | | | | |(iv) other ................................. |75% | | | | | | | | |but not | | | | | | | | |less than | | | | | | | | |Lm10000 | | | | | | | | |per | | | | | | | | |vehicle | | |1.03.73.01C-| | | |(b) Ambulances, prison vans, | | | |F | | | |hearses, and light weight | | | | | | | |three-wheeled vehicles having | | | | | | | |the characteristic of a motor |48.5% | | | | | | |vehicle of this sub-heading |but not | | | | | | |..................................... |less than | | | | | | | |Lm6500 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.73.01GA| | | |(c) Taxi-cars ..................................... |20% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm2700 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | |1.03.73.01HC| | | |(d) For other use ................................. |75% | | | | | | | |but not | | | | | | | |less than | | | | | | | |Lm10000 | | | | | | | |per | | | | | | | |vehicle | | | |(C) Electric vehicles: | | | |1.03.80.01 | |(i) battery electric vehicles |16.5% | | | | |..................................... | | | |1.03.81.01 | |(ii) petrol (or diesel) electric hybrid|16.5% | | | | |vehicles ................ | | | | |(D) Other: | | | |1.03.90.01 | |- Chassis fitted with engine and cab |60% | | | | |.......................... | | | |1.03.91.01 | |- Vehicles of unitary (monocoque) | | | | | |structure fitted with engine and a body| | | | | |consisting only of the driver's cab and|60% | | | | |the bare rear platform .......................................... | | | |1.03.93.01 | |- Other: | | | |1.03.93.01A | | |--- New ................................................... |60% | | |1.03.93.01B | | |--- Other .................................................. |60% |", "(b) Immediately after the Third Schedule there shall be added the following new schedule: FOURTH SCHEDULE (Article 17A) Registration Tax for Temporary Registered Vehicles", "| | | | |Goods |Rate of Tax | | | |Lm 100 |.\". | |Temporary registered vehicles | | |", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"U\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short Title.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "It-Titlu għadda nem. con. għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill- Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta` l-ortografija u jagħmel ir- renumbering u xi emendi żgħar li jista` jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta` l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista` jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta` Liġi mgħoddi b'emendi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 12 ta` Frar 2002 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, nirringrazzjak u nirringrazzja lill-Kamra tal-fakulta' li nista' nitkellem.", "Fis-27 ta' Jannar, fl-Ewropa ġiet iċċelebrata l-ġurnata tal-memorja li fiha ħafna pajjiżi Ewropej ftakru fil-memorja ta' diversi Lhud li tilfu ħajjithom tilfu ħajjithom taħt l-att kiefer tal-bniedem fl-aħħar tal-gwerra dinjija.", "Bħalhom mietu diversi persuni taħt l-id kiefer tan-naziżmu u għalkemm pajjiżna għadu ma daħħalx din il-ġurnata fil-kalendarju tiegħu bħalma daħħluha diversi pajjiżi oħra, jien ċert li diversi Maltin bħali ngħaqdu sabiex jirriflettu fuq l- atroċitajiet li dawn il-bnedmin bħalna ġew suġġetti għalihom mill-id kiefra tan-naziżmu u tal-faxxiżmu.", "Dan sar minkejja li huwa minnu li quddiem passat ikrah, pajjiż is-soltu jiċċaqlaq biex jinsa u jidfen dawn il-memorji.", "Quddiem l-ogħla kaos is- sitwazzjoni tinbidel, Mr Speaker, u wieħed irid jerġa' jiftakar biex jirrifletti u jagħraf aħjar dak li għadda minnu mhux biss il-poplu Lhudi, imma d-dinja kollha.", "Il-passat ma jridx jgħaddi għaliex huwa passat imdemmi, huwa passat li jorbot u jikkondizzjona l-prezenza tagħna.", "L- istorja ma tridx tkun biss strumentalizzata iżda trid tkun waħda veritiera.", "Illum qed nieħu dan il-ħin, Mr Speaker, biex nerġa' nfakkar u ningħaqad mad- diversi persuni fl-Ewropea li ftakru f'dan il-passat ikrah li ħakem lill- Ewropa.", "Kif jgħid tajjeb Hans Kung fil-ktieb tiegħu \"eBraismo\":", "\"Il passato che continua a restare presente, puo essere riutilizzato per il futuro.", "Le cause di tragedie passate possono essere analizzate traendo insegnamento.\".", "U dak li qed nipprova nagħmel illum, Mr Speaker.", "Nippruva nirrifletti fuq dak li l-Ewropa għaddiet minnu.", "Infakkar li kien fl-1933 meta fil-Ġermanja Hitler kien diġa' beda jagħmel diskorsi kontra l-Lhud u jagħmel diskors fis- sens li għandu jkun hemm tneħħija totali tar-razza Lhudija.", "Imbagħad kien fl-1935 li għadda diversi liġijiet razzjali f'Norimberga.", "Daw suppost kienu liġijiet li tressqu għad-difiża tad-demm Ġermaniż u ta' l-unur Ġermaniż li ġiebu vjolenza, rewwixti, distruzzjoni ta' diversi sinagogi, ta' diversi negozji u tifrik ta' banek u ħwejjeġ li kienu tal-Lhud.", "Kienu liġijiet li permezz tagħhom il-Lhud ġew arrestati u trasferiti minn post għal ieħor.", "Illum id-dinja ma tistax tieqaf u tinsa dawk il-jiem u tibqa' għaddejja qisu qisu ma ġara xejn f'dawk iż-żmenijiet koroh u ma terġax tħares lura u tgħid minn xiex għaddiet id-dinja.", "Jien ngħid, Mr Speaker, li dawn is-sentimenti anti-Lhudin li saru f'dak iż- żmien għandna aħna nerġgħu nħarsu lejhom illum.", "Aħna għandna nieqfu u naħsbu li fit-30 ta' Jannar 1939 Hitler kien iddikjara li hemm bżonn l- annjentament totali tar-razza Lhudija fl-Ewropa.", "Aktar tard, jiġifieri fl- 1941 kien għadda l-ordni lil Himmler biex jibda joqtol lil-Lhud.", "U Himmler hekk għamel, u ma kien hemm ebda persuna li tħalliet barra u nqatlu sija x- xjuħ, iż-żgħażagħ u t-tfal u n-nisa.", "U Himmler iġġustifika dan il-qtil tat- tfal u tan-nisa billi qal li dawn għadha pitgħada jistgħu jpattuha lit- Tedeski, allura sabiex ma jkunux f'pożizzjoni li jpattuha lit-Tedeski ddeċidew li joqtluhom kompletament.", "Iktar tard, ċertu intelletwali Ġermaniż qal li d-dinja qatt ma rat daqshekk tkexkix.", "Dan kien massakru uniku fid-dinja għaliex kienet l-ewwel darba li mhux biss xi ħadd iddikjara sentimenti anti-ibrajċi, imma li ċaqlaq il- poteri kollha ta' l-Istat sabiex jibda jitwettaq dan il-massakru.", "Bdew jittieħdu diversi persuni minn kull post fil-Ġermanja u fl-Ewropa, u bdew jinqatlu f'kampijiet tal-konċentrament bħal Auschwitz u Birkenau.", "F'dawn il- kampijiet f'ħakka ta' għajn bdew jeliminaw diversi persuni umani bħalna li kulma kellhom kontra tagħhom kien li twieldu minn ġenituri Lhud.", "Nixtieq infakkar dak li kiteb Primo Levi fil-ktieb tiegħu \"Se questo e` un uomo?\".", "Trid taqrah, Mr Speaker, biex tagħraf id-dinjita` tal-bniedem kif titkisser, l-umiljazzjoni li kull bniedem irid jgħaddi minnha u għadda minnha taħt il-kefrija u t-tiranija tan-naziżmu.", "Ma nistax inħalli din il- ġurnata tgħaddi, mingħajr ma nerġa' nfakkar li aħna wkoll għandna parti mhux mir-responsabbilta' ta' dak li ġara imma parti mill-wirt ta' kif din id-dinja nbidlet, ta' kif id-dinja rat li s-soċjal-naziżmu ħareġ b'daqshekk ideat bla sens u tal-mistħija.", "Kienet vera telfa għall-Ewropa, telfa għall- intelliġenza fl-Ewropa, telfa għall-illuminiżmu fl-Ewropa.", "Kienet telfa għal-liberta' tal-kelma, għall-kelma u għad-dibattitu, għad-djalogu, għar- raġuni u għat-tolleranza.", "Kienet umiljazzjoni wkoll għal diversi Lhud intelliġenti bħal Karl Marx, Sigmund Freud, Martin Uber, Albert Einstein, Gustav Maler, Joseph Roth li taw lill-Ewropa u lid-dinja parti mill-ġenju u l-intellett tagħhom, u dawn sabu ruħhom diskriminati u eliminati minn fuq il-kotba.", "Infakkar fid- diversi mumenti ta' ċelebrazzjonijiet li kien jagħmel in-naziżmu billi kien jaħraq il-kotba ta' dawn l-intellettwali Lhud.", "F'dan il-kuntest nidħlu lejn dak li jissejjaħ soluzzjoni finali, il- katastrofi, il-sagrifiċċju totali u l-ogħla kaos tal-poplu Lhudi.", "Dan il- katastrofi seħħ mhux biss għax Hitler kien jipproklama ħafna ħmerijiet imma għax sija l-intelletwali kif ukoll il-massa tal-poplu ma qalu xejn.", "Nies involuti fl-universita', fil-kamp legali, fil-mediċina, fl-industrija u fl- eżerċitu ma qalu xejn.", "Allavolja kienu jaraw lil diversi Lhud jittieħdu mill-post fejn joqogħdu, dawn żammew is-silenzju u ma qalu xejn.", "Kien hemm min qal li huma ma kienu jafu xejn bl-omiċidji li kienu qed isiru minn ħuthom it-Tedeski, għaliex Hitler ipproklama diversi affarijiet, pero' kienu Tedeski oħrajn li ħadu ħsieb li jeleminaw dawn il-Lhud kollha.", "U ħadu ħsieb jeleminawhom bi preċiżjoni tal-waħx u b'attenzjoni għad-dettalji sabiex telimina l-bnedmin kollha.", "Kif jgħid tajjeb Gustav Zagrevski, Auschwitz ma jgħix biss fit-traġedja Lhudija iżda ta' seklu sħiħ tal- bniedem innifsu.", "\"Auschwitz non e un fatto storico come tanti altri, ma in evento del autocoscienza umana, un ombra che pesa sulla considerazione che l'uomo puo avere di se stesso.\".", "Huwa vera ħaġa tal-mistħija.", "Illum il-ġurnata, Mr Speaker, irridu nirriflettu li kien it-tkissir tad-demokrazija, kien it-tkissir tal-valur uman, kien it-tkissir tad-djalogu u tad-demokrazija li ġab lil Hitler fil- pożizzjoni li jista' jagħmel dawn l-atroċitajiet kollha.", "Illum il-ġurnata aħna f'dan il-pajjiż għandna nirriflettu fuq dan.", "Għandna nirriflettu fuq l-importanza tad-djalogu u fuq l-importanza tad-dibattitu.", "Jien naħseb li f'dan il-pajjiż għandna bżonn inħarsu iktar fil-fond fuq dan.", "Illum, l-editorjal tal-gazzetta \"The Times\" jistedinna biex nidħlu iktar fil-fond ta' l-affarijiet u jgħid kliem verament ta' piż.", "Jgħid li f'dan il-pajjiż hemm bżonn li jidħol: a political sense of proportion so that we can effectively move on.", "Mr Speaker, ma stajtx ma nsemmix il-mument tal-lum għax qrajt artiklu miktub minn ċertu Dr. David Goldberg li huwa s-senior rabbi tal-Liberal Jewish Synagogue l-Ingilterra li fil-konflitt bejn il-Lhud u l-Palestinjani kiteb u talab għal \"what I am forlorning is calling for a sense of proportion\".", "Huwa dan is-sens ta' proporzjon li hemm bżonn li jidħol sew f'pajjiżna.", "Sfortunatament qegħdin 'il bogħod mill-ħsebijiet ta' Socrate u ta' Platun fejn kull naħa għandha tiddibatti b'mod liberu u kull naħa għandha tiddibatti b'mod kostruttiv.", "F'dan il-pajjiż f'ċerti mumenti l- volum jew it-temperatura tad-dibattitu politiku tela' 'l fuq iż-żejjed.", "F'ċerti mumenti jidher ċar li jkun hemm nuqqas ta' tolleranza u lejn dak li wieħed jaħseb u lejn il-bniedem innifsu li qed jgħid dan il-ħsieb.", "Dan huwa perikoluż għax meta fil-kamp politiku wieħed juża kliem ta' intolleranza u meta wieħed juża kliem li jkunu viċin kważi Alla jħares qatt il-mibegħda, u wieħed ikun qiegħed jersaq ukoll viċin ta' ċertu aġir jew ħsieb vjolenti, allura wieħed irid jgħid li f'dan il-pajjiż hemm bżonn li nieqfu u nirriflettu sabiex nerġgħu ndaħħlu lura ftit tat-tolleranza u ftit iktar djalogu bejn il-partijiet politiċi.", "Mr. Speaker, wieħed irid jgħid ukoll li ħlief għall-parlament u ftit postijiet oħra, id-dibattitu bejn il-klassi politika huwa ridott għal ftit programmi.", "Illum il-ġurnata għandna diversi strumenti biex wieħed ikun jista' jitkellem.", "Għandna l-mezzi tar-radju u l-mezzi tat-televiżjoni pero' tiskanta, il-klassi politika qisha saret mhux parti sħiħa minn dibattitu fejn hija klassi politika li qiegħda timponi dibattitu kif kien jagħmel Lincoln u Douglas.", "Dwar dawn ċertu Christopher Lax f'\"The revolt of the elite and the betrayal of democracy.\" jgħid hekk:", "\"They behaved as if a public leader has the duty to clarify problems, not just that of being re-elected.\".", "Hemm bżonn li aħna bħala nies li nieħdu sehem fil-politika jkollna l- possibilta' li nkunu nistgħu nitkellmu sew u mhux insiru parti minn xi ċirklu jew parti minn show li l-interess prinċipali tiegħu huwa biss li jtella' n-numru tan-nies li jarawh.", "Aħna parti importanti fil-kamp politiku, pero' għandna d-dinjita' tagħna wkoll, u d-dinjita' tagħna titlob li jkollna l-possibilta' li nkunu nistgħu niddibattu sew dawn l-affarijiet.", "Jien ngħid li dak li seħħ fil-Ġermanja għandu jkun ukoll ta' riflessjoni sħiħa għalina f'dan il-kuntest.", "Jekk kemm-il darba l-klassi politika ta' dan il-pajjiż ma tiddibattix b'mod liberu, fil-fond u b'mod li tinforma fid- dettalji kollha ta' dak li hemm bżonn, allura nkunu qegħdin mhux inservu bħala strumenti għal demokrazija ikbar imma nkunu qed nagħmlu l-kontra.", "Naħseb li dan huwa essenzjali għall-elettorat tagħna.", "Fil-ktieb li għadu kif ħareġ issa \"Dialogo intorno alla repubblica\" Norberto Bobbio jgħid hekk:", "\"Il principio fondamentale della democrazia e del resto ostile alla segretezza.", "Se tu devi votare, devi poter conoscere sia il problema sul quale devi esprimere il tuo gudizio sia le persone che sono convolti\".", "Naħseb li llum għandna naċċettaw dak li qiegħed jitressaq quddiemna u ngħidu li hemm bżonn li aħna nservu bħala strumenti, imma rridu wkoll ningħataw il-fakulta' li din il-ħaġa nkunu nistgħu nagħmluha.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq billi nfakkar li l-Lhud fid-dinja batew l-iktar affarijiet atroċi.", "Wieħed irid jibqa' jiftakar f'dik it-tbatija, u jrid ukoll jiftakar li d-demokrazija hija tant vitali għal pajjiżna, li mill- iktar affarijiet żgħar irridu nżommuha, u dak ifisser li rridu nieħdu ħsieb li jkun hawn dibattitu liberu, raġjonat u dettaljat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Geroge Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Grazzi, Mr Speaker.", "Ħadt gost nisma' lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li tkellem fuq suġġett li m'huwiex neċessarjament marbut ma' dak li qed jiġri f'pajjiżna imma ttraduċih ukoll għar-realta` ta' pajjiżna u għall-ħtieġa ta' diskussjoni serja bbażata fuq il-fatti.", "Ippermettili naqbad fuq l- aħħar punt, fuq il-kwestjoni tal-fatti.", "Il-ġimgħa li għaddiet l-Onor.", "Joe Mizzi għamel intervent fl-aġġornament għar-rigward tat-tneħħija ta' 12-il tomna ta' art li mhux se jinbnew fil-wied tal-Kalkara.", "Dawn it-tmien qabel setgħu jinbnew u issa bid-deċiżjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar mhux se jinbnew.", "Jien naħseb li din hija t-tielet darba li qed nitkellem dwar dan is-suġġett f'dan il-parlament u llum għal darba oħra nerġa' ntenni dak li kont għedt fid-drabi l-oħrajn lill-Onor.", "Joe Mizzi li m'huwiex veru li gvern Laburista b'xi mod kien qiegħed jikkunsidra li joħroġ 'il barra art biex ma tinbeniex.", "Kienet biss l-awtorita` ta' l-ippjanar li kienet qed tikkunsidra li tagħti proposta lill-gvern ta' dak iż-żmien li tiġi meħuda dik l-art biex jingħata kumpens, liema proposta l-awtorita` ta' l-ippjanar spiċċat qatt ma għamlet lill-gvern.", "U kienet dik l-istess art li l-awtorita` ta' l- ippjanar ħarġet minn ġewwa ż-żona ta' l-iżvilupp u llum mhux se tinbena.", "Jien fid-drabi l-oħra sfidajt lill-Onor.", "Joe Mizzi biex iġibilna prova li l- gvern li hu kien jifforma parti minnu b'xi mod ħa xi deċiżjoni biex hemmhekk ma jinbeniex.", "Dan qed jgħiduh biss issa li qegħdin fl- oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Joe Mizzi baqa' jonqos milli jġib dik il-prova.", "Jien tlabtu wkoll li jġib prova iswed fuq l-abjad ta' dik id-deċiżjoni, kif ukoll xi pjanta li turi dak li kien qed jgħid.", "Fl-aħħar intervent tiegħi f'dan il-parlament poġġejt ukoll fuq il-mejda tal-Kamra site plan li turi l-art li dwarha l- awtorita` ta' l-ippjanar kienet qed tikkunsidra li tagħti l-proposta lill- gvern.", "Dik il-pjanta li poġġejt bl-aktar mod ċar turi li l-awtorita` ta' l- ippjanar lanqas biss kienet qed tikkonsidra li tipproponi lill-gvern li s- sit \"A\" - jiġifieri x-xaqliba li tħares fuq ix-xatt tal-Kalkara - ma tinbeniex.", "Sit \"A\" dejjem kien għall-bini u kemm l-awtorita` ta' l-Ippjanar kif ukoll il-gvern tal-Labour bejn l-1996 u l-1998 hekk ħallewha l- proposta.", "Minkejja l-ħafna sfidi li għamiltlu baqa' ma ġiex hawnhekk jew x'imkien ieħor u jġibilna xi tip ta' prova.", "Issa l-ġimgħa li għaddiet, anke waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, l-Onor.", "Joe Mizzi uża l-kelma \"abbokkament\".", "Dan iġiegħelni nifhem li l-Onor.", "Mizzi qata' qalbu li jsib xi prova iswed fuq l-abjad u issa qed jgħid juża l-kelma \"abbokkament\", jiġifieri li xi ħadd tkellem ma' xi ħadd.", "Mr Speaker, jiena llum nixtieq inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra minuti ta' laqgħa li saret bejn uffiċjali ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar u ħames ministri tal-Kabinett Laburista.", "Din il-laqgħa saret fit-8 ta' Ottubru 1997.", "Dakinhar għan-naħa tal-gvern kienu preżenti l-Onor.", "George Vella, dak iż-żmien ministru għall-affarijiet barranin u ambjent, l-Onor.", "Alfred Portelli, dak iż-żmien responsabbli mill-housing, l-Onor.", "Joe Mizzi, dak iż- żmien ministru mingħajr portafoll, l-Onor.", "Karmenu Vella, dak iż-żmien ministru għat-turiżmu, u l-Onor.", "Charles Buhagiar, dak iż-żmien ministru għax-xogħlijiet u infrastruttura.", "Dawn il-minuti jikkomprendu tmien paġni ta' punti li ttieħdu a bażi tad-diskussjoni li kien hemm rigward il-pjan lokali għan-naħa tal-port, dak li bl-Ingliż jissejjaħ il-Grand Harbour Local Plan.", "F'din il-laqgħa li saret fl-uffiċini ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar intqalu ħafna affarijiet ħlief fuq il-parti li għandha x'taqsam mal-wied tal-Kalkara.", "Tlieta minn dawn it-tmien paġni huma dedikati fuq il- Kalkara.", "Jissemmew ħafna affarijiet fuq il-Kalkara barra fuq l-art in kwestjoni u l-wied tal-Kalkara.", "Fil-fatt fil-minuti għar-rigward tal- Kalkara intervjena l-Onor.", "Joe Mizzi, George Vella, jerġa' jintervjeni Joe Mizzi, jintervjeni Karmenu Vella, jerġa' jintervjeni Joe Mizzi, jitkellem Karmenu Vella u hawn lista sħiħa.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, li llum tant taħirqu qalbu għall-wied tal-Kalkara, f'dik il-laqgħa fejn iktar ġiet diskussa l- Kalkara intervjena tliet darbiet imma fl-ebda intervent ma qal imqar kelma waħda fuq il-wied tal-Kalkara li issa tant jitkellem fuqu.", "Mr Speaker, jiena nixtieq nistaqsi fejn kien l-abbokkament.", "Dan li għamel l-abbokkamenti kellu opportunita` tad-deheb imur jgħid lill-awtorita` ta' l- ippjanar x'inhi l-pożizzjoni tiegħu u tal-gvern li kien jifforma parti minnu dak iż-żmien, pero' dan ma qal xejn u llum irid ikompli jbellagħha lill-kostitwenti tiegħu, lill-kap tiegħu u b'xi mod lill-poplu in ġenerali kollu li l-art kollha li tappartjeni għal hemmhekk ma kellhiex tinbena.", "Hekk qalulna li kien ġie deċiż mill-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 fl- istqarrija li għamlu tas-16 ta' Jannar.", "Mr. Speaker, jien ngħidilhom: Skużi, għallinqas għandu jkollkom id-diċenza li titkellmu fuq il-fatti.", "Il-fatti jiena qed inpoġġihom iswed fuq l-abjad.", "Il-minuti tal-laqgħa li saret bejn ħames ministri tal-gvern flimkien ma' l- uffiċjali ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar hemm fuq kollox, pero' mqar kelma waħda fuq il-kwestjoni tal-wied tal-Kalkara.", "Dan ikompli jpoġġi fix-xejn il- paroli fil-vojt min-naħa tal-Partit Laburista.", "Illum jipprova jilgħabha tal- paladin ta' l-ambjent meta l-fatti juru ħaġa waħda biss, li kellha tkun l- awtorita` ta' l-ippjanar u l-gvern tal-lum li jaqtgħu 12-il tomna art li l- bieraħ setgħu jinbnew u li llum mhux se jinbnew sabiex il-wied tal-Kalkara jiġi protett mhux biss għan-nies tal-Kalkara imma għall-kumplament tal- poplu Malti.", "Nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti li rreferejt għalihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess.", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' kummenti li saru matul laqgħa li saret bejn l-Awtorita' ta' l- Ippjanar u l-Kabinett tal-Ministri fit-8 ta' Ottubru 1997 dwar il-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta 12 ta' Frar 2002 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-KAVALLIERI", "31328.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kavallieri hijiex inkluża mal-lista ta' toroq li se jsiru issa f'Wied il-Għajn?", "Jekk iva, ħarġet it-tender u ġiet aġġudikata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 25635.", "ĦAL FARRUĠ - EMBELLISHMENT", "31329.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24897 dwar il-pjan għall-proġett ta' embellishment għall-area ta' Ħal Farruġ, jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed kopja ta' dan il-pjan fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid f'hiex wasal dan il-pjan?", "Meta għandu jibda jitwettaq mid-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar tal-ministeru għall- politika soċjali flimkien mal-kunsill lokali?", "Meta huwa maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 30804 f'seduta nru 677.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li x-xogħol maħsub jitlesta sal-bidu ta' l-2004.", "ĦAL FARRUĠ - EMBELLISHMENT", "31330.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24897 dwar il-bini tat-toroq biswit il-blokki ta' l-appartamenti l-ġodda, jekk l- awtorita' ta' l-ippjanar approvatx il-pjan tal-proġett ta' embellishment li kellu jsir mid-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar tal-ministeru għall- politika soċjali flimkien mal-kunsill lokali, kif indikat fit-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari msemmija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-permessi għall-embellishment ħarġu.", "Biss għal dettalji dwarhom, nitlob l-Onor.", "Interpellant tirriferi l- mistoqsija tagħha lill-ministru kkonċernat.", "PA - ĦAL FARRUĠ", "31331.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija u għat- tweġiba parlamentari nru.", "24900 dwar bini ma' blokk G f'Ħal Farruġ li kien ippjanat li jsiru ħwienet imma għadhom magħluqin u li hemm boundary wall ta' dan il-bini li jiġi mal-livell tat-twieqi ta' appartamenti b'riskju ta' siġurta għal familji residenti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien ir- riżultat ta' l-investigazzjoni li d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar wettaq?", "Jista' jqiegħed kopja tar-rapport li sar fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 30805 f'seduta nru 677.", "PA - ĦAL FARRUĠ", "31332.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija u tweġiba parlamentari nru.", "24901 dwar il-propjeta tal-gvern f'Ħal Farruġ li hija magħluqa u li tista' sservi bħala ħwienet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita tad-Djar ħarġetx l-offerti għall-bejgħ ta' din il- propjeta li kellha sservi għal faċilitajiet ta' ħwienet kif ġie indikat fit- tweġiba għal mistoqsija msemmija hawn fuq fit-3 ta' April 2001?", "Jekk iva, meta se jingħataw , jekk sa' llum għadhom ma ingħatawx?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 30803 f'seduta nru 677.", "Ninsab infurmat li l-awtorita' tad-djar ħarġet l-offerti għall-bejgħ għall- ħwienet numru 2 u 4 f'Ħal-Farruġ u dawn l-offerti ser jagħlqu fil-15 ta' Frar 2002.", "MOBILE SQUAD – ĦAL FARRUĠ", "31333.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba parlamentari nru.", "24902 dwar kemm hija regolari l-ħidma tal-mobile squad tal-pulizija fl-area ta' Ħal Farruġ, jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena li għaddiet il-pulizija żidietx il-ħidma tagħha permezz tal-mobile squad jew mezzi oħra f'din l- area bil-għan li jiġi assigurat aktar sigurta' f'din il-kommunita?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30801.", "ĦAL FARRUĠ – PROBLEMA TA' ĠRIEDEN", "31334.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba parlamentari nru.", "24903 dwar il- problema tal-ġrieden fl-area ta' Ħal Farruġ, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġiet segwita regolarment matul is-sena li għaddiet mis-sezzjoni tal-pest control tad-dipartiment tas-saħħa, il-problema tal-ġrieden li hemm f'din l-area u kif indika l-istess ministru fit-tweġiba tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba għal domanda simili (mistoqsija parlamentari nru.", "30800) diġa' ngħatat fil-15 ta' Jannar 2002 f'seduta nru 676.", "F'Jannar ta' din is-sena saru żewġ trattamenti oħra mis-sezzjoni tar-rodent control tat-taqsima saħħa pubblika fl-inħawi indikati mill-Onor.", "Interpellant.", "PENSJONI - BOLOL", "31346.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb d-domanda parlamentari nru.", "31016 tas-seduta 685 datata 28/01/02 u cioe jista' jgħid x'inhi r- raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b'mod separat, ex surġent maġġur fil-pulizija, u li irtira mis-servizz fil-korp tal-pulizija fl-1978 b'pensjoni ta' Lm78.25 cents fix-xahar, u li baqa jħallas l-bollol (sigurta soċjali) sal-61 sena u li kull ma qed jieħu żieda hija dik biss ta' l-għoli tal-ħajja meta ħaddieħor bħalu u saħansitra ma baqax iħallas l- bolol sal-61, ħa ħafna aktar żiediet fil-pensjoni tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali dwar il-każ.", "AVUKAT ĠENERALI", "31347.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu kariġi l-avukat ġenerali f'kummissjonijet u bordijiet u kemm f'kull waħda minnhom jitħallas tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Avukat Generali għandu kariga fis-segwenti bordijiet:", "membru tal-kunsill ta` l-universita`; membru tal-kunsill tal-fondazzjoni tal-kon-kattedral ta` San Gwann; membru tal-kummissjoni għar-reforma tal-welfare; membru tal-maritime jurisdiction committee; membru tal-bord taċ-ċentru malti dwar l-arbitraġġ (ex uffiċio); membru (ex-uffiċio) tal-kummissjoni dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja;", "membru (ex-uffiċio) tal-kunsill tas-saħħa; (sa` Diċembru 2001) membru tan-nominations committee taħt l-att dwar ġieħ ir-repubblika;", "membru ta` diversi government negotiating group fuq diversi kuntratti ta` zvilupp (eg. connections projects, Cottonera, Manoel Island - Tigne`, Seaport Terminal); membru tar-rule making board taħt il-Kap.", "9 u 12 tal-liġijiet ta' Malta;", "Dawn il-karigi kollha ħlief il-bord taċ-ċentru malti dwar l-arbitraġġ huma onorarji u fuqhom l-avukat ġenerali ma jitħallas ebda ororarju jew għall- spejjes - fir-rigward taċ-ċentru malti dwar l-arbitraġġ jitħallas is-somma gross ta` LM3660 fis-sena - liema somma hi soġġetta għat-taxxa fuq l- income.", "L-avukat ġenerali jservi ukoll fuq diversi kumitati u borijiet ad hoc kif jinqala l-bzonn ukoll bla ħlas addizzjonali.", "GĦARGĦUR – STREET LIGHTNING", "31348.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer jsir l-street lightning fi Triq il-Kampanjol, Magħtab fil-limits tal-Għargħur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "Kif kelli okkażjoni ngħid diversi drabi meta weġibt mistoqsijiet dwar din il-materja, minħabba diversi fatturi, mhux possibbli li tingħata data meta x-xogħol mitlub isir.", "AIR MALTA", "31349.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma id-debituri tal-Air Malta lokali li ilhom ma jonoraw il-ħlasijiet lil din il-kumpanija għall-aktar minn sena u kemm minnhom jaqbżu l-ammont dovut għall-aktar minn Lm 10,000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minħabba n-natura kummerċjali tal-mistoqsija ma nħossx li jkun prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "MOLLIJIET", "31351.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu stmat li ser jintefqu flus fuq l-estensjonijiet tal- mollijiet sew dawk fiċ-Ċirkewwa kif wkoll dawk fl-Mġarr, Għawdex?", "Kemm intefqu s'issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MCAST - EŻAMIJIET", "31359.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Għaliex fl-Istitute tal-MCAST tan-Naxxar ħabbrulhom f'daqqa waħda li se jkollhom l-eżamijiet kmieni l-ġimgħa d-dieħla meta kienu qalu lill- istudenti li l-eżamijiet kellhom isiru iżjed tard fi Frar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-assessment permezz ta' progress week fl- Istitut tal-MCAST fin-Naxxar ser isiru fit-tieni ġimgħa ta' Frar kif ser isir fil-ħames Istituti l-oħra tal-kulleġġ.", "ARMIER – BEACH ROOMS", "31360.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31213 u cioe jista' l- Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li rreġistraw l-art li jaħdmu fl-Armier u li issa se tittieħed biex fuqha jinbnew il-beach rooms?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ix-xogħol fuq l-iskema li għamel referenza għaliha l- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31213, għadu għaddej.", "Mill-għaxar t`elef applikazzjoni ċirka li ġew sottomessi f`din l-iskema, kien hemm elf seba` mija sebgħa u erbgħin (1,747) applikazzjoni fid-distrett tal-Mellieħa.", "Dawn għadhom qegħdin jiġu mmarkarti fuq pjanti apposta permezz tal-computer biex kif diġa` tħabbar joħorġu għal public screening fl-1 t`April 2002.", "Ikun biss f`dan l-istadju li wieħed ikun jista` jara fattwalment l-applikazzjonijiet li saru għal xi lokalita` partikolari.", "DIPARTIMENT TAL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "31361.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31271, jista' l-Viċi prim ministru jgħid x'passi ħa immedjati id- dipartiment tal-akkomodazzjoni soċjali u d-dipartiment tas-servizz soċjali dwar il-każ tal-persuna msemmija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-rigward tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali, ngħataw struzzjonijiet li l-persuna konċernata tingħata direttament pagament bħala għajnuna soċjali fid- dipartiment sakemm jiġi stabbilit indirizz fejn ikun jista' jintbgħatilha ċ- ċekk.", "Fir-rigward tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ninsab infurmat li l-każ qed jiġi investigat.", "COTTONERA WATEFRONT GROUP – YACHT MARINA", "31362.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni u tielet parti tal-mistoqsija parlamentari nru.", "31231 li oriġinarjament saret lil ministru għal ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe jista' jgħid x'obbligi għandu l-Cottonera Waterfront Group f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-environmental impact ssessment tal- proġett tal-Yacht Marina skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Front f'Ġunju 1999?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn l-obbligi ġewx imwettqa skond il-ftehim milħuq?", "Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, x'inhi r-raġuni għala dawn l-obbligi ma ġewx imwettqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Cottonera Waterfront Group f`Ġunju 1999 jobbliga lill-Cottonera Waterfront Group biex tissottometti environmental impact assessment għall-Yacht Marina tal- Kottonera.", "Dan irid isir skond termini maħruġa mill-awtorita` ta` l- ippjanar.", "Il-Cottonera Waterfront Group issottomettit dan l-impact assessment fl-Lulju 2001 u l-awtorita` ta` l-ippjanar bagħtet il-kummenti tagħha fil-bidu ta` Novembru 2001.", "Mill-kummenti ta` l- Awtorita` jidher li hemm ħtieġa għal aktar informazzjoni u kjarifika speċjalment rigward l- aspetti arkeoloġiċi.", "Fil-fatt il-Cottonera Waterfront Group issa tat l-informazzjoni kollha li hi kellha mill-kumpanija barranija li wettqet l-istudju arkeoloġiku u bħalissa d-dipartiment tal-mużewijiet flimkien ma` l-awtorita` ta` l- ippjanar qed jevelwaw din l-informazzjoni.", "Fil-ġimgħat li ġejjin il- Cottonera Waterfront Group ser tissottometti wkoll informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar rigward studji oħra li jiffurmaw parti mill-environmental impact assessment'.", "Huwa biss wara l-għeluq tal-proċeduri kollha meħtieġa li wieħed ikun jista` jevelwa jekk il-konsorzju mexiex jew le ma` l-obbligi kollha li l-istess konsorzju għandu mal-Gvern.", "MCAST", "31363.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jidher illi l-Kulleġġ ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija ħalla barra ħolqa importanti fil-programmi tal-Institut tal-Bini u Kostruzzjoni, jiġifieri it- taħriġ professjonali ta' tekniċi u managers tal-barrieri.", "Jista' l-Ministru jinforma jekk il-Kulleġġ huwiex qiegħed jaħseb biex isir dan it-tagħlim biex b'hekk il-pajjiż ikollu nies tekniċi għal kul stadju tal-proċess tal- kostruzzjoni, jiġifieri min meta jsir il-qtugħ tal-ġebla ta' kwalita sal- prodott finali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, il-kors ta' tekniċi/managers tal-barrieri huwa ħolqa importanti fil-programmi ta' l-Istitut tal-Bini u Kostruzzjoni.", "Informat li sforzi qed isiru sabiex isiru l-kuntatti meħtieġa ma' tekniċi li joperaw f'dan il-qasam sabiex dan il-bżonn jiġi sodisfatt fil-ġejjieni.", "UNIVERSITA' TA' MALTA - ĠEOLOĠIJA", "31364.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk qiegħed jaħseb biex jintroduċi il-ġeoloġija ma' s-suġġetti xjentifiċi mgħalma fl-Universita' ta' Malta biex b'hekk ikun hemm diversifikazzjoni ta' ħiliet li jinkludu l-Inġenerija Ġeoloġika u l- Mineraloġija u l-applikazzjoni ta' dawn fit-tiftiex ta' riżorsi minerali, kwalita' ta' l-art u ċediment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kull suġġett, u żgur mhux anqas il- Ġeoloġija, l-Inġenerija Ġeoloġika u l-Mineraloġija, huma importanti kif ukoll mhux eskluż li l-pajjiż jista' jkollu bżonn ta' esperti f'dan il- qasam.", "Iżda qabel l-Universita` ma' tiddeċiedi li ddaħħal suġġett ġdid ma' dawk offruti, trid tqis x'riżorsi umani huma meħtieġa u l-prioritajiet.", "FAĊĊATA TA' CASINO VENEZIA – RESTAWR", "31365.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress illi fir-restawr tal-faċċata ta' Casino Venezia u xogħol ieħor intużat ġebla ta' kwalita' inferjuri min dik oriġinali, il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u ċ-Ċentru Malti għar-Restawr qegħdin jaħsbu biex jużaw is- servizzi ta' espert ġeoloġista speċjalizzat fil-ġebla lokali biex ma jkunx hemm repetizzjoni ta' użu ta' ġebla inferjuri u biex jgħin fir-restawr u fit-taħriġ ta' restawraturi kif wkoll jagħtu kontribut fir-restawr ta' siti arkeoloġiċi fejn sar ħsara fil-ġebla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ingaġġ ta' servizzi speċjalizzati bħal dawk imsemmija mill-Onor.", "Membru qed jiġi konsidrat soġġett għall- prioritajiet u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa.", "TAX COMPLIANCE UNIT - ENEMALTA", "31370.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk uffiċjali mit-tax compliance unit għandhomx id-dritt jordnaw lill-Enemalta li jerġa jagħti s-servizz ta' l-elettriku lil persuni li jkollhom dan is-servizz sospiż minħabba li jkunu naqsu li jħallsu l- kontijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar dettalji dwar dan il-każ għax sa fejn hu magħruf it-tax compliance unit qatt ma talbet lil Enemalta biex tieħu dawk il-passi li ssemmew fl-interpellanza.", "Dawn id-dettalji jistgħu jiġu mogħdijja b'kunfidenza.", "ĊIRKEWWA - DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "31371.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Issa li ġew konklużi l-investigazzjonijiet li saru dwar il-mewt ta' tlett ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ fiċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-inkjesta maġisterjali kif wkoll kopja ta' l-inkjesta dipartimentali dwar dan il-każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ĊIRKEWWA - DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "31372.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid issa li irriżulta mill-inkjesta maġisterjali lid- dipartiment tad-drenaġġ għandu r-responsabbilita għall-mewt tat-tlett ħaddiema fiċ-Ċirkewwa, jista' jgħid jekk il-pulizija hux se tieħu azzjoni kriminali kontra dawk l-impjegati taċ-Ċivil responsabbli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mill-provi kollha miġbura fl- Inkjesta Maġisterjali, ma jirriżultax illi hemm provi biżżejjed sabiex tkun tista` tinġieb prosekuzzjoni mill-Pulizija u dan skond parir mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "PULIZIJA – LIGHT DUTY", "31373.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija bil-light duty ?", "Dawn il-pulizija jingħataw xogħol extra?", "Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' xogħol jingħataw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 19-il membru tal- Korp tal-Pulizija taħt xi forma ta` light duty.", "Minn dawn hemm ħamsa li jagħmlu extra duty on payment.", "Qed issir evalwazzjoni tas-sistema kollha tal-light duties.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - XOGĦOLIJIET", "31374.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal dak li ntqal f'risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30048, rigward x-xogħol li qiegħed isir ħdejn il- Gillieru, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestaw ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant hemm il-ħsieb li jitlesta' mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet matul ix-xhur li ġejjin.", "VRP - XOGĦOL", "31383.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Valletta Rehabilitation Project se tieħux ħsieb il-proġett f'Pjazza E.S.Tonna, Floriana?", "X'hemm ippjanat li tagħmel il-VRP u meta hu maħsub li jinbeda/jintemm ix-xogħol?", "Kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-Proġett għar- Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta huwa responsabbli tal-paviment ġdid ta' Pjazza E S Tonna, Floriana.", "Il-proġett mistenni jiswa Lm15,237.", "Il-proġett ilu li nbeda u waqaf wara li l-Kunsill Lokali Floriana talbu tibdil fil-proposta li kienet ġiet approvata qabel.", "Din il-bidla tfisser spejjeż aktar ta' Lm6,066.", "Il-Gvern għalhekk qed jikkonsidra din il- proposta.", "FLORIANA - OSPIZIO", "31384.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiswa ix-xogħlijiet fl-ospizio fil-Floriana?", "Meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol u f'hiex ikun ikkonsista?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol li għaddej bħalissa fl-Ospizio jikkonsisti f'bini mill-ġdid ta' parti mill-casemates li kienet iġġarfet fil-gwerra.", "Dan ix-xogħol hu stmat li ser jiswa madwar Lm65,500 u hu maħsub li jintemm f'Lulju ta' din is-sena.", "UNIVERSITA' - ĠONNA TAL-ARGOTTI", "31385.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isiru mill- Universita' fil-Ġonna tal-Argotti l-Floriana?", "Kemm swew jew huma stamti li jiswew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħlijiet li qed isiru huma relatati ma' restawr biex jissewwew ħsarat li tħallew jakkumulaw tul iż-żmien.", "Fost ix-xogħlijiet li saru s'issa hemm tibjid ta' pilastri, tibdil ta' gates tal- ħadid u bibien imkissra, tibdil ta' tankijiet tal-konkrit b'ġebla maltija, tiswijiet estensivi ta' serrer ta' l-injam, tiswijiet ta' gastri antiki tal- ġebel, eċċ. Ma' dan ix-xogħol wieħed irid iżid it-tindif tal-kantina taħt il-Villa ta' de Argote, twaqqih ta' żebgħa u konkos biex tinkixef il-ġebla biex ikun hemm post fil-villa fejn jistgħu jintlaqgħu n-nies u jsiru xi esebizzjonijiet (Visitor's centre).", "Barra hekk, xogħol fuq it-tkabbar tal- kollezzjoni, katalogar u labelling.", "Dak kollu biex l-argotti jerġa' jieħu d-dinjita` li kellu fil-passat meta kien taħt l-Universita` u li jistħoqlu ġawhra ta' post bħal dan.", "Il-budget kollu tas-sezzjoni ġonna (gardens unit) huwa maqsum fuq tlett ġonna: l-Universita`, l-Argotti u l-Junior College.", "Fuq l-Argotti jintefqu madwar terz ta' dan il-budget li ma jeċċediex l-Lm10,000 globalment.", "SECURITY GUARDS - LICENSE", "31386.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li se jieħdu l-license wara li attandew għal course tas-security guard?", "Meta se jieħdu l-license?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 64 applikazzjoni għall-liċenzja ta` Gwardjani Privati li qed ikunu proċessati mill-Pulizija skond kif rikjest bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).", "KONSULENTI", "31387.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentaru nru.", "31204, jista' l- Ministru jgħid min huma l-konsulenti msemmija u x'inhu l-ammont li kull wieħed minnhom tħallas matul is-sena 2001?", "Dawn il-konsulenti jgawdu minn xi benefiċċju ieħor, apparti l-ħlas?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:", "|Konsul|Tip ta' |Ħlas |Benefiċ| |ent |Konsulenza|fl-2001|ċji | |Paul |Mechanical|Lm |NIL | |Meilaq|Engineerin|1837.61| | | |g- |(4.5% | | | |St. James |tax- | | | |Cavalier |xogħol | | | | |esegwit| | | | |) | | |Camill|Electrical|Lm |NIL | |eri & |Engineerin|5622.10| | |Cuschi|g- |(3% | | |eri |St. James |tax- | | | |Cavalier |xogħol | | | | |esegwit| | | | |) | | |Richar|Structural|Lm |NIL | |d |- |24147.7| | |Englan|St. James |1 | | |d |Cavalier |(7.5% | | | | |fuq | | | | |l-ewwel| | | | | | | | | |Lm2,000| | | | |,000 | | | | |tax-xog| | | | |ħol | | | | |esegwit| | | | |u 7 % | | | | |fuq | | | | |il-kump| | | | |lament | | | | |tax-xog| | | | |ħol) | | |Theatr|Theatre |Lm |spejjeż| |e |Consultanc|8722.61|tal-vja| |Projec|y - | |ġġi | |ts |St. James | |u | | |Cavalier | |akkomod| | | | |azzjoni| | | | |inklużi| | | | |fil-ħla| | | | |s | |KPMG |Consultanc|Lm |NIL | | |y- |2438.00| | | |Viset | | | | |Project | | | |Prof. |Master |Lm |spejjeż| |Titian|Plan - |12500.0|tal-vja| |a |Conservati|0 |ġġi, | |Kirova|on of | |akkomod| | |Mdina | |azzjoni| | | | |u | | | | |traspor| | | | |t | |KOCKS |Master |Lm | NIL | |Consul|Plan - |84443.0| | |t |South Area|0 | | | |(Nofsinhar| | | | |) | | | | |Data | | | | |tal-pubbli| | | | |kazzjoni: | | | | |29 ta' | | | | |Settembru | | | | |1998 | | | | |Data ta' | | | | |l-egħluq: | | | | |27 ta' | | | | |Ottubru | | | | |1998 | | | | |estiża | | | | |għal 10 | | | | |ta' | | | | |Novembru | | | | |1998 | | | | |Data | | | | |tal-Letter| | | | |of | | | | |Acceptance| | | | |: | | | | |6 ta' | | | | |Jannar | | | | |2000 | | | |KOCKS |Master |Lm |NIL | |Consul|Plan- |19666.4| | |t |North Area|2 | | | |(Tramuntan| | | | |a) | | | | |Data | | | | |tal-pubbli| | | | |kazzjoni: | | | | |20 ta' | | | | |Ġunju 1997| | | | |Data ta' | | | | |l-egħluq: | | | | |22 ta' | | | | |Lulju 1997| | | | |estiża | | | | |għal 5 ta'| | | | | | | | | |Settembru | | | | |1997 | | | | |Data | | | | |tal-Letter| | | | |of | | | | |Acceptance| | | | |: | | | | |16 ta' | | | | |Marzu 1998| | | |DORSCH|Project |Lm51431| NIL | |Consul|Management|2.00 | | |t | | | | | |Services -| | | | |Drainage | | | | |Data | | | | |tal-pubbli| | | | |kazzjoni: | | | | |14 ta' | | | | |Novembru | | | | |1997 | | | | |Data ta' | | | | |l-egħluq: | | | | |18 ta' | | | | |Dicembru | | | | |1997 | | | | |estiża | | | | |għat-12 | | | | |ta' | | | | |Frar 1998 | | | | |Data | | | | |tal-Letter| | | | |of | | | | |Acceptance| | | | |: | | | | |26 ta' | | | | |Frar 1999 | | | |AIS |Environmen|Lm |NIL | |Enviro|tal |27801.0| | |nm. |Assessment|0 | | |Ltd. |-Drainage | | | | |Data | | | | |tal-pubbli| | | | |kazzjoni: | | | | |29 ta' | | | | |Settembru | | | | |1995 | | | | |Addendum | | | | |ieħor | | | | |ippubblika| | | | |t fit-30 | | | | |ta' | | | | |Lulju 1997| | | | |Data ta' | | | | |l-egħluq: | | | | |7 ta' | | | | |Novembru | | | | |1995 | | | | |estiża | | | | |għal 5 ta'| | | | | | | | | |Diċembru | | | | |1995 | | | | |estiża | | | | |sad-29 ta'| | | | |Sett. 1997| | | | |Data | | | | |tal-Letter| | | | |of | | | | |Acceptance| | | | |: | | | | |14 ta' | | | | |Lulju 1998| | | |David |Consultanc|Sponsor|kiri | |Lyth |y - |jat |ta' | | |Waste |mill- |karozza| | |Management|Commonw| | | | |ealth | | | | |għall-p| | | | |erjodu | | | | |ta' | | | | |sena | | | | |b'effet| | | | |t | | | | |mill-24| | | | |ta' | | | | |Settemb| | | | |ru 2001| | |Joseph|Adviser |Lm | NIL| |Sultan| |3302.00| | |a | | | | |John |Consultant|Lm | NIL| |Micall| |10000.0| | |ef | |0 | | |Saviou|Adviser |Lm | NIL| |r | |5424.00| | |Balzan| | | | |Anthon|Adviser |Lm |Lm50 | |y | |8438.00|fix-xah| |Mallia| | |ar | | | | |allowan| | | | |ce, | | | | |fully | | | | |expense| | | | |d car, | | | | |mobile | | | | |phone, | | | | |bonuses| | | | |u cost | | | | |of | | | | |living | | | | |increas| | | | |es | |Ray |Executive |Lm |Fully | |Bondin|Co-Ordinat|8438.00|expense| | |or | |d | | | | |car, | | | | |mobile | | | | |phone | | | | |(Lm10. | | | | |fix-xah| | | | |ar | | | | |e-talk)| | | | |, | | | | |bonuses| | | | |u cost | | | | |of | | | | |living | | | | |increas| | | | |es |", "INTERVENT KIRURĠIKU - KUMPENS", "31388.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31172, u jgħid hemmx il- ħsieb li l-pazjenta li d-dettalji dwarha qed ngħaddi separatament li kellha kumplikazzjonijiet wara intervent kirurġiku tiġi mogħtija xi forma ta' kumpens?", "Qed nibgħat il-kunsens tagħha iffirmat under separate cover.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandi xejn xi nżid dwar dan il-każ iżjed minn dak li ikkomunika l-Assistent Avukat Ġenerali tar-Repubblika b'ittra lill- avukat tal-persuna konċernata f'Lulju 2001.", "Ser ngħaddi b'mod konfidenzjli lill-Onor Interpellant, kopja ta' l-ittra tal-Assistent Avukat Ġenerali tar-Repubblika ħalli jagħraf jiggwida ruħu.", "PAZJENTI - OPERAZZJONIJIET", "31389.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31174, ċioe peress ż- żewġ pażjenti li d-dettalji tagħhom qed ngħaddi separatament ilhom ħafna jistennew operazzjoni mhux urġenti iżda minħabba kundizzjoni ta' inkonvenjent kbir, jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi mistħarreġ il-każ tagħhom?", "Qed nibgħat il-kunsens tagħhom iffirmat under separate cover?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-każijiet imressqa mill-Onor Interpellant ġew investigati.", "L-urġenza tal-każijiet tiġi determinata mill-konsulenti rispettivi u ma jidhirlix li bħala Ministru għandi nindaħal fl-eżerċizzju tal-prijoritajiet.", "PENSJONI - TAXXA", "31390.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament qed titnaqqsilha taxxa minn ras il-għajn mill-pensjoni anke jekk din ħallset fis-self assessment tat-taxxa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "PA - NEGOZJI", "31391.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' kif inhuma klassifikati kategorija kategorija kull tip ta' negozju għall-Awtorita' tal-Ippjanar?", "X'inhu rikjest sabiex isir change of use ta' negozju?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant jista` jirreferi għal LN 70/2000 Use Classes Order fejn huma kklassifikati l-użi kummerċjali.", "F`każ ta` change of use trid tiġi sottomessa applikazzjoni formali.", "TA' XBIEX - INSTALLAZZJONI TA' LIFT", "31392.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni għall-installazjoni ta' lift fi Blk B5, Triq Princess Margaret H/E Ta' Xbiex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni għall-istallar ta' lift fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "REVIŻJONI TAL- PENSJONI", "31393.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d- dettalji qed jintbagħtu separatament hux qed tirċievi pensjoni anqas milli suppost għax persuni fl-istess grad tagħha qed tirċievi aktar minnha?", "Hemm lok għal reviżjoni tal-pensjoni tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ bil-miktub mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "WIED IL-GĦAJN - KUNSILL LOKALI", "31402.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31285?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-toroq li ntalbu prijorita' mill- Kinsill Lokali ta' Wied il-Għajn huma kif ġej: Triq Għaxqet il-Għajn Triq il-Batterija taż-Żonqor Triq il-Munxar Triq il-Miklem Malti Triq il-Maħsel P/O Triq Qrempuċ Triq l-Imriekeb Triq l-Iskall Triq is-Sliem Triq l-Ikħal Triq ta' Gidwet Triq Żinżell u P/O Sant Antnin Triq is-Sibbien", "ROADS DEPARTMENT - ILMENT", "31403.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibli li r-roads department jinvestiga ilment li wasal għandi minn residenti ta' Triq Lia, Żabbar li meta sentejn ilu sar xogħol ta' tarmac f'din it-triq intużaw katusi ta' 8\" bħala rain water culvert bil- konsegwenza li illum diversi djar qed jispiċċaw flooded kif jagħmel ftit ilma għax dan il-culvert mhux qed ilaħħaq ma' l-ilma?", "Meta wieħed iqis kemm damu jistennew ir-residenti biex fl-aħħar sar dan il-culvert, possibli jittieħdu passi biex il-kuntrattur jirrimedja s-sitwazzjoni għax jiena infurmat li waqt li kienet issir din il-katusa tat 8\" kienet inġibdet l- attenzjoni li din hi żgħira biex tlaħħaq ma' l-ammont ta' l-ilma tax-xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex jinvestiga l-ilment.", "ŻABBAR - TRIQ BIEB IS-SULTAN", "31404.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jassigura lir-residenti kollha fi Triq Bieb is-Sultan, Żabbar li ix-xogħol li qed isir f'din it-triq mhux se joħloq jew iżid inkonvenjenti bħall-għargħar, u x'inhu jżomm l- espropjazzjoni ta' l-art in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq qiegħed f'negozjati mas-sidien ta' l-art li tinsab in-naħa l-oħra tad-djar sabiex din tkun tista' tinxtara u t-triq tinfetaħ l-wisa' kollha.", "Meta dan ix- xogħol isir m'għandux ikun hemm xi problema kif qiegħed jirreferi għaliha l- Onor. Interpellant.", "MIA - ĦADDIEMA", "31405.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid peress li teżisti ċerta ansjeta fost il-ħaddiema tal-MIA, jista' jgħid x'garanziji se jingħataw il-ħaddiema li ħadd minnhom mhu se jitkeċċa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jirriżultax li b'riżultat tal-privatizzazzjoni parzjali tal-Malta International Airport xi ħaddiema ser jintemmilhom l- impjieg.", "MIA - PENSIONS ORDINANCE ACT", "31406.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li se jkollhom dawk il-ħaddiema li se jagħżlu li jibqgħu mal-MIA, u ċioe jibqgħux igawdu l-kundizzjonijiet ta' qabel l-1979 rigward il-pensions ordinance act?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-ħaddiema li ġew mid- dipartiment ta' l-avvjazzjoni ċivili u/jew il-Forzi Armati ta' Malta u li ser jagħżlu li jibqgħu mal-Malta International Airport wara t-18 ta' Frar 2002 huma koperti bl-Att li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kapitlu 93 (Att numru VII ta' l-1992) u bl-Avviż Legali 101 ta' l-1993.", "SPTAR SAN LUQA", "31407.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "31223 u cioe, jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' impjieg li ngħataw kull clerk - A & E Department fl-isptar San Luqa li bdew jaħdmu fl-1 ta' Jannar 2002 mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?", "Kif saret l-għażla ta' dawn l-impjegati?", "X'inhu l-isem u l-ID card ta' dawn it-tmien impjegati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' impjieg li ngħataw mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi lil tmien (8) persuni fil-kariga ta' clerk fit-Taqsima A&E Department and Billing Section fl-Isptar San Luqa.", "Dawn l-impjegati ġew magħżula minn Bord ta' l-Għażla mwaqqaf għal dan il- għan mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u għab-bażi ta' lista miksuba mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) ta' persuni jirreġistraw għax- xogħol u eliġibbli għall-intervista.", "L-ismijiet u I.D. tat-tmien impjegati konċernati jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI", "31408.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "31205 u cioe, jista' l- Ministru jwieġeb PQ 31070 u cioe jista' l-Ministru jagħti lista ta' prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti, li għandhom il- permessi meħtieġa biex jistgħu jiġu impurtati f'Malta?", "F'kull każ x'inhu l-pajjiż ta' l-oriġini ta' dawn il-prodotti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li bħalissa qiegħed isir eżerċizzju mill- medicines regulatory unit (MRU) dwar il-provisional licensing system, l- informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.", "Huwa mistenni li risposta tingħata qabel tmiem dan ix-xahar.", "Barra minn hekk ittamat illi tali informazzjoni tkun aċċessibbli fuq l- internet fi żmien qasir.", "KUNTRATTURI - JETTING BOWSERS", "31409.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' l-estensjoni li ġie mogħti lill- kuntrattur li qiegħed jagħmel xogħol għad-dipartiment tad-drenaġġ permezz tal-jetting bowsers ?", "Jista' jgħid jekk din l-estensjoni tammontax għal drect order lill-kuntratturi?", "Kemm hu t-tul ta' mains li ġew imnaddfa kull sena din is-sistema, sena b'sena mill-1996 sal-lum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-estensjoni ta' kuntratt ta' kwalunkwe ġeneru ma tirrikjedix il-formalita' ndikata mill- Onor. Interpellant, imma billi ittra li tinħareġ mid-dipartiment wara li jkun irċieva l-approvazzjoni meħtieġa u wkoll wara li l-kuntrattur konċernat jaċċetta li jżomm bla mibdula assolutament ir-rati u l- kundizzjonijiet tal-kuntratt oriġinali.", "Estensjoni ta' kuntratt ma tistax titqies bħala direct order minħabba l-fatt li ordni diretta minnha nnifisha timplika l-għoti ta' kuntratt kompletament ġdid mingħajr qatt ma tkun seħħet kompetizzjoni.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MARSA - BANDLI TAL-PLASTIC", "31410.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux possibbli li jsiru xi forma ta' bandli tal-plastic għat-tfal ż-żgħar f'parti mill-bitħa l-kbira tal-iskola primarja tal-Marsa ta' l-istat?", "Jista' jsir sforz mal-genituri li jiġbru xi flus bejniethom mill-awtoritajiet tal-iskola peress li hemm ġenituri li lesti jikkontribwixxu huma għal dan l-iskop?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-apparat imsemmi fil-mistoqsija diġa` jeżisti f'din l-iskola.", "Jinżamm ġo games room u jinħareġ waqt il-ħin ta' l- iskola meta jkun hemm it-tfal.", "Dan jiddaħħal ġewwa wara nofsinhar minħabba li meta kien jitħalla barra kien isofri ħsara.", "Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta' xi apparat bħal dan, f'dan l-istadju jinxtara mill-fondi ta' l-iskola.", "SKEJJEL - MATHS", "31411.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jara li jiġi allokat għalliem tal-Maths fl-iskola sekondarja Profs Lorenzo Manche l-Furjana għall-forms 4 u 5, peress illi dak li kien hemm ġie trasferit għal-Għawdex u qed tiġi kkawżata tbatija evitabbli għall- istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed isiru l-kuntatti kollha meħtieġa biex jintbagħat għalliem tal-matematika fl-iskola msemmija.", "LIFTS GĦALL-BLOKKIJIET TAL-GVERN", "31412.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iskema ta' Gvern Laburista biex jiġu stallati lifts għall-blokkijiet tal-Gvern u biex jinbnew sulari ġodda fejn possibli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema eżistenti ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar l-istallazzjoni ta' lifts fi blokki tal-Gvern (Skema V) ġiet imnedija taħt din l-Amministrazzjoni permezz ta' Avviż ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fil-11 ta' Ġunju 1999.", "B'kollox s'issa ngħataw 18 il-tender għall-istallazzjoni ta' lifts taħt din l-Iskema.", "Ninsab infurmat li fil-fatt inbeda jew tlesta x-xogħol infrastrutturali meħtieġ biex jiġu stallati lifts fi 11 il-blokk f'diversi lokalitajiet u sa l-aħħar ta' dan ix-xahar mistenni jibda x-xogħol fi tlett blokki oħra.", "Il-makkinarju ta' dawn il-lifts ġie ordnat u wħud minn dawn il-lifts diga' waslu Malta u, f'xi postijiet, inbeda' l-istallar tagħhom.", "L-Awtorita' qed tagħmel ukoll spezzjonijiet dwar applikazzjonijiet oħra qabel ma joħorġu iżjed tenders.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li dan il-Gvern mhux jikkunsidra l-bini ta' sulari oħra fuq dawk eżistenti fi blokki tal-Gvern.", "PA - TARXIEN", "31413.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill- applikazzjoni mal-Awtorita' tad-Djar sabiex jiġi stallat lift fi Blokk C, Triq Jonathan Tanti, Tarxien li jidher li anke kien approvat mill-Awtorita' tal-Ippjanar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni għall-istallar ta' lift fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "RAĦAL ĠDID - ZEBRA CROSSING", "31414.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li jsir żebra crossing / traffic lights fil-crossroads li hemm f'Raħal Ġdid fejn l- ispiżerija ta' Portelli bejn t-toroq li jgħatu għal Ħal Tarxien, Santa Luċija, l-Pjazza ta' Raħal Ġdid u ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Direttorat tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.", "SLUM CLEARANCE", "31415.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fhiex waslet it-talba għall-kumpens dovut lill-persuna indikata separatament li twaqqgħalha l-post biex sar il-proġett ta' slum clearance?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li d-dipartiment qiegħed fil-proċess li jiġi aċċertat min hu legalment is-sid tal-fond li l-persuna indikata separatament twaqqgħalha biex sar il-proġett ta` slum clearance.", "B'KARA - DWAL", "31424.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl li hemm fl-istazzjoni ta' B'Kara peress li ilu mitfi għal dan l-aħħar 3 ġimgħat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li d-dawl fl-istazzjon ta' Birkirkara ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta.", "COMPUTERS - POLICY", "31425.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward xiri ta' computers fid-dipartiment tal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li kull dipartiment tal-gvern jixtri l-Computers li għandu bżonn skond il-ħtiġijiet tiegħu.", "Il-Computers jinxtraw kemm tramite l-kumpanija informatika tal-Gvern, il-Malta Information Technology and Training Services Ltd, kif ukoll direttament mis- suq.", "Is-Central Information Management Unit fl-Uffiċċju tiegħi jistabilixxi normi minimi li jiżguraw li l-computers li jinxtraw mid- dipartimenti jkunu kumpatibbli mas-sistemi ta' l-informatika li jħaddan il- Gvern.", "SPTAR SAN LUQA - ILMENT", "31426.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex ilment mill-Maġistrat li ismu qed jintbagħat separatament wara l-konkluzzjoni ta' l-inkjesta dwar l- istorbju fl-Isptar San Luqa u dan wara li fl-istess inkjesta ma' instemgħux il-provi kollha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li le.", "KONSULENTI", "31438.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għat-tweġiba parlamentari nru.", "31129, jista' l- Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawn il-konsulenti, minn liema organizazzjonijiet ġejjin, kif ġew appuntati mill-Gvern Malti għall- konsulenza dwar it-third generation, u kemm tħallsu tax-xogħol tagħhom?", "Jista' jgħid meta r-rapport se jkun kunsidrat mill-Gvern u ttieħed azzjoni dwaru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-konsulenti huma Arthur D. Little Limited, dawn ġew appuntati permess ta' kuntratt u l-ħlas s'issa kien ta' GBP57,500.", "Rigward l-aħħar mistoqsija jien infurmat li l-konsulenti għadhom jaħdmu fuq ir-rapport li mistenni li jiġi finaliżżat għall-aħħar ta' dan ix-xahar.", "Għaldaqstant il-Gvern ikun f'pożizzjoni li jieħu azzjoni wara li jikkonsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali.", "TELEFONIJA ĊELLULARI - THIRD GENERATION", "31439.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għal tweġiba parlamentari nru.", "31125, jista' l- Ministru jgħid jekk iż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari f'Malta għandhomx il-jedd li joffru servizzi tat-tip third generation?", "Jekk iva, dan huwa stipulat fil-liċenzja tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari mobbli għandhom liċenzja technology neutral biex joffru servizzi tat-telefonija mobbli.", "Biex dawn l-operaturi jkunu jistgħu joffru servizz tat-tip third generation, dawn jeħtieġu li jakkwistaw il-frekwenzi neċessarji għall-għoti ta' dan is-servizz mid-dipartiment tat-telegrafija mingħajr Fili.", "KONSULENTI/ADVISORS", "31440.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadmu u qed jaħdmu, jew ġew ingaġġati konsulenti u advisors mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir- responsabilita' tal-Ministeru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma dawn il- konsulenti u x'salarju irċevew jew qed jirċievu?", "ONOR.", "TONIO BORĠ: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA", "31441.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tnax il-xahar, xahar b'xahar, kemm inqatgħu servizzi tad-Dawl u Ilma mill-Enemalta lil stabilimenti kummerċjali, lukandi u entitajiet oħra simili minħabba li ma ħalsux il-kontijiet dovuti lill-Enemalta?", "Jista' jgħid b'kollox kemm kienu jammontaw dawn il-kontijiet?", "Jista' jgħid wkoll kemm l-Enemalta għandha tiġbor flus f'kontijiet mingħand il-konsumatur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul kull xahar tas-sena l-oħra in-numru ta' entitajiet kummerċjali li kellhom il-provvista tad-dawl sospiża kien kif ġej", "Jannar 3 Lulju 2 Frar 12 Awissu 6 Marzu 10 Settembru 12 April 11 Ottubru 7 Mejju 11 Novembru 6 Ġunju 7 Diċembru 16", "Il-Korporazzjoni ma żżommx statistika ta' l-ammont li jkun dovut mill- entitajiet kummerċjali fuq il-provvista ta' l-elettriku tkun ġiet sospiża.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid, li kif jirriżulta mill- estimi tal-Korporazzjoni li ġew diskussi fil-Parlament ftit tal-ġranet ilu, matul is-sena finanzjarja li għaddiet l-Enemalta ħarġet kontijiet għall- konsum ta' elettriku fl-ammont ta' Lm48 miljun.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant il-kontijiet dwar konsum dejjem ikunu cycle b'lura.", "ŻEJTUN - NUMERAZZJONI TAL-BIBIEN", "31448.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Minħabba li reċentement il-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq approva bdil fl-isem u l- prolungazzjoni ta' diversi toroq fiż-Żejtun, u ħolqot sitwazzjoni ta' duplikazzjoni fin-numri u ismijiet ta' bibien f'xi uħud minnhom u peress li din is-sitwazzjoni qegħda toħloq taħwid fit-tqassim tal-posta u identifikazzjoni ta' residenti, jikkunsidrax l-Ministru li għandu jitkompla minnu fiħ ir-renumerazzjoni tal-bibien fiż-Żejtun li kien diġa mibdi mit- Taqsima ta' Numerazzjoni ta' bibien fi ħdan id-dipartiment tax-xogħolijiet fis-sena 2000?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fl-aħħar sentejn sar xogħol estensiv fejn jirrigwarda numerar ta' bibien fiż-Żejtun, liema numerar kien jinvolvi 87 triq.", "L-ilment li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant ġie rivelat ukoll mill-Kunsill Lokali Żejtun permezz ta' ittra datata 4 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Ser jibqa' jsir dak kollu possibbli biex il-proċess li kien inbeda ikun wieħed kemm jista' jkun kontinwu.", "Biss dan jiddependi minn diversi fatturi fosthom li x-xogħol irid jinfirex fuq diversi lokalitajiet madwar Malta kif ukoll li jrid isir b'kollaborazzjoni sħiħa ma' l-Uffiċċju Elettorali u skond l-esiġenzi ta' dan l-istess Uffiċċju.", "Fil-fatt, bħalissa b'mod partikolari, dan l-eżerċizzju ta' numerar ta' bibien irid jieħu in konsiderazzjoni l-eżerċizzju l-ieħor ta' tiġdid tal- karti ta' l-identita' li qed isir fuq bażi nazzjonali kif ukoll l- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.", "Minkejja dan kollu ser isir kull sforz sabiex in-numerar ta' bibien fiż- Żejtun jitkompla hekk kif dan ikun possibbli li jsir.", "ENEMALTA - VULTAĠĠ BAXX", "31449.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru żewġ sub stations waħda f'Bir id- Deheb, u l-oħra fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq li tanti huma bżonnjużi minħabba l-vultaġġ baxx li hem fl-inħawi?", "Jaf l-Ministru li dawn iż-żewġ sub-stations diġa ġew approvati tant li twaħħlu anke avviżi tal-PA u diġa ħareġ il-perless għalihom, u li sal-lum minkejja dan, għadu ma sar xejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fil-fatt ix-xogħol fuq is- substation ta' Bir id-Deheb beda.", "Is-substation fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq kellha tinbena mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Ix-xogħol ma nbediex minħabba li kien hemm oġġezzjonijiet mill-ġenituri tat-tfal li jattendu dik l-iskola.", "ENEMALTA", "31450.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta 59 bozza ġdida se jitwaħħlu f'posthom fir-raħal ta' Ħal Għaxaq?", "Jafx li dawn il-bozoz diġa ġew approvati kemm mid-dipartiment tal-finanzji u kemm mill-istess Enemalta, imma sentejn wara li ġew approvati dawn għadhom ma twaħħlux?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni Enemalta għanda numru sostanzjali ta' talbiet biex jitwaħħlu lampi ġodda f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex.", "Minkejja li kull sena numru sew minn dawn it-talbiet jintlaqgħu, in-numru ta' talbiet ġodda dejjem jiżdied.", "Iż- żmien meta talba tiġi milqugħa jiddependi minn diversi fatturi fosthom kemm it-talba partikulari tkun fil-fatt urġenti.", "Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata b'din it-talba partikulari.", "ĦAL GĦAXAQ - DRENAĠĠ", "31451.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti indikazzjoni meta se jsir is-servizz ta' drenaġġ fi Triq Giovanni Scicluna, fi Triq it-Tellritu u fl-inħawi tagħhom f'Ħal Għaxaq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-inħawi msemmija jinkludi pumping station ġdida, gravity u rising mains ġodda li għandhom jammontaw għal madwar Lm250,000.", "Għalhekk ma naħsibx li jistgħu jiġu inklużi fil-programm ta' xogħol ta' din is-sena.", "ĦAL GĦAXAQ - WIED TA' ĦAS SAPTAN", "31452.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li l-Wied ta' Ħas Saptan, limiti ta' Ħal Għaxaq jitnaddaf mill-iskart goff li hemm mitfugħ ġewwa fiħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih huwa nkluż fil-programm tax-xogħol ta' tindif.", "ĦAL GĦAXAQ - ĦAL MILLIERI", "31453.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaf l-Ministru li t-toroq kollha f'Ħal Millieri HE (fil- lokal ta' Ħal Għaxaq), ilhom kważi 18-il sena ffurmati, u li s-servizzi essenzjali kollha ilhom li saru, imma li l-uċuh tat-toroq għadhom fi stat ħażin ħafna?", "Jista' jagħti idea bis-serjeta meta t-toroq kollha f'Tal Millieri se jingħataw it-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-toroq li qed jirreferi għalihom l- Onor. Interpellant kienu asfaltati, u għalhekk ir-responsabilta' tal- manutenzjoni tagħhom hija responsabilta' tal-Kunsill.", "Il-Kunsill Lokali ressaq talba biex dawn it-toroq jerġgħu jinbnew mill-ġdid u d-dipartiment tat-toroq qiegħed jikkonsidra din it-talba.", "HOUSING", "31455.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu under separate cover li toqgħod għand omm il-mara fil-Pieta' f'post b'kamra waħda fejn joqogħdu 7 persuni.", "Huma applikaw għal housing soċjali u għadhom bla tweġiba ta' xejn?", "Jista' jara jekk dil-familja tistax tingħata l-għajnuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "TABAKK", "31456.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar każ li l-dettalji tagħhom qed jintbagħat under separate cover?", "Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl- aħħar żvillupi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onor.", "Interpellant qed jopera fil-parametri tal-liċenzi tal-Pulizija u minn stħarriġ li sar mill-Pulizija ma jirriżultax li hemm xi ksur ta` liġi.", "Madankollu, billi mill-ittra annessa under separate cover, jidher li l- ilment prinċipali huwa dwar affarijiet sanitarji, nissuġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "RESERVED PARKING", "31457.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' reserved parking ta' anzjan li l-dettalji tiegħi qed jintbagħatu under separate cover?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Kummissjoni rċeviet l-applikazzjoni tal-persuna ndikata fit-28 ta' Jannar 2002.", "Fit-30 ta' Jannar 2002 il-Kummissjoni infurmatu li ma għandux id-dokumenti meħtieġa kif indikat fl-istess applikazzjoni (li huma kopja tal-logbook, tal-karta tal-identita' tal- persuna b'diżabilita' u tal-karta tal-identita' tal-persuna li qed tapplika għan-nom tal-persuna b'diżabilita').", "Fl-istess waqt il-Kummissjoni bdiet il-konsultazzjoni neċessarja mal- Kunsill Lokali konċernat kif titlob il-proċedura stabbilita mill-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku bi qbil mal-Kummissjoni u d-dipartiment tal-kunsilli lokali", "MURTALI TAL-FESTA", "31458.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' tfal li jweġġgħu b'murtali tal- festa?", "Jekk iva, kemm weġġgħu tfal fl-1998, 1999, 2000 u 2001?", "Jekk teżisti statistika, jista' jgħid x'etajiet kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli, il- persuni taħt it-18-il sena, li sofrew xi tip ta` feriti minn kwalunkwe tip ta` logħob tan-nar kienu kif ġej:-", "Sena Numru Etajiet", "1998 2 14, 15 1999 1 11 2000 4 13(2), 11(2) 2001 4 9, 10, 13, 14", "UNIVERSITA' TA' MALTA - KOTTONERA", "31459.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti mill-Kottonera fl-Universita' ta' Malta fl-1987, u kemm hemm din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhuwiex possibli li tingħata l- informazzjoni mitluba għas-sena 1987 peress li f'dak iż-żmien l- informazzjoni ma kinetx kompjuterizzata.", "L-ewwel sena li jeżisti rekord kompjuterizzat hi s-sena 1991 u f'dik is- sena jirriżulta li kien hemm ħdax-il student minn Bormla, ħdax mill-Birgu u tmienja mill-Isla.", "Din is-sena, hemm erbgħin minn Bormla, ħamsa u tletin mill-Birgu u tlieta u għoxrin mill-Isla.", "Nirriferi wkoll għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 25011 imwieġba fl-1991 li minnha jirriżulat li bejn l-1980 u l-1990 iggradwaw b'kollox 33 minn Bormla, 8 mill-Birgu u 10 mill-Isla.", "PSC", "31460.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari nru.", "30530 li tirreferi għal każ li t-trattazzjoni tiegħu saret fid-19 ta' Ottubru 2001, jista' l-prim ministru jgħid x'qed iżomm milli jittieħed deċiżjoni fuq dan il-każ?", "Jekk jekk ittieħdet deċiżjoni, jista' jgħid x'qed iżomm milli tkun ikkomunkata lill-persuni kkonċernati speċjalment li dawn għaddejjin minn ħafna tbatija ikkawżata minn din in-nuqqas ta' deċiżjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-każ li qed tirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant ġie konkluż.", "Ir-rakkomandazzjoni li għamlet il- Kummissjoni dwar is-servizz pubbliku dwar dan il-każ ġiet approvata minni u ikkomunikata lill-Kap tad-dipartiment konċernat, li min-naħa tiegħu għandu jinforma lill-persuni involuti dwarha."]} {"filename": "20021120_817d_par.doc", "date": "2002-11-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 817 L-Erbgħa, 20 ta' Novembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 817", "L-Erbgħa, 20 ta' Novembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "817", "L-Erbgħa, 20 ta' Novembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 694", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 694", "TQEGĦID TA' KARTI 699", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS (KUMITAT U TIELET QARI)", "SPORTS BILL (COMMITTEE STAGE AND THIRD READING) 701", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` TAD-DJAR GĦAS-SENA 2002-2003 703", "AĠĠORNAMENT 727", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 732", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 816 li saret fid-19 ta' Novembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE - DELEGAZZJONIJIET MINN MALTA", "35958.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba telgħu delegazzjonijiet Maltin għal diskussjonijiet ma' l-UE wara li kienu bdew in-negozjati?", "Kemm telgħu ma' kull delegazzjoni u kemm kellu jħallas għalihom it-taxpayer Malti?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): (f'isem il- Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l- informazzjoni dettaljata mitluba sakemm l-Onor.", "Interpellant ma jagħtinix raġuni konvinċenti biex inqabbad lill-uffiċjali fil-ministeru tiegħi jiddedikaw ħin sostanzjali sabiex ifittxu l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista' tingħata r-risposta.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-infiq għas-safar għal ħidma uffiċjali barra minn Malta kollu tal-ministeru tiegħi minn mindu bdew in-negozjati sal-lum kien dejjem fil-limiti ta' l-estimi tal-ministeru tiegħi għas-snin relevanti.", "Minkejja dan, jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari li dwaru jista' jkollu indikazzjoni li seta' sar infiq ta' flus mhux floku, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.", "Nixtieq inżid ngħid ukoll li r-riferenza magħmula mill-Onor.", "Interpellant biex jipprova jieħu vantaġġ politiku dwar kemm kellu jħallas it-taxpayer Malti għas-safar kollu konness man-negozjati, hija żejda.", "Il-gvern kommess li jitlob lill-poplu Malti jiddeċiedi f'referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, liema referendum l-oppożizzjoni Laburista lanqas għandha d-diċenza tirrispetta.", "Għalhekk se jkun il-poplu Malti li jiddeċiedi jekk dan l-infiq kienx floku jew le meta jintalab jiddeċiedi dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din ir-risposta m'hijiex aċċettabbli u min qed jirrispondi qed jabbuża.", "Biex nuri d-disapprovazzjoni tiegħi qed nitlob quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.05 p.m. is-seduta kienet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membri jieħdu posthom ħalli nkomplu bis- seduta .", "Ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "TFAL MINN OMMIJIET MHUX MIŻŻEWĠA", "35959.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu tfal minn nisa mhux miżżewġa din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat li fir-reġistru pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - ARMI REĠISTRATI", "35960.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar reġistrati mal-pulizija u x'tip huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ST LUKE'S - HIP AND KNEE REPLACEMENTS", "35961.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew fuq il-waiting list biex issirilhom l-operazzjoni tal-hip and knee replacement u kemm ilhom jistennew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Informat li hemm 965 persuna li qed jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tan-knee replacement filwaqt li hemm 118-il persuna li qed jistennew li ssirilhom l-operazzjoni tal-hip replacement.", "Dawn il-pazjenti ilhom jistennew bejn sena u sentejn minħabba raġunijiet differenti, fosthom piż żejjed, mard ieħor u nuqqas ta` theatre time.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Il-Ministru għandu xi kummenti x'jagħmel dwar l-istqarrija li ħarġet l-MAM illum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, fil-fatt kont se nitkellem fl-aġġornament dwar din l-istqarrija.", "Attwalment ġbart kopja mhux uffiċjali tad-diskors li jien għamilt fil-question time, fejn jidher li għedt li kieku l-kap ta' l-oppożizzjoni stenna sa l-aħħar tas-seduta sakemm kont se npoġġi d-dokument relatat fuq il-Mejda tal-Kamra, kien ikun jaf li saru diskussjonijiet ma' l-assoċjazzjoni tat-tobba.", "Din kienet l-ewwel u l-unika darba li jien għedt li saru diskussjonijiet ma' l-assoċjazzjoni tat-tobba, u dan ovvjament kien żball min-naħa tiegħi għax ridt ngħid mar-rappreżentanti tat-tobba u mhux ma' l-assoċjazzjoni tat- tobba.", "Ma nafx għaliex il-MAM saret toħroġ b'dawn l-stqarrijiet daqshekk mgħaġġla meta kieku baqgħet issegwi dak li ntqal hawn ġew, kienet tkun taf li f'erba' okkażjonijiet wara li jien għedt hekk, il-kap ta' l-oppożizzjoni staqsa:", "''Allura l-Ministru qiegħed jikkonferma li dwar il-migration plan ma sarux konsultazzjonijiet formali ma' l-ebda għaqda tat-tobba u lanqas ma' l-MUMN?''", "Aktar tard jiena għedt li ma kienx hemm għalfejn nitkellmu mal-MAM.", "Imbagħad il-kap ta' l-oppożizzjoni reġa' staqsa:", "''Imma appparti minn hekk, qed nifhem tajjeb li ma kienx hemm konsultazzjoni formali ma' l-għaqda tat-tobba?''", "Jien erġajt irrispondejtu li ma kenitx kwestjoni li nikkonsultaw ma' l-ebda union.", "U wara l-Onor.", "Alfred Sant reġa' staqsieni:", "''Imma x' inhi r-raġuni li dawn il-konsultazzjonijiet formali mal-MAM ma sarux?''", "M'hemmx dubju li kieku qabel ma ħareġ bl-istqarrija xi ħadd interessa ruħu jisma' jew jaqra' daqsxejn b'mod iżjed attent dak li ntqal, kien jinduna li ripetutament il-kap ta' l-oppożizzjoni staqsieni għala ma sarux konsultazzjonijiet ma' l-assoċjazzjoni tat-tobba.", "Jien irrispondejt li dawn ma sarux għax ma kienx hemm il-ħtieġa li jsiru peress li l-migration hija xi ħaġa ta' management, għalkemm fir-risposta tiegħi jien għamiltha ċara u tonda li l-punti li kienet qajmet il-MAM fl-istqarrija preċedenti kienu ġew ikkonsidrati, anke jekk formalment ma sarux diskussjonijiet magħhom.", "Nispera li b'dak li għadni kemm għedt iċċarajt il-pożizzjoni ta' dan l- iżball ċkejken, li Alla jbierek kien jimmerita stqarrija mill-unions tat- tobba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qal li saru ħafna konsultazzjonijiet ma' min hu intiż f'dan il-qasam.", "Allura jekk dawn taw pariri siewja – u nemmen li taw pariri siewja ...", "Li ma nistax nifhem hu li ladarba dan l-imbierek proġett mar quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-approvazzjoni ħarġet fuq parti minnu, għala kellu jerġa' jitla' quddiemha biex dik l-istess parti approvata taqa' u jsir xi ħaġa oħra minflokha.", "(Interruzzjonijiet) Dan mhux qaluhuli imma nista' ngħidu jien.", "Dawn marru għal darba darbtejn quddiem l-awtorita' biex jerġgħu jbiddlu l-pjanti, anke saħansitra wara li x-xogħol kien diġa' tlesta.", "X'kienet ir-raġuni li wara li x-xogħol kien diġa' tlesta, ħarġu applikazzjoni mill-ġdid għal pjanti biex ix-xogħol isir differenti?", "Fil-fatt kien hemm anke każ fejn l-istess ħaġa anke marret darbtejn jew tliet darbiet għall-approvazzjoni u nbidlet.", "Min qed iħallas għalihom dawn l-affarijiet?", "U kif setgħu jiġru dawn l-affarijiet ladarba saru dawn il- konsultazzjonijiet kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, l-ewwelnett hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żewġ affarijiet kompletament differenti.", "Il-konsultazzjonijiet li jiena kont qed nirriferi għalihom waqt li kont qiegħed nirrispondi lill-kap ta' l-oppożizzjoni dwar il-migration plan kienu konsultazzjonijiet dwar il- migration mhux dwar il-kostruzzjoni.", "Din id-dikjarazzjoni l-Onor.", "Mizzi għamilha kemm-il darba u meta darba konna għednilu biex isemmi każ fejn sar xi tibdil, kien semma' l-famuż twaqqigħ taċ-ċumnija.", "(Interruzzjonijiet) Kien semmieli dik biss u jien kont rrispondejtu li mir-records ta' l-FMS jidher li għalkemm it-twaqqigħ ta' dik iċ-ċumnija kien sar fi żmienna, id-deċiżjoni biex din titwaqqa' kienet ittieħdet fi żmien l-amministrazzjoni ta' qabilna.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini xi dettalji ta' fejn intalbu varjazzjonijiet u fejn wara li tlesta x-xogħol reġa' twaqqa' u nbidel, inkun nista' nirrispondih għalkemm bħalissa m'għandix id-dettalji quddiemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ftit tal-ġranet ilu f'seminar li sar mill-MUMN bit- titlu \"Fejn Sejrin\", il-Ministru ġie rrapportat li qal li l-intenzjoni tal- gvern hi li jgħolli l-livell tan-nursing.", "Dan ifisser li minn issa 'l quddiem l-institute of healthcare mhux se jibda jagħmel aktar courses ta' certificate in nursing practice u se jmur biss għall-B.Sc.?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, naħseb li l-Onor.", "Galea huwa korrett u meta ngħid hekk inkun nixtieq nagħti r-raġunijiet tiegħi.", "Waħda minn dawn hi li l-gvern għamilha ċara li fir-rigward tan-nurses, iżjed milli nibqgħu niffokaw fuq il-kwantita', irridu aktar nagħtu importanza għall-kwalita' tal-professjonisti tagħna.", "Ovvjament id-dinja tal-lum titlob li anke fin-nursing ikun hemm speċjalizzazzjoni u naħseb li huwa krettu ta' dan il-gvern li waqqaf l- institute of healthcare biex inwasslu lin-nurses tagħna sal-livell tal- B.Sc., u jekk Alla jrid nitilgħu wkoll għal-livell ta' l-M.Sc.", "Id- deċiżjoni li ma jsirux aktar certificate courses kienet ittieħdet b'konsultazzjoni u qbil - nista' ngħid fuq parir ukoll - ma' l-MUMN għax il-union tan-nurses innfisha kienet qaltilna li ladarba mexjin lejn speċjalizzazzjoni f'livelli avvanzati f'dak li għandu x'jaqsam man-nurses, tixtieq li dan il-livell kemm jista' jkun ma jibqax jingħata.", "Barra minn hekk kien beda wkoll l-upgrading tan-nurses bi ftehim mal-unions.", "Fil-fatt saru numru ta' conversion courses li kienu ġew offruti lill-ENs kollha, mhux biss lil dawk li jaħdmu fis-settur pubbliku imma anke lil dawk li jaħdmu fis-settur privat.", "Anke fl-isptar San Luqa qed inwettqu speċjalizzazzjoni f'units differenti li jirrikjedu li n-nurses ikunu partikolarment speċjalizzati f'dik il-branka.", "Dan ovvjament biex dejjem nibqgħu ngħollu l-kwalita' tas-servizzi tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, veru li lill-Ministru kont semmejtlu l-każ taċ-ċumnija pero' ma kienx hemm dak il-każ biss.", "Jien naħseb li hu bħala ministru responsabbli suppost li jaf x'qed jiġri f'dak l-isptar u daqshekk ieħor suppost jaf li qed isir bini u jerġa' jaqa'.", "Bħala ministru responsabbli għandu jara li dawn l-affarijiet ma jsirux - biex sempliċement ikun hemm min jiggwadanja - ladarba dan ma jkollux għalfejn isir u qed iħallas għalih il-poplu.", "Allura nitlob lill-Ministru biex minflok ma jistaqsini hu, imur il-MEPA u jiġbor l-informazzjoni dwar il-bini li waqa' u reġa' tela' u jgħaddihilna fil-parlament.", "Għax jekk immur jien żgur jinqalgħu ħafna ostakli, waqt li għalih tkun aktar faċli li jiġbor din l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li nista' naqtagħlu xewqtu u nġiblu l- informazzjoni, pero' nixtieq li nagħmlu cut-off date tal-varjazzjonijiet li qegħdin nitkellmu dwarhom.", "Il-pjan ta' l-isptar il-ġdid tbiddel radikalment minn struttura li kellha titla' 'l fuq – dejjem skond il-pjanti li kienu ġew ippreparati minn Norman & Dawbarn - għal struttura li hija iżjed mifruxa.", "Għal dan il-għan kellhom jitwaqqgħu ċerti affarijiet, fosthom iċ-ċumnija li semmejna qabel.", "Meta proġett jinbidel radikalment ...", "Naħseb li l-kollega tiegħi għandu esperjenza aktar minni f'dawn l- affarijiet u jifhem li jistgħu jsiru ċerti tibdiliet.", "Jien m'iniex konxju li f'dan il-perjodu - għalhekk qed ngħidlu li rridu niftehmu dwar cut-off date – nbnew xi strutturi u reġgħu twaqqgħu, pero' issa nagħmel ir-riċerki tiegħi u nkun nista' ngħaddi l-informazzjoni lill- Onor. Mizzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għall- mistoqsija preċedenti tiegħi.", "Naf li jsiru courses tal-psikjatrija għan- nurses.", "Jista' il-Ministru jgħid hijiex l-intenzjoni tal-gvern li fil- futur jorganizza post-graduate courses għal dawk in-nurses li jkunu jridu jispeċjalizzaw bħala theatre nurses jew fit-traumatology?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx l-intenzjoni li fil-futur il-Masters tibda ssir Malta peress li numru ta' nurses ikollhom imorru barra għal dan l-iskop?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Teknikament - qed ngħid biss teknikament - l- institute of healthcare jaqa' taħt ministeru ieħor u mhux taħt il-minsteru tas-saħħa, pero' nista' nikkonferma li mill-bidunett kienet l-intenzjoni ċara tal-gvern li jgħolli verament il-livell tal-professjoni tan-nurses.", "Il-fatt li llum qegħdin nitkellmu fuq B.Sc u M.Sc courses juri li t-triq li qabad il-gvern hi li mhux biss ikollna nurses aktar professjonalment kapaċi imma li jkunu wkoll speċjalizzati.", "Ċertament qegħdin nippruvaw nindividwaw ukoll il-lakuni li għandna.", "Żgur li hemm bżonn urġenti li jkollna aktar nurses, speċjalment dawk li jaħdmu fil-psikjatrija, li jkollhom il-B.Sc level.", "Fil-fatt anke fil- livell ta' studenti, il-gvern ta inċentivi aktar għoljin milli jagħti lin- nurses normali meta dawn ikunu qegħdin ifittxu li jispeċjalizzaw f'kategoriji li għandna nuqqas minnhom.", "Ovvjament l-għan huwa dejjem li ntejbu s-servizz.", "Kien minħabba f'hekk li l-istudenti li jidħlu għall-kors tal-B.Sc f'ċerti branki fejn aħna nixtiequ li jkun hemm iżjed intake u speċjalizzazzjoni, qegħdin jingħataw remunerazzjoni ogħla minn nurses oħra.", "Dan sar ukoll bl-approvazzjoni ta l-unions.", "Aħna m'aħniex nippruvaw nikkreaw żewġ saffi ta' nurses, anzi nixtiequ li n- nurses kollha jekk jista' jkun u fl-aktar żmien qasir possibbli, jsiru gradwati.", "Għalhekk konna offrejna l-opportunita' - dak li semmejt qabel – li l-SENs tagħna jgħaddu minn conversion course biex ikunu jistgħu jilħqu livell ta' staff nurses.", "Naħseb li dan huwa wkoll konsistenti mal-pjan jew aħjar ma' kif miexi l-iżvilupp tas-settur tas-saħħa.", "Dan bħalma ġara 20 sena ilu fir-rigward tat-tobba.", "Illum m'għadniex nitkellmu fuq general surgeons għax anke fil-kirurġija qegħdin isiru speċjalizzazzjonijiet.", "Hemm min hu kardjologu, hemm min jopera biss fuq il- kilwa u hemm min jopera biss fuq il-pulmun.", "Dan qed isir biex ikollok aktar input, aktar esperjenza u tkun aktar f'pożizzjoni li twassal servizz ta' l-ogħla kwalita' lill-klijenti tiegħek.", "Dak hu l-għan tagħna u hemm nispera li se naslu fl-iqsar żmien possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi meta ngħid li wieħed għandu jkun grat lejn is-servizz li jagħtu t-tobba fil- polikliniċi, pero' bħal f'kull ħaġa oħra fid-dinja hemm it-tajjeb u hemm il- ħażin.", "Nistaqsi lill-Ministru jekk waslulux rapporti, bħalma waslu lili, li hemm persuni li jċemplu lil ċerti tobba fil-polikliniċi u jgħidulhom li jixtuquhom jinvistawhom id-dar imma privatament, voldieri bi ħlas.", "Naturalment meta jiġru dawn l-affarijiet, it-tajjeb malajr jitħajjar mill- ħażin u allura forsi din hija r-raġuni għala ċerti tobba fil-polikliniċi jkunu qegħdin barra fuq viżta!", "Jekk irid il-Ministru lest nkellmu ras imb'ras bħalma nagħmel is-soltu u nagħtih id-dettalji.", "Nerġa' ngħid li qed ikun hemm telefonati lit-tobba tal-polikliniċi waqt il- ħin tax-xogħol, dawn jitilqu kollox, imorru għall-viżita u jitħallsu tagħha.", "Nixtieq li l-Ministru jinvestiga dan jew inkella jekk diġa' għandu xi rapporti, jara li jkun hemm kontroll għax din is-sistema dieħla bil-mod il-mod.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li l-Onor.", "Vella dejjem għamel kritika kostruttiva u veru wkoll li kemm-il darba jkollna ċans nitkellmu ras imb'ras dwar ċerti affarijiet.", "Imma biex inkun onest lili ma waslulix dawn it-tip ta' rapporti għalkemm ma neskludihomx.", "Naħseb li waħda mill-aktar affarijiet li qiegħda xxekkilna biex ikollna aktar accountability f'dan is-settur huwa li għadna mingħajr direttur tal- primary care.", "Sena u nofs ilu konna ħriġna applikazzjoni għal direttur tal- primary care u jekk niftakar sew, kienet intgħażlet persuna li mbagħad irrifjutat il-post.", "Dan ifisser li sal-lum għandna żewġ acting PMOs li qegħdin in charge mit-tqassim tat-tobba ġewwa l-health centres u allura ovvjament m'hemmx dik il-linja ta' awtorita' illi kien hemm fid-direttorat.", "Il-post ta' direttur diġa' ħareġ u nispera li jkun hemm nies interessati biex inkunu nistgħu nagħmlu dawn il-bidliet.", "Huwa importanti wkoll li minn hawnhekk nagħmel appell lill-pubbliku biex minflok ma jwassal biss kummenti, kif forsi wassal lill-Onor.", "Vella u forsi għad iwassal lili wkoll, jagħmlilna rapporti formali bil-miktub dwar affarijiet bħal dawn.", "Naf li dan huwa diffiċli għax forsi dak li jkun ikun qiegħed jissogra, pero' nassigura lil kulħadd li meta ħadna l-passi ħadnihom mingħajr ma kxifna l-identita' tal-persuni li jkunu wasslulna dik l-informazzjoni.", "Din nifhimha għax il-biża' li tista' terġa' tiġi bżonn lil dawk it-tobba iżżommok milli tagħmel rapport.", "Pero' ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk għax b'hekk inkunu qegħdin inpaxxu lil min jabbuża u ma naslu mkien.", "Jekk aħna jkollna xi ħaġa formali bil-miktub nieħdu l-passi, kif dejjem għamilna, imma altrimenti ma tistax tipproċedi kontra dak li jkun jekk dak id-diskors ikun għadda biss minn widnejna.", "Fil-fatt bħalissa qegħdin ninvestigaw ħaġa oħra li tkellimt dwarha wkoll ma' l-Onor.", "Vella u nista' ngħidha pubblikament.", "Meta l-MIR tagħna kienet bil-ħsara, numru ta' pazjenti ntbagħtu minn speċjalisti li jaħdmu fl-isptar biex jagħmlu test privatament, għall-prezz ta' xi Lm297, meta kienu jafu li f'każ ta' bżonn urġenti, il-gvern kien qiegħed joħroġ il-flus hu biex dawn isiru fil-privat.", "U issa dawn il-pazjenti ġustament qegħdin jagħmlu claim biex jieħdu flushom lura mingħand il-gvern.", "Meta dawn it-tip ta' akkużi jasluli bil-miktub, kif fil-fatt wasluli, aħna nkunu nistgħu nagħmlu investigazzjoni formali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, bl-istess spirtu u bl-istess ton li tkellem il-Ministru, nistaqsih jekk jikkontemplax dwar dak li diġa' tkellimt miegħu, u cioe' li jekk kemm-il darba t-tobba ma jkunux informati b'ċirkolari ta' x'inhija l-policy f'ċerti setturi - għax forsi m'hemmx skrivani biżżejjed biex jibagħtuha - jistgħux jiġu nformati permezz ta' e- mail.", "Jiġifieri jekk ikun hemm xi deċiżjoni bħal dik li qed isemmi l- Ministru, fejn il-pazjent kellu dritt li jieħu l-MIR b'xejn x'imkien, nippretendi li t-tobba li qed jipprattikaw jirċievu notice mid-dipartiment tas-saħħa - fuq l-e-mail tagħhom, jekk mhux permezz ta' ċirkolari - dwar x'inhuma r-regolamenti, inkella ma nkunux nafu niddirieġu lill-pazjenti tagħna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, fil-qosor jekk jogħġbu.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Attwalment la jien u lanqas l-Onor.", "Vella ma nistgħu nordnaw biex issir l-MIR għax dan irid jiġi ordnat minn speċjalista.", "U qed nagħmel investigazzjoni għax safejn naf jien, l- ispeċjalisti li għandhom dritt jordnaw l-MIR kollha kienu informati b'din il-faċilita'.", "(Interruzzjonijiet) Le, lanqas nippretendi li għandu jkun jaf il-pazjent.", "Għandu jkun jaf il-konsulent u hu għandu jkun onest biżżejjed biex jekk jaf li teżisti din il-faċilita', ma jibgħatx lill- pazjenti fil-privat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bini ta' djar, appartamenti, maisonettes u garaxxijiet, mill-awtorita` tad-djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36992;", "Tagħrif dwar postijiet allokati mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali matul l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36994;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' barranin li jaħdmu bħala welders u fitters ma' kumpanniji privati f'Malta matul l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36996.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Annual report and accounts ta' l-awtorita` ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2002 u estimi tad- dħul u nfiq ta' l-istess awtorita` 2002-2003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tfal li daħlu l-isptar isofru minn attakki ta' l-asthma bejn l-1998 u l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36803.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Memorandum of understanding between Malta and the European community on Malta's association with the sixth framework programme of the European community for research, technological development and demonstration activities, contributing to the creation of the European research area and to innovation; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Job description ta' activity teacher, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36990.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, skond l-aġenda issa suppost li s- Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici jressaq l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l-awtorita` tad-djar għas-sena 2002 - 2003, pero` kif għedna meta l-bieraħ ikkonsultajna mal-membri ta' l-oppożizzjoni, fuq l-ewwel item li hemm fuq l- aġenda, ċioe` l-abbozz ta' liġi dwar l-isports, hemm bżonn li jsir recommittal qasir ta' ftit minuti.", "Għalhekk bi ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra aħna qed nitolbu l-permess sabiex il-Kamra tikkonsidra l-ewwel item li hemm fuq l-aġenda, tagħmel ir-recommittal, immedjatament wara ssir il-proċedura tat-Third Reading - din hija kwestjoni ta' ftit minuti biss għaliex hija formalita` - u mbagħad immorru għad-diskussjoni dwar l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l-awtorita` tad-djar għas-sena 2002 - 2003.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS", "SPORTS BILL", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, niġbed l-attenzjoni li aħna u niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l-isports fi stadju ta' kumitat qabżitilna emenda għal klawsola waħda, u allura nipproponi l- konsiderazzjoni mill-ġdid ta' xi klawsoli fil-Kumitat.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' xi klawsoli fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 18 - Tmexxija ta' Faċilitajiet Sportivi.", "Clause 18 - Management of Sport Facilities.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, għal klawsola 18 għandi din l- emenda verbali:", "Fit-test Malti ta' subklawsola (2) ta' klawsola 18 kif emendata, minflok il-kliem \"local council or Registered Person\" għandhom jidħlu l-kliem \"local council and Registered Person\".", "In the Maltese text of subclause (2) of clause 18 as amended, for the words \"local council or Registered Person\" there shall be substituted the words \"local council and Registered Person\".", "Din l-emenda biex qed nipproponiha sabiex inkunu iktar konsistenti.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "MR CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 18 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 19 - Dħul minn Faċilitajiet Sportivi u l-Fond għall-Isport.", "Clause 19 - Revenue from Sport Facilities and the Sports Fund.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, għal klawsola 19 nipproponi din l- emenda:", "\"AC\" It-test Malti ta' klawsola 19 għandu jiġi emendat kif ġej:-", "a) f'subklawsola (2) tagħha minflok il-kliem \"kunsiderazzjonijiet li joriġinaw minn\" għandhom jidħlu l-kliem \"d-dħul taħt\" u wara l-kliem \"subartikolu (2)\" għandhom jidħlu l-kliem \"u subartikolu (7)\"; u", "b) f'subklawsola (3) tagħha minflok il-kelma \"lejn\" għandha tidħol il-kelma \"għall-\".", "\"AC\" The Maltese text of clause 19 shall be amended as follows:-", "a) in subclause (2) thereof for the words \"kunsiderazzjonijiet li joriġinaw minn\" there shall be substituted the words \"d-dħul taħt\" and immediately following the words \"subartikolu (2)\" there shall be inserted the words \"u subartikolu (7)\"; and", "b) in subclause (3) thereof for the word \"lejn\" there shall be substituted the word \"għall-\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"AC\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija klawsola 19 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Fis-6.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u s-Segretarju Parlamentari rrapporta klawsoli 18 u 19 mgħoddija b'emendi.", "MR SPEAKER: Issa ngħaddu għat-Tielet Qari.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-isport, jipprovdi għat-twaqqif ta' kunsill nazzjonali għall-isport biex jeżerċita l-funzjonijiet relatati ma' l-isport li fil-preżent jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u tal-kunsill Malti għall-isport, jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet sportivi, u jistabbilixxi strutturi biex jinstabu soluzzjonijiet għal kull xorta ta' tilwim\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim tal-Kamra ngħaddu għall-Mozzjonijiet.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` TAD-DJAR GĦAS-SENA 2002-2003", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tad- Djar għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2002 sat-30 ta' Settembru 2003.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lil din il-Kamra li d-diskussjoni fuq din il- mozzjoni għandha tieħu żewġ seduti bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, u l-winding up għall-gvern.", "Informat ukoll li s-seduta tal-lum tispiċċa fid-9.05 p.m. u mhux fid-9.00 p.m. bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex wieħed ikun jista' jieħu l- ħin li ntilef matul is-seduta s'issa.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, huwa ta' pjaċir u ta' sodisfazzjon għalija li nintroduċi dan id-dibattitu f'dan il-parlament dwar l-awtorità tad-djar li fih aħna se neżaminaw ix-xogħol li wettqet din l- awtorità matul is-sena li għaddiet.", "U bl-istess importanza nagħtu daqqa t'għajn lejn dak li għandha proġettat għas-sena li ġejja.", "Naħseb li ma jien se ngħid xejn ġdid meta ngħid li għal kull gvern li kellna f'dawn l-aħħar snin waħda mill-akbar problema, jekk mhux l-akbar, kienet żgur dik tal-housing, problema li kull gvern ipprova jagħmel mill- aħjar biex isolviha, iżda li ħadd s'issa ma rnexxilu jsolviha għal kollox.", "Għall-gvern Nazzjonalista l-problema tal-housing kienet u għadha fuq nett fuq l-aġenda politika tiegħu u hekk għamel matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Jien ngħid li għamdilna progress kbir u sostanzjali, u jekk wieħed jara l- operat ta' l-awtorità tad-djar din l-aħħar sena wieħed għandu biex ikun sodisfatt bix-xogħol li wettqet u jimtela bil-fiduċja li fis-sena li ġejja l-awtorità se jkollha suċċess akbar.", "Inħoss li huwa d-dmir tiegħi li nirringrazzja liċ-chairperson u lill-membri kollha tal-bord ta' l-impenn kostanti tagħhom u tax-xogħol siewi li wettqu b'tant dedikazzjoni u professjonalità.", "Mr Speaker, f'dawn l-aħħar erba' snin il-partit Nazzjonalista fil-gvern wettaq u qed ikompli jwettaq fil-qasam tal-housing dak li wiegħed fil- programm elettorali li ppreżentajna fl-elezzjoni ta' l-1998.", "Bis-saħħa tax- xogħol ta' l-awtorità tad-djar m'hemmx dubju li f'dan il-perijodu n-numru ta' persuni li għandhom problema ta' housing irnexxielna nnaqqsuh.", "Dan huwa frott tas-servizz li tat din l-awtorità bid-diversi inizjattivi u skemi li nidiet u nixtieq li fil-ħin li għandi nagħmel riferenza għalihom.", "Kienu diversi l-inizjattivi u l-iskemi li l-awtorità tad-djar attwat matul is-sena li għaddiet biex taqdi aħjar u tagħti servizz akbar, partikolarment lil dawk il-persuni li m'għandhomx post diċenti fejn jgħixu.", "Tat kull xorta ta' għajnuna fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali sabiex jitjieb il- livell ta' l-għajxien f'pajjiżna.", "L-awtorità tad-djar ħarġet numru ta' units (maisonettes, appartamenti u cluster houses) għall-bejgħ b'sussidjar.", "Fl-1999 kienu ħarġu 182; fis- sena 2000 ħarġu 215; fis-sena 2001 ħarġu 281; f'Novembru tas-sena l-oħra l- awtorità tad-djar ħarġet għall-bejgħ 186 fond ġdid; u f'Ottubru ta' din is- sena 195 familja oħra bbenefikaw minn ħarġa oħra.", "B'kollox din is-sena kien hemm 381 familja li bbenefikaw minn dawn il-ħarġiet ta' bejgħ sussidjat.", "Ħaġa nnovattiva f'dawn il-ħarġet kienet li fir-rigward ta' l-assi kapitali l-karozzi ma ġewx inklużi bħala assi u l-ammont ta' flus f'kontijiet il- bank għola minn Lm12,000 għal Lm15,000.", "F'każi ta' koppji li jaħdmu t- tnejn u li kienu qed japplikaw flimkien id-dħul kien ikkalkolat fuq Lm8,000 u mhux fuq Lm7,000 bħalma kien fl-avviżi ta' qabel.", "Inizjattiva oħra li ħadet l-awtorità tad-djar kienet li għaddiet 126 unit, li l-valur tagħhom huwa bejn wieħed u ieħor Lm1.5 miljun, lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali sabiex jikkrihom lill-familji li kienu fuq il- waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Barra minn dan, ingħatat għotja ta' Lm500 lill-inkwilini li jiġu allokati dawn l-appartamenti sabiex tgħinhom jistallaw il-kamra tal-banju.", "Inizjattiva oħra kienet li nbdiet sistema fejn l-awtorità tad-djar tgħin lill-għaqdiet volontarji li jipprovdu servizz ta' housing.", "Prijorità tingħata lill-organizzazzjonijiet li jgħinu nies bi bżonnijiet speċjali, persuni li qegħdin jgħixu f'istituzzjonijiet għaliex m'għandhomx fejn joqogħdu, persuni li huma fil-periklu li jiġu istituzzjonalizzati meta jistgħu jkunu kapaċi jgħixu ħajja indipendenti, u anke nies bla dar.", "Ingħatat għajnuna ta' Lm25,000 kull wieħed lill-MYCA, il-fondazzjoni Suret il-Bniedem, Dar il-Wens u l-Fondazzjoni Dar Nazzareth.", "Matul din is-sena bdiet titħaddem bi prova sistema waħda ta' punti li tgħodd kemm għall- applikanti ta' l-awtorità tad-djar kif ukoll għall-applikanti mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fi proċess biex l-operat taż-żewġ entitajiet jiġu amalgamati u d-dipartiment jieħu funzjoni regolatorja.", "Inizjattiva oħra kienet li bdiet titħaddem sistema ta' care and repair fejn persuni li jkunu jgħixu f'akkomodazzjoni li għandhom bżonn spejjeż kbar biex jiġu rranġati jkunu jistgħu jingħataw l-għajnuna meħtieġa u jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu f'darhom.", "L-iskop huwa li ngħinu lil dawk in-nies li huma l-aktar vulnerabbli.", "Dan is-servizz huwa mfassal għan-nies li jsibu diffikultà biex japplikaw taħt skemi li għandha l-awtorità.", "Għalhekk l-awtorità ħadet deċiżjoni li minflok tirċievi nies fl-uffiċini tagħha biss, tmur hi stess fid-djar tan-nies l-aktar vulnerabbli.", "Inizjattiva oħra ta' l-awtorità tad-djar kienet li jsir titjib u rranġar f'postijiet eżistenti permezz ta' skemi varji.", "Inizjattiva ġdida f'dan il- qasam kienet li l-għotja ta' l-Lm1,500 għall-bini b'periklu żdiedet għal Lm3,500 u l-għotja li kienet ta' Lm1,800 għall-post substandard żdiedet għal Lm2,500.", "Tajjeb li wieħed jgħid li f'dan ir-rigward kien hemm 404 familji li bbenefikaw minn diversi skemi ta' rranġar u titjib b'sussidju totali ta' 'l fuq minn Lm360,000.", "L-awtorità tad-djar nidiet skema ġdida li semmiet \"sid darek\" fejn persuni li joqogħdu f'appartamenti u djar tal-gvern bil- kera jkunu jistgħu jsiru sidien ta' djarhom, naturalment il-prezz ikun isussidjat skond id-dħul tal-familja.", "Matul din is-sena beda proġett pilota sabiex jiġu stallati solar panels ġewwa blokk ġdid f'Pembroke.", "Dan se jipprovdi effiċjenza fil-konsum ta' l- elettriku u kwalità ta' ħajja aħjar għar-residenti.", "Fi proġett f'Birkirkara l-awtorità se tistalla għall-ewwel darba solar water panels kif ukoll photovoltaic system.", "Ġiet emendata s-sistema ta' bejgħ ta' garaxxijiet b'offerta sabiex tingħata preferenza lill-applikanti li jgħixu fl-istess lokalità.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq 290 unit mill-awtorità tad- djar.", "Infatti l-awtorità għandha f'idejja erba' proġetti kbar, wieħed il- Furjana, l-Imsida, Bormla u Birkirkara.", "Dan ta' l-aħħar, f'Birkirkara, se jservi wkoll sabiex itaffi l-għargħar fiż-żona ta' Triq Mannarino.", "Dawn il- proġetti se jlaħħqu l-ispiża ta' madwar Lm5 miljun.", "Inizjattiva importanti oħra li kien hemm matul din is-sena kienet l- istallazzjoni ta' lifts fid-djar fejn hemm jgħixu persuni anzjani u persuni b'diżabilità.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka li fil-programm elettorali tagħna, l-artiklu 209 kien jgħid li l-gvern jibda jdaħħal lifts f'bini fejn l-inkwilini ma jibqgħux jifilħu jitilgħu t-taraġ minħabba l-mard jew l-età, minflok l-ispiża ferm akbar li tinstabilhom akkomodazzjoni oħra.", "L-iskema ta' stallazzjoni ta' lifts fi djar tal-gvern fejn jgħixu persuni bi problema ta' mobilità nbdiet u qed titkompla.", "S'issa diġà ġew stallati 14-il lift fi blokki tal-gvern.", "Dan ifisser li bejn wieħed u ieħor 84 familja issa jgħixu f'postijiet li huma fiżikament aċċessibbli wkoll għal min juża siġġu tar-roti.", "Il-kwalità tal-ħajja ta' dawn il-familji issa għamlet qabża kbira 'l quddiem, tant li wħud minn dawn il-familji m'għadhomx jinsistu għal akkomodazzjoni alternattiva u llum jistgħu jkomplu jgħixu fl-ambjent li huma mdorrijin fih.", "L-ewwel lift ġie inawgurat f'Marzu ta' din is-sena.", "Sfortunatament f'ħafna mill-blokki l-istallazzjoni hija diffiċli u f'ċerti każi impossibbli wkoll.", "Kull lift qed jiswa madwar Lm13,000.", "Sa Lulju ta' din is-sena kienu diġà ntnefqu madwar Lm700,000 fuq stallar ta' lifts.", "Ġiet introdotta wkoll l-iskema \"T\" li permezz tagħha residenzi vojta tal- privat jiġu rranġati u jinkrew biex b'hekk isir użu minn proprjetajiet qodma vakanti.", "B'emenda fuq l-istess skema l-għotja telgħet għal Lm3,500 kemm f'każ li l-applikant ikun inkwilin kif ukoll f'każ li l-applikant ikun sid.", "Din l-iskema se sservi għal żewġ skopijiet.", "L-ewwelnett biex jintużaw postijiet eżistenti minflok nibnu mill-ġdid u t-tieni jkun hemm aktar postijiet għall-kera fis-suq għal min ikollu dħul baxx.", "Matul din is-sena l-awtorità ħadet l-inizjattiva li tibni units residenzjali iżgħar biex tindirizza l-problema li jiffaċċjaw familji żgħar li jkollhom problema ta' housing.", "L-iżbilanċ kien dovut parzjalment għall- fatt li taħt ebda amministrazzjoni qatt ma bnew appartamenti b'kamra ta' sodda waħda.", "Din hija wkoll l-ewwel darba f'ħafna snin li qegħdin jinbnew postijiet għall-kera.", "40% tal-postijiet ġodda issa se jkollhom kamra tas- sodda waħda jew tnejn.", "Dawn il-postijiet se jgħaddu għand id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali għall-allokazzjoni.", "L-idea wara l-inizjattiva ta' bini ta' postijiet iżgħar hija li ħafna drabi nies li huma single jibqgħu fuq il- lista tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minħabba li hemm nuqqas ta' postijiet żgħar.", "L-awtorità tad-djar ħasbet ukoll fil-persuni b'diżabilità mentali.", "Għadha kif nediet inizjattiva biex toffri assistenza lill-organizzazzjonijiet biex ikunu jistgħu jgħinu nies li jbatu minn xi mard mentali.", "Din l-inizjattiva ġiet fis-seħħ peress li l-awtorità tad-djar temmen li mhux il-pazjenti kollha li għandhom xi diżabilità mentali għandhom bżonn jgħixu f'istituzzjonijiet.", "Ħafna minnhom huma kapaċi li jgħixu f'komunità.", "L- għan ta' din l-inizjattiva huwa li ninkoraġġixxu dan kemm jista' jkun.", "Kull sena l-awtorita' tad-djar tirriserva numru ta' appartamenti sabiex ir- Richmond Foundation ikunu jistgħu jużawhom għal xi klijenti tagħhom li jkunu f'pożizzjoni li jiġu integrati fil-komunità.", "Żewġ appartamenti fil-Fgura ġew allokati lill-foundation f'Ġunju ta' l- 2002, waqt li fi ftit żmien qasir żewġ appartamenti oħra f'Ħal Kirkop se jiġu trasferiti lill-foundation għall-istess għan.", "Aġenzija oħra li tibbenefika minn appartamenti migħand l-awtorità tad-djar hija l-foundation for social welfare services supported living division.", "Din il-fondazzjoni ngħatat appartament fil-Fgura u se jingħata appartament ieħor f'Ħal Kirkop fi ftit ġimgħat oħra.", "L-awtorità tad-djar tagħti sussidju qawwi fuq il-kera ta' appartamenti mikrija mill-privat lill-persuni b'diżabilità mentali sabiex huma jkunu jistgħu jiġu integrati fis-soċjetà.", "Din l-inizjattiva hija intenzjonata għal nies li jgħixu f'istituzzjonijiet u li jixtiequ jintegraw ruħhom fis- soċjetà.", "Waqt li jkunu qegħdin jgħixu f'akkomodazzjoni sussidjata indipendentement, il-klijenti jkunu qegħdin jimxu id f'id ma' l- organizzazzjoni għall-counselling jew xi forma oħra ta' terapija skond il- każ.", "L-awtorita' tad-djar waqqfet din l-inizjattiva biex tkompli tqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali li fil-passat tant kellha stigma assoċjata magħha.", "S'issa l-awtorità tad-djar irċeviet applikazzjonijiet mingħand disa' persuni mill-fondazzjoni Richmond u tlieta minn Dar il-Wens.", "Is- sussidju jammonta għal Lm215 kull persuna sa massimu ta' Lm600 kull appartament fis-sena.", "Sakemm ikunu qegħdin igawdu minn dawn is-sussidji, il-benefiċjarji jridu jkomplu bit-trattament bil-programm skond kif ikun deċiż mill-organizzazzjoni.", "L-awtorità tad-djar għadha kemm irrevediet is-sussidju għall-kiri ta' akkomodazzjoni li jingħata lil dawk il-persuni li jkunu waslu biex joħorġu mid-djar tat-tfal u li jkollhom bżonn isibu post fejn joqogħdu.", "Is- sussidju żdied bi tliet darbiet u issa jlaħħaq is-Lm600 fis-sena għal kull appartament.", "Huwa stmat li kull sena madwar 15–il persuna joħorġu mid-djar tat-tfal u jsibuha diffiċli biex isibu saqaf fuq rashom.", "Benefiċjarji ta' din l-inizjattiva jridu jiġu riferuti mill-aġenzija Appoġġ jew inkella jkunu ħadu sehem fil-programm rikonoxxut ta' l-istess aġenzija.", "Inizjattiva oħra, Mr Speaker, kienet dwar il-persuni b'diżabilità.", "Għall- ewwel persuni single b'diżabilità setgħu japplikaw sabiex jixtru post bi prezz sussidjat mingħand l-awtorità.", "Dawn il-persuni setgħu kellhom il- preferenza li jagħżlu qabel l-applikanti l-oħra.", "Għall-ewwel darba fl-aħħar ħarġa ta' bejgħ ta' appartamenti l-awtorità tad- djar allokat 17-il punt lill-persuni b'diżabilità.", "Ta' kull sena l-awtorità tad-djar tibni diversi appartamenti sabiex dawn jinbiegħu lill-applikanti bi prezz sussidjat.", "Però dan il-proġett ma jiqafx hawn biss.", "Persentaġġ ta' dawn l-appartamenti jiġu trasferiti lid- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali sabiex l-istess dipartiment ikun jista' jikrihom lill-applikanti fuq il-waiting list tiegħu.", "Is-sena li għaddiet l-awtorità tad-djar ittrasferit lid-dipartiment dar fl- Imtarfa, 12-il appartament f'Pembroke, 27 appartament fil-Fgura, 37 appartament fil-Belt Valletta u 4 appartament f'Bormla.", "Din l- inizjattiva hija waħda diffiċli għall-awtorità tad-djar peress li l- awtorità ma terġax tirkupra lura l-ammont ta' finanzi maħruġa għall-bini tagħhom.", "Però fl-istess ħin l-awtorità tħoss li b'dan il-mod dejjem qed tikseb il-mira tagħha; dik li tkun aktar soċjali.", "L-awtorità tad-djar tagħti għotja ta' Lm500 lill-inkwilini li jiġu allokati dawn l-appartamenti sabiex b'hekk tgħinhom jistallaw kamra tal-banju.", "Din l-għotja ġiet miżjuda għaliex sa ftit ta' żmien ilu din kienet ta' Lm300.", "F'Marzu ta' l-2001 l-awtorità tad-djar nediet kumitat biex tassigura t- trasparenza ta' l-awtorità u biex jagħti lill-applikant id-dritt li jappella mid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtorità.", "Minn mindu tnieda dan il-kumitat kien hemm 120 każ ta' appell.", "Minn dawn kien hemm 41 li ġew approvati, 75 ġew irrifjutati u 4 għadhom pendenti.", "Jien inħossni sodisfatt meta nara x-xogħol li wettqet l-awtorità din is- sena, imma naturalment wieħed irid iħares 'il quddiem.", "U jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-proġetti għas-sena d-dieħla jsib li bl- għajnuna ta' l-awtorità tad-djar se jinfetħu żewġ appartamenti għall- persuni b'diżabilità u appartament ieħor se jinfetaħ għal persuna bi problema ta' saħħa mentali.", "Kif diġà semmejt hemm erba' proġetti kbar ta' appartamenti ġewwa l-Furjana, l-Imsida, Bormla u Birkirkara.", "Hemm programmat bini ta' maisonettes u appartamenti b'nefqa ta' Lm6.7 miljun matul is-sena li ġejja.", "Hemm ipprogrammat żieda ta' Lm1,000 f'għotijiet biex jitranġa bini f'periklu u żieda ta' Lm700 f'għotjiet għall-bini substandard.", "L-istallazzjoni ta' lifts fl-appartamenti u fi djar tal-gvern se tkompli u matul is-sena d-dieħla se jiġu stallati 29 lift ġdid fi blokki ta' flats tal-gvern.", "Se jinħarġu għall-bejgħ 74 fond u iktar importanti 88 post għall-kiri.", "Dawn huma proġetti li żgur li l-awtorità tad-djar tkun f'pożizzjoni li tista' twettaqhom.", "Għalkemm, kif għedt fil-bidu, wieħed żgur ma jistax jgħid li solvejna l-problema tal-housing, jien naħseb li bil- progress u bid-dedikazzjoni li wriet l-awtorità f'dawn l-erba' snin, speċjalment f'din l-aħħar sena, hija determinata li tkompli tagħmel l-aħjar ħalli kemm jista' jkun din il-problema f'pajjiżna tissolva darba għal dejjem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, xtaqt li kieku kellna ftit iktar spjega ta' x'għandna quddiemna bħala rapport illejla għax hemm diversi affarijiet li fil-fehma tiegħi jimmeritaw spejga.", "Bir-rispett kollu lejn is-segretarju parlamentari, fl-intervent tiegħu ma ħariġx l- ispjega li kellu joħroġ.", "F'rapport wieħed ikun limitat kemm se jikteb, imma ovvjament wara l-linji li jkun fih rapport ikun hemm ħafna iktar affarijiet x'tispjega.", "Fil-fehma tiegħi, f'dan l-intervent l-introduttorju għall-estimi li għandna quddiemna ma kellniex dik it-tip ta' spejga li nistgħu nkomplu niddiskutu fuqha.", "Allura jien xtaqt nibda mill-ewwel billi nagħmel ftit tal-paragun ħalli ngħid għalxiex stennejt din l-ispjega.", "Jekk tħares lejn it-tliet rapporti ta' l-awtorità tad-djar mis-sena 2000 sal-lum ssib li fis-sena 2000 kellna tabelli li kienu jindikaw ċerti affarijiet - niftakar li fl- intervent tiegħi dik is-sena kont ħeġġiġt li jkollna aktar informazzjoni biex inkunu f'qagħda aħjar li nkunu kostruttivi fid-diskussjoni tagħna għax wara kollox dan huwa l-iskop ta' kull parlamentari f'din il-Kamra - fis- sena 2001 it-tabelli nxtorbu fir-rapport u din is-sena għandna tabelli li ma tifhimhomx.", "Hemm numru ta' tabelli marbutin ma' persentaġġi li ma jirriflettux eżattament dak li qed jiġri għax persentaġġ jista' jkun qed jagħti persentaġġ ta' eluf jew ta' waħdiet.", "Allura jien ippretendejt li fl- introduzzjoni l-gvern jagħti iktar dettalji dwar dan ir-rapport li għandna quddiemna.", "It-tieni punt tiegħi huwa li sena wara l-oħra niġu mwiegħda li d- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u l-awtorità se jamalgamaw f'entità waħda.", "Din is-sena bqajna fis-sitwazzjoni fejn l-amalgamazzjoni, almenu minn dak li jirriżulta minn dan ir-rapport, saret biss billi ġew armonizzati l-punti li jingħataw lin-nies, skond il-kriterji.", "Il-punti ġew armonizzati uġew imwessgħin biex jaqbdu fihom ċirku akbar ta' nies bi problemi ta' housing, imma fir-rigward ta' l-amalgamazzjoni per se ma nistgħux ngħidu li sar wisq xogħol tanġibbli.", "Għandna d-dipartiment li huwa speċifikament għall-akkomodazzjoni soċjali, imma l-funzjoni ta' l-awtorità hija waħda soċjali wkoll.", "Allura dawn għandhom l-istess oġġettiv.", "Sal-lum dawk in-nies li ma jistgħux jaffordjaw xiri ta' postijiet, minkejja li huma ssussidjati, għadhom iridu jmorru d- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "U għandna kategorija kbira ta' dawn iċ-ċittadini li minkejja li l-postijiet ikunu ssussidjati l-income tagħhom ma jippermettilhomx li jidħlu għalihom.", "Jiġifieri xorta għad hemm dak il-ġiri u xorta s-supply għadha mhix tlaħħaq jew għallinqas tqarreb lejn id-demand.", "Punt ieħor li jissemma anke fir-rapport taċ-chairperson huwa dwar il- quality service charter.", "Huwa sabiħ li nagħmlu l-benchmarks biex kemm jista' jkun il-klijenti li jeħtieġu s-servizzi tal-gvern ikunu moqdijin kif suppost.", "Dak huwa mod professjonali kif tagħmel l-affarijiet.", "Jien l- ewwel waħda ma nistax ingorr għax immur regolarment fl-uffiċini ta' l- awtorità tad-djar.", "Il-customer care service li hemm huwa mibni b'nies iddedikati u jagħmlu ħilithom biex jgħinu, minkejja l-fatt li hemm xi persuna li tħobb issefsef fil-widnejn għax hija qrib il-ġerarkija, imma sakemm issefsef biss u ma jiġux b'xi mod jew ieħor effettwati l-każijiet umanitarji li jkun hemm, ħalliha ssefsef!", "Jien inħalliha ssefsef.", "Imma overall jien ma nista' ngħid xejn fir-rigward ta' customer care service.", "Imma x-xogħol ta' l-awtorità vis-à-vis il-klijenti li japplikaw partikolarment għall-iskemi ma jibdiex u jieqaf fil-customer care service.", "Imbagħad hemm proċess sħiħ kif jiġu proċessati l-applikazzjonijiet.", "Minn dak li nista' nara jien, peress li ġieli nagħmel enquiries fuq ċerti applikazzjoniijet li jkunu qed idumu ż-żejjed, jidher li qed jittieħed ċertu żmien, per eżempju, biex isiru riċerki dwar l-assi ta' l-individwi.", "Aħna nafu li r-riċerka dwar l-assi issa m'għadhiex iktar marbuta mal-public registry, m'għadhiex entità tal-gvern kif kienet qabel, għax xi sena u nofs ilu dan il-kompitu ngħata lil kumpannija kummerċjali, bit-tama li tkun iktar effiċjenti.", "Imma l-effiċjenza ta' din il-kumpannija żgur li mhix qed tiġi riflessa meta narawha taħdem għal dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Apparti minn hekk, hemm proċess ieħor li jsir f'diversi sections ta' l- istess awtorità fejn jidher li kultant ikun hemm ċerti blockages ukoll.", "Qed ngħid dan għaliex minn ftit tax-xhur 'l hawn, minn wara s-sajf 'l hawn, donnhom l-applikazzjonijiet, speċjalment għall-iskemi, qed jieħdu ħafna żmien.", "Fejn qabel kont tapplika u forsi within three weeks tirċievi l- ewwel ittra fejn jgħarrfuk li inti eliġibbli u jgħidulek kemm se jkun imissek, minkejja li tkun ittra li tkun bla preġudizzju, jiġifieri jkun għad irid isir ċertu xogħol biex ikun konkluż kollox, issa din it-tip ta' ittra qed tieħu iktar minn tliet ġimgħat.", "Mhux hekk biss, qed jieħdu iktar żmien anke biex jagħmlu l-kuntratt ħalli jinbeda x-xogħol.", "Qabel wieħed kien japplika u fi żmien ħames ġimgħat jew sitta kien kważi jeħles il-proċeduri kollha u jibda.", "Qed ngħid dan għax nafu li jkun hemm ċerta urġenza għal min qed japplika għal skemi ta' manutenzjoni.", "L-ewwelnett hemm numru ta' ċittadini, kif jgħid dan ir-rapport stess, li lanqas jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom, lanqas jafu x'tip ta' skemi jistgħu jibbenefikaw minnhom.", "Jien personalment nagħmel ħilti kollha ħalli nidħol fil-fond tal-problema ta' nies li jkunu ilhom snin fuq il-waiting list għal social accommodation u għadhom ma nqdewx, ħalli nara jekk permezz ta' skema jistgħux għallinqas itejbu s-sitwazzjoni tagħhom.", "Nagħmel ħilti kollha biex nagħmilha din.", "Jiġifieri jekk ma jiltaqgħux ma' nies li jiggwidawhom b'dan il-mod ħafna ċittadini lanqas ikunu jafu għal liema skemi jkunu ntitolati.", "F'dawn it-tip ta' każijiet ċertu tip ta' xogħol li jkun hemm bżonn isir fid-djar ma jridx jieħu tul ta' żmien żejjed.", "Jiġifieri f'daqqa waħda qed jiġri xi ħaġa.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat iltqajt ma' każijiet ta' applikazzjonijiet li fejn qabel kienu jieħdu ħamsa jew sitt ġimgħat, issa qed idumu ħafna iktar.", "Jiġifieri tajjeb li jkollna l-benchmarks, imma mhux sewwa li jkunu effettivi fil-bidu, imbagħad tibda tonqos l-effiċjenza.", "Irridu nagħmlu evalwazzjoni ħalli naraw fejn qed ikunu l-blockages.", "Issemma wkoll is-servizz tal-care and repair section.", "Fir-rapport tas-sena li għaddiet iċ-chairperson qalet li l-awtorità tad-djar se tiffoka aktar fuq dawn it-tip ta' servizzi.", "Fil-fatt qalet li waħda minn dawn il- bidliet kienet it-twettiq ta' servizz ta' care and repair fejn jiġu kkonsidrati każijiet riferuti minn social workers.", "Din is-sena fl-istess rapport taċ-chairperson reġa' ntqal li l-awtorità tad-djar qiegħda tiffoka aktar fuq is-servizzi li tagħti biex tgħin lil dawk li huma l-aktar fil- bżonn.", "Dan seta' jseħħ permezz ta' innovazzjoni tat-twaqqif tas-servizz ta' care and repair.", "Jien ħadt l-impressjoni li din is-section kienet twaqqfet is-sena l-oħra, fl-2001.", "Imma fil-fatt, anke minn dak li qed jingħad f'dan ir-rapport, dan ġie mniedi f'Mejju ta' din is-sena stess f'konferenza ta' l-aħbarijiet.", "Għaddew numru ta' xhur jaħdem u kont nippretendi li għallinqas ikollna ftit idea ta' x'qed jiġri b'dan il-care and repair section.", "Qed ngħid hekk għax, again, jien personalment naf b'każ partikolari li ilu numru ta' xhur sostanzjali mwaħħal.", "U dan huwa każ umanitarju.", "Sal-lum għad m'hemmx risposta x'se jiġri, minkejja li ilu kważi tmien xhur.", "Sal- lum din il-familja għadha ma nqdietx.", "Per eżempju, ma nafx jekk intbagħtux is-social workers għand din il-familja.", "Intbagħtu żewġ spezzjonijiet; l- ewwel mar perit u uffiċjal ta' l-awtorita` u mbagħad reġa' mar uffiċjal differenti ta' l-awtorita`.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk humiex nies tekniċi dawk li jagħmlu l-inspections min-naħa ta' l-awtorita`.", "Dan qed ngħidu għax qaluli li meta l-uffiċjal ta' l-awtorita` mar jagħmel it-tieni inspection fuq dan il-każ umanitarju huwa rrimarka li din toqgħod f'palazz.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq każ ta' single parent għax hija armla, li rabbiet tlett itfal bil-għajnuna soċjali biss u issa għandha problema ta' tfajla li se ssir omm minn hawn u ftit ieħor.", "Jiġifieri mhux biss għandhom problemi finanzjarji, imma għandhom ukoll nuqqas ta' spazju fejn jgħixu.", "Qed nitkellmu fuq dar b'sular wieħed għaliex hija dar fuq garage.", "Mr Speaker, min imur jagħmel dawn l-inspections irid ikun imħarreġ, irid ikun sensittiv u jrid ikun jaf jagħraf il-problema u ma jgħaddix kummenti li jkunu inġusti u fil-fehma tiegħi inġurjużi u li jweġġgħu lin-nies.", "Għaliex meta tħares lejn il-faċċata mod, imma meta tibda tindaga u tidħol fir-ruħ tal-problema tibda tiskopri ħafna affarijiet oħra.", "Mr Speaker, dan huwa servizz li suppost jistgħu jibbenefikaw minnu nies li jaqgħu barra mill-iskemi, imma mill-esperjenza li kelli jien personalment - mhux minn xi ħaġa li qalli xi ħaddieħor - dan mhux qed jiġri.", "Ma nafx kif qed jaħdem dan is-servizz.", "L-ewwelnett ma nafx kemm-il social worker għandha impjegati magħha l-awtorita` għax mill-mistoqsija parlamentari mwieġba mill-Onor.", "Lawrence Gonzi fid-19 ta' Frar ta' din is-sena m'hawn l- ebda indikazzjoni li l-awtorita` tad-djar għandha social worker.", "Ma nafx jekk minn dak iż-żmien 'l hawn impjegatx lil xi ħadd.", "Għalhekk jien xtaqt li jkollna iktar informazzjoni.", "U nittama li jekk għandha social worker ma tkunx xi waħda kif hemm fid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, li wara ftit tant tkun semgħet affarijiet li tispiċċa burnt out.", "Nafu b'każijiet anke fil-passat.", "Xtaqt nirrimarka wkoll fuq l-elenku li hawn fir-rapport dwar postijiet għall-bejgħ u postijiet għall-kiri.", "Jien ma stajtx naqbad art u meta smajt lill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici komplejt nitgerfex.", "Fis-sena 2001 kien intqal li kien hemm 99 fond residenzjali għall-bejgħ u f'Novembru tas-sena li għaddiet ħarġu 180 post ġdid għall-bejgħ.", "Din is-sena qed jingħad li bbenefikaw 186 familja bl-allokazzjoni li kienet saret permezz tal-ħarġa ta' Novembru tas-sena li għaddiet u issa mistennija li jibbenefikaw 195 familja oħra fil-ħarġa ta' Ottubru ta' din is-sena.", "Hawnhekk għandna figuri li mhux qed jaqblu.", "Fir-rapport tas-sena li għaddiet intqal li kien hemm 180 post għall-bejgħ li kienu ħarġu f'Novembru tas-sena li għaddiet, imma mbagħad ġew allokati din is-sena u telgħu għal 186.", "Jiġifieri l-186 fond li ġew allokati din is-sena attwalment huma dawk li ħarġu f'Novembru tas-sena l-oħra.", "Dawk li ħarġu f'Ottubru ta' din is- sena għadhom ma ġewx allokati għax l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu pproċessati.", "Mela in actual fact din is-sena kulma ġie allokat huwa dak li deher fir- rapport tas-sena li għaddiet, l-2001.", "Jiġifieri hemm figuri dupplikati u fil-fehma tiegħi ma jirriflettux l-affarijiet sew.", "Issa niġu għall- kwestjoni tal-kiri.", "Fir-rapport tas-sena 2001 jingħad li fis-sena 2000 inbnew 33 post għall- kera u fl-2001 kellhom jitlestew 144 unit għall-kera.", "Fir-rapport ta' din is-sena jingħad hemm li 81 post għall-kera għaddew għand id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Jiġifieri hemm diskrepanza oħra.", "Qed jissemmew b'kollox 177 unit għall-kera.", "Ejja ngħidu li t-33 post li suppost kienu nbnew fis-sena 2000 ingħataw is-sena li għaddiet, allura jifdal 140.", "Iżda fir-rapport ta' din is-sena hemm imsemmi 81 post, jiġifieri hemm diskrepanza ta' 63 unit.", "Dawn fejn marru?", "Dawn kif ingħataw?", "Fil-15 ta' Jannar 2002, jiġifieri ftit wara li ħareġ ir-rapport tas-sena li għaddiet, saret mistoqsija parlamentari numru 30969 ta' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia f'dan is-sens.", "Ir-risposta li ta l-Viċi Prim Ministru kienet: \"Jien informat li l-awtorita` għaddiet 78 appartament għall-kiri lid- dipartiment.\"", "U hawn elenku kif attwalment ġew imqassma lokal b'lokal.", "Bir-rispett kollu, jew se niddiskutu bis-serjeta` u ngħidu l-affarijiet kif inhuma ħalli nkunu nafu kemm attwalment qed nindirizzaw il-problema tal- housing soċjali f'Malta, jew inkella niġu hawnhekk biex noqogħdu niftaħru u ngħidu li qed nagħmlu ħafna u fil-verita` meta nfittxu nsibu li nkunu qegħdin ħafna 'l bogħod mir-realta`.", "Il-kwestjoni ta' dupplikar tan-numri taraha anke f'affarijiet oħra.", "Jien insir naf dawn l-affarijiet mingħand in-nies għax jien m'iniex se noqgħod niċċekkja lista ma' l-oħra għax apparti li m'għandix il-ħin naħseb li lanqas paċenzja m'għandi.", "Per eżempju, nies li kienu applikaw għall- postijiet fil-ħarġa ta' Novembru tas-sena l-oħra u ma ħadux reġgħu applikaw issa, fil-ħarġa ta' Ottubru, u sabu li dak l-istess post li kienu applikaw fuqu reġa' deher fil-ħarġa ta' Novembru.", "Jiġifieri hemm dupplikar anke hemmhekk.", "Jien staqsejt x'inhi r-raġuni - biex ma niġix hawnhekk nitkellem b'mod fieragħ u xi ħadd jgħid li qed nipprova nagħmilha tal-kiesħa - u qaluli li meta post jiġi allokat u dak li jkun forsi ma jasalx għal xi raġuni jew oħra u jkunu għaddew tliet xhur, dan ma jiġix allokat lil min ikun imissu.", "Bir-rispett kollu, jien ma nistax nifhem x'inhu l-iskop wara dan għaliex once li għandek ballot li qed ittella' wara xulxin, jekk għandek xi ħadd li ma wasalx biex dik l-allokazzjoni jagħmilha r-residenza tiegħu, din faċilment tista' tgħaddiha lil ħaddieħor, lil min ġie wara.", "L-ewwelnett dawn il-ballots ikunu pubbliċi u kulħadd jista' jarahom u, fil- fehma tiegħi, hija ġennata li tħalli post għal sena sħiħa magħluq.", "Meta għandek post magħluq qed tagħmillu l-ħsara bl-umdita` u b'elf ħaġa oħra.", "Jiġifieri hija ħasra li tħalli post vojt u mbagħad terġa' toħorġu fil- ħarġa li jkun imiss, li mbagħad tieħu sena, għaliex minn Novembru tas-sena 2001 l-awtorita` reġgħet ħarġet the next issue f'Ottubru 2002.", "Apparti l- fatt li jkun hemm għarajjes li jkunu qed jistennew bil-ħniena dawn l- imberkin postijiet issussidjati ta' l-awtorita`.", "Illum il-kwestjoni ta' l-affordability hija xi ħaġa reali u hemm ħafna żgħażagħ li jkunu ilhom snin għarajjes imma mhumiex f'qagħda li jmorru għal dak li qed joffri s-suq privat għaliex il-mezzi finanzjarji huma batuti.", "Iċ-ċiklu jieħu kważi sentejn, minn Novembru tas-sena 2001 reġgħu ħarġu f'Ottubru 2002 u mbagħad l-awtorità tiegħu mill-inqas sitta jew tmien xhur biex fl-aħħar terġa' tallokahom.", "Jiġifieri qed iżżomm lil dawn iż-żgħażagħ għarajjes jistennew ta' l-inqas sena u tmien xhur jew sentejn, apparti li dak il-post ikun ilu magħluq għal daqstant żmien u tkun qed issirlu ħsara.", "Mr Speaker, apparti li n-numri tal-postijiet li l-awtorità toħroġ għall- bejgħ u għall-kiri huma dupplikati b'mod li fil-fehma tiegħi m'għandniex stampa reali ta' x'qed jiġri attwalment, imma anke li kieku dawk in-numri kienu tajbin, żgur li mhumiex qegħdin jindirizzaw bis-serjeta` il-problema ta' l-akkomodazzjoni soċjali fil-pajjiż.", "Definittivament m'aħniex qed nindirizzaw dawk it-3,000 – 3,000 se nsemmi jien għax din hi l-figura li jsemmi l-gvern, m'iniex se nsemmi t-8,000 li ġew reġistrati fiċ-ċensiment li sar fl-1995 – li hemm fuq il-lista tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali b'81 post għall-kiri jew inkella bil-180 post għall-bejgħ.", "Żgur li ħafna u ħafna minn dawk li hemm fuq il-lista tad-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali, lanqas jekk nissussidjawlhom kemm nissussidjawlwhom il-postijiet għall-bejgħ, il-mezzi finanzjarji tagħhom huma tant baxxi li ma tistax tfejqilhom il-problema tagħhom b'dan il-mod.", "Wieħed irid joħroġ bil-postijiet għall-kiri li għadhom mhumiex priorita` fuq l-aġenda ta' l- awtorita` tad-djar.", "Mr Speaker, naħseb li qed jidher ċar x'inhi l-politika tal-gvern f'dan ir- rigward - għax wara kollox l-awtorita` tad-djar hija l-entita` eżekuttiva biex tattwa l-politika tal-gvern - jiġifieri dak li ntqal fit-topic paper dwar il-housing li kienet ħarġet il-MEPA f'Diċembru tas-sena li għaddiet fejn intqal hekk:", "\"Whilst in the past, government has focused on the building of social housing itself, it is likely that over the review period this will become increasingly cost ineffective suggesting that government might find it increasingly attractive to provide rental subsidies rather than rental properties, as is increasingly the practice in other industrialised countries.\".", "Bir-rispett kollu, bl-iskemi biss m'aħniex se naslu fejn jidħlu dawn in- nies.", "L-iskemi għenu lil numru sostanzjali ta' nies pero` definittivament ma ndirizzawx il-problema akuta ta' dawk il-povri nies li ilhom snin fuq il- waiting list tas-social housing.", "Hemm skemi li, fil-fehma tiegħi, għandhom bżonn review sħiħa fosthom skema ħamsa tal-maintenance, waħda tal-privately owned u l-oħra ta' l-owners.", "L-ewwelnett l-iskemi qegħdin hemm biex ikollna quality housing għan-nies.", "Iżda hemm kondizzjoni li jekk id-dar tkun inbniet wara s-snin sittin, din ma taqax taħt l-iskema tal-maintenance.", "Jien iltqajt ma' każ ta' familja fejn ir-raġel waqaf jaħdem, jgħixu bl-għajnuna soċjali u mhumiex f'qagħda li jduru dawra d-dar.", "Allura peress li d-dar tagħhom inbniet fis-snin sebgħin, dawn ma jaqgħux taħt l-iskema tal-manutenzjoni.", "Aħna proprjament li min qegħdin ngħinu?", "Lill-bini jew lill-persuni?", "Safejn naf jien qed ngħinu lill-persuni biex ikollhom bini adattat u mhux bil-maqlub.", "Hemm bżonn li ssir review ta' dawn il-kondizzjonijiet ħalli l-affarijiet isiru sewwa.", "Is-sussidju fuq il-kera jista' jgħin lill-persuna li daħlet f'kera għolja għax nafu li l-kirjiet illum huma m'għola s-sema.", "Imma issa spiċċajna f'sitwazzjoni fejn għandna sidien li qed jagħmlu kondizzjoni lill-inkwilini tagħhom li ma jmissux ma' l-awtorita` tad-djar u ma jġibux skemi tal-kera għax inkella jitfgħuhom barra, għaliex bil-kera tista' tagħmel li trid.", "Għandna sitwazzjoni ta' sidien li saħansitra qasmu s-sussidju tal-kera li tat l-awtorita` tad-djar ma' l-inkwilin.", "Jien m'iniex qed nitkellem fl- arja, imma naf b'dawn il-każijiet, pero` ovvjament ma nistax insemmi l- ismijiet.", "Naf b'każi ta' nies li jgħixu bl-għajnuna soċjali, li daħlu f'kirjiet ta' Lm90 u Lm100 u u lanqas biss għamlulhom kuntratt, u lanqas irċevuta ma jagħtuhom.", "Minkejja l-faqar li jgħixu fih, hemm skema tal-gvern li ma jistgħux jibbenefikaw minnha.", "Jiġifieri aħna rridu naraw jekk dawn l- iskemi humiex qed jaqbdu lil kulħadd.", "Hemm numru ta' nies li qed jibqgħu barra.", "Aħna bnedmin bid-difetti tagħna kollha and I am sure li kull ħaġa li nintroduċu se jkun hemm min iħabbel rasu ħalli jara kif se jdur magħha u jipprova jirvinaha.", "Imma għalhekk imbagħad irid ikollna proċess ta' evalwazzjoni kontinwa u għalhekk jien nippretendi u fir-rapport kont nistenna li dik is-sezzjoni tar-riċerka li hemm qed tagħmel evaluation ta' dawn l-affarijiet il-ħin kollu.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għaliex anke l-istess topic paper dwar il- housing li kienet ħarġet il-MEPA f'Diċembru 2001 kienet qalet:", "\"After vacancy, the second important characteristic of the Maltese housing sector is the high cost of property compared to average wages.\".", "Jiġifieri l-kwestjoni ta' l-affordability.", "U din mhijiex biss fil-każ ta' xiri imma anke fil-każ ta' kirjiet.", "Imbagħad tagħmel riferenza anke għar- riċerka li kien għamel Mifsud fl-1999 fejn jgħid li l-prezzijiet tal- proprjeta` reklamati bejn l-1995 u l-1997 telgħu bejn erbgħa u tmien darbiet aktar.", "Issa riċentament anke s-central bank report jgħid li l- advertised prices telgħu b'130%.", "Jiġifieri meta nafu li hemm 3,000, ruħ - skond kif jgħid il-gvern u mhux skond kif jgħid iċ-ċensiment, għax iċ-ċensiment jgħid li hemm 8,000 - jistennew il-ħniena ta' Alla biex forsi xi darba jkollhom dar, meta nafu li hemm skemi li hemm min hu kapaċi jdur magħhom, nipprovdu biss 81 post għall- kera f'sena.", "Anke l-istess ċensiment jgħid li s-settur tal-kiri naqas.", "Mill-1948 'l hawn minn 77% naqas għal 28% fl-1995, u din hija marbuta mal- kwestjoni tal-liġijiet tal-kera eċċ. għaliex il-kwestjoni tal-kirjiet għandha diversi uċuh.", "Jien niskanta kif għandna diversi esperti, anke esperti tal-gvern, li kkummentaw u sadanittant il-gvern jaf dan kollu, imma x'qed jagħmel?", "Ftit li xejn, biex ma ngħidx xejn, ħalli ħadd ma jgħid li qed nitkessaħ.", "Ma nistgħux ngħidu li sar ħafna meta ħarġu 81 post biss għall-kiri f'sena!", "Għadna 'l bogħod meta nafu li għandna 3,000 applikant irreġistrati fuq il- lista u l-problema tal-homeless li dejjem qed tikber, minkejja li l- awtorita` qed tagħti l-għajnuna lill-għaqdiet bħal Suret il-Bniedem, il- YMCA u Dar Nazzareth.", "Mr Speaker, aħna nafu li għaqdiet bħal Suret il-Bniedem u l-YMCA huma half- way houses u mhumiex hemm biex joffru housing permanenti.", "Qegħdin hemmhekk biex joffru akkomodazzjoni għal ftit żmien.", "Wara hemmhekk they have to move on, imma jekk mhux se jkun hemm stock ta' djar, fejn se jmorru dawn in-nies?", "U dawn huma l-ifqar fost il-fqar għaliex biex ma kellhomx lanqas il-mezzi biex jagħmlu l-affarijiet on their own steam, kellhom jaqgħu għal tip ta' community living, sinjal li verament qegħdin f'każijiet akuti, biex ma nsemmix ukoll in-nisa fix-shelters.", "Jien naf b'każi ta' nisa li minn shelter marru f'istituzzjoni oħra, bħal Dar Qalb ta' Ġesu ġewwa Santa Venera, u ilhom sentejn jew tliet snin hemmhekk u sal-lum għadhom ma ġewx offruti post alternattiv.", "Dawn huma l- każijiet verament akuti.", "L-awtorita` tad-djar trid tkun ukoll proattiva.", "Qed nitkellem fuq in-nisa fix-shelters li ħafna minnhom huma nisa separati, nisa li kellhom jitilqu d-dar matrimonjali tagħhom minħabba vjolenza domestika.", "Kemm qed jimbotta l-gvern biex jiġu emendati l-liġijiet ħalli l-perpetrators tal-vjolenza domestika ma jibqgħux jokkupaw id-dar matrimonjali u n-nisa jkollhom jitilqu 'l barra b'uliedhom, u jispiċċaw ġo shelter jew istituzzjonalizzati għal snin sħaħ?", "Din hija miżura preventiva, biex ngħidu hekk, ħalli ma jkollniex daqshekk nisa u tfal bla dar.", "L-iktar li jinkwetawni huma t-tfal u mhux l-adulti għax l-ikbar trawma hija fuq it-tfal.", "Aħna l-kbar ninbarxu u nfiequ imma t- tfal meta jinbarxu jibqgħu bil-marka.", "X'qed nagħmlu fuq dawn l- affarijiet?", "F'Novembru tas-sena 2000, waqt konferenza fuq housing affordability, il- Perit Anton Camilleri, li huwa d-direttur tal-housing construction and maintenance directorate, kien qal hekk :", "\"For confidence in this market ...\"", "- qed jirriferi għas-suq tal-kera –", "\"... to be renewed both parties have to state their positions unequivocally.", "The Labour administration did say that it did not reintroduce requisitioning powers for example.", "However the declaration was given very little publicity in the media and an opportunity was missed to set people's mind at rest that such powers were a thing of the past.", "Three years ago ... \",", "– qed jirriferi għall-1998 –", "\"... a bi-partisan commission was set up to come up with suggestions on rent law reform.\".", "Kien żmien gvern Laburista bejn l-1996 u l-1999 meta twaqqfet din il- kummissjoni bejn iż-żewġ partiti biex nagħmlu reviżjoni tal-liġijiet tal- kera.", "X'sar minnha din?", "Sal-lum kieku qatt smajna xi ħaġa!", "Safejn naf jien din il-kummissjoni spiċċat, jiġifieri dak li nbeda ma tkompliex.", "U dan l-espert tal-gvern - dan mhux espert tal-partit Laburista - qed jgħid li din kienet xi ħaġa tajba.", "Imma meta l-gvern Nazzjonalista tela' fl-1998 ma kienx kapaċi jkompli fuqha, minkejja li din ġiet b'inizjattiva tal- partit Laburista.", "Le, din injoraha, spiċċat, mietet, u sadanittant għadna għaddejjin bl-istess diffikultajiet.", "Għalhekk niskanta li wara dik it-tip ta' stqarrija tal-Perit Anton Camilleri f'din il-paper għal din il-konferenza, insib stqarrija tal- ministeru għall-politika soċjali fl-20 ta' Jannar 2000, irrapportata fil- gazzetta \"in-nazzjon\", li tgħid hekk: \"Il-ministeru żied li l-argument tas-sidien hu li l-liġijiet tal-kera għandhom bżonn jiġu rranġati.", "Dan hu minnu iżda wieħed irid ifakkar li diġa` saru passi importanti 'l quddiem - u hemm elenku ta' dak li sar fl-1995 - saru tibdiliet fil-liġijiet tal- kera li taw drittijiet ġodda u importanti lis-sidien.", "Kien ittamat li dawn it-tibdiliet kienu se jiftħu s-suq tal-kera ta' postijiet privati.", "Sal-lum ir-riżultat ma kienx dak mixtieq u minflok hawn sitwazzjoni fejn in-numru ta' postijiet li jibqgħu vojta u abbundanti qed jiżdied minflok jonqos.\"", "Allura jekk nafu b'din it-tip ta' sitwazzjoni, bir-rispett kollu, jien kont nippretendi li fir-rapport nara x'qed jiġri f'dan is-sens.", "Għax mhux biżżejjed li nibnu u nikru, li nibnu u nbigħu bi prezz issussidjat.", "Sadanittant kif qed tittekilja din id-diffikultà li għandna f'dan il-pajjiż fejn is-suq tal-kera kważi spiċċa?", "Iċ-ċensiment qed juri li minn 77% fl- 1948 spiċċajna nżilna għal 28% fl-1995 u naħseb li llum huwa kważi negliġibbli s-suq tal-kera.", "Mela l-gvern jaf dan kollu, qed jgħidulu dan anke l-esperti, qed jammetti hu pubblikament u sadanittant jinjora kompletament kummissjoni bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, u baqa' b'idejh fuq żaqqu.", "Imma mbagħad niġu niftaħru hawnhekk li din is-sena tajna 81 post għall-kiri, apparti l-fatt - għadni ma dħaltx fih għax ma nafx kemm se jkolli ħin - ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-ħin huwa liberu għal kulħadd u m'hemmx il-limitu ta' 40 minuta.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, dawn huma ħwejjeġ li ma temminhomx.", "Niġu niddiskutu issue tant importanti imbagħad ma jkollniex l-affarijiet ippreżentati b'mod ħolistiku ħalli nkunu nafu kif qed nindirizzaw il-problema!", "Sur President, fl-10 ta' Jannar, ftit wara li ġrat it-traġedja fejn tħalla vittma Salvu Cesare fil-Furjana, il-Viċi Prim Ministru qal:", "\"Il-gvern se jidentifika l-postijiet vojta u abbandunati li hemm fil- Furjana u jekk is-sidien ma jidentifikawx lilhom infushom il-gvern jieħu l-post, jirranġaħ u jikrih.", "Jekk wara xi żmien is-sid irid iħallas xi spejjeż li jkun għamel il-gvern fil-post jista' mbagħad jiftiehem mar-residenti li jkunu krewh.\".", "Issa sentejn wara ̧ jista' xi ħadd igħidilna x'sar minnu dan?", "Qed nistaqsi dan għax f'dan ir-rapport m'hemm xejn.", "Peress li għal sena wara l-oħra jkollna l-premessa li l-awtorita` tad-djar u d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali se jingħaqdu flimkien u peress li llum l-awtorità hija attrezzata b'section dwar ir-riċerka eċċ. kellhom jidħlu fuq dawn l- affarijiet.", "Pero' sal-lum għad m'għandna xejn.", "Meta nkunu qed niddiskutu l-housing inkunu qed nitkellmu fuq firxa sħiħa ta' diffikultajiet u pajjiżi oħrajn din jirrikonoxxuha.", "Fil-fatt meta kont qed inqalleb ftit ̧ f'idejja ġiet green paper li ħarġet fis-sena 2000 mill- housing policy renewal and ownership division tad-dipartiment ta' l- ambjent, trasport u reġjuni ta' l-Ingilterra u din tgħid hekk:", "\"There are strong associations between poor housing and poverty, deprivation, crime, educational underachievement and ill-health.", "People are discriminated against in looking for work or using services because of where they live.", "Whole neighbourhoods suffer from neglect.\".", "Għalhekk meta nkunu qed nitkellmu fuq l-issue tal-housing inkunu qed nitkellmu fuq issue li għandha firxa u dimensjoni kbira ħafna għal dak li huwa well-being tan-nies tagħna, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- istandard tal-ħajja, għal dak li għandu x'jaqsam mal-kwalita` ta' ħajja li jgħixu u għal dak li għandu x'jaqsam ma' diffikultajiet soċjali oħra li pajjiżna jkun irid jiffaċċja.", "Għaldaqstant jien kont nippretendi li l- introduzzjoni min-naħa tal-gvern kienet tkun aktar imlaħħma kieku qalilna kif qed isiru l-affarijiet.", "Sur President, se nsemmi punt ieħor li kont nippretendi li narah fir- rapport.", "Per eżempju, fit-topic paper tal-MEPA dwar il-housing li ġiet ippubblikata f'Diċembru tas-sena li għaddiet hemm appendiċi msejjaħ \"checklist for assessing sustainable property development\" li fost affarijiet oħrajn fih issib li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għażla tal- location irid ikun hemm marbut ukoll l-aspett ambjentali, ekonomiku u soċjali.", "Jissemma, per eżempju, jekk il-land type tkunx brown field, green field jew xi contaminated field.", "Hemm ukoll il-previous land use classification, road accessibility, location in relation to existing development u open consultation with all sectors of existing community on planned development.", "Allura jien nistaqsi: Meta l-awtorita` tad-djar tagħżel il-bċejjeċ ta' art biex tibni fuqhom qed tagħmel din iċ-checklist li hija stabbilita mill-MEPA?", "Jien nista' ngħid li minn dak li naf ma naħsibx li qed tagħmel hekk.", "Każ li naf bih jien personalment u anke ċ-chairperson ta' l-awtorità huwa dwar biċċa art agrikola f'Ħal Qormi li fuqha hemm anke r-reġistri tal- biedja jiġifieri l-prodotti li jinħasdu minn hemmhekk jittieħdu l- pitkalija.", "Darba waħda s-sidien ta' din l-art sabu notice ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar li kienet tgħid li hemmhekk l-awtorita` kienet qed tipproponi bini ta' ma nafx kemm-il appartament.", "Issa apparti mill-fatt li din l-art kienet ilha mqabbla għand din il-familja għal madwar 98 sena, din l-art għandha servitu' jiġifieri din il-familja għandha r-right of way biex taħdem u tkabbar il-prodotti fuq art oħra li tmiss magħha.", "Dan kollu jfisser li ma kienx hemm konsultazzjonijiet man-nies konċernati aħseb u ara kemm kien hemm konsultazzjonijiet man-nies ta' dawk l-akwati.", "Qed ngħid dan għax din hija l-unika area li mhijiex mibnija f'Valletta Road, Ħal Qormi.", "Din hija triq li ma fihiex aktar minn 20 pied jew 25 pied jiġifieri jekk se ttella' xi 26 appartament se tifga kulma hemm.", "Għalhekk jien ma nafx x'tip ta' analiżi sar dwar din l-area.", "Issa barra minn hekk minn hemmhekk igħaddi gelgul ta' ilma li jkun nieżel minn ġo Santa Venera jiġfieri jekk se tieħu din il-biċċa art se tkompli tgħarraq l-area.", "Allura jien nibda ngħid: Dan il-gvern kif jaħdem?", "Il-MEPA toħroġ in-notice fuq biċċa art bħal din, tagħmel it-topic papers u ċ-checklist imma min hu responsabbli minn xiex?", "Ladarba hemm rappreżentanza bejn iż-żewġ awtoritajiet nifhem li għandu jkun hemm xi xorta ta' koordinament.", "Għalhekk saħħa l-Viċi Prim Ministru ma ntroduċiex ir-rapport jien nippretendi li dan jagħtina ċerti risposti.", "Per eżempju, dan għandu jgħidilna x'tip ta' koordinament hemm, għalfejn ċerti figuri qed ikunu dupplikati, x'inhi l-policy rigward il-liġijiet tal-kera u l-kirjiet eċċ. u jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm reviżjoni ta' ċerti kondizzjonijiet.", "Jien kont nippretendi li nara wkoll f'dan ir-rapport li s-section ta' riċerka fi ħdan l-awtorita` tgħidilna ftit x'se jkun l-impatt fuq il- kwestjoni tal-housing f'Malta fl-eventwalita` ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u wara l-arranġament jew il-ftehim li l-gvern qal li laħaq ma' l- Unjoni Ewropea.", "Mhux billi naraw ħafna press releases u filmati u mhux billi noqgħodu niftaħru għax meta niġu in real terms u nibdew nanalizzaw l- affarijiet nibdew nindunaw li l-impatt se jkun wieħed serju.", "Per eżempju, miegħi ġibt informazzjoni mill-MIC dwar l-arranġament tal-housing u fost affarijiet oħrajn insibu hekk:", "\"The arrangement that was agreed allows Malta to keep the current restrictions with few changes.", "Basically the changes are three.", "Malta agrees that if an EU citizen has lived here for a continuous period of at least five years, restrictions on the purchase of property will be removed and that person would be treated like the rest of us who live here.\".", "Mela għandna diversi każi ta' kif any EU citizen jista' jiġi Malta u jgħix hawn għal ħames snin.", "Ħalli nieħdu businessman.", "Aħna mhux se jkollna restrizzjoni li negozjant żgħir mill-Unjoni Ewropea jiġi jiftaħ negozju hawn Malta.", "Fil-fatt dan jista' jiġi hawnhekk l-għada tas-sħubija u jiftaħ confectionery, għas-saħħa ta' l-argument, għax ikollu dritt għan- negozju.", "Issa naturalment ̧ jekk dan ikun jaħdem hawnhekk, x'imkien irid joqgħod, mhux se nagħmlulu kamp f'Ta' Qali!", "Għalhekk dan se jfittex fejn joqgħod.", "Pero` jekk dan jagħmel ħames snin hawn Malta jista' jixtri kemm irid proprjeta`.", "Issa ħalli nġib eżempju ta' studenti barranin li jiġu jistudjaw hawnhekk.", "L-għada ta' sħubija studenti barranin jistgħu jiġu jistudjaw fl-università tagħna bħal studenti Maltin.", "Lill-istudenti Maltin il-partit Nazzjonalista qed igħidilhom li l-għada ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea jistgħu jmorru jistudjaw fejn iridu pero' bl-istess mod jistgħu jiġu studenti barranin hawnhekk.", "Għalhekk jien nistaqsi: Jekk student barrani jiġi jistudja hawnhekk ikun irid x'imkien fejn joqgħod jiġifieri dan irid isib jikri appartament.", "Allura l-awtorita` tad-djar rat x'impatt jista' jkollu dan it-tip ta' każ fuq studenti Għawdxin li qegħdin fl-universita` ta' Malta?", "Per eżempju, jien niltaqa' ma' studenti Għawdxin li jgħiduli kemm iħallsu kirjiet għoljin biex isibu appartament.", "Jista' jkun li min jikri l-appartamenti jkun jippreferi student barrani għaliex forsi dak iġib aktar miegħu minn student Għawdxi?", "It-taqsima tar-riċerka ta' l- awtorita` tad-djar qed tagħmel dan it-tip ta' studju?", "Mhux billi ngħidu li ħriġna tant għall-bejgħ, li għamilna t-tali skema u li waqqafna t-tali taqsima.", "Irridu nkunu pro-attivi u naħdmu u safejn naf jien għalhekk qed nirriċerkaw u nistudjaw.", "Mill-informazzjoni ta' l-MIC jingħad ukoll li:", "\"If a person wants to settle here permanently and wants to buy a house to live in, prior authorisation is required today although this is guaranteed automatically.", "After membership no authorisation will be required.\".", "Dan ifisser li llum persuna li trid tiġi u tissetilja Malta jrid ikollha l- awtorizzazzjoni pero' wara sħubija mhux se jkollha bżonn awtorizzazzjoni imma tista' tħawwad kemm trid.", "Nafu x'effett se jkollha sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea fuq il-housing f'Malta jew l-aqwa li niftaħru li f'dak li għandu x'jaqsam ma' housing ġibna arranġament kbir għal Malta.", "Per eżempju ̧ jiddispjaċini ngħid li mhux veru dak li qal l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici li mexjin f'dan ir-rigward?", "Huwa veru li mexjin imma b'pass ta' nemla.", "Dan mhux lili jrid igħidu imma lil dawk il-povri li ilhom snin sħaħ, uħud minnhom għaxar snin u 15-il sena, jistennew il-ħniena ta' Alla fid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u sal-lum għadhom ma nqdewx.", "Dan il-kliem irid igħidu lil dawk in-nisa li ilhom xi sentejn jistennew il-ħniena fid-dar Qalb ta' Ġesu u lil dawk is-single parents li spiċċaw barra mid-dar matrimonjali tagħhom u qegħdin jissallbu biex jipprovaw jagħtu dar lil uliedhom b'kirjiet m'għola s-sema.", "Dan meta ma jsibux xi sid li ma jkunx lest li jagħtihom irċevuta ħalli ma jmorrux għall-iskema tas-sussidju.", "L-aħħar bidla li hawn hija din:", "\"Malta also agrees that after membership no authorisation will be required when an EU citizen who has settled here permanently wants to purchase property that is connected with his business activities in Malta.", "Other than this that person would not be able to buy more property in Malta unless he has been here for five years.\".", "Qabel nagħlaq irrid ngħid li jien kont nippretendi li dan ir-rapport kien ikun fih ħafna aktar x'niddiskutu.", "Wara kollox din hija l-unika okkażjoni li nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Huwa veru Ii fid-diskorsi li jsiru wara l-budget ikollna l-voti tal-ministeru responsabbli mis-social policy imma dakinhar ma jkollniex dak iċ-ċans li niffokaw partikolarment fuq il-qasam tal-housing.", "Għalhekk din hija l-unika okkażjoni fis-sena meta li jkollna dibattitu li fih inkunu nistgħu nitkellmu u niffokaw fil- veru sens tal-kelma fuq dan il-qasam tant importanti.", "Għaldaqstant huwa mportanti li rapporti bħal dawn ikunu iktar imlaħħmin ħalli l-oppożizzjoni tkun f'qagħda li tagħmel xogħolha sew.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President ̧ bla dubju ta' xejn l-issue tal- housing hija marbuta ma' issues oħrajn fosthom issues ta' edukazzjoni, saħħa u xogħol.", "Huwa mportanti li f'dawn iż-żewġ seduti niffokaw ftit lejn x'qed jiġri fil-qasam tal-housing f'Malta.", "Aħna mhux qed ngħidu li l- problemi qegħdin jissolvew pero` bil-mod il-mod mexjin lejn id-direzzjoni t- tajba.", "Irridu niftakru li sa ftit taż-żmien ilu l-awtorita` tad-djar mhux talli ma kenitx toħroġ 126 appartament għall-kiri f'sena talli ma kienet toħroġ assolutament xejn pero` dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem.", "Bla dubju ta' xejn l-għan prinċipali ta' l-awtorita` għandu jkun li tippromwovi ̧ tipproteġi u tassigura d-dritt soċjali li kull Malti għandu jkollu saqaf diċenti fuq rasu.", "Għalhekk din għandha tieħu dawk il-miżuri kollha possibbli biex tipprovdi akkomodazzjoni adegwata u affordable għal dawk l-aktar fil-bżonn jew li għal xi raġuni jew oħra jkunu vulnerabbli bħal ̧ per eżempju, nies bi bżonnijiet speċjali.", "Fil-fatt l-awtorità tad- djar għandha skemi għal tapposta għal persuni bi bżonnijiet speċjali mhux biss biex dawn jingħataw jew jixtru akkomodazzjoni imma wkoll biex jirranġaw id-djar tagħhom ħalli dawn ikunu aktar aċċessibbli għalihom.", "Per eżempju ̧ nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali mhux biss qed jiġu megħjuna biex jgħixu fil-komunita` imma b'partnerships ma' oħrajn bħal Richmond Foundation dawn qed jingħataw servizz sħiħ biex ikunu jistgħu jgħixu fil-komunita`.", "Hemm ukoll is-single parents u nisa li qed igħixu fix-shelters apposta għalihom.", "Sa ftit xhur ilu dawn kienu jitqiesu bħala nies li għandhom saqaf fuq rashom u allura kienu jkunu diskriminati anke fejn jidħlu punti pero' llum il-ġurnata dawn qed jitqiesu bħala li m'għandhomx saqaf fuq rashom.", "Hawnhekk nixtieq insemmi wkoll iż-żgħażagħ li ħerġin minn istituti eċċ.", "Sur President ̧ meta nħarsu lejn dan ir-rapport insibu li l-għan prinċipali ta' l-awtorità tad-djar qed jintlaħaq.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta rajna bidla fl-awtorita` tad-djar għax minn awtorità li tibni d-djar u l-flats saret awtorita` li qed tassumi responsabbiltajiet soċjali ġodda li sa sentejn jew tlieta ilu ma kenitx tħosshom.", "Għalhekk qed naraw wiċċ uman ġdid għax l-awtorita` tad-djar qed tanalizza s-sinjali u x-xejriet tal-lum u dawk ta' għada.", "Per eżempju, qegħdin jinbnew anke postijiet b'kamra tas-sodda waħda jew tnejn għaliex l-awtorità qed tagħraf x'inhuma l-ħteġijiet veri u l-problemi li qed jiffaċċjaw ċerti nies.", "Qed naraw awtorita` li qed taġġorna l-iskemi tagħha.", "Huwa veru li jkun hemm min jipprova jdur ma' dawn l-iskemi u jipprova jieħu dak li mhuwiex tiegħu jew inkella jkun hemm sidien ta' djar li ma jagħtux irċevuta lill-inkwilini tagħhom biex dawn ma jkunux jistgħu jgawdu minn xi skemi iżda dan m'għandux iwaqqaf lill-awtorita` tad-djar milli tibqa' taġġorna l-iskemi tagħha.", "L- iskemi ta' l-awtorità tad-djar m'għandhomx jibqgħu one size fits all m'għandhomx ikunu scheme based iżda jkunu service based ħalli jkunu jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi tal-persuni partikolari.", "Dawn il-konċetti nistgħu narawhom fl-inizjattivi li qed tieħu l-awtorita` favur dawk li huma l-aktar fil-bżonn.", "Per eżempju, wieħed jista' jsemmi l- bini ta' appartamenti għall-kiri.", "Sa ftit taż-żmien ilu l-awtorita` tad- djar ma kenitx tidħol għaliha biċċa xogħol bħal din pero' f'din l-aħħar sena ngħataw 126 unit.", "Minkejja dan il-problema għadha hemm u għad baqa' x'naqdfu pero' mhux sew li jkun hemm min igħid li din mhijiex prijorità għall-awtorita`.", "Sur President ̧ ikun tajjeb li niftakru li f'pajjiżna se jibqa' jkollna kategorija ta' nies li ma tkunx kapaċi tixtri post jiġifieri l-awtorita` tad-djar trid tara li tkompli tipprovdi aktar postijiet għall-kiri.", "Barra minn hekk qed jingħataw sussidji fuq l-irranġar ta' djar li jgħollu l- kwalita` ta' l-istess djar u allura wieħed ikun jista' jibqa' joqgħod fejn hu mingħajr il-ħtieġa ta' akkommodazzjoni alternattiva.", "B'hekk inkunu qed nutilizzaw l-istock eżistenti mingħajr il-ħtieġa ta' bini u b'hekk nikkonservaw l-art li tant hija limitata.", "Hawnhekk issemma każ fejn hemm pjan biex art agrikola tingħata għall-bini.", "Malta hi dik li hi u wieħed irid iżomm bilanċ bejn art agrikola u art tajba għall-bini.", "Għalhekk huwa mportanti li nitkellmu fuq kif nistgħu nirranġaw id-djar eżistenti ħalli kemm jista' jkun ma jkunx hemm bini f'pajjiżna.", "Kull sena qed jiġu stallati numru ta' lifts fi blokki ta' appartamenti li huma tal-gvern biex nies bi problemi ta' aċċessibbilta` ma jkunux priġunieri fi djarhom.", "Din hija skema tajba għax minnha qed jibbenefikaw ħafna nies imma għal xi raġuni jew oħra ̧ meta l-awtorità tiġi biex tistalla l-lifts tiltaqa' ma' ħafna ntoppi min-nies li joqogħdu fl-istess blokk ta' apparamenti.", "Inizjattiva oħra li bdiet tittieħed dan l-aħħar hija li żdied bi tliet darbiet is-sussidju għal dawk żgħażagħ li jkunu ħerġin mill- istituti tat-tfal.", "B'hekk dawn jiġu megħjuna jintegraw ruħhom fil- komunita` pero` dwar dan se nitkellem aktar tard.", "Inizjattiva oħra li dejjem tieħu xejra konkreta hija l-partnership bejn l- awtorita` tad-djar ̧ aġenziji ̧ NGOs u għaqdiet volontarji li jaħdmu ma' nies vulnerabbli.", "Fost oħrajn insibu r-Richmond Foundation, l-aġenzija Appoġġ, il-fondazzjoni Suret il-Bniedem, il-YMCA u Dar Nazareth.", "B'dan il-mod l- awtorità tad-djar tipprovdi l-akkommodazzjoni filwaqt li dawn l- organizzazjonijiet joffru l-appoġġ soċjali u psikoloġiku meħtieġ biex min verament ikun fil-bżonn ikun jista' jgħix f'komunità.", "Inizjattivi f'dan il-qasam huma varji.", "Hemm is-sussidji fuq kera, għoti ta' appartamenti u għoti ta' flus biex jiġu rranġati hostels.", "Fil-fatt dan l-aħħar infetħet waħda l-Belt mill-fondazzjoni Suret il-Bniedem.", "Pero' naħseb li l-akbar inizjattiva li hija l-mera ta' kemm l-awtorita` qed tassumi rwol soċjali b'mod pro-attiv u li tħares b'mod ħolistiku lejn il- bżonnijiet ta' familji l-aktar vulnerabbli hija li tinvolvi fil-ħidma tagħha lil dawk in-nies li huma l-aktar qrib dawk li huma fil-bżonn bħalma huma l-kappillani, l-NGOs, u għaqdiet oħrajn biex tipprova tnaqqas il- burokrazija.", "F'ċerti każi jkun hemm burokrazija pero' l-awtoirta` qed tipprova tnaqqasha.", "Per eżempju ̧ l-awtorità mhux qed tistenna lill- klijenti jmorru għandha imma tkun hi li tmur għand il-klijenti għax għandna ċerti klijenti li m'humiex empowered biex ifittxu l-għajnuna.", "Fuq kollox huwa mportanti li s-servizzi tagħha ma jkunux biss available imma jkunu accessible.", "Huwa żgur li din l-inizjattiva tal-care and repair qiegħda tindirizza din is-sitwazzjoni.", "Is-sena l-oħra bdiet taħdem fuq prova pero' ġiet imwaqqfa matul dawn l-aħħar ftit xhur wara li ttieħdu ċerti esperjenzi biex naraw kif din is-sistema tista' tiffunzjona tajjjeb.", "Sur President, minkejja li jittieħdu inizjattivi u jingħataw sussidji dejjem se jibqgħalek dik il-faxxa ta' nies li għalkemm ikunu intitolati għal dawn l-affarijiet kollha ma jkunux jafu kif jagħmlu biex ikunu jistgħu jgawdu minnhom.", "Imbagħad hemm ħafna nies oħrajn li ma jixirqilhomx din l- għajnuna u jkollhom aċċess għal kull tip ta' servizz u kull tip ta' skema biex jibbenefikaw.", "Dan jagħmluh a skapitu ta' dawk l-iktar fil-bżonn.", "Għalhekk ittieħdet l-inizjattiva tal-care and repair biex l-awtoirta` mhux biss tkun available imma tkun ukoll accessible għal dawk l-ktar vulnerabbli.", "Din l-inizjattiva qed toffri wkoll flessibbilta` biex tassew ikunu indirizzati l-bżonnijiet ta' dawk l-aktar fil-bżonn.", "Dan is-servizz huwa mfassal għal nies li jsibu diffikulta` biex japplikaw taħt l-iskemi li għandha l-awtorita` li minkejja kollox għadhom ma jafux x'toffri.", "Fil- fatt minkejja li jsiru r-reklami u l-avviżi għad għandna nies li b'xi mod jew ieħor ma jafux b'din is-sistema kollha.", "Għalhekk l-aġenzija qed tuża s-servizz ta' social workers tad-diversi aġenziji u dipartimenti oħra li qed jaħdmu ma' dawn in-nies.", "Jekk wieħed iħares lejn dan il-panel ta' nies isib nies mill-awtorita`, nies mill-aġenzija Appoġġ u nies mid-dipartiment tas-social housing.", "Pero' hawnhekk nixtiequ naraw ukoll xi rappreżentant tal-kappillani għax dawn qed jaħdmu ħafna ma' dawn in-nies.", "Per eżempju, fil-Kottonera l-kappillani jitkellmu man-nies ta' dawk l-inħawi kif ukoll ma' l-awtorità tad-djar biex jaraw jekk ikunx hemm xi tip ta' għajnuna.", "Ix-xogħol tal-panel li għadni kemm semmejt huwa li janalizza l-każijiet li jiġu mressqin u jagħmel ix-xogħol meħtieġ mingħajr ebda burokrazija ̧ f'qasir żmien u separatament mix-xogħol l-ieħor kollu li għandha l- awtorita`.", "Għalhekk hemmhekk qisu hemm a fast track.", "Inizjattiva oħra li qed issir hija li l-awtorita` tikkuntattja l-kuntrattur biex jagħmel ix- xogħol u mhux il-klijenti għax kif diġà għidt ̧ ħafna drabi dawn ma jkunux jafu minn fejn se jibdew.", "Ftit ilu semmejt il-fatt li l-awtorita` taħdem mill-qrib mal-kappillani tal- Kottonera.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-ftuħ tal-family resource centre li fetaħ il-bibien tiegħu ftit tal-ġranet ilu fiż-żona tal-Kottonera.", "Fil- fatt jien kelli l-opportunita` li nattendi għall-ftuħ u rrid nieħu din l- okkażjoni biex nirringrazzja lil kulmin ta sehmu biex din il-viżjoni ssir realta`.", "Wieħed jittama li jkollna ċentri oħra simili f'partijiet oħra ta' Malta.", "F'dan iċ-ċentru nsibu aċċess għal inizjattivi ta' l-awtoirta` tad- djar.", "Dan ifisser li l-awtorita` tad-djar qed tinqala' mill-uffiċċju tagħha fil-Furjana u tagħti servizz f'żona fejn hemm bżonnijiet kbar.", "Is-servizzi meħtieġa m'humiex biss fuq livell ta' housing jew manutenzjoni ta' djar imma wkoll fuq ri-ġenerazzjoni ta' żoni urbani.", "Fil-fatt anke hawnhekk l-awtorità tad-djar qed tagħti importanza lil din l-issue.", "Inizjattiva oħra li matul din is-sena kompliet tiżviluppa hija dik li taffettwa l-aktar faxxa ta' nies li għandhom bżonn is-solidarjeta` tagħna.", "Hawnhekk qed nirriferi għaż-żgħażagħ ta' bejn it-18-il sena u l-21 sena li jkunu qattgħu it-tfulija u ż-żgħożija tagħhom f'istituti tat-tfal.", "Ħafna drabi dawn ikunu qatgħu kull relazzjoni mal-familja naturali tagħhom u allura meta jiġu biex jgħixu ħajja indipendenti m'hemmx dubju li jiltaqgħu ma' bosta diffikultajiet li forsi ħafna minna lanqas biss nibdew biex nimmaġinaw.", "Għalkemm persuna ta' 18-il sena hija meqjusa bħala adulta u lesta biex tgħix ħajja indipendenti ̧ huwa żgur li dawn ikunu għadhom wisq vulnerabbli biex jaħsbu għall-bżonnijiet kollha tagħhom, bħal per eżempju ̧ biex isibu fejn joqgħodu.", "Irridu niftakru li dawn ikunu għadhom bla xogħol jew għadhom kif se jibdew jaħdmu u allura ftit ikollhom fuqhiex iserrħu.", "Meta dawn isibu li jridu jibdew jaħsbu għal kollox ma tantx ikun faċli li jkampaw jekk mhux bl-għajnuna ta' ħaddieħor.", "Huwa kkalkolat li kull sena madwar 15-il persuna joħorġu mid-djar tat-tfal u jkollhom bżonn dar.", "F'dan il-każ is-sussidju qed ilaħħaq massimu ta' Lm600 għal kull appartament.", "Barra minn hekk dawn ma jingħatawx l-appartament u daqshekk imma jkunu abbinati ma' l-aġenzija Appoġġ biex tagħtihom l- għajnuna soċjali u l-counselling meħtieġ biex dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà.", "Jidher li lanqas baqagħli minuta u għalhekk ngħaddi biex nikkonkludi.", "Fil- ftit ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi semmejt biss żewġ eżempji konkreti ta' appoġġ soċjali li qed tidħol għalihom l-awtoirta` u m'għandix dubju li sħabi se jidħlu f'oqsma oħra.", "Qabel nagħlaq nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li qegħdin jaħdmu fil-housing authority għax-xogħol ta' fejda, għall-impenn tagħhom u għax-xogħol b'mod professjonali li bih qegħdin iwettqu l-ħidma tagħhom.", "Smajna lill-Onor.", "Coleiro tirringrazzja lin-nies li jaħdmu b'mod partikolari fil-customer care u jien ningħaqad magħha.", "Nixtieq nieħu din l- okkażjoni biex nirringrazzja wkoll lil dawk li qegħdin jaħdmu fid- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u anke tad-dipartiment tal-bini u manutenzjoni.", "Iżda ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lil dawk kollha, fosthom aġenziji u NGOs, li jaħdmu b'koordinazzjoni u anke b'sinerġija ma' l-awtorita` tad-djar, li permezz tas-servizz li qegħdin jagħtu, l-awtorita` tad-djar tista' tagħti servizz sħiħ li minnu qed jibbenefikaw numru kbir ta' nies.", "Nagħlaq billi ngħid li m'hemmx dubju li għad hemm ħafna iktar x'isir u nawgura li l-awtorita` tibqa' teżamina dak li jkun qed iseħħ, iżżomm statistika u informazzjoni biex jgħinuha tieħu deċiżjonijiet u tfassal policies favur dawk li huma l-iktar fil-bżonn.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Chairman, għandna quddiemna rapport għas-sena ta' ħidma ta' l-awtorita` tad-djar, imma jekk inħarsu lejn dak li dejjem ġie dikjarat għal dawn l-aħħar snin, fl-opinjoni tiegħi għadu 'l bogħod ħafna minn dak li wieħed jaspira u forsi anke l-istess gvern jixtieq.", "Għadu 'l bogħod għax id-diskors dejjem kien li se jkun hemm amalgamazzjoni, se jkollna konċentrazzjoni, se jkollna ekonomija fl-użu tar-riżorsi u fuq kollox il-qadi aħjar taċ-ċittadin.", "Kien hemm l-idea li jiġi provdut saqaf li jkun jaffordjah il-but ta' kull ċittadin Malti, ħaġa li bla dubju ta' xejn hija l-kritika ta' ħafna Maltin u ta' ħafna organizzazzjonijiet.", "Minn dan kollu m'għandna xejn.", "Konna b'diversi dipartimenti jaqdfu għal rashom u llum spiċċajna b'sitwazzjoni li qatt ma kellna bħalha.", "Għandna litteralment ġlieda bejn diversi kapijiet tad-dipartimenti sabiex id- dipartiment tagħhom ma jispiċċax maħtuf mill-awtorita` tad-djar bil- konsegwenza li qed isir ħafna xogħol repetittiv, nies imħollija ma jagħmlu xejn u sparpaljar ta' flus bl-addoċċ.", "Qed ngħid hekk għax qegħdin naraw diversi units u - kif se nidħol f'ħafna iktar dettall dejjem jekk il-ħin jippermetti - qed ikollna repetizzjonijiet u n-nies jimxu fuq nies, kulħadd jagħmel l-istess biċċa xogħol.", "Konsegwenza oħra ta' din il-ħela ta' enerġija, sparpaljar u nuqqas ta' organizzazzjoni u anke ta' l-istess amalgamazzjoni li kienet il-mira, hija li l-output ta' l-istess awtorita` tad-djar naqas tul dawn l-aħħar snin u b'mod drastiku ferm din is-sena meta mqabbel ma' snin oħra, għad li nitkellmu dwar ħafna organizzazzjoni.", "Xi ħaġa li veru ta' min jinnota din is-sena hija kemm nitkellmu dwar dipartimenti u mhux dipartimenti u dejjem naraw li l-informazzjoni l-iktar bażika iktar ma jmur qiegħda dejjem tonqos.", "Fattur ieħor li jispikka huwa l-mod kif l-awtorita` tad-djar qiegħda dejjem tiġri 'l quddiem u tkun innovattiva.", "M'hemm xejn ħażin li jkollna awtorita` li tkun innovattiva u tipprova dejjem tagħti xi prodott iktar modern, imma sfortunatament qegħdin nipprovaw inkunu innovattivi ħafna bil- konsegwenza li l-problemi l-antiki, dawk il-problemi li ilhom fuq l-ixkaffa snin u dejjem nisimgħu min jitkellem fuqhom - kważi kull membru jagħti s- suġġerimenti tiegħu dwarhom - jitħallew fuq l-ixkaffa u għadhom hemmhekk sal-lum mingħajr ebda soluzzjoni.", "Sur President, diġa` smajna min jitkellem fuq il-kwestjoni tal-kera, il- kwestjoni ta' plots abbandunati u djar magħluqa.", "Għandna diversi problemi simili li għadna dejjem nipprovaw neliminawhom.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ir-rapport m'hu xejn għajr resumé ta' l-aħħar tliet rapporti preċedenti li kellna f'din il-Kamra tul dawn l-aħħar tlieta jew erba' snin.", "Fih ħafna kliem imma sustanza xejn.", "Ngħaddi biex niżvolġi l- kritika tiegħi dwar dawk ir-rapporti li kellna dwar budgets preċedenti u anke ta' dan tal-lum.", "Kif diġa` aċċenajt dan huwa rapport li fl-opinjoni tiegħi jdur dawra ma' dak li ilna nisimgħu u naqraw dwaru tul dawn l-aħħar tlieta, erba' budgets.", "Meta taqra l-aħħar tliet rapporti u tqabbilhom ma' dak ta' l-1997 u l-1998 tirriżulta wkoll id-differenza bejn ix-xogħol li wettqet l-awtorita` tad- djar konsegwenza ta' amministrazzjoni Laburista u x-xogħol li wettqet l- istess awtorita` taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Qed ngħid li r- rapport ta' l-1997/1998 kien konsegwenza ta' amministrazzjoni Laburista għax kien il-frott li ġie ppjanat minn qabel taħt gvern Laburista.", "Xi ħaġa li tispikka meta wieħed jagħti ħarsa lejn ir-rapport ta' l- awtorita` tad-djar għas-sena 1997/1998 hija li fih ma nsibux ħafna paroli u ħafna illustrazzjonijiet u ħafna fantasija ta' kif qed jaħdmu dipartimenti kontra dipartimenti, imma nsibu lista ta' preparamenti ta' infiq li kellha l-awtorita` u ta' kif l-awtoita` stinkat u mexxiet biex tipprepara kif kellhom jiġu mqassmin dawk il-units, l-appartamenti, flats eċċ. Ma ninsewx li hawnhekk qegħdin naraw dak li kien ġie vvotat u pjanat fil-budget preċedenti, jiġifieri ta' l-1996/1997 taħt amministrazzjoni Laburista.", "F'dik is-sena insibu li l-awtorita` kienet iffirmat 98 konvenju u 135 kuntratt ta' appartamenti u maisonettes, u ffirmat ukoll 208 konvenji u 285 kuntratt ta' djar u appartamenti.", "Bħala proġetti ta' bini ġodda kien hemm 381 maisonette f'Malta, 47 f'Għawdex, 502 appartamenti ġodda u 700 oħra proġettati f'Pembroke.", "Din is-sena nisimgħu dwar il-fond 24 Triq il- Capuccini Floriana, proġett fl-Argotti, il-proġetti ta' Valley Road, xogħol li llum jew għadna kif nibdew jew appena bdejna.", "Niġi issa biex ngħid xi ħaġa dwar ir-rapport għas-sena 1999/2000.", "F'dan ir- rapport naraw illustrazzjoni u nżidu daqsxejn ta' kliem.", "Minflok niddedikaw iktar spazju ħalli nispjegaw kif l-awtorita` ppjanat u kif qed timbotta, nibdew bl-elenkar tal-prinċipji.", "Forsi mhix xi ħaġa ħażina imma tajjeb li l-prinċipji jinżammu.", "Forsi wieħed jista' jħares lejhom f'iktar dettall iktar 'il quddiem.", "Nibda bl-ewwel prinċipju li jgħid li jinħolqu strutturi neċessarji ħalli l- qasam tad-djar f'pajjiżna jiġi trattat fuq livell komprensiv; jindirrizza l-bżonnijet li jfeġġu mir-realtajiet soċjali li qed ngħixu fihom.", "Smajna li tkompla b'iktar ħeffa l-proċess għall-bidu ta' l-amalgamazzjoni tad- dipartiment tal-bini u tiswija, dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u sezzjoni li tirċievi l-kirjiet tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Naraw li fis-sena 1999/2000 l-awtorita` kienet iffirmat 147 konvenju, 192 kuntratt ta' bejgħ ta' djar u appartamenti, 30 konvenju u 135 kuntratt ta' bejgħ ta' appartamenti u maisonettes.", "Hawnhekk qegħdin naraw l-ewwel sena ta' ħidma ta' l-awtorità taħt gvern Nazzjonalista.", "U qegħdin naraw diġà tnaqqis.", "Niġi għar-rapport tas-sena 2000-2001 li fih id-diskors aktar jikber meta mqabbel ma' tas-sena ta' qablu.", "U għal darb'oħra nerġgħu naqraw dwar dak li fuqu hi mibnija l- politika ta' l-awtorità tad-djar, cioe' li hija mibnija fuq il-politika tal- gvern fuq il-qasam tad-djar.", "Forsi mhix xi ħaġa innovattiva li jkun hemm dikjarazzjoni li hija mibnija fuq il-qasam tal-gvern, imma ma ninsewx li qed nitkellmu fuq awtorità.", "Fl-opinjoni tiegħi hawn diġà beda jberraq li l-awtorità tad-djar, li suppost li hija organu awtonomu, se titlef l-awtonomija tant li hi timxi fuq dawk ir-regoli u xejn iżjed.", "U hawnhekk nagħmel enfasi għax għandna awtorità li suppost għandha l-awtonomija, u għalkemm trid timxi fuq dak li l-pajjiż ikollu bżonn, għandu jkun hemm ċerta latitudni ta' operazzjoni.", "Naraw li l-politika ta' l-awtorità, kif dikjarata f'dak ir-rapport, hija mibnija fuq tliet pilastri.", "L-intervent ta' l-istat biex jassigura dar diċenti għax-xiri bi prezz li l-familji medji jkunu jistgħu ilaħħqu miegħu, il-housing affordability.", "It-tieni nett l-irwol ta' l-istat biex jassigura stock adegwat ta' djar b'kera soċjali, is-social housing.", "Ir-rwol ta' l- istat biex jindirizza oqsma ta' bżonnijiet soċjali, fejn il-provvediment ta' akkomodazzjoni waħedha mhix biżżejjed, special needs housing.", "Huwa ta' interess ukoll dak li jingħad f'paġna 3 ta' l-istess rapport, li l- awtorità tad-djar hija organizzazzjoni jew linja tal-gvern fit-twettiq ta' din il-politika.", "Dan joħroġ mill-mandat mogħti lill-awtorità tad-djar bil- leġislazzjoni li twaqqaf din l-awtorità.", "Fid-dawl ta' l-għan ewlieni tal- gvern li l-qasam tad-djar f'Malta jkun trattat fuq livell komprensiv biex jintlaħqu aħjar il-bżonnijiet ta' dawk l-aktar fil-bżonn, l-awtorità ngħatat mandat mill-Kabinett biex tassumi fi ħdanha l-amministrazzjoni kollha tas-servizzi mogħtija mill-gvern.", "Dan ifisser li tul il-perijodu 2000-2002 l-awtorità tad-djar se tassumi r-responsabbiltajiet ta' l- iżvillupp u maniġġjar ta' kull skema ta' bejgħ, kiri, manuntenzjoni, tibdil u titjib tad-djar.", "B'din il-miżura jkun hemm koordinament aħjar tax-xogħol għall-benefiċċju tal-klijenti u għall-użu aħjar tar-riżorsi.", "Dan ifisser ukoll li l-awtorità ser tgħaddi minn proċess ta' ri- organizzazzjoni biex tkun tista' taqdi r-responsabiltajiet fdati lilha.", "Ix- xogħol ta' l-awtorità se jkun kumplimentat mid-direzzjoni koordinata u regolatorja tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Filwaqt li se jgħaddi l-biċċa l-kbira tax-xogħol tiegħu lill-awtorità, ser jiżvilluppa l- kompetenzi neċessarji biex jassumi rwol koordinattiv u regolatorju.", "B'din ir-riforma tkun tista' tibda tiġi żviluppata politika strateġika komprensiva, ibbażata fuq analiżi xjentifika u demografika tal-bżonnijiet dejjem jinbidlu f'dan il-qasam kruċjali tal-politika soċjali Maltija.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi dan huwa kliem sabiħ, kliem meqjus, imkejjel, però aktar 'il-quddiem ngħid kemm immaterjalizza minnu.", "Kien rapport ukoll li ħabbar il-ħolqien tar-research and policy development unit, li x-xogħol prinċipali tiegħu hu dak li janalizza l-applikazzjonijiet u jżomm l-istatistika.", "Kien hemm ukoll is-slums clearance group li donnu baqa' fejn kien għax fir- rapport ta' din is-sena ma smajna xejn dwaru.", "Niġi issa għar-rapport tas-sena 2001-2002.", "Dan kien rapport li suppost ħabbar bidliet li ġraw bl-intenzjoni li l-awtorità ssir aktar soċjali.", "Jiġifieri meta qed inħares lejn rapport sena wara oħra, donnu bejn rapport u ieħor l-istess diriġenti ta' l-awtorità qegħdin jitfixklu dwar l-għan vera tagħhom għax ma nistax nifhem għalfejn f'dan ir-rapport issir dikjarazzjoni li l-awtorità trid issir aktar soċjali.", "Mela hemm xi dubju jekk l-awtorità hijiex jew qattx kienet soċjali f'dawn l-aħħar budgets, mill-1997 'l hawnhekk?", "Ħalli nagħti daqqa t'għajn lejn dak li jispikka minn dawn ir-rapporti.", "Reġa' tħabbar li kienu tkomplew il-preparazzjonijiet għall-amalgamazzjoni bejn il-varji dipartimenti - din hija xi ħaġa li nnotajna li qed tkarkar minn rapport għall-ieħor - u ntqal li kienu ttieħdu bosta inizjattivi sabiex dan ikun jista' jsir.", "U tana l-eżempju.", "Issa jekk humiex passi li jagħtu lil wieħed x'jifhem bis-serjetà li qed issir xi amalgamazzjoni wieħed ikun jista' jiġġudika aktar 'il quddiem.", "L-ewwelnett ir-rapport jgħidilna li saru spezzjonijiet ġewwa d-djar li qegħdin jitolbu għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Punt ieħor li skond ir- rapport juri l-amalgamazzjoni huwa li l-awtorità offriet li tagħmel xogħlijiet fuq proprjetajiet qabel ma dawn jiġu mikrija.", "U t-tielet punt huwa li bniet postijiet biex jiġu mgħoddija lid-dipartiment.", "Jien ma nafx kemm verament dawn it-tliet miżuri juru li qed issir l-amalgamazzjoni tad- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali flimkien mal-housing maintenance and construction u mad-dipartiment tal-ġbir tal-kirjiet tal-gvern flimkien ma' l-awtorità.", "F'dan ir-rapport ġie mħabbar ukoll il-kreazzjoni tad-dipartiment care and repair.", "Jingħad li dan kien pass importanti ħafna fid-dawl ta' l- amalgamazzjoni mad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Jekk tħares lejn id-dipartiment tal-care and repair mill-punto di vista ta' organu fi ħdan l-awtorità, forsi tgħid li fih skop u tajjeb.", "Iżda meta tkun taf - kif nidħol f'dettalji aktar 'il quddiem - li dan id-dipartiment tal- maintenance and construction kien ilu jeżisti s-snin fil-housing, naħseb li dak li għedt fl-introduzzjoni jibda mill-ewwel jieħu l-kulur tiegħu.", "Ħela ta' riżorsi u ħafna kliem sabiħ u jlellex.", "F'dak ir-rapport ġie mħabbar ukoll li l-bord kien fassal l-għanijiet ta' l- awtorità tad-djar għas-sena 2001.", "Kien hemm diversi, imma l-iktar li fl- opinjoni tiegħi jispikkaw kienu wieħed biex tiġi ntrodotta aktar ċarezza fejn tidħol accountability, kif ukoll panel biex jinstemgħu l-appelli tal- pubbliku, u t-tieni biex nipparteċipaw fil-proċess ta' amalgamazzjoni mad- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali bil-għan li nipprovdu s-servizz ta' housing għal dawk verament fil-bżonn.", "Meta qed nitkellmu dwar l-amalgamazzjoni diġà hemm it-trumbetta ta' l- irtirata għax filli konna qegħdin nitkellmu fuq amalgamazzjoni bejn l- awtorità, id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, id-dipartiment tal- housing maintenance and construction u d-dipartiment inkarigat mill-ġbir tal-kirjiet tal-gvern, u f'daqqa waħda dan il-proċess kollu donnu qed jiffoka bejn l-awtorità u d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Dan ir-rapport ħabbar ukoll li bejn l-1 ta' Ottubru 2000 u t-30 ta' Settembru 2001 kienu tlestew 317-il unit.", "Kienu maħsuba li jitlestew 266 unit bejn l-1 ta' Ottubru 2001 u t-30 ta' Settembru 2002.", "Kellu jibda x- xogħol fuq 436 unit bejn l-1 ta' Ottubru 2001 u t-30 ta' Settembru 2002.", "Sar aċċenn ukoll għal-lifts li ġew stallati.", "Niġi issa għar-rapport li għandna quddiemna, tas-sena 2002-2003.", "Dan ir- rapport mill-ewwel jibda bis-slogan qawwi u jgħidilna \"wirja biċ-ċar, naqdu aħjar u nagħtu servizz akbar\".", "Donnu għandna xi slogan politiku.", "Donnha l- awtorità issa ħadet din il-bixra politika.", "Imma ejja nħarsu lejh bħala slogan ta' l-awtorità - li għandha kull dritt ikollha fl-aħħar mill-aħħar - u naraw kemm inqdew aħjar u ċ-ċittandin Maltin ġie mogħti servizz akbar.", "Dan ir-rapport jibda biex jgħid li ġew mgħoddija 186 allokazzjoni fil-ħarġa ta' Novembru u 195 fil-ħarġa ta' Ottubru, jiġifieri b'kollox kien hemm 381 allokazzjoni.", "F'dan ir-rapport, bħar-rapport ta' qablu, issemma l-care and repair section u reġa` sar aċċenn dwar kemm tqassmu flus lill-għaqdiet volontarji - u hawnhekk irrid nerġa` nisħaq li m'hijiex idea ħażina li dawn l-għaqdiet jiġu megħjuna, imma jien kont nippretendi li ssir xi ħidma differenti mis-snin ta' qabel u mhux ikun hemm ripetizzjoni - dwar l- istallazzjoni tal-lifts - u hawnhekk se nġib l-istess argument għax għalkemm hija xi ħaġa tajba li jiġu stallati l-lifts f'ċerti proprjetajiet, jien kont nippretendi li se jsiru xogħlijiet differenti mis-sena ta' qabel u mhux issir ripetizzjoni - dwar il-proġett ta' l-Imsida - liema proġett ilu se jsir u ma nafx fiex wasal - u dwar il-mod li bih l-awtorita` tad- djar qiegħda tħares lejn l-akkomodazzjoni u l-ambjent, li forsi hija xi ħaġa innovattiva.", "Fil-fatt ta' min jgħid li fost is-sistemi l-ġodda li se tintroduċi, l-awtorita` tad-djar se tintroduċi għall-ewwel darba sistema ta' solar water panels biex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u se tintroduċi wkoll photovoltaic systems għall-istess skop.", "F'dan ir-rapport saret riferenza wkoll għan-national development plan li għalih l-awtorita` tad-djar qed tapplika biex tirċievi fondi ta' aċċessjoni mill-Unjoni Ewropea fis-sezzjoni tal-housing.", "Ta' min jgħid li dan il-pjan jiffoka fuq tliet aspetti, li huma r-riġenerazzjoni tat-tlett ibliet, l- urban renewal u l-għajnuna lil organizzazzjonijiet volontarji.", "Issa hawnhekk se nagħmel punt li nixtieq li l-awtorita` tad-djar tiċċarahuli, u dan hu li l-awtorita` tad-djar fl-ebda każ ma tagħti għajnuna diretta għal skopijiet ta' housing.", "Fil-fatt dan il-punt imessu ġie miktub iswed fuq l- abjad fl-istess rapport, anke għax ma nixtieqx li meta wieħed jaqra dan ir- rapport jieħu l-impressjoni li l-Unjoni Ewropea se taqbad u tagħtina xi fondi hi għal dan il-qasam.", "Għandu mnejn niksbu xi fondi għat-tliet aspetti li semmejt, ċioe` għar-riġenerazzjoni tat-tlett ibliet, għall-urban renewal u għal biex l-organizzazzjonijiet volontarji jiġu megħjuna, imma żgur li m'aħniex se niksbu xi fondi għall-housing direttament.", "Għalhekk jien nixtieq li tingħata kjarifika dwar taħt liema branka jaqgħu t-talbiet li pajjiżna se jagħmel lill-Unjoni Ewropea u kif nistgħu nibbenefikaw minn dawn it-tip ta' għajnuniet għal skopijiet ta' housing.", "Qed nitlob li tingħata kjarifika dwar dan għax jien jidhirli li jekk stess l-Unjoni Ewropea tagħti xi fondi, hija tagħti fondi biex il-flus jiġu investiti u mhux għal skopijiet ta' housing għax dik il-ħaġa hija mħollija lill- gvernijiet lokali u l-Unjoni Ewropea ma tidħol fiha bl-ebda mod.", "Punt li jitqanqal, speċjalment meta tqabbel ir-rapporti ta' l-1997/1998 ma' dawk ta' l-1998 'il quddiem, huwa r-rieda li kien hemm biex jinbnew iktar appartamenti.", "Fil-fatt fir-rapport ta' l-1997/98 kien hemm indikati 380 maisonette f'Malta, 74 f'Għawdex, 582 appartament ġdid flimkien ma' 700 oħra proġettati, pero` fir-rapport ta' din is-sena ma jissemma xejn minn dan kollu u kulma jingħad huwa li ħarġu 381 maisonette u appartament ġdid.", "Għalhekk hawn wieħed jistaqsi għalfejn l-ipproġettar fir-rapport ta' din is- sena huwa daqstant xott u għaliex m'huwiex qed isemmi xi pjani hemm għall- futur, kif kien isir taħt gvern Laburista.", "Mistoqsija oħra li tiġi f'moħħ min ikun qed jaqra dawn ir-rapporti hija din: Għalfejn l-awtorita` tad- djar bilkemm laħqet mal-commitment li għamlet?", "Fir-rapport tas-sena l-oħra kien hemm miktub li bejn l-1t'Ottubru, 2001 u t-30 ta' Settembru, 2002 kienu se joħorġu fuq is-suq 266 unit u jinbdew ix-xogħlijiet fuq 436 oħra, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq madwar 502 unit.", "Allura jien nistaqsi: X'ġara?", "Għalfejn ma twettaqx dak li kien ipproġettat?", "Għaliex bilkemm tlestew it-381 unit, u dawn tlestew kemm inkunu nistgħu ngħidu li qbiżna t-target?", "Jekk inħarsu lejn ir-rapporti ta' qabel insibu li kienu ġew ippreżentati diversi tabelli sbieħ u dawn kienu jitkellmu fuq kemm kienu nbdew proġetti sa dakinhar, kemm-il permess ħareġ u min beda x- xogħlijiet .", "Allura x'ġara f'daqqa waħda?", "Forsi m'hemmx flus?", "Imma l- istess rapport jgħidilna li ma ntnefqux il-flus kollha li kien hemm allokati u li dawn se jmorru għall-proġetti futuri.", "Allura x'inhi r-raġuni li dak li dak li kien hemm ipproġettat ma twettaqx?", "Jien naf x'inhi r- raġuni għal dan, pero` dwar dan nitkellem iktar tard.", "Sur President, hemm post partikolari ġewwa ż-Żurrieq li ilu ħafna joħroġ għall-bejgħ u ma jitteħidx, u dan minħabba n-numru ta' taraġ li hemm biex wieħed jasal għalih.", "Għalhekk il-gvern għandu joqgħod attent li l- postijiet li jibni, jagħmilhom aċċessibbli.", "L-iskuża li nġabet għaliex dawn il-miri ma ntlaħqux kienet minħabba problemi tekniċi u minħabba l- ittardjar fil-ħruġ tal-permessi, pero` bir-rispett kollu jien ma nqisx din ir-raġuni valida, anzi fl-opinjoni tiegħi kważi kważi din l-iskuża hija pwerili.", "Sena wara l-oħra rajna li l-awtorita` tad-djar dejjem investiet fil-ħolqien tad-dipartimenti interni, li suppost l-għan tagħhom huwa li jiffaċilitaw u li jaraw li ċerti neċessitajiet, bħal ngħidu aħna huma permessi, ma jżommux il-proġetti lura.", "Allura għalfejn issa qed inwaħħlu fil-problemi tekniċi u fl-ittardjar tal-permessi?", "Ikun interessanti jekk iċ-chairperson tikkjarifika liema huma dawk il-permessi li damu ma nħarġu u x'diffikultajiet tekniċi seta' kien hemm, anke għaliex fir-rapport ma jirriżulta mkien li kien hemm xi protest ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar għaliex il-permessi nżammu u ma tmexxewx 'il quddiem.", "Qed jiġi nnotat biss - u dan joħroġ mir-rapport ta' din is-sena kif ukoll mir-rapporti tas-snin ta' qabel - li waħda mill-problemi tista' toħroġ mill-istess awtorita` tad- djar fejn għandek diversi dipartimenti interni, bħalma huma l-care and repair unit, il-kumitat ta' l-appelli, l-urban renewal project u l-point system panel, li jħaddmu magħhom l-istess nies.", "Per eżempju, fil-care and repair unit insibu lil Lorna Pavia u lil Charles Vella, fil-kumitat ta' l- appelli nerġgħu nsibu lil Lorna Pavia, fl-urban renewal project nerġgħu nsibu lil Charles Vella u fil-point system panel nerġgħu nsibu lil Lorna Pavia u lil Charles Vella.", "Wieħed jistaqsi għalfejn f'dawn id-dipartimenti qegħdin insibu lill-istess nies.", "Huwa fatt li meta Victor Sciberras Grioli tneħħa mill-kariga li kellu, postu ħaditu Lorna Pavia.", "Din Lorna Pavia kienet is-segretarja ta' l-istess Victor Sciberras Grioli.", "Illum il-ġurnata Lorna Pavia qed tokkupa l-kariga ta' general manager u hawnhekk wieħed jistaqsi: Kif minn segretarja din telgħet għal din il-kariga( Biex waslet sa dan il-post, f'temp ta' sitt xhur ġiet mogħtija żewġ promozzjonijiet.", "Forsi kien hemm xi raġuni għalfejn kien hemm dan il-ġiri kollu?", "Jista' jkun hemm raġuni għalfejn dejjem l-istess persuni jkunu fuq l-istess board?", "Għandna wkoll il-kwestjoni fejn jidħol is-Sur Charles Vella.", "Kulħadd jaf li dan imur fuq ċerti sites meta jkun fil-care and repair biex jispezzjona l-fondi hu stess, fondi li jkunu dikjarati bħal perikolużi.", "Dan jiffirma u jispezzjona u jara hu xogħol li skond il-liġi tagħna dan għandu jagħmlu l- perit.", "Ma nistax nifhem għaliex din il-persuna partikolari hi mogħtija dan il-privileġġ li jagħmel xogħol ta' perit.", "Minn informazzjoni li għandi dan tqabbad direttament miċ-chairperson biex jagħmel dan it-tip ta' xogħol.", "Naħseb li hawnhekk ta' min jidħol fid-dettal dwar jekk l-istess persuni għandhomx jibqgħu jitħallew dejjem fuq l-istess bordijiet.", "Jekk jinbidlu forsi l-affarijiet ikunu iktar effiċjenti u allura ma jkollniex id- diffikultajiet tekniċi li niltaqgħu magħhom u ta' dewmien.", "Imbagħad noqogħdu nwaħħlu fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Mhux għax fl-awtorIta` ta' l- ippjanar l-affarijiet ma jittardjawx, għax hemm ħafna ilmenti fuq hekk, imma forsi fejn jidħlu dipartimenti tal-gvern u istituzzjonijiet bħall- awtorita` tad-djar ninsab konvint li l-awtorita` ta' l-ippjanar tagħti ċerti konċessjonijiet.", "Ġaladarba qiegħed fuq din il-kwestjoni hemm punt ieħor li dwaru xtaqt niġbed l-attenzjoni tal-Kamra u ta' l-istess awtorita`.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-kwestjoni li hemm fuq il-kejl fuq proġetti li tagħti l-awtorita` tad-djar.", "Ninsab informat li meta jkun hemm proġett, il-kuntrattur qed jiġi mġiegħel iħallas 1% fuq il-kejl li jirriżultaw fuq dak il-proġett.", "Din hija xi ħaġa li jien ma nistax nifhem u lanqas il-kuntratturi varji li tkellimt magħhom ma jistgħu jifhmu għaliex il-perit ikun magħżul mill-awtorita`, il-kejl jittieħed għas-sodisfazzjon ta' l-awtorita` u l-kuntrattur qed jiġi mġiegħel iħallas 1% ta' l-ammont tat-tender għal dak ix-xogħol.", "Nasumi li dan l-uffiċjal ta' l-awtorita` qed jitħallas mill-awtorita` allura wieħed jistaqsi: X'inhi r-raġuni li qed jerġa' jieħu 1%( Naħseb li hija inġustizzja u għandha tiġi ratifikata.", "Mr. Speaker, biex niġi għas-suġġett irrid ngħid li ma jistax ikun li l- awtorita` tibqa ' tispezza lilha nfisha f'miljun dipartiment intern u dan sempliċiment biex forsi wieħed jiġi aġevolat fuq l-ieħor.", "Huwa ovvju li wara din il-frammantazzjoni hemm diversi skopijiet li jissuperaw il- kwestjoni ta' effiċjenza.", "Naħseb li huwa propju dan l-isparpaljar li qed ikun il-problema fil-ħela ta' riżorsi inerni, magħdud il-fatt li għandek ċertu grupp ta' nies li qed joħloq antagoniżmu lill-istess membri fi ħdan l- istess awtorita`.", "Għandek ftit nies li qegħdin inaqqru u dejjem jimxu 'l quddiem huma bil-konsegwenza li qed ikollna ħafna garr fi ħdan l-awtorita` li hemm nuqqas ta' nies u x-xogħol dejjem sejjer lura.", "Ħaġa oħra li tispikka f'dan ir-rapport huwa l-falliment fl-opinjoni tiegħi enormi fit-tir li jkun hemm amalgamazzjoni tal-varji organi involuti fil- qasam tad-djar.", "Fir-rapport ta' l-1999/2000 smajna li tkompla b'iktar ħeffa l-proċess biex jingħata bidu għall-amagamazzjoni tad-dipartiment tal-bini u tiswija, d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u sezzjoni li tirċievi l-kirjiet tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "F'dan ir-rapport li għandna quddiemna llum qegħdin naraw kif din il-ħolma baqgħet biss ħolma fuq il- karta.", "Fl-ewwel lok m'għadniex nitkellmu dwar din l-amalgamazzjoni.", "Hawnhekk ukoll l-affarijiet fl-opinjoni tiegħi marru l-baħar.", "Fir-rapport tas-sena 2001/2002 kien tħabbar li tkomplew il-preparazzjonijiet għall- amalgamazzjoni u ntqal li kienu ttieħdu bosta inizjattivi biex dan ikun jista' jsir.", "Dawn l-affarijiet qegħdin nerġgħu naċċennaw għalihom.", "Fosthom hemm l-ispezzjonijet fid-djar fejn l-awtorita` kienet offriet li tagħmel xi xogħlijiet u fejn bniet xi proprjetajiet biex jagħtu lid-dipartiment.", "Bir- rispett kollu dawn l-affarijiet żgur m'humiex se jwasslu biex wieħed jemmen u jaħseb li wasalna f'xi amalgamazzjoni.", "Bl-amalgamazzjoni żgur li jiġu użati l-isforzi tad-diversi periti li għandu d-dipartiment tal-housing, ta' maintenance and construction u anke l-ħaddiema li nsibu fl-istess dipartiment.", "Dan iwassalna għal punt ieħor fejn qegħdin ngħidu li għandna l- care and repair.", "Mr Speaker, il-care and repair sar ħafna aċċenn għalih u kważi kważi huwa meqjus bħala punt importanti fil-famuża amalgamazzjoni.", "Hawnhekk tajjeb isir enfasi għall-fatt li fi ħdan il-housing, maintenance and construction hemm diversi ħaddiema, madwar 50 ruħ, li huma nies tas-sengħa u nies li kienu jagħmlu dak ix-xogħol kollu neċessarju ta' care and repair.", "Barra minn hekk hemm diversi periti li jaqgħu taħt dan l-istess dipartiment.", "Issa jiena diġa` osservajt li fil-proġett ta' l-iMsida minflok tqabbdu dawn l-istess periti biex jagħmlu x-xogħol ta' superviżjoni, ġie magħżul perit...", "(Interruzzjonijiet) Issa dan minn barra, mill-Kunsill ta' Birkirkara u dan qed jirċievi 15% fuq ix-xogħol....", "(Interruzzjonijiet) Tiġi fid-dubju jekk huwiex Msida jew Birkirkara, fejn hemm il-problema ta' l-għargħar.", "Dawn huma spejjeż li faċilment setgħu ġew evitati.", "Faċilment seta' sar użu minn perit tad-dipartiment.", "Għandna l-istess problema fuq il-ħaddiema nkarigat biex jagħmlu l-care and repair.", "Ninsab informat li l-awtorita` tad-djar għandha diversi kuntratturi fuq il-lista tagħha li jiġu mqabbdin jagħmlu x-xogħol huma meta jinqalgħu dawn il-każi.", "Għalfejn għandna nqabbdu lil dawn meta għandna nies tas-sengħa kapaċi jagħmlu dawn ix-xogħlijiet?", "Naħseb li dan m'huwiex sew u huwa ħela ta' flus, huwa xogħol dopju u żgur li m'huwiex jindika li hemm xi ħjiel ta' xi amalgamazzjoni bejn l-awtorita` tad-djar u d- dipartiment tal-housing, maintenance and construction.", "Dan l-atteġġjament juri li kulħadd jinsab miexi għar-rasu.", "Irrid ngħid ukoll li l-awtorita` qiegħda tiftaħar li għall-ewwel darba qegħdin jiġu mibnija blokki li jkunu attrezzati biex jiġu stallati fihom solar water panels, photovoltaics eċċ. L-idea hi li jiġi mnaqqas il-konsum ta' l-enerġija u l-impatt fuq l-ambjent.", "Personalment ma nsib ebda oġġezzjoni li għandha tiġi salvagwardjata l-ħela ta' l-enerġija u li għandhom jittieħdu dawk il-miżuri biex il-pajjiż kemm jista' jkun inaqqas mill-ispiża kapitali tiegħu, imma mbagħad bir-rispett kollu għandha tkun l- awtorita` tad-djar li tieħu dawn il-passi.", "Barra minn hekk fir-rapporti preċedenti qrajna li l-Awtorita` qed tagħmel minn kollox biex issir iktar soċjali.", "Meta naqra li hemm tentattiv biex insiru iktar soċjali, żgur li nifhem li se jorħos il-prezz mhux jogħla.", "Issa jekk se nistalla dawn it- tip ta' apparekkji l-ispejjeż żgur li se jkunu iktar minn dak li wieħed jistenna.", "Fil-fatt għamilt mistoqsija parlamentari f'dan is-sens lill- ministru kkonċernat u r-risposta li tani kienet li ma jistax jirrispondini qabel dawn jiġu installati.", "Jiena naqbel miegħu, imma l-awtorita` żgur li għandha stima u taf kemm dawn se jiġu jqumu.", "Barra minnhekk ninsab persważ li dawn m'humiex se jraħħsu l-prezz, anzi se jgħolluh.", "Ma nistax nifhem kif l-awtorita` tad-djar se tkun b'qalb soċjali meta din se timbotta biex il- prezzijiet jitilgħu.", "Din żgur li se tkun manuvra biex jogħlew il-units ta' l-awtorita` tad-djar u jiġu iktar kompetittivi dawk tal-privat.", "Jista` jkun ukoll li forsi, fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa l-iskop tal-gvern, li l- awtorita` tad-djar ma tibqax tikkejterja biex tibni dawn il-postijiet u tgħin lil min verament huwa fil-bżonn.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li apparti li dawn l-istallazzjonijiet ta' dawn l-apparekkji jgħollu l-prezz tal-proprjetajiet, hemm ukoll problemi l- oħra meta wieħed jiġi biex jikkonsidra dawn it-tip ta' stallazzjonijiet.", "Dawn huma apparekkji li l-manutenzjoni tagħhom hija waħda expensive wkoll.", "Wieħed ma jistax jgħid li la jkun installa dawn l-apparekkji, dawn se jibqgħu jaħdmu għal dejjem mingħajr il-bżonn ta` manutenzjoni.", "Dawn iridu manutenzjoni kontinwa li tinvolvi ċerti spejjeż anke biex iżommhom jaħdmu.", "Ma nafx b'liema mod wieħed jista' jġiegħel lill-persuni li rrikorrew għand l-awtorita` tad-djar biex jibbenefikaw minn sussidju fuq il-proprjeta` jħallsu spejjes li ma jifilħux għalihom.", "L-ebda appartament fi blokki privati ma ssibhom mgħammra b'tali faċilitajiet.", "Forsi għad jasal iż-żmien li tkun neċessita`, imma ninsab persważ li mhux il-ħin li jiġu inforzati dawn it-tip ta' spejjeż fuq ċittadini li jirrikorru għand l-awtorita` tad- djar biex jibbenefikaw minn sussidji li jista' jbaxxilhom il-prezz tas- saqaf fuq rashom.", "Sur President, ħaġa li forsi tispikka wkoll hija li għandna diversi units li nbnew mill-awtorita` tad-djar u ġew mibjugħa diġa` lil nies privati li fihom hemm installat apparekkji bħal dawn.", "Hija ħaġa sewwa li min qed jgħix fi proprjetajiet privati u jaffordja li jinstalla apparekkji simili jinstallahom.", "Imma żgur li ma jagħmilx sens li dawn l-istess persuni jibbenefikaw mill-istess sussidju u mill-isess vantaġġi li jrid jibbenefika minnhom min ma jaffordjax.", "Naħseb hanwhekk għandu jidħol ir-research and policy unit biex jiġbor riċerka xjentifika u demografika bis-serjeta`.", "Naħseb jidher ċar li m'huwiex isir dan ix-xogħol għax nies li ma jaffordjawx qegħdin jibqgħu b'xejn u nies li jaffordjaw qegħdin jieħdu appartamenti mingħand l-awtorita` tad-djar bi prezzijiet sussidjati, imbagħad tara apparekkji tal-lussu, għax dawn huma apparekkji tal-lussu, fuq l-istess units li nxtraw bi prezz sussidjat.", "Għandu jkun hemm makkaniżmu tajjeb li jiffoka u jikkonċentra biex abbużi bħal dawn jinqatgħu.", "Sur President, kif diġa` indikajt hemm ripetizzjoni – għalhekk qed intenni l-kritika tiegħi li dan huwa rapport li jdur dawra mejt - dwar l-għotijiet li saru lill-għaqdiet volontarji.", "Hija ħaġa tajba li għaqdiet volontarji jiġu mgħejjuna, imma ma naħsibx li għandu jkun il-każ li jinħela ħafna spazju f'rapport li qed jiġi diskuss hawn ġew u li suppost jagħti mera ta' dak li qed tagħmel l-awtorita`.", "Naħseb li għandu jkun hemm ħafna iktar dettalji dwar kif qed jintefqu l-flus u fuq liema bażi qed ikunu l- prioritajiet milli noqgħodu nintilfu fuq ħafna kliem dwar għaqdiet volontarji.", "Nassumi li jkun iktar etiku li jissemmew u nibqgħu mexjin u jingħataw iktar dettalji f'affarijet iktar sensittivi.", "L-istess ngħid fuq il-kwestjoni ta' l-istallar ta' lifts.", "Minn banda ngħid li hija ħaġa tajba u għandha tibqa` tiġi mbottata, imma m'għandhiex tkun xi ħaġa rikorrenti ta` kull sena.", "Inħoss li ħaġa bħal din għandha biss tissemma biex il-poplu jkun jaf li dan is-servizz għadu għaddej.", "Hawnhekk ukoll nixtieq niġbed l-attenzjoni tal- Kamra li għalkemm dan huwa servizz tajjeb ħafna mhux qed issir is- superviżjoni neċessarja li għandha ssir.", "Għandi informazzjoni fejn nies sta bene sew ibbenefikaw mis-servizz ta` stallazzjoni ta' lift.", "Jiddispjaċini ngħid li research and policy unit reġa` falla fl-iskop li ġie mwaqqaf għalih.", "M'huwiex qed jagħmel ix-xogħol tiegħu.", "Jista` jkun li forsi hemm raġuni oħra għalfejn mhux qed jagħmel xogħlu sew.", "Il-każ li qed insemmi jiena hemm involuta persuna partikolari - hemm iktar minn waħda – li żgur m'għandhiex tibbenefika minn għajnuna biex jiġi stallat lift.", "Imbagħad għandek persuna oħra minn Birżebbuġa, li dwarha għamilt parlamentari fil-konfront tiegħu, li hija mingħajr saqajn u tbati minn mard ieħor li toqgħod fir-raba` sular li kellha toqgħod titkarrab għal snin sħaħ biex forsi uffiċjal ta' l-awtoirta` jara jekk huwiex possibbli li jiġi stallat lift fi blokk tal-gven fejn faċilment seta` jiġi stallat.", "Għaliex għandu jkun hemm dawn id-diskrepanzi?", "Għaliex persuna li verament għandha bżonn għandha ddum daqshekk biex forsi tiġi mgħejjuna, filwaqt li nies li finanzjarjament huma ħafna iktar b'saħħithom jinqdew, u jinqdew malajr?", "Sur President, ngħaddi biex nitkellem dwar suġġett ieħor li naħseb li huwa ta' interess għax smajt ħafna min jitkellem fuqu.", "Qed nirriferi għat-tender li kienet inħarġet dwar the construction and finishing of substandard housing in St Ursula Street, Valletta.", "Dan huwa proġett li qanqal ħafna dubji u tqanqlu ħafna mistoqsijiet dwar kif imxew l-affarijiet fuqu.", "Dan huwa proġett li jikkonċerna housing soċjali u forsi għalhekk kien hemm ħafna interess fih.", "Sfortunatament kif imxew l-affarijiet, kif diġa` għedt, iħallu ħafna dubji u mistoqsijiet li jridu jingħataw risposti.", "Minn ittra datata 10 ta` Lulju, 1998 jirriżulta li dan il-proġett kien stmat li kien se jiswa lill-Awtorita` tad-Djar Lm434,670.", "Inħarġet it-tender u għal dan il-proġett kienu daħlu biss żewġ kumpanniji.", "Kellna l-Carnik Construction Limited li kienet tefgħet offerta ta' Lm834,246 u l-Casbone Construction li tefgħet offerta ta' Lm901,412.", "Meta wieħed iqis kif jimtlew it-tenders u l- competition li jkun hemm, kuntrattur iraħħas fuq l-ieħor, il-mistoqsija li tiġi waħedha hija din: Kif jista` jkun li l-istima tad-dipartiment kienet kważi in-nofs ta' dak li ġie sottomess miż-żewġ kuntratturi?", "Din hija xi ħaġa li jien personalment ma nistax nifhem kif l-istimi jvarjaw daqshekk meta għandek l-awtorita` tad-djar li tiftaħar tant li qed tmexxi x-xogħol b'mod xjentifiku u b'mod modern.", "Ittra oħra datata 5 ta' Ottubru, 1998 tagħmilha ċara li wara li ġew kkonsidrati dawn iż-żewġ offerti l-ebda waħda minnhom ma setgħet tiġi tiġi aċċettata.", "Fil-każ ta' Casbone Construction jingħad li din kienet difettuża peress li magħha ma kienx ġie sottomess il-method statement u dik tal- Carnik Construction Limited kellha tiġi rifjutata għal tliet raġunijiet.", "L- ewwel raġuni kienet li għalkemm l-method statement ġie sottomess ma kien jagħti xejn stampa ċara, it-tieni raġuni kienet li l-kunttratur kien biddel in-natura tal-proġet billi ssuġġerixxa li l-area li kienet toffri l-aktar problemi, u cioe` dik ta` maġenb il-faċċata l-antika taħt il-livell tat- triq ma tinbedhiex u t-tielet raġuni kienet li l-offerta kienet meqjusa għolja wisq għax kienet 86.8% iżjed mill-istima tad-dipartiment.", "Id- dipartiment għorkitu għajnu wkoll, kif jirriżulta minn ittra oħra datata 5 ta` Ottubru, 1988, li l-prezz tat-taħmil li d-dipartiment kien stmat fl- ambitu ta` Lm10,000 kien ġie sottomess għall-prezz ta` Lm110,000 filwaqt li l-method statement u l-preliminary works li d-dipartiment kien stmah Lm30,000 Carnik Construction Limited kienet ikkwotatu Lm1,000.", "Wieħed forsi jistaqsi: X'inhi r-raġuni għal din id-diskrpanza?", "Għaddew iktar minn tliet xhur u kien hemm min ħa l-inkarigu li jestendi l-big bond.", "Fil-fatt kienet il-Carnik Construction Limited waħedha.", "Min-naħa l-oħra kien hemm min fid- dipartiment tal-kuntratti xtaq ikun jaf l-affarijiet fiex waslu u kien hemm anke korrispondenza f'dan is-sens.", "Fil-fatt xi ħaġa li lili tħassibni u naħseb li hija l-bidu ta' ċertu taħwid li ma jispjegax ruħu kienet ittra li d-direttur tal-housing constructions and maintenance kien bagħat fejn fiha qal li wara laqgħa li kellu mal-planning directorate, it was agreed that the department could negotiate with the contractor to obtain a lower offer should it be decided that the facade can be demolished and reconstructed as an exact replica.", "Hawnhekk forsi ta` min wieħed jindika li l-iskop kien li l-area in kwestjoni fi Triq Sant'Ursula titwaqqa` kollha, ħlief għall- faċċata biex jinżamm in-natural antik tagħha.", "Id-diffikultajiet kienu fuq hemmhekk.", "Biss ma nafx u ma nistax nifhem kif l-awtorita` ta` l-ippjanar daħlet fid-deċiżjoni tad-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni jekk għandux jieħu dan ix-xogħol jew le, jekk għandux jinnegozja ma' xi kuntrattur jew le.", "Għalfejn dan id-dipartiment li qed jgħid li se jinnegozja qed jagħti dan it-tagħrif lil-planning directorate?", "X'jidħol fiha?", "Forsi kienet xi skuża biex wara nkunu nistgħu ninnegozjaw mal- kuntrattur?", "Sur President, id-dubju tiegħi kompla jidħol meta rajt ittra oħra datata 18 ta' Novembru, 1998 li fiha jingħad hekk: Hence I suggest that we try to negotiate with the cheapest contractor, Carnik Construction Limited.", "Għalfejn intgħażel dan il-kuntrattur?", "Għandek żewġ kuntratturi li t-tnejn kienu dikjarati mhux tajbin, imbagħad id-direttur qal li ħa l-parir mill- planning directorate, ma nafx għalfejn, u ddeċieda li jiddiskuti mal-Carnik Construction Limited.", "Ġaladarba t-tnejn ma ssodisfawx ir-rekwiżiti mitluba, għalfejn ddeċieda li jiddiskutu mal-Carnik Construction Limited?", "Hawnhekk nerġa' nagħmel referenza għall-ittra tal-5 ta' Ottubru, 1998 fejn dan fiha jingħad bl-iktar mod ċar li ż-żewġ tenders ma kenux tajbin.", "Din l-ittra 1998 hija ffirmata minn tliet uffiċjali tal-maintenance housing and construction li huma l-periti Vella Bonello, Sapiano u Mangion.", "Għalfejn id- dipartiment injora totalment din l-ittra?", "Għalfejn iddeċieda li jiddiskuti mal-Carnik Construction Limited?", "Huwa veru li kien l-irħas imma huwa veru wkoll li bħala tender mhux difett wieħed kellu, imma tlieta.", "Ma nistax nifhem għalfejn id-direttur ma bagħatx għaż-żewġ kuntratturi, poġġielhom l- istess offerti imbagħad wieħed kien jiddiskuti.", "Biss anke l-fatt li bdejna bi stima ta' Lm400,000 u tlajna d-doppju naħseb kien il-każ li ma jsir l- ebda negozjar u l-affarijiet jerġgħu jinħarġu mill-ġdid, jew inkella forsi wieħed kien jieħu provvedimenti ġodda.", "Sur President, imbagħad biex kollox jibda jieħu l-kulur aktar għandna l- ittra ta' 26 ta' Novembru, 1998 min-naħa tal-Carnik Construction Limited.", "Din tagħti aktar wieħed x'jissuspetta.", "Donnu d-direttur, s-Sur Formosa, kien up-to-date dwar dak kollu li kien qiegħed jiġri u qiegħed jiġi diskuss bejn l-awtorita', l-planning directorate u d-dipartiment tal-housing and maintenance construction.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax out of the blue, dan qabad u bagħat ittra, mingħajr ħadd ma staqsih għal dan, fejn fiha qal li hemm il-possibilta' li taqa' l-faċċata u lest li jnaqqas is-somma.", "MR SPEAKER: Onor. Sammut, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob liIl-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, qabel ma nressaq l-aġġornament nixtieq inressaq formalment il-mozzjoni li tirregola l-iskeda kollha tal-proċess tal-budget li jrid jgħaddi minn dan il-parlament skond dak li għedna fil- house business committee.", "Ukoll għall-formalita`, biex tkun on record irrid ngħid li għalkemm qed inressaq il-mozzjoni u hemm l-iskeda sħiħa bid- dati kollha, irriservajna l-possibbilta` ta' varjazzjoni żgħira bi ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra għal dak li għandu x'jaqsam mal-vot tal- Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex niġi eżentat milli naqra l- mozzjoni.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inressaq formalment il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Novembru, 2002 b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 2003.", "Skond ftehim milħuq fil-house business committee, din is-seduta se tixxandar dirett fuq it-televizjoni mill-Public Broadcasting Services u permezz tagħhom anke minn mezzi tax-xandir oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, nixtieq nibda dan l-aġġornament billi nagħmel riferenza għall-eżamijiet li saru bl-interview għal ħatra ta' senior principals mal-gvern.", "Nixtieq nirriferi b'mod partikolari għal dawk t'Għawdex.", "Sur President, ħarġu r-riżultati ta' dawn l-eżamijiet u niskopru li t-12 li għaddew għal senior principals huma kollha nazzjonalisti.", "Mhux hekk biss, imma dawn huma kollha qrib il-ministru Giovanna Debono.", "Sur President, jiena nistaqsi dwar is-serjeta` fil-mod kif qed jingħataw il- promozzjonijiet bl-interviews.", "Aktar 'il quddiem, jiena se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ismijiet tat-12 il-persuna li semmejt hawnhekk, persuni li huma nazzjonalisti li qed jaqdu lill-Ministru Giovanna Debono.", "Dawn ġew promossi kollha għal senior principals b'konsegwenza li dawk il-laburisti jew Nazzjonalist mhux daqstant viċini, baqgħu l-art avolja huma nies serji, kapaċi u onesti.", "Ngħaddi għal punt ieħor.", "Aħna qegħdin lejlet l-elezzjoni u għalhekk tajjeb li nfakkru b'liema mod il-gvern mexa ma' dan il-poplu.", "L-ipokreżija tal- gvern tidher anke f'dak li qed ssir fuq il-ħaddiema li jaħdmu fil- Kalaxlokk, fejn dawn qed jingħataw ittra – u aktar 'il quddiem sejjer inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra - fejn jgħidulhom li dawn se ssirilhom interview mis-Sur Peter Calamatta, bniedem li l-Prim Ministru qal li jrid jagħmel Malta ġnien bil-kumpannija tiegħu flimkien ma oħrajn u fejn hemm ċerti interessi dwar kif jintgħażlu n-nies.", "Dan biex nuri lill-poplu Malti kif qed jitmexxa dan il-pajjiż anke issa li waslet l-elezzjoni.", "Sur President, il-korp tal-pulizija sa ftit ġimgħat ilu kien jagħti servizz lill-poplu meta kien jiftaħ l-uffiċini tad-distrett fil-ġurnata tas-Sibt u għalhekk wieħed seta' jinqeda fl-affarijiet li jkollu bżonn.", "Sfortunatament, issa ħarġet ordni – kieku l-Ministru Tonio Borg qiegħed hawn kien jirrispondi din ukoll - fejn l-uffiċini kollha ta' l-għases kollha tad-distretti kollha, inkluż l-uffiċini tal-Police HQ bħall-uffiċċju ta' l-immigrazzjoni, l-uffiċċju tal-weapons, tat-trading licence, se jitħallew magħluqa u se jibdew jinfetħu mis-7:30 a.m. sal-5:30 p.m.", "Apparti li l-poplu mhux qed jinqeda, l-pulizija wkoll qed ibatu minħabba l- fatt li qed jiġu mġiegħla ma jaħdmux is-Sibt bil-problemi kollha li dan qed iġib.", "La qed insemmu l-pulizija, wieħed jistaqsi x'inhi r-raġuni għalfejn il-permessi tas-self-employed, in partikolari ta' dawk li jbiegħu l-ħaxix, li kellhom jitħallsu fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena, sal-lum għadhom ma tħallsux meta kważi wasalna biex nagħlqu s-sena.", "Forsi biex wara li l-gvern ilesti t-trattati ma' Brussels, dawn il-permessi jkunu jistgħu jingħataw lill-barranin ukoll?", "Din hi domanda li wieħed tajjeb li jistenna risposta dwarha.", "It-telqa li dan il-gvern ġab fil-pajjiż hi lampanti, anke ma' dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni tat-tfal tagħna.", "Fis-secondary school tan- Naxxar, it-tfal tal-form 1 ilhom mil-bidu ta' l-iskola mingħajr teacher tas- science.", "Dan il-gvern l-aqwa li jaqdi tal-qalba imma imbagħad ma jimportax jekk iċaħħad l-edukazzjoni lil uliedna.", "Sur President, uħud minn sħabi tkellmu fuq l-Għawdxin li jaħdmu fil-posta u jiena se nitkellem fuq il-Maltin li jaħdmu fl-istess kumpannija.", "Jiena nistaqsi dwar x'se jsir minnhom dawn il-266 ħaddiem li jridu jinqatgħu.", "X'se tagħmel il-Posta Ltd, lluminata mill-barranin ta' New Zealand bil- kuntratt li l-gvern għoġbu jagħmel magħhom?", "Dawn kif se jiġu mpoġġija f'pożizzjoni fejn ma jkunu tilfu xejn wara li se jiġu mġiegħla jitilqu mill- posta?", "Nafu għalfejn il-posta qegħda tirreġistra telf?", "In-nies ta' New Zealand ġew biex jgħidulna kif għandna naqilgħu jew kif għandna nonfqu l- flus?", "Naħseb iżjed ta' l-aħħar, għax dawn għandhom 13-il karozza executive, Sur President.", "Dawn jintużaw biex jieħdu l-kbarat mill-vilel jew flats tagħhom sal-Marsa u lura.", "Karozza li toqgħod nofs ta' nhar parked u taf kemm qed tiġi din il-biċċa tax-xogħol lill-posta, Sur President?", "Lm 22,000 fix-xahar, iżjed minn Lm0.25 miljun fis-sena!", "Araw x'ħela ta' flus!", "Aħjar raw kif se jsalvaw il-ħaddiema t'hemmhekk.", "M'ilux mort l-isptar Karen Grech nara ħabib tiegħi li kellu bżonn ftit support u meta użajt il-lifts indunajt li t-telqa ta' dan il-gvern waslet anke fl-isptarijiet.", "Mela dan il-lift, flok jitla` livell mal-pjan, jieqaf ftit l-isfel.", "Issa jekk tkun daqsxejn ħafif, just kemm tgħolli saqajk imma minn ma jkunx naqra ħafif, jispiċċa joħodha għal wiċċu.", "Agħar minn hekk Sur President, tara lil dawk l-imsieken nurses jisforzaw biex iqandlu l- istretcher jew il-wheelchair biex iċaqalqu l-pazjent minn sular għall- ieħor.", "Naraw telqa wkoll fis-settur tax-xogħol ukoll fejn minkejja li jiġi hawn il- Ministru Gonzi u jiftaħar kemm kiber l-employment u kemm hawn nies qed jaħdmu imma r-realta` hi differenti.", "Illum ħafna min-nies li kienu fully employed ġew imġiegħla jidħlu f'kuntratti definiti ta' tlett xhur, tlett xhur.", "Hemm min ilu għal dan l-aħħar tliet snin għaddej b'din is-sistema u jekk jiġri xi ħaġa, l-kuntratt ma jiġix renewed.", "Araw naqra kif qed jiġi trattat il-ħaddiem fis-sena 2002, fis-sena fejn aħna suppost qegħdin wara l- bieb ta' l-Ewropa.", "Dan hu li qed nieħdu mingħand gvern Nazzjonalista, telqa f'kull settur.", "Ngħaddi biex nitkellem fuq settur mitluq ieħor, dak tat-toroq.", "Din il- ġimgħa kont għaddej mill-Mosta, minn Triq il-Familja Cumbo u t-toroq kollha li hemm fl-area magħrufa bħala tad-Dieb.", "L-ewwelnett, jiena diġa` xbajt nitkellem fuq problema li għandhom f'din l-area fejn ħafna mid-djar għadhom b'konvenju.", "Mela nbniet id-dar, iżżewġu n-nies, it-tfal kibru u saru xebbiet u ġuvintur u d-dar għada fuq konvenju!", "Dawn investew il- kapital kollu tagħhom u ma jistgħux jagħmlu loan agreement mal-bank għax il- konvenju jfisser li l-post għadu mhux ta' dak li jkun.", "Ma nistax nifhem kif il-gvern wara dawn is-snin kollha - aħna kull ma għamilna sena u nofs fil- gvern imma n-Nazzjonalisti ilhom hemm hekk aktar minn decade issa u dawn dejqu lil kulħadd – għadu ma għamel xejn.", "Jiena nħeġġu biex jagħmel xi ħaġa malajr kemm jista' jkun fuq dan il-punt.", "Triq Wignacourt fil-Mosta hi triq mitfija u minkejja li ilha snin hekk, qatt ma sar id-dawl pubbliku minħabba t-telqa ta' dan il-gvern, telqa li narawa f'toroq oħrajn bħal Triq il-Familja Cumbo.", "Il-housing estate tal- Mosta, l-istess, telqa b'mod eżaġerata, xbajt nagħmel mistoqsijiet parlamentari fuq id-distrett, għandek in-naħa ta' Santa Margerita taħsbu parti minn pajjiż li għadu se jiżviluppa, ħlief ħofor u ħitan tas-sejjieħ imwaqqa' ma tarax, xi ħaġa tal-biża` u xi ħaġa li tħasseb b'mod regolari lill-poplu tal-Mosta u kull min jgħaddi minn hemmhekk.", "Jekk nieħdu Santa Margerita, dan hu post fejn hemm ħafna affarijiet storiċi u preistoriċi bħal ma huma l-cart ruts pero` xorta waħda spiċċajna faċċata tal-muntanja taż-żibel tal-Magħtab li taqbad u tnitten kull ma hemm u dan minkejja l-kliem sbieħ li l-ministri tal-gvern Nazzjonalista jgħidu fuq l- ambjent u l-preservazzjoni tal-wirt storiku tagħna.", "Imbagħad għandek it- telqa f'dawn it-toroq u m'għandniex għalfejn ngħidu, tħares lejn Burmarrad u San Pawl tat-Tarġa u tinduna bit-telqa b'mod esaġerata li hawn.", "Sur President, avolja issa ma tantx fadallu, qed nitkellmu fuq xhur, u dalwaqt nieħdu over aħna dawn ix-xogħlijiet, pero' jiena xorta nħeġġeġ lil dan il-gvern biex jagħmel xi ħaġa.", "Il-verita` hi li wara dawn is-snin kollha, għad baqa' dawn il-problemi kollha u flok ma l-gvern Nazzjonalista jaqbad u jagħmel xi ħaġa biex jagħtiha lill-poplu Malti, dan mhu qed jagħmel xejn u għalhekk jiena nħeġġeġ biex il-poplu Malti jifhem li l-unika alternattiva għal dan il-pajjiż m'hu ħadd ħlief il-partit Laburista.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Vassallo, on a point of order.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: L-Onor.", "Farrugia staqsa meta se jitħallsu l- permessi tal-ħaxix u jiena nista' ngħidlu li r-renewals se jintbagħtu fil- ġranet li ġejjin u m'hemmx bżonn ta' ebda spekulazzjoni.", "MR SPEAKER: Nifhem li l-Onor.", "Farrugia għandu xi dokumenti xi jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUĠIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' impjegati Għawdxin li għaddew mill-eżami ta' senior principal mal-gvern; u", "Kopja ta' ittra li qed tintbagħat mis-sezzjoni tal-personnel tal- kumpannija Kalaxlokk lill-ħaddiema ta' l-istess kumpannija dwar sejħa għal intervista fil-Mixtla tal-Gvern Wied Inċita, Attard.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, xtaqt nieħu ftit minuti minn dan l- aġġornament biex nitkellem dwar il-mod kif ġiet imwieġba mistoqsija parlamentari li jiena għamilt lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Fil-mistoqsija parlamentari nru.", "36608, jiena staqsejt lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni:", "\"Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratti tax-xogħlijiet li ngħataw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada lill-kumpannija Kalaxlokk Co. Ltd?\".", "u l-Ministru weġibni hekk:", "\"Minħabba l-interess li l-Onor.", "Membru, u d-ditti li fihom jista' jkollu interess, għandhom, u minħabba xogħlijiet li fihom huwa involut in konnessjoni ma' proġetti ta' skejjel, mogħti l-parir li l- informazzjoni ta' natura kummerċjali li qed jitlob l-Onor.", "Membru dwar kuntratti ta' xogħlijiet mogħtija lil ditta partikolari m'għandhiex titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.\".", "Sur President, ma nistax nifhem kif inti tista' tħalli li mistoqsija parlamentari tiġi mwieġba b'dan il-mod.", "Aparti hekk, din ir-risposta fiha insinwazzjonijiet li mhux minnhom.", "L-ewwelnett, il-Ministru qal:", "\"Minħabba l-interess li l-Onor Membru, u ditti li fihom jista' jkollu interess ...\".", "Jiena staqsejt domanda fuq xogħlijiet li saru fi skejjel.", "Meta l-Ministru jgħid li jiena għandi xi interess, dan ikun qed ifisser li għandi interess ta' kuntrattur.", "Issa jiena hawnhekk niddikjara li m'għandix, u qatt ma kelli, interess ta' kuntratturi.", "Ma nafx għalfejn il-Ministru wieġeb b'dan il-mod.", "L-uniku interess li jista' jkun li għandi jiena huwa li d-ditta li fiha naħdem tagħmel xi xogħol għall-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, xogħol li ttieħed wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet saret mill- istess fondazzjoni.", "F'dan il-każ aħna għamilna xi xogħol ta' project management fuq tibjid ta' skejjel u xi xogħol ieħor.", "Ma nistgħux nippermettu li jiġi ministru hawnhekk u jgħid li hu mhux se jirrispondi domanda għax jiena jista' jkolli xi interess f'xi xogħol kuntrattwali.", "Jiena nistaqsi għaliex il-Ministru wieġeb hekk in konsiderazzjoni tal-fatt li l-Viċi Prim Ministru ma kellu l-ebda diffikulta` jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija oħra li saret minn Membru ieħor sabiex tingħata lista ta' xogħlijiet li ingħataw mill-housing authority u kemm iqumu.", "Minħabba f'hekk jiena iżjed u iżjed, ma nistax nifhem għalfejn il-Ministru ta' l- Edukazzjoni, irrisponda f'dan il-mod u jiena ċertament li m'inix sodisfatt b'din it-tip ta' risposta u jiena naħseb li ma nistgħux nippermettu dawn it- tip ta' risposti.", "Dan hu mod kif tevita li tagħti l-informazzjoni lil din il-Kamra, Sur President.", "Sur President, issa se ngħid ukoll għalfejn għamilt din id-domanda.", "Din id- domanda għamilta għax jiena infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada qed tagħti xogħlijiet lil Kalaxlokk, xogħlijiet li jingħataw u ħafna drabi lanqas biss toħroġ sejħa għall-offerti.", "Il-Kalaxlokk ma għandhiex ir-riżorsi biex taħdem dawn ix-xogħlijiet u għalhekk qed tispiċċa tagħti subcontracting lill-kuntrattur ieħor.", "Jiena għamilt din id-domanda biex nara jekk il-Kalaxlokk għandhomx dritt jagħtu s-subcontracts u jekk għandhom dan id-dritt, irrid nara b'liema kundizzjonijiet jistgħu jsiru dawn is-subcontracts.", "Mill-informazzjoni li għandi jiena, li qed jiġri hu li x-xogħol qed jingħata mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada lill-Kalaxlokk u l- Kalaxlokk qegħda tqabbad lil min jogħġoba bħala kuntrattur u din mhux marbuta li tagħti l-informazzjoni ta' liema subcontractors qed jieħdu dan ix-xogħol.", "Din tmur kontra kull mod kif isiru l-affarijiet.", "Fil-prattika ta' kif isir ix-xogħol, meta xi xogħol jingħata lill-kuntrattur, fil-każi kważi kollha, dejjem għandha ssir pressure biex jekk dak il-kuntrattur jkun se jagħti subcontract, in-nominated subcontractor irid jiġi approvat mil-fondazzjoni wkoll.", "Dan ma jistax jaqbad u jagħti x-xogħol kif irid hu u waqt li mingħalik li ċertu xogħol ikun qed jagħmlu Mr X, ikun qed jagħmlu Mr Y!", "Jekk naħdmu b'dan il-mod, x'kontroll se jkun hemm?", "Hemm lok ċar ta' abbuż f'din is-sistema.", "B'liema dritt il-Kalaxlokk tiddeċiedi hi lil min jagħtih ix-xogħol?", "Sur President, hemm suspetti u ndikazzjonijiet li dawn l- affarijiet qed isiru bi ħsieb sabiex isir ċertu tidwir mar-regolamenti u x- xogħol jingħata mhux lill-Kalaxlokk, imma lil terza persuna li effettivament jagħmel ix-xogħol u jieħu l-flus.", "Sur President, din mhux serjeta`.", "Mhux serjeta` li kuntratti li jiswew eluf ta' liri jingħataw f'dan il-mod.", "L-iskop tad-domanda li għamilt jiena kien proprja biex ninvestiga dan.", "Ma kelli ebda interess ieħor, bħal ma diġa` għedt u nerġa ngħid, jiena ma għandi l-ebda interess f'din l-istorja ħlief li nara li dawn il-ħniżrijiet ma jiġrux fil-pajjiż u jekk isiru, dawn jitwaqfu għax dan l-abbuż irid jinqata' u min qed jabbuża, irrid jinkixef.", "Dak hu l-interess tiegħi.", "Sur President, għandna naraw li meta jsiru domandi għal skop ta' investigazzjoni għax aħna nkunu nafu b'ċerti każi, aħna ma għandniex inħallu lill-Ministru jirrispondi f'dan il-mod għax jekk ikun qed isir hekk, mhux biss ikun qed isir disservice lejn dan il-parlament imma ikun qed isir disservice lejn is-soċjeta` Maltija wkoll għax hu importanti li ċerti affarijiet joħorġu fil-beraħ u mhux jibqgħu moħbija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hi aġġornata għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Novembru 2002, fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA – TOWING/CLAMPING", "35962.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew towed u clamped vetturi din is- sena?", "Fejn saru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena sat-30 ta' Settembru 2002 gew towed 1,464 vettura filwaqt li 23 vettura gew clamped.", "Dawn kienu kif gej:", "Region A", "|P.D. |Lokalita` |Towing |Clamping| |1 |Valletta |99 |- | | |Floriana |68 |- | | |Marsa |7 |- | | |(marina) | | | |2 |Qormi |13 |- | | |Żebbug | 13 |- | |3 |Paola | 31 |- | | |Luqa | 1 |- | | |Fgura | 2 |- | | |Marsa | 2 |- | | |Tarxien | 1 |- | |4 |Cospicua | 3 |- | | |Marsaskala| 7 |- | | |Senglea | 4 |- | | |Vittoriosa| 2 |- | | |Żabbar | 3 |- | |5 |Żejtun | 3 |- | | |Birzebbuga| 6 |- | | |Żurrieq | 1 |- | | |MIA |208 |- | |Total| |474 | |", "Region B", "|P.D. |Lokalita` |Towing |Clamping| |6 |Sliema |105 |- | | |Gzira | 14 |- | | |Pieta` | 3 |- | | |Msida | 11 |- | |6A |St.Julians| | | | |/ |414 |- | | |San Ġwann | | | |7 |Ħamrun |110 |- | | |Marsa | 13 |- | | |Pieta' | 43 |- | | |St. Venera| 8 |- | | |Dingli | 5 |- | | |Ta' Qali | 7 |- | |8 |Birkirkara| 20 |- | | |Balzan | 3 |- | | |Lija | 1 |- | | |Naxxar | 12 |- | | |Għargħur | 3 |- | | |Mosta | 25 |- | |9 |Qawra/ | | | | |Buġibba |163 |- | |10 |Marsalforn| 11 |- | | |Victoria | 16 |23 | | |Mgarr | 3 |- | |Total| | 990 |23 |", "SKEJJEL - AGGRESSJONI FUQ GĦALLIEMA", "35963.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema li ġew aggrediti din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Jannar sa Ottubru 2002 kien hemm erba' każi ta' inċidenti ma' kapijiet ta' skola u sitt każi li fihom kienu involuti għalliema.", "PULIZIJA - KUMPLESS SPORTIV F'TA' QALI", "36429.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il każ ta' serq ġie rapportat mill-kumpless sportiv ta' Ta' Qali?", "X'kienu l-oġġetti rapportati misruqa?", "Kemm ġew solvuti minn dawn il-każi ta' serq?", "Kemm persuni tressqu l-qorti akkużati b'serq minn dan il-kumpless sportiv f'Ta' Qali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn Jannar u Settembru ta' din is- sena l-pulizija kellha rapport wieħed ta' serq mill-kumpless tal-basketball f'Ta' Qali.", "F'dan il-każ, li għadu mhux solvut, kienu rrapportati misruqa ammont ta' flus minn ġo baskett li kien fuq bank.", "BIRŻEBBUĠA - SKOLA PROF.", "ANTON TABONE", "36432.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tintbagħat għalliema oħra fl-iskola Profs.", "Anton Tabone ta' Birżebbuġa minflok Ms. Muscat tat- tielet klassi li se tirtira minn hawn u ftit ieħor, kif sar fil-każ ta' l- iskola primarja ta' Ħal Għaxaq fejn is-Sur Lofaro, li wasal biex jirtira minn għalliem, ingħata xogħol fl-uffiċċju waqt li ħaddieħor intbagħat minfloku biex ma titħarbatx l-edukazzjoni tat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ż-żewġ każi msemmija mill-Onor.", "Membru m'humiex l-istess u għalhekk ma jistgħux jitqabblu.", "Is-Sur Lofaro, li wasal biex jirtira, ingħata xogħol fl-uffiċċju fl-iskola ta' Ħal Għaxaq bħala soluzzjoni temporanja għal problema immedjata li nqalgħet f'dik l- iskola fil-bidu tas-sena skolastika.", "Informat ukoll li Ms. Muscat, li tgħallem fl-iskola A ta' Birżebbuġa tibda l-pre-retirement leave f'Jannar 2003 u għalhekk se jintbagħat sostitut fit- tieni term meta verament jinħoloq in-nuqqas.", "ISTITUT TA' L-ARTI U D-DISINN", "36433.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-istudenti u l-istaff ta' l-istitut ta' l- arti u d-disinn jirritornaw lura fil-bini ta' Tarġa Gap fl-4 ta' Novembru 2002 x'inhu ppjanat li jkun lest mix-xogħlijiet kollha?", "Il-workshops se jkunu lesti, peress li dawn huma kruċjali għall-edukazzjoni ta' dawn l- istudenti għax ħafna units isiru fihom?", "Meta huwa maħsub li l-istitut jingħata l-finanzi meħtieġa biex ikun jista' iġedded is-sistema tal- computers li issa qdiemu għal dak li għandhom bżonn l-istudenti?", "Meta se jingħataw il-finanzi meħtieġa biex tintrama l-librerija ta' l-istitut tant meħtieġa mil-lecturers u l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li tlesta ħafna xogħol fil-bini ta' Tarġa Gap, liema xogħol sar matul ix-xhur tas-sajf.", "Dan kien jikkomprendi tħaffir ta' trinek mal-biċċa l-kbira tas-sit, tqegħid ta' cables ta' l- elettriku biex l-istitut ikollu provvista adekwata ta' dawl u jkun jista' jintuża s-substation il-ġdid.", "Is-sit issa hu kollu ħieles mill-asbestos u b'hekk tneħħa l-periklu.", "L-ewwel kunsinna ta' computers u programmi ġodda diġa` waslet.", "Huwa ppjanat li aktar apparat teknoloġiku jinxtara biex l-istudenti u l- għalliema jkollhom l-aħjar riżorsi għat-tagħlim.", "Hemm diġa` il-permessi kollha meħtieġa biex jinbena sular ieħor fil-parti ċentrali ta' l-istitut.", "Ħarġu tenders biex jinbeda x-xogħol tal-bini.", "Huwa wkoll ippjanat li f'parti minn dan is-sular titwaqqaf librerija għall- istudenti u l-għalliema ta' l-istitut.", "MCAST - KORS TAL-PANEL BEATING", "36434.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li studenti li applikaw għall-kors tal-MCAST fil-vehicle body repair (panel beating) ġew mgħarrfa li dan il- kors mhux se jsir iżjed?", "Veru li lill-istudenti aċċettati bagħtuhom f'korsijiet oħra bħal fid-dockyard jew bħala electricians jew fuq welding fabrication?", "Għaliex dawn it-tibdiliet?", "Qed jitqies li m'hemmx bżonn iżjed ta' nies imħarrġa f'din is-sengħa tal-panel beating?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux minnu li l-istudenti li applikaw għall-kors tal-MCAST fil-vehicle body repair (panel beating) ġew mgħarrfa li dan il-kors mhux se jsir iżjed.", "Dawk l-istudenti li wrew interess fis-sengħa tal-panel beating (vehicle body repair) ġew mogħtija l-opportunita` li jsegwu t-taħriġ f'din is-sengħa u fil-fatt instabulhom żewġ panel beaters bħala sponsors għall-prattika tal- kors.", "Ebda student li kien interessat fil-panel beating ma ntbagħat id-dockyard.", "Għall-kulleġġ vokazzjonali l-panel beating hija sengħa li tingħata l- importanza tagħha.", "EDUKAZZJONI - CUSTOMER CARE", "36435.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Persuni li jaħdmu fil-customer care tal-bini tal-ministeru ta' l- edukazzjoni huma awtorizzati li meta jmorru xi ġenituri jilmentaw fuq xi każ f'xi skola jgħaddu ġudizzju kontra xi kapijiet u għalliema biex jagħtu raġun lill-ġenituri meta ma jkunux semgħu l-verżjoni taż-żewġ naħat?", "Ma jaħsibx il-Ministru li b'imġiba bħal din min-naħa ta' xi persuni fil- customer care jista' jiżdied id-disgwid meta l-iżjed li għandhom jagħmlu hu li jiġbru l-ilment u jgħadduh lil min hu responsabbli flok jidħlu huma fil-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dak li qed jissuġġerixxi fil-mistoqsija huwa dak li fil-fatt jiġri bħala proċedura.", "L-uffiċjali tal-customer care huma awtorizzati li jiġbru l-ilmenti tal-pubbliku u jgħadduhom lill- uffiċjali responsabbli wara li jkunu semgħu l-verżjoni uffiċjali wkoll.", "PULIZIJA – ATTAKK FUQ GĦALLIEM", "36461.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid sarx xi rapport lill-pulizija mill- awtoritajiet ta' l-iskola, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar studenta barranija li mingħajr provokazzjoni attakkat għalliem f'din l-iskola nhar it-Tlieta 22 ta' Ottubru?", "Jekk le, tista' issir investigazzjoni mill-pulizija għaliex jidher li dan l-għalliem ta' eta` anzjana weġġa' sew u dan ukoll peress li xi membri ta' l-istaff li kellmuni dwar l-inċident huma inkwetati dwar dak li ġara?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-pulizija ma kellha ebda rapport dwar l-inċident imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Madankollu minn stħarriġ li għamlet il-pulizija ġie kkonfermat li kien hemm inċident bejn studenta barranija u għalliem.", "F`dan l-inċident l-għalliem sofra feriti ta' natura ħafifa u rrinunzja għal proċeduri kriminali kontra l-istudenta.", "RABAT - GĦAJN QAJJED - ĠNIEN PUBBLIKU", "36792.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana x'ġara mill- ġnien pubbliku li kellu jsir fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed ir-Rabat fejn il-parti tal-housing kienu lestew il-pjanti matul l-1997 u l-1998?", "Hemm ħsieb li jsir fix-xhur li ġejjin u għaliex ma kien hemm ebda żviluppi matul dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li ma kienu saru ebda pjanti mid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar fl-1997 u l-1998 iżda kellhom isiru pjanti mit-taqsima tax-xogħlijiet.", "Dawn il-pjanti kellhom jinkludu bidliet fit-tqassim tat-toroq fl-inħawi.", "Billi d-dipartiment tat-toroq issa jifforma parti mill-ministeru għat-trasport u telekomunikazzjoni, nagħti parir lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "AGRIKOLTURA U SAJD - WATCHMEN/SECURITY OFFICERS", "36794.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' watchmen/security officers fid-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd matul l-1996, 1997 u 1998?", "X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-informazzjoni hi skond ma jidher hawn taħt:", "AGRIKULTURA:", "| |Watchman |Security | | | |Officer | |1996 |3 |- | |1997 |4 |3 | |1998 |3 |3 | |1999 |3 |3 | |2000 |3 |3 | |2001 |3 |5 | |2002 |3 |4 |", "PIXKERIJA:", "| |Watchman |Security | | | |Officer | |1996 |3 |- | |1997 |3 |- | |1998 |3 |- | |1999 |3 |- | |2000 |3 |- | |2001 |3 |- | |2002 |3 |- |", "SAN LUCJAN:", "| |Watchman |Security | | | |Officer | |1996 |3 |1 | |1997 |3 |1 | |1998 |3 |1 | |1999 |3 |1 | |2000 |1 |1 | |2001 |1 |1 | |2002 |1 |1 |", "MOSTA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "36800.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jispjega r-raġuni għaliex fl-1998 miċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta saru 8,542 viżiti fid-djar mit-tobba u bejn Jannar u Settembru ta' din is- sena saru biss 2,561, u dan fi żmien meta l-popolazzjoni ta' Buġibba, Burmarrad, Għargħur, l-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar, il-Qawra, San Pawl il-Baħar u l-Wardija żdiedet u meta l-istess ċentru tas-saħħa tal-Mosta jrid jaqdi t-talbiet għall-viżti tat-tabib mill-poplu tal-Baħrija, Ħad- Dingli, l-Imtarfa u r-Rabat peress li ċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat (Malta) m'għadux jiftaħ fuq bażi ta' 24 siegħa u qed jagħlaq fil-5:00 p.m.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-", "dipartiment tal-kura primarja m'għandux influwenza diretta fuq in-numru ta' nies li jċemplu biex jattendi t-tabib fid-dar.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz ta' tabib miċ-ċentri tas-saħħa kollha sar wieħed ta' emerġenza wara l-5:00 p.m. matul il-ġimgħa u mis-Sibt wara siegħa sat- Tnejn fit-8:00 a.m. Din kienet miżura li kellha tittieħed minħabba nuqqas ta' tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa.", "It-tnaqqis ta' visti jista` ikun ukoll bħala riżultat tal-kampanja ta' edukazzjoni li ssir mid-dipartiment tal-kura primarja biex jintuża s-servizz fid-djar b'mod aktar għaqli u meta verament meħtieġ.", "Raġuni oħra setgħet kienet li din is-sena ma kellniex episodji qawwija ta' influwenza.", "SPTARIJIET - KURA BARRA MINN MALTA - TFAL", "36802.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-13-il sena li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura u fejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2002 intbagħtu 87 tifel u tifla taħt l-14-il sena: 86 l-Ingilterra u waħda l-Iżrael.", "ASTHMA", "36803.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li daħlu l-isptar isofru minn attakki ta' l-asthma matul dawn l-aħħar ħames snin u mil-liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li minn tagħrif miġbur tas-sistema tal-hospital activity analysis jirriżulta li n-numru tat-tfal bejn 0 - 14- il sena li ġew ammessi fl-isptar San Luqa minħabba attakki ta' l-asthma għal dawn l-aħħar ħames snin, kif ukoll il-lokalita` rispettiva fejn kienu joqogħdu jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ma tinġabarx statistika ta' tfal minn Għawdex.", "Għal din il-parti tal- mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel talba lill-ministru konċernat.", "XORB ALKOĦOLIKU - KAŻI RIFERUTI L-ISPTAR", "36804.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Kemm kien in- numru ta' persuni, tfal u żgħażagħ li daħlu l-isptar f'Malta u Għawdex kawża ta' xorb alkoħoliku bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-hospital activity analysis jirriżuta li minn Jannar sa Settembru 2002 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa tmint itfal u żgħażagħ kawża ta` xorb alkoħoliku.", "Dawn jitqassmu f'żewġ kategoriji:", "Kategorija A: Sindromu ta` dipendenza fuq l-alkoħol jew intossikazzjoni kkawżata mill-alkoħol jew problemi oħra mentali minħabba l-użu eċċessiv ta' l-alkoħol (ICD-10 codes F10.0 - F10.9).", "Kategoija B: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70).", "| |Kategorija | |Etajiet |A |B | |(snin) | | | |10-14 |2 |- | |15-19 |4 |- | |20-24 |1 |- | |25-29 |1 |- | |TOTAL |8 |- |", "Ma kien hemm l-ebda każ f'dawn l-etajiet li daħal fl-Isptar San Luqa minħabba mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol.", "Rigward Għawdex, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill- ministru kkonċernat.", "PENSJONI - INCOME TAX", "36886.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jara li jogħla ċ-ceiling ta' l-income tax b'tali mod li l- pensjonanti ma jibqgħux iħallsu taxxa aktar fejn ma għandhomx xi dħul minn sorsi għajr il-pensjoni?", "Jaf il-Ministru li ċerti pensjonanti fuq il- pensjoni biss ukoll iħallsu t-taxxa?", "Jista' jsir xi ħaġa biex ma jġorrux dan il-piż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kemm hu komdu tgħum fis-sħab mill-bankijiet ta' l- oppożizzjoni.", "ARRETRATI", "36887.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jara li arretrati dovuti lill-persuna mejta li d-dettaliji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġu mgħoddija lill- armla peress li għandha bżonnhom u qed jgħidulha li trid tistenna xi ħames xhur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet avżata personalment dwar il-każ tagħha.", "GWARDJANI LOKALI - KSUR TAL-LIĠI", "36896.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm gwardjani lokali li nqabdu f'xi att illegali u dan mill-1 ta' Jannar sal-lum?", "X'kien kull ksur tal- liġi?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-1 ta` Jannar 2002 s`issa hemm gwardjan lokali wieħed li qiegħed jigi investigat mill-pulizija.", "Sakemm issir din l- investigazzjoni, dan il-gwardjan lokali huwa sospiz mix-xogħol.", "Dan il- gwardjan għadu ma tressaqx il-qorti u għalhekk ir-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata.", "GWARDJANI LOKALI - KUNSILLI LOKALI LI GħANDHOM IS-SERVIZZ", "36897.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom is-servizz tal-gwardjani lokali għal inqas minn sagħtejn kuljum?", "Il-liġi tistipula għal kemm-il siegħa kull kunsill għandu jkollu dan is- servizz?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kunsilli lokali li għandhom anqas minn sagħtejn servizz kuljum ta` gwardjani lokali huma: Birgu, Isla, Bormla, Siġġiewi, Attard, Balzan, Gudja, Għaxaq, Isla, Kalkara, Kirkop, Lija, Luqa, Mqabba, Paola, Qrendi u Safi.", "Il-liġi ma tistipulax għal kemm-il siegħa kull kunsill għandu jkollu dan is- servizz.", "Dan jiddependi mit-tender mogħti.", "TMEXXIJA TAT-TEAMS TAL-FOOTBALL TAL-GVERN U KUMPANNIJI PARASTATALI", "36898.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-kumitat li se jmexxi t- timijiet tal-football tal-gvern u dawk parastatali?", "Instab sponsor għal dan il-league?", "Meta se jibda?", "Il-ħlasijiet dovuti għal-logħob tas-sena li għaddiet tħallsu kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumitat tal-Malta employees sports association huwa ffurmat hekk:", "Is-Sur Mario Meli - President Is-Sur Philip Sammut - Viċi President Is-Sur Alfred Spiteri - Segretarju Is-Sur Mario Meli - Teżorier Is-Sur Joe Micallef - Segretarju Amministrattiv", "Minkejja l-isforzi li saru kemm mis-segretarjat parlamentari u mill-istess kumitat s'issa għadu ma nstabx sponsor għal-league tal-football li se jibda nhar it-Tlieta 19 ta' Novembru 2002.", "Informat ukoll li l-ħlasijiet għal-logħob tas-sena li għaddiet tħallsu kollha.", "ĦLASIJIET - REFEREES", "36899.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li s-sena li għaddiet kien hemm xi taħdidiet bejn il-Kumitat li mexxa l-league tal-gvern u parastatali u l-Malta football association dwar ħlasijiet lir-referees li jaħdmu mal-gvern, jista' il-Ministru jgħid jekk instabitx soluzzjoni?", "Kemm hemm uffiċjali tal-logħba li jaħdmu mal-gvern u parastatali li jistgħu jieħdu sehem f'dan il-logħob?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Malta employees sports association għamlet kull sforz biex jintlaħaq ftehim mal-Malta football association u mal-Malta referees association dwar il-ħlasijiet li jaħdmu mal-gvern iżda baqa' ma ntlaħaqx ftehim.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda informat li d-dipartiment ma jkollux informazzjoni dwar ir-referees li jkunu affiljati mal-Malta football association.", "ACTIVITY, PERIPATETIC AND COMPLEMENTARY TEACHERS – TERMS OF REFERENCE", "36900.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-job description jew terms of reference għax-xogħol ta' activity teacher, peripatetic teacher u complementary teacher?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-job description ta' l-għalliema peripatetiċi jvarja skond in-natura ta' l-arja kurrikulari li jkunu qed jaħdmu fiha: ngħidu aħna, l-għalliema peripatetiċi tal-PSE, li huma maqsuma f'sezzjonijiet, jaħdmu jew f'post fiss jew iduru minn skola għall- oħra, dawk tal-Proġett \"let me learn\" jaħdmu f'numru ta' skejjel li għandhom dan il-proġett fil-pjan ta' żvilupp ta' l-iskola tagħhom.", "L-għalliema peripatetiċi kollha qed jaħdmu f'dawn l-arji kurrikulari: xjenza u teknoloġija, home economics, PSE, SpLD, let me learn, literacy programmes, arti, drama, edukazzjoni fiżika, hands-on-farming, mużika u Franċiż.", "B'mod ġenerali, l-għalliema peripatetiċi huma marbuta b'dawn id-dmirijiet:", "biex iwasslu l-kontenut u l-istrateġiji tat-tagħlim fid-dawl tal-kurrikulu nazzjonali;", "biex jagħtu parir u sapport lill-għalliema u lill-kapijiet ta' l-iskejjel; u", "biex jgħinu f'attivitajiet organizzati mill-iskejjel u mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "L-għalliema peripatetiċi fil-qasam kumplimentari huma speċifikament marbutin b'dawn id-dmirijiet:", "biex jgħallmu lil dawk it-tfal li għandhom problemi fil-litteriżmu u fin- numeriżmu;", "biex iwasslu l-kontenut u l-istrateġiji tat-tagħlim kif mitluba mill- kurrikulu;", "biex jagħtu sapport lill-għalliema fil-qasam kumplimentari; u", "biex ifasslu programmi edukattivi individwali f'dan il-qasam.", "Il-job description għax-xogħol ta' activity teacher qed jitpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "MEPA - HIGH RISE BUILDINGS", "36947.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l- Ambjent toħroġx permessi għal high rise building ġewwa Marsascala?", "Jekk le għaliex, u jekk iva f'liema żoni?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi l-policy b'mod ġenerali għal bini għoli?", "ONOR.", "TONIO BORG: High rise building f`Marsascala jista` jkun permissibbli sakemm dan ikun konformi mal-policy and design guidance 2000 paragrafu 1.7 application of floor area ratio.", "AWTORITA` TAD-DJAR - BINI TA' DJAR", "36992.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jinbnew appartamenti/maisonettes/djar/garaxxijiet mill-awtorita` tad-djar?", "F'liema lokalita` qegħdin?", "Kemm se jqum kull proġett u minn min qed jinbnew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SIGURTA` SOĊJALI – PUNCH CLOCKING", "36993.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid liema sections fid-dipartiment tas-sigurta` soċjali qed jagħmlu użu mill-palm readers bħala mezz ta' punch clocking?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fid- dipartiment tas-sigurta` soċjali ma jsirx użu mill-palm reader bħala mezz ta' punch clocking.", "DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - POSTIJIET ALLOKATI", "36994.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lokal b'lokal tul din is-sena u jista' jgħid ukoll skond liema kategorija ġew allokati (ġuvni, single parent, miżżewweġ, separat)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija.", "Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl- aħħar parti tal-mistoqsija.", "BORMLA - TRIQ ID-DEJQA - XOGĦLIJIET", "36995.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol hemm programmat għal Triq id-Dejqa, Bormla?", "Jista' jagħti indikazzjoni meta se jitlestew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "WELDERS/FITTERS BARRANIN JAĦDMU MALTA", "36996.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn barranin jaħdmu bħala welders u fitters minn Jannar sal-lum ma' kumpanniji privati f'Malta?", "Mil-liema pajjiż kienu ġejjin?", "Ma' liema kumpannija kienu jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija, skond ir- records tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħrig.", "L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija hi ta' natura kunfidenzjali u għalhekk ma nħossx li għandha tiġi ppubblikata.", "BRIGATA LABURISTA – PROPRJETA` TAL-GVERN", "37007.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-Brigata Laburista għandhiex f'idejha xi art jew proprjeta' tal-gvern?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv fejn u meta ngħatat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li skond informazzjoni miġbura mit- taqsima proprjeta` tal-gvern, il-brigata Laburista għandha mikrijin lilha żewġ proprjetajiet tal-Gvern.", "Dawn huma store fi Triq it-Torri ta` San Ġwann il-Birgu u store ieħor fil-Pjazza tal-Fosos il-Furjana.", "Dawn kienu inkrew lill-Brigata Laburista fl-20 ta` Jannar 1977 u fit-12 ta` Marzu 1977 rispettivament.", "ĦAŻ ŻABBAR - INSPECTION", "37021.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 36611, jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta saret l-inspection imsemmija fi Triq Ħadd in-Nies, Żabbar, għax din it-triq illum hi kważi kollha żviluppata u allura r-raġuni migjuba fir-risposta għall-fatt li għadha ma saritx it-triq, jiġifieri li \"għad hemm ħafna żvilupp xi jsir\", assolutament ma treġix?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li l-inspection saret riċentement.", "It-triq li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hi maqsuma fi tliet biċċiet żviluppati li iżda mhumiex magħqudin ma' xulxin u li komplessivament ma jammontawx għal aktar minn 50% ta' l-iżvilupp totali li jrid isir f'din it-triq.", "Madankollu peress li l-Onor.", "Interpellant jidher ċar li qed jirriferi għal kull biċċa minn din it-triq separatament, tajt struzzjonijiet lid- direttorat tat-toroq biex jagħmel spezzjoni oħra u jara jekk xi parti minn din it-triq tistgħax tiġi asfaltata.", "--------"]} {"filename": "20010704_569d_par.doc", "date": "2001-07-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 569 L-Erbgħa, 4 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 569", "L-Erbgħa, 4 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "569", "L-Erbgħa, 4 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 273", "TQEGĦID TA' KARTI 277", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI (IT-TIENI QARI)", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 277", "AĠĠORNAMENT 298", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 302", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 568 li saret fit-3 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "AMBJENT – KONTIJIET PENDENTI", "26703.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25364, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li din l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku?", "Ma jaħsibx li l-Kamra għandha tkun informata dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l- entitajiet governattivi u anke tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl- ambitu tar-regolamenti?", "Il-Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "F'każ li din l-informazzjoni ma tingħatax, jista' jagħti raġuni għala ladarba din hija importanti u l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25813.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "TURIŻMU – KONTIJIET PENDENTI", "26,704.", "ONOR NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25365, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l- informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku?", "Ma jaħsibx li l-Kamra għandha tkun informata dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l- entitajiet governattivi u anke tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li jekk jagħti din l-informazzjoni jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Fin-nuqqas li tingħata, jista' jagħti raġuni għala ladarba din hija informazzjoni importanti u l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25827.", "Għalkemm is- suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l- istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia ̧ mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jaf il-Ministru li xi turisti lmentaw mat-tour operators li l-bajjiet qed ikunu kkontaminati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor.", "Membru jmissu jaf li xi għaxart ijiem ilu ħarġet stqarrija mid-diviżjoni tas-saħħa fejn ġie avżat f'liema bajjiet m'għandux isir għawm.", "Jekk wieħed jifli tajjeb dik l-istqarrija jsib li l- biċċa l-kbira tal-lokalitajiet li hemm imsemmija huma postijiet li fihom qatt ma jgħumu n-nies, fis-sens li huma outfalls jew portijiet, u allura wieħed irid jieħu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Ngħid għalija kien ikun aħjar kieku d-diviżjoni tas-saħħa u l-ministeru tiegħi jew inkella l-MTA ftehmu flimkien minn qabel kif toħroġ l- istqarrija, b'liema lingwaġġ u b'liema frażjoloġija toħroġ.", "Għax filwaqt li huwa importanti ħafna li l-pajjiż jagħti avviż kmieni u kostanti u anke li jsiru testijiet regolari fuq il-kwalità tal-baħar, din mhijiex kwestjoni li tinforma lil min qiegħed hawnhekk imma anke li tipprevjeni ħsarat agħar li jistgħu jiġru għall-industrija turistika, fis-sens li jekk inti ma teħux prekawzjonijiet minn kmieni tista' issib ruħek b'ħafna lmenti, mhux dwar post partikolari imma dwar Malta kollha.", "Għalhekk importanti li d- diviżjoni tas-saħħa tagħmel dan ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Assolutament mhuwiex minnu li kien hemm xi diżgwid bejn id-diviżjoni tas-saħħa u t- tourism authority dwar ta' min kienet ir-responsabbiltà li jwaħħal l- avviżi li ma jistax isir għawm.", "Irrid ngħid ukoll li dawn l-avviżi qatt ma twaħħlu fejn hemm outfalls u portijiet, u l-unika okkażjoni li fiha forsi setgħu jitwaħħlu l-avviżi kien fis-Salini.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ifisser li wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li issa se jkun hemm kumitat interministerjali biex sitwazzjonijiet bħal dawn fil-ġejjieni jiġu tackled b'mod aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Forsi l-Onor.", "Membru ma jafx li kuntrarjament għal dak li kien isir żmien ilu, il-ministeru tiegħi għandu ċ- chairmanship ta' kumitat interministerjali - mhux sempliċement mad- dipartiment tas-saħħa imma ma' rappreżentanti minn kullimkien - biex jiġu diskussi problemi bħal dawn.", "Din problema ta' komunikazzjoni u mhix kwestjoni li hawn xi tinġis fil-bajjiet, anke jekk donnu ċerti gazzetti jagħtu l-impressjoni li hawn xi tinġis enormi fil-postijiet ta' l-għawm.", "Huwa importanti li jekk ikun hemm xi tinġis, isiru l-avviżi u jittieħdu l- prekawzjonijiet għax il-ħsara li ssir lill-pajjiż tkun agħar jekk aħna ma neħdux il-prekawzjonijiet.", "SAĦĦA – KONTIJIET PENDENTI", "26,705.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25 ̧367, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l- informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku?", "Ma jaħsibx li l-Kamra għandha tkun informata dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l- entitajiet governattivi u anke għandha tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Ma jaħsibx li jekk jagħti din l-informazzjoni jkun qiegħed jikkonferma bil- fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "F'każ li din l-informazzjoni ma tingħatax, jista' jagħti raġuni għala ladarba din hija importanti u l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25817.", "Għalkemm is- suġġett tal-mistoqsija huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia ̧ mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid xi progress sar bil-għan li tinstab soluzzjoni biex iċ-ċentri tas-saħħa ta' Ħal Qormi, ta' Bormla u tar-Rabat jerġgħu jagħtu servizz fuq bażi ta' 24 siegħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President ̧ li nista' ngħid hu li d- diskussjonijiet għaddejjin b'pass mgħaġġel u nawgura li nsibu soluzzjoni.", "Filwaqt li ma nistax ngħid aktar minn hekk, ħalli ma nippreġudikax il- pożizzjoni tad-diviżjoni, għandi tama li se naslu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern issa li gradwaw numru akbar ta' tobba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-gradwazzjoni ta' numru sabiħ ta' tobba ftit li xejn se tagħmel bidla għax l-ewwel sentejn iridu jaħdmuhom fl-isptar San Luqa taħt superviżjoni u allura ma tkunx tista' tibgħathom jaħdmu fiċ- ċentri tas-saħħa.", "Li se nipprovaw naraw huwa jekk it-tobba li kienu qegħdin jaħdmu ġewwa l-isptar jistgħux jintbagħtu jaħdmu fiċ-ċentri tas- saħħa.", "Is-sistema li t-tobba li jkunu għadhom kemm laħqu jagħmlu l-ewwel sentejn jaħdmu fl-isptar San Luqa qed tintuża wkoll fil-pajjiżi ta' l-Ewropa kollha u hemmhekk jinsistu li dawk li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa jew fil- komunità u li jkunu f'xi skema governattiva, iridu jingħataw tliet snin post-graduate training.", "M'għandekx tipprotesta li tobba li jkun għadhom kemm iggradwaw jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, fid-dawl li l-waiting list ta' pazjenti għall-open-heart surgery kważi ġiet eżawrita grazzi għall-ħidma li ssir minn Mr Alex Manche' u t- team tiegħu, u anke fid-dawl li dan l-aħħar kien hemm vakanza għal post ta' cardiac surgeon ieħor, id-diviżjoni tas- saħħa qed tikkonsidra li toffri dan is-servizz lil pazjenti barranin, ovvjament bi ħlas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-istorja tal-cardiac surgery hija suċċess mill- bidu sa l-aħħar.", "Fil-fatt minbarra li naqqasna l-waiting list minn disa' xhur għal xahrejn, mir-rapport annwali li għamlet il-unit jidher ċar illi kieku dawk il-pazjenti kollha li ġew operati f'dawn l-aħħar ħames snin kellhom jintbagħtu barra, il-poplu Malti kien ikollu joħroġ Lm7 miljun.", "Għalhekk minħabba li l-waiting list naqset daqshekk, jidher ċar li fi żmien ftit xhur se jkollna overcapacity u nkunu nistgħu noffru servizz lill-barranin.", "Fil-fatt huwa pjaċir tiegħi ngħid illi l-fama tad-diviżjoni tas-saħħa u tal- cardiac unit qed tinfirex mal-pajjiżi ta' madwarna mingħajr reklam ta' xejn.", "Tant hu hekk li kien hemm 15-il pazjent li talbu li jiġu operati hawn u naturalment against payment.", "Tmienja minnhom ġew mill-Ingilterra għax ma felħux jistennew aktar biex issirilhom triple bypass operation – altru illi l-waiting lists ma jeżistux f'pajjiżna biss! - u kien hemm ukoll xi seba' pazjenti oħra li ġew minn pajjiżi bħat-Tuneżija u l-Eġittu.", "Naħseb li hemm potenzjal kbir biex dan is-suq inkunu nistgħu nużawh għax meta mmorru fl-isptar il-ġdid, il-kapaċità eżistenti li llum għandna fl- isptar San Luqa se tkun ħafna akbar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, possibbli fl-isptarijiet m'hemmx tobba li jistgħu jiġu relieved biex mill-ġdid nerġgħu nassiguraw is-servizz tas-saħħa fuq bażi ta' 24 siegħa f'dawn it-tliet ċentri partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, biex tkopri l-health centres kollha fuq schedule ta' 24 siegħa irid madwar 30 tabib ieħor, jiġifieri qegħdin 30 tabib short fil-livell tal-komunita'.", "Imbagħad hemm numru ta' tobba neqsin, speċjalment fil-junior staff, ġewwa l-isptar San Luqa.", "Ovvjament wieħed irid jibbilanċja l-equation għax għalkemm il-kura primarja hija importanti u qegħdin naħdmu biex insibu soluzzjoni, l-akbar priorità tibqa' t-trattament akut li jingħata mill-isptarijiet tagħna u m'hemmx dubju li l-isptar San Luqa jieħu priorità.", "Irridu nevalwaw daqsxejn is-sitwazzjoni għax malli jilħqulek numru ta' tobba, awtomatikament ikollok numru ta' tobba oħrajn li jispiċċaw is-sentejn tagħhom fl-isptar u allura nkunu rridu naraw kemm minnhom se jibqgħu fis- servizz, kemm minnhom se jmorru fil-privat u kemm minnhom se jmorru jispeċjalizzaw barra minn Malta.", "Din is-sitwazzjoni forsi tinbidel ftit għall-aħjar peress li issa se jibda jkollna grupp ta' tobba kull sena u mhux kull sentejn, kif kien jiġri qabel.", "Pero' s-soluzzjoni mhijiex sempliċi u mhix kwestjoni li żżid jew tnaqqas in-numru għaliex irid ikollok ċerti prijoritajiet u kif għedt, il- priorità tagħna tibqa' is-servizzi li jingħataw mill-isptar San Luqa.", "POLITIKA SOĊJALI – KONTIJIET PENDENTI", "26706.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 25368, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lill- Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku?", "Ma jaħsibx li huwa d-dover tal-gvern li jinforma lill-Kamra dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi u jassiguraha li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti, huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Il-Viċi Prim Ministru ma jaħsibx li jekk tingħata l-informazzjoni li qed tintalab ikun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "F'każ li din l-informazzjoni ma tingħatax, jista' jagħti raġuni għala ladarba din hija importanti u l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25815.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex jagħmel assessment ta' l-impatt li se jkollhom fuq is-soċjetà tagħna r-regoli tal-politika komuni agrarja ta' l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: B'mod konsistenti ħafna, dan il-gvern għamilha ċara diversi drabi li l-qasam tal-biedja ̧ tas-sajd u tar-raħħala inġenerali huwa qasam importanti ħafna, mhux biss mill-aspett ekonomiku imma wkoll minn aspetti oħrajn, inkluż l-ambjent.", "Il-gvern għamilha ċara diversi drabi u b'mod konsistenti li n-negozjati li hemm għaddejjin bejn il- Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea jittrattaw dan il-qasam bis-serjetà.", "M'hemmx dubju li min-naħa tagħna, aħna qegħdin naraw li jsiru l- arranġamenti li hemm bżonn biex din il-bidla fil-pajjiż tkun tista' tkompli miexja 'l quddiem u biex dan il-qasam ikun jista' jagħti l- kontribut tiegħu lejn l-ekonomija u anke lejn l-ambjent ta' madwarna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma l-gvern se jagħmel impact assessment biex il- poplu Malti jkun jaf x'impatt jistgħu jġibu ċerti direttivi, regoli u liġijiet ta' l-Unjoni?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kif diġà għedt, il-gvern kważi ppubblika r-rapporti kollha li għandu f'idejh.", "Forsi ta' min jistieden lill-oppożizzjoni biex jagħmlu l-istess u jippubblikaw l-impact assessment li għamlu!", "Nirrepeti dak li għedt pubblikament nhar il-Ħadd li għadda għax donnu li l- oppożizzjoni trid li dan il-gvern iħalli l-prezzijiet ta' l-ikel għoljin b'mod li l-konsumatur ibati.", "Il-gvern qed jipprova jsib is-soluzzjoni li tkun fl-aħjar interess tas-soċjetà kollha, kemm tal-konsumatur kif ukoll tas-setturi kollha nvoluti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR AUSTIN GATT: (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport b'riferenza għal-local enforcement systems dwar l-awditjar tal- financial statements tal-joint committees tal-kunsilli lokali,.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI", "CRIMINAL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-3 ta' Lulju, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru huwa in possession u jista` ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, il-bieraħ kont qiegħed ngħid li b'dan l-abbozz ta' liġi ppruvajna noħolqu bilanċ bejn id- drittijiet tas-soċjeta` u d-drittijiet ta' l-individwu.", "Kont bdejt nanalizza l-innovazzjonijiet li qegħdin nintroduċu b'din l-ikbar reviżjoni tal-Kodiċi Kriminali minn meta ġie fformulat fis-seklu 19.", "Kont qiegħed nirriferi għad-drittijiet li l-vittmi tar-reati - dawk li ssawtu, insterqu, sofrew xi ħsara volontarja jew involontarja - se jkollhom wara li jgħaddu dawn l-emendi.", "Żgur li għall-ewwel darba, il-vittmi tar-reati se jkollhom id-dritt li jkunu preżenti waqt il-proċeduri kriminali.", "Sal-lum, jekk il-vittmi jkunu xhieda, jitqiesu biss bħala tali iżda issa se tibda ssir differenza bejn xhud li hu vittma u xhud li m'huwiex vittma.", "Dawk li m'humiex vittmi, ikollhom joħorġu mill-awla hekk kif jagħtu x- xhieda tagħhom quddiem l-imħallef jew il-maġistrat, filwaqt li dawk li huma vittmi mhux biss se jkollhom id-dritt li jixhdu imma anke li jibqgħu preżenti bħalma jibqa' preżenti l-akkużat.", "Is-sistema tal-lum, jiġifieri dik li wara li l-vittma jkun xehed jiġi mġiegħel joħroġ 'il barra filwaqt li l-akkużat jibqa' fl-awla, se tispiċċa.", "Issa jien naf li jista' jkun hemm min jikkritika din ir-regola għax jidhirlu li jekk il-vittma jisma' xhieda oħra, jista' jiġi nfluwenzat u jista' jemenda x-xhieda tiegħu biex din tiġi taqbel max-xhieda tal-prosekuzzjoni.", "L-ewwelnett jekk għall-vittma jeżisti dan il-fatt, allura jeżisti wkoll għall-akkużat għax l-akkużat ukoll għandu d-dritt fundamentali li jkun l- aħħar persuna li jixhed, u l-istess bħall-vittma, ukoll ikun qiegħed jisma' x-xhieda ta' ħaddieħor.", "It-tieni nett, anke bil-mod ta' kif inhi l-liġi llum, għalkemm kulħadd mingħalih li hekk kif il-vittma jagħti x-xhieda tiegħu jinħareġ 'il barra, dejjem tibqa' fid-diskrezzjoni tal-qorti jekk il- vittma jibqax preżenti jew le.", "Dak li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li qegħdin nirrikonoxxu d-drittijiet proċedurali tal-vittma, li se jkun jista' jkun preżenti fil-proċeduri kollha u f'ħafna każi se jkollu dritt għal avukat.", "Qiegħed ngħid hekk għax l-uniku każ fejn l-avukat tal-vittma m'huwiex se jkun jista' jintervjeni huwa f'trial by jury.", "Fil-każ ta' proċess ta' ġuri – nista' ngħid li ddiskutejna dan fit-tul, anke wara li ppubblikajna l-white paper - dehrilna li nkunu qegħdin infixklu lill-prosekuzzjoni jekk l-avukat ġenerali u l-avukat tal-vittma jkunu t-tnejn qegħdin imexxu l-prosekuzzjoni.", "Pero' il-vittma xorta se jkollu d-dritt li jħalli lill-avukat tiegħu preżenti waqt il-proċess imma ma jkunx jista' jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu qabel l-istadju tal- piena.", "Fi kliem ieħor, l-avukat tal-vittma se jkun jista' jagħmel is- sottomissjonijiet tiegħu wara l-verdett tal-ġurati, rigward il-kwestjoni tal-piena.", "Pero' meta l-każ ma jkunx wieħed ta' ġuri - u hawnhekk qiegħed nirriferi għal 85% tal-każ kriminali kollha fil-qorti - l-avukat tal- vittma se jkollu d-dritt li jintervjeni, filwaqt li d-dritt tal-vittma li jkun preżenti se jibqa' japplika dejjem.", "B'din il-liġi qegħdin ukoll nintroduċu kunċett kompletament ġdid, ir-reat tal-konġura jew ta' l-assoċjazzjoni.", "Qiegħed nagħmel riferenza partikolari għal klawsola 17 ta' dan l-abbozz ta' liġi fejn għall-ewwel darba, il-fatt li wieħed jiftiehem biex jikkommetti reat se jkun meqjus bħala reat.", "Fil- fatt fil-white paper din il-klawsola kellha t-titlu ta' \"konġura\", liema titlu issa nbidel għal \"assoċjazzjoni\".", "Sal-lum il-liġi ma kenitx tqis il- konġura bħala reat ħlief f'każ ta' delitt kontra l-Istat, bħal fil-każ ta' tradiment ta' l-Istat jew kolp ta' stat.", "Iktar tard, il-konġura bdiet titqies bħala reat fil-każi ta' traffikar ta' droga.", "Jiġifieri l-konġura kienet aċċettata bħala reat f'dawn l-eċċezzjonijiet biss, Sur President.", "Kif inhi l-liġi sal-lum, jekk żewġ persuni jiltaqgħu biex jiftiehmu dwar kif se jwettqu hold-up f'bank, jagħmlu pjan, iqassmu x-xogħol, jiftehmu bl-iktar mod ċar u dettaljat u jinqabdu mill-pulizija f'dak l-istadju - jiġifieri meta ma jkunu għadhom għamlu xejn ħlief li ftehmu - ma jiġux meqjusa bħala li wettqu reat.", "Jekk fil-pussess tagħhom jinstabu armi illegali, allura jitressqu l-qorti akkużati b'pussess ta' armi illegali pero' ma jitressqux għall-fatt li jkunu nqabdu jiftehmu biex iwettqu reat.", "Jekk pero' ikun hemm il-bidu ta' l-esekuzzjoni ta' l-att - per eżempju, il- kriminali jkunu f'vettura, waslu ħdejn il-bank, niżlu fuq il-bankina u lestew l-armi biex jidħlu – fejn allura l-intenzjoni ma baqgħetx biss ftehim fuq il-karta imma bdiet tiġi attwata, f'dak il-każ ikunu akkużati b'attentat ta' hold-up fuq bank.", "Pero' minkejja li l-kriminali jkunu ftehmu fid-dettal dwar ir-reat, il-fatti kollha preċedenti għall-attentat ma jiġux meqjusa bħala reat.", "Issa hekk kif dan l-abbozz ta' liġi jiġi fis- seħħ, il-konġura se tibda titqies bħala reat kriminali.", "Meta xi sura ta' azzjoni għat-twettiq ta' reat tkun ippjanata jew miftehma, dik se tibda titqies bħala reat.", "Dan dejjem jekk il-pulizija jkollha prova ċara li żewġ persuni jkunu ltaqgħu u ftehemu biex iwettqu reat, għax wieħed jista' faċilment jaqbad u jakkuża żewġ persuni bi ftehim dwar twettiq ta' reat meta dan ma jkunx minnu, Sur President.", "It-tieni tip ta' reat ta' assoċjazzjoni se jkun li wieħed jissieħeb f'għaqda li l-iskop tagħha jkun li twettaq reat kriminali.", "Hawnhekk qegħdin immorru oltre mill-ftehim għax qegħdin ngħidu li wieħed jissieħeb f'għaqda ta' persuni li xogħolhom ikun li jwettqu reati kriminali.", "Il-fatt biss li wieħed jissieħeb, anki jekk fir-realta' dik l-għaqda tispiċċa ma twettaq l-ebda reat għaliex tinqabad mill-pulizija jew għal xi raġuni oħra, xorta se jitqies bħala reat.", "Din l-assoċjazzjoni a delinquere, li teżisti fil-kodiċi kriminali Taljan, ġiet adottata fil-liġi tagħna bħala reat.", "Għalhekk kulmin jippromwovi, jikkostitwixxi, jorganizza jew jiffinanzja assoċjazzjoni b'żewġ persuni jew aktar, bil-ħsieb li jagħmlu reati kriminali, se jitqies bħala li jkun wettaq reat kriminali, b'piena ta' priġunerija ta' mhux inqas minn erba' snin.", "Naturalment dan ir-reat qiegħed jiġi l-iktar prospettat għal affarijiet serji.", "Reat ieħor li minn dejjem konna se ninkluduh fil-liġi imma issa li ffirmajna ċerti trattati nternazzjonali, l-urġenza li dan jiddaħħal fil- liġi kompliet tikber, huwa r-reat tal-mibegħda razzjali.", "Sal-lum il- mibegħda razzjali hija pprojbita skond artiklu 45 tal-Kostituzzjoni.", "Lanqas m'hu permissibbli li f'disco jew f'nightclub issir diskriminazzjoni fuq bażi razzjali għax ladarba dak il-lokal ikollu liċenzja ta' negozju, ma jistax jipprojbixxi lill-pubbliku milli jidħol fil- post diment li jġib ruħu tajjeb għax jekk persuna tkun fis-sakra, irrelevantement minn jekk il-kulur tal-ġilda tagħha huwiex iswed, isfar jew abjad, m'għandhiex dritt li tidħol f'post ta' divertiment.", "Jeżistu kawżi kriminali mhux abbażi tal-fatt li persuna tkun wettqet xi att ta' mibegħda razzjali imma abbażi tal-fatt li ladarba persuna għandha f'idejha liċenzja pubblika, ma tistax tiddiskrimina bejn il-pubbliku.", "Irrid nagħmilha ċara li r-reat ta' diskriminazzjoni razzjali jew mibegħda razzjali se jġorr miegħu piena ta' priġunerija ta' bejn sitt xhur u 18-il xahar.", "Reat importanti ieħor huwa dak tat-traffikar illegali ta' persuni, Sur President.", "Kif għedt il-bieraħ, meta qegħdin nintroduċu dan ir-reat fil-liġi, fil-mira tagħna m'għandniex lil dawk li qegħdin jiġu sfruttati imma lil min jisfruttahom.", "Illum fil-Mediterran kollu nħoloq il-fenomenu ta' persuni li jirriskjaw ħajjithom u jiftaqru biex imorru minn reġjun ekonomikament dgħajjef għal reġjun iktar b'saħħtu.", "Ħadd ma jaħrab biex minn ġot-taġen jispiċċa ġon-nar!", "L-idea ta' kulmin jaħrab minn pajjiżu dejjem tkun li jipprova jtejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu.", "Sakemm il-persuni li jiġu Malta klandestinament ikunu refuġjati għax ikunu ppersegwitati politikament, aħna għandna l-obbligu internazzjonali li nilqgħuhom.", "Pero' issa qegħdin ngħidu li lil dawk il-persuni li m'humiex refuġjati politiċi imma huma refuġjati ekonomiċi u li r-raġuni għala jkunu telqu minn pajjiżhom u ġew f'pajjiżna tkun biex jew jibqgħu jaħdmu hawnhekk jew jibqgħu sejrin fil-kontinent Ewropew, ma nistgħux nippermettulhom li jibqgħu f'pajjiżna.", "Aħna nifhmu l-uġigħ u d-disperazzjoni ta' dawn in-nies, imma taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni dan se jibqa' jitqies bħala reat – ma naf lil ħadd li spiċċa l-ħabs sempliċement għax daħal Malta b'mod illegali – u dawk li jorganizzaw din l-attivita' se jkunu ħatja mhux biss ta' reat previst taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni ta' l-1970 imma anke taħt il-Kodiċi Kriminali.", "Dan jgħodd għal kulħadd, għall-impjegati pubbliċi, għal persuni privati, għal min għandu speedboat, għal min għandu yacht, għal kulmin jgħin lil min iwettaq din l-attivita`, għax ħafna drabi wara din l-organizzazzjoni ma jkunx hemm biss dik il-persuna li ssuq l-ispeedboat imma jkun hemm involuti nies oħra.", "Il-piena għal traffikar illegali ta' persuni, minflok dik ta' sitt xhur priġunerija kif previst fl-Att dwar l-Immigrazzjoni, jidhirli li telgħet għal ħames snin priġunerija u/jew multa ta' Lm10,000.", "Dan qiegħed isir għax ma rridux li jinħolqulna problemi, anke jekk hawn min jistaqsi x'hemm ħażin li grupp ta' persuni jiġu Malta biex jitilqu lejn Sqallija, Sur President.", "Hawn min jirraġuna li dment li dawn ma jibqgħux f'pajjiżna, ma jkunu qegħdin jagħmlu xejn ħażin billi jieqfu hawn għal ftit ġranet sakemm ikomplu bil-vjaġġ tagħhom.", "Imma aħna ma nistgħux nittrattaw dawn il- problemi b'dan il-mod hekk leġġer l-ewwelnett għax ma rridux li jinħolqu problemi għalina nfusna, imma iktar u iktar għax ma rridux li jinħolqu problemi lil ħaddieħor.", "Illum ħadd ma jista' jiġġieled l-immigrazzjoni illegali waħdu.", "Fil-fatt għadni kemm ġejt lura minn laqgħa f'Valencia, fi Spanja, fejn kull sena jiltaqgħu l-ministri ta' l-intern tal-Mediterran u fl-aġenda dejjem ikun hemm l-immigrazzjoni llegali.", "Il-ministri Ewropej huma aktar interessati f'dan is-suġġett minn ħaddieħor minħabba l-fatt li kważi dejjem dan il-moviment jimxi minn isfel għal fuq u mhux minn fuq għal isfel.", "L-Unjoni Ewropea tixtieq tinvesti iżjed biex ma jkunx hemm raġuni għala n-nies taħrab mill-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq biex tmur lejn l- Ewropa, imma fl-istess ħin żgur li trid tara li jittieħdu ċerti miżuri bħal kif qegħdin nieħdu aħna, fejn qegħdin ninkludu fil-liġi dan ir-reat partikolari.", "Fi klawsola 64 – jew aħjar artiklu ġdid 337 A - jingħad li l-piena ta' priġunerija għal min jinqabad jittraffika persuni b'mod illegali, se tkun minn sitt xhur sa ħames snin jew multa ta' Lm10,000.", "Dan japplika wkoll għal xi ħadd li b'xi mod jagħmel qligħ, ikun għen, assista, ta parir jew ħabbrek biex persuna oħra tidħol jew tipprova tidħol Malta illegalment jew toħroġ jew tipprova toħroġ minn Malta illegalment, anke jekk din l- assistenza tingħata minn barra minn Malta.", "Jekk per eżempju persuna Maltija tmur Sqallija jew f'xi pajjiż fl-Afrika ta' Fuq u tiftiehem ma' xi ħadd biex jorganizza l-ġarr illegali ta' persuni, anke jekk tkun għamlet il-ftehim, assistiet jew issieħbet f'organizzazzjoni ta' traffikar ta' persuni barra minn Malta, se ssir eċċezzjoni għar-regola tal-ġurisdizzjoni territorjali tal-Kodiċi Kriminali u tal-Qrati Kriminali ta' pajjiżna u qegħdin ngħidu li f'dak il-każ il-qorti Maltija se jkollha l- ġurisdizzjoni li tiddeċiedi hi.", "Evidentement il-piena ta' priġunerija ta' bejn sitt xhur u ħames snin qiegħda ssir bi skop.", "F'diversi trattati internazzjonali ta' estradizzjoni li għandna ma' ħafna pajjiżi, biex xi ħadd jiġi estradit fuq reat, dak ir- reat irid iġorr miegħu piena ta' mill-inqas sena ħabs.", "Meta l-konġura jew l- organizzazzjoni tkun ta' iktar minn tliet persuni, il-pieni ta' ħames snin ħabs jew il-multa ta' Lm10,000 jiżdiedu minn grad wieħed sa grad tlieta.", "Dan juri l-impenn tal-gvern li ma jittrattax din il-problema b'mod leġġer għax meta sar l-Att dwar l-Immigrazzjoni fl-1970, għalkemm din il-problema kienet diġa' teżisti, fir-reġjun ta' pajjiżna ma kenitx mifruxa daqshekk.", "GĦalhekk issa li din il-problema kibret ġmielha, dehrilna li għandna nieħdu dawn il-miżuri.", "Reat ieħor li wkoll qiegħed jiġi introdott permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa dak ta' l-użura, jiġifieri li persuna titlob imgħaxijiet fi flus jew xi ħaġa oħra oltre minn dak li hu stabilit fil-liġi bi tpattija għall- fatt li tkun silfet il-flus.", "Dan ir-reat huwa ħażin fih innifsu u allura għandu jkun reat kriminali, xi ħaġa li sal-lum ma kienx.", "Sal-lum, min ikun issellef ammont ta' flus u ntalab iħallas imgħaxijiet b'rata iktar għolja minn dik stabilita` bil-liġi jista' jiftaħ kawża ċivili biex jieħu lura l- imgħaxijiet żejda li jkun ħallas, pero' dik il-persuna li mingħandha jkun issellef il-flus ma titqies qatt bħala li wettqet reat kriminali.", "Issa aħna se naraw li dan jibda jitqies bħala reat kriminali għax l-ewwelnett l- istejjer li nisimgħu huma tal-waħx, avolja ġeneralment anke l-vittmi jkollhom tort għax per eżempju jkunu ssellfu l-flus biex jilagħbuhom jew għal xi skop illegali.", "Pero' ikun hemm ukoll każi ta' persuni li jissellfu b'rati għoljin ta' l-imgħax għax ikunu verament ġew daharhom mal-ħajt, l- iktar minħabba mard jew xi sitwazzjoni prekarja oħra.", "Peress li dawn għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jissellfu mill-bank, jirrikorru għal self bl-użura minn min l-iskop tiegħu jkun li jisfrutta d-desperazzjoni tagħhom.", "Kważi kważi reat bħal dan huwa agħar mit-traffikar illegali ta' persuni u qegħdin inkunu daqshekk severi ma' min jorganizza dan it-tip ta' self għax dan ikun qiegħed jisfrutta d-dgħufija ta' persuni oħra, Sur President.", "Barra minn hekk, il-fatt li dan ir-reat se jiġi meqjus bħala wieħed kriminali jagħti wkoll poter lill-pulizija li tinvestiga, tagħmel perkwiżizzjoni u tarresta persuni.", "Fi kliem ieħor, se niftħu iktar il-bieb fuq id-dinja mudlama tal-kriminalita' fejn jiġi pprattikat dan it-tip ta' reat.", "Aħna nemmnu li b'dak li se nagħmlu se nkunu qegħdin nitfgħu ftit dawl fuq id-dinja mudlama tal-kriminalita'.", "Il-pieni hawnhekk huma ħorox ukoll.", "Jidhirli li dawn huma ta' sena ħabs u multa ta' mhux iktar minn Lm15,000.", "Fl-istadju ta' Kumitat se jiġi kkonsidrat li din il-multa titla' sa Lm50,000 proprju biex nuru l-impenn tagħna.", "Jekk m'iniex sejjer żball, dawn il-pieni huma diġa' ikbar minn dawk li kienu previsti fil-white paper, pero' jekk ikun hawn il-qbil tal-kollegi tagħna ta' l-oppożizzjoni jien lest nagħmilhom iktar severi.", "Il-pulizija u l-avukat ġenerali kienu diġa' ngħataw ċerti poteri fir- rigward ta' reati partikolari, bħal fil-każ tal-money laundering u fil-każ tat-traffikar tad-drogi.", "F'dawk il-każi, il-pulizija għandha poteri speċjali ta' investigazzjoni, iffriżar ta' assi u konfiska ta' proprjeta` li tkun frott ta' twettiq ta' reat.", "Nieħdu l-eżempju ta' persuna li tittraffika d-droga, taqla' Lm50,000 u bihom tixtri villa.", "Qabel, anke jekk dik il-persuna kienet tinqabad, il-villa li tkun xtrat ma kien jista' jmissilha ħadd.", "Fl-1986 kienet ġiet introdotta l-konfiska tal-proprjeta` ta' min jittraffika d-droga u mbagħad dawn il-poteri kienu ġew estiżi għall- konfiska u l-iffriżar ta' l-assi.", "Bl-emendi li kienu saru fl-1996, kien ingħata l-poter biex l-assi jiġu ffriżati anke xahar qabel ma l-akkużat jiġi ppreżentat fil-qorti.", "Dan sar għax kien qed jiġri li malli l-akkużat jirċievi ċ-ċitazzjoni, ibigħ dik il-proprjeta` li jkollu.", "Fil-white paper kien qiegħed jingħad li dan il-poter se jiġi estiż għall- każi ta' korruzzjoni, tixħim u influwenza mhux proprja fil-kamp kummerċjali, aspett ieħor li se jiġi introdott f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Pajjiżna ffirma żewġ konvenzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il- korruzzjoni, waħda dwar il-korruzzjoni fil-kamp penali u l-oħra dwar il- korruzzjoni fil-kamp ċivili.", "Jidhirli li dawn għadhom ma ġewx irratifkati għax il-liġi ta' pajjiżna għadha mhijiex in line.", "Issa b'dawn l- emendi li qegħdin nipproponu se nallinjaw il-pożizzjoni ta' pajjiżna ma' dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali, li ta' min jgħid li qegħdin jiġu ffirmati mill-pajjiżi kollha tal-Kunsill ta' l-Ewropa, u cioe` minn madwar 42 pajjiż.", "Dawn il-konvenzjonijiet jirrikjedu li l-poteri speċjali ta' investigazzjoni, iffriżar ta' assi u konfiska ta' proprjeta` ikunu japplikaw ukoll għal dawk il-persuni li meta kienu uffiċjali pubbliċi, ikunu rċevew flus biex iwettqu dmirhom jew biex ma jwettqux dmirhom.", "Persuni bħal dawn qegħdin jiġu kkonsidrati bħala li għamlu qligħ minn reat.", "Huwa għalhekk li fil-white paper kien intqal li dawn il-poteri speċjali se jiġu estiżi mhux biss għal reati ta' money laundering u traffikar illegali ta' droga imma anke għal reati ta' korruzzjoni.", "L-avukat ġenerali ppropona, u aħna aċċettajna, li dawn il-poteri għandhom jiġu estiżi għal kull reat li jġorr miegħu kastig ta' priġunerija ta' iktar minn sena.", "Jien diġa' qrajt f'xi gazzetta li din hija xi ħaġa goffa għax tfisser li jistgħu jiġu ffriżati l-assi ta' persuna akkużata b'omiċidju involontarju.", "Jekk din hija goffa, fl-istadju ta' Kumitat nistgħu nillimawha xi ftit, Sur President.", "Irrid infakkar lill-Kamra li dawn il-poteri speċjali m'humiex awtomatiċi.", "Anzi l-esperjenza uriet li dawn ma jingħatawx faċilment, lanqas f'dawk il- ftit każi fejn jissemmew it-traffikar tad-droga u l-money laundering, apparti li barra minn hekk dawn il-poteri jinħtieġu s-sanzjoni tal-qorti.", "(Interruzzjonijiet) Dan is-suġġett tant hu vast li bilfors ikun hemm xi affarijiet li jkollhom bżonn jiġu llimati iktar.", "Rigward l-estensjoni ta' ċerti poteri, jekk per eżempju nħarsu lejn il-poter ta' investigazzjoni tal- bank accounts, naraw li l-pulizija ma tistax taqbad u tinvestiga qabel ma tgħaddi l-ostaklu ta' l-avukat ġenerali u mbagħad tkun trid titlob il- permess tal-qorti kriminali.", "Jekk xi ħadd jidhirlu li diment li jibqa' dan il-poter speċjali għandhom isiru xi salvagwardji, jien ninsab lest li naċċettahom.", "Ma rridx nitlef ir-reputazzjoni tiegħi fuq hekk, Sur President!", "Ħaġa oħra li qiegħda tiġi introdotta f'dan l-abbozz ta' liġi huma r-reati magħrufa bħala accounting offences.", "Il-fatt li xi ħadd jagħti flus lil impjegat pubbliku biex iwettaq xi ħaġa li hija fid-dover tiegħu li jwettaq jew inkella agħar minn hekk biex ma jwettaqx id-dover tiegħu, illum huwa meqjus bħala reat u huwa magħruf bħala korruzzjoni.", "Aħna qegħdin ngħidu li għal dan ir-reat, il-pulizija se tingħata poteri speċjali biex tinvestiga u dawn il-poteri se jiġu estiżi anke għall-kamp privat.", "Qabel l-idea kienet li biex persuna tkun ħatja ta' korruzzjoni riedet tkun uffiċjal pubbliku u fl-1986 imbagħad dan kien ġie estiż anke għall-korporazzjonijiet pubbliċi.", "Pero' tant bdew ifaqqsu korporazzjonijiet pubbliċi li jekk persuna fl- Enemalta tieħu flus biex taqdi jew ma taqdix id-doveri tagħha ma tikkommettix reat kriminali, filwaqt li jekk persuna fi skola tagħmel l- istess tinstab ħatja ta' korruzzjoni.", "Ċertament li l-gvern għamel tajjeb li qal li kulmin jieħu flus biex jagħmel id-dover tiegħu jew biex ma jagħmlux, ikun ħati ta' reat u dan japplika għas-settur pubbliku kollu, kemm għad-dipartimenti tal-gvern kif ukoll għall-korporazzjonijiet pubbliċi.", "Issa dan qiegħed jiġi estiż ukoll għall- qasam privat.", "Jiġifieri jekk manager ta' bank li m'huwiex tal-gvern jinqabad jieħu flus biex jaqdi jew ma jaqdix dmiru jinstab ħati ta' reat.", "Sal-lum, kulma jista' jagħmel bank li jinduna b'dan huwa li jfittex lil dak il-manager għad-danni jew ikeċċih mix-xogħol, pero' ma jista' bl-ebda mod jakkużah b'reat kriminali.", "Issa f'dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jingħad li aġir ta' din ix-xorta se jibda' jitqies bħala reat kriminali.", "Sal-lum ukoll, il-fatt li persuna tieħu flus mingħand persuna oħra u tagħtiha impressjoni kompletament falza li għandha l-kuntatti u tista' tirranġa ċerti affarijiet, ma kienx meqjus bħala reat, avolja huwa forma ta' frodi.", "(Interruzzjonijiet) Huwa għalhekk li qegħdin ngħidu li dawn il- każi m'humiex se jiġu ttrattati bħall-każi l-oħra ta' korruzzjoni.", "Il-fatt li wieħed jagħti lil ħaddieħor x'jifhem li għandu ċerta influwenza li ma jkollux, ikun ħati ta' reat li jġorr miegħi piena ta' bejn tliet xhur u sena priġunerija.", "Jekk persuna effettivament jirnexxielha twettaq dak li tkun wiegħdet li se tagħmel, ir-reat ikun iktar gravi.", "L-istess regolamenti japplikaw fir-rigward ta' falsifikazzjoni ta' fatturi jew dokumenti, anke fil-kamp privat.", "M'iniex se nidħol fid-dettal dwar dan biex ma ndejjaqx lil min qiegħed jismagħni, iżda ngħid biss li dawn huma kollha riżultati tal- konvenzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Hemm imbagħad emendi oħra li huma riżultat ta' l-esperjenza tagħna stess, Sur President.", "Per eżempju, kien hemm sentenza li tgħid li sperġur waqt kumpilazzjoni ma jitqiesx bħala tali għax il-kumpilazzjoni hija biss l-ewwel pass għal trial by jury.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-kumpilazzjoni hija fażi importanti fil-proċess u jekk persuna tkun qiegħda tixhed taħt ġurament u tagħti xhieda falza, anke jekk it-trial by jury jkun għadu ma bediex, l-aġir tagħha xorta jitqies bħala reat.", "Anke fi proċess fejn il-kawża ma tkunx ta' reat - per eżempju, f'rikors għal-liberta` proviżorja, jiġifieri fuq talba biex persuna akkużata tinħeles mill-arrest - jekk xi ħadd jixhed il- falz, xorta jkun qiegħed iwettaq reat.", "Anke l-pornografija tat-tfal m'hijiex qiegħda titħalla sempliċement taħt il- kategorija ta' reat ġenerali tal-pornografija imma qiegħda mniżżla bħala reat speċifiku taħt klawsola 35.", "Artiklu ġdid 208 A jgħid li:", "\"Kull ċittadin jew resident permanenti ta' Malta sew jekk f'Malta jew barra minn Malta, kif ukoll kull persuna f'Malta, li jiġbdu jew jippermettu li jinġibed xi ritratt, film, video-recording jew xbieha elettronika indiċenti ta' persuna taħt l-eta', jew iqassmu jew juru ritratt, film, video-recording jew xbieha elettronika indiċenti bħal dawn, jew ikollhom fil-pussess tagħhom ritratt, film, video-recording jew xbieha elettronika indiċenti bħal dawn bil-ħsieb li dawn jiġu mqassma jew murija minnhom jew minn persuni oħra, jeħlu, meta jinsabu ħatja, il-piena ta' priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta' mhux iżjed minn mitejn lira, jew dik il-priġunerija u multa flimkien\".", "Imbagħad hemm l-aggravju, fis-sens li jekk dan l-att isir fil-konfront ta' persuna ta' eta` inqas minn 12-il sena jew jekk isir minn persuna li suppost li tieħu ħsieb it-tfal, f'dak il-każ japplika l-aggravju tal-pieni.", "Qegħdin jiħraxu wkoll il-pieni fir-rigward ta' serq jew ħsara lill-anzjani.", "Dan pero' mhux għax il-pieni kif inhuma llum, jekk jiġu applikati, m'humiex ħorox biżżejjed.", "Ovvjament il-gvern ma jikkundannax hu imma jagħmel il-liġijiet, bl-approvazzjoni tal-parlament.", "Hija l-pulizija li tagħmel l-investigazzjonijiet u tressaq in-nies il-qorti biex tiddeċiedi jekk għandhiex tapplika ċerti pieni.", "Pero' anke f'dan il-kamp dehrilna li kellna nbiddlu xi ftit il-parametri tal-pieni.", "Illum persuna tiġi meqjusa bħala anzjana hekk kif tiskorri l-eta` ta' 65 sena - jiġifieri jekk xi ħadd isawwat jew jattakka persuna ta' 64 sena, dak ir-reat ma jiġix meqjus bħala aggravju – iżda issa pero' l-eta` ta' 65 se titnaqqas għal 60 sena.", "Naf li jistgħu jsiru protesti, anke minn membri f'din il-Kamra, għax forsi hawn min jidhrilu li persuna ta' 60 sena m'għandhiex titqies bħala anzjana, pero' aħna jidhrilna li meta reat intenzjonat isir fuq persuna ta' 60 sena jew iktar, dan għandu jitqies bħala reat kontra l-anzjani.", "Naturalment imbagħad dejjem sta għall-qorti li tapplika l-piena fid- diskrezzjoni tagħha, Sur President.", "Qegħdin nintroduċu wkoll ir-reat speċifiku ta' moħqrija jew traskuraġni ta' tfal taħt it-12-il sena.", "Sfortunatament każi ta' din ix-xorta qegħdin jiżdiedu, avolja mhux daqs f'pajjiżi barranin, għax għall-grazzja t'Alla hawn Malta għad hawn sens ta' familja, anke jekk mhux dik il-familja kif nafuha tradizzjonalment.", "Dan is-sens ta' familja ġej mill-fatt li aħna pajjiż żgħir.", "Minkejja l-miljun żvantaġġ li għandna, ta' l-inqas għandna l- vantaġġ u l-valur kbir tas-solidarjeta` umana.", "Pero' kultant żmien xorta jitfaċċawlek ċerti każi ta' moħqrija fuq it-tfal, każi li qegħdin joħorġu iktar fil-beraħ minħabba l-mezzi ta' komunikazzjoni u l-emanċipazzjoni ta' iktar persuni li għandhom il-kuraġġ li jitkellmu.", "GĦalhekk qegħdin ngħidu, taħt artiklu ġdid 247A, li:", "\"Kull min ikollu r-responsabbilta` ta' tifel ta' taħt it-12-il sena u b'atti persistenti ta' għemil jew ta' nuqqas ta' għemil jaħqar lit- tifel jew iġiegħel jew jippermetti l-moħqrija tat-tifel b'mezzi simili, jeħel, meta jinsab ħati, kemm-il darba l-fatt ma jkunx jikkostitwixxi reat aktar gravi taħt xi disposizzjoni oħra ta' dan il- Kodiċi, il-piena ta' priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn sentejn.\".", "GĦall-finijiet ta' dan l-artiklu, il-moħqrija tinkludi li wieħed jittraskura lit-tifel fil-bżonnijiet tiegħu ta' nutrizzjoni, ilbies, kenn u protezzjoni adegwata biex dak it-tifel taħt it-12-il sena ma jsofrix ħsara.", "Sur President, kif diġa' aċċennejt, dan l-abbozz ta' liġi huwa maqsum fi tnejn, bil-parti li temenda l-Kodiċi Kriminali tittratta dwar reati, dik li tissejjaħ il-liġi sostantiva, filwaqt li l-parti l-oħra tittratta dwar il- proċedura.", "S'issa f'dan l-intervent tiegħi irriferejt biss għall-parti sostantiva, jiġifieri għar-reati ġodda li se nintroduċu u għar-reati li jeżistu diġa' u li qegħdin nemendaw.", "Pero' żgur li ma nistax ma nagħmilx riferenza għal fejn qiegħed jingħad li meta ssir ħsara volontarja lill- proprjeta' – u dan ġie propost qabel saret l-istraġi fl-Imnajdra - jekk minħabba n-natura jew importanza ġeoloġika, paleontoloġika, arkeoloġika, arkitettonika, artistika jew storika tal-proprjeta` mħassra, danneġġata jew imgħarrqa, ma jkunx possibbli li l-ħsara titqies skond ir-regola stabilita' f'artiklu 335 tal-Kodiċi Kriminali, il-ħsara għandha titqies bħala li tkun ta' aktar minn Lm500.", "Sal-lum hemm ċertu grading tal-ħsara li ssir b'mod volotarju.", "Iżda ħafna drabi kien qiegħed jiġri li meta jinsteraq jew jitħassar kwadru, ikun diffiċli li jinstab il-valur tiegħu u allura xi kultant ma kenitx tingħata l-piena adegwata.", "Hawnhekk qegħdin nagħmluha ċara li meta l-valur ikun imprezzabbli, tiġi applikata l-ogħla piena li hemm fil-Kodiċi Kriminali.", "Dan qed jingħad mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe reat ieħor li jista' jiġi introdott fl-abbozz ta' liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku li għad irid jiġi propost, Sur President.", "F'każi ta' frodi u serq, il-fatt li l-persuna responsabbli tintbagħat il- ħabs jew tiġi mġiegħla tħallas multa, għall-vittmi tar-reat ma jkun ifisser xejn għax xorta jibqgħu ma jeħdux lura l-flus jew l-oġġetti li jkunu nsterqulhom.", "Biex jingħata ċertu inċentiv sabiex il-ħati jagħmel tajjeb għall-ħsara li jkun ikkaġuna u biex wieħed jinkoraġġixxi li jinkixfu l- persuni kompliċi tar-reati ta' serq u ta' frodi, qegħdin nipproponu li artiklu 337 tal-Kodiċi Kriminali jiġi emendat b'mod li l-piena stabilita' kemm għall-frodi kif ukoll għas-serq, titnaqqas awtomatikament jekk il-ħati jrodd lura dak li jkun seraq.", "Qegħdin isiru żewġ eċċezzjonijiet għal każi ta' hold-up u ta' attakk fuq l-anzjani.", "Mill-bqija, f'każi li ma jqajmux ċerta għagħa bħalma jqajmu l-attakki fuq l-anzjani, l-omiċidji, l-attakki fuq it-tfal u l-hold-ups b'armi tan-nar, jekk il-ħati jħallas lura dak li jkun seraq jew iffroda, minkejja li ovvjament ma jiġix lliberat, igawdi minn tnaqqis fil-piena.", "F'każ ta' frodi, il-piena stabilita titnaqqas bi grad jew b'żewġ gradi, kemm-il darba l-ħati, qabel ma tibda titmexxa xi proċedura kriminali kontra tiegħu, irodd għal kollox il-ħsara kkaġunata.", "F'każ ta' serq – u dan kemm jekk ikun serq sempliċi, kif ukoll jekk serq ikkwalifikat - u f'każ ta' reat ta' ħsara volontarja, bħal meta wieħed jaħraq il-bieb ta' barra ta' xi dar u jinqabad, jekk il-ħati jagħmel tajjeb għall-ħsara li jkun għamel, dejjem qabel ma jitressaq quddiem il-qorti, igawdi minn tnaqqis fil-piena.", "Qegħdin ngħidu pero' li dan it-tnaqqis ma japplikax f'każ ta' serq ikkwalifikat bi vjolenza li tkun tikkonsisti f'omiċidju volontarju, attentat ta' omiċidju volontarju, offiża volontarja fuq persuna, sekwestru ta' persuna jew f'każ ta' reati li jsiru fil- konfront ta' l-anzjani, tfal jew persuni handikappati.", "Jien għaddejt 20 sena nipprattika l-professjoni ta' avukat u din l-esperjenza swietni biex nitgħallem ċerti tricks of the trade fil-kamp penali.", "Qiegħed nipprova nuża din l-esperjenza biex inħarsu iktar id-drittijiet tal-persuni suspettati, meta jkun ħaqqhom dak il-ħarsien, biex nimxu ma' l-iżviluppi li seħħew f'pajjiżi barranin u biex fl-istess ħin insoddu t-toqob li għandna.", "Waħda minn dawn it-toqob qiegħda fir-rigward ta' reati ta' riċettazzjoni, jiġifieri meta xi ħadd jixtri proprjeta' misruqa u jkun jaf li hija misruqa.", "Ħafna drabi, meta persuna tinqabad twettaq dan l-att, tiġi mistoqsija jekk kenitx taf li dik il-proprjeta' li xtrat kienet ġejja minn reat ta' serq jew ta' frodi.", "Ovvjament ir-risposta tkun fin-negattiv, imma Allaħares il-pulizija u l-qrati joqogħdu biss fuq il-kelma ta' min ikun xtara dik il-proprjeta'!", "Allura l-pulizija tipprova ġġib evidenza li dik il-persuna, għalkemm tkun qiegħda tiċħad li kienet taf li l-proprjeta` li xtrat kienet misruqa, kienet taf li l-individwu kien ġie misruq.", "Il- kriterju l-iktar faċli huwa li bih tkun inbiegħet dik il-proprjeta'.", "Aħna nafu li dawk in-nies li jixtru poprjeta` misruqa jagħmlu dan biex jiffrankaw il-flus għax kieku ma jiffrankawx, ma jidħlux fiċ-ċans li jinqabdu mill-pulizija u jispiċċaw il-ħabs.", "Għalhekk ħafna drabi, il-prezz ta' proprjeta` misruqa jkun iktar baxx mill-prezz ta' proprjeta` oħra.", "Pero' m'huwiex faċli li l-persuna involuta tinstab ħatja għax x'inhu prezz baxx u x'inhu prezz għoli hija kwestjoni suġġettiva.", "Jiġri wkoll li wieħed jgħid li ma kienx jaf li l-proprjeta` li xtara kienet misruqa pero' sar jaf jew issuspetta xi ħaġa wara li kien xtraha.", "Allura biex nagħlqu ftit din it-toqba qegħdin nintroduċu reat ġdid, fejn meta persuna ssir taf li l-oġġett li jkollha f'idejha jkun ġej minn reat, trid tirrapporta l-każ lill-pulizija inkella tkun qiegħda tikkommetti reat.", "Fil- fatt qiegħed jiddaħħal artiklu ġdid 334A li jgħid li:", "\"Kull min, malli jsir jaf li xi ħaġa li tkun fil-pussess tiegħu tkun ħaġa misruqa jew ħaġa meħuda b'qerq jew akkwistata b'reat, jonqos li jgħarraf lill-pulizija b'dak il-fatt fi żmien ġimgħa minn meta jkun hekk sar jaf, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta' priġunerija għal żmien mhux iżjed minn tliet xhur jew multa.\".", "GĦalkemm dan m'huwiex se jsolvi kollox f'dan il-kamp mudlam tar- riċettazzjoni, għallinqas qegħdin nagħlqu iktar il-possibbilta` ta' abbużi jew li persuna ħatja toħroġ scotfree, Sur President.", "Qabel ma ngħaddi għall-parti tal-proċedura xtaqt nagħmel riferenza għall- iskużanti tar-reat ta' omiċidju volontarju u ta' tentattiv ta' omiċidju jew ħsara gravi fuq il-persuna.", "Illum jeżistu dawk li jissejħu skużanti għal reati gravi bħall-omiċidju.", "Nafu biżżejjed li r-reati jkunu ppjanati u magħmulin b'ċertu ħażen, stil tal-mafia, fejn per eżempju persuna tħallas lil persuna oħra biex din toqtol lil xi ħadd.", "Minn dawn ta' l-aħħar għandna wkoll, avolja mhux fi kwantita`.", "Il-maġġoranza ta' l-omiċidji jsiru minħabba provokazzjoni, qsim tal-wirt, tgħajjir u passjoni.", "Huma ftit dawk in-nies li joqtlu għal xejn b'xejn jew għall-flus.", "Ħafna drabi l-motiv ta' delitt ikun illeġittimu, żbaljat u immorali.", "Teżisti lista ta' skużanti, jiġifieri każi fejn il-piena tiġi mnaqqsa minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ.", "Qiegħed ngħid skużanti u mhux ġustifikazzjoni għax hemm artiklu ieħor tal-Kodiċi Kriminali li jitkellem dwar il-ġustifikazzjoni tar-reati, bħal per eżempju fil-każ ta' self-defence.", "F'dak il-każ, ir-reat ma jkunx skużanti imma ġustifikat, jiġifieri persuna ma teħel assolutament xejn jekk xi ħadd ikun se jisparalha u hi tiddefendi ruħha.", "Basta jkun hemm sitwazzjoni imminenti ta' periklu u r-reazzjoni tkun proporzjonata ma' l- attakk li jkun qed isir.", "L-iskużanti huma dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-persuna ħatja, fir-reat li tkun ikkommettiet ikun hemm xi ħaġa li b'xi mod tnaqqas il-piena.", "Jiġifieri hawn il-kwestjoni m'hijiex ta' jekk persuna hijiex ħatja jew le.", "Tkun ħatja dejjem, pero' mhux daqs min joqtol lil xi ħadd biex per eżempju jaqla' Lm5,000, qisu qiegħed jagħmel xi biċċa negozju.", "Fost l-iskużanti elenkati fil-liġi hemm dak ir-reat hekk imsejjaħ ta' furia di sangue, sitwazzjoni fejn ir-reat ta' omiċidju jew ta' ferita ta' natura gravi jkun sar f'sitwazzjoni fejn xi ħadd ikun ġie meħud \"by a sudden transport of passion\".", "Artiklu 227C tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar meta reat ta' omiċidju volontarju jsir minn persuna li tkun taħt l-influwenza immedjata ta' passjoni istantanja, jiġifieri ma tkunx damet xi ġimgħa taħsibha mbagħad fl-aħħar ikkommettiet ir-reat.", "Dik il-passjoni trid tkun ta' dak il- ħin jew aġitazzjoni fil-moħħ li minħabba fiha, fil-waqt tad-delitt, il- persuna responsabbli ma tkunx tista' tqis l-għemil tagħha.", "F'dak il-każ, il- persuna responsabbli ma teħilx il-piena sħiħa ta' omiċidju volontarju.", "Biex l-iskużanti ta' artiklu 227C japplika hemm kwalifika importanti, u cioe`:", "\"Sabiex l-akkużat jitqies li ma kienx jista' jqis l-għemil tiegħu, jenħtieġ, fil-każi ta' provokazzjoni, illi fil-fatt l-omiċidju jkun sar minħabba saħna ta' demm u mhux għaliex kien hemm il-ħsieb magħmul tal-qtil ta' persuna jew ta' ħsara gravi fuq il-persuni, u illi r- raġuni tal-provokazzjoni kienet tali illi, f'nies ta' temperament ordinarju, komunement iġġib l-effett li ma jkunux kapaċi li jqisu l- konsegwenzi tad-delitt.\".", "Dan ifisser li biex persuna jkollha a sudden transport of passion jew aġitazzjoni tal-moħħ, trid tkun għaddiet minn provokazzjoni li f'persuna normali toħloq dawk l-effetti.", "Per eżempju, trid tkun ġiet mgħajra b'xi ġenituri mejtin u mhux ġiet mgħajra għax it-team ta' Birkirkara tilef kontra t-team tal-Belt!", "Barra minn hekk il-persuna responsabbli ma jridx ikollha l-ħsieb deliberat li toqtol xorta waħda, Sur President.", "Imma għal xi raġuni li jien ma nistax nifhem, dan ġie interpretat litteralment.", "Jekk l-aġitazzjoni tkun ikkaġunata minn provokazzjoni, allura japplikaw dawn iż-żewġ kwalifiki, u cioe` li ma jkunx hemm deliberate intention u li b'dik il-provokazzjoni, persuna raġonevoli kienet tiġi pprovokata xorta waħda.", "Pero' jekk il-persuna li twettaq ir-reat ma tkunx ipprovokata imma jkollha aġitazzjoni tal-moħħ, f'dan il-każ din il- kwalifika ma tapplikax.", "Li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li qegħdin inneħħu l-kliem \"fil-każi ta' provokazzjoni\" minn artiklu 227C tal-Kodiċi Kriminali ħalli f'kull każ ta' aġitazzjoni tal-moħħ ikun hemm dawn iż-żewġ kwalifiki, u cioe` li ma jkunx hemm il-ħsieb tal-qtil u li dik l- aġitazzjoni tal-moħħ tkun ġejja minn xi ħaġa li biha kwalunkwe persuna raġonevoli tħossha pprovokata.", "Barra minn hekk, fil-liġi kien hemm difett fejn fil-każ ta' omiċidju volontarju furia di sangue, ma kienx hemm minimu ta' piena.", "Irrid ngħid li dawn l-emendi kollha li qegħdin nagħmlu ma jistgħux japplikaw ħlief għal reati li jsiru wara li dan l-abbozz ta' liġi jidħol fis-seħħ, jiġifieri wara li jispiċċa dan id-dibattitu, l-abbozz jgħaddi mit-Tielet Qari, jingħata l-kunsens tal-President u jiġi ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern.", "Dan ifisser li r-reati kollha li jseħħu sal-mument li dan l-abbozz ta' liġi jiġi biex jidħol fis-seħħ se jibqgħu rregolati bil-liġi l-antika, għax fil- kamp kriminali ma jistgħux isiru liġijiet li japplikaw b'lura.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar l-emendi proċedurali li qegħdin nagħmlu hawnhekk, Sur President.", "L-ewwelnett, kif anke għedt fl-introduzzjoni, l-avukat ġenerali se jkollu d- dritt ġenerali ta' appell minn kull sentenza tal-qorti tal-maġistrati.", "Sal- lum l-avukat ġenerali kellu biss id-dritt ta' appell fuq punti ta' liġi imma issa, l-istess bħall-akkużat, se jingħata d-dritt li jappella kemm fuq punti ta' liġi kif ukoll fuq punti ta' fatt. Pero' dehrilna li dan id- dritt għandu jingħata għal dawk il-kawżi li jibdew b'kumpilazzjoni għax ikunu jġorru magħhom piena ta' iktar minn sitt xhur priġunerija u mhux għal dawk il-kawżi ta' piena ta' mhux iktar minn sitt xhur priġunerija.", "Fir-rigward ta' reati ta' frodi, qiegħed jingħata kastig li jressaqhom iktar lejn ir-reati ta' serq - għax ir-reat ta' frodi huwa reat li jsir minn min hu intelliġenti biżżejjed biex ma jwettaqx serqa minn ħanut imma jipprova joħroġ ċekk meta jaf li fil-bank m'għandux flus - u nerġa` ngħid li dawn ir-reati qegħdin inressquhom iktar lejn reati ta' serq.", "L-istess jista' jingħad għall-arresti jew tfittxijiet mill-pulizija li bħala regola ġenerali jinħtieġu warrant maħruġ mill-maġistrat.", "GĦal din ir-regola hemm diversi eċċezzjonijiet, bħal f'każi urġenti, f'każi fejn ikun hemm periklu li l-persuna ħatja tista' taħrab, f'każi fejn l-oġġett misruq jew l-oġġett intużat fir-reat jista' jinħeba u f'każi fejn il-persuna responsabbli mir- reat tinqabad fil-fatt.", "Proċeduralment qegħdin nagħtu wkoll diversi drittijiet lill-persuna arrestata, fosthom li l-pulizija jkollha l-obbligu li tinforma lill-qraba.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż żgħir tagħna, fejn is-sens ta' familja huwa qawwi, naċċettaw sitwazzjoni fejn f'daqqa waħda jisparixxi xi ħadd għax ikun ġie arrestat u l-qraba tiegħu ma jiġux informati b'dan.", "GĦalkemm nafu li ħafna drabi l-pulizija jinformaw lill-qraba ta' min ikun ġie arrestat, xorta waħda għażilna li ndaħħlu dan fil-liġi.", "Issa sar obbligu legali tal-pulizija li tinforma lill-qraba tal-persuna arrestata, sakemm dak il-qarib li tinforma ma jkunx involut ukoll fir-reat.", "Il-persuna arrestata għandha wkoll ikollha d-dritt li tqabbad lit-tabib tagħha biex jinvistaha, anke waqt l-arrest.", "Xi persuni li jiġu arrestati jkunu jbatu minn xi kondizzjoni medika u għalhekk aħna qegħdin ngħidu li dawn għandu jkollhom id-dritt għal tabib ta' l-għażla tagħhom, li jiġi jinvistahom anke meta jkunu detenuti fil-kwartieri tal-pulizija.", "It-tielet dritt li qiegħed jingħata għall-ewwel darba huwa dak li jgħid li kull persuna arrestata tista' tiltaqa' fil-privat ma' l-avukat ta' l- għażla tagħha għal parir, basta mhux waqt l-interrogatorju imma qabel u sa massimu ta' siegħa.", "Waqt l-interrogatorju nnifsu, għalissa l-persuna arrestata m'hijiex se jkollha assistenza legali.", "Nistgħu ngħidu li this is a pleasure yet to come għax illum il-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa demokratika, mil-lvant sal-punent, mit-Turkija sa l-Irlanda, kollha għandhom id-dritt ta' assistenza legali waqt l-interrogatorju.", "Pero' aħna ddeċidejna li nimxu pass pass u għalissa naraw kif se taħdem din is- sistema.", "Jekk dan id-dritt jiġi eżerċitat, allura imbagħad tkun tapplika r- regola ta' l-inferenza, jiġifieri persuna li tkun ħadet parir legali, waqt l-interrogatorju tista' ma tgħid xejn.", "Pero' jekk imbagħad waqt il-ġuri tressaq ħafna difiżi u tagħti ħafna verżjonijiet li setgħet faċilment tat meta kienet arrestata mill-pulizija, allura f'dak il-każ il-qorti jew il- ġurati jistgħu jgħidu li la din il-verżjoni ma kenitx ingħatat a tempo vergine, meta kien sar ir-reat, se tiġi skartata.", "Iżda rrid ngħid li huwa fid-diskrezzjoni tal-qorti jekk dan isirx jew le.", "Barra minn hekk, ir-regola ta' l-inferenza waħedha ma tista' qatt tikkostitwixxi prova kontra l-akkużat.", "Qiegħed ngħid hekk għax minkejja li dan ħareġ fil-white paper u anke f'dan l-abbozz, kien hemm min staqsa ħafna domandi għax għadu ma fehemx sew.", "L-ewwelnett biex din ir-regola tiġi applikata jrid ikun hemm l-aċċess effettiv, jiġifieri l-akkużat irid ikun ħa parir legali mingħand l-avukat tiegħu.", "Mela jekk l-avukat ma jiġix jew jekk l-akkużat ma jużax dan id-dritt, ir-regola ta' l-inferenza ma tistax tapplika.", "Din tibqa' diskrezzjonali, fis-sens li l-maġistrat jista' jgħid li minkejja li jaf li l-liġi tagħti din id-diskrezzjoni, hu m'huwiex se jattwaha.", "Il-maġistrat għandu kull dritt li jagħmel hekk, bħalma għandu kull dritt li jagħmel il-kuntrarju.", "Waħedha l-inferenza ma tista' qatt tkun prova.", "Jiġifieri jekk l-unika prova li jkollhom il-pulizija kontra xi ħadd tkun li fil-bidu jkun baqa' sieket u mbagħad ikun tkellem, dik waħedha ma tistax iġġib dikjarazzjoni ta' ħtija pero' tista' tintuża bħala korroborazzjoni ta' xhud ta' kompliċi.", "Aħna nafu li xhud ta' kompliċi tassattivament f'pajjiżna jrid ikun korroborat minn xhieda oħra.", "L- inferenza tista' sservi ta' support għax-xhieda tal-kompliċi u allura f'dak il-każ, ir-regola ta' l-inferenza tista' toqgħod bħala support għall- evidenza korroborattiva.", "Irrid niskuża ruħi għall-iżball żgħir li hemm fl-abbozz ta' liġi, u cioe' li hemm it-tieni regola ta' inferenza f'każ li l-akkużat ma jixhidx.", "Veru li din kienet proposta ta' l-avukat ġenerali u mhux proposta fil-white paper, pero' il-gvern deherlu li din it-tieni regola ta' inferenza m'għandhiex tiġi introdotta peress li skond il-Kostituzzjoni, persuna għandha tingħata d-dritt li ma tixhidx.", "Ingħatajna l-parir legali – biex inkun għedt kollox, ħalli f'każ li xi ministru ieħor jew jien stess jerġa' jibdielna, ħadd ma jgħid li f'kawża kostituzzjonali jien għedt li din tmur kontra l-Kostituzzjoni - li l-fatt li wieħed japplika t-tieni regola ta' inferenza f'każ li xi ħadd ma jixhedx fil-ġuri tiegħu, ma tmurx kontra l- Kostituzzjoni.", "Pero' aħna dehrilna li m'għandniex nintroduċu din ir-regola għalkemm bi żball xorta dehret fl-abbozz ta' liġi.", "GĦalhekk nista' ngħid minn issa li fl-istadju ta' Kumitat, din it-tieni regola ta' inferenza se tiġi rtirata għax l-intenzjoni qatt ma kienet li din tkun tagħmel parti minn dan l-abbozz.", "Hu veru li kienet tidher fid-draft iżda ma kellhiex tiddaħħal fil-Bill.", "Pero' l-ewwel regola ta' inferenza, jiġifieri dik li xi ħadd ma jitkellimx waqt l-interrogatorju wara li jieħu l-parir legali u mbagħad jibda jressaq ħafna difiżi li seta' faċilment ressaqhom waqt l- interrogatorju, se tibqa'.", "Il-qrati Maltin se jkollhom id-dritt li jiddeċiedu huma f'każi ta' persuni li ma jintbagħtux lura f'pajjiżhom b'extradition process.", "Riċentement kien hawn il-każ ta' persuna li kkommettiet reat fit-Turkija kontra persuna ta' nazzjonalita` Ingliża u l-ministeru tal-ġustizzja żammha hawnhekk għal perjodu ta' żmien minħabba li fit-Turkija tiġi pprattikata l-piena tal- mewt.", "Issa li ngħatajna l-assikurazzjoni mill-awtoritajiet Torok li l-piena tal-mewt m'hijiex se tiġi applikata, din il-persuna se tintbagħat lura.", "Huwa għalhekk li qegħdin ngħidu li l-qrati Maltin, bil-provi li jkollhom, se jkunu jistgħu jmexxu huma każi bħal dawn.", "Dan qegħdin nagħmluh biex ħadd ma jaħrab mill-ġustizzja sempliċement għax ikun ħarab minn pajjiżu, għax jista' jkun hawn persuna li jekk tintbagħat lura f'pajjiżha, mhux fil- pajjiż fejn tkun wettqet reat, tibqa' ma tintbagħat qatt f'dan ta' l-aħħar għax pajjiżha jkun japplika r-regola li ma jestradixxi qatt liċ-ċittadini tiegħu.", "Ħafna drabi l-estradizzjoni ma tintalabx għax persuna ma tkunx ħallset it-taxxa jew għax tkun injorat xi regola tat-traffiku iżda l- estradizzjoni tintalab għal affarijiet serji bħal qtil, rape jew terroriżmu.", "Aħna jidhrilna li għax persuna tkun sempliċement irnexxielha taħrab minn pajjiżha, m'għandhiex tiġi eżentata minn reati serji li tkun wettqet u allura f'dak il-każ il-qrati Maltin qegħdin jingħataw id-dritt li jiġġudikaw.", "Qegħdin ngħidu wkoll li meta d-difiża tattakka l-karattru jew il-preċedent kriminali ta' xhud tal-prosekuzzjoni, allura l-prosekuzzjoni tkun tista' tagħmel l-istess fil-konfront ta' l-akkużat.", "Arrest preventiv se jibda jitnaqqas awtomatikament mill-piena li tkun ingħatat.", "Ma jistax ikun li nħallu għad-diskrezzjoni tal-qorti l-għażla ta' jekk arrest preventiv ta' sitt xhur jitnaqqasx mill-piena jew le.", "Irrid ngħid li dan kważi dejjem jitnaqqas, u anke meta ma jitnaqqasx jittieħed in konsiderazzjoni fil- piena, pero' xi kultant, anke fost il-priġunieri stess, dan joħloq ċerti lmenti li jidhru ġustifikati.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li l-arrest preventiv dejjem għandu jitnaqqas pero' minn sentenza waħda ta' priġunerija, għax b'mod stramb tul dawn l-aħħar 25 sena, id-detenzjoni ta' l-arrest preventiv dejjem tnaqqset minn kull kawża.", "Jiġifieri jekk akkużat għandu ħames kawżi quddiem il-qorti u għadda sena jistenna l-ġuri, dik is- sena tiġi mnaqqsa minn kull kawża.", "Dan ma jagħmilx sens għax ifisser li iktar ma persuna twettaq reati, iktar se tibbenefika mill-arrest preventiv!", "Biex ma noħolqux kaos qegħdin ngħidu li mil-lum 'il quddiem, b'mod prospettiv, l-arrest preventiv se jibda jitnaqqas awtomatikament mis- sentenza ta' priġunerija, pero' minn sentenza waħda biss.", "Mr Speaker, għalkemm ma rnexxilix insemmi kollox, f'dan l-intervent jien għamilt riferenza għall-punti saljenti ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Fost affarijiet oħra għedt li se nintroduċu bħala reat il-fatt li wieħed jittrasmetti mard infettiv serju għal ta' l-apposta jew b'negliġenza grassa.", "Jeżisti ċertu mard infettiv li m'hemmx kura għalih u li jista' jiġi trasmess anke għal skop kriminali jew b'negliġenza kbira.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li dan l-att se jiġi meqjus bħala reat.", "Jien naħseb li f'dan ir-rigward il-bilanċ inħoloq.", "Issa meta xi ħadd joqgħod fit-triq tan- nofs jispiċċa jaqlagħha miż-żewġ naħat għax dawk li huma favur id- drittijiet tad-difiża se jattakkaw l-inferenza u l-poteri speċjali, u dawk li bħali sa ftit snin ilu kienu avukati li jiddefendu iktar milli jattakkaw, se jgħidu l-istess ħaġa.", "Jien bħala persuna li qiegħed fin- nofs, nirċievi wkoll bil-maqlub.", "X'jiġifieri issa l-akkużat se jkollu d- dritt ta' avukat u l-pulizija se jkollha bżonn ta' warrant biex tagħmel arrest?", "Lil dawk li jistaqsu dan, infakkarhom li issa se ndaħħlu l-konġura, il- poteri speċjali u d-dritt ta' appell ta' l-avukat ġenerali.", "Lil dawk li jsemmu r-regola ta' l-inferenza u l-fatti l-oħra li huma qegħdin iqisuhom bħala li se jnaqqsu d-drittijiet ta' l-individwu, infakkarhom fid- drittijiet il-ġodda ta' l-individwu, inkluż id-dritt li l-maġistrat jista' jeħles persuna immedjatament mingħajr il-bżonn ta' rikors għal-liberta` proviżorja, malli jara li l-arrest tagħha huwa llegali.", "GĦalhekk nappella lil kulħadd, partikolarment lill-avukati taż-żewġ naħat tal-Kamra, biex jieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li l-ministru ta' l-intern ma jistax iqis biss id-drittijiet tad-difiża jew id-drittijiet tal-prosekuzzjoni imma jrid jipprova jsib bilanċ.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr. Speaker, ma jistax ikun li l-Partit Laburista ma jaqbilx ma' kwalunkwe tentattiv biex il-ġlieda kontra l-kriminalita` tiġi intensifikata.", "Kull inizjattiva leġislattiva immirata biex trażżan il- kriminalita' se ssib l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni, u għalhekk importanti li mill-bidu ngħidu li l-oppożizzjoni se tivvota favur dan l-abbozz ta' liġi f'dan l-istadju tat-Tieni Qari.", "M'għandix dubju li kull inizjattiva leġislattiva li qiegħda tiġi proposta hawnhekk biex tiġġieled il- kriminalita`qiegħda ssir in good faith u allura l-oppożizzjoni se tagħti s- sostenn tagħha.", "Ovvjament f'kull abbozz ta' liġi dejjem se jkun hemm ċerti oqsma li fuq livell politiku wieħed ma jkunx jaqbel magħhom, Sur President.", "Wieħed jista' ma jaqbilx ukoll fuq livell leġislattiv għall-mod kif proposta tasal biex titressaq, apparti mbagħad l-opinjonijiet varji ta' diversi avukati li jesprimu l-fehma tagħhom fuq livell personali, fuq livell privat, għax avukat wieħed jista' jaqbel ma' ċerta proposta filwaqt li avukati oħra jkunu jemmnu li dak il-provvediment partikolari se jagħmel ħsara jew mhux se jissodisfa ċ-ċirkostanzi ta' xi każi speċifiċi u allura jkun hemm bżonn ta' rewording jew redrafting.", "Pero' aħna ma rridux nillimitaw id- diskussjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi għal eżerċizzju purament legali u ma rridux nikkonsidrawh bħala speċi ta' xalata għall-membri tal-professjoni legali.", "Nerġa` ngħid li b'mod ġenerali l-oppożizzjoni taqbel ma' l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi li jiġġieled il-kriminalita`.", "Nista` anke nifhem li mill-mod li tħaddet, il-ministru jidher disponibbli li jirrivedi ċerti aspetti fl-istadju ta' Kumitat.", "Imma nagħmluha ċara minn issa li fir-rigward ta' ċerti prinċipji li donnu se niddipartixxu minnhom, l-oppożizzjoni se titkellem kontra l-proposti leġislattivi kif redatti u anke beħsiebna nipproponu emendi.", "Ċerti provvedimenti kif proposti hawnhekk assolutament m'għandhomx jgħaddu mill-istadju ta' Kumitat u allura f'dak il-każ mhux biss se nivvotaw kontra fl-istadju ta' Kumitat imma anke se nitolbu division.", "Dan mhux għal-liġi kollha kemm hi imma għal ċerti provvedimenti li aħna nħossu li m'għandhomx jgħaddu mill-istadju ta' Kumitat.", "F'dan l-istadju tat-Tieni Qari m'aħniex se nitolbu division, imma jekk fl-istadju ta' Kumitat se nibqgħu ma nifthehmux se nitolbu division, Sur President.", "L-oppożizzjoni tinsab preokkupata l-iktar fir-rigward ta' prinċipji u prattiċi li ilhom snin twal jiġu adottati with pride mill-avukati fuq bażi individwali u fuq bażi kollettiva.", "Iktar milli fil-każ taż-żidiet fil- pieni u tal-ħolqien ta' reati ġodda, din hi l-preokkupazzjoni ta' l- oppożizzjoni.", "Dwar dawn naqblu żgur, anke jekk forsi nistgħu ntejbu ċerti affarijiet sabiex, per eżempju, ikun hemm piena aktar ekwa jew biex naħsbu għal ċerti reati li dan l-abbozz m'huwiex jipprovdi għalihom.", "Bi ftit fine- tuning dawn jistgħu kollha jiġu rranġati fl-istadju ta' Kumitat.", "Kif kelli diġa' l-okkażjoni li nistqarr pubblikament, hemm bżonn li ssir diskussjoni profonda u bis-sens qabel ma nagħmlu xi ħaġa li fl-aħħar mill-aħħar, minflok issib bilanċ bejn l-interessi tal-persuna arrestata u l-interessi ta' l-Istat li jipprosekwixxi, tikkawża żbilanċ favur naħa u kontra l-oħra.", "Id-dispjaċir tiegħi hu li fl-intervent introduttiv tiegħu, il-ministru ħalla l-kwestjoni ta' l-inferenza għall-aħħar għaxar minuti – ma naħsibx li dan sar b'mod tattiku – u għalhekk jien min-naħa tiegħi se ngħaddi mill- ewwel biex nitkellem dwar din il-kwestjoni biex żgur ikolli ħin biżżejjed nittratta l-iktar partijiet kontroversjali ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Kif spjega tajjeb il-ministru, dan l-abbozz fih diversi taqsimiet, fosthom it-taqsima li tittratta dwar il-ħolqien ta' reati ġodda, dik fejn hemm ikkontemplati żidiet fil-pieni ta' reati diġa' eżistenti u dik li tittratta l-kwestjoni tas-setgħat tal-pulizija f'dak li għandu x'jaqsam ma' setgħat ta' arrest u perkwiżizzjoni.", "Insibu wkoll diversi aspetti fir-rigward ta' prinċipji li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura, u nibda proprju billi nagħmel riferenza partikolari għar-regola ta' l-inferenza.", "L-oppożizzjoni ma taqbilx mal-mod ta' kif din ir-regola qiegħda tiġi proposta għax aħna nafu li meta persuna titressaq il-qorti taħt arrest, hija preżunta innoċenti sakemm ma jiġix ppruvat il-kuntrarju.", "Dan huwa dritt imnaqqax fil- Kostituzzjoni, flimkien mad-dritt l-ieħor li jgħid li persuna akkużata ma tistax tiġi mġiegħla tixhed f'proċeduri kriminali.", "Dawn iż-żewġ drittijiet fundamentali bażiċi ilna nosservawhom għal għexieren ta' snin.", "Minn dawn il-prinċipji joħorġu prattiċi oħra li ladarba persuna arrestata hija preżunta innoċenti sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, l-oneru tal- prova jinkombi fuq min ikun qiegħed jallega li twettaq ir-reat.", "Il- prosekuzzjoni trid tipprova r-reat u allura l-persuna akkużata m'għandhiex għalfejn tiftaħ ħalqha f'proċeduri kriminali sabiex tiddefendi ruħha, għax il-każ trid tippruvah pjenament il-prosekuzzjoni u mhux hi.", "Allura anke fuq livell ta' tattika, wieħed irid jgħid dan għax il- maġġoranza ta' l-avukati membri f'din il-Kamra huma avukati difensuri, pero' wieħed irid iqiegħed fil-ġenb il-professjoni u jitkellem għall-ġid tal-proċeduri kriminali kif qegħdin jitwettqu jew kif jistgħu jsiru aħjar.", "Huwa fatt magħruf li l-imputat, sakemm ma jiġix ippruvat li hu ħati mill- prosekuzzjoni, m'għandux għalfejn jiftaħ ħalqu fil-proċeduri kriminali.", "Mhux talli hekk, talli l-inqas dubju għandu jimmilita favurih.", "Kull dubju, jekk ikun raġonevoli, għandu jmur favur l-imputat u f'dubju għandu jinħeles mill-akkużi mressqa kontrih.", "Allura tajjeb li wieħed jispjega dan il- preambolu ħalli nifhmu għaliex hemm ċerti riservi fil-mod ta' kif qiegħda tiġi proposta din l-emenda dwar l-inferenza.", "Artiklu 355AU – klawsola 66 ta' dan l-abbozz ta' liġi - jgħid li:", "\"Meta fi proċeduri kontra persuna għal xi reat, tingħata xiehda li l- akkużat –", "a) f'kull waqt qabel ma jkun ġie akkużat bir-reat, meta jkun qed jiġi interrogat mill-pulizija li jkunu qed jippruvaw jiikxfu jekk ir-reat ikunx sar u min ikun għamlu, jkun naqas milli jsemmi xi fatt li huwa jserraħ fuqu fid-difiża tiegħu f'dawk il-proċeduri; jew", "b) meta jkun qed jiġi akkużat bir-reat jew ikun qed jiġi uffiċjalment mgħarraf li jista' jiġi mħarrek dwaru, jkun naqas milli jsemmi dak il-fatt,", "li jkun fatt li fiċ-ċirkostanzi li jkunu jeżistu f'dak il-waqt l- imputat seta' raġonevolment jkun mistenni li jsemmi meta jkun ġie hekk interrogat, akkużat jew mgħarraf, skond il-każ, għandu japplika subartikolu (2) jekk jintwera li l-imputat kien irċieva parir legali qabel ma jkun ġie interrogat, akkużat jew mgħarraf kif hawn aktar qabel imsemmi...\"", "Jiġifieri f'dawn il-kawżi, il-qorti tal-maġistrati jew il-ġurija:", "\"... tista' tagħmel dawk l-inferenzi minn dan in-nuqqas bħalma jidhru xierqa, liema inferenzi ma jistgħux waħedhom jitqiesu bħala prova ta' ħtija iżda jistgħu jitqiesu bħala li jammontaw għal korroborazzjoni ta' kull xiehda ta' ħtija tal-persuna akkużata jew imputata.\".", "Hawnhekk qiegħed jiġi propost li jekk persuna arrestata – li tkun għadha m'hijiex akkużata imma tkun qiegħda tiġi investigata mill-pulizija għax tkun suspettata li kkommettiet reat - waqt li tkun qiegħda tiġi interrogata tagħmel stqarrija u ma ssemmix fatt jew ċirkostanza li 'l quddiem meta titressaq fil-qorti ssemmih jew tużah in difesa, kemm il-maġistrat li jippresjedi l-qorti tal-maġistrati kif ukoll l-imħallef fil-ġuri, ikun jista' jiġbed l-attenzjoni tal-ġurija jew jieħu hu stess inkonsiderazzjoni l-fatt li jista' jieħu inferenza minn dan in-nuqqas.", "Mela l-inferenza f'dan il-każ ma tkunx favur l-imputat, anke jekk il- klawsola ma ssemmix dan, imma it stands to reason li tkun kontra l-persuna akkużata, għalkemm veru li waħedha m'hijiex prova ta' ħtija iżda trid tkun korroborata u sostnuta minn evidenza oħra.", "Jiġifieri l-evidenza l-oħra flimkien ma' dak in-nuqqas tal-persuna akkużata jiftgħu dell ikrah fuqha.", "(Interruzzjonijiet) GĦax allura wieħed lanqas jaqbillu jsejjaħ avukat!", "Aħna nafu li l-persuna akkużata għandha d-dritt kostituzzjonali li ma tixhedx fil-proċeduri kriminali.", "F'din iċ-ċirkostanza, ir-rule of inference qiegħda tirriferi għal xi ħaġa li tapplika qabel ma joħorġu l-akkużi, qabel ma l-persuna titressaq il-qorti fl-istadju ta' l-interrogatorju, jiġifieri qabel ma tkun akkużata.", "Din ikollha d-dritt kostituzzjonali li ma tixhedx fil-proċeduri kriminali, pero' tista' ssib ruħha f'sitwazzjoni fejn qabel jibdew il-proċeduri kriminali jkollha tirriferi għal fatt li forsi f'dak l-istadju ma jkunx jaqblilha tirriferi għalih bħala akkużata.", "Rigward dan il-punt jien għandi ċerti dubji kostituzzjonali, Sur President.", "Il-ministru jista' jkollu l-opinjoni tiegħu u jista' ukoll ikun sostnut minn avukati li tawh parir f'dan is-sens, pero' l-preokkupazzjoni tiegħi u ta' l-oppożizzjoni ma toħroġx biss minn dan il-fatt.", "Ma nistgħux inħarsu lejn ir-regola ta' l-inferenza waħedha imma rridu narawha flimkien mad- dritt li qiegħda tingħata l-persuna arrestata jew suspettata bi twettiq ta' reat - għax hi kondizzjoni importanti fir-regola ta' l-inferenza fiha nnifisha - li tingħata parir legali.", "Din l-inferenza tapplika biss jekk il-persuna arrestata tkun ingħatat l-opportunita' bil-liġi u jekk tkun effettivament ħadet dak il-parir.", "Il-klawsola li tirriferi għal dan id- dritt tgħid li f'kull waqt:", "\"...persuna li tkun arrestata u tkun qed tinżamm taħt il-kustodja tal- pulizija f'xi għassa jew f'xi post ieħor ta' detenzjoni awtorizzat għandha, jekk hija hekk titlob, titħalla kemm jista' jkun malajr tikkonsulta privatament ma' avukat jew prokuratur legali, wiċċ imb'wiċċ jew bit-telefon, għal mhux iktar minn siegħa żmien.\".", "Meta wieħed jipprova jittraduċi dan fil-prattika, isib li d-dritt ta' assistenza legali m'huwiex assolut għax hawn għandna li dan id-dritt jinkiseb biss qabel jibda l-interrogatorju u mhux waqt li dan ikun għaddej.", "Niftakar li għal ħabta ta' l-1995, kien ġie f'pajjiżna kumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropa u kien għamel ċerti rakkomandazzjonijiet dwar il-bżonn li jsiru specific provisions fir-rigward tad-drittijiet tal-persuna arrestata, fis-sens li jekk ikun hemm bżonn ikollha assistenza legali fil- privat, anke matul il-perjodu ta' l-interrogatorju.", "Issa parti sewwa minn dan l-abbozz ta' liġi ttieħdet minn abbozz li kien ġie ppreżentat f'Jannar ta' l-1998, fi żmien gvern Laburista.", "Aħna konna ssuġġerejna prattikament dak li qiegħed jissuġġerixxi l-ministru f'dan l- abbozz, cioe' li l-persuna arrestata jkollha dritt għall-assistenza legali fil-privat, ovvjament mhux waqt l-interrogatorju.", "Pero' aħna ma konniex żidna r-rule of inference, u fih innifsu dak kien diġa' pass 'il quddiem fir-rigward tad-drittijiet tal-persuna arrestata.", "Issa peress li l-gvern qiegħed jorbot dan id-dritt li konna se nagħtu aħna mar-rule of inference, l-affarijiet qegħdin jinbidlu u m'huwiex qed jibqa' daqstant bilanċ bejn id- drittijiet ta' l-imputat u d-drittijiet u s-setgħat tal-pulizija.", "Per eżempju, meta membru tal-familja tal-persuna arrestata jikkuntattja lill- avukat tal-familja biex jagħti parir legali lill-persuna arrestata, għalkemm l-avukat jista' jagħmel dan minn fuq it-telefon, l-ebda avukat m'hu se jagħti parir minn fuq it-telefon.", "Għal raġunijiet ovvji, kull avukat jagħżel li jmur personalment fl-għassa tal-pulizija jew f'xi post ieħor fejn tkun qiegħda tinżamm il-persuna arrestata, u għandu ċans ta' siegħa biex jagħtiha parir legali.", "Hawnhekk se jaqa' piż kbir fuq l- avukat.", "Żgur li kull avukat se juża dik is-siegħa biex jagħti lill-persuna arrestata pariri legali dwar kif għandha ġġib ruħha waqt l-interrogatorju, dwar x'għandha tgħid u x'm'għandhiex tgħid.", "Irridu niftakru li dawn il- pariri se jkunu qegħdin jingħataw fi stadju meta l-akkużi jkunu għadhom ma ġewx ifformulati, jiġifieri meta l-persuna tkun arrestata fuq suspett li ikkommettiet reat.", "Bis-saħħa ta' dawn l-emendi, jekk ngħaddu għal sezzjoni oħra ta' dan l- abbozz ta' liġi, naraw biċ-ċar li kull uffiċjal tal-pulizija li jarresta lil xi ħadd għandu d-dmir li jinforma lill-persuna li jkun arresta bir- raġunijiet ta' l-arrest.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qiegħda l-problema.", "L-aħjar parir li jista' jagħti avukat huwa wara li jkun jaf x'inhuma l- akkużi.", "Fil-fatt, fil-prattika bħalissa jiġri li minkejja li l-avukat ma jistax jassisti, la qabel u lanqas wara l-interrogatorju, l-akkużi jsir jaf bihom hekk kif l-arrestat jitressaq il-qorti, għax huwa f'dan il-ħin li l-pulizija tippreżenta l-akkużi.", "L-avukat jista' jitlob kopja ta' l- istatement ta' l-akkużat meta jrid u minn hekk tibda l-istrateġija tad- difiża tiegħu.", "Dak huwa l-aqwa mument meta l-avukat jista' jagħti l-pariri lill-klijent tiegħu għax ikun jaf eżattament x'inhuma l-akkużi.", "Normalment ma jkunx hemm akkuża waħda imma jkun hemm akkużi relatati, akkużi li mbagħad jassorbixxu ruħhom f'akkużi oħra, imbagħad dak li jirriżulta jirriżulta u dak li ma jirriżultax ma jirriżultax.", "Jista' jirriżulta kollox u jista' ma jirriżulta xejn.", "Jistgħu jirriżultaw nofs l-akkużi u l- akkużat jiġi lliberat min-nofs l-ieħor.", "Dan huwa l-aqwa mument meta l- avukat jista' jagħti l-pariri tiegħu.", "Meta l-avukat se jiltaqa' għal siegħa mal-klijent tiegħu, se jkun at the mercy of his client għax hu biss ikun jaf x'għamel.", "L-avukat ma jkunx jaf jekk dak li għamel il-klijient tiegħu jmurx kontra xi dispożizzjoni tal- Kodiċi Kriminali, għax ma jkollux is-sostenn ta' l-informazzjoni mill- uffiċjali tal-pulizija li jkunu se jinterrogaw lill-persuna arrestata.", "Allura l-avukat ikollu joqgħod fuq l-informazzjoni li tagħtih il-persuna arrestata, probabbilment abbażi ta' l-informazzjoni li tkun ħadet fil- mument meta tkun ġiet arrestata, meta l-uffiċjal tal-pulizija li arrestaha jkunu taha r-raġunijiet, mhux l-akkużi, għaliex tkun ġiet arrestata.", "Jien naħseb li dan hu unfair għax m'hemmx rimedju.", "Jien nifhem li bil-liġi kollox jista' jsir u dak li jgħaddi bil-liġi huwa legali, naturalment bis- salvagwardji kostituzzjonali.", "L-uniku rimedju li jeżisti huwa hawnhekk fil- parlament, Sur President.", "Nittama li din il-liġi ma tgħaddix kif inhi, għax jekk jiġri hekk se jkun hemm piż kbir fuq l-avukat ta' l-arrestat li f'siegħa jrid jagħti l-pariri lill-klijent tiegħu.", "Jista' jkun li l-avukat ma jkollux bżonn siegħa biex jagħti l-pariri tiegħu, imma jista' jkun ukoll li jkollu bżonn ħafna aktar minn siegħa.", "Jien m'għandix dubju li l-uffiċjali tal-pulizija m'humiex se joqogħdu bl-istopwatch jaraw meta bdiet u meta spiċċat is-siegħa!", "(Interruzzjonijiet) Pero' iva, il-fatt li qiegħed jiġi stabilit li l-avukat ta' l-arrestat għandu siegħa ċans biex jagħti l-pariri legali tiegħu fuq l- informazzjoni li jkun tah l-istess arrestat, qiegħed jitfa' pressjoni żejda fuq l-avukat difensur.", "Probabbilment dak il-ħin l-uffiċjal prosekutur ma jkollux idea ta' x'inhuma l-akkużi fil-konfront tal-persuna arrestata għax l-investigazzjonijiet ikunu għadhom għaddejjin u iktar ma dawn japprofondixxu, iktar jistgħu jitfaċċaw indikazzjonijiet ta' twettiq ta' reati oħra li f'dik is-siegħa l-avukat ma jkunx qiegħed f'pożizzjoni li jagħti pariri dwarhom.", "Jiġri mbagħad li l-avukat jgħid lill-arrestat biex jitkellem dwar ċerti affarijiet imma jibqa' sieket dwar oħrajn, u meta eventwalment jara l- akkużi għall-ewwel darba, jgħid li hu mexa fuq l-informazzjoni li tah l- imputat u li kien mingħalih li l-klijent tiegħu se jiġi mixli b'żewġ reati u mhux b'xi sitta.", "Pero' il-pariri legali li l-avukat ikun ta f'dik is- siegħa jistgħu jkunu determinanti fil-mod ta' kif il-każ jiġi deċiż tlieta jew erba' snin wara.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma we are neither here nor there.", "Jiena ma rridx ngħid li din ir-rule of inference għandha tiġi eliminata, imma jekk se tgħaddi kif inhi ...", "(Interruzzjonijiet) Qiegħed nieħu pjaċir li l-ministru jinsab lest li jerġa' jikkonsidraha fl-istadju ta' Kumitat.", "Teżisti wkoll il-kwestjoni li persuna arrestata jista' jkollha problemi biex tikkomunika ma' l-avukat tal-fiduċja tagħha, fis-sens li din tista' tagħtih informazzjoni ħażina.", "Mhux l-ewwel darba li meta aħna l-avukati nkunu qegħdin nitkellmu ma' persuna akkużata bit-twettiq ta' xi reat, ma nkunux nistgħu nifhmu eżattament xi tkun trid tgħid.", "U biex insolvu dawn id- diffikultajiet ta' komunikazzjoni se jkollha biss ċans ta' siegħa!", "Din hi l-preokkupazzjoni kbira li qiegħda turi l-oppożizzjoni, u cioe` il-piż li se jintefa' fuq l-avukati.", "Jiena nixtieq inkun naf jekk sarux xi konsultazzjonijiet mal-kamra ta' l-avukati dwar dan il-punt, pero' ma jidhirlix għax nifhem li l-kamra ma tantx tinsab ferħana b'dawn l- iżviluppi.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward dan li qiegħed jgħid l-Onor.", "Gulia, irrid ngħid li dan huwa meħud kważi kelma b'kelma mit-test adottat fl-Ingilterra.", "(Interruzzjonijiet) Anke f'każ ta' silence of the accused, għandhom ukoll ir-rule of inference u issa se jintroduċu affarijiet oħra.", "Din aħna ppubliblikajniha bħala white paper, intbagħtet lil diversi persuni u rċevejna bosta kummenti, fosthom anke mill-kamra ta' l-avukati, li fir- rigward tar-rule of inference ma kkummentatx bil-mod li qiegħed jispjega l- Onor. Gulia.", "Dan kien eżerċizzju wiesa' ta' konsultazzjoni, Sur President.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-Ministru qed jirriferi għall-criminal procedure and investigations act ta' l-1996 ta' l-Ingilterra, li pero' hija ħafna iktar kwalifikata.", "Se naqra testwalment minn sezzjoni 5 - disclosure by accused - fejn jingħad li:", "\".... requires the accused to give a statement to the courts and to the prosecutor in certain circumstances\".", "(Interuzzjonijiet) Dażgur li jagħmel sens!", "Dan jgħin lill-imputat meta jasal biex jieħu deċiżjoni dwar parir legali u jgħin ukoll lill-avukat.", "Bil-mod ta' kif qiegħda tiġi proposta l-liġi li għandna quddiemna, l-unika informazzjoni li l-avukat jista' jieħu hija dik li jagħtih il-klijent, li m'huwiex il-persuna idonea biex tgħaddi dik it-tip ta' informazzjoni għax m'huwiex persuna legali, sakemm ma jkunx xi hardened criminal li jkun ilu li tgħallem idur mal-liġijiet u jkun jaf x'għandu jagħmel u ma jagħmilx.", "Pero' fil-maġġoranza tal-każi ma jkunx hekk.", "Il-liġi Ingliża tagħmilha ċara li:", "\"The prosecutor will have given the accused certain information about the case put forward by the prosecution. \".", "Mhux talli hekk, talli tgħid li l-qorti għandha d-dritt li anke jekk ikun hemm xi differenza bejn l-istatement tad-difiża u l-fatti li joħorġu wara mix-xhieda, tara l-extent tad-differenza qabel tibda tinferixxi.", "(Interruzzjonijiet) Iva, il-liġi Ingliża tippostula l-obbligu li wieħed jevalwa.", "GĦalina dan huwa kardinali u l-Ministru għandu jikkonsidra din il-proposta għax tagħmel ħafna aktar sens.", "Daqshekk se ngħid dwar ir-rule of inference.", "L-avukati kollegi tiegħi, b'mod partikolari dawk li jaħdmu kuljum fil-kamp kriminali, bilfors li jilmentaw dwar din ir-regola għax jemmnu li l-mod ta' kif qiegħda tiġi proposta m'huwiex se joħloq bilanċ imma se joħloq żbilanċ kontra l-imputat u favur il-pulizija.", "Probabbilment bħalissa hawn min qed jgħid bejnu u bejn ruħu li peress li jien il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar l-intern, imissni naqbel li jsir dan ħalli l-imputat ikollu inqas ċans li jiżgiċċa!", "Din m'hijiex kwestjoni ta' jekk wieħed jaħrabx mill-ġustizzja jew le imma kwestjoni ta' applikazzjoni ta' l-aqwa regoli ta' fair play.", "Bħala kelliem ewlieni ta' l- oppożizzjoni għall-intern, jien għandi l-obbligu li nassigura li l-miżien ma jxaqlibx kompletament favur il-prosekuzzjoni.", "Ovvjament irrid nara wkoll li ma jmurx kollu favur il-persuna arrestata.", "Huwa għalhekk li jrid ikun hemm bilanċ veru u proprju għax bil-mod ta' kif qiegħda tiġi proposta r-regola ta' l-inferenza f'dan l-abbozz li għandna quddiemna, żgur li dan il-bilanċ m'huwiex qiegħed hemm u għalhekk din ir-regola teħtieġ li jsirilha fine-tuning.", "Jekk hemm bżonn, fl-istadju ta' Kumitat nieħdu division għax aħna verament ninsabu ppreokkupati.", "Irrid ngħid ukoll li dwar dan il-punt ninsabu sostnuti minn diversi membri tal-professjoni legali, Sur President.", "It-tieni aspett tal-kontroversja jitratta dwar il-kwestjoni tad-dritt ta' appell ta' l-avukat ġenerali f'żewġ ċirkostanzi.", "L-avukat ġenerali għandu d- dritt ta' appell ġenerali minn deċiżjonijiet u sentenzi tal-qorti tal- maġistrati u d-dritt ta' appell minn ġuri, liema dritt huwa limitat għall- piena li tingħata.", "Fuq livell personali, rigward it-tieni dritt m'għandi xejn xi ngħid imma rigward l-ewwel dritt ta' appell għandi riservi kbar.", "Anke dwar dan, jekk hemm bżonn aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni ninsabu lesti li fl-istadju ta' Kumitat nieħdu division u nivvotaw kontra, Sur President.", "Imma lura għall-kwestjoni tad-dubju li għandu dejjem imur favur l-imputat, dritt li m'għandniex għalfejn niddubitaw minnu għax ilu jitħaddem għal iktar minn seklu minn żmien Lord Maitland.", "Iva, ilna mis-seklu 18 napplikaw il-prinċipju li l-imputat irid jinstab ħati 'l fuq minn kull dubju raġonevoli.", "Jekk ikun hemm dubju, irid bilfors imur favur l-imputat għax is-sens komun jiddetta li allaħares il-ħati jinstab li huwa innoċenti u jiġi lliberat, imma agħar minn hekk allaħares persuna innoċenti tinstab ħatja.", "Meta persuna ħatja toħroġ libera dak ikun miscarriage of justice, pero' meta persuna innoċenti teħel sentenza ta' ħabs il-miscarriage of justice ikun ikbar.", "U affarijiet bħal dawn ġieli ġraw u għalhekk huwa importanti li kull dubju jmur favur l-imputat.", "Meta l- ministru se jagħti d-dritt ta' appell lill-avukat ġenerali, ġeneralment fuq deċiżjonijiet tal-qorti tal-maġistrati, li se jiġri hu li dak id-dubju li jkun daħal f'moħħ il-maġistrat abbażi tax-xiehda li tkun ġiet prodotta kemm mill-prosekuzzjoni kif ukoll mid-difiża, jista' jiġi mxellef mill-imħallef fl-istadju ta' appell.", "Mela jew se nemmnu fil-prinċipju ta' in dubio pro reo b'mod assolut, jew inkella se noqogħdu nxellfuh għax l-imħallef jista' jaħseb li m'għandux dak id-dubju fuq l-istess xiehda.", "Normalment il-qorti ta' l-appell tistrieħ fuq ix-xiehda li tiġi prodotta quddiem il-qorti tal-maġistrati, minbarra f'xi każi eċċezzjonali meta l- qorti titlob riproduzzjoni.", "Kif jista' jkun li l-maġistrat jidħollu dubju u jillibera lill-imputat, imbagħad fl-istadju ta' l-appell, fuq l-istess provi, l-imħallef ma jasalx għal dak id-dubju!", "Hawnhekk qegħdin naraw it- tnaqqir ta' dak il-prinċipju.", "Il-ministru u ħafna avukati jistgħu ma jaqblux ma' ċerti deċiżjonijiet tal-qrati, imma b'daqshekk ma jfissirx li wieħed għandu jasal biex jagħmel xi ħaġa bħal din li tagħti lill-avukat ġenerali d-dritt li jappella meta dak il-prinċipju huwa sagrosant.", "Ma rridux niddubitaw minn ċerti prinċipji, mhux għax irridu nkunu konservattivi imma għax aħna kburin li għandna dawn il-prinċipji li dejjem ħadmu u rridu nassiguraw li jibqgħu jaħdmu, Sur President.", "Rigward id-dritt ta' l-appell fuq il-piena li tingħata - jiġifieri f'ġuri u mhux quddiem il-qorti tal-maġistrati - personalment ma nsib l-ebda problema.", "Qiegħed nara żewġ punti kontenzjużi, u qiegħed nieħu pjaċir li l- ministru lest li fl-istadju ta' Kumitat jirrikonsidra l-poteri li l-avukat ġenerali jidher li qiegħed jarroga għalih innifsu.", "Aħna nafu li l-avukat ġenerali għandu ċerti poteri li joħorġu mill-Money Laundering Act, mill- Ordinanza Dwar Mediċini Perikolużi u mill-Medical and Kindred Professions Act.", "L-avukat ġenerali jista' joħroġ investigation order jew attachment order.", "Jista' anke sa xahar qabel ma jibdew il-proċeduri jinvestiga l- proprjeta', il-flus u l-assi biex jassikura ruħu li l-persuna li jkun beħsiebu jressaq il-qorti ma taħbix il-proprjeta` għax imbagħad il-liġi tiġi fil-vojt.", "Aħna qbilna kemm mal-Money Laundering Act kif ukoll mal- Medical and Kindred Professions Act, iżda issa f'daqqa waħda l-gvern ħareġ bil-proposta li l-poteri li għandu l-avukat ġenerali taħt l-ordinanzi li semmejt jistgħu jiġu applikati prattikament għal kull reat li jista' jiġi kommess, basta jkun reat li jġorr miegħu piena ta' iktar minn sena ħabs.", "Dan ifisser li l-avukat ġenerali jista' joħroġ attachment orders, investigation orders fuq il-proprjeta' ta' l-imputat meta dan ikun wettaq reati ħafna inqas serji mill-ħasil tal-flus u mit-traffikar tad-droga.", "Clause 94 ta' dan l-abbozz ta' liġi, li qiegħda żżid artiklu ġdid 435A, tgħid hekk:", "\"Where the attorney general has reasonable cause to suspect that a person is guilty of a relevant offence...\",", "- li tfisser kwalunkwe reat li jġorr piena ta' aktar minn sena ħabs -", "\"....the provisions of the said article 4 shall apply to any investigation order or attachment order applied for or issued by virtue of this sub-article as if it were an investigation order or attachment order applied for or issued under the same article 4....\".", "Il-qorti assolutament m'hijiex imsemmija, jiġifieri l-avukat ġenerali lanqas għandu bżonn tal-qorti.", "L-avukat ġenerali jista' jagħmel dan in konnessjoni ma' offiżi \"cognisable by the courts outside Malta\".", "Qiegħed jingħad li \"the attorney general may apply to the criminal court for an investigation order or an attachment order\".", "Jiġifieri jekk dawk li jkunu ġejjin minn barra jitolbu lill-avukat ġenerali biex jinvestiga, meta dan jara li l-liġi hi fakultattiva - għax ma tgħidx \"shall apply\" imma \"may apply\" - m'huwiex se joqgħod jirriferi għall-qorti kriminali imma jaqbad u jmexxi, anke fuq offiżi konnessi ma' qrati barranin.", "Agħar minn hekk, f'dak li għandu x'jaqsam ma' Malta, l-avukat ġenerali m'għandux il-backing tal-qorti.", "Jien kont se noħroġ iktar b'saħħti dwar dan, imma peress li l- Ministru qal li jinsab lest li jerġa' jirrivedi l-pożizzjoni tiegħu, nistenna sakemm dan isir, Sur President.", "Punt ieħor kontroversjali f'dan l-abbozz ta' hija l-kwestjoni tad-dritt ta' appell ta' l-avukat ġenerali fuq talbiet għal liberta` proviżorja.", "Klawsola 79 tgħid hekk:", "\"Kull min jallega li jkun qiegħed jiġi detenut kontra l-liġi taħt l- awtorita`tal-pulizija jew ta' xi awtorita` pubblika oħra mhux f'dak li għandu x'jaqsam ma' xi reat li dwaru qiegħed jiġi imputat jew akkużat f'xi qorti, jista' f'kull waqt jagħmel rikors quddiem il-qorti tal-maġistrati bħala qorti istruttorja fejn jitlob il-ħelsien tiegħu mill-kustodja.\".", "Il-persuna li tħoss li qiegħda tiġi detenuta b'mod illegali għandha r- rimedju li tagħmel rikors quddiem il-qorti.", "Dan ir-rikors jiġi nnotifikat lill-avukat ġenerali li għandu d-dritt li jwieġeb sa mhux iktar tard mill- ġurnata tas-smigħ tal-kawża.", "Kemm il-persuna arrestata kif ukoll l-avukat ġenerali għandhom l-opportunita` li jressqu l-każ tagħhom quddiem il- maġistrat.", "X'se jiġri meta l-qorti tiddeċiedi li tilqa' r-rikors u l- avukat ġenerali ma jaqbilx ma' dik id-deċiżjoni?", "L-avukat ġenerali jista' fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta jirċievi l-inkartament, jagħmel rikors quddiem il-qorti kriminali sakemm jikseb l-arrest mill-ġdid u l- kontinwazzjoni ta' detenzjoni tal-persuna hekk meħlusa mill-arrest.", "Hawnhekk hawn żewġ problemi, waħda minnhom hi li dan kollu huwa żejjed u minħabba f'hekk l-imputat se jgħaddi minn martirju, fejn l-ewwel jiġi meħlus u mbagħad f'daqqa waħda terġa' titteħidlu l-liberta`.", "Ovvjament jista' jkun hemm raġunijiet validi għaliex isir dan pero' l-persuna arrestata, fl-istadju ta' appell m'għandhiex l-istess dritt li għandha quddiem il-maġistrat – naħseb li l-kwestjoni hawnhekk hija waħda ta' fine- tuning – għax fejn quddiem il-maġistrat għandha d-dritt li tagħmel il-każ tagħha viva voce, fl-istadju ta' appell m'hemmx rimedju biex il-każ jinstema'.", "Jien ngħid li allaħares din il-klawsola tgħaddi kif inhi.", "Hawnhekk qiegħed jingħad li fuq rikors magħmul mill-avukat ġenerali quddiem il-qorti kriminali, jista' jinkiseb mill-ġdid l-arrest u l-kontinwazzjoni tad-detenzjoni tal-persuna hekk meħlusa mill-arrest.", "(Interruzzjonijiet) Mela għalfejn qiegħed jingħad li quddiem il-qorti tal-maġistrati jrid ikun hemm is-smigħ, imbagħad quddiem il-qorti ta' appell m'huwiex ipprovdut li jrid ikun hemm is-smigħ?", "Jiena naħseb li l-Ministru jaqbel li għandu jingħata s-smigħ.", "(Interruzzjonijiet) Allura jekk din se tiġi rranġata m'għandux ikun hemm problemi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk jiġi deċiż li l-persuna akkużata għandha tinħeles minkejja l-appell, din se tinħeles.", "Dan skond il-Code of Organisation and Civil Procedure li jgħid li digriet favur il-liberta` għandu jiġi applikat mill-ewwel, anke quddiem l-appell.", "Il-punt li qiegħed iqajjem l-Onor.", "Gulia huwa dwar jekk hemmx xi obbligu li l-qorti ta' l-appell tisma' l-każ.", "Hawnhekk m'hawn xejn li jgħid li le, iżda l-Onor.", "Gulia qiegħed jgħid li jmissu jkun hemm.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Hemm diversi punti oħra kontenzjużi, Sur President.", "Hemm bżonn ukoll li jsir fine-tuning tal-mod ta' kif isiru r-rinviji.", "Impossibbli biex nagħmel riferenza għall-affarijiet kollha li nsibu f'dan l- abbozz ta' liġi - naf żgur li l-kollegi tiegħi se jagħmlu dan u anke b'mod iktar partikolarizzat - għax qiegħed ikolli nitkellem ftit dwar ħafna biex kemm jista' jkun nolqot l-abbozz kollu.", "Ngħaddi issa biex nirriferi għal aspett kontroversjali li dwaru l- oppożizzjoni tinsab imħassba ħafna.", "Fost ir-reati ġodda li qegħdin jinħolqu hemm dak tat-tixwix għal mibegħda razzjali.", "Din hija idea tajba għax jekk naħsbu li f'pajjiżna m'hawnx min għandu mentalita` razzista nkunu qegħdin niżbaljaw bil-kbir.", "Jista' ikun li l-preġudizzju m'huwiex daqshekk fid-deher daqs f'pajjiżi oħra - forsi anke għaliex m'hawnx dak l-influss qawwi ta' refuġjati jew barranin minn ċerti pajjiżi - pero' din il- mentalita` teżisti.", "GĦalhekk jien ngħid li din il-provision fil-liġi kienet well-timed li tidħol.", "Ir-reat jirriferi għal tixwix għal mibegħda razzjali, fis-sens li wieħed jinstiga u jħajjar mibegħda razzjali, pero' l- att razzista m'huwiex reat.", "X'inhu att razzista?", "Jista' jingħata tifsira?", "Jekk se jkun hemm problema dwar kif dan se jiġi definit, xorta waħda se tinqala' l-problema ta' tixwix għall-mibegħda razzjali għax wieħed xorta jrid jipprova li dik l-imġiba wasslet għar-razziżmu.", "Dan ifisser li se jkun hemm problema ta' definizzjoni li forsi tkun tista' tiġi rranġata mill- qrati stess, anke bil-ġurisprudenza.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar \"incitement towards racial hatred\" u mhux dwar \"the act of racial incitement.\"", "Jiena naħseb li fl-istadju ta' Kumitat għandna naraw kif nistgħu nammeljoraw dan, dejjem jekk il-Ministru jaqbel mal-punt li qiegħed inqajjem jien, Sur President.", "Reat ġdid ieħor li qiegħed jinħoloq huwa dak ta' l-isfruttament kummerċjali tal-minuri bil-pornografija.", "Filwaqt li napprezza li f'dak li għandu x'jaqsam ma' traffikar illegali ta' persuni l-Ministru qed jipprovdi biex il-Probation of Offenders Act ma tibqax tapplika, jien naħseb li għal reat oxxen bħal dan la għandha tapplika sentenza sospiża u lanqas probation order.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar pornografija ta' adulti imma dwar pornografija ta' tfal innoċenti li jistgħu faċilment jiġu sfruttati għax huma helpless.", "Min jisfrutta lit-tfal m'għandux ikollu l- opportunita` li jeħles mill-att li jkun għamel b'xi sentenza sospiża jew b'xi probation order.", "Naħseb li l-kwestjoni tal-massimu ta' sitt xhur għandha tiġi riveduta, filwaqt li għandha tiġi kkonsidrata l-possibbilta` li l-piena tiżdied ħalli jitqawwa l-element ta' deterrent.", "Fir-rigward ta' dan ir-reat, laqatni l-fatt li hemm cutting line ta' l- eta`ta' 12-il sena.", "Dan ifisser li l-pornografija ta' tfal ta' ħames snin se tiġi ttrattata l-istess bħall-pornografija ta' tfal ta' 11-il sena.", "Jien naħseb li għandna nipprovdu mekkaniżmu fejn l-eta`tonqos aktar filwaqt li għandu jkun hemm l-aggravju, għax hemm differenza bejn l-isfruttament ta' persuna ta' 12-il sena u l-isfruttament ta' persuna ta' ħames snin.", "Fl- opinjoni tiegħi, meta l-isfruttament isir fuq persuni ta' eta` verament tenera, għandu jkun hemm l-aggravji.", "Rigward ir-reat ġdid ta' trasmissjoni u komunikazzjoni ta' mard infettiv bħall-AIDS, l-oppożizzjoni taqbel pjenament.", "Naqblu wkoll dwar ir-reat ta' moħqrija u traskuraġni ta' tfal taħt it-12-il sena.", "Rigward l-użura, kont xettiku dwar jekk dan l-att għandux ikun punibbli.", "Il-biża' tiegħi hi li l- element ta' riskju għal min ikun qiegħed f'dan in-negozju tant se jiżdied li l-piz fuq il-vittma se jikber permezz ta' rati ta' imgħax iktar għoljin.", "Dan minħabba l-fatt li issa r-riskju waqa' iktar fuq il-vittma peress li din l-imġiba saret reat u hija punibbli.", "Imma minkejja dan, għalkemm hemm rimedju ċivili, tajjeb li jkun hemm piena u tajjeb li dan ir-reat jiġi sanzjonat taħt il-kodiċi penali.", "Rigward it-traffikar illegali ta' persuni lejn u minn hawn Malta, kien hemm bżonn li dan isir reat.", "Huwa fatt magħruf li dan in-negozju kbir qiegħed isir b'mod iktar frekwenti u jiena għandi suspett li anke xi uffiċjali pubbliċi huma involuti fit-trasportazzjoni ta' immigranti illegali.", "Minn hawnhekk insostni li jekk dawn jaħsbu li aħna l-membri ta' din il-Kamra ma nafux x'inhu għaddej, sejrin żball, u mhux aħna biss nafu imma anke l- ġurnalisti.", "Tajjeb li ngħid dan ħalli min qiegħed jismagħni u huwa involut f'dan l-aġir illegali, li llum hu kriminuż, ikun jaf li aħna nafu x'inhu għaddej.", "Naqbel mal-Ministru meta jgħid li multa ta' Lm10,000 hija baxxa u hemm bżonn li jkun hemm deterrent ikbar.", "Il-piena ta' ħabs ta' bejn sitt xhur u ħames snin tidher li hija tajba.", "Nittama li l-minimu tal-qrati jiżdied ftit iktar biex jitqawwa aktar l-element ta' deterrent.", "Dwar iż-żieda fil-pieni aħna bħala oppożizzjoni naqblu magħha perfettament pero` xorta nibqa' xettiku dwar l-element ta' deterrent.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-minimu huwa kemmxejn baxx.", "Aħna nafu li l-piena tista' tkun riformatorja, jiġifieri biex tbeżża' lill-kriminal potenzjali milli jikkommetti reat, jew retributtiva, jiġifieri l-persuna li tinstab ħatja jkollha tħallas għall-aġir tagħha.", "Allura meta din il-Kamra se żżid il- piena għal ċerti reati m'hijiex qiegħda tolqot l-aspett riformatorju imma l- element ta' deterrent u l-element retributtiv.", "Jien ninsab xettiku pero' mhux għax ma naqbilx mal-mod ta' kif żdiedu l-pieni.", "Ġeneralment il-pieni żdiedu bi tliet xhur jew forsi sena, jiġifieri m'hemmx differenzi enormi bejn il-mod ta' kif qegħdin japplikaw il-pieni bħalissa u l-mod ta' kif qegħdin jiġu proposti hawnhekk.", "Jien żgur se nibqa' xettiku, anki jekk dawn il-pieni jiżdiedu b'mod estensiv.", "Sfortunatament il-kriminalita` qiegħda hemm u huwa impossibbli li wieħed jeradikaha kompletament.", "Jiżdiedu kemm jiżdiedu l-pieni, jien xorta nibqa' xettiku għax il-problema tal- kriminalita` xorta se tibqa' teżisti, Sur President.", "Jien nara li mhuwiex realistiku li filwaqt li żdiedu ħafna pieni, fil-każ tas-serq il-piena baqgħet ma żdeditx.", "Żdiedu l-pieni għal omiċidju involontarju, għal offiża gravi involontarja, għal serq, omiċidju jew offiża gravi fuq l-anzjani, għal miżappropjazzjoni u għal frodi...", "Kull xahar jien nagħmel monitoring permezz ta' interpellanzi parlamentari dwar il-kriminalita`, biex nara x'qiegħed jiġri u jekk din tkunx qiegħda tiżdied jew tonqos.", "Jien nixtieq li mil-lum 'il quddiem ir-reati jiġu kklassifikati, fis-sens li nibdew inkunu nafu eżattament kemm twettqu hold- ups, omiċidji, wilful damage to property u serq.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn l- istatistika tul is-snin naraw li s-serq ordinarju tops the list - f'xahar partikolari kellna 850 serqa, inkluż każi ta' snatch and grab - u fil-fatt il-kriminalita` tidher li qiegħda tiżdied minn sena għall-oħra proprju minħabba dan ir-reat.", "Huwa proprju għalhekk li jien niskanta li filwaqt li qegħdin inżidu l-pieni għal bosta reati, għall-iktar reat komuni l-piena baqgħet l-istess.", "Veru li r-reat tas-serq huwa ordinarju, pero' fl-għoti tal-piena hemm bżonn ta' element ta' deterrent u element retributtiv la s- serq qiegħed jitwettaq ta' spiss.", "GĦalhekk naħseb li din iż-żieda fil-piena għar-reat ta' serq għandha tiġi kkonsidrata fl-istadju ta' Kumitat ħalli dan l-abbozz ta' liġi jkun verament jirrifletti l-ħtiġijiet tal-lum.", "Aħna nafu li s-serq sar pjaga għax kull xahar jitwettqu mill-inqas 700 serqa - u dawn huma biss dawk li jiġu rrapportati lill-pulizija - għalkemm fir- realta` żgur li naqbżu din iċ-ċifra.", "GĦalhekk nemmen li fil-każ ta' dan ir- reat għandna nenfasizzaw l-element ta' deterrent u l-element retributtiv.", "Rigward il-kwistjoni tar-riċettazzjoni li qajjem il-Ministru, din hija a grey area.", "Huwa veru li l-ġurisprudenza ppruvat tidħol iktar fil-fond ta' dan ir-reat.", "Li laqatni hu li fi klawsola 62, dan ir-reat qiegħed jiġi deskritt hekk:", "\"Kulmin, malli jsir jaf li xi ħaġa li tkun fil-pussess tiegħu tkun ħaġa misruqa jew ħaġa meħuda b'qerq jew akkwistata b'reat, jonqos li jgħarraf lill-pulizija b'dak il-fatt fi żmien ġimgħa minn meta jkun hekk sar jaf, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta' priġunerija għal żmien mhux iżjed minn tliet xhur jew multa.\"", "Fil-Kodiċi Kriminali, il-proviso għal artiklu 334 jaqra hekk.", "\"Iżda il-ħati ta' wieħed mid-delitti msemmijin f'dan l-artiklu jiġi meħlus mill-piena, kemm-il darba, qabel xejn ma tibda titmexxa ebda proċedura kriminali kontra tiegħu u fi żmien tlitt ijiem minn dakinnhar li jkun laqa' għandu, xtara jew indaħal fix-xiri, fil-bejgħ jew fit-tmexxija tal-ħaġa bħal ma jingħad hawn fuq, jagħti f'idejn l- awtorita` kompetenti l-ħwejjeġ milqua, mixtrija, mibjugħa, jew li jkun mexxa, u jikxef l-awturi tar-reat.\".", "Hawnhekk jew teżisti kontradizzjoni jew inkella l-artiklu li qegħdin nippruvaw nintroduċu huwa superfluwu.", "Dan minħabba l-fatt li diġa' jeżisti dan il-proviso li jaħseb biex jgħid li meta persuna ssir taf li l-oġġetti li għandha fil-pussess tagħha huma misruqa, għandek tlitt ijiem ċans, minn dakinhar li tkun laqgħet għandha dawk l-oġġetti, biex tirrestitwixxihom.", "Issa jista' jkun Ii l-persuna ma tindunax mill-ewwel li l-oġġetti li għandha huma misruqa.", "(Interruzzjonijiet) Imma meta persuna ssir taf b'dan, għandha l-obbligu li tinforma lill-awtoritajiet.", "Jien jidhirli li l-qrati dejjem interpretaw lil dan il-proviso bħala li jrid ikun hemm ix-xjenza li....", "(Interruzzjonijiet) Fl-istadju ta' Kumitat irridu naraw kif dan jista' jiġi mtejjeb.", "Din hija kwestjoni ta' fine-tuning.", "Sur President, irrid nagħmel riferenza wkoll għas-setgħat tal-pulizija.", "Jien naħseb li dan li qegħdin naraw hawnhekk huwa prattikament riproduzzjoni tal-white paper dwar il-kodiċi tal-pulizija ta' Awissu ta' l- 1997 u ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-pulizija ta' Malta tas-7 ta' Jannar ta' l-1998, li kienu ġew imfassla taħt l-aħħar amministrazzjoni Laburista.", "Aħna konna nippreferu li dan il-pjan li kellu l-gvern Laburista jiġi attwat milli ġew identifikat l-iktar partijiet importanti ta' dak l-abbozz, u ġew inklużi f'dan li għandna quddiemna biex eventwalment jiġu inklużi fil- Kodiċi Kriminali.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li is-setgħat tal-pulizija jinkludu t-twaqqif u l-perkwiżizzjoni, il-kontrolli fit-toroq, id-dħul, il- perkwiżizzjoni, il-qbid b'mandat minn maġistrat u l-qbid mingħajr mandat, iż-żamma, l-arrest u d-detenzjoni, iż-żamma tad-drittijiet tal-persuna u t- teħid ta' kampjuni u ta' marki tas-swaba.", "Dan kollu li qiegħed jiġi ntrodott f'dan l-abbozz ta' liġi kien kollu mfassal taħt l-aħħar amministrazzjoni Laburista, u aħna dan naqblu miegħu, proprju għaliex aħna l-periti ta' dawn is-suġġerimenti.", "(Interruzzjonijiet)", "Dażgur li biddilna xi affarijiet fir-rigward ta' l-inferenza!", "Aħna ma naqblux mar-rule of inference, almenu ma' kif qiegħda tiġi proposta hawnhekk.", "Żgur li f'dak li għandu x'jaqsam maż-żamma tad-drittijiet tal- persuna, aħna ma naqblux.", "Hi ħasra li dan il-gvern ma segwiex il-ħsieb ta' l-aħħar gvern Laburista, u cioe` li jkun hemm abbozz ta' liġi ad hoc dwar il-kodiċi tal-pulizija għax minħabba f'hekk, l-oġġettivi tal-pulizija, il- kondizzjoni tagħhom, il-mod ta' kif isiru l-ħatriet, konsultazzjonijiet dwar transfers, il-promotion board, id-dixxiplina u d-dmirijiet tal-korp tħallew barra, bħalma tħallew barra wkoll ir-reati ta' interferenza mal- privatezza u dawk ir-reati kollha li għandhom x'jaqsmu mat-telefons, liema reati jkunu soġġetti għall-interċettazzjoni telefonika.", "Hija verament sfortuna li l-Ministru qiegħed jaċċenna li se jinkludi dawn kollha f'abbozz ta' liġi ieħor meta setgħu faċilment iddaħħlu f'dan li għandna quddiemna, sabiex ikollna strument legali wieħed li jkun jinkorpora s-setgħat u d- dmirijiet kollha tal-pulizija.", "MR SPEAKER: Onor. Gulia, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Iva, nibqa` in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra xtaqt nirrapporta progress fil-kumitat li jien nippresedi, fejn l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti ġie mgħoddi b'emendi.", "Grazzi.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "Mr SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għall-lejla, 4 ta' Lulju 2001, fis-6.00 p.m., b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, it-Tieni Qari kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali, it-Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation, it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-iżvilupp, it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti, it-Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż, kontinwazzjoni.", "Quddiem il-Kumitat permanenti għall-Kunsiderazzjoni ta' l-Abbozzi tal- Liġijiet:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni t'Art tal-Gvern;", "Abbozz ta' Liġi dwar ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għas-Sistema ta' Riservazzjoni Komputeriżżata;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impjiegi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, bħalma għamel l-Onor.", "Mario Galea nhar it-Tnejn li għadda, inħossni fid-dmir li nsellem lil Mario Muscat li minkejja li qatt ma' kien membru f'dan il-parlament - kien ikkontesta l- elezzjoni ġenerali ta' l-1987 iżda ma kienx ġie elett - permezz ta' strutturi oħra fil-politika rnexxielu jagħti servizz lil pajjiżu.", "Kont bqajt tant impressjonat b'dan il-ħabib tagħna kif minkejja li kien tant viċin il-kurituri tal-poter – u proprju sa ftit xhur ilu kien għadu jaħdem fi ħdan il-Partit Nazzjonalista - wara ħafna riflessjoni għażel li jissieħeb ma' l-Ordni Dumnikana biex mill-ġdid ikun jista' jagħti servizz lil ħaddieħor b' mod tassew Kristjan.", "Lil Mario nista' niddeskrivieh bħala kostitwent u pazjent tiegħi, anke jekk qatt ma kellimni dwar xi problemi li seta' kellu.", "Nista' niddeskrivieh ukoll bħala kollega tiegħi, għax kien miegħi fil-moviment taż-żgħażagħ tal- Partit Nazzjonalista wara l-elezzjoni ġenerali ta' l-1987.", "Xi ħaġa li kienet tispikka f'dan il-bniedem kienet il-kapaċita` li jaħseb b'mod totalment differenti mill-maġġoranza tan-nies.", "Kien kapaċi jħares 'il quddiem b'mod li frankament ngħid li rari ltqajt ma' persuna li ħalliet daqstant impressjoni fuqi, bniedem b'kapaċitajiet enormi iżda b'umilta' liema bħalha.", "Fuq kollox lil Mario niddeskrivieh bħala ħabib.", "GĦalkemm bħala tabib naf ħafna nies li sfortunatament ħallewna, din hi l-ewwel esperjenza tiegħi fejn ġiet nieqsa persuna ta' l-istess eta` tiegħi, persuna tant viċin tiegħi, Sur President.", "Naqleb is-suġġett u nsemmi li l-bieraħ attendejt għal dibattitu fl-isptar il-ġdid immexxi mill-prim ministru.", "Fil-qasam tas-saħħa - u hawnhekk nikkwota mill-kitba ta' Paul Cassar:-", "\"There is an unbroken record of the existence of a general hospital in Malta since the mid-fourteenth century.", "The earliest was the Santo Spirito hospital at Rabat, to be followed by the Holy Infirmary of the Order of St. John at first at Birgu and later in Valletta, the women's hospital and the civil hospital, both at Valletta, and the central civil hospital at Floriana.\"", "Sa minn nofs is-seklu 14, f'pajjiżna dejjem kien hawn sptar ġenerali.", "Imma li hu impressjonanti huwa l-fatt li minkejja li fl-1878 kien inħass il- bżonn li jinbena sptar ġdid, l-isptar San Luqa beda jiffunzjona biss fl- 1948, jiġifieri 70 sena wara.", "L-ewwel flus li kienu ġew ivvotati għal dan l-isptar kienu Stg.75,000, mogħtija fl-1927 mill-gvern immexxi minn Sir Ugo Mifsud.", "Wieħed jista' jara kif tul is-snin fil-qasam tal-mediċina irriżulta tant titjib.", "Filwaqt li per eżempju fl-1960 l-infant mortality rate kienet ta' 38.35, fl-1997 din niżlet għal 6.42.", "Fir-rigward tal-life expectancy, filwaqt li fl-1960 raġel kien mistenni li jgħix sa 66.5 sena u mara kienet mistennija li tgħix sa 70.9 sena, fl-1996 l-eta` għall-irġiel telgħet għal 75 sena u dik tan-nisa telgħet għal 80 sena.", "Dawn iċ-ċifri huma viċin ħafna taċ-ċifri fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u juru kif mill-1960 sal- lum, il-kwalita` tal-ħajja u s-servizz mediku baqgħu dejjem jitjiebu, primarjament permezz ta' l-isptar San Luqa.", "Issa għaliex teżisti l-ħtieġa ta' sptar ġdid, Sur President?", "Nista' nikkwota minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt f'dawn l-aħħar ġimgħat, fejn per eżempju minn mistoqsija 23167 jirriżulta li bejn Jannar u Ottubru tas-sena li għaddiet saru 20,627 operazzjoni, medja ta' 2,063 fix- xahar.", "Quddiem dawn iċ-ċifri, wieħed jista' japprezza li fl-isptar San Luqa, bil-limitazzjoni ta' spazju b'kollox, isiru l-mirakli.", "Wieħed jista' japprezza dan b'mod iktar preċiż meta jara l-operazzjonijiet li jsiru fil- qasam ta' l-ortopedija waħdu – u nikkwota minn mistoqsija parlamentari 23330 - wieħed minn żewġ oqsma fejn l-iktar Ii hemm waiting list twila għall-operazzjonijiet, primarjament għall-hip-bone replacement, li mhijiex meqjusa bħala operazzjoni urġenti.", "Qasam ieħor fejn hemm waiting list twila għall-operazzjonijiet huwa dak ta' l-oftalmoloġija, partikolarment għat-tneħħija tal-katarretti, li wkoll mhijiex meqjusa bħala operazzjoni urġenti.", "Insomma, kważi kważi nistgħu ngħidu li l-waiting lists jeżistu f'dawn iż-żewġ dipartimenti ta' l-isptar San Luqa u xejn iktar, Sur President.", "Meta fi Frar li għadda staqsejt lill-ministru jekk in-numru ta' sigħat ta' surgery fl-oqsma ta' l-ortopedija u ta' l-oftalmoloġija jistgħux jiżdiedu, ir-risposta li ngħatajt kienet li fil-preżent id-dipartimenti ta' l- ortopedija u ta' l-oftalmoloġija qegħdin jaħdmu l-massimu tagħhom u li jeżistu ċerti fatturi li jirrestrinġu milli jsiru iktar operazzjonijiet, bħal per eżempju d-disponibilita` ta' sodod fis-swali.", "Quddiem dan kollu wieħed jista' jifhem aħjar il-limiting factor li qiegħed iżomm milli jingħata servizz aħjar u immedjat.", "Effetivament kien gvern Nazzjonalista mmexxi minn Sir Ugo Mifsud li fl-1927 kien beda l-proċess tal-bini ta' l- isptar San Luqa.", "Kellu jkun ukoll gvern Nazzjonalista li fl-1995 ta bidu għall-finanzjament tal-proġett għall-bini ta' sptar ġdid, b'Lm1 miljun f'dik is-sena u Lm4 miljun fl-1996.", "L-iżvilupp ta' dan il-proġett tkompla mbagħad fi żmien l-amministrazzjoni Laburista – għalkemm irridu ngħidu li nbidlu l-pjani - fejn fl-1997 reġgħu ġew ivvotati Lm4 miljun, fl-1998 ġew ivvotati Lm5.5 miljun, imbagħad fl-1999 wara li tela' l-gvern preżenti ġew ivvotati Lm8.5 miljun, fis-sena 2000 ġew ivvotati Lm14-il miljun u għal din is-sena ġew ivvotati Lm16-il miljun.", "Minn totat ta' Lm53 miljun li ġew ivvotati għall-bini ta' dan l-isptar il-ġdid, Lm30 miljun ingħataw f'dawn l- aħħar sentejn.", "Qiegħed ngħid dan kollu biex il-poplu jifhem aħjar fejn sejrin it-taxxi li qiegħed iħallas.", "Irrid ngħid ukoll li dawn iċ-ċifri, minkejja li huma għoljin, huma kważi l-istess ċifri li jintefqu kull sena fil-mediċini għaliex f'dawn l-aħħar snin in-nefqa annwali tal-gvern għax- xiri ta' mediċini dejjem laħqet il-Lm15-il miljun, Sur President.", "Wieħed irid jirrimarka li hawn nies li ma jaffordjawx jixtru l-mediċini minħabba problemi finanzjarji, nuqqas ta' xogħol eċċ., u għalhekk jingħataw il-kartuna r-roża.", "Hemm imbagħad bosta persuni li jbatu minn mard kroniku u għaldaqstant huma intitolati għall-kartuna s-safra.", "Is-sena li għaddiet dawn in-nies kienu jgħoddu mat-22,729.", "Bejn l-1991 u l-1999, in-numru ta' persuni li kienu jieħdu l-mediċini b'xejn għax kienu intitolati għall- kartuna s-safra, kienu jlaħħqu bejn 26,000 u 30,000.", "In-nuqqas li rriżulta matul is-sena li għaddiet u din is-sena juri li qegħdin jittieħdu ċerti miżuri biex jitnaqqas l-abbuż.", "Imma minkejja dan it-tnaqqis, in-nefqa tal- gvern f'mediċini baqgħet tiżdied minħabba l-fatt li l-kwalita` tal-mediċini qiegħda dejjem titjieb u l-prezz tagħhom qiegħed dejjem jogħla.", "GĦal mistoqsija parlamentari li kont għamilt f'Jannar li għadda dwar kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar ħames snin f'mediċini u affarijiet anċillari li jintużaw għall-operazzjonijiet, għall-in-patients, għall- investigazzjonijiet radjoloġici u f'depreciation ta' tagħmir mediku, it- tweġiba kienet li s-sistema ta' l-accounting fid-dipartimenti tal-gvern ma tinkludix depreciation u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma teżistix.", "Jien nappella li ladarba qiegħed isir dan l-investiment kollu, ikun tajjeb li wieħed jara kif dan it-tagħmir qiegħed jiġi depreciated matul is-snin.", "Kif kont qed ngħid, s'issa sar investiment ta' madwar Lm53 miljun għall- bini ta' l-isptar il-gdid.", "Il-bieraħ smajna kif dan l-investiment għandu jiġi massimizzat billi l-ewwel oġġettiv ikun il-pazjent.", "F'\"Accanto al malato\" ta' Flavia Caretta u Massimo Petrini, li jittratta dwar kif għandu jkun l-atteġġjament tal-healthworkers vis-à-vis il-pazjent, bażikament l- awturi jinsistu fuq l-attenzjoni li wieħed irid jagħti lill-marid billi jipprova jifhem is-sitwazzjoni li jkun jinsab fiha l-pazjent.", "Dan isir billi l-healthworker jingħata edukazzjoni dwar il-mod ta' kif għandu jiddistingwi bejn is-sofferenza u l-uġigħ ta' pazjent u ieħor.", "Wieħed għandu jisma' lil marid, ikun umli miegħu u jirrispettah anke billi jkun ta' testimonjanza għal dak li jkun għaddej minnu.", "Jekk wieħed iħares lejn ċerti dokumenti li ġew ippubblikati dan l-aħħar, bħal per eżempju d-dokument bl-isem \"Symposia proceedings: patients' rights, reproductive technology transplantation\", li l-editur tiegħu huwa Prof. Maurice Cauchi, isib li l-pazjent għandu jkollu id-dritt:", "\"...to choose whether or not to take part in research or student training and to have access to one's health records which are treated as wholly confidential.\"", "S'issa f'pajjiżna il-pazjent m'għandux id-dritt li jara l-file tiegħu, xi ħaġa li għad trid tiġi rregolata.", "Fil-world health report 2000, minn tant pajjiżi membri tad-WHO u tal-UN, Malta ġiet ikklassifikata fit-tieni post għal dik li hija overall performance, imma f'dak li għandu x'jaqsam ma' responsiveness ġejna kklassifikati fl-44 post. Dan ifisser li f'dan ir- rigward għad hemm ħafna xi jsir.", "Il-kunċett ta' responsiveness għandu x'jaqsam ma' l-informed consent, li jfisser li l-pazjent għandi jiġi informat dwar dak li jkun se jsiru ħalli jkun jista' jiddeċiedi jekk għandux jaċċetta jew le.", "Fil-konferenza li saret il-bieraħ - irriferejt għaliha iktar kmien - l- isptar il-ġdid ġie deskritt bħala a medical village.", "Fil-fatt se jkun hemm kappella u se jkun hemm kmamar b'sodda waħda, anke b'żewġ sodod jew erbgħa.", "Bħalissa l-bini huwa lest u dalwaqt se tibda l-istallazzjoni tal-mekkanika u ta' l-elettriku.", "Huwa interessanti l-fatt li fl-informatika sar investiment ta' xejn inqas minn Lm5 miljun u ġew imħarrġa madwar 1,872 persuna.", "Fil-qasam tal-management ġew imħarrġa madwar 517-il persuna, filwaqt li ġew imfassla sistemi ġodda ta' tmexxija, li diġa' ġew ippruvati fl-isptar Boffa, fl-isptar Mount Carmel u fl-isptar Zammit Clapp.", "Dawn is- sistemi ġodda jinkludu primarjament l-awtonomija tan-nurses fil-wards, fis- sens li jiddeċiedu huma, u b'hekk ikunu iktar konxji ta' kemm jiswew l- affarijiet u ta' kemm huwa importanti li kulħadd jerfa' r-responsabbilta` tiegħu.", "Ir-riżultat ta' dawn is-sistemi li kif għedt diġa' ġew ippruvati, huwa titjib fl-effiċjenza.", "GĦamlu sew il-prim ministru u l-ministru tas- saħħa li nsistew li jkun hemm negozjati mal-unions qabel ma dawn it- tibdiliet fis-sistemi ta' tmexxija jiġu fis-seħħ.", "Tajjeb ukoll li l- ministeru tas-saħħa se jibqa' responsabbli għall-istewardship tal-policies fil-qasam tas-saħħa, għall-investiment ta' riżorsi finanzjarji u għall- kuntratti li jingħataw lil diversi għaqdiet li jipprovdu servizzi, li jiġu deċiżi mill-financial medical services.", "Importanti wkoll li wieħed jifhem li din l-awtonomija se ġġib lil kull sptar f'sitwazzjoni fejn iċ-chief executive u d-diretturi jibdew imexxu flimkien mal-middle u l-lower management.", "Din hija sfida kbira u importanti li teħtieġ il-koperazzjoni tal-unions.", "F'Ottubru ta' l-1988 kien ġie ppubblikat id-dokument \"Report of the working committee on the general practitioners scheme in the Maltese Islands\", li jirrakkonanda li dawk il-GPs li jipparteċipaw fil-health scheme jingħataw grant biex itejbu s-servizzi tagħhom.", "F'dak id-dokument hemm ukoll provvedimenti biex jidħol il-group practice u anke biex ikun hemm locum arrangement, fis-sens li meta tabib ma jkunx jista' jassisti lill-pazjent, ikun hemm tabib ieħor tal-grupp who takes over.", "Dawn ħwejjeġ li l-Partit Nazzjonalista ħaseb fihom appena tela' fil-gvern fl-1987 iżda li sfortunatament intremew għax il-unions m'għarfux il-ħtiġijiet tant neċessarji tas-servizz primarju tas-saħħa biex tant snin wara, fil-\"Policy document on family medicine in Malta\", ippubblikat f'Mejju 1998, insibu lill-Malta college of family doctors jgħid kemm huwa importanti li jkun hemm record-keeping, teamwork u group practice, affarijiet li għaxar snin qabel, l-istess settur tat-tobba kien tant insista biex ma jsirux.", "Jien nappella biex il-unions kollha jpoġġu l-interess tal-pazjent l-ewwel u qabel kollox għax illum il-ġurnata l-mediċina m'għadhiex iddominata mit- tabib imma fortunatament għall-pazjent, il-mediċina hija l-management ta' diversi forom ta' għajnuna u servizzi.", "Anke l-infermiera, il- physiotherapists, ir-radjoloġi, it-terapisti speċjali u l-ispeech therapists iridu jħarsu l-ewwel l-interess tal-pazjent.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 4 ta' Lulju 2001, fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI – KONTIJIET PENDENTI", "26707.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25369, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku u anke sabiex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d- dover tal-gvern li jonformaha, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi, kif ukoll biex il-Kamra tkun assigurata li l- proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Fin-nuqqas li tingħata, jista' jagħti raġuni għala meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna nfiq pubbliku u għaldaqstant il- poplu għandu dritt għaliha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija 26144.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f`dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "AFFARIJIET BARRANIN – KONTIJIET PENDENTI", "26708.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25370, jista' il- Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku u anke sabiex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonformaha, dwar il-pożizzjoni tal- kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi, kif ukoll sabiex il- Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Fin-nuqqas li tingħata, jista' jagħti raġuni għala meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna nfiq pubbliku u għaldaqstant il- poplu għandu dritt għaliha?", "ONOR.", "JOE BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija 25816.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "IL-MOSTA – TRIQ MITROVICH – TWAĦĦIL TA' LAMPI", "26869.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li Triq Mitrovich tkun atrezzata b'dawl adegwat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "ĦAŻ-ŻABBAR – ST.", "PETER'S – TWAĦĦIL TA' LAMPI", "26897.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid f'liema toroq fl-area magħrufa bħala St Peter's f'Ħaż-Żabbar, ser ikunu stallati lampi ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li bħalissa l-korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għat-twaħħil ta' lampi ġodda fil- lokalita' ta' Ħaż-Żabbar, inkluża ż-żona magħrufa bħala St. Peter's. Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.", "IMPJANT TA' SANT ANTNIN - ĦSARAT", "26898.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsarat fl-impjant ta' Sant Antnin?", "Jekk iva, meta se jissewwew?", "X'qed isir mill-materjal li jiġi pproċessat għall- kompost meta l-impjant ma jkunx qed jiffunzjona?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fl-impjant ta' Sant'Antnin ma hemm l-ebda ħsara bħalissa.", "BORMLA – TWAĦĦIL TA' LAMPI", "26899.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Bormla fejn ser ikunu stallati lampi ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li bħalissa l-korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għat-twaħħil ta' lampi ġodda fil- lokalita' ta' Bormla.", "Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.", "L-ISLA – TWAĦĦIL TA' LAMPI", "26900.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid f'liema toroq fl-Isla ser ikunu stallati lampi ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li s'issa l-korporazzjoni Enemalta pproġettat li twaħħal żewġ lampi ġodda fi Triq l-Arkati, l-Isla.", "Dan ma jfissirx li sa tmiem din is-sena ma jistgħux jitwaħħlu aktar lampi f'din il- lokalita'.", "REVENUE - VAT FUQ CANTEENS", "26901.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-VAT mit-tuck shops ta' l-iskejjel u l- canteens tal-fabbriki matul Jannar u Gunju 2001?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Ġunju 2001, id-dħul net tal-gvern taħt l-Att ta' l-1998 dwar taxxa fuq il-valur miżjud minn canteens kien ta' Lm13,163.", "Il-klassifikazzjoniji ta' canteens skond is-sistema NACE ma tispeċifikax jekk canteen hux ta' skola jew post tax-xogħol u għaldaqstant iċ-ċifra msemmija tista' tinkludi dħul minn canteens oħrajn.", "IX-XGĦAJRA – TWAĦĦIL TA' LAMPI", "26902.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq fix-Xgħajra fejn ser jiġu stallati lampi ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li bħalissa l-korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għat-twaħħil ta' lampi ġodda fil- lokalita' tax-Xgħajra.", "Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.", "REVENUE – EXCISE DUTY FUQ PETROL U DIESEL", "26903.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa fuq il-petrol, lead-free petrol u diesel matul Jannar u Ġunju 2001?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul mit-taxxa tas- sisa bejn Jannar u Ġunju 2001 fuq il-prodotti msemmija kien ta Lm3,805,708 mill-petrol, Lm2,354,313 mill-lead-free petrol u Lm2,804,586 mid-diesel.", "REVENUE - VAT FUQ CATERING ESTABLISHMENTS", "26904.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT mill-istabilimenti ta' l-ikel, divertiment u kafeteriji matul Jannar u Gunju 2001?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Ġunju 2001, id-dħul net tal-gvern taħt l-Att ta' l-1998 dwar taxxa fuq il-valur miżjud minn ristoranti u stabilimenti ta' l-ikel, stabilimenti ta' divertiment u bars kien ta' Lm1,737,045, Lm261,139 u Lm309,625 rispettivament.", "IL-FGURA – TWAĦĦIL TA' LAMPI", "26905.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid f'liema t-toroq fil-Fgura ser ikunu stallati lampi ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li bħalissa l-korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għat-twaħħil ta' lampi ġodda fil- lokalita' tal-Fgura.", "Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.", "TALBIET GĦALL-ALLOWANCE TAT-TFAL", "26906.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm –il talba saret għall-benefiċċji tat-tfal minn ommijiet xebbiet bejn Jannar u Ġunju 2001?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali rċieva 162 talba ġdida għall-allowance tat-tfal minn ommijiet xebbiet bejn Jannar u Ġunju, 2001.", "IL-KALKARA – TWAĦĦIL TA' LAMPI", "26907.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Kalkara fejn ser jiġu stallati lampi ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li s'issa l-korporazzjoni Enemalta ipproġettat li twaħħal lampi ġodda fi Triq Agostino Portelli u fi Triq San Ġużepp, il-Kalkara.", "Iżda dan ma jfissirx li sa tmiem din is-sena ma jistgħux jitwaħħlu aktar lampi ġodda f'toroq oħra f'din il-lokalita'.", "KUNSILLI LOKALI - KONTIJIET PENDENTI", "26909.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid liema huwa dawk il-kunsilli f'Malta li għandhom kontijiet pendenti mad-dipartiment ta' l-agrikoltura?", "Kemm huwa l- ammont pendenti għax-xhur minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kunsilli li għandhom kontijiet pendenti huma: H'Attard, Ħal Balzan, il-Birgu, B'Kara, B'Buġa, Ħad-Dingli, il-Flurjana, il- Għargħur, l-Iklin, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Marsaxlokk, l-Imdina, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imtarfa, in-Naxxar, Tal- Pieta, Ħal Qormi, il-Qrendi, Raħal Ġdid, ir-Rabat, Ħal Safi, San Ġiljan, San Gwann, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Santa Venera, is-Siġġiewi, Tas- Sliema, Ta' Xbiex, il-Belt Valletta, Wied il-GĦajn, ix-Xgħajra u Ħaż- Żebbuġ.", "L-ammont pendenti għall-perjodu minn Jannar sa' Ġunju 2001 huwa ta' Lm28,062.78.", "SANTA LUĊIJA – LIĊEO TAL-BNIET – NEFQA KAPITALI", "26994.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti b'mod dettaljat l-infiq kapitali kollu li għamlet id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Mejju 2001 fuq il-liċeo tal-bniet f'Santa Luċija?", "Għall-perjodu msemmi, jista` jqiegħed il-lista ta' pagamenti li saru minn voti kapitali ta' l-istess diviżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħlasijiet li saru s'issa mill-ispiża kapitali għall-junior lyceum tal-bniet f'Santa Luċija hu kif ġej:", "|Sena |Lm | |1995 |50,263 | |1996 |22,534 | |1997 |18,922 | |1998 |11,950 | |1999 |2,989,842 | |2000 |261,455 | |Total |3,354,966 |", "MEDIGRAIN - KUNTRATTI", "26995.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26789, jista' il- Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji oħra fl-aħħar sentejn u nofs li rebħu 26% jew iżjed tal-kuntratti tal-Medigrain għall-provvista ta' qamħ?", "Liema huma dawn il-kumpanniji u kemm rebħu kuntratti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li ma kien hemm ebda kumpannija oħra li matul l-aħħar sentejn u nofs rebħet 26% jew iżjed tal-kuntratti kollha tal-Medigrain.", "FMS - VETTURI", "26997.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biegħetx xi vetturi bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-31 ta' Mejju 2001?", "X'kienu l-vetturi?", "Jista' jgħid b'kemm inbiegħu u lil min inbiegħu, billi jagħti l-isem, il-kunjom u l-indirizz u n-numru tal-karta ta' l-identita' ta' kull persuna li xtrat kull vettura partikolari?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "-------"]} {"filename": "20030205_866d_par.doc", "date": "2003-02-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 866 L-Erbgħa, 5 ta' Frar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 866", "L-Erbgħa, 5 ta' Frar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "866", "L-Erbgħa, 5 ta' Frar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 181", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 181", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` DWAR IT-TRASPORT TA' MALTA", "GĦAS-SENA 2002-2003 185", "AĠĠORNAMENT 209", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 213", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 865 li saret fl-4 ta' Frar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UE – BOLLA TAR-RAĦĦALA, BDIEWA U SAJJIEDA", "38228.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fin-negozjati tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea, il-gvern b'liema kriterju u għal liema raġuni aċċetta li jneħħi nofs is-sussidju tal-bolla tar- raħħala, bdiewa u sajjieda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38176.", "UE - SUSSIDJU LILL-KOPERATIVA ĊENTRALI TAL-BDIEWA", "38229.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fin-negozjati tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea, il-gvern b'liema kriterju u għal liema raġuni aċċetta li jneħħi s-sussidju ta' 4.25% lill- koperativa ċentrali tal-bdiewa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38176.", "UE – KUMMISSJONI LILL-PITKALA", "38230.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: X'se jiġri mill-kummissjoni ta' 1.7% li tingħata lill-pitkala wara s- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Se titneħħa u tispiċċa bħas-sussidju ta' nofs il-bolla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-arranġament li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant dwar il-kummissjoni ta' 1.75% se jibqa' fis-seħħ, naturalment sakemm ma jinbidilx b'miżura jew b'għajnuna oħra li tiggarantixxi dħul xieraq u ġust għall-bdiewa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li d-dokument li ffirma l-gvern u li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jikkonferma li se jispiċċaw kemm is-sussidju ta' nofs il-bolla tas-sigurta` soċjali li jingħata lir-raħħala, bdiewa u sajjieda, kemm is- sussidju ta' 4.25% li jingħata lill-koperativa ċentrali tal-bdiewa, kif ukoll is-sussidju ta' 1.7% li jingħata lill-pitkala, jista' jgħid kemm raħħala, bdiewa, sajjieda u pitkala se jintlaqtu minn din it-tneħħija tas- sussidju mill-għada li pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru jmissu jaf li ġaladarba nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, is-sussidju li llum igawdu minnu r-raħħala, bdiewa, sajjieda u pitkala se jinbidel f'forma ta' għajnuna oħra.", "Jien diġa' kelli l-okkażjoni ngħid li qegħdin nikkonsidraw li jiġu introdotti skemi ta' assigurazzjoni għall-makkinarju li jużaw il-bdiewa u r-raħħala.", "Rigward il-kummissjoni ta' 1.75%, l-Onor.", "Interpellant jaf daqsi li xi żmien qabel ma l-Onor.", "Interpellant sar ministru, koperativa minnhom kienet sabet problema fuq din il-kummissjoni u fil-fatt sal-lum il-pitkala għadhom m'humiex qed jibbenefikaw minnha.", "Ta' min jgħid li din f'sena waħda titla' għal madwar Lm27,000 u bi pjaċir ngħid li issa din l-għajnuna se tibda tingħata u se jingħataw ukoll l-arretrati.", "Fil-fatt se nibdew mis-sena bażi 2001 u jekk Alla jrid, il-ġimgħa dieħla, il-koperativa ċentrali tal- bdiewa se tingħata s-somma ta' Lm27,000 bħala l-ħlas dovut għas-sena 2001.", "Issa hawnhekk irrid ngħid ukoll li kien hawn daqsxejn ta' anomalija, fis- sens li filwaqt li parti mill-ħaddiema tal-pitkalija kienu qed jieħdu għajnuna ta' 8%, għal xi raġuni jew oħra l-koperativa ċentrali tal-bdiewa kienet qed tieħu biss 6.25% bħala għajnuna.", "Meta tneħħi 6.25% minn 8% jibqagħlek 1.75% u allura bi djalogu, koperazzjoni, raġunament u sens komun, wasalna għal ftehim li din il-1.75% tibda tingħata lill-bdiewa wkoll.", "Fil-fatt din il-kummissjoni lill-bdiewa se tibda tingħata b'lura mis-sena 2001, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-verita' hi li hemm bdiewa li l-għada li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni se jitilfu Lm400, u dan għaliex se jitilfu s-sussidju tal-bolla u l-kummissjoni ta' 1.75%.", "Jikkonfermah dan il-Ministru?", "Fil- fatt hemm bdiewa li se jitilfu iktar minn hekk għax se jitilfu Lm600, biċ- ċifra tkompli togħla skond kemm il-bdiewa jniżżlu biegħa fil-pitkalija.", "Terġa` fil-każ ta' GĦawdex, din iċ-ċifra tkompli togħla iktar għax minbarra li se jitilfu dawn is-sussidji li semmejt, il-bdiewa GĦawdxin se jitilfu wkoll is-sussidju tat-trasport, Sur President.", "Għalhekk jista' il-Ministru jgħidilna kif se jiġu affettwati l-bdiewa Maltin u Għawdxin mill-għada li nsiru membri ta' l-Unjoni - il-Ministru m'għandux għalfejn joqgħod isemmi l-assigurazzjoni għax dak suġġett ieħor - meta se jispiċċalhom is-sussidju fuq il-bolla li jħallsu kif ukoll sussidji oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien li nista ngħid huwa li l-għajnuniet li qed jieħdu llum il-bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u l-pitkala se jinbidlu f'għajnuniet oħra li jrendulhom iktar.", "Per eżempju, bi sħubija sħiħa fl-Unjoni, is-sussidju ta' nofs il-bolla li jingħata lill-bdiewa, raħħala u sajjieda se jinbidel f'għajnuna oħra li trendi iktar.", "Anke jekk inħarsu lejn l-ispejjeż tal-bidwi għall-fini tat-taxxa, l-istima qed tinħadem a favur tal-bdiewa għax filwaqt li l-ispejjeż tal-bidwi kienu stmati li jammontaw għal 20% tad-dħul tiegħu, issa dan il-persentaġġ aħna tellajnieh għal 40%, jiġifieri rdoppjajnieh.", "Terġa` jekk bidwi jkollu rċevuti li juru li f'sena partikolari l-ispejjeż ikunu jammontaw għal iktar minn 60% tad-dħul tiegħu, id-dipartiment jistma l-ħlas tat-taxxa fuq dawk l-irċevuti li jkun ta.", "Għalhekk, kif qed naraw, iktar ma jgħaddi ż-żmien, l-affarijiet iktar qed imorru għall-vantaġġ tal- bdiewa, raħħala, sajjieda u pitkala.", "Bl-iskemi li se jiddaħħlu, dawn il- ħaddiema mhux talli mhux se jmorru minn taħt imma talli se jmorru ħafna aħjar.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li bħalissa għaddej djalogu kontinwu bejn il-mexxejja tal-bdiewa u r-raħħala biex nagħmlu pjan li jkun vantaġġjuż għalihom.", "Fil-fatt dawn id-diskussjonijiet ilhom għaddejjin u fi ftit xhur oħra dan il-pjan se jkun lest.", "Rigward l-aspett ta' l-assigurazzjoni, lill-Onor.", "Farrugia ngħidlu li anke fi żmienu kien hemm il-ħsieb li tiddaħħal xi forma ta' assigurazzjoni, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nikkonferma li aħna konna qed naħsbu biex indaħħlu xi forma ta' assigurazzjoni.", "Madanakollu ma konniex qed naħsbu in terms li nneħħu s-sussidju li jingħataw il-bdiewa, raħħala u sajjieda fuq nofs il-bolla li jħallsu.", "U din nagħmilha ċara għax ma nixtieqx li jkun hawn min jaħseb li aħna konna se nagħmlu kif se jagħmlu huma, Sur President.", "Veru li aħna konna qed naħsbu fil-possibbilta` li l-bdiewa, l-irziezet, l- uċuh tar-raba' u s-serer jiġu assigurati, pero` mhux biex inneħħu s- sussidju fuq il-ħlas tal-bolla imma biex nipprovdulhom benefiċċju addizzjonali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mela qegħdin naqblu mija fil-mija, Sur President.", "Aħna qed nipproponu li l-bdiewa u l-familjari tal-bdiewa jiġu assigurati, flimkien mal-makkinarju li jużaw fix-xogħol tagħhom ta' kuljum.", "Issa s- sussidju li qabel kien jingħata biex titħallas nofs il-bolla se jmur fuq din l-assigurazzjoni u l-bdiewa se jħallsu biss kwart ta' kemm tqum din l- assigurazzjoni.", "Hawn ta' min jgħid li l-pajjiżi żviluppati ta' madwar id- dinja - jiġifieri hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-pajjiżi Ewropej biss - kollha għandhom din it-tip ta' insurance u, jekk Alla jrid, fil-każ tagħna, sa l-għada tas-sħubija din l-istrateġija tkun diġa` ddaħħlet u bdiet tiġi implimentata.", "Rigward it-trasport minn Għawdex, aħna qed naħdmu biex indaħħlu sistema oħra minflok dik preżenti, imma qabel xejn irridu nassiguraw li b'din is- sistema l-bdiewa u r-raħħala Għawdxin ma jkunux qed jiġu żvantaġġati.", "Ovvjament qabel ma tiġi introdotta din is-sistema m'hijiex se titneħħa dik preżenti.", "Din titneħħa biss meta nkunu ċerti li bis-sistema l-ġdida, il- bdiewa u r-raħħala Għawdxin m'humiex se jmorru minn taħt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma ġaladarba l-Ministru qed jikkonferma li mill- għada tas-sħubija fl-Unjoni lill-bdiewa se jitneħħilhom is-sussidju li sal- lum qed jingħataw fuq il-bolla u se titneħħielhom il-kummissjoni fuq il- prodotti li jniżżlu fil-pitkalija, jista' jgħid kif qatt seta' jasal għall- konklużjoni li bidwi jaqla' Lm60 minn kull Lm100 ħaxix u frott li jniżżel fil-pitkalija?", "Meta kien qed jagħmel il-kalkoli tiegħu, ikkonsidra li l- bidwi jkollu jaħdem fuq bażi ta' sebat ijiem u jekk għandu serra, irid jiddedika mill-inqas seba' sigħat is-Sibt u ħames sigħat oħra l-Ħadd?", "Ġardinar mad-dipartiment ta' l-agrikoltura li jagħmel dawn is-sigħat xogħol jaqla' medja ta' Lm4,000 overtime fis-sena.", "Nixtieq li l-Ministru jagħmel dawn il-kalkoli ħalli nkunu nistgħu nistabilixxu ċifra għax filwaqt li jingħad min-naħa tal-gvern li l-għaqdiet tal-bdiewa jaqblu li minn kull Lm100 ħxejjex u frott il-bidwi jaqla' Lm60, meta niltaqa' magħhom jien lili jgħiduli li ma jaqblux ma' din iċ-ċifra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien qatt ma nista' nikkonferma li mill- għada tas-sħubija fl-Unjoni, se jkollu jġorr il-piż kollu l-bidwi.", "Veru li se jitneħħewlu s-sussidji u l-commissions imma se jiddaħħlu għajnuniet oħra li huma iktar vantaġġużi, naturalment taħt isem differenti.", "Nerġa` nagħmilha ċara li sa l-għada li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, din l-istrateġija trid tkun iddaħħlet u għalhekk il-bdiewa u r- raħħala jkunu diġa` bdew igawdu mill-għajnuniet il-ġodda.", "Per eżempju, jekk illum il-bidwi qed jibbenefika minn sussidju fuq il-bolla u mill- commission fuq il-bejgħ tal-prodott ...", "Għax fl-aħħar mill-aħħar il- commission x'inhi?", "Kif nafu, meta l-bidwi jieħu l-ħxejjex u l-frott il- pitkalija, ikun irid iħallas lis-sensar talli dan ibiegħlu l-prodotti tiegħu, u huwa hawnhekk fejn tiddaħħal il-commission.", "Fil-preżent din il-commission qed joħroġha l-gvern u allura l-gvern iddeċieda li għandhom jiddaħħlu sistemi alternattivi bi strateġija ġdida, basta dawn l-għajnuniet jibqgħu jingħataw xorta b'mod li jkunu ta' benefiċċju u ta' vantaġġ ikbar għall-bdiewa u r-raħħala.", "Irrid nagħmilha ċara li b'dawn is-sistemi alternattivi, il-bdiewa u r-raħħala mhux talli m'huma se jitilfu assolutament xejn talli se jiggwadanjaw.", "L-Onor.", "Interpellant staqsieni jekk ħadtx inkosiderazzjoni kemm bidwi jqatta' sigħat jaħdem.", "Kulħadd jaf kemm ix-xogħol tal-bidwi huwa iebes u ma nimmaġinax li hawn xi ħadd f'din il-Kamra li jħeġġeġ lil uliedu li jsiru bdiewa.", "Imma għal min ikun trabba fir-raba', ix-xogħol tar-raba' jkun ġo demmu.", "Lin-nies bħal dawn mhux se nistaqsuhom jien jew l-Onor.", "Farrugia kemm jagħmlu sigħat jaħdmu.", "Dawn kapaċi jaħdmulek 24 siegħa kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa.", "Fil-fatt huwa proprjament għax ix-xogħol tar-raba' huwa iebes li l-gvern se jintroduċi din l-istrateġija l-ġdida li semmejt, ħalli lill-bidwi ma nħallsuhx biss tal-produzzjoni imma wkoll talli jieħu ħsieb l-ambjent.", "Imma issa ħalli nkompli nitkellem fuq l-istima ta' l- ispejjeż tal-bdiewa, Sur President.", "F'pajjiżna sar ċensiment li fih ipparteċipaw il-bdiewa u fost id- dikjarazzjonijiet li għamlu, dawn iddikjaraw li 20% tad-dħul tagħhom imorru għall-ispejjeż.", "Issa aħna nafu li s-self-employed ma jħallasx taxxa sakemm ma jaqlax iktar minn Lm4,300 netti, imma jekk jaqbeż dak is-ceiling imbagħad jibda jħallas.", "Fi kliem ieħor, jekk bidwi jiddikjara li 20% tad- dħul tiegħu jmorru fi spejjeż meta d-dħul tiegħu huwa ta' Lm4,300 netti, dan ifisser li d-dħul gross tiegħu huwa ta' madwar Lm5,400, pero` f'dan il- każ huwa xorta m'huwiex obbligat li jħallas it-taxxa.", "Issa aħna għollejna t-threshold minn 20% għal 40% u allura jekk il-bidwi jiddikjara li jkun qala' Lm4,300 netti u mbagħad ma' din iċ-ċifra jżid l-40% ta' l-ispejjeż, it-total jitla' għal Lm7,166.", "Mela b'din il-bidla tela' s-ceiling għax fejn qabel bidwi ma kienx iħallas taxxa sakemm ikollu dħul sa Lm5,400, issa s-ceiling tela' għal Lm7,166, żieda ta' madwar Lm1,900.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li din il-miżura waħedha qed isservi ta' vantaġġ konsiderevoli għall-bdiewa.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien nista' niggarantixxi lil din il-Kamra li l-għajnuniet il-ġodda li se jiddaħħlu minflok is-sussidji u l-commissions li qed jingħataw preżentement, se jkunu ħafna iktar vantaġġjużi għall-bdiewa u għar-raħħala tagħna.", "Issa l-aħjar mod kif dan jintlaħaq huwa billi kulħadd jagħti l- kontribut tiegħu ħalli din l-istrateġija, żgħira kemm hija żgħira, naħdmuha bil-għaqal.", "GĦax wara kollox aħna ma rridux inħarsu lejn il-bdiewa b'mod partiġjan, jiġifieri naraw jekk dawn humiex Nazzjonalisti jew Laburisti imma għandna nħarsu lejhom bħala bdiewa Maltin u GĦawdxin.", "Irridu ninsew li hemm bdiewa Nazzjonalisti u bdiewa Laburisti u għandna nħarsu lejhom bħala ħutna bdiewa Maltin u GĦawdxin li, kif qal l-Onor.", "Farrugia, jaħdmu sebat ijiem fil-ġimgħa u probabbilment 24 siegħa kuljum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-Ministru qed jgħid li l-gvern wasal għall-konklużjoni li l-minn kull Lm100 ħaxix u frott, il-bidwi jaqla' Lm80.", "Issa jista' jgħidilna kemm jikkalkula li tiġi tiswa siegħa xogħol tal-bidwi, jekk hux Lm1.50, Lm2.00 jew Lm3.00.", "Imma l-aktar li nixtieq inkun naf huwa jekk mill-għada tas-sħubija, il-bidwi hux se jkun jista' jibqa' jgawdi mis-sussidju li qed jingħata llum fuq il-bolla.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, ma nistax nifhem kif il-ħabib tiegħi jsibha tant tqila biex jifhimni meta jien b'Malti sempliċi nitkellem għax ma nafx nitkellem b'Malti tqil.", "Jien diġa` għedt li kulma se nagħmlu huwa li s-sussidji u l-commissions li għandna llum se nagħtuhom isem ieħor.", "Għedt ukoll li din il-forma ta' għajnuna li se tingħata se tkun iktar vantaġġuża minn dik preżenti.", "Fil-fatt, kif għedt diġa`, diġa` għamilna ċertu titjib għax filwaqt li qabel kien smat li 20% biss minn dak li jaqla' il-bidwi jmorru għall-ispejjeż, issa dan il-persentaġġ irdoppjajnieh għal 40%, bir-riżultat li filwaqt li sas-sena l-oħra l-bidwi ma kienx iħallas taxxa fuq dħul ta' Lm5,400, issa dan is-ceiling tellajnieh għal Lm7,200.", "L-Onor.", "Farrugia staqsieni wkoll biex nikkalkula kemm tiġi tiswa siegħa xogħol.", "Naturalment l-istima ta' siegħa xogħol ta' bidwi trid tkun relatata mal-produzzjoni tiegħu.", "Ngħidu aħna, jekk dan ikun qed jiżra' l- għalf ...", "L-għalf kulħadd jaf kemm jinbiegħ, allavolja bil-pakkett li nnegozjajna kulmin jiżra' l-għalf se jibda jingħata Lm6 it-tomna.", "MR SPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok ikkonkludi għax sar il-ħin.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalhekk rigward x'tiġi tiswa siegħa xogħol ta' bidwi, irrid ngħid li dan jiddependi mix-xogħol li jkun qed jagħmel.", "GĦax jekk bidwi jaħdem raba' saqwi jaqla' tant u jekk bidwi jaħdem fis-serer jaqla' tant ieħor, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Galea.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` DWAR IT-TRASPORT TA' MALTA GĦAS-SENA 2002-2003", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorità dwar it- Trasport ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2002 sat- 30 ta' Settembru 2003 skond l-Att dwar l-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta, Kap. 332.", "MR SPEAKER: Min jissekonda(", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema min-naħa tal-gvern u kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni, bil-winding up għall- gvern.", "Hemm rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'iniex se nagħmel introduzzjoni twila ħafna biex l-ewwel nisma' l-kummenti li jgħaddu l-kelliema ta' l- oppożizzjoni u wara nwieġeb għal dak li jkun intqal.", "Din hija l-ewwel darba li qegħdin niddiskutu l-estimi ta' l-awtorita` dwar it-trasport ta' Malta minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar l-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta din l-awtorita`.", "Il-gvern deherlu li s-settur tat-trasport li kien maqsum taħt diversi dipartimenti għandu jiġi taħt awtorita` waħda proprju biex ikun hemm amministrazzjoni waħda ħalli nassiguraw li jkun hemm ko- ordinazzjoni sħiħa.", "Skond il-liġi li konna għaddejna l-għan prinċipali ta' l-awtorita` dwar it- trasport ta' Malta huwa l-koordinazzjoni bejn dik li kienet l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku, dak li kien it-traffic control board, dak li kien id-dipartiment tal-liċenzji u l-ittestjar u dak li kien id-dipartiment tat-toroq.", "Din l-awtorita` kellha tieħu r-responsabbiltà tax-xogħol marbut mat-toroq, mat-traffic control, mat-trasport pubbliku u mal-liċenzjar u l- ittestjar tal-vetturi ħalli dawn ikunu jaqgħu taħt kappa waħda.", "Għalkemm kull wieħed minn dawn id-dipartimenti kien qed jaħdem biex imexxi s-settur tat-trapsort 'il quddiem, ħassejna l-ħtieġa li dawk l-elementi differenti jitqiegħdu kollha taħt tmexxija waħda biex nassiguraw amministrazzjoni aħjar.", "Mr Speaker, wieħed jista' jgħid li t-trasport f'pajjiżna bażikament huwa kważi kollu road transport.", "GĦaldaqstant ridna nassiguraw li mhux biss ikun hemm titjib fis-sistema tat-trasport, imma f'dak kollu li huwa marbut mat-toroq.", "Ridna nagħmlu pjan biex kemm jista' jkun malajr jiġu żviluppati t-toroq tagħna ħalli titjieb is-sistema tar- road transport li għal pajjiżna tant hija importanti.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li kellha tagħmel malli twaqqfet l-awtorita` dwar it-trasport kienet li tassigura li d-diversi dipartimenti li kienu jeżistu jibdew jikkooperaw flimkien.", "Qed ngħid dan għax dawn id- dipartimenti ilhom jeżistu għal snin twal u kull wieħed minnhom kellu l-mod tiegħu kif jaħdem għax kien indipendenti mill-oħrajn.", "Din is-sistema ta' tmexxija mhux dejjem wasslet biex dawk id-dipartimenti u awtoritajiet jimplimentaw iI-ħsibijiet tal-gvern tal-ġurnata.", "GĦalhekk dehrilna li bit-twaqqif ta' l-awtorita` Maltija dwar it-trasport f'pajjiżna konna se nkunu f'pożizzjoni li naslu għat-targets ta' żvilupp li huma meħtieġa kemm fil-qasam infrastrutturali kif ukoll fil-qasam iktar dirett tat-trasport f'pajjiżna Fl-ewwel sena tat-twaqqif ta' din l- awtorita` ridna naraw li x-xogħol kollu li kien isir fil-passat minn diversi dipartimenti jiġi kkoordinat ħalli l-attivita` tat-trasport f'pajjiżna tkun waħda sodisfaċenti.", "Bla ebda dubju ta' xejn is-sena li għaddiet l-awtorita` kellha tiffaċċja numru ta' diffikultajiet li jirriżultaw mill-fatt li kellha ġġib flimkien taħt tmexxija waħda dipartimenti li kienu jaħdmu għal rashom.", "Fil-fatt l- awtorita` kellha bilfors tieħu in konsiderazzjoni dak ix-xogħol li kien diġa` mibdi f'diversi setturi.", "Riedet tara li tkompli bix-xogħol li kienu għaddejjin bih u fl-istess ħin tassigura li jitwettqu l-pjanijiet għaż- żmien li ġej min-naħa ta' l-awtoirta`.", "Meta twaqqfet l-awtorita` kull wieħed minn dawn id-dipartimenti kellu l- programm ta' xogħlijiet imfassal għall-futur.", "GĦalhekk kellha torbot dak li kien inbeda mid-dipartimenti l-oħrajn ma' dak li kellha ppjanat hi għall- futur.", "Irrid ngħid li wara l-esperjenza ta' dawn ix-xhur li għaddew, minkejja d-diffikultajiet li wieħed bilfors jiffaċċja fil-bidu ta' organizzazzjoni biex jikkoordina dawn id-diversi direttorati li għandha l- awtorita`, wieħed jista' jgħid li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed nilħqu l-għan tagħna li npoġġu f'postu programm ta' xogħol li jwassal biex dak kollu li hu marbut mat-trasport f'pajjiżna ikollu bażi iktar soda.", "B'hekk nassiguraw li tiġi imposta d-dixxiplina meħtieġa fuq kulmin b'xi mod imiss ma' l-awtorita`.", "Naturalment nistgħu nikkummentaw dwar diversi aspetti ta' xogħol li saru jew inkella li għadhom qed isiru f'pajjiżna.", "Wieħed jista' jilmenta li ċerti xogħlijiet għadhom ma sarux u li hemm ammont ta' xogħol li għadu mhux komplut, pero` hemm ċerti fatti li bilfors wieħed irid jissottolinea fil- bidu ta' dan id-dibattitu.", "Mr Speaker, ħadd ma jista' jiċħad li matul l-erba' snin li għaddew, u kemm ilu fi ħdan l-awtorita` dwar it-trasport, id-direttorat tat-toroq biddel drastikament il-mod ta' kif isiru x-xogħlijiet f'pajjiżna.", "Saħansitra biddel rasu 'l isfel il-mod kif anke l-istess kuntratturi jħarsu lejn ix- xogħol li jkunu nkarigati li jagħmlu.", "U dan irid ikompli għaddej ukoll fi żmien li ġej.", "Jista' jkun hemm min jilmenta li x-xogħlijiet mhux qed jitlestew fiż-żmien li wieħed ikun intrabat li fil-fatt ilestihom.", "Dan huwa minnu, pero` wieħed irid ukoll jirrealizza li qegħdin fi żmenijiet ta' bidla radikali fil-mod kif isiru l-affarijiet, allura jkun hemm organizzazzjonijiet li jew għax ma fehmux jew inkella għax fiehmu biżżejjed, jipprovaw li ma jlestux l- affarijiet fiż-żmien li jkunu marbuta li jlestu.", "Imma l-bidla prinċipali hija marbuta mal-fatt li l-kuntrattur li jagħmel ix-xogħol jaf li huwa marbut għal numru ta' snin b'mod dirett.", "Hu se jkun responsabbli li jagħmel kull tiswija li jkun hemm bżonn u jrid iħallasha minn butu.", "Din hija bidla kbira mill-mod ta' kif konna mdorrijin li jsiru l-affarijiet.", "Qabel konna nimxu bis-sistema li l-aqwa li taparsi jsiru x-xogħlijiet, imbagħad xi darba xi ħadd jerġa' jirripeti l-istess xogħlijiet.", "Għal dak li jirrigwarda public transport f'pajjiżna ħafna jgħidu li għadu ma sar xejn u jeħtieġ li nbiddlu is-sistema tat-trasport fil-pajjiż iktar radikalment.", "Fil-bidu ta' din id-diskussjoni tajjeb li wieħed jagħmel ir- riflessjoni li l-public transport fil-pajjiż mhuwiex magħmul biss mill- karozzi tal-linja, imma huwa magħmul minn numru sostanzjali ta' setturi oħrajn.", "Hemm il-coaches, il-minibuses, it-taxis u l-garage hire.", "L- awtorita` dwar it-trasport qed tara li nkunu f'qagħda li nimplimentaw dak li huwa meħtieġ biex inkomplu ntejbu dak is-servizz li jagħtu dawn id- diversi setturi.", "Mr Speaker, ħafna drabi meta nitkellmu fuq is-servizz tal-karozzi tal-linja - anke dawk minna li forsi ilhom ma jużawh għal għexieren ta' snin - jgħidu ħafna affarijiet mingħajr ma fil-fatt ikunu jafu preċiżament x'tip ta' servizz qed jingħata.", "Fil-fatt saru diversi improvements fis-servizz li qed jingħata għax kien hemm titjib fir-rotot, titjib fil-ħinijiet, u llum il-biċċa l-kbira tal-bus stops għandhom ukoll it-time schedule biex wieħed ikun jaf f'liema ħin tgħaddi karozza minn hemm.", "Naturalment jibqa' lok għal iktar titjib għax dan m'huwiex servizz li jiddependi minn persuna waħda imma minn 400 jew 500 persuna li taħdem b'mod differenti u mhux kulħadd huwa kalm biżżejjed biex iġib ruħu tajjeb dejjem man-numru kbir ta' passiġġieri li jużaw dak is-servizz kuljum.", "Infatti minn żmien għal żmien ikollna rapporti u lmenti minn persuni li ma jiġux trattati tajjeb minn min ikun qed jagħti s-servizz.", "Naturalment l- awtorita` tara li jittieħdu l-passi dixxiplinarji fil-konfront tagħhom, pero` jibqa' servizz mogħti lill-bnedmin minn bnedmin umani u bħal kull settur ieħor jibqa' okkażjonijiet fejn ikollna problemi.", "Il-kwestjoni li hija marbuta direttament mat-trasport pubbliku pajjiż hija l-bidla tal-karozzi tal-linja.", "Numru ta' snin ilu 147 sid tal-karozzi tal- linja kienu waslu f'arranġament ma' l-awtoritajiet ta' pajjiżna biex dawn il-karozzi jinbidlu.", "Saru diskussjonijiet li ma jispiċċaw qatt, imma diffiċli biex tasal għall-konklużjoni ma' kulmin b'xi mod kellu interess, pero` nistgħu ngħidu li llum dawk il-147 sid oriġinali li kien talab biex jibdel il-karozza tal-linja, u dawk kollha li għadhom interessati li jbiddlu l-karozza fil-fatt ordnaw u bbukkjaw karozza tal-linja.", "Diversi minn dawn il-karozzi waslu u diġa` qed jagħtu s-servizz fit-toroq.", "Issa jeħtieġ li nassiguraw li dawk il-karozzi tal-linja li fil-fatt hemm ordnati jaslu fil-pajjiż kemm jista' jkun malajr.", "Skond l-informazzjoni li għandi, fil-ġimgħat li ġejjin prattikament kull ġimgħa se jaslu numru ta' karozzi tal-linja ġodda biex jissostitwixxu wħud minn dawk il-147 karozza tal-linja li hemm l-arranġament ma' l-awtorita` li jinbidlu.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed jenfasizza wkoll li l-awtorita` dwar it- trasport ħadet fuqha r-responsabbilta` li tattwa dak li kien miftiehem mas- sidien tal-karozzi tal-linja, jiġifieri li tagħti sussidju għal kull karozza li tkun mibdula bl-agreement oriġinali.", "Tajjeb li wieħed jenfasizza li l-awtorita` dwar it-trasport se tagħti sussidju ta' Lm32,000 fuq kull karozza li tinbidel.", "Naturalment dan qed jingħata mill-fondi tal- poplu Malti.", "Iżda dan huwa investiment qawwi li l-awtorita` qed tagħmel direttament fis-settur li għandu jwassal għal servizz kemm jista' jkun tajjeb.", "Irridu nkomplu naħdmu biex dak kollu li huwa ħażin fis-servizz nnaqqsuh u bil-mod il-mod ukoll neqirduh.", "Matul is-sena li qegħdin niddiskutu l-awtorita` dwar it-trasport kellha diskussjonijiet fit-tul biex tipprova tistabbilixxi night service fis- settur tat-trasport pubbliku għax jidher li hemm domanda għal dan is- servizz għal diversi lokalitajiet.", "L-awtorita` qed taħdem biex tistabbilixxi dan in-night service proprju biex tassigura li mhux biss ingawdu s-servizz tat-trasport pubbliku mal-ġurnata imma possibilment ingawduh matul il-lejl ukoll.", "Diġa` tfasslu skedi dwar il-mod kif dan is-servizz jista' jingħata b'mod nazzjonali mil-lokalitajiet kollha prattikament li għandna f'pajjiżna, bi frekwenza li pjuttost hija regolari ħafna.", "Wieħed jispera li fis-sena finanzjarja li qegħdin nibdew inkunu fil-pożizzjoni li l-awtorita` tkun tista' tikkonkludi ftehim li finalment iwassal biex ikollna night service li jwassal għal kullimkien.", "Dak li kien it-traffic control board illum sar direttorat ieħor fi ħdan l- awtorità.", "Hawnhekk wieħed irid jipprova japprezza wkoll il-konflitt li fih irid jaħdem kontinwament dan id-direttorat.", "Ħafna drabi fit-talbiet li jkollu quddiemu dan id-direttorat irid jieħu deċiżjonijiet li jaqtagħhom kif jaqtagħhom qatt m'hu se jikkuntenta lil kulħadd.", "F'kull okkażjoni jkun hemm grupp ta' nies li jitolbu li triq issir one-way minn direzzjoni u grupp ta' nies li jkunu jridu li l-istess triq issir one-way fid-direzzjoni opposta.", "Naturalment imbagħad ikun hemm l-oħrajn li jkunu jridu li t- trasport jibqa' jgħaddi kif kien jgħaddi dejjem, u allura jkun hemm konflitti kontinwi.", "Wieħed ma jistax jibqa' jikkonċentra iktar fuq triq waħda partikolari għax anke jekk il-bidla li ssir fi triq partikolari tkun żgħira, din taf teffettwa lir-raħal kollu, u dan juri kemm għandna nieħdu t-traffic control bis-serjeta`.", "Huwa importanti wkoll li jsir ippjanar serju, anke għax xi kultant anke l-lokalitajiet tal-madwar jiġu effettwati.", "Mr Speaker, sa minn qabel ma twaqqfet l-awtorita` dwar it-trasport, id- direttorat tal-liċenzji ħa responsabbilta` oħra taħt idejh minbarra li jġedded il-liċenzji; dik li jagħmel riforma radikali f'dak li għandu x'jaqsam mad-driving tests.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball f'Ġunju tas- sena li għaddiet kienu diġa` ħarġu legal notices li jitkellmu dwar dawn il- bidliet, u jien persważ li l-awtorita` dwar it-trasport miexja fid- direzzjoni li tattwa dak li ġie mfassal mid-direttorat tal-liċenzji.", "Ta' min jgħid li fost il-bidliet li se jsiru, se jinbidel il-konċett ta' l- għoti tal-liċenzji fis-sens li l-liċenzji m'humiex se jibqgħu jingħataw b'mod permanenti imma se jibdew jingħataw għal tliet snin, u mbagħad jekk matul dawn it-tliet snin is-sewwieq il-ġdid jitlef il-points li se jingħataw hekk kif wieħed jingħata l-liċenzja, allura jkun irid jibda l- proċess mill-bidu daqs li kieku dan ikun għadu ma ngħatax il-liċenzja.", "Jien niskanta kif minkejja li kemm-il darba ngħad li se ssir din ir-riforma u minkejja li ġew saħansitra ppubblikati regolamenti f'dan ir-rigward, għad fadal nies li għadhom qed jgħidu li ma jafux b'dawn il-bidliet, imma naturalment iktar huwa faċli li tħarbex xi artiklu x'imkien milli li tara x'ikun qed isir verament.", "Issa l-probabbilta` hi li fil-mument li jidħlu fis-seħħ dawn ir-riformi, dawn in-nies jistenbħu u joqogħdu jitkażaw bil- bidliet li jkunu qed isiru.", "Hekk imdorrijin naġixxu f'dan il-pajjiż, u naħseb li din m'hijiex se tkun xi eċċezzjoni!", "Mr Speaker, minbarra d-direttorat tal-liċenzji, l-awtorita` dwar it- trasport tħaddan fi ħdanha wkoll direttorat ieħor, li xogħlu huwa li jikkoordina l-istrateġiji li jkunu se jsiru fil-qasam tat-trasport flimkien.", "Kif għedt diġa`, lanqas fil-qasam tat-trasport wieħed ma jistax jagħmel ċerti bidliet f'settur partikolari mingħajr ma jagħti kas kif se jiġu effettwati s-setturi l-oħra, imma jrid ikun hemm il-koordinazzjoni meħtieġa.", "Fil-ftit żmien li ilha mwaqqfa l-awtorita` dwar it-trasport, diġa` rajna jsiru numru sostanzjali ta' bidliet, pero` naturalment dejjem tibqa' d-diffikulta` ta' kif wieħed jista' jagħmel il-bidliet neċessarji fi żmien qasir kemm jista' jkun, għalkemm l-awtorita` dwar it-trasport ma twaqqfitx biex tilħaq l-għanijiet kollha tagħha fi żmien sena waħda.", "Jien ċert li s-sena li għadna kif spiċċajna se sservi ta' bażi għal bidliet iktar drastiċi u importanti li jridu jittieħdu bil-għan li kulmin jagħmel użu mit-trasport, ikun jista' jagħmel dan b'faċilita`, kemm jekk ikun qed jivvjaġġa għal raġunijiet ta' xogħol kif ukoll jekk ikun qed jivvjaġġa għal raġunijiet ta' divertiment.", "Għalissa se nieqaf hawnhekk, Mr Speaker, u mbagħad inwieġeb għar-rimarki li se jsiru matul dan id-dibattitu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, bla ebda dubju t-trasport f'pajjiżna huwa issue li ħafna nies jaqblu li għandna nagħtuh prijorita`, anke għax illum kulħadd qed jifhem li dan is-settur jeffettwa l-ħajja tagħna lkoll.", "Ikun biżżejjed jekk insemmu t-tniġġiż ta' l-arja li jġib miegħu t-trasport jew l-inkonvenjenzi li jkollhom jgħaddu minnhom ir-residenti meta jkunu qed isiru xi xogħlijiet fit-toroq.", "Għalhekk nistgħu ngħidu illi li f'dan il- pajjiż ikollna sistema trasport diċenti hija xi ħaġa ta' prijorita`.", "Mr Speaker, jien se nitkellem fuq żewġ direttorati li għandha l-awtorita` dwar it-trasport; fuq id-direttorat tat-toroq u fuq id-direttorat tat- traffic management.", "Ħalli nibda nitkellem fuq id-direttorat tat-toroq, u se mmur lura għall-1996 meta nbidel il-gvern.", "Meta l-partit Laburista kien tela' fil-gvern fl-1996, huwa kien sab li d-dipartiment tat-toroq ma kienx organizzat xejn, u dan ma kienx tort ta' min kien qed imexxi d-dipartiment dak iż-żmien jew inkella tort tal-ħaddiema li kienu jaħdmu fih imma kien pjuttost tort tal-mod kif kien qed jaħdem il-gvern tal-ġurnata f'dan is- settur.", "Għalhekk aħna kellna nieħdu diversi inizjattivi sabiex dan id- dipartiment, li huwa tant importanti ...", "Fil-fatt kull meta jsir survey hawn Malta dwar liema huma l-iktar fatturi li jdejquhom, dawn kważi dejjem isemmu t-toroq.", "M'iniex se nsemmi l-inizjattivi kollha li saru f'dan il- qasam minn gvern Laburista għax kemm-il darba semmejthom f'dan il- Parlament, pero` ma nistax ma nsemmix, per eżempju, li ħadna inizjattivi sabiex għall-ewwel darba dan id-dipartiment ikun mgħammar bir-riżorsi meħtieġa.", "Biżżejjed ngħid li f'dan id-dipartiment kulma kien hemm periti kien perit wieħed, li kien ukoll id-direttur ta' dan id-dipartiment, u l- ħaddiema ma kinux imħarrġa professjonalment fuq dan ix-xogħol.", "Għalhekk aħna ġibna esperti Ġermaniżi minn barra sabiex iħarrġu lill-periti tagħna minn meta dawn ikunu għadhom l-universita` ħalli b'hekk meta jiggradwaw dawn ikunu kapaċi jaħdmu fuq ix-xogħol tat-toroq.", "Ta' min jgħid li minbarra li dawn l-esperti Ġermaniżi kellhom ir-rwol li jagħtu l-expertise tagħhom dwar dan il-qasam, huma ġew imqabbda wkoll iħejju master plan.", "Jidhirli li matul diskors li għamel il-Ministru Galea llum, huwa ma rriferiex għal dan il-master plan li kien ippreparat mill-Ġermaniżi, pero` jien napprezza li dan il-gvern kompla jibni fuq il-master plan li sar fi żmienna.", "Aħna konna ħadna ħsieb ukoll inwaqqfu unit biex ikun hemm iktar koordinament u b'hekk meta jiġi biex jitpoġġa xi cable tad-dawl jew xi pipe ta' l-ilma ta' ma jkollhiex għalfejn tinqala' t-triq kollha.", "Apparti minn hekk aħna waqqafna wkoll l-istorm water unit u riedna nagħmlu master plan għall-istorm water għax kif nafu l-ilma tax-xita, apparti l-karozzi, hija l- ikbar għadu tat-toroq.", "Aħna għarafna li jekk wieħed ma jippjanax biex l- ilma tax-xita jiġi drained mit-toroq tagħna b'mod effiċjenti, dan l-ilma jispiċċa kollu fil-pedament tat-triq, jaħsel il-pedamenti u mbagħad it-triq tinżel bil-konsegwenza li maż-żmien tispiċċa.", "Mr Speaker, hawnhekk ta' min isemmi wkoll li fl-1996 sibna wkoll problema kbira għax id-dipartiment tat-toroq kien nefaq ħafna iktar flus milli kellu vvotati.", "Fil-fatt l-ewwel indikazzjonijiet kienu juru li dan id- dipartiment kien nefaq Lm7 miljun iktar, imbagħad dawn is-Lm7 miljun saru Lm9 miljun u iktar ma jgħaddi ż-żmien din iċ-ċifra iktar bdiet togħla bil- konsegwenza li matul it-22 xahar li kien fil-gvern il-partit Laburista, ħafna mill-budget li kien ingħata d-dipartiment tat-toroq kien jispiċċa biex jitħallas f'dejn li kien tħalla minn gvern Nazzjonalista preċedenti.", "Dawn l-issues li qed insemmi kollha kienu ġew indirizzati fl-1996 b'suċċess, u llum qed naraw ir-riżultat tagħhom.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li meta reġa` tela' gvern Nazzjonalista u l-Onor.", "Ċensu Galea nħatar bħala ministru, huwa sab li diġa` kienu saru tentattivi biex ċerti problemi jiġu indirizzati b'suċċess.", "Naturalment matul it-22 xahar li dam il-gvern, il-partit Laburista għamel ħafna xogħol ukoll f'dan il-qasam.", "Fil-fatt mingħalija f'dak il-perijodu qasir saru 490 triq.", "Mr Speaker, meta l-Onor.", "Galea sar ministru fl-1998, huwa ma daħalx f'dipartiment li ma kellux pjan jew riżorsi, bħalma sab ħaddieħor, u jien kont persważ li dan il-Ministru, li huwa perit ukoll u allura għandu l- ideat tiegħu fuq dan is-suġġett, kien se jimxi b'ċertu ritmu u jkompli jibni fuq dak li konna għamilna aħna, imma ħriġt iddiżappuntat ħafna għall- mod kif mexxa dan id-dipartiment mill-1998 sal-lum.", "Huwa veru li taħt din l-amministrazzjoni saru diversi proġetti tat-toroq, li ħafna minnhom kienu mibdija taħt gvern Laburista, bħalma huma, ngħidu aħna, Psaila Street, it- triq ta' Ħal Far, Imdina Road ġewwa Ħal Qormi u l-junction ta' quddiem l- isptar Monte Carmeli, pero` anke l-mod kif tkomplew dawn il-proġetti juri li ma kienx hemm ħsieb biżżejjed warajhom.", "Il-gvern preżenti jrid jifhem li mhux biżżejjed li x-xogħol li jsir ikun ta' kwalita` tajba u jservi għal xi 20 sena sħaħ.", "Kif nafu, meta jkunu qed isiru t-toroq, jinħolqu ħafna inkonvenjenzi, u għalhekk jeħtieġ li nirrispettaw lil min ikun qed jużahom.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż naqbdu triq u ma nispiċċawha qatt, speċjalment meta dawn ikunu main roads, bħat-toroq li għadni kif semmejt.", "Kieku almenu tgħallimna mill-esperjenza ta' meta għamilna t-toroq li semmejt, bħal Imdina Road f'Ħal Qormi u Psaila Street f'Birkirkara, kont ngħid li dik kienet learning curve, pero` milli jidher dik l-esperjenza ma kienet learning curve xejn għax illum qed naraw l-istess storja terġa` tirripeti ruħha fil-proġetti li qed isiru fit-triq ta' Burmarrad, fit-triq tas-Salina li tagħti għal San Pawl tat-Tarġa, fil- Mosta ring road u fil-bypass ta' l-Imtarfa.", "Biżżejjed ngħid li minkejja li t-tender għall-proġett tat-triq ta' Burmarrad ħarġet fil-15 ta' Mejju tas- sena 2000, jiġifieri dalwaqt tkun ilha li ħarġet tliet snin, sal-lum lestejna biss madwar 60% minn din it-triq, u dan meta dan il-proġett kellu jitlesta fi żmien sena, u l-istess nistgħu ngħidu għall-proġetti l-oħra.", "Anke l-proġetti ta' San Pawl tat-Tarġa u tal-Mosta ring road, minkejja li t- tender għalihom ħarġet fil-15 ta' Mejju tas-sena 2002, jiġifieri sentejn u disa' xhur ilu, u minkejja li suppost dawn il-proġetti kellhom jitlestew fi 12-il xahar, sal-lum xi 60% jew 65% minnhom biss huma lesti.", "Imma l-isbaħ proġett huwa dak tal-bypass ta' l-Imtarfa, fejn filwaqt li x-xogħol fuq il- parti ta' din it-triq li tagħti għall-Belt ilu li sar, għal xi raġuni jew oħra meta ġew biex jibdew ix-xogħol fuq il-parti l-oħra tat-triq, waqfu bil- konsegwenza li minkejja li l-Ministru kien wegħidna li din it-triq kellha tkun lesta sa xi sentejn ilu, illum il-ġurnata għadu qed jinbena r- retaining wall ta' din it-triq u ma nafux meta se titlesta.", "Forsi xejn ma taf, il-Ministru jazzarda jgħidilna meta se titlesta din it-triq!", "L-aħħar darba li l-Ministru azzarda jgħid meta se titlesta kien meta qal li din it- triq kienet se titlesta sa l-aħħar tas-sena li għaddiet, pero` sa dak iż- żmien konna għadna 'l bogħod biex inkunu nistgħu ngħidu li din it-triq hija lesta.", "Mr Speaker, ċertament m'hijiex serjeta` li nagħmlu l-affarijiet b'dan il- mod.", "Jekk irridu nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta`, meta ngħidu li x- xogħol se jitlesta fi 12-il xahar, dan għandu jitlesta fi 12-il xahar verament.", "Nisimgħu ħafna kritika fuq it-toroq, imma ħadd ma jagħmel kritika li matul dawk it-22 xahar li għamel fil-gvern il-partit Laburista, għamilna xi biċċa xogħol li tawwlet esaġeratament.", "Almenu jien qatt ma smajt din it-tip ta' kritika.", "Issir kritika fuq ħafna affarijiet, imma dwar dan ma ssir l-ebda kritika, u din il-kritika ma ssirx għax dan ma kienx jiġri.", "Meta konna nkunu qed inwettqu xi proġett tat-toroq, aħna konna ngħidu li din il-biċċa xogħol trid tieħu tant żmien, u tant żmien kienet tieħu.", "M'għandniex noqogħdu nikkunslaw bl-iskużi li jġibilna l- Ministru Galea meta jieħu kuntrattur miegħu quddiem it-television u dan il- kuntrattur jgħidilna li m'hux qed isib nies biżżejjed biex jagħmlu dan ix- xogħol.", "Imma dan x'jiġifieri?!", "Bir-rispett kollu, imma din m'hix problema tiegħek, Ministru, imma hija problema tal-kuntrattur!", "Kieku l-kuntrattur jiġi jgħid dan il-kliem lili, jien ngħidlu biex imur isib kuntrattur ieħor ħalli jaħdmu bi sħab.", "L-aqwa li t-tali triq tkun lesta fiż-żmien li jkun ġie ippjanat u li jkun sar xogħol sew u kif suppost fiha.", "Hemm bżonn li nittekiljaw dawn l-affarijiet b'serjeta` kbira.", "Il-Ministru jħobb jiġġustifika dan id-dewmien billi jgħid li llum qed isiru b'sistemi differenti milli kienu jsiru qabel, pero` dan m'hu veru xejn, u se nagħti provi biex nissostanzja dak li qed ngħid.", "Per eżempju, il-Ministru qal li llum il-utilities qed jiġu mgħoddija minn ġol-culverts, u jien nistaqsih: Allura għaliex m'għamiltux hekk f'Hompesch road, il-Fgura?", "Għax f'din it-triq intom għaddejtu s-servizzi tad- drenaġġ, ta' l-ilma u s-servizzi l-oħra kollha minn nofs it-triq u lanqas tajtu kas x'se jiġri mill-ilma tax-xita.", "Fil-fatt dawn kulma għamlu hija ġiebja daqs ġiebja li jkollha dar f'dik il-pjazza ta' fejn il-knisja u malli għamlet l-ewwel ftit xita, it-triq għerqet kollha!", "Jien nistaqsi: Fejn hi s-serjeta`?", "Irrid ngħid ukoll li sal-bieraħ stess għaddejt minn din it-triq u sibt li għadha m'hijiex lesta, u dan meta suppost ma nafx kemm ilha lesta.", "La l-Membri tal-gvern qed jgħidu li l-utilities qed jiġu mgħoddija minn taħt il-bankina, allura f'Hompesch Road għaliex m'għamlux hekk?", "Ara f'Żabbar Road aħna hekk għamilna, u allura f'Hompesch Road għaliex ma komplejtux b'din is-sistema?", "Imbagħad il-Ministru jiġi jgħidilna wkoll li huma ma jaċċettawx xogħol ħażin, u li meta jsir xogħol ħażin mill-kuntratturi, dawn iġiegħluhom jerġgħu jibdewh mill-ġdid, imma jien lill-Ministru ngħidlu: Jiddependi min ikun il-kuntrattur għax mhux ma' kulħadd timxu b'dan il-mod.", "Per eżempju, meta l-perit tad-direttorat, Lara Baldacchino, ittestjat Triq Ċiċerun waqt li kien qed isir ix-xogħol, din kitbet lill-perit tal- kuntrattur - bħalissa nsejt min hu dan il-kuntrattur - u qaltlu li skond il- quality assurance report, ix-xogħol li kien qed isir ma kienx aċċettabbli u li \"the existing material is to be removed and a new layer of cement stabilisation conforming with specifications to be related, as agreed on Thursday.\"", "Għax hawn ta' min jgħid li waqt meeting li kien sar apposta, il- kuntattur ingħata l-istruzzjonijiet biex jerġa` jaqla' t-triq u jibdel is- cement stabilisation.", "Dan il-quality assurance certificate kien ġie ffirmat minn wieħed mill-Ġermaniżi li semmejt qabel u mill-Perit John Demicoli.", "Fil-fatt fil-quality assurance report dawn qed jgħidu li \"The existing cement stabilisation material is to be removed, the existing sub- grade compacted to achieve the required bearing capacity, small patches of soil should be identified ...\"- għax mid-dehra dawn ħallew il-ħamrija hemmhekk u taw is-cement stabilisation fuq kollox - \"... and 1/50 mm of each layer to be laid and compacted.", "Din l-ittra kienet intbagħtet mill- perit Lara Baldacchino fis-6 t'Ottubru, 2002.", "Imbagħad fis-16 ta' Ottubru reġgħet intbagħtet ittra lill-istess kuntrattur, ukoll iffirmata mill-perit Lara Baldacchino, fejn din qaltlu li hi u l-uffiċjali tad-direttorat qed jinsistu li jagħmlu dak li diġa` qalulhom li jagħmlu fl-ittri ta' qabel.", "Wara dan kollu, min-naħa tiegħu l-kunsill lokali ta' Marsaxlokk kiteb ittra liċ-chairman ta' l-awtorita` dwar it-trasport fejn fiha informah li minkejja li huma għandhom f'idejhom il-korrispondenza li għaddiet il-perit Lara Baldacchino, jidher li x-xogħol li ġie miftiehem m'huwiex se jsir, u fit-22 t'Ottubru d-dipartiment irrisponda lill-kunsill lokali ta' Marsaxlokk billi qallu hekk:", "''Nirriferik għall-ittra li s-segretarju tal-kunsill lokali kitibli fit-18 ta' dan ix-xahar, l-għada tal-laqgħa li t-tnejn kellna mal- kuntrattur.", "Kif taf, iddiskutejna l-problema li kienet se tinvolvi l- qlugħ mill-ġdid ta' din it-triq, speċjalment għar-residenti, li kellhom ibatu minn diversi inkonvenjenzi waqt li kien qed isir ix- xogħol.", "Għalhekk iddeċidejna li nagħmlu li nistgħu biex nevitaw iktar inkonvenjent u b'hekk wasalna biex nikkonvinċu lill-kuntrattur ...\"", "- li ma naħsibx li kellu bżonn wisq konvinzjoni! -", "\"... li l-aħjar rimedju għaċ-ċirkostanzi kien li jħaxxen l-asfalt tat- triq u jtawwal iż-żmien tal-garanzija minn sentejn għal erba' snin. ''", "Mela hawnhekk, Mr Speaker, tlaqna mill-punt fejn inħareġ ċertifikat minn wieħed mill-esperti Ġermaniżi li jrid jinqala' kollox mill-ġdid u mbagħad, wara li l-kuntrattur ma nafx ma' min mar jitkellem, dawn iddeċidew, kuntrarjament għall-parir li ngħataw mill-esperti Ġermaniżi - issa dawn, fejn iridu jeħduh il-parir ta' l-esperti Ġermaniżi, u se nitkellem ukoll dwar dan - li bl-iskuża ta' l-inkonvenjenzi li joħolqu lir-residenti - issa dawn ir-residenti kienu ilhom ħafna jbatu minn dawn l-inkonvenjenzi u allura billi kienu jbatu l-inkonvenjenzi għal jumejn oħra ma kien se jiġri xejn - iħaxxnu l-asfalt u jħallu x-xogħol ħażin li sar.", "Imbagħad il- Ministru ġie jgħidilna li kull meta jsir xogħol ħażin mill-kuntrattur, dan ikollu jaqla` kollox u jerġa` jibda mill-ġdid!", "Mhux veru, Ministru; inti taċċettah ix-xogħol ħażin, anzi tara kif tista' ddur mal-lewża biex ix- xogħol li jkun sar ħażin ma taqilgħux, u hawnhekk ġibt il-provi biex nissostanzja dak li qed ngħid!", "Huwa veru li ġieli sar xogħol minn kuntrattur, u dan reġa` kellu jaqla' kollox mill-ġdid, pero` mhux kull kuntrattur jiġi mġiegħel jagħmel dan meta jagħmel xogħol ħażin Onor. Galea, meta jkollok pressjoni biex ix-xogħol ma jinqalax, inti m'intix qed taqilgħu imma qed tgħattih bl-asfalt!", "Allura din x'serjeta` hi?!", "Anke dik li l-garanzija se tiżdied minn sentejn għal erba' snin ma tfisser xejn, iktar u iktar meta l-Ministru qed jgħidilna li llum it-toroq qed jiġu magħmula għal 20 sena!", "Per eżempju, Żabbar Road diġa` ilha erba' snin li saret.", "Is-snin malajr jgħaddu; f'kemm ili ngħidlek!", "Issa se niġi biex ngħid xi ħaġa fuq ir-rapport li għandna quddiemna rigward l-awtorita` dwar it-trasport.", "Jien qrajt x'xogħol qed jgħidu li se jagħmel id-direttorat tat-toroq is-sena d-dieħla imma jew ma qrajtx is-silta t- tajba jew ma nafx għax ma sibt li m'hu se jsir l-ebda xogħol ġdid.", "Fil- fatt kulma se jsir huwa li se jiċċekkjaw jekk il-bridges humiex f'kondizzjoni tajba ...", "U din oħra; din tal-bridges!", "Qed jgħidu li se jqabbdu periti privati biex jiċċekkjaw il-bridges!", "Jien m'għandi xejn kontra li jitqabbdu periti privati biex jagħmlu dan ix-xogħol, imma dan huwa xogħol li diġa` sar, u fil-fatt jekk il-Ministru jistaqsi ftit lill- perit Oliver Debono, li jaħdem fil-building and engineering department tal- public works, huwa malajr jgħidlu li dan ix-xogħol diġa` sar u li hemm rapporti sħaħ fuqu.", "Għalhekk jien ma nifhimx għaliex il-Ministru se jqabbad lil min jagħmel dan ix-xogħol mill-ġdid.", "Skond dan ir-rapport, dan hu l-uniku xogħol li se jagħmel id-direttorat tat-toroq is-sena d-dieħla, imma mbagħad meta fir-rapport tar-raba' sena ħidma tad-direttorat tat-toroq qrajt x'xogħol hemm ippjanat li se jagħmel dan id-direttorat matul is-sena d-dieħla, sibt li se jsiru toroq ġodda minn Wied il-Qlejgħa sat-triq tar- Rabat, mill-isptar Monte Carmeli sas-Saqqajja u se ssir triq oħra mir- roundabout ta' Wied il-Qlejgħa sa Triq l-Imdina f'Ħal Qormi.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem liema rapport huwa t-tajjeb, u jkun tajjeb jekk il- Ministru jikkjarifikalna ftit liema programm ta' xogħol se jsir is-sena d- dieħla.", "Mr Speaker, dawn l-affarijiet jindikawlna b'mod ċar li m'hemmx serjeta` fil- mod kif qed isiru l-affarijiet f'dan is-settur.", "Waħda mill-affarijiet li aħna għamilna bħala partit Laburista hija li studjajna lil dan is-settur matul dawn l-aħħar 12-il xahar u qegħdin inħejju pjan ta' ħidma - fil-fatt hawnhekk għandi l-aħħar draft tiegħu - fis-settur tat-toroq.", "Dan il-pjan se jkun inkluż fil-manifest elettorali tagħna għall-elezzjoni li ġejja u fih qegħdin nagħmlu targets preċiżi ta' dak li rridu nwettqu matul il-ħames snin li ġejjin.", "Fost l-affarijiet li qed ngħidu f'dan id-dokument, li huwa kollu bbażat fuq informazzjoni li għandna available mir-rapporti u mill- master plans li saru mid-direttorat tat-toroq matul dawn l-aħħar snin, aħna identifikajna l-ħtieġa li matul il-ħames snin li ġejjin it-toroq kollha li qegħdin f'areas residenzjali u li għadhom ma sarux iridu jsiru.", "Aħna qed nikkalkolaw li bejn wieħed u ieħor hemm madwar 500 triq li għadha ma saritx, jiġifieri trid issir 100 triq kull sena ħalli b'hekk inkunu evitajna l-inkonvenjent lil tant residenti li qegħdin jgħixu fi triq li għadha ma saritx.", "F'dan id-dokument qegħdin ngħidu wkoll li t-toroq arterjali, speċjalment dik it-triq li miċ-Ċirkewwa twasslek sa Birżebbugia, għandhom jiġu upgraded u li l-problemi ta' traffiku li għandna f'diversi nħawi ta' pajjiżna għandhom jibdew jiġu solvuti.", "Per eżempju, waħda mill- ispots li aħna identifikajna problema fiha hija l-junction ta' fejn il- knisja ta' Burmarrad għax minkejja li kif għedt diġa`, hemmhekk qed issir triq ġdida, il-problema tat-traffiku li hemm hemmhekk xorta għadha ma ġietx solvuta.", "Aħna qed ngħidu wkoll li jekk matul is-snin li ġejjin, jekk Alla jrid, fl-aħħar il-proġett tal-Kottonera jibda miexi 'l quddiem, dan se joħloq ħafna traffiku u għalhekk irridu nsibu sistema kif it-traffiku f'dawk l-inħawi jiġi mmexxi aħjar.", "Minkejja li saru l-upgrading ta' Hompesch Road u Zabbar Road, it-traffiku f'dawk l-inħawi xejn ma qed jitmexxa b'mod tajjeb u qed ikun hemm ħafna traffic jams.", "Sal-bieraħ stess fil-11.00 a.m. biex ħriġt minn Ħaż-Żabbar u wasalt sat-tarf ta' Zabbar road domt xi nofs siegħa għax it-triq hija dejqa u ma tiflaħx għal dak it- traffiku kollu.", "Problema oħra ta' dan it-tip imma li hija akuta teżisti f'Ħ'Attard fejn f'ċerti ħinijiet qed tinħoloq konġestjoni sħiħa ta' traffiku.", "Aħna qed ngħidu li dawn il-problemi għandhom jiġu ndirizzati u għalhekk hemm bżonn li naraw x'se nagħmlu dwarhom.", "Apparti minn hekk, aħna kkalkolajna wkoll kemm se jiġu jqumulna dawn il-proġetti biex ma niġux akkużati li nagħmlu biss proposti u fil-fatt nafu eżattament kemm se jqumulna dawn il-proġetti biex jiġu implimentati.", "Nittama biss li permezz ta' ħidma serja, inkunu nistgħu nsolvu l-problemi li għandna f'dan is-settur tant importanti.", "Issa, Mr Speaker, nixtieq ngħaddi kelmtejn dwar id-direttorat tat-traffic management.", "Jien nemmen li dan id-direttorat huwa importanti ħafna, pero` waħda mill-affarijiet li ma nistax nifhem hija kif id-direttorat tat- traffic management suppost jaħdem.", "Meta rajt x'ġie vvotat lil dan id- dipartiment għas-sena d-dieħla, sibt li m'għandux nefqa kapitali, u dan minkejja li suppost ikollu.", "Safejn naf jien il-pelican lights u t-traffic lights m'għadhomx iktar responsabbilta` tar-roads department imma saru jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tad-direttorat tat-traffic management għax dawn huma żewġ modi ta' kif jiġi managed t-traffiku.", "Kulma għandu d- direttorat tat-traffic management huwa nefqa rikorrenti ta' xi Lm14,000 f'personal emoluments.", "L-istess nistgħu ngħidu għad-direttorat tat- transport strategy għax kulma ġie vvotat għalih hija nefqa ta' Lm11,000, jiġifieri probabbilment dawn il-flus se jservu biss biex jitħallas id- direttur ta' dan id-direttorat!", "Jien naqbel li għandu jkollna dawn l- istrutturi, imma trid tagħtihom ir-riżorsi biex jaħdmu u mhux tidħak bihom Dawn id-direttorati kif jistgħu jissaħħu jekk lanqas biss għandhom budget għalihom?!", "Fil-budget li ppreżentajtilna għas-sena d-dieħla ħlief il-paga tad-direttur m'hemmx.", "Kif se jaħdem dan id-dipartiment?", "Bid-direttur waħdu?", "Id-direttur tat-transport strategy ma nafx min hu imma jekk ma jkunx xi superman, waħdu żgur li mhux se jlaħħaq max-xogħol li hemm bżonn isir.", "Hemm ideat tajbin imma hemm bżonn inlaħħmuhom.", "Ma rridux, per eżempju, nagħmlu kif jidher li se jsir fid-direttorat tat-toroq.", "Jiena rajt x'qed isir issa u rajt it-tenders kollha li ħarġu s'issa mid-direttorat tat-toroq.", "F'daqqa waħda wara li kien ilu ma joħroġ tender ma nafx kemm, sal-bieraħ jew il- bieraħt lura sibt li d-direttorat tat-toroq ħareġ 45 tender għal xogħlijiet ta' toroq u qaluli li hemm xi 30 oħra li jridu joħorġu.", "Jiena analizzajt ftit dawn il-45 tender li huma kollha għal toroq u x'sibt li 26 minnhom inzertaw toroq kollha fid-distrett tal-ministru.", "Imma mhux din l- iktar li dejqitni għax innotajt li qed tidħol id-drawwa - u hawn irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-awditur ġenerali - li għal xogħol kbir fi triq qed tinħareġ departmental tender, u x-xogħol jinqasam f'biċċiet.", "Per eżempju, għal Triq il-Ħtajriet ġewwa l-Mosta kien hemm xi ħames tenders differenti.", "Għandek phase I, phase II, phase III, etc. Meta nħareġ departmental tender ma tistax teċċedi Lm20,000.", "Issa din it-triq mid-dehra biex isir l-asfalt tagħha trid 'il fuq minn Lm800,000.", "Allura x'għamlu?", "Biex ma jgħadduhiex mis-sistema tal-kuntratti qabdu qasmuha biċċa biċċa u se jgħadduha departmental tender.", "Dan huwa abbuż u jien niġbed l-attenzjoni ta' l-awditur ġenerali biex jara li dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Fil-fatt diġa` l-awditur ġenerali kien ta ruling fuq każ ieħor simili u qal li mhux sewwa li meta jkun hemm dawn it-tip ta' kuntratti taqsmuhom biċċa biċċa u toħorġuhom departmental tenders meta dawn suppost joħorġu mid-dipartiment tal-kuntratti.", "U għaliex ma joħorġux mid-dipartiment tal-kuntratti?", "Għax id-dipartiment tal-kuntratti għandu ċerti safeguards li m'għandux id- departmental tender.", "U dan mhux sewwa.", "Dan huwa abbuż u nitlob investigazzjoni kif qed joħorġu dawn it-tenders.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li veru li s-settur tat-trasport huwa settur importanti, pero` dan il-gvern mhux qed jittekiljah bis-serjeta`.", "Biżżejjed infakkru li dan il-gvern qabel ma tela` fil-poter kien wiegħed li se jġib il-flus mill-Unjoni Ewropea b'mod faċli, skond hu, sabiex insolvu l- problemi tat-trasport f'pajjiżna.", "Fil-fatt fil-manifest elettorali tal- partit Nazzjonalista jingħad li r-riabilitazzjoni sħiħa tat-toroq ta' Malta u Għawdex jista` faċilment jiġi finanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "S'issa, għallinqas safejn naf jien, lanqas sold wieħed imġiddem għadu ma ġie mill- Unjoni Ewropea għat-toroq.", "J'Alla li dawn il-flus jiġu minn x'imkien ħalli insolvuhom il-problemi li għandna f'dan is-settur.", "Jiena ngħid li m'għandniex noqogħdu nistennew lill-Unjoni Ewropa biex insolvu l-problemi tat-toroq.", "Biex insolvu dawn il-problemi li għandna f'dan is-settur tant importanti għal pajjiżna jrid ikun hemm ir-rieda u l-impenn politiku biex issir dik il-ħidma li hemm bżonn, B'hekk biss nistgħu nsolvu l-problemi kbar li hemm f'dan is-settur.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, illum reġa' għandna quddiemna r- rapport ta' l-awtorita` tat-trasport.", "Illum din l-awtorita` spiċċat u flokha sar xi ħaġa ikbar li ġabar taħtu dak kollu li għandu x'jaqsam mat- trasport u bir-rispett kollu ngħid li ma rajna l-ebda ħaġa li marret 'il quddiem.", "F'dan ir-rapport erġajna ġejna bl-istess affarijiet li issa ilna nisimgħuhom għal dawn l-aħħar sittax-il sena, li t-trasport pubbliku se jirranġa.", "Kif qal il-kollega tiegħi l-Ministru, it-trasport pubbliku m'huwiex il-karozzi tal-linja biss imma huwa dak kollu li l-commuter juża biex jivvjaġġja f'dawn il-gżejjer.", "Għandek il-minibuses, tar-RACA, il- buses tat-turisti, il-vapuri li jaqsmu bejn Malta u Għawdex u anke d- dgħajjes li jużaw it-turisti.", "Kulma rajna jmur 'il quddiem huma l- insurances li saru cartel bejniethom u biżżejjed ngħidu li mill-budget 'il hawn l-insurances għolew b'10%.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma tissemma fil-Parlament.", "Imma din hija taxxa diretta li għalkemm ma jagħmilhiex il- gvern qed jagħmluha l-kumpanniji ta' l-insurance.", "Din hija taxxa li baqgħet tiela` u ħadd m'hu qed jagħti kas x'inhu jsir fil- kwestjoni ta' l-insurances.", "Per eżempju, tmur illum tħallas Lm100 u tmur l- għada u jgħidlek li issa għoliet u trid tħallas Lm120 u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Meta tistaqsihom għaliex għoliet jgħidulek għax kellhom ħafna accidents.", "Anzi issa għandna skuża oħra għax qed iwaħħlu f'Bin Ladin minħabba t-traġedja tal-11 ta' Settembru.", "Qegħdin jgħidulna wkoll minħabba li kien hawn ħafna każi ta' tankers li nqasmu u allura l-insurances marru ħażin.", "Iġibu l-iskużi kollha bjiex jgħollu l-insurance.", "Nisimgħu ħafna lil min jgħid li hawn il-kompetizzjoni bejn il-kumpanniji ta` l-insurances.", "Jiena ngħid tassew sabiħa din il-kompetizzjoni.", "Minflok li l-affarijiet jorħsu, dejjem jogħlew.", "Għaliex?", "Għax dawn jiftiehmu bejniethom u jgħollu kemm iridu għax m'hawn kontroll ta` xejn.", "Forsi wieħed jgħidli: Imma l- gvern Laburista se jikkontrollahom dawn l-affarijiet?", "Jien ngħid li iva, għax l-affarijiet li għandu dritt ikun jaf il-gvern Laburista jkun irid jafhom.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin bl-insurances tal-karozzi dejjem telgħin.", "Erbat ijiem oħra l-ħaddiem mhux se jkun jista' jżomm karozza għax bil-pagi li għandu se tkun xi ħaġa impossibbli biex iżżommha.", "Sur President, illum ikollok karozza tmur għand l-insurance u jgħidlek li se jinxurjahielek fuq Lm1,000.", "Ikollok accident tmur għandhom u jgħidulek issa nagħtuk Lm200 u l-karozza neħduha aħna għax ma tissewwiex.", "Imbagħad tmur għand min isewwi u jgħidlek li tissewwa.", "Mela meta biex jinxurjawlek jeħdulek ħafna flus tajbin imma meta jiġu biex iħallsu jibdew isibu l- iskużi kollha u naf niex li biex tħallas minn ċerti insurances dam jitħabat sena jew sentejn.", "Ħafna minnhom kellhom jidħlu l-qorti biex tħallsu.", "Jien mhux qed ngħid li kull min jagħmel claim għandu raġun.", "Alla ħares ikun hekk.", "Imma mbagħad min qatt ma kellu claim u ġie darba biex jagħmel claim għax kellu accident trid tittrattah ta` nies u mhux tipprova ġġib l-iskużi kollha biex ma tħallsux.", "Din hija xi ħaġa li qed ibati kulħadd biha.", "Dan mhux qed ibatu l-Laburisti jew in-Nazzjonalisti, qed ibati kulħadd.", "Tiltaqa` ma' min tiltaqa` jgħidlek li l-insurance tal-karozzi tieklok għax dejjem togħla minn xahar għal xahar.", "Din mhux qed nagħmluha bi kritika.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex ngħinu liż-żgħir għax il-kbir mhux se taffettwah billi jmur iħallas Lm200 insurance.", "Għax aħna dejjem ngħidu li hawn min hu traskurat fis-sewqan u dejjem inwaħħlu fiż-żgħażagħ.", "Dejjem huma jeħlu.", "Hawn żgħażagħ isuqu aħjar minn min għandu ċerta eta` għax ikunu bil-galbu u hawn min għandu ċerta eta` u jqażżek fit-triq.", "Ara jekk ikun xi wieħed minn dawn naqbel li m'għandekx taqbad u tħallas.", "Imma jekk ikollu għaxar accidents f'sena, jiena li qatt ma kelli accident għandi nħallas għalih?", "M'għandux ikun hawn xi ħaġa li jekk wieħed kellu għaxar claims ħames iħallas tant u wieħed li qatt ma kellu claim iħallas mod ieħor.", "Jekk jien qatt ma kelli claim f'għaxar snin għax għandi neħel ma` dak li għamel ħafna claims?", "Imma għaliex għandi neħel jien ma' l-insurance?", "Jekk Bin Laden kisser l-Amerika għaliex għandi neħel jien ma' l-insurance?", "Imur isib lil Bin Laden mela lili!", "Jiġu bl-iskuża li b'dak li seħħ fil-11 ta' Settembru l-insurances ħadu daqqa.", "Allura tort tiegħi?", "Allura jien li għandi karozzi għaliex irrid inħallas għal dak li għamel Bin Laden?", "Jekk kien hemm tanker li nqasam u l-insurances imfarrkin għandi neħel jien? għax issa jien l-aħħar insurance li kelli qalli, jekk nafx li kien hawn ħafna accidents fil-baħar.", "Jien mort ma' wieħed ħabib tiegħi li kien sejejr għand ta` l-insurance biex jinxurja l-karozza.", "Meta staqsih kemm, ta` l- insurance qallu bħalissa għoliet għax kien hawn ħafna accidents fuq il- baħar.", "Qbiżt jien u għedtlu: Isma' dan karozza ġie jinxurja u mhux dgħajsa.", "Illum il-ġurnata m'huwiex kapriċċ li jkollok karozza.", "Min ikollu karozza biex jinqeda m'huwiex kapriċċ.", "Hemm bżonn li jsir xi ħaġa.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin li hekk.", "Dawn taparsi għandhom il- liberalizzazzjoni u minn taħt kulħadd magħqud biex jiftiehemu.", "B'kumbinazzjoni dawn jifthemu, jekk għoliet waħda għolew kollha f'daqqa.", "Mela se nibqgħu sejrin hekk?", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Sur President, niġi issa għall-kwestjoni tar-riforma fit-trasport pubbliku.", "Il-ministru qal li jekk għada se jkun hawn ir-riforma f'dan is-settur se nibdew niġu kkritikati, li r-riforma mhux hekk kellha ssir.", "Jiena nista` ngħidlu li jekk ir-riformi li jsiru jkunu riformi bis-serjeta`, sakemm indum shadow minister jien ta` dan is-settur żgur li m'iniex se nikkritikahom għax jiena favur li jsiru riformi bis-serjeta` f'dan il- qasam.", "Trid tkun miġnun biex issir riforma għall-ġid u inti ma taqbilx magħha.", "Jien ma naqbilx ma' riformi li jkunu taparsi riformi.", "Per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam mal-karozzi tal-linja dejjem inżidu n-nolijiet u ngħidu li qed nagħmlu dan biex ikun hawn trasport aħjar u flok 'il quddiem immorru lura.", "M'iniex qed ngħid għal naħa jew oħra, imma f'dawn l-aħħar snin it-trasport pubbliku mhux għall-aħjar mar imma għal agħar.", "Jien mhux qed ngħid li kollox ħażin.", "Imma l-poplu qed iħoss li mhux moqdi tajjeb għax kieku m'hawnx dan it-tgergir kollu.", "Inti taħseb li billi nġibu l-karozzi l- ġodda se nkunu rranġajna t-trasport pubbliku?", "Lanqas qatt!", "It-trasport pubbliku ma jistax jirranġa jekk nibqgħu mexjin kif aħna mexjin.", "In-nies qed jitilfu n-nies il-fiduċja u min mhux jinduna b'dawn l- affarijiet mhux qed jgħix f'Malta.", "Għada pitgħada, jekk imorru fl-Unjoni Ewropea s-sussidju jrid jispiċċa.", "Issa ma noqogħdux ninħbew dak is-sussidju jrid jispiċċa.", "Aħna veru li rridu nirrinġaw it-trasport pubbliku f'Malta?", "Mhux veru li rridu nirranġawh.", "Billi noqogħdu nagħmlu l-bordijiet u l- awtoritajiet mhux se nirranġaw it-trasport pubbliku.", "Lanqas jekk tagħmel 10,000 bord u 10,000 awtorita` ma tirranġa.", "Jekk mhux se naqbdu l-barri minn qrunu, il-problema tat-trasport pubbliku qatt m'hu se nsolvuha.", "Fil- qasam tal-karozzi tal-linja trid issir riforma bilfors.", "Ma jistax ikun li dan is-settur jibqa' mfarrak u mkisser.", "Issa jien naf li għada se joħorġu jgħajruni.", "Imma ma ninkwetax meta nkunu se nagħmlu xi ħaġa għall-ġid.", "Il- ministru jaf li meta nagħmlu xi ħaġa għall-ġid lili se jsibni warajh għax jiena naqbel ma` riformi għall-ġid.", "Imma ma nistgħux nibqgħu kull darba ngħidu li se nżidu l-nolijiet u li se nagħtu s-sussidju biex imbagħad noħorġu stqarrijiet u ngħidu li t-trasport pubbliku se jmur 'il quddiem u l-commuter se jkun moqdi aħjar.", "Ma ndaħkux nies.", "Sur President, jiena qbilt mar-riforma li saret fl-istages għax veru ġew sbieħ.", "Imma jien nixtieq inkun naf kif meta kien hemm din il-proposta mill- gvern Laburista l-planning authority qaltilna le.", "Tafu għaliex qaltilna le?", "Għax ix-xemx tista` tirrifletti fuq il-ħġieġ u ttellef lid-drivers.", "Din waħda mill-iskużi banali li kellna biex ma nbidlux l-istages.", "Issa nbidlu u ġew sbieħ ħafna ma nistax ngħid li ma ġewx tajbin.", "Imma għaliex meta jkun hemm gvern Laburista nagħmlu l-bsaten fir-roti u mbagħad meta tinqaleb il-folja nibqgħu għadejjin?", "Jiena naf x'jien ngħid.", "Din saret tajba imma b'daqshekk ifisser li rranġajna t-trasport pubbliku?", "Billi bdilna l-istages ifisser li l-commuters ġew moqdijin aħjar?", "Jiena ngħid li le.", "Kulħadd jismagħhom il-complaints.", "La jżommu ħinijiet, tkun fuq l- istage d-driver jibqa` għaddej u ħafna complaints oħra.", "M'hemmx serjeta`.", "Naħseb li l-awtoirta` bħalna tismagħhom dawn il-complaints.", "Allura mhux bilfors kulħadd juża l-karozza privata tiegħu.", "Min se joqgħod nofs siegħa fuq l-istage għal xejn.", "X'ħin fettillu ġie u x'ħin fettillu ma ġiex.", "X'jiswa li nwaħħlu l-karti bil-ħinijiet fuq l-istages jekk imbagħad ix- xufier fettillu li ma jridx jgħaddi?", "Kien hawn ħafna kunsilli li pprovaw jiltaqgħu ma` tal-karozzi tal-linja biex jaraw x'jistgħu jirranġaw.", "Jiena naf li l-Ministru jagħmel l-almu tiegħu imma dan ma jiddependix mill-Ministru, jiddependi minn min jaħdem f'dak is-settur.", "Inutli tiltaqa` magħhom biex per eżempju tgħidilhom biex jagħmlu servizz ta` karozza tal-linja f'ċerta area jekk jgħidulek li ma jridux jagħmluha ma jagħmluhiex.", "Jien naqbel li f'ċerti areas għandu jkun hemm servizz ta` karozza tal-linja imma naqbel ukoll li fejn m'hemmx bżonn m'għandiex issir għax mhux sewwa li toqgħod taħli xufier u karozza tal- linja biex kull siegħa joqgħod jitla' u jinżel vojt.", "Taparsi għandek il- karozza tal-linja u ma jużaha ħadd.", "Imma dak għandu jsir studju sew u fejn naraw li għandu jkun hemm karozza tal-linja nagħmluha u fejn naraw li m'hemmx bżonn ma nagħmluhiex.", "La jidħol is-sajf il-karozzi tal-linja ta` San Pawl il-Baħar, tal-Mellieħa, ta` Birżebbuġa, ta` Buġibba u ta` nħawi turistiċi oħra kollha jkunu mimlijin bit-turisti u n-nies li jkunu fuq l-istages biex imorru jew jiġu lura mix-xogħol jħalluhom l-art.", "Jiena ngħid li fis-sajf għandu jkun hemm ċertu ammont ta` karozzi tal-linja u fix-xitwa għandu jkun hemm ammont ieħor.", "Jien m'iniex qed ngħid lit-turisti biex ma jużawx il-karozzi tal- linja imma għandu jsir xi ħaġa biex in-nies tax-xogħol ma jibqgħux jitħallew l-art.", "Kemm ikun hawn nies sejrin il-Marfa biex jilħqu il-vapur u għax il-karozza tkun mimlija dawn jibqgħu fuq l-istage?", "Darba kien hemm xufier u lil wieħed qallu biex jekk irid jinqeda jidħol il-Belt.", "Għaliex għandu jidħol il-Belt meta hemm l-istages?", "Allura inneħħu l-istages mill- ewwel u kulħadd jidħol il-Belt.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, kulħadd jagħmel li jrid.", "Jiena nammeti li l-affarijiet għolew u llum biex tibdel tyre trid Lm100 jew Lm150.", "Nammetti wkoll li batterija ta' karozza ta' linja m'għadhiex Lm10 imma saret Lm200.", "Nammetti wkoll li d-diesel għolielhom, imma nammetti wkoll li l-gvern qed joħroġ is-sussidju għal dawn il-karozzi u l-poplu għandu jkollu return għax is-sussidju mit-taxxi tal- poplu qiegħed jingħata.", "Mela l-poplu jħallas t-taxxi biex jissussidja l- karozzi tal-lina biex inkun moqdi u fil-fatt m'hu moqdi xejn.", "Dan mhux qed ngħidu bi kritika lejn il-Ministru jew lejn l-awtorita`, imma qed ngħidu biex il-poplu jkun moqdi.", "Hawnhekk qed niddiskutu jekk it-trasport pubbliku hux sejjer tajjeb jew le.", "Jekk sejjer tajjeb ngħidu li sejjer tajjeb, imma jekk sejjer ħażin, kif fil-fatt sejjer, irridu ngħidu li sejjer ħażin u qed ibati kulħadd.", "Dan mhux għax inti Nazzjonalista mhux se tbati u għax inti Laburist se tbati.", "Jekk it-trasport pubbliku jkun sejjer ħażin ibati kull min jużah.", "Jiena nemmen li kieku t-trasport pubbliku jkun organizzat suret in-nies, il-poplu m'hu se jsib l-ebda diffikuta` li jagħmel użu minnu.", "Irridu nammettu wkoll li dawn huma affarijietli l-poplu qed jistenna minn min hu responsabbli biex xi darba naslu biex ngħidu li veru għandna trasport pubbliku li jixraq il-poplu Malti.", "Sur President, issa ħalli niġi daqsxejn għall-kwestjoni tal-wardens.", "Jiena m'iniex kontra l-wardens u dawn saru bi skop tajjeb.", "Jiena nemmen li l- warden għandu jkun hemm biex jeduka lin-nies u mhux biex joqgħod għassa wara xi siġra jew wara xi kantuniera biex joqgħod jagħmel iċ- ċitazzjonijiet.", "Din m'hijiex serjeta`.", "Dawn saru biex nedukaw lin-nies jew biex niġbru t-taxxi?", "Dawn ġew tax collectors bil-pulit.", "Forsi wieħed jgħidli: Allura nħallu lil kulħadd jipparkja fejn irid?", "Le, mhux hekk qed ngħid.", "Imma mhux sew li għax jiena nkun pparkjat f'kantuniera ħażin u qiegħed nostakola daqsxejn jiġi l-warden u jagħmilli ċitazzjoni mbagħad fi triq prinċipali trakk fih daqs hawn pparkjat f'kantuniera u ma tistax toħroġ minħabba fih ma jimportax, u meta tkellem lill-pulizija jew lill- wardens jgħidulek li ma jistgħu jagħmlu xejn għax dak għandu liċenzja u jista' jipparkja fejn irid.", "Veru li għandu l-liċenzja imma fl-opinjoni tiegħi trakk m'għandux ikun ipparkjat fi triq prinċipali.", "Lanqas huwa sewwa li nħallu karozzi mitluqin fit-triq bil-ġrieden u l-ħmieġ u tmur l-għassa jew għand tal-kunsill u jgħidulek li qegħdin hemm għax m'għandhomx fejn ipoġġuhom.", "Inkella oħra, mela jekk wieħed tal-ħaxix joħroġ kannestru barra nagħmlulu ċitazzjoni għax qed jieħu l-ispazju, imbagħad lil dawn il-ħafna dealers tal-karozzi li jkollhom 200 karozza kollha barra ma ngħidulhom xejn.", "Jekk tmur tgħidlu biex ineħħi xi karozza jgħidlek li m'hijiex tiegħu.", "Jgħidlek li qiegħda hemmhekk imma ma jafx ta` min hi, imbagħad fil-għaxija jdaħħluhom kollha fil-garaxx.", "Dażgur għax meta jixtriha l-liċenzja ma jdawwarhiex fuqu u tibqa' l-liċenzja tas-sid ta` qabel.", "Morru il-Fleur-de-Lys u l-Mosta u taraw jekk hux minnu dan li qed ngħid.", "Sewwa dawn l-affarjiet?", "Sewwa li l-kunsill ikun għadu kemm għamel bankina ġdida u dawn id-dealers jimlewha kollha karozzi għax uħud minhom ħadd ma jista' għalihom u malli jmur ikellimhom il-warden bil-kemm ma jaħbtux għalih?", "Sewwa dawn l-affairjiet?", "Għalhekk qed ngħidu li meta jkun hemm gvern Laburista ġdid is-sistema tal-wardens se tispiċċa minn kif inhi.", "Is-sistema tal-wardens trid tiġi mod ieħor.", "Il-warden mhux se jibqa` jkun dak il-bniedem li qiegħed hemm biex jagħtik ċitazzjoni ħalli l-kunsill jiġbor l-eluf tal-liri.", "Din trid tispiċċa.", "Dawn jew se jkunu nies li veru qegħdin hemmhekk biex jaraw li l-affarijiet isiru sewwa jew inkella m'aħniex se naslu.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il- Gozo Channel.", "Xtaqt li kien hawn il-Ministru għal Għawdex ħalli tirrispondi hi għax din m'hijiex responsabbilita` tal-Ministru Ċensu Galea.", "Jien jaqbadni d-daħk, titla' fuq il-vapur ta' Għawdex u jiġu fuqek tfajliet jistaqsuk kif mort bil-vjaġġ, biex qsamt u minn fejn tlajt.", "Min fejn trid titla'?!", "Mela hemmhekk hemm l-istage?!", "Jew mill-Marfa jew miċ-Ċirkewwa.", "Ġiet waħda fuqi, ma kenitx taf min jien, u staqsietni biex qsamt.", "Qbiżt jien u għedtilha: Sa Kemmuna bil-għawm imbagħad irkibt minn hawn.", "Dawn mhux affarijet tad-daħk.", "Mhux bil-vapur tal-Gozo Channel trid tmur?", "Biex trid taqsam hawn għal Għawdex?", "Jew bil-għawm jew bil-vapur tal-Gozo Channel jekk ma jkollokx id- dgħajsa tiegħek.", "Dawn mhux flus fil-ħela, meta l-kumpannija għandha daqs dak dejn?", "Meta biex issir riforma suret in-nies hemm bżonn din il-ħela?", "Jien naqbel li l-kumdita` hija sabiħa imma minn flusek għamilha l-kumdita` mhux minn flus il-poplu!", "Hemm bżonn dawn it-teatrini kollha biex wieħed jaqsam minn fuq bejn Malta u Għawdex?", "Għaliex bil-lejl meta m'hemmx karozzi għandu jiġi dak il-vapur kbir b'karozza waħda u b'sitt passiġġieri?", "Meta kienet f'idejn il-privat kienu jċemplu biex jaraw kemm hemm nies u vetturi.", "Dan mhux ħela ta' flus?", "Ma nafux kemm jaħlu u kemm ġew jiswew flus lill- poplu Malti?", "Il-Ministru Giovanna Debono qalet li l-Għawdxin se jibqgħu jiġu sussidjati.", "X'sussidju hu?", "Dak tal-gvern u l-gvern ma jissussidjahx.", "Lill-Għawdxin iżżommilhom prezz u lill-Maltin u t-turisti żżommilhom prezz ieħor.", "Il-gvern jiddeċidih il-prezz.", "Jekk il-Malti jħallas Lm1.50 u l- Għawdxin li jadħmu Malta iħallsu 25c, il-gvern mhux qed jgħaddi l-Lm1.25 differenza lill-gozo channel.", "Mela m'int qed tissussidja xejn.", "Inti tkun tajt prezz speċjali lil Għawdxi li jaħdem Malta u l-Malti jħallas kollox.", "Is-sena l-oħra kellna l-joke tas-sena għax intqal li nsterqu bi Lm80,000 crisps u ħallsithom il-Gozo Channel.", "Issa biex insterqu Lm80,000 crisps kull passiġġier li qasam qabad pakkett crisps u niżel bih.", "Imma kif ngħiduhom dawn l-affarijiet!", "Dawn x'affarijiet huma?", "Crisps qed isemmu mhux xi skrun ta` vapur!", "Dawn l-affarijiet iniżżluhom fir-rapporti u waqt li taqrahom jaqbdek id-daħk.", "Sur President, niftaħħru li naqqasna l-vjaġġi u qasmu iktar nies u karozzi bejn Malta u Għawdex.", "Pero` imbagħad insibu li l-kumpannija reġgħet tilfet.", "Dawn x'affarijiet huma?", "Din is-serjeta` li għandna?", "Allura ħadd ma jara għaliex qed isiru dawn l-affarijiet?", "Ħadd ma jaf x'inhu jsir?", "Din m'hijiex ażjeda ta' Giovanna Debono.", "Din hija ażjenda tal-poplu.", "Issa nħalluha titkisser imbagħad nipprivatizzawha biex mingħalina nirranġawha.", "Mela l-ewwel inħalluha titkisser imbagħad nipprovaw nirranġawha.", "Sewwa dawn l-affarijiet?", "Issa għada nibdew nisimgħu li mhux veru li dak li qed ngħid jien.", "Imbagħad meta tmur tfittex u joħorġu r-rapporti hawnhekk inkunu nafu jekk huwiex veru dak li għedt jien jew le.", "Jien ma nħobbx nitkellem bit-teoriji.", "Qatt ma tkellimt bit-teoriji.", "Jien nitkellem fuq il-fatti.", "Dawn huma affarijiet tal-poplu u min hu responsabbli jrid jara x'inhu jsir f'din il-kumpannija u mhux qisu din m'hi ta' ħadd imbagħad jinbidel il-gvern, jitlaq kulħadd u l- gvern irid jara x'se jagħmel u ma jagħmilx biha.", "Sur President, għanda wkoll il-kwestjoni tal-vapuri ż-żgħar li jużaw it- turisti, għax dak huwa trasport ukoll.", "Dawn huma ċertifikati jekk humiex veru seaworthy jew le, jew kulħadd jarma u jwaħħalek tabella u ejja ħa mmorru.", "X'safeguards għandhom it-turisti li jużaw dawn il-vapuri?", "Hawn min jgħidlek li dan m'għandux x'jaqsam ma' dan il-minsiteru għax din taqa` taħt il-maritime.", "Imma dan mhux trapsort ukoll?", "Hemm xi ħadd li qed jara x'inhu jsir f'dan is-settur?", "Veru li biċċiet minnhom m'humiex seaworthy?", "Dawn biċċiet minnhom inxtraw junk, irranġawhom u issa qegħdin jġorru t-turisti mingħajr ma ġew iċċekkjati.", "Issa meta jiġri xi ħaġa nibdew ngħidu li rridu naraw x'jista` jsir, imma fil-frattemp m'hu qed isir xejn.", "Hemm bżonn li ma neħdux kollox for granted li kollox huwa tajjeb u l-aqwa li wieħed ikollu biċċa liċenzja.", "Għalhekk nitlob lil min hu responsabbli biex qabel ma jibda s-sajf isir checking fuq dawn il-vapuri ħalli naraw jekk humiex veru seaworthy.", "L-awtorita` marittima u l-awtorita` tat-trasport jaqgħu taħt Minsteru wieħed u għandu jkun hemm kordinament biex dawn l-affarijiet jieħdu ħsiebhom.", "Sur President, nixtieq issa nitkellem fuq il-karozzi l-ħomor, dawk li jġorru t-tfal ta' l-iskola.", "Jiena nibqa' ngħid li hemm biċċiet minnhom li huma irresponsabbli għax ħadd m'hu qed jagħti kas x'inhu jiġri.", "Ma jistax ikun - u nibqa' ngħidha għal dejjem - li tfal ta' tliet snin u erba' snin jibqgħu jinġabru minn fuq l-istages fis-6:30a.m. jew fis-7:00a.m. u jgħabbuhom fil-vannijiet bħaz-zalzett u jitilqu jiġru bihom kemm jifilħu biex ilħaqqu xi vjaġġ ieħor u allaħares xi ħadd minnhom ikollu xi accident.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hemm u ħadd ma jagħti kas x'inhu jiġri.", "Din ilna ngħiduha minn sena għal sena u xorta ħadd ma jagħmel xejn fuqhom.", "Għaliex?", "Għax dejjem ġietna tajba.", "Dawn għandhom id-dritt tal-liċenzja tagħhom, imma l-poplu għandu dritt ukoll li wliedu jmorru bħan-nies l- iskola.", "Ma jistax ikun li tfal ta` tliet snin u erba` snin joqogħdu waħdehom max-xufier biss u kulħadd għaddej qisu mżhu xejn.", "Jekk m'intomx qed temmnuni, ibagħtu lill-awtorita` biex filgħodu jwaqqfu xi tnejn minnhom u mbagħad jaraw jekk għandix raġun.", "Dan huwa xogħol ta` l-awtorita` u mhux tal-ministru.", "Billi li dak li jkun teħodlu l-liċenzja għax, per eżempju, qabad jgħajjat ma tkun għamilt xejn.", "Irridu naraw kif lil dawn it-tfal inwassluhom l-iskola bħan-nies u mhux ngħabbuhom ippakkjati bħas-sardin u ejja ħa mmorru ħalli nlaħħqu x-xogħol l-ieħor.", "Sur President, niġi issa għall-kwestjoni tat-taxis.", "Lil tat-taxis qalulhom jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jistgħu jmorru taħdmu barra.", "Għaliex nidħku bihom lil dawn in-nies?", "Din min bellagħilhom?", "Mhux kulħadd jista` jmur jaħdem barra?", "Biex tieħu liċenzja ta` taxi driver fl-Ingilterra trid erba' snin u ġewwa Strasbourg trid tliet snin.", "Barra minn hekk irid ikollok ċerti kwalifiki u trid tkun taf ċerti lingwi.", "Għalfejn noqogħdu nbellgħulhom li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-Ewropa se jkunu jistgħu jmorru jaħdmu barra u jkollhom Iktar xogħol?", "Dawn se jaqbdu t-taxi u jmorru jaħdmu fl- Ewropa?", "Ejja ma ndaħħkux nies bina għax meta ngħidu dawn l-affarijiet hekk inkunu qed nagħmlu.", "Lil tat-taxi għidulhom li jekk nidħlu fl-Ewropa jispiċċa kollox u jistgħu joħorġu liċenzji għal kulħadd.", "Siegħa wara li jmorru fl-Ewropa dan is-settur se jinfetaħ għal kulħadd.", "Fil-ftehim hemm imniżżel x'se jiġri u ma jiġrix u jmisskom tgħidulhom x'se jiġri.", "Dak huwa regolament ta' l-Ewropa għax jekk jien nista' mmur naħdem barra l-ieħor jista' jiġi jaħdem hawn.", "Ma nistax ngħidlu jien ġej naħdem hemm u inti ma tistax tiġi taħdem hawn.", "Dawn l-affarijiet għandna ngħiduhomlhom u mhux ngħidulhom li jistgħu jmorru jaħdmu barra u nieqfu hemm.", "Għidulhom li tista' tiġi kumpannija sħiħa tat-taxis u tgħidlek jiena se narma hawn u ma tistax iżżommha mhux imbagħad wara t-8 ta` Marzu wara li tkun ittieħdet id- deċiżjoni tgħidulhom messkom qrajtu x'fih il-pakkett ħalli kontu tkunu tafu.", "Issa ħalliha li l-pakkett lanqas il-gvern ma jaf x'fih għax għamilna tmient ijiem niddiskutuh u ħadd ma qal x'fih dan il-pakkett.", "Dan qisu xi ħaġa li meta tiftaħ dejjem issib xi ħaġa ġdida.", "Per eżempju, jekk taqra l- parti li għandha x'taqsam amt-trasport għal seba` darbiet ibqa` ċert li dejjem se ssib xi ħaġa ġdida fih.", "Imma l-pakkett ma kellux jiġi hawn u jgħaddi fi tmient ijiem.", "Il-Kostituzzjoni ta` l-1964 għaddiet fi tmien sigħat minn dan il-Parlament u l-liġi dwar iż-żibel li kienet saret fl-1965 damet għaddejja xahar.", "Dawn mhux affarijiet tad-daħk.", "Mela l-Kostituzzjoni tgħaddi fi tmien sigħat u l-liġi dwar iż-żibel iddum xahar.", "Issa veru li d- diskussjoni fuq dan il-pakkett damet tmien seduti imma ħadd minn tan-naħa l- oħra ma qal x'fih.", "Jien kont noqgħod hawn nisma ħalli nara x'fih dan il- pakkett u s'issa għadna ma nafux x'fih.", "Imma l-importanti li lil tat-taxis ngħidulhom li jistgħu jmorru jaħdmu fl-Ewropa.", "Anke tal-karozzi tal-linja jistgħu jmorru jaħdmu fl-Ewropa.", "Kulħadd jista' jmur jaħdem fl-Ewropa imma anke huma jistgħu jiġu jaħdmu hawnhekk.", "Jgħidulek li ftehemu fuq perjodu transitorju ta` seba` snin.", "Seba` snin x'inhuma f'ħajja ta' nazzjon?!", "Leġislatura u nofs.", "Jien ili hawn ġew 30 sena.", "Lanqas naf kif għaddew, aħseb u ara seba` snin.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tal- burdnara.", "Lil dawn ukoll għednilhom li se jibqa` jkollhom il-liċenzja, pero` 'l quddiem trid issir riforma.", "Aħna favur ir-riforma, imma skond x'riforma.", "Imma b'din ir-riforma li se ssir nieħdu ħobż in-nies tax-xatt?", "Se nieħdu l-ħobż tal-burdnara?", "Se nżidu l-liċenzji tal-burdnara?", "Se tispiċċalhom il-liċenzja u niġu bħalma konna qabel 1947 li jikkmanda l-aġent( L-aġent se jkollu l-liċenzja u ma jista' jmissielu ħadd?", "Il-burdnara u dawk kollha li għandhom x'jaqsmu max- xatt -trasport ukoll se jkollhom din il-liċenzja li huma jistgħu jaħdmu fejn iridu( Jiena nixtieq li l-Ministru jgħidli li kollox se jibqa kollox kif inhu f'dak li għandu x'jaqsam l-affarijiet tal-burdnara.", "Din hija importanti għalina li nkunu nafuha.", "Aħna rridu nkunu nafu fuq dawn l- affarijiet.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kwestjoni tal-liċenzja tas-sewqan – li aħna naqblu magħha - li din m'hijiex tiegħek imma hija ta min joħroġha.", "Għaliex( Ma jistax ikun nibqgħu sejrin ikollna dawn l-accidents kollha u kulħadd ikisser u jfarrak.", "Aħna naqblu li fuq il-liċenzja għandu jkun hemm il-punti.", "Naqblu wkoll li għandu jkun hawn il-cameras ta ' l-ispeed biex l- affarijiet isiru sew.", "U jiena naqbel mar-riformi li semma' l-Ministru.", "Jiena li huwa tajjeb ngħid li hu tajjeb.", "Wara kollox il-Ministru m'huwiex Ministru ta' aħmar jew abjad jew iswed, jew ċelesti jew aħdar, huwa Minsiteru tal-poplu kollu.", "Jekk isir accident u joqtol bniedem l-ebda Ministeru ma jista' jagħmel liġi biex lil dak li jkun jerġa' jġibu mingħand il-Bambin.", "Irrid ngħid li dak li nagħmlu hawn mhux qed nagħmluh kontra ż- żgħażagħ kif kien hawn għaqdiet taż-żgħażagħ jew għaqdiet tal-kbar qalu.", "Hawn irġiel daqsi u jitkessħu fis-sewqan.", "Per eżempju waħda mill- affarijiet li ddejjaqni hi li ssib lil xi wieħed quddiemek bis-sigarett f'id waħda, bil-mobile phone fl-oħra u l-isteering waħdu.", "Kif jista'( Jekk ikun tabib ngħid forsi jkun jkollu xi call urġenti, imma wieħed m'għandux joqgħod jibgħat il-messaġġi lit-tfajla waqt li jkun qed jsuq il-karozza.", "Kif jistgħu jsiru dawn l-affarijeit( Dalgħodu waqt li kont ġej hawnhekk iltqajt ma każ simili u daqqejtlu.", "Dan bilkemm ma jkellmekx ħażin.", "Dawn huma affarijiet li rridu narawhom.", "Dawn huma riformi li l-oppożizzjoni taqbel magħhom.", "Dawn riformi tajbin u jagħmlu ġid lill-poplu Malti.", "Mr. Speaker, issa nixtieq nistaqsi mistoqsija u nagħlaq biha.", "Veru li din l- awtorita` se tiġi pprivatizzata( Veru saru xi diskorsi minn ċerti individwi fl-awtorita` ma ċerti nies dwar dan( Jekk din se nagħmluha privatizzata wkoll naħseb li se tkun waħda mit-teatrini li se jkollu l-ministeru.", "J'Alla li dan l-għajdut m'huwiex veru.", "Jiena ma nafx min jista' jkollu interess biex tiġi privatizzata.", "Nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk ta' l- awtorita` li ħadmu in buona fede u nappella lill-oħrajn li qegħdin hemmhekk għall-interessi tagħhom li jekk m'għandhomx għalfejn joqogħdu hemm, jitilqu mill-awtorita`.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, nirringrazzja l-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Debono Grech talli tani ftit ħin biex insemma' l-ħsibijiet tiegħi dwar din l-awtorita` tant importanti fil-pajjiż.", "Fil-ftit ħin tiegħi ma xtaqtx niftaħ ħafna pero` se nħares lejn l-awtorita' mil-lat ta' ċittadina komuni li tkun qiegħda tgħaddi mit-toroq tagħna u anke mill-viżjoni tat-turisti li jiġu hawn Malta u jħallu daqsxejn finanzi f'pajjiżna.", "Din l-awtorita' hija ferm importanti għax tkopri t-toroq, l-ambjent, l-air traffic, il-pollution.", "F'dan il-qasam hemm ħafna affarijiet li wieħed jista' jirranġa u jameljora.", "Dan id-diparitment irid jaħdem ħafna iktar għax għal ħafna snin, sfortunatament pajjiżna bata mit-traskuraġni fejn ftit li xejn saru żviluppi bis-serjeta` biex ikollna pajjiż diċenti, nadif u kontrollat mill-ammont kbir ta' karozzi li qed jidħlu.", "Jiena per eżempju, nistgħaġeb meta l-gvern jiftaħar bl-ammonti kbar tal-karozzi li qegħdin jidħlu ta' kull sena f'Malta.", "F'Malta sas-sena 2000 kellna 246,824 registered motor vehicle.", "Għall-ispazju u kobor ta' pajjiżna dan huwa ammont kbir ħafna u huwa importanti li wieħed jikkonsidra li jżomm ir- rigni.", "Għalkemm iddaħħal il-VRT, bħalma bħalma qal il-kollega tiegħi l- Onor. Joe Debono Grech, ħafna karozzi qed jibqgħu għaddejjin minkejja li ma jkunux tajbin għat-triq.", "Forsi dan qed jiġri għax il-gvern qed jibża' għall- voti.", "Jiena ngħid li l-gvern għandu jkollu daqsxejn iżjed sinsla u jieħu dan il-qasam b'iktar serjeta` għall-ġid tal-poplu Malti li qed jimrad minħabba veleni li jkunu emitted minn vetturi li jkunu antiki u ma jkunux tajbin għat-triq.", "Jekk jara l-ammonti ta' ċittadini Maltin li qegħdin jimirdu bil-cancer wieħed jinduna kemm il-gvern irid iħares lejn dawn l- affarijiet b'iktar serjeta`.", "Mr. Speaker, hawnhekk irrid ngħid li fil-Fgura għadu kemm sar survey li wera ammont kbir ta' persuni mill-Fgura u anke mill-area ta' madwar li qed ikunu effettwati b'dan il-mard qattiel.", "Aħna nieħdu nifs minn dawn il- karozzi u l-ammonti kbar ta' nies li qegħdin jimirdu minħabba dan il-velenu huwa ta' min wieħed jistgħaġeb bih.", "Għalkemm qegħdin inbiddlu t-tip ta' diesel u petrol biex ikollna tip ta' emissions inqas velenużi, pero` xorta waħda qed ikun hemm ammonti kbar ta' emissions, u dawn wieħed jinnotahom l- aktar meta jkun għaddej wara karozzi kbar speċjalment karozzi tal-linja u trakkijiet.", "Meta nkun qiegħda wara xi vettura simili jkolli nagħlaq it- tieqa għax ma nkunx niflaħ nieħu n-nifs.", "Dawn huam affairjeit li l-gvern irid Iħares lejnhom bis-serjeta`.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadalli nixtieq ngħid kemm huwa importanti li jkun hemm kordinazzjoni bejn min hu responsabbli mit-traffiku, il-MEPA u anke minhu responsabbli mit-toroq.", "Dawn kollha jridu jiftehmu bejniethom u jagħmlu pjan ta' struttura.", "Nixtieq insemmi wkoll każ ta' xi ħadd li għandu karozza tal-linja u li l-gvern ġiegħlu jixtri garage biex ma jħallix it- trakk tiegħu barra.", "Dan xtara garage, pero' issa qed ikollu problemi biex joħroġ iI-karozzi tal-linja minnu għax biex toħroġ vettura ta' dak id-daqs trid l-ispazju.", "Ma jistax ikun li min-naħa waħda tingħata permess u min- naħa l-orħa tiġi fil-problemi għax inti ma tkunx tista' tagħmel il-permess tiegħek reali.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar l-importanza li jkollna toroq suret in- nies.", "Jekk irridu li jkollna t-turisti f'Malta, ejja nipprovaw imqar nibdew mit-toroq prinċipali.", "GĦandha tingħata priorita' wkoll it-triq ta' l-isptar.", "Sfortunatmaent kelli nidħol ma' mal-mama tiegħi f'ambulanza u skantajt bl-ammont ta' skossi li kellna tul il-vjaġġ speċjalment fit-triq ta' l-isptar, Din hija xi ħaġa li nitlob lill-Ministru biex jieħu ħsieb.", "Huwa importanti li naraw dawn l-affarijiet, anke mal-kunsilli lokali biex il-poplu Malti jkun dejjem moqdi aħjar.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden għalhekk lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni sabiex jagħmel il- winding up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, kif għedt fil-bidu għandna quddiemna diskussjoni li tolqot fil-laħam il-ħaj lil kull wieħed u waħda minna li ngħixu f'dan il-pajjiż.", "Qed niddiskutu awtorita` li tolqotna għax bl-iktar mod naturali tittratta ħafna punti fiżiċi li lkoll kemm aħna nistgħu naraw jekk ikunx qed isir titjib fihom jew le.", "Wieħed jista' jitlaq bil-premessa wkoll li huwa faċli li tagħmel enfasi fuq dak li jkun għadu ma sarx u tinsa dak li jkun sar.", "Huwa faċli għax fil-ħajja tagħna kull wieħed minna jħares lejn l-affarijiet b'mod personali.", "Mr Speaker, nixtieq nibda dan il-winding up billi nagħmel riferenza għal survey żgħir li sar reċentement minn \"The Malta Indipendent\" dwar affarijiet marbutin mat-trasport u mat-toroq f'pajjiżna.", "F'dan is-survey saru numru ta' domandi li wħud minnhom kienu ta ' natura perosonali.", "Fil- fatt l-ewwel domanda kienet jekk qatt kontx involut f'inċident tat- traffiku.", "Naturalment dik hija domanda personali.", "It-tieni domanda kienet tirrigwarda kummenti fuq il-kondizzjoni tat-toroq ta' pajjiżna.", "Hanwhekk għal darb'oħra kien hemm kummeti b'mod personali.", "Fil-fatt min qal li jridhom aħjar u min iridhom mod ieħor.", "S'hemmhekk konna qegħdin nitkellmu fuq domandi li lilna ftit li xejn jirrigwardawna b'mod dirett, pero` mbagħad kien hemm tliet domandi oħra u waħda minnhom kienet dwar l-x'inhu l-ispeed limit f'one lane f'pajjiżna.", "Sfortunatament, kulmin wieġeb, weġibha ħażin.", "Domanda oħra kienet dwar jekk jużax il-mobile phone jew le u x'inhi l-multa li jeħel bniedem li jinqabad fuq mobile phone waqt li qed isuq.", "GĦal din id-domanda, numru sostanzjali wieġbu li jużaw mobile phone pero` meta ġew għall-mistoqsija dwar il-multa, jekk m'inix żball, persuna waħda biss qalet korrettament x'inhi l-multa u qalet.", "Kienet mara u ammettiet li hija ta' Lm10 għax fil-fatt weħlitha hi.", "Dawn ir-risposti jindikaw in-nuqqas ta' informazzjoni u n-nuqqas ta' knowledge li għandu kull wieħed minna fil-qasam tas-sewqan.", "L-Onor Debono Grech din semmiha u qal li għandhom isiru riformi fil-qasam tat-trasport.", "Nieħu gost ukoll nara li l-oppożizzjoni taqbel mar-riformi fil-liċenzji tas- sewqan.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li għandna s-support tagħha rigward il- bidliet li qegħdin nagħmlu.", "Hawn qed nagħmlu riferenza għar-riformi li ilhom ippubblikati xi seba' jew tmien xhur fil-qasam tal-liċenzjar fejn ġiet introdotta l-points system.", "Hija l-intenzjoni ta' l-awtorita` tat- trasport u tal-gven li we go ahead u npoġġu in place is-sistema tal-punti.", "Kif għedt diversi drabi fil-fatt din is-sistema se tibda għal dawk li għandhom liċenzja ġdida mbagħad tiġi estiża għal persuni oħrajn.", "Dan huwa importanti li nifhmuh għax huwa marbut mal-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna li jgħixu f'dan il-pajjiż.", "Wara kollox, min huwa traskurat fis-sewqan ma jkunx qed jesponi lilu nnifsu biss għall-perikli u għad-danni imma miegħu jkun qed jesponi lil numru sostanzjali ta' persuni oħrajn li jkunu qed isuqu jew passiġġieri f'karozzi oħrajn jew ikunu pedestrians.", "Ilkoll għandu jkollna responsabbilta` ta' l-azzjonijiet tagħna waqt li nkunu qed insuqu, u dan kemm għall-ġid tagħna kif ukoll għall-ġid ta' dawk madwarna.", "Aħna li nsuqu f'dan il-pajjiż naraw kontinwament infringements minn diversi persuni.", "L-Onor.", "Debono Grech semma' l-eżempju tas-sigarett u tal-mobile phones.", "Din hija xi ħaġa li tara kontinwament bħalma kontinwament tara persuni li jibqgħu jsuqu meta l-lights ikunu ħomor jew amber.", "Donnu hawn qabda sewwieqa f'dan il-apjjiż li huma colour blind għax għalihom ma jeżistix l-aħmar, l-amber u l-aħdar, u hawnhekk qed nirreferi wkoll għall- pedestrians.", "Importanti li f'dan ir-rigward mhux biss is-sewwieqa jkollho responsabbilta` imma anke l-persuni li qegħdin jaqsmu minn fuq it-toroq ta' pajjiżna.", "M'għandix dubju li numru sostanzjali mill-inċidenti li jiġru fl- inħawi tal-pelican lights u taż-zebra crossings huma riżultat tal-fatt li nies ma jistennewx il-kulur jaqleb jew inkella jaqsmu qabel.", "Mhux darba jew tnejn li tara pelican lights qegħdin ħomor u taħseb li għafashom il- ħares għax min kellu bżonn jaqsam qabad u qasam, għafas il-buttuna qabel u ħarab jiġri.", "U dan ma jiġrix f'xi triq imwarrba x'imkien.", "L-iktar post li naraha tiġri spiss hija l-bypass ta' Birkirkara, fl-Iklin.", "Din naraha tiġri b'mod regolari, jaqleb il-kulur aħmar u ma tara lil ħadd għaliex dak li jkun ikun diġà qasam għan-naħa l-oħra.", "Hija r-responsabbiltà tagħna lkoll li nużaw tajjeb il-mezzi provduti għal management aħjar tat-traffiku.", "Tajjeb ngħid hawnhekk li matul is-sena li għaddiet l-awtorità dwar it- trasport istallat madwar 70 pelican lights biex nagħtu ċans lill- pedestrians jaqsmu b'mod safe.", "Naturalment jibqa' diversi postijiet fejn għad iridu jsiru.", "Infatti għandi diversi parliamentary questions fuq lokalitajiet fejn għadhom ma sarux.", "Bil-mod il-mod kollha se jsiru għax l- awtorità tat-trasport trid tassigura li l-pedestrians jaqsmu b'mod safe.", "Però l-pelican lights ikunu kull ċertu distanza, allura min ikun se jaqsam ma jistax jaqsam bilfors minn quddiem il-kantura tad-dar tiegħu, irid jimxi ftit passi 'l hawn u ftit passi 'l hemm.", "Huwa importanti li nosservaw ir- regolamenti kontinwament.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Rita Law qalet li hawn 0.25 miljun karozza jiġru fit- toroq tagħna.", "Fil-fatt għandna iktar minn kwart ta' miljun għax għandna 260,000.", "Dawn huma karozzi tiegħi, tiegħek u ta' kull min joqgħod hawn Malta u kull wieħed minna għandu l-mod tiegħu kif juża l-karozza tiegħu.", "Illum il-karozza saret l-iktar għodda bżonnjuża li twasslek minn destinazzjoni għall-oħra.", "GĦalhekk irridu naraw li dik l-għodda nużawha tajjeb kontinwament għaliex inkella jkollna problemi serji li jistgħu jkunu ta' dannu għal kull wieħed u waħda minna.", "Saret riferenza wkoll għall-VRT u tajjeb li wieħed jgħid li dan it-test ma jagħmlux il-gvern.", "It-test tal-VRT jagħmluh 37 jew 38 operatur liċenzjat li għandna f'pajjiżna.", "Meta ddaħħal il-VRT f'Ottubru ta' l-1999 l- intenzjoni ma kenitx li neħilsu mill-karozzi qodma, imma li jitneħħew dawk il-vetturi li mhumiex roadworthy, li mhumiex safe fit-toroq.", "Mhijiex kwesjtoni ta' età għax jista' jkollok karozza li għandha mitt sena li tkun għadha roadworthy u ma toħloqx problemi għal min ikun qed isuqha.", "Allura m'hemmx relazzjoni bejn l-età ta' karozza u l-VRT.", "Tajjeb li wieħed jgħid li mill-1 ta' Jannar tas-sena li għaddiet kważi nofs il-vetturi ta' pajjiżna beda wkoll isirilhom l-emission test.", "L-Onor.", "Rita Law għamlet riferenza għal survey li sar f'isem il-kunsill lokali tal- Fgura.", "U jien niskanta mhux b'li qalet l-Onor.", "Law imma b'li qal min ippreżenta s-survey.", "Jekk inti tippretendi li titwemmen fis-survey li qed tippreżenta nistenna li bħala l-persuna li qed tikkoordina s-survey tkun taf li mill-1 ta' Jannar 2002 beda jsir l-emission test fuq il-vetturi li jitilgħu għat-test.", "Però min għamel is-survey ġie kkwotat li qal: \"Nispera li jidħol l-emission test fil-VRT f'pajjiżna\".", "Ma jafx x'qed jgħid għax l- emission test f'pajjiżna ilu li daħal mill-1 ta' Jannar tas-sena li għaddiet.", "Jiġifieri sa l-aħħar ta' din is-sena l-vetturi kollha jkunu waslu għall-ewwel emission test tagħhom bħala parti mill-VRT.", "Għal dak li jirrigwarda trakkijiet kbar, karozzi tal-linja u vetturi tal- gvern ma nafx kemm-il darba weġibt domandi parlamentari f'din il-Kamra.", "Fil-każ tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet il-kbar il-VRT isirilhom kull sena, u jsirilhom ukoll l-emissions test.", "Naturalment id-direttorat għandu l-informazzjoni miġbura dwar il-vetturi li jagħmlu t-test u dawk li jgħaddu mit-test.", "U dawk li ma jgħaddux mit-test triq waħda għanhom - u hekk qed jiġrilhom - ma jitħallewx fit-toroq ta' pajjiżna.", "Mhijiex kwestjoni ta' sinsla.", "Mr Speaker, il-gvern kellu sinsla meta ntroduċa l- VRT minkejja l-kritika mhux żgħira li qala'.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech għamel sensila ta' domandi dwar il-minibuses u dwar il-Gozo Channel u affarijiet oħra li nweġibhom iktar tard.", "Però waqt dan id-dibattitu rrid nitkellem iktar fit-tul dwar il-qasam tat-toroq li jolqot mill-qrib lil kulħadd.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar li ttratta dan is-suġġett qal li dak kollu li sar minn dan il-gvern f'dawn l-erba' snin sar fuq dak li fil-fatt kien għamel il-gvern preċedenti.", "Mela ejja npoġġu ftit fatti f'posthom biex ħadd iktar ma jibqa' jirrepeti dak li mhux minnu.", "L-esperti Ġermaniżi ġew hawn Malta f'Marzu ta' l-1998 meta l-Onor.", "Charles Buhagiar kien ministru inkarigat mill-qasam tat-toroq f'pajjiżna.", "Ġew f'pajjiżna, bdew jagħmlu analiżi fil- qosor ta' x'inhi s-sitwazzjoni ta' pajjiżna, però fil-5 ta' Settembru, jiġifieri ħames xhur wara li ġew hawn Malta kien hemm bidla fil-gvern.", "U sa dakinhar l-esperti Ġermaniżi kienu bdew jagħmlu xi analiżi żgħar, imma ma kenux bdew jagħmlu bis-serjetà l-analiżi tal-problemi li jolqtu t-toroq ta' pajjiżna.", "Dan għedtu diversi drabi, imma l-Onor.", "Buhagiar jibqa' jirrepeti li sa Settembru ta' l-1998 kien hemm kollox lest.", "Kieku tajjeb li kien hemm kollox lest!", "Kieku kont niffranka xi sena u nofs xogħol, xi sena u nofs inkwiet minn dak li għamlu l-esperti Ġermaniżi biex inkunu nistgħu finalment ngħidu li l-affarijiet huma kif fil-fatt huma.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li dan il-ministeru għamel it-triq ta' Ħal Far li kienet diġà mibdija.", "Imma jien ma nafx minn fejn kienet inbdiet għax kulma kien hemm f'Settembru ta' l-1998 kienet konfużjoni ta' kuntratturi jiġġieldu, ta' diversi pariri legali tal-kuntratturi li qalu li l-kuntratt tat-triq li kienu ħadu kien diġà mogħti lil xi ħaddieħor.", "Domna kważi sena niġġieldu u nillitikaw bejn il-kumitat tal-kuntratti, id-dipartiment tat- toroq u dawn il-kuntratturi biex instabet soluzzjoni għall-kobba mħabbla li sibna dak iż-żmien.", "U madwar sena wara iva bdejna x-xogħol fuq it-triq ta' Ħal Far, u llum parti sostanzjali minn dik it-triq hija lesta.", "Dik it-triq damet biex saret ukoll għax għal darba oħra kellna l-problema li rridu naqilgħu ħafna minn dak l-imbarazz li kienet magħmula bih u kellna nibnuha mill-ġdid.", "Kellna nibnu t-triq mill-ġdid proprju għaliex hija waħda mis- sensila ta' toroq fejn l-affarijiet ma kenux saru sewwa.", "Illum ħadd ma jgħid li t-triq ma saritx tajjeb, imma jgħidu li t-triq hija dejqa, mhijiex wiesgħa biżżejjed.", "Jien ukoll ngħaddi minn dik it-triq u nara persuni bi trailers u b'vetturi kbar ħafna - li għandhom id-dritt joperaw f'pajjiżna - li jaħsbu li qegħdin f'xi grand prix tat-trakkijiet il- kbar.", "Dawn il-persuni jgħaddu jgħaddu regolarment minn dik it-triq għaliex imorru u jiġu bil-merkanzija tagħhom lejn u mill-freeport kuljum.", "U dawn il-persuni jridu jifhmu li għandhom trakkijiet tajbin kemm huma tajbin ma jistgħux jagħmlu minn dik it-triq il-post fejn itellqu t-trakkijiet u l- containers tagħhom.", "Qed jagħmlu ħażin ħafna dawk li fil-fatt jabbużaw għaliex issa l-wiċċ tat-triq huwa tajjeb għax qed ikissru dak kollu li sar.", "Importanti li npoġġu l-affarijiet f'posthom.", "L-Onor.", "Buhagiar qal ukoll li f'Ottubru ta' l-1996 sab dipartiment mingħajr periti.", "Fil-fatt bqajna fejn konna għax f'Settembru ta' l-1998 jien sibt lid-direttur, id-direttur u d-direttur waħdu.", "Kien hemm id-direttur u dawk iż-żewġ Ġermaniżi li semmejt qabel magħluqin ġo kamra żgħira waħda fil- ministeru tax-xogħlijiet, la jafu minn fejn se jibdew u lanqas fejn se jispiċċaw.", "Iżda llum id-direttorat tat-toroq - dak li kien id-dipartiment tat-toroq - għandu premises suret in-nies, għandu equipment u computers li jista' jaħdem bihom, u għandu wkoll numru sostanzjali ta' periti li jgħinuh fix-xogħol tiegħu.", "Uħud minnhom huma qrib sewwa ta' l-Onor.", "Buhagiar u huma kandidati mal-partit Laburista.", "Forsi jgħaddulu l-informazzjoni wkoll, però ma jimpurtax għax illum hawn libertà kbira.", "Għandna numru ta' periti li jagħmlu xogħolhom b'mod tajjeb u b'mod serju.", "Jien ma niddistingwix bejn perit li huwa tax-xaqliba politika tiegħi jew tax-xaqliba politika tan-naħa l-oħra, naturalment sakemm dan il-perit ikun qed jagħmel xogħlu b'mod tajjeb.", "U rrid ngħid li l-parti l-kbira tal- periti li hemm fid-direttorat tat-toroq illum jagħmlu xogħolhom sewwa.", "Illum għandna programm ta' xogħol li rridu naħdmu fuqu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Dan il-programm ta' xogħol ikompli ma' dak li sar matul iż-żmien li għadda.", "Illum ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma qalilna li fl-erba' snin li għaddew ma sar xejn għax saru 400 triq imferrxin ma' diversi lokalitajiet.", "F'dan il-parlament tpoġġiet il-lista tat-toroq li saru f'dawn l-erba' snin fid-diversi lokalitajiet ta' pajjiżna.", "Illum l-Onor.", "Buhagiar donnu nesa għax qal: GĦandu jkun saru 490 triq!", "Għandu raġun jinsa għaliex dawk l- 490 triq mhumiex parti mill-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Dawk l-490 triq ma sarux fit-22 xahar li għamlu huma fil-gvern.", "Jaf li ma sarux u għandu raġun jinsa jekk sarux jew le jew inkella fejn saru.", "U l-poplu Malti jista' jixhed li ma sarux.", "Illum x'qed tagħmel l-oppożizzjoni?", "Illum qed tmur tħabbat il-bibien tan- nies li joqogħdu fit-toroq li għadhom ma sarux - naturalment għad fadal numru sostanzjali li għadhom ma sarux, xi 400 jew iktar - u tgħidilhom: \"X'Għarukaża Ċensu Galea għadu m'għamlilkomx it-triq\"!", "Mr Speaker, Ċensu Galea għamel ħiltu u b'ċertu sodisfazzjon ngħid li fl- erba' snin li għaddew irnexxielna nbiddlu l-mentalità ta' kif isiru l- affarijiet.", "Illum ħadd m'għadu jiġi għandi - u naħseb li lanqas għand kelliema oħra min-naħa ta' l-oppożizzjoni jew min-naħa tal-gvern - u jgħidli: \"Ministru, ejja itfa' daqsxejn żrar u daqsxejn qatran fit-triq tiegħi\".", "Naħseb li dik l-idea spiċċat, bi tbatija kbira għalija personali u bi tbatija kbira għad-direttorat tat-toroq għax kienet ġlieda kontra l- mentalità li kellna f'pajjiżna.", "Jien nibqa' nsostni li l-metodu ta' ftit żrar u ftit qatran huwa l-mod kif tħarbat il-flus ta' dan il-poplu.", "Sakemm inkun responsabbli jien minn dan is-settur nibqa' niġġieled biex ħadd ma jaħdem bis-sistema li jitfa' ftit żrar u ftit qatran 'l hawn u 'l hemm għax dan ma jaqax mis-sema, irid isir permezz tal-flus tal-poplu Malti.", "Il-flus tal-poplu Malti rridu nużawhom għal investiment serju fit-toroq ħalli iktar 'il quddiem inkunu nistgħu nagħmlu dawk li għadhom ma sarux.", "L- Onor. Buhagiar qalilna li l-partit Laburista għandu programm serju - ma qalx kemm se jiswa - biex fil-ħames snin li ġejjin ilesti x-xogħol fuq il- 500 triq li fadal.", "M'għandux bżonn ikun hemm l-Onor.", "Buhagiar biex jgħidilna dan.", "Forsi dak li qed jgħid li għandu m'huwa xejn ħlief kopja tal-programm tax-xogħol li għandu d-direttorat tat-toroq li se jsir fiż- żmien li ġej.", "Forsi dak kulma għandu.", "L-Onor.", "Buhagiar qalilna wkoll li jeħtieġ issir it-triq miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa li fiha 39 kilometru.", "Skopra l-Amerika 300 sena wara l-Onor.", "Buhagiar, għax dak huwa l-programm tax-xogħol li fuqu qed jaħdem id- direttorat tat-toroq u l-awtorità tat-trasport f'pajjiżna miexja bis- serjetà fuqu.", "L-Onor.", "Buhagiar ma qalx li bħalissa qegħdin f'l-istadju li nibdew b'impact assessment għal dak li huwa l-programm tat-TINA.", "It-TINA mhijiex xi frotta li naqtgħuha mis-siġar tal-bajtar f'pajjiżna imma huwa transport infrastructural need assessment li sar matul is-sentejn li għaddew biex jitfassal programm ta' xogħol ħalli dak li huwa meqjus bħala parti mit-trans-European network f'pajjiżna jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn mhumiex invenzjonijiet ta' xi ħadd min-naħa tal-gvern jew min-naħa ta' l-awtorità dwar it-trasport, imma huma fatti konkreti li l- Onor. Buhagiar, permezz ta' organizzazzjonijiet qrib tiegħu, fil-fatt jaf għaliex issottomettew applikazzjonijiet għall-impact assessment li qed nagħmel riferenza għalih.", "Dan huwa importanti li nifhmuh biex meta niġu nitkellmu hawn ġew inkunu qed ngħidulu l-verità lill-poplu Malti.", "Ma ġewx il-miljuni ta' liri għat- toroq, le.", "Imma ma ġewx għaliex kellna gvern fis-sentejn li għamel imexxi lil pajjiżna ddeċieda li jiffriża l-applikazzjoni għas-sħubija.", "Issa qed jgħidilna li mhux biss niffriżaw l-applikazzjoni, imma nwaqqfu l- affarijiet, u addio dak kollu li ħdimna għalih matul l-erba' snin li għaddew, addio l-programmi kollha ppubblikati - li kulħadd jista' jarahom - fuq il-ħteġijiet tat-trasport f'dan il-pajjiż li għandhom finanzjament mill- Unjoni Ewropea permezz ta' dan il-programm TINA.", "Mr Speaker, hemm 56 kilometru ta' toroq li qegħdin jiġu analizzati fid- dettall ħalli wieħed jiddeċiedi x'hemm bżonn jsir fihom, proprju biex 75% tal-finanzjament tagħhom ikun jista' jiġi mill-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, hemm parti ta' 30 kilometru min-network tat-toroq li se jiġu ffinanzjati permezz tal-protokoll Taljan li nafu li ġie analizzat b'dan il- mod minħabba t-triq ta' Malta lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri 30 kilometru oħra mit-toroq tagħna se jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea permezz tal-protokoll Taljan.", "Sal-ġimgħa li għaddiet stess persuni li huma responsabbli mill-qasam tat-toroq fl-Italja ġew hawn Malta, raw l-analiżi u l-programm ta' xogħol li għamel id-direttorat tat-toroq u fil-fatt mhux biss aċċettaw, imma huma kuntenti ħafna bix-xogħol li sar għal dak li jirrigwarda dawn it-toroq.", "Jiġifieri kważi 90 kilometru ta' toroq arterjali ta' pajjiżna se jkunu ffinanzjati b'mod dirett minn dawn is-sorsi li semmejt.", "Imbagħad jibqa' t- toroq fl-ibliet u fl-irħula tagħna.", "Mr Speaker, kuljum niltaqa' ma' nies li jgħiduli li triq tagħhom għadha ma saritx.", "Matul iż-żmien li għadda stajt inkun irresponsabbli u nitfa' żewġ pulżieri tarmak biex ngħidu li kullimkien huwa lest.", "Iżda ma ridniex naħlu l-flus.", "It-Lm30 miljun u aktar li ntnefqu matul l-erba' snin li għaddew intnefqu bħala parti minn investiment dirett u tajjeb fl-infrastruttura ta' pajjiżna.", "U hekk se nibqgħu nagħmlu fiż-żmien li ġej.", "L-Onor.", "Buhagiar ipprova jagħti l-impressjoni li wara tliet snin għadu ma sarx dak li konna wegħedna li se nlestu.", "L-ewwelnett, għall-korrettezza ta' dawk il-ftit li forsi jkunu qed isegwu dibattitu bħal dan, tajjeb wieħed jgħid li bejn il-ġurnata li toħroġ it-tender u l-ġurnata li fiha tiġi allokata t-tender jgħaddi żmien pjuttost twil, speċjalment jekk ikun hemm tenders ta' ammonti sostanzjali.", "U l-Onor.", "Buhagiar jaf li, jekk nieħdu average, il-proċess kollu jispiċċa biex jieħu madwar sena f'dak li huwa tendering process f'pajjiżna.", "Jien wieħed minn dawk li nikkritika ħafna l-fatt li t-tendering process idum sena.", "Din għedtha diversi drabi u nibqa' ngħid li t-tendering process f'dan il-pajjiż irid jiqsar, proprju biex jiġi assigurat li dak li inti titfa' t-tender għalih tkun tista' tagħmlu fi żmien kemm jista' jkun qasir wara li fil-fatt jagħlqu t-tenders.", "U fit-tendering process li għamel riferenza għalih, ta' Burmarrad, tas- Salina u tal-Mosta, kien hemm diversi komplikazzjonijiet oħrajn.", "Kien hemm il-kumplikazzjoni li dak li sa dak iż-żmien kien għadu bħala r-roads group, il-kumpannija li kienet tinkorpora fiha prattikament il-kuntratturi kollha, at one stage iddeċidiet li tirtira mit-tendering process.", "Ma nafx fuq il- parir ta' min, però dik l-organizzazzjoni kienet iddeċidiet li tirtira mit- tendering process.", "B'hekk ġejna fil-pożizzjoni li minn erbgħa jew ħames tenders separati kuntrattur wieħed kellu t-tender in place, u kien l-uniku wieħed li kien għadu fil-kompetizzjoni biex jieħu x-xogħol li kien hemm.", "Dan jafu kulħadd, jafu l-Onor.", "Buhagiar, tafu din il-Kamra, u jafuh nies oħrajn li kultant joqogħdu jxerrdu ċerti xniegħat ta' kwalitajiet differenti.", "Però ħafna drabi biex issib il-verità trid iddum tfittex mhux ħażin.", "Bħalma ġara fil-każ ta' Psaila Street, Imdina Road u l-junction ta' quddiem Mount Carmel.", "Mr Speaker, dalgħodu stennejt lill-Onor.", "Buhagiar jgħidilna, bħalma qalilna diversi drabi, li din il-junction hija mkissra, mhijiex tajba u allura sejrin inkissruha.", "Hekk qalilhom darba fil-każin Laburista f'Ħal Lija.", "L- ewwel biċċa xogħol li kellu jagħmel l-Onor.", "Buhagiar meta jitla' fil-gvern - il-Bambin biss jaf meta - kellha tkun dik li jkisser ix-xogħol li hemm quddiem Mount Carmel u jagħmlu b'mod differenti.", "Illum għamel riferenza għalih u kemm kemm ma tax l-impressjoni li sar fi żmien l-amministrazzjoni Laburista!", "Bħal Psaila Street.", "Dik ukoll, sinjuri nies li tgħaddu minn Psaila Street, sinjuri li toqogħdu fi Psaila Street, dik ma saritx fis-sena li għaddiet, dik saret bejn l-1997 u l-1998.", "Dawk id-domandi kollha li saru - naħseb li wħud minnhom mill-istess Onor. Buhagiar - fuq meta se jibda x-xogħol fuq Psaila Street u meta se jispiċċa x-xogħol, huma kollha ħolm tiegħi, mhumiex realtà!", "Dawk huma ħolm li kont noħolmu meta niġi biex inwieġeb fil-parlament.", "Dawk id-domandi jindikaw bis-serjetà meta beda t-tendering process, meta nbeda x-xogħol u meta sar ix-xogħol.", "L-istess fil-każ ta' Imdina Road.", "Ma nafx kemm smajna fuqha!", "Però llum ħadd ma jitkellem iktar fuqha, kif ma jitkellmux fuq ix-xogħol li għaddej fuq it-toroq madwar l-inħawi ta' l-isptar il-ġdid.", "Hemmhekk ukoll qed naħdmu fuq network ta' toroq biex nassiguraw l-ewwelnett l-aċċess għall- isptar, u t-tieni nett li jkun jista' jimxi bi flow ferm aħjar it-traffiku kollu li joriġina minn San Gwann, min-Naxxar u min-naħa ta' Birkirkara.", "L-Onor.", "Buhagiar qalilna li kulma hemm fil-programm tax-xogħol ta' l- awtorità dwar it-trasport huwa li se tagħmel analiżi tal-bridges.", "Ir- rapport tal-Perit Oliver Debono li semma hu qatt ma rajtu b'għajnejja, però pprovajt nindaga ftit x'inhu dan ir-rapport minn x'ħin tkellem s'issa.", "Dan huwa lista tal-bridges ta' pajjiżna, uħud minnhom akkumpanjati minn xi sketches u akkumpanjati minn xi ritratti.", "Però mill-informazzjoni li għandi jien dan ir-rapport imkien u fl-ebda mument ma jitkellem dwar x'għandu bżonn isir u jekk hemmx bżonn issir xi ħaġa.", "Forsi l-iktar li naraw huma dak ta' Regional Road, però għandna diversi bridges f'pajjiżna li jistgħu jkunu ta' periklu.", "Allura ridna nanalizzaw bis-serjetà dawk il- bridges biex naraw jekk għandhomx bżonn nirranġawhom.", "Wieħed irid jiftakar li meta nbnew dawk il-bridges hawn Malta kien hawn ferm inqas min-nofs il-vetturi li għandna llum, u kien hawn trakkijiet li lanqas kellhom 50% tal-kapaċità li għandhom it-trakkijiet tal-lum.", "Dik hija waħda mill-affarijiet li wieħed irid janalizza bis-serjetà meta jiġi biex iħares lejn xogħol bħal dan.", "L-Onor.", "Buhagiar qalilna li hemm bżonn li nagħmlu bypass f'Burmarrad.", "Forsi diġà għandu l-permess tal-planning authority biex jagħmel bypass f'Burmarrad, Mr Speaker!", "Din il-bypass se tgħaddi mill-ajru, se tgħaddi mis-sema jew se tgħaddi bħal dik tal-Fgura li kulħadd jaf li ma tistax tgħaddi?", "Din il-bypass li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Buhagiar hija xi invenzjoni oħra bħal dik li kien semma l-Onor.", "Refalo fid-dibattitu hawnhekk iktar kmieni s-sena li għaddiet, meta qal li se nagħmlu bypass li ddur madwar ma nafx liema partijiet ta' Għawdex?", "Mr Speaker, jekk għandu xi indikazzjoni mill-awtorità ta' l-ippjanar li se toħroġ permess biex issir bypass, nistieden lill-awtorità ta' l-ippjanar tgħid minn fejn se tgħaddi din il-bypass.", "L-Onor.", "Buhagiar semma l-bypass ta' l-Imtarfa.", "Ma jafx li meta bdejna x- xogħol fil-lane li nieżel mir-Rabat lejn il-Belt kien hemm xi nies li għoġobhom jagħmlu ħafna domandi parlamentari, b'ħafna istigazzjonijiet 'l hawn u 'l hemm li wasslu lill-planning authority biex tgħidilna li għandna bżonn il-permess biex din it-triq - li meta saret ħarbtet kullimkien u ħadd ma tkellem dak iż-żmien - issir b'mod li ma tkunx tista' taqa'.", "Allura d- dipartiment applika għall-permess u dam jistenna kważi sena.", "L-istess rapport dam jiġri mingħand persuna għall-istess persuna ma nafx kemm-il darba u kważi ħlejna sena biex setgħu jitkomplew ix-xogħlijiet.", "Illum li għandna r-retaining wall kważi lest, x'qed tipprova tagħmel l- oppożizzjoni?", "Qed tmur fuq il-post u tgħidilna: \"X'għarukaża, dan il-ħajt li qegħdin tagħmlu mhuwiex tas-sejjieħ!\".", "Le, mhuwiex tas-sejjieħ għax b'ħajt tas-sejjieħ li ma jeżisti imkien f'dawk l-inħawi tat-triq partikolari, konna nagħmlu farsa mix-xogħol li qegħdin nagħmlu.", "Sar it- retaining wall li jrid jilqa' madwar żewġ sulari, u f'ċerti postijiet iktar, ta' tafal biex nassiguraw li meta titlesta t-triq ma jiġrilhiex bħalma ġralha fl-ewwel tentattiv tagħha meta taparsi saret.", "Irridu naraw li dak ix-xogħol isir b'mod tajjeb proprju biex nassiguraw li dak l- investiment li nagħmlu jkun long-term.", "L-Onor.", "Buhagiar ħareġ b'żewġ affarijiet biex juri kemm m'huwiex minnu dak li ngħid jien u l-awtorità.", "L-ewwelnett qalilna: \"Jiddependi ta' min ikun ix-xogħol biex jaqilgħuh!\"", "Jien m'iniex se nwieġeb għal dik ir-rimarka.", "Dik iwieġbu għaliha l-kuntratturi li huma ta' fehmiet politiċi differenti li qlajnielhom ix-xogħol.", "Nistedinhom, huma min huma l-kuntratturi, biex jgħidu li mhux veru jiġri kif qed ngħid jien.", "Ix-xogħol ħażin jinqala', ikun ta' min ikun, Mr Speaker.", "Ikun ta' min ikun jinqala' u jkollu jerġa' jagħmlu a spejjeż tiegħu.", "L-Onor.", "Buhagiar qalilna li Triq iċ-Ċiċerun, Marsaxlokk hija triq fejn id- dipartiment qalilna li kellu jaqla' s-cement stabilisation, jiġifieri dak il-concrete li jsir fit-triq, imbagħad il-kuntrattur ma qalax dak ix-xogħol u ħallieh hemmhekk.", "L-ewwelnett jien nitlob lill-persuni, li jirrappreżentaw lill-istess partit politiku fil-kunsill lokali ta' Marsaxlokk, biex ma jipprovax jitfgħu dellijiet fuq id-direttorat tat-toroq minħabba li għandhom ġlied personali.", "Il-ġlieda bejn min qed imexxi u min kien jixtieq li jkun imexxi hu, hija xi ħaġa li m'għandix għalfejn nidħol fiha jien.", "Però x'kienet id-deċiżjoni fuq Triq iċ-Ċiċerun f'Marsaxlokk?", "Sirt naf li kien hemm dik l-ittra li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Buhagiar, u mbagħad sar on the spot inspection ta' dak li hemm u fil-fatt kien hemm id-deċiżjoni li minflok ikun hemm ċertu ammont ta' concrete stabilisation u jintuża ammont inqas ta' tarmak, ikun hemm bidla fil-mod ta' kif l-istess triq tinbena.", "Allura s-cement stabilisation li kien hemm fil-qiegħ tħalla fejn hu, però bħala konsegwenza tal-fatt li s-cement stabilisation ma kienx jiflaħ daqskemm wieħed kien jixtieq oriġinarjament, kien hemm iż-żieda fil-ħxuna a spejjeż tal-kuntrattur f'dak li huwa t-tarmak.", "Forsi jkun hawn nies li ma jifhmux dak li qed ngħid, imma l-Onor.", "Buhagiar jaf li biex tilħaq l-istess reliability tat-triq, l-istess kwalità tat- triq, hemm diversi modi kif tibni triq.", "Dan żgur li jafu l-Onor.", "Buhagiar u allura wieħed ikollu jistaqsi x'inhi l-intenzjoni wara dak li qal.", "Kien hemm diversi każi fejn ix-xogħol tal-kuntratturi kellu jinqala' u jien nieħu pjaċir li l-Onor.", "Buhagiar, minn tant xogħol ta' natura ferm u ferm ikbar minn ta' Triq iċ-Ċiċerun, ma kellux eżempju ieħor x'jista' jikkritika ħlief Triq iċ-Ċiċerun.", "Il-kuntratturi dan tant jafuh illi llum waħda mill-biżgħat tagħhom hi li jkollhom jaqilgħu x-xogħol li jkunu għamlu mill-ġdid.", "Din hija waħda bidliet radikali li saru fil-mod kif isiru l-affarijiet f'dan is-settur.", "Jien nammetti li xi drabi jkun hemm kuntratturi li jdumu iktar milli jkun mistenni għax ma jeħdux it-time factor in consideration biżżejjed, pero` bil-mod kif qed isiru l-affarijiet, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jirrealizzaw li mhux biss il-kwalita` tax-xogħol hija importanti imma wkoll li x-xogħol jitlesta fil-ħin li jkun miftiehem.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Buhagiar kellu raġun meta qal li fi 22 xahar ma tantx tilħaq tagħmel affarijiet kbar għax il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l- 1996 ħlief parti minn Zabbar road jew Hompesch road - għax hawn min jgħidilha \"Zabbar Road\" u hawn min jgħidilha \"Hompesch Road\" - m'għamilx, u qed ngħid li għamel biss parti minnha għaliex minkejja li fil-Fgura hemm nies li joqogħdu jiftaħru li ma ħallewx li din it-triq tinbeda qabel Ottubru ta' l-1996 minħabba li kienet ġejja l-elezzjoni, sa dak iż-żmien din it-triq kienet diġa` kważi lesta.", "Aħna qed nagħmlu minn kollox biex nassiguraw li x-xogħol li jsir fit-toroq ikun ta' kwalita` tajba, pero` xorta waħda tibqa' ssir il-kritika li hemm toroq li m'humiex qed isiru b'mod tajjeb.", "Fil-fatt l-awtorita` dwar it-trasport qiegħda torganizza laqgħat regolarment, għal liema laqgħat qed tistieden lill-periti tagħha, lill-kuntratturi u lill-periti tal-kuntratturi proprju sabiex tassigura li l-kwalita` tat-toroq ta' pajjiżna titjieb.", "Innotajt li dalgħodu ma saritx kritika mill-oppożizzjoni - u s-soltu jħobbu jagħmluha din it-tip ta' kritika - fuq id-djuq ta' ċerti toroq.", "Fil-fatt aħna ħdimna wkoll f'dan ir-rigward u ħadna ħsieb naraw li nagħmlu sinjali tat-traffiku biex f'dawn it-toroq dak li jkun ma jaqbiżx karozzi oħra minħabba n-nuqqas ta' spazju.", "Per eżempju, fost it-toroq li fihom saru dawn is-sinjali tat-traffiku hemm dik li qiegħda fl-inħawi magħrufa bħala \"Tal-Balal\" u dik it-triq li hemm quddiem l-isptar Monte Carmeli.", "Forsi l- oppożizzjoni ma reġgħetx għamlet din il-kritika għax irrealizzat li dan kien l-aħjar mod biex nevitaw li tiġri xi diżgrazzja f'dawn it-toroq.", "Għandu mnejn nerġgħu nisimgħu din il-kritika meta wieħed ikun qed jitkellem f'xi każin, bħalma ġara, jekk m'iniex sejjer żball, il-Ħadd li għadda fejn waqt diskussjoni li kien hemm f'każin partikolari kien hemm min tkaża li jien l-ewwel wegħidt lill-kunsill lokali tal-Gudja li se nagħmlilhom ħaġa u mbagħad għamiltilhom ħaġa oħra.", "Meta vverifikajt sibt li jien kont wettaqt dak li wegħidthom, u l-kunsill lokali tal-Gudja jafu dan, pero` billi ninsabu biss ftit ġimgħat 'il bogħod mill-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, inkluż ta' dak tal-Gudja, is-sindku u l-kunsilliera tal-Gudja, flimkien mal-Membri ta' l-oppożizzjoni, qed jgħidu lir-residenti tal-lokal illi t-toroq fl-area magħrufa bħala \"Tax-Xlejli\" ma sarux minħabba li l- Onor. Ċensu Galea ma ħallihomx.", "Dan il-kliem ġie rrekordjat, jiġifieri min irid jista' jivverifika hu stess jekk dan li qed ngħid huwiex minnu.", "Quddiemi għandi ittra li ntbagħtet mill-kunsill lokali tal-Gudja fis-17 ta' Diċembru li għadda, jiġifieri ħames ġimgħat ilu, u ittra oħra li ntbagħtet mill-permanent secretary fl-24 ta' Diċembru, jiġifieri lejliet il-Milied li għadda, dwar il-kuntratt tax-xogħol biex isiru t-toroq f'Tax-Xlejli.", "Wara li nikkwota l-ittra tas-segretarju tas-sindku wieħed jinduna li minkejja li s-sindku, fl-ittra li bagħat, qal li hu u l-kunsilliera jridu li jaslu, dan kien biss lip-service.", "Ħalli nikkwota silta mill-ittra li bagħat il- permanent secretary lill-kunsill lokali tal-Gudja fl-24 ta' Diċembru:", "\"Għalhekk nistieden lill-kunsill biex jagħmel l-istimi tiegħu fil- limiti tas-somma biss.", "Hekk kif ikolli l-lista tat-toroq u l-istima tagħkom inkunu nistgħu nipproċedu bl-iffirmar ta' ftehim.\"", "Inselli għalik u għall-kunsill u nixtieqilkom l-isbaħ xewqat għall- festi\".", "Mela jekk mill-24 ta' Diċembru l-awtorita` dwar it-trasport ma ngħatat l- ebda risposta mill-kunsill lokali tal-Gudja, wisq nibża' li l-interessi politiċi tal-kunsilliera tal-Gudja pprevalew fuq l-interessi tar-residenti ta' Tax-Xlejli, u dan huwa l-iżball.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li nofs il-45 tender li ntefgħu, intefgħu minn nies li joqogħdu fl-istess distrett tal- Ministru.", "Jien ma nafx mil-liema distrett huma dawk li tefgħu dawn it- tenders, pero` naf xi jgħidu sħabu, jekk mhux hu wkoll, meta jkun qed jagħmel iż-żjarat fid-djar ta' Tax-Xlejli.", "Fil-fatt dawn jgħidulhom li l- Onor. Ċensu Galea ma jridx jagħmlilhom it-toroq.", "Mr Speaker, hemm bżonn nagħrfu li jrid ikollna responsabbilta` kemm lejna nfusna, kemm lejn dak li ngħidu kif ukoll lejn dawk in-nies li nkunu qed nitkellmu magħhom.", "Il-Membri parlamentari ta' l-oppożizzjoni tgħidx kemm huma frustrati minħabba x-xogħol li sar fl-inħawi tal-Baħrija.", "Fil-fatt dawn kienu qed jagħmlulna domanda wara l-oħra biex jaraw meta se jsiru t- toroq tal-Baħrija u kienu jgħidu lir-residenti ta' dawk l-inħawi li sakemm il-gvern huwa mmexxi mill-partit Nazzjonalista, dawn it-toroq m'humiex se jsiru, pero` billi issa x-xogħol f'dawn it-toroq sar, il-kelma tagħhom ġiet miksura, bħalma ġiet miksura bix-xogħol li sar fi Triq Gorg Borg Olivier ġewwa r-Rabat wara l-ħafna pressjoni li kien hawn biex issir din it-triq.", "F'leaflet li bagħat l-Onor.", "Buhagiar lir-residenti ta' Ħad-Dingli, huwa qalilhom li ġaladarba jitilgħu fil-gvern, huma se jbiddlu s-sistema tal-one- way li saret fit-triq tar-Rabat u jerġgħu jagħmluha two-way, pero` issa mhux se jkollhom ċans jitilgħu fil-gvern u jbiddlu din is-sistema għax din diġa` nbidlet mill-amministrazzjoni li għandna preżenti llum.", "Mr Speaker, kull wieħed u waħda minna hawn ġew irridu naraw li nġorru r- responsabbiltajiet li għandna verament, kemm meta nkunu fuq in-naħa ta' l- oppożizzjoni kif ukoll meta nkunu fuq in-naħa tal-gvern.", "Dalgħodu l-erba' kelliema li tkellmu qalu kemm hu importanti li nittrattaw il-qasam tat- trasport b'mod tajjeb, b'mod onest u b'mod konkret, pero` biex nittrattaw il-qasam tat-trasport bis-serjeta` m'huwiex biżżejjed li nqumu bil-wieqfa f'din il-Kamra u ngħidu erba' kelmiet.", "Biex turi li inti temmen verament dak li tgħid, irid ikollok xi riżultati għax-xogħol li tkun għamilt.", "Matul dan id-dibattitu diġa` ssemma kemm għad fadlilna x'nagħmlu f'dan il-qasam, u ġaladarba qed insemmi kemm għad fadlilna x'nagħmlu rrid ngħid li r- rapport li sar ma jgħidx li s-sena d-dieħla kulma se nagħmlu huwa li niċċekkjaw jekk il-bridges humiex f'kondizzjoni tajba imma jitkellem fuq diversi toroq li għad iridu jsiru wkoll.", "Id-diffikultajiet li ltaqa' magħhom id-dipartiment tat-toroq fil-passat u d-diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom id-direttorat tat-toroq u l-awtorita` dwar it-trasport illum nistgħu nsolvuhom biss jekk inkomplu nibnu fuq dak li bnejna matul iż- żmien li għadda.", "Irrid nikkoreġu dak li sar fi żmien l-imgħoddi b'mod żbaljat u rridu nassiguraw bis-serjeta` li l-awtorita` dwar it-trasport, bil-funzjonijiet diversi li għandha, dak li għandha tagħmel, tagħmlu tajjeb fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "B'hekk biss inkunu nistgħu naċċertaw ruħna li qed intejbu l-qasam tat- trasport verament u li dan m'huwiex biss lip-service.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża f'nofsinhar u rriżumiet għaxar minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa` npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "392", "FAVUR: 31 L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Pullicino George| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 18", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Brincat Leo |Farrugia Michael| |Buhagiar Charles |Farrugia Noel | |Chircop Karl |Law Rita | |Cilia Joe |Parnis Silvio | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ġew approvati.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l- Erbgħa, 5 ta' Frar 2003, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Turiżmu ta' Malta għas-sena 2003", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq ċertu kliem li qed jingħad fil-konfront ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru ta' l-UE.", "Fl-aħħar laqgħa annwali tad-delegati li kellu l-MLP, ġie deċiż li l-boycott fuq ir-referendum li tant kien hemm kliem fuqu, mhux se jsir, almenu mhux uffiċjalment.", "Dan hu ċertament punt pożittiv u hija ħaġa naturali li f'demokrazija, wieħed iħalli n-nies jieħdu d-deċiżjoni imbagħad din id-deċiżjoni tiġi rispettata.", "Dawn huma l-punti elementari fid- demokrazija u fi kwalunkwe demokrazija vera fid-dinja, lanqas biss isir diskussjoni fuqhom.", "GĦalhekk huwa tajjeb li l-MLP wara ħafna tingiż, wasal għall-konklużjoni li jħalli lill-laburisti free li jmorru jivvotaw għal referendum u għall-kunsilli lokali.", "Pero` ikolli ngħid li l-appell li sar huwa stramb.", "Skond il-MLP, il-laburisti jistgħu jew ma jmorrux jivvotaw, jew li jmorru jivvotaw u jħassru l-vot jew li jivvotaw le.", "Din hija stramba immens għaliex ovvjament hemm ir-raba option, option li nittama li se jagħżlu l-biċċa l-kbira tal-Maltin u l-GĦawdxin, dik li jivvotaw iva.", "Din l-option, il-MLP ma semmihiex u mhux qegħda msemmija fid- diskors ta' Dr. Alfred Sant, u hija option importanti li nsemmu u importanti li nafsu fuqha, li l-poplu Malti u GĦawdxi jmur għal dak ir- referendum u jivvota bi ħġaru għal sħubija fl-UE.", "Qiegħed ngħid dan il- għaliex il-MLP jaħdem bis-sulluzzu.", "Dan ħadem bis-sulluzzu fil-kwestjoni tal-kunsilli lokali, ħadem bis-sulluzzu fil-kwestjoni tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, ħadem bis-sulluzzu fil-kwestjoni tal-VAT u qed jaħdem bis- sulluzzu fil-kwestjoni tar-referendum.", "Issa nispera li bħalma wieħed ma jippretendix li partit politiku joqgħod jordna boycott fuq referendum jew le, u tajjeb li ngħidu f'liema ċirkustanzi dan il-boycott ma seħħx għax l- MLP kien ilu jgħid li se jagħmel boycott żmien twil ħafna imma mbagħad m'għamlux bħal ma' għamel fuq il-cash register fejn ta' x'jifhem li se jneħħiha u ma neħħihiex.", "Issa ddeċieda li ma jagħmilx boycott u wieħed irid jifhem ukoll għalfejn ma għamilx il-boycott.", "Jista' jkun li l-partit Nazzjonalista kellu l-għerf li jgħajjat ir-referendum flimkien ma' l- elezzjoni tal-kunsilli lokali u allura ma kienx jagħmel sens li l-MLP jagħmel boycott fil-ġurnata meta kienu qegħdin jiġu eletti 40% tal- kunsilliera tal-kunsilli lokali ta' Malta u GĦawdex kollu.", "Jista' jkun li l- partit Nazzjonalista reġa kien instrumentali sabiex jisforza idejn il-MLP biex ikun demokratiku u jista jkun allura li bħalma ġara fil-passat, huwa proprju l-partit Nazzjonalista li hu l-vera tarka tad-demokrazija f'pajjiżna u kellu jkun hu li jwassal il-MLP biex jieħu deċiżjoni li hija demokratika.", "Hija deċiżjoni li wieħed jistenna u wieħed jistenna wkoll li kemm il-partit Nazzjonalista u kemm il-MLP jagħmlu dak li huwa normali f'kull demokrazija fid-dinja u jaċċettaw ir-riżultat tar-referendum.", "GĦalxejn il-MLP joqgħod jgħid li mhux se jagħti kas tar-riżultat tar- referendum imma se jagħti kas ta' l-elezzjoni ġenerali.", "Issa li l-MLP mexa pass 'il quddiem u se jieħu sehem f'dan ir-referendum, kull ma jonqsu hu li jimxi pass ieħor u jaċċetta l-opinjoni tal-poplu, jiġifieri r-riżultat tar- referendum.", "Jiena qrajt l-intervista li ta Gunter Weiss, li kien l-ex-ambaxxatur ta' l- UE u li issa jinsab irtirat u dan qal li Malta għandna t-tendenza li niġbdu d-demokrazija bil-lastiku imma din li jiġi njorat jew ibbojkottjat referendum lanqas biss tiġi diskussa f'pajjiżi oħra.", "Jekk partit hu vera demokratiku, dan irid ta' l-inqas, juri rispett lejn id-deċiżjoni kollettiva tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Gunter Weiss jippretendi li d-deċiżjoni tal-poplu għandha tiġi rispettata, jgħid x'jgħid Dr. Alfred Sant u jgħid x'jgħid kull kelliem tal-MLP, id- deċiżjoni tal-poplu Malti hija deċiżjoni sovrana u trid tkun attwata.", "Dak il-partit li jaħseb li jasal biex jimmina deċiżjoni demokratika ta' poplu demokratiku, jkun qed jiżbalja bil-kbir għax ikun qed jistieden fuqu dak li jiġi wara, li hija l-istmerrija kompleta tal-poplu Malti u Għawdxi għal dak li jkun għamel il-partit Laburista.", "Għalhekk, jiena nitlob lill-partit Laburista biex ladarba wasal biex ma jordnax boycott fuq ir-referendum, jasal għat-tieni pass li jmiss li jbaxxi rasu bħalma jbaxxi rasu l-partit Nazzjonalista u kull partit demokratiku f'pajjiżna u jaċċetta dak ir- riżultat tar-referendum bir-riżultati kollha tiegħu u bl-implikazzjoni kollha tiegħu.", "L-elezzjoni ġenerali huwa mezz kif jiġi elett il-gvern għax huwa l-poplu Malti li huwa sovran, jiddeċiedi min jiggverna f'pajjiżna, tajjeb jew ħażin.", "Il-poplu għandu l-aħħar kelma u għajb għal dak il-partit, bħalma ġara fl-1981, meta l-gvern immexxi mill-MLP dak iż-żmien kien injora mandat ċar tal-poplu li ried il-partit Nazzjonalista jiggverna.", "Dak iż-żmien, il- partit Nazzjonalista kien ġab aktar minn 50% tal-voti mitfugħa u għaddejna minn snin li sfortunatament bata kemm il-poplu Malti u kemm l-istess partit li wettaq fl-opinjoni tiegħi, dak li tista' ssejjaħlu reat demokratiku, bata dak il-partit li kien rasu kbira biżżejjed biex ma jbaxxix rasu għad- deċiżjoni tal-poplu Malti, jibqa' jiggverna kontra r-rieda tal-poplu Malti u nafu in effett li dawk kienu ħames snin moħlija li tefgħu pajjiżna u l- partit Laburista lura.", "Jiena ngħid li dawk il-ħames snin tefgħuh tant lura li sal-lum, għadu ma rkuprax.", "Dak li ġara bejn l-1996 u l-1998 reġa' kkonferma s-suspetti tal-poplu Malti li l-partit Laburista għadu m'huwiex fit to govern, għadu m'huwiex tajjeb biex imexxi.", "Ilum kont qed naqra artiklu tajjeb fuq waħda mill-gazzetti minn Karl Stagno Navarra fejn dan għamel punti tajbin ħafna fejn qiegħed jargumenta li l- partit Laburista kontra dak li qiegħed jgħid, għadu not fit to govern għaliex l-ideat politiċi tiegħu għadhom fil-qamar.", "Sfortunatament, il- partit Laburista għadu jrid jitgħallem il-lezzjoni li biex tiggverna jrid ikollok żewġ kwalitajiet.", "Waħda li jkollok programm tajjeb biex tkun tista tiggverna bih u t-tieni, li tkun umli biżżejjed biex taċċetta r-riedha tal- poplu Malti u GĦawdxi u dan il-partit Laburista, għadu ma tgħallmux.", "J'Alla f'dan ir-referendum jitgħallem kif għandu jbaxxi rasu għar-rieda tal-poplu Malti u GĦawdxi għax jekk ma jbaxxiex rasu għar-rieda tal-poplu Malti u GĦawdxi, Sur President, il-poplu Malti u GĦawdxi se jagħti risposta qawwija lill-MLP fl-elezzjoni ġenerali.", "Pero`, l-isbaħ waħda li ħarġet minn din il-konferenza tal-MLP, u qed nikkwota minn \"The Times\" ta' nhar it-Tnejn, kienet li l-ispokesman tal- partit Laburista għal ekonomija, l-Onor.", "Leo Brincat qal li huma qatt ma kienu qed jaħsbu fuq boycott.", "Issa din aħna nafu li mhux vera imma nsomma fil-politika milli jidher, ir-retorika tgħodd kollox u l-MLP malajr jinsa dak li jkun qed jgħid qabel.", "Niftakru fuq il-VAT kemm damu jagħmlu kruċjati kontriha u f'daqqa waħda intesa kollox; l-istess jgħodd għall- kunsilli lokali.", "Il-verita` hi li l-MLP huwa dgħajjef immens f'dik li hija politika konkreta għall-pajjiżna.", "Pero` statement klassiku - u se nikkwotah għaliex tajjeb li jinżel fir- records ta' dan il-parlament - hu dak li qal l-Onor.", "Brincat.", "Dan qal hekk:", "\"We respect your intelligence, the motion was a choice that respects choice and leaves it up to you to reach your own decision.", "The important thing is that you do what you want as long as you don't vote yes.\".", "Mela f'nifs wieħed qegħdin jgħidu li hu importanti li dak li jkun jagħmel dak li jħoss imma imbagħad qalulu biex ma jivvotax iva!", "Allura m'hemmx choice!", "Il-partit Laburista qed jipprova jinħeba wara dawk li jkunu ħassru l-vot jew dawk li ma jmorrux jivvotaw għal raġunijiet differenti, biex dan jkun jista jinterpreta r-riżultat tar-referendum fid-dawl tan-nies li ma marrux jivvotaw għal raġunijiet li m'għandu x'jaqsam xejn ma dak li qed jgħidilhom il-MLP.", "Jista' jkun li uħud minn dawk li qegħdin fir-reġistru elettorali laħqu mietu wkoll.", "Anke l-voti ta' dawn in-nies se jitqiesu bħala vot kontra għall-MLP?", "Jiena nappella lill-MLP biex ma jkomplix idaħħak in-nies bih.", "Illum il- poplu Malti huwa poplu li tgħallem il-lezzjonijiet tad-demokrazija.", "Issa ilna bil-Parlament mill-1921, qabel il-Parlament kellna l-kunsill tal- gvern, jiġifieri ilna iktar minn 100 sena bil-partiti politiċi.", "Ma naqbilx ma' xi kumment li smajt dan l-aħħar fuq it-television jew fil-gazzetti li l- poplu Malti għadu ġdid għad-demokrazija.", "Il-poplu Malti m'huwa ġdid xejn għad-demokrazija, il-poplu Malti immatura fid-demokrazija, jaf jużaha, jaf juża s-sistema tajjeb u huwa għajb li jkollok il-partit Laburista li jipprova jċajpar is-sitwazzjoni b'dan il-mod biex mingħalih jidħak bin- nies.", "Jiena ngħid l-unika entita` li l-partit Laburista jkun qed jidħak biha huwa proprju bih innifsu għax qed jagħmel bħal l-ostrich u jdaħħal rasu taħt il-ħamrija u mingħalih għax hu qed jara dlam hemm isfel, il- kumplament tal-poplu Malti u Għawdxi jkun qed jara d-dlam ukoll.", "Jiena nitlob lill-MLP biex ikun realistiku u jieqaf bil-kampanja ta' gideb, gideb li huwa magħżul mhux b'kumbinazzjoni.", "L-ewwelnett, nerġa' nfakkar lil din il-Kamra li l-Kummissarju Verheugen, meta ġie hawnhekk f'dan il- Parlament biex jindirizza lid-deputati parlamentari - laqgħa li sfortunatament kienet magħluqa għall-press għax naħseb li laqgħa bħal dik mmissha kienet miftuħa għal press – dan qal lill-MLP u l-GWU to stop misleading.", "Irrid infakkar li l-istess GWU applikat għal programmi ta' Socrates u Leonardo ta' l-UE u ħadet kwart ta' miljun Lira biex tissieħeb f'dawn il-programmi, liema programmi qegħdin ingawdu għax aħna applicant state għall-UE.", "Huwa tajjeb li l-GWU ħadet dawn il-flus pero` il-mod kif imxiet hu tassew double faced fejn b'id waħda tieħu Lm0.25 miljun mill-UE u bl-id l-oħra qed turi kwadru li m'huwiex l-opinjoni tagħha imma sempliċiment m'huwiex vera.", "Qed tgħid ħafna nofs veritajiet jew gideb sfaċċat u sfortunatament din il- union qed terġa' tħalli l-MLP jissettja l-aġenda tagħha.", "Il-GWU reġgħet spiċċat dak il-kelb fuq iċ-ċinga li konna nafu fi żminijiet mhux wisq imbiegħed meta minħabba l-fatt li l-GWU ħalliet lilha nnifisha tiġi użata mill-MLP, kien sofra l-ħaddiem Malti u Għawdxi.", "Sfortunatament, illum erġajna qed naraw dan it-tip ta' ipokreżija fejn min- naħa waħda il-GWU tieħu l-flus ta' l-UE u min-naħa l-oħra toħroġ gideb kontinwu kontra l-istess UE.", "Mhux qed ngħid li f'xi affaijiet żgħar m'għandhiex raġun imma r-realta` hi li fl-istragrande maġġoranza ta' l- affaijiet li qed tgħid, il-GWU qed tgħid nofs verita` jew qed tigdeb.", "Dan qed isir biex tingħata palata lill-MLP bħal li kieku għada pitgħada, meta joħroġ ir-riżultat tar-referendum, il-GWU ma tridx tagħti rendikont ta' dak li għamlet.", "Sfortunatament, il-GWU ma tgħallmitx tagħmel bħal unions oħra u tkun oġġettiva.", "Jekk il-GWU trid tħares lejn l-oġġettivita`, kulma trid tagħmel hu li tħares lejn rapporti li għandha hi stess fejn jirriżulta li l- UE tkun ta' ġid għal ħaddiem Malti u Għawdxi.", "Għalhekk ngħid li kemm il-MLP u kemm il-GWU f'din il-kampanja qed ikunu ipokriti.", "L-MLP qed ikun arroganti għaliex lanqas ma huwa lesti li jbaxxu rashom għal dak li jgħid il-poplu Malti.", "Anzi l-GWU qalet li lesta tirrispetta r-riżultat tar-referendum avolja x'se tgħid wara r-referendum, jiena ma nafx pero` nispera li jiġu f'sensihom.", "Il-MLP huwa tant arroganti li l-kap tal-partit Laburista jmur f'konferenza tal-partit tiegħu u jsemmi affarijiet li trid tkun babbu biex tgħidhom.", "Ma naħsibx li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa injorant imma trid tkun pjuttost babbu biex tgħajjar stat, li ilu jinvesti f'pajjiżna dawn is-snin kollha, bil-fatt li tefa' fuqna l-bombi fil-gwerra.", "Dan insult għal poplu Malti u Għawdxi kollu speċjalment meta nafu li l-Ġermaniżi u t-Taljani jieħdu għalihom b'din il-biċċa xogħol.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed imur oltre mid-diplomazija u mill-manjieri tajbin meta jgħid dawn l-affarijiet fil- konfront ta' Verheugen, ċittadin ta' stat li għandha relazzjonijiet eċċellenti miegħu.", "Jiena membru tal-grupp bejn il-Parlament Malti u l-Parlament Ġermaniż u dejjem ġejt smat b'mod eċċellenti u kelli relazzjoni eċċellenti ma' l- ambaxxatur tar-Repubblika Federali Ġermaniża f'Malta u jiena ma neħodhiex bi kbira li dan il-bniedem stqarr b'mod pubbliku li ħa għalih.", "Il-Ġermanja hu pajjiż li jibgħatilna numru kbir ta' turisti fis-sena u hu wieħed mill- founding members ta' l-UE.", "Kienet il-Ġermanja taħt il-kanċellier Konrad Adenauer li kellha l-kuraġġ tgħid le għall-gwerer u flimkien ma Franza u pajjiżi oħra, bdew jingħaqdu flimkien biex fl-Ewropa jkun hawn il-paċi.", "Kif jista' jkun li wara dan kollu, jiġi Dr. Sant jgħajjar dak il-pajjiż għax tefgħalna l-bombi!", "Dawn huma affarijiet li ma jingħadux.", "Hawnhekk irrid nagħmel skuża pubblika minn dan il-Parlament għal dak li ngħad u nippretendi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel l-istess skuża għax dawn it-tip ta' kummenti huma irritanti immens.", "Ara meta nfittxu fuq il- passat tal-MLP u ngħidu taħt il-gvern tagħhom, min inqatel u min ġie sparat, dawn mill-ewwel jibdew joqomsu.", "Jekk jiena irrid ikolli relazzjoni tajba mal-MLP, irrid ninsa l-passat u nipprova nimxi 'l quddiem għax jekk issemmi l-passat, in-nies se jħossuhom skomdi.", "Il-kumment ta' Dr. Sant kien diżgrazzja għal pajjiżna u hawnhekk irrid nagħmel apoloġija lill-ambaxxatur Ġermaniż f'isem il-poplu Malti u f'isem din in-naħa tal-Kamra u nispera li dawn il-vavati qatt ma jerġgħu jingħadu.", "L-UE twieldet biex ma jkunx hawn iżjed gwerer, l-UE hu proġett mibni fuq l- etika politika u fil-politika jekk ma jkollokx prinċipji etiċi, ma tistax timxi.", "L-etika fil-politika hija mportantissima.", "U għalhekk l-Unjoni għandha l-ġustizzja, il-ġid komuni, s-solidarjeta` u s-sussidjarjeta` kemm fost in-nies tagħha u kemm fost il-popli tat-tielet dinja fl-etika politika tagħha.", "Nagħlaq billi nikkwota dak li kiteb il-Papa Ġwann Pawlu II f'waħda mill- enċikliċi tiegħu:", "\"Fid-dinja tal-lum, poplu li jgħix fid-dinja globalizzata, f'dinja fejn għad hemm il-faqar u fejn hemm il-pajjiżi sinjuri, mportanti li f'din id-dinja l-popli juru solidarjeta` ma' xulxin, jingħaqdu ma' xulxin, jissaħħu huma u jagħtu għajnuna lil dawk il-pajjiżi li huma ifqar.\".", "U din hi referenza ċara għal dak li għamlet l-UE għaliex il-metodu kif inhu miktub għalkemm ma jsemmix l-UE, hu ovvju li l-Papa qed jirreferi għal dak li għamlet l-UE.", "Il-Papa qed jgħid biex inħarsu lejn l-UE u naraw kif din ġabet il-paċi u qed tgħin lill-pajjiżi oħra tat-tielet dinja, hekk għandhom jagħmlu pajjiżi oħra fid-dinja, dawk fl-Afrika, dawk fl- Amerika t'Isfel u dawk fl-Asja li għandhom jingħaqdu u jikkoperaw biex jgħinu lilhom infushom u wkoll lil min hu aktar batut minnhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 5 ta' Frar, 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.55 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRODUZZJONI TA' ĦALIB FRISK", "38231.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata l-ispiża għall- produzzjoni tal-ħalib frisk sabiex jintlaħaq il-livell ta' 3.5% xaħam fil- ħalib?", "Kemm hija kkalkulata l-ispiża fuq kull baqra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li m'għandux ikun hemm żieda fl-ispiża għall-produzzjoni ta' ħalib frisk biex jintlaħaq il-livell ta' 3.5% xaħam fil-ħalib.", "Infatti minn riċerka li saret fl-Għammieri u li ġiet konkluża, jidher biċ-ċar li l-baqar jieħdu ġwież u magħlef biżżejjed biex jipproduċu ħalib bit-3.5%.", "Biss instab li l-metodu ta' kif jingħata l-għalf irid jinbidel.", "Tant hu hekk li dawk il-produtturi li bidlu s-sistema, kellhom riżultati tajbin mhux biss fix-xaham fil-ħalib imma wkoll żdied l-ammont ta' ħalib li tagħti kull baqra.", "UE – DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' IKEL PROĊESSAT", "38233.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid fuq liema kriterji l-gvern aċċetta li jdaħħal dazji fuq ikel proċessat meta importat minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea u meta dan it-tip ta' ikel ma nipproduċuhx lokalment?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu fil-mistoqsija parlamentari 38156.", "UE – EŻENZJONI MID-DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI TAZ-ZOKKOR", "38236.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il- Ministru jinformani f'liema każi wara s-sħubija , Malta se tkun eżentata milli tħallas tariffi, dazji jew kwoti fuq l-importazzjoni taz-zokkor?", "Kemm fil-fatt hija t-tariffa, kemm huwa d-dazju u kemm hija l-kwota li se tiġi imposta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li hekk kif Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, f'pajjiżna nibdew napplikaw l-istess tariffi li japplikaw fil- pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Dawn it-tariffi jvarjaw mhux biss skond il- prodott partikolari iżda wkoll skond il-pajjiż minn fejn ikun qed jiġi importat dak il-prodott u għalhekk wieħed ma jistax jispeċifika tariffa waħda.", "Fil-fatt jeżistu diversi tariffi, jiddependi mill-pajjiż minn fejn joriġina l-prodott.", "L-Unjoni għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma' 'l fuq minn 100 pajjiż.", "Xi wħud minn dawn il-ftehim huma fuq bażi reċiproka, waqt li oħrajn huma fuq bażi mhux reċiproka.", "B'riżultat ta' dawn id-diversi ftehim, pajjiż membru ta' l-Unjoni jista' jimporta minn dawn il-pajjiżi mingħajr tariffa jew b'tariffa mnaqqsa.", "Il-pajjiżi li magħhom l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles reċiproku huma l-Isvizzera; il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka, is- Slovakkja, l-Ungerija, il-Bulgarija, il-Latvia, l-Estonia, il-Lithuania u s- Slovenja, kollha pajjiżi dawn ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Ewropa tal- Lvant kandidati għas-sħubija fl-Unjoni; l-Alġerija, il-Marokk, it-Tuneżija, l-Eġittu, l-Israel, il-Libanu, il-Ġordan, l-Awtorita' Palestinjana, is- Sirja, Ċipru u t-Turkija, kollha pajjiżi ta' l-Euromed – fil-każ tas- Sirja, il-ftehim mistenni li jkun iffinalizzat fil-bidu ta' din is-sena – il-Messiku, l-Afrika t'Isfel, iċ-Ċili u l-Kroazja.", "Fil-każ tal-Mercosur, jiġifieri bħall-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l- Urugwaj, id-diskussjonijiet ma' dawn il-pajjiżi għal ftehim ta' kummerċ ħieles jinsabu fi stadju avanzat.", "L-Unjoni Ewropea tinsab f'negozjati avanzati wkoll għal ftehim ta' kummerċ ħieles mas-Saudi Arabja, mal-Kuwajt, mal-Bahrain, mal-Qatar, ma' l-Emirati Għarab Magħquda u ma' l-Oman, li lkoll jifformaw parti mill-Gulf cooperation council.", "L-Unjoni anke għandha ftehim ta' kummerċ ħieles mhux reċiproku ma' 142 pajjiż li qed jiżviluppaw, il-GSP; ma' 48 pajjiż li jifformaw parti mill-Afrika, il- Karibew u l-Paċifiku – dawn illum magħrufa bħala Cotonou agreements, qabel Lome' - u ma' 49 pajjiż sotto-żviluppat bħala parti mill-programm everything but arms.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ – ABBUŻ MILL-BEJGĦ TA' L-ALKAĦOL", "38370.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jikkonferma il-Ministru li l-pulizija qed tagħmel investigazzjoni dwar parties li qed jiġu organizzati - fejn anke qed jitħallew jidħlu tfal taħt l-eta' ta' sittax-il sena - fejn jinbiegħ l-alkaħol, u dan speċifikament f'Baħar iċ-Ċagħaq?", "Jaf il-Ministru li wieħed minn dawn il- parties ma sarx nhar il-Ġimgħa 24 ta' Jannar għaliex meta marru fil-post imsemmi separatament, sabu il-bieb magħluq għaliex qalulhom li beżgħu li kien se jsir rejd mill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-ġurnata msemmija mill-Onor.", "Interpellant, il-pulizija kienet diġa` għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar ir-rapport imsemmi, bħalma diġa` informajt lill-Onor.", "Interpellant fit- tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38285.", "Kien għalhekk illi l- post imsemmi kien ordnat li jinżamm magħluq.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - PERSUNI LI JAGĦMLUHA TA' DISC JOCKEY", "38371.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm jista' jkollha żmien persuna sabiex tagħmilha ta' disc jockey f'post ta' divertiment?", "Jikkonferma li hemm rapporti li tfal taħt is-sittax-il sena qed jorganizzaw discos u parties f'postijiet tad-divertiment fejn jinbiegħ l-alkaħol?", "Il-pulizija qed tagħmel investigazzjoni dwar dan, speċjalment fil-post imsemmi separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma hemmx regolamenti dwar l-eta` li jrid ikollhom d-disc jockeys.", "Biss kif diġa` kelli l-okkażjoni nispjega, ir-regolamenti biex tinżamm il-bonordni f`lokalitajiet ta` divertiment, jipprojbixxu li persuni taħt l-eta` ta` sittax-il sena jitħallew jidħlu ġewwa lokalita` ta` divertiment.", "Informat ukoll illi l-pulizija rċeviet informazzjoni dwar disco minn żgħażagħ taħt is-sittax-il sena fil-post imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, liema informazzjoni qed tiġi investigata."]} {"filename": "19991101_168d_par.doc", "date": "1999-11-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 168 It-Tnejn, 1 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 168", "It-Tnejn, 1 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "168", "It-Tnejn, 1 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 291", "KUNSENS GHAL ATTI 291", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI 291", "TQEGĦID TA' KARTI 297", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI (L-EWWEL QARI) 298", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (L-EWWEL QARI) 299", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS", "(PERSUNI B'DIŻABILITA' )(IT-TIENI QARI)", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL (SECOND READING) 299", "AĠĠORNAMENT 324", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 329", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 360", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 168 li saret fis-27 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "KUNSENS GHAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. XIV ta' l-1999 - Att ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern.", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI", "PA- APPLIKAZZJONIJIET", "9854.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għal uffiċċju minn kemm ilha mwaqqfa l-awtorita' ta' l-ippjanar sat-30 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm permessi maħruġa għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għal uffiċċju minn kemm ilha mwaqqfa l-awtorita' ta' l- ippjanar sat-30 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għal bdil ta' użu minn abitazzjoni għal uffiċċju taħt il-PAPB li ntirtu għall-ipproċessar mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-1992?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jaf il-Ministru meta xi ħadd japplika kemm għal dak li hemm riferenza għalih fil-mistoqsija u kif ukoll għal permessi ġodda ta' bini u affarijiet oħra u ma jirċevi xejn mill-planning authority sa ċertu data, ikun ifisser li awtomatikament il-permess ikun ħareġ.", "Fil- każ ta' l-applikazzjonijiet li saret riferenza għalihom fil-mistoqsija kienu ngħataw data li jekk ma jkunx hemm xi rimarki mill-planning authority jew tintalab estensjoni ta' żmien, dawn il-permessi awtomatikament ikunu ħarġu, allavolja ma jkunu bagħtulhom xejn.", "Jista' l-Ministru jikkonfermali jekk dan li qed ngħid huwiex korrett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, meta saru l-emendi għal-liġi dwar l- awtorita' ta' l-ippjanar kien daħal il-provvediment tad-deemed approval, li jfisser li jekk jgħaddi ċertu żmien u l-applikazzjoni tkun skond approved policies, allura l-permess jiġi meqjus illi nħareġ.", "Taħt l- amministrazzjoni Laburista aħna konna qajjimna l-punt illi kien hemm lakuna fil-liġi, fis-sens li għad m'hemmx min joħroġ dan il-permess.", "Nista' ngħid li dan il-punt tqajjem ukoll fil-laqgħat reġjonali u anke fuq livell nazzjonali li konna għamilna u fil-fatt fl-abbozz ta' liġi li se nressqu għall-approvazzjoni tal-Kamra qed nipproponu soluzzjoni għal din il- problema, fejn se jiskatta mekkaniżmu illi f'temp qasir trid bilfors tittieħed deċiżjoni u jekk l-applikazzjoni tkun skond l-approved policies naturalment id-deċiżjoni trid tkun favur l-applikant.", "Dan japplika anke għall-każijiet li ssemmew fid-domanda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, mingħajr ma mmur kontra l-ordnijiet tiegħek pero' xtaqt inkun naf jekk aħniex se nżommu mal-prassi li mistoqsija supplimentari trid tkun assolutament relatata ma' l- interpellanza oriġinali.", "Naħseb li m'hemm xejn ħażin li nistaqsu lill- Ministru fuq xi ħaġa li tkun taqa' taħt id-dikasteru tiegħu, naturalment mingħajr ma ninsistu għal tweġiba definittiva jekk hu jgħid li mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti risposta (Interruzzjonijiet).", "Għalhekk nitolbok tippermettili nagħmel mistoqsija lill-Ministru, imbagħad jekk irid jirrispondini.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, ir-regolamenti qegħdin hemm pero' aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm xi riġidita' assoluta.", "Naturalment is-suġġett tal-planning authority huwa wieħed vast u l-appell tiegħi huwa illi kemm jista' jkun id-domanda supplimentari tkun marbuta mad-domanda oriġinali għax inkella nitilfu s-sens ta' l-istess domanda li tkun saret.", "Imma ċertament jekk il-Ministru jkun irid iwieġeb id-domanda supplimentari li ssirlu sta għalih illi jirreaġixxi accordingly.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, se nieħu l-opportunita' biex nagħmel mistoqsija fuq affarijiet li qegħdin proprju jseħħu f'pajjiżna.", "Nistaqsi lill-Ministru jekk għandux xi dikjarazzjoni x'jagħmel fuq l-aħbar li għadha kemm ħarġet dwar il-ħarba ta' erba' priġunieri oħra minn taħt il- kustodja tal-pulizija mill-airport, li suppost kienu se jiġu mgħobbija fuq ajruplan biex jiġu deportati.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din mhix l-ewwwel darba li ħarbu priġunieri mid- detention centre ta' l-airport.", "Nista' nagħti ċ-ċifri ta' kemm ħarbu imma s'hemmhekk nista' ngħid għaliex dan huwa każ riċenti li qed jiġi investigat mill-pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jilluminana dwar l-allowance ta' xi Lm4,000 li ngħatat lill-kummissarju tal-pulizija?", "Jista' jgħidilna eżattament x'kienu r-raġunijiet għala ngħatat din l-allowance, cioe' jekk ingħatatx minħabba xi xogħol li suppost għamel qabel l-aħħar elezzjoni jew jekk ingħatatx fuq talba tiegħu?", "Fuq liema kriterji ngħatat?", "Forsi din id-domanda m'hijiex strettament relatata mad-domanda oriġinali imma naħseb li hija ta' interess pubbliku kbir.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jifhem li ma nistax nagħtih id-dettalji imma se nwieġbu fuq il-prinċipju.", "Meta taħt il-liġi ta' l-1996 twaqqaf is-servizz tas-sigurta', kien inħatar kap tas-servizz tas-sigurta'; u dan il-kap tas-servizz tas-sigurta' seta' kien il-kummissarju tal-pulizija u seta' ma kienx, pero' l-gvern ta' dak inhar kien iddeċieda illi n-nomina jagħtiha lill-kummissarju tal-pulizija.", "Fil- fatt meta ttieħdet din id-deċiżjoni, il-kummissarju tal-pulizija ġie informat bil-miktub illi kien se jsir ċertu topping-up biex meta jieħu s- salarju plus l-allowances li għandu, jilħaq is-somma ta' madwar Lm12,000 b'kollox.", "Ftit wara li l-liġi daħlet in vigore f'Settembru ta' l-1996, saret l- elezzjoni ġenerali u nbidel il-gvern.", "Pero' minkejja li kien hemm l- intenzjoni li din il-liġi titħassar, baqgħet ma tħassritx u allura dik in- nomina baqgħet effettiva u l-gvern, kien min kien, kien marbut illi jħallas dak l-ammont.", "Fil-fatt saret dik it-talba u legalment ma kien hemm l-ebda alternattiva ħlief li titħallas.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, nagħmilha ċara quddiem dan il-parlament illi jien ma nara l-ebda raġuni konkreta għaliex il-kummissarju tal- pulizija għandu jingħata Lm4,000 extra għal dak li għamel jew m'għamilx fiż- żmien imsemmi.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu passi biex din l-anomalija titneħħa, jew inkella jekk il-kummissarju tal- pulizija huwiex se jibqa' jirċievi dan it-topping-up li ma jistħoqqlux?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett jekk jistħoqqlux jew le hija kwestjoni ta' opinjoni.", "Irrid ngħid li jekk ġie deċiż li min jokkupa l-kariga ta' kap tas-servizz tas-sigurta' għandu jieħu ċertu salarju - u din il-kariga ngħatat lill-kummissarju tal-pulizija - allura riedet tingħata s-somma ta' Lm4,000, ċioe' d-differenza bejn is-salarju li kellu jingħata u dak li jieħu l-kummissarju tal-pulizija bħala salarju u allowance.", "Għalhekk kull gvern, hu min hu, huwa obbligat bil-liġi illi jħallas dik is-somma u m'hijiex kwestjoni ta' policy imma hija kwestjoni ta' direttiva mogħtija bil-miktub qabel ma l-kummissarju tal-pulizija nħatar bħala kap tas-servizz tas-sigurta'.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jaħsibx il-Ministru li minkejja li legalment jista' jkollu raġun, għandhom jidħlu kriterji differenti li għandhom x'jaqsmu ma' kif suppost amministrattivament qed titmexxa s-sistema tal- pajjiż, cioe' illi kemm jista' jkun ma nonfqux flus fix-xejn?", "Jekk wieħed irid iħares ukoll f'dan il-kuntest, huwa ġustifikat li xi ħadd li għandu l- kariga ta' kummissarju tal-pulizija - u li m'hu qed jagħmel xejn extra bħala kap tas-sigurta' - jingħata din iż-żieda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ma naqbilx ma' din l-asserzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għaliex il-kap tas-servizz tas-sigurta' għandu xogħol differenti minn dak tal-kummissarju tal-pulizija, u l-iskop li waqqafna s- servizz tas-sigurta' kien proprju biex ikun awtonomu mill-korp tal- pulizija.", "Pero' aħna għedna li għall-ewwel snin għandu jkun hemm perijodu ta' transizzjoni u nista' ngħid li m'hijiex l-intenzjoni tal-gvern illi l- kummissarju tal-pulizija jibqa' l-kap tas-servizz tas-sigurta'.", "Aħna konna għedna wkoll li s-servizz tas-sigurta' għandu jkun awtonomu mill-korp tal-pulizija - mhux maqtugħ - ħalli fih ikunu jistgħu jaħdmu flimkien diversi membri mill-aġenziji taż-żamma ta' l-ordni, fosthom l- armata u d-dwana, kif kienet fl-NDIU, pero' fuq skala ikbar għar-rigward tas-servizz tas-sigurta'.", "Fil-fatt dan jimplika responsabbilta' aktar u, per eżempju, illum l-NDIU ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-kummissarju tal-pulizija u bil-liġi kif qed nattwawha se tiġi assorbita fis-servizz tas-sigurta', b'mod li kollox jaqa' taħt il-kap tas-servizz tas-sigurta', li bħalissa nzerta l-kummissarju tal-pulizija.", "Meta l-kap tas-servizz tas- sigurta' ma jibqax il-kummissarju tal-pulizija - kif inhi l-intenzjoni li jiġri, u jien għedt minn qabel li kien se jkun hemm biss perijodu ta' transizzjoni - imbagħad l-istess salarju illi ssemma għar-rigward tal- kummissarju tal-pulizija jibda japplika għal kull kap tas-servizz tas- sigurta', ikunx membru tal-korp tal-pulizija jew le.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jikkonferma li attwalment ma jeżistix servizz tas-sigurta' u li s-servizzi tas-sigurta' li jinsabu għaddejjin bħalissa m'humiex differenti minn dawk li kienu jeżistu fi żmien il-gvern Laburista ta' bejn l-1996/1998 u fi żmien il-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-liġi għaddiet fis-sajf ta' l-1996 u daħlet in vigore f'Settembru ta' dik l-istess sena.", "S'issa għaddejna minn ċerta riorganizzazzjoni, ħalli naraw kif se norganizzaw internament is- servizz tas-sigurta', u ma nistax nitħaddet dwar il-mod kif kienet qed issir l-applikazzjoni tal-liġi tas-servizz tas-sigurta' fis-sentejn li kien hemm gvern Laburista, peress li l-liġi daħlet in vigore ftit qabel l- elezzjoni ta' l-1996.", "Is-servizz tas-sigurta' għandu funzjonijiet speċjali u jinkorpora ċerti poteri tal-pulizija.", "Qabel is-security division kienet parti integrali mill-korp tal-pulizija pero' aħna għedna li l-korp tal- pulizija għandu jżomm ċerta funzjoni ta' security għar-rigward ta' immigration u affarijiet oħra, pero' s-servizz ta' intelligence għandu jinqata' kompletament mill-korp tal-pulizija.", "Fil-fatt issa qegħdin jiġu individwati n-nies li huma fl-NDIU u membri oħrajn illi jifformaw parti mill-aġenziji taż-żamma ta' l-ordni biex jiġu assorbiti fis-servizz tas- sigurta', li llum m'għadux jifforma parti mill-korp tal-pulizija.", "Meta dan is-servizz jibda jiffunzjona kif suppost, se jkun hemm responsabbiltajiet ferm iktar minn dawk li kienu jeżistu għar-rigward tas- security division tal-pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nifhem tajjeb li, as of now, is-servizz ta' sigurta' bħala enti amministrattiva separata ma jeżistix, imma qed ikun hemm tħejjijiet biex eventwalment jitwaqqaf?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħala enti separata jeżisti, skond il-liġi, imma aħna rriduh li jinfatam aktar mill-korp tal-pulizija u jassorbi fih l-NDIU.", "Fil-fatt l-istruttura diġa' ġiet ippjanata u se tidħol fis-seħħ dalwaqt.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq inkun naf jekk il-Ministru huwiex qed jikkonferma li apparti milli twaqqaf skond il-liġi, amministrattivament as of now l-enti tas-servizz ta' sigurta' huwa ineżistenti.", "Jien qed ngħid amministrattivament u mhux skond il-liġi, għax jista' jkun hemm xi ħadd li qed jagħmilha ta' kap tas-sigurta' u ma jkollu xejn taħtu, ħlief l-istess servizzi tal-pulizija li kellu qabel, u jista' jkun hemm sistema embrijonika diġa' amministrattiva li teżisti u li qed taħdem.", "Jien nixtieq inkun naf jekk amministrattivament teżistix din l-enti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, amministrattivament l-NDIU taqa' taħt il- kap tas-sigurta', jiġifieri minn dak il-lat ir-riorganizzazzjoni saret.", "Li rridu nagħmlu huwa li s-security division tal-pulizija ma jkunx fiha biss pulizija imma jkun hemm membri oħrajn mill-forzi ta' l-ordni, u allura minn dak il-lat għadha ma twaqqfitx.", "Barra minn hekk, hemm maħsub illi jkun hemm pakkett speċjali għas-servizz tas-sigurta' innifsu u fil-każ tal- kap tas-servizz tas-sigurta' dak il-pakkett kien diġa' ġie deċiż.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'aħniex qed niftehmu tajjeb vis-a-vis dak li għadu kemm qal il-Ministru, cioe' li dak li jeżisti bħalissa amministrattivament huwa embrijonikament l-NDIU.", "Jista' allura jikkonfermalna li effettivament l-NDIU qegħda topera bħala l-ewwel element tas-servizz tas- sigurta'?", "Jista' jgħidilna lil min qed tirrapporta l-NDIU?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-NDIU twaqqfet fl-1993 - naturalment m'iniex se ngħid min huma l-membri - u hija komposta minn membri tal-korp tal- pulizija, membri mill-armata u mpjegati minn dipartimenti oħra tal-gvern li għandhom x'jaqsmu mal-ġlieda kontra d-droga.", "Issa dawn se jiġu direttament taħt il-kap tas-servizz tas-sigurta'.", "Għalkemm l-NDIU qiegħda fi stat embrijonijku pero' se jittieħdu passi biex fil-fatt titwaqqaf amministrattivament.", "L-NDIU diġa' taqa' taħt il-kap tas-sigurta'.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-NDIU għandhiex segretarjat permanenti jew hijiex sempliċement kumitat fejn jiltaqgħu numru ta' aġenziji u jitkellmu bejniethom?", "Jekk għandha segretarjat permanenti, x'livell hu l-kap ta' dan is-segretarjat, li nimmaġina li jirrapporta lill- kap tas-sigurta'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Neskludi kompletament li qegħdin nitkellmu fuq kumitat fejn il-membri jiltaqgħu u jitkellmu bejniethom.", "Fil-fatt ma sar l-ebda tibdil fl-istruttura, la minn kif kienet meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bħala prim ministru kien responsabbli għall-intern u lanqas minn kif ħallejtha jien meta kont ministru ta' l-intern.", "Ma nixtieqx nidħol iż- żejjed fid-dettalji ta' l-istruttura pero' hawn għandna grupp ta' nies illi jaqdu l-inkarigu li għandhom billi jagħmlu intelligence service u jżommu informazzjoni fuq reati kontra d-droga u n-nies li jikkommettu dawn ir-reati.", "L-NDIU taħdem bi sħiħ mal-korp tal-pulizija u peress li issa se ssir parti mis-servizz ta' sigurta', illi l-kap tiegħu temporanjament huwa l-kummissarju tal-pulizija, nimmaġina li l-koperazzjoni għandha tiżdied.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, niskuża ruħi jekk forsi ma kontx ċar biżżejjed fil-mistoqsija tiegħi.", "Jien nixtieq inkun naf jekk attwalment hemmx segretarjat permanenti tal-NDIU?", "Huwiex il-każ li l-NDIU at best isservi sempliċement ta' clearing house, fejn meta jiltaqgħu r- rappreżentanti ta' l-aġenziji differenti jikklerjaw l-informazzjoni bejniethom?", "Għalhekk nerġa' nistaqsi jekk jeżistix segretarjat permanenti tal-NDIU awtonomu u, jekk jeżisti, x'inhu jsir biex effettivament dan is- segretarjat tabilħaqq jopera għal intelligence u clearance activities, xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi ma jagħmilhiex.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed noqgħod attent kif nirrispondi minħabba n-natura tas-suġġett, fis-sens li ma nagħtix dettalji dwar it-tagħmir ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet speċifikament fl- interess pubbliku, għaliex f'dan il-pajjiż ma nistgħux nibqgħu nilagħbu bil-fantażmi u noqogħdu attenti x'ngħidu li ma mmorrux niżvelaw xi ħaġa!", "Il-punt huwa li l-poplu għandu jkun jaf li m'hemm xejn x'tiżvela!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Safejn naf jien kont qed inwieġeb il-mistoqsijiet li kienu qed isiru mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "Fil-fatt il-pożizzjoni m'hijiex kif qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, li dawn huma biss niss li jikklerjaw l-informazzjoni li jgħaddulhom aġenziji oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Issa m'iniex se noqgħod nerġa' ngħid x'jagħmlu u ma jagħmlux!", "(Interruzzjonijiet) Hemm ċerta struttura fl-NDIU li hija differenti minn kif qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, cioe' li jikklerjaw biss l-informazzjoni ta' ħaddieħor.", "Fil-fatt l-informazzjoni jiġbruha huma wkoll u huma jaqgħu taħt il-kap ta' l-NDIU, illi huwa l-kap tas-section illi tiġbor l-informazzjoni dwar id-droga.", "Fl-NDIU, korp amministrattiv u indipendenti mill-pulizija, hemm nies b'livelli differenti u issa din il-unit se ssir parti mill-istruttura tas-servizz tas-sigurta`.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħidlek li hemm il-kap u għandu l-istruttura tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Min huwa l-kap?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux kulħadd jaf min hu l-kap!", "Huwa l-istess kap illi kien hemm meta kont prim ministru inti, cioe' Herbert Agius.", "(Interruzzjonijiet) M'hemm xejn x'taħbi!", "Ilni ngħid l-istess ħaġa żmien twil pero' m'hu veru xejn li, kif qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kulma jagħmlu huwa li jgħaddu l-informazzjoni għaliex dawn organizzati biex jiġbruha l-informazzjoni huma wkoll - naturalment m'iniex se ngħid kif inhuma organizzati biex jiġbruha, għax imbagħad ma jibqax intelligence unit! - u għandhom kap, għandhom l-istruttura tagħhom u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jmissu jaf li jagħmlu aktar minn dak li qal hu għaliex hu kien responsabbli minnhom.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalhekk għamilt dawn il-mistoqsijiet.", "Meta noqogħdu nirranġaw dawn il-affarijiet mal-ħbieb inkunu qed nidilku l-idejn!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta s-Sur George Grech nħatar kap tas-servizz tas- sigurta', speċifikament ingħatalu l-pakkett li semmejt bil-miktub.", "Għalkemm meta tela' gvern Laburista kien qal li se jħassar il-liġi tas- servizz tas-sigurta', baqa' ma ħassarhiex u għamel sewwa għax konna se mmorru lura minflok 'il quddiem.", "(Interruzzjonijiet) Naf li ma taqbilx miegħi.", "Aħna ridna li s-servizz tas-sigurta' jkun post fejn jistgħu jikkoperaw is-servizzi l-oħrajn biss u mhux nagħtu dan ir-rwol lill- pulizija wkoll, għaliex jekk nagħmlu hekk nispiċċaw li l-prosekutur tkun il-pulizija, l-investigatur tkun il-pulizija u s-servizz tas-sigurta' jkun f'idejn il-pulizija wkoll.", "Il-Partit Laburista ma kienx qabel magħna u vvota kontra dik il-liġi, pero' għalkemm qalu li se jħassruha fis-sentejn li għamlu fil-gvern ma ħassruhiex!", "(Interruzzjonijiet) Ġiet l-elezzjoni, l- abbozz ta' liġi illi kellu jħassar din il-liġi waqa' u aħna għedna li se nirriattivaw is-servizz ta' sigurta' u l-liġi ma konniex se nħassruha.", "Għalhekk f'dan il-kuntest aħna obbligati bil-liġi li nħallsu d-differenza fis-salarju biex jiġi ekwivalenti għal dak l-ammont li ftehemna mal-kap tas-servizz tas-sigurta', li seta' kien il-kummissarju tal-oulizija jew seta' kien persuna oħra, pero' f'dan il-każ kien il-kummissarju tal- pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jaf il-Ministru li bis-sistema li qed jiddefendi qed nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn min għandu xi informazzjoni minflok iqassamha qed jipprova jżommha għalih għax naħa ma tafdax lill-oħra, aktar u aktar għax m'hemmx sistema permanenti ta' clearance?", "Fl-opinjoni tagħna din is- sistema permanenti ta' clearance kellha tkun mill-bidunett taħt il- kummssarju tal-pulizija, mingħajr ma noqogħdu nagħtuh xejn extra.", "F'pajjiż żgħir irid ikollok aġenzija waħda li tabilħaqq ikollha poter eżekuttiv li tfittex, tinvestiga u tagħmel xogħol ta' intelligence u over and above tkun qiegħda in charge, u mhux bħalma qed isir issa fejn għandna kollox żgangat, biex xi ħadd joqgħod jippoża li qed jikkordina meta m'hu qed jikkordina xejn!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma naqbel xejn ma' dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Jien ngħid li t-twaqqif ta' servizz awtonomu għandu jżid l- effiċjenza fil-ġbir ta' l-informazzjoni u huwa garanzija ħafna aħjar biex ma jkollokx wisq poter konċentrat f'korp wieħed.", "Ħafna miIl-pajjiżi tad- dinja jadottaw din is-sistema, anzi jkollhom servizz tas-sigurta' għal kull aġenzija pero' aħna bħala pajjiż żgħir żammejna servizz ta' sigurta' wieħed għall-armata, għad-dwana u għall-pulizija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ninforma lill-Onor Membri li se nippreżenta l-Minuti konfermati tal- laqgħat tal-kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-Kamra li saru matul din il-leġislatura.", "Ngħaddi issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Report and financial statements tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1999;", "Estimi ta' nfiq tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għas-sena 1999/2000;", "Tagħrif dwar l-allokazzjoni ta' fondi taħt il-Vot 4070 tal-ministeru għall-politika soċjali lil non-governmental organisations għas-snin 1998 u 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10771;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' applikazzjonijiet u benefiċċjarji taħt skemi ta' l-awtorita' tad-djar, u l-flus minfuqa fuq kull skema bejn il-5 ta' Settembru 1998 u s-27 ta' Ottubru 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10772; u", "Tabella li tagħti tagħrif dwar l-għadd u d-degrees ta' gradwati jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10815.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10588.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti għal kategoriji ta' franchise agreements;", "Avviż Legali Nru. 176 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar eżenzjonijiet ġenerali għal ftehim ta' xiri esklużiv;", "Avviż Legali Nru. 177 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar eżenzjonijiet ġenerali għal ftehim ta' distribuzzjoni esklużiv; u", "Avviż Legali Nru. 178 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar eżenzjonijiet ġenerali għal ftehim ta' xiri esklużiv dwar birra u xorb.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kmamar mibnija illegalment fuq art tal-gvern f'Ta'Farżina housing estate, Qormi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10351;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' priġunieri fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin fl-20 ta' Ottubru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10558; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' membri fil-korp tal-pulizija li ntbagħtu barra minn Malta għal taħriġ bejn l-1 ta' Jannar u s-27 ta' Ottubru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10652.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' pazjenti li daħlu fl-Isptar Zammit Clapp mill- Isptar San Luqa bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10705.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar delegazzjonijiet li marru Brussels in konnessjoni ma' l- eżerċizzju ta' screening ma' l-Unjoni Ewropea bejn April u Ottubru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10785", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Gatt.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Att ta' l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: NisNiNiNissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru. 2)\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B'DIŻABILITA' )", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' Ottubru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Rita Law hija in possession.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, meta l-ġimgħa l-oħra kont qed nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi għedt li din il-liġi se tolqot persuni li jbatu minn ċerti diżabilitajiet u għalhekk inħoss li l-Istat għandu jagħti prijorita' liIl-problemi li għandhom persuni b'diżabilita' fiżika jew mentali.", "M'hemmx dubju li din il-liġi hija sabiħa fuq il-karta - waqt li niddikjara mingħajr tlaqliq aħna fuq din in-naħa ċertament li naqblu magħha fil-prinċipju, m'għandux għalfejn joħodha bi kbira l-Ministru Gonzi li nikkritikaw ċerti aspetti tagħha - u għandna nagħmlu l-almu tagħna biex din il-liġi li tagħti opportunitajiet indaqs lil persuni b'diżabilita' tgħaddi minn dan il-parlament.", "Fil-fatt xtaqt inqajjem xi punti li m'aħniex naqblu magħhom f'din il-liġi.", "Mr Speaker, nista' nikkwota klawsola 3, is-superseding clause, li kienet tifforma parti mill-white paper li kienet saret mill-gvern Laburista u li donnu l-Ministru Gonzi ma kienx jaf li tħalliet barra meta l-liġi tressqet mill-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Jien niskanta kif klawsola importanti bħal din qabżitlu u tħalliet barra.", "Din il-klawsola kienet tgħid hekk:", "\"If any other law is inconsistent with this Act, this Act shall prevail and the other law shall to the extent of the inconsistency be null and void\".", "Jiġifieri f'din il-klawsola aħna konna qed ngħidu li meta persuni b'diżabilita' jiltaqgħu ma' problemi ta' diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom minħabba liġijiet oħra, se tipprevali din il-liġi pero' għal xi raġuni jew oħra din il-klawsola ma tniżżlitx f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Dawn huma affarijiet tal-biki għaliex hawnhekk għandna kontradizzjoni sħiħa, fejn minn naħa qed titressaq liġi li tagħti opportunitajiet indaqs lill-persuni b'diżabilita', u min-naħa l-oħra qed titneħħa din il-klawsola li kienet tagħti assigurazzjoni li f'każ li persuna b'diżabilita' tiltaqa' ma' xi liġi oħra li tkun qed tiddiskrimina kontriha, tirbaħ din il-liġi.", "Ma rridu qatt ninsew, Mr Speaker, li l- persuni b'diżabilita' huma nies li għandhom għajta maħnuqa u aħna bħala r- rappreżentanti tagħhom hawn ġew għandna l-obbligu li nitkellmu fuq il- bżonnijiet, it-tbatijiet u l-problemi li għaddejjin minnhom.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li huwa importanti li qabel ma titressaq liġi jsiru l-preparamenti neċessarji u fil-fatt il-Gvern Laburista kien ħaseb ukoll biex il-qorti tal-familja tkun lesta qabel ma titressaq din il- liġi għaliex konna nafu li jekk jitressqu ħafna complaints quddiem il- kummissjoni se jinħoloq staġnar fil-qorti u l-persuni b'diżabilita' se jdumu jistennew biex tinqatgħalhom is-sentenza tagħhom u jaraw jekk humiex se jingħataw opportunita' indaqs jew le.", "Anke niftakar li l-Onor.", "Joe Debono Grech, dak iż-żmien il-ministru responsabbli mit-trasport, kien ordna karozzi tal-linja ġodda low floor ħalli persuni b'diżabilita' jkollhom aċċess aħjar għat-trasport pubbliku, sija jekk ikunu jridu joħorġu għax-xogħol u sija jekk ikunu jridu joħorġu għall-iskola.", "Issa għalkemm din il-liġi turi li hemm il-ħsieb li se ssir nefqa biex il-problema ta' aċċessibilita' għal persuni b'diżabilita' tittaffa xi ftit, fl-istess ħin ma nistax ma nsemmix il-fatt li fl-aħħar budget imressaq mill-gvern Nazzjonalista in-nefqa fuq il-maintenance ta' l-iskejjel statali naqset b'Lm400,000 u n-nefqa fuq il-computers naqset b'Lm200,000.", "Jien ma nistax nifhem kif il-gvern qed jisħaq li t-tfal b'diżabilita' għandhom jingħataw opportunita' daqs tfal oħra u mbagħad ikun hu stess li jnaqqas il-flus mill-voti tal-ministeru ta' l-edukazzjoni!", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll x'kien qed jagħmel il-gvern Laburista biex il-ħajja tal-persuni b'diżabilita' jagħmilha aktar faċli u se nibda billi nsemmi xi proġett li kienu qed isiru mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "F'Jannar ta' l-1997 wara laqgħa kordjali li saret bejn rappreżentanti tal-kummissjoni u rappreżentanti mill-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, kien ġie deċiż li jitwaqqaf accessibility unit bil-għan li jsir titjib fil-faċilitajiet għall-aċċessibilita' fil-bini u anke fl- ambjent miftuħ fil-pajjiż.", "Dan kollu juri s-serjeta' li kien qed jaħdem biha gvern Laburista fit-tfassil ta' pjani sodi għall-futur.", "Nagħti eżempju ieħor ta' x'kien għamel gvern Laburista.", "Il-kummissjoni kienet tat l-appoġġ kollu tagħha lill-istitut tal-lingwistika ta' l-Universita' ta' Malta biex bl-għajnuna tal-group family ta' persuni nieqsa mis-smigħ ssir riċerka fil-lingwa Maltija tas-sinjali u l-kummissjoni kienet qed tgħin ukoll biex tipprovdi ħaddiema tagħha biex jagħmluha ta' interpreti.", "Dan kien pass importanti ieħor li kien qed jagħmel il-gvern Laburista biex lil dawn in-nies jagħmlilhom il-ħajja aktar faċli.", "Il-gvern Laburista, flimkien mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' u flimkien mal- SPCA, kien ta bidu għal proġett pilota ieħor, bil-għan li f'Malta titwaqqaf skola fejn jiġu mħarrġa l-klieb gwida u jingħata taħriġ lil persuni neqsin mid-dawl dwar kif jagħmlu użu minn dawn il-klieb.", "Dan kollu juri li l-gvern Laburista kien qed jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lil min kellu xi diżabilita'.", "Minbarra l-ħidma tal-gvern Laburista f'dawn il-proġetti, il-kummissjoni kellha wkoll għadd ta' diskussjonijiet biex jiddaħħlu faċilitajiet ta' aċċessibilita' f'diversi postijiet, bħal, per eżempju, fuq il-bini tal- vapuri tal-Gozo Channel u fil-junior lyceum ta' Santa Luċija.", "Dawn kienu żewġ proġetti ġodda li kienu qegħdin isiru fi żmien l-amministrazzjoni Laburista u l-accessibility unit kien qiegħed jara li x-xogħol isir b'tali mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'.", "Ma jagħmilx sens li taħtar kummissjoni jekk ma jsirux id-diskussjonijiet meħtieġa ma' l-oqsma kollha li b'xi mod jew ieħor ikollhom x'jaqsmu mal- persuni b'diżabilita' u għalhekk kien għaqli l-gvern Laburista meta nvolva wkoll id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, il-kunsilli lokali, il-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ, il-ministeru tad-djar, id-dipartiment tat-toroq, l-istitut kattoliku u diversi għaqdiet oħra.", "Din hija s-serjeta' li jrid jimxi biha dan il-gvern li sfortunatament mhux talli ma pprovax jameljora ċerti aspetti tal-liġi talli naqqas mill-affarijiet tajbin li kien ippropona Gvern Laburista, fosthom is-superseding clause li għamilt riferenza għaliha iktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "Mr Speaker, il-kummissjoni kompliet tgħin billi pprovdiet kotba, videos u audio cassettes biex jgħinu fl-edukazzjoni ta' tfal b'diżabilita'.", "Dawn huma s-servizzi li għandhom jingħataw biex dawn in-nies iħossuhom li qed jagħmlu parti mis-soċjeta' u jħossuhom iktar indipendenti, imbagħad inkunu nistgħu niftaħru li din il-liġi qed titwettaq u li persuni b'diżabilita' għandhom l-opportunitajiet kollha li għandhom persuni oħra hekk imsejħa normali.", "Mr Speaker, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar l-akkomodazzjoni għall-persuni b'diżabilita'.", "Jien inħoss li f'dan il-qasam għandu jsir ħafna xogħol u għandha tingħata attenzjoni kbira lil min għaddej minn ċerti problemi, bħal dawk in-nies fil-Kottonera li jinsabu kkalzrati f'darhom stess.", "Naf persuna li minħabba li għandha tliet sulari taraġ ma tistax toħroġ minn darha, u l-ftit ċans li għandha biex tinżel minn fuq għal isfel huwa meta jkun imissha vista l-isptar u n-nies ta' l-ambulanza jerfgħuha bis-siġġu b'kollox.", "Dawn in-nies irridu naħsbu fihom bis- serjeta'.", "Naf b'każ ieħor ta' persuna oħra li toqgħod il-Fgura, li minn raġel mimli saħħa, spiċċa f'wheelchair wara li kellu accident u d-dar fejn joqgħod m'hijiex adatta għalih għaliex il-bibien m'humiex wesgħin biżżejjed biex jgħaddi wheelchair u għalhekk isibha diffiċli ħafna biex imur minn kamra għal oħra.", "Meta l-familja ta' din il-persuna marret biex tara jekk għandhiex ċans tieħu akkomodazzjoni alternattiva tal-gvern, qalulha li ma setgħux japplikaw għaliex id-dar fejn joqogħdu m'hijiex tal-gvern.", "Jista' xi ħadd jispjegali kif din il-familja tista' tħallas biex tixtri dar oħra meta dan ir-raġel li kien il-breadwinner tal-familja lanqas għandu ċans jerġa' jirritorna fuq il-bank tax-xogħol?", "Għalhekk inħoss li għandu jingħata iktar spazju għal diskussjoni biex naraw eżattament minn xiex qegħdin ibatu persuni b'diżabilita'.", "Nixtieq insemmi każ ieħor ta' persuna b'diżabilita' li qaltli li meta marret għal operazzjoni fid-day surgery u daħlet fl-operating theatre qalulha li ma kienx hemm dental operating theatre, affarijiet tal-biki!", "Naħseb li l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel il-ministru huwa li jara n- nuqqasijiet li jeżistu biex persuni b'diżabilita' verament jingħataw l- għajnuna li għandhom bżonn.", "Ta' min jinnota wkoll li jeżistu biss skejjel privati għal tfal b'diżabilita' mentali u dawk li jbatu minn- autism u allura dawk il-familji li għandhom tfal b'dawn il-problemi qed ikunu kostretti li jħallsu biex jedukaw lil uliedhom.", "Jien nittama li l- gvern jivvota iktar flus biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jingħataw opportunitajiet daqs ħaddieħor.", "Barra minn hekk, għandna biss żewġ għalliema għal dawk it-tfal li jbatu mid-Down's syndrome.", "M'huwiex sewwa li jintnefqu ħafna flus f'affarijiet oħra u mbagħad nixxaħħu ma' dawn il- persuni bi problemi li tant qegħdin jistennew din il-liġi biex forsi xi darba jkunu ugwali daqs ħaddieħor.", "Mr Speaker, il-liġi ma titkellem xejn fuq is-674 persuna li jbatu minn mard mentali, fuq it-379 persuna li jbatu min-nuqqas ta' smiegħ, fuq l-414 persuna li huma nieqsa mid-dawl u fuq l-1,446 persuna b'diżabilita' fiżika.", "Dawn in-nies kollha qegħdin iħarsu lejn din il-liġi b'entużjażmu kbir u anke bi ħniena biex nagħtuhom l-għajnuna tagħna bil-fatti.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li lanqas qatt ma nasal biex nemmen li dan il-gvern se jkun ħanin ma' dawn in-nies u se ngħid għaliex.", "Din is-sena għamilt mistoqsija parlamentari fuq persuna li ġiet tilmenta miegħi għax meta marret titlob l-għajnuna biex tixtri computer lit-tifla tagħha, minflok ingħatat is-somma ta' Lm500 ingħatat biss Lm250.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onor. Law, għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "RITA LAW: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Mr Speaker, irrid ngħid li l-familji li għandhom persuna b'diżabilta' jonfqu ħafna flus biex jaraw li kemm jista' jkun il-persuna b'diżabilita' tgħix ħajja indipendenti u normali u għalhekk inħoss li ma kenitx xi ħaġa ġusta li l- għajnuna finanzjarja li kienet tingħata biex jinxtara computer għall- persuna b'diżabilita' tnaqqset bin-nofs.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tnissel fiduċja f'dan il-Gvern minn dawn il-persuni li jridu jħossu li qegħdin jgħixu ħajja b'opportunitajiet indaqs.", "Nagħlaq billi ngħid li għalkemm naqbel li għandu jingħata l-aħjar servizz lill-persuni b'diżabilita', ma nħossx li din il-liġi se tkun tfisser ħafna.", "Jekk verament irridu li din il-liġi tagħti l-frott tagħha hemm bżonn li nemmnu f'dak kollu li qed jintqal f'din il-liġi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, naħseb li kieku kont persuna li l- bżonnijiet tiegħi qed jiġu indirizzati minn din il-liġi, l-aħħar ħaġa li kont inkun irrid hija li l-membri ta' din il-Kamra jqumu biex irenduni an object of pity, billi jiddibattu l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs b'sentimentaliżmu żejjed u b'emozjoni żejda u jiena nispiċċa l- miskina u l-batuta.", "Jidhirli li jekk se nużaw dan l-ispirtu f'dan id- dibattitu inkunu qed innaqqsu mid-dinjita' tal-persuni bi bżonnijiet differenti minflok nagħtuhom id-dinjita' li s'issa minn dejjem kienet miċħuda lilhom.", "Fil-fatt irridu nirrikonoxxu li matul is-snin mhux biss inqasna milli nagħrfu d-drittijiet ta' persuni b'diżabilita', li fuq kollox huma nies li għandhom bżonnijiet bħal nies oħra imma li għandhom bżonnijiet li mhux kulħadd għandu, imma nqasna wkoll milli nagħrfu l-potenzjal sħiħ tagħhom u l-kontribut li huma għandhom x'jagħtu mhux biss fuq livell prattiku imma anke fuq livell soċjali.", "Illum m'aħna qed nagħmlu xejn anqas u xejn iktar f'din il-Kamra milli nifformalizzaw dak li s-sens komun u l-loġika jmisshom ilhom li wrewna li kellna nagħmlu u jekk għandha tidħol xi emozzjoni partikolari f'dan id-dibattitu għandha tkun dik ta' umilta' u ta' dispjaċir li kellna naslu sa xahrejn biss qabel il-bidu tat-tielet millennju biex nindirizzaw inġustizzji kbar.", "Naturalment kull liġi ma tkun tfisser xejn partikolari jekk ma tkunx dejjem akkumpanjata minn intenzjoni ta' implimentazzjoni, minn rieda tajba u minn ħeġġa li nġegħluha tiffunzjona.", "Sfortunatament hawn Malta għandna ħafna liġijiet li aħna nsejħulhom dead letters għaliex huma nieqsa mill-implimentazzjoni.", "Per eżempju, skond il-liġijiet li għandna Malta jmissha nadifa xummiema imma l-Litter Act tagħna huwa wieħed skartat u allura nistgħu ngħidu illi qatt ma ffunzjona kif kellu jiffunzjona.", "Il-leġislazzjoni li ssir f'din il- Kamra trid tiġi implimentata fl-iskejjel tagħna, fit-toroq tagħna, fuq il- postijiet tax-xogħol, fil-postijiet pubbliċi u fil-familji tagħna pero' jrid ikun hemm bidla kruċjali fil-mentalita'.", "Jingħad x'jingħad, din il- liġi hija waħda pożittiva għaliex bażikament qiegħda tistabilixxi xi ħaġa li qatt ma kellna, pero' rridu nkunu ċari u ngħidu li hija biss il-bidu u rridu nkunu lkoll kemm aħna li nagħtuha l-ħajja u nsarrfu, kif dejjem irridu nagħmlu, il-kliem f'fatti u f'riżultati.", "Forsi xi ħadd jaħseb li qed nidealizza ż-żejjed jekk ngħid li rridu nrendu din il-liġi stess kważi redundant fiha nnifisha għaliex għad irid jasal żmien li din il-liġi tant tkun saret parti integrali u naturali mill-ħajja ta' kuljum, li lanqas biss kważi jkollna bżonn inħarsu lejha ħlief meta jkun hemm xi inġustizzja legali.", "Madwar ħames snin ilu, il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabbilta' kellha poster bi kliem Martin Luther King li \"l-liġi ma tibdilx il-qalb imma trażżan lil min hu bla qalb\".", "Naħseb li din il-liġi trid tkun il-fulcrum biex aħna nkomplu nbiddlu l-attitudini tagħna lkoll u nqisuha biss bħala pedament li fuqu rridu nibnu soċjeta' aktar sensittiva, aktar miftuħa għal kulħadd u soċjeta' li ma tagħlaq bibien lil ħadd.", "Mr Speaker, kif diġa' ntqal hawn ġew imxejna 'l quddiem ħafna minn dawk iż-żmenijiet koroh fejn persuna b'diżabilita' kienet tinħeba mill-familja u meta s-superstizzjoni, sforz l-injoranza, kienet trendi persuna b'nuqqas fiżiku jew mentali kważi xi ħaġa ta' stkerrija.", "Naħseb li llum għadna għaddejjin mill-fażi ta' tolleranza, pero' din m'hijiex biżżejjed u rridu kemm jista' jkun malajr nersqu lejn integrazzjoni sħiħa lejn aċċettazzjoni u lejn l-hekk imsejħa normalita'.", "L-għan ewlieni ta' din il-liġi huwa li titneħħa d-diskriminazzjoni kontra min għandu nuqqas fiżiku jew mentali li jillimita b'mod sostanzjali xi attivita' vitali fil-ħajja ta' kuljum ta' dik il-persuna.", "U fil-fatt il-liġi tħares lejn attivitajiet li huma kkonsidrati primarji fil-ħajja tal-bniedem u titkellem fuq l-impjiegi, l- edukazzjoni, l-aċċessibilita' fiżika, l-aċċessibilita' għas-servizzi, id- dritt għall-akkomodazzjoni u tħares ukoll lejn l-oqsma ta' l-insurances u t- trade unions.", "Il-liġi toħloq il-framework pero' l-onus biex jitlaħħam u jingħata l-ħajja dan il-framework se jaqa' fuq il-kummissjoni nazzjonali li se tinħatar u li permezz ta' din il-liġi se tingħata status legali.", "Fil- fatt permezz ta' din il-liġi l-kummissjoni se tingħata s-snien inkella ma tkunx effettiva bħalma ġieli kellna kummissjonijiet li sfortunatament ma kenux effettivi.", "Barra minn hekk, il-kummissjoni qed tingħata ħafna drittijiet legali pero' l-liġi qiegħda timponi fuqha wkoll ħafna dmirijiet u għalhekk hemm bżonn li jkun hemm fiha persuni mill-aktar intiżi, mill-aktar kompetenti u ħabrieka u li fuq kollox li jkollhom viżjoni wiesgħa.", "Skond din il-liġi l-kummissjoni għandha lista twila ta' doveri u naħseb li biex tiffunzjona tajjeb irid ikollha support structure li jippermettilha tmexxi bix-xogħol, għax irridu nirrikonoxxu illi m'hijiex ħaġa faċli, speċjalment meta wieħed jikkonsidra kif il-burokrazija xxekkel u kultant tasal biex tistaġna, li jkollok kummissjoni li tidentifika, tistabilixxi u taġġorna kull prinċipju ta' eżekuzzjoni nazzjonali li jkollu x'jaqsam ma' affarijiet ta' diżabilita'; li tidentifika l-ħteġijiet mhux biss tal-persuna konċernata imma anke tal-familja u tal-korpi volontarji li jkollhom x'jaqsmu magħha; li jkollok kummissjoni li tassigura li jkun hemm il-kordinazzjoni meħtieġa bejn dipartimenti u aġenziji tal-gvern; li tissorvelja s-servizzi kollha offruti; li tkun il-monitoring body biex tara li l-għanjiet tal-liġi kollha jintlaħqu; li tinvestiga l-ilmenti li jsiru; li tidħol fil-mertu ta' kwestjonijiet u tiddeċiedi dwarhom; li teżamina liġijiet oħra bir-reqqa biex tara fejn hemm inkonsistenzi ma' l-għanijiet ta' dan l-Att u kif ukoll li tipproponi liġijiet u emendi oħra.", "Sabiex il- kummissjoni tkun tista' tagħmel dan ix-xogħol kollu bilfors irid ikollha bażi soda u riżorsi biżżejjed biex taħdem kif inhu mixtieq u mistenni minnha.", "Jien nammetti li fejn jidħlu kummissjonijiet kultant ikolli ċerti riservi u nibża' ħafna, forsi kontra dak li qalet l-Onor.", "Law, illi kummissjoni kultant taf tkun top heavy, imma mbagħad tkun batuta ħafna għaliex ma jkunx hemm l-istrutturi essenzjali fil-livelli aktar 'l isfel.", "Jien nemmen f'konsultazzjoni wiesgħa pero' nibża' wkoll li meta jkun hemm kummissjoni li tkun komposta minn ċertu numru ta' nies jinħolqu problemi, kultant ta' natura banali, li jfixklu l-ħidma neċessarja ta' dik il- kummissjoni.", "Għalhekk bla dubju ta' xejn nemmen illi din il-kummissjoni trid twaqqaf ukoll bosta sotto-kumitati fi ħdanha ħalli jgħinuha tilħaq il-miri tagħha u trid ukoll tistabilixxi targets f'timeframe realistiku biex hi stess sservi ta' monitoring body tagħha nnifisha.", "Barra minn hekk, naħseb li trid tfassal pjani fuq medda ta' snin biex it-tibdiliet meħtieġa jsiru bl-aktar mod meqjus u bl-aktar mod għaqli.", "Jiena nawgura li min jidħol għall-impenn f'din il-kummissjoni jagħraf li dieħel għal impenn qawwi, pero' m'għandi l-ebda dubju illi d-dedikazzjoni ta' min jidħol f'din il-kummissjoni m'hijiex se tkun nieqsa.", "Mr Speaker, nista' ngħid li fil-qalba tagħha din il-liġi qiegħda tirrikonoxxi l-fatt li fil-verita' jeżistu żewġ tipi ta' diżabiltajiet; dik fiżika jew mentali, li bl-Ingliż tissejjaħ impairment, u li l-bniedem iġorrha miegħu 24 siegħa kuljum, u d-diżabilita' l-oħra magħrufa bħala social disability, li sfortunatament tgħolli rasha f'ċerti ċirkostanzi u f'ċerti fażi tal-ħajja tal-persuna b'diżabilta'.", "Din il-liġi qiegħda timmilita biex neħilsu mit-tieni tip ta' diżabilita', is-social disability, li wisq probabbli hi l-aktar li tweġġa', l-aktar li taħli potenzjal u riżorsi u li żgur hija l-aktar inġusta u nieqsa minn valuri umani.", "Mr Speaker, f'dan id-dibattitu kienu bosta l-kelliema li tkellmu dwar l-aċċessibilita' fiżika għal postijiet pubbliċi, u ssemma partikolarment dan il-bini li qegħdin fih, li minkejja li safejn naf jiena ħarġet tender biex isir il-lift - u dan ġie kkonfermat lili minn tweġiba parlamentari li tani l-Onor.", "Zammit Dimech xi xhur ilu - dan il-bini għadu inaċċessibbli, mhux biss għal dawk il-Maltin u l-Għawdxin li jixtiequ jżuruh u għal dawk ukoll li jiġu hawnhekk b'xogħol, imma wkoll għal dawk il-ħafna turisti li huma mċaħħda milli jaraw il-ġmiel li għandna hawn ġew, fosthom l-arazzi uniċi.", "Ta' min isemmi wkoll il-ġonna pubbliċi, il-knejjes u postijiet ta' divertiment li minħabba n-nuqqas ta' aċċessibilita' jagħmlu l-ħajja għal persuni b'diżabilita' ħafna aktar iebsa.", "F'dawn l-aħħar xhur inbeda eżerċizzju mill-planning authority biex proġetti li qegħdin fl-istadju ta' disinn ikunu konformi ma' regolamenti ta' aċċessibilita', imma nispera wkoll li fil-futur qarib immorru oltre minn hekk u naraw x'nistgħu nagħmlu f''bini eżistenti biex innaqqsu l-problemi li diġa' hemm.", "Nittama li mhux se jkollna nistennew sakemm niġu biex inwaqqgħu u nerġgħu nibnu dan il-bini kollu mill-ġdid biex neliminaw il-problemi li għandna, għax naħseb illi ħafna minnhom għandhom soluzzjoni immedjata.", "Mr Speaker, infakkar hawnhekk illi għandna wkoll bosta uffiċċji tal- kunsilli lokali li m'humiex aċċessibbli għal kulħadd, minkejja l-fatt illi l-liġi tal-kunsilli lokali tgħid li dawn il-postijiet għandhom ikun aċċessibbli għal kulħadd.", "B'dispjaċir ngħid li wieħed minnhom huwa tal- lokalita' fejn jien kont sindku għal ftit xhur u niftakar b'mod ċar ħafna u anke b'ċerta mistħija l-ittra li darba rċevejt mingħand sinjura li qaltli biex ma nibagħtilhiex aktar stedin biex tiġi għal-laqgħat fl-uffiċċju tal- kunsill tagħna għaliex hi ma kellhiex aċċess għalih minħabba t-turġien li kien hemm.", "Filwaqt li nifhem il-problemi - għax għexthom - biex jinstabu premises adegwati, inħeġġeġ biex l-uffiċċji tal-kunsilli lokali jkunu wkoll konformi mal-liġi.", "Mr Speaker, madwar ħmistax ilu, jiena u l-Onor.", "Helena Dalli kellna programm fuq stazzjon tar-radju, li kien proprju fuq dan l-abbozz ta' liġi, u daħlitilna telefonata mingħand semmiegħ li qalilna li l-kunċett ta' aċċessibilita' kultant qed jaqa' wisq fuq jekk hemmx rampi jew bibien wesgħin biżżejjed biex jgħaddi wheelchair u infatti dan is-sinjur ilmenta li m'hemmx concern biżżejjed dwar persuni nieqsa mid-dawl.", "Ġab l-eżempju tal-lifts u qalilna li għalkemm huwa tajjeb li jkunu nstallati lifts fejn hemm bżonn, jekk in-numri tas-sulari ma jkunux imqabbżin il-barra, il- persuna nieqsa mid-dawl ma tistax tagħmel użu waħidha minnhom.", "Dan is- semmiegħ rrifera wkoll għall-ħtieġa ta' għajnuna akustika, jiġifieri li leħen jagħti indikazzjoni ta' fuq liema sular ikun wasal il-lift u din m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn għax infatti ftit tas-snin ilu l- Amerika jien kont għamilt użu minn dawn it-tip ta' lift u naħseb li għandna nikkonsidraw li nagħmlu xi ħaġa simili.", "Mr Speaker, jiena bħall-Ministru Gonzi nixtieq insellem lil Bridget Micallef li bil-paċenzja kollha tieħu ħsieb li tagħmel it-transcipts tad- diskors li jsir f'din il-Kamra.", "Din il-ġimgħa Bridget laqgħatni fuq, fil- kamra tagħha, u rajtha tagħmel xogħol li jirrikjedi abilita' u paċenzja bil- computer b'ħeffa.", "Is-Sinjorina Bridget Micallef hija xempju tad-dritt għax-xogħol, tad-dritt għall-aċċessibilita' għax-xogħol li hu kruċjali biex persuna ssib miżura ta' indipendenza personali, ta' indipendenza ekonomika, li tagħmel differenza enormi fil-ħajja.", "Jiena lil Bridget nafha wkoll f'ambjent differenti għaliex tagħmel parti mill-komunita' ta' l-Ibraġġ, fejn bl-għajnuna tal-membri tal-familja tagħha titla' taqra l-lezzjoni waqt il-quddiesa ta' nhar ta' Ħadd u tieħu sehem f'bosta funzjonijiet, fejn il- parteċipazzjoni tagħha dejjem iddaħħal element ġdid f'dak li jkun għaddej, tipparteċipa f'komunita' li hi miftuħa għaliha u tagħti sehem fejn ħafna minna ma nipparteċipawx imma nieħdu biss.", "Nixtieq nagħmel ukoll kumment qasir dwar persuni nieqsa mis-smigħ u minn hawnhekk inħeġġeġ lill- istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali biex almenu f'bulletin minnhom ta' l- aħbarijiet jipprovdu servizz ta' sign language, kif naraw fuq stazzjonijiet barranin.", "Ma naħsibx li qed nitolbu xi affarijiet impossibbli.", "Mr Speaker, inkompli ngħid li l-liġi tissalvagwarda wkoll id-dritt tal- persuni b'diżabilita' għal akkomodazzjoni xierqa f'lukandi, fi djar ta' alloġġ, fi stabilimenti oħra u kif ukoll f'akkomodazzjoni ta' residenza.", "Forsi meta nsemmu akkomodazzjoni f'lukanda jew f'dar ta' alloġġ tinstema' xi ftit esaġerata, għaliex hawn ħafna minnhom li għandhom l-faċilitajiet meħtieġa, pero' sfortunatament għad hawn nuqqasijiet kbar u preġudizzji kbar fil-konfront ta' persuni b'diżabilita' mentali.", "Huwa aktar faċli li nħarsu u nsolvu l-problemi ta' persuni b'diżabilita' fiżika milli l- problemi ta' persuna b'diżabilita' mentali għaliex fil-fatt ma' din it-tip ta' diżabilita' għadna diffidenti ħafna.", "Qisna għadna ma rrealizzajniex li bħal f'kollox hemm gradi differenti ta' diżabilita' mentali u għandna ħabta nitfgħu lil kulħadd f'keffa waħda u naħdmu bl-għamad quddiem għajnejna.", "Pero' kull persuna għandha dritt għal edukazzjoni, kemm formali u kif ukoll informali, u hija l-aktar ħaġa bażika jekk verament nemmnu illi persuna b'diżabilita' għandha dritt tgħix ħajja kif jgħix kulħadd.", "Persuna b'diżabilita' teħtieġ edukazzjoni imma b'appoġġ aktar minn ħaddieħor u ċerti persuni b'ċerti diżabilitajiet jeħtieġu aktar support minn oħrajn.", "Jien nammetti li meta xi ftit snin ilu hawn Malta bdejna nitkellmu fuq l-edukazzjoni inklussiva kelli dubji kbar kemm kienet possibbli.", "Naħseb illi dawn id-dubji kienu frott ta' esperjenza xejn sabiħa ta' meta kont għadni għalliema fi żmenijiet oħra u kelli studenta b'diżabilita' mentali fi klassi sekondarja.", "Jiena ma kelli l-ebda taħriġ ta' kif nista' naħdem magħha u niftakar li kont inkun frustrata għaliex kont konxja min- nuqqasijiet tiegħi li ma kelli xejn x'noffri lil din l-istudenta.", "Illum għadni ngħid li din l-istudenta ma ggwadanjat xejn matul dik is-sena skolastika għaliex nammetti li l-għan tiegħi dak iż-żmien kien li nżommha kwieta biex inkun nista' nkompli l-lezzjoni mad-29 studenta l-oħra li kelli.", "Fil-fatt il-gost tal-kumplament tal-klassi kien meta kien jinqala' xi kjass biex nitilfu xi ftit minuti prezzjużi mil-lezzjoni.", "Pero' fortunatament iż-żmien inbidel u llum għandna nies b'viżjoni wiesgħa li jagħrfu li hemm aktar nuqqasijiet fina milli f'persuni b'diżabilita' u li b'għajnuna u b'support speċjalizzat, l-integrazzjoni hija possibbli.", "Mr Speaker, illum nagħraf illi dak li deherli impossibbli ftit tas-snin ilu huwa possibbli ħafna għaliex tfal b'developmental disabilities u diżabilitajiet oħra qed jiġu integrati f'mainstream education, pero' rridu nammettu wkoll li għadna verament fil-bidu ta' l-edukazzjoni inklussiva u għadha teżisti reżistenza, li magħha ġġib l-preġudizzju, imma għallinqas mexjin f'dik id-direzzjoni.", "Il-kunċett ta' l-edukazzjoni inklussiva huwa wieħed mill-isbaħ u r- riżultati huma seduttivi ħafna pero' r-riżorsi umani u finanzjarji li hemm bżonn huma kbar ħafna.", "Kull persuna b'diżabilita' mentali teħtieġ pjan ta' edukazzjoni individwali u dan il-pjan irid jitfassal minn team multi- dixxiplinarju flimkien mal-ġenituri ta' l-istudent u l-politika tagħna, safejn huwa possibbli, għandha tħares dejjem - u jekk ikun hemm xi limitazzjonijiet ma jridux ikunu mposti minna imma mill-istudent stess - lejn integrazzjoni sħiħa.", "Filwaqt li rridu nibqgħu nipprovdu l-iskejjel u t-taħriġ speċjali, l-għan tagħna hu li l-użu tagħhom jonqos biex kemm jista' jkun titnaqqas is-segregazzjoni.", "Ħafna minna nafu li sa ftit ta' żmien ilu lanqas id-dyslexia ma konna nafu x'inhi u tfal li kienu jbatu minnha konna nsejħulhom injoranti jew bi frażi verament kerha, educationally subnormal.", "Illum id-dyslexia m'għadhiex timponi limitazzjonijiet edukattivi għaliex sirna nafu nkampaw magħha u allura nistgħu ngħinu lil dawk li jbatu minnha.", "Illum għandna tfal b'autism u b'attention deficiency syndrome li jitgħallmu bank ma' bank ma' tfal oħra u fejn qabel dawn it-tfal kienu jkunu awtomatikament meqjusa inaċċettabbli fi klassi regolari, bil-mod il-mod qed jintegraw ruħhom ukoll u l-episodji ta' l-hekk imsejħa disruptions qegħdin dejjem jonqsu.", "Mr Speaker, irridu nkunu realistiċi u ngħidu illi għandna bżonn riżorsi kbar, fosthom personnel mħarreġ u support set-ups.", "Ilna ħafna nisimgħu bin- nuqqas ta' facilitators pero' sfortunatament bħalissa l-kors fid-diploma m'huwiex miftuħ minkejja li kien hemm ħafna li applikaw għalih, għaliex inqalgħet xi problema interna tal-fakulta' konċernata li waqqfet milli jsir l-intake ta' l-istudenti.", "Irridu nifhmu li l-edukazzjoni inklussiva hija possibbli pero' teħtieġ li jkollha set-up sod għaliha inkella tikkrolla għal kollox.", "Iżda d-diffikultajiet huma ħafna pero' m'humiex insormontabbli u ma nisstgħux nippretendu li mil-lum għal għada se nbiddlu kollox għall-aħjar.", "L-importanti huwa illi b'din il-liġi se noħolqu qafas legali, se nistabbilixxu għanijiet u se nwaqqfu kummissjoni nazzjonali li se jkollha wkoll bażi legali.", "Kulħadd jgħid li biex liġi tkun tajba trid tkun inforzata u jekk nibdew mill-ewwel biċ-ċiniżmu u bix-xettiċiżmu allura nistgħu nżarmaw.", "Jien ngħid li minn x'imkien irridu nibdew u naħseb li rridu dejjem inħarsu 'l quddiem għaliex jekk se noqogħdu nistennew li jkollna l-optimum, inkunu qed nipparalizzaw lilna nfusna qabel ma nibdew.", "Kif intqal hawn ġew il-liġi fiha negotiating clauses - uħud sejħulhom loopholes - imma naħseb li din il-liġi tfasslet bir-realtajiet tal-ħajja quddiemha.", "Ħadd m'għandu bakketta maġika li jista' jbiddel kollox f'daqqa, l-affarijiet nixtequhom jinbidlu pero' nafu illi jrid jgħaddi ż- żmien biex inġibuhom kif inkunu nixtiequ aħna u ma nafx kemm verament għad xi darba naslu biex nwettqu x-xewqat kollha tagħna.", "Pero' dejjem irridu nżommu saqajna ma' l-art u minn hawnhekk inħeġġeġ biex inħarsu lejn din il- liġi bl-aktar mod pożittiv, kif fil-fatt tfasslet.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq b'kumment li forsi f'dan il-kuntest jinstema' xi ftit banali imma hija xi ħaġa li verament weġġagħtni.", "Waqt li kont qiegħda nfittex numru tat-telephone fid-direttorju ta' l-1998, ironikament kont qiegħda nħares lejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u għajnejja proprju waqgħu fuq il-lista ta' l-iskejjel u fost dawn kien hemm Msida educational subnormal school.", "Nittama li jekk din l-iskola tibqa' tiffunzjona neħilsu kemm jista' jkun malajr minn din it-terminoloġija anakronistika u offensiva għall-aħħar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, in-naħa tal-gvern kollha qed tammetti li din il-liġi hija biss il-bidu iżda l-Onor.", "Cristina fil-bidu ta' l-intervent tagħha enfasizzat li attwalment qegħdin ftit ġimgħat qabel it-tielet millennju u għadna se nibdew nindirizzaw l-inġustizzji u d- diskriminazzjoni maħluqa mal-medda tas-snin minn soċjetajiet differenti.", "Jien inħoss li din hija kontradizzjoni għax jekk qed nammettu li din il- liġi hija biss il-bidu u mbagħad fl-istess waqt ngħidu li kellhom jaslu l- aħħar tmien ġimgħat ta' qabel it-tielet millennju biex ippreżentajniha, allura naħseb li stajna għamilna ċerti affarijiet qabel.", "Mr Speaker, jiena fraħt bis-serjeta' meta rajt li l-Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') fl-aħħar tqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra u fraħt aktar meta fil-fatt dan l-abbozz tpoġġa 'il fuq fl- aġenda parlamentari iżda llum li flejtu ma nistax ngħid li nħossni sodisfatta mija fil-mija għaliex hemm differenzi importanti bejn dak li kien ippreżenta l-Partit Laburista fil-gvern fl-1998 u dak li qed jippreżenta llum il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u aktar 'il quddiem se nidentifika xi wħud minnhom.", "Fil-fatt inħoss li hija ħasra li ntilfu sena u erba' xhur minn meta dan l-abbozz tressaq għall-ewwel darba quddiem dan il-parlament mill-Prof Edwin Grech, li dak iż-żmien kien il-ministru responsabbli minn dan il-qasam, u minn hawn irrid nieħu l-opportunita' biex nagħtih ħajr għall-impenn li wera f'din il-ħidma importanti.", "Meta f'Ottubru ta' l-1996 tela' fil-gvern il-Partit Laburista, sab abbozz ta' liġi ppreparat mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel Ottubru ta' l-1996.", "Dak iż-żmien il-kabinett laburista kien deherlu li l-abbozz kif ippreżentat kien għadu m'huwiex żviluppat biżżejjed u kien iddeċieda li qabel jiġi ffinalizzat, kellha tiġi ppreparata white paper biex tagħti l-opportunita' għal diskussjoni aktar wiesgħa.", "Din il-white paper kienet ġiet ippubblikata fl- 20 ta' Ġunju, 1997 u fl-erba' ġimgħat ta' wara saru diversi laqgħat ta' diskussjoni u seminars.", "Il-kummenti, is-suġġerimenti u l-kritika li ħarġu kemm minn dawn il-laqgħat u kif ukoll mill-media lokali kienu ġew analizzati u l-abbozz ta' liġi reġa' ġie aġġornat u emendat wara li ttieħdu in konsiderazzjoni kummenti validi li saru f'dawn il-laqgħat ta' kordinament li saru ma' diversi ministeri.", "Nittama li dan se jkun ukoll l- atteġġjament li se jieħu l-gvern Nazzjonalista wara li jkun sema' l- kummenti minn din in-naħa tal-Kamra.", "Fit-22 xahar ta' gvern Laburista sar ħafna xogħol biex jitressaq abbozz bħal dan u ta' min isemmi - għaliex illum huwa fatt storiku - li x-xogħol kien inbeda proprju mill-prim ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, meta fetaħ il-bibien ta' Kastilja għal kull persuna b'diżabilita' u għall-familjari tagħhom f'laqgħa li kienet storika.", "L-għan ta' dik il-laqgħa kien biex ikunu dawn il- persuni stess li jidentifikaw il-bżonnijiet tagħhom.", "Saru konsultazzjonijiet wesgħin ma' setturi differenti tal-poplu permezz tal- white paper li għadni kif semmejt u laqgħat oħra konsultattivi, dejjem bil- għan li dak li jersaq għad-diskussjoni u sussegwentement għall- approvazzjoni ta' din il-Kamra, ikollu l-viżjoni ta' kulħadd u allura l- għanijiet tal-liġi jkollhom aktar ċans li jaqbdu l-art u jintlaħqu.", "Irrid nieħu l-opportunita' ukoll - u jiddispjaċini li ħadd ma semmiha - biex minn hawn nagħti ħajr lil Dr. Sylvia Zrinzo li fix-xhur li kienet presidenta tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' ħadmet ħafna biex tmexxi 'l quddiem din il-liġi.", "Irrid ukoll nagħti ħajr lis-Sur Eric Gatt, li kien l-executive director dak iż-żmien, li wkoll ħadem ħafna biex fi żmien qasir tressaq l-abbozz ta' liġi f'Ġunju ta' l-1996 u lid- Dott. Ramona Frendo li tat sehem kbir għal dan ix-xogħol u lil kulmin ta sehemu u ħadem biex dan ix-xogħol wasal s'hemmhekk.", "Mr Speaker, huwa importanti li nirrikonoxxu l-ħidma ta' kulħadd f'dan il-qasam u m'għandux ikollna diviżjoni politika f'pajjiżna fuq qasam bħal dan.", "Huwa minnu li matul is- snin sar żvilupp kbir f'dik li hija mentalita', ħsieb u attitudini lejn dawn ħutna fis-soċjeta', u l-kuxjenza dwar il-bżonn li persuni b'diżabilita' jiġu integrati fis-soċjeta' u li għandhom jinfetħu l-bibieb ta' opportunitajiet għalihom daqs ħaddieħor kibret u ssaħħet matul is-snin u s-sens ta' dover li kull wieħed u waħda minna f'dan il-pajjiż iħoss biex insaħħu u nkabbru l-ispirtu ta' solidarjeta' fil-prattika lejn dawn sħabna matul iż-żmien kompla jiżviluppa wkoll.", "Għalhekk inħoss li huwa xieraq li f'dan il-mument nagħti tislima lill-Mons Mikiel Azzopardi u lil kulmin għenu sa mill-bidunett biex twaqqfet Dar il-Providenza.", "Personalment nista' ngħid li kien Mons Azzopardi li kabbar fija sa minn ċkuniti l- kuxjenza lejn il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilita'.", "Niftakar kont għadni daqsxejn ta' tifla nattendi l-iskola primarja ta' San Ġorġ, f'Ħal Qormi, fejn ta' kull nhar ta' Ġimgħa konna nisimgħu lil Dun Mikiel - dak iż- żmien minn fuq ir-Rediffusion u anke ġieli kien jiġi jagħmel xi talk l- iskola - jagħmel lil kulħadd sensittiv għaċ-ċirkostanzi li wara kollox kienu reali immens u għadhom reali.", "Niftakar ukoll li qatt ma kien jonqos biex ikellimna dwar l-anġli tiegħu.", "Mr Speaker, il-Knisja tat u għadha tagħti kontribut siewi f'dan il-qasam u nistgħu ngħidu li f'ċerti ħidmiet għadha l-pijuniera li tieħu ċerti inizjattivi pożittivi.", "Irrid nieħu l-opportunita' wkoll biex nifraħ lill-moviment Kerygma, li issa ħadha b'missjoni tiegħu li jiġbor fondi għad-djar residenzjali tal-Knisja għal persuni b'diżabilita' fis-Siġġiewi.", "Din il-liġi għandna bżonnha bil-kbir.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Onor.", "Gonzi qal li ma jridx jinftiehem li f'Malta d-diskriminazzjoni hija xi ħaġa ta' kuljum, għalkemm imbagħad huwa stess semma eżempju - fl-opinjoni tiegħi oxxen - ta' diskriminazzjoni li raha b'għajnejh stess dwar il-każ ta' tabella li kienet tgħid li f'dak il- ħanut ma setgħux jidħlu tfal bil-ġelati, klieb u wheelchairs.", "Personalment naħsibha xi ftit mod ieħor għaliex minn dak li nisma' u nara b'għajnejja nemmen li filwaqt li tejjibna l-kuxjenza iżda d-diskriminazzjoni għadha ssir u ħafna drabi ma jkunx hemm tabelli biex tinduna biha!", "Fil-fehma tiegħi, id-diskriminazzjoni hija diffiċli biex tipprovaha għaliex ħafna drabi min jiddiskrimina jew ma jammettix li qed jiddiskrimina jew lanqas biss ikun jaf li qed jiddiskrimina għaliex il-mod kif iġib ruħu forsi jkun riżultat tat-trobbija tiegħu jew riżultat tal- mentalita' li tela' biha.", "Mr Speaker, id-diskriminazzjoni ma tkunx qed issir biss meta xi persuna ma titħalliex tidħol x'imkien iżda kultant anke b'ħarsa jew b'kumment tista' tiddiskrimina għaliex tkun qed tinfluwenza negattivament lil ħaddieħor bl-attitudini tiegħek.", "Jien ngħid li tista' tiddiskrimina wkoll meta tkabbar il-kuxjenza favur xi ħaġa, twiegħed li se tagħti l-mezzi biex dik ix-xi ħaġa tkun tista' tiġi akkwistata iżda mbagħad ma tagħmilx available dawk l-affarijiet essenzjali biex dak li jkun ikun jista' jitħejja b'mod tajjeb u effettiv għall-opportunitajiet li suppost ikunu għal kulħadd l-istess.", "Jien nemmen li dan huwa fundamentali biex jintlaħaq b'mod effettiv l-għan ta' din il- liġi li jipprojbixxi diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita' fiżika jew mentali.", "Din il-liġi trid tkun l-għodda li timla l-vojt legali li għandna biex persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom bil-mezzi kollha legali kontra min jiddiskrimina kontra tagħhom.", "Il-fatt li l-Kostituzzjoni ta' Malta ma ssemmix id-diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita' aktar u aktar joħroġ ċar kemm hemm bżonn li l-Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') tidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.", "Fil-fehma tiegħi anke kieku l-Kostituzzjoni tispeċifika li m'għandhiex issir diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita', xorta hemm bżonn li din il-liġi tkun tifforma parti mil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, il-Kostituzzjoni tagħna tgħid bla tlaqliq li ma tistax issir diskriminazzjoni abbażi ta' sess pero' ma jfissirx li ma niltaqgħux ma' każi ta' din it-tip ta' diskriminazzjoni.", "Iżda rrid nenfasizza li anke b'din il-liġi xorta waħda nħoss li se nkunu għadna 'l bogħod biex nilħqu l- milja sħiħa tagħha f'dan il-qasam delikat.", "Din il-liġi trid tkun imsaħħa bi strutturi b'saħħithom, b'policies amministrattivi u b'guidelines ċari għaliex jekk se jkollna biss liġi fuq il-karta ftit li xejn se nagħmlu passi 'l quddiem, anzi nibża' li nkunu qed noħolqu effetti kuntrarji fis- sens li nkunu qed ngħollu l-aspettattiva ta' dawn in-nies u mbagħad meta jfittxu ma jsibux dak il-wens li jkunu qed jistennew.", "Għalhekk din il- liġi rridu narawha fil-kuntest tar-realta' li qed ngħixu fiha u fil-fatt diġa' kellna eżempju ta' dan.", "Fl-interventi li kellna s'issa kważi kull darba ssemmiet il-liġi dwar ix-xogħol, li kienet ġiet introdotta fl-1969, u li l-Ministru Gonzi rrifera għaliha bħala l-liġi tat-2%.", "Din il-liġi ilha magħna 30 sena pero' ta' min wieħed ipoġġi idejh fuq il-kuxjenza u sinċerament jistaqsi lilu nnifisu kemm ġiet inforzata din il-liġi matul dawn it-30 sena!", "Qed ngħid dawn l-affarijiet mhux b'animożita' iżda b'sens ta' kuxjenza u b'saqajja ma' l-art, Mr Speaker, għaliex ma nagħmlux ġid jekk nilludu ruħna li bil-liġijiet biss se naslu.", "Issa li wasalna f'din il-fażi aktar u aktar jeħtieġ li nevalwaw eżattament safejn nistgħu naslu bil-liġijiet.", "Għalhekk qed nagħmel din l-enfasi fuq il-bżonn ta' strutturi ta' inforzar, policies amministrattivi u guidelines ċari u b'saħħithom biex nikkumplimentaw u nkomplu nsaħħu dak li tista' tagħtina l- liġi.", "Iżda meta bdejt nifli l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ħassejtni ddiżappuntata ħafna minħabba l-fatt li dan l-abbozz huwa verżjoni ferm aktar dgħajfa mill-abbozz li kien ġie ppreżentat fi żmien gvern Laburista.", "Il-fatt li s-superseding clause ġiet imneħħija kompletament minn din il-liġi u ma baqgħetx suprema fuq kwalunkwe liġi li għandna sal-lum li tindirizza l-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilita' jfisser li qed jitħalla spazju wiesa' ferm għall-interpretazzjonijiet tal-liġijiet li jikkonċernaw dan il-qasam.", "Ma rridux ninsew li meta jkun hemm lok għal interpretazzjoni dak li jkun qed jinterpreta l-liġi mhux dejjem jinterpreta l-affarijiet b'mod li jimxi konformi ma' l-animu tal-liġi meta tkun qed tiġi mfassla.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru Gonzi qal li wieħed jista' jgħid li stajna konna iżjed kuraġġużi u mxejna iżjed, jew inkella wieħed jista' jgħid ukoll li huwa tajjeb li qed nieħdu l-proċess bil-mod biex inwassluh għall-punt ideali li nixtiequ.", "Jien waħda minn dawk li nara li din il- liġi li għandna quddiemna qed toffri biss bidu żgħir.", "Huwa importanti li nagħrfuh dan għaliex mhux sewwa li nagħtu l-impressjoni li qed nagħmlu ħafna u mbagħad meta jinqala' l-każ ma nsibux rimedju għalih jew inkella nidħol f'partita legalitajiet u min jaf meta jinstab ir-rimedju.", "Fil- fatt jien ma naqbilx li huwa tajjeb li nieħdu l-proċess bil-mod biex inwassluh għall-punt ideali li wieħed ikun irid jasal għalih, kif stqarr l- Onor. Gonzi, għaliex aħna qegħdin f'sitwazzjoni fejn għad hawn ħafna nies li m'humiex konxji biżżejjed ta' ħaddieħor, b'mod partikolari ta' persuni li jridu attenzjoni speċjali u allura aktar u aktar ma tistax tibqa' miexi bil-mod.", "Għal nies bi bżonnijiet speċjali jrid ikollok proċess li jimbotta 'l quddiem ħalli ġġibhom in line ma' ħaddieħor kemm jista' jkun malajr inkella se ndumu xi millennju ieħor biex naslu.", "Kif diġa' għedt, għandna l-esperjenza tal-liġi tax-xogħol li fi 30 sena ma tantx nistgħu ngħidu li ħalliet xi riżultati tajbin għaliex imxejna bil- mod fuqha.", "Meta kont qed nisma' b'attenzjoni lill-Onor.", "Gonzi jitkellem fuq dan il- proċess bil-mod bdejt ngħid bejni u bejn ruħi li ma nistax nifhem kif il- gvern Nazzjonalista fuq il-bżonnijiet urġenti tal-persuni b'diżabilita' qiegħed jirraġuna b'dan il-mod u mbagħad fejn jidħlu r-riformi li qed titlob minna l-Unjoni Ewropea m'hu jiddejjaq xejn li qiegħed idaħħal kollox f'daqqa minkejja li jaf li se jġib taqlib sħiħ u tbatijiet żejda għall- maġġoranza tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, il-persuni b'diżabilita' f'pajjiżna, wara dawn id-dewmien kollu biex xi darba jkunu f'qagħda li jistgħu verament ikollhom aċċess għall-opportunitajiet daqs ħaddieħor, jixirqilhom ħafna aħjar minn hekk!", "Jekk se nikkuntentaw li dan huwa biss il-bidu u proċess bil-mod se jgħaddu għexieren ta' snin oħra qabel ma nibdew inwettqu ġustizzja ma' dawn ħutna li għandhom bżonn il-wens tagħna permezz tal-liġijiet li l-mira tagħha għandha tkun li fil-prattika jaħdmu.", "Inutli li nagħmlu liġijiet biex jibqgħu biss fuq il-karta u jekk din il- liġi se tibqa' biss fuq il-karta allura aħjar nibqgħu kif aħna sakemm jerġa' jkun hemm gvern Laburista li jkollu l-kuraġġ li jżomm impenn veru lejn il-persuni b'diżabilita' u ma jiddejjaqx li saħansitra forsi jidher ikrah ma' xi wħud basta ssir ġustizzja ma' min verament għandu bżonn.", "Il-Ministru Gonzi semma l-fatt li qabel ma ġie konkluż dan l-abbozz sar stħarriġ dwar l-Americans with Disability Act, id-Disability Discrimination Act fl-Ingilterra u d-Disability Discrimination Act fl- Awstralja u qal li l-liġi Amerikana hija l-aktar waħda avangardista u għalina hija avvanzata wisq.", "Se nikkwota eżattament x'qal l-Onor.", "Gonzi mill-unedited script:", "\"...", "Bil-liġi Amerikana ġie stabilit li persuna b'diżabilita' għandha kontribut kbir x'tagħti u ġie stabilit li dak il-kontribut ħafna drabi ma joħroġx mhux minħabba d-diżabilita' imma minħabba l-ostakli tas- soċjeta' nnifisha.", "Ħafna drabi persuna b'diżabilita' fiżika li għandha kapaċitajiet intellettwali daqs ħaddieħor ma jirnexxilhiex issib impjieg sempliċement għax fl-uffiċċju fejn kieku hi tista' taħdem m'hemmx lift.", "Ħafna drabi huma l-ostakli tas-soċjeta' stess li jikkreaw id-diżabilita' u mhux id-diżabilita' tal-persuna nnifisha.", "Din il-liġi Amerikana dan kollu rrikonoxxietu.\".", "Jien flejt il-liġi Amerikana wkoll u fil-fehma tiegħi tmur oltre minn hekk.", "Nammetti li l-liġi Amerikana hija avangardista u avvanzata ħafna u li ma tistax taqbad u tadattaha għal pajjiżna kif inhi, għaliex hemm ċirkostanzi li m'humiex komuni bejnietna, iżda żgur li turina aktar minn hekk.", "Fil-fatt il- Ministru Gonzi qal ukoll li l-liġi Amerikana kienet drakonjana għaliex ħadmet b'deadlines għat-tibdil li kien hemm bżonn isir.", "Allura jien nistaqsi: X'hemm ħażin li aħna nkunu drakonjani wkoll u nkunu rigorużi biex it-tibdil li hemm bżonn isir nippjanawh minn issa fuq medda ta' snin u jieħu in konsiderazzjoni l-aspetti kollha tal-problemi tagħna ħalli kulħadd ikun jaf fejn qiegħed u mhux jiġri kif ġara fil-każ tal-levies fejn il-gvern qal li kulħadd kien jaf li l-levies m'humiex għal dejjem?", "Dan l-argument tista' ġġibu u tużah għal kulħadd, iżda huwa ħafna aħjar li tippjana ħalli kulħadd ikun avżat well in advance u ħadd ma jkollu għalfejn jgħid li ma kienx jaf x'se jiġri jew li ma jiflaħx jagħmel it- tbdil li jkun hemm bżonn isir.", "Mr Speaker, l-Americans with Disability Act għandha s-saħħa u r-rieda li twettaq l-affarijiet bis-serjeta' u fil- prattika u għadhom sal-lum jimmoniterjaw u jaraw fejn waslu u jipprovaw jgħinu lil ħaddieħor mill-esperjenzi tagħhom.", "Dan l-aħħar ġie f'idejja Electronic Journal of the US Information Agency\", volume 4, number 1 ta' January 1999 u fih laqatni l-editorjal bit-titlu \"Towards inclusion: Meeting the needs of persons with disabilities in the US\" u se nikkwota testwalment - fil-fatt iktar tard nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra ta' dan l-artiklu li ġie downloaded mill-internet u għal min jixtieq ifittex iktar hemm il-website ukoll -", "\"A United States senator conducts pressing affairs of state for his constituents and for the nation from a wheelchair.", "A professional baseball pitcher thrills sports fans with his strikeout prowess, despite the fact that he has only one fully-developed arm.", "A young man with Down's syndrome becomes a pivotal character in a popular US television series.", "A child born without arms and legs becomes, with the help of prostheses and gritty inner strength, a leading attorney and social activist.", "Year after year, people across the United States are becoming attuned to the presence and potential of individuals with disabilities of varying types, both physical and psychological.", "Celebrities such as those mentioned above are only a small if highly visible part of the story.", "The fact is that millions of people with disabilities are engaging in productive, gratifying endeavours as never before.", "To a large extent, the spark was ignited by people with disabilities themselves, who fought for, and won, legislation that - during the past generation - has helped change the face of US society.", "So, too, have scientific and technological achievements benefitting people with disabilities, and inclusive policies across the spectrum of education.", "Legislation and new tools, however, can accomplish only so much.", "Equally challenging, and just as vital, has been the struggle to change perceptions and attitudes.\".", "- u din għalija hija importanti ħafna -", "\"Within the disability rights community, there is widespread agreement that the overall struggle is beginning to bear fruit.", "The issue of how to meet the needs of people with disabilities - whether by executive fiat, legislation or societal evolution - is being confronted beyond the borders of the United States as well.", "Concerned citizens in many countries are starting to interact with professionals and activists in the United States on this topic, and with each other as well.\".", "Mr Speaker, l-esperjenza Amerikana turina l-bżonn ta' proċess kontinwu u ħolistiku ta' edukazzjoni għat-tkabbir ta' kuxjenza favur l-integrazzjoni u l-inklużjoni naturali ta' dawn ħutna b'diżabilita'.", "L-Onor.", "Gonzi fl-introduzzjoni tiegħu ammetta li nistgħu nisiltu ċerti aspetti mill-Americans with Disabilities Act u nadattawhom għall- bżonnijiet u għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna pero' nixtieq li kieku l-Onor.", "Gonzi adatta s-snien li għandha l-liġi Amerikana biex nassiguraw li l-liġi tagħna fir-realta' se tattwa l-ugwaljanza sħiħa u effettiva fl-oqsma kollha tal-ħajja.", "Għalhekk issa se ngħaddi biex nagħmel xi mistoqsijiet fuq il-liġi li għandna quddiemna, proprju issa li qegħdin fl-istadju tat-Tieni Qari biex il-Ministru ikun jista' jagħtina spjegazzjoni fil-winding up u nittama li meta niġu għall-istadju tal- Kumitat jiġu kkonsidrati l-emendi meħtieġa.", "Se nibda proprju fuq id- definizzjoni ta' \"diżabilita'\" kif imniżżla fi klawsola 2.", "L-ewwelnett inħoss li din id-definizzjoni hija xotta wisq u nixtieq inkun naf x'inhi r-raġuni li ġiet mibdula minn kif kienet oriġinarjament fl- abbozz kif ippreżentat mill-Prof Grech f'Ġunju ta' l-1997.", "Fil-fatt id- definizzjoni ta' \"diżabilita'\" kif kienet fl-abbozz imressaq minn gvern Laburista kienet tgħid hekk:", "\"Nuqqas fiżiku, sensorju jew intellettwali li jillimita bi kbir xi waħda jew iktar mill-ħidmiet ewlenin tal-ħajja tal-bniedem.\"", "Din it-tifsira hija mera tat-tifsira li l-Kunsill ta' l-Ewropa ta proprju fid-deċiżjoni tal-25 ta' Frar, 1993 li tgħid li persuni b'diżabilita' huma persuni b'nuqqasijiet serji, diżabilitajiet u xkiel li ġejjin minn nuqqasijiet fiżiċi fosthom sensorji, mentali jew psikoloġiċi li jċekknu jew ixejnu t-twettiq ta' attivita' jew funzjoni meqjusin bħala normali għall- bniedem.", "Din id-definizzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa hija mibnija fuq mudell mediku u mhux fuq mudell soċjali.", "Id-definizzjoni kif preżentata fl- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija mibnija fuq mudell mediku jew fuq mudell soċjali, jew inkella fuq it-tnejn?", "Għaliex qed ngħid dawn l- affarijiet?", "Għaliex, per eżempju, vittma tal-polio hija persuna b'diżabilita', persuna bi driegħ jew riġel wieħed hija wkoll persuna b'diżabilita', iżda persuna li jkollha sieq artifiċjali m'għandhiex l- istess bżonnijiet bħal dak li ma jistax ikollu.", "Qed nagħmel dawn id- differenzi prattiċi għaliex inħoss li huma importanti biex wieħed jifhem eżatt lejn fejn irridu nimxu.", "Fil-fehma tiegħi, id-definizzjoni hija ġenerika wisq u m'hemmx distinzjoni bejn min għandu rimedju għan-nuqqas fiżiku li jkollu, bħal fil-każ ta' bniedem b'sieq artifiċjali li jista' jimxi u bniedem ieħor li ma jistax jimxi.", "Nixtieq nistaqsi wkoll min se jiddeċiedi dwar id-diżabilita', jekk hux il-liġi jew l-individwu, għaliex hawnhekk jista' jkollna interpretazzjonijiet konfliġġenti.", "Peress li fil- liġi ta' l-insurance d-diżabilita' hija kwantifikata bil-persentaġġi, din id-definizzjoni se toħloq konflitt ma' dik il-liġi?", "Fil-fehma tiegħi, jeħtieġ li jkollna tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet biex nassiguraw li dak li qegħdin nagħmlu ma joħloqx konfużjoni u ma jfixkilx bi kbir l-għan ta' din il-liġi.", "Mr Speaker, id-definizzjoni ta' \"membru tal-familja\" kif imniżżla fl- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija l-istess tifsira ta' \"assistent personali\" kif imniżżla fl-abbozz ta' liġi li ppubblikat il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' fis-7 ta' Ġunju ta' din is-sena.", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru jispjegalna għaliex saret din il-bidla meta t- tifsiriet huma l-istess.", "Il-membru tal-familja jew l-assistent personali issa daħal ipso facto.", "Dan huwa xi forma ta' impjieg ġdid u minn min se jitħallsu?", "Il-membru tal-familja jew l-assistent personali kif se jinkwadra mal-facilitator fl-iskola?", "Dawn se jkunu bħas-social assistants u dawk li jieħdu l-carers pension?", "Nixtieq li ningħata tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet.", "Nixtieq inkun naf ukoll xi kwalita' ta' għajnuna se tkun l-\"għajnuna awżiljarja\".", "Din tfisser li fejn il-gvern ma jagħtix servizzi għal dik it- tip ta' terapija, eċċ., se jagħti għajnuna finanzjarja lil dik il-familja li jkollha tħallas lill-privat biex tieħu dawn is-servizzi?", "Jien naf b'ħafna każijiet ta' familji li għandhom xi persuna b'diżabilita' li qed jissallbu għaliex qed ikollhom iħallsu mijiet ta' liri kbar fis-sena biex jagħtu t-terapija proprja lil uliedhom.", "Din l-għajnuna tingħata wkoll meta t-terapija ssir barra minn Malta għaliex f'pajjiżna ma tkunx teżisti?", "Min se jiddeċiedi lil min għandna tingħata din it-tip ta' għajnuna?", "Persuna b'diżabilita' li ma tkunx reġistrata mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' għandha dritt tirċievi din l-għajnuna?", "Se nirriferi issa għal klawsola 6 li titkellem dwar diskriminazzjoni minħabba diżabilita' dovuta għal xi assistenza.", "Nixtieq inkun naf min se jiddeċiedi l-ħtieġa ta' interpretu jew qarrej?", "Għaliex ma jissemmewx il- job coaches bħalma għandha l-Eden Foundation?", "Dawn il-persuni se jkunu trusted persons?", "Min se jagħżilhom u xi status legali se jkollhom?", "Se mmur issa għal Taqsima III, li titkellem dwar projbizzjoni ta' diskriminazzjoni minħabba diżabilita', subklawsola (1) ta' klawsola 7.", "Se jkun hemm guidelines nazzjonali dwar proċeduri għall-mod kif isiru s- sejħiet għall-impjieg u għall-mod kif jiġu conducted l-interviews?", "Jien nemmen li meta jkollna guidelines nazzjonali nkunu qed nipprevjenu problemi li jistgħu jirriżultaw minħabba nuqqas ta' knowledge ta' kif isiru l- affarijiet.", "Mr Speaker, qed nirriferi biss għal klawsoli u m'iniex naqrahom biex ma noqgħodx nieħu ħin tal-Kamra.", "Għar-rigward ta' subklawsola (2) ta' klawsola 7 nixtieq inkun naf min se jiġġustifika r-reasonableness ta' l-affarijiet għaliex s'issa ma jidhirx li l-kummissjoni għandha xi legal unit jew li għandha l-faċilita' li tieħu on board din it-tip ta' funzjoni.", "Għar-rigward ta' subklawsola (4) ta' klawsola 7 nixtieq nistaqsi kif se jsir il-kontroll ta' abbużi dwar l- infiq, eċċ?", "Jistgħu jsiru xi forom ta' inċentivi kif isir f'pajjiżi oħra biex is-settur privat jagħmel aktar kuraġġ u jwettaq it-tibdil?", "Għar- rigward ta' subklawsola (5) ta' klawsola 7 nixtieq li l-Ministru jispjegalna jekk dak li se jkun jgħodd għas-settur privat fir-rigward ta' l-aċċessibilita' huwiex se jkun jgħodd għall-gvern ukoll għaliex jien nifhem li l-gvern irid jagħti l-ewwel eżempju.", "Dan se jfisser li d- dipartimenti tal-gvern u postijiet oħra governattivi se jsiru aċċessibbli għal kulħadd qabel ma nippretendu li dawn l-affarijiet isiru mis-settur privat?", "Xi pjanijiet għandu l-gvern biex dawn l-affarijiet jitwettqu?", "Sar xi stħarriġ dwar in-nefqa kapitali li trid issir?", "Se jkunu available l- fondi meħtieġa għal dan ix-xogħol?", "Se jkun hemm xi terminu ta' żmien biex ix-xogħol li jrid isir jitwettaq?", "Qed nistaqsi dawn l-affarijiet għaliex kulħadd jaf x'ġara dan l-aħħar fil-każ tas-civic centre f'Birkirkara, fejn tela' bini ġdid li ma kienx aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' u ma nafx jekk s'issa sarx aċċessibbli.", "Fil-fatt is-sotto-kumitat tal-kunsill lokali kellu jirriżenja biex jiġbed l-attenzjoni ta' kulħadd li nfetaħ bini ġdid, b'ħafna pompa li lanqas biss kien aċċessibbli għal persuna f'wheelchair għaliex ma kienx hemm pjanijiet għall-aċċessibilita'.", "Se nirriferi issa għal Titolu 2 - Edukazzjoni.", "Mr Speaker, f'din it- taqsima m'hu qed issir l-ebda riferenza għall-facilitators.", "Allura jien nistaqsi: Ir-riferenza għall-membru tal-familja tfisser facilitator, persuna oħra barra l-facilitator jew persuna ta' fiduċja magħżula mill- persuna stess jew ipprovduta mill-gvern jew mill-kummissjoni?", "F'din it- taqsima dwar l-edukazzjoni ma nsibu l-ebda indikazzjoni dwar il-policy tal- gvern għal dak li jirrigwarda l-ispecial schools.", "Klawsola 12 titkellem dwar id-dħul ġewwa postijiet u fil-fatt din il- kwestjoni tinkwetani ħafna għaliex ħafna mill-iskejjel tagħna lanqas biss huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.", "Inutli li noqogħdu ngħidu li rridu l-inclusive education meta lanqas l-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel m'hu qed jippermetti li dan isir.", "Ħafna faċilitajiet li għandna fl- iskejjel lanqas biss huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.", "X'se jiġri f'dan il-każ?", "Il-gvern se jagħti l-eżempju u jibda jwettaq l- affarijiet, jew se jħalli lis-settur privat jieħu l-ewwel inizjattiva?", "Dawn l-affarijiet ifakkruni f'dik l-istorja fejn bniedem jiġi mħarrek minħabba exhaust emissions mill-karozza u l-vetturi tal-gvern jibqgħu għaddejjin u jikkontaminaw l-arja.", "Sar xi studju mill-gvern dwar in-nefqa kapitali li għandu bżonn biex jagħmel l-iskejjel aċċessibbli?", "Dan ma jgħoddx biss għall-ambjent fiżiku imma jgħodd ukoll għal faċilitajiet fl- iskejjel bħal, per eżempju, il-libreriji.", "Jeżistu xi esperti li jaraw li kull faċilita' li teżisti fl-iskejjel tkun maħduma b'tali mod li tkun aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'?", "Għalkemm forsi dak li jkun jgħid li dawn huma irqaqat pero' ta' min ifakkar li dawn huma affarijiet żgħar li jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum ta' persuni b'diżabilita'.", "Għalhekk fl- introduzzjoni tiegħi insistejt li m'għandux ikollna liġi fuq il-karta biss iżda huwa importanti li jkollna l-istrutturi ta' l-inforzar, id-deadlines u l-guidelines fil-liġi ta' kif fil-prattika dan kollu jista' jitwettaq.", "Per eżempju, fil-liġi m'hemm l-ebda riferenza la dwar l-accessibility unit tal-planning authorit u lanqas dwar l-aċċessibilita' għat-trasport pubbliku.", "Klawsola 16 titkellem fuq insurance cover u hawnhekk ukoll insibu differenza kbira bejn l-abbozz li kien ippreżenta l-gvern Laburista preċedenti u dak li qed jippreżenta l-gvern Nazzjonalista.", "Il-ġimgħa l- oħra l-Ministru Gonzi u l-Onor.", "D'Amato nnegaw dak li qal sieħbi l-Onor.", "Chircop, pero' jien naqbel ukoll li din il-parti tal-liġi qed tinftiehem li persuna b'diżabilita' m'hi koperta xejn għaliex kumpannija ta' l- assigurazzjoni tista' tirrifjuta li tinxurjaha kif trid.", "Din il-parti hija miftuħa wisq u hemm il-loopholes kollha għal min irid jipprova jiżgiċċa minnha.", "Il-Ministru Gonzi jrid jiddeċiedi jekk iridx jaqdi lil persuni b'diżabilita' jew inkella lil kumpanniji jew lil aġenziji ta' l- assigurazzjoni.", "Jekk forsi għalih hija deċiżjoni iebsa wisq, għal persuni bi bżonnijiet speċjali hija mill-aktar essenzjali.", "Sur President, Taqsima IV tikkontempla l-eżami li jiddetermina x'inhu raġonevoli.", "Jien nixtieq nistaqsi: X'se jiġi meta bidliet arkitettoniċi jaħbtu ma' interessi storiċi jew ambjentali, bħal fil-każ ta' dan il- parlament innifsu jew is-swali tal-palazz presidenzjali?", "Min se jiddeċiedi jekk hux se tingħata prijorita' lill-ambjent, lill-istorja, lill- arkitettura jew inkella lill-aċċess għal persuni b'diżabilita?", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet ikunu ċari għaliex inkella kollox se jkun suġġett għall-interpretazzjoni u se nħallu lil dawn ħutna jiġġieldu bil- mezzi legali u ma naħsibx li dan huwa l-għan ta' din il-liġi li toffri opportunitajiet indaqs lil persuni b'diżabilita'.", "Paragrafu (ċ) ta' suklawsola (2) ta' klawsola 20 jgħid:", "\" ...id-disponibilita' ta' għotjiet minn fondi pubbliċi biex minnhom jitħallsu l-ispejjeż ta' dawk l-azzjonijiet.\".", "Dan ifisser li se jingħataw għotjiet għal dan l-ambjent fiżiku?", "Fil-każ li se jiġri hekk, kemm se tingħata għajnuna u fuq liema bażi se tinħadem?", "Se nirriferi issa għal Taqsima V fejn tiġi trattata l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Din il-kummissjoni se tkun speċi ta' dipartiment tal-gvern jew entita' parastatali?", "L-Estacode jkopri kummissjoni bħal din?", "Lejn min se tkun responsabbli?", "Jien nifhem li se tkun qed taħdem b'fondi pubbliċi.", "Minn liema ministeru se tirċievi l- budget tagħha?", "Se jkollha rwol konsultattiv jew eżekuttiv jew it-tnejn f'daqqa?", "Għaliex l-għażla tal-membri hija esklussivament f'idejn il-Prim Ministru?", "L-Eden Foundation u d-Dar tal-Providenza se jkunu rappreżentati fuq il- kummissjoni?", "Fost il-funzjonijiet tal-kummissjoni kif elenkati fi klawsola 22, il- kummissjoni se tkun tista' tagħmel investigazzjonijiet.", "Jien nixtieq inkun naf jekk l-investigazzjonijiet humiex se jsiru mill-kummissjoni nnifisha jew mis-segretarjat tagħha?", "Min se jkunu l-investigaturi?", "Liema entitajiet se jkunu jistgħu jiġu investigati u to what extent?", "X'se jkunu l-proċeduri li fuqhom tkun tista' timxi l-investigazzjoni?", "Dawn il- mistoqsijiet kollha jeħtieġu tweġiba.", "Paragrafu (k) ta' klawsola 22 jgħid li tista' tingħata għajnuna finanzjarja lill- persuni b'diżabilita' li jkunu jridu jinforzaw id- drittijiet tagħhom taħt din il-liġi.", "X'tip ta' għajnuna finanzjarja hija kkontemplata u kemm jista' jingħata?", "Paragrafu (n) ta' klawsola 22 jgħid li l-kummissjoni:", "\"tipprovdi dawk is-servizzi kollha ta' dan it-tip li jistgħu jinħtieġu jew jintalbu mill-Kummissjoni sabiex din tkun tista' tilħaq l- għanijiet tagħha.\".", "Għal liema tip ta' servizzi se tkun responsabbli l-kummissjoni?", "X'żieda se jkun hemm fil-budget tagħha biex tkun tista' tlaħħaq ma' dawn is- servizzi?", "Klawsola 23 titkellem fuq l-istatus legali tal-kummissjoni.", "Skond din il-liġi l-kummissjoni tista' taħtar l-uffiċjali tagħha li jkollhom il- ġurisdizzjoni li jidhru u jattwaw f'isimha fejn jidħlu l-proċeduri tal- qrati.", "Min jistgħu jkunu l-uffiċjali tal-kummissjoni?", "Dawn se jkollhom ir-rank meħtieġ skond ir-regoli tal-public service?", "Kif se jiġu ngaġġati?", "Fuq liema bażi se jingħataw is-salarju jew xi tip ta' remunerazzjoni?", "Nifhem li dawn se jitħallsu mill-fondi pubbliċi u għalhekk nixtieq inkun naf jekk hemmx xi kriterji stabiliti fuq dawn ukoll.", "Xi kwalifiki se jkollu ċ-chairman?", "X'rank se jkollu fiċ-ċivil?", "Xi kriterji se jintużaw biex jingħata l-appointment jew se jkun xi appointment politiku?", "Nixtieq inkun naf ukoll min se jagħżel l-impjegati tal-kummissjoni għaliex, fl- opinjoni tiegħi, m'hemmx idea ċara bejn il-kummissjoni u s-segretarjat.", "X'inhuma r-rwoli taċ-chairman u tad-direttur?", "Min jiġi l-iktar 'il fuq fil- ġerarkija?", "Id-direttur eżekuttiv, per eżempju, għandu dritt jaħtar viċi direttur għal Għawdex?", "Minn liema grad taċ-ċivil jista' jintagħżel id- direttur eżekuttiv u x'esperjenza amministrattiva jrid ikollu?", "Klawsola 29 titkellem fuq il-kontijiet u l-verifika u tgħid li l- kontijiet tal-kummissjoni għandhom jiġu vverifikati minn awditur jew awdituri li jinħatru minnha u li jiġu approvati mill-ministru.", "L-awditur ġenerali għandu dritt jivverfika dawn l-accounts?", "Klawsola 31 tgħid li l-kummissjoni tkun eżenti mid-dover li tħallas taxxa fuq id-dħul.", "Issa d-dħul tal-kummissjoni se jkun skond il-budget tal- ministeru għall-politika soċjali jew il-kummissjoni tista' tagħmel attivitajiet bi qligħ?", "Taqsima VI tikkontempla lmenti, investigazzjonijiet u twettiq.", "Pero' minn klawsola 32 ma joħroġx ċar min se jkunu l-investigaturi u x'poteri se jkollhom.", "F'din il-klawsola qed issir riferenza wkoll għall-għajnuna li tista' tingħata lil persuni b'diżabilita'.", "Din se tkun għajnuna legali jew finanzjarja jew inkella tkopri t-tnejn?", "Klawsola 33 titkellem dwar il-proċeduri investigattivi, pero' hawnhekk ukoll ma joħroġx ċar min huma l-investigaturi.", "Għalhekk nixtieq inkun naf xi kwalifiki jrid ikollhom u x'saħħa legali se jkollhom.", "Dawn se jkunu nominati mill-kummissjoni jew inkella se jkunu funzjonarji taċ-ċivil?", "Hawnhekk jidħol ukoll l-aspett ta' l-ombudsman.", "Il-kummissjoni se jkollha l-avukati tagħha jew se taħdem bl-uffiċċju ta' l-attorney general?", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ippermettili ninterrompik, Onor. Coleiro, għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru tkompli tinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Marie Louise Coleiro tkompli bid-diskors tagħha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Wara dawn il-mistoqsijiet li għamilt nixtieq nirrimarka wkoll dwar sitwazzjonijiet reali li jien inħoss li bil-liġi biss m'aħniex se naslu biex insolvu għaliex, kif qal fil-bidu ta' dan id- dibattitu l-Onor.", "Gonzi, din il-liġi qed tagħtina l-opportunita' biex niddiskutu u nirriflettu aktar fuq dan il-qasam.", "Sur President, irrid ngħid li dan il-qasam ma jolqotx biss mill-qrib persuni bi bżonnijiet speċjali iżda jolqot ukoll lil għadd kbir ta' familji Maltin u lis-soċjeta' Maltija kollha kemm hi.", "Is-sitwazzjonijiet u d- diffikultajiet li se nsemmi m'humiex marbutin mal-fatt li s'issa kien għad ma kellniex liġi iżda marbutin mal-fatt li minkejja li matul dawn l-aħħar snin kibret l-awareness u kellna l-istruttura tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' u l-accessibility unit tal-planning authority u servizzi oħra bħal facilitators, eċċ., xorta waħda għadd ta' persuni bi bżonnijiet speċjali ma ħadux dak li suppost kien u għadu tagħhom bi dritt.", "Fil-fehma tiegħi, dawn l-affarijiet xorta m'humiex se jingħelbu b'din il- liġi biss anzi nasal biex ngħid li iktar hemm iċ-ċans li niffrustraw lil dawn il-persuni u lill-familji tagħhom.", "U se nibda billi nsemmi l- kwestjoni ta' l-aċċessibilita'.", "Fil-fatt jien diġa' tkellimt fuq din il- kwestjoni f'dan il-parlament u għamilt anke xi mistoqsijiet parlamentari pero' sfortunatament ma ġara xejn.", "Għalhekk inħoss li hemm bżonn nerġa' nsemmi xi każijiet għaliex minkejja li ngħidu li għandna kuxjenza soċjali kbira, xorta jibqa' ma jsir xejn.", "Fil-bidu tas-sajf li għadda kienu qed isiru xi bankini ġodda f'St. Edward Street u f'Antonio Muscat Fenech Street f'Ħal Qormi u kienu ġibduli l- attenzjoni li mal-bankini ma kenux qed isiru r-rampi biex persuni li m'humiex mobile biżżejjed jew inkella li jużaw il-wheelchair - u anke persuni li jkunu għaddejjin b'pushchair jew b'buggy - ikollhom aċċess xieraq għall-bankini.", "Fil-fatt jien kont ikkuntattjajt l-uffiċċju tal- kunsill lokali u wara li qaluli min kien il-perit fuq dan ix-xogħol, jien ikkuntattjajt lill-perit ukoll u għedtlu bid-diffikulta' ta' dawn in-nies, pero' għadda ftit taż-żmien u ma ġara xejn.", "Għalhekk kellimt lis- segretarju tal-kunsill pero' ma ġara xejn lanqas u ddeċidejt li la ma rnexxilix insolvi l-problema fuq bażi lokali, l-alternattiva li kelli kienet li nagħmel mistoqsija parlamentari dwar din il-kwestjoni u fil-fatt kelli tweġiba għaliha mill-Ministru Gonzi.", "Pero' rrid ngħid ukoll li kważi sena ilu jien kont għamilt mistoqsija parlamentari oħra numru 1691 lill- Ministru Gonzi fuq il-kwestjoni ta' l-aċċessibilita'.", "Fil-fatt nixtieq nikkwota l-mistoqsija parlamentari numru 1691 li għamilt fit-23 ta' Novembru tas-sena l-oħra u t-tweġiba li ngħatajt fit-2 ta' Diċembru tas- sena l-oħra, fis-seduta numru 19.", "Jien staqsejt hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-gvern biex jassigura li kull bini pubbliku tal-privat ikun aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali.\".", "U t-tweġiba li ngħatajt kienet tgħid hekk: \"Il-gvern u s-soċjeta' Maltija jridu jaħdmu fuq ħames livelli biex jassiguraw li postijiet miftuħa għall-pubbliku, kemm dawk li huma tal- gvern kif ukoll dawk li huma tal-privat ikunu aċċessibbli għal kulħadd, inkluż persuni li għandhom diżabilita'.", "Dawn il-ħames livelli huma:", "a) edukazzjoni lill-periti u dawk li jaħdmu fl-industrija tal-bini.", "F'dan il-qasam, għalkemm saru kuntatti, għad hemm ħafna aktar xi jsir l-aktar mal-fakulta' ta' l-arkitettura.", "Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' se terġa' timpenja ruħha fil-futur qarib f'dan ir-rigward.", "b) Inforzar tal-policies tal-pjan ta' struttura mill-awtorita' ta' l- ippjanar.", "ċ) Regolamenti tal-bini li jassiguraw dan.", "Fi żmien l- amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti kien twaqqaf kumitat biex jaħdem fuq dawn ir-regolamenti u l-abbozz tagħhom jitlesta.", "Sfortunatament dan il-proċess ma tkomplix u l-kummissjoni se taħdem biex dawn ir-regolamenti importanti jingħataw is-saħħa legali u jibdew jiġu inforzati.", "d) Fi żmien l-amministrazzjoni Laburista preċedenti twaqqfet l- accessibility unit fi ħdan il-ministru tax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni biex bini tal-gvern miftuħ għall-pubbliku jsir aċċessibbli għal kuħadd.", "Fl-opinjoni tal-kummissjoni din il-unit għadha m'hijiex tiffunzjona sew u l-istess kummissjoni se taħdem biex dan ix-xogħol tal-unit jibda jsir b'mod aktar effettiv.", "e) Fl-aħħarnett hija l-opinjoni tal-kummissjoni li l-liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita', li mistennija tgħaddi s-sena d-dieħla, se tagħti aktar saħħa lil persuni b'diżabilita', lill-għaqdiet tagħhom u lill-kummissjoni stess biex, safejn hu raġonevoli, skond l-istess liġi, bini miftuħ għall- pubbliku jkun aċċessibbli għal kulħadd.", "Sur President, il-mistoqsija parlamentari numru 9068 li għamilt fl-14 ta' Lulju ta' din is-sena kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min qed jagħmel monitoring tal- politika ta' l-aċċessibilita' ta' postijiet pubbliċi għal persuni bi bżonnijiet speċjali?", "Jaf il-Viċi Prim Ministru li f'Ħal Qormi, fejn qed isiru bankini ġodda, mhux isiru rampi fit-truf tal-bankini?", "X'se jagħmel il-Ministru biex dan ma jseħħx u tiġi rimedjata l- qagħda?\".", "It-tweġiba li ngħatajt fl-20 ta' Lulju fis-seduta numru 137 kienet tgħid hekk:", "\"Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' qed tieħu diversi miżuri biex tassigura li postijiet miftuħin għall-pubbliku jkunu aċċessibbli għal kulħadd, biss ir-responsabbilta' aħħarija għandha taqa' fuq min qed jagħmel ix-xogħol.", "Il-kummissjoni kellha u għad għandha diskussjonijiet għaddejjin ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar, mal- ministeru għall-ambjent u mal-kunsilli lokali dwar dan il-qasam.", "Nittama li fil-futur qarib ħafna jkun hemm mekkaniżmu legali permezz ta' regolamenti tal-bini biex dan kollu jkun jista' jiġi eżegwit b'mod aktar effiċjenti.\".", "Sur President, sfortunatament sal-lum il-bankini ġodda li saru f'Ħal Qormi mhux talli għadhom bla rampi talli qegħdin xi pied u ftit ogħla mill-art, li jiġu iktar min-normal, minħabba li St. Edward Street hija niżla u minnha jgħaddi ħafna ilma.", "Issa ta' min jirrimarka li s-sindku ta' Ħal Qormi, is-Sur Puli, jafhom tajjeb dawn l-inħawi u jaf li hemmhekk jgħixu numru ta' anzjani li jagħmlu użu minn wheelchair, mhux għax twieldu b'diżabilita' imma b'konsegwenza tax-xjuħija jbatu minn nuqqas ta' mobilita'.", "Għalhekk għamilt dawn il-mistoqsijiet lil-Ministru Gonzi biex jagħtina tagħrif dwar din is-sitwazzjoni.", "Ma jidhirlix li biex isiru sempliċi rampi ma' bankini kelli niġi diversi drabi f'dan il-parlament biex niġbed l-attenzjoni u saħansitra ħadt aġġornament biex nitkellem fuq il-bankini!", "Jien ipprovajt nagħmel l-affarijiet through the right channels u ċ-ċittadini Qriema ma kellhomx għalfejn joqogħdu jiġu għandi bħala deputat parlamentari biex jitolbu rampa ta' bankina li wara kollox qed issir minn flushom!", "Pero' għalkemm għamilt dawn it-tentattivi kollha r- rampi xorta ma sarux.", "Jidhirli li l-policies nazzjonali għandhom jorbtu lil kulħadd, mill-kbir saż-żgħir, u ma nistax nifhem għaliex il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi baqa' għaddej qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Issa probabbli s-sindku jwieġeb li ma sar xejn fuq din il-kwestjoni għaliex il- kunsilliera indipendenti m'humiex qed jattendu għal-laqgħat, pero' din l- istorja tal-bankini nqalgħet ħafna qabel il-kwestjoni li hemm mal- kunsilliera indipendenti.", "Imma l-kunsill lokali għoġbu jibqa' għaddej qisu m'hu qed jiġri xejn, jonfoq il-flus mit-taxxi tal-poplu u ma jagħmilx l-affarijiet skond il-bżonnijiet veri tal-Qriema.", "Sadanittant nixtieq nistaqsi wkoll lill-Onor.", "Gonzi fejn waslu l- kuntatti mal-fakulta' ta' l-arkitettura għall-edukazzjoni tal-periti u ta' dawk li jaħdmu fl-industrija tal-bini.", "Fejn waslu r-regolamenti tal-bini li kellhom jingħataw is-saħħa legali biex jibdew jiġu inforzati?", "X'sar minnu l-accessibility unit li twaqqaf mill-gvern Laburista preċedenti fi ħdan il-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi?", "Peress li madwar sena ilu l- ministru kien qal li dan il-unit kien għadu m'huwiex qed jiffunzjona sew, nixtieq inkun naf jekk issa bediex jiffunzjona.", "Ta' min ifakkar li dan l- accessibility unit li kien waqqaf sieħbi l-Onor.", "Charles Buhagiar kellu l- għan li jimplimenta x-xogħol meħtieġ f'postijiet pubbliċi biex isiru aċċessibbli u kellu jiżviluppa standard features għall-bankini; kellu jipprovdi resort centre, anke b'librerija biex tiġi wżata minn kulħadd, inkluż il-kunsilli lokali, u dan il-unit kien se jkollu poteri biżżejjed biex lill-awtorita' ta' l-ippjanar jużaha bħala focal point biex tivvettja l-applikazzjonijiet.", "X'sar minn dan kollu?", "Fl-introduzzjoni tiegħu l- Ministru Gonzi qal li biex jiġi assigurat li l-postijiet pubbliċi jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita', mill-1 ta' Jannar li ġej l- awtorita' ta' l-ippjanar se tinsisti li l-bini - u hawnhekk kien qed jirriferi għall-bini ġdid - jkun aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' u li dan il-bini jkollu s-servizzi meħtieġa biex persuna b'diżabilita' tkun tista' tagħmel użu minnu.", "Jekk fhimt tajjeb, il-Ministru qal ukoll li fir- rigward ta' bini li diġa' huwa mibni l-proċess ikun ftit itwal.", "Imma jien tkellimt fuq bankini li saru tliet xhur ilu u probabbilment iridu jgħaddu xi 20 sena oħra biex f'Ħal Qormi jerġgħu jsiru xi bankini ġodda!", "Irrid nirrimarka wkoll li meta jien qajjimt il-kwestjoni dwar il-bankini x- xogħol baqa' għaddej mingħajr ma sar xejn biex tiġi rranġata s- sitwazzjoni u fil-fatt għad hemm iċ-ċans li l-affarijiet jirranġaw ruħhom, allavolja issa jridu jerġgħu jintnefqu flus oħra biex isiru r-rampi.", "Issa jien inħossni inkwetata ukoll għaliex fi kliem il-Ministru stess din il- liġi waħedha m'hijiex se ssolvi dawn il-problemi prattiċi.", "Fil-fatt fit- tweġiba li tani l-liġi kkonsidraha bħala wieħed mill-ħames livelli ta' ħidma li jridu jsiru fuq l-aċċessibbilta'.", "Dan ifisser li bil-liġi biss żgur m'aħniex se naslu.", "Każ ieħor li xtaqt insemmi huwa ta' tifla ta' tliet snin u nofs li ma timxix u li tinsab f'wheelchair.", "Il-ġenituri tagħha applikaw għal facilitator biex din it-tifla tkun tista' tattendi l-iskola primarja tar- Rabat Għawdex u meta l-iskola ġibditilhom l-attenzjoni minħabba n-nuqqas ta' aċċessibilita' huma saħansitra offrew li jagħmlu r-rampi minn buthom imma l-perit ta' l-iskola oġġezzjona mingħajr ebda raġuni.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari fuq dan il-każ pero' sal-lum l-istorja għadha l- istess.", "Irrid ngħid ukoll li l-kap ta' l-iskola ssuġġeriet lill-ġenituri biex jieħdu lit-tifla fl-iskola tax-Xewkija jew tas-Sannat u meta dawn il- ġenituri pprovaw l-iskola tax-Xewkija ġew informati li jekk it-tifla ma jkollhiex facilitator ma jistgħux jaċċettawha.", "Sfortunatament din it-tifla kellha tibqa' d-dar disa' xhur sħaħ għaliex ma kellhiex facilitator.", "Sur President, jien nista' nsemmi diversi każi ta' tfal li s-sena l-oħra kellhom facilitator pero' llum m'għandhomx, bil-konsegwenza li dawn it- tfal ma jistgħux ikomplu fuq dak li bnew is-sena l-oħra u, minkejja l- ġiri 'l hemm u 'l hawn tal-ġenituri, wara kważi ħames ġimgħat ta' skola għadhom ma jafux jekk hux se jkollhom facilitator jew le.", "Każ ieħor li naf bih jien personalment huwa ta' tifel li fil-half yearly examinations tas- sena skolastika li għaddiet kellu facilitator pero' meta ġie għall-annual examinations ma tawhx facilitator, bil-konsegwenza li naturalment dan it- tifel kien żvantaġjat fl-annual examinations u spiċċa fl-agħar stream din is-sena.", "Jiġifieri dak kollu li sar miegħu matul is-sena li għaddiet mar down the drain.", "Ħalli niġi issa għall-kwestjoni tar-reserved parking li fuqha kont għamilt mistoqsija parlamentari numru 9077, li ġiet imwieġba fis-seduta numru 138 fejn kont staqsejt hekk:", "\"Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi eżatt il-policy fir-rigward ta' l-għoti tar-reserved parking spaces quddiem residenzi ta' persuni bi bżonnijiet speċjali?", "Jista' jgħid jekk ġarr ta' persuna bi bżonn speċjali jistax iwaqqaf l-għoti ta' parking space bħal dan?", "Għaliex hemm dewmien biex jingħataw reserved parking lil persuni bi bżonnijiet speċjali? \"", "It-tweġiba tal-ministru kienet tgħid hekk:", "\"Is-servizz ta' parkeġġ riservat quddiem residenzi ta' persuni b'diżabilita' jingħata mill-bord għall-kontroll tat-traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra formola li fuqha hemm indikati l- kriterji li fuqhom jiġi mogħti dan il-benefiċċju.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, dan huwa kompitu tal-bord għall-kontroll tat-traffiku u għalhekk il-mistoqsija trid issir lill- ministru responsabbli.", "Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, il-kummissjoni qed tirċievi numru kbir ta' applikazzjonijiet li ħafna minnhom m'humiex ta' persuni li għandhom diżabilita' severa ta' mobilita'.", "Dan il-fatt ifisser li barra li qed ikollna nirrifjutaw ħafna talbiet għal dan is-servizz, qed ifisser ukoll li r-riżorsi tal-kummissjoni m'humiex qed jintużaw bl-aħjar mod, u min verament għandu bżonn qed idum jistenna.", "Barra minn hekk, kulħadd jifhem li l-problema ta' parkeġġ in ġenerali hija waħda kbira u mhux possibbli li jingħata parkeġġ riżervat lil min m'għandux problemi kbar ta' mobilita'.\".", "Sur President, jien m'iniex qed ngħid li min m'għandux bżonn għandu jingħata parkeġġ riservat - u kulmin jafni tajjeb jaf li l-affarijiet inħobb ngħidhom bil-Malti li jinftiehem - pero' rrid ngħid li qed ikun hemm każi fejn il-parkeġġ riservat qed jiġi rifjutat inġustament.", "Jien ngħid li dawn l-affarijiet ma jsirux apposta iżda ħafna drabi qed jiġri li min jidħol fil-każ ma jkunx qed iqis it-tbatija kollha ta' l-individwu u lanqas ma jkun jaf is-sitwazzjoni u l-attivita' ta' dik it-triq partikolari.", "Fil- fehma tiegħi, naħseb li bir-regolamenti fuq il-karta biss jistgħu jaħdmu kontra min ikun ġenwin fit-talba tiegħu.", "Fit-tweġiba tiegħu għat-tieni parti tal-mistoqsija tiegħi l-ministru qalli li huwa kompitu tal-bord għall-kontroll tat-traffiku u għalhekk il-mistoqsija kelli nirriferiha lill- ministru responsabbli.", "Jien jidhirli li din it-tweġiba ma tantx tawgura tajjeb għall-kordinament li qed tikkontempla l-istess liġi li għandna quddiemna u jekk mhux se jkun hemm kordinament bejn id-diversi ministeri u d-dipartimenti se nispiċċaw kulħadd jimxi f'direzzjoni differenti.", "Fil- fatt nixtieq inkun naf kemm hemm esperti fuq persuni bi bżonnijiet speċjali fuq il-bord għall-kontroll tat-traffiku.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-qasam tax-xogħol.", "Fil-fehma tiegħi, id-dritt legali li se jkollha persuna b'diżabilita', li ħadd ma jista' jiddiskrimina kontriha fejn jidħol il-qasam tax-xogħol, m'hu se jkun ifisser xejn u qed ngħid dawn l-affarijiet mhux biex ninstema' negattiva jew għax jien ma naqbilx fil-prinċipju imma għaliex l-affarijiet nixtieqhom li jsiru tajbin.", "Jien inħobb inżomm saqajja ma' l-art u nipprova nara x'diffikultajiet hemm fil-prattika, ħalli ma nilludux ruħna, u għalhekk qed ngħid li jeħtieġ inħarsu lejn din il-liġi, b'mod partikolari fejn jidħol il-qasam tax-xogħol.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l- ministru semma l-adult training centres.", "Jien naqbel li mal-konċett li ż- żgħażagħ b'diżabilita' li jistgħu jagħtu sehemhom fid-dinja tax-xogħol għandhom jingħataw taħriġ, pero' nixtieq inkun naf kemm fil-fatt l- adult training centres li għandna sal-lum taw riżultat u kemm ħarġu żgħażagħ minnhom li llum qegħdin fid-dinja tax-xogħol.", "Sfortunatament minn dak li nisma' dawn l-adult training centres m'humiex jiffunzjonaw kif kien l-iskop oriġinali tagħhom imma huma aktar speċi ta' day-care centres milli ċentri ta' taħriġ biex dawn iż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Il- ministru stess, meta rrifera għall-adult training centres, instema' xi ftit xettiku u qal ċar u tond li l-post li nxtara f'Wied il-Għajn kellu jkun adult training centre differenti, fis-sens li kellu jiġi żviluppat flimkien mas-settur privat u jitmexxa fuq linji kummerċjali bil-ħidma ta' persuni b'diżabilita'.", "Għaliex l-adult training centres kollha li għandna f'Malta m'għandhomx ikunu mibnija fuq il-kunċett ta' intrapriża kummerċjali jew koperattiva, bħalma qed isir, per eżempju, mill-Eden Foundation?", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-ministru xi programmi individwalizzati jeżistu fl-adult training centres u x'livell ta' taħriġ għandhom l-għalliema li jħarrġu lil persuni b'diżabilita' f'dawn l-adult training centres.", "Jekk l-adult training centres m'humiex qed jagħtu opportunita' reali lil dawn iż-żgħażagħ li jkunu jistgħu joħorġu fid-dinja tax-xogħol, allura se nimtlew bl-adult training centres ma' Malta kollha?", "Nittama li l-adult training centres ma jkunux istituzzjonijiet dead end għaż-żgħażagħ b'diżabilita'.", "Nixtieq inkun naf jekk dak in-numru ta' studenti b'diżabilita' li ġew mainstreamed u waslu fis-sekondarja humiex se jispiċċaw fl-adult training centres ukoll malli jispiċċaw il-Form V. Ma nistgħux ngħidu li lil dawn iż-żgħażagħ b'diżabilita' qed nagħtuhom id- dritt għax-xogħol jekk ma nħarrġuhomx.", "L-aspettattiva għad-dinja tax- xogħol irridu nagħtuhielhom mill-iskejjel iżda rridu nkunu ppreparati tajjeb bl-istrutturi kollha f'posthom biex dan kollu jkun jista' jitwettaq.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq id-djar residenzjali u r- respite care għal persuni b'diżabilita' għaliex inħoss li f'dan ir-rigward għadna lura.", "Il- ġenituri jew familjari oħra ta' persuni b'diżabilita' jisħqu fuq il-bżonn ta' respite care adattat għaliex iħossu li dak li għandna sal-lum ma jaqdix il-bżonnijiet meħtieġa.", "Barra minn hekk, dawn il- ġenituri jinkwetaw ħafna x'se jiġri minn uliedhom meta jiġu nieqsa huma.", "Il-Partit Laburista kien konxju minn dan u fil-fatt kien diġa' ppjana biex tiġi megħluba din il-problema.", "Il-ministru fid-diskors tiegħu semma l- group homes.", "M'hemmx dubju li l-inizjattivi li ħadu l-organizazzjonijiet ta' Dar Nazareth u Dar il-Wens huma ta' min ifaħħarhom iżda min-naħa l-oħra ma nistgħux inħallu f'idejn il-volontarjat biss.", "Jeħtieġ li l-gvern jagħti l-għajnuna lill-volontarjat u jiżviluppa rimedji ħalli dawn il-ġenituri u familjari oħra jtaffu l-inkwiet li għandhom.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq l-għajnuna għal xiri ta' computers li ssemmiet ukoll mill-ministru fl-introduzzjoni tiegħu għal din il-liġi.", "M'hemmx dubju li servizz bħal dan huwa ta' min ifaħħru iżda min- naħa l-oħra l-kriterji dwar kif tista' tingħata din l-għajnuna għandhom ikunu ċari daqs il-kristall.", "Dan l-aħħar kelli każ ta' familja li applikat f'Novembru tas-sena l-oħra u t-talba tagħha ġiet milqugħa xahrejn ilu.", "Il- familja ġiet avżata li l-għajnuna tnaqqset b'ċertu ammont għaliex tbiddlet il-policy pero' din il-familja saret taf b'ħaddieħor li applika warajha u t-talba tagħha ġiet milqugħa bl-istess termini ta' qabel.", "Sur President, meta jibdew jiġru dawn l-affarijiet kollox jibda jiċċajpar.", "Għalhekk inħoss li issa li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' qed tingħata ħafna aktar poteri biex tagħti għajnuniet finanzjarji jeħtieġ li jkun hemm policies trasparenti ta' kif jiġu proċessati l-applikazzjonijiet.", "Sur President, wara li pprovajt niffoka fuq diversi partijiet tal-liġi li għandna quddiemna u wara li semmejt diversi esperjenzi li ltqajt magħhom personalment, nixtieq nirriferi lill-ministru għaċ-ċirkolari li bagħat il- moviment favur id-drittijiet ta' persuni b'diżabilita' lil kull wieħed u waħda minna hawn ġew u kopja ta' ittra mibgħuta wkoll lill-ministru.", "Kif stqarr dan il-moviment f' ittra li bagħat lill-ministru fit-28 ta' Ottubru, dawn huma nies li għandhom hands-on fuq dan il-qasam u jien ippretendejt li fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru jgħidilna x'jaħseb dwar dak li qed jgħid il-moviment favur id-drittijiet ta' persuni b'diżabilita'.", "M'huwiex sewwa li dawn in-nies volontiera li jaħdmu f'dan il-qasam u li huma l- esperti ta' l-esperjenza ma jingħatawx konsiderazzjoni.", "Jien nemmen li l- appell tagħhom jingħata widen.", "Nitkellem ċar u ngħid li jien iddiżgustajt ruħi bit-tweġiba li bagħatilhom il-Ministru Gonzi għaliex m'hijiex tweġiba denja li kellha tintbagħat mill-ministru responsabbli minn dan il-qasam daqshekk sensittiv lill-grupp ta' nies volontiera li qed jaħdmu mill-qalb ma' dawn in-nies.", "Il-Ministru Gonzi weġibhom li kitbu b'mod anonimu - safejn naf jien meta xi ħadd jikteb b'mod anonimu la jagħti l-indirizz, la t-telephone number u lanqas il-fax number! - u nemmen li l-ministru għandu ħafna x'jgħidilna dwar dan fil-winding-up.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet ħalli mbagħad ma jiġux tan-naħa tal-gvern u jibqgħu għaddejjin minn fuq ras kulħadd, qishom ma semgħu lil ħadd u wara li jgħaddi ċertu żmien jaraw f'min se jwaħħlu.", "Aħna diġa' għidnilhom u se nibqgħu ngħidulhom li qed iressqu liġi bla snien u jekk iridu jagħmlu xi ħaġa bis-serjeta' għal persuni bi bżonnijiet speċjali għandhom jassiguraw li jagħmluha bil-galbu, billi l-ewwel jiddeċiedu lil min iridu jaqdu u mbagħad jagħtu widen lil kulmin għandu x'jaqsam f'dan il-qasam.", "Irrid nenfasizza li jekk sempliċement se ngħaddu din il-liġi minn dan il-parlament mingħajr ma jkollha snien biżżejjed m'hu se nkunu għamilna xejn.", "Biżżejjed ngħid li bit-tneħħija tas- superseding clause l-liġi ddgħajfet.", "Għalhekk jeħtieġ li nassiguraw li jkollna l-istrutturi meħtieġa ta' inforzar biex dak li qed tipproponi l- liġi jkun jista' jiġi mwettaq.", "Jekk dan ma jsirx se jkollna frustrament akbar għax inkunu tellajna l-aspettativa ta' kulħadd iżda meta dak li jkun ifittex ma jsib xejn u jkollna iktar problemi.", "Sur President, fl-4 ta' Ġunju li għadda f'\"The Times\" deher artiklu miktub minn Lawrence Zammit, bit-titlu \"The Route to Employment for Persons with Disability\".", "F'dan l-artiklu, fil-fehma tiegħi realistiku ħafna, is- Sur Zammit semma każ li ltaqa' miegħu huwa stess u, kif qal fl-artiklu, m'huwiex biżżejjed li jkollok il-liġijiet biex teqred id-diskriminazzjoni.", "F'dan l-artiklu qal hekk:", "\"I have been through a nasty experience myself in this regard.", "An employer recently decided to offer a job to a person with a physical disability.", "This person was suitable for the job and appeared to be very motivated to take on the responsibility.", "Moreover this person's disability could not have interfered in her ability to carry out her duties fully.", "The next thing this employer knows is that his employees launched a complaint that they would have to work harder, as they assumed that the person with disability would not be able to do all the work listed in her job description.", "It is attitudes such as these that make it necessary for the government to adopt law enforcement rules.", "There probably need to be tougher legal powers to end discriminatory business - related practices and tougher penalties for those who discriminate.", "There could be tribunals which are dedicated solely to such an issue while their investigative powers or responsibilities impose on companies winning public tenders to adopt practices that favour the employment of persons with disability.", "It is known that employers do not favour such a tough approach and up to a certain extent one also understands their point of view.", "However, using the indirect approach fails in most instances as several employers either pay lip service to the issue or do nothing at all.\".", "Għalhekk għadni kemm għidt li l-gvern jeħtieġ li jiddeċiedi lil min irid jaqdi, ħalli mbagħad ikun f'qagħda li jista' jipproċedi bis-serjeta' fuq din il-liġi.", "Jeħtieġ li din il-liġi tkun imsaħħa u kkumplimentata b'deadlines, bi strutturi ta' enforcement, b'policies amministrattivi u b'guidelines ċari biex verament tkun mezz ieħor għat-twettiq tal-ġustizzja soċjali f'pajjiżna ma' dawn ħutna.", "Il-gvern Nazzjonalista għandu jħoss din ir- responsabilita' u għalhekk għandu jara li din il-liġi li ppreżentalna tiġi emendata, kif kienet oriġinarjament fi żmien il-gvern Laburista preċedenti ħalli jkollha s-saħħa vera li twettaq il-prinċipju ta' solidarjeta' u ġustizzja soċjali.", "Qabel nagħlaq, Sur President, nitlob il-permess biex inpoġġi id-dokument li rriferejt qabel fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li, fl-opinjoni tiegħi, jirrigwarda settur importanti, għaliex huwa t- termometru li jkejjel iċ-ċivilta' tal-pajjiż, fis-sens ta' kemm l-Istat u l- organi tiegħu huma lesti li jaċċettaw li jħarsu d-drittijiet ta' numru ta' persuni fostna li huma klassifikati bħala persuni b'diżabilita'.", "Dan il- kunċett huwa importanti għaliex il-kritika li smajna hija marbuta interament ma' persuni b'diżabilita'.", "Fil-fatt kull persuna b'diżabilita' għandha l-problemi individwali tagħha u għandha storja differenti għaliex, kif diġa' ntqal, id-diżabilita' tal-persuna ma taffettwax biss il-persuna nnifisha imma taffettwa wkoll lill-familja tagħha u lill-ambjent fejn tkun qed tgħix l-esperjenza ta' ħajjitha, u allura min-natura tagħha nistgħu ngħidu li din il-liġi għandha l-ewwel limitazzjoni għaliex, bħal kwalunkwe liġi oħra, ma tistax tkopri kull eventwalita'.", "Naħseb li kull kritika li saret trid tiġi miftehma f'dan is-sens għaliex ma nistgħux nipprovdu għal kull każ li jista' jippreżenta ruħu quddiemna.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Partit Nazzjonalista għandu għalfejn ikun kburi li qed iressaq liġi bħal din pero' rrid nikkritika l-fatt li liġi bħal din imissha ilha li saret u mhux kellhom jgħaddu diversi snin biex inressqu liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita' u kważi għaddiet sena minn mindu tressaq l-Ewwel Qari tagħha.", "Il-fatt li llum qegħdin nirriflettu fuq dan il-qasam m'huwiex biss eżerċizzju f'diskorsi sbieħ u żgur li x-xettiċiżmu li wrew xi kelliema partikolari, speċjalment min-naħa l-oħra, rigward ir-rieda ta' din in-naħa tal-Kamra li twettaq dan kollu żgur li ma jibgħatx messaġġ tajjeb lil din is-sezzjoni tal-poplu tagħna, għaliex b'dan il-mod lil dawn in-nies nistgħu naqtgħulhom qalbhom u ntellfuhom mill-ħeġġa li jkomplu jiġġieldu d-diżabilita' li twieldu biha jew li żviluppatilhom matul ħajjithom.", "Il-verita' hi li kien gvern Nazzjonalista li beda jaħdem fuq din il-liġi pero' meta tela' gvern Laburista ressaq white paper li ħarset lejn x'għandhom x'jgħidu s-setturi involuti fil-qasam tal-persuni b'diżabilita' u llum il-gvern Nazzjonalista qed iressaq din il-liġi li għandna quddiemna.", "Il-kritika li smajna tvarja ħafna u saħansitra kien hawn min qal li qegħdin nagħmlu liġi li ma tistax tiġi implimentata.", "Per eżempju, l-Onor.", "Rita Law ikkundannata qabel ma għaddiet minn dan il-parlament għaliex qalet li din il-liġi m'hu se jsir xejn minnha.", "It-Taljani jgħidu li l'ottimo e' il nemico del bene u jekk se nipprovaw nagħmlu liġi li tkun perfetta f'kollox, nispiċċaw biex lanqas il-liġi ma jkollna.", "Jien ċert li kulmin tkellem ried jagħti kontribut u din hija xi ħaġa pożittiva ħafna għaliex wieħed jara l-impenn tad-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra f'qasam li m'huwiex faċli.", "Min jaħseb li hija xi ħaġa ħafifa biex tilleġisla f'dan il-qasam u timplimenta dik il-leġislazzjoni biex ikollok suċċess f'dan il-qasam ifisser li qatt ma kellu kuntatt, la b'mod professjonali u lanqas b'mod familjari ma' xi ħadd li għandu xi diżabilita'.", "Jien inħoss li l-kontribut kbir li nistgħu nagħtu aħna bħala politiċi huwa li nistmaw lil persuni b'diżabilita' ta' nies b'diżabilita'.", "Għaliex qed ngħid dan?", "L-għan ta' din il-liġi huwa li jipprovdi għall-projbizzjoni tad- diskriminazzjoni u m'hemm l-ebda dubju li aħna qegħdin naċċettaw li teżisti diskriminazzjoni kontra dawn il-persuni u allura ħadd m'hu se jlum lill- persuna b'diżabilita' li tgħid li qed tkun diskriminata.", "Dan kollu ma jirriflettix sabiħ fuq is-soċjeta' tagħna u nħoss li rridu nirriflettu ħafna iktar fuq xi tfisser diskriminazzjoni għax mhux kull diskriminazzjoni tista' tikkwantifikaha u fil-fatt teżisti diskriminazzjoni li għalkemm ma tistax tikkwantifikaha taf tkun ħafna aktar qawwija minn dik li wieħed jista' jaraha.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li jkollna qafas ta' liġi li jkun jirrifletti l-qabża li rridu nagħmlu fil-mod ta' kif nittrattaw dawn il-problemi u żgur li jekk aħna b'xi mod se nipprovaw niskorjaw politikament se nagħmlu ħsara lil din il-kawża.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, il-mod ta' kif inħarsu lejn il- persuni b'diżabilita' juri jekk aħniex poplu ċivili jew inkella rridux biss nagħmlu l-affarijiet li fuq il-karta jidhru sbieħ u noqogħdu niftaħru bihom.", "Naħseb li għandu jkun hemm bidla fl-attitudini ta' kif inħarsu lejn dawn l-affarijiet ħalli jkollna liġi li 'l quddiem inkunu nistgħu faċilment naġġornaw u ntejbuha.", "Huwa importanti li ma neħdux l- atteġġjament li din il-liġi m'għandhiex snien u ma tista' tagħmel xejn.", "Leonardo da Vinci kien jgħid practice should always be based upon a sound knowledge of theory u naħseb li l-prattika ta' kif għandna nittekkiljaw il- problemi li s-soċjeta' in ġenerali trid terfa' biex twieżen lin-nies b'diżabilita' jridu jibdew minn a sound knowledge of theory u 'il quddiem se nitkellem fuq l-aspett ta' x'nifhmu b'diżabilita' fis-soċjeta' tagħna llum, x'għandu jagħmel l-Istat u x'għandha tkopri din il-liġi.", "Għal liema raġuni qegħdin niddiskutu din il-liġi?", "S'issa f'pajjiżna għanda l-famuża liġi ta' l-1969, li tgħid li suppost 2% tal-workforce jkunu persuni b'diżabilita'.", "Jekk induru dawra ma' x'kien qed jiġri fl-Ewropa f'dan ir-rigward, insibu li l-kunsill ta' l-Istati membri ta' l-Unjoni Ewropea fl-24 ta' Lulju ta' l-1986 kien irrakkomanda li l-istati għandhom jieħdu ''all appropriate measures to promote fair opportunities for disabled people, in the field of employment and vocational training, including initial training and employment as well as rehabilitation and resettlement''.", "Dan ifisser li madwar 13-il sena ilu l- focus ġenerali fl-Ewropa kien fuq l-employment, fuq vocational training, fuq rehabilitation and resettlement.", "F'Diċembru ta' l-1989 saret rakkomandazzjoni oħra favur persuni b'diżabilita' li kienet tgħid hekk:", "\" All disabled persons, whatever the origin and nature of their disability ...\",", "- fuq din kien hemm ħafna kontroversja rigward kif se niddefenixxu d- diżabilita' -", "\"... must be entitled to additional concrete measures aimed at improving their social and professional integration.", "These measures must concern in particular according to the capacities of the beneficiaries vocational training, ergonomics, accessibility, mobility, means of transport and housing.\".", "Jiġifieri fl-1989 mxejna lejn affarijiet iktar speċifiċi u bdejna nitkellmu fuq oqsma li jaffettwaw il-ħajja ta' persuna b'diżabilita', bħalma huwa t-taħriġ, li l-ambjent jkun jaqbel iktar mad-diżabilitajiet li jeżistu, l-ergonomics, l-aċċessibilita' - li nisimgħu kemm nisimgħu fuqha qatt m'hu biżżejjed - il-mezzi tat-trasport u l-housing.", "Sur President, fl-20 ta' Diċembru ta' l-1993 il-United Nations, li tagħha pajjiżna huwa membru, irrakkomandat lill-istati:", "\"To ensure that all people with disabilities may exercise the same rights and obligations as others\"", "Jiġifieri qed tirrikonoxxi li persuni b'diżabilita' għandhom jeżerċitaw l- istess drittijiet u obbligazzjonijiet bħal ħaddieħor.", "Huwa importanti li meta nitkellmu fuq dan il-qasam, kemm bħala professjonisti u kif ukoll bħala politiċi, m'għandniex inkunu paternalisti.", "Jien nemmen li l- paternaliżmu m'għandux jagħmel parti mill-attitudini tagħna lejn dawn in- nies u fil-fatt jien nipprova nevita li xi darba nuża l-kelma \"imsieken\" jew xi forma ta' dan it-tip ta' diskors għax ma jagħmilx ġid lill-kawża ta' dawn in-nies li b'din il-liġi stess qed nipprovaw inġibuhom ugwali daqs ħaddieħor.", "Sur President, fl-20 ta' Diċembru ta' l-1996 il-membri ta' l-Unjoni Ewropea ħarġu dikjarazzjoni importanti \"on equality of opportunity for people with disabilities\", li dehret fl-official journal li ħareġ fl-1997.", "Din id-dikjarazzjoni kienet tgħid hekk:", "\"Calling on member States to consider if relevant national policies take into account in particular the following orientations: empowering people with disabilities for participation in society, including the severely disabled ...\",", "- dan ifisser li m'għandniex nagħmlu distinzjoni bejn dawk li għandhom diżabilita' forsi iktar gravi minn ta' ħaddieħor -", "\"... while paying due attention to the needs and interests of their families and carers ...,", "- jiġifieri tingħata attenzjoni lill-bżonnijiet tal-familji u ta' dawk li jduru u jieħdu ħsiebhom -", "\"... mainstreaming the disability perspective into all relevant sectors of policy formulation ...\". lejn l-Unjoni qed tirrakkomanda li tingħata importanza f'kull qasam u jekk aħna bħala membri parlamentari nkunu qed inħarsu lejn liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent, ma' l-agrikoltura, ma' l-enerġija, irid ikollna a holistic approach u naraw l-implikazzjonijiet ta' dawn il- liġijiet fuq persuni b'diżabilita' u l-bżonnijiet tagħhom.", "\"... enabling people with disabilities to participate fully in society by removing barriers.\"", "- hemm bżonn li jitneħħa l-ixkiel u f'pajjiżna għad fadal ħafna xkiel għal dawn in-nies; veru li l-imġarrab jista' jgħid iktar minni imma mill- professjoni tiegħi ta' tabib nista' ngħid li għad fadal ħafna ħitan u swar għoljin għal dawn in-nies -", "\"nurturing public opinion to be receptive to the abilities of people with disabilities and towards strategies based on equal opportunities.\"", "Jiġifieri l-Unjoni qed tirrakkomanda li l-opinjoni pubblika għandna nrawmuha biex tilqa' fiha u tagħraf l-abilitajiet ta' persuni b'diżabilita'.", "Kif diġa' ntqal hawn ġew, u saħansitra nġabu xi eżempji, dawn il-persuni għandhom abilitajiet kbar.", "Kif qal ukoll il-ministru, ma rridux ninsew li madwar 40 sena ilu f'pajjiżna dawn in-nies kienu jinżammu moħbija u segregati mill-bqija tas-soċjeta' u nafu x'kien ir- riżultat ta' dan kollu.", "Għalkemm illum għamilna progress fil-ħsieb tagħna pero' l-poplu Malti jrid jifhem li m'hijiex biss ir-responsabilita' tagħna hawn ġew illum li qegħdin ngħaddu din il-liġi imma l-poplu kollu jrid jikkontribwixxi fl-iskejjel, fil-fabbriki u fl-attivitajiet soċjali kollha biex persuni b'diżabilita' jingħataw opportunitajiet daqs ħaddieħor.", "Jekk il-poplu Malti ma jagħrafx il-ħtieġa li dawn in-nies irid ikollhom l- istess opportunitajiet allura se jkollna l-problemi.", "Mr Speaker, bħalissa fil-kumitat għall-affarijiet soċjali qegħdin niddiskutu l- kurrikulu minimu nazzjonali u fost diversi interventi li saru, kien hemm kapijiet ta' skejjel li rrimarkaw li tfal bi bżonnijiet speċjali li m'humiex problema għat-tfal l-oħra fil-klassi.", "Din l-esperjenza li ċertament wieħed jitgħallem minnha tikkonferma dak li lkoll nafu imma rridu naħdmu iktar fuqha.", "Id-dikjarazzjoni ta' l-Unjoni ta' l-20 ta' Diċembru, 1996 tkompli tirrakkomandna lill-Istati:", "\"to promote the involvement of representatives of people with disabilities in the implementation and follow up of relevant policies and actions in their favour.\"", "Huwa proprju dan li nixtiequ nagħmlu u li qegħdin nitolbu u jidher li fil- Kamra hawn konsensus li għandu jkolllna a qafas legali għal dan il-grupp ta' nies.", "Mr Speaker, jien ħarist ukoll lejn il-white paper li ħadmet fuqha wkoll Dr Zrinzo matul l-amministrazzjoni Laburista u tajt ħarsa lejn ċerti talbiet ġenerali li saru min-nies b'diżabilita' u l-iktar li laqatni kien il-kumment taċ-chairman, is-Sur Joe Camilleri, li qal li jrid ikollna liġi li tħares lill-persuni b'diżabilita' minn min jipproponi li jiddiskrimina.", "Forsi m'huwiex dejjem faċli li tagħraf min ikun qed jipproponi li jiddiskrimina imma jeżisti, għalkemm ħafna drabi mhux daqshekk fid-deher.", "Naħseb li ndumu niddiskutu kemm indumu niddiskutu qatt ma nistgħu nfasslu liġi li tipprova tilqa' għal dan kollu pero' ċertament li għandu jkollna mezz kif nistgħu anke waqt l-istadju ta' Kumitat intejbu l-qafas li qegħdin nippreżentaw.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid- 9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 2 ta' Novembru b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-awtorita' tad-djar għas-sena 1999/2000.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, hija xi ħaġa tal-mistħija li l-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami ddeċieda li jagħti aktar minn Lm18,000 lis-Sur Silvio Zammit.", "Lil dan l-individwu l-istampa u r-radju tal-Partit Nazzjonalista pinġewh bħala xi vittma tal-gvern Laburista, meta fil-fatt il-vittmi huma dawk iċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi, u huma vittmi tiegħu doppjament, meta s-Sur Silvio Zammit kien imexxi ħażin il-pixxina nazzjonali u vittmi issa li biex jirringrazzjawh ta' din it-tmexxija ħażina, il-gvern qed jagħtih rigal ta' iżjed minn Lm18,000, ibbażat fuq kuntratt tal-mistħija li kien tah il-Gvern Nazzjonalista meta mpjegah qabel l-1996.", "Il-ministru tal-finanzi jitkaża li pajjiżna jonfoq Lm3,000 f'materjal li jintuża darba biss għal kull operazzjoni tal-bypass, jitkaża li s-self-employed żgħar jieħdu ċ-children allowance, jitkaża li s-servizzi soċjali hemm bżonn jinbidlu u ma jistgħux jibqgħu kif inhuma - għax jgħidilna li l-pajjiż ma jiflaħx għal dan l-infiq - iżda mbagħad il-gvern ma sabhiex diffiċli biex iħallas eluf ta' liri lil xi ħadd bħal Silvio Zammit li huwa eżempju ta' tmexxija irresponsabbli.", "Ħalli nagħti ftit eżempji ta' din it-tmexxija ħażina u irresponsabbli mis-Sur Silvio Zammit.", "Sakemm kien imexxi hu, il-gvern kien joħroġ Lm200,000 mit-taxxi taċ- ċittadini biex imexxi l-pixxina nazzjonali.", "Meta lħaqt ministru jien deherli li ma jistax ikun li ċ-ċittadini jibqgħu joħorġu daqshekk flus biex titmexxa pixxina nazzjonali u fil-fatt ordnajt li ndaħħlu strutturi ġodda għax ma setax ikun li post bħal dak, li żgur seta' jagħmel il-flus u jibbilanċja aħjar, jibqa' jitlef dawk il-flus kollha.", "Fil-fatt wara li twaqqfu l-istrutturi l-ġodda, in-nefqa tal-gvern minn Lm200,000 niżlet għal Lm80,000 kemm fl-1998 u kif ukoll kif se jiġri din is-sena, mingħajr ma tnaqqas xejn mill-attivitajiet tal-pixxina, anzi dawn l-attivitajiet żdiedu.", "Irrid ngħid li d-dħul beda tiela' wkoll għaliex l-affarijiet bdew jitmexxew bis-serjeta' u b'sinċerita'.", "Fi żmien is-Sur Silvio Zammit ma kenux jinżammu records tajbin dwar kemm kienu jinkrew il-faċilitajiet tal-pixxina nazzjonali u ċerti records konvenjentement kienu jinżammu bil- lapes u nafu kif il-gomma tista' tħassar dak li jkun miktub bil-lapes biex ikunu jistgħu jinkitbu figuri ġodda!", "Ċerti kontijiet kienu jitħallsu bl- isterlina għall-kiri ta' faċilitajiet minn club ta' l-għawm Ingliż u ma kenux jingħataw irċevuta għaliex kienu jgħidulhom li jekk iħallsu bl- isterlina jingħataw skont.", "Il-flus kollha kienu jispiċċaw fil-pixxina jew parti minnhom kienu jeħlu ma' l-idejn?", "U ma' liema idejn kienu jeħlu?", "Biżżejjed ngħid li bl-istrutturi l-ġodda l-pixxina bdiet tonfoq Lm40,000 inqas fi fuel u Lm8,000 inqas fis-sena fil-chlorine.", "Jiġifieri f'sena waħda minn dawn iż-żewġ items biss liċ-ċittadini ffrankajnilhom Lm50,000.", "Ta' min ifakkar ukoll li s-Sur Silvio Zammit kien juri interess personali kbir fix-xiri tal-fuel u tal-chlorine u ma kien iħalli lil ħadd ikollu x'jaqsam f'dawn iż-żewġ oqsma.", "Allura meta wieħed jara dawn l-affarijiet kollha, żgur li ma jistax jgħid li l-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami ħallas lis-Sur Zammit bħala eżempju ta' kif għandhom jitmexxew il-kumpanniji pubbliċi.", "Jien ngħid li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed jibgħat messaġġ ħażin għaliex qiegħed jippremja lil min imexxi ħażin kumpanniji pubbliċi.", "Fil-fatt lis-Sur Silvio Zammit tawh Lm18,000 mhux biex jgħidulu prosit għall-mod kif mexxa kumpannija pubblika bi flus iċ-ċittadini iżda biex jgħidulu grazzi għax-xogħol elettorali li għamel għall-Partit Nazzjonalista, anke mill-pixxina nazzjonali.", "Mr Speaker, nies bħas-Sur Silvio Zammit huma ta' eżempju ħażin anke bħala attivisti politiċi għaliex qegħdin fil-politika mhux għal xi ideali għoljin jew demokristjani iżda għaliex jaħsbu li mill-politika tista' takkwista.", "Fil-fatt fil-ħidma politika tiegħu dejjem mar tajjeb u dejjem mexa 'il quddiem, anke meta kien qed jeqred li ma kellux biex jgħajjex familja u kien qiegħed jixtri villa kbira u karozza lussuża ġdida!", "Kien jonqsu jgħid li kien fil- politika b'xi vot tal-faqar, qisu xi Franġiskan!", "Mr Speaker, nisimgħu ħafna diskors speċjalment minn ċerti ministri, fuq il-bżonn ta' tmexxija serja, fuq il-ħtieġa ta' ristrutturar, li kull lira għandha tintnefaq kif suppost, li kulħadd għandu jħallas it-taxxi dovuti, li hemm bżonn li jitgħarblu s-sussidji kollha u s-servizzi soċjali kollha għaliex il-pajjiż ma jistax jibqa' jonfoq bl-addoċċ iżda sadanittant dan il-gvern jippermetti ħlasijiet ta' eluf ta' liri lil xi ħadd bħal Silvio Zammit.", "Minbarra li dan huwa l-agħar messaġġ li wieħed jista' jibgħat lil min irid iħallas it-taxxi kollha u jippretendi li t-taxxi jintnefqu fuq affarijiet serji, huwa eżempju ħażin ukoll lil min huwa fdat bi tmexxija ta' kumpanniji pubbliċi għaliex il-messaġġ huwa li anke jekk tmexxi ħażin, jekk taħdem għall-Partit Nazzjonalista tiġi premjat u rrid nirreġistra li din hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, f'Raħal Ġdid, li huwa r-raħal minn fejn ġej jien, se ssir l-elezzjoni tal-kunsilli lokali fit-13 ta' Novembru u ħassejt illi għandi nitkellem għal ħafna raġunijiet, fosthom illi għal darbtejn kont sindku f'dan il-lokal u għalhekk ninteressa ruħi meta tkun se ssir l-elezzjoni tal-kunsilli lokali fir-raħal tiegħi.", "Aħna dejjem emminna illi Raħal Ġdid kellu jagħti l-ħajja lin-naħa t'isfel ta' Malta u fil-fatt għandu ħafna x'joffri kemm lin-nies tal-lokal u kif ukoll lill-irħula u lill-ibliet ta' madwar dan ir-raħal.", "U minn hawnhekk nixtieq nappella lill- poplu ta' Raħal Ġdid biex fit-13 ta' Novembru joħroġ jivvota fl-elezzjoni għall-kunsill lokali, ħalli dan il-lokal ikollu l-maġġoranza Laburista kif jixraqlu.", "F'dawn l-aħħar ġranet smajna ħafna diskors dwar il-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid, illi min kien qiegħed imexxi ma kienx qed imexxi tajjeb, li l- kunsilliera ma kenux qegħdin jaħdmu u forsi l-aktar li ntefa' ħafna tajn kien fuq il-kunsilliera indipendenti.", "Meta kont sindku ta' dan il-lokal jien ħdimt ma' kulħadd għaliex kont, għadni u nibqa' nemmen illi fil- kunsill lokali ma tistax toqgħod tagħmel distinzjoni bejn min huwa aħmar u min huwa blu.", "Naħseb li f'pajjiżna għandna biżżejjed firdiet u ma nħossx illi anke fil-kunsilli lokali għandhom jidħlu dawn il-piki.", "Għalkemm il- Partit Laburista qiegħed joħroġ bħala partit għall-kunsilli lokali, xorta għadu jemmen illi l-ideal tal-kunsilli lokali huwa li ma jkunx hemm politika u l-kunsilliera ikunu taħt l-arma tal-lokal.", "Meta kont noħroġ bħala indipendenti kont noħroġ bi twemmin Laburista, bħalma kien hemm indipendenti illi kellhom twemmin Nazzjonalista.", "Il-Partit Laburista għamilha ċara li kif il-Partit Nazzjonalista jirtira milli joħroġ bħala partit għall-kunsilli lokali, il-Partit Laburista jagħmel l-istess u ma jsib l-ebda oġġezzjoni li jagħmel dan, jiġifieri ċ-ċavetta qiegħda f'idejn il-Partit Nazzjonalista.", "L-ewwelnett irridu nifhmu li l-kunsilli lokali huma importanti ħafna fil-pajjiż, qegħdin jagħtu kontribut siewi u hemm ċerti kunsilli li verament ħadmu bil-għaqal u taw riżultat pożittiv.", "Jiena nista' ngħid li fi tliet xhur li konna bdejna naħdmu bħala kunsill, qabel ma kelli nirriżenja biex ngħin lill-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali, konna qegħdin naħdmu biex lil Raħal Ġdid li kellu u għad għandu ħafna problemi nagħtuh dak li jixraqlu.", "Għalhekk naħseb li huwa tajjeb li filwaqt li nħeġġu lill-poplu ta' Raħal Ġdid biex joħroġ jivvota u l- Laburisti joħorġu jivvotaw, kif fil-fatt se jagħmlu, jagħżlu minn fost il- kandidati lil dawk li jridu jaħdmu.", "Mr Speaker, jien nemmen li Raħal Ġdid, illi jiġbor fih numru ta' anzjani, jixraqlu li jkollu day centre għall-anzjani.", "Fil-fatt konna bdejna diskussjonijiet mal-Prof.", "Louis Buhagiar, meta kien segretarju parlamentari responsabbli għall-anzjani, u konna qegħdin naħdmu biex Raħal Ġdid ikollu d-day centre tiegħu.", "Jiena diġa' tkellimt ma' sħabi s-seba' kandidati Laburisti dwar dan u dawn ikkonfermawli li se jaħdmu biex Raħal Ġdid ikollu day centre għall-anzjani.", "Fil-fatt jien se nkun ma' sħabi l- kunsilliera tal-lokal ta' Raħal Ġdid biex dan il-lokal ikollu d-day centre tiegħu għaliex jien, kemm bħala kelliemi tal-Partit Laburista fuq l- anzjani u kif ukoll meta kont sindku, naf li f'Raħal Ġdid hemm anzjani li jixtequh u għalhekk irridu naħdmu fuqu bis-serjeta'.", "Min qed jismagħna u huwa mil-lokal ta' Raħal Ġdid jaf illi f'dan il-lokal hemm bżonn nsaħħu l- postijiet ta' rikreazzjoni biex it-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom fejn jirrikkreaw ruħhom.", "Jien jiddispjaċini nara ġnien Pawlu Boffa, illi għal tant żmien kien abbandunat u għadni nittama li dan il-ġnien jingħata l- ħajja u tinfetaħ il-gabbana biex isir post rikreattiv għat-tfal u għaż- żgħażagħ.", "Niftakar li meta kont sindku konna qegħdin naħdmu biex dan il- ġnien jingħata lil xi kuntrattur jew xi negozjant kbir li jkun jista' jmexxi l-post hu.", "Sfortunatament għal ħafna żmien dan il-ġnien kien iservi ta' post fejn kienet titmexxa d-droga u jekk kont tmur filgħodu - għalkemm dan l-aħħar naqsu - kont tiġbor numru ta' siringi minn ġo dan il- post.", "Mr Speaker, ma nistax ma nsemmix ukoll il-biċċa ħamrija illi kienet ittieħdet minn gvern Nazzjonalista meta kienet se ssir l-estensjoni tal- ħabs pero' grazzi għall-gvern Laburista preċedenti, meta kont sindku jiena ġġellidna flimkien bħala kunsill biex din il-biċċa area terġa' tingħata lill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid, ħalli nagħmlu playing field għat-tfal u għaż-żgħażagħ tan-naħa ta' Lourdes.", "Kif ħafna jafu f'Raħal Ġdid għandna żewġ parroċċi u l-kunsill lokali dejjem ħa ħsieb li jagħti l- attenzjoni li jixirqilha lill-area ta' Lourdes.", "Mr Speaker, minn hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja persuna li kienet lesta li tħallas minn flusha dawn il-bandli biex it-tfal u ż-żgħażagħ ta' l-area ta' Lourdes ikollhom fejn imorru.", "Fit-tliet xhur li għamel jiffunzjona l- kunsilli qabel ma nqala' l-inkwiet kien qiegħed jaħdem biex jirranġa Ġnien Gaddafi illi kien fi stat ta' abbandun.", "Fil-fatt konna qegħdin naħdmu biex isiru n-negozjati ma' rappreżentanti mill-Ambaxxata Libjana biex dan il-ġnien isir post ta' rikjeazzjoni mhux biss għan-nies ta' Raħal Ġdid imma għal min ikun għaddej minn hemm u jkun irid jara l-kobor u l-ġmiel ta' dan il-ġnien.", "Aħna ridna li dan il-ġnien nagħmluh bħal San Anton imma fuq skala iżgħar għaliex nafu illi n-naħa t'isfel ta' Malta jixirqilha pjan illi jkun jista' jgawdi minnu kulħadd.", "Mr Speaker, il-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid bħal ħafna kunsilli oħra bil- fondi illi jiġu mogħtija mill-gvern ċentrali ma jistax ilaħħaq mad-domanda kbira illi jkollu mir-residenti tal-lokal u ftit huma l-proġetti illi jistgħu jsiru.", "Meta kont sindku konna qegħdin naħdmu biex naraw kif nistgħu inġiegħlu lin-negozjanti jinvestu fir-raħal tagħna.", "U hawnhekk nixtieq insemmi l-każ tal-pjazza ta' Raħal Ġdid.", "Min jgħaddi minn hemmhekk jaf kemm hija pjazza sabiħa u aħna konna qed ninnegozjaw ma' kuntrattur li kien lest jirranġa minn flusu l-pjazza ta' Raħal Ġdid bil-bankini, bit- toroq u bl-istreet furniture jekk nagħtuh iċ-ċans li jagħmel parking taħt il-pjazza.", "Fil-fatt sakemm kont għadni hemmhekk jiena konna morna fuq il- post u ltqajna mal-perit biex dan il-proġett ikun jista' jsir.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet biex min qiegħed jismagħna u min jaqra l-gazzetti jkun jaf illi l-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kien qiegħed jaħdem bil-għaqal u konna nafu fejn irridu naslu.", "Għal min iħobb il-kultura irrid ngħid ukoll li konna naħdmu flimkien biex jerġa' jinfetaħ il-hypogeum.", "F'dan il- parlament jien għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari u għal diversi drabi permezz ta' mistoqsijiet supplimentari staqsejt meta se jinfetaħ il-hypogeum.", "Jien naħseb li jkun jagħmel sens li l-ftuħ ta' dan il- hypogeum ikun jifforma parti mill-festi tal-millennju.", "Irrid nirrimarka li kemm l-ewwel kunsill u kif ukoll it-tieni kunsill li kont nagħmel parti minnhom jien ħdimna flimkien biex dan il-proġett isir għax patrimonju bħal dak mhux ta' min jarmih.", "Mr Speaker, jien nemmen ukoll li ċerti toroq f'Raħal Ġdid li qatt ma raw lagħqa tarmac għandhom jiġu rranġati.", "B'wiċċi minn quddiem ngħid illi taħt l-ex-ministru tax-xogħlijiet pubbliċi, l-Onor.", "Charles Buhagiar, konna qegħdin naħdmu biex l-area ta' ħdejn l-iSmash Radio u l-area ta' Lourdes, fejn ta' Salvu Meli, jingħataw it-tarmac.", "Fi żmien li kont hemm jien kienet ingħatat it-tarmac Valletta Road, li kienet waħda mill-aktar toroq diżastrużi illi kien hemm f' Raħal Ġdid.", "Nittama li dawn in- negozjati jibqgħu għaddejjin biex f'Raħal Ġdid jikber in-negozju u minn hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dawk in- negozjanti illi kienu lesti li jgħinu biex Triq Antoine De Paule tiġi rranġata bi street furniture ħalli barra li jissebbaħ il-lokal jiżdied aktar in-negozju.", "Sfortunatament meta nitkellem ma' tal-ħwienet ġewwa Raħal Ġdid jgħiduli li bħalissa n-negozju jinsab staġnat.", "Jiena naħseb illi kienet proposta tajba tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni illi noħolqu dibattitu f'din il-Kamra dwar il-qagħda ekonomika fil-pajjiż.", "Mr Speaker, jien nemmen li għandna naħdmu iktar biex lill-kunsilli lokali nagħtuhom aktar fondi għaliex inkella ma jkunux jistgħu jaħdmu.", "Meta kont nifforma parti mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid konna ħdimna flimkien fuq dawn il-proġetti kollha u konna lestejna ħafna xogħol ta' karti, xogħol li ried isir biex inkunu nistgħu nimbarkaw fuq dawn il-proġetti.", "Fil-fatt hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-proġett tal-pjazza ta' St Joseph li kien daħal għalih il-kunsill il-ġdid li kont nagħmel parti minnu jiena.", "Fil-fatt din il-pjazza se tkun xempju ta' kif irridu nirranġaw pjazez oħra u kieku dak inhar jien qtajt qalbi u qgħadt nagħti kas xi bdiet tgħid il-media u flimkien ma' sħabi ma konniex kuraġġużi li nagħmluha, kieku dan il-proġett ma kienx isir.", "Nerġa' ngħid illi dak kien mezz ta' kif konna se nuru lin-nies ta' Raħal Ġdid kif għandhom isiru l-affarijiet għaliex dan il- lokal jixraqlu aktar milli tajnih aħna.", "Meta titkellem mal-familji u maż-żgħażagħ li jgħixu f'Raħal Ġdid jgħidulek li ma jsibux fejn imorru u għalhekk konna qed naħdmu biex nagħtu lill-poplu ta' Raħal Ġdid dak li kellu dritt għalih.", "Wara kollox il-poplu eleġġiena u ridna li naħdmu għalih.", "Mr Speaker, jien tinkwetani ħafna l- problema tad-droga mhux biss f'Raħal Ġdid għax lanqas irrid nagħti l- impressjoni li hemm xi numru kbir ta' nies f'dan ir-raħal li għandhom il- problema tad-droga imma f'Raħal Ġdid tinħass iktar il-problema tad-droga għaliex żgħażagħ minn postijiet oħra kienu jiġu hemmhekk biex imexxu d- droga u ma nkun qiegħed ngħid xejn ġdid jekk ngħid li rajna imwiet ta' żgħażagħ tagħna bil-problema tad-droga.", "Illum tajt rendikont ta' dak li kien qiegħed isir mill-kunsill lokali li kont nifforma parti minnu jien u għalhekk minn hawn inħeġġeġ lill-poplu ta' Raħal Ġdid biex nhar is-Sibt 13 ta' Novembru joħroġ jivvota u jien persważ li bil-vot tal-poplu ta' Raħal Ġdid li jafda lill-kunsilliera Laburisti se jkollna maġġoranza Laburista u dawk il-proġetti li kienu waqfu minħabba l- inkwiet li nqala' jsiru realta'.", "Nittama li l-kunsilliera jaħdmu lkoll flimkien għaliex kif għidt fil-bidu ma nistgħux nibqgħu ndaħħlu l-politika f'kull ħaġa li ssir f'dan il-pajjiż.", "Jiena kont nemmen illi l-kunsill lokali huwa ta' kulħadd, kont niftaħ il-bieb għal kulħadd, kulħadd kellu dritt jitkellem u jaħdem fil-lokal ta' Raħal Ġdid meta kont immexxih jien.", "Nagħlaq billi mill-ġdid nerġa' nħeġġeġ lil-Laburisti ġewwa Raħal Ġdid biex joħorġu jivvotaw u jiena nwiegħed lis-seba' kunsilliera li se jkunu jifformaw parti mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid, li se nkun magħhom din id-darba mhux bħala sindku jew bħala kunsillier imma bħala deputat illi jrid il-ġid għal Raħal Ġdid għaliex jiena naf kemm din il-lokalita' għandha bżonn min jgħinha ħalli verament inqajmuha mill-ġdid f'ħafna oqsma.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 2 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR MONTE CARMELI - TRASPORT", "10074.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Monte Carmeli min hu ntitolat biex jiġi provdut bi trasport mid-dar għax-xogħol u lura d-dar?", "Min fil-każ qed jingħata din il-faċilita' apparti dawk fir-risposta għall-ewwel parti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA:Ħadd m'hu intitolat pero` għal raġunijiet ovvji u bħalma jiġri fi sptarijiet oħra, fl-Isptar Monte Carmeli ġieli tinqala` s- sitwazzjoni fejn persuni li jagħmlu parti mill-management ikun aħjar li jingħataw trasport tad-dipartiment.", "Ġieli kellna każi iżolati fejn karozzi privati ġew vandalizzati.", "Bħalissa din il-faċilta` qed tingħata lill-Head, Finance and Administration.", "Hemm persuna oħra li għandha dmirijiet ta` natura klerikali li qiegħda titwassal id-dar wara x-xogħol.", "Din il-persuna għandha diżabilita` temporanja u qed tuża walking frame biex timxi.", "Filgħodu titwassal għax- xogħol mil-familjari u wara nofsinhar titwassal lura d-dar bit-trasport ta` l-isptar.", "Dan il-każ huwa għal kollox ġustifikabbli kemm mil-lat umanitarju, kif ukoll mil-lat ta` riabilitazzjoni tal-persuna konċernata.", "SAĦĦA - X-RAYS", "10143.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni rigward il-proċedura fil-preżent: (i) sabiex pazjent ikun jista' jakkwista kopja ta' X-Ray (anke jekk bi ħlas) li jkun ħa fl-isptar; (ii) kemm iddum din il-proċedura u jekk il-Ministru jidhirlux li hi biżżejjed customer friendly; u (iii) x'inhi l-policy attwali rigward ħruġ ta' X-Ray minn stpar tal-gvern għall-klinika privata/konsulenti privati/sptarijiet privati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: (i) L-ebda film ta' l-X-Ray ma jista jittieħed barra minn St. Luke's għal sptarijiet jew clinics privati.", "(ii) L-ikkupjar tar-rapporti għal pazjenti jieħu 24 siegħa.", "(iii) L-ikkupjar ta' l-X-Rays isir biss għal dawk il-pazjenti li jkunu sa jintbagħtu barra minn Malta, mill-gvern għal investigazzjonijiet, kura jew għal skop ta' tagħlim.", "Ma jsirx ikkupjar ieħor.", "Il-pazjenti huma offruti kopja tar-rapport ta' l-X-Rays.", "Din hija informazzjoni li għandu bżonn it- tabib li jirriferi lill-pazjent.", "QORMI - TA' FARSINA - BINI LLEGALI", "10351.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jiddentifika liema huma l-kmamar imtellgħin fuq art tal- gvern mingħajr permess fl-area f'Tal-Farsina, Qormi?", "Liema huma dawk il- kmamar li ttellgħu b'dan il-mod u li l-awtoritajiet ordnaw it-twaqqigħ tagħhom matul din l-aħħar sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellanti hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET TAL-QALB", "10681.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il operazzjoni tal-qalb jew/u Thoracic Surgery saret minn kardjoloġista Malti, Mr Albert Manche', u t-team Malti tiegħu kemm ilu li nġieb Malta?", "Kemm kienet il-medja ta' pazjenti Maltin li kienu jintbagħtu barra minn Malta għal open heart surgery kull sena, qabel ġie Mr. A. Manche' u kemm hi issa l-medja ta' pazjenti li qed jintbagħtu barra għal open heart surgery kemm ilu hawn Malta dan il-kardjoloġista?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kirurgu Mr. Alex Manche` u t-team tiegħu bdew joffru servizz komplut ta` cardiothoracic surgery minn April 1995.", "Sal-25 ta` Ottubru, 1999 saru 1444 operazzjoni fuq il-qalb u 318 operazzjoni oħra fuq il-pulmun u l-kaxxa tas-sider (thorax), jiġifieri medja ta` 392 operazzjoni ta` cardiothoracic surgery fis-sena.", "Minn April 1995 l-ebda pazjent adult Malti ma ntbagħat għal kura barra għal operazzjonijiet tal- cardiothoracic surgery.", "Fl-aħħar sena qabel beda s-servizz tiegħu Mr. Manche`, kien hemm 190 pazjent li ġew operati barra l-pajjiż u 91 oħra sarilhom intervent kirurġiku f'Malta minn kirurġi barranin, li jammontaw għal 280 operazzjoni ta` cardiothoracic surgery fis-sena ta` qabel inbeda s-servizz komplut lokalment.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - PAZJENTI MINN ST.", "LUKE'S", "10705.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: F'kull każ ta' anzjani li ġew trasferiti mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Zammit Clapp dawn l-aħħar disa' xhur, jista' l-Ministru jindika meta saret iż- żjara mill-ispeċjalista ġejatriku fl-Isptar San Luqa meta ġiet trasferita Zammit Clapp u f'kull każ kemm dam jew damet l-anzjana fl-Isptar Zammit Clapp?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dati ta' meta ġew trasferiti pazjenti l-iSptar Zammit Clapp u kemm damu fil-perjodu bejn 1 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Awissu, 1999 huma kif jidhru fuq il-listi li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Tapprezza li biex tinġabar l-informazzjoni dwar 400 każ mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tirrikjedi ħafna xogħol.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk irid xi informazzjoni speċifika jgħidli biha u jiena nagħtihielu.", "DOI - IMPJEGATI", "9429.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-DOI mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmija mpjieg?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li bejn is-27 ta' April, 1999 u l-15 ta' Settembru, 1999 kien hemm ħaddiem wieħed biss ġdid li beda jaħdem fid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni u dan kien id-direttur.", "Id-Direttur ta' l-Informazzjoni nħatar wara sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet fis-27 ta' Jannar, 1999.", "Qed isiru interviews għall-post ta' Assistent Direttur wara sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet fid-29 ta' Jannar, 1999.", "Ma jirriżultax li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet.", "DOI - TRASFERIMENTI", "9430.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal- 15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-DOI?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fil-perjodu bejn is-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema tad-DOI.", "Bħalissa m'hemmx il-ħtieġa li jsiru trasferimenti ta' ħaddiema.", "Iżda t- trasferimenti jistgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.", "DIPARTIMENT TA' L-IMMIGRAZZJONI - TRASFERIMENTI", "9431.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal- 15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-IMMIGRAZZJONI - ĦADDIEMA ĠODDA", "9432.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l- Immigrazzjoni mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ĊIVIL - ĦADDIEMA ĠODDA", "9433.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċivil mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li n-numru ta' ħaddiema ġodda li ġew impjegati fis-Servizz Pubbliku fil-perjodu msemmi huwa ta' 424.", "Minn dawn, 214 kienu diġa jaħdmu mal-Gvern fuq bażi każwali.", "Ma jirriżultax li ġew impjegati ħaddiema ġodda fis-Servizz Pubbliku mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet.", "SERVIZZ PUBBLIKU - TRASFERIMENTI", "9434.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal- 15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema taċ-Ċivil?", "Jista'l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li bejn is-27 ta' April, 1999 u l-15 ta' Settembru, 1999 ingħataw 178 transfer fis-Servizz Pubbliku.", "Ir- raġunijiet għal dawn it-transfers kienu kif ġej:", "66 fuq talba ta' l-impjegati stess; 59 minħabba esiġenzi tas-servizz; 29 biex l-impjegati jaħdmu fis-Segretarji Privati tal-Ministri jew Segretarji Parlamentari; 2 biex jaħdmu fl-Uffiċċju tal-President; 22 oħra bejn dipartimenti fl-istess ministeru li ġew approvati mis- Segretarju Permanenti rispettiv.", "It-trasferimenti ta' ħaddiema fis-Servizz Pubbliku huwa proċess kontinwu u dan kemm għall-ġid tas-servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.", "PULIZIJA - KOLLUŻJONIJIET", "9639.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'kollużjonijiet/aċċidenti tat- traffiku rrapportati lill-pulizija bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?", "Kemm-il darba kellha tissejjaħ l-ambulanza u l-SAG u kemm minn dawn l- inċidenti kienu fatali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn Jannar u Awissu 1999, kien hemm 7,462 inċidenti tat-traffiku u kolliżjonijiet irrapportati lill-Pulizija, li f`654 minnhom kien hemm il-feruti filwaqt li seba' kienu fatali.", "Ir- Rescue Unit ta` l-SAG, ġiet imsejħa fuq 33 minn dawn l-inċidenti.", "Dwar kemm-il darba kellha tissejjaħ l-ambulanza, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TOROQ - BARRIERS", "9640.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li f'ċerti arterji tat-traffiku ftit li xejn hija l-prattika li jkun hemm barriers ma' l-arbli tad-dawl, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir studju sabiex ikun stabbilit jekk f'pajjiżna għandniex bżonn miżuri ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li din il-problema qed tkun analizzata minn kumitat ifformat bejn il-Korporazzjoni Enemalta u d- Dipartiment tat-Toroq.", "ASSOĊJAZZJONI TORBALL BLIND - BINI", "9641.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani x'ġara mit-talba pendenti li t-Torball Blind Association għandha sabiex tingħata l- bini fl-Imtarfa fejn tixtieq tiżviluppa ċ-ċentru tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ministeru qiegħed jikkonsidra li juża dan il- bini biex minnu jingħata servizz residenzjali liż-żgħażagħ skond kif kien issemma fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Kamra meta ftit xhur ilu iddiskuta s-servizzi f'pajjiżna għat-tfal u żgħażagħ.", "HANDS ON FARMING - LAQGĦAT", "9642.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-Board tal-Hands on Farming matul l-aħħar 12-il xahar?", "X'ġie mħejji għal matul is-sena skolastika li se tibda dalwaqt?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-board tal-Hands on Farming ma ġiex rikostitwit għax deher li ma tantx kien effettiv.", "Il-programm iżda baqa' jitmexxa b'mod regolari minn uffiċjali tad-Dipartiment ta'l-Agrikoltura matul l-aħħar 12- il xahar.", "Minn Jannar 1999 'l hawn beda programm ġdid immirat għall- istudenti tal-bioloġija ta' Forms IV u V ta'l-iskejjel sekondarji.", "Għas-sena skolastika 1999 - 2000 saru t-tħejjijiet kollha sabiex il- programmi li saru s-sena li għaddiet jirrepetu rwieħhom.", "SPTARIJIET - PARKINSON DISEASE", "9643.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pazjenti li matul din is-sena ddaħħlu fl-isptarijiet ta' l-Istat ibatu mill-marda tal-Parkinsons Disease?", "Xi programm ta' kura jingħataw?", "Kemm kien in-numru ta' pazjenti matul dawn l- aħħar ħames snin sena b'sena li ddaħħlu għal din il-kura u x'etajiet kellhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-Hospital Activity Analysis fis-snin mill-1994 u mill-1998 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru ta' din is-sena ddaħħlu fl-Isptar San Luqa 263 każ ta' Parkinsons Disease (ICD-9 code 3320; ICD-10 code G20).", "L-etajiet tagħhom kienu kif jidher fit-tabella segwenti:", "Eta' (Snin)", "Sena 30- 40- 50- 60- 70- 80- 90- Eta' mhumiex Total 39 49 59 69 79 89 99 irrekordjata", "1994 0 1 3 12 15 12 0 0 43 1995 0 3 2 12 12 23 1 3 56 1996 2 3 8 11 17 12 0 3 56 1997 0 2 3 7 19 8 1 0 40 1998 0 2 8 7 16 9 0 0 42 1999 0 0 8 8 2 8 0 0 26 Parti Total 2 11 32 57 81 72 2 6 263 Ma' dawn wieħed iżid numru akbar ta' persuni li jattendu regolarment bħala Out-Patients. in-numru totali ta' pazjenti ji jirċievu trattament għal Parkinson's Disease fuq Skeda V huwa viċin is-700.", "Id-dipartiment joffri servizz komplut ta' dijanjosi u trattament għal Parkinson's Disease.", "Il-mediċini liċenzjati fl-Ewropa u fl-Amerika u li huma effettivi bħala kura għal din il-marda huma kollha għad-dispożizzjoni ta' l-ispeċjalisti li jkunu huma li jiddeterminaw il-ħteġijiet individwali ta' kull pazjent.", "F'każi estremi ġew referuti pazjenti għall-operazzjoni ta' pallidotomy li ssir barra minn Malta iżda ta' min jirrimarka li dawn ma tawx ir-riżultati mixtieqa.", "Dwar żviluppi ġodda li qed isiru fil-kura tal-Parkinson's, l- ispeċjalisti tagħna qed iżommu ruħhom kontinwament aġġornati dwar:", "i. mediċini ġodda; ii. progress fil-qasam tal-kirurġija fuq il-moħħ; u iii. deep brain stimulation", "Dawn is-servizzi jiġu ntrodotti biss meta l-istudji xjentifiċi internazzjonali jaslu f'konklużjonijiet ċari dwar vantaġġi u benefiċċji għal pazjenti li jiżbqu dawk li toffri t-terapija preżenti.", "RESERVOIRS - TINDIF", "9644.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' reservoirs ta' l-ilma li ġew imnaddfa matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Liema kienu u kemm kienet l- ispiża għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li matul dawn l-aħħar 12-il xahar ġew imnaddfa erbgħa ġibjuni.", "Dawn huma:", "Ġibjun Nru 1", "Lokalita: Belt il-Ħażna, Floriana Ix-xogħol sar bejn l-1 ta' Settembru 1998 u l-4 ta' Settembru 1998.L-ispiża kienet ta' Lm480.", "Ġibjuni Nri 2 u 3", "Lokalita: Wied ta' l-Imsida, Msida Ix-xogħol sar bejn l-1 ta' Settembru 1998 u t-30 ta' Settembru 1998.", "L- ispiża kienet ta' Lm1689.", "Ġibjun Nru 4 Lokalita' Triq Xrobb l-Għaġin, Marsaxokk-Żejtun.", "Ix- xoghol sar bejn l-4 ta' Mejju 1999 u l-31 ta' Mejju 1999.", "L-ispiża kienet ta' Lm2312.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "10556.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija lil sidien ta' ħwienet u negozji oħra għax ikollhom esposti għall-bejgħ ġugarelli f'forma ta' armi tan-nar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "10557.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet lil persuni dwar ksur tal- Litter Act fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "Kemm minn dawn eventwalment instabu ħatja ta' ksur tal-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn Jannar u Settembru ta` l-1999, il-Pulizija ħarket 51 persuna dwar ksur tal-Litter Act, li minnhom, sa l- aħħar ta` Settembru, 11 instabu ħatja.", "CCF - ĦABSIN", "10558.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent x'inhi l-popolazzjoni fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u kif inhi maqsuma bejn priġunieri li qed jistennew li jkunu pproċessati u oħrajn li diġa' kienu pproċessati?", "Kemm hemm priġunieri Maltin, barranin u l-barranin minn liema pajjiż huma?", "Kemm hemm priġunieri nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - TGĦALLIM TA' L-INGLIŻ LILL-BARRANIN", "10588.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuh ta' skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin?", "Minn min saret kull applikazzjoni u f'liema lokalita'?", "Meta saret kull applikazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE - SPORTS", "10589.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta team ta' l-isports (football, volleyball, eċċ.) fil-Junior College jieħu sehem f'xi logħbiet kontra skejjel oħra ma jkunux akkumpanjati minn għalliema?", "Jikkonferma l-Ministru li din kienet ir-regola s-sena li għaddiet, speċjalment f'logħob bejn l- iskejjel?", "Jista' jara li din is-sena jkun hemm għalliem mat-timijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Junior College huwa membru tal-MSSF u jipparteċipa fl-attivitajiet sportivi li jiġu organizzati minn din l- għaqda.", "Il-Junior College jipparteċipa fil-kategorija taħt id-19-il sena f'dawn id-dixxiplini:", "* Volleyball * Basketball * Football * Athletics", "Informat ukoll li s-Sur I Riolo huwa full-time Assistant Lecturer fil- Fakulta` ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita` fil-Physical Education Programme u hu responsabbli għall-ko-ordinament ta' l-attivitajiet sportivi fil-kulleġġ.", "Huwa normali illi l-kulleġġ jaħtar Senior Team Captains li jorganizzaw it-timijiet rispettivi tagħhom, jiffissaw il-ħinijiet għat-training u għal- laqgħat u jwasslilhom l-informazzjoni meħtieġa fil-kulleġġ.", "Dan jagħti l-opportunita`li jitħarrġu fi kwalitajiet ta' leadership u l- etika sportiva.", "PULIZIJA - PERSUNI RAPPORTATI NIEQSA", "10590.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet irrapportata nieqsa mill-1 ta' Jannar, 1999?", "Min kienu?", "Kemm minnhom instabu?", "X'inhu n-numru ta' persuni li ġew irrapportati nieqsa f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm minnhom għadhom neqsin?", "Liema huma dawk li ma nstabux?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u d-19 ta` Ottubru 1999, ġew irrapportati lill-Pulizija 143 persuna bħala nieqsa.", "Minn dawn persuna waħda għadha tidher nieqsa.", "Ninsab informat ukoll li n- numru ta` persuni rrapportati nieqsa matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej : -", "Sena Persuni rrapurtati nieqsa Għadhom nieqsa", "1995 179 xejn 1996 151 1 1997 159 xejn 1998 157 1 1999* 143 1", "* Sad-19 ta` Ottubru.", "Dwar l-identita` tal-persuni nvoluti ma jidhirlix li għandi nagħmel pubbliku din l- informazzjoni.", "SAN ĠILJAN - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "10632.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10328 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jara li jsiru d-double yellow line quddiem u ħdejn ir-residenzi privati kollha fi Triq il-Kbira, f'San Ġiljan, qrib is-City of London Bar peress li qed ikun hemm żewġ jew tliet ringieli ta' karozzi jgħalqu r-residenti priġunieri fi djarhom u allaħares ikollhom bżonn xi ambulanza għax ma jkunux jistgħu jipparkjaw hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qiegħed jieħu passi biex is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant jiġi attwat.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "10651.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm dam il-ħabs il-Libjan Azzabi qabel ma ħarab?", "Kemm-il darba għamel visti fl-isptar?", "F'liema sptarijiet ingħata l-kura?", "Jista' l-Ministru jgħid għal-liema mard ġie kkurat?", "Minbarra l-visti fl-isptar, inħareġ xi drabi oħra?", "Fejn mar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-persuna li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant kienet ilha tinżamm il-ħabs mill-11 ta` Novembru, 1998.", "Ninsab informat ukoll li din il-persuna ġiet meħuda darba l-isptar San Luqa u darbtejn oħra, inkluż dakinhar tal-ħarba, l-iSptar Boffa.", "Ma nħossx li għandi niżvela tagħrif dwar l-aspett purament mediku iżda kull darba li mar l-isptar, dan sar fuq rakkmandazzjoni speċifika tat-tabib tal-ħabs.", "Minbarra l-visiti fl-isptar, din il-persuna ttieħdet diversi drabi l- poliklinika ta` Raħal Ġdid u l-Qorti.", "PULIZIJA - TAĦRIĠ BARRA MINN MALTA", "10652.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm-il membru tal- korp tal-pulizija ntbagħtu barra minn Malta għat-taħriġ?", "Fejn marru?", "Fuq liema tip ta' xogħol?", "Ta'liema rank kienu?", "Kemm dam f'kull każ dan it-taħriġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA - PAZJENTI", "10715.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid, kull xahar ta' din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru 1999 kemm daħlu nies fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza?", "Kemm-il darba issejħet l-ambulanza stand by fuq każi urġenti sa l-aħħar ta' Settembru 1999 (tul din is-sena)?", "Kemm-il x-ray ittieħed fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa sa l-aħħar ta' Settembru 1999?", "Il-Ministru jaħseb li għadu qed isir abbuż mid-Dipartiment ta' l- Emerġenza, fis-sens li hemm sezzjoni ta' nies li għadha tuża dan id- dipartiment qisu kien xi ċentru tas-saħħa jew out-patient department?", "Fid-dawl ta' dan, jikkonsidra d-Dipartiment tas-Saħħa li jerġa' jibda messaġġi u filmati promozzjonali fuq il-mezzi kollha tax-Xandir u l-Media biex il-pubbliku jiġi mgħallem u avzat aħjar meta għandu jew m'għandux juża d-Dipartiment ta' l-Emerġenza?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar.", "Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA AWŻILJARJI", "10716.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li għadhom jaħdmu bħala casuals fis-Servizz Pubbliku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: F'dan l-istadju m'għandix aktar x'inżid ma dak li għedt bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2699", "AIR MALTA - TOBBA", "10717.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt tat-tobba li jivverifikaw il-mard fil-każ ta'l-impjegati ta' l-Air Malta, skada f'nofs dan ix-xahar?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal applikazzjonijiet sabiex jagħmlu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-kuntratt li għalih qed jagħmel riferenza l-Onor.", "Interpellant ġie estiż għal perjodu ta' tliet snin wara li dan kien skada fl-aħħar tax-xahar li għadda.", "OPM - KONSULENTI", "10718.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fil-ministeru tiegħi hemm 23 konsulent kif jidhru hawn taħt:", "Forzi Armati ta' Malta 1 Management Efficiency Unit 22", "Is-salarju ta' dawn il-konsulenti jvarja bejn Lm1,884 fis-sena għal konsulent part-time sa Lm26,000 għal konsulent barrani.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - KONSULENTI", "10719.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il- konsulenti individwalment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "10720.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal- ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "JOE BORG: In-numru ta` konsulenti ngaġġati mal-ministeru tiegħi huwa sitta (6) li jitħallsu kif se jingħad:", "(i) erbgħa konsulenti li kull wieħed jitħallas Lm429.49 fix-xahar li ġew ingaġġati għal perjodu limitat li se jiskadi fil-31 ta` Diċembru, 1999.", "(ii) konsulent li jokkupa l-kariga ta` Kap tad-Direttorat għall-Unjoni Ewropea li jitħallas Lm15,000 fis-sena li Lm2,000 minnhom jitħallsu mill- Ministeru lill-individwu konċernat kemm il-darba dan ma jibqax iservi bħala membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta` Malta.", "(iii) konsulent part-time għal-perjodu limitat li jitħallas pro rata a bażi ta` 50% ta` Lm4,942 fis-sena, liema konsulenza tispiċċa fl-aħħar ta` dan ix-xahar.", "Nixtieq inżid li jeżisti wkoll kuntratt bejn il-ministeru u kumpannija privata (Law Firm) biex tipprovdi servizz ta` konsulenza fil-persuna tal- kap tal-Malta-EU Information Centre.", "Il-Ministeru jħallas lill-kumpannija konċernata s-somma ta` Lm17,500 fis-sena li tinkludi l-VAT kif jidher fil- kopja tal-kuntratt mogħtija lill-Membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "10721.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mal-Ministeru hemm ingaġġati ħames konsulenti, tlieta minnhom part-time.", "Konsulent ieħor li jagħti servizz part-time lill- ministeru huwa ngaġġat ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Żewġ konsulenti oħra huma ngaġġati ma' l-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari, wieħed minnhom part-time.", "Il-ħlas individwali ta' ħamsa mill-konsulenti huwa hekk : Lm7154, Lm17,400, Lm3000, Lm5233, Lm1950.", "Żewġ konsulenti oħra għadhom qatt ma tħallsu għax il-kuntratt tagħhom għadu qed jiġi negozjat.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KONSULENTI", "10722.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mal-Ministeru tal-Finanzi hemm konsulent wieħed li jitħallas Lm1,833.33 fix-xahar.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - KONSULENTI", "10723.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ministeru għandu tliet konsulenti kuntrattati miegħu.", "Dawn jitħallsu Lm5,849, Lm5,014 u Lm4,192 fis-sena rispettivament.", "SPTAR ĠENERALI - SECURITY GUARDS", "10731.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10385?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li mill-1 ta' Ottubru, 1998 sa l- aħħar ta' Settembru 1999 inħatru sitt persuni fil-grad ta' security guards fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "In-numru ta' mpjegati f'dan il-grad li kien hemmm fl-istess sptar matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kien 28 fl-1995, 27 fl-1996, 25 fl-1997, 29 fl-1998 u 26 fil-preżent.", "Jiena nformata li ma hemm l-ebda impjegat fil-grad ta' security guard fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex li mhux qed jitħallas tal-Ħdud u ta' ljieli extra maħduma.", "EQUIPMENT PROCUREMENT COMMITTEE - MEMBRI", "10732.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10381?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- Equipment Procurement Committee għadu jiffunzjona u li huwa kompost minn Dr A. Livori bħala Chairman, is-Sur M. Axiaq bħala Segretarju u s-Sinjuri R. Aquilina, F. Grech, A. Degiorgio, F. Masini, Dr M. Masini, Dr R. Sciberras, J. Attard, S. Portelli u E. Depasquale bħala membri.", "Jiena nformata li mill-5 ta' Settembru, 1998 sat-13 ta' Ottubru, 1999 dan il-kumitat iltaqa' 11-il darba u matul dan il-perijodu approva li jinxtara l-apparat li jidher hawn taħt:", "- Reference Electrode - Elector-Metric Board for II 1306 Analyser at Lab Dept. - Oxygen Tents for Paediatric Ward at GGH - Frontline Urine Strips - High Vacuum Autoclave at the CSSD - Bag Holders - PHACO Emulsifier Device - Instruments for Podology Dept. - Bags Colostomy (Stoma Cur Protect) - Electrode Leads (For Marquette Monitor Z200 series) - Insert Drill Sleeve - McLintock Ovum Forceps (6) - Cable for Storz Bipolar Instruments (10) - Ocular Adapter to fit Wolf-Endocamera to Pentax Endoscope (1) - Ultra Sonic Cleaner - Accessories for CSSD (Stainless steel baskets, Stainless steel shelving, Basket Trolley with handle, Two Table Trolley autoclave height, Inspection Lamp, Sterilisation Reel Cuttuer and Dispenser, Distribution Trolleys, two units, one clean, one dirty) - Automoatic Endoscopic Washer / Disinfector - Caustic Applicators - Direct Mounting, Wall Suction Units for CCU - GGH - Thermometers - Aluminium Cabinet for CSSD - Two leaf Door for Physiotherapy Dept at GGH - Sur FAst Intraossour Infusion Needles Sets Paediatric / Theatre - Ripple Mattresses (8) - Incubation for Laboratory Fan Circulated - Surgical Lamps for Operating Theatre - IV Sets Infusion Plastic Disposable - Carrier for Transport of Blood Products - Bag leg X 1300ml - Vaporiser (one) and Bottle Steam Sterilizer (6 bottles) - Renal Unit: Couches, trolleys, supply units, air condition, TV Sets, Installation of TVs, Aluminium Partitions, Digital Patient's Scale - Filters for humidification and Barrier for Ventilation (Bacterial and Viral) - Stabilised power supply", "Il-kumitat approva wkoll xiri ta' spare-parts għall-apparat li qed jintuża regolarment fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "REĠISTRU PUBBLIKU U ARTIJIET", "10750.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskrittura privata tat-12 ta' Ottubru, 1999 bejn Dottor Godwin Grima, għan-nom tal-Gvern, u Dottor Joseph Tabone għan-nom tas-Soċjeta' Eureka Services Limited u Dottor Mario Grech għan-nom tas- Soċjeta' RG Services Ltd ġiet skrutinata mid-Direttur tal-Kuntratti qabel ma ġiet iffirmata?", "Saret xi sejħa għall-offerti qabel ma ġiet iffirmata din l-iskrittura privata?", "Għaliex tintgħażel il-forma ta'skrittura privata minflok kuntratt pubbliku?", "Ġew konsultati n-nutara li jaħdmu f'Għawdex qabel ma ġiet iffirmata din l- iskrittura privata?", "Hija regolari li bini tal-Gvern u ħwejjeġ oħra mobbli, proprjeta' tal- Gvern, jingħataw għal użu esklusiv ta' żewġ kumpanniji privati li skond din l-iskrittura privata għandha l-monolju assolut f'dan ir-rigward?", "Għaliex dan il-ftehim ma ġiex ippreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra tal- Parlament?", "X'inhuma r-rati u l-ħlasijet li se jkunu dovuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għandu jingħad li dan huwa ftehim sui generis li prinċipalment jikkonsisti f`xiri mill-gvern ta` databases dwar materjal tar- Reġistru Pubbliku.", "Bis-saħħa ta` dan il-ftehim, il-gvern akkwista bi proprjeta` mil-lum stess u mingħajr ebda nefqa kapitali : -", "(a) id-database attwali tal-kumpannija Eureka li tkopri 2.5 miljun data; (b) il-komputerizzazzjoni tad-data kollha rilevanti fir-Reġistru Pubbliku matul dawn l-aħħar 150 sena; (c) il-komputerizzazzjoni tan-noti kollha li jidħlu kuljum fir-Reġistru Pubbliku sakemm idum fis-seħħ il-ftehim.", "Bħala konsegwenza loġika ta` dan il-ftehim, il-kumplament isegwi u l- updates u d-data capture tas-snin li għadhom mhux koperti fid-database huma wkoll inklużi fl-obbligazzjonijiet tal-kumpannija venditriċi u dan ukoll mingħajr infieq kapitali.", "Dan il-ftehim ġie approvat mill-Kabinett u l-firma tiegħu awtorizzata mill-Ministeru tal-Finanzi u ma jidhirx li kien hemm bżonn ta` l-intervent tad-Direttur tal-Kuntratti stante, nirrepeti, n-natura sui generis tal- ftehim fejn sar akwist bla ebda nefqa.", "Dwar sejħa għall-offerti u konsultazzjonijiet l-Onor.", "Interpellant huwa riferut għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10635 iżda jiġi enfasizzat illi ħadd ieħor ma kellu din id-data available.", "Il-liġi ma tobbligax li ftehim simili isir b`att pubbliku iżda xorta dan ġie iffirmat quddiem in-Nutar Prinċipali tal-Gvern.", "Fl-aħħarnett, niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor.", "Interpellant li l-ftehim ilu li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mid-19 ta` Ottubru, 1999.", "Minn hemm joħorġu r-risposti dwar użu esklussiv, rati u ħlasijiet.", "ĦAMRUN - TAR-RABBAT - TISWIJIET", "10752.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jsiru x-xogħlijiet neċessarji fit-toroq f'Tar-Rabbat, Ħamrun?", "Jaf il-Ministru li r-residenti ilhom żmien li ħallsu l-permessi neċessarji iżda baqa' ma sar xejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill- kunsill lokali konċernat.", "DJAR - PERSUNA B'DIŻABILITA'", "10753.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas mill-Awtorita' tad-Djar għall-iskema għall-persuni b'diżabilita' bin-numru SPD19/99?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se ssir spezzjoni fid-dar ta' l-applikant u jekk jinstab li x-xogħol approvat twettaq, isir l-ħlas.", "PULIZIJA - UFFIĊĊJU EWLIENI TA' L-IMMIGRAZZJONI", "10754.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba lill-Uffiċjal Ewlieni ta' l- Immigrazzjoni fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn mara Russa miżżewġa raġel Malti sabiex ommha li qed tgħix fir-Russja tkun tista' tiġi tgħix magħha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mir-records tal-Pulizija ma jirriżultax li saret xi talba skond id-dettalji mogħtija fil-mistoqsija.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jgħaddili d-dettalji eżatti ta` l-ismijiet tal-persuni nvoluti, flimkien mad-data ta` meta saret l-applikazzjoni u minn fejn saret, sabiex inkun nista` ninvestiga.", "BORMLA - TARZNA - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT", "10755.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li fuq xi mezzi ta' l-istampa ntqal li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat it-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan ix-xogħol se jsir meta tkun approvata l- applikazzjoni dwar id-disinn tal-fencing li jrid isir minflok il-ħajt li se jitwaqqa'.", "FGURA - TRIQ L.SCHICKLUNA - TOROQ", "10756.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata kisja tarmac Triq L. Schickluna fil-Fgura?", "Jista' jara li din tingħata ftit prijorita' għax qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem mal-kunsilli lokali biex jifformola kriterji li jiddefinixxu l- prijoritajiet nazzjonali ta` dan ix-xogħol, u għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant fil-parti tat-triq li għadha mhix asfaltata, isir skond il-prijoritajiet li se joħorġu minn dawn id-diskussjonijiet.", "BORMLA - TRIQ SANTA TEREŻA", "10757.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi xogħol mill- istudenti ta' l-iskola Gilormu Cassar, fuq il-knisja ta' Santa Tereża, Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li peress li l-istudenti ta' l-iskola tas- snajja' Ġilormu Cassar huma taħt is-16-il sena, dawn ma jagħmlux xogħol ta' restawr barra mill-iskola.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "10758.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qed jiskontaw sentenza fuq: a) serq; b) qtil u c) droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li, fis-27 ta` Ottubru, 1999, in-numru ta` priġunieri li kienu qed iservu sentenza fuq reati konnessi ma` serq, qtil u droga kien ta` 46, 23 u 64 rispettivament.", "DJAR TAL-GVERN - TIBJID", "10764.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir it- tibjid tal-flats ta' bini tal-Gvern, Unit Nru.1, Blokk C, Raħal Ġdid peress li jinsab fi stat ta' abbandun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.", "Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għat-tibjid tat-taraġ komuni.", "DJAR TAL-GVERN - TIKĦIL", "10765.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex ma sarx it-tikħil tal-flats min barra ta' Telgħet Raħal Ġdid, skema 2, Blokk 2, Raħal Ġdid?", "Jista' jgħid jekk humiex se jsiru bħalma saru tal-viċin?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jidher li ngħatat prijorita' lil każijiet li huma l-aktar gravi.", "Biss jien informat li x-xogħol għandu jsir aktarx is-sena d- dieħla meta r-riżorsi jippermettu.", "SIGURTA' SOĊJALI - TNAQQIS TA' ARRETRATI", "10766.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħin fil-każ tas- sinjura separata li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, biex jitnaqqsu l-arretrati ta' Lm7.72 fix-xahar għax bil-pensjoni ta' Lm88.79 qiegħda tbati ħafna finanzjarjament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "ENEMALTA - TNEĦĦIJA TA' WIRES", "10767.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10642 ir- rapport tal-Perit privat li kien mehmuż ma' l-interpellanza fejn juri teknikament il-ħsara fir-residenza privata ġie vverifikat minn persuna mhux kwalifikata sabiex tagħmel l-istħarriġ tekniku fil-bini?", "Ġaladarba l-Perit tal-korporazzjoni għandu jagħmel l-investigazzjoni aktar profonda dan il-perit għamel spezzjoni fuq ir-residenza konċernata?", "Xi tfisser \"aktar profonda\" mill-perit?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant diġa' ġie nvestigat minn uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta fejn prima facie ma jirriżultax li l-apparat stallat mill-Enemalta qiegħed jikkawża xi ħsara.", "Il-konsulent ta' l-Enemalta nnota wkoll li s-sid tad- dar mhux qiegħed jitlob xi kumpens, lanqas mhu qed jitlob li jitneħħa l- wall bracket, iżda qed jitlob biss li jitneħħa s-supply cable lill- proprjeta' fuq in-naħa l-oħra tat-triq.", "Il-korporazzjoni qed tinvestiga jekk din it-talba tistax tiġi milqugħa.", "PORTES DES BOMBES", "10768.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10599 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r- rapport li kien sar fuq l-istat tal-bini tal-Portes des Bombes?", "Hemm xi ħsieb li r-rapport jekk qiegħed jirrakkmanda li dan il-bini jiġi restawrat meta sejjer jitwettaq ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li għalkemm ir-restawr ta' Portes des Bombes huwa mniżżel bħala wieħed mill-proġetti li għad iridu jsiru s'issa għadu ma sar l-ebda rapport dwar dan.", "SAĦĦA - TESTIJIET TAL-BONE DENSITY", "10769.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta qed jingħataw l-appuntamenti għat-test tal-Bone Density?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: l-informazzjoni qed tinġabar.", "Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "ETC - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "10770.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistru tal-qagħad xahar b'xahar minn Settembru 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant m'hijiex ċara u hu mitlub jispeċifika jekk il-persuni li qed isaqsi dwarhom (cioe' dawk li nqatgħu mis-sistema tar-reġistrar - Lapses) humiex:", "a) dawk in-nies li nqabbdu jabbużaw peress li kienu qed jaħdmu; jew b) dawk li ntbagħtu għal intervista biex jaħdmu w m'attendewx; jew c) dawk li l-korporazzjoni offrietilhom xi forma ta' taħriġ u m'attendewx; jew d) dawk li nqatgħu mis-sistema minħabba li naqsu li jirreġistraw; jew e) dawk li nqatgħu għaliex sabu mpieg.", "NON GOVERNMENTAL ORGANISATIONS - VOT 4070", "10771.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif tqassmu l- flus tal-Vot 4070 fejn jitqassmu il-flus lil Non Governmental Organisations?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Lista li turi l-fondi allokati mill-Ministeru għall- Politika Soċjali lin-Non-Governmental Organisations għas-sena 1999 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Din il-lista ġiet ippubblikata mill-ministeru fid-dokument Politika Soċjali 1999 - 2000 fil- kuntest tal-inizjattiva msemmija 'Fid-direzzjoni t-tajba'.", "Irrid niċċara li dawn il-fondi nħarġu:", "(i) mill-ammont allokat fil-Vot 4070 ta' l-Estimi għall-1999 kif ukoll minn xi savings taħt dan il-Vot għas-sena 1998;", "(ii) minn ammont mgħoddi lill-Ministeru mill-Ministeru tal-Finanzi mill- Fond tal-Lotteriji.", "Il-lista iżda ma tinkludix ammont ieħor ta' Lm200,000 mgħoddija lill- Caritas miż-żewġ ministeri.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET", "10772.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, taħt kull skema fis-seħħ preżentement fl-Awtorita' tad-Djar: (a) kemm applikaw nies taħt skema; (b) kemm ibbenefikaw nies taħt kull skema;(ċ) kemm ġie allokat flus taħt kull skema; u (d) kemm intnefqu flus s'issa taħt kull skema mill- 5 ta' Settembru 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba taħt items A, B u D tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-Awtorita' tad-Djar tivvota somma waħda għas-sussidju għall-iskemi tagħha.", "Fil-fatt għas-sena finanzjara li tkopri l/10/99 - 30/9/2000 is- somma tlaħħaq is-Lm700,000.", "KUMMISSJONIJIET", "10773.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kummissjoni ġiet maħtura minnu u f'liema oqsma?", "Min huma l-membri f'dawn il- kummissjonijiet?", "Kemm qed jitħallsu l-membri tal-kummissjoni għal dan is- servizz?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li tlestew minn dawn il-kummissjonijiet?", "Jekk ir-rapporti ma tlestewx meta se jitlestew u x'materja qed jittrattaw dawn ir-rapporti jew studji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nippreżumi li l-Onor.", "Membru mhux qed jirriferi għal kummissjonijiet li jinħatru minn sena għall-oħra skond il-liġi relevanti.", "F'dan il-każ, jien ħtart żewġ kummissjonijiet kif jidher hawn taħt.", "L- ewwel waħda minn dawn il-kummissjonijiet inħatret wara deċiżjoni tal- Kabinett.", "1.", "NATIONAL COMMISSION ON WELFARE REFORM", "CHAIRPERSON Mr Anthony Galdes", "MEMBERS Dr Anthony Borg Barthet Mr Alfred Buhagiar Mr Mario Cutajar Profs Emanuel P Delia Mr Edward R Gatt Mr Vincent Grech Ms Natasha Meli Mr Emanuel Micallef Mr Maurice Petrocochino Mr Victor Scicluna Mr Albert J Tabone Mr Ray Cachia Zammit", "2.", "NATIONAL COMMISSION ON THE ABUSE OF DRUGS, ALCOHOL AND OTHER DEPENDENCIES", "CHAIRPERSON Mag.", "Dr Silvio Meli", "MEMBERS Mr Herbert Agius Ms Joan Bugeja Ms Joyce Callus Dr Marilyn Clark Dr Anton Grech Dr Paul Micallef Dr Richard Muscat", "Il-membri ta' dawn il-kummissjonijiet ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni.", "Dwar is-sottomissjonijiet ta' rapporti, irrid ngħid li l- Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Riforma fil-Welfare għandha tlesti rapport preliminari fi żmien qasir.", "Ix-xogħol tal-Kummissjoni l-oħra huwa ta' natura kontinwa.", "IMPRESSED DRIVERS", "10774.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Nazzjonalista għadux qed jiggarantixxi li l-impressed drivers mal-gvern u mal-korporazzjonijiet pubbliċi jsiru mpjegati permanenti ladarba din kienet il-wegħda numru 13 meħuda mill-programm elettorali?", "Jista' l-Ministru jgħid ma' liema unions iltaqa' mill-5 ta' Settembru'l hawn biex jiddiskuti s-sitwazzjoni ta' l-impressed drivers?", "X'kien l-eżistu ta'dawn id- diskussjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-Working Group, li ġie appuntat bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru, qed ikollu laqgħat ma' dipartimenti u korporazzjonijiet tal-Gvern, kif ukoll ma' rappreżentanti tal-ħaddiema impressed, biex tinstab l-aħjar soluzzjoni.", "SAĦĦA - SERVIZZI", "10775.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Barranin li huma mpjegati hawn Malta u għalhekk iħallsu l- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u taxxa fuq id-dħul, huma ntitolati li jużaw is-servizzi tas-saħħa b'xejn?", "Jekk b'mod generali fin-negattiv, hemm xi nazzjonalitajiet li għandhom xi ftehim partikolari u f'dak il-każ liema huma dawn il-pajjiżi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-barranin li huma mpjegati legalment hawn Malta u li allura qegħdin iħallsu hemm il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u anke t-taxxa fuq id-dħul, huma ntitolati għas-servizzi tas-saħħa b'xejn.", "TARXIEN - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "10776.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ fejn qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni f'Ħal Tarxien fejn fil-pedament qiegħed jintefa' materjal b'xebħ ma' ħama u dan fil-pedament?", "Jista' l-Ministru jgħid fuq ordni ta' min dan il-materjal qiegħed jintefa'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li hekk kif waslet l-informazzjoni li l-kuntrattur kien qed jordom materjal li kien jinkludi xi ħama, dan twaqqaf immedjatament mid-Direttur tal-Bini u Tiswija ta' Djar u ġie ordnat juża radam normali.", "EU - DELEGAZZJONIJIET", "10785.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jipprovdi lista tad-delegazzjonijiet li marru Brussels fuq eżerċizzju ta' l-iscreening, il-persuni fuq kull delegazzjoni, is-suġġett ta' l-iscreening f'kull każ, iż-żmien li matulu kull delegazzjoni damet hemm u kemm ġiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ħlief għal dak li jirrigwardja l-ispiża ta` kull delegazzjoni tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-ispiża li tikkonċerna il-ministeru tiegħi sal-bidu ta` Ottubru hija ta` Lm13,864.", "Iċ-ċifra hija proviżorja għar-raġuni li n-nefqa attwali għad trid tiġi stabbilita, primarjament minħabba fl-iskond ta` 50% li jingħata fuq l-ispejjeż ta` l-ajru mill-Air Malta.", "Iċ-ċifra tinkludi l-ispejjeż ta` lukandi, subsistence allowance, contingencies u l-ispejjeż tal-ajru mingħajr l-iskond tal-50%.", "Fid-dawl tal-informazzjoni komprensiva li ingħatat ma nħossx li hemm il- ħtieġa li tingħata l-ispiża għal kull delegazzjoni separatament ġaladarba din tinvolvi ħafna xogħol ieħor u spejjeż ta` riżorsi umani bla bżonn.", "Dwar l-ispiża ta` ministri oħra, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija lill-ministeri konċernati.", "IPSE - GĦAMARA", "10786.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jindika liema kumpannija ngħatat il-kuntratt għall- istudju dwar is-settur tal-għamara mogħti mill-IPSE?", "Kemm kien il-ħlas maqbul għal dan ix-xogħol?", "Min kienu l-kumpanniji jew konsulenti oħra li offrew li jagħmlu dan ix-xogħol?", "Kemm kienu l-offerti li saru minnhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-kumpannija li ngħatat il- kuntratt għall-istudju dwar is-settur ta' l-għamara hi l-EMCS Limited.", "Il- ħlas miftiehem kien ta' Lm50,000.", "Kien hemm total ta' disa' kumpanniji li kkwotaw għal dan il-proġett.", "Il- valur ta' l-offerti tagħhom kien ivarja bejn Lm5,913 u Lm54,333.", "Naturalment, l-aktar ħaġa mportanti li l-IPSE kellha tiġġudika fuqha huwa l- programm ta' ħidma offrut minn dawn il-kumpanniji, u kemm dan iwassal biex jintlaħaq l-għan ta' l-istudju rikjest.", "L-IPSE tatni parir li informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kumpanniji nvoluti u informazzjoni dwar kemm ikkwotat kull kumpannija, hija ta' natura kummerċjali u ma jkunx għaqli li tingħata.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-IPSE hija kumpannija private sector driven fejn il-Gvern għandu minoranza fuq il-Board tad-Diretturi u fejn ħlief għal rappreżentant tal-MDC, il-membri tal-Board inkluż iċ-Chairman, huma l-istess li kienu nħatru mill-amministrazzjoni preċedenti ossia mill-istess Onor. Interpellant.", "MEUSAC", "10787.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li għandhom jew kellhom inkarigu ta' xi tip, fulltime jew part-time, imħallas mill-MEUSAC?", "X'kien l-inkarigu tagħhom?", "Kemm tħallsu u/jew qed jitħallsu?", "ONOR.", "JOE BORG: Fost il-Membri tal-MEUSAC ġew maħtura sitt persuni fil- kapaċita tagħhom bħala tekniċi f`oqsma differenti li huma:", "1.", "Dr Stephen Calleya 2.", "Sur Charles Rapa FCCA, FIA, CPAA, MBA (Brunel) 3.", "Dr Joanna Drake 4.", "Dr George Abela 5.", "Dr Godfrey Baldacchino 6.", "Professur Lino Briguglio", "Dawn jitħallsu onorarju ta` Lm2,000 fis-sena kull wieħed b`effett min April 1999.", "BRUSSELS - ŻJARAT", "10788.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10564?", "ONOR.", "JOE BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10785.", "POMPI TAL-PETROL - BEJGĦ TA' PETROL/DIESEL", "10790.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ ta' petrol, unleaded petrol u diesel mill-1994 sal-lum, kull sena separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "Petrol Unleaded Diesel 1994 84,148,114 16,385,610 5,472,623 1995 82,030,098 13,847,557 61,116,729 1996 81,871,040 20,856,955 66,098,527 1997 76,138,761 25,155,260 68,656,285 1998 70,368,995 29,429,048 75,596,557 1999* 54,917,828 25,816,624 63,976,478", "* Sa Settembru", "DJAR - APPARTAMENTI VOJTA", "10791.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fadal appartamenti vojta fil-blocks il-ġodda ta' l-appartamenti f'Ħal Mula l/o Żebbuġ?", "Liema huma dawn l-appartamenti li għadhom ma ġewx ikkunsinjati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-erba' appartamenti vojta fil-blocks il-ġodda ta' l-appartamenti f'Ħal Mula l/o Zebbug ħarġu għall-bejgħ taħt l-aħħar Avviż ta' l-Awtorita' tad-Djar Numru 63.", "ENEMALTA - REF.", "A 2864/99", "10792.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum ma jingħata s-servizz ta' l-elettriku lil persuna li, id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, f'Ħal Xluq, l/o Siġġiewi A 2864/99?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li s-servizz ta' l-elettriku fil-fond imsemmi f'Ħal Xluq fil-limiti tas-Siġġiewi, se jitlesta flimkien ma' talbiet oħra simili sa mhux aktar tard mill-ewwel ġimgħa ta' Novembru.", "AFM - UNPAID LEAVE", "10793.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk is-suldati humiex intitolati għal unpaid leave?", "Jekk fl-affermattiv, kemm hu twil dan il-perjodu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Membri tal-Forzi Armati ta' Malta mhumiex intitolati għal unpaid leave.", "Dan skond ir-Regolamenti (Forza Regolari) (Nomini u Kondizzjonijiet tas-Servizz) tal-1970.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mid-19 ta' Jannar, 1999 il-membri kollha tal-Forzi Armati jistgħu jieħdu Parental Leave fuq kriterji applikabbli għal uffiċjali pubbliċi kif spjegat fiċ-ċirkolarijiet MPO 28/96, OPM 15/98 u OPM 29/98.", "WSC - UNACCOUNTED FOR WATER", "10794.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10600?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-kontijiet tal-konsum ta' ilma għal din is-sena għadhom ma ġewx ipproċessati, il-figura għal din is-sena ta' unaccounted for water mhux possibbli li tinħadem għalissa.", "Madankollu, kif diġa' għedt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 10600, appena l-informazzjoni mitluba tkun inġabret, din tingħata.", "SAĦĦA - HOSPITAL SURVEILLANCE OFFICERS", "10795.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li ssir ir-rotation tal-Hospital Surveillance Officers, kollha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-rotation tas-Security Guards hija mistennija li ssir fil-bidu ta` Jannar 2000.", "UE - DELEGAZZJONIJIET", "10796.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid minn min kienet iffurmata kull delegazzzjoni li telgħet għal proċess ta' screening mal-Unjoni Ewropea?", "Meta telgħet kull delegazzjoni?", "Kemm kienet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "Individwalment, xi ħlasijiet jew benefiċċji oħra saru lil kull membru tad- delegazzjonijiet talli attendew għal proċess ta'screening barra minn Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: Għar-rigward tal-ewwel tliet mistoqsijiet magħmula mill- Onor. Interpellant nirriferih għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10785.", "Għar-rigward tar-raba' mistoqsija, dan il-ministeru m`għamel ebda ħlasijiet u ma` ta l-ebda benefiċċji oħra lill-membri tad-delegazzjonijiet li attendew għal proċess ta` screening mħallsa minnu.", "Rigward ministeri oħra, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija lill- ministeri konċernati.", "GŻIRA - POLIKLINIKA", "10797.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gżira spiss qed ikun hemm nuqqas ta' mediċini konnessi mal-problema ta' Cholestorol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minħabba li d-Dipartiment tas-Saħħa jixtri bosta mediċini konnessi mal-problema ta` Cholesterol, ikun ta` għajnuna għad- dipartiment jekk l-Onor.", "Interpellant issemmi l-mediċini speċifiċi li qiegħed jirriferi għalihom.", "TAXXI INTERNI - REFUNDS", "10798.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi għadek kif ġejt irrapportat li għedt li qed tikkonsidra sistema alternattiva għar-refunds fuq it-taxxa, tista' telabora għal-liema taxxa qed tirriferi u x'inhuma l-pjani tal-gvern f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista l-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema rapport qiegħed jirriferi.", "RAPPORT TA' L-AWDITUR", "10799.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi fir- rapport ta' l-awditur għas-sena 1997 jingħad f'paġna 42 li l-gvern għandu jdaħħal Lm172 miljun f'Income Tax kif tirrikonċilja din il-figura ma'dik li għadek kif semmejt fuq Radio 101 li l-gvern għandu jieħu bejn Lm26 u Lm30 miljun fl-income tax?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nassumi li kemm dam ministru tal-finanzi, l-Onor.", "Interpellant ħa interess li jkun jaf il-make-up tal-figura li tidher bħala arretrati.", "Jekk għamel hekk ġie spjegat lilu li din iċ-ċifra ma tirrapreżentax flus li għandhom jinġabru.", "Fil-fatt, fejn ir-rapport ta l- awdituri għas-sena 1999 jgħid f paġna 42 li l-Gvern kellu jdaħħal Lm 172 miljun, ir-rapport jgħid ukoll f paġna 47 li skond eżerċizzju li għamel id- dipartiment l-ammont attwali minn din il-figura ta arretrati ta taxxa kien ilaħħaq xi Lm50 miljun f Diċembru 1997.", "Sa l-aħħar ta Settembru 1999 il-figura ta Lm172 miljun kienet niżlet għal Lm157 miljun.", "F'dan il-perjodu ta bejn Jannar 1998 u Settembru 1999 inġabbru madwar Lm30 miljun f'arretrati ta taxxa li fil-maġġoranza kienet taxxa miġbura bħala arretrati fuq assessments ta' qabel il-1999.", "MINISTRU TAL-FINANZI - ŻJARA FIL-LIBJA", "10800.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma li żort il-Libja dan l-aħħar?", "X'kienet in-natura taż- żjara?", "Ma' min iltqajt?", "Min kienu l-membri tad-delegazzjoni Maltija?", "ONOR.", "JOHN DALLI:", "1.", "Nikkonferma li żort il-Libya dan l-aħħar biex immexxi l-kumitat kongunt bejn iż-żewġ pajjiżi.", "2.", "Iltqajt mal-", "co-Chairman tal-Kumitat konġunt - Libya Joint Commission: Minister for Marine Wealth Mr Bashir Ramadan Abu Jinah", "Ministru tal-Finanzi Dr Mohammed Beit Al-Mal", "Gvernatur tal-Bank Ċentrali Dr Taher al-Jhaimi", "Ministru tal-Ekonomija u Kummerċ Dr Abdul Hafiz Zlitni", "Chairman of Lafico Mr Mohammed Hueij.", "3.", "Id-Delegazzjoni kienu:", "Ministru John Dalli Minister of Finance and Co-Chairman Mr Antoine Attard Private Secretary to the Minister of Finance Mr Frank Zammit Assistent Private Secretary to the Minister of Finance", "Mr Pierre Mallia Desk Officer for Libya, Ministry of Foreign Affairs", "Mr Ivan Falzon Chairman - MIMCOL Mr Mario Mizzi Senior Manager - MIMCOL", "Mr Lino Gatt Council Member - Malta Drydocks Mr Lorry Bilocca Financial Controller & Corporate Secretary - Malta Drydocks Mr Ivan Mamo Malta Drydocks", "Mr John Cassar White Chairman - Malta Shipbuilding Co Ltd.", "Mr Victor Galea Chief Executive Officer Malta Shipbuilding Co Ltd.", "Mr Louis Grech Chairman - Air Malta Mr Joe Cappello Group General Manager - Air Malta Mr Anthony Chircop Group Head Treasury - Air Malta", "Ms Marlene Mizzi Chairman - Sea Malta Mr Joseph Bugeja General Manager - Sea Malta Mr Jesmond Zammit Senior Manager Commercial - Sea Malta", "Mr Joseph Aquilina Senior Agriculture Officer - Ministry of Agricultue & Fisheries", "Mr Robert Ghirlando Chairman - Enemalta", "Dr George Cassar Chairman - Libyan Arab Maltese Holdings Company Ltd.", "Mr Vince Callus Director, International Tax Unit - Inland Revenue Department", "Mr Godfrey Huber Deputy General Manager - Central Bank of Malta", "Mr George Doublesin Ambassador Mr Martin Valentino Counsellor", "AWTORITA'TAT-TURIŻMU - WEBSITE", "10801.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fuq il-website tal-Malta Tourism Authority għadhom jidhru il-figuri ta' l-1997 bħala l-aħħar figuri ippubblikati?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant li attirali l-attenzjoni għal dan in-nuqqas ġejt informat mill-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta li hu fatt li bi żvista għadha tidher l-istatistika ta' l-1997 u li qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn jiġu aġġornati.", "ZAMMIT CLAPP HOSPITAL", "10803.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10703, jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija fit-termini tal-perijodu Frar 1999 - Awissu 1999, inklużi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Anzjani li daħlu ġo l-Isptar Zammit Clapp (01.02.99 - 31.08.99) kienu:", "Direttament mill-Komunita` 273 Minn istituzzjonijiet oħra 325", "PREZZIJIET TAŻ-ŻEJT", "10804.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10706, jista' l-Ministru jirrispondi għal kull tip ta' fuel li jinxtara, biex il-Kamra tkun informata b'mod komprensiv?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal- Korporazzjoni Enemalta.", "DJAR", "10805.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li tiġi ntrodotta skema fejn tagħti d-dritt lis-sidien ta' djar residenzjali antiki (li ġew mibnija qabel l-1960) u li huma mibnija fuq art tal-Gvern u b'enfitewsi temporanja, sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jifdu ċ-ċens temporanju bi prezz sussidjat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din it-tip ta' propjeta' hija amministrata mid- Dipartiment ta' l-Art u għalhekk il-materja taqa' fid-diskrezzjoni tal- Ministru konċernat.", "DJAR - REQUISTION ORDER", "10806.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni sabiex ir-Requisition Order No. 0048/94 maħruġ fis-16 ta' Marzu, 1994 jitneħħa minħabba li huwa lampanti u llum m'għadx hemm loku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 10806 tingħata f'Seduta oħra.", "GOZO CHANNEL - AUTOMATIC TICKETING", "10814.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex il- kumpannija Gozo Channel tintroduċi l-automatic ticketing?", "Meta hemm il- ħsieb li din is-sistema tibda tiġi mħaddma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ETC - REĠISTRAZZJONI - GRADWATI", "10815.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn gradwati li qed jirreġistraw u x'inhi l-professjoni tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar ta' Settembru 1999, in-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 82.", "Tabella li turi x'tip ta' degree għandhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MALTA RACING CLUB - KUMITAT", "10816.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat il-ġdid tal-Malta Racing Club?", "X'responsabbiltajiet għandhom fi ħdan il-kumitat?", "Kemm qed jitħallsu kull wieħed u x'ħidma jwettqu fil-Malta Racing Club?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk hemmx min qed jagħmel xogħol ieħor marbut mal- Malta Racing Club u qed jitħallas?", "Jekk iva, min u kemm qed jitħallas jew jitħallsu?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l- istatut tal-Malta Racing Club?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FESTI TA' L-INDIPENDENZA - TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL", "10817.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qligħ li sar mit-tiġrijiet taż-żwiemel fil- meeting tal-Ħadd, 12 ta' Settembru, 1999 ġewwa l-Marsa fejn saru diversi tiġrijiet marbuta mal-festa ta' l-Indipendenza organizzati mill-Għaqda Dilettanti tal-Ponijiet, ingħatax lill-Partit Nazzjonalista?", "Kemm kien dan il-qligħ li sar f'dan il-meeting imsemmi hawn fuq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-programm ta' tiġrijiet taż-żwiemel fl- imsemmi Meeting la ġie organizzat mis-Segretarjat Parlamentari fil- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u lanqas mill-Malta Racing Club, imma mill- Għaqda Dilettanti tal-Ponijiet.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun informat li l-Għaqda Dilettanti tal-Ponijiet hija għaqda indipendenti.", "Għaldaqstant, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti aktar tagħrif dwar xi arranġamenti li setgħu saru bejn din l-għaqda u xi entita` oħra li ma taqax taħt il-kompetenza tas-Segretarjat.", "PIXXINA NAZZJONALI - OFFERTI GĦAL DOME", "10818.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru offerti minn għaqdiet/individwi/kumpanniji għat-twaqqif ta' dome jew struttura oħra biex titgħatta l-pixxina nazzjonali?", "Kemm kienet l-offerta f'kull każ?", "Kif se tintgħażel l-offerta?", "Għaliex inħasset il-ħtieġa li jinbidlu l-proposti għal sottomissjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-data ta' l-għeluq għas- sottomissjonijiet tal-proposti ġiet estiża għall-Ġimgħa 12 ta' Novembru.", "Ġejt informat li dawn is-sottomissjonijiet huma magħmula minn żewġ proposti separati, viz. dik ta' natura teknika (ġabra ta' specifications) u dik ta' natura finanzjarja.", "Il-proposti tekniċi wara jiġu kkonsidrati mill- Bord ta' Tmexxija tal-Pixxina b'konsultazzjoni ma' nies tekniċi, bil-ħsieb li jiġi deterninat x'tip ta' cover hija adattata.", "Sussegwentement, id- Dipartiment tal-Kuntratti jevalwa mil-lat finanzjarju l-offerti relatati mat-tip ta' cover rakkomandat mill-bord, kemm-il darba jiġi deċiż li din l- istruttura ssir.", "Informat ukoll li l-proċeduri kollha fil-proċess ġew mibdula sabiex jiġi assigurat proċess aktar ġust u trasparenti.", "Dawn il-proċeduri ġodda ġew approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "AREAS TURISTIĊI - EMBELLISHMENT COMMITTEE", "10826.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 10622 li ġiet riferuta lilek mill-Ministru tat-Turiżmu, jista' l-Ministru jgħid il- membri fuq l-Embellishment Committee lil min jirrappreżentaw, kull persuna separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Embellishment Committees ta' Buġibba, Tas- Sliema u ta' San Ġiljan jippresedihom il-Perit Robert Musumeci, filwaqt li dak tas-South jippresedieh il-Perit Joe Falzon.", "Il-membri l-oħra f'kull wieħed minn dawn il-kumitati huma:", "Sliema Embellishment Committee - is-Sinjuri Michael Aquilina (Ministeru għall-Ambjent), Joe Bondin (settur turistiku), Albert Bonello Dupuis (Kunsill Lokali), Vincent Camilleri (settur turistiku), Anthony Chircop (settur turistiku), Patrick Grixti (Awtorita' tat-Turiżmu), George Micallef (settur turistiku), Joe Preca (settur turistiku), George Schembri (settur turistiku), Alan Vella (Awtorita' ta' l-Ippjanar), Julian Zammit (settur kummerċjali).", "South Embellishment Committee - is-Sindki ta' Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa flimkien ma' diversi tekniċi mit-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Buġibba Embellishment Committee - is-Sinjuri Michael Aquilina (Ministeru għall-Ambjent), George Micallef (settur turistiku), is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar, Winston Zahra (settur turistiku).", "St. Julian's Embellishment Committee - is-Sinjuri Michael Aquilina (Ministeru għall-Ambjent), Peter Bonello (Sindku ta' San Ġiljan), David Camilleri (settur turistiku), Paul Camilleri (settur turistiku), Philip Fenech (settur kummerċjali), Patrick Grixti (Awtorita' tat-Turiżmu), George Micallef (settur turistiku), Alan Vella (Awtorita' ta' l-Ippjanar).", "DJAR - ASSISTENT DIRETTUR", "10830.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal- persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-każ ta' l- applikazzjoni tagħha għall-post ta' assistent direttur fi ħdan id- Dipartiment tal-Housing, liema applikazzjoni ġiet rifjutata wara disa' xhur fuq il-kriterji li hu ma jikkwalifikax a bażi taċ-ċirkolari u dan avolja hu kien jissodisfa l-istess?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-mistoqsija tikkonċerna proċess ta' għażla li huwa mniedi mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u għalhekk mhux il- każ li bħala Ministru għandi nagħmel investigazzjoni.", "B'danakollu, jien informat li d-Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil- Ministeru tiegħi, li huwa wkoll membru tal-Bord ta' l-Għażla, diġa' spjega fid-dettal lill-persuna konċernata r-raġuni għala ma tikkwalifikax għal din il-pożizzjoni.", "Il-persuna kkonċernata wkoll qajjem il-każ tiegħu mal-Kummissjoni għas- Servizz Pubbliku.", "MARSA - FISHERMEN STREET", "10831.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar fuq mistoqsija parlamentari numru 1312 fejn kont tlabt spjegazzjoni dwar fiex wasal il- proġett ta' water culvert u asfalt ta' Fishermen Street, Marsa?", "Jista' jgħid x'sar mid-diskussjonijiet?", "Meta se jibda il-proġett?", "X'progress sar mil-aħħar mistoqsijiet parlamentari tiegħi numru 1312 u 3747", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-diskusjonijiet tkomplew u qed jiġu formolati l-istimi għal dan il-proġett.", "MARSA - POST TA' RIKREAZZJONI", "10835.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10692 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali u ġiet riferuta lilek ċioe': Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti tal-gvern ċentrali għall-post ta' rikreazzjoni fil-Marsa, peress li ż-żgħażagħ ta' dawk l- inħawi jilmentaw li m'għandhomx lok ta' rikreazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hu ppjanat li matul is-sena 2000 isir xogħol ta' titjib fil-ġnien pubbliku, \"Ġnien Sitta t'Awissu\".", "Hu mistenni li jsiru taħdidiet mal-Kunsill Lokali tal-Marsa biex jiġi deċiż kif l-aħjar isir dan ix-xogħol.", "POWER STATION - FILTERS", "10836.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-Prim Ministru preżenti qabel l-elezzjoni li kif jitla' fil-gvern jagħmel il-filters tal- power station fil-fatt twettqitx?", "Jekk dawn il-filters saru, meta saru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sabiex inkun f'pożizzjoni aħjar biex nirrispondi din il-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jindika x'inhi n- natura tal-filters li qed jirriferi għalihom u f'lima okkażjoni il-Prim Minisru preżenti għamel riferenza għal dawn il-filters.", "MUŻEW MARITTIMU - ASSISTENTI KURATURI", "10837.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fejn wasal il-proċess ta' ingaġġ ta' assistenti kuraturi fil-Mużew Marittimu tal-Birgu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-applikazzjonijiet għall-Assistenti Kuraturi fil-Mużew Marittimu għadhom qed jiġu pproċessati.", "SWIEQI/PEMBROKE - TRIQ SANT ANDRIJA", "10838.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara l-possibbilta' li ssir overhead crossing fi Triq St Andrija, fl-inħawi tal-Luxol Sports Facilities, bejn is- Swieqi u Pembroke peress li din hi triq perikoluża ħafna għal min irid jaqsam?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jikkonsidra s-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - SKOLA AGIUS DE SOLDANIS", "10840.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Taf il- Ministru li l-klassi tal-ħames sena fl-iskola tal-bniet Agius De Soldanis tar-Rabat, Għawdex ilha bla għalliem tal-Malti minn mindu bdiet minn wara l- btajjel tas-sajf?", "Jidhirlhiex il-Ministru li xahar bla għalliem għal din il-klassi huwa żmien twil wisq meta wieħed iqis li dawn l-istudenti jridu jersqu għall-eżami ftit tax-xhur oħra?", "Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan l-għalliem/a jiġi provdut lil din il-klassi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li ma kienet teżisti l-ebda vakanza ta' għalliema tal-Malti fil-klassi tal-Form V fl-iskola tal-bniet Agius de Soldanis, fir-Rabat Għawdex fil-bidu tas-sena skolastika.", "Iżda minħabba li l-għalliema ta' dan is-suġġett ħarġet b'long sick leave wara l-ftuħ ta' l- iskola, qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex din l-għalliema tiġi sostitwita minn xi għalliem ieħor.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM NINU CREMONA", "10841.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Taf il- Ministru li l-klassi tar-raba' sena fil-Junior Lyceum Ninu Cremona tar- Rabat, Għawdex ilha bla għalliem tal-Malti minn mindu bdiet?", "Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan l-għalliem/a jiġi provvdut lill-din il-klassi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li ma kienet teżisti l-ebda vakanza ta' għalliema tal-Malti fir-raba' sena fil-Junior Lyceum 'Ninu Cremona' tar- Rabat Għawdex fil-bidu tas-sena skolastika.", "Iżda peress li l-għalliema ħarġet b'long sick leave id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni qiegħda tieħu l-passi meħtieġa sabiex din l-għalliema tiġi sostitwita minn xi għalliem ieħor.", "SETTUR PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "10847.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn Settembru 1998 sa Ottubru 1999 kemm saru spezzjonijiet fuq ħaddiema u mpjegati tal-Gvern xahar b'xahar?", "Kemm ingħataw charges xahar b'xahar?", "Kemm ħaddiema u mpjegati weħlu għaliex instabu ħatja?", "Kemm minn dawn kellhom l-akkuża tagħhom imwaqqgħa wara li ħadu affidavit?", "Kemm ħaddiema u mpjegati mal-Gvern instabu ħatja?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "10848.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tassigura lill-Kamra li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex l- ispejjeż rikurrenti m'humiex qegħdin jintnefqu mill-Vot Kapitali?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "10849.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm x-ray machines fil-preżent jiffunzjonaw fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Tista' tassigura lill-Kamra li f'każ ta' emerġenza, u jekk jinqata' d-dawl, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemmx x- ray machine li taħdem permezz ta' generator?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm tliet X-Ray machines.", "Dawn huma:", "1.", "X-Ray machine li tinkludi X-Ray Screening Unit.", "Din tiffunzjona tajjeb imma jekk imur id-dawl din ma tkunx tista' tintuża għaliex tieħu ħafna power biex titħaddem u għalhekk il-generator tal-Isptar ma jlaħħaqx ma' l-input power tal-makna.", "2.", "Makna portable illi peress li għandha 'l fuq minn 20 sena, ta' spiss qed ikollha ħsarat.", "Minħabba illi l-parts tagħha huma obsolete qed ikun diffiċli li titranġa.", "F'kaz ta' qtugħ ta' dawl, din il-makna tista' tiffunzjona.", "3.", "X-ray machine oħra li ukoll għandha 'l fuq minn 20 sena.", "Din il- makna għandha bżonn ta' major repairs li jinkludu l-bdil tat-tubu.", "Dan it- tubu ma nstabx jinxtara għaliex huwa obsolete għalhekk il-magna mhix taħdem.", "Barra minn dawn l-isptar għandu wkoll Image Intensifier li qegħdha fl- Operating Theatre u tintuża waqt ċerti operazzjonijiet.", "F'każ ta' qtugħ ta' dawl, il-makna taħdem permezz tal-generator.", "F'każ ta' qtugħ ta' dawl, l-unika makna li tiffunzjona hija l-Portable X- ray machine imsemmija hawn fuq.", "Qed isiru arranġamenti sabiex tiġi ordnata Portable X-Ray machine li tkun tista' tiġi użata anke f'każ ta' qtugħ ta' dawl.", "SEDQA - PROGRAMMI KONTRA D-DROGA", "10859.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi programmi ta' prevenzjoni mill-abbuż tad-droga qed twettaq is-Sedqa fil- Higher Secondary School, trade schools, Junior College u post secondary schools oħra u fl-Universita'?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji ta' programm progamm, istituzzjoni istituzzjon?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: SEDQA qiegħda tmexxi programm ta' Prevenzjoni Sekondarja ma' studenti ta' l-ewwel sena fl-iskejjel post-sekondarji ta' Malta u Għawdex.", "Prevenzjoni Sekondarja tassumi li l-popolazzjoni li qegħdin naħdmu magħha, għandha riskju akbar minn gruppi oħra.", "L-istudenti ta' l-eta' bejn 16 u 19 'il-sena għandhom riskju li ġej mill-eta' tagħhom minħabba li din hija fażi esperimentali f'ħajjithom u allura ċ-ċans li jesperimentaw bid- droga huwa preżenti.", "Il-programm \"Storm\" jaħdem permezz ta' sitt laqgħat ta' diskussjoni fejn l-istudenti jkollhom iċ-ċans li jesprimu lilhom infushom f'ambjent formattiv.", "Matul is-sena akkademika 1999/2000, \"sedqa\" qiegħda timmira li tilħaq madwar 2000 student/a f'dawn l- iskejjel:", "1.", "Mikilang Sapiano, Kordin 2.", "Higher Secondary, Naxxar 3.", "Salvatore Dimech, Tarġa Gap 4.", "Stefano Zerafa, Naxxar 5.", "Umberto Calosso, St Venera 6.", "Nautical School, Valletta 7.", "School of Hairdressing and Beauty Therapy, Sliema 8.", "Fellenberg, Kordin 9.", "Secretarial School, Msida 10.", "Prevocational School, Msida 11.", "ITS Malta, St Julians 12.", "ITS Gozo, Għarb, Għawdex 13.", "Paulino Vassallo, Kordin 14.", "St Edward's College, Birgu 15.", "De La Salle College, Birgu 16.", "Kumpless Post-Sekondarju, Rabat, Għawdex", "SPTAR SAN LUQA - DETOX CENTRE", "10860.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li d- Detox out-patients m'għandux jibqa' fil-bini ta'l-Isptar San Luqa?", "Jekk jidhirlu li dan iċ-ċentru m' għandux ikun hemmhekk, meta se jiċċaqlaq dan iċ-ċentru u fejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Detox Out patients qiegħed f'post ċentrali ġewwa l-Isptar San Luqa, fejn jista' jintleħaq minn kulħadd.", "SWDP - FAMILY THERAPY SERVICE", "10861.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-family therapy service fi ħdan l-SWDP?", "X'xogħol jagħmlu?", "F'Liema grade jew professjoni huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-Family Therapy Service tal-SWDP hemm seba' (7) minn nies jaħdmu:", "- l Co-Ordinator - Senior Social Worker - 5 Family Work Officers (*) - l Administrative Support Worker (*) Tnejn mill-ħames Family Work Officers qegħdin fuq study leave", "Xogħol il-koordinatur huwa dak li jmexxi s-servizz fuq il-policies ta' l- SWDP u dawk li joħorġu fi ħdan il-unit innifsu fuq approvazzjoni taċ-Chief Executive Officer.", "Barra minn hekk huwa jieħu sehem f'xogħol mal-familja u koppji, osservazzjoni u superviżjoni klinika tal-kollegi; preparazzjoniu parteċipazzjoni fit-terapija mal-familji lill-professjonisti oħra.", "Xogħol il-Family Work Officers huwa dak mal-familji u koppji, li jinqasam f'numru ta' sessions u b'użu professjonali ta' mudelli differenti.", "Huma għandhom il-kompitu wkoll li jippreparaw u jgħallmu korsijiet b'approvazzjoni diretta mit-Tavistock Clinic ta' Londra.", "Jieħdu sehem ukoll f'osservazzjonijiet u superviżjoni klinika.", "Għandhom ukoll xogħol li jwassalhom f'kuntatt dirett ma' aġenziji oħra bħal: CHS, Sptarijiet, Fejda, Skejjel.", "Xogħol l-Administrative Support Worker huwa wieħed kemm amministrattiv u kemm segretarjali.", "TITLU TA-XOGĦOL GRAD Koordinatur - Senior Social Worker 9 Family Worker Officers 11 Administrative Support Worker 12", "EMERGENCY SHELTER", "10862.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitlesta l-emergency shelter residenzjali ġdid għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Huwa ppjanat li ċ-Ċentru t'Emerġenza ġdid għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika jibda' jilqa' l-klijenti f'Ottubru 2000.", "Biex inkunu f'pożizzjoni li nilqgħu għal problemi eżistenti li jħabbtu wiċċhom magħhom nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika, ttieħdu diġa żewġ miżuri importanti:", "- L-Awtorita' tad-Djar qed tiddentifika numru ta' appartamenti biex dawn jiġu allokati mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjonijiet Soċjali lil nisa u tfal li jkunu ilhom għal żmien twil igħixu f'ċentri ta' emerġenza jew servizzi residenzjali oħra minħabba li ma jkollhomx fejn joqogħdu.", "- Qed isiru diskussjonijiet ma' uffiċjali tal-Knisja biex fi żmien qasir jiżdiedu sostanzjalment is-servizz residenzjali għal nisa u tfal vittmi ta' vjolenza domestika li jkollhom bżonn fejn joqogħdu għal perjodu twil (mhux t'emerġenza).", "L-iżvilupp f'dan is-servizz se jsir bi sħab bejn il-Gvern u l-Knisja, u għandu jkun lest fl-ewwel fażi tiegħu sa l-aħħar ta'din is- sena.", "Din l-ewwel fażi tinkludi sitt appartamenti żgħar.", "Permezz ta' dawn iż-żewġ miżuri, l-unika ċentru t'emerġenza li hawn bħalissa, Dar Merħba Bik, ikun jista' jilqa' aktar nies fi kriżi minħabba li dawk li jkollhom bżonn servizz residenzjali fit-tul jew akkomodazzjoni alternattiva se jkunu jistgħu jibbenifikaw miż-żewġ miżuri li semmejt hawn fuq.", "B'hekk, Dar Merħba Bik ma tibqax tkun okkupata għal perjodi twal ħafna, u jinħolqu aktar postijiet għal nisa u tfal fi kriżi.", "VJOLENZA DOMESTIKA - LIĠI", "10863.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-liġi kontra l-vjolenza domestika tiġi mressqa quddiem il- Parlament matul is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Huwa ppjanat li l-liġi dwar il-vjolenza domestika titressaq quddiem il-Parlament qabel sa nofs is-sena d-dieħla.", "ORDNI TA' ĦARSIEN", "10864.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema istituzzjonijiet intbagħtu t-tfal li matul din is-sena waqgħu taħt Ordni ta' Ħarsien jew Ordni Temporanja ta' Ħarsien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tfal li dwarhom inħarġet Ordni għall-Ħarsien jew Ordni Temporanja ta' Ħarsien matul il-perjodu Jannar-Ottubru, 1999 intbagħtu fl-istuzzjonijiet/residenzi ndikati hawn taħt:", "NUMRU TA' TFAL ISTITUZZJONI", "5 Ursuline Creche - Sliema 3 Ursuline Creche - Valletta 4 Ursuline Creche - Angela House, G'Mangia 1 St Patrick's - Sliema 1 St Theresa Home - Żurrieq 1 Qalb ta' Ġesu' - Żurrieq 1 Foster Parents 4 Living with grandparents", "WIED IL-GĦAJN - TOROQ", "10869.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10685 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tat-Trasport u Kommunkikazzjoni u ċioe' jista' l-Ministru jelenka l-lista tat-toroq li se jiġu rranġati f'Wied il-Għajn?", "Meta hu maħsub li jibda x-xogħol u meta hu maħsub li jintemm?", "Kemm hi prevista l-ispiża totali biex jiġu rranġati dawn it- toroq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-toroq li se jiġu rranġati f'Wied il-Għajn huma dawn:", "Triq il-Miklem Malti Triq il-Mintba Triq Patri Wistin Born Triq l-Imriekeb Triq iċ-Ċervjola Triq il-Qawwara Triq il-Menhir Triq ta' Gidwet Triq il-Munxar Triq il-Maħsel Triq Hurd's Bank Triq l-Artillieri Triq il-Batterija taż-Żonqor Triq Għaxqet l-Għajn Triq il-Bajja Triq is-Sliem Parti minn Triq il-Vajrita N/S fi Triq iċ-Ċervjola Parti minn Triq id-Dolmen Parti minn Triq il-Baħrija N/S fi Triq il-Gidwet Car Park u parti mill-promenade fil-bajja ta' San Tumas", "Dan ix-xogħol mistenni jibda fi Frar/Marzu 2000 u jkun lest sa Ottubru 2000.", "L-istima ta' dawn ix-xogħlijiet tammonta għal madwar Lm510,000.", "ŻEJTUN - BISHOP ZAHRA STREET - BOZZA", "10870.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9312, jista' l- Ministru jispjega l-fatt li biex sempliċement issir shade ma' bozza li qed idejjaq lil xi residenti dan \"għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra\"?", "Jaħseb il-Ministru li fl-Enemalta hemm sezzjonijiet li jistgħu iwaħħlu dan is-shade mingħajr ma' residenti nvoluti ikollhom jistennew aktar?", "Possibbli l-Enemalta tkun ftit aktar customer oriented f'dan il-każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li x-xogħol fl-imsemmija triq tlesta kif kien meħtieġ", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "10873.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10029?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u nagħti tweġiba dettaljata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "10874.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10030?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u nagħti tweġiba dettaljata f'xi seduta oħra.", "PA - PLANNING CONTROL SECTION", "10876.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt jien fid-9.11.93, mistoqsija parlamentari numru 13941, jista'l-Ministru jikkonferma r- risposta li kienet ingħatat għaliex minkejja diversi ittri tiegħi lill- \"Planning Control Section TPU\", s'issa bqajt bla risposta bil-konsegwenza li hemm familja li tixtieq tirranġa d-dar tagħha u s'issa l-Awtorita' ta' l- Ippjanar qatt ma tatha risposta definittiva jekk id-dar tagħhom hux se tintmess b'toroq ġodda li jista' jkun hemm ippjanati?", "Dan minkejja diversi ittri tiegħi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar (Planning Control Section TPU) liema l-ewwel ittra intbagħtet fit-23 ta'Diċembru, 1998 u minkejja diversi reminders s'issa dejjem bqajt bla risposta, possibbli l-Ministru jintervjeni biex fl-aħħar issir ġustizzja ma'l-għadd ta' residenti f'din il-parti tal-qalba tar-raħal li jixtiequ risposta definittiva dwar x'se jiġri mir-residenzi tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar il-każ li saret riferenza għalih fil-mistoqsija, ninsab informat li, permezz ta` ittra datata 12 ta` Marzu, 1999, mill- Awtorita` ta` l-Ippjanar, kien ġie ndikat lill-Onor.", "Interpellant li kien sar survey ta` l-area kollha ta` l-inħawi sabiex l-awtorita` tara kif bl- aħjar mod tippjana mill-ġdid din l-area.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li dan mhux faċli għax wieħed irid jara kif il-bdil meħtieġ tal-pjan jkun jista` jiġi attwat.", "Saru wkoll laqgħat ma` l-Onor.", "Interpellant fejn ġew diskussi l-problemi tad-drenaġġ u tal-ilma tat-triq tal-area, il-bdil meħtieġ biex jiġi protett bini storiku fl-inħawi, kif ukoll l-applikazzjoni għall-żvilupp ta` proġett fl-inħawi.", "Kienet saret ukoll laqgħa bejn id-Direttur ta` l-Ippjanar, l-applikant u l-perit tiegħu.", "Fil-preżent l-awtorita` qiegħda tistenna risposta mill-applikant għall- iżvilupp propost, sabiex l-awtorita` tkun tista` tikkonsidra l-bdil meħtieġ fil-pjan.", "PA - PAB 587/95E", "10877.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara u dan b'riferenza għall-PAB 587/95E li skond kif qal hu stess \"fiċ-ċirkostanzi l-każ qiegħed jiġi eżaminat sabiex jittieħdu dawk il-passi neċessarji skond il-liġi u possibbilment segwenti bit-tneħħija tal- ksur diretta mill-awtorita' għas-spejjeż tas-sid\" jgħid għaliex sal-lum għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni u jew inizjattiva mill-Planning Authority u dan wara kważi sena mis-seduta parlamentari numru 35?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-każ li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant ġie mgħoddi għall-azzjoni diretta fit-28 ta` Ottubru, 1999.", "IMPJIEGI - CASUAL CLERKS", "10889.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun il- futur ta' numru ta' casual clerks li ilhom numru konsiderevoli ta' snin jagħmlu xogħolhom għas-sodisfazzjoni tas-servizz ġenerali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti minn dawn l-impjegati partikolarment minħabba l-fatt li l-ingaġġ ta' numru ta' segretarji riċenti qed jinħass minnhom ta'theddida diretta għal dawn l-impjegati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma kellix ilmenti kmill-impjegati kif imsemmi mill- Onor. Membru.", "Naturalment, l-eżiġenzi tas-servizz jiddetermina kull deċiżjoni li tista' tittieħed f'dan ir-rigward.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ SAN FRANĠISK - DRENAĠĠ", "10890.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni għaliex is-sistema tad-drenaġġ fi Triq San Franġisk ġewwa Wied il-Għajn għadha ma saritx, minkejja li ilha snin ippjanata u mfassla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li dan il-main ma sarx għaliex hemm razzett f'nofs it-triq u sabiex jitqabbad il-main irridu ngħaddu minn ġo nofs din il-proprjeta' li għadha ma waqgħetx għand il- gvern.", "PENSJONANTI - ARRETRATI TAT-TAXXA", "10891.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema biex l-arretrati tat-taxxa li jridu iħallsu l-pensjonanti, jiġu mħallsa bin-nifs mingħajr ma jeħlu l-interessi ta' 1% kull xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "DJAR - XIRI TA' APPARTAMENTI", "10892.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għall-iskemi tax-xiri ta' appartamenti tal- gvern bi prezz sussidjat li kienu jsiru fis-snin tmenin u li għad għandhom il-kondizzjoni li s-sussidju jiġi ritornat lill-gvern mill-benefiċċjarji mingħajr l-ebda kondizzjoni ta' żmien ċioe' jittrasferuh meta jittrasferuh u mhux sa ċertu żmien, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l- pożizzjoni tal-gvern dwar dawn l-ammonti ta' sussidju fis-sens li jekk jgħaddi ċertu perijodu ta' żmien ma jkunx hemm l-obbligu li jiġu refunded lill-Gvern bħalma jsir fi skemi oħrajn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EŻAMIJIET", "10895.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' jekk hu possibbli l-Ministru jieħu passi biex l-eżamijiet tal- Marketing, Accounts, Economics u Computer Matsec \"A\"level ,ma jikklexjawx fl-istess ħin ta' l-accounts, economics, computer - London \"A\" level u commerce \"O\" level kif ġieli ġara fil-passat u dan billi hemm għadd ta' studenti li se jagħmlu dawn l-eżamijiet u allura tkun problema jekk jinzertgaw fl-istess ħin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm il-Bord tal-Matsec jixtieq li ebda eżami tal-Matsec ma jikklexxja ma' xi eżami ieħor għax il-ħinijiet jaħbtu flimkien, ma' dan kollu ma jistax jagħti garanzija li dan ma jseħħx.", "L-Onor.", "Membru jifhem li l-eżamijiet tal-Matsec jibdew mit-2 ta' Mejju u jibqgħu sejrin sas-6 ta' Ġunju 2000, waqt li l-maġġoranza ta' l-eżamijiet l- oħra jaħbtu wkoll fl-istess żmien.", "Bħall-każ tas-suġġetti li semma' l- Onor. Membru, hemm ħafna suġġetti oħra li għandhom numru kbir ta kandidati li jixtiequ joqogħdu għall-eżamijiet tal-Matsec u għal dawk ta' barra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "ARMI - BEJGĦ", "W124.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk wara li l-kummissarju tal-pulizija ġie nformat minni personalment li jista' jkun tinkiser il-liġi dwar l-importazzjoni u l-bejgħ ta' armi f'forma ta' toys, fejn ittieħdu passi f'Santa Marija biex dan il- ksur ta' liġi ma jseħħx?", "Kemm inqabdu bejjiegħa mill-pulizija jiksru din il-liġi fil-festa ta' Santa Marija u kemm minnhom ġew konfiskati it-toy weapons u ttieħdu passi legali kontrihom kif aċċertani li se jagħmel l-assistent kummissarju?", "X'passi ttieħdu kontra spetturi u surpretendent fosthom dawk inkarigati mill-festa ta' Santa Marija ta' Ħal Għaxaq fejn fi stall ħdejn il-knisja din il-liġi nkissret quddiem għajnejn il-pulizija?", "Kemm għandha rieda l-pulizija li tinforza din il-liġi meta hu magħruf li t-toys af'forma ta' armi tan-nar jistgħu jħallu effett negattiv fuq tfal żgħar?", "Minn mindu għaddiet din il-liġi, kemm tressqu nies il-qorti talli kissru din il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Pulizija ħadet il-passi meħtieġa u f'diversi lokalitajiet inqabdu bejjiegħa li se jitressqu quddiem il-Qorti talli kisru d-dispożizzjoni tal-liġi dwar il-bejgħ ta' ġugarelli f'forma ta' armi tan-nar.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-Pulizija ikkonfiskat 85 ġugarell f'forma ta' armi tan-nar u ser tieħu passi legali kontra 3 bejjiegħa.", "Dwar it-tielet parti tal- Mistoqsija, jien infurmat li f'Ħal Għaxaq kien hemm żewġ posti jbiegħu l- ġugarelli.", "Dawn sarulhom spezzjonijiet, pero` rriżulta li l-ġugarelli f'għamla ta' armi tan-nar li kienu qed joffru għall-bejgħ, kienu ta' għamla grotteska, li l-bejgħ tagħhom mhux projbit.", "Dwar ir-raba` parti tal- mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 8159.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "W147.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk intlaqgħetx it-talba tal-koppja li isimhom qed jintbagħat separatament biex binthom Jamie Rhoda tkun tista' tuża l-kamra multi-sensorjali matul is-sajf kif espress fl-ittra li kopja ntbagħtet lilek u qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-policy tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hi li l-faċilitajiet li jeżistu fl-iskejjel isir l-aħjar użu minnhom.", "L- użu tal-Multisensory Room fl-iskola Helen Keller, Qrendi, isir skond l- arranġamenti milħuqa mill-persuna li titlob biex tużaha mal-Kunsill Skolastiku.", "Informat ukoll li dan is-sajf dan is-servizz ma ngħatax minn min talbu għaliex il-Kunsill Skolastiku kien għadu ma wasalx għal deċiżjoni kif għandha tintuża l-Multisensory Room.", "Qed inkompli nsegwi biex nassigura li d-deċiżjonijiet jittieħdu bla dewmien mill-awtoritajiet kompetenti."]} {"filename": "19981210_027d_par.doc", "date": "1998-12-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 27 Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 27", "Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "27", "Il-Ħamis, 10 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 369", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 369", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1999 IR-RABA' JUM STABBILIT MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI 373", "AĠĠORNAMENT 404", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 404", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 26 li saret fl-10 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TAXXI INTERNI - TAXPAYERS", "995.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi t- taxpayers bin-numri 72338/M, 363652/M, 944649/M, 290632/M, 568155/M, 255750/M, 457967/M, 552227/M u 372138/M għandhom oġġezzjonijiet li ilhom pendenti s-snin, jista' l-Ministru jara li dawn jiġu trattati fl- affermattiv?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 991 dalgħodu.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dalgħodu l-Ministru spjega l-miżuri l- ġodda li qed jittieħdu fid-dipartiment tat-taxxi interni sabiex ikun hemm proċess eħfef u l-oġġezzjonijiet ma jitħallewx jakkumulaw.", "Pero' safejn naf jien il-Ministru ma qalx kif id-dipartiment se jagħti lura pagamenti pendenti lil dawk it-taxpayers li rtiraw bl-eta' ta' 61, li hemm każijiet minnhom fejn anke għalqu l-eta' ta' 70 sena.", "Jidhirli li l-Ministru għadu ma tax breakdown dwar kif se jkunu maħduma l-oġġezzjonijiet pendenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwelnett dan ma kienx każ ta' breakdown.", "Fil- mistoqsija ta' dalgħodu ma ġejtx mitlub nagħti breakdown dwar kif se jinħadmu l-oġġezzjonijiet imma ġejt mitlub nagħti l-pożizzjoni ta' żewġ taxpayers.", "Safejn naf jien il-mistoqsija ma kenitx fuq is-sistema.", "Issa minn dalgħodu 'l hawn, kif jgħidu, għaddew ħafna affarijiet minn taħt il- bridge!", "Bħala sistema, naturalment irid ikun hemm struzzjonijiet lin-nies tad- dipartiment, kif hemm diġa', biex dawn l-arretrati jinqatgħu kemm jista' jkun malajr.", "Jiena dalgħodu spjegajt li qed nieħdu l-miżuri neċessarji biex ma jkomplux jakkumulaw arretrati u hekk almenu nwaqqfu l-flow ta' żieda fl-arretrati.", "Dan ifisser li se jkun hemm il-possibbilta' li l- inland revenue department jikkonċentra biex jaqta' l-arretrati li hemm u l- instructions li tajt huma li nħallsu l-arretrati li hemm pendenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, lill-Ministru nixtieq ngħidlu li din il- ġimgħa fid-dipartiment tat-taxxi interni bdew ipattu minn kont għal ieħor sabiex jitnaqqsu l-pendenzi.", "Pero' billi meta għamilt domandi parlamentari simili fil-leġislatura l-oħra kont ġejt mitlub nippreżenta prokura f'isem dawn in-nies sabiex inkun nista' nindaga dwar l-andament tal-każ tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk din hijiex se tibqa' l-prassi jew le?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex neċessarju li wieħed ikollu awtorizzazzjoni meta jagħmel domanda fuq file ta' bniedem partikolari?", "Jista' wieħed jaqbad u jistaqsi fuq l-income tax file ta' Ċikku u Peppu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nattira l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li fir- risposti li tajt dalgħodu ma tajt ebda informazzjoni fuq taxpayers.", "Il-Kap tal-Kamra diġa' irrikkmanda li kemm jista' jkun il-mistoqsijiet m'għandhomx ikunu fuq materja personali imma għandhom ikunu fuq materja ta' interess nazzjonali.", "Jiena ma nistax inwieġeb u ma nweġibx dwar affarijiet konfidenzjali.", "Jiġifieri meta xi ħadd jistaqsini għal xi informazzjoni fuq taxpayer partikolari jien inħoss, bħala ministru, li m'għandix inwieġeb u m'iniex se nwieġeb.", "MR SPEAKER: Fil-fatt is-Sedja tassoċja ruħha wkoll ma' dan l-istatement li għadu kif għamel il-Ministru Dalli.", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiena nifhem x'qed tgħid is-Sedja u x'qed jgħid il-Ministru.", "Pero' l-oġġezzjonijiet li qed nirriferi għalihom jien huma ta' interess nazzjonali wkoll għax huma każijiet ta' persuni li spiċċaw bl-eta' ta' 61 sena, nies li jkunu għamlu 30 jew 40 sena jħallsu t- taxxa.", "Nemmen li d-dipartiment tat-taxxi interni għandu jfittex jaħdem l- oġġezzjonijiet ta' dawn it-taxpayers.", "Naħseb li kull membru, sew ta' din in-naħa u sew tan-naħa l-oħra, jiltaqa' ma' instances simili u nemmen li jkun aħjar li nieħdu l-opportunita' li nsemmu dawn l-affarijiet f'forum bħal dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena nifhem x'qiegħed jgħid l-Onor.", "Farrugia imma nista' nikkonferma li l-mistoqsijiet ta' dalgħodu kienu fuq każijiet speċifiċi.", "Jekk jippermettili l-Onor.", "Membru nagħmilu suġġeriment biex darb'oħra materja bħal din ipoġġiha f'termini vera ta' interess nazzjonali.", "Per eżempju, jista' jistaqsi x'inhi l-proċedura fuq dawk l-anzjani li qabżu l-eta' u x'inhu jsir f'każijiet bħal dawn, mingħajr ma joqgħod jispeċifika l-file number u l-identity card number.", "Hekk inkunu nistgħu niddiskutu proċeduri li jkunu qed jintużaw fid-dipartiment - xi ħaġa bħal dik verament tkun ta' interess nazzjonali - imma sinċerament nemmen li m'għandniex nistaqsu fuq nies partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nitlob lill-Ministru biex jelabora ftit fuq l-istatement li għamel aktar kmieni.", "(Interruzzjonijiet) Inti, bħala ministru, tajt struzzjonijiet sabiex id-dipartiment tat-taxxi interni jibda jħallas l-arretrati, ovvjament jibda minn dawk l-aktar li ilhom jistennew.", "Issa minn risposta għal domanda li saret f'din il-Kamra jidhirli li kien ġie speċifikat in-numru ta' claims pendenti, sena b'sena.", "Allura jien nistaqsi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi timeframe li fih għandu jsir dan il-ħlas?", "Per eżempju, jista' jgħid li l-arretrati sa l-1994 se jinqatgħu kollha fi żmien determinat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'hemmx timeframe speċifiku għaliex normalment id- dipartiment ma jaqbadx l-affarijiet sena b'sena imma jaqbadhom taxpayer taxpayer, li hija sfortuna.", "Din is-sistema hija ħażina, anke għax l- istatistika ma tinġabarx kif għandha tinġabar.", "Jiġri li meta jiena nistaqsi lid-dipartiment kemm inkunu ġbarna taxxa, per eżempju fl-1996, ir- risposta tkun li ħarġu so many assessments f'dik is-sena partikolari.", "Pero' dawn jistgħu jkunu abbażi tal-year of assessment 1992 u tal-year of assessment 1993 u allura ma jkollokx statistika vera ħlief meta mbagħad tiġi maħduma iktar 'il quddiem u tkun readily available.", "Dawn huma affarijiet li rridu nirranġaw.", "Normalment is-sistema li għadha tiġi pprattikata sal-lum hija li jaqbdu file ta' individwu, li forsi jkollu ħames assessments b'lura, jaħdmulu l-assessments, jiġu għar-riżultat u jitħallsu l-bilanċi.", "Allura ħafna drabi ma jaħdmux sena b'sena.", "L- instructions huma li jħaffu fuq dan il-proċess kemm jista' jkun.", "Konna bdejna eżerċizzju fuq dan fl-1995 meta bdejna naħdmu u nippreparaw għas-sistema tal-final settlement system.", "F'dik is-sena kienu nħadmu 300,000 assessment għaliex konna ħaffifna l-pass biex innaddfu kemm jista' ikun is-sitwazzjoni ta' kulħadd.", "Issa jista' jkun li hemm ħafna refunds pendenti minn dawk l-assessments u dawn iridu jitħallsu.", "U fil-ftit xhur li ġejjin, nispera qabel nofs is-sena d-dieħla, inkunu ħallasna l- maġġoranza ta' dawn l-arretrati li għadhom pendenti u li għandhom jitħallsu, għax dawn finalment huma flus in-nies.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, filwaqt li tajjeb li s'issa tkellimna fuq dawk li għandhom jieħdu mid-dipartiment tat-taxxi interni, xtaqt nistaqsi mistoqsija fuq dawk li għandhom jagħtu.", "Jista' l-Ministru jgħid kif jaħseb li l-liġi tal-VAT tista' tgħin biex tikkontrolla l-evażjoni tat-taxxa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-VAT taħdem b'mod li jkollok dak li jissejjaħ audit trail reali bejn negozju u ieħor, li allura jagħtina l-faċilita' li nikkwantifikaw it-transazzjonijiet kummerċjali li jsiru minn operaturi differenti.", "Min hawn joħroġ li kien żball li tneħħew ir-refunds, għax allura tneħħa l-bżonn li tinġabar l-informazzjoni jew li bniedem jesiġi li jkollu rċevuti mingħand ħaddieħor biex hu jkun jista' jitlob għal refund.", "Meta tneħħa d-dritt tar-refunds tkisser l-audit trail.", "Dak hu l-iżball li hemm fis-sistema eżistenti.", "Din l-iktar li taħdem fil-flow of goods għax il-biċċa l-kbira ta' dak li aħna nikkonsmaw huwa importat, jew in a finished state jew f'raw materials li mbagħad jinħadmu lokalment.", "Fiż-żewġ channels ta' importazzjoni, kemm fuq prodotti lesti kif ukoll fuq prodotti ta' materja prima, wieħed jista' jsegwihom fil-proċess tal-katina tan- negozju kollu, fil-manifattura jew inkella għand l-importatur, imbagħad għand il-wholesaler, imbagħad għand ir-retailers, eċċ. Dan hu eżerċizzju li jista' jsir għaliex illum għandna d-dwana komputerizzata.", "Mid-dwana aħna nkunu nafu x'jimporta kulħadd, inkunu nafu kull operatur jekk huwiex importatur u jekk huwiex manifattur.", "Jekk tibda minn din l- informazzjoni mbagħad tkun tista' titlob lill-importaturi li jagħtuk l- informazzjoni, kif għamilna fl-1996 - iżda sfortunatament ta' warajna ma komplewx jaħdmu fuqha - u għednilhom: Intom li importajtu aktar minn Lm0.5 miljun, lil min begħtu dawn l-affarijiet li importajtu?", "Nafu li importajtu b'Lm0.5 miljun imma dawn lil min begħtuhom?", "Hemm jibda jkollok l-audit trail reali għax tkun taf lil min biegħu u allura takkumula minn ta' kulħadd xi jkun xtara bniedem li jkun wholesaler jew retailer, imbagħad tibda tqabbel mar-returns li qed jagħtik dak ir-retailer.", "U hemm tista' tagħmel audit trail amministrattiv.", "Mill-uffiċċju tal-VAT tista' tagħmel kontroll b'saħħtu mingħajr investigazzjonijiet, mingħajr ma tibgħat inspectors u mingħajr affarijiet oħra għaliex dawn iċ-ċifri mbagħad tista' tqabbilhom.", "Nies li jagħtu ċerti servizzi lil nies li huma taxpayers, bħall-fabbriki, l-importaturi, eċċ, għandhom ukoll it-tax invoices tagħhom, u permezz ta' rapporti li titlob lil dawn l-operaturi tkun tista' tara x'inhu l-invoicing tagħhom.", "Imbagħad tista' toħroġ x'inhi t-turnover sħiħa.", "Naturalment m'għandekx daqshekk kontroll fuq is-services li jingħataw direttament lill-konsumatur, u l-audit trail hemmhekk jibda jiddgħajjef u jiddgħajjef ħafna.", "Imbagħad għandek is-service provider lill-final consumer.", "U hemm hu fejn aħna, anke fid-diskors li qed nagħmlu, qegħdin nappellaw lill-poplu kollu biex kemm jista' ikun ikun pro-attiv f'din il- ħaġa u jitlob l-irċevuti mingħand kulħadd.", "Għaliex b'hekk il-poplu jkun qed jipparteċipa f'dan l-eżerċizzju, li kulħadd jaqbel li hu sewwa, ħalli nassiguraw li kulħadd iħallas sehmu bħala taxxa.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd għandu jkun pro-attiv fiha.", "U tajna l-għodda permezz ta' l- irċevuti, xi ħaġa li almenu ż-żewġ partiti qablu fuqha.", "Iż-żewġ partiti qablu li għandu jkun hemm riċevuti fiskali, li għandu jkun hemm il-kontroll ta' cash registers fil-ħwienet.", "U għax qbilna fuqha m'għadna rrikattati minn ħadd.", "Illum m'għadekx tisma' fuq cash registers u riċevuti, għaliex dawn jafu li hija the common will politika li llum hekk isiru l-affarijiet.", "Issa ladarba hawn din il-koverġenza politika fuq din il-ħaġa, il-poplu Malti għandu jutilizza din l-għodda li tajnieh aħna.", "Aħna bdejna din l-għodda, ikkonfermawha n-naħa l-oħra u qed nerġgħu nirrikonfermawha u lill-poplu qed ngħidulu: Issa inti għandek il-faċilita' li tipparteċipa direttament biex tassigura li t-taxxi jitħallsu, jew inkella li tkun kompliċi biex ma jitħallsux.", "Hekk qed inkellmuh lill-poplu Malti u ejja nkellmuh hekk.", "U fl-opinjoni tiegħi dan huwa s-sens ta' responsabbilta' li għandna nuru lkoll u dan finalment għandu jkun ta' ġid għal kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru, jekk għandu l-informazzjoni, jgħid kemm huma r-refunds globali li għandhom jingħataw għal ħlasijiet li saru żejda?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tikkontribwixxi s-sistema tal- FSS għal ġbir ta' taxxa aktar korretta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fuq l-ewwel mistoqsija jiddispjaċini ngħid li m'għandix l-informazzjoni miegħi pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub inkun nista' inwieġbu.", "Din hija statistika li m'għandix fil-files.", "L-FSS ħadet post is-sistema tal-PAYE, bid-differenza li għamilna żewġ affarijiet.", "Kif għidt dalgħodu, mis-sistema tat-taxxa neħħejna ħafna elementi.", "Neħħejna ħafna allowances li kien hemm, li kienu jagħmlu t- tassazzjoni ta' \"A\" differenti mit-tassazzjoni ta' \"B\".", "Kulħadd kellu x- xenarju tiegħu ta' tassazzjoni għax min kellu l-allowances u min ma kellux.", "Aħna neħħejna l-allowances, tajna ceiling raġonevoli biex nissostitwixxu l- allowances kollha u ġibna lil kulħadd fuq l-istess formola.", "Illum kulħadd qiegħed iħallas l-income tax fuq l-istess formola u mhux fuq ħafna sitwazzjonijiet oħrajn, bħalma kien jiġri qabel, fejn wieħed kien jitlob għal allowance għax għandu seftura jew inkella jimla l-formola l-ħadra u jgħid li hu marid u allura jkollu dritt għal allowance oħra.", "Dak iż-żmien spiċċa.", "Illum hemm allowance waħda għal kulħadd, li hija s-ceiling.", "U allura l-income tax ta' kulħadd hija dipendenti biss fuq li jaqla'.", "Allura stajna nagħmlu sitwazzjoni biex il-PAYE nittrasformawha f'sistema li dak li qed iħallas l-impjegat jiġi aġġustat prattikament kull xahar, biex fl-aħħar tas-sena jispiċċa li la għandu jagħti u lanqas iħallas lid-dipartiment.", "Din is-sistema bdiet minn nofs is-sena fuq l-impjegati tal-gvern u ħadmet.", "Jiġifieri fl-1997 bdiet minn Lulju fuq il-ħaddiema tal-gvern bħala test run u fl-1998 bdiet fuq kulħadd.", "L-effett tagħha x'se jkun?", "L- intenzjoni kienet li naqtgħu l-bżonn ta' ħafna nies li jimlew il-formola ta' l-income tax.", "Xorta qed iħallsuha l-income tax, jiġifieri ma ħlisniex in-nies mill-income tax, pero' issa se jkollhom biss biċċa karta żgħira li jikkonfermaw li m'għandhomx qligħ ieħor minbarra dawk l-affarijiet li qed jitħallsu at source bħal, per eżempju, il-paga, il-pensjoni u l-interessi fil-banek.", "Jekk bniedem għandu dawn biss mhuwiex se jimla l-formola tat- taxxa.", "Jekk għandu xi profitti jew xi negozju xorta jrid jibqa' jimla l- formola tat-taxxa imma jekk għandu dawn biss m'għandux għalfejn jimlieha, allura neħħejna dak l-inkubu.", "L-iktar importanti huwa li neħħejna a flow li jiena nistma ta' madwar 100,000 return fid-dipartiment tat-taxxi interni.", "Issa dan ifisser li allura d-dipartiment se jaħli inqas ħin biex jagħmel filing u jagħmel assessment mill-ġdid ta' 100,000 return sħiħa, li jieħdu ħafna żmien, u jista' jikkonċentra biex neqirdu darba għal dejjem il-backlog li jeżisti, li f'ċerti affarijiet bħall-arrears issa m'għadhomx qed jiżdiedu għax mhux qed ikun hemm iktar peress li kulħadd qed iħallas li għandu jħallas.", "Peress li m'hemmx din l-amministrazzjoni kbira fid-dipartiment tat-taxxi interni, il-problemi ma ħallejnihomx jiżdiedu u qed nagħtu ċ-ċans li naqtgħu l-backlog li hemm u nikkonċentraw fuq is-setturi fejn għandna nikkonċentraw l-iktar biex niġbru t-taxxa, li bażikament huma n-negozji.", "Ma noqogħdux nedhew fuq ir-returns ta' l-impjegati u tal-pensjonanti imma nikkonċentraw fuq in-negozji.", "Irridu nkunu kapaċi nagħmlu assessments tajbin u intelliġenti fuq ir-returns li jkollna min-negozji.", "Jiġifieri b'dan il-mod amministrattiv qed nattwaw il-ġlieda kontra l-evażjoni tat- taxxa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jikkonsidra li meta d- dipartiment tat-taxxi interni jibgħat għal ċittadini anzjani jew għal persuni b'diżabilita', dawn it-tip ta' laqgħat jibdew isiru fl-uffiċini tal- kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naħseb li dan huwa suġġeriment validu li se nikkonsidrah u naraw jekk nistgħux nagħtu dawn it-tip ta' faċilitajiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1999", "IR-RABA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu l-voti tal-ministeru għat- trasport u komunikazzjoni.", "Ninforma lill-Kamra li skond il-Mozzjoni Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal- gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Issa, jekk jogħġbu, il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni jressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, nipproponi:", "VOT 36 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,131,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 37 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 728,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 38 - TOROQ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 455,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Toroq, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 39 - LIĊENZJI U TESTJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 696,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Liċenzji u Testjar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT VIII - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,424,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Chairman, nippoponi din l-emenda:", "VOT 36 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,479\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 10,478\".", "Delete the figure \"Lm 10,479\" and substitute therefor the figure \"Lm10,478\".", "Mr Chairman, taħt dan il-ministeru jaqgħu ċerti entitajiet pubbliċi, bħall-awtorita' dwar it-trasport pubbliku u l-awtorita' marittima, pero' m'iniex beħsiebni nittratta l-estimi ta' dawn l-aġenziji governattivi fit- tul peress li dawn iridu per forza jiġu diskussi għalihom.", "Għaldaqstant ikolli l-opportunita' nittratta b'mod eżawrjenti l-estimi ta' l-awtorita' marittima u ta' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku fil-mument propizju.", "L-importanza ta' dan il-ministeru timmanifesta ruħha immedjatament kif wieħed jibda janalizza l-estimi ppreżentati għall-approvazzjoni ta' din il- Kamra.", "Dan il-ministeru hu sors vitali ta' revenue għall-ekonomija ta' pajjiżna, speċjalment id-dipartiment tal-liċenzjar u ttestjar ta' vetturi.", "Fil-fatt huwa previst li dan il-ministeru jiġġenera revenue totali ta' Lm34 miljun għas-sena 1999.", "Imma dan l-ammont ma jinkludix l-introjtu sostanzjali minn dawk l-entitajiet kummerċjali li, kif spjegajt qabel, jaqgħu taħt l-umbrella ta' dan il-ministeru peress li huma awtonomi.", "Iżda ġaladarba jiena kelliem ta' l-oppożizzjoni fuq l-awtorita' marittima ta' Malta, ngħaddi bi żbrixx u nikkummenta xi ftit fuq din l-awtorita', anke f'dan l-istadju.", "L-MMA waħedha s-sena l-oħra ġġenerat surplus ta' Lm2,544,832 - fil-fatt fl-estimi għas-sena 1997/1998 kien indikat li l-awtorita' kellu jkollha surplus ta' Lm1,941,410 iżda attwalment ġie rreġistrat surplus a' Lm2,544,832 - u dan juri li fl-aħħar sena l-awtorita' ġġenerat qligħ żejjed ta' aktar minn Lm0.5 miljun.", "Għas-snin 1998/1999 huwa stmat li l-MMA se tiġġenera surplus ta' Lm2,126,120.", "Effettivament jien nemmen li jekk l- affarijiet jibqgħu għaddejjin kif inhuma għaddejjin, il-qligħ se jkun anke akbar.", "Dan jawgura tajjeb ħafna għall-mod professjonali li bih tmexxiet din l-aġenzija governattiva.", "Naturalment irridu niftakru wkoll fl-introjtu indirett mill-cruise liners, li wkoll jaqgħu taħt il-ports directorate fi ħdan l-MMA.", "Fil-fatt jingħad li s-sena l-oħra żaru l-gżira tagħna 191 cruise liner, jiġifieri kellna seba' cruise liners iktar mis-sena ta' qabel.", "Is-sena l-oħra kellna żieda wkoll ta' 19% fuq is-sena ta' qabel, meta konna ħadna l-gvern f'idejna.", "Ta' min jikkummenta li s-sena l-oħra niżlu Malta 129,503 passiġġier u ta' min jgħid ukoll li l-flus li jiġu ġġenerati minn dan it-tip ta' turiżmu ma jidħlux fl-estimi ta' l-MMA.", "Dan huwa dħul indirett verament sostanzjali.", "Kif qed nitkellmu ftit żbrixx fuq l-MMA, ta' min janalizza fuq fuq l- estimi tat-tliet direttorati fi ħdan din l-istess awtorita'.", "Nista' ngħid li għas-sena 1996/1997 fil-ports directorate kien ġie rreġistrat surplus ta' Lm371,460.", "Għas-sena 1997/1998 l-estimi kienu qed jipprevedu surplus ta' Lm291,900 pero' attwalment din is-sena ġie rreġistrat surplus ta' Lm537,541.", "Għas-sena 1998/1999 qed jiġi previst li se jkun hemm surplus ta' Lm352,900.", "Issa dan juri li f'dawn l-aħħar sentejn kellna definittivament an upward trend.", "Għalhekk naħseb li l-ministru qed ikun prudenti żżejjed fl-estimi tiegħu għas-sena d-dieħla għax, jekk l-awtorita' titmexxa bil-għaqal u bil-mod professjonali kif tmexxiet f'dawn l-aħħar sentejn, m'għandu jkun hemm ebda raġuni għaliex m'għandniex inkomplu nżidu l-qligħ.", "Fi ħdan l-MMA hemm id-direttorat tal-merchant shipping, li waħdu rreġistra surplus ta' Lm2,011,882.", "Kif se jkolli l-opportunita' nespandi waqt li nkun qed niddiskuti l-estimi ta' din l-entita' kummerċjali, f'dawn is-sentejn li għaddew dan id-direttorat partikolari kellu performance eċċellenti.", "Ta' min jgħid li għas-sena 1996/1997 dan id-direttorat waħdu rreġistra qligħ ta' Lm1,855,520.", "Għas-sena 1997/1998 kien stmat li se jkollna surplus ta' Lm1,860,720.", "Fil-fatt is-surplus laħaq Lm2,011,882.", "Għas-sena 1998/1999 hemm stmat surplus ta' Lm2,000,720.", "F'dan ir-rigward huwa interessanti li wieħed jinnota kif il-Partit Laburista fil-gvern irnexxielu b'għaqal inaqqas l-ispejjeż amministrattivi li fis-snin 1996/1997 kienu jammontaw għal Lm106,706 u dan naqqashom għal Lm72,953.", "Madanakollu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern f'dan is-sens qed jerġa' jikkontempla nefqa ta' Lm87,480.", "L-istess fejn jidħlu promotion and representation expenses għax fl-1996/97 intnefqet is-somma ta' Lm84,953 u għas-sena ta' wara l-ispiża ġiet ridotta għal Lm81,976, iżda Gvern Nazzjonalista qed jalloka s-somma goffa ta' Lm140,000 għas-sena 1998/1999, kważi d-doppju ta' kemm infaqna s-sena l-oħra.", "L-aħħar direttorat fi ħdan l-MMA huwa l-yachting centres directorate.", "Għas-sena 1996/1997 dan id-direttorat irreġistra surplus ta' Lm185,956.", "Għas-sena 1997/1998 kien stmat li dan id-direttorat jirreġistra surplus ta' Lm160,760 u fil-fatt ġie rreġistrat surplus ta' Lm236,273.", "Dan jindika performance verament tajba.", "Għas-sena 1998/1999 qed jiġi pproġettat surplus ta' Lm200,180.", "Hawn wieħed jara l-ħsara li saret fuq proġetti kbar, bħal dak tal-Birgu, li fuqu kien beda jaħdem il-Gvern Laburista, u proġetti oħra bħal dak tal-yachting li kien se jsir f'Għawdex.", "Dawn kollha tħallew fuq l-ixkaffa.", "Ma jidhirx, almenu mill-estimi, li l-gvern qed jipproġetta xi marinas ġodda jew postijiet oħra għal irmiġġ tal-yachts, għax kieku l-qligħ żejjed li jrendu dawn il-proġetti kienu jiġu nklużi fl- estimi.", "Inoltre għandu jiġi enfasizzat li mkien fl-estimi ma jidher li se jsiru xi investimenti kapitali allokati għal tali faċilitajiet ta' yachting.", "Issa mmorru lura għall-ministeru per se.", "Fl-estimi tal-ministeru hu stmat li d-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar ta' vetturi waħdu jiġġenera revenue ta' Lm29,000,730.", "Dan il-ministeru daħal ukoll għal ħafna proġetti ta' natura kapitali li swew lill-gvern Lm7,424,000.", "Il-bulk ta' din is-somma, ossia Lm5,765,000, se jkunu allokati lid-dipartiment tat-toroq, dipartiment ġdid fi ħdan dan il- ministeru.", "Irrid ngħid ukoll li hemm recurrent expenditure ta' Lm4,010,000 li l-bulk tagħha tmur fuq il-ministeru nnifsu.", "Pero' għandu jingħad li f'din is-somma hemm inkluż Lm1 miljun f'kontribuzzjoni li l-ministeru jalloka lill-MMA.", "It-total recurrent expenditure fuq imsemmi jinkludi wkoll ammont sostanzjali ta' Lm1,748,000 li hu allokat għal personal emoluments.", "Huwa interessanti li wieħed jinnota li l-emoluments tal-ministeru proprju qegħdin jiżdiedu bi kważi 100% u din jien ma nifhimiex.", "Għaliex fejn għas- sena 1998 l-ammont approvat kien ta' Lm276,000 l-ammont approvat għas-sena 1999 huwa ta' Lm568,000.", "Jien nifhem u napprezza li l-ministeru kiber, fis- sens li żdied miegħu d-department of wireless telegraphy, li qabel kien jaqa' taħt l-uffiċċju tal-prim ministru - fil-fatt dan id-dipartiment jakkonta għal 40% ta' l-emoluments li huma previsti għal dan il-ministeru - pero' wieħed irid jenfasizza li l-ministeru xorta se jibbenefika b'awment ta' Lm65,000 nett u dan eskluż il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u l-government bonus.", "Dan juri żieda ta' 10% nett fil-personal emoluments ta' l-impjegati tal-ministeru.", "Wieħed isibha diffiċli biex jiġġustifka dan l-istat ta' fatt, tenendo conto li l-gvern diġa' iddikjara li hemm wisq impjegati mal-gvern.", "Inoltre għandu jingħad li anke jekk wieħed iżid il- Lm1.75 fil-ġimgħa li ħareġ il-gvern bħala żieda fil-budget, xorta waħda tibqa' diskrepanza sostanzjali.", "Dan l-istat ta' fatt huwa kurjuż ukoll meta wieħed jiftakar li l-gvern dejjem qed jgħid li hemm wisq impjegati fis- settur pubbliku u għalhekk ikun interessanti li tingħata spjega għal din iż- żieda sostanzjali.", "Żieda oħra notevoli ma' dan il-ministeru huwa d-dipartiment tat-toroq, li qabel kien jaqa' taħt id-dikasteru tal-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "Kif diġa' indikajt qabel, din ir-responsabbilta' ġdida hija stmata li se tqum lill-gvern Lm455,000 għas-sena 1999.", "Kuntrarjament għal dak li għadu kif intqal, hawnhekk mhux qed nosservaw żieda ta' 10% fl- emoluments ta' l-impjegati.", "Hemm punt ieħor illi għalija m'huwiex daqstant ċar.", "Peress li kif se nispjega aktar 'il quddiem ċerti funzjonijiet ta' l-avjazzjoni ċivili se jiġu mgħoddija lill-MIA, nixtieq li l-ministru jispjegalna x'se jkun l- istatus u x'se jkunu d-duties ta' dawk l-impjegati li qabel kienu ngaġġati direttament mal-ministeru biex jikkordinaw il-funzjonijiet ta' l-avjazzjoni ċivili fejn jidħol xogħol ta' parking, landing fees u route air navigation charges.", "Nafu li hemmhekk ġew trasferiti ammont sostanzjali ta' impjegati ma' l-MIA pero' jien informat li numru sostanzjali minn dawn in-nies li kienu jagħmlu tali xogħol baqgħu fl-istess ministeru.", "Hawn ta' min jinnota li waqt li l-estimated revenue tal-ministeru as a whole se jiżdied bejn wieħed u ieħor b'Lm2 miljun fuq is-sena 1997/1998 - dovut primarjament għall-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Maltapost, mill- Maltacom, mill-MIA u minn oħrajn - l-estimi għas-sena d-dieħla tad- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, f'dak li huwa dħul, juru li minn Lm6,670,017 se ninżlu għal Lm1,430,000, nuqqas eżorbitanti.", "Minn analisi li jiena għamilt ta' l-estimi relattivi dan il-kambjament drastiku jista' ikun attribwit biss għall-fatt illi x-xogħol ta' ġbir ta' parking fees, landing fees u route air navigation charges illum ġew mgħoddija lill-MIA.", "Dawn it-tliet items fit-total ikkontribwew is-somma attwali ta' Lm4,637,656 għas-sena 1997/1998 lir-revenue tal-gvern.", "Biex wieħed ikun aktar preċiż, wieħed irid jinnota li filwaqt li fl-1998 l-expenditure totali ta' l-avjazzjoni ċivili ammontat għas-somma ta' Lm3,343,000 - konsistenti ma' Lm2,302,000 approvati għal personal emoluments u Lm1,310,000 approvati għal operational and maintenance expenses u Lm10,000 għal special expenditure - l-estimi għall-1999 juru diverġenzi sostanzjali għax in-nefqa totali hija stmata li se tkun ta' Lm728,000.", "Din is-somma tikkonsisti f'Lm438,000 għal personal emoluments, Lm287,000 għal operational & maintenance expenses u somma żgħira ta' Lm3,000 bħala special expenditure.", "Issa jekk wieħed janalizza dan kollu b'mod ġenerali malajr jinduna li l-ministeru se jirriduċi l-ispejjeż tiegħu bis-somma ta' Lm2,000,615.", "Inoltre se jkollu introjtu aktar ta' Lm200,000 mil-liċenzji ta' l-MIA.", "Pero' l-punt hu li l-ministeru se jirrinunzja għal dħul ta' Lm4,637,065.", "Għalhekk jekk minn din is-somma nnaqqsu Lm2,000,615 - li hija s-somma li l-ministeru se jiffranka - u nżidu Lm200,000 li se jidħlu mil-liċenzji ta' l-MIA, insibu li se jkun hemm telf nett ta' madwar Lm2.8 miljun, li hija somma sostanzjali.", "Jirriżulta li fl-amministrazzjoni preċedenti l-gvern kien ikkonċeda, kif diġa' spjegajt, funzjonijiet varji lukrittivi lill-MIA.", "Il-Gvern Laburista dan għamlu fi ħdan il-politika tiegħu mmirata lejn il- privatizzazzjoni ta' l-istess MIA jew parti sostanzjali minnha.", "Dawn kienu miżuri għaqlija li l-Gvern Laburista daħal għalihom sabiex isaħħaħ id-dehra finanzjarja u ekonomika ta' l-MIA.", "Kienu wkoll miżuri li, per forza, kienu jżidu l-valur ta' l-istess MIA u ċertament li kienu jwasslu biex il-gvern idaħħal somma akbar mill-bejgħ ta' l-ishma ta' l-istess kumpannija.", "Talli l-gvern ikkonċeda l-funzjonijiet imsemmija lill-MIA, se jkollu d-dritt li jimponi operating licence li hu stmat li tikkontribwixxi Lm200,000 lir- revenue tal-gvern.", "Issa l-bieraħ, Sur President, smajt lis-segretarju parlamentari, l-Onor.", "George Hyzler, jikkummenta fuq din il-materja u kkritika u għajjar lill- Partit Laburista li kien qed jagħmel kuntrumbajsa fil-politika tradizzjonali tiegħu.", "Għajjar lill-Partit Laburista li fl-imgħoddi kien kuntrarju għal kull privatizzazzjoni ta' entijiet pubbliċi.", "Pero' din m'hi kritika ġusta xejn, anzi hija kritika li turi li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jifhem jew japprezza kif il-Partit Laburista, bħala partit ħaj u modern, jagħmel update tal-politika tiegħu skond iċ-ċirkostanzi u n- neċessitajiet attwali ta' pajjiżna.", "Il-kelliem ta' l-oppożizzjoni nesa li l-għajta tagħna ta' ''New Labour'' ma kienet tfisser xejn għajr li l-partit mexa aktar lejn iċ-ċentru.", "Fil-fatt huwa l-Partit Nazzjonalista li fl- aħħar żmenijiet biddel ir-rotta tiegħu u l-politika tradizzjonali tiegħu.", "Dan għamlu billi segwa l-eżempju tal-Partit Laburista, li kien partit li dejjem ħadem u stinka għall-interess tal-klassijiet soċjali baxxi, u beda kważi kważi jikkonsidra ruħu bħala partit tax-xellug.", "Min-naħa l-oħra, bl-estimi kif ippreżentati, il-gvern attwali qed isib ruħu f'kontradizzjoni kbira.", "Il-gvern iddikjara bosta drabi li għadu kmieni wisq biex wieħed jipprivatizza l-MIA u fil-fatt hemm dubji dwar jekk għandux f'moħħu li jkompli jħaddan il-politika tal-Gvern Laburista u jipprivatizza din l-entita' kummerċjali.", "Jekk għandu f'moħħu li jagħmel dan, kif donnhom jindikaw l-estimi, allura għandu jaqbad u jiddikjara hekk.", "Madankollu mid-diskors tal-budget jirriżulta li l-gvern beħsiebu jipprivatizza ċerti entitajiet kummerċjali pubbliċi u fil-fatt fl-istess budget hemm previst li l-gvern se jdaħħal madwar Lm60 miljun mill- privatizzazzjoni, pero' mbagħad m'hemm imkien indikat x'entitajiet se jiġu pprivatizzati.", "Din m'hijiex sitwazzjoni feliċi għaliex fiha nnifisha tikkrea ambjent suxxettibbli ħafna għall-ispekulazzjoni u, fost affarijiet oħra, tinstiga artificial high levels in share values fil-Borża ta' Malta.", "Huwa wkoll interessanti li wieħed jinnota li d-dħul mit-taxxa fuq ir- reġistrazzjoni tal-vetturi huwa stmat li jirrifletti l-istess żieda fl- importazzjoni ta' karozzi bħas-snin 1997/1998.", "Madankollu kurjożament, u naħseb erronjament, iż-żieda fit-taxxa ta' reġistrazzjoni tal-vetturi qed tiġi ekwiparata għal żieda ta' Lm18,000 meta l-estimi preċedenti kienu jindikaw żieda ta' madwar Lm3 miljun fuq id-dħul għas-sena 1997.", "Jekk wieħed, għall-grazzja ta' l-argument, jattribwixxi 66% ta' din il-figura għal żidiet imħabbrin fl-aħħar budget fil-liċenzji tal-vetturi, xorta jsib li hemm diskrepanza ta' 34% jew aħjar Lm1 miljun.", "F'dan l-isfond ta' min isemmi wkoll l-MOT.", "Jidher ċar li l-gvern preżenti se jimxi fuq il-politika tal-gvern preċedenti Laburista u se jintroduċi l-MOT matul is-sena d-dieħla.", "Fil- fatt huwa pproġettat li l-introjtu minn din il-miżura jkun ta' Lm428,000, għalkemm għadu mhux ċar u mhux spjegat x'rati beħsiebu jimponi l-gvern fir- rigward ta' dawn it-testijiet.", "Il-bżonn urġenti ta' improved driving and testing huwa rikonoxxut u aċċettat miż-żewġ naħat tal-Kamra biex forsi jibda jitnaqqas sostanzjalment in-numru ta' l-inċidenti tat-traffiku.", "Kif jaf kulħadd - għaliex l-istatistika titkellem waħedha - l-inċidenti tat- traffiku, uħud minnhom fatali, qed jiżdiedu minn xahar għal xahar u għalhekk nieħu gost nisma' li l-gvern se jniedi drive training and testing reform.", "Madankollu jkolli ngħid li nħossni ferm diżappuntat li l-ministeru qed jalloka s-somma miżera ta' Lm30,000 għal din l-inizjattiva.", "L-ammont jidher wisq iktar redikolu meta wieħed jikkonsidra li l-gvern se jdaħħal iktar minn Lm29 miljun mit-tariffi tal-liċenzji u testing tal-vetturi u issa kważi Lm0.5 miljun mill-MOT.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa bżar fl- għajnejn.", "Il-gvern preżenti daqshekk biss jagħti valur lis-saħħa u s- sigurta' taċ-ċittadin?", "Il-Partit Laburista fil-gvern kien ħa l-kwestjoni tas-sigurta' fil-qasam tat-traffiku u fil-qasam tas-sewqan bis-serjeta' u fil-fatt kien anke introduċa riformi li m'humiex daqstant popolari, bħall-breathalyser test, biex ikompli jżid is-sigurta' fit-toroq.", "Għax mhux billi l-Gvern Nazzjonalista rriattiva l-applikazzjoni ta' Malta għad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Il-verita' hi li l-istat tat-toroq f'pajjiżna tant għadu lura li ċertament ma jawgurax tajjeb għall-applikazzjoni ta' Malta għad-dħul fl- Unjoni Ewropea.", "Issa minn eżami ta' l-estimi tal-budget ta' dan il- ministeru jirriżulta li l-gvern beħsiebu jalloka s-somma ta' Lm5,675,000 għall-proġett kapitali tat-toroq.", "Nafu wkoll li l-Gvern Malti kkuntratta esperti Ġermaniżi sabiex iħejju rapport fuq l-istat attwali tat-toroq u x'hemm bżonn isir biex dawn jitranġaw.", "Wara li ġew evalwati madwar 390 kilometru ta' toroq arterjali u distributorji u saru 15,848 test fuq dawn it-toroq fi spazju ta' 20 metru minn kull wieħed, l-esperti ħejjew ir-rapport tagħhom li minnu rriżulta li aktar minn 64 kilometru huma f'qagħda ħażina ħafna u jenħtieġu attenzjoni urġenti fuq medda ta' bejn sentejn u ħames snin.", "Skond ir- rapport ta' dawn l-esperti hemm bżonn ta' Lm32 miljun biex it-toroq nirranġawhom u dan apparti l-ispiża annwali meħtieġa għal manutenzjoni .", "Allura wieħed bilfors jistaqsi: Ma kienx ikun aktar għaqli kieku għal dan il-għan il-gvern alloka parti aktar sostanzjali mid-dħul tar-registration fees?", "Għas-sena d-dieħla l-gvern qed jalloka s-somma ta' Lm5.65 miljun għal investiment kapitali ta ' darba, imma mbagħad għas-snin ta' wara x'se jiġri?", "Allura fid-dawl ta' l-istudju li semmejt, forsi ma kienx ikun aktar għaqli u raġonevoli li kieku l-gvern ipproġetta investiment kapitali qawwi fuq medda ta' ħames snin u din is-somma kien joħroġha biċċa biċċa matul is- snin?", "Nirringrazzjak THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, nibda biex ngħid li ma' l-ewwel daqqa t'għajn ma jidhirx li hemm differenzi kbar bejn dak li qed jipproponi l-gvern preżenti u dak li kellna pproġettat aħna għall-ħames snin li ġejjin bħala ministeru għat-trasport u portijiet.", "Dan qed ngħidu għaliex il-ministeru ma jistax jipproġetta minn sena għal sena imma jrid jippjana l-affarijiet fuq medda ta' żmien.", "Matul iż-żmien li kien fil-gvern il-Partit Laburista konna qed naħdmu biex nirranġaw l-affarijiet li kienet ħalliet warajha l-amministrazzjoni preċedenti u fl-istess ħin konna qed naħdmu fuq proġetti ġodda, proġetti illi kieku ma sabux lill-Perit Mintoff u lil min kellu miegħu biex ifixklu lill-gvern żgur li konna nimxu ħafna aktar 'il quddiem fuqhom.", "Fost dawn kien hemm il-proġett tal-yacht marina tal-Kottonera, il-yacht marina li kienet se ssir f'Għawdex, il-passenger terminal li kellu jsir fix-xatt tal- Belt u xogħlijiet oħra ta' mmodernizzar.", "Imma, kif diġa' għedt, l-ewwel ridna mmiddu għonqna biex nirranġaw l-affarijiet li konna sibna meta ħadna l-gvern f'idejna f'Ottubru ta' l-1996 għax, minkejja li kull sena kienu jiġu vvotati flus biex isru ċerti affarijiet, meta fittixna ma sibna xejn, mhux għaliex insterqu imma għaliex prattikament qabel xejn ma kien isir.", "Per eżempju, jekk nieħdu l-kwestjoni tad-dawl tar-runway ta' l-airport insibu li l-kuntrattur kien għamel xogħol ħażin u allura kellna nerġgħu naqilgħu kollox.", "L-istess, suppost li kien hemm żewġ runway sweepers imma dawn kienu qdiemu u spiċċaw.", "Fil-fatt kien ikollna ħafna problemi u complaints dwarhom mill-pilots ta' l-ajruplani, tant li kellna nibdluhom u ġibna l-ġodda f'Marzu ta' din is-sena.", "Sur President, nista' ngħid li matul dan il-perjodu kien hemm żieda fir-reġistrazzjoni ta' l-ajruplani.", "Saru kuntatti ma' kumpanniji ta' l- ajru ewlenin biex żdiedu rotot ġodda u linji ġodda biex joperaw bejn Malta u pajjiżi oħra ta' l-Ewropa.", "Barra minn hekk, kien hemm żieda fit- titjiriet chartered, speċjalment mill-Ingilterra, l-Iskandinavja, il- Ġermanja, l-Italja u Franza.", "Dan kollu sar bil-ħidma ta' kull min kien jaħdem fid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Saru wkoll diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim bilaterali ma' l-Afrika t'Isfel, l-Ukraina, Franza u l-Indja għall-użu ta' airports oħra.", "Evidentement qegħdin nitkellmu fuq pajjiżi ta' ċertu kobor - u dawn kollha għandhom iktar minn airport wieħed - u għalhekk kienu qegħdin isiru diskussjonijiet permezz tad-direttur ta' l- avjazzjoni ċivili u l-ministeru biex aħna nkunu nistgħu nużaw rotot u airports oħra f'pajjiżi bħal Franza u l-Italja.", "Fit-22 xahar li għamel Gvern Laburista ġew estiżi l-uffiċini li kellna rranġajna l-operations section, li tlestiet f'April ta' din is-sena.", "Din hija sezzjoni li kien hemm bżonnha għaliex qabel kienet qed topera b'sistema li ma kenitx diċenti għall-ħaddiema.", "Dan kollu kien xogħol iebes, speċjalment fejn jidħlu diskussjonijiet ma' diversi setturi.", "Nista' nikkonferma li x-xogħol għamilnih bil-ħidma ta' nies dedikati u fl- aħħar mill-aħħar dan ix-xogħol ħalla l-frott tiegħu.", "Per eżempju, matul din is-sena konna għadna għaddejjin bix-xogħol li kien beda Gvern Nazzjonalista mal-European joint authorities, wara li Malta kienet ilha kandidata għal member state ta' din l-organizzazzjoni sa mill-1995.", "Meta kienet ġiet assessjata biex issir membru sħiħ, kien irriżulta li Malta kellha taġġorna ruħha ma' diversi kondizzjonijiet biex tingħata din is- sħubija.", "F'dan ir-rigward kien sar ħafna xogħol mill-amministrazzjoni Nazzjonalista, li mbagħad tkompla mill-amministrazzjoni Laburista.", "Fiż-żmien meta kont ministru jien kienu anke bdew taħdidiet ma' l-FAA, li 'l quddiem se tibda tieħu ħsieb ir-regolamentazzjoni tal-liġijiet ta' l- ajru.", "Irrid ngħid li konna sibna ħafna għajnuna mill-Ambaxxata Amerikana biex aħna nkunu nistgħu nikkonformaw mar-regolameti ta' l-FAA.", "Sakemm kont għadni ministru jien dawn it-taħdidiet kienu għadhom sejrin u nispera li jkomplu taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Għaliex waħda mill-problemi li kellna - u kienet problema anke għall-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel - kienet dwar vjaġġar lejn l-Amerika u sħubija f'din l-assoċjazzjoni hija bżonjuża ħafna għalina.", "Aħna kellna anke l-pariri ta' esperti, li ġew apposta biex jgħinuna nilħqu l-livell mitlub minn din l-assoċjazzjoni.", "Fil-fatt kellna ħafna xogħol lest u konna qed nisperaw li sa nofs is-sena li ġejja nkunu lħaqna dan l-għan u allura nkunu nistgħu nissieħbu fl-FAA.", "Matul l-amministrazzjoni Laburista konna tħabatna biex kemm jista' jkun ngħinu lill-flight academy li hemm f'Ħal Luqa.", "Peress li hawnhekk ma stajniex nagħmlu field operations jew cross country, kif isejħulha, bl- għajnuna ta' l-Ambaxxata Taljana f'Malta u ta' l-Ambaxxata Maltija f'Ruma rnexxielna nirranġaw ma' l-awtoritajiet ta' Sqallija biex inkunu nistgħu nużaw airports fi Sqallija.", "Illum nistgħu b'wiċċna minn quddiem ngħidu li din l-akkademja, il-European flight academy, li hija mmexxija mill-Maltin, irnexxiet u b'aktar għajnuna mingħand il-gvern tista' tkompli timxi 'l quddiem biex fil-futur inkunu nistgħu nittrenjaw bdoti f'Malta.", "Illum dawn diġa' jġibu l-liċenzja ta' private pilots minn din l-akkademja u nisperaw li 'l quddiem bl-għajnuna ta' kulħadd din l-akkademja tibqa' miexja 'l quddiem.", "F'Mejju li għadda ħafna mill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni civili marru mal-Malta International Airport.", "Kuntrarjament għal dak li qalu xi wħud, dan il-proċess ma kienx ifisser li sempliċement il-ħaddiema qabdu u marru min-naħa għall-oħra qisu ma ġara xejn.", "Qabel ma sar it- trasferiment fl-1 ta' Mejju, 1998 saru diskussjonijiet mal-unions biex jiġi assigurat li l-ħaddiema ma jittilfu xejn minn dak li kellhom.", "Lil dawn il-ħaddiema tajniehom ukoll iċ-ċans, bħalma tajna lill-ħaddiema tal-posta fost oħrajn, li jekk iħossu li m'humiex sejirn tajjeb ma' l-MIA ikunu jistgħu jmorru lura mal-gvern.", "Dan sar bi ftehim mal-unions.", "Imma mbagħad kien hemm uħud mill-ħaddiema li ma setgħux imorru ma' l-MIA?", "Għaliex?", "Għaliex id-DCA xorta se jibqagħlu l-funzjoni ta' regolatur u allura għandu bżonn in-nies biex jaħdmu.", "Pero' se jsiru diskussjonijiet oħra mal-unions biex jekk 'il quddiem ikun hemm nies li minn mad-DCA jixtiequ jmorru ma' l- MIA dawn jingħataw priorita'.", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru li konna sejrin lejn privatizzazzjoni ta' l-MIA qisu xejn m'hu xejn.", "L-erwwelnett il-gvern ma kienx se jipprivatizza l-kumpannija kollha kompletament imma kienet il-policy tal-Gvern Laburista, bi ftehim anke mal-unions, li l- gvern ikollu majority sharerholding f'din il-kumpannija.", "Fil-fatt kienu se jinbiegħu biss 40% ta' l-ishma.", "Mr Chairman, irrid ngħid li matul l-1997 iż-żieda fin-numru ta' passiġġieri li wżaw l-airport internazzjonali ta' Malta kienet ta' 7% fuq dik tas-sena ta' qabel.", "Din it-trend kompliet ukoll matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, tant li f'Ġunju biss kien hemm żieda ta' 11% meta mqabbla ma' l-istess xahar tas-sena ta' qabel.", "It-tax free sales fl-1997 telgħu għal Lm9 miljun filwaqt li għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena diġa' żdiedu b'14%.", "Dan ifisser li kull passiġġier nefaq medja ta' Lm9.70 f'tax free shopping.", "Nista' ngħid ukoll li l-MIA għamlet profitti record għat-tieni sena konsekuttiva.", "Fil-fatt il-profitti, imqabbla ma' dawk tas- sena ta' qabel, kważi rdoppjaw u telgħu għal Lm1.14 miljun u huwa stmat li sa l-aħħar ta' Settembru dawn il-profitti jkunu diġa' qabżu t-Lm3 miljun.", "Sur President, ippermettili ngħid li skond informazzjoni li għandi, id- duty free shops li hemm fl-airport internazzjonali ta' Malta bejniethom iħaddmu ma' l-400 ħaddiem u jekk għada pitgħada Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea jista' jkun li x-xogħol ta' dawn il-ħaddiema jkun ipperikolat u jkollna 400 ruħ li rridu naraw x'se nagħmlu bihom.", "Issa jekk aħna ma nidħlux nibqgħu l-uniku airport fl-Ewropa li għandu d-duty free shops.", "Wara li kienet saret stqarrija li dawn il-ħwienet se jispiċċaw, f'daqqa waħda bdew jgħidu li dawn mhux se jinqatgħu qabel ma nidħlu fl-Ewropa.", "Imma allura jekk għada pitgħada nidħlu fl-Ewropa, x'se jsir minn dawk li għandhom il-ħwienet hemm u dawk l-400 ruħ li hemm mpjegati ma' dawn il- ħwienet?", "Rigward il-proċess ta' privatizzazzjoni ta' l-MIA nista' nikkonferma li kienu saru ħafna mill-proċeduri meħtieġa.", "Fil-fatt kien sar business plan u financial model u kien twaqqaf ukoll steering committee li ltaqa' għal xhur sħaħ biex jitlesta dan il-proċess.", "Kif diġa' għedt, mhux veru li aħna qbadna u neħħejna l-ħaddiema mingħajr ħsieb.", "Aħna tajna d-dritt lill- ħaddiema tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili li jmorru ma' l-MIA imma jekk fi żmien stipulat ikunu jridu jmorru lura mal-gvern ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Għamilna wkoll studji flimkien mal-kumpannija Arthur Andersen, bil-ħsieb li meta ssir il-bidla din issir mingħajr skossi u bl- inqas inkonvenjent kemm għan-nies li jaħdmu l-airport kif ukoll għan-nies li jużaw l-airport.", "Illum id-dħul li jidħol mir-route charges u dħul ieħor minn servizzi li qabel kienu jingħataw mid-DCA għaddew f'idejn l-MIA u allura dawn jikkontribwixxu għall-pagi u spejjeż oħra li l-MIA wirtet mingħand id-DCA.", "U kieku, kif għedt qabel, ma nqalax dak li nqala' fil- parlament - li fl-idea tiegħi sar bi ftehim ma' l-oppożizzjonii bil-ħsieb li jwaqqgħa lill-Gvern Laburista - kieku llum il-proċess ta' privatizzazzjoni mexa 'l quddiem ħafna.", "Fuq parir li tawna Andersen sar xi ċaqliq ta' ħaddiema min-naħa għall-oħra biex nassiguraw the smooth running ta' dawn il-kumpannji.", "Forsi kien hemm min ħaseb, Sur President, li dan iċ-ċaqliq ta' ħaddiema sar għal raġunijiet politiċi imma dan m'hu veru xejn għaliex jien ma kontx inħares lejn il-kulur politiku imma lejn ix-xogħol li jrid isir.", "Dan nista' ngħidu b'wiċċi minn quddiem u jistgħu jixhduh il-ħaddiema kollha.", "Jien ma kontx inħares lejn il-kulur politiku tal-ħaddiema imma kont nara min hu kapaċi jaħdem u nara li jingħata l-għajnuna ħalli jkompli jaħdem.", "Kieku ma kienx għal dawn in-nies, ħafna mix-xogħol li sar fil-kumpanniji parastatali u fid-dekasteru li għalih kont responsabbli jien ma kienx isir.", "Ix-xogħol u l-progress ma jsirux mill-ministru waħdu imma jridu jkunu n- nies li jaħdmu u jkollhom l-interess li jaħdmu.", "Ħafna mit-tibdiliet li saru, saru minn nies li ma kenux tal-kulur politiku tiegħi imma nies li ħadt pjaċir naħdem magħhom, nies li kienu sinċiera u li taw sehemhom biex il-pajjiż jibqa' miexi 'l quddiem.", "Jiena ta' dan rikonoxxenti u nirringrazzjahom għax-xogħol kollu li għamlu għax kull meta fittixthom sibthom.", "Illum kulħadd jaf li l-MIA baqgħet miexja 'l quddiem u qiegħda fi stat li l-gvern preżenti jista' jmexxi fuq dak li ħallejna aħna.", "Jiena mhux qed ngħid li fi żmienna kollox sar perfett - ħadd ma jagħmel l- affarijiet perfetti, Alla biss jagħmilhom perfetti! - imma nista' ngħid li ħafna mix-xogħol tajjeb li sar, kif għedt qabel, sar bl-għajnuna tan-nies li kien hemm.", "Issa ngħaddi biex nitkellem fuq il-qasa, tat-trasport pubbliku, Sur President.", "Ċertament li l-qasam tat-trasport pubbliku m'huwiex xi settur faċli.", "Meta qed ngħid trasport pubbliku qed ninkludi l-coaches, il-buses, il- vannijiet il-ħomor, it-taxis, il-mezzi kollha tat-trasport pubbliku u dak kollu konness miegħu.", "Dan is-settur ma sibnihx perfett u lanqas aħna ma ħallejnieh perfett.", "U l-ministru preżenti, l-Onor.", "Ċensu Galea, għandu biċċa xogħol iebsa.", "Jiena m'iniex se noqgħod ngħidlu għaliex ma sarx hekk jew ma sarx hekk għaliex naf kemm huwa iebes li tagħmilha ma' ħafna nies differenti b'ideat diversi.", "Dawn għalkemm ikunu fl-istess union xorta waħda kull wieħed minnhom ikollu idea differenti mill-ieħor.", "Ħafna drabi ssib li l-istess bniedem ikollu, per eżempju, bus, garage tal-kiri, vannijiet ħomor u jkun fir-RACA.", "Jiġifieri l-istess bniedem, l-istess kumpannija jew l-istess garaxx ħafna drabi jkollhom interessi differenti u jekk jiġi jkellmek liebes kappell minnhom ikellmek mod u jekk ikun liebes kappell ieħor ikellmek mod ieħor!", "Jiena naf li dawk li jaħdmu fit-trasport pubbliku għandhom diffikultajiet kbar, diffikultajiet li biex tasal li ssolvihom irid ikun hemm il-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Għaliex?", "Għaliex dawn in-nies jaħdmu ħinijiet strambi u tista' tgħid li għandhom kollox kontra tagħhom.", "Per eżempju, il-pubbliku għandu l-idea li kull ma jagħmlu dawn in-nies huwa ħażin, mingħajr ħadd ma jġib quddiem għajnejh li dawk tal-buses speċjalment jaħdmu ħinijiet strambi u jridu jħabbtu wiċċhom mal-pubbliku minn filgħodu sa filgħaxija.", "Jien nemmen li l-maġġoranza ta' dawn il- ħaddiema huma nies ta' l-affari tagħhom imma mbagħad naturalment issib il- ftit - kif issib f'kollox u kullimkien - li huma ħżiena jew li ma jridux joqogħdu għal-liġijiet.", "Jiena nemmen li baqa' ħafna xi jsir fis-settur tat-trasport pubbliku imma rrid ngħid li jiena sodisfatt bit-titjib sostanzjali li sar fit-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista.", "Kien żmien qasir wisq biex fih tirranġa l-affarijiet pero' b'sodisfazzjon ngħid li kemm jiena u kemm l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku kellna laqgħat spiss ma' l-oqsma kollha li jaqgħu taħt dan is-settur u ħdimna flimkien.", "Kif għedt qabel, kull settur kellu l-problemi tiegħu, problemi li pprovajna nsolvu - ħafna minnhom solvejniehom, waqt li ħafna oħrajn kienu għaddejjin it-taħdidiet biex insolvuhom - pero' ma nistgħux ngħidu li morna ħażin għaliex, kif għedt, f'dan is-settur sar progress bis-saħħa ta' kulħadd, ta' l- assoċjazzjonijiet, tal-unions u ta' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku.", "Żgur li kien hemm l-għajnuna ta' kulħadd biex aħna wasalna fejn wasalna.", "Kulħadd ħadem u ta sehmu u llum nistgħu ngħidu li ħafna mill-problemi ġew solvuti.", "L-ewwel ftehim li lħaqna wara ħafna laqgħat kien dak li sar bejn l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku, il-ministeru u r-RACA.", "Fil-fatt f'Ġunju ta' din is-sena, bi ftehim mar-RACA, ħriġna 75 permess ġdid u l- awtorita' u l-gvern intrabtu mar-RACA li l-vannijiet il-bojod tal-kiri, li s-seating capacity tagħhom kienet ta' tmienja u d-driver, jiġifieri disgħa b'kollox, ikunu jistgħu jibdew iġorru għaxra plus driver.", "Dan il-ftehim kien jipprovdi li l-vetturi jrid ikollhom seat-belt għal kull passiġġier u jkollhom l-arja kondizzjonata.", "Permezz ta' dan il-ftehim is-sidien tal- garaxxijiet li ma kenux f'union, ma kenux fl-assoċjazzjoni tar-RACA imma joperaw skond il-liġi, jiġifieri jaqgħu taħt il-liġi, ingħataw id-dritt li jżidu n-numru ta' vannijiet li għandhom.", "Dan wara li tas-setturi l-oħra qalgħu ħafna kwestjonijiet għax qalu li l-vannijiet m'għandhomx jiżdiedu.", "Pero' rridu ngħidu li fejn jidħlu garaxxijiet, sakemm dawn ikunu mexjin skond il-liġi, dan il-qasam huwa liberalizzat u m'hemm il-monopolju ta' ħadd.", "Qed nenfasizza li jridu jkunu mexjin skond l-liġi, għax fil-fatt sibna li kien hemm garaxxijiet li m'humiex joperaw skond il-liġi u anke garaxxijiet li kellhom biss l-isem u l-garaxx ma jeżistix.", "Kien hemm imbagħad kwestjoni oħra fuq il-garaxxijiet li konna bdejna niddiskutuha pero' ma konniex iffinalizzajnieha u nawguralhom li jiffinalizzawha.", "Qed nirriferi għall-fatt li skond liġi ftit antika, jekk inti jkollok tmien karozzi tal-kiri bilfors irid ikollok garaxx li jesa' tmien karozzi.", "Wara li jien tkellimt ma' l-avukat tas-sidien ta' dawn il- garaxxijiet fhimt aħjar il-pożizzjoni tagħhom.", "Il-punt tagħhom hu li allaħares il-karozzi tal-kiri kollha li jkollhom joqogħdu fil-garaxx - jista' jkollhom tmienja u jista' jkollhom anke aktar - għaliex dak ikun ifisser li m'għandhomx xogħol.", "L-importanti hu li jkollhom minn fejn joperaw għax imbagħad normalment il-maġġoranza tal-karozzi jkunu mikrijin u jkunu qegħdin barra.", "Allaħares il-karozzi jibqgħulhom fil-garage għax inkella jkun kapital mejjet.", "Lil dawn in-nies aħna konna qed ngħinuhom u nieħu pjaċir ngħid li meta għamilna survey fost it-turisti u l-Maltin li jużaw il-karozzi tar-RACA, sibna li 85% ta' dawk li weġbuna kienu kuntenti bis-servizz li jagħtu x-xufiera u l-garaxxijiet.", "Nista' ngħid li jien kont sodisfatt li kemm il-membri tar-RACA kif ukoll dawk li m'humiex iżommu l- karozzi ndaf u jġibu ruħhom b'mod edukat man-nies tant li, kif diġa' għedt, li 85% ta' dawk li jużaw ir-RACA kienu kuntenti bix-xogħol li tagħti din l- assoċjazzjoni.", "Minn dak il-ftehim li kien intlaħaq jirriżulta wkoll li l-gvern kien laqa' t-talba tar-RACA biex ir-rata ta' l-ewwel reġistrazzjoni fuq vetturi għas-servizz pubbliku, jiġifieri dawk li jinġiebu ġodda, minn 48.5% tinżel għal 30%.", "Il-gvern ta din il-konċessjoni b'turija ta' goodwill lejn is- sidien ta' dawn il-garaxxijiet għaliex aħna lil dawn ridnihom jinstallaw l- air-conditioning.", "Anke biex jagħmlu s-seat-belts u biex iżidu s-seating capacity, kienu se jidħlu fi spiża li mhijiex tas-soltu u allura l-gvern kellu jgħinhom.", "Għalhekk wara diskussjonijiet li saru, il-gvern qabel ma' din il-miżura ta' tnaqqis fir-rata ta' l-ewwel reġistrazzjoni fuq vetturi għas-servizz pubbliku.", "Mr Chairman, nista' nsemmi kwestjoni oħra li kellna niffaċċjaw, dik tas- settur tal-minibuses, jiġifieri l-vannijiet il-ħomor ta' l-iskejjel.", "Dawn kemm jiena u kemm il-kollega tiegħi, il-ministru ta' l-edukazzjoni, kellna ħafna nkwiet magħhom mhux għax ma jirraġunawx imma għax donnu li għandhom alla għalihom!", "Dawn kienu jemmnu li la tal-buses u lanqas setturi oħra ma kellhom iżidu s-servizz għall-iskejjel.", "Allura jien kont ngħidilhom: Kif jista' jkun li intom biss iżżidu fix-xogħol?", "Ir-raġuni kienet li riedu li l-kuntratt ta' l-iskejjel jeħduh huma.", "Jien mill-ewwel għedt li dan ma jistax isir, l-ewwelnett għax ma nistax norbot lil min jiġi warajja - kienet ġejja l-elezzjoni u jien ma ħassejtx li għandi norbot gvern ġdid b'kuntratt bħal dak - allavolja dawn riedu jagħmlu l-kuntratt ma' l- education department għax kienet waslet biex tibda s-sena skolastika.", "Xi ħaġa li ddejjaqni f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport tat-fal ta' l- iskejjel - kienet iddejjaqni, għadha ddejjaqni u lest li ngħin lill- ministru fiha - hija li t-tfal iridu jqumu għall-iskola fis-6.00 a.m. Nista' ngħidilkom li jekk toħorġu fis-6.30 a.m. taraw tfal ta' ħames snin jew sitt snin reqdin f'ħoġor ommhom jew missierhom jistennew it-trasport.", "Din jiena ma nistax għaliha.", "Mhux qiegħed nagħti tort lin-Nazzjonalisti jew lil Laburisti - għax it-tfal ta' kulħadd imorru l-iskola - imma għaliex meta l-iskola tibda fit-8.30 a.m. jew fid-9.00 a.m. trid bilfors twassal lit-tifel daqstant kmieni?", "Għaliex?", "Għax inkella tal-minibuses ma jlaħħqux il-vjaġġi kollha li jkollhom!", "Għalhekk aħna ftehemna magħhom li noħorġulhom 22 liċenzja ġdida - ma' ta' Għawdex ma konniex wasalna għax ma' dawk għaddejjin b'diskussjonijiet separati - u dan il-ftehim jorbothom, bħall-ftehim mar-RACA, li l-vetturi jkollhom l-arja kondizzjonata, jiżdied is-seating capacity u jaraw li jkollhom is-seat-belts.", "Barra minn hekk, erġajna wissejniehom li mhux sewwa li f'karozzi li jesgħu 16 jew 18-il ruħ jibqgħu jgħabbu 20.", "Jien naħseb li l-ebda ministru m'hu miġnun u jrid li ssir xi diżgrazzja, la mit-tfal u lanqas mill-kbar.", "Allura lil dawk li jaħdmu f'dan is-settur għednielhom: Jekk tridu taħdmu, jekk tridu li l-lukandi jagħtukom ix- xogħol u jekk tridu tgħabbu lit-turisti tridu toffri servizz suret in-nies.", "Vannijiet għandkom u nies edukati li jafu jirraġunaw għandkom ukoll.", "Ma tistgħux tibqgħu tiġġieldu mal-ħin u tgħidu li tridu bilfors tieħdu kollox intom.", "Meta hemm numru limitat ta' vannijiet, kif tistgħu tlaħħqu ma' l- iskejjel ta' Malta kollha, mal-fabbriki, man-nies tax-xogħol u mal-lukandi?", "Għednielhom li jekk m'humiex se jaġġornaw se jitfarrku għax l-ebda miġnun m'hu se jibqa' juża s-servizz tagħhom.", "Wara ħafna diskussjonijiet wasalna f'agreement mal-ministeru ta' l- edukazzjoni u dawn wegħdu wkoll li se jirranġaw il-kwestjoni tal-ħinijiet tat-tfal.", "U fuq din nagħmel appell lill-kollega tiegħi.", "Fuq din il- kwestjoni bilfors irridu naslu fi ftehim għax ma jistax ikun li tfal ta' l- iskola li jibdew fit-8.30 a.m. u fid-9.00 a.m. tgħaddi għalihom fis-6.30 a.m. Din jien ma nistax nifhimha, ipprovajna nsolvuha, iwegħduk li se jirranġawha u nibqgħu fejn inkunu.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li kollox huwa ħażin għax servizz jagħtu bħal ħaddieħor.", "U llum dawn diġa' bdew jimmodernizzaw ruħhom għax qed jifhmu li jaqblilhom, qed jifhmu li fejn jidħol it-turiżmu jekk ma timmodernizzax ma tistax timxi.", "Ta' min jgħid li, per eżempju, kienu qalulna li l-vannijiet jiswew ħafna u allura xtaqu li jġibuhom second-hand basta li ma jkollhomx iżjed minn ħames snin u nofs.", "Aħna konna qbilna u għednielhom li jistgħu jibdew iġibu basta jgħaddu through l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku.", "Fil-każ ta' Għawdex konna se niftiehmu mod ieħor għax hemmhekk għandhom sistema differenti pero' ma lħaqniex bdejna diskussjonijiet.", "Mr Chairman, fuq is-settur tat-taxis għamilna ħafna progress u llum bl- agreements li għamilna l-maġġoranza tat-taxis - jien ma tantx nagħti kas xi jġibu fil-gazzetti; naturalment ikun hemm uħud li ma jinteressahomx x'jagħmlu sħabhom ...", "Jien naħseb li l-ministru lil dawn diġa' drahom.", "Jien għamilta ma' dawn in-nies u tkellimt magħhom u naf li l-maġġoranza tad- drivers tat-taxis huma nies edukati u ta' l-affari tagħhom.", "Jien ngħid li l-ministeru għamel sew meta daħħal ir-riforma fis-sistema tat-taxis fl- ajruport, fejn it-turist jaqta' l-biljett minn qabel, bħalma jsir għal passiġġieri tal-cruise liners, biex b'hekk it-turist ikun jaf kemm se jonfoq.", "Jiena nappella lill-ministru biex ma jagħtix kas ta' dawk il-ftit li ma jinteressahomx mix-xogħol u minn jekk is-settur imurx 'il quddiem jew le għax huma jkollhom xogħol ieħor.", "Jien nemmen li bħalma s'issa bi ftehim waslna s'hawn, hekk ukoll naslu fuq affarijiet oħra għax baqa' xi jsir.", "Per eżempju, ikun aħjar jekk ikun hemm ticket booths madwar Malta biex min irid juża t-taxi ma jkollux għalfejn imur fuq it-taxi driver imma jaqta' l- biljett mill-uffiċċju.", "Naf li hawn xi lukandi li din diġa' bdew jagħmluha imma din is-sistema hemm bżonn li nkomplu niżviluppawha ħalli x-xufiera tat- taxis imorru aħjar u jkollhom moħħhom mistrieħ għax la jkun hemm dak il- ġlied tal-queue u lanqas il-problemi tal-venda.", "Mr Chairman, rigward il-coaches irrid ngħid li wara li ħafna minnhom kienu bidluhom u ġabu l-ġodda, u wara li fi żmien il-gvern ta' qabel l-1996 kien ġie ffirmat agreement biex dan is-settur jiġi lliberalizzat mill-ewwel ta' Jannar 1998, billi kien għad hemm ħafna sidien li kienu għadhom mgħobbija bid-dejn - għax kien hemm min nefaq xi Lm70,000 jew Lm80,000 għal kull coach ġdid li ġabu - aħna ftehemna li fil-każ ta' Malta l- liberalizzazzjoni tibda sseħħ fl-1999.", "Fil-każ ta' Għawdex ftehemna li s- settur jiġi lliberalizzat fl-ewwel ta' Jannar 2000 peress li l-agreement magħhom kien sar wara dak ta' Malta u allura dawn ippretendew bir-raġun li jingħataw l-istess żmien li ħadu s-sidien l-oħra.", "Nistgħu ngħidu li ħafna mill-coaches ġodda li nġiebu f'Għawdex huma moderni u diċenti.", "Anzi jien bi pjaċir ngħid li hemm coaches li nbnew Malta li huma ta' l-istess standard ta' dawk ta' barra u nbnew skond l- ispecifications.", "Jiena kont żort fabbrika f'Ħal Luqa, fejn kienu jibnu dawn il-coaches, u meta staqsejthom jekk f'każ li l-gvern jaqbel li dawn jinbnew f'Malta jkunux lesti li jibnuhom skond l-ispecifications, jiġifieri jew low floor jew super low floor, dawn assigurawni li huma jimxu skond l- ispecifications li jingħataw.", "Naturalment ma tkunx tista' tordna 30 f'daqqa u tippretendi li jkollok 30 f'daqqa għax din hija fabbrika żgħira.", "Pero' bl-għajnuna tal-gvern - fil-fatt kienu talbuna fabbrika ikbar - dawn kienu lesti li jżidu l-production.", "Jien ma ridtx norbot lill-ministru li jiġi warajja u għalhekk kont għedtilhom li meta jiġu biex jibnu dawn il- coaches dejjem iridu jimxu skond l-ispecifications u d-direzzjonijiet ta' l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku u huma kienu wegħduni li lesti li jimxu b''dan il-mod.", "Jien kont mort rajt l-ewwel coach li nħadmet għal Għawdex, coach li la kienet low u lanqas super low imma kienet conventional, jiġifieri minn dawk li nafu sal-lum, u nista' ngħid illi kieku ma kontx naf li nħadmet Malta kont naħseb li nħadmet barra.", "Jiena naħseb li l-Maltin kapaċi jaħdmu daqs il-barranin.", "Kienu nġabu esperti biex juruhom kif jaħdmu u jiena nemmen li bi ftit inkoraġġiment, b'daqsxejn xogħol u mingħajr ma nagħmlulhom diffikultajiet għandna naslu.", "Il-verita' hi li fis-settur tat-trasport jekk tagħmel ħafna red tape ma tasal imkien.", "Jekk tara li ħaġa m'hijiex se taħdem trid terġa' tiddiskutiha mas-settur biex tasal fi ftehim għax dan huwa settur komplikat ħafna u trid tasal bil- mod il-mod.", "Jien mhux se niġi hawn sena oħra u ngħid lill-ministru li hu ma wasalx għax inkun miġnun wara li jien għaddejt minn dawn l-affarijiet kollha.", "Min jaħseb li se jirranġa l-affarijiet mil-lum għal għada fit- trasport pubbliku, l-aħjar ħaġa li jaqbillu jagħmel hija li jittestja moħħu għax mhux se jirnexxielu!", "Kif għidt qabel, kull individwu huwa kumpannija, allura inti trid titkellem ma' l-individwu u ma tistax tgħidlu: Ara x'se tagħmel b'dik il-karozza.", "Ħafna mis-sidien ikunu jibżgħu ħafna għall- coach u jgħidulek li mhux se jħallu l-karozza f'idejn xufier ieħor.", "Ma tagħtihomx tort.", "Sur President, hawnhekk kien intqal li ħafna mill-pollution jiġi mill- exhaust tal-karozzi tal-linja minħabba li jħalltu l-pitrolju mad-diesel.", "U jiddispjaċini ngħid li dan veru allavolja fil-budget intqal mill-Ministru Dalli li issa dawn tgħallmu - jien nibża' li kulħadd se jkollu jilgħaq dak li kien intqal dwar l-użu tal-pitrolju għall-karozzi tal-linja għax minn mindu reġa' roħos il-pitrolju diġa' bdejna naraw trakkijiet u ċerti karozzi tal-linja li taħsibhom qed jaħdmu bil-faħam - imma jiena ngħid li ma tgħallem ħadd xejn għax il-pitrolju diġa' reġa' beda jintuża bil-goff.", "Dan huwa ħażin għas-saħħa u jekk l-affarijiet li kienu qed jintużaw flok il- pitrolju kienu qed jagħmlu ħsara, jiena niggarantilek li dawn jagħmlu ħsara iktar.", "Din għandna nkunu riġidi fuqha għax allura jien se nibda naħseb li l-pitrolju ma raħħasniehx għall-anzjani imma raħħasnieh biex min kien jużah qabel jerġa' jibda jużah issa għax erġajna bdejna naraw id-dħaħen fit- triq.", "Wieħed jista' jgħid l-istess ħaġa għall-fatt li għollejna l-petrol bla ċomb.", "L-ewwel kien jingħad li dan raħħasnieh biex in-nies jibdew jixtru l-petrol bla ċomb ħalli nħarsu l-ambjent mit-tniġġis, u issa f'daqqa waħda dan għollejnieh daqs il-petrol l-ieħor u addio l-ħarsien ta' l- ambjent.", "Jiena kont niddejjaq nattendi għall-konferenzi u symposia barra minn Malta, għax dak il-paroli kien idejjaqni.", "Jien nemmen li jekk għandha ssir xi ħaġa għandha ssir bil-fatti.", "Il-gvern preċedenti kien kompla bit-taħdidiet ma' tal-karozzi tal-linja u konna wasalna biex għamilna servizzi ġodda.", "Ġie introdott is-servizz ta' tard bil-lejl ġewwa Paceville minħabba li kien dieħel il-breathalyser test u minħabba l-kwestjoni tal-parking, speċjalment ġo Paceville, fejn kellna ħafna kritika fuq il-kwestjoni tal-clamping.", "Min kien miġnun ikkritika lill-gvern fuq din il-miżura għax ma kienx sew li kulħadd jipparkja fejn ġie ġie.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk lill-ministru ngħidlu biex joqgħod attent għax il-kunsilli lokali jibdew joħdulu rasu fuq il-kwestjoni tat- tqassim tat-traffiku.", "Meta kont ministru jien kienu ġennewni għax it- traffic control board kien jiddeċiedi li jagħmel no parking signs jew no entry signs f'ċerti postijiet u mbagħad tal-kunsill lokali iwaħħlu l-istess sinjali bnadi oħra u kienet tinħoloq konfużjoni.", "Kellna każ klassiku ġo Buġibba fejn wieħed seta' jidħol minn naħa pero' ma seta' joħroġ minn imkien għax tal-kunsill lokali waħħlu signs mod u t-traffic control board waħħal signs mod ieħor.", "Aħna konna diġa' mxejna magħhom fuq din il- kwestjoni.", "Dawn l-affarijiet iridu jsiru b'għaqal.", "Ma tista' tagħti tort la lill-kunsilli lokali u lanqas lit-traffic control board għax kulħadd jara l-affarijiet kif jaqbel lilu.", "Allura l-ministru - għalkemm mhux se ngħallmu jien - għandu jikkonsulta mat-traffic control board, fejn hemm nies serji, jikkonsulta mal-kunsilli imma mbagħad l-aħħar kelma għandha tkun tat-traffic control board flimkien mal-ministru.", "L-awtorita' dwar it-trasport pubbliku kienet ukoll introduċiet servizz għal Wied iż-Żurrieq, li mbagħad ġie estiż għall-Qrendi.", "Dan is-servizz sar b'konsultazzjoni mas-sidien tal-karozzi tal-linja u mat-transport association.", "Wara taħdidet konna ffirmajna agreement li kien għadda mill- kabinett ukoll biex mill-1999 'il quddiem il-gvern joħroġ Lm1 miljun fis- sena għal tliet snin bħala sussidju lis-sidien biex jinbidlu l-147 karozza tal-linja.", "Kien hemm talba minn ftit sidien li ma ridux iġibuhom ġodda imma second-hand.", "Lil dawn għidnielhom li biex iġibuhom second-hand irid ikun hemm board magħmul mit-transport association flimkien ma' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku u l-ministeru biex naraw x'kondizzjoni tkun il- karozza, biex ma jġibulniex karozza ta' 30 sena ilu u jagħtuha lagħqa żebgħa.", "Wieħed irid iqis ukoll li fost is-sidien hemm min m'huwiex kapaċi jħallas dawk il-flus, għax biex iġġib karozza super low floor illum trid mas- Lm56,000 u hemm min ma jiflaħx jagħmilha din, ħalli ngħidu kollox.", "Kellna wkoll karozzi tal-linja li kienu għadhom tajbin għax ma kenux ilhom li xtrawhom u dawn talbuna jekk jistgħux jibqgħu jużawhom.", "Kienet ħasra li truck, li wieħed ikun għadu kemm xtrah, forsi jkun qamlu xi Lm15,000 jew Lm16,000, tgħidlu li jrid ikissru biex iġib wieħed ġdid super low floor għaliex għada se nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd irid jara x-xiber tiegħu.", "Dawn kienu jiġu jkellmuni personalment u trid tara safejn wieħed jista' jasal jew ma jasalx.", "U min jaħseb li tal-karozzi tal-linja m'għandhomx spejjeż jaħseb ħażin għax illum trid Lm100 biex tagħmel tyre ġdid.", "Għandhom ħafna wear and tear u l-ispejjeż li għandhom huma kbar.", "Għalhekk għidt li trid tiltaqa' magħhom individwalment u tittratta ma' kull wieħed skond il-problemi tiegħu.", "Irridu nipproteġu liż-żgħar għax inkella l-garaxxijiet il-kbar jikluhom u jkollna monopolju ta' xi erba' garaxxijiet.", "Ġiet introdotta wkoll uniformi ġdida, saru bus shelters ġodda u kien hemm offerti biex isiru bus shelters oħra.", "Konna bdejna niddiskutu biex isiru iktar kontrolli u jkun hemm tariffi għat-tfal ta' l-iskola biex ikunu mħarsa l-interessi kemm tal-ġenituri u kemm ta' l-iskejjel, imma mbagħad saret il-bidla fil-gvern u ma stajniex inkomplu.", "Konna komplejna bl-iskeda tal-ftehim li kien għamel il-gvern ta' qabel, biex nissussidjaw lis-sidien tal-karozzi tal-linja, u sakemm spiċċajt minn ministru jiena konna diġa' tajna mat-88% ta' dan is-sussidju.", "Issa ngħid xi ħaġa dwar il-posta.", "Meta twaqqfet il-kumpannija tal-posta konna għamilna proviso li l-ħaddiema għandhom dritt imorru lura u kien sar ukoll ftehim ma' l-assoċjazzjoni ħaddiema postali fiċ-ċivil, fejn dawn kienu qed jitolbu li jiġu integrati fil-general service.", "Konna ffirmajna ftehim mal-union tagħhom biex ikollhom dawn l-affarijiet li talbu u għandi nifhem li kienet saret ukoll wegħda mill-kollega tiegħi, il-Ministru Gonzi, li jekk jitla' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern dawn l-affarijiet li kienu ftehmu dwarhom mal-Gvern Laburista jiġu attwati.", "Id-dipartiment tal-liċenzjar u ttestjar tal-karozzi din is-sena jiġbor mal-Lm1.1miljun, li tissupera s-somma stmata ta' Lm800,000.", "Kemm domna fil- gvern aħna nbidlu l-pjanċi kollha bis-saħħa tal-ħaddiema li hemm fid- dipartiment tal-liċenzji.", "Dan dipartiment li jien kburi bih għax huwa effiċjenti ħafna.", "Fil-fatt flok domna sena biex bdilna l-pjanċi li kien baqa', bis-saħħa ta' dawn il-ħaddiema x-xogħol lestejnieh fi żmien record ta' ftit xhur.", "Konna lestejna wkoll il-VRT, il-vehicle roadworthiness test, mhux l-MOT għax dik hija xi ħaġa differenti.", "Konna għamilna white paper fuq dan is-suġġett u rċevejna l-proposti tan-nies.", "Dan konna se nagħmluh mhux b'vendikazzjoni imma biex tidħol iktar dixxiplina fis-sewqan ħalli jonqsu ħafna mill-inċidenti li qed isiru bit-traskuraġni li hawn.", "Aħna konna għidna li d-dipartiment tal-liċenzji għandu jiġbor taħtu kulma għandu x'jaqsam mal-vetturi għax nemmnu li ma nistgħux nimxu jekk ikollna ħafna dipartimenti.", "Il-gvern kien se jagħmel liġijiet dwar is-sewqan, kif jingħataw il-liċenzji tas-sewqan u dwar l-iskejjel tas-sewqan ħalli nġibuhom fuq linji internazzjonali.", "Kienu saru ħafna taħdidiet man-nies konċernati u konna se ndaħħlu s-sistema tal-punti fil-liċenzja, jiġifieri l- gvern jagħtik il-liċenzja imma meta titlef ċerti punti inti titlef il- liċenzja.", "Din ma konniex se nagħmluha għaż-żgħażagħ, kif qalu - għax hawn anke kbar traskurati li jsuqu kif iridu - imma biex inġibu d-dixxiplina fis- sewqan.", "Konna qed nistudjaw ukoll biex indaħħlu l-liċenzja fixed mal-windscreen, ħalli ma jkollniex logħob bil-liċenzji, imma dak iż-żmien il-gvern ma kellux il-flus meħtieġa u konna se nħalluha għall-budget li jmiss.", "Din hija liċenzja li twaħħalha u jekk taqlagħha tispiċċa u konna se nagħmluha biex ma jkunx hemm min ma jħallasx liċenzja u qisu ma ġara xejn.", "Dawn huma l-affarijiet li konna se nagħmlu għas-sena li ġejja.", "Id-dipartiment kien estenda wkoll il-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan għal ċerti nies barranin għaliex kellna nies residenti Malta li ma kellhomx liċenzja.", "Dawn kienu jinkludu l-istudenti li kienu jiġu jistudjaw Malta, ir-refuġjati u l-barranin li għandhom permess ta' residenza permanenti f'Malta u dawk li kellhom il-freedom of movement.", "Konna għamilna ċerti regolamenti biex dawn in-nies setgħu jġibu l-liċenzja Maltija.", "Kif għedt qabel, aħna konna se nagħmlu l-leġislazzjoni neċessarja ħalli t- traffic control board, id-dipartiment tat-toroq u l-public transport authority jiġu nkorporati taħt id-dipartiment tal-liċenzji.", "Kien sar ħafna xogħol bl-għajnuna ta' Dr Micallef Stafrace ukoll, liema xogħol kien wasal fi stadju avvanzat.", "Jiena nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk il-ħaddiema li ħadmu biex stajna nimxu 'l quddiem.", "Fuq il-kwestjoni tal-Gozo Channel irrid ngħid li fl-1996 din il- kumpannija kellha mat-terz ta' Lm1 miljun dejn.", "Kien hemm min kien jgħajjarna li aħna m'għandniex kuxjenza soċjali għax għollejna n-nollijiet pero' meta sirt ministru jien sibt li diġa` kien hemm il-ħsieb li jgħollu n- nollijiet.", "Kien hemm mismanagement kbir u lill-kumpannija ma stajniex inkomplu nħalluha titkisser u ħadna miżuri stretti biex inġibuha fuq saqajha.", "Biddilna l-iskedi tal-ħinijiet, għalkemm il-poplu Malti u Għawdxi xorta baqa' moqdi, u ffrankajna eluf ta' liri.", "Anke fuq il-vapuri stajna nagħmlu maintenance iktar spiss, għaliex sfortunatament konna sibna li qabel il-vapuri ftit kellhom maintenance.", "Dħalna f'kuntratt dirett ma' l- MOBC għal xiri ta' fuel.", "Hawnhekk jien ġejt mgħajjar li għamilt affarijiet li mhux suppost għamilthom imma l-fatt hu li l-gvern kellu dritt joħroġ tender..", "Meta għandek kumpannija mfarrka u mkissra b'mismanagement trid tieħu l-miżuri kollha biex inti ssaħħaħha.", "Bil-kuntratt tax-xiri tal- fuel u l-miżuri l-oħra l-kumpannija ffrankat Lm96,000 fl-ewwel sena.", "Dħalna f'kuntratti ġodda mal-Malta Drydocks biex isiru t-tiswijiet u l- maintenance tal-Gozo Channel.", "Sar ukoll ħafna xogħol ta' manutenzjoni mill- ħaddiema tal-Gozo Channel stess u permezz ta' dawn il-miżuri li ttieħdu mill-bord tad-diretturi tal-Gozo Channel iffrankajna Lm100,000.", "Irranġajna l-flotta ta' Għawdex.", "Fil-fatt sar ħafna storbju fuq il- catamaran li kien jaħdem bejn Malta u Għawdex, li kien jiswa lill- kumpannija Lm1,000 kuljum.", "Meta l-Virtu' għamilnieh chartered, fi żmien 18- il xahar il-kumpannija qalgħet Lm126,000.", "L-m.v.", "Xlendi neħħejnieh għax kieku tħalla jopera lill-kumpannija kien se jiswielha mal-Lm150,000 fi spejjeż ta' maintenance.", "Waqqafna l-użu tal-Gozo Express li kien ilu wieqaf.", "Ta' min jgħid li s-sena l-oħra biss talli kien wieqaf hemm u ma stajniex nużawh, għaliex jekk ikun riħ force 4 ma jaħdimx, il-kumpannija kienet weħlet Lm77,000.", "Bix-xogħol li għamilna flimkien mad-diretturi tal-kumpannija tjiebet ukoll il-likwidita' tal-kumpannija.", "Ta' min isemmi biss li l-bilanċ fil- banek laħaq kważi Lm553,000 meta mqabbel mal-bilanċ negattiv li l-Gozo Channel kellha s-sena ta' qabel.", "Mhux hekk biss, il-kredituri sa l-aħħar ta' Settembru ta' l-1996 kellhom jieħdu kważi terz ta' Lm1 miljun u l- kumpannija dawn irnexxielha tniżżilhom għal Lm35,000 sa Lulju ta' din is- sena.", "Konna qed naħsbu għall-futur għax konna nafu l-isfidi li kellha l- kumpannija u fil-fatt din is-sena kienet qed tistudja biex iġġib vapur, b'charter jew inkella tixtrih, biex naħdmu minn Malta għal Sqallija għaliex l-m.v.", "Għawdex kien spiċċa.", "Sibt ukoll it-taħwid dwar il-bini tal-vapuri.", "L-ebda wieħed mit-tliet vapuri li kienu qed jinbnew ma kien tajjeb biex imur Sqallija.", "Riedet issir re-modelling, li kienet se tiġi tiswielna ħafna flus, biex ikunu tajbin għal Sqallija iżda l-gvern ma kienx jaqbillu jagħmilha.", "Allura l- gvern waqqaf il-Gozo Ferries biex tieħu l-bini tal-vapuri f'idejha u kien hemm il-ħsieb li meta dawn ikunu lesti tikrihom lill-Gozo Channel.", "Dawn it- tnejn huma kumpanniji tal-gvern.", "Dan il-kuntratt tal-bini tal-vapuri, li sar b'għaġġla lejliet l-elezzjoni, ma kien jispeċifika xejn u l-Gvern Malti kien marbut u huma ma kienu marbutin xejn.", "Aħna rajna kif għamilna biex irranġajna l-affarijiet u l-aħħar wieħed mill-vapuri suppost irid ikun lest sa l-aħħar tas-sena 2000.", "Meta kont ministru kont inżomm laqgħat regolari magħhom biex nara kif kienu mexjin, pero' kien hemm xi diffikultajiet għaliex daqqa ma jiġux id-disinji, daqqa ma jiġix il-ħadid u daqqa jgħidu li l-ħaddiema ma jaħdmux.", "Min kien iffirma l-kuntratt telaq kollox għal riħu u kellu jkun il-gvern u l-bord tad-diretturi, flimkien mal-MIMCOL u l- ministeru, biex dan inġibuh jimxi sura ta' nies.", "Fuq il-kwestjoni tan-nollijiet - xi ħaġa li lanqas ħaqq noqogħdu ngħiduha - is-sena l-oħra sa Santa Marija l-Gozo Channel kellha record ta' passiġġieri.", "U issa qed naraw li addio dawk il-wegħdi tal-Partit Nazzjonalista li n-nollijiet se jerġgħu jiġu għal kif kienu qabel.", "Hawn se noħroġ ftit barra mis-suġġett.", "Jien ilni nitla' Għawdex mill-1958 u l-esperjenza wrietni li jekk irridu li l-ħwienet f'Għawdex ikollhom it-turisti, l-ewwel ma rridu nitkellmu huwa fuq il-gwidi.", "Inkunu rġiel u ngħidu - hawn il-kollega tiegħi minn Għawdex - li f'Għawdex il-gwidi jieħdu lit-turisti fejn jaqblilhom.", "Mhux veru Għawdex ma jitilgħux turisti, jitilgħu ħafna, imma hemm ċerti gwidi li jiftiehmu ma' ċerti ħwienet, ma' ċerti restaurants u ma' ċerti lukandi biex jieħdu lit-turisti hemm biss.", "Dan irridu nirranġawh.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħid li dan sar fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt dan sar taħt kwalunkwe gvern u hija r-responsabbilta' ta' kulħadd għax huma ċerti gwidi li jiġu jaqgħu u jqumu li qed jagħmlu l-ħsara.", "Dan mhux sewwa.", "Meta sirt ministru kien hemm każ fejn wieħed ma riedx jgħabbi grupp Ġermaniżi u ħalihom ix-xatt f'xita nieżla.", "Taf għaliex?", "Għax il-ġimgħa ta' qabel lilu u lill-gwida ma tawhomx tips.", "Ippretenda li kull turist jagħti Lm1 lilu u Lm1 oħra lill-gwida u allura ma rikkibhomx.", "Din hija l- ħsara u mhux għaliex għollejna n-nollijiet tal-vapur.", "In-nollijiet tal- vapur ma nbidlu xejn f'dan il-budget jew nbidlu ftit għall-Għawdxin.", "(Interruzzjonijiet) Hija ħrafa r-roħs fin-nollijiet għal min imur wara t- 8.00 p.m. Issa għidli llum min se jmur wara t-8.00 p.m. f'kesħa u f'bard bħal dan!", "Tiġix tgħidli li titla' tiekol Għawdex fix-xitwa biex imbagħad issib il-baħar imqalleb, tispiċċa titma' lill-ħut u terġa' tiġi tiekol hawn!", "U ejja ma ndaħħqux nies!", "Jekk se nraħħas inraħħas sew, mhux ngħid li jekk nitla' jien se nagħmilhom kif kienu u mbagħad inħallihom kif kienu.", "Il-verita' hi li għall-Maltin baqa' kollox kif kien.", "Min jitla' wara t- 8.00 p.m. igawdi minn roħs imma ma nafx min se jmur dak il-ħin.", "Għamilniehom wara t-8.00 p.m. biex imorru għad-disco!", "Mr Speaker, nagħlaq fuq il-Malta Maritime Authority, li sieħbi tkellem ħafna fuqha.", "Din ħadmet ħafna u hawn nixtieq ngħid li hemmhekk hemm nies kemm ta' kulur politiku u kemm ta' ieħor li ħadt pjaċir naħdem magħhom.", "Huma urew fiduċja fija, jien urejt fiduċja fihom u ħdimna flimkien, kemm il- bord tad-diretturi u kemm il-ħaddiema.", "Ikun hemm xi erba' 'l hawn u 'l hemm li ma jikkoperawx - per eżempju, naf li kien hemm xi ħaddiema ta' l- MIA li kien hemm min jgħidilhom biex malli jmur il-ministru jobżqulu - għax ikunu mkesksin minn xi nies imlaħħqin li suppost li huma edukati.", "U jien kont nieħu paċenzja, indawwar wiċċi n-naħa l-oħra u nibqa' sejjer.", "Lil dawn ngħidilhom: Kemm kontu boloh!", "Imma l-MMA ħadmet, u kif ħadmet!", "Kellna ħafna proġetti li wettaqniehom, biżżejjed ngħid li llum il-bandiera Maltija hija l-ħames waħda.", "Kellna gwerer, mhux min-naħa ta' Malta imma mill-barranin għax kienu jgħiru għall-pajjiż tagħna.", "L-IMO tawna ċertifikat lilna meta qalu li għalkemm aħna pajjiż żgħir, il-gvern huwa serju u l-awtorita' hija serja.", "Biżżejjed ngħidu li l-MMA għandha inspectors barra minn Malta li jagħmlu l-inspections għall-għarrieda.", "Veru ġieli nqabdu vapuri taħt il-bandiera Maltija li jkunu abbużaw pero' nista' ngħid li l-MMA hija awtorita' serja, ħadet passi u fil-fatt kellna vapuri li qtajniehom.", "Il-gwerra li kellna kienet għax ma setgħux jifhmu kif pajjiż li huwa tikka fil-Mediterran għandu flotta serja b'awtorita' serja li qiegħda l-ħames fil-klassifika internazzjonali.", "Mr Speaker, jiena nagħlaq billi nawgura lill-kollega tiegħi tan-naħa l- oħra għax dan huwa qasam li jekk ifalli mhux se jfalli Ċensu Galea jew Joe Debono Grech, jew il-Parti Laburista jew il-Partit Nazzjonalista imma se tfalli Malta.", "Din hija xi ħaġa li tolqot lil Malta kollha u jien nappella lill-ħaddiema li bħalma ħadmu miegħi jaħdmu mal-gvern preżenti għax ir- responsabbilta' tagħhom hija lejn il-pajjiż, ikun min ikun fil-gvern.", "Ippermettuli nagħmilha ċara li d-diretturi u l-kbar għandhom responsabbilta' lejn il-ħaddiema u m'għandhomx jaħqru lil dawk il-ħaddiema li ma jaqblux mal-kulur politiku tagħhom.", "Ikunu blu jew ħomor, ħadmu taħt Gvern Laburista jew ħadmu taħt Gvern Nazzjonalista, jien inżommhom responsabbli tal-ħsara li jkunu għamlu lil sħabhom fuq il-postijiet tax- xogħol talli jkunu għamlulhom ħajjithom infern għax forsi jaħsbu li laħqu s- sema b'idejhom.", "Jiena nirringrazzja lill-ħaddiema, lid-diretturi u liċ-chairmen kollha li ħadmu miegħi għax jien waħdi ma kont nagħmel xejn.", "Ibqgħu aħdmu hekk għax dan ix-xogħol mhux għalija qed tagħmluh, mhux għall-Onor.", "Ċensu Galea imma qed tagħmluh għall-poplu Malti u l-poplu Malti jitlob serjeta' u rġulija minnkom.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi ħafna.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa għall-gvern.", "Nistieden lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Grazzi, Sur President.", "Id-diskors tal- kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar it-trasport u l-komunikazzjoni bla dubju juri kemm f'dan il-qasam hemm politika ta' kontinwazzjoni.", "Jiena xtaqt nitkellem fuq żewġ konċetti li jorbtu ħafna lid-dipartimenti li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.", "L-ewwel konċett li xtaqt nitkellem fuqu huwa l-konċett ta' hub, li tkellem tajjeb ħafna dwaru l-President tar-Republika fil-ftuħ ta' dan il-parlament u li tant jorbot lid-diversi setturi li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.", "Jekk wieħed jibda billi jsemmi lill-Malta Maritime Authority isib li sena wara sena kien hemm żieda konsistenti fir-reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il- bandiera Maltija.", "Kien hemm ukoll żieda ta' vapuri fil-portijiet, sew dawk navali, sew dawk li jġorru l-containers, sew dawk li għandhom x'jaqsmu ma' bunkering, kif ukoll dawk li jġorru l-karozzi.", "Huwa interessanti li wieħed jinnota li minħabba ż-żieda fl-importazzjoni ta' karozzi tul dawn l-aħħar snin, proprju f'din is-sena nsibu parti min-nefqa kapitali għall-estensjoni tal-car transhipment area f'Laboratory Wharf.", "Insibu wkoll żieda fid- domanda għal berthing sites f'yacht marinas.", "Fil-fatt hemm madwar 274 applikant li għadhom fuq il-wating list għal permanent berthing site u dan bla dubju huwa ta' awgurju tajjeb għall-proġett tal-Kottonera, li kif nafu lkoll irid ukoll jinkludi yacht marina.", "Hemm ukoll żieda konsistenti fi cruise liners li jżuru pajjiżna, assoċjata wkoll ma' żieda fi cruise passengers, anke fl-ammont ta' flus li qegħdin jonfqu dawn it-turisti, tant li tul dawn l-aħħar snin it-turiżmu tal-cruise liners sar wieħed mill-pilastri fis-settur tat-turiżmu.", "Dan ukoll jawgura tajjeb u juri kemm hu meħtieġ il-proġett tas-sea passenger terminal f'Pinto Wharf, proġett li kif nafu bħalissa qed issir l-għażla minn fost il-proposti li kienu ġew sottomessi.", "F'dan il-qasam tajjeb li wieħed isemmi li fis-sena li ġejja n-nefqa kapitali prinċipali għal dak li jirrigwarda portijiet, se tkun riżervata għax-xogħol li jrid isir fil-port taċ-Ċirkewwa.", "Qasam ieħor li wkoll jirrigwarda l-konċett ta' hub hu dak ta' l- avjazzjoni ċivili.", "Nista' nsemmi s-sejbien ta' swieq ġodda mill-Air Malta, kif ukoll proposta li wieħed isib fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista ta' l-1996, li pajjiżna jkun ċentru għat-taħriġ tal-piloti fir-reġjun tal-Mediterran.", "Jiena nemmen li hija proposta li pajjiżna wkoll jista' jisfrutta dejjem bit-tir li jkun hub f'dan ir-reġjun.", "Jekk imbagħad induru għall-qasam tal-posta, il-konċett ta' hub insibuh ukoll jekk niffokaw fuq dak li jissejjaħ re-mailing, l-istampar, l- ippakkettjar u l-impostar ta' oġġetti postali minn ditti barranin.", "Imma żgur li f'dan il-qasam tal-posta hu meħtieġ aktar aġġornament mal-mezzi teknoloġiċi ġodda u nemmen ukoll li hemm bżonn li jkollna leġislazzjoni ġdida.", "Dan jingħad ukoll fid-Diskors tal-President tar-Repubblika fil-ftuħ ta' din il-leġislatura.", "Imma dwar il-posta nitkellem aktar 'il quddiem.", "L-aħħar settur li wieħed jista' jinkludi fil-kunċett ta' hub huwa s- settur tat-telekomunikazzjoni u qed nirriferi għall-kumpannija Maltacom.", "Ta' min ifakkar hawnhekk fil-proposta li kien għamel il-Prim Ministru tal- lum, meta kien prim ministru qabel l-elezzjoni ta' l-1996, lill- international telecommunications union, sabiex pajjiżna jkun regional training centre ta' l-ITU, sabiex pajjiżna jkun ċentru ta' taħriġ għal studenti Maltin u barranin, kif ukoll bħala ċentru ta' distance learning, ta' distribuzzjoni ta' korsijiet permezz tat-teknoloġija moderna.", "Żgur li l-Maltacom hija l-ikbar eżempju ta' kumpannija li żgur li qiegħda fl-avant- garde għal dak li jirrigwarda mezzi teknoloġiċi ġodda.", "Ma jfissirx li trid tieqaf hemmhekk għaliex jekk tieqaf f'dan ir-rigward żgur li tmur lura.", "Iżda żgur li l-Maltacom għandha tkun eżempju għal ħafna setturi oħrajn f'dan il-qasam.", "Funzjoni oħra li hi komuni għal diversi strutturi u diversi dipartimenti li nsibu taħt dan il-ministeru hija dik ta' direttorat regolatorju.", "Hemm diversi dipartimenti li xogħolhom hu ta' direttorat regolatorju, separat u awtonomu mill-operatur.", "Allura nsibu kif l-istess MMA għandha din il- funzjoni, u anke d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili għandu din il- funzjoni regolatorja, għal dak li jirrigwarda l-MIA.", "Jekk wieħed ikompli jara d-diversi dipartimenti taħt dan id-dekasteru wieħed isib ukoll id- dipartiment tal-wireless telegraphy, li wkoll għandu funzjoni regolatorja għal dak li jirrigwarda radio waves, eċċ. Għandek ukoll il-public transport authority li għandha funzjoni regolatorja sew fuq il-public transport association, sew fuq il-koperattiva tal-mini buses, tat-taxis, eċċ.", "Bħalma ġara fil-każ tal-Maltacom, fejn illlum b'liġi hemm uffiċċju regolatur tat-telekomunikazzjoni, tajjeb li wieħed jiffoka aktar, per eżempju, fuq il-qasam tal-posta.", "Wieħed isib kif f'dan il-qasam hemm diversi ħwejjeġ li wieħed jistenna li jkun hemm żviluppi dwarhom.", "Qed nirriferi għall-emendi li saru fl-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta aktar kmieni din is-sena.", "Hawnhekk wieħed isib li artiklu 5 ta' dan l-Att jgħid:", "\"In granting a licence under section 5(a) or at any time during the validity of any such licence, the minister may by regulations, exempt a licensee from the provisions of the Competition Act, 1994, and such exemption shall apply notwithstanding the provisions of the said Act.\"", "Dan qed ngħidu għaliex filwaqt li għandna kumpannija, il-Maltapost, huwa importanti li l-konċett ta' direttorat regolatorju li bih qiegħda sseħħ il- liberalizzazzjoni f'dawn l-oqsma, liberalizzazzjoni li allura għandha l- vantaġġi fuq il-monolopju, vantaġġi li jissarrfu f'żieda, f'titjib fl- effiċjenza, fi standards iktar għoljin u ħafna drabi fi prezzijiet aħjar għall-konsumatur.", "Nista' nikkwota minn editorjal ta' \"The Malta Independent\" li deher il- bieraħ, li kien jittratta dwar ir-rati tal-banek pero' paragrafu minnhom jitkellem dwar dawn l-oqsma li qed nitkellmu dwarhom illum:", "\"It would also seem that the experience of the past recent years shows us that particular sectors of the economy, not just the banks, care more about their bottom line than about what effect they have on the rest of the economy.", "Thus we have Maltacom subsidising the local connections with an absurdly high international tariff.", "Thus we have Air Malta pushing the Malta-London price absurdly beyond any comparative price ranges because that is a mine of gold, so let's farm it.", "Thus we have an absurdly overmanned public transport resisting any change despite the quite evident change in the patterns of people using transport, as long as the fare price continues to go up.", "Thus we have the absurdity of a container facing more charges to cross the 100 meters from the ship to the rod then it takes to bring that container over from Germany.", "And so on and so on.\"", "Nemmen li dan l-editorjal huwa kritiku, u bir-raġun, għall-fatt li f'dan il- qasam il-liberalizzazzjoni għadha ma bdietx iġġib l-effetti pożittivi tagħha.", "F'dan il-qasam tal-posta wieħed jista' jgħid anke kif sal-lum stess għad għandna courier services, anke ta' ditti internazzjonali rinomati bħad-DHL, li m'humiex liċenzjati f'pajjiżna.", "M'għandix dubju li allura hemm bżonn li l-leġislazzjoni tiġi aġġornata għal dan il-għan ukoll.", "Iżda żgur li l-qasam tal-posta jeħtieġ li juża aħjar il-mezzi teknoloġiċi ġodda anke l-għaliex għad jiġi żmien meta l-mezzi elettroniċi ġodda, bħall- electronic mail, jistgħu jikkompetu mas-sistema tal-posta f'pajjiżna b'mod li anke jtellfu mix-xogħol tal-Maltapost fiż-żmien li ġej u jheddu l- impjiegi tal-ħaddiema ta' din l-istess kumpannija.", "Sur President, ngħid għalija nħossni fid-dmir li la qegħdin nitkellmu fuq it-trasport niffokaw ftit fuq dak li jirrigwarda air pollution.", "L-aħħar ħarġa tas-central office of statistics - Malta at a Glance - turi biċ-ċar kif mill-1995 'l hawn, reġa' kien hawn tnaqqis sostanzjali fin-numru ta' persuni li qegħdin jużaw it-trasport pubbliku.", "Jirriżulta wkoll li mill- 1985 'l hawn irdoppjaw il-karozzi fit-triq u jien qed nirriferi hawnhekk sew għal karozzi privati kif ukoll għal dawk kummerċjali.", "Mill-1990 sa l- 1994, filwaqt li l-air emissions b'mod ġenerali żdiedu b'madwar 200,000 tunnellata, dawk li għandhom x'jaqsmu mat-trasport naqsu b'madwar 1,000 tunnellata fis-sena.", "Mela rajna kif bejn l-1990 u l-1994 filwaqt li t- tniġġiż ta' l-arja f'pajjiżna kompla kiber, dak li jiġi mit-trasport fil- fatt naqas.", "Dejjem qiegħed nikkwota ċifri mogħtija mis-central office of statistics.", "Jingħad ukoll f'din l-istess ħarġa li mill-1991 'l hawn irdoppja l-konsum annwali ta' diesel per capita filwaqt li l-konsum ta' petrol baqa' l- istess.", "Ovvjament kien hemm l-użu tal-petrol bla ċomb li rdoppja fl-aħħar ħames snin.", "Jiġifieri l-użu ta' petrol bla ċomb żdied filwaqt li ovvjament l-użu ta' petrol biċ-ċomb naqas.", "Iżda l-iktar ħaġa importanti hi li l- konsum annwali ta' diesel per capita rdoppja mill-1991 'l hawn.", "Jiena nemmen li wasal iż-żmien f'pajjiżna li wieħed jinnota dawn l-affarijiet anke għaliex meta jinħaraq id-diesel, bħall-petrol dan jipproduċi gassijiet tossiċi fl-arja li huma kanċerużi.", "Għaldaqstant jiena nemmen li pajjiżna għandu jibda jittekilja din il-problema bl-akbar serjeta'.", "Hemm diversi modi kif jista' jagħmel dan pero' żgur li wieħed mill-iktar modi effettivi huwa li jkollna riforma fit-trasport pubbliku.", "Ghadni kif qrajt fuq l- internet kif busload ta' 40 persuna tiffranka 9 tunnellati tinġis ta' l- arja fis-sena, sempliċement għaliex dawn l-40 persuna flok isuqu l-karozza tagħhom jużaw it-trasport pubbliku.", "Għan-nefqa kapitali tas-sena d-dieħla l-gvern qed joħroġ Lm1 miljun bħala sussidji għal xarabanks ġodda u jien m'għandix dubju li din għandha tkun miżura li se tgħin sabiex iktar nies jibdew jużaw it-trasport pubbliku.", "Naturalment hemm bżonn li jkun hemm aktar rotot ġodda u għadni kif qrajt fil-gazzetti li dan diġa' qiegħed isir.", "Hemm bżonn ukoll ta' aktar servizz ta' trasport pubbliku bil-lejl.", "Hemm affarijiet oħra li jistgħu isiru sabiex jonqos it-tinġis ta' l-arja mit-trasport, per eżempju, inċentivi għall-introduzzjoni ta' catalytic converters f'dawk il-karozzi ġodda.", "Huwa importanti li wieħed jgħid li l-biċċa l-kbira tal-karozzi ġodda kważi bilfors jridu jużaw petrol bla ċomb.", "Dawn il-karozzi jistgħu jintroduċu catalytic converter sabiex ma jkollhomx emission ta' benzine fl-arja.", "Ghalhekk il-gvern għandu jikkonsidra li jagħti inċentivi għal dawk il- persuni li jintroduċu catalytic converter fil-karozza tagħhom.", "Anke l- vehicle roadworthiness test, li l-preparamenti għalih seħħew tul din is- sena, se jiġi introdott s-sena d-dieħla.", "Dan ukoll jista' jgħin sabiex jonqos it-tinġis ta' l-arja, għaliex karozza well tuned u miżmuma sew twaddab anqas gassijiet tossiċi fl-arja.", "Imma m'għandix dubju li dan il- vehicle roadworthiness test se jnaqqas ukoll l-ammont ta' inċidenti tat- traffiku.", "Jekk wieħed iħares lejn l-abstract of statistics isib kif in-numru ta' inċidenti tul is-snin qiegħed jiżdied b'mod pjuttost allarmanti.", "Per eżempju, filwaqt li fl-1992 in-numru totali ta' inċidenti kien ta' 10,300, fl-1995 dan tela' għal 13,000.", "Jiġifieri maż-żieda fin-numru ta' karozzi jiżdied ukoll in-numru ta' inċidenti tat-traffiku u ghalhekk il-vehicle roadworthiness test huwa importanti li jibda jsir.", "Fil-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista insibu li dan il-vehicle road worthiness test m'għandux ikun ta' piż finanzjarju żejjed fuq is-sewwieqa tal-karozzi .", "Huwa importanti li ma jkunx hemm spejjeż żejda, spejjeż bla bżonn li s-sewwieqa ma jkunux jistgħu jifilħu għalihom.", "Mis-sena d-dieħla se jibdew il-preparamenti sabiex it-testijiet għal liċenzja tas-sewqan ikunu aktar avvanzati.", "Dan għandu jgħin biex meta dawn it-testijiet jiġu introdotti sentejn ohra, jonqsu wkoll l-inċidenti tat-traffiku.", "Jiena niftakar meta bdejt insuq, xi tmintax-il sena ilu, kien hawn hafna inqas karozzi fit-triq.", "Mill-1985 'l hawn in-numru ta' karozzi rdoppja u għaldaqstant illum huwa aktar diffiċli biex wieħed isuq, u min jibda jsuq u ma jkollux l-esperjenza meħtieġa huwa iktar at risk.", "Ghalhekk huwa importanti li dawn it-testijiet ikunu aktar avvanzati.", "Fil-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista ta' l-1996 kien hemm proposta li għandu jkun hemm electric vans fiċ-ċentru tal-belt.", "Kull min isiefer barra jaf kemm dan jgħin biex ma jkunx hemm dak it-traffiku kollu.", "Dan għandu jgħin ukoll f'Malta sabiex jonqos it-tinġis ta' l-arja u fl-istess ħin ikollna pedestrianisation ta' dawn iċ-ċentri.", "Il-kelliemi ewlieni ta' l-oppożizzjoni diġa' semma' s-settur tat-taxis u anke f'dan il-qasam huwa importanti li s-sidien tat-taxis jippruvaw jifhmu li jekk huma jraħħsu l-fees, mhux biss it-turisti imma anke l-Maltin jibdew jużaw ħafna aktar dan is-servizz.", "Jien m'ilux inzertajt kont konferenza tas-CPA f'Guernsey, fiċ-Channel Islands, fejn il-livell ta' l- għajxien huwa ħafna ogħla min tagħna, huwa ħafna aħjar minn tagħna, imma hemmhekk it-taxis huma relattivament b'xejn u jintużaw mir-residenti stess għal kull ħaġa ta' xejn.", "Bid-dhul tal-breathalyser huwa importanti li wieħed jikkonsidra li b'servizz orħos it-taxis jaħdmu aktar u jaqilgħu aktar.", "Proposta oħra li kien hemm fil-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista, u tajjeb li l-gvern jikkonsidraha, kienet li jkun hemm taxi bil-baħar fis-sajf.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nintroduċu l-parking meters, apparti li rridu naraw li jkollna aktar car parks, speċjalment fejn hemm konġestjoni kbira ta' traffiku u problemi ta' pparkjar.", "Jekk jinħadem pjan flimkien mal- kunsilli lokali fuq il-parking meters għandu jgħin ħafna f'ċerti lokalitajiet, partikolarment f'postijiet ċentrali bħall-Belt, il-Furjana, il-Ħamrun, il-Pieta, il-Marsa u postijiet oħra.", "Ovvjament qed ngħid għal parking meters li meta wieħed isiefer isibhom anke fl-iktar bliet u villaġġi żgħar.", "Mr Chairman, rigward il-qasam tat-toroq nħossni kburi nghid li kienet amministrazzjoni Nazzjonalista li introduċiet it-traffic u l-pelican lights kif ukoll inbeda programm intensiv ta' senjaletika.", "Dawn is-sinjali jgħinu lit-turisti kif ukoll lis-sewwieqa lokali.", "Il-bieraħ fl-ewwel faċċata ta' \"in-nazzjon\" kien hemm rapport interressanti li jgħid li esperti Ġermaniżi waslu għall-konklużjoni li nofs it-toroq f'Malta jinħtieġu tali attenzjoni li tiġi tiswa' mat-Lm32 miljun.", "Fil-fatt jirriżulta min dan l-istudju li hemm 64 kilometru ta' toroq li għandhom bżonn attenzjoni immedjata, 85 kilometru li għandhom bżonn attenzjoni f'temp ta' madwar sentejn, kif ukoll 37 kilometru li għandhom bżonn ta' attenzjoni f'temp ta' bejn tlieta u ħames snin oħra.", "Dan huwa fatt u ma nistgħux naħarbuh.", "Biżżejjed li wieħed imur sa Sqallija biex jinnota kemm l-istat tat-toroq huwa ħafna aħjar minn tagħna.", "Jien nemmen li qabel ma nimponu l-VRT u testijiet aktar komplikati u avvanzati ta' sewqan, pajjiżna għandu jagħmel sforz sabiex itejjeb l-istat u l-kwalita' tat-toroq.", "Dan ikun tajjeb għas-sewwieqa kif ukoll għal min ikun miexi fit-triq.", "Bla dubju l-vot kapitali ta' Lm1.8 miljun huwa pass fid- direzzjoni t-tajba imma ovvjament mhuwiex biżżejjed.", "Irrid nagħlaq, Mr Chairman, billi nagħmel appell lill-ministru.", "In-naħat tal-Ħamrun, tal-Belt, tal-Furjana, tal-Pieta u anke n-naħa ta' Tas-Sliema huma l-iktar postijiet traffikużi u f'dawn in-naħat ftit għad hemm toroq li m'humiex asfaltati.", "Jien diġa' għamilt mistoqsijiet parlamentari ghax hemm ftit toroq in-naħa tal-Ħamrun li, ghalkemm lesti min kull tip ta' żvilupp, jenħtieġ li jingħataw it-tarmac mill-aktar fis possibbli.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għall-Pjazza Sebgħa ta' Ġunju 1919, Triq Manwel Attard, Triq Willie Attard, Triq Guże' Bajjada u Triq Dun Frans Camilleri.", "Naf li hemm lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex li għandhom ħafna iktar toroq li għandhom bżonn wiċċ ġdid bit-tarmac.", "Fil-lokalitajiet li nirrappreżenta jien f'dan il-parlament din m'hijiex problema ħlief għal dawn it-toroq u jiena nippretendi li dan is-servizz jingħata, xejn xejn bħala kumpens għat- tinġis ta' l-arja li jbatu minnu dawn in-nies.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nibda biex ngħid li kont ftit sorpriż għaliex dik il-parti tal-ministeru li normalment taqla' ħafna kritika mill- oppożizzjoni u tant isiru PQs dwarha, issemmiet biss b'kumbinazzjoni mill- Onor. Jose' Herrera.", "Qieghed nirriferi għall-qasam tat-toroq, li l-poplu Malti tant jitkellem dwaru, izda li ma ssemmiex fid-diskussjoni tal-lejla.", "Nispera li iktar 'il quddiem ikolli ċans nitkellem dwar il-ħsieb tal-gvern fuq dan id-dipartiment biex forsi xi darba nibdlu r-rotta li ilna ħafna snin li qbadna.", "Sur President, dan il-ministeru għandu taħt ir-responsabbilta' tiegħu d- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, id-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar, l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku, l-awtorita' marittima, id- dipartiment tal-wireless telegraphy, ir-regolazzjoni tat- telekomunikazzjoni, ir-regolazzjoni tas-servizzi postali u, kif għedt, diġa' huwa responsabbli mid-dipartiment tat-toroq kif ukoll mit-traffic planning.", "Wiehed jista' jaqsam dawn is-setturi f'żewġ kategoriji differenti, parti marbuta mat-trasport fih innifsu u l-parti l-oħra marbuta mal-komunikazzjoni u mat-telekomunikazzjoni.", "Iżda naħseb li fil-bidu tad- diskors tiegħi l-ewwel li għandi nagħmel huwa li niċċara xi ħwejjeġ li seta' tefa' dell fuqhom l-Onor.", "Jose' Herrera.", "Sur President, ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membru pprova jagħti l- impressjoni li hemm xi diskrepanzi fin-numri u fiċ-ċifri li permess tagħhom qed jiġi amministrat dan il-ministeru.", "Naħseb li rridu nagħmlu saqajna ma' l-art u nifhmu li ma nistgħux inqabblu l-voti ta' din is-sena mal-voti tas-sena li għaddiet - jew inkella mal-voti ta' xi sena oħra - għas- sempliċi raġuni li kemm f'dak li huwa personnel, kemm f'dawk li huwa voti kapitali, kemm f'dak li huwa nefqa rikorrenti għandna sitwazzjoni għal kollox differenti min dak li kellna sal-ġurnata ta' l-elezzjoni.", "Isiru kif isiru il-paraguni, ma nistgħux inqabblu la n-nefqa rikorrenti, la nnefqa f'pagi u lanqas in-nefqa kapitali.", "L-Onor.", "Membru semma' aktar minn darba s-sitwazzjoni li hemm illum fid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili u, b'mod partikolari, dak li ġara wara l-ewwel ta' Mejju meta iktar min-nofs il-ħaddiema li kienu mad-dipartiment ġew traaferiti - nagħmel parentesi żgħira u ngħid li lanqas ma naqbel għal kollox ma dak li qal l-Onor.", "Debono Grech għar-rigward tal-privatizzazzjoni pero' dan it-trasferiment sar wara diskussjonijiet mal-unions, diskussjonijiet li ħadu xhur twal.", "Jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Herrera, li kien fuq in-naħa tal-gvern matul is- sentejn li għaddew, donnu li dan qed jinsih.", "Ma nistax nifhem kif jiġi hawn u jgħidilna: Isma', kif jista' jkun li d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili se jonqoslu d-dħul b' Lm4 miljun meta mqabbel mad-dħul tas-sena ta' qabel?", "Donnu ried jimplika li issa d-dipartiment se jonqoslu d-dħul b'Lm4 miljun, se jonqoslu l-ħruġ b'Lm2 miljun u allura xi ħadd se jgawdi Lm2 miljun!", "Ir-realta' hija li l-gvern preċedenti mill-ewwel ta' Mejju 1998 għadda rwoli u funzjonijiet li qabel kienu f'idejn id-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili lill-Malta International Airport.", "Hemm x'tikkritika f'dan il-fatt u hemm punti li forsi għad iridu jiġu ċċarati wkoll fiż- żmien li ġej, imma b'danakollu r-realta' li qegħdin ngħixu llum hija li d- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili huwa dipartiment għal kollox mibdul minn kif kien sa l-aħħar budget Laburista.", "Ghalhekk meta wieħed jiġi biex jitkellem fuq dan is-suġġett irid iżomm din ir-realta' quddiem għajnejh.", "Mr Chairman, id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili llum bażikament jirregola l-funzjonijiet u x-xogħol li jkun għaddej fl-ajruport.", "Naturalment dawn il-funzjonijiet, għalkemm f'ċirkostanzi differenti, igibu maghhom kemm benefiċċji ta' dħul kif ukoll l-iżvantaġġ ta' ħruġ li qabel kien isir minn dipartiment tal-gvern u llum qiegħed isir mill- kumpannija MIA.", "Madanakollu matul is-sena li għaddiet u għaż-żmien li ġej, sakemm ma jkunx hemm bdil fid-deċiżjonijiet li diġa' ttieħdu mill-gvern preċedenti, id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili se jibqa' wkoll id- dipartiment li f'ħafna aspetti jirregola l-ħidma ta' l-MIA.", "Dan id- dipartiment għad fadallu hafna funzjonijiet u responsabbiltajiet x'jaqdi għall-benefiċċju ta' settur importanti fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Mr Chairman, jiena m'inix se noqgħod nikkwota x'għedt jien is-sena li għaddiet, madankollu tajjeb li wieħed jiftakar li dan huwa dipartiment li mhux biss f'Malta imma madwar id-dinja kollha nitkellmu dwaru meta allaħares qatt jinqala' xi inċident.", "Meta nitkellmu dwar dan id- dipartiment bilfors irridu nifhmu li dan għandu responsabbiltajiet b'implikazzjonijiet mhux biss lokali imma wkoll internazzjonali.", "M'għandix għalfejn noqgħod insemmi eżempji - naħseb li kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra u ħafna minn dawk li qegħdin jisimgħuna jafuhom huma wkoll - imma rridu nifhmu li dan huwa dipartiment li kellu, li għandu u li se jibqagħlu funzjoni importanti x'jaqdi mhux biss fix-xena lokali imma wkoll fl-immaġini ta' Malta barra minn pajjiżna.", "Għax jekk id-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili għal xi raġuni jew oħra jinqalgħulu problemi li permezz tagħhom l-ajruport jiġi b'xi mod imdallam u mpoġġi f'sitwazzjoni ħażina, fis-sens ta' kif iħarsu lejh l-awtoritajiet internazzjonali, allura mhux id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, li jdaħħal ma nafx kemm il-miljun lira fis-sena, li jmur ħażin imma jmur ħażin pajjiżna, tmur ħażin Malta u jmorru ħażin numru sostanzjali ta' setturi oħra, b'mod partikolari s-settur tat-turiżmu, peress li mill-ajruport jgħaddu kwazi t-turisti kollha li jiġu Malta.", "Id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili għad baqagħlu funzjoni importanti x'jaqdi.", "Għalhekk, kif qal l-Onor.", "Debono Grech, matul iż-żmien li għadda sar investiment - u illum għadhom għaddejjin dawn l-investimenti - mhux biss f'equipment per se, mhux biss fil-mod ta kif bini, uffiċċju jinbidel min kif inhu għal mod ieħor imma investiment li sar, li ghadu jsir u li bilfors irridu nkomplu nagħmlu matul is-sena li ġejja fin-nies li jridu jkunu responsabbli mill-amministrazzjoni ta' kuljum, mill-ispettorat ta' kuljum li hemm bżonn isir fuq l-ajruplani taghna, fuq uħud mill-ajruplani li jiġu f'pajjiżna u fuq il-faċilitajiet ta' l-ajruport.", "B'hekk nassiguraw kontinwament li nkunu fi stat fejn mhux biss bil-kliem imma bis- serjeta' l-barranin u partikolarment l-organizzazzjonijiet internazzjonali ta' l-avjazzjoni ċivili jkunu jistgħu jqisu l-ajruport ta' Malta bħalha ajruport li jikkwalifika fl-ogħla livelli internazzjonali.", "Mr Chairman, hu l-iskop taghna li b'dan il-mod inkunu nistgħu nkomplu ntejbu l-faċilitajiet li għandna għas-sena li ġejja u għas-snin li ġejjin ukoll.", "Irridu naraw li bis-serjeta' n-nies li jkunu jaħdmu fid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili, hu x'inhu it-twemmin u l-kulur politiku tagħhom - hawnhekk l-Onor.", "Debono Grech għandu raġun – li meta qegħdin jaqdu funzjoni ta' responsabbilta' għandhom jifhmu li l-ewwel responsabbilta' m'hijiex la lejn il-Partit Nazzjonalista, la lejn il-Partit Laburista u lanqas lejn xi partit ieħor imma hija lejn pajjiżna.", "Dan huwa settur partikolari li kulhadd irid jifhmu bis-serjeta'.", "Naturalment dan huwa dipartiment li ħafna min-nies qatt ma jiġu f'kuntatt dirett miegħu u ghalhekk ma jafux xi jkun qed jiġri, madankollu xorta jibqa' dipartiment importanti.", "Minn dan id- dipartiment jiddependu ħafna ċ-ċirkostanzi li fihom jitqiegħed pajjiżna, b'mod partikolari fil-konfront ta' dawk li jridu josservawna u ta' dawk li jridu jaraw x'inhuma l-kondizzjonijiet li jimxi bihom pajjiżna.", "Mr Chairman, l-istess tip ta' dipartiment, l-istess tip ta' funzjoni u bl-istess nuqqas ta' apprezzament min-naħa tal-pubbliku - żgur li ftit jafu kif in-nies - huwa d-dipartiment tal-wireless telegraphy, li hu wkoll il- post tar-regolatur tal-komunikazzjoni.", "Dan id-dipartiment mill-elezzjoni 'l hawn waqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "Huwa dipartiment li l-maggoranza assoluta tal-poplu Malti ma tiġix f'kuntatt miegħu b'mod dirett izda dan huwa dipartiment li jikkontrolla numru ta' funzjonijiet li mmissu magħhom fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Huwa dipartiment li jiġi f'kuntatt magħna bil-mod ta' kif jirregola r-radjijiet u t-televiżjonijiet ta' pajjiżna u bil-mod ta' kif dawk li għandhom satellita jistgħu jew ma jistgħux jużaw dik is-satellita u jitrasmettu jew jircievu servizz minn naha jew minn oħra.", "Għalkemm hawn min jahseb li m'hemmx xogħol xi jsir minn dan id- dipartiment nimmaġina li hawn min huwa konxju li s-sena li għaddiet id- dipartiment ħareġ ċirkolari li tgħid li kull min għandu satellita jew dish fuq il-bejt irid jirreġistrah u jiddispjaċini ngħid li għad baqa' nies li għadhom ma ottemporawx ruħhom ma' dan l-avviż.", "Nappella kemm lil dawk l- individwi li għandhom id-dish u għadhom ma rreġistrawhx, kif ukoll, u forsi iktar importanti, lil dawk is-sidien ta' stabilimenti li joffru servizz permezz tas-satellita, permezz tad-dish li għandhom fuq il-bejt, biex jużaw il-faċilita' li għandu d-dipartiment u jirregolarizzaw il-pozizzjoni taghhom.", "Għax imbagħad wara jkun kollu għalxejn li noqogħdu ngħidu li d- dipartiment qiegħed jagħfas iż-żejjed.", "Mr Chairman, nispera li dawk in- nies kollha li sal-lum kellhom il-possibbilta' li jirregolarizzaw il- pożizzjoni tagħhom u baqgħu jittratienu, ikunu huma min ta quddiem nett li jmorru fid-dipartiment biex jottemporaw ruħhom mal-liġijiet tal-pajjiż.", "Mr Chairman, irrid ukoll nagħmel riferenza għax-xogħol siewi li jaghmel dan id-dipartiment meta jgħin lin-numru sostanzjali ta' vapuri - mhux neċessarjament reġistrati f'Malta - bis-servizzi li jagħti.", "Dawk kollha li jaħdmu fis-settur tax-shipping jafu l-valur tad-dipartiment tal-wireless telegraphy u l-funzjoni li jaqdi biex huma wkoll ikunu jistgħu jirreġistraw vapuri - mhux għal bżonnijiet tal-Malta Maritime Authority imma skond kriterji internazzjonali, skond l-obbligi internazzjonali li għandhom - taħt il-bandiera Maltija.", "Naturalment aħna kburin, kuntenti u ferħanin li l-MMA llum qegħda fil-ħames post tar-reġistrazzjoni tal-vapuri, iżda dan ifisser ukoll li rridu nġorru aktar responsabbiltajiet.", "Kull vapur li hemm reġistrat taħt il-bandiera Maltija jrid li bis-serjeta' jara li jkun qed jobdi r-regoli ta' l-MMA, kif ukoll ir-regoli internazzjonali fis- settur tax-shipping, għaliex ma nistgħux inħallu li isem il-bandiera Maltija jiċċappas minħabba xi att ta' traskuraġni.", "L-MMA tagħmel sewwa li tara li min jikser ir-regolamenti tal-bandiera tagħna ma jitħalliex jirreġistra taħt il-bandiera Maltija.", "Mr Chairman, dawk responsabbli mix- shipping u dawk kollha li għandhom aġenzija tax-shipping għandhom obbligu importanti li jaraw li bis-serjeta' jaqdu l-funzjoni tagħhom.", "Din m'hijiex xi kwestjoni li xi ħadd jidħak bl-MMA jew bid-dipartiment tal-wireless telegraphy.", "Din hija kwestjoni ta' responsabbiltajiet li huma ferm ikbar mir-responsabbiltajiet tiegħi personali, ferm ikbar mir-responsabbiltajiet li jista' jkollhom l-aġenti tax-shipping.", "Mr Chairman, il-pajjiż għadu qiegħed jgħix il-bidu ta' esperjenza ġdida fis-settur tar-regolazzjoni tal-komunikazzjoni u tat-telekomunikazzjoni.", "Il-funzjoni tar-regolatur f'pajjiżna bdiet riċentement matul dawn l-aħħar ftit xhur.", "Fil-fatt nista' ngħid li sal-lum il-kariga ta' regolatur hija fdata f'idejn is-Sur Joe Bartolo, li qiegħed hawnhekk magħna, li kull min ħadem miegħu jaf li huwa bniedem li jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu bl- aħjar mod li jista' u kontinwament jipprova jara x'inhuma l-bidliet internazzjonali li jkunu qegħdin iseħħu.", "Hawnhekk, b'mod partikolari, irrid naghmel riferenza għall-Maltacom u għas-setturi l-oħra f'pajjiżna li jaqdu funzjonijiet speċifiċi marbutin mat-telekomunikazzjoni.", "Għax tajjeb li wieħed jifhem li r-regolatur għandu wkoll regoli li jrid josserva fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, u ma ninsewx li hemm ċerti constraints, b'mod partikolari li r-regolatur irid jaħdem f'ambitu tal-monopolji li jeżistu fil-qasam tal-komunikazzjoni, monopolji li jservu sa ħdax-il sena oħra, sas- sena 2010, u dan fl-isfond ta' l-iżviluppi mgħaġġla li qegħdin iseħħu, li huma ferm ikbar mill-bidliet leġislattivi li saru u li nistgħu nagħmlu u ferm iktar mgħaġġla mill-bidliet li kull wieħed minna seta' qatt ħaseb fihom, anke sa ftit żmien ilu.", "Mr Chairman, il-mod ta' kif qed jiżviluppa u qed jinbidel is-settur tal- komunikazzjoni jġegħilna nagħtu għodda ikbar lir-regolatur.", "Aħna lkoll irridu nifhmu, kemm min għandu l-monopolju llum u kemm min qiegħed jagħti servizz li ma jaqax taħt dak il-monopolju, li l-bidliet tant huma kbar, il- bidla li għaddejja tant hija vasta, li rridu naraw li dak li nkunu qed nagħmlu nfassluh mhux fl-interess ta' xi kumpannija partikolari imma nfassluh għall-ħtieġa tal-poplu Malti u tas-servizzi li dan il-poplu irid jingħata llum, għada u aktar 'il quddiem u, b'mod partikolari minħabba l- iżviluppi li seħħew u għadhom qed iseħhu fl-oqsma l-oħra li jolqtu l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Illum nafu li s-settur tal-telekomunikazzjoni huwa settur li bis-serjeta' jolqot kull wieħed u kull waħda minna.", "F'dan ir- rigward irridu niftakru li għadda ż-żmien darba għal dejjem li b'xi mod ngħidu: U iva, jkollok sistema tat-telefon taħdem jew sistema li ma taħdimx, ftit li xejn tagħmel differenza!", "Illum ukoll f'dak li huwa meqjus bħala state of the art, jista' jkun li l-ġimgħa d-dieħla nkunu f'qagħda li ngħidu li dak li nkunu għamilna l-ġimgħa l-oħra sar outdated għaliex l- iżviluppi li għaddejjin huma żviluppi mill-aktar qawwija u mill-aktar kbar.", "Mr Chairman, nista' nibqa' għaddej fuq dan is-settur pero' irrid nitkellem ukoll fuq is-settur tar-regolatur tal-posta.", "Hawnhekk ukoll qed ngħixu esperjenza ġdida f'pajjiżna, li hi differenti minn dik li kellna sa ftit tax-xhur ilu, esperjenza fejn il-funzjoni ta' min qed jagħti is- servizz - Posta Ltd or whatever the name, bil-kontroversji li kellna - illum hija wkoll separata minn min qed jipprovdi r-regoli u r-regolamenti marbuta mas-servizz tal-posta.", "M'għandix dubju, Mr Chairman, li hawnhekk ukoll għandna numru ta' bidliet li jridu jsiru fiż-żmien li ġej.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia diġa' għamel riferenza għall-uħud mit-tibdiliet li nistgħu naslu għalihom fiż-żmien li ġej, li permezz tagħhom mhux biss aħna li nirċievu l-posta - għax illum il-posta m'għadhiex il-kaxxa tal-letter box li qegħda wara l-bieb tad-dar u xi ħadd jwaddablek l-ittri fiha - imma l-posta f'diversi aspetti tal-ħajja ta' pajjiżna saret differenti minn dik li kellna u minn dik li għadna nirċievu sal-lum.", "Naturalment, se jibqa' nies, mhux biss f'pajjiżna imma fid-dinja kollha li ser jibqghu jikkomunikaw permezz ta' l-ittri, li jwaħħlu l-bolla fuq l-envelope u jibagħtu l-ittra ghal liema pajjiz iridu.", "Pero' nafu, b'mod partikolari aħna li qegħdin f'din il-Kamra, u forsi xi whud jafu iktar minna wkoll, li llum qegħdin fil-pożizzjoni fejn il-posta tasal qabel ma tkun ktibt l-ittra.", "Permezz ta' l-E-mail u permezz ta' diversi żviluppi oħra li seħħew u għadhom qed iseħħu għandna l-possibbilta' li korrispondenza tasal għandek fil-mument li xi ħadd ieħor, minn ma nafx kemm-il mil bogħod, ikun bagħatlek messaġġ.", "Illum ma għadniex nistennew xahar biex ittra tasal minn post għall-ieħor.", "Naturalment qegħdin fi żmien il-Milied u l-kartolini jibqgħu jiġu bil-posta, u birthday card u ħafna affarijiet oħra forsi nibqgħu nibagħtuhom bil-posta.", "Madankollu dan huwa settur li kemm minn qiegħed jirregolah, kif ukoll min qiegħed jagħti s- servizz, kif ukoll il-persuni li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom permezz tas-settur tal-posta tradizzjonali jridu jifhmu li fih hemm il- kompetizzjoni, li hija differenti ferm min dik li konna mdorrijin biha sal- lum, kompetizzjoni li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se tiħrax, iktar se tikber u se twassal biex ikollna wkoll inbiddlu l-mod ta' kif inħarsu lejn il-posta.", "Mr Chairman, issemmiet il-Malta Maritime Authority, li ilha mwaqqfa minn qabel l-1996.", "Iżda mhux importanti meta twaqqfet imma importanti l-mod kif qdiet u qegħda taqdi l-funzjonijiet tagħha llum u kif qegħdin inħarsu lejn il-qadi tal-funzjonijiet tagħha għaż-żmien li ġej.", "L-Onor.", "Jose' Herrera tkellem b'ċertu dettall dwar il- MMA u dwar id-direttorati differenti li hemm taħt din l-awtorita'.", "Hu spjega l-mod kif direttorat qala' iktar milli qala' fis-snin ta' qabel u l-mod ta' kif direttorat nefaq inqas milli nefaq fis-snin ta' qabel.", "Iżda meta wieħed iħares lejn il-MMA mhux il-mod li toqgħod tgħid li fis-sena 1996 intnefqu Lm81,000 u s-sena li għaddiet infaqna Lm78,000.", "Irridu nibdew nagħtu sens ta' valur lill-flus, b'mod partikolari aħna li qegħdin f'din il-Kamra, għax meta qed titkellem fuq Lm3,000 għal individwu dawk jagħmlu differenza enormi imma meta għandek awtorita' li trid tippjana bis-serjeta' ma tistax toqgħod tgħid li minflok Lm80,000 se tonfoq Lm78,000, jew inkella minflok Lm72,000 se tonfoq Lm75,000 biex tippjana l-affarijiet tagħha.", "Ix-xogħol li għamlet il-MMA, minkejja d-difetti u l-problemi li jista' jkun hemm fil-ħajja ta' kuljum, huwa xogħol tajjeb u xogħol fejjiedi.", "L-MMA kibret matul is-snin li għaddew u fl-istess ħin kompliet taqdi l-funzjonijiet tagħha sena aħjar minn oħra u jiena nispera li s-sena 1999 tkun ukoll sena aħjar milli kienet is-sena 1998.", "Mr Chairman, ikollna ċans nitkellmu dwar l-MMA aktar fid-dettal meta niġu biex niddiskutu l-budget ta' din l-istess awtorita'.", "Madankollu ma nistax naħrab mir-realta' ta' diskussjoni li tolqot lis-settur marittimu fid- diversi oqsma tiegħu.", "F'dan is-sens jien niskanta kif l-Onor.", "Herrera u l- Onor Debono Grech għamlu riferenza għall-yacht marina proġettata tal- Kottonera u għall-yacht marina immaġinarja ta' Ħondoq ir-Rummien għax tajjeb li wieħed jgħid li din il-marina ta' Ħondoq ir-Rummien kienet biss fl-immaġinazzjoni ta' xi ħadd, li tlett ijiem qabel l-elezzjoni mar għand xi perit biex jagħmillu tpinġija għax mill-bqija ma kienet teżisti mkien.", "Mhux se nagħmel riferenza għar-rapporti li telgħu quddiem il-kabinett li kienu jgħidu li ma jagħmilx sens li tagħmel marina f'Ħondoq ir-Rummien, pero' anke r-rapporti li kien hemm dwar din il-marina kienu jitkellmu mhux fuq yacht marina imma fuq marina jew inkella post fuq l-art li fuqu jsiru it-tiswijiet tal-yachts.", "Dan irridu nagħmluh ċar mill-bidunett.", "Imkien u qatt ma kien hemm xi marina maħsuba jew ippjanata jew li għaliha saru xi applikazzjonijiet ġewwa Ħondoq ir-Rummien.", "Ma kien hemm l-ebda applikazzjoni, l-ebda pjanta, l-ebda ppjanar għar-rigward ta' din il- marina u naħseb li jkun aħjar u jkun iktar serju u floku li ngħidu li l- Partit Laburista fl-aħħar ġranet ta' qabel l-elezzjoni ried jara x'jagħmel biex imur Għawdex u jgħid lill-Għawdxin li se joħolqilhom ftit tax-xogħol.", "Għaliex wara sentejn ta' Gvern Laburista f' Għawdex kienu fi stat li minn sena għall-oħra u minn xahar għall-ieħor kellhom żieda fin-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Tajjeb li tmur Għawdex lejlet l-elezzjoni u tgħidilhom: Isma, se nilnulkom yacht marina fejn joqogħdu 400 yacht u, għaġeb ta' l-għeġubijiet, dawn se jkollhom bżonn persuna ma' kull yacht, u allura se jkollna 400 ħaddiem li jridu jaħdmu f'din il-yacht marina!", "Izda din ma eżistietx u anke li kieku kellha teżisti ma kenitx tkun fil-pożizzjoni li toħloq dawk l-impjiegi li ngħad qabel l-elezzjoni li ser toħloq.", "Ftit jew wisq, l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-marina tal-Kottonera u għas-sea passenger terminal.", "Hawnhekk ukoll tajjeb li wieħed ipoġġi l- affarijiet fil-perspettiva tagħhom u jgħid li kemm il-yacht marina tal- Birgu jew tal-Kottonera, kemm is-sea passenger terminal kif ukoll numru ta' terminals u proġetti oħra ma ħolomx bihom il-Partit Laburista meta kien fil- gvern, fit-22 xahar li ghamel imexxi lil pajjizna imma dawn kienu progetti li kienu tfasslu qabel l-1996.", "Forsi hija ġustizzja storika illi min beda jfassal dawn il-proġetti qabel l- 1996 ser ikun hu illi fl-aħħar mill-aħħar jara l-attwazzjoni ta' dawn il- proġetti, bl-investiment neċessarju biex dan ix-xogħol jitwettaq.", "Aħjar nammettu li qegħdin ngħixu realta' differenti mill-illużjoni li għexna matul l-aħħar sentejn.", "Wieħed jispera li kemm jista' jkun malajr, b'kordinazzjoni u bil-koperazzjoni ta' l-MMA, dawk li qegħdin juru interess li jagħmlu l-investiment fis-sea passenger terminal u fil-marina tal- Kottonera, llum qabel għada jaslu biex jikkonkludu n-negozjati ħalli mhux biss il-Kottonera imma Malta kollha kemm hi tibda tibbenefika minn dan il- proġett. idhirli li l-Onor.", "Herrera qal li m'hawn l-ebda riferenza, m'hawn l-ebda sinjal li se jkun hawn xi investiment fil-qasam marittimu tal-yacht marinas fl-1999 min-naħa tal-MMA.", "Mr Chairman, jiddispjaċini ngħid li, f'dan ir-rigward, jidher li l-Onor.", "Membru ma fehem xejn minn dak li hawn miktub u ma ndunax b'dak li ġara matul it-tliet xhur li għaddew.", "Forsi bħal daż-żmien sena nkunu fil-pożizzjoni li ngħidu li l-MMA u l-gvern kollu kemm hu qed juru bis-serjeta' li dak li tkellmu dwaru qegħdin iwettquh.", "Proġett ieħor li ssemma wkoll fir-rapport ta' l-awtorita' marittima huwa dak tat-terminal ġewwa ċ-Ċirkewwa.", "Dan ukoll huwa proġett illi ilu jkun hemm diskussjoni dwaru għal numru ta' snin.", "Ghalhekk hemm bzonn naraw kif ser naslu għall-konklużjonijiet li għandna bżonn naslu għalihom biex dan il- proġett jitlesta u jibda jilqa' fih il-vapuri tal-Gozo Channel, li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Debono Grech.", "Dan ikun mhux biss port illi fih jistgħu jidħlu l-vapuri matul is-sena kollha imma jkun wkoll il-post fejn il-vapuri l-ġodda jidħlu meta jitlestew.", "Allura rridu minn issa nfasslu l- mod ta' kif it-terminal ikun lest, ta' kif se jsir ix-xogħol għax, għalkemm ma naħsibx li l-vapuri tal-Gozo Channel se jkunu lesti sa l-aħħar tas-sena 2000, pero' xi darba se jkunu lesti.", "Tajjeb wieħed jgħid illi iktar ma jkunu lesti malajr dawn il-vapuri iktar aħjar mhux biss għall-bżonnijiet ta' l-Għawdxin imma għall-bżonnijiet ta' kulħadd.", "Mr Chairman, jiddispjaċini ngħid li l-Onor.", "Debono Grech - u mhux waħdu - jidher li ma fehemx x'kienet il-bidla li seħħet fir-rigward tat-tariffi tal- Gozo Channel.", "L-ewwelnett, fl-ebda ħin ma jingħad li biex wieħed jibbenefika mir-roħs bejn Novembru u Marzu jrid jaqsam lejn Għawdex wara t- 8.00 p.m. Naħseb kull wieħed minna hawnhekk jaf illi s-sistema wżata fil- fatt ilha wżata issa għal numru ta' snin - hija li inti tħallas inti u ġej lura.", "Mela jekk jiena mmur Għawdex fis-7.00 a.m. u nirritorna lura lejn Malta wara t-8.00 p.m., jien se jkolli r-reduced fare.", "M'għandix għalfejn nitla' Għawdex wara t-8.00 p.m. iżda kulma rrid nagħmel hu li nirritorna lejn Malta wara t-8.00 p.m. Jekk nitlax f'nofsinhar, jekk nitlax fil-5.00 a.m., jekk nitlax fis-2.00 p.m. ma jagħmilx differenza sakemm jien nirritorna lura lejn Malta wara t-8 p.m..", "Lanqas, Sur President, ma ntqal min-naħa tal-Partit Nazzjonalista illi se jraħħas it-tariffi u jġibhom fuq l-istess livell li kienu qabel ma għolew.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Hekk qalet l-Onor.", "Giovanna Debono lejliet l- elezzjoni, illi t-tariffi kienu se jiġu kif kienu qabel l-elezzjoni.", "Niftakru wkoll illi l-ex-Ministru Tabone jgħid li dawn huma tariffi soċjali u għandhom jorħsu u jiġu kif kienu qabel.", "Kien qal hawnhekk - tista' tfittixha fid-debates - illi wara li jitla' Gvern Nazzjonalista dawn jerġa' jagħmilhom bħal qabel.", "L-Onor.", "Gonzi wkoll qal lejliet l-elezzjoni li dawn se jiġu kif kienu qabel.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li l-Onor.", "Debono Grech għandu esperjenza biżżejjed ta' kif isiru l-programmi elettorali!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Allura qed tgħidli li kulħadd jgħid li jrid u kulħadd jifhem li jrid?", "Mhux x'kellek fil-programm elettorali imma x'wegħdtu lin-nies!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ikompli l-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nerġa' nirrepeti l-punt li dak li jorbot lill- partiti huwa l-programm elettorali u naħseb illi l-Onor.", "Debono Grech għandu esperjenza iktar minni fuq dan il-punt partikolari.", "Mr Chairman, qabel ma waqqafni l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra kont se nibda biex nitkellem dwar il-public transport authority.", "Din ukoll hija awtorita' li għandha funzjoni importanti x'taqdi fil-qasam ekonomiku ta' pajjiżna.", "Hemm id-diffikultajiet kollha li għamel riferenza għalihom l- Onor. Debono Grech, hemm id-diffikultajiet kollha li huma marbuta ma' dak kollu li huwa t-trasport fuq l-art iżda jiena ċert li hemm ħafna pożittiv x'insemmu u naturalment dan se jkollna l-apportunita' kollha li nagħmluh meta niġu biex niddiskutu l-estimi tal-PTA.", "Hemm ħafna sfidi li rridu nindirizzaw b'mod partikolari l-isfida tal-bidla tal-karozzi tal-linja, li ilu jingħad issa tliet snin li sejrin jinbidlu izda inbidlu biss ħames vetturi.", "Realment għad fadal ħafna iktar x'isir u ħafna iktar x'jiġu mibdula mill-flotta illi għandna.", "Hawnhekk tajjeb wieħed jgħid li għas- sena li ġejja hemm Lm1 miljun li huma vvotati speċifikament għall-bidla tal- karozzi tal-linja.", "Wieħed jispera li kemm jista' jkun malajr jiġu konklużi d-diskussjonijiet li għaddejjin mal-public transport association, biex il-Lm1 miljun li hemm available ikunu jistgħu jintużaw biex fuq ir- rotot jibdew jidhru uħud mill-vetturi l-ġodda li għandna bżonn u allura nkunu fil-pożizzjoni wkoll li s-servizz ikun jista' jitjieb u jkun jista' jkompli jikber ukoll.", "Naturalment għandna l-bżonn illi nkomplu nagħtu s- servizz fejn hemm il-ħteġijiet.", "Hemm bżonn li nifhmu li għandna ħafna areas li m'humiex milħuqa mill-mezzi tat-trasport pubbliku, partikolarment dawk l-areas fid-diversi bliet u rħula li żviluppaw f'dawn l-aħħar għoxrin sena.", "Sinċerament nappella biex dawk kollha li għandhom servizzi x'jagħtu jaraw li kemm jista' jkun malajr dan is-servizz itejbuh u jkabbruh.", "L-Onor.", "Debono Grech għamel riferenza wkoll għall-kwestjoni tat-trasport tat-tfal.", "Naqbel perfettament miegħu li għandna diffikulta' f'dan il-qasam u għandna diffikulta' fil-mod ta' kif dan is-servizz jasal.", "Kull filgħodu ngħix l-esperjezna illi t-tfal iridu jitilqu fis-6.30 a.m. u anke aktar qabel biex imorru lejn l-iskola.", "Hija esperjenza li ħafna minna jgħixu, li ħafna ġenituri għaddew minnha u għadhom għaddejjin minnha.", "Irridu naraw kif flimkien mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni nfasslu programm għaliex il-verita' hija li n-numru ta' vetturi li jservu dawn it- rotot huwa inqas mill-ħteġijiet tal-mument.", "Allura jkollok l-istess vetturi li jridu jagħmlu tnejn, tlieta, erba' u aktar vjaġġi fil-ħinijiet ristretti ta' filgħodu u fl-istess ħaġa jiġri meta t-tfal jkunu sejrin lura lejn id-dar.", "Irridu naħdmu biex insibu soluzzjoni li tkun aċċettabbli għall-partijiet kollha nvoluti iinkluż il-ġenituri tat-tfal.", "Imma ara ma naħsbux li d-diffikultajiet qegħdin hawn biss.", "Irridu naħdmu biex nilħqu ftehim mar-RACA, mas-sidien tal-coaches u mas-sidien tal-minibuses.", "Dawn huma affarijiet li, kif għedt, inkun nista' nitkellem dwarhom iktar fit-tul meta niġu biex niddiskutu l-estimi tal-PTA, nispera fil-bidu tas-sena d- dieħla.", "Għandna d-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar, dipartiment illi ħadd ma semma' xi diffikultajiet partikolari f'dik li hija amministrazzjoni ta' kuljum.", "Madankollu ssemmiet diversi drabi l-VRT, il-verżjoni Maltija ta' l- MOT.", "Tajjeb wieħed jgħid, Mr Chairman - aħjar inpoġġu l-affarijiet kif fil-fatt huma - illi t-test suppost daħal fis-seħħ fl-1 ta' Awissu għal vetturi kummerċjali u fl-1 ta' Settembru għal dawk li mhumiex kummerċjali.", "Fit-8 ta' Mejju ta' din is-sena ġie ppubblikat l-avviż legali u kien hemm konferenza stampa li permezz tagħha mhux biss tħabbru r-regolamenti ta' kif se jsiru t-testijiet, ta' kif persuna jista' jkollha l-liċenzja biex tagħmel it-testijiet imma tħabbru wkoll it-tariffi.", "Għalhekk ma nafx kif l-Onor.", "Herrera qal illi n-nies ma jafux x'inhuma t-tariffi.", "Nerġa' ngħid li fit-8 ta' Mejju ħareġ avviż legali li permezz tiegħu ġie stabilit min huma d-diversi persuni, id-diversi tipi ta' vetturi li għandna u kif u kemm se jkollhom bżonn li jħallsu meta jiġu biex jagħmlu test.", "Ghalhekk id- diffikulta' m'hijiex ta' kemm se jħallsu u din irrid nagħmilha ċara matul il-ġimgħat li għaddew kelli rappreżentazzjonijiet min-nies li qaluli li jenħtieġ li r-rati ta' ħlas li ġew iffissati f'Mejju li għadda jogħlew għax mhux sejrin jifdu l-ispejjeż tagħhom.", "Mr Chairman, il-prezzijiet li hemm iffissati huma prezzijiet li nafu x'ihhuma u nafu kif qed jiġi proposti li jiġu applikati.", "Ahna konna nafu anke meta konna fl-oppozizzjoni li biex id-dipartiment tal-licenzji u ttestjar jista' jaqdi d-doveri tieghu sewwa kien ghad jonqsu jimpjega xi personnel u ghalhekk dan ghandu jsir mill-aktar fis.", "Jiena mhux se noqgħod ngħid illi l-VRT ma daħalx meta suppost kellu jidħol minħabba d-data ta' l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998 imma nista' ngħid li d-dipartiment kien jonqsu li jingaġġa numru ta' persuni biex ikun f'qagħda li jaqdi d-doveri u r-responsabbiltajiet tieghu ta' regolatur fuq dawk li se jipprovdu s-servizz, sabiex dawn jaqduh b'mod tajjeb u korrett.", "Nispera li fil-ġimgħat li ġejjin inkunu f'qagħda li dawn il-persuni jiġu jaħdmu mad-dipartiment konċernat għax m'aħniex lesti biex nimpjegaw nies minn barra d-dipartiment.", "Il-VRT ikun jista' jidħol fis-seħħ fl-iqsar żmien possibbli.", "Forsi jkun hawn min jgħid li l-VRT mhux se jidħol għaliex il-gvern huwa kontra.", "L-ewwelnett tajjeb li wieħed ifakkar li meta f'dan il-parlament ġejna biex ngħaddu leġislazzjoni li permezz tagħha stajna ndaħħlu iktar serjeta' u iktar kontroll fis-sewqan, kien hawn il-qbil taż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Kull darba li ġejna biex nivvutaw dwar affarijiet bħal dawn, kemm meta kien hemm il-kwestjoni tas-seat-belts, kemm meta kellna l-kwestjoni tal-breathalyser u anke meta kellna l-kwestjoni tal-VRT, kien hawn agreement totali minkejja li l-klima politika ma kenitx wisq feliċi.", "Nispera li dak li huwa sewwa u dak li huwa tajjeb inkunu kapaċi li naqblu dwaru għall-ġid mhux ta' xi naħa jew oħra ta' din il-Kamra imma għall-ġid ta' pajjiżna.", "Jekk naslu biex intellgħu l-istandard tas-sewqan f'Malta - u dan jgħodd għalina wkoll għax aħna lkoll insuqu - inkunu qed nagħmlu ġid lil pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħidli li qed indaħħal il-politika fis-sewqan.", "Naħseb li qed nagħmel proprju bil- maqlub ta' dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Is-sewqan huwa responsabbilta' ta' kulħadd, ta' kull wieħed u waħda minna, tagħna lkoll.", "Jekk naqla' daqqa ta' karozza mingħand wieħed li jissapportjani jew mingħand wieħed li ma jissapportjanix xorta waħda nbati l-istess konsegwenzi.", "Ma narax għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jagħmel din l- osservazzjoni.", "Min qed jismagħna jagħraf u jifhem dak li qed ngħid.", "Nikkonferma, Sur President, li għaż-żmien li ġej għandna ħafna affarijiet x'nagħmlu f'dan ir-rigward biex nassiguraw li l-livell tas-sewqan ikompli jitjieb għall-benefiċċju tagħna.", "Hemm ukoll it-traffic control board li għandu funzjonijiet marbuta mas- sewqan.", "Irrid ngħid li dan il-bord matul iż-żmien wera' li hu kapaċi jaqdi d-doveri tiegħu b'mod serju u b'mod effiċjenti.", "Barra li jara li jitwaħħlu s-sinjali tat-traffiku f'postijiet strateġiċi - u ejja nammettu li għandna bżonn ta' titjieb sostanzjali fil-kwalita' tas-senjaletika - parti minn xogħol il-bord huwa li jiddeċiedi fejn jeħlu l-pelican u t- traffic lights.", "Inċidentalment l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia qal li qed jieħu gost jara li d-dwal tat-traffiku reġgħu daħlu.", "Naturalment kien qed jirriferi għaż-żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l- 1996 għax ma rridux ninsew li kien hawn żmien fl-istorja ta' pajjiżna meta xi ħadd iddeċieda li t-traffic lights li kienu stallati qabel l-1971 jinqalgħu minn posthom.", "Nispera li llum ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu illi d-dwal huma importanti biex wieħed jikkontrolla t-traffiku.", "Żgur li l- kunsilli lokali kollha jaqblu fuq dan, irrispettivament minn kull kulur politiku.", "Nista' ngħid li għadni ma ltqajt ma' l-ebda kunsill lokali - u dawn kollha ġew jarawni - li ma talabx għal aktar pelican u traffic lights f'postijiet fejn hemm diffikultajiet għat-traffiku u periklu għal persuni li jkunu għaddejjin mit-triq.", "Naturalment mhux dejjem faċli għat-traffic control board li jieħu deċiżjonijiet li jsibu l-backing min-naħat kollha, biss ikollna nammettu li all in all id-deċiżjonijiet li ħa l-bord, ħafna drabi bl-għajnuna tal- kunsilli lokali, kienu fid-direzzjoni ġusta.", "Veru li xi kultant jinqala' xi inċident - bħal dak li semma' l-Onor.", "Debono Grech - fejn it-traffiku ġewwa Buġibba seta' jidħol iżda ma setax joħroġ, madanakollu b'mod ġenerali x-xogħol illi sar minn dan il-bord ħalla riżultati pożittivi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Galea, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, allavolja kif għidt fil-bidu l-kelliema tan-naħa l-oħra naqsu milli jagħmlu riferenza għall-qasam tat-toroq, xorta waħda jiena se ngħid xi ħaġa fuq dan is-settur li jaqa' taħt il-ministeru tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Galea, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "Nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex ma jkomplix jinterrompi.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'paġna 63 tad-diskors tal-budget hemm miktub li:", "\"L-istat tat-toroq f'Malta hu, bla ebda dubju ta' xejn, suġġett li ftit wieħed jixtieq jitkellem fuqu iżda fil-fatt hu wieħed li jitkellem fuqu kulħadd.", "Hemm ħtieġa kbira ta' tiswijiet estensivi; rikostruzzjoni ta' toroq eżistenti u bini ta' toroq ġodda jekk irridu ntejbu l-istat tat-toroq għal livelli aċċettabbli internazzjonalment.\"", "Jien nista' nikkonferma li matul il-ġimgħat li għaddew ħdimna ħafna fuq tfassil ta' pjan serju biex it-toroq nġibuhom f'livelli internazzjonalment aċċettabbli, irrispettivament jekk nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le.", "Għax qabel xejn it-toroq irriduhom tajbin għalina, għal kull min filgħodu jaqbad il-karozza u jaqsam min-naħa għall-oħra ta' Malta.", "Naturalment kull wieħed u waħda minna jaf li mhux l-ewwel darba li tkun għaddej bil-karozza u f'daqqa waħda tiltaqa' ma' xi erba' ħofriet zul minn hemm u tispiċċa mhux biss biex tkisser il-karozza imma ġġarrab ħsara fiżika inti wkoll.", "Issa għalxiex qed jimmira d-dipartiment?", "L-ewwelnett irridu naraw illi bis-serjeta' d-dipartiment tat-toroq jaħdem f'kordinazzjoni sħiħa mad-diversi entitajiet u organizzazzjonijiet oħra governattivi jew semi governattivi li hawn fil-pajjiż.", "Ma jistax ikun li d- dipartiment tat-toroq jagħmel triq ġdida jew jagħtiha wiċċ ġdid u ġimgħa wara xi ħadd jogħġbu jerġa' jaqlagħha.", "Din hija esperjenza li għexniha lkoll, saħansitra sa ftit ġranet wara l-elezzjoni, meta xogħol li kien għadu kif sar kellu jerġa' jinqala' minħabba nuqqas ta' kordinazzjoni.", "Dawn huma affarijiet illi qegħdin nippruvaw ma nħalluhomx jiġru iżjed.", "Saret riferenza, Mr Chairman, b'mod partikolari għat-triq prinċipali ta' Ħal Qormi u għall-Fgura Road - ma nafx għaliex Psaila Street ma ssemmietx - u staqsewna x'beħsiebna nagħmlu dwar toroq ġodda oħra.", "Ir-risposta tiegħi hija li nistgħu nagħmlu kif għamilna diversi drabi matul is-snin li għaddew u nistgħu mmorru u nagħtu tiċpisa tarmac.", "Imma jien ma nemminx li għandna nagħmlu hekk jekk irridu nieħdu l-affarijiet bis-serjeta' u għalhekk li d-dipartiment tat-toroq qiegħed jaħdem flimkien ma' dipartimenti oħra fuq tfassil ta' pjan serju għaż-żmien li ġej.", "Saret riferenza wkoll għall-esperti Ġermaniżi.", "Nista' ngħid li dawn l- esperti Ġermaniżi, li issa ilhom hawn Malta għal dawn l-aħħar tnax-il xahar, waslu biex ġibdu xi konklużjonijiet biss nagħmilha ċara li r-rapport għadhom ma kkonkludewhx.", "Qegħdin nisperaw li r-rapport ikun lest għall- aħħar tax-xahar id-dieħel ħalli mbagħad minn hemmhekk inkunu nistgħu nagħrfu lejn fejn irridu mmorru f'dan ir-rigward.", "Biss żgur ma nistgħux nibqgħu għaddejjin li x-xogħol nagħmluh għal darba, darbtejn, tlieta bl- ispejjeż dejjem telgħin.", "Jien nammetti li l-gvern irid jagħmel il-parti tiegħu u jrid jara li l-pjanijiet isiru bis-serjeta', imma mbagħad il- kuntrattur irid jagħmel il-parti tiegħu wkoll għaliex mhux sew li x-xogħol isir ta' kafkaf u jkollu jerġa' jinqala' f'kemm illi ngħidlek.", "M'għandix għalfejn noqgħod insemmi ismijiet - per eżempju, f'każ minnhom l-istess biċċa xogħol kellha ssir tliet darbiet a spejjeż tal-kuntrattur - imma żgur li dawn l-affarijiet m'għandhomx jibqgħu jsiru.", "Il-kuntratturi, Nazzjonalisti u Laburisti, iridu jifhmu li jekk iridu jkomplu jagħmlu xogħol għad-dipartiment iridu jagħmluh ta' livell tajjeb.", "Jekk ix-xogħol ma jsirx tajjeb se jinżammu responsabbli għad-danni.", "Mr Chairman, hawnhekk ukoll naghmel appell forsi ta' l-aħħar.", "Il- kunsilli lokali, li għandhom tant u tant xogħol fil-qasam tat-toroq, iridu jagħrfu huma wkoll li m'għandhomx jaċċettaw xogħol mingħand il-kuntrattur li jkun inferjuri għal dak li jaċċetta l-gvern.", "Il-kunsilli lokali għandhom jassiguraw li l-kwalita' tax-xogħol tkun ta' l-istess livell li jesiġi d-dipartiment tat-toroq.", "Bi sforz kollettiv, bi sforz ta' kull wieħed u kull waħda minna, hu min hu u jaħdem fejn jaħdem, irridu naraw li l-istat tat-toroq intejbuh.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin kif aħna.", "Dan biex nagħmluh ma jirrikjedix xi twemmin politiku partikolari imma jitlob li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu.", "Mr Chairman, inwiegħed li għaż-żmien li ġej jien se nagħmel il-parti tiegħi biex nara li din il-ħolma ssir realta'.", "Mr Chairman, l-appell tiegħi m'huwiex biss indirizzat lill-ħaddiema tad- dipartiment tat-toroq - lil dawn naturalment nirringrazzjahom tax-xogħol li għamlu u tax-xogħol li għad iridu jagħmlu - imma lil kulmin jiġi f'kuntatt mal-ministeru.", "Nitlob lil kulmin għandu xogħol li b'xi mod huwa marbut ma' xi dipartiment li jaqa' taħt dan il-ministeru, biex jara kif jagħmel u jaqdi dmiru bl-aħjar mod possibbli u jagħmel l-almu kollu tiegħu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi..", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 36 imresqa mill-Onor.", "Jose' Herrera.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-mozzjoni ta' proċedura.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fid-9.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 36 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Jose' Herrera.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "15 FAVUR : 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles| |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian| |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "KONTRA : 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Pace | | |Victor | |Asciak |Gatt Austin | |Michael | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence| |Frederick | | |Azzopardi |Hyzler George | |Jason | | |Bonnici Josef|Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Bonnici |Mifsud Bonnici| |Michael |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino | | |George | |D'Amato Helen|Pullicino | | |Orlando | | |Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael| |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin| |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Mario | | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se inqiegħed issa l-mistoqsija fuq Vot 36 - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 36 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,131,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din il-votazzjoni tittieħed issa stess dejjem skond l-istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "16", "FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Galea Mario | |Agius Francis|Galea Pace | | |Victor | |Asciak |Gatt Austin | |Michael | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi |Hyzler George | |Jason | | |Bonnici Josef|Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino | | |George | |D'Amato Helen|Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia | | |Angelo | |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion | |Charles |Charles | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo | |Joseph |Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 36 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq Vot 37 ta' l- Avjazzjoni Ċivili.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 37 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 728,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 37 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 38 - TOROQ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 455,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Toroq, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 38 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 39 - LIĊENZJI U TESTJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 696,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Liċenzji u Testjar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 39 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VIII - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,424,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot VIII għaddiet.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 36, 37, 38, 39 u VIII kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Ġimgħa, 11 ta' Diċembru 1998 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif ikkomunikata mill- Ministru.", "Fid-9.41 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TAXXI INTERNI", "996.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta fil-fatt se jiġu finalizzati l-oġġezzjonijiet pendenti ta' dawn it-tax payers cioe' 511857/M, 678144/M, 290036/M, 708228/M, 72946/M, 826555/M, 342129/M, 500578/M u 570151/M?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 991.", "EXPORT MARKETING BOARD - PATATA", "1114.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Agriculture Export Marketing Board ġiex ikkonsultat dwar l-iżviluppi ta' l-aħħar 600 tunellata ta' patata?", "Jekk iva, x'kienet il-pożizzjoni tal-bord?", "Jekk le, għaliex il-bord ma ġiex konsultat meta kien hemm sistema ta' outright purches u ta' prezz minimu garantit?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fiċ-ċirkostanzi kien jidher li jkun iktar għaqli li jseħħ in-negozju milli wieħed jissogra li jitlef okkażjoni tajba ta' żieda ta' 10% fl-esportazzjoni tal-patata (Alpha).", "Il-Kamra għandha tkun taf li l-prezz medju garantit fuq is-600 tunnellata extra tat-tip Sante' huwa 16% għola mill-prezz garantit li l-Onor.", "Membru kien iffirma fuq is-6000 tunnellata tat-tip Alpha.", "Barra min hekk, il-prezz offrut għall-żieda ta' 600 tunnellata oħra patata ta' Malta fuq dik miftiehma fil-kuntratt il-ġdid kien mhux biss id-doppju ta' dak tal-kuntratt għall-aħħar 1000, iżda saħansitra jisboq l-ogħla prezz minimu garantit għall-ewwel 3000 tunnellata.", "DJAR - KAŻ BIL-FILE NO.", "H 0015646", "1118.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li jirrimedja t-talba bil-File No. H 0015646 u ċioe' jalloka post lill-koppja msemmija?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-applikazzjoni tal-każ imsemmi ġiet ikkanċellata fis-17 ta' Novembru 1997 peress li kienet mingħand għarajjes.", "Dawn għandhom japplikaw għal postijiet maħruġa apposta għalihom mill-Awtorita' tad-Djar.", "PULIZIJA - RAVE PARTIES", "1119.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kondizzjonijiet jitolbu l-pulizija lill- aġenti jew kumpanniji li qed jorganizzaw ir-rave parties f'pajjiżna?", "Kemm- il darba saru f'dawn l-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar, f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1434 f'Seduta 17.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li n-numru ta` Rave Parties li saru f'dawn l-aħħar 6 xhur u li kienu jinħtieġu l-permess tal- Pulizija kienu kif ġej :", "Awissu 1 Settembru 2 Ottubru 1 Novembru 1", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - HOSPITALITY", "1274.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jien infurmat li, bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998, ġie kommess infieq għal ospitalita' fid-diversi uffiċċji u Missjonijiet Maltin tal-Ministeru tiegħi kif se nghid:", "Ufficcju Principali Lm 5,063 li minnhom, somma ta' Lm3,892 thallset wara l-10 ta' Novembru 1998", "Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea Lm 38", "Missjonijiet Maltin fil-kapitali", "Baghdad Lm - Beijing Lm 211 Bonn Lm 385 Brussell Lm 1,263 Kajr Lm 76 Canberra Lm 294 Ginevra Lm - Londra Lm 24 Madrid Lm 106 Moska Lm 13 New York Lm 574 Parigi Lm 262 Riyadh Lm 654 Ruma Lm 87 Strasburgu Lm 268 Toronto Lm 149 Tripli Lm 148 Tunez Lm 27 Vjenna Lm 84 Washington Lm 36", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - HOSPITALITY", "1275.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammont li ntnefaq bħala hospitality mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 għal dak li għandu x'jaqsam il-vot tal-Ministeru Amministrattiv huwa ta' Lm169.29.", "Matul l-istess perjodu mis-Segretarjat Parlamentari intnefqu Lm120 bħala hospitality.", "Intnefqu wkoll Lm65 min-National Pool Complex.", "Mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 intnefqu Lm107 bħala Hospitality mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Id-Dipartiment ta' l- Eżamijiet nefaq Lm80.28, id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji nefaq Lm67.67, l-Universita' nefqet is-somma ta' Lm705.80 filwaqt li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija nefaq Lm30.62.", "In-nefqa tal-PBS fuq ospitalita' fil-perjodu msemmi kienet tlaħħaq Lm274.88.", "Nefqa oħra ta' Lm569.10 biex tkopri laqgħa soċjali għal 300 kontributur tar- radju u t-televiżjoni fi ħdan il-PBS ġiet mifdija permezz ta' barter.", "Fl-istess perjodu ta' żmien id-Dipartiment tal-Mużewijiet nefaq Lm720 għal reception li nżammet fit-3 ta' Novembru 1998 għall-ftuħ ta' l-Exhibition \"Pheonician Around the Routes of the Mediterranean\".", "Il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, id-Dipartiment tal-Kultura u l-Mediterranean Conference Centre ma nefqu xejn fuq hospitality mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998.", "MINISTERU TAL-FINANZI - HOSPITALITY", "1276.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-nefqa fuq `hospitality` fid-dekasteru tiegħi fil- perjodu msemmi hija kif ġej:", "Lm", "Ministeru 241.60 Segretarjat 74.50 Lottu 124.60 Taxxi Interni 483.74 Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa 114.16 Kuntratti 220.47 Dwana 61.62 Tezor 42.44 Il-Borza 204.09 Bank Centrali 1,422.78", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - HOSPITALITY", "1277.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 maqsuma sakond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li l-ammont li ntnefaq bħala \"hospitality\" mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru 1998 maqsum kif mitlub fil-Mistoqsija huwa kif ġej:-", "Ministeru Lm 310.44 Dipartiment tat-Turizmu Lm 183.00 Institute of Tourism Studies Lm 877.60 National Tourism Organisation - Malta Lm 148.54 Hotels and Catering Establishments Board Xejn White Rocks Holiday Complex Xejn", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - HOSPITALITY", "1278.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista'l- Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li fil-perjodu msemmi n-nefqa fuq 'hospitality' kienet hekk:", "Ministeru Lm 969.48 Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent Lm 196.31 Divizjoni tax-Xoghlijiet Lm 278.64 B.I.C.C. Lm 64.00 ----------- Lm1508.43", "Barra minn hekk intnefqet is-somma ta' Lm901. bħala kotba u rigali oħra li fil-fatt ma tqassmux kollha.", "Dawn jintużaw l-aktar għal żjarat barra minn Malta jew għal delegazzjonijiet uffiċjali.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - HOSPITALITY", "1279.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, Dipartiment jew enti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant ntefqet is-somma ta` LM1511, f`hospitality mill-Ministru u d- diversi Dipartimenti u entitajiet kif gej:", "Dipartiment għall-Avjazzjoni Civili LM 30 Dipartiment tat-Toroq LM 31 Awtorita Marittima LM 393 Awtorita tat-Trasport Pubbliku LM 76 Ministeru u Dipartiment għas-servizzi Korporattivi LM981*", "* LM722 kienu spejjeż in konnessjoni ma` Konferenza Internazzjonali dwar it-Trasport l-Ambjent u s-Saħħa li saret f`Ottubru 1998.", "MELLIEĦA - QTUGH FIL-PROVISTA", "1452.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil- Mellieħa nhar il-11 ta' Novembru għal ħabta tat-8.30 p.m.?", "Ġew irrapportati xi danni u ħsarat ta' affarijiet domestiċi mir-residenti?", "Jekk iva, x'għajnuna se testendi l-Enemalta lil dawn ir-residenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-qtugħ fil-provvista ta' l- elettriku fil-Mellieħa fil-11 ta' Novembru 1998 ġiet ikkawżata minn ħsara fuq linja tal-11KV li tipprovdi l-elettriku fl-inħawi tal-Miżieb.", "Il-Korporazzjoni ma rċeviet ebda rapport dwar ħsarat f'apparat domestiku.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - VETTURI", "1900.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem l-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi ta' l-art u tal-baħar li għandu il-Ministeru huma dawn:", "ART BAHAR", "Divizjoni tax-Xoghlijiet 168 / Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent 14 3 Dipartiment għall-Immanigjar ta' l-Iskart 29 / ------------- 211 3 -------------", "Seduta 27 10/12/98 MINISTERU TA' L-AMBJENT - KAROZZI TAL-KIRI", "1901.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad- dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru ta' karozzi tal-kiri li għandu l- Ministeru huwa 59.", "Il-kiri ta' dawn il-karozzi saru kollha bil-kuntratti.", "Dawn il-karozzi qed jinkrew mingħand:", "Butterfly Garage; St. John's Garage; Sterling Car Hire; Pyramid Enterprises Garage; Swift Garage.", "L-ispiża ta' kuljum għal dawn il-karozzi hija ta' Lm257.53.", "SAN ĠILJAN - PALAZZO SPINOLA", "1908.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim MInistru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li skond ix-xewqa tal- Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, Palazzo Spinola jiġi mgħoddi lill-kunsill biex jintuża, kemm bħala uffiċini tal-kunsill u kemm bħala civic centre?", "Jekk fin-negattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern fl- użu ta' Palazzo Spinola?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Palazzo Spinola qiegħed temporanjament jintuża mill-Ministru tat-Turiżmu sakemm jitlesta l-Auberge d'Italie.", "It-talba tal-Kunsill Lokali ta` San Ġiljan tkun tista` tiġi kunsidrata fil- kuntest tal-politika introdotta mill-Gvern preżenti ta` devoluzzjoni lokali favur il-Kunsilli Lokali.", "TRIQ REĠJONALI - COACHES/MINI BUSES", "1956.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex coaches u mini buses ma jibqgħux jiġu pparkjati fi tmiem il-ġimgħa fi Triq Reġjonali int u sejjer lejn Pembroke quddiem id-daħla għal Paceville, peress li jeżisti periklu serju għas-sewwieqa kull meta jiġu pparkjati vetturi fl-imsemmi post, tant li xi snin ilu fil-post imsemmi mietu tlett żgħażagħ wara li baqgħu deħlin f'coach li kienet ipparkjata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PA - APPLIKAZZJONI NRU.", "0933/96", "1957.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni Nru. 0933/96 li ġiet ippreżentata lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sena u nofs ilu, liema applikazzjoni tikkonsisti fi proġett ta' land scaping tal-playing field u l-inħawi ta' Ta' Ġiorni?", "Jista' l- Ministru jara li din l-applikazzjoni tiġi pproċessata mill-aktar fis possibbli biex ikun jista' jinbeda x-xogħol tant meħtieġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien infurmat li d-Direttorat ta' l-Ippjanar ma sab l- ebda oġġezzjoni għat-talba wara li ġew sottomessi pjanti ġodda mingħand il- perit.", "Bħal issa qiegħed jiġi kkonsultat id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, u għandhom isiru emendi żgħar fuq il-pjanti sottomessi rigward ir- rampi, it-taraġ u dik il-parti tal-ġnien pubbliku li qiegħda ma' ġenb triq ta' Ġiorni.", "L-applikazzjoni ser tiġi pproċessata mill-aktar fis possibli.", "SAN ĠILJAN - DAY CENTRE", "1959.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jinfetaħ Day Centre għall-anzjani f'San Ġiljan?", "Jaf il-Ministru li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu li wera x-xewqa li jinfetaħ dan id-Day Centre?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hija l-politika ta' din l-amministrazzjoni li n- numru ta' 'Day Centres' jiżdied.", "Diġa għandna diversi talbiet għal 'Day Centres' ġodda.", "Pero', sal-lum m'għandna l-ebda talba bil-miktub mill- Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jinfetaħ 'Day Centre' ġdid.", "TEATRU MANOEL", "2150.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ebda skola ta' l-istat ma ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-Jum Miftuħ li għadu kemm ġie organizzat fit- Teatru Manoel dan l-aħħar?", "Jistgħu jittieħdu passi biex f'okkażjonijiet simili jiġu mistiedna skejjel ta' l-Istat biex niġbdu aktar żgħażagħ u tfal lejn it-teatru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bażikament din l-attivita' li kienet miftuħa għall-pubbliku ġiet imtella' mill-Ħbieb tat-Teatru Manoel u kienet l-ewwel esperjenza li xi skejjel ġew involuti.", "Wara s-suċċess ta' din l- attivita' hemm il-ħsieb li s-sena ddieħla jiġu mistiedna dawk l-iskejjel tal-Gvern li jkunu interessati.", "SKEJJEL - MARIA ASSUNTA - TAGĦLIM TAL-FRANĊIŻ", "2151.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-ilment imqajjem dwar it- tagħlim tal-Franċiż fil-Form VA fl-iskola sekondarja Maria Assunta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara li smajt il-parir tal-kapijiet involuti, tlabt li jittieħdu l-passi ħalli t-tagħlim tas-suġġett imsemmi jitjieb kemm jista jkun malajr.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM ĠUŻEPPI DESPOTT", "2152.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-raġunijiet li llum waslu għal protesti minn għalliema u studenti tal-Junior Lyceum Ġużeppi Despott tal-Verdala dwar nuqqas ta' għalliema, nuqqas ta' għamar fil-klassijiet, ħmieġ f'diversi nħawi ta' l-iskola u xogħol urġenti ta' manutenzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwel ħaġa li għamilt kienet li tlabt lis- Segretarju Permanenti jinizja stħarriġ serju li jispjega x'wassal għad- diffikultajiet f'din l-iskola.", "Sadanittant malli d-diviżjoni ġiet mgħarrfa bin-nuqqas ta' siġġijiet, ittieħdu passi biex numru ta' siġġijiet jiġu mislufa lill-iskola.", "Qed isir ukoll xogħol ta' manutenzjoni fl-iskola.", "Fil-vaganzi tal-Milied, il-ħames klassijiet li għadhom kif inbnew ser jinżebgħu mill-ġdid, kif kien ippjanat.Għandu wkoll jitkompla l-proġett ta' żvilupp u riabilitazzjoni ta' din l-iskola.", "Fil-fatt id-development brief tlesta u dan ġie diskuss ma' l- istaff ta' l-iskola.", "SKEJJEL - PROBLEMA TA' BULLYING", "2153.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu f'Ottubru u Novembru 1998 biex tiġi ffaċċjata l-problema tal-bullying fl-iskejjel?", "F'dawn ix-xahrejn kemm-il darba ltaqgħet il-kummissjoni li kienet inħatret biex taħdem għall-imġieba tajba fl-iskejjel?", "Se tkompli bix-xogħol tagħha din il-kummissjoni?", "Meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'ħafna skejjel, bdew jaħdmu fuq il- Problema tal-Bullying fl-iSchool Development Programmes, u bdew jinħadmu policies fl-iskejjel dwar il-Bullying.", "Studenti li kellhom din il- problema, beda counselling kemm mal-Bully, kif ukoll fl-iskejjel sekondarji.", "F'Lulju u f'Settembru t-tema tal-bullying ġiet ittrattata f'ħafna In-Service Courses.", "Il-punti mqajjma fit-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija għadhom qed jiġu kunsidrati.", "SKEJJEL - MĠARR - SKOLA ĠIANNI CILIA", "2205.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol s'issa fuq l-estensjoni ta' l- iskola primarja Ġianni Cilia ta' l-Imġarr?", "Skond il-pjani oriġinali kemm waqa' lura dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol qiegħed fil-fażi inizjali u l-proġett s'issa qiegħed lura b'xahrejn.", "SAN ĠILJAN - TRIQ B'KARA - GĦARGĦAR", "2206.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir biex tiġi ffaċċjata l-problema ta' l-għargħar fi Triq Birkirkara f'San Ġiljan?", "X'attenzjoni qed tingħata biex ix-xogħol li qed isir ma jagħmilx ħsara fil-blokok ta' appartamenti li hemm fl-inħawi?", "Ix-xogħol li qed isir huwa l-uniku mod kif setgħet ġiet iffaċċjata din il- problema?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ewwel fażi ta' xogħol ta' dan il-proġett, jiġifieri tħaffir ta' mina sabiex tiġbor l-ilma tax- xita minn Birkirkara Road, għal ġol-wied diġa' inbeda.", "Dwar it-tieni fażi, qiegħed isir studju mill-Konsulenti tal-Water Services Corporation, sabiex tiġi mibnija sistema li ssolvi l-problemi kemm ta' Birkirkara Road, St. Julians u ta' nħawi aktar 'il fuq.", "L-attenzjoni li ngħatat kienet billi saru GEOLOGICAL SURVEYS sabiex tiġi stabbilita l-istrata tal-blat qabel ma jinbeda x-xogħol.", "Mhix l-intenzjonat li din il-'gallery' tgħaddi minn taħt l-appartamenti, imma minn taħt it-triq.", "Il-mod ta' kif qed isir ix-xogħol huwa l-aktar professjonali u effettiv għaċ-ċirkustanzi tal-problema ta' l-għargħar ta' dawn l-inħawi."]} {"filename": "19991018_158d_par.doc", "date": "1999-10-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 158 It-Tnejn, 18 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 158", "It-Tnejn, 18 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "158", "It-Tnejn, 18 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ MINUTI 858", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 858", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET", "STATUTARJI (IT-TIENI QARI)", "STATUTE LAW REVISION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 864", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI", "PERIKOLUŻI (IT-TIENI QARI)", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 868", "AĠĠORNAMENT 889", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 895", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 157 li saret fl-14 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TURIŻMU - VACATION LEAVE", "9104.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilaħħaq l-ammont ta' sigħat f'vacation leave li ħadu l-ħaddiema mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, fil-ministeru, fid-dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): L-Onor Membru żgur japprezza li biex jinkiseb it-tagħrif mitlub f'din il-mistoqsija - kif ukoll f'mistoqsijiet numri 9101, 9102, 9103, 9105 u 9106 - jintilef ħafna ħin prezzjuż, li jista' jiġi utilizzat b'mod ferm aktar produttiv mill- impjegati.", "Jekk l-Onor Membru jinformani bl-utilita' tat-tagħrif mitlub minnu, nagħmel mezz biex niġbor l-informazzjoni u nagħtih tweġiba f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9,098, il-famuża mistoqsija dwar it-telefonati għal barra, jista' l- Ministru jgħidli għal liema raġuni fetlilhom jagħtu l-informazzjoni dwar it- telefonati lokali wkoll, meta dawn ma ntalbux u ovvjament parti mill-ispiża telgħet minħabba f'hekk?", "Fuq liema kriterju wasal għall-kalkolu li din il-mistoqsija parlamentari swiet Lm600?", "Jaf il-Ministru li l-informazzjoni setgħet tinġabar faċilment permezz ta' itemised bill mingħand il-Maltacom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, fil-fatt fuq il-Mejda tal-Kamra tpoġġew dokumenti li ma kellhomx jitpoġġew.", "Fid-domanda parlamentari nru.", "9,107 l-istess Onor. Membru talabni nagħtih l-informazzjoni dwar kemm tlaħħaq l-ispiża ta' telefonati mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn, linja b'linja fil-ministeru, fid-dipartiment u f'kull entita` li b'xi mod taqa` taħt id-dekasteru tiegħi.", "Dwar kif inħadmet l-ispiża, tlabt lill-permanent secretary jgħidli kemm nies ħadmu fuqha, kemm għamlu sigħat u x'inhi l-paga tagħhom.", "L-istess sar meta rriferew id-domanda lin-national tourism organisation - dak iż-żmien - u abbażi tar-risposti li ngħataw mill-entijiet kollha li jaqgħu taħt il- ministeru, ġiet magħduda s-somma skond ir-returns ta' kulħadd u ħarġet is- somma ta' Lm675.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri jekk qed nifhem sew ma ntalabx an itemised bill mingħand il-Maltacom meta dan seta' sar faċilment, u kien anke jiġi ffrankat ħafna xogħol.", "Imma ħalli ngħaddi għall-mistoqsija dwar l-istipendju ta' l-istudenti ta' l-institute of tourism studies.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk id-deċiżjoni biex l-istudenti jibdew imorru fuq ix-xogħol mill-aħħar ta' Mejju jew bidu ta' Ġunju minflok l- aħħar ta' Ġunju jew bidu ta' Lulju - itteħditx biex bil-pulit jitnaqsilhom l-istipendju, peress li f'dawk ix-xahrejn ma jingħatawx stipendju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infakkar lill-Onor.", "Cuschieri li kellu jagħmilli domanda bil-miktub biex inkun nista' nġiblu l-informazzjoni kollha.", "Kieku għandna bżonn innaqqsu l-istipendju ngħidlu b'wiċċi minn quddiem u, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet kollha li saru min-naħa l-oħra tal- Kamra meta ħarġu r-revised stipends ta' l-istudenti ta' l-universita` u tal- junior college - ma nafx jekk l-Onor.", "Cuschieri kienx wieħed minnhom pero' kienu żgur l-Onor.", "Evarist Bartolo u l-Onor.", "Karmenu Vella - m'huwiex veru li se jitnaqqas l-ammont ta' stipendju li jingħata lill-istudenti ta' l- ITS.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri waqt li l-istudenti se jmorru fuq il- post tax-xogħol ferm qabel milli kienu jagħmlu s-soltu, matul dak iż-żmien se jieħdu l-istipendju wkoll?", "Għax jekk mhux se jieħdu l-istipendju, dan ifisser li l-gvern se jkun naqqasulhom u se jitfgħu fuq is-settur privat għax jibda ħiereġ bħala paga.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Cuschieri jagħmilli domanda bil-miktub nagħtih l-informazzjoni sħiħa.", "Kieku l-Onor.", "Membru, flok jagħmel ħafna domandi, almenu jagħmel waħda li verament tolqot is- suġġett u tkun fl-interess tal-Kamra, bil-qalb kollha nagħtih l- informazzjoni.", "Pero' ċertament l-Onor.", "Cuschieri m'għandux jassumi jew jippresumi li l-fatti huma kif qed jgħidhom issa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx call for applications biex jinħatar id-direttur ta' l-MTA f'Amsterdam?", "U jekk inħatar, fuq liema kriterji nħatar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Safejn naf jien, meta jkun hemm organizzazzjoni m'hemmx bżonn issir call for applications biex jinħatar xi ħadd f'xi kariga jekk din tista' ssir in-house.", "F'dan il-każ il-persuna li ntbagħtet Amsterdam kienet ta' l-istess livell ta' min kien sejjer hemmhekk - fil- fatt kien direttur ta' human resources, jiġifieri ma kien hemm l-ebda promotion u ma kien hemm xejn - u ntbagħtat Amsterdam minflok ħaddieħor, li minn Amsterdam mar Londra.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'riferenza għal dak li għadu kemm qal il-Ministru - dwar kif saret l-istima biex setgħet tinġabar l-informazzjoni b'risposta għall-mistoqsija parlamentari, li laħqet is-somma ta' Lm670, li frankament tinvolvi l-paga ta' xahrejn ta' higher executive officer - jista' jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li jispjegaw kif saret l- istima?", "Għax niftakar li meta kienu jsiru l-istimi ta' dan it-tip wieħed kien jista' jgħollihom jew ibaxxihom kemm irid, u jiena personalment inħoss li din l-istima tant hija inflated li ovvjament qiegħda hemm biex tagħmel punt politiku, meta m'għandux ikun hemm punt politiku f'ħaġa bħal din.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, jiena ma nsib l-ebda diffikulta' biex ma' l-ewwel opportunita' li jkolli nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-karti li qed jitlobni l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena tlabt li jsiru l-workings għax ħassejt li dan kien xogħol żejjed għall-impjegati tal-gvern.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Waqt li nifhem l-argumenti tal-Ministru li hemm ħafna xogħol involut fi tħejjija għal risposta bħal din, jekk inħarsu lejn il-man- hours involuti u nippruvaw nikkonċepixxu kif intlaħqu dawn il-Lm672, ma jidhirlux li bl-ebda mod ma jista' jgħid li jlaħħqu għal xahrejn paga ta' ħaddiem medju fiċ-ċivil?", "Allura ma jaħsibx li anke min-naħa tiegħu jmissu jevalwa l-parametri li fuqhom saru - niftakar li darba meta ħadmuli l- ispiża ta' flight ta' helicopter ta' l-armata inkludew il-paga tal-kaptan u l-flus li normalment jintefqu għall-maintenance tal-helicopter - għax jista' jkun li fl-istima li saret setgħu ġew mgħaduda ċerti fixed costs, li xorta waħda l-gvern huwa obbligat li jħallashom, anke kieku l-informazzjoni mitluba ma nġabritx?", "Naħseb li anke f'dan il-każ il-Ministru għandu għallinqas jispeċifikalna jekk l-ispiża hijiex ibbażata fuq variable costs, fuq marginal costs jew fuq fixed costs, li dejjem se jkunu hemm, u m'huwiex fair li wieħed jallokahom fuq mistoqsija parlamentari.", "Qed nagħmel dan il-punt għax ma naħsibx li huwa sew li mistoqsija parlamentari tiġi ppreżentata bħala waħda li m'hijiex fl-interess pubbliku fuq bażi ta' spiża li hija fittizja.", "Din hija spiża li tinħass enormi għall-poplu imma fil-fatt m'hi spiża xejn!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jiena nippreferi li noqgħod fuq il-karti u fuq l- informazzjoni li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Pero' nieħu pjaċir li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem kif tkellem għax il-ġist tar-risposta tiegħi hija li minflok sar dan ix-xogħol, li fl-opinjoni tiegħi ma hu ta' ebda utilita`, kien ikun ferm aħjar kieku l-impjegati utilizzaw il-ħin tagħhom b'mod aktar produttiv, kif erġajt irrispondejt illum.", "(Interruzzjonijiet) Il-fixed costs bilfors trid iddaħħalhom għax minflok intilfu jiċċekkjaw il-kontijiet kollha tat-telephone kienu jagħmlu xogħol ieħor.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ammetta li għokritu għajnu għall-ispiża ta' kemm qamet helicopter flight, u meta jiena staqsejt jekk dawn in-nies kenux fuq din il-biċċa xogħol biss, wasalt għall-konklużjoni li l-ammont ta' ħin li kellhom jagħmlu fuq din id-domanda huwa kopert anke bil-pagi tagħhom, għax kieku kienu jistgħu jagħmlu xi ħaġa oħra.", "Jiena ċert li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsegwi d-domandi li jsiru u allura jaf li l-Onor.", "Membru li għamel din id-domanda, għamel set ta' domandi fid-19 ta' Lulju ta' din is-sena dwar maintenance ta' għamara, maintenance ta' air-conditioners, maintenance ta' premises, maintenance ta' drenaġġ, maintenance tas-sistema ta' l-ilma, maintenance tas-sistema ta' l- elettriku, photocopiers, fax machines, computers, computer scanners, computer printers, spiża ta' manutenzjoni fuq karozzi, spiża ta' telefonati għal Malta kif ukoll għal barra, marriage leave, maternity leave, injury leave, overtime, sick leave, vacation leave u dwar impjegati.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaħseb li huwa ta' utilita` li niċċekjaw min qiegħed bil-marriage leave jew bil-maternity jew pregnancy leave, nasal biex ngħid li jekk xi ħadd irid jipprova jgħaddini biż-żmien m'iniex se nħallih!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jien qed inkun ftit kosternat bil-mod kif qed japprowċja dawn il-mistoqsijiet il-Ministru.", "Jista' jkollu ċertu ammont ta' dubju dwar l-utilita' tal-mistoqsijiet - ma naħsibx li dak huwa l-inkarigu tiegħu li jiġġudika hu minn dak l-aspett - imma ma naħsibx li għandu jkun kosternat bil-fatt li ċerti mistoqsijiet isiru kif isiru għax kienu jsiru preċedentement.", "Meta jsemmi spiża ta' maintenance, per eżempju, jistax jikkonferma li effettivament hemm xi ħaġa li on-line tagħtik din l-informazzjoni b'xi mod jew ieħor, imma jekk m'hijiex on-line jgħidilna allura min u kemm hemm nies inkarigati minnha?", "Jekk hi on-line, nittama li f'ministeru żgħir bħal tiegħu sempliċement kemm jagħfas buttuna u toħroġ, imma jekk m'hijiex hekk ma jistax itella' l-fixed costs fuqha ħaġa bħal din!", "Jista' l-Ministru jikkonfermalna li parti sostanzjali ta' Lm672 hija fixed cost?", "U x'inhu l-persentaġġ ta' fixed cost li fiha?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ovvjament hawnhekk ma nistax ngħidlu x'inhu l- persentaġġ ta' fixed cost għax m'għandix id-dettalji pero' nagħtih l- informazzjoni aktar tard.", "Biss jien ukoll naqbel mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kieku d-domanda kienet dwar spiża li qed tintefaq għall-maintenance, konna naraw taħt il- vot tal-maintenance u malajr konna nsiru nafu.", "Pero' l-verita' hi li l- Onor. Membru spigola punt punt - photocopiers, fax machines, computers, computer scanners u computer printers - domanda waħda waħda u allura dawn trid tfittixhom taħt headings differenti, mhux biss fil-ministeru imma trid tfittixhom ukoll taħt il-hotels and catering establishments board, trid tfittixhom taħt id-dipartiment tat-turiżmu, trid tfittixhom taħt it-tourism authority - jew in-national tourism organisation kif kienet dak iż-żmien - u trid tfittixhom taħt l-ITS.", "Voldieri caso mai, kieku kollha kienu maintenance, forsi kien ikolli ħames buttuni u mill-ewwel toħroġ figura globali, pero' dak li qed jintalab mhux biex noħroġlu l-figura globali imma biex nispigolaw biċċa biċċa fuq photocopiers, fax machines u computers.", "Dik id-differenza kollha!", "L-ispiża tal-maintenance kont nagħtiha faċilment, kif qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, imma ladarba ddaħħal dan id-dettall - għalkemm m'iniex nirrifjuta li nagħtih - almenu l-Onor.", "Membru għandu jgħidilna x'utilita' fih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, bil-permess tal-Ministru xtaqt inbiddel ftit is-suġġett.", "Fil-bidu tas-sena kien hemm tendenza illi t- turisti li qed jiġu minn barra jmorru aktar f'hotels 4-Star milli f'hotels ta' kategorija differenti u fil-fatt iċ-ċifri juru li kien hemm żieda fil-4- Star hotels waqt li t-3-Star baqgħu l-istess.", "Jista' l-Ministru jinformana x'inhi t-tendenza li għaddejja preżentament fl-akkomodazzjoni turistika.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ċertament m'għandix ċifri disponibbli biex nagħti risposta preċiża u jekk l-Onor.", "Membru jagħmilli din id-domanda bil-miktub, kif stedint lill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra biex jagħmlu, nieħu pjaċir nirrispondih.", "Pero' safejn naf jien, u nieqaf hawn, it-trend li kienet tidher fil-bidu tas-sena kompliet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħa nerġa' mmur lura għas-suġġett li kont qed nistaqsi dwaru.", "Jaqbilx il-Ministru li kieku din il-mistoqsija saret dwar kull photocopier fil-ministeru tal-public works kont nifhem li ma tagħmilx sens, imma ladarba saret dwar il-ministeru tat-turiżmu, fejn ċerti affarijiet huma limitati, tagħmel sens?", "Hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq ministeru li għandu turnover ta' xi Lm20 miljun jew ta' Lm30 miljun imma qed nitkellmu fuq ministeru relattivament żgħir, anzi fl-opinjoni tiegħi waħda mill-problemi ta' dan il-ministeru dejjem kienet li m'għandux staff biżżejjed u naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi fuq din il-ħaġa.", "Allura given that, ma nafx għaliex ma jagħmilx sens li xi ħadd jitolbok tagħtih dan id-dettall, aktar u aktar fil-kuntest li l-Onor.", "Interpellant jista' jkollu xi ħaġa f'moħħu.", "Għalhekk ma jidhirlux il-Ministru illi għandu jiftaħ ftit ix-xibka tiegħu biex ikun jista' jagħlaqha meta jkun hemm bżonn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, jiena qed nifhmu lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni pero' donnu hu m'huwiex qed jifhem kif kienet id-domanda.", "Id- domanda ma kenitx biss dwar il-ftit nies li hemm fil-ministeru imma kienet fuq in-national tourism organisation, fuq l-ITS, fuq id-dipartiment u fuq l- HCEB ukoll.", "Veru li dan m'huwiex l-ikbar ministeru li hawn fil-pajjiż - forsi huwa l-iżgħar wieħed, għalkemm ir-riżultati tiegħu huma ħafna akbar mid-daqs tiegħu - pero' jiena nerġa' ngħid li domandi bħal dawn inkun irrid naf l-utilita' tagħhom.", "Kieku l-Onor.", "Membru kellu jagħmel domanda lill- ministru tas-saħħa u jistaqsih kemm inqabdu ġrieden fl-1996, fl-1997 u fl- 1998 u ta' liema daqs huma, x'kont taħseb?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, ma naħsibx li din hija risposta li għandha x'taqsam ma' dak li għedt jien.", "Apparti li mhux se noqogħdu nitkellmu fuq il-ġrieden, fil-kuntest ta' ministeru żgħir illi għandu organizzazzjonijiet li jirrapportaw lejh - naf li dan isir fil-kuntest ta' ministeru illi għandu komunikazzjoni għaddejja, kemm esterna kif ukoll interna, u dak huwa x-xogħol tiegħu - huwiex raġonevoli li tagħmel enquiry b'mod miftuħ dwar il-punti li qed jissemmew?", "Jidhirlux il-Ministru li meta nippruvaw nesponu mistoqsijiet ta' natura informattiva għall-kritika ġenerali, ibbażata fuq data finanzjarja li fl-opinjoni tiegħi hija żlugata - ma jistax ikun minnu li kull mistoqsija tiġi tqum Lm670, ċifra li fl- opinjoni tiegħi hija inflated - b'hekk inkunu qed nimminaw il-proċess demokratiku li bih gvern ikun sottomess għal skrutinju quddiem kulħadd?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ċertament jiena qatt m'għedt li ma rridx inwieġeb imma rriservajt ruħi li ma nweġibx.", "Tant hu hekk li weġibt iż-żewġ domandi u bi żball l-aħħar darba poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra l-karti tad-domanda tal-lum.", "Jiena ċertament mhux qed ngħid li hawn xi ħadd li qed jimmina d- demokrazija imma qed ngħid - issa nagħmilha ċara - li domandi bħal dawn isiru biex iċampaw ix-xogħol fil-ministeru, żgħir kemm hu żgħir, jekk ma jkunux ta' utilita'.", "Hawnhekk jien erġajt stedint lill-Onor.", "Membru jgħidli jekk hijiex ta' utilita' li jiena noqgħod ngħid kemm-il waħda mis- segretarji jew mill-impjegati ħadu pregnancy leave, marriage leave u ma nafx x'aktar.", "Ma naħsibx li meta tagħmilli domanda bħal dawn tkun qed tagħmel skrutinju ta' finanzi!", "(Interruzzjonijiet)", "L-unika ħaġa li nixtieq inżid hi li jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħass li meta semmejtlu l-ġrieden kont qed inwaqqa' l-affarijiet għaċ-ċajt, nista' ngħidlu li din id-domanda ma ndumux ma narawha fuq l-order paper, imbagħad inkunu nafu min għamilha.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Min għalih se jumiljani issa!", "Veru li jien għamilthom dawk il-mistoqsijiet imma x'fiha ħażin b'daqshekk?", "Għamilthom fil-kuntest tar-rapport li deher f'\"The Malta Independent\", li qal li f'pajjiżna hawn problema kbira ta' ġrieden.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk ma tarax gazzetti mhux tort tiegħi!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-ewwelnett jiena m'għedtx min għamilha d-domanda imma l-Onor.", "Membru stess ammetta li għamilha hu!", "(Interruzzjonijiet) Li tistaqsi kemm inqabdu ġrieden hija ħaġa imma li tistaqsi ta' liema daqs huma hija ħaġa oħra, u nieqfu hemm!", "TURIŻMU - SICK LEAVE", "9105.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilaħħaq l-ammont ta' sigħat f'sick leave li ħadu l-ħaddiema mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, fil-ministeru, fid- dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor Membru żgur japprezza li biex jinkiseb it- tagħrif mitlub f'din il-mistoqsija - kif ukoll f'mistoqsijiet numri 9101, 9102, 9103, 9104 u 9106 - jintilef ħafna ħin prezzjuż, li jista' jiġi utilizzat b'mod ferm aktar produttiv mill-impjegati.", "Jekk l-Onor Membru jinformani bl-utilita' tat-tagħrif mitlub minnu, nagħmel mezz biex niġbor l-informazzjoni u nagħtih tweġiba f'xi seduta oħra.", "TURIŻMU - OVERTIME", "9106.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża f'overtime għall- ħaddiema mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fil-ministeru, fid- dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor Membru żgur japprezza li biex jinkiseb it- tagħrif mitlub f'din il-mistoqsija - kif ukoll f'mistoqsijiet numri 9101, 9102, 9103, 9104 u 9105 - jintilef ħafna ħin prezzjuż, li jista' jiġi utilizzat b'mod ferm aktar produttiv mill-impjegati.", "Jekk l-Onor Membru jinformani bl-utilita' tat-tagħrif mitlub minnu, nagħmel mezz biex niġbor l-informazzjoni u nagħtik tweġiba f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni):Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li bdew korsijiet full-time u part- time fl-universita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10260.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali ta' l-Enemalta għas-sena 1999 u l-estimi finanzjarji ta' l-istess korporazzjoni għas-sena 1999/2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-istatut ta' l-assoċjazzjoni sportiva Tigne', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10343; u", "Tabella li tagħti tagħrif dwar l-għadd u l-eta' ta' persuni li kkommettew suwiċidju bejn l-1995 u t-30 ta' Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10447.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' ittra datata 18 ta' Awissu, 1999 indirizzata lid-direttur ta' l-agrikoltura, mibgħuta mill-perit inkarigat mix-xogħol ta' surfacing tal-parking area fil-grading and packing station, Ta' Qali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9325.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skeda tad-dmirijiet ta' l-imħallfin kif approvata mill-President ta' Malta, fil-21 ta' Jannar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10432;", "Skeda tad-dmirijiet tal-maġistrati, kif approvata mill-Aġent President ta' Malta, fit-13 ta' Mejju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10433; u", "Kopja taċ-ċirkolarijiet li ntbagħtu lill-kunsilli lokali mid- dipartiment tal-kunsilli lokali matul l-1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10470.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET STATUTARJI", "STATUTE LAW REVISION (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 t'Ottubru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt huwa in possession bil-winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, mid-dibattitu li kellna fuq dan l-abbozz ta' liġi jidher ċar li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu dwar l-utilita` tiegħu u li baqgħalna biss huwa li nipprovaw insolvu l-punt li tqajjem min-naħa ta' l-oppożizzjoni, iżda qabel ma nkompli bid-diskors tiegħi xtaqt nirriferi għal xi żewġ punti partikolari li tqajmu.", "Waqt li kien qed jagħmel l-intervent tiegħu - u jekk fhimtu sew ma qalx li din hija biss possibbilta` imma tkellem b'ċertezza l-Onor.", "Anġlu Farrugia qal - li hemm uffiċjal għoli tal-gvern li qed jagħmel il-pirating tas-CD-ROM, li ħarġet il-law revision commission flimkien mal-ministeru, u għalhekk talab li ssir investigazzjoni f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk irrid ngħid li fil-fatt din l-allegazzjoni kienet waslet għand il-permanent secretary tal-ministeru pero` l-allegazzjoni li waslitlu kienet vaga għall- aħħar u għalhekk filwaqt li l-ministeru, permezz tal-pulizija, huwa lest li jinvestiga kull allegazzjoni ta' dan it-tip, nitlob lill-Onor.", "Membru biex jekk b'xi mod jew ieħor jista' jgħin fl-investigazzjoni jagħmel dan malajr kemm jista' jkun, anke jekk irid jgħaddili xi informazzjoni oħra li għandu b'mod konfidenzjali.", "Jien persważ li l-Onor.", "Farrugia jifhem li meta jkun hemm allegazzjoni ta' dan it-tip ikun xi ftit diffiċli li wieħed jasal għall-konklużjoni.", "Irrid ngħid ukoll li apprezzajt ħafna s-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Herrera, fejn awgura li jasal żmien fejn l-atti jibdew jiġu ppreżentati fil- qorti elettronikament.", "Jien ukoll nawgura li naslu biex nagħmlu pass bħal dan pero` m'iniex fiduċjuż wisq li se naslu biex nagħmlu dan il-pass malajr, anke għaliex fil-qrati għad għandna reżistenza minn diversi membri tal-ġudikatura biex jużaw is-CD-ROM tal-liġijiet.", "Jien nifhem - u l-loġika hekk tgħidlek ukoll - li jekk kemm-il darba l-atti jibdew jiġu ppreżentati fil-qorti elettronikament, il-handling ta' dak l-att wara l-preżentazzjoni jrid ikun elettroniku wkoll, jiġifieri mhux kemm nistampawh u nerġgħu nibdew il-proċess bil-karti, u għalhekk meta nqis kemm għad għandna reżistenza fil-qrati, mhux biss mill-ġudikanti imma anke minn numru ta' avukati, li jirreżistu saħansitra l-użu ta' CD-ROM sempliċi, bilfors ikolli naħseb li għadna wisq lura biex nibdew noħolmu li ndaħħlu dawn it-tip ta' sistemi elettroniċi.", "Nixtieq nirrimarka wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Herrera, meta kkummenta li domna biex nagħtu din is-CD-ROM lill-membri tal-ġudikatura.", "Hawnhekk naħseb li l-Onor.", "Membru għandu żball għaliex wara li tlabt lill-permanent secretary tiegħi jikkonfermali d-dati ta' meta din is-CD-ROM ingħatat lill- membri tal-ġudikatura, sibt li ma kien hemm l-ebda delay f'dan is-sens.", "Forsi hawnhekk l-Onor.", "Herrera kien qed jirriferi għall-fatt li xi wħud mill-imħallfin ma kellhomx computer li jista' jieħu CD-ROM.", "Sfortunatament huwa fatt li l-membri tal-ġudikatura kien ilhom għal sentejn sħaħ jitolbu biex il-computers li għandhom - ilhom għandhom mill-1994 - jiġu upgraded jew jinbidlu, pero` minkejja dan kollu baqa' ma sar xejn f'dan ir-rigward u għalhekk meta ħriġna din is-CD-ROM aħna għamilna talba sabiex jinbidel il- computer hardware kollu li għandhom il-membri tal-ġudikatura.", "Fil-fatt f'dawn il-ġranet ġejt informat li l-membri tal-ġudikatura ngħataw madwar 26 computer biex issa kull membru għandu l-possibbilta` li juża s-CD-ROM relattiv.", "Mr Speaker, l-aħħar punt tiegħi jirrigwarda l-law revision commission.", "L- Onor. Gulia qal - u naqbel miegħu mija fil-mija hawnhekk - li f'dawn l- aħħar snin il-law revision commission kienet moribonda u kien hemm bżonn li wieħed jara x'se jagħmel biha.", "Anzi jien immur kemm kemm oltre minn hekk billi ngħid li f'dawn l-aħħar snin il-law revision commission switilna ħafna iktar flus milli kien ġustifikabbli biex tibqa' tgħix.", "Biżżejjed ngħid li on average, matul dawn l-aħħar sitt snin, minn sena għall-oħra, il- gvern kien qed jonfoq Lm73,000 biex ikollu erba' membri fil-law revision commission, li prattikament kulma kienu qegħdin jagħmlu kien li jaġġornaw il-leġislazzjoni prinċipali tagħna.", "Meta rajt dan kollu jien deherli li wasal żmien għar-riforma, iktar u iktar meta qist li din il-kummissjoni kienet twaqqfet fl-1980 għal raġuni verament bżonjuża, biex sa fl-aħħar pajjiżna jkollu lil xi ħadd li jagħmel reviżjoni b'mod regolari, kemm tal- leġislazzjoni prinċipali tagħna kif ukoll tal-leġislazzjoni sussidjarja tagħna, ħalli b'hekk niżguraw li għandna t-test uffiċjali tal-liġi.", "Madanakollu jien ma qbiltx ma' l-Onor.", "Farrugia meta qal li m'hemm l- ebda differenza bejn il-verżjoni uffiċjali tal-liġi u bejn xi verżjoni oħra tal-liġi li ma tkunx uffiċjali għax fir-realta` jekk wieħed iqabbel il- verżjoni uffiċjali ma' dik li m'hijiex uffiċjali jsib numru ta' diskrepanzi li jistgħu jiżgwidaw lil min ikun qed juża l-verżjoni li ma tkunx uffiċjali u żgur li bħala pajjiż, kemm bħala Stat kif ukoll bħala gvern, irid ikollna l-uffiċjalita` f'dik li hija pubblikazzjoni tal-liġijiet, kemm fil-liġijiet primarji kif ukoll fil-liġijiet sussidjarji.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna kummissjoni li taħdem sabiex il-gvern ikollu makkinarju li jiżgura li l-liġijiet tagħna jibqgħu jiġu ppubblikati b'mod regolari, u kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, forsi dan kien l-ikbar nuqqas tal-law revision commission li kellna qabel.", "Aħna dehrilna wkoll li l-flus li nfaqna matul dawn l-aħħar sitt snin fuq din il-kummissjoni kien ammont sproporzjonat ħafna meta wieħed iqis x'kienet qed tirrendi din il-kummissjoni u għalhekk wieħed mill-ewwel proġetti li kellna kien proprju dak li nirriformaw lil din il-kummissjoni.", "Fil-fatt hekk kif il-kummissjoni kif ifformata minn wara l-aħħar elezzjoni ġenerali ppubblikat din is-CD-ROM li qed nitkellmu dwarha, aħna dehrilna li dak kien il-mument propizju li fih nibdew din ir-riforma.", "MR SPEAKER: Ministru, għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, aħna bdejna din ir-riforma billi dehrilna li għal xogħol ta' reviżjoni ma kienx hemm bżonn li jkollna erba' min-nies fuq kummissjoni imma persuna waħda, b'persuna oħra li tagħtiha l-assistenza li jkollha bżonn hija biżżejjed.", "Għalhekk ħtarna persuna biex tkun inkarigata mill-preparazzjoni tax-xogħol kollu konness mar-reviżjoni tal- liġijiet prinċipali u mal-pubblikazzjoni u r-reviżjoni tal-liġijiet sussidjarji - ta' min jgħid li l-pubblikazzjoni u r-reviżjoni tal-liġijiet sussidjarji qegħdin isiru għall-ewwel darba - u lill-persuna l-oħra tajnieha l-inkarigu l-ġdid li tibda tikkordina l-ġbir tas-sentenzi tal- qrati, ħalli dawn jibdew jiġu ppubblikati b'mod regolari.", "Waqt din ir-riforma aħna biddilna wkoll lill-membri tal-kummissjoni u fil-fatt illum din il-kummissjoni hija fformata biss minn Dr. Giuseppe Mifsud Bonnici, li huwa l-law commissioner reviżur, minn Dr Vanni Bruno, li jassisti b'kuntratt lil Dr Giuseppe Mifsud Bonnici - kif nafu lkoll Dr Bruno kien involut anke fil-kummissjoni preċedenti, f'dak li għandu x'jaqsam mar-reviżjonijiet tal-liġijiet prinċipali u sussidjarji - u mill- Prokuratur Legali Joseph Gatt, li għandu l-inkarigu li jiġbor is-sentenzi tal-qrati tagħna b'mod regolari, liema xogħol, kif għedt diġa`, qed isir għall-ewwel darba.", "Hawn ta' min isemmi li permezz ta' din ir-riforma, minkejja li żiedna l-mansjoni tal-kummissjoni li tiġbor u tippubblika s- sentenzi tal-qrati tagħna u minkejja li issa r-reviżjoni se tibda tinkludi wkoll ir-reviżjoni u l-pubblikazzjoni tal-liġijiet sussidjarji ta' pajjiżna, minn spiża ta' madwar Lm73,000 fl-aħħar sitt snin irnexxielna nniżżlu din l-ispiża għal Lm12,600 fis-sena, jiġifieri fi kliem ieħor iffrankajna mas-Lm60,000 fis-sena bħala spiża fuq din il-kummissjoni.", "Mr Speaker, kif għadni kemm għedt, il-kummissjoni qiegħda tieħu ħsieb ukoll il-ġbir u l-pubblikazzjoni tal-leġislazzjoni sussidjarja, li s'issa la qatt inġabret u lanqas qatt ġiet ippubblikata, u għal dan l-iskop hemm kuntratt ta' Lm10,000 fis-sena għal erba' snin sħaħ, biex b'hekk wara erba' snin inkunu nistgħu ngħidu li pajjiżna għandu għall-ewwel darba l- pubblikazzjoni tal-liġijiet sussidjarji.", "Ovvjament aħna rbatna dan kollu mhux biss mal-pubblikazzjoni tas-CD-ROM imma anke ma' l-aċċess ta' l- internet.", "Fil-fatt hawn ta' min jgħid li l-MITTS ingħatat l-inkarigu biex sa l-aħħar tas-sena d-dieħla tkun ippubblikat website, liema website tkun trid tinkorpora fiha l-liġijiet prinċipali li jgħaddu minn dan il- parlament, u aħna se niżguraw li meta tgħaddi liġi minn dan il-parlament, il-liġi prinċipali li tkun fuq il-website tiġi emendata fi żmien ġimgħa, biex b'hekk għall-ewwel darba f'pajjiżna kulħadd ikun jista' jkollu l- liġijiet updated.", "Ta' min jgħid ukoll li din il-website se tinkludi anke leġislazzjoni sussidjarja hekk kif tiġi kkompilata u nispera li filwaqt li sa Jannar li ġej se nkunu f'pożizzjoni li nippubblikaw l-ewwel għaxar chapters, sa l- aħħar tas-sena d-dieħla nkunu ppubblikajna l-ewwel 70 chapter.", "F'dan il- website aħna se ninkludu anke l-iktar sentenzi importanti li se jingħataw mill-qrati tagħna mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla.", "Ovvjament dawn is- sentenzi se jkunu kkatalogati bl-istess mod kif jiġu kkatalogati s-sentenzi li qed jiġu ppubblikati fil-kotba bħalissa, biex b'hekk wieħed ikollu l- possibbilta` li jfittex permezz ta' keywords.", "Nagħlaq dan id-diskors billi ngħid li hawnhekk aħna m'aħna qed nagħmlu xejn rivoluzzjonarju għax dawn is- sistemi diġa` jeżistu fid-dinja kollha u aħna qegħdin sempliċement nikkoppjaw lil ħaddieħor.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni, Sur President, li nirringrazzja lil dawk il- membri li kienu fil-law revision commission f'xi żmien bejn l-1980 u din is- sena, għaliex dawn ilkoll għamlu dak li setgħu biex pajjiżna jkollu verżjoni uffiċjali tal-liġijiet.", "Ir-ringrazzjament tiegħi imur partikolarment għall-membri ta' l-aħħar kummissjoni li kellna, li minkejja l-problemi kollha li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom, irnexxielhom joħorġu l-liġijiet ta' pajjiżna fuq CD-ROM.", "Aħna għandna dejjem inħarsu 'l quddiem, u għandna nħarsu 'l quddiem billi niżguraw li xogħolna jimxi maż-żmenijiet, billi niżguraw li kemm jista' jkun kulħadd ikollu aċċessibbilta` għall-korpus legali ta' pajjiżna kif, ukoll billi niżguraw li l-gvern ma jonfoqx flus żejda u filwaqt li dak kollu li jippubblika jkun aċċessibbli, ikun ukoll kemm jista' jkun cost- effective.", "Dawn huma t-toroq li rridu nimxu fihom u jien ċert li bil- koperazzjoni ta' kulħadd, minn hawn u ftit żmien ieħor pajjiżna se jkun fl- istess pożizzjoni ta' ħafna pajjiżi oħra, fejn il-ġabra tal-liġijiet prinċipali u sussidjarji kollha kif ukoll il-ġabra tas-sentenzi, li huma tant importanti fl-iżvilupp ta' l-interpretazzjoni tal-liġi, ikunu qegħdin għad-dispożizzjoni ta' kulmin ikun jixtieq jarahom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il- Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni tat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Lulju, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo huwa in possession.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, qabel ma dan il-parlament waqaf għall- vaganzi tas-sajf kont qed ngħid li filwaqt li huwa tajjeb li niflu l- liġijiet u naġġornawhom skond il-bżonn, irridu nżommu l-ħin kollu quddiem għajnejna x'inhuma l-implikazzjonijiet u l-effetti ta' dak li nkunu qed nagħmlu.", "Jien kont għamilt ukoll il-punt li m'huwiex biżżejjed li nħarsu lejn il-liġijiet imma rridu naraw ukoll l-inforzar tagħhom u kont ikkritikajt in-nuqqas ta' serjeta` li tidher f'diversi oqsma li suppost qed iservu biex imexxu l-ġlieda kontra d-droga.", "Dakinhar jien kont anke staqsejt - u minkejja li issa għaddew il-ġimgħat u saħansitra x-xhur minn mindu għamilt dik il-mistoqsija, baqa' ma kien hemm l-ebda spjegazzjoni għal dan - għaliex l-unika X-ray machine li għandna fl-ajruport, liema -X-ray machine isservi biex tagħmel l-iscanning tal-hand luggages li jkunu qed iġorru dawk l-eluf kbar ta' nies li jkunu deħlin fl-ajruport ta' pajjiżna, għamlet ġimgħat sħaħ ma taħdimx.", "Dan ifisser li matul dawk il-ġimgħat l-iskwadra ta' kontra d-drogi ma kellha l- ebda mezz elettroniku serju biex tieħu scan tal-hand luggages ta' dawk in- nies li daħlu f'pajjiżna, u din hija xi ħaġa li għandha rabta intima u diretta ma' dak li qed niddiskutu llum.", "Nerġa` nirripeti li minkejja li għaddew ix-xhur minn mindu għamilt dik il-mistoqsija, bqajna ma ħadna l- ebda spjegazzjoni min-naħa tal-ministeru tal-finanzi, li huwa responsabbli għal dan il-qasam, għaliex din l-X-ray machine, li għandha tant importanza strateġika għall-inforzar tal-liġi, tħalliet dawk il-ġimgħat kollha ma taħdimx, qisu qatt ma ġara xejn.", "Bla ebda dubju, il-fatt li f'qasam bħal dan mhux qed ikun hemm l-inforzar meħtieġ juri n-nuqqas kbir ta' serjeta` li għandna f'diversi oqsma f'dak li għandu x'jaqsam mat-tixrid tad-droga, liema tixrid tad-droga, minħabba li pajjiżna huwa gżira, huwa marbut direttament mal-kuntatt tagħna ma' barra.", "Il-ħsieb ta' dan l-abbozz ta' liġi li jirregola l-kuntatt bejn Malta u l- bqija tad-dinja f'dak li għandu x'jaqsam mad-dħul tad-droga f'pajjiżna huwa wieħed mis-suġġetti li nsibu ttrattati anke fir-rapport li għadha kemm ħarġet il-Kummissjoni Ewropea dwar x'passi konkreti qed jieħu l-Gvern Malti - jiġifieri dan ir-rapport ma jistudjax biss kemm il-Gvern Malti qed jagħmel reklami fuq kemm hu sabiħ li tidħol fl-Unjoni Ewropea! - biex iwettaq dak li trid l-Unjoni.", "Fil-fatt ta' min jgħid li f'diversi paġni ta' dan ir-rapport - għadu kemm ħareġ proprju l-ġimgħa li għaddiet - insibu li min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea hemm tħassib serju f'dan ir-rigward u nsibu mniżżel b'enfasi u b'ċerta urġenza li l-gvern irid jieħu l-passi neċessarji biex isaħħaħ l-istrutturi, biex isaħħaħ ir-riżorsi, fosthom ir- riżorsi umani, biex ikollu l-mezzi u biex jiġġieled it-tixrid tad-droga.", "Kemm f'paġna 29 kif ukoll f'paġna 30 ta' dan ir-rapport jissemmew punti li għandhom x'jaqsmu ħafna ma' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "Per eżempju, f'paġna 30, taħt it-titlu \"Drogi\", ir-rapport tal- Kummissjoni Ewropea jgħidilna li għalkemm Malta m'hijiex konsidrata bħala ċentru ta' produzzjoni ta' drogi illegali hija meqjusa bħala a transit point, jiġifieri bħala post minn fejn isir it-traffikar tad-droga mill- Afrika, mil-Lvant Nofsani u mill-Ewropa tal-Lvant.", "F'paġna 3 hemm miktub ukoll - jien qed nikkwota dan ir-rapport kelma b'kelma - li l-użu u t- traffikar tad-droga saru problema kbira f'Malta, u mbagħad dan ir-rapport ikompli jgħid li s'issa Malta għadha ma ffirmatx il-ftehim tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar traffikar illeċitu ta' drogi permezz tal-baħar, liema ftehim huwa rilevanti partikolarment minħabba li Malta hija gżira.", "Punt ieħor li jagħmel dan ir-rapport huwa li hemm bżonn ta' iktar nies u ta' iktar tagħmir biex Malta tkun tista' timxi kif trid l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ġlieda kontra d-drogi.", "Fil-fatt din l-enfasi qed terġa` ssir f'paġna 31, fejn jingħad ċar u tond li hemm bżonn illi Malta ssaħħaħ il- kapaċitajiet u l-mezzi tagħha biex timplimenta dak kollu li għandu x'jaqsam mat-traffikar organizzat tad-drogi b'mod internazzjonali f'pajjiżna, liema traffikar, kif qal dan ir-rapport stess, jidħol f'pajjiżna mill-Afrika ta' Fuq, mill-Ewropa tal-Lvant u mil-Lvant Nofsani u joħroġ għall-bqija ta' l- Ewropa.", "Minn dan ir-rapport jidher ċar kemm ingħad gideb meta kien jingħad illi Malta mhux se jkollha għalfejn tadotta l-liġijiet u r-regolamenti kollha ta' l-Unjoni Ewropea meta tiġi biex tissieħeb fl-Unjoni.", "Hawn ta' min ifakkar ukoll li kienet saħansitra tingħad il-gidba li Malta se tkun tista' tikkonvinċi lill-Unjoni biex tgħawweġ ċerti regolamenti u ċerti liġijiet meta dawn ma jkunux jgħoddu għal Malta.", "Milli jidher hawn min jaħseb li l- prattika li tiġi mħaddma f'pajjiżna li ngħawġu r-regolamenti biex naqdu lil tal-qalba hija estiża b'mod internazzjonali, bħal dak li qallu fl- iscreening tista' tmur tgħaddi xi kelma biex tbiddel ir-regolamenti u tbiddel il-liġijiet ta' l-Unjoni biex tadattahom għal dak li għandha bżonn Malta!", "Dan ir-rapport qed jagħmilha ċara kemm jista' jkun li dan m'hux minnu u li Malta jkollha bilfors tadotta l-liġijiet u r-regolamenti ta' l- Unjoni f'kull qasam.", "Imbagħad it-tieni parti tar-rapport, li ħareġ nhar l-Erbgħa, jitkellem dwar il-kapaċitajiet amministrattivi li għandha Malta biex twettaq dak li trid tintrabat li tagħmel, u hawnhekk hawn parti sħiħa fuq dak li għandu bżonn jagħmel pajjiżna fil-qasam tal-ġlieda kontra d-droga.", "Fil-fatt hawn mill-inqas ħames paragrafi li jsemmu fid-dettall x'inhuma r-riżorsi u l- mezzi li għandha Malta f'dan il-qasam u jgħidu li f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-fruntieri u mal-ħarsien ta' nies li minn Malta jkunu jridu jidħlu illegalment f'pajjiżi oħra hemm staff ta' 124 uffiċjal.", "Dan ir- rapport isemmi wkoll li f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l- kriminalita` organizzata, it-terroriżmu, id-drogi, il-frodi u l- korruzzjoni, il-pulizija għandha dipartiment li hu magħmul minn żewġ sezzjonijiet, mis-sezzjoni ta' l-investigazzjoni kriminali, li huwa magħmul minn disa` timijiet, u mill-iskwadra mobbli, li twaqqfet biex tinvestiga l- vetturi misruqa.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jkompli jgħid li l-organizzazzjoni ewlenija li hija involuta fil-ġlieda kontra d-drogi, jiġifieri l-iskwadra ta' kontra d-drogi, hija magħmula minn sitt timijiet ta' 39 impjegat, liema ħaddiema huma mmexxija minn assistent kummissarju.", "Dan ir-rapport isemmi anke l-fatt li s-sezzjoni tad-droga tad-dipartiment tad-dwana hija magħmula minn 46 impjegat, li xogħolhom huwa li jaraw li f'pajjiżna ma tidħolx droga, la permezz tal-baħar, la permezz ta' l-ajru u lanqas permezz tal- passiġġieri.", "Imbagħad dan ir-rapport jgħid ukoll li fl-iskwadra tad- delitti ekonomiċi hemm 15-il uffiċjal, li minnhom seba' uffiċjali - fil- fatt il-kliem eżatt li huma wżati f'dan ir-rapport huma \"seba' uffiċjali biss\" - għandhom xogħol amministrattiv li għandu x'jaqsam ma' l-uffiċċju ta' l-interpol, liema uffiċċju għandu ċerta rabta ma' dak li qed niddiskutu llum minħabba li nistgħu ngħidu li din hija l-korporazzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra d-droga.", "Meta l-Kummissjoni Ewropea ġiet biex tikkummenta jekk Malta, kif inhi organizzata llum mill-gvern, għandhiex il-mezzi neċessarji biex il-ġlieda kontra t-tixrid internazzjonali tad-droga tiġi miġġielda kif għandha tiġi miġġielda, din tgħid li hemm bżonn ta' iktar taħriġ f'dawk li huma riżorsi umani.", "Fil-fatt meta kont qed nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi qabel ma waqafna għar-recess tas-sajf kont irrimarkajt li n-nies li huma involuti f'dan il-qasam, jiġifieri l-membri ta' l-armata, tad-dwana u tal-pulizija, m'humiex qed jiġu mħarrġa biżżejjed u li m'għandhomx jintbagħtu biss ċerti uffiċjali għat-taħriġ imma għandhom jintbagħtu wkoll dawk in-nies li għandhom x'jaqsmu direttament ma' dan il-qasam.", "Hawnhekk irrid nenfasizza wkoll li huwa importanti ħafna li dan it-taħriġ isir regolarment għaliex ir- riżorsi finanzjarji, il-mezzi teknoloġiċi u l-mod kif jaħdmu l-kriminali li għandhom x'jaqsmu mat-tixrid tad-droga jiġi aġġornat il-ħin kollu, u għalhekk hija xi ħaġa ovvja li jekk il-forza li suppost qiegħda tiġġieled kontra tagħhom ma jkollhiex il-mezzi u r-riżorsi meħtieġa kif ukoll it- taħriġ meħtieġ biex tkun tista' ssegwi x'qed jiġri, din il-ġlieda tispiċċa ma tintrebaħ qatt bil-konsegwenza li dawk li jmexxu d-droga, li hija waħda mill-ikbar oqsma kummerċjali li teżisti fid-dinja llum, ikollhom il- faċilitajiet kollha li jridu biex jagħmlu dan.", "Fil-fatt f'dan ir-rapport il-Kummissjoni Ewropea qed titlob għal iktar faċilitajiet u għal iktar ħaddiema sabiex il-pulizija ta' Malta wkoll ikunu jistgħu jieħdu parti attiva fil-Europol.", "Punt ieħor li qed jagħmel ir-rapport ta' din il- kummissjoni huwa li hemm bżonn ta' iktar staff u ta' iktar tagħmir sabiex l- awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni tal-pulizija jkunu jistgħu jaqdu l-obbligi li hi trid tqiegħed fuq Malta minħabba li jekk pajjiżna jsir membru ta' l- Unjoni, dan isir wieħed mill-fruntieri esterni tal-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, hawn ta' min isemmi wkoll dokument li mhux biss qed isemmi x'inhuma l-mezzi, ir-riżorsi u n-nuqqasijiet li għandu l-gvern imma jsemmi ukoll kif il-gvern jista' jipprovdi iktar mezzi u riżorsi u jagħmel xi ħaġa għan-nuqqasijiet li għandu.", "Hawnhekk qed nirriferi għal dak id-dokument li jittratta dwar l-obbligi ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, dak li jissejjaħ l-accession partnership agreement, li meta kien qed jitkellem dwar dak li għandu jsir f'dan il-qasam għamilha ċara li huwa qed jistenna li l-gvern jieħu l-passi li għandu jieħu f'dan il-qasam sas-sena 2000, u fosthom isemmi li sas-sena d-dieħla hemm bżonn li tissaħħaħ l-iskwadra li tiġġieled kontra d-drittijiet ekonomiċi u l-iskwadra ta' kontra d-drogi, kif ukoll jgħid li hemm bżonn illi Malta taderixxi għall-konvenzjonijiet Ewropej dwar il-korruzzjoni u dwar it-tixħim.", "Hija xi ħaġa magħrufa minn kulħadd li wieħed mill-ikbar nuqqasijiet li hemm mill-forzi ta' l-ordni biex jiġġieldu din il-problema hija n-nuqqas ta' know-how f'dak li għandu x'jaqsam ma' white-collar crime.", "Jekk irridu naqbdu lit-traffikanti tad-droga l-kbar verament u neħduha bis-serjeta` kontra l-istrutturi ta' kif id-droga tinxtered internazzjonalment jeħtieġ li jkollna uffiċjali li jkollhom it-taħriġ meħtieġ, speċjalment għal meta jiġu biex jinvestigaw entitajiet kummerċjali, fosthom il-banek - ħafna drabi, fil-ħasil tal-flus ikunu mdaħħlin nies li wieħed lanqas qatt ma jobsor li għandhom x'jaqsmu ma' dan it-tip ta' kummerċ internazzjonali - għax sfortunatament aħna għadna lura ħafna f'dan il-qasam.", "Huwa inutli li noqogħdu niġu hawn niddiskutu abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna llum jekk ma neħdux il-ġlieda kontra d-drogi bis-serjeta`, u ċertament l- ikbar sinjal ta' dan il-gvern li m'huwiex qed jieħu din il-ġlieda bis- serjeta` kien il-mod kompjaċenti u arroganti li wera fil-kwestjoni tal- ħarba tat-traffikant tad-droga Libjan Azzabi Hashim Jousef.", "Biżżejjed ngħid li l-gvern lanqas biss indenja ruħu jorganizza inkjesta biex isir magħruf kif dan il-priġunier irnexxielu jaħrab, u dan juri n- nuqqas ta' serjeta` li bih qed jittratta lil dan il-qasam.", "Wara li saħansitra r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea qal li minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' Malta pajjiżna qed jintuża bħala punt ta' transit għall- kummerċ internazzjonali tad-droga, huwa tassew skandaluż li l-gvern ma jipprovax jitgħallem mill-ħarba ta' xi ħadd li daħħal f'Malta 18-il kilo droga u mill-irresponsabbiltajiet li kien hemm min-naħa ta' min kien qed jeskorta lil dan il-priġunier biex dan seta' jiġri.", "Jien m'għandix dubju li għalkemm l-uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u l-ambaxxati barranin isegwu x'ngħidu aħna fil-parlament, l-iktar li jsegwu huwa dak li jkun qed jiġri fil-pajjiż, u żgur li n-nies ta' l-intelligence services unit, li għandhom aġenti anke f'Malta, kienu xxokkjati bil-mod kajman ta' dan il-gvern f'dan ir-rigward u bil-fatt illi huwa ma kienx interessat isir jaf għaliex dan il- priġunier Libjan tħalla jaħrab.", "Ċertament li l-mod kif id-direttur tal-ħabs kien iħallih joħroġ mill- ħabs, it-telefonati li kien jagħmel u l-kuntatti li kellu ma' ħbieb tiegħu f'Malta u barra minn Malta jixxokkjaw lil min irid ġlieda bis-serjeta' kontra d-droga u l-inqas li seta' jagħmel il-gvern kien li jagħmel inkjesta biex jiġi stabilit x'mar ħażin biex nitgħallmu għal każijiet oħrajn, għaliex inkella f'Malta se tinxtered il-fehma li jekk tkun traffikant kbir tad-droga jew titħalla taħrab jew tingħata maħfra presidenzjali!", "Dan huwa l-agħar sinjal li pajjiż żgħir bħal tagħna, li huwa daqshekk vulnerabbli għall-kummerċ internazzjonali tad-droga, jista' jagħti lill-pajjiżi mil- Lvant Nofsani, mill-Ewropa tal-Lvant u mill-Afrika ta' Fuq, li f'Malta jaraw il-post minn fejn id-droga tista' tidħol u tivvjaġġa.", "Barra minn hekk, meta nafu li għandna firxa daqshekk kbira ta' baħar madwarna u li l-kummerċ tagħna jiddependi ħafna mit-turiżmu, kull laxkezza f'qasam bħal dan tibgħat l-agħar sinjali, u inutli noqogħdu naħsbu li bil- logħob bid-diskors fil-parlament jew b'xi tibdil fil-liġi se nagħtu xi sinjal ta' serjeta' f'dan il-qasam għaliex is-serjeta' titkejjel minn kif ikunu qed jiġru l-fatti.", "Laxkezza f'dan il-qasam mhux biss hija ta' periklu u theddida għall-pajjiżi ġirien tagħna imma hija wkoll ta' theddida għal pajjiżna stess.", "Il-periklu li tinxtered id-droga fil- ġimgħat u fix-xhur li ġejjin se jikber u mhux jonqos u ma kellniex bżonn ir- rapport tal-Kummissjoni Ewropea li jgħidilna li l-problema tad-droga f'Malta saret problema kbira.", "Anzi jien inkompli ngħid li hemm il-periklu li ssir problema ikbar, iktar u iktar meta wieħed iħares lejn il-mod kif tiela' l-qgħad fost iż-żgħażagħ.", "Fir-rapport tal-bank ċentrali li ħareġ dan l-aħħar intqal li qed tinbidel il-kompożizzjoni ta' dawk li jinsabu bla xogħol u fil-fatt in- nies li qed ifittxu x-xogħol huma iżgħar fl-eta'.", "Biżżejjed ninnotaw li minn tagħrif li ngħatajna, għall-mistoqsijiet parlamentari li saru minn din in-naħa, sa l-aħħar ta' Awissu n-numru ta' żgħażagħ bla xogħol fl-eta' ta' bejn is-16 u t-30 sena tela' għal 4,710.", "Dan ifisser li żewġ terzi min- nies li qed ifittxu mpjieg għall-ewwel darba huma żgħażagħ u dawn huma l- iktar nies vulnerabbli li jistgħu jidħlu fil-problema tad-droga, għaliex min isib ruħu bla xogħol minbarra l-problema ta' nuqqas ta' flus ħafna drabi jidħol f'ċertu apatija, f'ċertu dipressjoni, jibda jitlef l-istima tiegħu nnifsu u t-tentazzjoni biex jaqbad il-vizzju tad-droga tkun ikbar għalih.", "Sfortunatament ma jidhirx li qed jittieħdu xi inizjattivi serji f'dan il-qasam għaliex minbarra li m'huwiex ġej xi investiment kbir minn barra li jista' joħloq xi impjiegi ġodda, il-ftit investiment li qed isir huwa huwa tibdil fit-teknoloġija biex għallinqas jinżammu l-impjiegi li hemm u ċertament il-ħolqien ta' impjiegi ġodda mhux qed ilaħħaq ma' l- għadd ta' nies li qed ifittxu x-xogħol.", "Ta' min jinnota wkoll li n-numru ta' żgħażagħ f'pajjiżna bejn l-eta' ta' 16 u 24 sena huwa ta' 51,720 u kwart minnhom biss qed ikomplu l- edukazzjoni tagħhom, meta llum mexjin lejn sitwazzjoni fejn l-aħħar sena ta' edukazzjoni obbligatorja tiela' għal 18-il sena u mhux aktar għal 16-il sena.", "Aħna għandna wkoll numru konsiderevoli ta' żgħażagħ li jispiċċaw l- iskola qabel jagħlqu s-16-il sena u dan huwa l-aktar grupp soċjali vulnerabbli biex jidħol f'dawn il-problemi.", "Nerġa' ngħid li 5% miż- żgħażagħ tagħna jinsabu bla xogħol u ħafna minnhom, minkejja li jkunu attendew xi 12-il sena skola, joħorġu mingħajr is-snajja' meħtieġa biex isibu xogħol f'ekonomija moderna.", "Għalkemm għada pitgħada l-ekonomija se titlob snajja' aktar avvanzati, il-gvern m'għandux programm serju ta' kif se jieħu ħsieb dawn iż-żgħażagħ mhux biss billi jingħataw it-taħriġ neċessarju imma billi jingħataw dawk il-life skills li huma importanti biex ma jaqgħux fil-vizzju tad-droga.", "Nerġa' nirripeti li hemm ċans kbir li dawk iż-żgħażagħ li jdumu ma jsibu xogħol jaqgħu f'apatija, jidħlu f'dipressjoni, jitilfu l-istima tagħhom infushom u jersqu iktar lejn il- kriminalita' u jaqgħu anke fil-problema tad-drogi.", "Jien ma nħossx li dan il-qasam qed jiġi ttrattat bis-serjeta', anzi li jinkwetani huwa l-fatt li t-trend ta' dan il-gvern hija li jnaqqas in-nefqa fl-edukazzjoni primarja u sekondarja u allura se jkompli jdgħajjef l-inizjattivi li hemm bżonn, għaliex ħafna minn dawn il-problemi rridu niffaċċjawhom fl-eta' żgħira meta t-tfal ikunu għadhom fl-iskejjel primarji u sekondarji.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onor. Bartolo, għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Qabel il-waqfa tal-parlament għall-vaganzi tas-sajf, jien kont għedt li ma nistgħux nittrattaw il-problema tad-droga mil-lat ta' inforzar tal-liġi biss u kont għamilt il-punt ukoll li minbarra li qatt m'għandna nagħtu ebda sinjal la bl-imġiba tagħna u lanqas bil-liġijiet li ngħaddu minn dan il-parlament li b'xi mod jew ieħor irridu nillaxkaw il-ġlieda kontra d-droga, irridu nittekkiljaw il-problema tad-droga fil-ġenerazzjonijiet li telgħin qabel tqum il-problema u mhux wara li tqum.", "Gvernijiet f'pajjiżi oħra li naqqsu n-nefqa tagħhom fl-edukazzjoni primarja u sekondarja sabu li mbagħad riedu jonfqu ħafna iżjed flus wara fuq il-qgħad, fil-ġlieda kontra l-kriminalita' u fil-ġlieda kontra d-droga.", "Għalhekk jekk aħna tassew irridu li jkollna soċjeta' b'saħħitha u mhux aktar żgħażagħ li jaqgħu f'din il-problema, hemm bżonn li jkollna politika soċjali preventiva li tinvesti fiż-żgħar u mhux tipprova ssolvi l-problemi meta jkun tard wisq u meta jkunu daħlu 'l ġewwa.", "Nagħlaq billi ngħid li minn dan il-parlament in-nies jistennew serjeta', jistennew liġijiet serji u imġiba bis-serjeta' kontra d-droga għaliex in- nies ikejluna mhux mid-diskorsi li ngħidu imma mill-fatti li nagħmlu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, niftakar li fi żmien l-amministrazzjoni Laburista kien sar tentattiv biex titressaq din l-emenda pero' l-pulizija kienu kontra għaliex kienu jgħidu li se tinfetaħ tieqa oħra biex ċerti traffikanti tad-droga jsibu minn fejn jistgħu jaħarbu.", "Kienu jemmnu wkoll li meta jinqabdu ċerti nies jittraffikaw id-droga, allavolja l-pulizija jkollhom mija fil-mija evidenza li t-talin kienu qed jittraffikaw id-droga, dawn ma jingħatawx piena xierqa mill-qrati tagħna.", "Il-pulizija kienu preokkupati ħafna b'din is-sitwazjoni u fil-fatt wara li semmewlna każijiet dwar traffikanti tad-drogi li nqabdu u x'pieni weħlu, affarijiet li ma jitwemmnux, allura ddeċidejna li din l-emenda ma nressquhiex.", "Pero' li ma nistax nifhem huwa li min kien responsabbli mill-korp tal- pulizija dak iż-żmien, min kien responsabbli li jara li l-affarijiet fil- korp tal-pulizija jsiru kif suppost u l-istess uffiċjali li kienu rrakkomandaw li ma kellniex inressqu dik l-emenda, illum għadhom fl- istess kariga, bid-differenza li issa nbidel il-gvern u ħaġa ta' l- iskantament din l-emenda issa tressqet.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi: Din l- emenda saret għax l-uffiċjali responsabbli mill-korp tal-pulizja biddlu l- opinjoni tagħhom, jew forsi għaliex kien hemm indħil politiku min-naħa tal- Partit Nazzjonalista?", "Nixtieq inkun naf għaliex meta nara ċerti affarijiet jiġru f'dan il-pajjiż in konnessjoni ma' traffikanti kbar tad- droga, u ċerti amnestiji li jingħataw lil ċerti nies li għandhom konnessjoni mat-traffikar tad-droga, fihom ikun hemm involuti membri min- naħa tal-gvern Nazzjonalista, bilfors li nibda nitħasseb.", "Nibda nitħasseb iktar u iktar meta jkolli esperjenza personali u kważi jkolli provi biex nemmen li fil-Partit Nazzjonalista hemm min qed jipproteġi lit-traffikanti tad-droga.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex lili jirriżultali li ċerti affarijiet seħħew għaliex ċerti nies ġew protetti.", "Minn min ġew protetti?", "Ġew protetti min-naħa tal-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern - u se nsemmi affarijiet oħra li qed jiġru llum, issa li l-Partit Nazzjonalista reġa' qiegħed fil-gvern - u meta jseħħu ċerti affarijiet li jkun hemm involuti fihom familjari, u meta f'ċerti każi quddiem il-qorti jissemmew familjari diretti u ħbieb ta' ministri Nazzjonalisti allura bilfors nibda nemmen dawn l-affarijiet.", "Imma anke l-poplu jemmen dak li se ngħid għaliex parti minnu jafu wkoll.", "X'inhi l-esperjenza li għaddejt minnha jien li twassalni għall-konklużjoni li fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hemm min qed jipproteġi lit-traffikanti tad- drogi?", "Jien ma nafx x'inhi r-raġuni, forsi hemm min qed jiġi rrikattat!", "Niftakar li kien hemm żmien meta aħna konna fl-oppożizzjoni li l- problema tad-drogi fil-Kottonera kienet saret problema kbira.", "Bħala membru parlamentari elett min-nies tal-Kottonera, kont niġi avviċinat min- nies ta' kull twemmin politiku u minn nies oħra mill-qasam reliġjuż biex nagħmel id-dover tiegħi.", "Bla tlaqliq ngħid li jien id-dover tiegħi għamiltu b'ħafna modi u saħansitra għaddejt informazzjoni korretta lill- awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jittieħdu passi imma kollox baqa' kif kien.", "Wasalt biex informajt lill-ministru li dak iż-żmien kien responsabbli mill-intern dwar post speċifiku fejn in-nies li suppost kienu jkunu x-xogħol, kienu attwalment qed jittraffikaw id-droga u saħansitra kien isir logħob klandestin u affarijiet oħra.", "Niftakar li kont għaddejt din l-informazzjoni lill-ministru f'xi d-8.45 p.m., qabel ma spiċċat is- seduta - u dan li qed ngħid illum għedtu dik il-ġimgħa li seħħ dan il-każ u diversi drabi wara biex min ried imerini seta' jmerini - u ħaġa ta' l- iskantament, l-għada fit-8.00 a.m, dik il-persuna li jien ħallejt ħalli tara x'inhu jiġri informatni - issa jien ma kontx għedt lil din il-persuna li jien kont informajt lil xi ħadd - li f'dak il-ħanut jafu li jien irrapportajt li hemmhekk qed isir traffikar tad-drogi.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u li bilfors iqanqlulek ċerti suspetti!", "Allura meta jiġru affarijiet bħal dawn mhux bilfors tasal għall-konklużjoni li sfortunatament hemm min hu involut politikament?", "Mr Speaker, dan il-każ ma waqafx hemm għaliex ftit taż-żmien wara tkellimt fil-parlament u għedt x'ġara, għaliex imbagħad rajt li ma kellix triq oħra ħlief li niġi f'dan il-parlament u nsemmi pubblikament f'liema toroq u f'liema postijiet qed isiru dawn l-affarijiet, ħalli jkunu jistgħu jittieħdu l-passi bis- serjeta'.", "Saħansitra kappillan ta' lokalita' mid-distrett tiegħi kien informani li huwa ma seta' jasal imkien iktar, allavolja kien ipprova kollox, u talabni biex nagħmel id-dover tiegħi lejn il-kostitwenza tiegħi u nagħmel dmiri bħala bniedem li nemmen f'Alla.", "Niftakar li jien kont għedtlu li kont dieħel fil-periklu pero' baqa' jsostni li kelli nagħmel id-dover tiegħi u għalhekk kont niġi f'dan il-parlament u ġimgħa wara oħra kont intenni x'kien qed jiġri ġewwa l-Kottonera, kif ċerti nies kienu qed iwerwru lil kulħadd u kif ħadd ma seta' għal dawn in-nies li kienu qed iwaqqgħu liż- żgħażagħ fil-vizzju tad-droga, tant li dawk in-nies li kienu involuti f'dawn l-affarijiet ċċaqilqu minn dawk il-postijiet u marru sabu x'imkien ieħor.", "Pero' jien ma tantx domt biex batejt il-konsegwenzi għaliex ftit xhur wara, proprju fil-festa tal-Kalkara, kont qiegħed għall-affari tiegħi u f'daqqa waħda ħarġu tlieta min-nies, wieħed minnhom xarrabli daqqa b'ponn tal-ħadid u laqatli geddumi u t-tnejn l-oħra riedu jħebbu għalija.", "Dak il-ħin bdew jgħiduli li jien semmejthom fuq droga u mhux droga, pero' jien f'dak il-mument kien moħħni biex nikkontrolla lil ħafna ħbieb tiegħi biex ...", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi qed isemmi l-ministru ta' l- intern pero' ma naħsibx li qed jirriferi għalija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien għidt ex-ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma mhux jien għaliex jien kont ex-ministru u issa ministru wkoll!", "Jekk qed jirriferi għal xi ħadd jgħid min hu, ħalli f'dak il-każ ikun jista' jiddefendi ruħu.", "Jekk qed jgħid għall-ex-President tar- Repubblika, jiena għandi fiduċja sħiħa fl-integrita' tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jidher li l-Onor.", "Tonio Borg ma kellux fiduċja qabel, għax dawn l-affarijiet semmejthom diversi drabi f'dan il- parlament u qatt ma tkellem!", "Dakinhar ma kellux fiduċja u llum għandu għax laħaq ministru u allura taffettwa lilu wkoll!", "(Interruzzjonijiet) Se niġi għall-fatti.", "L-Onor.", "Tonio Borg qed jitkellem bl-addoċċ u ta' min ifakkru li dan il-parlament kien aċċetta talba għall-ksur ta' privileġġ.", "Nitolbu jieħu paċenzja joqgħod bi kwietu ħalli nkompli nsemmilu l- ħneżrijiet li saru.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mizzi, indirrizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-verita' tweġġa'!", "MR SPEAKER: Ma rridx interruzzjonijiet, Onor. Mizzi, u indirrizza lis- Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak il-ħin jien ipprovajt nipproteġi lil dawn in-nies stess għax kienet se tqum waħda.", "Wara li għadda ftit taż-żmien kont qiegħed fil-każin Laburista tal-Kalkara u dawn l-istess nies daħlu fil- każin u mhux talli kissru t-twieqi tal-gallarija u għamlu rebus sħiħ, talli heddewni li joqtluni jekk nerġa' nitkellem fil-parlament dwar dawn il-każi tad-drogi u dwar min huma.", "Għaddew ftit ġranet oħra u waqt li kont qiegħed f'laqgħa tal-grupp parlamentari, marru xi nies u pprovaw jitfgħu l-bieb tad-dar tiegħi ġewwa.", "Fortunatament dak il-mument kien hemm pulizija tat-traffiku li dak iż-żmien kien iqassam l-order paper tal- parlament u sabhom wara l-bieb tiegħi, b'żaqqhom barra jipprovaw jitfgħu l-bieb ġewwa.", "Wieħed minn dawn l-erba' min-nies kien driver ta' ex- ministru ta' l-intern.", "Issa nitlob lill-Ministru Tonio Borg biex ifittex fir-records ta' dan il-parlament ħalli jara li jien kont ressaqt ksur ta' privileġġ fuq dan il-każ.", "(Interruzzjonijiet) Jien għadni nbati l- konsegwenzi ta' dak l-inċident sal-lum il-ġurnata, pero' donnu li l-Onor.", "Tonio Borg ma jiddispjaċihx għal dawn l-affarijiet għaliex ma ġrawx lill- familja tiegħu!", "Jien nittama li ħadd ma jgħaddi minn esperjenza bħal dik u ħadd ma jkollu problemi li jibqgħu jiġru miegħu matul ħajtu.", "Mr Speaker, xi ġranet wara, waqt li kont ġej il-parlament, ħarġuli fit- triq u bdew jisfidawni.", "Sar ir-rapport u saret l-investigazzjoni u xhud ta' dan huwa l-Onor.", "Anġlu Farrugia, li dak iż-żmien kien supretendent fl- għassa ta' Bormla ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela bagħtulek pulizija!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bagħathomli min kien responsabbli.", "Issa niġi għall- pulizija, għaliex hawn qiegħda d-daħka jew il-bikja, għaliex hemm xi ħadd li qed jipproteġi lil ċerti nies.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, indirrizza lis-Sedja u ma rridx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien kont ressaqt ksur ta' privileġġ f'dan il- parlament pero' l-Partit Nazzjonalista tant għandu għal qalbu l-ġustizzja, li dan il-ksur ta' privileġġ qatt ma ressqu għad-diskussjoni f'din il- Kamra.", "B'dan il-mod iridu jipproteġu lil min jiġġieled kontra d-droga, affarijiet tal-mistħija!", "Meta tara t-tip ta' protezzjoni li tingħata, bilfors tibda temmen li hemm min hu mċappas min-naħa l-oħra.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li minn din in- naħa hawn min hu mċappas mad-droga.", "Issa aħna għamilna l-iktar liġijiet serji kontra d-droga u għalhekk ma jistax jaqbad u jgħid li hawn min huwa mċappas.", "(Interruzzjonijiet) Jien ninsisti li għandu jgħid min huwa mċappas mad-droga issa u mhux jaqbad u jitfagħha kif ġie ġie!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena għandi dritt nemmen li min-naħa l-oħra hemm min huwa mċappas u mdaħħal fid-droga.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, meta l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li minn din in-naħa hemm min huwa mċappas qed jinkludi lil kulħadd u allura aħjar jgħid min hu.", "Inkella jekk ma jafx min hu jgħid li ma jafx, għaliex anke jien naf ngħid li hemm min hu mċappas min-naħa tagħhom!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kieku naf, ngħidu b'ismu dirett.", "L-Onor.", "Borg jista' jgħid li jrid imma nistiednu jġib l-provi ħalli jipperswadina li dak li qed jiġri m'huwiex minnu.", "(Interruzzjonijiet) Għandi dritt nemmen li nemmen għax jien għaddejt minn dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Mizzi għandu jgħid min hu mċappas mad-droga inkella jirtira dik l-allegazzjoni li għamel.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għandi dritt ngħid dak li qed ngħid.", "Nafhom l- istanding orders!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni u m'hemmx interruzzjonijiet.", "Onor. Mizzi, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nemmen u llum iktar qed nemmen li fuq in-naħa l-oħra hemm min hu rikattat u mċappas mad-droga.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, li f'dan il-parlament xi ħadd li jissejjaħ bit-titlu ta' onorevoli jgħid li xi ħaddieħor min-naħa l-oħra tal- Kamra jew min-naħa tiegħu huwa mċappas bid-droga hija xi ħaġa serjissima u għalhekk għandu l-obbligu li jgħid min hu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nibqa' nemmen li min-naħa l-oħra hemm min hu rikattat b'traffikar tad-droga.", "ONOR.", "TONIO BORG: Allura anke jien nista' nemmen li min-naħa tagħhom hemm min huwa mċappas mad-droga!", "(Interruzzjonijiet) Mela taħseb li inti xi ħaġa speċjali hawn ġew?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ġib il-provi u semmi l-affarijiet.", "Mr Speaker, min qed jitkellem, jien jew hu?", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, qed jgħajjarna traffikanti tad-droga!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid il-verita' u taf li għandkom il-ħmieġ fuq in-naħa tagħkom.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.33 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-7.44 p.m.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membri biex ipoġġu d-diskors kif inhuwa xieraq, jekk iridu jirrispettaw lil xulxin u jħallu d-dibattitu jimxi 'l quddiem biex jagħti l-aħjar frott għad-diskussjoni li tkun qiegħda ssir.", "Nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, on a point of order.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, bħala membru ta' din il-Kamra għandi drittijiet daqs ħaddieħor, bħalma għandhom sħabi wkoll, u meta membru min-naħa l-oħra, bi drittijiet daqsna, jagħmel allegazzjonijiet li ma jissostanzjax ikun qed jiżvija lill-Kamra.", "Issa jew dan huwa każ ta' empty vessels making most sound jew inkella jrid jiżvija lill-Kamra.", "Mr Speaker, jew jissostanzja dak li qal jew jirtiraha.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Vella, kont qed nisma' l-point of order ta' l-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma dak ma kienx point of order!", "MR SPEAKER: Jiena kont se nagħmel il-kumment tiegħi.", "Issa jekk l-Onor.", "Vella għandu xi point of order jista' jagħmlu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien nippretendi li s-Sedja tipproteġi liż-żewġ naħat iżda li jqum membru min-naħa l-oħra jgħajjarna ''empty vessels'' ma naċċettahiex, biżżejjed il-Viċi Prim Ministru għajjarna flixken vojta!", "Nitlob il-protezzjoni tas-Sedja għaliex jien ma naċċettax li niġu mgħajra ''empty vessels''.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, jiena sejjaħt lill-Onor.", "Mizzi biex ikompli bid-diskors tiegħu u għamilt appell lil kulħadd biex tinżamm il-kalma u biex il-membri jirrispettaw lil xulxin fid-diskorsi li jagħmlu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: X'qed taħseb li lħaqt, kulħadd jaf kemm int bombastiku!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ikompli l-Onor.", "Mizzi bid-diskors tiegħu u jindirizza lis-Sedja.", "Ma rridx iktar interruzzjonijet.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta dħalt f'dan il-parlament jien ħadt ġurament ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Azzopardi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien m'iniex se noqgħod bil-qiegħda qabel ma jirtira l-kumment ta' ''empty vessels''.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ikompli l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, l-Onor.", "Azzopardi jrid jirtira l- kumment ta' \"empty vessels\" fil-konfront ta' din in-naħa tal-Kamra u m'iniex se noqgħod bil-qiegħda qabel ma jirtira dak li qal.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ikompli l-Onor.", "Mizzi bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, is-Sedja għandha titlob lill-Onor.", "Azzopardi biex jirtira l-insult li għamel fil-konfront ta' din in-naħa għaliex qed jinsulta nofs il-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, jekk f'din il-Kamra rridu nkejlu bl-istess riga li qed ikejjel l-Onor.", "George Vella, allura l-Onor.", "Joe Mizzi jrid jirtira dak kollu li qal fil-konfront tagħna u l-allegazzjonijiet li għamel fuq din in-naħa u l-konnessjonijiet mad- droga.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Pullicino, għalhekk li jien għamilt dik l- osservazzjoni li għamilt fil-bidu.", "Issa nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, se nġib il-provi biex nuri li dak li qed ngħid huwa minnu għaliex dawn huma affarijiet tal-mistħija.", "Meta dħalt f'dan il-parlament ħadt il-ġurament li nkun leali lejn pajjiżi u lejn il- kostitwenza tiegħi u preċiżament dak hu li qed nagħmel u li se nkompli nagħmel, akkost li nibqa' niġi mhedded bil-familja tiegħi u akkost li niġi insulentat għaliex m'iniex professjonista.", "Jien m'iniex avukat u qatt ma ddefendejt lil xi ħadd li ttraffika d-droga u allura aktar u aktar qiegħed f'pożizzjoni illi ngħid il-verita'.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid, jien nemmen li fuq in-naħa tal-Partit Nazzjonalista hemm min huwa rikattat u mċappas mad-droga.", "Għaliex qed ngħid dawn l-affarijiet?", "(Interruzzjonijiet) Għaliex nafu b'każi fejn persuna li kienet familjari ma' xi ħadd min-naħa l-oħra nqabdet bil-ħaxixa u ġabuha illi din kienet għall-użu personali tiegħu.", "Kien hemm ministru li ried jirriżenja għax kien hemm xi ħadd fil-familja tiegħu nvolut u msemmi f'diversi notamenti ta' Ciro del Negro imma ma ħallewhx jirriżenja.", "Għaliex ma ħallewhx jirriżenja?", "Saħansitra kienet intbagħtet ċirkolari biex fil-VIP lounge ta' l-airport ikun hemm tnejn min-nies biss meta jmur xi ħadd.", "Dawn huma affarijiet li ġraw, Mr Speaker, u allura bilfors ikollok temmen illi fuq in-naħa l-oħra hemm min jipproteġi jew għaliex huwa rikattat jew għaliex huwa mdaħħal.", "Impossibbli illi l-poplu ma jindunax li hemm xi ħaġa tinten fi ħdan il-Partit Nazzjonalista!", "Nista' nsemmi t- traffikanti l-kbar tad-droga li nħelsu mill-ħabs taħt gvern Nazzjonalista u nibda bi Queiroz, li sabu mezz kif jeħilsu minnu.", "Xi ngħidu mbagħad għal Azzabi, li wkoll ħarab taħt gvern Nazzjonalista!", "Imma ironikament biex jirribattu dawn l-affarijiet jgħidu li nqabdet ħafna droga.", "Huwa tajjeb li tinqabad id-droga imma jista' jkun ukoll li d-droga dieħla bir-rimi għaliex hawn min hu protett.", "Jien jiddispjaċini għal dak in-numru kbir ta' żgħażagħ illi qed jaqgħu fil-vizzju tad-droga u nixtieq li nsibu rimedju biex infejquhom imma lill-barunijiet xejn ma nitħassarhom.", "Mr Speaker, jien iktar nikkonvinċi ruħi illi n-naħa tal-gvern hija rikattata jew hemm xi ħaġa oħra fin-nofs meta jkun proprju l-Prim Ministru li jagħti amnestija lil xi ħadd li jittraffika d-droga.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: U li nqabad red-handed.", "Kollha kemm huma tawh support u kull wieħed li hemm faċċata huwa responsabbli!", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'hemmx għalfejn ngħid li qed nirriferi għal Żeppi l- Ħafi.", "Mr Speaker, il-vilta' hi li l-Prim Ministru l-ewwel qal li ngħatat l-amnestija lil Żeppi l-Ħafi għaliex kien każ serju, minħabba l-attentat ta' qtil fuq l-assistent personali tiegħu, u mbagħad naraw lil dan l- istess bniedem, illi żgur kien imdaħħal f'dan il-każ, jiġri proprju mal- Prim Ministru.", "Dan huwa r-rispett li l-Prim Ministru għandu lejn l- assistent personali tiegħu!", "X'ġara meta ħareġ biċ-ċar li l-għoti ta' amnestija lil Żeppi l-Ħafi kien żball, b'mod speċjali fuq il-każ li kellu x'jaqsam mat-traffikanti tad- droga u l-affarijiet ma kenux kif kien qed ipinġihom il-gvern Nazzjonalista?", "Imbagħad beda jsir kull tentattiv biex jipprovaw jitfgħu l- ħmieġ fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, b'mod partikolari fuq il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, billi bdew jistaqsuh lil min kien qed jipproteġi.", "Issa jien għandi l-obbligu u r-responsabbilta' li nuri lill-poplu li l-Onor.", "Alfred Sant qatt ma ndaħal, kien rett u ried jiddefendi biss il-ġustizzja u fil- fatt qatt ma mar jiltaqa' bil-moħbi u fid-dlam ma' ċerti nies.", "Irrid ngħid li meta jien kont ministru, l-awtoritajiet tal-ħabs kienu informawni li ż-Żambi ried ikellem lill-Onor.", "Alfred Sant - kien hu l- prim ministru dak iż-żmien - u jien nista' nixhed bil-ġurament li l-Onor.", "Sant irrifjuta li jiltaqa' miegħu għaliex ma riedx jindaħal imma ried iħalli lill-ġustizzja tmexxi hi.", "Irrid infakkar ukoll li meta tneħħiet is- sigurta' minn ma' Żeppi l-Ħafi, fuq rakkomandazzjoni tal-pulizija, il- familjari ta' Meinrad Calleja kienu kitbu lill-Onor.", "Sant fejn informawh li kienu preokkupati bit-tneħħija tas-security minn ma' Joseph Fenech għaliex kienu jemmnu illi seta' jsir xi frame-up u xhud importanti bħalma kien Żeppi l-Ħafi seta' jinqatel.", "Pero' l-Onor.Sant, fil-kapaċita' tiegħu ta' prim ministru, reġa' ma ndaħalx u bagħat l-ittra lili bħala l-ministru responsabbli mill-korp tal-pulizija u jien, min-naħa tiegħi, bgħatt il- korrispondenza lill-kummissarju tal-pulizija fejn, permezz tas-segretarju personali tiegħi, għedtlu hekk:", "\"My minister has therefore directed that you evaluate the contents of the said attached correspondence and in turn propose any action you deem necessary in the circumstances.\".", "Dak kulma għamilna u ma ndħalna f'xejn, pero' rrid ngħid illi jien ma rċevejt xejn dwar jekk reġgħux għamlu security jew le ma' Żeppi l-Ħafi u minn dak li kien jidher il-kummissarju ħalla l-affarijiet għaddejjin.", "Imma ironikament anke l-attorney general kien preokkupat bit-tneħħija tas-security minn ma' Żeppi l-Ħafi u fil-fatt dan kiteb lill-kummissarju dwar dan il-każ u se naqra eżatt x'qallu lill-kummissarju.", "Iktar 'il quddiem nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi kopja ta' din il- korrispondenza u dokumenti oħra li juru l-istruzzjonijiet li ġew mill- pulizija biex titneħħa s-security minn ma' Żeppi l-Ħafi u biex titnaqqas ukoll is-security minn ma' Richard Cachia Caruana.", "Mr Speaker, se naqra minn dawn id-dokumenti għaliex lili zzikawni kemm-il darba jekk nafx is- Secrecy Act pero' jien tant nafha li la tkellimt barra u lanqas quddiem l- ombudsman imma f'dan il-parlament xejn ma jżommni milli ngħid il-verita'.", "L-ittra miktuba mill-avukat ġenerali lill-kummissarju tal-pulizija fit- 23 ta' April, 1998 kienet tgħid hekk:", "\"Re: Joseph Fenech", "\"Allow me to refer to Mr Joseph Fenech who is an important witness for the prosecution in two bills of indictment against Meinrad Calleja.", "It came to my knowledge through yesterday's newspapers that the round- the-clock protection which used to be extended to the said Joseph Fenech had been first restricted to night time and that recently that protection has been withdrawn altogether.", "This fact, aggravated by the publicity which it has generated, might be interpreted by the general public, from among which the jury will eventually have to be selected, that the credibility of the said witness is being questioned by the prosecution itself and could, moreover, be perceived as an intimidating move by the prosecution authorities against one of its own witnesses.", "All this is likely to damage the case of the prosecution which had been built with painstaking effort and care when the case eventually comes up for trial.", "You will remember that protection had been extended to Joseph Fenech in agreement with this office and I am sure that you are aware that any disturbing changes can have an impact on the possibility of a conviction.", "The least I would have expected, therefore, is that this office should have been consulted on the matter.", "That I had to read about this fait accompli in the papers is inadmissible.", "A.E. Borg Barthet Attorney General.\".", "Mr Speaker, se npoġġi dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra biex nuri li l-Partit Laburista fil-gvern ma ndaħal f'xejn u mexa b'mod rett u mhux kif ipprovaw iċappsuh tan-naħa l-oħra.", "Imma dawn ukoll inqdew permezz ta' file.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik ftit, Onor. Mizzi, għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi li jkompli jinstema`.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mizzi jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra għal din l-estensjoni.", "Mr Speaker, jiena kont tlabt li dan il-file jiġi Kastilja għaliex is-serjeta' titlob li meta tiġi biex tiddeċiedi, l- affarijiet tevalwahom u tara jekk dak li jkunu qed jgħidulek huwiex veru jew le.", "Jiena ma neħux deċiżjonijiet bl-addoċċ u ma noqgħodx fuq il- paroli biss.", "Irrid ngħid li fil-fatt meta jien rajt il-file twaħħaxt għaliex kien fih affarijiet illi ma jitwemmnux, pero' dak ma kienx l-iskop prinċipali għaliex jien bgħatt għall-file imma bgħatt għalih għaliex ridt inkun naf jekk kienx hemm xi ħaġa li turi għaliex kellu jkun hemm nuqqas ta' skorta minħabba l-complaints li saru.", "Barra minn hekk, kien jidher li kien se jkolli niġi bżonn aktar nies u allura meta wieħed jiġi biex jiddeċiedi irid jkun jaf fejn qiegħed għaliex, wara kollox, dak kien id-dover tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Jien wasalt biex niddeċiedi li nneħħi għaliex ma kienx hemm minn fejn inġibu aktar pulizija.", "(Interruzzjonijiet) Peress li jien kont marbut bis-Secrecy Act, ma stajtx niddefendi ruħi u ngħid xi affarijiet oħra pero' llum se nsemmihom.", "Fost affarijiet oħra sirt naf illi s-security personnel li kellu Richard Cachia Caruana kienu jidħlu f'restricted areas meta mhux suppost.", "(Interruzzjonijiet) Jien niċċalinġja lill-Ministru u nagħtih data biex imur jiġbor filmat għax din il-kwestjoni qamet ukoll ...", "(Interruzzjonijiet) Dawn kienu jidħlu f'restricted areas ta' l-airport u żewġ persuni kienu jkunu dejjem huma fil-VIP ...", "(Interruzzjonijiet) Katina torbot ma' oħra!", "Ma setgħux jidħlu f'restricted areas u għalhekk kienu qed jabbużaw.", "(Interruzzjonijiet) Skond il-kummissarju dan kien jibża' mill-Mafja.", "Allura meta kien isiefer u ma kienx ikollu security miegħu x'kien jagħmel?", "(Interruzzjonijiet) Issa nitkellem fuq l-ombudsman imma ħa nkompli għalissa.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Anke mal-Prim Ministru armat imur!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma hawnhekk kien jużahom is-security u kienu jintużaw biex jispjunaw fuq uffiċjali tal-Partit Laburista!", "(Interruzzjonijiet) Irrid nagħmilha ċara li jien ħadt id-deċiżjoni li nnaqqsu l-pulizija b'responsabilita' pero' kien il-kummissarju stess li rrakkomandali biex innaqqsu l-pulizija u għalhekk marru fejn kien hemm bżonnhom.", "Barra minn hekk, evidenza qatt ma ġabli.", "U hawnhekk se nerġa' naqleb fuq il-kwestjoni tal-file għaliex għajruni li l-file ħriġtu jien u riedu jimplikaw li għaddejtu lill-gazzetta biex jiġi ppubblikat il-ktieb u jiġi difiż min qiegħed il-qorti.", "Jien niċħad dawn l-allegazzjonijiet u niċċalinġja lil tan-naħa l-oħra biex joħorġu jgħiduh barra dan id-diskors li l-informazzjoni ġiet leaked waqt li l-file kien għandi meta dan m'hu veru xejn.", "Anzi hemm evidenza biżżejjed illi f'ċerti gazzetti kienu diġa' dehru ritratti u affarijiet oħra li hemm fil-file.", "(Interruzzjonijiet) Jien urejt biċ-ċar illi l-Onor.", "Alfred Sant jiddefendi l-ġustizzja u mhux bħan-naħa l-oħra li taw amnestija lil xi ħadd li huwa mċappas mat-traffikar tad-drogi.", "Il-barunijiet tad-droga dejjem minn taħt idejkom jaħarbu!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Lill-Prim Ministru kien staqsieh pubblikament x'kien se jsir fuq Meinrad Calleja!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dawn l-affarijiet joħorġu iktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, meta jien qbilt mad-deċiżjoni li kien hemm bżonn urġenti li jitnaqqsu l-pulizija, is-Sur Richard Cachia Caruana kiteb lill-ombudsman fejn kien qallu ...", "(Interruzzjonijiet) Id-deċiżjoni li jnaqqsulu l- pulizija ttieħdet wara li saret ir-rakkomandazzjoni mill-kummissarju u allura la setgħu jnaqqsulu l-għassa bilfors li nbidlet il-pożizzjoni.", "Kieku ma nbidlitx il-pożizzjoni ma kenux inaqqsulu l-pulizija, dik hija xi ħaġa ovvja.", "Fil-fatt se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li juru r-rakkomandazzjoni tal-pulizija biex jitnaqqsulu s-security, jiġifieri ma kontx jien li rrakkomandajt dawn l-affarijiet.", "U t-tieni darba ħadtuha bi kbira għaliex dik id-darba l-kummissarju ma tkellimx, forsi għaliex ċempillu Richard Cachia Caruana meta kien barra biex jinformah, pero' aħna m'għamilna xejn bil-ħabi u ħadd ma kien se jżommu milli jċempillu biex jinformah.", "Minn hemm imbagħad il-kummissarju biddel il-verżjoni tiegħu u kkontradixxa lilu nnifsu meta qal li ma nbidlitx il-pożizzjoni minn kif kienet qabel, meta ftit żmien qabel kien hu stess li rrakkomanda li jitnaqqsulu s-security.", "Għalhekk qed ngħid li qbilt mad-deċiżjoni.", "Sussegwentement l-ombudsman kiteb lill-kummissarju fejn qallu li s-Sur Richard Cachia Caruana għamel complaint li dawn l-affarijiet saru politikament u l-kummissarju rrisponda lura lill-ombudsman fit-3 ta' Ġunju, 1998, fejn qallu hekk:", "\"Re case number 2474:", "Reference is made to your letter of the 2nd June, 1998 regarding the provisions of security detail to Mr. Richard Cachia Caruana of 3, Triq Santu Rokku, Mdina.", "The provisions of security services is made by and is part of the security services which under section 3 (2) of the Security Service Act, 1996 has the function to protect national security and in particular against threats from organised crime.", "In accordance with section 3, paragraph 5(6), it is the function of the security services to act in the interest of public safety, in particular the prevention or detection of serious crime.", "In accordance with section 12, paragraph 3(a) of the Ombudsman Act, 1995, the Act does not apply to the security services, being one of the persons or bodies listed in part (a) of the First Schedule to the Act.", "In view of the above, I have no further information that I may communicate to you on the matter contained in your above-referred letter.\"", "U iktar tard nitlob il-permess biex inpoġġi kopja ta' din l-ittra fuq il- Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Issa l-ombudsman baqa' jinsisti li din ma taqax taħt is-Security Service Act u l-attorney general kien ta parir lill-kummissarju dwar dan u jien għandi dokument li juri li l- kummissarju ħa parir mingħand l-avukat ġenerali, Dr Borg Barthet.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad x'ġara?", "(Interruzzjonijiet) Naħseb lilkom se tħawwad din il-biċċa xogħol!", "Ġara illi bi sfortuna għal pajjiżna nbidel il-gvern għaliex il-Partit Nazzjonalista nganna lill-poplu b'ħafna affarijiet ta' tlellix u l- maġġoranza tal-poplu vvotatlu u aħna deherna koroh għaliex ridna nimlew il- ħofor li kienu nħolqu mill-amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista, pero' llum il-poplu qed jinduna li żbalja.", "Meta nbidel il-gvern dan qal li l- każ jaqa' taħt is-Security Service Act u lili bdew jakkużawni li għaddejt xi informazzjoni li kien hemm f'dan il-file u bdew jistaqsuni jekk nafhiex is-Security Service Act.", "Jien naf x'tgħid is-Security Service Act u tant kont naf li dan il-każ jaqa' taħt din il-liġi li ma stajtx nitkellem u meta mort quddiem l-ombudsman ma stajtx ngħidlu ċerti affarijiet għaliex kont marbut bis-Security Service Act.", "Fil-fatt indikajtlu biss biex ifittex l-affarijiet għaliex jien ma stajt ngħidlu xejn!", "Tant hu veru illi kulma għamlu dawn meta nbidel il-gvern qalulu li se jgħiduhomlu ċerti affarijiet pero' l-file ma urewhulux!", "U hawnhekk l-ombudsman irrealizza li kien hemm kuntrumbajsa politika għaliex fi żmienna qal li din ma kenitx taqa' taħt is-Security Service Act u meta nbidel il-gvern qal mod ieħor.", "Fil-fatt fil-konklużjoni tar-rapport tiegħu l-ombudsman qal hekk:", "\"In a final comment I want to register my criticism of the change in attitude taken by the authorities concerned on the provision of information required for conducting the investigation.", "It is regrettable that the change in administration influenced the technical decision on whether the information required by the ombudsman could be supplied or not and the ombudsman was compelled to have recourse to the court which was later rendered futile.\".", "Dan juri b'mod ċar ...", "(Interruzzjonijiet) Lili ma jgħattuli xejn!", "Jiena għidt il-verita' u m'għandi xejn x'naħbi u tlabt li nara l-file b'obbligu lejn pajjiżi.", "Wara li sar ir-rapport, l-ombudsman staqsieni jekk kellix xi kummenti x'nagħmel u jien ktibtlu ittra li se npoġġiha wkoll fuq il-Mejda tal- Kamra, fejn għedtlu hekk:", "\"Thank you for your letter of the 5th May 1999 and the copy of the preliminary report on the complaint launched by Mr. R. Cachia Caruana on the removal of his personal escort.", "I stand by my decision, based on the reasons already stated and in part reproduced in your report.", "I had also indicated to you that I did not agree with the commissioner's assessment and yet my conclusion was also based on considerations which I am not legally in a position to divulge.", "As explained to you, five policemen were required for other important and urgent duties and these could in part be obtained by removing complainant's escort which were no longer required.\".", "Din l-ittra turi biċ-ċar dak li għedt jien, cioe' li jien nemmen li fuq in- naħa l-oħra hemm min huwa rikattat u mċappas mat-traffikar tad-drogi u meta nara ċerti affarijiet isiru aktar nipperswadi ruħi li min-naħa tal-Partit Nazzjonalista hemm min jagħmel ċerti manuvri.", "Kif sostnejt il-ġimgħa l- oħra, jien kont nistenna illi jitpoġġa l-file ta' Richard Cachia Caruana fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-poplu jkun jaf il-verita' u jara li dak li hemm miktub fil-ktieb huwa kollu veru.", "Jien nikkonferma li dak li hemm miktub fil-ktieb dwar dak li hemm fil- file huwa veru.", "Għalkemm konna nafu xi affarijiet ma kienx biżżejjed biex naqbdu xi tarf bħalma ġara fil-każ tal-file tal-bus ticketing fejn kien hemm informazzjoni nieqsa u kienet ġiet irranġata fi żmien il-Gvern Nazzjonalista qabel ma wieħed seta' jifli l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li sar tbagħbis fil- file tal-bus ticketing mill-pulizija.", "(Interruzzjonijiet) Ipprovajt insibu imma ma stajtx pero' kieku kellna iktar żmien konna naslu x'imkien.", "(Interruzzjonijiet) Minkejja li m'hemmx il-provi nafu li sar t-tbagħbis f'dak il-file.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Jekk jogħġobkom, ma rridx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Irrid insemmi wkoll il-file tal-\"Pupa\", dak il-bniedem li għaliex beda jsawwat lill-Partit Laburista l-Onor.", "Fenech Adami kien ħareġ jgħid li kien ikkonverta; u l-\"Pupa\" min-naħa tiegħu lil Fenech Adami sejjaħlu bħala missieru u l-ieħor qallu li kien qisu ibnu, u għamlu bħal ta' Żeppi l-Ħafi!", "Naħseb li l-\"Pupa\" kellu kwalitajiet daqsxejn tajba għaliex lil dan għamlu qaddis, biex tara f'liema estremita' jasal il- Partit Nazzjonalista!", "Issa kulħadd jiftakar li darba minnhom il-\"Pupa\" kien x'aktarx qed jitlob fuq il-bejt, iżda spiċċa li kien hemm xi ħadd li nduna bih u waqt li l-\"Pupa\" kien nieżel ma' pajp waqa' għal isfel u miet!", "Imma l-Onor.", "Fenech Adami kien allega mal-kummissarju tal-pulizija li xi ħadd kien informah li l-medical staff ma kienx tħalla jidħol ħdejh u ried jimplika indirettament li kien sar xi frame-up.", "Meta ġejt informat jien mill-ewwel għedtlu li għandha ssir inkjesta - għaliex aħna ma kellna xejn x'naħbu - u rriżulta li l-frame-up ...", "(Interruzzjonijiet) Għandek il-mezzi biex tkun taf.", "(Interruzzjonijiet) Nitolbok tiċċekkja ħalli tkun taf li kienet saret inkjesta maġisterjali.", "(Interruzzjonijiet) Daqshekk intiż li lanqas taf biha jew forsi ma jaqbillekx tkun taf!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-affarijiet għamilnihom kif suppost u rriżulta li l- frame-up li pprova jinstiga fuqna kien ġej min-naħa l-oħra.", "Dik hija l- verita'.", "Issa jien nitolbok biex iġġib kopja tal-file u tgħaddih lill- istampa, ħalli l-poplu jkun jaf li qed ngħid il-verita' u li m'iniex qed nigdeb.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Għaliex ma tajtulhomx int fis-sentejn li l-file għamel f'idejk?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif nagħtihulhom jien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux inti qed issemmi l-file!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid biex forsi l-affarijiet jibdew isiru kif suppost u mhux għax tkun Nazzjonalist tal-qalba jipprovaw jgħattulek u lil ħaddieħor jipprovaw issallbuh!", "Aħna ma nimxux b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, dan m'huwiex biżżejjed u se nitkellem issa dwar it-tapping tal-telephones għaliex meta kont marbut bis-Security Service Act ma stajtx nitkellem, imma llum ħadd m'hu se jżommni.", "(Interruzzjonijiet) Bħala l-persuna li kont responsabbli mill-pulizija qed niddikjara li fi żmien il-gvern Laburista, skond il-liġi, sar tapping fuq talba tal-kummissarju tal-pulizija fuq każi li kellhom x'jaqsmu mad- drogi u mhux fuq affarijiet ta' politika.", "Jien ma rridx nidħak bin-nies u għalhekk qed ngħid il-verita', pero' se ngħid ukoll x'sibt fuq it-tapping tat-telephones meta lħaqt ministru.", "L-ewwelnett sibt it-telephones ta' Kastilja mqabbdin ma' diversi postijiet, affarijiet li ma jitwemmnux, pero' m'iniex se noqogħod insemmi x'postijiet kienu.", "It-tieni nett sibt sistema tat-telephone mbagħbsa biex setgħu jinterċettaw it-telefonati u għandi l-provi ta' dan u sibt sistema tal-computer li permezz tagħha setgħu jidħlu f'sistema ta' ħaddieħor u jiġbdu l-informazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek x'sibt iktar!", "Irrid ngħid li l-Inġ.", "Gatt tat-Telemalta ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qatt ma parla f'sentejn daqskemm parlajtu intom hawn!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan kien aġent u għadu aġent tas-secret service tagħkom u kien ingħata ordni mid-depot biex jagħmel tapping tat-telephone (Interruzzjonijiet) Qabel ma tlajna aħna t-tapping ma kienx isir skond il-liġi u għalkemm seta' kien hemm raġuni valida minħabba każi ta' droga, min kien jagħmel dak ix-xogħol ma kienx protett bil-liġi.", "Meta sirt ministru sibt li l-Inġ.", "Gatt kien ingħata ordni mid-depot biex jitteppja t-telephone ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mizzi, nixtieq niġbidlek l- attenzjoni dwar ċerti ismijiet li qed issemmi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed insemmi lill-Inġ.", "Gatt minħabba l-kariga li jokkupa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Imma m'għandekx għalfejn issemmi nies li m'humiex hawn.", "Ċertament id-diskors tiegħek tista' tpoġġih mod ieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien għandi l-korrispondenza x'nuri.", "THE DEPUTY SPEAKER: Imma m'għandekx issemmi nies li m'humiex hawn.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li għandek esperjenza biżżejjed biex tirriferi għal dan l-individwu mod ieħor.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk hemm involut l-Inġ.", "Gatt bilfors lilu rrid insemmi!", "THE DEPUTY SPEAKER: Imma tista' tirriferi għalih bħala dik il-persuna inkarigata minn dik is-sezzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Inġ.", "Gatt huwa secret agent tal-Partit Nazzjonalista, huwa kunsillier u midħla sew tal-partit.", "(Interruzzjonijiet) Meta dan kien detailed fl-exchange taż-Żejtun kienu jiġru affarijiet li ma jitwemmnux.", "Kif diġa' għedt, jien għandi l-provi li qabel kien isir tapping tat-telefonati.", "Fi żmienna dawn l-affarijiet saru ukoll imma saru skond il-liġi u mhux għal skop politiku partiġjan.", "It-talba kienet issir mid-depot, kif titlob il-liġi, u kien jiffirma min suppost kellu jiffirma.", "(Interruzzjonijiet) Dawn l-affarijiet ma stajtx ngħidhom barra għaliex marbut bis-Security Service Act.", "Jien ma nidħakx bin-nies.", "(Interruzzjonijiet) Imma hekk kien isir qabel.", "ONOR.", "TONIO BORG: La qabel u lanqas issa!", "ONOR.", "JOE MIZZI: It-tapping tat-telefonati kien isir qabel kontra l-liġi u dawn l-affarijiet saru f'każi ta' drogi u issa qed isiru wkoll, pero' jidher li la qed isiru bil-permess tal-Ministru ta' l-Intern u lanqas bil- permess tal-Prim Ministru imma bil-permess ta' xi ħaddieħor!", "Sur President, ta' min ifakkar li din il-kwestjoni tat-tapping tat-telefonati ilha għaddejja u fil-fatt fl-1988 kelli informazzjoni, peress li kont insemmi ħafna każi, u bil-provi, b'mod speċjali ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed jgħid li dawn l-affarijiet la qed isiru bl- ordni tiegħi u lanqas tal-Prim Ministru, għaliex aħna l-uniċi tnejn min- nies li nistgħu nordnaw it-tapping.", "Jekk għandu xi informazzjoni nitolbu jgħaddihieli ħalli nkun nista' ninvestigaha.", "Jekk jidhirlu li t-telefon tiegħu qed jiġi tapped - m'iniex qed ngħid għalih biss imma għal kulmin jidhirlu li għandu ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Taħseb li jien se nasal biex nafda lilek jew lill-Prim Ministru!", "Kieku kont Żeppi l-Ħafi forsi!", "(Interruzzjonijiet) Taħseb li wara li għattejtu tant affarijiet li kontu tafu bihom, jista' qatt jgħaddili minn rasi li se tieħdu passi kontra xi bażużlu minn tagħkom?", "Peress li jien kont insemmi ħafna każi fuq il-Telemalta u kont noħroġ id- dokumenti, ġejt informat li qed jagħmluli tapping tat-telefon.", "Jien rajt kif naħdimha ħalli nipprova naqbad l-affarijiet u pprovajt nagħmel moviment imma kif indunaw li se nasal, infixlu u biex taparsi hemm xi ħaġa qalgħuli l-fuses tat-telefon.", "Wara li jien tkellimt hawnhekk sar rapport lil dan is-segret agent, li huwa l-Inġ.", "Gatt, fejn qalulu hekk: \"Eng.", "Gatt through Eng Montanaro.", "Irresponsible practice at Żejtun Test Room.", "On Monday 12th September 1988, the secretary to the HTC handed me two telephone numbers which were out of order ...\"", "Issa jien irrapportajt li t-telefon tiegħi kien out of order apposta ħalli meta jmorru biex isewwu jiddikjaraw li sabu dak li jsir fit-tapping.", "Imma kif indunaw li għamilt hekk, irrapportaw li kien hemm ħsara u tawhom tliet numri!", "\"On investigating the fault, TO1 E Farrugia, officer in charge Żejtun testroom, found that these two lines were \"pegged\" at the frame, i.e. the lines disconnected from the exchange.", "The following morning Farrugia informed me of his findings and that there was no authorisation from this line to be disconnected.", "Moreover another line with the telephone number .belonging to the Hon.", "Joe Mizzi was reported faulty on the same day....\"", "- b'kumbinazzjoni kien it-l2th September! -", "\" ...", "On testing the line it was found that there were no fuses installed on this MDF pair.", "Knowing the grievance of the situation, I informed S/Eng.", "P. Montanaro and C. Eng.", "S/ Gatt at the earliest.\"", "U dan ir-rapport se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.", "Imma dan m'huwiex biżżejjed għax imbagħad bdew jibżgħu għaliex indunaw li stajt insib rimedju meta jitteppjawni.", "Għadda ftit żmien u bdew jhedduni u jheddu lill-familja tiegħi.", "Issa rrid ngħid li kull darba li kont inpoġġi t-telefon fuq il-computer, ma kien iċempel ħadd u allura mill-ftit li nifhem ipprovajt insib rimedju għax indunajt li dan kollu kien ġej mit-Telemalta.", "Fil-fatt malli kont inneħħih kienu jerġgħu jibdew iċemplu u allura ħsibt biex naħdem biċċa xogħol.", "Darba minnhom, mingħajr ma ħadd kien jaf, fit-tard poġġejt it- telefon fuq il-computer u fit-8.00 a.m. ċempluli mit-Telemalta li llokkjaw it-telefon minn fejn jikkontrollaw.", "Tafu min ikkaverja r-rapport fejn qal li kien qed jagħmel test?", "L-Inġ.", "Gatt tas-secret service!", "Dan ma kienx biżżejjed.", "Fil-fatt peress li kienu jafu li jien kont qed insir naf l- affarijiet - u għalhekk kont qed nilmenta - is-Sur Tony Debono, li dak iż- żmien kien il-general manager tat-Telemalta, ħareġ ċirkolari ta' intimidazzjoni lill-ħaddiema fl-1990 li kienet tgħid li min jinqabad jgħaddi xi informazzjoni jista' anke jitkeċċa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli, għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, niġbidlek l-attenzjoni li minn diskussjoni fuq il-mediċini perikolużi għaddejna għat-tapping tat- telephones!", "(Interruzzjonijiet) Nitolbok tirrelata d-diskors tiegħek mas- Second Reading tal-liġi li għandna quddiemna.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien għedt li kien isir tapping tat-telephones minħabba konnessjonijiet mad-droga u għedt ukoll x'tgħid il-liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Imma issa anke fuq affarijiet personali dħalt.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid li bl-iskuża li jista' jsir it- tapping, biex taparsi jinqabdu t-traffikanti tad-droga, issa qed isir tapping biex jiġbru informazzjoni fuq id-deputati.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jien naf li qed tipprova tiddefendi lin-naħa tal-gvern!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jien m'hu qed niddefendi lil ħadd u ma tistax tagħmel allegazzjoni bħal din, għaliex meta nkun fis-Sedja l-pożizzjoni tkun ħafna differenti minn meta nkun fuq il-bankijiet tan-naħa tal-gvern.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għalhekk dejjem tajt rulings parzjali!", "THE DEPUTY SPEAKER: Dak huwa ġudizzju tiegħek.", "Nitolbok biex turi rispett lejn is-Sedja, ikun hawn min ikun hawn.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħalli nindirizza lis-Sedja, allavolja mid-dehra lil min qed jokkupaha bħalissa ma togħġbux wisq il-kwestjoni tat-tapping tat- telephones!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jien qed niġbidlek l-attenzjoni biex torbot id- diskors tiegħek ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid kif minn tapping tat-telephones in konnessjoni mad-droga, qalbu l-affarijiet u qed jabbużaw biex isiru affarijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jidher biċ-ċar li hemm intriċċi min- naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Jien ma nistax nifhem kif f'dan il-pajjiż ma jistax isir dak li jsir f'pajjiżi oħra demokratiċi u ċivilizzati, fejn normalment fuq il-mezzi tax-xandir jiġi kritikat il-gvern u fil-gazzetti u f'affarijiet bħal dawn isiru karikaturi kontra l-gvern, pero' f'pajjiżna jsir bil-kontra u l-karikatura ssir kontra l-oppożizzjoni u direttament kontra l-leader tagħna.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux għaliex jidher ċar li l-maġġoranza tal-gazzetti tant huma mqabbda mill-Partit Nazzjonalista li meta l-gvern jagħmel xi foul, jew iġibu ftit jew inkella jipprovaw jgħattulu.", "Dawn l-affarijiet żgur li ma jgħinux biex insolvu l- problema tad-drogi.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li meta jien kont insemmi ċerti każi in konnessjoni mad-droga, dak iż-żmien il-ministru responsabbli mill-intern ried jipprovdili pulizija miegħi b'mod kontinwu biex jipproteġini u din qiegħda fir-records tal-parlament.", "Niftakar li kien talab lis-Sedja biex nagħżel il-persuna li ridt jien pero' meta jien għażilt il-persuna kien qalli li kont se naqla' problema għaliex il-pulizija l-oħra kienu se jibdew jgħidu għaliex ma kontx għażilt lilhom.", "Pero' l-persuna li ndikali kienet imniżżla fil-ktieb tat-\"Tazz\" li kien ġie maqtul mill-\"Pips\", u li kellu konnessjoni miegħu minħabba traffikar tad-droga.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "(Interruzzjonijiet) Din hija l-verita' u jekk trid tista' tmur tfittex fil-ktieb tat-\"Tazz\" - li jinsab fil-file - li kien ġie maqtul mill-\"Pips\" u ssib l-isem ta' dan il-pulizija.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk nasal biex nemmen li fuq in-naħa tal-gvern hemm min huwa rikattat jew imċappas mad-droga.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li minn din in-naħa hemm min hu mċappas mad-droga.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nemmen u nibqa' nemmen.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalhekk għandu jgħidilna għal min qed jgħid.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nemmen u nibqa' nemmen.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk mhux se jgħid min hu ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nemmen li fuq in-naħa tal-gvern hemm min huwa rikattat jew imċappas mat-traffikar tad-droga.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membri kollha ta' din il-Kamra kollha biex iqisu dak li jkunu qegħdin jgħidu u jeżerċitaw prudenza assoluta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li mhux jien biss naħsibha b'dan il-mod imma naħseb li l-poplu Malti u Għawdxi li qed jismagħni huwa konvint minn dan kollu.", "Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi d-dokumenti li semmejt fuq il- Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar ilment mis-Sur Richard Cachia Caruana dwar it-tneħħija tal-protezzjoni tal-pulizija;", "Kopja ta' ċirkolari Nru 5/90 tal-korporazzjoni Telemalta dwar irbit bis-sigriet u reati minn impjegati;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Inġ C P Farrugia lill-Inġ Gatt fl-14 ta' Settembru 1988 dwar prattika irresponsabbli fit-test room tal- korporazzjoni Telemalta fiż-Żejtun;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Inġ Gatt lill-kummissarju tal-pulizija fil-5 ta' Frar 1993 dwar telefonati anonimi;", "Kopja ta' ittra mibgħuta minni lill-ombudsman fil-31 ta' Mejju 1999 dwar l-ilment imressaq mis-Sur Richard Cachia Caruana dwar it-tneħħija tal-protezzjoni tal-pulizija;", "Rapport datat 3 ta' Jannar 1998 mill-kummissarju tal-pulizija lili bħala ministru bla portafoll fl-uffiċċju tal-prim ministru dwar fixed point duties;", "Kopja ta' memorandum datat 16 ta' April 1998 mid-deputat kummissarju tal-pulizija lili bħala ministru bla portafoll fl-uffiċċju tal-prim ministru dwar fixed point duties;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mis-Sur Patrick Calleja lill-Prim Ministru dwar il-każ ta' l-attentat ta' qtil fuq is-Sur Richard Cachia Caruana;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-avukat ġenerali lill-kummissarju tal- pulizija fit-23 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tal-pulizija mas- Sur Joseph Fenech; u", "Kopja ta' memorandum datat 27 ta' April 1998 mid-deputat kummissarju tal-pulizija lil bħala ministru bla portafoll fl-uffiċċju tal-prim ministru dwar protezzjoni tal-pulizija mas-Sur Joseph Fenech.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Sur President, il-ġlieda kontra d-droga hija iktar kwestjoni ta' twemmin u se nibda billi nsemmi żewġ affarijiet.", "Meta l- ministru ppreżenta dan l-abbozz ta' liġi għoġbu jirriferi għall-artiklu li jien kont ktibt f'\"The Times\", dwar il-każ ta' dawk iż-żewġ Ġermaniżi li kienu importaw il-methadone u ftit eroina.", "Issa meta ktibt dak l- artiklu jien kont għedt - u teknikament kont qiegħed niddefendi lill- ministru - li meta jinqalgħu każi bħal dawn m'għandux jidħol il-ministru, allavolja jista' jkollu intenzjonijiet tajba, biex iżomm il-proċeduri u jiddeporta lil min ikun involut.", "(Interruzzjonijiet) Fil-każ tad- Dimitrijeffs ma tantx kellu għażla.", "Jien għedt li trid issir xi ħaġa biex f'każi partikolari l-liġi tagħti spazju lill-ġudikant biex fiċ- ċirkostanzi jkun jista' japplika dik il-piena xierqa li mhux neċessarjament tkun piena karċerarja.", "Naf li l-ministru ma kienx qed jikkritikani fuq dan il-punt għax fil-fatt meta konna fil-gvern konna ressaqna emendi għal-liġi u waħda mill-miżuri li l-gvern Laburista ħass li kellu jieħu fiċ-ċirkostanzi ta' dak iż-żmien kienet li kulmin ikun ġej minn barra għandu jkun jaf li f'Malta ma jistax idaħħal droga, lanqas għall-użu personali tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Allura jien kont korrett f'dak li kont qed ngħid - u hekk għadni nemmen sal- lum - pero' m'iniex naqbel perfettament mal-liġi kif inhi ppreżentata issa.", "Sfortunatament illum qiegħed f'pożizzjoni li ma nafx fejn ninsab fil-konfront tan-naħa l-oħra, peress li sħabna ta' faċċata mhux dejjem jaqblu magħna meta niġu biex niddeċiedu dwar dak li huwa tajjeb għal pajjiżna.", "Per eżempju, mingħajr ma noqgħod nidħol fid-dettall tal-każ ta' Azzabi, żgur li m'hemm xejn ħażin li nkunu solidali bħala parlament u naħdmu flimkien f'din il-kwestjoni tal-ġlieda kontra d-droga.", "Jien naħseb li b'daqsxejn ta' attenzjoni aktar, forsi n-naħa tal-gvern tasal biex taċċetta ċerti emendi li jsiru min-naħa ta' l-oppożizzjoni, biex flimkien niġġieldu l-problema tad-droga, mingħajr ma ndgħajfu dak kollu li għandu jibqa' b'saħħtu.", "Ma naħsibx li għandna nagħmluha daqshekk faċli għall- ġudikant li tkun fid-diskrezzjoni tiegħu li jara jekk dik l-importazzjoni tkunx għall-użu esklussiv tal-persuna.", "Irridu naraw li din id-diskrezzjoni tkun kemm jista' jkun riġida u niddelineaw b'mod ċar il-marġini ta' fejn jista' jilgħab il-ġudikant.", "Jien ma rrid innaqqas l-ebda ġieh lill-ġudikant imma qed nitkellem kemm għall-istess difiża li jista' jkollu l-ħati, kemm għall-istess prosekuzzjoni u kif ukoll għall-ġudikant, għaliex nemmen li ċerti klawsoli fl-abbozz ta' liġi jirrikjedu iktar brushing.", "Allura qed ngħid li dak li ktibt jien fl-artiklu jirrifletti proprju dak li aħna nemmnu fih bħala grupp parlamentari, cioe' li hemm lok fejn wieħed jista' jirranġa l-liġi imma mhux kif qed jippreżentaha l-ministru.", "Il-Ministru jaf x'jiġri meta tħalli diskrezzjoni sħiħa f'idejn il-kummissarju, jew f'idejn il- ġudikant jew f'idejn l-attorney general.", "Ngħid għalija ma nafx kemm hija ġusta li taħt il-liġi tad-droga l-attorney general għandu jkollu diskrezzjoni kompleta meta jiġi biex jiddeċiedi jekk persuna akkużata taħt il-liġi tad-droga għandhiex tintbagħat quddiem il-qorti tal-maġistrati jew inkella quddiem ġurija.", "Issa kulħadd jaf li l-konċett huwa tajjeb imma dan m'huwiex biżżejjed għaliex din id-diskrezzjoni tista' tiġi abbużata.", "Kien hemm każi fejn is-soċjeta' staqsiet għaliex persuna li tkun inqabdet b'kilo droga ntbagħtet quddiem il-qorti tal-maġistrati, fejn il-piena hija fil- kompetenza tal-maġistrat, u persuna oħra li tkun inqabdet b'ammont ħafna inqas - m'iniex qed niġġustifika d-droga għaliex id-drogi huma dejjem affarijiet koroh - intbagħtet quddiem ġuri, fejn il-kompetenza titla' anke sa għomor il-ħabs, jiddependi miċ-ċirkostanzi tal-każ, mill-eta' tal- persuna u minn ħafna fatturi oħra.", "Xi spjegazzjoni tista' tingħata dwar il- mod kif tintuża din id-diskrezzjoni?", "Sur President, filwaqt li m'hemmx dubju li rridu naraw kull emenda li tista' żżomm il-liġi kompletament sħiħa kontra l-ġlieda tat-traffikar tad- droga, irridu nżommu f'moħħna wkoll li ma nħallu l-ebda inġustizzja ssir fuq xi ħadd minħabba d-diskrezzjoni.", "Jien nemmen li kemm jista' jkun id- diskrezzjoni trid tkun kontrollata bl-iktar mod ċar u bl-iktar mod trasparenti ħalli ma jsirx abbuż minnha.", "Aħna nafu li kulmin ikollu xi tip ta' diskrezzjoni f'idejh jista' jabbuża minnha u hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq każi tad-droga.", "Per eżempju, il-kummissarju tal-pulizija għandu diskrezzjoni wiesgħa fuq liċenzji u fuq ħafna affarijiet oħra u nafu kemm tista' tiġi abbużata din id-diskrezzjoni.", "Aħna ma naqblux ma' dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhux għaliex ma rridux nirranġaw il- liġi tad-droga, imma jien persważ li flimkien nistgħu nirranġaw dan l- abbozz b'mod li jkun aċċettabbli għal dan il-parlament u għas-soċjeta' biex f'dawk il-każi partikolari li verament ikunu jimmeritaw li ma tingħatax piena karċerarja - u għalhekk qed ngħid li nżomm ferm ma' dak li kont ktibt jien fuq il-każ tad-Dimitrijeffs - nispeċifikaw il-kwantita' u mhux inħalluha at the complete discretion of the courts.", "(Interruzzjonijiet) Imma abbużi ta' xiex se nħalluha at the discretion of the courts?", "Fl-opinjoni tiegħi, qed inħalluha miftuħa u mingħajr ma noqgħod nidħol fuq dak kollu li jista' jiġi propost, jien nemmen li n-naħa l-oħra għandha tħares lejn dawn l-avenues.", "(Interruzzjonijiet) Jien nawgura li tibqa' f'din il-pożizzjoni għaliex aħna qegħdin hawn biex flimkien nipproteġu s-soċjeta', speċjalment fejn tidħol id-droga.", "Sur President, illum f'pajjiżna għandna nies li qed ibatu minħabba l-vizzju tad-droga, għandna nies li mhux biss tkissru huma finanzjarjament imma tkissru anke familjari tagħhom, nies li huma innoċenti, u llum għandna nies li ftaqru minħabba dan il-vizzju.", "Jien naf b'każi fejn it-tbatija tant hija kbira li familji sħaħ qed jiġu f'estremita' illi kważi bil-kemm ikollhom x'jieklu.", "Il-mozzjoni li tressqet il-ġimgħa l-oħra mill-oppożizzjoni fuq Azzabi kien tentattiv ġenwin għaliex b'inkjesta parlamentari ma jkunx hemm il- biża' illi xi membru minn hawn ġew jiġi mhedded, bħalma ġralu l-Onor.", "Mizzi.", "U ma noqogħdux nistgħaġbu fuq it-tapping tat-telephones.", "Hawn xi ħadd illi għandu xi dubju illi t-tapping tat-telephones isir anke meta dan ma jkunx awtorizzat mill-ministru?", "Ħadd m'hu qed jakkuża lill-Ministru Tonio Borg illi hu ordna illi jsir it-tapping tat-telephone ta' l-Onor.", "Mizzi jew ta' xi ħaddieħor!", "Niftakar li kien hemm żmien meta jien kont fil- pulizija u ma kontx qed nidħol għax-xogħol u sirt naf li kienu qegħdin jitteppjawli t-telephone u dan wara li ċemplitli persuna illi dehrilha li kellha tgħidli biex ma nagħmilx użu mit-telephone personali tiegħi.", "M'iniex qed ngħid li l-Ministru Tonio Borg kien jaf, allavolja hu kien il- ministru responsabbli mill-pulizija!", "Ovvjament jien dejjem nuża moħħi u inutli li wieħed joqgħod jispjegali ċerti affarijiet, għaliex dak li jkun tiġi minnu, pero' l-verita' hi li affarijiet bħal dawn isiru u ma neskludix li saru anke taħt kwalunkwe gvern, u jekk sar hekk sar ħażin għaliex il- ħażin qatt m'huwa ġustifikat.", "Jien nisħaq li fejn tidħol id-droga għandna nagħmlu kull sforz sabiex naslu biex naqblu fuq dak li nilleġislaw.", "Jien naħseb li l-pożizzjoni tiegħi fuq il-każ tad-Dimitrijeffs spjegajtha tajjeb u b'mod korrett u naħseb li l-ministru jifhem għaliex ktibt fuq dan il-każ, pero' jekk ma jifhimx affari tiegħu għaliex wara kollox bħal dan il-każ jista' jkollok każi ġenwini ta' Maltin illi jkollhom problema tad-droga.", "L-iktar ħaġa importanti hija li ssir ġlieda kontra dawk illi jridu jagħmlu introjtu mit-traffikar tad-droga, ikunu min ikunu, u aħna bħala pajjiż żgħir irridu noqogħdu attenti meta nemendaw il-liġi fejn tidħol l-importazzjoni għaliex pajjiżna għandu problemi kbar f'dik li hija security.", "Per eżempju, dan l-aħħar tkellimt fuq il-kwestjoni tal-VVIP lounge fl-ajruport, ċioe' dik il-kamra minn fejn jgħaddu l-Prim Ministru, il- ministri u s-segretarji parlamentari u mhux dik il-lounge li tgħaddi minnha xi delegazzjoni parlamentari u li minnha llum jista' jgħaddi kulmin ikun lest li jħallas il-card - din tiswa xi Lm50 - u jkun ittrattat bħal kwalunkwe membru parlamentari billi jġibulek il-gazzetti, il-kafe', eċċ. Il-verita' hi illi qed ikun hemm diversi okkażjonijiet - u qed ngħid dawn l-affarijiet biex jiġu investigati - fejn tad-dwana ma jitilgħux meta jkun għaddej xi ħadd mill-VVIP.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'hu qed nagħmel l- ebda insinwazzjoni li dawn l-affarijiet qed isiru b'intenzjoni u jista' jagħti l-każ li n-nies li poġġejtu hemm m'humiex imħarrġa biżżejjed jew forsi għadhom ma drawx ix-xogħol biżżejjed, pero' din hija xi ħaġa perikoluża u trid tiġi rrimedjata.", "Issa l-ministru jaf li meta tgħaddi mill-VVIP ...", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid dawn l-affarijiet biex tiċċekkja min kien xogħol fil-VVIP f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat u tara jekk għajtux lil tad-dwana.", "Jista' jkun li dawn in-nies għadhom ġodda, għax kollha Nazzjonalisti poġġejtuhom, u jekk kien hemm xi żewġ Laburisti neħħejtuhom wkoll!", "Dan huwa ħażin għaliex huwa importanti li jkollok taħlita ta' nies ħalli x-xogħol isir aħjar - il-ministru jaf li meta jien kont fil-korp tal-pulizija ma kontx indaħħal il-politika, u kulmin idaħħal il-politika fix-xogħol huwa irresponsabbli għaliex kull membru tal-korp irid ikun leali lejn ir-Repubblika, bl-aktar mod sever, pero' xorta kien ikun hemm min jipprova jiġbidli l-attenzjoni dwar it-twemmin politiku ta' xi membru tal-korp u jien kont ngħidlu li dawk l-affarijet ma kellhomx x'jaqsmu max-xogħol tagħna - u jien nemmen li aħjar ikun hemm dan it-taħlit għaliex kulħadd ikun jaf fejn qiegħed u kulħadd ikun għassa ta' xulxin u x-xogħol isir sewwa, imma meta tpoġġi numru ta' nies bl-istess fehma politika jista' jkollok il-problemi!", "Kulħadd jaf kemm hija importanti s-security fl-airport u anke fis- seaport, speċjalment meta qed nitkellmu fuq l-importazzjoni.", "Jien qed ngħid li s-security fl-airport hija mhedda u dan jistgħu jixhduh il- cameras li hemm imwaħħla f'kull rokna ta' l-airport u hawnhekk nixtieq nistaqsi: Veru li kull meta jkun hemm l-arrivals minn Għawdex l-iktar li jkun hemm żewġ uffiċjali tas-security u ġieli anke tkun persuna waħda biex tiċċekkja l-passiġġieri, meta bażikament ix-shift m'għandux ikun ta' inqas minn ħamsa biex xi ħadd jiċċekkja l-bagalji, ħaddieħor jgħaddihom u ħaddieħor jiċċekkja fuq il-persuna?", "Issa tista' tgħidli jekk b'dan il-mod jistax ikollok sigurta' kompleta?", "M'iniex qed ngħid li min ikun ġej minn Għawdex se jdaħħal id-droga miegħu, imma ladarba jidħol u jgħaddi jista' jkun hemm il-possibbilta' illi jkollok persuna oħra illi tbiddel il- bagalja waqt li jkun in transit.", "Fil-fatt riċentement għamilt mistoqsijiet lill-ministru kemm ilha tiġi adottata din is-sistema ta' nuqqas ta' personnel għal dak li għandu x'jaqsam ma' security u nistenna li l- ministru jirrispondini għaliex ma nistgħux naffordjaw li nagħmlu dawn l- iżbalji bażiċi, speċjalment fl-airport, fejn is-sigurta' trid tkun kemm jista' jkun mija fil-mija.", "Ma rridux ninsew li pajjiżna bħala gżira għandu diversi fatturi jaħdmu kontra tiegħu u allura rridu nindirizzaw ukoll is-sigurta' fis-seaport.", "Mr Speaker, issa rrid ngħid xi ħaġa fuq ċerti allegazzjonijiet li jsiru meta ma jkunx hemm il-provi.", "Riċentement il-Prim Ministru fi press conference għoġbu jsemmi lili u lill-Onor.", "Herrera minħabba l-każ ta' Ian Farrugia - pero' l-ikbar enfasi saret fuqi, peress li jien spiċċajt iddefendejt lil Ian Farrugia waqt il-ġuri, u minn hawnhekk naċċertah lill- Prim Ministru li se nieħu l-passi li għandi nieħu - u f'din il-press conference qal li jiena kelli aċċess għal kopja tal-file fuq il-każ ta' l- attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana, illi llum tant issemma hawn ġew.", "Issa jien minn hawnhekk niddikjara illi dan il-file qatt ma rajtu b'għajnejja, illi la l-Onor.", "Mizzi u l-ebda membru minn din il-Kamra ma għaddieli kopja ta' dan il-file u li kull informazzjoni li waslitli żgur ma waslitx mill-preżenza ta' dan il-file quddiemi.", "Filwaqt illi nirriserva d- dritt illi nieħu l-passi meħtieġa kontra l-Prim Ministru, għall-fatt illi dan għoġbu jagħmel libell fl-assenza tiegħi meta jien kont imsiefer għal xahar fuq holiday irrid ngħid ukoll li dawn l-affarijiet juru nuqqas ta' serjeta'.", "Id-dekor jitlob li ma tistax tgħid xi ħaġa bħala stat ta' fatt jekk ma jkollokx il-prova illi tkun sostanzjata, għaliex altrimenti jekk ma jkollokx provi trid titlob li ssir investigazzjoni.", "Per eżempju, illum il-Ministru Gatt waqt li kien qiegħed jagħmel il-winding-up fuq l-abbozz ta' liġi dwar ir-reviżjoni tal-liġijiet statutarji qal illi investiga l- allegazzjoni tiegħi u qalli biex jekk inkun naf xi ħaġa oħra ngħidlu u fil- fatt jien se ngħidlu xi ħaġa oħra għaliex is-serjeta' hekk titlob.", "Sakemm il-Prim Ministru jibqa' jżomm din il-pożizzjoni li jibqa' jgħid li jiena kelli aċċess għal dak il-file, ovvjament bħalma hu għamel kawża ta' libell fil-konfront tiegħi, jien se nieħu l-passi skond il-liġi għaliex jien nemmen li dan il-parlament irid ikun dehen ta' dak kollu li nagħmlu u ma nistgħux nitfgħu allegazzjonijiet illi ma jkunux veritjeri jew illi jkunu bbażati fuq passjoni jew emozzjoni.", "Dik hija l-agħar ħaġa illi tista' tagħmel meta ma tpoġġix l-argumenti tiegħek b'mod konvinċenti u b'mod ċar.", "Jiena nifhem il-pożizzjoni tal-Prim Ministru - u forsi ma nlumux li kien u għadu xi daqsxejn under fire u fl-opinjoni tiegħi għad fadallu daqsxejn biex iqum minnha! - imma dik hija problema tiegħu u m'għandux għalfejn jiżvoga ma' ħaddieħor billi jispara dak li jiġi f'moħħu biex ipoġġi l- pożizzjoni tiegħu daqsxejn differenti (Interruzzjonijiet).", "Dawn huma l- eżempji illi kultant ikollok tisma' min-naħa l-oħra, Mr Speaker, għaliex in- Nazzjonalisti baqgħu l-istess.", "Ċerti affarijiet huma magħrufin pero' aħna jkollna nibqgħu niddjalogaw magħhom għaliex illum huma qegħdin fil-gvern u għalkemm nifhmu li kellhom jitressqu l-emendi meħtieġa, bħal dik li għandha x'taqsam ma' l-ordni ta' sospensjoni, pero' żgur li m'aħniex qed naqblu mal-mod kif qed jiġi ppreżentat dan il-Bill.", "Jien nifhem illi meta jkollok licensee illi għandu tkun instabet id-droga, il-qorti tista' ex officio toħroġ l-ordni tas- sospensjoni mingħajr ma toqgħod tistenna jew li l-kummissarju jieħu passi jew inkella jekk il-passi li jieħu l-kummissarju ma jkunux ġusti jista' jiġi challenged hu stess.", "Pero' nistieden lill-ministru u lill-gvern biex fl-istadju ta' Kumitat naraw l-avenues kollha fl-interess ta' Malta u fl- interess ukoll ta' l-istess spirtu, billi ma nħallux diskrezzjoni wiesgħa kemm lill-ġudikant u kif ukoll lil xi awtorita', speċjalment f'każi illi jkollhom x'jaqsmu ma' importazzjoni ta' droga.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru ta' l-Intern biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 19 ta' Ottubru fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tielet Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra ħadt pjaċir nisma' liż-żewġ naħat tal-Kamra jikkummentaw favur it-tneħħija tal-poverta', fis- sens li llum m'għadekx tara tallaba fit-triq.", "Naħseb li hi xi ħaġa ta' sodisfazzjon, anke għall-poplu Malti, li wieħed jara liż-żewġ naħat tal- Kamra jifhmu bi sħiħ il-bżonn li nkomplu nikkumbattu kull xorta ta' faqar, jiġi minn fejn jiġi.", "Kien hemm min anke esprima l-ħsieb li għandna nkomplu ngħinu lil dawk il-pajjiżi li jinsabu verament maħkumin minnn din il-qerda.", "Nafu li l- Maltin huma rinomati għall-ġenerożita' tagħhom u fil-fatt nafu b'ħafna minn ħutna li jitturufnaw ruħhom u jmorru f'pajjiżi ħafna 'l bogħod, bħall- Afrika, l-Indja u postijiet oħra fl-Amerika Latina biex jagħtu servizz lil dawk li verament għandhom bżonn.", "Nafu wkoll li dan it-tip ta' faqar jeżisti wkoll f'ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa, bħalma hija l-Albanija, fejn għandna ħafna Maltin li qed jikkontribwixxu wkoll bi sħiħ f'bini ta' skejjel, bini ta' orfanatrofji u bini ta' ħwejjeġ oħra, ħwejjeġ li ċertament jissollevaw il-faqar u jgħinu lil min huwa inqas ixxurtjat minna.", "Barra minn hekk, joħorġu flejjes kbar minn pajjiżna biex jgħinu proprju lil dawn il-pajjiżi.", "Pero' bil-kelma faqar ma nifhmux biss in-nuqqas ta' flus imma jeżisti ċertu faqar ieħor għal dawk in-nies li sfortunatament jiġu mwarrba mill-istess soċjeta' u jkunu dipendenti fuq il-karita' jew fuq is-social services u hemm oħrajn li jkollhom bżonn is-support ta' ħaddieħor u għalhekk iħossuhom fqar fl-ispirtu wkoll.", "Kultant tiskanta x'differenza tgħaddi bejn dak li bniedem ikun qed iħoss minn ġewwa għal dak li jkun qed juri minn barra u tajjeb li wieħed jagħmel analisi soċjoloġika meta jitkellem fuq il-faqar.", "Proprju l-Kunsill ta' l-Ewropea għadu kemm nieda kampanja ta' kważi disa' xhur sħaħ biex il-pajjiżi żviluppati jaraw kif jistgħu jikkumbattu l- faqar f'pajjiżhom u jieħdu ħsieb dawk li huma socially excluded, jiġifieri dawk li m'humiex jirċievu assistenza soċjali mill-gvernijiet.", "Fortunatament f'Malta kull gvern li kellna dejjem ħares u kkontribwixxa bi sħiħ għal dawk in-nies li huma inqas fortunati minn ħaddieħor u fil-fatt pajjiżna għandu firxa wiesgħa ta' servizzi soċjali li jgħinu lil dawk in- nies li huma neqsin mill-mezzi.", "U hawnhekk nista' nsemmi lil dawk il- familji li għadhom irabbu t-tfal li bil-paga, biċ-children allowance u bil- benefiċċji soċjali b'kollox bilkemm ilaħħqu mal-ħajja, jew inkella jlaħħqu mal-ħajja bil-qies.", "Persuni oħrajn li qegħdin jgħixu f'ċertu faqar, li forsi jkunu ġabuh huma stess għaliex ikunu marru beyond their means, huma dawk li jinsabu mimlija dejn.", "Dan huwa tip ta' faqar ieħor u għalkemm forsi dawn setgħu ġabuh b'idejhom stess, irridu nammettu wkoll li xi kultant il-ħajja tidħaklek għal ċertu żmien imma wara tista' tagħtik bil-ħarta.", "Dawn ukoll irridu naraw kif se ngħinhom.", "Għandna wkoll familji ta' ġenitur wieħed li jistgħu jiġu kkonsidrati bħala soċjalment fqar minkejja l-għajnuna soċjali li jirċievu mill-Istat.", "Dawn il-familji b'ordni tal-qorti suppost jingħataw manteniment mir-raġel imma l-flus jew jibqgħu ma jaslux jew inkella jaslu wara ħafna nkejja u qtigħ il-qalb.", "Dak ukoll hemm faqar soċjali.", "Tip ieħor ta' faqar soċjali jiġi kkawżat minn diffikultajiet finanzjarji minħabba li dak li jkun jissellef il-flus mill-idejn, b'imgħax qawwi ta' 20% u anke 30% - it-Taljani jsejħulha usura - u naturalment min jissellef b'dan il-mod qatt ma jkun jista' jirkupra s-somma kapitali li jkun issellef.", "Nafu b'każi bħal dawn ta' disperazzjoni li tiġik ħniena minnhom.", "Nistgħu nsemmu wkoll persuni li jinsabu maħkuma mil-vizzju tad-droga u jridu jaraw minn fejn isibu l-flus biex jixtruha.", "Dawn għandhom is-servizzi kollha meħtieġa - u fosthom insemmi d-detox centre u s-sedqa - biex ifiqu mid-droga pero' m'għandhomx il-bona volonta' li jersqu lejn il-kura għal din il-marda - għax dan il-vizzju jiena nqisu bħala marda - minkejja li jinsabu ddisprati u jridu jaraw minn fejn se jġibu l-flus, minn fejn se jisirqu u minn fejn se jiddubbaw minn hawn u minn hemm sabiex ikunu jistgħu jkopru l-ispejjeż li jkollhom.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll lil dawk il- persuni li huma marbutin ma' xi vizzju immorali li ma jistgħux jeħilsu minnu minħabba l-egoiżmu ta' dawk li jħaddmuhom.", "Hawn nisa li huma mdaħħlin f'dan iċ-ċirku tal-prostituzzjoni u ma jistgħux jaħarbu minnu u nappella lil min qed jisfrutta lil dawn l-imsejkna biex ma jkomplix b'din il-ħsara. .", "Hawnhekk ukoll hawn ċertu faqar morali.", "Mr Speaker, nistgħu nsemmu wkoll lil dawk in-nisa tad-dar li r-raġel ma jagħtihomx biżżejjed flus għall-manteniment tal-familja.", "Jiena naf anke familji fejn il-mara titlob ċertu ammont ta' flus lir-raġel biex tkun tista' tgħaddi bihom matul il-ġurnata.", "F'dawn il-każi r-raġel tant huwa egoist li lill-mara jagħtiha l-flus ġurnata b'ġurnata.", "Barra minn dawn nistgħu nsemmu wkoll tfal li jinsabu mċaħħdin mill-imħabba tal-ġenituri jew ta' ġenitur wieħed.", "Dan ukoll huwa tip ta' faqar soċjali u morali.", "Hemm ukoll nisa u rġiel imsawta u dawn jinsabu f'ħajja ddisprata għax ma jsibu l- konsolazzjoni ta' ħadd u ta' xejn fl-ebda żmien.", "Din ukoll hija problema kbira u dawn it-tip ta' nies għandhom faqar soċjali wkoll minħabba li ma jsibux dak is-support li tant jixtiequ.", "Hemm ukoll dawk li qegħdin f'sitwazzjoni ta' diskriminazzjoni kontinwa minħabba twemmin reliġjuż, twemmin politiku u minħabba ideoloġiji differenti minn dawk pprattikati fil-pajjiż konċernat.", "Dawn jinsabu f'ċertu faqar għax ma jistgħux isibu il-konsolazzjoni jew lil xi ħadd li jifhem xi jkunu għaddejjin minnu.", "Hemm ukoll dawk li huma mħallsin bi ftit waqt li min iħaddimhom qed jistagħna minn fuq daharhom.", "Hawnhekk jiena nagħmel appell lil dawk li jħaddmu tfal taħt l-eta' u nies barranin u jħallsuhom bil-loqom biex ma jibqgħux jagħmlu hekk.", "M'huwiex sew li dak li jkun isir sinjur billi jisfrutta lil ħaddieħor.", "Mr Speaker, ta' min insemmi wkoll lil dawk iż-żgħażagħ li jkunu qabdu t- triq żbaljata tad-delinkwenza, x'aktarx għax ikunu għaddew minn trobbija ħażina jew għax ikunu qabdu kumpannija ħażina.", "Kultant uħud minnhom ma jkunux jistgħu jikupraw minn dik il-kumpannija jew minn dik it-trobbija li tkun ingħatatilhom meta kienu għadhom żgħar.", "Dawn ukoll huma fqar fl- ispirtu.", "Hemm oħrajn li s-soċjeta' abbandunathom għal ħajjithom minħabba xi blugħa taż-żgħożija.", "Nafu persuni li rriabilitaw ruħhom minn dak li setgħu wettqu meta kienu għadhom żgħar u jixtiequ jerġgħu jidħlu fis-soċjeta' imma s-soċjeta' għadha tagħtihom bis-sieq, għadha twarrabhom u ma jistgħux jsibu x-xogħol li huma jixtiequ.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll lin-nisa li jinsabu maħkumin mil-boss tagħhom.", "Hawnhekk qed nirriferi għas-sexual abuse li jsir fuq il-post tax-xogħol meta ċerti nisa jsibuha diffiċli jgħidu le minħabba li jibżgħu li jitkeċċew.", "Dan ukoll huwa tip ta' faqar morali u hemm bżonn li wieħed jara kif isib is-soluzzjoni għalih.", "Mr Speaker, hemm ukoll persuni li jkunu tilfu l-partner tagħhom f'eta' żgħira.", "Dawn isofru partikolarment meta jsibu ruħhom waħedhom u ma jsibux ma min jiftħu qalbhom.", "Fl-aħħarnett ta' min isemmi wkoll lil dawk li huma maħkumin mil- vizzji tal-logħob ta' l-ażżard u tal-logħob tal-flus.", "Dawn ukoll huma fqar u l-gvern u s-soċjeta' ma jistgħu jagħmlu xejn għal dawn in-nies.", "Iridu jkunu huma li jfiequ minn dan il-faqar li jinsabu fih.", "Mr Speaker, mata nara dan kollu nagħmel appell li mhux biss nikkumbattu l- faqar propju imma rridu nikkumbattu wkoll il-faqar soċjali u l-faqar morali li qed jaħkem mhux biss lil Malta imma lil pajjiżi oħra anke aktar żviluppati minna.", "Nittama li kemm il-gvern kif ukoll is-soċjeta' jħarsu lejn dawn il-problemi li għadni kemm semmejt.", "Jiena nemmen li bi ftit perseveranza u bi ftit support soċjali - u l-Maltin huma magħrufin għal dan is-support soċjali - nistgħu ntaffu ftit minn dan il-faqar.", "Huwa veru li dan it-tip ta' faqar se jibqa' dejjem magħna pero' għandna nagħmlu l-ħila kollha tagħna possibbli.", "Nappella wkoll lill-għaqdiet filantropiċi u lill- għaqdiet l-oħra li jistgħu jgħinu biex huma jkunu jistgħu jagħtu l-għajnuna kollha possibbli biex neħilsu lil dawn it-tip ta' nies minn dan il-faqar u minn din id-dieqa soċjali li jinsabu fiha.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, illum xtaqt naġġorna lil din il-Kamra dwar konferenza internazzjonali li attendejt dan l-aħħar ġewwa Helsinki, flimkien ma' l-Onor.", "John Vella u ma' l-Onor.", "Chris Cardona.", "Din kienet il- 21 laqgħa tal-COSAC li, kif kelli opportunita' ngħid darb'oħra f'din il- Kamra, tinkorpora fiha delegazzjonijiet mill-kumitati ta' l-affarijiet barranin ġejjin mil-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi li diġa' huma membri ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-pajjiżi applikanti għal sħubija fl- Unjoni.", "Barra minn dawn ikun hemm ukoll rappreżentanza mill-Parlament Ewropew innifsu.", "F'dan l-aġġornament jiena nixtieq nagħti ftit dettalji fuq il-background ta' din il-konferenza, li nżammet bejn l-10 u t-12 ta' dan ix- xahar f'Helsinki, il-belt kapitali tal-pajjiż li bħalissa għandu l- presidenza ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, fuq l-agenda kien hemm primarjament analisi tal-presidenza Finlandiża; il-prijoritajiet ta' l-Unjoni f'dik li hija liberta', sigurta' u ġustizzja; kien hemm ukoll it-tkabbir ta' l-Unjoni bl-implikazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, inkluż il-ħolqien tax-xogħol; kellna r- relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Russja; u fl-aħħarnett kien hemm in-house debate dwar tibdil fir-regolamenti tal-proċeduri tal-COSAC stess.", "Il- konferenza nfetħet miċ-chairman tal-grand committee tal-Parlament Finlandiż, Esko Aho, li fakkar li wara ftehim dwar aktar trasparenza li kien sar ġewwa Berlin f'Mejju li għadda, il-membri tal-pubbliku u ta' l- istampa kienu ġew mistiedna biex jattendu għal din il-konferenza imma minħabba raġunijiet prattiċi kienu qegħdin isegwu kollox minn fuq monitors ġewwa kamra oħra.", "Għal darb'oħra l-pajjiżi li qegħdin fil-queue kellhom il- fakulta' li jitkellmu dwar l-items kollha li kien hemm fuq l-agenda.", "Kull kelliem kellu biss erba' minuti biex jagħmel il-kontribut tiegħu u dawn l- erba' minuti niżlu għal tlieta meta kien hemm lista twila ta' kelliema li xtaqu jipparteċipaw.", "Preżenti għall-ewwel parti ta' din id-diskussjoni kien hemm il-Prim Ministru tal-Fillandja, Paavo Lipponen, flimkien mal-ministru ta' l-intern Kari Häkämies u l-ministru tal-ġustizzja Johannes Koskinen.", "Fl-indirizz ta' introduzzjoni li għamel Lipponen ta ħarsa lejn il-ħidma tal-presidenza Fillandiża.", "Din il-presidenza seħħet matul żmien kruċjali u mimli sfidi għall-Unjoni.", "Fil-fatt kien żmien li ra tmexxija minn kummissjoni ġdida, ra l-euro tistabilizza ruħha u kien żmien li ra tama ġdida għal aktar żvilupp ekonomiku fil-futur qarib.", "Lipponen qalilna li tidher biċ-ċar il- ħtieġa urġenti ta' politika ekonomika komuni u l-formolazzjoni ta' strateġija għall-impjiegi u għal ħolqien ta' xogħol.", "Qal ukoll li l- Finlandja qegħda tħejji rapport dwar is-salvagwardjar ta' żvilupp ekonomiku stabli u dwar ix-xogħol.", "Qalilna li l-Ewropa għadha ma utilizzatx biżżejjed il-benefiċċji tat-teknoloġija, hija nieqsa mil-kompetittivita' u għadha ma sfruttatx is-swieq tad-dinja.", "Huwa kompla li minħabba f'hekk jeħtieġ li ssir riċerka qawwija biex ikun imħejji pjan strateġiku.", "Fil- fatt fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla l-Portugal se jieħu l-presidenza f'idejh u se jorganiżża summit dwar ix-xogħol u dwar l-għaqda soċjali.", "Dawn huma prijoritajiet li qegħdin fuq l-agenda ta' l-Unjoni u li spiss nisimgħu dwarhom.", "Mr Speaker, meta wasal biex jitkellem dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Lipponen saħaq li l-momentum ta' tkabbir m'għandux jonqos.", "Hawnhekk fakkarna li hu kien qiegħed jitkellem propju ftit tal-jiem qabel il- pubblikazzjoni tar-rapporti dwar il-pajjiżi applikanti u fakkarna wkoll li l-eżerċizzju tat-tkabbir ifisser sfidi kbar mhux biss għall-pajjiżi applikanti imma wkoll għall-Unjoni stess.", "Din għadha trid tgħaddi minn proċess qawwi ta' riforma biex tkun tista' taħdem b'mod effettiv u b'effiċenzja, b'numru akbar ta' membri.", "Fuq dan is-suġġett huwa poġġa mistoqsija lil kulħadd u qalilna li għalkemm intiża ħafna, din il- mistoqsija għandha ssib tweġiba realistika.", "Il-mistoqsija kienet dwar x'tip ta' Ewropa magħquda rridu noħolqu u x'qegħdin nistennew minn din l-Unjoni.", "Staqsa wkoll dwar x'lesti li nagħtu lill-Unjoni u dwar xi tfisser għalina Ewropa magħquda.", "Meta fetaħ id-dibattitu dwar il-liberta', is-sigurta' u l-ġustizzja fl- Ewropa, Lipponen tkellem dwar it-tħejjija ta' charter ta' l-Unjoni għad- drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Hawnhekk wieħed irid jgħid li d- dibattitu dwar dan kien sar jiem qabel ġewwa Tampere fil-Fillandja stess - u dan qrajnih fil-gazzetti u smajnih fuq l-media fil-ġranet li għaddew - fejn mexxejja tal-pajjiżi membri kellhom iħarsu lejn politika ta' aktar koperazzoni fil-ġlieda kontra l-kriminalita' organizzata, kontra t- traffikar tad-droga, kontra t-traffikar tal-bnedmin, kontra l-ħasil tal- flus u dwar pjagi soċjali li lkoll inbatu minnhom.", "Kellha titħejja wkoll politika komuni li tħares lejn id-drittijiet fundamentali ta' l-immigranti, li ma tinjorax id-drittjiet taċ-ċittadini tal-pajjiżi Ewropej u li ma tagħmilx restrizzjonijiet żejda li jagħlqu l-bibien tad-dħul għal dawk li verament jeħtieġu għajnuna minħabba ċirkostanzi mwiegħra f'pajjiżhom.", "Kienu bosta dawk li qalu li l-gvernijiet tal-pajjiżi Ewropej qegħdin jiġġieldu kontra l-kriminalita' organizzata b'metodi antiki u anakronistiċi u b'metodi li ovvjament jagħtu riżultati skarsi waqt li dawk li qegħdin jiksru l-liġi għandhom dik li tissejjaħ a state of the art strategy u kienu bosta l-proposti li saru u fosthom issemmew il-eurobail u l-europol.", "Dawn forsi m'humiex proposti daqshekk ġodda, smajna bihom qabel, pero' saret il- proposta li titwaqqaf akkademja Ewropea għall-pulizija u li l-liġijiet ikunu miktuba b'lingwaġġ li jinftiehem mill-poplu u mhux mill-avukati biss.", "Din m'hijiex xi ħaġa ħafifa għaliex sfortunatament il-liġi donnha iktar tinkiteb biex tiftiehem mill-avukati milli mill-poplu.", "Bosta kelliema saħqu wkoll fuq il-ħtieġa li tinħoloq bażi ta' standards internazzjonali fil- qrati Ewropew li twassal għal konfidenza u għal fiduċja fis-sistemi legali tal-pajjiżi differenti fejn ċittadin minn pajjiż wieħed isib trattament ugwali f'qorti ta' pajjiżi ieħor.", "Hawnhekk wieħed irid jammetti li kien hemm parteċipanti minn delegazzjonijiet differenti li wrew riżervi kbar dwar il-ħtieġa ta' tfassil ta' charter ta' l-Unjoni għad-dritijiet fundamentali tal-bniedem.", "Dawn qalu li ma hemmx bżonn charter għax diġa' għandna charters oħra simili fuq l-istess linji.", "Saret ukoll enfasi qawwija fuq il-bżonn ta' approach uman kbir lejn nies li jkunu kostretti jqaċċtu l-għeruq tagħhom minn pajjiżhom u jibdew ħajja ġdida f'pajjiż ieħor.", "It-trawma għal dawn in-nies hija kbira u l-għajnuna forsi mhux dejjem tkun biżżejjed.", "Barra minn hekk, l-umanita' wkoll tkun kultant nieqsa.", "Fil-kwestjoni ta' l-imigrazzjoni ntqal ukoll li wieħed irid iqis li għandna d-dħul ta' kulturi u ta' twemmin differenti fil-pajjiżi Ewropej.", "Ovvjament dawn joħolqu problemi fejn jidħlu d-drittijiet tal- membri kollha tal-familja - partikolarment tat-tfal li ovvjament dejjem jibqgħu l-aktar elementi vulnerabbli tal-familja - u problemi dwar liġijiet fejn jidħol iż-żwieġ, kustodja u aspetti oħra tal-ħajja tal-familja.", "Fil-kontribut tiegħu il-kollega l-Onor.", "John Vella qal li għandu jsir sforz qawwi biex nindirizzaw il-problema ta' l-imigrazzjoni mill-għeruq tagħha u biex inħarsu lejn x'qed iwassal għal ħtieġa ta' tant moviment minn pajjiżi oħra għall-Ewropa.", "Qajjem ukoll il-punt dwar x'jista' jsir biex jittaffew il-problemi li jeżistu fil-pajjiżi mnejn ġejjin l-immigranti.", "Fil- fatt dan il-kontribut ta' l-Onor.", "Vella sab eku f'interventi ta' bosta kelliema oħra.", "Fil-konklużjoni ta' dan id-dibattitu l-parteċipanti kienu mħeġġa ħafna biex bħala parlamentari jibdew naħdmu biex kemm jista' jkun malajr il-parlamenti ta' pajjiżhom jirratifikaw konvenzjonijiet li diġa' jeżistu.", "Mr Speaker, it-tieni parti tal-konferenza kienet dwar it-tkabbir ta' l- Unjoni u l-implikazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji.", "L-introduzzjoni saret mill-ministru tal-finanzi Suvi-Anne Siimes, waqt li l-konklużjoni saret mil- membru tal-kummissjoni Erki Liikanen.", "Hawnhekk ma setgħetx tonqos ir- riferenza għar-rapporti dwar il-pajjiżi applikanti li kellhom joħorġu jumejn wara u li fil-fatt ħarġu.", "Il-Ministru Siimes tkellmet dwar ir- ristrutturazzjoni meħtieġa f'dawn il-pajjiżi u dwar il-ħtieġa li l-Unjoni tinvesti somom kbar - u hawn issemmew biljuni ta' euros - biex il-pajjiżi kollha applikanti jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom f'dak li huwa taħriġ, riċerka u riformi, biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti negattivi u biex il-pajjiżi jkunu jistgħu jersqu lejn l-istandards eżistenti fil- pajjiżi membri.", "Hawnhekk intqal li l-attitudni m'għandhiex tkun il-pajjiżi applikanti x'se jieħdu mingħand l-Unjoni għax, minkejja l-għajnuna immedjata li dawn għandhom bżonn, dawn il-pajjiżi se jkunu kontributorji f'ħafna aspetti differenti.", "Fil-fatt din kienet il-linja primarja tal- kontribut li għamilt jien dwar is-suġġett.", "Jiena għedt li ladarba l-Unjoni qed tipprepara biex testendi lejn il-lvant u lejn il-Mediterran, hi għandha tkun f'pożizzjoni li tuża l-proċess tat-tkabbir biex tieħu saħħa akbar kemm ekonomikament kif ukoll politikament mill-inklużjoni dejjem aktar wiesgħa ta' membri.", "Mr Speaker, din id-diskussjoni ffukat ukoll fuq il-qgħad u fuq il-ħolqien tax-xogħol.", "L-Irlanda tgħid li f'dawn l-aħħar snin irnexxielha toħloq numru kbir ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol, tant li r-rata tal-qgħad li fil-bidu tas-snin 90 kienet qiegħda tersaq lejn id-19% u 20% issa niżlet għal inqas minn 6%.", "Kif diġa' semmejt aktar kmieni f'dan id-diskors, il- ħolqien tax-xogħol se jkun il-focus tal-presidenza Portugiża fil-bidu tas- sena l-ġdida.", "Wara dan l-item iddiskutejna wkoll l-item dwar ir-relazzjonijiet bejn l- Unjoni u r-Russja.", "Il-Fillandja għandha fruntiera ta' 1,300 kilometru mar- Russja u f'dawn l-aħħar xhur ħadmet ħafna biex ittejjeb ir-relazzjonijiet ta' l-Unjoni mar-Russja.", "Il-ministru ta' l-affarijiet barranin Tarja Halonen ippreżentat introductory paper dwar is-suġġett u tkellmet fit-tul dwar il-laqgħat intensivi li kellha ma' membri tal-Gvern Russu.", "Hawnhekk il- pajjiżi applikanti tal-lvant kollha wrew tħassib dwar l-instabilita' ekonomika u dwar is-sistema politika tar-Russja u wieħed irid jgħid li kienu jinħassu wkoll biċ-ċar ir-riżervi li kellhom dwar dan il-pajjiż.", "Probabbilment dawn ir-riżervi ġejjin minn passat li għadu jweġġa' ħafna pero' sadanittant l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u l-politiku tar-Russja jibqa' prijorita' oħra fuq l-agenda ta' l-Unjoni.", "Fl-aħħar parti tal-konferenza tkellimna dwar it-tibdiliet fir-rules of procedure tal-COSAC.", "Hawnhekk kien hawn nuqqas ta' qbil dwar id-dritt tal- vot tad-delegazzjoni tal-parlament ta' l-Unjoni fuq issues li jirrigwardjaw ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali imma nstab kompromess biex it-tibdiliet ikunu aċċettati in toto, bir-riżerva li tista' titressaq emenda fuq l- artiklu konċernat.", "Nagħlaq billi ngħid li t-22 laqgħa tal-COSAC hija ffissata għat-28 u 29 ta' Mejju tas-sena d-dieħla ġewwa Lisbona.", "Grazzi, Mr. Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 19 ta' Ottubru, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mil-Ministru ta' l-Intern.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra ġġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - SICK LEAVE", "9105.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilaħħaq l-ammont ta' sigħat sick leave li ħadu l-ħaddiema mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, fil-Ministeru, fid- dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor Membru żgur japprezza li biex jinkiseb it- tagħrif mitlub f'din il-Mistoqsija kif ukoll f'Mistoqsijiet Numri 9101, 9102, 9103, 9104 u 9106 jintilef ħafna ħin prezzjuż li jista' jiġi utilizzat b'mod ferm aktar produttiv mill-impjegati tal-gvern.", "Jekk l-Onor Membru jinfurmani bl-utilita' tat-tagħrif mitlub minnu jien nagħmel mezz biex niġbor l-informazzjoni u nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - SPIŻA TA' L-OVERTIME", "9106.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża ta' l-overtime għal ħaddiema mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fil-ministeru, fid- dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor Membru żgur japprezza li biex jinkiseb it- tagħrif mitlub f'din il-Mistoqsija kif ukoll f'Mistoqsijiet Numri 9101, 9102, 9103, 9104 u 9105 jintilef ħafna ħin prezzjuż li jista' jiġi utilizzat b'mod ferm aktar produttiv mill-impjegati tal-gvern.", "Jekk l-Onor Membru jinfurmani bl-utilita' tat-tagħrif mitlub minnu jien nagħmel mezz biex niġbor l-informazzjoni u nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - SPIŻA TA' TELEFONATI", "9107.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża ta' telefonati mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fuq linja tat-telephone linja b'linja fil- Ministeru, fid-dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id- dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajtu fis-Seduta 157 għall-Mistoqsija tiegħu 9098.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "9108.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'serq aggravat bi vjolenza matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "9109.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'serq matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "GVERN LIBJAN - PROTOKOLL FINANZJARJU", "9294.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8260 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u cioe': b'riferenza għall-protokoll ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan iffirmat is-sena l-oħra, jista' l- Ministru jgħid xi proposti saru mill-Gvern Malta lill-Gvern Libjan sabiex apparti mix-xogħlijiet ta' manutenzjoni u bini ta' trawlers tas-sajd, jinfetħu fabbriki f'Malta li jipproduċu aċċessorji eċċ meħtieġa għal dawn l- industriji hekk kbar f'Malta u l-Libja?", "Meta saru dawn il-proposti u f'liema stadju waslu?", "ONOR.", "JOE BORG: Jirriżulta li `l-Protokoll ta` Koperazzjoni fl-oqsma tal- biedja u sajd bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalih, ġie iffirmat f`Ġunju 1997 u mhux is-sena l-oħra.", "Dan il-protokoll m`għandux x`jaqsam ma` xogħolijiet ta` manutenzjoni u bini ta` trawlers tas-sajd.", "Fir-rigward ta` dawn ix- xogħolijiet qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall- Kuntratt li ġie iffirmat mal-Malta Drydocks f`Lulju 1998.", "Jekk dan huwa korrett, jiena infurmat li `l Malta Drydocks qed taħdem biex tara li `l provedimenti ta` dan il-kuntratt jitwettqu.", "BASAL - PREZZ", "9316.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8470?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni dettaljata għada qed tiġabar u r- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PATATA", "9317.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8469?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ispejjeż involuti dwar sahra li nħadmet waqt il- għażla tal-patata għas-safar fil-1996, 1997, 1998 u 1999 kienu:", "1996 madwar Lm4,304 1997 madwar Lm8,074 1998 madwar Lm5,580 1999 madwar Lm7,852", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "9322.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru f'diversi diskorsi tiegħu qal li sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se ġġib lill-bdiewa u raħħal prezzijiet aħjar u garantit, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-kalkoli tiegħu prodott prodott, kemm se jmorru aħjar?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopji ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant imissu jaf li l-politika agrikola komuni (CAP) tal-Unjoni Ewropea hija suġġetta għal riformi kontinwi fl-ambitu ta' l-Agenda 2000.", "Prezzijiet garantiti qed jinbidlu u sistemi ġodda ta' għajnuna qed jiġu ntrodotti.", "Dan għandu jkun ta' ġid għall-bidwi u r-raħħal Malti jekk dan jgħaraf jisfrutthom.", "MINISTERU/SEGRETARJAT PRIVAT - DIRECT ORDERS", "9324.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu għal xogħlijiet li saru fl-uffiċini tal-ministeru u tas-segretarjat privat u kemm hija ċ-ċifra totali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-area kollu tal-Ministeru li ġie refurbished hija ta' madwar 467 metri kwadri.", "L-ispiża totali, inkluż il-materjal kollu wżat mill-ħaddiema tad-Dipartiment, kif ukoll l-għamara, tammonta għall- Lm43,420.", "Ovjament ma nħarġux 'quotations' biex jinxtara materjal bħall- handles, plakki tal-elettriku, conduit bends,'Tee's & easy bends, glue, sockets & hooks, wooden plugs, wall lights, pots, railings tal-purtieri, thinner, screws, wire, saddles, boxes and elbows (conduit), bushes and switch screws, żebgħa, silicone, red oxide, u affariet oħra relatati max- xogħol intensiv li kien meħtieġ sabiex l-uffiċini kollha tal-Ministeru jinagħtaw dehra nadifa u xierqa.", "TA' QALI - PACKING STATION - TARMAK", "9325.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tarmac li sar fil-packing station f'Ta' Qali diġa' qed jinqala'?", "X'passi ttieħdu, meta saru rapporti u meta se jiġi rranġat ix-xogħol u minn min?", "Kemm sewa dan it-tarmak, meta tħallas u jekk kienx b'direct order?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jidher li l-Onor.", "Interpellant kien misinfurmat għaliex ma jirriżultax li sar xogħol ħażin fil-kisi bit-tarmak fiċ-Ċentru tal-Għażla, f'Ta'Qali.", "Infatti skond rapport, li kopja tiegħu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-Perit inkarigat minn dan il-proġett ikkonferma li dan ix-xogħol huwa fi stat sodisfaċenti.", "L-ispiża ta' dan ix-xogħol ammontat għal madwar Lm18,000 u tħallset xi xaharejn ilu.", "Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari numru 5920 dwar il-mod kif kien mogħti ix-xogħol.", "VJOLENZA DOMESTIKA - RAPPORTI", "9730.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' vjolenza domestika fid-dipartiment tiegħek?", "Kemm kienu fuq nisa u kemm fuq irġiel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.", "ABBUŻI FUQ IT-TFAL - RAPPORTI", "9731.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' abbuż fuq it-tfal din is-sena?", "X'tip ta' abbużi kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "9732.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq: (a) vjolenza domestika; u (b) abbuż fuq it-tfal u x'kien it-tip ta' abbuż f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "PA - PERMESSI GĦAL CHANGE OF USE", "9733.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Planning Authority hijiex se tibqa' tagħti permess għal change of use ġo bini eżistenti ġewwa Ta' Xbiex?", "Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta' dan it-tip pendenti?", "Kemm ingħataw permessi sena b'sena fil-ħames snin li għaddew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Kummissjoni għal Kontroll ta' l- Iżvilupp jeżamina kull applikazzjoni u jiddeċiedi kull każ skond il-meriti tiegħu.", "Hemm sitt applikazzjonijiet ta' dan it-tip pendenti.", "Il-permessi li għaddew f'dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk :", "1993 1 1994 1 1995 1 1996 2 1997 6 1998 5 1999 4", "Ma' dawn wieħed għandu jżied tlett (3) permessi li ngħataw mill-Bord ta' l- Appell [wieħed (1) fl-1998 u tnejn (2) fl-1999].", "PULIZIJA - BARRANIN MTELLA' L-QORTI", "9734.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena l-pulizija tellgħetx nisa ta' nazzjonalita' barranija l-qorti fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni u/jew għemil żieni?", "Jekk iva, min liema pajjiżi kienu u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru, ma kienx hemm nisa ta' nazzjonalita` barranija li ttellgħu l- Qorti fuq reati konnessi ma`prostituzzjoni.", "FABBRIKI - MATERJAL IMPORTAT", "9735.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk materjal importat Malta minn fabbriki biex imbagħad jinħadem għall-esportazzjoni, għandux taxxa fuqu?", "Jekk iva, kemm?", "Ġaladarba Malta tidħol membru sħiħ tal-komunita', kemm se tkun it-taxxa fuq dan il-materjal kemm-il darba dan ikun jew min pajjiż tal- Unjoni, kif ukoll jekk minn pajjiż ieħor?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-mistoqsija tirrigwarda taxxa fuq l- importazzjoni, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jindirizzha lill- Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL - NAXXAR - GIOVANNI CURMI", "10258.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li applikaw biex jidħlu fil- Higher Secondary Giovanni Curmi tan-Naxxar biex isegwu kors li jippermettilhom jerġgħu joqogħdu għall-eżamijiet Matsec f'livell ordinarju?", "Kemm minnhom ma ġewx aċċettati?", "Hemm xi ħsieb li jiġi provdut servizz edukattiv second chance għall-istudenti sekondarji li jispiċċaw l-aħħar sena skolastika tagħhom bla kwalifiki u bla sengħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li applikaw biex jidħlu Ġiovanni Curmi Higher Secondary School tan-Naxxar, biex isegwu kors li jippermettilhom jerġgħu joqogħdu għall-eżamijiet li jwasslu għas-Sec f'livell Ordinarju, hu 407.", "397 student oħra applikaw biex jistudjaw suġġett avvanzat flimkien ma' xi suġġetti f'livell ordinarju.", "L-istudenti kollha li applikaw u kienu kwalifikati biex jidħlu, ġew aċċettati.", "Id-Dipartiment ta' l-istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti joffri wkoll korsijiet ta' rivisjoni li jwasslu għall-SEC f'16-il suġġett.", "Dawn il- korsijiet qed jiġu offruti filgħaxija.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bdiet tikkonsidra x'miżuri aħjar jistgħu jitwettqu biex jingħataw ċans ieħor dawk l-istudenti sekondarji li wara l- Form V ikunu jixtiequ jerġgħu jippruvaw l-eżamijiet ordinarji tal-MATSEC.", "UNIVERSITA' - KORSIJIET - TFAL B'DIŻABILITA'", "10259.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema korsijiet u ta' liema livell qed jiġu organizzati fl-Universita' ta' Malta għall-persuni li jridu jaħdmu ma' tfal b'diżabilita' fil-qasam edukattiv?", "Kemm hemm studenti f'dawn il-korsijiet bħalissa?", "Hemm xi korsijiet ippjanati li jibdew tul din is-sena akkademika?", "Meta?", "F'liema livell se jkun il-kors?", "Għal kemm studenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni qed tħejji skemi ta' taħriġ sabiex aktar persuni li jridu jaħdmu ma' tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, ikunu jistgħu jiġu ppreparati f'dan il-qasam b'mod aktar effettiv u addattat.", "Informat ukoll li bħalissa għaddej Kors ta' Post-Graduate Diploma in Education for the Hearing-Impaired, li għalih qed jattendu seba' studenti.", "Kors ieħor se jibda fi Frar tas-sena 2000, wara li r-regolamenti tiegħu ikunu promulgati mis-Senat u se jkun immirat għal madwar 250 persuna li bħalissa qed jagħmlu xogħol ta' Kindergarten Assistants, Temporary Kindergarten Assistants u Classroom Support Trainees.", "Dan il-Kors ser ikun offrut darbtejn u se jħarreġ lil dawn il-persuni bħala Learning Support Facilitators.", "Ġejt informat ukloll li l-Kors tas-Certificate in Facilitating Inclusive Education li kellu jibda dan ix-xahar kellu jkun pospost minħabba raġunijiet amministrattivi, iżda mistenni li jiftaħ fil-futur qrib.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "10260.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti, ġuvintur u tfajliet, li din is-sena bdew kors universitarju fulltime filgħodu, kors b'kors?", "Kemm hu n-numru ta' studenti din is-sena li bdew kors part-time filgħaxija u f'liema suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "UNIVERSITA' - KORS FIL-EUROPEAN STUDIES", "10261.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-EDRC ta'l- Universita' għamel numerus clausus ta' 30 student biex isegwu l-kors European Studies fi żmien meta jintqal li aktar studenti żgħażagħ għandhom ikunu esposti għal studji Ewropej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-EDRC mhux qed jopera xi forma ta' numerus clausus u l-istudenti ġew infurmati fis-6 ta' Ottubru li r- reġistrazzjoni tagħhom kienet kompluta.", "SAĦĦA - SPTAR SAN LUQA -SERVIZZI AWDJOLOĠIĊI", "10262.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista'l- Ministru jgħid min huma l-persuni li huma fil-kumitat imwaqqaf biex jeżamina s-servizzi awdjoloġiċi li jingħataw mill-Isptar San Luqa?", "X'kien ix-xogħol li għamel s'issa dan il-kumitat u x'passi ttieħdu biex jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet li għamel dan il-kumitat dwar is-servizzi awdjoloġiċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-membri tal-kumitat dwar is-servizzi awdjoloġiċi huma: Sur Joseph Camilleri Chairman KNPD Dr. Anthony Fenech Dipartiment tas-Saħħa Ms. Carmen Cascun Dipartiment tal-Edukazzjoni Mr. Chris Ripard Rappreżentant tal-ġenituri ta' tfal neqsin mis-smiegħ.", "Il-kumitat iddiskuta s-sitwazzjoni preżenti u għamel sensiela ta' rakkomandazzjonijiet li issa qed jiġu implimentati.", "Fost dawn kien hemm", "Il-moulds bdew jiġu ordnati minn aġent lokali u l-pazjenti qed jingħataw il-moulds fi żmien 3 sa 4 ġimgħat.", "Dawn il-moulds huma manifatturati l- Ingilterra skond il-ħtieġa individwali ta' kull pazjent.", "Tjiebet sostanzjalment il-ko-operazzjoni bejn is-servizz awdjoloġiku tad- Dipartiment tas-Saħħa u l-iskola speċjali tal-Qrendi.", "Dan qed iwassal għal attenzjoni aktar individwali lit-tfal.", "Qed jiġu ppreperati attivitajiet għad-Deaf Week li ssir kull sena f'Novembru.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa ser iġib grupp ta' Speech Therapists u Awdjoloġisti minn Manchester.", "Dawn ser joffru servizz ta' follow-up għal tfal li sarulhom cochlear implants.", "Fl-istess waqt dawn se jagħmlu laqgħat u jgħaddu informazzjoni kemm lill-għalliema kif ukoll lill-ġenituri ta' tfal neqsin mis-smiegħ.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI POST-SEKONDARJA", "10263.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Minstru jgħid x'inhuwa l-għadd ta' studenti li din is-sena bdew l- edukazzjoni post-sekondarja tagħhom?", "F'liema istituzzjoni?", "Kemm tfajliet u kemm ġuvintur?", "Kemm hemm minnhom bi bżonnijiet speċjali?", "X'inhi r-rata ta' dawk l-istudenti li qed ikomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom meta mqabbla mat-total ta' dawk li għalqu s-16-il sena f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "ANZJANI", "10309.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jikkontribwixxu l-anzjani mid-dħul tagħhom, li huma residenti f'dar ta' l- anzjani tal-gvern?", "Jista' jgħid ukoll x'se jkun dan il-kontribut għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Anzjan residenti f'xi dar ta' l-anzjani tal-Gvern jikkontribwixxi 60% tad-dħul tiegħu.", "Għad-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla il- kontribuzzjoni ser tkun l-istess.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-QALIET - QTUGĦ FIS-SERVIZZ TA' L-ELETTRIKU", "10323.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn, f'din l-aħħar sena?", "Jista' l-Ministru jagħti l-ġranet ta' kull meta nqata' d-dawl kemm dam maqtugħ?", "Hemm alternattiva li d-dawl ma jibqax jinqata' daqstant ta' spiss?", "Hemm xi raġuni komuni għaliex id-dawl qed jinqata' daqstant ta' spiss u jekk hemm, x'inhi r-raġuni?", "F'dan il-każ, x'inhi s-soluzzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKOLA GUŻEPPI DESPOTT - XOGĦLIJIET", "10340.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' twaqqigħ u bini mill- ġdid fl-iskola Gużeppi Despott jew kif inhi wkoll magħrufa bħala Skola Verdala?", "Xi pjani hemm biex l-istudenti jkomplu jitgħallmu x'imkien ieħor?", "Kemm hemm studenti u għalliema nvoluti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s'issa sar biss Development Brief għad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar kif il-post tal-Liċeo tas-Subien fil- Verdala, Kottonera jista' jiġi żviluppat, iżda s'issa ma saru ebda pjani ulterjuri.", "In-numru ta' studenti fil-Junior Lyceum tal-Verdala huwa 651.", "In-numru ta' għalliema huwa 61, inkuż il-Kap u l-Assistenti Kapijiet.", "SKEJJEL - TAL-ĦANDAQ", "10341.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta' l- iskola Tal-Ħandaq?", "X'arranġamenti qed isiru biex meta jkun qed isir ix-xogħol, l-istudenti jkomplu l-istudji tagħhom?", "Kemm hemm studenti u għalliema nvoluti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent konsulenti tad-Diviżjoni ta'l- Edukazzjoni qegħdin jevalwaw il-pjanti mħejjija mill-perit inkarigat mill- proġett.", "Għaldaqstant għadu prematur biex wieħed jgħid meta ser isir it- twaqqiegħ u l-bini mill-ġdid tal-Liċeo tas-Subien Mikiel Anton Vassalli f'Ħal Qormi.", "Il-pjanti mħejjija jaħsbu biex filwaqt li jkunu għaddejjin ix- xogħlijiet, l-operat ta' l-iskola jkun disturbat mill-anqas.", "In-numru ta' studenti fil-Liċeo Vassalli, tal-Ħandaq huwa 867.", "In-numru ta' għalliema huwa 83, inklużi l-Kap u tlett Assistenti Kapijiet.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "10342.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li għandhom titlu legali fuq il-proprjeta' li jokkupaw preżentement ġewwa Manoel Island u l-Pont ta' Tigne'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tingħata waqt id- diskussjoni fil-Parlament fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne'.", "ASSOĊJAZZJONI SPORTIVA TIGNE' - STATUT", "10343.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar statut ta' l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kopja ta` l-istatut li kienet ġiet ippreżentata ma` l- applikazzjoni sabiex tiġi reġistrata l-assoċjazzjoni li rrefera għaliha l- Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra .", "UFFIĊĊJU GĦAL KOMPETIZZJONI ĠUSTA", "10364.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju għal Kompetizzjoni Ġusta huwiex qed jagħmel l-istudju dwar il-cargo handling/port charges bil-personnel tiegħu jew qabbadx xi ekonomisti jew konsulenti biex jagħmlu dan?", "Meta ġie kkummissjonat l-istudju?", "Meta kellu jitlesta?", "Hemm ħsieb li l-istudju jiġi ppubblikat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta mhux qed jagħmel studju dwar il-proċess tal-ħatt tal-merkanzija fil- portijiet iżda qed jinvestiga lment sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx ksur tal-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Kompetizzjoni.", "Wara li tiġi konkluża l- investigazzjoni, l-Uffiċċju jagħmel rapport dwar il-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom u skond kif hemm provdut fl-imsemmi Att jgħaddi tali rapport lill-kummissjoni għall-Kummerċ Ġust għad-deċiżjoni tagħha.", "VRT - GARAXXIJIET", "10379.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jelenka l-affarijiet li l-garaxxijiet liċenzjati għall-VRT suppost jaraw fil-karozzi li jitilgħu għat-test?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W78.", "VRT - TESTIJIET FUQ KAROZZI TAL-GVERN", "10380.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fuq karozzi tal-Gvern?", "Kemm minnhom għaddew u kemm weħlu minn dan it- test?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal risposta mogħtija għad-domanda Nru 10020.", "SPTAR ĠENERALI - KOK", "10392.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti għal post ta' kok fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, liema sejħiet għal mili ta' dan il-post kienu saru mill-amministrazzjoni preċedenti?", "Min huma l-applikanti u meta se jsiru l-intervisti meħtieġa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor Interpellant li kien hemm sitt applikazzjonijiet għall-mili ta' post ta' kok fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ħarġet fit-18 ta' Frar 1999.", "M'hix prudenza li f'dan l-istadju niżvela l-ismijiet ta' l-applikanti.", "Jekk ma jinqalgħux diffikultajiet, l-intervisti mistennija jsiru fil-futur mhux 'il bogħod.", "BORMLA - TRIQ SANTA LIENA - WIRE TAD-DAWL", "10397.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir tiswija urġenti fuq wire tad-dawl high tension li jinsab imdendel mal-faċċata tad-dar bin-numru 9, Triq Santa Liena, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- wire tad-dawl li hemm mal-faċċata tad-dar imsemmija saret.", "WSC - AZZJONI INDUSTRIJALI", "10398.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għal azzjoni industrijali li hemm fil- Water Services Corporation?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-azzjoni industrijali li hemm bħalissa fil- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u li kienet ordnata mill-UĦM teffettwa l-iskrivani li jaħdmu bħala Account Keepers fil-Head Office tal- Korporazzjoni f'Ħal-Luqa.", "Hemm talba pendenti dwar dawn l-iskrivani li dwarha qed isiru negozjati mal- GWU", "Il-kwistjoni hi dwar jekk ix-xogħol ta' Account Keeper għandux isir mill- grad ta' officer jew clerk.", "Hu mistenni li n-negozjati għandhom jintemmu fil-jiem li ġejjin u jiġi ffirmat ftehim mal-GWU", "FGURA - VJAL KOTTONER - LAMPI", "10399.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jsiru lampi tad-dawl adegwati fi Pjazza Ċentrali fi Vjal Kottoner, fil-Fgura? 12/10/1999", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "FGURA - LAMPI", "10400.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jsiru lampi tad-dawl adegwati fi Triq Bastion u Triq Kottoner fil-Fgura?", "X'inhi r-raġuni li din l-area ilha għal snin twal tilmenta minn nuqqas ta' dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "PA - BINI MINGĦAJR PERMESS", "10403.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10061?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li biex jinġabar it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 10061 irid isir eżami manwali tal-files u r-records li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.", "Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir dan l- eżami hu ġustifikat.", "VALLETTA - MLP - KAŻIN - AIRCONDITIONER", "10404.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-VRP approvax l-istallazzjoni ta' airconditioner fuq barra fil-gallerija tal-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta qatt ma approva li jistgħu jitwaħħlu air-conditioners jew ħwejjeġ oħrajn sporġuti 'l barra.", "Kwalunkwe ħaġa sporġuta 'l barra fil-Belt Valletta għandha bżonn permess.", "Wieħed irid jiċċara wkoll li l-VRP ma japprova l-ebda permess iżda biss jagħti l-parir tiegħu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "VALLETTA - KAŻIN TA' L-MLP - AIRCONDITIONER", "10405.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni u jekk fl-affermattiv ġietx approvata, għall-istallazzjoni ta' airconditioner fuq barra mill- każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'riferenza għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10405 dwar jekk hemmx applikazzjoni għall-installazzjoni ta' airconditioner fuq barra mill-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, jirriżulta li nħareġ Stop and Enforcement Notice skond l-Att I ta' l-1992 dwar l-Iżvilupp, avviż numru ECF 874/99, fis-7 ta' Ottubru 1999 għall- installazzjoni ta' kompressur a/c fuq il-faċċata tal-Każin tal-MLP f'numru 41, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.", "Sal-lum ma saret l-ebda applikazzjoni jew appell sabiex tissanzjona din l-Enforcement Notice.", "VALLETTA - KAŻIN TA' L-MLP - AIRCONDITIONER", "10406.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Peress li l-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, jirriklama permezz ta' menu s-servizz ta' restaurant, jista' l-Ministru jgħid hemmx permess u sarux l-ispezzjonijiet neċessarji f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien infurmat li bosta każini, mhux fil-Belt biss, joperaw ristorant.", "S'issa l-liċenzji ta' dawn toħroġ mill-Pulizija u għalhekk il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.", "Madankollu qed isiru taħdidiet mal-Pulizija biex din ir-responsabbilta', u oħrajn konnessi mal-catering, igħaddu f'idejn l-Awtorita' tat-Turiżmu f'qasir żmien.", "VALLETTA - KAŻIN TA' L-MLP", "10407.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li l-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt jirriklama permezz ta' menu s-servizz ta' restaurant, jirriżultalux li dan il-post hu reġistrat għall-VAT?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-risposta hi fl-affermattiv.", "TOROQ - REGIONAL RD/SLIEMA RD - XOGĦLIJIET", "10419.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li jiġi jiswa ix- xogħol fuq Triq Reġjonali u Sliema Road?", "Kemm irriżulta li ġie jiswa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "MEDIA - REKLAMI", "10420.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-riklami fil-Media fl-okkażjoni ta' għeluq sena tal-Gvern Nazzjonalista fil-poter?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-prezzijiet tar-riklami jvarjaw minn ġurnal għal ieħor.", "Il-prezz ta' kull riklam huwa ta' bejn Lm80 u Lm90 għal ġurnali ta' kuljum u bejn Lm110 u Lm135 għal ġurnali ta' nhar ta' Ħadd.", "Peress li l-kontijiet tar-riklami għadhom ma waslux kollha, l-ispiża għadha mhix magħrufa.", "CIR - DIKJARAZZJONI TA' L-INCOME TAX/SELF ASSESSMENT", "10421.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Wara li ċ- CIR irċieva d-dikjarazzjoni sempliċi ta' l-Income Tax u s-self assessment kemm kien hemm persuni li ddikjaraw li qegħdin jaqilgħu 'il fuq minn Lm10,000?", "Kemm minnhom jaqilgħu bejn Lm7,000 u l-Lm10,000?", "Kemm kien hemm kumpanniji li bagħtu r-returns tagħhom fil-ħin?", "X'persentaġġ jirrappreżenta dan tat-total?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-dipartiment għadu mhux f`pożizzjoni li jagħti d- dettalji msemmija fl-ewwel parti tal-interpellanza.", "Sat-30 ta` Settembru daħlu 7,897 prospett tal-kumpaniji li jirrappreżenta madwar 42 fil-mija tal-kumpaniji reġistrati mad-dipartiment.", "Tajjeb li jingħad li mill-prospetti li ma daħlux hemm eluf minnhom li huma ta` kumpaniji li qegħdin fi stadju jew ġew diġa` likwidati; mhux qed jiffunzjonaw; ġew abbandunati; huma nvoluti fil-qasam marittimu (Shipping Companies); u diversi każijiet oħra, li ftit li xejn jirrendu taxxa.", "BUĠIBBA ACTION COMMITTEE", "10422.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlitx il-policy tal-Buġibba Action Committee dwar il-kiosks fuq il-promenade f'Buġibba peress li jidher li xi wħud qegħdin jerġgħu jtellgħu l-kiosks tagħhom fil-pożizzjoni li kienet qabel ma sar il-proġett ta' Buġibba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li waħda mill-kiosks ġiet imressqa minn postha mis-sidien u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar immedjatament ħa passi mal-Pulizija dwar dan il-każ.", "WSC - UNACCOUNTED FOR WATER", "10423.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-figura ta' unaccounted for water għal din is-sena?", "Kemm minn din il-figura hi dovuta għal leakages?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - BDIL TA' MAINS", "10424.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' mains ta' ilma li ġew mibdula u kemm saru ġodda mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bejn Settembru 1998 u Settembru 1999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - BUĠIBBA", "10425.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Artijiet biddilx il- policy tiegħu dwar il-kiosks ta' Buġibba peress li qiegħed jidher li xi sidien qegħdin ipoġġu l-kiosks tagħhom fil-pożizzjoni li kellhom qabel ma sar il-proġett ta' Buġibba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-policy tad- Dipartiment ta' l-Artijiet dwar il-kiosks ma inbidlitx.", "Pero` ninsab infurmat li operatur ta' kiosk f'Buġibba ċaqlaq il-kiosk tiegħu mingħajr permess u d-Dipartiment qed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex din titneħħa.", "TA' QALI - PARK NAZZJONALI", "10426.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li saret il-bidla fil-formulazzjoni tal-kumitat tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali, fis-sens li tneħħew ir- rappreżentanti tad-diversi dipartimenti?", "X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat kif ġie iffurmat issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ridt li nifforma l-kumitat bil-mod kif weġibt f'Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti fuq bażi temporanja, bil- ħsieb iżda li jiddaħlu mill-ġdid rappreżentanti tad-dipartimenti fi stadju ulterjuri.", "PA - FOND 43/8, TRIQ ID-DEJQA, VALLETTA", "10430.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Minħabba s-sitwazzjoni ta' perikolu wara l-kumplikazzjonijiet fid- demolition ta' bini fi Triq Santa Lucia, kantuniera ma' Triq id-Dejqa, il- Belt, jista' l-Ministru jara li jsir sforz sabiex il-fond 43/8 Triq id- Dejqa, il-Belt, jerġa jinħareġ b'tender għall-bejgħ mill-aktar fis sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa mis-sid il-ġdid mill-aktar fis, bi prevenzjoni ta' danni għall-inkwilin fl-appartamenti fl-istess block?", "(Ref.", "L618/63/1?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fit-30 ta' Lulju, 1999, ħarġet tender għal bejgħ tal-post li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "It- tender li għalqet fid-19 ta' Awissu, 1999, qed tiġi aġġudikata mill-Kumitat tal-Kuntratti.", "QRATI - IMĦALLFIN", "10432.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-dmirijiet ta' l-imħallfin u meta dawn ġew fis-seħħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra skeda tad-dmirijiet tal-Imħalfin, kif korrentement imqassmin, li ġiet approvata mill-E.T. il- President skond il-legislazzjoni relattiva.", "QRATI - MAĠISTRATI", "10433.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-dmirijiet tal- maġistrati u meta dawn ġew fis-seħħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra skeda tad-dmirijiet tal-Magistrati, kif korrentement imqassmin, li ġiet approvata mill-E.T. il- President skond il-legislazzjoni relattiva.", "QRATI TAL-ĠUSTIZZJA", "10434.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jieħu in konsiderazzjoni s-suġġeriment li l-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja jiġi dikjarat kollu kemm huwa bħala żona fejn m'għandux isir tipjip?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-suggeriment tal-Onor.", "Interpellant ġie notat u jittiehed in konsiderazzjoni.", "PULIZIJA - SPETTURI - RIŻENJI", "10435.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm spetturi fil-korp tal-pulizija rriżenjaw mill-korp fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1995 u l-1998 irreżinjaw mill-Korp tal-Pulizija 11-il spettur u żewġ spetturi kadetti.", "PULIZIJA - SPETTURI", "10436.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm spetturi fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Jannar, 1999?", "Kemm ġew maħtura ġodda din is-sena u kemm hemm kadetti li qed jistudjaw preżentement biex jilħqu spetturi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-1 ta' Jannar, 1999 kien hemm 66 spettur fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li f'Lulju ta' din is-sena ġew maħtura 24 spettur.", "Fil-preżent m'hemmx uffiċjali kadetti.", "QRATI - FAĊILITAJIET SANITARJI", "10437.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jagħti d-direzzjonijiet neċessarji sabiex l-faċilitajiet sanitarji ġewwa l-Qrati tagħna jinbidlu kompletament billi jagħtu l-apparenza ta' abbandun?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li t-tliet public conveniences li hemm fil-bini tal-Qrati, kienu nbidlu ftit tas-snin ilu u ma jidhirx li huma fi stat ta` abbandun kif qed jiġi allegat.", "Informat ukoll illi t-tindif ta` dawn il-public conveniences isir minn darbtejn sa tliet darbiet kuljum pero' jirrizulta wkoll illi l-pubbliku li juza' dan il-lok qiegħed ta` spiss iwaddab kull xorta ta` karti u loqom tas- sigaretti li qed jikkawza sadd fid-drain, partikolarment fil-urinals.", "Nixtieq inzid ukoll illi xhur ilu tlabt id-direzzjoni tal-Qorti biex tigi infassla cleaning plan professjonali u ċert li l-kumment tal-Onor.", "Interpellant jittieħed in konsiderazzjoni meta dan isir.", "TAS - SPONSORSHIPS", "10439.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi tkun is-sitwazzjoni ta' dawk iż-żgħażagħ li jkunu qed isegwu kors fit-TAS u ma jsibux sponsor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-korsijiet tat-TAS jikkonsistu f'żewġ partijiet, il-parti teoretika li ssir fl-iskola, u l-parti prattika li ssir ma' l-isponsor.", "Jekk student ma jkollux sponsor, dan ma jistax jagħmel il- parti prattika u l-anqas ma jista' jingħata l-Journeyman's Certificate, fejn l-istudent irid juri li għamel il-kors kollu, teorija u prattika.", "Għalhekk l-Employment Training Corporation (ETC), l-Iskola u l-istudent jagħmlu minn kollox sakemm jinstab sponsor.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10440.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ilhom jirreġistraw u minn liema lokal ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1999 huwa ta' 287 (Malta) u 26 (Għawdex).", "Iż-żmien ta' kemm ilhom jirreġistraw jidher hawn taħt.", "GĦAWDEX MALTA 0-1years 5 113 1-2years 5 53 2-3 years 8 30 3-4 years 2 26 4-5 years 1 13 over5 years 5 52 ------------------------------ 26 287", "Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet", "Balzan 8 Birkirkara 20 Cospicua 27 Ħamrun 18 Luqa 7 Marsa 9 Mosta 8 Msida 16 Nadur 6 Naxxar 5 Paola 16 Qormi 21 Rabat, Malta 10 San Gwann 14 Sliema 10 St Paul's Bay 7 Valletta 7 Victoria, Gozo 14 Xewkija 6 Żabbar 33 Żebbuġ, Malta 16 Żejtun 24 Żurrieq 11 TOTAL 313", "ARTIJIET - ENTRATURI TAL-BINI TA' L-ISKOLA G. DESPORTT VERDALA", "10441.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru responsabbli mill-artijiet jivverifika u jgħid jekk hemmx xi entraturi, minn barra l-bini ta' l-iskola G. Despott Verdala, li jagħtu għal ground ta' l-istess skola?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn humiex okkupati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "VERDALA - HUTS", "10442.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huts, fl-area magħrufa bħala Verdala, fejn illum hemm allokati d-Dipartiment tax-Xogħlijiet distrett tal-Kottonera, huma okkupati?", "Min qed jokkupahom?", "Jista' l-Ministru jara li l-area tingħata tindifa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.", "BIRGU - GROUND TAL-FORTINI", "10443.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li jiġi rranġat id-dawl li hemm fil-ground tal-Fortini, Birgu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-manutenzjoni tad-dawl fil-ground sportiv tal-Fortini il-Birgu ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal- Korporazzjoni Enemalta.", "PA - VAKANZI", "10445.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar saritx sejħa biex timtela' vakanza fi grad sebgħa (7) biex tieħu ħsieb uffiċċju bi tnejn min- nies?", "Jekk iva, kemm applikaw?", "Veru li l-intervisti se jibdew nhar it-Tnejn, 11 ta' Ottubru, 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal-vakanza ta' HR Office Administrator li hija pożizzjoni Grad 7, liema grad ġie allokat wara li saret evalwazzjoni u analiżi bir-reqqa tar-responsabbilitajiet li jaqgħu taħt din il-kariga.", "Ir-responsabbilitajiet jinkludu l-amministrazzjoni ta' l-Uffiċċju tal- HR, kif ukoll oħrajn mifruxa ma' l-organizzazzjoni kollha.", "Dawn ir- responsabbilitajiet huma assoċjati ma' pożizzjoni fi Grad 7.", "Ninsab informat li t-tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija hija fin- negattiv.", "SPTAR KAREN GRECH - TWELID TA' TRABI", "10446.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10175 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u cioe, jista' jgħid kemm twieldu tfal fl-Isptar Karen Grech taħt \"unknown father\" għas-snin 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub mill-Onor.", "Interpellant mhuwiex dikjarat lill-awtoritajiet ta' l-isptar Karin Grech.", "Jien informat li dan it-tagħrif jinsab fid- Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SUWIĊIDJU", "10447.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10237?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub għall-mistoqsija parlamentari numru 10237 hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - APPUNTAMENTI", "10448.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10173?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dwar l-applikanti fl-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa nirriferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 10185 fejn jirriżulta li ma hemm ebda dewmien biex pazjent jingħata appuntament bħala każ ġdid ġewwa l-Out-Patients Department dejjem jekk ma jagħżilx xi konsulent partikolari u allura ġieli jkollu jistenna iżjed.", "L-appuntamenti għad-diversi kliniċi fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha huma fi żmien raġonevoli u m'hemmx dewmien żejjed, ħlief il-klinika tal-viżti tal- għajnejn fejn id-dewmien hu kaġunat minn nuqqas ta' staff.", "Jista' jkun hemm dewmien żejjed ukoll fis-servizz tat-tabib tal-familja (GP) fejn ukoll hemm nuqqas ta' tobba.", "Id-dipartiment qed jagħmel ħiltu kollha sabiex jinstab l-istaff li hemm bżonn.", "Fis-servizz tas-Saħħa qed tiġi ntrodotta sistema ta' komputerizzazzjoni tal-appuntamenti (PAS) sabiex ikun hemm aktar effiċjenza.", "Din diġa' qed titħaddem fil-Mosta u Floriana u f'diversi kliniċi fid-Dipartiment ta' l- Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "10449.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10169?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Diviżjoni tas-Saħħa beħsiebha timpjega ħaddiema biex timla' l-vakanzi li hemm skond il-Human Resources Plan approvata għas- snin 1998 - 2000 li hi bbażata fuq l-iżviluppi li jsiru fid-Diviżjoni tas- Saħħa u skond il-fondi li jiġu allokati għal dan il-għan fl-Estimi Ġenerali ta' kull sena.", "Dawn huma kif jidher hawn taħt:", "Grad Numru Tobba Director/Chairman 5 Consultant 48 Senior Registrar 83 Principal Medical Officer 7 Senior Medical Officer 4 Registrar/Senior House Officer/Medical Officer 45", "Dentisti Consultant 1 Senior Registrar 1 Dental Surgeon 4 Spiżjara Principal Pharmacist 2 Senior Pharmacist 7 Pharmacist 26 Scienific Officers 19 Inġiniera 2 Health Promotion Officers 3 Tekniċi Senior Technical Officer 10 Technical Officer 2 Assistant Technical Officer 11 Security Services Chief Security Officer 1 Security Guards 16 Midwives Deputy Midwifery Officer 4 Midwives 11 Infermiera Manager Nursing Services 1 Departmental Nurse Manager 7 Deputy Nursing Officer 15 Staff Nurse 188 Enrolled Nurse 52 Paramediċi Dental Hygienist 24 Dental Technologist 10 E.C.G. Technician 10 Assistant Principal Health Inspector 2 Health Inspector 19 Principal Medical Laboratory Technologist 6 Assistant Principal Medical Laboratory Technologist 16 Medical Laboratory Technologist 43 Assistant Principal Occupational Therapist 1 Occupational Therapist 4 Senior Pharmacy Technician 4 Pharmacy Technician 5 Physiotherapist 8 Radiologist 3 Principal Radiographer 1 Assistant Principal Radiographer 1 Radiographer 10 Speech Therapist 21", "Minbarra dan jista' jkun hemm il-ħtieġa li jimtlew xi postijiet fi gradi oħra skond l-esiġenzi tas-servizz.", "CASUALTY DEPARTMENT - OVERDOSE", "10450.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10174, jista' issa l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru totali ta` persuni li ddaħħlu b'overdose fid-Dipartiment ta`l-Emerġenza ta` l-Isptar San Luqa bejn l-1 ta` Jannar, 1999 u l-10 ta` Ottubru, 1999 kien ta` 256.", "Dawn kienu mqassmin f'125 nisa u 131 irġiel.", "Minn dawn kien hemm 16-il persuna li ħtieġilhom kura fit- Taqsima tal-Kura Intensiva minħabba l-kondizzjoni kritika tagħhom.", "SPTAR MONTE CARMELI - XOGĦOL", "10455.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix- xogħol fuq l-upgrading tal-junction fejn l-Isptar Monte Carmeli flimkien ma' diversi toroq f'Ħ'Attard waqa' tant lura u donnu ġie sospiż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol imsemmi mill-Onor Interpellant huwa kopert minn kuntratti mogħtija lill-kumpanniji RiteMix Ltd u Roads Group Ltd rispettivament.", "Xogħol ta' twittija tat-toroq residenzjali diġa nbeda u bħalissa qed isiru l-preparamenti biex jibdew jitqiegħdu l-mains ta' l-ilma.", "Kien hemm diffikultajiet fil-proġett oriġinali tal-junction peress li kif kien il-proġett originali kienet ser titkisser ġibja f'Wied Inċita u l- pjanti tat-triq ġew modifikati biex dan jiġi evitat.", "Ix-xogħol fil-main road issa jista' jiġi mplimentat u għalhekk qed isiru l-arranġamenti biex dan jinbeda wkoll.", "Minbarra hekk kien hemm ukoll diffikultajiet fl-għoti ta' servizzi ta' l- ilma.", "SPTAR SAN LUQA - MARD", "10464.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar San Luqa hux qegħdin jinżammu statistiċi dwar mard speċifiku?", "Liema huma dawk l-illness li qiegħed jinżamm record tagħhom u jistax il- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dettaljat dwar dawn l- istatistiċi?", "Il-food poisoning qiegħed ikun monitored u x'riżultati kien hemm dwar dan partikolarment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jinżammu records komputerizzati fuq l-mard kollu li jiġi dijanjostikat fil-pazjenti ammessi fl-iSptar San Luqa u rappurtat lid- Dipartiment tal-Health Information.", "L-istatistika dettaljata mhiex fid- dominju pubbliku imma tagħrif anonimiżżat jinħareġ mid-database u jingħata skond in-natura tat-talba.", "Fil-fatt diversi interpellanzi parlamentari, fosthom in-numru 9643, ġew imwieġba permezz ta` din is-sistema.", "Dwar it-tlielet parti tal-mistoqsija kull notifikazzjoni taavvelenament fl-ikel tiġi nvestigata.", "Jidher li fil-maġġoranza tal-każijiet l-inċidenti tal-avvelenament fl-ikel kien dovut għall-cross contamination.", "Huwa evidenti li dan huwa dovut għall nuqqas ta`edukazzjoni fl-immaniġġjar tal- ikel.", "ŻABBAR - TINDIF", "10468.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista'l- Ministru jara li jiġi mnaddaf il-ġnien li hemm fil-ġemb ta' Garden Road, Zabbar, peress li mimlija ħmieġ u qed tkun ta'perikolu għal pedestrians minħabba l-ġrieden li hemm?", "X'inhu jsir biex ma jsirux abbużi fil-post?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li qed tirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilha li tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-kunsill kokali konċernat.", "SAĦĦA - SKIMMED MILK B'XEJN", "10469.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ilu jingħata l-iskimmed milk lill-pazjenti ntitolati li jieħduh b'xejn mill-isptar?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz b'xejn huwiex se jieqaf, u jekk iva, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li fil-files tad-diviżjoni tas- saħħa m'hemmx data preċiża ta`meta beda jingħata l-iskimmed milk lill- pazjenti.", "Jirriżulta wkoll li dan beda jingħata mingħajr ma kien ġie approvat mid-Drugs and Therapeutics Committee.", "Min stħarriġ li sar jirriżulta li l-iskimmed milk m'għandu l-ebda effett terapewtiku dirett fuq ix-xaħam fid-demm iżda jifforma biss parti min dieta ta`xaħam baxx użata f`tali kondizzjoni.", "Nies li għandhom bżonn dieta speċjali huma ntitolati għal benefiċju skond Sezzjoni Nru 23 tal-Att tas-SigurtaSoċjali.", "Għaldaqstant inħass li l-għoti tal-iskimmed milk fuq riċetta ma huwiex aktar indikat.", "KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARI", "10470.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċirkolarijiet kollha mibgħuta lill-kunsilli lokali mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jew dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi oħra matul l-1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ċirkolarijiet kollha li ntbaghtu lill-kunsilli lokali mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali matul l-1999 tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR SAN LUQA - SCELEROSIS", "10471.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li t-tabib, li ismu qed jintbagħat separatament, li kien jieħu ħsieb dawk it-tfal li jbatu bl-iscelerosis u spine problem spiċċax mill-Isptar San Luqa?", "Jekk hu hekk, min se jagħmel xogħolu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tabib konċernat għamel talba għal sena unpaid leave b`effett mill-1 ta` Novembru, 1999 li għada qed tiġi kkonsiderata.", "PULIZIJA - TOWING TA' KAROZZI", "10472.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-karozzi HAH-989 Transit u TAC-295 Cortina jiġu ttowjati minn Triq Vlontin, Birkirkara peress li huma bla liċenzja u ilhom li ġew irrapportati xahrejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-vetturi li rrifera għalihom l- Onor. Interpellant tneħħew.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA AWŻILJARJI", "10473.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista'l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li għadhom jaħdmu bħala casuals fis-Servizz Pubbliku?", "Mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7780 mogħtija fis-17 ta' Ġunju 1999, xi żvilupp kien hemm sal-ġurnata tal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-każ ta' dawn il-ħaddiema qed jiġi ttrattat mill-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.", "KURIDURI TAL-PALAZZ - MANUTENZJONI TAL-KURRAZZI", "10474.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6942?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li nbdew xogħlijiet bażiċi ta' kura u konservazzjoni fuq il-korazzi fil-kurituri tal-Palazz.", "Madanakollu programm komplet ta' restawr ma jistax jiġi attwat peress li l-workshop li qed jintuża preżentament fl-Armerija mhux addatat għal numru ta' raġunijiet.", "Għaldaqstant, sakemm jinstab spazju u ambjent aktar addatat għal dan it-tip ta' xogħol, preżentament jistgħu jsiru biss xogħlijiet ta' natura aktar ħafifa.", "Se nitlob liċ-Ċentru Malti għar-Restawr biex jikkonsidra s-sitwazzjoni.", "MINISTERU TAL-FINANZI - ALLOWANCES", "10476.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal- gvern preżenti, skond kull każ?", "Jista' l-Ministru f'kull każ jagħti r- raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "SERVIZZI SOĊJALI - ALLOWANCES", "10477.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal- ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ?", "Jista' jgħid f'kull każ ir-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU AGRIKOLTURA U SAJD - ĦLASIJIET SPEĊJALI", "10478.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil- ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ?", "Jista' jekk jogħġbu f'kull każ jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru u/jew saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li wara s-6 ta' Settembru, 1998 fid- dekasteru tiegħi ngħata ħlas/allowance wieħed kif ġej:", "Grad: Clerk I Ammont: Lm30 fix-xahar Raġuni: IT Facilitator", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI - ĦLASIJIET SPEĊJALI", "10479.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ?", "Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma ġew mogħtija l-ebda ħlasijiet jew allowances lill-ebda uffiċjal fil-ministeru/dekasteru li tagħhom jien responsabbli, għal xi xogħol li sar qabel is-6 ta' Settembru, 1998.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - ĦLASIJIET SPEĊJALI", "10480.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra moghtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil- ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ?", "Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsir/jew saru?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma jirriżultax li saru ħlasijiet tan-natura li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - ĦLASIJIET SPEĊJALI", "10481.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tagħha għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal- gvern preżenti, skond kull każ?", "Tista' jekk jogħġobha f'kull każ tagħti r- raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - KUNTRATT GRANT THORNTON", "10483.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9193 dwar il-kuntratt ta' Grant Thornton biex jiżviluppaw programm ta' re-training u assessment tal-membri ta' l- ispettorat fl-ETC, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' programm intern se jiġi organizzat għall-ispettorat fl-ETC?", "Min se jorganizzah?", "Fiex se jkun jikkonsisti, eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ġie ffirmat ebda kuntratt ma' Grant Thornton.", "Il-programm ta' taħriġ għadu qed jiġi mfassal.", "UE - IMPORTAZZJONI/ESPORTAZZJONI", "10484.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-regolamenti li jikkontrollaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni u li m'humiex konformi ma' l-acquis communautaire ta' l-EU u li ġew diskussi fl-iscreening session li nżammet fis-27 ta' Settembru 1999, fi Brussels?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-regolamenti li jikkontrollaw l-importazzjoni u l- esportazzjoni huma dak ta' l-1948 dwar il-Kontroll ta' l-Esportazzjoni u ta' l-1969 dwar il-Kontroll ta' l-Importazzjoni.", "Waqt is-sessjonijiet ta' screening li nżammu fi Brussels fid-data msemmija, saret riferenza għal dawn ir-regolamenti li jridu jiġu riveduti biex ikunu jikkonformaw ma' l-acquis communautaire.", "UE - ARMI TAN-NAR", "10485.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss eżatt fl- iscreening session tas-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels rigward l-armi tan-nar, eċċ?", "ONOR.", "JOE BORG: Waqt is-sessjoni ta` screening tas-27 ta` Settembru fil- kuntest tal-kapitlu tal-Free Movement of Goods, ir-rappreżentanti tal- kummissjoni spjegaw il-kontenut tad-direttiva 477 tal-1991 dwar il-kontroll fuq l-akkwist u l-pusses ta` armi tan-nar.", "Min-naħa tagħha, id-delegazzjoni Maltija tkellmet dwar ir-regolamenti applikati f`Malta f`dan ir-rigward, speċjalment f`dak li għandu x`jaqsam ma` reġistrazzjoni u trasferiment ta` armi.", "PULIZIJA - TROBBIJA TA' ANNIMALI F'APPARTAMENTI", "10486.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex residenti f'appartamenti ma jrabbux ċertu tip t'annimali bħal per eżempju klieb kbar jew għadd ta' annimali li joħolqu inkonvenjent serju u kultant ta' periklu wkoll għar- residenti l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kull meta l-Pulizija jkollha lmenti dwar dak li rreferit għalihom l-Onor.", "Interpellanti, dawn jiġu nvestigati u jekk ikun il-każ tittieħed azzjoni skond il-liġi.", "ECO MANAGEMENT AUDIT SCHEME", "10487.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il industrija Maltija qed tipparteċipa fl- Eco Management Audit Scheme?", "Liema huma dawn l-industriji?", "X'għajnuna qed tagħti l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għadu mhux possibbli għall-industrija Maltija biex tipparteċipa fl-EMAS, minħabba l-fatt li din hija miftuħa għall-pajjiżi li huma diġa' membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Malta diġa' bbenefikat minn assistenza li ngħatat mill-Unjoni Ewropea biex tkun tista' tintroduċi din l-iskema f'pajjiżna fejn b'kollox ipparteċipaw ħamsin industrija.", "L-Awtorita' ta' Malta għall-Għemil ta' Standards fasslet regolamenti fuq l-istess prinċipji li hi mfassla fuqhom l-iskema ta' l-EMAS.", "Huwa mistenni li jekk ikun hemm compliance ma' dawn ir-regolamenti, dan se jmexxi lill-Malta lejn ċertifikazzjoni nazzjonali ta' compliance ma' l- iskema nazzjonali ta' l-Eco Management.", "Dawn ir-regolamenti jgħidu wkoll illi ċ-ċertifikazzjoni nazzjonali tkun tista' tiġi rikonoxxuta bħala ċertifikazzjoni ekwivalenti ta' l-EMAS hekk kif Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "SAĦĦA - PILLOLI - ONE ALPHA", "10488.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli One Alpha mhux qed jingħataw mill-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pilloli One Alpha qed jingħataw mill-Isptar."]} {"filename": "20010326_520d_par.doc", "date": "2001-03-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 520 It-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 520", "It-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "520", "It-Tnejn, 26 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 715", "KUNSENS 715", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI 715", "TQEGĦID TA' KARTI 720", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-ERARJU (IT-TIENI QARI)", "REVENUE PROTECTION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 721", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KWARANTINA TAL-PJANTI (IT-TIENI QARI)", "PLANT QUARANTINE BILL (SECOND READING) 726", "AĠĠORNAMENT 738", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 743", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 519 li saret fil-21 ta' Marzu 2001 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President għoġbu jagħti l-Kunsens tiegħu għal:-", "Att Nru XI ta' l-2001 - Att ta' l-2001 dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi.", "MISTOQSIJIET –", "TWEĠIBIET ORALI", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "24338.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi rranġat appuntament bejn il-koppja vittma ta' l-użura (li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija) mad-direttur tal-housing biex jiddiskutu miegħu l-problema ta' akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Jien infurmat illi l-persuni ndikati m'għandhom l-ebda applikazzjoni mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Dawn għandhom imorru d-dipartiment u jaraw waħda miż-żewġ social workers li għandu d- dipartiment u jitkellmu magħha.", "MR SPEAKER: Onor. Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aktar milli fuq dan il-każ partikolari, nixtieq nistaqsi dwar il-kwestjoni ta' l-użura.", "Dan l-aħħar fil-gazzetti lokali ġie rrapportat li b'riżultat ta' xi rappreżentazzjonijiet li saru minn xi kumitat jew task force li twaqqaf dan l-aħħar, jidher li l-gvern għandu l- intenzjoni li jilleġisla dwar dan is-suġġett.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika meta beħsiebha titressaq din it-tip ta' leġislazzjoni fil-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Fil-fatt anness mal-white paper hemm provvediment biex għall-ewwel darba l-użura ma tibqax xi ħaġa regolata biss mill-Kodiċi Ċivili imma ssir reat.", "Irċevejna kummenti fuq ħafna klawsoli tal-white paper, fosthom din il- klawsola, kemm min-nies kif ukoll mill-korp tal-pulizija.", "Dawn kollha ntbagħtu lill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika u se jsiru xi emendi anke għar- rigward tal-provvediment ta' l-użura, l-aktar biex il-pieni jsiru aktar ħorox.", "Sadanittant jiena kelli tliet laqgħat ma' l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika u l-Ministru Gatt kellu laqgħa oħra, u f'dawn il-laqgħat aħna tajnih id-direzzjoni dwar l-emendi li se jsiru u nisperaw li ma ndumux ma nkunu f'pożizzjoni li nippubblikaw l-abbozz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Xtaqt immur lura għall-mistoqsija oriġinali u nitlob lill-Viċi Prim Ministru jgħidli jekk hux daqshekk diffiċli li wieħed jagħmel appuntament mad-direttur tal-housing.", "Għax sinċerament ma nistax nifhem kif membru parlamentari għandu f'isem xi persuna oħra jitlob hu personalment lill-ministru jagħmillu appuntament mad-direttur tal-housing!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jiena qed nipprova nkun tolleranti kemm niflaħ ma' dawn it-tip ta' mistoqsijiet li qed jagħmlu l-membri ta' l- Oppożizzjoni dwar każi individwali, mhux biss fil-qasam tal-housing imma prattikament fuq il-firxa kollha tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru tal-Politika Soċjali.", "Dawn ivarjaw minn każijiet ta' talbiet li għandhom x'jaqsmu ma' reviżjoni ta' pensjoni, għal oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' reviżjoni ta' kera u għal assessment dwar drittijiet ta' dak u ta' l-ieħor.", "Naturalment jiena tajt struzzjonijiet biex fejn nistgħu nagħtu l-indikazzjonijiet mingħajr ma nidħlu f'dettalji ta' kunfidenzjalita`.", "F'ħafna każi aħna niktbu direttament lill-persuna konċernata – jew ninkarigaw lid-dipartiment biex jiktibilha – sabiex hi tkun tista' tiltaqa' ma' l-uffiċjali tad-dipartiment konċernat.", "F'dan il-każ partikolari, peress li jitratta kwestjoni soċjali ta' l-użura u huwa konfidenzjali ħafna, deherli li kelli nwieġeb b'dan il-mod u ngħid lill-membru partikolari li l-persuna konċernata għandha tmur tkellem lis- social workers tad-dipartiment.", "Ma teżisti l-ebda diffikulta` biex xi ħadd jiltaqa' ma' ħaddiema, uffiċjali jew social workers tad-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali.", "Jista' jkun li d-direttur innifsu joqgħod ftit lura milli jagħmel appuntamenti ma' l-individwi, anke biex kemm jista' jkun iżomm pożizzjoni oġġettiva, pero` naturalment għandu jibqa' jara kontinwament ir-rapporti li l-esperti jew l-uffiċjali kwalifikati fid- dipartiment ikunu qegħdin jagħmlulu.", "Biex inwieġeb għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Cristina, nixtieq ngħid li assolutament ma teżisti l-ebda problema biex persuna tmur tkellem il- customer care li qiegħda hemmhekk apposta jew inkella bħal f'dan il-każ partikolari lis-social workers.", "Fil-fatt kienet innovazzjani ta' din l- amministrazzjoni li mpjegat żewġ social workers speċifikament mad- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali – qed nirriferi għall-housing department u mhux għall-housing authority, li wkoll għandha faċilitajiet differenti – għax ġieli jkun hemm każijiet ta' natura kunfidenzjali ħafna li jkollhom aspetti ta' qasam soċjal li jkunu jridu jiġu mkejla sew fid- deċiżjonijiet li jridu jittieħdu.", "F'dan il-kuntest nieħu l-opportunita` biex nesprimi l-preokkupazzjoni qawwija tiegħi għall-fatt li qed jirriżultali li ċerta informazzjoni kunfidenzjali ħafna fil-konfront ta' individwi li jkunu ġew fid-dipartiment u esponew il-każijiet personali tagħhom, b'xi mod - li s'issa għadni ma nistax insib tarfu - qiegħed jasal f'idejn persuni li jmexxu programmi fuq stazzjonijiet televiżivi u b'mod partikolari qed nirriferi għal programmi fuq Super 1.", "Min imexxi dan il-programm qed jispiċċa jċempel lill- individwu kkonċernat, jgħidlu li jaf bl-istorja u jagħtih id-dettalji kunfidenzjalissimi tiegħu.", "Bilfors li din l-informazzjoni tkun inġabet mid-dipartiment.", "Il-ġimgħa li għaddiet ġie għall-attenzjoni tiegħi każ bħal dan, fejn l- informazzjoni kienet kunfidenzjali, b'aspetti serji li għandhom x'jaqsmu maċ-ċirkostanzi partikolari tal-familja kkonċernata, waslet għand individwu li jmexxi programm tat-televiżjoni u dan ċempel lil din il-persuna u qalilha biex tmur fil-programm u tesponi l-każ tagħha.", "Issa fl-aħħar mill- aħħar il-persuna tagħżel hi jekk tmurx jew le - jien m'iniex se nindaħal fl- għażla ta' ħadd - imma lili jippreokkupani ħafna l-fatt ta' kif informazzjoni daqshekk kunfidenzjali tasal għand xi ħadd li m'għandu ebda konnessjoni mad-dipartiment.", "Dan assolutament m'huwiex aċċettabbli u qed nieħu l-passi ħalli nara kif din it-tip ta' informazzjoni setgħet ħarġet mid-dipartiment.", "Jekk jinstab li kien hemm xi ħadd responsabbli għall-ħruġ ta' din l-informazzjoni se jittieħdu l-passi dixxiplinari kollha meħtieġa fil-konfront tiegħu.", "SKEJJEL - SANTA LUĊIJA JUNIOR LYCEUM", "24339.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika rapporti li fil- junior lyceum Margaret Mortimer ta' Santa Luċija, tfal li jinstabu li għandhom xi nuqqasijiet fil-ħwejjeġ qed jiġu mmultati 75c?", "Jekk dan jirriżulta li huwa veru, hemm permess biex jingħataw dawn il-multi?", "B'liema awtorita' u f'liema qafas legali qed isiru dawn il-multi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fl-iskola ndikata ma jirriżultax li ngħatat xi multa ta' 75c lit-tfal li nstabu li għandhom xi nuqqasijiet fil-ħwejjeġ.", "SKEJJEL - RAĦAL ĠDID", "24340.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l- passi meħtieġa biex l-iskejjel primarji ta' Raħal Ġdid ikollhom il- provvista tad-dawl 3-phase biex ikunu jistgħu jużaw prodotti elettro- domestiċi meħtieġa bħal fannijiet, eċċ., anke għal tfal b'diżabilita` li jattendu dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li t-taqsima tal-bini ta' l-iskejjel tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għamlet talba, u qed tistenna risposta mingħand il-Korporazzjoni Enemalta biex tagħtiha stima għall-upgrading tal-provvista ta' l-elettriku fil- kumpless ta' skejjel primarji f'Raħal Ġdid.", "SKEJJEL - RAĦAL ĠDID", "24341.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir pjan ta' azzjoni biex jiġu mibdula t-twieqi fl-iskejjel primarji ta' Raħal Ġdid li ilhom snin twal ma jistgħux jinfetħu, b'inkonvenjent u periklu għall-għalliema u l-istudenti ta' l-iskola?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni flimkien ma' l-awtoritajiet ta' l-iskejjel primarji u l-kunsill lokali ta' Raħal il-Ġdid se jibdew taħdidiet biex jaraw liema xogħol hu bżonnjuż li jsir fil-futur qrib.", "Minbarra l-aperturi ta' kullimkien ('il fuq sew minn 100 tieqa u bieb), jenħtieġ ukoll tibdil tal-madum kollu fis-sular t'isfel u żebgħa tal-klassijiet u kuriduri.", "Minħabba l-ispejjeż kbar u l-ħin qasir disponibbli, dawn ix-xogħlijiet ma jistgħux isiru f'daqqa.", "MR SPEAKER: Onor. Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta l-Ministru ta' l-Edukazzjoni kien qed jitkellem dwar xogħol li baqa' xi jsir fl-iskejjel kien qal li fadal biss xi ħġieġa 'l hawn u 'l hemm.", "Allura kif issa qed jinduna li fl-iskola ta' Raħal Ġdid hemm bżonn ta' xogħol estensiv?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, la mill-file u lanqas mill-memorja ma jirriżultali li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li fadal biss xi ħġieġa 'l hawn u xi ħġieġa 'l hemm.", "Anzi l-Ministru ta' l-Edukazzjoni stess ilu jgħid li hemm diversi xogħlijiet xi jsiru, liema xogħlijiet iridu jiġu ppjanati b'mod li ma jħarbtux il-klassijiet u l-iskola nnifisha.", "Fir-rigward ta' din id-domanda partikolari li nista' ngħid hu li l-ministru qiegħed jiġbed l-attenzjoni tal-Kamra li hemm 'il fuq sew minn 100 tieqa u bieb, flimkien ta' diversi xogħlijiet oħrajn li jridu jsiru u li fil- perijodu tal-vaganzi m'huwiex possibbli li dan ix-xogħol isir f'daqqa u allura mhux se jilħaq jitlesta.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien niftakar sew li l-ministru kien qal il-kliem li għedt iktar qabel jien.", "Dan kien qalu ftit il-ftuħ tas-sena skolastika l- oħra, u għalkemm dan ma jinstabx fil-file, żgur li joħroġ mir-recording.", "Allura issa l-ministru qed jikkonferma li għad hemm ħafna xogħol xi jsir fl- iskejjel?", "Jikkonferma l-ministru li anke l-iskola Verdala ta' Bormla tinsab f'sitwazzjoni tal-biki?", "U għaliex l-iskola tal-Birgu, li tinsab ħdejn il-mina inti u tiela' mill-Kalkara, tħalliet f'dak id-diżastru li tinsab fih u bix-xogħlijiet għaddejjin waqt li l-istudenti qegħdin fl- iskola?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, forsi għal din id-domanda jista' jwieġeb is-Segretarju Parlamentari Mugliett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, ħalli nirrispondi għad-domanda li għamel l-Onor.", "Mizzi fir-rigward ta' l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien.", "Meta l-ministru kien qal li kien għad fadal xi ftit xogħol xi jsir, kien qed jirriferi għal dak ix-xogħol li kien inbeda fis-sajf f'ċertu blokk li fih it-toilets.", "It-tender li tirriferi għaliha l-mistoqsija parlamentari hija għall-aperturi u għat-twieqi li huma fuq barra, li ma kenux parti minn dan ix-xogħol, imma minħabba li dawn it-twieqi huma tal-ħadid, maż-żmien ibbiesu.", "Dan huwa xogħol ġdid li jrid jinbeda issa u ma kien qatt parti mix-xogħol li kien hemm maħsub għas-sajf li għadda.", "Rigward l-iskola Verdala, ma nafx kif l-Onor.", "Membru qed jgħid li tinsab fi stat diżastruż.", "Jiena żort din l-iskola xi sena ilu u għalkemm problemi jeżistu, bħalma jeżistu f'kull skola oħra, ma nistax ngħid li tinsab fi stat diżastruż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, allura l-Onor.", "Mugliett irid jgħid li l- bibien u t-twieqi ġew żdingati issa f'dawn l-aħħar sitt xhur minħabba l- istudenti?", "Għax jekk qabel ma kenux ħżiena u f'dawn is-sitt xhur saru ħżiena, hekk ifisser.", "U l-madum ukoll ħżien f'dawn l-aħħar sitt xhur!", "Safejn naf jien il-madum ma jiġrilux ħsara f'perijodu daqshekk qasir.", "U ngħid lis-Segretarju Parlamentari wkoll li meta qed ngħid li fl-iskola Verdala hemm diżastru sħiħ, naf x'qed ngħid.", "Jekk imur hemm u jistaqsi lit- teachers malajr jgħidulu xi problemi hemm.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, ix-xogħol li jrid isir ta' twieqi u madum m'huwiex riżultat ta' sitt xhur.", "Meta l-ministru kien qed jgħid li fadal xi ħġieġa 'l hawn u 'l hemm kien qed jirriferi għal xogħol li kellu jsir fil-perijodu tas-sajf permezz ta' ħruġ ta' tender.", "Fl-iskola ta' Raħal Ġdid kien ilu żmien ma jsir xogħol u issa inbidel is-saqaf, il- membrane u tela' blokk sħiħ għat-toilets.", "Din l-iskola għandha kważi mitt sena u fadal diversi xogħlijiet oħra xi jsiru, fosthom tiswijiet fl- aperturi u tiswijiet tal-madum li semma' l-Onor.", "Interpellant.", "Rigward l-iskola tal-Verdala jiena nixtiequ jispjegali għal liema aspetti qed jirriferi meta jgħid li din qiegħda fi stat diżastruż.", "Jista' l-Onor.", "Membru jkun aktar preċiż ħalli mbagħad forsi wieħed ikun jista' jindaga?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, la għoġbu jistaqsini nixtieq ngħidlu li fl- iskola tal-Verdala l-edukazzjoni tinsab fi stat diżastruż, b'nuqqas ta' teachers u problemi oħra simili.", "Barra minn hekk il-klassijiet m'humiex mgħammra biżejjed u fihom ċerti nuqqasijiet, speċjalment fl-istruttura tagħhom.", "Dan il-konsegwenza li fis-sajf tinħass ħafna sħana u fix-xitwa jinħass ħafna bard.", "Fuq dawn l-affarijiet qed nitkellmu u nitlob lis- Segretarju Parlamentari jmur jiċċekkja imbagħad jagħti r-rapport tiegħu lil din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Aħna nafu li l-iskola tal-Verdala għandha bżonn ċerti improvements.", "Fil-fatt fil-passat kien sar brief sħiħ u naħseb li kien għadu jeżisti meta kien ministru hu.", "Li rrid ngħid hu li f'ċerti skejjel bħall-junior lyceum ta' Verdala, il-junior lyceum ta' Ħandaq u l- foundation li waqqaf il-ministru f'dawn il-ġranet, l-intenzjoni hi li x- xogħol urġenti li hemm bżonn isir jinbeda malajr kemm jista' jkun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, Jista' jgħidli għal liema foundation qed jirriferi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni dan l-aħħar waqqaf żewġ fondazzjonijiet.", "Waħda minn dawn il-fondazzjonijiet għandha l-għan li ħsieb il-bini kapitali ta' l-iskejjel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk l-Onor.", "Mugliett qed jirriferi għall-foundation for future school, ma naħsibx li huwa korrett għax din il-fondazzjoni, skond l-istess Ministru, għadha m'hijiex imwaqqfa.", "Jew inkella l-ministru jgħid mod –f'korrispondenzi uffiċjali qal li għadha m'hijiex imwaqqfa u s- segretarju parlamentari jgħid mod ieħor!", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JEMOND MUGLIETT: Mr Speaker, nikkonferma li din ġiet approvata mill-Kabinett u forsi fadal l-aħħar ftit biex tkun ifformalizzata għat- twaqqif.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri għalkemm kien ġie mwiegħed li l-oppożizzjoni kienet se tiġi kkonsultata, kollox baqa' għaddej.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JEMOND MUGLIETT: Safejn naf jien l-oppożizzjoni ġiet ikkonsultata.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qalli li kkonferma mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u max-shadow minister li diġa` rċevew l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-ittra tar-riżenja li l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali bagħatli fl-14 ta' Marzu 2001 wara li s-Sur Andre` Carbonaro, Secretariat Officer fis-segretarjat privat tal-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kien arrestat mill-Pulizija, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "24629.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport datat 9 ta' Marzu 2001 magħmul mill-Perit inkarigat mid- Dangerous Structures fid-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija fi ħdan it- Taqsima tax-Xogħlijiet, b'riferenza għas-sit 57, Triq Spinola, San Ġiljan, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24342;", "Rapport annwali tal-Building Industry Consultative Council għas-sena 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24606; u", "L-ewwel u t-tieni ħarġa tal-pubblikazzjoni On Site maħruġa mill- Ministeru għall-Ambjent fis-sajf 2000 u fix-xitwa 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24607.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' vetturi li ġew liċenzjati bejn Marzu 2000 u Frar 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24596.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' press release maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fl-14 ta' Marzu 2001, dwar ristrutturazzjoni fl-Ispettorat tas-Saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 24576", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skedi li jagħtu tagħrif dwar fondi allokati, u fondi attwalment imħallsa jew approvati li jitħallsu sat-23 ta' Marzu 2001, lil NGOs u korpi kostitwiti biex ikopru parti mir-riċerka u xogħol ieħor konness mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24650.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-ERARJU", "REVENUE PROTECTION (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "Ikompli mis-7 ta' Diċembru, 1998.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx iktar rimarki, insejjaħ lill-Ministru tal-Finanzi sabiex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, naħseb li huwa about time li din il-liġi nagħlquha għax fil-fatt bdiet tiġi diskussa fit-3 ta' Diċembru, 1998, pero' jkun tajjeb li fl-istess ħin infakkru preċiżament x'tinvolvi.", "F'dan il-pajjiż aħna għandna sistema tat-taxxi, anke jekk kulħadd jitkellem fuqhom u jrid iżomm 'il bogħod minnhom.", "Qed ngħid kemm għal dawk li jridu jħallashom u kemm għal dawk li jridu jaħirbuhom.", "Pero` din hija r-realta` tal-ħajja hi li l-gvern li jkun qed jamministra pajjiż bilfors li jkollu bżonn jiġbor il-flus mingħand il-poplu ħalli mbagħad ikun jista' jerġa' jagħtihom lura f'pagi lill-ħaddiema li jaħdmu mas-settur pubbliku u anke f'servizzi u fi programmi li jagħmel il-gvern għall- benefiċċju taċ-ċittadini.", "Insemmi bħala eżempju ż-żamma ta' l-ambjent, l- edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa.", "Mr Speaker, bħalma għedt fl-aħħar budget, għalkemm aħna ngħidu li dawn is- servizzi huma b'xejn , fir-realta', nafu li xejn mhu b'xejn u kollox trid tħallas għalih.", "Ngħidu b'xejn għaliex ma nkunux qegħdin inħallsu dak il-ħin għal servizz partikolari nkunu qegħdin nieħdu, pero` dawn is-servizzi kollha jiswew il-flus.", "U aktar ma niżviluppaw u ntellgħu l-livell u l- kwalita' tal-ħajja tagħna, aktar inkunu qed inħallu effett fuq il-livell ta' spejjeż tal-gvern.", "Aħna sikwit niġu kkritikati għaliex l-ispejjeż qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Kellna kritika mill-oppożizzjoni għaliex tajna żidiet lill-ħaddiema tal-gvern u kellna wkoll il-kritika li ħallejna l- ispejjeż tal-pagi tal-gvern jitilgħu speċjalment wara li konna għamilna l- collective agreement li suppost sar tliet snin ilu.", "Pero` mhux hekk biss; id-dinja kif inhi miexja llum qed timbuttana lejn spejjeż dejjem akbar.", "Per eżempju, għal dak li jirrigwarda settur ta' l-edukazzjoni nista' ngħid li mal-ħabib u kollega tiegħi, l-Onor.", "Louis Galea hemm diskussjonijiet kontinwi għaddejjin li jinkludu wkoll il-kurrikulu ġdid nazzjonali.", "Dan ifisser servizz aħjar imma li se jiswa aktar.", "Imma allura x'nagħmlu?", "Nimbuttaw servizz ta' edukazzjoni medjokri biex ma nonfqux flus?", "Għandna wkoll l-istess dilemma fis-servizz tas-saħħa fejn jidħlu kuri ġodda li jiġu żviluppati fid-dinja u mediċini ġodda li jiswew ħafna iktar flus.", "Allura x'nagħmlu?", "Inħallu nies imutu għaliex inkella tiżdied l-ispiża tal- gvern?", "Qed ngħid dan!", "Għaliex għalkemm aħna wkoll nippruvaw li l-ispiża tal-gvern inżommuha kemm jista' jkun baxxa, hemm differenza kbira bejn il- paroli li wieħed jgħid u jikteb, il-fantasiji u l-pies in the sky, u r- realta`.", "Għalhekk kull meta l-oppożizzjoni tiġi kkonfrontata bil- mistoqsija ta' kif beħsiebha tnaqqas l-ispejjeż tal-gvern, din ma twieġeb assolutament xejn u ma tweġibx għax m'għandhiex pjani u għax taf li faċli li tgħid biex tnaqqas l-ispejjeż tal-gvern imma hija ħaġa biex tagħmilha.", "Bħalma hu faċli tgħid lill-gvern biex jonfoq bil-galbu.", "Imma kif jonfoq bil- galbu?", "Billi jagħmel ordni qisu xi Ċesri u jgħid lil kulħadd inaqqas l- ispejjeż tiegħu b'5%?", "Billi joħroġ kmand?", "Niftakru li meta ħarġet l-ordni li kollox jorħos b'5%, l-ispejjeż tal-gvern splodew m'ogħla s-smewwiet; kulħadd baqa' jonfoq xorta waħda u l-kontijiet fil-kxaxen bdew jiżdiedu.", "Naturalment, dawn huma problemi li jiġu ġġenerati u jiġu kontinwament miżjuda u allura bilfors ikollna nagħmlu t-taxxi.", "Mr Speaker, waħda mil-liġijiet li għandna f'pajjiżna hija dik dwar il- protezzjoni ta' l-erarju, liema liġi hija ntiża biex tipproteġi d-dħul tal- gvern u biex meta l-gvern jieħu deċiżjoni, tkun meta tkun - għalkemm normalment id-deċiżjonijiet dwar taxxi jittieħdu ħafna drabi f'budget - biex ibiddel jew iżid it-taxxa fil-pajjiż, ikun jista' jagħmel dan b'mod immedjat u mhux joqgħod jistenna li jgħaddu l-liġijiet fil-parlament biex din iż-żieda tkun tista' tiġi effettwata.", "Dan jagħmel sens, għax ċerti żidiet fit-taxxi jkunu jeffettwaw ċerti patterns ta' infiq fil-pajjiż u allura bilfors ikollok tieħu miżuri immedjati u ddaħħalhom dak il-ħin stess li tħabbarhom, inkella jistgħu jinħolqulek il-problemi.", "Insemmu, per eżempju, il-każ dwar id-dazji li kellna din is-sena fuq tabakk, spirti u affarijiet minn dawn.", "Ma tistax tgħolli l-prezz tas-sigaretti jew ta' l- ispirti mbagħad iddum tliet xhur jew erbgħa biex tgħaddi l-liġi fil- parlament biex tkun tista' tagħmel dan.", "Nistgħu nimmaġinaw kieku kemm jinxtraw sigaretti u kemm jiġu storjati spirti biex dak li jkun ma jeħilx it-taxxi ġodda!", "Permezz ta' din il-liġi l-gvern jassigura li kulħadd se jiġi effettwat bir- rati l-ġodda li jkun introduċa u allura ma jkunx hemm il-possibbilta` ta' abbuż.", "Meta kienet saret din il-liġi nistgħu ngħidu li l-gvern kien jiġbor il-ħlas kollu dovut lilu minn taxxi prattikament mid-dwana li konna nħallsu fl-antik.", "Infakkar li qabel l-1995, jiġifieri qabel ma daħħalna għall-ewwel darba s-sistema tal-VAT, is-sistema ta' taxxi ndiretti f'pajjiżna kienet bażikament kollha ġejja mid-dazji; konna nintaxxaw il- konsum ta' l-oġġetti li nimportaw.", "Dik kienet tirrifletti t-tip ta' ekonomija li kellna fl-antik, ekonomiija li ma kenitx tajba fil-qasam produttiv għax ma kenitx tipproduċi affarijiet ta' konsum lokali u ma kienet tipproduċi kważi xejn.", "Għalhekk il-gvern jiġbor it-taxxa minn fuq l- affarijiet li kienu jidħlu f'Malta.", "Din kienet is-sistema tad-dazji f'pajjiżna, li dalwaqt tiġi storja u nkunu nsejnieha għal kollox.", "Saħansitra niftakru dazji bil-50%, 60% u 70%.", "Kien hemm okkażjonijiet fejn ċerti prodotti kellhom anke dazji ta' 120% u 130%.", "Dawn id-dazji kienu jitħallsu mill-poplu Malti u peress li kienu moħbija lanqas biss kien jaf li kien qiegħed iħallas daqshekk dazju fuq oġġett li kien jixtri.", "Id-dazji kien iħallashom l-importatur li mbagħad kien jgħoddhom bħala spejjeż tiegħu u fuqhom kien iballat il-profitti tiegħu biex jagħmel il-profit margins mhux biss fuq il-prodott imma anke fuq id-dazji li kien iħallas lill- gvern.", "Dik hija s-sistema kif kienet tiżviluppa.", "Dak iż-żmien meta saret il-liġi ta' l-erarju l-leġislatur kien irrifletta s-sitwazzjoni ta' dakinhar u kien bażikament qed jitkellem biss fuq is-sisa, fuq id-dazju u fuq il- kontrollur tad-dwana.", "Għaliex dawn kienu t-taxxi li riedu jiġu protetti.", "Biż-żmien naturalment żviluppajna u llum nistgħu ngħidu li d-dazji f'pajjiżna huma minimi.", "Fl-1995 dawn konna poġġejniehom biex jirriflettu l- bażi tal-common external tariff ta' l-Unjoni Ewropea u konna waqqajna d- dazji b'mod drastiku.", "Fl-1998 id-dazji telgħu xi ftit għaliex meta ġiet imbażwra l-liġi tal-VAT, l-Ewropa kienet ordnat lill-gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien biex iżid ir-rati ta' dazju ħalli jkun jista' jġib f'postha d- differenza li kellu jkun hemm bejn prodotti importati mill-Ewropa u dawk importati minn barra l-Ewropa.", "U l-Gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien fil- fatt baxxa rasu għall-ordnijiet ta' l-Ewropa u żied id-dazju kważi across the board bi 8.1%.", "Issa ftit tal-ġimgħat ilu f'dan il-parlament erġajna ħadna l-inizjattiva biex nerġgħu nibdew inneħħu dawn id-dazji żejda li gvern Laburista kien għamel fuq pajjiżna meta bażwar is-sistema tal-VAT.", "B'hekk erġajna bdejna resqin lejn sistema fejn id-dazji nbaxxuhom kemm jista' jkun.", "Bil-miżuri li ħadna din is-sena il-gvern se jitlef madwar Lm1 miljun fi dħul minn dazju ta' importazzjoni.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid, illum għandna liġijiet oħra dwar il- konsum.", "Fil-fatt bażikament qegħdin nitkellmu dwar liġijiet ta' konsum.", "Il- liġijiet huma amministrati minn nies differenti taħt il-ħarsien tal- kontrollur tad-dwana.", "Kien għalhekk li ħassejna l-bżonn li fil-futur, kemm- il darba gvern ikun min ikun iħoss il-bżonn li jżid xi taxxa - basta din tkun kwalita` ta' taxxa li tagħmel sens meta tapplikaha b'mod immedjat - allura jkun jista' jagħmel dan.", "Għalhekk qegħdin nipprovdu l-coverage neċessarju ta' din il-liġi biex dan ikun jista' jitwettaq u jiġi fis-seħħ bl-aktar mod immedjat.", "Huwa għalhekk, Mr Speaker, li f'din il-liġi qegħdin ngħidu li nistgħu ndaħħlu anke l-kontribuzzjoni tas-social security u taxxi vis-a-vis reġistrazzjoni ta' karozzi li llum m'għadhiex kwestjoni ta' dazju.", "Wieħed jiftakar x'konna għamilna aħna fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' karozzi; konna naqqasna d-dazji minn fuq il-karozzi u għamilna registration tax.", "Jiġifieri minflok dazju sejjaħnielha registration tax.", "B'din l-emenda kulma qegħdin nagħmlu huwa li qegħdin indaħħlu l-liġi tar-registration tax bid- direttur li jopera din il-liġi taħt is-safeguards act ħalli jekk ikun hemm bżonn li din tiġi eżerċitata jkun hemm il-bażi legali għal dan il-għan.", "Mr Speaker, għalkemm dak iż-żmien konna għamilna ħafna ħin niddiskutu fir- realta` din m'hijiex xi liġi kontroversjarji; hija liġi amministrattiva li wieħed suppost jifhem ir-raġuni għaliha u jirrealizza għaliex qiegħda ssir.", "M'aħniex ngħidu li qegħdin indaħħlu xi taxxi ġodda.", "Qegħdin ngħidu biss li meta tinħass il-ħtieġa li jidħlu xi taxxi, dawn ikunu jistgħu jidħlu b'mod organizzat u mingħajr ma jaqilgħu ħafna problemi fis-suq.", "Jekk ma jidħlux b'dan il-mod ordinat allura jistgħu jinħolqu ħafna problemi minn dan il-lat.", "Peress li diġa` tkellimna ħafna dwar din il-liġi, allura fil- ftit ħin li baqagħli nixtieq nitkellem fuq xi affarijiet oħra.", "Nixtieq nirriferi għal xi stqarrijiet li saru dan l-aħħar.", "Waħda minnhom kienet dik li għamel l-Onor.", "Brincat dwar id-deficit tal-gvern.", "Wara sensila ta' mistoqsijiet li għamel f'dan il-parlament, l-Onor.", "Brincat għamel somma u qalilna li l-gvern għandu deficit ta' Lm100 miljun u aktar tard, bl-irraġunar tiegħu wasal biex qalilna li d-deficit tal-gvern tela' għal Lm145 miljun.", "Jiena lill-Onor.", "Brincat ngħidlu biex inkunu serji fuq dawn l-affarijiet.", "L-ewwelnett jekk se tagħmel dan il-kalkolu, il-loġika sempliċi tgħidlek li jekk se tgħodd x'għandu jagħti l-gvern, imbagħad trid tnaqqas dak li l-gvern għandu jieħu.", "Hekk isiru l-affarijiet bis-serjeta`.", "It-tieni punt huwa li meta qed nitkellmu fuq x'għandu jagħti l-gvern dawn huma ammonti u sitwazzjonijiet li jirripetu ruħhom sena wara sena.", "Mela jekk jiena f'waħda mir-risposti li kont tajt lill-Onor.", "Brincat kont għedtlu li l-gvern għad għandu Lm10 miljun x'jagħti f'kontijiet pendenti, fil-fatt qegħdin ngħidu li dan l-ammont il-gvern kellu jagħtih fl-aħħar tas-sena l-oħra, fl-aħħar tas-sena ta' qabel u ta' qabel u nibqgħu sejrin hekk sa meta bdejna nieħdu u bdejna nżommu record ta' dawn l-affarijiet.", "Inti tista' tgħid li jekk din is-sena kellna nagħtu Lm10 miljuni, is-sena ta' qabel kellna nagħtu Lm10 mijuni, is-sena ta' qabel dik kellna nagħtu Lm10 miljuni u s-sena li ġejja se jkollna nagħtu Lm10 miljuni u nibqgħu sejrin hekk.", "Issa aħna qegħdin nipprovaw li dawn l-affarijiet kemm jista' jkun inżommuhom to a minimum.", "F'dan il-parlament konna ddiskutejna regolamenti biex nibdew nagħmlu ċerti accruals ta' spejjeż apposta, biex spejjeż li jkunu ta' sena partikolari u jkunu saru l-commitments kollha fuqhom u jkun sar ix-xogħol, pero` l-flus ikunu għadhom ma ntnefqux, inkunu nistgħu niċċarġjawhom għal dik is-sena partikolari.", "Niftakar tajjeb kemm kienu damu biex jiddibattuha u konna għamilna ma nafx kemm-il seduta niddiskutu dawn ir-regolamenti waqt li qamu diversi dubji u suspetti u kulma wasalna biex nagħmlu, kif kont spjegajt dak iż-żmien, kien li naraw kif se nibdew indaħħlu l-ewwel prattika ta' accruals fis-sistema tal-gvern.", "Issa llum dawn daru 180 degrees.", "Fil-fatt dawn qegħdin jgħajruna għaliex ma daħħalniex l-accruals system to the full.", "Insew li sa ftit xhur ilu kienu qed jikkritikawna u jgħajruna b'dik il-legal notice li konna qegħdin ngħaddu minn dan il- parlament u kienu qajmu pogrom fuqha, b'ħafna suspetti u akkużi ta' x'jista' jiġri.", "Kulma qegħdin nagħmlu aħna hu li kemm jista' jkun flus li jkunu ntnefqu f'sena partikolari niċċarġjawhom għal dik is-sena stess.", "Hekk nemmnu li għandu jsir u hekk qegħdin nagħmlu.", "Mr Speaker, jiena nsostni li għandna noqogħdu attenti meta nagħmlu ċerti statements.", "Dan kollu qiegħed isir biex jippruvaw jgħidu li l-gvern Nazzjonalista mhux veru qiegħed isolvi l-problema tad-deficit.", "Hekk qiegħda tipprova tgħid l-oppożizzjoni.", "Huma tant fallew f'din il-ħaġa, tant minflok sabu s-soluzzjonijiet komplew aggravaw is-sitwazzjoni tad-deficit li llum qegħdin jivvintaw din il-matematika fażulla u illoġika.", "Issa jekk hemm xi ħaġa importanti fil-matematika hija l-loġika; il-matematiku jrid ikun loġiku.", "(Interruzzjonijiet) Imma trid iżżomm argument u trid tkun konsistenti.", "U mela jiġi l-Onor.", "Brincat u joħorġilna dawn il-ħafna press releases li lanqas biss they stand on their feet!", "Jien ngħidlu li b'dan li qiegħed jagħmel se jiswielu iktar ta' ħsara għalih innifsu vis-a-vis kredibbilta` u serjeta'.", "Aħna rridu nuru biss l-affarijiet kif inhuma u rridu nuru biċ-ċar li verament qegħdin insolvu l-problema tad-deficit.", "Mr Speaker, nerġa' lura minn fejn bdejt u nitkellem dwar it-taxxi, peress li l-oppożizzjoni issa qabdet il-kantaliena tat-taxxi.", "Tan-naħa l-oħra se jgħidulna x'se jagħmlu biex isolvu l-problema tad-deficit, kemm-il darba għada pitgħada jkunu fil-gvern u jneħħu t-taxxi?", "Aħna rajna x'għamlu fl-20 xahar li damu fil-gvern.", "Jistgħu jgħidu li huma għamlu sistema ta' taxxi fil-livell ta' ġustizzja, bħalma aħna għamilna aħna fis-sentejn li għaddew?", "Illum dawn qabdu l-argument popolist dwar min qiegħed iħallas it-taxxa u jkomplu jtambru l-istess affarijiet biex mingħalihom jipprovaw jakkwistaw benefiċċju politiku minn dan li qed jiġri.", "Ejjew naraw x'għamilna aħna fil- budget ta' din is-sena.", "Il-budget ta' din is-sena kien targeted għal enforcement ta' liġijiet eżistenti.", "U mhux billi noqogħdu nagħmlu ħafna argumenti u nipprovaw inġibu d-dinja fit-tarf.", "Aħna rridu nisimgħu argument sod fuq il-prinċipji.", "Insemmi issa l-fringe benefits.", "Jiena ma nemminx li hawn min jaħseb li jista' jkollu l-fringe benefits mingħajr ma jħallas taxxi.", "Ma nistax nifhem kif xi ħadd jista' jiddejjaq għax ikollu jħallas it-taxxa.", "Ċertament mhux gost tagħna li noqogħdu nkellmu lin-nies dwar id-dejn - anke jekk dan m'għamilniehx aħna - imma l-prinċipju li qegħdin nitkellmu fuqu hu li jekk hawn liġi ta' l-income tax li tgħid li trid tħallas taxxa fuq li taqla', ma jistax ikollok sitwazzjoni fejn grupp ta' nies jiddeċiedu huma kemm iħallsu taxxa jew ma jħallsux.", "Kull liġi trid tkun topera għaċ-ċittadini kollha f'pajjiżna.", "Dik hija l-ġustizzja soċjali.", "Aħna konxji li jkun hawn min jinqaras u min jiddejjaq imma ma jistax ikun nibqgħu għaddejjin inkabbru l-problema kif kienet qed tikber minn sena għal sena.", "Hemm bżonn li kulħadd jifhem li hu dmir tagħna li nħallsu t-taxxi.", "Aħna rridu nżommu l- ordni u meta mplimentajna l-liġi li ilha teżisti f'pajjiżna 52 sena, għamilna hekk għax dan hu dmirna lejn pajjiżna.", "M'huwiex veru li d-dipartiment tat-taxxa ma kienx jagħti kas tal-fringe benefits, pero` fl-aħħar snin ma kienx qiegħed jagħfas biżżejjed u ħalla lil min jinnegozja pakketti fejn daqqa iħallas it-taxxa u daqqa le.", "Dan mhux sew, u min hu serju hekk għandu jirraġuna.", "Min hu serju u min jemmen fil-moralita` fiskali għandu jgħid li dawn l-affarijiet m'humiex kif għandhom ikunu u għalhekk għandhom jitranġaw.", "Hawnhekk irrid ngħid li meta għamilna miżuri biex dawn l-affarijiet isiru kif suppost qgħadna attenti u qtajna ħafna affarijiet illi fil-fatt kellhom ikunu taxxabbli u għedna li issa dawn ma baqgħux aktar.", "Fil-liġi għedna hekk għal kulħadd u mhux għall- ftit.", "U rridu nibqgħu ninsistu li fejn jidħlu t-taxxi nkunu raġunevoli u nesiġu li kulħadd iħallas sehmu.", "Mr Speaker, jiena nibqa' ngħid li l-poplu Malti kollu jekk il-Bambin irid għad jasal biex jifhem li kulħadd irid iħallas sehmu mingħajr ma jkun hemm bżonn li wieħed joqgħod iġebbed lil dak li jkun minn imnieħru biex jagħmel dan.", "B'hekk inkunu qegħdin nassiguraw li l-piż jibda jinqasam bejn kulħadd.", "Irridu nassiguraw ukoll - u nerġa' niġi għall-istess argument li għamilt ftit ilu - li l-ispejjeż tal-gvern ikunu taħt kontroll.", "Irridu naqtgħu l-abbużi, irridu naqtgħu l-kilba li xi kultant jista' jkun hemm u rridu naqtgħu l-mentalita` li għax xi ħaġa hija tal-gvern allura tista' teħodha.", "Din il-kultura li għandna, liema kultura hi kollha kemm kolonjali, trid tispiċċa darba għal dejjem.", "Hemm bżonn li lkoll kemm aħna nifhmu li l-gvern hu aħna u li mhux sew li nara x'nivvinta biex nieħu dak li m'għandix dritt għalih.", "Hemm bżonn ukoll li l-impjegati tal-gvern ikunu iktar sani fil-kumpens u iktar enerġetiċi fl-effiċjenza tagħhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi imsejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l- Erarju\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi 7.06 p.m. intalbet votazzjoni, is-seduta ġie sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi imsejjaħ \"Att biex jemenda Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju\" ikun moqri t-Tieni Darba?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "301", "FAVUR: 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu |", "| |Agius Francis |Galea Louis |", "| |Asciak Michael |Galea Mario |", "| |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor |", "| |Azzopardi Jason |Gatt Austin |", "| |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence|", "| |Bonnici Michael |Hyzler George |", "| |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Antoine |", "| |Borg Tonio |Mifsud Bonnici| | |Carmelo |", "| |Cristina Dolores |Mugliett | | |Jesmond |", "| |Dalli John |Muscat Claude |", "| |D'Amato Helen |Pullicino | | |George |", "| |Deguara Louis |Refalo Michael|", "| |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | |", "| |Fenech Adami Eddie|Zammit Ninu |", "| |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "| KONTRA: 24", "L-Onor. | | |", "| |Abela Carmelo |Farrugia Noel |", "| |Bartolo Evarist |Gulia Gavin |", "| |Borg Karmenu |Herrera Jose' |", "| |Brincat Leo |Law Rita |", "| |Buhagiar Charles |Mangion Charles|", "| |Cardona Chris |Mizzi Joe |", "| |Chircop Karl |Parnis Silvio |", "| |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | |", "| |Cuschieri Joseph |Sant Alfred |", "| |Debono Grech Joe |Vassallo Adrian|", "| |Farrugia Angelo |Vella George |", "| |Farrugia Michael |Vella Karmenu |", "| Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta'Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KWARANTINA TAL-PJANTI", "PLANT QUARANTINE BILL", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, sabiex jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nipproponi t- Tieni ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa simili ħafna ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-kontroll tal-pestiċidi li għadu kif għadda minn dan il-parlament.", "L-għanijiet u raġunijiet ta' l- abbozz ta' liġi dwar il-kwarantina tal-pjanti jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' dan l-Abbozz hu biex tiġi introdotta leġislazzjoni aġġornata għal dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni tad-dħul f'Malta ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara u mardiet, biex jikkontrolla u jwaqqaf it-tixrid tagħhom, u biex jirrevoka leġislazzjoni eżistenti fuq is-suġġett.\".", "L-ewwelnett irrid ngħid li dan huwa an enabling bill li permezz tiegħu se jkunu jistgħu jinħarġu bosta avviżi legali dwar diversi aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-kwarantina tal-pjanti.", "Ta' min jgħid ukoll li minn dawn l- avviżi jinħarġu wkoll regolamenti li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jkun jista' jiġi mħaddem permezz tagħhom.", "Il-liġi oriġinali dwar dan il- qasam ilha teżisti 35 sena, pero` llum inħass il-bżonn li nagħmlu upgrading tagħha minħabba d-diversi żviluppi xjentifiċi li seħħew f'pajjiżna matul dawn l-aħħar 35 sena fl-industrija tal-biedja.", "Dan l-abbozz ta' liġi ilu jinħema madwar għaxar snin u fil-fatt saru xi 15-il draft tiegħu.", "Irrid nagħmilha ċara mal-ewwel li dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex marbut ma' l- Unjoni Ewropea imma sar minħabba diversi ċirkostanzi ġodda li daħlu f'dawn l-aħħar snin.", "Nistgħu ngħidu wkoll li nżammu xi ftit definizzjonijiet mil- liġi l-antika, bħad-definizzjoni ta' dawk l-organiżmi li jagħmlu l-ġid, ta' dak kollu li jirrigwarda l-mezz u l-mod tal-ġarr kif ukoll id-definizzjoni ta' \"uffiċjal awtorizzat\", pero` mill-bqija prattikament dan l-abbozz ta' liġi huwa ġdid.", "Fil-fatt fi klawsola 2 insibu diversi definizzjonijiet ġodda bħal per eżempju, id-definizzjoni ta' ''ċertifikat fitosanitarju'', li tfisser:", "\"... ċertifikat li għandu x'jaqsam mal-kondizzjoni tas-saħħa tal- pjanta u l-oriġini ta' konsenja ta' pjanti u, jew materjal veġetali imħejji u maħruġ skond il-Konvenzjoni;\".", "Meta wieħed jaqra d-definizzjonijiet għandu jinduna mal-ewwel li dan l- abbozz ta' liġi huwa tekniku.", "Per eżempju, ''dipartiment'', għall-fini ta' din il-liġi, ifisser \"Dipartiment responsabbli għas-saħħa tal-pjanti\".", "L- istess nistgħu ngħidu għad-definizzjoni ta' ''direttur''.", "Sal-lum meta konna nsemmu d-direttur, moħħna kien imur mal-ewwel fuq id-direttur tal- biedja jew id-direttur ġenerali, pero`skond klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna direttur tfisser:", "\"Id-Direttur tad-Dipartiment u, sal-limitu tal-funzjonijiet mogħtija, tinkludi kull uffiċjal pubbliku awtorizzat mid-Direttur għal hekk bil- miktub għal xi wieħed mill-għanijiet ta' dan l-Att;\".", "Meta niġu għad-definizzjoni tal-kelma ''ħamrija'' insibu provision ġdida li tgħid:", "\"\"ħamrija\" tfisser kull materjal kapaċi li jsostni ħajja veġetali bħal trab, ilma, terriċċju jew tafal imma mhux materjal sterili jew li ma jkunx kapaċi jġorr jew isostni organiżmi li jagħmlu l-ħsara;\".", "Mr Speaker, mill-1966 sal-lum saru żviluppi kbar fil-qasam ta' l- agrikoltura.", "Per eżempju, illum nafu li għandna sistemi ta' tkabbir fejn il-ħamrija kif nafuha aħna ma tintużax għaliex minflok tintuża l- hydroponics, li tintefa' ma' l-ilma u meta x-xtieli jixorbu minn dak l-ilma jieħdu l-vitamini kollha neċessarji biex jikbru.", "Fil-fatt huwa proprju minħabba dawn is-sistemi l-ġodda li dan l-abbozz ta' liġi jgħid li:", "\"\"ħamrija\" tfisser kull materjal kapaċi li jsostni ħajja veġetali bħal trab, ilma, ...\".", "Fi klawsola 2 insibu wkoll id-definizzjoni ta' \"pjanti\", li tgħid hekk:", "\"\"pjanti\" tfisser pjanti ħajjin u partijiet ta' pjanti ħajjin, inklużi ż-żerriegħa, frott u ħxejjex (ħlief dawk iffriżati), partijiet ta' pjanti li jkunu taħt l-art, fjuri mqaċċtin, zkuk, siġar bil-weraq u kulturi ...\".", "Definizzjoni oħra li nsibu hija dik ta' \"materjal għat-tnissil\", li tfisser:", "\"... kull pjanta ħajja jew parti ta' pjanta ħajja, użat jew maħsub għat-tnissil, li jinkludi żrieragħ, ġdur, xitel, basal, riżomi jew kulturi ta' xi biċċiet ta' pjanti;\".", "Hawn diversi definizzjonijiet oħra, pero` jien se nsemmi dawk li l-iktar jolqtu l-għajn, bħal ngħidu aħna d-definizzjoni ta' \"mezz u mod ta' ġarr\", li tgħid hekk:", "\"\"mezz u mod ta' ġarr\" tfisser kull ħaġa wżata biex iġġorr materjal minn post għal ieħor u tinkludi ajruplani, hovercraft, ferroviji, vetturi, karettuni, containers, bhejjem u kull ħaġa oħra li tista' ġġorr materjal veġetali, organiżmi li jagħmlu l-ħsara, organiżmi li jagħmlu l-ġid jew ħamrija;\".", "Hawn ukoll id-definizzjoni ta' \"post tad-dħul indikat\", li tfisser:", "\"... port, ajruport, uffiċċju postali jew xi post ieħor indikat mill- Ministru bħala post li fih huwa permess li ssir l-importazzjoni ta' materjal veġetali, u tinkludi port ħieles kif imfisser fl-Att dwar il- Portijiet Ħielsa ta' Malta;\",", "u d-definizzjoni ta' ''post ta' kwarantina'', li tfisser:", "\"... post uffiċċjali stabbilit mill-Ministru bħala post fejn materjal veġetali jkun maħżun għal spezzjonar fitosanitarju, osservazzjoni, analiżi jew riċerka;\".", "Klawsola 2 tagħti wkoll id-definizzjoni ta' \"prodott veġetali\" li hija:", "\"... xi materjal mhux maħdum li jkun imnissel minn pjanti u dawk il- materjali oħra maħduma li, permezz tan-natura tagħhom jew bħala riżultat ta' l-ipproċessar, ikunu jistgħu joħolqu r-riskju li jinfirxu organiżmi li jagħmlu l-ħsara;\",", "Għandna mbagħad id-definizzjoni ta' \"skema ta' ċertifikazzjoni\" li tgħid hekk:", "\"... metodu ta' tkabbir, ħarsien u testijiet ta' pjanti biex jiġi żgurat li huma ħielsa minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara partikolari u mard partikolari;\",", "jiġifieri meta l-pjanti jiġu importati f'pajjiżna jew inkella jiġu esportati minn pajjiżna se jibda jkun hemm ċertifikat li jindika li dawn il- pjanti huma disease free.", "F'dan l-abbozz ta' liġi għandna wkoll id-definizzjoni tal-kelma ''tħawwil'', li tfisser:", "\"... kull xogħol li bih pjanti jiġu mqegħda b'tali mod li jiżgura t- tkabbir, ir-riproduzzjoni jew propagazzjoni tagħhom;\".", "Mr Speaker, sa ftit taż-żmien ilu bil-kelma \"tħawwil\" wieħed kien jifhem li l-prodott, li jkun f'forma ta' xitla, jiġi mħawwel bil-mod tradizzjonali fir-raba' tagħna.", "Illum nafu li d-diversi gvernijiet li kellna f'dawn l- aħħar snin ħadmu ħafna fuq il-proġett tal-micro-propagation li għandna f'Tal-Kmand ġewwa Ħal-Lija, li nistgħu ngħidu huwa state of the art technology fejn hemmhekk ix-xtieli ma jiġux imħawla b'mod tradizzjonali, jiġifieri billi titfa' ż-żerriegħa, tikber ix-xitla u mbagħad din tinqala' u terġa' tiġi mħawla.", "Fil-fatt ikun interessanti jekk ngħidu li f'dan il- micro-propagation centre tittieħed biċċa minn werqa, din il-werqa tinqasam f'100 biċċa u mbagħad dawn il-biċċiet jintefgħu f'medium ikkontrollat minħabba t-tip ta' dawl li jkun hemm sakemm dawn il-biċċiet tal-weraq jibdew jikbru.", "Meta mbagħad dawn il-biċċiet tal-weraq jikbru biżżejjed, din tiġi mgħoddija f'medium ieħor fejn bil-mod il-mod il-kondizzjonijiet ambjentali tagħha jibdew jinbidlu sakemm ikunu jistgħu jitħawlu fl-ambjent naturali.", "Klawsola 3 titkellem dwar il-plant health service u filwaqt li subklawsola (1) titkellem dwar ir-responsabbilta` tad-direttur u l-infurzar tar- regolamenti biex ikollna servizz effikaċi, subklawsola (2), li hija maqsuma f'diversi paragrafi, tispjega fiex jikkonsistu s-servizzi tas-saħħa, l- ispezzjonijiet kif ukoll l-iċċekkjar ta' metodi ta' tkabbir u ta' pjanti.", "Permezz ta' din is-subklawsola l-uffiċjali inkarigati se jkollhom il-poter li jagħmlu inspections u jieħdu samples tad-diversi prodotti li jkunu qegħdin jiġu mkabbra.", "Xogħol dawn l-uffiċjali huwa wkoll li jispezzjonaw dawk il-prodotti li jkunu qed jinġarru minn post għall-ieħor u jieħdu kampjuni tagħhom biex jivverifikaw li dawk il-prodotti li jkunu qed jinġarru minn post għall-ieħor ikunu mingħajr mard.", "Subklawsola (2) titkellem ukoll dwar il-kontroll u l-iċċekkjar ta' pjanti meta t-transit containers jiġu miftuħa mill-customs department għal xi skop speċifiku.", "Ġaladarba l-containers jinfetħu mill-uffiċjali tal-customs department għal xi skop speċifiku, dawn għandhom il-poter li jiċċekkjaw u jagħmlu analisi tal-prodotti li jkun fihom dawn il-containers.", "Din is- subklawsola titkellem ukoll dwar l-ammont ta' inspections li għandhom isiru u l-frekwenza ta' meta għandhom isiru l-istess inspections fuq it-tkabbir tal-prodotti.", "Fl-aħħarnett irrid ngħid li subklawsola (2) ssemmi l- phytosanitary certificates.", "Ħalli nispjega x'inhuma eżattament dawn il- phytosanitary certificates.", "Meta jiġu importati pjanti minn barra f'pajjiżna jew inkella jiġu esportati minn pajjiżna, illum nesiġu li dawn il-pjanti jkollhom magħhom ċertifikat, proprju l-phytosanitary certificate, li jgħid li dak l-prodott ma jkunx fih mard.", "Pero` ġaladarba nidħlu fl- Unjoni Ewropea, meta jittieħdu pjanti minn pajjiżna għal pajjiż ieħor li jkun imsieħeb fl-Unjoni Ewropea, ma jkunx hemm bżonn il-phytosanitary certificate għaliex il-ħruġ ta' plant passport ikun biżżejjed.", "Fil-fatt meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-phytosanitary certificate jinħareġ biss meta jkun hemm ġarr ta' prodotti agrikoli lejn jew minn xi third country, bħalma, per eżempju, hi l-Libja.", "Klawsola 3 ssemmi l-plant pests u l-beneficial organisms u titkellem ukoll dwar il-ħtieġa li l-poplu Malti u Għawdxi jiġi nformat dwar il-mard li jista' jkollhom il-pjanti u dwar il-protezzjoni ta' l-istess mard.", "Din il- klawsola titkellem ukoll dwar il-promozzjoni ta' l-integrated pest management, u dan biex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi u l-pjanta tkun tista' titkabbar bl-iktar mod organiku possibbli.", "Fil-fatt meta konna qed nitkellmu dwar il-liġi għall-kontroll tal-pestiċidi, konna għamilna riferenza għal din is-sistema.", "Għal min ma jafx, dan l-integrated pest management jikkonsisti f'li l-bidwi juża insetti li jieklu insetti oħra li jkunu qegħdin jieklu l-prodott.", "Mela jekk inti, fis-serra tiegħek, għandek insett ''A'' li jkun qed jiekol il-prodotti li jkunu qed jitkabbru fl- istess serra, minflok ma jintuża l-bexx u l-kimika biex jinqatel l-insett, illum l-bidwi għandu għad-dispożizzjoni tiegħu insetti oħra bħal, per eżempju, insett ''B'' jew insett ''C'', li jiddaħħlu fis-serra u jieklu lil insett ''A'' ħalli ma tibqax issir ħsara lill-prodotti li jkunu qed jitkabbru fis-serra.", "Ta' min jgħid li għal dawn l-aħħar snin il-bdiewa li jużaw din is-sistema ngħataw għajnuna finanzjarja biex jiġu inkoraġġuti jibqgħu jużawha u fil-fatt hija policy tad-dipartiment u tal-ministeru li l- użu ta' din is-sistema jinfirex mal-pajjiż kollu.", "Klawsola 4, li hija klawsola ġdida, titkellem rigward il-bord dwar il- ħarsien tal-pjanti.", "Għalkemm subklawsola (1) tirrigwarda l-kompożizzjoni tal-bord, m'hawnx eżattament kif se jkun kompost dan il-bord, pero` din ħallejnieha hekk apposta għax meta kienet qed tiġi diskussa l-liġi għall- kontroll tal-pestiċidi fl-istadju ta' kumitat irnexxilna, permezz tas- suġġerimenti li għamlet l-oppożizzjoni, nistabilixxu kif għandu jiġi kompost il-bord.", "Jien persważ li anke meta nkunu fl-istadju ta' kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu l-istess tip ta' kooperazzjoni.", "Filwaqt li subklawsola (1) ta' klawsola 4 tirriferi għar-rappreżentanti tad- direttur tad-dipartiment responsabbli mill-protezzjoni ta' l-ambjent u tad- dipartiment tad-dwana, subklawsola (2) titkellem dwar il-funzjoni tal-bord.", "Fil-fatt waħda mill-funzjonijiet tal-bord se tkun dik li jipproponi regolamenti u jinforza l-istess regolamenti.", "Huwa meħtieġ ukoll li l-bord jinnotifika lill-poplu meta jkun hemm mard speċifiku li jeffettwa lill- pjanti kif ukoll jipprova jipprovdi s-soluzzjonijiet għal dan il-mard.", "Funzjoni oħra tal-bord hija li dan jagħti parir dwar l-impatt ta' plant material, plant products, pests, beneficial organisms or soil fuq l-ambjent tal-pajjiż, jiġifieri jekk fil-pajjiż ikunu se jiddaħħlu pjanti ġodda li normalment ma jkunux imkabbra f'pajjiżna.", "Il-bord għandu wkoll jagħti pariri fuq il-management u fuq l-operazzjoni kollha tal-plant protection service kif ukoll iżomm lill-ministeru informat dwar id-diagnosis, id- detection u l-identification of particular pests and diseases.", "Klawsola 5 titkellem dwar skemi għaċ-ċertifikazzjoni tal-pjanti li għandhom standards internazzjonali, liema ċertifikazzjoni tkun updated regolarment, jiġifieri hawnhekk m'aħniex se ndaħħlu xi ħaġa riġida.", "Ta' min jgħid ukoll li din iċ-ċertifikazzjoni se ssir biex jiġi kkonfermat li l-pjanti jkunu virus tested u disease free.", "Klawsola 6 titkellem proprju dwar il-projbizzjoni ta' importazzjoni ta' ċertu materjal jew prodotti filwaqt li klawsola 7 titkellem dwar permessi u ċertifikati.", "Ta' min jgħid li l-importazzjoni tista' sseħħ biss mill-port u mill-ajruport u l-ebda materjal jew prodott ma jista' jiġi importat f'pajjiżna jekk kemm-il darba ma jkollux iċ-ċertifikazzjoni neċessarja.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu wkoll li jekk fil-pajjiż ikun se jiddaħħal xi tip ta' mard minn prodott speċifiku li ma jkunx se jxerrdu fuq pjanti oħra, jiġifieri ma jkunx se joħloq impatt negattiv, allura dan il-prodott ikun jista' jiddaħħal f'pajjiżna xorta waħda.", "Din il-klawsola tgħid ukoll li jekk ikun hemm bżonn li prodott jiġi pre-treated, huwa importanti li dan il- pre-treatment jingħata qabel ma l-prodott jiġi importat f'pajjiżna.", "Klawsola 8 tirrigwarda l-inspections li jsiru fuq plant material, kemm waqt l-esportazzjoni kif ukoll meta l-istess plant material ikun stored filwaqt li mbagħad klawsola 9 tgħid li meta persuna tirċievi minn barra plant material bħala rigal, il-persuna għandha tinforma lill-uffiċjal awtorizzat bil-għan li l-istess plant material jiġi eżaminat u vverifikat li jkun virus free u disease free.", "Fil-passat, meta r-restrizzjonijiet ma kenux stretti biżżejjed, ġieli ddaħħlet saħansitra s-sida ma' l-għeruq fil- ħamrija meta kienu qegħdin jiġu importati x-xtieli.", "Issa hawn ta' min jgħid li huwa diffiċli ħafna li tneħħi s-sida mill-għelieqi.", "Għalhekk aħna, biex nassiguraw li kemm jista' jkun teknikament possibbli ma jerġax ikollna importazzjoni ta' prodotti simili, li ma jagħmlu xejn ħlief ħsara, daħħalna din il-klawsola.", "Klawsola 10 titkellem dwar il-ħtif, il-qbid jew il-konfiska kemm tal-plant material kif ukoll tal-physical container f'każ ta' materjal suspettat li jkun infettat.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li meta jkun hemm suspett fuq kontenitur, id-dipartiment konċernat ikollu l-poter li jikkonfiska dak il- kontenitur bix-xtieli b'kollox ħalli jkun jista' jiġi determinat jekk il- materjal kollu li jkun fih dan il-kontenitur ikunx disease free.", "Klawsola 11 imbagħad titkellem dwar il-permess għall-importazzjoni.", "Ta' min jgħid li d-direttur, permezz ta' avviż fil-gazzetta tal-gvern, se jkollu l-poter li jinforza regolamenti fir-rigward tal-postijiet barranin minn fejn tkun tista' ssir importazzjoni ta' plant materials.", "Bħalma jaf kulħadd, f'ċerti pajjiżi tad-dinja d-dwieli huma morda, u hawnhekk qed ngħidu li ladarba jkun magħruf li f'post partikolari jkun hemm ċertu mard, id-direttur ikollu l-poter li permezz ta' regolamenti li joħroġ fil- gazzetta tal-gvern, jipprojbixxi li ssir importazzjoni ta' prodotti jew ta' materjal minn dik l-area fejn ikun magħruf li jkun hemm il-mard.", "Din il- klawsola titkellem ukoll dwar il-mod kif id-direttur jista' joħroġ, jirrevoka, iżomm kif ukoll jimponi kondizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta' ċerti plant materials.", "Klawsola 12, kif għedt aktar qabel, titkellem dwar il-phytosanitary certificates u l-plant passports filwaqt li klawsola 13 titkellem dwar il- projbizzjoni fl-importazzjoni f'każ li jkun hemm suspett li xi plant material jew inkella xi parti mix-xtieli jistgħu jxerrdu xi mard ieħor.", "Hawnhekk id-direttur ikollu d-dritt li jżomm milli jiġu importati u mkabbra dawn it-tip ta' prodotti f'pajjiżna.", "Min-naħa l-oħra subklawsola (2) ta' din il-klawsola titkellem dwar l-avviż ta' projbizzjoni, liema avviż jispiċċa wara sitt xhur mit-tħabbir tiegħu fil-gazzetta tal-gvern, dejjem jekk kemm-il darba l-istess notifikazzjoni ma tiġix imġedda.", "Jiġifieri qed ngħidu li jekk id-direttur joħroġ notifika fl-ewwel ta' Jannar fejn jgħid li ċertu prodott ma jistax jiddaħħal fil-pajjiż minħabba li jkun hemm il-biża' li dan il-prodott jista' jxerred xi marda fil-pajjiż, u din in-notifika ma terġax tiġi mġedda fis-sitt xhur ta' wara il-materjal ikun jista` jiddaħħal fil-pajjiż.", "Pero` kemm-il darba notifikazzjoni mill-ġdid dwar il-projbizzjoni ta' dak il-materjal f'dawk is-sitt xhur - allura l-istess materjal ma jkunx jista' jiddaħħal fil-pajjiż.", "Klawsola 14 titkellem dwar il-ħruġ tar-regolamenti u tgħid li l-ministru, bil-parir tal-bord, jista` joħroġ regolamenti dwar tkabbir u marketing ta' plant material, kif ukoll jista` joħroġ regolamenti dwar l-importazzjoni ta` plant material u plant pest u organiżmi għal skop ta` riċerka, basta jkunu ssalvagwardjati il-plant health, is-saħħa pubblika, l-agrikoltura in ġenerali kif ukoll l-ambjent.", "L-istess kif għamilna fil-liġi dwar il-kontroll tal-pestiċidi qegħdin f'dan l-abbozz indaħħlu skeda dwar materjal li għalkemm normalment huwa projbit milli jiddaħħal fil-pajjiż, għal skop ta` riċerka xjentifika, id-direttur jista' jagħti l-permess biex jiddaħħlu, dejjem taħt kontroll u taħt użu kkontrollat u basta tkun issalvagwardjata s-saħħa pubblika għall- agrikoltura in ġenerali kif ukoll l-ambjent agrikolu ta' pajjiżna.", "Klawsola 15 fiha żewġ subklawsoli.", "L-ewwel waħda titkellem dwar il-mod kif l-uffiċjali kollha tad-dwana u tal-posta jkunu meqjusa li qed jgħinu lid- dipartiment tal-phytosanitary biex l-għanijiet ta` din il-liġi jiġu assigurati u mħarsa skond il-Customs Ordinance u l-Post Office Act.", "It- tieni subklawsola tgħid li kull uffiċjal tad-dwana jew tal-posta li jinnota xi ħaġa li tmur kontra dan l-att għandu immedjatament jinforma lill- ispettur tal-plant health service.", "Ovvjament dan ħlief fir-rigward ta' dawk il-prodotti li għamilna riferenza għalihom fil-klawsoli ta' qabel, jiġifieri dawk il-prodotti li għalkemm ikun fihom xi mard fuqhom ikun diġa determinat li dan il-mard mhux se jeffetwa l-ambjent ta' pajjiżna.", "F'dak il-każ, ma jkunux, ma jkunx hemm in-notifikazzjoni lill-plant health services mill-uffiċjali tal-customs u tal-post office għax ikun diġa` ġie ddeterminat li l-importazzjoni ta' dawk il-prodotti b'ċertu materjal mhux se jħalli impatt negattiv fuq l-ambjent agrikolu ta' pajjiżna.", "Klawsola 16 imbagħad titkellem dwar ġarr jew maneġġar ta' kontenituri u tgħid li meta tkun qed issir inspection ta` plant material, dan m`għandux jiġi mċaqlaq minn postu ħlief bil-kunsens ta' l-ispettur awtorizzat li jagħmel hekk taħt din il-liġi.", "Subklawsola 2 ta' klawsola 16 tgħid li l-handling ikun jista' jsir sakemm dan ikun relatat max-xogħol speċifiku ta' l-uffiċjal tad-dwana.", "Ta' min ifakkar ukoll li f'dan is-sens il-liġijiet tad-dwana u tal-post office jibqgħu overriding, jiġifieri jibqgħu fuq din il-liġi tal-plant health.", "Dan ifisser li din il-liġi bl-ebda mod m'hi se tfixkel l-operat tal-liġi tad-dwana jew dik li tirregola l-posta.", "Klawsola 17 titkellem dwar il-mod kif id-direttur jista' jobbliga lil kulmin jagħmel xi forma ta' tkabbir jew negozju relatat mal-pjanti biex jirreġistra l-attivita` tiegħu mal-plant health service, kif ukoll biex jirregola l-attivita` tiegħu ma' xi regolamenti li d-direttur jista` jagħmel minn żmien għal żmien.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li kulmin ikun fin-negozju li jkabbar il-pjanti u jkollu n-nurseries fil-pajjiż irid iżomm lill-plant health service informat bl-attivita` tiegħu perjodikament biex ikun ikkontrollat aħjar l-ammont, it-tip u l-varjetajiet diversi ta' prodotti ta' materjal agrikolu li jkun qed jitkabbar fil-pajjiż.", "Dan jista' jservi wkoll biex ikunu jistgħu jsiru l-inspections neċessarji.", "Ngħaddu għal klawsola 18 li tgħid li kull persuna li tkun importat xi materjal veġetali, meta tiġi mitluba mill-ispettur li jaħdem f'din il- fergħa tad-dipartiment, trid tipprovdi kampjun tal-materjal importat biex jiġi eżaminat fil-parametri ta' din il-liġi.", "Nerġgħu nieħdu l-każ ta' l- importazzjoni tas-siġar taċ-ċitru li għamilt riferenza għalih diġà.", "Normalment din tkun xitla żgħira ta' tlieta jew erba' piedi li jkollha l- għeruq tagħha f'balla bil-ħamrija u bit-tafal.", "Jista' jkun li f'dik il- balla li jkun hemm ma' l-għeruq ikun hemm xi pjanta oħra, kif diġà semmejt, bħall-ħaxixa qerrieda tas-sida li daħlet f'pajjiżna b'dan il-mod.", "Meta ddaħħlu fil-pajjiż ċertu ammont ta' siġar li kellhom dan it-tip ta' ħaxix magħhom u tħawlu, dawn ix-xtieli qerrieda tas-sida sfogaw u mlew kull roqgħa f'pajjiżna.", "Mr Speaker, għalhekk qegħdin nagħmlu enfasi speċjali biex jekk l-ispettur jinnota xi ħaġa mhux tas-soltu f'xi materjal importat, barra li jivverfika dak kollu li jkun hemm imniżżel fil-phytosanitary certificate - kif isir illum li għadna m'aħniex membru ta' l-Unjoni Ewropea, però anke fil-futur - l-ispettur ikollu l-poter li jieħu kampjun ta' din ix-xitla biex jagħmel l- analisi kemm tax-xitla kif ukoll tal-materjal li jkun hemm fil-balla ma' l- għeruq ta' l-istess xitla.", "Dan se jsir biex neliminaw kemm hu teknikament possibbli xi importazzjoni ta' organiżmu li jagħmel il-ħsara fil-qasam agrikolu u fil-qasam ambjentali.", "Klawsola 19 tgħid li kull persuna li tkun se tesporta kunsinna ta' pjanti jew materjal veġetali għandha tissottometti l-kunsinna lis-Servizz tal- Ħarsien tal-Pjanti għall-eżami qabel l-esportazzjoni ħalli joħroġ phytosanitary certificate or plant passport.", "Din id-dokumentazzjoni għandha tkun provduta kemm qabel ma ssir l-esportazzjoni u kemm qabel l- importazzjoni.", "Kif diġà għedt, fis-sitwazzjoni li qegħdin fil-preżent, li m'aħniex fl-Unjoni Ewropea, jekk dan il-materjal ta' pjanti ikun sejjer għal kwalunkwe pajjiż, aħna nkunu meħtieġa li nipproduċu phytosanitary certificate biex il-pjanta tkun tista' tiġi esportata minn pajjiżna jew importata f'pajjiżna.", "Fil-futur meta, jekk Alla jrid, inkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, meta niġu biex nesportaw lejn it-third world countries nużaw il- phytosanitary certificate imma f'każ li nesportaw għal pajjiż li jkun diġà membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, dan ikun jenħtieġ biss a plant passport.", "Jiġifieri fejn jidħol il-qasam tax-xtieli u s-siġar se jkollna sistema bħal dik li għandna fil-qasam ta' l-annimali, fejn kull bhima jkollha l- passaport tagħha.", "Mr Speaker, subklawsola (2) ta' klawsola 19 titkellem dwar il-proċedura kif jinħareġ il-phytosanitary certificate or plant passport skond il- ħteġijiet ta' dan l-att.", "Il-phytosanitary certificate trid issir minn awtorità kompetenti u meta niġu għall-plant passport ikun irid isir minn awtorita` li tkun nursery stabbilita u fiha nfisha tkun awtorità kompetenti.", "Ovvjament meta jinħarġu dawn il-phytosanitary certificates kif ukoll il-plant passports iridu jittieħdu into consideration l-esiġenzi mitluba mill-pajjiż importatur.", "Mr Speaker, klawsola 20 titkellem dwar dikjarazzjoni rigward organiżmu li jagħmel il-ħsara li għandu jiġi notifikat.", "Subklawsola (1) tgħid li d- direttur jista', permezz ta' avviż pubblikat fil-Gazzetta, jiddikjara li ċertu mard jew inkella plant pests huma ta' dannu għall-industrija u kummerċ tal-pjanti, għall-produzzjoni tal-pjanti u għall-ambjent in ġenerali.", "Għaldaqstant meta l-pubbliku jiltaqa' ma' dan it-tip ta' mard jew organiżmi jew plant pests għandu jinforma lill-Plant Health Service.", "Jiġifieri d-direttur għandu d-dover li jinforma lill-pubbliku in ġenerali dwar id-diversi tipi ta' mard li jistgħu jeffettwaw it-tkabbir ta' ċerti pjanti, kemm jekk dawn ikunu pjanti għall-użu kummerċjali, jiġifieri għat- tkabbir ta' pjanti li jinbiegħu min-nurseries, kif ukoll għall-ambjent in ġenerali.", "Imbagħad permezz ta' l-extension services office id-direttur għandu wkoll jagħti d-diversi soluzzjonijiet ħalli l-istess mard ikun jista' jiġi mrażżan.", "Min-naħa tiegħu l-pubbliku, meta jinnota ċertu tip ta' mard, għandu jinforma lil din il-fergħa tad-dipartiment ħalli b'hekk flimkien nieħdu dawk il-passi neċessarji biex kull forma ta' mard tiġi kkontrollata fl- inqas żmien possibbli u bl-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent in ġenerali ta' pajjiżna.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 20 tgħid li min jokkupa jew ikun is-sid ta' art jew fond li fuqu jinstab dan it-tip ta' mard jew pests għandu immedjatament jinforma jew javża lill-Plant Health Service ħalli jkunu jistgħu jittieħdu l-passi rimedjali neċessarji", "Mr Speaker, klawsola 21 titkellem dwar areas infestati.", "Id-direttur jista' b'avviż ippubblikat fil-gazzetta tal-gvern jiddikjara kwalunkwe art jew lok, bini jew struttura fejn jinstabu pests jew mard bħala art infestata.", "Ovvjament l-istess art infestata tiġi immedjatament taħt il- kwarantina.", "Imbagħad wara li tiġi taħt il-kwarantina, id-direttur ikollu l- poter jippreskrivi miżuri sabiex isir trattament jew disponiment ta' kull materjal infestat biex il-marda tiġi eliminata u ma tibqax tiżdied.", "Jittieħdu l-miżuri kollha biex permezz ta' fumigations l-istess mard jiġi meqrud bl-inqas ħsara teknikament possibbli għall-ambjent.", "Wara li jsir dan id-direttur ikun f'pożizzjoni li jiddikjara t-tul ta' żmien li l-istess art, li fuqha jkun instab il-mard, għandha tinżamm taħt kwarantina.", "Klawsola 22 tgħid li wara li tiġi stabbilita l-eżistenza tal-plant pest jew mard ieħor, id-direttur jista' jinnotifika bil-miktub lis-sid, kerrej li jkollu l-art, il-lok kontaminata biex jittieħdu kwalukwe miżuri neċessarji bil-għan li jiġi mrażżan u eliminat xi mard jew pests li jkunu ġew identifikati.", "Ladarba d-direttur ikun jaf b'ċertezza li f'ċertu lok, raba' jew struttura jkun hemm il-mard, id-direttur għandu, permezz ta' avviż bil-miktub, jinnotifika lis-sid bil-kontaminazzjoni, kif ukoll għandu jinformah bil-miżuri kollha neċessarji li għandhom jittieħdu biex l-istess mard jiġi meqrud jew eliminat bl-inqas ħsara teknikament possibbli għall- ambjent.", "Klawsola 23 titkellem dwar il-ksur tar-regolamenti.", "F'każ li sid jew kerrej ma jkunx f'pożizzjoni li jimxi mad-dispożizzjonijiet ta' klawsoli 17 u 18 ta' dan l-abbozz, jiġifieri li jirreġistra mas-Servizz tal-Ħarsien tal- Pjanti u li jipprovdi kampjun tal-materjal importat meta jkun mitlub, id- direttur jista' jordna lill-plant health service biex jesegwixxi l-miżuri neċessarji.", "Allura hawnhekk qegħdin ngħidu li meta d-direttur ikun jaf b'ċertezza li jkun hemm raba', għelieqi, struttura jew bini li fuqhom ikun hemm mard fuq pjanti, id-direttur għandu javża lis-sid jew jew kerrej bil-miżuri li għandhom jittieħdu biex l-istess mard jiġi eliminat.", "Iżda meta s-sid, kerrej ma jeħux il-miżuri neċessarji kif ordnat mid-direttur tal-plant health service, id-direttur għandu d-dritt li jqabbad il-plant health service biex jesegwixxi dawk il-miżuri neċessarji ħalli l-istess mard jiġi eliminat, nerġa' ngħid, bl-inqas ħsara teknikament possibbli għall-ambjent.", "Fl-eventwalità li l-kerrej jew sid ma jismax mill-instructions li jkun tah id-direttur u l-plant health service ikollu jagħmel hu stess it-trattament meħtieġ fil-proprjetà ta' l-istess sid jew kerrej, allura ġustament dan ikollu jħallas għall-ispejjeż ta' l-istess trattamenti.", "Jiġifieri f'każ li l-kerrej ikun notifikat bil-miktub mid-direttur tal-plant health service biex jieħu dawk il-miżuri kollha biex jelimina l-istess mard, u dan jinjora l-istruzzjonijiet, id-direttur jista' jordna lill-plant health service tesegwixxi l-miżuri hi stess a spejjeż tas-sid jew il-kerrej.", "Fi klawsola 24 imbagħad insibu li meta art jew lok li fuqu kien hemm imposta kwarantina jiġi kkontrollat jew newtralizzat mill-plant diseases jew pests, id-direttur għandu jinnotifika fil-gazzetta tal-gvern id-data meta tkun ġiet imneħħija l-istess kwarantina.", "Jiġifieri wara li d- direttur ikun innotifika fil-gazzetta tal-gvern li ċerta area, bini jew struttura tkun ġiet taħt kwarantina, imbagħad malli din tkun ġiet newtralizzata mill-mard li jkun hemm, id-direttur ikun fid-dover ukoll li jerġa' javża fil-gazzetta tal-gvern id-data meta tkun ġiet imneħħija l- istess kwarantina.", "Mr Speaker, klawsola 25 titkellem dwar il-kumpens.", "Subklawsola (1) tgħid li meta ssir ħsara b'riżultat ta' miżuri li jkunu ttieħdu mill-plant health service, il-ministru jista' jikkumpensa lis-sid tal-ħsara li tkun saret.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu x'jiġri meta jkun ingħata avviż mid-direttur u tidħol il-plant health service f'post biex trażżan il-firxa ta' xi organiżmu li jagħmel il-ħsara, u tiġi danneġġata parti mill-proprjetà jew inkella xi prodott ieħor li seta' jitkabbar fl-istess proprjetà.", "F'dan il- każ ikun hemm kumpens li għandu jingħata bħala konsegwenza ta' traskuraġni, ta' operat ħażin min-naħa tal-plant health service fl-eliminazzjoni tal- mard fl-istess area.", "Subklawsola (2) ta' l-istess klawsola tipprovdi li l-ministru ma jkunx obbligat li jikkumpensa lil xi persuna li tkun sofriet xi telf bħala riżultat ta' xi azzjoni awtorizzata mid-direttur jekk din l-azzjoni tkun ittieħdet biex jinstab rimedju għal sitwazzjoni kkawżata b'negliġenza fl- osservar tar-regolamenti ta' dan l-att min-naħa tas-sid ta' l-art jew il- post. F'dan il-każ id-dipartiment ma jkunx obbligat li jħallas kumpens tad- danni li jistgħu jirriżultaw waqt it-tindif jew l-eradikazzjoni ta' l- istess diseases jew pests mill-istess post. Anzi, fejn is-sid jew kerrej, b'mod negliġenti jħalli li tiġi kkaġunata ħsara fuq il-proprjetà tiegħu, ikun obbligat iħallas lill-plant health service għas-servizz ta' l- eradikazzjoni li tkun saret fil-proprjetà tiegħu.", "Apparti minn hekk, jekk bħala riżultat ta' l-operazzjoni biex jiġi eliminat kull forma ta' mard fi proprjetà ta' persuna ssir ħsara fuq il- proprjetà ta' terza persuna, is-sid ikun obbligat ukoll iħallas għall-ħsara li tkun saret fil-proprejta' tat-terza persuna.", "U s-sid ta' l-ewwel proprjetà fejn ikun hemm il-mard jista' wkoll ikollu jħallas għall-kumpens tal-ħsara relatata li l-gvern ikollu jħallas lil third parties oħra kaġun ta' l-istess eradikazzjoni.", "Allura s-sid li fuq il-proprjeta' tiegħu oriġinarjament ikun ġie identifikat il-mard, ikollu jħallas ukoll għall- ħsara li tista' ssir fuq prodotti ta' nies li jkollhom area li tmiss ma' l- istess area li fuqha jkun hemm il-mard, u li wkoll tkun ġiet impoġġija taħt kwarantina.", "Subklawsola (3) ta' klawsola 25 titkellem fuq il-mod kif il-ministru, fuq parir tal-bord jiddetermina l-ammont ta' kumpens li għandu jitħallas meta tkun saret xi forma ta' ħsara min-naħa tal-plant health service waqt l- operat tagħha.", "Ikun hemm il-proċedura kif għandu jiġi stabbilit il- kumpens li għandu jitħallas b'mod xieraq u ġust lil min tkun saritlu l- ħsara.", "Subklawsola (4) ta' din l-istess klawsola tgħid li fil-każijiet fejn issir qerda bla bżonn min-naħa tal-plant health service ta' xi ħaġa li ma kenitx infestata, waqt l-eliminazzjoni ta' xi forma ta' mard fuq xtieli oħra u tkun saret xi ħsara minħabba negliġenza jista' jintalab kumpens.", "Meta s-sid ma jkunx kuntent bl-istima tal-kumpens imsemmi f'subklawsola (3), dan ikollu d-dritt jieħu passi legali biex jingħata l-kumpens xieraq u ġust kif ikun jidhirlu hu.", "Klawsola 26 titkellem fuq ħatra ta' spetturi biex jinforzaw id- dispożizzjonijiet ta' dan l-att.", "Subklawsola (2) tgħid li l-ministru, bil- parir tad-direttur, jista' jinnomina wkoll uffiċjali tad-dipartiment biex ikunu spetturi temporanji.", "Imbagħad klawsola 27 tispeċifika s-setgħat ta' dħul, tiftix u qbid.", "Il-pulizija jkollha d-dritt li tkun assistita minn spetturi maħtura skond dan l-att biex jidħlu u jiċċekkjaw u jikkonfiskaw apparat jew materjal li jmur kontra l-interess ta' dan l-att.", "Jiġifieri fejn ikun hemm suspett li xi produzzjoni agrikola jkun fiha traċċi ta' mard jew tkun qed issir produzzjoni b'sistema li tista' teffettwa ħażin jew li tista' xxerred mard fil-qasam agrikolu ta' pajjiżna, l-ispetturi maħtura apposta jkollhom id-dritt li jidħlu jiċċekkjaw u jieħdu kampjuni biex jagħmlu l-analisi neċessarja ħalli jkun diterminat x'passi jkunu jridu jittieħdu jekk ikun hemm xi mard.", "Klawsola 28 tispjega fid-dettall li l-ispettur awtorizzat ikollu dritt li jiġbor materjal li jmur kontra l-ispirtu ta' dan l-att, iżda huwa għandu, malajr kemm jista' jkun, jinnotifika lis-sid li jkollu taħt idejh il- pussess ta' l-oġġett, bil-passi kollha li jkunu ttieħdu.", "L-ispettur li jagħmel it-tfittxija għandu wkoll jagħti riċevuta ta' l-affarijiet li jkun ikkonfiska.", "Klawsola 29 titkellem dwar ir-reati li jmorru kontra l-ispirtu ta' din il-liġi u tgħid:", "Kull persuna li, kemm personalment jew permezz ta' impjegat jew aġent -", "(a) tkabbar jew ikollha fil-pussess tagħha, tbiegħ, toffri għall- bejgħ, iġġorr jew tqassam b'xi mod -", "(i) xi materjal veġetali, organiżmu li jagħmel il-ħsara, ħamrija, organiżmu li jagħmel il-ġid, materjal ta' l- ippakkjar li hi tkun taf li ġie importat f'Malta bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att; jew", "(ii) xi ħaġa infestata b'organiżmu li jagħmel il-ħsara, li jaqa' taħt il-kontroll ta' dan l-Att jew suġġet għal xi avviż maħruġ skond l-artikoli 17 jew 18,", "(b) li tattakka, tirreżisti, thedded jew tfixkel volontarjament lil xi spettur jew uffiċjal inkarigat waqt li jkun qed jaqdi l- funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att;", "(ċ) li tirrifjuta jew tittraskura li tobdi xi ordni jew direttiva magħmula b'mod legali jew mogħtija taħt dan l-Att;", "(d) li, mingħajr l-ebda skuża raġonevoli, tonqos li twieġeb għal xi mistoqsija li tkun saritilha minn xi spettur jew uffiċjal awtorizzat jew li tipproduċi xi ħaġa li għandha tiġi prodotta skond dan l-Att;", "(e) li tonqos milli tħalli li jsir xi tfittix jew spezzjoni skond dan l-Att;", "(f) li ma tħallix jew li tittanta li ma tħallix lil xi persuna oħra li tħares l-ordnijiet jew direttivi, milli twieġeb mistoqsijiet, li ma tipproduċix xi ħaġa jew li ma tħallix li jsiru tfittxijiet jew spezzjonijiet skond dan l-Att;", "(g) li xjentement jew bi traskuraġni tipprovdi tagħrif li jkun falz f'materja partikolari, bl-iskop li takkwista permess jew ċertifikat jew għat-tħaris intenzjonat tal-ħtiġiet ta' dan l- Att;", "(h) li tibdel, tiffalsifika bi kwalunkwe mod, tħassar jew teqred xi dokument mogħti lil jew maħruġ mid-Direttur skond dan l-Att;", "(i) li tikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att jew ta' xi regolamenti magħmulin taħtu,", "tkun ħatja ta' reat taħt dan l-Att.\"", "Jiġifieri jekk xi ħadd jikser xi waħda minn dawn ir-regolamenti li semmejt, ikun ħati ta' reat taħt dan l-Att.", "Klawsola 30 titkellem dwar il-pieni u tgħid li fuq l-ewwel offiża jkun hemm multa ta' mhux aktar minn Lm200, imbagħad jekk tinstab ħati għat-tieni darba jew iktar, teħel multa ta' mhux aktar minn Lm500 jew priġunerija għal mhux aktar minn sena jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien.", "Subklawsola (2) imbagħad tgħid li barra dak stipulat f'subklawsola 30(1), meta bniedem jinstab ħati ta' xi reat skond dan l-att, il-qorti tista' tikkonfiska jew tiġbor kull ħaġa li tkun ġiet użata fir-reat, u anke timponi multa addizzjonali ekwivalenti għall-qligħ li jkun sar minn xi prodott li jkun diġà ġie mibjugħ.", "Jiġifieri meta l-prodott ikun inbiegħ issir stima tal-prodott u s-sid jew il-kerrej ikun obbligat iħallas l- istess ammont bħala multa.", "Barra minn hekk il-qorti tista' wkoll tiġbor multa bbażata fuq il-qligħ li jkun sar jew li jkun seta' sar bl-eżekuzzjoni ta' l-istess reat.", "Biex nieħdu eżempju ċar, jekk bniedem ikollu tomna raba' li fiha jkollu prodott li jmur kontra l-ispirtu ta' dan l-Att u jkun biegħ nofsu għall-valur ta' Lm100, u min-nofs l-ieħor ikun smat li jista' jinġabar il-valur ta' Lm100 oħra, allura l-qorti tista' tordnalu jħallas l- ekwivalenza ta' Lm200 li jkun qala' fl-esekuzzjoni ta' l-istess reat.", "Il- qorti tista' wkoll tħassar kull permess mogħti skond dan l-Att u ma tħallix li l-persuna li tkun instabet ħatja milli jkollha permess simili għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin.", "Sur President, klawsola 31 titkellem dwar dawk il-każijiet ta' kontravvenzjoni kontra dan l-att u qed tgħid li peress li dawn ir-reati, meta mqabbla ma' reati oħra, huma żgħar, meta jkun hemm każijiet ta' kontravvenzjoni kontra dan l-att, dawn il-każijiet jistgħu jiġu trattati f'livell inqas minn dak ta' maġistrat.", "Klawsola 32 qed tagħti d-dritt ta' ħruġ ta' avviżi legali u subklawsola (1) tagħha tgħid hekk:", "''(1) Il-Ministru jista' jagħmel regolamenti, b'mod ġenerali biex jingħata effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta' dan l-Att, u b'mod partikolari, jista' jagħmel regolamenti għall-għanijiet kollha li ġejjin jew għal xi wieħed minnhom:", "(a) biex jipprojbixxi jew jirrestrinġi l-introduzzjoni f'Malta ta' xi materjal veġetali li x'aktarx iddaħħal f'Malta xi organiżmu li jagħmel il-ħsara, kemm jekk ikun diġa` preżenti f'Malta kif ukoll jekk ma jkunx, jew li jkollu karatteristiċi noċivi jew mhux mixtieqa jew li jkun jippartjeni għal xi razza mhix mixtieqa;", "(b) biex jipprojbixxi jew jirrestrinġi f'Malta ta' –", "(i) xi ħamrija, materjal ta' l-ippakkjar jew xi ħaġa oħra speċifikata fir-regolamenti li x'aktarx iddaħħal f'Malta xi organiżmu li jagħmel il-ħsara kemm jekk ikun diġa` preżenti f'Malta kif ukoll jekk ma jkunx, jew;", "(ii) xi organiżmu li jista' jagħmel il-ħsara jew xi organiżmu li hu jew li jkun allegat li jkun organiżmu li jagħmel il-ġid;", "(ċ) biex jaħtar postijiet ta' dħul u stazzjonijiet tal-kwarantina;", "(d) biex jippreskrivi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minn xi spettur jew minn persuna oħra fl-eżerċizzju tas-setgħat jew fit- tħaddim tad-dmirijiet skond dan l-att;", "(e) biex jippreskrivi l-proċeduri li għandhom jiġu adottati għat- trattament ta' xi materjali importati regolati b'dan l-Att u tal-mezzi ta' ġarr li jġibuhom f'Malta biex jimpedixxi jew jikkontrolla d-dħul f'Malta ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara;", "(f) biex jipprovdi għall-kontroll u l-kura ta' materjal veġetali miżmum jew imkabbar b'mod iżolat jew f'kondizzjonijiet ta' kwarantina kemm jekk ikun fi stazzjonijiet ta' kwarantina jew x'imkien ieħor;", "(g) biex jitlob il-provvista u l-manutenzjoni ta' dawk il-faċilitajiet skond kif raġonevolament preskritt;", "(h) biex jipprovdi għall-ispezzjonar ta' materjal veġetali, domestiku, ħamrija jew materjal ta' l-ippakkjar għall-esportazzjoni u biex jinħarġu ċ-ċertifikati fitosanitarji u passaporti tal-pjanti;", "(i) biex jippromwovi l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn id- Dipartimenti tal-Gvern u terzi persuni sabiex jiġu implimentati u infurzati d-disposizzjonijiet ta' dan l-Att;\".", "Mr Speaker, din il-liġi se tiġi mibnija proprjament fuq klawsola 32.", "Fil- fatt klawsola 32 qed tagħti l-poter lill-ministru li joħroġ avviżi legali f'kull fergħa u f'kull qasam ta' l-agrikoltura ħalli b'hekk permezz ta' l- avviżi legali jkunu jistgħu jinħarġu r-regolamenti neċessarji li permezz tagħhom se tiġi mħaddma din il-liġi.", "Klawsola 33 imbagħad hija maqsuma fi tliet subklawsoli.", "L-ewwel waħda titkellem dwar l-ispejjeż anormali li jseħħu fit-twettiq tax-xogħol ta' inspectors u authorised officers, bħal per eżempju, meta jkun hemm il-bżonn ad hoc li jinkera makkinarju biex jinġarr ċertu materjal.", "Din is- subklawsola qed tgħid ukoll li min jitfa' materjal ikkontaminat fuq xi sit partikolari jkun obbligat li jħallas għall-kiri ta' l-apparat biex jkun jista' jiġi esegwit it-tindif u l-eliminazzjoni tal-prodotti li jkunu nfettati.", "Min-naħa l-oħra, subklawsola (2) titkellem dwar ħlas lill-gvern li persuna tkun obbligata tħallas jekk tkun għamlet dannu fi proprjeta` minħabba negliġenza.", "L-aħħar subklawsola mbagħad tgħid li jekk ma jsirx ħlas lill-gvern, jiġifieri lill-health plant service, dan jiġi kkonsidrat bħala dejn lill-gvern min-naħa tal-kerrej jew tas-sid.", "L-aħħar klawsola li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi, jiġifieri klawsola 34, titkellem fuq il-mod kif il-liġi eżistenti se tiġi repealed, pero` sakemm jiddaħħlu l-avviżi legali l-ġodda, il-liġi eżistenti tista' titqies bħala li għadha in vigore.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, min-naħa tagħha l-oppożizzjoni taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi għax dejjem huwa ta' ġid għal pajjiżna li jkomplu jissaħħu l-istrutturi legali li jsostnu l-qasam agrikolu fid-dawl ta' ċertu mard u ta' ċerti nuqqasijiet oħra li qed jesperjenzaw pajjiżi oħra f'dan il-qasam.", "L-oppożizzjoni tħares b'interess lejn dan l-abbozz ta' liġi mhux mil-lat ta' dak li għadu kemm qal il-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd, jiġifieri mill-aspett tekniku ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "M'hemmx dubju li dwar l-aspett tekniku se jkollna ċans li nelaboraw iktar fi stadju ta' kumitat, pero` jien nixtieq li matul dan id-dibattitu l-gvern jispjega b'mod ċar x'għamel matul dawn l-aħħar sentejn biex jirristruttura lill-qasam ta' l-agrikoltura.", "Jien nixtieq li fil- winding up il-ministru jagħti rendikont ta' l-investiment li l-gvern wettaq matul dawn l-aħħar sentejn sabiex jara li jkun hemm l-istrutturi meħtieġa f'dan il-qasam.", "Nixtieq ukoll inkun naf x'se jagħmel il-gvern fis-sena, sentejn u tliet snin li ġejjin.", "Sur President, din in-naħa temmen bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran għaliex din il-politika tiffoka l-iktar fuq iċ-ċirkostanzi tal-poplu tagħna.", "Mill-banda l-oħra l-gvern jemmen li Malta għandha tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea u għalhekk naħseb li l-gvern jagħmel tajjeb jekk f'dan l-istadju jgħarrafna bl-investiment li sar biex dawk il-Maltin u l-Għawdxin li jaħdmu f'dan il-qasam jew inkella li qegħdin jistudjaw dwar dan il-qasam jitħarrġu f'universitajiet Ewropej.", "Jien naħseb li issa li l-partit Nazzjonalista ilu iktar minn sentejn fil-gvern, wasal iż-żmien li jgħidilna kemm tħarrġu żgħażagħ u uffiċjali tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd biex għada pitgħada jkunu kapaċi jamministraw u jmexxu l-istruttura li tipprovdi din il-liġi.", "F'pajjiżna għandu jkompli jkollna settur agrikolu li jrendi, mhux biss għall-ġid tal-ħaddiema tal-ministeru tal-biedja u sajd imma wkoll għall-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, u għalhekk ikun tajjeb jekk wieħed jistaqsi kemm saru laqgħat ma' l-importaturi tal-pjanti u x'osservazzjonijiet jew diffikultajiet qanqlu dawn l-importaturi.", "Aħna rridu niftakru li pajjiżna huwa gżira u tagħmel kemm tagħmel kontroll, dejjem jibqa' lok għal ċerti abbużi.", "Għalhekk laqgħat bħal dawn iħallu impatt qawwi għaliex għaliex l-individwu jsir konxju ta' dak li qed jilleġisla l-gvern, hu min hu, dwar dak li qed jipprattika bħala struttura.", "Ikun tajjeb jekk il-ministru jgħidilna jekk ġewx esperti biex ifehmu lill- uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura dwar kif għandhom jagħmlu enforcement u management tajjeb dwar dak li qed nilleġislaw.", "Nixtieq li meta jkun qed jagħmel il-winding up, il-ministru jgħidilna wkoll jekk sarux laqgħat bejn id-diretturi u jekk iva, x'irriżulta minn dawn il- laqgħat ħalli b'hekk inkunu nistgħu nidentifikaw eżattament l-intoppi li m'hemmx dubju li se jkollna nħabbtu wiċċna magħhom ilkoll.", "B'hekk anke meta għada pitgħada niġi biex nagħmel il-kritika tiegħi, almenu nkun ingħatajt background dwar fejn qed nantiċipaw li naslu minkejja n- nuqqasijiet li jġibu dawn il-bidliet.", "Għalkemm fl-imgħoddi kellna ċerti disfatti, fl-istess ħin kellna wkoll ċerti avvanzi.", "Per eżempju, fis-snin tmenin pajjiżna, grazzi għall- amministrazzjonijiet Laburisti, kien irnexxielu jintroduċi l-esportazzjoni tal-gladjoli u tal-krisantemi.", "Dan il-pass mhux biss ta dimensjoni ikbar lis-settur agrikolu u ħoloq tip ta' esportazzjoni li tista' titkattar, tinfirex u tikber, talli żied id-dħul tan-nies li jappartjenu lill-qasam tal-biedja.", "Imma sfortunatament, wara ftit żmien, il-pajjiżi li kienu qed jiġu esportati lejhom dawn il-prodotti waqqfu l-importazzjoni tagħhom minħabba ċertu mard li kien qed jirriżulta.", "Sal-lum għadna ma rnexxielniex nerġgħu nibdew nesportaw lejn dawn il-pajjiżi.", "Hawnhekk għandna nindunaw kemm huwa importanti l-enforcement.", "Huwa biżżejjed li nsemmi l- esportazzjoni tal-patata lejn is-suq Olandiż.", "Jekk Allaħares qatt one fine day titfaċċa xi marda f'pajjiżna u tintlaqat il-patata, naturalment l- Olanda taqbad u twaqqaf dan il-proċess bil-konsegwenzi li dan iġib miegħu għall-bdiewa u għall-poplu kollu, u kif ġara fil-każ ta' l-importazzjoni tal-gladjoli u tal-krisantemi, huwa diffiċli ħafna li terġa' tibni dik it- tip t'esportazzjoni.", "Il-ministru preċedenti, sieħbi l-Onor.", "Ċensu Galea, kien introduċa numru ta' varjetajiet ta' patata għall-esportazzjoni.", "Jien m'għandi xejn kontra li jiġu ntrodotti dawn il-varjetajiet għall-esportazzjoni, pero` meta kont tkellimt ma' l-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura konna qbilna li għall-ħames snin ta' wara nipproduċu varjeta` waħda ta' patata għall- esportazzjoni.", "Aħna fehmna lill-esportaturi li jekk inħallu li jidħlu f'Malta ħames varjetajiet ta' żrigħ ta' patata, inkunu qed inkabbru r- riskju li jiddaħħal il-mard.", "Kemm l-agricultural export marketing board kif ukoll l-esportaturi Olandiżi qablu li dan jagħmel ħafna sens u għalhekk flimkien konna ddeċidejna li nkabbru l-varjeta` Alpha għall-esportazzjoni.", "Ara llum l-awtorita` kkonsidrat li terġa' tibda ddaħħal varjetajiet oħra li hi temmen li huma iktar kompatibbli u vantaġġjużi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, niġbidlek l-attenzjoni li sar il- ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 27 ta' Marzu fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-ħin li għandi għalija llejla nixtieq nitkellem fuq dak li semma' l-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Parlamentari Mugliett biex jipprova jwieġeb għal dak li kien qajjem f'din il-Kamra l-Onor.", "Joe Mizzi, il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni fuq l- ambjent kif ukoll membru f'isem l-oppożizzjoni fl-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Fl-aġġornament tiegħu tal-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Parlamentari Mugliett ipprova jdur u jilgħab bil-kliem fuq l-affarijiet li ġraw.", "Infakkar li l-oppożizzjoni permezz tal-ħabib tiegħi l-Onor.", "Joe Mizzi semmiet li f'dak li għandu x'jaqsam ma' tħammil u xogħol relatat mal- kumpless sportiv tal-Kottonera kien hemm rimi ta' ħamrija fil-baħar.", "Dwar dan kienu anke ġew esebiti ritratti li ġew impoġġija wkoll fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Tant hu hekk li l-istess Awtorita` ta' l-Ippjanar imbagħad kellha toħroġ enforcement notice biex dan ma jibqax jiġri.", "Fid-diskors tiegħu, l-Onor.", "Mugliett ipprova jilgħab u jdur bil-kliem biex ma jgħidx li dawn il-fatti ġraw, imma min-kliemu stess ħareġ li għalkemm hu m'huwiex responsabbli għal dawn l-affarijiet, fil-fatt hemm min hu responsabbli.", "Dan juri li l-partit Nazzjonalista fil-gvern għadu l-istess partit ta' qabel l-1996.", "Wara t-telfa elettorali ta' l-1996 kienu qalu li l-lezzjoni ħaduha pero` issa jirriżulta bil-provi - mhux fuq dan il-każ biss imma anke fuq każijiet oħrajn - li l-partit Nazzjonalista għadu l- istess; ma tgħallimx, anzi pjuttost ġaladarba rnexxilu jirbaħ l-elezzjoni ta' l-1998, wara t-22 xahar ta' gvern Laburista, mar għall-agħar.", "Wieħed jista' josserva wkoll li kemm qabel l-1996 u anke llum, ir- responsabbilta` politika donnu ma jrid jerfagħha ħadd.", "F'dan il-pajjiż, jiġri x'jiġri, ħadd ma jerfa' r-responsabbilta` politika, ministru wara l- ieħor ifarfar ir-responsabbilta` ministerjali minn fuqu għal fuq ta' taħtu.", "Naturalment ta' taħthom jagħlqu ħalqhom u jibqgħu fil-pożizzjonijiet li jkunu għaliex jekk l-iżball veru jkun sar minn ta' taħthom, allura l- ministru għandu jara x'passi jieħu.", "Jien ngħid li l-irġulija titlob li kull ministru jerfa' ir-responsabbilta` politika tiegħu u mhux nibqgħu bil- kultura ta' xejn m'hu xejn.", "Is-Segretarju Parlamentari Mugliett qal li l-construction management plan ma kienx sar, meta dan suppost kien sottomess.", "Jien m'iniex espert imma mill-ftit li sirt naf, dan il-construction management plan ifisser li meta wieħed ikun qed jagħmel ċertu xogħol, bħal xogħol ta' tħammil, irid jara fejn u kif se jiddisponi mill-materjal li jibqa'.", "Imma għalkemm minn dan kollu ma sar xejn, xorta qisu ma ġara xejn.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li mhux biss jirriflettu ħażin fuq min igħidhom imma jirriflettu ħażin ukoll fuq il-gvern kollu kemm hu.", "Meta bdejt l-intervent tiegħi għedt li fl-aġġornament tiegħu l-Onor.", "Mugliett ipprova mhux biss ma jerfax ir-responsabbilta` politika li suppost għandu jerfa' talli aktar minn hekk jirriżulta li ġraw affarijiet li ma kellhomx jiġru minħabba dawn in-nuqqasijiet.", "Jien m'iniex qed ngħid li ħadd ma jiżbalja, imma għallinqas mhux qisu ma ġara xejn.", "Isir ħafna diskors fuq l-ambjent u dwar kemm qed naħdmu favur l-ambjent imbagħad meta niġu għall-fatti addio l-ambjent u addio kollox .", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar il-multa.", "Meta l-Awtorita` ta' l- Ippjanar investigat il-każ u rat li fil-fatt kien hemm affarjiet li mhux suppost saru, waħħlet multa.", "U s-Segretarju Parlamentari kulma għamel kien li staqsa x'ġara minn dan ix-show kollu ta' l-Onor.", "Mizzi.", "Huwa qal li l- Lm1000 multa li waħlu mhux se joħroġha hu jew is-segretarjat imma se titnaqqas mill-budget ta' l-isports.", "U allura l-mistoqsija li nixtieq nagħmel jien lill-ħabib kollega tiegħi l-Onor.", "Mugliett hi għalfejn din il- multa se titnaqqas mill-budget ta' l-isports.", "Jien ngħid li għandu jeħel min kien responsabbli minn dan it-tfigħ li sar b'mod abbużiv u llegali.", "Jekk is-Segretarju Parlamentari ma refax ir-responsabbilta` politika, ma narax għalfejn issa għandu jerfa' r-responsabbilta` finanzjarja.", "Jekk kien il-kuntrattur li kien responsabbli li mar 'il hinn minn dak li kellu permess għalih jew minn dak li suppost għamel, allura għaliex m'għandux jitgħabba hu bil-piż?", "Jew għax il-kuntrattur forsi nzerta mill-istess distrett tagħna jew forsi qrib tagħna dawn l-affarijiet jiġu kkunsidrati iktar minn affarijiet oħra?", "Jien ngħid li l-multa m'għandhiex titnaqqas mill-budget ta' l-isports imma għandu jħallasha min għamel l-iżball; jekk l- iżball sar min-naħa tal-kuntrattur għandu jħallas il-kuntrattur u jekk l- iżball sar min-naħa tas-segretarjat jew tad-dipartiment, ir-responsabbilta` politika wkoll għandha titħallas u mhux kulħadd ifarfar fuq ħaddieħor.", "It-tielet ħaġa li nixtieq insemmi fuq dan il-każ hi dwar jekk l-Onor.", "Mizzi jridx li x-xogħol fuq il-kumpless tal-Kottonera jsirx jew le.", "Jiena bħala kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar l-isports, u nista' ngħid il- Partit Laburista kollu, irridu li dan ix-xogħol jitlesta kemm jista' jkun malajr, l-ewwelnett għax f'pajjiżna għandna bżonn li jkollna iktar faċilitajiet sportivi u t-tieni nett għaliex din pajjiżna dalwaqt se jorganiżża l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.", "Nittama li ma nerġgħux ngħaddu mill-istess esperjenza li għaddejna minnha fl-1993 meta kienet qed tinbena l-pixxina nazzjonali fejn l-atleti tagħna ma kellhomx żmien biżżejjed biex jużaw il-pixxina nazzjonali li finalment kellu jsir fiha l-avveniment relatat ma' l-għawm.", "Konna bdejna at par minflok b'vantaġġ fuq l-atleti barranin, meta suppost kellna għallinqas nieħdu l-benefiċċju li konna qed nikkompetu f'pajjiżna stess.", "Għalhekk aħna rridu li x-xogħol mhux biss isir iżda jsir bis-serjeta` u mhux b'detriment għall-ambjent, per eżempju f'dan il-każ il-baħar, fejn biex nagħmlu ħaġa nħassru oħra.", "Wieħed għandu jiftakar ukoll li l-baħar jagħmel ntegrali mill-ambjent ta' pajjiżna u li jekk nagħmlu ħsara lilu nkunu qed nagħmlu ħsara wkoll lis- settur turistiku.", "Jekk pajjiżna għandu xi ħaġa x'joffri, dan huwa proprju l-baħar u għalhekk għandna nibżgħu għalih mhux biss minħabba t-turisti imma anke għalina stess.", "U qed insemmi s-settur turistiku biss bħala eżempju.", "Bi kliemu stess is-Segretarju Parlamentari ammetta li saru l-iżbalji u dan juri li kien hemm nuqqas ta' ppjanar.", "Filwaqt li rridu li x-xogħol jitlesta kemm jista' jkun malajr, ma rridux li dan isir b'detriment għall- ambjent.", "It-tieni punt li nixtieq insemmi u li m'għandu x'jaqsam xejn ma' dan li għadni kif semmejt, huwa dwar il-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ.", "Il-ġimgħa li għaddiet kien il-21 ta' Marzu u issa saret drawwa li f'din il-ġurnata jsiru diversi stqarrijiet dwar iż-żgħażagħ u bħal ġranet oħrajn, bħal Jum il-Mara u Jum l-Omm, tiġi din il-ġurnata, nagħmlu ftit fuss anke permezz tal-media imbagħad jgħaddi kollox.", "Naturalment il-problemi jibqgħu hemm, l-istqarrijiet isiru, ir-ritratti jittieħdu fuq il-ġurnali pero` mbagħad nispiċċaw biex il-problemi xorta jibqgħu hemm.", "Hemmhekk għandu jibda l-veru xogħol mhux biss noqogħdu nsemmu l-problemi.", "Iż-żgħażagħ għandhom ħafna pożittiv u allura huwa importanti ħafna li nibnu fuqu.", "Ta' spiss nisimgħu fuq l-aħbarijiet u permezz tal-media fuq problemi relatati maż-żgħażagħ.", "Pero` ċertament li ftit li xejn jissemmew affarijiet pożittivi bħall-volontarjat, anke fil-qasam tal-Knisja per eżempju li minn żmien twil ilha attiva f'dan il-qasam, kif ukoll iż- żgħażagħ li jipparteċipaw fil-qasam tal-volontarjat marbut mal-Knisja, volontarjat ieħor lajk biex insejjaħlu hekk, kif ukoll fil-qasam sportiv.", "Hemm eluf ta' żgħażagħ li jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet.", "Fil-ftit tal-ħin li baqagħli nixtieq niġbed l-attenzjoni għal xi problemi li hu importanti li nagħtu kashom u mhux sempliċiment jgħaddi Jum iż-Żgħażagħ, nagħmlu l-istqarrijiet u nieqfu hemm.", "Huwa importanti li pajjiżna jagħmel l-isforzi kollha neċessarji biex joħloq iktar opportunitajet ta' xogħol u mhux noqogħdu noħolmu u nittamaw li ż-żgħażagħ tagħna għada pitgħada jistgħu jsibu xogħol fl-Unjoni Ewropea, apparti li din minnha nnifisha m'hijiex l-istampa vera; m'għandix il-ħin li noqgħod nidħol fid-dettall.", "Jekk naraw iċ-ċirkostanzi kif inhuma llum insibu li huwa ta' tħassib li 56% taż-żgħażagħ li qed jirreġistraw għax- xogħol qed jireġistraw fl-inqas livell għal xogħol elementari.", "Jien naħseb li dan hu marbut direttament mal-qasam edukattiv.", "Qasam ieħor li hemm bżonn li nagħtu kasu bis-serjeta` hu li t-tibdil li hemm bżonn li jsir għandu jsir bis-sens għax fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq suġġett li jolqot il-futur taż-żgħażagħ tagħna.", "Meta naraw li 26% ta' l-istudenti ma jkomplux jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena ċertament li nindunaw li għandna l-problemi.", "Irridu naraw għalfejn dawn l-istudenti żgħażagħ qed jagħżlu li mas-16-il sena jieqfu u ma jkomplux bl-istudju tagħhom.", "Għalhekk huwa importanti li nagħmlu dawk it-tibdiliet neċessarji fis- sistema edukattiva biex din tkun valida u tattira iktar studenti sabiex ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena.", "Tajjeb ukoll li nsemmi l-problemi marbuta mad-drogi, ma' l-abbuż ta' l- alkoħol u mat-tipjip.", "Hu importanti li l-ħidma tkompli tiżdied biex dawk iż-żgħażagħ li sfortunatament jinġarru minn dawn id-diffikultajiet nippruvaw ngħinuhom mill-aħjar li nistgħu.", "Punt ieħor ta' qabel ta' l- aħħar li nixtieq insemmi hu dwar l-isfruttament fil-postijiet tad- divertiment.", "Filwaqt li kulħadd għandu d-dritt li jagħmel l-qliegħ ġust tiegħu għaliex ikun investa u jkun qed joffri divertiment liż-żgħażagħ, ċertament li ma nistgħux naqblu ma' l-isfruttament, xi kultant esaġerat, li jkun qed isir.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi hu li llum ninsabu ħamest ijiem biss 'il bogħod minn Jum il-Ħelsien.", "Il-Partit Laburista ċertament li jgħożż il- ħelsien sħiħ ta' pajjiżna li nkiseb fil-31 ta' Marzu ta' l-1979.", "Imma fl- istess waqt li niftakru fil-ħelsien sħiħ ta' pajjiżna rridu nħarsu wkoll lejn il-futur.", "Filwaqt li għandna naħdmu ma' kulħadd biex il-futur ta' pajjiżna jkun aħjar, irridu nagħmlu dan billi ngħożżu l-ħelsien u s- sovranita` ta' pajjiżna.", "Id-deċiżjonijiet li hemm bżonn li jittieħdu għandna neħduhom aħna.", "Għandna nħarsu lejn futur aħjar bil-fiduċja li aħna għandna fil-poplu tagħna filwaqt li nibqgħu rajna f'idejna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Nirringrazzjak.", "Sur President, fil-ftit ħin li għandi xtaqt li nitkellem ftit fuq dak li nisma' matul il-ġurnata.", "Dawn huma osservazzjonijiet li nħossni fl-obbligu li nitkellem fuqhom.", "L-ewwel opportunita` li jkolli biex nitkellem f'kull aġġornament, dejjem inħossni fl-obbligu li nitkellem fuq il-qasam tiegħi bħala kelliema ta' l- oppożizzjoni dwar l-assistenza soċjali u l-familja.", "Xtaqt nibda biex nitkellem fuq il-livell ta' l-għajxien tal-familja Maltija llum, ġejja minn fejn ġejja.", "Huwa fatt magħruf li l-familja Maltija tinsab għaddejja minn ċerti problemi finanzjarji.", "Kulħadd jgħidlek li l-ħajja f'Malta hi għolja esaġerata u l-mod ta' kif il-familji Maltin qegħdin igħixu f'pajjiżna sar iktar jissejjaħ ħajja ta' robots milli ħajja ta' familji biex igħixu, igawdu u jieħdu l-benefiċċji kollha li wieħed suppost jieħu f'ħajtu.", "Tiskanta kemm ir-rwol tal-familja Maltija qed jinbidel.", "Il- familja ma fadalliex mumenti liberi għaliex kulħadd jipprova jagħmel ftit xogħol żejjed biex jaqla' aktar flus ħalli jkun jista' jmantni lil uliedu.", "Jekk persuna ma ssibx xogħol extra trid tara kif se tipprova tqanċeċ.", "Jekk, per eżempju, familja jkollha bżonn tbajjad, minflok ma tqabbad lil xi ħadd qed tipprova tara kif tagħmel biex tagħmel ix-xogħol hi stess għaliex il-finanzi qegħdin jitnaqqru mill-idejn.", "Taxxi, multi u liċenzji kuljum!", "Ma tiftaħx gazzetta li ma taqrax b'xi taxxa ġdida li tkun se tgħafaslek il- but u tiekol minn dawk il-finanzi li tkun qlajt matul il-ġimgħa.", "Illum f'dan il-Parlament għaddiet il-liġi dwar il-Protezzjoni ta' l- Erarju.", "Fil-fatt din m'hi protezzjoni xejn għaliex se tkun qed tagħti poter lill-ministru biex jekk ifettilu jisbaħ filgħodu u jiddeċiedi li jgħolli jew iżid xi taxxa, ikun jista' jagħmel dan.", "Iktar taxxi u iktar multi!", "Għalkemm il-familji Maltin qegħdin iħallsu t-taxxi u jagħmlu l- isforzi tagħhom biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-gvern mhux qed iħares lejn minn fejn ġejjin il-piżijiet u r-rwoli ġodda tal-familja.", "Naf ħafna każijiet ta' familji li tant qegħdin jgħaddu minn ġenn li qed ikollhom jieħdu l-pilloli tal-kalmanti.", "Naf b'familji li saħansitra spiċċaw isseparaw minħabba problemi finanzjarji.", "Dan seta' forsi kellu xi ħanut jew daqsxejn ta' negozju u llum irid ikompli jħallas il-kambjali mal- bank jew il-flus li kien issellef biex jinvesti fl-istabbiliment tiegħu u minħabba f'hekk jinħolqu problemi kbar.", "Jien niskanta meta jiġu hawnhekk id-deputati Nazzjonalisti u jiftaħru kemm qed jaraw l-ekonomija, l-investiment u x-xogħol fil-pajjiż sejrin tajjeb.", "Niskanta kif dan il-gvern għandu l-wiċċ jitkellem b'dan il-mod meta fir- realta` l-familji qegħdin igħixu b'ħafna differenzi.", "Din hi viżjoni differenti għall-aħħar.", "Meta jien nitkellem maż-żgħażagħ jgħiduli li kultant jiddejqu jisimgħu l-aħbarijiet għax ma jistgħux jifhmu kif jista' jkun li min igħid ħaġa u min jgħid oħra fuq l-istess suġġett!", "Min igħid abjad u min igħid iswed!", "Min igħid li kien hemm ħafna nies għal ċertu meeting imbagħad jiġi xi ħadd ieħor u jgħid li kien hemm erbgħa min-nies!", "Dan x'jiġifieri?", "Lanqas li ma tkunx qed tarahom b'għajnejk l-affarijiet!", "Kif jista' jkun li l-gvern qed jaħbi tant realtajiet minn dan il-pajjiż!", "Li kieku l-poplu Malti jħallas it-taxxi u jara l-frott f'pajjiżna, kieku wieħed jagħlaq għajnejh u jgħid li dan il-gvern għandu pjan għal pajjiżna u forsi wara xi żmien nieħdu r-ruħ.", "Kieku dan kien il-każ, min ikun qed jagħmel ftit sagrifiċċju, hu jew uliedu, 'il quddiem ikun jista' jgħid li se jara l-frott.", "Imma minn dan kollu ma jsir xejn u għal budget wara ieħor niġbru l-flus minn fuq it-taxxi tan-nies, isiru ħafna wegħdiet u ħafna stqarrijiet li t-toroq se jiġu rranġanati imbagħad minn dan kollu ma jsir xejn.", "Jien ma nistax nimmaġina kif dan il-gvern għandu l-wiċċ ikompli jagħmel stqarrija wara l-oħra biex ikompli jiġbor it-taxxi.", "Kif jista' jkun li ma tgħid xejn meta tħallas it-taxxi l-ħin kollu imbagħad ma tarax investiment fuq ix-xogħol għaż-żgħażagħ tagħna u għal uliedna?", "Kif jista' jkun li tħallas il-bolol u t-taxxi mbagħad jibda jittnaqrulek il-benefiċċji soċjali?", "Qegħdin isibu mitt skuża biex inaqqsulhom miċ-cheque taċ- children's allowance li kien jibagħtilhom il-gvern Laburista.", "Daqqa jgħidulhom għaliex ma mlewx il-formola tajjeb, daqqa jgħidulhom għaliex mhumiex intitolati iktar għal ċertu benefiċċji u daqqa ħaġa u daqqa oħra sakemm jispiċċaw igħidulhom li mhux se jieħdu aktar benefiċċji soċjali.", "Nieħdu, per eżempju, l-anzjani.", "Kemm kienu jgħidulhom li rashom mistrieħa b'partit Nazzjonalista fil-gvern!", "Taf x'naf ingħid li lill-anzjani kollha li qegħdin fid-djar tal-gvern qed jeħdulhom 60% mill-introjtu kollu li għandhom.", "Lill-istudeni dawn kienu jgħidulhom li se jagħtuhom l-istipendji sħaħ biex imbagħad mhux talli ma tawhomlhomx sħaħ talli min kiteb din il-kelma ta' stipendji sħaħ fuq il-programm elettorali kważi kważi naħseb li seħet is- siegħa u l-mument li kitibha għaliex meta ġew daharhom mal-ħajt sabu li l- ħofra ma kenitx ħrafa.", "Imbagħad kellhom bilfors igħidu l-verita` lill- poplu u kellhom jirrestrinġu rwieħhom għal ċerti benefiċċji, anke l- istipendju kellhom jagħmluh biċċa jew naqra jew nitfa.", "U dan mhux biżżejjed għaliex kif smajna fil-mezzi tal-media anke x-xogħol li kienu joffru lill-istudenti fis-sajf qed jispiċċa.", "Imbagħad xi ngħidu għal dawk li għandhom jieħdu lura xi Lm400 jew Lm500 minn ħlas żejjed li għamlu f'taxxi.", "Aktar ma jkollok tieħu inqas għandek ċans li teħodhom.", "Din hi s-sitwazzjoni llum.", "Gvern Nazzjonalista ma jgħaddi l-ebda liġi għal dawk il-persuni li għandhom jieħdu l-flus mingħand il-gvern, imma jgħaddiha għal dawk li għandhom jagħtu.", "Jien naf anzjani li l-gvern qed jitlobhom biex iħallsu t-taxxa minn sena qabel.", "Ara min jista' jobsor anzjan sena wara x'se jiġri minnu!", "Imma t-taxxa xorta waħda jrid jibqa' jħallasha.", "Din hija arroganza.", "Il-Bank Ċentrali jgħid lill- gvern biex ma jkomplix iberbaq flus u l-gvern ikompli jintaxxa lill-poplu u jeħodlu l-flus biex imbagħad ikollu x'jonfoq hu personali!", "Imbagħad ikollok xi Ministru, bħalma għandna l-Ministru għal Għawdex, li ssiefer u tieħu magħha 25 ruħ!", "Sur President, il-bozza l-ħamra xegħlet u ilha li xegħlet.", "Il-Bank Ċentrali ilu jwissi lill-gvern biex ma jberbaqx flus għaliex pajjiżna għandu dejn nazzjonali u l-iżbilanċ tal-pajjiż hu wieħed kbir fejn qed joħroġ iktar milli jdaħħal.", "U aħna jiddispjaċina meta naraw xi liġi bħal din tgħaddi minn dan il-Parlament u qisu qatt ma ġara xejn.", "B'din il-liġi il-gvern qed jingħata aktar poter biex ikompli jiġbor it-taxxi.", "Din il- liġi jien insejħilha tax-xfafar u ta' l-istalletti li lanqas biss tagħti kas tas-soċjeta`.", "Din hija liġi anti-kostituzzjonali u anti-demokratika.", "Dan il-gvern qata' wkoll il-benefiċċju għall-persuni li kienu jieħdu l- iskimmed milk; l-ewwel kellna l-iskimmed milk li kien jingħata lil dawk l- anzjani li riedu dieta speċjali minħabba saħħithom, imbagħad għamilulhom bil-flus u issa qed igħidilhom li mhux se jibqgħu jeħduh.", "Minn dan wieħed jara kemm dan il-gvern qed ikompli jiekol minn fuq dahar in-nies u jixrobilhom demmhom bit-taxxi li qed jagħmel.", "Dan il-gvern lanqas ikkunsidra l-problemi li qed joħloq fis-soċjeta` meta l-Ministru John Dalli, Ministru fil-gvern Nazzjonalista, f'budget minnhom qal li kulħadd irid jerfa' s-salib skond kemm jiflaħ.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn l- affarijiet inbidlu.", "U nagħlaq billi nistaqsi x'se tkun is-sitwazzjoni għada pitgħada u liema diskussjonijiet se jkun qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista mal-poplu Malti.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin. il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 27 ta' Marzu 2001 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAN ĠILJAN - ĦSARAT STRUTTURALI", "24342.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jintbagħtu periti tal-gvern jeżaminaw l- ħsarat strutturali li saru fil-bini ta' 57, Triq Spinola, San Ġiljan (ritratti qed jintbagħtu separatament) mill-kuntrattur li kien qed jaħdem fuq il-bini li jmiss ma' dan il-fond?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar mill-Perit inkarigat mid-Dangerous Structures tad- Dipartiment tal-Bini u Inġinerija fit-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Dan ir-Rapport ġie mgħoddi lill-Pulizija ta' tas-Sliema fid-9 ta' Marzu 2001 biex dawn jieħdu l-passi meħtieġa.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - FIDI TA' ĊENS", "24343.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'qed iżomm milli jinfeda ċ-ċens mill-familja li tgħix fuq plot 48, Triq l-Għenieq, Naxxar li d-dettalji qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-enfitewta tal-plot li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant għandha tagħmel talba bil-miktub lill-Uffiċċju Konġunt biex tkun tista` tifdi skond kif stipulat fil-kuntratt.", "KAROZZI ĠODDA", "24464.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani dwar il-mistoqsija parlamentari nru.", "24066?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta` vetturi li ġew irreġistrati ġodda hu hekk: | |Jannar |Frar | | | | | |1997 |1,371 |872 | |1998 |833 |920 | |1999 |1,116 |987 | |2000 |1,356 |1,377 | |2001 |1,007 |918 |", "MOSTA - SAN SILVESTRU", "24465.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani bl-aġġornament tal-mistoqsija parlamentari nru.", "24187?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari Nru. 24417.", "MOSTA - TRIQ ĠILORMU CASSAR", "24466.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru.", "24188?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ħa l- inizjattiva biex jimmarka parking slots fuq in-naħa tax-xellug ta' Triq Ġilormu Cassar.", "Dan għamlu wara li kellu talba mir-residenti għax kien qed isir parking fuq il-bankina.", "Rappreżentanti tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, għamlu survey fuq il- post u kkonfermaw li s-sinjali u l-markings huma regolari.", "SUQ TAL-BELT - TARAĠ WIEQAF SENTEJN", "24486.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24271 u tweġiba ċioe il-Lm 11,200 li d-Dipartiment ta' l-Artijiet għadda lid-Dipartiment tal- Kostruzzjoni u Manutenzjoni biex jiġi ranġat it-taraġ tas-suq tal-belt, jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi?", "Meta se jiġi rranġat dan it- taraġ sabiex ikun hemm aċċessibilita' aħjar partikolarment għall-anzjani?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-kuntratt biex isiru dawn it-tiswijiet diġa' ġie mogħti u għandu perjodu ta' tmien ġimgħat biex dan ix-xogħol jitlesta.", "GFCM", "24495.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24185, jista' l- Ministru jgħid minn kien l-uffiċjal jew ta' lanqas jinfurmani jekk l-ilment li tressaq lili mis-sajjieda jirriżultax lill-Ministru wkoll?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24185 fejn diġa spjegajt kif taħdem is-sistema fuq kull miżura li tittieħed għall-konservazjoni tat- tonn.", "Dawn il-miżuri dejjem ikunu adottati mill-GFCM u mwettqa mill-membri kollha inkluża Malta.", "L-osservazzjoni ta' dawn il-miżuri jridu jsiru fl- ispirtu tad-doveri internazjonali, sabiex jitħarsu l-istocks tat-tonn u tkun garantita is-sostenibilita ta' dan is-sajd.", "RANGE TAL-PLATTINI", "24496.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinfurmani fjen waslet it-talba tad-deletanti Mostin sabiex jiżviluppaw range tal-plattini għalihom?", "Liema siti qed jiġu proposti fil- fatt u x'progress sar dwarhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saret xi talba lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar mid-'dilettanti Mostin', jew minn xi għaqda oħra mill-Mosta, sabiex jiżviluppaw range tal-plattini għalihom.", "L-anqas ma saru rappreżentazzjonijiet għal ranges tal-plattini fit-tħejjija tal- Pjan Lokali fir-rigward tal-Mosta.", "Fil-fatt m`hemm l-ebda proposta li saret lill-Awtorita` jew mill-Awtorita` għal range tal-plattini f`din il- lokalita`.", "SUSSIDJU FUQ IL-KERA", "24523.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Billi l-inkwilini ta' 13B, Fl 12, Kampanella Str, San Ġwann ilu li ġie boarded out mis-sena 1989, jista' jiġi ikkunsidrat għal sussidju fuq il-kera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-kera ta' Lm77 li jħallas l- inkwilin indikat hu fiss u skond il-ftehim ffirmat fl-1976.", "Għalhekk mhux soġġett għall-ebda reviżjoni ta' sussidju.", "ĊITTADINANZA", "24524.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li saret fit-28.04.00?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il- mistoqsija lil Ministru ta' l-Intern.", "ESTATE MANAGMENT DEPARTMENT", "24525.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fhiex wasal il-każ pendenti L853/76/6 ta' l-estate management department tad-dipartiment tal-ministeru ta' l-intern dwar 13A, Fl6, Misraħ Ċentwarija, San Ġwann?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi wara li ġie aċċertat li l-ħsarat fi flat numru 6 Blokk XIIIA, Misraħ Ċentawrja, San Ġwann huma kkaġunati minn 'leakage' fis-sistema tad-drains tal-flat sovrappost bin-numru 8 fl- istess Blokk, id-Dipartiment ilu aktar minn disa` (9) xhur jagħmel kull sforz possibbli biex ix-xogħlijiet neċessarji jsiru mill-kerrej tal-flat sovrappost.", "Ninsab infurmat ukoll illi peress li l-kerrej tal-flat numru 8 baqa` m`għamilx ix-xogħlijiet neċessarji, ser jittieħdu passi legali biex jiġi aċċertat li dawn ix-xogħlijiet jitwettqu mill-aktar fis possibli.", "NON SLIP TILES", "24526.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'każ ta' talba minn inkwilini anzjani b'xi forma ta' diżabilita f' appartamenti tal-Gvern dawn jingħataw xi forma ta' sussidju jekk jippruvaw ibiddlu parti mill-madum ta' l-appartament għal non slip tiles?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skema 7 - Għajnuna Finanzjarja Għal Persuni b'Diżabilita' għall-Xogħolijiet Ta' Titjib Relatati mad-Diżabilita' tagħhom f'Residenzi Okkupati Minnhom - hija intiża biex persuni li għandhom diżabilita' ikunu jistgħu jaddattaw id-dar tagħhom adekwata għall- bżonnijiet tagħhom jew biex jgħixu b'mod indipendenti jew semi indipendenti qrib il-familjari tagħhom.", "L-Awtorita' tagħti sussidju fuq xogħolijiet li jiġu rakkomandati mill- Kumitat ta' l-Awtorita' tad-Djar għall-persuni b'diżabilita'.", "Hija fid- diskrezzjoni ta' dan il-kumitat li jirrakkomanda x'xogħolijiet għandhom isiru biex wara jitressqu għall-approvazzjoni ta' l-istess Awtorita'.", "GĦAXAQ - TRASPORT PUBBLIKU", "24533.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga u jassigura li l-trasport pubbliku lejn Ħal Għaxaq jibda jitlaq fil-ħin u dan sabiex jiġi eliminat l- inkonvenjent li passiġieri jqatgħu ħinijiet jistennew għal xejn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari Nru. 24532.", "TOROQ - TRIQ TA' LORETU - ĦAL GĦAXAQ", "24534.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq ta' Loretu f' Ħal Għaxaq tiġi ranġata peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.", "PERMESS TAN-NAR", "24536.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar regolamenti aġġornati dwar in-numru minimu ta' residenti li għandu jkun hemm f'distanza stabbilita' meta jinħareġ permess tan-nar konness ma xi festi?", "Tistax tikkonferma jekk fil-każ tal- Imsida humiex qed jiġu applikati l-istess kriterji li ġew applikati f'zoni u bliet u irħula oħrajn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi r-regolamenti li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma r-Regolamenti ta` l-1998 dwar il-Kontroll ta` Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi oħra (A.L. 243 ta` l- 1998) kif emendat b`Avviżi Legali 122 u 125 ta` l-1999.", "Ninsab infurmat ukoll illi l-permessi jinħarġu skond dawn ir-Regolamenti.", "ETC", "24537.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax l-ETC tikkunsidra it-talba għall xogħol permanenti tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandu esperjenza fl-airconditioning installation.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi kif għidt kemm il-darba, il-Korporazzjoni tikkunsidra lil kull min qiegħed jirreġistra għax-xogħol meta jiġi riferut għall-intervista skond il- preferenza li qiegħed jirreġistra għaliha.", "Xorta waħda il-Korporazzjoni ser tieħu nota tat-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "WORK PERMITS", "24574.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dettaljat ta' kemm ingħataw work permits lii barranin matul is-snin 2000 u 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22636.", "PAOLINO VASSALLO", "24575.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24489?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li billi l-għalliem tal-Physics fl-Iskola Paolino Vassalli, Kordin, telaq ftit ġranet ilu, f'nofs sena skolastika, id- Dipartiment qed isibha diffiċli ħafna li jinstab malajr għalliem ieħor biex jieħu postu.", "Qed isir kull sforz possibli biex dan l-għalliem jinstab.", "UFFIĊĊJI TAS-SANITA", "24576.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinfurmana x'kienet ir-raġuni ta' l-għeluq ta' l-uffiċċji tas- sanita?", "Kemm se jkunu in-numru ta' dawn l-uffiċċini?", "Jista' jgħid f'idejn min se taqa r-responsabilita' ta' dan is-servizz?", "Dawn ġew infurmati bid- dmirijiet il-ġodda li issa se jkunu qiegħdin jagħmlu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-għeluq ta' numru ta' uffiċini tas- Sanita', ġie kkunsidrat wara studju li sar dwar l-istruttura ta' xogħol, ta' l-istess taqsima.", "Ġie stabbilit li bħala medja kull uffiċċju kien qiegħed jirċievi anqas minn complaint waħda kull jumejn.", "Ġie deċiż, li tali riforma hija neċessarja biex riżorsi umani jkunu jistgħu jiġu utilizzati aħjar, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza u jogħla l-livell tas-servizz offrut.", "Tmintax-il uffiċċju distrettwati madwar Malta ser jingħalqu, madankollu l-istess servizz ser jingħata minn ħames uffiċini Reġjonali u ħames uffiċini sussidjari tagħhom.", "Il-pubbliku, bħal ma kien isir qabel, ser ikun jista' jinforma b'kull ilment lill-Kunsilli lokali tiegħu.", "Inħolqot Complaints Administration Unit fi ħdan dan id-Dipartiment li ser tkun lesta biex tilqa' direttament kull ilment mill-pubbliku fuq Tel.", "No. 337333.", "Nixtieq ninforma li tali riforma hija strutturali biss, u r- responsabbilta' ta' l-istess xogħol u servizzi offruti mill-Ispettorat ser jibqgħu bla mittiefsa.", "Laqgħat ma' l-Ispetturi tas-Saħħa kollha saru qabel ma bdiet din ir-riforma, kemm fuq bażi globali, kif ukoll fuq bażi reġjonali sabiex kull ħaddiem ikun jaf eżatt id-dmirijiet tiegħu.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Press Release dwar is-suġġett.", "SKIMMED MILK", "24577.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li s-servizz tax-xiri ta' l-iskimmed milk issa ser jispiċċa wkoll mill-aħħar ta' Marzu?", "X'kienet ir-raġuni li l-Gvern kellu jwaqqaf dan is-servizz, u jekk dan il-ħalib kienx qed ikun issussidjat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li x-xiri ta` skimmed milk ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlobha tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PERSONAL INJURIES EMERGENCY PROVISIONS", "24578.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni qed igawdu mill-personal injuries emergency provisions li kellha tidħol mill-1 ta' Jannar ta' l-1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-iskema li qiegħda tirreferi għaliha l- Onor.Interpellanti tikkonċerna lill-Ministeru tal-Finanzi.", "Għaldaqstant mitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru tal-Finanzi.", "FGURA - HOMPESCH ROAD", "24579.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinfurmana x'sar mill-flus ivutati fil-budget speech tal-2000 biex titkompla Hompesch Road, fil-Fgura?", "Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li din il-wegħda tittwettaq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BOZOZ ĠODDA", "24580.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda fil-Fgura mill-ewwel tas- sena sal-lum u fejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li mill-bidu tas-sena 'l hawn, ma twaħħlux lampi ġodda fil-Fgura direttament mill-Korporazzjoni Enemalta, iżda ġew imqabbda lampi ornamentali li kien installa l-Kunsill Lokali mas- sistema ta' \"street lighting\" fi Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma' Triq San Tumas.", "Tajjeb jingħad li s-sena li għaddiet twaħħlu b'kollox 24 lampi ġodda fil-Fgura.", "XAGĦRA", "24585.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tara jekk hux possibli li d-dipartiment konċernat jara li jiġu irranġati bankijiet pubbliċi li hemm imkissra fi Triq Ġnien Imrik, Xagħra għax dawn mhux biss huma eyesore għat-turisti li jiffrekwentaw din it-triq iżda wkoll huma perikolużi?", "Billi dawn il-bankijiet ilhom żmien twil imkissra, possibli jittieħdu passi biex jiġu irranġati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li x-xogħol msemmi huwa responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tal-post.", "Għaldaqstant nitlob lill- Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "VJAĠĠ BEJN MALTA U GĦAWDEX", "24586.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk hux possibli li tgħid kemm qasmu nies u karozzi bejn Malta u Għawdex fil-weekend ta' bejn 15 u d-19 ta' Marzu 2001?", "Kemm il- vjaġġ sar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li bejn il-15 u 19 ta' Marzu 2001 saru 314-il vjaġġ mill-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel.", "B' kollox qasmu 51,564-il persuna u 12,412-il vettura.", "MALTA MARITIME AUTHORITY", "24587.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23848, jista' l-Ministru jgħid meta saru s-sejħiet biex jiġu ngaġġati żewġ IT application developers u ħames Flag & Port State Control Inspectors ma' l-Awtorita' Marittima?", "Fejn u kif u meta ġew reklamati dawn is-sejħiet?", "Kemm applikaw għall-kull post?", "Meta saru jew se jsiru l-interviews għall-kull post imsemmi?", "Jekk l-interview saru, x'kien l-eżitu tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-sejħiet biex jiġu ngaġġati ż-żewġ IT Application Developers saru l-ewwel lill-ETC fit-18 ta` Ottubru 2000, imbagħad dehru fil-gazzetti lokali mill-4 ta` Diċembru 2000 sat-8 ta` Diċembru 2000 (ETC permit no. 219/2000).", "Ħadd mill-lista tat-tliet applikanti li bagħtet l-ETC ma attenda għall- interview.", "B'kollox applikaw sitt kandidati, tnejn wieġbu għar-riklam fil- gazzetti u erbgħa li rċevejna mingħand ditta ta` Recruitment Consultants.", "Żewġ interviews saru fid-9 ta` Jannar 2001 u wieħed fis-7 ta` Marzu 2001.", "Ħadd għadu ma ntagħżel għal dawn iż-żewġ pożizzjonijiet vakanti.", "Flag & Port State Control Inspectors:", "Is-sejħiet biex jiġu ngaġġati il-ħames Flag & port State Control inspectors saru l-ewwel lill-ETC fit-13 ta` Lulju 2000.", "Wara li ma ntagħżel ħadd mill- ETC deher riklam fil-gazzetti lokali mit-30 ta` Ottubru 2000 sas-7 ta` Novembru 2000 (ETC Permit no. 183/2000).", "Kien hemm 17-il applikazzjoni mir-riklami fil-gazzetti.", "Għaxra ġew shortlisted għall-interview li saru fit3, 4 u 5 ta` Jannar 2001.", "MALTA MARITIME AUTHORITY", "24588.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "23848, jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-proċeduri ma l-ETC biex ikunu jistgħu jimtlew vakanzi ma' l-Awtorita' Marittima?", "F'hiex jikkonsistu dawn il-vakanzi u meta saru jew hu maħsub li jsiru sejħiet pubbliċi biex timtela kull vakanza?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li bħalissa l-Awtorita` Marittima għandha dawn il-vacancies miftuħa:", "2 clerks, il-vacancies imtlew", "2 Maintenance men/handymen ser isiru l-interviews", "2 Site supervisors/draughtsmen saru l-interviews ta` l-ETC u tlabna permess biex nagħmlu sejħiet pubbliċi", "1 Berthing Master (Yacht Marina)ħa jsiru l-interviews minn sejħiet pubbliċi", "TRAFFIC CONTROL BOARD", "24589.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 24514, jista' l-Ministru jgħid jekk ux possibli li t-traffic control board jieħu l-passi biex ineħħi s-sign No Entry except for residents only la darba din ma kienitx approvata mit-traffic control board anki għall-fatt li din is-sign qed toħloq problemi lis-sajjieda full time li għandhom impjegati magħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali ta` Marsaskala biex ineħħi in-No Entry except for residents only sign u jinstalla dawk approvati mill-Bord.", "SPTAR SAN LUQA", "24590.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Isptar San Luqa m'hemmx barbiera fil- preżent?", "X' passi ittieħdu jew se jittieħdu mid-diviżjoni tas-Saħħa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li:", "L-Barbier li kien jaħdem fl-Isptar San Luqa rtira.", "Meta ħarġu applikazzjonijiet fid-Dipartiment, ma kien hemm ħadd interessat.", "Reġgħet ħarġet sejħa oħra għall-applikazzjonijiet.", "S.V.P.R", "24592.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li anzjan ta' 83 sena li jinsab waħdu li l-partikularijiet tiegħu qed jidhru separatament min din il- mistoqsija u li applika għal S.V.P.R, jingħata l-attenzjoni meħtieġa u prijorita minħabba l-istat ħażin u ta' abandun li jinsab fiħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni tal-persuna ndikata waslet fir-Residenza San Vinċenz de Paule, il-Ħamis, 22 ta' Frar, 2001 u qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa fuq il-merti tal-każ.", "LIGHT POLLUTION", "24593.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta hix beħsieba li tinstalla lampi fit-toroq tat-tip full cut off, bil-għan li jitnaqqas id- dawl moħli 'l fuq, il-glare f'għajnejn is-sewwieqa u l-light pollution?", "Jista' jgħid jekk għadhomx jiġu nstallati f'pajjiżna bozoz tat-tip mercury vapour, li qed jiġu phased out madwar id-dinja kollha minħabba li jaħlu l- enerġija u jistgħu jitfgħu wkoll raġġi ultraviolet għall-periklu tal- pubbliku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "PENSJONI", "24594.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-talba għall- pensjoni ta' pensjonanta li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament min din il-mistoqsija tiġi mgħaġġla peress li qiegħda tbati għaliex ma għanda l-ebda dħul finanzjarju ieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "MALTACOM", "24595.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Maltacom jibgħatu l-kont tat- telephone tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbgħatu separatament peress li l-kont qatt ma jasal id-dar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li mir-rekords li għandha l-Maltacom jirriżulta li l-aħħar darba li l-abbonat ħallas il-kont tat-telefon kien f'Ottubru tas-sena l-oħra, u s'issa għandu tlitt kontijiet mhux imħallsa.", "Fl-24 ta' Jannar ta' din is-sena intbagħtlu Final Notice biex iħallas u fit- 13 ta' dan ix-xahar, il-linja tiegħu ġiet ristretta, jiġifieri l-abbonat jista' jirċievi sejħiet iżda ma jistax iċempel.", "Mill-istess rekords ma jirriżultax li xi wieħed mit-tlitt kontijiet li għandu pendenti - jiġifieri dawk li ħarġu u ntbagħtulu f'Ottubru 2000, Diċembru 2000 u Frar 2001 - ġie ritornat mill-Maltapost lill-Maltacom.", "Lanqas ma ġiet lura l-Final Notice li ntbagħtitlu f'Jannar 2001.", "Barra minn hekk, l-abbonat qatt ma ġibed l-attenzjoni tal-Maltacom li mhux jirċievi kontijiet.", "Jekk l-abbonat huwa konvint li t-tlitt kontijiet imsemmija, flimkien mal- Final Notice, ma waslulux, nissuġġerilu li jkellem lill-Maltapost biex tinstab ir-raġuni għal dan.", "Sadanittant il-Maltacom ħadet il-passi meħtieġa li tibgħat permezz tal- posta reġistrata t-tlitt kontijiet li l-abbonat qed jgħid li ma rċeviex.", "VETTURI ĠODDA - LIĊENZJI", "24596.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru.", "24356 għax jidher li l-mistoqsija li irreferu għaliha (mistoqsija parlamentari nru.", "24066) wkoll sal-lum għadha mhux risposta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- kamra.", "Din it-tabella turi biss in-numru ta` vetturi liċenzjati waqt dawk reġistrati ġodda huwa differenti, kif indikat fir-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru 24464.", "TOROQ ONE WAY", "24597.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24137?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-Traffic Control Board kellu diversi talbiet biex toroq isiru one way.", "Dawn it-talbiet jiġu milqugħa wara li tkun saret konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali kkonċernati.", "GALLERIJA PERIKOLUZA", "24598.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li x-xogħol fuq gallerija perikoluza li hemm fi Blokk 2, Flat 12, fuq San Pawl, Bormla isir sabiex jitneħħa l-periklu?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol hu inkjest, x'se isir u meta ser isir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba tal-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "NUQQAS TA' MISĦUN", "24599.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fid-dar tal-anzjani ta' Bormla kien hemm nuqqas ta' misħun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hu minnu li kien hemm nuqqas ta' ilma (kemm sħun u kiesaħ), iżda dan kien kawża ta' nuqqas ta' pressa ta' ilma u qtugħ fil-provista.", "PENSJONI", "24600.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fil-parti annessa maċ- cheque tal-pensjonijiet, inkun hemm aktar tagħrif dwar kemm support hi l- pensjoni u kemm inqata', jekk ikun il-każ, għall-ħlas ta' residenza għall- anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar ta' kull sena, pensjonanti li jkunu f'residenza għall-anzjani tal-Gvern diġa' jirċievu notifika dwar l-ammont ta' pensjoni u bonus imħallsa direttament lilhom u ta' l-ammont li jkun tħallas lill-Welfare Committee, skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali, separatament matul dik is-sena.", "SAĦĦA - RAPPREŻENTANT TAL-UNION", "24601.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk impjegat fid-dipartiment tas-Saħħa, li jkun rappreżentant ta xi union, jitħallasx meta jattendi laqgħat tal-union?", "Jekk il-laqgħat ikunu l-Ħadd jew f'xi festa, u jkun xogħol, kif jitħallas ta' dan il-ħin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Impjegat tad-Dipartiment tas-Saħħa li hu rappreżentant ta' trade union jitħallas il-paga normali tiegħu meta jattendi għal laqgħat tal-union.", "Dan jiġri wkoll meta l-laqgħat ikunu l- Ħadd jew f'xi festa.", "Normalment, dawn ir-rappreżentanti ta' trade unions ikollhom l- approvazzjoni maħruġa mid-Direttur tar-Riżorsi Umani.", "DRENAĠĠ - TRIQ SALVINU SPITERI, ST VENERA", "24602.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu x-xogħlijiet ta' servizzi ta' drenaġġ fl-inħawi ta' Triq Salvinu Spiteri, St Venera fejn ġa joqgħodu n-nies?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li milli jidher din it-triq ġiet imsemmija dan l-aħħar u ma kellniex indikazzjoni tas-sitwazzjoni tagħha fuq is-site plan.", "Id-Dipartiment tad-Drenaġġ staqsa lill-Kunsill Lokali fejn tinstab din it-triq u indikaw li qiegħda fit-triq ta' l-Inter Supporters Club, fejn is-sistema tad-drenaġġ ġiet mgħoddija s-sena li għaddiet, u ilha tiffunzjona għal dawn l-aħħar xhur.", "Għaldaqstant, minħabba li d-Dipartiment jidhirlu li t-toroq fl-inħawi kollha għandhom is-sistema tad-drenaġġ, l-Onorevoli Interpellant forsi jista' jindika b'site-plan l- abitazzjonijiet imsemmija.", "OVERTIME", "24603.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta l-impjegat li ismu qiegħed jingħata separatament se jitħallas tax-xogħol overtime li għamel fuq xogħol f'Għawdex WD 690/94/4?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li dan ix-xogħol jirrigwarda l- Ministeru għal Għawdex, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "OVERTIME", "24604.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm li jitħallas ix-xogħol overtime li għamel il- persuna li d-dettalji tiegħi qegħdin jingħataw separatament fuq ir-rising main tad-drenaġġ skond WD 690/94/4?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li qiegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-ħlas tal-overtime dovut lill-persuna ndikata jsir mill- aktar fis possibbli.", "BICC", "24605.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-BICC sabietx tikri uffiċji ġodda?", "Jekk fl- affermattiv, fejn huma dawn l-uffiċji ġodda?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja relattiva?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tender għal kiri ta' uffiċċji ġodda għal BICC għalqet fis-16 ta' Jannar 2001 u qed tiġi aġġudikata.", "BICC", "24606.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-BICC li ġie pubblikat ftit tal-jiem ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-BICC li ġie ppubblikat ftit jiem ilu.", "ON SITE", "24607.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-pubblikazzjoni On Site li l-Ministeru għall-Ambjent ħareġ s'issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "HOUSING", "24611.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser isiru x- xogħolijiet ta' riparazzjoni tant urġenti u neċessarji fil-fond li d- dettalji tiegħu qed jingħataw taħt separate cover?", "Jafx il-Ministru wkoll li d-dipartiment konċernat b'ittra datata 16 ta' Frar wiegħed li ser jagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li x-xogħol meħtieġ ser isir fil-futur immedjat hekk kif id-Dipartiment jingħata kwotazzjoni għax-xogħol mill- kuntrattur.", "Din l-istess informazzjoni ngħatat permezz ta' ittra lill- Onor. Interpellant il-ġimgħa l-oħra stess.", "Hu ppjanat għalhekk li dawn ix- xogħolijiet isiru f'April li ġej.", "AIR MALTA", "24612.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għadiex fis-seħħ il-proċedura stabilita li l-biljetti ta' l-ajru tal-Ministru u membri f'delegazzjonijiet tal-Gvern jinqatgħu mill-kumpanija Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "AIR MALTA", "24613.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi għal żmien twil kienet proċedura li Ministri u membri f'delegazzjonijiet tal- Gvern jaqtgħu il-biljetti ta' l-ajru mill-kumpanija Air Malta, partikolarment meta jkunu se jintużaw servizzi tagħha?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hu u l-membri li jakkompanjawh huwiex qed isewgu din il-proċedura, u jekk le, minn fejn qed jaqtgħu l-biljetti tagħhom ta' l-ajru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura hija li Ministru jew uffiċjal tal-Gvern li jsiefru jaqtgħu l-biljetti ta' l- ajru mill-Air Malta jew imngħand xi aġenzija oħra jekk ta' l-aħħar tkun orħos wara li jittieħed inkonsiderazzjoni l-50% skont mogħti mill-Air Malta.", "Jien u l-membri li jakkompanjawni qed isegwu din il-proċedura.", "TFAL MIL-PAKISTAN", "24615.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li hawn persuna li qegħda tirranġa biex iġġib tfal mill-Pakistan lil koppji bla tfal Maltin biex dawn jaddottawhom qabel dawn jgħalqu t-30 sena u qabel ma jkun għalqu 5 snin miżżewġin?", "Jaf li din il-persuna qed iġġib dawn it-tfal taħt it-titolu legali ta' kura w kustodja għal finijiet tal- liġi Maltija u għal finijiet tal-liġijiet tal-Pakistan taħt addozzjoni?", "Din il-persuna hija awtorizzata u għandha standing legali?", "X'poter u x'għarfien fil-każ għandha din il-persuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta sar magħruf każ ta' koppja Maltija li ġiebet mill-Pakistan minuri għal skop ta' adozzjoni, meta din il-koppja ma setgħetx tadotta skond il-liġi Maltija, id-Dipartiment għall-Ħarsien tal- Familja ħa passi legali biex dan l-arranġament ma jsirx.", "Irrid ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li saru arranġamenti mat-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-Pulizija biex ma jkunux jistgħu jidħlu Malta tfal bi skop ta' adozzjoni kemm il-darba ma jkollhomx persuni adottivi prospettivi kwalifikati skond il-liġi Maltija.", "Il-liġi Maltija dwar l-adozzjoni tippermetti adozzjonijiet privati, jiġifieri, fejn id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja ma jkunx involut qabel it-tifel jew tifla jmorru joqgħodu mal-koppja li tkun ser tadotthom.", "Ma hawn ebda persuna awtoriżżata jew li għandha standing legali speċifikatament biex tagħmilha ta' sensara għal adozzjonijiet.", "SPECIAL SCHOOL", "24616.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji eżatt x'se jiġri bl-ispecial school ta' Santa Marija fl-Imsida u x'se jiġri mit-tfal u ż-żgħażagħ li jmorru hemm?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.", "QORMI - TRIQ L-10 TA' SETTEMBRU", "24617.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta t-triq l-10 ta' Settembru 1546 f'Ħal Qormi se tiġi rranġata biex ma tibqax tegħreq bl-ilma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li peress li d-dipartiment qiegħed jistħarreġ is-sitwazzjoni dwar l-għargħar fil-lokalita`, Triq l-10 ta` Settembru 1546 tiġi rranġata fid-dawl ta` dan il-pjan meta jkun lest biex jitwettaq.", "QORMI - TRIQ L-IMDINA", "24618.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq Triq Ġuże Duca u Triq l-Imdina f'Ħal Qormi waqaf?", "Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li x-xogħol f'din it-triq jitlesta kompletament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fit-Triq Guże Duca għandu jitkompla dalwaqt.", "SKEJJEL - FORM V", "24619.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara hux possibli li fejn studenti fil- klassijiet tal-Form V fl-iskejjel sekondarji li jiġu affettwati minn għadd ta' għalliema li jkunu ma jifilħux u allura ma jingħatawx numru sostanzjali ta' lezzjonijiet, dawk l-istudenti li l-ġenituri tagħhom japprovaw, jingħataw il-permess li jmorru d-dar bil-għan li ma jitilfux żmien minħabba l-istudji tagħhom bi thejjija għall-eżamijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-każijiet fejn ħafna għalliema jinzertaw morda f'daqqa huma tassew rari.", "F'każijiet bħal dawn ikun aħjar li kull skola tistudja s-sitwazzjoni tagħha u tiddeċiedi hi x'inhu fl-aħjar interess ta' l-istudenti.", "L-istudenti jistgħu jibqgħu jaħdmu l-iskola.", "ETC", "24620.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minn dawk li għamlu l-kors l-ETC speċi ta' competency test u kisbu ċ- ċertifikat bħala tradesman mal-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-Mistoqsija tirrigwarda mpjegati tal-Gvern u għalhekk notlob lill-Onor.", "Interpellanti tirreferiha lill-Prim Ministru.", "INSPECTIONS", "24627.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru inspections f'Għawdex mill-HCEB għand stabilimenti ta' akkomodazzjoni fis-snin 1998 u 1999 xahar b' xahar u lokalita' b' lokalita'?", "Jista' jgħid ukoll kemm normalment jammontaw l-uffiċjali li jagħmlu dawn l-inspections u min minn ikunu akkumpanjati?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li ma tinżammx statistika dwar l- ispezzjonijiet li jsiru f'stabbilimenti ta' l-akkommodazzjoni.", "Fl-1998 u l-1999 kien hemm uffiċjal wieħed li jieħu ħsieb dawn l-ispezzjonijiet.", "GOZO CHANNEL", "24628.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vapuri li jifformaw il-flotta tal-Gozo Channel u liema huma?", "Jista' jgħid separatament meta nbnew dawn il- vapuri, meta inxtraw mill-Gozo Channel u kemm inxtraw separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li n-numru ta' vapuri u biċċiet oħra tal-baħar li jifformaw il-flotta tal-kumpanija Gozo Channel huwa sitta.", "L-informazzjoni dwar meta dawn inbnew u nxtraw hija mogħti separatament fil- lista annessa.", "|Isem |Sena |Sena li |Nefqa | |tal-Vap|tal-M|fiha |(Lm) | |ur/ |anifa|nxtara | | |Biċċa |ttura| | | |tal-baħ| | | | |ar | | | |", "| |M/v |1970 |1993 |909,568| |Calypso| | | |", "| |M/v |1966 |1995 |525,000| |Cittade| | | | |lla | | | |", "| |M/v |1962 |1955 |525,000| |Mgarr | | | |", "| |M/v Ta'|1999 |Proprjeta'|mhux | |Pinu | |tal-Gozo |applika| | | |Ferries |bbli | | | |Company | | | | |Limited | |", "| |M/v |1999 |Proprjeta'|mhux | |Gaudos | |tal-Gozo |applika| | | |Ferries |bbli | | | |Company | | | | |Limited | |", "| |SES |1984 |1996 |51,110 | |Victori| | | | |a | | | | |Express| | | |", "|", "UFFIĊJU TAL-MINISTRU", "24629.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra ta' riżenja ta' l-Ministru Austin Gatt in konnessjoni ma' l-investigazzjonijiet tal-pulizija fir- rigward tas-sur Andre Carbonaro, mill-istaff personali ta' l-Ministru?", "Jista' jgħid lil dil-Kamra għala l-Uffiċju tiegħu oġġezzjona għall-ħatra tas-sur Carbonaro fis-segretarjat privat ta' l-Ministru Gatt?", "Kien hemm oggezzjonijiet oħra għal xi membri tas-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji privati oħra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l- ittra li fiha l-Onorevoli Austin Gatt offra r-riżenja tiegħu minn Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandiex xi nżid ma' l- istqarrijiet numru 388 tal-15 ta' Marzu 2001 u numru 403 tas-16 ta' Marzu 2001 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "TAR-RABBATT", "24635.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk b'referenza għat-tweġiba li ta' fis-seduta 490 ta' t-12 ta' Frar 2001 għal mistoqsija parlamentari nru.", "23495, x'kien ir-riżultat tal-investigazzjonijiet dwar it-trejqa in kwistjoni?", "Ix-xogħol ser jiġi nkorporat fl-iskema li għaddeja bħalissa f'tar-Rabbatt, Ħamrun u għal daqstant jingħata l-asfatt?", "Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jistax l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jirrevedi id-deċiżjoni negattiva ħalli x-xogħol isir peress li dan il-passaġġ hu perikoluż għal minn jużah, speċjalment l-anzjani kif ukoll minħabba sal-lum qed jintuża għal tfiegħ ta' skart u huwa mudlam ħafna?", "Jista' jagħti prijorita urġenti lil din it-talba peress li l-proġett tar- Rabbatt hu fi stadju li dalwaqt jitlesta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-passaġġ huwa mibni u għalhekk huwa meqjus bħala passaġġ għal użu tal-pubbliku.", "Id-Dipartiment tat-Toroq se jara x'hemm bżonn isir biex il-kundizzjoni tal-passaġġ jitjieb.", "ĦAL BALZAN", "24636.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb li għandu għar-rigward l- iżvilupp/proġett propost mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan għar-rigward ta' l-akkwist/żvilupp ta' biċċa art magħrufa bħala Wesgħa Aquilina liema art tinsab f'Ħal Balzan stess?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Kunsill Lokali Balzan ghadu m'ghamilx talba formali skond il-progett tad-Devoluzzjoni Lokali u konsegwentement ma nista' nikkummenta xejn f'dan l-istadju.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "24637.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jindika min huma l-lecturers, full time u/jew part time fil-fakulta' tal-Liġi (Universita' ta' Malta) u fuq liema kriterji dawn ġew magħżula u appuntati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "KUNSILL GĦALL-ISPORT", "24640.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Kunsill Malti għall-Isport ser jiltaqa għall-ewwel darba, meta l-kunsill ilu xott minn Diċembru 2000?", "Jista' jgħid wkoll min huma l-membri kollha tal-kunsill Malti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord Eżekuttiv tal-Kunsill Malti diġa' beda jiffunzjona regolarment.", "Dan il-Bord huwa kompost minn dawn il- membri:", "Chairperson: Is-Sur Michael Aquilina Viċi Chairperson: Is-Sur Franco Azzopardi Segr Eżekuttiv: Is-Sur Joseph Cassar Membri: Is-Sur John Demanuele L-Imħallef Farrugia Sacco Is-Sur Joseph Psaila Is-Sur David Azzopardi", "Il-Bord Konsultattiv għadu ma ġiex maħtur uffiċjalment għaliex is- Segretarjat kien għadu qed jistenna informazzjoni mill-Għaqda Kittieba Sports dwar ir-rappreżentant tagħhom fuq dan il-Bord.", "Din l-informazzjoni waslet għand is-Segretarjat f'dawn il-ġranet.", "Hu maħsub li dan il-Bord jiġi maħtur fil-jiem li ġejjin.", "POWER STATION", "24641.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Wara l- interpellanza tiegħi numru 23928 lil Ministru ta' l-Ambjent u li ġiet riferuta lil Ministru tal-Finanzi, jogħġbu l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa sabiex inxtraw u jitwaħħlu precipitators fil-power station tal- Marsa", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PAOLA - TRIQ IL-GURBELL", "24642.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li l-ispazju miftuħ li hemm fit-tarf ta' Triq il-Gurbell f'Paola (fejn din tmiss mal- ħajt tal-ground ta' Pace Grasso f'Paola) jiġi upgraded billi, fost oħrajn, issir bankina (peress li s'issa qatt ma kien hemm waħda) u dan l-ispazju jiġi asfaltat peress li huwa responsabilita tal-Gvern Ċentrali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant jaqa` kollu fl-ambitu tar-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.", "PLAYING FIELDS", "24643.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jogħġbu l-Ministru jara x'sar mis-siġar li ġew maqlugħa minn biswit il-playing fields f'Tarxien (ħdejn St. Mary Street) sabiex isir il-proġett tal-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-Kunsill ta' Ħal-Tarxien ħa ħsieb sabiex is-siġar li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant jitħawlu fi bnadi oħra f'Ħal-Tarxien stess.", "F.S.S.", "24644.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li numru ta' anzjani għadhom ma irċevew ebda żieda għall-għoli tal-ħajja?", "Jista' jgħid wkoll x'inhi r-raġuni li fejn tidher iż-żieda, ma jidhirx tnaqqis tal- F.S.S.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond ir- rekords tad-Dipartiment, huma biss l-anzjani li jinsabu rikoverati f'istituzzjonijiet tal-Gvern għall-anzjani li għadhom ma tħallsux iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Peress li mill-pensjoni tas-sigurta' soċjali trid titnaqqas kontribuzzjoni li tista' tlaħħaq sa 60% tad-dħul tal-pensjonant bħala kontribuzzjoni dovuta lill-Kumitat tal-Welfare fil-każ ta' persuna residenti f'xi istituzzjoni tal-Gvern, ma tistax tiġi riveduta r-rata tal- pensjoni tas-sigurta' soċjali qabel jsir il-kalkolu tal-kontribuzzjoni dovuta.", "Bħalissa d-Dipartiment tal kura ta' l-Anzjani qiegħed jaħdem r-rata ta' kontribuzzjoni dovuta mill-anzjani fis-sena kurrenti.", "Dan jirrekjedi assessment tad-Dħul kollu tal-pensjonant biex tiġi stabbilita r-rata korretta dovuta lill-Kumitat tal-Welfare.", "Jiena nfurmat li x-xogħol fuq dawn ir-rati jinsab miexi sew u hekk kif jitlesta dan ix-xogħol t-Taqsima tal-pensjonijiet tkun tista' tħallas il-benefiċċju bir-rata dovuta lill- anzjani.", "F.S.S.", "24645.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li numru ta' anzjani għadhom ma irċevew ebda żieda għall-għoli tal-ħajja?", "Jista' jgħid wkoll x'inhi r-raġuni li fejn tidher iż-żieda, ma jidhirx tnaqqis tal-F.S.S.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "REFURBISHMENT", "24646.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swew ir-refurbishment taċ-CEO's office u tac-Chairman's office fi ħdan l-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-Refurbishment ta' l-Uffiċċju taċ-Chairman sewa Lm6,417.47.", "Ma' sar ebda refurbishment fl-uffiċċju taċ-Chief Executive Officer.", "COMPUTER AWARENESS COURSES FOR THE UNEMPLOYED", "24647.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-computer awareness courses for the unemployed li ġew ikkummissjonati mill-ETC lill- Executrain, kienu ġew imġiegħla jħallsu għalihom dawk li attendew għalihom (kull ġurnata)?", "Kemm -il course ġew esegwiti u kemm swew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Computer Awareness Courses for the Unemployed li ġew organiżżati mill-ETC fl-Executrain Training Centre kienu b'xejn għal dawk li attendew għalihom.", "F'dawn il-programmi ipparteċipaw 18-il persuna u sewa b'kollox Lm180.", "PENSJONI", "24648.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għall-dawk il-persuni li fil-passat kienu jaħdmu bħala sefturi u li llum anzjani, u li lilhom kienet ġiet mgħotija l-fakulta li jħallsu l-bolli kollha b'lura f'daqqa imma minħabba raġunijiet aċċettabli varji tilfu l-okkazjoni, hemm xi possibilita li dawn in-nies jerġgħu jingħataw din il-faċċilita sabiex huma wkoll jibdew jibbenefikaw u jirċievu l-pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija 24129 dwar dan is-suġġett.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-iskema Nazzjonali hija skema ta' assigurazzjoni, mhux skema ta' investiment.", "Tajjeb jingħad li l- kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali ma titħallasx biss għal skopijiet ta' pensjoni.", "Għaldaqstant bħal kull assigurazzjoni l-aktar ħaġa importanti hi li titħallas l-premium fil-ħin biex il-persuna (jew l-eredi tagħha jekk ikun il-każ) tkun koperta meta tinqala' xi kontinġenza.", "EU", "24650.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1998 l' hawn kemm ġew allokati fondi għal NGO's u korpi kostitwiti bħala parti mir-riċerka u xogħol ieħor konness mas-sħubija ta' Malta fl-EU li dawn għamlu jew qed jagħmlu?", "F'dan is-sens, jista' l-Ministru jgħid: 1) Kif ġew allokati dawn il-fondi? 2) Min kienu l-entitajiet u għaqdiet oħra li bbenifikaw minn dawn il-fondi? 3) Meta ġew allokati dawn il-fondi? 4) Mill-liema fond dawn il-flus ittieħdu ?", "ONOR.", "JOE BORG: Apparti dawk l-organiżżazzjonijiet rappreżentattivi li ġew allokati somma fissa (il-Federazzjoni tal-Industrija, Kamra tal- Kummerċ, General Workers Union u Unjoni Ħaddiema Magħqudin kwantu għal Lm25,000 kull waħda u il-General Retailers and Traders Union kwantu għal Lm20,000), il-kumplament tal-fondi disponibbli ġew allokati abbażi ta' proposti sottomessi mill-organiżżazzjonijiet nfushom u tal-firxa ta' rappreżentazzjoni tal-entitajiet konċernati.", "Bi tweġiba għat-tieni u t-tielet mistoqsija, il-fondi allokati mill-Gvern lill-organiżżazzjonijiet rappreżentattivi għas-snin 1999 (l-ewwel sena meta tqassmu dawn il-fondi), 2000 u 2001 huma kif indikati fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-listi jinkludu wkoll il-flus li attwalment tħallsu lill-organiżżazzjonijiet imsemmija jew ġew approvati għall-ħlas sat-23 ta' Marzu 2001.", "Dawn il-flus huma allokati taħt fond apposta fil-vot tal-Ministeru tal- Affarijiet Barranin.", "ĦAL GĦAXAQ", "24651.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-post ta' nar ta' San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq, li l-entratura għalih min ġo l-għelieqi hi waħda dejqa tant li ma tistax tgħaddi ambulanza f'każ ta' xi disgrazzja, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita' li din it-triq titwessa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex jara x'inhi s-sitwazzjoni tal-każ imqajjem mill-Onor.", "Interpellant.", "ĊITTADINANZA", "24652.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid, filwaqt li jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24004, 22861 u 22609, jgħid meta ser tingħata risposta u dan kif qal hu stess fi qasir żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ li qed jirreferi għalih issa ġie konkluż u l-persuna konċernata ser tiġi informata bid-deċiżjoni meħuda."]} {"filename": "20001122_434d_par.doc", "date": "2000-11-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 434 L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 434", "L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "434", "L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 542", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 542", "TQEGĦID TA' KARTI 544", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 2000-2001 545", "AĠĠORNAMENT 569", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 575", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 433 li saret fit-22 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "20838.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-universita' minn kull raħal u belt f'Malta u Għawdex fl-1985, bejn l-1986 u Mejju ta' l-1987, fl- 1999 u fis-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Filwaqt li nirriferi għat-tweġiba parzjali li ngħatat fis-seduta tas-6 ta' Novembru 2000, l- informazzjoni mitluba għas-snin 1999 u 2000 qed titqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: F'paġna 80 tad-diskors tal-budget, b'riferenza għall- edukazzjoni, il-ministru tal-finanzi qal li hemm qbil dwar programm biex l- iskejjel jiġu refurbished għal livell aċċettabbli u biex jinbnew skejjel ġodda.", "Huwa stmat li dan il-proġett jiġi jiswa madwar Lm60 miljun u hu maħsub li jsir fuq medda ta' tmien snin.", "Jista' l-Ministru jispeċifika iktar dwar dan il-proġett u jgħid xi ħaġa fil-qosor dwar l-iskop ta' l- istitut għall-appoġġ tat-tagħlim tat-tfal u l-ġenituri, u kif dan se jgħin fil-problema ta' l-illiteriżmu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-institute for child and parent learning support hija organizzazzjoni ġdida fi ħdan il-ministeru ta' l-edukazzjoni li twaqqfet ftit tax-xhur ilu permezz ta' avviż legali.", "Il-ħsieb ta' din l- organizzazzjoni huwa li tattakka l-għeruq tal-problemi ta' l-illitteriżmu u tad-diffikultajiet l-oħra li jiltaqgħu magħhom it-tfal waqt it-tagħlim.", "Il- funzjoni ewlenija ta' dan l-istitut hi li jinħoloq mekkaniżmu li jinduna li t-tfal qed isibu diffikulta' fil-proċess ta' tagħlim mill-aktar kmieni possibbli, biex isir intervent immedjat.", "Wasalna biex nagħmlu dan il-pass għax il-ħafna amministrazzjonijiet differenti kollha ppruvaw jagħtu esperjenza bażika lil dawk il-ħafna tfal li għal xi raġuni jew oħra ma kenux iżommu mar-ritmu tat-tfal l-oħrajn.", "L- esperjenza turi li persentaġġ għoli mit-tfal li jitwieldu kull sena jimxu 'l quddiem fl-edukazzjoni, kemm dik primarja kif ukoll dik sekondarja, pero' imbagħad hemm ħafna tfal li jibdew jaqgħu lura fi stadji differenti, min fl-ewwel sena tal-primarja, min fit-tielet sena u min anke iktar 'il quddiem.", "Ir-reazzjoni ta' l-uffiċjali edukattivi s'issa kienet li jipprovdu remedial teachers biex iduru minn skola għall-oħra ħalli jgħinu lil dawn it-tip ta' tfal.", "Evidentement aħna rrealizzajna li billi jintbagħtu dawn it-teachers ġo skola biex jagħmlu siegħa ma' grupp żgħir ta' tfal ma kien qed joħroġ l-ebda riżultat pożittiv, u għalhekk ftit tas- snin ilu nħolqot il-complementary education, grupp ta' 38 għalliem biex jieħdu ħsieb lil dawk it-tfal li mis-survey nazzjonali rriżulta li għandhom diffikulta' biex jaqraw u jiktbu bl-Ingliż u bil-Malti u biex isegwu fit- tagħlim inġenerali.", "Jiena deherli li għalkemm dawn l-inizjattivi kollha għandhom il-valur tagħhom, xorta ma kenux biżżejjed għax it-tfal iridu lil min jimbuttahom u jappoġġjahom il-ħin kollu, speċjalment dawk li jsibu diffikulta' biex jitgħallmu.", "Għalhekk insistejt biex jinħoloq programm li verament jolqot il-problemi varji li jiltaqgħu magħhom dawn it-tfal.", "Lil dawn it-tfal forsi ma jkunx jolqothom il-mudell tat-tagħlim għax ikunu jippreferu learning by doing.", "Jista' jkun ukoll li t-tfal isibu diffikulta' biex jitgħallmu għax ikollhom xi problemi fil-familja, forsi jkunu mingħajr ġenituri jew dawn il-ġenituri jkollhom xi vizzju li jrendu lill-ambjent tad- dar degradanti.", "Ovvja li problemi bħal dawn li sfortunatament xi tfal jiltaqgħu magħhom id-dar, jiġu riflessi fl-iskola.", "Huwa għalhekk li dan il- programm huwa mmirat kemm lejn it-tfal kif ukoll lejn il-ġenituri.", "Il- programm indirizzat lejn it-tfal ġie msejjaħ 'Ħilti', għaliex aħna nemmnu li t-tfal, kollha kemm huma, għandhom ħila li jridu jiżviluppaw, waqt li l- programm tal-ġenituri ġie msejjaħ 'Id f'Id' għaliex dawn iż-żewġ programmi jridu jimxu proprju id f'id.", "Il-ħsieb tagħna hu li wara li tul dawn l- aħħar xhur sar ix-xogħol neċessarju, f'Jannar jibda' proġett pilota f'numru ta' skejjel sabiex wara tkun tista' ssir evalwazzjoni tar-riżultati li jkunu ħarġu minn dawn l-iskejjel ħalli f'Ottubru, dan is-servizz ikun jista' jiġi estiż għal iktar skejjel.", "Rigward il-proġett li permezz tiegħu l-gvern se jieħu ħsieb il-problema ta' l-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel, l-għan tagħna hu li fuq perijodu ta' madwar tmien snin, ix-xogħol kollu meħtieġ fl-iskejjel kollha ta' l-Istat, kemm dawk primarji kif ukoll dawk sekondarji u post-sekondarji, ikun tlesta.", "Aħna nixtiequ li permezz ta' dan il-proġett, l-iskejjel kollha ta' l-Istat ikollhom ambjent aċċettabbli, skond kif jitlob il-kurrikulu nazzjonali.", "Imma jekk se nippruvaw nagħmlu dan ix-xogħol bis-sistema ta' finanzjament li ntużat s'issa, nista' nagħti garanzija minn issa li ma jsir assolutament xejn.", "Pero' nista' ngħid li l-gvern aċċetta l-proposta u l- istudju li ressaqt jien ftit taż-żmien ilu, u li issa qed tiġi elaborata mill-ministeru tal-finanzi, biex jinstab mod kompletament ġdid u kreattiv ta' kif jinkisbu l-finanzjamenti biex l-iskejjel tagħna jiġu rranġati skond kif jitolbu l-esiġenzi tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-istatistika li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra, jirriżultax li hemm żieda fin-numru ta' studenti min-naħa t'isfel ta' Malta li daħlu l-universita' bejn is-sena l- oħra u din is-sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika ma tagħtix in-numru ta' studenti li daħlu fl-universita' matul din is-sena imma tagħti lista ta' dawk li jattendu l-universita', lokalita' b'lokalita'.", "Din is-sena l-istudenti huma 8000, waqt li s-sena l-oħra kien hemm 7,100, jiġifieri żieda ta' 900 student.", "Wieħed jista' jinnota wkoll żieda f'ċerti lokalitajiet, bħal per eżempju żieda ta' 15-il student minn Birżebbuġa, 5 minn Bormla, 19 minn Ħal Għaxaq, 11 mill-Gudja, 9 mill-Imqabba u 13 minn Raħal Ġdid.", "Pero' minkejja dan, hemm ċerti żbilanċji, għax per eżempju mill-Imqabba, li bejn wieħed u ieħor għandha l-istess popolazzjoni ta' l-Isla, iż-żieda ta' studenti kienet id-doppju ta' dik ta' l-Isla.", "L-iżbilanċji jidhru wkoll meta wieħed iqabbel lokalitajiet oħra għax per eżempju filwaqt li mill-Isla hemm 26 student, mill-Fgura hemm 233 u minn Ħal Balzan hemm 180.", "Dan jirrifletti x-shift tal-popolazzjoni minn lokalitajiet antiki għal dawk li għadhom qed jiżviluppaw, u jirrifletti wkoll l-eta' żgħira tal-ġenituri.", "Din l-istatistika dwar l-istudenti li jattendu l-universita', għalkemm tagħti konklużjonijiet fuq ċerti aspetti, iġġegħilna nirriflettu u naraw x'azzjoni għandha tittieħed dwar aspetti oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Fl-aħħar budget smajna li l-ispiża fl-edukazzjoni żdiedet bi Lm11 miljun.", "Jista' l-Ministru jgħid kif dawn il-fondi se jissarrfu f'livell u fi kwalita' aħjar ta' edukazzjoni, għax jien naħseb li m'huwiex biżżejjed li nżidu l-flus imma jrid ikollna pjan ta' kif dawn il- flus se jissarrfu fi kwalita' aħjar ta' edukazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien nemmen li rridu nenfasizzaw il-fatt li għall- kuntrarju ta' dak li jiġri f'ċerti oqsma, l-investiment kapitali fil-qasam ta' l-edukazzjoni ma jfissirx biss l-infiq li jsir fil-bini ta' l-iskejjel, imma f'dan il-qasam anke n-nefqa rikorrenti tagħmel parti mill-investiment kapitali.", "Sa ċertu punt dan japplika wkoll għall-qasam tas-saħħa, għaliex xi jkun jiswa li jintefqu Lm100 miljun fil-bini ta' sptar jekk imbagħad ma jkunx fih it-tobba u n-nurses neċessarji?", "Jien naħseb li n-nefqa rikorrenti hija l-veru investiment fil-qasam ta' l-edukazzjoni, l- investiment li għandu valur miżjud fil-kapital uman, jiġifieri fit-tfal tagħna, fil-poplu Malti.", "Sur President, huwa veru li f'dan ir-rigward hemm qabża li parti minnha hija spjegata mill-ftehim kollettiv ġdid li l-gvern ikkonkluda għall- ħaddiema kollha tas-settur pubbliku.", "Il-premessi ta' dan il-ftehim kollettiv jispjegaw għaliex qed jingħataw dawk iż-żidiet u x'inhu mistenni li jinkiseb permezz tagħhom.", "Dawn il-premessi jispjegaw kif il-gvern ftiehem mal-unions li ffirmaw il-ftehim kollettiv biex permezz ta' dawk iż- żidiet, titjieb il-kwalita' fl-għoti tas-servizzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi-Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-ispezzjonijiet li saru fi flats tal-gvern fil-Furjana għall-istallazzjoni ta' lift, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21345.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:-", "Listi li juru l-membri fuq bordijiet li huma taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21330.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-membri fuq bordijiet li huma taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21331.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 2000-2001", "Ikompli mit-22 ta' Novembru 2000", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ir-rapport li għandna quddiemna bħalissa huwa dak dwar l-estimi ta' l-awtorita' tad-djar għal din is-sena li għadha kif għaddiet.", "Dalgħodu għedt li dan ir-rapport jgħid li l- politika ta' l-awtorita' se tkun mibnija fuq tliet pilastri, jiġifieri l- housing affordability, stock adegwat ta' djar b'kera soċjali u special needs ta' housing.", "Pero' sfortunatament ir-rapport fl-ebda ħin ma jitkellem dwar is-suq tal-kera, il-liġi tal-kera u l-problema tad-djar battala.", "Jien naħseb li biex verament ikollna strateġija serja dwar il- politika tal-housing, ma nistgħux ma nindirizzawx dawn it-tliet fatturi.", "Dalgħodu tkellimt ukoll dwar l-eluf ta' applikati li l-awtorita' tad-djar u d-dipartiment tal-housing, minħabba l-amalgamazzjoni li qed issir, qed iħallu fil-għama.", "Jien għedt li dan it-tħassib ġej mill-fatt li dawn it- 3,600 applikant ma jafux kemm għandhom punti u fuq liema kriterji jingħatawlhom dawn il-punti.", "Ħadd ma jaf eżattament kif u jekk hux qed isiru spezzjonijiet, u meta l-applikanti jċemplu lid-dipartiment jew lill- ministru, jiġu żgwidati u ħadd ma jagħtihom risposta dwar kemm għandhom punti.", "Li naf fiċ-ċert hu li bħalissa l-ministru għaddej b'eżerċizzju flimkien ma' l-awtorita' tad-djar biex jivverifika jekk hux minnu jew le li hawn 3,600 applikant li qed jistennew li jingħataw akkomodazzjoni alternattiva.", "Aħna fl-ebda ħin ma għedna li l-verita' dwar l-eżerċizzju tal-line drawings, jiġifieri l-pjanti ta' fejn qed jgħixu l-applikanti, qed tinżamm mistura.", "Li għedna hu li għalkemm dan il-proċess kien inbeda mit-tekniċi ta' l- awtorita' tad-djar, dan ix-xogħol issa qed isir minn kumpannija privata, preċiżament mill-kumpannija Coastal Management Co. Ltd., li hija sussidjarja tal-Kalaxlokk, u li fl-ittri li tibgħat lill-applikanti ma tniżżilx l-indirizz tagħha.", "Minn informazzjoni li għandi jidher li din il- biċċa xogħol se tiġi tiswa' lill-awtorita' tad-djar bejn Lm45,000 u Lm50,000, jekk mhux iktar ukoll.", "Jien nixtieq li l-ministru jgħidilna x'kienet ir-raġuni li minkejja li kulħadd ifaħħar lill-ħaddiema ta' l- awtorita' tad-djar, it-tekniċi ta' l-istess awtorita' twaqqfu milli jkomplu jagħmlu dan ix-xogħol biex beda jsir minn kumpannija privata.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk dan sarx b'xi skop biex din il-kumpannija tintuża bħala paraventu għal meta jiġu biex jintagħżlu l-applikanti għall-130 dar li għandha l-awtorita' tad-djar bħalissa.", "Fir-rapport ta' din is-sena kif ukoll f'dak tas-sena li għaddiet innotajt ukoll li ma jidher xejn dwar il-prezz tal-karozzi li nxtraw għaċ- chairperson u għaċ-chief executive.", "Fittixt ukoll dwar meta ħarġet il-call for applications għall-kariga ta' chief executive fi ħdan l-awtorita' tad- djar, biex nara fuq liema kriterji ġie maħtur iċ-chief executive preżenti, pero' anke f'dan ir-rigward, fir-rapport ma sibt xejn.", "Punt ieħor li xtaqt nitkellem dwar huwa l-atti tal-konvenju li jsiru mill- awtorita' tad-djar.", "Jien naħseb li m'hijiex serjeta' li l-awtorita' tagħmel il-konvenju ma' dawk li jingħataw akkomodazzjoni tal-gvern imbagħad tħallihom is-snin jistennew biex isir il-kuntratt.", "Jidhirli li qabel ma tagħmel il-konvenju l-awtorita' għandha tkun ċerta li d-djar li jkunu se jingħataw ikunu proprjeta' tal-gvern u li iktar 'il quddiem il-gvern ma jkunx se jsib diffikulta' biex ibiegħ dawk id-djar lill-inkwilini.", "Jien nittama li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata malajr kemm jista' jkun.", "Mr Speaker, xtaqt nitkellem ukoll dwar l-iskema tal-lifts u bi pjaċir ngħid li kont jien li tkellimt f'dan il-parlament biex jiġu introdotti l- lifts f'dawk id-djar tal-gvern li fihom jabitaw persuni b'diżabilita'.", "Pero' sfortunatament illum xorta għad hawn min għalkemm ibati minn diżabilita' mobilitarja, xorta għadu ma ġiex provdut b'lift.", "Każ partikolari li beħsiebni nibqa' ninsisti fuqu huwa dak ta' Block H f'Ta' Ġiorni, fejn jien jidhirli li għandha ssir ġustizzja ma' persuna b'diżabilita' li tgħix f'dan il-blokk għaliex m'huwiex sew li din il- persuna tibqa' priġuniera f'darha stess.", "Bħalma jien naf b'dan il-każ partikolari naħseb li l-membri ta' din il-Kamra jafu b'każijiet oħra, u għalhekk jien naħseb li għandha tinstab soluzzjoni.", "Xtaqt insemmi wkoll il-prezzijiet anti-soċali li bihom qed jinbiegħu l- appartamenti tal-gvern, speċjalment il-prezzijiet li qed jiġu mitluba li jħallsu r-residenti tal-qasam tad-djar ta' St. Andrew's, St. Patrick's u San Ġorg ġewwa Pembroke.", "Ma jistax ikun li l-awtorita' tad-djar, li primarjament twaqqfet biex toffri akkomodazzjoni soċjali, titlob Lm40,000, Lm50,000 u Lm60,000 lir-residenti ta' dawn l-appartamenti li għadni kif semmejt.", "Naħseb li hemm bżonn li ssir reviżjoni serja biex il-ħaddiema li jgħixu f'dawn l-appartamenti jintalbu prezz raġjonevoli li jkun jirrifletti l-qagħda soċjali tagħhom.", "Nerġa' nfakkar li dawn id-djar, meta jitbattlu se jerġgħu jimtlew immedjatament, u apparti hekk, dawn huma djar skedati, ma jistgħux jiġu żviluppati għaliex dawn huma barracks li kienu nbnew mill- Ingliżi, u għalhekk, ħlief alterazzjonijiet ma jistgħux isirulhom.", "Dawn huma l-punti prinċipali li għandha żżomm quddiem għajnejha l-awtorita', jiġifieri l-argument li dawk id-djar jistgħu jiswew ċertu ammont ta' flus għaliex qegħdin f'Pembroke u mhux x'imkien ieħor, irid jiġi eliminat.", "Sa fejn naf jien, kull post li tbattal f'Pembroke reġa' mtela, jiġifieri jien ma nafx għalfejn il-gvern se jipprova jmur lura mill-politika tiegħu billi ma jħallix lir-residenti ta' dawn l-appartamenti jsiru s-sidien ta' djarhom.", "Dawn m'humiex affarijiet taċ-ċajt, ma jistax ikun li nkomplu ntertqu l-qalb ta' dawk li verament iridu jsiru s-sidien ta' djarhom.", "Wara kollox, l-iskop ta' l-awtorita' tad-djar u tad-dipartiment tal-housing huwa wieħed soċjali.", "Sur President, xtaqt inqajjem il-punt dwar l-ispezzjonijiet li qed isiru fid-djar tal-gvern.", "Jiena wisq nibża' li l-proċess li qed isir huwa wieħed finta għax filwaqt li lil ċerti residenti m'hu qed jinstabilhom xejn ħażin, xi residenti oħra qed jiġu mġiegħla jirraġaw partijiet mid-djar tagħhom.", "Dan qed iqajjem id-dubji fost ir-residenti tad-djar tal-gvern.", "Il-biża' tiegħi hi li t-tekniċi ta' l-awtorita' tad-djar ġew sostitwiti b'kumpannija privata li m'għandha x'taqsam xejn ma' l-awtorita' biex meta jasal iż-żmien tat-tqassim tad-djar, l-awtorita' tad-djar tibda' tgħid li hi m'għandha x'taqsam xejn ma' dan il-proċess.", "Nittama li din m'hijiex xi logħba min- naħa ta' l-awtorita' tad-djar għaliex is-suspetti diġa' huma nfondati.", "Wara kollox, id-djar li jitqassmu huma kollha mibnija minn flus il-poplu Malti, u għalhekk jien ma narax għalfejn għandu jkun hemm l-ingann.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt ngħid hija dwar l-iskema tal-lifts fiha nnifisha, jiġifieri mhux dwar dawk il-lifts għall-persuni b'diżabilita'.", "Minkejja li għadna qed nittitubaw dwar jekk din l-iskema għandhiex tkompli tinfirex fuq housing estates oħra, jien ma naħsibx li l-piż kollu għandu jintefa' fuq ir- residenti ta' dawn il-flats.", "Jien naħseb li l-iskema preżenti dwar l- istallazzjoni tal-lifts għandha tiġi riveduta għax qed tiskoraġġixxi lill- istess inkwilini ta' dawn l-appartamenti.", "L-aħħar punt li xtaqt insemmi huwa dwar l-iskemi tal-gvern li wieħed jista' japplika għalihom, u li l- application fee tagħhom tlaħħaq għas-somma ta' Lm35, jiġifieri ġimgħa relief.", "Jien naħseb li dawn il-fees għandhom jiġu riveduti għall- benefiċċju ta' min verament jinsab fil-bżonn.", "Sur President, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri li qed jintbagħtu mill-Coastal Management Co. Ltd. biex kulħadd ikun jaf min hi din il-kumpannija fantażma.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Bħala rappreżentant tal-poplu, jien għandi d- dover li minn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ngħid liċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar li hi ingħatat din il-kariga biex taqdi lill-poplu Malti u Għawdxi kollu mingħajr ebda distinzjoni.", "Jien nappellalha biex tieqaf tikteb affarijiet ta' ħdura kontra l-partit Laburista, għax jekk ma tagħmilx dan, se tkompli tiġbed l-antipatija ta' nofs il-poplu Malti li bis- saħħa tiegħu qed tgawdi minn karozza, mobile phone u servizzi oħra b'xejn.", "Fl-aħħarnett nawgura li s-sena d-dieħla l-awtorita' tad-djar tagħmel xogħol iktar siewi minn dak li għamlet fis-snin l-imgħoddija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, illum bħala deputat se nitkellem għan-nom ta' dawk in-nies li għandhom ċerti problemi, b'mod speċjali dawk tal- Kottonera, jiġifieri tal-Birgu, ta' Bormla, u l-iktar ta' l-Isla.", "Sfortunatament hawn Malta għad hawn ħafna nies bi problemi soċjali in konnessjoni mal-housing, pero' minn kemm ili membru parlamentari, u għalhekk parti minn xogħli hi li mmur fid-djar tal-kostitwenti tiegħi, sirt naf kemm din il-problema hija verament għafsa ta' qalb.", "Hemm bżonn li llum qabel għada nieħdu l-inizjattiva biex ngħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn biex ikollhom post diċenti fejn jgħixu ta' bnedmin u mhux ta' annimali, għax jiddispjaċini ngħid li l-kelb tiegħi jgħix aħjar minn dawk li kelli ċ-ċans inżur id-dar tagħhom, dejjem jekk wieħed jista' jsejħilha dar.", "Ħafna drabi in-nies li jgħixu f'dawn it-tip ta' djar ma jkunx ġralhom hekk għax riedu huma, imma għax is-sitwazzjoni li kienu fiha ma kienetx tippermettilhom li jkollhom xi ħaġa aħjar.", "Jiena m'iniex qed nitkellem b'sens politiku imma qed ngħid dan minn qalbi għax minkejja li qegħdin fil-millennju l-ġdid, f'pajjiżna għad hawn il-faqar.", "Għalhekk irridu nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta' għaliex problemi ta' dan it-tip żgur li m'humiex aċċettabbli fiż-żmenijiet tal-lum.", "Ma nistgħux nippermettu li familja ta' ħames persuni tgħix f'kamra waħda, jiġifieri tiekol, torqod u tinħasel fl-istess kamra.", "Din hija r-realta' ta' pajjiżna, realta' li hija ferm ikbar milli wieħed jista' jimmaġina għaliex ħafna minn dawk li għandhom din il-problema, sfortunatament ma jitkellmux.", "Din il-problema soċjali awtomatikament taqla problemi oħra bħal din li għadni kif semmejt, jiġifieri li dawn il-familji ma jkunux kapaċi jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom biex jgħixu ħajja diċenti kif jixraq lill-bnedmin.", "Minn hawnhekk jien nitlob lill-ministru responsabbli biex hu personalment jidħol fid-djar tal-Kottonera biex ikun jaf eżatt f'liema ambjent jgħixu dawn in-nies, għax jekk ma jsirx hekk, il- problema ma tkunx tista' tiġi tackled b'mod individwali.", "Hemm bżonn immorru f'dawn id-djar biex inkunu nafu jekk verament dawn il-familji humiex qed jagħmlu ħilithom biex isibu xogħol jew jekk verament il-kap tal- familja m'huwiex f'pożizzjoni li jaħdem.", "Jekk l-istat verament jemmen li għandu jgħin lil min hu batut, huwa fid-dover tiegħu li jsib soluzzjoni għal dan it-tip ta' problemi.", "Jekk hemm bżonn, nagħmlu liġijiet ġodda biex dawn in-nies jingħataw sussidju kemm suppost, titħallsilhom il-kera kollha jew jingħataw post aktar diċenti.", "Kien hemm min qal li nkunu qed nagħmlu ħażin jekk indarru lil dawn in- nies b'kera baxxa, għax imbagħad bilfors ma jkunux iridu jmorru jaħdmu.", "Huwa veru li forsi jkun hemm min jara din l-għajnuna bħala nċentiv biex joqgħod jitgħażżen, pero' jiena ċert li l-maġġoranza m'humiex qegħdin f'din is-sitwazzjoni bil-gost u l-pjaċir tagħhom, imma għax verament għandhom problema soċjali.", "Hemm bżonn li minflok noqogħdu nitkellmu fuq teoriji ta' sussidju u affarijiet bħal dawn, immorru fir-realta' u nduru dar dar biex naraw fejn verament qiegħda din il-problema.", "Hemm bżonn insolvu din il- problema malajr kemm jista' jkun biex dawn in-nies ikunu jistgħu jgħixu ta' bnedmin, għaliex nerġa' ngħid li sfortunatament il-kelb tiegħi jgħix aħjar minn dawn il-familji.", "Dan assolutament m'huwiex ġust u għalhekk hemm bżonn li l-awtorita' tad-djar tieħu dan il-messaġġ.", "Jiena ċert li l-awtorita' taf b'dawn il-problemi, forsi ma tafx bil-każi kollha, pero' li hu żgur hu li dawn il-problemi jeżistu verament u dan nista' nikkonfermah jien għax rajthom b'għajnejja.", "Mr Speaker, fil-Kottonera jeżistu iktar nies li għalkemm il-problema tagħhom m'hijiex daqshekk kbira, xorta għandhom problema soċjali għaliex minkejja li jingħataw sussidju, xorta ma jaffordjawx li jħallsu l-kera u li jixtru ċerti affarijiet essenzjali.", "Għalhekk aħna għandna nidħlu f'din ir- realta' ukoll biex nippruvaw nagħtu ħajja diċenti lil dawn in-nies f'dan il- millennju l-ġdid li tant niftaħru bih.", "Ma jistax ikun li għaliex dawn in-nies xi darba jkollhom oppurtunita' ta' ftit over-time, jinqatgħalhom is-sussidju tal-kera bil-konsegwenza li jkollhom iħallu lill-familja tagħhom nieqsa mill-ikel.", "Ta' min jgħid li din hija realta' u mhux xi ħaġa li qed nivvintaha jien.", "Għada pitgħada dan se jkun ta' detriment għal dawk it-tfal li la jikbru se jkunu qed imexxu lil dan il-pajjiż.", "Wara kollox, jekk dawn il-familji jimirdu, il-pajjiż se jkollu jħallas għall-kura u għall-mediċini li jkollhom bżonn.", "Iddeċidejt li nitkellem fuq dawn il-problemi għaliex kif diġa' għedt, sfortunatament għad hemm min m'għandux il-kuraġġ li jgħid li għandu din il- problema, mhux għax ma jkunux jixtiequ li jiġu mgħejjuna imma għaliex ma jkunux jixtiequ li joħorġu l-problemi tagħhom fil-beraħ.", "Għalhekk irridu nkunu aħna minn dan il-parlament li nitkellmu biex nippruvaw nirraġaw is- sitwazzjoni ta' dawn in-nies.", "Kategorija oħra ta' nies li għandhom problemi soċjali huma dawk l-anzjani li jgħixu ġo djar kbar u li minħabba l- eta' tagħhom, ma jifilħux iktar għat-taraġ li għandhom fid-dar u għalhekk jixtiequ li jbiddlu d-djar tagħhom ma' oħrajn iżgħar li ma jkollhomx taraġ.", "Il-problema f'sitwazzjoni bħal din tinqala' meta fl-iskambju tad-djar ikun hemm waħda privata u oħra tal-gvern.", "Għalhekk jien naħseb li l-awtorita' għandha tara kif tista' ssolvi sitwazzjonijiet bħal dawn li wara kollox jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-problemi ta' housing f'pajjiżna.", "Fil-Kottonera jidher ċar ukoll li hemm nuqqas kbir ta' l-artijiet bil- konsegwenza li ż-żgħażagħ li jkunu jixtiequ jibqgħu jgħixu hemmhekk m'huwiex qed jirnexxielhom jagħmlu dan.", "Iktar minn hekk, l-awtorita' ta' l- ippjanar ma tagħtix il-permess biex xi dar kbira tkun tista' tinqasam fi tnejn jew f'iktar, biex b'hekk il-familji l-ġodda jkollhom fejn jabitaw.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-awtorita' għandha tħalli li jsiru alterazzjonijiet fuq dawk id-djar li għandhom storja, imma billi jiġu rranġati l-ħafna djar l-oħra, ma nara li jkun qed isir xejn ħażin.", "Jien ma nistax nifhem kif l-awtorita' ta' l-ippjanar, minflok tat l-art fejn se jsir il-proġett tal-Kottonera lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jibqgħu jgħixu hemmhekk, tatha lis-sinjuri.", "La din l-art setgħet tinbena, naħseb li kien ikun aħjar kieku ntużat fl-interess taċ-ċittadini tal-Kottonera u mhux ingħata lill-barranin.", "Jien naħseb li dawn l-affarijiet għandhom jiġu kkunsidrati bis-serjeta' għaliex ma jistax ikun li nibqgħu f'din is- sitwazzjoni fejn kulħadd iparla, imma mbagħad meta niġu għall-fatti, l- iktar nies li jkunu fil-bżonn jibqgħu minsija għaliex forsi m'għandhomx vuċi.", "Problema oħra li bħal ta' qabilha tinstab l-iktar fil-Kottonera hija dik tad-djar vojta.", "Kemm dan il-gvern kif ukoll dak preċedenti kemm-il darba tkellmu fuq il-fatt li għandu jsir xi ħaġa biex dawn id-djar vojta jibdew jintużaw.", "Jien nemmen li issa wasal il-mument li tittieħed inizjattiva biex dawn id-djar jiġu okkupati minn dawk li l-iktar għandhom bżonn.", "Fattur ieħor li xtaqt nitkellem dwaru hija s-sistema tal-punti li jingħataw dawk li japplikaw għal xi post għand l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Minkejja l-fatt li jekk is-sistema tal-punti timxi b'mod ġust, id-djar tal-gvern verament jibdew jingħataw lil min hu l-iktar fil-bżonn, meta mbagħad ir- resident jasal għall-kera jkollu jirrifjuta l-post għax ma jkunx jiflaħ iħallasha.", "Jiena persważ li l-housing authority taf b'dawn l-affarijiet, u għalhekk nitlobha biex tikkunsidrahom bis-serjeta'.", "Hemm bżonn li s- sistema tal-punti tkun verament trasparenti, għaliex jiena wisq nibża' li ħafna drabi ma tkunx hekk.", "Mr Speaker, jien ma nistax nifhem kif dawk li jkollhom problema sesswali, minħabba din l-iskuża jingħataw post diċenti u dawk il-familji li għandhom iktar minn problema waħda u li ħafna drabi jkunu jgħixu f'kamra waħda biss, jibqgħu l-art.", "Din is-sistema żgur m'hijiex dik li tgħallimna r-reliġjon tagħna, u għalhekk ma nistgħux nibqgħu nistaħbew wara s-sistema tal-punti biex naġevolaw lil xi ħadd.", "Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm xi ħadd li jirregola s-sistema tal-punti anke biex jekk hemm xi problemi privati li ma jkunx xieraq li jsir jaf bihom kulħadd, dawn jibqgħu mistura u fl-istess ħin xorta jkun jista' jingħad jekk dik il-persuna jistħoqqilhiex li tingħata akkomodazzjoni qabel ħaddieħor jew le.", "Mr Speaker, fil-ħin pjuttost qasir li kelli, ppruvajt nitkellem dwar il- problemi li għandhom x'jaqsmu ma' housing, speċjalment dawk fid-distrett tiegħi.", "Nerġa' nappella biex l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu in konsiderazzjoni s-suġġerimenti tiegħi għax jekk ta' l-inqas ikun hemm persuna waħda li ma tibqax tgħix ta' annimal imma tibda' tgħix ta' bniedem, ukoll tkun saret xi ħaġa tajba.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, illum qed niddiskutu l-estimi ta' l- awtorita' tad-djar, awtorita' li kull ma jmur qed tassumi rwol soċjali dejjem akbar u qiegħda tagħraf dejjem iktar x'inhuma l-problemi u l- ħtiġijiet tas-soċjeta' tagħna u tgħin lil dawk li huma verament fil-bżonn.", "Din l-awtorita' trid tassigura li dak li toffri jkun tassew aċċessibbli għal dawk l-iktar fil-bżonn.", "Per eżempju min jgħix f'dar substandard u jaqla' Lm3,000 fis-sena u għalhekk jibża' jieħu loan, ovvjament jiġi offrut dar b'kera u mhux b'bejgħ.", "Filwaqt li nieħu gost li l-awtorita', apparti l- bejgħ ta' proprjeta' qed tirrikonoxxi wkoll il-kiri, ma nistgħux ma nirrikonoxxux il-fatt li dak li jkompli jkabbar il-piżijiet finanzjarji ta' din l-istess awtorita' u li għalhekk bilfors ikollha tibbilanċja l-ħidma tagħha.", "Il-persuni li żgur li qegħdin fil-mira ta' l-awtorita' huma dawk bi bżonnijiet speċjali, fosthom dawk b'xi diżabilita'.", "Apparti mill-iskemi li qed tipprovdi biex id-djar ta' dawk b'diżabilita' jkunu iktar aċċessibbli, u fejn hemm bżonn qed jiġu stallati anke l-lifts, din is-sena l-awtorita' rriservat numru ta' allokazzjonijiet speċifikament għal dawk bi bżonnijiet speċjali.", "Għalkemm il-ħsieb oriġinali kien tajjeb, donnu li x'imkien hemm mismatch u għalhekk inħoss li għandha ssir analiżi tas-sitwazzjoni.", "Jekk naraw paġni 7, 8 u 10 tar-rapport ninnotaw li l-awtorita' mhux talli allokat numru ta' postijiet għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, talli saħansitra kien hemm ċerti postijiet li lanqas imtlew għax ma kienx hemm applikazzjoni għalihom.", "Dan huwa riżultat inkwetanti u għalhekk jeħtieġ li nifhmu għaliex dawn in-nies ma ħadux vantaġġ minn din l-opportunita' li nqalgħet.", "Ta' min jgħid li dawn il-postijiet ma ġewx riservati għan-nies b'diżabilita' biex inserrħu l-kuxjenza jew biex inkunu politically correct, imma għax verament nemmnu fil-benefiċċju li jistgħu jieħdu dawn in-nies minn dawn il-postijiet.", "Mr Speaker, jekk il-persuni b'diżabilita' ma ħadux vantaġġ minn dawn il- postijiet, irridu naraw għaliex ġara hekk, forsi għaliex il-mod ta' kif ħarġu dawn l-allokazzjonijiet ma laqatx biżżejjed il-ħtiġijiet tagħhom.", "Forsi l-veru bżonn ta' dawn in-nies m'huwiex l-akkomodazzjoni kif offrejniha, jiġifieri bi tliet kmamar tas-sodda, forsi dawn in-nies ma jissograwx jew ma jifilħux jidħlu għal loan biex jixtru dawn il-postijiet, forsi l-kultura ta' pajjiżna għadha żżommhom lura milli jkollhom an independent living.", "Nerġa' ngħid li m'huwiex biżżejjed li nirriservaw il- postijiet.", "Hemm bżonn li dawn ikunu aċċessibbli, mhux fis-sens fiżiku tagħhom imma fis-sens finanzjarju.", "Irrid nagħmilha ċara li d-dmir li ssir analiżi biex jinstab x'qed tikkawża din il-mismatch m'huwiex ta' l- awtorita' tad-djar biss imma anke tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Jien naf li dawn iż-żewġ korpi jaħdmu mill-qrib imma hemm bżonn li joħorġu b'suġġerimenti malajr kemm jista' jkun, għaliex aktar ma jdumu aktar il-problema ddum biex tiġi ndirizzata.", "Mr Speaker, inizjattiva oħra li matul din is-sena rajniha tkompli tiżviluppa hija dik li l-awtorita' tad-djar tidħol f'partnership ma' dawk l- NGOs li lesti li joffru supported living.", "Għalkemm aħna nitkellmu ħafna dwarn il-ħtieġa ta' l-integrazzjoni tan-nies b'diżabilita' u ta' dawk li jbatu minn problemi mentali, xorta għad hawn min jgħix f'istituzzjonijiet proprju għaliex m'għandux dar privata fejn jgħix u peress li huwa single, ma jikkwalifikax għas-sistema tal-punti.", "Illum, permezz tas-sistema l- ġdida, din il-problema se tiġi ndirizzata.", "M'huwiex ġust li dawn in-nies, għaliex huma single u għaliex jgħixu f'istituzzjoni, ma jistgħux jibbenifikaw minn ċerti sistemi.", "Mr Speaker, ħafna minn dawn in-nies m'għandhomx il-finanzi neċessarji biex jixtru l-postijiet tal-gvern, anke jekk dawn ikunu sussidjati b'mod vantaġġjuż.", "Iktar minn hekk, naħseb li lanqas il-banek ma jaċċettaw li jsellfu l-flus lil dawn in-nies, għaliex ma rridux ninsew li ħafna minn dawn in-nies ikunu unemployed.", "Fuq kollox, għal ħafna minnhom m'huwiex biżżejjed li tingħatalhom dar imma għandhom bżonn ukoll ta' support kontinwu ta' social worker.", "Paġna 28 tar-rapport tgħid li l-awtorita' tad-djar waslet fi ftehim mal- Fondazzjoni Suret il-Bniedem għall-kiri ta' erba' postijiet u ma' l-Eden Foundation għal post ieħor għall-persuni b'diżabilita'.", "Saru żewġ allokazzjonijiet oħra lill-Richmond Foundation biex issa n-numru ta' postijiet ta' din il-fondazzjoni għall-persuni bi problemi mentali, tela' għal sitta.", "Qed isir studju wkoll biex xi postijiet f'Wied il-Għajn ikunu jistgħu jintużaw mill-persuni b'diżabilita'.", "Dan kollu huwa biss il-bidu ta' dak li għandu jseħħ din is-sena.", "L-awtorita' toffri diversi skemi ta' għajnuna fosthom dik biex tgħin lir- residenti tad-djar tal-gvern ikollhom ħajja aħjar, biex ir-residenti jsiru s-sidien ta' djarhom u biex jingħataw sussidju fuq il-kera.", "Rigward l- iskema ta' għajnuna biex l-inkwilin jgħix aħjar fir-residenza tiegħu billi jagħmel xi arranġamenti fil-bini, ir-rapport jgħid li matul din is-sena, in- numru ta' dawk li għamlu użu minn din l-iskema żdied.", "Matul din is-sena l- iskemi kollha ta' l-awtorita' saru iktar vantaġġjużi u kulma jmorru qed ikunu dejjem iktar immirati lejn dawk li jifilħu l-inqas.", "Fil-fatt, minn 1,800 persuna li ngħataw l-għajnuna mill-awtorita' matul is-sena li għaddiet, f'din is-sena dan l-ammont tela' għal 2,200.", "Din iċ-ċifra turi kemm verament dawn l-iskemi sejrin tajjeb.", "Pero' minkejja dawn r-riżultati sbieħ xorta rridu nistaqsu jekk dawn l-iskemi qabdux ir-ritmu mixtieq u jekk humiex verament qed jintużaw minn min għandu l-iktar bżonn.", "Minn riċerka li saret irriżulta' li persuni bi bżonnijiet kbar m'huwiex qed jirnexxielhom jagħmlu użu minn dawn l-iskemi.", "Fil-fatt bejn il-lista ta' applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali u l-lista ta' min jagħmel użu minn dawn l-iskemi, m'hemmx paragun, għax filwaqt li fuq il-lista hemm madwar 3,500 applikant, 640 biss jużaw l-iskemi pprovduti.", "Mr Speaker, meta wieħed jibda' jqis dawn l-affarijiet kollha bilfors ikollu jistaqsi għaliex qed jiġri hekk, jekk is-sistema hijiex kumplikata u għalhekk taqta' qalb in-nies jew kemm hija aċċessibbli l-awtorita'.", "L- awtorita' kemm qed taħdem mill-qrib ma' min verament għandu bżonn tas- servizzi tagħha?", "L-informazzjoni li tingħata u l-lingwaġġ li jintuża mill- awtorita', qiegħed jinftiehem jew le?", "Il-kampanja ta' informazzjoni qiegħed tkun b'saħħitha biżżejjed biex tilħaq lil kulħadd?", "Għalkemm bħalissa qed isir eżerċizzju biex l-applikanti jkunu nfurmati aħjar dwar il- benefiċċji li toffri l-awtorita', hemm bżonn li din l-informazzjoni tingħata lil kulħadd għax forsi għad hawn min jaqta' qalbu li jixtri post tal-gvern sempliċiment għax ma jkunx jaf bl-arranġamenti li jista' jagħmel.", "Jien nistaqsi jistax ikun li dawk fil-bżonn ta' post tal-gvern ma jissugrawx li jħallsu biex japplikaw għax jibżgħu li jkunu qed jarmu l- flus.", "Jista' jkun li f'ċerti każijiet l-ispejjeż tant ikunu kbar li Lm2,500 xorta ma jkunux biżżejjed biex jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa?", "Jista' jkun li hemm min ma jridx jagħmel l-arranġamenti neċessarji għax inkella jinqata' mil-lista tas-social housing?", "Mill-banda l-oħra, nies bħal dawn għandhom jibqgħu fuq il-lista tas-social housing meta jistgħu jibbenefikaw mill-iskemi eżistenti u jirranġaw id-dar li għandhom minflok jingħataw oħra?", "Kif diġa' għedt, qed isir eżerċizzju ma' kull familja applikanta biex tagħmel il-kuraġġ u tuża dawn l-iskemi, pero' jien naħseb li iktar milli jiġu nkoraġġiti, dawn il-familji għandhom kważi kważi jiġu sfurzati li jagħmlu dan, u mhux jibqgħu fuq il-lista tas-social housing biex foris xi darba jingħataw post tal-gvern.", "Dawn in-nies għandhom ikunu nformati tajjeb għax jista' jkun li hemm minnhom min jaħseb li jekk jirranġa d-dar tiegħu, il-kera togħla għax il-post ikun sar jiswa iżjed.", "Jista' jkun ukoll li s-sidien jheddu lill-inkwilini li jekk jitolbu s-sussidju mill- housing department, ikeċċuhom 'il barra jew jgħollulhom il-kera.", "Mr Speaker, fattur ieħor li ta' sikwit nisimgħu dwaru huwa n-numru ta' djar vojta u abbandunati li hawn f'kull belt u raħal ta' pajjiżna, u li kieku dawn jingħataw b'kera lil min verament għandu bżonn ta' akkomodazzjoni alternattiva, insolvu parti mill-problema tal-housing.", "Saħansitra teżisti anke skema partikolari għal dawn id-djar fejn kemm is- sidien kif ukoll l-inkwilini li jaċċetta li jmorru jgħixu f'dawn id-djar, jingħataw somma flus, imma sfortunatament żewġ persuni biss urew interess f'din l-iskema.", "Xi ħaġa abbinata ma' dan hija l-ħtieġa ta' reviżjoni tal- liġijiet tal-kera li nistgħu ngħidu li huma long overdue.", "Huwa veru li xi ftit tas-snin ilu kienu saru xi emendi, imma dawn ma ħallewx l-effett mixtieq.", "Pero' min-naħa l-oħra kulħadd jaf li din hija sitwazzjoni delikata, hija sikkina li taqta' miż-żewġ naħat.", "Sur President, qabel ma nibdew insemmu l-eluf ta' djar vojta li jistgħu jiġu okkupati minn min qed ifittex akkomodazzjoni oħra, tajjeb li naraw kemm minn dawn id-djar huma verament abittabbli skond l-istandards tal-lum, għaliex per eżempju jien naf bi djar vojta fiż-Żurrieq li lanqas għall- klieb ma huma tajbin, aħseb u ara għall-familji Maltin.", "Jien ninsab ċerta li numru sostanzjali minn dawn id-djar huma żgħar wisq jew inkella l-ebda għotja ma tista' tagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jinħtieġu biex isiru abitabbli.", "Iktar minn hekk, is-sidien ta' dawn id-djar jippreferu jbigħuhom kif inhuma milli joqogħdu jirranġawhom u jidħlu fil- kumplikazzjonijiet tas-sussidju.", "Sidien oħra imbagħad għadhom jibżgħu mir- requisition order jew affarijiet oħra simili, u għalhekk ma jkunux iridu jiċċappsu ma' xi sussidju tal-gvern għax jibżgħu li titteħdilhom il- proprjeta' minn idejhom.", "Mr Speaker, il-mistoqsijiet huma ħafna u r-risposti għalihom żgur li m'humiex faċli.", "Pero' jien nippretendi li ssir analiżi serji ta' kull min qiegħed fuq il-lista tas-social housing, mhux biex naqtgħu l-ismijiet b'mod diskriminatorju bħalma ġara tliet snin ilu imma biex inkunu nistgħu nidentifikaw il-problemi ndividwali u naraw kif nistgħu nsolvuhom.", "Jien nixtieq ukoll li ssir analiżi kontinwa ta' l-iskemi li jkunu qed jiġu offruti biex dawn ikunu verament jirriflettu l-bżonnijiet tal-familji Maltin.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn biex niftaħru biċ-ċifri, u jien persważa li l-awtorita' hija konxja ta' dan u għalhekk se tagħmel minn kollox biex l-iskemi li toffri jibdew jintużaw.", "Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu f'dan il-qasam, nagħlaq billi nawgura li x-xogħol li hemm ippjanat għas-sena li ġejja jkun ta' ġid għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Speaker, għalkemm is-settur tal-housing m'huwiex wieħed faċli, irridu nammettu li huwa l-polz tal-ġid u ta' l-espansjoni ekonomika ta' kull pajjiż.", "Il-kwalita' tad-djar, l-ammont ta' dar fis-suq u n-numru ta' individwi li jirrikorru għall-għajnuna tad-dipartimenti tal- housing huma kollha fatturi li jindikaw lejn fejn ikun miexi l-pajjiż.", "Ir- rapport ippreżentat mill-awtorita' tad-djar għal din is-sena jinkludi analiżi attwali tas-sitwazzjoni tagħna.", "Pero' dan m'huwiex biżżejjed, imma għandna bżonn inħarsu lejn dak li ġara f'pajjiżi oħra, b'mod partikolari dak li ġara fl-Ingilterra, il-pajjiż li tant jinfluwenza lill-politika tagħna.", "Xi ħaġa interessanti li fih dan ir-rapport hija l-fatt li l-awtorita' ddikjarat il-prinċipji tagħha li min-naħa tagħhom huma ankrati fuq dak li l- gvern iqis bħala l-linji ta' gwida.", "Primarjament il-prinċipji jinqasmu fi tnejn, il-housing affordability u s-social housing, jiġifieri l-policies ġenerali ndikati mill-amministrazzjoni u li awtorita' tagħmel tagħha, li jfisser li l-istat jintervjeni biex jassigura djar diċenti bi prezz affordable għall-familji medji jkun jistgħu jlaħħqu miegħu, u r-rwol ta' l- istat biex jassigura stock ta' djar b'kera soċjali.", "Prinċipju ieħor huwa dak ta' l-ispecial needs housing, jiġifieri r-rwol ta' l-istat li jindirizza oqsma bi bżonnijiet speċjali fejn il-provvediment ta' akkomodazzjoni waħda m'huwiex biżżejjed.", "Hemm imbagħad prinċipji oħra bħal per eżempju li f'dak li għandu x'jaqsam ma' kiri, l-awtorita' tad-djar tagħti priorita' lil min ikollu l-iktar bżonn, li tinħoloq sistema aktar ekwa u li s-sistema mħaddma tkun iktar transparenti.", "Lura għall-awtorita' tad-djar fiha nnifisha, naħseb li wieħed irid joqgħod attent għax fil-qasam tal-housing m'hemmx l-awtorita' tad-djar biss iżda hemm ukoll il-maintenance and construction department u d- dipartiment għall-għajnuna soċjali.", "Jekk irridu naraw bis-serjeta' kemm verament qegħdin nimxu ma' dawn il-linji gwida, ma nistgħux ma nħarsux lejn dak li ġara f'pajjiżi barranin.", "Jien m'għandix dubju li l-awtorita' tad-djar Maltija flimkien mad-Dar Ċentrali jimxu fuq il-passi ta' Margaret Thatcher u John Major li kienu prim ministri ta' l-Ingilterra bejn bejn l- 1979 u l-1997.", "F'dan il-perjodu, il-gvern konservattiv Ingliż kien naqqas l-ispiża kapitali fuq housing billi ħoloq sitwazzjoni fejn ġie mnaqqas ir- ritmu tat-tħaddim ta' djar fil-qasam soċjali.", "Dan il-pass kien strumentali fl-awment tal-kera tad-djar essenzjali fuq ir-rata ta' inflazzjoni fis- settur privat u soċjali.", "Il-gvern Ingliż kien ipprivatizzaw l-biċċa l-kbira tal-housing stock u ħalla lill-poplu, jew aħjar lis-sidien tad-djar, jiffaċċjaw il-mewġ tas-suq.", "Konsegwenza ta' dan, l-owner application, jiġifieri li tkun sid ta' darek, saret trend iktar stabbilita bil- konsegwenza li problema ta' l-affordability saret iktar apparenti u akuta f'kull qasam tal-housing.", "Din it-tip ta' politika li twieldet mal-bidu tar-renju ta' Margaret Thatcher, politika li ftit kliem kienet tfisser ir-ritorn għall-free market, iddominat ix-xena tal-housing fl-Ingilterra għall-ġenerazzjoni sħiħa.", "Konsegwenza ta' dan ġie kkreat welfare neo-liberali fejn l- investiment fil-qasam tad-djar lokali niżel drastikament.", "Il-kirjiet, kemm fil-qasam privat kif ukoll f'dak soċjali, tħallew jogħlew għal-livell tas- suq.", "Id-djar in stock ta' l-awtoritajiet lokali u ta' l-assoċjazzjoni nbiegħu, ir-riabilitazzjoni ġiet kostretta tiddependi aktar fuq fondi privati, l-investimenti min-naħa ta' l-assoċjazzjonijiet sar iktar dipendenti fuq banek u assoċjazzjonijiet tal-bini, u s-sussidju fuq owner- occupied housing gradwalment ġie mnaqqas sabiex il-home ownership ġie aktar dipendenti fuq sorsi privati.", "Inġenerali, is-sussidji tneħħew jew fejn kien il-każ, ġew imħollija għal każijiet ta' faqar estrem, dejjem jekk ikunu japplikaw.", "Iżda lanqas l-istess faqar ma bbenefika minn dawn l-iskemi u kif jaf kulħadd, b'konsegwenza ta' dawn il-miżuri l-Ingilterra kellha tgħaddi minn żmenijiet koroh, fejn waħda mill-akbar karatteristiċi ta' dan il-perjodu xejn pjaċevoli kienet in-nies reqdin barra u jmutu bil-bard.", "Kien propju issa, bis-saħħa tal-kambjament fil-gvern Ingliż, din il- problema qed tiġi affaċċjata u qed jinbnew djar biex jospitaw lil dawn in- nies u jagħtuhom il-kuraġġ li jerġgħu jaffaċċjaw is-soċjeta'.", "Lura għall-qagħda f'pajjiżna, jien konvint li min qed jismagħni diġa' nduna bis-similarita' bejn il-politika applikata mill-Konservattivi Ingliżi u dik li attwalment qed tiġi mħaddma hawn Malta.", "Il-politika tal-gvern Laburista Malti ta' l-1987 kulħadd jaf x'inhi.", "Kulħadd jaf x'kienet is- sitwazzjoni tal-housing dak iż-żmien.", "Illum dak iż-żmien ħarab, u ħarsa lejn ir-rapport li għandna quddiemna u lejn dak li ġiet irrapportata tgħid iċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar, jagħtuna messaġġ ċar li jmur oltre l-affarijiet sbieħ li bihom l-awtorita' tad-djar tipprova taħbi r-realta' kerha fil-qasam tal-housing.", "Bla dubju ta' xejn, xi ħaġa li toħroġ ċara minn dan ir-rapport hija l-mod ta' kif il-vot li jikkonċerna lill-awtorita' tad-djar qiegħed jitnaqqar bil-mod il-mod.", "Ħarsa lejn il-vot approvat għas- sena 1998/99 turina li l-vot approvat kien ta' Lm10,860,000, li kien imqassam hekk: nefqa kapitali Lm4,772,000, nefqa soċjali f'sussidju Lm3,183,500, nefqa rikorrenti Lm 2,912,500.", "Ħarsa min-naħa l-oħra lejn il-vot li qed jiġi mressaq għas-sena 2000/01 tindika li t-talba hija ta' Lm9,506,000, jiġifieri nefqa kapitali ta' Lm5,655,000, nefqa soċjali f'sussidju ta' Lm2,520,000, nefqa rikkorrenti ta' Lm1,330,000.", "Dan juri tnaqqis sostanzjali ta' Lm1,362,000.", "Filwaqt li l-ispiża kapitali telgħet għal Lm 5,655,000, jiġifieri żieda ta' Lm883,000, in-nefqa soċjali f'sussidju naqset b'Lm663,500 u n-nefqa rikorrenti niżlet għal Lm1,581,500.", "Jiġifieri mhux talli l-vot għas-sena ta' stima naqas b'Lm1,362,000, iżda talli t-tali żieda fin-neqfa kapitali se jagħmel tajjeb għalih min l-aktar li għandu bżonn, għax wara kollox, filwaqt li n- nefqa kapitali telgħet għal Lm883,000, in-nefqa soċjali f'sussidju naqset b'Lm663,500.", "Dan ifisser li żarmajna knisja u armajna oħra minn fuq dar il- fqir.", "Għalfejn it-tnaqqis sar fir-rigward tan-nefqa soċjali f'sussidju, jiġifieri f'sussidju li jirrigwardja lis-sidien fix-xiri ta' postijiet ġodda battala mibnija mill-awtorita', sussidji lill-inkwilini ta' postijiet tal-gvern, sussidju fuq ħlas jew fidwa ta' ċens, sussidju fuq skemi ta' l- awtorita' tad-djar jew sussidju fuq l-imgħaxijiet ta' self mill- benefiċċjarji ta' diversi skemi u għotjiet lill-organizzazzjonijiet governattivi?", "Tgħid għax ħadd m'hu se jkollu bżonn dan is-sussidju minħabba l-fatt li l-qagħda ekonomika tant ser titjieb u l-poplu tant se jaqla' flus fiż-żmijiet li ġejjin li dawk fil-bżonn ta' l-għajnuna soċjali se jispiċċaw fix-xejn?", "Jien naħseb li r-raġuni hi li l-awtorita' tad-djar, id f'id mal-gvern fi pjan impitter kif kellu jkun, l-ewwel stabbilew it- thresholds li għandhom japplikaw sabiex wieħed jibbenefika, u li huma pjuttost baxxi, u issa li l-gvern se jżid, kif tant qed jiftaħar, il-pagi tal-ħaddiema taċ-ċivil, li wara kollox huma l-branch prinċipali tas- soċjeta' tagħna u li l-iktar li jibbenefikaw mill-għajnuniet soċjali, dawn kollha se jaqbżu t-thresholds u għalhekk ħafna minnhom li sal-lum kienu bilkemm jikkwalifikaw, issa mhux se jibbenifikaw iktar mill-għajnuniet soċjali u se jkollhom jagħmlu tajjeb għal kollox minn buthom.", "Minn għada, dawk li kienu qed jibbenefikaw mill-iskemi ta' sussidju ta' l- awtorita' bħall-iskema għax-xiri u xogħlijiet ta' irranġar u titjib ta' djar privati, sussidju ta' imgħax fuq self għad-djar tas-settur privat, sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar u titjib f'residenzi privati, sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar u titjib f'residenzi okkupati minn sidien, sussidju fuq xogħlijiet fid-djar privati li huma okkupati minn inkwilini jew ċenswalisti, skema għax-xiri ta' djar ta' abitazzjoni tal-gvern u skemi oħra, issa se jinqatgħu barra biex bil-mod il-mod dawn l-iskemi jispiċċaw.", "Iċ-chairperson ta' l-awtorita' għandha raġun tgħid li m'huwiex sew li l- Maltin li joqogħdu fid-djar fi stat ħażin jew substandard, m'għandhomx jibqgħu jippretendu li jmorru jabitaw fi djar ġodda tal-gvern iżda għandhom jiġu mħajjra u mdorrija jirranġaw id-djar li diġa' għandhom.", "Permezz ta' dan il-policy, l-awtorita' tad-djar jew aħjar il-gvern, qiegħed jolqot żewġ għasafar b'ġebla waħda.", "Il-gvern qiegħed inaqqas l- ispiża tiegħu fuq il-bini tad-djar ġodda billi jbiegħ l-istess kważi bil- prezzijiet li jeżistu fis-suq, u mhux kif qed jipprova jbellagħha liċ- ċittadin, u min-naħa l-oħra qed inaqqas il-piż tas-sussiddji, kemm b'mod dirett kif ukoll indirett.", "Fi ftit kliem, din hija mera ta' dak li ġara fl- Ingilterra, jiġifieri li nnaqqsu kemm nistgħu biex fl-aħħar kollox jispiċċa għall-parenza.", "Ladarba qed nitkellem dwar l-iskemi, tajjeb li ngħid li għalkemm hemm l-iskemi ta' l-awtorita' tad-djar li bħalma għedt, jistgħu jkunu ta' għajnuna, fir-realta' dawn huma kollha monki mija fil-mija.", "Dan apparti l-fatt li biex wieħed japplika jrid iħallas Lm10 'l hemm u Lm10 'l hawn, mingħajr ma jkun għadu beda.", "Jekk imbagħad l-applikazzjoni tiġi milqugħa, l-ispejjeż biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa jrid jagħmel tajjeb għalihom iċ-ċittadin.", "Jien naħseb li din hija ċajta, għaliex meta wieħed iqis li min jikkwalifika għad-djar tal-gvern għandu dħul tant baxx, kif tista' l-awtorita' tad-djar tesiġi li l-ispiża li issa telgħet għal Lm2500 għandhom l-ewwel jitħallsu miċ-ċittadin imbagħad wara ssir l-applikazzjoni għar-refund?", "Din hija skema ta' inċentiv u disinċentiv fl-istess ħin, u għalhekk jien ngħid li meta ċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar ġiet kkwotata li qalet li n-nies m'humiex jagħmlu użu mill-iskemi sabiex jirranġaw il-kundizzjoni tad-djar, ma kinetx korretta.", "M'humiex in-nies li ma jridux jagħmlu użu mill-iskemi, għax kif ammettiet hija stess, iċ-ċittadini jippreferu ma jiċċaqilqux miz-zona li jkunu trabbew fiha, imma huwa d-disinċentiv fl- iskemi nnifishom li jżomm 'il bogħod liċ-ċittadin fil-bżonn milli jitlob l- għajnuna.", "Kif jista' bniedem fil-bżonn iħallas Lm2500?", "Minn fejn se jġibhom?", "Għaliex għandu jmur isaqqaf wiċċu l'hawn u l'hemm forsi xi ħadd jisilfu dan l-ammont mingħajr imgħax?", "F'każijiet bħal dawn li huma verament soċjali u li ma fihomx qligħ, il-banek ma jidħlux fihom.", "L-iskop ta' l-awtorita' tad-djar huwa wieħed ċar, li dawn is-sussidji jispiċċaw.", "L- awtorita' taf li maġġor parti ta' l-applikanti se jitilfu d-dritt għal kull benefiċċju.", "Din hija għarukaża u ma taqbel xejn mal-politika ta' dan il- gvern li tant jgħid li għandu għal qalbu l'kuxjenza soċjali.", "Mr Speaker, fid-dawl ta' dak kollu li diġa' ntqal, wasal il-waqt biex wara li nisiltu l-messaġġ li qed jipprova jipproġetta r-rapport innifsu, nanalizzaw jekk dan ir-rapport jirriflettix verament il-prinċipji annunzjati.", "L-ewwel prinċipju jgħid hekk:", "\"L-intervent ta' l-Istat biex jassigura djar diċenti għax-xiri bi prezz li l-familji medji jkunu jistgħu jlaħħqu miegħu (housing affordability)\".", "Xi ħaġa li ngħid għalija taffaxxinani hija l-applikazzjoni tat-term \"l- intervent ta' l-Istat\".", "Jekk wieħed iħares lejn l-istorja fil-qasam tad- djar jinnota li l-id ta' l-istat kienet dejjem kienet viżibbli.", "Il- gvernijiet Laburisti dejjem ħadmu biex jipproteġu liż-żgħir billi raw li l- kera ma togħliex b'mod sfrenat u rrikonoxxew il-fatt li l-istat għandu dejjem jara li jkun ta' għajnuna għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn, filwaqt li l-gvernijiet Nazzjonalisti, mingħajr ebda dubju, dejjem urew inkriminazzjoni ta' ftuħ konsistenti fin-nuqqas ta' kontrolli fir-rigward ta' kera u prezz ta' l-art u llimitaw kemm setgħu l-għajnuna mill-istat.", "Huwa għalhekk li issa li l-istat iddikjara li se jintervjeni, wieħed jistaqsi fiex se jintervjeni.", "L-unika dikjarazzjoni li jiena smajt min- naħa tal-gvern, permezz ta' l-Onor.", "George Pullicino, kienet li l-gvern lest li jintervjeni fir-rigward tad-djar vojta billi jeħodhom hu, anke jekk bil-forza.", "Jiena ma nafx jekk wieħed għandux jieħu din l-istqarrija bħala theddida għad-dritt ta' propjeta' kif miktub fil-kostituzzjoni u fil- konvenzjoni Ewropea, jew bħala sinjal ta' rigress fit-tip ta' demokrazija, iżda li bħala prinċipju jiġi dikjarat li l-gvern preżenti lest li jintervjeni sabiex jassigura djar diċenti għax-xiri bi prezz li l-familji medji jkunu jistgħu jlaħħqu miegħu, jien ma nafx u nistaqsi.", "Mhux taħt gvern Nazzjonalista il-plots ta' Lm400 saru jiswew Lm30,000?", "Mhux taħt gvern Nazzjonalista l-kirjiet ta' Lm60 fis-sena, illum telgħu għal Lm100 u iżjed fix-xahar?", "Mhux taħt gvern Nazzjonalista l-kirjiet ta' appartamenti tal-gvern saru Lm60 fix-xahar?", "Mhux taħt gvern Nazzjonalista għolew l- ispejjeż tal-permessi tal-bini?", "Mhux taħt gvern Nazzjonalista id-djar b'valur medju ta' Lm10,000 saru jiswew 'il fuq minn Lm40,000?", "Allura din m'hijiex daħka meta nqisu li l-policies u l-miżuri ta' dan il-budget huma kollha diretti lejn destinazzjoni waħda, il-liberazzjoni assoluta tas-suq fil-kirjiet soċjali li min-naħa tagħhom jirriflettu ruħhom fuq dawk privati u fuq il-bejgħ ta' l-art?", "Bħala eżempju nistgħu nħarsu lejn l-għoti tas-sussidji f'paġna 17 ta' dan ir-rapport li jgħid hekk:", "\"Bl-iskop li l-iskemi jiġu applikati għal dawk li huma l-aktar fil- bżonn, biex wieħed jikkwalifika biex japplika, fost kundizzjonijiet oħra, ma jridx ikollu assi kapitali li jeċċedu il-Lm12,000 u dħul annwali ta' aktar minn Lm5,000.\"", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, jien nixtieq nistaqsi min huma dawk li se jibbenifikaw minn dawn l-iskemi, meta kull min se japplika għandu d-dar tiegħu li biex ma tkunx stmata - u hawn irridu noqgħodu attenti għax il- perit li jitqabbad mill-awtorita' tad-djar jew minn xi dipartiment ieħor, anke dak ta' l-akkomodazzjoni soċjali, ħafna drabi jiġu jaqa' u jqum kemm tiswa verament din il-proprjeta' - aktar minn Lm12,000, bilfors trid tkun xi gorboġ f'għalqa għax illum anke maqjel jiswa iktar minn Lm12,000.", "Liema familja jew armla, li bil-ftit pensjoni u b'forsi xi Lm5,000 fil-bank, ma taqbiżx il-Lm5,000 fis-sena bħala dħul?", "Illum x'tagħmel persuna b'Lm5,000, iktar u iktar jekk ikollha xi żewġt itfal u tkun trid tgħallimhom l-iskola?", "Mr Speaker, f'dan l-istadju wieħed bilfors ikollu jistaqsi jekk huwiex dan il-gvern li lest li jintervjeti sabiex jassigura djar diċenti għax-xiri bi prezz li l-familji medji jkunu jistgħu jlaħħqu miegħu.", "Jien naħseb li jkun aħjar għall-Ministru, issa li qiegħed jiftaħar li l-liberazzjoni tal- banek se tkun assoluta, li jara kif se jipproteġi lill-familji tagħna mir- rata massima ta' l-imgħax.", "Ma ninsewx li kull min issellef mill-banek biex jixtri daru, għamel dan bil-kundizzjoni li r-rata applikabbli ta' l-imgħax tkun l-ogħla waħda stabbilita mil-liġi.", "Grazzi għall-gvern Nazzjonalista, illum l-ogħla rata li tista' tiġi applikata hija dik ta' 15%.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid prosit lill-awtorita' tad-djar ta' l-arranġament li għamlet ma' l-HSBC biex iċ-ċittadini tagħna jissellfu l-ammont kollu minnhom mitlub.", "Pero' l-awtorita' tad-djar qaltilhom lil min se jissellef li l-HSBC m'għandux il-kuxjenza li kellhom il-Mid-Med Bank u l-Lohombus jew li għad għandu l-Bank of Valletta?", "Qaltilhom li issa r-rata ta' l-imgħax, hekk kif jitneħħa l-kontroll tal-bank ċentrali, tista' titla' għal 15%?", "Qaltilhom li l-gazzetta tal-gvern dejjem mimlija bi proprjeta' maqbuda għall-bejgħ b'subbasta wara li s-sidien tagħhom ikunu daħlu b'sagrifiċċji kbar għat-tlellix ta' dawn l-iskemi.", "Qaltilhom li bank partikolari għandu policy li jekk persuna ma tħallasx fil-pront għall-miżerja li jkun għad fadal fil-kont tiegħu, jitlob mandat ta' sgass u jkaxkar kull ma jsib, bħalma ġara ftit taż-żmien ilu fin-Naxxar?", "Ejjew noqogħdu attenti minn dan kollu u nisħqu li l-gvern jintervjeni biex jara li ċ-ċittadini Maltin, wara tant żmien ta' għożża mill-gvernijiet Laburisti, ma jisfawx vittmi ta' dawn l-iskemi li tant qegħdin niftaħru bihom.", "Sur President, tajjeb li naraw ukoll kif din is-sitwazzjoni tirrifletti ruħha fuq oqsma oħra.", "Fost diversi fatturi li se jwasslu għall-problemi soċjali, bħalma hija ż-żieda ta' persuni vulnerabbli li se jispiċċaw mingħajr dar jew jgħixu f'ambjent ta' faqar, wieħed irid jinnota s-single parents, il-persuni ta' nazzjonalita' differenti, ix-xjuħ u persuni oħra.", "Jekk inħarsu lejn dak li ġara fl-Ingilterra minħabba l-politika mħaddma minn Thatcher u Major, insibu li bejn l-1979 u l-1991, in-nies mingħajr saqaf fuq rashom kien tela' għal 155,000, u n-nies li kellhom jiġu pprovduti b'akkomodazzjoni alternattiva tela' għal aktar minn 10%.", "Din hija l-politika tal-housing li qed iħabbar il-gvern preżenti, u għalhekk, jekk inħarsu lejn il-prinċipju ta' l-affordability bil-mod ta' kif kien attwat mill-gvern Ingliż, konsegwenza ta' l-għoli tal-kera u l- prezzijiet tad-djar, tnaqqas b'mod konsiderevoli.", "Dan ifisser li l-vera affordability m'hijiex kif qed tiġi pproġettata fir-rapport li din se ssir għaliex kulħadd jaffordja, imma għax kulħadd jaffordja inqas.", "U hawn Malta hekk qed jiġri.", "Il-prezz ta' l-art, tad-djar u tal-kirijiet tela' b'mod astronomiku li ma jirrifletti xejn id-dħul taċ-ċittadin u tal-familja Maltija.", "Konsegwenza ta' hekk, ftit huma dawk li għadhom jaffordjaw jixtru darhom jew jikru fejn joqogħdu mingħajr ma jissallbu.", "Jekk l-awtorita' tad- djar trid verament timxi mal-policy tal-gvern trid iġġiegħel lill-istess gvern ikun onest maċ-ċittadini tiegħu.", "It-tieni prinċipju ndikat fir-rapport huwa l-irwol ta' l-Istat biex jassigura stokk adegwat ta' djar b'kera soċjali, social housing.", "Fis- sustanza dan huwa prinċipju nobbli, imma dan il-gvern x'qiegħed jagħmel biex jassigura li jkollu stock adegwat ta' djar b'kera soċjali?", "Xejn.", "Il- gvern Nazzjonalista, bħall-gvernijiet Konservattivi Ingliżi li huma l- mudelli tiegħu, ra kif għamel u lliberalizza mhux biss is-suq privat tal- kera biss, imma anke dak soċjali.", "Dan sar billi l-gvern abbina l-kera, li tiġi riveduta kultant żmien, ma' l-għoli tal-paga.", "Appena taqbeż it- threshold, li huwa pjuttost baxx, il-kera togħla b'mod li l-inkwilini tal- postijiet tal-gvern iħallsu mas-Lm60.", "B'koinċidenza, illum stess nirċievi ittra li taqra hekk:", "\"Jien noqgħod ġo flat u kelli kera ta' Lm300, applikajt għal sussidju għax il-paga taqbeż in-normal u qaluli li minn din is-sena, m'iniex intitolata għas-sussidju.", "Issa s-sid għollieli l-kera għal Lm450 fis- sena.", "Jien kif jista' jkun inħallas din il-kera meta ma nagħmilx siegħa overtime.", "Dan minbarra l-kontijiet tad-dawl, tat-telefon, tal- life insurance, ta' l-insurance tal-karozza, u l-manteniment ta' erba' persuni.\"", "Din hija r-realta', u għalhekk jien nistaqsi fejn huma l-kuxjenza soċjali u l-kera soċjali.", "B'kera soċjali wieħed jifhem li l-kera tkun waħda nominali li tagħti ċ-ċans lil dak li jkun li jistejqer, u tippermettilu bid-dħul baxx li għandu jgawdi ftit mill-kumditajiet bażiċi li toffri t-teknoloġija tal-lum.", "Din hija daħka fil-wiċċ, iktar u iktar meta wieħed iqis il-ħeġġa frenetika ta' l-awtorita' biex tbiegħ u tillikwida mill-housing stock li għandha.", "Kif tista' l-awtorita' tiġi meħuda bis-serjeta' meta din qiegħda tbiegħ dak kollu li għandha u fl-istess m'hijiex qiegħda tibni biżżejjed sabiex isir replacement ta' dak mibjugħ.", "Ħarsa lejn l-estimi turi li matul l-1999, l-awtorita' biegħet u allokat 399 unit li għalihom kienu applikaw 1,803.", "Jekk inħarsu lejn kif il- proġetti ta' units li l-awtorita' qed tipprogramma li tibni matul is-sena 2001, naraw li dawn ilaħħqu l-1,966.", "Jiġifieri jekk ħadd ma jagħlaq l-eta' u jiddeċiedi li ma jieħux l-istat tiegħu, ukoll bilkemm infiqu, aħseb u ara meta dan il-pajjiż se jibda jħabbat wiċċu mal-problema tal-familji li jispiċċaw barra minn darhom minħabba li t-terminu tal-kirja jkun skada u s- sid ikun irid jgħolli l-kera għall-ammont li l-familji ma jkunux jifilħu.", "Hawnhekk ta' min ifakkar lil mill-1995, il-kirjiet ma baqgħux iktar protetti, u għalhekk hawn min qed jabbuża minn din is-sitwazzjoni u jħajjar lill-inkwilini biex jidħlu fi ftehim ġdid ħalli jitilfu kull benefiċċju li tagħti l-liġi tal-kera ta' qabel l-1995.", "Dawn huma l-problemi ta' dawk n-nies li jkunu jgħixu f'kirjiet għolja u li għaliex jitilfu l-impjieg, jispiċċaw barra minn darhom, tas-single parents, u taż-żgħażagħ li jitilqu mid-dar tal-ġenituri tagħhom.", "Dawn huma kollha każi li ġaladarba l-awtorita' tad-djar qiegħda tgħid li se tassumi r- responsabilita' tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, trid tipprepara għalihom.", "Żgur illi l-mod ta' kif qiegħda tippjana m'huwiex se jilqa' għal din l-isfida.", "Billi l-awtorita' tad-djar talloka 20% ta' l- appartamenti li jkunu b'kamra tas-sodda waħda jew tnejn lil dawk li llum jirriżultaw pendenti fuq il-lista ta' l-akkomodazzjoni soċjali, m'huwiex biżżejjed.", "Il-ġest fih inniffsu huwa ta' min ifaħħru, imma meta naraw kemm l-awtorita' tad-djar qed tipproġetta units għas-sena 2000, jiġifieri 393 appartament biss filwaqt li l-applikanti għand id-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali ilaħħqu l-eluf, nindunaw li dawn l-appartamenti huma biss qatra f'oċean.", "Jekk l-awtorita' tad-djar trid tiġi meħuda bis-serjeta', u jekk il-gvern irid ikun veru serju, għandu l-ewwelnett jara li n-nies fi ħdan l-awtorita' ta' l-ippjanar u fi ħdan l-awtorita' tad-djar, jagħmlu xogħolhom bis- serjeta' sabiex jaraw li r-riżorsi jintefqu tajjeb u bl-aktar mod effettiv.", "Bir-rispett kollu, huwa fatt stabilit illi billi nibnu maisonette 'l hawn u ieħor 'l hemm, ma jaġevola xejn lill-ekonomija u l-isfruttar tar-riżorsi.", "Huwa umilment sottomess li jkun aktar ta' vantaġġ u jkun aktar effiċjenti kieku l-gvern jidħol bi sħab mal-privat biex jibni dawn il-ħafna sidi li hawn mferxin ma' Malta u Għawdex, bil-kondizzjoni li l-kera tkun waħda baxxa jew inkella jinbiegħu biex mill-flus tagħhom jinbnew blokki ta' flats li bil-mezzi u bix-xjenza li għandna llum, ikun jakkomodaw l-akbar numru possibbli ta' nies, bl-inqas spejjeż possibbli.", "Fl-opinjoni tiegħi, huwa inutli li jinbnew units imferrxin ma' Malta, imma jkun iktar worth it ekonomikament u jkun iktar ta' gwadann għaċ- ċittadini Maltin jekk issir konċentrazzjoni fuq siti ikbar u fuq blokki ta' flats.", "L-awtorita' tal-ippjanar għandna teżerċita aktar pressjoni sabiex jiġu ndikati aktar siti, kemm dawk li għadhom mhux mibnija kif ukoll dawk li jinħtieġ li jiġu mwaqqa', bħalma huma s-slum areas, sabiex minflokhom jinbnew blokki ta' appartamenti.", "Għandha tiġi riveduta l-policy tal-height limitation għaliex kulħadd jaf li hawn Malta, l-ispazju tal-tibni huwa limitat, u għalhekk ma jistax ikun nibqgħu nibnu sa tliet sulari biss.", "Il- bini jrid jogħla 'l fuq.", "B'hekk biss jistgħu jitwaqqfu l-prezzijiet sfrenati tal-bini u r-rati esorbinanti tal-kera.", "B'hekk biss l-awtorita' tad-djar tista' turi li qiegħda taħdem bis-serjeta' sabiex flimkien mal- gvern tiggarrantixxi li l-intervent ta' l-istat biex jassigura djar diċenti għax-xiri bi prezz li l-familji medji jkunu jistgħu jlaħħqu miegħu u biex l- istat jassigura stock adegwat ta' djar b'kera soċjali.", "Hemm bżonn li ssir konċentrazzjoni biex jiġu ndikati iktar siti u jitwaqqa' bini li huwa żdingat u antik biex minfloku jittellgħu blokki ta' appartamenti.", "It-tielet prinċipju elenkat fir-rapport jgħid hekk:", "\"Ir-rwol ta' l-Istat biex jindirizza oqsma ta' bżonnijiet speċjali fejn il-provvediment ta' akkomodazzjoni waħedha m'hijiex biżżejjed (special needs housing).\"", "Dan il-prinċipju għandu jinqara mal-prinċipji li tħaddan l-awtorita' tad- djar fil-qasam tal-kiri tad-djar, u cioe' li tingħata priorita' lil min l- iktar li għandu bżonn, li tinħoloq sistema aktar ekwa u li s-sistema mħaddma tkun iktar trasparenti.", "Iktar minn hekk, l-enfasi qiegħda fuq l- idea li d-dipartimenti li jikkonċernaw lill-housing, jiġu amalgamati.", "Din kieku hija idea tajba, pero' milli jidher ġralha bħall-fellus u mietet fil- bajda.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fid-diskors tal-budget tas-sena l-oħra, l- idea kienet li jiġu amalgamati s-sistemi tal-għoti tal-punti biex ma jkunx hemm disparita' bejn dawk allokati mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u dawk allokati mill-awtorita' tad-djar.", "Kien hemm l-idea wkoll li jiġu amalgamati d-dipartiment tal-maintenance and construction, id- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u l-awtorita' tad-djar, pero' fuq din ta' l-aħħar ma ġara xejn.", "Fuq ta' l-ewwel, illum, sena wara, din l- amalginazzjoni fir-rigward tal-punti għadha lanqas biss saret.", "Mr Speaker, huwa fatt magħruf li s-sistema preżenti u l-mod ta' kif din tiġi mħaddma hija waħda abbużiva u għadha 'l bogħod biex inkunu nistgħu ngħidu li hi ġusta.", "M'huwiex veru dak li dejjem tenna l-ministru, li ma kienx hemm abbuż.", "Allura kellu raġun is-Sur Leone Ganado, għan-nom tal- familja Micallef, jiġġieled u jargumenta li l-appartamenti f'San Ġwann kienu qed jingħataw lil tal-qalba.", "Kelli raġun nistaqsi lill-ministru, avolja ma rrispondinix, dwar il-każ ta' persuna li applikat mil-lum għal għada u ngħatat post, mhux għax kellha bżonnu, imma għax kienet tal-qalba.", "Lanqas ma hu korrett dak li qalet dalgħodu l-Onor.", "Dolores Cristina.", "L- abbuż huwa rampanti, u dan huwa rikonoxxut mill-fatt li issa qegħdin ngħidu li ġaladarba jiġu amalgamati l-punti, allura kollox isir ċar u trasparenti.", "Ir-risposta toħroġ waħedha.", "Li ma tridx tgħid l-awtorita' tad-djar hu kif din is-sistema se tkun trasparenti mingħajr ma jingħataw id-dettalji ta' l-applikanti.", "Jien ma nistax nifhem kif qed nippretendu li jkollna sistema trasparenti meta d- dettalji tal-persuni m'humiex jidhru.", "Dan il-punt iqajjem ukoll il- kwestjoni tal-bżonnijiet speċjali fejn il-provvediment ta' akkomodazzjoni m'hijiex biżżejjed.", "Fis-soċjeta' tal-lum, il-persuni bi bżonnijiet speċjali m'humiex biss dawk anqas ixxurtjati minnha jew l-anzjani.", "Hemm il- każ tas-single parents, single mothers u ż-żgħażagħ li jitilqu jew jitkeċċew mid-dar tal-ġenituri tagħhom.", "Hemm ukoll il-problema ta' housing għall-persuni barranin u etniċi.", "Bir-rispett kollu, dan ir-rapport ta' estimi ma jindirizza xejn lil dawn il-problemi.", "Isemmi ftit lill-iskemi li jirrigwardjaw lill-persuni b'diżabilita', pero' dwar dan diġa' għidt li apparti li tnaqqas il-vot fuqhom, ħafna minn dawk li jistgħu japplikaw għal dawn l-iskemi m'humiex se jkunu eliġibbli li jagħmlu dan għax biż-żieda li se tingħata għall-għoli tal-ħajja, dawn faċilment se jaqbżu t-threshold.", "Minbarra l-persuni b'diżabilita', in-nies l-oħra li jistgħu jkunu fil-bżonn ta' akkomodazzjoni jew aħjar ta' dar biex jabitaw fiha, m'hijiex indirizzata.", "Rigward ix-xjuħ, illum kulħadd jaf li l-popolazzjoni m'għadhiex waħda żgħira, imma hija dominata mill-persuni anzjani.", "Huwa fatt magħruf li d-dħul u l- opportunitajiet għall-anzjani ma huma xejn għajr negattivi b'tali mod li l- anzjani qegħdin jispiċċaw emarġinati.", "Tul dawn l-aħħar snin l-istandard of living ta' l-anzjani tbaxxa b'mod sinifikanti u fil-konfront tal-maġġor parti ta' l-anzjani, is-sitwazzjoni ta' l-għażla u s-sigurta' finanzjarja hija waħda prekarja.", "Konsegwenza ta' dan l-istat tal-fatt, ħafna mill- anzjani ġew f'pożizzjoni li jridu bilfors jiddependu mill-benefiċċji soċjali b'tali mod li jispiċċaw żvantaġġjati.", "Huwa propju hawn li l- awtorita' jmissha tagħmel sforz u tara kif se timmodifika l-iskemi li tant tgħajjat bihom.", "Minn diversi riċerki rriżulta li l-anzjani huwa dawk li jsibu ruħhom jgħixu fl-aktar kantunieri fqar tas-settur tal-housing in ġenerali.", "Meta mqabbel ma' setturi oħra tas-soċjeta', dan l-istat ta' fatt jaċċentwa ruħu aktar fil-każ ta' persuni anzjani li jkunu joqogħdu waħedhom.", "Dan l- isvantaġġ jikber meta wieħed iqis li l-anzjani, fil-maġġor parti tagħhom, jiddependu mill-pensjonijiet u minn benefiċċji soċjali oħra.", "Meta wieħed jikkonsidra li dawn jonfqu dan l-introjtu fuq l-ikel u b'mod l-aktar aċċentwat fuq mediċini, allura l-ħlas tal-kera se jkompli jżid mal- piżijiet.", "Allura hawnhekk wieħed jistaqsi kif jistgħu l-anzjani jitolbu l- għajnuna ta' l-awtorita' tad-djar, mogħtija taħt diversi skemi, meta l- introjtu tagħhom huwa daqshekk baxx.", "Minn fejn ser joħorġu l-flus biex isiru x-xogħlijiet imbagħad wara jieħdu r-refund mingħand l-awtorita'?", "L-istess jista' jingħad fil-każ tan-nisa.", "Huwa fatt magħruf li ftit huma dawk in-nisa miżżewġa li jirnexxielhom isiru s-sid ta' darhom.", "Dan minħabba l-fatt li jirriżulta anke minn riċerka li saret f'pajjiżi oħra, li l- abilita' ta' mara biex tixtri l-propjeta' hija aktar ristretta minn dik ta' raġel, kemm minħabba d-dħul kif ukoll minħabba l-kapaċita' tas-self.", "Hawn Malta, għalkemm ngħajjtu bid-drittijiet tan-nisa, il-banek ftit li xejn jagħtu każ id-dħul tal-mara.", "Din hija xi ħaġa li ma tirrifletti xejn lid- dinja tal-lum, u għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li ssir riflessjoni fuqha u jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi rranġata din is-sitwazzjoni.", "Hija xi ħaġa pożittiva l-aħbar ta' l-awtorita' li ser tiddedika 20% mill- appartamenti lil dawk li jinsabu fuq quddiem tal-lista ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Pero' jibqa' l-fatt li 20% ta' l-appartamenti m'humiex biżżejjed.", "Ninsab konvint li l-lista tinkorpora ħafna iktar nisa li jsibu ruħhom barra mid-dar u li jkunu qegħdin fi problema daqstant kbira.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li l-awtorita' tiddedika daqstant appartamenti u iżjed biex forsi daw in-nies ikunu jistgħu jerġgħu jibdew ħajja ġdida għal rashom.", "Jien minn hawnhekk nitlob lill-awtorita' tad-djar biex tinvesti iżjed u tkun aktar disponibbli għal dan is-settur tas-soċjeta'.", "Problema oħra li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda taċċentwa ruħha hija dik taż- żwiġijiet imħallta fejn persuni barranin jistabbilixxu r-residenza tagħhom hawn Malta.", "Din hija xi ħaġa li se tidħol iktar mas-sħubija ta' pajjiżna fl- Unjoni Ewropea, peress li tnejn mill-prinċipji bażiċi tagħha huma l-free movement of capital u l-free movement of persons.", "Kif kulħadd jaf, diġa' saret talba lill-amministrazzjoni ta' l-Unjoni sabiex ikun hemm deroga li tipprojbixxi liċ-ċittadini barranin li jixtru iktar minn proprjeta' waħda f'pajjiżna.", "Dan ifisser li anke l-amministrazzjoni preżenti qed tibża' li l-barranin jkunu jistgħu u jistabilixxu ruħhom hawnhekk.", "B'hekk lill- awtorita' tad-djar tiżdidilha problema oħra għaliex minbarra li jkollha taħseb għan-nies tal-lokal, ikollha taħseb ukoll għal dawk li jiġu jistabilixxu r-residenza tagħhom hawn Malta.", "Jien naħseb li għandha ssir enfasi minn issa sabiex l-awtorita' tara li ma jiġrix bħalma ġara f'pajjiżi oħra, jiġifieri li dawn in-nies jiġu mferrxa ma' l-erbat irjieħ tal-gżira b'mod li jiġu soġġettati għal atti ta' razziżmu u esklużjoni.", "Huwa mportanti li dawn in-nies ta' razza differenti ma jitħallewx jokkupaw postijiet substandard u ta' kwalita' fqira, għax dan ikun ifisser biss li nkunu qed infaqqsu problema, kif jien konvint li diġa' bdejna, u li jkun diffiċli li nerġgħu lura minnha.", "Ma rridx inkun negattiv anzi rrid infaħħar il-ġest nobbli ta' l-awtorita' li ssir aktar ħanina u trattab il-kuxjenza tagħha.", "Għalkemm dan l-aħħar l-awtorita' saret aktar marbuta mar-rwol ta' spekulatur u mhux l-ewwel darba li jien indirizzajta bħala l-akbar spekulatur li għandna magħna hawn Malta, irrid niċċara dan il- punt fis-sens li ma jistax ikun li l-awtorita' tad-djar, li r-rwol tagħha huwa li tipprovdi housing soċjali, tibqa' dejjem bit-tir li tagħmel il- profitti mill-bejgħ.", "Huwa żgur li r-rwol tagħha għandu jkun li tgħin liċ- ċittadin Malti, u għalhekk għandha tagħmel iktar enfasi biex il-prezz tal- bini jitbaxxa.", "Dan isir biss jekk l-awtorita' tad-djar flimkien ma' l- awtorita' tal-ippjanar iħajru u jaraw kif jagħmlu biex il-height limitation jitla' ħalli jkun hawn ħafna iktar propjeta' fis-suq.", "Għalhekk huwa pass fid-direzzjoni t-tajba li ċertu ammont ta' units jibdew jiġu assenjati biex jikkwalifikaw għalihom dawk li jinsabu fuq il-lista tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali.", "Mr Speaker, punt ieħor li rrid nikkumenta fuqu hawnhekk huwa l- amalgamazzjoni tad-dipartimenti varji li jifformaw il-qasam tal-housing.", "Din is-sena, it-tendenza m'hijiex li l-awtorita' tad-djar, il-maintenance and housing construction u d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali jiġu lkoll amalgamati, iżda l-aċċenn hu biss fuq l-ewwel u l-aħħar wieħed, jiġifieri li l-awtorita' tad-djar u d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Nispera li dan m'huwiex l-ewwel pass biex wara li jiġu amalgamati dawn it-tliet dipartimenti, jiġu pprivatizzati taħt kappa waħda.", "Dan ikun verament l-aħħar pass fil-katina tat-telf tal-kuxjenza soċjali ta' din l- amministrazjoni, għax ħadd iktar mill-istat ma jista' jkollu għal qalbu liċ- ċittadin daqs ir-rappreżentanti eletti mill-istess ċittadin.", "Min-naħa l-oħra huwa nkoraġġanti ferm il-mod ta' kif l-awtorita' qed timxi bl-iskema għall-istallazzjoni ta' lifts, u nħeġġeġ biex isir aktar sforz ħalli din l-iskema tiġi applikata f'ħafna aktar bini.", "Permezz ta' din l-iskema tkun qed tittaffa l-problema lil diversi anzjani u l-persuni b'diżabilita'.", "Ma nistax minn hawn ma nappellax lill-awtorita' tad-djar u lill-awtorita' tal-ippjanar biex janalizzaw lid-diversi housing estates, bħal dawk ta' Birżebbuġia u taż-Żurrieq, li huma maqtugħin minn outlets ta' ċerta neċċessita' bħalma huma l-ispiżeriji.", "F'pajjiżna hawn diversi konċentrazzjonijiet ta' bini, fosthom il-housing estates l-antiki, li ma saritilhom l-ebda riserva għall-ħwienet ta' bżonnijiet neċessarji.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-awtorita' tal-ippjanar tirrevedi l-policies tagħha u tagħti il-permess neċessarji għall-ħwienet f'dawn l-areas.", "Barra minnhekk ikun pass 'il quddiem biex il-privat jitħajjar jinvesti għall- benefiċċju tal-komunita'.", "Rigward is-slum clearance li jagħmel referenza għaliha wkoll dan ir- rapport, jien ninsab diżappuntat li l-awtorita' tad-djar titratta lil dan il-qasam b'mod daqstant leġġer.", "Ninsab konvint li dan huwa qasam li jinħtieġ attenzjoni speċjali u mmedjata.", "Fid-definizzjoni ta' slums m'għandhomx jikkwalifikaw biss dawk il-kerrejja ta' kamra waħda, imma għandhom jikkwalifikaw ukoll dawk il-binjiet kollha li għalkemm jabitaw in- nies fihom, jinsabu fi stat ħażin.", "F'dan ir-rigward għandu jsir użu mill- ispetturi li ġew indikati fir-rapport sabiex altru milli jippruvaw jelliminaw l-abbuż, jiddikjaraw liema huma dawk il-postijiet li għandhom jiġu mwaqqa' u mibnija mill-ġdid, kemm jekk inhuma tal-gvern kif ukoll jekk tal-privat.", "Għandhom ikunu dawn l-istess spetturi li jindikaw liema bini huwa verament perikoluż, u mhux jitħalla f'idejn l-individwu biex jiġbed attenzjoni.", "B'dan il-mod, ċerta postijiet li huma ta' periklu u li l-privat ma jridx jirranġahom minħabba diversi raġunijiet, jew għax is-sid ma jkunx jaqbillu jew għax il-liġi tagħti l-fakulta' lill-inkwlini li jagħmel l- arranġamenti neċessarji imbagħad titnaqqaslu l-kera, l-awtorita', b'kollobarazzjoni ma' l-istess sidien, tirranġaw jew tibni mill-ġdid dawn il-postijiet li jinstabu fi stat ħażin bil-patt u l-kundizzjoni li dawn jingħataw b'kirja baxxa, jew jekk is-sid jibqa' jwebbes rasu, l-awtorita' tieħu l-passi neċessarji biex tieħu f'idejha dak il-post, tagħti kumpens xieraq lis-sid, u tagħmel l-iżviluppi neċessarji hi.", "Sur President, għar-rigward tal-flood relief project irrid ngħid li għalkemm sar ħafna diskors sabiħ dwaru, personalment għad għandi r-riżervi tiegħi.", "Ma nistax nifhem kif l-awtorita' hija lesta li tidħol fi spiża ta' proġett bħal dan meta, kif kulħadd jaf, fl-area in kwestjoni diġa' saru proġetti oħra li iżda fallew u ma ħallew l-ebda frott.", "Ma nistax nifhem kif donnha l-unika soluzzjoni għal din l-area kienet dan il-proġett, meta hemm diversi modi oħra, fosthom anke li ssir mina u l-ilma jinħażen taħt l- art.", "Jien konvint li jekk isir proġett biex l-ilma jinħażen taħt l-art, apparti mill-benefiċċji li l-bdiewa kollha jkunu jistgħu jgawdu, inkunu qed ngħinu l-water-table li tant tinsab fi stat ħażin.", "Naħseb li jkun iktar utili kieku kellha ssir konsiderazzjoni ta' dan l-aspett milli nibqgħu għaddejjin b'dan il-proġett.", "Għalhekk filwaqt li naqbel ma' dak li ġie ddikjarat fil-paragrafu 2.1 ta' dan ir-rapport, li jgħid li bir-riforma li qed tiġi proġetta, jiġifieri bl-amalgamazzjoni tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali u l-awtorita' tad-djar, tiġi żviluppata politika strateġika komprensiva bbażata fuq analiżi xjentifika u demografika tal- bżonnijiet dejjem jinbidlu tal-qasam tal-housing, qasam kruċjali tal- politika Maltija, jiena wisq nibża' li dan huwa intiż biss biex jibqa' fuq il-karta bħalma huwa intiż li jibqa' fuq il-karta l-kliem stampat taħt il- paragrafu 3.10.5 li jittratta s-slum areas.", "Mr Speaker, aħna azzjoni rridu u għalhekk ma jistax ikun li tittieħed azzjoni mingħajr riżorsi.", "Is-saħħa ta' l-awtorita' tad-djar qed tiġi mminata, l-ewwel bil-bejgħ sfurzat ta' l-ishma u l-interessi li kellha fil- Mid-Med Bank, u issa bit-tnaqqir ta' iktar minn Lm1 miljun mill-vot tagħha.", "Jiena wisq nibża' li dak li jidher bħala xi ħaġa addizzjonali, jiġifieri l- flus direvanti minn kirjiet li se jibdew jgħaddu direttament għand l- awtorita' tad-djar, m'huma addizzjonali xejn u l-ħsieb huwa biss biex l- awtorita' tad-djar issir self-sufficient, kunċett li ltqajna spiss miegħu tul dawn l-aħħar xhur, pass li sempliċement iwitti t-triq għall- privatizzazzjoni u l-eventwali bejgħ ta' l-istess awtorita' tad-djar hekk kif amalgamata.", "Dan huwa pass fula maqsuma ma' dak li jagħmlu l- Konservattivi fl-Ingilterra.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li l-parti tal-budget li tittratta l- estimi ta' l-awtorita' tad-djar hija waħda fqira u m'hi xejn għajr xi ħaġa ta' mistħija għall-poplu tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li fadal huwa kollu għan-naħa tal-gvern, u għalhekk nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nibda' biex nirringrazzja lill- kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu, kemm dawk tal-gvern kif ukoll dawk ta' l-oppożizzjoni, dibattitu li b'mod ġenerali nista' ngħid li kien wieħed interessanti, ħafna mill-interventi li saru kienu kostruttivi u żgur jistħoqqilhom riflessjoni jew tweġiba.", "Irrid ngħid li partikolarment f'dan l-aħħar intervent ta' l-Onor.", "Sammut smajt ħafna affarijiet li ma kenux korretti u se nipprova nwieġeb għalihom u nikkoreġihom, pero' naħseb li l-kritika in ġenerali li saret kienet ta' ċerta importanza.", "Irrid nirrokonoxxi wkoll l-għanuna li tawni l-kelliema tan-naħa tal-gvern billi huma stess daħlu f'ċerti aspetti tas-suġġett u allura jien m'għandix għalfejn nidħol f'daqshekk dettal.", "Għalhekk jien se nagħti spejagazzjoni iktar dettaljata ta' xi punti li ssemmew.", "Xtaqt nibda billi l-ewwel inpoġġi l-qafas ġenerali ta' l-affarijiet u nagħmel appell biex meta nkunu qed niddiskutu estimi bħal dawn, nagħmlu ħilitna biex inpoġġu kollox f'kuntest ġenerali.", "Ir-rapport li ppubblikat l- awtorita' tad-djar, kif qal tajjeb l-Onor.", "Sammut, jibda' billi jgħid li l- awtorita' tad-djar tfassal u twettaq l-attivita' kollha tagħha madwar il- politika tal-gvern fil-qasam tad-djar.", "Ir-rapport isemmi tliet pilastri ewlenin li fuqhom tinbena din il-politika.", "Waħda minnhom hija l-housing affordability, jiġifieri li jinbdew postijiet u jinbiegħu bi prezzijiet ssussidjati u bl-għajnuna ta' skemi speċjalizzati għal min ikun irid jixtri dawn il-postijiet u jsir ta' daru.", "It-tieni prinċipju huwa l-obbligu ta' l- Istat li jassigura li jkun hemm stock adegwat ta' djar b'kera soċjali waqt li t-tielet wieħed d-dmir li nieħdu ħsieb dawk il-persuni li għandhom xi bżonnijiet speċjali billi jingħataw rilevanza u importanza fl-istrateġija tagħna.", "L-Onor.", "Sammut ikkritika dawn it-tliet punti u donnu nesa kompletament li sa sentejn ilu, il-gvern tiegħu kien qed imexxi l-pajjiż u allura dam sentejn responsabbli mill-housing authority.", "Jien kont nippretendi li qabel jikkritika dak li għamilna aħna l-Onor.", "Sammut jgħidli l-affarijiet tajbin li għamlu huma, imma sfortunatament minn dan kollu ma semma' xejn.", "Rigward l-enfasi li għamel dwar ir-rwol ta' l-Istat biex jassigura stock adegwat ta' djar b'kera soċjali, jien nistaqsi jekk fis-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista l-awtorita' tad-djar poġġitx dar waħda, appartament wieħed, kamra waħda, available għal kiri.", "U l-Onor.", "Membru r- risposta jafha daqsi, jaf li l-awtorita' tad-djar f'dawn l-aħħar erba' snin kulma bniet poġġietu dejjem għall-bejgħ.", "Huwa biss issa, permezz ta' policy importantissima, li ttieħdet id-deċiżjoni li persentaġġ mill- postijiet li tibni l-awtorita' jitpoġġew għall-kiri, avolja nafu li dan se jkun ta' piż kbir għall-istess awtorita'.", "Irridu nifhmu li dan il-parlament jagħti lill-awtorita' tad-djar Lm1 miljun u li bihom irid jirnexxielha timplimenta l-proġetti kollha tagħha.", "Il-kumplament tal-fondi li jkollha bżonn, trid tiġġenerah l-istess awtorita'.", "Issa b'Lm1 miljun, jekk nikkalkulaw li kull appartament jiġi jiswa' Lm15,000, kulma jinbnew huma xi 65 appartament.", "Tul is-snin, biex l- awtorita' ffinanzjat lilha nnifisha, użat il-proġetti tagħha stess biex tagħmel ftit tal-qligħ.", "Huwa b'dan il-mod li naraw iċ-ċifri ta' Lm5 miljun, Lm9 miljun, Lm10 miljun, għax imkien m'hawn imniżżel li aħna se ngħaddu lill-awtorita' Lm10 miljun.", "Billi n-nefqa kapitali ta' l- awtorita' għal din is-sena se titla' għal Lm9.5 miljun ma jfissirx li se nagħtuhomlha aħna.", "Safrattant, minkejja li l-awtorita' għandha din il- katina ma' saqajha u minkejja li l-qligħ tagħha jiddependi kollu mill-bejgħ ta' proprjeta', aħna xorta ġegħelna lill-awtorita' tirriserva numru ta' postijiet għall-kera.", "Dan ifisser li jekk l-awtorita' tirriserva 20 appartament li jiswew Lm15,000, inkunu ħadnilha minn taħt idejha bejn Lm0.5 u Lm0.75 miljun.", "Jien nistaqsi lill-Onor.", "Sammut għaliex qed iqabbel il-politika tagħna mal-Konservattivi Ingliżi ta' żmien Margaret Thatcher, għax naħseb li iktar għandna għalfejn nagħmlu din il-mistoqsija aħna lill-amministrazzjoni Laburista, għax kif kulħadd jaf, taħt gvern Laburista l-awtorita' tad-djar baqgħet tibni u tbigħ u ma tagħti xejn bil-kera.", "Taħt din l- amministrazzjoni ttieħdet id-deċiżjoni, mhux bil-paroli imma bil-fatti, biex persentaġġ mill-postijiet ta' l-awtorita' jingħataw b'kera.", "Matul it- 12-il xahar li għaddew, għall-ewwel darba f'numru twil ta' snin, l- awtorita' għaddiet 18-il proprjeta' lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jingħataw b'kera lil dawk li qegħdin fuq il-lista ta' l- applikanti.", "Dan hu l-kapitaliżmu li semma' l-Onor.", "Sammut?", "Dan huwa eżempju ċar li l-politika li qed tapplika l-awtorita' tad-djar għandha aspett soċjali.", "Sur President, kont qed ngħid li l-funzjoni kollha ta' l-awtorita' tad- djar trid titqiegħed f'qafas ġenerali ta' ftit ħsebijiet.", "Aħna rridu nassiguraw li jkun hawn djar diċenti għal min ma jistax jipprovdi għalih innifsu minħabba ċirkostanzi partikolari tiegħu.", "Meta nagħmlu hekk irridu nagħmlu ħilitna biex dan nipprovduh b'kera soċjali.", "Pero' jien ma nippretendix li nisma' lill-Onor.", "Cuschieri jitkaża għax il-postijiet ta' Pembroke qed inbiegħuhom bil-prezz ta' Lm40,000.", "Jiġifieri jekk xi ħadd qiegħed jokkupa post tal-gvern bil-kera ssussidjata u issa huwa komdu li jixtrih, jippretendi li jekk ikun jiswa' Lm40,000 jinbiegħlu b'Lm5,000 biex imbagħad sena jew sentejn wara jbiegħu hu b'Lm40,000!", "Dawn l-affarijiet assolutament ma jagħmlux sens.", "It-tieni prinċipju jgħid li rridu nipprovdu akkomodazzjoni alternattiva jew skemi biex id-djar ikun jistgħu jiġu rranġati, liema skemi qed jiġu pprovduti kemm mill-awtorita' tad-djar kif ukoll mid-dipartiment tad-djar.", "It-tielet prinċipju hu li ngħinu lin-nies biex isiru s-sidien ta' djarhom.", "Għalkemm irid ikollna politika li tinkoraġġixxi lin-nies biex isiru s- sidien ta' djarhom, irridu nagħmlu dan b'mod li jinqatgħu l-abbużi.", "Ma nistgħux nibqgħu naċċettaw li nbiegħu dar lil xi ħadd għall-prezz ta' Lm6,000 imbagħad xahrejn wara jidħol f'dar ta' l-anzjani u jbiegħ dik l- istess dar bil-prezz ta' Lm18,000.", "Jekk post huwa stmat li jiswa Lm40,000 m'aħniex se nbiegħuh Lm7,000 jew Lm8,000, għax fl-aħħar mill-aħħar il- proprjeta' hi tal-gvern u għalhekk aħna responsabbli għaliha.", "Skond ir-raba' prinċipju rridu nipprovdu postijiet ġodda li jinbiegħu bi prezz baxx li jkunu jifilħu għalih dawk l-applikanti bi dħul baxx jew medju.", "Pero' anke hawn, jekk inħarsu lejn il-graphs u l-informazzjoni kollha li hemm fir-rapport - u minn hawn nixtieq nistieden lid-deputati u lill-media biex jagħmlu dan - ninnotaw li fir-rigward ta' sussidju fuq l- imgħax kien hemm każ wieħed biss li ħa sussidju ta' 6%, waqt li dawk li jifilħu jħallsu, f'dan il-każ 21 applikant, qed iħallsu mgħax sa 7%.", "Jekk wieħed jistudja sew dawn il-graphs jinduna li aħna donna qegħdin niftħu jdejna l-aktar ma' min l-iktar li għandu dħul u ma' min l-iktar qiegħed f'pożizzjoni li jixtri dawn il-postijiet bi prezzijiet baxxi, biex imbagħad wara li japplika għall-iskemi nindunaw li fil-verita' dawn il-persuni, bid- dħul u bil-kapital li jkollhom, lanqas biss ikunu jikkwalifikaw għas- sussidju offrut f'dawn l-iskemi.", "Għalhekk bilfors ikollna nistaqsu lilna nfusna jekk aħniex qed nagħmlu l-affarijiet tajbin jew le.", "Il-ħames prinċipju jgħid biex nipprovdu bini ġdid imfassal b'mod li jkun jirrispondi għar-realtajiet soċjali tal-lum.", "Fis-sentejn li l-Partit Laburista dam fil-gvern kellu ċ-ċans kollu biex jimplimenta dan il- prinċipju, imma fir-realta' x'sar f'dawk is-sentejn biex jitbiddel l-istil tal-pjanti tal-postijiet li tibni l-housing authority?", "Ta' min jgħid li s- single mothers u l-anzjani ma tfaċċawx kemm ili ministru jien, imma naħseb li dawn il-problemi ilhom li tfaċċaw ftit żmien mhux ħażin!", "Allura possibbli tliet snin ilu ma ndunajniex bihom?", "U jekk konna nafu bihom, għaliex ma kien hemm ħadd responsabbli li ġibed l-attenzjoni tal-housing authority biex ma tibqax tibni three-bedroomed apartments imma tibda' tibni wkoll dawk two-bedroomed u single-bedroomed?", "Imma fi żmien l- amministrazzjoni Laburista din ħadd m'għamilha, lil ħadd m'għaddietlu minn rasu.", "Fil-fatt din qed tiġri proprju issa fejn aħna qed nenfasizzaw li fl- ippjanar li tagħmel, il-housing authority taħseb għal numru ħafna ikbar ta' postijiet li jkunu single-bedroomed u double-bedroomed.", "Din hi l-kritika li għamel l-Onor.", "Sammut fir-rigward tan-nuqqas ta' kuxjenza soċjali min- naħa ta' dan il-gvern, għax kultant jien niġi fid-dubju jekk il-kelma \"kuxjenza soċjali\" għandhiex l-istess definizzjoni għaż-żewġ naħat tal- Kamra!", "Is-sitt prinċipju jgħid li filwaqt li nagħmlu dak kollu li jgħidu l- prinċipji ta' qabel, irridu nirrispondu għall-bżonnijiet ta' l-ambjent, jiġifieri nagħmlu proġetti ta' slum clearance.", "F'dan ir-rigward l-Onor.", "Sammut qal li dwar slum clearance, fir-rapport kulma hemm huma biss erba' linji.", "Huwa veru li erba' linji biss huma ftit, għax kieku kellna nsemmi x'se jiswilna l-proġett ta' Bormla biss, kieku konna nimlew ħafna iktar linji.", "F'Bormla biss hemm maħsubin 144 appartament u maisonnette, li huma kollha slum clearance, jiġifieri jekk nikkalkolawhom bi Lm15,000-il wieħed, is-somma titla' għal iktar minn Lm2 miljun.", "Bir-rispett kollu, qatt saret xi ħaġa ta' dan it-tip f'Bormla?", "Jiena nifhem l-argumenti ta' l-Onor.", "Mizzi - u fil-fatt għandu raġun - għax hemmhekk tinsab l-ikbar problema u hemmhekk irridu nikkonċentraw l-aktar.", "Anzi biex nispeċifika, fil-qasam tal-housing hemm tliet postijiet inkwetanti, il-Belt, il-Furjana u l- Kottonera.", "Mill-istatistika u mir-riċerki kollha li qegħdin nagħmlu, jirriżulta li f'dawn it-tliet areas hemm problemi serji li għalihom irridu nipprovdu soluzzjoni.", "Għall-ewwel darba fl-istorja twila ta' dan il- pajjiż, diġa' ntefqu Lm0.75 miljun f'Bormla fl-ewwel fażi ta' proġett biex jitwaqqgħu slums u jinbnew minflokhom appartamenti ġodda.", "Prinċipju ieħor jgħid li peress li l-art tagħna hija limitata, aħna għandna d-dmir li nagħmlu l-aħjar użu minnha.", "Dan ifisser li rridu noqgħodu attenti ħafna għal kif nagħmlu użu ta' dik l-art u kif imbagħad niddispondu minnha.", "Jekk l-awtorita' bniet appartament u biegħetu, dak telaq darba għal dejjem, filwaqt li jekk bniet appartament u krietu, għada pitgħada dak se jerġa' jiġi lura għand il-gvern biex ikun jista' jallokah lil xi ħadd ieħor.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna dwar kif inħaddmu l-politika tagħna.", "L-aħħar prinċipju huwa importanti ferm, għax issa xbajna sal-ponta ta' mneħirna bl-abbużi u għalhekk se nippruvaw inwaqqfuhom, anke fil-qasam soċjali.", "Ma jistax ikun nibqgħu naraw lil min jiġi quddiemna u jbikkina bl- istorja tiegħu, biex imbagħad f'daqqa waħda jċempillu l-mobile phone minn ġol-portmoni.", "Ma jistax ikun nibqgħu nitħassru lil dawk li wara niskopru li għandhom Lm30,000 jew Lm40,000 fil-bank.", "Primarjament ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk għax ir-riżorsi huma limitati u għalhekk il-ftit li għandna rridu inħalluh għal min verament għandu bżonn.", "Sur President, huwa veru li qegħdin niddiskutu l-estimi ta' l-awtorita' tad-djar, u kieku jien nista' ninsisti li nitkellmu biss u esklussivament dwar l-awtorita' tad-djar, pero' jekk nagħmel dan inkun qed nidħak bija nnifsi, u għalhekk id-diskussjoni bilfors trid tinfirex għax bit-taħwid li għandna f'dan il-pajjiż fil-qasam tad-djar, mhux minħabba xi ħadd partikolari imma minħabba l-mod ta' kif żviluppajna, il-qasam tad-djar jintlaqat minn ħames oqsma differenti li mhux kollha jaqgħu taħt l-istess ministeru.", "Dawn huma l-awtorita' tad-djar, id-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali, id-dipartiment tal-bini u t-tiswija tad-djar, id- dipartiment ta' l-artijiet u l-joint office.", "Għalhekk huwa ovvju li meta nippruvaw infiehmu lill-poplu kif taħdem din is-sistema, ħadd ma jifhem, għax jekk wieħed imur id-dipartiment tal- housing jgħidulu li għandu 65 punt u jekk imur għand l-awtorita' jgħidulu li għandu 30 punt.", "Dan jiġri għaliex hemm sistemi differenti.", "Fil-fatt ġieli tiġi persuna fuqi u tgħidli li fetħet applikazzjoni u meta mmur infittex għand il-housing department insib li ma tkun fetħet xejn.", "Meta imbagħad nistaqsiha fejn applikat insib li kienet marret fl-uffiċċju ta' fejn l-Isptar Boffa, jiġifieri għalkemm ikun mingħaliha li għandha applikazzjoni pendenti mad-dipartiment tad-djar, fir-realta' tkun applikat għall-iskema tax-xiri tad-djar.", "Din hija taħwida kbira li żgur li l-poplu m'huwiex kapaċi jifimha.", "Waħda mill-affarijiet importanti li ħdimna fuqja bis-sħiħ hija s-sistema ta' l-amalgamazzjoni.", "Kif iddikjarajt sena ilu, it-target tagħna huwa li namalgamaw lill-housing authority mad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Dan ikun l-ewwel pass kruċjali biex warajh namalgamaw ukoll lid- dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar.", "Dwar din ta' l-aħħar, jien ġejt ikkritikat għaliex għadha ma saritx, pero' jien diġa' spjegajt li ma nistgħux naqbdu lill-housing department u mil-lum għal għada namalgamawh mal-housing authority.", "It-target tagħna kien li l-ewwel nirranġaw is-sistemi tal-punti biex jinbdew jinħadmu fuq l-istess livell, għax qabel ma nagħmlu hekk ma jistax isir l-ewwel pass.", "Meta tkellimt, kemm fil-pubbliku kif ukoll f'dan il- parlament, jien għedt li s-sistema tal-punti hija lesta pero' għadna qed nittestjawha, għax aħna ppruvajna nibnu fuq li hemm peress li s-sistema m'hijiex kollha ħażina, imma għandha ħafna tajjeb.", "Il-ħażin li għandha din is-sistema huma l-ħafna anomaliji li fiha.", "Per eżempju waħda mill-ikbar stupidaġnijiet li fiha s-sistema l-antika hija li jekk mara msawta u mkeċċija mir-raġel tmur tistkenn ġo shelter, tingħata zero points għax tiġi kkonsidrata bħala li għandha fejn toqgħod.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra, mara tikri post furnished f'Buġibba b'kera ta' Lm90 fix- xahar, tingħata zero points ukoll minħabba l-veduta sabiħa u l-kmamar kbar li jkun fih il-flat.", "Dan ma jagħmilx sens u għalhekk, flimkien ma' affarijiet oħra, irid jinbidel.", "Sur President, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sistema tal-punti kif emendata, wara li ġiet ittestjata fuq numru ta' każi biex naraw jekk hijiex verament qed tirrispondi, mill-aħjar li tista', għall-bżonnijiet soċjail tal-lum.", "F'dan l-istadju wieħed jistaqsi x'differenzi hemm bejn is-sistema l-antika u dik ġdida.", "L-ewwelnett is-sistema l-antika kienet differenti mill-ġdida fir-rigward tan-numru tal-kmamar.", "Kulħadd jaf li kamra tista' tkun 4 piedi b'4 piedi u tista' tkun ukoll 13-il pied bi 13-il pied.", "Għalhekk ma jagħmilx sens li l-punti jingħataw skond in-numru tal-kmamar, għax kamra ta' 4 piedi b'4 piedi ma tistax tiqies bħala tali u għalhekk minħabba fiha m'għandhomx għalfejn jitnaqqsu l-punti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex dan id-dokument jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minbarra dan, is-sistema l-antika kienet saħansitra tikkonsidra toilet ġo bitħa jew ġo gallarija bħala kamra tal- banju, u għalhekk ma kenitx iżżid il-punti minħabba n-nuqqas ta' kamra tal- banju.", "Issa permezz tat-tibdil fis-sistema tal-punti, aħna rridu naċċertaw li f'kull dar ikun hemm faċilitajiet sanitarji adegwati.", "Is-sistema l- antika ma kenitx tirrikonoxxi wkoll il-fatt li post ikun taħt il-livell tat- triq u għalhekk żgur li jkollu problemi bl-umdita'.", "Issa anke dan il- fattur se jibda jiġi kkonsidrat permezz tas-sistema l-ġdida.", "Permezz tas-sistema l-antika, persuna kienet tiggwadanja l-punti jekk tkun iċċertifikata minn tabib li għandha ċerti mard.", "U kieku tafu kemm rajt ċertifikati ta' kull xorta ta' mard!", "Anke kiku dan il-mard kien jeżisti verament f'dawk in-nies li jipprovdu ċertifikat, xorta ma jkollu x'jaqsam xejn mal-bżonn ta' akkomodazzjoni soċjali, aħseb u ara meta dan il- mard lanqas biss kien ikun jeżisti.", "Permezz ta' din is-sistema, jekk persuna xi darba jew oħra tkun kisret saqajha, setgħet faċilment tiprovdi ċertifikat ta' dak l-inċident u tiggwadanja l-punti, filwaqt li xi ħadd ieħor li jkun jgħix f'post umduż jew f'post żgħir ma kien jieħu l-ebda punt.", "Anke l-anzjani bi problemi ta' mobilita', xorta kienu jiġu ttrattati bħal ħaddieħor.", "Issa dan kollu se jispiċċa u r-raġuni medika li permezz tagħha persuna tista' tiggwadanja l-punti hija biss dik li tikkrea problemi ta' mobilita'.", "Sur President, għall-ewwel darba se jiddaħħal is-social condition report, xi ħaġa li ssemmiet anke mill-kelliema tan-naħa ta' l-oppożizzjoni u li sal- lum, is-sistema ma kinetx tippermettiha.", "Sal-lum, jekk xi ħadd jistaqsi għaliex allokajna t-tali post lit-tali persuna, m'aħniex kappaċi nirrispondu għax ma nistgħux niżvelaw il-problemi personali jew familjari ta' min jieħu post tal-gvern.", "Issa f'din is-sistema se jkun hemm mod ta' kif jiġi ppreparat social condition report minflok house condition report, biex fil-file ta' dak il-post ikun hemm l-istorja, iċ-ċirkostanzi soċali u l-punti li wasslu biex jingħata dak il-post lil dik il-persuna jew familja partikolari.", "Ta' min jgħid li dan ir-report m'huwiex se jsir minn Ċikku jew minn Peppu imma minn grupp ta' nies li jkun jinkludi social workers kwalifikati speċifikament għal dan il-għan.", "Stramberija oħra li fiha s-sistema eżistenti hija li għalkemm persuna jkollha salarju ta' Lm8,000 jew Lm10,000 fis-sena, jekk ikollha xi nuqqasijiet fid-dar tagħha xorta tieħu l-punti abbinati ma' dak in-nuqqas, bil-konsegwenza li min għandu qligħ ta' Lm10,000 fis-sena jispiċċa b'iktar punti minn min jgħix bil-minimum wage u għalhekk jaqla' madwar Lm3,000 fis- sena.", "Dawn l-affarijiet assolutament ma jagħmlux sens u għalhekk issa din is-sistema m'hijiex se tibqa' taċċetta lil dawk li d-dħul tagħhom jaqbeż il- Lm5,000.", "Dan pero' ma japplikax għax-xiri tal-postijiet tal-gvern imma japplika biss għat-talbiet għall-kiri ta' postijiet mid-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali.", "Fis-sistema l-ġdida qed tiddaħħal ukoll għall-ewwel darba l- konsiderazzjoni u l-għoti ta' punti għal dawk il-każijiet ta' kirjiet għoljin, speċjalment jekk il-kirjiet ikunu ta' furnished flats.", "Pero' għal dan il-benefiċċju l-applikanti kollha jridu jiffirmaw dikjarazzjoni li permezz tagħha jawtorizzaw lid-dipartiment jew lill-awtorita' biex jagħmlu r-riċerki li jkun hemm bżonn biex jivverifikaw li dak li qed jiddikjaraw huwa korrett.", "Dawn ir-riċerki se jsiru fuq l-assi u l-proprjeta' ta' l- applikanti, biex jinqatgħu dawk is-sitwazzjonijiet fejn wara li l- applikazzjonijiet ikunu waslu fi stadju avvanzat, niskopru li l-applikanti jkollhom xi villeġġjatura f'Buġibba jew Wied il-Għajn.", "Se nibdew nikkunsidraw ukoll il-fatt li jekk persuna tirriżulta li għandha problema strutturali fid-dar li iżda tista' tissolva permezz ta' xi skema partikolari, il-persuna konċernata jkollha tapplika taħt dik l-iskema u mhux tagħżel li tingħata post ġdid inflok tirranġa dak li għandha.", "Dan m'huwiex se jibqa' iktar aċċettabbli għax jekk hemm mezz biex id-djar eżistenti jsiru iktar diċenti, m'għandniex għalfejn nibnu djar ġodda biex nabbandunaw dawk li diġa' għandna.", "Sur President, trid tiddaħħal ukoll ir-regola li min jirrifjuta post mingħajr raġuni valida jitnaqqsulu l-punti.", "Dan għaliex ma jistax ikun li mal-problemi li diġa' għandu d-dipartiment tad-djar, bit-3500 applikazzjoni pendenti u bin-numru żgħir ta' postijiet li għandu, ikun hemm min jirrifjuta post li jkun adattat għaċ-ċirkostanzi tiegħu sempliċement għax ma jkunx irid imur joqgħod f'dak ir-raħal partikolari jew għax ikun irid bilfors post bi tliet kmamar tas-sodda.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk għax il-bżonn soċjali ma jinkludix dan il-lussu kollu.", "Jien ġejt ikkritikat mill-Onor.", "Cuschieri rigward il-fatt li l-inspections kienu bdew isiru mit-tekniċi ta' l-awtorita' u issa qed jitkomplew minn kumpannija privata, li għall-kuntrarju ta' dak li qal l-Onor.", "Cuschieri, hija sussidjarja tal-Malta Freeport u mhux tal-Kalaxlokk.", "Ir-risposta għad- domanda ta' l-Onor.", "Cuschieri hija din.", "Għall-ħabta ta' Ġunju, it-tekniċi ta' l-awtorita' tad-djar bdew jagħmlu l- ewwel inspections.", "Peress li kif għedt iktar kmieni, minħabba li għandna żewġ sistemi ta' punti differenti, jien ma ridtx li bl-amalgamazzjoni ta' l- awtorita' tad-djar mad-dipartiment tad-djar, ikun hawn perijodu twil ta' konfużjoni bejn il-punti skond is-sistema l-antika u dawk skond is-sistema l-ġdida.", "Fil-fatt it-target li għamilt hu li sa Jannar inkunu analizzajna l-applikazzjonijiet kollha fi ħdan il-housing department u tajna l-punti skond is-sistema l-ġdida biex imbagħad tkun tista' tiġi ppubblikata l-lista tat-3,500 applikant bil-punti rispettivi tagħhom skond is-sistema l-ġdida.", "L-Onor.", "Cuschieri staqsa wkoll għaliex it-tekniċi li qed jintbagħtu m'humiex qed ikun mgħarrfa bil-punti mogħtija.", "Tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf li dawn qed jagħmlu biċċa xogħol il qatt ma saret fl-istorja ta' dan il-pajjiż, jiġifieri li jippreparaw house condition report, iċċertifikat skond it-terms of reference li tagħti l-awtorita', biex aħna nkunu nafu l-kondizzjoni proprja ta' dawn id-djar.", "Kif għedt il-bieraħ, filwaqt illi aħna ħabbarna ċ-charter għas-servizz ta' kwalita', 20% mill- ewwel 1,500 inspection li għamilna s'issa ġew solvuti u dawk l-inkwilini li kellhom xi problema fid-dar tagħhom, issa m'għadhomx iktar interessati li japplikaw għal akkomodazzjoni alternattiva.", "Sur President, irrid nenfasizza d-differenza bejn dak li qed isir illum u dak li sar fi żmien amministrazzjoni Laburista, biex l-Onor.", "Sammut jara verament min hu Thatcherjan.", "Meta l-partit Laburista kien fil-gvern, bagħat ittra lill- applikanti kollha mal-housing department u min ma rrispondiex għaliha ġie meqjus bħala li m'għadux interessat u għalqulu l-file.", "B'hekk f'daqqa waħda l-lista ta' l-applikanti għal akkomodazzjoni soċjali niżlet minn 5,000 għal 3,000.", "Imma aħna m'għamilniex hekk.", "Aħna qed nagħmlu eżerċizzju li se jiġi jiswa' ħafna flus, fejn minflok ma nippretendu li n- nies jiġu għandna, qed immorru aħna għandhom biex nispezzjonaw u nkejlu d- djar tagħhom.", "Huwa biss meta dawk l-inkwilini jgħidulna personalment li m'għadhomx iktar interessati li aħna naqtgħuhom mil-lista ta' l-applikanti.", "Din hi d-differenza kbira bejn dak li qed jagħmel dan il-gvern u dak li għamel il-gvern Laburista ta' sentejn ilu.", "Irrid ngħid ukoll li hemm struzzjonijiet min-naħa tiegħi biex l-awtorita' tlesti dawn l-inspections fuq il-postijiet kollha tat-3,500 applikant sa l- aħħar ta' din is-sena, biex sa l-aħħar ta' Jannar tas-sena d-dieħla nkunu nistgħu nwettqu l-parti li jmiss ta' dan il-proċess ta' bidla li qed nagħmlu.", "Saru inspections partikolari fuq dawk il-postijiet kollha li kienu ddikjarati bħala perikolużi mill-istess applikanti.", "Fil-fatt il- konċentrazzjoni kienet l-iktar fuq il-Belt, l-Isla, il-Furjana, Bormla u l- Birgu.", "Oriġinarjament l-inspections ippjanati kienu 147, li minnhom disgħa ma xtaqux li ssir spezzjoni f'darhom, sebgħa ma kenux id-dar fil-ħin ta' l- appuntament miftiehem u tnejn ma ħallewx lill-inspector jidħol f'darhom meta dan wasal fuq il-post.", "Minn dan l-eżerċizzu rriżulta li 49 mill-147 każ jistgħu faċilment jiġu solvuti b'waħda mill-iskemi ta' l-awtorita'.", "Irriżulta wkoll li 16 minn dawn il-147 każ huma ta' periklu, jew fil-flat inkella fil-blokk kollu, waqt li 51 dikjarazzjoni ta' periklu rriżultaw foloz.", "Fil-qosor, mill-147 inspection li għamilna f'dawk l-ibliet li semmejt kien hemm 20 li rriżultaw li kienu verament fil-periklu, 49 li jistgħu jsolvu l-problema tagħhom permezz ta' waħda mill-iskemi ta' l- awtorita' u l-bqija ma kellhom l-ebda periklu jew ma kienu interessati li jagħmlu din l-inspection.", "Sur President, matul din id-diskussjoni ħarġu xi punti oħra li xtaqt nirrispondi għalihom fil-qosor, bħal per eżempju l-punt ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro li hemm bżonn ta' iktar informazzjoni biex issir analisi dettaljata over and above ir-rapport.", "Jien naqbel ma' din ir-rimarka u fil- fatt diġa' għedt lill-bord ta' l-awtorita', liċ-chairperson u liċ-chief executive biex għas-sena li ġejja, apparti r-rapport annwali, nipproduċu dokumenti biex jgħinu ħalli ssir riċerka iktar dettaljata.", "Irrid ngħid li matul is-sena li għaddiet għamilna introduzzjoni ta' dan il-kunċett permezz tar-research and policy unit waqt li iktar kmieni din is-sena għamilna l- konferenza nazzjonali dwar il-housing fejn ġew ippreżentati analisi, statistika u l-prijoritajiet u l-problemi soċjali tal-lum.", "Qed ngħid dan biex nikkonferma li aħna nippubblikaw informazzjoni u mhux ma nippubblikawx.", "Pero' minkejja dan, jien xorta nirrikonoxxi l-fatt li jkun aħjar kieku l-informazzjoni ta' dan it-tip tiġi ppreżentata qabel id- dibattitu ħalli nkunu nistgħu niddiskutu iktar fid-dettal il-politika in ġenerali.", "L-Onor.", "Coleiro staqsietni wkoll dwar il-fatt li għada pitgħada dan id- dipartiment se jsir regolatur.", "Iva, il-ħsieb tagħna hu li l-funzjonijeit tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jiġu assorbiti mill-housing authority biex imbagħad din ta' l-aħħar tikkonverti ruħha bl-expertise meħtieġ biex issir dipartiment regolatur.", "L-iskop ta' dan id-dipartiment regolatur huwa li jiżviluppa politika iktar irfinuta għal dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-housing f'pajjiżna, kemm dak ta' l-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll f'oqsma oħra.", "Rigward il-mistoqsija ta' l-istess Onor. Coleiro dwar il-kirjiet li għamlet l-awtorita' tad-djar, jien diġa' rrispondejt li matul is-sena li għaddiet l-awtorita' għaddiet 18-il proprjeta' minn dawk li bniet hi stess għall-kiri.", "Tajjeb li ngħid ukoll li wħud mill-proprjetajiet ġodda tal- housing department ingħataw lil min kien jgħix ġo shelter tal-vjolenza domestika u lil xi persuni b'diżabilita' li xtaqu jgħixu bħala komunita' żgħira.", "Għalkemm l-Onor.", "Coleiro qalet li m'hemmx focus fuq in-nisa li jispiċċaw ġo shelter home, jien nixtieq ngħid li aħna mhux biss tajna kas iżda ftit ġimgħat ilu l-gvern fetaħ l-ewwel shelter għall-vjolenza domestika f'dan il-pajjiż, għax sal-lum ix-shelters għall-vjolenza domestika li kien hawn kienu kollha pprovduti minn organizzazzjonijiet tal- knisja jew organizzazzjonijiet privati.", "Minbarra dan irrid infakkar li dan il-gvern li l-Onor.", "Sammut iddeskriva bħala Thatcherjan, żied sostanzjalment is-sussidju fuq il-kirjiet li jitħallsu lill-privat, u dan b'attenzjoni kbira biex jiġi sussidjat min verament jinsab fil-bżonn.", "Rigward il-kwestjoni ta' l-iskemi l-ġodda u l- Lm5 li tintalab ma' kull applikazzjoni, irrid ngħid li dak li kien jiġri qabel kien li l-applikanti jintalbu jħallsu l-ispejjeż kollha f'daqqa li kienu jammontaw għal madwar Lm60.", "Illum l-applikant Iħallas Lm5 biss malli japplika, imbagħad meta ssir l-analisi ta' l-applikazzjoni, l-awtorita' tinforma lill-applikant għal liema ammont ta' flus ikun se jikkwalifika u tistaqsih iridx ikompli miexi bl-applikazzjoni tiegħu jew le.", "Naturalment issib min jistaqsi għaliex l-applikanti qed jispiċċaw iħallsu Lm60.", "Aħna qed nagħmlu hekk għax ma nixtiequx nidħku bin-nies billi nnaqqsu Lm100 mill- benefiċċju ħalli ma' l-applikazzjoni ma jkollhom għalfejn iħallsu xejn.", "Tajjeb li ngħid li minn dawn is-Lm60, l-awtorita' ma tagħmel l-ebda qligħ għax dawn huma kollha kemm huma spejjeż li jkollhom jitħallsu.", "M'huwiex sew li minn fuq li l-awtorita' tagħti Lm2,000 lil xi ħadd biex jirranġa daru, ikollha tħallaslu wkoll l-ispejjeż ta' l-insinwa u tar-riċerka.", "Rigward il-kuntratti li biex isiru jieħdu fit-tul, irrid ngħid li l-parti ta' l-awtorita' dejjem issir.", "Wieħed irid jifhem li biex l-awtorita' tkun tista' tbiegħ tkun trid iġġib it-titolu, jiġifieri d-dritt fuq il- proprjeta' li tkun qed tbiegħ, u xi informazzjoni oħra mid-dipartiment ta' l-artijiet biss.", "Jiġifieri jdum kemm idum dan id-dipartiment biex jagħti t- titolu, l-awtorita' ma tkun tista' tagħmel xejn ħlief tistenna.", "Sur President, ħadt pjaċir li diversi kelliema, fosthom dawk ta' l- oppożizzjoni, inkoraġġew lill-gvern biex jissieħeb fil-public private partnership fejn l-awtorita' tidħol bi sħab mas-settur privat biex tiżviluppa l-proprjeta'.", "Jien nemmen li din hija t-triq li tiftħilna opportunitajiet ġodda u għalhekk sas-sena d-dieħla se nippruvaw nidħlu f'dan il-qasam.", "F'din il-biċċa xogħol is-settur privat mhux neċessarjament se jitħallas bil-flus imma jista' jitħallas b'modi oħra, fosthom li jkollu parti mill-proġett innifsu, basta l-awtorita' takkwista numru ta' appartamenti mingħajr ma tkun ħallset xejn.", "Waħda mill-iktar affarijiet li ġiet apprezzata mill-poplu Malti u li fil- ġimgħat li ġejjin se jkompli joħroġ it-tajjeb tagħha, hija s-sistema ta' l- istallazzjoni tal-lifts.", "Fil-fatt anke r-rapport isemmi dawk il-każi li l- permessi tagħhom waslu fi stadju avvanzat.", "Ta' min jgħid li biex isiru dawn il-lifts iridu jingħataw il-pariri tal-perit, joħorġu l-permessi mill- awtorita' ta' l-ippjanar u joħorġu t-tenders għall-istallazzjoni tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li għalissa l-iskema ħarġet biss għall-Belt, il-Furjana u l-Kottonera, imma minkejja li jaf li għadna fl-istadju primarju, l-Onor.", "Cuschieri għoġbu jgħid li missna ftaħna l-iskema għal kullimkien.", "Jien naħseb li jkun aħjar kieku minflok tfixkilna, l-oppożizzjoni tgħinna f'din l-inizjattiva tant importanti.", "Għalkemm bdejna mill-iktar partijiet diffiċli tal-pajjiż, xorta ddeċidejna li nestendu din l-iskema għal dawk in- nies bi problemi serji ta' mobilita'.", "Fil-fatt l-ewwel persuna b'diżabilita' li se tibbenefika minn din is-sistema tal-lifts la hi mill- Belt, la mill-Furjana u lanqas mill-Kottonera.", "Irrid ngħid lill-Onor.", "Cuschieri li anke l-każ li rrifera għalih hu wasal fi stadju avvanzat u hekk kif joħroġ il-permess mill-planning authority, inkunu nistgħu nistallaw lift fir-residenza ta' dik il-persuna wkoll.", "L-Onor.", "Rita Law, l-istess bħall-Onor.", "Joe Mizzi, semmiet il-problemi kbar li hemm fil-Kottonera, partikolarment f'Bormla, fil-Birgu u fl-Isla.", "Aħna nirrikonoxxu dawn il-problemi u fil-fatt s'issa diġa' ntnefqu madwar Lm0.5 miljun fuq il-proġett ta' slum clearance f'Bormla, li b'kollox huwa stmat li jiġi jiswa' maż-Lm2 miljun.", "Ta' min jgħid li dan il-proġett, li permezz tiegħu qed jinbnew djar diċenti għar-residenti ta' Bormla, m'huwiex qed isir fil-vojt imma qed isir fi stampa li tinkludi l-proġett tal- Kottonera.", "Aħna rridu naraw li din il-parti tal-pajjiż tirbaħ lura dak il- potenzjali kbir li sal-lum għadu mitluf.", "Punt ieħor li ssemma' u li jien nirrikonoxxih ukoll huwa l- amalgamazzjoni, li għalkemm dwar dan ħafna deputati tkellmu b'mod pożittiv, kien hemm min qalilna biex noqogħdu attenti li meta namalgamaw ma nitilfux l-aspett soċjali.", "Jien naqbel perfettament li din hija xi ħaġa li rridu noqogħdu attenti minnha, pero' huwa proprju għalhekk li f'dawn l-ewwel sentejn ta' din l-amministrazzjoni aħna nsistejna biex l-awtorita' ddur għal direzzjoni differenti minn dik li ħadet s'issa, jiġifieri li f'ħames snin sħaħ ma ħarġet l-ebda post għall-kiri imma kulma bniet bigħetu.", "Sa sentejn ilu l-awtorita' lanqas ma kienet tiftiehem ma' l-NGOs, ma' Dar il- Wens, ma' Villa Chelsea u mar-Richmond Foundation biex persuni b'diżabilita' mentali li jqattgħu snin twal fi sptar mentali jkunu jistgħu jidħlu lura fis-soċjeta' billi jiġu pprovduti b'akkomodazzjoni.", "Aħna konna nafu li b'dak li se nagħmlu se jkun hemm min jikkritikana għax nagħtu l- postijiet lil min bilkemm tella' 40 punt, pero' aħna nagħmlu dan għax la persuna tista' terġa' tintegra ruħha fis-soċjeta', m'għandhiex għalfejn tqatta' l-kumplament ta' ħajjitha f'xi istituzzjoni.", "Jien naħseb li l- arranġamenti kollha li saru ma' l-NGOs taw riżultati tajbin, u ġara hekk proprju għaliex aħna ħadna ħsieb li nagħtu lill-awtorita' irfinatura importanti biex tagħti ħafna iżjed importanza lill-aspett soċjali.", "Din hija xi ħaġa li tiswa' ħafna iktar minn Lm1 miljun li dan il-parlament ivvota lill-awtorita'.", "Per eżempju, skond ir-rapport, għal din is-sena biss huwa stmat li l- awtorita' tonfoq Lm9 miljun.", "Fis-snin li għaddew l-awtorita' kienet ittella' l-fondi li jkun għad jonqosha billi tbiegħ il-postijiet li tibni, pero' mil-lum dan id-dritt se jitnaqqrilha.", "Din is-sena se tkun challenge ikbar kemm għall-awtorita' kif ukoll għad-dipartiment tad-djar, bil- ħaddiema kollha tagħhom.", "Huwa għalhekk li jien niddejjaq li niġi hawnhekk u nisma' attakki personali fil-konfront ta' xi individwi.", "B'liema jedd niġu hawnhekk u nakkużaw left, right and centre li hemm min jaqdi lin- Nazzjonalisti biss u lil-Laburisti kollha jħallihom l-art?", "Allaħares jiġini l-kuraġġ insemmi lil dawk id-deputati Laburisti li ġew ikellmuni privatament dwar xi problema tal-kostitwenti tagħhom, u fejn stajt, għenthom isolvu dik il-problema.", "Trid tkun veru bniedem nieqes mill- irġulija biex tiġi f'dan il-parlament u tagħmel akkużi bħal dawn meta min jaf kemm-il darba ntalbet l-għajnuna tagħna privatament.", "Per eżempju dalgħodu ssemma' s-Sur John Camilleri u semmiet l-ETC.", "Allura taħt din l-amministrazzjoni ħadd ma jista' jagħmel li jrid waqt li fi żmien gvern Laburista, is-Sur Alfred Ghrixti, li kien imexxi l-ETC, seta' jagħmel kollox?", "Għaliex kandidati Laburisti fil-housing authority setgħu jagħmlu li jridu iżda issa qed isiru attakki personali fuq il- mexxejja attwali tal-housing authority?", "Dan l-atteġġjament assolutament ma nistgħux naċċettawh.", "Jien naċċetta kollox, u fil-fatt fraħt ġenwinament lil kulmin ta kontribut kostruttiv f'dan id-dibattitu, pero' b'daqshekk ma jfissirx li nista' naċċetta dawn it-tip ta' akkużi.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-awtorita', id-dipartimenti u n- nies kollha li jaħdmu f'dan il-qasam għandhom quddiemhom sfidi importanti ħafna, pero' jien konvint li bl-għajnuna ta' kulħadd dawn l-isfidi jkunu jistgħu jintrebħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- Estimi ta' Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2000 sat-30 ta' Settembru 2001.", "Dawk favur?", "(Onor Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Il-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 pm u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Estimi ta' Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2000 sat-30 ta' Settembru 2001.", "Dawk favur?", "(Onor Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "261", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 27", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għall- perijodu mill-1 ta' Ottubru 2000 sat-30 ta' Settembru 2001 ġew approvati.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa 24 ta' Novembru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda.", "Mozzjonijiet.", "Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tal-Ippjanar għas-sena 2000/2001.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anglu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, xtaqt nieħu din l-opportunita' biex mill-ewwel inwieġeb għall-intervent li għamel dalgħodu l-Onor.", "George Vella waqt il-ħin ta' l-aġġornament, u nibda mill-ewwel biex niddeplora l-attakk personali li sar fil-konfront taċ-chief executive tal-korporazzjoni għax- xogħol u taħriġ u taċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "George Vella qed jgħid li ma jiddispjaċih xejn.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vella, jien qgħadt kwiet nisimgħek dalgħodu u ma nterrompejtekx darba.", "Ħu paċenzja, ssaporti ftit.", "(Interruzzjonijiet) Naf li diffiċli, imma nitolbok tissaporti.", "Anke għalija diffiċli li nissaporti, għadek ma tafx kemm, imma nissaporti.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li rrid niddeplora l-attakki personali li huma serjissimi, tant li kieku jiġu ripetuti barra minn din il-Kamra jesponuk għall-possibbilta' ta' azzjoni ċivili.", "Imma ġaladarba l-Onor.", "Vella għoġbu jagħmel dawn l- allegazzjonijiet f'din il-Kamra, li kif jaf kulħadd tipprovdi ċerta protezzjoni, jiġġudika l-poplu.", "Punt li rrid nirrispondi għalih huwa dwar l-akkuża mill-istess Onor. Vella li l-gvern qed ibagħbas fiċ-ċifri tal- qgħad, tal-gainfully occupied u tal-labour supply.", "Jiena kont qed nistenna lill-Onor.", "George Vella jirrispondi bil-mod mill- iktar ċar għall-ispjegazzjoni li jien tajtu meta konna poġġejna bil-qiegħda u tkellimna dwar dan.", "Jiena kont ipprovajt nifhem eżattament x'kien il- punt li kien qed jagħmel l-Onor.", "Vella, u meta fhimt il-punt tiegħu għedtlu li hu qed jagħmel l-iżball li qed iqabbel iċ-ċifri li jiġu ppubblikati fl- economic survey ma dawk tas-central office of statistics.", "Kull economic survey dejjem jippubblika ċ-ċifri tal-gainfully occupied, tal-labour supply u tal-qasam tax-xogħol sa Settembru ta' kull sena.", "L-Onor.", "Vella ma ndunax li kien qed iqabbel iċ-ċifra ta' Settembru, kif ippubblikata fl-economic survey, ma' ċifra oħra li tiġi ppubblikata mill-uffiċċju ta' l-istatistika li titkellem fuq ix-xahar ta' Diċembru.", "Meta inti tqabbel ix-xahar ta' Settembru max-xahar ta' Diċembru bilfors li ċ-ċifri ma jaqblux.", "Dakinhar l-Onor.", "Vella akkuża l-gvern li qed jbagħbas iċ-ċifri.", "Din l- akkuża serjissima għamilha waqt id-dibattitu li kellna fuq il-PBS, għamilha wkoll waqt mass meeting li kien sar il-Belt u reġa' għamilha fil-ħin tal- mistoqsijiet f'dan il-parlament.", "Meta għamel dan kien qed jibni din l- akkuża fuq il-fatt li dawn iż-żewġ ċifri ma kenux qed jaqblu.", "L-Onor.", "Vella ma ndunax li kien qed iqabbel ċifra tax-xahar ta' Settembru maċ-ċifra tax- xahar ta' Diċembru u l-ispjegazzjoni li ta dalgħodu, meta tagħsarha u tipprova tifhimha, fl-aħħar mill-aħħar tammonta għall-ammissjoni li ma ndunax b'din id-differenza.", "Mr Speaker, kien interessanti meta l-Onor.", "Vella spjegalna x'kien sar fi żmien l-amministrazzjoni Laburista ta' sentejn ilu - mhux ta' ħmistax-il sena ilu imma ta' sentejn ilu - meta iddeċedew li jaqbdu u jagħmlu reviżjoni taċ-ċifri tal-qgħad, tal-gainfully occupied u tal-labour supply.", "Fil-fatt l-Onor.", "Vella qalilna hekk:", "\"Meta tlajna fil-gvern aħna, xi nies mill-economic planning bdew jgħidu li minkejja li l-ekonomija kienet qed tidher li qed tirranġa xi ftit, speċjalment fis-settur tat-turiżmu, dan ma kienx qed jaqbel maċ- ċifri li kienu qed jiġu rrapportati fl-istatistika tal-gainfully employed\".", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, on a personal explanation.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien hemmhekk kont qed nagħmel il- punt li l-eżerċizzju tat-tindif taċ-ċifri kien diġa' beda mill-1993 u tkompla fi żmienna u mbagħad anke tkompla wara Settembru 1998.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux dak il-punt, Sur President.", "Jien qed ngħid li l-argumentazzjoni ta' l-Onor.", "Vella kienet li l-gvern Laburista ta' dak iż- żmien kien staqsa lilu nnifsu: Kif jista' jkun li l-attivita' ekonomika bdiet tiżdied, speċjalment fil-qasam tat-turiżmu, u ċ-ċifri ta' l- employment ma kenux qed jirriflettu din l-attivita'?", "Minħabba f'hekk iddeċidew li jitkompla dan l-eżerċizzju ta' tindif li kien inbeda fl-1993.", "Jien m'inix qed ngħid li ma kellux isir dak it-tindif għax veru kellu bżonn isir.", "Anzi jien ngħid li jrid isir mhux ta' ċerta sena biss imma jrid imur aktar lura ħalli nkunu nistgħu nqabblu l-affarijiet sewwa.", "Mela kellna gvern li kien qed jara kif jagħmel u jgħid li ċ-ċifri li kienu qed jagħtuh l-ETC u l-uffiċċju ta' l-istatistika taħtu stess ma jaqblux.", "Allura x'għamel?", "Qabad dan l-eżerċizzju biex bih jipprova jissostanzja dak li kienu qed jgħidulna, jiġifieri li għalkemm l-ekonomija dak iż-żmien kienet qiegħda tiġġenera l-impjiegi, dawn ma kenux qed jirriżultaw f'ċifri.", "Allura ngħid lill-Onor.", "Vella li aħjar jirrevedi dan l-istatement għaliex dan huwa statement serju.", "Li tgħid li l-gvern Laburista ddeċieda li jixpruna lil kulħadd biex jirrivedi ċ-ċifri għaliex, skond hu, l-attivita' ekonomika kienet mixja 'l quddiem iżda ċ-ċifri ma kenux qed jogħġbuh, huma affarijiet tal-ġenn!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien qgħadt nisimgħu għax ħsibt li se nisma' argumenti loġiċi.", "Ma kontx naħseb li se noqgħod nisma' tidwir tal- fatti ta' dak li għedt dalgħodu.", "Jien nerġa' nsostni li l-eżerċizzju tat- tindif taċ-ċifri li kien qiegħed overinflated fi żmienkom b'4,000 job kien beda fl-1993 u baqa' għaddej, biex imbagħad f'Settembru ta' l-1997 ħarġu ċ- ċifri li suppost kellhom ikunu reali.", "(Interruzzjonijiet) Mhux billi tidħak!", "Fi żmienkom kienu overinflated by 4,000 u mhux sew li tgħid li aħna xprunajna lil kulħadd biex isir it-tindif.", "It-tindif kien beda fl-1993 u tkompla.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, irrid ngħid li bejn l-1987 u l-1996 il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ħoloq madwar 20,000 impjieg, imma s- sabiħa hi li b'riżultat ta' dan l-eżerċizzju, kieku kellu jmur lura sal- 1987, ikun ifisser li f'dak il-perijodu l-amministrazzjoni Nazzjonalista tkun ħolqot iżjed minn dawk l-20,000 impjieg.", "Din hi s-sabiħa!", "Jiġifieri l- eżerċizzju li l-Onor.", "Vella qed jgħid li beda jsir taħt l-amministrazzjoni Laburista jipprova li fid-disa' snin li għamel fil-gvern il-Partit Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1996 ħoloq iżjed impiegi minn dak li kien qed jirriżulta.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vella qed jgħidli li m'hu veru xejn.", "Iġib iċ-ċifri u nurih kif inhu veru.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, ngħaddi għal punt ieħor.", "Aħna qed ngħidu li f'sentejn ta' amministrazzjoni Laburista l-gainfully occupied żdiedu b'44, u f'dawn l- aħħar sentejn, taħt amminstrazzjoni Nazzjonalista, dawn żdiedu b'4,404.", "Għax għedt hekk, l-Onor.", "Vella qal li dan huwa kollu gideb.", "Issa l- aġġettivi irħas ħafna.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħal tal-\"fliexken vojta\"!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ara, ejjew naqtgħulha rasha darba għal dejjem, għax dejjem tikkwotawli din l-espressjoni.", "(Interruzzjonijiet) Dak kien dibattitu meta jien kont qed nagħmel il-winding-up u kien hawn storbju tal- ġenn għaddej ġo din il-Kamra u jien użajt espressjoni bil-Malti li hija l- ekwivalenti ta' l-espressjoni bl-Ingliż \"empty vessels make most sound\".", "Jekk dejqitkom u jekk xi ħadd interpretaha b'xi aspett personali, jien nagħmel apoloġija bla riżervi ta' xejn għax ma kien hemm ebda intenzjoni.", "Pero' nerġa' nirrepeti \"empty vessels make most sound\" jgħiduha bl-Ingliż u dakinhar ittraduċejtha bil-Malti.", "Imma ħalliha, ma ħadtx dan l-aġġornament għal dan l-iskop.", "Sur President, qabel ma ġejt hawnhekk, dħalt fil-website ta' l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika ħalli nġib pubblikazzjoni tas-7 ta' Marzu ta' l- 1998, biex żgur ma jkun hemm dubju ta' xejn.", "Skond din l-istatistika - għandi print out tagħha u jekk l-Onor.", "Vella jrid nista' npoġġiha fuq il- Mejda tal-Kamra - il-gainfully occupied f'Ottubru ta' l-1996, jiġifieri l- ewwel xahar wara li aħna tlifna l-gvern u tela' l-Partit Laburista, kienu jammontaw għal 137,432.", "Bl-istess mod jien imbagħad fittixt kemm kienu l- gainfully occupied f'Settembru 1998, l-aħħar xahar ta' l-amministrazzjoni laburista u sibt li f'dak ix-xahar dawn kienu jammontaw għal 137,476.", "Jekk minn 137,476 tnaqqas 137,432 x'jibqa'?", "Erbgħa u erbgħin, sempliċi din!", "(Interruzzjonijiet) Allura x'jiġifieri jgħidli li dan huwa gideb?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Veru jew mhux veru li r-revised figures ħarġu f'Awissu ta' l-1998?", "Għax ma tgħidx li qed tikkwota ċ-ċifri l-antiki fil- każ ta' Ottubru 1996 u ċ-ċifri l-ġodda qed tikkwotahom minn Settembru 1998?", "Għidli jekk hux veru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandek żball!", "Isma' minni, tkomplix tegħreq fl- iżball tiegħek għaliex jekk nimxi fuq dak li qed tgħid int flok nagħtik 44 impieg innaqqaslek 1,044 impjieg!", "(Interruzzjonijiet) Qed tegħreq fl- iżball.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-pubblikazzjoni ta' Marzu 1998 ma setax kellek iċ- ċifri l-ġodda għaliex dawk ġew ippubblikati f'Awissu ta' l-1998.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandek żball.", "(Interruzzjonijiet) Tant għandek żball li kieku kelli nagħmel bħalma qed tgħidli inti allura jiġi minus, lanqas plus 44.", "(Interruzzjonijiet) Dik għar-rigward taċ-ċifra ta' 44 impieg ġdid.", "Issa min irid imerini, imerini biċ-ċifri.", "Jekk naqbad iċ- ċifra tal-gainfully occupied ta' Awissu li għadda, li hija 141,880, u minnha nnaqqas iċ-ċifra ta' Settembru 1998, li għadni kemm ikkowtajt, li hija 137,476 x'jibqa'?", "Mhux 4404?", "Allura r-risposta għall-punt li għamel l- Onor. George Vella dalgħodu, fejn qalli li dan huwa gideb, jien qed nagħtihielu biċ-ċifri.", "Issa jiġġudika l-poplu!", "Sur President, nagħmel l-aħħar punt u nagħlaq hawn.", "Għaliex qed nirreaġixxi b'dan il-mod?", "Għaliex meta xi ħadd jakkużani bit-tbagħbis ta' ċifri neħodha bis-serjeta'.", "Ma jistax ikun għaliex inkella tkun qisek qed titkellem mal-ħajt.", "Jien tad-demm u l-laħam u akkuża serja bħal din nagħtiha s-serjeta' li jixirqilha.", "U biex inkompli nsammar il-musmar ġot- tebut b'mod li jidħol sew, jien se nagħmel stedina miftuħa.", "Nistieden lil kwalunkwe wieħed mid-deputati ta' l-oppożizzjoni, x'ħin irid u mingħajr ma javżani - għaxar minuti kulma nkun irrid - u għall-għarrieda jċempilli, itella' miegħu awditur ta' l-affari tiegħu, immorru l-ETC bla avviż u jiċċekkja kollox mill-\"A\" saż-\"Z\".", "Nerġa' ngħid m'għandhomx għalfejn javżawni iktar minn għaxar minuti qabel.", "Din l-istedina qed nagħmilha biex inkunu ċari li fuq dawn l-affarijiet hemm bżonn li f'pajjiżna ndaħħlu l- fiduċja assoluta għaliex ma nistgħux nilagħbu b'dawn l-affarijiet.", "Meta f'Diċembru li għadda l-qgħad kien laħaq 8,000 ma qgħadtx ninħeba u għedt li laħaq 8,000 u konna nkwetati bis-sitwazzjoni.", "Illum il-qgħad ilaħħaq 6,500 u għadna nkwetati għaliex sakemm tibqa' persuna waħda tfittex ix-xogħol nibqa' nkwetat.", "Mela meta l-qgħad kien 8,000 ħadd ma tkellem min- naħa ta' l-oppożizzjoni u issa għax niżel għal 6,500 qamu l-irwiefen kollha u jridu jdaħħlu d-dubju fl-istatistika.", "Inħoss li dan mhux ġust.", "Kieku jgħiduli li m'aħniex qed nagħmlu biżżejjed jew li hemm bżonn ninvestu iżjed naċċetta, pero' li tipprova tinsinwa li xi ħadd - u allura jien, għaliex fl- aħħar mill-aħħar the buck stops here - qed ibagħbas iċ-ċifri biex niġu hawnhekk u noqogħdu niftaħru, m'inix lest li naċċettaha.", "Mr. Speaker, biex naqta' darba għal dejjem dan it-tip ta' dubju li qed jinxteħet nerġa' ngħid li qed nagħmel stedina.", "Nistieden lil kwalunkwe membru ta' l-oppożizzjoni - u għall-għarrieda rridhom jiġu, biex żgur ma jkun hemm ħadd fl-ETC li b'xi mod jew ieħor ikun jista' jipprepara s-sodda - biex immorru flimkien l-ETC akkumpanjati b'awditur ta' l-affari tiegħu - xi ħadd ta' l-affari tiegħu ċertament mhux Joe Sammut għax dak mhux ta' l- affari tiegħu - u jiċċekkja kulma jrid.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mur għidhielu barra din.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela le, ngħidhielu bil-qalb kollha.", "(Interruzzjonijiet) Huma ħalli jgħajru lil min iridu, ħalli jinsulentaw lil min iridu, ħalli jagħmlu li jridu u li jogħġobhom imma mbagħad Alla jħares tgħid xi ħaġa fil-konfront tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Ma ġara xejn!", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, l-istedina hija miftuħa u min irid jaċċettaha, jien lest li niftaħ il-kotba u l-proċeduri kollha li huma wżati fl-ETC biex dak li jkun jivverifika kull ħaġa li jrid.", "B'hekk din il-kwestjoni naqtgħuha darba għal dejjem u tkun ċara li la jien, la d-diretturi tal-bord ta' l-ETC, la ċ- chairman u lanqas iċ-chief executive m'għandna xejn x'naħbu.", "Dan huwa eżerċizzju li hemm bżonn li f'pajjiżna jkun eżerċizzju above board u li jkollu l-fiduċja ta' kulħadd.", "Għalhekk qed nagħmilha din, biex naqtgħu dan id-diskors vojt darba għal dejjem, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għaliex ma ppreżentajtx il-lista tal-fabbriki u n- numru ta' dawk li s'issa għadhom qegħdin jimpjegaw magħhom u tispjega kif l- economic survey jgħid li bejn l-1997 u l-1998 inħolqu 811 post tax-xogħol?", "Għaliex qbiżthom dawn?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Vella għandu ħabta jagħmel l-ixkora u jidħol fiha hu stess.", "Nista' ngħidlek li din l-informazzjoni ġibtha miegħi u lest nagħtihielek konfidenzjalment.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Poġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nagħtihielek konfidenzjalment.", "Hawn qiegħda f'idejja.", "Qed nuriha lil kulħadd allavolja min qed jisma' mhux qed jarana.", "Qiegħda f'idejja u ngħid x'inhi r-raġuni li rrid nagħtiha konfidenzjalment.", "Nagħtiha konfidenzjalment għax qed nitkellmu fuq dettalji preċiżi ta' ditti privati u hawnhekk ikun hawn kollox, sew fejn żdiedu l-impjiegi u sew fejn naqsu.", "Kollox ikun hawn.", "Jiena lest li ngħaddiha konfidenzjalment lill- Onor. Vella u naċċetta l-kelma tiegħu li jittrattaha b'mod konfidenzjali.", "Jekk iridha ngħaddihielu b'din il-kondizzjoni, Sur President.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, fil-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem fuq xi affarijiet li jirrigwardjaw id-distrett li minnu niġi elett, jiġifieri t-tielet distrett, li jkopri Ħaż- Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Żejtun.", "Sur President, minn mindu l-gvern Nazzjonalista waqqaf il-kunsilli lokali l-funzjoni tad-deputati qiegħda tinbidel għaliex ħafna mix-xogħol li qabel kien ikollhom jagħmluh id-deputati qiegħed jgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali.", "Minkejja dan xorta jibqa' l-fatt li deputat huwa r-rappreżentant tal-poplu ta' dak il-lokal u minn barra li jrid jaqdi d-doveri tiegħu fil- Kamra tar-Rappreżentanti, irid jibqa' dejjem ikun attent u jservi l- kostitwenza tiegħu.", "Is-sena d-dieħla f'Ħaż-Żabbar se jkun ikkommemorat il-50 sena mill- inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja.", "Naħseb li dan huwa avveniment importanti ħafna fil-ħajja kulturali ta' din il-belt u nħoss li għal dan l- avveniment għandu jkun hemm xi forma ta' tifkira bħal, per eżempju, ħarġa ta' sett bolli kommemorattivi.", "Jiena naf li diġa' hemm talba f'dan is-sens u għalhekk qed nagħmel talba lill-ministeru u lill-awtoritajiet tal-posta biex din tkun aċċettata għaliex naħseb li l-aspett kulturali u reliġjuż għandu jibqa' jkun imfakkar.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar, madwar sena ilu twaħħlu arbli ġodda, pero' ma twaħħlux il-bozoz u għalhekk it-triq għadha m'hijiex imdawla kif għandha tkun.", "Proġett li ilu ħafna ppjanat mill-kunsill lokali ma twettaqx fiż-żmien li suppost kellu jitwettaq.", "Naf li hemm xi problemi ma' l-Enemalta, pero' naħseb li wasal iż-żmien li dawn il-bozoz jitwaħħlu għaliex l-arbli waħedhom qed ikunu sempliċement ta' eyesore fit-triq prinċipali ta' din il-belt.", "Sur President, jiena ma rridx insemmi biss punti negattivi imma rrid insemmi wkoll kemm qed isir xogħol bħalissa f'dawn il-lokalitajiet, speċjalment fuq toroq li għal snin twal qatt ma ngħataw daqsxejn tarmac, b'inkonvenjent mhux biss għar-residenti li joqogħdu fihom imma għal min jgħaddi bil-karozzi minnhom.", "Bħalissa qed jiġu rranġati ħafna toroq bħal per eżempju Triq Bursett.", "Rigward din it-triq irrid ngħid li ma nafx għal liema raġuni x-xogħlijiet ma tkomplewx, u meta l-ħaddiema jitilqu minn fuq il-lant tax-xogħol il-Bambin biss jaf meta x-xogħol jerġa' jitkompla.", "Sur President, illum stess kont għaddej minn Triq Taltas fiż-Żejtun u bqajt skantat nara li triq li għadha kif ingħatat it-tarmac diġa' bdiet tinqala'.", "Ma nistax nifhem għal liema raġuni triq li tkun għadha kif issir terġa' tkun magħluqa biex isiru xogħlijiet fuqha.", "Dan mhux biss huwa ħela ta' riżorsi imma juri wkoll nuqqas ta' ppjanar.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq in-nuqqas ta' dawl f'ċerti nħawi tal- lokalitajiet tagħna.", "Per eżempju, Girdle Road, triq prinċipali li mill- Fgura teħdok għal Ħaż-Żabbar, ilha għal diversi ġimgħat fid-dlam u mhux biss hija ta' periklu għal min ikun għaddej bil-karozza jew jippassiġġa, imma peress li m'hijiex triq mibnija tagħti wkoll lok għal kull tip ta' abbuż.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb li din it-triq tiddawwal kemm jista' jkun malajr u barra minn hekk tingħata wiċċ ġdid biex b'hekk tintuża iktar miss-sewwieqa u jinqata' t-traffiku esaġerat li qed ikun hemm kif tidħol Ħaż-Żabbar ħdejn il-mina ta' Hompesch.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll li f'dawn l-inħawi jiġu stallati t-traffic lights jew xi forma ta' traffic control oħra minħabba n-numru esaġerat ta' karozzi li jinżlu Wied il-Għajn, speċjalment fil-weekends.", "Irrid ngħid ukoll li minn mindu ġew introdotti l-wardens is-sewwieqa tal- karozzi m'għadhomx jaqbdu u jipparkjaw il-karozza tagħhom fejn mhux suppost u naħseb li anke fin-naħat tagħna din hija esperjenza pożittiva, fis-sens li ddaħħal iktar sens ta' dixxiplina.", "Rigward il-wardens irrid ngħid li kultant ikun hemm esaġerazzjonijiet anke fuq il-mod kif isir l-enforcement.", "Naħseb li tajjeb li dawn iżommu f'moħħhom li huma għandhom ukoll rwol edukattiv, imma mbagħad jekk issib li jkun hemm min ma jridx jisma', ovvjament hemm il-liġi u din trid tapplikaha.", "Sur President, inkonvenjent ieħor li rrid insemmi huwa l-ilma dejjem nieżel fit-triq magħrufa bħala t-triq il-qadima li minn Wied il-Għajn tieħu għal Ħaż-Żabbar jew viċi versa.", "Kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni tad- dipartiment ta' l-agrikoltura dwar dan imma kollu għalxejn.", "Tista' tgħid li kull filgħodu, speċjalment f'dawn l-aħħar ġimgħat, din it-triq dejjem kienet mimlija bl-ilma.", "Għalkemm huwa ilma salmastru ma nistax nifhem kif nistgħu nħalluh jinħela fix-xejn, u naħseb li d-dipartiment ta' l- agrikoltura għandu jsib xi sistema biex jirrimedja għal dan.", "Sur President, tajjeb ukoll li nerġa' nsemmi il-problema tat-trasport pubbliku li qed jiffaċċjaw bħalissa r-residenti ta' ċerti areas f'Wied il- Għajn.", "Dan il-lokal dejjem qiegħed jiżviluppa u għalhekk ir-residenti dejjem jiżdiedu.", "Per eżempju, min joqgħod fl-area magħrufa bħala Ta' Zonqor, li qisha raħal għaliha u fl-area Ta' San Tumas, li llum tista' tgħid li nbniet kollha mis-Siberja sar-Ramla taż-Żejtun, għandu 'l bogħod ħafna għall-qalba tar-raħal.", "Dawn huma areas li fihom joqogħdu familji li għadhom qed irabbu u huwa importanti li jkollhom servizz ta' trasport pubbliku adegwat.", "Għalhekk nappella lill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku sabiex tara x'tista' tagħmel biex dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat.", "Fl-aħħarnett nixtieq insemmi wkoll id-diversi lmenti li jasluli mingħand il-bdiewa rigward it-toroq fil-kampanja.", "Il-bdiewa qegħdin jilmentaw li ħafna drabi ma jkunux jistgħu jgħaddu bil-makkinarju li jużaw sabiex jaħdmu r-raba' tagħhom minħabba l-istat li jinsabu fihom dawn it-toroq.", "Għalhekk nappella lil min hu responsabbli li dawn it-torq almenu jingħataw wiċċ tal- concrete biex il-bdiewa ma jibqgħux ibatu minn dan l-inkonvenjent għax huwa importanti li l-bdiewa ta' dawn l-inħawi jibqgħu jadħmu r-raba' tagħhom.", "Ovvjament aħna nixtiequ nżommu l-wirt rurali li għandna f'dawn in-naħat.", "Per eżempju, il-Bidni għalija huwa post li tista' ġġibu 'l quddiem bħala post anke turistiku, fis-sens li wieħed jista' verament igawdi ambjent naturali ta' kif kienu l-irħula Maltin fl-antik għaliex bażikament f'dawn l- inħawi ta' Malta tista' tgħid li ma fadal kważi xejn bħal dan it-tip ta' area rurali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-Ġimgħa, 24 ta' Novembru, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MALTA SOCIETY OF ARTS, MANUFACTURES & COMMERCE", "21177.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.", "961 u 3344 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'kienet ħidmet l-Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce ġewwa Palazzo De La Salle, l-Belt tul is-sentejn u jistgħax ukoll jiġi elenkat kemm spejjeż intefqu fil-manutenzjoni u restawr tal-bini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ħidmet il-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce tul is-sentejn kien kif ġej:", "|Studenti | | | | |1999 |2000 | | | | | |Klassijiet tax-Xitwa|580 |870 | |Ottubru/Ġunju | | | | | | | |Klassijiet tas-Sajf |650 |920 | |Lulju/Settembru | | |", "|Kandidati | | | | | | |1999 | |2000 | | |Teorija |Teori|Pratt|Teori|Pratt| | |ja |ika |ja |ika | |Eżamijiet |657 |641 |749 |659 | |tal-London| | | | | |College of| | | | | |Music | | | | | |Thames | | | | | |Valley | | | | | |University| | | | |", "|Numru ta' | | | |Kunċerti, | | | |Wirjiet u | | | |Attivitajiet | | | |oħra | | | | |1999 |2000| | | | | |Kunċerti |14 |12 | |Wirjiet ta' |13 |5 | |l-Arti | | | |Wirjiet |4 |7 | |tas-Snajja' | | |", "|Spejjeż | | | | |1999 |2000| | |Lm |Lm | |Manutenzjoni u | | | |Restawr | | | |Mis-Soċjeta |848 |565 |", "Sa issa sar xogħol ta' restawr fil-livell sotterran u xi xogħol ta' manutenzjoni f'partijiet oħra tal-Palazz.", "Dan ix-xogħol sar permezz ta' ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr (Ministeru ta' l-Ambjent), u għalhekk in- nefqa kienet biss ta' xiri ta' materjal.", "MTARFA - SINDKU", "21102.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "20615", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jirriżultalix li saret investigazzjoni minn xi Dipartiment jew entita' li taqa' taħt il-Ministeru tiegħi dwar il-persuna ndikata.", "AMBAXXATI - EĠITTU U LIBJA", "21104.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-problemi li nqalgħu bejn Malta u l-Eġittu u l-Libja sabiex tiġi stabbilita linja ta' gwida għaċ- ċittadini Eġizzjani u Libjani li jidħlu Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom għaddejin diskussjonijiet bejn il-Ministeru tiegħi u dak ta' l-Intern sabiex jiġu stabbiliti linji gwida dwar id-dħul f'Malta ta' ċittadini minn pajjiżi tan-Nord Afrika li m'għandhomx bżonn ta' viża biex jidħlu Malta.", "Bis-saħħa t'hekk huwa ttamat li jiġu evitati, sa fejn possibbli, problemi f'dan ir-rigward.", "Nixtieq nippreċiża li d-deċiżjoni finali dwar il-ħruġ ta' dawn il-linji ta' gwida hija f'idejn il-Ministru ta' l-Intern.", "BEJJIEĦA TAL-LAĦAM", "21105.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-bejjiegħa tal-laħam li jbigħu l-laħam lill-konsumaturi lokali, is-self employed iż-żgħar u d-dipartiment tal-protezzjoni tal-konsumatur huma fis-responsabilitajiet tal-Ministeru tiegħek, jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentati nru.", "20617?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-mistoqsija numru 2ċ617 kienet dwar 'il-kundizzjoni tal-laħam tal-majjal lokali'.", "Peress li din il- materja, u cioe' id-dipartiment li huwa responsabbli mill-kundizzjoni tal- laħam tal-majjal ma jiffurmax parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli, kien għalhekk li jiena weġibt li l-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.", "Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar ir-rapport li għalih qed issir riferenza, u jirriżulta li r-rapport jikkonċerna xi dipartiment jew entita' li tifforma part mid-dekasteru li huwa fir- responsabbilta' tiegħi, inwieġeb il-mistoqsija.", "SAJJIEDA - TIE UP", "21106.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tie up li saru matul dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena skond il-mistoqsija parlamentari nru.", "20675 u kemm fil-fatt kienet il-kwota għal kull sena għas-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nħass il-bżonn li jiġi ordnat ebda tie-up f'dawn l- aħħar għaxar (10) snin.", "DUNDJAN", "21107.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinfurmani kemm kienu l-kwantitajiet ta' dundjani u ta' partijiet/cuts tad-dundjan li ġew importati bl-eżenzjoni tal-levy matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?", "Jista' jinfurmani bl-istess informazzjoni għal perjodu ta' bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kwantitajiet ta' dundjani u partijiet tad-dundjan li ġew importati bl-eżenzjoni tal-levy kienu hekk:", "|Sena |Valur LM |Piż nett Kg | | | | | |1995 |39,367.00 |35,298.78 | |1996 |57,210.00 |39,570.80 | |1997 |102,812.00 |80,007.77 | |1998 |87,166.00 |69,206.00 | |1999 |77,720.00 |66,550.00 | |2000 |51,181.00 |55,603.85 |", "MAJJAL", "21108.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinfurmani kemm kienet il-kwantita' tal-majjal frisk u partijiet / cuts tal-majjal li ġew importati bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena u li kienu eżentati mil-levy?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-kwanitita' tal-majjal frisk u partijiet tal-majjal li ġew importati bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena kien ta' 173,873.15 kilogram f'valur ta' Lm179,308.00.", "PULIZIJA", "21327.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pulizija li jkunu spiċċaw il-kors kollu ta' l-akkademja tal-pulizija u li għaddew mit-taħriġ kollu meħtieġ ma jagħmlux skorti u fixed points qabel ma jgħalqu ħames snin servizz, filwaqt li l-istess jagħmlu extra duty mal-banek u anke jġorru arma tan- nar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi r-restrizzjoni li skorti ma` priġunieri ma jsirux minn Pulizija li ma jkollhomx ta` lanqas ħames snin servizz, kienet ġiet introdotta f`Novembru ta` l-1994.", "L-iskop ewlieni huwa li l-iskorta jkollu esperjenza u maturita` fis-servizz li xogħol ta` skorta ma` priġunier żgur tinħtieġ sabiex ma jkunx hemm inċidenti.", "Barra minn hekk ikun aħjar illi l-kuntistabbli jingħata l-fakulta` li jipprattika dak li jkun tgħallem matul il-kors ta` taħriġ fl-Akkademja.", "Din ir- restrizzjoni ma tapplikax għal fixed point duties.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - BORDIJIET", "21330.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl- ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-lista qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - BORDIJIET", "21331.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "B'BUĠIA - PITCHES", "21332.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, ġaladarba r-residenti ta' B'Buġia ġew sprovvisti mid- diversi pitches tal-football, jgħid jekk: (i) hux se jiġi kostruwit pitch tal-football; u (b) jekk fl-affermattiv, fejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-Segretarjat fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni huwa konxju li f'B'Bugia hemm nuqqas ta' football pitches.", "Fil-fatt diġa` bdew diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet konċernati sabiex jinsab sit adekwat biex jinbena football pitch.", "B'BUĠIA - TRIQ SAN ĠORĠ - ZEBRA CROSSING", "21333.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga u jara jekk hux possibbli fil-parti ta' San Ġorġ, B'Buġia ssir zebra crossing u jiġu mpoġġija sinjali tat-toroq li javżaw lis-sewwieqa sabiex innaqqsu l-veloċita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li huwa ppjanat li l-pedestrian crossing mitluba mill-Onor.", "Interpellant issir ma` xogħolijiet oħra li d- Dipartiment tat-Toroq fi ħsiebu jagħmel fiż-żona kkonċernata.", "FREEPORT", "21334.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: In vista tal-fatt illi l-Freeport huwa zona ta' storbju li qiegħed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti ta' Birżebbuga, jista' l- Ministru: (a) jara li d-dħul u l-ħruġ tal-Freeport isir minn banda oħra, 'l bogħod miz-zona residenzjali bħal per eżempju, min-naħa ta' Wied ix-Xaqqa; (b) jara li l-makkinarju li hemm jinbidel u jiġi akkwistat makkinarju li jkun aktar silenzjuż; (c) li l-alarms użati ma jaffettwawx Birzebbuga kollha iżda l-Freeport; u(d) li jinbena buffer zone sabiex kemm jista' jkun jassorbi dawn il-ħsejjes?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-suġġerimenti ta' l-Onorevoli Interpellant ġew mgħoddija lill-Korporazzjoni tal-Port Ħieles sabiex jiġu kkunsidrati.", "B'BUĠIA - TRIQ SAN ĠORĠ", "21336.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-area ta' San Ġorġ, B'Buġia, partikolarment l- parti fejn hemm il-pont, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa?", "Jista' jara li l-istess area tiġi mnaddfa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol huwa responsabbilta' ta' l-Awtorita' Marittima.", "Rigward it-tieni parti nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).", "SKEJJEL - STUDENTI", "21337.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jeżamina s-sitwazzjoni jew aħjar il-fatt illi t-tfal qegħdin ikunu mgħobbija b'wisq kotba u pitazzi?", "Jista' jsir studju sabiex dan l-istat ta' fatt jiġi amministrat b'mod illi t-tfal ma jkollhomx għalfejn iġorru l-biċċa l-kbira tal-kotba u pitazzi tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba tal- Mistoqsija Parlamentari Nurmu 20512.", "Kopja ta' dan l-istudju ser ngħaddiha wkoll lill-Onor.", "Membru.", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM - MAD COW DISEASE", "21339.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar importazzjoni ta' bhejjem jew laħam minn pajjiżi li huma magħrufa li għandhom il-Mad Cow Disease?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21279 u cioe \"Id-Dipartiment tas- Servizzi Veterinarji jieħu l-prekawzjonijiet neċċesarji biex jassigura li l- ikel li jidħol f'Malta, partikolarment iċ-ċanga, huwa tajjeb għal konsum.", "Barra l-kontroll li jagħmel il-pajjiż minn fejn joriġina il-laħam, l- Official Health Certificate jiġi studjat b'reqqa, sabiex jassigura illi l- kundizzjonijiet u testijiet għal-BSE mill- Awtoritajiet Kompetenti jkunu saru kif suppost.", "Barraminhekk, iċ-ċanga kolla u l-prodotti tagħha li jiġu impurtati, iridu jkunu immarkati b'tali mod li jkun faċli li wieħed ikun jaf minn fejn oriġina l-istess prodott.\"", "Barraminhekk, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji fl-14 ta' Novembru 2000 ħareġ is-segwenti stqarrija, u cioe' :", "\"Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarju javża illi minħabba fis-sitwazzjoni tal-marda tal-BSE [Mad Cow Disease] fi Franza, l-importazzjoni taċ-ċanga minn dan il-pajjiż sejra tiġi kkondizzjonata, billi il-konsinji taċ-ċanga jridu jiġu ċċertifikati li l-laħam qiegħed joriġina minn annimali li meta nqatlu kellhom inqas minn 24 xahar, u li kull biċċa laħam trid tkun identifikata għall-oriġini tagħha.", "L-istess kondizzjonijiet jgħoddu għal prodotti oħra tal-laħam taċ-ċanga bħal burgers.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "21340.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm priġunieri l-ħabs mingħajr liberta' proviżorja?", "Jista' jagħti dettalji u jindika kemm ilhom hekk detenuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri li fil- preżent qegħdin jinżammu l-ħabs taħt arrest preventiv hu ta` 82.", "Dawn daħlu fil-Faċilita` kif ġej:", "|Sena |Numru | |1995 |1 | |1996 |xejn | |1997 |4 | |1998 |14 | |1999 |18 | |2000 |45 |", "Priġunier li llum jidher taħt arrest preventiv biss, jista` jkun li minn meta daħal skonta xi sentenza.", "QRATI - ĊITAZZJONIJIET", "21341.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ċitazzjonijiet quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mill-1-10-99 sa l-1-11-99 u mill-1-10-2000 sa l-1-11-2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l- informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.", "QRATI - AVVIŻI", "21342.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati avviżi quddiem il- Qrati tal-Maġistrati mill 1-10-1999 sa l-1-11-1999 u mill-1-10-2000 sa l- 1-11-2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "REFJUĠATI", "21343.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm nies barranin talbu li jitqiesu għall-finijiet tal-liġi bħala refjuġati?", "Jista' jgħid minn liema pajjiżi u kemm minn kull pajjiż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-liġi li qed jagħmel referenza għaliha għadha ma daħħlitx fis-seħħ.", "ĦABS ĊIVILI - BARRANIN", "21344.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid u jagħti dettalji ta' kemm hemm barranin fil-Faċilita' Korretiva ta' Kordin?", "Jista' jagħti dettalji ta' x'nazzjonalitajiet huma, u i-tip ta' reati li tagħhom instabu ħatja jew li huma akkużati bihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fl-20 ta` Novembru 2000, in-numru ta` priġunieri ta` nazzjonalita` barranija miżmuma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 73.", "In-nazzjonalita` tagħhom hija kif ġej:", "Sudaniżi 1 Libjani 50 Eġizzjani 6 Tuneżini 6 Olandiżi 3 Iraqini 1 Ingliżi 2 Jugoslavja 2 Alġerini 2", "Ir-reati jew l-akkuża prinċipali huma kif ġej:", "Ħsara volontarja 1 Stupru 3 Arson 3 Frodi 3 Relatati ma` droga` 38 Omiċidju 4 Attentat ta` omiċidju 3 Serq 4 Feriti gravi 3 Sekwestu ta` persuna 1 Stupru fuq minorenni 1 Hold up 1 Attakk vjolenti u indiċenti 1 Pussess ta` flus foloz 2 fuq minorenni Immigrazzjoni 2 Oħrajn 3", "Dawn il-priġunieri jista` wkoll ikollhom akkużi oħra minbarra dik prinċipali.", "DJAR - FURJANA - LIFTS", "21345.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex wasal il- proċess ta' installazzjoni ta' lifts ġewwa l-Floriana?", "Jista' jindika liema huwa l-bini pproġettat f'dan is-sens?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant", "SPTAR SAN LUQA - EMERGENCY SECTION", "21346.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonsidra li mill-bidu nett tas-sena d-dieħla fl-Emergency Section ta' l-Isptar San Luqa u fil-Health Centres jibdew jiġu rekordjati l- casualties minn korrimenti fuq il-post tax-xogħol?", "Jikkonsidrax li dawn jiġu ċertifikati f'records speċjali mqassma b'dettalji dwar: f'liema ażjenda, minor accident, medium accident etc inkluż s-sess ta' l-individu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent, is-sistema ta' reġistrazzjoni ta' pazjenti fl-Emerġenza ma tisseparax r-records ta' pazjenti li sofrew injuries fuq il-post tax-xogħol.", "Ninsab infurmat illi matul l-2001 ser tiġi installata sistema diġitali ta' records fl-Emerġenza.", "B'din is- sistema d-Dipartiment ikun jista` jimmarka dawk r-records ta' pazjenti li sofrew injuries fuq ix-xogħol biex ikun jista` jsir auditing u statistika.", "DJAR - JOINT OFFICE", "21347.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fi żmien qasir terġa' toħroġ skema oħra sabiex dawk li għandhom djar taħt il-kontroll tal-Joint Office b'ċens temporanju dan jiġi mifdi permezz ta' kuntratt mal-Joint Office?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru kkonċernat.", "DJAR - SWATAR - MANUTENZJONI", "21348.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Rigward il-flats tal-Gvern (Entratura 1 Blokk B) tas-Swatar fi Triq il-Balliju Guttenberg, jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga għaliex għadu ma sarx xogħol fuq l-entratura u t-taraġ li għadu tali kwali kif inbena erba' snin ilu anke wara li l-Housing Maintenance Office ġie avżat kemm-il darba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li kienet ħarġet sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol bil-kuntrattur iżda dan baqa' m'għamilx ix-xogħol meħtieġ.", "Għalhekk issa ingħata x-xogħol lil kuntrattur ieħor li ser jibda x-xogħol il-ġimgħa d-dieħla.", "MT CARMEL HOSPITAL - SUPERVISORS", "21349.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx supervisors fuq il-cleaners f'Mt Carmel Hospital li għandhom użu ta' karozza tal-gvern?", "Jekk iva, x'inhu xogħolhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li ma hemm ebda supervisors fuq il- cleaners f'Monte Carmeli li għamlu użu ta' karozzi tal-gvern.", "SAĦĦA - SPTAR MONTE CARMELI - IMPJEGATI", "21350.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk cleaners li hemm f'Mt Carmel Hospital, Attard humiex qed jagħmlu xogħol ukoll barra l-isptar Mt Carmel?", "Jekk iva, fejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-cleaners ta' l-Isptar Monte Carmeli ma jagħmlu ebda xogħol iehor barra l-isptar.", "HEALTH INFORMATION UNIT - OVERTIME", "21351.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux isir overtime fil-Health Information Unit, Valletta?", "Jekk iva, kemm sar, ġurnata b'ġurnata u kemm hija l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-Ministeru tas-Saħħa ma hemmx Health Information Unit, Valletta.", "SERVIZZI SOĊJALI", "21352.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija hix qed tieħu l-ammont kollu li hi ntitolata għalih bħala persuna boarded out?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-każ tal- persuna ndikata minnu ġie nvestigat.", "Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.", "FREKWENZI F.M.", "21353.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn frekwenzi F.M. tar-radio li h'humiex okkupati?", "Jista' jgħid kemm hawn entitajiet li applikaw għal-frekwenza tar-radio u min huma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-frekwenza għal xandir nazzjonali bir-radju FM li mhumiex okkupati huma tlieta.", "Għat-tieni parti tad-domanda, L-Onor.", "Membru għandu jistaqsi lill-Ministru kkonċernat minħabba li normalment applikazzjonijiet għall-liċenzji ta' stazzjonijiet tar-radju isiru lill-Awtorita' tax-Xandir.", "ĦAMRIJA", "21354.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li t-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija tiġi milqugħa fis-sens li tintefa' ħamrija fl-għalqa tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ħadt nota ta' dan u għaddejta lill-uffiċjal inkarigat."]} {"filename": "20010314_514d_par.doc", "date": "2001-03-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 514 L-Erbgħa, 14 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 514", "L-Erbgħa, 14 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "514", "L-Erbgħa, 14 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 504", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 504", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU.", "2) (KUMITAT)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL(COMMITTEE STAGE) 509", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-CONDOMINIA9IT-TIENI QARI)", "CONDOMINIUM (AMENDMENT) BILL(SECOND READING) 527", "AĠĠORNAMENT 530", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 533", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta nru.", "513 li saret fit-13 ta' Marzu, 2001ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "XORB ALKOHOLIKU – PROJBIZZJONI", "24151.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna taħt is-16-il sena tistax tixtri xorb alkoholiku minn postijiet li mhumiex ikkonsidrati bħala postijiet ta' divertiment?", "Jaf li dan l-aħħar qed jiżdied in-numru ta' żgħażagħ li jixtru flixken ta' l-inbid mingħand tal-grocer qabel ma jidħlu f'zona fejn ikun hemm bars, discos eċċ?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi l-bejgħ ta` inbejjed, birer jew xorb spirituż lil persuni taħt is-sittax-il sena huwa pprojbit biss minn ħwienet liċenzjati għall-bejgħ bl-imnut.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Onor. Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nitolbok tippermettili ninterpella lill- Ministru dwar suġġett kompletament differenti imma attwali.", "Jirriżultalu l- Ministru li fil-każ li seħħ dan l-aħħar ġewwa l-Qawra, fejn ħa n-nar appartament ta' koppja anzjana, il-fire engines damu ftit aktar minn siegħa biex waslu fuq il-post?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-impressjoni li ħadt mill-gazzetti hija proprju li dawn salvaw lin-nies mhux li qatluhom!", "Imma jkun aħjar jekk l- Onor. Farrugia jagħmilli domanda bil-miktub peress li dan is-suġġett m'għandu x'jaqsam xejn mad-domanda oriġinali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dejjem bil-permess tiegħek, Mr Speaker, xtaqt li l- Ministru jgħidli jekk hux qed isir liaison bejn id-dipartiment tal- protezzjoni ċivili u d-dipartiment tas-servizzi veterinarji fid-dawl tal- problema tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Assolutament il-ministeru tiegħi ma jidħol xejn f'dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "ZONI TA' DIVERTIMENT – SORVELJANZA", "24152.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo ): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax il-kummissarju tal-pulizija jara li ssir aktar sorveljanza f'zoni ta' divertiment bħal Paceville, Wied il-Għajn u Buġibba, fejn qed jkun hemm rapporti ta' żgħażagħ taħt is-16-il sena li jkunu fis-sakra fit-triq?", "Tista' l-pulizija tara wkoll li ma jitħallewx nies, kbar u żgħar, jiġġerrew mat-toroq bi fliexken ta' l-inbid, birra eċċ f'idejhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija ser tibqa` tagħmel sorveljanza fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, kif ukoll f`lokalitajiet l-aktar iffrekwentati matul ix-xhur tas-sajf sabiex kemm jista` jkun ma jkunx hemm abbużi.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi mhux projbit bil- liġi li persuna tixrob fit-triq sakemm ma tkunx qed tikkommetti xi kontravenzjoni oħra.", "QRATI – BEJGH TA' ALKOĦOL", "24153.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo ): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid mill-1995 sal-15 ta' Frar ta' din is-sena kemm il-persuna tressqet il-qorti talli biegħet l-alkohol f'bars u postijiet oħra ta' divertiment lil żgħażagħ taħt is-16-il sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|199|199|199|199|199|200|200| |5 |6 |7 |8 |9 |0 |1 | | | | | | | | | |- |- |1 |6 |4 |1 |- |", "QRATI - BEJGĦ TA' SIGARETTI", "24154.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo ): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 1995 – 2000 kemm-il persuna tressqet il-qorti talli biegħet sigaretti lil tfal taħt is- 16-il sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn l-1995 u l-2000 ma tressqet il-qorti l-ebda persuna dwar l-offiżi li rrifera għalihom fil-mistoqsija tiegħu l-Onor.", "Interpellant.", "TABAKK – MWIET", "24155.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo ): staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm kien hemm imwiet li l-kawża prinċipali tagħhom kien it-tipjip?", "Kemm kienu nisa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): In-numru ta' każi ta' mwiet reġistrati fis-sena 2000 u meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t- tipjip huwa ta' 361, li 121 minnhom kienu nisa.", "Dawn iċ-ċifri nħaddmu kif muri fit-tabelli ta' hawn taħt u l-persentaġġi li ntużaw huma dawk kif rakkmandati mid-WHO.", "FOR BOTH GENDERS:", "|Cause of |ICD-10 |Total |% | |death |codes |deaths |advised| | | | |by WHO |", "| |90% of |C33-C34|120 |90% = | |deaths | | |108.0 | |from | | | | |cancer of | | | | |lung / | | | | |trachea / | | | | |bronchus | | | |", "| |75% of |J40-J44| 89 |75% = | |deaths | | |66.8 | |from | | | | |chronic | | | | |bronchitis| | | | |/ | | | | |emphysema | | | |", "| |25% of |I20-I25|744 |25% = | |deaths | | |186.0 | |from | | | | |ischaemic | | | | |heart | | | | |disease | | | |", "|", "FEMALES ONLY:", "|Cause of |ICD-10 |Total |% | |death |codes |deaths |advised| | | | |by WHO |", "| |90% of |C33-C34| 25 |90% = | |deaths | | |22.5 | |from | | | | |cancer of | | | | |lung / | | | | |trachea / | | | | |bronchus | | | |", "| |75% of |J40-J44| 20 |75% = | |deaths | | |15 | |from | | | | |chronic | | | | |bronchitis| | | | |/ | | | | |emphysema | | | |", "| |25% of |I20-I25|334 |25% = | |deaths | | |83.5 | |from | | | | |ischaemic | | | | |heart | | | | |disease | | | |", "|", "SKEJJEL INDIPENDENTI – GĦAJNUNA LIL ĠENITURI", "24156.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkonferma li nhar il-Ġimgħa, 16 ta' Frar, iltaqa mal-kapijiet ta' l-iskejjel indipendenti?", "Jista' jgħid jekk din il-laqgħa kenitx dwar l-għajnuna li l-gvern se jagħti lill- ġenituri li jibagħtu lit-tfal f'dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nikkonferma li saret laqgħa mal- kapijiet ta' skejjel indipendenti.", "F'din il-laqgħa ssemmiet l-għajnuna li l- gvern se jagħti lill-ġenituri li jibagħtu lit-tfal f'dawn l-iskejjel.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - INĠENJI KBAR", "24228.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia): staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema fid-dekasteru tiegħu li jsuqu trakk jew passenger van jew inġenji kbar oħra u m'għandhomx il-liċenzja biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li dan il-ministeru – bid-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu - m'għandux ħaddiema li jsuqu trakk jew passenger van jew inġenji oħra mingħajr il-liċenzja meħtieġa.", "TURIŻMU - VETTURI IMPRESSED", "24231.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia): staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Billi tneħħew il-vetturi impressed minn mal-gvern, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu ħalli l-ħaddiema jibqgħu jiġu pprovduti bi trasport sal-post tax-xogħol?", "Barra minn hekk, jista' l-Ministru jispjega kif qed jiġu mqassma nġenji tal- gvern ħalli jinġabar it-terrapien u tinġabar l-alka?", "Jista' jgħid jekk hux qed jinkrew inġenji mingħand il-privat biex isir dan ix-xogħol?", "Jekk fl- affermattiv, kemm qed jonfoq kull xahar għall-kiri ta' dawn l-inġenji?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li għalkemm id-dipartiment tat-turiżmu m'għandu l-ebda obbligu jipprovdi trasport lill-ħaddiema tiegħu sal-post tax-xogħol, ittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikun provdut trasport minn Bieb il-Belt sal-bajjiet u x- xtut tan-naħa ta' fuq ta' Malta, peress li m'hemmx trasport pubbliku adegwat sa dawn il-postijiet tax-xogħol.", "Rigward it-tqassim ta' trakkijiet, irrid ngħid li peress li l-għadd ta' vetturi hu limitat qed ikunu mibgħuta jagħmlu xogħol skond il-ħtieġa.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta saret il-bidla ma nkrew ebda nġenji mingħand il-privat biex isir ix-xogħol imsemmi aktar 'il fuq.", "EUREPGAP PROTOCOL", "24258.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tar-regoli tal-EUREPGAP Protocol 2000, jista' l-Ministru jinformana bil-pożizzjoni tal-bdiewa li jesportaw il-patata għas-suq Olandiż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Il-EUREPGAP Protocol 2000 hija proposta ta' għaqda ta' negozjanti tal-ħxejjex u frott sabiex bdiewa approvati li qed jużaw l-integrated pest management u l- integrated crop management, ikunu jistgħu jikkompetu aktar ma' prodotti tal- biedja approvati bħala organic.", "Il-bdiewa li jkabbru l-patata f'Malta tista' tgħid li diġa' jadottaw sistema ta' integrated pest management u integrated crop management u għaldaqstant dan il-protocol ma jaffetwax il-pożizzjoni tal-bdiewa li jesportaw patata għas-suq Olandiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformana ftit dwar is- sitwazzjoni tal-bdiewa li ilhom numru ta' ġimgħat ma jieħdu l-ilma mill- impjant ta' Sant'Antnin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iva, nikkonferma li dan l-aħħar inqalgħu problemi fl- impjant ta' Sant Antin, peress li l-ilma msoffi idealment ikollu conductivity ta' madwar 2000 parts – għalkemm hi l-prattika li b'conductivity ta' 4000 parts xorta waħda l-ilma jintuża għat-tisqija – iżda dan l-aħħar il-livell ta' conductivity kien ħafna ogħla minn hekk.", "Id-dipartiment ħa' ħsieb u għadu qed jieħu ħsieb li jirranġa din il- problema teknika ħalli l-ilma li jiġi msoffi fl-impjant ta' Sant'Antnin ikun ta' livell aċċetabbli għat-tisqija ta' l-uċuħ tar-raba'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformana dwar kemm saru laqgħat bejn il-ministeru, id-dipartiment tas-servizz veterinarju u l-koperattivi bil-għan li dawn il-miżuri jkunu tabilħaqq sostnuti at farm level, u anke sabiex il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer tibqa' 'l bogħod minn xtutna, aktar u aktar li issa qed tkompli tinxtered f'numru ta' pajjiżi Mediterranji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iva, sfortunatament fl-Ewropa qed taħkem il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u bħal pajjiżi oħra, pajjiżna qed jieħu l-miżuri kollha biex din il-marda nżommuha 'l bogħod.", "Irrid ngħid li għandna contingency plan ibbażat fuq il-mudell ta' New Zealand u dan ġie spjegat f'press release li ħriġna f'dawn il-jiem.", "Irrid ngħid li s-servizz veterinarju mhux qed jippermetti l-ebda forma ta' importazzjoni ta' annimali u ta' prodotti ta' annimali mill-kontinent Ewropew li jistgħu jkunu affetwati b'din il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.", "Min jaqra l-press release tal-bieraħ - dalgħodu kienet fil-gazzetti – jista' jinnota l-miżuri iebsa li qed jieħu s-servizz veterinarju biex nassiguraw kemm teknikament possibbli li din il-marda ma tidħolx.", "Anke ħriġna informazzjoni fl-1 ta' Marzu lir-raħħala dwar x'prekawzjonijiet għandhom jieħdu biex ma jkunx hemm iċ-ċans li jinxtered il-mard minn razzett għall-ieħor.", "Nista' naqra wħud mill-miżuri li d-dipartiment tas- servizz veterinarju ħareġ bihom u informa lir-raħħala kollha bihom.", "Per eżempju, fost dawn insibu li m'għandu jsir ebda ċaqliq ta' annimali minn razzett għal ieħor mingħajr il-permess tad-dipartiment tas-servizz veterinarju.", "Qegħdin ngħidu li għandu jinżamm l-ogħla livell ta' ndafa ġewwa r-razzett u qegħdin ngħidu li skart ta' l-ikel m'għadu qatt jingħata lill-annimali.", "Ċertament li hawnhekk qegħdin nagħfsu ħafna iżjed milli konna nagħfsu fi żmenijiet normali biex nassiguraw li l-ebda skart ta' l- ikel ma jiġi mitmugħ lill-annimali.", "Qegħdin ngħidu wkoll li għandu jinżamm barmil b'diżinfettant adegwat li jinbidel kuljum biex min jidħol u joħroġ minn ġor-razzett ikun jista' jaħsel u jiddiżinfetta l-boots jew iż-żarbun tiegħu.", "Anke t-tyres tal- karrozzi jew trucks li jidħlu jew joħorġu minn ġor-razzett għandhom jiġu diżinfettati qabel jidħlu u qabel jerġgħu joħorġu mir-razzett.", "Miżura oħra hija li l-produtturi li jniżżlu l-annimali l-biċċerija għandhom jiddiżinfettaw it-tyres tat-trucks meta jidħlu l-biċċerija u għadhom jaħslu sewwa t-trucks qabel joħorġu mill-biċċerija.", "Għandhom jiddiżinfettaw il- boots u jbiddlu l-ħwejjeġ qabel imorru lura fir-razzett.", "Miżura oħra hija li m'għandhomx jidħlu nies u karrozzi bla bżonn fir- razzett, u lanqas għandhom jitħallew jidħlu u joħorġu mingħajr kontroll minn ġor-razzett tjur, klieb u qtates.", "Miżura oħra hi li għandom jintużaw mezzi adegwati biex jinqerdu l-ġrieden fir-razzett, fejn għad hemm il-ġrieden.", "Ovvjament dawn huma miżuri, Mr Speaker, li d-dipartiment tas-servizz veterinarju kien qed jesiġi li jiġu osservati ħalli b'hekk neliminaw kull ċans li xi forma ta' marda tiġi trasmessa minn xi razzett għal ieħor.", "Naturalment dan jgħodd ħafna biex din il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ma tidħolx f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel l- enforcement ta' dan li għadu kemm qal.", "In-nies tad-dipartiment għandhom l- għajnuna tad-dipartiment tal-pulizija jew ta' l-armata, jew sempliċement dan qiegħed isir taħt ir-responsabbilta' u fil-limitazzjoni li għandu d- dipartiment tas-servizz veterinarju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, li naf huwa li dan ix-xogħol qed jieħu ħsiebu s-servizz veterinarju.", "Pero' ma neskludix illi jekk ikun hemm bżonn jidħlu biex jagħtu daqqa t'id l-armata jew il-korp tal-pulizija - jew nies kompetenti - oħra biex nassiguraw li din il-marda ma tidħolx f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li huwa kuntent bil- mod ta' kif qed jiġu implimentati u ġestiti dawn il-proċeduri ta' miżuri ta' kontroll?", "Ma jaħsibx li huwa evidenti li hemm bżonn li tabilħaqq ikun hemm il-kontribut ta' dipartimenti oħra - anke fid-dawl ta' dak li għadu kemm semma' l-Ministru Tonio Borg, li l-ministeru ta' l-intern m'għandu x'jaqsam xejn ma' dawn l-affarijiet – ħalli verament kollha flimkien naraw li din il-marda qerrieda ma tidħolx f'pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, meta tinqabad f'ċirkostanzi bħal dawn, b'mod partikolari jekk tinzerta li tkun il-ministru ta' l-agrikoltura, żgur li ma tkunx kuntent b'dawn l-affarijiet u lanqas ma tista' tkun kuntent bl- affarijiet li qed jiġru madwar id-dinja.", "Mela l-ewwel kellna nħabbtu wiċċna mal-marda tal-BSE, tal-mad cow disease, marda li kważi falliet lil ħafna nies, u warajha faqqgħatilna marda bħal din.", "Żgur li ebda bniedem li jkun qed jgħix f'dawn iċ-ċrikostanzi ma jista' jkun ferħan.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien li nista' ngħid hu li għandi fiduċja sħiħa fil-veterinarju ewlieni tad- dipartiment tas-servizz veterinarju, Dr. Lino Vella, li anke fil-passat kien huwa li dejjem mexxa d-dipartiment b'mod għaqli kull meta nqalgħet jew tfaċċat kriżi bħal din.", "Fil-preżent qed jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġi eliminat kull tixrid ta' mard minn razzett għal ieħor, kif ukoll qed jieħu l-miżuri kollha teknikament possibbli biex din il-marda ta' l- ilsien u d-dwiefer ma tidħolx f'pajjiżna, u dan bl-istess mod bħalma ħadna l-miżuri kollha neċessarji biex anke l-marda tal-mad cow disease ma tidħolx f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid, Mr Speaker, li jekk Alla ħares qatt ikun hawn ċirkostanzi fejn ikollna l-ħtieġa li s-servizz tal-veterinarju jkollu jdaħħal miegħu biex jgħinuh lill-pulizija jew l-armata, jiena nitlob lill-ministeru ta' l- intern biex joffri s-servizzi tiegħu u flimkien naħdmu b'għaqal biex nassiguraw li dan it-tip ta' mard ma jidħolx f'pajjiżna, kif ukoll biex nassiguraw li ma jkunx hemm tixrid ta' mard minn razzett għal ieħor.", "U dan qed ngħidu mhux biss għall-ġid tar-raħħala imma qed ngħidu għall-ġid ta' kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' allura l-Ministru jikkonsidra li ssir laqgħa bejn id-dipartiment tas-servizz veterinarju u l-koperattivi ħalli naraw jekk hemmx jew jekk tirriżultax il-ħtieġa ta' iktar enforcement?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien persważ li s-servizz tal-veterinarju jieħu dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn wara li jkun żamm it-taħdidiet kollha neċessarji.", "Iżda l-ewwel biċċa xogħol li rridu nagħmlu hawnhekk hija li nfiehmu lir-raħħala li m'għandhomx għalfejn joqogħdu jistennew lill-veterinarju biex jgħidilhom x'irid isir.", "Kull raħħal irid jieħu l- miżuri kollha li hawn imniżżlin hawn f'dan il-fuljett.", "(Interuzzjonijiet)", "Huwa fl-interess tiegħu ir-raħħal - għandu ġidu, għandu ħajtu hemmhekk u għandu l-investiment kollu - li jieħu ħsieb li jżomm ir-razzett tiegħu in good shape.", "Issa biex iżomm ir-razzett tiegħu in good shape hemm diversi miżuri li Dr. Vella bagħat lil kull raħħal biex ifakkarhom fil-miżuri li għandhom jittieħdu.", "Jiena persważ, Mr Speaker, li r-raħħala m'humiex fidili u mhumiex bħaħan.", "Huma nies ta' l-affari tagħhom, nies li jħobbu l-industrija tagħhom u nies li qegħdin jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw ħobżhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid tal-Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU.", "2)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għal kumitat ġie moqri.", "Fil-Kumitat", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-kumitati, jippresjedi", "Klawsola 2 - Emenda ta' Artikolu 44 tal-Kostituzzjoni", "Clause 2 - Amendment of article 44 of the Constitution", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, klawsola 2 tittratta dwar il-freedom of movement li nsibu f'artiklu 44 tal-Kostituzzjoni.", "Uħud minn dawn l-emendi huma konsegwenzjali għall-emendi li saru fil-liġi taċ-ċittadinanza, jiġifieri meta approvajna l-emendi taċ-ċittadinanza doppja.", "Per eżempju, jekk nieħdu paragrafu (a), dak huwa konsegwenzjali għall-fatt li artiklu 22(1) u artiklu 25(1) tal-Kostituzzjoni m'għadhomx jgħidu dak li kienu jgħidu qabel u minflok ġew assorbiti fil-Maltese Citizenship Act ta' l- 1965, naturalment bl-emendi li għamilna s-sena l-oħra.", "L-istess ħaġa fil- każ ta' paragrafu (b) għax dan ukoll huwa konsegwenzjali għal dawn l- emendi.", "L-ewwel emenda ta' sustanza hija subartiklu (2) ta' paragrafu (b) fejn, waqt li qabel kienet il-mara barranija ta' ċittadin Malti li takkwista bi dritt kostituzzjonali l-liberta' tal-moviment, issa qed ngħidu ''kwalunkwe konjuġi ta' ċittadin Malti''.", "Jiġifieri kemm jekk huwa r-raġel u kemm jekk hija l-mara barranija, dawn se jkollhom id-dritt kostituzzjonali tal- liberta' tal-moviment.", "Dan qed ngħidu anke għaliex hemm sentenza kostituzzjonali li tgħid li, li tkun limitata biss għall-mara u mhux għar- raġel ukoll ta' ċittadin Malti, jammonta għal diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u allura din hija konsegwenzjali f'dak is-sens.", "Pero' issa qed inżidu kwalifika ġdida, illi sabiex wieħed jakkwista l-liberta' tal- moviment qed indaħħlu kondizzjoni li konna daħħalniha wkoll għal akkwist taċ-ċittadinanza fl-emendi li konna għamilna s-sena li għaddiet, fis-sens li mhux biżżejjed li wieħed jiżżewweġ lil xi ħadd Malti biex jakkwista l- freedom of movement bid-dritt kostituzzjonali iżda l-konjuġi iridu jkunu ilhom miżżewġin u jgħixu flimkien għal ħames snin.", "Xorta waħda taħt l- Immigration Act kulmin jiżżewweġ ċittadin Malti jkollu d-dritt li jaħdem f'Malta, ikollu dak li ngħidulu l-exempt status, fejn la jkollok bżonn visa u la jkollok bżonn permessi biex taħdem.", "Din se tibqa' taħt l-Immigration Act ta' l-1970, imma rigward id-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement dak jiġi akkwistat biss wara ħames snin li l-konjuġi jkunu jgħixu flimkien mid-data taż-żwieġ.", "Subartiklu (3) jestendi dan id-dritt tal-liberta' tal-moviment anke għar- romol ta' persuni li huma ċittadini Maltin, anke jekk ikunu ilhom miżżewwġin għal inqas minn ħames snin.", "Meta wieħed mill-konjuġi jmut, u allura iż-żwieġ jispiċċa, xorta waħda l-armla jew l-armel ikollu d-dritt li jkompli dak il-perijodu għal skop ta' liberta' ta' moviment.", "Allura meta jagħlqu l-ħames snin li jkunu żżewwġu, anke jekk iż-żwieġ ikun spiċċa minħabba mewt ta' wieħed mill-konjuġi wara tliet snin, allura wara sentejn mill-mewt tal-konjuġi xorta waħda dak li jkun jakkwista l-liberta' tal- moviment.", "U qed ngħidu wkoll li dawk li jkunu romlu u li jkunu ilhom miżżewġin għal ħames snin ma' persuna Maltija u li jkunu għadhom qed jgħixu ma' dik il-persuna Maltija fid-data tal-mewt, dawk ikunu jistgħu jakkwistaw il-liberta' tal-moviment.", "F'subartiklu (4), l-ewwel parti hija emenda teknika li tirrifletti l- emendi tas-sena 2000, iżda mbagħad hemm ukoll li fil-kwestjonijiet tal- liberta' tal-moviment, il-ministru responsabbli miċ-ċittadinanza għandu d- dritt fl-interess pubbliku li jirrevoka l-għoti taċ-ċittadinanza minħabba li ma jkunx iktar fl-interess pubbliku.", "Sur President, għalhekk formalment nitlob li f'dan l-istadju nwessgħu d- diskussjoni biex klawsola 2 u klawsola 3 neħduhom flimkien, naturalment b'mistoqsija separata fuq kull klawsola u fuq kull emenda.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil biex nimxu b'dan il-mod?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li ssir diskussjoni waħda fuq klawsoli 2 u 3.", "Klawsola 3 – Emenda ta' l-artikolu 66 tal-Kostituzzjoni", "Clause 3 – Amendment of article 66 of the Constitution", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, l-emendi li huma proposti huma sbieħ, fis-sens li hemm ħafna xi tgħid fuqhom.", "Il-ministru għamel seba' minuti jintroduċi l-abbozz fl-istadju tal-kumitat, pero' tista' titkellem ħafna u ħafna iktar.", "Għaliex barra li tista' tattakka xi klawsoli direttament sabiex tara jekk humiex diskriminatorji u tara jekk jistgħux jiġu mtejba teknikament, imbagħad hemm aspetti oħrajn konsegwenzjali li jistgħu joħorġu mill-emendi stess li għandna hawnhekk.", "Il-ministru għamel a blanket introduction fuq il-klawsoli kollha, pero' wieħed jista' jitkellem fuq kull klawsola.", "Jien se mmur direttament fuq l-aktar parti saljenti ta' l- abbozz, cioe' li issa r-raġel se jingħata d-dritt kostituzzjonali li diġa' tgawdi l-mara.", "Fuq dan diġa' tkellimna fit-tul, għalkemm mhux fit-tul biżżejjed għax d- diskors ġie prattikament assorbit mid-diskussjoni dwar il-kunsilli lokali.", "Naf li l-ministru għamel intervent u jien għamilt intervent ukoll, pero' xtaqtu li forsi jirrispondini fuq ċerti affarijiet, u forsi jweġibni llum.", "Pero' l-kwestjoni kollha hija li llum ir-raġel ser jingħata d-dritt kostituzzjonali li diġa' tgawdi l-mara.", "Jiġifieri mara barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti għandha u ser jibqa' jkollha to a certain extent il-liberta' tal-moviment.", "Din kienet diskriminatorja fil-konfront ta' l- irġiel barranin li għalkemm ikunu żżewġu ċittadin mara Maltija, dawn ma kellhomx taħt il-Kostituzzjoni l-istess protezzjoni li għandhom in-nisa barranin li jiżżewġu ċittadini rġiel Maltin.", "Issa dan kollu ġara għaliex fil-każ ta' Paul Stoner il-qrati kienu sabu li d-drittijiet fundamentali ta' Stoner kienu vvjolati f'dak li għandu x'jaqsam mal-liberta' tal-moviment, għaliex ma kellux l-istess dritt kostituzzjonali li għandha mara barranija li tiżżewweġ Malti.", "Issa hemm ħafna xi tgħid fuq dik is-sentenza għax b'mod stramb dik is-sentenza ddikjarat illi artiklu tal-Kostituzzjoni stess imur kontra l- Kostituzzjoni.", "Din hija naqra ...", "Insomma rridu noqogħdu għaliha!", "Metto l'acqua in bocca u ma nikkumenta xejn aktar fuqha!", "Pero' l-fatt huwa li dik id-deċiżjoni tal-qorti waslitna sabiex issa qegħdin ngħaddu din il-leġislazzjoni.", "L-istramberija f'dan il-każ hi li mhux tgħid li hemm vjolazzjoni ta' section tal-Kostituzzjoni, kif jiġri s-soltu.", "Meta mmorru quddiem il-Prim'Awla, f'sede kostituzzjonali, ikun hemm ċirkostanza fejn id- drittijiet fundamentali ta' persuna taħt l-artikli saljenti tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem ikunu ġew ivvjolati.", "Per eżempju, wieħed jara jekk il-gvern ivvjolax section tal-liġi li hemm imsemmija fil-Kostituzzjoni bħala dritt fundamentali tal-bniedem.", "F'din iċ-ċirkostanza l-Qorti Kostituzzjonali qalet - ma nafx kenitx il-Prim'Awla f'sede kostituzzjonali jew il-Qorti Kostituzzjonali f'sede ta' appell - li artiklu stess tal- Kostituzzjoni jmur kontra l-Kostituzzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Imma nistgħu anke nħarsu lejn l-aspett pożittiv tagħha.", "Bis-saħħa ta' dik is-sentenza, illum l-irġiel barranin miżżewġin Maltin se jkollhom l-istess drittijiet li jgawdu nisa barranin li jiżżewġu ċittadini rġiel Maltin, għalkemm jinkwetani l-fatt li f'dan l-abbozz ta' liġi ma jidhirx li hemm klawsola transitorja.", "Nemmen li din is-section għandha tiġi mtejba biex nipproteġu d-drittijiet ta' nisa barranin li diġa' għandhom id-dritt kostituzzjonali.", "Għax allura x'se jiġri?", "Dak li se jiġri huwa li wara ħames snin, sia r-raġel barrani li jiżżewweġ ċittadina Maltija u sia mara barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti, it-tnejn se jakkwistaw id-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement.", "Issa in kwantu għal dak li għandu x'jaqsam ma' raġel barrani li jiżżewweġ ċittadina Maltija to a certain extent m'hemmx problemi, u issa nitkellem dwar dan.", "Il-problemi jistgħu jinqalgħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċittadini nisa miżżewġin diġa' ċittadin Maltin.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Sa ċertu punt, wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi mhux se jkun hemm problemi għal mara barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti, pero' tista' tinqala' problema għal dik iċ-ċittadina barranija li llum hija diġa' miżżewġa ma' Malti, u li allura meta dan l-abbozz issir liġi hi ser taqa' awtomatikament fi status barra l-protezzjoni tal-Kostituzzjoni - taqa' taħt l-exempt status ta' l-Immigration Act - imma peress li hi takkwistah wara ħames snin, imbagħad terġa' tottjenieh wara li jiskadu l-ħames snin.", "Issa jekk mhux se ssir provision transitorja li tissalvagwarda lil dawk in-nisa barranin li diġa' żżewwġu ċittadin Malti, allura awtomatikament dak id- dritt li diġa' suppost kellhom meta żżewġu l-ewwel darba, ser jitilfuh u jirrakkwistawh biss wara li jgħaddu l-ħames snin mid-data taż-żwieġ.", "Nifhem li l-ministru qed jaqbel miegħi għax ma jistax ikun li mara barranija li diġa' żżewġet ċittadin Malti, li ngħidu aħna sentejn ilu diġa' kellha d-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement, imbagħad wara li ngħaddu din il-liġi ma jkollhiex iktar dan id-dritt.", "Dan ma jagħmilx sens assolutament.", "Din il-mara barranija llum għandha l-exempt status taħt l- Immigration Act, imbagħad wara li jgħaddu l-kumplament tal-ħames snin terġa' tirrijotjeni d-dritt kostituzzjonali.", "Ċert li n-naħa tal-gvern taqbel miegħi li dan ma jagħmilx sens.", "Jekk il-ministru qed jaqbel miegħi u jgħid li ladarba dak huwa dritt kweżit, la akkwistatu, akkwistatu.", "Jekk mhix ser tinbidel din is-section tal-liġi jew almenu jkun hemm transitory provision li din il-biċċa tagħmilha ċara, allura se nħalluha fl-ambitu tal- qrati tagħna li jinterpretawha kif iridu huma.", "Aħjar nagħmluha ċara issa fil-parlament ħalli mbagħad ma joqogħdux jirriferu għaliha l-qorti u jinterpretawha kif iridu huma u ħafna kumidji.", "Hemm bżonn li nagħmluha ċara u nagħmlu transitory provision.", "Jekk il-Ministru jaqbel li l-mara barranija li tiżżewweġ ċittadin Malti għandha dritt kweżit, allura din is- section ma jaffettwahix.", "Din is-section ma tistax tibqa' kif inhi, inkella jekk tibqa kif inhi trid tkun sostnuta bi transitory provision li tagħmilha ċara li dawk in-nisa li diġa' żżewġu ċittadin Malti qabel ma għadda dan l-abbozz ta' liġi, jibqgħu b'dak id-dritt u mhux jispiċċaw jaqgħu fuq l-exempt status, imbagħad wara ċertu numru ta' snin jerġgħu jakkwistaw id-dritt.", "Ma naħsibx li tagħmel sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, naqblu li l-intenzjoni kemm tal- amministrazzjoni l-oħra li kienet ipproponiet din l-emenda f'white paper u kemm tagħna, qatt ma kienet li tkun retroattiva.", "Napprezza l-punt li qajjem l-Onor.", "Membru u ngħidha pubblikament biex anke f'każ li ma nsibux formola adatta, inkunu qed nagħmluha ċara li l-intenzjoni tal-parlament mhuwiex dan.", "Qed ngħidu li min akkwista l-liberta' tal-moviment sal-lum dak huwa protett, jiġifieri dak għandu l-liberta' tal-moviment għaliex ma rridu nnaqqsu xejn minn dak li għandhom illum in-nies.", "Jiġifieri jekk illum, tajjeb jew ħażin, għandhom il-liberta' tal-moviment, dak se jibqa' jitgawda minn dak li jkun.", "Imma min se jiżżewweġ min issa 'l quddiem mhux se jakkwista l-liberta' tal-moviment awtomatikament, u dan huwa hekk għaliex għamilna l-istess fil-każ taċ-ċittadinanza.", "Meta daħħalna r-regoli tal- ħames snin għidna min hu barra barra u min hu ġewwa jibqa' ġewwa.", "Jiġifieri minn biż-żwieġ akkwista diġa' ċ-ċittadinanza Maltija għalkemm m'ilux miżżewweġ ħames snin, xorta waħda żammejnilu dik iċ-ċittadinanza.", "Informat li meta japplikaw għal-liberta' tal-moviment, kemm iġibu l- marriage certificate u fuq il-passaport jiġi rreġistrat li dak l-individwu diġa' għandu l-liberta' tal-moviment.", "Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li jkun hemm provvediment transitorju minflok inbiddlu l-klawsola ta' sustanza nnifisha, li tgħid illi mhux se jinbidel xejn u li dan il-provvediment japplika biss minn issa 'l quddiem, partikolarment f'dawk li huma drittijiet ta' sustanza.", "Dan japplika mhux biss għall-provvediment tal-liġi imma anke għal provvediment li jittratta fuq ir-romol, u anke hawnhekk qed nagħmluha ċara li din se tapplika minn issa 'l quddiem.", "Pero' nkunu rridu ndaħħlu klawsola ġdida biex nagħmluha ċara.", "Pero' naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Gulia li l-intenzjoni tal- gvern hija li min ikun akkwista d-dritt kostituzzjonali tal-liberta' tal- moviment, dak akkwistah u għandu dritt iżommu.", "Min jiżżewweġ minn issa 'l quddiem jaqa' taħt ir-regoli l-ġodda, l-istess kif għamilna fir-regoli taċ- ċittadinanza.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, veru li dak li qiegħed jagħmel il- gvern - u dak li konna se nagħmlu aħna meta konna fil-gvern – hu li kemm jista' jkun possibbli nevitaw żweġijiet ta' konvenjenza.", "Aħna konna se nagħmluha għall-perijodu ta' tliet snin u l-gvern qed jagħmilha għal perijodu ta' ħames snin, sabiex kemm jista' jkun possibbli jkun hemm deterrent.", "Issa pero' ma jarax il-Ministru ....", "Din diġa' saret fil- liġi dwar iċ-ċittadinanza, pero' aktar milli jinqalgħu fil-liġi taċ- ċittadinanza, fil każ tal-freedom of movement jistgħu jinqalgħu problemi li jkunu jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Ma nafx kif jaraha l-ministru għax hawn se jkollna żewġ tipi ta' ċittadini barranin li jiżżewġu ċittadini Maltin.", "Nistgħu ngħidu li se jkollna mara b'ċittadinanza barranija li xi snin ilu żżewġet ċittadin Malti, u dik mhix se tintmess għax dak huwa dritt tagħha.", "Imma għal min illum jiżżewweġ ċittadin Malti, se jkun inferjuri għal min diġa' akkwista d-dritt tal-freedom of movement għax ma jkunx ilu sitt snin.", "Mela jista' jkollok ċittadina Ingliża li x-xahar d-dieħel tiżżewweġ ċittadin Malti u allura se takkwista l-freedom of movement kostituzzjonali wara ħames snin; imbagħad għandek ċittadina Ingliż oħra li għax ilha sitt snin għandha dritt kostituzzjonali awtomatiku.", "Ma jarax il-Ministru li jistgħu jinqalgħu problemi quddiem il- Qorti Kostituzzjonali fuq bażi ta' diskriminazzjoni?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma naħsibx li jiġri dan għaliex il-Kostituzzjoni se tiġi emendata minn issa 'l quddiem.", "Allura bl-istess argument, fuq l-ewwel punt li qajjem l-Onor.", "Gulia, ngħidu li tal-ħames snin tapplika għal kulħadd, anke għal dawk li għandhom il-liberta' tal-moviment diġa', u noħolqu konfużjoni sħiħa!", "Hemmhekk anzi noħolqu l-konfużjoni, li biex tittratta lil kulħadd indaqs tikkastiga lil min meta applika, applika taħt ir-regoli viġenti.", "Dan min jaf kemm-il darba nbiddlu l-liġijiet u n-nies jgħidu: Biddiltu l-liġi meta se niżżewweġ jien jew meta kont wasalt biex nakkwista xi ħaġa jiena!", "Inti bilfors trid tagħmel a cut-off date u taqta' minn issa 'l quddiem.", "L-argument li m'hemmx diskriminazzjoni huwa: U l-benefiċċji li se jkun hawn issa, dawn se nagħmluhom retroattivi wkoll?", "Għaliex min jaf kemm kien hemm rġiel barranin li fis-seventies u fl- eighties ma akkwistawx il-liberta' tal-moviment għaliex la kien hemm s- sentenza ta' Stoner u lanqas kien hemm din l-emenda!", "Ma nistgħux ngħidu li dawk ddiskriminajna kontra tagħhom għaliex dawk ġew proċessati taħt ir- regoli ta' dak iż-żmien.", "Issa qed nagħmluha regola - anzi mhux qed nagħmluha b'lura imma minn issa 'l quddiem – li trid tkun ilek miżżewweġ ħames snin.", "Jekk ma nagħmlux hekk jistgħu jqumu dawk ċ-ċittadini li r-regola tal-ħames snin għamilnielhom issa u jgħidulek: Tajjeb, aħna rridu nistennew ħames snin u Tiżju u Sempronju li żżewwġu mara Maltija u l-għada taż-żwieġ marru u ħadu ċ- ċittadinanza taħt ir-regoli ta' dak iż-żmien, aħna għandna diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom.", "M'għandux ikun hekk.", "Fl-1989 il-Parlament Malti ta' dak iż-żmien deherlu li għandu jagħti ċ-ċittadinanza lil kulħadd malli jiżżewweġ, imma wara l-esperjenza ta' dawn l-aħħar snin kien hemm min abbuża.", "B'din l-emenda se jkun hawn min jibqa' jabbuża u jevadi l-liġi, cioe' min lest li jissapporti ħames snin mingħajr ebda intenzjoni li jidħol fi żwieġ ta' vera, iktar u iktar jekk ikollu l-parteċipazzjoni u l- kollużjoni tal-parti l-oħra Maltija.", "Imma għallinqas l-vit qed nagħlquh ftit.", "B'din il-emenda se nipprovaw nevitaw ċerti żweġijiet ta' konvenjenza, u ma takkwistax awtomatikament l-liberta tal-moviment għaliex sempliċement tiżżewweġ lil xi ħadd u toqgħod miegħu biex takkwista l-passaport Malti u l- liberta tal-moviment.", "Il-probabbilta' hija li sakemm ma jkunx hemm kollużjoni wkoll min-naħa tal-parti Maltija, malli ż-żwieġ jitfarrak entro t-terminu ta' ħames snin, la jkollu dritt taċ-ċittadinanza, la jkollu d- dritt kostituzzjonali tal-liberta' tal-moviment u lanqas ma jkollu l-exempt status bl-emenda li konna għamilna għal Immigration Act.", "Għaliex malli jkunu de facto separati, jispiċċalu l-exempt status u jrid iġedded il-visa mad-dipartiment ta' l-immigrazzjoni.", "Iżda nridu noqgħodu attenti anke għal kif napplikaw din il-emenda, għaliex ma nistgħux naqbdu u nkeċċu lin-nies għal xejn xejn għaliex iż-żwieġ bejn Malti u barranija ma rnexxiex.", "Irid ikun hemm ċerti raġunijiet li jindikaw li dik il-persuna m'għandhiex tibqa' Malta.", "Anzi dan il-punt jikkontradiċi dak li għidna u li qbilna dwaru fuq l-ewwel kumment ta' l-Onor.", "Gulia, li issa min akkwista ċ-ċittadinanza akkwistaha u min akkwista l-liberta' tal-moviment akkwistah.", "Hawn qed nippruvaw ngħidu li dawn l-emendi l-ġodda mhux se jkunu retroattivi, jiġifieri l-klawsola tal-ħames snin mhux se tkun retroattiva.", "Għaliex l-oħra li jkun ir-raġel jew il-mara naħseb li għandha tkun retroattiva, ġaladarba hemm sentenza kostituzzjonali.", "Irridu noqogħdu attenti kif nagħmluha l-emenda, biex ma nispiċċawx li flok nagħmlu xi ħaġa iżjed ċara nħawdu aktar.", "L-idea hija li min akkwista l-liberta' tal- moviment, din il-liġi ma tippreġudikahx.", "It-transitory provision trid tkun fis-sens illi ma tippreġudikax lil dak illi illum akkwista l-liberta tal-moviment bil-liġi u bil-Kostituzzjoni.", "Jekk se naċċettaw dak il-prinċipju ma nistgħux fl-istess nifs ngħidu, illi dawn li se japplikaw illum se jkollhom kondizzjonijiet aktar ebsin minn ta' qabel.", "Għalhekk emendajnha l-Kostituzzjoni, għaliex rajna li kien hemm min kien qed jabbuża mir-regoli l-ġodda, u m'għidniex allura għaliex hemm abbuż ma nbiddluh qatt, għax inkella dawk li se jintlaqtu bl-abbuż jgħidu għax abbuża dak għandi nabbuża jien wkoll.", "Din hija emenda kontra l-abbuż.", "Ħadd ma jista' jargumenta li hija diskriminatorja għaliex qabel min seta' jabbuża seta' jabbuża jien issa ma nistax nabbuża.", "Dan huwa l-argument għaliex ma naqbilx mat-tieni punt li qajjem l-Onor.", "Gulia u ma jidhirlix li hemm dan il-periklu ta' diskriminazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, in kwantu għal subinċiż (d), fejn hemm il-kwestjoni ta' l-armel u l-armla eċċ, jista' jkollok sitwazzjoni fejn f'subinċiż (3), ''minnufih wara paragrafu (ċ) tiegħu għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej: ......\"", "Aħna naqblu ma' dik il-klawsola u naħseb li hemm raġunijiet soċjali importanti, speċjalment fejn ikun hemm diġa' l- ulied.", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn armla, ċittadina barranija miżżewġa Malti, r-raġel imut qabel jgħaddu l-ħames snin u allura x'se jiġri?", "Allura se jiġri li din titlef id-dritt fundamentali taħt artiklu 44 tal- kostituzzjoni?", "Jew tibqa' tgawdih dak id-dritt Kostituzzjonali?", "Allura l- abbozz jimmira sabiex kemm jista' jkun possibbli dik il-persuna, jekk ir- raġel Malti jmut matul dawk il-ħames snin, tibqa' tiġi konsidrata u meta jgħaddu l-ħames snin hija takkwista d-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement taħt artiklu 44 tal-Kostituzzjoni.", "Issa li jinkwetani huwa li din is-section tista' tiġi abbużata.", "Għaliex x'jista' jiġri?", "Minn kollox, ngħid jien!", "Jien avukat u kultant inġib għajnejja wara widnejja.", "Nafu b'żweġijiet ta' konvenjenza fejn, per eżempju, wieħed barrani żgħir, lanqas biss ikollu 20 sena, jiżżewwiġlek waħda li għandha 50 sena, jew ikunu ta' l-istess eta' imma ta' background totalment differenti.", "Per eżempju, qegħdin jintużaw ħafna prostituti u jekk mhux prostituti per mestiere, jiġifieri full-time, nies minn ċertu background infeliċi, u huwa ovvju għalxiex qegħdin jiżżewġu.", "U anke l- flus, noqgħodu attenti għaliex dawn huma wkoll kwestjonijiet ta' sigurta' soċjali.", "Nibdew nindunaw b'ċerti affarijiet – fejn naf, lanqas biss jgħixu flimkien imbagħad wara ftit isir l-annulament il-qorti - u għalhekk nappella biex noqogħdu attenti għaliex dawn huma żweġijiet li jsiru bir- reġistru tal-gvern.", "Mela tajjeb li nannullaw iż-żwieġ retroattivament u ngħidu li dak iż-żwieġ ma kienx jeżisti qabel.", "Jien ngħid li kultant ir-reġistratur taż-żweġijiet għandu jirrealiza li qui non si tratta ta' żwieġ tajjeb.", "Ngħiduha ċara u tonda li l-aktar li jabbużawha huma n-nies mill-Lvant Nofsani.", "(Interruzzjonijiet) Insomma minn kullimkien jabbuzawha, anke mill-Ewropa, anke Taljani u Sqallin, jiġifieri mhux biss mit-tramuntana ta' l-Afrika.", "Jien mhux qed nikkundanna lir-reġistratur taż-żweġijiet, far from it, imma għaliex is- sistema hi li hi, jidhru li qed jagħtu l-kunsens u barra bid-daqq, u dan meta jkun jidher ċar mill-bidunett li l-kunsens ikun fażull.", "Jista' jkollok bniedem illi bis-saħħa ta' dan il-provvediment isib mara li tkun waslet biex tmut jew raġel li se jmut, terminally ill.", "Allura dan huwa l- mod kif tidħol mit-tieqa u tinqeda b'din il-liġi, għax din tgħidlek illi wara ħames snin li tkun ilek miżżewweġ lanqas ikollok għalfejn tagħmel ħames snin imbagħad.", "Għax ġaladarba miet iċ-ċittadin Malti - mara jew raġel - kif jgħaddu l-ħames snin takkwista l-freedom of movement.", "Daqshekk kollox!", "Din hija ħaġa li tista' faċilment tiġi abbużata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naħseb jeżistu żweġijiet konvenjenti u żweġijiet ta' konvenjenza.", "Naħseb li xi kultant diffiċli tgħid jekk żwieġ huwiex sempliċement konvenjenti jew inkella żwieġ ta' konvenjenza.", "Nagħmlu x'nagħmlu, diffiċli biex insibu r-riga biex naraw jekk iż-żwieġ huwiex żwieġ ta' vera jew żwieġ taparsi.", "Mill-esperjenza tiegħi ta' dawn l-aħħar 30 xahar bħala l-ministru responsabbli għal dawn il-ħwejjeġ, l- aħjar forma ta' enforcement huwa tal-parti l-oħra li tkun iġġildet mal- konjuġi barrani.", "Għaliex?", "Għax imbagħad tiġi hi stess tirrapporta illi m'għadhomx joqogħdu flimkien jew għax il-partner kien isawwatha u allura huma separati de facto.", "B'din ir-regola tal-ħames snin, għalkemm nerġa' ngħid illi impossibbli illi neqirdu l-abbużi kollha immaġinabbli, għallinqas hemm perijodu li kif ammetta l-Onor.", "Gulia nnifsu, qegħdin nestenduh minn tliet snin għal ħamsa.", "Allura se nnaqqsu dan l-abbuż għaliex se nagħtu iktar ċans li jekk l-affarijiet ma jkunux imxew sew, mhux nirtiraw il-freedom of movement imma ma nagħtuhx il-freedom of movement.", "Mentri sal-lum il-problema kienet li malli jiżżewweġ u jkunu kuntenti jirreġistra mal-ewwel għal-liberta' tal- moviment u malli jakkwista l-liberta' tal-moviment jibdew l-abbużi.", "Din hija l-istess sitwazzjoni bħal taċ-ċittadinanza, fejn sakemm ir-raġel jew il-mara barranija jakkwistaw iċ-ċittadinanza jġibu ruħhom b'mod eżemplari, għaliex jafu li jekk se jiġġieldu mal-konjuġi Malti mhux se jakkwistaw iċ- ċittadinanza, iżda mbagħad malli jakkwistaw iċ-ċittadinanza jibdew il- problemi.", "U allura kemm fil-każ taċ-ċittadinanza kif ukoll f'dan il-każ għamilna dan il-perijodu transitorju ta' ħames snin, fejn allura ċ-chances huma li x-xquq fiż-żwieġ hemm iktar ċans li joħorġu jekk ikun żwieġ taparsi.", "Issa dejjem jista' jkun hemm xi ħadd attur prim jew attriċi prima li anke għal ħames snin jgħix fi żwieġ finta sakemm jakkwista ċ- ċittadinanza jew il-liberta' tal-moviment, imma naħseb li c-chances huma iżgħar li jsir hekk milli kif inhi s-sitwazzjoni llum.", "Anke jekk naraw imbagħad il-provvedimenti aktar tard, ikkupjajna dak li jeżisti diġa' fil-konfront taċ-ċittadinanza.", "Il-ministru jista' fl-interess pubbliku, jekk jara anke wara li għaddew dawn il-ħames snin li dan iż- żwieġ kien finta, jirrevoka jew iħassar l-għoti tal-freedom of movement.", "Nassumu li l-qorti qed tannulla żwieġ għaliex kien żwieġ ta' konvenjenza, il-ministru minkejja li jkunu għaddew il-ħames snin jista' xorta waħda jirrevoka, jħassar l-għoti kemm taċ-ċittadinanza jew tal-freedom of movement, anke jekk il-parti barranija kienet laħqet ħadet il-liberta' tal- moviment.", "U dan japplika mhux biss għal żweġijiet li għadhom jgħoddu, għax għadhom ħajjin iż-żewġ partijiet, imma jgħodd anke għar-romol.", "Jekk inħarsu lejn il-proviso li huwa introdott issa bil-paragrafu 4,", "''Provided that if the minister responsible for matters relating to Maltese citizenship at any time by order declares that it is contrary to the public interest that a spouse as is mentioned in paragraph (c) or a widow or widower as is mentioned in paragraph (d) ....... is to be so deemed or to continue to be so deemed, such spouse, widow, widower or child as the case may be shall thereupon cease to be deemed to be a citizen of Malta.''", "Ngħid ''deemed'' għaliex għall-skopijiet tal-freedom of movement jitqies li għandu l-istess drittijiet ta' ċittadin Malti - għalhekk ''deemed to be a citizen of Malta'' għaliex mhuwiex ċittadin Malti - imma limitatament għall-freedom of movement.", "Mela dan il-każ li qed jipprospetta l-Onor.", "Gulia li xi ħadd li għandu 30 sena jmur jgħix ma' Maltija ta' 80 sena biex malli din tmut imbagħad jakkwista jew iċ-ċittadinanza jew il-freedom of movement, hija xi ħaġa li tista' ssir fit-turija imma mhux fil-prattika, u ngħid għaliex.", "L-ewwel ħaġa din, kif diġa' għedt, hija riprodotta kelma b'kelma mil-liġi taċ-ċittadinanza, u llum jekk jagħmilha din il-ħaġa japplika għaċ- ċittadinanza, għaliex għandu d-dritt japplika għaċ-ċittadinanza u jżomm in- nazzjonalita' li għandu.", "Hija ftit teoretika, pero' tista' teżisti din il- possibbilta' li xi ħadd għall-freedom of movement biss - għax ma jkunx jista' jirrinunzja ċ-ċittadinanza barranija tiegħu u allura ma jkunx jaqbillu jagħmel hekk, għaliex forsi il-liġi tagħhom ma taċċettax id-double citizenship – jintefa' ma' xi ħadd 50 sena ikbar minnu u jissaporti ftit snin sakemm dik il-persuna tmut – għalkemm f'dawn l-affarijiet ma tistax tgħid x'jiġri għax jista' jkun li dik il-persuna avvanzata tgħix u dak li huwa żgħir imut - jgħaddu l-ħames snin u jakkwista l-liberta' tal-moviment.", "Jekk il-Ministru mhux bilfors b'sentenza ta' annullament għalkemm pero' hija il-prattika, nammettiha, għaliex hija l-ogħla forma ta' prova.", "Jiġifieri meta għandek sentenza ta' annullament fejn qed tgħidlek il-qorti li wara li rajt il-provi kollha, wasalt għall-konklużjoni", "li dak iż-żwieġ huwa null - u huwa null mhux minħabba li ma kienx hemm il- kunsens vizzjat imma għaliex dik il-persuna tkun daħlet għaż-żwieġ bl-iskop esklussiv li takkwista passaport Malti u l-freedom of movement - dak huwa l- aqwa forma ta' prova.", "Pero' l-Kostituzzjoni u l-liġi tal-pajjiż bl-ebda mod ma jillimitaw il-ministru li f'dawk il-każi biss ta' annullament jjista' jħassar l-għoti taċ-ċittadinanza jew l-għoti tal-freedom of movement.", "U allura dak il-każ, iva, jinkwadra ruħu f'dan il-provvediment tal-liġi, apparti l-fatt li jien ngħid li anke jekk tkun mietet il-mara Maltija, min għandu interess ġuridiku probbabilment - hawnhekk subject to correction - xorta waħda jista' jagħmel kawża biex jgħid li dak iż-żwieġ huwa null.", "Mr. Chairman, irrid ngħid li meta jipproċessa l-applikazzjonijiet taċ- ċittadinanza wieħed bilfors irid jara l-etajiet, speċjalment jekk tkun il- mara li jkollha eta' ħafna aktar mir-raġel u mhux bil-maqlub.", "Pero' lanqas nistgħu nieħdu riga assoluta li għaliex xi ħadd li għandu 30 sena jiżżewweġ waħda ta' 50 sena, allura dak iż-żwieġ huwa null.", "Jien naf ħafna żweġijiet, anke ta' persuni distinti barranin - ħalli ma nsemmux Maltin - li rnexxew avolja jkun hemm age gap kbir bejn il-partijiet.", "Dan l-aħħar kellna lil Pivetti, dik li kienet Speaker tal-Kamra tad-Deputati f'Montecitorio, li żżewġet wieħed fil-partit tagħha stess li huwa iżgħar minnha, u m'għandi l-ebda indikazzjoni li huwa żwieġ finta.", "Jiġifieri hawnhekk irridu noqogħdu daqxejn attenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr. Chairman, qed nieħu pjaċir li l-Ministru qed jinterpreta li ministru għandu dritt, anke mingħajr ma jkun hemm kawża fil- qorti ta' annullament.", "Issa jekk il-partijiet ma jaqblux mad-deċiżjoni tal- ministru, jekk iridu jmorru l-qorti huma.", "Imma mhux l-ewwel irridu noqogħdu nistennew id-deċiżjoni tal-qorti, għax jista' jkun li dawn qatt ma jagħmlu kawża ta' annullament.", "Dawn jistgħu jħallu s-sitwazzjoni tipperpetwa kif inhi, ikun hemm stat ta' separazzjoni de facto imma qatt ma jmorru biex jannullaw iż-żwieġ.", "U Alla jħares dik is-sezzjoni tal-liġi, li jien naqbel magħha perfettament, tkun dipendenti fuq sentenza ta' annullament mill-qorti għax wara kollox hemm sentenzi li huma tajbin u sentenzi li huma ħżiena u jista' jkun li ż-żwieġ ma jannullax lanqas.", "Pero' ħalli nsemmi każ estrem.", "Ejjew nieħdu l-każ ta' ċittadin barrani li jiżżewweġ ċittadina Maltija u għadna fl-istat ta' dawk il-ħames snin.", "Il-persuna matul dawk il-ħames snin la tkun għadha akkwistat iċ- ċittadinanza taħt il-liġi taċ-ċittadinanza u lanqas il-freedom of movement taħt din l-emenda.", "Issa jidhirli li dak il-proviso jagħti l-poter lill- ministru biex ineħħi stat diġa' akkwistat.", "Issa fejn jidhirlu l-ministru, f'każ partikolari fejn dak l-istat għadu ma ġiex akkwistat imma qiegħed fil- proċess li jiġi akkwistat...", "Biex nagħti eżempju se mmur fil-każ estrem, imma min irid jabbuża każi estremi jfittex.", "Mela din il-persuna żżewwġet lil xi ħadd li qed imut bil-kanċer.", "Din tmut tliet ijiem wara.", "Issa skond il-Kostituzzjoni kif se nagħmluha meta dan garantit li wara tliet snin se jkollu l-freedom of movement, u addirittura ċ-ċittadinanza?", "Issa l-ministru jista' bil-proviso jneħħi dritt li jkun diġa' akkwista dak iċ-ċittadin barrani?", "Jiena għandi dubju kemm il-ministru b'dak il-proviso jista' jneħħi stat li qiegħed fil-proċess ta' akkwist.", "Il-proviso jimmira sabiex il- ministru jkollu poter li jneħħi fejn dritt huwa diġa' akkwistat, pero' m'għandux il-poter ineħħi dritt li qiegħed fil-proċess li jiġi akkwistat.", "Għax hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu dwar stati u dwar drittijiet li jiġu akkwistati b'kondizzjoni ta' żmien.", "Ġaladarba qegħdin f'dan l-istadju jien naħseb li l-ministru għandu jassigura ruħu li jkollu wkoll il-poter li jneħħi dritt li qiegħed jiġi akkwistat u mhux biss dritt li diġa' ġie akkwistat.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fhimtu l-punt ta' l-Onor.", "Gulia.", "Int qed tgħid li l- ministru għandu dritt iħassar biss ladarba ġiet akkwistata l-liberta' tal- moviment.", "(Interruzzjonijiet) Kif inhi l-Kostituzzjoni llum ma tgħidlek xejn dwar dan il-punt, u probabbilment għalhekk meta ġiet drafted mill- attorney general, m'hemmx xi ħaġa li tgħid li l-ministru jista' jordna li ma teħux il-liberta' tal-moviment.", "Il-liġi if inhi llum - mhux kif se nagħmluha issa imma kif inhi llum - tgħid:", "\"For the purpose of this section, any person who is the wife of a person mentioned in paragraph A or B shall be deemed to be a citizen of Malta for purposes of freedom of movement\".", "Mela llum is-sitwazzjoni hi li jekk mara barranija - dan mill-1964 l'hawn - tiżżewweġ wieħed anzjan Malti, dik awtomatikament takkwista l-freedom of movement.", "Jiġifieri llum ma jeżistix id-dritt li l-ministru, qabel ma jittimbraw il-freedom of movement, jidħol fuq din il-kwestjoni.", "Bl-emenda qed nagħmluha aktar diffiċli biex takkwista l-freedom of movement.", "Sal-lum la l-ministru u lanqas id-dipartiment ma jistgħu jistaqsu domandi dwar kif sar iż-żwieġ u jekk humiex kuntenti flimkien u jekk huwiex żwieġ finta jew le, għaliex int tmur biċ-ċertifikat u awtomattikament tieħu l-liberta' tal- moviment.", "Il-Kostituzzjoni ma tgħidlekx li għandek bżonn tapplika biex tieħu l-liberta' tal-moviment illum, imma int kemm taqbad u tgħidlu I have already acquired freedom of movement.", "Issa kif ġiet il-liġi, xi forma ta' checking se jkollu jsir bilfors, għax issa jrid jipprova lil min se jittimbralu l-freedom of movement li mhux biss iżżewweġ imma li ilu ħames snin miżżewweġ u jgħix mal-partner.", "Jiġifieri d-dipartiment jista' jsejjaħ lill-mara Maltija jew lir-raġel Malti u jitolbu jieħu ġurament li ilhom ħames snin flimkien.", "Waqt li qabel ma kien hemm l-ebda kontroll tal-freedom of movement, issa se jkun hemm forma ta' kontroll aħjar u d-dipartiment jista' jindaħal fil-kwestjoni.", "Veru li jeżisti d-dritt tal-ministru li fl-interess pubbliku jħassarlek il- freedom of movement, pero' jien nippreferi li nħalliha għax illum ħloqna triq tan-nofs li tagħti diskrezzjoni lill-ministru li fl-interess pubbliku jista' jgħid li dak li jkun ma jistax ikollu freedom of movement.", "Hija triq li qed iddaħħal il-kriterju tal-ħames snin.", "(Interruzzjonijiet)", "Iva, ħadt żball żgħir, skużawni, illum kif inhi fil-Kostituzzjoni mhux biss trid tkun miżżewweġ imma trid tkun qed tgħix ma' dik il-persuna.", "Pero' xorta waħda, nimmaġina li malli tiżżewweġ u tkun qed tgħix ma' dik il- persuna takkwista kważi b'mod awtomatiku l-freedom of movement.", "Jiġifieri dik qiegħda biex jekk imbagħad wara ġimgħa ma jibqgħux jgħixu flimkien, awtomatikament il-freedom of movement jaqa'.", "Fil-fatt għalhekk għamilna emenda għall-exempt status ta' l-Immigration Act, biex jekk m'għadhomx jgħixu flimkien jitilfu l-exempt status.", "Kellna differenza bejn il-freedom of movement u l-exempt status.", "L-exempt status kont titilfu biss jekk int separat de jure u l-freedom of movement li huwa dritt kostituzzjonali kont titlifu jekk int separat de jure kif ukoll de facto.", "Jiġifieri aħna mas- sitwazzjoni kif inhi llum se nżidu l-perjodu ta' ħames snin.", "F'dawk il- ħames snin, minkejja li int miżżewweġ lill-mara Maltija, anke jekk inhu l- isbaħ fost iż-żwiġijiet kollha u rnexxa, xorta waħda ma teħux id-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement, imma tieħu l-exempt status.", "Jiġifieri la għandek bżonn visa u lanqas permess biex inti taħdem.", "Imma d- dritt kostituzzjonali - li naturalment huwa d-dritt sanċit fil- Kostituzzjoni, u dak ħadd ma jista' jbiddilulek - ladarba akkwistajtu, biex inneħħihulek, irrid nerġa' niġi f'dan il-parlament bħala ministru u nerġa' nitlob emenda jew inkella nużaw il-proviso meta jkun hemm l-interess pubbliku.", "Issa dak takkwistah biss wara ħames snin ta' żwieġ jgħixu flimkien.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr. Chairman, jien mhux qed nirriferi għall-każi normali imma każi li jkunu overt.", "Immaġina per eżempju traffikant kbir tad-droga internazzjonali, magħruf u kundannat, li jinqeda b'din il-proviso għax forsi ma jkollniex trattat ta' estradizzjoni ma' ċertu pajjiż barrani u dan jipprova jinqeda biż-żwieġ ma' xi ħadd qiegħed imut.", "Issa wara ċertu żmien li żżewweġ dan se jiġi ċittadin Malti u se jkollu l-freedom of movement protett bil-Kostituzzjoni.", "Allura possibbli li l-ministru mhux se jkollu dritt li jannulla l-proċess għal dan id-dritt li qed jiġi akkwistat?", "Wara kollox il-Kostituzzjoni stess taħt artiklu 44 tispeċifika li l-ebda ċittadin Malti m'għandu jiġi mċaħħad mid-dritt tiegħu tal-liberta' ta' moviment, pero' mbagħad fis-sezzjonijiet ta' wara tgħidlek li jekk hemm bżonn jiġu mposti ċerti restrizzjonijiet għal-liberta' ta' moviment.", "Veru dan forsi huwa pass kbir, u jien napprezza dak li qed jgħid il-Ministru li llum fil-Kostituzzjoni m'hemm xejn li l-ministru għandu dritt li joqgħod ineħħi jew whatever, pero' conceptually l-Kostituzzjoni tammetti diġa' restrizzjonijiet.", "Mr. Chairman, without waging a battle, sempliċement qed nissuġġerixxi li l- Ministru jara jekk jistax jagħmel xi ħaġa hekk fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza.", "Jekk jagħmel hekk taħt l-Att dwar iċ-Ċittadinanza ma naħsibx li jkun qiegħed imur kontra l-Kostituzzjoni, għax il-Kostituzzjoni stess f'artiklu 44(3) tgħidlek:", "\"L-ebda ħaġa li hemm fi jew magħmula skond l-awtorita' ta' xi liġi ma għandha titqies li hija inkosistenti ma' jew bi ksur ta' dan l-artiklu sa fejn dik il-liġi tagħmel provvediment –", "(a) għall-impożizzjonijiet ta' restrizzjonijiet li jkunu raġonevolment meħtieġa fl-interessi tad-difiża, sigurta' pubblika, ordni pubbliku, moralita' jew deċenza pubblika...\".", "Ma nafx kif jaħsibha l-Ministru.", "Forsi jekk ma jridx jagħmilha fil- Kostituzzjoni, nissuġġerilu li 'l quddiem jikkonsidra jdaħħalx dan li qed ngħid jien fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza biex il-ministru jkollu xi forma ta' dritt.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr. Chairman jien nikkonsidra s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Gulia pero' hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar iċ-ċittadinanza imma qed nitkellmu dwar il-freedom of movement.", "Issa għaliex il-Kostituzzjoni sa mill-1964 kienet tgħid li għallinqas lin-nisa barranin - imbagħad kien hemm is-sentenza li tgħid l-irġiel ukoll - għandna nagħtuhom il-freedom of movement?", "Għax xi żwieġ hu dan li ngħidulhom: Tistgħu tiżżewwġu pero' m'għandekx dritt li tidħol f'Malta, m'għandekx dritt toħroġ minn Malta, m'għandekx dritt tiċċaqlaq f'Malta!", "Jiġifieri dan se jkun żwieġ bl-internet u jikkomunikaw bl-e-mail!", "Għalhekk tagħti d-dritt tal-liberta' tal-moviment lill-miżżewwġin kollha.", "Aħna issa se nagħmluha li trid takkwistah wara ħames snin pero' xorta waħda għandek l-exempt status.", "Jiġifieri sakemm int qed tgħix flimkien ma' martek għandek l-exempt status u wara ħames snin ikollok ukoll il-liberta' tal-moviment.", "Ara meta tiġi għaċ-ċittadinanza, u allura qiegħed tintegra lil dak li jkun b'mod sħiħ fis-soċjeta' Maltija, allura hemmhekk il-ministru għandu jkollu d-diskrezzjoni li ma jagħtikx jew li jirtiralek iċ-ċittadinanza anke jekk int miżżewweġ lil xi ħadd Malti.", "Hawn qed ngħidu li d-diskrezzjoni hi li jirtiralek fl-interess pubbliku jekk jirriżulta li dan ma kienx żwieġ veru imma kien żwieġ ta' konvenjenza.", "Pero' issa rridu noqogħdu attenti meta ngħidu li l-kriminali m'għandhomx dritt jiżżewwġu wkoll (Interruzzjonijiet) Le, le rridu noqogħdu attenti, għaliex jekk inhu żwieġ ġenwin...", "(Interruzzjonijiet) Int semmejt traffikant tad-droga imma jista' jkun xi ħadd li qatel.", "(Interruzzjonijiet) Evidentement mhux kull kriminal f'Malta huwa traffikant tad-droga!", "Jekk tipproponi xi ħaġa f'dan il-parlament li tidħol il-piena tal-mewt fuq traffikar ta' droga probabbli kulħadd jgħid iva, pero' mbagħad ninsew ir- reati kollha l-oħra li jeżistu, li huma reati moqżieża xorta waħda u uħud minnhom huma serji!", "Imma issa ma nistgħux ngħidu li persuna li kkommettiet żball jew kellha mument ta' dgħjufija u żżewweġ xi ħadd Malti m'għandux ikollha l-liberta' tal-moviment.", "Se mai, jekk ikollu ċertu pattern ta' behaviour, tista' una volta li akkwistah tħassarulu fl-interss pubbliku.", "(Interruzzjonijiet) Sakemm hija dwar iċ-ċittadinanza ngħid iva, imma issa li ndaħħlu diskrezzjoni jekk nagħtuhx il-freedom of movement jekk dan qed jgħix ma' dik il-persuna...(Interruzzjonijiet) Għax il-mument li ma jibqax jgħix ma' dik il-persuna awtomatikament taqa' l-liberta' tal-moviment, għax il-liberta' tal-moviment tista' tagħtihielu biss if he is living with that person.", "Ara x'tgħid illum:", "\"Who is the wife...\"", "- u issa se nagħmluha who is the spouse -", "- and is living with that person\".", "Jiġifieri l-verb qiegħed fil-preżent għal ta' l-apposta, ħalli int jekk għext 20 sena ma' dik il-persuna u l-għada ta' l-20 sena int ma tibqax tgħix magħha, il-liberta' tal-moviment tieqaf.", "Din mhux bħal taċ- ċittadinanza, li tgħix jew ma tgħix miegħu jew magħha issa ħadtha.", "Issa jekk inhu żwieġ u baqgħu jgħixu flimkien, il-fatt li għandu criminal record forsi jagħtik id-dritt li ma tagħtihx iċ-ċittadinanza, imma mhux li ma tagħtihx il-liberta' tal-moviment.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr. Chairman, xorta waħda ma nistax nifhem kif il- ministru għandu dritt li jneħħi xi ħaġa li qegħda hemmhekk imbagħad m'għandux il-fakulta' li jneħħi l-proċess li jwassal biex tingħata din il- ħaġa.", "Jekk dak l-istat ikun akkwistat il-ministru jista' jiddeċiedi li għall-raġunijiet ta' ordni pubblika jneħħihulu from day one.", "Mill-banda l- oħra, ejja nieħdu każ ta' traffikant tad-droga internazzjonali li ġie kkundannat minn diveri ġurisdizzjonijiet u żżewweġ waħda li għandha ż- żmien.", "Il-ministru jrid joqgħod jistenna li jgħaddu l-ħames snin ħalli kif jakkwista dak id-dritt inneħħihulu?", "Jien ngħid li għandu jneħħih qabel ladarba dan huwa bniedem li jista' joħloq problemi għas-sigurta' tal-pajjiż jew l-ordni pubbliku eżatt kif jasal.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr. Chairman lanqas fl-Immigration Act il-ministru m'għandu dan il-poter għax hemm din l-istess proċedura fejn int takkwista l- exempt status.", "Mela l-anqas forma li tista' tagħti lil ċittadin barrani miżżewweġ waħda Maltija huwa l-exempt status.", "Dak jiġi rregolat mil-liġi ordinarja.", "Aħna nistgħu niġu hawnhekk u nħassruha, nibdluha u naqilbuha ta' taħt fuq b'maġġoranza ta' wieħed.", "L-exempt status hu fejn il-barranin ikollhom bżonn visa u permess biex jaħdmu taħt l-Immigration Act.", "Hemm ukoll regolat kif takkwistah, jiġifieri li tkun ir-raġel jew il-mara ta' ċittadin Malti u m'intix separat.", "Malli int tipprova li int miżżewweġ tieħu l-exempt status.", "Issa mhux qed ngħidlek il-freedom of movement, għax dik tiġi t-tieni tarġa.", "Il-freedom of movement hija garantita bil-Kostituzzjoni li kważi tagħtik l-istess drittijiet ta' l-exempt status, imma waħda toħroġ mil-liġi ordinarja u l-oħra toħroġ mill-Kostituzzjoni.", "Imbagħad għandek l-aħħar livell li huwa l-livell taċ-ċittadinanza, fejn hemmhekk jeżisti d-dritt li ma jagħtuhielekx qabel u li jħassruhielek ladarba jagħtuhielek.", "Anke fl-Immigration Act il-poter li hemm huwa li tħassarha wara.", "Jiġfieri l-ministru b'ordni jista' jgħidlu li m'huwiex aktar exempt status.", "Jiġifieri nippreferi li jkolli dan il-poter wara anke għaliex kuntrarjament ta' dak li jsir fiċ-ċittadinanza, it-tħassir tal-freedom of movement li qed nipproponu fil-Kostituzzjoni m'huwiex suġġett għall-appell la quddiem qorti u lanqas quddiem it-tribunal li jeżisti llum li quddiemu jmorru n-nies li jħassrulhom iċ-ċittadinanza.", "Jiġifieri dan kulma jmur fin- nofs hija ordni tal-ministru li jħassarlu l-freedom of movement.", "Jekk ikun hemm dan il-pattern li qed jgħid l-Onor.", "Gulia dak li jkun ma jkollu l-ebda rimedju, la quddiem il-qorti u lanqas quddiem it-tribunal (Interruzzjonijiet) Le, għax il-freedom of movement ma jkunx akkwistah.", "(Interruzzjonijiet) llum iva, ikun exempt status.", "Jiġifieri biex nifthiemu, min se jiżżewweġ xorta waħda jista' jaħdem f'Malta anke b'din l-emenda, imma dan isir taħt l-Immigration Act li tgħid:", "\"Il-prim ministru jista', b'ordni li għandu jiġi notifikat minn xi persuna, jiddikjara li dik il-persuna ma tkunx aktar persuna eżenti jekk il-prim ministru jkun sodisfatt li l-għoti ta' dik l-eżenzjoni lil dik il-persuna ma jkunx fl-interess pubbliku...\".", "Jiġifieri jiġi ttrattat bħal barrani ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr. Chairman, issa se nkun daqsxejn provokattiv.", "Fl- istadju tat-tieni qari ddedikajt parti mid-diskors tiegħi dwar il-fatt li artiklu 44 tal-Kostituzzjoni, li jittratta l-freedom of movement, jista' titneħħa bis-saħħa ta' artiklu 66 tal-Kostituzzjoni stess b'maġġoranza ta' żewġ terzi.", "Issa hawnhekk se nitkellem dwar il-kunċett kollu ta' artiklu 44 tal-Kostituzzjoni u mhux direttament fuq l-emendi li għandna.", "Se nitkellem dwar l-ossessjoni tal-gvern li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna nafu li fost ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea hemm l-erba' libertajiet, fosthom il-liberta' tal-moviment ta' persuni.", "Din tfisser li ċittadini ta' pajjiżi li huma diġa' msieħba fl-Unjoni Ewropea għandhom id-dritt li jiċċaqilqu mingħajr xkiel u mingħajr limitazzjoni ta' xejn.", "Issa ta' min jgħid li l-freedom of movement m'hijiex xi ħaġa li toħroġ weħidha, in a vacuum, imma minn dan id-dritt joħorġu drittijiet oħrajn, fosthom id-dritt li taħdem u d-dritt li tirrisjedi fil-pajjiż.", "Jekk int tidħol fl-Unjoni Ewropea, allura ċittadini mill-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġu jaħdmu hawnhekk, jirrisjedu hawnhekk, jagħmlu l-business hawnhekk u jixtru proprjeta'.", "Dan kollu se joħloq problema, tant hu hekk il-gvern qed jipprova jġib deroga permanenti dwar dan.", "Il-kwestjoni kollha hija din.", "Hawn Malta hawn tliet liġijiet li jirregolaw persuni ċittadini Maltin u lil dawk li għandhom ċittadinanza barranija li b'xi mod jew ieħor jiġu f'kuntatt mal-ġurisdizzjoni tagħna.", "Għandna l-Att dwar iċ-Ċittadinanza, li huwa l-aktar att importanti għax jekk int għandek iċ-ċittadinanza int tgawdi kull dritt li tagħtik iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Kostituzzjoni kif ukoll taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni.", "Imbagħad għandek il- Kostituzzjoni ta' Malta fejn skond artiklu 44 ċittadin Malti għandu d-dritt kostituzzjonali tal-freedom of movement, imbagħad tramite ż-żwieġ ċerti ċittadini barranin jidħlu u jgħixu bħallikieku kienu ċittadini Maltin.", "Imbagħad għandek l-Immigration Act li tgħidlek min huma l-persuni eżenti u jitkellem dwar l-immigranti projbiti u allura għandek bżonn iġġib ħafna permessi.", "Issa bħalissa x'jiġri?", "Mr. Chairman, bħalissa li m'aħniex fl-Unjoni Ewropea jiġri li nies mit- tramuntana ta' l-Afrika għandhom bżonn il-visa biex jidħlu f'pajjiżna.", "Hemm ukoll ċittadini minn pajjiżi Ewropej li għandhom bżonn visa biex jidħlu, imma dik m'hijiex visa li trid iġġibha minn qabel.", "Int tkun tista' tidħol u għandek dritt li toqgħod hawn Malta sa tliet xhur, imbagħad il-principal immigration officer fuq talba taċ-ċittadin mill-Unjoni Ewropea joqgħod jestendilu.", "Qatt ma nafu li kien hemm xi problema biex jestendi għal xi raġuni jew oħra li m'għandha xejn x'taqsam mar-razziżmu, u dejjem ħassejna ruħna komdi li nagħtu estensjonijiet anke fit-tul lill-ċittadini mill- Unjoni Ewropea u lill-ċittadini Ewropej mhux imsieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Issa jekk Alla jħares qatt Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea dan l-istat irid jinbidel għaliex ċittadin mill-Unjoni Ewropea mhux se jkollu għalfejn wara tliet xhur imur għand il-principal immigration officer għal extension.", "Jekk irid dan se jkun jista' joqgħod idur u jaqgħad hawn, jidħol u joħroġ, u naħseb fuq dan naqblu li hekk jiġri.", "Issa x'se jagħmel il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' artiklu 44 u l-Immigration Act jekk Malta tidħol fl- Unjoni Ewropea?", "Il-ministru għadu kemm qal li hemm żewġ tipi ta' freedom of movement, hemm id-dritt kostituzzjonali li jingħata liċ-ċittadin Malti, u li jinbidel biż-żewġ terzi, imbagħad hemm dak skond l-Immigration Act.", "Jien m'għandix dubju x'se jagħmel il-gvern għax naħseb li l-gvern se jħares daqsxejn lejn l-Immigration Act u jara kif se jdaħħal xi ħaġa hemmhekk.", "Pero' issa dan kif se jiffigura ma' artiklu 44 tal-Kostituzzjoni?", "U nixtieq li nisma' lill-ministru dwar dan il-punt.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr. Chairman, dan huwa kompletament irrilevanti għall- iskop ta' din l-emenda - naturalment nieħu gost nirrispondih peress li għad ma kellix iċ-ċans nirrispondih għax għamilt il-ftuħ tal-liġi mbagħad ma stajtx nagħmel il-winding-up għax il-Ministru Gatt kellu jagħmel il-parti tiegħu fuq il-kunsill lokali - imma l-Onor.", "Gulia jixtieq jiskorja xi punti politiċi.", "L-Onor.", "Gulia qal Alla ħares qatt nidħlu, imma jien ngħid j'Alla nidħlu!", "Nista' nassigurah li dawn il-problemi legali mhux se jqumu għaliex jeżistu biss f'moħħu, jiġifieri hija biss kwestjoni biex inkunu għedna xi ħaġa għall-gazzetti.", "Din bħal tan-newtralita'.", "Bħal speċi l-freedom of movement ma nistgħux nemendawh għax se jkollna nemendaw il-Kostituzzjoni, u biex inbiddlu l-Kostituzzjoni rridu l-kunsens ta' l-oppożizzjoni li hija kontra l-Unjoni Ewropea.", "Dan m'hu veru assolutament xejn.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qiegħed ninterpreta dak li qal hu.", "Il-punt tiegħu kien li biex aħna nallinjaw ruħna ma' l-acquis se jkun hemm bżonn emenda kostituzzjonali.", "Jien ngħid li le.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jien sempliċiment għamilt interrogattivi li naħseb li huma validi.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Hemm domandi u domandi, fosthom domandi li jgħidulhom retoriċi, fejn titfa' l-botta imma fl-istess ħin ma tkunx trid tintrabat ma' dak li qed tistaqsi.", "Issa aħna avukati u kapaċi nagħrfu domanda biex tkun taf il-pożizzjoni minn domanda oħra biex titfa' d-dubju.", "Mhux qed ngħidlek li ma tistax tuża din it-tattika imma dan li qed tistaqsi fuqu inti huwa irrelevanti għall-iskop ta' din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed ngħidlek li għamilt xi ħaġa ħażina imma qed ngħidlek li hija irrelevanti għall-iskop ta' din il-liġi.", "Alla ħares nagħmlu dak li tefa' l- botta dwarha l-Onor.", "Gulia.", "Nagħmlu żball kbir kieku aħna kellna nemendaw il-Kostituzzjoni biex iċ-ċittadini ta' l-Ewropa kostituzzjonalment ikollhom id-dritt tal-freedom of movement.", "L-ewwel ħaġa, il-freedom of movement li joħroġ mill-acquis għandu aktar limitazzjonijiet mill-freedom of movement li joħroġ mill-Kostituzzjoni tagħna.", "It-tieni ħaġa li kieku kellna nagħmlu hekk dak ifisser li qed norbtu l-ġenerazzjonijiet kollha - ejja nassumu li l-gvern u l-oppożizzjoni jaqblu - li dejjem irridu nagħtu l-freedom of movement liċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura faċli x'hemm bżonn li jsir: nemendaw l-Immigration Act.", "Iva, Sur President, nammetti li l-Immigration Act trid temendaha biex int tassigura l-liberta' tal-moviment liċ-ċittadini Ewropej imma m'hemmx għalfejn temenda l-Kostituzzjoni.", "U diġa' qegħdin nippjanaw l-emendi li se jkun hemm bżonn għall-Immigration Act, għaliex għalkemm il-liberta' tal- moviment niggarantuha liċ-ċittadini Ewropej malli nsiru membri u mhux qabel, pero' x-xogħol trid tippreparah.", "Ma tistax l-ewwel tidħol imbagħad tibda tipprepara l-affarijiet.", "Il-preparamenti li jridu jsiru m'humiex għall-Kostituzzjoni imma għall-Immigration Act, anke għaliex l-acquis jagħmel ħafna kondizzjonijiet.", "Jiġifieri jekk persuna ġejja Malta biex taħdem pero' fix-Schengen information system hija indikata bħala persuna perikoluża jew kriminali, dik il-persuna ma tidħolx Malta.", "Issa jekk jien nemenda l-freedom of movement fil-Kostituzzjoni, kif nista' ma nħallihiex tidħol Malta lil dik il-persuna?", "U allura l-Kostituzzjoni tibqa' kif inhi u jiġi emendat l-Immigration Act.", "Mr. Chairman, barra minn hekk, il-fatt li nagħtu l-freedom of movement b'liġi ordinarja lil lista ta' persuni aktar minn dawk li fil-Kostituzzjoni għandhom id-dritt tal-liberta' tal-moviment, ma jfissirx li qed niksru l- Kostituzzjoni għax is-sitwazzjoni llum diġa' hekk hi.", "Jekk per eżempju nieħdu l-exempt status f'Malta llum, il-lista ta' dawk li għandhom l-exempt status hija itwal minn dawk li għandhom id-dritt kostituzzjonali tal- liberta' tal-moviment.", "L-exempt status huwa dritt bħal tal-Kostituzzjoni eżatt imma wieħed entrenched fil-Kostituzzjoni u l-ieħor mhux.", "Mela jekk naraw il-lista ta' l-exempt status naraw li hija ħafna itwal mil-lista li hemm fil-Kostituzzjoni tal-freedom of movement.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Kull min għandu d-diplomatic immunity għandu l-exempt status.", "Dan jista' jidħol Malta fi x'ħin irid u jista' jdur ma' Malta fi x'ħin irid pero' m'għandux il-freedom of movement garantit bil-Kostituzzjoni.", "Allura dan imur kontra l- Kostituzzjoni?", "Ir-risposta hija: Le.", "Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi tliet kategoriji ta' nies li huma t-tfal ta' Maltin, dawk li huma miżżewwġin Maltin u r-returned migrants.", "Biex lil dawn inħassruhom irridu niġu fil-parlament u trid taqbel magħna l-oppożizzjoni biex nagħtu l-exempt status, ħalli int ma jkollokx bżonn il-visa li semma' l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Gulia u l-work permit.", "Imma li jkollok id-dritt li taħdem hawnhekk m'hemmx għalfejn temenda l-Kostituzzjoni imma temenda l- Immigration Act.", "Illum diġa' teżisti din is-sitwazzjoni.", "Eżempju ieħor huma l-consultants barranin tal-gvern.", "Kull min hu consultant barrani tal-gvern huwa exempt status.", "Jista' jidħol f'Malta mingħajr visa, m'għandux għalfejn joqgħod iġedded visa, u jista' jaħdem hawnhekk mingħajr permess.", "U se nikkwota mill-Immigration Act:", "\"Persuna li hija f'Malta b'kapaċita' konsultattiva jew biex tagħti pariri lill-gvern ta' Malta fuq stedina tiegħu...\".", "Mela jekk il-gvern jistieden konsulent biex jagħtih pariri bħala gvern, mhux għas-settur privat imma bħala gvern, dak la għandu bżonn visa u lanqas m'għandu bżonn work permit.", "Mela biex wieħed jallinja l-pożizzjoni legali ta' Malta ma' l-aqcuis għar-rigward il-freedom of movement of persons m'hemmx għalfejn nemendaw il-Kostituzzjoni, imma nemendaw il-liġijiet tal- pajjiż b'maġġoranza sempliċi.", "(Interruzzjonijiet) Aħna għandna mandat elettorali biex insieħbu lil Malta fl-Unjoni Ewropea u malli jsir hekk, nemendaw ukoll l-Immigration Act biex niġu in line ma' l- aqcuis mhux biss fejn jidħlu d-drittijiet imma anke fejn hemm ċerti obbligi.", "Jekk persuna se tiġi hawn, din trid taħdem u mhux toqgħod tiċċassa!", "Dawn id-drittijiet u l-obbligi se ninkorporawhom fil-liġi odinarja mingħajr ma nkunu qed niksru l-Kostituzzjoni, għax llum l-liġi diġa' tagħti exempt status lil min m'għandux freedom of movement taħt il- Kostituzzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, l-exempt status jagħti d-dritt liċ- ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li jgħixu u jaħdmu hawn Malta, dejjem taħt ċerti kondizzjonijiet, bħal per eżempju li x-xogħol li jagħmlu jrid ikun wieħed speċjalizzat.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' residenza, dawn il- barranin ikunu jistgħu jixtru proprjeta' waħda taħt ċerti kondizzjonijiet u sa ċertu valur.", "Li qed jippreokkupani – u mhux lili biss imma anke lill- gvern .....", "(Interruzzjonijiet) Qed nara li l-Ministru se jipprova jittronkani għax donnu ma jixtieqx jirrispondi dwar dan l-aspett!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, l-akkwist tal-proprjeta' m'għandu x'jaqsam xejn ma' din l-emenda kostituzzjonali.", "Jekk persuna barranija tingħata l-freedom of movement ma jfissirx li b'daqshekk tkun tista' takkwista proprjeta', u lanqas taħt l-exempt status ma tista' tagħmel dan.", "L-ebda liġi li anke remotament hija konnessa ma' din, m'għandha x'taqsam ma' dan li qed jgħid l-Onor.", "Gulia.", "L-uniċi persuni li m'għandhom l-ebda restrizzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-akkwist tal-proprjeta' huma ċ- ċittadini Maltin.", "Dawk li m'humiex Maltin iridu japplikaw biex jagħmlu dan, u taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Dwar dan il-punt il-freedom of movement huwa kompletament newtrali.", "L-Onor.", "Gulia m'għandux għalfejn iqajjem punti ta' din ix-xorta li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' din l-emenda kostituzzjonali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, permezz ta' l-internet għadni kemm awwistajt id-dokoment bit-titlu \"freedom of movement for persons - European Parliament\".", "Minn dan id-dokument joħorġu r-right of residence, the right of work, etc. Il-gvern Nazzjonalista bħalissa qed jipprova jakkwista deroga permanenti mill-Unjoni Ewropea biex ċittadini mill-istess Unjoni li jiġu jgħixu hawn Malta ma jixtrux aktar minn proprjeta' waħda.", "Aħna nafu li l- Unjoni Ewropea ma tipprovdix menu a la carte, u għalhekk il-gvern Nazzjonalista qed jipprova li ma' l-Unjoni jibni dik ir-relazzjoni speċjali li jrid il-Partit Laburista, u dan għaliex l-eċċezzjonijiet kollha li jrid il-gvern ma jistgħux isiru jekk pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni.", "Il-partit Laburista jixtieq ikun jaf kif fiex waslet din id-deroga permanenti u kif se taffettwa.", "Jekk il-Ministru m'huwiex qiegħed f'pożizzjoni li jirrispondi ma jimportax, pero' verament nixtiequ nkunu nafu x'inhu jagħmel il-gvern għax il-freedom of movement of persons u the right to reside għandhom x'jaqsmu ħafna ma' bosta aspetti ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni.", "Jekk il-Ministru ma jridx jirrispondi, jgħidilna ċar u tond.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, hemm differenza bejn il-freedom of movement kif mifhum mill-oppożizzjoni u l-freedom of movement imniżżel fil- Kostituzzjoni.", "Il-freedom of movement m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-akkwist tal-proprjeta'.", "Ministri oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-akkwist tal- proprjeta' diġa' rrispondew dwar dan, u għalhekk jidhirli li m'għandix għalfejn nidħol f'din il-kwestjoni jien ukoll.", "Ma jidhirlix li għandna niddiskutu l-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea meta m'hu qed nipproponu xejn minn dan.", "Ma jistax ikun li l-ewwel insemmu l-Unjoni Ewropea, imbagħad wara li nagħti tweġiba u ngħid li m'għandniex għalfejn inbiddlu l-Kostituzzjoni biex nallinjaw ruħna ma' l-aqcuis, l-Onor.", "Gulia jerġa' jitkellem dwar suġġett kompletament differenti minn dan.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk u xi forma dixxiplina fuq dan id-dibattitu għandu jkun hawn.", "(Interruzzjonijiet) THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, jien ta' l-idea li nipposponu dawn iż- żewġ klawsoli u ngħaddu għal klawsola 4.", "Nifhem li l-kollegi tagħna tan- naħa l-oħra jaqblu ma' dan is-suġġeriment", "THE CHAIRMAN: Naqblu ma' dan l-arranġament?", "(Onor. Membri: Iva)", "Klawsoli 2 u 3 ġew posposti.", "Klawsola 4 - Żieda tal-Kapitolu XA ġdid mal-Kostituzzjoni", "Clause 4 - Addition of new Chapter XA to the Constitution", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, peress li f'dawn l-aħħar jiem tkellimna ħafna dwar il-kunsilli lokali, m'iniex beħsiebni ntawwal wisq.", "Hawnhekk qed nipproponu li fil-Kostituzzjoni jkun hemm klawsola speċifika li tgħid li l-Istat għandu jadotta s-sistema ta' gvern lokali, bit-territorju ta' Malta maqsum f'numru ta' lokalitajiet skond kif jiġi determinat permezz ta' liġi partikolari minn żmien għal żmien u li kull lokalita' tkun amministrata minn kunsill lokali elett mir-residenti skond proċeduri stabiliti permezz ta' liġi partikolari.", "Fi kliem ieħor illum li fil-pajjiż hawn qbil dwar il-ħtieġa tal-kunsilli lokali u anke hawn il-qbil li l- kunsilli lokali huma parti essenzjali mid-demokrazija tagħna, wasal iż- żmien li nirrikonoxxu dan il-fatt fil-Kostituzzjoni.", "Irrid ngħid li l-mod ta' kif inhi drafted din l-emenda huwa biss indikazzjoni tal-prinċipji ġenerali peress li d-dettalji partikolari se jidhru fil-liġi proprja.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, il-Ministru għadu kemm semmilna l- qbil li jeżisti bejn iż-żewġ naħat dwar il-prinċipju tal-kunsilli lokali.", "Iva, aħna bħala Partit Laburista naqblu li l-kunsilli lokali kif definiti fil-liġi ta' l-1993 għandhom jiġu rikonoxxuti.", "Naqblu wkoll li l-eżistenza tagħhom u l-fatt li dawn ikunu eletti demokratikament mir-residenti tal- lokalitajiet rispettivi għandu jkunu entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Iżda xorta waħda qed inressaq din l-emenda, Sur President, cioe':", "\"A\" F'artikolu 115A li qed jidħol bi klawsola 4:-", "(a) minflok il-kliem \"Gvern Lokali\" li jinsabu fit-titolu u fin-nota marġinali tiegħu, għandhom jidħlu l-kliem \"Kunsilli Lokali\"; u", "(b) il-kliem \", filwaqt li jirrikonoxxi l-prinċipji ta' sussidjarjeta',\" għandhom jitħassru.", "\"A\" In article 115A inserted by clause 4:-", "(a) for the words \"Local Government\" in the title and marginal note thereof, there shall be substituted the words \"Local Councils\"; and", "(b) for the words \", recognizing the principles of subsidiarity,\" shall be deleted.", "Sur President, din l-emenda hija xprunata mill-fatt li meta wieħed iħares lejn kif żviluppaw il-kunsilli lokali, id-definizzjoni tagħhom toħroġ mill- Att tal-1993.", "Dan l-Att jibqa' importanti ħafna għax, kif qal il-Ministru, se tkun din l-istess liġi li tibqa' tirregola l-istruttura tal-kunsilli, id- delega ta' poter, il-proċeduri, id-drittijiet, l-obbligi, eċċ. Infatti f'subparagrafu (2) ta' artiklu 3 ta' l-Att ta' l-1993 insibu hekk:", "\"The council shall be a statutory local government authority having a distinct legal personality and capable of entering contracts, of suing and being sued and of doing all such other things and entering into such transactions as are incidental or conducive to the exercise and performance of it's functions as are allowed under this Act\".", "Fi kliem ieħor, dan is-sub-paragrafu qed jgħid li l-kunsill lokali huwa korp kostitwit u huwa a local goverment authority.", "Hawnhekk qed naraw li l- kunsill lokali huwa awtonomu, għandu personalita' distinta u huwa parti mill-amministrazzjoni ġenerali tal-pajjiż.", "Fl-awtonomija tagħhom il- kunsilli lokali m'humiex repubbliki, u dan il-fatt il-liġi ta' l-1993 tistabilixxieh.", "Huwa għalhekk li aħna xtaqna li t-titlu ta' \"Kunsilli Lokali\" jkun stabilit fil-Kostituzzjoni.", "Raġuni oħra għal din l-emenda li qed nipproponu ġejja mill-fatt li l- kelma \"gvern lokali\" tista' timplika ċerti affarijiet u tista' tkun ukoll misnomer għax ma jkunx tkun taqbel eżatt ma' dak li jgħid l-Att XV ta' l- 1993.", "Il-kelma \"gvern\" timplika struttura eżekuttiva, u fost affarijiet oħra tista' timplika wkoll l-impożizzjoni ta' taxxi li mhu dritt ta' ħadd ħlief tal-gvern ċentrali.", "\"Gvern lokali\" tista' timplika li dak il-kunsill lokali li ma jkunx jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu minħabba diffikultajiet finanzjarji, jista' jimponi taxxi bħal kwalunkwe gvern ċentrali.", "Qed ngħid \"jista'\" minħabba l-fatt li l-bieraħ il-ministru iċċara l-intenzjoni tiegħu dwar dan, pero' issa li qed nemendaw il-Kostituzzjoni huwa importanti li l- kliem ikun magħżul tajjeb.", "Sur President, qegħdin ukoll nipproponu li titħassar il-frażi \"filwaqt li jirrikonoxxi l-prinċipju ta' sussidjarjeta'\" għar-raġuni li din tas- sussidjarjeta' mhi xejn ħlief slogan politiku – jew jekk trid prinċipju politiku - u għalhekk tista' tkun soġġetta għal interpretazzjonijiet diversi.", "Aħna nemmnu li l-ebda definizzjoni ta' prinċipju politiku m'għandha tkun tagħmel parti mill-Kostituzzjoni.", "Issa jekk kemm-il darba jkun hawn qbil dwar dawn l-emendi, l-artiklu kif emendat ikun aċċettabbli għaż-żewġ naħat u b'hekk inkunu ddeċidejna darba għal dejjem li l-kunsilli lokali għandhom il-funzjonijiet u d-delegi li joħorġu mill-Att XV ta' l- 1993, bħala parti mill-proċess ta' devoluzzjoni.", "Effettivament b'hekk inkunu qed nikkonstataw li dan il-poter qatt ma jista' jiġi interpretat f'termini ta' taxxi.", "Aħna naqblu biss li d-dritt ta' l-impożizzjoni tat- taxxi għandu jibqa' ta' dan il-parlament.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, nibda biex ngħid li ma naqbilx għal kollox mar-raġunament li sar u għal żewġ raġunijiet prinċipali.", "Jien nemmen li huwa importanti li l-prinċipju tas-sussidjarjeta' jkun entrenched fil- Kostituzzjoni għax is-sussidjarjeta' hija l-essenza tal-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali jaġixxu fi stat demokratiku, pero' dejjem taħt il-kappa ta' l-istat tradizzjonali, u jkunu l-eżekuttiv u l-parlament li jgħaddulhom il-poteri biex jaġixxu b'mod sussidjarju għall-gvern.", "Din hija l-essenza kollha tal-kunsilli lokali.", "Kien għalhekk li aħna xtaqna li l-prinċipju tas- sussidjarjeta' jkun inkorporat fil-Kostituzzjoni.", "Sur President, ikolli ngħid li ma naqbilx lanqas ma' l-interpretazzjoni ta' \"local government\".", "Il-bieraħ spjegajt li aħna ridna nużaw l-istess kunċett li jeżisti fil-Kostituzzjoni u li jissemma' wkoll fil-liġi tal- kunsilli lokali.", "Dan il-kunċett m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-impożizzjoni ta' taxxi, kif qal tajjeb l-Onor.", "Mangion meta qal li l-poter tat-taxxi huwa riservat biss għal dan il-parlament.", "Huwa biss meta l-parlament jirrinunzja għal dan id-dritt li potenzjalment il-kunsilli lokali jistgħu jaslu biex ikollhom il-poter li jintroduċu t-taxxi.", "Għalkemm in-naħa tal- gvern ma taqbilx mar-raġunament ta' l-oppożizzjoni, l-importanti hu li meta niġu biex nemendaw l-ogħla liġi ta' pajjiżna nagħmlu dan b'consensus.", "Riċentement xi ħadd fl-Italja qal li l-kostituzzjoni tikkostitwixxi l-patt soċjali bejn il-poplu kollu u importanti li dan jibqa' b'saħħtu.", "Il-forzi politiċi jirrikonoxxu li waqt li tista' timponi tibdiliet fuq ċerti affarijiet għaliex ma jkollokx bżonn id-due terzi, huwa dejjem desiderabbli li meta temenda l-kostituzzjoni ħadd ma jibqa' fuq pożizzjoni trinċerata imma għandek dejjem tipprova tfittex consensus biex dak li jsir isir bi qbil bejn iż-żewġ partijiet.", "Għax ladarba jkun sar bi qbil ikun hemm ħafna iktar forza fl-applikazzjoni tiegħu.", "Huwa b'dan is-sens u b'dan ir- rikonoxximent li din in-naħa lesta li taqbel ma' l-emendi mressqa mill- oppożizzjoni u sejra tivvota favur l-emendi u l-klawsola tiġi emendata kif qed jiġi ssuġġerit mill-oppożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, jien xtaqt umilment ngħid li forsi mhux indikat li wieħed jagħmel kapitolu separat.", "Waqt id- dibattitu tkellimt fuq il-kwestjoni ta' jekk kemm-il darba l-kunsilli lokali għandniex inwaqqgħuhom taħt waħda mill-fergħat ta' l-istat u sostnejt li għandha taqa' taħt il-fergħa ta' l-eżekuttiv.", "Però jidher li fuq dan il-punt m'hemmx ċaqliq u allura se noħolqu kapitolu ġdid u separat għal-local councils li issa qegħdin naqblu fuqu.", "Bħala prinċipju huwa dejjem prinċipju ta' eżekuttiv u allura naħseb li f'dik id-dimensjoni m'għandux ikun hemm taħlit fil-ħsieb kostituzzjonali li naħsbu li dan jista' jitħallat bħalma qiegħed taħt il-kostituzzjoni Taljana.", "Il-kostituzzjoni Taljana tagħmel distinzjoni bejn dawk li huma reġjuni u dawk li huma postijiet awtonomi u tagħti poteri differenti lil dawn iż-żewġ konċetti.", "U ħolqot kapitlu separat għal dawk iż-żewġ kunċetti għaliex għandek kwestjoni ta' leġislatura, eżekuttiv u ġudikatura fihom, mentri f'dan il-każ partikolari għandek element ta' eżekuttiv pur, mingħajr diffikultà ta' xejn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif jaf l-Onor.", "Mifsud Bonnici, dan il-punt ġie diskuss internament, fil-kabinett, però iktar minn hekk ħadna l-parir ta' l-attorney general.", "Hemm żewġ opinjonijiet; waħda taqbel ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici u l-oħra ssostni li l-kunsill lokali, minħabba l-awtonomija li għandhom u minħabba l-mod kif irridu nħarsu lejhom, ma jistgħux jiġu subsumed, kif qiegħda l-kostituzzjoni tagħna, fil- parti ta' l-eżekuttiv li titkellem l-iktar dwar kif inhu fformat il- kabinett u l-poteri tal-ministri, eċċ. Jiġifieri hemm l-argument l-ieħor kuntrarju - fl-opinjoni tiegħi t-tnejn għandhom valur, però fl-aħħar mill- aħħar trid tagħżel - li hawn qed nitkellmu fuq korp elett b'metodu differenti milli jiġi elett l-eżekuttiv, li huwa l-kabinett.", "Dan huwa korp statutorjament indipendenti mill-eżekuttiv tant li l-eżekuttiv ma jistax jidħol fil-poteri, ma jistax jirregola l-poteri li għandhom għax huma għandhom poteri awtonomi.", "Allura d-diskussjoni prattikament varjat bejn dawn iż-żewġ naħat u d-deċiżjoni kienet li jkun aħjar jekk ikun hemm kapitolu għalih.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-punt li qanqal l-Onor.", "Mifsud Bonnici huwa interessanti.", "Jien ngħid li l-kunsilli lokali huma sui generis, anke kif żviluppaw fuq il-livell lokali fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna, u ma tantx nistgħu nimitaw preċiżament dak li jkun qed jiġri f'pajjiżi ħafna ħafna ikbar milli huwa pajjiżna.", "Il-kunsilli lokali sa ċertu punt qishom parti mill-eżekuttiv pero' maqtugħin mill-eżekuttiv.", "Jiġifieri l- awtonomija tagħhom li hija sanċita u protetta mil-liġi, għalkemm bil- proċess kollu ta' delegi ta' poter, arranġamenti li jsiru bejn il-kunsilli lokali u entitajiet ta' l-eżekuttiv, tqarrabhom lejn l-eżekuttiv u għandhom jiffunzjonaw fil-qrib ma' l-eżekuttiv, però ċertament għandhom id- distinzjoni partikolari tagħhom u personalità li wieħed irid iħares kif din tiżviluppa iktar f'dimensjoni għaliha.", "Meta wieħed jara dawn iż-żewġ fatturi, f'dan il-każ partikolari ta' kif qegħdin jiżviluppaw il-kunsilli lokali f'pajjiżna, naħseb li kif inhi proposta l-emenda tirrifletti iktar ir-realtà.", "M'hijiex kwestjoni ta' nuqqas ta' qbil fuq dan il-punt, imma sempliċement wieħed jispjega kif jifhem li qed isir l-iżvilupp tal-kunsilli lokali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"A\", kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Charles Mangion.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 66 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 3 - Amendment of article 66 of the Constitution.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, fi klawsola 3 qegħdin ngħidu li dan l- artiklu ġdid li l-Kamra għadha kemm approvat ma jistax jitneħħa ħlief bl- approvazzjoni ta' żewġ terzi ta' din il-Kamra.", "Dan huwa rikonoxximent ta' l-importanza tal-kunsilli lokali u dwar ir-rieda taż-żewġ naħat li l-kunisilli lokali, li llum huma realtà, se jibqgħu parti mill-amministrazzjoni ta' l-Istat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor.Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 44 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 2 - Amendment of article 44 of the Constitution.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, klawsola 2 se nħalluha kif inhi.", "Ikkonsidrajna l-punti li qajjem l-Onor.", "Gulia – u naqbel miegħu wkoll - però nippreferu nħalluha kif inhi.", "Jekk imbagħad niġu biex nagħmlu xi emenda teknika nagħmluha fir-recommittal stage imma għalissa napprovawha kif inhi.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman nipproponi din l-emenda verbali għal klawsola 1:", "Fi klawsola 1 minflok il-kliem \"Att ta' l-2000 li jemenda l- Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru. 2)\" għandhom jidħlu l-kliem \"Att ta' l-2001 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta\".", "In clause 1 for the words \"the Constitution of Malta (Amendment) (No. 2) Act, 2000\" there shall be substituted the words \" the Constitution of Malta (Amendment) Act, 2001\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għal klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Titolu – Titlu fil-qosor.", "Title - Short title and commencement.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman nipproponi din l-emenda verbali għat- Titolu:", "Fit-test Ingliż tat-Titolu, il-kelma \"further\" għandha titħassar.", "In the English text of the Title the word \"further\" shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda verbali għat-titolu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija t-titolu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "It-Titolu, kif emendat, għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, nitlob li l-Kamra tawtorizza lill- Iskrivan tal-Kamra jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir- renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fil-11.38 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-CONDOMINIA", "CONDOMINIUM (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta' Marzu 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, il-bieraħ għamilt introduzzjoni qasira u llum se nkompli niftaħ fuq l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia.", "Kif kont qed nispjega, kuntrarjament għaż-żmenijiet mgħoddija, illum il-bini f'pajjiżna qed isir b'mod li jkollok diversi residenzi f'bini fejn jużaw partijiet komuni, fis-sens li jkollok entratura waħda jew passaġġ wieħed li jwassal għall-apartamenti.", "Imbagħad hemm partijiet komuni oħra li 30 jew 40 sena ilu ma kenux daqshekk popolari daqskemm huma llum, u l-iktar waħda li hija ovvja hija l-kwestjoni ta' l- użu tal-lifts li daħlu f'pajjiżna ftit tas-snin ilu, mhux iktar minn 30 sena ilu.", "S'issa dan l-Att dwar il-Condominia għadu qatt ma ġie implimentat u kulħadd qed jistenna li dan jibda jitħaddem.", "Hemmhekk imbagħad irridu naraw xi tbatijiet jista' jkolllhom in-nies li l-post fejn joqogħdu jiġi klassifikat bħala condominium.", "Qed ngħid hekk għaliex pajjiżna għadda minn proċess fejn nies li qatt ma kellhom darhom minħabba raġunijiet finanzjarji u minħabba aspetti soċjali, grazzi għall-Partit Laburista fil-gvern fis- sebgħinijiet u fit-tmeninijiet li bnew diversi housing estates - imbagħad kompla wkoll gvern Nazzjonalista – nies bi problemi soċjali, single parents u persuni li huma ħandikappati, setgħu wkoll ikunu sid jien ta' darhom.", "Iżda meta bdejna nallokaw dawn il-blokki ta' flats, djar, maisonettes, eċċ., bdew jinqalgħu problemi relatati maż-żamma tal-manutenzjoni bażika tal-partijiet komuni.", "Fil-liġi ma kien hemm xejn li jirregola dawn l- affarijiet, ħlief li fil-kuntratt l-awtorità tad-djar jew il-kummissarju ta' l-artijiet, min kien ikun parti fil-kuntratt, kien idaħħal klawsoli li jobbliga lill-inkwilin biex jagħti l-kontribut għaż-żamma tal-partijiet komuni.", "Però kienu jinqalgħu l-problemi u dawn komplew żdiedu - per eżempju, l-użu tal-bejt komuni - sakemm kienu jiftiehmu biex ikun jista' jużah kulħadd, ħadd ma kien ikollu xi jgħid ma' ħadd.", "Imma mbagħad bdew jinqalgħu l-problemi dwar min għandu jżomm il-manutenzjoni ordinarja tal- bejt, jiġifieri li tħallbu, tagħtih il-qatran jew il-membrane.", "Dawn kollha problemi li bdew jinqalgħu wara ċertu perijodu ta' żmien.", "Kif qal tajjeb il-ministru, meta beda jikkonsulta mal-kunsill tan-nutara, ħarġet l-idea - kien hemm raġuni valida għaliha - li jista' jkollok blocks ta' residenzi li m'għandhomx jiġu kklassifikati bħala condominia jekk ikollhom it-taraġ minn barra biex jidħlu fid-dar tagħhom, allavolja jkun hemm żewġ fondi jew aktar fl-istess block.", "Il-verità hi li għandna postijiet b'parti taraġ minn barra u parti taraġ minn ġewwa.", "Jien iċċekkjajt dwar dan mal-kollegi tiegħi n-nutara, peress li aħna l-avukati ġeneralment insiru nafu xi ħaġa meta jkollna xi kawża fejn xi ħadd ikollu din il-problema.", "Din is-sitwazzjoni hija interessanti għaliex ma nafx kif se npoġġuha issa.", "Forsi fl-istadju ta' kumitat inkunu nistgħu nidħlu aktar fiha.", "Ikun hemm plot fejn għandek maisonette b'taraġ minn barra, titla' għall-maisonette l-ieħor, imbagħad issib entratura żgħira f'parti komuni ġot-tieni maisonette fejn għandek entratura u taraġ minn ġewwa li jwasslek għal appartament ieħor.", "Jiġifieri qisu nofs 'il hawn u nofs 'il hemm!", "Issa dan taħt liema kategorija se jaqa'?", "Kif qalu l-kunsill tan-nutara, postijiet fejn ikun hemm żewġ fondi jew aktar li jkollhom biss taraġ estern m'għandhomx jitqiesu bħala condominia.", "Wieħed irid jara issa jekk hijiex ġusta li jkollok żewġ fondi jew aktar fejn fuq parti jkollhom taraġ estern u fuq parti oħra jkun hemm taraġ intern li jkun komuni.", "Ma naħsibx li dan għandu jiġi klassifikat bħala condominium għaliex ma tkunx fair għal ta' taħt u għal tan-nofs u ma tkunx fair għal ta' fuq.", "Dawn m'hawnx ħafna minnhom, imma jeżistu f'postijiet bħall-Belt Valletta.", "Kien hemm żmenijiet fejn kulħadd kien jagħmel li jrid, iċarrat minn hawn u jitfa' minn hemm.", "Per eżempju, hija xi ħaġa fenominali kif f'Marsalforn jinsterqu l-kmamar.", "Dan nista' nitkellem dwaru għaliex għamilt perijodu nkun Għawdex b'xogħol ta' pulizija u kienu jinqalgħu dawn il-problemi.", "Wieħed ikollu kamra waħda biss, jiġifieri mill-bieb ta' barra tara kamra, imbagħad ikollu bħal taraġ wara li jidħol taħt ħaddieħor għaliex ikun ħaffer fil-blat u jispiċċa kważi taħt it-triq kollha, jekk mhux il-pjazza, u jgħidlek li hemm tiegħu!", "Din m'għandha x'taqsam xejn ma' din il-liġi, imma jien qed ngħid kemm isiru affarijiet u jrabbu l-ġust għax meta jgħaddi ċertu perijodu tinduna li b'xi mod din ġiet reġistrata fuq ismu.", "Għax meta wieħed imur għand in- nutar biex jirreġistra art, kemm hawn min joqgħod jara l-gazzetta tal-gvern biex jiċċekkja jekk dak għandux dritt għaliha?", "Jien naf b'każi - f'Għawdex iktar minn f'Malta, tiskanta! - fejn nies akkwistaw proprjetà b'titolu ta' pussess sforz ta' l-injoranza tan-nies li ma jarawx il-gazzetta tal-gvern.", "Ikun hemm miktub irqiq li n-nutar qed jirreġistra din l-art f'isem it-tali u jkun hemm deskrizzjoni tagħha, imma ħadd ma jaqra xejn.", "Allura jgħaddi l- perijodu u ma jiċċalinġjah ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Iva, għaxar snin taf kif jgħaddu!", "Jien qed insemmi każ ta' biċċa taraġ 'l hawn u biċċa taraġ 'l hemm għaliex il-bieraħ, wara li spiċċajt nitkellem hawnhekk, irċevejt telefonata u qaluli li fil-Belt hemm ħafna postijiet fejn tidħol minn barra, imbagħad hemm biċċa oħra li twasslek sa l-appartament, imma dawn serqu dik il-biċċa.", "Imbagħad sar taraġ intern li jwasslek għal parti oħra.", "Issa dawn mhux se nikklassifikawhom bħala condominia.", "Mr Speaker, il-bieraħ semmejna l-katusi ta' l-ilma.", "Illum ħafna mill- postijiet iktar jużaw xaft komuni, imma qabel lanqas kienu jagħmlu shaft.", "Hawn ħafna djar u flats fuq xulxin li nbnew wara l-gwerra, anke dawk li nbnew fi żmien il-gvern Laburista meta sar dak il-famuż proġett tal- mandraġġ, li wħud minnhom lanqas shaft m'għandhom.", "Għaliex dak iż-żmien kienu jagħmlu katusi komuni minn barra.", "Kien ikun hemm ħafna tfal li kienu jitilgħu magħhom u kien ikun hemm inċidenti wkoll.", "Illum lanqas għadek issib minn dawk il-katusi kannella skuri li jifilħu ċertu piż.", "Dawn kienu jintużaw għad-drenaġġ minn fuq s'isfel, komuni għal xi tnax-il sular.", "Imbagħad Allaħares tinfaqa' din il-katusa għax tagħmel storja kbira.", "Il- verità hi li ġieli tkun waħda sħiħa b'mod kontravvenzjonali għall-ilma u d- drenaġġ.", "Kif kont qed ngħid il-bieraħ, issa daħlu diversi servizzi u ma nafux x'se jiġri 'l quddiem.", "Nafu żgur li għaxar snin ilu f'dan il- parlament żgur li ħadd ma kien jitkellem fuq il-cable television, inqas u inqas fuq il-mobile phones.", "Illum tant qed isiru avvanzi u se jkollna iktar avvanzi li rridu naraw li ma jkollniex xi perikli meta nkunu qed ngħaddu xi servizzi ġodda.", "Illum qed isiru katusi tal-plastik forma ta' kaxxa twila li minnhom jgħaddu l-wires u l-cable għat-television.", "Jekk ikun block of flats, ġeneralment jiġbed minn fuq u jibqa' nieżel 'l isfel.", "Illum għandna l-cable u għada min jaf x'se jkollna.", "Per eżempju, dan l-aħħar kont qed naqra li l-Ġappuniżi qed jagħmlu studju fejn sabu li minn ċertu prodott magħmul prinċiparjament minn carbohydrates - min hu fil-qasam kimiku jifhimni mal-ewwel - qisu tip ta' plastik, jgħaddi kollox, allura ma jkollhomx bżonn il-metall bħall-wire eċċ. U dan il-materjal tista' titfgħu anke fil-baħar.", "Per eżempju, jekk tkun trid tgħaddi l-cable bejn Malta u Għawdex tagħmel coating b'dan il-materjal u ma jkollok problema ta' xejn għax huwa erosion-free.", "Jiġifieri t-tellieqa ta' l-invenzjonijiet xjentifiċi tant hija mgħaġġla li llum spiċċajna kulħadd jidħol fuq xulxin.", "Hekk sejrin, aħseb u ara fejn għandhom x'jaqsmu s-servizzi.", "Effettivament l-emenda proposta fl-abbozz ta' liġi tgħid li m'għandhomx jitqiesu bħala condominium fondi fejn il-katusi ta' l-ilma u s- sistema tad-drenaġġ biss ikunu komuni\".", "Però naħseb li nistgħu ndaħħlu emenda żgħira, li wieħed jista' jikkonsidraha fl-istadju ta' kumitat, biex inżidu katusi jew kanen minn fejn jgħaddu servizzi oħra.", "Din hija problema li jiffaċċjaw l-inkwilini, allura tajjeb li nipproteġuhom minkejja li dawn mhux se jaqgħu taħt i l-Condominium Act peress li m'humiex klassifikati bħala condominium.", "Mr Speaker, issa niġi għall-emenda li għandha x'taqsam mar-reġistrazzjoni tal-condominium għall-finijiet ta' l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' l- Artijiet.", "Dan huwa pass interessanti għax, kif qal il-ministru fl- introduzzjoni tiegħu, ladarba jkunu identifikati l-condominia se jidħol l- obbligu li jiġu wkoll reġistrati minn nutar.", "Issa ejja naraw is- sitwazzjoni li se jkollna f'pajjiżna.", "Per eżempju, Għawdex huwa dikjarat kollu taħt il-Land Registration Act, filwaqt li xi 3% biss minn Malta huwa reġistrat.", "Allura issa se jkollna points minn area li ma jkunux jistgħu jiġu reġistrati.", "Per eżempju, il-Mosta hemm blokk li issa se jkun reġistrat u ta' ħdejh le.", "Dan huwa eżerċizzju interessanti u importanti biex norganizzaw l- informazzjoni li għandna fuq l-artijiet, speċjalment fuq il-condominia.", "Għax issa qed nirreġistraw il-common parts minn blokk ta' bini li huma proprjetà immobbli li hija indiviża.", "Ladarba qed nirreġistraw il- condominia għaliex se tiġi dikjarata area ta' reġistrazzjoni għall-fini ta' l-Att ta' l-1981 dwar ir-Reġistrazzjoni ta' l-Artijiet, allura jkun ideali li l-partijiet li jmissu miegħu ikunu dikjarati wkoll.", "Se mai nkunu bdejna t-triq li idealment kulħadd irid jasal għaliha.", "Hawn xi ħadd li huwa kontra li l-proprjetà ta' Malta u Għawdex kollha tkun dikjarata f'land registration area ħalli meta tmur fid-dipartiment ta' l-artijiet issib fejn qiegħda reġistrata tali art bl-iktar mod ċar fil-pjanti?", "Fl-emenda qed ngħidu wkoll li r-reġistrazzjoni għandha ssir mill-amministratur tal- condominium jew minn wieħed mill-condomini.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili nwaqqfek hawn għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2001, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar l-abbozz tar-regolamenti dwar pensjonijiet għal min jaħdem il- Ħabs.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fid-dawl ta' dak li ħareġ fil-ħin tal- mistoqsijiet tas-seduta ta' dalgħodu, irrid ngħaddi xi osservazzjonijiet u nagħmel ftit mistoqsijiet lill-ministru għall-agrikoltura u sajd dwar il- miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.", "F'dan ir- rigward ikolli ngħid li jien nara li hemm nuqqasijiet serji u għalhekk inħossni fid-dmir li nitlob spjegazzjoni dwar dak li qed jiġri.", "Nistgħu ngħidu li l-ġimgħa li għaddiet dehru bosta artikli fil-ġurnali, fosthom f'\"l-orizzont\", li jikkonfermaw in-nuqqas ta' infurzar fil- portijiet.", "Qrajna li ma jeżisti l-ebda kordinament bejn il-ministeru ta' l- intern u dak għall-agrikoltura u sajd f'dak li huwa nfurzar li jista' jsir mill-pulizija.", "Dan jikkonferma li minkejja s-suppervja tiegħu, il-Ministru Zammit huwa obbligat li jagħti spjegazzjoni ċara għal dawn in-nuqqasijiet biex kulħadd ikun jista' jagħmel l-analisi tiegħu.", "Ngħid għalija dawn huma sitwazzjonijiet li dwarhom bilfors trid tinżamm diskussjoni kontinwa mal- koperattivi tal-produtturi, mad-dipartiment tas-servizzi veterinarji u ma' persuni oħra li jistgħu jgħinu biex ikun hemm l-enforcement neċessarju.", "Jien nistaqsi jekk il-pulizija humiex f'pożizzjoni li jieħdu azzjoni immedjata meta jaraw lil xi raħħal jittrasporta l-bhejjem minn post għal ieħor, peress li din il-biċċa xogħol tista' tkun qed issir b'mod abbużiv.", "Fil-ħin li għandi rrid nagħmel riferenza wkoll għall-mod kif il-ministru qed iħares lejn il-problema tar-raħħala li jrabbu l-għoġġiela, fejn minħabba li l-qatla qiegħda dejjem tonqos u l-ispejjeż ta' l-iġjene dejjem jiżdiedu, il-qligħ għal dawn in-nies naqas drastikament.", "Barra minn hekk, għalkemm f'pajjiżna l-mad cow disease ma tfaċċatx, din xorta qed toħloq problema lir-raħħala minħabba l-prekawzjonijiet li jridu jieħdu.", "Għalhekk ikun tajjeb kieku l-ministru jgħidilna x'miżuri qed jittieħdu biex din il- problema tiġi indirizzata.", "Għax anke hawn ta' spiss jaslulna lmenti dwar nuqqas ta' komunikazzjoni bejn ċerti koperattivi u xi sezzjonijiet oħra li jirrappreżentaw lir-raħħala u dipartimenti tal-gvern.", "Hemm bżonn li f'dan ir-rigward il-ministru jifhem l-importanza ta' diskussjoni kontinwa bejn il-partijiet kollha.", "Hemm bżonn ukoll li jkun hemm attenzjoni stretta fil-portijiet u fl-ajruport, attenzjoni li tabilħaqq iġġib 'il quddiem l-għanijiet tad-dipartiment tas-servizzi veterinarji fir-rigward tad-diffikultajiet li qed toħloq il-marda ta' l- ilsien u d-dwiefer.", "Wieħed ukoll irid iżomm quddiem għajnejh il-fatt li aħna għandna impenn doppju, għax fis-snin l-imgħoddija, gvern Laburista kien irnexxielu jżomm din il-marda 'l bogħod mill-gżira ta' Għawdex, u għalhekk illum irridu noqgħodu attenti li anke fir-rigward ta' din il- gzira, jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex dan l-achievment ma jinkisirx.", "Għalhekk nistieden lill-ministru jgħidilna x'miżuri qed jittieħdu biex il-merħliet t'Għawdex jibqgħu ħielsa mill-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.", "Kif diġa' għedt, fid-dawl ta' dak li ntqal dalgħodu dwar xi restrizzjonijiet li saru fuq l-importazzjoni mill-Unjoni Ewropea ta' ikel, għalf ta' l-annimali u xi prodotti oħra, in konnessjoni mal-marda tal-BSE u tal-foot and mouth, irrid infakkar li l-ministru tal-finanzi ma tax garanzija li d-dazji fuq il-prodotti importati minn barra l-Unjoni Ewropea m'humiex se jiżdiedu.", "Ftit tal-ġimgħat ilu esperjenzajna żieda fid-dazju fuq il-corned beef, u għalhekk f'ċirkostanzi bħal dawn huwa importanti li l- gvern jikkonsidra l-irtirar ta' din iż-żieda għall-benefiċċju tal- konsumatur Malti.", "Illum il-ġurnata kulħadd jaf li dawn iż-żidiet m'huma xejn għajr l-integrated tariffs li timponi l-Unjoni Ewropea, fejn f'ċerti każi saħansitra tistabbilixxi wkoll kwoti, u għalhekk huwa importanti li l- ministru jiddikjara li d-dazji fuq il-prodotti importati m'humiex se jogħlew biex ta' l-inqas iserraħ ras il-lukandiera u s-sidien tar- ristoranti.", "Jien ngħid li l-fatt li se jittieħdu ċerti miżuri abbażi tal- pjan ta' kontinġenza ta' New Zealand - hekk qalilna dalgħodu l-Ministru Ninu Zammit – dan jikkonferma li hemm toroq oħra kif pajjiżna japplika l- politika tiegħu 'l hinn mill-Unjoni Ewropea.", "Kif għedt kemm-il darba, bil- miżuri li fi New Zealand ħadu over the years, dawn għandhom garanzija li huma ħielsa mill-foot and mouth disease u mill-BSE.", "Fatti bħal dawn ikomplu jikkonfermaw li bil-politika Laburista, pajjiżna żgur ma jkunx qed jinqata' mill-proċess ta' globalizzazzjoni.", "Rigward id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw numru ta' bdiewa, fejn minkejja li applikaw biex jirreġistraw ir-raba' tagħhom mad-dipartiment ta' l-agrikoltura sa l-aħħar ta' Frar, għal xi raġuni jew oħra ma setgħux jagħmlu l-istess mad-dipartiment ta' l-artijiet, nappella lill-ministru responsabbli mid-dipartiment ta' l-artijiet biex flimkien ma' l-extension service tad-dipartiment ta' l-agrikoltura, jilqa' l-applikazzjonijiet ta' dawn il-bdiewa li ġenwinament, minħabba mard, problemi soċjali u ċirkostanzi li jinqalgħu fil-ħajja ta' kuljum, baqgħu jistennew sakemm l- applikazzjonijiet bdew jintlaqgħu mingħajr ħlas u għalhekk ma laħqux applikaw.", "Fil-ftit ħin li baqagħli rrid nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lill- kunsilliera Laburisti li ġew eletti fl-elezzjonijiet ta' nhar is-Sibt li għadda, partikolarment lil dawk tal-Għargħur u lil dawk tal-Mosta.", "Nittama li nkun ta' għajnuna għal dawn il-kunsilliera fil-ħidma tagħhom biex iġibu 'l quddiem dawn iż-żewġ lokalitajiet.", "La qed nitkellem dwar l-amministrazzjoni lokali, minn hawnhekk irrid ningħaqad mal-kunsilliera Laburisti tal-Mellieħa fil-protesti li qed jagħmlu dwar il-ftuħ ta' petrol station, pass li ma ġab xejn għajr firda bejn ir-residenti tal-Mellieħa.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna l-fatt li fejn il-gvern qed jipproponi li jiżviluppa din il-pompa tal-petrol hemm ground tal-football u żewġ housing estates, u għalhekk żgur li dan l- iżvilupp ma jagħmel l-ebda sens u m'hu se jkun ta' l-ebda benefiċċju għall- komunita' tal-Mellieħa.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, ningħaqad mal-kollegi tiegħi biex nitkellem dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, fejn bi pjaċir ngħid li r-riżultati jikkonfermaw li t-trend qed ixxaqleb lejn il-Partit Laburista, u dan bir-raġun.", "Jekk nieħdu l-lokalita' tal-Mosta naraw li aktar minn 46% tal-popolazzjoni vvotaw għall-kunsilliera Laburisti, u bis-saħħa ta' hekk minn 11-il kunsillier irnexxielna ntellgħu ħamsa.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-kandidati Laburisti li ma rnexxilhomx jitilgħu, għax dawn ukoll taw sehemhom biex il-maġġoranza f'dawn l- elezzjonijiet tkun waħda Laburista.", "M'għandix l-iċken dubju li kemm fil- Mosta kif ukoll fil-Għargħur, żewġ kunsilli b'maġġoranza Nazzjonalista, se nkomplu mexjin fit-triq li qbadna u filwaqt li ma jkunx hemm ħela, naraw li l-prioritajiet jitwettqu.", "Ikolli nistqarr li matul dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari fil-Mosta, saru skandli kbar u għalhekk irridu naraw li fost problemi oħrajn, il- problemi ta' l-anzjani Mostin jiġu indirizzati bis-serjeta'.", "Illum il- popolazzjoni tal-Mosta qiegħda kulma tmur tixjieħ, u għalhekk il-politika tal-kunsill lokali ta' din il-lokalita' trid tindirizza lil dawn in-nies fil-bżonn kif ukoll lill-ħandikappati u lir-residenti tal-housing estate Ta' Mlit.", "Dan il-housing estate ilu żmien twil mitluq u għalhekk il-kunsill lokali għandu l-kompitu li lil dan jerġa' jagħtih il-ħajja.", "Waqt il- kampanja elettorali kienu bosta dawk in-nies li lmentaw miegħi dwar il-fatt li bosta anzjani residenti f'dan il-housing estate joqogħdu fis-sulari ta' fuq u għalhekk ma jifilħux jitilgħu u jinżlu t-taraġ.", "Allura hemm bżonn li l-gvern ċentrali flimkien mal-kunsill tal-Mosta jaraw x'se jagħmlu biex dan il-housing estate ikun fornut b'lift.", "Sur President, jien informat li l-famuż parker li qed ikun fil-pjazza tal- Mosta, li minħabba l-elezzjonijiet lokali ġie rtirat imma lanqas laħqet nixfet il-linka tar-riżultati li ma reġax ħa postu, qiegħed hemm mingħajr l-ebda ingaġġ legali.", "Informat ukoll li l-area li fiha qed jaħdem dan il- parker m'hijiex approvata mill-kummissarju tal-pulizja bħala area li fiha jista' jkun hemm parker.", "Agħar minn hekk, dan ix-xogħol qed isir against payment.", "Allura jekk inhu hekk, kif jista' l-gvern jgħid li l-kunsill tal- Mosta m'għamilx taxxi ġodda?", "X'jiġifieri biex persuna tmur tisma' quddies fil-Mosta, trid tħallas talli tipparkja l-karozza f'din il-pjazza?", "Hemm bżonn li dwar dan il-parker issir investigazzjoni mmedjata għax ir- reazzjoni taċ-ċittadini Mostin u ta' dawk kollha li għal xi raġuni jew oħra jirrikorru f'dan il-lokal, hija waħda qawwija u negattiva għall-aħħar.", "Iktar minn hekk, fejn huma l-irċevuti fiskali li suppost jagħti dan il- parker?", "Dan huwa abbuż bil-barka tal-gvern, u għalhekk min hawn nagħmilha ċara li dan mhux se jiġi iktar tollerat.", "F'dan l-intervent irrid nagħmel riferenza wkoll għall-parking li qed isir b'mod ħażin, għax l-abbużi m'għandhom jiġu ttollerati qatt u minn ħadd.", "Jien naqbel li għandhom jingħataw reserved parking spaces għal persuni b'diżabilita', pero' naf b'każi fejn dawn l-ispazji riservati ngħataw lil xi ħadd għax kien Nazzjonalist u mhux għax kien ħandikappat.", "U abbużi ta' din ix-xorta mhux fil-Mosta biss qed isiru imma kullimkien.", "Dawn l-abbużi assolutament m'għandhomx jibqgħu isiru u l-ministru, minbarra l-kwestjoni tal-parker li għadni kif semmejt, għandu jara wkoll li l-parking spaces ma jiġux moħlija.", "Il-ministru jrid jara wkoll għaliex il-patching tat-toroq ma jsirx kullimkien imma jsir biss f'areas partikolari waqt li fl-area ta' Ta' Mlit hemm ħofor kbar li meta tagħmel ix-xita jsiru għadajjar.", "L-unika darba li sar xi xogħol f'dawn l-akwati kien fi żmien amministrazzjoni Laburista meta bl-għajnuna tal-Perit Charles Buhagiar irranġajna kif stajna biex l-Arċisqof seta' jbierek il-kappella li hemm fil-viċin.", "Illum dawn in- nies li kienu qed jiffrekwentaw din il-kappella sabiħa lanqas qed jersqu 'l hemm għax it-triq tinsab fi stat terribbli.", "Kif tista' anzjana tgħaddi bil- bastun minn triq li hija agħar mill-qamar!", "Mr Speaker, irrid ngħid li għalkemm il-kunsill lokali tal-Mosta m'għandux maġġoranza Laburista, kulħadd fehem li fil-Mosta ma kien hemm l-ebda galbu taħt it-tmexxija ta' żewġ kunsilli Nazzjonalisti.", "Kulħadd fehem li l- mismanagement finanzjarju li kien hemm fil-Mosta huwa inaċċettabbli.", "Għalkemm fil-Mosta m'aħniex fil-maġġoranza, aħna se naraw li l-affarijiet isiru sew.", "Il-verita' hi li isbaħ mid-direzzjoni t-tajba m'hawnx, imma d- direzzjoni t-tajba m'hijiex dik li jippriedka l-Onor.", "Fenech Adami imma dik li jrid il-poplu, jiġifieri li l-affarijiet isiru b'mod onest.", "Huwa inutli li l-Ministru jgħid li l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali m'humiex importanti.", "Permezz tar-riżultati ta' nhar is-Sibt, il-poplu Malti wera biċ-ċar li kull fejn kien hemm il-partit Nazzjonalista, ma sar xejn bil- galbu.", "Il-poplu Malti f'dawn l-elezzjonijiet ċaħad ukoll dak li qal il- gvern ftit jiem qabel, jiġifieri li f'dawn l-elezzjonijiet wieħed kellu jżommu f'moħħu l-Ewropa.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent billi nagħmel riferenza għall- kwestjoni tal-pompa tal-petrol fil-Mellieħa, fejn irrispettivament mid- deċiżjoni tal-planning authority, jekk f'dan il-każ hemm lok ta' intervent min-naħa tal-gvern u ta' l-oppożizzjoni għall-ġid tar-residenti tal- Mellieħa, għandna naraw li dan isir.", "Għalhekk inħeġġeġ lill-gvern biex ma jibqax iwebbes rasu dwar din il-problema li qed tolqot negattivament lir- residenti ta' l-inħawi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2001, fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SANTA MARIA DAY SCHOOL", "24262.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmana minn liema lokalitajiet ta' Malta ġejjin l- istudenti li jattendu d-day school Santa Maria ta' l-Imsida?", "Jista' jinfurmana għaliex ma saret ebda konsultazzjoni mal-ġenituri dwar it- trasferiment tat-tfal tagħhom?", "Kemm fil-fatt huwa n-nru. ta' studenti li se jmorru fl-iskola tal-Wardija u minn liema lokalita' se jkunu ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-lokalitajiet li ġejjin minnhom l- istudenti ta' l-Iskola Santa Marija l-Imsida huma dawn:", "B'Kara, Bormla, B'Bugia, Fgura, Ħamrun, Kalkara, Kirkop, Isla, Luqa, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Mrieħel, Msida, Pieta`, Siġġiewi, San Ġiljan, Ta' Giorni, Vittoriosa, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq.", "Rigward it-tagħrif dwar konsultazzjoni u trasferimenti, nirreferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23689.", "SUQ TAL-BELT - TARAĠ WIEQAF SENTEJN", "24271.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li t-taraġ tas-Suq tal-Belt ilu wieqaf għall-dawn l-aħħar sentejn?", "Għaliex matul dan il-perjodu ma' ġiex irranġat?", "Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-ħsara mmedjatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħsarat fi proprjeta` tal-Gvern li mhix użata għal skopijiet residenzjali tissewwa mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru ta` l-Ambjent.", "It-Taqsima Proprjeta` tal- Gvern għaddiet il-flus neċessarji (Lm11,200) lil dan id-dipartiment biex ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet neċessarji.", "SUQ TAL-BELT - TOILET", "24277.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-unika toilet li hemm fis-suq tal-belt tħalla daqstant zdingat tant li lanqas jeżisti bieb?", "Jista' d-dipartiment konċernat jara li jiġu rimedjati l-ħsarat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24271 f`din l-istess Seduta.", "R.S CORPS - VAT DEPARTMENT", "24279.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tar-R.S.Corps li ntbagħtu jaħdmu bħala VAT inspectors mad-Dipartiment tal-VAT, ma ngħatawx l-allowance ta' Lm 60 fix-xahar bħal inspectors oħra?", "Jista' jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex ma tkomplix isseħħ din l-inġustizzja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-membri tar-Revenue Security Corps għandhom kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn dawk ta' membri fis-servizz pubbliku, fosthom li huma eliġibbli għall-pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz.", "Ninsab infurmat li l-membri ta' RSC, li ntgħażlu li jaħdmu ta' VAT inspectors u aċċettaw fuq bażi volontorja, jagħmlu parti u mhux il-firxa tax-xogħol kollu li jagħmlu VAT inspectors li huma membri tas-Servizz Pubbliku.", "REVENUE SECURITY CORPS", "24280.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinfurmani għal-liema xogħol professjonali tal-ħaddiema tar- Revenue Security Corps kien qed jirreferi għalih qabel l-elezzjoni ta' l- 1998?", "Jista' jinfurmani kemm mill-ħaddiema tar-R.S.C. ingħataw dan l- impjieg professjonali matul l-1999 u 2000?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id-dmirijiet li qed jagħmlu l-membri tar- Revenue Security Corps, bħal dmirijiet mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, dmirijiet ta' Cash Escorts mad-Dipartimenti tal-Gvern u sigurta' mal-banek, huwa xogħol professjonali tal-ħaddiema tar-Revenue Security Corps.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - IKLIN", "24296.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi esproprijata parti mill-għalqa li hemm fi Triq Richard Taylor, l-Iklin billi minħabba fiha, it-triq tidjieq sostanzjalment b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l-istess triq li jkunu jridu jsibu parking għall-karozzi tagħhom?", "Jista' jsir xi ħaġa dwar il-ħajt tas-sejjieħ ta' l-istess għalqa li spiss jaqa' ma' kull xita li tagħmel?", "Jaf il-Ministru li parti minn din l-għalqa qed tintuża wkoll bħala rubbish dump b'inkonvenjent addizzjonali għall-istess residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet ma għandu l-ebda talba għall-esproprijazzjoni ta` xi art fit-triq li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat, illi għalkemm il- Pulizija qatt ma kellha rapporti dwar il-ħajt imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, il-Pulizija ser tieħu l-passi meħtieġa sabiex is-sid ikun notifikat skond il-liġi sabiex il-ħajt jissewwa.", "Infurmat ukoll illi ma jirriżultax li din l-għalqa qed tintuża bħala rubbish dump.", "BIĊĊERIJA - IMPJEGATI", "24297.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu l-biċċerija bħalissa?", "Kemm kien hemm f'Settembru 1998?", "Liema postijiet imtlew dan l-aħħar sentejn u nofs?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI", "24298.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'referenza għad-dettalji li għarraft lill-Kamra dwarhom, dwar l-impjegati u s-salarji tal-FMS, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jaqla ċ-chairman tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TAL-KUMMERĊ - PRICE CONTROL INSPECTIONS", "24299.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jikkonferma li bħalissa fuq il-price control inspections, id-dipartiment tal-kummerċ għandu persuna waħda biss?", "X'inhuma il-pjani tal-gvern għall din it-taqsima?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li bħalissa d-Direttorat għas- Servizzi Kummerċjali fid-Diviżjoni għall-Kummerċ għandu żewg persuni fuq xogħol ta' speżżjoni ta' kontroll ta' preżżijiet.", "Tajjeb jingħad li l-policy tal-Gvern ħija li l-Uffiċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jkun l-uffiċju relevanti għal dak li għandu x'jaqsam ma' xi abbuż dwar preżżijiet.", "ACCRUALS", "24371.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-figuri tal-accruals pendenti li l-Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra, hemm xi pagamenti over and above li ġie miftiehem li jingħataw lill- kuntratturi fil-ġejjieni fuq medda ta' snin għall-xogħol li diġa sar?", "Jekk iva, kemm hemm każi simili u xi jlaħħqu dawn l-ammonti sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EU", "24372.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Prim Ministru biex għall-ewwel darba jgħid publikament kif ġie irrapurtat li qal il-Kaċillier Ġermaniż li Malta mhiex qed tfittex sħubija sħiħa fl-unjoni ewropeja akkost ta' kollox?", "Dan ifisser li jekk Malta ma tiksibx id-derogi jew perijodi transitorji dwar suġġetti u oqsma speċifiċi tkun lesta li tirrikonsidra l-posizzjoni tagħha jew dan sar biex nagħtu l-impressjoni li qed insaħħu il-posizzjoni tagħna fin-negozjati wara li għal dawn l-aħħar ħdax-il sena tajna impressjoni kuntrarja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-pożizzjoni tal-Gvern fuq in-negozjar ma nbiddletx.", "Jidher li l-Onor.", "Interpellant emmen il-propoganda tal-Partit tiegħu stess.", "GNIEN TAL-BEBBUX - TELEFON BOOTH", "24379.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li t-telefon booth li tinsab biswit il- Ġnien tal-Bebbux tiġi mixgħula b'mod regolari bħal kull booth oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "TOROQ - BAY", "24380.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga u jara li fil-parti ta' isfel u ċioe flok iż-zebra crossing li hemm appena taqbad dieħel Vjal il-Blue Grotto fiż-Żurrieq issir bay bħal dik magħmula aktar il-fuq u dan peress illi ftit huma dawk is-sewwieqa li jgħatu ċans lil pedestrian jaqsam?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir."]} {"filename": "19941203_358d_par.doc", "date": "1994-12-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 358 Is-Sibt, 3 ta' Diċembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 358", "Is-Sibt, 3 ta' Diċembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.05 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 358", "Is-Sibt, 3 ta' Diċembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 799", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 799", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1995 (IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN) 807", "AĠĠORNAMENT 829", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 829", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 357 li saret fit-2 ta' Diċembru, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "AGRIKOLTURA - AGRICULTURAL OFFICER I", "22808.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Bi tweġiba għad-domanda tiegħi numru 21750 għidtli li flimkien mal-PSC qed jiġi kkonsidrat mill-ġdid min jista' japplika biex jimla' l-postijiet ta' Agricultural Officer I.", "Kien hemm xi konklużjonijiet ġodda dwar il-mili ta' dawn il-postijiet?", "X'inhuma l-konklużjonijiet ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Jien infurmat li s'issa għad ma kien hemm l-ebda deċizjoni.", "MSIDA - PROĠETT TA' PJAZZA", "22809.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Hemm permessi biex jitla' bini fil-pjazza proġettata fiż-żona ta' Triq Ċensu Farrugia u Triq l-Irmiġġ, fl-Imsida?", "Jekk hemm permessi, meta ħarġu dawn il-permessi u għal-liema tip ta' bini?", "Jekk m'hemmx permessi, x'passi se jittieħdu biex jieqaf ix-xogħol immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Il-każ qed jiġi nvestigat.", "SKEJJEL - SKEMA TAT-TAS", "22810.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-esperjenza tax-xogħol ta' l-istudenti fl-iskema TAS isservi tassew għall-iskilling ta' dawn l-istudenti u mhux primarjament bħala sors ta' cheap labour min-naħa ta' min jisponsorjahom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Biex ma jsirux abbużi fl-iskema tat-TAS, uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jagħmlu żjarat kemm fl-organizzazzjonijiet li qed jisponsarjaw lill-apprendisti kif ukoll fl-iskejjel tekniċi fejn jitkellmu ma' l- apprendisti dwar l-esperjenzi tax-xogħol tagħhom.", "Fiż-żjarat li jsiru fl-industrija, it-taħriġ li qed jieħdu l-apprendisti jiġi diskuss bejn l-uffiċjal tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, l- apprendist u min ikun qed iħarrġu.", "L-apprendist hu mistenni li jniżżel fit- 'Training Log Book' mogħti lilu dawk l-esperjenzi li jgħaddi minnhom fuq il- post tax-xogħol.", "Dan il-log book jiġi evalwat kemm mill-Korporazzjoni għax- Xogħol u Taħriġ kif ukoll mill-isponsor tiegħu.", "Waqt iż-żjarat l- apprendist jintalab jikkumenta dwar it-taħriġ li jkun qed jingħata u jekk jinstab li dan mhux relatat ma' l-istudji tiegħu, il-Korporazzjoni għax- Xogħol u Taħriġ tieħu passi biex tiżgura li dan isir.", "L-apprendisti jridu jikkonfermaw li saritilhom żjara mill-uffiċjal tal-Korporazzjoni billi jiffirmaw fuq wara tar-rapport taż-żjara li jimtela mill-istess uffiċjal li wara jagħmel rapport taż-żjara u jgħaddih lis-superjuri tiegħu.", "Billi jkun hemm apprendisti li forsi jiddejqu jitkellmu dwar it-taħriġ prattiku quddiem l-isponsor tagħhom meta dan it-taħriġ ma jkunx wieħed pożittiv, l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ imorru jkellmu lill-apprendisti fl-iskejjel tekniċi fejn l-apprendisti jkunu jistgħu jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom mingħajr biża'.", "L-apprendisti jimlew dokument li fih jevalwaw it-taħriġ prattiku tagħhom u wara jiddiskutu l- problemi, jekk ikun hemm, ma' l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.", "Kull meta xi apprendist jindika li t-taħriġ li jkun qed jingħata ma jkunx wieħed adegwat, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tieħu passi ma' l-isponsor biex il-kwalita' tat-taħriġ titjieb.", "Barra minn hekk, il-Korporazzjoni titlob lill-isponsors biex jimlew fuq kull apprendist dak li jissejjaħ 'Training Progress Report' li fih huma jridu jindikaw liema huma dawk il-ħiliet li kiseb l-apprendist waqt it- taħriġ prattiku li ngħata fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk jinstab li l-apprendist mhux jingħata taħriġ adegwat, il- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandha d-dritt bil-liġi li ttemm l- apprendistat ma' dak l-isponsor u ssib ieħor li jista' joffri taħriġ aħjar lill-apprendist.", "Flimkien mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ torganizza wkoll kors ta' 'Training for Trainers' biex dawk responsabbli minn dawn l-apprendisti jew trainees oħra jirċievu dan it- taħriġ bażiku u t-tħejjija meħtieġa relatata ma' dan l-impjieg.", "Skop ieħor ta' dan il-kors huwa li jtejjeb il-livelli tat-taħriġ u fl-istess ħin jgħin fl-iżvilupp tat-'trainer' innifsu, tat-'trainee' jew ta' l-apprendist.", "DINGLI - DAWL FIT-TOROQ", "22811.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill- Kunsill Lokali ta' Ħad Dingli biex jiżdied is-servizz tad-dawl pubbliku fir- raħal?", "Kemm intlaqgħu minn dawn it-talbiet?", "Meta se jintlaqgħu it-talbiet l-aktar prijoritarji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Kunsill Lokali ta Ħad-Dingli għamel dawn it-talbiet għal dawl fit-toroq:", "1.", "Triq William Reid (2 luminaires) 2.", "Triq Għar Mirdum (1 luminaire) 3.", "Triq ix-Xefaq (1 luminaire) 4.", "Triq Ġdida fi Triq il-Buskett (2 luminaires) 5.", "Triq il-Merill (2 luminaires) 6.", "Triq San Pawl tal-Pitkali (1 luminaire) 7.", "Triq Inguanez (1 luminaire) 8.", "Triq Għar Bettija (2 luminaires) 9.", "Triq il-Kbira Sqaq Nru. 3 (1 luminaire) 10.", "Triq ir-Rabat (2 luminaires) 11.", "Sqaq il-MUSEUM (1 luminaire) 12.", "Triq it-Turetta (1 luminaire) 13.", "Triq San Pawl (1 luminaire) 14.", "Triq Claudette Agius 15.", "Triq Ġuże' Ebejer 16.", "Triq Francesco Zammit 17.", "Triq Karm Frendo Dingli", "Minn dawn sa issa intlaqgħu dawk ta' Triq William Reid, u ta' Triq Francesco Zammit.", "It-talbiet l-oħra għadhom qed jiġu kunsidrata flimkien mat-talbiet kollha li jkollha l-Korporazzjoni Enemalta.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jispjegali x'inhi l-proċedura meta ssir it-talba għal bozoz ġodda, kemm mill-kunsilli u kemm minn membri parlamentari - il-kostitwenti jkunu talbuhom, jaraw li għandhom raġun u allura jagħmlu t-talba - kif u meta jkunu jistgħu jiġu aċċettati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett il-proċedura tinkwadra ruħha f'vot speċifiku għal estensjoni tas-servizz tad-dawl, li hemm fl-estimi tal- Korporazzjoni Enemalta.", "Kull meta ssir talba bħal din, il-Korporazzjoni wara li tikkonsidra li jista' jkun hemm każ għal dik it-talba, tqabbad l- inġiniera biex jagħmlu studju dwar x'se tinvolvi bħala xogħol u spejjeż.", "Meta dan ikun lest jgħaddi lill-Korporazzjoni Enemalta, li tikkonsulta fuq dan is-suġġett partikolari mas-Segretarju Parlamentari Ninu Zammit.", "Naturalment imbagħad wieħed irid jinkwadra t-talbiet kollha li jkunu daħlu, biex kemm jista' jkun wieħed jara liema minnhom huma ġustifikati u liema le.", "Kif ġieli spjegajt, għalxejn ikollok talbiet jekk triq diġa jkollha' dawl suffiċjenti u xi ħadd ikun irid iżid sempliċiment b'mod li m'huwiex organiżżat.", "Issemma l-każ ta' min jinsisti li jrid lampa ħdejn id-dar tiegħu għax qed jara li l-post tiegħu huwa mudlam, imbagħad tiskopri li ta' ħdejh qed jinsisti bil-maqlub minħabba li din iġġib in-nemus u għaliex jidħollu d-dawl fil-kamra tas-sodda.", "Allura jrid ikollok kriterji oġġettivi ta' x'distanza għandu jkun hemm bejn dawn il-bozoz.", "Naturalment għandek tagħti priorita' lil areas ġodda bħalma huma l-housing estates, imbagħad il-konsiderazzjonijiet ta' fejn hu ġustifikat, ta' kriterji tekniċi u ta' studju anke mil-lat finanzjarju.", "Naturalment meta jkollna dawn it-talbiet numerużi u konsiderevoli anke mal-kunsilli lokali, wieħed jara fid-dawl tal-budget x'tista' tilqa' u x'ma tistax.", "Jien iddiskutejt ma' Enemalta u donnu hemm skop li wieħed jista' jżid xi ftit dan il-vot partikolari s-sena d-dieħla u fis-snin ta' wara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħidli li nbidlet is-sistema minn kif kien qal li se jsir il-Ministru Falzon?", "Hu kien qal li fil-każ ta' bini ġdid u toroq ġodda, se jkun hemm min jieħu ħsieb jara x'bozoz hemm bżonn u allura m'hemmx għalfejn isiru talbiet għaliex ikunu diġa' ħaduhom in consideration meta jkunu saru dawn it-toroq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena kont għidtlu li f'areas ġodda bħal housing estates u areas oħra li ġew żviluppati riċentement, il-Korporazzjoni Enemalta tagħmel skema għal dik l-area kollha u m'hux twaħħal bozoz skond it-talbiet li jkun hemm għaliex inkella ssir konfużjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'hemm l-ebda kontradizzjoni bejn dik it- tweġiba u dak li għidtlek issa.", "Fil-mistoqsija li għamel issa l-Onor.", "Mizzi staqsieni x'inhi l-proċedura meta jsiru t-talbiet mill-kunsilli lokali, minn Membri Parlamentari u oħrajn u jien għidtlu x'inhi l-proċedura bit-dettalji kollha kif xtaq ikun jaf.", "Dan ma jfissirx li f'areas ġodda l- Korporazzjoni - minn jeddha jew anke b'konsultazzjoni mad-dipartimenti li jkunu għamlu xi xogħol f'dawk l-inħawi - ma tagħmilx programmi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Innotajt li fl-Universita' saru bozoz li jieħdu l- enerġija tagħhom mill-enerġija solari.", "Nixtieq inkun naf jekk hemmx pjanijiet biex dan l-esperiment li qed isir minn korporazzjoni pubblika partikolari jiġi estiż f'partijiet oħra ta' Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Irrid ngħid li fil-fatt hemm koperazzjoni speċifika fuq l-aspett li wieħed jagħmel ftit esperimenti dwar l-użu ta' enerġija solari bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Universita'.", "L-idea hija li wara li nagħmlu proġetti f'environment kemm jista' jkun ikkontrollat, l-idea hi li toħloq ambjent ta' laboratorju fis-sens wiesgħa tal-kelma, skond ir-riżultati mbagħad wieħed jipprova jestendi dik l-iskema anke f'postijiet oħra.", "Anke l-proġett li qed jirreferi għalih il-ħabib tiegħi qed isir ukoll b'koperazzjoni bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l- Universita' u hemm Istitut bejn dawn it-tnejn flimkien li fil-fatt se jieħu iktar inizjattivi għar-rigward ta' proġetti ta' enerġija solari.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Ma' dak li qal l-Onor.", "Francis Zammit Dimech nixtieq inżid li l-Ministeru tat-Trasport ukoll qiegħed jara jekk dan l-esperiment li sar fl-Universita', li fih kien involut ukoll l-Istitut ta' l-Enerġija, jistax jintuża dan it-tip ta' dawl fejn intużat is-sistema ta' enerġija solari, għat-traffic signs il-kbar ħalli fl-Universita' jkollna din is-sistema u ma jkunx hemm għalfejn isir xogħol żejjed biex jitwassal id-dawl.", "DINGLI - TRASPORT PUBBLIKU", "22812.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem L-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-karozza fuq ir-rotta Valletta - Dingli telqet tard ħafna għall-ħabta tal-5.00 p.m. nhar il-Ħadd, 13 ta' Novembru, 1994?", "L-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku meta beħsieba tilqa' t-talbiet tal- Kunsill Lokali ta' Ħad Dingli biex jiżdiedu r-rotot lejn u minn Ħad Dingli mill-karozzi tal-linja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-karrozza li kellha titlaq mill-Belt lejn Ħad-Dingli fil-5.00 p.m. nhar il-Ħadd, 13 ta' Novembru 1994, ittardjat bi kwarta peress li fi triqtha minn Ħad-Dingli lejn il-Belt inqabdet fit-traffiku u fil-Venda tar-Rabat/Dingli fil-Belt ma kienx hemm karrozza oħra biex tagħmel il-vjaġġ minn flokha.", "Dakinhar kien hemm il- fiera fil-Baħrija u karrozzi mir-rotta tar-Rabat kellhom ukoll jagħmlu servizz dirett lejn il-Baħrija u lura.", "Bħalissa mal-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli qed tkun diskussa talba dwar il-possibilita' li r-rotta eżistenti tkun estiża sa ħdejn il-Qasam tad- Djar.", "Din il-materja kienet diskussa wkoll mal-Public Transport Association li ftit inqas minn sena ilu kienet aċċettat li tintroduċi din l- estensjoni bil-kondizzjoni li l-parti l-ġdida tkun koperta b'żieda fin- noll.", "Din il-materja trid tifforma parti mill-ftehim globali li qed jiġi diskuss mal-Assoċjazzjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, meta qed nitkellmu fuq karozzi tal- linja, jista' l-Ministru jgħidilna x'miżuri qed ikomplu jittieħdu biex jinqata' darba għal dejjem - naħseb li m'hu se jinqata' qatt - l-exhaust esaġerat u bla kontroll li jitfgħu dawn il-karozzi.", "Kemm fil-fatt qed jgħafsu fuqhom biex dan jitwaqqaf?", "Jien naħseb li fejn konna bqajna!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, din il-problema ilha magħna għal ħafna snin.", "L-Awtorita' tat-Trasport għamlet testijiet matul din is-sena dwar x'inhu l-istat tal-buses peress li kien hemm diversi rapporti bħal dawn.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet li qed niddiskutu u nikkonsidraw hija x'tip ta' fuel jista' jintuża, anke meta jiġu l-buses il-ġodda.", "Hemm diversi pajjiżi li minflok jużaw fuel bħal petrol jew diesel jużaw fuels oħrajn.", "Il-gas huwa wieħed mill-fuels li jista' jiġi konsidrat.", "SKEJJEL - FELLENBERG", "22813.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jkollhom għalliema fil-Qasam tal-Mikro-elettronika fl-Istitut Fellenberg?", "Kemm għandhom għalliema nieqsa u f'liema suġġetti, l-istudenti ta' l- Istitut Fellenberg?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-nuqqas ta' lezzjonijiet li kien hemm fil-Fellenberg Training Centre issa ġew riżolti kollha.", "SPTAR SAN RAFFAELE - DOTT.", "VINCENZO MARISCOTTI", "22988.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwn Grech) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jieħu passi biex ineħħi lil Dott. Vincenzo Mariscotti milli jkompli jservi bħala Membru tal-Bord li qed jevalwa l-offerti li ntefgħu għall-bini ta' l-Isptar San Raffaele?", "Dan l-aħħar Vincenzo Mariscotti ġie arrestat u qed jiġi nvestigat mill- Awtoritajiet Taljani minħabba Tanġenti.", "ONOR.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru għall-Intern u Żvilupp Soċjali): Peress li l-istess mistoqsija saret mill-Onor.", "Membru lill-Prim Ministru bħala mistoqsija parlamentari numru 22994 nirreferih għal dik it-tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, pero' l-Ministru jammetti li dawn it- tnejn minn nies imsemmijin ġew indicted fl-Italja fuq korruzzjoni, għaliex kollega tiegħu waqt dibattitu fuq it-television qal li m'hux veru.", "Jammetti li veru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mr Speaker, jien ma nafx jekk l-Onor.", "Membru qarax id-domanda, pero' hawnhekk żgur li m'hawnx żewġ ismijiet.", "Issa jekk l-Isptar San Raffaele huwa isem ta' persuna ħaġa oħra imma hawnhekk isem wieħed biss hawn Dott. Vincenzo Mariscotti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hemm isem wieħed biss b'kumbinazzjoni għax f'affarijiet bħal dawn lussu għandna, tnejn hemm minn dawn in-nies magħżulin biex ikunu fuq il-bord tas-San Raffaele.", "GĦall-Grazzja t'Alla m'hux wieħed għandna imma tnejn!", "Pero' jien qed nistaqsik jekk għallinqas taqbilx li dawn huma veru taħt investigazzjoni għaliex sieħbek qal li m'hux veru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mr Speaker, l-ewwelnett meta jien kont l- Universita' kont nitgħallem li kulħadd huwa innoċenti sakemm jiġi pprovat ħati.", "(Interruzzjonijiet) Int diġa' qed tagħmilhom ħatjin, dawn għadhom qed jiġu nvestigati.", "MR SPEAKER: L-Onor.George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-mistoqsija hija m'hux jekk dawn humiex ħatja imma jekk il-Ministru jaqbilx li hu veru li dawn huma taħt investigazzjoni għax il-Ministru sieħbek qal li mhux veru u l-gazzetti hekk qalu.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ġew interrogati.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - ENVIRONMENTAL HEALTH BRANCH", "22989.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Skond Inter Office Memo li ħarġet mill-Environmental Health Branch fid-Dipartiment tas-Saħħa jidher li d-dipartiment qiegħed jikkonsidra jibgħat żewġ persuni minn fost il-Health Inspectors u Senior Health Inspectors biex jagħmlu kors ta' sena bħala Masters Degree in Environmental Health fl-Universita' ta' Edinburgh.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ir-rekwiżiti biex studenti jkunu jirreġistraw għal kors bħal dan?", "Kemm \"O\" Level u \"A\" level gradi subjects huma bżonn u f'liema suġġetti?", "Hemm bżonn li studenti jkollhom bżonn ta' first degree qabel ikun aċċettati għal grad ta' Master?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Ninsab informat li l-'interoffice memo' li ħarġet mill-Fergħa ta' Saħħa Ambjentali fis-7 ta' Novembru 1994, kienet maħruġa sempliċiment biex tindaga jekk hemmx interess fost il-'Health Inspectors' tad- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li jkomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom.", "Allura wieħed m'għandux jinterpreta dan il-'memo' bħala sejħa uffiċjali għall-applikazzjonijet.", "SPTAR MONTE CARMELI - INĊINERATUR ĠDID", "22990.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid li billi l-inċineratur ta' l-Isptar Monte Carmeli huwa antik ħafna, hemm il- ħsieb li jiġi nstallat wieħed ġdid?", "Waqt li saru arranġament ma' l- Amministrazzjoni ta' l-Isptar San Luqa biex dan jieħu x-xogħol ta' inċinerazzjoni li suppost issir fl-Isptar Monte Carmeli, dan żgur se jkun ta' inkonvenjenza kemm f'dak li hu trasport u xogħol extra, jibqa' l-fatt li sptar ta' daqs ta' Monte Karmeli jkollu inċineratur għalih?", "ONOR.", "GEORGE BONNELO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Il-materja qed tiġi rikonsidrata bil-ħsieb li tintgħażel soluzzjoni li hi 'cost-effective'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li fl-Isptar ta' San Raffaele jkun hemm inċineratur għalih jew jekk il- materjal li jiġi maqtugħ, użat jew dispost minn San Raffaele huwiex se jiġi maħruq fl-Isptar St Luke's?", "ONOR.", "GEORGE BONNELO DU PUIS: L-Onor.", "Membru japprezza li ma nistax' nirrispondi għaliex m'iniex informat.", "Peress li San Raffaele se jkun żgur state of the art, allura għandi nifhem li se jkollu inċineratur.", "SPTAR SAN RAFFAELE - DOTT.", "VINCENZO MARISCOTTI", "22994.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jieħu passi biex ineħħi lill-Dott.", "Vincenzo Mariscotti milli jkompli jservi bħala Membru tal-Bord li qed jevalwa l-offerti li ntefgħu għall-bini ta' l-Isptar San Raffaele?", "Dan l-aħħar Vincenzo Mariscotti ġie arrestati u qed jiġi nvestigat mill- Awtoritajiet Taljani minħabba Tanġenti.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab infurmat li Dott Vincenzo Mariscotti m'huwiex qed jieħu parti fil-Bord imsemmi fuq talba tiegħu stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Allura issa qed nifhmu li Dott. Vincenzo Mariscotti m'għadux fil-Bord u ma ġiex mitlub mill-Gvern Malti biex jirtira.", "Jiġifieri dan irtira waħdu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien m'għidtx li Dott Vincenzo Mariscotti m'għadux fil-Bord imma għidt li fuq talba tiegħu stess m'huwiex qed jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord.", "Il-Gvern Malti ma talbux sabiex jirtira.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Gvern Malti ma ħa l-ebda passi u ma kien hemm l- ebda talba ...", "Jiġifieri l-Gvern Malti ħalla kollox kif kien?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern Malti ma talbux biex jirtira, pero' r- risposta hija li Dott. Vincenzo Mariscotti hu stess talab li ma jipparteċipax fil-Bord.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri l-Gvern Malti ma talbu xejn u hu kellu d- diċenza li jgħid li m'huwiex se jkompli?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva.", "Hekk ikunu n-nies diċenti u ma għandhomx isiru akkużi kif għadhom kif saru mill-Onor.", "Vella li ma jaqblux mal- verita'.", "Jiġifieri m'hux veru li hemm akkużi kontra din il-persuna.", "Pero' huwa veru li ġie interrogat.", "Dan huwa bniedem liberu u jista' jiġi hawn meta jrid, pero' hu stess fiċ-ċirkostanzi informa lilna u lill-Bord li m'hux qed jipparteċipa għalissa.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien ma naċċettax li qed ngħid affarijiet m'hux eżatti.", "Jien qed nikkwota xi jgħidu l-gazzetti Taljani li dawn it-tnejn kienu akkużati b'ċerti affarijiet.", "M'iniex qed ngħid li huwa veru, pero' kienu qed jiġu investigati fuqhom.", "Issa jien la jien imħallef u lanqas qiegħed hemm biex niddeċiedi.", "Jien qed ngħid li dawn ġew akkużati b'ċerti affarijiet u qed jiġu investigati.", "Jien nistaqsi lill-Prim Ministru x'raġuni ta s-Sur Marascotti biex ma jkomplix jaħdem fuq dan il-bord.", "Ta xi raġuni jew le?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li fl-ittra li bagħat ir-raġuni li ta hija li għandu ħafna xogħol u minħabba ċirkostanzi oħra m'huwiex se jipparteċipa fil-bord.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri fl-ittra tiegħu ma semma xejn li għandu x'jaqsam ma' din l-investigazzjoni li qiegħda msemmija fil-gazzetti Taljani?", "Sempliċement qal li għandu ħafna xogħol x'jagħmel?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien għidt x'inhi s-sitwazzjoni u inutili jagħmilli domandi iktar għax il-fatti huma dawk li huma, jiġifieri li Dr Vincenzo Mariscotti informa liċ-Chairman tal-Bord li fiċ-ċirkostanzi m'hux se jipparteċipa fil-laqgħat tal-bord.", "Semma li hu mħabbat b'ħafna affarijiet u ċirkostanzi oħra li jġegħluh jagħmel dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-Prim Ministru għandu xi indikazzjoni jekk 'il quddiem hux se jkun iktar ħafif mix-xogħol u jerġa' jkun fil-bord, jew inkella jekk huwiex se jibqa' barra għal dejjem?", "ONOR.", "EDWARD FENECH ADAMI: It-tama tiegħi hija li kemm jista' jkun malajr jipparteċipa fil-bord għax huwa persuna ta' validita', serjeta' u effiċjenza kbira u li għandu warajh track record eċċellenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi persuna oħra konnessa ma' l-isptar San Raffaele huwa Signor Cal li huwa wkoll is-Sindku ta' Malta f'Milan, inbidlet il- pożizzjoni tal-Gvern Malti li għalissa ma jagħmel xejn u jħalli lil Signor Cal bħala Konslu ta' Malta ġewwa Milan?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, jien ma niġbidx konklużjonijiet ta' ħtija qabel il-waqt.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nagħmlu żball terribbli.", "Jien ma nemminx f'din is-sistema.", "Jien trabbejt f'sistema ta' dritt penali li n- nies ma jitħammġux qabel ma jkunu kundannati.", "Meta jkun hemm ċerti dellijiet partikolarment koroh naturalment wieħed għandu jiġbed ċerti konklużjonijiet, il-bqija jien naħseb li nkunu qed nagħmlu żball.", "Dawn il- konċetti huma bażilari għal-liberta' u d-dinjita' ta' kull wieħed minna.", "Dwar dan noqgħod attent ħafna jien u qatt ma ħammiġt lil ħadd la Maltin u lanqas barranin.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - MATERNITY GRANT", "23034.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta l- Maternity Grant li jieħdu n-nisa waqt it-tqala wara li jagħlqu 28 ġimgħa?", "Għaliex dan il-grant dan l-aħħar qiegħed jitqassam f'żewġ pagamenti, meta qabel kien jitħallas f'somma waħda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Il-Maternity Grant jew kif inhi maghrufa ahjar, Beneficcju ghal Maternita' tammonta ghal Lm94.90c.", "Hemm zewg metodi ta' kif jista' jintalab dan il-Beneficcju.", "a) Billi l-mara taghmel it-talba fuq il-formola preskritta meta hi tibda t-tmien xahar tat-tqala liema talba trid tkun certifikata mit-tabib taghha.", "F'dan il-kaz, jsir pagament ta'tmien gimghat bis-Lm7.30c fil- gimgha, qabel it-twelid tat-tarbija.", "Il-kumplament tal-beneficcju (hames gimghat bir-rata ta' Lm7.30c) jigi mhallas hekk kif id-Dipartiment jigi nfurmat bit-twelid tat-tarbija permezz tac-certifikat tat-twelid.", "b) Billi l-mara taghmel it-talba fuq il-formola preskritta wara t- twelid tat-tarbija u tipprovdi lid-dipartiment b'kopja tac-certifikat tat- twelid ta' l-istess tarbija.", "F'dan il-kaz isir pagament wiehed ta' tlettax il-gimgha bis-Lm7.30c fil-gimgha.", "Din l-ghazla dwar meta tista' ssir it-talba tinsab fil-ligi stess; biss din trid dejjem tasal fid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali fi zmien sitt xhur mit-twelid tat-tarbija ghax inkella d-dritt ghal dan il-beneficcju jintilef.", "SPTAR SAN LUQA - PPARKJAR TA' KAROZZI", "23035.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex l- ipparkjar fl-Isptar San Luqa, speċjalment fl-area quddiem l-isptar qed jitħalla jsir mingħajr superviżjoni ta' xejn?", "Għaliex ma tara qatt l-ebda security officer meta suppost hemm numru kbir minn dawn l-impjegati?", "Jeżisti pjan min-naħa tal-Gvern biex din il-problema kemm fil-grounds ta' l-isptar u kemm barra tiġi rimedjata?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22597, inżid ngħid li l-problema tal-karozzi fil-grounds u madwar l- Isptar San Luqa tolqot pazjenti, qraba tal-pazjenti, viżitaturi, impjegati u nies li joqgħodu viċin l-Isptar San Luqa.", "Is-security officers kellhom direttivi mingħand il-UĦM dwar assistenza fil-parking fl-areas ġewwa l- Isptar, minħabba kwestjoni li hemm mad-Diviżjoni tas-Saħħa fuq l-ikel għall- HSO's. Is-security officers ma għandhom l-ebda ġurisdizzjoni fuq karrozzi 'l barra mill-gates ta' l-Isptar San Luqa.", "Is-soluzzjoni finali għall-problema tal-parking tkun meta nofs is- servizzi li joffri llum l-Isptar San Luqa jmorru fl-Isptar San Raffaele u magħhom jimxu pazjenti, viżitaturi u mpjegati.", "Sadanittant ir-refurbishment ġewwa l-Isptar San Luqa, li għalkemm mhux mixtieq, neċessarjament qed joħloq problemi ta' aċċess għall-parking areas waqt li jkun qed isir ix-xogħol.", "Nittama li f'qasir żmien ikun jista' jsir użu sħiħ mill-car park li hemm ħdejn l-Isptar.", "Qed isir studju dwar sistema ta' trasport intern fil-grounds ta' l-Isptar li sservi għall- pazjenti, għall-viżitaturi u għall-impjegati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1995 (IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN)", "MR SPEAKER: Bis-saħħa tal-ftehim milħuq fis-seduta Nru. 345 tat-22 ta' Novembru, 1994, nistieden lill-istazzjonijiet tar-radju biex ixandru dirett id-diskors tal-Prim Ministru u lill-impjegati tal-PBS jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett dan id-diskors fuq it-televiżjoni.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "Il-Kamra rriżumiet mit-30 ta' Novembru 1994 id-diskussjoni fuq il-Mozzjoni tal-Ministru tal-Finanzi biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 1994.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Is-seduta tal-lum hija mħollija kollha għall-Gvern.", "Skond il- ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 341 tat-18 ta' Novembru 1994, id-diskors kollu tal-Prim Minisru huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi (Ordni Permanenti Nru. 49) u l-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol għandu jkun fil- 11.30 a.m.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, meta l-Ministru tal-Finanzi ppreżenta d-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla, huwa għalaq id-diskors tiegħu bi tliet kelmiet, li kienu u huma l-programm ta' dan il- Gvern.", "Huwa kkonkluda billi qal:", "\"Bl-istess viżjoni, direzzjoni u ħidma se nibqgħu mexjin biex inseddqu dak li ksibna s'issa.\".", "Mr Speaker, dan huwa t-tmien Budget ta' dan il-Gvern u tajjeb li, mingħajr ma noqogħdu nħarsu wisq lura - kif qal tajjeb ukoll il-Kap ta' l- Opożizzjoni - niftakru minn fejn tlaqna.", "Tmien snin ilu aħna writna pajjiż illi kien - nistgħu ngħidu - mimli taqtigħ ta' qalb.", "Uritna pajjiż illi fih il-poplu tagħna kien jgħix minn ġurnata għal oħra, ma jafx x'se jiġri l- għada.", "Uritna pajjiż fejn ta' kull sena konna nistennew illi jiġi l-budget biex il-poplu tagħna jara jmissux xi loqma ħalli forsi jgħix kemm kemm aħjar.", "Konna nistennew il-Budget ħalli naraw il-Gvern, fil-bonta' tiegħu, x'kien se jqassam lill-poplu tagħna.", "Konna poplu li konna nagħtu l- impressjoni - naħseb li kienet tikkorrispondi mar-realta' - li konna qed ngħixu, kważi, bil-ħniena.", "Tmien snin ilu dan il-Gvern fehem li kien hemm bżonn li nagħtu sens ta' direzzjoni lil pajjjiżna.", "Lil pajjiżna kellna ngħidulu li aħna pajjiż li nemmnu fina nfusna, ridna ngħidulu li dan il- pajjiż ma kellux għaliex jaqta' qalbu; lil pajjiż kellna ngħidulu li jekk jifhem x'inhi l-funzjoni tiegħu, jekk ikollu sens ta' direzzjoni tajba, jekk il-poplu jkun lest li jaħdem biex taħt dik id-direzzjoni jikseb il- viżjoni li konna qed nippreżentawlu, allura dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Uritna pajjiż li la kellu viżjoni u lanqas sens ta' direzzjoni u għalhekk kien pajjjiż li staġna f'kull sens.", "Kien staġna għax l-iżvilupp ekonomiku kien ġie fix-xejn, l-impiegi fil-pajjiż kienu ħolma, l-impiegi li wieħed seta' joħlom bihom kienu mpiegi li ma jirrendux fil-produttivita' u allura kien proprju pajjiż li kellu bżonn, l-ewwel u qabel kollox, li jerġa' jkollu sens ta' direzzjoni.", "Mr Speaker, nhar l-Erbgħa jien ma kontx hawn; xtaqt li nkun hawn, pero' kelli impenn li kont ili li ħadtu, jiġifieri li mmur fuq żjara uffiċjali barra minn Malta.", "L-Onor.", "Lino Spiteri qed jgħidli li huwa tajjeb li mort għal żjara uffiċjali fi Vjenna.", "Jien ngħidlu li għandu raġun, mhux sempliċement għax Vjenna hija belt mill-isbaħ, kif jaf kulħadd, imma għax huwa tajjeb ħafna għal dan il-pajjiż li għall-ewwel darba l-Prim Ministru tiegħu mar għal żjara uffiċjali hemmhekk.", "Imma jien mhux se nitkellem fuq dan is-suġġett.", "Kont qed ngħid li minkejja li ma kontx f'Malta, smajt id-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u bil-faċilitajiet li hawn illum anke rajt video ta' dik ix-xandira.", "Mr Speaker, meta smajt dan id-diskors, jiddispjaċini ngħid li wasalt għall-konklużjoni li l-Onor.", "Alfred Sant mhux qiegħed jilħaq l-aspirazzjonijiet li poġġa għalih innifsu meta laħaq Kap tal-Partit tiegħu.", "Dak inhar il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal li se jagħmel Oppożizzjoni - kif għandu d-dmir li jagħmel - kostruttiva li tgħin u tpoġġi l-interess nazzjonali fuq quddiem nett.", "Jiddispjaċini ngħid ukoll li fid-diskors kollu ta' kritika għall-Budget li għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, jien ma sibt kważi xejn li huwa kostruttiv.", "GĦalkemm l-Onor.", "Sant qal li ma jridx ipinġi kollox iswed jew kollox abjad, fil-fatt meta tara kif ifformola l-kritika tiegħu, tinduna li prattikament ma enfasizza xejn ħlief dak li hu iswed.", "Ħafna drabi, hu pinġa iswed anke dak li l- fatti juru li l-viżjoni ta' l-istat ta' l-affarijiet m'hijiex sewda.", "Hu mliena b'ċifri, waħda wara l-oħra, bin-numri għaddejjin għal sagħtejn sħaħ, li ħafna minnhom kienu żbaljati, jew kif fil-mod iċċitahom jew fl- interpretazzjoni li ried jagħtihom.", "Mr Speaker, l-iktar ħaġa li tispikka hi li fejn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien kritiku - forsi wieħed seta' jikkonċedi li dik il- kritika jista' jkun hemm postha - waqaf hemm u m'għaddiex għall-pass li hu mistenni minnu, li wara li jindividwa x'inhi l-problema u jagħmel il- kritika tiegħu dwarha, jgħid x'inhi s-soluzzjoni tiegħu.", "Naturalment, fuq ħaġa waħda għamel hekk, fuq il-kwestjoni tal-VAT.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni intrabat li meta tasal l-elezzjoni li jmiss, fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista se naraw żgur mitkub li gvern ġdid ineħħi l- VAT.", "Naturalment irrid nitkellem iktar fuq il-VAT, imma din hija l-wegħda solenni u l-uniku pronouncement li stajt insib tad-definizzjoni tal- politika ta' l-Oppożizzjoni.", "Mill-bqija, fil-kritika kollha li saret m'hemmx il-mediċina għall-marda li qal li sab il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Mr Speaker, x'inhi l-pożizzjoni tagħna?", "Ma nistax ngħid - u żgur li ħadd m'hu se jgħid - li wettaqna xi miraklu, imma nistgħu ngħidu b'konvinzjoni qawwija li aħna sodisfatti - u sodisfatti ħafna - b'dan li ksibna f'dawn it- tmien snin u b'dawk li ksibna b'mod partikolari fis-sena li waslet biex tispiċċa.", "Din is-sena, l-1994, għal darba oħra ma kenitx xi sena faċli fil-klima ekonomika internazzjonali fejn għad hemm diffikultajiet kbar.", "Imma min iħares lejn pajjiżna, jinduna - u jien ngħid li bilfors għandu jaqbel - li f'din is-sena l-poplu tagħna u s-soċjeta' Maltija kompliet tistagħna.", "U mhux biss is-soċjeta' Maltija kompliet tistagħna, imma taħt id-direzzjoni u bil-politika tal-Gvern żgurat ukoll li t-tqassim tal-ġid sar b'sens ta' solidarjeta'.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni okkupa l-ħin kollu tiegħu b'analiżi kritika taċ- ċifri li joħorġu mill-Economic Survey għal din is-sena.", "Mr Speaker, huwa pprova jiġbed argumenti, kif diġa' għidt, pero' naħseb li jekk irridu nitkellmu fuq iċ-ċifri - nittama li jien ukoll ma noqgħodx nitkellem fuq ħafna ċifri - irridu nifhmu l-ewwelnett il-globalita' tas-sitwazzjoni ekonomika.", "Irridu nifhmu kif is-sitwazzjoni ekonomika mil-lat macro tagħha, jiġifieri mil-lat wiesa' tagħha, imxiet din is-sena f'pajjiżna.", "Allura biex jara kif imxiet l-ekonomija bilfors irid jieħu dawk li huma komunament aċċettati bħala l-indikaturi li wieħed jista' joqgħod fuqhom.", "Naturalment l-ewwel fost dawn hemm il-prodott gross domestiku.", "Hawnhekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - jekk fhimt sewwa - ma jiddiskutix iċ- ċifra ta' żieda ta' 8.4% fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'ċifri nominali, jiġifieri skond il-prezzijiet kurrenti.", "Pero' mbagħad - kif ngħid iktar 'il quddiem - ma jaċċettax li din tfisser li ż-żieda f'termini reali kienet ta' 4.3%.", "Hawnhekk dejjem qed nitkellmu fuq l-ewwel disa' xhur tas-sena.", "Miċ-ċifri li hemm fl-Economic Survey jidher li f'termini reali, fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, nonostante ċ-ċirkostanzi li għaddejja minnhom id-dinja, morna aħjar milli morna fl-1993.", "Fil-fatt filwaqt li ż-żieda f'termini reali fl-ewwel disa' xhur din is-sena kienet ta' 4.3%, fl-istess perjodu tas-sena l-oħra ż-żieda kienet ta' 3.6%.", "Meta nitkellmu fuq indikatur ekonomiku, rridu nifhmu għaliex huwa importanti li f'termini prattiċi ngħidu li din hija xi ħaġa li turi, jew suppost turi, b'mod reali jekk il-pajjiż hux sejjer 'il quddiem jew le.", "Żewġ elementi li jidħlu fiċ- ċifri tal-prodott gross domestiku huma dak li jissejjaħ il-value added ta' dak li nipproduċu, u naturalment il-pagi tal-ħaddiema, jiġifieri kif marru l-ħaddiema fil-pajjiż.", "Irrid nerġa' niġi għal dawn iż-żewġ punti u neżaminahom iktar fid-dettal.", "Pero' issa ħalli niġi għall-kumment li għamilt qabel.", "L-Onor.", "Alfred Sant jgħid li ż-żieda msemmija ta' 8.3% u 4.3% f'termini reali fil-gross domestic product, hija tajba.", "Dan ma jgħidux b'mod espliċitu kif qed ngħidu jien, imma jien naħseb li jgħid iktar minn hekk.", "Jekk wieħed jaqra sew id-diskors tiegħu jsib li dan jgħid li hija ċifra tajba ħafna, \"iżda jissuspetta li dan m'hux minnu\", u qed nikkwotah.", "Mela jekk iċ-ċifra taż-żieda hija tajba, l-Onor.", "Sant qed jgħid li morna tajjeb.", "Pero' bħal San Tumas, dan jissuspetta.", "Imbagħad jibni l-argumenti tiegħu fuq \"is-suspett\" li ċ-ċifra m'hix tajba u qal:", "\"Imma biex jasal għal dawn il-figuri qed jiġri li l-Gvern qed juża miżuri tekniċi għal kull settur ta' l-ekonomija li jissejħu deflators li jnaqqsu dak li jkun qed jiġri f'dak is-settur b'mod illi jġibhom għall-valur reali.", "U l-miżuri li qed juża l-Gvern biex inaqqas dawn l- affarijiet huma suspettużi għall-aħħar.\".", "Mr Speaker, ninsisti li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li jekk iż-żieda f'dak kollu li pproduċejna f'termini reali hija verament ta' 4.3%, allura morna tajjeb ħafna.", "Imma hu għandu \"suspett\" illi l-Gvern qiegħed b'xi mod jimmakkina jew ibiddel iċ-ċifri u qed juża deflators li hu spjegalna x'inhuma, jiġifieri metodi kif tirriduċi l-valuri attwali f'termini reali biex tipparagunahom ma' żmien ieħor u allura tkun tista' tgħid kemm tabilħaqq żdied il-ġid fir-realta', minbarra l-inflazzjoni.", "Imbagħad kompla jgħid hekk:", "\"Jekk, per eżempju, inħarsu lejn in-net investment income, l-income li ġej minn barra l-pajjiż, u nikkalkolawh bil-mod kif qed jgħid il- Gvern, insibu li hu suspettuż.\".", "Ma jgħidx li hu ħażin, jgħid li hu suspettuż.", "Jien ma kellix ċans, għalkemm kelli aptit, ngħodd kemm-il darba fid-diskors tiegħu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni uża l-kliem \"suspettuż\" u \"suspetti\" f'diversi kontesti.", "Dejjem jissuspetta, Mr Speaker!", "Jien naħseb li it is about time li mhux jissuspetta, imma jirrinfaċċja r-realta' u jekk m'għandux provi, iwarrab is- suspetti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela aħna lill- poplu Malti se noqogħdu ngħidulu: Morna tajjeb b'żieda ta' 8.3%, imma nissuspetta li meta din iċ-ċifra tirriduċiha għal termini reali, mhux veru li tirriduċi ruħha għal 8.3%\"?!", "Meta se jkollu ċ-ċans - u kellu ċ-ċans li jipprepara ruħu u jieħu l-pariri u jagħmel li jrid - u jgħidlna mhux li għandu \"suspett\", imma li fil-fatt hu \"hekk\" jew \"mhux hekk\"?", "Mr Speaker, jien ngħidlu li evidentement is-suspetti tiegħu m'humiex fondati għax il-Gvern m'hu qed jagħmel xejn straordinarju; il-Gvern qiegħed japplika l-metodi li huma aċċettati internazzjonalment fil-mod kif jagħmel dawn il-kalkoli.", "Hemm regoli, pjuttost fissi, li f'pajjiżna ilna naddottawhom; regoli li ġew addottati taħt kull gvern, għaliex ir-regoli ekonomiċi u ta' l-istatistika m'għandhomx jinbidlu minn gvern għall ieħor.", "Allura jien jidhirli li m'hix serjeta' li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jibqa' jinsisti fuq is-suspetti, aktar u aktar meta l-mod kif ippreżenta ruħu, u kif fil-fatt hu, f'dan is-settur m'huwiex xi persuna analfabeta, li ma jifhimx, li ma jafx jaqra, li ma jafx jinterpreta jew li ma jafx kif jinħadmu ċ-ċifri.", "GĦall-kuntrarju, hu jifhem kif isiru dawn l-affarijiet u jekk hemm xi ħaġa tajba fil- preżentazzjoni ta' dan il-Budget, hija eżattament li din id-darba fl- Economic Survey tajna ħafna iktar dettalji milli jkollna s-soltu.", "Taħt id- direzzjoni ta' l-Onor.", "Josef Bonnici rrid ngħid li d-Dipartiment ta' l- Istatistika qed ikun dejjem iktar effiċjenti, iktar professjonali u iktar tekniku.", "Mr Speaker, l-akkuża li għamel l-Onor.", "Sant hi li l-istatistika tal-Gvern hi mmexxija minn bniedem li, għandu kemm għandu kwalifiki professjonali, huwa bniedem politiku.", "U jien ngħidlu: And so what?", "GĦax inti politiku, lilek mhux ta' min jafdak?", "GĦax int politiku, ma titkellimx bis-serjeta?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk inti tkejjel lilek innifsek b'dan il- metodu, allura jiddispjaċini.", "Imma aħna nħarsu lejn il-politiku bis- serjeta'.", "U li tiġi tgħidli li l-Onor.", "Bonnici, hu kemm hu tajjeb u għandu kemm għandu kwalifiki tajbin u professjonali, jibqa' l-fatt li huwa bniedem politiku ...", "Nerġa' ngħidlu: Jekk inti ma toqgħodx fuq l-affarijiet professjonali li qiegħed jippreżenta hu għax huwa politiku, int x'ġudizzju għandek fuq il-bniedem politiku?", "Inti, li int Kap ta' Partit politiku, hekk tħares lejn il-politiċi?", "Mr Speaker, għalija l-politiċi għandhom ikunu - u ħafna minnhom huma hekk - nies onesti u onestament għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw ir-realta' ta' l-affarijiet.", "Naturalment lanqas hawnhekk ma għandna għalfejn nistagħġbu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġuh dawn id-dubji għax hu stess qalilna bil-miktub x'inhuma l-prinċipji tiegħu.", "F'artiklu li kiteb fil-gazzetta \"It-Torċa\" tas-17 ta' Ġunju, 1990, bil-firma tiegħu, l-Onor.", "Alfred Sant kien qal li:", "\"Jien l-ewwel wieħed ...\".", "Din m'għidthiex is-sena l-oħra għax dak iż-żmien ma kontx naf biha.", "Fil- fatt sirt naf b'dan l-artiklu meta riċentement il-Kap ta' l-Oppożizzjoni deher fi programm fuq it-television u kien hemm minn fakkru f'din is-silta.", "L-Onor.", "Sant ma ġabarx lura dak li qal, anzi kkonfermah.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni kiteb dan l-artiklu fl-1990, u kkonfermah ftit ġranet ilu fil- programm televiżiv \"Bir-Rispett Kollu\" meta ċempillu xi ħadd u qralu dak li kien kiteb erba' snin ilu.", "Dak inhar kien kiteb hekk:", "\"Jien, l-ewwel wieħed, inkun lest naqbel ma' kwalunkwe proposta li ssir biex tgħinna nerġgħu nakkwistaw il-maġġoranza fil-voti fl- elezzjoni li jmiss għas-soċjaliżmu.", "Naqbel magħha anke jekk tkun ġejja mix-xitan.", "Bl-istess mod, jekk xi proposta oħra tista' tissarraf fit-telfa tal-maġġoranza fil-voti, mela jien l-ewwel wieħed li ma nkunx naqbel magħha, anke jekk iressquhielna l-anġli.\".", "Mr Speaker, verament huma sbieħ dawn il-prinċipji!", "Jien ma nistagħġibx li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma għandux fiduċja fil-politiċi, għax ħadd ma jista' jkollu fiduċja f'min jirraġuna b'dan il-mod.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Taf x'jiġrilu l-Onor.", "Sant meta jisma' mix-xitan?", "Ix-xitan iżejjinlu l-affarijiet b'ħafna xenxilli u jpinġihomlu sbieħ, imbagħad wara jabbandunah.", "U llum hekk ġralu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "Jekk wieħed jaqra d-dikjarazzjoni tal-GRTU isib li issa din aċċettat li f'pajjiżna tidħol il-VAT, mentri l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kellu dik il-proposta mill-GRTU - jien mhux qed ngħid li l-GRTU hija xitan, għax żgur li m'hijiex hekk - qabad magħha, imma issa sab ruħu waħdu kontra l-Gvern rigward il- VAT.", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦalhekk huma importanti l-prinċipji.", "Huwa ħażin li l-Onor.", "Sant għadu ma ndunax li dawn il-prinċipji li qed juża huma ħżiena.", "Meta tkellem fi programm televiżiv, l-Onor.", "Sant qal li hu lest jagħmel alleanzi ġodda fuq issues skond iċ-ċirkostanzi.", "Din m'hijiex il-politika li għandha sens ta' viżjoni, sens ta' direzzjoni li dan il- Gvern jiftaħar li ta lill-pajjiżna.", "U iktar ma l-Onor.", "Alfred Sant jgħidilna li hu lest li jagħmel l-alleanzi b'mod prammatiku - l-ewwel kelma li qal bħala Kap tal-Parti - kif jaqbillu skond iċ-ċirkostanzi, il-poplu tagħna jifhem iktar kif l-Opożizzjoni ma tistax takkwista l-fiduċja tal- poplu tagħna.", "Mr Speaker, qed ngħid dan kollu fil-kontest tal-Budget.", "Għax irridu nifhmu - u jien diġa' għidt u nkompli niżviluppa dan l-argument - li l- Onor. Sant jikkritika, u jikkritika bil-qawwa - jagħmel tajjeb imma mbagħad mhux jikkritika biss irid, irid jgħidilna wkoll x'soluzzjonijiet għandu għal dik il-kritika.", "Dan - nerġa' ngħid - ma għamlux.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vincent Moran qiegħed jgħidli: Warrab u ngħidu lill-poplu.", "Jiena lest li nwarrab meta l-poplu jgħidli li jrid iwarrabni.", "Ara intom, il- poplu warrabkom u bqajtu hemm!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma ma noqogħdux immorru lura.", "Ħalli nkompli, għax veru li l-affarijiet jissorprenduk.", "Meta l-Kap ta' l-Opożizzjoni tkellem fuq id-deflators, jiġifieri fuq kif tkkalkola f'termini reali ż-żidiet li kellna fl- ekonomija, u akkuża lill-Onor.", "Josef Bonnici, żied jgħid kliem iebes u qal li l-Onor.", "Bonniċi għandu \"kontroll stalinista\"!", "Spiċċa l-istaliniżmu fid- dinja u għadu f'moħħ l-Onor.", "Alfred Sant li qed jarah fis-Segretarju Parlamentari Josef Bonnici!.", "Qed narah jpponta lejja b'subgħajh, u qed nifmhu li jrid jgħid li jara l-istaliniżmu fija wkoll.", "Jekk il-poplu jaħseb li jiena stalinista ....", "Jiena naħseb li dawn il-kummenti ta' l- Onor. Sant tista' teħodhom b'ċajta, bid-daħka u bit-tbissima, imma żgur li ma tistax teħodhom bis-serjeta'.", "Jiena niftaħar b'dak li għamilt għax kienet il-ħolma tiegħi li niġu f'dan il-Parlament, nippreżentaw il-Budget u la jkun hawn stennija minn qabel u lanqas strascichio wara.", "U din is-sena wasalna għall-milja ta' din il-ħolma.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ġejna biex ħabbarna l-Budget u qisu m'hu qed jiġri xejn għax il-pajjiż baqa' miexi bl-iktar mod normali.", "Ħabbarna l-Budget, qed niddiskutuh, isiru programmi ta' sigħat fuq ir-radjijiet u kulħadd jgħid tiegħu, imma m'hawn l- ebda strascichio fuq il-Budget, ħlief affarijiet pożittivi, bħall-aħbar tal- bieraħ li l-GRTU waslet, jew waslet biex jaslu - ħalli nkun iktar preċiż - għal ftehim mal-Gvern fuq il-kwestjoni, li saret spinosa, ta' l- introduzzjoni tal-VAT.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li mhux talli l-Economic Survey jagħti dettalji, talli din id-darba hemm informazzjoni ġdida li hija verament interessanti.", "Per eżempju, f'paragrafu 2 ta' paġna 5 ta' l-Economic Survey li jkopri l-perjodu minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena, insibu miktub hekk:", "\"... this year's Survey includes a number of new features.", "These are: part-time employment identifiying primary from secondary jobs; an expanded analysis of sectoral wage rates drawing a comparison between direct production and market services; the estimation by econometric techniques of aggregate value added data to cover the period 1993 and 1994; an index of manufacturing productivity of average value added per employee in real terms; a brief global review of the tourism industry together with a comparison ...\".", "Dan ifisser li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu f'idejh għodda aħjar, iktar preċiża u iktar dettaljata biex jagħmel il-kritika tiegħu, tant li fil-fatt uża partijiet minnha, pero' kif ngħid iktar tard, fil-fehma tiegħi, użaha u interpretaha b'mod żbaljat.", "Mr Speaker, semmejt li meta aħna nitkellmu fuq il-prodott gross nazzjonali - kliem tekniku li ħafna nies ma nafx x'jinterpretaw li jfisser - mhux qed nitkellmu fuq il-fantasija, imma qed nitkellmu fuq ir-realta' tal-ħajja li ngħixu f'pajjiżna, il-ħajja ekonomika f'pajjiżna.", "F'paġna 117 ta' l-Economic Survey insibu ċifri li juru kif morna fl-impiegi, x'sar f'dawn is-snin u x'ġara s-sena li għaddiet.", "Jekk wieħed jara x'inhi l- qagħda fl-impiegi llum u x'kienet fl-1986, isib differenzi kbar għar- rigward tal-qliegħ tal-ħaddiem.", "Diġa' għidt li l-iktar ħaġa importanti hija l-added value, iż-żieda fil-valur li aħna noħolqu bl-attivita' ekonomika tagħna.", "Fil-paġna li rreferejt għaliha aktar qabel u li fiha jissemmew dettalji ġodda, hemm miktub li the average value added per employee at current prices fl-1986 kien ta' inqas minn Lm5,000 waqt li fl- 1994 laħaq iċ-ċifra ta' kważi Lm8,000.", "Dan juri kif tul dawn is-seba' snin kien hemm żieda sostanzjali f'dak li qed jirnexxilhom jipproduċu l-ħaddiema kollha tagħna, jiġifieri kien hemm żieda fil-produttivita'.", "Din hija l- iktar ħaġa importanti, Mr Speaker, u għalhekk din hija ċifra importanti bħala indikatur ta' l-attivita' ekonomika tal-pajjiż.", "Din hija ċifra li għandna nkunu sodisfatti biha, ċifra li tfisser qabża sostanzjali fuq dak li kellna qabel.", "Jekk dan tirriduċih, bil-famużi deflators, skond il- prezzijiet li kien hemm fl-1973, issib li minn Lm2,800 kull ras il-value added tela' għal Lm3,600.", "Mr Speaker, għalhekk għandna raġun ngħidu li l- gross domestic product li għandna għal din is-sena huwa sodisfaċenti, għax dan juri li l-produttivita', il-value added f'pajjiżna qiegħed dejjem jogħla.", "Naturalment jekk l-affarijiet jaħdmu tajjeb, dan iġib il- konsegwenza loġika.", "Jekk il-ġid li jipproduċi l-pajjiż jitqassam b'sens ta' solidarjeta' u b'tali mod li kulħadd imissu biċċa mill-ġid li jitkattar, dan ifisser li l-ħaddiema jkollhom pagi aħjar.", "Fil-fatt hekk ġara, għax jekk nipparagunaw l-1993 ma' l-1994, insibu li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena l-paga medja telgħet għal kważi Lm68, kważi Lm5 iktar minn dik li kienet is-sena l-oħra.", "Jekk nagħmlu paragun bejn il-paga medja ta' din is-sena u dik ta' l-1986, insibu li minn Lm41.50 din żdiedet għal Lm68 fil-ġimgħa, żieda ta' iktar minn Lm26.", "Jien qed insemmi dawn il- figuri għax irridu nkunu serji.", "Bħalma diġa' għidt, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li għandu l-background neċessarju biex jifhem iċ-ċifri u jinterpretahom tajjeb, ma għandux jipprova jaqta' qalb il-poplu tagħna, imma minflok għandu jipprova jgħid lill-poplu li bħalissa sejrin tajjeb, imma bil-politika tiegħu - fuq kollox ma qalilniex x'inhi l-politika tiegħu - kapaċi jmexxi lil pajjiżna aħjar.", "Imma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma għandux jinnega l-fatti li jidhru b'mod ċar.", "Mr Speaker, daqskemm hu importanti l-qliegħ tal-ħaddiem daqshekk ieħor hu importanti x-xogħol f'pajjiżna.", "M'hemmx għalfejn noqgħod infakkar f'liema qagħda kien dan is-settur qabel.", "Biżżejjed insemmi li fid-disa' xhur ta' qabel l-1987, daħlu kważi 9,000 impjegat fis-settur pubbliku u, minn fuq, illum qed jgħajruna li dan is-settur għad għandu ħafna impjegati.", "Kieku wieħed kellu jikkalkola l-paga ta' 9,000 ruħ bi Lm3,000 fis-sena, isib li din biss tammonta għal Lm27 miljun biss.", "Issa x'qalilna l-Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "Qalilna li din is-sena ma morniex tajjeb fiż-żieda fl- impjiegi, għax kellna biss żieda netta ta' 1,513 meta kien hemm snin fejn kellna żieda ta' 2,000 impieg.", "Jien nixtieq ngħid lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni li kien hemm snin fejn 2,000 impieg - ġieli anke 3,000 - tlifniehom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma issa m'huwiex kuntent li kellna żieda ta' 1,513 impieg f'sena!", "Kienet tkun kritika tajba li kieku l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li kapaċi jżid din il-figura għal 2,000, imma mhux jiġi jgħid lill-poplu tagħna li din is-sena ma morniex tajjeb!", "U żgur li morna tajjeb!", "Din is-sena kellna net increase ta' 1,513 fin-numru ta' nies jaħdmu.", "Dan ifisser li mhux biss issodisfajna ż-żieda fil-labour supply, jiġifieri lin-numru ta' nies li ħarġu jfittxu x-xogħol għall-ewwel darba, billi sibna l-jobs għalihom, imma naqqasna wkoll min-numru ta' dawk li kienu qed jirreġistraw, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nerġa' nfakkar li dan sar f'ċirkostanzi fejn id-dinja ekonomika għadha mħawda, fejn iż-żieda fil-gross domestic product ta' pajjiżi oħra hija ta' 1% jew 2% u għadhom jitqanżħu biex jagħmlu passi 'l quddiem.", "Jekk nieħdu l-Unjoni Ewropea, naraw li hemmhekk il-qgħad għadu f'average ta' 12% bejn il-pajjiżi kollha.", "Jekk tieħu pajjiż pajjiż, tara li, per eżempju, Spanja għad għandha qgħad ta' 22%.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Lino Spiteri qed jgħid li aħna rridu nidħlu magħhom.", "'Il quddiem ngħid għaliex irridu nidħlu magħhom.", "Mr Speaker, x'inhi l-verita'?", "Il-verita' hija waħda li ħadd ma jista' jmeriha; il-verita' hija li l-ekonomija Maltija baqgħet tiġġenera impiegi ġodda.", "Illum għandna l-ogħla numru ta' nies jaħdmu, 135,600 ruħ u mexjin lejn livelli ta' pajjiżi żviluppati.", "Illum għandna 57.6% tan-nies fl- eta' li jistgħu jaħdmu li effettivament qed jaħdmu.", "Din qed tipparaguna, kif diġa' għidt, mar-rata ta' pajjiżi oħra żviluppati.", "Per eżempju, ir- ratio tan-nies jaħdmu fl-Italja huwa ta' 57.7% waqt li dan ir-ration f'pajjiżna, kif għidt, huwa ta' 57.4%.", "Veru li hemm pajjiżi li għandhom rata sostanzjalment ogħla minn tagħna, pero' dawn huma pajjiżi b'kultura u milieu soċjali differenti minn tagħna.", "Jidher li l-labour supply sejjer ikompli jikber u żgur li huwa ta' sodisfazjzon kbir għall-poplu tagħna li, minkejja l-labour supply kompla u se jkompli jikber, qegħdin inkunu kapaċi nsibu l-postijiet tax-xogħol meħtieġa.", "Mr Speaker, x'kienet il-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Hawn irrid insemmi l-punt l-ieħor, għaliex huwa importanti wkoll.", "Diġa' semmejt l- ammont ta' impiegi ġodda, li huwa l-ammont nett, għaliex l-ammont totali ta' mpiegi ġodda li nħolqu huma iktar minn hekk peress li naturalment anke matul din is-sena kien hemm numru ta' jobs li ntilfu, minbarra l-wastages li kien hemm.", "Il-punt l-ieħor li rrid insemmi huwa d-differenza bejn is- settur pubbliku u s-settur privat.", "Effettivament illum 57.6% tan-nies li jaħdmu huma fis-settur privat u 42.4% fis-settur pubbliku.", "Jiġifieri l- proporzjon tas-settur pubbliku, li huwa wiesa' għal ħafna raġunijiet - hawn irrid infakkar lil kull min qed jisma' li meta nsemmu s-settur pubbliku, ma nkunux qed nirreferu biss għall-impjegati tal-Gvern, għax dawn huma ħafna inqas, imma nkunu qed ninkludu l-impjegati tal-Gvern flimkien ma' l-azjendi u l-korporazzjonijiet fejn il-Gvern għandu jew kontroll totali jew inkella sehem maġġoritarju fihom - ...", "Mr Speaker, l-Onor.", "Sant ikkummenta wkoll fuq iż-żieda netta ta' 1,513-il impieg fis-settur privat.", "Dan qal li l-biċċa l-kbira ta' dawn l-impiegi huma relatati mat-turiżmu.", "Fil-fatt qal hekk:", "\"Jgħid x'jgħid il-Gvern dawn iċ-ċifri juru li għandna problema.\".", "Mela l-fatt li nżidu ammont nett ta' 1,513-il impieg fis-settur privat - li skond l-Onor.", "Sant huma fit-turiżmu - jurina li għandna problema!", "Ħalli neżaminaw jekk dan għamilx statement korrett tal-fatti.", "L-ewwelnett dawn l- impiegi veru li huma kollha fis-settur tat-turiżmu?", "Jien ngħid li mhux veru.", "Fil-fatt dawn iż-żidiet huma fil-lukandi - li fil-parti l-kbira huma marbutin mas-settur tat-turiżmu, għalkemm naħseb li jekk xi kultant il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkollu okkażjoni, bħalma jkolli anke jien, li jmur Għawdex u jorqod f'lukanda, isibhom mimlijin bil-Maltin stess - ....", "Jiġifieri lanqas nistgħu ngħidu li l-lukandi bilfors jidħlu għal kollox mas- settur turistiku, għax hawn ukoll it-turiżmu intern.", "Naħseb li l-Ministru għal Għawdex jieħu pjaċir li jeżisti dan it-turiżmu intern għal Għawdex, li huwa fatt u mhux fantasija.", "Pero', skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il- lukandi, il-catering establishments u l-community and business services huma kollha marbutin mat-turiżmu.", "Jien ngħid li veru li ħafna minnhom huma marbuta mat-turiżmu, imma għandna noqgħodu attenti, għax ħafna minn dan kollu huwa marbut ukoll mal-livell ta' għajxien aħjar tal-poplu tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nistiednu jmur matul il-ġimgħa - mhux is-Sibt u l-Ħadd - fir-restaurants u jara lill- Maltin jieklu u jixorbu.", "J'Alla l-ġid!", "Imma tiġix tgħidli li ż-żieda f'dan is-settur hija dovuta biss għat-turiżmu.", "Iż-żieda ġejja għax it- turiżmu żdied u għax f'pajjiżna għandna livell ta' għajxien li qatt ma kellna bħalu u li qiegħed jiżdied kuljum.", "Il-Maltin qed jgħixu aħjar u għalhekk joħolqu iktar xogħol għal pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, dan l-argument irridu nkomplu nanalizzawh.", "La qed nitkellmu fuq it-turiżmu rrid ngħid li waqt li kont qed naqra l-Economic Survey laqtitni ċifra minnhom.", "Ħafna drabi meta nitkellmu fuq turiżmu naħsbu fit- turisti li jiġu f'pajjiżna pero' jekk irridu naraw kemm għola l-livell ta' l-għajxien tal-Maltin, għandna naraw kemm Maltin qed isiru turisti huma wkoll u qed isiefru barra minn Malta.", "Fl-Economic Survey insibu li n- numru ta' Maltin li siefru sa Settembru ta' din is-sena, fi vjaġġi nefqu Lm6.5 miljun iktar mill-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra.", "Sa Ġunju ta' din is-sena, il-Maltin kienu nefqu barra minn Malta, jiġifieri waqt is-safar tagħhom, Lm62 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U kif qed jgħidu sħabi, dawn m'humiex imorru biex jixtru ċ-ċikkulata u biex jixtru minn Catania.", "Din hi r-realta'.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Nicholl qed jgħid illi jaf li jmorru jixtru d-droga.", "Jien m'għandix dubju li hawn min imur jixtri d- droga, għax waħda mill-pjagi ta' pajjiżna hija d-droga.", "'Il quddiem nikkummenta għaliex id-droga sfortunatament għadha problema għal pajjiżna.", "Lill-Onor.", "Nicholl nissuġġerilu jibqa' kalm għaliex baqagħli xi ngħid.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Lino Spiteri jrid jiċċajta u qalli biex nistaqsi lill-Onor.", "Guido De Marco kemm nefaq mit-Lm62 miljun.", "Ma naħsibx li nefaq Lm62 miljun fil-vjaġġi uffiċjali.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli.", "Ma ndaħħkux!", "Fuq domanda minn Deputat ta' l-Oppożizzjoni jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra - kieku jġibuhieli naqraha - statistika ta' kemm sifirt jien kemm ili Prim Ministru.", "Jien stess skantajt mhux b'kemm sifirt, imma meta rajt illi meta sifirt jien qgħadt biss lejl jew tnejn barra - kif għamilt il-bieraħ, imbagħad ġejt u qgħadt sas-l.00 a.m. nipprepara biex nitkellem dalgħodu ħalli għada nerġa' nsiefer u nerġa' niġi nhar it-Tlieta, biex nhar il-Ħamis nerġa' nsiefer - u domt iktar minn jumejn meta mort l-Amerika u meta mort il-laqgħa tal-Commonwealth Heads of Government għax il-konferenza ddum ġimgħa.", "Imbagħad jgħajruna għaliex insiefru!", "Jien niskanta kif raġel serju bħall-Onor.", "Lino Spiteri jiġi jagħmel rimarka bħal din meta qed nitkellmu bis-serjeta'!", "Dan x'għandu x'jaqsam!", "Nassigurah li l-Gvern ma nefaqx Lm62 miljun fis-safar tal- Ministri.", "Dawk il-flus li ntnefqu f'safar fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena nefquhom il-Maltin li siefru biex jiddevertu għax għandhom il-flus.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Ħalli nkompli fuq l-istess kumment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Anke kieku ż-żieda fl-impiegi ġejja biss mit-turiżmu, jien ngħid: B'daqshekk x'fiha?", "Anzi dan huwa tajjeb.", "L-argument tiegħu hu li dan huwa ajruplan b'mutur wieħed.", "Ajruplan li b'mutur wieħed jibqa' għaddej għandu jkun ajruplan tajjeb għax baqa' għaddej fit-tul ġmielu!", "Imma dan huwa mutur li qed jaħdem.", "Nerġa' ngħid, li m'hijiex kumbinazzjoni li t-turiżmu f'pajjiżna żdied.", "Huwa ħażin jekk xi ħadd jaħseb li din hija kumbinazzjoni.", "Dan huwa frott ta' politika serja.", "Jien niftakar x'kien jiġri fi żmenijiet oħra.", "Per eżempju, meta jien kont kontrullur tal- lukanda Excelsior, f'daqqa waħda l-Gvern, f'paniku kbir għax il-postijiet tax-xogħol kienu qed jonqsu, kien ħareġ digriet jew ordni li kull lukanda jrid ikollha daqstant ħaddiema.", "Il-lukanda Excelsior, li dak iż-żmien kienet kważi falluta, ried bilfors ikollha tant impjegati għax kellha daqstant sodod.", "Ma kienx jimportahom jekk tiflaħx għal dawk l-impiegi.", "Is- sitwazzjoni tat-turiżmu f'pajjiżna hekk sibnieha tmien snin ilu.", "Illum aħna lil-lukandi ma ngħidulhomx li jridu bilfors jimpjegaw tant nies fil- lukandi tagħhom; illum dawn ifittxu biex jimpjegaw lin-nies u ma jsibuhomx.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U dan ma ġarax b'kumbinazzjoni, dan huwa riżultat tal-viżjoni li kellna u tas-sens ta' direzzjoni u ħidma tagħna.", "Kellna viżjoni fuq it-turiżmu.", "Aħna għidna li jekk it-turiżmu jrid ikompli jissaħħaħ f'pajjiżna l-ewwel m'għandna bżonn huwa li jkollna dehra tajba ta' pajjiżna.", "Irid ikollna l-image, is-serjeta' u l-affidabilita', u jrid ikollna wkoll pajjiż li jaħdem, pajjiż li jekk għandu bżonn l-enerġija, l- ilma, it-telekommunikazzjonijiet jew airport modern, dawn isibhom.", "Dan kollu għamilnieh b'ħidma kbira mill-Gvern u mill-poplu tagħna.", "Kellna ħidma kbira b'viżjoni u sens ta' direzzzjoni.", "U llum għandna suċċess.", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa jekk il-Gvern hux qed jaħdem biżżejjed biex it-turiżmu jkun mifrux matul is-sena kollha.", "Dażgur li ħdimna.", "Jien nerġa' nistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex imur jara x'inhi l- occupancy rate fil-lukandi bħalissa, f'Diċembru, ħalli jara kif l-occupancy rate f'dawn iż-żmenijiet ukoll hija xi ħaġa fenomenali.", "Dan minkejja l- kummenti kollha li kienu saru wara li daħħalna l-5% room tax u s-sena ta' qabel daħħalna 10% tal-levy fuq il-catering.", "Dawn kienu qalulna li se jkun hawn diżastru għax il-caterers se jispiċċaw u min għandu r-restaurants se jkollu jagħlaq.", "U niġi għal dan aktar 'il quddiem biex ngħid x'konna qed nifhmu meta għidna li l-VAT irridu indaħħluha bil-mod.", "Fil-fatt daħħalnieha bil-mod u ttestjajna l-ilma qabel m'għamilna l-pass il-kbir.", "Mr Speaker, imbagħad fil-kritika tiegħu dwar it-turiżmu u d-dħul li qed jirrendi lil pajjiżna, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li ma jemminx illi ċ- ċifra ta' żieda ta' 35% fid-dħul minn dan is-settur hija reali u - nikkwotah kelma b'kelma - qal li:", "\"L-indikazzjoni li għandi jiena hija li l-aktar li jista' jkun li qed jiżdied id-dħul mit-turiżmu għall-pajjiż huwa bejn 15% u 20%.\".", "Mr Speaker, ma stajtx nifhem eżattament għalxiex kien qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien fittixt iċ-ċifri li ta l-Ministru fil-Budget kif ukoll iċ-ċifri li dehru fl-Economic Survey.", "Safejn naf jien, imkien m'hemm li kien hemm żieda ta' 35% fid-dħul mit-turiżmu.", "F'paġna 203 ta' l- Economic Survey insibu li kien hemm żieda ta' Lm33.8 miljun jew 19.5% f'dan id-dħul.", "U hawnhekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni laqat il-figura preċiż għax qal li ż-żieda hija ta' bejn 15% u 20%.", "Ħafna drabi s-suspetti li jkollu evidentement ma jkunux ibbażati, u naħseb li dan huwa każ lampanti fejn iċ- ċifra li hemm miktuba hija ċ-ċifra t-tajba.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Sant qal li:", "\"L-industrija qed tgerger, u bir-raġun, li qed tintuża mill-Gvern bħala l-baqra li taħleb.\".", "U fakkarna fl-espressjoni, li baqgħet famuża, ta' \"aħleb Ġuż\".", "Hawn hi l- filosofija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Qal li \"l-industrija qed tgerger, u bir-raġun\" u jien ngħidlu li jekk l-industrija qed tgerger, m'hux bir- raġun.", "Ir-risposta li jagħti l-Gvern lill-industrija hi li l-Gvern qiegħed jagħmel politika tajba għat-turiżmu, imma kulħadd għandu jagħmel il-ħila tiegħu.", "Spiċċaw iż-żmenijiet fejn kulħadd kien jippretendi li jrid ikun il- Gvern li jagħmillu l-forċina.", "Il-Gvern għandu viżjoni u sens ta' direzzjoni.", "Imma għalfejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għax sema' xi tgergir - hu jaf mingħand min semgħu - ġie hawn, sab niċċa fejn dan jista' jgħidu u qal li din l-industrija qed tgerger, u bir-raġun għax saret il-baqra ta' \"aħleb Ġuż\"?", "Mr Speaker, din hija serjeta'?", "Jien ma nafx x'kienet il- pożizzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dak iż-żmien, imma l-espressjoni ta' \"aħleb Ġuż\" kienet tintuża meta suppost li konna naħilbu mill-Metal Fond - li hu wkoll semmieha u almenu ammetta li kienet fjask madornali - u kien żmien meta kien se jkollna l-fabbrika tar-rix, ta' l-elf, tas-siment, tal- kappar u tat-tapiti.", "Dak kien iż-żmien ta' \"aħleb Ġuż\" u mhux jiġi jikkritika lill-Gvern u jgħid li issa hu ż-żmien ta' \"aħleb Ġuż\"!", "Aħna lill-industrija tat-turiżmu rridu nkomplu nsaħħuha, irriduha taqla' aktar flus u rriduha tikkontribwixxi iktar għall-ekonomija tal-pajjiż, inkluż għall-finanzi tal-Gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "L-Onor.", "Sant kompla għamel l-akkuża:", "\"Dan huwa settur li mhux veru qed jiġi megħjun mill-Gvern, iżda minflok qed ikun magħfus mill-Gvern.\".", "Qed jgħid li s-settur tat-turiżmu qed jiġi magħfus mill-Gvern!", "Mr Speaker, nirrepeti r-rimarka li għamilt.", "Aħna xi tliet snin ilu introduċejna levy ta' 10% fuq il-catering establishments, u din ħadmet.", "Naturalment kellna xi garr u fl-ewwel snin kien hemm ħafna li ma ħallsux, imbagħad bdejna nissikaw daqsxejn l-affarijiet biex iħallsu - u issa se nissikkaw kważi b'mod perfett - u l-10% qed jitħallsu.", "L-istess ġara meta għamilna l-5% room tax.", "Kienu qalulna li l-lukandi kollha se jfallu u jkollhom jagħlqu.", "Mhux talli ma fallewx, talli m'hemmx dubju li n-numru ta' turisti, kif kulħadd jaf, din is-sena żdied b'mod fenomenali, se jkompli jiżdied u naħseb li sa l-aħħar tas-sena n-numru ta' turisti li jkunu żaru Malta jaqbeż 1.2 miljun turist; ma nafx kif qbiżna din iċ-ċifra, imma j'Alla l-ġid.", "Imbagħad jgħidulna li l-Gvern qed jagħfas lill-industrija tat-turiżmu!", "Mr Speaker, il-Gvern kif qed jgħin lit-turiżmu?", "Il-Gvern għen lit- turiżmu billi ħoloq klima tajba, kif diġa' għidt, ħoloq isem tajjeb għall- pajjiż, investa bil-qawwi ħafna - veru li kellna nissellfu, pero' għamilna tajjeb - biex inqawwu l-infrastruttura tal-pajjiż u issa qed niġbru l-frott ta' dak l-investiment li għamilna.", "Imbagħad, jekk hawn settur li ssemma b'ismu u hemm proposti preċiżi fuqu fil-Budget, dan huwa proprju s-settur tat-turiżmu.", "Il-Ministru tal-Finanzi f'paġna 44 tal-Budget Speech għamel enfasi fuq dan is-settur u qal li:", "\"GĦalhekk se jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġu megħjuna dawk is- sidien ta' lukandi li jkunu se jirrinovaw il-lukanda tagħhom fuq skala estensiva jew itejbu l-istandard tagħha.", "L-ewwel inċentiv se jkun dak ta' soft loan fuq investiment li jsir bil-għan ta' konservazzjoni ta' l-ilma u l-enerġija.", "It-tieni nċentiv hu dak ta' tnaqqis ta' taxxa fuq qliegħ li jiġi nvestit fl-azjenda.\".", "Mela l-Gvern mhux qed jagħfas lis-settur tat-turiżmu, anzi f'dan il- mument, fejn qed jgħid li hemm bżonn li nkomplu nagħmlu upgrading u nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta', qed ikompli jgħinu.", "Fil-Budget hemm nefqa, jekk m'iniex sejjer żball, ta' Lm3.2 miljun għas-settur tat-turiżmu, fosthom biex insaħħu t-tagħlim.", "GĦandna l-Institute for Tourism Studies li nafu li minnu qed joħorġu nies preparati u nafu wkoll li d-domanda għal dawk in-nies preparati qed tiżdied ta' kull jum - hekk irridu.", "GĦalhekk ma nafx għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għax ikun sema' xi tgergir mingħand xi ħadd , jiġi hawn u jakkuża lill-Gvern li qed jagħfas lil dan is- settur.", "Dan hu ħażin ħafna u jien sinċerament ma nifhimx għaliex jingħad hekk, jekk mhux biss fil-kontest li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jieħu l- pariri biex iżid il-voti anke jekk jagħtihomlu x-xitan.", "Mr Speaker, jekk inkomplu neżaminaw ftit is-sitwazzjoni globali kif inhi fil-pajjiż u nsemmu, per eżempju, is-settur tal-manifattura, nistgħu ngħidu li l-Gvern anke hawn ta sens ta' direzzjoni.", "Il-Gvern, sa mill- bidu nett qal x'irid minn dan is-settur.", "Qal li jrid ikun settur importanti u li jibqa' pilastru ta' l-ekonomija Maltija.", "Pero' mhux bil- mod kif sibnieh, mhux taparsi għandna settur tal-manifattura, ngħidu li xejn ma jista' jiġi mportat minn barra u ngħidu li qed nipproteġu lill- industrija lokali, anke jekk din ma tkunx kompettitiva u l-protezzjoni effettivament tkun ħela ta' flus.", "Għidna li m'għandniex nibqgħu lil kull kumpannija li tkun se tfalli, u partikolarment lil dawk il-lame ducks tal- Gvern stess, bħall-Metal Fond u oħrajn, nippomjawlhom il-miljuni, għax nibqgħu ngħidu li dawn huma parti mis-settur tal-manifattura u allura rridu nibqgħu nsostnuhom.", "Aħna mill-ewwel għidna li dik is-sistema se tispiċċa u tajna notice bil-mod il-mod li dawk il-fortifikazzjonijiet, is-swar, li kellha l-industija Maltija, bil-mod il-mod irid jitneħħew u l-industrija tagħna ssir kompetittiva.", "Mr Speaker, għad ma wasalniex fejn nixtiequ naslu, jiġifieri għad baqa' triq oħra x'nimxu, imma nista' ngħid li wasalna ħafna.", "Aħna x'għidna?", "Aħna għidna li nkunu boloh jekk naħsbu li nistgħu nżidu n-numru nett tan-nies jaħdmu fil-manifattura, imma l-politika tagħna kienet li fejn nistgħu nżiduhom, allura nżiduhom.", "Pero' l-importanti kien, u għadu, li ssir ristrutturazzjoni tas-settur tal-manifattura.", "U hekk ġara, Mr Speaker.", "Jekk inħarsu lejn l-impiegi fis-settur tal-manifattura - naturalment hawn qed nirreferi għas-settur privat - insibu li f'Mejju ta' l-1987 kien hemm 27,500 jaħdmu f'dan is-settur, waqt li f'Settembru ta' din is-sena kien hemm 29,300, jiġifieri kien hemm żieda ta', bejn wieħed u ieħor, 1,880.", "Mela s-settur privat tal-manifattura f'pajjiżna żdied.", "Pero' l-iktar importanti m'hux li żdied fin-numru ta' nies li jaħdmu, imma fil-mod kif tbiddel, fil-konsistenza tiegħu.", "Kien hemm tnaqqis kbir u kien hemm fejn l-affarijiet fl-industrija verament bdew jinħadmu b'mod kompetittiv.", "Tajjeb li wieħed jara x'jgħid l-Economic Survey f'dan il- kontest, għax dan huwa interessanti.", "F'paġna 65 hemm il-lista tal-private manufacture employments u x'sar f'dawn l-aħħar snin u hemmhekk issib li hemm erba' setturi li f'dawn is-seba' snin u nofs bejniethom naqqsu ftit inqas minn 3,000 impieg, waqt li fis-setturi l-oħrajn kollha - hemm min żied ftit u hemm min żied ħafna - l-impiegi żdiedu b'4,725 impieg.", "Mela x'ġara, Mr Speaker?", "Fis-setturi fejn konna f'pożizzjoni debboli għaliex konna niddependu fuq iċ-cheap labour, l-impiegi naqsu, pero' min-naħa l- oħra l-bqija tas-setturi żiedu l-impiegi b'mod li assorbew dak l-istess numru u anke aktar.", "Dan l-aħħar kien hemm kawża għaddejja fil-Qorti fuq il-kwestjoni tal- GALTOM u fix-xiehda tagħha persuna li dak iż-żmien kienet f'kariga importanti ma' l-MDC qalet li veru li kienu jirreklamaw il-fatt li kellna pagi baxxi, għaliex riedu jiġbdu lejn pajjiżna industriji bbażati fuq cheap labour.", "Dik kienet il-politika dak iż-żmien.", "Pero' aħna dik il-politika abbandunajnieha mill-ewwel.", "Allura tifhem għaliex dan is-settur irnexxielu jżomm il-konsistenza tiegħu, irnexxielu jibqa' jagħti kontribut importanti, pero' fl-istess ħin irnexxielu jelimina ħafna mid-dgħjufija li kellu.", "Mhux biss huwa importanti li naraw il-qagħda ta' l-impiegi fis- settur tal-manifattura, imma nistgħu nagħmlu kummenti oħra fuq l- investiment li sar.", "Iż-żieda fl-investiment fis-settur privat din is-sena kienet ta' Lm2.5 miljun fuq is-sena l-oħra u dan iġib total ta' Lm15 miljun.", "Iċ-ċifra interessanti ħafna li nsibu fl-Economic Survey hija li bejn l-1988 u l-1994 l-investiment totali kien jammonta għal Lm115 miljun.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq affarijiet żgħar, imma fuq affarijiet ta' sustanza li kellhom konsegwenza.", "Irrid ngħid li fl-Economic Survey hawn ċifri li jitkellmu waħedhom.", "Il-produttivita' żdiedet; illum tista' tgħid li kważi kull ħaddiem fil-fabbriki kollha jipproduċi iktar, jiġifieri l- average production ta' kull ħaddiem żdiedet.", "Allura l-konsegwenza - kif diġa' semmejt f'argument ieħor - kienet li anke l-pagi żdiedu.", "Din hija l- viżjoni, is-sens ta' direzzjoni u l-ħidma li huma l-programm ta' dan il- Gvern.", "Ir-riżultat huwa - hawnhekk għadna qed naraw il-macro economics tas- sitwazzjoni kollha - li ħloqna ekonomija moderna.", "Bil-mod il-mod pajjiżna ġibnieh pajjiż li għandu ekonomija moderna.", "L-indikazzjonijiet jidhru għax huwa magħruf li f'ekonomija moderna is-settur tas-servizzi sar is-settur l- aktar importanti ta' l-iżvilupp.", "F'pajjiżna dan il-livell ilħaqnieh fl- 1990 meta għall-ewwel darba l-industrija tas-servizzi kkontribwiet aktar għall-prodott gross domestiku mis-settur tal-produzzjoni.", "Mr Speaker, wieħed jara li lil pajjiżna rnexxielna naqtgħuh mill-imgħoddi tiegħu u dan kien perjodu ta' tranżizzjoni diffiċli ħafna.", "Aħna biddilna l- ekonomija li konna mdorrijin biha għal ekonomija moderna.", "Issa qed inkomplu nsaħħu l-aktar settur importanti ta' ħidma għal pajjiżna, is- settur tas-servizzi.", "Għalhekk nagħmlu l-enfasi li hemm bżonn li l-Freeport tagħna jgħaddi għat-tieni fażi ta' l-iżvilupp tiegħu.", "Għalhekk il-Freeport fittex u sab l-investiment neċessarju biex il-programm ta' xogħol isir malajr.", "Għalhekk ġibna quddiem dan il-Parlament ruxxmata liġijiet.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lil sħabu - kif għamel il-Ministru tal-Finanzi - li fehmu huma wkoll illi dan huwa settur li jrid jikber f'pajjiżna u taw il-kontribut siewi tagħhom biex dawk il- liġijiet ġew diskussi fil-fond, saru emendi waqt id-diskussjoni u finalment illum mhux il-Gvern, imma l-poplu tagħna jista' jiftaħar li għandna Gvern u Oppożizzjoni li almenu identifikaw settur ta' żvilupp li għandu l-appoġġ taż-żewġ naħat.", "Meta l-bieraħ fi Vjenna ltqajt ma' grupp ta' bankiera illi huma interessati f'pajjiżna, kelli l-fortuna li ngħid li dawk il- liġijiet li aħna pproponejna lill-Parlament Malti sabu l-appoġġ b'mod ġenerali ta' l-Oppożizzjoni wkoll.", "Hekk għandna nimxu; mhux naraw x'jista' jkun jaqbel jew ma jaqbilx elettoralment fiċ-ċirkostanzi partikolari, imma x'verament jaqbel lil pajjiżna.", "Mr Speaker, jiena bilfors ikolli nkompli nsemmi xi ċifri fuq fuq, għalkemm nispera li ħafna inqas milli għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Per eżempju, irrid ngħid li r-riżervi barranin f'pajjiżna, jiġifieri l-flus li pajjiżna għandu bħala riżerva f'munita barranija, uffiċjali jew mhux uffiċjali, fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena żdiedu b'aktar minn Lm61miljun, biex laħqu total ta' Lm591 miljun.", "Ir-riżervi totali żdiedu bi Lm58 miljun, għal total ta' Lm776 miljun.", "Issa dan meta l-pajjiż għadu għaddej bil-pjanijiet ta' l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tiegħu, meta l- Gvern għadu qed jara kif ikollu l-fondi biex ikun jista' jagħmel l-ispejjeż neċessarji, meta l-livell ta' l-għajxien tal-poplu tagħna tiela' minn ġurnata għall-oħra, u meta l-importazzjoni qed tiżdied minn ġimgħa għall- oħra.", "B'danakollu rnexxielna nżommu r-riżervi tagħna f'livell daqshekk għoli u nerġa' ngħid li din is-sena reġgħu żdiedu fuq il-livell tas-sena l- oħra.", "Fattur importanti ieħor huwa d-depożiti fil-banek tagħna.", "Irrid ngħid li hija xi ħaġa li tolqtok kif fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena d-depożiti fil-banek f'Malta żdiedu b'Lm120 miljun.", "Din hija xi ħaġa li hija meravilja fiha nnifisha, meravilja ta' l-għaqal tal-poplu Malti.", "Barra minn hekk irrid ngħid ukoll li dan jikkonferma l-politika tajba tal-Gvern.", "Għaliex?", "Jiena naħseb li element li għad irid jiġi analizzat aktar 'il quddiem, meta jkollna ċ-ċifri kollha ...", "Element li kkontribwixxa għal dan is-suċċess kien il-fatt illi fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena daħħalna l- final witholding tax ta' 15%.", "X'naħsbu li kien l-effett tagħha?", "L-effett tagħha naħsbu li kien li min ried jinvesti ma kellux bżonn iktar jinvesti barra minn Malta biex jikseb rata ta' imgħax aħjar.", "Min ma kienx qed joħroġ flusu ħalli jkunu ta' ġid għall-pajjiż u jkabbru l-investiment, minn din is-sena ddeċieda li joħroġhom u b'hekk il-poplu Malti - din se niġi għaliha iktar 'il quddiem - bis-soltu għaqal tiegħu żgur li kompla jġemma' b'rata ikbar mis-snin ta' qabel.", "Mr Speaker, element ieħor li ma setax jonqos li jitkellem fuqu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - dan huwa importanti ħafna biex wieħed jgħid fiex inhi l- ekonomija ta' pajjiżna - huwa ċertament l-inflazzjoni.", "Sa Settembru ta' din is-sena kien ikkalkolat li kellna inflazzjoni ta' 4.5%.", "Fid-diskors ta' l-Onor.", "Sant erġajna smajna l-akkużi tas-soltu, jiġifieri li l-Gvern żbalja meta fl-1992 għamel l-iżvalutazzjoni tal-lira Maltija.", "Jekk hemm bżonn, lest li nirrepeti anke għal mitt darba li l-Gvern dak inhar ma żbaljax, anzi għamel tajjeb li żvaluta l-lira Maltija għax aħna kellna viżjoni u sens ta' direzzjoni, fis-sens li nipproteġu l-impiegi tagħna.", "Id- diżastru soċjali jkun jekk jikber il-qgħad.", "Veru li huwa ħażin li togħla l- ħajja, imma li l-ħajja togħla xi ftit u fl-istess ħin ma titlifx l-impiegi, anzi żżidhom, hija ħaġa tajba.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kif għidt is- sena l-oħra, id-dinja hija mimlija b'għażliet differenti u l-Gvern għażel li jieħu riskju ta' ftit inflazzjoni filwaqt li ppreveda li ma jkollux kriżi fil-qgħad.", "U fil-fatt hekk ġara.", "Jien niskanta kif sentejn wara l- Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' ġie f'din il-Kamra u ppreżenta l-istess kritika; jiġifieri dik li l-iżvalutazzjoni tal-lira Maltija għolliet il- ħajja.", "L-Onor.", "Alfred Sant qalilna li tagħna hu l-ikbar persentaġġ ta' għoli tal-ħajja fl-Ewropa.", "Jiddispjaċini ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex informat tajjeb.", "Tajjeb insemmu li r-rata ta' inflazzjoni fl- Awstrija din is-sena hija stmata li tilħaq ir-rata ta' 5.9%, dik ta' Ċipru hija ta' 5%, ta' l-Olanda hija ta' 4.7% u dik ta' Spanja hija ta' 5%, waqt li r-rata ta' inflazzjoni tagħna hija ta' 4.5%.", "U kif qed jgħid l-Onor.", "Tonio Borg, m'hawnx qgħad!", "Anzi fl-istess ħin irnexxielna mhux talli ma nżidux il-qgħad, talli naqqasnieh.", "Infatti f'Settembru li għadda kien hemm 314-il persuna inqas jirreġistraw milli kien hemm f'Settembru tas-sena l- oħra.", "Aħna mhux biss naqblu li hemm bżonn nikkontrollaw l-inflazzjoni, imma naqblu wkoll li hemm bżonn kbir li jkollna kejl tajjeb ta' l- inflazzjoni.", "Biex wieħed ikun jista' jagħmel politika ekonomika tajba, kemm jista' jkun wieħed irid ikun jaf x'qed jiġri dak il-ħin stess.", "Aħna ilna ngħidu li hemm bżonn ta' organizzazzjoni li taspira iktar fiduċja f'kulħadd.", "Jien ngħid li llum għandna fiduċja li qed nagħmlu l-affarijiet b'mod tajjeb.", "Tant hu hekk, li wara li kkalkolajna r-rata ta' l-inflazzjoni u għidna li din timmerita żieda fil-pagi ta' Lm2.25 fil-ġimgħa, safejn naf jien, illum m'hawn ħadd li ma jaqbilx dwar din iż-żieda, m'hawnx dissent dwarha fil-pajjiż.", "Mela ma naħsibx li l-kalkoli llum qed jiġu intaccati kif kien qed jiġri qabel, ħlief mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Alfred Sant m'għoġbitux il-proposta tal-Ministru tal-Finanzi li nagħmlu xi ħaġa tassew nazzjonali, b'rappreżentanti tal-Kap ta' l-Oppożizjoni, li jkollha l-funzjoni li tasal għal kalkoli bħal dawn.", "Minflok ħareġ bil- proposta li nagħmlu xi organizzazzjoni indipendenti, imbagħad inqabbdu xi espert tajjeb, li jkun bravu ħafna u joħroġilna r-rati ta' l-għoli tal- ħajja u taż-żidiet li għandhom jingħataw.", "Jien ma naħsibx li dan hu l- metodu t-tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Is-serjeta' titlob li nanalizzaw kif għandna nkejlu l-inflazzjoni, inkomplu nagħmlu l-household budgetary survey b'mod serju, kif qed isir, u jekk hu possibbli anke iktar serju minn hekk.", "Jien nassigura lill-Oppożizzjoni li l-Gvern qed jagħmel ħiltu kollha biex ikollna indiċi tal-prezzijiet li jirrifletti tabilħaqq dak li qed jiġri fil- pajjiż; jirrifletti n-nefqa reali tal-familja Maltija u anke żidiet jew tnaqqis li jkun hemm fil-prezzijiet.", "Dan irriduh u qed nagħmluh, u l- Ministru għamel stedina formali lill-Oppożizzjoni - qed nerġa' nirrepetiha jien - biex tipparteċipa fil-mekkaniżmu li jagħmel il-kalkoli neċessarji.", "Aħna qed noħolqu kultura ġdida f'dan il-pajjiż, u nerġa' nirreferi għall- White Paper li konna ppubblikajna, \"Il-Bidla Tkompli\".", "Aħna ngħidu li allaħares ma jkunx hemm Gvern u Oppożizzjoni, għax inkella ma jkunx hawn demokrazija.", "Pero' hemm ħafna affarijiet fejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni jistgħu jsemmgħu leħinhom b'mod pożittiv u b'mod li jħarsu l-interess nazzjonali.", "Hemm diversi proposti, li nittama li dalwaqt nibdew inġibuhom quddiem dan il-Parlament biex niddiskutuhom, fejn l-Oppożizzjoni tista' tiġi integrata - kemm l-Oppożizzjoni tal-lum u kemm l-Oppożizzjoni ta' għada, tkun min tkun - fl-iktar deċiżjonijiet vitali mil-lat nazzjonali.", "Jien nappella bis-sinċerita' kollha lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex ma jsabbatx il-bieb f'wiċċ il-Ministru tal-Finanzi.", "Almenu jistenna ħalli jara x'inhuma l-proposti.", "Ejjew nitkellmu u naraw kif nistgħu nassiguraw li dan l-imbierek indiċi tal-prezzijiet ikun wieħed li ma jqanqalx suspetti u suspetti fondati.", "Nerġa' ngħid li dan hemm bżonn li nagħmluh fl-interess tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, kien hemm ċifri oħra li rrefera għalihom il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, fosthom id-dħul tal-poplu Malti.", "Jekk tara ċ-ċifri ċitati ssib li dawn jitkellmu weħidhom.", "Fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kien hemm żieda ta' 9.5% fl-income disponibbli tal-familja Maltija.", "X'inhi s- sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsum privat, jiġifieri dak li l- familja tonfoq għall-konsum tagħha?", "Dan żdied b'4.9%.", "U x'inhu t-tifdil tal-poplu Malti?", "Mill-income li kellu biex jiddisponi minnu, il-poplu Malti faddal 32.9%, jiġifieri wieħed minn kull tlieta ta' l-ammont disponibbli ta' income li kellhom il-familji Maltin, li jġib it-total ta' Lm110 miljun.", "Qed nagħmel dan l-argument kollu għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid isib spjegazzjoni għal dan; inkella jekk taċċetta dan l-argument ikun hemm il-konsegwenzi tiegħu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li hawn firda soċjali, għax is-sinjuri qed iġemmgħu u dawk tan-nofs, imsieken - naturalment irid jappella għalihom - dan il-Gvern qed idur kontra tagħhom.", "Hu qed jimmira lejhom għax minn hemm irid iġib il-voti, u għalhekk qal \"imsieken dawn mhux veru qed iġemmgħu\".", "Jien nistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - jekk hemm bżonn, anke nagħtuh il-permess neċessarju - sabiex jiġi jara jekk żdidux l-accounts fil-banek - m'hemmx bżonn jara l-ismijiet - jekk żdidux l-accounts iż-żgħar u jekk hux l-eluf kollha, tista' tgħid, ta' accounts li hemm irreġistraw żdidiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura din hija ħarba oħra mir-realta' tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien m'iniex se ngħid li l-iżgħar wieħed ġemma' daqs l- akbar wieħed, imma meta tkun qed titkellem fuq l-istatistika, bilfors li trid titkellem fuq dak li jkun qed jiġri b'mod ġenerali.", "Dażgur li għad hawn min għandu bżonn l-għajnuna, imma r-regola hi li l-famuż kejk, li dejjem nitkellmu fuqu, fil-fatt qed jinqasam b'mod aħjar.", "Mr Speaker, tista tkompli ssemmi ċifri kemm trid.", "Diġa' semmejt x'inhu l- konsum privat u x'ġara fl-ispiża privata.", "Din ukoll kompliet tiżdied u jidher li qlajna iktar, infaqna iktar u ġemmajna iktar.", "Pero', kif għidt, is-suspett fl-argument tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hu li f'pajjiżna hemm diżlivelli soċjali kbar, fejn għandna faqar kbir, għandna sinjuri kbar waqt li tan-nofs issa wkoll qed jiġu milquta ħażin.", "L-Onor.", "Alfred Sant semma wkoll l-infiq tal-Gvern u qal, bil-kantaliena tas-soltu, li dan hu Gvern li jberbaq il-flus,qiegħed jiekol il-parti l- kbira tal-flus li l-pajjiż għandu disponibbli għall-infiq u allura se jirrovina lill-pajjiż.", "U jien ngħidlu: Hawn kien imissek ġejt bil- proposti.", "GĦidilna xi trid tagħmel.", "Kieku għandna s-sistema bħal dik li hemm fl-Italja, fejn jiddiskutu l-budget mingħajr ħafna ħabi, kont ngħidlu biex niltaqgħu illejla stess ħalli jgħidli fejn irid li nnaqqsu l-infiq tagħna.", "Inneħħi l-Lm15 miljun għajnuna lit-Tarzni?", "Innaqqas is-social services?", "Inkeċċi n-nies minn mal-Gvern?", "Innaqqas jew niffriża l-pagi?", "Meta qed tgħidli li l-Gvern qed jonfoq iżjed, għidli inti xi trid li nnaqqas.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Qed jgħidulna li għandna nneħħu l-MSU u ma nibnux l-Isptar San Raffaele.", "Mela issa nitkellem iktar 'il quddiem fuq l-MSU u fuq l-Isptar San Raffaele.", "Mr Speaker, jien jidhirli li m'hijiex serjeta' li xi ħadd jiġi hawn u jgħid li l-Gvern qed jonfoq iżżejjed u ma jgħidx x'jidhirllu li l-Gvern għandu jnaqqas.", "(Interruzzjonijiet) Issa qed jgħidli li l-infiq fuq l-Isptar San Raffaele huwa żejjed.", "Issa nitkellmu fuq l-Isptar San Raffaele.", "Qabel l-aħħar elezzjoni l-ispokesman dwar is-saħħa tal-Partit ta' l-Oppożizzjoni kien iddikjara li wasal iż-żmien li f'Malta jkollna sptar ieħor ġdid.", "Dik hi d- dikjarazzjoni li għamiltu qabel l-elezzjoni.", "Mr Speaker, aħna naqblu li jekk f'pajjiżna jrid ikollna l-ogħla livelli ta' mediċina u ta' kura kif jixraq lil pajjiż modern u żviluppat, wasal iż-żmien li jkollna sptar ieħor.", "Dan l-isptar mhux se jkun tal-privat - se jkun hemm oħrajn tal- privat - imma se jkun sptar ieħor mibni minn dan il-Gvern, kontra l- volonta' tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u se jkun l-aqwa sptar li qatt kellna f'Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed ngħid \"l-aqwa\", għax se jkun mibni skond l-esiġenzi u x-xjenza t'issa u skond metodi ġodda.", "L-isptar l-ieħor mhux se nagħlquh, imma se nonfqu l-miljuni fuqu biex isir dejjem aħjar.", "Dik hija r-risposta tagħna dwar l-Isptar San Raffaele.", "Kieku l- Budget ma nagħmluhx kif fil-fatt nagħmluh, imma niltaqgħu ma' l- Oppożizzjoni minn qabel u niddiskutu l-proposti tagħhom, u dawn jiġu jgħidulna biex ma nibnux sptar ġdid, kont ngħidilhom li jiddispjaċini, imma ma naqbilx.", "Il-pajjiż għandu bżonn sptar ġdid u dan se nagħmluh.", "Issa ħalli nsemmmi iktar x'irid jaqta' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mill-ispejjeż tal-Gvern.", "Hu semma l-MSU u l-kuntratti lil Elbros.", "Għalija jekk il-kuntratti għall- Freeport għandhomx jeħduhom l-Elbros, jew inkella dawk il-kuntratturi li intom kontu tagħtuhom direct orders ...", "Araw kemm miljuni ta' konkos tfajtu hemm u kif kontu tagħtuhom il-miljuni!", "Aħna għallinqas nagħtuhom b'mod trasparenti!", "(Interruzzjonijiet) Kont se nitkellem dwar il-bini tal- Freeport, imma la dħalt għaliha f'dan il-ħin, ngħidlek.", "Aħna qed nibnu l- Freeport, hemm kuntratt li jiswa l-miljuni ta' liri, qed nagħmlu dan il- proġett b'mod trasparenti, mentri intom kontru nfaqtu daqstant miljuni biex tajtuhom lil min ridtu intom.", "Ma kienx hemm tenders!", "Ma kienx hemm offerti!", "Ma kien hemm xejn.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li tista' tibqa' tħares lejn diversi oqsma ta' l-ekonomija u ssib li l-indikaturi huma tajbin.", "Per eżempju, jekk tħares lejn l-esportazzjoni ssib li din żdiedet ukoll.", "Ilkoll nixtiequ li tkompli tiżdied b'rata ogħla.", "Pero' huwa fatt li meta tara ċ-ċifri ssib li l-esportazzjoni żdiedet.", "Naturalment anke hawnhekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni uża l-istess diska u qal li kumpannija waħda biss hemm li tesporta ħafna.", "Iva, hemm kumpannija waħda li tesporta ħafna, qed tesporta dejjem iktar u j'Alla tibqa' dejjem tesporta aktar.", "Kultant fid- diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien kważi qiegħed jagħmel awto- kritika.", "Fil-bidu nett qal li mhux se jagħmilha ta' Cassandra - kulħadd jaf xi tfisser din il-kelma - u joqgħod jibki u jgħid li d-destin tagħna hu ħażin u li ġejjin ħafna affarijiet koroh, imma fis-siegħa u nofs li dam jitkellem, ħlief Cassandra ma kienx.", "L-Onor.", "Sant qalilna wkoll li fis- settur tal-manifattura għandna diżastru.", "Jien diġa' tkellimt fuq dan is- suġġett u m'iniex beħsiebni nżid iktar.", "L-istess nistgħu ngħidu rigward is-settur tal-biedja.", "X'argument ġab l- Onor. Sant kontra l-biedja?", "Huwa ġab l-argument li l-kontribuzzjoni tas- settur tal-biedja għall-gross domestic product din is-sena huwa ta' 3.1%, mentri s-sena l-oħra kien ta' 3.3%.", "Imma l-gross domestic product u l- produzzjoni tal-biedja żdiedu.", "Biss biss il-produzzjoni tal-biedja żdiedet b'7%.", "Allura dan x'argument hu?", "Min sema' d-diskors tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni fuq it-television żgur li ħaseb li l-figuri naqsu.", "Imma dan m'hu veru xejn!", "Il-kontribut tal-biedja għall-gross domestic product f'perċwentali veru naqas, imma dan naqas għax żdied ħafna l-gross domestic product u l-kontribut tal-biedja ma żdiedx bl-istess proporzjon, pero' xorta żdied b'7%.", "Jiġifieri mhux talli dan il-perċentwal hu diċenti, talli hu diċenti ħafna!", "Issa wieħed jista' jifhem iktar dak li jien għidt fil- bidu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni seta' għamel diskors kritiku qawwi, imma mhux b'dan it-tip ta' diskors fejn il-ħin kollu beda jinterpreta ċifri li, fl-opinjoni tiegħi, m'humiex korrett għal kollox.", "Wieħed mill-ikbar argumenti tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kontra dan il- Budget hu li dan se jgħabbi lill-poplu tagħna bit-taxxi.", "Meta jien kont qed nieħu sehem fi programm fuq stazzjon tar-radju - jidhirli li anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien preżenti - u xi ħadd ċempel biex jgħidli li hi għarukaża li se nżidu daqshekk taxxi, jien għidtlu li, safejn naf jien, fuq is-sigaretti biss se nżidu t-taxxi, mill-bqija t-taxxi mhux se jiżdiedu, għalkemm se ndaħħlu aktar minnhom.", "Mr Speaker, f'dan il-pajjiż min ma jridx li ndaħħlu iktar mit-taxxi?", "Aħna qed nittamaw li mit-taxxi ndaħħlu - jekk m'iniex sejjer żball - Lm43 miljun iktar minn din is-sena.", "GĦaliex?", "GĦax aħna ilna ħafna ngħidu li se nagħmlu programm biex min għandu jħallas it-taxxa, iħallasha!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hawnhekk lil min qed jindirizza l-Onor.", "Sant?", "Dawn it-Lm43 se jħallsuhom il-minimum wage earners billi jħallsu taxxa iktar?", "It-taxxa aħna raħħasnieha u din is-sena tajna lil kulħadd tax credit ta' Lm35 fis-sena.", "Allura min se jħallashom dawn il-flus?", "Dawn se jħallsuhom biss dawk li għandhom l-arretrati, dawk li ma kenux qed jiddikjaraw il-qliegħ tagħhom u dawk li issa ma jistgħux jibqgħu jiskartaw it-taxxa minħabba l-VAT.", "Aħna nittamaw li s-sena d- dieħla ndaħħlu iktar minn Lm40 miljun f'taxxi mingħajr ma effettivament inżidu t-taxxi.", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦaliex ma għamlux iktar b'saħħtu l-argument tiegħu l-Onor.", "Alfred Sant?", "GĦaliex mhux qiegħed jagħti appoġġ sħiħ lill-Gvern biex jekk jista' jkun f'dan il-pajjiż neqirdu l-evażjoni tat-taxxa?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li bil-VAT m'aħniex se neqirdu l-evażjoni tat-taxxa, ikkwotalna dokument bil-Franċiż - jekk m'iniex sejjer żball - u qalilna: Min qal li l-VAT hija foolproof u li biha ma jkunx hemm evażjoni tat-taxxa?", "Pero' hawnhekk nixtieq nagħmel kumment.", "Il-VAT veru li hija aktar foolproof; m'hix perfetta, pero' hija iktar applikabbli għal Malta milli għal pajjiżi oħra għax aħna pajjiż żgħir.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaqleb l-argument ta' taħt fuq u rasu 'l isfel, u jgħid li għax aħna pajjiż żgħir it-taxxa tal-VAT m'hijiex tajba għal pajjiżna.", "Aħna nagħmlu l-argument bil-maqlub u, fl-opinjoni tagħna, dan huwa l-argument it-tajjeb.", "It-taxxa tal-VAT hija tajba għax tinġabar b'iktar effiċjenza preċiżament għax aħna żgħar.", "Dan huwa l-argument kollu.", "Allura kif jiskanta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Il-cavallo di battaglia - espressjoni li użaha l-Kap ta' l-Opożizzjoni f'kontest li m'għandu x'jaqsam xejn ma' dan li qed ngħid jien, għax użaha għar-rigward tat-turiżmu - tiegħu hu l-argument li l-Gvern se jżid it-taxxi u kulħadd se jitwerwer għax il-Gvern se jżid it-taxxi.", "Min kien qed jevadi t-taxxa ma naħsibx li se jitwerwer, pero' jekk irid ma jitwerwirx iżżejjed tajnieh il-mezz kif jiġi in regola mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "U dan m'għamilniehx billi tajna amnestija u ħfirnielhom kollox, imma bħala benchmark ħadna din is-sena; naturalment din is-sena l-income jrid jiġi dikjarat korrettement.", "Il-punto di partenza ta' kif aħna nistgħu niġbru t-taxxa u biex wieħed jirregolarizza l-passat tiegħu huwa li għall-1994 id-dħul ta' dak li jkun irid jiddikjarah tajjeb u se nkunu f'pożizzjoni li jekk ma jiddikjarahx tajjeb, is-sena d-dieħla jew is-sena ta' wara, naqbduh għax ix-xibka issa hija mifruxa b'mod li se jkun diffiċli li jaħrab minnha.", "Dan għamilnieh ċar u ma qgħadniex nistaħbew wara subgħajna; ma qgħadniex ngħidu li jekk nitkellmu ċar fuq din il-ħaġa nitilfu l-voti.", "Jiena naħseb li se nitilfu xi ftit voti, imma hekk irridu nitkellmu, għax hekk huwa fl-interess tal- pajjiż.", "Aħna qed ngħidu lin-nies biex minn din is-sena jagħmlu d- dikjarazzjonijiet tagħhom tajba u bħala konċessjoni - konċessjoni li minnha l-Gvern irid jieħu riżultat tajjeb għalih - nagħtuhom il-fakulta' illi d- dħul għas-sena li għaddiet nikkalkolawh bħala 80% ta' dak dikjarat din is- sena, u d-dħul tas-sena ta' qabel, jiġifieri l-1992, nikkalkolawh bħala 90% tad-dħul ta' l-1993, u nibqgħu sejrin hekk għal numru ta' snin.", "Dan huwa invit lill-poplu tagħna biex l-ewwelnett jifhem is-serjeta' ta' dan il- Gvern, jifhem illi l-evażjoni tat-taxxa rridu nneħħuha mill-kultura ta' pajjiżna, jifhem li min mhux se jipperswadi ruħu se jkollu l-inkwiet 'il quddiem u jifhem li dan il-Gvern huwa gvern serju u ta' min jafdah, u allura l-poplu jista' jasal biex l-inkwiet li jkollu f'dan ir-rigward jeliminah.", "Mr Speaker, wara dik l-analiżi ta' dak li ġara, ngħid li bir-raġun aħna sodisfatti b'dak li għamilna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kultant - anzi iktar minn darba - jerġa' jaqa' għall-metodu l-antik u jgħid li dan il- pajjiż qed jinqasam bil-firda soċjali.", "Allura aħna ngħidulu li mhux qed jgħix fir-realta' ta' pajjiżna.", "Ir-realta' hija li f'dawn it-tmien snin, bis-sens ta' direzzjoni u bil-viżjoni ta' dan il-Gvern, f'dan il-pajjijż irnexxielna nnaqqsu ħafna d-diviżjonijiet li kien hawn bejnietna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni naturalment ikompli jargumenta fuq il-VAT, qisu l- cavallo di battaglia tiegħu.", "Mr Speaker, ormai, kif għidt fil-bidu, illum jidher li l-Kap ta' l-Oppiżizzjoni kważi jinsab waħdu jikkombatti l-VAT.", "M'iniex ngħid li kulħadd huwa kuntent li se tiddaħħal il-VAT.", "Veru li mhux kulħadd huwa kuntent, imma bħala politika attiva kontra d-dħul tal-VAT, illum għandna biss il-politika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Nittama li għallinqas miegħu għandu wkoll lid-deputati ta' madwaru.", "(Interruzzjonijiet) Sinċerament m'għandix għax naħseb li ma jaqblux miegħu - kif qed jgħid l-Onor.", "Lino Spiteri - u ma niddubitax li huwa hekk.", "Jien nistiednu biex jibqa' jagħmel l-enfasi kollha tiegħu, u fil-programm elettorali tiegħu jagħmel l-istess il-cavallo di battaglia tiegħu l-wegħda li jneħħi l-VAT.", "Pero' nassigurah - nista' nagħtih ċertifikat minn issa ta' dan - li iktar ma jagħmel hekk, iktar jitlef l-elezzjoni.", "Naf li m'iniex profeta u nista' nkun profeta falz - j'Alla ma nkunx - pero' fuq din l-issue ...", "(Interruzzjonijiet) Nixtieqlu l-ġid ukoll, kemm lilu u kemm lill-Partit tiegħu.", "Jien nixtiequ jbiddel dan l-atteġġjament inspejgabbli.", "Għaliex, Mr Speaker, huwa atteġġjament inspegabbli?", "Il-Kap ta' l-Oppożoizzjoni għamel l-ewwel kwarta jitkellem fuq il-\"falliment politiku ta' dan il-Gvern\" u qal ukoll li bħala punt prinċipali tal- politika ta' dan il-Gvern hemm id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Hawn nikkwota x'qal:", "\"Ħalli nibdew bil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjoalista ta' Frar 1992 u se nikkwota:", "\"Malta qabdet it-triq ta' sħubija sħiħa fil-Komunita' Ewropea.", "Ninsabu fiduċjużi li Malta se tkun fl-ewwel grupp ta' pajjiżi li se jidħlu fil-Komunita' Ewropea.\"\".", "Jien nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni talli rrepeta din id- dikjarazzjoni ċara li kienet fil-Programm Elettorali tagħna.", "Nafu li l- maġġoranza assoluta tal-poplu Malti taqbel mal-Gvern li Malta għandha tidħol fl-Unjoni Ewropea mill-iktar fis possibbli.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jibqa' jinsisti, kif għandu dritt li jagħmel, li fost ir-raġunijiet prinċipali għaliex il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni kienet l-Ewropa, jien nirringrazzjah illi qed jagħti ċertifikat li, fil-fehma tiegħu, il-poplu Malti, fil-maġġoranza assoluta tiegħu huwa favur il-politika tal-Gvern biex Malta tidħol fl-Ewropa.", "Pero' dan l-argument jew dan il-fatt għalfejn semmieh, Mr Speaker?", "Dan semmieh biex jgħid li l-politika ekonomika tal-Gvern hija kollha indirizzata ħalli Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Għal mitt darba nerġa' nirrepeti li dan m'hux veru.", "Aħna bdejna l-politika ekonomika tal-Gvern tal-liberalizzazzjoni u tar-riforma tat-taxxa fiskali qabel m'għamilna l- applikazzjoni biex nidħlu fil-Komunita' Ewropea, li kien fl-1990.", "Il- politika tal-liberalizzazzjoni bil-kummerċ li tant skantat lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni kif din tat frott tant tajjeb, aħna għamilnieha għax fhimna li hekk jaqbel lil pajjiżna.", "Meta aħna pproponejna - ma nafx f'liema sena kienet - li nnaqqsu l-ogħla rata ta' l-income tax minn 65% għal 35%, għamilna għax hekk dehrilna li għandu bżonn pajjiżna.", "Aħna għidna, elezzjoni wara l-oħra, li rridu ndaħħlu s-sistema tal-VAT għax jidhrilna li hekk għandu jkun għal pajjiżna llum.", "Għaliex, Mr Speaker?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għandu s-sistema li jibqa' jirrepeti l-istess ħaġa sakemm, għandu jkun, jibda jemminha għal kollox huwa wkoll.", "Dan jibqa' jgħid li aħna l-VAT qed indaħħluha għax irridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna nerġgħu ngħidulu li l-VAT qed indaħħluha għax jidhrilna li hija taxxa ġusta u ta' bżonn għal pajjiżna f'dan il-mument.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vella qed jgħidli biex nikkwota mill-programm elettorali, pero' ma nistax nagħmel dan għaliex mhux qiegħed quddiemi.", "Huma kull darba jgħidulna - fil-fatt qalha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jien diġa' għamilt referenza għal dan il-punt - li aħna mgħaġġlin biex indaħħluha, mentri fil-programm elettorali konna għidna li se ndaħħluha pass pass.", "Nerġa' nispjega dak li diġa' għidt dalgħodu stess.", "Effettivament il-VAT daħħalnieha pass pass għaliex din it-taxxa fuq l-infiq bdejna billi l-ewwel daħħalnieha f'forma ta' levy - dak iż-żmien sejjaħnielha levy, pero' 'l quddiem se tissejjaħ VAT - fuq il-qasam tal-catering.", "Imbagħad, sentejn wara, daħħalnieha fis- settur turistiku, bħal-lukandi, eċċ. Għaliex?", "Għaliex meta s-settur turistiku kiber b'dan il-mod, huwa loġiku għal gvern serju li t-taxxa jiġborha minn firxa usa' u mhux jibqa' bit-taxxa tad-dwana fuq il-prodotti biss.", "It-taxxa issa jrid jifrixha fuq il-prodotti u kif ukoll is-servizzi.", "Issa din m'hijiex l-idea ta' l-Unjoni Ewropea biss.", "Kulħadd jaf li hawn iktar minn 80 pajjiż li għandhom din is-sistema ta' tassazzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu l-idea fissa - mingħalih li b'daqshekk se jbeżża' lill-poplu - li dan kollu qed nagħmluh minħabba l-Unjoni Ewropea u allura jibqa' għaddej bl-istess diskors.", "Jien nerġa' ngħid li din hija taxxa ġusta u bżonnjuża għal pajjiżna.", "Hija bżonnjuża għaliex il-Gvern bilfors irid jibqa' jiġbor it-taxxi.", "Mr Speaker, żgur li mhux se jkun hawn xi gvern li ma jagħmilx taxxi.", "Jekk hawn min jaħseb hekk, allura ngħidlu li dawn huma illużjonijiet.", "Nixtieq inkun naf jekk meta jitla' l-Onor.", "Alfred Sant u jsir Prim Ministru - jien nawguralu li xi darba jsir - hux se jħalli l-VAT jew inkella jneħħiha u jerġa' jdaħħal is-sistema tad-dazji.", "Din tant hi xi ħaġa anakronistika, li tmur kontra ż-żmien, li ma tagħmilx sens u li tmur kontra l-interessi ta' pajjiżna, li l-Onor.", "Sant żgur li għad jiddispjaċih li qed jieħu dan l-atteġġjament.", "GĦal din ir-raġuni qed ngħidu li din hija taxxa bżonnjuża, għax jekk illum l-ekonomija Maltija hi magħmula b'mod li s-settur tas-servizzi, bħala kontribut għall-GDP tal- pajjiż, qabeż lis-settur l-ieħor, allura huwa ġust li jkollok firxa ta' taxxa daqstant wiesgħa.", "Mr Speaker, irrid ngħid li l-kliem \"viżjoni\", \"direzzjoni\" u \"ħidma\" huma l-programm ta' dan il-Gvern.", "Aħna kellna l-viżjoni ta' dak li rridu u din kienet viżjoni soċjali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li m'hawnx ruħ soċjali f'dan il-Budget.", "Mr Speaker, dan il-Gvern jesprimi r-ruħ soċjali kuljum u esprimieha f'kull budget li ressaq.", "Aħna bdejna riforma fiskali f'diversi stadji.", "Diġa' semmejt l-istadji fejn naqqasna l-ogħla rata ta' income tax minn 65% għal 35%, żidna t-tax credits kull sena, tajna sistema ta' tassazzjoni separata lin-nisa miżżewġa u tajna rata baxxa ta' 17% għall- overtime u għat-tieni job.", "Dawn x'inhuma?", "Dawn huma kollha miżuri fiskali li ħassejna li huma ġusti fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom.", "U l-VAT se tkompli b'dan il-mod, għaliex is-sistema ta' tassazzjoni b'mod indiskriminat permezz tad-dazji m'għadhiex tajba għal pajjiżna.", "Huwa veru li fl-istess nifs qegħdin nagħmlu pass ieħor biex meta jasal il-mument li nkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea ma jkollniex diffikultajiet, billi qed inneħħu d-dazji fuq l-affarijiet importati mill-Ewropa u qed nissostitwuhom bit-taxxa tal-VAT ta' 15%.", "Imma dak hu aċċidentali u s- sustanza hija d-dħul tal-VAT.", "Kont qed ngħid li din hija taxxa ġusta, u aħna għamilna l-analiżi neċessarja f'dan ir-rigward.", "Jien ħadt pjaċir li fl-Economic Survey hawn ippubblikat appendix b'analiżi serja, xjentifika u oġġettiva ta' x'se tfisser il-VAT f'pajjiżna.", "Jidher li l-miżuri li ħa dan il-Gvern over the years, servew biex ikollna distribuzzjoni aħjar ta' dħul fil-pajjiż.", "Jiġifieri taħt dan il-Gvern id-disparita' u d-diżugwaljanza bejn min jaqla' ħafna u min jaqla' ftit, naqset bil-provi.", "Dik il-konċertina bejn l-ikbar u l-iżgħar u tan-nofs, illum hija iżgħar u għandna l-provi li l- inugwaljanzi llum huma inqas milli kienu qabel.", "U aħna ċerti illi l-VAT, bil-kosegwenzi strutturali tagħha, se jkollha l-istess effett.", "Mr Speaker, diġa' semmejt illi l-Kap ta' l-Opożizzjoni litteralment iffissa fuq l-Ewropa.", "Huwa jieħu pjaċir jgħid - kull darba jgħidhielna - li l-Gvern qabel l-elezzjoni kien ottimista li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea u llum dak l-ottimiżmu, skond hu, sfuma fix-xejn.", "Jiena dan l- argument nixtieq li nirriduċih f'termini reali biex kulħadd jifhem.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, il-viżjoni tagħna hija li aħna nemmnu li post Malta huwa fl-Unjoni Ewropea - din għidnieha mitt darba u nkomplu ngħiduha - kemm għal raġunijiet politiċi, kif ukoll għal raġunijiet ekonomiċi.", "U jiddispjaċina - u l-Kap ta' l-Opożizzjoni jmissu jiddispjaċih bħalna - li għad m'aħniex membri.", "Għaliex?", "Ħalli nibdew mil-lat ekonomiku.", "Kieku pajjiżna llum huwa membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, meta bħal-lum niġu biex nippreżentaw il-Budget lill-poplu tagħna, ngħidulu illi skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea imissna ma nafx kemm-il miljun lira - miljuni kbar - mill-Fond tar-Ristrutturazzjoni għax il-GDP tagħna, paragunat ma' l-average ta' l-Ewropa, għadu baxx u bħall-Irlandiżi, il- Portugiżi u l-Ispanjoli, aħna intitolati għal miljuni kbar ta' liri kull sena.", "Dawn s'issa m'aħniex neħduhom.", "Ħalli issa inkun - kif stedinni xi ħadd - b'saqajja ma' l-art.", "Il-periklu hu, li iktar ma jgħaddi żmien iktar se jkun diffiċli li aħna nieħdu xi ħaġa minn dawn l-affarijiet.", "L- ewwelnett għax issa aħna mexjin 'il quddiem on our own steam, u t-tieni għax iktar ma din l-imbierka Unjoni Ewropea tikber - u llum nafu li hemm pajjiżi tal-Lvant ta' l-Ewropa li qed iħabbtu dan il-bieb b'idejhom u saqajhom biex huma wkoll jidħlu membri - .....", "Dawn huma pajjiżi li meta jidħlu - u xi darba se jidħlu - żgur li se jkollhom bżonn dawn il-flus, u l- biża' tiegħi hu li iktar ma ndumu, it-telf tagħna mil-lat ekonomiku iktar se jikber.", "Allura din hija xi ħaġa li nifirħu biha?!", "Din hija xi ħaġa li għandu jiddispjaċina għaliha.", "(Interruzzjonijiet) Foresight kellna ħafna aħna.", "Il-foresight tagħna kien li fl-1987 writna sitwazzjoni fejn li kieku applikajna dak inhar kienu jidħku bina għax kienu jgħidulna li pajjiżna tant għadu lura u tant m'hux in tune mas-sistemi moderni ....", "(Interruzzjonijiet) Biżżejjed tgħidilhom li aħna kellna regola li biex iddaħħal computer trid tagħmel dikjarazzjoni li m'intix se tkeċċi nies mill- impieg.", "Kieku kont tgħidilhom dik biss, kienu jgħidulek li aħna ta' wara l- qamar, mhux ta' wara l-muntanji biss, għax ta' wara l-muntanji kienu aħjar minn hekk.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Pero' ħalli inkunu realistiċi.", "L- Awstrija, li se tkun membru sħiħ fl-1 ta' Jannar, 1995, tkun ilha li applikat ħames snin, mill-1989.", "X'inhi r-realta'?", "Ir-realta' hi li l- bidliet fid-dinja - u għandu jkun l-Oppożizzjoni m'hijiex tgħix f'din id- dinja - mill-1990 sal-lum tant kienu kbar illi bidlu ċ-ċirkostanzi kollha.", "U aħna bqajna ninsistu li nidħlu, għax aħna għandna dritt nidħlu u rridu nidħlu kemm jista' jkun malajr.", "Pero' l-argument li sibna ma' wiċċna, u li fl-1990 ma kienx previst għax la l-Iżvezja, la l-Fillandja u lanqas in- Norveġja ma kienu applikaw dak iż-żmien, pero' id-dinja nbidlet b'mod tant imgħaġġel....", "Dawn il-pajjijżi kien diġa' kellhom relazzjoni ma' l-Ewropa permezz ta' l-EFTA, diġa' kienu ilhom is-snin jinnegozjaw trattat ieħor ekonomiku fuq zona ekonomika Ewropea u għalhekk tpoġġew fuq a fast track.", "Aħna għamilna ħilitna - ma nistħix ngħid - b'ilsienna barra biex nidħlu membri sħaħ ma' dawn il-pajjiżi.", "Imma, sfortunatament, il-fatti llum huma li l-Unjoni Ewropea qed tgħid li tant kulħadd irid jidħol, li issa trid tirrevedi daqsxejn is-sitwazzjoni interna.", "Kulħadd qiegħed jgħidilna li Malta hija matura biex tidħol, pero' l-Unjoni għandha probelmi istituzzjonali.", "Issa ma naħsibx li huwa l-mument li noqgħod nidħol f'dan.", "Pero' mhijiex xi ħaġa ta' mistħija għal dan il-Gvern illi aħna għamilna ħilitna sabiex nidħlu kemm jista' jkun malajr fl-Unjoni Ewropea.", "Għamilna dak li huwa fl-interess nazzjonali, mhux biss mil-lat ekonomiku, imma anke mil-lat politiku.", "Jiena ngħid li l-Ewropa għadha kif bdiet it-triq biex tiżviluppa bħala Unjoni Ewropea vera.", "L-Unjoni Ewropea teżisti fit-Trattat ta' Maastricht, imma l-Unjoni Ewropea vera fil-mod kif taħdem għadha ma teżistix.", "U aħna rridu nkunu f'dan il-proċess.", "Allaħares nagħmlu l-iżball li għamlet in-Norveġja.", "Il-Ministru Lamassoure qal li la l-poplu ma jridx jidħol, allura ma jidħolx.", "Il-poplu tagħna, skond il-Kap ta' l-Opożżizzjoni - u skond jien ukoll - irid jidħol għax ta l-vot lilna.", "Issa n-Norveġiżi ma jridux jidħlu u l-Ewropa jkollha tgħidilhom; Ħudu paċenzja; aħna nagħmlu r-regoli, u intom oqogħdu għal dak li niddeċiedu aħna u ibqgħu barra, la għoġobkom ma tidħlux. .Allaħares pajjiżna jiġi f'dik is- sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jiena nistieden lill-Kap u lill-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni biex, jekk iridu, jagħtuni daqsxejn palata - naċċettaha bil-qalb - u flok ifixklu, jgħinu għax naħseb li b'hekk ikollna ċans xi ftit aħjar li fil-fatt nidħlu.", "Sfortunatament għadna wieħed mill-ftit pajjiżi - jekk jeżistu, għax ma nafx jekk jeżistux - fejn għad ma rnexxilniex b'mod espliċitu u ċar ngħidu li dan huwa poplu matur li għandu politika barranija bipartisan.", "Sfortunatament jidher ċar li l-filosofija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni tapplika hawn ukoll u jekk jidhirlu li jista' jirbaħ il-voti billi jkun kontra, allura jkun kontra, kemm jekk qed jissuġġerilu x-xitan sew jekk qed jissuġġerilu l-anġlu.", "Kieku jisimgħu mill-ħbieb tagħhom Soċjalisti fil-Parlament Ewropew - xi ħadd issa semma isem - u meta jmorru l-kungressi, u s-Socialist International naħseb li għandu jkollhom il-kuraġġ li jikkonvertu, pero' ma jridux.", "Mr Speaker, għal darba oħra dan il-Budget qed isib lil pajjiżna mimli bil- fiduċja u għalija l-fiduċja hija ċ-ċavetta tas-suċċess.", "Il-fiduċja li kattarna ġejja mill-fatt li żammejna l-wegħdiet tagħna.", "Aħna wegħedna gvern ta' djalogu u rikonċiljazzjoni nazzjonali u min irid ikun sinċier jaf li dawn il-metodi napplikawhom u nipprattikawhom kuljum.", "GĦalhekk imbagħad finalment tispiċċa tiftiehem minkejja xi oppożizzjoni li jista' jkollok.", "Hekk wiegħed dan il-Gvern u hekk qed jimxi.", "Pero' għaddejjin minn fażi fejn għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-politika tiegħu hija \"iżra' s- suspetti, faqqa' s-suspetti, ħalli lin-nies jiddubitaw u immina l-fiduċja\".", "Mr Speaker, din hija politika perikoluża u żbaljata.", "Xbajt nisma' talbiet biex nagħmlu inkjesti; nagħmlu inkjesta fuq Queiroz, nagħmlu inkjesta fuq il-Freeport, nagħmlu inkjesta fuq il-bini ta' l-Isptar San Raffaele ....", "Fi żmenijiet oħra, ħlief nitolbu għall-inkjesti ma stajniex.", "Pero' l-ewwel ħaġa li għamel dan il-Gvern meta ħa l-poter ma kenitx li ġiegħel lill- Oppożizzjoni toqgħod titlob l-inkjesti, imma ta d-dritt lill-poplu Malti, inkluż lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li meta jkun jaf b'xi ħaġa suspettuża u jkollu bażi għaliha, imur quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l- Korruzzjoni u jippreżenta l-każ tiegħu hemm.", "Aħna m'għandniex bżonn min jiġri warajna, kif kellna nagħmlu aħna biex nitolbu l-inkjesti.", "Meta jien għamilt ittra - għadha għandi u l-oriġinal tagħha qiegħed depożitat f'din il-Kamra - u tlabt inkjesta fuq il-mewt ta' Nardu Debono, ir-risposta kienet li m'hemmx għalfejn.", "Hekk kienet ir-risposta.", "Issa jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu l-provi li fil-każ ta' Queiroz tmexxew il-flus, m'għandux jistenna inkjesta imma għandu mekkaniżmu awtonomu, indipendenti, li jiddeċiedi b'wiċċu minn quddiem kontra min hu nvolut, hu min hu, u għandu jkollu l-kuraġġ, id-dinjita' u s-sens ta' rġulija li jmur bil-provi quddiemu; mhux fuq ta' Queiroz biss fejn naf li m'hemm l-ebda provi fuq l- allegazzjoni li għaddew il-flus, imma fuq kollox.", "Imma ara x'wiċċ irid ikollok biex tiġi hawn u tgħid li trid tagħmel inkjesta fuq il-kuntratt tal- Freeport, li sar bi proċess mill-iktar trasparenti!", "Saħansitra kien hemm rapporti mill-ewwel kumitat tal-Freeport stess illi meta ġie eżaminat mill- organu governattiv li għandu d-dover bil-liġi li jagħmel l- investigazzjonijiet u l-assessment tiegħu, biddel id-deċiżjoni.", "Imma għax biddel id-deċiżjoni, il-gazzetti tagħhom, fosthom \"L-Orizzont\" kienu diġa' bdew jgħidu li l-kuntratt se jieħdu t-tali għax huwa ħabib tal-Gvern!", "Kien għad m'hemmx deċiżjoni, għax aħna kull kumitat li jiddeċiedi fuq xi kuntratt kbir nissottomettuh għall-iskrutinju tan-nies li qegħdin apposta għal hekk f'kumitat ta' dipartiment tal-Gvern.", "Allura kif jiġu jagħmlu dawn l-akkużi?", "Ir-risposta tiegħi għall-akkużi li dak il-kuntratt fih xi ħaġa ħażina hija li jekk jafu hekk għandhom il-mezz kif imorru jikkontestaw.", "Pero' jien għandi d-dover nara li l-progress fil-pajjiż ma jitwaqqafx.", "Jien m'iniex se nżomm ix-xogħol milli jibda sempliċement għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu \"suspetti\".", "U x-xogħol se jibda għax huwa fl-interess ta' Malta li dak is-settur ikompli miexi, huwa fl-interess tal- ħaddiema ta' Kalaxlokk li aħna writniehom mill-Amministrazzjoni preċedenti b'kuntratt minn ġimgħa għall-oħra.", "Dan il-Gvern - li huwa qal li m'għandux ir-ruħ soċjali - meta ġie għall-fatti ra li dan huwa kuntratt kbir, u allura għandha ssir kondizzjoni fuq il-kuntratturi li jieħdu dan il-proġett li l-ħaddiema ta' Kalaxlokk ikollhom id-dritt li jibqgħu jaħdmu anke wara li jispiċċa l-kuntratt tal-Freeport!", "Lil dawn in-nies li kellhom kuntratt li jiġġedded minn ġimgħa għal ġimgħa, assigurajnielhom bil-miktub id-dritt li jkomplu jaħdmu - jien kważi dħakt meta rajtha - għal 50 sena oħra.", "GĦidtilhom: Mela hemm it-tfal jaħdmu?", "GĦax jekk illum għandhom 18-il sena wkoll m'għandhomx bżonn 50 sena garanzija ta' mpieg, għax kieku jkollhom 68 meta jispiċċaw mix-xogħol.", "Allura kif tiġi tgħid li dan il-Gvern m'għandux ruħ soċjali?", "Kif jista' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi jgħidli li għax hu xamm xi ħaġa f'dan il-kuntratt għandi nwaqqaf kollox u nagħmlu inkjesta fil-Parlament!", "Jien ngħidlu li jekk xamm xi ħaġa jmur jara x'xamm, imur quddiem l-organu li hemm apposta, jissottemetti l-provi kollha u jitlobhom jinvestigaw.", "Kollox għandu available, inkluż il-files u l- korrispondenza; kollox jista' jeżamina.", "Imma mhux inwaqqaf ix-xogħol!", "Nerġa' ngħid, din x'politika hi tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Mr Speaker, l-istess dwar il-bini ta' l-Isptar San Raffaele.", "Qalu li hemm skandli kbar.", "Qalu li kien hemm inġinier li kellu interessi u ma ddikjarahomx.", "Allura nqattgħu kollox u nerġgħu nibdew mill-bidu?", "Naraw li din il-persuna li kienet f'dik il-pożizzjoni b'ebda mod ma nfluwenzat id- deċiżjonijiet li għad iridu jittieħdu, u li jittieħdu bl-ikbar serjeta'.", "Id- dokumenti kollha lesti li nerġgħu nippubblikawhom biex ikun jista' jarahom min irid.", "Jekk iridu, tan-naħa l-oħra jistgħu jġibu esperti minn barra kemm iridu u lil min iridu u jgħidulna x'ikun hemm ħażin.", "Imma mhux jgħidulna li għax huma għandhom suspett, aħna għandna nieqfu.", "Aħna m'aħniex se nieqfu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamilli s-suġġeriment li biex niffranka l-flus m'għandniex nonfqu Lm9 miljun għall-bini ta' sptar ġdid.", "Jien dak il-parir ma naċċettahx għax l-interess ta' pajjiżna jitlob li nkomplu għaddejjin b'dan il-proġett ukoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, jekk m'iniex sejjer żball, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma semma xejn fuq iż-żieda ta' Lm2.25 fil-ġimgħa lil kulħadd imma semma l-50c żieda.", "Jien diġa' kkummentajt u nerġa' nikkummenta fuq dan.", "Dan il-Budget x'qed jagħmel?", "Dan il-Budget, minbarra li qed ikompli jagħti viżjoni u sens ta' direzzjoni għal pajjiżna u minbarra li qed juri li qed inkomplu bil-ħidma tagħna, qed jagħmel ġustizzja l-ħin kollu.", "Nerġa' ngħid u niftaħar li nħoss sodisfazzjon kbir li dan il-Budget se jkun ġie u mar, u għamilna d-debate kollu u l-kritika kollha fuqu mingħajr ebda skonvolġiment u strascichio fil-pajjiż ta' dak li qed niddiskutu hawn ġew.", "U dan għaliex il-Gvern preżenti bil-provi għandu ruħ soċjali.", "Din urejnieha għax meta dehrilna li huwa ġust li nagħtu ż-żieda lill-ħaddiema kollha, ħriġna għonqna u għidna li hekk irid isir u meta kien hemm il-biża' li bl- introduzzjoni tal-VAT jistgħu jogħlew xi affarijiet, għidna li aħna lesti li nilqgħu għal dan ukoll.", "Wara li smajna l-proposti ta' kulħadd, tajna żidiet oħra, fosthom żieda ta' 50c fil-bonus ta' Marzu u 25c fil-bonus tal- familja.", "Jien nerġa' ngħid li huwa ta' sodisfazzjon kbir għal kull wieħed minna li dan il-Budget huwa miexi b'dan il-mod u ġie aċċettat mill-pajjiż.", "Mr Speaker, semmejt il-VAT u l-għoli tal-ħajja.", "In-naħa ta' l- Oppożizzjoni, b'mod partikolari l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kważi rredikola l- idea oriġinali li nuru prezzijiet bis-sistema tat-teletext fuq it- television.", "Dażgur li din is-sistema għandha tirnexxi.", "Naħseb li l-Onor.", "George Vella, bħala tabib, jaf li din qed tirnexxi.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, ħalli ngħid x'inhu l-ħsieb wara din l-idea, għax hawn ukoll donna qegħdin fuq wavelengths differenti.", "X'aħna qed nipprovaw nagħmlu?", "Aħna tlaqna mill-konċett li f'dan il-pajjiż m'għandniex nibqgħu nistennew li l-kontroll isir mill-Gvern, bil-pulizija, bl-inspector u b'ma nafx kemm affarijiet oħra.", "Aħna qed noħolqu kultura ġdida, kuntratt ġdid fis- soċjeta' tagħna.", "Qed ngħidu li kull wieħed minna huwa responsabbli daqs il-Ministru, daqs il-kap tad-dipartiment u huwa responsabbli li jara li nbiddlu l-konċett f'pajjiżna minn wieħed ta' welfare state għal dak ta' welfare society.", "Jien m'iniex ngħid li se nneħħu xi benefiċċji, imma wieħed irid jifhem li jrid ikun parti mill-ingranaġġ biex dan il-pajjiż ikollu soċjeta' ġusta, serja u mibnija fuq il-prinċipji tas-solidarjeta'.", "Jiġifieri kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu.", "F'dan il-kontest, għandna naraw is-sistema tal-prezzijiet bit-teletext.", "Mr Speaker, aħna qed ngħidu lil kulħadd, lin-negozjanti, lill-importaturi, lir-retailers u lill- farmaċisti li l-Gvern iridhom jaqilgħu l-flus.", "Dan il-Gvern m'huwiex bħal ta' qabel, li jgħid li kull min hu fil-busniess huwa ħalliel.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, għalkemm aħna rriduhom jaqilgħu l-flus, ma rridux li jkun hemm abbużi.", "L-abbużi ma tistax tikkontrollahom bid- difensuri tax-xerrejja u, fil-fehma tiegħi, lanqas bil-pulizija, lanqas jekk tutilizza l-Korp kollu.", "L-iktar mod żgur kif tikkontrolla l- prezzijiet huwa billi tolħloq kultura ta' responsabilita', u f'dan il- kontest daħħalna din l-idea ġdida u oriġinali.", "Il-price order trid tkun b'mod li wieħed ikun jaf xi prezzijiet jistenna fil-ħanut.", "Dan għadu l- bidu, imma f'Jannar meta nibdew inneħħu d-dazju, nibdew nagħtu wkoll il- prezzijiet kif kienu bid-dazju u kif se jkunu wara li jitneħħa d-dazju.", "Jien lill-poplu Malti ngħidlu li dan il-Gvern qed jafdah u qed jgħidlu li jrid jimxi miegħu, irid jingħaqad miegħu u jagħmel parti tiegħu biex tidħol din il-kultura fil-pajjiż.", "Jiddispjaċini ngħid li mid-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni wera li minn dan kollu ma fehem xejn, Mr Speaker.", "Jien m'għandix dubju li, bħal kull pajjiż, dan il-pajjiż għandu ċerti sfidi quddiemu; wara kollox kull wieħed minna jkollu sfidi quddiemu.", "Żgur li hija sfida li naraw li din il-famuża Liġi tal-VAT titħaddem b'mod serju u b'mod ġust biex tkun tista' tagħti riżultati pożittivi.", "Jien nerġa' ngħid li kelli s-sodisfazzjon li nisma' lill-Ministru tal-Finanzi jgħid li rnexxielu anke jiftiehem mal-General Retailers and Traders Union li issa ma baqgħetx toġġezzjona, lanqas il-famużi cash registers bil- memorja.", "L-importanti huwa li kulħadd jifhem li qed nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta'.", "Mr Speaker, tista' tgħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni lanqas pinzellata ma ta fuq il-proposti li hemm fil-Budget.", "Għalija hemm proposta importanti ħafna, b'mod partikolari fejn jidħol il-programm ta' l-edukazzjoni.", "Aħna għidna li rridu nkunu minn ta' quddiem, speċjalment fejn jidħol it-tagħlim ta' l-informatika u għidna li dan għandu jibda mil-livelli l-aktar żgħar fl- iskejjel tagħna.", "Dan huwa programm dettaljat u huwa maqsum fuq ħames snin.", "Issa nispera li s-sena d-dieħla l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jiġix jgħidli biex inwaqqaf dan il-programm għaliex qed qed nonfoq wisq!", "Hemm affarijiet oħra, bħall-vot tal-kunsilli lokali, li forsi f'okkażjoni oħra jkolli ċans nitkellem aktar fuqhom.", "Bil-konċett tal-kunsilli lokali daħħalna bidla kbira fil-pajjiż, anke fis-sistema ta' l-amministrazzjoni.", "Bil-prinċipju ta' diċentralizzazzjoni, tas-sussidjarjeta', barra li l-poplu jinqeda aħjar, għandu effett anke fuq l-amministrazzjoni tal-Gvern.", "Imma, kif għid, dwar dan ikolli okkażjoni nitkellem f'xi debate ieħor.", "Mr Speaker, rigward it-Tarzna dejjem għidna li ma jistax ikun li tibqa' miexja kif inhi, u nafu li dan l-aħħar intlaħaq ftehim li issa rridu nagħtuh il-ħajja kemm jista' jkun malajr bit-tama li forsi noħorġu lil dan is-settur ekonomiku ta' pajjiżna mill-problemi li huwa mdorri bihom.", "Nixtieq insemmi affarijiet oħra li hemm provdut għalihom f'dan il-Budget, bħall-ispiża għas-sistema tad-drenaġġ.", "Ma tantx xtaqt nispiċċa bid- drenaġġ, imma żgur li dan huwa qasam importanti, għaliex huwa parti mill- infrastruttura tagħna.", "Jien nista' ngħid li l-pariri li ngħatawlna kienu li biex neliminaw il-problemi għal din is-sena, dan il-Gvern irid jonfoq kemm hemm bżonn, iqum kemm iqum il-programm.", "Dawn huma l-instructions li għandhom id-dipartimenti konċernati.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Spiċċajt ma tkellimt xejn fuq il-pożizzjoni tad-deficit tal-Gvern.", "Pero' l- importanti huwa li l-Gvern ikompli, nerġa' ngħid, bil-viżjoni li għandu għal pajjiżna, dik il-viżjoni li tmexxi lil pajjiżna dejjem 'il quddiem; nagħtu s-sens ta' direzzjoni biex dak li nixtiequ nkunu nistgħu nilħquh u, fuq kollox, Mr Speaker, inkomplu b'ħidma qawwija kemm għandna saħħa għall- ġid tal-poplu tagħna.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Prim Ministru għad-diskors tiegħu.", "Nitlob lill-impjegati tat-televiżjoni u tal-mezzi tax-xandir jirtiraw mill- Kamra.", "L-impjegati tal-PBS irtiraw mill-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija mozzjoni Nru. 182 kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 1995.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fil-11.31 a.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fil-11.36 a.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas- sena 1995, kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Division.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "248", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri Louis |Psaila Savona | | |Joseph | |Dalli John |Refalo Louis | |Debono Giovanna |Refalo Michael | | |Angelo | |Deguara Louis |Rizzo Naudi John| |De Marco Guido |Spiteri Carm | | |Lino | |Falzon Michael |Tabone Anton | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Ninu | |Frendo Michael |Zammit Stanley | |Galea Ċensu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 30", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Mangion Charles | |Attard Montalto|Micallef Freddie | |John | | |Bartolo Evarist|Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Borg Carmel |Mintoff Dom | |Brincat Joseph |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Moran Vincent C. | |Buhagiar |Muscat Philip | |Charles | | |Buhagiar Louis |Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech |Sant Alfred | |Joe | | |Farrugia |Sant Salvu | |Michael | | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin S. |Vella George | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR.", "SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal it-Tnejn, 5 ta' Diċembru, 1994 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1995", "L-Ewwel Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali", "Ninforma lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq fis-seduta Nru. 341 tat-18 ta' Novembru, 1994, din is-seduta se tixxandar bir-radju.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim tal-Kamra, l-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Diċembru, 1994 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fil-11.38 a.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- ftehim milħuq fis-seduta Nru. 341 tat-18 ta' Novembru 1994.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DINGLI - TRIQ CLAUDETTE AGIUS", "23227.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi tas-Seduta Nru. 48 ta' l-1992, u b'referenza għall-ittra ppubblikata fil-ġurnal l-\"Orizzont\" ta' nhar il-Ġimgħa 25 ta' Novembru, 1994 dwar l-istat ta' Triq Claudette Agius, f'Ħad Dingli, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex din it-triq tħalliet f'dan l-istat?", "Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' din it-triq jsiru kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li parti mit-Triq Claudette Agius kienet ġiet asfaltata kif l-Onor.", "Membru kien informat għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 3950.", "Dan kien sar f'dik il-parti tat-triq li kienet inbniet.", "L-Onor.", "Interpellant u l-artiklu li deher fil-gazzetta qiegħed jirreferi għal parti oħra tat-triq li qed tiżviluppa, u li l-iżvilupp tagħha għadu lura.", "Sakemm tiġi żviluppata parti sostanzjali minn din it-triq mhix il-policy tad-Dipartiment tat-Toroq li tiġi asfaltata.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - PERSUNI DIJABETIĊI", "23244.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 23041 dwar ċittadini Maltin li jbatu bil-problema tad-dijabete?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ma teżistix l-istatistika kif mitluba, u tista' tingħata biss dik l-informazzjoni li ħarġet mill-Istudji Epidemjoloġiċi li saru fuq id-dijabete f'pajjiżna.", "Dawn jindikaw li 7.7% tal-persuni li kellhom minn 15-il sena 'l fuq kienu dijabetiċi.", "In-numru ta' dijabetiċi reġistrati fil-Kliniċi tad-Dijabete fid-Diviżjoni tas-Saħħa ta' l-1993, kien ta' 12,319 u minn dawn 2.9% kienu 'juveniles'.", "Is-servizzi offruti mid-Diviżjoni tas-Saħħa huma:", "Kura b'xejn fl-Isptarijiet u Ċentri tas-Saħħa; Mediċini b'xejn; u Servizz ta' Infermiera fid-djar fejn meħtieġa.", "Hemm ukoll il-benefiċċji li jingħataw lid-dijabetiċi minn dipartimenti oħra.", "MTARFA - TISWIJIET", "23245.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 23040 dwar l-ilmenti tar-residenti ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma tinżammx statistika tat-talbiet minn residenti differenti meħuda mill-Awtorita' tad-Djar, madankollu qed isir sforz biex l- informazzjoni mitluba fid-domanda numru 23040 tinġabar u tingħata.", "RABAT - TRIQ IS-SIĠAR - MANUTENZJONI", "23246.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li ssir il- manutenzjoni fi Triq is-Siġar, ir-Rabat Malta?", "Billi ġejjien il-festi tal-Milied, jista' d-dipartiment jara li x- xogħlijiet imsemmija jsiru mmedjatament?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li Triq is-Siġar fir-Rabat, mhijiex inkluża mal-programm ta' din is-sena.", "Mis-sena d-dieħla l-programm ta' l-asfaltar tat-Toroq se jsir bi ftehim bejn id-Dipartiment tat-Toroq u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "RABAT: TRIQ ĠORĠ BORG OLIVIER - XOGĦLIJIET F'FOND NRU.", "172", "23247.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fil-Fond Nru. 172, Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'deċiżjonijiet mill-awtoritajiet konċernati saru sabiex jiġi mħares il-valur storiku ta' din id-dar partikolarment l-faċċata ta' barra ta' din id-dar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li minn spezzjonijiet li saru ma jirriżultax li qiegħed isir xi xogħol fil-fond indikat.", "Qegħdin isiru nvestigazzjonijiet biex jiġi stabbilit il-valur storiku tal-fond u siti oħra fl-istess triq.", "XEMXIJA - MANUTENZJONIJIET TA' TOROQ", "23248.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi jiena dejjem ġejt informat li l- manutenzjonijiet tat-toroq tax-Xemxija se jsiru, jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet meħtieġa għax-xhur li ġejjien?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-manutenzjoni tat-Toroq lokali hija r- responsabbilita' tad-Dipartiment tad-Distretti u għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall- Ambjent.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - IMPIEG TA' UFFIĊJAL GĦAR-RELAZZJONIJIET PUBBLIĊI", "23269.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22793, billi ma weġibtniex jekk ħarġux applikazzjonijiet pubbliċi qabel sar l-impieg imsemmi, tista' tweġibni għal dan?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien nformat li mhux normali li meta xi ħadd jiġi mpjegat b'kuntratt toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet.", "QRATI - KAWŻA MINN NATIONAL TRUST TA' L-INGILTERRA KONTRA BEJJIEGĦ TAD- DEHEB", "23270.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22832, jekk il-Ministru ngħidlu li l-kawża saret kontra s-Sur Zampa, jista' jagħtini risposta għall- mistoqsija parlamentari tiegħi ċioe' jgħid kif baqgħet il-kawża ċivili li saret kontra bejjiegħ tad-deheb f'Malta liema kawża saret minn National Trust ta' l-Ingilterra biex jiġu akkwistati lura oġġetti tal-fidda li nsterqu minn Tatton l-Ingilterra u nstabu għand bejjiegħ tad-deheb f'Malta?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiena nformat mir-Reġistratur tal-Qorti li biex tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija jrid ikun hemm indikazzjoni preċiża almenu ta' l-isem tal-kawża għaliex tfittxija fuq l- informazzjoni kif inhi ma kellhiex eżitu pożittiv.", "BIRZEBBUGIA - SLEEPING POLICEMEN", "23271.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jaf il-Ministru li 14-il xahar ilu saret petizzjoni mir-residenti ta' Triq Sant'Andru, Birzebbugia lill-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku minħabba t-tibdil li sar fid-direzzjoni tat-traffiku f'Birzebbugia?", "Jekk għallinqas il-qagħda ma setgħetx tiġi kif kienet qabel sar it-tibdil, għaliex ma sarux ħotob fit-triq (sleeping policemen) biex it-traffiku jnaqqas il-veloċita' li qed jgħaddi bih minn din it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 22888, ħlief li se nara li t-talba tar- residenti rigward \"sleeping policemen\" tiġi kkonsidrata mill-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku.", "KAPPARA - TRIQ L-AMBAXXATA - TNEĦĦIJA TA' ĦAJT GĦOLI", "23272.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi fil-21 ta' Frar ta' din is-sena xi residenti li joqogħdu Embassy Street, fir-Regional Road, Kappara kitbu lill- Ministeru tiegħek biex il-ħajt għoli li qed jissepara r-residenzi tagħhom jitneħħa, hemm xi żviluppi fuq din it-talba?", "Taf li dawn ir-residenti talbu biex il-ħajt imsemmi jiġi għall-istess livell tal-ħajt fuq in-naħa l- oħra tat-triq jiġifieri fejn hemm il-Claret's Monastery?", "Taf li kif inhi l-qagħda llum b'dak il-ħajt għoli jimblokka l-garaxxijiet u r-residenzi ta' dawn in-nies, huwa aktar faċli għal ħallelin li jidħlu f'dawn id-djar?", "Taf li diġa' fis-sigħat bikrin ta' fil-għodu, il-ħallelin daħlu u serqu żewġt idjar hemmhekk?", "Taf li karozzi ta' nies mhux magħrufa qed jipparkjaw wara dan il-ħajt u li r-residenti huma mwerwra?", "Tista' tara li dan il-ħajt jitneħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li t-talba ta' xi residenti f'Embassy Street, Kappara saret lid-Dipartiment tad-Distretti tal-Ministeru għall-Ambjent u mhux lill-Ministeru tiegħi.", "Ta' min isemmi li meta t-triq tan-naħa l-oħra kienet qiegħda tiġi asfaltata, id-Dipartiment tat-Toroq ġie mitlub ma jwaqqax ħajt simili biex iservi ta' protezzjoni għar-residenti mill-ħsejjes u t-tinġiż mit-traffiku fi Triq Reġjonali.", "Gbidt l-attenzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq biex jikkonsulta mal-Kunsill Lokali dwar din il-materja.", "QRATI - KUMPENS GĦAL KORRIMENTI FUQ IX-XOGĦOL", "23273.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 21928, jista' l- Ministru jagħti dettalji każ b'każ ta' kull persuna li ġiet mogħtija kumpens?", "Fejn ġraw l-inċidenti każ b'każ u meta?", "X'danni sofrew il- persuni każ b'każ?", "Xi kriterji ntużaw biex wieħed jieħu mod u ieħor jieħu mod ieħor?", "Kien hemm xi Bord li ddeċieda dawn l-għotjiet?", "Jekk iva, minn min kien magħmul?", "Meta kien jiltaqa'?", "Fejn?", "X'kienet il-proċedura osservata?", "ONOR.", "JOE FENECH: Dettalji ta' kemm ħadu flus bħala kumpens dwar nies li kienu weġġgħu jew waqt dimostrazzjonijiet politiċi jew waqt il-qadi ta' dmirijiethom diġa' tajthom fir-rapporti li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 21928", "L-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali jikkalkola l-ammont li l-applikant kien jirbah fil-Qrati Ċivili f'kawża għad-danni bażata fuq id-danni personali in kwestjoni (b'esklusjoni tal-ispejjeż u t-telf ieħor attwali.", "Dan l- eżerċizzju jagħmlu a bażi tal-kriterji enunċjati fis-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell tat-22 ta' Diċembru, 1967 fl-ismijiet Butler vs Heard, liema kriterji illum huma meqjusa bħala kriterji konservattivi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja jeżamina r-rakkommandazzjoni ta' l-Avukat Ġenerali u jekk jaqbel magħha jirrakkommanda lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jsir il-ħlas tas-somma determinata.", "Ir-rakkommandazzjoni tal- Ministru tal-Ġustizzja tiġi evalwata finalment mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li, jekk jaqbel magħha, jawtorizza l-pagament.", "SPTAR SAN LUQA - XOGĦLIJIET", "23274.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jaf il-Ministru li minħabba x-xogħlijiet li qed isiru fl-Isptar San Luqa il-karozzi li jidħlu l-isptar qed joħorġu mill-gate ta' l- Emerġenza u b'hekk qed jinħoloq periklu kbir għal dawk is-sewwieqa li jitilgħu minn Triq Zammit Clapp għaliex ikunu se jaħbtu mas-sewwieqa ħerġin mill-gate ta' l-Emerġenza?", "Tista' mmedjatament issir mera biex is- sewwieqa li jkunu ġejjin minn Triq Zammit Clapp jaraw min ikun ħiereġ mill- gate ta' l-Emerġenza u vici versa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23035, ġejt informat li fix-xhur li ġejjin se jsir xogħol fil-bini fejn jistgħu jeħlu l-mirja, inkluż twaqqigħ ta' ħitan, biex issir entratura ġdida għall-isptar li tintuża biss mill-Ambulanzi ta' l- Emerġenza.", "Saru diversi tentattivi biex jitpoġġew sinjali tat-traffiku temporanji, iżda dawn ġew vandalizzati.", "Tajt struzzjonijiet biex jinstabu alternattivi addattati, inkluż li anke jitwaħħlu mirja temporanji sakemm jiġi biex jinbeda x-xogħol tal-bini fiż-żona indikata."]} {"filename": "19991217_214d_par.doc", "date": "1999-12-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 214 Il-Ġimgħa, 17 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 214", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "214", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 506", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 506", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI", "JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI", "(ORDNI PERMANENTI NRU.", "82) 510", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (2000)", "APPROPRIATION (2000) BILL 540", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1999", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1999 542", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI", "JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1999", "(ORDNI PERMANENTI NRU.", "82) 544", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1999)", "SECOND (1999) APPROPRIATION BILL 544", "AĠĠORNAMENT 546", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 549", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 213 li saret fis-17 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MELLIEĦA - TOROQ", "12027.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tintlaqa' t-talba tal-kunsill lokali tal-Mellieħa biex it-triq li minn ħdejn il-kumpless ta' Ħal Ferh twassal sal-Manikata - din tintuża anke mill- karozzi tal-linja - tiġi rranġata?", "Jikkonsidrax il-fatt li jekk din it- talba ma tintlaqax il-kunsill lokali jkollu jagħmel din it-triq hu u mbagħad ikollu ferm inqas x'jonfoq mill-Lm40,000 li għandu għat-toroq u l- bankini tal-Manikata.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li d-dipartiment tat-toroq ilu għal diversi snin jaħdem mal- kunsill lokali tal-Mellieħa dwar din it-triq u ġie deċiż li jsir ix-xogħol neċessarju skond programm imħejji minn konsulenti Ġermaniżi li qegħdin jaraw x'inhuma l-prijoritajiet ta' link roads ta` dan it-tip.", "ST JAMES CAVALIER", "12028.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' St. James Cavalier hux se jkun lest kollu biex jiġi miftuh iċ-ċentru ta' l-arti għall-millennju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ix-xogħol fuq St James Cavalier huwa fi stat tali li ċ-ċentru ta' l-arti se jkun inawgurat fl-aħħar tas-sena u fil-bidu tal-millennju l-ġdid.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond pjani li kienu saru l-istruttura li kien hemm kienet tiflaħ ċertu piż imma issa li nbidlu l-pjani l-istruttura nbidlet xi ftit u hemm ċertu materjal, bħal travi u affarijiet simili, li jistgħu jkunu ta' periklu għax qed ikollhom piż aktar milli kien ippjanat li jkollhom.", "Jaf il-Ministru b'din is-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, fil-fatt m'iniex informat li kien hemm xi problema tat-tip li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant u jekk għandu xi informazzjoni addizzjonali nitolbu jagħtihieli.", "Safejn naf jien fil-bini ta' St James Cavalier m'hemmx load bearings differenti milli kien hemm qabel, jiġifieri l-istruttura għadha kif kienet qabel.", "Id-differenza hi li l-post qed jintuża għal skopijiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Ladarba qed nitkellmu dwar il-Belt, irrid niġbed l- attenzjoni li qed ikun hemm dewmien biex jittieħdu l-passi neċessarji fuq toroq li ngħaddu minnhom aħna lkoll.", "Waħda minn dawn it-toroq - kif tidħol minn fuq Bieb il-Belt, tikser 'l isfel - kienet ilha 'l fuq minn sena fi stat ħażin u issa fl-aħħar ingħatat it-tarmak.", "Per eżempju, il-bankina ta' quddiem il-Palazz għandha l-madum kollu mċaqlaq.", "Din hija għarukaża għax il-membri parlamentari kollha minn hemm jgħaddu u ħadd ma ta kas li jieħu ħsiebha.", "Il-bieraħ stess waqt li kont qiegħed nitkellem ma' l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, nara mara anzjana taqa' u taqsam irkoppitha ma' waħda mill- madumiet li nqalgħu.", "Dan jirrifletti ħażin fuqna għax dak li jkun jgħid: Jekk dawn ma jirranġawx l-affarijiet li jaraw huma stess, aħseb u ara kemm se jirranġaw affarijiet li ma jarawx!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajjeb li wieħed jgħid li x-xogħol li semma' l-Onor.", "Interpellant m'huwiex responsabbli minnu l-gvern ċentrali imma l-gvern lokali.", "Fil-fatt wara l-maltempata li kellna ftit tal-ġranet ilu kellu jidħol il-gvern ċentrali, bi ftehim mal-kunsill lokali, biex jirranġa din it-triq, li prattikament kellha issir mill-ġdid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Kemm jiena kif ukoll il-poplu jiddispjaċina meta nisimgħu dawn l-affarijiet.", "Kif nistgħu niġu hawnhekk u ngħidu li dawn m'humiex responsabbilta' tagħna?", "Jekk min hu responsabbli mhux qed jieħu ħsieb l-affarijiet kif suppost, għallinqas għandna nduru fuqu u ngħidulu li m'huwiex qed jagħmel xogħlu sew u mhux noqogħdu bil-qiegħda ma nitkellmu xejn!", "Fuq kollox dawn l-affarijiet jirriflettu ikrah mal-poplu, ikun min ikun fil-gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajjeb li l-Onor.", "Membru jibda jagħraf bis-serjeta' li r-responsabbiltajiet li għandhom il-kunsilli lokali huma differenti għal kollox mir-responsabbiltajiet li għandu l-gvern ċentrali.", "Madanakollu dan ma jfissirx li d-deputati, ikunu ta' liema naħa jkunu, m'għandhomx jiġbdu l- attenzjoni tal-kunsilli lokali għal ċertu xogħol.", "Jekk irridu bis-serjeta' li l-kunsilli lokali jimxu 'l quddiem mhux biss fir-responsabbiltajiet tagħhom imma anke fil-mod li jagħmlu x-xogħol, irridu niddistingwu bejn funzjonijiet tal-gvern lokali u dawk tal-gvern ċentrali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jiena m'għandi xejn kontra ħadd imma allura meta għamilna t-tibdil biex daħħalna l-kunsilli lokali ħalli jagħmlu xogħol li ma konniex kapaċi nagħmlu aħna, nfaqna l-flus fix-xejn?", "Dan ma jagħmilx sens għax xorta waħda m'humiex qed jagħmlu x-xogħol li ma kienx jagħmel il- gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-Onor.", "Borg m'huwiex l-ewwel wieħed f'din il-Kamra li esprima ruħu b'dan il-mod fuq il-kunsilli lokali, pero' l- esperjenza ta' dawn l-aħħar sitt snin urietna ...", "(Interruzzjonijiet) Ir- realta' hi li l-kunsilli lokali mhux biss qegħdin jerfgħu responsabbilta' ġdida imma qegħdin juruna li ċertu xogħol huma kapaċi jagħmluh ħafna aħjar minna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kemm kienet l-istima oriġinali għall-proġett ta' St. James Cavalier?", "L-ispiża li saret qiegħda in line ma' l-istima oriġinali?", "Jekk m'hijiex in line, kemm hi ż-żieda u għaliex kien hemm din iż-żieda?", "MR SPEAKER: |l-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Illum l-ispiża ta' St James Cavalier tammonta għal Lm3.75 miljun.", "Meta konna bdejna x-xogħol ma konniex għamilna stima ta' l-ispiża totali imma meta sar ix-xogħol kollu ġie jiswa l-ammont li konna qed nipprevedu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jikkonsidrax il-Ministru li jagħmel audit ta' kif sar ix-xogħol taħt l-amministrazzjonijiet kollha, kemm mil-lat professjonali kif ukoll mil-lat tekniku.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kieku kelli nagħmel audit ta' dak li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti nista' nagħmlu fi 30 sekonda, għax bejn wieħed u ieħor l-amministrazzjoni preċedenti nefqet is-somma ta' Lm30,000 u ġabet ix-xogħlijiet kollha kważi weqfin b'mod assolut!", "Ma naħsibx li hemm bżonn xi audit partikolari dwar il-kumplament tax-xogħlijiet għax dawn saru skond il-proċeduri kollha li juża l-gvern fuq proġetti kapitali, inkluż il- ħruġ tat-tenders, l-award tat-tenders skond il-ħtieġa u biex ix-xogħlijiet isiru fuq livelli professjonali, kif isiru fuq proġetti simili.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: La l-Ministru hu daqshekk dommatiku u ċar dwar il- flus li ntnefqu fuq St James Cavalier, jaf bir-rapporti li għaddejjin dwar xogħol professjonalment ħażin, xogħol teknikament ħażin u xogħol ta' xejra finanzjarja li seta' sar aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi ebda rapporti rigward xogħol ħażin, la mil-lat tekniku u lanqas mil-lat finanzjarju.", "Jekk l-Kap ta' l- Oppożizzjoni għandu xi mistoqsijiet speċifiċi x'jagħmel, jista' jagħmilhom bil-miktub u naturalment aħna ninvestigaw biex nagħtu t-tweġibiet kollha li jkun hemm bżonn għall-mistoqsijiet tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li l-ħsieb tal- bidu kien li jintnefqu madwar Lm3.75 miljun.", "Dan ifisser li ma ntefaqx aktar minn dan l-ammont li kien proġettat jew li l-ispiża telgħet għal aktar?", "Jidhirli li t-tweġiba tal-Ministru ma kenitx ċara, fis-sens li tista' tiftiehem li kien hemm xi spiża addizjonali, anke jekk fl-opinjoni tiegħu ma kenitx daqshekk kbira.", "Jista' jagħti daqsxejn aktar dettalji dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dak li jiena spjegajt huwa li ma kenitx saret stima b'mod kategoriku fil-bidu nett ta' dan il-proġett imma bdew isiru l-allokazzjonijiet ta' flus biex dan il-proġett ikun jista' jsir.", "Bla ebda dubju lkoll kemm aħna għandna għalfejn inkunu kburin ħafna b'dan il-proġett għax wara kollox qed nagħmlu minn St James Cavalier, minn bini mħolli lilna mill-Kavallieri, ċentru li se jkun b'enfasi fuq il- kreattivita', ċentru ta' l-arti u rigal kulturali lill-poplu kollu.", "Kif kont qed ngħid, minn sena għal oħra kienu jsiru l-allokazzjonijiet finanzjarji meħtieġa u din is-sena ridna li nżidu l-ispiża li kienet allokata oriġinarjament bħala estimi tal-gvern, jiġifieri mhux bħala estimu fuq kemm ġej il-proġett.", "Jekk wieħed jara dan li teknikament se niddiskutu minn hawn u ħames minuti oħra jsib li din is-sena saret allokazzjoni addizzjonali ta' infiq ta' Lm1.6 miljun, imma dan mhux għax l-estimi tax- xogħol kollu fuq St James Cavalier kienu se jiġu inqas minn dak l-ammont imma għax kien qed ikollna allokazzjoni minn sena għall-oħra fuq kemm ikollok bżonn tonfoq fuq is-sit in kwestjoni.", "Aħna ridna li l-parti ċentrali ta' dan il-bini tkun tista' tiġi inawgurata għall-millennju u allura din is-sena allokajna riżorsi akbar sabiex ix-xogħlijiet ikunu aktar avvanzati kif fil-fatt huma u ngħaġġlu x-xogħlijiet b'aktar ritmu.", "Imma m'hemm ebda stadju fejn aħna għedna li fuq St James Cavalier se nonfqu tant u mbagħad spiċċajna biex infaqna iżjed.", "Aħna kellna allokazzjoni taħt il-voti kapitali li jagħmel il-gvern kull sena.", "Din is-sena aċċellerajna l-ispejjeż u r-ritmu tax-xogħol involut għax deherilna li verament wasal iż-żmien li dan iċ-ċentru jkun inawgurat lejliet il-millennju.", "Fi ftit xhur oħra dan iċ-ċentru mhux biss se jkun inawgurat imma se jkun ukoll miftuħ uffiċjalment.", "B'hekk il-poplu Malti jkun jista' jara kif dan il-bini storiku, li huwa parti mill-patrimonju tagħna, jista' wkoll jintuża għall-kreattivita' viżwali u anke teatrali.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, ħalli nipprova nifhem dak li qed jgħid il- Ministru.", "Jiġifieri bħal dan iż-żmien sena ma kellux l-intenzjoni li x- xogħol fuq St James Cavalier ikun spiċċa għall-millennju u għalhekk ivvota Lm680,000.", "Korrett jekk nifhmuha hekk?", "Korrett wkoll li nifhmu li matul din is-sena mbagħad ġietu l-idea li għall-millennju jispiċċa St James Cavalier u allura vvota jew ġab Lm1.6 miljun oħra biex jipprova jispiċċah sa l-aħħar tas-sena?", "Dan li qed ngħidu?", "Allura la se jintnefqu dawn il- flus kollha biex St James Cavalier jiġi inawgurat għall-millennju, kif mhux se jkun lest sa l-aħħar tas-sena?", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru jirrispondini għal dawn it-tliet misoqsijiet; jekk fil-bidu ta' din is-sena kienx hemm l-intenzjoni li x-xogħol fuq St James Cavalier ikun spiċċa għall- millennju, jekk ġewx minfuqa Lm1.6 miljun extra biex ix-xogħol jitlesta sal- millennju u jekk intnefqu dawn il-flus għaliex mhux se jkun lest mija fil- mija sal-millennju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex korrett fl-ebda premessa milli qed jagħmel.", "Dak li jiġri fi proġetti kapitali bħal dawn huwa li jkollok il-vot kapitali ta' kemm inti tkun qed tikkalkola li ser tonfoq minn sena għal oħra u jkollok ukoll il- ħsieb li ċerti pagamenti jkunu jistgħu jsiru fi snin sussegwenti u allura bl-ebda mod ma jvarjaw mill-istimi oriġinali li inti jkollok ta' kemm se tonfoq fuq il-post.", "Li għamilna din is-sena kien li aċċellerajna x- xogħlijiet għax matul is-sena ħadna d-deċiżjoni li dan iċ-ċentru jkun inawgurat lejlet il-millennju.", "Aħna dejjem qgħadna attenti biex niddistingwu bejn l-inawgurazzjoni taċ- ċentru bħala rigal kulturali għall-poplu Malti u bejn li ċ-ċentru jkun jiffunzjona b'mod totali.", "Meta qed ngħid hekk ifisser li mhux biss ninawguraw il-bini bħala bini imma li s-swali li għandek fih tutilizzahom ukoll - per eżempju, tagħmel esibizzjonijiet ta' arti viżiva - jew jekk fih għandek dak li jissejjaħ theatre in-the-round, jibdew isiru rappreżentazzjonijiet teatrali li jkunu adatti għal theatre in-the-round.", "Jekk għandek is-swali tal-mużika jibdew jintużaw bħala swali tal-mużika u jekk għandek ic-cinematheque, naturalment jintuża bħala cinematheque.", "Jiġifieri t-target tagħna hu li sa nofs is-sena d-dieħla f'St James Cavalier ikollna dawn il-funzjonijiet kollha.", "Matul is-sena ħadna d-deċiżjoni konxja li St James Cavalier jiġi ttrasformat minn bini li kien parti mill-makna tad-difiża fi żmien il- Kavallieri għal ċentru ta' kreattivita' u li naċċeleraw ix-xogħol biex inkunu nistgħu ninawgurawh sa l-aħħar tas-sena.", "Xtaqna kieku li x- xogħlijiet min-naħa tal-kuntratturi kollha jsiru fi żmien previst u li jkun hemm fażijiet aktar minnu lesti sa l-aħħar tas-sena imma minkejja li dan ma seħħx, xorta sodisfatti bil-livell li ser inkunu lħaqna sa l-aħħar tas- sena.", "Meta kellna d-dibattitu fuq l-estimi tal-ministeru tiegħi, l-appell li kelli mill-Onor.", "Charles Buhagiar kien li l-gvern m'għandux jgħaġġel iżżejjed għax l-importanti hu li f'post bħal dan ikollna xogħol ta' l-ogħla kwalita'.", "Jiena nemmen - wara kollox il-poplu dan se jarah u se jiġġudikah b'għajnejh - li ser ikollna ċentru li lkoll għandna għalfejn inkunu kburin bih.", "Hawn mhux il-każ li b'xi mod għamilna varjazzjonijiet, u ma nafx il- Kap ta' l-Oppożizzjoni x'qiegħed bħal dejjem jipprova jinsinwa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien niskanta b'risposta bħal din għax il-mistoqsija li għamilt kienet preċiża.", "Jiena staqsejtu jekk bħal dan iż- żmien sena l-gvern kellux l-intenzjoni li jinawgura f'xi forma jew oħra St James Cavalier għall-millennju.", "Staqsejtu wkoll jekk qabel kienx ivvota Lm680,000 u issa li biddel id-deċiżjoni kellux jivvota Lm1.6 miljun.", "Hemm bżonn dawn l-allegazzjonijiet?", "Tkunx daqshekk protettiv tiegħek innifsek u kun ċar man-nies ħalli jifhmuk!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sena ilu saret allokazzjoni biex dan il-vot kapitali partikolari jkollu Lm680,000, anke f'kuntest li nkunu nistgħu ninawguraw ċ-ċentru sa l-aħħar tas-sena.", "Matul is-sena rrealizzajna li kien hemm bżonn naċċelleraw il-ħlasijiet fuq dan iċ-ċentru biex nilħqu l- livell ta' inawgurazzjoni li xtaqna.", "Imma forsi nista' ngħid aktar minn hekk.", "B'kordinament bejn il-ministeru tal-finanzi u l-ministeru għall-ambjent rajna x'infiq ridna nagħmlu għal dan it-three year plan.", "Kellna ammont ta' flus li ried jintnefaq fl-1999 u ammont ieħor li ried jintnefaq fis-sena 2000.", "Wasalna f'arranġament li parti mill-infiq li kien previst li jsir fis-sena 2000 inressquh 'il quddiem u din is-sena nagħmlu supplementary estimates għax dan ix-xogħol kien intenzjonat li jsir aktar tard.", "Dak kulma sar.", "Dan huwa eżerċizzju finanzjarju normali li jsir meta wieħed ikun irid jaċċellera x-xogħol u l-pagamenti għal dak ix-xogħol, u allura dan kien meħtieġ li jsir sabiex iċ-ċentru ta' l-arti f'St James Cavalier jkun jista' jiġi inawgurat fl-aħħar ta' din is-sena.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Sur President, nipproponi:", "\"Illi s-somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u wieħed u erbgħin miljun, tmien mija u erbgħa u erbgħin elf, u sittin liri Maltin (Lm 441,844,060) li tirrappreżenta l-ammont kollu tar-Riżoluzzjonijiet approvati mill-Kumitat ta' Provvista, kif dettaljati fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali 2000 taħt il-Voti 1, 2, 5 sa 11, 13 sa 55, u I sa XIV tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat; u", "Illi l-Ministru tal-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni (2000).\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ninsabu fil-bidu ta' l-aħħar dibattitu parlamentari qabel tispiċċa s-sena, qabel jispiċċa s-seklu u se jkun hemm min jgħid ukoll qabel jispiċċa l-millennju.", "Naħseb li jkun tajjeb li nħarsu ftit b'mod ġenerali lejn it-tip ta' dibattitu li nfetaħ f'dawn l- aħħar żmenijiet imma tajjeb ukoll li nwessgħu ftit id-dibattitu u t-termini ta' riferenza li dwarhom qed niddiskutu.", "Il-poplu Malti qed jistenna minna mhux biss li nikkritikaw lil xulxin f'battibekki dejjem għaddejja imma wkoll li nħarsu bl-iktar mod wiesa' u ġenerali lejn l-isfidi li għandu quddiemu l-pajjiż u lejn il-viżjoni li wieħed ikun qiegħed jistenna li tiżviluppa fostna għal dak li ġej.", "Allura jien naħseb li jkun tajjeb li f'dibattitu bħal dan wieħed jitkellem ukoll b'mod aktar mifrux dwar x'inhuma l-perspettivi li għandu quddiemu pajjiżna u anke dwar il-viżjoni għall-futur li għandu pajjiżna.", "Sur President, naħseb li għandna nasserixxu li minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi li għandu quddiemu l-pajjiż irridu nħarsu 'l quddiem b'sens ta' kuraġġ u tama, u b'sens li għandna t-talenti u s-snajja meħtieġa biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem u nilqgħu għall-isfidi li jinqalgħu.", "Pero` tajjeb li nasserixxu wkoll - u minn din in-naħa tal-Kamra se nkunu qed nasserixxu b'dan il-mod - li t-tama, il-kuraġġ u l-viżjoni ma jridux jinbnew fuq in-nofs kliem, fuq il-gideb u fuq appelli li jkunu maħsuba sempliċement biex jizvijjaw l-attenzjoni jew iħawdu l-imħuħ jew joħolqu fiduċja falza imma jridu jkunu bbazati fuq il-verita`.", "Pajjiżna m'għandux jibża' mill-verita` u ħadd m'għandu joqgħod lura milli jgħidlu l-verita`.", "U huwa f'dan il-kuntest li l-oppożizzjoni Laburista tibqa' fiż-żmien li ġej, kif għamlet kemm ilha mwaqqfa bħala partit, tisħaq fuq il-ħtieġa li dak li jsir madwarna jsir b'mod ġenwin u jitlaq mill-bażi ta' għarfien li l- verita` tal-fatti, tas-sentimenti u ta' kif inpoġġu l-isfidi 'l quddiem trid tiġi l-ewwel u mhux noqogħdu nidħku bin-nies imma ngħidu x'inhuma t- toroq li rridu nsegwu b'mod li naslu ħalli nilħqu l-isfidi tagħna.", "Allura f'dan il-qafas naħseb li jkun tajjeb nelenka tliet kapitli importanti li dwarhom fiż-żmien li ġej mhux biss irridu nirriflettu imma rridu naħdmu b'sens ta' sfida, saħħa, rieda, konsistenza u koerenza, affarijiet li mhux dejjem narawhom madwarna.", "Sur President, hemm bżonn li dan il-parlament u dawk kollha li huma involuti fit-tmexxija tal-pajjiż, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll mil-lat politiku u dak soċjali, jisħqu fuq il-ħtieġa li fis-snin li ġejjin naħdmu ħalli noħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol, taħriġ, inizjattiva u modi ġodda ta' kif inġibu ruħna bejnietna.", "U f'dan il-qasam żgur li rridu nagħmlu hekk mingħajr ma nsaħħu u nsostnu firdiet ideoloġiċi qodma li ma tantx għandhom sens fid-dinja tal-lum.", "Wieħed jitkellem, per eżempju, dwar il-ħtieġa li kemm is-settur pubbliku kif ukoll dak privat ikunu b'xi mod jew ieħor qed jaħdmu, jikkoperaw u jikkollaboraw flimkien sabiex tabilħaqq joħolqu dawn l-opportunijiet ġodda li għandu bżonn pajjiżna.", "Pajjiżna jinsab maqbud f'ħafna toroq li writna mill-imgħoddi, toroq ta' kif inġibu ruħna, ta' kif inħarsu lejn il-ħolqien ta' l-impjieg; u ta' kif nibnu ċerti kisbiet soċjali.", "Dawn kollha huma toroq importanti u li għad irridu nkomplu nimxu matulhom imma fil-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda mhux se jkunu biżżejjed.", "Allura hemm bżonn li b'mod aktar effiċjenti u modern noħolqu dawn l-istrutturi ġodda li permezz tagħhom il-privat u l- pubbliku - meta qed ngħid il-pubbliku qed nifhem l-assoċjazzjonijiet kollha li bihom u minnhom jaħdem il-gvern - ifittxu modi ta' kif jinħolqu mpjiegi ġodda, jitkattar il-ġid u jiżviluppa t-taħriġ u l-edukazzjoni li mingħajrhom ma nistgħux nimxu 'l quddiem.", "Il-Partit Laburista jemmen fermament li b'mod kruċjali l-edukazzjoni trid titpoġġa fiċ-ċentru tal-ħidma kollha tagħna, kemm pubblika kif ukoll privata, ħalli b'mod dirett inkunu qed nistimulaw, inkabbru u nsaħħu l- potenzjal taċ-ċittadini sabiex mill-ambjent ta' madwarna nkunu kapaċi mhux biss insiru kompetittivi fis-sens ekonomiku tal-kelma imma nkunu wkoll produttivi u l-inizjattiva tagħna nikkanalizzawha b'mod li tassew jista' jsib spazju produttiv, koerenti u effiċjenti f'dinja kompetittiva li dejjem qiegħda tevolvi.", "Il-bidliet ta' madwarna m'għandniex nibżgħu minnhom, anzi għandna nkunu lesti naffaċċjawhom, nieħdu sehem fihom u nimbuttawhom 'il quddiem.", "Allura mbagħad parti mill-mod ta' kif għandna noħolqu opportunitajiet ġodda huwa li l-pajjiż jaħdem aktar biex ikun effiċjenti permezz tat-trasparenza.", "Għad għandna wisq mis-sistemi ta' tmexxija, kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll fil-qasam privat, li jirriflettu attitudni medjovali, fejn hemm paternalizmu moħbi u paternaliżmu mhux daqstant moħbi, fejn l-affarijiet jinżammu kemm jista' jkun moħbija waħda mill-oħra, b'mod sigriet li taparsi qed tipproteġi l-pożizzjoni tiegħek imma effettivament dan in-nuqqas ta' trasparenza jkompli joħloq dawk li jien insejħilhom ċirki viżżjużi, fil-mod kif naħdmu bħala organizzazzjonijiet statali u privati.", "Mela allura biex noħolqu l-opportunitajiet ġodda meħtieġa, minn naħa hemm bżonn li nsaħħu u nsostnu tabilħaqq il-parteċipazzjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku b'tip ta' proġetti ġodda b'partnership bejn dawn iż- żewġ setturi, u min-naħa l-oħra hemm bżonn li nagħtu spinta kbira lill- edukazzjoni - mhux sempliċement fil-livell universitarju imma anke fil- livelli primarju u sekondarju kif ukoll fil-livell tat-teknoloġija - u niżviluppaw sistemi ta' tmexxija u mġiba li jkunu tassew trasparenti u li bit-trasparenza stess tagħhom joħolqu sħubija u koperazzjoni bejn min qiegħed jipparteċipa fil-ħidma, u jżidu u jkattru l-effiċjenza u jagħmlu lis-soċjeta` tagħna waħda moderna.", "Dan jista' jinħass kliem astratt li m'għandux sura u tifsira imma xorta waħda nissottometti li huma dawn l- affarijiet li sejrin jiddistingwu għal li ġej jekk is-soċjeta` tagħna hijiex se tkun waħda li tagħmel suċċess jew jekk hijiex se tkun waħda li riesqa lejn il-falliment, falliment ta' kif se noħolqu għajxien xieraq għall-ħaddiema tagħna, u suċċess fis-sens ta' jekk aħniex se nkunu biżżejjed f'pożizzjoni li mhux biss nikkompetu mal-ġirien tagħna u ma' pajjiżi oħra imma li nsostnu l-pożizzjoni tagħna magħhom bħala Stat li huwa żgħir ħafna imma li fl-istess ħin xorta waħda għandu l-fattizzi u l-fatturi kollha li jiddistingwu u jikkaratterizzaw Stat nazzjon.", "Sur President, l-ewwel kapitlu li semmejt li naħseb li għandna nirriflettu fuqu u naħdmu dwaru għandu x'jaqsam ma' l-opportunitajiet ġodda.", "Aħna rridu nitilqu minn hemm, għax ma nistgħux sempliċement naħsbu li nistgħu nirriproduċu jew inkomplu dak li sar f'dawn l-aħħar 30 jew 40 sena biex noħolqu opportunitajiet ġodda.", "Hemm bżonn allura li r-riformi u l-bidliet li nagħmlu jkunu maħsuba biex min-naħa l-istrutturi ta' xogħol u ta' ħidma, ta' mġiba u ta' edukazzjoni jimmodernizzaw ruħhom tassew, u min- naħa l-oħra sabiex ir-riżorsi kollha tal-pajjiż kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat jingħaqdu flimkien f'forom ġodda ta' sħubija ħalli tabilħaqq nesplojtjaw u nħaddmu l-opportunitajiet li jistgħu jkunu għalina.", "Sur President, it-tieni kapitlu li naħseb li hemm bżonn li nitkellmu dwaru aktar milli diġa` tkellimna jirrigwarda l-budget deficit.", "Din aktar milli hija sfida hija problema.", "Matul dawn id-dibattiti li kellna f'dawn l- aħħar ġimgħat ikkonfermajna li l-ħofra finanzjarja m'hijiex ħrafa imma teżisti ta' veru - smajna min-naħa tal-bankijiet tal-gvern l-attitudni li m'hemmx għalfejn noqogħdu niddiskutu kif ġiet il-ħofra għaliex issa hemm qiegħda - u qiegħda hemm meta sentejn ilu ma kenitx hemm u kienet sempliċement ħrafa.", "Jiena bir-rispett kollu nargumenta li jekk ma tarax minn fejn ġiet il-ħofra ma tistax tasal biex titkellem u tippropponi soluzzjonijiet għal kif tista' tiġi mwittija.", "Jien naħseb li m'hemmx dubju li r-raġuni għaliex id-deficit strutturali sar dak li sar u kiber kif kiber kienet - u jista' jkun li għadha - ġejja mill-fatt li l-ispiża pubblika baqgħet tiżdied b'rata mhux sostenibbli.", "U naħseb li hemm ħafna fatturi li jiġġustifikaw din l-analisi.", "Jekk id-deficit strutturali ġej minn żieda mhux sostenibbli fin-nefqa tal-gvern, il-mistoqsija u s- soluzzjoni trid tikkonċentra fuq il-punt ta' kif se jiġi mrażżan dan id- deficit strutturali.", "U għalija r-risposta hija evidenti u kellha tkun evidenti anke għall-gvern tal-ġurnata.", "Trid tiġi minn trażżin taż-żieda fin-nefqa tal-gvern u trid tingħata wkoll attenzjoni għaż-żidiet li jsiru fid-dħul tal-gvern permezz ta' tassazzjoni għaliex dawn, minnhom infushom, jistgħu jservu bħala xprun biex l-ispiża tal-gvern minflok titrażżan tkompli tiżdied.", "Jekk inħarsu lejn id-deficit strutturali u s-soluzzjoni tiegħu l-aktar mil-lat ta' kif sejrin inżidu d-dħul tal-gvern permezz ta' tassazzjoni extra mingħajr ma naħdmu biżżejjed biex inrażżnu l-ispiża tal- gvern, x'aktarx li se nerġgħu naqgħu fil-linja li n-nefqa tal-gvern tkompli tiżdied b'mod mhux sostenibbli.", "U hawnhekk iqumu żewġ punti.", "L-ewwelnett iż-żieda fin-nefqa tista' titqabbel ma' romblu li jdur waħdu u li allura jkun diffiċli biex iżżommu.", "Jekk tħalli n-nefqa tiżdied mingħajr ma tipprova trażżanha b'ċerta saħħa din tkompli tiżdied u titlaq bik.", "Min-naħa l-oħra d-dħul mit-tassazzjoni jew minn xi ħaġa oħra jista' jiżdied, imma ż-żieda tiegħu kemm se ddum sostnuta?", "Aktar minn hekk - u dan huwa t-tieni punt - iż-żieda fid-dħul, speċjalment permezz ta' tassazzjoni, m'hijiex marbuta sempliċement mal-kontijiet tal-gvern, fejn qisek qed tagħmel accounting exercise fejn tibbilanċja d-dħul mal-ħruġ, imma hi marbuta awtomatikament ma' l-andament ekonomiku.", "Jiġifieri jekk inti qiegħed iżżid il-piż ta' tassazzjoni se tasal għal punt fejn jekk taqbeż ċertu livell, il-piż tat-tassazzjoni se tinfluwixxi immedjatament fuq il- konsum, fuq l-impjiegi u fuq il-ħolqien ta' l-impjiegi.", "Jekk tkun qed trażżan il-konsum u l-ħolqien ta' l-impjiegi tkun qed tinfluwixxi min-naħa l-oħra d-dħul l-ieħor tal-gvern.", "Din hija xi ħaġa step wara step fejn tnaqqas id-dħul tal-gvern u anke żżid l-ispiża.", "Jekk, per eżempju, jiżdied il-qgħad ċertament se jiżdiedu l-ħlasijiet tal-gvern fuq is-sigurta' soċjali, jiġifieri ħaġa marbuta ma' l-oħra.", "Dan l-argument juri li b'mod li jassigura li l-qafas soċjali ta' pajjiżna ma jiġix mittiekel, irridu noħorġu b'rieda, bi ħsieb u bi programmi li nrażżnu n-nefqa.", "Fl-opinjoni tiegħi dik hija ċ-ċavetta għal kif id-deficit strutturali jrid jiġi ffaċċjat.", "Trid tiġi mrażżna n-nefqa tal-gvern.", "U kritika fundamentali li tista' ssir għall-budget u għall-mod kif qed imexxi dan il-gvern hija preċiżament li dan mhux qed jiffaċċja l-isfida li għandu jiffaċċja, jiġifieri li jrażżan in-nefqa.", "Sur President, hemm ħafna modi kif tagħmel din il-ħaġa.", "Tista' per eżempju tagħmel limiti fuq kemm se tħalli n-nefqa għaddejja.", "Tista wkoll tara kif tagħmel re-engineering tas-setturi tas-sistema pubblika li għandek in-nefqa fuqhom biex dawn jibdew irendu aktar u jdaħħluk f'inqas impenji finanzjarji għas-snin li ġejjin.", "Forsi wieħed jista' jgħid li qed nitkellem b'mod tekniku żżejjed imma dawn huma fatturi strateġikament kruċjali fil-każ tagħna.", "Huwa strateġikament kruċjali li nħarsu lejn id- deficit strutturali bħala xi ħaġa li ġejja miż-żieda fin-nefqa pubblika tal- gvern għal ċertu ammont ta' snin li jekk ma titrazzanx u jekk ma tiġix solvuta se tiddistabbilizza anke l-pedamenti li fuqhom is-soċjeta' tagħna tista' timmodernizza u timxi 'l quddiem.", "U hemm bżonn li nħarsu lejn dawn l-affarijiet b'dan il-mod strateġiku.", "Jekk ma nagħmlux hekk naħseb li se nkunu qegħdin mingħalina resqin lejn fejn irridu naslu - u dan kif ġara bejn l-1995 u l-1996 - imma meta jkun mingħalina li wasalna ma nkunu wasalna xejn anzi nkunu qegħdin in-naħa l-oħra.", "Mela jiena nemmen li rridu niffaċċjaw id-deficit strutturali billi nrażżnu n-nefqa u mhux billi jkollna żieda fid-dħul mit-tassazzjoni li tista' ma tkunx sostenibbli.", "Sur President, il-gvern sewwa jagħmel li jipprova jżid id-dħul tiegħu mit- tassazzjoni u b'modi oħra, imma mill-punt l-ieħor ukoll imbagħad hemm bżonn li norbtu l-aktar man-nefqa.", "Issa dan jorbot l-aktar ma' dak li semmejt dalgħodu, jiġifieri mal-galbu fil-mod kif immexxu l-assi tal-gvern, l-assi pubbliċi u l-mod kif immexxu d-dipartimenti u l-ministeri tagħna.", "Bil-kelma \"galbu\" ma nifhimx li toqgħod trekken u li toqgħod tagħmilha ta' xħiħ, imma li tagħmel mod li kull riżors tużah skond l-aħjar użu tiegħu.", "Waħda mill- problemi fis-settur pubbliku hi li dan m'hu ta' ħadd u hu ta' kulħadd.", "Jekk inti tkun qed taħdem ma' kumpannija privata jew jekk inti jkollok kumpannija tiegħek toqgħod attent għal kull lira kif tonfoqha u tiġġieled biex dak li hu tiegħek jibqa' tiegħek.", "Mill-banda l-oħra meta tmexxi assi pubbliċi hija tentazzjoni fil-perspettivi kollha, mill-iċken wieħed sa l- ogħla wieħed tal-qasam amministrattiv, li ladarba l-istrutturi pubbliċi m'humiex xi ħaġa li huma tiegħek allura ma tasalx sa l-aħħar, ma tkunx lest tiġġieled kemm għandek bżonn tiġġieled, ma tkunx lest tistinka daqskemm forsi għandek tistinka jew anke tkun laxk fil-mod kif kif tevalwa r-riskji u x-xogħol li għandu jsir.", "Il-galbu aktar u aktar jidħol fil-kuntest tal- privatizzazzjoni.", "Dan huwa wieħed mill-modi li qed jinfetħu quddiem il- gvern biex idaħħal il-flus ħalli jiffaċċja d-deficit strutturali u fejn diġa', fl-opinjoni tiegħi, rajna tmexxija skandaluża.", "Qed nirriferi għall- mod kif ġie pprivatizzat il-Mid-Med.", "Bank.", "Dan ġie pprivatizzat b'mod skandaluż mhux biss mil-lat finanzjarju jew amministrattiv imma anke fir- riżultati soċjali.", "Sur President, mal-galbu wieħed irid jorbot minnufih il-punt dwar it- trasparenza.", "Il-galbu jrid ikun maħdum f'ambjent ta' trasparenza, għax għalkemm veru tiftaħ lok għal ħafna kontroversji politiċi, min-naħa l-oħra t-trasparenza twassal biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu deċiżjonijiet li anke quddiem kontroversja tkun lest toqgħod tfiehem il- ħsieb ċar.", "Barra minn hekk kulmin qiegħed jappoġġjak ikun qed jappoġjak ta' veru u mhux taparsi.", "Aktar minn hekk, il-galbu fl-immaniġjar tar-riżorsi jrid jinħadem b'mod li niżguraw li kull lira li qegħdin nonfqu bħala pajjiż neħduha lura.", "Bħalissa dan m'huwiex qed jiġri u m'hemmx dubbju li n- nazzjon mhux qed jieħu value for money.", "Jiena naħseb li din hija waħda mill-akbar sfidi li għandna nitkellmu dwarha f'dan l-aħħar dibattitu ta' dan is-seklu u ta' dan il-millennju.", "Kellem lil min imur l-isptar u ara t- tip ta' kritika li jkun hemm!", "M'hemmx dubbju li l-pajjiż qed jonfoq il- miljuni fuq l-isptar u n-nies xorta waħda m'humiex moqdija.", "Il-ministru tal- finanzi fid-diskors tiegħu tal-budget qal li qed nonfqu daqstant flus u ovvjament qed naħarquhom.", "Dan m'huwiex il-punt, il-punt huwa differenti.", "Il- galbu meħtieġ biex immexxu r-riżorsi tagħna għaliex mhux qiegħed hemm?", "U mhux qiegħed hemm mhux biss f'sens tekniku u ekonomiku imma wkoll f'sens ta' responsabbilita' personali.", "Niftaħru kif biddilna l-istrutturi taċ- ċivil imma fl-opinjoni tiegħi ma nbidel assolutament xejn, għax l- inkuranza, in-nuqqas ta' leadership u n-nuqqas ta' id soda ssibhom il-ħin kollu u ma' kullimkien.", "Din hija xi ħaġa li ma nistgħux nifirduha la mill- isfida ta' kif se noħolqu risposta għad-deficit strutturali u lanqas ma nistgħu nifirduha mill-problema l-oħra li semmejt fil-bidu ta' kif se noħolqu opportunitajiet ġodda.", "Jiena nemmen li jekk ma nsolvux il-problema tad-deficit strutturali, anke l-ispazju li fih noħolqu opportunitajiet ġodda fil-pajjiż se jkun ridott.", "Dawn huma issues strateġiċi.", "Jiddispjaċini nerġa' ngħid li forsi qed nitkellem b'mod astratt u tekniku imma xi kultant forsi jkun hemm bżonn li nħarsu lejn l-affarijiet b'dan il- mod, aktar u aktar meta se nidħol fit-tielet kapitlu ta' toroq li għandu quddiemu pajjiżna fiż-żmien li ġej.", "Naħseb li jkun aktar tajjeb u aktar siewi li ngħid li l-kapitlu jittratta dwar kif aħna se nirrelataw mal-bqija tad-dinja u ma' entijiet reġjonali u internazzjonali ta' madwarna u mbagħad nitkellmu fuq l-Ewropa wkoll.", "Ċertament jiena naħseb li m'għandniex sempliċement nirristrinġu l- pożizzjoni tagħna ta' dan il-kapitlu fuq punt wieħed biss, jiġifieri fuq l- Ewropa.", "Jiena nħoss li l-iżball li qed nagħmlu hu li tant qegħdin nikkonċentraw fuq diskussjonijiet dwar l-Ewropa li qed ninsew l- opportunitajiet li rridu naħdmu fuqhom ma' l-Istati Uniti, mal-pajjiżi Għarab ta' l-Afrika ta' Fuq u pajjiżi oħra, inkluż iċ-Ċina.", "Per eżempju farka biss mill-business kollu ħiereġ mill-Amerika għalina tfisser opportunitajiet kbar.", "Fil-pajjiżi Għarab l-istess, qisu waqgħet purtiera, m'għadniex nitkellmu dwar x'għandu jsir u dwar kif nistgħu nidħlu f'dawk is- swieq u f'dawk is-soċjetajiet.", "L-istess ħaġa tista' tingħad dwar iċ-Ċina.", "Issa tgħidli: Għaliex qed tqajjem dan il-punt?", "Qed inqajjem dan il-punt għax pajjiżna huwa gżira u gżira trid tkun miftuħa mhux biss lejn l-Ewropa imma trid tkun miftuħa lejn dawn l-oqsma kollha.", "Nerġa' ngħid li farka ta' farka min-negozju tagħhom tista' tkun mill-aktar importanti għalina.", "Mhux kwestjoni li tgħid li l-ewwel se nikkonċentra fuq l-Ewropa u mbagħad nerġgħu nduru għal dawn is-swieq.", "Din il-ħaġa ma tagħmilx sens.", "Meta tkun tlift sentejn, tlieta, erba' jew ħamsa inti tant tkun waqajt lura li mbagħad ħaddieħor ikun daħal hu u ppenetra aktar minnek.", "Nerġa' ngħid, Sur President, irridu nħarsu lejn dan il-kapitlu bħala l-kapitlu ta' l- opportunitajiet li għandu jkollna pajjiżna fil-ftuħ tiegħu lejn l-ambjent kollu internazzjonali.", "Jien ninsisti li fiż-żmien li ġej għandu jkollna momentum biex - u hawnhekk m'inix sempliċement qed nirriferi għal xi ftit businessmen 'l hemm u 'l hawn, dik tagħmilha imma ma tasal imkien - ikun hemm strateġija maħsuba biex bħala pajjiż ikollna rabtiet - ta' ħbiberija dejjem - li jkollhom sens ta' negozju u ta' opportunitajiet ġodda ma pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-pajjiżi Għarab, iċ-Ċina u anke r-Russja.", "Sur President, din twassalni biex anke nitkellem fuq l-Ewropa u fuq il- fatt li r-relazzjonijiet ta' pajjiżna ma' l-Ewropa ħadu piż preponderanti fil-mod kif nifhmu l-ambjent ta' madwarna.", "Naħseb li dan huwa ħażin u naħseb li huwa importanti li nagħtu mportanza lir-relazzjoni tagħna ma' l-Unjoni Ewropea imma mhux b'mod esklussiv.", "Hawnhekk mill-ġdid nemmen li pajjiżna jrid jasal - u se jkun qed jasal matul is-snin li ġejjin, imma rridu ngħinuh aħna - għall-apprezzament maturat ta' x'inhi l-aħjar rabta bejn Malta u l-Unjoni.", "Jiena nibqa' ngħid - u ċertament kliemi u kliem sħabi jibqa' jiġi mgħawweġ mill-media - li min- naħa tagħna nemmnu li pajjiżna jrid ikollu l-aħjar rabta ma' l-Unjoni.", "M'hu veru xejn li nipprovaw inpinġu kull ħaġa li toħroġ mill-Unjoni bħala negattiva.", "Alla jħares nagħmlu hekk.", "Jiena ilni nsegwi l-Unjoni Ewropea - li qabel kien suq komuni - għal ma nafx kemm il-sena u jien l-ewwel wieħed li kont ngħid li hemm ħafna aspetti tagħha li huma pożittivi, għalhekk rridu li jkollna relazzjoni tajba ma' l-Unjoni Ewropea.", "Imma hemm bżonn issa li fil-pajjiż din id-diskussjoni dwar it-toroq li rridu nsegwu ma' l- Unjoni jkunu mmexxija 'l quddiem u evalwati - mhux se nuża l-espressjoni ''saqajna ma' l-art'' għax intużat ħafna drabi - fuq il-verita', billi nħarsu kull aspett li jolqotna b'mod konkret u b'mod li jistgħu jifhmuh il- familji fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Jekk nibqgħu nħarsu lejn ir- relazzjoni tagħna ma' l-Ewropa bħala xi forma ta' ossessjoni manifika, naħseb li lanqas inkunu qegħdin nistradaw ruħna tajjeb biex tkun xi tkun l- għażla ta' pajjiżna, minn dik l-għażla nieħdu l-massimu ta' benefiċċji u ta' vantaġġi.", "Jekk ma nkunux qegħdin f'pożizzjoni li nifhmu tajjeb x'inhuma d-dimensjonijiet ta' ħajja fl-Ewropa li aħna rridu nipparteċipaw fihom, l-għażliet li se nagħmlu naħa jew oħra se jkunu għażliet li fl- opinjoni tiegħi bilfors se jmorru żmerċ.", "U faċli li mmorru żmerċ, għax jekk nieħdu żball żgħir fid-dimensjoni tagħna, dak l-iżball żgħir jissarraf bil- kbir, b'konsegwenzi negattivi għall-popolazzjoni żgħira tagħna.", "Sur President, jiena wieħed min-nies li dak li ġara l-ġimgħa li għaddiet f'Helsinki ma għaġġibni xejn.", "Konna qed nistennew li l-Ewropej jgħidu li se jiftħu n-negozjati għal sħubija sħiħa ma' Malta flimkien mal-pajjiżi kandidati l-oħra.", "Imma dan għadu biss dak li nsejjaħlu l-overture - l-ewwel att ta' l-opra għadu se jiftaħ u anke' t-tieni att u t-tielet att - u wara li jgħaddi l-overture naħseb li se jibdew joħorġu elementi li ħafna minnhom se jixxokkjaw lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Jixxokkjaw mhux fis-sens li jarawhom negattivi imma għax lanqas biss ikunu ħasbu fihom qabel.", "U jiena nemmen li diskussjoni ta' dan it-tip allura se tkun kruċjali, u f'dan il- parlament u barra minnu fiż-żewġ naħat ta' l-ispectrum - ħalli nagħmilha ċara - irid ikun hemm ċertu sens ta' bilanċ, ċertu sens ta' konkretezza u ċertu sens li tħares lejn l-affarijiet kif inhuma.", "Jekk ma jsirx dan, kulma se jkompli jara fuq din l-istorja l-poplu Malti huwa screen b'żewġ, tlieta jew erba' shadows għaddejjin min-naħa għall-oħra.", "X'hemm wara dawk ix-shadows se jibqa' ma jifhimx u se jidħol għall-għażla fuq il-bażi tad- dellijiet li jidhru fuq l-iscreen.", "Issa f'dan il-kuntest x'għandna mmexxu 'l quddiem bħala valuri?", "M'hemmx dubbju li waħda mill-għażliet il-kbar li se jkollu quddiemu pajjiżna waqt li tipproċedi din l-opra li għadna qegħdin nispiċċaw l- overture tagħha, se jkun li jistaqsi l-mistoqsijiet li jwassluh biex jagħżel naħa jew oħra.", "U x'se jkunu l-valuri li fuqhom se jagħżel, aktar u aktar għax jgħaddu ċertu argumenti dwar il-globalizzazzjoni u dwar il-fatt li ma tistax iżżomm lura l-liberalizzazzjoni għaddejja?", "Issa ta' min jgħid ukoll li hemm ċertu ammont ta' resistenza mad-dinja kollha dwar dan.", "Biżżejjed naraw x'ġara meta ltaqgħu għall-konferenza tad-WTO, fejn kien hemm reżistenza għal ċertu ċaqliq fid-dinja minħabba li donnu li d-dinja se tispiċċa mmexxija biss minn grupp ta' transnational companies u l-Istati reġjonali sempliċement jispiċċaw jipprovdu il-qafas li fih it- transnationals imexxu l-affarijiet.", "Imma x'se jkunu l-valuri li fuqhom, meta nittama li jkollna l-fatti, se ssir id-deċiżjoni?", "Jien nittama li f'dan l-istadju ninsistu fuq il-ħtieġa li niddefendu, nħarsu, niddefinixxu aħjar u nġeddu l-integrita' u l-identita' nazzjonali ta' pajjiżna.", "Wara kollox l-identita' nazzjonali ta' pajjiżna hija xi ħaġa li torbotna flimkien u hija xi ħaġa li tagħtina s-sens nazzjonali, li minnha mbagħad nistgħu nimxu flimkien 'il quddiem.", "U l-valur ewlieni li minnu rridu noħorġu biex tabilħaqq naslu għal deċiżjonijiet li jagħmlu sens huma valuri bbażati fuq tabilħaqq l-istabiliment u l-għarfien ta' x'inhi l- integrita' tan-nazzjon Malti u ta' x'inhi l-identita' tal-ġens Malti.", "Dawn huma mistoqsijiet li importanti li nagħmluhom u nqajmuhom f'dan l-aħħar dibattitu tal-parlament qabel tagħlaq is-sena u qabel jagħlaq is-seklu u naħseb li jkun tajjeb li jitqajmu wkoll fit-tmiem ta' dibattitu twil dwar budget anti-soċjali, li fl-opinjoni tiegħi m'huwiex risposta tajba għall- isfidi li għandu quddiemu pajjiżna.", "Nagħlaq, Sur President, billi nagħti lill-membri kollha ta' dan il- parlament u lill-Maltin u l-Għawdin ix-xewqat sbieħ għall-Milied u għas- Sena l-Ġdida.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, kif qal il-mexxej tagħna din hija l- aħħar seduta ta' dan is-seklu u hija wkoll l-aħħar seduta fejn qed jiġi diskuss il-budget.", "M'hemmx wisq fiex wieħed jitfixkel dwar kif għandu jiddeskrivi dan il-budget, u minkejja l-isforzi u t-tqanżiħ mill-kelliema tal-gvern biex jikkonvinċu lill-poplu kollu kemm hu, kemm Laburisti u kemm Nazzjonalisti, li dan il-budget huwa pożittiv, il-poplu huwa aktar minn konvint li l-miżuri mħabbra jweġġgħu u jweġġgħu bil-kif.", "Ħalli nagħti ħarsa fil-qosor lejn l-istorja ta' dawn l-aħħar 12-il sena.", "Fl-1987 tela' fil-gvern l-Partit Nazzjonalista mmexxi minn mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "Dak iż-żmien il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż tista' tgħid kienet waħda stabbli pero' bdew igerrbu s-snin, fl-1992 reġgħet saret elezzjoni u reġa' tela' fil-gvern l-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-istess Onor. Fenech Adami.", "Bejn l-1992 u l-1996 il-ministru responsabbli mill- finanzi kien l-istess wieħed li għandna llum u kemm hu kif ukoll l-Onor.", "Fenech Adami - u kull ministru ieħor li kien jifforma l-kabinett bejn l- 1992 u l-1996 - jafu li f'dak il-perijodu l-kaxxa ta' Malta faqgħuha u żviluppat ħofra fil-finanzi pubbliċi.", "Dan, Mr Speaker, kien frott l- irresponsabbilta' li mexxa biha l-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami.", "Ġara li fl-1996 il-Partit Nazzjonalista fil-gvern beża' jippreżenta l- budget, sejjaħ elezzjoni u tela' fil-gvern il-Partit Laburista.", "Malli sar prim ministru, il-mexxej tagħna, l-Onor.", "Alfred Sant, mill-ewwel xegħel ir- red light u qal il-verita' lill-poplu.", "Dak iż-żmien l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu tgħidx kemm iddieħku u giddbu lill-Onor.", "Sant.", "Dawn kienu ddeskrivew il-ħofra finanzjarja li kien jirriferi għaliha l-mexxej Laburista bħala ''ħofra ħrafa''.", "Imma kif jgħidu, x-xitan m'għandux ħalib u wara ftit xhur, jiġifieri fl-1998, reġgħet ġiet elezzjoni bla mistenni, minħabba konfoffi u tradimenti - għax il-kilba għall-poter wasslithom biex jagħmlu minn kollox - u l-Partit Nazzjonalista reġa' spiċċa fil-poter.", "Mr Speaker, x'wegħdu qabel din il-famuża elezzjoni ta' Settembru, 1998?", "Jekk tħares lejn l-ewwel paġna tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista ssib li Fenech Adami wiegħed li:", "\"Se titneħħa l-inġustizzja u l-bluha tal-kontijiet u tat-taxxi ta' dawn l-aħħar sentejn u fuq kollox li se jerġa' jinħoloq il-ġid''.", "L-istess Fenech Adami, xahar qabel l-elezzjoni, fuq il-PBS wiegħed li huma kienu se jagħmlu mezz li ma jimponux miżuri biex iġibu l-għoli tal-ħajja.", "Iżda ġara li fi ftit ġimgħat wara l-elezzjoni ta' l-1998 il-kliem inbidel u l-ħofra ma baqgħetx ħrafa imma saret realta' aktar minn xi domma tal-fidi.", "Il-ġid, il-fiduċja, id-direzzjoni, il-wegħdiet u l-kuxjenza soċjali li tant bkew għalihom qabel l-elezzjoni, spiċċaw u f'kemm ili ngħidlek bdew jokorbu biex kulħadd jerfa' l-piż magħhom.", "Ġara li dak li żergħu bdew jaħsduh huma stess, minkejja li pprovaw jaħarbu minnu qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996.", "Dan anke minkejja li qabel l-elezzjoni l-Onor.", "Fenech Adami kien ħareġ jgħid li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien lest inaqqas il-piż tat-taxxi.", "Fl-ewwel paġna tal-ħarġa ta' ''in-nazzjon'' tat-Tlieta, 11 ta' Awissu, 1998 insibuh jgħid ukoll li mhux se joqogħdu jnewħu u jeqirdu fuq ħofor u mhux ħofor.", "Qal ukoll li malli joħorġu l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea mill-friża jibdew ġejjin il-miljuni.", "Jien nistaqsi: X'sar minnhom il-Lm100 miljun ta' l-Unjoni Ewropea?", "Mr Speaker, wara li l-wegħda ta' l-istipendji sħaħ sparrixxiet, wara n- numerus clausus fl-ITS, wara li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma m'għamluhomx kif kienu qabel l-1998 kif kienu wiegħdu, wara ż-żieda fin-nollijiet tal- karozzi tal-linja, wara ż-żieda fil-bolla u fil-prezz tal-petrol is-sena l- oħra, wara d-dħul tal-VAT u ħafna affarijiet oħra issa ġie dan il-budget li jweġġa' fil-laħam il-ħaj lil min jiflaħ l-anqas u lill-faxxa tan-nofs.", "Dan bla dubbju huwa budget anti-soċjali u li ma joffri l-ebda direzzjoni.", "Dan mhux aħna biss qed ngħiduh imma qegħdin jgħiduh il-unions ewlenin f'pajjiżna.", "Il-GWU ddeskriviet dan il-budget bħala li permezz tiegħu ''l- ġustizzja soċjali qed tiġi mminata.''", "L-istess GWU tgħid li dan il-budget qed ''iħejji biex iżarma l-welfare state u l-għajnuna soċjali f'pajjiżna''.", "Il-GRTU ddeskriviet dan il-budget u qalet li l-ministru tal-finanzi ''żbalja fl-istrateġiji li għażel''.", "Anke' l-UHM iddeskriviet dan il-budget bħala wieħed li ''jnaqqar il-livell ta' l-għixien''.", "Mr Speaker, f'dan il-budget kellna l-għoli fil-prezz tal-ħobż, VAT fuq il- petrol u d-diesel, żieda fil-bolla, VAT fuq it-telephone, żieda fil-prezz tas-sigarretti u mbagħad kellna l-miżura eċċezzjonali ta' lira żieda fil- ġimgħa.", "Dawn m'hemmx bżonn ta' kummenti fuqhom għax huma miżuri li jweġġgħu bis-serjeta'.", "B'min irrid jidħak il-gvern?", "Il-gvern ħaseb li l-poplu għadu mbeċilli jew li l-poplu ma jafx jagħraf bejn dak li ġie mwiegħed lilu qabel l-elezzjoni u dak li qed isir illum?", "Kienu jsemmu tant it-33 taxxa li għamel gvern Laburista!", "Issa f'żewġ budgets ta prova li ammetta li hemm il- ħofra li kien isejjaħ ħrafa, u issa beda jagħmel it-taxxi huwa wkoll!", "Imma apparti l-ħofra tad-dejn li għamlu huma stess - qed jagħmlu kull sforz biex forsi jirranġawha imma ftit li xejn jidher li qed jirnexxielhom, mhux billi biegħhu l-Mid-Med Bank lill-HSBC u beħsiebhom jipprivatizzaw aktar oqsma b'theddida għall-eluf ta' impjiegi u għal dak li l-poplu bena u ħadem għalih bl-għaraq ta' ġbinu matul is-snin - tajjeb li l-poplu jifhem li dawn il-miżuri u oħrajn li għad iridu jsiru matul is-sena qegħdin isiru, bħal fil-każ tal-VAT, biex niġu konformi ma' dak propost fl-avis li l- Unjoni Ewropea tat lill-Gvern Malti f'Ottubru li għadda.", "Iva, dawn il- miżuri iebsa huma frott l-ossessjoni li l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu għandhom biex idaħħlu akkost ta' kollox lil pajjiżna fl-Unjoni.", "Iva, dan hu li jisser għalina li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, li l-gvern ta' Fenech Adami jpinġi bħala xi ġenna ta' l-art u xi bakketta maġika.", "U aħna din in-naħa tal-Kamra għalhekk ma naqblux mal-politika tal-gvern li jrid isieħeb lil pajjiżna ma' l-Unjoni.", "Sur President, aħna nemmnu li fl-interess tal-poplu għandna nimxu bil- pass tagħna u mhux bil-pass impost fuqna minn ħaddieħor.", "Inutli jiġi l- Onor. Fenech Adami u joqgħod jigdeb fuqna d-deputati ta' din in-naħa li wħud minna naqblu mal-politika tiegħu dwar l-Unjoni.", "Tlett ijiem ilu - u se nikkwota minn paġna 2 ta' ''in-nazzjon'' - il-Prim Ministru qal hekk:", "''Huwa fatt li fil-Partit Laburista hemm numru sostanzjali ta' deputati kif ukoll ġurnalisti li jaqblu li Malta għandha tidħol fl- Unjoni Ewropea, iżda għax Alfred Sant ma jaqbilx ma jitkellmux.''", "Dan x'qal Dr Fenech Adami, Mr Speaker.", "Imma dan mhuwiex veru, din hija gidba u minkejja l-ħin limitat li għandi jiena noffri 15-il sekonda minn issa biex nagħti ċans lill-Prim Ministru - jew lil xi ħadd min-naħa l-oħra - biex jekk irid jiġi u jsemmi mqar deputat wieħed minn din in-naħa li jaqbel mal-politika ta' l-Unjoni Ewropea tal-Partit Nazzjonalista.", "Anzi biex ingiddeb bl-aktar mod ċar dak li qal l-Onor.", "Fenech Adami nitlob il- permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' cassette fejn fih id- deputati kollha Laburisti pubblikament esprimew il-fehma tagħhom kontra l- politika Ewropea ta' l-Onor.", "Fenech Adami u favur il-politika Laburista dwar l-Unjoni.", "Mr Speaker, jien ngħid li l-pajjiż jixraqlu aħjar minn hekk.", "Il-poplu qiegħed kull ġurnata jxomm moħbiet mudlama ġejjin għalih frott il-ħidma tal-gvern Nazzjonalista u l-politika tiegħu ta' ossessjoni għall- Unjoni.", "Il-poplu qiegħed ixomm iktar taxxi u aktar miżuri ibsin li jweġġgħu l-but l-aktar ta' dawk l-aktar li għandhom bżonn.", "Fejn hi l- kuxjenza soċjali li tant ippriedka dwarha qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista?", "Il-poplu qed iħossu li qed jiġi milgħub.", "Qed jiġi mwiegħed mod u fil-fatt isir mod ieħor.", "Aħna d-deputati, kemm ta' din in-naħa kif ukoll tan-naħa l-oħra, niltaqgħu mal-poplu u kulħadd jaf x'qiegħed iħoss il- poplu.", "Dan qiegħed jibża' li iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar hemm jistennewh taxxi b'miżuri ebsin li jnaqqru b'xi mod il-livell ta' l-għixien tiegħu.", "Il-poplu qiegħed jibża' għax minkejja li fil-passat ħadem u stinka biex mexa 'l quddiem, illum qed jara quddiemu theddida għall-impjieg tiegħu.", "Per eżempju, il-ħaddiema tat-tarznari u l-ħaddiema tal-Maltacom huma kollha ħaddiema li bil-miżuri tal-gvern, li jrid mingħalih jipprivatizza l-azjendi fejn jaħdmu, qed iħossuhom li qed jiġi mhedded ix-xogħol tagħhom.", "Bħal dan iż-żmien sena f'dan il-parlament jiena kont forsi l- uniku deputat li għedt li l-miżuri mħabbra fil-budget ta' dik is-sena kienu miżuri li kienu juru sinjali li l-gvern se jmexxi politika ta' awsterita'.", "Mr Speaker, dak li għedt jien ġara din is-sena għax matul is-sena rajna lill-gvern jissikka u jżid taxxi ġodda fuq il-poplu.", "Dawn mhux fil-budget saru imma matul is-sena, pero' issa ġie l-budget u reġa' żied it-taxxi u piżijiet oħra fuq il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "U jien ngħid li dan il- gvern m'għandux triq oħra.", "Dawn huma miżuri ta' awsterita' minħabba li l- gvern irrealizza li l-ħofra ħrafa li kien tant jiddieħak biha meta konna nsemmuha hija realta' u ma jistax jagħmel mod ieħor ħlief li jieħu l-miżuri li qed jieħu.", "Imma l-iktar ħaġa tal-mistħija li qed jagħmel dan il- gvern hija li anke l-miżuri li qed jieħu mhux qed jeħodhom biss għall-ġid tan-nazzjon imma qed jeħodhom għax huwa mitlub jeħodhom mill-Unjoni Ewropea.", "Qed iwettaq dan kollu għax ossessjonat li Malta tidħol illum qabel għada fl-Unjoni.", "Barra minn hekk jien ngħid li b'din il-miżura s- sovranita' ta' pajjiżna, l-indipendenza li n-Nazzjonalisti tgħidx kemm jiftaħru biha u l-ħelsien ta' pajjiżna se jkunu mhedda.", "Jien ngħid li dan huwa żball u l-poplu kulma jmur qiegħed aktar jirrealizza li din mhux vera hija l-aħjar triq għal pajjiżna imma l-aħjar triq għal pajjiżna hija t- triq li għażel il-Partit Laburista, jiġifieri t-triq li nimxu bil-pass tagħna u mhux bil-pass li jrid imexxina bih ħaddieħor.", "Mr Speaker, il-poplu jrid joqgħod attent li ma jiġix xi żmien li jinfena bir-riżultat tal-politika ta' dan il-gvern.", "Iva, il-poplu qed iħoss żmien ikrah ġej għalih.", "Ma rridx niddramatizza imma jekk aħna d-deputati rridu nkunu sinċieri rridu ngħidu li l-poplu m'huwiex fiduċjuż għall-futur.", "Minkejja l-wegħdi ta' ġid, fiduċja u direzzjoni u minkejja l-ħafna kliem sabiħ u r-retorika tas-soltu jidher ċar li l-poplu qed jaħseb mod ieħor.", "Il-poplu llum jaf li f'pajjiżna hawn l-inċertezza fejn tidħol l-ekonomija għax il-qgħad qiegħed dejjem jiżdied.", "Matul din is-sena kellna żieda ta' 1,000 ruħ jirreġistraw għax-xogħol u dan żgur m'huwiex dak li wiegħed il- Partit Nazzjonalista meta kien fl-oppożizzjoni.", "Ċertament li hija nkwetanti r-rata tal-qgħad u n-numru ta' ħaddiema li qed jitilfu l-impjieg.", "B'dispjaċir ikolli ngħid u nuri solidarjeta' ma' dawn in-nies għax uħud minnhom huma breadwinners.", "Mr Speaker, per eżempju, illum għadni kif smajt li kumpannija Ġermaniża se tnaqqas in-nies bin-nofs.", "Hija tal-biża' u tat-tkexkix li tara raġel imbikkem għaliex se jitlef l-impjieg u mhux se jkollu dħul biex jgħajjex il-familja.", "U dan it-tħassib ma jinsabx biss fost il-ftit imma nsibuh fost il-ħafna.", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1998 il-Partit Nazzjonalista żbalja meta wiegħed fuq li wiegħed għax illum jaf li dan kollu ma jistax jagħmlu.", "Per eżempju, jien nixtieq nistaqsi x'se jsir mill-wegħda li x-xufiera impressed jiġu mpjegati mal-gvern.", "Kif jaf l-istess gvern, l-Unjoni Ewropea qed tgħidlu li għandu ħaddiema żejda miegħu li b'xi mod irid jara kif se jnaqqas minnhom u fl-istess waqt ikollna Partit Nazzjonalista mill- bankijiet ta' l-oppożizzjoni li b'kilba għall-poter ma jistħix jagħmel wegħda li madwar 800 ruħ impressed jagħmilhom tal-fiss.", "Mr Speaker, meta tara dawn l-affarijiet ikollok tibda temmen li l-qerq sar parti mill-ħajja u mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Tisma' studenti ta' l-ITS li jinsabu diżappuntati li bdew il-kors tagħhom u kellhom jieqfu fin-nofs.", "Jiena kont qajjimt każ ta' tfajla li kellha tieqaf mill-kors minħabba l-miżuri li l-gvern ħa fl-ITS.", "Huwa veru li l- ministru għat-turiżmu għoġbu jagħmel rapport fuq dan imma soluzzjoni għal din it-tfajla xorta ma nstabitx.", "Is-sentejn li għamlet tistudja fl-ITS ma wassluha mkien ħlief li ma setgħetx tkompli l-kors tagħha u ma setgħetx tasal għad-diploma li riedet tasal għaliha.", "Anke l-istudenti ta' l- universita' kienu mwegħdin bl-iswed fuq l-abjad fl-ewwel paġna tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista li jingħataw l-istipendju sħiħ.", "Illum x'ġara mill-istipendu sħiħ?", "Għalfejn il-gvern ma żammx kelmtu?", "Iva, anke ħafna mill-istudenti ta' l-universita' qed iħossuhom li ġew imqarrqin f'din is-sena u ftit xhur li ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, xtaqt nagħlaq billi ngħid li l-poplu Malti ħadem u stinka biex kiseb dak li għandu llum, il-poplu Malti bata tul iż-żmenijiet, ittertaq fil-gwerer ta' ħaddieħor u nħakem għal eluf ta' snin.", "Saħansitra l- poplu Malti bata l-għaks u l-ġuħ fil-passat, bata biex kiseb il-ħelsien u bata biex kiseb il-liberta', l-indipendenza u s-sovranita' tiegħu.", "Iva, din l-art għandha tibqa' ta' dan il-ġens, li ħabb lil uliedu u li uliedu ħabbewh, u m'għandha tkun maħkuma minn ħadd.", "Din ċ-ċkejkna blata f'nofs il- Mediterran għandha tibqa' kollha kemm hi tal-Maltin, b'politika mfassla mill-imħuħ tal-Maltin għall-Maltin stess.", "Il-poplu issa huwa ħieles aktar u aktar minn qatt qabel u qatt m'hu se jaqdi u jservi nies barranin li jkunu jridu jfasslu d-destin tiegħu.", "Ninsab konvint li hemm min jaqbillu jarana mifrudin bħala poplu biex jilħaq l-iskopijiet u l-għanijiet tiegħu.", "Din hija blata b'poplu ħanin, li toffri l-wens u s-sliem lil kulħadd, allavolja fil-passat ġarrbet l-uġigħ, l-imrar, iż-żebliħ, it-tbatijiet u anke ċ- ċaħdiet.", "Dan huwa pajjiż li minkejja ċ-ċokon tiegħu għaraf jimxi 'l quddiem waħdu u b'ħiltu biss.", "Minn xiex qed nibżgħu?", "Huwa ta' għajb għal min jibża' li fil-futur m'aħniex se nkunu kapaċi nimxu waħedna 'l quddiem.", "Fejn hi l-fiduċja fil-poplu tagħna, Mr Speaker?", "Bħala pajjiż żviluppajna bil-bosta b'pass mgħaġġel fil-passat u allura m'hemmx minn xiex nibżgħu fil- futur.", "Jiena nappella lill-poplu biex fis-skiet ta' qalbu u fil-kenn ta' ruħu, b'sens ta' eroj u b'rieda ta' l-azzar, jaħseb u jirrifletti fuq il-futur tal-ħelsien, l-indipendenza u s-sovranita' ta' pajjiżu.", "Ejja naħdmu u nħaddnu lil din l-art għażiża tagħna u ma nħallux li jintlaħaq l-iskop ta' min irid ibiegħna lill-barrani.", "Jekk ma nagħmlux dan, fil-futur immedjat ikolli ngħid li nkunu f'periklu li nitilfu ġieħna, dak li għandna u dak li għożżejna matul iż-żmenijiet.", "Il-poplu għandu jitħalla għaddej fil-mixja tal-progress għax b'hekk biss nassiguraw li matul iż-żmenijiet jibqa' jfeġġ futur ħieni u progressiv għal dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, nieħu din l-opportunita' biex nawgura lilek, lill-membri ta' din il-Kamra u lill-poplu ta' Malta u Għawdex ta' rieda tajba l-Milied u s- sena t-tajba.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja u nirreċiproka.", "Qabel ma nsejjaħ lil min imiss biex jitkellem, nistaqsi jekk hawnx permess biex jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra l-cassette imsemmi mill-Onor.", "Cuschieri.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Aye)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Nibda biex nawgura lilek, Mr Speaker, u lill- kollegi tiegħi tal-parlament taż-żewġ naħat il-millennju t-tajjeb.", "Qgħadt nisma' b'attenzjoni d-diskors tal-ħabib kbir tiegħi, l-Onor.", "Cuschieri, fuq il-politika.", "Illum il-vot huwa l-approprjazzjoni, li qisu l- aġġornament tal-Kamra, u allura nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira fuq it- trasport u fuq is-settur finanzjarju.", "Mr Speaker, jiena rajt l-estimi u ndunajt li l-Partit Nazzjonalista qagħad jiftaħar b'ħafna affarijiet li ma kellux għalfejn jiftaħar bihom.", "Qagħad jiftaħar b'ċerti targets u qal li se jipprova jitlaq iktar biex juri kemm hu bravu.", "Per eżempju, jiena ġejt imqabbad nitkellem fuq l- affarijiet marittmi u affarijiet ta' trasport u hawnhekk l-Onor Ċensu Galea beda jiftaħar b'affarijiet li kienu previsti s-sena l-oħra.", "Għalija dan waqa' għaċ-ċajt u qegħdin nindunaw li l-Partit Nazzjonalista jiftaħar b'affarijiet li jaf li jkunu ġejjin.", "Per eżempju, fl-aħħar leġislatura konna nafu kemm kien se jkollna profitti mill-qasam marittimu, u fid- diskors tiegħi fl-aħħar budget jien kont prevedejt bejn wieħed u ieħor kemm se jkunu l-profitti, imbagħad jiġi l-ministru jiddandan li qlajna iktar milli ħsibna!", "Jien dan ngħidlu paroli fil-vojt.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem jiftaħar b'affarijiet li jkunu ovvji waqt li l-Labour Party huwa partit tar-realta'.", "Aħna dejjem ftaħarna b'dak li akkwistajna u mhux b'dak li se nakkwistaw, imma l-Partit Nazzjonalista jħobb jgħix bit-tama u dejjem jiftaħar b'dak li se jakkwista.", "Dawn fil-fatt jipproponu inqas biex imbagħad ikunu jistgħu jgħidu li qalgħu iktar!", "Mr. Speaker, fuq is-settur finanzjarju nixtieq ngħid biss li f'dawn l- aħħar għaxar snin Malta għamlet sforzi kbar biex tistabilixxi dan is-settur u tagħmlu settur li jħalli qligħ sostanzjali.", "Dan sar dejjem bi qbil bejn il-gvern u l-oppożizzjoni, l-aktar permezz ta' investiment qawwi fl- istruttura tal-Malta Financial Services Centre, anke permezz tal-Borża ta' Malta u permezz tal-Financial Services Act, tal-Money Laundering Act u ta' l-Insurance Business Act.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr. Speaker, qed jgħiduli li qed jagħfas il-ħin, fadal xi kelliema oħra biex jitkellmu u allura jkolli nagħlaq billi ngħid li dan huwa l-mod kif għandna nkomplu naġixxu u naħdmu flimkien fuq dan is-settur anke fil- millenju li dalwaqt ikun magħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, taħt id-dekasteru tal-prim ministru taqa' wkoll is-sezzjoni ta' l-esplorazzjoni taż-żejt u peress li fil-vot tal-prim ministru ma kienx hemm ħin biżżejjed biex wieħed jitkellem dwar dan is- suġġett jiena għażilt li nitkellem dwaru f'dan l-istadju bħala l-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni responsabbli mill-ippjanar ambjentali u mill- esplorazzjoni taż-żejt.", "Fil-fatt fil-leġislatura l-oħra kelli x'naqsam ukoll ma' dan il-qasam u tista' tgħid li kont involut b'mod dirett.", "Mill- esperjenza tiegħi nista' ngħid li l-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-Onor.", "Fenech Adami jieħu kull opportunita' biex jipprova joskura lill-Partit Laburista u saħansitra jgħid ċerti affarijiet li ma jkunux minnhom biex jipprova jiggwadanja l-poter.", "Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista bil-provi għamel pass 'il quddiem ħafna f'dan il-qasam u għamel xi ħaġa li żgur l- ebda gvern ta' qabel ma għamilha.", "F'sena u tmien xhur gvern Laburista rnexxielu jagħmel iktar minn ftehim wieħed ma kumpanniji ta' fama mondjali li wrew il-fiduċja tagħhom fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Nibda billi ngħid li wieħed mill-ftehim li sar kien dak bejn il-gvern Laburista u l-AGIP biex isir studju ta' riċerka fuq medda ta' 9,000 sq km.", "Dan kien ġie iffirmat fil-25 ta' Awissu ta' l-1997 u wara li jsir l-istudju kellu jkun hemm il-possibbilta' li mbagħad jitħaffer bir fl-ibħra territorjali Maltin.", "Fil-fatt kienu saru żewġ laqgħat oħra, waħda Malta u l- oħra l-Italja, u nista' ngħid li konna wasalna fi stadju li l-AGIP kienet se tħaffer bir ġewwa l-ibħra Maltin għaliex l-indikazzjonijiet kienu pożittivi.", "Qabel ma jagħmlu hekk dawn xtaqu jistennew xogħol ta' tħaffir ta' bir ieħor li kien qiegħed jagħmel il-Gvern Malti ġewwa Għawdex, naturalment biex jaraw x'riżultati hemm u allura jkunu iktar f'pożizzjoni li jiffirmaw il-ftehim.", "Minkejja li t-tħaffir tlesta u suppost li sar ftehim bejn il-Gvern Malti u l-AGIP, s'issa għadna ma smajna xejn mill- gvern Nazzjonalista, u f'isem il-poplu jiena nixtieq inkun naf x'ġara mill- possibbilta' li jitħaffer bir fit-territorju Malti mill-kumpannija Taljana.", "Fil-5 ta' Mejju, 1998 ġie ffirmat ukoll ftehim ieħor bejn ir-Rock Oil Company, il-Mayo Limited u l-Gvern Malti fuq blokka 7 fl-area 4.", "L-istess, dan sar biex isir studju u wara ċertu perijodu mbagħad kellu jiġi deċiż jekk jitħaffirx bir fit-territorju Malti.", "B'dan il-ftehim pajjiżna mhux talli ma ħareġ ebda flus, talli dawn intrabtu wkoll li jħallsu ammont ta' flus lill-Gvern Malti.", "Sar ukoll agreement ieħor fl-14 ta' Awissu ta' l- 1998 ma' żewġ kumpanniji Awstraljani.", "Dawn kellhom jagħmlu riċerka u anke tħaffir ta' bir fl-ibħra territorjali Maltin.", "Nerġa' nfakkar li dan il-bir ingħata l-isem ta' ''Adeodata'', bħala unur lil Adeodata Pisani.", "Dan tajnih isem Malti għax ma ridniex noqogħdu nsemmu ismijiet ta' barranin, u dan juri li dan il-bir huwa xi ħaġa li hija tagħna u ta' pajjiżna.", "Illum fiex wasal dan il-ftehim?", "Fi ftit xhur il-gvern Laburista ħadem bis-serjeta' f'dan il-qasam u ħa l-frott, għaliex kumpanniji magħrufin mad-dinja kollha wrew fiduċja fil-gvern Laburista.", "Nista' ngħid li wrew din il-fiduċja wkoll għaliex il-gvern Laburista, permezz tal-protokoll finanzjarju Taljan, impenja ruħu li jsir tħaffir ta' bir ġewwa Għawdex, u r-raġuni kienet biex isir studju ħalli nkunu nafu jekk il-ġeoloġija hijiex bħal ta' Sqallija, area fejn instab ħafna żejt.", "Fil-fatt hekk kien, u meta bdejna nħaffru sibna tip ta' struttura li kienet pożittiva.", "U waqt li konna qegħdin infittxu din l-istruttura u nagħmlu r-riċerka sibna wkoll li hemm il- possibbilta' li għall-ewwel darba pajjiżna jkollu l-materja prima.", "Mr Speaker, aħna għandna l-obbligu li lill-poplu Malti u Għawdxi ninformawh b'dak li jkun qed jiġri.", "Per eżempju, aħna konna informajnih li l-kuntratt li għamilna biex seta' jitħaffer il-bir ġewwa f'Għawdex kien tip ta' kuntratt li jipproteġi l- ambjent.", "Kellna wkoll l-assigurazzjoni li wara li jispiċċa x-xogħol tat- tħaffir jerġa' jiġi kollox għal li kien.", "Aħna sa ntrabatna bil-kitba li jsiru dawn l-affarijiet imma minkejja dan kollu, minflok ġejna rringrazzjati li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna fejn għandu x'jaqsam it-tiftix taż-żejt intrabatna bil-kitba li nipproteġu l-ambjent, il-Partit Nazzjonalista min fuq ipprova jagħtina l-gambetti.", "Saħansitra kien hemm min anke akkuża lill-kunsill lokali konċernat li dan qisu waqa' għal dak li ried il-gvern.", "Minkejja dan kollu l-kunsill lokali ta' dik il- lokalita' mexa kif kellu jimxi, ra li aħna qed nimxu b'ċerta serjeta' u qagħad fuq il-kelma tagħna, u llum jafu li l-kelma tagħna kienet kelma ta' rġiel.", "Imma mhux hekk għamel il-Partit Nazzjonalista għax id-diriġenti tal- Partit Nazzjonalista għamlu minn kollox biex ifixklu.", "Saħansitra kien hemm min qal li l-bdiewa kienu se jitilfu ħafna art u li ma kenux se jingħataw art oħra u affarijiet minn dawn.", "Issa meta llum ġejna biex niddiskutu dwar il-golf-course l-istess diriġent li staqsa dawn il-mistoqsijiet ma ġietux l- istess ħniena?", "Hawn għandna l-evidenza tal-politika qarrieqa tal-Partit Nazzjonalista u nista mmur aktar lura fiż-żmien u nsemmi l-bsaten fir-roti li rajna minn dik in-naħa.", "Il-Partit Nazzjonalista ried jagħti x'jifhem li huma dejjem opponew li jsir tħaffir ta' bir ġewwa Għawdex.", "Qalu li dan ikun ta' detriment għall-ambjent f'Għawdex.", "Jekk il-poplu jaħseb li jiena qed nivvinta, hawnhekk għandi silta minn ''in-nazzjon'' tas-7 ta' Novembru, 1997 fejn l-Onor.", "Fenech Adami kien ġie kkwotat li qal hekk:", "''Il-PN fil-gvern ittratta lill-Għawdex bħala gżira li għandha s- sbuħija tagħha u li dan għandu jkun preservat kemm jista' jkun.", "Il-PN fil-gvern dejjem irreżista li jsir tħaffir għaż-żejt f'Għawdex.''", "Din hija ipokrezija, Mr Speaker, u jiena nitlob il-permess biex inqiegħed din is-silta fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli tibqa' on record.", "L-Onor.", "Fenech Adami kien qal ukoll li minħabba li kienet waslet l- elezzjoni, kienet qed issir pressjoni mill-gvern Laburista biex it-tħaffir isir b'ritmu aktar mgħaġġel u biex almenu t-tħaffir jibqa' sejjer sa' l- elezzjoni.", "Barra minn hekk, biex iwerwru lin-nies tal-gżira ta' Għawdex kienu ħarġu jgħidu li ntużat kimika tossika biex issir it-tħaffir u li din il-kimika sussegwentement intremiet f'barriera.", "U meta aħna għedna l- verita', jiġifieri li r-riżultati huma pożittivi fejn tidħol ġeoloġija, mbagħad dawwru t-tattika u bdew jgħidu li m'hemmx żejt.", "Aħna min-naħa tagħna konna rġiel u għedna l-verita'.", "Għalkemm kienet waslet l-elezzjoni ma pprovajniex ningannaw u ngħidu li sibna ż-żejt żgur.", "Aħna għedna li għandna riżultati pożittivi u li hemm possibbilta' kbira li jkollna l-ewwel riżors minerali f'pajjiżna.", "Minkejja dan kollu l-Partit Nazzjonalista baqa' jisħaq li m'hemmx żejt u saħansitra stieden lill-Prim Ministru ta' dak iż- żmien biex f'ġieħ is-sewwa jgħid il-verita'.", "U f'ġieħ is-sewwa konna qegħdin ngħidu l-verita', u dan jixhdu l-fatt li wara l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista ma baqax jgħid li m'hemmx il-possibbilta' li jinsab iż-żejt anzi mill-ewwel ra kif għamel biex ta l-go ahead ħalli t-tħaffir ikompli aktar fil-fond.", "Dawn il-fatti juru biċ-ċar l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista u tal-kap tiegħu.", "Sur President mhux talli l-gvern il-ġdid Nazzjonalista ta l-go ahead biex ikompli jsir it-tħaffir għaż-żejt, talli bdew ħerġin ħafna stqarrijiet li ninsabu viċin li nsibu ż-żejt.", "Jiena nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ''in-nazzjon'' tat-13 ta' Ottubru 1998, fejn jingħad li ninsabu viċin li jinstab iż-żejt.", "Il-Prim Ministru nesa li kien qal li ma jsirx tħaffir ġewwa Għawdex minħabba l-ambjent!", "Anke l-Onor.", "Giovanna Debono nsiet x'kien qal l-Onor.", "Fenech Adami u x'kienu jgħidu sħabha qabel l-elezzjoni li se jħassru l-ambjent f'Għawdex.", "Tant insiet li f'ċerimonja qalet li dan il-bir sar bil-ħila tal-Partit Nazzjonalista.", "Ngħidilha li veru li l-Partit Nazzjonalista għamel kollox imma għamel minn kollox biex iż-żejt ma jinstabx, għax fil-fatt hekk ġara!", "Minkejja li min- naħa l-oħra ntqal li se nsibu ż-żejt u li tiela' l-gass dalwaqt, dan iż- żejt baqa' ma nstabx.", "X'ġara biex ma nstabx?", "Kif wara kuntrumbajsa bħal dik li għamel il-Partit Nazzjonalista, wara l-elezzjoni f'daqqa waħda ntesa' kollox?", "Huwa obbligu tal-gvern li lill-poplu jgħidlu x'ġara.", "U fil-fatt x'ġara, Mr Speaker?", "Ġara li meta tkompla t-tħaffir u kien hemm indikazzjoni li kien hemm il- materja prima, min kien qed imexxi l-operazzjoni taż-żejt, li kien Malti, twarrab u floku poġġew espert Amerikan - għax barrani aħjar minn Malti! - li ma mexiex skond il-parir tat-Taljani biex jagħmel it-testijiet.", "Dan għamel kif deherlu hu, bil-konsegwenza li fil-bir saret ħsara irriparabbli li minħabba fiha jekk stess hemm materja prima xorta ma nistgħux intellgħuha.", "Imbagħad sar tentattiv biex inħaffru b'mod orizzontali - biex jekk inkunu fortunati u ma tkunx saret ħsara biżżejjed inkunu nistgħu ntellgħu mod ieħor - imma rriżulta li ma din ma rnexxietx, bil-konsegwenza li l-poplu Malti, kif hawn fis-supplementary estimates li tpoġġew il- bieraħ, se jkollu joħroġ Lm8 miljun mill-but.", "Dik serjeta'!", "Il-poplu għandu dritt li jkun jaf għalfejn intnefqu dawn it-Lm8 miljun u għandu jkun jaf ukoll kif riżultat li tant kien deher pożittiv sar daqshekk negattiv.", "Mr Speaker, dan kollu juri li huwa l-qasam taż-żejt li l-aktar jikxef l- ipokrezija tal-gvern Nazzjonalista, li fir-realta' ma baqagħlux żejt f'wiċċu!", "U min jagħmel dawn l-affarijiet żgur li ma jistħoqqlux li jmexxi lil pajjiżna.", "Mr Speaker, nixtieq li fil-ħin li baqagħli nitkellem dwar xi ħaġa li għandi l- esperjenza tagħha wkoll u li fiha naħseb li bħal ħafna, jiena tajt sehem ukoll, bħalma hawn ħafna li taw sehem.", "Qed nirriferi għal dan il-parlament.", "Mr Speaker, kif taf inti, jien ili whip mill-1989 u ċerti affarijiet ngħidhom għaliex inkun għaddejt minnhom per esperjenza.", "Minn kemm ili f'dan il-parlament dejjem naf li l-oppożizzjoni Laburista għamlet id-dover tagħha biex ikun hawn tibdil f'dan il-parlament - u bħala eżempju nixtieq nirriferi għal meta saru l-kumitati - pero' jkolli nistqarr li mill- esperjenza tal-ftit xhur li konna fil-gvern, il-Partit Nazzjonalista m'għamel xejn ħlief ta l-gambetti.", "Dan qed ngħidu bl-ikbar responsabbilta'.", "Jien bħala whip nerfa' r-responsabbilta' u dejjem għamilt id-dover tiegħi.", "Dejjem ikkordinajt ma' min imexxi din il-Kamra biex l-affarijiet jimxu bis- serjeta'.", "Jekk iridu jgħidu l-verita' tan-naħa l-oħra jridu jgħidu li l- Partit Laburista wera kollaborazzjoni sħiħa biex dan il-parlament jimxi 'l quddiem, imma żgur li dan ma jistax jingħad għan-naħa l-oħra għax fit-18-il xahar li l-Partit Laburista kien fil-gvern ħlief gambetti ma rax.", "U biex jara kif kienu jimxu l-affarijiet wieħed jista jmur jara l-minuti tal- kumitat tax-xogħol.", "Per eżempju, membru tan-naħa tal-Partit Nazzjonalista pprova jgħinna naslu imma membru ieħor ma qabilx miegħu għaliex kellu direttivi ċari mill- kap tiegħu biex jostakola l-ħin kollu.", "Dawk huma l-affarijiet, u tajjeb li dawn ikun jafhom il-poplu.", "U jekk irid il-poplu jista' jfittex dawn l- affarijiet fil-minuti tal-kumitat tax-xogħol tal-Kamra.", "U mhux imbilli niġu f'din il-Kamra u ngħidu li forsi hemm affarijiet li jistgħu jirranġaw!", "(Interruzzjonijiet) U min jiġi jgħidhom dawn l-affarijiet?", "L-inqas wieħed li jagħti sehemu!", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, jekk m'hemmx bżonn m'għandekx tagħmel ħafna diskorsi fit-tul imma jekk hemm bżonn tagħmilhom għamilhom.", "Jien naqbel li m'għandux ikun hemm ħela ta' ħin iżda li ma naqbilx hu li jsiru ċerti manuvri biex tagħlaq ħalq l-oppożizzjoni.", "Mhux sewwa dawn l-affarijiet, u lanqas hu sewwa li tgħid lill-poplu li hawn l- kumitati biex l-affarijiet tal-parlament jimxu sew imbagħad - bħalma ġara din il-ġimgħa - immorru fil-PAC u sfaċċatament nidħku u nġibu kull skuża biex tagħlqilna ħalqna.", "Jekk inti veru trid li jkun hawn it-trasparenza u trid li kulħadd jemmen li l-affarijiet qed isiru b'mod trasparenti għandek taċċetta li ssir investigazzjoni ħalli naraw jekk kienx hemm xi ħadd li pprova jiddieħak b'dak li approva dan il-parlament.", "Din hija l-verita' u mela noqogħdu nduru mal-lewża, qisha l-oppożizzjoni dejjem tostakola u miskin il-gvern li qed jinħlielu ħafna ħin!", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li hawnhekk wasalna fl-istadju li ċerti membri jridu jagħtu x'wieħed jifhem li hawnhekk qisu l-qorti li meta tiġi biex tgħid xi ħaġa, allavolja tkun vera u allavolja tkun bniedem responsabbli, xorta waħda trid iġġib il-provi biex tgħidha.", "Dak il-qorti jagħmlu hekk għax meta avukat ikun jaf li se jiddefendi l-ikbar kriminali li hawn f'Malta, dan jipprova joħorġu lliberat billi jwaqqa l-provi kontra tiegħu u jekk ma jkunx hemm provi, minkejja li Malta kollha tkun taf li m'hawnx ħalliel ikbar minnu, dak joħroġ liberat!", "Hawnhekk ma jsirx hekk.", "Membru parlamentari għandu jkollu r-responsabbilta'.", "L-immunita' f'dan il- parlament qegħda biex dak li jkun jitkellem ħalli l-affarijiet ma jkomplux isiru.", "Jekk ikun hemm xi ħadd li juża l-parlament b'mod irresponsabbli dik hija responsabbilta' tiegħu, dak ma jkunx qed jagħmel id-dover tiegħu, imma jiena żgur li meta jitkellmu f'dan il-parlament il-maġġoranza tal-membri parlamentari jitkellmu b'responsabbilta'.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid ukoll li wasal iż-żmien li jiġu rranġati ċerti affarijiet biex ma jibqax ikun hemm tbatija min-naħa tal-membri parlamentari.", "Membru parlamentari għandu tfixkil mil-lat finanzjarju, mil- lat ta' familja u minn affarijiet oħra li minħabba fihom ma jkunx jista' jagħmel xogħlu sew.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li dawn l-affarijiet jiġu diskussi.", "Il-poplu dejjem jistenna ħafna minn membru parlamentari imma kultant dan lanqas biss ikun f'qagħda li jsostni lilu nnifsu, aħseb u ara kemm se jagħmel id-dover tiegħu!", "Jiena qed nitkellem mill-esperjenza u mhux qed nitkellem għalija biss.", "Dan qed ngħidu għaliex qed nara wħud minn sħabi fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra li qed ibatu u li ma jistgħux jagħmlu d-dover tagħhom minħabba f'hekk.", "Hawn ġew aħna nitkellmu fuq l- istanding orders, nitkellmu biex intejbu l-funzjoni tal-parlament u nitkellmu biex kemm jista' jkun naraw li jgħaddu liġijiet b'mod professjonali, imma fl-opinjoni tiegħi għandna nitkellmu wkoll biex il- membru parlamentari li jiġi magħżul mill-poplu Malti u Għawdxi jkun jista' jagħti wkoll is-sehem tiegħu.", "Mr. Speaker, minkejja li kont kritiku jiena tkellimt fuq affarijiet pożittivi wkoll, għaliex f'dan il-parlament mhux affarijiet ħżiena biss hawn!", "Hawn min jaħseb li l-parlament huwa arena ta' l-iljuni, fejn aħna d- deputati mmorru noqtlu lil xulxin, pero' dan m'huwiex il-każ.", "Meta kien speaker tal-Kamra Dr Jimmy Farrugia - u din nibqa' niftakarha - dan kien dejjem jgħid li hawnhekk aħna m'aħniex għedewwa imma sempliċement ma naqblux fil-politika u allura niġġieldu bl-argumenti.", "Hekk għandu jkun pajjiż ċivilizzat, u jiena nemmen li l-maġġoranza tal-membri hekk jagħmlu, imma mbagħad min-naħa l-oħra rridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm min permezz tad-demokrazija japprofitta ruħu biex joħnoq l-istess demokrazija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistaqsi jekk hemmx il-permess biex jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rrefera għalihom l-Onor.", "Mizzi?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" tal-Ġimgħa, 7 ta' Novembru 1997 intitolat \"Effetti negattivi fit-turiżmu, il-manifattura u l-kummerċ\";", "Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" ta' l-Erbgħa, 26 ta' Awissu 1998 \"It-Tħaffir Wieqaf\"; u Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" tat-Tlieta, 13 ta' Ottubru 1998 intitolat \"Viċin li jinstab iż-żejt\".", "MR SPEAKER: Issa l-ħin li fadal huwa kollha għall-membri tan-naħa tal- Gvern.", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, bħal-lum mitt sena ilu - neqsin tliet ijiem - kien għalaq il-parlament tas-seklu l-ieħor, preċiżament fl-20 ta' Diċembru, 1899 u l-aħħar kelliemi dakinhar kien Fortunato Mizzi.", "Jekk wieħed jaqra d-debates ta' dawk iż-żmenijiet jara diversi affarijiet interessanti fejn, per eżempju, fil-question time fejn illum għandna 60 mistoqsija dakinhar kulma kien hemm kienu sitt mistoqsijiet fejn waħda minnhom kienet dwar il-vot ta' Lm1,700 għall-priservazzjoni ta' l-arkati tal-Barrakka t'Isfel.", "Dawn kienu ddeterjoraw sewwa u kien hemm proposta sabiex jitneħħew imma mbagħad is-sens komun rebaħ u ġew ivvotati Lm1,700 proprju biex dawn jiġu restawrati.", "Kien hemm ukoll talba biex isir id-dawl fil-knisja tal-Vitorja tal-Belt.", "Mistoqsija oħra interessanti ħafna kienet dwar persuna li kienet spiċċat ħażin fl-isptar Monte Carmeli u persuna li kienet inkarigata minnha ġiet imkeċċija minn mal-gvern.", "Kien hemm ukoll talba għal Lm1,600 fl-estimi għal skola ġdida f'Tas-Sliema.", "Kien hemm ukoll mistoqsija dwar ir-raġuni għaliex ma kienx hemm teacher fil-lingwa Griega fl-lyceum.", "L-aħħar mistoqsija, li għandha x'taqsam mal-finanzji wkoll, kienet dwar kif ma nstabitx mejda tal-fidda li dak iż-żmien kienet stmata Lm26 fl-isptar ta' Santu Spirtu.", "Dawn huma affarijiet li ġraw proprju fl-aħħar seduta tal- parlament tas-seklu l-ieħor li nżammet fl-20 ta' Diċembru, 1899.", "Bħal ma qalu sħabi dan huwa l-aħħar budget għal dan is-seklu u din hija l-aħħar seduta ta' dan is-seklu u jiena xtaqt nagħti ħarsa ħafifa lura lejn budgets tal-passat ta' matul is-seklu.", "Nieħu l-opportunita' wkoll billi nsellem lil dawk li taw il-kontribut sħiħ tagħhom fil-ġrajja ta' dan il-parlament.", "Nibda biex ngħid, Mr Speaker, li mill-1945 sal-lum, jiġifieri f'temp ta' 55 sena, dan il-parlament kellu quddiemu 48 budget li t-total ta' flus ivvotati għalihom ilaħħaq is-somma ta' Lm8 biljun.", "Barra minn hekk f'dawk li huma supplementary estimates kien hemm ivvotati Lm352 miljun.", "Dan kollu barra ammonti oħra ta' flus li kienu għad-dispożizzjoni ta' Malta bħall-war damage funds, fondi għar-restawr mill-Unjoni Ewropea u mill-Ingilterra u bosta fondi oħrajn.", "Ma' dan wieħed irid iżid l-ammont ta' dejn li għandu l- pajjiż illum, li jlaħħaq Lm611-il miljun bħala dejn lokali u Lm66 miljun dejn barrani.", "Naturalment meta wieħed iħares lejn x'kienet in-nefqa tal- budget għall-1900 wieħed lanqas jista' jagħmel paragun ma dak li nivvotaw illum.", "Dakinhar id-dħul tal-gvern kien biss ta' Lm361,000 mentri llum huwa kkalkolat li d-dħul tal-gvern se jkun Lm680 miljun.", "Naturalment fl-1945 dan il-parlament kien ivvota biss - u għal dak iż-żmien kienu ħafna - Lm5 miljun.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-1901 il-popolazzjoni ta' Malta kienet ta' 186,000 ruħ u llum din iċ-ċifra tlaħħaq id-doppju, għax mis-survey li sar f'Diċembru ta' l-1998 jirriżulta li l-popolazzjoni ta' Malta sena ilu kienet tlaħħaq it-378,000 persuna.", "F'dawn l-aħħar 100 sena pajjiżna kellu wkoll 11-il kunsill tal-gvern bejn is-sena 1900 u l-1917 u 20 gvern bejn is-sena 1921, meta kellna l- ewwel parlament, sal-lum.", "Erbgħa minn dawn l-20 gvern kienu fformati taħt l-Amery Constitution , żewġ gvernijiet taħt il-Macdonald Constitution, ħames gvernijiet taħt il-MacMichael Constitution, kellna gvern wieħed taħt il-Blood Constitution, żewġ gvernijiet taħt l-Independence Constitution u sitt gvernijiet taħt il-Kostituzzjoni Repubblikana li aktar kmieni din il- ġimgħa kkomemorajna l-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha.", "Mill-1927 'l hawn, meta l-partit Unione Politica Maltese ngħaqad mal- Partit Nazzjonalista, il-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern għal tmien darbiet b'total ta' 23 sena.", "Naturalment qiegħed ngħodd li minn din il- leġislatura għaddiet biss sena waħda għax jekk tikkalkula kemm idum il- gvern allura jirriżulta li l-Partit Nazzjonalista se jkun għamel mill-inqas 28 sena.", "Kellna l-Partit Kostituzzjonali li kien ifforma gvern u Partit Laburista li kellu disa' rebħiet elettorali u dam jiggverna għal 25 sena.", "Mis-sena 1900 f'Malta nżammu 29 elezzjoni u żewġ referendi.", "Bħala prim ministri mill-gwerra 'l hawn kellna lil Boffa li kien prim ministru għal darba, lil Mintoff, li kien erba' darbiet, lil Borg Olivier, ħames darbiet, lil Dr Fenech Adami, li qed jokkupa għat-tielet darba din il- kariga - kieku ma ġarax li ġara wara l-elezzjoni ta' l-1981, din kienet tkun ir-raba' leġislatura li fiha Dr Fenech Adami qed imexxi l-gvern - u huwa xieraq ukoll li barra dawn, dan il-parlament issellem ukoll lill-prim ministri l-oħra li servew dan il-pajjiż matul dan is-seklu li kienu Joseph Howard, Francesco Buhagiar, Ugo Mifsud, Gerald Strickland, Pawlu Boffa, Nerik Mizzi, Karmenu Mifsud Bonnici u Dr Alfred Sant.", "Bħala ministri tal-finanzi, li flimkien mal-prim ministri kellhom l-akbar sehem fit-tmexxija tal-budgets, matul is-seklu kellna 23 wieħed, u tnejn minnhom kienu Mintoff u Borg Olivier li aktar tard kienu laħqu prim ministri.", "Huwa xieraq ukoll li dawn il-ministri tal-finanzi jiġu msemmija għax personalment inħoss li l-kariga tagħhom hija waħda ta' responsabbilta' kbira.", "Dawn kienu Joseph Howard, Francesco Buhagiar, Ugo Mifsud, Carmelo Mifsud Bonnici, Achille Sammut, Prof Guże' Galea, Arturo Colombo, Jackie Frendo Azzopardi, Giovanni Felice, Ġuże' Abela, Ġuże' Cassar, Lino Spiteri, Wistin Abela, George Bonello Du Puis, Leo Brincat u l-attwali John Dalli.", "F'dan il-perijodu wkoll kellna 25 President ta' din il-Kamra u llum is- Sinjorija Tiegħek għandha tkun kburija li qed taqleb is-seklu u tidħol fil- millennju l-ġdid.", "Il-lista hija twila biex insemmi lil kulħadd iżda ta' min jgħid li dawn kollha f'xi perijodu jew ieħor kienu membri wkoll ta' din il-Kamra, mhux fil-kariga uffiċjali bħala Speaker, iżda wkoll bħala membri proprja.", "L-aktar li kienu damu fil-kariga kienu Emanuel Attard Bezzina u Dr Lawrence Gonzi li damu bejn wieħed u ieħor tmien snin kull wieħed.", "Mr Speaker, matul dan il-perijodu li qed insemmi dan il-parlament għadda minn mumenti l-aktar kruċjali f'dawk li huma avvenimenti, fosthom insemmi l-irvellijiet tas-7 ta' Ġunju ta' l-1919 u l-eżilju tal-Maltin, żewġ episodji ta' għajb għall-Gvern Ingliż, li fihom batew ħafna l-Maltin.", "Barra minn dawn kellna wkoll l-għoti tal-George Cross, l-inkwiet fil-qasam tal- Partit Laburista bejn Mintoff u Boffa, l-irvellijiet tat-28 ta' April, l- integration, il-kwestjoni tal-ġlieda politika reliġjuża fil-bidu tas- sittinijiet, l-indipendenza ta' Malta, it-theddida għad-demokrazija fl- ewwel snin tat- tmeninijiet, l-eskluzzjoni tal-barrani minn fostna, it- twaqqif ta' Malta Repubblika, tmiem il-gwerra bierda permezz tal-laqgħa storika bejn Gorbachev u Bush, it-tisħib ta' Malta man-Nazzjonijiet Uniti u mal-Kunsill ta' l-Ewropa, l-assoċjazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea li ġiet formalizzata b'applikazzjoni li sussegwentement ġiet iffriżata u dan il-gvern reġa' taha il-ħajja.", "Barra l-ġrajjiet dan il-parlament baqa' fostu personaġġi distinti bħal Gaddafi, Catherine Lalumiere, Scalfaro u Perez de Cuellar.", "Ta' min isemmi wkoll il-Papa Gwanni II li għalkemm ma kienx indirizza l-parlament kien iltaqa' wkoll personalment mal-membri tal-parlament.", "Irrid ngħid ukoll li apparti minn Sir Anthony Mamo, minn dan il-parlament ħarġu sitt Presidenti ta' Malta wara li kienu servew ukoll bħala ministri.", "Qed nirriferi għal Anton Buttigieg, Agatha Barbara, Pawlu Xuereb, Ċensu Tabone, Ugo Mifsud Bonnici u Guido de Marco.", "Ma rridx ma nsemmix ukoll fl-opinjoni tiegħi l- aktar deputati li taw sehem fil-funzjonament u l-armonija ta' din l- istituzzjoni.", "Dawn kienu Guże' Cassar - niftakar lil de Marco jsejjaħlu bħala \"Ziju Guż\" - li kien bniedem li għen ħafna biex jimxi dan il- parlament, kien anke leader of the House, u kien ukoll negozjatur għan-nom tal-gvern Laburista; imbagħad kellna lil Dom Mintoff, lil Ugo Mifsud Bonnici, lil Ċensu Tabone u b'xi mod ukoll lil Joe Brincat.", "Ta' min ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar 100 sena dan il-parlament ukoll kellu fostu xejn inqas minn 400 deputat li xi wħud minnhom kienu deputati għal diversi drabi.", "Jekk wieħed kellu jikkalkula li kull leġislatura jkollha deputati ġodda kieku dan il-parlament kien ikollu 901 deputati, imma peress li diversi minnhom telgħu diversi drabi nistgħu ngħidu li l-parlament kellu madwar 400 deputat differenti.", "Fil-ħajja politika Maltija mhux ta' min jonqos milli jsemmi nies oħrajn li taw is-sehem tagħhom li żviluppaw u ġibdu warajhom sezzjoni tal-poplu imma xorta waħda ma rnexxielhomx jifformaw gvern.", "Uħud minn dawn kienu Mons Ignazio Panzavecchia, William Savona, Gerald Strickland, Prof Galea, Pierre Frendo, Mikiel Caruana, Henry Jones, Francesco Masini, Prof Hyzler, Mabel Strickland, Herbert Ganado, Toni Pellegrini, George Ransley u Wenzu Mintoff.", "Nixtieq insemmi wkoll lin-nisa li onoraw dan il-parlament u ħadu sehem attiv fil-politika.", "Dawn kienu Agatha Barbara, Cecilia de Trafford, Fanny Attard Bezzina, Evelyn Bonaci, Anne Aguis Ferrante, Carmen Sant, Maria Camilleri, Giovanna Debono, Dolores Cristina, Helen D'Amato u Helena Dalli li l-aħħar erbgħa għadhom iservu f'dan il-parlament.", "Minn dan li għadni kif semmejt wieħed irid jara wkoll l-effett ta' din il- ħidma politika fuq il-poplu Malti.", "Per eżempju, il-livell ta' l-għixien ta' dan il-poplu fil-bidu ta' dan is-seklu kien nieqes mill-iktar ħteġijiet bażiċi tal-ħajja li mdorrijin bihom illum.", "Dan kien seklu movimentat li fih rajna l-evoluzzjoni tal-progress.", "Il-progress rajnih jiżviluppa ftit ftit iżda laħaq l-ogħla livelli tiegħu fis-snin tmenin u llum l-ġurnata kważi qegħdin fil-quċċata.", "Fil-bidunett ta' dan is-seklu kemm f'pajjiżna kif ukoll fil-kumplament tad-dinja l-iżvilupp kien għadu fil-bidu.", "Hawn Malta konna ngħixu ħajja sempliċi, bl-akbar industrija l-frott ta' l-art.", "Il-poplu Malti kien jaħdem fir-raba' għammiela u verġni mit-tinġis u kien iġib l-ikel u l-produzzjoni mill-annimali.", "Dak iż-żmien kellna wkoll lil tal-ħalib jiġi bin-nagħġa jew il-mogħża wara l-bieb.", "Naturalment it-toroq tagħna - kif wara kollox xi wħud minnhom għadhom sal-lum! - kienu għadhom ma nksewx bl-asfalt u l-uniku dħaħen kienu jiġu biss mit-trab.", "Il-karettuni - u aktar tard il-kalessi u l-mezzi oħra tat-trasport - kienu l-istess invenzjonijiet ta' żmien il-ħaġar, fejn ir-roti kienu jduru biss bis- saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali li jimbutawhom jew jiġbduhom.", "Fl-1902 kienet ġiet l-ewwel karozza f'Malta, li kien ġabha t-Tabib Ċeci ta' Hal Tarxien.", "Niftakar lill-għażiża ommi ssemmi dan l-avveniment ta' meta daħlet l-ewwel karozza f'Malta.", "U l-poplu għex għal tant żmien din il- ħajja sempliċi li għal xi uħud kienet ta' faqar, ħafa u miżerja.", "Għalkemm forsi dejjem ftit aktar tard minn pajjiżi oħra, il-poplu beda jara kif jista' jtejjeb il-ħajja miżera tiegħu u bdew jinbtu nies li permezz tagħhom bdejna nxommu d-drittijiet tal-ħaddiema, il-ħinijiet tax-xogħol u pagi diċenti.", "Il-poplu baqa' dejjem jiżviluppa dan il-prinċipju u l-politiċi Maltin bdew jinsistu wieħed iktar mill-ieħor biex isaħħu aktar u jespandu d- drittijiet.", "B'aktar flus fl-idejn il-poplu Malti beda jistagħna u l- kambjament beda jinħass fost xi uħud iżda mhux għal dawk li baqgħu lura minħabba l-mentalita' konservattiva.", "Mr. Speaker, tajjeb li ngħid li wara l-ewwel gwerra dinjija li ma tantx ħakmitna fit-tletinijiet kellna the great recession pero' mbagħad ġiet it- tieni gwerra li ħalliet ħafna tifrik u allura kellna mmiddu għonqna għax- xogħol u l-kostruzzjoni.", "Bdiet dieħla wkoll it-taxxa li għenet mhux ftit fl- iżvilupp ta' pajjiżna pero' madanakollu l-poplu xorta kellu bżonn xi ħaġa oħra għal meta jimrad jew jirtira.", "Rajna wkoll is-servizzi soċjali jibdew deħlin fis-sistema ta' pajjiżna biex b'hekk ikun hemm kontribuzzjoni oħra li tagħmel tajjeb għal dawk li ma setgħux jaffordjaw l-ispejjeż li seta' jkollhom matul iż-żmenijiet.", "Mr Speaker, ta' min insemmi wkoll l-emigrazzjoni u l-fatt li wara l- indipendenza kien hawn min ħa ħsieb jiżviluppa l-pajjiż permezz ta' l- industriji li joħolqu x-xogħol u l-qliegħ ta' flus adegwati.", "Rajna wkoll l- investiment fil-boom tal-bini, ta' l-artijiet, bini ta' flats, vilel, bungalows u postijiet oħra li ħadd qatt ma basar li se jsir żvilupp fihom. llum wasalna fi stadju fejn għandna tista' tgħid lil Malta żviluppata kompletament bil-bini.", "F'dan is-seklu rajna wkoll id-dħul tat-television li ġab bidla u kultura ġdida f'pajjiżna u fejn ftit snin ilu l-Maltin kienu jaħslu l-ħwejjeġ fil-banjijiet, illum għandna l-automatic washing machines.", "Qabel konna għadna ma ħlomniex bil-cookers imma konna għadna bl-ispiritieri u barra minn hekk illum kważi jidħku bik jekk inti ma jkollokx l-air conditioner.", "Insomma, Mr Speaker, il-progress li sar matul iż-żmenijiet kien l-agenda tal-politiċi proprju f'dan il-parlament.", "Mr Speaker, naturalment dan il-progress ħalla l-impatt tiegħu fuq l- anzjani.", "Qabel l-uniku post għalihom kien l-Imgieret jew ma' xi qraba imma llum għandna sitwazzjoni fejn għandna l-familja kollha taħdem u allura ma setax ikun possibbli li ħafna anzjani jibqgħu jinżammu d-dar.", "Minħabba f'hekk il-gvern daħal fi spiża massiċċa biex jibni aktar djar għall- anzjani.", "Per eżempju, bħalma jaf kulħadd, għada se tinfetaħ id-dar ta' Bormla, li se tkun rigal ta' dan il-gvern għall-millennju.", "Din id-dar saret bil-ħidma kbira tal-Viċi Prim Ministru Lawrence Gonzi u tas-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici u anke bis-sehem tal-Partit Laburista.", "Ovvjament illum il-ġurnata d-dinja ċkienet ħafna wkoll grazzi għall- computers, l-internet, l-e-mail, l-e-commerce u affarijiet oħra li nistgħu nsegwuhom u nieħdu sehem fihom proprju minn ġewwa d-djar tagħna.", "Imbagħad kellna l-iżvilupp industrijali li minn waħda tal-qoton u l- manifattura tal-madum, il-brim tat-tabakk, il-bizzilla u xi ftit artiġġjanat rajna diversifikazzjoni fi ħjata ta' l-aħjar ħwejjeġ, produzzjoni ta' ikel preservat, produzzjoni qawwija ta' inbid u xorb alkoħoliku, produzzjoni ta' parts teknoloġiċi, bini u tiswija ta' vapuri u mitt ħaġa oħra.", "Dawn kollha saru bis-saħħa tal-progress li sar matul dawn iż-żmenijiet.", "Ta' min jgħid li dan kollu sar bil-ħidma ta' dawk li ġew qabilna u kważi kollox ġie pprogrammat minn dan il-parlament, bl- inizjattivi li kienu jieħdu d-diversi gvernijiet sabiex Malta tkun tal- Maltin u biex inkunu kapaċi nipproduċu u nimmaniġġjaw.", "Rajna wkoll li aħna kapaċi jkollna linja ta' l-ajru tagħna, linja tal-vapuri tagħna, sistema ta' komunikazzjoni moderna, power station ġdida, servizzi ta' catering, servizzi ta' cruise liners u elf ħaġa oħra li barra li jinvolvu xogħol għal Maltin, huma ta' qligħ ukoll għall-gvern li mill-introjtu li jdaħħal jieħu ħsieb dak li hemm bżonn għal pajjiżna.", "Mr. Speaker, ma nistax ma nsemmix ukoll l-aspett edukattiv.", "Qabel it- tobba, l-avukati, in-nutara, l-ispiżjara u xi dentist 'l hemm u 'l hawn kont tgħoddhom fuq subgħajk imma llum il-ġurnata għandna aktar minn 1,000 professjonist f'kull kariga.", "Barra minn hekk daħlu wkoll professjonijiet oħra, bħal dik ta' l-accountancy, li wkoll jitolbu li jkollok grad universitarju.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li wieħed jista' jsemmihom ukoll u huma effett tal-progress li sar f'pajjiżna.", "Mr Speaker, ma rridx ninsa ngħid ukoll li waqt li minn naħa għamilna dan il-progress kollu, nistgħu ngħidu li sfortunatament abbandunajna ħafna u ħafna affarijiet.", "Jiena li tant inħobb l-ambjent naturali u l- preservazzjoni u l-konservazzjoni ta' diversi postijiet, ma nistax ma nsemmix l-istat dilapidat li jinsabu fih il-Forti Sant'Iermu, ir-Ricasoli, is-swar, il-widien, il-fortizzi, il-ġonna pubbliċi, il-fdalijiet ta' żmien il-ħaġar u ta' żmien il-bronz, kapelli, knejjes u teżori oħra.", "Dawn kollha jinsabu abbandunati, bl-iskuża li qatt ma sibna flus għalihom.", "Ma jistax ikun li wieħed jibqa' sejjer hekk u dawn irridu nieħdu ħsiebhom.", "Rajna wkoll l-iżvilupp tal-bini li tela' ġdid wara t-tieni gwerra, l- iżvilupp tat-tarzna u s-shipbuilding, l-iżvilupp tat-turiżmu - li bl- awtorita' tat-turiżmu nisperaw li jieħu spinta 'l quddiem - u l-bini tal- lukandi li nbnew fis-sittinijiet u li issa x'uħud minnhom qed jitwaqqgħu biex jerġgħu jibnew mill-ġdid biex ikunu aktar moderni.", "Jien qatt ma nista' ninsa wkoll il-kampanja Laburista, jidhirli ta' l-1958, fejn il-Perit Mintoff kien jgħid bħala programm elettorali li l-paga medja għandha tkun ta' Lm9 fil-ġimgħa.", "Illum l-ġurnata l-medja telgħet għal Lm60 fil-ġimgħa.", "Rajna wkoll l-iżvilupp tat-toroq, it-twaqqif tal-bank ċentrali u l- introduzzjoni tal-financial services.", "Mr Speaker, dan kien kollu frott ta' dak li sar fil-budgets preżentati minn diversi gvernijiet.", "Naturalment aħna rridu nfasslu l-politika u l- agenda għal pajjiżna għal futur li ġej.", "Jien kont qed naqra l-ktieb ''Malta Repubblika'', li għadu kif ippubblika Dr Ugo Mifsud Bonnici, li sa ftit ilu kien President ta' Malta, li fih jagħti r-rakkont proprju ta' dak li ġara fi żmien meta l-gvern u l-oppożizzjoni ngħaqdu flimkien biex isolvu xi ħaġa diffiċli, ċioe' meta wieħed jiġi biex ibiddel jew jemenda l- Kostituzzjoni ta' Malta.", "Hawnhekk kellna l-eżempju ta' meta l-gvern Laburista ġab miegħu l-maġġoranza kbira ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista biex Malta ssir repubblika.", "Kienet ħaġa sabiħa u ħaġa li ħalliet il-frott tagħha.", "Naturalment ma nistax ma nsemmix dak id-diskors li kien għamel Sir Filippo Sciberras fit-23 ta' Novembru, 1918 meta għamel appell qawwi lill- Maltin biex jinsew id-differenzi ta' bejniethom u jingħaqdu flimkien biex jiksbu għamla ta' gvern li tkun taqbel ma' l-aspirazzjonijiet tagħhom.", "Aħna m'aħniex qed nitolbu li ssir għamla ta' gvern, għax illum għandna gvern demokratiku imma llum l-ġurnata għandna appell ieħor.", "Irridu ningħaqdu fl- iktar affarijiet bażiċi li għandu bżonn dan il-pajjiż, u hawnhekk qed nirriferi għal issues bħal dik tal-privatisation, tar-ristrutturazzjoni ta' l-industriji, il-problema tal-pensjonijiet li se niffaċċjaw iktar tard, il- ġlieda li għandha ssir bl-iktar qawwa kontra d-droga u fuq kollox l-issue ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, la qed insemmi l-Unjoni Ewropea nixtieq ngħid li jien kont qed naqra advert dwar il-Bulgarija, li huwa pajjiż li bħal Malta qed jistenna biex jissieħeb ma' l-Unjoni, u hawn jingħad li minn mindu tħabbar li l-Bulgarija se tkun membru ta' l-Unjoni, fil-pajjiż \"foreign investment is set to reach $US1 billion this year.\"", "Jiena ngħid li rridu naraw il- progress ta' pajjiżi oħra u rridu naraw ukoll jekk nistgħux insibu consensus dwar din l-issue ta' l-Unjoni.", "Ma jistax ikun li pajjiżna jibqa' iżolat.", "Irridu niftehmu, nitkellmu u naraw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi u niddiskutuhom flimkien.", "Dan huwa l-appell li rrid nagħmel għall-millennju l- ġdid.", "Dan huwa r-rigal li rridu nagħtu lil uliedna għas-sena 2000, Mr Speaker.", "Biex nerġa' nsemmi l-Bulgarija, ta' min jgħid li f'dan ir-rapport jingħad ukoll li \"nearly 2000 privatisation deals had been finalised by mid- 1999.\"", "Intqal ukoll li l-gvern se jdaħħal $750 miljun mill-privatisation.", "Ftit tas-snin ilu dan il-pajjiż kien jemmen f'poter wieħed, fil-poter komunista, imma issa hemm il-partit soċjalista fil-gvern u hawn qed jgħidu li qed iseħħu dawn l-affarijiet pożittivi proprju minħabba li l-Bulgarija applikat biex issir membru.", "Jien nissuġġerixxi lill-membri tal-Kamra, b'mod partikolari lill-membri ta' l-oppożizzjoni, biex jaraw l-aspirazzjonijiet ta' pajjiżi oħra kif intlaħqu bi sħubija fl-Unjoni.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li għalkemm l-Onor.", "Joseph Cuschieri jista' jissemma bħala l-aktar deputat li qatt għamel mistoqsijiet, nistgħu ngħidu li l-Onor.", "Membru jiddistingwi ruħu għal ċerti mistoqsijiet li huma klassiċi.", "Per eżempju, f'waħda minnhom l-Onor.", "Membru staqsa kemm huma d- daqs tal-ġrieden li nqabdu mir-rodent control.", "(Interruzzjonijiet Naturalment domandi ta' ċerta serjeta' għamel ukoll, bħal dawk dwar l- impjiegi, u mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru 8231 irriżulta li minn 9,310 nies qegħda - vera żdiedu l-unemployed - sabu mpjieg 164 u waqfu jirreġistraw 975.", "Dan ifisser li għalkemm żdied l-unemployment pero' żdiedu wkoll il-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Mr Speaker, hemm diversi affarijiet oħra li wieħed jista' jsemmi.", "Per eżempju, għandna programm estensiv ħafna dwar l-ambjent u għandna diversi proġetti maġġuri li deħlin għalihom fis-seklu l-ġdid.", "Għandna l- isfida għat-toroq li matul dawn il-ħames snin li ġejjin iridu jkunu ta' standard verament tajjeb; għandna l-iżvilupp turistiku li jrid iqajjem l- ekonomija ta' pajjiżna; għandna x-xogħol u l-ħidma tal-pulizija biex tiġġieled il-kriminalita' u d-drogi; u għandna wkoll l-isfida tat- trasferiment tal-poter mingħand il-gvern għall-kunsilli lokali.", "Dawn huma kollha affarijiet li wieħed jista' jfittixhom u jsibhom ma' l-agenda li aħna l-membri parlamentari qegħdin nipprogrammaw għas-sena li ġejja u għall- introduzzjoni tas-seklu l-ġdid.", "Jien nittama, Mr Speaker, li l-ħidma se tkun tal-Maltin kollha, tagħna lkoll, tad-deputati kollha hawnhekk.", "Irridu ninsew id-differenzi ta' bejnietna u rridu naħdmu biex insibu dak li jista' jgħaqqadna.", "Jekk nagħmlu dan igawdi biss pajjiżna u uliedna.", "Aħna għalihom qegħdin naħdmu, u rridu nippreparawlhom it-triq bħalma missirijietna u d-deputati ta' qabilna preparaw it-triq proprju għal dak li aħna qegħdin illum.", "Jien m'għandix x'ngħid iktar ħlief li nixtieq nagħti l-festi t-tajba lill-Maltin u l-Għawdxin kollha, lilek Mr Speaker, lid-deputati kollha ta' dan il-parlament, u lill-istaff kollu ta' l-għajnuna u l-koperazzjoni sħiħa li aħna nsibu mingħandhom matul il-ġranet kollha tas-sena, speċjalment matul il-ġranet li jiltaqa' dan il-parlament.", "Nawgura mill-ġdid li naħdmu lkoll flimkien għall-ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi tad-diskors u nirreċiproka l-awguri f'isem l-istaff tal-parlament ukoll.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Mr Speaker, jien wieħed mill-iktar nies li ili hawnhekk f'dan il-parlament u dan huwa l-ħmistax-il budget li qiegħed nassisti għalih u nipparteċipa fih.", "Irrid ngħid li rajt diversi budgets li kienu ta' kwalita' differenti, fejn anke l-atmosfera kienet tkun differenti.", "Per eżempju, ġieli kellna budgets jaħarqu u mimlija nkwiet pero' llum il-poplu jismagħna ġo daru bil-kwiet.", "Kellna budgets preżentati qabel l-elezzjoni, fejn kulħadd kien jieħu biċċa kejk akbar minn tas-soltu, imma kellna wkoll budgets ta' ċerta awsterita' - partikolarment fi żmenijiet ta' amministrazzjoni soċjalista - li kienu jweġġgħu lil kulħadd, speċjalment liż-żgħir.", "Kellna budgets fejn rajna żiedet fit-taxxi imma kellna wkoll budget Nazzjonalista li neħħa t-taxxa minn fuq il-minimum wage- earner.", "Kellna wkoll il-budget tal-qawsalla li suppost kellu jġib il- bnazzi wara l-maltemp imma minflok spiċċajna b'tempesta akbar!", "Kellna wkoll budgets oħrajn li neħħew is-sussidju mhux minn fuq it-dqiq biss imma anke' minn fuq l-għaġin, minn fuq iz-zokkor, fuq il-ħalib tal- bott u fuq iż-żejt, li huma l-ingredjenti li l-iktar juża l-fqir biex jagħmel l-ikla tiegħu, u kellna wkoll budgets fejn anke l-prezz tal-ħalib u tal-ħobz kien għola m'għola s-smewwiet.", "Dakinhar dawn it-tip ta' budgets ħadd ma sejħilhom anti-soċjali!", "Issa għax din id-darba se nneħħu s- sussidju fuq it-dqiq għall-furnara qamu l-irwiefen kollha u ġejna akkużati li għamilna budget anti-soċjali għax għamilna hekk.", "U dawn l-irwiefen qamu allavolja s-sena d-dieħla l-poplu se jieħu Lm10 kull ras u wara jkun hemm l- adjustments skond l-għoli tal-ħajja.", "Wieħed ta' min isemmi li l-Maltin illum mhux bil-ħobż biss jgħixu.", "Illum il-lunch li jieħdu t-tfal l-iskola u l-ħaddiema x-xogħol ma jikkonsistix fil-kisra tal-ħobż tal-Malti, kif kont nieħu jien meta kont żgħir, imma jikkonsisti f'fancy bread maħdum bid-dqiq tas-sussidju u mibjugħ b'mod abbużiv bi prezz għoli.", "Mr. Speaker, rajna wkoll budgets fejn kellna żidiet fenomenali fil-prezz tal-pitrolju u tad-diesel, sorsi ta' enerġija li jgawdi minnhom iż-żgħir.", "F'dawn il-budgets anke l-industriji Maltin kellhom ibatu din iż-żieda u ta' min jgħid li dawn saru minn amministrazzjonijiet soċjalisti.", "Gvern Nazzjonalista fil-budget mhux talli ma għolliex il-prezz tal-pitrolju, talli ra li l-15% li mpona bħala VAT fuq il-petrol u diesel ma tkunx tapplika għall-industriji u għalhekk il-produzzjoni m'hijiex se tonqos.", "Rajna diversi budgets fejn il-prezz tal-petrol kemm-il darba għola - u għola iktar minn hekk - pero' dak iż-żmien ħadd ma qal li din kienet miżura anti-soċjali.", "Issa saret anti-soċjali u tweġġa' lill-fqir.", "Mr Speaker, rajna wkoll budgets li ffriżaw il-pagi u l-pensjonijiet għal snin twal bl-iskuża li se torħos il-ħajja.", "X'raħset il-ħajja?", "Raħset sabiħ il-ħajja!", "Huwa veru li kienu jipprovaw jagħmlu budgets biex iraħħsuha - għax konna nisimgħu b'roħs ta' ċenteżmi fuq it-tonn taż-żejt u fuq il-kavalli fiż-żalza - imma l-ħajja għolja kienet u għolja baqgħet.", "Iva, din il-kwalita' ta' budgets kien ikollna iżda mill-budgets kollha li assistejt għalihom forsi l-uniċi tnejn li qajmu kritika rigward it-trawma soċjali kienu l-budget tal-Malta Labour Party ta' l-1997, li kien deskritt bħala wieħed bla kuxjenza soċjali, u anke l-budget ta' dan il-gvern, li qed jiġi deskritt bħala budget anti-soċjali.", "Naturalment dawn il-laqmijiet oriġinaw fil-partiti opposti u allura forsi ta' min wieħed jagħmel ftit paraguni biex jara jekk dawn iż-żewġ budgets tistax tpoġġihom fl-istess keffa.", "Nibda biex ngħid li filwaqt li dan l-aħħar budget huwa veru budget ta' awsterita' u li se jweġġa', fl-istess ħin huwa budget serju ppreżentat professjonalment u b'sens ċar ta' direzzjoni.", "Dan huwa budget li fassal il- miżuri u l-mezzi biex il-pajjiż ikompli miexi 'l quddiem u budget li huwa mpenjat biex inaqqas id-deficit għall-ġid tal-poplu Malti.", "Wara kollox dan huwa budget li jkompli mal-budget tas-sena l-oħra.", "Dan mhux xi budget ta' kafkaf imma huwa budget maħsub u studjat tajjeb u huwa għalhekk li l- ministru tal-finanzi qal li dan m'huwiex budget open for discussion.", "Dan il- budget jikkontrasta bil-kbir mal-budget li kien ġie ppreżentat mill-MLP fl- 1997.", "Dak ta' l-1997 ukoll kien wieħed ta' awsterita' imma d-differenza hi li kontra l-budget li għandna quddiemna llum, dak ta' l-1997 kien wieħed li sar bil-calculator mingħajr ma ġie kkonsidrat l-aspett uman u l-aspett soċjali.", "Dak kien budget li laqat lil kulħadd l-istess u li weġġa' l-iżjed liż-żgħir.", "Kif qalulu, dak kien gvern li kien tilef il-boxxla soċjali u li l-budget tiegħu wassal għal elezzjoni bikrija li warrbitu mill-poter wara biss 22 xahar.", "Mr Speaker, dan mhux se jiġri lilna.", "Il-budget preżentat mill-MLP fl-1997 kien nieqes sew mill-ideat u ma kienx preżentat professjonalment; kien budget ngħidlu jien dilettantesk, riżultat ta' ineffiċjenza grassa.", "B'dan li qed ngħid ma rridx nitfa' xi dell ikrah fuq il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien, għalkemm ladarba ppreżentah hu allura jrid jerfa' r-responsabbilta' tiegħu kemm hu kif ukoll il-kabinett ta' dak iż-żmien.", "F'dan il-budget mill-ewwel kien jidher li bilfors riedu jsiru mhux biss irtokki u spustjar imma aġġustamenti kbar.", "Per eżempju, l-għada stess tal-budget ħarġet dikjarazzjoni fuq il-mezzi tax-xandir li dak li kien hemm miktub fil-budget, li kienet se terġa' tidħol id-dikjarazzjoni ta' l-assi kapitali, kien ġie rtirat.", "Ta' min ifakkar hawnhekk li l-gvern Nazzjonalista kien neħħa l-bżonn tad- dikjarazzjoni ta' l-assi kapitali u bis-saħħa t'hekk flus li kienu moħbija jew li kienu qegħdin deposited f'banek barra minn Malta u investiti klandestinament reġgħu ġew lura Malta u sabu ruħhom f'banek Maltin.", "Dawn kienu qed iħallsu final withholding tax ta' 15% fuq it-taxxi.", "Iva, possibbli meta kienu lestew dan il-budget ħadd ma nduna bil-ħsara kbira li kienet se ssir?", "Skond għajdut li kien hawn u skond sorsi ta' min jorbot fuqhom dan il-pass wassal biex ħafna flus ġew irtirati f'inqas minn 24 siegħa mill-banek.", "Dan kien pass li ttieħed b'nuqqas ta' ħsieb u riflessjoni, pass li sewa lil pajjiżna mhux biss miljuni li reġgħu marru lura iżda wassal għal telf ta' kredibilita'.", "Mr. Speaker, ħaġa oħra ta' nuqqas ta' ppjanar kienet il-famuża taxxa ta' 50c fuq kull mediċina.", "(Interruzzjonijiet) Jgħidu x'jgħidu, skond il-budget preżentat dak iż-żmien, il-50c kellha tkun fuq kull mediċina u l-ammont previst li jdaħħlu fuq hekk kien ibbażat.", "Hekk kien ħadem il-calculator tal- gvern Laburista.", "Dan ma tax kas li kien se jaffettwa l-iktar lill-batut, lill-fqir, lir-romol, lill-pensjonanti u lil dawk li ma jifilħux.", "Kien veru każ ta' miżura ta' bla kuxjenza soċjali.", "Miżuri oħra ta' bla kuxjenza soċjali kienu proprju ż-żidiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l- introduzzjoni ta' Lm24 fuq kull dar fuq id-drenaġġ u Lm24 fuq il-meter ta' l-ilma.", "Gvern Soċjalista ma ddistingwiex jekk hux se jolqot liż-żgħir imma għadda bħal bulldozer fuq kulħadd.", "Wara ftit dawn irrealizzaw li din kienet miżura bażwija għaliex fil-budget stess insibu miktub li r-rati setgħu jiġu reviewed wara li tibda titħaddem is-sistema.", "Dik serjeta', mhux ta' b'xejn li kienu waqfu jintbagħtu ħesrem il-kontijiet fid-djar!", "Hawnhekk ta' min isemmi ukoll l-ingann ta' l-Onor.", "Alfred Sant li qabel l- elezzjoni ta' l-1996 kien kiteb lill-pensjonanti u fost affarijiet oħra wegħedhom li jraħħsilhom il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Mhux talli m'għamilx hekk, talli tela' u għollihom!", "Ingann kbir ieħor li kien wettaq l-Onor.", "Alfred Sant kien li għall- elezzjoni ta' l-1998, f'attentat iddisprat biex iġib xi ftit mill-voti li kien qed jitlef kuljum, kien qal li qiegħed f'pożizzjoni li jista' jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għaliex il-prezz taż-żejt kien roħos.", "Imma l-verita' hi li l-Onor.", "Sant kien qed jidħak bil-poplu Malti bil-goff.", "Veru li ż-żejt kien roħos imma mhux għall-Maltin; u ma roħosx għall-Maltin għax il-gvern Laburista kien intrabat b'hedging agreement li jħallas prezz fiss.", "Ovvjament meta kompla jorħos iż-żejt, xorta waħda aħna bqajna nħallsu prezz għoli u din il-ħaġa kienet qed tirriżulta f'telf ta' miljuni kbar lill-Enemalta.", "Dan huwa l-ingann ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Mr Speaker, mill-banda l-oħra gvern Nazzjonalista qagħad attent li kull miżura li jagħmel tkun tolqot lil dak li jkun skond kemm jiflaħ.", "Sew jekk hu ħlas tat- taxxa u sew jekk hu ħlas tal-bolla, dak li jaqla' l-anqas jew ma jħallas xejn extra jew iħallas anqas.", "Għaldaqstant, meta wieħed jara dan kollu wieħed ma jistax jittimbra dan il-budget bħala budget anti-soċjali.", "Mr Speaker, qabel ma nasal biex nagħlaq ma jistax ikun li ma nsemmix fatt storiku li wara kollox kulħadd kien qed jistenna.", "Bħal-lum ġimgħa f'Helsinki nfetħet it-triq għal Malta sabiex nibdew in-negozjati għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Hawn ta' min wieħed jirrifletti li kien proprju l-budget tal-MLP ta' l-1997 li witta t-triq għall-kraxx fenomenali tal-gvern Laburista, u allura għar-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni.", "Kieku ma ġarax li ġara kieku Malta llum tinsab isolata kompletament għax l-Unjoni issa saħansitra aċċettat anke lit- Turkija bħala kandidat.", "Kieku ma ġarax dak li ġara llum konna nkunu tikka żgħira f'nofs il-Mediterran ngħixu fiż-żmien ta' l-imgħoddi, fil-ħolm u ndaħħku bina lil kulħadd għax ngħidu li rridu nagħmlu minn Malta Svizzera fil-Mediterran.", "Il-MLP jippretendi li hu biss jaf x'inhuma l-bżonnijiet tal- Maltin.", "Għandu jkun dawn jaħsbu li la l-Partit Nazzjonalista, la l-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa, la l-partiti soċjalisti sħabhom ta' l-Ewropa u lanqas il-maġġoranza tal-poplu Malti - li għal 18-il sena sħaħ, ħlief għal perijodu żgħir ta' sentejn, ivvotat biex Malta tidħol fl-Ewropa - ma jafu x'inhu tajjeb għal Malta.", "Huma biss jafu!", "M'għandix ħin biżżejjed biex nispjega l-bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed biex Malta tieħu dak li ħaqqha meta ssir membru fl-Ewropa.", "Dan diġà għamlu l-Prim Ministru - u anke wħud minn sħabi - iżda rrid nuri l-preokkupazzjoni tiegħi dwar dak li ntqal mill-Malta Labour Party rigward ir-referendum.", "Irrid ngħid li jiena u ġej rajt xi poster tal-gazzetta \"Il-Ġens\" u stajt nifhem li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien qed jipprova jispjega ruħu aħjar, pero' nista' ngħid li l- gazzetta ma kellix ċans naqraha.", "Imma min jgħid li ma joqgħodx għar- riżultat tar-referendum - u dan qaluh kemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kemm il-Viċi Kap - ifisser li ma jagħtix kas tar-rieda tal-poplu.", "Sur President, din hija theddida serja għad-demokrazija.", "Nagħmluha ċara u nwissu illi l-poplu m'huwiex lest li jċedi pulzier għat- tnaqqis tad-demokrazija.", "Niftakru fl-imgħoddi meta amministrazzjonijiet Laburisti waqqfu milli taħdem il-Qorti Kostituzzjonali għal żmien twil.", "Niftakru meta ħaddiema għax kienu qed jipparteċipaw fi strikes jew affarijiet oħra bħal dawn ġew imsawta, ġew sospiżi mix-xogħol u anke kien hemm min kellu jitlaq mix-xogħol.", "Niftakru anke fil-kwestjoni tat-tobba meta għaddiet liġi b'urġenza u dawn ġew eżiljati minn pajjiżna.", "Kienet proprju f'din il-klima li l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista għoxrin sena ilu - u jien kburi li kont nifforma parti minn dak l-eżekuttiv - kien iddeċieda li malli nkunu fil-gvern napplikaw biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dan ridna nagħmluh biex id-demokrazija tibqa' salvagwardata.", "Mhux lest il- poplu Malti jaċċetta theddida għad-demokrazija.", "Inwissu lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni u lil sħabu biex joqogħdu attenti, ferm u ferm attenti kif jesprimu ruħhom f'dan ir-rigward, għaliex qed jaqgħu għar-redikolu u jħammġuna mal-pajjiżi mhux biss ta' l-Ewropa imma anke tad-dinja.", "Diżgrazzjatament qed juru li parti mill-Maltin ma fehmux xi tfisser demokrazija pluralistika.", "Sur President, xtaqt ngħid affarijiet oħra imma l-ħin ma jippermettilix.", "Nirringrazzjak talli smajtni u nagħti l-festi t-tajba lil kulħadd.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Sur President, il-ministru tal-finanzi fit-22 ta' Novembru ppreżenta d-diskors tal-budget għas-sena 2000 f'dan il-parlament.", "Hekk kif il-ministru temm id-diskors tiegħu konna diġà bdejna nisimgħu t- titli u l-kummenti fuq il-kontenut ta' dak id-diskors.", "Fost l-ewwel titli li smajna kienu proprju dawk tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, Dr. Alfred Sant, fejn stqarr li l-budget kien wieħed tal-biki, wieħed ta' ingann tal-figuri u budget mingħajr kuxjenza soċjali.", "Naturalment wara smajna ħafna aktar kummenti, kemm matul il-ġranet meta dan il-parlament iddiskuta kull ministeru kif ukoll fuq il-mezzi tax-xandir u fuq il-gazzetti.", "Ħaġa li tolqtok hija li meta tisma' dawn il-kummenti, sfortunatament tinduna kemm il-bniedem jinsa jew forsi wieħed jista' jgħid kemm hawn nies li jdawru d- diskors biex iġiegħlu lin-nies jinsew minn xiex ikunu għaddew.", "Għalhekk illum nixtieq infakkar lill-poplu Malti u Għawdxi l-miżuri li kienu tħabbru fiż-żewġ budgets li saru meta l-Onor.", "Alfred Sant kien Prim Ministru ta' Malta.", "Nibda bil-miżuri tal-budget ta' l-1997, fejn kienet iddaħħlet levy ta' Lm4 fuq kull biljett ta' l-ajru, żieda ta' 10% fil-prezz ta' l-ispirti, żieda ta' 10c fuq pakkett tas-sigaretti, żieda fil-prezz tal-petrol minn 26c4m għal 30c, żieda fil-prezz tad-diesel minn 16c5m għal 17c5m, żieda fil- ħlas għar-reġistrazzjoni fuq karozzi privati importati, żieda fil-liċenzja annwali tal-karozzi privati u vetturi kummerċjali, żieda fir-rata ta' reġistrazzjoni ta' pleasure crafts u l-liċenzji annwali, żieda fil-prezz tal-pitrolju minn 7c8m għal 10c-il litru u żieda fil-pustaġġ lokali b'1c u dak għal barra b'2c.", "Niftakru li l-gvern kien ta kumpens ta' Lm1.50c fil- ġimgħa u 25c fil-ġimgħa b'effett mill-1 ta' April, 1997.", "Minkejja dawn il- miżuri dik is-sena spiċċajna bi żbilanċ ta' Lm127 miljun.", "Fil-budget ta' l-1998 kienu tħabbru dawn il-miżuri: żieda fir-rata għall- konsum ta' l-elettriku u ta' ilma tax-xorb, żieda fiċ-ċilindri tal-liquid petroleum gas, tariffa ġdida għas-servizzi tad-drenaġġ, taxxa ta' 50c ma' kull riċetta medika li fuqha jinħarġu l-mediċinali b'xejn, żieda fil- liċenzji, miżati u ħlasijiet oħra li l-gvern jiġbor għal permessi jew servizzi oħra li jagħti, żieda fil-liċenzji tat-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur, żieda fit-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vetturi bil- mutur, żieda fil-boll fuq ħruġ u tiġdid tal-polza ta' assigurazzjoni, levy fuq it-tiġdid ta' credit cards bankarji, żieda fil-prezz tal-pitrolju minn 10c-il litru għal 17c5m, żieda ta' 13% fuq l-ispirti, żieda fuq is- sigaretti u żieda ta' 5c kull litru fuq l-inbejjed kollha.", "Ma rridux ninsew ukoll li dik is-sena saret ir-reviżjoni tas-sistemi ta' l-istipendji lill-istudenti universitarji.", "Nafu wkoll li f'dak il-budget kienet tħabbret żieda ta' Lm1.50 fil-ġimgħa, madanakollu miknkejja dawn il-miżuri dik is-sena wkoll erġajna spiċċajna bi żbilanċ ta' Lm150 miljun.", "Irridu niftakru li l-kumpens li jingħata fil-budget jikkonsisti f'żieda fil-paga biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja tas-sena ta' qabel.", "Allura kif wara dan kollu llum qed nisimgħu lilll-oppożizzjoni tistqarr li t-tieni budget ta' din l-amministrazzjoni huwa wieħed tal-biki, budget ta' l-ingann tal-figuri u budget mingħajr kuxjenza soċjali?", "Ħalli nfakkarhom x'kien qalilhom il-Perit Mintoff fis-seduta tas-17 ta' Novembru, 1997 wara li l-Onor.", "Alfred Sant kien temm id-diskors tiegħu fuq il-budget, u nikkwota:", "\"Jiena smajt b'attenzjoni immensa dak li qal il-Prim Ministru.", "Hu qal li dan il-budget hu iebes u qal ukoll li b'dan il-budget se nibdew infejqu s-sitwazzjoni li hawn fil-pajjiż.", "Jien diġà għedt li dan hu iebes maż-żgħir u fejn stajna nkunu aktar ebsin - u semmejt jien is- setturi - m'għamilna xejn.", "Jien m'iniex inħoss li qed ikun iebes għax hemm bżonn imma qed ikun iebes maż-żgħir u ma ta l-ebda assigurazzjoni li b'hekk se nirranġaw l-affarijiet, anzi kompla għaxxaqha għax qal li issa naraw kif intaffuhom.", "Allaħares nibdew b'dawn l-affarijiet minn issa għax ara x'se nagħmlu għall-pensjonijiet 'il quddiem!", "Madam Speaker, b'dawn il-miżuri li qed nieħdu, se naslu biex inneħħu d-deficit li qal li se jagħmel f'sentejn, jew se nurtaw liż-żgħir biss u ma naslu mkien?", "Jiena naħseb li m'aħniex se naslu u għalhekk ridt nitkellem qabel il-Prim Ministru biex naraw kemm qed niffaċċjaw il-problema bis-serjetà.", "Għal din ir-raġuni jien se nastjeni mill-vot tiegħi bit-tama li dan il-gvern b'xi mod ibiddel ir-rotta u jirranġa s-sitwazzjoni li daħal fiha u ma jkomplix jimpika fil-vojt.", "Jagħmel hekk bilfors għax bħalissa din hi s-sistema li għandna - anke miegħi impika għax ma riedx li jien nitkellem u n-nofs siegħa li kelli, li seta' tani, tilifha xorta u ma kellux għalfejn ma jħallinix nitkellem qabel - imbagħad minn fuq qed jgħid li jien irrid inkisser il-partit.", "Jien ma rridx inkisser il-partit, anzi rrid insalvah, għax il-partit irid jibqa' jaħseb fiż-żgħir l-ewwel.", "Dan hu t-twemmin tal-partit, li jaħseb l-ewwel fiż-żgħir u mhux jgħakkes liż-żgħir biex ma jgħakkisx il-klassijiet l-oħrajn, kif qed isir illum.", "Dan hu ħażin u jiena ma rridx inkun kompliċi miegħu.", "Lanqas irrid inkun kompliċi biex intella' lil ħaddieħor fil-gvern jekk ma nkunx qed naqbel miegħu.\"", "Mr Speaker, il-Perit Mintoff kellu raġun għax Dr. Alfred Sant ma wassal lil dan il-pajjiż imkien.", "Ma kienx kapaċi jbiddel ir-rotta, għafas liż-żgħir u l-pajjiż spiċċa s-sena 1997 bi żbilanċ ta' Lm127 miljun u s-sena 1998 bi żbilanċ ta' Lm150 miljun.", "Ma rridux ninsew li taħt l-amministrazzjoni Laburista, kemm minħabba l- iskuża ta' tassazzjoni fl-1997 li minflok il-VAT daħħlu s-CET, u kemm fl- 1998 minħabba ż-żidiet fir-rati tad-dawl, ilma u drenaġġ, ma ġie ffirmat l- ebda ftehim kollettiv mal-unions.", "U allura kemm il-ħaddiema tal-gvern, kemm dawk fl-azjendi parastatali, kemm dawk fil-kumpanniji li l-gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma, ma gawdew mill-ebda żidiet u Alla jbierek lanqas ħoss ta' unions ma kien hemm!", "Kien proprju f'dawn l-aħħar xhur taħt din l-amministrazzjoni li erġajna bdejna naraw lill-ħaddiema jgawdu żidiet fil-pagi permezz ta' ftehim kollettiv li ġew iffirmati matul dawn l-aħħar xhur, allura l-ħaddiema sejrin igawdu mhux biss miż-żidiet li ħabbar il- ministru fid-diskors tiegħu nhar it-22 ta' Novembru, imma wkoll miż-żidiet li l-unions irnexxielhom jinnegozjaw permezz ta' dan il-ftehim kollettiv.", "Qegħdin naraw li minn Jannar 2000 dawk il-ħaddiema taċ-ċivil, dawk tat- tarzna, dawk ta' l-Enemalta, dawk fl-universita', dawk fil-freeport, dawk fis-Sea Malta, fil-middle sea, fil-water services corporation, fil-MIMCOL, fil-planning authority, fil-Gozo Channel u fil-PBS fost oħrajn, sejrin igawdu minn żidiet u kondizzjonijiet aħjar, fejn taħt l-amministrazzjoni ta' l-Onor.", "Alfred Sant dawn kienu miċħuda lilhom.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Ħalli ninformak li l-Gozo Channel u l-posta, dawk li kelli taħti, kollha kienu ffirmaw collective agreement.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa ħalli ngħidlek jien għax inti ma tafx, mhux billi toqgħod taqra!", "Dawn kollha ħadu żidiet taħti.", "(Interruzzjonijiet) Tal-Gozo Channel kienu ilhom ma jieħdu żidiet tliet snin u rranġajtilhom.", "Mhux talli rranġajtilhom lill-ħaddiema tal-Gozo Channel talli kien hemm 27 ħaddiem li bis-saħħa tal-GWU lil dawn għamilniehom tal-post.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nkellmek jien issa, mela li tgħid inti biss!", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Ma ninsewx li f'ċerti agreements il-gvern preżenti kellu joħroġ il-flus biex jagħmel tajjeb għall-arretrati.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa ż-żejjed!", "(Interruzzjonijiet) Ma ninsewx ukoll li f'dawn il-collective agreements li l-gvern preżenti ffirma kellu joħroġ il-flus biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet li l-gvern ta' Alfred Sant fis-snin 1997/98 ma ffirmax.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk!", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Il-gvern Laburista kien tahom iż-żidiet imma flus f'dawn il-kumpanniji ma kienx hemm għax il-posta kellha Lm2 miljun dejn u l-Gozo Channel kienet f'qagħda agħar.", "Lill-public transport authority mhux talli tajnihom iż-żidiet talli ħallasna Lm600,000 oħra f'bolla, insurance u spejjeż oħra li kien għadhom pendenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Sur President, kif kien qallu dakinhar il-Perit Mintoff, jien ngħid li hekk għandu jagħmel il-gvern preżenti fil-konfront ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "\"Hemm bżonn li Dr. Alfred Sant ibiddel ir-rotta u ma jkomplix jimpika imma jirranġa s-sitwazzjoni li daħal fiha.\",", "u dan qed ngħidu għar-rigward tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Il- ġimgħa l-oħra smajna f'Ħelsinki li flimkien ma' Malta hemm 12-il pajjiż ieħor li qed jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex kmieni kemm jista' jkun jingħaqdu ma' dawk il-15-il pajjiż li diġà jifformaw parti mill-Unjoni.", "Sur President, jaqbdek il-biki meta tisma' l-kummenti tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni meta l-ġurnalisti jistaqsuh dwar l-iżolament tiegħu fuq l- Ewropa, meta tisma' l-paragun li jġib, li anke l-Ingilterra huma iżolati għax għandhom il-problema fuq iċ-ċanga ma' Franza.", "Ma jafx Dr Sant li dawn huma problemi li jsolvu ruħhom madwar mejda, kif l-Italja solvew il- problemi li kellhom ftit xhur ilu fuq il-ħalib!", "Il-problema li għandek huwa li sejjer iċċaħħad lill-poplu Malti u Għawdxi u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin li jkunu jifformaw parti minn dik l-Ewropa fejn id-drittijiet taċ- ċittadin huma mnaqqxin fil-liġi.", "Ippermettili ngħid din il-frażi bl- Ingliż:", "\"The aim is to create a people's Europe where life, liberty and the pursuit of happiness is not bogged down in a mass of petty fogging red tape.\"", "Din hi l-Ewropa li rridu lil Malta tagħna tifforma parti minnha.", "L-Ewropa m'hijiex qiegħda hemm biex tneħħi l-identita' ta' xi pajjiż, kif l-Onor.", "Sant qed jippriedka, u dan jixhduh dawk il-pajjiżi li ilhom jifformaw parti mill-Ewropa għal dawn l-aħħar 42 sena, fejn għadhom jgħożżu l-istorja tagħhom, fejn għadhom jgħożżu l-lingwa tagħhom u fejn għadhom jgħożżu d- drawwiet tagħhom.", "Sur President, f'dan l-intervent tiegħi llejla nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-settur turistiku.", "Nibda biex ngħid li ġaladarba issa se nibdew fit-triq finali għas-sħubija fl-Ewropa u kif il-gvern preżenti għandu l-ħsieb li jneħħi ħafna monopolji, nixtieq nara wkoll li l-monopolju li għandha l-Air Malta fir-rigward tat- turist Malti, jitneħħa kemm jista' jkun malajr.", "Li qed ngħid, fost affarijiet oħra, huwa li bħalissa ebda Malti ma jista' jixtri jew jagħmel użu minn titjiriet charter.", "Dan ifisser li t-turist Malti qed ikollu jħallas prezzijiet ferm aktar għoljin biex isiefer għax bilfors li jrid juża biss titjiriet scheduled u kieku ma kenux għall-foreign carriers li joffru prezzijiet kompetittivi, kieku l-prezzijiet ta' l-Air Malta huma ferm aktar għoljin, apparti t-taxxi għoljin li wieħed irid iħallas.", "Niftakru li bid-deregulation rajna l-pożizzjoni privileġġata tal-linji nazzjonali ta' l-ajru jiġu f'kompetizzjoni mal-kumpanniji ta' l-ajru l- oħrajn.", "Niftakru li bid-deregulation ma tiggwadanjax biss l-industrija imma jgawdi wkoll il-konsumatur fejn għandu aktar għażla bi prezzijiet aktar baxxi.", "Sur President, rajna fil-budget li l-ministru rdoppja l- kwota għal kull vjaġġ li jsir mill-Maltin minn Lm2,500 għal Lm5,000.", "Dan huwa pass tajjeb imma ġaladarba wasalna għal din il-liberalizzazzjoni f'dan is-settur, kont nistenna t-tneħħija tal-burokrazija li hemm u nittama li fi żmien qasir jitneħħa dak il-bżonn li wieħed irid juri l-biljett ta' l- ajru kull meta jmur isarraf il-flus.", "Ngħaddi issa għall-wiċċ l-ieħor tal- munita tas-settur turistiku, l-incoming, jiġifieri dawk is-servizzi li nagħtu lil kull frustier li jiġi fostna, li għall-ekonomija tagħna huwa ferm importanti.", "Sur President, il-qasam turistiku m'huwiex settur faċli daqskemm wieħed jaħseb li hu.", "Is-settur turistiku tista' tikkomparah max-xogħol ta' ħajjat, fejn il-ħajjat ikollu ħafna biċċiet ta' drapp u jrid jgħaqqadhom flimkien, u jekk jagħmel żball imqar fil-keffa l-klijent ma jkunx sodisfatt.", "Dan jiġri wkoll fil-qasam turistiku.", "Għandek ħafna servizzi li trid tgħaqqadhom flimkien u jekk wieħed imurlek ħażin kun żgur li għandek l- inkwiet, mhux biss bejn dak li joffri dak it-tip ta' servizz lit-turist u l- operatur imma inkwiet għax it-turist ma jimpurtahx min offra dak is-servizz iżda jirraġuna li ladarba għażel lil Malta bħala destinazzjoni u l-btala tiegħu lejn Malta kienet ta' inkonvenjenza għalih, kun żgur li dawn lejn Malta mhux sejrin nerġgħu narawhom.", "Jien nemmen li hu dmir mhux biss tal- ministeru biss imma wkoll ta' l-MTA li jieħdu l-passi kollha kontra kulmin, anke jekk inhuwa operatur barrani kbir jew żgħir, li jagħti image ħażin lil Malta u lil Għawdex.", "Hemm bżonn li nieħdu dan l-atteġġjament jekk verament irridu li dan is-settur jimxi 'l quddiem fuq pedament sod.", "Ma nistgħux niġu f'dan il-parlament u meta għandna riżultati tajbin noqogħdu nifirħu u meta l-figuri ma tantx jidhru sbieħ noqogħdu ngħajru lil xulxin.", "U biex wieħed ikun jaf dawn l-affarijiet irid jitkellem direttament mal-klijent u la ma' dik l-association u lanqas ma' oħra.", "Kif qal l-Onor.", "Karmenu Vella, dawn qegħdin hemm biex jipproteġu l-interessi tagħhom u ta' ħadd aktar u jiġu għandek biex iħawduk.", "Sur President, għaliex qed ngħid dan?", "Hawn kwadru ċar li t-turiżmu mill- Ingilterra qed jonqos u bir-raġun li kemm il-ministru nnifsu kif ukoll dawk li jaħdmu f'dan is-settur qegħdin juru l-preokkupazzjoni tagħhom.", "Irrid ngħid li meta tfittex il-figuri tibqa' mbellaħ għax, kif għedt kemm-il darba, anke f'dan il-parlament, mhux il-figuri ta' kemm ġew turisti f'din il-gżira huwa importanti imma kemm inkunu kapaċi nattiraw mill-volum li jeżisti.", "Mill-figuri li sejjer nikkwota jidher ċar li dan ma seħħx.", "Jekk naraw li fl-1987 siefru 27.4 miljun Ingliż, li minnhom 23.7 miljuni żaru l- Ewropa u f'Malta kienu ġew 446,686.", "Jekk imbagħad tieħu l-figuri ta' l- 1997, jiġifieri ta' għaxar snin wara, tara li kien hemm 46 miljun Ingliż li siefru, li minnhom 37 miljun żaru l-Ewropa - jiġifieri f'temp ta' għaxar snin kien hemm żieda ta' 21.6 miljun Ingliż li siefru - u li kien hemm 13.4 miljun minnhom li żaru l-Ewropa.", "Dak li hu nkwetanti huwa li n-numru ta' Ingliżi li ġew Malta fl-1997 kien ta' 436,900.", "Jiġifieri minn żieda ta' 13.4 miljun mhux talli ma konniex kapaċi nieħdu mqarr persuna waħda imma minn din iż-żieda tlifna 10,000 ruħ!", "Għalhekk jekk tagħmel simple equation mill-figuri li semmejt jirriżulta li ċ-ċifra li suppost ilħaqna fl-1997 kellha tkun ta' madwar 700,000 turist Ingliż li f'termini finanzjarji jfisser dħul ta' aktar minn Lm55 miljun fis-sena.", "Sur President, ma rridux ninsew li dan is-suq igawdi minn sussidju li kull sena dan il-parlament jivvota għalih u għalhekk verament inħoss li għandna għaliex ninkwetaw.", "U hekk ukoll għandna nagħmlu għas-swieq l-oħra.", "Illum niftaħru li żdiedu t-turisti li ġew Malta din is-sena u Allaħares ma kienx hekk imma ma rridux ninsew li din is-sena kienet sena fejn gawdejna minħabba l-problemi li kellhom it-Turkija, kemm minħabba l-Kurdi u kemm minħabba t-terremoti, kif ukoll minħabba l-gwerra fil-Balkani.", "Dan irrifletta ruħu wkoll fil-qasam tal-cruises fejn qabel kumpanniji li fl- itinerarju tagħhom kellhom portijiet bħal Dubrovnic, dawn kellhom ukoll ibiddlu l-itinerarju tagħhom, u fortunatament għalina dawn għażlu lil Malta.", "Dan ma jfissirx li sejrin ikollna l-istess sitwazzjoni s-sena d- dieħla jew ta' wara.", "Għalhekk irridu noqogħdu ħafna attenti kif indoqqu t- trombi.", "Illum il-kompetizzjoni hija tremenda, it-turist jippretendi ħafna u nafu wkoll li persentaġġ kbir ta' turisti li jiġu Malta huma mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u nafu bid-drittijiet li jgawdi l-konsumatur.", "Għalhekk nemmen li għad hemm ħafna x'isir u r-riżultati għandhom ikunu ferm aħjar mill-passat, speċjalment illum-il ġurnata bl-introduzzjoni tal-euro, għax fejn qabel pajjiżi kompetitturi tagħna bħal Spanja, Portugal u l- Greċja kienu jiżvalutaw il-munita tagħhom biex jikkompetu, illum dan m'għadux possibbli grazzi għall-Unjoni Ewropea.", "Hemm litanija ta' affarijiet imma l-ħin ma jippermettilix.", "L-unika rimarka li rrid nagħmel hi li l-Ministru Dalli fid-diskors tiegħu kien qal hekk:", "\"Il-wirt kulturali tagħna huwa l-pedament għal futur sostenibbli f'din l-industrija f'pajjiżna u għalhekk jekk irridu li verament dan ikun possibbli, irridu nsibu mezz fejn it-turist ma jkunx imċaħħad milli jżur dan il-palazz meta dan il-parlament jiltaqa', speċjalment filgħodu.", "Jekk mhux possibbli fil-kmamar t'hawn fuq almenu jkollhom aċċess biex jidħlu fil-bitħa, fejn hemm l-istatwa ta' Nettuno kif ukoll l-armerija\".", "Għalhekk nagħmel appell lilek, Mr Speaker, biex flimkien maż-żewġ partiti f'dan il-parlament isibu mezz fejn dan ikun possibbli.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, m'hemmx dubju li f'dawn l-aħħar 30 sena x-xena politika Maltija kienet kompletament dominata miż- żewġ partiti li għadna naraw sal-lum il-ġurnata jirrappreżentaw lill-poplu Malti f'dan il-parlament.", "M'hemmx dubju wkoll li sforz ix-xogħol ta' dawn l-istess żewġ partiti u minkejja l-kritika li ssir mill-poplu tagħna u minn ċerti artikolisti fir-rigward tal-klassi politika Maltija, sar ġid kbir f'dan il-pajjiż.", "Dan minkejja l-fatt li aħna pajjiż żagħżugħ, pajjiż li għadna kif ħriġna minn sekli sħaħ ta' dominju kolonjali.", "Illum-il ġurnata qegħdin naraw li l-poplu tagħna, sforz ix-xogħol tal-ġenerazzjonijiet li għaddew ta' politiċi, igawdi livell ta' għejxien komparabbli ħafna ma' sħabu f'pajjiżi oħra li qabel konna nqisuhom bħala wisq aktar żviluppati minna.", "Sur President, inħoss li llum li wasalna fuq l-għatba tas-seklu l-ġdid, ta' dak l-imbierek millennju ġdid li naħseb ilkoll kemm aħna issa xbajna nisimgħu fuqu, jeħtieġ li naħdmu aktar flimkien u nnaqqsu l-konfrontazzjoni żejda li ġieli jkun hemm bejnietna, inkella m'aħniex se naslu fir-rigward tal-problemi li se jiffaċċja dan il-pajjiż żagħżugħ f'dan is-seklu li ġej u fil-futur.", "Naħseb waħda mill-akbar problemi li għandu dan il-pajjiż bla dubju ta' xejn hija l-problema finanzjarja.", "U f'dan ir-rigward inħoss li l- budget li kellna ppreżentat ftit jiem ilu biss mill-Onor.", "John Dalli f'dan ir-rigward kien budget realistiku, budget li qed jara kif jagħmel biex din il-problema jiffaċċjaha, ma jipprovax jaħbiha u jiffaċċjaha b'mod serju.", "Ta' min wieħed jgħid li naħseb li f'dawn l-aħħar ftit snin, iż-żewġ partiti għarfu li pajjiżna qed jaffaċċja diffikultajiet kbar finanzjarji u t-tnejn li huma meta kellhom iċ-ċans għamlu ħilithom biex dawn jindirizzawhom, forsi bil-mod partikolari tagħhom.", "Għaliex inħolqu dawn il-problemi u għaliex pajjiżna spiċċa f'din is-sitwazzjoni?", "Hemm ħafna fatturi.", "Naħseb li wieħed mill-fatturi huwa - dan issemma wkoll mill-Prim Ministru llum fid-diskors li għamel filgħodu meta kienu qegħdin jiġu diskussi l-estimi ta' l-uffiċċju tiegħu - il-fatt li għandna ħafna mpjegati żejda mal-gvern.", "U naħseb xi ftit jew wisq iż-żewġ partiti li qegħdin jirrappreżentaw lill-poplu llum fil-parlament għandhom tort f'dan ir- rigward.", "Naħseb xi ftit jew wisq iż-żewġ partiti, minħabba li qegħdin naħdmu f'ambjent demokratiku, meta nsibu ruħna fil-gvern naraw kif nagħmlu - jew fil-passat konna naraw kif nagħmlu - biex nirbħu dawk il-ftit tal- voti żejda biex inpattu għall-fatt li meta tkun fil-gvern xi ftit jew wisq se tieħu miżuri li ma tantx ikunu popolari, miżuri li xi drabi titlef il- voti minnhom.", "U spiċċajna b'sitwazzjoni fejn f'ċerti azjendi, li kważi kważi tista' ssejħilhom falluti, bqajna ndaħħlu ħaddiema b'kilba sfrenata xi drabi għall-voti.", "Sur President, spiċċajna f'sitwazzjoni wkoll fejn hawn numru ta' żgħażagħ - jew kien hawn numru ta' żgħażagħ - li ħaduha for granted li se jsibu mpjieg faċli mal-gvern, kif għamel, per eżempju, missierhom.", "Forsi dawn l- istess żgħażagħ ittraskuraw l-edukazzjoni tagħhom minħabba dan il-fattur, għax serrħu rashom u spiċċaw bla taħriġ ta' xejn.", "U nafu li llum-il ġurnata f'pajjiżna hemm proporzjon qawwi ta' nies li huma bla mpjieg għax għaddew mis-sistema edukattiva tagħna u spiċċaw mingħajr taħriġ partikolari.", "Inħoss li l-ETC għandha ħafna x'tagħti f'dan ir-rigward u qed tpatti ftit għal dawn id-defiċjenzi.", "Fattur ieħor li wassal biex ikollna dan id-deficit finanzjarju li tant nisimgħu fuqu huwa forsi wkoll il-ħela li hemm f'ċerti dipartimenti governattivi.", "Smajna lill-Onor.", "Louis Deguara jitkellem fuq il-ħela li hemm fid-dipartiment tas-saħħa, dipartiment li jiena ħdimt fih ukoll fil- passat u l-bieraħ smajna lill-Onor.", "Austin Gatt jitkellem fuq is- sitwazzjoni diżastruża li hemm fil-qrati Maltin, fejn is-sistema ġudizzjarja għadha kważi kważi mwaħħla f'dak li kienet fis-snin sittin.", "Sistemi antikwati bħal dawn iwasslu biex ikun hemm ħela kbira mhux biss ta' flus imma anke ta' ħin.", "Nafu wkoll li hemm abbużi mis-servizzi soċjali tagħna minn proporzjon tal-popolazzjoni Maltija.", "B'riżultat ta' dan ovvjament il-gvern ikompli jżid it-taxxi biex inkomplu nsostnu lill-pajjiż.", "Fil-budget speech il-Ministru Dalli semma l-fatt li l-gvern beħsiebu juża id tal-ħadid fir-rigward ta' dawk in-nies li japprofittaw ruħhom mis- sistema tas-servizzi soċjali f'pajjiżna, partikolarment dawk in-nies li jirreġistraw għax-xogħol u fil-fatt ikunu qed jaħdmu.", "Dawn ikunu qed jisirqu lill-pajjiż u lill-poplu minn żewġ aspetti għax waqt li ma jħallsux it-taxxa tad-dħul ikunu qed jieħdu wkoll il-benefiċċji li suppost huma dovuti biss għal min verament ma jkollux impjieg.", "Sur President, fattur ieħor li semmieh il-Ministru Deguara - u semmewħ anke ministri oħra - huwa l-ħela ta' ħin minn uħud mill-ħaddiema fis-settur governattiv, li mbagħad jirriżulta fi ħlasijiet żejda ta' overtime.", "Fil- ħela ta' ħin nixtieq ninkludi wkoll lilna nfusna, aħna l-membri parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra, jien inkluż.", "Aħna wkoll nirċievu ħlasijiet minn fondi pubbliċi u nħoss li xi drabi aħna wkoll naħlu l-ħin.", "Hemm bżonn li nutilizzaw il-ħin tagħna aħjar biex niddiskutu u ngħaddu liġijiet li jgħinu lis-soċjetà timxi 'l quddiem.", "Nagħmel appell f'dan ir- rigward billi nikkwota hawnhekk lil John F. Kennedy li qal: \"Xogħolna għandu jkun mhux li nwaħħlu fil-passat imma li nwittu t-triq għall-futur.\"", "Naħseb li dawn il-kliem, speċjalment fuq l-għatba ta' dak l-imbierek millennju li tant qed nisimgħu fuqu, għandhom sinifikat partikolari għal dan il-pajjiż.", "Problema oħra li nħoss li se jiffaċċja dan il-pajjiż fis-snin li ġejjin - problema li għalkemm kienet dejjem teżisti fostna forsi qed inħossu l- effett tagħha aktar u aktar f'dawn iż-żmenijiet - hija l-marda soċjali li hija karatteristika mhux biss ta' pajjiżna imma anke tal-pajjiżi kollha tad- dinja moderna, dinja fejn xi drabi l-individwu jispiċċa kważi kważi jħossu qisu numru.", "Sintomu ta' din il-marda soċjali li ħakmet lill-pajjiżi kollha tad-dinja hija l-vjolenza li qed narawha tiżdied anke f'pajjiżna.", "Nistgħu ngħidu li aħna xhieda ta' numru dejjem jikber ta' żgħażagħ li jirrikorru għad-droga, biex mingħalihom jistrieħu mit-tensjonijiet kbar li jiffaċċjaw fil-ħajja ta' kuljum.", "Jien inħoss li hawnhekk il-gvern għandu rwol importanti x'jagħmel, forsi mhux direttament għax diffiċli biex wieħed jaħdem direttament fir-rigward ta' dawn il-problemi soċjali, imma tajjeb - u din issemmiet u fil-fatt qed isseħħ - li nkomplu nżidu l-għajnuna lin-non governmental organisations.", "Dawn huma nies dedikati f'dan ir-rigward, ħafna drabi huma nvoluti wkoll fil-volontarjat, u xi drabi kulma jkollhom bżonn huma sempliċement premises jew finanzi biex ikomplu jwettqu l-iskemi tagħhom biex jindirizzaw il-problemi li qed insemmu.", "Il-problema ta' l-ambjent hija problema kbira oħra li se jiffaċċja dan il- pajjiż, kif qed jiffaċċjaw pajjiżi oħra imma forsi lilna, bħala poplu Malti, se tolqotna wisq aktar fis-snin li ġejjin.", "Nista' ngħid li ħadt gost nisma' d-diskors tal-Ministru Zammit Dimech, li semma ħafna punti li kienu nkoraġġanti għal kulmin għandu għal qalbu l-ambjent Malti, fosthom li fl-aħħar se nindirizzaw il-problema gravi ħafna tal-Magħtab.", "Però nħoss li għandna noqogħdu attenti ħafna li biex insolvu problema ma noħolqux oħrajn.", "Għandna nitgħallmu mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħra u noqogħdu attenti ħafna li ma nirrikorrux għall-ħruq ta' l-iskart.", "Din forsi tidher bħala soluzzjoni faċli ħafna iżda toħloq problemi akbar meta nafu bil-livelli għoli ta' tingis, speċjalment fl-arja u fl-ilma li nixorbu.", "Mir-riċerka li saret fuq it-tfal instab li l-livell ta' ċomb huwa wisq ogħla minn ta' pajjiżi oħra Ewropej.", "Dan qed jirriżulta ovvjament f'ċertu mard u rridu noqogħdu attenti ħafna li ma nkomplux inżidu t-tinġis ta' l-ambjent.", "Sur President, l-aħħar problema li xtaqt nitkellem fuqha - fil-qosor kemm jista' jkun ħalli nagħti ħin lill-kelliem ta' warajja - hija l-problema li qegħdin niffaċċjaw biex noħolqu investiment ġdid.", "Issemma wkoll f'dan il- parlament kemm hemm defiċjenzi, per eżempju, fl-awtorità ta' l-ippjanar, kemm l-awtorità ta' l-ippjanar qiegħda toħnoq l-industrija tal-kostruzzjoni u kemm ikun tajjeb kieku lil din l-industrija nagħtuha aktar wisa' biex nerġgħu niġġeneraw xi ftit xogħol.", "Jiena naqbel li l-awtorità ta' l- ippjanar għandha tkun aktar flessibbli u aktar raġonevoli imma ma nistgħux nibqgħu naqgħu fuq din l-imbierka industrija tal-kostruzzjoni biex insolvu l-problemi kollha finanzjarji u ta' investiment fil-pajjiż.", "Ma nistgħux nibqgħu niddependu fuq din l-industrija meta nafu li l-possibbiltà ta' espansjoni tagħha hija limitata ħafna minħabba d-dimensjoni fiżika ta' pajjiżna.", "Inħoss li dan il-budget għen ħafna biex ikompli jiġi nkoraġġit investiment ġdid għax bl-ebda mod ma kien tassattiv fuq min iħoss li għandu jinvesti, min iħoss li għandu jkollu fiduċja f'pajjiżna.", "Sur President, dan se jkun wieħed mill-aħħar speeches ta' dan is-seklu fil-parlament u għalhekk nieħu din l-okkażjoni biex nawgura l-festi t-tajba lill-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-parlament li jieħdu paċenzja kbira bina u nawgura l-festi t-tajba wkoll lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, bħala whip xtaqt żewġ minuti kollox biex l-ewwelnett nirringrazzja lill-kollega tiegħi l-whip ta' l-oppożizzjoni, l- Onor. Joe Mizzi, u nawgura lilu u lill-kollegi tagħna taż-żewġ naħat tal- Kamra, u lilek ovvjament, il-Milied u s-sena t-tajba.", "Irrid nirringrazzja lill-istaff tal-parlament, lis-segretarji Josanne, Pauline u Raymond kif ukoll lit-tajpisti, it-transcribers, is-suldati u l-pulizija u nawguralhom il-festi t-tajba.", "Tul din is-sena kellna mumenti fejn ma qbilniex u kien hemm mumenti fejn qbilna imma bla dubju, all in all, għamilna ħafna xogħol f'dan il- parlament.", "Din il-ġimgħa għamilt mistoqsija parlamentari lill-Kap tal- Kamra u bqajt sorpriż kemm sar xogħol u kemm-il darba ltaqgħu l-kumitati permanenti tal-Kamra.", "Naħseb li f'okkażjoni bħal din tinduna li fl-aħħar mill-aħħar dan ix-xogħol kien possibbli bil-kontribut taż-żewġ naħat.", "Irrid nagħlaq billi nerġa' minn qalbi nawgura lil kulħadd il-festi t- tajba, mhux biss lill-membri taż-żewġ naħat imma anke lill-familji tagħhom ukoll.", "Nirringrazzjak Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Victor Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, nixtieq inżid xi żewġ punti fuq dak li għedt meta konna qed niddiskutu l-vot t'Għawdex.", "L-ewwelnett, kif kulħadd jaf, l-art fil-pajjiż hija limitata ħafna u dnub li għandna numru kbir ta' barrieri li m'humiex qed jintużaw u xieraq li wieħed iħejji pjani biex uħud minn dawn il-barrieri jkunu jistgħu jintużaw għall-industriji żgħar.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Ikompli l-Onor.", "Galea Pace, u jindirizza lis-Sedja, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, għalkemm uħud mill-kollegi tiegħi m'humiex jaraw din il-materja bħala xi ħaġa serja, il-verita` hi li wħud minn dawn il-ħofor li għandna li xi darba kienu barrieri jistgħu jintużaw għall-industriji żgħar u b'hekk inkunu qegħdin niffrankaw ħafna mill- ispazju.", "Huwa dnub li qed naqilbu għat-tielet millennju u s'issa bqajna nitilgħu 'l fuq u qatt ma ħsibna biex ninżlu sulari 'l isfel taħt l-art.", "Sur President, jien m'għandix aktar ħin biex inkompli fuq dan is-suġġett pero` qabel nagħlaq xtaqt ngħid xi ħaġa dwar id-dipartimenti tal-gvern.", "Aħna nafu li l-għan aħħari tad-dipartimenti governattivi għandu jkun li dawn jifdu lilhom infushom u biex jagħmlu dan żgur li jridu jkunu organizzati u jaħdmu flimkien.", "Kull ħaddiem ta' xi azjenda partikolari għandu jkun sodisfatt jekk id-dipartiment tiegħu jasal biex ikun self- sustained għaliex il-fatt jibqa' li l-poplu qiegħed jiggarantilu l-għajxien tiegħu u tal-familja tiegħu kif ukoll il-pensjoni u għaldaqstant huwa għandu juri r-rikonoxximent tiegħu billi jara li s-sigħat li jagħti kif ukoll il-kwalita` ta' xogħol li jagħmel ikunu sodisfaċenti.", "Grazzi u awguri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Nirringrazzja lill- kelliema kollha u ngħaddi biex inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni, skond l-Ordni Permanenti Nru. 82.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 111 tas-17 ta' Novembru, 1999 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi r- Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l- Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni, skond l-Ordni Permanenti Nru. 82.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "221 FAVUR: 34 L-Onor. |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 28 L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles|Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu |", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas- sena 2000 tqies li nqara l-Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru 82.", "Kopji ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kienu tqassmu lill-Onor.", "Membri waqt is- Seduta Nru. 212 tas-16 ta' Diċembru, 1999.", "MR SPEAKER: Skond l-istess mozzjoni ta' proċedura, il-Kamra issa tgħaddi mingħajr diskussjoni għax-xogħol li baqa' dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 2000.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (2000)", "APPROPRIATION (2000) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-Approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u wieħed u erbgħin miljun, tmien mija u erbgħa u erbgħin elf, u sittin liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 2000\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond l-istess mozzjoni ta' proċedura, din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "222 FAVUR: 34", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA: 28", "L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Iskeda, klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat sabiex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-Approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u wieħed u erbgħin miljun, tmien mija u erbgħa u erbgħin elf, u sittin liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 2000\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 2000 ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess, dejjem skond l-istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "223 FAVUR: 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1999", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1999", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President:", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux iżjed minn tlieta u għoxrin miljun, ħames mija u erbat elef u żewġ liri Maltin (Lm23,504,002) għas- servizz tas-sena finanzjarja 1999 kif dettaljati fl-Iskedi hawn mehmuża.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Abbozz ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "17 ta' Diċembru 1999", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l- Estimi Supplimentari 1999, kif dettaljati fl-iskedi annessi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess, skond l-istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "224", "FAVUR: 34", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles| |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian| |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Kopji ta' l-iskedi msemmija fil-mozzjoni kienu diġa` tqassmu lill-Onor.", "Membri waqt is-Seduta Nru 212 tas-16 ta' Diċembru 1999.", "MR SPEAKER: Dejjem skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 111 tas-17 ta' Novembru 1999 il-Kamra issa tgħaddi mingħajr diskussjoni għax-xogħol li baqa' dwar l-Approprjazzjoni ta' l-Estimi Supplimentari għas-sena 1999.", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi:", "Illi somma ta' mhux iżjed minn tlieta u għoxrin miljun, ħames mija u erbat elef u żewġ liri Maltin (Lm23,504,002) għas-servizz tas-sena finanzjarja 1999 addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Voti kif dettaljati fl-Iskedi annessi għas-sena finanzjarja 1999.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjoni ġiet approvata mill-Kumitat ta' Provvista.", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1999 (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn tlieta u għoxrin miljun, ħames mija u erbat elef u żewġ liri Maltin (Lm23,504,002) addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat taħt il-Voti speċifikati fl-Iskedi approvati mill-Kumitat ta' Provvista; u Illi jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi tqies li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru. 82.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1999)", "SECOND (1999) APPROPRIATION BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tlieta u għoxrin miljun, ħames mija u erbat elef u żewġ liri Maltin għas- servizz tas-sena finanzjarja 1999\".", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1999) ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess skond l-istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "225 FAVUR: 34", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 28", "L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "Klawsola 2 u l-Ewwel Skeda, klawsola 3 u t-Tieni Skeda, klawsola 1 u t- Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill- Iskrivan tal-Kamra sabiex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-Approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tlieta u għoxrin miljun, ħames mija u erbat elef u żewġ liri Maltin għas- servizz tas-sena finanzjarja 1999\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jkun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess, dejjem skond l-istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "226 FAVUR: 34", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores|Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 28", "L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Jannar 2000 fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Sur President, meta terġa' tiltaqa' l-Kamra nkunu qlibna għal seklu ieħor, l-ewwel seklu tat-tielet millennju ta' l-era Kristjana.", "Żgur li l- popli kollha qegħdin jiċċelebraw dan l-avveniment għaliex meta ngħidu li se nibdew it-tielet millennju ta' l-era Kristjana nkunu qegħdin ngħidu li għaddew żewġ millennji li partikolarment il-poplu Malti għexhom immedeżimat mal-kultura Kristjana.", "Dak li ġara elfejn sena ilu, it-twelid ta' Kristu, huwa parti mill-istorja tal-bniedem, liema fatt bilfors li influwenza d- destini ta' l-umanita` u biddel b'mod radikali kif il-popli jħarsu lejn il- personalita` tal-bniedem.", "Il-poplu tagħna nistgħu ngħidu li huwa poplu fortunat għaliex irċeva l- grazzja li proprju fil-bidu ta' l-era Kristjana ħaddan it-twemmin Kristjan - u għandna paġna meraviljuża fl-Atti ta' l-Appostli, li tirrakkonta kif San Pawl ħabbar in-nawfraġju tal-ġifen tiegħu qabel ma seħħ u ddeskriva dak li kellu jiġri bħala xi ħaġa li kienet ordnata mill-provvidenza divina u jgħid li kien hemm bżonn li l-ġifen tiegħu jaħbat ma' gżira, li mbagħad saru jafu li kienet il-gżira ta' Malta - fatt storiku, dokumentat b'mod meraviljuż, li ta bidu għall-era Kristjana għal pajjiżna u żgur li hija xi ħaġa ta' ferħ għall-poplu Malti kollu li għaddew żewġ millenji u nistgħu ngħidu li l-kultura Maltija għadha stampata mal-kultura Kristjana.", "Naħseb li nistgħu ngħidu li l-kwalitajiet tal-karattru Malti proprju huma rifless ta' din il-kultura Kristjana u jsibu l-manifestazzjoni tagħhom fl-imħabba tal-proxxmu u s-solidarjeta` umana li pajjiżna huwa magħruf għalihom.", "U għalhekk naħseb huwa tajjeb li jien nitkellem b'dan il-mod illum meta għandna l-aħħar seduta ta' din il-Kamra għal dan is-seklu u għal dan it- tieni millenju.", "Is-seklu li se jispiċċa ftit tal-ġranet oħra nistgħu ngħidu li kien wieħed karatterizzat minn inkwiet kbir, żewġ gwerer dinjija li pajjiżna wkoll ipparteċipa fihom forsi mhux bir-rieda diretta tiegħu.", "Pero` minkejja li s-seklu 20 kien seklu ta' gwerer, naħseb li se jibqa' mmarkat għall-fatt li proprju fit-tieni nofs ta' dan is-seklu saret enfasi kbira fuq dak li llum kulħadd jirrikonoxxi li huma d-drittijiet fundamentali tal- bniedem.", "Dawn l-aħħar 50 sena tas-seklu 20 kkaratterizzaw l-istorja b'dan l-avveniment għax id-drittijiet fundamentali tal-bniedem ġew rikonoxxuti bħala li m'humiex xi privileġġ tan-nies li jgħixu fil-pajjiżi żviluppati imma huma konkwista għall-umanita` kollha.", "Sur President, dan is-seklu li wasal biex jispiċċa kien wieħed ta' importanza straordinarja għall-poplu Malti.", "Rajna lill-poplu Malti jiġġieled għad-drittijiet tiegħu, kellna s-Sette Giugno - li għadna nfakkru - kellna l-Assedju tat-Tieni Gwerra Dinjija, kellna l-iżvilupp kostituzzjonali bl-ewwel Kostituzzjoni tas-self-goverment fl-1947 u qabilha ta' l-1921, rajna lill-pajjiż jakkwista l-indipendenza, għadna kif iċċelebrajna l-25 anniversarju ta' Malta Repubblika u rajna lil pajjiżna jiċċelebra wkoll bħala festa nazzjonali l-31 ta' Marzu, Jum il-Helsien.", "Naħseb li nistgħu ngħidu li s-seklu li se jispiċċa kien seklu li l-poplu Malti mexa fih 'il quddiem, kemm politikament, kemm ekonomikament, kif ukoll soċjalment u issa rridu nħarsu 'l quddiem għall-millennju l-ġdid.", "Naħseb li s-seklu li ġej se jkun senjalat minn rivoluzzjoni ġdida, ir- rivoluzzjoni li qiegħda ġġib it-teknoloġija ta' l-informatika, li l-effetti tagħha diġa` qegħdin jinħassu bis-sħiħ.", "Meta wieħed iħares lejn dak li qed isir malajr jifhem li għadna proprju fil-bidu ta' din ir-rivoluzzjoni tat- teknoloġija ta' l-informatika u kulħadd qiegħed jirrikonoxxi li fis-snin li ġejjin, anke fis-snin viċini, dan se jfisser li se jinbidel il-mod kif nikkomunikaw, kif naħdmu u se jinbidel ukoll il-post fejn naħdmu.", "U naħseb li l-iktar ħaġa importanti għal pajjiż żgħir bħal tagħna hija li din it- teknoloġija ġdida ta' l-informatika għandha tagħtina ċerti vantaġġi.", "X'imkien għadni kif qrajt li issa dħalna f'era fejn brain not brawn huwa l- importanti; mhux tant is-saħħa fiżika u r-riżorsi materjali jagħmlu poplu jimxi 'l quddiem imma l-użu ta' moħħ il-bniedem.", "Allura naħseb li nistgħu ngħidu li f'din is-soċjeta` bbażata fuq kemm taf, fuq kemm jirnexxielek takkwista informazzjoni b'sempliċement għafsa ta' buttuna, se jkollna mhux biss sfidi ġodda imma l-poplu tagħna se jkollu wkoll opportunitajiet kbar ġodda li jien ċert li se jaħtafhom.", "Mr Speaker, f'dawn iċ-ċirkostanzi meta qegħdin nħarsu 'l quddiem b'kuraġġ u b'tama kbira u meta qegħdin nawguraw lilna nfusna li pajjiżna jidħol fit- tielet millennju ta' l-era Kristjana, imsaħħaħ b'dawk il-valuri li dejjem kkaratterizzawh, jien nawgura li l-poplu Malti fis-snin li ġejjin ikun kapaċi jżomm u jimxi fuq din il-kultura li kif għedt il-karattru Malti ġie msawwar fiha u biha tul iż-żewġ millenji li għaddew.", "Jiena nieħu l-okkażjoni, kif hi l-użanza fil-ġranet ta' l-aħħar tas-sena, li nawgura Milied ħieni lil kulħadd, lid-deputati fuq iż-żewġ naħat tal- Kamra, lilek Sur President, lill-Iskrivan tal-Kamra u lil dawk kollha li jaħdmu magħna hawnhekk u mhux biss nawguralhom Milied ħieni u sena mimlija ġid u hena imma nirringrazzjahom ilkoll tax-xogħol kollu li jagħmlu.", "Wieħed mill-kelliema f'dawn il-ġranet qal li din is-sena għamilna record ta' seduti f'dan il-parlament, u ta' dan nirringrazzja lil kulħadd.", "Nagħlaq billi nawgura li aħna d-deputati fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra nagħrfu kif inkunu servi fidili tal-poplu tagħna fis-snin li ġejjin.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien ma kellix il-ħsieb li nagħmel xi diskorsi biex ngħid għamilt diskors fl-aħħar seduta tal-millennju l-qadim, pero` nixtieq inkompli fuq dak li qal il-Prim Ministru u nibda biex l- ewwelnett f'isem sħabi nagħti l-awguri tal-festi t-tajba u tas-sena l- ġdida lill-poplu Malti kollu, lill-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra u lil kulmin f'din il-Kamra jaħdem magħna u jgħinna matul is-sena.", "Nistħajjel li meta llum in-nies jisimgħuna nitkellmu b'dan it-ton jgħidu li l-ewwel nagħmlu sena ngħajru lil xulxin - ħafna drabi b'mod personali - imbagħad għaliex l-okkażjoni titlob hekk, ngħidu li nixtiequ l-ġid lil xulxin.", "Jien irrid nagħmilha ċara, Sur President, li l-iżball ikun meta aħna nippersonalizzaw l-attakki u l-insulti tagħna għaliex 'il bogħod mid- differenzi politiċi, kull membru hawnhekk għandu r-responsabbiltajiet tiegħu u għan aħħari żgur li huwa li nġibu l-ġid għall-poplu tagħna.", "U din hija xi ħaġa li ta' min wieħed jirrifletti fuqha, speċjalment meta qed nisimgħu ta' spiss il-kritika li l-politiċi m'għadhomx kredibbli.", "Jien naħseb li l-aktar ħaġa li tista' tnaqqas il-kredibilita` tal-politiċi hija l-attakki personali, liema attakki jċekknu lill-individwu, ineħħulu l- kredibilita` u anke jneħħu l-valur ta' dak li jkun għamel jew li jixtieq jagħmel.", "Hawnhekk jien nagħmel appell minn qalbi lill-media - li ħafna drabi jkunu huma li jġeddu dan it-tip ta' mod kif in-nies iħarsu lejn il- politiċi jkunu fuq liema naħa jkunu - sabiex jipprovaw jifhmu x'inhuma l- iskopijiet tal-politiċi li qed iservu f'dan il-parlament u li servew f'dan il-parlament.", "Kif għedna, illum ninsabu lejlet millennju ġdid fejn suppost se nibdew era ġdida, pero` l-affarijiet m'humiex se jinbidlu sempliċement għaliex tinqaleb is-sena.", "Saru ħafna rimarki dwar kemm sar progress f'dan il- millennju, speċjalment f'dawn l-aħħar mitt sena, pero` meta wieħed jirrifletti ftit ikollu jammetti li minkejja l-progress li niftaħru bih, minkejja r-rivoluzzjoni teknoloġika u r-rivoluzzjonijiet filosofiċi li għaddejna minnhom, xorta waħda se nispiċċaw il-millennju b'nies li għadhom imċaħħda mid-drittijiet tagħhom, li għad m'għandhomx fejn joqogħdu suret in- nies u li għad m'għandhomx assigurazzjoni ta' ikel biżżejjed biex jgħixu diċentement.", "Jekk aħna bħala Kristjani li niftaħru b'2000 sena ta' Kristjaneżmu u li niftaħru bil-miġja ta' San Pawl fostna, ma nġorrux f'dawn il-jiem il-ħsebijiet li madwar 50,000 ruħ kuljum qegħdin imutu bil-ġuħ madwar id-dinja, naħseb li nkunu qegħdin ninsew l-vera definizzjoni ta' x'inhuwa l-Kristjaneżmu.", "Ma rridux ninsew ukoll li anke fostna għad għandna nies li għadhom fqar, kemm litteralment kif ukoll f'termini relattivi, u rridu naraw li ma ninsewhomx għaliex wara kollox dawn huma n-nies li l-iktar għandhom bżonna u li jħarsu lejna ħalli forsi nipprovdulhom dak li huma m'humiex kapaċi jakkwistaw għalihom infushom.", "Jien ngħid li huwa d-dover u l-obbligu ta' kull membru tal-parlament f'kull pajjiż - naturalment aħna nitkellmu b'mod partikolari għal pajjiżna - li jara kif jagħmel biex dawn il-kategoriji ta' nies jgħinhom sabiex ikollhom ħajja aħjar fis-sena li ġejja u anke fis-snin ta' wara.", "Dawn huma affarijiet li nixtieq li nirriflettu fuqhom anke fix- xogħol tagħna f'dan il-Parlament fis-sena li ġejja ħalli naraw li dawn in- nies jiġu mtellgħin mil-livelli tagħhom.", "Dan jista' jsir biss jekk wieħed japplika l-prinċipji soċjo-demokratiċi li f'dan l-aħħar għexieren ta' snin ġew applikati u taw riżultati li bihom in-nies li kellhom bżonn min jgħinnhom sabu l-għajnuna.", "Dan irid jittrasforma ruħu f'dik li hija ekwita` fit-tqassim tal-ġid, fl-obbligi li għandhom iħossu dawk li jridu jħallsu t-taxxi ħalli jkun hemm minn fejn jieħdu dawk li m'għandhomx, fin- nuqqas ta' abbuż mis-servizzi soċjali li jipprovdi l-pajjiż u anke billi lkoll naħilfu u nkunu committed li nħarsu l-interess taż-żgħir; wara kollox dak li se niċċelebraw il-miġja tiegħu ta' 2,000 sena ġie f'din id-dinja proprju biex jgħallem dawn il-prinċipji.", "B'dawn il-ħsebijiet jien nixtieq li mill-ġdid intenni l-awguri tagħna lill-poplu ta' Malta u Għawdex kollu, lill-ħbieb u l-kollegi tagħna, lill- istaff kollu tal-parlament u nawgura li meta nerġgħu niltaqgħu fis-sena l- ġdida dan il-parlament ikompli jaħdem b'aktar rispett lejn xulxin u b'aktar effiċjenza ħalli nagħtu lill-poplu Malti dak li jistenna mingħandna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u tieħu wkoll l-opportunita` biex tagħti l-festi t- tajba lill-membri ta' din il-Kamra, lill-familji tagħhom kollha, lill- Iskrivan tal-Kamra u lill-istaff kollu, lill-membri tal-media u lil dawk kollha li kkoperaw magħna matul din is-sena li waslet biex tispiċċa u nawgura li matul is-sena li ġejja l-parlament jagħmel ħafna xogħol ta' fejda għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Fl-10.12 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WIED IL-QLEJGĦA - XOGĦLIJIET", "12061.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu x-xogħlijiet li saru, bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, bħala kontinwazzjoni tal-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul Jannar, 1999 sar xogħol ta' tindif tal-wied u tħawwil ta' siġar indiġeni bħaż-żafżafa u s-sambuka.", "Fix-xhur sussegwenti nbnew ukoll ħitan fejn intużaw 84 gabjun.", "Qiegħed isir il-proċess għal ħruġ ta' tender ġdida sabiex jitkompla x- xogħol fuq ir-riabilitazzjoni tal-wied.", "GĦAQDIET SPORTIVI - KONTRIBUZZJONIJIET", "12072.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11935, jista' l-Ministru jgħid mil-liema vot dawn l-għotjiet jingħataw?", "Jista' jgħid ukoll min jiddeċiedi u kemm jingħataw flus u xi kriterji jintużaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-vot li minnu jingħataw għotjiet lil diversi assoċjazzjonijiet/clubs huwa l-Vot Rikorrenti tad-dipartiment taż-żgħażagħ u sport.", "Xi għotjiet għal żviluppi kapitali nħarġu mill-vot kapitali.", "It-talbiet varji għall-għajnuna jiġu deċiżi minn bord magħmul minn nies fis-segretarjat parlamentari u d-dipartiment taż-żgħażagħ u sport, flimkien mas-segretarju tal-kunsill Malti għall-isport.", "Talbiet jiġu pproċessati fuq il-meriti rispettivi tagħhom.", "KUNSILL MALTI TA' L-ISPORT", "12073.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proposti li għamel il-kunsill Malti ta' l-isport dwar il-kompożizzjoni kif ukoll ħwejjeġ oħra ta' l-istess kunsill, waslu għand is-segretarju parlamentari?", "Fiż-żmien li ġej, meta se jkollu jinħatar kunsill ġdid, se jimxi mal- proposti li ġew magħmula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, qed jiġu kkonsidrati.", "ASSOĊJAZZJONI SPORTIVA TIGNE' - MEMBRI", "12074.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-assoċjazzjoni sportiva Tigne' li magħhom saru l-laqgħat dwar il-faċilitajiet sportivi u bini li qed jagħmlu użu minnhom id-diversi għaqdiet?", "Jeżisti statut li jirregola lill-AST?", "Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-laqgħat tmexxew mal-Perit Charles Cassar li jirrappreżenta l-assoċjazzjoni sportiva Tigne'.", "ŻEJTUN - BOZOZ", "12075.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li żewġ bozoz, waħda lejn nofs Triq Sant'Agata u l-oħra fil-kantuniera bejn Triq Sant'Agata u Triq Dun Mikiel Cassar, iż-Żejtun, jinbidlu għax huma maqtugħin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "PIXXINA NAZZJONALI - SQUASH COURTS", "12076.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux ħsarat fl-isquash courts li jinsabu fil- pixxina nazzjonali, minħabba fix-xita li għamlet?", "Jekk iva, kemm hu stmat li se tiġi l-ispiża sabiex il-ħsara tissewwa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li, kaġun tax-xita qalila li niżlet, ġie rrapportat li qattar xi ilma mis-saqaf ta' l-isquash courts fil-pixxina nazzjonali.", "Madanakollu, ma rriżultatx xi ħsara kbira jew fit-tul.", "Informat ukoll li ttieħdu passi korrettivi minnufih u f'intervalli regolari sabiex jiġi assigurat li l-ħsara tkun ikkontrollata, u għaldaqstant l-ispiża tal-ħsara hija waħda żgħira.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - IKLA", "12077.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ikla li kienet saret fl-aħħar logħob tal-pajjiżi ż-żgħar bħala parti mill-bid ta' Malta għal-logħob tas- sena 2003?", "Min kienu l-membri li ffurmaw parti mill-kontinġent Malti f'isem il- gvern?", "Kemm kienu l-ispejjeż minfuqa u fiex intnefqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat- tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 7559 u 9347, mogħtija f'seduti numri 117 u 147.", "Il-kontinġent Malti, f'isem il-gvern, kien magħmul mill-Onor.", "Jesmond Mugliett, segretarju parlamentari, flimkien mas-Sur Victor Battistino, assistent personali tas-segretarju parlamentari.", "L-ispiża totali ta' din il-parteċipazzjoni kienet ta' Lm2,530.", "Din is- somma tinkludi l-ispejjeż ta' l-ikla u r-reception għad-delegazzjoni barranija, biljetti ta' l-ajru, insurance, akkomodazzjoni u bord u trasport.", "PA - RIFORMA", "12079.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru ġentilment jgħidilna kif, filwaqt li l-awtorita' ta' l-ippjanar għadha għaddejja bil-proċess ta' riforma, inħolqu żewġ postijiet ta' assistent direttur?", "Jista' jgħid jekk fil-kumitat ta' riforma li twaqqaf dan l-aħħar, hemmx xi persuna li tikkwalifika biex issir assistent direttur?", "Jekk dan huwa l-każ, il-Ministru jidhirlu li dan jista' jkun konflitt ta' interess u jista' jiġi interpretata bħala abbuż minħabba li l-istess persuna hija membru tal-kumitat li ħoloq il-post ta' assistent direttur?", "Kif se jkun kompost il-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien informat li l-bord iddeċieda li joħroġ sejħa għal żewġ postijiet ta` assistent direttur.", "Ninsab informat li fil-kumitat ta` riforma nterna li waqqfet l-awtorita` hemm mill-anqas żewġ persuni li jistgħu jikkwalifikaw għal pożizzjoni ta` assistent direttur.", "L-awtorita` jidhrilha li m'hemm l-ebda konflitt ta` interess għax dan il- kumitat jagħti biss pariri.", "Id-deċiżjoni finali hija f`idejn il-bord ta' l- awtorita`.", "Il-bord ta' l-għażla ġie kompost minn fost il-membri tal-bord u d- direttur ta' l-ippjanar.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "12080.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' familji f'Malta u f'Għawdex li ħadu l-benefiċċji soċjali taċ- children allowance matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher aktar 'l isfel.", "Sena Numru ta' Familji", "1994 52,731 1995 52,420 1996 47,480 1997 43.477 1998 42,581", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "12081.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-benefiċċji soċjali taċ- children's allowance li qed jiġu trattati fil-mument mid-dipartiment konċernat?", "Kemm hija l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti u x'inhu jikkawża dan id-dewmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali fil-mument qiegħed jittratta 3,212-il applikazzjoni li minnhom 1,336 qegħdin pendenti minħabba li jonqoshom xi informazzjoni min-naħa ta' min applika, filwaqt li madwar 400 daħlu fl-aħħar xahar.", "259 huma każi li jikkonċernaw diretturi ta' kumpanniji li qed jiġu investigati f'aktar dettall.", "Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li turi liema hi l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti, biss numru ta' applikazzjonijiet jibqgħu pendenti għal aktar minn sitt xhur għaliex l-informazzjoni mitluba ma tkunx waslet fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Fost dawn hemm applikazzjonijiet li jonqoshom il-final accounts tal-kumpannija jew il- profit & loss account.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "12082.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li ħafna kopji Melleħin li applikaw għall- benefiċċji taċ-children's allowance għall-ewwel darba, bħal fil-każ tar- riferenza 310360(m), qed jilmentaw li ilhom jistennew għal xhur twal sabiex jingħataw dan il-benefiċċju, jista' l-Viċi l-Prim Ministru jinvestiga u jawtorizza li l-proċess jiġi finalizzat mill-aktar fis possibbli?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma jidher li saret l-ebda talba għal allowance tat-tfal minn persuna li għandha l-ID card bin-numru 310360(M).", "In-numru ta' persuni li għamlu talba għall-allowance tat-tfal għall-ewwel darba u għadhom ma tħallsux huwa ta' 376, li minnhom 249 ġew mitluba biex jipprovdu xi nformazzjoni biex it-talba tagħhom tkun tista' tinħadem.", "Il- bilanċ ta' 127 huwa ta' talbiet li daħlu matul Novembru u Diċembru ta' din is-sena.", "Dawn l-applikazzjonijiet ġejjin minn kull parti ta' Malta u Għawdex.", "Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali jipproċessa kull talba bil-għan li jistabilixxi d-dritt u r-rata ta' benefiċċju li tkun dovuta.", "Il- koperazzjoni jew in-nuqqas tagħha, minn min jagħmel it-talba jinfluwenza l- perijodu ta' żmien biex tinħadem l-applikazzjoni.", "Ikun ta' sodisfazzjon għad-dipartiment tas-sigurta' soċjali meta talbiet għall-benefiċċji soċjali jitħallsu kemm jista' jkun fl-iqsar żmien possibbli.", "SPTAR SAN LUQA - MENINGITE", "12083.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' meningite rapportati fl- Isptar San Luqa, bejn Jannar u t-13 ta' Diċembru, 1999?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu taħt is-17 u t-18-il sena u kemm minnhom fiequ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li mit-tagħrif miġbur mill-Isptar San Luqa mill-1 ta` Jannar, 1999 sat-30 ta` Ottubru, 1999 kien hemm 30 każ ta` meningite li ddaħħlu f'dan l-isptar.", "Dawn jinkludu kull tip ta` meninġite, inkluzi dawk kaġunati minn virus.", "Fost it-30 każ ta` meninġite kien hemm 10 persuni taħt is-17-il sena u 11 taħt it-18-il sena.", "Skond it-tagħrif miġbur każ wieħed biss kien fatali.", "L-informazzjoni minn Novembru s'issa għadha qed tinġabar.", "SAĦĦA - MENINGITE", "12084.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu kemm-il darba jirriżulta li l-virus tal-meningite jitfaċċa fuq tfal li jkunu jattendu l-iskejjel f'Malta u f'Għawdex?", "Fil-fatt kien hemm xi każi ta' din in-natura, u jekk iva, x'kienu l- passi li ttieħdu?", "Il-ġenituri tat-tfal/studenti ġew informati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- meninġite kaġunata minn virus m'hijiex marda notifikabbli bil-liġi.", "Peress illi din it-tip ta` meninġite hija kaġunata minn virus, m'hemmx lok li jittieħdu ebda passi kontra tagħha.", "Min-naħa l-oħra, il-meninġite kaġunata minn bacteria, hija notifikabbli bil-liġi u meta kien hemm każ ta` din il-marda f'tifel/tifla li kienu jattendu l-iskola d-dipartiment tas-saħħa pubblika ta mediċina bħala prevenzjoni lil dawk it-tfal fejn kien meħtieġ.", "Il-ġenituri ta` dawn it- tfal dejjem ġew informati qabel ma ngħatat il-mediċina.", "SPTARIJIET - TINDIF", "12092.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' mpjieg dirett li ngħatat il-manager inkarigata mit-tindif ta' l-isptarijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - HOSPITAL AUXILIARIES", "12093.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm hospital auxiliaries fid-deskasteru li hu responsabbli għalih u li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif ta' l- isptarijiet?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - HOSPITAL AUXILIARIES", "12094.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-grad ta' hospital auxiliaries li mhux qed jaħdmu fid-dekasteru tas-saħħa u tas-social policy?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi n-numru ta' hospital auxiliaries li jaħdmu f'dipartimenti barra l-ministeri tas-saħħa u tal- politika soċjali huwa ta' 21.", "IMPJIEGI - HOSPITAL AUXILIARIES", "12095.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fil-grad ta' hospital auxiliaries fid-dekasteru tiegħu u li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif ta' sptarijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-ministeru għall-politika soċjali hemm 109 hospital auxiliaries li huma maqsumin kif ġej:", "Residenza San Vincenz de Paule: 97 li minnhom 44 ma jagħmlux xogħol ta' tindif ta' sptarijiet.", "Dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani - eskluż SVPR - 7 li minnhom 4 ma jagħmlux xogħol ta' tindif ta' sptarijiet.", "Il-5 l-oħra ma jagħmlux xogħol ta' tindif ta' sptarijiet u jinsabu kif ġej: Wieħed fis-segretarjat tas-segretarju parlamentari; wieħed fil-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'; wieħed fl-adult training centre' ta' Marsascala; wieħed fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali; u wieħed fid- dipartiment għall-ħarsien tal-familja.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IŻ-ŻONQOR- DAWL", "12098.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq iż-Żonqor kif ukoll xi lampa biswit il-Knisja ta' Wied il-Għajn għadhom mitfija, minkejja li waslu l-Milied u lejliet il-Millennju fejn bla dubju Wied il-Għajn hu mistenni li se jiġbor fih għadd kbir ta' nies għaliex hu attrazzjoni prinċipali għan-naħat t'isfel ta' Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "FESTI TAL- MILLENNIUM - DAWL DEKORATTIV", "12099.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn qed jieħu ħsieb jorganizza u jagħmel id- diversi dwal dekorattiv tal-Milied f'diversi rħula f'Malta u f'Għawdex, il- gvern, il-kunsilli lokali jew l-entitajiet kummerċjali?", "X'inhi r-raġuni li f'Wied il-Għajn, li hu attrazzjoni prinċipali għan- naħat t'isfel ta' Malta, ma saret ebda mixgħela għall-Millennium il-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħal fis-snin l-oħra, id-dwal dekorattiv tal-Milied li hawn f'diversi rħula f'Malta u f'Għawdex ma ġewx installati mill-gvern ċentrali.", "Il-mixgħela fl-okkażjoni tal-Millennju l-ġdid ġiet limitata għal raġunijiet li jafhom kulħadd, għall-medda li tieħu mill-monument ta' Spencer fil-Blata l-Bajda sa Triq Ġilormu Cassar fil-Belt Valletta.", "Parti mill-ispejjeż għall-illuminazzjoni ta' Triq ir-Repubblika tħallsu wkoll mill-kumitat nazzjonali għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju.", "FESTI TAL-MILLENNIUM", "12100.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Ma jaħsibx il-Ministru li l-kumitat organizzattiv tal-festi tal-Millennium għandu jfittex jibgħat l-inviti għal lejliet il-Millennium, jekk fil-fatt se jkun hemm inviti?", "Ma jaħsibx li jekk dawn joħorġu aktar tard, meta fadal biss madwar 15-il ġurnata, ħafna mistiedna jkunu diġa' għamlu l-arranġamenti u l-pjanijiet alternattivi tagħhom ta' fejn u kif se jqattgħu lejliet il-Millennium?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-poplu Malti kollu hu mistieden għall-attivitajiet li se jsiru fl-aħħar jiem ta' din is-sena - 26-31 Diċembru, 1999 - biex isellmu lil dan il-millennju u jagħtu merħba lill-millennju l-ġdid.", "Dawn se jsiru fl-Arena ta' l-Indipendenza u fil-Belt Valletta.", "Mhux il-każ li joħorġu nviti għal xi attivita` partikolari.", "HSBC - BEJGĦ TAL-MID-MED BANK", "12101.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li d-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC huma materja ta' dokumentazzjoni li żgur tinsab bil-lest fil-files rilevanti, jista' l-Ministru, jekk jgħoġbu, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li diġa' tlabtu f'mistoqsijiet parlamentari numri 11838 u 11951, jiġifieri: (a) kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ bil-ftehim bejn il-gvern u l- HSBC dwar l-bejgħ tal-Mid-Med Bank; (b) lista tal-garanziji kollha tal- ftehim a favur il-Mid-Med li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju tal-bejgħ imsemmi; u (ċ) lista ta' garanziji fis-seħħ meta ġie ffirmat il- kuntratt fl-1 ta' Diċembru, 1999, liema dokumenti għandhom kollha jkunu bla ebda tnikkir miftuħa għall-pubbliku fl-interess nazzjonali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija numru 11951.", "GĦAWDEX - PARKING - ĊITAZZJONIJIET", "12102.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm-il ticket ħarġu mill-1 ta' Jannar sal-1 ta' Diċembru, 1999 mill-pulizija ta' Għawdex minħabba parking ħażin jew double parking ħdejn id-diskoteka ewlenija fin-niżla tax-Xlendi?", "Kemm-il raid sar mill-pulizija ta' Għawdex għal drogi f'din id-diskoteka mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ottubru, 1999?", "Tista' l-Ministru tgħid meta saru dawn ir-raids, x'ħin, u minn liema uffiċjal tal-pulizija tmexxew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ENEMALTA - FUEL PROCUREMENT COMMITTEE", "12106.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa magħmul il-fuel procurement committee ta' l-Enemalta u x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "MALTACOM - ĦLASIJIET", "12107.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt soċjali ta' l-għoli fil-ħlasijiet tat-telephone?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-implimentazzjoni tal-VAT fuq is-servizz tat- telefon, kif imħabbar fl-aħħar budget, mistenni li jwassal għal żieda ta` 5% ta` dan is-servizz.", "Globalment dan jista` jfisser nefqa addizzjonali ta` 5% għall-konsumatur jew inkella tnaqqis ta` 5% fl-użu tas-servizz konċernat, jew xi pozizzjoni intermedjarja.", "Tajjeb jingħad li l-gvern ta kumpens ta` Lm10 għal kull persuna għall- miżuri mħabbra fil-budget, inkluża din il-miżura.", "Tajjeb jingħad ukoll li ż-żieda fil-prezz tat-telefon se tiġi riflessa fl-indiċi tal-prezzijiet tas- sena d-dieħla u għalhekk tidħol bħala parti mill-kumpens għall-għoli tal- ħajja tas-sena ta` wara.", "PETROL/DIESEL - PREZZIJIET", "12108.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt soċjali ta' l-għoli fil-prezzijiet tad-diesel u tal-petrol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-implimentazzjoni tal-VAT fuq il-prezz tal-petrol u tad-diesel, kif imħabbar fl-aħħar budget, se żżid l-ispejjeż għall- konsumatur li jagħmel użu mill-karozza tiegħu.", "Kull sid ta` karozza privata jrid jiddeċiedi jekk jibqax juża` l-karozza tiegħu bl-istess frekwenza ta` qabel, u b`konsegwenza ta` dan jonfoq aktar fuq petrol jew diesel, inkella joqgħodx aktar attent fl-użu ta` dan il-mezz ta` trasport.", "Għalhekk l-impatt ser ivarja minn persuna għal oħra skond l-użu li jsir mill-karozza privata.", "Tajjeb jingħad li l-gvern ta kumpens ta` Lm10 għal kull persuna għall- miżuri mħabbra fil-budget, inkluża din il-miżura.", "Tajjeb jingħad ukoll li ż-żieda fil-prezz tal-petrol u d-diesel se tiġi riflessa fl-indiċi tal- prezzijiet tas-sena d-dieħla u għalhekk tidħol bħala parti mill-kumpens għall għoli tal-ħajja tas-sena ta` wara.", "AMBAXXATURI", "12124.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Minstru jgħid liema huma dawk l-ambaxxaturi li bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Novembru, 1999 damu Malta b'xogħol għal 21 ġurnata konsekuttiva jew aktar?", "Jista' jgħid liema huma l-ambaxxaturi li fl-istess perijodu qattgħu hawn Malta aktar minn 21 ġurnata kalendarja fuq xogħol jew qadi ta' dmirijiet oħra?", "Jista' jgħid jekk fiż-żewġ każijiet talabx minn qabel il-permess ta' l- MPO u tal-ministru tal-finanzi biex ikompli jħallas il-global emoluments lil dawn l-ambaxxaturi?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ANZJANI - BORMLA", "12126.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jdaħħal anzjan ta' 85 sena minn Bormla, li ismu qed jintbagħat separatament, li jinsab waħdu u li applika biex jidher fid-dar ta' l- anzjani ta' Bormla?", "Is-social worker diġa' ra l-każ u anke sarlu eżami mediku mit-tabib.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li saru l-assessments ta' l-anzjan imsemmi, kif diġa' ġie spjegat fil-mistoqsija parlamentari numru 11918, l-anzjan qed jiġi kkunsidrat flimkien ma' applikazzjonijiet simili biex jidħol fil- home ta' Bormla.", "WSC - BORMLA - TRIQ W. ROSATO", "12127.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ir-residenti fi Triq W. Rosato, Bormla, ilhom għal aktar minn 15-il ġurnata bi pressa baxxa ħafna ta' ilma?", "Jista' jgħid ukoll meta s-sitwazzjoni se tirritorna għan-normal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "PULIZIJA - RUSSA MIŻŻEWWĠA MALTI", "12128.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt dwar il- possibbilta' li mara Russa, miżżewwġa Malti, iġġib tgħix magħha lil ommha, fejn inti tlabtni ngħaddilek id-dettalji, jista' l-Minstru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif għedt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10754, jenħtieġu d-dettalji eżatti tal-persuni nvoluti sabiex il-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant ikun jista` jiġi verifikat.", "GĦAJN DWIELI - TRIQ L-AMMIRALJAT - FOND NRU 11", "12129.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11757, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika għall-bejgħ taż-żewġ garages li hemm fi Triq l-Ammiraljat, Għajn Dwieli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fir-rigward ta' garaxx numru 1, is-sejħa għall- offerti saret permezz ta' Avviż Numru 305 li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fid-29 ta' Diċembru, 1998.", "Fil-każ ta' garaxx numru 4, is- sejħa għall-offerti saret permezz ta' Avviż Numru 97 li ġie pubblikat fil- Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Lulju, 1999.", "SKART", "12130.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm skart - f'tunnellati - intrema fis-sena 1998 u li hu aluminium u plastic?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li billi l-iskart li jintrema jkun imħallat mhux possibbli li nkunu nafu l-piż eżatt tal- frazzjonijiet ta' l-iskart.", "Minn studji li saru mid-dipartiment jirriżulta li l-piż tal-plastic li ntrema matul is-sena 1998 kien ta' madwar 20,000 tunellata u dak ta' l- aluminium huwa ta' madwar 450 tunellata.", "SPORTS COMPLEXES", "12131.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni dwar is-siti eżatti magħżula għaż-żewġ sports complexes li se jinbnew f'Malta?", "Jista' jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol fuqhom, meta se jitlestew, u x'tip ta' attivita' sportiva ser tkun tista' tiġi pprattikata f'dawn il-komplessi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9407 mogħtija f'seduta numru 146.", "Rigward is-sit għall-kumpless ta' Safi/Kirkop, informat li din issa ġiet identifikata fil-parti msejħa \"Il-Karwija\", limiti ta' Ħal Kirkop/Safi.", "Bħalissa għadhom għaddejjin taħditiet mas-sidien attwali ta' l-art.", "F'dan l-istadju huwa għaldaqstant kmieni li jiġi determinat il-qies eżatt ta' l- art li se tintuża għall-bini ta' dan il-kumpless.", "BARRANIN - GĦOTI TA' LIĊENZJI", "12132.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Huwa korrett li jingħad li l-għoti ta' liċenzji għall-bejgħ mill-barranin, speċjalment mill-Għarab, ilu jsir għal mill-inqas erba' snin inkluż taħt l-amministrazzjoni preċedenti?", "Huwa korrett li jingħad li l- GRTU qatt ma lissnet kelma waħda ta' protesta meta fl-1997 barranin tħallew ibiegħu fit-Trade Fair kontra l-protesti riċenti tal-GRTU?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.", "PEMBROKE - REVERSE OSMOSIS", "12133.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju fuq il-livell ta' dioxin fl-ilma ta' l-impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke billi dan l- impjant huwa qrib il-Magħtab u ħafna ilma tax-xita minn din il-landfall jispiċċa fil-baħar ta' madwar l-impjant ta' Pembroke?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "ROMOL - TAXXA", "12134.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11980?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f`seduta 211.", "BANEK - BANK ĊENTRALI - IMPLIKAZZJONIJIET", "12135.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarux xi studji mill-gvern jew mill-Bank Ċentrali dwar l-implikazzjonijiet makroekonomiċi fuq l-ekonomija Maltija ta' l-EMU u l- introduzzjoni tal-EURO?", "Jekk iva, jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-qadi tal- missjoni tiegħu, l-Bank Ċentrali dejjem iqis x`implikazzjonijiet jistgħu jkollhom għall-ekonomija ta` Malta żviluppi ekonomiċi w finanzjarji nternazzjoniali, inklużi dawk li jissemmew fil-mistoqsija.", "Il- konklużjonijiet li jasal għalihom il-Bank jiġu riflessi fl-analiżi li tidher regolarment fil-pubblikazzjonijiet tiegħu.", "UE - CHIEF NEGOTIATION", "12136.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Nifhem sew mill-istqarrijiet li saru dan l-aħħar li l-gvern mhux se jaħtar chief negotiator dwar l-UE, jista' l-Ministru jikkonferma rapport li deher dan l-aħħar fil-ġurnal Malta To-Day li Malta bħal Ċipru se tkun net contributor lill-UE?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Gvern qed jaħdem sabiex jistabbilixxi struttura magħmula minn diversi uffiċjali ta' kompetenza li jkunu nkarigati li jmexxu n-negozjati mal-Unjoni.", "Il-kwistjoni ta' kemm il-pajjiż jikkontribbwixxi lejn u jibbenefika minn fondi tal-Unjoni malli jissieħeb għad trid tiġi stabbilita.", "Għalhekk, fiċ- ċirkostanzi eżistenti, kieku Malta kellha tissieħeb fl-Unjoni illum il- benefiċċji jkunu jeċċedu lill-kontribuzzjonijiet b'miżura sostanzjali.", "Ir-rapport li deher fil-ġurnal imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jitkellem dwar il-pożizzjoni kif tista tkun għaxar snin oħra.", "X'ser tkun is-sitwazzjoni f'dak iż-żmien ma nistax ngħid.", "Nawgura li, bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropeja, il-livell ta' l-għajxien f'Malta ikun tant għola li Malta tiġi net contributor sa għaxar snin oħra.", "PENSJONIJIET", "12137.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, l-aħħar ċekk tal-pensjoni flok kien ta' Lm170 kien ta' Lm161.23c?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni ta' dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat illi 'l-pensjoni tal-persuna ndkata mill-Onor.", "Membru hija korretta.", "Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet nfurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni li qed tirċievi.", "PA - PA 6261/99", "12138.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega l-iskop wara l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjnar PA 6261/99 (l/o Rabat) li saret mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-iskop wara PA 6261/99 hu sabiex tinbena kamra biex tissostitwixxi kamra oħra tas-sienja storika okkupata minn bidwi għal skopijiet agrikoli.", "Dan l-ispazju li bħalissa qed jokkupa l-bidwi għandu valur storiku kbir u japparteni ż-żmien Medjovali.", "GĦAWDEX - ILMA", "12139.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra r-raġuni għaliex it- telf ta' l-ilma (unaccounted on unbilled water) f'Għawdex żdied din l-aħħar sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "XWIEKI - BINI TA' ĠIBJUN", "12140.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-ġibjun li beda jinbena fix-Xwieki?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "AMBAXXATA MALTIJA", "12142.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min mill-ambaxxata ta' Malta fil-post attenda għaċ-ċerimonji, funzjonijiet u riċevimenti li saru fil-Jum Nazzjonali tal- pajjiżi msemmija u minn min kien akkumpanjat:", "USA - 4 ta' Lulju, 1999; Franza - 14 ta' Lulju, 1999; Belġju - 21 ta' Lulju, 1999; Eġittu - 23 ta' Lulju, 1999; Libja - 1 ta' Settembru, 1999; Ċina - 1 ta' Ottubru, 1999; Ġermanja 3 ta' Ottubru, 1999; u Spanja - 12 ta' Ottubru, 1999?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - DAY SURGERY - OPERAZZJONIJIET", "12143.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-biċċa apparat li hi nieqsa fis-sala ta' l- operazzjonijiet tad-Day Surgery biex ikunu jistgħu jsiru testijiet bl- istrument fuq l-irkoppa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent hemm Arthroscope wieħed li qiegħed jintuża, it-tnejn l-oħra qegħdin għat-tiswija.", "Hemm ukoll talba biex jinxtraw forceps għal dan l-apparat u qiegħdin fil-proċess ta` adjudication.", "ŻABBAR - TRIQ IN-NISSIEĠ", "12145.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li fi Triq in-Nissieġ, Ħaż-Żabbar, il-persuna li fil- pjanta li qed tintbagħat separatament qed titħalla tipparkeġġja coaches/tal- linja fil-garaxx immarkata bil-Plot No.43, ma tostakulax l-entratura ta' quddiem il-Plot No.69 fejn jgħixu r-residenti u għandhom l-vettura tagħhom u wkoll biex f'kull każ ssir barrier quddiem ir-residenza ta' Plot No. 69 u dan peress li x-xufier tal-coach qed wkoll jitla' l-bankina ta' quddiem din ir-residenza?", "Jaħseb il-Ministru li dan huwa każ ta' urġenza u li l-awtoritajiet diġa' jafu bih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-ilment li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant qed ikun investigat mill-Pulizija li ser tieħu azzjoni skond il-liġi.", "SAN ĠILJAN - TELGĦET B'KARA - XOGĦLIJIET", "12146.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li wara li jitlesta x- xogħol li qed isir bħalissa fi Telgħet B'Kara, San Ġiljan din it-triq terġa' tingħata t-tarmak mill-ġdid kollha kemm hi peress li tinstab fi stat xejn pjaċevoli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f`kuntatt mad-Dipartiment tad-Drenaġġ u l-kuntrattur li ħaffer it-triq dan l-aħħar sabiex ir-reinstatement tat-trinka isir sew, biex il-wiċċ tat-triq jerġa jiġi għall-istat li kien qabel sar ix-xogħol.", "SAN ĠILJAN - TRIQ B'KARA - GĦARAR", "12147.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender tas-Second Phase tal-proġett kontra l-għarar ta' Triq B'Kara, San Ġiljan inħariġx?", "Jekk inħareġ u ngħata, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jiġi esegwit ix-xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti ix-xogħol li se ssir fit-tieni fażi tal-proġett imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onorevoli Interpellant jieħu pjaċir jinnota illi l-Ministeru għall-Ambjent ħa ħsieb sabiex it-tender in kwestjoni ġiet aġġudikata u mistennija tingħata fi żmien qasir.", "Ix-xogħol ta' din it-tender jikkonsisti fi tħaffir ta' mina għall-ilma tax- xita minn fejn it-traffic lights li tkompli ma' dik eżistenti li toħroġ għal ġol-wied."]} {"filename": "20020212_696d_par.doc", "date": "2002-02-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 696 It-Tlieta, 12 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 696", "It-Tlieta, 12 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "696", "It-Tlieta, 12 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 589", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI 589", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI (KUMITAT)", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL (COMMITTEE STAGE) 593", "AĠĠORNAMENT 617", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 623", "MINUTI", "MR SPEAKER: Il-Minuti jiġu konfermati f'seduta oħra minħabba l-għadd kbir ta' emendi li kien hemm.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI", "TELEFONATI, FUEL, SAFAR U HOSPITALITY - INFIEQ", "30746.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' telephones u mobile phones fis-sena 2001 fil-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l- istess perijodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l- informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal- gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru la jrid iwieġeb dwar fuel, la dwar safar u lanqas dwar hospitality?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien mhux ma rridx inwieġeb imma kif diġa` għedt, din l-informazzjoni trid ħafna riżorsi u ħafna ħin biex tinġabar, madanakollu xorta waħda se tingħata fir-rapport finanzjarju li t- Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nixtieq infakkar li mistoqsijiet simili kienu jsiru anke meta din in-naħa kienet fuq in-naħa l-oħra u xorta waħda kienu jiġu mwieġba.", "X'sar fl-aħħar tliet snin u nofs biex jiġġustifika lill-Ministru jieħu l-pożizzjoni li mistoqsijiet ta' dan it- tip m'hemmx skop li jiġu mwieġba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, meta aħna konna fuq in-naħa l-oħra - u mhux suppost għax kellna l-maġġoranza tal-poplu - kienu jgħidulna li m'huwiex fl-interess tal-poplu li nkunu nafu ċerta informazzjoni.", "Issa jiena hawnhekk m'iniex qed ngħid hekk, anzi qed ngħid li l- informazzjoni se tinġabar xorta waħda u li l-gvern se jippubblikaha aktar tard matul is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru m'għandux għalfejn jipprova jiġġustifika n-nuqqas ta' accountability b'dak il-mod.", "Jien għamilt din il-mistoqsija għax peress li qed nitkellmu fuq il-flus miġbura mit-taxxi taċ-ċittadini, inħoss li risposta bħal din m'hijiex ġustifikata u waħda mill-funzjonijiet importanti tal-parlament hu proprju li jagħmel dan ix-xogħol ta' sorveljanza.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ħalli nfakkar lin-nies x'kienet tgħid din il-mistoqsija.", "Din kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq spiża li tagħlaq xahar u 12-il ġurnata oħra.", "Terġa' fir-risposta jiena m'għedtlux li din l-informazzjoni m'hijiex se tingħata imma qed ngħid iswed fuq l-abjad li l-informazzjoni dettaljata dwar infiq attwali tal-gvern se tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "Jiġifieri jiena m'iniex nipprova naħbi għax kieku kont inwieġeb bħalma kienu jwieġbu huma dak iż-żmien, b'mod partikolari fil-leġislatura bejn l-1981 u l-1987, meta lanqas biss kienu jidħlu għall-question time.", "Dak iż-żmien kienu jgħidulna li m'huwiex fl- interess tal-poplu li jkollna ċerta informazzjoni.", "Issa jien qed ngħid li fl-interess tal-poplu dan ir-rendikont ta' spejjeż qed jiġi miġbur mill-gvern u se jiġi ppubblikat aktar tard matul is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li l-Ministru aħjar joqgħod attent għax waħda mis-sinjali tas-senilita` hi li ma tiftakarx x'sar riċentement u tibda tiftakar x'ikun sar ħafna snin qabel.", "Allura jekk fir-rapport finanzjarju tat-Teżor ma jkunx hemm id-dettalji li qed nitolbu hawn, il-Ministru mbagħad ikun dispost li jwieġeb?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien ma nemminx fil-\"jekk\" li biha l-Onor.", "Bartolo qed jipprova jagħti stampa mċajpra biex idaħħal id-dubju.", "Aħna m'aħna naħbu xejn u ladarba tinġabar l-informazzjoni, din se tingħata.", "Aħna mhux se nużaw id-diska l-antika tagħhom li m'huwiex fl-interess tal-poplu li nkunu nafu.", "Dawn huma ħwejjeġ il-poplu u l-parlament għandu d-dover li jagħti rendikont sa l-inqas ċenteżmu li jintefaq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-horizontal issues tal-common market organisation and rural development ġewx approvati mir- rappreżentanti tal-bdiewa, tar-raħħala u dawk kollha li kienu involuti fil- laqgħat tal-MEUSAC?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, filli qed nistaqsu dwar telephones u filli morna għall-SMPPMA u r-rural development!", "Din qiegħda tiġri ta' kull ġimgħa!", "(Interruzzjonijiet)", "Il-gvern lesta rapport, l-SMPPMA, u għadu qiegħed jirtukkah.", "(Interruzzjonijiet) Issa ħu paċenzja u ismagħni.", "Dan huwa programm ta' finanzi ntiż biex bil-mod il-mod il-protezzjoni fuq il-biedja lokali titneħħa, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan stqarru iswed fuq l-abjad il-Kap ta' l-Oppżizzjoni meta fl-1998 kien ta intervista f'\"The Times\" u qal li bil-politika tiegħu ta' Svizzera fil-Mediterran, il- levies xorta waħda kienu se jitneħħew.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jien għandi dritt inwieġeb.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid dan id- dokument, jista' jfittxu, għax jiena poġġejtu xi tliet darbiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qiegħed jimmiżlijdja lill-Kamra u dak li qiegħed jgħid m'huwiex korrett.", "Jiena staqsejtu jekk fil-laqgħat tal- MEUSAC ġiex approvat dan id-dokument.", "Dak hu l-business tal-mistoqsija tiegħi.", "MR SPEAKER: Imma dan m'huwiex point of order, Onorevoli.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom ma noħolqux dibattitu fuq domanda parlamentari.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk!", "Il-Ministru jkompli jirrispondi fuq ir-responsabbilta` tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Farrugia, poġġi bil-qiegħda jekk jogħġbok.", "Qed nieħu din l-okkażjoni biex nagħmel l-appell tiegħi lill-Membri sabiex jagħmlu l-mistoqsija tagħhom kemm jista' jkun fil-qosor.", "(Għajjat) Jekk jogħġbok, Onor. Farrugia, ma rridx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma nistax nittollerah, Mr Speaker.", "Dak qed jinganna lill-Kamra.", "(Għajjat)", "MR SPEAKER: Se jkompli nissospendi s-seduta.", "Fid-9.13 a.m. il-Kamra ġiet sospiża minħabba diżordni u rriżumiet fid-9.19 a.m.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "TELEFONATI, FUEL, SAFAR U HOSPITALITY - INFIEQ", "30747.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' telephones u mobile telephones fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li kienu jaqgħu taħtu matul is-sena 2001?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "ENEMALTA – DAWL", "30748.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li t-toroq bla isem fl-inħawi ta' Masrija u Triq il- Fortizza jingħataw isem u jiġu mdawwla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-tweġiba li tajt għal mistoqsija numru 30708, waqt seduta numru 691, tapplika għal din il-mistoqsija wkoll, jiġifieri l-każ ġie mgħoddi lill-Enemalta biex tara meta jkun adattat li wieħed idawwal it-triq imsemmija.", "TELEFONATI, FUEL, SAFAR U HOSPITALITY - INFIEQ", "30749.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' telephones u mobile phones fil- ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li kienu jaqgħu taħtu matul is-sena 2001?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l- hospitality matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Sakemm ma ningħatax raġuni għafejn qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippublika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk ġewx investigati l-aħħar ilmenti dwar ċerti priġunieri li kienu qed jitolbu trattament mediku u ma ngħatalhomx.", "Jirriżula li dawn tant kellhom konsegwenzi serji fuq saħħithom li għal xi ħinijiet kienu anke fil-periklu tal-mewt.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-gvern jonfoq madwar Lm40,000 fuq team mediku li jkun qiegħed fil-ħabs 24 siegħa u meta jkun hemm il-ħtieġa, dawn il-priġunieri jintbagħtu l-isptar biex tingħatalhom il-kura li jkollhom bżonn.", "F'dan il-każ l-individwu kiteb lill-maġistrat, permezz ta' l-avukat tiegħu, u dan qed jagħmel l-investigazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Huwa veru li fl-aħħar xahrejn intilfet il-master key li biha hemm aċċess għall-bibien taċ-ċelel u l-postijiet kollha li hemm fil-ħabs?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, dan ma jirriżultalix.", "TELEFONATI, FUEL, SAFAR U HOSPITALITY - INFIEQ", "30750.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' telephones u mobile phones fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li kienu jaqgħu taħtu matul is-sena 2001?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l- hospitality matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru tat-Turiżmu): Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, pajjiżna qed jippromwovi dak li nifhmu bih bħala l-eko-turiżmu u rriżulta li skond l-Unjoni Ewropea l-gvern għad m'għandux pjan u strateġija amministrattiva għal dan it-tip ta' żvilupp rurali li huwa konformi biex jisfrutta l-eko-turiżmu.", "Fid-dawl ukoll li fit-tweġibiet preċedenti l-Ministru qal li ma jaqbilx li għandna jkollna kumitat nazzjonali għall-iżvilupp tal-kampanja, jista' allura jispjega x'inhi l-aġenda tal-gvern biex dan it-tip ta' turiżmu jkun tabilħaqq sostnut bl-istrutturi li l-gvern kellu matul it-tliet snin li għaddew jew li se jaġġorna għax-xhur li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nixtieq nippreċiża li l-Onor.", "Membru m'għamilx domanda fis-sens li għamel issa imma talabni biex nikkonsidra kumitati dwar żvilupp rurali u l-agro-turiżmu u jien irriferejtu għal xogħol li qed jagħmel sieħbi l-ministru responsabbli mill-biedja u s-sajd.", "Ix-xogħol li qed jagħmel il-ministeru, l-NGOs, id-dipartiment tal-gvern u l-awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-ministeru, f'din is-sena partikolari qed iwieġeb għas-sejħa li għamlu n-Nazzjonijiet Uniti meta ddedikaw din is-sena għall- eko-turiżmu.", "Fid-dinja tal-lum, għalkemm it-trend hi li n-nies isiefru, speċjalment fil- btajjel tas-sajf, għadu qawwi, m'għadtx għandu l-istess ritmu ta' qabel.", "L- organizzazzjoni dinjija tat-turiżmu flimkien man-Nazzjonijiet Uniti qed ifakkru lil kull stat membru tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll lil kull stat membru ta' l-organizzazzjoni dinjija tat-turiżmu, anke għas-sopravivenza ta' l-istess industrija tat-turiżmu, li wieħed ma jaħsibx sempliċement mil- lat materjali u mil-lat ekonomiku imma jħares ukoll mil-lat ambjentali ta' kif l-industrija tat-turiżmu tolqot pożittivament jew negattivament in- natura u l-wirt nazzjonali.", "Huwa importanti li aħna nvarjaw il-prodott tagħna, niddiversifikawh - speċjalment aħna li m'għandniex xtut kbar u allura ma nistgħux nikkompetu mal-pajjiżi tal-Mediterran għas-swieq tas-sajf - u kemm jista' jkun naraw il-preġji tagħna biex fejn għandna s-saħħa u fejn aħna differenti minn ħaddieħor, insaħħu l-prodott turistiku u nippromwovuh għal turiżmu alternattiv.", "Fil-fatt l-agro-turiżmu huwa ggruppjat taħt numru ta' attivitajiet ta' turiżmu alternattiv.", "Għal din ir-raġuni l-gvern qed iħejji programm sħiħ biex matul din is-sena jinvolvi l-ministeri, id-dipartimenti u l-entijiet kollha li tagħhom għandu r-responsabbilta` biex iwassal kemm jista' jkun dan il-messaġġ.", "Aħna rridu li kemm jista' jkun dan jasal lil kulħadd għax huwa importanti li kulħadd jirrealizza li għandu sehem kemm fis-suċċess u anke fin-nuqqas ta' suċċess ta' din l-industrija.", "Għalhekk ta' spiss naraw fuq il-media xi ministru, kap ta' dipartiment jew kap ta' xi enti oħra, li jkun qed imexxi dan il-programm ta' eko-turiżmu biex dan il-messaġġ jidħol bil-mod il-mod.", "Per eżempju, qegħdin inniedu programm bi premjijiet li jikkonsisti f'essay competition dwar l-eko- turiżmu għat-tfal ta' l-iskola.", "Dan se jixxandar għada mill-Fondazzjoni ECO u se jkollna wkoll laqgħa mat-tfal ta' l-iskejjel li kienu awturi żgħar ta' pubblikazzjoni.", "B'dan il-mod wieħed jibda mill-bażi biex idaħħal din il-mentalita` li tenħtieġ tidħol f'moħħ il-Maltin.", "Huwa importanti li aħna nitfgħu ż-żerriegħa fuq iż-żgħażagħ tagħna, nedukawhom u ninkluduhom imma fl-istess ħin huwa importanti wkoll li anke lil dawk li huma aktar maturi nwasslulhom il-messaġġ biex jisimgħuh u jifhmuh.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, ippreseda.", "(Ikompli mis-6 ta' Frar 2002)", "Klawsola 17 – Il-Kunsill joħroġ in-nefqa mid-dħul.", "Clause 17 – Council to meet expenditure out of revenue.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, mill-aħħar darba li ltqajna 'l hawn ħejjejt sensila ta' emendi għall-klawsoli li rridu ngħaddu f'din it-taqsima dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji kif ukoll il-proposta li kien se jressaq l-Onor.", "Evarist Bartolo dwar il-forum nazzjonali bħala klawsola ġdida li niġu għaliha iktar tard.", "Iktar tard ukoll fil-kors tad-diskussjoni f'dan l-istadju, nixtieq nirritorna għal klawsola 16 li diġa' għaddejna biex nagħmel recommital tagħha għaliex nixtieq nipproponi emenda għal paragrafu 6.", "F'dan l-istadju nistgħu nipproċedu bi klawsola 17 u nkomplu bl- eżami ta' l-abbozz ta' liġi bi proċedura normali.", "Sur President, is-sustanza ta' din it-taqsima ttieħdet min-numru ta' liġijiet li diġa` għaddejna f'din il-Kamra.", "F'ċertu sens nistgħu insejħulha template għalkemm f'dan il-każ irrealizzajt li hemm diversi ripetizzjonijiet u frażijiet oħrajn li wieħed kien jeħtieġ li jnaddaf.", "Hija taqsima li fiha se jkollna numru ta' emendi li għaddejt lill-Onor.", "Bartolo.", "Madankollu xorta se tibqa' s-sustanza li addottajna fis-sens ta' dispożizzjonijiet finanzjarji ta' dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet pubbliċi.", "Għedna li dawn iridu jġibu parteċipazzjoni bejn is-sistema tad- dipartimenti tal-gvern u s-sistema ta' dawn l-entijiet illi jkollhom il- personalita` ġuridika tagħhom awtonoma.", "Klawsola 17 li għaliha m'għandi l- ebda emenda, hija l-klawsola illi qiegħda tipprova tistabbilixxi ċerti prinċipji fis-sens illi wieħed qiegħed ipoġġi quddiem il-kunsill Malti għall-kultura u l-arti l-iskop li jaħdem biex in-nefqa meħtieġa għall-qadi kif imiss ta' dmirijietu għandha kemm jista' jkun tiġi mid-dħul li jagħmel.", "Huwa prinċipju, Sur President, li qegħdin nippruvaw nenfasizzaw.", "Kull min qiegħed jamministra fondi pubbliċi jew missjoni pubblika qed ibiddel il- mentalita'.", "Qabel meta konna nagħmlu xi ħaġa pubblika kulħadd kien jistenna li l-fondi taħseb għalihom il-Kaxxa ta' Malta.", "Illum qed nitbiegħdu minn dik il-mentalita' fis-sens li min għandu missjoni pubblika x'jaqdi jrid jipprova jġib il-fondi permezz tal-istess attivita.", "Fl-istess klawsola u fil-provvedimenti li jiġu wara jidher ċar illi dan jirrikjedi s-sostenn ta' l-istat u l-appoġġ finanzjarju tal-gvern.", "Dan se jsir iżda qed ngħidu lill-kunsill li sa fejn jista' w sa fejn hu prattiku, iġib il-fondi hu.", "Hawnhekk ikollna provediment fejn jekk wieħed ma jifdix jista' għallinqas jassigura dħul effettiv ta' fondi biex isostni dawn il- proġetti u għalhekk fil-paragrafu ta' wara ngħidu li l-kunsill għandu jiġbor kull dritt, rata u pagament ieħor li jista' jiġi preskritt b'dan l- att.", "Dan għaliex meta l-kunsill jiġi biex idaħħal flus minn xi ħaġa bħal xi dritt irid ikun hawn regolamenti li jippermettulu li jagħmel dan.", "Qed jintqal ukoll li fil-każ – f'dan il-każ ipotetiku - illi jkun hemm eċċess ta' dħul fuq in-nefqa il-kunsill jista' japplika l-istess dħul bħala fond ta' riserva li jrid jintuża għar-raġunijiet li għalih ikun twaqqaf il- kunsill.", "Naturalment ikun hemm il-konsultazzjonijet meħtieġa mal-gvern biex dan ikun jista' jsir.", "Anke hawnhekk ngħid li dan li ġej huwa ipotetiku, ma ġarax f'ħafna pajjiżi u ma naħsibx li se jiġri f'Malta imma żammejna u segwejna l-mudell ta' entijiet oħrajn li għandhom aspetti kummerċjali ħafna iktar b'saħħithom minn dan il-mudell.", "Il-klawsola qed tippermetti wkoll li l-ministru jista' jordna trasferiment ta' parti minn dawn id-drittijiet, rati jew pagamenti li jistgħu jinġabru lill-gvern.", "Dan jista' jsir anke fil- każ ta' l-eċċess li jista' jkun hemm.", "Fl-aħħar paragrafu qed ngħidu wkoll illi l-kunsill għandu jara li l-flus li ma jkunx qed juża immedjatament għandhom ikunu salvagwardati u investiti b'mod li jkun approvat mill-ministru.", "Hija klawsola li għandha dan il- messaġġ imma li qiegħda tinkoraġġixxi biex il-kunsill kemm jista' jkun jara li l-attivitajiet tiegħu ikunu sostnuti.", "L-attivitajiet iridu jiġu sostnuti b'ċertu dħul u b'approach ta' business management.", "Kif se naraw iktar tard il-gvern se jkompli jagħmel il-parti tiegħu bil-limitazzjonijiet finanzjarji biex jappoġġja l-iskopijiet u l- funzjonijiet tal-kunsill.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Agreed).", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 – Għotjiet bil-quddiem mill-Gvern", "Clause 18 – Advances from Government", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fi klawsola 18 Sur President, qegħdin nitkellmu dwar l- għotjiet li jsiru lill-kunsill mill-ministru responsabbli għall-finanzi.", "Naturalment il-ministru tal-finanzi jista' jagħmel dawk l-għotjiet taħt dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet illi jista' jqis li jkunu adatti.", "Dan biex il-kunsill ikun jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu aħjar.", "Dawn l-għotjiet, Sur President, iridu jsiru mill-fond konsolidat u jistgħu jsiru mingħajr ebda approprazzjoni ulterjuri minbarra dan l-att, b'ordni ffirmata minnu li tkun tawtorizza lill-accountant general li jagħti dawk il-flus bil-quddiem.", "Dan huwa l-artikolu li jawtorizza lill-ministru tal-finanzi illi skond kif ikun meħtieġ u deċiż mill-gvern tal-ġurnata jgħaddi fondi lill-kunsill apparti minn dawk il-fondi li jgħaddu minn taħt proċedura ta' l-estimi ta' kull sena.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: X'aktarx li diġa' kellna l-okkażjoni li niddiskutu u l-ministru ta spjega ta' dan li se nsaqsi għaliex huwa simili għal dak li ddiskutejna fl-abbozz tal-patrimonju kulturali.", "Huwa ovvju illi l-vot finanzjarju ta' dan il-kunsill se jkun fl-estimi ġenerali.", "Nistaqsi jekk hux se jkollna vot li jiġbor globalment in-nefqa f'dan il-qasam jew hemmx il-ħsieb li l-entitajiet li s'issa baqgħu jingħataw il-flus bħat- teatru Manoel jibqgħu jingħatawlhom separatament.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt huwa għalhekk li qed inressaq l-emenda għal klawsola 19 fuq il-kumment li għamel l-Onor.", "Bartolo l-aħħar darba.", "Hu kien qed juri ċerta preokkupazzjoni dwar jekk hux se ikun hemm somma sħiħa intestata f'isem il-kunsill jew inkella nżommux ukoll is-sistema li tkopri l-personnel, operations u affarijiet oħrajn u toħroġ somma għalhekk.", "Minħabba dan fl-emenda ta' wara jiena qiegħed ngħid li l-ministru jista' jagħti d-direttiva dwar l-applikazzjoni ta' dawn l-ammonti.", "Naturalment ma naħsibx li huwa għaqli li nintrabtu li jiġu ntestati f'isem it-teatru Manoel u f'isem entitajiet separati oħrajn.", "Naħseb li dik għandha titħalla kif inhi llum, biex wieħed imbagħad jagħmel l-isteżura ta' l-estimi skond kif ikunu ċ-ċirkostanzi fil-mument.", "Illum għandna dawn l-entijiet u wieħed jista' jarahom, imma x-xogħol ta' Klawsola 18 huwa minħabba dan.", "Iktar tard se nispjega kif isiru l-estimi u kif jiġu ppreżentati, u se nidħlu fid-dettall tagħhom.", "Klawsola 18 hija l-empowerment tal-ministru tal- finanzi u tal-gvern illi jista' jagħmel għotjiet mingħajr appropriation bill in virtu` ta' din il-klawsola.", "Se nagħti eżempju.", "Jista' jinqala' xi ħaġa lil Dar il-Mediterran jew ikollha bżonn ir-restawr tal-faċċata u hemm bżonn jintnefqu Lm300,000 li wieħed ma jkunx ħaseb għalihom fil-budget.", "Il- ministru tal-finanzi jista' jkollu l-awtorizzazzjoni taħt din il-klawsola li jgħaddi lill-kunsill dak l-ammont ta' flus taħt dawk il-partijiet u kundizzjonijiet għall-iskopijiet li jiġu ffissati in virtu' ta' din il- klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra.", "Agreed.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 19 - Allokazzjoni ta' flejjes lil entitajiet kulturali u artistiċi", "Clause 19 – Allocation of funds to cultural and artistic entities", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif kont qed nindika, għandi emenda għal din il- klawsola għax titkellem proprju fuq l-allokazzjoni ta' flejjes lill- entitajiet kulturali u artistiċi u tintrabat ma' klawsola 7.", "Meta għaddejna klawsola 7 konna qegħdin ngħidu li l-kunsill irid jgħaddi dawk il-flejjes li jistgħu jiġu allokati mill-gvern għat-tmexxija, l-amministrazzjoni u l- ħteġijiet operattivi ta' l-entitajiet elenkati fl-ewwel skeda li tinsab ma' dan l-att.", "Dawn huma t-Teatru Manoel, Dar il-Mediterran, u dawk l- entitajiet li diġa` semmejna.", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu li l-kunsill irid jirċievi mingħand il-gvern u minn ġol-fond konsolidat dawk l-ammonti li jistgħu ikunu meħtieġa għal din l-allokazzjoni.", "Hawnhekk irrid nemendaha billi nżid paragrafu biex ngħid li l-ministru jista' jagħti lill-kunsill direttivi dwar l-applikazzjoni ta' dawk l-ammonti, imsemmija fis-sub artikolu 1 ta' dan l-artikolu.", "Dan qed nagħmluh biex nassiguraw li ma niġux fis-sitwazzjoni fejn kunsill jagħmel deċiżjonijiet illi ma jkunux fil- kwadru ta' policy li l-ministru tal-ġurnata jkun qed isegwi.", "Sal-lum il-kwadru tal-policy tagħna huwa li nsegwu l-linja li nintestaw ammonti deċiżi bil-quddiem għat-tmexxija ta' l-amministrazzjoni u l- operazzjoni ta' diversi entijiet: St. James Cavalier, Dar il-Mediterran, l- orkestra nazzjonali, it-teatru manoel, u Fondazzjoni Patrimonju Malti.", "Il- ministru qed jirriżerva d-dritt bl-iktar mod espliċitu li jkunu jista' jibqa' jagħti direttivi dwar l-applikazzjoni tagħhom.", "Minħabba dan Sur President, għandi emenda għal klawsola 19 li tgħid hekk:", "\"E\" Il-klawsola 19 għandha tiġi emendata kif ġej:", "a) klawsola 19 għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala s-subklawsola (1) tal-klawsola preżenti; u", "b) wara s-subklawsola (1) kif enumerata mill-ġdid għandha tiżdied is- subklawsola (2) ġdida li ġejja:", "\"(2) Mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni oħra ta' dan l-Att, il-Ministru jista' jagħti lill-Kunsill direttivi dwar l-applikazzjoni ta' dawk l-ammonti msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu.\".", "\"E\" Clause 19 shall be amended as follows:", "a) clause 19 shall be renumbered as subclause (1) of the present clause; and", "b) after subclause (1) as renumbered there shall be added the following new subclause (2):", "\"(2) Without prejudice to any other provision of this Act, the Minister may give to the Council directives as to the application of those sums as referred to in subarticle (1) of this article.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 19 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 – Il-Kunsill jista' jissellef jew jiffinanzja kapital", "Clause 20 – Power to borrow or raise capital", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija awtorizzazzjoni li l-kunsill jista' jkollu bżonn f'każ li jkun irid jissellef jew jiġġenera xi fondi għall-iskopijiet tal-funzjoni tiegħu.", "Fl-iżvilupp normali ta' dipartiment tal-gvern, wieħed ma jaħsibx f'xi ħaġa bħal din, Sur President, imma meta jkollna kunsill li għandu l-personalita` ġuridika tiegħu u li taħtu għandu entijiet li għandhom funzjonijiet u aspetti kulturali u artistiċi u anke ta' natura kummerċjali, ikun tajjeb li wieħed joħloq din il-possibbilta'.", "Tintużax jew le jiddependi mill-gvern tal-ġurnata biex il-kunsill innifsu jidħol f'arranġamenti finanzjarji għal skopijiet ta' twettieq ta' funzjonijiet tiegħu.", "B'din il-klawsola qed nirreferu għall-iskop li jitwettaq xi wieħed mid-dmirijiet ta' dan il-kunsill u dan irid l- approvazzjoni tal-ministru flimkien mal-ministru responsabbli għall- finanzi.", "Dan biex ikun jista' jissellef jew jiġġenera flus mingħand ħaddieħor b'dawk l-kundizzjonijiet li jiġu approvati mill-ministru tal- finanzi bil-miktub.", "Il-kunsill jista' wkoll ikollu overdraft biex ikun jista' jwettaq l-operazzjonijiet ta' kuljum tiegħu.", "Qed ngħidu li biex jagħmel l-overdraft jista' jaqbad u jagħmilha pero' biex jeċċedi l-Lm50,000 tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-gvern tal-ġurnata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Forsi m'inix qed nifhem kompletament din il- klawsola.", "Din kont diġa` ġbidt l-attenzjoni għaliha fl-istadju tat-tieni qari.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-kliem", "\"iżda għal kull ammont ta' iżjed minn Lm50,000 tkun meħtieġa l- approvazzjoni tal-ministru bil-miktub.\"", "Niftakarni nqajjem il-mistoqsija jekk il-Lm50,000 hijiex il-massimu li jista' jissellef il-kunsill, jew jistax jissellef sensila ta' Lm50,000.", "Niftakarni nqajjem punt li forsi jinstema' redikolu jekk il-kunsill jistax jissellef sensiela ta' Lm49,999.", "Dik naħseb hija mistoqsija li ta' min jidħol daqsxejn fiha.", "Qed ngħid hekk minħabba li l-ammont jista' jitla'.", "Kultant min ma jkunx f'dan il-qasam faċli jagħmel l-iżball li jaħseb li meta niġu biex nitkellmu fuq attivitajiet kulturali, qed nitkellmu biss fl- arja, fuq l-ispirti u fuq il-korporazzjoni u fuq affarijiet intanġibbli.", "F'dan il-qasam hemm ammont ta' flus mhux ħażin u jispjegawli li hemm modi differenti ħafna kif tħaddem dawn il-flus.", "Wieħed jista' jħaddimhom b'mod għaqli billi diġa` jkollu budget limitat.", "Nies li jaħdmu f'dan il-qasam spjegawli li jekk tmur direttament għand artist jew kantant forsi jeħodlok terz tas-somma milli kieku wieħed imur għand l-aġent tiegħu.", "Ikun hemm commission għall-aġent u commission għal min għamel kuntatt personali miegħu.", "Is-somma tikber u ftit minnha tkun marret dirrettament fuq ix- xogħol artistiku.", "Jien qed nittama u nawgura li nibdew inħarsu iktar bis- sens u fid-dettal lejn in-nefqa - anke jekk ikun vot żgħir - li għandna fil- qasam kulturali.", "Jiena niftakarni nħares lejn ċerti kontijiet u lejn ċerti karti li jinkwetawni.", "Qed nirriferi għal diversi esperjenzi ta' entitajiet li nivvutawlhom flus minn din il-Kamra u x'ħin nara kif jintefqu tibda tinkwieta.", "Irrid ngħid li ċerti opri ħallew telf konsiderevoli u dan mhux għax ma jkunux ippattrunizzawhom.", "Veru li t-teatru għandu l-limitazzjonijiet tad-dħul tiegħu iżda ninkwieta meta nara kif jintefqu l-flus.", "Eluf ta' liri jintnefqu fuq is-safar min-nies li jmorru jġibu din l-opra.", "Dawn imorru barra biex jarawhom u biex jagħmlu l-auditions.", "F'ġieh id-dinja ejja nkunu serji.", "Jien nippreferi li dak li jkun jgħidli li se jieħu safra u se jmur f'lukanda biex jiekol ikla tajba minn fuq dahar it-taxpayer milli joqgħod iġib ħafna ġustifikazzjoni retorika u sabiħa għala qed jintefqu dawk il- flejjes.", "Qed ngħid hekk għax diġa` għandna budget limitat ħafna.", "Diġa` għandna ħafna limitazzjonijiet f'dan il-qasam, u jiena ngħid li jkun skandaluż li jekk il-ftit flus li għandna, flok nonfquhom direttament fl- attivita' artistika u kulturali, jispiċċaw imorru fuq ikliet, fjuri u affarijiet oħrajn.", "Jiena rajt kontijiet li waħħxuni ta' persuna li ġiet Malta.", "Lil din ippreżentawha biLm360 bukketti tal-ward.", "Jiena nemmen li fil- lingwaġġ ta' l-okkażjonijiet kulturali u f'dawn is-serati teżisti d-drawwa li tagħti bukkett ward jew tnejn.", "Ħafna drabi Lm360 huwa l-budget li grupp żgħir tat-teatru f'pajjiżna jkollu bżonn biex itella' r-rappreżentazzjoni tiegħu.", "Naħseb li dawn ma jkunux flejjes minfuqa tajjeb u la qed niddiskutu l-aspetti finanzjarji tal-ħidma kulturali u qed nifhmu l-funzjonijiet ta' dan il-kunsill, nawguraw li nagħtu iktar kas ta' kif jintefqu l-flus.", "Dan irridu nagħmluh mhux b'xi politika ta' xeħħa bla sens u li sempliċement toqgħod teqred u tarmi l-għaks imma biex naħdmu f'direzzjoni biex kemm jista' jkun il-ftit flejjes li għandna jmorru direttament fl-iżvilupp tat- talent artistiku u kulturali tagħna li nġibu minn barra u li nibagħtu barra.", "Nerġa' ngħid li f'sitwazzjoni ta' budget limitat, aktar u iktar irridu nkunu żguri li qegħdin nieħdu l-value for money.", "Nixtieq li l- ministru jerġa' jispjegali daqsxejn dik il-biċċa tal-Lm50,000 fil-prattika xi tfisser.", "Nerġa' nistaqsi jekk dan hux il-massimu ta' self li jista' jsir, għaliex tkellimt anke ma' xi nies fil-qasam tal-finanzi li qaluli li kif inhi artikolata tiftaħ wisq spazju għall-interpretazzjoni u allura anke għal-lok ta' abbuż.", "Ma nafx jekk il-ministru għandux x'jispjega f'din il- ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett nikkondividi dan it-tħassib, li qed jitkellem dwaru l-Onor.", "Bartolo u l-manjiera ta' kif tiġi ppjanata u kif effettivament issir in-nefqa f'dan il-kamp.", "Huwa kamp fejn il-ħin kollu niltaqgħu max-xenarju u naħseb li hu x-xenarju kreattiv fejn jista' anke jintuża għal skopijiet li m'humiex dawk intenzjonati b'dan l-abbozz ta' liġi.", "Sal-lum kien hawn id-diffikulta` li ftit li xejn ikollna ċ-ċans neżaminaw dan il-budget u naraw jekk hux budget raġonevoli jew mhux u kif qed jintnefaq.", "S'issa qatt ma dħalna f'dan il-kamp biex inpoġġu taħt il-lenti ċerti sitwazzjonijiet.", "Irridu nħarsu wkoll lejn il-manjieri l-ġodda li qed jintużaw.", "Jien jidhirli li l-uffiċju nazzjonali ta' l-awditur taħt is- sistema l-ġdida fejn l-awditur jirrispondi l-parlament iktar qed ikun effettiv fil-manjiera ta' kif jagħmel il-verifika.", "Għandna wkoll għodda ta' public accounts committee li tista' tidħol f'ċertu dettal.", "Dawk kollha huma eżerċizzji li jsiru wara li tkun saret in-nefqa.", "Jekk tkun saret in-nefqa u tkun saret żbaljata, l-interessi ta' dan il-kamp ibatu xorta u jista' jagħti l-każ li jista' jkun hemm xi konsegwenzi.", "Hawnhekk ngħid li nispera li l-mekkaniżmi ta' l-istrutturi li qegħdin noħolqu jirrisponsabbilizzaw iktar u jiċċaraw kif isiru l-affarijiet fil-management.", "Aħna għandna l- ħabta li mmorru minn estrem għal ieħor.", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn dipartiment tal-gvern li kollox irid jgħaddi minn taħt idejh ikun irid permessi kontra permessi.", "Dawn jispiċċaw jistultifikaw l-inizjattivi kollha.", "Sakemm fl-aħħar tittiehed deċiżjoni kulħadd ikun ġie demotivat, tilef l-interess u tkun intilfet l-opportunita'.", "Hemm l-estrem l-ieħor - li fl-opinjoni tiegħi dħalna fih - fejn dawk li jibqgħu bil-burokrazija tad-dipartiment governattiv ikollhom il-manjiera tagħhom.", "Jien naħseb li jrid ikun hemm it-triq tan-nofs.", "It-triq tan-nofs trid tfisser li nsarrfu l-accountability ta' kulħadd fis-sens veru tal- kelma.", "L-accountability ma tfissirx li jekk il-parlament ivvota Lm1 miljun wieħed jonfoqhom.", "L-accountability tfisser li l-parlament riedek tonfoq Lm1 miljun u nfaqthom bl-iktar mod effettiv.", "Wieħed irid jippotenzja l-valur tagħhom bl-akbar mod possibbli għall-iskopijiet li għalihom il-parlament ivvutahom.", "Din hi l-accountability għax kultant ikollna min jaħsibha mod ieħor.", "Issa biex inwieġeb il-mistoqsija, il-klawsola hija maqsuma fi tnejn.", "Għandna l-ewwel parti tal-klawsola li titkellem fuq self minn korp jew awtorita` oħra.", "Dak huwa self illi jrid isir ad hoc bl-approvjazzjoni ad hoc tal-gvern għall-iskop ad hoc tal-gvern.", "Fuq dan m'aħniex qed inpoġġu limitu.", "Il-limitu tal-Lm50,000 ma japplikax għal din.", "Dak huwa self kapitali u l-iktar li nista' nimmaġina li jiġri jkun għal skop kapitali.", "It- tieni parti tirriferi għall-awtorizzazzjoni lill-kunsill biex ikollu faċilita` ta' overdraft.", "Meta wieħed jieħu overdraft ikollu ceiling li ma jistax jaqbeż.", "Jekk wieħed jiġi biex jaqbeż dak is-ceiling miftiehem mal- bank irid jerġa' jidħol f'negozjati.", "Ġieli l-bank jaċċetta li jgħollih u ġieli ma jaċċettax.", "Il-proviso huwa marbut mal-Lm50,000 għat-tieni paragrafu għax hemm il-marka.", "Dak ifisser li l-proviso huwa l-proviso tat- tieni paragrafu mhux tal-klawsola kollha kemm hi.", "Hawnhekk qed ngħidu li l- kunsill jista' jinnegozja faċilita` ta' overdraft mal-bank u jekk jiġi biex jaqbiżha jrid il-permess tal-ministru.", "Dan ifisser illi m'aħniex qed nipprospettaw każ fejn wieħed l-ewwel jagħmel self ta' Lm49,000 u xahar wara jagħmel Lm49,000 oħra.", "Jien ma ninterpretax din il-klawsola hekk iżda ninterpretaha fuq l-overdraft facility li jkollu bżonn il-kunsill.", "Aħna qegħdin ngħidu li hemm self li jrid isir bl-approvazzjoni bil-miktub tal- ministru u wara konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-finanzi.", "Il- kunsill hu awtorizzat li jekk irid jieħu overdraft ta' Lm50,000 u ma jistax jaqbeż dan l-ammont.", "Jekk immorru fuq il-liġijiet tal-Malta standardisation authority u t-tourism authority nsibu li dawn il-liġijiet kollha li għaddejna f'dan l-aħħar sentejn huma prattikament lifted verbatim.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirrispondi ftit fuq il-punti li għamel il- ministru, anke bħala forma ta' riflessjoni tal-mistoqsijiet.", "Aħna ddiskutejna r-responsabbilitajiet u d-dmirijiet li se jkollhom in-nies li se jiffurmaw dan il-kunsill u anke li dan il-kunsill se ikollu xi beni u proprjeta` tiegħu.", "Nixtieq insemmi ftit kif qed tiżviluppa l-kultura bankarja.", "Hawn qed immorru daqsxejn 'l hinn mill-iskop immedjat ta' din il- liġi imma pero' qed niddiskutu fuq overdraft facilities u self.", "Għal żmien twil kellna d-drawwa li l-banek isellfu fuq proprjeta`.", "Issa d-drawwa qed tinbidel għall-ġid, anke jekk qed toħloq ċerti problemi serji.", "Naħseb li huwa tip ta' żvilupp li hemm bżonnu u l-banek aktar qed isellfu fuq fatturi oħra.", "Dan jagħmluh meta jkun hemm business plan serju u jaraw li l- organizzazzjoni li qed isellfu tkun viabbli u tista' tħallas lura is-self li qed tagħmel.", "Il-banek illum qed iħarsu aktar lejn il-performance fejn qabel kienu qishom dipartiment tal-gvern u kienu jsellfu kontra propjeta' anke jekk proġett ma jkunx viabbli.", "X'ħin jiġi biex jinħatar il-kunsill irid ikollu anke nies li għandhom il-prattika jew il-ħiliet u l- orjentazzjoni ta' dan it-tip ta' negozju ġdid.", "Importanti li jkun hemm nies li jemmnu f'business plan serja u mhux b'easy money.", "Ma niftakarx- għax qiegħed nitħawwad daqsxejn ma' l-abbozz l-ieħor - jekk għandniex xi klawsola li titkellem fuq il-business plan.", "Hawnhekk nagħmel apoloġija għall-mod kif qed nesprimi ruħi.", "F'din il-liġi jew fl-abbozz l-ieħor il- ministru kien qed jobbligahom li jippreżentawlu business plan.", "Madankollu se jkun importanti ħafna li jkun hemm business plan serju biex niżguraw il- viabbilita` ta' l-inizjattivi li jittieħdu", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 – Self mingħand il-Gvern", "Clause 21 – Borrowing from Government", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, fil-klawsola preċedenti konna qed nitkellmu fuq self li l-kunsill jista' jagħmel minn persuni, korpi jew awtoritajiet li m'humiex il-gvern.", "Din il-klawsola titkellem fuq is-self li l-gvern jista' jagħmel u li l-kunsill jista' jagħmel mingħand il-gvern u allura klawsola 21 titkellem dwar l-awtorizzazzjoni u l-poter li jkollu l- ministru tal-finanzi.", "Hawn nirriferu għal dawk l-affarijiet ta' xogħol ta' kapitali li l-kunsill jista' jkollu bżonn.", "L-enfasi u l-esklussivita' hija ta' xogħol ta' kapitali li jista' jikkuntratta jew jiġġenera self fuq dawk il-pattijiet jew kundizzjonijiet li l-ministru tal-finanzi jqis adatti u għal kull ammont dovut jew għal dak li għandu x'jaqsam ma' xi self fejn in- nefqa tkun fuq il-fond konsolidat.", "Fi kliem sempliċi, il-kunsill jista' jkollu proġetti kapitali li jiġu ffinanzjati minn self li huwa jagħmel mingħand il-gvern.", "Naturalment il- gvern jieħu mill-fond konsolidat imbagħad irid jara kif ipoġġihom lura.", "Din id-darba l-kuntratt ikun bejn il-gvern u l-kunsill.", "Naturalment meta jsir dan it-tip ta' self irid jingħata avviż malajr kemm jista' jkun lill-Kamra tar-Rappreżentanti bil-quddiem biex din ikollha informazzjoni dwar dak it- tip ta' kuntratt li jkun seħħ.", "Immedjatament jien mhux qed nara li napplikaw din il-klawsola pero` fil-futur ma nafux kif jevolvu ċ- ċirkostanzi u x'ikun hemm bżonn li jsir.", "Sakemm jiġi ġenerat dak is-self li qegħdin nirriferu għalih, il-ministru tal-finanzi jista', b'ordni li ġġib il-firma tiegħu u mingħajr ebda probjazzjoni ulterjuri li ma tkunx f'dan l-att, jawtorizza li l-accountant general jagħmel għotjiet bil- quddiem lill-kunsill u t-treasury clearance fund bil-kundizzjonijiet li jkunu stabbiliti.", "Meta niġu biex indaħħlu lura dak is-self u l-flejjes l-oħra kollha li għandhom jingħataw lill-kunsill taħt dan l-artikolu għandhom jitħallsu ġo fond imwaqqaf apposta.", "L-ammonti li jiġu riċevuti mill-accountant general mingħand il-kunsill għandhom jitħallsu fi treasury clearance fund.", "Dak li huwa ħlas li jsir biex jitħallas l-imgħax imur fil-fond konsolidat għax ikun imgħax li qed jiġi ffinanzjat anke biex il-gvern ikun jista' jagħtih lil ħaddieħor.", "Dan huwa l-mekkaniżmu adottat fil-mudelli l-oħrajn.", "Huwa mekkaniżmu ta' kif għandha tiġi proċessa relazzjoni ta' self bejn il-gvern u l-kunsill u l-awtorizzazzjoni li hemm bżonn.", "Hawnhekk qed ngħidu kif għandhom jiġu diviżi l-ħlasijiet biex jibqa' miżmum dejjem ċar il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas ta' l-imgħaxijiet li jkunu dovuti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed inkomplu nitkellmu fuq it-tmexxija tal- kunsill, accountability finanzjarja u mekkaniżmu tal-flus.", "Forsi hawnhekk ta' min jagħmel punt li jmur 'l hinn mill-abbozz ta' din il-liġi, pero' huwa wkoll rilevanti għaliha.", "F'pajjiżna d-diskussjoni għadha ma saritx fil- livelli kollha li nixtiequ li ssir u forsi għad m'hawnx kuxjenza biżżejjed dwar persuni li jkunu jokkupaw pożizzjonijiet fi strutturi pubbliċi, jew strutturi simili għal dan il-kunsill Malti għall-kultura u l-arti.", "Parti mid-dmirijiet tagħhom huwa li jamministraw il-fondi pubbliċi u qed tqum iktar ix-xewqa li dawn ikunu aktar accountable.", "F'pajjiżna ġieli ssir diskussjoni fuq kif in-nies tal-politika u n-nies li jokkupaw chairmanships, direttorati, fondazzjonijiet, kummissjonijiet u kunsilli bħal dawn iridu jkunu accountable u jagħtu rendikont tal-mod kif jamministraw u tal-mod kif jonfqu l-flus taċ-ċittadini.", "M'għandniex mekkaniżmi biżżejjed biex ikun hemm sens ta' responsabilizzazzjoni fejn naraw jekk hux qed jonfqu l-flus tajjeb jew ħażin.", "Hawnhekk diġa` ddiskutejna l-ħatriet u d-dmirijiet ta' nies bħar-rwol tas-segretarju tal- kumpanija u dwar kif inbidlet il-Companies Act.", "F'dan l-att hemm diskuss li wieħed irid ikun responsabbli anke personalment u direttament fuq kif isiru l-affarijiet u jista' anke jiġi mfittex personalment.", "Naf li f'dan il-każ inkunu qed nidħlu f'baħar pjuttost fond fuq il-kwestjoni tal-liġi amministrattiva, imma naħseb li għandna naraw kif inwieġbu għat-tħassib u l- kunsens li qed iqum fost ċittadini li jgħidulna li min qiegħed fil-ħatriet pubbliċi, jamministra l-flus taċ-ċittadini m'għandux dik il-kultura ta' accountability li għandu jkollu.", "Dan jiddependi ħafna mill-persuni involuti.", "Jien naqbel ma' min jgħid li tgħaddi kemm tgħaddi liġijiet u tieħu kemm tieħu passi xorta jifdal minn fejn ngħaddu pero` naħseb li għandna naħsbu bis-serjeta`.", "Ġie mxandar kodiċi ta' etika kif nies fi strutturi pubbliċi differenti għandhom iġibu ruħhom iżda naħseb li s'issa f'pajjiżna bqajna biss fuq appelli u fuq normi li bihom nixtiequ kif in-nies iġibu ruħhom.", "Għaldaqstant fl-ingranaġġi nfushom ta' l-istrutturi u tal-mekkaniżmi, għadna ma ħsibniex biżżejjed u naf li din toħloq problemi u ħafna kumplikazzjonijiet.", "Nerġa' ngħid li mhux f'pajjiżna biss imma f'ħafna pajjiżi, qed tqum iktar is-sejħa mhux biss ta' accountability politika.", "F'soċjeta' demokratika hekk għandu jiġri iżda ma nafx kif se nibdew.", "Meta nitkellmu fuq riformi u fuq ħolqien ta' strutturi ġodda irridu nistaqsu kif se nagħmlu biex dan is- sens ta' accountability ikun rifless anke fl-ingranaġġi strutturali.", "Dan irid ikun rifless anke fl-ingranaġġi strutturali ta' dawn l-istrutturi.", "Qed inqajjimha għaliex xi darba jew oħra irridu ngħaddu mix-xewqat u l- intenzjonijiet għax-xogħol konkret.", "Naf li s-sitwazzjoni hi kumplikata u naf li hu baħar fond imma naħseb li b'xi mod jew ieħor irridu nippruvaw nindirizzaw dan it-tħassib.", "THE CHAIRMAN: Il-ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dawn huma riflessjonijiet validi, Sur President, pero` naħseb li dan it-tħassib ġenerali li rrifera għalih l-Onor.", "Bartolo dwar l-accountability resqin lejh b'mod konkret.", "Naturalment l-Onor.", "Bartolo tkellem fuq kultura, u kultura ma tiżviluppahiex f'daqqa.", "Jekk naraw x'ġara fl-aħħar snin bil-ħolqien ta' istituzzjonijiet bħal PAC, l- uffiċċju ta' l-awditur, u anke ta' l-ombudsman insibu li l-aħħar tnejn huma ż-żewġ istituzzjonijiet li jirrispondu lil dan il-parlament u mhux lill- gvern tal-ġurnata.", "Naħseb li dawn huma istituzzjonijiet u proċeduri li kulmin qed imiss magħhom qed jgħaddi minn learning curve.", "Kull min kellu x'jaqsam mal-PAC u għadda mill-mamblu tiegħu jew inkella ġie eżaminat mill- uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur jew mar quddiem l-ombudsman kellu esperjenza li mmaturat lilu u lid-dipartiment.", "Jiena kelli okkażjonijiet fejn kelli l-feedback ta' dawn l-affarijiet u rajt li fid-dipartiment jidħlu l-miżuri korrettivi biex jekk kien hemm ħwejjeġ li kienu maħlulin jew li ma kenux qed isiru tajjeb ma jirrepetux ruħhom fil-futur.", "Naħseb li l-kultura qiegħda bil-mod il-mod tissawwar, Sur President.", "Irrid ngħid pero` li biex wieħed jittratta n-nefqa pubblika w jitkellem fuq accountability irid iħares lejn is-sistema kollha kemm hi.", "Is- sistema għandha x'taqsam mal-mod kif issir in-nefqa u mal-mod kif tiġi verifikata.", "Accountability tfisser li l-poplu li jkun qed iħallas it-taxxi w jirċievi servizz jara li s-servizz kellu kwalita' tajba u kemm kien cost effective.", "Naħseb li qegħdin dejjem nissikkaw u nirfinaw il-mekkaniżmu biex nassiguraw li n-nefqa ssir skond ir-regolamenti u ssir għall-iskop li għalih suppost saret.", "Jiena nsib li għad hemm mekkaniżmi li qegħdin ifixxklu lil min qed jamministra biex jassigura li jagħti servizz li fih value for money , li hu cost effective u li finalment iwassal is-servizz li għalih ikunu ġew applikati dawk il-flus.", "Għandna sitwazzjonijiet fejn l- accountability tfisser li tassigura li s-servizz jingħata lill-orħos offerent.", "Meta jingħata lill-orħos offerent kulħadd jiġi paċi miegħu nnifsu u malli l-awditur nazzjonali u l-awditur tal-gvern jiftħu l-file jaraw paġna waħda li tgħid: l-offerta ingħatat lill-orħos offerent.", "Wara dan ma nidħlux iktar fil-fond biex naraw kif l-irħis ġie għali u kif l-irħis issarraf fi kwalita` inferjuri u mhux tal-livell li suppost sar.", "Naħseb li f'dan il-pajjiż kulħadd jaqbel li għandna bżonn naħdmu fuq accountability u meta tipprova tħaddimha l-istorja tkun differenti.", "Madankollu meta naslu biex niddeċiedu rridu naraw liema hi l-aħjar għodda li rridu nużaw biex ikollna din l-accountability.", "Jekk jien inkun kap ta' dipartiment li nkun reponsabbli li nagħti servizz u jkolli l-fondi pubbliċi għalih inkun marbut b'regolamenti ta' dawk il-fondi pubbliċi għal dak is-servizz.", "Il-flus inkun irrid napplikahom b'ċerta manjiera u kultant il-flus joħorġu u l-poplu jibqa' bla servizz jew servizz ħażin.", "Ta' dan kultant ikunu jridu jintefqu aktar flus biex nirranġaw il-ħsara li tkun saret.", "It-tibdil irid isir b'sistema u rridu nsibu wkoll il-manjiera kif politikament ma nagħmluhiex impossibbli li din l-accountability titwettaq.", "Li qed jiġri hu li min ikun fl-oppożizzjoni, għal raġunijiet fondati jew mhux fondati jixħet dubju fuq deċiżjonijiet amministrattivi li jittrattaw in-nefqiet pubbliċi.", "Min jamministra jibda jagħżel il-linja fejn l-anqas jiġi attakkat.", "Ħafna drabi dik tkun il-linja li mhux neċessarjament tkun fl- interess tal-poplu biex tagħtih is-servizz ta' kwalita`.", "M'iniex qed ngħid li jiena għandi s-soluzzjoni, u mhux qed ngħid biex nbiddlu qabel ikollna s- soluzzjoni għax aħjar is-sitwazzjoni li nafu u li tagħtina ċertu fren milli sitwazzjoni maħlula.", "Ma nistgħux ngħidu li rridu l-accountability u fil- budget noqogħdu ngħidu li dak kellu spiża esaġerata fit-telefon u l-ieħor tal-petrol fil-karozza u l-fringe benefits.", "Dawn irridu nidħlu fihom u naħseb għal dik it-tip ta' ħaġa hawn diġa' l-mekkaniżmi li jippermettu.", "Għadna ma wasalniex għall-istat fejn mill-iskoperta tal-ħela u mill- iskoperta ta' l-abbuż ngħaddu għal sanzjonijiet u għal rimedji biex ma jibqgħux jirrepetu ruħhom dawn l-affarijiet għax għad irridu niżviluppaw iktar hemmhekk.", "Meta nirreferi għall-accountability nara wkoll id- dimensjoni l-oħra tagħha li tiġri kuljum fid-deċiżjonijiet li jittieħdu u li jsiru abbażi tar-regoli, tal-policies u tal-prattika.", "Ir-riżultat tagħhom hu riżultat li jeħilsek mix-xibka ta' l-awditur nazzjonali imma m'hemmx analisi kritika biżżejjed li tistaqsi.", "Irridu nistaqsu għaliex il- poplu għażel it-tali servizz u t-tali skola u naraw x'irridu nagħmlu b'dawn l-affarijiet.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li l-membri tal-kunsill huma meqjusa bħallikieku huma uffiċjali pubbliċi fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom mal-kunsill anke jekk ma jkunux uffiċjali pubbliċi għall-finijiet tal- kodiċi kriminali.", "Hawnhekk qed ngħidu li mhux għax impjegat jew uffiċjal mhux qed jaħdem mal-gvern jista' jaħseb li m'għandux responsabbiltajiet pubbliċi.", "Aħna nafu li l-uffiċjali pubbliċi li fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom jivvjolaw liġijiet li jġibu magħhom sanzjonijiet kriminali, proprju għax huma uffiċjali pubbliċi s-sitwazzjoni tiġi trattata f'dawl iktar gravi u qed napplikaw dak l-aggravju tal-kodiċi kriminali anke għal min jaħdem mal-kunsill.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena naqbel mal-ministru li għandha tidħol aktar f'pajjiżna l-attitudini li rridu nħarsu lejn ir-riżultat ta' x'irid jinkiseb bl-istrutturi għaliex ħafna drabi aħna ossessjonati bil-proċess imma sakemm il-proċess jiġi segwit ma nagħtux kas biżżejjed tar-riżultati.", "Irridu nkunu ħafna u ħafna iżjed orjentati biex inbiddlu l-proċess skond il-bżonnijiet tar-riżultat.", "Naf li hemm tradizzjoni sħiħa li tmur kontra din l-approach u li tigglorifika l-proċess u tissagrifika r-riżultat imma aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar għandu jkun hemm konċentrazzjoni fuq il- kisba tar-riżultat.", "S'intendi dan irid isir bil-proċess addattat u skrutinjat u mhux bl-iskuża li se ġġib riżultat aħjar jew riżultat differenti tkun tista' tagħmel li trid.", "Irid jinstab bilanċ diffiċli bejniethom u naqbel mal-ministru li l-kultura ta' l-accountability tieħu ż- żmien biex tikber u tiżviluppa u għandhom jittieħdu l-inizjattivi biex din tikber u tiżviluppa.", "M'hemmx buttuna waħda maġika li tista' tingħafas biex ikun hawn iktar accountability.", "Naqbel li jkun hemm sensiela sħiħa ta' miżuri u ta' istituzzjonijiet.", "Irid ikun hemm forma ta' eku sistema sħiħa li trid tgħin biex tiżviluppa din il-kultura.", "Naħseb waħda mill-affarijiet li m'aħniex nagħmlu biżżejjed f'ċertu setturi ta' l-amministrazzjoni pubblika tagħna u anke fi strutturi bħal dawn hi li minkejja li għandna istitut fl-universita' biex jieħu ħsieb l-informazzjoni ta' l-uffiċjali pubbliċi, mhux qed nagħmlu biżżejjed biex naslu għal dak li rridu.", "Naħseb li rridu nagħmlu iżjed għax mingħajr ma nweġġa' lil ħadd u mingħajr ma nsemmi ismijiet mhux l-ewwel darba li tiltaqa' ma' persuni li jkunu saru anke diretturi u li minħabba li ġejjin minn minn sfond li ma jkunx ta' tmexxija amministrattiva ma jkunux jistgħu imexxu struttura amministrattiva.", "Dawn ikunu ngħataw promozzjonijiet u jkunu nies li huma tajbin ħafna fil-linja tagħhom, imma mbagħad fi struttura amministrattiva kif imexxu ikullhom nuqqas.", "Dan il-punt hu rilevanti għal dan l-abbozz ta' liġi, għaliex qed nitkellmu fuq nies interessati fil-qasam kulturali u fil- qasam artistiku imma mhux bilfors se jkollhom in-knowhow finanzjarja, maniġerjali u amministrattiva.", "Naħseb li f'pajjiżna rridu nagħmlu ħafna iżjed taħriġ u edukazzjoni professjonali kontinwa dwar management, amministrazzjoni pubblika u dwar financial management ta' dawn l- istrutturi.", "Mhux l-ewwel darba li rajt nies li qed jamministraw budget dipartimentali ta' Lm3 miljuni, Lm4 jew Lm5 miljuni u l-unika esperjenza finanzjarja tagħhom tkun il-budget tal-familja u allura jkunu sprovisti biex jidħlu għal dawk ir-responsabbilitajiet il-kbar.", "Nerġa' ngħid li bl-ebda mod ma rrid li din tirrifletti fuq il-kwalitajiet personali ta' dawn in-nies.", "Dawn ma jkunux ġew esposti għal formazzjoni professjonali f'dan il-qasam tat- tmexxija maniġerjali u finanzjarja.", "Mhux l-ewwel darba li tara min jaħdem fl-istess ministeru u għax jaf iktar l-affarijiet jieħu vantaġġ u jappropprjaw għalihom bil-kuntatti li jkollhom mal-corporate affairs, corporate services u mad-direttur tal-corporate services fondi għall- attivatijiet li jkunu qed jorganizzaw huma stess.", "Dawn jirranġaw biex jieħdu fondi minn dipartiment ieħor, anke mingħajr endorsement għax lanqas hemm bżonn li titlob endorsement mingħand il- ministeru tal-finanzi.", "Lil sħabhom stess jeħdulhom il-budget minn taħt imneħirhom u lanqas jindunaw.", "Dawn jispiċċaw jieħdu anke l-budget ta' ħaddieħor.", "Naħseb li apparti minn dawn il-mekkaniżmi kollha ta' responsabbilta' li qed insemmu rridu nagħmlu ħafna iżjed f'pajjiżna biex dawk in-nies li jokkupaw ħatriet pubbliċi ikollhom il-formazzjoni professjonali meħtieġa fit-tmexxija amministrattiva, maniġerjali u finanzjarja.", "B'hekk ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom u dmirhom ħafna aħjar milli jistgħu jagħmluh issa.", "Qed ngħid dan speċjalment għal dawk li ġejjin minn ambjenti fejn ma jkunux ġew esposti biżżejjed għal din it-tip ta' tmexxija.", "Naħseb li l-learning on the job hu importanti ħafna, imma ħafna drabi il-learning on the job biss fih ħafna u ħafna nuqqasijiet.", "L-MPO joħroġ il-katalgi ta' kull sena li jkunu impressjonanti u interessanti.", "Dawn ikollhom varjeta` ta' korsijiet.", "Naħseb li għandna nagħmlu ħafna u ħafna iżjed f'dan il-qasam u għandu jkun hemm korsijiet kemm jista' jkun adattati u rilevanti.", "Lin-nies tal-kunsill Malti għall-kultura u arti irridu nesponuhom għal din it-tip ta' formazzjoni ta' tmexxija u ta' kultura ta' amministrattiva li tagħtina riżultati aħjar milli qed ikollna.", "Dan flimkien s'intendi ma' dawk il- mekkaniżmi l-oħra li semmejna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena la qed isir dan id-diskors, Sur President, xtaqt inżid riflessjoni li naħseb fuqha spiss.", "L-accountability hi katina.", "Hemm accountability anke fis-settur privat.", "Fis-settur privat hemm accountability li trid tingħata lis-sid tal-kapital, ħafna drabi x-shareholder.", "Anke hemmhekk hemm il-liġi tal-kumpaniji li tistabilixxi dmirijiet u timponi obbligi fuq min imexxi l-impriżi li jrid jagħti rendikont ta' għemilu u ta' l-amministrazzjoni tiegħu lill- proprjetarju tal-kapital.", "Fil-politika x-shareholders huma l-Maltin u l- Għawdxin.", "Huwa l-poplu tagħna u fl-aħħar mill-aħħar hemm din il-katina ta' accountability li tibda minn hawnhekk meta aħna nivvutaw il-flus fil-budget għad-diversi ministeri.", "Huwa budget li għal qies tal-poplu tagħna m'huwiex insinifikanti iżda jinvolvi mijiet ta' miljuni ta' liri.", "Mela l-parlament hawnhekk jivvota l-flus u nivvutawhom ministeru ministeru.", "Il-parlament ġustament jippretendi li l-ewwel accountability jeħodha mingħand il-ministru kkonċernat, għal dak li jirrigwarda l-vot tiegħu.", "Hemm nistabilixxu l-ewwel ħolqa mal-parlament.", "Din il-ħolqa tibqa' nieżla mal- permanent secretary, mad-director general, mad-diretturi u ma' l-uffiċjali u oħrajn.", "Jiena nsib li fid-deċiżjonijiet li jittieħdu tant hemm saffi differenti u tant jidħlu aġenziji differenti li nħoss li flok katina ta' accountability ġieli jkollna sistema ta' kif wieħed joħroġ mill-accountability.", "Wieħed jgħidlek li finalment din id-deċiżjoni mhux hu jkun għamilha.", "Għalkemm fuq din ħafna ma jaqblux miegħi, jiena wieħed minn dawk li nħoss li għandna sistema ta' burokrazija li żżomm accountable legalment lil ċertu nies, imma fil-prattika diffiċli li jkunu accountable, għaliex il-poter deċiżjonali veru u proprju de facto ma jkunx qiegħed isir minn dak l-individwu.", "Issa f'sistema fejn hemm il-kobor bħal ministeru, bilfors irid ikollna saffi differenti.", "Jien inqis li barra milli għandna saffi fi ħdan il-ministeru wieħed irid jagħmel riferenzi għal numru ta' aġenziji oħrajn, u ġieli jrid tagħmel deċiżjonijiet li jiġu maqluba minn aġenziji oħra għal raġunijiet li wieħed lanqas ikun jaqbel magħhom.", "F'dan is-sens dawk ir-raġunijiet ma jgħoddux.", "Fl-analiżi finali jekk deċiżjoni tkun ħalliet effett negattiv fuq in-nefqa pubblika u fuq il-kwalita` tas-servizz wieħed jgħidlek li hu ma riedx dik id-deċiżjoni, l-ieħor jgħidlek li ħadha minħabba raġunijiet legali u nispiċċaw b'ħafna diffikultajiet.", "Nerġa' ngħid li aħjar is-sistema li nafu u li tagħti ċertu garanziji anke jekk mhux il-garanziji kollha, milli xi sistema li tħoll iż-żejjed bla ma toffri garanziji li huma superjuri minn dawk li għandna llum.", "Il-punt li nixtieq nagħmel huwa li jiena favur il- garanziji ta' accountability li huma superjuri għal dawk li għandna llum, pero' nħoss li hemm elementi fis-sistema kollha li jirrikjedu rikonsiderazzjoni biex jirriflettu jekk humiex dawn il-ħwejjeġ fis-sistema li qed ifixkklu minn accountablility superjuri għal dik li lħaqna sal-lum.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor.Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 21 għaddiet nem. con u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Estimi tal-Kunsill.", "Clause 22 - Estimates of the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola li se tinbidel ħafna mhux daqstant fis-sustanza daqskemm fil-manjera kif inhi miktuba.", "Se nispjegaha qabel ngħaddi għat-tifsir tagħha.", "Fl-ewwel paragrafu hemm biċċa li tgħid li ħlief għall-flus ġenerati mill-kunsill, dan għandu jibqa' fil- parametri tan-nefqa allokata.", "Inħoss li din kellha tmur mal-klawsola 23 li tgħid li n-nefqa għandha tkun skond l-estimi approvati, u fil-fatt spustajtha kif se nispjega iktar f'dettal.", "Issa qegħdin ngħidu li li sa l- aħħar ta' Mejju ta' kull sena l-kunsill irid jippreżenta lill-ministru pjan kummerċjali għat-tliet snin finanzjarji li jmiss.", "Dan hu l-business plan li konna qed nirriferu għalih flimkien ma' stima kapitali u rikorrenti u dħul għas-sena li jmiss.", "Hawn qed nagħmlu l-emenda għaliex meta wieħed jagħmel l- istima kapitali u rikorrenti ma jagħmilhiex għad-dħul biss iżda jrid jagħmel ukoll ta' l-infiq.", "Hawnhekk b'xi mod baqa' biss id-dħul.", "L-ewwel emenda li eventwalment se nressaq hija biex nikkoreġi din il-parti ta' stima kapitali rikorrenti u d-dħul, flimkien ma' l-estimi ta' l-infiq u d- dħul kapitali u rikorrenti għas-sena li jmiss.", "Barra dan il-kliem l-ieħor irid jibqa' fil-parametri tan-nefqa allokata lilu.", "Hawn qed nipproponi li nneħħiħ minn hawn u nitfgħu ma' klawsola 23.", "Naturalment, il-proviso li għandna jibqa', iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjajra tal-kunsill għandhom jiġu ppreparati u adottati f'dak iż-żmien li l-ministru jista' jispeċifika b'avviż bil-mitkub lill-kunsill.", "Hawn fażi tranżitorja bejn issa u meta dan il-kunsill isib ftit saqajh fejn wieħed jippermetti li dan il-business plan isir fi żmien li jkun prattiku.", "Fit-tieni paragrafu mbagħad qegħdin ngħidu li meta l-kunsill ikun qiegħed iħejji l-estimi tiegħu jrid jikkonsidra l-flejjes li jkunu jistgħu jitħallsu lilu mill-fond konsolidat matul is-sena finanzjarja relevanti.", "Dan isir kemm bis-saħħa ta' dan l-att jew xi appropriation bill jew xi liġi oħra, u l-kunsill għandu hekk iħejji dawk l-estimi b'mod li jiżgura li d- dħul kollu kemm hu - dak li jgħaddilu l-gvern u dak li jiġġenera hu - ikun għall-inqas biżżejjed biex minnu jitħallsu l-ammonti kollha ta' flus li jinħarġu kif imiss mill-kont tad-dħul tiegħu.", "Dawn jinkludu mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita' ta' din l-espressjoni - id-diprezzament.", "Aħna mdorrijin li fid-dipartimenti tal-gvern ma nallokawx għad- diprezzament.", "Biex nagħti eżempju ngħid li aħna għandna n-nefqa ta' l- information technology.", "Investejna biex fl-iskejjel primarji jkollna 5,000 computer.", "S'issa fil-budget qatt ma kien hemm diprezzament tal-hardware.", "Dan ifisser li m'hemmx mekkaniżmu li jiskatta u dan mhux għaliex ma nafux bih imma għaliex il-fondi huma limitati.", "M'hemmx mekkaniżmu li jiskatta biex jasal il-mument meta ngħidu li l-ħajja ta' l-oġġett spiċċat u li wasal biex jinbidel.", "Il-kunsill irid jimxi bis-sistema ta' zero budgeting u hija wkoll ix-xewqa tal-gvern li jersaq lejha anke fid-dipartimenti.", "Madankollu is-sistema' ta' zero budgeting tqum il-flus ukoll għalkemm turik stampa ħafna iktar ċara u reali.", "Jekk wieħed se tersaq lejn iż-zero budgeting, irid jagħmel allowance fl- estimi tad-deprezzament ta' l-affarijiet u l-proprjeta` li jkollu.", "Fit- tielet paragrafu qegħdin ngħidu li l-estimi għandhom isiru f'dak il-format li jistabbilixxi l-ministru tal-finanzi u li joħloq anke eżerċizzju komparattiv mas-snin ta' qabel.", "Naturalment dan irid isir biex l-entijiet pubbliċi kollha jsegwu standard uniformi ta' kif jippreżentaw l-estimi tagħhom u meta dawn l-estimi jkunu adottati mill-kunsill iridu jgħaddu mill- ewwel għand il-ministru responsabbli u l-ministru tal-finanzi.", "Qed nitkellmu s'issa fuq dawk l-estimi li għamel il-kunsill.", "Il-proposti tiegħu, naturalment se jmorru għand il-gvern, u l-gvern jista' jaqbel magħhom u jista' ma jaqbilx.", "L-aħħar kelma għal dak li jirrigwardja fondi li ġejjin mill-gvern se tkun tal-ministeru tal-finanzi.", "Meta jirċevihom il- ministru se jkollu mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara li jirċievi kopja ta' l-estimi mingħand il-kunsill u jiddeċiedi japprovahomx jew le b'emendi jew mingħajr emendi.", "Dan naturalment kif konna qegħdin ngħidu b'konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi.", "Sur President, hemm numru ta' klawsoli oħra li qegħdin ma' din il-klawsola li titkellem dwar kif għandhom isiru l-estimi tal-kunsill, imma li fil-fatt iktar għandhom x'jaqsmu ma' auditing u ma' verifika.", "Fil-paragrafu 6 nsibu li għandhom jinżammu kif imiss kontijiet u records, li ssir verifika ta' kull tliet xhur, li ssir verifika darba f'sena u li jsiru r-rapporti u jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "Paragrafu 6 u 7 qed nittrasferihom b'emenda sussegwenti fil-klawsola 25, imbagħad il-paragrafu 8 - li jridu jsiru r-rapporti - fil-klawsola 27.", "Dan għaliex il-klawsola 27 tal-lum u l- paragrafu 6 ta' din il-klawsola, bejn wieħed u ieħor jgħidu l-istess ħaġa.", "Wieħed jitkellem fuq mhux aktar tard minn sitt ġimgħat u hawn qegħdin ngħidu mhux aktar tard minn tliet xhur.", "Jien adottajt it-terminu ta' mhux aktar tard minn sitt ġimgħat u hawn ftit konflitt.", "F'din il-klawsola ngħidu \"mhux iktar tard minn tliet xhur\" u hawn rridu nagħmlu r-rapport li jitkellem fuq il-ħidma tal-kunsill.", "Fi klawsola 27 ngħidu \"mhux iktar tard minn sitt ġimgħat\".", "Lil dawn se nġibuhom par billi paragrafu 8 nitfgħuh flok klawsola 27 għaliex jinkludi s-27.", "Irrid inkun żgur li fejn hemm bżonn anke ndaħħal it-terminoloġija li tieħu minn klawsola 27.", "Paragrafu 10 mar ma' klawsola 26 għaliex din titkellem fuq il-kuntratti ta' provista ta' xogħol.", "Jekk hemmhekk qed nitkellmu fuq kuntratti ta' provista ta' xogħol u hawn qed nitkellmu fuq l-avviż legali li jirregola l-procurement, ħassejt li għandhom iktar imorru flimkien hemmhekk.", "Paragrafu 9 daħal f'emenda ta' klawsola 25, għaliex hawn qegħdin ngħidu li l-ministru jew il-ministru responsabbli mill-finanzi, jobbligaw lill- kunsill biex jagħtihom rapporti u kontijiet skond l-amministrazzjoni u skond ma jiġi ordnat.", "Dawk ħassejt li iktar għandhom imorru fil-klawsola li titkellem fuq kontijiet u verifika.", "Biex inkun qiegħed naqra l-emenda, Sur President u biex niddiskutuha bl-emenda b'kollox, qed nipproponi li klawsola 22 tiġi emendata kif ġej:", "\"F\" Il-kliem fit-test Malti tas-subklawsola (1) \"flimkien ma' stima kapitali u rikorrenti u d-dħul għas-sena li jmiss.\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"flimkien ma' l-estimi ta' l-infiq u d-dħul kapitali u rikorrenti għas-sena li jmiss.\";", "(b) Il-kliem fis-subklawsola (1) minn \".", "Ħlief għal flus iġġenerati mill-Kunsill innifsu\" sa \"u kif awtorizzati mill-Ministru responsabbli għall-finanzi\" għandhom jitħassru; u", "a) Il-paragrafi (6), (7), (8), (9) u (10) tal-klawsola 22 għandhom jitħassru.", "\"F\" Clause 22 shall be amended as follows:", "a) the words in the Maltese text of subclause (1) \"flimkien ma' stima kapitali u rikorrenti u d-dħul għas-sena li jmiss.\" shall be substituted with the words \"flimkien ma' l-estimi ta' l-infiq u d- dħul kapitali u rikorrenti għas-sena li jmiss.\";", "b) the words in paragraph (1) from \".", "Except for funds generated by the Council itself\" up to \"as authorised by the Minister responsible for finance\" shall be deleted; and", "c) paragraphs (6), (7), (8), (9) and (10) of clause 22 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Irrid ngħaddi kumment fuq il-kwestjoni ta' l- estimi kif se jiġu preżentati u mbagħad wieħed jista' jerġa' jitkellem fuq iz-zero budgeting, kif jaħdmu l-gvern, u kif se jiġi propost li dan il- kunsill jaddotta dik is-sistema.", "Ma nimmaġinax li l-ministru se jgħidli fid- dettal itteħditx deċiżjoni jew le peress li parti mid-dmirijiet tiegħu se tkun li jgħaddi l-fondi għal dawk l-entitajiet li meta ngħodduhom flimkien ma' l-attivitajiet kulturali ġenerali li għandhom line item għalihom is- somma titla' aktar minn Lm850,000 - jekk għoddejt sew.", "Issa jekk mhux sejjer żball id-darba l-oħra semmejna li bħala spiża amministrattiva għal dak li qiegħed jiġġestixxi d-dipartiment tal-kultura bħalissa qed toqrob il- Lm1 miljun.", "Qed nifhem li l-estimi tal-kunsill se jkunu dwar iż-żewġ tipi ta' nfiq.", "In-nefqa li bħalissa qiegħed imexxi d-dipartiment bħala spejjeż, salarji, spejjeż amministrattivi u flus li ngħaddu lill-entitajiet hi aktar minn Lm700,000.", "F'dan il-każ qed naħsbu li fl-estimi li l-kunsill qiegħed jintrabat li jgħaddi lill-ministru, se jkollu s-somma li ta lil din l-entita` partikolari.", "Nistaqsi jekk hux se jkollu anke d-dettalji kif tintefaq is- somma.", "Minħabba d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta' dan il-kunsill, jiena qiegħed nifhem li minbarra r-responsabbilta` ta' min imexxi dawk l- entitajiet, qiegħed jidħol responsabbli wkoll il-kunsill innifsu.", "La qegħdin ngħaddulu dawn il-funzjonijiet u dawn ir-responsabbiltajiet, il- kunsill se jkollu fl-interess tiegħu entitajiet oħra.", "Biex nagħti eżempju, bħalissa s-soċjeta` ta' l-arti, manifattura u kummerċ qed tieħu vot ta' Lm25,000 li m'huwiex l-akbar vot.", "L-orkestra nazzjonali waħedha tieħu Lm230,000 - kważi Lm0.25 miljun.", "Jien qed nassumi li issa bir- responsabbiltajiet li se jkollu l-kunsill Malti għall-kultura u l-arti, minbarra min qiegħed imexxi l-orkestra irid jara li dawk il-flejjes jintefqu kif suppost u li jagħti l-kwalita` u s-servizz meħtieġ.", "Il-kunsill innifsu se jidħol ukoll għal din ir-responsabbilta`.", "Dik se tkun espressa fl-estimi li jintbagħtu lill-ministru, jiġifieri anke f'dak il-business plan li semmejna.", "Irrid nistaqsi jekk hux se ninkludi dawk it-tip ta' dettalji jew jekk hux se tkun waħda ġenerika.", "Ma nafx jekk il-ministru jixtieqx jagħmel spjegazzjoni f'dan l-istadju, imbagħad forsi jidħol f'aktar dettal.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa, Sur President, kellna s-sitwazzjoni fejn isir il-business plan mid-dipartiment tal-kultura.", "Jekk wieħed imur jiftaħ il-file tad-dipartiment tal-kultura għar-rigward tal-business plan tiegħu isib business plan ta' dawn l-entijiet - l- orkestra nazzjonali, Dar il-Mediterran, jew it-Teatru Manoel.", "Finalment il- business plan jibqa' tiela' fil-ministeru u min ikun qiegħed jiġġudika s- sitwazzjoni finali ma joqgħodx jidħol fid-dettal biex jara n-nefqa ta' l- orkestra kif qiegħda ssir u ma ssirx.", "Fl-aħħar mill-aħħar wieħed iqabbel it- talbiet li jkunu qed isiru mas-snin ta' qabel u jipprova jifhem il- ġustifikazzjoni għalihom.", "Wieħed irid jara d-dħul, iqabblu mas-snin ta' qabel u jifhem jew jitlob spjegazzjoni għall-varjazzjonijiet li jista' jkun hemm.", "Dan l-eżerċizzju li jsir sal-lum irid jibqa' jsir.", "Qabel kien jagħmlu d-dipartiment tal-kultura taħt id-direzzjoni tad-directorate corporate services li huwa l-ewwel uffiċċju fil-ministeru li jibda jiġbor l- informazzjoni għall-budget.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-proġett tat-tifsir ta' l-estimi huwa proġett ta' matul is-sena kollha kemm hi u issa se jagħmlu l-kunsill.", "Il-kunsill, naturalment, se jkompli jitlob lil Dar il-Mediterran u lill-entitajiet l- oħra kollha kemm huma biex jissottomettulu t-talbiet tagħhom għan-nefqiet.", "Tista' tiġi entita` minnhom – insemmi t-Teatru Manoel biex nagħti eżempju - u l-kunsill jgħidilha li m'għandu bżonn l-ebda sovvenzjoni minn għandha.", "It-Teatru Manoel u Dar il-Mediterran għad irid jingħataw l-istatuti tagħhom taħt din il-liġi, għaliex s'issa m'għandhomx.", "L-orkestra nazzjonali diġa' għandha statut tagħha għaliex hija limited liability company u għandha r- regoli tagħha.", "Għalkemm m'hijiex immaġinabbli ħafna jista' jiġi mument meta l-orkestra tgħid li m'għandha bżonn l-ebda sovvenzjoni mingħand il-gvern jew mingħand il-kunsill.", "Ladarba lill-kunsill m'hi qed titlobu xejn il- manjiera ta' relazzjoni tiegħu tkun differenti.", "Il-kunsill għandu d-dritt jibqa' jindaga fuq x'qed jiġri għall-finijiet tas-sovvenzjoni li jagħti.", "Jekk entita' tiġi w titlob lill-kunsill Lm0.25 miljun dan se jidħol f'negozjati ma' dik l-entita u jistaqsiha x'qed tagħmel biex tiġġenera fondi għaliha, għaliex trid daqshekk u mhux inqas, u affarijiet oħra.", "Dan jidħol f'din it-tip ta' diskussjoni fuq it-tmexxija ta' dik l-entita` partikolari biex jiġi negozjat is-sovvenzjoni li trid tingħata kull sena.", "Hawnhekk, Sur President, wieħed jara li jibdew iseħħu iktar diskussjonijiet u jkun hemm aktar kritika pożittiva u kostruttiva bejn il-kunsill u l- entijiet biex jiġi assigurat li dawn qegħdin dejjem iktar jiġu xprunati biex jieħdu inizjattivi li jiġġenerawlhom fondi.", "Dan mhux neċessarjament biex tonqsilhom is-sovvenzjoni, imma biex ikollhom fond biex jinvestu anke f'refurbishment ta' postijiet, f'xiri ta' apparat modern u f'inizjattivi li jridu jieħdu.", "It-tieni nett, Sur President, il-kunsill se jkun qiegħed attent li jekk m'hemmx bżonn is-sovvenzjoni jirriduċiha mhux biex tonqos mis-somma globali, imma biex tiġi applikata għal inizjattivi li ma jkunx hemm fondi għalihom sa dak il-mument.", "It-tielet ħaġa hi li l-kunsill se jibqa' l-ewwel post fejn dik l-entita' pubblika, għaliex hi pubblika, anke jekk qed topera b'fondi li qed tiġġenera hija stess.", "Fl-aħħar mill-aħħar hija entita' pubblika maħtura mill-gvern u trid tagħti rendikont ta' kif dawk il-flus li qed taqla' qed tamministrahom.", "Illum diġa' hemm bażi ta' kif isiru dawn l-estimi u kif isir il-business plan, imma jekk il-kunsill ikollu l-atteġjament u l- personnel li jaf jaħdem, l-entijiet kollha kemm huma se jħossu li hemm supervisor li huwa iktar effettiv u li jirrikjedi iktar serjeta' milli forsi kien possibbli li nassiguraw sal-lum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-darba l-oħra l-ministru spjega tajjeb li għalkemm wieħed mid-dmirijiet huwa li jkun hemm evalwazzjoni tax-xogħol bl- ebda mod ma kien qiegħed jaħseb f'xi inkwiżizzjoni li jaraw x'inhuma l- attivitajiet artistiċi li jiġu organizzati.", "Madankollu naħseb li din it-tip ta' sorveljanza ma' l-entitajiet pubbliċi tagħmel ħafna sens.", "Qed ngħid dan fis-sens li tissorvelja w tara u mhux biss mil-lat ta' nefqa serja imma wkoll tal-kwalita` ta' l-inizjattivi li jiġu organizzati.", "Naħseb li dik hija importanti.", "Il-mod ta' kif qed tiġi ssikata issa naħseb li huwa importanti wkoll.", "Naħseb ukoll li din tista' tkun waħda mid-domino effects ta' dan il- kunsill.", "Hu tajjeb li l-kunsill għandu l-obbligu li meta jressaq l-estimi tiegħu ma jressaqx biss ta' sena b'sena, imma għal tlett snin.", "Ikun tajjeb ukoll li din it-tip ta' approach tidħol fl-entitajiet pubbliċi l-oħra.", "Biex il-kunsill ikun f'pożizzjoni jagħmel dan ix-xogħol sew u jressaq l-estimi kif inhu obbligat bil-liġi se jkun importanti li dawn l-entitajiet individwali jibdew ukoll jaħdmu b'dan il-mod u huma wkoll jippreparaw it- three year business plan.", "B'hekk ikunu jridu jħabblu rashom u jħaddmuha u mhux biss jgħixu minn sena għal sena.", "Wieħed jawgura li f'pajjiżna naslu għal zero based budgeting fejn kull lira li tiġi minfuqa ma titteħidx forg ranted għax dejjem sar hekk u se jibqa' jsir hekk imma li n-nefqa u l-fondi pubbliċi jiġu ġustifikati skond ir- riżultat li wieħed ikun irid jikseb.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata ssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 – In-nefqa tkun skond l-estimi approvati", "Clause 23 – Expenditure to be according to approved estimates", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola li torbot lill- kunsill li jista' jonfoq biss dak li lilu jiġi approvat.", "Xtaqt li fil- paragrafu wieħed ta' klawsola 23 ikun hemm din ir-referenza fl-artiklu 21 ta' dan l-att.", "Hemmhekk in-numru 21 irid isir 22.", "Jekk ikun hawn il-qbil tal-Kamra nkun nista' nitlob li ssir emenda verbali.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwel paragrafu jgħid li ma tista' ssir jew tiġġarrab l-ebda nefqa mill-kunsill kemm-il darba ma tkunx approvata, kif għadna kif spjegajna fi klawsola 22.", "Huwa ċar li r-riferenza ma tridx tkun għal artiklu 3 (21) imma għal artiklu 3 (22).", "Wara din se nisposta - kif diġa` għedt - dak il-paragrafu mill-ewwel paragrafu ta' klawsola 22 biex indaħħluh hawnhekk bħala t-tieni paragrafu:", "\"ħlief għall-flus iġġenerati mill-kunsill innifsu, jew li jiġu riċevuti minn sorsi mhux ta' tali, il-kunsill għandu jibqa' fil-parametri tan- nefqa rikkorrenti u kapitali, lilu allokati mill-ministru kif awtorizzat mill-ministru responsabbli għall-finanzi\".", "Dak li llum hu l-paragrafu u s-subklawsola 2 isir subklawsola 3.", "Flok noqgħod niktibha nistgħu ngħidu, \"minkejja d-dispożizzjonijiet ta' subartiklu 1 u 2 ta' dan l-artiklu subklawsola 1\".", "Dan ifisser li minkejja dawn u t-tieni subklawsola - dik li daħħalt fl-emenda - se ndaħħlu ċerti provedimenti li biċċa minnhom huma ta' natura tranżitorja.", "Biex nagħti eżempju sakemm jiskadu sitt xhur mill-bidu ta' xi sena finanzjarja, jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni ta' l-estimi ta' dik is-sena mill- ministru, skond liema data tiġi l-ewwel, il-kunsill jista' jagħmel jew iġarrab nefqa għall-qadi ta' dmirijietu taħt dan l-att, li b'kollox ma tkunx nofs l-ammont approvat mill-ministru għas-sena finanzjarja ta' qabel.", "Din f'ċertu sens hija ftit ipotetika, fis-sens li l-budgets napprovawhom fi żmienhom.", "Madankollu ġieli kien hawn żmenijiet, anke fl-istorja ta' Malta ftit imbegħda u forsi wara l-gwerra, fejn budget dam ma għadda u ġieli nqalgħu kriżijiet politiċi.", "Dawn huma eċċezzjonijiet.", "Għal din ir-raġuni ipotetika qed jintqal li jekk ma jkunux għaddew l-estimi fiż-żmien li suppost jgħaddu fih, u s-sena finanzjarja tibda trid tara xżtagħmel biex toħroġ il-pagi u ma tagħlaqx.", "Din ġieli tiġri fl-Amerika għaliex ikun hemm ċertu bargaining għaddej u ġieli għalqu dipartimenti sakemm jikklerjaw il- budget.", "Hawnhekk qed nagħmlu dan it-tip ta' provediment, nerġa' ngħid, li ma nafx jekk qatt ġiex applikat - almenu mill-esperjenza tiegħi.", "It-tieni punt li għandna huwa n-nefqa approvata dwar xi kap jew sotto-kap ta' l-estimi.", "Bl-approvazzjoni tal-ministru, mogħtija għall-konsultazzjoni minnu tista' tiġġarrab għal xi kap jew sottokap ta' l-estimi.", "Hawnhekk qed nipprevedu l-każ fejn xi ħadd ma jonfoqx il-flus kollha.", "Se nieħu l-eżempju li l-orkestra ma tonfoqhomx kollha u jkollha bżonnhom Dar il-Mediterran.", "Hawnhekk wieħed jagħmel trasferiment minn vot għall-ieħor, fil-parametri tal-vot tal-kunsill.", "Fl-ewwel sena finanzjarja l-kunsill jista' jagħmel jew iġarrab in-nefqa li b'kollox ma tkunx iżjed minn dawk l-ammonti li l-ministru responsabbli għall-finanzi jista' wara konsultazzjoni mal-Ministru jippermetti.", "Jista' jagħti l-każ li jinħoloq kunsill li jkun għad m'għandux l-estimi tiegħu approvati u tkun għad trid tibda s-sena finanzjarja għaliex tista' tibda f'nofsha.", "Dawn qegħdin sakemm il-kunsill jidħol fir-ritmu normali tal- kalendarju finanzjarju tal-gvern, u jekk wara xi sena finanzjajra jirriżulta li l-ammont approvat mill-ministru ma jkunx biżżejjed - bħalma jiġri fid-dipartimenti l-oħra - jista' jkun hemm l-addozzjoni ta' estimi supplimentari li jkunu wkoll iridu jiġu approvati, u li għalihom japplikaw ir-regoli ta' l-estimi supplimentari l-oħrajn kollha kemm huma.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena naqbel ma' miżuri li jdaħħlu flessibbilta' fil-mod kif jintefqu l-fondi pubbliċi.", "Fil-kuntest ta' dak kollu li konna qed ngħidu fuq accountability u skrutinju, naħseb li l-arma tal- flessibbilta` hija importanti.", "Ma naħsibx li dak li se ngħid jiena għandu jiġi rifless f'dawn il-klawsoli li qed niddiskutu, pero` waqt li jiena naqbel kompletament li l-aħħar kelma ta' kif jintefqu l-fondi pubbliċi u kif jiġi deċiż l-ammonti tal-fondi pubbliċi għandha tkun tal-ministru tal- finanzi, waħda mill-affarijiet li naħseb li hija difettuża fil-proċess baġitarju tagħna u ta' kif jiġu allokati l-fondi pubbliċi, hija li l- uffiċjali tal-ministeru tal-finanzi għad baqgħalhom wisq poter meta jiġu biex jiddeċiedu.", "Jekk lill-kunsill Malti għall-arti u l-kultura ttih Lm2 miljun, trid toħroġ minn deċiżjoni u jingħataw iż-Lm2 miljun.", "Fejn jiena naħseb li l-proċess baġitarju tagħna kien difettuż u għadu difettuż hu li jkollna uffiċjali tal-ministeru tal-finanzi jindaħlu anke kif jiġu allokati dawk iż-Lm2 miljun.", "Huma jgħidu li dan isir biex ikun hemm aktar kontroll u aktar skrutinju.", "Jien sinċerament inħoss li għandna nimxu aktar lejn zero based budgeting.", "Din m'hijiex faċli u hi proċess li tieħu ż-żmien, trid ċertu teknika, metodi u ċerti approaches.", "Minħabba dan jien naqbel ma' din il-klawsola u li ddaħħal elementi ta' flessibbilta` ta' kif il-vot globali jiġi allokat u riallokat.", "Dan irid isir fl-esperjenza u fil-bżonnijiet li jinqalgħu u fil- prijoritajiet li wieħed ikollu partikolarment f'dan il-qasam.", "Jiena sinċerament ma nistax naċċetta kif uffiċjal fil-ministeru tal-finanzi jaħseb li għandu xi sapjenza u xi għerf partikolari li fil-livell ta' line item u fil-livell ta' prijorita` interna ta' ministeru u ta' dipartiment.", "Il-prijoritajiet huma l-kontroll tan-nefqa pubblika, accountability u oħrajn.", "Il-prijorita` edukattiva u l-prijorita` kulturali ma naħsibx li għandha tkun ta' xi uffiċjal - għoli kemm hu għoli- tal-ministeru tal- finanzi.", "Qed ngħid dan bir-rispett kollu u għaliex verament nemmen fiha.", "Jiena stess ġieli kont ixxukjat nisma' diskussjoni madwar mejda fejn uffiċjali tal-ministeru tal-finanzi jitkellmu nitkellmu fuq il-qasam kulturali u fuq l-orkestra nazzjonali.", "Bir-raġun kollu u bid-dritt kollu in- nefqa globali hi responsabbilta` tagħhom imma l-ispazju ta' kif tissetja l- prijorita` f'dak il-qasam partikolari u l-elementi ta' flessibbilta` biex dawk il-fondi tużahom tajjeb, naħseb għandha tkun iva fil-livell li qed nitkellmu dwaru.", "Kultant u ħafna drabi bis-sistema li għandha bħalissa ta' budget mogħti lill-ċertu organizzazzjoni jew lil ċertu dipartimenti, imsaħħa b'line jiġri li biex tal-finanzi ma jerġgħux jieħdu lura l-flus li jkunu tawh, f'ċertu żmien tas-sena tibda ssir nefqa mhux ġustifikata biex sempliċement ma jagħtux il-flus lura.", "Ġieli waqt is-sena kalendarja finanzjarja tagħna jsiru ċertu nefqiet li m'humiex ġustifikati minħabba l-mekkaniżmu li għandna bħalissa fejn il-flus li ma tonfoqx jeħduhomlok lura.", "Minħabba dan għandna ndaħħlu emendi ta' flessibbilta` kif bis-serjeta`u bir-responsabbilta` iridu jintnefqu l-flus li jkunu allokati.", "Dan naħseb li jkun pass fid-direzzjoni t-tajba.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għandi emenda oħra għal din il-klawsola li tgħid hekk:", "\"G\" Wara s-subklawsola (1) għandha tidħol din is-subklawsola li ġejja:", "\"(2) Ħlief għal flus iġġenerati mill-Kunsill innifsu jew li jiġu riċevuti minn sorsi mhux Statali, il-Kunsill għandu jibqa' fil- parametri tan-nefqa kapitali u rikorrenti lilu allokat mill-Ministru kif awtorizzata mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.\"; u", "a) is-subklawsola (2) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala s- subklawsola (3).", "\"G\" Clause 23 shall be amended as follows:", "a) after subclause (1) there shall be added the following new subclause:", "\"(2) Except for funds generated by the Council itself or received from non-State sources, the Council shall remain within the parameters of capital and recurrent expenditure allocated to it by the Minister as authorised by the Minister responsible for finance.\"; and", "b) subclause (2) shall be renumbered as subclause (3).", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emendi verbali kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emendi verbali għaddew nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-miostoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 23 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "Klawsola 23, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 – Pubblikazzjoni ta' l-estimi approvati.", "Clause 24 – Publication of approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija dwar l-estimi u l-estimi supplimentari kollha tal-kunsill approvati mill-ministru.", "Dawn għandhom kemm jista' jkun malajr jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 24.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 – Kontijiet u verifika.", "Clause 25 – Accounts and audit.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għandi emenda u forsi jkun aħjar jekk naqraha mill-ewwel, għaliex qed nitlob li minflok din il-klawsola ndaħħal klawsola oħra.", "Kif diġa` kont qiegħed ngħid, qed nispostja ħwejjeġ li kien hemm fi klawsola 22 għal din il-klawsola fejn hemm ripetizzjonijiet biex il- klawsola nġibuha in linja ma' l-oħrajn.", "\"H\" Minflok il-klawsola 25 għandu jidħol dan li ġej:", "\"Kontijiet u verifika.", "25.", "(1) Il-Kunsill għandu jiżgura li jinżammu kif imiss kontijiet u records oħra li jirrigwardaw it-tħaddim tiegħu u t-transazzjonijiet li jagħmel, u għandu jiżgura li tiġi ppreparata dikjarazzjoni relattiva ta' kontijiet ta' kull tliet xhur u dikjarazzjoni oħra dwar kull sena finanzjarja.", "(2) Il-kontijiet tal-Kunsill għandhom ikunu verifikati minn awditur jew awdituri li jiġu maħtura mill-Kunsill u approvati mill-Ministru:", "Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista', wara konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet tal-Kunsill jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li jkollu għal dak l- għan is-setgħa li jagħmel dik il-verifika fiżika u kull aċċertament ieħor li jista' jqis li jkunu meħtieġa.", "3) Il-Kunsill għandu, fuq talba tal-Ministru jew tal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jippreżenta rapporti u kontijiet dwar l- amministrazzjoni skond ma jiġi ordnat.", "Il-Kunsill għandu jara li kopja tad-dikjarazzjoni tal-kontijiet verifikata kif imiss tintbagħat lill-Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma' kopja ta' kull rapport magħmul mill-awdituri fuq dik id-dikjarazzjoni jew fuq il-kontijiet tal-Kunsill.\".", "\"H\" For clause 25 there shall be substituted the following:", "\"Accounts and audit.", "25.", "(1) The Council shall ensure the proper keeping of accounts and other records concerning its operations and transactions, and shall ensure that a relative statement of accounts is prepared on a quarterly basis and another in respect of each financial year.", "(2) The accounts of the Council shall be audited by an auditor or auditors to be appointed by the Council and approved by the Minister:", "Provided that the Minister responsible for finance may, after consultation with the Minister, require the books and accounts of the Council to be audited or examined by the Auditor General who shall for such purpose have power to carry out such physical checking and any other certification as he may deem necessary.", "(3) The Council shall, on request of the Minister or the Minister responsible for finance, submit management reports and accounts as directed.", "The Council shall cause a copy of the statement of accounts duly audited to be transmitted to the Minister and to the Minister responsible for finance together with a copy of any report made by the auditors on that statement or on the accounts of the Council.\"", "Sur President, kif konna qegħdin ngħidu, naturalment, din hija l-klawsola li tesiġi ċerti verifika u tesiġi li jinżammu l-kontijiet u tagħti d-dritt ta' l-informazzjoni lill-ministri konċernati.", "Fl-abbozz pubblikat qed ngħidu li se jinżammu records kif imiss dwar it-tħaddim tiegħu.", "Dan huwa l- paragrafu 1 tal-klawsola 25 u huwa rifless fil-paragrafu 6 ta' dik li kienet il-klawsola 22, u l-manjera ta' kif jiġu awditjati.", "Paragrafu 2 insibuh prattikament ripetut fil-klawsoli l-oħra li qed indaħħalhom f'emendi għal klawsoli sussegwenti.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hawnhekk wieħed għandu għaliex jaħseb li eventwalment se tinħoloq relazzjoni bejn il-kunsill u l-entitajiet li għandna f'din l-iskeda bħat-Teatru Manoel u l-orkestra.", "Dawn ukoll jirrapportaw lill-kunsill u jagħtu dikjarazzjoni relattiva tal-kontijiet ta' kull tliet xhur u dikjarazzjoni oħra dwar kull sena finanzjarja, biex b'hekk il-kunsill ikun f'pożizzjoni li jista' jwettaq dan id-dmir li tpoġġi fuqu din il-liġi.", "Naħseb li dik it-tip ta' dixxiplina hija importanti u wara kollox wieħed irid jara l-mod kif jiġu ppreparati l-accounts u r- records.", "Dan irid isir b'mod li wieħed mhux sempliċiment jippreżenta rapport lil min qiegħed jissorvelja u jgħasses imma anke bħala management tool fejn wieħed jippjana l-affarijiet xahar b'xahar u anke aktar fit-tul.", "Ma nifhimx li din għandna toħloq xi problema amministrattiva f'dawn l- organizzazzjonijiet, anzi jekk xejn tagħmilhom aktar responsabbli.", "Li naħseb li se jkun importanti għal dawk li se jkunu qegħdin jirċievu dawn ir- records, kemm fil-ministeru tal-kultura, kif ukoll fil-ministeru tal- finanzi hu li jaraw f'liema forma se jkunu u li t-transazzjonijiet li jkunu qegħdin jagħmlu jkunu fid-dettall.", "Id-dettall huwa importanti għaliex la l-kunsill hu responsabbli għan-nefqa ma jfissirx li qed nidderesponsabbilizzaw lill-entitajiet partikolari.", "Biex il-kunsill ikun jista' jagħmel dmiru tajjeb, il-kwalita` ta' informazzjoni li tiġi mill-entitajiet differenti hemm bżonn li tkun miktuba tajba.", "Wieħed m'għandux jara f'dawn it-tip ta' mekkaniżmi iżjed burokrazija jew iżjed ħela ta' ħin fil-mili tal-karti.", "Jekk l-affarijiet isiru sew u jekk min qed imexxi jistruttura w jippjana ikun irid jivverifika l-pjan tiegħu sa fejn wasslu.", "Dawn il-kontijiet m'għandhomx jitqiesu bħala xi żieda amministrattiva u burokratika, sempliċiment biex tkun saret iżda hija għodda importanti ħafna fit-tmexxija.", "Nerġa' ngħid li se jkun kruċjali ħafna li l-kunsill jesiġi mingħand l-entitajiet differenti l-kwalita` ta' informazzjoni meħtieġa, għaliex inkella hu stess mhux se jkun fil- pożizzjoni li jonora d-dmirijiet li għandu u li tpoġġi fuqu din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nħoss, Sur President, li fil-fatt se tinħass relazzjoni ġdida bejn dawn l-entitajiet u ċ-ċentru.", "Sal-lum ir- relazzjonijiet bejn dawn l-entitajiet u d-dipartiment hija taċitament maħlula ħafna, mentri dan il-kunsill issa jistabilixxi relazzjoni vera.", "Nenfasizza dak li kien qiegħed jgħid l-Onor.", "Bartolo li meta l-kunsill se jagħmel dan irid jirrispetta l-personalita' ġuridika ta' dawk l-entitajiet għaliex jekk fil-kunsill nispiċċaw bi grupp ta' nies li jiddomminaw x'qed jiġri fit-Teatru Manoel, l-Orkestra u Dar il-Mediterran inkunu qegħdin niżbaljaw il-proċess kollu kemm hu.", "Fil-klawsola fl-artiklu 4(j), għedna li l-kunsill se jkollu wkoll id-dmir jamministra skemi u jerfa' kull responsabbilta` oħra għar-rigward ta' dawk l-entitajiet artistiċi u kulturali kif stipulat fl-att.", "Hawnhekk m'aħniex ngħidu \"jamministra\" iżda jrid \"jamministra l-iskemi.\"", "Lill-entitajiet l- oħra mhux se jammnistrahom il-kunsill jew jerfa' r-responsabbilta`.", "Dan qed nenfassizzah biex għal min il-quddiem ikollu bżonn ta' xi interpretazzjoni jkun jista' jirreferi ftit għal x'qed jgħid sew l-Onor.", "Bartolo u sew jiena.", "Aħna m'aħniex qed naraw kunsill li se jiċċentralizza kollox fi ħdanu u se jara dwar x'se jsir f'dawn l-entitajiet pubbliċi li għandhom funzjonijiet speċifiċi fil-kamp tal-kultura u l-arti.", "Irridu li jkun hemm sorvelja iktar effettiva u kostruttiva biex nassiguraw li dawn l-entitajiet pubbliċi qegħdin jaqdu l-funzjonijiet tagħhom aħjar milli qed jaqduhom sal- lum.", "Il-ħsieb huwa li nimmiraw għal titjib, anke f'dawn l-entitajiet u l- kunsill irid jaġixxi biex jispinġi dan it-titjib.", "Jien ma rridx li niġu f'xi sitwazzjoni fejn ikollna xi kunsill li jissoffoka lil dawn l- entitajiet billi jiċċentralizza dak kollu li jkun qiegħed jiġri fihom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nerġa' nirriafferma dak li qed jgħid il-ministru li s'issa fost l-affarijiet pożittivi li kellhom dawn l-entitajiet kien hemm element kbir ta' self-management li naħseb li ma jridx jintilef.", "Din tkun ikkumplimentata b'kordinazzjoni oħra.", "Qed nitkellmu fuq il-qasam tal- kultura li huwa qrib ħafna tal-qasam ta' l-edukazzjoni u waħda mill- affarijiet li titfa' lill-iskejjel statali lura hi li ftit li xejn għandhom kontroll tad-deċiżjonijiet importanti li kull organizzazzjoni ħajja trid tieħu biex tgħix u tiżviluppa.", "Ma rridux li fuq naħa waħda nitkellmu fuq kemm hemm bżonn li nersqu aktar lejn sitwazzjoni fejn l-iskejjel imexxu lilhom innifishom u li jinqalgħu minn taħt il-kontroll tqil u burokratiku taċ-ċentru, u min-naħa l-oħra fejn għandna entitajiet li diġa' qed jgħixu f'ċertu awtonomija u indipendenza indaħħluhom f'xi xibka ġdida li tagħmlilhom il-ħsara.", "Minħabba f'hekk irridu nsibu l-mod ta' kif l-awtonomija tagħhom tkun imħarsa fil-kuntest tal-kordinazzjoni li qed joħloq dan il-kunsill.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqijsa hi klawsola 25 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri : Aye).", "Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 25, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 – Kuntratti ta' provvista ta' xogħol.", "Clause 26 – Contracts of supply of works.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola fejn qed nimportaw ġo dan l-abbozz ta' liġi l-provvedimenti li nsibu f'liġijiet oħra tal-pajjiż li bihom norbtu lill-kunsill li fejn jidħlu kuntratti ta' provvista ta' oġġetti jew materjal għall-esekuzzjoni ta' xogħlijiet u xiri, irridu nsegwu l-proċedura ta' offerti kompetittivi u anke r-regolamenti dwar l-akkwist li jsir mis-servizz pubbliku - ir-regolamenti ta' l-1996.", "Diġa` kien hemm riferenza għal dan l-avviż legali 70 ta' l-1996 li kienet qiegħda fi klawsola preċedenti, fl-opinjoni tiegħi, spustjata.", "Naħseb li aktar tintrabat ma' din il-klawsola li titratta kuntratti ta' provisti ta' xogħol.", "Hawnhekk qed nissottomettu lill-kunsill li ħlief bl-approvazzjoni tal-ministru u b'konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-finanzi, meta jiġi biex isir xi kuntratt li jeċċedi l-valur ta' Lm3,000 irid isir permezz ta' offerti kompetittivi.", "Meta jkun taħt it-Lm3,000 ikun jista' jsir mill-kunsill innifsu bil-manjiera li jidhirlu li hija l-iktar xierqa.", "Fl-emenda li qed inressaq qiegħed inżid ukoll li r-regolamenti ta' l-1996 li jirrigwardjaw il-public service procurement jorbtu wkoll lil dan il- kunsill.", "Naqra l-emenda:", "\"I\" (a) klawsola 26 għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala s- subklawsola (1) tagħha u minflok il-kliem \"Mingħajr preġudizzju għal kull direzzjoni mwassla mill-Ministru taħt subartikolu (1) ta' artikolu 22 ta' dan l-Att, il-Kunsill m'għandux,\" għandhom jidħlu l-kliem \"Il- Kunsill m'għandux,\"; u", "a) wara s-subklawsola (1) kif enumerata mill-ġdid għandha tiżdied din is- subklawsola (2) li ġejja:", "\"A.L. 70 ta' l-1996", "(2) Il-Kunsill għandu jsegwi l-proċeduri ta' akkwist kif regolati bir- Regolamenti ta' l-1996 dwar akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku, jew kull emenda relattiva.\".", "\"I\" (a) clause 26 shall be renumbered as subclause (1) thereof and for the words \"Without prejudice to any directions communicated by the Minister under subarticle (1) of article 22 of the Act, the Council shall not,\" there shall be substituted the words \"The Council shall not,\"; and", "a) after subclause (1) as renumbered there shall be added the following new subclause (2):", "\"L.N. 70 of 1996", "(2) The Council shall follow procurement procedures as regulated by the Public Service (Procurement) Regulations, 1996, or any amendment thereto.\"", "Irrid ngħid, Sur President, li l-ewwel frażi tal-klawsola kif inhi qed titneħħa permezz ta' din l-emenda, għaliex tgħid;", "\"mingħajr preġudizzju għal kull direzzjoni mwassla mill-ministru taħt subartiklu 1 ta' l-artiklu 22 ta' dan l-att.\"", "Meta wieħed imur fuq il-klawsola 22 ma jsibx x'tip ta' direzzjoni jagħti l- ministru f'dak is-subartiklu.", "Probabbilment meta dan l-abbozz ta' liġi kien qed jiġi komparat ma' liġijiet oħra kien hemm żball fir-riferenza ta' l- artiklu imma meta wieħed ineħħi l-frażi \"mingħajr preġudizzju għal kull direzzjoni\", id-direzzjoni tal-ministru se tibqa' dejjem impreġudikata, għaliex jekk hawn direzzjonijiet li l-ministru jagħti f'dan l-abbozz ta' liġi, dawk qed jagħtihom bis-saħħa tal-provvedimenti meħtieġa f'dan l- abbozz, u s-sustanza hi li l-kunsill irid jimxi bis-sistema ta' l-offerti kompetittivi, kif kwalunkwe kuntratt jeċċedi l-valur ta' Lm3,000.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wieħed jaqbel ma' din il-klawsola kif inhi emendata għaliex anke f'dan il-qasam tajjeb li nimxu fuq il-linji li kien qiegħed jispjega l-ministru.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 26 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 – Rapport annwali.", "Clause 27 – Annual report.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, anke hawnhekk issa qed ngħaqqad dik li kienet is-subklawsola 8 ta' l-artikolu 28 ma' dak li hawn fi klawsola 27.", "Ġibnihom flimkien biex jagħmlu qari aktar ċar u allura aħjar naqra l-emenda mill-ewwel għaliex issa qed nipproponi klawsola 27 kif inhi mibdula.", "Minflok il-klawsola 27 għandu jidħol dan li ġej:", "\"J\" \"Rapporti annwali.", "27.", "Il-Kunsill għandu, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem kull sena finanzjarja, jibgħat lill-Ministru kopja tad-dikjarazzjoni verifikata tal-kontijiet tiegħu, kopja tar-rapport magħmul mill-awditur jew l-awdituri dwar dik id-dikjarazzjoni jew fuq il-kontijiet tal- Kunsill, flimkien ma' rapport li ġeneralment ikun jittratta dwar l- attivitajiet tal-Kunsill matul dik is-sena finanzjarja u għandu jara li kopja ta' kull tali rapport titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u li tiġi ppreżentata lill-Ministru u li jkun fih dik l-informazzjoni konnessa mal- proċedimenti u l-politika tal-Kunsill.", "Il-Ministru għandu jgħaddi kopja ta' kull rapport biex titpoġġa' fuq il-Mejda tal-Kamra u li tkun preżentata liIl-Ministru responsabbli għall-finanzi u lill-Awditur Ġenerali kemm jista' jkun malajr.\"", "\"J\" \"Annual reports.", "27.", "The Council shall, not later than six weeks after the end of each financial year, send to the Minister a copy of its audited statement of accounts, a copy of the report made by the auditor or auditors about that statement or on the accounts of the Council, together with a report dealing generally with the activities of the Council during that financial year and containing such information relating to the proceedings and policy of the Council.", "The Minister shall cause a copy of every such report to be laid on the Table of the House and to be presented to the Minister responsible for finance and to the Auditor General as soon as practicable.\".", "Naħseb li hawnhekk is-sens jitkellem waħdu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Punt żgħir li nixtieq nagħmel huwa aktar dwar il- klassi ta' meta jidħlu fis-seħħ dawn l-istrutturi.", "Naħseb li jkun importanti li ma nidduplikawx, fis-sens li jekk per eżempju bħalissa t- Teatru Manoel, jew Dar il-Mediterran tal-Konferenzi, għandhom l-awditur tagħhom li jista' jagħmel ix-xogħol ta' l-awditjar u s'intendi jeħdilhom ċertu flus , issa se jkollna l-kunsill li jqabbad awdituri oħrajn.", "Dan ifisser li se nkunu qed inżidu l-layers ta' awditjar.", "Nistaqsi jekk ikunx aħjar jekk il-kunsill ikollu s-servizzi ta' awditur biex jivverifika l- konijiet li jibgħatulu.", "Qed nagħmel dan il-punt biex niskartaw dak l-aspett li semmejna u li kien inkwetana u esprimejna ruħna fl-istadju tat-tieni qari - li strutturi bħal dawn ma jibilgħux fi spejjeż amministrattivi dawk il-fondi li aħjar immorru dirrettament fl-attivitajiet konċernati.", "Wieħed jawgura li l-mod kif jaħdem ikun mod li ma jidduplikax ix-xogħol iżda li jieħu l-effiċjenza ta' pass ta' ċentralizzazzjoni.", "F'dan il-każ ikun pożittiv jekk is-servizzi ta' l-awditjar isiru miċ-ċentru u wieħed ikun jista' fl-istess ħin idaħħal l- element ta' regolatur.", "Hawnhekk il-proviso jkun li qiegħed jawditja lilu nniffsu.", "Dan qed ngħidu għalkemm suppost l-awdituri jkunu qed jagħmlu dak ix-xogħol u għalkemm fid-dawl ta' dak li rajna fl-iskandlu ta' Emron u oħrajn, bħalissa l-professjoni ta' l-accountants ma tantx għaddejja minn żmenijiet sbieħ.", "Kien hawn kummenti anke f'Malta ta' accounts li jidhru isbaħ mill-istampa reali u li wasslu biex fallew kumpanniji.", "S'intendi dawn mhux affarijiet li wieħed jiżgurahom fil-liġi.", "Kif dejjem ngħidu, ngħaddu kemm ngħaddu liġijiet it-test aħħari fil-ħajja ta' kuljum hu dak li jagħmel sens.", "Jien nawgura li x-xogħol li jsir mill-kunsill jieħu l-effiċjenza ta' struttura waħda biex dak li kien isir minn sitt entitajiet differenti jkun jista' jsir f'ċentru wieħed.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ngħid li din hi direzzjoni li għandha tiġi segwita jekk ma jkunx hemm xi raġuni tassew valida li l-kunsill għandu jikkonvinċi ruħu minnha.", "Jista' jagħti kas li jkun hemm interessi ta' tip kummerċjali.", "Bħalissa ftit nista' nimmaġinahom imma 'l quddiem jistgħu jokkorru iktar.", "Jista' jkollna awditur li jaf x'qed jiġri ġo Dar il- Mediterran u qed jawditja wkoll il-kontijiet tat-Teatru Manoel.", "Jista' kummerċjalment ikun hemm diffikulta` li tinterfieri mal-proċess għall-aħjar ta' dak li jkun qiegħed isir.", "Dan ifisser li l-appell li għamel l-Onor.", "Bartolo nendorsjah fid-direzzjoni li l-kunsill għandu dejjem jaħdem biex ma jidduplikax u ma jaħlix flus f'amministrazzjoni fejn dan mhux assolutament meħtieġ.", "Madankollu rrid inħalli ċertu leeway f'din is-sens ta' direzzjoni, biex nassigguraw li ma nkunux qed nagħmlu xi ħaġa li meta napplikawha fil- prattika jkun hemm ostakolu oġġettiv u reali għaliha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 27 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 27 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – Trasferiment ta' attiv lill-Kunsill.", "Clause 28 - Transfer of assets to the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola importanti ħafna anke għal dan is-settur li aħna qegħdin nitkellmu fuqu.", "Dan huwa settur fejn il-gvern, għan-nom tal-poplu, għandu kapital li ħafna minnu hu imprezzabbli.", "Hemm ukoll kapital li jiswa flejjes enormi.", "Insemmi l-bini fejn hemm iċ-ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi.", "Il-bini nnifsu huwa diġa` mprezzabbli, imma ġo fih hemm investiment ta' sistemi u ta' apparat li huwa wkoll ta' valur.", "Il-valur tat-Teatru Manoel hu valur ta' patrimonju kulturali u huwa wkoll ta' valur imprezzabbli.", "Fih ukoll assi u affarijiet oħrajn li huma ta' valur.", "Jekk nieħu l-Orkestra Nazzjonali nfakkar li ħafna mill-istrumenti huma ta' l-orkestra nnifisha, jiġifieri tal-gvern.", "Nirreferi għall-Kavallier ta' San Ġakbu.", "Tkellimna kemm-il darba dwar x'sewa.", "Intefqu ma' l-Lm4 miljuni biex ġie konvertit minn fortizza għal dan iċ-ċentru ta' kreattivita`.", "L-apparat li fih huwa ta' entita` konsiderevoli.", "Permezz ta' din il-klawsola illum dawn jiġu kollha kemm huma propreta` tal-gvern.", "Irridu naraw x'se jiġri ladarba d-dipartiment tal- kultura jiġi winded-up u minfloku jidħol dan il-kunsill.", "Irrid naħsbu biex nagħmlu trasferiment ta' dawn l-assi lill-kunsill jew lill-entitajiet li qed imexxuhom.", "Biex nagħti eżempju ta' sitwazzjoni diffiċli se nsemmi l- management committee ta' Dar il-Mediterran.", "Teknikament u legalment m'għandu l-ebda dritt li jidħol f'xi forma ta' xi kuntratt ma' xi entita' oħra.", "Nafu li hemm diffikultajiet li rridu naqbżu.", "Hawnhekk nirreferi għall-agreements li saru żmien twil ilu biex Dar il- Mediterran fetħet il-Malta Experience jew saru entijiet oħrajn.", "Issa din is- sitwazzjoni trid tiġi ċċarata biex nassiguraw li tkun taħt il-kontroll u r- regolamenti meħtieġa u biex isir l-aħjar użu, anke kummerċjali, ta' dawn l- ispazji u ta' dawn l-assi li jeżistu f'dawn l-entitajiet.", "Qegħdin ngħidu li qed naqsmu l-affarijiet fi tnejn u din id-distinzjoni hija importanti li nżommuha quddiem għajnejna.", "Bħal f'kollox il-proprjeta` tista' tkun mobbli jew immobbli.", "L-ewwel paragrafu ta' din il-klawsola jeskludi dak li qed nitkellmu fuqu f'dan l-ewwel paragrafu dwar proprjeta` mmobbli.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-assi u l-intrapriżi għaliex l-assi m'humiex biss apparat jew strumenti imma jistgħu ikunu attivitajiet kummerċjali, jew undertakings oħra li jkun qegħdin isiru u li sal-lum huma tal-gvern.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li dawn il-propjetajiet u intrapriżi li sal-lum huma tal-gvern u li qegħdin jintużaw għall-funzjonijiet li jitkellem fuqhom dan l-att, bis-saħħa ta' din il-liġi se jiġu trasferiti u vestiti fil- kunsill mid-data li jidħol fis-seħħ l-att konċernat.", "Eventwalment il- kunsill se jsir il-proprjetarju ta' dawn l-atti u forsi jkollna bżonn inbiddlu xi ħaġa iktar tard.", "It-tieni paragrafu jitkellem dwar l-immobbli.", "Biex il-gvern jgħaddi immobbli lil xi ħadd irid jiġi fil-parlament.", "Jekk it-trasferiment ikun mill-gvern għal gvern m'hemmx għalfejn niġu l-parlament, pero` jekk dik l- entita` jkollha elementi oħrajn li m'humiex pubbliċi rridu niġu l- parlament, kif għamilna f'okkażjonijiet oħrajn fuq ċerti proġetti.", "Hawn qegħdin ngħidu li l-proprjeta` ta' l-immobbli u t-titolu ta' ownership se jibqa' tal-gvern, u jekk xi darba xi gvern jiddeċiedi li dak it-titolu jrid jgħaddih jew jaqsmu ma' xi persuna oħra jrid jiġi l-parlament.", "Madankollu l- użu u l-amministrazzjoni ta' dan l-immobbli se jgħaddi f'idejn il-kunsill, jew f'idejn l-entitajiet bħalma hi Dar il-Mediterran jew it-Teatru Manoel, bis-saħħa ta' din il-liġi.", "Sal-lum il-management committee tat-Teatru Manoel innifsu m'għandux titolu ta' użu, ta' kera, ta' ċens jew ta' proprjeta'.", "Dan teknikament m'għandu xejn.", "Is-sitwazzjoni mxiet għal dawn l- aħħar snin, u ġiet aċċettata minn kulħadd.", "Għaldaqstant ma tistax tibqa' hekk jekk se nipproċedu f'direzzjoni fejn se nipprovaw inġibu ċertu sens.", "Fejn jidħol l-immobbli qegħdin inżommu t-titolu ta' proprjeta` f'isem il- gvern, imma se nagħtu titolu ta' użu u ta' amministrazzjoni lill-kunsill jew inkella lil dawk l-entitajiet li jkunu msemmija fl-ordni.", "Biex nassiguraw li l-affarijiet ma jsirux ta' tagħna f'tagħna, din l-ordni jrid jagħmilha l-ministru responsabbli mill-artijiet u qed nagħmel emenda biex ngħidu li qiegħed jagħmilha l-ministru tal-kultura, imma b'konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-artijiet.", "Qed irressaq emenda f'dan is- sens.", "Hawnhekk irridu niddeskrivu dawk li huma mobbli biċċa biċċa għaliex qed niddiskrivu x'inhija l-proprjeta` u x'inhuma l-undertakings.", "Dawn jinkludu mpjanti, tagħmir, apparat, strumenti, vetturi, inġenji, bini, strutturi, stallazzjoni, art, triq, xogħol, ħażna, jedd u privileġġ u kull ħaġa oħra meħtieġa.", "Hawnhekk qed ngħidu x'nifhmu bi proprjeta` u b'undertaking.", "Dawk il-ħwejjeġ li huma msemmija f'paragrafu tlieta li huma movables, jiġu regolati bl-ewwel paragrafu.", "Dawk li huma immovables jiġu regolati bit- tieni paragrafu u f'dan il-każ qed nitkellmu fuq l-użu u l- amministrazzjoni.", "Dawk li huma movables se jiġu trasferiti lil jew vestiti fil-kunsill.", "Fit-tieni paragrafu qed ngħidu li jridu jiġu vestiti fil- kunsill jew fil-korp magħqud jew entita' li tkun hawnhekk imsemmija f'dik l- ordni.", "Jien naħseb li aħjar li anke fl-ewwel paragrafu ngħidu l-istess ħaġa, għaliex niġu fis-sitwazzjoni li t-tambur ta' l-orkestra nazzjonali minflok jiġi vestit from the day of enforcement fl-orkestra nazzjonali, l- ewwel jiġi vestit fil-kunsill u mbagħad fl-orkestra.", "Nispera li jkollna ċans inressqu xi emenda għaliha.", "L-aħħar paragrafu li se nagħlaq bih jgħid li naturalment kollox ikun soġġett b'ordni speċifika tal-ministru li fiha jispeċifika x'inhuma l- kundizzjonijiet li taħtha taqa' dik il-proprjeta`.", "Il-ministru jispeċifika x'inhuma l-kundizzjonijiet li taħtha dik il- proprjeta` qiegħda tgħaddi, u jrid ikun ċar dak kollu li jkun qiegħed jgħaddi esklussivament għall-finijiet kulturali u artistiċi jew għal finijiet anċillarji għal dan.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex f'isem il- Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla t-Tlieta, 12 ta' Frar 2002 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Grazzi, Mr Speaker.", "Fil-gazzetta \"The Malta Independent \" illum għamlu editorjal u sejħulu \"Politics in the culvert\".", "F'dan l-editorjal qegħdin jitkellmu fuq issue li qam f'dawn l-aħħar jiem ġewwa Ħaż-Żebbuġ u skond huma qed jgħidu li dan hu issue minuri u li qed isir ħafna diskors fuqu mentri l-problemi kbar u serji li għandu l-pajjiż mhux qed inħarsu lejhom.", "Naqbel perfettament ma' dan l-argument li hawn f'dan l-editorjal.", "Veru li dan tal-culverts ta' Ħaż-Żebbuġ huwa issue żgħir pero` huwa veru wkoll li għall-finijiet ċari partiġġjani ta' politika minħabba l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali li se jsiru f'dan ir- raħal, il-Partit Nazzjonalista għoġbu li joħloq issue fuq problema li hija pjuttost ta' natura teknika.", "Fil-fatt fil-famuża konferenza stampa li saret fuq il-post sabiex il-kunsill, flimkien miegħi, nispjegaw x'inhi din il-kwestjoni tal-culvert l-ewwel ħaġa li jien għedt - u dan huwa rrekordjat - hi li din hija issue teknika u ma nistax nifhem għalfejn spiċċat sploduta f'issue politiku kbir li fil-verita` huwa ineżistenti.", "Mr Speaker, nixtieq nieħu din l-opportunita` biex nesprimi ruħi għaliex naħseb li l-parlament hu l-uniku post f'dan il-pajjiż fejn wieħed jista' jesprimi lilu nnifsu mingħajr ma jkun interrott il-ħin kollu.", "Jien nixtieq nieħu din l-opportunita` li offrieli l-parlament biex nispjega eżattament x'inhi din il-kwestjoni li qamet ġewwa r-raħal ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Ħaż-Żebbuġ, Mr Speaker, għal min jaf jinstab taħt għoljiet li huma r-Rabat, il-Buskett u l-Imdina u ħafna ilma li jkun ġej mir-raba' li hemm fl-għolja tar-Rabat u tal-Buskett jispiċċa jgħaddi mir-raħal.", "Matul iż-żmenijiet Ħaż-Żebbuġ inbena u espanda 'l barra u allura fejn kien hemm dawk li ngħidulhom in- natural water courses minn fejn kien jgħaddi l-ilma ġie mblukkat mill- bini, saru toroq ġodda u ingħataw wiċċ ġdid.", "L-ilma fuq it-tarmac ma jinxtorobx u jiġri iktar fit-toroq u apparti minn hekk hemm ukoll il- problema li m'aħniex qed nieħdu ħsieb biżżejjed, fl-opinjoni tiegħi, is- sistemi għall-ilqugħ ta' l-ilma tax-xita li għandna fil-pajjiż.", "Minħabba din il-kombinazzjoni ta' l-ammont ta' bini li sar, tat-toroq u għax ma nagħtux kas biżżejjed ġejna f'sitwazzjoni ġewwa li ħafna mill-ilma li jkun nieżel mill-għolja tar-Rabat u mill-għolja tal-Buskett jispiċċa jidħol fir-raħal u dan jikkawża, apparti inkonvenjent kbir lir-residenti u lil dawk li jsuqu mit-toroq minn fejn jgħaddi l-ilma, anke ħsarat fil- proprjeta`.", "Din hija s-sitwazzjoni ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "L-ilma jidħol minn ċerti toroq partikolari.", "L-ilma li jkun ġej mir-Rabat normalment jidħol f'Ħaż-Żebbuġ fost toroq oħrajn mit-triq il-qadima tar-Rabat, illum magħrufa bħala t-12 ta' Mejju, kif ukoll mit-triq il-qadima tal-Buskett.", "Minn hemmhekk jidħol ħafna ilma.", "Din il-problema ilha teżisti ħafna snin u bħalma qalu tajjeb xi residenti li kienu preżenti u li kienu organizzati biex itellfu l-konferenza stampa dakinhar qalu Ii ilhom jgħixu ma' din il- problema 20 sena u ħadd ma għamel xejn fuqha.", "Irrid infakkar li 15-il sena minnhom kienu mmexxija minn gvern nazzjonalista.", "Dan m'għamel xejn.", "Mela għandna problema li kulħadd jaf biha.", "Tant jaf biha l-gvern li kkummissjona konsulent sabiex jagħmel studju ta' kif din il-problema taffettwa lil Ħaż-Żebbuġ.", "Dan ħareġ bir-rapport tiegħu pero' fuq dan ir- rapport nitkellem iktar tard.", "Mr Speaker, il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għandu d-dover li jara li l- inkonvenjent li jkun hemm fir-raħal jipprova jirranġah u dan għamel diversi laqgħat li għal xi wħud minnhom kont preżenti jien mal-ministru Ċensu Galea u mal-Ministru Francis Zammit Dimech.", "Dawn saru biex jiddiskutu dan il-famuż rapport ta' l-istormwater li ġie ppubblikat minn dan il-konsulent imqabbad mill-gvern.", "Meta jien kont tkellimt ġewwa Ħaż-Żebbuġ kont għedt li dan huwa rapport ikkummissjonat mill-kunsill lokali wkoll għall-fatt li nofs l-ispejjeż biex sar tħallsu mill-kunsill lokali.", "Fid-diskussjonijiet li kellu l-kunsill il-ministri tal-gvern dejjem qalulu li ma jistgħu jagħmlu xejn u li l-proġett iqum ħafna.", "Biex isir dan l-istormwater masterplan u biex jiġi implimentat għallinqas skond l-estimi li hemm fir- rapport iridu jintefqu xi Lm300,000.", "Qalulhom li m'għandniex dawn it-tip ta' flus u ma sar xejn.", "Qalu li m'hu se jagħmlu xejn u xejn m'għamlu.", "Il- gvern qagħad ċass, ikkummissjona rapport, nefaq l-eluf ta' liri u waddbu fuq l-ixkaffa.", "Aħna mdorrijin biha din is-sitwazzjoni.", "Meta l-Partit Nazzjonalista jkollu problema jikkummissjona rapport u ma jsir xejn dwaru.", "Il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ried jagħmel xogħol f'area partikolari, magħrufa bħala Triq il-Mitħna, Triq Fr. Fred Mattei u Triq il-Kbira.", "Ried jagħmel xogħol ta' resurfacing tat-toroq, u r-raġuni kienet li minn dawn it-toroq jgħaddi ħafna ilma.", "Kif jaf kulħadd l-iktar għadu kbir li għandhom it-toroq huwa appuntu l-ilma tax-xita għaliex meta jgħaddi minn ġot-toroq jaqla l-wiċċ, it-triq tinżel u jkollna l-problemi.", "Dan il-kunsill ried li jirranġa dawn it-toroq li kienu fi stat ħażin u r-raġuni primarja kienet l- ilma tax-xita li jgħaddi minnhom.", "Dan il-kunsill qabbad il-konsulenti tiegħu - li hija ditta li naħdem magħha jien – u qalilhom biex jistudjaw x'jistgħu nagħmlu biex jirranġaw it-toroq ta' din l-area.", "Hekk kienet l-istorja u nista' ngħid li l-konsulenti tal-kunsill għamlu conditional report.", "Dan għamluh mhux biss fuq l-istat tat-toroq li kien hemm imma anke fuq ir-raġunijiet għalfejn kienu f'dak l-istat.", "Sibna ħafna affarijiet interessanti f'dawn it-toroq.", "Kemm ġewwa main street kif titlaq triq 12 ta' Mejju inti u dieħel Ħaż-Żebbuġ min-naħa tat-triq il-qadima min- naħa tar-Rabat kif ukoll fi Triq il-Mitħna l-ilma tax-xita ma jaqlibx bil- konsegwenza li meta jiġi l-ilma jkun hemm għadajjar kbar.", "L-ilma dejjem jogħla, jgħaddu l-karozzi, itajjru ma' kullimkien u jkollna problemi kbar.", "Hemm din il-problema minħabba wieħed mill-Onorevoli ta' din il-Kamra li mhux se nibqa' nsejjaħlu Onorevoli.", "Dan hu Michael Bonnici u l-problema nqalgħet għax qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il-gvern m'għamel xejn fit- toroq.", "Qabel l-1996 kien hawn ferneżija ta' xogħlijiet ta' toroq u kulħadd jiftakar x'kien ġara.", "Dan qabad u ġab lill-kuntrattur, ta t-tarmak ġo parti mill-main street, u ma qalgħax it-tarmak li kien hemm qabel bil-konsegwenza li l-livelli tat- toroq li kien hemm inbidlu.", "Mhux talli l-livelli nbidlu u ma baqax jaqleb iżda talli fformaw l-għadajjar.", "Minħabba li taw tarmak fuq tarmak anke l-bankini ntradmu.", "Issa qed jiġri li qed jiġi l-ilma mit- triq tar-Rabat u jieqaf ġo din it-triq, jibda miexi biss meta jogħla u biex jimxi jrid jilħaq ċertu livell.", "Meta jogħla ħafna jmur għand in-nies għaliex bankini m'hemmx.", "Din hija l-problema.", "Fi Triq il-Mitħna hemm l-istess problema.", "Dawn huma l-problemi li sibna aħna.", "Sibna problema kbira li minħabba xogħol ħażin li kien sar minn gvern nazzjonalista qabel l-1996 dawn it-toroq ma kenux jaqilbu.", "Biex wieħed jagħmel triq suret in-nies irid jaqla' t-tarmak li hemm imbagħad jagħmel ix- xogħol li hemm bżonn isir.", "Ovvjament qabel ma jsiru t-toroq wieħed irid jara s-servizzi li għandu taħt l-art humiex kapaċi biżżejjed.", "Aħna għamilna konsultazzjoni mad- dipartimenti konċernati u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qalilna li l-main irid jinbidel.", "Fil-konsultazzjoni li għamilna rriferejna għal dan il-famuż pjan - il-master plan li pprepara l-gvern.", "Dan il-pjan jindika ċar li hemmhekk hemm problema kbira ta' l-għargħar u ta' ilma tax-xita.", "Aħna għedna li jekk hemm problema kbira ta' l-għargħar u ta' ilma tax-xita rridu naraw għaliex teżisti din il-problema.", "Skoprejna li qabel l-1996 l- istess Michael Bonnici kien ħadem ħafna biex jinfetaħ taparsi l-bypass ta' Ħaż-Żebbuġ fejn hemm il-bini fuq iż-żewġ naħat, u l-ilma li jkun ġej minn fejn infetaħ il-bypass issa qed jintefa' kollu fuq din it-triq ukoll.", "Hemmhekk żidna l-ammont ta' ilma li jinżel fuq din it-triq.", "Minn hawn ġejjin il-problemi.", "Kont qed nara r-rapport li kkummissjona l-gvern.", "Dan se npoġġih fuq il- mejda tal-Kamra ħalli tarah il-media kollha u tara min għandu raġun f'din il-ħaġa.", "Il-media tista tara' li fir-rapport hemm indikat ċar fejn irid isir ix-xogħol ta' resurfacing.", "Dawn huma toroq li jbatu mill-għargħar.", "Meta mbagħad ġejna biex naraw is-soluzzjoni li ppropona l-konsulent sibna li bi żvista – jew hekk qed naħseb – ma ppropona xejn għal din l-area.", "Jekk wieħed ifittex ma jsib l-ebda culvert.", "Il-konsulent li qabbad il-gvern għal din l-area ma ta l-ebda parir bil-konsegwenza li n-nies li qed joqogħdu hemm iridu jkunu jafu.", "Meta jiġu l-kelliema tal-gvern, Michael Bonnici l- ewwel wieħed u jgħidulhom li l-gvern se jagħmel proġett u se jissolvu l- problemi ikunu qed jigdbu.", "Jien ngħid li dak qed jigdeb għax fir-rapport tal-konsulent m'hemm l-ebda soluzzjoni għal din il-problema fl-area tagħhom.", "Issa jien qed ngħid li din forsi qabżitlu bi żvista għaliex jien naf l- individwu li għamel ir-rapport u naf li huwa ta' l-affari tiegħu.", "Dan ma ppropona xejn.", "Irrid nistaqsi għaliex jekk il-konsulent li qabbad il-gvern ma ppropona xejn għal din l-area partikolari ma kienx hemm il-kunsill li għamel xi ħaġa hu.", "Ġejna f'sitwazzjoni fejn il-gvern ma jrid jagħmel xejn għaliex qed jgħid li m'għandux flus u fir-rapport li għamel il-gvern għal dawn it-toroq m'hemm l- ebda soluzzjoni.", "Kien ikun faċli għalina bħala kunsulenti tal-kunsill li ngħidulhom biex hemmhekk ma jagħmlu xejn għaliex il-gvern m'għandux flus.", "Dan suppost hu xogħol li għandu jagħmlu l-gvern permezz tad-dipartiment ta' l-infrastruttura.", "Madankollu kieku għamilna hekk konna nkunu rresponsabbli.", "Aħna m'aħniex daqshekk irresponsabbli lejn in-nies li joqogħdu f'dawk it- toroq fejn nafu li hemm il-problema.", "Meta ħarġet it-tender sabiex isir il-bini mill-ġdid ta' dawn it-toroq intrebħet minn kuntrattur partikolari u bħalma jsir dejjem, il-kuntrattur li jirbaha jeħodha bis-servizzi kollha li hemm taħt.", "Ma nafx għalfejn dan il-ħafna diskors vojt ta' direct order u mhux direct order fl-istqarrijiet li qegħdin joħorġu.", "Dan m'huwiex veru.", "Din hija parti integrali mill-bini tat-triq li trid issir.", "Issa qalu li m'għandniex rati ta' kemm huwa l-water culvert.", "Hawnhekk qed jigdbu.", "F'toroq oħrajn minn ġo Ħaż-Żebbuġ stess bħal Triq Ebona għamilna culvert u qatt ma opponih ħadd.", "Lanqas ġie Philip Mifsud il-kunsillier.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qed nitħaddtu fuq Ħaż Żebbuġ.", "La ġie l- kunsillier Philip Mifsud jistaqsi kemm qamu u lanqas ħadd ieħor għax tajna direct order.", "Ħadd ma qal xejn, Michael Bonnici nkluż.", "Sar il-culvert, qiegħed jaħdem u l-affari mietet.", "Ħadd ma ġie jitkellem fuq direct orders.", "Nistaqsi għaliex proprju issa, lejliet l-elezzjoni tal-kunsill lokali qed noħolqu problema u qed ngħidu li ngħata b'direct order meta dan l-istess kuntrattur diġa' għamel il-water culverts ġewwa Ħaż-Żebbuġ u f'postijiet oħrajn bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq.", "Jien ma nistax nifhem jien.", "Dawn qed jgħidu li ngħata b'direct order.", "Jien qed ngħid li mhux veru ngħata b'direct order.", "Qed isemmu min hu l-individwu.", "Għal dan ix-xogħol applika għat-tender kuntrattur wieħed.", "Jekk tefagħha wieħed irid jintgħażel hu u għaliex inzerta li xi ħadd mid-diretturi għandu parentela ma' xi ħadd minn din in-naħa, tan-naċa l-oħra qed joġġezzjonaw.", "Tant iħobbuna li jridu joqtluna bil-ġuħ.", "Li kieku jkun għalihom ma jagħtuniex xogħol hekk kif jagħmlu lili l-ewwel wieħed.", "Jekk ikun hemm xi ħadd mill-parlament fuq din in-naħa ma jtuħx xogħol.", "Jien ma nistax nifhem.", "Qed ngħidu li f'dawn it-toroq kellu jsir proġett u bħala parti minnu kellu jinbena dan il-culvert.", "Għalkemm qed jgħidu li dan il-culvert huwa parti integrali mill-bini ta' dan it-triq, beda jsir ix-xogħol fuqu.", "Kif beda jsir ix-xogħol tal-culvert bdew jaqilgħu il-problemi u jimmobilizzaw in- nies.", "Kif rajna fuq it-televiżjoni l-Ħamis li għadda, saret laqgħa fuq il- post u ġiet organizzata marmalja nazzjonalista fuq il-post biex ifixklu.", "Dawn lanqas kellhom ċans jitkellmu.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien se npoġġi dan l-istorm water culvert li pprepara l-gvern fuq il-Mejda tal-Kamra u nistieden lill-media kollha indipendenti ċċempilli.", "Jekk hemm bżonn, nagħtihom in-numru tat-telefon ukoll biex isibuni malajr u nispjegalhom x'inhu dan ix-xogħol, xi jgħid il-masterplan u x'qed nagħmlu aħna.", "Wara l-ispjegazzjoni jistgħu jiddeċiedu huma min għandu raġun fl- istorja.", "Aħna rridu nispjegaw l-affarijiet bis-serjeta' u mhux bl- istorbju.", "Qed ngħidu li dan il-culvert se jilqa' l-ilma li jkun ġej mit-triq il- qadima tar-Rabat u l-ilma li jkun ġej minn parti oħra ta' Ħaż-Żebbuġ li l- ilma tagħha jwaddab f'din it-triq l, fi Triq il-Mitħna u Triq Fra Ferd Mattei.", "Dan biex naqbuh minn hemmhekk inniżluh it-triq kollha ta' Triq Fra Ferd Mattei, jikser 'il barra u jaqbad ma' culvert ieħor eżistenti li hemm fi Triq il-Grazzja.", "Issa qalulna li l-culvert wassalnieh sa nofs it-Triq Fra Ferd Mattei u nqalgħu ħafna problemi għaliex tlaqnieh hemmhekk.", "L-ewwelnett dik hi l- ewwel fażi tal-proġett għax daqshekk jippermettu l-fondi tal-kunsill għax huma limitati.", "Il-fondi li għandhom illum għall-ewwel fażi tal-proġett wassluh fejn għandu jasal.", "Hekk kif tgħaddi l-elezzjoni tal-kunsilli f'Marzu li ġej jerġa' jkun hemm kunsill laburista u jagħmel budget ġdid.", "Dan inkompluh u qabel ix-xitwa li ġejja jitlesta u nwassluh fejn għandna nwassluh - sal-culvert eżistenti li hemm fi Triq il-Grazzja.", "Michael Bonnici li għamel culvert u sieħbu l-Perit Philip Mifsud dehru ħelwin ħafna fuq \"Monitor\" ta' Net TV il-bieraħ.", "Dawn għamlu culvert li fih pied fond biex jilqa' dawk l-ilmijiet kollha.", "Dan jagħti ġo culvert kbir erba' piedi.", "Ma jagħmilx sens li wieħed jagħmel culvert li jilqa' ilma ta' pied imbagħad jagħti għal wieħed ta' erba' piedi.", "Nistaqsi għax l- ewwel ma wessax il-culvert li hemm fit-triq biex jilqa' l-ilma.", "Ma jagħmilx sens li wieħed jagħmel culvert minn ġo sqaq wiesa' u l-culvert li jilqa' ma jidħolx ilma fih.", "Jien ma nistax nifhem lil dan il-bravu.", "Fuq Michael Bonnici hemm ħafna xi ngħid.", "Dawn organizzaw marmalja u qalu li kien hemm ir-residenti u li mhux veru kienu marmalja nazzjonalista.", "Nitlob lil xi ħadd biex jgħidli l-kunsillier ta' Ħad-Dingli Peter Abela x'kien qed jagħmel hemmhekk u jekk dan hux uffiċjal tal-partit nazzjonalista.", "Nitlob lil xi ħadd jgħidli wkoll Vince Cilia, uffiċjal għoli fid-dipartiment tad-drenaġġ x'kien qed jagħmel hemmhekk.", "Ma nafx jekk huwiex kunsillier iżda issa reġa' ħareġ kandidat tal- kunsilli fuq Ħaż-Żebbuġ.", "Vince Cilia suppost kien qiegħed għax-xogħol fl-uffiċċju dwar id-drenaġġ.", "Tant kien qiegħed għax-xogħol li kien qed jagħmel interviews għal principal technical officers fit-3.00 p.m. Dan ifisser li fis-2.00 p.m. kien qiegħed hemmhekk u fit-3.00 p.m. mar jagħmel l-interviews.", "Vince Cilia huwa uffiċċjal li diġa` ġie akkużat b'korruzzjoni u qed jinvestigawh il- pulizija.", "Dan ġie akkużat li ġie mxaħħam biex jagħti l-kuntratt lil xi ħadd.", "Lil dan għamluh membru fuq bord biex jagħżel in-nies għal principal technical officer u kien qed jipprotesta meta suppost kien qiegħed għax- xogħol.", "Nistaqsi jekk dawn humiex in-nies li għandhom għal qalbhom ir- residenti ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Aħna rridu nkunu nafu l-verita'.", "Jien se npoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra, u naraw ftit min għandu raġun.", "Ma nafx x'm'għamlux biex joħolqu l-problemi lill-kunsill ta' Ħaż-Żebbuġ.", "L-ewwelnett il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma - u se nwissihom minn hawnhekk - baqgħu ma ħarġux letter of acceptance biex jinbidel il-main f'Main Street ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "Dan biex ix-xogħol ta' resurfacing kellu jieqaf u fil-fatt bħalissa hu wieqaf għax m'hemmx permessi għalih.", "Nitlob lir-residenti jindunaw min qed ifixkilhom jekk hux is-sindku u l- kunsilliera b'maġġoranza laburista fil-kunsill ta' Ħaż-Żebbuġ jew il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li minkejja li ilna x-xhur li applikajna biex jinbidel il-main ta' l-ilma sal-lum il-permess għadhom ma ħarġuħx.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid min qed ifixkilna ġewwa Ħaż-żebbuġ.", "Fl- aġġornament li għamel hawnhekk l-Onor.", "Michael Bonnici fuq din il-kwestjoni semma' hu stess - mhux se noqgħod naqraha imma qiegħda hawnhekk u jekk irid nista' nsemmihielu - li d-dipartiment tat-toroq kiteb diversi ittri lili u lill-kunsill biex jieqaf dan ix-xogħol.", "Jiena nistaqsih min hu biex ikollu f'idejh dokumenti uffiċjali tal-gvern u tad-dipartiment tat-toroq.", "Nistaqsih b'liema dritt jieħu l-ittri minn file tal-gvern u jġibhom hawnhekk u jaqrahom.", "Għax hu membru parlamentari li jirrappreżenta Ħaż- Żebbuġ m'għandux dritt jieħu dokumenti tal-gvern.", "Meta jagħmel hekk ikun qed jikser il-liġi għax dan hu materjal kunfidenzjali.", "Qed juża lid- dipartiment tat-toroq bħal ping pong biex iġib id-dettalji.", "Id-dettalji li ried tajnihomlu u ma reġax ġie lura għax naħseb li kien sodisfatt bihom.", "Dan biex ifixkilna fil-ħidma li qegħdin nagħmlu.", "Mela filwaqt li lill- kunsilli b'maġġoranza nazzjonalista qegħdin jgħinuhom kemm jifilħu u jagħtuhom toroq kemm iridu, lill-kunsillieri laburisti qed ifixkluhom f'xogħolhom.", "Din hija strateġija maħsuba biex jidhru koroh.", "Il-Ministu Ċensu Galea mar Santa Venera u l-Mellieħa biex jidhru sbieħ.", "Min kulħadd, wara kollox jitkellem Michael Bonnici.", "Il-bieraħ qgħadt insegwi Monitor u kollu qdusija Michael Bonnici qal li l-problema se tiżdied f'Main Street għax se tinfetaħ triq ġdida, New Street in Triq Kurkanta li se tagħti fuq Main Street u l-ilma se jiżdied.", "Veru hekk se jiġri u jien ngħidlu li kieku ma nagħmlux il-culverts l-ilma jibqa' jiżdied aktar.", "Jekk ma jkunx hemm il-culverts l-ilma ma jista' jmur imkien ħlief għand ir-residenti.", "Li ma qalx Michael Bonnici huwa kemm insista hu personalment biex tinfetaħ dik it-triq li qed insemmu.", "Nistaqsih għaliex hu nsista' b'mod personali.", "Michael Bonnici ried jiftaħ triq hemmhekk għax sieħbu jew wieħed mill-canvassers tiegħu - mhux se nsemmih hawnhekk għax qieħed fil-politika - għandu biċċa art f'internal development u jrid jiftaħlu t-triq biex jagħtih aċċess.", "Dik hi l-istorja kollha.", "Nitlob lil Michael Bonnici jgħid għaliex irid jiftaħ din it-triq u jagħmel il- balavostri.", "Biex nagħmlu dan se jgħaddu minn propjeta` ta' bniedem anzjan li l-unika proprjeta` li għandu hija dik.", "Dan kien qed jerfagħha biex jibni żewġ postijiet għat-tfal tiegħu u se jeħduhielu biex jgħaddu triq minnha.", "Din l-istorja inzertajt nafha għax jien il-perit ta' dak li għandu l-art li se jgħaddu t-triq minn ġo fiha.", "Din hija l-istorja ta' Michael Bonnici u mhux se joqgħod jgħid għax se tikber il-problema.", "Il-problema se tikber għax se jiftaħ dik it-triq.", "Michael Bonnici ftaħar li waħda mill-affarijiet li għamel wara l-1999 kienet li mar għand il-gvern u qallu li għandna bżonn nagħmlu culvert li jaqsam lit-triq tas-Sidtna ħdejn id-Dorotej fit-triq prinċipali ta' Ħaż- żebbuġ u nwaddbu l-ilma fil-wied.", "Sar culvert sabiħ erba' metri wiesa' mill-ħaddiema tad-dipartiment għal ambjent nadif.", "Dan il-culvert żbokka fi sqaq dejjaq u biex l-ilma jibqa' għaddej kellhom iwessgħu l-isqaq għax dan ma kinux jgħaddu karozzi minnu.", "Ġara li dan il-culvert ta' erba' metri żbokka fuq in-naħa l-oħra tal-isqaq li twessa' wkoll erba' metri.", "Ma naħa minnhom hemm għalqa kbira li qabel ma kienx hemm aċċess għaliha u din l- għalqa hi ta' canvasser kbir ta' Michael Bonnici.", "Din id-darba Michael Bonnici ħadem bin-nies tad-dipartiment tad-distrett.", "Dan il-culvert qasam it-triq u għamillu żewġ rampi maż-żewġ naħat biex ikun jista' jinżel b'Land Rover minn fuqu għal ġo l-isqaq li issa twessa'.", "Dan ifisser li għamel culvert ta' erba' metri u għalaqlu l-ġnub tiegħu b'dawn ir-rampi.", "Minn erba' metri lanqas fadal metru wieħed ta' culvert.", "Dan ifisser li sar dak ix-xogħol kollu biex sar dan il-culvert biex imbagħad għalaqnilu l-ħruġ tal- ilma.", "Hawnhekk għandi r-ritratti biex nuri x'għamel Michael Bonnici biex jaqdi lil sieħbu li għandu l-għalqa.", "Għamillu rampa għax l-isqaq qiegħed taħt il-livell tat-triq.", "B'hekk dan ikun jista' jgħaddi bil-karozza meta qabel lanqas kellu aċċess.", "Hekk isiru l-affarijiet bis-serjeta` skond Michael Bonnici.", "Jien ngħidlu li ma jafx fuq xiex qed jitkellem.", "Mr Speaker, ġewwa Ħaż-Żebbuġ il-Partit Nazzjonalista m'għamel xejn u kellu jkun gvern Laburista u kunsill laburista ta' l-1996 u l-1998 biex jagħmlu x-xogħol.", "Il-bieraħ fuq Monitor Philip Mifsud u Michael Bonnici tgħidx kemm tkażaw għax qraw biċċa minn fuq fuljett pubbliċitarju li nibgħat jien u sħabi fid-djar.", "Kien hemm miktub li l-kunsilli għandhom jieħdu ħsieb lil- laburisti u areas laburisti.", "Jien ngħid li dan irid isir bilfors għax fejn hemm kunsilli nazzjonalisti hemm telqa f'areas laburisti.", "Nistaqsi jekk dawn jippretendux li fejn hemm areas laburisti nieħdu ħsieb lin- nazzjonalisti u bil-maqlub.", "Qalu li fl-area ta' Ħal Mula hemm il- laburisti.", "J'Alla l-kunsilli jibqgħu jaħdmu kull fejn hemm mitluq.", "Kemm ilu hemmhekk gvern Nazzjonalista qatt ma sar b'ċenteżmu xogħol f'dawn l- akwati u kellu jkun gvern Laburista fi 22 xahar u kunsilli laburisti li qed jagħmlu x-xogħol.", "Dawn qed jagħtu importanza kull fejn hemm mitluq.", "L- isfortuna f'dan il-pajjiż hi li l-iktar areas li huma mitluqa huma dawk fejn joqogħdu l-laburisti għax in-nazzjonalisti matul is-snin ma tawx kashom.", "Biex nagħlaq jien nixtieq l-ewwelnett inserraħ l-imħuħ tan-nies li joqogħdu f'dawn l-areas biex ma joqogħdux jemmnu t-tixwix li qed jagħmlulhom in- nazzjonalisti.", "Mhux veru li qed issir il-ħsara.", "It-tieni nett se npoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra biex il-media kollha tkun tista' tarah.", "Dan huwa l-istorm water control works for Ħaż-Żebbuġ magħmul mill-konsulent tal-gvern.", "Dan biex jaraw min għandu raġun fuq din l-issue.", "Jiena lest nirrispondi lill-media meta jridu u anke nistedinhom iċempluli.", "It-tielet nett nagħmel appell mhux biss lil-laburisti Żebbuġin imma liż-Żebbuġin kollha ta' rieda tajba biex għall-elezzjoni li ġejja jivvutaw lill- kandidati laburisti kolha għax nemmen li huma biss jagħmlu differenza fil- lokal.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-kamra biex inqiegħed dokument fuq il- medja tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess( (Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport maħruġ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma intitolat \"Storm Water Control Works for Żebbug\" datat Ġunju 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t- Tlieta, 13 ta' Frar 2002, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT – TELEPHONES, SAFAR, FUEL U L-HOSOPITALITY - NEFQA", "30751.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l- istess perjodu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "SKOLA MARIJA REĠINA - ILMENTI", "31321.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid tistax tinvestiga l-ilment ta' studenti li jattendu l- Junior Lyceum Maria Reġina form one, li minħabba xi inċident li kellha l- għalliema tal-Ingliż qed ikollhom imorru fi klassi oħra fejn it-tfal jew ikollhom jiktbu n-noti f'ħoġorhom jew inkella jkollhom jaqsmu mejda bejn ħames studenti minħabba li il-klassi alternattiva li qed tiġi użata mhiex adegwata għal dan it-tagħlim?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-għalliema ta' l-Ingliż weġġgħet u ma tistax titla` t-taraġ, l-iskola għamlet arranġamenti biex il-lezzjonijiet ta' din l-għalliema jsiru fi klassijiet fejn m'hemmx taraġ.", "Dawn il-klassijiet huma wżati regolarment minn studenti oħra u jkun possibli li jintużaw mill- klassi ta' din l-għalliema, għaliex l-istudenti li soltu jkunu f'din il- klassi ma jkunux qed jużawha f'dak il-ħin għax ikollhom xi lezzjonijiet barra mill-klassi.", "Jirriżulta li waqt li kien possibbli li jsir dan l- arranġament għall-parti l-kbira tal-lezzjonijiet, f'żewġ każi kellu jsir użu minn kamra li tintuża għall-Personal and Social Education PSE, tali kamra hi iżgħar minn klassi normali.", "AVJAZZJONI ĊIVILI", "31322.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi fis-seħħ bħala fully functional il-kumpanija MATS tal-Avjazzjoni Ċivili?", "Kemm ser jkun hemm nies jaħdmu magħha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "HOUSING – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "31323.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' housing tal- familja li d-dettalji dwarha qed nibgħatu under separate cover.", "Billi il- fond preżenti għandha ħafna taraġ wieqaf, jistgħu jiġu ikkunsidrati għal xi fond terran minħabba li r-raġel ibati b'mard kroniku ta' angina u diabete", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ qed jiġi kkunsidrat.", "HOUSING - AKKOMODAZZJONI", "31324.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ urġenti ta' housing tal-familja li d-dettalji dwarha qed nibgħatu under separate cover", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ qed jiġi kkunsidrat.", "UNIVERSITA` TA' MALTA – STUDJI VETERINARJI", "31325.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġu introdotti studji veterinarji fl-Universita' ta' Malta?", "Jekk le, għaliex?", "Peress li l-għadd dejjem jikber ta' studenti Maltin li jistudjaw barra l-pajjiż b'piż kbir fuq il-mezzi finanzjarji tal-genituri tagħhom, jista' jsir x ħaġa f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalissa m'hemmx ħsieb li jiġu introdotti studji veterinarji f'Malta.", "Tajjeb li ngħid li flimkien mal-Ministeru ta' l- Agrikoltura, l-Universita` sejra torganizza korsijiet ta' upgrading mgħallma minn staff ta' l-Universita` ta' Perugia għall-Veterinarji Maltin.", "ĦAL FARRUĠ - TRAFFIC LIGHTS - TARMAC", "31335.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba parlamentari nru.", "24905 dwar l-installazzjoni ta' traffic lights fi Triq Ħal Qormi, fl- area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq lestiex is-survey, lestiex il-pjanti neċessarji għall- approvazzjoni tat-Traffic Control Board u jekk it-Traffic Control Board approvax dawn il-pjani, kif ġie indikat mill-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu bid-data ta' l-4 ta' April 2001?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-survey tlesta' u x-xogħol biex isiru d-disinni neċessarji qiegħed għaddej.", "ĦAL QORMI - TRIQ IS-SERER", "31336.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq is-Serer f'Ħal Qormi li illum hija żviluppata kollha u hija kollha okkupata minn residenti?", "Jaf minn liema tbatija qed jgħaddu minna dawn iċ-ċittadini li ilhom is-snin li ħallsu dak li hu dovut minnhom lid-dipartiment tat-toroq biex issir it-triq, kemm fix-xitwa kif wkoll fis-sajf?", "Jidhirlu li hu ġust li dak li hu dovut lil dawn iċ-ċittadini bid-dritt, l-awtoritajiet konċernati qed jinjoraw it-twettiq ta' dan id-dritt?", "X'azzjoni konkreta se ttieħed u meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "W256.", "IMRIEĦEL JUNIOR LYCEUM – PURTINARA", "31337.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm purtirnara fil-Junior Lyceum ta' l-Imrieħel?", "Kemm suppost ikun il-compliment u jekk dan allura hux milħuq?", "Jaf li t-toilets f'din l-iskola qed jkunu maħmuġin u li hemm ħsarat fil-flushings li issa ilhom ċertu żmien għad-detriment ta' l-istess indafa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Complement ta' l-istaff fil-Junior Lyceum \"Santa Theresa\" fl-Imrieħel hu ta' 5 full-time cleaners u 5 part-time cleaners.", "Hemm nuqqas ta' 1 full-time u 1 part-time.", "Informat ukoll li x-xogħlijiet imsemmija fuq il-flushings tat-toilets ta' din l-iskola qed jiġu rranġati.", "TOROQ - SISTEMA TA' ĦLAS", "31338.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sistema għandu d-dipartiment tat- toroq fejn jidħlu toroq ġodda li ma jkunux għadhom żvilupati kollha iżda li l-parti l-kbira mit-triq tkun okkupata minn residenti li jkunu ħallsu sehemhom għall-ispejjeż biex issir it-triq, biex dawn ma jbatux il- konsegwenzi ta' triq li lanqas pedament ma tkun għada ingħatat?", "Ma jidhirlux li mhux ġust għal dawn it-tip ta' residenti li jkunu marru joqgħodu f'darhom u ħallsu dak kollu dovut minnhom w imbagħad iridu joqogħdu jistennew sakemm tiġi żviluppata t-triq kollha li tista' tieħu ħafna snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq ikun kostantament f'kuntatti mal-Kunsilli Lokali kollha biex ikun jista' jiġi stabbilit ix-xogħol li hemm bżonn isir fuq toroq ġodda fil-pajjiż kollu.", "Ta' min iżda jsemmi li hu veru li biex it-toroq jiġu asfaltati mid- Direttorat tat-Toroq irid ikun hemm biżżejjed żvilupp fihom.", "Skond il- kodiċi tal-pulizija li jirregola dawn l-affarijiet, is-sidien tad-djar li jkunu mibnija fuq dawn it-toroq huma responsabbli li jżommu t-toroq fi stat tajjeb ta' manutenzjoni.", "QORMI – TRIQ GUZE` MUSCAT AZZOPARDI", "31339.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex parti min Triq Guże Muscat Azzopardi li tmiss ma' Triq Bellic f'Ħal Qormi, għadha ma saritx meta r- residenti f'din il-parti tat-triq bħal residenti oħra ħallsu l-ispejjeż mitluba minnhom mid-dipartiment biex issir it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 28715", "SKEJJEL SPEĊJALI - PROFESSJONISTI", "31340.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti full time u part time li qegħdin jaħdmu fl-Iskejjel Speċjali?", "Kemm intefqu flus is-sena l-oħra għat-taħriġ ta' l-impjegati ta' dawn l-iskejjel?", "Kemm huwa n-numru ta' studenti f'dawn l-iskejjel u kemm huwa l-istaff-ration f'dawn l- Iskejjel Speċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm b'kollox 38 għalliem professjonali li qegħdin jaħdmu full time fl-Iskejjel Speċjali.", "Ma hemm ebda għalliem part- time.", "Is-sena l-oħra intefqu Lm5,000 għat-taħriġ ta' l-impjegati ta' dawn l-iskejjel.", "Bħal issa hemm 235 studenti li qed jattendu f'dawn l-iskejjel.", "It-teacher-pupil ratio ivarja bejn 1:7 u 1:10.", "PLANNING AUTHORITY – MSIDA – TWAQQIGĦ TA' BINI", "31350.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru.", "31197 u cioe jista' jgħid billi kien hemm pjani li jmorru lura xi ħames snin għat-twaqqigħ prospettiv ta' bini li hemm bejn Triq il-Ġdida u Sqaq Vasolani, Msida, faċċata ta' Marina Court fi New Street innifisha, tista' tgħarraf lill- Kamra x'sar f' dan ir-rigward, aktar u aktar billi għal xi żmien kien qed jinbena bini illegali fl-istess area, liema każ kienet ġiet infurmata dwaru l-Planning Authority tant li l-Enforcement Unit kienet ħarġet acknowledgement bid-data 24.09.96 dwar dan il-każ?", "Peress li din l-art li qed nitkellem dwarha li hi ta' 30 metru kwadru, qed twassal għal sitwazzjoni biex meta tkun ix-xita r-residenti tal-court ta' quddiemhom jimtlew kollha tajn fil-waqt li fis-sajf dejjem ikollhom problema tat-trabijiet, jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is- sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "IMDINA - PALAZZ VILHENA – INVESTIGAZZJONI GEOLOĠIKA", "31366.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid ir-riżultati ta' investigazzjoni geoloġika madwar il-palazz Vilhena fl-Imdina permezz ta' course li sar lejn Novembru ta' 1998 biex jiġi mistħarreġ ċediment ta' l-art li ikkawża ħsara fil-palazz, u jekk m'humiex se jittieħdu passi biex issa tiġi rimedjata is-sitwazzjoni skond ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ geologiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-survey imsemmi sar mid-Diviżjoni tax- Xogħlijiet li taqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.", "Nissuġġerixxi li l- Mistoqsija tiġi indirizzata lil dan il-Ministeru.", "MOBILE PHONE ANTENNAE - PERIKLU GĦAS-SAĦĦA", "31394.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu meta jsiru testijiet fuq mobile phone antennae biex l-operaturi ma jkunux avżati minn qabel u jaġġustaw l-apparat biex ma jitqiesx ta' periklu għas-saħħa ta' min jgħix fil-qrib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-testijiet fuq mobile phone base stations isiru b'arranġament ma min ikun ressaq l-ilment mingħajr ma jkun infurmat l-operatur ikkonċernat.", "B'hekk jiġi assigurat li l-RF power trasmess ma jkunx inqas minn dak li normalment ikun meħtieġ.", "Minkejja dan jista' jkun hemm ċirkustanzi li jkollu jiġi nvolut l-operatur.", "F'dan il- każ jitqabbdu strumenti addattati mal-base station biex jiġi assigurat li l- RF power ma jiġix imnaqqas.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA – CAPITAL PROJECT GROUP", "31395.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif f'dokument pubblikati mill-Fondazzjoni għall- Iskejjel t'Għada rriżulta li l-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover huwa chairman tal-Capital Project Group meta hu magħruf li dan mhux impjegat jew għandu xi kuntratt ma' l-istess fondazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada inkariga lill-persuna kkonċernata biex jikkoordina l-working group tekniku li jieħu ħsieb it-tħejjija tal-proġetti kapitali fdati lill- Fondazzjoni.", "Il-Fondazzjoni qed tiffinalizza kuntratt ta' konsulenza mal- persuna konċernata.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA – SERVIZZI SEGRETARJALI", "31396.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'ħallset f'servizzi segretarjali l- Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada fil-perjodu bejn l-10 ta' Mejju 2001 u llum, xahar b'xahar, kif wkoll jgħid kif ġew prokurati dawn is-servizzi jekk hux b'sejħa pubblika jew inkella b'direct order?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-pagamenti magħmula mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għas-servizzi temporanji ta' segretarja kienu hekk: minn Mejju sa Novembru 2001 - xejn; minn Diċembru 2001 sal-31 ta' Jannar 2002 - Lm317.69, inkluża l-VAT.", "Informat ukoll li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada ilha tagħmel użu mis- servizzi ta' segretarja mogħtija mill-Commercial Services Bureau (CSB) sa mit-18 ta' Diċembru 2001.", "Il-ħlas għas-servizzi tas-segretarja huwa ta' Lm2.50 fis-siegħa u dan is-servizz qed jingħata għal madwar 16-il siegħa fil-ġimgħa.", "Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada talbet quotations għall-provvista ta' dan is-servizz qabel ma għażlet lil CSB li offriet l-irħas prezz.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA – CAPITAL PROJECTS GROUP", "31397.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tiegħu tax il-permess biex il-persuna li isimgħa qed jintbagħat under separate cover jinħatar chairman tal-Capital Projects Group tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada filwaqt li jgħid x'inhi r-remunerazzjoni approvata mill-istess dipartiment biex jitħallas l-individwu msemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: l-Istatut tal-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada jagħti poteri lill-istess Fondazzjoni li tingaġġa persuni għal xogħol fuq kuntratt.", "Għaldaqstant, ma hemmx il-bżonn tal-permess ta' xi Diviżjoni fl-Uffiċċju tiegħi.", "ĊENTRU NAZZJONALI TAX-XJENZA – XOGĦOL", "31398.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol huwa maħsub li jsir matul is-sena 2002 fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza ibbażat f'Pembroke?", "X'qed iżomm milli jimxi 'l quddiem dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sejħa għall-offerti għal civil works fl- istess Ċentru tħejjiet, ġiet mgħoddija lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, u qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa sabiex tkun ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern mid-dipartiment tal-kuntratti.", "ĦAL SAFI U ĦAL GĦAXAQ – TOROQ ĠODDA", "31454.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq ġodda fit-tarmac mill-Gvern Ċentrali (permezz tad-dipartiment tat-toroq) mill-1994 sal-lum fil-lokalita' ta' 1) Ħal Safi 2) Ħal Għaxaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-toroq kienu dawn:", "|SAFI |GĦAXAQ | |Triq |Triq | |il-Ħajt |Ħannieqa | |Ruman | | |Triq San |Lay By | |Ġorġ |Għaxaq | | |(Dawret | | |Għaxaq) | |N/S in |Triq Salib | |Żurrieq | | |Road | | |Karwija |P/O 1st | |Road |January | | |1626 | |Triq Menqa |Triq G | | |Demicoli | |Triq Feniċi| | |Qerd | | |in-Naħal | | |N/S in Qerd| | |in-Naħal | |", "Bħalissa qed isir xogħol ukoll fi Triq in-Nassab u Triq S Cauchi, Ħal Safi."]} {"filename": "20011114_640d_par.doc", "date": "2001-11-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 640 L-Erbgħa, 14 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 640", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.00 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "640", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 776", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 776", "TQEGĦID TA' KARTI 782", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 782", "AĠĠORNAMENT 804", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 809", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 639 li saret fit-13 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "INSTRUCTORS", "28972.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn qegħdin jgħallmu l- instructors li qabel kienu jgħallmu fl-iskejjel tas-snajja' Salvatore Dimech, Dun Ġwann Mamo, Stefano Zerafa, Ġilormu Cassar u Umberto Colosso?", "X'suġġetti ġew imqabbda jgħallmu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li parti mill- għalliema ta' l-iskola Salvatore Dimech kif ukoll ta' l-iskola Stefano Zerafa ġew trasferiti fejn kien possibbli skond it-trasferimenti li talbu filwaqt li oħrajn baqgħu fl-iskola jgħallmu lill-istudenti.", "F'kull każ kien hemm għalliema li ġew reklutati ma' l-MCAST.", "L-għalliema ta' l-iskola Ġilormu Cassar ġew amalgamati f'Lorenzo Manche Boys' School, Floriana u l- għalliema ta' Dun Ġwann Mamo ġew amalgamati fi skejjel oħra qabel is-sena skolastika 2000/2001.", "Uħud mill-għalliema ta' l-iskola Umberto Colosso baqgħu jgħallmu lill-istudenti fl-ESTS fl-istess skola u oħrajn ingħaqdu ma' l-iskola St. Francis of Assisi.", "POSTIJIET VAKANTI", "29100.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandu l- ministeru u d-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tiegħu biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess ministeru u dipartimenti?", "Liema huma dawk il-gradi li l-ministeru u d-diviżjoni qed jitolbu li jimlew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment tas-servizzi korporattivi għamel talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jimtlew il-vakanzi ta' żewġ principals u riċentement inħolqot vakanza ta' uffiċjal eżekuttiv.", "Fir- rigward ta' teaching grades id-diviżjoni bħalissa ħarġet żewġ sejħiet ta' applikazzjonijiet.", "Dawn huma sejħa għal uffiċjali edukattivi u sejħa għal assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji, waħda għal Malta u oħra għal Għawdex.", "Id-diviżjoni għandha 37 post vakant fil-grad ta' uffiċjali edukattivi.", "Meta jagħlqu dawn l-applikazzjonijiet isiru l-intervisti u min jikkwalifika jingħata order of merit.", "Ir-riżultat iservi għal sentejn u f'dawn is- sentejn id-diviżjoni timpjega skond il-ħteġijiet li jinqalgħu.", "Bħalissa hemm vakanti xi postijiet ta' assistenti kapijiet fl-iskejjel sekondarji.", "F'dan il-każ l-intervisti diġa` saru u d-diviżjoni tibda timpjega skond il- vakanzi li jinħolqu hekk kif tirċievi l-approvazzjoni tal-kummissjoni għas- servizz pubbliku.", "Fi gradi li ma jiffurmawx parti mit-teaching grades id-diviżjoni għaddejja bil-proċess neċessarju biex jimtlew postijiet vakanti f'dawn it-tmien gradi: Senior foreman (gardening), foreman (gardening), electricial engineer, architect and civil engineer, assistant technical officer (civil draughstmanship), staff nurses, school secretaries u part-time clerks.", "Fl-estimi ta' l-2002 id-dipartiment ta' l-eżamijiet indika l-ħtieġa ta' charwoman u assistant principal.", "Id-dipartiment tal-libreriji u arkivji ressaq talba għall-mili ta' postijiet vakanti fi ħdanu għas-sena 2002 f'dawn il-gradi: Security guards, executive officers, clerks, drivers u general hand.", "Informat ukoll li m'hemmx talbiet biex jimtlew postijiet vakanti fl- uffiċċju tas-segretarju parlamentari, fid-dipartiment taż-żgħażagħ u sport, fid-dipartiment tal-mużewijiet u fid-dipartiment tal-kultura.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'follow-up sar għat-talba li ressaq id-dipartiment tal-libreriji u arkivji biex jimtlew postijiet vakanti?", "Din it-talba hija marbuta ma' xi ħaġa annwali u mhux ma' xi ħaġa li tkun scheduled u marbuta mas-suġġett skolastiku.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Meta dipartiment ikollu bżonn jimla xi postijiet vakanti l-proċess imur l-ewwelnett għand il-management and personnel office, isiru l-verifiki meħtieġa u jekk jirriżulta li verament hemm din il- ħtieġa u li fl-estimi hemm il-provvista ta' fondi adegwata, joħorġu l- applikazzjonijiet taħt l-aegis tal-public service commission.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma sakemm joħorġu l-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti, u jintbagħtu xi nies minn xi dipartiment ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-talba għal dawn il-postijiet qiegħda ssir għas- sena d-dieħla mhux għalissa.", "POST REKWIŻIZZJONAT", "29485.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna indikata under separate cover biex tpartat il-post tagħha preżenti ma' post ieħor li kellha qabel u li kien ġie rekwiżizzjonat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "28762 li tajt f'seduta nru.", "622 fit-22 ta' Ottubru, 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jista' l-Ministru jagħti update ta' x'sar s'issa fil-qasam tal-fostering?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, fl-imgħoddi diġa` kelli l-okkażjoni nenfasizza kemm hu importanti l-iżvilupp ta' dan il-qasam f'pajjiżna.", "Dan huwa servizz indirizzat lejn dawk it-tfal li minħabba diffikultajiet kbar soċjali jkollhom b'xi mod jew ieħor jinqatgħu mir-relazzjoni tal-familji tagħhom u jmorru joqogħdu f'istituti fejn ikunu jistgħu jirċievu dak li jkunu qegħdin sfortunatament jitilfu mill-ambjent normali tal-familja tagħhom.", "Sa ftit ta' żmien ilu f'każijiet bħal dawn l-uniku servizz li kellna - speċjalment għal dawk it-tfal li jkunu milquta minn care order li l- Ministru responsabbli mill-politika soċjali joħroġ fuq rakkmandazzjoni ta' social worker - kien li dawn it-tfal imorru ġewwa l-istituti.", "Filwaqt li nirrikonoxxi d-dedikazzjoni u x-xogħol importanti li dawn l-istituti jagħtu lil pajjiżna, speċjalment dawk ta' l-ordni reliġjuża u anke l-volontarjat kollu li jmur ma' dawn l-istituti, nemmen li l-mira tagħna fil-konfront ta' dawn it-tfal hija li nressquhom iżjed lejn l-ambjent ta' familja u li eventwalment jekk jista' jkun jingħaqdu mal-membri tal-familja tagħhom.", "Għal dan il-għan ftit ta' żmien ilu beda l-proċess biex f'pajjiżna jidħol il-kunċett ta' fostering.", "Dan huwa differenti mill-addozzjoni u l-kopji li jkunu se jagħmlu dan il-proċess iridu jkunu mħarrġa għal dan l-iskop u ċċertifikati bħala foster parents.", "Ix-xogħol tagħhom ikun li jissostitwixxu lill-ġenituri naturali għal perijodu ta' żmien biex jgħinu lit-tfal bil-mod il-mod jerġgħu jersqu lejn iż-żmien li jingħaqdu mal- familji naturali tagħhom.", "Din hija biċċa xogħol kbira li titlob dedikazzjoni, sagrifiċċji u missjoni min-naħa ta' dawn il-kopji.", "L-aġenzija Appoġġ, li qabel konna nafuha bħala l-SWDP, kienet waqqfet unit speċjalizzat biex tiżviluppa dan is-servizz.", "Matul it-tliet snin li għaddew investejna bil-qawwi f'dan is-servizz u bi pjaċir ngħid li llum għandna madwar 70 tifel u tifla li jinsabu għaddejjin mis-servizz ta' fostering.", "Hemm ukoll madwar 60 kopja li ġew imħarrġa minn din l-aġenzija u kkwalifikaw biex ikunu foster parents.", "Xi sentejn ilu jiena kelli laqgħa ma' dawn il-foster parents u semmewli d- diffikultajiet partikolari li jiltaqgħu magħhom, fosthom li ma jirċievu l- ebda tip ta' għajnuna finanzjarja biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jidħlu għalihom.", "Ħafna minn dawn il-kopji saħansitra jibagħtu lit-tfal fi skejjel privati u anke jħallsu.", "Barra minn hekk jixtrulhom il-ħwejjeġ, il- kotba, l-ikel u ta' dak kollu li jmur ma' trobbija tajba tat-tfal, dejjem bl-iskop li dawn eventwalment jingħaqdu mal-ġenituri naturali tagħhom.", "Barra minn hekk, ħafna drabi l-foster parents ikollhom jgħinu wkoll lill- ġenituri naturali biex jirkupraw minn ċerti ċirkostanzi ekonomiċi u tant u tant diffikultajiet oħrajn.", "Fi Frar li għadda kont ressaqt quddiem il-Kabinett it-talba biex dawn il- foster parents jingħataw għajnuna finanzjarja u kien ġie deċiż li mill-vot tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali tibda titħallas allowance ġdida ndirizzata speċifikament lil dawn il-foster parents bil-kundizzjoni li jkunu ċċertifikati għal dan l-iskop mill-aġenzija Appoġġ.", "Bi pjaċir ngħid li dan is-servizz beda jitħaddem amministrattivament, naturalment għad iridu jsiru l-emendi fil-liġi dwar is-sigurta` soċjali biex 'il quddiem inkopru dan l-aspett anke legalment pero` riċentement, f'attivita` li saret f'St. James Cavallier, iltqajt ma' dawn il-foster parents u filwaqt li fraħtilhom, kelli l-pjaċir narahom jieħdu l-ewwel pagament ta' allowance biex tgħinhom ikomplu jaqdu l-funzjoni tant importanti li qegħdin jagħmlu ma' tfal li jkollhom problemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru bl-istess mod kif tana background tant tajjeb dwar il-policy tal-gvern fir-rigward ta' fostering, jgħidilna x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex fis-snin li ġejjin jiġu solvuti każijiet fejn familji qed jgħixu f'bini kkundannat?", "M'hemmx dubju li minbarra t-tbatija li dan jikkawża lill-familji li qegħdin jgħixu f'dan l- istat, tinħoloq ukoll tensjoni kbira għall-ulied ta' l-istess familji.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kif kelli l-okkażjoni ngħid drabi oħra, familji li qegħdin jgħixu f'postijiet li jkunu ċċertifikat li huma perikolużi, awtomatikament jingħataw il-preċedenza biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi varji li jiġu offruti mid-dipartiment.", "Jista' jkun li d-dipartiment minflok ikollu post allokat għal dan l-iskop ikollu servizzi oħrajn li jkunu adattati għal każ partikolari.", "Matul is-snin li għaddew, partikolarment is-sena li għaddiet, irfinajna l- iskemi kollha li għandha l-awtorita` tad-djar biex f'każijiet fejn dan ikun possibbli, isir xogħol immedjat u jitneħħa l-periklu biex dik id-dar terġa' tiġi abitabbli.", "L-awtorita` tad-djar fil-fatt żiedet sostanzjalment il-vot li hi tonfoq fuq dawn it-tip ta' skemi ta' riparazzjonijiet u din is- sistema ntużat bħala forma ta' soluzzjoni f'każijiet partikolari fejn ikun hemm il-periklu.", "Soluzzjoni oħra li ntużat hi li meta d-dipartiment ma jkollux postijiet available biex ikun jista' jalloka f'ċirkostanza partikolari, il-familja nvoluta tingħata l-għajnuna taħt skema separata biex tiġi ssussidjata l- kera mingħand il-privat.", "Jiġifieri l-familja tiġi mħeġġa toħroġ mill- periklu, tikri post mingħand il-privat u skond il-mezzi ta' dik il-familja hemm skema għal tapposta li tissussidja parti mill-kera li dik il-familja tkun qiegħda tħallas.", "Naturalment fejn dawn is-sistemi ma joffrux is-soluzzjoni ideali tibqa' dejjem is-soluzzjoni finali illi d-dipartiment jalloka post alternattiv fejn il-familja partikolari tmur toqgħod.", "Pero` din is-soluzzjoni hija l- aktar waħda diffiċli minħabba n-nuqqas ta' availability li jkollna f'każijiet bħal dawn u allura ma nistgħux niddependu biss fuq din is- soluzzjoni.", "Naturalment qegħdin nitkellmu dwar każijiet li huma ġenwini – hawnhekk nenfasizza l-kelma \"ġenwini\" - għax mill-investigazzjonijiet li għamel id-dipartiment ma jirriżultax li kull każ ikun ġenwin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Fir-risposta preċedenti l-Ministru qal li dawk il- familji li qegħdin jagħtu servizz ta' foster care qed jingħataw allowance.", "Jista' jgħidli jekk din hijiex means-tested?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, minħabba l-missjoni, il-vokazzjoni, l-impenn u s-servizz li dawn il-kopji qegħdin jagħtu lill-Istat proprju permezz ta' attenzjoni partikolari li hija neċessarja, kien ġie deċiż li dan it-tip ta' servizz ma jkunx means-tested.", "ASSISTENT KAP TA' SKOLA", "29501.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux minnu l-ilment li wasalli dwar assistent kap ta' skola primarja li isimha qed jindher under separate cover, li qiegħda taħdem fid-deher favur kunsillier tal-Partit Nazzjonalista u tgħaddi botti dispreġjattivi dwar ġenituri li għandhom tendenzi Laburisti u li jaħdmu għall-ġid ta' l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżultax li xi assistent kap ta' l- iskola tagħmel propaganda għal xi persuna partikolari jew tgħaddi botti dwar xi ġenituri ta' xi kulur politiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, naħseb li f'dan il-qasam irridu noqogħdu attenti kif nitkellmu anke fid-dawl ta' l-inċidenti koroh li kellna dan l-aħħar bejn ġenituri u għalliema.", "Jien nieħu l-okkażjoni biex nikkundanna bil-qawwa kollha dan l-aġir daparti tal-ġenituri li jmorru jsawtu jew jaħbtu għall-għalliema jew l-edukaturi għax ċert li hemm modi aktar ċivilizzati kif wieħed isolvi dawn il-problemi.", "Huwa importanti wkoll – naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi – li l-amministraturi ta' l- iskejjel juru responsabbilta` biex ma jinħolqux konflitti mingħajr bżonn speċjalment f'dawk il-lokalitajiet fejn tkun se ssir l-elezzjoni tal- kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, naturalment nikkondividi kemm il- preokkupazzjoni kif ukoll il-kundanna ta' dan l-aġir.", "Għar-rigward tal- mistoqsija partikolari, l-assistent direttur operazzjoni daħlet fil-każ li qanqal l-Onor.", "Membru u ma rriżultalhiex dak li semma hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux xi ilmenti dwar għalliema oħra li għamlu kummenti ta' natura politika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, fir-rigward ta' din l-iskola in partikolari ma jirriżultalix.", "PREZZIJIET TAŻ-ŻRIERAGĦ", "29506.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-prezzijiet taż-żrieragħ u l-bexx għolewx b'mod ġustifikat matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Jista' jispjega kif 1000 zerriegħa tal-bżar minn Lm18.70 fl-1998 għoliet għall Lm60.00 fil- 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għal-Servizzi Ekonomiċi): Mill- informazzjoni li għandha d-diviżjoni tal-kummerċ ma jirriżultax li saru lmenti dwar il-prezzijiet taż-żrieragħ u l-bexx matul dawn l-aħħar tliet snin.", "Tajjeb jingħad li l-prezz taż-żerriegħa tal-bżar ivarja skond jekk tkunx żerriegħa li tinżera' fl-għelieqi jew li tinżera' fis-serer, li f'dan il- każ hija ħafna aktar speċjalizzata.", "Difatti dik li tinżera' fl-għelieqi bħalissa tiswa madwar Lm5 kull elf, skond il-kwalita`, filwaqt li dik tas- serra tvarja bejn Lm46.40 u Lm75 kull elf, dejjem skond il-kwalita` tagħha.", "Minn dan għalhekk jidher li l-prezz taż-żrieragħ tal-bżar jiddependi ħafna mit-tip ta' żerriegħa partikolari.", "Jidher ukoll li minn informazzjoni li kisbet id-diviżjoni tal-kummerċ ma kienx hemm żidiet f'dawn il-prezzijiet matul l-aħħar sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li għall-gvern f'pajjiżna qisu m'hu qed jogħla xejn u m'hu qed jiġri xejn, jista' l-Ministru jgħid jekk il- verifiki, l-analisi u r-riċerki jsirux kontinwament mid-dipartimenti konċernati bil-għan li tabilħaqq ikun sostnut il-kontroll meħtieġ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA Jidhirli li fejn si tratta kwestjonijiet ta' inflazzjoni jew żidiet fil-prezzijiet il-gvern juri serjeta` u jitrattahom b'manjiera trasparenti għax fl-aħħar snin il-mekkaniżmu li jkejjel dawn iż- żidiet irfina ħafna u naħseb il-mod li bih jiġu stabiliti dawn il- prezzijiet huwa ta' min joqgħod fuqu.", "PULIZIJA - DROGA", "29507.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jieħdu d-droga jew bil-pussess tagħha u rriżulta li kienu mill-Mosta jew inqabdu fil-Mosta?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi matul l- ewwel għaxar xhur ta' din is-sena kien hemm 12-il persuna mill-Mosta li nqabdu mill-pulizija b`konnessjoni mad-droga barra l-Mosta, filwaqt li kien hemm ħames persuni oħra li nqabdu fil-Mosta stess.", "PULIZIJA - INVESTIGAZZJONI", "29508.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru b'riferenza għat-tieni ittra miktuba minn persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li ġiet ippubblikata fil-ġurnal \"l-orizzont\" nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru, 2001 fejn ġiet indikata sitwazzjoni li qed isseħħ fil-każin Nazzjonalista tal- Mosta?", "Jista' l-Ministru jinformani x'investigazzjonijiet saru mill-pulizija dwar l-ewwel ittra ta' l-istess persuna kuraġġuża li jixirqilha kull appoġġ fis- sehem sħiħ tagħha fil-ġlieda kontra droga fil-lokal tal-Mosta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-iskwadra ta' kontra d-droga tal- pulizija kienet u se tibqa' tagħti l-attenzjoni tagħha lil din il- lokalita`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi t-tip ta' attenzjoni li l-iskwadra kontra d- droga se tagħti lil-lokalita` tal-Mosta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Wieħed irid japprezza li jkun aħjar kieku dawn l- affarijiet kellhom isiru privatament, għax jekk tagħtihom wisq pubbliċita` jista` jkun li l-għasfur jaħrablek.", "Fir-rigward tal-każ partikolari saru perkwiżizzjonijiet f'diversi postijiet li ma tawx riżultat u għalhekk se tkompli ssir is-sorveljanza neċessarja, naturalment b'mod diskret.", "Naturalment m'hemmx bżonn ikunu nvoluti ammonti kbar ta' droga biex wieħed jipperikola l-ħajja tan-nies u allura huwa diffiċli biex tiġbor provi għax għalkemm kulħadd ikun jaf li qed jiġri xi ħaġa jkun diffiċli biex tipprova li qed issir xi ħaġa illegali.", "Dawn l-affarijiet jirrikjedu paċenzja kbira u għalkemm il-pulizija għamlet ħafna raids f'dawn il-postijiet, s'issa għad ma kellniex riżultat.", "Kien hemm każijiet fejn wara sitt xhur imbagħad instabet il-prova sabiex persuna setgħet tittella' l-qorti wara sorveljanza kontinwa.", "BUDGET", "29526.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba parlamentari nru.", "29175 u oħrajn simili u l-fatt li d-dipartiment tal-housing jagħmel xogħlijiet simili, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra l-bżonn tar-residenti Mostin f'Ta Mlit u jikkonsidra mill-ġdid it-talba tiegħi f'isimhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "29175 f'seduta nru.", "632.", "WTO", "29532.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar id-WTO, jista' l- Ministru jinformani bid-differenza fit-tariff quotas u l-ispecial safeguard provisions for agriculture products?", "Dawn il-provvedimenti ġodda fi ħdan id- WTO, daħlu flok il-kunċett tal-levy li kien hemm qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-ministru ta' l- agrikoltura u sajd għall-mistoqsija nru.", "27913.", "Il-mekkaniżmu ta' special safeguard measures ma japplikax fil-każ ta' Malta fejn is-settur agrikolu għadu soġġett għal-levies sinifikattivi imposti fuq il-prodotti agrikoli importati.", "Is-sistema ta' special safeguard measures titħaddem appuntu fejn it-tariffi fuq l-importazzjoni jitniżżlu għal livell baxx ħafna filwaqt li minflokhom titħaddem kwota li tillimita l- importazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl tal-policy tal-gvern illi jneħħi l-levies ta' protezzjoni tal-biedja u fid-dawl illi l-world trade organisation għandha sistemi għal dawk il-pajjiżi li jneħħu l-levies fis-sens li dawn jistgħu japplikaw metodi ġodda fejn tidħol is-supply safeguard provisions for agricultural produce, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-policy tal- gvern f'dan ir-rigward?", "Jiġifieri aħna se nneħħu l-protezzjoni u m'aħniex se noħolqu mekkaniżmi li permezz tagħhom inkunu nistgħu nsostnu l- protezzjoni ta' dan is-settur mhux biss bis-sussidji finanzjarji imma wkoll b'dawn il-metodi li huma taħt il-parametri rikonoxxuti rrispettivament mill- world trade organisation?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena jidhirli li l-politika tal-gvern preżenti li jsaħħaħ dawn is-setturi ta' l-agrikoltura sew b'miżuri li huma applikabbli anke fil-kuntest partikolari tagħna kif ukoll billi jsieħeb lil pajjiżna fl- Unjoni Ewropea u allura nkunu nistgħu aħna nħaddmu politika li tagħti għajnuna eċċezzjonali fir-rigward ta' din l-industrija tal-biedja, hija l- aħjar triq biex is-settur ta' l-agrikoltura jissaħħah, jiġi protett u żviluppat fuq linja b'mod sostenibbli.", "B'din il-manjiera nkunu nistgħu wkoll ngħinu lill-bdiewa tagħna mhux biss jibqgħu jissupplixxu l-pajjiż b'ħafna mill-bżonnijiet tiegħu fil-qasam tal-prodotti agrikoli, imma jorganizzaw lilhom infushom aktar bl-iskop li jikkompetu f'suq illi huwa bil-bosta akbar mill-possibbiltajiet li aħna għandna.", "Fl-istess ħin din il- politika tal-gvern m'hijiex se xxekkel bl-ebda mod il-kuntatti li l-bdiewa tagħna jista' jkollhom fl-area tar-reġjun tal-Mediterran, anzi naħseb li bil-potenzjal li jinħoloq inkunu nistgħu nagħtu sehem ħafna aħjar.", "Fir-rigward ta' l-oġġett partikolari li tqanqal anke f'din il-mistoqsija, nerġa' nirriferi għat-tweġiba li kien ta l-Ministru Ninu Zammit għall- mistoqsija nru.", "27,913, fejn spjega tajjeb il-kwestjoni ta' l-ispecial safeguard measures.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' support staff fl-iskejjel tal-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29534; u", "Tagħrif dwar skejjel tal-gvern li talbu jieħdu sehem fi proġetti taħt il-programm ta' l-Unjoni Ewropea \"Comenius\", bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29655.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Statistika dwar in-nefqa edukattiva bejn l-1996 u l-2001, kif tidher fl-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29541; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Skeda ta' xogħol fil-Qorti Inferjuri tal-Maġistrati quddiem kull maġistrat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29669.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-13 ta' Novembru, 2001)", "Klawsola 2 - Tifsir (Kont.)", "Clause 2 - Interpretation (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, fis-seduta tal-bieraħ filgħaxija għamilna diskussjoni, fl-opinjoni tiegħi, pjuttost dettaljata fuq din il- klawsola.", "Fil-kors ta' dik id-diskussjoni saru suġġerimenti li aħna qbilna li għandna napprofonduhom billi nipprovaw nabbozzaw xi emendi biex inkunu nistgħu ninkorporaw, per eżempju, is-suġġeriment li ndaħħlu t-tifsira ta' \"wirt intanġibbli\" u punti oħrajn li tqanqlu.", "Fil-fatt id-drafters, l- esperti u d-direttur tal-mużewijiet diġa` bdew jagħmlu ċertu xogħol biex inkunu nistgħu nlestu proposti għall-konsiderazzjoni anke ta' l- oppożizzjoni fuq dan is-suġġett.", "Min-naħa tiegħi nista' ngħid li m'għandix iktar kummenti u nipproponi li nipposponu din il-klawsola sakemm isir id-drafting ta' l-emenda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, naħseb li nistgħu naqblu li nipproċedu b'dan il-mod.", "Jiena wkoll nista' ngħid li ddiskutejt ftit mad- direttur tal-mużewijiet u ntrabatt li min-naħa tiegħi ngħaddilu xi materjal li aktar ikun fuq livell ta' suġġerimenti kunċettwali milli jkunu mfasslin bħala emendi legali, għax m'iniex bniedem tekniku u nkun qed inkun prużuntuż jekk nagħmel xi ħaġa li ma nifhimx fiha.", "Jien intrabatt li matul għada ngħaddilu xi suġġerimenti fuq xi punti prinċipali li tqajmu matul id- diskussjoni tal-bieraħ biex imbagħad niddiskutuhom aktar fid-dettall x'ħin jiġu abbozzati bħala emendi għal tifsir ta' kliem fi klawsola 2.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 2 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 3 - Oġġetti li dwarhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan l- Att.", "Clause 3 - Objects to which provisions of this Act apply.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal din il-klawsola għandi emenda, imma naħseb li qabel ma nressaqha formalment aħjar nagħmlu d-diskussjoni li fiha ninkludu t-tibdil li qed nissuġġerixxu biex imbagħad, se mai, nippreżentawha.", "Klawsola 3, kif tidher fl-abbozz, fiha żewġ partijiet.", "B'din il-klawsola qegħdin niddefinixxu u nistabbilixxu l-parametri ta' l- applikazzjoni tal-liġi.", "Aħna fi klawsola 2 iddefinejna x'inhu l-partimonju kulturali li hija definizzjoni wiesgħa immens.", "Din se tapplika għal kull ħaġa li taqa' fid-definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\" li taqa' taħt il- kappa tax-xemx?", "Id-definizzjoni kif inhi s'issa ppreżentata fi klawsola 3 hija magħmula f'żewġ paragrafi.", "L-ewwelnett qegħdin ngħidu għal xiex għandhom japplikaw.", "Oriġinarjament f'paragrafu (1) ta' klawsola 3 konna qegħdin ngħidu li:", "\"Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-att għandhom japplikaw għal monumenti u għal oġġetti oħra sew mobbli sew immoblli ta' importanza artistika, arkitettonika, storika, arkeoloġika, ġeoloġika, paleontoloġika, reliġjuża jew ta' antikwarjat.\".", "Issa l-proposta tagħna hi li dan il-paragrafu jitneħħa minn hawn u npoġġuh fid-definizzjoni ta' \"patrimonju kulturali\".", "Imbagħad niġu għall-paragrafu (2) ta' klawsola 3, liema paragrafu qed jispjega l-applikazzjoni tal-liġi u l-limitu taż-żmien, Dan hu argument li kien tqanqal anke mill-Onor.", "Bartolo fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Il- pożizzjoni hija li qegħdin inżommu l-kriterju li huwa stabbilit sal-lum fil- liġi dwar l-antikitajiet, jiġifieri li ngħidu li oġġett ma jitqiesx li jagħmel parti mill-partimonju kulturali jekk kemm-il darba ma jkunx eżista għal 50 sena.", "Dan huwa l-ewwel kriterju.", "Imbagħad qegħdin ngħidu li jekk l- oġġett m'għandux 50 sena għallinqas irid ikollu x'jaqsam ma' l-arti jew l- istorja lokali.", "Issa naturalment kellna d-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari u kellna diskussjonijiet anke minn dakinhar sal-lum u allura qegħdin nagħmlu proposta li twessa' iktar il-parametri minn dawk kif inhuma stabbiliti s'issa fl-abbozz li għandna quddiemna.", "Fl-emenda li se nipproponu żammejna l-kriterju tal-50 sena għaliex hawn Malta, sa minn żmenijiet twal ilu, addottajna l-kriterju ta' 50 sena u issa qegħdin ngħidu li għall-finijiet ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna:", "\"Oġġett ma jitqiesx li jkun jagħmel parti mill-patrimonju kulturali kemm-il darba dan ma jkunx eżista f'Malta, inklużi l-ibħra territorjali tagħha, jew f'xi pajjiż ieħor, ....\".", "Sal-lum aħna konna marbutin li l-oġġett irid ikun eżista f'Malta jew fl- ibħra territorjali tagħna imma issa qed inżidu l-kliem \"jew f'xi pajjiż ieħor\" għax jista' jkollok oġġett ta' patrimonju kulturali li ġie minn barra, jew li għandna kontroll fuqu aħna u li eżista f'xi pajjiż ieħor għal iktar minn 50 sena.", "Allura aħna jidhrilna li m'għandniex ngħidu li għax mhux tagħna m'għandniex inqisuh bħala parti mill-patrimonju kulturali.", "Il- kunċett dejjem hu li fejn si tratta patrimonju kulturali qed nitkellmu fuq il-wirt komuni tal-bniedem u allura qed nestendu.", "Mhux biss qed ngħidu li oġġett irid ikun eżista f'Malta jew fl-ibħra territorjali tagħha għal 50 sena imma qed inżidu l-kliem \"f'xi pajjiż ieħor\".", "Sur President, żammejna l-limitu ta' 50 sena għax il-pariri li għandu l- gvern huma li dan huwa kriterju importanti fejn si tratta l-proprjeta` immobbli għax inkella nispiċċaw li kollox isir patrimonju kulturali.", "Naturalment kollox huwa importanti, anke dak li qed nagħmlu llum, imma t- test fuq il-proprjeta` immobbli hija ta' 50 sena.", "Wieħed jista' jqanqal argument u jgħid li hemm ħafna affarijiet li m'humiex bini, pero` jkunu komtemporanji, li xorta waħda wieħed irid jipproteġihom.", "Allura l-proposta issa hija li naqbdu d-definizzjoni oriġinali li kellna ta' \"valur kultuali\" u nittrasportawha għal din il-parti.", "Allura qegħdin ngħidu li jekk l-oġġett m'huwiex bini, fejn allura japplika l-kriterju tal-50 sena, jew inkella m'huwiex oġġett ta' ċerta importanza arkeoloġika, u allura jista' ma jkunx ta' valur artistiku jew storiku imma, per eżempju, tkun instabet xi biċċa fuħħar elf sena ilu x'imkien barra mill-pajjiż u ġiet hawn Malta, għall- fatt biss li din eżistiet għal dawn is-snin kollha għandha tiġi protetta.", "Imma mbagħad għall-affarijiet l-oħrajn qegħdin napplikaw il-kriterju li oġġett li jkollu valur kulturali, artistiku, jew storiku, anke jekk kontemporanju, għandu jiġi ppreservat.", "Naturalment meta ngħidu li għandu jiġi ppreservat, xi ħadd irid jieħu din id-deċiżjoni.", "Dan ix-xi ħadd iridu jkunu l-esperti, in-nies tas-sovrintendenza u nies tal-kumitat tal- garanzija li jridu jagħmlu evalwazzjoni tal-valur patrimonjali ta' dak l- oġġett u jkun hemm il-ġudizzju li dan għandu jiġu ppreservat.", "Allura jekk aħna naqblu fuq din l-emenda - li eventwalment wara d- diskussjoni niddeċiedu jekk għandniex nippreżentawha f'dawn it-termini - inkunu qegħdin ngħidu li l-liġi se tapplika għall-patrimonju kulturali, kif defint u se tapplika wkoll għal dawk l-oġġetti li huma definiti li jagħmlu parti mill-patrimonju kulturali, sakemm dawn ikunu eżistew għal 50 sena.", "Barra minn hekk din se tkun tapplika wkoll għal dawk l-oġġetti li għandhom valur kulturali, artistiku u storiku, anke jekk kontemporanju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, naħseb li l-emenda li qed isemmi l- Ministru hija pass 'il quudiem fuq l-idea orinġinali kif kienet fl-abbozz fi klawsola 3.", "Imma naħseb li ta' min wieħed jirrifletti daqsxejn aktar fuq kif inhi l-emenda.", "Niftakar li meta ddiskutejna dan l-abbozz fl-istadju tat-Tieni Qari kien sar il-punt – naħseb miż-żewġ naħat tal-Kamra – li jista' jkun li d-definizzjoni ta' oġġetti li dwarhom japplikaw id- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att hija limitata wisq.", "Niftakar li kien ingħad li hemm oqsma tal-ħajja li dik id-definizzjoni ma kenitx qiegħda taqbadhom.", "Allura hawnhekk ta' min jistaqsi jekk l-emenda għandhiex dan il-vizzju, biex ngħidu hekk, li ċerti oqsma qed tħallihom barra kompletament.", "Issa jiena nifhem li t-tieni waħda aktarx li taqbad iżjed oqsma, imma naħseb li hi vvizzjata wkoll.", "Aħna li ġejjin aktar mill-background umanistiku – ninkuldi lili nnifsi f'din l-awtokritika li se nagħmel – tal-formazzjoni kulturali tagħna għandna t-tendenza li fid-definizzjoni ta' x'inhu kulturali u x'jistħoqqlu jiġi definit bħala wirt indaħħlu l-affarijiet li huma familjari magħna, bħalma huma l-kotba u l-pittura, u nħallu barra oqsma importanti tal-ħajja bħalma huma l-oqsma tax-xogħol, għax dawk inqisuhom li m'humiex parti mill-wirt tagħna.", "Anke jekk ma nesprimuhiex daqshekk ċar imma narawha.", "Allura x'jiġri dwar il-wirt rurali, ix-xogħol tal-biedja, ix-xogħol tas-sajd, ix-xogħol tal-barrieri?", "La aħna qisna ma nappartjenux għal dik id-dinja għandna t-tendenza li nemarġinawhom minn dak li niddefinixxu bħala wirt storiku u wirt kulturali.", "Naħseb li b'hekk qed nagħmlu żball.", "Pajjiżi oħra mxew 'il quddiem f'din id-definizzjoni u wessgħu t-tifsira ta' wirt kulturali.", "Per eżempju, f'dokument li ħareġ dan l-aħħar bi sħab bejn l-Universita` ta' Bath, istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u mużewijiet Ingliżi ssib li fid-definizzjoni ta' \"wirt\" idaħħlu l-kunċett ta' wirt xjentifiku, wirt industrijali u wirt kulturali.", "Jiena naħseb li dik hija aktar feliċi minn dik li qed ngħidu aħna, fejn qed ngħidu li \"patrimonju kulturali\" huwa oġġett ta' valur kulturali, artistiku jew storiku\".", "Naħseb li ma nagħmlux ħażin jekk nikkonsidraw li ma' dik id-definizzjoni ndaħħlu wkoll il-kliem \"xjentifiku u industrijali\".", "Naħseb li b'daqshekk ma nkunux qegħdin inwessgħuha b'mod astratt ħafna jew li titlef kull sinifikat.", "Anzi huwa importanti għax ċertament f'pajjiżna għandna oqsma importanti, bħal per eżempju, il-qasam tal-barrieri li l-Ministru hu familjari ħafna iktar minni tiegħu, li jekk mhux se nieħdu ħsiebhom issa se jintilfu darba għal dejjem.", "Sur President, f'Wales kien hemm komunitajiet sħaħ jgħixu mill-faħam.", "Illum il-minjieri tal-faħam għalqu u ġew konvertiti f'mużewijiet li meta żżurhom tħossok qed tgħix mill-ġdid kif kienu jgħixu n-nies tal-faħam, telgħin u neżlin f'dak ix-xogħol perikoluż li kienu qed jagħmlu.", "Il-faħam f'ċerti komunitajiet ta' Wales m'huwiex biss realta` ekonomika imma huwa wkoll realta` kulturali u soċjali u llum jekk iżżur ċerti postijiet tal- faħam fil-qalba ta' Wales tara li dak l-isforz kbir li qabel kien hemm fuq l-industrija tal-faħam illum jinsab fuq l-industrija tat-turiżmu, tal-ħin ħieles u ta' l-arrekkiment personali.", "Jiġifieri llum wieħed jista' jmur iżur dawn il-postijiet u jara kif in-nies ta' Wales kienu jgħixu għax dawk il-komunitajiet bidluhom f'mużewijiet ħajjin li juru kif kienet il-ħajja.", "Hemmhekk ix-xogħol tal-faħam ma kienx sempliċement li n-nies imorru u jtellgħu l-faħam mill-minjieri, imma madwaru nbniet kultura sħiħa ta' mużika, kant, korijiet, bandalori u gruppi.", "Inbniet il-ħajja soċjali u kulturali kollha li kienet iddur max-xogħol tal-faħam.", "Issa biex niġi għall-barrieri, dawn, bħal kull ħaġa oħra, għandhom iċ- ċiklu tagħhom.", "Fil-fatt diġa` hemm minnhom li huma vojta u m'għandhomx jintużaw u ma' dawk il-barrieri hemm realta` soċjali sħiħa.", "Dawn m'humiex biss ħofra kerha fl-art.", "Dawn il-barrieri pprovdew il-ġid u kienu ferm importanti għax kienu waħda mill-ftit riżorsi naturali ta' pajjiżna u, nerġa' ngħid, madwarhom hemm realta` soċjali u kulturali kbira.", "Meta titkellem ma' nies mill-Imqabba u minn dawk l-inħawi ssib li għandhom realta` soċjali sħiħa x'jirrakkontaw li sfortunatament ħafna minna – wieħed minnhom jiena li ġej min-naħa l-oħra ta' Malta – lanqas biss noħolmu.", "In- naħa tagħna għandna l-barriera tal-qawwi li hija realta` differenti mill- barrieri tal-franka.", "Naf li kien hemm kunsilli lokali li għamlu sforz żgħir u umli imma tajjeb u li ta' min isaħħu, li bdew jiġbru ftit mill-għodda li kienu jużaw u kien hemm realta` soċjali sħiħa ddur ma' din l-attivita`.", "Hemm dokumentazzjoni sħiħa umana x'tirrakkonta.", "Barra dawn hemm ukoll il- qasam tas-sajd u tal-biedja.", "Sur President, irrid nagħmilha ċara li waqt li rridu nħarsu dan il- patrimonju u dan l-ambjent, bl-ebda mod m'hu qiegħed ngħid li għandna naqbdu l-pajjiż kollu, inqiegħduh f'xi vażett kbir bil-chloroform ġo fih biex nippreservawh.", "Imma żgur li għal ġid tagħna u għall-ġenerazzjonijiet li telgħin, li llum telgħin f'pajjiż żgur differenti minn din ir-realta` li qed nitkellmu dwarha huwa importanti ħafna.", "Dawn huma nħawi sħaħ fis- soċjeta` tagħna marbutin ma' kultura, ma' mod ta' għajxien u ma' ħajja sħiħa ta' poplu.", "Jiena semmejt is-sajd, il-biedja u l-barrieri bħala eżempji għax hemm affarijiet oħra.", "Biżżejjed wieħed jara kif żviluppa l- qasam tal-ħaddiema tal-gvern fit-toroq, mill-baqqun bħala għodda biex iħaffru trinka għall-mod kif isir ix-xogħol illum.", "Jekk 'il quddiem hemm il- ħsieb li jiżviluppa mużew tax-xjenza u t-teknoloġija, kif nawguraw li jsir, żgur li l-istituzzjoni li mbagħad se tieħu ħsieb trid tagħti spinta kbira.", "Allura nifhem dak li qal il-Ministru, jiġifieri li meta se nesprimu xi kunċett trid taħseb liema istituzzjoni se tkun qiegħda timbuttah 'il quddiem.", "Naħseb li mużew tax-xjenza u t-teknoloġija, li ma jkunx sempliċiment depositarju tas-snin li għaddew, imma wkoll hands on ta' l- iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi tal-lum u b'sezzjoni li trid tħares lura, ikun il-mutur biex niżviluppaw din l-ideat ta' wirt xjentifiku u wirt industrijali f'pajjiżna.", "Sur President, wieħed mill-oqsma li 'l quddiem irridu niżviluppaw huwa l- qasam ta' l-etnografija.", "F'Malta għad għandna minn għandu kunċett pjuttost antikwat.", "Illum aktar mill-idea tal-folklor għandna nitkellmu fuq l- etnografija, fuq kif naqbdu r-realta` soċjali u kulturali tal-poplu u naħseb li la qegħdin nagħmlu dawn it-tibdiliet li se jiswew għas-snin li ġejjin f'dan il-qasam, ta' min jikkonsidra bis-serjeta` kunċetti bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dan li qed jgħid il-kollega tiegħi huwa interessanti u rilevanti.", "Inzerta proprju li fl-aħħar xhur iltqajt ma' żewġ każijiet.", "F'każ minnhom hemm bniedem li diġa` qed jikkonverti barriera f'mużew tal-barrieri.", "Dan ġie jkellimni biex jara jekk għandux bżonn ta' xi permessi.", "Jiena għedtlu li dak li se tagħmel huwa tajjeb ħafna u ta' valur u jien ninkoraġġih.", "Għedtlu li issa jkellmuh in-nies tal-mużewijiet u oħrajn biex jagħtuh parir ħalli dak li se jagħmel jagħmlu tajjeb.", "Il-każ l- ieħor huwa li hemm bniedem – dan laqqagħni miegħu l-Ministru Ċensu Galea – li għandu proprjeta` privata, razzett antik, u għandu diversi għodda tar- raba' antiki u diġa` qed jieħu l-passi u lest li jinvesti minn flusu biex jikkonvertih f'mużew tal-biedja.", "Allura sakemm ma jagħtunix parir li hawn xi problema li jien m'iniex naraha, naħseb li għandna nieħdu din l- opportunita` li nibdlu sew id-definizzjoni kif ukoll l-emenda biex jiġu jinkludu dan kollu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, naħseb li tajjeb li nagħmlu dawn it- tip ta' tibdiliet u nappella lill-kollegi tagħna f'dan il-qasam tal- mużewijiet u tal-wirt storiku biex naraw x'għamlu pajjiżi oħra f'dan il- qasam u nitgħallmu minnhom.", "Ikun tajjeb li nuru ftit umilta` professjonali għax il-formazzjoni li ħafna minna ngħatajna f'dan il-qasam tista' timmilita kontra li jkollna idea miftuħa dwar dan it-tip ta' wirt storiku u kulturali li qegħdin nitkellmu fuqu.", "Naħseb li jkun importanti ħafna jekk aħna ninkoraġġixxu biex partijiet importanti mill-wirt fil-mod ta' għajxien tagħna f'oqsma differenti ta' xogħol u f'oqsma differenti tal-ħajja nagħtuhom skop fejn jesprimu ruħhom.", "Semmejna l-qasam tal-barrieri u semmejna l-qasam tal-biedja.", "Wieħed jista' jagħmel l-istess punt dwar is-sajd.", "Per eżempju, għandna ħafna forom differenti ta' sajd tradizzjonali li għadda minn ħafna żviluppi f'modi differenti ta' kif kien isir is-sajd f'pajjiżna.", "Allura importanti li naqbdu t-tibdil li qed iseħħ għax b'hekk inkunu qed nagħmlu ġid lilna nfusna bħala komunita` billi napprezzaw id-diffikultajiet u l-mod ta' kif kienu jgħixu l-ġnus tagħna ta' qabilna.", "Dan ikun ukoll mezz ta' arrekkiment kulturali għat-tfal u ż-żgħażagħ li telgħin u anke nsaħħu t-turiżmu kulturali f'pajjiżna.", "Importanti li ngħidu li n-nies li jridu jħarsu l-wirt storiku diġa` huma mgħaffġin taħt ħafna piżijiet għax iridu jieħdu ħsieb ħafna affarijiet, imma huwa tajjeb li niftħu f'dawn l-oqsma u jkollna persuni li jitgħallmu mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħra għax dan huwa mod li, nerġa' ngħid, jagħmel ġid lill-komunita` tagħna, lil dawk il-partijiet tas-soċjeta` tagħna li għandhom l-istorja tagħhom x'jirrakkontaw u jsaħħaħ ukoll l- identita` kulturali u soċjali ta' pajjiżna.", "Barra minn hekk, aktar ma noffru minn dawn it-tipi ta' attrazzjonijiet minn oqsma differenti tal- ħajja, aktar se jkun hawn x'jagħmel iż-żjara f'Malta u f'Għawdex ricca kulturalment.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jekk qed naqblu li mal-kliem \"oġġetti ta' valur kulturali, artistiku, storiku\" inżidu l-kliem \"etnografiku, xjentifiku u industrijali\" allura nipproponi li nagħtu ċans lid-drafters iġibulna l-emenda kif qed nissuġġerixxu u nkunu nistgħu nipproponu l-emenda għall-klawsola 3 u b'hekk, jekk ma jkunx hemm iktar rimarki, nagħlqu din il- klawsola.", "Issa biex nagħmlu dan iridu ftit taż-żmien, għalhekk nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta u ngħaddu għall-klawsola ta' wara.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 3 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 4 - Prinċipji u dmirijiet.", "Clause 4 - Principles and duties.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naħseb li din il-klawsola wkoll għandha bżonn xi titjib.", "Wara d-diskussjoni li saret fl-istadju tat-Tieni Qari, jiena diġa` għandi xi proposti x'nagħmel u flimkien, kif ġara fiż-żewġ klawsoli li ddiskutejna s'issa, naħseb li nistgħu ntejbuha.", "L-ewwelnett tajjeb li nispjegaw x'inhu l-iskop ta' taqsima II, li fiha tliet klawsoli.", "Din it-taqsima, li titkellem dwar prinċipji u dmirijiet ġenerali, tinkludi klawsola 4 li titkellem dwar prinċipji u dmirijiet, klawsola 5 li titkellem fuq il-kondizzjonijiet li għandhom jiġi segwiti meta l-Istat jidħol f'xi ftehim ma' terzi dwar l-amministrazzjoni, u klawsola 6 li tgħid li l- patrimonju kulturali għandu jingħata l-ogħla priorita`.", "Pero` aħna għalissa se nitkellmu fuq klawsola 4.", "Sur President, hawn qed nieħdu ftit il-mudell li għandna fil-Kostituzzjoni tagħna.", "L-ewwel kapitolu tal-Kostituzzjoni tagħna huwa kapitolu li f'ċertu sens jistabbilixxi l-identita` tal-pajjiż; għandek l-isem, il-bandiera, it- territorju u affarijiet bħal dawn.", "Imbagħad fit-tieni kapitolu ssib sensila ta' prinċipji, fosthom il-prinċipju li kulħadd għandu dritt għax-xogħol u għall-edukazzjoni primarja u sekondarja.", "Hemm ukoll il-prinċipju li jitkellem dwar l-obbligu ta' l-Istat li jħares il-patrimonju kulturali u l- wirt storiku ta' pajjiżna.", "Hemm il-prinċipju li rridu nissalvagwardjaw il- pajesaġġ ta' pajjiżna u prinċipji oħrajn bħalma huma s-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-mod ta' kif inhi abbozzata l-Kostituzzjoni tagħna - u hemm kostituzzjonijiet oħrajn barranin li huma simili - issib li bħala prinċipju l-Istat għandu jassigura xogħol għal kulħadd.", "Issa meta inti qed tistqarr dan f'liġi, ifisser li jista' jkun li jkun hemm xi ħadd li ma jkollox xogħol u allura jista' jfittex lill-gvern u l-gvern ikun obbligat li jagħti x-xogħol?", "Minħabba li dawn huma kwestjonijiet fundamentali f'kull soċjeta` imma huma kwestjonijiet fejn l-ebda gvern ma jista' jagħti garanziji assoluti, hemm imbagħad miktub li dawn huma prinċipji li qegħdin hemm biex jiggwidaw lill-Istat, lill-awtoritajiet u lill-gvern fit-tfassil tal- liġijiet u fit-twettiq ta' strateġiji, pero` kull prinċipju m'huwiex inforzabbli quddiem il-qorti tal-pajjiż jew inkella quddiem xi qorti oħra Ewropea, fil-każ ta' Malta.", "Għalhekk aħna ħadna dan il-mudell biex nistabbilixxu numru ta' prinċipji li fuq kull wieħed minnhom qed ngħidu li ħadd ma jista' jiftaħ xi kawża biex jinforza dak il-prinċipju fl-assjem kollu tiegħu.", "Il-prinċipji, min-natura tagħhom, huma stqarrija ta' impenn, twemmin, dmir u responsabbilta`, pero` hija stqarrija wiesgħa li tapplika għan-nies tal- lum u għal dawk t'għada u tapplika bla limitu.", "Imma meta jkollok dawn it- tip ta' stqarrijiet fil-liġijiet ta' kwalunkwe pajjiż ma jkunx, la korrett u lanqas ġust li wieħed jibbaża dik l-istqarrija ta' prinċipju bħala bażi legali li fuqha tista' tieħu azzjoni legali quddiem il-qrati kompetenti.", "Hawnhekk, allura aħna qegħdin ngħidu li rridu nistabbilixxu sensila ta' prinċipji għax nemmnu li dawn huma prinċipji li għandhom jiggwidaw lill- Parlament fit-tfassil tal-liġijiet u lill-awtoritajiet fit-tfassil tal- policies tagħhom u fil-mod kif se joperaw.", "Allura f'din il-klawsola qegħdin nistqarru liema huma l-prinċipji li l-Istat Malti u ċ-ċittadini Maltin iridu josservaw.", "Pero` għalkemm huma prinċipji fundamentali għall- protezzjoni tal-patrimonju kulturali, u għandha tkun l-mira ta' l-Istat li japplikahom u jiggwida ruħu bihom, m'humiex ħwejjeġ li huma esegwibbli f'xi qorti tal-ġustizzja.", "Sur President, x'kien ġara meta fl-1964 konna qed infasslu l-Kostituzzjoni u konna diġa` qed nitkellmu fuq prinċipji li jolqtu l-kondizzjonijiet tal- ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol, li jolqtu l-ambejnt, l-edukazzjoni primarja u sekondarja, kwestjonijiet ta' sigurta` soċjali u affarijiet oħrajn?", "Dakinhar meta dan il-kapitlu nkiteb u ġie addottat bħala dikjarazzjoni ta' prinċipji fil-Kostituzzjoni ta' Malta ma kellniex il- liġijiet li għandna llum u għaddew ħafna snin f'ċerti oqsma biex imbagħad il-Parlament ispira ruħu minn dawn il-prinċipji u għadda l-liġijiet meħtieġa.", "Għaddew ħafna snin biex gvernijiet differenti adottaw programmi soċjali, edukattivi u ambjentali biex ikunu jistgħu jimplimentaw dawk il- prinċipji.", "Jekk naraw minn dak iż-żmien sal-lum kif il-pajjiż żviluppa soċjo-ekonomikament u kif żviluppa l-qafas legali fid-diversi oqsma naslu għall-konklużjoni biex ngħidu li dik id-dikjarazzjoni ta' prinċipji ispirat kwantita` ta' liġijiet li huma esegwibbli quddiem il-qrati tagħna u ċ- ċittadini għandhom il-protezzjoni mhux biss tal-prinċipju imma ta' liġijiet apposta li jagħtuhom id-drittijiet u r-rimedji li kienu maħsubin dak iż- żmien.", "Dan huwa l-proċess li qegħdin nipproponu hawnhekk.", "Qegħdin nelenkaw numru ta' prinċipji li wħud minnhom, permezz ta' din il-liġi u permezz ta' miżuri li qegħdin nipprovaw nieħdu, nistgħu ngħidu li diġa` qegħdin ngħixuhom u qegħdin nimxu skond dan it-twemmin.", "Imma f'ħafna oqsma jrid jgħaddi ż-żmien biex il-pajjiż jirfina l-policies tiegħu u jkollu l- mezzi biex iwettaq strateġiji partikolari u anke biex il-Parlament ikollu l- opportunita` li jgħaddi regolamenti u liġijiet oħra li jagħtu tifsira aktar sħiħa lil dawn il-prinċipji.", "Allura dan huwa s-sens tal-klawsola 4 meta ngħidu li għandna stqarrija ta' prinċipji u dmirijiet li pero` m'humiex esegwibbli f'xi qorti tal-ġustizzja, imma li huma fundamentali għall- protezzjoni tal-patrimonju kulturali u tkun il-mira ta' l-Istat li jiggwida ruħu bihom.", "Issa ejja ħalli naraw liema huma dawn il-prinċipji, Sur President.", "L-ewwel prinċipju li qed nistqarru f'dan l-abbozz ta' liġi huwa li:-", "\"Kull ċittadin ta' Malta kif ukoll min ikun preżenti f'Malta għandu jkollu d-dmir li jipproteġi l-partimonju kulturali.\"", "Naħseb li din hija xi ħaġa li m'hijiex żejda fis-sens li għad trid tirradika ħafna u ħafna ruħha l-kuxjenza ta' kull wieħed u kull waħda minna dwar id-dmir tagħna lejn il-patrimonju kulturali.", "Hawn ħafna li mhux biss jitkellmu fuq hekk imma hawn ħafna li jiddedikaw ħajjithom, l-enerġija tagħhom u ġidhom biex iħarsu l-patrimonju kulturali.", "Imma r-realta` hi li hawn ħafna iktar li dan id-dmir ma jħossuhx u naħseb li f'dan il-kamp l- Istat Malti u s-soċjeta` Maltija fadlilhom ħafna x'jaqdfu.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li kull ċittadin u kulmin ikun preżenti f'pajjiżna għandu jkollu d- dmir li jipproteġi l-patrimonju kulturali.", "Dan huwa prinċipju li qed nistqarruh mhux għax qed niskopru xi ħaġa li ma konniex nafu imma qed nonqxuh biex tkun xi ħaġa li għandna niftakru l-ħin kollu li dwarha għad fadlilna ħafna xogħol x'nagħmlu.", "It-tieni prinċipju li qed nistqarru huwa li:-", "\"L-Istat Malti jkollu d-dmir jistabbilixxi u jżomm strutturi amministrattivi u regolatorji ta' sovrintendenza sabiex jiżgura li dan il-patrimonju ikun protett u konservat, kif ukoll jaħseb għal dawk l- istrutturi l-oħra li jkunu meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-kura, espożizzjoni u apprezzament ta' dan il-patrimonju.\".", "Mela l-ewwel dmir li l-liġi qed tpoġġi fuq l-Istat huwa li l-Istat irid jaħseb biex ikollna strutturi amministrattivi u regolatorji għall- konservazzjoni u l-protezzjoni.", "L-esperjenza l-ħin kollu turi li l-bnedmin jaġixxu fi ħdan strutturi li jkunu ta' natura amministrattiva u regolatorja u qed naffermaw li dan l-prinċipju huwa d-dmir ta' l-Istat li jagħmlu.", "L- istrutturi amministrattivi u regolatorji jrid jistabbilixxihom u jżommhom l- Istat Malti, pero` mbagħad qed ngħidu wkoll li huwa d-dmir ta' l-Istat Malti li jaħseb għal dawk l-istrutturi l-oħra li jkunu meħtieġa għall- amministrazzjoni tal-kura, espożizzjoni u apprezzament ta' dan il- patrimonju.", "Issa hawn għandna ċerta differenza.", "Filwaqt li fl-ewwel parti qegħdin ngħidu li hu d-dmir ta' l-Istat li jistabbilixxi u jżomm l-istrutturi li jieħdu ħsieb il-protezzjoni u l- konservazzjoni, x'ħin niġu għall-espożizzjoni u apprezzament tal-patrimonju qegħdin ngħidu li l-Istat għandu jaħseb li jkun hemm dawk l-istrutturi meħtieġa, għaliex huwa ċar li x'ħin niġu għal dik il-parti li jiena ngħidilha li taqa' fi ħdan il-funzjoni ta' l-operazzjoni ta' dan is-settur, hemmhekk l-Istat jista' jew jaġixxi hu jew inkella jaġixxi permezz ta' organizzazzjonijiet oħrajn volontarji jew inkella fis-settur privat.", "Mela hawn qed nistabbilixxu x'inhu d-dmir ta' l-Istat.", "F'emenda li se nipproponu iktar tard se ngħidu li f'subklawsola (3) ta' klawsola 4, wara l- kliem \"għall-amministrazzjoni tal-kura, espożizzjoni u aprezzament ta' dan il-patrimonju.\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"permezz tat-tagħlim u t- tgawdija.\"", "Imbagħad fil-parti l-oħra qegħdin ngħidu li ċ-ċittadini u l-Istat għandhom id-dmir li jipproteġu u qed nispjegaw x'inhu dan id-dmir billi qed ngħidu li:", "\"Id-dmir li tipproteġi jinkludi d-dmir li tikkonserva, tirrestawra, tesebixxi, sakemm dan ma jkunx imprudenti jew mhux prattiku, li tiżgura li jsir studju u li jintgħamel aċċessibbli għall-istudju, li tagħti informazzjoni li tirrigwarda l-eżistenza u li tippromwovi l- apprezzament tal-patrimonju kulturali.\"", "Sur President, għal dan il-paragrafu qegħdin nikkonsidraw li nressqu xi tibdil li ġie suġġerit minn \"Din l-Art Ħelwa\".", "Qegħdin naħsbu li jkun aħjar li niddefinixxu \"id-dmir li tipproteġi\" billi ngħidu li \"id-dmir li tipproteġi jinkludi d-dmir li tiddokumenta, tikkonserva.\"", "B'riżultat tad- diskussjoni li kellna l-bieraħ fuq suġġeriment ta' l-Onor.", "Bartolo żidna l- kliem:", "\"tagħmel manutenzjoni u tirrestawra kif ukoll jinkludi d-dmir li tintervjeni kull meta jitqies li jkun hekk meħtieġ, inklużi f'ċirkostanzi ta' użu mhux kif imiss, nuqqas ta' konservazzjoni jew applikazzjoni ta' metodi li ma jkunux kif imiss.", "Id-dmir li tagħmel aċċessibbli jinkludi d-dmir li tesebixxi, li tagħmel riċerka, li tagħmel aċċessibbli għal riċerka studju u tgawdija l-patrimonju kulturali u li jinġieb 'il quddiem il-partimonju kulturali u l- għarfien, l-apprezzament u l-konoxxenza ta' dan il-patrimonju.\"", "Naħseb li kif qed jiġi propost it-tibdil għandna definizzjoni aktar ċara ta' x'inhu d-dmir.", "F'din Il-klawsola qegħdin ukoll nistabbilixxu l-prinċipju tal-jedd ta' aċċess u f'subklawsola (5) qegħdin ngħidu li:", "\"Il-jedd ta' aċċess għall-patrimonju kulturali ma jappartjenix unikament għall-ġenerazzjoni ta' llum, u kull ġenerazzjoni għandu jkollha d-dmir li tieħu ħsiebu u tissalvagwardjah għall- ġenerazzjonijiet ta' għada u għall-umanita' kollha.\"", "Anke hawn qed nikkonsidraw li nipproponu xi tibdil wara d-diskussjonijiet li kellna.", "Irridu nżomu l-istess sens imma nesprimuh b'manjera ftit differenti u ngħidu \"id-dritt ta' aċċess għal, u benefiċċju mill-patrimonju kulturali\" – u għamlet sew \"Din l-Art Ħelwa\" li ssuġġeriet dan – għax inti m'għandekx biss l-aċċess għall-patrimonju Malti imma għandek ukoll il- benefiċċju.", "U dak huwa wkoll benefiċċju li mhux biss huwa tal- ġenerazzjonijiet tal-lum, imma tal-ġenerazzjonijiet t'għada wkoll.", "Allura nissuġġerixxi li ngħidu li:", "\"Id-dritt ta' aċċess għal, u benefiċċju mill-patrimonju kulturali ma jappartjenix biss unikament għall-ġenerazzjoni ta' llum, u kull ġenerazzjoni għandha d-dmir tipproteġi dan il-patrimonju u li tagħmlu aċċessibbli għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni u għall-umanita` kollha.\".", "Irrid ngħid li l-bieraħ tqanqlu argumenti oħra li rridu nikkonsidraw.", "Per eżempju, meta saret riferenza għall-kwestjonijiet ta' natura fiskali bdejna naraw kif dak li enfasizza fuqu l-bieraħ l-Onor.", "Bartolo nistgħu nibdew nersqu lejh.", "Forsi din il-klawsola tista' toffri anke l-ispazju anke għal din ir-riflessjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, kif kien qed jargumenta l-Ministru, din hija l-parti tad-dikjarazzjoni tal-prinċipji, biex ngħid hekk, il-parti tal-poeżija fil-liġi.", "Il-parti l-oħra hija l-proża, fis-sens ta' kif se nagħmlu l-istrutturi biex inwettqu fil-prattika.", "Issa l-fatt li hija d- dikjarazzjoni ta' prinċipju, din hija l-parti fejn jien ngħid li għandu jkollha element iżjed qawwi ta' viżjoni, u ħolm, pero` ovvjament mhux fl- ajru.", "Dan huwa kważi l-mission statement il-ġdid f'dan il-qasam u għalhekk jiena nissuġġerixxi li jista' jkollha element qawwi iżjed ta' ħolm b'saqajna ma' l-art, imma fejn ma niddejqu xejn nikkonsidraw affarijiet li s'issa ma konniex nassoċjawhom ma' dan il-qasam.", "Anke fil-mod kif tinkiteb, din hija l-parti fejn nistgħu nkunu iżjed ħielsa fil-mod kif nesprimu l- prinċipji li jispirawna u li għandhom jispirawna għall-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna.", "Naħseb li għandna biżżejjed dokumenti internazzjonali u charters min-naħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa u min-naħa tal- UNESCO minn fejn nitgħallmu u jien se nissuġġerixxi ftit minn dawn il- prinċipji li għandna nikkonsidraw.", "Jekk wieħed janalizza ftit iċ-charters tal-Kunsill ta' l-Ewropa f'dan il- qasam isib li jidħlu fi prinċipji li aħna s-soltu ma nikkonsidrawx.", "Per eżempju, jidħlu anke fil-kunċett ta' ġustizzja soċjali, ir-rabta bejn il- wirt storiku kulturali u l-ġustizzja soċjali.", "Dak li jkun forsi jistaqsi dan x'għandu x'jaqsam imma jiena ngħid li la qegħdin nagħmlu dikjarazzjoni ta' prinċipju għandna jkollna l-kuraġġ li nagħmlu qafas ġenerali li fih nixtiequ li dan il-qasam jiżviluppa u jimxi 'l quddiem.", "Ħalli ndur ftit ftit fuq ċerti prinċipji li naħseb li għandhom jidħlu f'din il-parti tal- liġi u li huma ispirati mill-esperjenza u r-riflessjoni anke tal-Kunsill ta' l-Ewropa f'dan il-qasam.", "Nikkwota ħafna l-Kunsill ta' l-Ewropa u l- UNESCO għax naħseb li bl-esperjenza li rabbew mas-snin tkun ħela ta' żmien għalina mhux biss li nipprovaw nivvintaw ir-rota imma anke li ma nitgħallmux mill-esperjenza u r-riflessjonijiet ta' pajjiżi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali.", "U ċertament li f'dan il-qasam il- Kunsill ta' l-Ewropa huwa wieħed mill-mexxejja.", "Wieħed mill-prinċipji li l-Kunsill ta' l-Ewropa enfasizza ħafna matul is- snin huwa li ndaħħlu l-idea - din diġa` tkellimna dwarha fl-istadju tat- tieni qari – li l-wirt storiku mhux biss huwa ta' kulħadd u għandu dritt għalih kulħadd, imma l-wirt storiku għandu jesprimi lil kulħadd.", "F'liema sens?", "Għal ħafna f'pajjiżi barranin - f'pajjiżna għad hawn min għandu din it-tendenza – il-wirt storiku kien qisu meqjus bħala wirt ta' l-irjus il- kbar minħabba li kien hemm l-attitudni li l-istorja jagħmluha l-irjus il- kbar, il-mexxejja, in-nies tal-klassi għolja.", "Dawk kienu l-protagonisti ta' l-istorja u kien hemm assenza totali minn fuq il-palk ta' l-istorja ta' klassijiet soċjali sħaħ li kienu hemm qed jaħdmu biex ibiddlu r-realta` soċjali li kienu jgħixu.", "Maż-żmien minħabba t-tibdil kbir li seħħ fid- dinja u fis-soċjetajiet – nafu li dan it-tibdil ma jseħħx b'mod instantanju u simultanju fl-inħawi kollha tal-pjaneta, ċerti pajjiżi minħabba ċ- ċirkostanzi partikolari tagħhom ikunu waslu fi stadju ta' żvilupp u f'ċerti pajjiżi oħra jdum biex jasal dak l-iżvilupp – bdiet tinbidel l-attitudni u beda jidħol il-kunċett li l-istorja jagħmluha in-nies kollha fis-soċjeta`.", "Allura bdiet tinbidel id-definizzjoni ta' x'inhu wirt storiku.", "Il-wirt storiku ma baqax biss il-palazzi tal-granmastru, imma anke l-girna umli, ir- razzett u l-barriera tal-komunita` qrib tiegħek.", "Jiena nħoss li hawn Malta għandna l-problema li għandna idea dejqa wisq ta' x'inhu wirt storiku.", "Postijiet bħall-Imdina, il-Birgu, il-mużew il-Belt, Ħaġar Qim u l-Ġgantija nqisuhom bħala wirt storiku, imma dak li proprju hemm taħt imneħirna fir- raħal jew fil-belt fejn ngħixu ħafna drabi mhux talli ma nagħtux kasu u ma napprezzawhx talli nħalluh jitkisser u jinqered.", "Wieħed mill-prinċipji importanti li l-Kunsill ta' l-Ewropa mbotta fl-aħħar snin huwa li l-wirt storiku mhux biss jappartjeni lil kulħadd u huwa ta' kulħadd imma jesprimi lil kulħadd.", "Allura naħseb li dan il-prinċipju nistgħu nsibu l-mezz kif nesprimuh anke fil-liġi l-ġdida.", "Prinċipju ieħor importanti li l-Kunsill ta' l-Ewropa mbotta fl-aħħar snin hu kif it-tgawdija u l-apprezzament tal-wirt storiku huwa essenzjali anke għall-ħajja bilanċjata u armonjuża tagħna.", "M'iniex qed ngħid li għandna nagħmluha fid-dikjarazzjoni ta' prinċipju, imma fil-fatt hemm min jorbot dan anke ma' kwestjoni ta' saħħa mentali.", "Waħda mill-akbar problemi li għandu l-bniedem fis-seklu 21 li huwa diżorjentat u disconnected mill- komunita` tiegħu minħabba it-tibdiliet kbar li seħħew u li qed iseħħu bil- mod kif ġejna skussjati mit-terremoti soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, hija li tilef il-memorja u bniedem bla memorja huwa bniedem li għandu problemi kbar anke ta' saħħa mentali.", "Allura l-Kunsill ta' l-Ewropa daħħal l-idea kif it-tgawdija u l-apprezzament tal-wirt storiku huwa indispensabbli – din hija l-kelma li jużaw – għall-ħajja bilanċjata u kompleta.", "Jiena naħseb li ta' min jitkellem fuq dan għax għalina u għall- ġenerazzjonijiet futuri l-apprezzament u l-promozzjoni tal-wirt storiku huma essenzjali u kruċjali għall-memorja ta' soċjeta`, għall-memorja ta' kollettivita` u anke għall-memorja tar-razza umana għax jekk ma jkollux din it-tip ta' memorja, il-kontinwita` storika u anke l-integrita` ta' soċjeta` jkunu mhedda.", "Naħseb li dan huwa prinċipju importanti u, nerġa' ngħid, li hemm dokumenti li jistgħu jgħinuna biex nasserixxu prinċipju bħal dan.", "Prinċipju ieħor li nsibuh asserit f'ħafna mid-dokumenti internazzjonali meta pajjiżi jiġu biex jiddikjaraw liema prinċipji għandhom jiggwidawhom għall-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali huwa l-assersjoni li wirt storiku u kulturali – din aħna għamilnieha bil-kliem sew meta konna fl- istadju tat-tieni qari u sew issa waqt l-istadju tal-kumitat – għandu valur kbir spiritwali, kulturali, soċjali u ekonomiku.", "Li nagħmlu stqarrija ta' prinċipju bħal din f'din il-parti tal-liġi naħseb li nkunu qed nagħmlu tajjeb.", "Iċ-charter tal-Kunsill ta' l-Ewropa jmur iżjed minn hekk għax jgħid \"heritage is a capital of irreplaceable spiritual, cultural, social and economic value.\".", "Jiġifieri qed jgħid li m'hemm xejn x'jeħodlu postu, u l-fatt li nkunu qed nasserixxu l-importanza anke spiritwali, kulturali, soċjali u ekonomiċi tiegħu jiena nasħeb li nkunu qegħdin insaħħu l- importanza.", "B'hekk ma nibqgħux inħallu din il-parti bħala emarġinali għas- soċjeta` imma nagħmluha bħala parti kruċjali anke mill-mod ta' kif ngħixu u indispensabbli anke għall-ġid tagħna.", "Prinċipju ieħor li jiġi asserit anke f'konvenzjonijiet u charters internazzjonali huwa li jekk inħarsu l-wirt storiku u kulturali tal- komunitajiet tagħna nkunu qed ngħinu biex anke l-iżvilupp ta' dawk il- komunitajiet ikun sostenibbli u armonjuż milli kieku nħallu affarijiet jinkisru u jinqerdu u jitilgħu bl-addoċċ.", "Huwa importanti għal kull wieħed u waħda minna li jkollna l-memorja tal-komunita` u tar-razza umana, anke għall-bilanċ soċjali tal-komunita`.", "Dan il-prinċipju għandu jidħol għax huwa importanti għall-kunċett ta' żvilupp sostenibbli, mhux emarġinali, imma bħala parti mir-riżorsa ta' meta niġu biex niddefinixxu x'inhu żvilupp sostenibbli.", "Il-wirt storiku u anke l-historic centres tal-komunitajiet tagħna huma importanti f'dak il-kuntest.", "Prinċipju ieħor huwa s-sehem importanti ħafna li għandu l-wirt fl- edukazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li aħna semmejnieha u ċertament meta qed ngħidu kemm huwa importanti għall-edukazzjoni u kemm huwa importanti għall- formazzjoni kulturali u spiritwali tagħna m'aħniex qed neħduha li qisu huwa importanti biss bħala xi quiz ta' general knowledge; imma huwa proprju parti mill-formazzjoni tagħna.", "Aħna nkunu nafu min aħna u fejn sejrin jekk nafu bis-serjeta` u tassew minn fejn ġejjin.", "U minn fejn ġejjin ifisser li jkollna apprezzament serju tal-wirt storiku u kulturali tagħna.", "Hemm ukoll trattati u konvenzjonijiet internazzjonali li fid-dikjarazzjoni ta' prinċipji tagħhom jagħmlu għajta ta' allarm u jgħidu: Isma' dan il-wirt huwa fil-periklu u għandhom jittieħdu dawk il-passi kollha meħtieġa biex dan il-wirt jiġi mħares.", "Dawn isemmu kif dan il-wirt huwa mhedded u jagħmlu lista sħiħa ta' x'qiegħed jhedded lil dan il-wirt.", "Fost affarijiet oħra jsemmu l-injoranza, it-traskuraġni u l-mod ta' kif inħallu l-hekk imsejjaħ żvilupp isir bla ma nkunu sensittivi biżżejjed, anke għall-kunċett ta' żvilupp sostenibbli, u għalhekk fil-prinċipju ta' qabel ikunu daħħlu l- apprezzament xieraq u s-sensittivita` xierqa lejn il-wirt storiku bħala parti mid-definizzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.", "Isemmu wkoll kif dan il- ħarsien tal-wirt storiku jrid jaħseb biex joħroġ lill-wirt mill-periklu kbir li qed jiffaċċja.", "Periklu ieħor li qed jiffaċċja, li tkellimna ftit dwaru u ta' min jikkonsidra f'din il-parti tad-dikjarazzjoni ta' prinċipji, huwa l-problema mhux biss ta' l-ippjanar ħażin u mhux sostenibbli, imma anke l-problema tal- protezzjoni ambjentali.", "Jiena ngħid li jekk hawn post fil-liġi fejn għandha tidħol l-idea kif il- protezzjoni ambjentali, b'mod pro-attiv, tgħin għall-protezzjoni u l-wirt storiku huwa proprju f'din it-taqsima.", "Prinċipju ieħor li jissemma meta niġu għad-dikjarazzjoni dwar il- promozzjoni tal-wirt storiku huwa l-kunċett ta' konservazzjoni integrata.", "Il-kliem li jintuża huwa \"integrated conservation\" u tintuża l-kelma \"integrata\" għax fiha hemm anke l-element ta' ġustizzja soċjali.", "Per eżempju, ħaġa li niftakar li Dr Ballester saħaq ħafna fuqha hija l-mod kif tagħti ħajja ġdida liċ-ċentri storiċi tal-komunitajiet tagħna.", "Hekk kif aħna għedna li l-aħjar mod kif tħares il-wirt storiku u arkitettoniku tagħna huwa li tuża dawk il-postijiet, il-Kunsill ta' l-Ewropa jgħid li l- esperjenza turina li l-aħjar mod kif inħarsu l-qalba storika tal- kummunitajiet tagħna huwa li niżguraw li f'dik il-qalba storika n-nies jibqgħu jgħixu.", "Fil-fatt f'waħda miċ-charters tal-Kunsill ta' l-Ewropa fuq il-wirt akitettoniku jingħad li:", "\"Integrated conservation is achieved by the application of sensitive respiration techniques and the correct choice of appropriate functions.", "In the course of history the hearts of towns and sometimes villages have been left to deteriorate and have turned into areas of sub-standard houses.", "Their restoration must be undertaken in a spirit of social justice and should not cause the departure of the poorer inhabitants.", "Because of this, conservation must be one of the first considerations of all urban and regional planning.\".", "Hawnhekk qed naraw kif dan il-kunċett jidħol bħala parti ċentrali mir- regional and urban planning.", "Imbagħad l-aħħar parti tad-dikjarazzjoni tgħid li biex il-konservazzjoni integrata sseħħ għandek bżonn tal-mezzi legali, amministrattivi, finanzjarji u tekniċi.", "Naħseb li f'din il-liġi l-parti legali u dik amministrattiva qed nieħdu ħsiebhom.", "Imbagħad għandek il- parti finanzjarja fejn iċ-charter tal-Kunsill ta' l-Ewropa jissuġġerixxi lill-membri stati biex idaħħlu, li jekk ikun hemm bżonn jittieħdu miżuri fiskali u finanzjarji biex jgħinu fil-promozzjoni tal-ħarsien storiku.", "U kif spjega l-Ministru fil-bidu ta' din is-seduta minħabba li fl-ewwel klawsola jkollna dik id-dikjarazzjoni, b'daqshekk ma jfissirx li minn għada se jidħlu miżuri fiskali biex jgħinu fil-ħarsien tal-wirt storiku.", "Jissemmew wkoll il-mezzi tekniċi u allura l-bżonn ta' taħriġ ta' arkitetti tekniċi ta' kull tip ta' artiġjani bis-snajja' meħtieġa biex iwieġbu għall- bżonnijiet li fid-dikjarazzjoni qed insemmu, jiġifieri manutenzjoni, restawr u affarijiet oħra bħal dawn.", "Prinċipju ieħor importanti huwa kif il-konvservazzjoni integrata u l- ħarsien tal-wirt storiku ma jistgħux jirnexxu mingħajr il-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Aħna qed niddikjaraw dan il-prinċipju f'din il-liġi billi qed ngħidu li kull ċittadin ta' Malta kif ukoll kulmin ikun preżenti f'Malta għandu jkollu d-dmir li jipproteġi l-patrimonju kulturali.", "Jiena naħseb li din hija stqarrija importanti ħafna.", "Il-mistoqsija tiegħi hija jekk din għandhiex tiġi kkumplimentata bil-kliem \"biex dan jirnexxi għandna l-bżonn tal-kooperazzjoni ta' kulħadd\".", "Aħna nafu li f'pajjiżna wieħed mill-akbar difetti tal-ħajja nazzjonali tagħna huwa li ma tantx għandna kultura li nikkoperaw u naħdmu flimkien u naħseb li ma tkunx idea ħażina li fit- taqsima ta' prinċipji u dmirijiet ġenerali nasserixxu li r-responsabbilta` biex inħarsu l-patrimonju kulturali tagħna mhux biss huwa d-dmir ta' kull ċittadin ta' Malta u ta' min iżurna, imma li dan jista' jirnexxi biss jekk naħdmu lkoll flimkien.", "Naħseb li huwa importanti li nagħmlu dik it-tip ta' dikjarazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, meta wieħed jibda jiddiskuti ħwejjeġ li jiġborhom taħt il-kappa ta' stqarrija ta' prinċipji the sky would be a bit the limit, fis-sens li tant hemm xi tgħid li meta tibda tifformolahom tibda torbot ħaġa m'oħra.", "Allura l-proposta li nixtieq nagħmel jien hija li filwaqt li għandna nirriformulaw din il-klawsola biex anke tirrifletti ħafna mill-punti li qanqal l-Onor.", "Bartolo, irridu noqogħdu ftit attenti biex ma nagħmluhiex top-heavy u nibdew ngħidu ħafna affarijiet li meta tanalizzahom mhux neċessarjament ikunu stqarrija ta' prinċipji.", "Ħalli nieħu l-kwestjoni tal-kunċett tal-konservazzjoni integrata.", "Wieħed jista' bħala prinċipju jagħmel dikjarazzjoni favur li fit-tmexxija u fit-twettiq ta' policies u ta' liġijiet f'dan il-kamp għandna nkunu ggwidati mill-kunċett ta' integrated resource management għax fil-fatt minn hawn toħroġ, f'ċertu sens, il-kwestjoni ta' integrated conservation, li jiena naqbel ħafna miegħu.", "Meta ftit ta' snin ilu f'Malta konna qegħdin nibdew nitħaddtu dwar l-integrated resource management kien hawn mumenti fejn konna qed ngħidu li dan il-kunċett għandu jkun proprju s-sies ta' kull tip ta' ppjanar, żvilupp u twettieq ieħor.", "Dan japplika wisq iktar meta aħna qed naffaċċjaw sitwazzjonijiet fejn ir-riżorsi pubbliċi m'humiex qed ikunu biżżejjed biex nissodisfaw il-bżonnijiet kontinwi li qegħdin jinqalgħu.", "Allura iktar kemm timmassimizza l-integrazzjoni tar-riżorsi u iktar kemm dan il-kunċett tapplikah sa mill-ewwel azzjoni li inti tieħu, iktar wieħed ikun jista' jimxi aħjar.", "Anke jekk qed nitkellmu fir-rigward tal-patrimonju kulturali m'hemmx dubju li dan huwa kunċett li japplika u huwa kunċett li nsibu ċerti riferenzi għalih fil-liġi attwali.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn paragrafu (e) ta' klawsola 56 li jitkellem dwar il-Heritage Advisory Committee isib li dan jgħid hekk: \"Tkun il-funzjoni tat-taqsima, kull waħada fil-qasam ittrattat minnha, li tagħti pariri professjonali u esperti lill-awtorita` fuq dak kollu li għandu x'jaqsam mal-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali fi proċess integrat.", "Kull taqsima għandha wkoll tagħti pariri fuq il-proċess ta' applikazzjonijiet partikolarment dwar il-konservazzjoni tal-proprjeta` jew arei li jistgħu jkunu affettwati b'applikazzjoni għal permess ta' żvilupp.\".", "Jiġifieri hawnhekk naħseb li wieħed jista' jagħmel riferenza għal dan il- prinċipju li mhux biss huwa riferut f'dawn id-dokumenti, imma hemm konvenzjonijiet oħrajn li enfasizzawh.", "Fil-fatt waħda minnhom hija l- Valletta Convention ta' l-1992 - qabilha kien hemm il-Granada Convention ta' l-1983 – li għamlet riferenzi għal dan il-kunċett ta' konservazzjoni integrata.", "Irrid ngħid li dan il-kunċett diġa` qegħdin nibdew naraw kif nistgħu nwettquh.", "Proprju riċentement, il-ġimgħa li għaddiet, iltqajna fl- awtorita` ta' l-ippjanar biex nagħmlu ftehim ta' partnership biex inkunu nistgħu nwettqu l-integrated heritage management system.", "F'dan il- partnership bejn l-awtorita` ta' l-ippjanar, id-dipartiment tal-mużewijiet, iċ-ċentru Malti għar-restawr, id-dipartiment għall-protezzjoni ta' l- ambjent u r-restoration unit tal-works division, sar ftehim għal ħidma flimkien sabiex tinbena u tiġi managed sistema ta' integrated heritage management għal-wirt naturali u għall-patrimonju kulturali.", "Kif kont qed ngħid, dan il-partnership li tħabbar f'konferenza stampa li fiha ħadna sehem jiena u l-Onor.", "Pullicino – kienet inizjattiva li ħadmet ħafna fuqha l-awtorita` ta' l-ippjanar - jinħadem proprju bil- kollaborazzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Dan huwa network li se jkun magħmul fuq il-prinċipji ta' integrated heritage management kif ifissruh l- Kunsill ta' l-Ewropa u anke d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'pajjiżna dan it-tip ta' partnership jista' jibda jseħħ aħjar jekk jirnexxilna nħaddmu tajjeb anke s-sistema ta' l-e-government li mbarkajna fuqha.", "Sur President, dan huwa proġett importanti għax se jwaqqaf bank ta' informazzjoni li tkun common digitalised data li tkun aċċessibbli għall- pubbliku kollu kemm hu.", "Kulmin irid jidħol on-line ikun jista' jara din l- informazzjoni fuq il-patrimonju kulturali.", "Hija sistema li mhux biss qed jieħdu sehem fiha dawk il-ħames organizzazzjonijiet pubbliċi, imma se jieħdu sehem fiha wkoll numru ta' għaqdiet volontarji bħal \"Din l-Art Ħelwa\", \"Fondazzjoni Wirt Artna\", \"Għaqda għall-Volontarji Nixxiegħa Kulturali tal-Mellieħa\" u oħrajn.", "Jiġifieri dan id-diskors li qed isir huwa, f'ċertu sens, diskors kurrenti u allura tajjeb li nsibu l-manjiera li nonqxuh f'din il-parti tal-liġi.", "Sur President, din m'hijiex xi tip ta' emenda li tista' titfassal waqt li aħna qegħdin niddiskutu u allura bilfors inkunu rridu nagħmlu ri-assunt ta' dak li għedna fuq din il-klawsola, li ħadna nota tiegħu, u naħdmu ftit barra l-ħin tal-Parlament biex ikollna ftit taċ-ċans nirriflettu tajjeb fuqha u niskambjaw anke l-abbozzi li nkunu għamilna biex meta niġu bl- emenda, din tkun kemm jista' jkun mirquma.", "Naħseb li meta tiġi biex titkellem fuq prinċipji wieħed isibha faċli, imma x'ħin tiġi biex tikteb l- affarijiet, speċjalment f'liġi, trid ftit taż-żmien u jrid ikollok ukoll ftit għajnuna mid-drafters legali.", "Sur President, il-punt li tqanqal li wirt storiku għandu jesprimi lil kulħadd għandna nadottawh f'din il-parti.", "Naqbel ukoll li għandna ndaħħlu r-riflessjoni dwar l-essenzjalita` li napprezzaw il-patrimonju kulturali proprju għall-bilanċ tagħna nfusna u biex il-memorja u l-kontinwita` ta' l- umanita` tkun tista' jseħħ b'mod aħjar.", "Naqbel ukoll ma' l-asserzjoni li dan il-wirt għandu l-valur spiritwali, kulturali, soċjali u ekonomku u fuq l-issue ta' l-iżvilupp sostenibbli ngħid li forsi wieħed jista' jgħaqqad miegħu issues tal-konservazzjoni integrata.", "Jiġifieri jiena nara li jistgħu jiżdiedu tlieta jew erba' paragrafi oħra li jiġbru dawn il-ħsebijiet u m'hemmx dubju li jekk jirnexxielna nagħmluha nkunu tajna mission statement li huwa ħafna aħjar minn dak li għandna hawn bħalissa.", "Jekk naqblu nistgħu nagħmlu kif għamilna għal klawsola 2 u niskambjaw xi dokumenti li jistgħu jkunu għad-dispożizzjoni tal-membri biex id-drafters ikunu jistgħu jaħdmu fuqhom.", "Malli d-drafters ilestuhom jiena nibagħthom lill-Onor.", "Bartolo ħalli jkun jista' jarahom u jikkontribbwixxi b'iktar tibdil jekk iħoss il-ħtieġa, jerġgħu jintbagħtu lura għandna biex jekk jista' jkun sa nhar it-Tnejn inkunu nistgħu nġibuhom lesti u allura meta nkomplu d-dibattitu nkunu għalaqna klawsola 2 u nkunu nistgħu nagħlqu anke klawsola 4.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, meta konna qed niddiskutu l- kwestjonijiet tal-miżuri fiskali, il-Ministru kien esprima r-riflessjoni jekk ikunx f'din it-taqsima li għandha tidħol riferenza għaliha.", "Qed ngħid hekk għaliex naħseb li hawn iħaffulna daqsxejn mix-xogħol dawk tal-Kunsill ta' l-Ewropa, proprju bil-mod ta' kif ipoġġu d-diskors u se nikkwotah fil- kwestjoni tal-miżuri fiskali u fil-kwestjoni tat-tniġġis.", "Naħseb li l- kliem li għandhom fiċ-charter tagħhom ikun tajjeb għal mod kif esprimejnih s'issa f'din il-Kamra.", "Rigward miżuri fiskali dan iċ-charter jgħid hekk: \"...... to resort, if necessary, to fiscal measures to facilitate the conservation of this heritage.\".", "Imbagħad għal dak li għandu x'jaqsam ma' tniġġis iċ-charter jgħid hekk:", "\"..... to take into consideration the special problems of conservation of heritage in anti-pollution policies.\".", "Naħseb li dawn qegħdin espressi fi kliem tajjeb u ma naħsibx li jkollna problema biex nagħmluhom simili ħafna għalihom fid-dikjarazzjoni ta' prinċipji li qed nagħmlu f'din it-taqsima tal-liġi.", "Jiena naqbel li jekk ikun hemm bżonn nipposponu d-diskussjoni fuq din il-klawsola u mmorru lura għal klawsola 3.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, meta nkunu qed nagħmlu dan ix-xogħol ikun importanti li nipprovaw nifformulaw il-ħsebijiet tagħna anke fuq dawn iż-żewġ aspetti tal-miżuri fiskali u tal-protezzjoni ambjentali.", "Huwa importanti li jekk jista' jkun nikkonkludu d-drafting tagħhom sal-ġimgħa biex imbagħad it-Tnejn inkun nista' nagħmel konsultazzjoni anke ma' ministri oħrajn fuq dan is-suġġett.", "Għalhekk nitlob il-permess sabiex din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 3 - Oġġetti li dwarhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' dan l- Att.", "Clause 3 - Objects to which provisions of this Act apply.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal din il-klawosla nipproponi din l- emenda:", "\"A\" Minflok klawsola 3 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:-", "\"3.", "Għall-finijiet ta' dan l-Att, oġġett ma jitqiesx li jkun jagħmel parti mill-patrimonju kulturali kemm-il darba dan ma jkunx eżista f'Malta, inklużi l-ibħra territorjali tagħha, jew f'xi pajjiż ieħor, għal ħamsin sena, jew kemm-il darba ma jkunx oġġett ta' valur kulturali, artistiku, storiku, etnografiku, xjentifiku jew industrijali, ukoll jekk kontemporanju, li għandu jiġi preservat.\".", "\"A\" For clause 3 there shall be substituted the following new clause:-", "\"3.", "For the purposes of this Act, an object shall not be deemed to form part of the cultural heritage unless it has existed in Malta, including the territorial waters thereof, or in any other country, for fifty years, or unless it is an object of cultural, artistic, historical, ethnographic, scientific or industrial value, even if contemporary, that is worth preserving.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jiena naqbel ma' din l-emenda, pero` naħseb li ta' min wieħed jagħmel daqsxejn ta' kumment ġenerali.", "Mhux l-ewwel darba li jsiru karikaturi tal-membri parlamentari qishom xi gladjaturi jattakkaw lil xulxin u jitgħajru.", "Naħseb li kif qed tipproċedi d- diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi turi li l-Parlament jista' jagħmel ħafna xogħol serju li jkollu wkoll importanza kbira fuq il-ħajja tal- pajjiż.", "Sintendi huwa bix-xogħol li nagħmlu aħna li nirbħu r-rispett jekk ikun jimmeritana.", "Sur President, din il-klawsola ġiet emendata b'mod tajjeb u tagħtina anke ċ- ċans, kif qal il-Ministru, li nirriflettu fuq klawsoli oħra li huma relatati mal-kunċett ta' kif ġie espress il-patrimonju kulturali, b'mod aktar wiesa' minn dak li kien qabel ma tressqet din l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 5 - Kondizzjonijiet.", "Clause 5 - Conditions.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, s'issa, salv għad-diskussjoni li se jkollna, mid-diskussjonijiet li kelli ma' l-għaqdiet volontarji ma jidhirlix li hawn bżonn ta' xi tibdil f'din il-klawsola.", "Fi klawsola 4 li konna qed niddikutu qabel ma pposponejniha, stabbilixxejna d-dmirijiet taċ- ċittadini u ta' l-Istat u għamilna stqarrija ta' prinċipji, pero` l-liġi kif inhi mposta ma taħsibx biex l-Istat jagħmel kollox hu, anzi qed toħloq l-ispazju biex l-Istat jidħol fi sħubija ma' entijiet oħrajn.", "Dawn jistgħu jkunu entijiet ta' għaqdiet volontarji u entijiet privati sew Maltin kif ukoll barranin.", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li l-liġi se tagħti l- poter li ftehim ta' partnerships jistgħu jsiru billi l-Istat jiddelega lil xi għaqda volontarja jew organizzazzjoni oħra parti mid-dmirijiet tal- ħarsien, konservazzjoni, protezzjoni, preżentazzjoni u affarijiet oħra tat- tmexxija tal-patrimonju.", "Pero` qegħdin ngħidu wkoll li meta l-Istat kif rappreżentat mill-gvern jiġi biex jagħmel dan il-ftehim, sew ma' entijiet li llum jeżistu u sew m'oħrajn pubbliċi jew mhux statali li jistgħu jitwaqqfu fil-futur, irid isegwi ċerti kondizzjonijiet.", "Jiġifieri kull darba li l-Istat se jaqbad xi patrimonju kulturali u jgħaddih f'idejn xi għaqda volontarja jew inkella xi organizzazzjoni oħra għal dik li hija kura, amministrazzjoni u preżentazzjoni jrid l-ewwelnett jippubblika l- kondizzjonijiet li taħthom ikun għamel dik id-delega.", "Ħafna drabi jiġu delegati ċerti affarijiet u ma jkunx biżżejjed ċar taħt liema kondizzjonijiet dawn ikunu qed isiru.", "Meta ssir din id-delega ma jfissirx li xi ħadd qed jagħti xi ħaġa minn butu lil xi ħaddieħor biex jeħodlu ħsiebha.", "Hawn qed nittrattaw ma' ħwejjeġ li huma pubbliċi u li huma ta' patrimonju kulturali li għadna kif stqarrejna li dawn ma jappartjenux biss lilna, imma jappartjenu lill-ġenerazzjonijiet futuri.", "Allura patti chiari, amicizia lungha u l-kondizzjonijiet iridu jiġu ppubblikati f'kull każ.", "It-tieni punt huwa li qatt m'hu se jkun permessibbli li l-proprjeta` pubblika li tifforma parti mill-patrimonju kulturali tingħata.", "Allura qegħdin ngħidu li l-proprejta` pubblika għandha dejjem tiġi riservata.", "Fit- test Ingliż qegħdin ngħidu \"reserve the public ownership of all that is put in trust by such delegation.\"", "Mela jekk għall-argument jiġi l-mument li propjeta' pubblika li tifforma parti mill-patrimonju kulturali tingħata lil xi għaqda volontarja - u diġa` beda jiġi, għax għandna siti li diġa` ngħataw taħt il-guardianship ta' għaqdiet volontarji – it-titolu tal- proprjeta` jibqa' dejjem ta' l-Istat.", "Mela qed ngħidu li lesti li nidħlu fi ftehim biex niddelegaw l-amministrazzjoni u l-preżentazzjoni ta' dawn is- siti, pero` l-proprjeta` fejn għandna dan il-patrimonju kulturali se tibqa' dejjem titolu f'idejn l-Istat.", "Sur President, dawn huma kondizzjonijiet ġenerali.", "M'aħniex qed nidħlu fil-kondizzjonijiet partikolari ta' kull delega li aħna niftehmu fuqha.", "It-tielet kondizzjoni ġenerali li trid tapplika dejjem u għal kulħadd hija li jrid jiġi riservat il-jedd ta' sovrintendenza.", "Aħna diġa` rajna li f'dan il-qasam indaħħlu l-idea ta' sovrintendenza min-naħa u ta' l- operazzjoni min-naħa l-oħra.", "Hi x'inhi l-operazzjoni u hu min hu l- operatur, hu min hu l-persuna jew l-organizzazzjoni li miegħu jew magħha jsir dan il-ftehim li bih issir din id-delega, is-setgħat, id-dmirijiet u drittijiet tas-sovrintendent jibqgħu kollha kemm huma riservati.", "Din il-klawsola qiegħda allura tenunzja dawn id-drittijiet biex ikun ċar għal kulħadd li meta se nidħlu f'partnership ma' għaqdiet volontarji jew mas-settur privat jew ma' xi organizzazzjoni oħra aħna nkunu qegħdin nissalvagwardjaw dawn l-affarijiet kollha.", "Xejn m'hu se jsir bil-moħbi għax kollox se jkun ppubblikat.", "M'hu se nċedu l-ebda titolu ta' proprjeta` fuq il-patrimonju kulturali u m'hu se nċedu xejn mid-drittijiet, is-setgħat u dmirijiet tas-sovrintendenza.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, sintendi għandi għax nifhem ukoll li l-għodda tar-riżoluzzjoni parlamentari, meta tiġi biex tgħaddi art pubblika lil xi enti oħra, se tibqa' tiġi mħarsa bi klawsoli bħal dawn.", "Jiġifieri b'dan li qed ngħidu fi klawsola 5 xorta jibqa' l-obbligu li titressaq riżoluzzjoni parlamentari biex tiġi diskussa meta aħna niġu biex ngħaddu art pubblika lil xi organizzazjoni kummerċjali privata, lil xi għaqda volontarja, lil xi kunsill lokali jew lil xi enti oħra.", "Qen nifhem tajjeb?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dan il-punt li l-Onor.", "Bartolo qed iqanqal huwa importanti.", "Dan is-suġġett se nittrattawh fi klawsola 48 li titkellem dwar il-kurazija.", "Anke din il-klawsola naħseb li se jkollna norqmuha ftit iktar.", "Din il-klawsola titkellem fuq kurazija u rridu narawha b'ħafna attenzjoni u b'iktar dettall aktar 'il quddiem.", "Ħafna drabi meta tiġi biex tittrasferixxi art tiġi b'riżoluzzjoni fil-Parlament għax tkun qed tgħaddi titolu ta' ċens, jew titolu ta' proprjeta` jew inkella ta' kera.", "Hawn qed indaħħlu kunċett li s'issa ma tantx trattajna, il-kunċett ta' guardianship.", "Allura qegħdin ngħidu – din m'hijiex kwestjoni ta' domma, imma ninsab open għad-diskussjoni – jekk ikunx iktar effettiv li meta jsiru dawn it-tip ta' partnerships niftehmu u minflok noqogħdu nagħmlu d-diskussjoni hawn inpoġġu l-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra u jekk fi żmien 28 ġurnata ma jkunx hawn talba biex dak jiġi diskuss ikun ifisser li l- Parlament m'għandux diffikulta` b'dak li jkun ġie maqbul.", "Naturalment il- Kamra, l-Oppożizzjoni jew xi ħadd ieħor, tkun dejjem tista' tressaq ir- riżoluzzjoni biex dak il-ftehim li jkun sar jinbidel, jiġi modifikat jew anke mħassar, skond it-talba li tkun saret.", "Jiġifieri meta qed nitkellmu fuq kondizzjonijiet fejn l-Istat jiddelega d- dmirijiet tiegħu fir-rigward ta' patrimonju kulturali m'aħniex nidħlu fil- proċedura ta' kif se nagħmluh għax dak se jiġi ttrattat fi klawsola 48.", "Diġa' qed nikkonsidra li jkun hawn involviment tal-ministru responsabbli mill-artijiet biex issir ħaġa konġunta u meta niġu għall-klawsola nkunu nistgħu npoġġuha taħt il-lenti tagħna u naraw fihiex is-salvagwardji kollha meħtieġa.", "F'dan l-istadju għadna qed nitkellmu fuq dmirijiet ġenerali; m'aħniex qed nidħlu fid-dmirjiet li huma speċifiċi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nixtieq ngħaddi daqsxejn ta' riflessjoni ta' prinċipju fuq din il-ħaġa billi ngħid li waqt li assolutament naqbel li aħjar ikollok proprjeta` li qed tiġi mħarsa minn enti oħra milli tħalliha tintelaq u tiġi abbandunata u żdingata jekk mhux ukoll vandalizzata, x'ħin niġu biex ngħaddu bil-kunċett ta' kurazija dawn it-tip ta' proprjeta` naħseb li jrid ikollna prinċipju importanti x'jiggwidana, u wieħed jista' jitgħallem minn pajjiż bħal Spanja f'dan il- qasam.", "Qed ngħid hekk għaliex naħseb li fil-bidu se jkollna t-tentazzjoni, b'intenzjonijiet tajba, ngħid jien, li parti minn din il-proprjeta` ngħadduha lill-għaqdiet li għandhom ħafna enerġija u li għandhom ħafna impenn biex jieħdu ħsieb il-patrimonju kulturali ta' pajjiżna.", "Jiena ngħid li għandna nipprovaw ngħelbu dik it-tentazzjoni tal-bidu, għax f'sitwazzjoni bħal dik, jekk ikollok għaqda volontarja li għandha rieda u enerġija kbira u tagħtiha ħafna postijiet differenti f'Malta u f'Għawdex x'tieħu ħsieb xorta waħda rridu naraw li lil min qed ngħaddu l-proprjeta` ikunx f'qagħda li jsostni u li jieħu tassew ħsieb dik il-proprjeta`.", "It- tieni nett jista' jkun li dawn ikun qed ifittxu kondizzjoni mingħand il- gvern biex huma jkunu b'xi mod jew ieħor jistgħu jagħmlu qliegħ kummerċjali minn dik il-proprjeta`.", "Jien ma nara xejn ħażin li jsir qliegħ kummerċjali minn patrimonju storiku u kulturali għax inkella nkunu qed nagħmlu kontradizzjoni kbira, imma li qiegħed ngħid jien hu li għandna nirriflettu iżjed fuq esperjenza li għaddew minnha pajjiżi bħal Spanja.", "Jekk, per eżempju, hemm forti u hemm għaqda volontarja li tixtieq li tieħu dak il-forti, dik l-għaqda volontarja mbagħad taf li biex il-ħarsien ta' dak il-forti jkun sostenibbli trid tirranġa ma' xi settur kummerċjali biex tmexxih bħala restaurant jew bħala guest house.", "Jiena ngħid li f'dak il-każ għandu jkun il-gvern innifsu li jirranġa mas-settur kummerċjali, u mhux tramite l-għaqda volontarja.", "Biex tassew nagħmlu l-ħarsien tal-wirt storiku sostenibbli ejjew ma ngħaddux ħafna minn din il-proprjeta` lill-għaqdiet volontarji.", "Nerġa' ngħid li dawn għandhom rieda tajba, biex ma ninftehimx ħażin, imma meta niġu biex nibdew ngħaddu minn din il-proprjeta` naħseb li għandna naħsbuha daqsxejn għaliex dan huwa prinċipju li f'pajjiżi oħra serva biex għamel aktar sostenibbli l-ħarsien tal-wirt storiku għax minħabba li ġejjin minn snin fejn għal ħafna raġunijiet ħallejna ħafna żdingar u traskuraġni f'dan il- qasam issa se jkollna t-tentazzjoni li ħafna minn din il-proprjeta` ngħadduha lil min nafu li żgur se jieħu ħsiebha aktar milli ħadna ħsiebha aħna s'issa.", "Imma naħseb li nagħmlu żball li nċedu malajr għal dik it- tentazzjoni u ma narawx kif nużaw bl-aktar mod vijabbli din ir-riżorsa prezzjuża għal pajjiżna.", "Jiena qed nifhem ukoll li klawsola 5 ma titkellimx biss fuq il-kurazija ta' proprjeta` ta' patrimonju kulturali imma anke fuq ir-relazzjoni bejn l- istrutturi li jieħdu ħsieb il-ħarsien tal-wirt storiku u entijiet oħra li qegħdin hemm anke biex iwettqu l-prinċipji li se nkunu enunzjajna fi klawsola 4.", "Nixtieq hawnhekk nistaqsi wkoll jekk ir-relazzjoni bejn il- kumitat ta' garanzija u l-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera jaqax taħt din il-klawsola.", "Jien naħseb li hekk għandu jkun.", "X'ħin bdejna nitkellmu fuq entijiet u jien qajjimt il-punt ta' dawn il-kumitati l-Ministru mill-ewwel qal li hemm entijiet oħra barra l-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera, dak tal- Belt u dak ta' l-Imdina, u dawn sintendi f'xi mument se jidħlu taħt din l- arkitettura istituzzjonali li qed nitkellmu dwarha.", "Imma r-relazzjoni bejn l-istrutturi li qed inwaqqfu u dawn il-kumitati ta' riabilitazzjoni, li qed nagħti bħala eżempju, jeżisti xi qafas ta' ftehim bil-miktub bejniethom, anke kif inhi l-liġi s'issa, jew dawn għandhom il-mod tagħhom kif imexxu?", "Qed ngħid dan għax mhux l-ewwel darba li f'pajjiżna ttieħdu inizjattivi – jiena ngħid b'intenzjoni tajba – li mbagħad spiċċaw li aktar għamlu ħsara milli ġid.", "U dak li għedna s'issa għar-relazzjoni li għandu jkun hemm ma' l-għaqdiet volontarji naħseb li għandu jkun hekk ukoll – u hekk nifhem li se jkun – ma' strutturi oħra ta' natura aktar pubblika jew parastatali.", "Il- kumitati tar-riabilitazzjoni se jkollhom mano libera għax ġew kostitwiti mill-gvern?", "Ma nifhimx li se jkun hekk, imma qed nistaqsi apposta.", "Se jkollna xi forma ta' ftehim bil-miktub?", "Meta qed nagħmlu hekk, qed inkunu pedantiċi?", "Se noħolqu ħafna burokrazija?", "Jien ngħid li għandna naħsbu fuq x'realzzjoni għandha teżisti, u bil- miktub, għax dak li qal il-Ministru dwar il-patti chiari jgħodd sintendi għall-għaqdiet volontarji imma għandu jgħodd ukoll għal dawn l-istrutturi għax mhux l-ewwel darba li affarijiet li saru b'intenzjoni tajba u b'tant entużjażmu minn kumitati ta' riabilitazzjoni wasslu għal żbalji koroh.", "Ma rridx noqgħod insemmi ismijiet, imma dawn m'għandhomx jaħsbu li għandhom alla għalihom u jagħmlu li jridu għax ġew maħtura f'kumitati ta' riabilitazzjoni; jaħsbu li huma repubblika ġo repubblika.", "Jiġifieri naħseb li għandu jkun hemm xi qafas li jirregola dawn l-affarijiet, kif naħseb li se jkun hemm fir-relazzjoni mal-Fondazzjoni tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann.", "Sur President, meta għandek territorju ta' kulħadd hemm it-tendenza kbira li ma jkollok ir-responsabbilta` ta' ħadd għax inti ma tkunx taf jekk hux qed jieħu ħsieb wieħed jew jekk hux qed jieħu ħsieb l-ieħor.", "Per eżempju, għandek il-Kon-Kattidral ta' San Ġwann fejn għandek entijiet differenti li kienu qed jieħdu ħsiebu.", "Issa nasħeb li bil-fondazzjoni dik ir- responsabbilta` ġiet ċentralizzata u m'għadux bħal qabel, ikun dieħel xi monsinjur li jara lil xi ħadd ħiereġ b'xi ħaġa u jistaqsih fejn sejjer biha u l-ieħor jgħidlu li sejjer jirrestawraha mingħajr ħadd ma jaf fejn se jirrestawraha, kif se jirrestawraha u min se jirrestawraha għax daqqa l- inizjattiva tiġi mid-dipartiment tal-mużewijiet, daqqa tiġi mir-restoration unit ta' l-ambjent u daqqa tiġi mill-kumitat għar-rijabilitazzjoni tal- Belt.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq affarijiet li ġraw u li naħseb li bit-twaqqif tal-Fondazzjoni għall-Kon-Kattidral ta' San Ġwann tista' tiġi solvuta.", "Jekk dik tiġi solvuta se tiġi solvuta għall-Kon-Kattidral ta' San Ġwann, li hija xi ħaġa importanti ħafna, imma t-territroju ta' Malta, Għawdex, Kemmuna, Filfla u l-Gżejjer ta' San Pawl huma ħafna ikbar minn hekk u naħseb li għandna naħsbu biex ikollna qafas ta' ftehim, li min-naħa waħda ma jkunx pedantiku u ma rridux insiru biżantini li kollox bil-punto e virgola imma min-naħa l-oħra lanqas għandna nħallu l-free-for-all li s'issa jkollna nammettu li għadu jeżisti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, issa qed nitkellmu dwar fejn qed jolqot ir-relazzjonijiet bejn is-sovrintendenza u l-entijiet l-oħrajn.", "Naħseb li dan jagħtina l-opportunita` biex niċċaraw oġġett li rridu l-ħin kollu nżommuh quddiem għajnejna.", "Il-patrimonju kulturali kollu li hawn fil- pajjiż, hu ta' min hu, b'xi mod jew b'ieħor b'din il-liġi hu soġġett għas- sorveljanza tas-sovrintentenza.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li għax hu soġġett għas-sorveljanza s-sovrintendent se jkollu xi poteri bla limitu fejn jirrigwardja l-patrimonju kulturali tal-privat jew il-patrimonju kulturali tal-knisja kattolika.", "Imma b'din il-liġi qegħdin nasserixxu a favur ta' l- Istat id-dmir li dak li jaqa' fid-definizzjoni ta' patrimonju kulturali huwa soġġett għall-ħarsien, għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni.", "Infatti, kif naraw iktar tard fil-liġi, taħt is-setgħat speċjali ta' l- Istat qegħdin ngħidu li jekk ikun hemm patrimonju kulturali li huwa fil- periklu tat-tiġrif jew inkella fil-periklu li ma jibqax jeżisti jew f'xi periklu ieħor, hu x'inhu, hu ta' min hu u hu fejn hu, is-sovrintendent għandu d-dritt li jintervjeni.", "Naturalment dejjem soġġett għall- kondizzjonijiet kollha li qed tistabbilixxi din il-liġi, għax din il-liġi lis-sovrintendent timponi fuqu d-dmir u tagħtih ċerti setgħat u tgħidlu kif dawk is-setgħat irid jeżerċitahom, soġġett ukoll għad-drittijiet kollha fundamentali kif sanċiti fil-Kostituzzjoni ta' Malta kif ukoll għal ċerta differenza ta' kif wieħed jintervjeni għax hemm differenza bejn li tintervjeni fuq patrimonju kulturali li hu ta' l-Istat għal li tintervjeni fuq dak li hu tal-knisja jew inkella tal-privat.", "Sur President, l-ewwel punt li rrid nagħmel huwa li fir-rigward tar- relazzjonijiet bejn is-sovrintendenza u kull organizzazzjoni oħra jibqgħu dejjem salvagwardjati d-drittijiet u d-dmirjiet tas-sovrintendent li sal- lum huma merfugħa mid-dipartiment tal-mużewijiet.", "Allura r-relazzjoni bejn is-sovrintendent u l-entijiet hija regolata mill-funzjonijiet tas- sovrintendent u mis-setgħat speċjali ta' l-Istat li nitkellmu fuqhom aktar tard.", "Din il-klawsola m'hijiex qed taħseb li toħloq xi realzzjoni speċjali ma' kumitati ta' rijabilitazzjoni bħalma huwa dak tal-Belt, tal-Kottonera jew ta' l-Imdina.", "M'hijiex qed taħseb biex toħloq xi realzzjoni mal- Fondazzjoni tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann jew ma' xi organizzazzjoni oħra għax dawn ir-relazzjonijiet huma ta' żewġ tipi.", "Jekk inti għandek il-kumitat għar-rijabilitazzjoni tal-Belt u dan irid jirrestawra l-faċċata tal-palazz, dan ikun irid jagħmel il-proposta tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti, din il-proposta titressaq quddiem is- sovrintendent li se jkun involut fl-ipproċċesar ta' dik l-applikazzjoni, tgħaddi mill-proċeduri amministrattivi biex wieħed jara li hemm il-fondi meħtieġa u li l-affarijiet isiru skond liġijiet oħra li għandna fil-pajjiż, imbagħad meta l-kumitat għar-rijabilitazzjoni tal-Belt jibda l-operazzjoni tar-restawr fuq il-faċċata tal-palazz ikollok is-sovrintendent u ċ-ċentru Malti għar-restawr li se jkunu qed isegwu dak li qed jiġri, u taħt il-gwida tagħhom wieħed ikun jista' jwettaq dan ix-xogħol.", "Mela f'dan il-każ ma kienx hawn xi delega partikolari lill-kumitat għar- rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "Dan kien kumitat li twaqqaf mill-gvern kif twaqqfu ta' l-Imdina u tal-Kottonera, ingħataw it-terms of reference u l-istrutturi tagħhom, għandhom iċ-chief executive u jaħdmu fil-parametri ta' dawk it-terms of reference.", "Dawk it-terms of reference huma uffiċajli u ġieli saru pubbliċi, pero` m'hijiex delega fis-sens proprju li qed nitkellmu hawnhekk.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq it-tip ta' relazzjoni li tkun teżisti bejn is-sovrintendent u kull organizzazzjoni oħra li b'xi mod se tagħmel xi ħaġa li tista' tolqot il-patrimonju kulturali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq meta l-Istat jaqbad patrimonju kulturali u jgħaddih f'idejn organizzazzjoni oħra biex din tieħu ħsiebu.", "Kien hawn żmenijiet meta dan kien isir b'mod informali billi l-ministru konċernat kien jaqbad u jgħaddi proprjeta` ta' patrimonju kulturali lil xi ħadd biex jieħu ħsiebha.", "Kultant lanqas nota ġo file ma kont issib meta din kienet issir.", "Iktar tard bdejna nersqu iktar biex dawn nirregolawhom taħt il-liġi tat-trasferiment ta' l-artijiet pubbliċi.", "Pero` anke f'dan il-każ mhux l-ewwel darba li kellna riżoluzzjonijiet fejn ġiet trasferita proprjeta` pubblika li hija ta' patrimonju kulturali u lanqas biss ikun ġie kkonsultat id-dipartiment tal-mużewijiet.", "Riċentement kellna l-okkażjoni fejn ikun hemm il-proposta li jsiru dawn it- trasferimenti u lanqas biss tinduna għax la tkun ġejt ikkonsultat u lanqas involut biex proprju tassigura li tkun qed tistabbilixxi liema huma l- kondizzjonijiet.", "Imma f'dan il-pajjiż awtorita` taħdem indipendentement minn awtorita` oħra tkun iltaqgħet u ddiskutiet l-affarijiet u tmexxi.", "Huwa fuq din it-tip ta' partnership li qegħdin nitkellmu li hu regolat, fost ħwejjeġ oħra bi klawsola 48 ta' din il-liġi li jitkellem dwar il- kurazija fejn qegħdin ngħidu li rridu nosservaw dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, għandek il-koperattiva ta' l-arkeoloġija li ġiet delegata mill- kumitat għar-rijabilitazzjoni ta' l-Imdina taħt is-sovrintendenza tad- dipartiment tal-mużewijiet biex tagħmel dawk l-iskavi.", "Il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Bartolo hi jekk f'dan il-każ hux se nistabbilixxu l-kondizzjonijiet, u jekk iva, iridux jiġu ppubblikati.", "Hawnhekk wieħed ikun irid jgħid li ma tkunx qiegħed timponi l-kitba għal kull azzjoni li tkun qiegħda ssir.", "Jiġifieri rridu nagħmlu distinzjoni bejn il-bżonn li jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa minn kumitat ta' rijabilitazzjoni, għaqdiet volontarji u kwalunkwe enti li tkun se tagħmel xi ħaġa li tolqot il-patrimonju kulturali, u l-arranġmenti jew relazzjonijiet li kif kont qiegħed ngħid jaqgħu iktar fil-kwadru tal-kurazija li qiegħed insemmi.", "Per eżempju, fil-każ tal-Fondazzjoni tal-Kon-Kattidral ta' San Ġwann instabet il-formola u fil-fatt id-dipartiment tal-mużewijiet kien ilu jiġi b'xi mod ikkonsultat fuq din il-materja.", "Hemm kellna każ speċjali fejn kemm l-Istat kif ukoll il-Knisja kienu jippretendu u għadhom ikollhom id-dritt tal- proprjeta` ta' wieħed mill-ikbar patrimonju kulturali li għandu pajjiżna; il-Kon-Kattitral ta' San Ġwann.", "Din ġiet riżolta permezz ta' kuntratt pubbliku fejn ġew stabbiliti l-kondizzjonijiet biex ikun hemm tmexxija u responsabbilita` konġunta ta' din il-fondazzjoni.", "Kif qal l-Onor.", "Bartolo qabel ma kellna din il-fondazzjoni kollox kien isir qisu bil-grazzja jew bil-karita`.", "Tmur San Ġwann u jgħidulek: Ara kif tagħmel forsi nirranġaw it-twieqi.", "Imbagħad il-ministru, fil-ħniena kbira tiegħu, kien jgħid: Mela ħa naqbad somma flus u nara insewwihomx.", "Daqqa jsir xi xogħol fuq inizjattiva tal-Kon-Kattidral li jitkellmu mad-dipartiment tal-mużewijiet biex jagħmlu xi restawr u jġibu lit-Taljani u daqqa jkun hemm xi ministru li jkun, per eżempju, Firenze u jgħidilhom biex jagħmlulna pjaċir u jirrestawrawlna l-Caravaggio.", "Hekk kienu jsiru qabel l-affarijiet.", "Illum hemm fondazzjoni li l-kondizzjonijiet tagħha huma pubbliċi.", "Il-proprjeta` pubblika baqgħet riservata a favur l-entijiet li jippretenduha u anke r-riserva tad-dritt tas-sovrintendent fuq il-Kon- Kattidral ta' San Ġwann baqgħet u mhux mittiefsa.", "Jiġifieri naħseb li r- risposta trid tkun li hawnhekk l-aktar li qegħdin nirriferu huwa għal meta wieħed jaqbad patrimonju kulturali u jpoġġih taħt kurazija, mentri r- relazzjoni tar-restoration units, il-kumitati ta' rijabilitazzjoni u organizzazzjonijiet oħrajn m'hijiex stabbilita b'xi delega ad hoc, imma permezz tal-liġi kollha kemm hi li tistabbilixxi x'inhuma s-setgħat u d- dmirijiet tas-sovrintendent u x'inhuma l-obbligi u d-drittijiet ta' kulmin se jiġġestixxi xi ħaġa fil-patrimonju kulturali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, ġaladarba l-Ministru qed jagħmel riferenza għal klawsola 48 li titkellem dwar il-kurazija, għandniex allura nagħmlu riferenza għaliha fi klawsola 5, peress li huma marbutin flimkien?", "Fil-każ tad-delega jiena qed nifhem li din se tkun marbuta mal-management tal-post in kwestjoni.", "Wara li d-delega tkun saret u l-kondizzjonijiet ikunu ppubblikati, il-gvern se jkollu poter jidħol bejn min ikun irċeva d- delega u terzi persuni biex - per eżempju, jara x'tip ta' kuntratt qed isir bejniethom u affarijiet oħra?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għall-ewwel mistoqsija ngħid li f'din il-klawsola m'għandux ikun hemm cross reference għal klawsola 48.", "Qed ngħid hekk għax l-ewwelnett klawsola 48 hija parti minn din il-liġi u jekk inti qed tapplika klawsola 5 ma tistax tapplikaha indipendentement minn klawsola 48 imma trid tapplikaha fil-kuntest ta' kull klawsola u kull obbligu f'din il-liġi.", "Rigward it-tieni mistoqsija r-risposta hija li fi klawsola 48 qegħdin ngħidu li jridu jiġu stabbiliti l-kondizzjonijjiet li taħthom tkun se ssir din il-kurazija.", "Qegħdin ngħidu wkoll li fl-att ta' kurazija għandu jiġi dikjarat għal kemm żmien dan ikun qiegħed isir, liema perijodu ma jkunx ta' iżjed minn tliet snin u li jista' jiġġedded għal iktar perijodi ta' mhux iżjed minn għaxar snin kull wieħed.", "Mela għal kemm żmien nistgħu nagħtuh post ta' patrimonju kulturali qed jiġi stabbilit fil-liġi.", "Issa tajjeb li nagħti notice u ngħid li f'dan il-każ \"Din l-Art Ħelwa\" qaltli li tliet snin huwa terminu qasir jekk irridu nagħmlu management plan li għalih jista' jkollok bżonn fondi finanzjarji minn sorsi oħrajn li jkunu jridu jaraw ftit il-feasibility.", "Allura meta niġu biex niddisutuha nkunu nistgħu nidħlu ftit fiha.", "Jiena naħseb li l-aspetti tas-salvagwardji li għandhom ikunu garantiti meta niġu biex nagħtu post ta' patrimonju kulturali taħt guardianship inkunu nistgħu niddiskutuhom meta niġu għal klawsoli oħra li għandna f'din l- istess liġi.", "Sal-lum għandna l-liġi tat-trasferiment ta' proprjeta` pubblika, liema liġi m'hijiex se titħassar.", "Dik hija liġi li tistabbilixxi li rridu niġu fil-Parlament u taħt dik il-liġi kull gvern se jkun jista' jaqbad kwalunkwe proprjeta` u jagħmel ftehim fuqha ma' terzi, liema ftehim iġibu għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra.", "Dik il-liġi se tibqa' kif inhi.", "Li qed nipprovaw nagħmlu huwa li jkollna salvagwardji ħafna aħjar għal meta jkun hemm xi okkażjoni fejn ikun se jsir xi trasferiment ta' dak it-tip, u iktar minn hekk, se nieħdu l-inizjattiva biex inkunu pro- attivi.", "Fil-fatt qed tiġi proposta bil-manjiera li qed tiġi proposta minħabba l-argument li qanqal l-Onor.", "Bartolo dwar il-firxa ta' patrimonju li għandna.", "Irridu nagħmlu pjan tajjeb biex naraw dan il-patrimonju li għandna f'idejn min se jkun fdat.", "Aħna kellna ftit l-esperjenza ta' x'ġara meta ġejna biex nipprovaw ngħaddu t-Tempji Neolitiċi ta' Ħal Tarxien lil BOVI Heritage Trust.", "Din hija waħda mill-problemi li ltqajt magħha u m'iniex sodisfatt bil-mod ta' kif ittekiljatha.", "U huwa fid-dawl ta' din l- esperjenza li qed nimxi f'din id-direzzjoni.", "Nerġa' ngħidli rridu nkunu pro- attivi, ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni li kważi jekk ma jissikkaniex ħaddieħor ma niċċaqalqux, għax inkella m'aħna se nsibu tarf ta' xejn.", "Sur President, din il-liġi żgur li m'hijiex is-soluzzjoni ta' kollox.", "Jgħaddi ċertu żmien u nibdew naraw li għandna ċerti difetti.", "Imma issa jiena nispera li permezz ta' din il-liġi se jkun hawn mekkaniżmi li jkunu ħafna iktar pro-attivi u allura qed jinħoloq dan it-tip ta' guardianship, u qed nipprovaw nagħmluh ftit iktar flessibbli u minflok noqogħdu ngħaddu mill-proċedura li tgħaddi minnha l-liġi dwar it-trasferiment ta' l- artijiet, nissottomettuh xorta għall-iskrutinju tal-Parlament biex f'każ li jkun hemm xi ħaġa li m'hijiex f'postha l-Parlament ikollu 28 ġurnata żmien li fihom ikun jista' jagħmel l-iskrutinju li hemm bżonn.", "Jiġifieri din il- klawsola tidher li tkopri l-kontinġenzi li għandna bżonn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, dwar it-tieni mistoqsija li għamiltlu nixtieq inżid xi ħaġa oħra.", "Nixtieq inġib eżempju fuq proprjeta` ta' patrimonju kulturali li ma tkunx se tgħaddi lil \"Din l-Art Ħelwa\", imma tkun se tgħaddi għand kumpannija privat.", "Per eżempju, ikun hemm kumpannijia li jkollha interess li tiftaħ restaurant u titfa' għajnejha fuq post li huwa ta' patrimonju kulturali u tagħmel talba lill-ministru responsabbli mill-artijiet għax kif qal il-Ministru l-liġijiet eżistenti m'humiex qed jintmissu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "F'dan il-każ x'saħħa se nagħtu lill-aġenziji jew lis-sovrintendenza li hija responsabbli taħt dan l-att, ġaladarba m'humiex indaħħlin f'liġijiet li jirregolaw kif l- art tiġi trasferita?", "Jistgħu dawn jagħtu l-opinjoni tagħhom jekk tali art għandhiex tingħata lil \"X\" jew lil \"Y\" jew b'liema kondizzjonijiet għandha tingħata?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, aħna qegħdin ngħidu li din il-liġi m'hijiex titkellem fuq it-trasferiment ta' proprjetajiet tal-gvern taħt il- liġi dwar l-artijiet.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq il-kunċett tal- guardianship.", "Fejn si tratta patrimonju kulturali, taħt din il-liġi m'aħniex nikkonsidraw trasferiment ta' proprjeta`.", "F'dan l-istadju m'aħniex nikkonsidraw trasferimenti ta' titoli, imma hawn din il-liġi li qiegħda tipprovdi apposta dan it-tip ta' kunċett.", "Meta niġu għalih hemm argumenti legali u hawn min isostni li t-titolu rridu niddiskutuh ftit iktar għax huwa xi ħaġa pjuttost ġdida għalina.", "Barra minn Malta għandhom il-kunċett tat-trust imma fil-liġi ċivili tagħna għad m'għandniex dan it-tip ta' kunċett li fil-liġi Ingliża huwa definit ħafna.", "Mela int se tibqa' bis- sitwazzjoni fejn għandek patrimonju kulturali li se ngħadduh in guardianship taħt din il-liġi, pero` dejjem tibqa' l-possibilita` taħt il- liġi tat-trasferiment ta' artijiet, li tgħaddi proprjeta` oħra.", "Issa hawnhekk forsi wieħed jistaqsini għaliex ma norbotx lil dik il-liġi li ma tistax tittrasferixxi art jekk ma jiġux salvagwardjati dawn l-affarijiet kollha li hawn fil-liġi li qed niddiskutu.", "L-ewwelnett din il-liġi diġa` tgħid li fejn si tratta patrimonju kulturali, hu x'inhu l-att, jista' jkun trasferiment jew jista' jkun li se nagħmlu restawr, l-obbligi, id-dmirijiet u s-setgħat kollha tas-sovrintendent li qed inpoġġu f'din il-liġi huma applikabbli anke għal dawk l-affarijiet.", "Jiġifieri jekk is-sovrintendent ma jiġix ikkonsultat u mbagħad jinduna li se jsiru affarijiet li se jiksru din il-liġi dan jaqbad u jintervjeni bis- setgħat li tagħtih din il-liġi.", "Jien irrid nassumi li mhux hekk se jiġri, imma rrid nassumi li l-awtoritajiet l-oħrajn se jkunu jistgħu jitħaddtu.", "Jiġifieri jekk ikun hawn xi proposta li għall-ġid ta' l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż ikun hemm bżonn, kif diġa` kien hawn bżonn fil-passat, li ngħaddu proprjetajiet fejn hemm patrimonju kulturali, barra milli jittieħdu in konsiderazzjoni l-aspetti ta' żvilupp, l-aspetti ta' feasabilty finanzjarji u oħrajn, se jkun hawn dan il-mekkaniżmu li se jiġi involut biex jieħu in konsiderazzjoni, b'mod ħafna iktar effettiv milli kien sal- lum, l-aspetti li jolqtu l-patrimonju kulturali.", "Hekk irridu nħarsu lejha s- sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, meta jingħataw ċerti siti storiċi lil xi organizzazzjoni biex jitmexxew minnha ġieli jkun hemm bżonn ukoll li mas- sit storiku tingħata art li tkun maġenbu u se nagħti żewġ eżempji li ġewni f'moħħi waqt li kienet għaddejja d-diskussjoni.", "L-ewwel każ huwa cafe' bar li jeżisti ġos-sur tal-Birgu, fejn hemm l-uffiċċju tal-kunsill lokali ta' l- istess lokal.", "Dan huwa post li qed jieħu ħsiebu l-kunsill lokali, imma jrid juża l-foyer li hemm quddiem il-bieb biex iservi lin-nies li jiġu għall- kafe`.", "Il-każ l-ieħor huwa dwar għar ġo sur – u s-swar huma wkoll parti mill- partimonju kulturali tagħna – li huwa sabiħ ħafna u li ngħata lill-iscout group tal-Fgura.", "Dawn għandhom problema kbira biex jidħlu ġol-post għax l- għalqa li hemm quddiem l-għar hija ta' xi ħadd li qed jikriha u għalkemm rari tinħadem, l-iscout group ma jistax jeħodhielu.", "L-iscout group jixtieq juża dan l-għar biex ikunu jistgħu jidħlu t-tfal biex jgħallmuhom u jedukawhom u bħalissa ma jistgħux jidħlu ġo fih għax huwa mdawwar b'għalqa li hi tal-privat.", "Għandna ħafna patrimonju kulturali li jista' jkun utilizzat min-nies li verament jixtiequ jieħdu ħsiebu, pero` ma jistgħux jagħmlu dan għax isibu ostakli minn dipartimenti oħra li qegħdin jagħlqulhom l-aċċess.", "Naħseb li kieku wieħed jagħmel xi ħaġa f'dan ir- rigward ikun ħafna ta' ġid għal min ikun irid jagħmel użu minn dawn is-siti kif ukoll għall-istess siti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien nifhem id-diffikulta` li jqanqal il-punt li għamlet l-Onor.", "Law, pero` din hija tip ta' diffikulta` li ma naħsibx li tista' tiġi solvuta b'din it-tip ta' liġi għax f'dan il-każ aħna qed nitkellmu dwar patrimonju kulturali li l-aċċess għalih qiegħed ostakolat minn proprjeta` oħra privata.", "Ta' min jgħid li ġieli kien il- gvern innifsu li kellu din it-tip ta' diffikulta`.", "Każ klassiku huwa dak tal-Hypogeum ġewwa Ħal Tarxien li jinsab imdawwar bi proprjetajiet privati, inklużi djar, u biex seta' jsir ir-restawr tiegħu l-gvern kellu jesproprja.", "Issa filwaqt li huwa ġustifikat li l-gvern jesproprja art u proprjeta` privata għal skop ta' dan it-tip, biex ikun jista' jsir ir-restawr ta' wirt dinji bħalma hu l-Ipoġew ħalli jippreżentah aħjar u jagħmlu aktar aċċessibbli, il-gvern ma jistax jagħti xi dritt li xi organizzazzjoni li twarrab min-nofs id-drittijiet ta' proprjeta` privata biex isir aktar aċċessibbli xi spazju li jista' jkollu sbuħija naturali u li jista' jkun ta' interess ambjentali jew ta' interess ieħor biex jitgawda minn terzi.", "Hemmhekk iridu japplikaw ir-regoli li diġa` jeżistu, jiġifieri li d- drittjiet tal-proprjeta` privata jridu jiġu rispettati dejjem.", "Imbagħad hemm ir-rimedji li tipprovdi l-liġi ċivili għax din kultant tagħti anke d- dritt li ikun hemm aċċess għal min għandu proprjeta` imma huma magħluq minn proprjeta` oħra privata.", "Imbagħad jiddependi dejjem minn kull każ għalih innifsu.", "Jiġifieri din m'hijiex materja li nistgħu insolvuha fil-kwadru ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, li kieku kellha timxi 'l quddiem l- inizjattiva mal-BOVI fuq il-kwestjoni ta' Tarxien Temples, fejn il-BOVI min- naħa tiegħu kellu relazzjoni ma' kumpannija ta' konsulenza għall- preżentazzjoni aħjar tat-Tempji ta' Ħal Tarxien u kien se jidħol fi ftehim mal-gvern biex jimmaniġġja dik is-sit, xi ħaġa bħal din taqa' taħt din il- klawsola jew hemm xi klawsoli oħra fejn se nirregolaw relazzjoni ta' dak it- tip?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-każ tal-BOVI Heritage Trust, jekk wieħed jerġa' jaqbdu, se jkun jinkwadra ruħu taħt il-guardianship concept u fil-fatt dawk huma l-kunċetti li kienu diġa` bdew jiġu diskussi.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 6 - Priorita' lill-Patrimonju Kulturali.", "Clause 6 - Priority of Cultural Heritage.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, f'din il-klawsola ma naħsibx li se jkollna bżonn ta' diskussjoni fil-fond.", "Hawn qegħdin ukoll fil-qasam tal- prinċipji u qegħdin ngħidu li:", "\"Il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali għandha tingħata priorita` għolja meta tkun qed tiġi deċiża xi tkun il-politika pubblika f'kull qasam ta' attivita` f'Malta.\".", "Issa fil-fatt qed nissuġġerixxu emenda biex mhux sempliċement ngħidu \"priorita` għolja\" imma rridu ngħidu \"priorita` għolja ħafna\".", "Dan huwa suġġeriment li ħassejt li kelli nilqa' min-naħa ta' \"Din l-Art Helwa\".", "Allura eventwalment jekk ma jkunx hawn tibdil inkun f'pożizzjoni li nipproponi emenda fejn inkunu qegħdin ngħidu li l-protezzjoni tal- patrimonju kulturali u l-aċċessibilita` għalih – dan għamlet aċċenn għalih l-Onor.", "Law - għandhom jingħataw priorita` għolja ħafna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess biex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar Erbgħa, 14 ta' Novermbru, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar is-seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 2002.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tielet Qari; Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, se nagħmel intervent qasir ħafna sabiex nirrispondi xi kummenti li għamel l-Onor.", "Joe Mizzi fl-aħħar aġġornament li ħa.", "Fost affarijiet oħra l-Onor.", "Joe Mizzi reġa' semma korruzzjoni fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Hawnhekk ta' min jgħid li dwar din il-korruzzjoni qatt ma ġie ppruvat xejn.", "Mr Speaker, l-aktar ħaġa li rrid nagħmel enfasi fuqha hija dwar il-każ tiegħi bħala ex-membru ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar li nirrappreżenta n- naħa tal-gvern.", "L-Onor.", "Joe Mizzi qal li jiena ġejt imneħħi u qal ukoll li mhux veru li jien tneħħejt għax diġa` għamilt seba' snin bħala membru, għax skond hu l-membru ta' l-oppożizzjoni u tal-gvern m'humiex marbutin biż- żmien.", "Mr Speaker, dan m'hu veru xejn; il-liġijiet qegħdin hemm għal kulħadd u wieħed għandu jarahom u jifhimhom sew.", "F'artiklu 3 tal-liġi dwar il-planning authority jingħad hekk:", "\"The two other members of the authority shall be members of the House of Representatives of which one shall be appointed by the Prime Minister and the other by the Leader of the Opposition.\".", "Imbagħad f'subklawsola 8 hemm li:", "\"No person shall in the aggregate, be a member of the authority for more than seven consecutive years.\".", "Xi ħaġa aktar ċara minn din ma naħsibx li jista' jkun hawn.", "Jien ma kellix interruzzjonijiet f'dawn is-seba' snin li ili fil-planning authority; bdejt u komplejt.", "Meta kien wasal biex jagħlaq dan iż-żmien lill-Prim Ministru għedtlu li fadal ftit ġimgħat oħra pero` la kien se jinħatar bord ġdid aħjar jaħtar il-persuna li għandu jaħtar fil-bord il-ġdid mhux joqgħod jappuntaha wara li jispiċċali ż-żmien.", "Jiġifieri kont jien stess li offrejtlu lill-Prim Ministru għaliex hu ried li jiena nibqa' hemmhekk għal dawn il-ftit ġimgħat li fadal.", "Mr Speaker, jien ħassejt li kelli nispjega l-fatti kif inhuma, issa jekk hawn min ma jridx jifhem il-liġi jew inkella jrid jinterpretaha kif jogħġob lilu, allura dik hija ħaġa oħra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, il-bieraħ f'gazzetta lokali kien hemm ittra ta' xi ħadd minn Ħal Tarxien bl-titlu \"Government opposing regular breast screening\".", "Jien ħassejt li hemm bżonn li tiġi ċċarata din is- sitwazzjoni għaliex segħtet tingħata l-impressjoni li dan il-gvern mhux qed jagħti importanza għat-tip ta' kanċer li jistgħu jbatu minnu n-nisa li huwa wkoll mifrux mhux ħażin.", "Irrid ngħid li s-sitwazzjoni hija ferm differenti mill-impressjoni li jista' wieħed jieħu minn din it-tip ta' ittra.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar dak li verament qed jiġri fil-qasam tas-saħħa dwar il-kanċer tas-sider.", "Mr Speaker, ftit iktar minn sena ilu l-ministru tas-saħħa l-Onor.", "Louis Deguara kien waqqaf a national advisory committee on breast screening u dan il-kumitat ħejja rapport biex il-ministru jagħraf jaġixxi f'dan il-qasam, biex naraw x'hemm bżonn isir u x'għandha tkun il-way forward.", "Dan il-kumitat kien magħmul minn speċjalisti kliniċi, jiġifieri kien hemm kirurġi, onkoloġisti, pataloġisti u dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma nvoluti fil-kura tal-kanċer tas- sider.", "Kien hemm ukoll involuti d-dipartiment tal-policy and planning, aħna l-politiċi għax kien hemm jien u l-Onor.", "Helena Dalli, u kien hemm ukoll l-NGOs, fosthom il-hospice movement, liema moviment huwa magħruf għall-kura li jagħti fil-qasam tal-mard tal-kanċer kif ukoll il-breast care support group li naturalment għandhom interess ħafna iktar dirett f'dan il-qasam.", "Dan in-national advisory committee imbagħad ħareġ b'rapport li parti minnu kien studju dwar il-marda u dwar x'tip ta' affarijiet iridu jsiru u anke kien hemm sezzjoni oħra li kienet iffokata fuq ir-rakkmandazzjonijiet li dan in-national advisory committee għamel lill-ministeru tas-saħħa biex niffaċċjaw din is-sitwazzjoni.", "U xtaqt hawnhekk insemmi ftit minn dawn ir- rakkmdazzjonijiet.", "Per eżempju, kien hemm ir-rakkmandazzjoni dwar breast care unit.", "Ġie suġġerit li kellu jkun hemm clinical assessment minn team multi-dixxiplinarju, jiġifieri li jiġi minn diversi professjonijiet, taħriġ ta' clinical special breast care nurses u taħriġ ta' radiographers fuq l- apparat tal-mammografija, appart li huwa meħtieġ biex tmexxi a breast care unit.", "F'dan ir-rapport kien suġġerit ukoll min għandu jkun targeted biex isirulu l-mammograms u jissuġġerixxi wkoll xogħol li għandu jsir mill- health promotion department .", "U proprju l-aħħar rakkmandazzjoni ta' dan id- dokument kienet li wara li jkun issodat is-servizz u li dan is-servizz ikun żgurat li hu ta' kwalita`, allura fl-2005 għandha tittieħed deċiżjoni jekk għandux jiġi ntrodott national breast screening programme.", "Mr Speaker, li tagħmel breast screening huwa mod u li tagħmel in-national breast screening programm huwa xi ħaġa kompletament differenti, pero` dan juri li l-gvern żgur mhux qed ikun inattiv meta qed jipprovdi s-servizz lin-nisa Maltin.", "Irrid insemmi wkoll x'sar matul din l-aħħar sena biex jibdew jiġu attwati dawn ir-rakkmandazzjonijiet biex is-servizz li jingħata mill-isptar fil- kura tas-sider jiġi msaħħaħ u biex eventwalment fl-2005 tkun tista' tittieħed deċiżjoni nformata u anke b'esperjenza dwar jekk jiġix introdott national breast screening programme.", "Mr Speaker, nibda billi nsemmi l-breast care unit.", "Huwa minnu li ma twaħħlet ebda rħama ma' x'imkien fejn ngħidu li nfetaħ il-breast care unit.", "Huwa veru li hemm limitazzjonijiet ta' spazju f'St. Luke's fejn tista' twaqqaf unit li tista' tgħid li huwa breast care unit, pero` fil-limitazzjonijiet kollha li għandu l-isptar ġiet identifikata kamra fl-outpatients li se jkollha l- funzjoni għall-counselling.", "Il-kmamar tal-konsulenti fejn jeżaminaw il-pazjenti qegħdin hemm; hemm is- surgical out-patient, pero` nħass il-bżonn li jkun hemm kamra li tkun dedikata għall-counselling għaliex dawn in-nisa u l-familjari tagħhom ikollhom bżonn ta' l-għajnuna hekk kif il-persuna tingħata l- informazzjoni dwar il-kundizzjoni tagħha.", "Ġew ukoll identifikati żewġ nurses f'din il-clinic li xogħolhom huwa proprju li jiddijljaw ma' dawn il-pazjenti u l-familjari tagħhom biex jagħtuhom team counselling, biex jagħtuhom l-għajnuna meħtieġa, u biex anke tinġabar id-data neċessarja biex inkunu nistgħu nkabbru dan is-servizz.", "Issa meta niġu għall-isptar il-ġdid din se tkun xi ħaġa kompletament differenti għaliex se jkun hemm a designated area bħala breast care unit, fejn għandek il-kmamar għall-konsulenti, il-counselling rooms u l-waiting rooms li huma apposta għal dik il-clinic.", "Fl-isptar il-ġdid ukoll ġew allokati numru ta' sodod u parti minn wieħed mis-surgical wards se jkun proprju ddedikat għall-kura tas-sider.", "Forsi veru li jkun hawn min jgħid li allura se jkollna nistennew sakemm ikollna l-isptar il-ġdid, imma ta' min jgħid li fil-limitazzjonijiet li għandna llum, din il-counselling room qed tiġi pprovduta ġo surgical outpatient.", "Aktar milli l-bini, żgur li naqblu li huwa s-servizz li jingħata li jagħmel il-breast care unit.", "Hawn ukoll f'din l-aħħar sena rajna bidla kbira.", "Illum il-ġurnata qegħdin f'sitwazzjoni fejn min jippreżenta ruħu b'lump imur il-customer care u jingħata appuntament immedjat.", "Nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ħamis ikun hemm proprju a breast care outpatient clinic; nhar ta' Tnejn tkun iffokata fuq new cases u nhar ta' Ħamis għall-follow up cases iżda jinżammu wkoll postijiet riżervati biex f'każ li persuna tippreżenta ruħha b'lump matul il-ġimgħa din tkun tista' tiġi riferuta għall-Ħamis.", "Meta persuna tippreżenta ruħħa għaliex ikollha ittra mingħand it-tabib tagħha li tgħid li għandha lump tmur il-customer care u jekk tkun trid ikun jista' jaraha konsulent dakinhar stess u jekk ma tkunx trid allura tmur l-ispecial breast care unit it-Tnejn ta' wara.", "Dan ifisser li within a few days persuna tkun tista' tiġi eżaminata minn speċjalista.", "Mr Speaker, fl-1996, qabel l-elezzjoni kienet inxtrat makna ġdida u jekk wieħed jara l-ammonti ta' mammograms li saru f'dawn l-aħħar snin mill- ewwel jinduna li dawn qed jiżdiedu.", "Fil-fatt filwaqt li fl-1995 saru 916- il mammogram, fi-sena ta' wara, jiġifieri meta nxtrat il-makna, dan l- ammont tela' għal 1,265.", "Imbagħad fl-1997 in-numru tela' għal 1,512, fl- 1998 tela' ftit ieħor għal 1,694, fl-1999 żamm l-istess livell għax kien hemm 1,655, fis-sena 2000 tela' għal 1,662 u din is-sena sploda 'l fuq għal 2,240 u dan sa l-1 ta' Novembru.", "Mr Speaker, wieħed irid jistaqsi wkoll x'inhi l-waiting time jekk mara tippreżenta ruħha b'lump.", "Issa nafu li xi ħaġa bħal din dejjem toħloq ansjeta` kbira mhux biss fil-persuna li jkollha l-lump imma anke fil- familjari tagħha.", "Sa ftit taż-żmien ilu dan il-waiting time kien ta' madwar tlieta jew erba' xhur, filwaqt li llum il-waiting time għan-non urgent cases huwa ta' 12-il ġurnata.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li jekk jiena nippreżenta ruħi b'lump u l-konsulent li jarani jaħseb li huwa każ urġenti, allura jarawni fi żmien 24 siegħa.", "Dan juri li s-servizz qiegħed jingħata b'effiċjenza kbira.", "Avvanz ieħor li jirrifletti waħda mir-rakkmandazzjonijiet li saru min- national advisory committee on breast screening kien li għandhom isiru clinical assessments f'dawn il-każi u li dawn kellhom isiru minn team multidixxiplinarju li jinkludi kirurgu, radjoloġista, patoloġista, onkoloġista kif ukoll nurse speċjalizzata.", "Wieħed jista' jgħid li llum dawn il-clinical assessments bdew isiru, nixtiequ narawhom jiżviluppaw iktar u nixtiequ li fihom jidħlu anke professjonijiet oħra b'mod partikolari dawk in-nies involuti fil-parti tal-counselling.", "Mr Speaker, biex breast care unit jiffunzjona tajjeb jenħtieġ personnel imħarreġ.", "Fejn jidħlu l-kirurgi, radjoloġisti, onkoloġisti u psycologists nistgħu ngħidu li qegħdin in place, pero` imbagħad hemm l-ispecialist breast care nurses u r-radiographers, u se nibda b'dawn ta' l-aħħar.", "Jien naħseb li m'hemmx radiographers li huma specialists fil-mammografija u minħabba f'hekk, fit-13 ta' Lulju ta' din is-sena, ħarġet applikazzjoni għal kors fil-mammografija.", "Fil-fatt diġa` għandna persuna li bdiet il- kors u persuna oħra li se tibdih is-sena d-dieħla.", "Ir-rapport jirrikkmanda li jkun hemm żewġ radiographers u issa mhux biss se jkollna żewġ radiographers b'degree ġenerali fir-radiography imma se jkollna żewġ radiographers li huma speċjalizzati fis-sub-speciality tal-mammografija.", "Imbagħad niġu għall-ispecialist breast care nurses.", "Nistgħu ngħidu li għandna numru ta' nurses li ħadu korsijiet ħfief f'dan il-qasam u għalkemm dan huwa tajjeb ħafna u nirringrazzja lill-breast care support group li għamlu dawn it-tip ta' courses fost in-nurses u jagħmlu awareness campaign - ftit ilu kellna l-ġimgħa ddedikata proprju għal hekk - irridu nagħrfu l-bżonn li hemm korsijiet apposta għall-ispecialist breast care nurses u jridu jiġu mħarrġa barra minn Malta u ladarba jiġu lura jkunu meqjusa bħala specialist nurses.", "Huwa tajjeb li nibdew nirrealizzaw li specialist nurses insibuhom f'ħafna oqsma oħra.", "Kif kien mistenni, dan il-pass ħoloq ċertu diżgwid għaliex inqalgħet il-mistoqsija ta' jekk meta dawn jiġu lura bħala specialist nurses humiex se jibqgħu bil-grad li kienu fih jew humiex se jogħlew fil- grad.", "Inqalgħet ukoll il-mistoqsija ta' jekk ladarba ma jibqgħux jagħmlu xogħol fil-breast care unit humiex se jibqgħu jġorru l-grad li kellhom qabel.", "Saru ħafna diskussjonijiet dwar dawn bejn id-diviżjoni tas-saħħa, l- MUMN u l-management and personnel office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ntlaħaq il-ftehim bejniethom li jinħarġu applikazzjonijiet biex registered nurses ikunu jistgħu jagħmlu kors speċjalizzat barra minn Malta fuq il- breast care.", "Fil-fatt dawn l-applikazzjonijiet għandhom joħorġu fil-jiem li ġejjin.", "Mr Speaker, apparti r-riżors uman għandna bżonn ukoll l-apparat, iżda f'dan il-qasam nistgħu ngħidu li aħna covered.", "Għad baqa' biss li jkollna sistema tal-computer u database li tkun speċjalizzata għal dan il-qasam biex mill- informazzjoni li tidħol fiha jkollna stampa ċara ta' x'qiegħed isir.", "Hawnhekk ta' min jgħid li din id-database bdiet tinbena u wieħed jawgura li jkollna sistema effiċjenti u effikaċi.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li l-kanċer tas-sider huwa l-iktar forma ta' kanċer komuni fin-nisa Maltin iżda nisa li jiżviluppaw dan it-tip ta' kanċer għandhom ċans tajjeb li jiġu mfejqa kemm-il darba jaqdu l-marda kmieni qabel ma tinfirex f'partijiet oħra tal-ġisem.", "Għarfien bikri jżid ukoll il-probbabbiltajiet li l-kanċer jiġi kkurrat b'suċċess mingħajr ma jkun hemm bżonn ta' operazzjonijiet u l-aħjar mod li bih in-nisa jistgħu jkunu ċerti li jiskopru l-kanċer tas-sider fil-bidu huwa billi jitgħallmu jagħmlu l-eżami ta' sidirhom huma stess.", "Dan il-parir ħadtu minn booklet li ħareġ id-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa li kien imniedi proprju f'Marzu ta' din is-sena.", "Dan ukoll isegwi waħda mir-rakkmandazzjonijiet li n-national advisory committee on breast screening ta lill-ministru.", "Ir- rakkmandazzjoni kienet li d-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa għandu rwol importanti ħafna fejn jidħlu l-prevenzjoni u l-għarfien ta' ċertu mard.", "Mr Speaker, minbarra dan il-booklet, nies professjonisti li jaħdmu fid- dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa ta' sikwit imorru jagħtu taħdidiet fil-komunita`.", "Dawn ħafna drabi jiġu mistiedna mill-iskejjel, mill-kunsilli lokali u anke mill-parroċċi biex jindirizzaw tfal u nisa ta' kull eta` ħalli b'hekk isiru dejjem aktar konxji ta' kemm huwa bżonnjuż li jħarsu saħħithom.", "Ta' sikwit ukoll nisimgħu programmi fuq ir-radio li jindirizzaw is-saħħa tal-mara u anke programmi li bħala focus ikollhom il-mara Maltija, iżda nixtieq li naraw ħafna iktar fuq it-television, speċjalment dwar kif isir l-eżami tas-sider, għaliex forsi dan huwa l-iktar medium li jilħaq nies.", "Bħalissa id-dipartiment qed jipprepara wkoll għal kampanja preventiva kbira dwar il-kanċer u li hija in line mal-kampanja li qed issir fl-Unjoni Ewropea msejħa Europe against cancer campaign.", "Din il-kampanja qed tkun immirata li ssir fi Frar tas-sena d-dieħla u se tiffoka fuq għaxar punti ta' prevenzjoni, li wieħed minnhom huwa propju l-kura tas-sider.", "Mr Speaker, nerġa' mmur lura għall-booklet li semmejt u ngħid li dan huwa booklet attraenti ħafna, fih ħafna informazzjoni u jinkiseb b'xejn mill- kunsilli lokali - jiġifieri dak li jkun m'għandux għalfejn jidħol il-Belt biex tiksbu - miċ-Ċentru Tagħrif dwar saħħtek li hemm fi Triq il-Merkanti, il-Belt u mid-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa.", "Dan il-booklet, li huwa bil-Malti u bl-Ingliż, fost l-oħrajn jindirizza mistoqsijiet li ħafna drabi tagħmel il-mara meta tara xi tibdil f'sidirha u anke jindirizza l- beżgħat li mara jista' jkollha jekk tara xi differenzi.", "Miegħu hemm ukoll pull-out dwar kif il-mara tista' teżamina lilha nnifisha, bl-istampi li jindikawlek x'għandek tagħmel biex iżżomm ruħek aġġornata, tagħraf lilek innifsek u tinduna jekk ikun hemm xi bidliet.", "Kif għedt qabel, l-iktar importanti huwa li l-marda tinqabad kmieni kemm jista' jkun u l-fatt li m'għandniex a national breast screening programme ma jfissirx li dan ma jistax isir għaliex hemm diversi modi kif dan jista' jsir.", "Apparti mid-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa hemm ukoll il- breast suppost group u f'dan il-booklet hemm ukoll in-numri tat-telephone fejn wieħed jista' jfittex l-għajnuna li jkollu bżonn.", "Xtaqt issa ngħaddi biex nitkellem dwar suġġett differenti li pero` huwa wkoll marbut mas- saħħa.", "Mr Speaker, ġie mniedi booklet ieħor mill-mental health association, liema assoċjazzjoni m'hijiex tal-gvern u li fiha hemm membri li huma professjonisti u jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali u hemm ukoll familjari ta' persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Proprju x-xahar li għadda din l-assoċjazzjoni nidiet booklet ta' informazzjoni dwar problemi ta' saħħa mentali u dan huwa maħsub bħala ġabra ta' tagħrif għall-qraba tal- persuni li għandhom problemi ta' dan it-tip.", "Dan il-ktieb m'humiex intenzjonat biex dak li jkun ikun jaf il-parti klinika tal-marda mentali, u fil-fatt l-introduzzjoni tiegħu tgħid hekk:", "\"Dan il-ktejjeb huwa intenzjonat bħala tagħrif u mhux bħala ktieb diagnostiku, fejn wieħed janalizza lilu nnifsu jew lil qrabatu.", "Jekk ikollkom xi problema fuq is-saħħa mentali, dejjem irriferu għal nies professjonali\".", "F'dan il-ktieb wieħed isib, per eżempju, introduzzjoni fuq mard mentali bħall-attakk nervuż, x'jikkawża l-mard mentali, kemm huwa komuni l-mard mentali, x'inhija l-psikożi, x'inhuwa n-nevrożi u x'inhuma t-tipi ta' mard mentali li jeżistu.", "Jagħti anke dettalji dwar l-iskizofrenija, id- dipressjoni, l-ansjeta`, id-dimensja u l-eating u l-personality disorders.", "Jagħti wkoll informazzjoni dwar x'effett ikollu l-mard mentali mhux biss fuq il-persuna nnifisha, imma anke fuq il-familja u l-ħbieb tagħha.", "L-attitudni ġenerali dwar il-mard mentali li żgur li hija waħda ta' biża' u nuqqas ta' simpatija.", "M'hemmx dubju wkoll li dan it-tip ta' mard għadu jġorr miegħu stigma kbira.", "M'ilux kont qiegħda f'konferenza fejn l- epilepsija ġiet deskritta bħala 4,000 sena ta' injoranza, nuqqas ta' tagħrif, preġudizzju u stigma, u 100 sena ta' tagħrif.", "Dan ma jgħoddx biss għall-epilepsija imma jgħodd anke għall-mard mentali.", "Mr Speaker, dan il-booklet jitkellem ukoll dwar l-anzjani li jistgħu jbatu minn mard mentali minħabba l-eta`, kif wieħed jista' jieħu ħsieb persuni bi problemi ta' saħħa mentali, x'benefiċċji u servizzi jeżistu fil- qasam tas-saħħa mentali - xi kultant min ikun qed ibati jirrealizza li kieku dar il-kantuniera seta' jsib xi ftit ta' għajnuna – u jagħmel ukoll elenku ta' l-aġenziji li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Aħna dejjem inqisu li l- mard mentali equals l-isptar Monte Carmeli, pero` llum għandna numru ta' għaqdiet u NGOs li qegħdin jgħinu f'dan il-qasam, l-ewwelnett biex ikissru l-istigma, u t-tieni nett biex ikunu ta' għajnuna mhux biss għall-persuna li għandha problemi ta' dan it-tip imma anke għall-familjari tagħha.", "Nista' nsemmi, per eżempju, l-friends of Attard, il-ladies of Attard, it- Thursday Club, il-mental health commission, il-mental health association u r-Richmond foundation.", "Dawn huma kollha support services li n-nies li għandhom problemi ta' saħħa mentali u l-familjari tagħhom jistgħu jirrikorru għandhom għall-għajnuna.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li f'dawn l-aħħar ġranet il-mental health association akkwistat post minn fejn se tibda tagħti servizz ta' drop in centre għall-persuni bi problema ta' saħħa mentali u għall-familjari tagħhom.", "Jiena nawguralhom li dan il-post jarmawh kemm jista' jkun malajr biex jibda jagħti l-frott meħtieġ f'dan il-qasam.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa 14 ta' Novembru, 2001 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL", "29534.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentati nru.", "29279?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "UFFIĊĊJU NAZZJONALI TA' L-ISTATISTIKA", "29541.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-komponenti differenti li jiffurmaw in-nefqa edukattiva fl-istatistika li tinġabar u tixxandar mill- Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika?", "Jista' juri kif iċċaqalqu l- prezzijiet f'dawn il-komponenti differenti fis-snin 1996, 1997, 1998, 1999, 2000 u s'issa fis-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "29542.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jittieħdu passi biex l-indiċi tal-prezzijiet ikun organizzat mill-Uffiċċju b'mod nazzjonali ta' l-istatistika li ċ- ċaqlieq tiegħu jiġi reġistrat waħdu u mhux ikun amalgament mar-rikreazzjoni u d-divertiment?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi kkunsidrat issa li qegħdin isiru l-preparamenti għall-introduzzjoni ta' bażi ġdida għall-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut.", "UFFIĊĊJU NAZZJONALI TA' L-ISTATISIKA", "29544.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Ir-rapport interessanti li ħareġ dan l-aħħar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fuq liema statistika kien ibbażat fejn jidħol Għawdex?", "Kemm kien hemm azjendi u stabbilimenti Għawdxin li ħadu sehem f'dan l-istudju u x'konklużjoni jekk jistgħu jinġibdu dwar Għawdex f'dan il-qasam?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li r-rapport dwar l-edukazzjoni u t- taħriġ vokazzjonali inbena fuq ċensiment ta' l-azjendi kollha li jħaddmu għaxar persuni jew aktar.", "Rapport separat dwar Għawdex għandu jinħadem aktar il-quddiem.", "PRODUCERS ORGANISATION", "29575.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'referenza għat-tweġiba tal-Ministru fil-mistoqsija parlamentari 29200, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun jinvolvi l-bdiewa is-sistema tal- producers organisation?", "Jista' allura jikkunsidra mill-ġdid it-tweġiba tiegħu u dan fid-dawl li l- UE stess, filwaqt li tinkuragixxi l-producers organisation timponi wkoll kwoti, tariffi, dazji u taħt is-sistema tat-TARIC", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li s-sistema tal- Producers' Organisation (POs) hi mekkanizmu fl-interess ta' produtturi zgħar biex fl-interess tal-mestjier tagħhom, jibbenefikaw minn stabbilta' fil-prezzijiet, kwalita aħjar, u sostenibbilta fis-swieq tal-prodott tagħhom.", "Barra minnhekk, permezz tal-Producers Organisation il-produttur individwali jsaħħah u jtejjeb il-vuċi tiegħu.", "M' hemm l-ebda rabta bejn il-POs u dak li l-Onor.", "Interpellant jiddeskrivi bhala kwoti, tariffi, dazji, eċċ.", "KAROZZI TAL-LINJA - TESTIJIET", "29654.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid peress li numru ta' karozzi tal- linja għandhom 'il fuq minn tletin sena, jista' jgħid jekk isirux testijiet għall-għarrieda biex jkun żgurat li jkunu mekkanikament fi stat tajjeb?", "Jekk fil-fatt isiru dawn it-tipi ta' testijiet, kemm saru din is-sena?", "Minn min isiru testijiet fuq il-karozzi tal-linja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-karozzi tal-linja huma, bħal kull vettura oħra, suġġetti għal Vehicle Roadworthiness Test.", "Fil-fatt, il- liċenzja tagħhom tiġi mġedda biss jekk jiġi provdut iċ-ċertifikat ta` dan it-test.", "PROGRAM COMENIUS", "29655.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel li talbu biex jieħdu sehem fil-programm Comenius ?", "Jista' jgħid fhiex jikkonsisti dan il- programm għal din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "KULLEĠĠ DE LA SALLE", "29656.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tal-kulleġġ De La Salle għamlux xi kuntratt mad-Divizzjoni tal-Edukazzjoni jew miegħek personalment dwar it- tfixkul tad-dħul u ħruġ tal-istudenti minħabba li nhar ta' Tlieta jarma s- suq quddiem il-bieb prinċipali tal-istess kulleġġ?", "Kif qed jipprova jgħin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 29222.", "Qed nipprovaw ngħinu billi flimkien ma' l- awtoritajiet kompetenti nipprovaw insibu soluzzjoni prattika u adegwata.", "MATSEC - EŻAMIJIET", "29658.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux arranġamenti għal studenti li jagħmlu l-eżamijiet tal-Matsec uli jkollhom bżonnijiet partikolari minħabba l- kundizjoni medika tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Matsec Board jagħti kull konsiderazzjoni u jagħmel kull arranġament meħtieġ, sakemm huwa possibli, għall-kandidati li jkollhom bżonnijiet partikulari minħabba l-kundizzjoni medika tagħhom.", "SCHOOL MEDICAL SERVICE", "29664.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'isir mid-data li tinġabar mill-ischool medical service?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li d-data fuq il-ħidma ta` l-iSchool Health Service tinġabar f'rapport manwali kull xahar u dan jingħaqad f'wieħed fl-aħħar tas-sena.", "Dan it-tagħrif jinżamm fl-uffiċċju ta` dan id- dipartiment bl-għan li jiġi awditjat ix-xogħol tas-servizz u jiġu ppjanati kampanji tat-tilqim fl-iskejjel.", "Huwa ppjanat li dan is-servizz tas- sorveljanza fl-iskejjel ikun kompjuterizzat fil-ġejjieni qarib u b'dan il- mod it-tagħrif ikun aktar aċċessibli.", "QORTI INFERJURI TAL-MAĠISTRATI", "29669.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu mqassam ix-xogħol quddiem il-Qorti Inferjuri tal-Maġistrati, maġistrat b'maġistrat", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTRIZZJI", "29670.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem it- Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l- informazzjoni qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI", "29671.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie ordnar iħallas il-gvern jew l- aġenziji tiegħu f'kumpens f'kawżi li nqatgħu kontra tiegħu mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn meta beda jiffunzjona t-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, il-President ordna lill-Gvern jew l- aġenziji tiegħu li jħallsu f'kumpens is-somma ta' Lm 283,823.00", "KAWŻI KOSTITUZZJONALI", "29672.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid matul l-2001 kemm ġew preżentati kawżi ta' natura kostituzzjonali, kemm minnhom inqatgħu u kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar sad-9 ta' Novembru 2001 ġew preżentati 34 Kawża ta' natura kostituzzjonali, li minnhom inqatgħu 5 u hemm pendenti 29.", "UFFIĊĊJU TA' L-AVUKAT ĠENERALI", "29673.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati jaħdmu fl-uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali u jekk hu possibbli jispeċifika l-inkarigu ta' kull wieħed minnhom?", "Jista' jgħid jekk għandux ħsieb jingaġġa iktar avukati fi ħdan dan l-uffiċċju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali hemm 15-il avukat apparti l-Avukat Ġenerali nnifsu.", "Wieħed mill-avukati għandu l-kariga ta' Deputat Avukat Ġenerali, 2 huma Assistenti Avukati Ġenerali, 3 Avukati tar- Repubblika Anzjani, 4 Avukati, 3 Uffiċċjali Legali, 1 Uffiċċjal Legali Junior.", "Taħt l-istess uffiċċju hemm ukoll Avukat ta' l-Għajnuna Legali u Assistent Avukat ta' l-Għajnuna Legali.", "Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hi fl-affermattiv u dan maħsub isir wara li tiġi approvata r-riforma tal-Uffiċċju li hi diġa quddiem din il-Kamra.", "OMBUDSMAN", "29674.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew intavolati ilmenti quddiem l-ombudsman fl-2000 u kemm minnhom ġew deċiżi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li bħala Uffiċjal tal-Parlament l-Ombudsman huwa indipendenti mill-Gvern eżekuttiv u għalhekk ma jaqax taħt ir-reponsabbilita' diretta tiegħi.", "Skond il-proċedura stabbilita, informazzjoni dwar l-Uffiċċju ta' l- Ombudsman tista' tinkiseb jew direttament mingħand l-Ombudsman jew permezz ta' l-iSpeaker.", "F'dan il-każ kopja tal-mistoqsija għaddejta lill-Ombudsman."]} {"filename": "20020313_714d_par.doc", "date": "2002-03-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 714 L-Erbgħa, 13 ta' Marzu, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 714", "L-Erbgħa, 13 ta' Marzu, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "714", "L-Erbgħa, 13 ta' Marzu, 2002", "WERREJ", "MINUTI 559", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 559", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI (IT-TIENI QARI)", "PRODUCERS' ORGANISATIONS BILL (SECOND READING) 565", "AĠĠORNAMENT 589", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 593", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 713 li saret fit-12 ta' Marzu, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "AGRIKOLTURA U SAJD - PJANTI - SPEJJEŻ", "31034.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill-ministeru u/jew dipartimenti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-servizz taż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l-ispiża għat-tindif?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata dwar l-infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena, filwaqt li informazzjoni għar-rigward ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet tingħata fir-rapporti annwali partikolari tagħhom.", "MR SPEKAER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk fi ħdan il-ministeru għall-agrikoltura u sajd għadhiex tiġi ppratikata l- policy li jitkabbru xtieli u pjanti sabiex isebbħu l-ambjent intern kemm tal-mużewijiet kif ukoll tas-siti storiċi, inkluż ministeri u palazzi tal- gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, safejn naf jien id-dipartiment tal- biedja għadu jieħu ħsieb dan ix-xogħol, fis-sens li għadu jkabbar xtieli ornamentali biex jiġu użati fil-postijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Infatti jekk wieħed jasal wasla sa l-experimental farm fl- Għammieri jara li hemmhekk hemm serer li jintużaw apposta għal dan it-tip ta' xogħol.", "FINANZI - PJANTI - SPEJJEŻ", "31035.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill- ministeru u/jew dipartimenti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-servizz taż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l-ispiża għat-tindif?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi): Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata dwar l-infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena, filwaqt li informazzjoni għar-rigward ta' l-entitajiet tingħata fir-rapporti annwali partikolari tagħhom.", "TURIŻMU - PJANTI - SPEJJEŻ", "31037.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill- ministeru u/jew dipartimenti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-servizz taż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l-ispiża għat-tindif?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sakemm ma ningħatax raguni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata dwar l-infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena, filwaqt li informazzjoni għar-rigward ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet tingħata fir-rapport annwali partikolari tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl tal-fatt li l-ministeru għall-agrikoltura u sajd għandu sezzjoni li permezz tagħha jipprovdi pjanti u xtieli biex ikun imżejjen l-ambjent intern fil-mużewijiet u siti storiċi, jista' l- Ministru jgħid jekk għamilx xi rakkmandazzjoni dwar kif għandu jitjieb dan il-kordinament jew management fejn jidħol it-tisbiħ ta' l-ambjent permezz tal-pjanti?", "Jikkonferma jew jiċħad li jirriżulta nuqqas ta' din l-attivita' fil-mużewijiet kollha li nsibu kemm fil-Belt Valletta kif ukoll fl-Imdina?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l- mużewijiet u s-siti storiċi ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tiegħi.", "Anke kieku kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, ma naħsibx li għandu jkun ministru jew persuna politika li tiddeċiedi l-policy iktar milli t-tmexxija day-to-day tal-ministeru.", "Rakkomandazzjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru minn segretarju permanenti jew minn xi direttur u ma naħsibx li għandu jagħmilhom ministru.", "Għallinqas safejn naf jien il-prattika hekk tgħid.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA - PJANTI - SPEJJEŻ", "31038.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill-ministeru u/jew dipartimenti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-servizz taż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l-ispiża għat-tindif?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata dwar l-infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena, filwaqt li informazzjoni għar-rigward ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet tingħata fir-rapporti annwali partikolari tagħhom.", "INTERN U AMBJENT - PJANTI - SPEJJEŻ", "31039.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill-ministeru u/jew dipartimenti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-servizz taż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l-ispiża għat-tindif?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata dwar l-infiq attwali għal dak li għandu x`jaqsam ma` dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena, fiwaqt li informazzjoni għar-rigward ta` korporazzjonijiet u awtoritajiet tingħata fir-rapporti annwali partikolari tagħhom.", "EDUKAZZJONI - PJANTI - SPEJJEŻ", "31041.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill-ministeru u/jew dipartimenti u kumpanniji li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu għas-servizz taż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l-ispiża għat-tindif?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara ebda skop li tinġabar l- informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata dwar l-infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena, filwaqt li informazzjoni għar-rigward ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet tingħata fir-rapporti annwali partikolari tagħhom.", "PSC – KAŻI TA' DIXXIPLINA", "32059.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu mpjegati taċ- ċivil quddiem il-PSC is-sena l-oħra?", "Għaliex u minn liema dipartiment kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Kif diġa` weġibt diversi drabi oħra, permezz tar-regolamenti ta' dixxiplina ta' l-1999 każi ta' dixxiplina ġew delegati lill-kapijiet tad-dipartiment.", "Għaldaqstant dawk il-każi li jiġu riferuti lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku m'għadhomx jgħaddu aktar mill-uffiċċju tiegħi.", "Dwar id-dipartimenti li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat li matul is-sena l-oħra ma kien hemm l-ebda każ ta' dixxiplina li ġie riferut lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku taħt ir-regolamenti ta' dixxpilina ta' l-1999.", "Fir-rigward tal-ministeri l-oħra, nistieden lill- Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri rispettivi.", "Dwar il-każi ta' dixxiplina li kienu nbdew taħt ir-regolamenti ta' dixxiplina ta' l-1977, kif jidher mill-iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kien hemm 29 każ li tressqu quddiem il-kummissjoni dwar is- servizz pubbliku tul is-sena 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar is- sitwazzjoni li tirriżulta lill-Gvern Malti fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-deroga li qed jitlob dwar iż-żona tas-sajd?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: In-negozjati dwar is-sajd għadhom mexjin u m'iniex f'pożizzjoni li ngħid x'se tkun il-pożizzjoni finali.", "Li nista' ngħid hu li sal-bieraħ stess kien hemm għaddejjin diskussjonijiet fi Brussels.", "VAT – KSUR TAL-LIĠI", "32060.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Oor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l- qorti s-sena l-oħra b'konnessjoni ma' ksur tal-liġi tal-VAT?", "X'għamlu ħażin dawk li ttellgħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 2001 itellgħu l-qorti 8,036 persuna.", "Dawn ittellgħu l-qorti fuq nuqqas ta' ħruġ ta' rċevuti fiskali jew għax naqsu li jibagħtu d-denunzja fiż-żmien stipulat.", "Bejniethom dawn ġew immultati s-somma ta' Lm53,943 u Lm106,423 rispettivament.", "QRATI - VJOLENZA DOMESTIKA", "32061.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni akkużati fuq vjolenza domestika s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab infurmat li matul is-sena 2001 saru 186 rapport lill-pulizija dwar każi li b`xi mod jinkwadraw ruħhom taħt it-titolu ta` vjolenza domestika.", "Infurmat ukoll li fl-istess sena dwar dawn il-każi tressqu l-qorti 178 persuna.", "SCHOOLGIRL MOTHERS' UNIT", "32062.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li attendew l-ischoolgirl mothers' unit is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li s-sena l-oħra attendew 155 fl-ischoolgirl mothers' unit - 70 attendew il- programm, 50 attendew għall-ongoing counselling u 35 teenage mothers attendew regolarment mat-tarbija jew toddler tagħhom.", "Barra minn hekk, il-partners ta' dawn it-tfajliet u l-ġenituri tagħhom attendew għall-counselling sessions.", "SINGLE MOTHERS - RELIEF", "32063.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief illum?", "Kemm kien dan in-numru kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab infurmat li preżentement hawn 993 persuna li qed jirċievu għajnuna soċjali bħala ġenitur wieħed.", "Dan in-numru hu maqsum f'965 single u 28 separati.", "Qabel ma ġiet introdotta riċentement sistema komputerizzata, ma kinetx tinżamm statistika ta' l-informazzjoni kif mitluba.", "Il-ġbir manwali ta' din l-istatistika dwar il-passat jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi umani li ma nħossx li huma ġustifikati li jintużaw għal dan l-iskop meta huma meħtieġa biex jinħadmu talbiet għall-assistenza.", "GĦALLIEMA – KORRIMENTI", "32064.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu għalliema s-sena l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li matul is- sena 2001 kien hemm sitt għalliema, instructress waħda u tliet kindergarten assistants li weġġgħu waqt il-ħin tax-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl tal-miżuri tas-sigurta` li kemm l- oppożizzjoni kif ukoll il-gvern dejjem ftiehmu li dwarhom għandu jsir titjib, jiriżultalu l-Ministru li f'ċerti skejjel hemm nuqqas ta' sigurta`.", "Per eżempju fil-junior lyceum f'Tal-Ħandaq dan l-aħħar kien hemm xi ġenituri li minbarra li ħebbew għal għalliema weġġgħu lil xi studenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-materja ta' ħarsien u sigurta` fl- ambjent ta' l-iskola hija kwestjoni importanti ħafna u jidhirli li diġa` hemm livell tajjeb ħafna ta' sigurta` u safety.", "(Interruzzjonijiet) Jiena dejjem inpoġġi l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom.", "Wieħed irid jara n-numru ta' inċidenti li jkollna fir-rigward ta' l-eluf kbar ta' studenti, madwar 50,0000, u fir-rigward ukoll tan-numru konsiderevoli ta' skejjel u ta' l-eluf ta' impjegati.", "Is-sitwazzjoni f'dan ir-rigward irridu nħarsu lejha mill-punto di vista ta' l-ambjent fiżiku fih innifsu, jiġifieri ħwejjeġ li fl-iskola jew fil-klassijiet jistgħu jkunu ta' periklu għall-istudenti jew għall-għalliema.", "Dawn jingħataw l-ogħla priorita` biex dak il-periklu assolutament jitneħħa.", "Fil-fatt m'għandix rapporti li fl-iskejjel li għalihom huwa responsabbli l-gvern hemm dawn it- tip ta' sitwazzjonijiet.", "Kull fejn jinqalgħu inċidenti ta' dan it-tip jiġu tackled mill-ewwel.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni tas-sigurta` fis-sens ta' min jidħol u min ma jidħolx fl-iskola, Mr Speaker.", "B'mod ġenerali l-iskejjel għandhom il-policy li l-bibien jingħalqu waqt il- ħin ta' l-iskola.", "Ħafna mill-iskejjel illum għandhom sistema ta' electric lock u ta' intercom biex min irid jidħol fil-ħinijiet ta' l-iskola, ikun jista' javża min hu.", "Dawn il-miżuri ta' sigurta` jiġu osservati b'mod regolari u naħseb li huma ta' livell tajjeb.", "Ma rridux ninsew li ma nistgħux nirriduċu l-iskejjel tagħna f'ħabsijiet fihom innifishom.", "F'dan ir- rigward jidhirli li kull skola trid tirregola hi l-livell ta' sigurta` li għandha bżonn.", "Kull meta xi skola titlob xi intervent partikolari jew mill- ministeru jew minn xi awtorita` oħra, dan jingħata fil-pront.", "Kull fejn jiġri xi inċident l-intervent ta' l-awtoritajiet ikun immedjat.", "Naħseb li huwa tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li fl-iskejjel sekondarji kollha hemm health and safety officer li huwa għalliem, u f'xi każi hemm iktar minn wieħed.", "Fl-iskejjel primarji kollha hemm health and safety officer ukoll, u fost id-doveri li dawn għandhom hemm is-security.", "Issa jibqa' dejjem il-fatt li minkejja li wieħed jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jilħaq bilanċ f'livell ta' safety u ta' sigurta`, ma jistax jassigura li qatt m'hu se jkun hemm xi inċident.", "Irridu nkunu proattivi.", "Fil-fatt naħseb li qed inkunu proattivi.", "Nerġa' ngħid li fir-rigward ta' l-iskejjel kollha li jħossu li għandhom bżonn ta' xi miżura ta' safety fil-bini tagħhom, żgur li m'hemm l-ebda raġuni għaliex din il-miżura ma tiġix implimentata.", "Fir-rigward pero' ta' dik li hija sigurta`, nerġa' ngħid wieħed irid il-ħin kollu jkun viġilanti u rridu nkomplu ninsistu fuq il-koperazzjoni u l- edukazzjoni, kemm tal-ġenituri kif ukoll ta' kull min jista' jkollu x'jaqsam ma' l-iskola.", "Barra minn hekk, kull min jaħdem f'xi skola jrid jifhem li s-sigurta` m'hijiex xi ħaġa li jista' jagħmilha bniedem waħdu.", "Din ma tiddependix biss mill-istudenti, mit-teachers jew mill-ġenituri imma tiddependi minn kollaborazzjoni kostruttiva u edukata ta' dawn l- istakeholders kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius, mistoqsija supplementari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Fid-dawl ta' l-inċidenti li ġraw f'dawn l-aħħar snin, x'inhi l-policy tad-dipartiment fir-rigward ta' insurance cover għall- għalliema?", "Fir-rigward ta' każi fejn ikun irid jingħata kumpens lit-tfal li jkunu weġġgħu, id-dipartiment kif qed jindirizza din il-problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-teachers huma uffiċjali pubbliċi u għalhekk din hija materja li taqa' taħt il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-uffiċjali pubbliċi kollha kemm huma.", "Kull każ jittieħed fuq il-merti tiegħu u l- gvern qatt ma ma naqas milli jagħti konsiderazzjoni xierqa għal kull każ, dejjem skond il-merti u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ – CAT'S EYES", "32224.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-parti li minn Triq Sant'Andrija taqbad mat-triq ta' Baħar iċ-Ċagħaq, jistgħux isiru linji ċari fit-triq u jitwaħħlu cat's eyes?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tajt struzzjonijiet lid-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku biex jimplimenta x-xogħol meħtieġ.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - DWAL", "32225.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan dwar meta se jiġu stallati dwal pubbliċi fil-firxa ta' triq bejn il-Forum Hotel u Baħar iċ- Ċagħaq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija għandu jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ – SPEED LIMIT", "32228.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija tistax tieħu passi biex tissettja limiti ta' speed għall-karozzi li jgħaddu mill-coastroad bejn Triq Sant'Andrija u Baħar iċ-Ċagħaq u biex jitwaħħlu tabelli li juru l- limitu ssettjat?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru responsabbli mill-bord għall-kontroll tat-traffiku.", "MINORENNI – REATI", "32229.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni li nqabdu jiksru l-liġi f'Jannar u Frar 2002 u li għadhom taħt is-16-il sena?", "X'reati twettqu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul Jannar u Frar 2002 il- pulizija qabdet sitt żgħażagħ taħt is-16-il sena bi ksur tal-liġi.", "Ir- reati kienu jinkludu l-ksur tal-bonordni, kliem oxxen, ħebb, inġurji, offiża fuq il-persuna u pussess ta` droga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplemntari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jsemmi l-lokalitajiet fejn ġraw dawn ir-reati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma naħsibx li għandi din l-informazzjoni quddiemi pero' nkun nista' nagħtiha iktar 'il quddiem.", "Jihder li dawn is-sitt reati huma kollha differenti.", "KUNSILLI LOKALI – INTERESS PEKUNARJU", "32231.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'każi ġew investigati mid-dipartiment tal- kunsilli lokali matul it-tliet snin li għaddew għax irriżulta li kien hemm każi fejn xi sindku, viċi-sindku jew kunsillier ħa sehem f'xi votazzjoni fejn seta' kellu xi interess pekunarju?", "X'kienu dawn il-każi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Minisru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplemntari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'passi jittieħdu min-naħa tad-dipartiment tal-kunsilli lokali fir-rigward ta' każi bħal dawn.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bl-amment ma nistax ngħid x'passi jittieħdu, pero' ċertament li meta jseħħ xi każ bħal dan joħroġ official warning.", "Prattikament il-liġi tagħti żewġ poteri lill-ministru, u cioe` li l-ewwel joħroġ twissija bil-miktub u mbagħad, jekk il-kwestjoni tkun gravi biżżejjed ixolji l-kunsill lokali partikolari.", "Peress li din ta' l-aħħar hija miżura kemmxejn estrema, kważi f'kull każ dejjem ġiet adottata s- sistema li jekk il-każi jiġi ppruvat tinħareġ twissija bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Każi ta' din ix-xorta kif jaslu għand id- dipartiment?", "Ikun id-dipartiment innifsu li jinnotahom jew isir xi rapport min-naħa tal-kunsill lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Through the grapevine, fis-sens li d-dipartiment jisma' xi ħaġa, anke permezz tal-gazzetti.", "Illum hemm sistema li nbdiet madwar tliet xhur ilu, fejn qed jinbena team żgħir li regolarment jaqra l- minuti ta' kull laqgħa tal-kunsilli lokali.", "Pero' ovvjament każi bħal dawn m'humiex se jirriżultaw direttament mill-minuti, imma nista' ngħid li b'xi mod jew ieħor id-dipartiment dejjem isir jaf b'dak li jkun għaddej f'kull kunsill lokali.", "GĦAWDEX - KUNSILL EDUKATTIV", "32232.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm iltaqa' l-kunsill edukattiv għal Għawdex minn mindu twaqqaf?", "X'deċiżjonijiet ħa?", "Xi kwistjonijiet ittratta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Il-kunsill edukattiv għal Għawdex iltaqa' seba' darbiet minn mindu twaqqaf f'Jannar 2001.", "Fost il-kwestjonijiet trattati kien hemm il- flus li jieħdu l-iskejjel f'Għawdex, il-vaganzi ta' kapijiet u assistenti kapijiet fl-iskejjel, tourism business links fl-iskejjel, servizzi ta' nurses fl-iskejjel, il-foundation for tomorrow schools, l-MCAST, l- assenteiżmu fl-iskejjel u l-addendum ta' l-MUT mal-gvern.", "Il-kunsill huwa organu konsultattiv u ma jeħux deċiżjonijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Mozzjonijiet?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI", "PRODUCERS' ORGANISATIONS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Marzu, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo huwa in possession.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed nagħmel il-punt li bil-politika tal-gvern Nazzjonalista li jrid idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea, wieħed mill-effetti negattivi – u huwa effett negattiv kbir – hu li l-gvern ikun qed iċedi s-sovranita' tiegħu, il-poter politiku tiegħu li jieħu deċiżjonijiet hu fl-aħjar interess tal-pajjiż skond ir-realta` u ċ- ċirkostanzi ta` pajjiżna.", "Issa jekk hemm qasam fejn huwa importanti li l- gvern ta` Malta jżomm l-ispazju sovran tiegħu billi d-deċiżjonijiet jeħodhom fl-interess tar-realta` fejn qiegħed jeżisti huwa proprju l-qasam ta` l-agrikoltura.", "Fil-fatt il-qasam ta` l-agrikoltura hija waħda mir- raġunjiet ewlenin għaliex il-partit laburista ma jaqbilx ma` sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, u minflok jaqbel mal-politika li jkollna partnership li tħallina nibnu relazzjonijiet mill-qrib ma` l-Unjoni Ewropea u fl-istess ħin tħallilna l-ispazju sovran li d-deċiżjonijiet dwar pajjiżna u anke dwar il-qasam ta` l-agrikoltura f'pajjiżna neħduhom aħna fl-interess tal-bdiewa Maltin u Għawdxin, fl-interess ta` l-ambjent naturali ta` pajjiżna kif ukoll fl-interess tal-konsumaturi.", "Mr Speaker, il-bieraħ kont qed ngħid ukoll li waħda mill-ironiji tal- konsegwenzi tas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea tkun li l-gvern min- naħa waħda qed idaħħal miżuri biex jipproteġi lill-bdiewa ta` l-Unjoni Ewropea u min-naħa l-oħra jkun qiegħed jieħu miżuri biex ineħħi l- protezzjoni lill-bdiewa Maltin u Għawdxin.", "Dan, apparti li m'huwiex għaqli, huwa tradiment ta` l-interessi nazzjonali għax wieħed mill- iskopijiet ewlenin tad-demokrazija u tal-politika rappreżentattiva huwa li jkun hemm sistema fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu minn persuni eletti fit- territorju fejn ikun qed jgħixu.", "M'huwiex sew li ċċedi dak it-tip ta` poter u dak il-poter minn gvern nazzjonali tgħaddih għall-uffiċjali ta` l-Unjoni Ewropea li m'humiex eletti u ma jgħixux f'dak it-territorju u li ħsiebhom hu li jħarsu lejn il-mappa ta` dawk li huma membri u meta jgħaddu regolamenti u liġijiet iriduhom uniformi u japplikaw l-istess għal kullimkien.", "Issa jiena nħoss li waħda mill-agħar affarijiet li qed jagħmel il-gvern nazzjonalista dwar il-politika ta` l-Unjoni Ewropea hija li miexi bi strateġija ta` disonesta` politika kbira.", "Din l-istrateġija ta` disonesta` politika hi li taħbi l-problemi li hemm għall-pajjiżi li applikaw biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-każ tagħna l-gvern ilu s-snin ipenġi lill-Unjoni Ewropea bħala garanzija awtomatika ta` suċċess.", "Qisu li bid-dħul fl-Unjoni Ewropea jiġri xi ħaġa mirakoluża u kull qasam tal-ħajja f'pajjiżna jimxi 'l quddiem, sew jekk hu l-qasam tat-tarznari, sew jekk hu il-qasam ta` dawk li jaħdmu għal rashom u sew jekk hu il-qasam tal-biedja, awtomatikament it-tibdil ikun għall-aħjar u l-problemi kollha jiġu solvuti u nibdew ngħixu ħajja ħafna aħjar.", "Il-gvern qiegħed iressaq din l-idea ta` Unjoni Ewropea bħala xi qaddisa mirakoluża li malli tmissha timlik bil-ġid.", "Kellna ħafna wegħdi ta` dan it-tip li bil-mod il-mod meta jaħbtu mal-ħajt tar-realta` jibdew jitfarrku.", "Waħda mill-akbar wegħdi kienet tal-Lm100 miljun fis-sena li kellhom jiġu mill-1999 'il hawn, kieku wasalna biex nieħdu r-raba` Lm100 miljun.", "Dawn l-affarijiet huma kollha frott tad- disonesta` politika li l-Unjoni Ewropea, ingustament, ngħid jien, tiġi mpenġija bħala din il-qaddisa mirakoluża li malli tmissha tagħmillek il- mirakli, issolvilek il-problemi u timxi aħjar.", "Il-gvern qed jimxi b'dan il-mod anke fil-qasam tal-biedja.", "Il-bieraħ bdejt nikkwota minn dokument li tawna tal-Joint Parliamentary Committee li ħareġ fl-aħħar ta` Jannar 2002 li minnu joħroġu diversi punti li l-gvern mhux jaqsamhom mal-bdiewa lokali u lanqas qed jgħidhom lill-Maltin u lill- Għawdxin.", "Qed jagħmel dan għax irid jimxi b'din il-politika disonesta` u jpenġi s-sħubija ta` Malta fl-Unojni Ewropea bħala garanzija ta` mirakli u min-naħa l-oħra jaħbi l-problemi li din is-sħubija ġġib magħha.", "Nerġa` ngħid, jekk hemm qasam li miegħu iġib ħafna problemi huwa proprju l-qasam tal-biedja.", "Malli tapplika r-regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea għall- qasam tal-biedja f'Malta u f'Għawdex dan is-settur jikkollassa.", "Id-diżonesta` hija li l-gvern Nazzjonalista qiegħed jimxi b'mod li ma jurix x'inhuma l-problemi – u dan id-dokument li tawna f'Jannar li għadda jagħmel lista sħiħa ta` x'inhuma l-problemi – u barra minn hekk miexi bil-politika li kemm jista` jkun u safejn jista` jilloppja l-opinjoni pubblika biex in- nies, kemm jista` jkun, ma jħossux l-ugiegħ qabel jaslu biex jieħdu deċiżjoni dwar jekk Malta għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea jew le.", "Allura, per eżempju, joħroġ bl-idea li lill-bdiewa se jagħtihom direct payments u dan id-dokument jitkellem ċar dwar id-direct payments u l- problemi li għad hemm involuti f'dan il-qasam.", "Imma l-istrateġija tal-gvern Malti hi li jpenġi lill-Unjoni Ewropea bħala miraklu garanti.", "U dan huwa żball, u nerġa` ngħid li dan huwa inġust anke ma` l-Unjoni nnifisha.", "L- Unjoni Ewropea – u din kemm-il darba għedtha – la hija infern tax-xjaten u lanqas hija ġenna ta` l-anġli u l-qaddisin.", "L-Unjoni Ewropea hija għaqda ta` pajjiżi li fasslu r-regoli, il-liġijiet u r-regolamenti bejniethom skond ir-realta` tagħhom u min jidħol m'għandu l-ebda suċċess garantit.", "Is- suċċess iġġibu biss bil-ħidma, bix-xogħol, bil-mod kif itejjeb ix-xogħol tiegħek u bil-mod kif taħdem.", "M'huwiex fair li tpinġi lill-Unjoni Ewropea bħala li qiegħda hemm biex sempliċiment tingħaqad magħha u flok taħdem int, tagħmel is-sagrifiċċji int u tara kif ittejjeb l-affarijiet tiegħek int, awtomatikament issolvilek il-problemi tiegħek.", "Nerġa` ngħid li dan lanqas hu ġust ma` l-Unjoni Ewropea nnfisha.", "L-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-biedja fasslet ir-regoli tagħha skond ir-realtajiet tagħha.", "Għandna biżżejjed eżempji ġo l-Unjoni Ewropea nnifisha, anke għal dawk li huma membri, li dawk ir-regoli u l-liġijiet għamlu ġid f'ċertu qasam u lil ċerti pajjiżi, speċjalment lill-Franza u lill-Ġermanja, imma mbagħad fil-qasam tal-biedja nafu li weġġgħu ħafna lill-bdiewa ż-żgħar tal-pajjiżi żgħar.", "Dawn weġġgħuhom għax ir-regoli ta` l-Unjoni huma mfassla b'mod li minnhom infushom, kif inhuma, jivvantaġġjaw lill-bdiewa l-kbar u li jkabbru ċerti prodotti.", "F'pajjiżna l-abkar limitazzjoni li għandna hija d-daqs ta` l- artijiet li jaħdmu l-bdiewa tagħna minħabba ċ-ċokon tal-pajjiż u anke t-tip ta` prodotti u ħxejjex li jkabbru li ħafna minnhom ma jaqgħux taħt l- għajnuna li l-Unjoni Ewropea tagħti permezz tal-politika komuni agrikola tagħha.", "Diġa` smajna lill-pajjiżi kandidati ta` l-Unjoni Ewropea jilmentaw li l-Unjoni se tittrattahom bħala pajjiżi tat-tieni klassi għax qed tgħidilhom li dak li għandhom bħalissa l-pajjiżi membri ta` l-Unjoni mhux se jkun mogħti lilhom awtomatikament qabel jgħaddu s-snin u min-naħa tagħhom dawn qegħin jipprotestaw li qed jiġu ttrattati inqas minn dawk li diġa` huma membri.", "Din hija xi ħaġa li fl-Unjoni Ewropea qed toħloq tensjonijiet ġodda kemm għal dawk li jridu jidħlu kif ukoll għal dawk li huma diġa` membri.", "Mr Speaker, biex nitkellem fuq dawk li huma membri diġa` rrid ngħid li biżżejjed wieħed ċerta informazzjoni li qed toħroġ f'partijiet minn pajjiżi fejn kemm il-partiti soċjalisti u kemm il-partiti demokristjani ....", "Ejja bħala eżempju nieħdu Sardegna.", "L-Italja hija waħda mill-pajjiżi fondatriċi ta` l-Unjoni Ewropea, ilha hemm mill-bidu.", "Jekk wieħed irid prova li għax tidħol fl-Unjoni Ewropea ma timxix 'il quddiem awtomatikament, imma skond ir-realta` li jkollok fil-pajjiż li hija magħmula ħafna fatturi, naħseb li hija l-Italja.", "Hemmhekk għandek faxex sħaħ fis-south u fil-gżejjer ta` l- Italja li skond studji li ħarġu dan l-aħħar mill-Unjoni nnfisha ftit li xejn qed jiggwadanjaw mill-politika komuni agrarja ta` l-Unjoni.", "Nerġa` ngħid li l-Unjoni Ewropea, dwarha nnifisha, hija ferm iktar sinċiera u onesta` milli hu l-gvern Nazzjonalista dwar l-istess Unjoni li dejjem impenġi bħala xi Euro Disney fejn in-nies sempliċiment joqogħdu bil-qiegda ma jagħmlu xejn u għax huma membri tinżel l-abbundanza fuqhom.", "Nerġa` ngħid, jekk wieħed joqgħod jaqra u jistudja d-dokumenti ta` l-Unjoni li toħroġ dwarha nnifisha jsib ħafna iktar informazzjoni onesta` milli tingħata hawn Malta kemm mill-gvern Nazzjonalista kif ukoll miċ-ċentru ta` informazzjoni Malta/Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, studju li ħareġ dan l- aħħar juri l-faqar fl-Unjoni Ewropea, speċjalment dak li huwa child poverty.", "Dan l-istudju juri kemm f'ċerti nħawi tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea l-livell ta` għajxien huwa taħt dak li jissejjaħ il-poverty line, jiġifieri d-dħul tagħhom huwa inqas mill-paga medja nazzjonali.", "Fost dawk milquta l-aktar minn dan il-faqar hemm it-tfal li jgħixu fin-naħat t'isfel tal-pajjiżi membri.", "Fil-każ ta` l-Italja, it-tfal li jgħixu fin-naħat ta` Sqallija, Napli u Sardegna.", "Qed insemmi dan il-punt għax importanti li nifhmu li huwa kompletament falz li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea npennġuha bħala xi garanzija awtomatika ta` suċċess u ta` titjib fil-livell ta` l- għajxien.", "Fost dawk li qed jintlaqtu ħażin hemm proprju l-bdiewa ta` Sardegna.", "Il-raħħala ta` Sardegna dan l-aħħar kellhom problema kbira fil- merliet tagħhom bl-epidemija li huma jsejħu l-epidemia di lingua blu u l- Kummissjoni Ewropea qed twaqqfilhom l-għajnuna li kemm il-gvern Taljan kif ukoll l-Unjoni Ewropea suppost kellhom jagħti biex ir-raħħala ta` Sardegna jkunu jistgħu jilqgħu għall-ħsarat kbar li ġarrbu kawża ta` din l- epidemija.", "L-informazzjoni li qed tasal minn Sardenja hija li ċerti nħawi ta` pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, bħalma hija Sardenja, qed jitħallew jaqgħu lura u jitħallew jiġu abbandunati u traskurati.", "Qegħdin jgħidu li l- aktar ċittadini li huma ta` l-ewwel klassi fl-Unjoni Ewropea, anke fil- qasam tal-biedja, huwa l-bjondin u n-nordiċi waqt li l-figliastri, bruni e terroni huma n-nies ta` Sardenja u n-nies ta` Sqallija.", "Dawn il-fondi qed jitilfuhom proprju dawk il-faxex ta` bdiewa li l-aktar għandhom bżonnhom fejn id-daqs ta` l-art hija iċken u fejn il-livell ta` għajxien u tad-dħul tagħhom huwa aktar baxx minn dak tal-bdiewa l-oħra il-kbar u l-kumpanniji l- kbar ta` l-agrikoltura fi Franza u fil-Ġermanja.", "Il-bdiewa ta` Sardegna issa qed iħossuhom ittraduti kemm mix-xellug u kemm mil-lemin ta` l-Italja.", "Ix-xellug u l-lemin fl-Italja kienu jgħidu li l-futur tal-bdiewa ta` Sardegna kien fi Brussels u se nikkwota minn dan il-materjal li jgħid:", "\"Sono anni che presidenti di Giunta e assessori di centro destra e di centro sinistra recitano a memoria il ritornello bipartisan sulle meraviglie dell'Europa: Il futuro della Sardegna e` a Brussels.\".", "Kienu jgħidulhom li ma nistgħux nitilfu t-train – din smajniha kemm-il darba hawn ġew – tal-fondi komunitarji għall-bdiewa ta` Sardenja għax tgħidx kemm se jiġu flus meta jitilgħu fuq dan it-train.", "Issa qed iħossu li dan it-train telaq u fil-vaguni ta` l-ewwel klassi qed jirkbu l-Franżiċi u l-Ġermaniżi.", "Imma l-bdiewa u raħħala ta` Sardegna mhux biss qed iħossu li mhux qed jirkbu fil-vaguni ta` l-ewwel klassi imma qed iħossuhom li se jibqgħu fuq il-pjattaforma fl-istazzjon u jaraw it-train jitbiegħed u jitbiegħed u huma ma jkunux fuq dak it-train ta` dawk il-fondi komunitarji kbar li tant ġew imwiegħda.", "Il-bdiewa Maltin u Għawdxin nasħeb li din is- sitwazzjoni jafuha, m'hemmx għalfejn jaqraw dan il-materjal minn magazines Taljani dwar Sardenja.", "Għad isiru jafuha personali għax ilhom jiġu mwiegħda f'abbondanza ta` fondi ġejjin.", "Jekk wieħed jara ftit dan id-dokument li tawna fl-aħħar ta` Jannar ta` din is-sena li jittratta dwar l-agrikoltura u t-tkabbir ta` l-Unjoni u li għamilt referenza għalih jien isib speċifikament li l-gvern Malti, fost il- pajjiżi li applikaw, huwa l-aħħar fil-kju u dan meta n-negozjati għall- sħubija qed javvanzaw.", "M'iniex qed nirreferi għar-Rumanija u l-Bulgarija.", "Imma Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Polonja u s- Slovenja huma kollha qabilna fit-tagħrif u fit-tfassil tat-talbiet ta` x'għandu jkun hemm fil-biedja lokali għall-Unjoni Ewropea.", "Nerġa` ngħid, dan id-dokument huwa ferm aktar sinċier, onest u veritjier minn dak li jgħid il-gvern Malti dwar il-biedja lokali u jsemmi ċar u tond li r-regoli tal-politika agrikola komuni għandhom japplikaw l-istess għall-pajjiżi kollha.", "Fuq hekk mhux se jkun hemm eċċezzjonijiet.", "Li jkun hemm huwa arranġament transitorju għal għadd ta` snin.", "Imma t-transitional periods jaslu fit-tmiem tagħhom.", "Donnu li l-gvern qed jipprova li lil dak li jkun jagħtih pillola biex ma jħossx l-uġiegħ għal ċertu ammont ta` snin bl-iskop li ma jħossx l-uġiegħ qabel tittieħed deċiżjoni dwar jekk Malta għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea u mbagħad jirriżulta li l-uġiegħ iħossu wara li nkunu li dħalna, meta jkun tard wisq.", "Jekk dik hi l-istrateġija tiegħu, 'il quddiem għad isiru l-kontijiet fuq hekk.", "Dan id-dokument proprju jwissi u jgħid:", "\"A key risk during the early years after accession is that the restructuring process and community instruments will be associated with growing rural unemployment and poverty without being able to tackle the root problem of alternative sources of income directly.\".", "Dan id-dokument jagħmilha ċara li m'huwiex fair li l-Unjoni Ewropea tiġi mpenġija bħala xi qaddisa li tagħmel il-mirakli u awtomatikament kull min jidħol fiha jissolvewlu l-problemi kollha.", "Anzi qed jgħid li t-tibdil li hemm bżonn biex il-pajjiżi jaddottaw lis-settur tal-bdiewa tagħhom għar- regoli ta` l-Unjoni Ewropea se jġib taqlib kbir, se jżid il-qgħad fil- partijiet rurali u se jżid il-faqar.", "U jkompli jgħid li dawk il-problemi se jiġu assoċjati ma` l-Unjoni Ewropea.", "U dan apparti l-fatt li malli jingħatawlhom il-kwoti ta` produzzjoni tal-ħalib, tal-majjal u taċ-ċanga ħafna minn dawn il-pajjiżi se jsiru aktar importaturi ta` dawn il-prodotti.", "Sintendi kull pajjiż għandu r-realta` partikolari tiegħu u ċerti affarijiet li japplikaw, per eżempju, għall-Polonja u għall-Ungerija mhux bilfors japplikaw għal Malta, imma importanti li dawn l-affarijiet nispjegawhom.", "Dan ir-rapport jgħid li l-produzzjoni tal-majjal mistennija tinżel f'dawn il-pajjiżi li applikaw biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea meta jiġu definiti l- kwoti ta` produzzjoni li kull pajjiżi għandu jingħata.", "Qed insemmi dawn l- affarjiet għax dan id-dokument stess jagħmilha ċara, speċjalment dwar Malta, li l-Unjoni għadha m'hijiex f'pożizzjoni tieħu deċiżjonijiet dwar x'se tagħti lill-bdiewa Maltin u Għawdxin għax lanqas il-gvern Malti nnifsu għadu ma lesta l-pożizzjoni tiegħu.", "Dan anke għax hemm bżonn ta` aktar statistika.", "Fil-fatt dan ir-rapport hawn indikazzjoni li ċ-ċensiment tat- tagħrif li l-Unjoni Ewropea qed titlob mill-gvern Malti dwar il-qasam tal- biedja se jkun lest lejn l-aħħar ta` din is-sena jew is-sena d-dieħla u ċerti deċiżjonijiet iridu jittieħdu fuq dawn it-tip ta` fatti.", "Allura li toqgħod twiegħed affarijiet lill-bdiewa Maltin u Għawdxin huwa xempju sħiħ ta` diżonesta` politika.", "Sur President, nerġa` ngħid li dan id-dokument jagħmilha ċara li se jkun hemm arranġamenti transitorji, pero` fl-aħħar mill-aħħar kull pajjiż li jidħol fl-Unjoni Ewropea jkollu joqgħod għar-regoli u l-liġijiet tas-single market u tal-politika agrikola komuni.", "F'dan id-dokument qiegħed jingħad li mhux se jippermettu li jiġu fformati xi żewġ swieq agrikoli fl-Unjoni Ewropea.", "Il-liġijiet u r-regoli ta` l-Unjoni jridu japplikaw l-istess għal kulħadd tkun xi tkun ir-realta` tal-pajjiż.", "Waħda mill-akbar oġġezzjonijiet li aħna, bħala partit laburista, għandna li Malta tidħol fl- Unjoni Ewropea hija proprju għaliex ir-regoli u l-liġijiet li tfasslu matul is-snin fl-Unjoni Ewropea, biex jirriflettu ċ-ċirkostanzi u r-realta` tal- pajjiżi ta` l-Unjoni, sempliċiment ma jgħoddux għal pajjiżna.", "U la tidħol fl-Unjoni titlef il-poter li teddeċiedi int u dak il-poter tittrasferih lill-uffiċjali u lill-burokrati ta` Brussels li mbagħad jieħdu d- deċiżjonijiet tagħhom skond l-interessi ta` l-aktar pajjiżi b'saħħithom fl- Unjoni Ewropea.", "Il-bdiewa ta` Sqallija u l-bdiewa ta` Sardegna li jagħmlu parti minn pajjiżi li ilu membru u pajjiż li ċertament huwa ferm akbar minnha qed iħossuhom abbandunati u traskurati.", "Qed isħossuhom li m'għandhomx saħħa u vuċi biżżejjed u anke ttraduti mill-partiti politiċi, sew tax-xellug u sew tal-lemin, li sempliċiment wegħduhom li se jtellgħuhom fuq dan it-train maġiku mimli fondi komunitarji u kienu jgħidulhom li l- futur tagħhom Brussels.", "Dawn huma affarijiet li jekk ma noqogħdux attenti jistgħu jseħħu wkoll f'pajjiżna.", "Bħalissa għadna fl-istadju li ma nħallux din it-traġedja tiġri.", "Sfortunatament f'pajjiżna għandna preċedenti storiċi, biżżejjed wieħed imur lura għal mitejn sena, meta ħsibna li jekk inċedu d-deċiżjoni sovrana tagħna li mmexxu lilna nfusna u l-poter li nieħdu d-deċiżjonijiet aħna dwarna nfusna u nagħtuhom fuq platt lill-barranin se mmorru aħjar.", "Biżżejjed wieħed jara kif imxejna ma` l-Ingliżi fil-bidu tas-seklu dsatax, u tkun traġedja u inkunu ma tgħallimnix mill-istorja jekk nagħmlu hekk x'ħin naslu biex niddeċiedu dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Sħubija fl- Unjoni Ewropea tfissir li d-deċiżjonijiet inċeduhom minn idejna.", "Id- deċiżjonijiet li nistgħu nieħdu dwar ir-realta` tagħna, bħala pajjiż żgħir, diġa` huma ristretti u limitati ħafna.", "Jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, kif irid il-gvern, il-ftit li spazju fejn niedħu deċiżjonijiet dwarna nfusna nitilfuh mingħajr ma nirbħu xi spazju biex niddeċiedu, per eżempju, x'jiġri fil-biedja Franċiża jew Ġermaniża.", "Inkunu qed nitilfu l-poter li niddeċiedu aħna fl-aħjar interess tagħna għall-bdiewa Maltin u Għawdxin bla ma nirbħu l-poter li niddeċiedu aħna x'jagħmlu l-Franċiżi u l-Ġermaniżi.", "Ara kemm tkun tajba kieku waqt li nitilfu l-ftit poter li għandna fuqna nfusna f'pajjiżna nirbħu poter akbar biex niddeċiedu għall-Franċiżi u l- Ġermaniżi!", "Kieku tajjeb!", "Imma dik hija ħrafa.", "Ix-share sovereignty u x- share decision making m'humiex veru.", "Fl-Unjoni Ewropea għadhom jiddeċiedu l-kbar u għalhekk ikun aħjar kieku flok sħubija sħiħa, kif irid il-gvern nazzjonalista, pajjiżna jkollu relazzjonijiet mill-qrib ma` l-Unjoni Ewropea għax b'hekk ma nċedux il-poter li niddeċiedu aħna x'isir f'pajjiżna għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar Rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta` liġi li l- iskop tiegħu huwa proprju sabiex jitwaqqfu organizzazzjonijiet tal- produtturi fis-setturi ta` l-agrikoltura u tas-sajd.", "Il-kelliem ta` qabli ma tkellimx eżattament fuq l-iskopijiet tal-liġi pero` daħal fuq materja ta` importanza nazzjonali u jiena, apparti li se nitekellem fuq il-liġi, nixtieq ukoll nagħmel xi kummenti dwar dak li qal il-kelliem ta` qabli.", "Jiena naħseb li l-fatt li quddiem dan il-parlament qegħdin niġu darba wara l-oħra nitkellmu u nressqu liġijiet fuq il-qasam tal-biedja jirrifletti wkoll l-importanza li l-gvern jagħti lil dan il-qasam.", "Tan-naħa l-oħra jikkritikawna u jgħidulna li dan huwa settur abbandunat li se jkun il-ħaruf fuq l-altar ta` l-applikazzjoni ta` Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena nixtieq li ż-żewġ naħat tal-Kamra ninfetħu iktar għal xulxin fuq dan il-qasam u naraw verament x'inhuma l-vantaġġi għal dan is-settur jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Dan is-settur irridu nħarsu lejh mhux biss fuq bażi lokali imma fuq il-bażi internazzjonali kollha kemm hi.", "Il-qasam tal- biedja u tas-sajd huwa qasam ferm importanti.", "Il-kontroversja u l-ilmenti li tisma` dwar dan il-qasam f'organizzazzjonijiet bħalma huma l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ta` l-Ewropa u l-FAO hija xi ħaġa ta` kuljum.", "Dawn l- ilmenti ġejjin min-natura tax-xogħol li qegħdin nitkellmu fuqu u min-natura tal-prodott u tal-produtturi li jagħmlu parti minn din is-sistema.", "Allura ma niskanta xejn li tibqa` dejjem għaddejja l-kontroversja.", "Ħafna minn dak li qed issemmi l-oppożizzjoni huwa minnu, pero` l-oppożizzjoni qed issemmi biss naħa waħda.", "L-oppożizzjoni qed targumenta li aħna mhux se niddeċiedu fuq dak li jiġri fil-biedja f'pajjiżna.", "Jiena nistaqsi: Jekk aħna nkunu barra mill-Unjoni Ewropea, x'se jkun l-input tagħna fuq dak li qed jiġri fis-settur agrikolu u dak tas-sajd f'pajjiżni oħrajn, sew li huma fl-Unjoni Ewropea u sew li m'humiex?", "Dan lilna jaffetwana direttament u indirettament.", "Hemm ukoll dak li qed jiġi miftiehem, laqgħa wara oħra, mill- WTO u huwa tajjeb li wieħed jifli sewwa l-implikazzjonijiet ta` dak li qed jiġi miftiehem, anke jekk aħna nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, jiena niskanta kif minkejja l-iżviluppi kollha li seħħew matul is-snin għadna qegħdin inressqu abbozz biex permezz tiegħu jitwaqqfu l- organizzazzjonijiet għall-produtturi f'dan is-settur.", "Dan huwa settur mifrux ħafna.", "Għandek is-settur tal-bdiewa dawk li għandhom l-uċuħ tar- raba`.", "Illum qed ngħidu li dawn, barra li jipproduċu l-ikel, għandhom funzjoni oħra.", "Qegħdin ngħidu li l-bdiewa huma wkoll dawk li jieħdu ħsieb l-ambjent tagħna għax fejn ir-raba` huwa maħdum, huwa l-bidwi li jkun qed jagħti dik id-dehra sabiħa għall-għajn.", "Ikolli ngħid li minħabba l- appuntament tiegħi fil-Kunsill ta` l-Ewropa, kif ngħidu bil-Malti, dħalt f'din l-għalqa mhux ħażin.", "Ovvjament l-esperjenza li wieħed jieħu, kultant tkun waħda fil-fond.", "Jiena kelli l-okkażjoni li nara, first hand, x'qed jiġri f'ċerti areas li, biex ngħid hekk, huma lura bħalma hija n-naħa ta` fuq tal-Greċja.", "Kull ambjent għandu l-problemi tiegħu.", "Il-produtturi f'partijiet ta` l-Iżvezja għandhom problemi kbar minħabba l-fatt li d- densita` tal-popolazzjoni timpressjonak bin-nuqqas tagħha.", "Fil-fatt l- istatistika ġġibek fl-assurdita` li tgħid li hemm inqas minn persuna waħda f'kull kilometru kwadru.", "Jiġifieri wieħed jista` jimmaġina xi problemi jiffaċċjaw il-produtturi li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam biex isibu s- swieq u jkollhom qliegħ ġust.", "Dan kollu jorbot mal-fatt li l-iskop li aħna qed nagħmlu din il-liġi huwa li dan il-qasam ikun sostenibbli.", "Aħna lkoll nixtiequ li dan il-qasam jibqa` sostenibbli, kemm ekonomikament u kif ukoll soċjalment għax hemm ħafna aspetti negattivi meta inti jkollok dak iċ-ċaqliq b'massa kbira min- nies li jkunu qed jgħixu, u mhux biss jaħdmu, f'komunitajiet u jkunu qed jagħtu ħajja lil dak l-ambjent.", "Mela aħna li qegħdin fil-politika rridu naraw kif nagħmlu biex lill-bdiewa tagħna nsibulhom is-swieq għall-prodotti tagħhom.", "U għalekk din il-liġi hija tajba għax permezz tagħha se nassiguraw li nsibulhom is-swieq għax is-swieq jiddeterminaw is-suċċess jew le ta` din l-operazzjoni kollha.", "Mr Speaker, ilna ħafna nisimgħu profezija.", "Jiena ma nibżax mill-profeziji imma jdejquni fis-sens li jistgħu jaqtgħu qalb xi wħud u jemmnu li dan huwa settur li ġie ttraskurtat għax qed jiġi mpenġi bħala xi settur li dan il- partit lest li jissagrifika akkost ta` kollox basta nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dan mhux minnu.", "Il-verita` hija totalment bil-maqlub.", "Dan huwa settur għal qalbna, u mhux għax għandna xi support qawwi min-naħa tal- bdiewa.", "Ara f'pajjiżi barranin il-bdiewa qegħdin organizzati f'partiti politiċi kbar u jagħmlu impatt fuq il-politika nazzjonali.", "Jiġifieri żgur li mhux għal qalbna għax hemm xi saħħa partikolari mill-elettorat li jagħmel parti minn sin is-sistema.", "L-ewwelnett dik hija biss short- sightedness u hija politika ħażina li wieħed iħares minn dak l-aspett u rrid inneħħi minn moħħ kulħadd li aħna qegħdin nagħmlu xi ħaġa biex speċi nixtru dawn it-tip ta` voti.", "Hemm raġunijiet ta` ambjent u hemm raġunijiet ta` produzzjoni ta` ikel għal kulħadd, liema ikel hu prodott lokalment b'metodi li ilhom jintużaw għal ħafna snin u li aħna għandna fiduċja fihom.", "Huwa għalhekk il-gvern qed iressaq din il-liġi li permezz tagħha jitwaqqfu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex b'hekk il-produtturi jkunu organizzati kif għandu jkun, biex l-istandards ikun standards li huma aċċettabbli u biex ikun hemm il-kontroll, kif jgħidu bl-Ingliż, from farm ta` table.", "Illum kulħadd jaf li fl-Ewropa hemm enfasi enormi fuq is-safety ta` l-ikel.", "Fil-fatt kien miftiehem li għandu jsir kull sforz biex il- prodott tagħna jkun safe u tajjeb għall-ikel bi standards tajbin u kif suppost li wieħed jista` jieklu mingħajr biża` ta` xejn.", "Nafu xi problemi jġibu magħhom prodotti li jkunu kontaminati.", "Il-ħsara mhux biss issir lill- individwu li jiekol il-prodott li tista` ssirlu ħsara fisika jew saħansitra anke jmut, imma ssir ukoll lill-industrija nfisha.", "Rajna kif matul is-snin li għaddew fl-Ingilterra l-industrija tal-beef u tal-majjal ġiet litterlament għarkobbtejha minħabba l-mard.", "Qed jiġini wkoll f'moħħi t-trattament ta' l-annimali.", "Dan jista` joħloqlok problemi kbar għax illum nafu x'awareness hawn rigward il-mod kif l-annimali għandhom jiġi ttrattati meta jkunu qed jitrabbew biex wara jiġu offruti bħala ikel.", "Mr Speaker, punt ieħor importanti f'din il-ġlieda huwa kif l-Amerika u l- Unjoni Ewropea jħsarsu lejn l-użu tal-hormones fit-tkabbir ta` l-annimali.", "Dawn ma jablu xejn dwar kif iħarsu lejn din il-ħaġa u hemm konsegwenzi kemm fuq il-prodott kif ukoll fuq l-aspett ekonomiku għax din għandha aspett ekonomiku kbir.", "Ovvjament aħna rridu nkunu aware għal xiex nkunu deħlin meta niġu biex niffirmaw trattati u meta niġu biex nidħlu f'organizzazzjonijiet bħalma hija l-Unjoni Ewropea.", "Jiena naqbel li meta niġu biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea għandna nidħlu b'għajnejna miftuħin u nafu x'inhuma l-options kollha tagħna u mhux nsibu dik ix-xi ħaġa li ma nindunawx biha u li aħna t-tobba ngħidulha the small print.", "Jiġifieri bħalma meta wieħed imur jixtri xi mediċina li jsimha u xi afafrijiet oħra jkunu mniżżlin bi prints kbar imbagħad x'imkien isfel tat-titkketta, kemm kemm taraha, ikun hemm imniżżel li din il-mediċina tista` toqtlok jew li tista` tagħmel xi side effect.", "Aħna ma rriduhx dan.", "Aħna rridu li nkunu nafu eżattament fejn ikunu l-implikazzjonijiet.", "Jiena nħoss li l- parteċipazzjoni ta` pajjiżna fl-Unjoni Ewropea trid tkun parteċipazzjoni attiva u mhux passiva.", "Trid tkun parteċipazzjoni li biha aħna nitgħallmu mill-esperjenzi ta` ħaddieħor.", "L-Onor.", "Bartolo semma esperjenzi negattivi.", "Hemm esperjenzi negattivi, imma hemm ukoll esperjenzi posittivi.", "Jiena l- ewwel wieħed ngħid li l-common agricultural policy hija l-iktar waħda kontroversjali u meta tiġi biex taqra u tifli rapporti ssib li kważi ħadd ma jaqbel fuq xejn.", "Allura aħna għandna naqtgħu qalbna kompletament, ma nagħtux l-input tagħna u ma narawx fejn kien hemm stejjer ta` suċċess f'dan il-qasam?", "Kien hemm ħafna stejjer ta` suċċess f'dan il-qasam u l-pajjiżi, kbar u żgħar, jaħdmu flimkien biex ifasslu policies li jkunu ta` suċċess u li wieħed jitgħallem minnhom.", "Per eżempju, qabel ma l-Greċja daħlet fl- Unjoni Ewropea, in-nies fil-partijiet rurali fin-naħa ta` fuq tal-Greċja kienu qed jitilqu u jfittxu jobs fil-belt għax l-industrija tat-turiżmu kienet qed tikber u ż-żgħażagħ riedu l-ħajja ta` bil-lejl, riedu malajr il- flus fil-but u allura bdew jitilqu mid-djar tagħhom u jmorru lejn l-ibliet.", "U min kien qed jibqa` fl-irħula?", "Kienu jibqgħu l-anzjani li ma jifilħux jaħdmu r-raba` u allura r-raba` jinteleq u kif titilqu għax ftit snin dan jibda jiddegrada ruħu għax ix-xita tibda ġġorr magħha l-ħamrija u jkun hemm ħafna problemi oħra.", "Imbagħad meta jkollok raħal li ħadd ma jrid joqgħod fih ma tibdiex issib is-servizzi essenzjali.", "Anke l-iskola tagħlaq għax lanqas it-teacher ma jkun irid joqgħod hemm.", "Dawn huma problemi reali li qed jiffaċċjaw pajjiżi bħalma huma l-Marokk u t-Tuneżija li sfortunatament il-kap ta` l-oppożizzjoni qed iqabbel lill-pajjiżna magħhom.", "Fl-Unjoni Ewropea jsir bil-maqlub, ikun hemm rural revitalization.", "Jiġifieri lin-nies terġa` tpoġġihom lura u tagħmillhom kull inċentiv li tista` biex ikomplu jgħixu fil-komunitajiet li kienu jgħixu qabel, bħalma ġara fl-Irlanda u fi nħawi kbar fil-Porutgall.", "Hemm postijiet li dan ma rnexxiex, imma l-fatt li dan ma rnexxiex ma jfissirx li din hija xi politika li qed tfalli u li għalhekk aħna għandna naqtgħu qalbna.", "Jekk aħna se nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea żgur li qatt m'hu se ninfluwenzaw il-policies li jkunu qed jiġu attwati fil-Ġermanja jew fl- Ingilterra f'dan il-qasam.", "Minn ġewwa hemm xi ċans li dak li aħna qed inressqu u dak li qed nitkellmu fuqu jinstema`, u la jinstema` jista` jagħmel effett.", "M'iniex qed ngħid li aħna se mmexxu lill-Ewropa, imma mbagħad mill-banda l-oħra ma tridx tmur fl-estrem l-ieħor u tgħid li dan hu kollu diskors fil-vojt u mhux veru li hemm shared sovereignty.", "L- oppożizzjoni għandha tgħid li ma temminx fihom, imma m'għandhiex tgħid li ma jistgħux jaħdmu.", "Aħna nemmnu fihom.", "Jiena nifhem il-pożizzjoni li semma l-Onor.", "Bartolo meta qal li aħna tajna kollox f'idejn l-Ingliżi u għaddew 200 sena u nafu x'ġara sabiex erġajna ġejna rajna f'idejna.", "Imma llum qegħdin rajna f'idejna, għandna esperjenza ta` Indipendenza li rridu ngħożżu u aħna l-partit li żgur se nkomplu niġġieldu biex pajjiżna jibqa` indipendenti.", "Mr Speaker, minkejja l-profezija kollha negattivi jiena nara li hemm futur aħjar għall-qasam tal-biedja u tas-sajd jekk kemm-il darba nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet u wieħed, f'dan l-istadju, ma jistax jikkummenta dwar, per eżempju, kemm se tkun l-area li s-sajjieda Maltin jistgħu jistadu fiha.", "Pero` nista` ngħid li qegħdin naħdmu bis-serjeta` u fi framework internazjonali fuq dan il-qasam u din il- liġi li għandna quddiemna hija opportunita` tajba biex lil dan il-qasam inkomplu mmexxuh 'il quddiem.", "Jiena rrid ngħid li għandna naraw li l- istrutturi li għandna f'dan il-pajjiż qegħdin jimxu pass pass mal- leġislazzjoni ta` dan il-Parlament.", "Dan huwa li lili jinkwetani għax aħna nkunu qed ngħaddu l-liġijiet u mbagħad insibu li m'għandniex biex nimplimentawhom.", "M'iniex qed ngħid li qed jiġri hekk.", "Imma jista` jkun u rridu noqogħdu attenti li mhux biss ikollna liġijiet tajbin imma li nkunu nistgħu nimplimentawhom.", "Safejn naf jiena l-oppożizzjoni qiegħda taqbel ma` din il-liġi għax ma smajtx il-kritika tas-soltu, li qed ngħaddu din il-liġi għax hekk iridu ta` Brussels.", "Mr Speaker, jiena nemmen li dak li qed nagħmlu f'dan il-qasam huwa ta` fejda kbira u kien hemm bżonnu.", "Anzi ngħid li messu sar qabel għax dan huwa settur li għandu karatteristiċi partikolari ħafna.", "Min jaħdem f'dan il-qasam, sew is-sajjied kif ukoll il-bidwi, għandu tradizzjoni fil-familja ħafna drabi.", "Għandu ġibda partikolari li hija marbuta mal-familja.", "Per eżempju, l-art li jaħdem il-bidwi jew ir-razzett tar-raħħal ikun ilu jintiret minn snin għal sin u minn ġenerazzjoni għal oħra u aħna għandna d- dmir li nagħmlu minn kollox biex din it-tradizzjoni tkompli.", "Din m'hijiex kwestjoni li nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna qegħdin nagħmlu din il-liġi biex b''od modern lil dawn in-nies insibulhom is-swieq li tant għandhom bżonn.", "Nerġa` nsemmi l-każ li tant impressjonani fejn f'post imwarrab u ekonomikament u soċjalment lura fil-Greċja rnexxielhom joħorġu l-feta cheese, li huwa kwalita` ta` ġobon li jitpoġġa bħala prodott li ġej minn dik l-area partikolari u allura jingħata valur għax fl-Unjoni Ewropea hemm sistema ta` kif dan il-prodott ikollu l-kwalitajiet meħtieġa biex imbagħad ikun jista` jinbiegħ.", "Allura aħna qed inħarsu biex il-produzzjoni tagħna f'dan il-qasam tkun produzzjoni bi standards kif suppost u kif wieħed jixtieq għall-ġid ta` dawk li jaħdmu fl-istess qasam.", "In-numru ta` nies li jaħdmu f'dan il-qasam, perċentwalment huwa żgħir u waħda mill-affarijiet li tindika li huwa żviluppat huwa kemm għandu nies jaħdmu f'dan il-qasam.", "Meta jkollok il-ftit li jipproduċu għal ħafna jirrifletti kemm hu pajjiż sinjur.", "Jekk inħarsu lejn il-pajjiżi l-foqra naraw li 'l fuq minn 50% tal- popolazzjoni tagħhom, ġieli anke 80%, jaħdmu fir-raba`.", "Hija mistoqsija filosofika jekk humiex foqra f'ċerti aspetti oħrajn, imma mil-lat ta` żvilupp u mil-lat ta` tbatija, speċjalment f'dan il-qasam, żgur li huma fqar.", "Allura huwa aħjar li l-ftit jipproduċu għal ħafna b'mod naturali u b'mod li jħalli lill-bdiewa u lis-sajjieda l-qliegħ xieraq u ġust biex din l-industrija tibqa` industrija vijabbli.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta` liġi ieħor li jikkonċerna l-agrikoltura.", "Nibda billi ngħid li minkejja li l- bdiewa jgħaddu minn ċerti perjodi ta` tensjoni nibqa` ngħid, li jekk aħna naħdmu bil-għaqal, l-agrikoltura f'Malta għad għandha l-futur tagħha.", "Proprju b'din il-liġi l-gvern qed jagħti dik l-injezzjoni li hemm bżonn biex l-agrikoltura f'pajjiżna tkun sostenibbli kemm għall-produzzjoni ta` l- ikel lokali kif ukoll għall-produzzjoni ta` ikel għall-esportazzjoni.", "Ma ninsewx li l-persentaġġ tal-gross domestic product ta` l-agrikoltura f'Malta huwa 2.3%.", "F'pajjiżi kbar, erbgħin u ħamsin sena ilu, il-gross domestic product ta` l-agrikoltura, f'pajjiżi bħall-Amerika u l-Ġappun, ġieli laħaq sa 30% imma llum il-ġurnata dan niżel taħt l-10% madwar id- dinja kollha.", "Pero` b'danakollu xorta għad hawn bżonn li lil dan is-settur nagħtuh dik l-injezzjoni qawwija li għandu bżonn biex ikun sostenibbli.", "Taqsima I ta` din il-liġi, fost ħafna affarijiet oħra, titkellem dwar \"fond ta` l-opoerat\" u tiddefinixxih hekk:-", "\"\"fond ta` l-operat\" tfisser il-kont ta` l-organizzazzjoni tal- produtturi bbażat fuq il-kontribuzzjonijiet tal-produtturi u l- finanzjament mill-gvern, liema fond ikun użat biss biex jiffinanzja programmi ta` l-operat, pjani ta` azzjoni u irtirar mis-suq.\".", "Jiġifieri dan il-fond mhux biss se jkun magħmul mill-qliegħ li jistgħu jagħmlu l-produtturi biss imma anke mill-għajnuna finanzjarja li gvern jgħaddi lill-organizzazzjoni.", "Imbagħad hemm id-definizzjoni ta` \"organizzazzjoni tal-produtturi\" li tgħid hekk:", "\"\"organizzazzjoni tal-produtturi\" tfisser organizzazzjoni, rikonoxxuta mid-direttur, li tkun korp volontarju, kostitwit legalment, ta` produtturi ta` prodotti partikolari jew ta` persuni li jaħdmu fl- industrija tas-sajd u fl-industrija tal-biedja, li jaġixxu flimkien biex jipproduċu, jaħsmu, jaħżnu, jippakkjaw u jressqu l-prodotti tagħhom lejn is-swieq.\".", "Mela hawnhekk qed jingħad li l-organizzazzjoni se tkun korp volontarju.", "Dan ifisser li ħadd m'hu se jimponi.", "Imma fl-għaqda hemm is-saħħa u dan huwa li rrid npoġġi għall-attenzjoni tal-bdiewa tal-Maltin u jekk ma jkunx hemm din l-għaqda li permezz tagħha nkunu nistgħu nipproduċu prodotti ta` kwalita` tajba ma nirnexxu qatt.", "Din hija l-mamma ta` kollox.", "Minn hemm irridu nitilqu.", "Jekk il-bdiewa tagħna se jkomplu jinsistu li jridu jibqgħu jaħdmu wieħed indipenti mill-ieħor m'aħniex se nimxu fil-qasam ta` l- agrikoltura f'Malta. irridu ningħaqdu sabiex nipproduċu l-aħjar prodotti kemm għas-suq lokali kif ukoll għas-swieq barranin.", "Mr Speaker, jiena nħobb nħares lejn x'qed jiġri fis-settur tal-produzzjoni ta` l-inbid.", "X'qed jiġri f'dan il-qasam?", "Ħafna għelieqi kbar jew żgħar qegħdin jitħawwlu bid-dwieli ta` ċerta kwalita` biex dik l-aġenzija li se tixtri l-għeneb ikollha moħħha mistrieħ li se jkollha prodott tajjeb.", "Dawn in-nies li qed jinvestu fl-għelieqi tagħhom permezz tad-dwieli għandhom garanzija li l-għeneb kollu li jiġi prodott se jinxtara minn dawk il- produtturi li jipproduċu l-inbid kemm għas-suq lokali kif ukoll għas-swieq barranin.", "Il-produtturi ta` l-inbid qed jagħtu lil dawn in-nies ix-xtieli tad-dwieli huma stess biex iħawluhom biex għada pitgħada jkollhom għeneb biex bih ikunu jistgħu jagħmlu dik il-kwalita` partikolari ta` inbid.", "Allura min qed jaħdem id-dwieli għandu suq garantit u dan qed iħalli effett tajjeb, tant li hawn ħafna nies li lesti li jinvestu f'din il-ħaġa.", "Eżempju ieħor huwa l-esportazzjoni tal-patata minn Malta lejn l-Olanda.", "Għaliex l- Olanda tippreferi li timporta minn Malta u mhux minn pajjiżi oħra?", "Għax il- patata prodotta lokalment hija waħda mill-aħjar li tiġi prodotta fl-Ewropa.", "Issa bħalma nesportaw il-patata nistgħu wkoll nesportaw prodotti oħra.", "Fil- fatt il-ministru qal li bħalissa qed isir sforz kbir biex nerġgħu nibdew nesportaw il-basal.", "Din diġa` kienet bdiet issir u kienet irnexxiet, imma fuq skala żgħira.", "Jekk aħna rridu nkabbru u nikkonċentraw fuq ċerti prodotti u nesportawhom, din il-liġi se tagħtina l-mezzi kollha biex nkunu nistgħu nagħmlu dan.", "Semmejt il-basal, għandna t-tadam, il-qargħabali, il- frawli, il-bżar aħdar u għandna wkoll l-għasel.", "Jekk irridu nikkonċentraw fuq dawn il-prodotti u minnhom nipproduċu prodott ta` kwalita` għandna l- mezzi kollha biex dan nagħmluh.", "F'Malta mhux kull naħa hija tajba l-istess biex tipproduċi l-aħjar kwalita` ta` ċerti prodotti agrikoli.", "Allura jrid ikun hemm għaqdiet ta` produtturi li jikkonċentraw fuq ċerti prodotti.", "Per eżempju, jkun hemm għaqda li tikkonċentra fuq il-produzzjoni tal-patata, għaqda oħra li tikkonċentra fuq il-basal, oħra li tikkonċentra fuq il-qargħabali, oħra li tikkonċentra fuq it-tadam u oħra li tikkonċentra fuq il-produzzjoni ta` l-għasel.", "Din liġi qed tagħti ċans lil dawk il-bdiewa part-time jew full-time li jridu jagħtu jikkonċentraw fuq prodott partikolari jingħaqdu f'organizzazzjoni biex jaħdmu tali prodott b'mod li jkun prodott ta` kwalita`.", "Jiena nifhem l- argument li ġab l-Onor.", "Noel Farrugia l-bieraħ meta qal li mhux sewwa li dak li nimportaw ikun irħas minn dak li nipproduċu lokalment.", "Imma jiena ngħid li aħna messna nikkonċentraw fuq ċerti prodotti ta` kwalita` tajba u nesportawhom, ħalli mbagħad indaħħlu prodott minn barra li jista` jkun irħis.", "Meta ngħid prodott irħis ma jfissirx li se nixtru t-tilqit ta` ħaddieħor għax aħna m'aħniex xi dumping area ta` prodotti li ħaddieħor ikun remihom.", "Imma aħna nafu li ċerti prodotti li nimportaw huma rħas minn dawk prodotti lokalment.", "Li rrid ngħid hu li tajjeb li aħna nipproduċu ċerti prodotti ta` kwalita` tajba għall-esportazzjoni li jiġu aċċettati anke mill- Unjoni Ewropea u fl-istess ħin aħna nimportaw bi prezz irħis.", "Wieħed forsi jgħidli: Allura l-prodott Malti se jkun biss għall-pajjiżi barranin?", "Jiena m'iniex qed ngħid hekk.", "Għandu jkun hawn produzzjoni għas-suq lokali, imma huwa ferm importanti li naħdmu biex nagħmlu l-esportazzjoni tagħna biex il- gross domestic product jikber u fl-istess ħin inkunu wkoll qegħdin ingawdu minn dak il-prodott.", "Mr Speaker, għandna wkoll it-tifsira ta` \"prodotti mwasslin fis-suq\" li hija definita b'dan il-mod:", "\"\"prodotti mwasslin fis-suq\" tfjisser il-prodotti tal-membri ta` l- organizzazzjoni ta` produtturi li jkunu twasslu fis-suq permezz ta` l- organizzazzjoni.\".", "Dan ifisser li l-liġi qed tiggarantixxi li dawn il-prodotti mwasslin fis- suq permezz ta` l-organizzazzjoni jkunu bi prezz li jkun tajjeb sew għall- konsumatur u li jħalli dħul xieraq għall-bidwi.", "Taqsima II li titkellem dwar il-kostituzzjoni ta` l-organizzazzjonijiet tal- produtturi l-liġi tgħid tgħid x'inhuma l-funzjonijiet u l-għanijiet ta` organizzazjoni tal-produtturi u waħda mill-funzjonijiet u l-għanijiet ta` organizzazzjoni tal-produtturi hija li tieħu dawk il-miżuri biex jiġi żgurat li l-produzzjoni tal-membri tagħha tkun kemm jista` jkun orjentata lejn is-swieq.", "Imbagħad għandna Taqsima IV intitolata \"Assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati\" li titkellem dwar l-għarfien ta` assoċjazzjonijiet bejn il- fergħat interessat.", "Dan ifisser li jekk ikun hemm diversi organizzazzjonijiet ta` produtturi ta` prodotti differenti, bħalma huma basal, patata, għeneb, qargħabali u prodotti oħra, il-gvern jirrikonoxxi li dawn jingħaqdu flimkien taħt assoċjazzjoni waħda.", "B'hekk l-għaqda tkun iktar b'saħħitha u hi tkun tista` tagħmel ir-rappreżentazzjoni tagħha għan- nom ta` dawk l-organizzazzjonijiet ta` produtturi li jridu jmexxu l- għanijiet tagħhom iktar 'il quddiem.", "Iktar minn hekk il-liġi qed tiggarantixxi għajnuna finanzjarja għax fil- fatt qiegħed jingħad li –", "\"Il-ministru responsabbli għall-agrikkoltura u l-ministru responsabbli għas-sajd jistgħu, bi qbil mal-ministru responsabbli għall-finanzi, jistabbilixxu skemi u fondi ta` garanzija biex jipprovdu għajnuna finanzjarja u forom oħra ta` gwida ta` kull xorta lill-industrija tal- biedja u lill-industrija tas-sajd.\"", "Mr. Speaker, xi trid tagħmel iżjed minn hekk?", "Hawn min jgħidlek li s- settur ta` l-agrikoltura dejjem kien l-aħħar fl-aġenda ta' kull gvern.", "Jiena ma naħsibx li l-gvern Nazzjonalista ħalla dan is-settur għall-aħħar u l-liġijiet li ressaqna s-sena l-oħra dwar dan il-qasam flimkien ma` din li qed niddiskutu llum juru dan.", "Il-bidwi għandu jkollu fiduċja f'dan kollu li qed nagħmlu għax b'dawn il-liġjijiet il-gvern qiegħed jagħti l-garanzija ta` għajnuna finanzjarja u xorta ta` għajnuna oħra.", "Il-bdiewa għandhom jinqatgħu darba għal dejjem mill-għanqbut tat-tradizzjoni u jingħaqad flimkien għax issa huwa l-mument li l-biedja tittieħed bl-akbar serjeta`.", "F'din il-liġi qiegħed jingħad ukoll li –", "\"Il-ministru responsabbli għall-agrikkoltura u l-ministru responsabbli għas-sajd jistgħu, bi qbil mal-ministru responsabbli għall-finanzi, jagħmlu regolamenti biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta` dan l-Att u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita` ta` dak li ntqal qabel, jistgħu jipprovdu:", "(a) biex tiġi stabbilita aġenzija li tħallas bil-funzjoni li tamministra kull skema jew miżura oħra li għandha x'taqsam ma` kull għajnuna finanzjarja jew gwida oħra li tiġi provduta taħt dan l- Att;", "(b) biex jiġu stabbiliti u ooperati skemi u fondi ta` garanzija biex jipprovdu għajnuna finanzjarja u forom oħra ta` gwida u għajnuna ta` kull għamla lill-industrija tal-biedja u lill- industrija tas-sajd taħt dan l-Att.\".", "Jiġifieri hawnhekk għandna liġi verament serja.", "Il-gvern huwa kommess li lil dan is-settur jagħtih spinta 'l quddiem u mhux biss għan l-għan tal- gvern huwa li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea, imma għax irid li dan is- settur jiġi ristrutturat bħalma qed jiġu ristrutturati oqsma oħra f'pajjiżna.", "Nafu li mhux faċli, pero` jeħtieġ li nifhmu li din il- fragmentazzjoni li għandna f'dan is-settur, illum m'għadhiex tagħmel sens.", "Ma tistax tkun isolat għalik waħdek.", "Illum trid tingħaqad ma` oħrajn.", "Jekk inti għandek ħamest itmien raba` jeħtieġ li tingħaqad ma` dak li għandu tletin tomna raba` biex il-prodott tagħna jkun ta` l-aħjar kwalita` u jġib l-aħjar prezzijiet fis-suq.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar l-għajnuna li tagħti l-Unjoni Ewropea.", "Taħsbu li aħna rridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea biex sempliċiment tagħtina l- flus jew inkella biex nieħdu xi għajuniet oħra biss?", "Min jaħseb hekk ikun qed jaħseb ħażin.", "Aħna rridu nikkontribbwixxu u fuq kollox ngħollu l- istandards tagħna.", "U għalhekk hija tajba l-Unjoni Ewropea, għax hi tara l- prodotti tagħha huma ta` standards għolja.", "Jeħtieġ li aħna naddottaw dawk il-gwidi li l-Unjoni qed taddotta f'dan il-qasam.", "M'huwiex minnu meta jingħad li qegħdin nagħmlu dawn l-affarijiet għax l-Unjoni qed timponi fuqna.", "Dawn l-affarijiet qed nagħmluhom biex ngħollu l-istandards ħalli nkunu kompettivi fis-swieq barranin.", "Għaliex għandna nkunu inqas minn ħaddieħor.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea hija unjoni biex iġġib lil kulħadd fuq l-istess livell.", "Mr Speaker, dan l-aħħar ħarġu diversi rapporti fuq is-settur ta` l- agrikoltura mill-Unjoni Ewropea.", "F'idejja għandi rapport intitolat \"Enlargement and Agriculture: Successfully Integrating the New Member States into the CAP\".", "F'dan ir-rapport jingħad hekk:-", "\"The EU position should be designed so as to support in the best posibble way the efforts undertaken by the candidate countries to restructure and modernise their agricultural economies.", "It should be ensured therefore that the results of the accession negotiations pave the way for a swift and smooth integration of the agricultural sectors of the new Member States in the single market and the common agricultural policy.\".", "Dan hu l-għan li jrid jilħaq il-gvern.", "Għal dan li qed jingħad f'dan il- paragrafu li għadni kemm qrajt qegħdin naħdmu.", "Imbagħad dan ir-rapport ikompli jgħid dan -", "\"The problem of restructuring in the candidate countries is directly linked to the dualism of their agricultural structures.", "On the one hand, the commercial sectors need to invest and restructure.\".", "Mela lill-bdiewa rridu ninkoraġġuhom biex jinvestu.", "Mhux se jkunu waħedhom.", "Il-gvern qiegħed joħroġ l-għajnuna finanzjarja tiegħu wkoll.", "Anke l-Unjoni Ewropea se tagħti l-għajnuna tagħha wkoll.", "Dan hu l-messaġġ li jrid jasal lill-bdiewa.", "Se jkollhom l-għajnuna kollha possibbli, kemm mill-gvern kif ukoll mill-Unjoni, issa sta għalihom li jagħmlu r- ristrutturazzjoni.", "Ma nistgħux nibqgħu naħdmu bil-metodi antiki tan- nanniet.", "Irridu nimmodernizzaw ħalli nipproduċu prodotti ta` kwalita` tajba.", "Ir-rapport li qed nikkwota minnu jkompli billi jgħid hekk:", "\"On the other hand subsistence farming continues to play a major role as a social safety net in rural areas.", "However part of the subsistence sector may still develop and integrate itself in a market economy.\".", "Imbagħad fuq id-direct payments l-Unjoni Ewropea tgħid hekk:-", "\"Direct payments should be gradually introduced in the new Member States during a transition period.", "Such a phase is necessary to ensure the smooth integration of the candidate countries into the common agricultural policy while maximizing the opportunity for the restructuring of their agricultural sector.\".", "Mela l-Unjoni Ewropea qed tgħid li d-direct payments għandhom jidħlu b'mod gradwali, imma l-gvern Malti qed jagħmel iktar minn hekk għax se jagħtihom mill-ewwel.", "Fil-fatt fl-aħħar budget għamel provision ta` Lm8 miljuni li jridu jitqassmu fi tliet snin.", "Jiġifieri sakemm aħna niġu biex nieħdu l- għajnuna mill-Unjoni Ewropea, fis-sena 2004, il-gvern diġa` kkommetta ruħi li se jagħti Lm8 miljuni.", "Mela waqt li l-Unjoni Ewropea qed tgħid li dawk il-pajjiżi li se jissieħbu magħha mhux se tagħtihom ċerta għajnuna qabel ċertu żmien, il-gvern ħareġ għonqu biex jagħti biżżejjed għajnuna finanzjarja sakemm nibdew nirċievu dik mill-Unjoni.", "Dan hu li jridu jifhmu l-bdiewa.", "Aħna se nagħtuhom dik l-għajnuna kollha li għandhom bżonn.", "Mr Speaker, jiena m'għandix dubju li fin-negozjati li qed isiru dwar il- kapitlu ta` l-agrikoltura, il-gvern Malti qed jipprova jġib l-aħjar arranġamenti li jista` għall-qasam agrikolu f'pajjiżna.", "Fil-fatt dan l- aħħar f'konferenza li saret fin-New Dolmen Hotel smajna lis-Sur Richard Cachia Caruana jispjega tant tajjeb u b'tant oġġettivita` x'derogi u transition periods qiegħda titlob Malta fin-negozjati li qed tagħmel mal- Kummissjoni ta` l-Unjoni Ewropea u ta` min jgħid li dwar il-qasam tal- biedja, Malta qiegħda titlob 42 arranġament speċjali.", "Tant huwa konxu mill- organizzazzjoni ta` l-Unjoni Ewropea li l-gvern qed jitlob 42 arranġament speċjali għall-qasam tal-biedja biex proprju nkunu nistgħu nieħdu l-aħjar li nistgħu.", "Mr Speaker, tissemma wkoll is-saħħa pubblika veterinarja.", "Hija importanti din għall-pajjiżna?", "Aħna wieħed mill-iktar pajjiżi li nużaw metodi perikolużi biex noqtlu l-insetti – biex nitkellem b'mod sempliċi - b'kimika li tagħmel ħsara għas-saħħa tal-bniedem, meta kif jaf kulħadd hawn metodi oħra naturali.", "Jekk nużaw dawn il-metodi naturali nkunu qed nissalvagwardaw is-saħħa tal-bniedem, lill-istess prodott u anke lill- ħamrija għax bil-chemical agents li nużaw aħna nkunu qed noqtlu insetti oħrajn li huma tant bżonnjużi għall-ħamrija.", "Mr Speaker, l-Unjoni Ewropea se tkun hi li torganizzana anke fil-health and safety f'dan il-qasam.", "Mela l-health and safety teżisti biss għas-settur tal-kostruzzjoni jew għal industriji oħrajn fejn hemm il-periklu?", "Il- health and safety trid tkun anke f'dan is-settur tal-biedja u dan qegħdin naħsbu għalih ukoll permezz tan-negozjati li qegħdin nagħmlu ma` l-Unjoni Ewropea.", "Għandna wkoll is-settur tal-ħarsien ta` l-annimali li huwa settur li għandu jiġi ttrattat b'mod tajjeb.", "Aħna m'għandniex dawk l-għelieqi kbar għall-grazing ta` l-annimali.", "L-annimali tagħna jiddependu biss fuq l- għalf li nipproduċu.", "Imma fuq dan l-għalf li nipproduċu fl-Unjoni Ewropea hemm ukoll regoli speċifiċi biex dan l-għalf ikun ta` l-aħjar kwalita` biex l-annimal jitla` b'saħħtu u nibqgħu nipproduċu laħam li jkun safe għas-saħħa tal-bniedem.", "Mr Speaker, jiena ċert li b'din il-liġi se nkunu qegħdin nagħtu spinta 'l quddiem lill-bidwi Malti.", "Issa jeħtieġ li jifhem hu.", "Il-gvern poġġa l- pedamenti f'posthom issa hemm bżonn li nfehmuhom lil dawn in-nies.", "Minkejja l-ħafna svantaġġi li għandna, il-qasam ta` l-agrikoltura xorta waħda għad għandu futur ġewwa Malta.", "Hemm bżonn li nlaqqgħu lill-bdiewa u ż-żewġ naħat tal-Kamra nipperswaduhom li dan li qed nagħmlu qed nagħmluh għall-ġid tagħhom.", "Aħna rridu nistmawhom daqs dawk li jaħdmu bil-pinna, daqs dawk li jaħdmu fil-manifattura u xejn inqas minn dawk in-nies li jaħdmu f'diversi setturi tal-computer.", "Aħna rridu li anke l-bdiewa wara li jkunu rtiraw mix-xogħol ikollhom il-pensjoni diċenti li tassew tkun tixraqilhom.", "Allura nappella biex il-bdiewa li jipproduċu diversi prodotti differenti jingħaqdu flimkien, kif qed tgħid din il-liġi, għax fejn hemm l- gaħqda hemm is-saħħa.", "Jiena nappella wkoll biex il-ministeru ta` l- agrikoltura ma jaħsibx biss fil-laqgħat li jista` jagħmel ma` l-Unjoni Ewropea imma għandu wkoll ilaqqa` d-diversi produtturi f'dan il-qasam u jfehemhom li għandhom bżonn jirristrutturaw u li l-investiment jista` jġib ħajja ferm aħjar għalihom infushom, għall-familji tagħhom kif ukoll għall- pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, b'kull rispett lejn il-kelliema kollha tal-gvern, meta nkun qed nismagħhom jitkellmu ġieli jiġu mumenti fejn nistħajjilni qed nisma` għall-ewwel darba f'ħajti l-istorja tas- cindirella, meta din kienet fid-dulur u f'daqqa waħda tfaċċat il-fairy godmother u waddbet kollox f'loku, għal cindirella.", "Imma mbagħad malajr niftakar li l-istorja ta` cindirella ngħiduha lit-tfal li meta jikbru jindunaw li din hija fairy tale.", "Dalgħodu smajt żewġ kelliema min-naħa tal- gvern li fl-opinjoni tiegħi qed jittrattaw lill-poplu tagħna bl-istess mod ta` meta aħna nirrakkontaw l-istorja tas-cindirella lit-tfal tagħna.", "Dan apparti l-fatt li jekk tkun attent u tanalizza xi jkun jkun qed jingħad issib li f'dawk li huma dettalji, dak li jgħid wieħed ma jkunx jaqbel ma` dak li qal l-ieħor.", "Il-kelliema tal-gvern qegħdin jibqgħu jgħidu lin-nies affarijiet li ma jkunux realistiċi jew inkella nofs veritajiet biex, kif jgħid il-Malti, ir-ruħ tifhem u wieħed jinterpreta dak li jisma` kif irid.", "Qegħdin jibqgħu jiġu hawn u jindirizzaw lill-bdiewa, lir-raħħala u lis- sajjieda u jgħidulhom biex ma joqogħdux jinkwetaw għax il-gvern se jagħtihom l-għajnuna finanzjarja u kollox jibqa` għaddej ħarir.", "Imbagħad lill-konsumaturi jgħidulhom biex ma jikkonfondux għax b'dak li se jagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam biedja u sajd se jmorru aħjar għax il-prezzijiet se jkunu orħos.", "Li ma ngħidulhomx huwa l-verita` ta` l-implikazzjonijiet ta` din il-politika li dan il-gvern qed idaħħal.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Francis Agius qal li ma sema` lil ħadd minn din in-naħa jgħid li din il-liġi qed nagħmluha għax hekk iridu ta` Brussels.", "Imma mbagħad meta tkellem l-Onor.", "Bonnici ammetta li din hija liġi li qed issir biex tikkonformaw ruħna ma` ta` Brussels u m'għandniex għalfejn niddejqu minnha għax ta` Brussels iriduna nkunu aħajr mill-aħna bħalissa.", "Dan qisu jiena mmur fid-dar ta` l-Onor.", "Bonnici u ngħidlu: Isma` l-gwardarobba jew il-mejda ressaqha 'l hemm għax ikun aħjar għalik.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Jiġifieri nies li lanqas jafu l-karatteristiċi tagħna, jew jafuhom biss minn fuq il-karti u d-dokumenti, jafu iktar minna x'inhuma l-bżonnijiet tagħna.", "Din qatt m'għandna naċċettawha.", "Li inti tieħu parir u tara jekk hux tajjeb għall-każ tiegħek nifhimha, imma mhux se nibqgħu bil-mentalita` kolonjali u għax ta` barra jgħidulna li jixtieqilna l-ġid indaħħlu rasna fir-ramel, nagħmlu bħall-ostrich, u nibqgħu għaddejjin.", "Lill-Onor.", "Francis Agius irrid ngħidlu li din il-liġi, jekk tista` ssejħilha liġi – u 'l quddiem nispjega għaliex qed ngħid hekk - qiegħda quddiemna minħabba l- ossessjoni tal-gvern nazzjonalista li akkost ta` kollox isieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea u nirreferih għall-NPAA tas-sena 2001 f'paġna 133 fejn hemm imniżżel bl-aktar mod ċar li l-gvern impenja ruħu biex din il-liġi tidħol sal-fourth quarter tas-sena 2001.", "Fil-fatt fin-National Programme for the Adoption of the Acquis li ħareġ f'Jannar, 2001 jingħad hekk:-", "\"A producers` organisations bill will be adopted by parliament by the fourth quarter of 2001.\".", "Jiġifieri, Onor. Agius, din il-liġi qiegħda tiġi quddiem il-Parlament Malti għax hekk qed jitolbu ta` Brussels.", "Naturalment il-gvern nazzjonalista jrid jagħmel bħal ħmir u jbaxxi rasu għax inkella jgħidulu li ma jistax jidħol fil-club tagħhom.", "Dan huwa imniżżel f'dokument li l-gvern nazzjonalista stess qiegħed fuq il-Mejda ta` din il-Kamra, m'huwiex imniżżel f'xi dokument li ġibnih mill-Ħamrun.", "L-Onor.", "Francis Agius qal ukoll li din hija liġi li se tkompli tmexxija 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Din hija liġi ta` 20 artiklu li jekk tagħsar kollox, l-unika ħaġa li tista` taqbad magħha huwa artiklu 19.", "Din hija an abling act, jiġifieri biex tagħti s-setgħa, u tagħti s-setgħa kollha lill- ministru tal-biedja biex jagħmel kollox.", "Jiġifieri din il-liġi, jekk ikollok tagħsarha f'żewġ kelmiet biex jifhimha l-poplu, kulma tgħid huwa li l-ministru tal-biedja se jsir \"kollox hu\".", "Dan l-artiklu 19 jgħidlek li l- ministru se jkollu s-setgħa li jagħżel il-kategoriji ta` prodotti li jikkwalifikaw għall-formazzjoni u rikonoxximent ta` organizzazzjonijiet tal- produtturi u assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati, se jkollu s- setgħa li jirregola l-kriterji li għandhom jintużaw għar-rikonoxximent ta` organizzazzjonijiet tla-produtturi u assoċjazzjonijiet bejn il-fergaħt interessati, inkluż n-numru minimu ta` membri.", "Jiġifieri anke dwar in-numru minimu ta` membri huwa l-ministru li jrid jiddeċiedi.", "Barra minn hekk se jkollu s-setgħa li jirregola l-kondizzjonijiet li taħthom organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni bejn il-fergaħt interessati titqies li tirrappreżenta settur jew area speċifika.", "Imbagħad għandu s-setgħa wkoll li jagħmel ir-regoli li jirregolaw it-tmexxija u l-operat ta` l- organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati.", "Jiġifieri anke kif imexxu laqgħa, għax hekk tfisser din.", "F'kollox se jidħol il-ministru.", "Jiġifieri b'din il-liġi lill-ministru qed ngħidulu: Inti sirt alla żgħir ħalli tiddeċiedi kollox int fuq dawn.", "Fil- fehma tiegħi din hija liġi inkwetanti u mhux biss għall-mod totalitarju ta` kif se jkun immexxi dan il-qasam", "Hawnhekk irrid nistaqsi: X'konsultazzjoni saret fuq dan l-abbozz ta` liġi, u jekk saret ma` min saret?", "Xi studju sar dwar l-impatt ekonomiku u soċjali fuq l-effetti l-ewwelnett tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda, għax se jkunu huma l-ewwel li jintlaqtu, u mbagħad tal-konsumaturi wkoll?", "Lill-konsumaturi kull darba noqogħdu nimlewlhom rashom biex ma joqogħdux jinkwetaw għax se jkollhom prezzijiet irħas – hekk qegħdin jgħidulhom – u m'intomx tgħidulhom li l-għajnuna finanzjarja li semma l-Onor.", "Bonnici fid- diskors tiegħu jridu joħorġuha huma.", "L-Onor.", "Bonnici qal li l-gvern mill- ewwel ħareġ għonqu u għat-tliet snin li ġejjin se jagħti Lm8 miljun f'għajnuna u ma qagħadx jistenna lill-kummissjoni ta` l-Unjoni Ewropea biex tagħti l-għajnuna lil Malta.", "Jiena ngħidlu li l-poplu Malti u Għawdxi ħareġ għonqu għal dawn it-Lm8 miljun bit-taxxi li issa ilhom jagħfsu fuqu għal dawn l-aħħar tliet snin u nofs.", "Il-konsumaturi ħarġu għonqhom għalihom.", "Dawk li intom qed tgħidulhom li bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se torħsilhom il-ħajja.", "Nixtieq li l-ministru fil-winding up jgħidilna xi studji saru fuq dawn l-impatti fejn għandhom x'jaqsmu l- bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda, il-konsumaturi, is-setturi ta` l- industrija, is-settur tat-turiżmu u negozji oħra.", "Mr Speaker, nixtieq nistaqi wkoll: X'tip ta` għajnuna teknika dawn l- organizzazzjonijiet se jingħataw?", "Se tkun involuta l-IPSE jew inkella jekk hux se tiġi vvintata xi awtorita` oħra, għax dawn qed ifaqqsu bħall- mushrooms, biex jagħtu l-għajnuna teknika lil dawn l-organizzazzjonijiet?", "Din il-liġi, li m'hi liġi xejn għax kulma qed tagħmel huwa li tagħmel lill- ministru tal-biedja alla żgħir, se tirrelata mal-liġi tal-kompetizzjoni?", "X'safegurads se jkun hemm, per eżempju, kontra ċerti monopolji.", "Din il- liġi kif se taffettwa l-koperattivi tal-bdiewa u s-sajjieda?", "Qabel dan l- abbozz ta` liġi ġie quddiem dan il-parlament kien hemm konsultazzjoni ma` l- APEX li, biex ngħidu hekk, hija l-federazzjoni tal-koperattivi għax kważi l- koperattivi li hawn f'Malta huma fi ħdana?", "Mr Speaker, jiena ma naqbel xejn ma` dak li qalu l-kelliema tal-gvern fuq din il-liġi.", "Din hija liġi li qed tiġi mbuttatha naturalment minn din il- ħeġġa kbira bla sens għal sħubija sħiħa fl-Unjoni akkost ta` kollox.", "Il- kelliema tal-gvern jafu li jekk hemm oqsma li se jkunu affettwati b'mod negattiv bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea m'hemmx dubju li dawn huma proprju l-oqsma li qed niddiksutu f'din il-liġi.", "U tant jafu li jekk wieħed iħares lejn il-position paper dwar in-negozjati ma` l-Unjoni li ħarġet fis-26 ta` Lulju, 2001 isib li l-ammont ta` requests li għamel il- gvern fuq diversi aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-biedja u s-sajd huma enormi.", "Jiena ma qgħadtx ngħoddhom imma probabbli huma l-itwal lista li hemm fin-negozjati.", "Fost ħafna talbiet oħra l-gvern qiegħed jitlob derogi u transition periods ta` ħames snin, bħallikieku n-natura tal-biedja u s- sajd f'pajjiżna se tinbidel sa ħames snin oħra.", "Qisu li jekk nieħdu t- transition period din il-blata ta` ċertu daqs li ngħixu fiha se tiġġebbed sa ħames snin oħra jew inkella l-klima tagħna mhux se tibqa` dik li hi u l- affarijiet jirranġaw ruħhom.", "Il-gvern jaf li għandu problemi kbar, u dan joħroġ anke minn ċerti dokumenti li ppubblika l-gvern stess.", "Se naqra x'jingħad dwar l-agrikoltura f'paġna 130 tan-National Programme for the Adoption of the Acquis li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "U se naqraha għax dawn huma dokumenti twal ta` mijiet ta` paġni li veru tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra u li veru jkunu wkoll aċċessibbli għall-media, pero` rarament jaraw id-dawl, biex ma ngħidx qatt.", "Mela f'paġna 130 ta` dan ir-rapport jingħad hekk:-", "\"The development of agriculture in Malta is constrained by its natural and geographical characteristics which are not conducive to a higher rate of development.", "The smallness of the local market does not contribute towards crop or livestock enterprise specialisation as an alternative.\".", "Dan qiegħed miktub fin-national programme for the adoption of the Acquis.", "Ovvjament dan ma nkitibx mil-Malta Labour Party.", "Inkiteb mill-gvern Nazzjonalista.", "Allura ma jistax ikollna ċertifikat ikbar minn dan għax qed jagħmilha ċara - kontra dak kollu li ntqal mill-kelliema tal-gvern – li l- karatteristiċi ġeografiċi u naturali tagħna m'humiex conducive għal rata għolja ta` żvilupp u s-suq żgħir tagħna ma jikkontribbwixxix għal ċerta speċjalizzazzjoni bħala alternattiva.", "Jiġifieri l-Onor.", "Francis Agius ma nafx kif jista` jagħmel il-paragun ta` Malta mal-Greċja fejn qal li dawn bdew jispeċjalizzaw u jagħmlu l-feta cheese.", "Ejja nkunu realistiċi.", "Ejja ma nkomplux nipprovaw ningannaw lin-nies.", "Ejja ngħidulhom il-verita`.", "Għidulhom li b'din l-ossessjoni tagħkom għal sħubija akkost ta` kollox din l-istorja tal-biedja u s-sajd se ġġib saram kbir fuq il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Lill-bdiewa tkomplux tgħidulhom li għax se tagħtuhom xi għajnuna finanzjarja b'daqshekk se tirrilivjawhom u lill-konsumaturi tbellgħulhom li se jorħsu l-prezzijiet u allura se jkunu komdi.", "Meta tridu titkellmu fuq il-konsumaturi titkellmux biss fuq parti ta` l-affarijiet imma tkellmu fuq kollox.", "Il-konsumatur ikun konsumatur komdu u jista` verament igawdi d-drittijiet tiegħu meta jkollu l-purchasing power addattat u xieraq li jlaħħaq ma` dak li hu bażiku.", "Jekk inqisu llum minn xiex għaddej il-konsumatur Malti u Għawdxi naraw li s'issa għadu ma ħax fuqu l- piżijiet kollha tas-sħubija sħiħa u diġa` qiegħed fi problemi kbar f'dik li għandha x'taqsam purchasing power.", "Għaliex?", "Għax bl-għafsa tat-taxxi li għandu fuqu u bil-ħlasijiet tal-kontijiet għal servizzi essenzjali, li ġew intaxxati wkoll, ma jistax ilaħħaq mal-bżonnijiet aħseb u ara ma` affarijiet oħra.", "Għandek nies tan-negozju jitkellmu ċar u jgħidulek li l- ewwel ma jrid jiekol huwa l-gvern għax l-ewwel ma trid tħallas huma l- kontijiet.", "Jekk iddur dawra fiċ-ċentri kummerċjali li għandna fil-Belt, il- Ħamrun, il-Mosta u sa ċertu punt anke Ħal Qormi fejn il-ħwienet kollha għandhom kull tabella daqshiex bil-kelma \"Sale\" tara li dawn huma kollha vojta, u dan fi żmenijiet fejn il-ħwienet is-soltu jkunu mballati bin-nies.", "Għaliex?", "Għax minkejja r-roħs fil-prezzijiet il-konsumatur Malti u Għawdxi xorta waħda m'huwiex f'qagħda li jista` jmur jħallas biex jixtri.", "Għalhekk huwa qerq li tgħidu lill-konsumaturi li se jorħsu l-prezzijiet u b'hekk se jkun aħajr.", "Tridu tgħidulhom li dik l-għajnuna finanzjarja li xi darba tista` tiġi mill-Unjoni Ewropea għal dan is-settur trid toħroġ ukoll mit-taxxi tagħna għax għall-Unjoni Ewropea l-flus ma jaqgħux bħall-manna mis-sema, huma l-pajjiżi membri li jikkontribbwixxi għal dawk il-fondi.", "Mr Speaker, jiena se nkompli naqra ftit ieħor mill-NPAA li ħareġ f'Jannar tas-sena l-oħra.", "Dan ikompli jgħid hekk:", "\"These considerations as well as the pressure of urbanisation clearly indicate that Maltese agriculture operates in highly less favoured conditions for agricultural production.", "The small size of the islands, the natural attributes, market constraints and high population density, indicate the limited production capacity of agriculture, the limited range of products that can be produced and the poor conditions for high capital intensity.\".", "Jiġifieri hawn qed tgħidu kollox iswed fuq l-abjad.", "Imma sadanittant lill- poplu Malti u Għawdxi tkomplu tmexxuh minn imnieħru u tbellgħulu r-ross bil- labra.", "Din hija oxxenita`.", "Imbagħad ikompli jingħad hekk:", "\"In addition, the peripheral situation of Malta heightens its disadvantaged status by way of transport bottlenecks and extra costs.\".", "Hawn niġi għall-famuż paragun li għamel l-Onor.", "Francis Agius meta semma l- Greċja.", "Mr Speaker, Malta xorta tibqa` fi żvantaġġ anke kieku kellna ċerti karatteristiċi favorevoli għax aħna gżira.", "Lil Malta ma tista` tipparagunaha ma` l-ebda pajjiż.", "Per eżempju, fis-sajd tista` tipparagunana mal-Lussemburgu.", "Il-Lussemburgu qiegħed fil-qalba tal- kontinent u jekk għandek bżonn xi ħaġa tista` taqbad karozza u tmur ġo pajjiż ieħor u l-Greċja l-istess.", "Tinbidel kemm tinbidel it-teknoloġija u nagħmlu kemm nagħmlu ristrutturar f'dan il-qasam xorta s'issa ħadd m'għadu ma vvinta li nimportaw jew nesportaw through the wires jew is-satelliti jew l-airways.", "Kollox għadu jiġi f'Malta jew joħroġ minn Malta permezz ta' l- ajruplan jew il-vapur.", "Għaldaqstant anke hawn tridu tgħidu l-verita` ħalli tagħtu stampa sħiħa ta` l-affarijiet.", "Din għedtuha wkoll fl-NPAA meta għedtu li għandna transport bottlenecks minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħna.", "Mr Speaker, fl-NPAA ikompli jingħad hekk:", "\"Malta faces a number of major constraints restricting its competitiveness in agriculture and agro-industry.", "The first one is related to the opportunity cost of land.", "Agriculture is a land intensive economic activity and the economic rental value of land in Malta puts it at a disadvantage vis-à-vis other Mediterranean competitors countries where land scarcity tends to be less of a major problem.\".", "Mela l-kwestjoni ta` l-art hija fattur.", "Issa billi nitolbu transition period ta` ħames snin jew ta` seba` snin – u l-Unjoni Ewropea ma tantx għadha tagħti transition periods - l-art li għandna se tespandi?", "Mhux li b'li għandna se nibqgħu?", "Mela l-problema li qed tissemma hawnhekk, iswed fuq l-abjad, se tibqa` magħna.", "U jekk dik hija problema li lilna timmankalna dan is-settur, mela dan huwa handicap għal dejjem.", "Hekk tridu tkellmuhom lill-bdiewa, lir-raħħala, lis-sajjieda u lill-poplu Malti u Għawdxi in ġenerali għax kulħadd se jkun milqut.", "Mr Speaker, imbagħad f'paġna 131 ta` l-NPAA insibu li qed jingħad dan –", "\"In such a scenario, there are foreseeable constraints for Maltese agriculture to attain the high productivity standards which are achieved elsewhere in Europe.", "Higher productivity can never offset the three structural constraints of land, water and labour costs.", "In spite of this, agriculture remains an important sector from a national development perspective.\".", "Hekk irridu nitkellmu aħna.", "Kieku xi ħadd mill-kelliema tal-gvern semma l- importanza, per eżempju, strateġika tal-biedja.", "L-Onor.", "Agius dalgħadu qal li din il-liġi mhux qed nagħmluha biex niggwadanjaw xi political mileage għax f'dan is-settur hemm ftit nies.", "Jiena ngħidlu li għalhekk qed tabbużaw b'dan il-mod għax tant hemm ftit nies li taffordjaw li titilfuhom meta jindunaw li qed twaddbulhom il-karrotta biex taljenawhom.", "Imma bir- rispett kollu, il-biedja veru li tista` tikkappeġġja ftit nies imma l- importanza soċja-ekonomika u strateġika li għandha l-biedja hija enormi.", "In-National Programme for the Adoption of the Acquis ikompli jgħid hekk:-", "\"Firstly the farming community constitutes an important component of Malta's social structure and fabric.", "Secondly, the farming sector contributes in no small way to the maintenance and enhancement of Malta's rural landscape.", "Thirdly, in view of Malta's island status, in the periphery of the production centres of Europe, agriculture affords a limited but vital source of food security particularly in emergencies and possible disruption of supplies form overseas.\".", "Jiġifieri qed tgħidu intom stess bl-iswed fuq l-abjad xi problemi se jkollna.", "Imma hawn ġew ħadd ma jsemmi xejn.", "Lill-bdiewa u lir-raħħala tibqgħu tgħidulhom li se tagħtuhom Lm8 miljuni fuq medda ta` tliet snin.", "Qed tgħidulhom biex iserrħu rashom anke jekk jispiċċaw li ma jipproduċu xejn iktar għax ma jkunux jistgħu jiffittjaw fil-libsa l-kbira tal-ġganti li għandha l-Unjoni Ewropea.", "Ma jimportax għandkom Lm8 miljun għal tliet snin, serrħu raskom u mbagħad Alla jarakom.", "Hekk qed ngħidulhom lil dawn in-nies f'pajjiżna.", "Mr Speaker, jekk wieħed imbagħad jaqra l-parti t'isfel f'paġna 131 tal-NPAA isib ħafna affarijiet li jkomplu juruna kemm se nispiċċaw ngħoddsu b'din l- ossessjoni ta` dan il-gvern li akkost ta` kollox irid isieħeb lil Malta fl- Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt insibu dan – \"These safeguards coupled with appropriate measures are considered as an integral part of Malta's endeavour towards the liberalisation of imported food and agricultural products from the EU and the adoption of the common external tariff.", "The adoption of the internal prices of several commodities could have a direct bearing on domestic costs and may affect negatively Malta`s international competitiveness in the industrial and tourism sectors.\".", "Din hija ammissjoni kbira li dan is-settur ma jolqotx biss lill-bdiewa, lir- raħħala u lis-sajjieda imma jolqot saħansitra wkoll il-kompetittivita` tas- setturi ta` l-industrija u tat-turiżmu, u hawnhekk dwar dan ma nisimgħu xejn min-naħa tal-kelliema tal-gvern.", "Anzi nibqgħu nisimgħuhom jitkellmu qishom qed jgħidulna l-fairy tales b'ħafna romantiċiżmu qisu hemm xi love affair għaddejja bejn il-partit nazzjonalista u l-kummissjoni ta` l-Unjoni Ewropea.", "Fl-istess paġna tal-NPAA insibu aktar ammissjonijiet.", "Fil-fatt insibu wkoll dan li ġej:", "\"Given the current CAP regime, Malta would not benefit from a number of CAP measures since these products cannot be produced in Malta in view of the small size of farms, serious competition for land use and limited linkages between the food industry and agriculture.\".", "Din aħjar!", "Jiġifieri minkejja li hawnhekk smajna lill-Onor.", "Bonnici jiftaħar u jerġa` jagħmlilhom il-karrotta ma` mneħierhom u jgħidilhom li l- gvern ħareġ għonqu u se jagħtihom Lm8 miljuni qabel Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, fl-NPAA qed jgħidu mod ieħor.", "Qed tgħidu ċar u tond li hemm diversi miżuri tas-CAP li m'aħniex se nibbenefikaw minnhom.", "Dawn huma volumi ta` karti li jintefgħu fuq x'kaffa u qatt ma joħorġu għad-dawl.", "Mr Speaker, ħalli nkompli ngħid x'qed jingħad iżjed fl-NPAA.", "Dan ikompli hekk:-", "\"Specific supply arrangements may therefore be required to address the disadvantages of operating in a small fragmanted and peripheral island.\".", "Imbagħad f'paġna 132 insibu ta` l-istess NPAA insibu hekk:-", "\"In preparation for the gradual impiementation of the relevant CAP mechanisms, an exercise has been carried out through an FAO/TCP project to calculate the domestic resource cost involved in producing an number of products, important for the Maltese agricultural sector, and to compare the domestic resource cost with the value of imported products.", "On the basis of the domestic resource cost estimates, the gap between Malta's agricultural policy and the EU's CAP has been analysed.", "Appropriate timeframes and policy measures required to bridge the gap have also been determined and evaluated.", "Prelimenary calculations show that Malta suffers a comparative disadvantage in the most important agricultural produce.\".", "Mela hawn għandna ċertifikat wara l-ieħor tad-diffikultajiet u tas-saram kbir li dawn is-setturi f'pajjiżna se jispiċċaw fih proprju għax il-gvern nazzjonalista huwa deċiż u ossessjonat li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena ngħid: Dan x'ġenn hu?!", "X'ġenn hu?!", "Morru quddiem il-poplu, morru quddiem il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda u għidulhom il-verita`.", "Lill- konsumaturi għidulhom li biex inżommu dan is-settur itektek iridu joħorġu iktar taxxi ħalli jikkumpensaw għall-għajnuna li trid tingħata lil dan is- settur u mbagħad forsi jkollhom prezzijiet aħjar, imma jkunu diġa` ħallsu għalihom bid-doppju, bit-tripplu u anke b'sitt darbiet aktar.", "Mr Speaker, jiena nistaqsi wkoll: X'tip ta` studji soċji-ekonomiċi saru dwar l-effetti ta` kif, per eżempju, se jintlaqat it-turiżmu bir- risturtturar li jrid isir f'dan is-settur?", "Ma naħsibx li meta terġa` ssir xi farsa fis-settur tat-turiżmu se jerġa` jeħel Bin Laden!", "Ikun il-gvern nazzjonalista li jrid jgħid mea culpa.", "Jiena nerġa` nitlob lill-ministru biex fil-winding up jgħidilna x'tip ta` studju sar biex naraw dan ir- ristrutturar li se jsir f'dan il-qasam x'effett se jħalli fuq l-industrija tat-turiżmu.", "Intom stess fl-NPAA qed tgħidu li l-industrija tat-turiżmu se tkun milquta b'mod negattiv.", "Aħna m'aħna ngħidu xejn ġdid għax il-gvern nazzjonalista ilu jaf minn qabel li applika għas-sħubija li aħna ma nistgħux nlaħħqu qatt mal-pass tal-pajjiżi membri l-oħra.", "Din l-istorja tal-qasam tal-biedja ilha sejra sa minn mindu twaqqaf il-common market.", "Fil- fatt f'dak li għandu x'jaqsam mal-common agricultural policy, artiklu 39 tat-trattat ta` Ruma jistabbilixxi ħames għanijiet ewlenin, imbagħad ovvjament komplew jestendu.", "Naturalment dawn l-għanijiet għadhom jgħoddu sal-lum u allura jgħoddu wkoll għalina.", "L-ewwel wieħed huwa li għandha tiżdied il-produttivita` agrikola.", "Mela l-ewwel għan huwa li tiżdied il- produttivita` agrikola u mbagħad aħna stess fil-position summary tas-26 ta` Lulju 2001 insibu li qed ngħidu dan:-", "\"Maltese agriculture consists of a relatively large number of small sized holdings and accounts for 2.6% of Malta`s GDP and 1.8% of total employment.", "In the year 2000 agriculture provided approximately for only 27% net of Malta's food requirements.", "Natural conditions, especially water shortages, water salinity and land fragmentation arising from a high population density, 1200 persons per square kilometer, which is approximately eight times the current EU average, are not conducive to high rates of development.", "The intensive production of Maltese agriculture resulting from the special geographic characteristics of the island, the natural semi arid climatic conditions and limited natural resources limit the production capacity of agriculture and the range of products produced.\".", "Mela wieħed mill-għanijiet ewlenin, sa mill-1957 meta sar it-trattat ta` Ruma, huwa li s-CAP qiegħda hemmhekk biex anke tiżdied il-produttivita` agrikola, aħna fil-position paper u fl-NPAA għal darba, tnejn, tlieta dejjem għedna li huwa diffiċli li l-produttivita` agrikola f'pajjiżna tiżdied minħabba l-karatteristiċi naturali li għandna u sadanittant il- gvern nazzjonalista jibqa` jgħid lill-bdiewa biex ma joqogħdux jinkwetaw għax issa waqt li nagħmlu r-ristrutturar se jagħtihom Lm8 miljuni fuq medda ta` tliet snin u jagħtihom l-impressjoni li se taqa` l-manna mis-sema u lill-konsumaturi jgħidilhom biex ma jinkwetawx għax issa se jorħsulhom il- prezzijiet, u jibqgħu jipprovaw jgħattu x-xemx bl-għarbiel minflok ma jmorru quddiem in-nies u jgħidulhom il-verita`.", "It-tieni għan kif stabbilit f'artiklu 39 tat-trattat ta` Ruma huwa to ensure a fair standard of living for the agricultural population.", "Kif tista` tassigura a fair standard of living for the agricultural population meta ċ-chances huma li dawn in-nies se jitilfu x-xogħol tagħhom?", "Billi tikkumpensahom bl-għajnuna finanzjarja, qisha nieżla l-manna mis-sema?", "Ma tistax tassiguralhom dan.", "Mela, għal darba oħra, b'dak li qed jagħmel il- gvern nazzjonalista qed ikompli jmur kontra l-għanijiet tas-CAP.", "Aħna ma nistgħux nilbsu l-libsa ta` ħaddieħor.", "Il-libsa li tilbes trid tkun tal- qies tiegħek u meta twaqqfet is-CAP ma nħadmitx għall-pajjiżi b'karatteristiċi bħal ta` Malta, imma nħadmet għall-karatteristiċi ta` dawk il-pajjiżi fuq il-kontinent li huma pajjiżi kbar.", "Mela intom għandkom tgħidu lill-bdiewa u lir-raħħala u lil dawk kollha li għandhom x'jaqsmu ma` dan is-settur li qatt ma jista` jkollhom fair standard of living, kif suppost huwa wieħed mill-għanijiet tas-CAP.", "Imbagħad hemm l-għan l-ieħor li huwa to stabilise markets.", "Dan ifisser li biex jiġi stabbilit u msaħħaħ is-suq Malti, mal-prodott Malti jkollok id- dħul tal-prodotti minn barra u jkollok il-kompetizzjoni, eċċ. Meta aħna għandna d-dokumenti tal-gvern nazzjonalista u tal-kummissjoni ta` l-Unjoni Ewropea li wieħed wara l-ieħor qed jgħidulna li aħna tant aħna żgħar li ma nistgħux nikkompetu u ma nistgħux intellgħu l-produzzjoni għax għandna karatteristiċi naturali li jmorru dan kollu, kif se nkomplu nbellgħulhom li bis-saħħa tas-sħubija sħiħa u bit-tip ta` ristrutturar impost minn Brussels fuq dan is-settur se nistabbilizzawhom u nsaħħulhom is-suq?", "Jiena nistaqsi: X'suq se nsaħħulhom?", "L-għelieqi nistgħu forsi niżirgħuhom bil- fjuri biex noqogħdu nħarsu lejhom meta l-bdiewa tagħna jiġi f'qagħda li ma jistgħux ilaħħqu, imma mbagħad is-siġar tal-frott....", "Aħna nafu li fis-sajf nipproduċu ċertu ammont ta` frott tajjeb ħafna.", "Jekk tixtri larinġa ta` barra u tixtri larinġa ta` Malta tara x'differenza hemm fit-togħma.", "Ta` barra lanqas tibda ma` dik li nipproduċu Malta.", "Allura issa aħna bilfors larinġa rridu nixtruha mill-kontinent, meta aħna nafu li north african countries huma mifqugħin bil-larinġ bnin.", "Imma jekk tkun membru sħiħ fl- Unjoni Ewropea, biex iġġib il-larinġ minn hemm trid tidħol fis-sistema tal- common external tariff.", "Jiġifieri trid tħallas aktar għax trid tħallas il- levy għax inti tkun importajt minn pajjiż li huwa barra mill-Unjoni Ewropea.", "Ejja ngħidulhom il-verita` lin-nies jekk veru nixtiequ l-ġid lill- poplu Malti u Għawdxi u jekk vera kif qal l-Onor.", "Francis Agius li din il- liġi hija maħsuba biex tmexxijna 'l quddiem.", "Għidulhom il-verita` għax din il-liġi kulma tgħid huwa li issa se jkollna l-ministru tal-biedja li jsir alla żgħir u li jgħid hu jseħħ.", "Imbagħad ir-raba` għan li hemm f'artiklu 39 tat-trattat ta` Ruma tal-1957 huwa to guarantee regular supplies.", "Mela raġuni oħra li għaliha twaqqfet is-CAP hija biex jassiguraw li jkun hemm provvista regolari.", "Jiena nixtieq li xi ħadd jgħidli x'tip ta` regular supply kien se jkollna kieku aħna konna parti minn din is-sistema ta` l-Unjoni Ewropea u laħqitna l-BSE.", "Kien jiġrilna li biex nimportaw biċċa laħam minn New Zealand jew mill- Awstralja, kif ħafna bejjiegħa tal-laħam jagħmlu, jkollna nħallsu l-common external tariff għax tkun importajt minn pajjiż li hu barra mill-Unjoni Ewropea.", "X'inhu dan ir-regular supply?!", "Mr Speaker, aħna gżira u sal-lum, nimportaw u nesportaw jew bl-ajru jew bil-baħar.", "Aħna mhux bħal ħaddieħor, jaqbdu l-karozza mil-Italja u jibqgħu sejrin sal-Greċja jew sa Franza.", "Hawnhekk kollox bil-vapur jew bl-ajru jrid jiġi jew jitlaq u jsiru kemm isiru żviluppi kbar fit-teknoloġija sakemm ma jiżviluppawx xi ħaġa mirakuluża li biha nibdew nimportaw jew nesportaw permezz tal-wires jew il- wavelengths jew is-satelliti xorta b'dawn il-mezzi konvenzjonali rridu nibqgħu nimportaw.", "Mela r-regular supplies tagħna ma jiddependux mill- għaqda li fiha hemm is-saħħa li beda jsemmi l-Onor.", "Bonnici.", "Dawn jiddependu mill-istrutturi u l-infrastruttura tajba tagħna l-Maltin u mhux minn ta` ħaddieħor li jiddeċiedi minn Brussels għalina uli jakkomoda iktar lill-kontinent milli gżira żgħira f'nofs ta` baħar.", "Il-ħames għan ewlieni tas-CAP kif ġie kostitwit f'artiklu 39 tat-trattat ta` Ruma fl-1957 huwa to ensure reasonable prices in supplies to consumers.", "Din hija daħka għax il-konsumaturi tal-Membri Stati fl-Unjoni Ewropea huma intaxxati biex isostnu l-għajunua li l-bdiewa u r-raħħala jieħdu mingħand l- Unjoni u allura kif diġa` għedt qabel ikunu diġa` ħallsu d-doppju u t- tripplu, jekk mhux sitt darbiet iżjed.", "Għaldaqstant meta inti għandek konsumatur intaxxat tista` tagħtih l-affarijiet b'xejn għax jekk il- purchasing power tiegħu jkun minimu jdaħħal fil-but u ma joħroġ xejn, kif qed jiġri f'Malta.", "Bħalissa Malta mifqugħa bis-sales imma sfortunatament il- ħwienet huma vojta.", "Għaliex?", "Għax illum il-purchasing power tal- konsumatur Malti u Għawdxi niżel ma` l-art għax l-ewwel ma jrid iħallas huma il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, dawk il-famużi kontijiet li dwarhom xbajna nisimgħu stqarrijiet bla sens fejn jingħad li mhux veru għolew.", "Jiena ngħid li dawn għolew u għolew bis-serjeta` għax in-nies qed ikunu maħsudin bil-kontijiet għoljin li qed jirċievu.", "U dawn in-nies meta jiġu biex saħansitra jixtru l-bżonnijiet - mhux il-lussu jew forsi xi par żabun li tixtrih darba f'sena jew xi żewġ tibdiliet - idaħħlu idejhom fil-but u jsibu li lanqas mal-bżonnijiet ma jistgħu jlaħħqu.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Coleiro, skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Coleiro tkompli bid-diskors tagħha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Coleiro tkompli bid-diskors tagħha.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mozzjoni m'għaddietx", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, hija xi ħaġa tal-mistħija li kelliem waqt is-second reading ma jitħalliex jagħmel l-espożizzjoni sħiħa tiegħu meta l-agrikoltura huwa l-iktar suġġett delikat u wieħed mit-topics l-iktar importanti kemm għall-pajjiżna kif ukoll anke għan-negozjati ma` l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, niġi issa għal dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "Sħabi tkellmu fuq ħafna aspetti oħra fil-qasam agrikolu, pero` waħda mill-aktar affarijiet li jiena ma nistax nifhem u niġġustifika huwa appuntu għaliex għandna dan l-abbozz quddiemna.", "Ma nafx għalfejn qed noħolqu dawn il- producers` organisations, li huma entitajiet legali għax huma bħalma hija kumpannija u bħalma hija korporazzjoni, meta f'pajjiżna għandna Att dwar il- koperattivi u s-soċjetajiet koperattivi li kien beda fl-1979 u li ġie emendat man mano ma` l-esperjenzi f'dan is-settur hekk importanti tat- twaqqif tal-koperattivi, fosthom għall-biedja, għas-sajd u għal snajja` oħrajn.", "Fil-fatt sas-sena li għaddiet għamilna emenda addizzjonali għal dan l-Att bil-għan li nħeġġu l-koperattivi f'pajjiżna.", "Issa ħalli naraw x'inhija organizzazzjoni tal-produtturi?", "F'dan l-abbozz li għandna quddiemna qegħdin ngħidu li –", "\"organizzazzjoni tal-produtturi\" tfisser organizzazzjoni, rikonoxxuta mid- direttur, li tkun korp volontarju, kostitwit legalment, ta` produtturi ta` prodotti partikolari jew ta` persuni li jaħdmu fl-industrija tas- sajd, li jaġixxu flimkien biex jipproduċu, jaħdmu, jaħżnu, jippakkjaw u jressqu l-prodotti tagħhom lejn is-swieq.\".", "Mela dawn se jkunu grupp ta` nies li jaħdmu f'dan is-settur partikolari ta` l-industrija, kemm jekk hi tas-sajd u kemm jekk hi tal-biedja, biex jikkollaboraw flimkien u jiżviluppaw strateġiji aħjar kemm f'dik li hija produzzjoni kif ukoll f'dak li hu marketing.", "Jekk wieħed imbagħad jara xi tfisser \"koperattiva\" jsib li f'artiklu 11 ta` l-Att dwar il-koperattivi jingħad li –", "\"Koperattiva hija soċjeta` li l-għan tagħha primarju huwa li tiżviluppa u tippromwovi l-interessi ekonomiċi tal-membri tagħha skond il-prinċipji ta` koperattiva u tiffaċilita l-operazzjoni ta` dawn is-soċjetajiet taħt dan l-Att.", "Mela l-għanijiet ta` l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dak tal- koperattivi huma l-istess.", "L-unika differenza hija din, u hawn l-imma kollha.", "Il-koperattivi għandhom il-poteri tagħhom sanċiti mil-liġi u għandhom ċerti vantaġġi li joħorġu mil-liġi u m'għandhom bżonn id- diskrezzjoni ta` ħadd biex igawdu dawn il-vantaġġi, fosthom li l-credit li huma jagħtu lil ħaddieħor huwa credit priviliġġjat.", "Din hija xi ħaġa li għandha l-koperattiva u li m'għandhomx entitajiet oħrajn.", "L-iskop tagħha kien li dawn huma kkonsidrati bħala entitajiet ekonomiċi u operaturi kummeċjali fis-soċjeta` li huma aktar dgħajfa, allura l-liġi kienet ħasbet li tipproteġihom b'dan il-mod ħalli l-credits tagħhom, jiġifieri meta jagħtu bin-nifs, ikunu protetti.", "Għalkemm koperattiva hija limited liability wkoll, jiġifieri għandha responsabbilta` limitata bħall- kumpannija tan-negozju, għandha l-vantaġġ li ma taqax dawk ir-regoli riġidi tas-soċjetajiet kummerċjali taħt il-Companies Act.", "Għandha wkoll il- vantaġġ li għandha l-bord tal-koperattivi, liema bord huwa sostnut direttament mill-gvern għax il-fondi tiegħu jirriżultaw u jkunu garantiti mill-fond konsolidat.", "Dawn il-vantaġġi qegħdin hemmhekk biex appuntu l- bord ikun qed iservi ta` konsulent, ta` assitenza u ta` direzzjoni għall- koperattivi.", "Pero` kif inhi l-istruttura tal-producers` organisation u dak li għandna f'din il-liġi wieħed jara li dawn il-producers` organisations se jkunu kkontrollati direttament mid-direttur.", "Tant hu hekk li jekk wieħed iħares lejn artiklu 8 issib li dawn l- organizzazzjonijiet ikunu jridu jibgħatu lid-direttur l-operational programmes tagħhom.", "Jiġifieri x-xogħol, il-pjanijiet u l-istrateġija tagħhom iridu jgħadduhom lid-direttur u mbagħad d-direttur għandu tliet xhur żmien biex japprovahom jew le.", "Wara li japprovahom, dak l-istrateġija ma jistgħux ibiddluha l-produtturi jekk ma jkunx hemm l-approvazzjoni bil- miktub ta` dan l-istess direttur.", "X'ifisser dan kollu?", "Naħseb li hawnhekk qegħdin f'pajjiż fejn il-prinċipji verament jitħawdu.", "Illum qegħdin f'dinja fejn entita` kummerċjali għandha bżonn li tkun flessibbli u market orientated, u biex tkun market orientated trid tkun taf kontinwament x'inhuma l-aspirazzjonijiet tal-konsumatur.", "Jiġifieri trid tkun taf x'irid, trid tkun taf x'qed jistenna u trid tkun taf kif irid il-prodott.", "Mela għalkemm huwa bżonnjuż li l-entita` tagħmel din l-istrateġija ma jagħmilx sens li dawn il-producers` organisations illum....", "Mela issa l- koperattivi se jispiċċaw għax il-koperattivi m'humiex producers` organisations.", "Fl-opinjoni tiegħi jekk hawn koperattivi tas-sajjieda u koperattivi tal-bdiewa mhux se jkunu jistgħu jikkwalifikaw bħala producers` organisation jekk ma jitilqux u jitlfu l-benefiċċji li għandhom bħala koperattivi u mbagħad jidħlu taħt din il-liġi, u malli jidħlu taħt din il- liġi dawn se jkunu kkontrollati kompletament fix-xogħol tagħhom.", "Se jkunu kkontrollati u mhux iggwidati.", "Hawnhekk m'għandniex id-direttur bħala regolatur.", "Illum, b'din il-liġi kif qed tiġi proposta, il-producers` organisations se jispiċċaw tad-dipartiment ta` l-agrikoltura.", "Issa lil dawn il-producers` organisations irriduhom li jkunu market orientated, flessibbli, effiċjenti, jiddeċiedu maljar u jirrispondu immedjatament għall- bżonnijiet tas-suq.", "Mela dan kollu issa se jkun sottomess biex id-direttur jagħti l-fiat u l-go-ahead tiegħu.", "Issa fil-liġi għandna li d-direttur se jingħata tliet xhur żmien biex japprova programm ta` strateġija ta` dawn l- organizzazzjonijiet.", "Mela llum, fid-dinja tan-negozju, jista` xi ħadd jistenna lid-direttur tliet xhur biex jieħu deċiżjoni.", "Mhux hekk biss, imbagħad wara li jkun ħa dik id-deċiżjoni u s-suq jinbidel u din l- organizzazzjoni, fl-interess tal-membri tagħha, tkun trid tibdel xi ftit l- istrateġija trid terġa` tmur għand id-direttur biex jerġa` jagħti l-fiat tiegħu ħalli dik l-istrateġija titbiddel.", "Hawnhekk qed ngħidulhom: Kunu pro-active, ingħaqdu flimkien, kunu iktar agressivi ħalli tidħol fis-suq, żviluppaw marketing strategies, kunu iktar flessibbli fil-ħidmiet tagħkom pero` kull ħaġa li tridu tagħmlu għandkom bżonn il-barka ta` uffiċjal pubbliku.", "Issa dan meta nafu li sfortunatament l-amministrazzjoni pubblika, bil-good will kollu, l-effiċjenza m'hijiex waħda mill-virtujiet tagħha.", "Għandna l-Planning Authority li xbajna nisimgħu kemm idumu biex jieħdu deċiżjoni.", "Għandna r-resources authority u nista` nsemmi każ tiegħi stess.", "Sitt ġimgħat ilu bgħatt ittra reġistrata fejn għamilt talba għal transfer ta` liżenzja minn fuq \"A\" għal fuq \"B\".", "Dawn kellhom kollox up-to- date b'liżenzji mġeddin, sal-lum lanqas acknowledgement għadni ma rċevejt.", "Dan qed insemmih biex nuri x'effiċjenza hemm f'dik li hija amministrazzjoni pubblika.", "Mr Speaker, hawnhekk minflok qed insaħħu dawk l-istrutturi tal-koperattivi li diġa` qegħdin taħt il-kapitlu 278 tal-liġi dwar il-koperattivi qegħdin noħolqu xi ħaġa li definittivament se titfa` aktar lura dawn l- organizzazzjonijiet tal-bdiewa u tas-sajjieda għax se nissottomettuhom għal- livell aktar riġidu.", "Jiena nixtieq inkun naf l-għaqdiet tal-bdiewa u tas- sajjieda x'qalu fuq din il-liġi, fis-sens jekk iridux xi tibdil f'din il- liġi u jekk iridux li effettivament id-deċiżjoni tkun iktar f'idejhom milli f'idejn id-direttur.", "(Interruzzjonijiet) Issa spjega u pprova kkonvinċi.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek.", "Subartiklu (2) ta` artiklu 8 jgħidlek li l-organizzazzjoni ma tistax tagħmel tibdil fil-programmi tagħha.", "Issa dawn se jkunu programmi ta` marketing.", "Mela llum qed tagħmel strateġija ta` marketing u 'l quddiem forsi tkun trid tinbidel għax iċ-ċirkostanzi nbidlu.", "Qabel ma jkollhom il-fiat tad-direttur dawn ma jistgħux jiddeċiedu li jbiddlu dik l-istrateġija.", "Jiena qed ngħid li l-fatti kif inhuma fl- awtoritajiet kollha tal-gvern, il-virtu` ta' l-effiċjenza u d-deċiżjoni within 24 hours la qiegħda mdaħħla fil-liġi u lanqas tirriżulta mill-fatti.", "Din hija r-riċetta li biha minflok inġibuhom 'il quddiem nitfugħuhom lura.", "Mhux hekk biss, jekk dawn ma jattemoprawx ruħhom ma` dak kollu li japprova d-direttur se jkollhom il-penali li l-għajnuna finanzjarja ma jeħduhiex.", "Min jibqa` lura u ma jkunx parti minn organizzazzjoni tal-produtturi l- għajnuna li jista` jirċievi tista` tiġi ridotta drastikament u tista` taffettwah ħafna.", "(Interruzzjonijiet) U ħa ngħidlek għaliex tista` taffettwah ħafna din l-għajnuna.", "Għax għalkemm il-biedja u s-sajd fil- pajjiżi tad-dinja kollha huma parti mill-ekonomija, għalkemm parti żgħira - f'Malta, per eżempju, fl-agrikoltura u s-sajd il-kontribut tal-ġid nazzjonali huwa biss ta` 3% - ħadd fid-dinja ma jħares lejn l-agrikoltura u s-sajd mil-lenti ekonomiku biss, jiġifieri kemm tipprovdi ġid għall-pajjiż u kemm tħalli flus.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax bħalma diġa` għedt, il- kontribuzzjoni ta` l-agrikoltura u s-sajd għall-ekonomija hija ta` 3% f'pajjiżna, u anke f'ħafna pajjiżi Ewropej u madwar id-dinja, u d-dħul mill- biedja huwa l-iktar dħul li mhux garantit għas-sempliċi raġuni li l-prodott jiddependi minn fatturi naturali li m'għandekx kontroll fuqhom u allura din is-sena jista` jkollok ħafna prodott u ħafna darbi l-prezz jitbaxxa u s- sena ta` wara jista` jkun li l-prodott jinħareqlek u jispiċċalek.", "Jiġifieri inti trid tiddependi fuq dak li tagħtik jew ma tagħtikx in- natura.", "Mr Speaker, bħala parti mill-ekonomija ta` pajjiż l-agrikoltura u s-sajd għandhom rwol strateġiku u kull pajjiż jikkonsidrah bħala rwol strateġiku.", "Meta lil dan is-settur jikkonsidrawh b'dan il-mod dan ikun qiegħed ifisser li l-pajjiżi kollha - tibda mill-Amerika li huwa l-iktar pajjiż kapitalist fid-dinja u l-iktar pajjiż li dejjem emmen fil-liberaliżmu, pero` fejn jolqot lilhom jeżerċitaw protezzjoni qawwija - lill-agrikoltura jipproteġuha left, right and centre.", "Jipproteġuha b'mod u manjiera li l- gvern jiggarantixxi li jixtri l-prodott kollu mingħand il-bdiewa.", "U dan biex jassigura supply ta` l-ikel u ta` prodotti agrikoli u ta` livestock għan-nies tiegħu.", "Mr Speaker, l-Unjoni Ewropea taħt il-common agricultural policy tipproteġu l-industrija ta` l-agrikoltura tal-pajjiżi l-kbar bħalma huma l-Ingilterra, Franza, il-Ġermanja u l-Italja.", "Il-common agricultural policy tipproteġi prodotti agrikoli u tkabbir ta` livestock li hemm fl-Unjoni biex tassigura li l-agrikultura fl-Unjoni Ewropea tkun imsaħħa, u kull pajjiż ieħor jagħti din l-importanza.", "Allura wieħed forsi jistaqsi: Allura f'Malta mhux se nkunu, b'xi mod, protetti l-istess?", "Din ma ssegwix.", "Għaliex?", "Għax f'Malta l-agrikoltura tagħna hija limitata.", "U dan mhux qed ngħidu jien, anke r- rapporti tad-dipartiment ta` l-agrikoltura u tal-NPAA jgħiduh dan.", "Aħna ftit li xejn għandna art u l-ftit li għandna mhux kollha tajba għar-raba`.", "Barra minnhekk għandna l-problema ta` l-ilma.", "Id-drought hija, biex ngħid hekk, waħda mis-saħtiet ta` pajjiżna għax aħna ġżira żgħira u l-maltemp jgħaddi malajr minn fuqna u l-agrikoltura, bħala tali, ma tħajjarx lill- bdiewa biex jinvestu fiha biex huma jimmodernizzaw.", "Għaliex?", "Għax l- investiment huwa għoli ħafna u barra minnhekk għandek il-banek li jħarsu lejn is-self għall-qasam tal-biedja u għall-qasam tas-sajd b'mod dubjuż.", "Għaliex dan?", "Għax għandhom il-high risk li l-prodott ma jġibx il-prezz li jkun qed jindika, għandhom il-high risk li m'għandhomx art u sigurta` fuq proprjeta` li normalment jitolbu l-banek u apaprti dan il-qliegħ li jkollhom il-bdiewa f'ħafna okkażjonijiet ikun qliegħ baxx li ma jiggarantix li dawn jkunu f'pożizzjoni li jħallsu s-self li jkun hemm mill-banek, inkluż l-imgħaxijiet u spejjeż oħra.", "Dawn huma l-problemi bażiċi li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa f'kull pajjiż, u f'pajjiżna b'mod iktar partikolari.", "Mr Speaker, meta ngħidu li l-agrikoltura f'pajjiżna għandha bżonn il- protezzjoni ma nkunux qed ngħiduh bl-addoċċ.", "Tant hu hekk li f'paġna 99 tan-National Programme for the Adoption of the Acquis tas-sena 2000 jingħad li inżidu kemm inżidu l-produzzjoni qatt ma nistgħu npattu għal- limitazzjoni ta` l-art, ta` l-ilma u tal-kwestjoni tal-labour costs.", "Mela dawn id-defiċjenzi huma marbutin ma` pajjiżina u bħala tali, la huma marbutin ma` pajjiżna l-ewwel prinċipju huwa li l-agrikoltura trid tkun at all costs, u m'hemmx kompromess fuqha, protetta.", "Dan huwa importanti aħna ma nipproduċux kollox.", "Nipproduċu ċerti prodotti limitati li f'pajjiżna jiffjorixxu, fosthom il-ħxejjex friski, it-tadam, l-industrija tat-tiġieġ, tal-bajd, tal-majjal u tal-ħalib.", "Dawn huma l-ħames elementi li fl- agrikoltura lilna jagħmluna self-sufficient.", "Prodotti oħra huma minimi li bilfors iridu jiġu supplimentati bl-importazzjoni.", "Mela għandna dawn il- ħames oqsma ta` l-agrikoltura li aħna self-sufficient fihom.", "Mhux aħna biss ngħiduh dan, anke l-barranin jgħidu li aħna self-sufficient fihom.", "Id- deċiżjoni li rridu nieħdu hija din: Dawn il-ħames oqsma ta` l-agrikoltura għandhom ikunu protetti?", "Dawn żviluppaw matul dawn l-aħħar 20/30 sena, u żviluppaw għax kienet qed tingħata attenzjoni partikolari minn gvernijiet diversi, kemm minn gvern laburista fis-sebgħinijiet u fit-tmeninijiet kif ukoll minn gvern nazzjonalista lejn l-aħħar tat-tmeninijiet u fid- disgħinijiet, biex jipproteġu dawn l-oqsma għax huma oqsma strateġikament essenzjali.", "Per eżempju, fil-każ tal-mad cow disease f'Malta ħadna l- inizjattiva li nagħlqu l-importazzjoni kollha għal ċertu żmien biex nassigura li din il-marda ma tidħolx f'pajjiżna.", "U kieku li ma kienx għan- naqra produzzjoni u kultivazzjoni tal-livestock ġo pajjiżna kien ikollna problema ikbar għax il-pajjiż kien jiġi mċaħħad u kien jintlaqat il-poplu kollu.", "It-tieni punt li rridu nieħdu deċiżjoni fuqu huwa jekk dawn l-oqsma għandhomx jibqgħu jkunu protetti, u dan bħala prinċipju ta` strateġija.", "Huwa appuntu dawn l-elementi li wieħed ikun irid jikkonvinċi.", "Jekk irridu nsaħħu u niżviluppaw l-oqsma tal-biedja u tas-sajd jeħtieġ li nikkonsideraw ir-realtajiet ta` pajjiżna bis-sħiħ.", "Mr Speaker, jinħtieġ li nirrikonoxxu darba għal dejjem il-limitazzjoni ta` l-art, il-limitazzjoni ta` l-ilma, il- kwestjoni tal-labour costs li huma iktar għoljin u l-kwestjoni li ma jistgħux itellgħu investiment mill-banek.", "Illum il-banek ma tistax tikkontrollahom bħala politika fl-interess pubbliku għax ma jagħtux kasek, jgħidulek ma jaqbilniex insellfuhom lill-bdiewa għax huma riskjużi u mhux se nsellfu lil min hu riskjuż.", "Dawn il-fatti huma realtajiet li jiddomandaw li jkun hemm il-protezzjoni.", "Lil min bir-regoli ta` l-Unjoni qed jipproteġi lilu nnifsu u l-interssi tal-prodotti tiegħu, prodotti li hawn Malta ma nistgħux nipproduċuhom għax m'għandniex il-kapaċita` li nipproduċuhom u qatt m'hu se jkollna din il-kapaċita`, irridu nagħmluhielu ċara li l-protezzjoni trid tibqa` u la hemm kompromess fuqha, la derogi u lanqas transition periods.", "Il-wegħda ta` għajnuna ma` tagħmilx sens.", "Qegħdin iwegħdu li se nsolvu l-porblemi kollha u li se nkomplu niżviluppaw u nagħmlu żvilupp rurali aħjar.", "Jiena naħseb li tan-naħa tal-gvern aħjar jgħidulna x'inizjattivi qed jieħdu biex ikun hemm l-iżvilupp rurali ta` pajjiżni u x'qegħdin jagħmlu biex l-ambjent rurali effettivament insebbħuħ.", "Mr Speaker, ċertament din il-liġi li għandna quddiemna tmur lura mil-liġi tal-koperattivi.", "Taħt il-liġi tal-koperattivi, kemm il-bdiewa kif ukoll is- sajjieda jmorru ħafna aħjar.", "Taħt din il-liġi l-bdiewa se jkunu kostretti, allavolja suppost hija volontarja ...", "Għandek il-volonta` li ma tidħolx f'organizzazzjoni ta` produtturi, pero` jekk ma tidħolx l-għajnuna se titnaqqaslek.", "Diġa` hemm it-theddida.", "Ara jistax xi ħadd ifehemni x'tip ta` volontarjeta` hi din.", "B'din il-liġi qed jgħidlek: Jiena b'saħħti, inti jekk trid tista` ma tidħolx fiha din pero` se nagħlqek barra u l-problemi tiegħek ma nagħtix kashom.", "Din hija liġi li fl-opinjoni tiegħi għandna nivvotaw kontra tagħha għax fl-istruttura tagħha hija retrograda, mhux se tikkonduċi biex ikun hemm effiċjenza u mhux se tikkonduċi biex dawn il- bdiewa jingħaqdu flimkien.", "Aħna naqblu li għandhom jingħaqdu u jaħdmu flimkien.", "Mhux bilfors, ma nistgħux nadħmu b'mod frammentat.", "Ma tagħmilx economic sens li wieħed jaħdem b'mod frammentat, irid jaħdem b'mod magħqud.", "Pero` trid tħallilu l-flessibbilita` u d-dritt li janalizza s-suq għax hu l- espert fis-suq u mhux joqgħod jiddependi minn dak li jgħidlu l-uffiċjal pubbliku.", "Mhux sew li jrid ikun l-uffiċjal taċ-ċivil li jgħidlu jekk il- pjan tiegħu huwiex wieħed fattibbli u realistiku meta tali uffiċjal m'għandux l-impenn fuqu li d-deċiżjonijiet jeħodhom maljar.", "Din hija r- realta`.", "Dan jgħiduh l-entitajiet kollha, il-GRTU, iċ-Chamber of Commerce u l-FOI.", "L-istess problemi inqalgħu fil-każ tal-MDC fejn qed isir ħafna tgergir li tant qed idumu biex jittieħdu d-deċiżjonijiet li min hu interessat biex jinvesti jitlefu dan l-interess.", "Għandek il-problema tal- Planning Authority li semmejtha qabel ukoll u issa qegħdin noħolqu struttura oħra simili li terġa` tkun konduċenti li minflok tgħin iżżomm iktar lura.", "Mr Speaker, il-pożizzjoni tal-Partit Laburista hija appuntu kontra din il- liġi kif inhi abbozzata.", "Il-partit laburista kien ivvota favur il-liġijiet li kien hemm dwar il-koperattivi.", "Il-liġi tal-koperattivi tagħti l- faċilitajiet kollha li hawn f'din il-liġi u tħallihom iktar fil-liberta` kif joperaw.", "Anzi l-liġi fiha nfisha hija konduċenti biex dawn jitgħallmu joperaw aħjar.", "Wieħed irid jara l-liġi u jara kif inhi mirquma u forsi hemm affarijiet li nistgħu niżviluppaw u li għandna niżviluppaw.", "Imma dawn iż-żewġ setturi m'għandniex immexxuhom bil-ħolm li se jkunu aħjar għax se jirċievu xi għajnuna.", "Aħjar nfehemuhom x'inhuma l-problemi li għandhom u x'se jkollhom eżatt fl-element tal-kompetizzjoni.", "Jiġifieri jekk il- prodotti li qegħdin jipproduċu sal-lum li huma esperti fihom, u li aħna self-sufficient fihom, hux se jkunu jibqgħu jipproduċuhom jew inkella hux se jkollhom jillimitawhom.", "Għandhom jgħidulhom ukoll jekk fil-prodotti l- oħra li jiġu mħajra jkomplu jiżviluppaw hux se jgħinuhom biex verament tissaħħaħ l-agrikoltura u jekk hux se jirċievu l-għajnuna finanzjarja diretta.", "Issa jiena ma naqbilx ma l-għajnuna diretta, mal-hand outs għax hija konduċenti lejn l-għażż, imma l-limitazzjonijiet li dan is-settur għandu f'pajjiżna jitlob li għandu jkun hemm miżuri differenti, speċifiċi u ffokati.", "Din il-liġi ma tħares xejn lejn dawn il-prinċipji u se tikkonduċi l-qasam tal-biedja u tas-sajd li effettivament jintlaqtu aktar ħażin u allura tkisser industrija ta` importanza strateġika f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd biex, jekk jogħġbu, jresssaq l-aġġornament.", "F'12.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, jien niġi minn lokalita' li tifforma parti sostanzjali mill-wirt kulturali u arkeoloġiku li jiġu jaraw il-Maltin u t-turisti.", "Regolarment fil-gazzetti kollha inkluż \"The Times\" u \"The Independent\", ikun hemm kummenti ta' nies li b'sinċerita' jiktbu sabiex kemm il-gvern lokali kif ukoll il-gvern ċentrali jieħdu ħsieb ċerti affarijiet u li filwaqt li ma jdejjqux lin-nies li jabitaw fil-lokalitajiet jagħtu lok u spazju biex iżuruna aktar turisti.", "Mr Speaker, qiegħed nitkellem fuq is-sitwazzjoni ta' l-infrastruttura kemm f'dak li jirrigwarda l-parti ta' isfel tar-Rabat - jiġifieri mill-Katakombi ta' Santa Agatha lejn l-Imdina - kif ukoll dwar il-misraħ li hemm quddiem ir-Roman Villa u Howard Gardens li jservi bħala buffer zone bejn ir-Rabat u l-istess toroq ta' l-Imdina.", "Mr Speaker, jiddispjaċini ngħid li kemm l-istat tat-toroq f'dawn l-inħawi kif ukoll l-istat ta' Howard Gardens, għalkemm beda jsir xi xogħol, m'huma xejn feliċi u wisq inqas huwa feliċi l-mod ta' kif ċerti awtoritajiet qegħdin jittrattaw in-nies li jiġġestixxu negozji għal skopijiet ta' turiżmu hemmhekk.", "Dan l-aħħar kelli lmenti minn diversi nies li għandhom ħwienet ħdejn ir-Roman Villa u fil-bidu ta' l-Imdina li għax ikollhom kartolini barra l-bieb tal-ħwienet tagħhom fuq bankini li huma għaxra jew tnax-il pied wiesa', qed imurilhom is-surġent ta' l-għassa fuq ordni tas- superjuri tiegħu u jħarrikhom talli jesebixxu dan ix-xogħol.", "Jien ma nafx jekk dawn is-surġenti u l-pulizija li għandna fil-lokalitajiet tagħna qatt siefrux.", "Lanqas naf jekk in-nies li jmorru jirrapportaw lil dawn in-nies biex jiġu mħarrka qatt siefrux.", "Hemm każ partikolari fejn is- sid ta' ħanut biswit ir-Roman Villa qed jiġi ffittat kontinwament għax qed imorru l-pulizija fuqu sabiex ma jħalli xejn barra.", "Wara kollox dan iħalli spazju biex jgħaddu n-nies minn fuq il-bankina.", "Jien xbajt immur f'postijiet bħar-Ruma u Londra u kull ħanut li jbiegħ souvenirs u affarijiet oħrajn jesebixxi parti mill-merċa tiegħu barra mill-bieb biex jattira l-konsum u x-xiri ta' l-affarijiet tiegħu mit-turist li jiġi jara l- post.", "Mr Speaker, ma nistgħux nistennew li t-turist imur ġo post u jsib raħal prattikament mejjet u nippretendu li dan imur u jixtri minn dawn il-ħwienet jekk lil dawn in-nies se noqogħdu nsawwtuhom.", "Minn hawn qiegħed nitlob lill- Ministru ta' l-Intern biex jitlob jew forsi jittallab mal-pulizija tal- lokalita' biex ma jottomperawx iżżejjed mal-liġi għaliex dawn mhux qed jippruvaw isegwu l-liġi iżda qed imorru pass iżjed 'il fuq minnha u jġiegħlu lil dawn in-nies biex idaħħlu l-affarijiet esebiti meta nafu li n- natura ta' dan il-kummerċ titlob li jsir hekk.", "Mr Speaker, hawn Malta għandna t-tendenza li nagħmlu l-affarijiet jew nejja jew maħruqa.", "Naħseb li dan huwa każ fejn min qiegħed jirrapporta qiegħed jagħmel iżjed ħsara milli ġid għall-ġid komuni tal-pajjiż meta aħna niddependu tant mit-turiżmu.", "Jidhirli li issa tlestew il-pendenzi kollha li kien hemm dwar it-tħarbit ta' għalqa li hemm bejn ir-Rabat u Howard Gardens li huwa parti mill- Imdina.", "Ma nistax nara għaliex qed jibqa' pendenti x-xogħol biex din il- pjazza tiġi mogħtija wiċċ sabiex dak li hemm taħt jingħalaq b'mod pulit u adegwat.", "Hawn qed nirreferi għall-parti li kienet bdiet titħaffer għal skavi li trid tingħalaq u mhux tissaqqaf.", "Jekk forsi imbagħad hemm bżonn tissaqqaf isir hekk.", "Jekk nagħmlu dan tkun qed titneħħa eyesore kbira li hija kamra fl-istess għalqa u li ilha hemm għal żmien twil.", "Din ma sservi għal xejn, għalkemm bħalissa ġiet imbarrata biex lanqas ikun hemm aċċess għal ġo fiha.", "Din kienet qed tkun post fejn jitħallew is-siringi.", "Jekk wieħed jgħaddi minn ħdejha filgħodu jsib lott siringi mitfugħin naħa jew oħra.", "Għal żmien twil in-nies tal-lokalita' kienu qegħdin jikbu biex titranġa.", "Kienu jmorru jkellmu lill-kunsill lokali u dan jgħidilhom li ma jistgħu jagħmlu xejn għax jiddependu minn permess li qed jistennew mill- awtorita' tal-ippjanar.", "Hemm affarijiet oħra li fuqhom il-gvern ċentrali qed jgħid li jiddependi mill-kunsill lokali.", "Li naf jien huwa li l-kunsill lokali tar-Rabat ilu xhur jitħabat biex jagħti wiċċ ġdid u jibdel il-kanen ta' l-ilma li jidħlu direttament fid- djar mis-sistema ċentrali f'diversi toroq fir-Rabat.", "Dawn litteralment tbażwru biex iġibu l-permessi neċessarji mill-awtorita' tal-ippjanar li bagħtithom biex iġibu permess min naħa għal oħra u għal oħra.", "Nhar it- Tlieta tal-ġimgħa d-dieħla għandna l-festa tal-lokalita' u kien ittamat li se jirranġaw it-toroq biswit l-istess knisja u l-area fejn in-nies jippatronaw waqt din il-festa.", "Dan apparti li l-molol tal-karozzi li jgħaddu minn hemm spiċċaw.", "Minħabba dawn il-permessi tal-awtorita' tal- ippjanar il-festa se tilħaq tgħaddi u x-xogħol qalu li għandu jibda wara April.", "Mr Speaker, aħna nafu li r-Rabat u l-Imdina huma rikki fil-kontenut storiku.", "Nafu wkoll li mhux aċċettabbli fid-dinja tal-lum li għax instabu ċerti skavi, jiġġammja kollox.", "Jgħidulna li trid issir aġenda li tiddeċiedi x'se jsir fuq dawk l-iskavi u l-fdalijiet li nstabu, imbagħad wara jerġgħu jiftiehmu min se jkunu n-nies li se jiddeċiedu fuq dak li jrid isir u wara li jiddeċiedu jiftiehmu kif se joħorġu t-tenders ta' dak li jrid isir.", "Wara li toħroġ it-tender, jekk ma jkunx hemm xi oġġezzjoni, forsi jibdew isiru x-xogħlijiet.", "It-turiżmu jibda minn żmien il-Għid u jibqa' sejjer tul is-sajf.", "Kull persuna li se tidħol l-Imdina se ssib il-pjazza prinċipali ta' l-Imdina maqlugħa.", "Ma jistax ikun li dawn ix-xogħlijiet jieħdu xhur twal magħluqin u li dak li jinstab jitħalla miftuħ għall-elementi għax iktar se jkollna ħsara milli ġid f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, għadna kemm għaddejna liġi dwar il-partrimonju kulturali u l-wirt storiku tagħna.", "Hemm bżonn li dawn il-liġijiet jiġu mmedjatament impoġġijin fuq saqajhom u ma niffukawx biss fuq il-Valletta Rehabilitation Unit u nħallu biss f'idejn ir-rehabilitation unit li qed jieħu ħsieb l-Imdina għaliex mhux biżżejjed.", "Dawn qed jagħmlu xogħol tajjeb u siewi pero' mhux biżżejjed.", "Għandu jinħoloq unit effiċjenti u tajjeb li jagħmel dawn ix-xogħlijiet għaliex kawża tax-xogħlijiet li ilhom pendenti ħafna, apparti l-brigu u d- dwejjaq li għandhom in-nies f'din il-lokalita' jirriżulta li hemm atmosfera ta' telqa.", "Ġimgħatejn ilu fil-gazzetti nkitbu diversi ittri f\"L-Orizzont\", f' \"In-Nazzjon\", The Times\" u f' \"The Independent\" fuq is-sitwazzjoni ta' Howard Gardens.", "Dan huwa l-ikbar ġnien li għandha lokalita' f'Malta u jħabbatha mal-ġonna ta' l-Argotti u Hastings li qegħdin il-Furjana u l- Belt.", "Huma ġonna li minnhom stess wieħed jara s-swar ta' l-Imdina u japprezza l-mod kif dawn kienu mibnijin fi żmien il-kavalllieri sabiex jipproteġu pajjiżna mill-attakki tat-Torok.", "Mill-istess ġnien - fuq it- tomba tal-ġnien ta' l-Imdina – in-nies kienu jmorru biex f'temp tajjeb jaraw anke x-shoreline u l-iskyline ta' Sqallija.", "Dan apparti li wieħed jista' jġib taħtu nofs Malta.", "Mr Speaker, din il-ġimgħa rajt rombli qegħdin jaħdmu fuq parti mill- passaġġi ta' l-istess ġonna.", "Dawn kienu qegħdin jaħdmu wara li diversi gazzetti ġabu rapporti sħaħ u l-iktar li spikkat f'din kienet \"The Independent\" li ġabet paġna doppja li turi n-nuqqasijiet f'dan il-ġnien.", "Minħabba dan inqalgħet il-ħeġġa u l-impetu biex jiġi rranġat dan il-ġnien.", "Mr Speaker, nispera li l-arranġamenti li se jsiru f'dan il-ġnien ma jkunux biss iffokati fuq il-passaġġi.", "Jien naħseb li iżjed milli nagħtu daqqa asfalt jew tarmak fil-passaġġi li hemm u mbagħad ninsew lil ta' madwar hemm bżonn ġardinara li jżommu dan il-ġnien nadif u pulit.", "Jien naħseb li hemm bżonn li nagħtu kors lill-ġardinara tagħna biex fix-xhur tar-rebbiegħa u forsi anke bi ftit tisqija tajba fis-sajf, l-istess ġonna jkollhom fjuri li mhux biss jilqgħu it-turisti iżda wkoll iħajjru lir-residenti biex jerġgħu jibdew imorru passiġġata f'dan il-ġnien il-Ħadd filgħodu.", "Dan il-ġnien kien ċentru għall-passiġġati u kien hemm kjosk adattat għal dan.", "Illum nafu li dan il-kjosk reġa' ttieħed minn ħaddieħor.", "Min ħa t-tender ta' dan il-kjosk ra l-passjoni t'Alla tliet darbiet biex tawh parti mill-permessi li applika għalihom biex jirranġa l-area.", "Jekk ma sawtitux l-awtorita' tal-ippjanar sawtu l-land department, jekk ma sawtuhx il-land department sawtuh il- pulizija u jekk ma sawtuhx il-pulizija sab ħajt fil-kunsill lokali.", "Mr Speaker, jien niftakar żmien - u naħseb li int tiftakru daqsi - meta konna membri tal-parlament u konna nistgħu naħdmu.", "F'dan il-pajjiż kien hemm ċerti konnessjonijiet u relazzjonijiet bejn il-ministru konċernat mal- infrastruttura u d-deputati tal-lokalita'.", "Ħafna affarijiet kellhom ħafna inqas burokrazija milli għandhom illum u fejn in-neċessita' li toqgħod titfa' applikazzjonijiet għand Ċikku, Ġianni u Peppi kienu ħafna inqas mil- lum.", "Bniedem seta' jaħdem u jaħdem fid-deher anke aħjar mil-lum.", "Onor. Speaker, int kont ministru ta' Għawdex u rroddulek ħajr li bejn l- 1987 u l-1992 kont kapaċi tagħti wiċċ ġdid lil Għawdex.", "Meta konna nitilgħu Għawdex dak iż-żmien konna ngħiru għall-Għawdxin għax l-art kienet mimlija fjuri.", "Kien hemm toroq li tranġaw u li kienu ilhom biex jitranġaw żmien twil.", "F'Għawdex sar ċentru sportiv u anke trakka taż-żwiemel.", "Hemmhekk għamiltu dak li kien hemm bżonn biex il-post ingħata upgrading sostanzjali.", "Jien niggarantilek li kieku kont ministru llum bil-burokrazija li hemm illum, inti wkoll kont titbażwar biex tagħmel parti minn dawk ix-xogħlijiet li għamilt.", "Filwaqt li jien nemmen li l-awtorita' tal-ippjanar hija neċessita' biex tiġi skedata ċerta proprjeta' li m'għandhiex titwaqqa' għaliex għandha valur storiku l-proprjeta' veru trid tkun ta' valur storiku.", "Ġara li fi triq partikolari ingħata permess biex jaqgħu tlett idjar, u issa f'daqqa waħda nqala' anġlu li ddeċieda li dar waħda fin-nofs li issa tidher stunata ma titwaqqax u ma terġax tinbena biex tiġi in linja ma' l-oħrajn.", "Mr Speaker, l-awtorita' tal-ippjanar trid tara li fejn hemm permess ta' ħames sulari ma jinbnewx sitta u għandna bżonnha biex naraw li dak li jinbena jinbena b'permess.", "Madankollu m'għandniex bżonnha biex tagħti gambetti f' xogħlijiet fejn is-sens komun jitlob li jridu jsiru.", "Sfortunatament wieħed isib ħaddiema fl-awtorita' li b'mod innoċenti jew għaliex forsi m'għandhomx biżżejjed esperjenza tal-ħajja jidhrilhom li jridu jimxu eżatt u perfett u jispiċċa ma jsir xejn.", "Hemm ukoll min jiġi jaqa' u jqum min-neċessitajiet tal-lokalitajiet.", "Jekk jien inqum il-Ħadd u bi żball nidħol għall-quddiesa fis-7.03 il-patri ma jkeċċinix 'il barra u jgħidli biex immur għal ta' warajha għax sakemm jien kont hemmhekk, smajt l- evanġelu u l-erba' kelmiet li jgħid hu inkun ħadt xi ħaġa u bejn wieħed u ieħor inkunu nistgħu nimxu.", "Fl-awtorita' tal-ippjanar m'hemmx \"bejn wieħed u ieħor\" imma hemm il-\"bejn u l-ieħor\" għal ċerti nies u mhux għal oħrajn.", "Jien ma nixtieqx insemmi l- każijiet hawn pero' nixtieq nitkellem darba oħra fuq l-awtorita' tal- ippjanar.", "Jekk il-persuni konċernati jagħtuni permess insemmi l-każijiet hawnhekk u nagħti n-numri tagħhom ukoll speċjalment fejn xi persuni jixtru l-propjetajiet b'outline permit u mbagħad jaqilgħu flaġell biex joħroġ il- permess fi ħdan l-istess outline permit li jkun ħareġ.", "Min suppost jagħti l-informazzjoni għal xi raġuni ma jirrnexxilux iġibha biex imbagħad bniedem fit-triq li jaħdem ma' ministeru differenti u m'għandu x'jaqsam ma' xejn fi tliet minuti jgħidlek għaliex permess hu miżmum, min qed iżommulek u min ħa d-deċiżjoni li jżommuh waqt il-bord.", "Ma rridx nidħol fid-dettal għax nixtieq inkompli nitkellem fuq ir-Rabat u ta' madwaru llum.", "Mr Speaker, li kont qed ngħid fuq il-ġnien ta' bejn ir-Rabat u l-Imdina huwa li hemm bżonn li bniedem iħares b'mod realistiku lejn il-bżonnijiet mhux biss ta' dan il-ġnien imma tal-area kollha.", "Il-ministru konċernat mill- awtorita' tal-ippjanar u l-ministru ta' l-infrasttura jistgħu ipoġġu għad- dispożizzjoni l-ħaddiema tagħhom biex jiltaqgħu madwar mejda u bla bżonn ta' sikkatura jagħtu l-go-ahead lill-kunsilli lokali ta' l-Imdina u tar- Rabat.", "Dan biex fejn hemm xogħlijiet li jridu jsiru mill-gvern ċentrali jitħallsu mill-gvern ċentrali u fejn hemm bżonn li jsiru mill-kunsilli lokali jitħallsu mill-kunsilli lokali.", "B'hekk jingħata ċans li jsiru dawn ix-xogħlijiet u jilqgħu għall-aspettattivi tat-turisti li jiġu jżuruna u għall-Maltin li jmorru hemm.", "Mr Speaker, hu sabiħ li ngħidu li rranġajna Buġibba u Tas-Sliema għaliex 40% tat-turisti jmorru Tas-Sliema u dawk l-inħawi u 40% oħra jmorru Buġibba u l-Qawra.", "Jien irrid ngħid li 80% tat-turisti jmorru r-Rabat u l-Imdina u meta kien hemm bżonn il-gvern ċentrali ħa l-passi meħtieġa biex jirranġa dawk l-areas.", "Parti ġiet irranġata mill-gvern labusrista u parti mill-gvern nazzjonalista imma li rrid ngħid hu li dakinhar ma qagħdux jinkwetaw għall- permessi u qabdu u rranġaw fejn hemm bżonn għaliex ix-xogħol ħaduh f'idejhom il-ministeri għall-ġid tal-akbar industrija li għandna f'Malta.", "Dan għamluh għax l-industrija tat-turiżmu trendi u safejn naf jien l-iktar li nara jimxu f'Tas-Sliema huma Maltin.", "It-turisti qed igawdu minn dan ukoll.", "L-istess ħaġa rrid ngħid għal Marsascala u Buġibba.", "Mr Speaker, jekk kien hemm bżonn li jsir xogħol f'dawn l-inħawi m'hemm inqas bżonn fil-lokalita' tar-Rabat u ta' l-Imdina.", "Wasalt fi stadju li mhux nistaqsi iżda nittallab lill-ministeri konċernati biex ix-xogħol li għandu jsir f'dan ir-rigward isir mingħajr gambetti għaliex anke hemmhekk hemm min għandu n-negozju li minnu jiddependu l-familji.", "Jekk l-area m'hijiex attraenti, ma tistedinx biex wieħed imur fiha u jien irrid ngħid li s-sitwazzjoni hi mwiegħra għall-aħħar.", "Mr Speaker, fl-istess inħawi għandna problema ikbar tal-parking.", "Irrid ngħid li sar xogħol tajjeb ħafna mill-Ministru Ċensu Galea sabiex illum qed isir ammont sostanzjali ta' parking pero' jien ma nafx x'qiegħed iżomm lill- gvern sabiex il-parti li kienet tintuża bħala ground tar-ramel tintuża wkoll biex jipparkjaw fiha l-karozzi.", "Ma nafx x'qed jistenna l-gvern meta jaf li hemm problema akuta tal-parking fin-naħa ta' madwar l-Imdina.", "Wara kollox dan il-ground m'huwiex tat-turf.", "Filgħodu, n-naħa tas-Saqqajja jitilgħu madwar 40 karozza li huma ta' l- impjegati tal-banek fil-lokalita' u ammont sostanzjali ta' karozzi ta' nies li jaħdmu fil-ħwienet li hemm fil-lokalita' ta' l-Imdina.", "Mid-9.00 'l quddiem ikun hemm invażjoni ta' karozzi tal-linja, coaches tat-turisti, mini-buses u karozzi privati li jitilgħu iżuru r-Rabat jew l-Imdina.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni fejn in-nies tal-lokalita' m'għandhomx ċans li jipparkjaw u jekk jipparkjaw jiġi warden u jekk isib il-karozza tnax-il pied flok erba' metri 'l bogħod mill-kantuniera jtektek ċitazzjoni.", "Dan biex ikollna l-kritika li qed ikollna fuq il-gazzetti minn turisti li jkunu qalgħu ċitazzjoni u jirċievu debit notice mill-credit card tagħhom biex din titħallas.", "Għalija m'huwiex aċċetabbli li turist jiġi hawn Malta u sitt xhur wara jsib li l-credit card tiegħu ġiet iddebitata darbtejn jew tlieta minħabba ċitazzjonijiet.", "Meta wieħed jikri karozza jagħti l-card tiegħu biex jekk ikun hemm xi pendenzi jitħallsu minn hemm.", "Jien nappella li f'dan ir-rigward nippruvaw inkunu user friendly bħal ma għedna li se nagħmlu fuq il-liġi tal-pulizija.", "Hawn għedna ħafna affarijiet li ma nafx kemm se jiġu pprattikati fil-ħajja.", "Hawn għedna li l-pulizija huwa l-ħabib tan-nies u qabel aħna konna nfittxuh bħala the village bobby - il-ħabib ta' kulħadd fil-villaġġ jew fil-belt li jgħinek u mhux biss iwiddbek.", "Naħseb li bejn il- pulizija u l-wardens hemm tellieqa li ma tgħinx biex inkunu user-friendly.", "Jien nemmen li jekk irridu li jiġu t-turisti Malta ma nistgħux noqogħdu nfittxu l-estrem magħhom.", "Il-punt tiegħi illum hu li qed immorru fl-estremi li qed iġiegħlu n-nies igergru.", "Forsi kien dan l-estrem li ġiegħel lil ċerti nies jivvutaw kif ivvutaw għall-kunsilli lokali li għadhom kif għaddew.", "Il-gvern li għandna huwa gvern li jrid jagħmel ħajja aħjar għall-Maltin, pero' mbagħad hemm l-element amministrattiv ta' l-affarijiet li minħabba politika jew injoranza jissikka s-sitwazzjoni.", "Jien nitlob minn hawn biex fil-ministeri u fid-dipartimenti jsir it-taħriġ relattiv sabiex ikollna inqas nies li jgergru fuq l-atteġġjament ta' l-awtoritajiet u sabiex min jiġi jarana - anke fl-isfond ta' dak li ġara f'Settembru – jieħu pjaċir, jistrieħ u jerġa' jiġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa 13 ta' Marzu, 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRIQ IL-GANDOFFLA - B'BUĠIA", "32271.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-biċċa triq li tinsab bejn Triq iċ-Ċief u Triq ir-Rizzo li fadal mit-Triq il-Gandoffla f'B'Buġia tingħata t-tarmac għax għadha qatt ma saret?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant hija asfaltata u tinsab f'kundizzjoni tajba.", "Ix-xogħol ta' resurfacing f'din it-tip ta' triq isir mill-kunsill lokali.", "FACILITATORS RELIEVERS", "32291.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li s-sistema tal- facilitators relievers mhix issolvi l-problema fl-assenza tal-facilitators u li b'konsegwenza li tfal studenti b'diżabilita' qed jintbagħtu d-dar?", "Jaf li kien hemm tfal b'diżabilita' li dam ħmistax-il ġurnata d-dar?", "X'inhija l- problema li qed toħloq dan?", "X'qed isir min-naħa tad-dipartiment ta' l- edukazzjoni biex isolvi din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-on call special needs emergency helpers mhumiex marbutin li meta l-iskola ssejħilhom jidħlu għax-xogħol.", "In-numru ta' dawk li baqgħu nteressati nieżel ukoll u għal din ir-raġuni reġgħet ħarġet is-sejħa għall-ingaġġ ta' on call special needs emergency helpers ġodda u qegħdin isiru l-intervisti.", "LITERACY - SURVEY", "32292.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra is-survey li kien sar fl-1999 dwar il-literacy ta' tfal ta' 7 snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-rapport dwar is-survey li qed tirreferi għalih l- Onor. Membru kien ġie pubblikat fi Frar 2000 bl-isem \"literacy in Malta - The 1999 National Survey of year 2 pupils\" miktub minn Dr Charles Mifsud u Josephine Milton tal-literacy unit, faculty of education, University of Malta, flimkien ma' Greg Brooks u Dougal Hatchinson tan-national foundation for educational research ta' l-Ingilterra.", "Il-kotba li kienu ġew stampati tqassmu kollha u ma fadal ebda kopja ħlief dawk fil-Librerija ta' l- Universita`.", "SPECIAL OLYMPICS", "32293.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata lil żgħażagħ b'diżabilita' ili jsegwu xi dixxiplina sportiva?", "Jaf li żagħżagħ b'diżabilita li jieħdu sehem fl-ispecial olympics jħallsy Lm 4 ta' kull lane kull darba li jużaw il-pixxina nazzjonali?", "Ma jidhirlux li l-gvern għandu jagħti għajnuna l-gvern lil dawn iż-żgħażagħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-responsabbilta' għall-pixxina nazzjonali ma taqgħax taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "Fl-istess ħin ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li s-sena l-oħra l- organiżżazzjoni volontarja Special Olympics Malta ngħatat is-somma ta' Lm1,800 mill-fondi allokati għall-NGOs biex tkopri parti mill-ispejjeż relatati ma' attivitajiet ta' għawm organiżżati fil-pixxina nazzjonali.", "ĦWIENET - PERMESSI", "32294.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jelenka x'permessi ta' xogħol, f'sens ta' ħwienet tax-xogħol u negozju huma mogħtija fi Triq Carm Debono, Ħal Qormi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-proċess tad-devoluzzjoni tal-ħruġ tal- liċenzji tan-negozju mingħand il-pulizija għal dan il-ministeru għadu fi stadju ta' transizzjoni, mhux possibbli li għalissa nagħti l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ETC", "32301.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax l-ETC tinvestiga l-każ tal-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li allegatament ilha tirreġistra għax-xogħol 'il fuq minn tliet snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant tagħmel il- mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "ENEMALTA - KONTIJIET", "32312.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga permezz tal-Enemalta l-kont tad-dawl li rċeviet il-familja Cachia, 60, Helen's, Fuxa Str, San Ġwann billi qed jikkunsidrawh eċċessiv ħdejn kontijiet oħrajn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Iterpellant ġiet riferuta lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex issir il-verifika relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.", "SAN ĠWANN - NAXXAR ROAD", "32313.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid tistax tiġi asfaltata il-parti li tagħti għall-Naxxar Road ta' Fuxa Str, San Ġwann, li qatt ma kienet ġiet asfaltata sal-lum minħabba l-bini ġdid li kien qed jinbena fl-inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq qiegħed jieħu passi biex il-propjeta li qiegħda barra mit-triq tinxtara biex it-triq tkun tista' tinfetaħ.", "TRIQ KAMPANELLA – SAN GWANN - TRAFFIC LIGHTS", "32314.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li isiru xi traffic lights fi Triq Kampanella, San Ġwann, minħabba li diversi ġenituri jkunu jridu jaqsmu bit- tfal tagħhom biex jeħduhom l-iskola?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-direttorat għat-toroq u dak għall-maniġġ tat-traffiku biex jikkunsidraw is-suġġerimenti magħmula mill- Onor. Interpellant.", "ETC", "32315.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga mal-ETC il-każ tal- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li allegatament ilha tirreġistra għax-xogħol xi disa snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari nru.", "31826 fil-5 ta' Marzu 2002, f'seduta nru.", "707.", "ENEMALTA – SQAQ ĦWAWAR - L-IKLIN", "32332.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jistax jitwaħħal xi forma ta' street lighting qrib Palma Farmhouse, Sqaq Ħwawar, l-Iklin minħabba d-dlam li hemm f'din l-area abitata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili."]} {"filename": "20020423_725d_par.doc", "date": "2002-04-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 725 It-Tnejn, 22 ta' April, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 725", "It-Tnejn, 22 ta' April, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "725", "It-Tnejn, 22 ta' April, 2002", "WERREJ", "MINUTI 160", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI 160", "TQEGĦID TA' KARTI 166", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (L-EWWEL QARI) 167", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI (L-EWWEL QARI) 168", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA (L-EWWEL QARI) 168", "MOZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAT-TERMINU TAT-TWAQQIF TAT-TRIBUNAL", "GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI 169", "AĠĠORNAMENT 189", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 194", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 724 li saret fis-17 ta' April, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI", "FACILITATORS – NEFQA", "31786.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari 31546 u jgħid kemm intnefqu flus matul is-sena 2001 fi ħlasijiet lill- facilitators u kindergarten assistants għal xogħol ma' studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel statali primarji u sekondarji kif ukoll fl- iskejjel tal-knisja primarji u sekondarji?", "X'inhu n-numru ta' persuni li qed jagħmlu dan ix-xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-ħlas globali lill-facilitators u kindergarten assistants għal xogħol ma' studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel statali, kemm primarji kif ukoll sekondarji, għas-sena 2001 kien ta' Lm2,959,542.176, maqsum kif ġej:", "33 facilitators - Lm 164,616.760 66 kinder assists. - 333,446.458 54 kinder assists., grade I - 296,565.787 3 kinder assists., grade II - 18,144.208 4 supply kinder assists. - 18,558.200 93 kinder assists. spec. educ. - 428,721.386 294 supply kinder assists. spec. educ. - 1,026,106.637 7 part-time kinder assists. - 28,978.740", "Informat ukoll li Lm644,404 intnefqu fi ħlasijiet lil 14-il facilitator u 136 supply kindergarten assistant li jieħdu ħsieb studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-knisja, kemm primarji kif ukoll dawk sekondarji.", "SIXTH FORM – ATTENDENZA", "31902.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm studenti li qed jattendu s-sixth form tal-gvern, tal-knisja u ta' l- iskejjel indipendenti?", "Kemm-il student beda din is-sena skolastika fis- sixth form u sal-lum telaq u m'għadux jattendi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni dwar kemm hemm studenti b'kollox jattendu s-sixth form qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ORKESTRA NAZZJONALI - STRUMENTI", "32215.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 31949, jista' l-Ministru jgħid liema strumenti kienu jdoqqu is-sitt mużiċisti li spiċċaw minn ma' l-orkestra nazzjonali u liema strumenti jdoqqu dawk li ġew impjegati ġodda matul il-perjodu rilevanti?", "Jista' wkoll jgħid min kienu l-guest conductors li mexxew l-orkestra nazzjonali matul l-istess perjodu u jekk ir-remunerazzjoni tagħhom hijiex fissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ta' min jiċċara illi r-risposta preċedenti minni mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31949 kien fiha xi impreċiżjonijiet.", "Minflok \"spiċċaw sitt mużiċisti u ġew impjegati sitt mużiċisti ġodda\", ir- risposta kellha tkun \"spiċċaw tmien mużiċisti u ġew impjegati erba' mużiċisti ġodda\".", "Ir-risposta preċedenti ħarġet inkorretta bi żvista minħabba illi l-figura ta' \"sitt mużiċisti\" li spiċċaw minn ma' l-orkestra nazzjonali kienet tkopri biss il-perjodu 2000 u 2001; waqt li \"sitt mużiċisti ġodda\" kellha tiġi \"sitt impjegati ġodda\", cioe' erba' mużiċisti, finance officer u executive officer.", "Għaldaqstant informat li t-tmien mużiċisti li spiċċaw minn ma' l-orkestra nazzjonali, wieħed kien idoqq il-flawt, tnejn l-obwe, erba' il-vjolin u wieħed il-kuntrabaxx.", "Mill-erba' mużiċisti li ġew impjegati ġodda, tnejn idoqqu l-obwe, wieħed il-vjolinċell u wieħed il- kuntrabaxx.", "Informat ukoll li guest conductors li dderiġew l-orkestra nazzjonali matul il-perjodu Ottubru 1998 - Frar 2002 hu kif se nsemmi:", "Attard Colin Maier Wilfreid Butcher Jonathan Maw Stephen Chircop Alan Monteil Vincent Ciardi Paolo Muscat Christopher Clement Rene` Oliver Munroe Charles Davies Ian Salmieri Eraldo Deakin Richard Sammut Joseph Flaadt Gerhard Schembri Brian Galea John Stark Peter Laus Michael Vella Joseph Lombardini Danilo Watson Stephen", "Ir-remunerazzjoni ta' dawn il-guest conductors m'hijiex waħda fissa iżda tvarja skond it-tip ta' kunċert.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, b'riferenza għas-suċċess għoli ħafna li sena wara l-oħra qed ikollhom l-istudenti tal-Liċeo Vassalli f'tal-Ħandaq meta fil-prize day itellgħu musical, il-Ministru lest li jikkonsidra li jsiru l-arranġamenti neċessarji sabiex din is-sena dan il-musical jiġi mxandar fuq l-istazzjon tal-PBS, bil-għan li l-ġenituri u l-istudenti jkunu jafu bix-scelta differenti ta' parteċipazzjoni kif ikkordinata mill- kapijiet, għalliema u studenti, u anke bl-għajnuna tal-kumitat tal-ġenituri ta' l-istudenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, kemm l-Onor.", "Farrugia kif ukoll jiena kellna x-xorti nassistu għall-musical Les Miserables fil-junior lyceum tal- Ħandaq, meħud mill-kapulavur ta' Victor Hugo.", "Nista' ngħid li t-tnejn li aħna apprezzajna ferm il-ħiliet, it-talenti artistiċi, il-kreattivita`, l- impenn u d-dedikazzjoni ta' l-għalliema.", "M'għandix l-iċken dubju li jekk dawn it-tip ta' affarijiet jiġu mgħarrfa aktar lill-pubbliku inġenerali, inkunu qed nagħmlu ġid kemm lill-iskola nnifisha, li tara li x-xogħol artistiku tagħha qiegħed jirċievi rikonoxximent 'il barra mill-ħitan ta' l-iskola, u anke lill-iskejjel kollha tal-gvern.", "Fil-fehma tiegħi dan kien eżempju ieħor, fost ħafna, ta' xogħlijiet tajbin u ta' kwalita` li jagħmlu l-iskejjel ta' l-Istat.", "Jista' jkun li biex tixxandar rappreżentazzjoni bħal din fuq l-istazzjon tal-PBS tippreżentalek xi diffikulta', pero' m'hemm xejn x'iżomm milli din tiġi recorded u ppreżentata fuq iċ-channel ta' l-edukazzjoni.", "Jiena stess ħafna drabi nilmenta mill-fatt li d-dipartiment responsabbli minn l-education channel ma jassigurax li jinżammu dawn it-tipi ta' recordings.", "Ma jistax ikun li l-prize days kollha jiġu recorded - għax naturalment l-iskejjel kollha jagħmlu xi ħaġa u numru minnhom jagħmlu dan bi sforz tajjeb ħafna – iżda jien nemmen li min ikun qiegħed isegwi x-xena f'dak il-livell ikun jaf illi se jkun hemm prodott ta' ċertu interess u ta' ċerta kwalita`.", "Naf li nhar il-Ħamis se jkun hemm rappreżentazzjoni oħra u se nindaga biex nara l-possibbiltajiet ta' recording x'inhuma.", "Nifhem li jista' jkun hemm problemi tekniċi u problemi ta' sound għax is- sala fejn issir m'hijiex attwalment adegwata biżżejjed biex fiha jiġi recorded dan it-tip ta' musical, pero' se ninvestiga u nara hemmx il- possibbilta` li ħaġa bħal din tkun tista' ssir.", "KURA BARRA MINN MALTA", "31185.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm tfal taħt it-12-il sena ntbagħtu barra għall-kura matul l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Id-dipartiment tas-saħħa jikklassifika bħala tfal lil dawk li huma taħt l-14-il sena.", "Iċ-ċifri mitluba għal dan il-grupp ta` pazjenti huma kif ġej:", "Sena Tfal *Viżiti Barra", "1997 69 109 1998 58 83 1999 78 91 2000 110 110 2001 118 178", "* In-numru ta` viżiti huwa ikbar għaliex jinkludi tfal li jintbagħtu aktar minn darba f'sena għall-kura barra minn Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lill-Ministru jirriżultalu li hemm xi ġenituri li għamlu talba lid-dipartiment tas-saħħa sabiex f'ċerti każi jinġiebu professuri minn barra bil-għan li uliedhom ma joqogħdux imorru barra?", "X'qed isir f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, l-ewwelnett ilna għaddejjin żmien twil b'numru ta' konsulenti barranin li jiġu jżuruna ġewwa pajjiżna.", "It-tieni, naħseb li l-kollega tiegħi huwa konxju li bdejna wkoll eżerċizzju fejn aktar speċjalizzazzjoni min-naħa tal-Maltin qiegħda taqta' u anke f'ċerti każi telimina l-bżonn li nibqgħu niddependu fuq barranin li jiġu jagħtu l- kura ġewwa pajjiżna.", "Fil-fatt, ftit ta' żmien ilu beda servizz ġdid ta' operazzjonijiet tal-qalb fuq it-tfal – naħseb li l-Onor.", "Farrugia sema' b'dan – tfal li qabel kienu jintbagħtu barra minn Malta.", "Illum għandna wkoll konsulent Malti li għalkemm m'huwiex residenti f'pajjiżna, jiġi jinvista lit-tfal hawnhekk u dan jelimina kompletament il-bżonn li t-tfal joqogħdu jmorru barra.", "Apparti minn hekk, din saret proċedura li ma tirrikjedix operazzjoni u allura ovvjament it-tfal ikunu jistgħu jmorru lura f'darhom dik il-ġurnata stess.", "Qed ngħid dan kollu biex wieħed jasal biex jirrikonoxxi kemm imxejna 'l quddiem.", "Ovvjament wieħed irid jara wkoll ċertu cost-effectiveness, fis-sens illi fejn ikun hemm domanda relattivament kbira din tkun tiġġustifika t-twaqqif ta' dak is-servizz.", "Pero' imbagħad hemm dixxiplini oħra, bħall- endocrinology, in-neurophysiology jew in-neurology fejn in-numru ta' każi li jkollna jkun limitat ħafna.", "Per eżempju fi branka partikolari kapaċi ssib żewġt itfal biss li jkunu qed ibatu b'dik il-marda partikolari.", "Issa ovvjament barra minn Malta dan huwa cost-effective minħabba li l-catchment area hija ferm akbar.", "U importanti li jkollok catchment area ta' ċertu daqs għax inkella min ikun qiegħed iwassal dak is-servizz jibda` jitlef l- iskills tiegħu stess.", "Immaġina kieku jkollok konsulent Malti residenti hawn Malta stess li jkun speċjalizzat f'ċerta branka u f'sena sħiħa jkollu żewġ każi biss.", "Ovvjament dan ma jagħmilx sens.", "Allura f'dawk il-każi – li rrid ngħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qegħdin jonqsu – se nibqgħu niddependu minn konsulenti li jiġu minn barra.", "Jien naħseb li dak li qed jiġri hu li minkejja li f'ċerti affarijiet ma jagħmilx sens li jkollna t-team tagħna, dawk il-konsulenti li jiġu minn barra jiġu wkoll biex jgħaddu lill-konsulenti tagħna l-aħħar u l-aħjar teknoloġija u l-aħjar metodi li qegħdin jintużaw għall-kura tal-pazjenti, u ovvjament dan ikompli jtejjeb il-follow-up tal-każi ġewwa pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: B'riferenza għal ċerti ċentri tas-saħħa, fosthom dawk ta' Ħal Qormi, Birkirkara u r-Rabat, jista' l-Ministru jinformana x'qed isir bil-għan li dawn iċ-ċentri jerġgħu jibdew joperaw b'mod immedjat il-ġurnata kollha, bil-lejl u bi nhar – kif fil-fatt kellhom jagħmlu sa l- aħħar tas-sena li għaddiet – u jipprovdu servizz tant mistenni u bżonjuż għall-komunitajiet rispettivi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Forsi l-kollega tiegħi qiegħed juża ċerti aġġettivi b'ċerta leġġerezza għaliex aħna qatt m'għedna li dawn iċ-ċentri se jerġgħu jiftħu b'mod immedjat.", "Aħna dejjem għedna li din kienet miżura temporanja sakemm jiġu korretti n-nuqqasijiet li lill-gvern ġiegħluh jirrestrinġi u jillimita ċerti servizzi fil-health centres.", "Jien nista' nikkonferma li qegħdin nieħdu l-miżuri kollha biex kemm jista' jkun malajr il-health centres jerġgħu jaħdmu kif kienu qabel, imma sfortunatament dan għadu m'huwiex possibbli minħabba li l-problema primarja tan-nuqqas ta' tobba għadha magħna.", "Jien nista' ngħid ukoll li għadhom għaddejjin diskussjonijiet mal- koperativa li wriet li tixtieq tifforma ruħha biex tkun tista' tieħu f'idejha t-tmexxija ta' dawn il-health centres, pero` għad baqa' xi diffikultajiet.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza u jifhem illi mhux ta' min jitkellem dwar dawn id-diffikultajiet waqt li għadhom għaddejjin id- diskussjonijiet.", "L-għan aħħari tal-gvern huwa li kemm jista' jkun malajr is-servizz li kien jiġi pprovdut minn ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa jerġa' jiġi għal dak li kien.", "Veru li din is-sitwazzjoni ilha sena għaddejja pero' rridu nżommu quddiem għajnejna l-istampa kollha.", "Għax minkejja li ħafna nies setgħu ħasbu li l-limitazzjoni ta' servizzi f'ċerti ċentri tas-saħħa se tkun il-kaġun ta' numru akbar ta' nies li jmorru ġewwa l-casualty department ta' l-isptar San Luqa, nistgħu ngħidu bl-aktar mod assolut li dan ma ġarax.", "Fil-fatt l-istatistika turi li n-numru ta' pazjenti ġewwa l-casualty department ta' l-isptar jiżdied b'medja ta' 5% kull sena, u hekk baqa' jiġri.", "Nista' nagħti garanzija li n-numru ta' viżti akuti baqgħu l-istess, anke skond l-istatistika.", "Li naqsu kienu dawk il-viżti li m'humiex urġenti u li kienu juru ċerta ħela ta' riżorsi u ċertu abbuż mis-servizz.", "Qed ngħid għal dawk li jaqbdu u jmorru x'ħin iridu jew imorru biex jipprovaw il- pressjoni jew biex sempliċement jagħmlu check-up.", "Jiena nibqa' ngħid li dawn huma abbużi u l-istatistika qed turi li dawn it-tip ta' viżti ġewwa l- health centres naqsu, waqt li n-numru ta' pazjenti li kellhom bżonn imorru ġewwa l-health centres għal affarijiet akuti ma naqasx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma naħsibx li l-Ministru se jiċħad li kemm ilu magħluq iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat, apparagun ta' meta kien jiftaħ fuq bażi ta' 24 siegħa, in-numru ta' pazjenti naqas b'27,000?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, kieku l-kollega tiegħi joqgħod attent għal dak li nkun qed ngħid u mhux ipoġġi d-domanda f'moħħu minn qabel ma jkollu r-risposta tiegħi, jinduna li jiena stess għedtlu li n-numru ta' pazjenti naqas b'27,000.", "Li qiegħed ngħid hu li n-numru ta' każi akuti ġewwa l-health centres baqa' l-istess.", "L-uniċi nies li nerġa' nikkonferma li naqsu milli jmorru ġewwa l- health centres kienu għall-każi mhux urġenti.", "Jien ikkwalifikajt ukoll li meta nirriferi għall-każi urġenti, inkun qed nirriferi speċifikament għal dawk il-każi li x'ħin kien jaqblilhom jew x'ħin kien jiftlilhom kienu jmorru l-health centre biex jibdlu l-garza jew biex jibdlu l-faxxa jew imorru l-Ħadd filgħodu ...", "(Interruzzjonijiet) Dawk inqatgħu għax qegħdin jirrealizzaw huma stess li għandhom jattendu l-health centre meta jkollna l- aktar numru ta' staff - u allura mhux bil-lejl - u f'ħinijiet li jkunu raġonevoli.", "Kemm-il darba għedt ukoll hawn ġew illi meta wieħed joħroġ breakdown ta' kemm kienu jmorru nies ġewwa l-health centres f'ċerti ħinijiet, wieħed kien jibda jiddubita dwar l-utilita' ta' dak in-numru kollu ta' staff li kien ikollna f'dak il-ħin ġewwa l-health centres.", "Pero' ngħid li aħna xorta għadna mpenjati li kemm jista' jkun u sakemm jippermettu l-kondizzjonijiet, iċ-ċentri tas-saħħa jerġgħu jiġu jaħdmu kif kienu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Waħda mill-affarijiet li ħarġu f'dawn l-aħħar sentejn hi l-matching tal-vacancies li hemm fis- sistema tas-saħħa man-numru ta' tobba available.", "Jista' l-Ministru jagħtina previżjoni ta' kif se tkun fis-sentejn jew tliet snin li ġejjin din il-ħaġa?", "Jiġifieri se jkun hemm biżżejjed tobba fis-sistema tas-saħħa?", "Jew se jkollna karenza bejn il-vacancies li hemm, il-bżonnijiet li hemm għal tobba biex jieħdu ħsieb il-health centres u l-bżonnijiet ta' l-isptar u s-supply ta' tobba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk wieħed jara daqsxejn x'qiegħed jiġri f'dak li għandu x'jaqsam man-numru ta' tobba li qegħdin jikkwalifikaw, malajr jifhem li jekk jibqa' kollox kif inhu m'għandux ikollna problema fil-futur.", "Qed ngħid hekk l-ewwelnett għax il-kors tal-mediċina qiegħed jibda darba kull sena u mhux darba kull sentejn; u t-tieni, meta kien jibda darba kull sentejn kienu jidħlu medja ta' 40 jew 50 student u allura kienu jigradwaw bejn 40 u 50 tabib kull sentejn.", "Il-kors illum jibda kull sena u n-numru ta' dawk li jidħlu għalih ivarja bejn 70 u 80 u dan ifisser li qed ikollna d-doppju f'inqas żmien.", "Allura ovvjament il-karenza li għadu kemm rrifera għaliha l-kollega tiegħi ma tidhirx li se tkun xi problema allarmanti.", "Naħseb ukoll li rridu nibdew diskussjonijiet – jien ngħid li għandhom jibdew fil-futur immedjat - biex niżguraw illi l-kondizzjonijiet tat-tobba jkunu tali li ma jħajrux nies mis-servizz jitilqu barra minn xtutna.", "Effettivament ftit tal-ġimgħat ilu ġie grupp mill-Ingilterra biex jipprova jiġbor tobba Maltin li jixtiequ jaħdmu fl-Ingilterra ...", "(Interruzzjonijiet) Anzi f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa l-Unjoni Ewropea hi ta' vantaġġ assolut.", "Dan huwa dak illi kien stqarr l-Onor.", "George Vella f'seminar li kien sar apposta għan-nurses - irrepetiha Alfred Mifsud fuq it-television - u wieħed jibda jifhem il-vantaġġi għax barra li l-Ingliżi ġew biex jieħdu t-tobba tagħna – nistgħu ngħidu li fil-pajjiżi kollha tad-dinja m'hawnx tobba biżżejjed – qegħdin ukoll jipprovaw jixtru servizzi fil-Mediterran u fil-fatt nafu li tliet ijiem ilu ħareġ tender mill-NHS ta' l-Ingilterra biex jaraw min jista' joffri servizzi ta' kwalita'.", "U r-risposta li tajnihom min-naħa tad-diviżjoni tas-saħħa kienet li waqt li kulħadd japprezza li s-servizzi f'pajjiżna huma ta' l-ogħla kwalita', speċjalment f'ċerti branki, jiddispjaċina li l-Ingliżi ma jistgħux jinqdew bis-servizzi tagħna u ma jistgħux jibagħtu pazjenti ġewwa pajjiżna, u dan minħabba l-fatt li aħna m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ndur għan-nuqqas ta' tobba, u kif għedt, hemm bżonn li nsibu sistemi illi jħajru iżjed tobba jibqgħu ġos-servizz, għalkemm nagħmlu x'nagħmlu u jkun hemm min ikun hemm fil-gvern, din se tkun problema li ħadd ma jista' jelimina.", "Ħafna mit-tobba tagħna jitilqu biex jagħtu servizz barra minn pajjiżna għal raġuni waħda, primarjament għax il-postijiet ta' konsulent ġewwa pajjiżna huma limitati ħafna u għandna sptar wieħed ġenerali.", "Barra minn hekk illum konsulent jilħaqlek relattivament ta' eta' żgħira - ikollu madwar 40 sena - u allura jimblukkalek il-post għal 20 sena sakemm jiġi biex jirtira.", "U allura min ikun irid jispeċjalizza u jaspira li jerġa' jiġi f'pajjiżu jaħdem bħala konsulent ovvjament se jsib il-bibien magħluqin.", "Dan minkejja li f'dawn l-aħħar snin - nistgħu ngħidu fl-aħħar għaxar snin - in-numru ta' konsulenti li jaħdmu fis-servizz sploda.", "Biss huwa ovvju li hemm limitazzjoni, waqt li l-openings barra minn Malta huma ferm ikbar minħabba l-fatt li hemm iżjed kobor, hemm iżjed servizzi u hemm iżjed sptarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jien nara li hemm ftit tal- kontradizzjoni fir-risposta li għadu kemm tana l-Ministru.", "Qed jgħid li mhux qed jipprevedi problema fis-supply ta' tobba għax issa l-kors qed isir kull sena u mhux kull sentejn.", "Imma veru jew le li f'din l-aħħar sena kellna problema?", "Minn fejn ġiet din il-problema?", "U jekk ġrat f'din l- aħħar sena, kemm huwa prevedibbli li se terġa' tiġri fis-sentejn, tlieta li ġejjin?", "X'qed iwassal biex tobba u anke nurses imorru jaħdmu fl-EU minn issa?", "X'inhu r-rationale tagħhom dawn?", "Forsi għax għandhom pagi aħjar?", "Għax għandhom aċċettazzjoni aħjar biex isiru konsulenti?", "Ilkoll nafu li wħud mit-tobba jmorru barra mhux biex isiru konsulenti u allura l-mistoqsija tiegħi xorta tibqa' din: Strutturalment hemm xi mismatch bejn is-supply u d-demand ta' tobba vis-a-vis l-isptarijiet pubbliċi?", "X'effett qed ikollha fuq dan kollu mbagħad it-tieqa li nfetħet, u kif inhi sejra din it-tieqa li nfetħet biex ikun hemm taħriġ ta' studenti barranin f'pajjiżna bħala tobba?", "Jiġifieri dan qiegħed inaqqas l-ispazju għat-tobba Maltin biex jiggradwaw b'impatt fuq is-supply ta' tobba jew le?", "Qed ikollu effett fuq is-supply ta' tobba deħlin fl-isptarijiet tagħna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Forsi dawn id-dubji kollha li qamu f'moħħ il- kollega tiegħi jistgħu jiġu eliminati faċilment għax kien hemm kwalifika li nsejt insemmi, cioe' li se jibdew jilħqu kull sena minn din is-sena.", "Il- kors tal-mediċina huwa ta' ħames snin u d-deċiżjoni li jibda kull sena bdiet ħames snin ilu.", "Allura ovvjament minn din is-sena 'l quddiem se jibda jkollna l-ewwel batch ta' tobba kull sena.", "It-tieni, it-tobba tagħna huma kwalifikati wkoll u faċilment imorru jaħdmu f'post partikolari li minn dejjem kien il-Mecca f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispeċjalizzazzjoni tat-tobba Maltin, li huwa l-Ingilterra.", "It-tobba li jitilqu invarjabbilment imorru l-Ingilterra u allura m'hijiex kwestjoni ta' l-EU u mhux EU għax illum diġa' jistgħu jmorru l-Ingilterra.", "Jiġifieri din ma tagħmel assolutament differenza ta' xejn.", "Rigward it-tielet punt li qajjem l-Onor. kollega, u cioe' għaliex qegħdin jitilqu tobba u nurses, jien m'iniex konxju li n-nurses qed jitilqu biex imorru jaħdmu l-Ingilterra.", "Minkejja li kif semmejt iżjed kmieni ġiet aġenzija biex tipprova tirrekluta tobba Maltin biex imorru jaħdmu l- Ingilterra, u safejn naf jien offritilhom Lm18,000, wieħed biss kien imħajjar illi jmur.", "Jiġifieri nemmen li it is not just a question of pounds, shillings and pence.", "L-aktar ħaġa li tħajjar lit-tobba li jitilqu mis-servizz Malti biex imorru jispeċjalizzaw barra huwa l-fatt li għandhom openings ferm aktar milli għandna preżentament u milli qatt jista' jkollna għax in-numru ta' servizzi tagħna huwa limitat.", "Jekk illum kellna cardiac surgeon u laħħaqna żewġ cardiac surgeons oħra, illum għandek ċifri - nistgħu ngħidu li huma aċċettati bħala standards ġewwa l-Ewropa kollha - li jippegjaw in-numru ta' konsulenti li jrid ikollok skond il-popolazzjoni li għandek.", "Fil-fatt issib li f'ċerti branki, bħal per eżempju fin-newroloġija, il-kardjoloġija u l-ortopedija, diġa' il-persentaġġ ta' konsulenti għall-popolazzjoni tagħna huwa biżżejjed.", "Issa jekk tħares lejn dawn in-nies issib li għandek two in their early 50s u l-oħrajn għandhom 45 sena.", "Mela jekk dawn jibqgħu jagħtu s-servizz se jibblokkawlek il-pożizzjonijiet għax il-popolazzjoni probabbilment se tibqa' stabbli issa li l-birthrate qiegħda tilħaq viċin ħafna n-numru ta' nies li qegħdin imutu u allura ovvjament ftit se jkun hemm ċans għal dawn il-15-il sena li ġejjin li jiżdiedu dawn it-tip ta' konsulenti fl- ortopedija, jekk ovvjament ma jiżdiedux jew joħorġu xi servizzi ġodda.", "Għax illum kull branka tant qed issir speċjalizzata li għandek numru ta' orthopaedic surgeons, per eżempju, li huma speċjalisti u konsulenti fl- ispeċjalizzazzjoni partikolari ta' l-ortopedija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' ħidma u financial statements tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' għas-sena 2001;", "Pjan ta' azzjoni tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' għas- sena 2002;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li għandhom is-servizz tat-telecare, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32783;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru f'Diċembru 2001 u Marzu 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32784;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32786; u", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mill-korporazzjoni dwar xogħol u taħriġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32803; u", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 85 ta' l-2002 – ordni ta' l-2002 dwar il-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp (għadd ta' fergħat).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Il-kompożizzjoni tal-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija (MCST), bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32756; u", "Tagħrif dwar safar uffiċjali li sar minn membri tal-kunsill Malti għax- xjenza u teknoloġija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32758.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar akkomodazzjoni għat-turisti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32872.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-permess u l-pjanti approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar xogħol fl-inħawi tal-Gillieru, f'Islet Promenade, Bugibba, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32810.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Annual financial statements għas-sena 2001 maħruġa mit-teżor skond l- Att ta' l-1962 dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 84 ta' l-2002 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2001 li jemenda l-Att dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp, Att Nru XXI ta' l-2001;", "Avviż Legali Nru 86 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 tal- kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp (tipi ta' applikazzjonijiet);", "Statistika dwar delitti li twettqu bejn is-17 ta' Frar 2000 u April 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32785; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar ambaxxaturi residenti f'Malta u ambaxxaturi residenti barra minn Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32794.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Breakdown ta' allokazzjoni ta' fondi lill-kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32782;", "Kopja ta' dokument ta' informazzjoni maħruġ mill-isteering committee għall-ħolqien ta' skemi ta' parkeġġ residenzjali u kummerċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32791;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' kontravvenzjonijiet rapportati mill-gwardjani lokali matul l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32805; u", "Lista ta' proprjetajiet li għaddew f'idejn il-kunsilli lokali permezz tad-devoluzzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32814.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Aġent Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2002 dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2002 dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap. 319\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2002 li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap. 319\" jkun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MOZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAT-TERMINU TAT-TWAQQIF TAT-TRIBUNAL GĦALL- INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi din il-mozzjoni:", "Peress illi l-Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji (Kap. 394) daħal fis-seħħ fit-2 ta' Ġunju 1997 u peress li skond l-artikolu 4 ta' l-istess Att, it-terminu tat-twaqqif tat- Tribunal imwaqqaf fl-istess Att kellu jiskadi erba' snin wara, cioe' fl-1 ta' Ġunju 2001;", "Peress illi b'riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament approvata fil-21 ta' Mejju 2001 dak it-terminu ġie estiż b'sena oħra u issa sejjer jiskadi fl-1 ta' Ġunju 2002;", "Peress illi skond l-istess artikolu tal-liġi dak iż-żmien jista' jiġi estiż b'riżoluzzjoni tal-Parlament għal perijodi ta' mhux aktar minn sena oħra;", "Peress illi hu desiderabbli li t-Tribunal imwaqqaf bl-Att imsemmi jibqa' jaħdem biex jiddeċiedi l-kawżi li għadhom pendenti quddiemu;", "Għalhekk din il-Kamra tirriżolvi li ttawwal b'sena t-twaqqif tat- Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mwaqqaf bl-Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji liema sena tibda tgħodd wara li jiskadi t-terminu odjern ta' l-Att imsemmi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, kif hemm imsemmi fir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna, l-Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji daħal fis-seħħ fit-2 ta' Ġunju 1997.", "Din il-liġi tressqet f'dan il-Parlament mill-Gvern Laburista u, kif jgħid is-subtitle ta' dak l- Att, kien intiż biex jitwaqqaf tribunal indipendenti biex jisma' ilmenti dwar ċerti inġustizzji li twettqu bejn l-1987 u l-1995.", "Dak iż-żmien il- Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni ma kienx qabel mat-twaqqif ta' dan it- tribunal għal diversi raġunijiet, li m'iniex se noqgħod nerġa' nispjega hawnhekk għaliex huma rrapportati b'mod eżawrjenti fid-dibattiti li kien hemm dak iż-żmien.", "Prinċiparjament ma kienx qabel mat-twaqqif ta' dan it-tribunal għal żewġ raġunijiet li iktar ma għadda ż-żmien iktar qed jiġu validati.", "Ir- raġunijiet prattikament kienu li l-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien ma kienx ħa s-suġġeriment, li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fl- Oppożizzjoni, li flok nagħmlu tribunal ieħor biex jinvestiga l-inġustizzji allegati, presjedut minn maġistrat kif fil-fatt sar, kien ikun aħjar li nadottaw dak li b'consensus konna adottajna f'din il-Kamra fl-1995, cioe` s- sistema ta' l-Ombudsman.", "Dak iż-żmien konna għedna li jekk ridna niżguraw li dawn l-ilmenti ma jdumux is-snin pendenti u mmexxu, kif kien ukoll il- ħsieb tal-gvern ta' dak iż-żmien, kien ikun ħafna aħjar li minflok nadottaw sistema tal-qorti, li konna nafu lkoll li hija sistema li ttawwal, nadottaw is-sistema amministrattiva anke jekk b'aġġustamenti li kienet diġà qiegħda taħdem tajjeb, jiġifieri s-sistema ta' l-Ombudsman.", "Sfortunatament - u ngħid sfortunatament mhux għall-gvern jew għall- oppożizzjoni imma għan-nies li għamlu l-ilmenti li għad hemm numru sostanzjali mhux deċiżi - dan is-suġġeriment ma tteħidx u l-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien ipprefera li jieħu t-triq ta' tribunal ġudizzjarju, presjedut minn chairperson teknikament.", "Però nzerta li ċ-chairperson tat- tribunal kontemporanjament għandu n-nomina ta' imħallef.", "Iktar minn hekk il-metodu tas-smigħ fil-liġi stess ġie kkopjat totalment mill-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, u allura barra milli għandna imħallef li fir-realtà qiegħed jippresjedi għandna tribunal li jaħdem bil- kumplikazzjonijiet kollha li l-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili tagħna taħdem bihom.", "Nerġa' nirrepeti li l-Partit Nazzjonalista ma kienx qabel li dan huwa l-mod kif teħles il-kawżi.", "Konna għedna li jekk se nikkopjaw is-set- up tal-qrati konna se nispiċċaw intawlu u nkarkru ż-żmenijiet biex jiġu deċiżi dawn l-ilmenti.", "It-tieni ħaġa li dehrilna li ma kenitx realizzabbli kienet ix-xewqa tal- Gvern Laburista ta' dak iż-żmien li dan it-tribunal jeħles il-kawżi kollha pendenti li se jkollu f'erba' snin.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-liġi jsib li fl-artiklu 4 kien ġie impost terminu ta' erba' snin, u wara dawk l-erba' snin dan it-tribunal kellu jiskadi.", "Il-Ministru Laburista li kien ippilota din il-liġi kien qal f'dan il-parlament li fuq il-bażi ta' kemm kienu qed jistennew li jidħlu ilmenti - u fil-fatt daħlu daqskemm kien intqal li se jidħlu għax ovvjament kienu għamlu r-riċerka tramite l-partit - erba' snin kien perjodu raġonevoli biex wieħed jiddeċiedi dawk il-kawżi.", "Dak iż-żmien aħna konna għedna li m'huwiex prattiku li taħseb hekk u dak il- proviso li hemm fil-liġi li jgħid li dak il-perjodu oriġinali ta' erba' snin jista' jiġi estiż kull sena permezz ta' riżoluzzjoni f'din il-Kamra, żgur li konna se nirrikorru għalih.", "U fil-fatt, anke f'dan il-każ, dak li konna qed naħsbu ġara.", "Skadew l-erba' snin, f'Ġunju tas-sena l-oħra konna ressaqna l-ewwel riżoluzzjoni biex intawlu l-perjodu b'sena għax daqshekk biss tagħtina l-liġi, u issa qegħdin inressqu riżoluzzjoni oħra.", "Dan ifisser li f'Ġunju li ġej se nibdew is-sitt sena ta' dan it-tribunal.", "U kif nuri iktar 'il quddiem jien konvint li f'Ġunju tas-sena d-dieħla se jkollna nagħmlu estensjoni oħra għal dan it-tribunal, għax jekk wieħed jara r-record li għandna s'issa jien konvint fis-sena li se nestenduh mhux se jinqatgħu l-kawżi li hemm pendenti.", "J'Alla din il-previżjoni ma tavverax ruħha.", "J'Alla l-imħallef sedenti jirnexxilu jaqta' l-kawżi kollha li hemm pendenti quddiem it-tribunal.", "J'Alla li fl-aħħar ta' din is-sena li se nestendu ma jkollniex iktar kawżi pendenti ħalli bħal-lum sena ma nerġgħux niġu quddiem dan il-parlament biex nitolbu estensjoni oħra għal dan it- tribunal.", "Mr Speaker, kif diġà għedt, aħna la konna qbilna mal-prinċipju u lanqas konna qbilna mal-workings kif ġew proposti f'din il-liġi, però minkejja dan, wara l-perjodu qasir li għamel fil-gvern il-Partit Laburista, meta l- Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern mhux biss ma ħadna ebda pass biex din il-liġi ma napplikawhiex, imma konsistentement ġibna 'l quddiem ir-renewal ta' dan it-tribunal u konsistentement ukoll żammejna dan it-tribunal jiffunzjona bl-istaff kollu neċessarju.", "Irrid ngħid li dan it-tribunal kien minn ta' l-ewwel li kellu assistenti ġudizzjarji.", "Fil-fatt kien hemm ħafna imħallfin li ma kellhomx assistenti ġudizzjarji magħhom biex jisimgħu l-provi, filwaqt li dan it-tribunal kellu assistenti ġudizzjarji magħhom biex jisimgħu l-provi.", "Saħansitra kien hemm assistenti ġudizzjarji f'Għawdex biex jisimgħu l-provi, li kienet eċċezzjoni għal qrati oħra li huma presjeduti mill-imħallfin.", "Qed ngħid dan biex nagħmilha ċara li għalkemm dan il-gvern ma qabilx mal-prinċipju fit-twaqqif ta' din il-liġi, iħoss li għandu jkun hemm kontinwità bejn il- gvernijiet fuq il-liġijiet li jkollna f'pajjiżna.", "U nagħmilha ċara li l- gvern beħsiebu, jekk ikun hemm bżonn, jerġa' jestendi t-tribunal għal sena oħra biex finalment jiġu trattati u deċiżi l-kważi kollha li hemm pendenti.", "Il-gvern jagħti l-kelma tiegħu li riżoluzzjoni bħal din jerġa' jressaqha.", "Mr Speaker, meta twaqqaf dan it-tribunal ġew preżentati numru ta' kawżi quddiemu fil-perjodu li kien hemm imniżżel li għandhom jiġu ppreżentati.", "B'kollox ġew preżentati 1,337 rikors, li minnhom ġew kanċellati jew spiċċaw sine die għax tilfu l-interess 358.", "Jiġifieri prattikament kien hemm 1,000 kawża li kellhom jiġu ttrattati.", "L-oħrajn, għal xi raġuni, ċedewhom il- partijiet li kienu ppreżentawhom, oħrajn ġew dikjarati kanċellati, oħrajn ġew dikjarati deżerti, u oħrajn marru sine die għax min ikun ippreżenta t- talba f'xi żmien ikun tilef l-interess.", "Jiġifieri effettivament l-imħallef li jippresjedi t-tribunal kellu 1,000 kawża x'jittratta.", "U kien fuq din il- bażi li l-gvern ta' dak iż-żmien kien ikkalkola preventivament li erba' snin għandhom ikunu biżżejjed biex wieħed jittratta 1,000 kawża.", "Sfortunatament dan ma rriżultax għar-raġuni li n-numru ta' deċiżjonijiet li ngħataw s'issa huwa fuq in-naħa l-baxxa.", "It-tribunal beda jiffunzjona f'Ġunju ta' l-1997 u ovvjament sakemm ġew ippreżentati r-rikorsi u twaqqaf l-istaff ħa sa l-aħħar ta' l-1998.", "Jiġifieri l-ewwel sena ta' ħidma bilfors kellha tkun l-aħħar ftit xhur ta' l-1998 u s-sena sħiħa ta' l-1999.", "Allura l-ewwel numru ta' kawżi li se nirrapporta huwa sa l-aħħar tas-sena 1999, meta t-tribunal kien iddeċieda 191 kawża.", "Fis-sena 2000 dan it- tribunal iddeċieda 95 kawża u fl-2001 iddeċieda 161 kawża.", "Dan ifisser li fi tliet snin ta' operazzjoni, l-1999, l-2000, u l-2001 kien hemm 447 sentenza li jekk taqsamhom fuq tliet snin jiġu medja ta' 145 sentenza kull sena, rata li ovvjament hija baxxa.", "Fil-fatt f'dan il-perjodu kellna 447 sentenza u 358 kawżi ċeduti jew kanċellati.", "Sa l-aħħar tas-sena l-oħra kien għad baqa' 532 kawża pendenti, jiġifieri wara tliet snin xogħol kien għad baqa' iktar minn nofs il-kawżi pendenti.", "Wieħed jifhem li trid iż-żmien biex tiġbor il-provi għax il-proċedura legali li sfortunatament ġiet inbuilt fil-liġi - għax we transposed il- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili f'din il-liġi - kompliet tikkomplika l-ħajja bl-eċċezzjonijiet preliminari, bil-metodu ta' kif jinġabru l-provi fil-qorti u bis-sistema kollha li biha jaħdmu l-qrati.", "Allura wieħed jifhem għaliex ittieħed dan iż-żmien kollu biex nibdew nirrankaw.", "Fil-fatt, biex inkun għedt kollox, jidher li din is-sena diġà għandna rapporti li huma iktar pożittivi għax fl-ewwel erba' xhur diġà nqatgħu 91 kawża, hemm 137 kawża li huma differiti għas-sentenza u 69 kawża oħra li qegħdin fit-trattazzjoni finali.", "Allura jekk nippreżumi li almenu dawn kollha jingħalqu sa l-aħħar tas-sena, ifisser li m'għandux ikun hemm iktar minn 200 kawża li jibqgħu pendenti għas-sena d-dieħla.", "Irridu nifhmu li l-ġustizzja mhux biss trid issir, u tidher li qed issir, imma rridu naħdmu biex il-ġustizzja ssir fi żmien raġonevoli.", "Il-kejl taż- żmien raġonevoli li kien għamel il-gvern ta' dak iż-żmien għal dan it- tribunal kien ta' erba' snin.", "Mill-Oppożizzjoni aħna konna għedna li, mill- informazzjoni li kien ingħata l-gvern ta' dak iż-żmien dwar kemm jaħseb li deħlin kawżi, ma kienx raġonevoli li wieħed jistenna li jinqatgħu f'erba' snin.", "Però ma nistax ma nikkummentax ukoll li r-rata tad-deċiżjonijiet hija rata kemmxejn baxxa.", "U hemm statistika li wieħed jista' jara.", "Fl- opinjoni tiegħi fit-tliet snin li għaddew din ir-rata ma tikkomparax man- numru ta' kawżi li jiddeċiedu imħallfin fil-Prim'Awla.", "Ir-rata tibqa' waħda iktar baxxa minn dik li nirrapportaw b'mod estensiv għall-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Irrid nagħmilha ċara wkoll, biex ħadd ma jiżgwida ruħu, li l-imħallef li jippresjedi t-tribunal, waqt li għandu xi xogħol fil-Prim'Awla, dan ix- xogħol huwa minimu ħafna.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li huwa mgħobbi wkoll bix-xogħol tal-Prim'Awla.", "Is-sena l-oħra kulma ġew assenjati lilu fil-Prim'Awla kienu disa' kawżi.", "Ġieli għamel xi appelli bħala sostitut, però again huma minimi ħafna, waħdiet.", "Jiġifieri dan l-imħallef qiegħed full-time fuq it-tribunal bl-ammont ta' ħin li għandhom l-imħallfin l-oħra tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili wara kollox.", "Però r-rata ta' kawżi deċiżi - fejn jagħtu s-sentenzi, mhux fejn jiġu kanċellati - mill-imħallfin tal- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili hija ta' 250 fis-sena, bejn wieħed u ieħor, li hija rata tajba.", "F'dan it-tribunal ir-rata hija inqas u jien nagħmel appell lil kulħadd, lill-imħallef, lid-deputat reġistratur u lill-judicial assistants biex dak li ġara fl-ewwel tliet snin inbiddluh.", "Jeħtieġ li r- rata titqawwa u titqawwa ħafna għax mhux sewwa ma' min għamel ir-rikors, li llum ilu li għamlu mill-1997, li jibqa' pendenti quddiem dan it-tribunal.", "Kulħadd qed jagħmel l-isforz tiegħu u wieħed jistenna li m'għandux ikun hemm diskrepanzi, jekk mhux għal raġunijiet oltre ġustifikati, bejn l- output rate ta' l-imħallfin diversi.", "Wieħed jista' jkun qed jisma' kawżi fil-Prim'Awla, fit-tribunal jew fil-Qorti ta' l-Appell.", "Ovvjament il- gravità, l-inċidenza tal-kawżi u d-diffikultajiet tal-kawżi ma tistax tqabbilhom, jiġifieri m'aħniex qed nagħmlu comparison li huwa same with same f'kollox.", "Però l-kawżi jidħlu by roster u filli wieħed imissu waħda diffiċli, l-għada jmissu waħda faċli u mbagħad id-diffiċli tmur għand ieħor, jiġifieri l-imħallfin ikollhom l-istess tip ta' case load, bejn wieħed u ieħor, allura m'għandux ikun hemm imħallef li f'sena jiddeċiedi 400 kawża - ħalli nesaġera għax ħadd ma jagħmilha - u l-ieħor jiddeċiedi 100.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-każijiet ta' imħallef li qed jagħmilha ta' master li m'huwiex in the main line imma mħallfin li jisimgħu l-kawżi fil-Prim'Awla, bejn wieħed u ieħor, għandhom jaqtgħu l-istess numru ta' kawżi, all things being equal.", "U jekk wieħed jara l-istatistika li ppubblikajna riċentement jsib li n-numru ta' deċiżjonijiet mogħtija minn imħallfin li għandhom il-Prim'Awla ta' kuljum, biex insejħulha hekk, insibu li l-Imħallef Magri qata' 180 sentenza, l-Imħallef Valenzia 225, l-Imħallef Caruana Demajo 202, l-Imħallef Gino Camilleri l40, l-Imħallef J.R. Micallef 222, l-Imħallef Arrigo 192, l-Imħallef Raymond Pace 294.", "Bejn wieħed u ieħor kulħadd jilgħab madwar il-200, 220, 230, 240 kawża.", "U jien nemmen li dik hija rata li għandha tiġi osservata fit-tribunal ta' l-inġustizzji, jekk mhux iktar.", "Ma ninsewx li fit-tribunal ta' l-inġustizzji qed nittrattaw dejjem l-istess tip ta' każijiet.", "Ftit hemm differenzi fil- każijiet li hemm.", "Wara tliet snin naħseb li missejna l-prinċipji ġenerali kollha.", "Jien sinċerament nagħmel appell li n-numru ta' kawżi deċiżi din is-sena jridu jaqbżu bil-bosta dawk li ġew deċiżi kemm is-sena l-oħra, kemm is-sena ta' qabel u kemm is-sena ta' qabel dik.", "Biex inkun semmejt kollox, u nerġa' nirrepeti, l-indikazzjonijiet diġà huma tajbin ħafna għax fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena diġà ngħataw 91 sentenza u hemm 137 kawża li huma differiti għas-sentenza, waqt li 69 oħra huma differiti għal trattazzjoni finali.", "Jiġifieri jekk ngħodd dawk li huma differiti għas- sentenza, dawk li huma differiti għal trattazzjoni finali u forsi nżid ftit magħhom ukoll, mill-530 kawża pendenti li kien hemm fl-aħħar tas-sena 2001, jien nistenna li din is-sena jinqatgħu 300 kawża oħra.", "Allura niġu f'sitwazzjoni fejn is-sena d-dieħla almenu nibdew b'200 kawża pendenti jew ftit iktar.", "Però jrid isir sforz biex dan iseħħ għax inkella se nibqgħu ntawlu ntawlu b'dan it-tribunal.", "Ma ninsewx ukoll li ma jistax ikun li jkollna imħallef f'dan it-tribunal ad aeternum waqt li għandna dik il-load ta' kawżi kollha fil-Prim'Awla!", "Jiġifieri għalkemm ma qbilniex fuq it-terminu ta' żmien ta' dan it- tribunal, iż-żewġ naħat qbilna li għandu jkun temporanju.", "Ħadd minna ma ried li jkollna tribunal permanenti, anzi dak iż-żmien il-gvern ipprospetta perjodu ta' erba' snin biex dan it-tribunal jispiċċa xogħlu.", "Fil-fatt jien naħseb li dan it-tribunal mhux se jispiċċa xogħlu qabel ma jagħlaq seba' snin.", "L-appell tiegħi lil kull min hu involut f'din l-organizzazzjoni tat- tribunal ta' l-inġustizzji hu li din is-sena trid tkun sena kruċjali u għandna nagħmlu mira ċara li sa l-aħħar tas-sena, bħala minimu, m'għandux ikun hemm iktar minn 200 kawża pendenti quddiem dan it-tribunal.", "Mr Speaker, m'iniex beħsiebni noqgħod nirripeti kulma għedna s-sena l-oħra fid-diskorsi tagħna l-Onor.", "Farrugia u jien.", "Għall-ħabta ta' dawn iż- żmenijiet is-sena l-oħra għamilna l-istess dibattitu.", "Jiġifieri huwa ftit déjà vu meta terġa' ġġib riżoluzzjoni li nkunu qbilna fuqha, u filwaqt li qed naqblu jien u l-Onor.", "Farrugia nerġgħu nitkellmu fuqha.", "Però xtaqt nieqaf fuq punt wieħed.", "Meta twaqqaf dan it-tribunal il-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien iddetermina b'mod preċiż kif dan it-tribunal għandu jaġixxi jekk isib favur min ikun għamel il-kawża.", "U qal li fejn it-tribunal jara li min ressaq l- ilment hu ġustifikat, it-tribunal kellu żewġ għażliet x'jagħmel, jew redress in kind - jiġifieri jekk wieħed ma ngħatax promotion jista' jordna li jingħata promotion - però l-liġi magħmula mill-gvern preċedenti tgħid ukoll", "\"recommend redress in kind bearing in mind the laws, regulations and the provisions of the Estacode as are in force on the date of the recommendation.\"", "Jekk ma jagħżilx dik it-triq jista' jordna the payment of compensation.", "Mr Speaker, nafu biżżejjed - u naħseb li l-Onor.", "Farrugia jitkellem fuqha - li sfortunatament hemm numru ta' każijiet fejn it-tribunal ordna redress in kind, jiġifieri applika paragrafu (ċ) ta' subartiklu (9) ta' l-artiklu 7 tal-liġi, u jidher li ma tax każ li hemm liġijiet fosthom il-Kostituzzjoni - u din hija d-diffikultà prinċipali - li l-aħħar kelma fir-redress in kind m'hijiex tal-Prim Ministru, imma hija tal-Public Service Commission - u dan mhux kontestat f'dan il-parlament - li ma taġixxix fuq ir-rakkmandazzjoni tal-Prim Ministru imma hi awtonoma u indipendenti.", "Kien hemm numru ta' każijiet minn dawn.", "Kien hemm oħrajn fejn ma kienx hemm diffikultà u, safejn naf jien, kollha ġew attwati fejn setgħu jiġu attwati r- rakkmandazzjonijiet, u anke fejn kien hemm ordni sabiex jitħallsu l-flus qegħdin jitħallsu l-flus.", "Però kien hemm numru ta' diffikultajiet fejn it- tribunal, minkejja li hemm liġi, regolament jew provision ta' l-Estacode li timpedixxi lill-Prim Ministru milli awtonomament jinforza dik ir- rakkmandazzjoni, hemm numru ta' deċiżjonijiet li ma jistgħux jiġu attwati għax il-PSC ma taqbilx li tattwahom.", "U l-Prim Ministru ma jistax jattwahom għax bil-Kostituzzjoni tagħna hija l-PSC biss li tista' tattwahom.", "In-naħa l-oħra, li ġieli qajmet dan il-każ, bdiet tgħid li mhux sewwa li ma jiġux attwatti kif ordnat il-qorti, għax din hija qorti.", "Però l-qorti messha taf li kif inhi miktuba l-Kostituzzjoni u kif inhi l-prattika ta' dan il-pajjiż, tillimita l-poter li għandu l-Prim Ministru.", "It-tieni, meta l-qorti taf li l-Kostituzzjoni ma tippermettix lill-Prim Ministru jattwa r- rakkmandazzjoni tagħha, allura għandha l-poter li tagħti dak il-kumpens.", "Jekk il-qorti tagħżel li ma tagħtix dak il-kumpens imma tibqa' tinsisti fuq ir-redress in kind, il-Prim Ministru għandu jdejh marbutin.", "U m'huwiex sew - u jien ma naqbilx - li n-naħa l-oħra tgħid li l-gvern mhux qed jattwa r- rakkmandazzjoni tal-qorti.", "Għax ir-rakkmanddazzjoni tal-qorti ma tistax tiġi attwata.", "Jien nistaqsi għaliex il-qorti qed tagħmel dik ir-rakkmandazzjoni meta bla dubju taf li m'huwiex fil-poter tal-Prim Ministru li jilqa' t-tali rakkmandazzjoni, anke jekk irid, għax il-Kostituzzjoni timpedih.", "U la taf dan, għaliex ma marretx għall-alternattiva tal-ħlas ta' kumpens?", "Però din il-problema ma taqax f'idejn il-gvern, imma hija problema li, fl-opinjoni tagħna, ġiet minn drafting ħażin tal-liġi, u hija wkoll problema ta' kif il- qorti qiegħda tinterpreta l-poteri tagħha.", "Hu simplistiku li tgħid, kif ġieli ngħad fil-Kamra - to be fair mhux mill-Onor.", "Farrugia - li aħna għamilna qorti u l-ordni tagħha trid tiġi osservata.", "Qisha l-ordni tal- qorti tista' qatt tkun deċiżjoni li tmur kontra l-Kostituzzjoni!", "Din nafuha lkoll, tant hu hekk li fl-ebda waħda minn dawn il-problemi li nqalgħu qatt ħadd ma pprova jistitwixxi kawża kontra l-Prim Ministru, għax jafu li l-Prim Ministru kulma jista' jagħmel huwa li jgħid li rċeva tali ordni tal-qorti, jitlob lill-PSC biex tagħtih il-permess li jwettaq tali rakkmandazzjoni, imma sfortunatament il-PSC ma tagħtix dan il-permess.", "Allura tajjeb li nippreċiżaw l-problema li qegħdin nifaċċjaw f'dan il-qasam biex ma naqbdux argument ġdid dwar dan, għalkemm naħseb li l-Onor.", "Farrugia jerġa' jsemmihom.", "Is-subartiklu (11) ta' l-istess artiklu jgħid li: \"Ikun id-dmir tal-Prim Ministru li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal billi jistabbilixxi dawk il-proċeduri u jagħti dawk id-direttivi li jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet.\"", "Il-Prim Ministru kostituzzjonalment m'għandux il-poter li jagħti direttivi jew jagħmel rakkmandazzjonijiet diretti fuq affarijiet bħal promotions f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri kollha li huma kkontrollati mill-PSC.", "Allura hawnhekk għandna vacuum legali li din il-liġi m'hijiex qiegħda tkopri.", "Huwa ovvju li min iddraftja din il-liġi ma ħasebx biżżejjed biex jgħid x'se jiġri f'dawk il-każijiet l-oħra fejn niddependu mill-PSC.", "Jien naħseb li min iddraftja din il-liġi kien qiegħed jaħseb li iktar se jiġi applikat il-paragrafu (d) milli l-paragrafu (ċ) ta' subartiklu 7(9), fejn jitħallas il-kumpens milli jkun hemm redress in kind.", "Sfortunatament, għal xi raġunijiet li ma nafhomx, f'ċerti każijiet il-qorti ddeċidiet li tapplika iktar il-paragrafu (ċ) u qegħdin jinħolqu dawn il-problemi.", "Punt ieħor li kien qam fid-dibattitu tas-sena l-oħra kien li f'numru żgħir ta' każijiet - mingħalija 11 - xi dipartimenti tal-gvern, fosthom il-korp tal-pulizija, iddeċidew li jattakkaw is-sentenzi tat-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji fuq il-bażi li t-tribunal m'għandux il- poter li jiddeċidihom.", "In-naħa l-oħra kienet oġġezzjonat għal dan ukoll u jidhirli li kont irribattejt dak id-dibattitu, li jien ma narx xejn partikolarment skandaluż jew b'xi mod irregolari f'dan l-aġir għas-sempliċi raġuni li jekk jien nissottometti li qorti m'għandhiex kompetenza tiddeċiedi xi ħaġa, dik il-qorti tiddeċiedi li hi kompetenti u tiddeċidiha, b'ebda mod ma jfisser li jien ma nistax nattakka dik id-deċiżjoni.", "Again, naħseb li min jibbażika fil-liġi jaf biżżejjed kemm-il darba ssir din!", "Jaf biżżejjed kemm f'kampi oħra, anke fejn ma jkunx hemm iktar appelli u tkun saret ritrattazzjoni tal-kawża, isir l-attakk li d-deċiżjoni hija barra mill-kompetenza anke fuq bażi kostituzzjonali.", "Wasalna fil-punt fejn anke deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, li hija l-ogħla qorti li teżisti f'pajjiżna, tiġi attakkata fil-Prim'Awla għal nuqqas ta' kompetenza tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Iktar u iktar f'dan il-kamp li prattikament huwa amministrattiv biss.", "Mr Speaker, kif għedt, din il-liġi qiegħda taħdem b'ritmu li fis-snin li għaddew kien kajman wisq.", "Fil-fatt sa l-aħħar tas-sena l-oħra, wara erba' snin mindu ġiet fis-seħħ din il-liġi, kienu nqatgħu inqas minn nofs il- kawżi li kien hemm quddiem it-tribunal.", "L-indikazzjonijiet li għandna fl- ewwel tliet xhur u nofs ta' din is-sena huma pożittivi u dan jawgura tajjeb.", "Però rridu nkunu lkoll flimkien li niżguraw - nibda mill-imħallef li qed jippresjedi flimkien ma' l-istaff kollu tiegħu - effiċjenza ikbar fix-xogħol li jrid isir f'dan it-tribunal biex, jekk jista' jkun, dan it- tribunal jispiċċa xogħlu matul din is-sena, imma jekk dak mhux possibbli, almenu sa l-aħħar tas-sena d-dieħla.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li l- Oppożizzjoni taqbel ma' din il-mozzjoni, u jien issekondajtha proprju għar- raġuni li kienet l-Oppożizzjoni stess li ressqet l-Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji biex tagħti rimedji lil numru kbir ta' Laburisti li kienu sofrew inġustizzja meta kien hemm gvernijiet Nazzjonalisti.", "Infatti ġew ippreżentati 1,300 kawża quddiem dan it- tribunal.", "Qed nitkellmu fuq il-perijodu bejn l-1987 u l-1995.", "Waqafna sa l-1995 għar-raġuni li meta l-Gvern Nazzjonalista ppropona li jitwaqqaf l- Uffiċċju ta' l-Ombudsman, bħala Partit Laburista fl-Oppożizzjoni qbilna mat- twaqqif tiegħu.", "U kif qal il-Ministru, għalkemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet kontra dan l-Att meta ressaqnieh fl-1996, peress li issa dan l-Att sar parti mil-liġijiet ta' pajjiżna, illum il-Gvern Nazzjonalista qed iressaq din il-mozzjoni li ċertament konna nressquha aħna biex dan it-tribunal ikun jista' jkompli jaħdem.", "Jien naqbel ma' ċerti punti li semma l-Ministru dwar kif jitħaddem it- tribunal, però ċerti nuqqasijiet li hemm fil-mod kif qed jiffunzjona llum żgur li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-Oppożizzjoni.", "Meta ngħid dan m'iniex qed nikkritika lill-imħallef sedenti tat-tribunal, imma l-Ministru qal li hemm assistenti ġudizzjarji biex jiġbru l-provi u se mmur mal-ewwel fuq dan il-punt.", "Nafu li llum hemm assistenta ġudizzjarja waħda fl- uffiċċju ta' dan it-tribunal li żżomm seduti regolarissimi.", "Hawnhekk nixtieq nispjega x-xogħol li jirrikjedu dawn il-kawżi.", "Ikun hemm lista ta' 15, 20 xhud, u ħafna minnhom ikollhom anke iktar.", "U l-lista ta' xhieda tkun twila ħafna iktar meta jkun hemm il-provi ta' l-intimat, jiġifieri tal-parti li r-rikorrent ikun qed jagħmel il-kawża kontriha li jista' jkun dipartiment tal-gvern, korporazzjoni eċċ. Dawn jieħdu ħafna żmien.", "Jekk nieħdu l-kawżi li hemm kontra l-Bank of Valletta, li hemm numru kbir minnhom quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji, dawn tant qed jippreżentaw dokumenti, affidavits twal, eċċ., li qed nispiċċaw nieħdu ħafna seduti.", "F'seduta waħda tispiċċa tagħmel cross examination ta' xhud wieħed biss peress li jkollok ruxmata ta' dokumenti esebiti li trid toqgħod tidħol fihom għax ħafna mill-kawżi jkunu qed jattakkaw riżultat ta' promozzjoni.", "U nafu kemm fil-Bank of Valletta u dak iż-żmien il-Mid-Med Bank saru inġustizzji fil-konfront ta' impjegati li kienu juru li huma attivi fil-Partit Laburista, u ġew diskriminati mill- banek meta ġew għall-promozzjonijiet, li bilfors kellhom imorru quddiem dan it-tribunal.", "Għalkemm qed jingħad li l-imħallef mhuwiex jaqta' kawżi biżżejjed, jien ngħid li issa qabad ċertu ritmu.", "Nifhem li jkun aktar desiderabbli, anke għall-istess rikorrent, li jieħu r-rimedju kemm jista' jkun malajr.", "Per eżempju, x'ġara sakemm il-Gvern Laburista ddeċieda li jwaqqaf dan it- tribunal?", "L-ewwelnett aħna stajna għamilna - u konna nagħtu pjaċir lil- Laburisti kollha li sofrew inġustizzja taħt gvernijiet Nazzjonalista - kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji, kif għamel Gvern Nazzjonalista, inpoġġu nies minn tagħna stess jinvestigaw il-każ, u nagħtu rimedju.", "Imma jekk irridu li dan il-pajjiż juri doża ta' serjetà fejn tidħol ġustifikazzjoni ta' ilmenti, dan għandu jkun tribunal imparzjali.", "Allura fl-interess nazzjonali l-Partit Laburista fil-gvern iddeċieda - għalkemm hemm min jikkritika din id-deċiżjoni - li jwaqqaf dan it-tribunal fejn, bħal f'kull kawża oħra, wieħed jippreżenta l-każ tiegħu quddiem imħallef.", "L-isfortuna hi li kien hemm każijiet fejn sakemm konna aħna fil-gvern il- kawża kienet miexja, l-affarijiet kienu qed jinstabu, id-dokumenti li kien hemm bżonn jiġu ppreżentati quddiem it-tribunal kienu qegħdin jaslu, ix- xhieda li kellhom jixhdu quddiem dan it-tribunal kienu qed jiftakru kollox, imma malli kien hemm bidla fil-gvern u tela' l-Partit Nazzjonalista d- dokumenti bdew jintilfu, min ma baqax jiftakar u min nesa ċerti dettalji!", "Jiddispjaċini ngħid li dan juri nuqqas ta' serjetà minn ċerti nies li għandhom pożizzjoni għolja f'dan il-pajjiż li wieħed jistenna ħafna aħjar minnhom u mill-integrità ta' l-uffiċċju tagħhom.", "U min bata?", "Ir-rikorrent li jkun ippreżenta l-każ quddiem it-tribunal.", "Hawnhekk irrid insemmi punt importanti li meta konna fil-gvern anke l-Onor.", "Sant kien jisħaq ħafna fuqu, jiġifieri li fil-kawżi quddiem dan it-tribunal ma jingħatawx eċċezzjonijiet legali.", "Għax aħna konna ngħidu li ladarba qed nibagħtu lill-persuna quddiem qorti imparzjali, l-importanti li jiġi deċiż jekk wieħed għandux raġun jew le fuq il-fatti li jippreżenta biex jiġġustifika l-ilment tiegħu dwar l-inġustizzja li jkun qed jgħid li sofra minħabba deċiżjoni mhux xierqa fil-konfront tiegħu meta kien hemm gvernijiet Nazzjonalisti.", "Kien hemm heads of departments li kienu qed jippreżentaw ħafna eċċezzjonijiet legali, speċjalment il-brigadier ta' l- armata għax kien hemm ħafna kawżi ta' nies li ma ħadux il-promozzjonijiet taħt il-brigadier li kien hemm u għad hemm illum li m'hemmx għalfejn ngħidu x'sentimenti għandu dan.", "Jien inneħħilu l-kappell bħala brigadier imma mbagħad ikun hemm raġunijiet għalfejn persuna tilmenta.", "Kif kont qed ngħid, dawn il-heads of departments minflok jattakkaw il-fatti kif ippreżentati mir-rikorrent kienu qed jippreżentaw eċċezzjonijiet legali li meta konna fil-gvern aħna kienu qed jiġu rtirati appuntu ħalli nitkellmu fuq il-fatti.", "Imma appena tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern fl-1998, dawn reġgħu tqajmu kollha.", "Allura ċerti kawżi bdew jintilfu mhux għax ir- rikorrent ma kellux raġun - jien għandi lista ta' dawn il-kawżi, imma mhux se nsemmi l-ismijiet għax mhux etikament plawsibbli li nsemmihom - mhux għax ma jkunx ipprova l-każ tiegħu, anzi l-imħallef fis-sentenza jgħid espressament li hu qed isib li l-każ li jkun ressaq ir-rikorrent huwa ġustifikat, imma minħabba li l-kawża saret kontra d-direttur tas-saħħa u kellha ssir, per eżempju, kontra t-tabib prinċipali tal-gvern, allura ma jagħtihx ir-rimedju għax il-parti l-oħra tkun tat dik l-eċċezzjoni.", "Issa ħalli nieqaf fuq dan il-punt u ngħid għaliex ġara hekk.", "Il-Ministru Gatt qal li l-Partit Laburista kien jaf, more or less, kemm kienu se jmorru kawżi quddiem dan it-tribunal għax kien hemm ħafna li rreġistraw l-ilment tagħhom fil-Partit Laburista.", "Veru, kien hemm ħafna li marru jilmentaw u ġew reġistrati u mwiegħda li l-każ tagħhom jinstema'.", "Sfortunatament kien hemm min lanqas kien jaf li kellu jmur hu personalment jippreżenta rikors fil-qorti u dawn il-ħaddiema tilfu ċ-ċans li sat-2 ta' Diċembru 1997 jippreżentaw rikors fir-reġistru tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġusttizzji.", "Imma dik hija problema oħra li m'għandux jirrispondi għaliha dan it-tribunal.", "Il-liġi kienet tgħid ċar li mit-2 ta' Ġunju sat-2 ta' Diċembru 1997 persuna li kellha każ ta' inġustizzja kellha tippreżenta r- rikors tagħha fir-reġistru tat-tribunal.", "Imma ħafna minn dawk li ppreżentaw ir-rikorsi ma marrux għand avukat biex jiddraftjalhom rikors.", "Kien hemm min ittajpjalhom ir-rikors u marru jirreġistrawh b'Lm10 għax daqshekk kienet it-tariffa tar-reġistrazzjoni ta' rikors.", "U dawn spiċċaw iffaċċjati b'eċċezzjonijiet legali li ma kenux ippreparati għalihom, allavolja wara ħafna minnhom ingaġġaw is-servizzi ta' avukat tal-fiduċja tagħhom.", "U kien hemm numru kbir minn dawn in-nies li, minkejja li kellhom raġun, tilfu l- kawża minħabba eċċezzjonijiet legali, per eżempju, għax il-persuna li jkunu intimaw, jiġifieri l-persuna li qalu li għamlet l-inġustizzja fil-konfront tagħhom ma kenitx il-persuna proprja.", "L-Onor.", "Sant diġà qal li f'dawk il-każijiet li ngħataw raġun u n- Nazzjonalisti ma mplimentawx id-deċiżjoni – u ma kenitx raġuni fejn ir- redress in kind ma ġiex implimentat minħabba li l-PSC ma qablitx – dawn id- deċiżjonijiet se jiġu attwati fi żmien ġimgħa minn mindu aħna nkunu fil- gvern.", "U dan qed nitkellmu fuq ftit xhur oħra.", "Jiġifieri nieħdu l- ġurament illum u fi żmien ġimgħa dawn jieħdu r-rimedju.", "Dik l-ewwel ħaġa.", "It-tieni nett, dawk in-nies li kienu xhieda f'kawżi, li jafu l-fatti dwar Laburisti li sofrew inġustizzji u kienu anke preżenti meta Laburisti kollegi tagħhom fuq ix-xogħol sofrew inġustizzji, dawk li issa nsew ma jippretendux li se ngħidulhom prosit!", "Għax fiha nfisha din hija nġustizzja minn dawn in-nies li suppost għandhom ikollhom l-orgoglio li jkunu serji dejjem.", "Min hu serju serju dejjem, mhux illum serju u għada fis-sakra.", "Din hija xi ħaġa li tinkwieta lili u lil ħafna oħrajn.", "Meta saret il-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji kif telgħu n-Nazzjonalisti fl-1987 konna nafu li min mar quddiemha u kien Nazzjonalist, anke jekk ma kellux raġun, kien qed jingħata rimedju.", "Imma dik għaddiet u m'għamilniex plejtu fuqha!", "Imma allura issa li hemm ħafna li ngħataw raġun u mhux qed jingħataw ir-rimedji – u issa niġi għall- kwestjoni tal-PSC – dawn se nħalluhom hekk?", "Jew se ngħidu li qatt m'hu se jkollna inġustizzji iktar f'dan il-pajjiż, jew inkella din l-istorja se terġa' tirripeti ruħha every now and then.", "Per eżempju, nafu b'każijiet fejn it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji ta r-raġun lil xi membri fl-armata li meta kien hemm il-promotion exercise fl-1988, fl-1992 u fl-1994 inqabżu għax huma Laburisti.", "U llum reġgħu ġew maqbuża jew trattati differenti minn Nazzjonalisti oħra fl-armata u issa se jkollhom jerġgħu jressqu l-każ tagħhom quddiem l-Ombudsman.", "Din serjetà?", "Mr Speaker, jekk ikun qed isir promotion exercise, int min int, brigadier, kummissarju tal-pulizija, kap ta' dipartiment, ladarba dik il-persuna jistħoqqilha promozzjoni, agħtihielha!", "Dan il-pajjiż kemm se jdum jgħaddi minn dawn it-trawmi li kull gvern serju jixtieq li qatt ma ngħaddu minnhom?", "Jien verament inħoss li anke f'dawk il-każijiet li ġew deċiżi, m'għandux ikun hemm dan it-tul ta' żmien biex jiġu implimentati r-rimedji.", "Per eżempju, quddiemi għandi każijiet li ġew deċiżi favur ir-rikorrenti – u m'hemmx raġuni ta' PSC – fejn il-qorti tat rimedju ta' kumpens fi flus.", "Allura għaliex dipartiment jagħti dan il-kumpens u dipartiment ieħor għadu ma tahx sa sitt xhsur wara?", "Jekk il-korp tal-pulizija ġie ordnat mill- qorti biex it-tali pulizija jingħata Lm1,000, u jekk is-CGMO f'sentenza simili fl-istess ġurnata ngħata ordni ta' rimedju kumpensattiv ta' Lm1,000, kif wieħed jeħodhom u l-ieħor għadu jistenna?", "Dawn huma każijiet li fihom infushom joħolqu inġustizzja u dan mhux sew!", "Mr Speaker, veru li daħlu 1,337 kawża quddiem it-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji u veru wkoll li sal-lum baqa' 441 każ pendenti.", "Il-ministru semma li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena diġà ġew deċiżi 91 każ, u tajjeb ngħidu li hemm 137 li huma differiti għas- sentenza.", "Id-data tas-sentenza ta' ħafna minnhom hija t-30 ta' Mejju ta' din is-sena u l-imħallef ħallihom għat-30 ta' Mejju proprju minħabba l- extension tal-ħatra tiegħu.", "Jekk jingħataw dawn il-137 deċiżjoni sa l- aħħar ta' Mejju jkun ifisser li l-imħallef ikun iddeċieda numru ta' kawżi aktar mill-iktar imħallef li qata' sentenzi fil-Prim'Awla matul is-sena kollha, kif ġie ppubblikat fl-aħħar booklet.", "Jiġifieri to be fair ma' l- imħallef – jien ma nħobbx insemmi imħallfin b'isimhom imma m'hemmx fiex titfixkel għax it-tribunal huwa mmexxi minn imħallef wieħed – din is-sena se jkun għamel clearance ta' ħafna kawżi.", "Il-Ministru qal li ġeneralment il-kawżi jkunu qishom l-istess.", "Veru, però hemm kawżi kkomplikati.", "Per eżempju, hemm kawżi fejn hemm iktar minn intimat wieħed u kollha jagħtu ħafna eċċezzjonijiet, uħud minnhom jagħtu anke sitt eċċezzjonijiet li fuq kull waħda trid tingħata partial judgement jew inkella judgement komplet, però irid jidħol fuq kull waħda minnhom sakemm jasal għad-deċiżjoni.", "Ċerti deċiżjonijiet jieħdu fit tul minħabba li jkun hemm dawn id-dettalji.", "Mr Speaker, issa ġew cleared ma' l-1,000 kawża għax jekk tieħu l-1,337 kawża li kien hemm fil-bidu, tara kemm minnhom ġew ċeduti, kanċellati, eċċ., kemm ġew deċiżi, kemm hemm differiti għas-sentenza, prattikament se jibqa' xi 235 kawża li għad iridu jinstemgħu l-provi fuqhom.", "Iżda hemm problemi oħra, fosthom il-fatt li hemm assistenta ġudizzjarja waħda.", "L- imħallef impossibbli li joqgħod jisma' lista ta' xhieda hu.", "Hemm trattazzjonijiet li jieħdu ċertu ħin u l-imħallef jimxi – u jien naħseb li jimxi tajjeb – b'sistema fejn jagħtik il-ħin eżatt meta inti trid tidher quddiemu, kemm meta tkun se tippreżenta l-provi u anke meta tkun se tittratta quddiemu.", "Imħallfin oħra jitfgħu l-lista kollha fid-9.00 a.m. u daqqa jmissek biex tittratta każ u daqqa ma jmissekx.", "Għallinqas dan l-imħallef qed jimxi b'din is-sistema u fiċ-ċirkostanzi jidher li qed jagħmel xogħol tajjeb.", "Kif semma l-Ministru, f'ċerti kawżi m'huwiex qed jiġi nforzat ir-rimedju, u jien kont għamilt parliamentary questions dwar dan u semmejt każ partikolari fejn ma kenitx involuta l-PSC għax konna qed nitkellmu fuq il- Korporazzjoni Enemalta.", "Wara li kien hemm deċiżjoni favorevoli fil- konfront ta' persuna din il-korporazzjoni damet ħafna ma tatha r-rimedju.", "Mr Speaker, punt interessanti huwa li ħafna minn dawn il-kawżi jirrigwardjaw nies li llum huma pensjonanti, fosthom li kienu jaħdmu fil- Maltacom, fil-Water Services Corporation, fl-Enemalta, fl-armata u fl-Air Malta, li sakemm bdiet il-kawża u ġiet trattata, dan sar pensjonant.", "Hemm uħud minnhom li kienu jaħdmu fid-dipartimenti tal-gvern, allura jekk kemm- il darba t-tribunal, bħalma għamel, jgħid li l-ilment huwa ġustifikat u allura l-individwu kellu jingħata promozzjoni minn technical officer I għal technical officer II, illum m'hemmx skuża tal-PSC għax se mai, il-PSC tidħol meta l-individwu jkun għadu fis-servizz pubbliku u mhux sar pensjonant.", "Niftakar li s-sena l-oħra jien kont qajjimt il-punt – u l-ministru għamel riferenza għalih – li hemm problema kostituzzjonali.", "U jien naqbel mal- Ministru li d-drafting ta' din il-liġi mhuwiex feliċi u jien kont wieħed minn dawk li għalkemm fil-prinċipju kont naqbel li dawn il-każijiet għandhom jiġu deċiżi quddiem imħallef, irrealizzajt li kien hemm din il- problema tal-Kostituzzjoni.", "Din hija problema taż-żewġ naħat għax il- Kostituzzjoni għamilnieha flimkien, m'għamilhiex il-Partit Laburista waħdu, u l-Partit Nazzjonalista m'emendax xi parti mill-Kostituzzjoni waħdu, hija xi ħaġa tat-tnejn.", "U l-Kostituzzjoni Repubblikana ta' l-1974, fejn twaqqfu kummissjonijiet bħall-PSC, kienet xi ħaġa tat-tnejn.", "Imma x'hemm li jżomm lill-oppożizzjoni u lill-gvern milli jsibu rimedju ieħor fejn il-qorti qalet li dawn il-persuni għandhom raġun, imma ma jistgħux jingħataw rimedju minħabba problema kostituzzjonali fejn tidħol il-PSC.", "Quddiemi għandi kawża ta' ħaddiem fil-qorti li l-istess tribunal qal li għandu raġun u għandu jingħata l-promozzjoni.", "It-tribunal daħal saħansitra fil-marki li ngħata fl-eżami li sar fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u sab li kien ingħata marka ħażina.", "Imma l-PSC qed tostakola l-proċess għall- promozzjoni ta' dan l-individwu u ta' oħrajn minħabba raġunijiet tagħha.", "Għandha kull dritt u jien m'iniex qiegħed hawn biex ngħid li l-PSC qed tagħmel ħażin jew tajjeb għax hemm ħaddieħor biex jiġġudikaha.", "Il-Membri tal-PSC huma protetti bil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna però huma maħturin mill-prim ministru tal-ġurnata b'konsultazzjoni mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Però jien nissuġġerixxi, kif għamilt is-sena l-oħra, li ladarba jkun hemm dan l-ostakolu min-naħa tal-PSC, se mai dik il-persuna li jkun ħaqqha dik il-promozzjoni fuq deċiżjoni tat-tribunal, għandha tieħu paga, jew inkella tieħu xi allowance li tirrifletti l-paga li kienet tieħu kieku ħadet il- promozzjoni.", "Veru li, kif qal il-Ministru, paragrafu (ċ) ta' subartikolu 7(9) ta' l-Att in kwestjoni jgħid li wieħed għandu jieħu rimedju in kind jew inkella rimedju kumpensattiv, imma ladarba l-imħallef jgħid li għandu jingħata l- promozzjoni, din għandha tingħatalu.", "U jekk imbagħad il-PSC iżżomm din il- promozzjoni, għalkemm il-prim ministru ma jistax imur kontra l-PSC - u hawnhekk naqbel mal-Prim Ministru għax għandu din il-problema kostituzzjonali li kemm-il darba ddibattejnieha hawnhekk - bħala ġest fl- interess nazzjonali għandu jsib rimedju ieħor biex insolvu din il-ferita fejn hemm l-inġustizzji.", "X'inhu jiġri bħalissa, Mr Speaker?", "Għandna numru ta' kawżi li huma deċiżi mit-tribunal, fejn it-tribunal ta raġun, imma l-PSC qiegħda żżomm milli tapplika dak ir-rimedju, però m'aħniex insibu another way biex dik il-persuna li ġiet ġustifiikata fil- kawża tagħha tingħata tip ta' rimedju.", "Jekk l-imħallef ħass li m'għandux jagħti rimedju kumpensattiv, dan għandu jagħtih il-Prim Ministru ladarba l- PSC ma jkunx ta r-rimedju in kind.", "Fuq dan naħseb li għandna niftehmu għax m'hemmx numru kbir, bħalma kien hemm meta l-Prim Ministru fl-aħħar budget qal li għandu bżonn Lm300,000 minħabba li kien hemm numru ta' ilmenti quddiem il-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji.", "Huwa qassam Lm5,000 lil kull persuna li l-maġġornanza assoluta tagħhom kienu arċi-Nazzjonalisti.", "Good luck to them, imma allura għal dawk kellek u lil dawn se tħallihom isaffru l-Aida?", "Dan mhux sew.", "Mr Speaker, jeħtieġ li dawn il-persuni li nqabdu f'din il-problema kostituzzjonali jingħataw xi ħaġa anke għall-moral għax nafu li kawża hija kalvarju għall-individwu.", "Aħna li naħdmu l-qorti ma nagħtux kas għax aħna jkollna l-kawżi ta' kuljum, imma l-individwu li jkollu l-kawża jkun għaddej minn kalvarju għax ikollu ħajtu ffokata fuq dik il-kawża.", "Kemm hu sabiħ li ħaddiem li jkun qatta' ħajtu jaħdem f'post u jkun sofra inġustizzja, meta jingħata r-raġun mhux biss jagħtuhulu in black and white permezz tas- sentenza, imma jingħata raġun in real terms, billi verament jieħu r- rimedju.", "Dawn il-każijiet li l-Ministru semma n-numru tagħhom qed jiżdiedu.", "Agħar minn hekk, x'inhu jiġri fil-maġġoranza tal-kawżi li jinqatgħu kontra l-Kummissarju tal-Pulizija?", "Meta ngħid \"il-Kummissarju tal-Pulizija\" qed nirriferi għall-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija għax jien m'għandi kontra ħadd personalment.", "Jien kontra min ma jattwax il-ġustizzja f'pajjiżna.", "Mhux sew li t-tribunal isib li membru fil-korp tal-pulizija għandu raġun fl-ilment tiegħu u jiddeċiedi li dan għandu jieħu l- promozzjoni back dated għax kienet saret inġustizzja min-Nazzjonalisti fil- gvern, u mbagħad l-Avukat tar-Repubblika jagħti parir li għandha terġa' tiġi attakkata dik il-kawża.", "Mela se nibqgħu sejrin bil-kawżi?", "Anke jekk hemm raġuni legali żgħira se noqogħdu nfettqu biex ma nattwawx id- deċiżjonijiet?", "Dan mhux sew.", "Qed ngħid dan għax hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq kawża waħda imma dan qed jirrepeti ruħu kważi f'kull każ – u qed nagħmilha ċara - li jinqata' mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji li jirrigwardja l-korp tal-pulizija.", "Din ma nistax nifhimha għax il-moral, l-għaqda fost il-ħaddiema jikber meta lill-individwu tagħtih il-boost li jistħoqqlu.", "Jien nista' niżbalja miegħek, imma jekk jien nammetti jew xi ħadd jgħidli li jien żbaljajt, u jien inbaxxi rasi la ġie deċiż hekk, allura jien u int se nersqu iktar viċin.", "Imma mhuwiex aċċettabbli li, wara li jkun hemm deċiżjoni li jien żbaljajt, jien nibqa' niġġieled dik id-deċiżjoni għax ngħid li jien ma nistax niżbalja.", "Jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin hekk ma jistax ikollna armonija f'dan il-pajjiż.", "Il-Partit Laburista dejjem emmen li l-inġustizzji għandhom jiġu rimedjati, jiġu minn fejn jiġu.", "Aħna qatt m'emminna – jien żgur li qatt m'emmint u lanqas l-Onor.", "Sant – li min ma jaqbilx magħna għandna nagħmlu inġustizzja miegħu.", "Aħna nemmnu li min wettaq inġustizzja għandu jirrispondi, però dik ma titpattiex b'inġustizzja oħra, imma billi tapplika r-rimedju li joħroġ minn deċiżjoni ta' imħallef.", "U dan japplika ukoll anke għall-inġustizzji li qed isiru llum.", "U qed isiru inġustizzji llum!", "Jekk taqra r-rapport ta' l-Ombudsman issib li ħafna mill-każijiet huma ta' nies, fil-parti l- kbira tagħhom Laburisti, għax in-Nazzjonalisti b'xi mod qegħdin jirranġaw bejniethom.", "Imma l-Laburisti baqgħu jaqilgħu fuq rashom xorta.", "U dan mhux sew u ma jawgura tajjeb xejn għal dan il-pajjiż.", "Naħseb li jista' jsir xi ħaġa fuq il-kawżi li għandna quddiemna li jiddependu mill-PSC għar-rimedju tagħhom.", "Mr Speaker, hemm kawżi oħra li la jiġu mtawla mir-rikorrent, u lanqas huwa tort ta' l-imħallef li jitwalu – però tajjeb li l-imħallef jiġbed widnejn ta' min għandu jirrispondi – imma l-intimat jipprova jtawwal billi jew ma jressaqx il-provi jew juża dilatory tactics.", "U aħna nemmnu li din fiha nnifisha hija inġustizzja għax il-kawżi jridu jkunu, kif qal il-Ministru, maqtugħa kemm jista' jkun malajr fl-interess tal-persuna li tkun ippreżentat l-ilment.", "Issa ħalli ngħid x'qed jiġri f'ċerti kawżi fejn ir-rikorrent ikun rebaħ il- kawża.", "Peress li l-head of department, il-kummissarju tal-pulizija, ikun min ikun, ma jkunx qed jaqbel mad-deċiżjoni, dan qed idaħħal lir-rikorrent f'kawża oħra għax il-liġi ma tippermettix la lir-rikorrent u lanqas lill- intimat li jappella.", "Għaldaqstant dan jagħmel kawża oħra fil-Prim'Awla biex jiċċalinġja d-deċiżjoni ta' l-imħallef fuq il-premessa li kienet ultra vires, li ma setax jiddeċiedi skond il-poteri li kellu taħt dik il-liġi, u jerġa' jibda l-proċess mill-ġdid.", "Hawn hi l-inġustizzja!", "Għax in-nies li jressqu dawn il-kawżi quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji huma kollha ħaddiema u impjegati tal-gvern, mhux se jkun iċ- Ċisk!", "Il-head of department, il-kummissarju tal-pulizija, l-intimat idaħħal f'kawża lir-rikorrent u dan jispiċċa l-konvenut u jiġi sottomess għal burden finanzjarju kbir.", "Għax filwaqt li meta individwu jagħmel kawża tiġih biss xi Lm10 biex imexxi r-rikors fil-qorti, meta dan isir il- konvenut, dan ikollu jħallas ir-reġistru u d-drittijiet bir-rati tat- tariffi l-ġodda.", "Naf b'każ fejn wieħed rebaħ il-kawża quddiem it-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji u ngħata rimedju kumpensattiv ta' somma flus, imma l-kap tad-dipartiment fetaħ kawża fil-Prim'Awla biex iwaqqa' dik id-deċiżjoni għax qal li l-każ kien ultra vires.", "Dik il-kawża nqatgħet kontra l-kap tad-dipartiment, imma dan ma kienx kuntent u reġa' appella minn dik id-deċiżjoni, allura reġa' daħħal f'burden finanzjarju ieħor lil dan ir-rikorrent, li kellu jibqa' joħroġ il-liri biex xi darba jieħu r- rimedju għall-inġustizzja li sofra taħt in-Nazzjonalisti mal-bidla fil- gvern.", "Għax fl-1987 telgħu l-anġli u saru transfers u bdew jagħtu vendikazzjonijiet bl-addoċċ, allura biex wieħed jieħu r-rimedju għall- inġustizzja li jkun sofra nagħmlulu dawn id-diffikultajiet kollha biex naqtgħulu nifsu u forsi ma jiġġilidx l-appell.", "Dan sewwa?", "Aħna bħala oppożizzjoni żgur m'għandniex problema biex niġġustifikaw il- kritika tagħna dwar iż-żieda fit-tariffi tal-qorti f'pajjiżna għax ħadd ma jista' jinnega li żdiedu ħafna l-ispejjeż fil-qorti.", "Il-fatt li wara li persuna tkun ħadet ir-rimedju mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji tiġi sottomessa mill-ġdid għall-proċedura tal-Prim'Awla u mbagħad għall-qorti ta' l-appell, mhux biss huwa burden finanzjarju addizzjonali, imma qed jerġa' joħloq inġustizzja oħra.", "Dawn il-każijiet qed jiżdiedu.", "U dawn min qed jagħmilhom?", "Il-Partit Nazzjonalista fil- gvern!", "Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, J.R. Grima, bagħat ċirkolari lill- heads of departments fejn qalilhom li d-deċiżjonijiet tat-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji m'humiex deċiżjonijiet finali.", "Bilkemm ma qalilhomx biex jinjorawhom!", "Ara x'rispett lejn id-dinjità ta' l- impjegati tas-Servizz Pubbliku, lejn dawk li fuq kollox marru quddiem qorti biex jieħdu dan ir-rimedju!", "Mr Speaker, dan iwassalni biex ngħid x'ġara f'dan it-tribunal.", "Jekk nieħdu kemm intnefqu flus meta kien hemm il-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji fi żmien in-Nazzjonalisti nsibu li ntnefqu aktar minn Lm0.5 miljun.", "Hawnhekk għandi l-approximate figure u qed ninkludi ċ-ċifra li l- Ministru Dalli kien alloka lill-Prim Ministru fil-budget ta' qabel l-aħħar wieħed biex iqassamhom lil dawk in-Nazzjonalisti li ħadu rimedju kumpensattiv ta' Lm5,000 kull wieħed.", "Jekk nieħdu kemm suppost tħallsu flus lil dawk li rebħu l-kawżi quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji, li nafu li ħafna minnhom għadhom ma tħallsux, insibu li dawn jammontaw għal Lm300,000.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kumpens massimu ta' Lm5,000 għax filwaqt li fil- kawżi li dehru quddiem il-kummissjoni ma kienx hemm limitu speċifikat - u hemm min ħa ammonti ħafna akbar minn hekk, mhux Lm5,000 – aħna għamilna limitu ta' Lm5,000 bħala rimedju kumpensattiv għall-kawżi li jidhru quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji.", "Minn dawn it- Lm300,000 setgħu tħallsu kollha, imma jien għandi figura ta' eluf kbar li għadhom ma tħallsux.", "Hemm it-tattika li ttawwal u ttawwal!", "Mhux bħal meta joħorġu l-ħlasijiet lil ċerti nies!", "Kemm jimxu malajr il-proċeduri biex joħorġu l-pagamenti meta tkun Nazzjonalist minn ta' ġewwa!", "Daqs is- supersonic jgħaddu jiġru!", "Imma peress li dawn huma ħaddiema Laburisti, l- ewwel għamlu tliet snin jew erbgħa sakemm ittieħdet deċiżjoni u għax kienu fortunati li l-head of department ma ċċanlinġjax il-kawża għadhom qed jistennew il-ħlas.", "Hemm min ilu jistenna xhur u anke sena.", "Dan mhux sew, Mr Speaker.", "Din hija inġustizzja fiha nnifisha.", "Mr Speaker, il-Partit Nazzjonalista jrid ikun serju u mhux biss iressaq mozzjoni biex inġeddu t-terminu ta' dan it-tribunal ħalli jkompli x-xogħol tiegħu, imma jrid jattwa d-deċiżjonijiet.", "Domanda parlamentari li kont għamilt lill-ministru f'Ottubru tas-sena l-oħra kienet tirrigwardja proprju kemm ingħata kumpens sal-lum u kemm mir-rikorrenti għadhom ma tħallsux dak il-kumpens mogħti lilhom minn sentenzi deċiżi mit-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji.", "Uħud minnhom għadhom jistennew u din hija inġustizzja fiha nnifisha.", "Jista' jkollok spirtu tajjeb fil-pajjiż meta jkollok sitwazzjoni li nies għaddew minn kalvarju ta' kawża u ta' proċeduri u llum għadhom jistennew ir-rimedju?", "Dan mhux sewwa u ma naħsibx li huwa spirtu tajjeb tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern li tant kien jiftaħar - niftakar lill-Prim Ministru jiftaħar fil-meetings - li jrid iġib l-għaqda fil-pajjiż.", "Dan ma jawgura tajjeb assolutament xejn.", "Mr Speaker, nixtieq nistaqsi wkoll x'inhu jsir eżatt min-numru ta' kawżi quddiem it-tribnal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji ta' sħabna l- Għawdxin.", "Għal żmien twil lanqas kienu qed jinstemgħu l-provi ta' dawn il- kawżi.", "Issa hemm assistent ġudizzjarju, imma nixtieq inkun naf kemm hu miexi x-xogħol għax mill-informazzjoni li għandi jidher li hemm problema.", "Ma naħsibx li jagħmel sens li għandna assistenta ġudizzjarja waħda f'Malta u hemm ieħor f'Għawdex meta n-numru ta' kawżi li għandna f'Malta huwa ferm akbar minn t'Għawdex, u minkejja li hemm wieħed f'Għawdex hemm xi ħaġa li mhix qed taħdem sew.", "Riċentement ħareġ l-istatistical report - qed nagħmel riferenza għalih għax il-Ministru rrifera għalih ukoll - dwar il-qrati tal-ġustizzja, imma mkien fih ma jissemma t-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji, qisu ma jagħmilx parti mill-qrati tal-ġustizzja.", "Kien ikun interessanti li wieħed jagħmel ukoll analiżi ta' x'qed jiġri fit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji.", "Jien m'iniex se noqgħod ngħid li l-istatistika kultant tigdeb, imma l-istatistika qiegħda hemmhekk biex tanalizzaha wkoll.", "U anke for fairness' sake ma' l-imħallef sedenti kien ikun interessanti li ngħidu l-affarijiet korretti.", "Meta wieħed jara l-istatistika dwar kemm ġew deċiżi kawżi quddiem l- imħallfin li hemm fil-Prim'Awla, insibu li l-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco kellu numru ta' kawżi li minnhom iddeċieda tant, iddekreta tant, ġew kanċellati tant, imma ma ġewx inklużi n-numru ta' kawżi li kellu fit- tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji.", "U naħseb li l-Ministru żgur jaqbel miegħi li dawn huma fl-istess binarju ta' kawżi fil-Prim'Awla, għax għandek l-istess proċedura.", "Allura naħseb li kien ikun iktar ġust ma' l-istess imħallef li kieku għedna li dan kellu tant kawżi quddiem il- Prim'Awla u tant kawżi quddiem t-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji.", "Kieku ġew inklużi dawk il-kawżi kien jirriżulta li l- prestazzjoni tiegħu kienet tikkompara tajjeb ma' ta' l-imħallfin l-oħra li kellhom rata sodisfaċenti ta' kawżi maqtugħin.", "Ladarba l-Ministru rrifera għall-istatistika tal-kawżi tat-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji, nixtieq ngħid li għalkemm veru qed jinqatgħu iktar kawżi, però huwa veru wkoll li fil-każ tat-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji l-kawżi jinqatgħu u dejjem jibqgħu jonqsu għax mhux se jidħlu iktar kawżi.", "Però meta wieħed jitkellem dwar kemm qatgħu kawżi l-Imħallef Pace, l-Imħallef Micallef, l-Imħallef Arrigo u oħrajn fil-Prim'Awla, isib li hemmhekk qed jinqatgħu l-kawżi u deħlin inqas.", "U l-kawżi fil-Prim'Awla jinkludu l-kawżi ta' dawk li ma jkunux iridu joqogħdu għad-deċiżjoni tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji.", "Ir-raġuni għal dan it-tnaqqis hija waħda; minħabba li kien hemm żieda fit-tariffi tal-qorti, xejn iżjed!", "Veru li kien hemm spostament ta' dawk il-kawżi ż-żgħar li l-kompetenza tagħhom ma taqbiżx l-Lm1,500, li kienu jaqgħu taħt il-Qorti tal-Maġistrati, li issa qed imorru quddiem it-tribunal għal talbiet żgħar, allura awtomatikament se jonqsu quddiem il-Prim'Awla.", "L-istess rapport, li għamel riferenza għalih il-Ministru, f'paġna 15 jgħid: \"Civil Court's First Hall, the number of introduced cases will decrease by some 800\", allura dawn kollha naqsu minħabba li l-kawżi marru quddiem it-tribunal għal talbiet żgħar?", "Mhux il-każ.", "L-ispjegazzjoni m'hijiex biss minħabba l-ispostament tal-kawżi għat-tribunal għal talbiet żgħar, imma minħabba ż-żieda fit- tariffi tal-qorti.", "U din hija xi ħaġa li mhux biss qed tgħidha l- Oppożizzjoni u kultant anke l-istess awtoritajiet governattivi, imma anke f'dibattiti barra minn Malta.", "Fil-Joint Parliamentary Committee bejn Malta u l-Unjoni Ewropea anke Gunther Verheugen qal li mill-istatistika tal-kawżi fil-qrati ċivili joħroġ ċar il-fatt li dawn naqsu.", "U raġuni waħda hemm għal dan kollu; l- Amministrazzjoni Nazzjonalista għalqet għajnejha kompletament u messha kienet aktar attenta qabel ma ħadet ċerti deċiżjonijiet.", "Imma l-agħar ħaġa hija meta jkun hemm każ fejn persuna tiddaħħal il-qorti, wara li tkun għaddiet il-proċess tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji, u tkun sottomessa għar-rati ta' tariffi għoljin, allavolja hija l-konvenut.", "Hawnhekk għandi r-rapport tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja - li ovvjament għaddew kopja tiegħu lill-Ministru - fejn qalet li, jekk xejn, għandhom jiġu riveduti t-tariffi fil-konfront tal-konvenuti.", "Din il-kummissjoni mhijiex Nazzjonalista jew Laburista, imma hija kummissjoni magħmula minn nies li jagħmlu xogħol volontarju fl-interess nazzjonali.", "Hemm il-President tar-Repubblika, hemm imħallef, maġistrat, rappreżentant tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, rappreżentant mill-Kamra ta' l- Avukati u oħrajn.", "Dawn qegħdin jgħidu li ħaddiem li jkun diġà ħallas Lm10 rikors u issa ġie sottomess li jmur jiddefendi l-istess kawża, għax il-kap tad-dipartiment ma jkunx irid joqgħod għad-deċiżjoni tat-tribunal, m'għandux jiġi mġiegħel iħallas dawn ir-rati.", "Però l-gvern assolutament ma jridx jisma'.", "U din hija nuqqas ta' serjetà kbira min-naħa tal-gvern.", "Mr Speaker, il-kawżi li hemm quddiem it-tribunal ivarjaw u hemm kull kwalità ta' inġustizzja.", "Jien nieħu pjaċir li niddibattuhom ħalli nitgħallmu li dan il-pajjiż m'għandux jerġa' jagħmel dawn il-ħniżrijiet li għamiltu intom meta kontu fil-gvern!", "Per eżempju, ħaddiem li għax huwa Laburist jibagħtuh tliet siegħat xogħol f'post, ftit wara jibagħtuh f'post ieħor, u l-għada jibagħtuh f'post ieħor.", "Hemm min f'ġimgħa qala' sitt transfers.", "Hemm każijiet fejn lil wieħed jagħtuh allowance għax qed jagħmel ċertu xogħol u lill-ieħor li qed jagħmel l-istess xogħol ma jagħtuhx l-allowance.", "Hemm biżibilju ta' każijiet li jirrigwardjaw promotions!", "Per eżempju, persuna Laburista li ħadet tant sick leave ma kenitx eliġibbli biex tagħmel interview għal xi xogħol partikolari, filwaqt li persuna Nazzjonalista li mhux biss ħadet is-sick leave, il-leave kollu u anke l-maternity leave, malli daħlet għax-xogħol kienet eliġibbli biex tagħmel dak l-interview.", "Dawn it-tip ta' ħniżrijiet!", "Kien hemm każ ta' individwu Laburist bravu li ħadd ma kien jaf min hu, allura ġie minn ta' quddiem fl-iskritt, imbagħad malli raw wiċċu fl- interview qishom raw ix-xitan.", "Allura minn 50 jagħtih 5 marki.", "Ħniżrija wara l-oħra.", "Bħala Partit Laburista nemmnu li dawn l-affarijiet għandhom jieqfu għal dejjem u dan il-pajjiż jibda a fresh slate.", "X'inhu jiġri llum fit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji?", "Fejn qabel kien jitla' avukat u jiddefendi l-kawża fl-interess tal- kumpannija, tal-korporazzjoni jew tad-dipartiment, illum jiggwidaw l- affarijiet b'tali mod li mhux biss jiġġieldu l-kawża, imma jagħmlu kruċjata kontra l-ħaddiem fil-qorti, jagħmlu minn kollox biex ir-rikorrent jitlef il- kawża, minkejja li l-każ ikun ċar.", "Għax ladarba l-avukat jipperswadi lill- imħallef fuq bilanċ ta' probabilità li r-rikorrent m'għandux raġun, allura jista' jtelliflu l-kawża.", "Però l-imħallef ġieli jikkummenta - u jagħmel sew li jikkummenta - li l-każ ma kellux jiġi ttrattat hekk fiċ-ċirkostanzi.", "Kien hemm ukoll każi fejn, minkejja li jkun hemm wieħed li għandu esperjenza ta' snin twal bħala enġinier, jiġi wieħed minn barra minn Malta peress li telgħu n-Nazzjonalisti u jsibuh bravu iktar mill-ieħor, jieħu l- promozzjoni minfloku, u biex żgur jibqa' hu fil-post, jagħmlu minn kollox biex dak li kellu snin ta' esperjenza ma jeħux dak li ħaqqu.", "U mhux każ wieħed kien hemm ta' dan it-tip, imma numru kbir.", "Meta tela' l-Gvern Nazzjonalista f'Settembru ta' l-1998 kien hemm mat-300 kawża ta' Laburisti quddiem dan it-tribunal li ħafna minnhom ġew kważi terrorizzati biex ma jkomplux bil-kawżi li kellhom.", "Infatti numru kbir ta' Laburisti tant beżgħu minn xi vendikazzjoni oħra min-Nazzjonalisti fil- gvern wara l-1998 li ċedew il-kawża.", "Parti kbira minn dawk it-358 kawża li semma l-Ministru kienu dawk il-kawżi li ġew ċeduti jew kanċellati.", "Kien hemm uħud li marru għand l-avukat u qalulu biex iċedi l-kawża, minkejja li dan qalilhom biex ikomplu għax kellhom ċans tajjeb li jirbħuha.", "Din mhix inġustizzja oħra!", "Dawn in-nies li tant sofrew huma ħaddiema normali, membri fil-korp tal-pulizija u nies li jaħdmu fis-servizz pubbliku.", "L-għorrief li qed imexxu lill-Maltacom illum saħansitra qalu lill-persuni li għandhom kawża quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji li biex jieħdu l-early retirement scheme iridu jirtiraw il- kawża.", "Dawn huma kapijiet li llum għandhom pagi tajbin ħafna.", "M'għadniex nitkellmu fuq Lm8,000 jew Lm9,000, imma fuq double figures, Lm22,000, Lm25,000 fis-sena, apparti li skond il-kuntratt, jekk twaqqaf lil xi ħadd trid terġa' tagħtih eluf kbar ta' liri talli inti qed tkeċċih għax mhux tajjeb jew għax qed jitfa' lill-Maltacom lura.", "Ma tantx sejra 'l quddiem kif inhi mmexxija bħalissa.", "Imma dawn li qed imexxu lill-Maltacom - nisperaw li m'hawnx xi ħadd minnhom li jippretendi li hu xi Laburist ukoll! - qed jgħidu lill-ħaddiema li biex jieħdu l-early retirement scheme iridu jirtiraw il-kawża li għandhom quddiem it-tribunal.", "Tal-biki!", "Hekk imxew mal-ħaddiem li tant bata u li qed jipprova jieħu rimedju skond il-liġi quddiem imħallef.", "U kontra qalbhom, uħud mill-ħaddiema rtiraw il-kawża.", "Huwa aġir li jirrifletti politika ultra leminija li tittratta lill-ħaddiem b'dan il-mod.", "Mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni jien inkun minn ta' quddiem li ngħid lil dawn in-nies li għamlu l-vendikazzjonijiet mal-ħaddiema Laburisti bl-iktar mod salvaġġ ma jippretendux li ma jirrispondux għal għemilhom, bħalma jrid jirrispondi għal għemilu kull min qed jagħmel inġustizzji mal-Laburisti f'dawn iż-żmenijiet.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien u toqrob l-elezzjoni jibda jiżdied il-paniku min-naħa tan-Nazzjonalisti, allura ngħidulhom biex ma jagħmlux vendikazzjonijiet għax iridu jirrispondu għal għemilhom.", "Aħna ma nemmnux fil-vendikazzjonijiet, però m'aħniex se nħallu min jgħaddi minn fuqna u jkasbarna u jittratta n-nies tagħna bħaż-żibel.", "M'aħniex se nippermettu li għax wieħed mar jieħu rimedju quddiem it-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji jiġi mhedded biex ma jkomplix bil-kawża.", "Jien u l-kollegi tiegħi għandna dokumentazzjoni ta' dan kollu.", "Mr Speaker, lanqas m'aħna se nittolleraw li fil-qrati tagħna l-ħaddiema Laburisti jitpoġġew f'postijiet fejn ħadd ma jrid imur għax min imur hemmhekk ma jistax jaqla' Lm1 overtime għall-familja.", "Imbagħad min hu Nazzjonalist tal-qalba jpoġġuh fl-aħjar postijiet fejn jista' jagħmel ħafna overtime għad-detriment ta' sħabu.", "Dawn l-affarijiet qed narawhom iseħħu b'mod regolari u kollox qed jiġi nnotat.", "Per eżempju, ħaddiem Nazzjonalist jitħalla jitlaq mix-xogħol fin-12.30 p.m. regolarment, meta l-punch card tiegħu tgħid li għandu joħroġ fl-4.30 p.m., bil-barka ta' min suppost ma jħallihx jagħmel dawn l-affarijiet.", "Imbagħad oħrajn li jaħdmu b'tant dedikazzjoni jitqiegħdu f'postijiet fejn jiddejqu.", "Dawn l-affarijiet kollha qed narawhom, bħalma qed naraw li ċerti nies, għax huma Laburisti, jiġu ttrattati differenti anke meta jippreżentawlhom il-complaint.", "U l- Partit Laburista għandu r-raġunijiet għalfejn jemmen li l-ħaddiem Laburist taħt dan il-Gvern Nazzjonalista għadu jiġi stmat b'mod inferjuri mill- ħaddiem Nazzjonalist.", "Irridu naraw li dawn l-inġustizzji jiġu rimedjati.", "Niftakar li meta l-Gvern Laburista ressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar it- Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Ingustizzji, il-Partit Nazzjonalista kienu ddibattew ħafna kontra tiegħu.", "Ir-raġuni prinċipali kienet li ma kenux jemmnu li min kien sofra inġustizzja għax Laburist għandu jieħu r- rimedju.", "Dik kienet ir-raġuni u m'għandhom għalfejn iġibu l-ebda skuża oħra għalfejn ma qablux ma' din il-liġi.", "Ma qablux ma' din il-liġi proprju għal din ir-raġuni.", "Meta l-gvern Nazzjonalista għamel il-kummissjoni għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji, din kienet tkopri każi ta' inġustizzja li jmorru 16-il sena lura, u meta l-Gvern Laburista waqqaf it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji koprejna l-perjodu mill-1987 sa l- 1995, ftit iktar minn tmien snin.", "Is-serjetà titlob li t-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji mhux biss jingħata l-fakultà li jkompli jiffunzjona, bħalma qed nagħmlu b'din il-mozzjoni, imma li l-gvern jara wkoll li ma jkunx hemm min jimmanuvra biex ċerti deċiżjonijiet ma jiġux implimentati.", "Fuq kollox, x'jiswa li wieħed ikollu sentenza tal-qorti u jgħid li rebaħ kawża?", "Kemm hawn min għandu sentenza li rebaħ il-kawża u mbagħad ma jeħux ir-rimedju!", "Il-ħaddiem jista' jpoġġi s-sentenza fi gwarniċ għax xi ħadd qed isib oġġezzjoni kif għandha tiġi attwata d-deċiżjoni!", "Bħala Partit Laburista aħna faċilment stajna għamilna l-kummissjonijiet, bħalma għamlu huma, u kull Laburist li ġie quddiemna sibnielu raġuni u tajnieh ir-rimedju.", "M'għamilniex hekk!", "Imma mbagħad m'għandniex ngħaddu minn dan kollu!", "Mr Speaker, kien hemm ukoll każijiet quddiem it-tribunal għall- investigazzjoni ta' l-inġustizzji li għalkemm l-ilment tagħhom ġie ġustifikat ma setgħux jingħataw rimedju minħabba li l-kumpannija fejn kienu jaħdmu ġiet privatizzata, allura ċerti xhieda ma setgħux jinstabu.", "Per eżempju, f'dawn is-sentejn minn meta l-Mid-Med sar HSBC ċerti nies spiċċaw u mbagħad ċerti dokumenti ma nstabux.", "Meta jgħaddi ċertu perjodu r- rikorrent jiġi handicapped u ma jkunx qiegħed f'pożizzjoni li jsaħħaħ il- każ tiegħu.", "Jekk nieħdu l-HSBC, dan ma jidhirx li qiegħed minn ta' quddiem fejn għandhom x'jaqsmu d-drittijiet tal-ħaddiema għax hemm każijiet fejn ħaddiema rebħu kawżi quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji u l-HSBC għamel minn kollox mhux biss biex ma jattwax ir- rimedju tagħhom, imma joħloq proċeduri oħra biex jifga d-dritt ta' dak il- ħaddiem.", "THE DEPUTY SPEAKER(Onor. Michael Bonnici): Onorevoli, id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni trid tiġi konkluża llum, għalhekk l-aħħar nofs siegħa hija għall-gvern.", "Fadallek żewġ minuti biex tikkonkludi.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Kollox sew, se nagħlaq, Mr Speaker.", "Kont qed ngħid li l-ħaddiem ġie f'sitwazzjoni li għalkemm ingħata rimedju legali u għandu l-qafas legali ta' dan it-tribunal - li qed nagħmlu din il-mozzjoni biex inġeġġuh - ikun hemm istituzzjonijiet b'saħħithom f'idejn il-privat li litteralment jipprovaw jagħmlu li jridu f'pajjiżna.", "U se nagħmluha ċara li aħna, bħala Partit Laburista, irridu naraw li d-drittijiet tal-ħaddiema qatt ma jkunu mkasbrin minn xi nies f'intrapriża privata li għandhom il- poter u għandhom il-flus.", "Meta nkunu fil-gvern noħolqu sistema biex nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-ħaddiema u dak li hu tagħhom jingħatalhom.", "Jien inħeġġeġ lill-Imħallef Farrugia Sacco, li baqagħlu mal-230 kawża x'jisma', biex meta jinduna li jkunu qed isiru ċerti manuvri, jidħol mill- ewwel fihom għax imbagħad ġieli jkun tard wisq biex jagħmel xi ħaġa.", "Il- Partit Laburista qed jinnota dawn l-affarijiet u huwa żbaljat jekk hawn xi ħadd qed jaħseb li l-ħaddiem huwa iblah wara li bata tant!", "Hawn min ilu snin twal jistenna biex jieħu rimedju għall-inġustizzja li sofra.", "Intom qatt ma ħadtu l-inizjattiva biex flimkien nagħmlu xi mekkaniżmu biex jiġġieled dawn l-inġustizzji.", "Intom ħadtu ħsieb in-nies tagħkom u tlaqtu lil-Laburisti għal riħhom.", "Anzi bqajtu tagħtuhom fuq rashom!", "Iżda t- tribunal għall-investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li waqqafna aħna kien miftuħ għal kulħadd.", "Aħna m'għedniex li l-Laburist jista' jagħmel ir- rikors imma n-Nazzjonalist ma jistax.", "Il-każi mressqa nzertaw kważi kollha Laburisti għax il-Laburisti l-iktar li qalgħu mingħandkom.", "Però min qed jaħseb li l-ħaddiem huwa xi iblah qed jaħseb ħażin għax wara dan kollu li għadda minnu qed jistenna l-mument fejn min għamillu inġustizzja jrid jirrispondi għaliha.", "U jekk hawn xi ħadd qed jaħseb li l-Partit Laburista fil-gvern se jagħlaq għajnejh għal xi ħadd li sawwat il-Laburisti u jibqa' jgħaddiha lixxa se jiżgarralu!", "Dan m'hu se jiġi permess qatt għax aħna qatt ma konna partit li lesti li naqilgħu biss.", "Aħna ma nagħmlux vendikazzjonijiet però l-ġustizzja trid issir.", "Jien nawgura li jkun hemm clearance rate ta' kawżi ikbar f'din is-sena ta' ħidma tat-tribunal - fil-fatt din is-sena l-imħallef diġà għandu clearance rate tajba - fl-interess tar-rimedji għall-inġustizzji li saru taħt il- Gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1995.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, kif kien prevedibbli parti mid-diskors ta' l-Onor.", "Farrugia - it-tnejn għamilna diskorsi prevedibbli stante li għedna prattikament l-istess kliem li għedna s-sena l-oħra - kien fuq il- liġi u parti kien għall-platea, kif ngħidu.", "Kieku f'din id-dinja xi partit politiku jista' jiggarantixxi li ma jsirux inġustizzji kieku verament ngħixu f'ġenna ta' l-art.", "Kieku l-Prim Ministru, xi ministru jew xi politiku jkollu f'idejh id-don tal-verità u d-don tal-ġustizzja nkunu lħaqna l-ġustizzja aħħarija, dik li lkoll nafu - almenu aħna li nemmnu fil- prinċipji tal-Knisja - li hija biss f'idejn Alla.", "Li nippretendu li xi prim ministru jew xi ministru, jiġi minn liema pajjiż jiġi, qatt m'hu se jiżbalja u se jkollu d-don tal-ġustizzja assoluta, kif kultant deher li ried jgħid l-Onor.", "Farrugia, hija ambizzjoni li tiżboq il-kapaċitajiet ta' bnedmin li aħna.", "Sur President, nistgħu nagħmlu l-aħjar li nistgħu u nimpenjaw ruħna biex id- deċiżjonijiet li jieħu kemm min hu fis-Servizz Pubbliku u kemm min hu fil- politika, fil-kuxjenza tagħna jkunu dawk li nemmnu fihom.", "Però naħseb li l- Onor. Farrugia qed ikun ambizzjuż iż-żejjed jekk jaħseb li għax ikun hemm gvern Laburista f'daqqa waħda kollox se jsir ġust!", "Qed ikun ambizzjuż iż- żejjed għaliex - m'iniex se mmur qabel l-1987 għax dik storia passata at this stage - anke jekk inħarsu lejn is-sentejn li għamlu fil-gvern, insibu li l-Ombudsman ta deċiżjonijiet li saru inġustizzji taħt Gvern Laburista, kif illum jagħti sentenzi kontra.", "Imma għalhekk isir l-Ombudsman u għalhekk isiru l-panels of review.", "Imma sfortunatament kultant inħobbu nitkellmu għall-platea f'dan il-parlament għax xi wħud minna jemmnu li n- nies hemm barra m'humiex intelliġenti biex jiġbdu l-konklużjonijiet.", "Ir-realtà hi li ħafna mid-deċiżjonijiet, speċjalment fuq livell amministrattiv - u ladarba qed nitkellmu rigward it-tribunal ta' l- inġustizzji qed nitkellmu fuq livelli amministrattivi - il-ministru lanqas biss jeħodhom hu, u lanqas jarahom hu.", "L-Onor.", "Farrugia m'għandux esperjenza ta' ministru, però jekk jistaqsi lill-Onor.", "Mangion u lill-Onor.", "Gulia kemm-il darba ddeċidew li xi ħadd għandu jiġi trasferit minn post għall-ieħor fil-qorti, jew kemm-il darba ddeċidew min għandu jieħu promotion jew transfer fir-Reġistru Pubbliku, naħseb li dawn jassigurawh - kif nista' nassigurah jien - li ma ġew ikkonsultati qatt għax mhix dik is- sistema.", "U għalhekk isir l-Ombudsman; biex jekk hemm bżonn isir ir-review isir ir-review.", "U kultant jagħti raġun lill-persuna u kultant jagħti raġun lill-gvern.", "Dawn huma r-realtajiet.", "Allura d-diskors għall-platea li: \"Meta nitilgħu aħna se nbiddlu d-dinja, meta nitilgħu aħna se ssir ġustizzja perfetta ma' kulħadd, meta nitilgħu aħna se npattu lil dak u npattu lill-ieħor!\" jiddispjaċini ngħid huwa diskors emozzjonali li jappella għal xi nies iffissati fil-partit li, tagħmel x'tagħmel, se jibqgħu jivvotaw lill- partit, u kultant titlef vot 'l hawn u tirbaħ vot 'l hemm!", "Però m'huwiex diskors li fir-realtà jbiddel is-sustanza ta' l-affarijiet.", "Meta l-Onor.", "Farrugia jkun ministru m'għandix dubju li se jkun hemm każijiet li ma jiddeċidihomx hu u l-Ombudsman isib li fid-dekasteru tiegħu tkun saret inġustizzja.", "Bilfors!", "Għax inkella l-uniku mod kif tevita li qatt ma tiżbalja fid-deċiżjonijiet huwa billi ma teħux id-deċiżjonijiet fejn għandek teħodhom, jew inkella lil ta' taħtek tgħidilhom biex ma jagħtux promotions jew transfers, ma jmurx l-Ombudsman isib li taw promotion lil wieħed meta kellhom jagħtuha lill-ieħor, jew ġie trasferit xi ħadd li ma kellux jiġi trasferit.", "U jekk se jkollna ministri li tant jibżgħu li jiġu kkritikati anke mill-Ombudsman, li jieħdu din il-linja għaliex hija l-linja ta' l-inqas reżistenza u l-inqas kritika, fl-opinjoni tiegħi dawk in-nies ma ħaqqhomx ikunu ministri.", "Irridu ngħidu lill-poplu tagħna li r-realtà hija li kemm il-ministru, kemm id-diretturi ġenerali, kemm id-diretturi u kemm l-assistenti diretturi se jiżbaljaw.", "U iktar ma jittieħdu deċiżjonijiet iktar se jkun hemm il- possibbiltà ta' l-iżbalji.", "Però ma nwaqqgħux kollox fuq bażi ta' ġustizzja jew inġustizzja.", "Ejja ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Ir-realtà hija li daqskemm m'għandhomx il-poter tal-ġustizzja assoluta l-ministri, il- permanent secretaries u kulħadd fis-Servizz Pubbliku, daqshekk m'għandux il- kappa tal-ġustizzja assoluta l-Ombudsman, il-PSC jew xi panel of review ieħor.", "Ir-realtà hija li l-bniedem jibqa' imperfett u filwaqt li wieħed jista' ma jaqbilx ma' l-ieħor, irid ikun hemm ġerarkija ta' deċiżjonijiet.", "Jien m'iniex wieħed minn dawk li noqgħod nistaqsi kemm kien hemm sentenzi ta' l-Ombudsman li qalu li ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu fis-sentejn li għamel il-Partit Laburista fil-gvern kienu ħżiena.", "Jien l-ewwel wieħed li ngħid li ma jistax ikun li dawn kollha kienu politikament motivati.", "Dażgur li le!", "Jien l-ewwel wieħed li ngħid li l-maġġoranza tagħhom m'humiex politikament motivati.", "Dażgur li le!", "Huma kwestjoni ta' assessments li ħafna drabi jsiru fis-Servizz Pubbliku.", "Ejja nkunu onesti u ngħiduha mingħajr ma noqogħdu nagħmlu l-assolutiżmi.", "Ejja ngħidu x'inhuma r- realtajiet fil-ħajja.", "Dan l-aħħar ġew impjegati xi deputati reġistraturi fil-qorti li lanqas biss kont naf bihom jien.", "Xi sena ilu - għax daqshekk idumu, Alla jbierek, l- proċeduri tal-gvern biex jimpjegaw in-nies - kienu qaluli biex noħorġu call for applications għad-deputati reġistraturi u mbagħad xhur wara - meta lħaqt insejt - saru l-interviews u ġew impjegati.", "Dawn l-affarijiet isiru kuljum fis-Servizz Pubbliku.", "Ma neskludix li jkun hemm lok ta' abbużi, anke mill-ministri kultant, però ejja ma niġġeneralizzawx u ngħidu li kollox isir ħażin.", "Ir-realtà hija li ħafna nies fis-Servizz Pubbliku, ibda mill-ministri u spiċċa fl-inqas livell ta' deċiżjoni, jagħmlu xogħol tajjeb, b'kuxjenza piena ta' dak li jagħmlu u jieħdu deċiżjonijiet kif jistgħu.", "Id-deċiżjonijiet mhux neċessarjament dejjem ikunu tajbin, però ma nagħmlux diskorsi qisna aħna xi poplu tant inkapaċi, tant poplu moħħna fil-politika li m'aħna kapaċi nagħmlu xejn tajjeb!", "Lil min qed nagħmlu ġieħ?", "Partijiet mid-diskors li għamel l-Onor.", "Farrugia nista' ndawwarhom fuq in-naħa l-oħra, però dan il- pajjiż x'jieħu b'daqshekk meta r-realtajiet huma kontra?", "Din hi l-verità.", "Illum iż-żewġ naħat f'dan il-parlament qbilna li jkollna metodu ta' review li huwa l-Ombudsman.", "Ejja ngħidu li dak sar għaliex huwa metodu tajjeb kif deċiżjonijiet li jittieħdu f'kull livell jista' jsirilhom review.", "Ejja ngħidu li kull wieħed minna hawnhekk m'għandux il-poter li jikkontrolla kollox.", "Ejja ma nibżgħux ngħidu li niżbaljaw u għalhekk ikollna istituzzjoni bħall-Ombudsman li jaġixxi indipendentement.", "Mela dejjem nilagħbu għall-gallerija!", "Huwa faċli titkellem għall-gallerija!", "Faċli tagħmel id-diskorsi ta' \"aħna\" u \"intom\" meta fir-realtà aħna ta' din in- naħa u intom ta' dik in-naħa meta fir-realtà aħna u intom aħna l-iktar nies transitorji fis-sistema kollha tas-Servizz Pubbliku.", "Ejja niftiehmu x'irridu mis-Servizz Pubbliku.", "Ejja almenu naqblu dwar il-linji gwida tas- Servizz Pubbliku għax l-iktar nies transitorji fis-sistema kollha li għandna huma l-politiċi.", "U minn dan irridu noqogħdu attenti.", "Għalhekk jien ma nifhimhomx diskorsi bħal: \"Għax issa meta nitilgħu aħna taraw x'se nagħmlu!\"", "L-Onor.", "Farrugia wiegħed ukoll li fi żmien ġimgħa minn mindu jitilgħu fil- gvern – apparti meta jkun dak, għax diġà kienu qalu li f'Ottubru tas-sena l- oħra kellha ssir elezzjoni – jagħtu rimedju lil min ngħata raġun mit- tribunal u dan ma ġiex implimentat.", "Jien ma nistax nifhimha din.", "Jekk il- PSC għandha l-poter kostituzzjonali li tagħti r-rimedju hi – biex insejjaħlu bl-iktar mod ċar – x'se tagħmlu?", "Tinjoraw il-Kostituzzjoni?", "Jiġifieri jien għandi nieħu lill-kap ta' l-Oppożizzjoni bis-serjetà meta jgħid li jiġi jaqa' u jqum x'hemm fil-Kostituzzjoni għax xorta se jimplimenta r-rimedju li ordna t-tribunal, minkejja li oġġezzjona l-PSC?", "Hija serjetà tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jgħid – u norbot ma' frażi oħra li qal l-Onor.", "Farrugia – li hu jrid jaqdi lil-Laburisti, ergo jiġi jaqa' u jqum mill-Kostituzzjoni u għax huma Laburisti jagħtihom ir-rimedju?", "Dan id- diskors juri serjetà?", "Jien naċċetta li tgħid li jekk tkun prim ministru trid tipprova ssib soluzzjoni li tirrispetta l-Kostituzzjoni, imma ma nifhimhiex meta tgħid li tagħti r-rimedju, anke jekk dan imur kontra l- Kostituzzjoni, għax dawn huma Laburisti.", "Din mhix serjetà!", "Apparti minn hekk, hija realtà li wieħed jgħid li l-inġustizzji ssofrihom parti u ma sssofrihomx l-oħra?", "Dan ma jirriżultalix meta mmur inżur il- kostitwenti tiegħi, u naħseb li kull min kien ministru, anke min-naħa l- oħra tal-Kamra, kienu jisimgħu l-istess affarijiet.", "Imma, again, x'nagħmlu?", "Jien kultant nitħawwad f'dan il-pajjiż.", "Sur President, iż-żewġ naħat qbilna li nagħmlu l-Ombudsman.", "Tant qbilna li l-liġi dwar it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji li saret fl- 1997 illimitat il-perjodu tal-complaints sa l-1995 meta twaqqaf l- Ombudsman.", "Allura f'din il-Kamra n-naħa l-oħra mhux biss qablet fuq il- persuna ta' l-Ombudsman, imma qablet li tillimita l-poter eċċezzjonali tat- tribunal sal-ħatra ta' l-Ombudsman.", "Allura llum għandi għalfejn nisma' d- diskors: \"Malli nitilgħu aħna, il-Laburisti li sofrew inġustizzja nirranġawlhom kollox mill-għada!\"", "Naħseb nirrealizzaw li qed nitkellmu għall-gallerija biss għax kull min iħoss li sofra inġustizzja, Laburist, Nazzjonalist, ta' l-Alternattiva jew wieħed li ma jivvotax, illum jista' jmur quddiem l-Ombudsman u ma joqgħodx jistenna lill-Onor.", "Farrugia jew lil ħaddieħor isir ministru biex jieħu rimedju.", "Illum min jidhirlu li ġie ttrattat ħażin b'xi deċiżjoni tas-Servizz Pubbliku, huwiex fis-Servizz Pubbliku jew barra mis-Servizz Pubbliku, jista' jmur għand l-Ombudsman.", "Għax il-Partit Nazzjonalista kellu l-kuraġġ li jwaqqaf l-Ombudsman meta kien fil-gvern hu, meta kien konxju li ħafna mid-deċiżjonijiet se jkunu kontra l-gvern.", "Kultant l-Ombudsman irebbaħ lill-gvern, imma l-unika funzjoni li għandu fl-aħħar mill-aħħar hija li jtellef lill-gvern ukoll.", "Issa li ż-żewġ naħat tal-Kamra qbilna fuq l-istituzzjoni ta' l-Ombudsman, għad hemm il-ħtieġa li f'dan il-parlament nagħmlu diskorsi fis-sens li biex tiġi rranġata allegata inġustizzja għandhom bżonn jidħlu l-politiċi, jew għandna niftaħru li llum għandna l-istituzzjonijiet kollha demokratiċi, tibda mill-qorti, l-Ombudsman tas-Servizz Pubbliku, l-Ombudsman ta' l- università, u numru ta' review panels fejn wieħed jista' jfittex rimedji?!", "Jien nistagħġeb li għadna nitkellmu b'dan il-mod.", "Għaliex ma nipprovawx nagħmlu l-qabża li fl-aħħar mill-aħħar m'hi qed tweġġa' lil ħadd ħlief l- istatus tal-politiċi f'pajjiżna?", "Aħna diġà ma tantx qegħdin tajjeb f'għajnejn in-nies, u kulma nieħdu gost nagħmlu hawnhekk huwa li nnaqqsu l- ġieħ li kull wieħed u waħda minna għandna nieħdu parti minnu!", "Qed insawtu lilna nfusna għax naħsbu li nistgħu nieħdu xi vantaġġ politiku partiġġjan għal naħa jew oħra fuq affarijiet li nafu li ħafna drabi – mhux se ngħid dejjem għax mhux dejjem – m'għandniex kontroll fuqhom.", "Ejja nipprovaw li dak li hu abjad ngħidulu li hu abjad, anke jekk billi ngħidulu abjad jista' jkun ma neħdux vantaġġ politiku fejn għandna nieħdu.", "Dan il-pajjiż irid jirrealizza li l-maġġoranza stragrande ta' min qiegħed f'din il-Kamra qegħdin hawnhekk għax fil-kuxjenza individwali tagħhom jemmnu li jridu jagħmlu l-aħjar, indipendentement minn liema naħa huma.", "Hemm ċerti livelli li m'għandniex naqgħu fihom.", "Hemm ċerti ċirkostanzi fejn m'għandhomx japplikaw il-partiġġjaniżmu u d-diviżjoni politika, speċjalment fejn kellna l-kapaċità li nsibu consensus.", "Għalfejn għandna nagħtu stampa ta' kull naħa li essenzjalment m'hijiex vera u sekondarjament hija esaġerata biex nipprovaw nieħdu gwadann politiku?", "Sur President, saru wkoll żewġ punti tekniċi, iktar milli ħaġa oħra, li xtaqt nirriferi għalihom.", "L-ewwelnett l-Onor.", "Farrugia semma l-fatt li hemm assistant ġudizzjarju wieħed.", "Naħseb li l-Onor.", "Farrugia jaf li f'dan it-tribunal hemm wieħed full-time, kif hemm assistant ġudizzjarju wieħed full-time ma' ċerti imħallfin oħra.", "La hemm żejjed u lanqas nieqes.", "Uħud mill-imħallfin għandhom iktar minn wieħed fuq direzzjoni tal-Prim Imħallef, però normalment dawn huma biss part-time u mhux full-time ukoll.", "Jiġifieri l-ammont ta' nies li hemm jaħdmu huma daqs li hemm ma' kull imħallef ieħor.", "L-Onor.", "Farrugia staqsa wkoll għaliex ma ppubblikajtx l-istatistika tal- kawżi tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji fir-rapport ta' statistika li ppubblikajt dwar is-sena li għaddiet.", "Intqal li dan kien unfair għax dan it-tribunal huwa presedut minn imħallef.", "Ir-raġuni hija sempliċi, li għalkemm huwa presedut minn imħallef, dan it-tribunal m'huwiex parti mill-mainstream tal-qrati tal-ġustizzja, imma huwa tribunal.", "Il-fatt li huwa presedut minn imħallef huwa sekondarju għax jista' jiġi presedut minn avukat li għandu 12-il sena esperjenza, skond il-liġi.", "Bl-istess argument messni ġejt ikkritikat li ma ppubblikajtx l-istatistika għall-qorti tal-minorenni li huwa presedut minn maġistrat, u li ma ppubblikajtx l-istatistika għat-tribunal ta' l-unfair competition li huwa wkoll presedut minn maġistrat.", "Jiġifieri dik l-istatistika tikkomprendi l- qrati ċivili u l-qrati kriminali.", "Jekk nibda niftaħ l-istatistika għal kull fejn hemm xi tribunal jew ieħor ma nispiċċa qatt.", "Aħna qatt ma ħbejna din l-istatistika, dejjem tajnieha b'mod regolari u jekk l-Onor.", "Farrugia jidhirlu li għandna nippubblikawha assolutament m'għandi l-ebda problema biex nippubblikaha.", "Però ma nixtieqx li nibdew nippubblikaw kollox fuq kullimkien għax teknikament, biex inkun ċar, lanqas jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħi.", "Kif kienet drafted din il-liġi mill-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien, it- tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji jaqa' fid-dekasteru tal- Prim Ministru, u mhux taħt id-dekasteru tal-Ministru tal-Ġustizzja, kif it- tribunal ta' l-unfair competition ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tiegħi imma jaqa' taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti għax inkella se nibdew niftħu l-area kollha u ma naslu qatt.", "Meta l-Onor.", "Farrugia kien qed jitkellem fuq numru ta' kawżi li ngħatat deċiżjoni dwarhom issa mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji, jien ma stajtx nifhem l-argument li qed infettqu ż-żejjed għaliex ingħataw ċerti eċċezzjonijiet min-naħa ta' l-Attorney General.", "Allura meta l-Attorney General jirċievi kawża kontra l-gvern mhux suppost jagħti l-eċċezzjonijiet kollha li jista'?", "Dan ifisser li għandu jgħaddi kollox għax din il-liġi għamilha l-Partit Laburista?", "Again, dan huwa diskors għall-platea, u mhux diskors ta' avukat.", "Inkella, x'jiġifieri jgħid li l-korp tal-pulizija qed ifettaq iż-żejjed meta jattakka ċerti deċiżjonijiet fil-Prim'Awla għax jidhirlu li ċerti poteri tat-tribunal kienu ultra vires?", "Din mhix kwestjoni li qed infettqu ż-żejjed.", "Il-liġi hija liġi u trid tapplikaha.", "Jekk it-tribunal jidhirlu mod ieħor jagħtik sentenza, però jekk min jingħata dik is-sentenza għandu dritt fil-liġi li jattakka dik is-sentenza, allura huwa dover tiegħu li jattakkaha.", "U hija inġusta l-kritika tan-naħa l-oħra li tgħid li meta wieħed jeżerċita d-dritt legali tiegħu jkun qed ifettaq.", "L-aħħar punt li rrid insemmi huwa dwar il-ħrafa li erġajna smajna li l- kawżi naqsu minħabba li żdiedu t-tariffi tal-qrati.", "Anzi l-Onor.", "Farrugia qal li l-kawżi ma naqsux biss minħabba l-ispostament tal-kompetenzi, imma naqsu wkoll minħabba ż-żieda fit-tariffi.", "Riċentement fuq it-television diġà kelli okkażjoni li nitkellem ma' l-Onor.", "Farrugia fuq in-numru ta' kawżi fil-qorti.", "Jien għandi statistika, li illum ma ġibthiex miegħi, li turi l-ammont ta' kawżi li daħlu fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, dawk li daħlu fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra, fejn kien hemm iż-żieda fit- tariffi però huma l-istess bħal ta' din is-sena, u l-ammont li daħlu fl- ewwel tliet xhur tas-sena 2000 meta t-tariffi kienu għadhom ma żdidux, għax iż-żieda saret f'Ottubru 2000.", "Meta wieħed iqabbel in-numru ta' kawżi li daħlu fil-ġurisdizzjonijiet kollha fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, jiġifieri fil-Prim'Awla, fil- Qorti tal-Maġistrati, fit-tribunal għal talbiet żgħar - u jekk irridu ninkludu dawk quddiem il-bord tal-qbiela, il-bord tal-kera u l-bord ta' l- arbitraġġ, però dawk mhumiex importanti – man-numru ta' kawżi li daħlu fl- ewwel erba' xhur tas-sena 2000, jinduna li llum qed jidħlu iktar kawżi.", "Qed ngħoddu kollox biex ma noqogħdux nilagħbu bejn Prim'Awla, Qorti tal- Maġistrati u small claims tribunal.", "In-nies ftit jinteressahom imorrux quddiem imħallef, maġistrat jew arbitru, li jinteressahom huwa li ssir ġustizzja minn nies indipendenti.", "U llum qed jidħlu iktar kawżi, qed jinstemgħu iktar malajr u qed ikun hemm inqas pendenti għaliex kellna l- kuraġġ li nbiddlu l-kompetenzi.", "U fil-Prim'Awla, fejn kellna l-ikbar problema, għandna iktar ħin għall-imħallfin biex jiddeċiedu l-kawżi li ilhom pendenti ħafna.", "Diġà kelli l-okkażjoni biex ngħid li għadna lura, ma wasalniex, imma għallinqas ħloqna t-tieqa kif nistgħu naħdmu.", "Tajna l-ħin biex jiġi attakkat il-backlog fil-Prim'Awla waqt li saħħaħna s-sistema kollha fil- maġistratura u fl-aġġudikaturi.", "U peress li bit-tibdila fil-kompetenza u bit-tnaqqis li kien hemm fit-tariffi tat-tribunal għal talbiet żgħar – din it-tieqa ridna niftħu - sploda n-numru ta' kawżi li deħlin fit-tribunal għal talbiet żgħar, nispera li dan ix-xahar inżidu aġġudikatur ieħor biex inlaħħqu maż-żieda qawwiqa li qed tiġi reġistrata f'dan it-tribunal.", "Mr Speaker, dan juri li dan il-gvern ċertament għandu policies ċari f'dan il-qasam, huwa attent għall-iżvolti kollha li qed jiġru fil-qasam tal- ġustizzja u qed jieħu immedjatament d-deċiżjonijiet meħtieġa biex inpoġġu lill-qrati tagħna f'pożizzjoni fejn jistgħu jiddeċiedu l-kawżi malajr kemm jista' jkun kompatibbli ma' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja b'mod ġust u ekwu.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Aġent Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 23 ta' April 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "---------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru) – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, bħalissa għaddej ix-xogħol biex jiġi implimentat il-kurrikulu minimu nazzjonali u fost id-deċiżjonijiet li qed jiġu kkonsidrati hemm waħda minnhom li tinvolvi żewġ suġġetti partikolari li huma l-home economics u l-PSE (Personal and Social Education) fejn jidher li qed tiġi kkonsidrata l-idea li ħafna mill-components tal-home economics jitneħħew sabiex l-bqija ta' l-istess suġġett jingħaqad mal-PSE u jinħoloq suġġett ġdid bl-isem ta' personal and social development.", "Li kieku l-ħsieb wara din l-miżura kien li l-istudenti jiġu mgħallma l-aħjar components miż-żewġ suġġetti ma kienx ikun ħażin għax din hi xi ħaġa li tista' titfassal imma milli jidher – fl-opinjoni tiegħi l-iżjed gravi – qed jiġi kkonsidrat li dan is-suġġett il-ġdid jiġi mgħallem biss mit-teachers tal-PSE u jitwarrbu t-teachers tal-home economics u rigward dan, jien min hawn nappella biex din l-idea ma sseħħx għax hi idea żbaljata għal diversi raġunijiet.", "Waħda minnhom hi li jien naħseb li fl-iskejjel primarji u sekondarji hemm bżonn jittieħdu kull inizjattiva sabiex it-tfal tagħna jkollhom aktar edukazzjoni li għandha x'taqsam ma prattika u mal-ħajja ta' barra l-iskola.", "Hemm bżonn li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna ma jagħmlux biss xogħol astratt, fejn joqogħdu jiddiskutu u jiktbu dwaru imma jagħmlu wkoll, xogħol fejn jesperjenzaw u jiksbu ħiliet li fil-futur jkollhom bżonn f'diversi oqsma tal-ħajja.", "Aħna diġa` għandna l-iżvantaġġ kbir li bħala pajjiż ma nistgħux nipproduċu l-kontenut edukattiv tagħna għax ħafna mil-kotba rridu nixtruhom minn barra u dawn l-istess kotba jitkellmu dwar realta` li hija mbiegħda minn dik Maltija filwaqt li per eżempju tfal Ingliżi – qed insemmi t-tfal Inġliżi għaliex ħafna mil-kotba li nġibu huma magħmulin mill-Ingilterra – għandhom texts skolastiċi li xi ftit jew wisq jirrifletti r-realta` li jgħixu fiha.", "Għandna l-iżvantaġġ li ħafna mill-kotba tagħna m'humiex jirriflettu ir- realta` Maltija b'konsegwenza li l-edukazzjoni tagħna flok tkun riflessjoni fuq ir-realta` kif suppost, qed tirriskja ssir forma ta' aljenazzjoni peress li b'dan il-materjal edukattiv, t-tfal iħossuhom imbiegħda u mifruda mir-realta` tagħhom.", "Mhux l-ewwel darba li għedt li l-aktar parti enfasizzata tas-sistema edukattiva tagħna hi t-tieni parti, kattiva.", "Iva, kattiva aktar milli edukattiva fejn kull min għandu t-tfal li bħalissa jew bdew jew qed jippreparaw biex jagħmlu l-eżamijiet jafu x'qed ngħid meta jaraw l-istress kbir li t-tfal jgħaddu minnu minħabba l-ġenn li hemm fil-mod kif neżaminawhom u nittestjawhom fejn ħafna drabi din l-edukazzjoni hi astratta wisq u li minħabba f'hekk u l-mod kif tiġi mgħallma qed tilħaq biss parti mit-tfal tagħna u din wkoll waslet biex ikollna rata għolja ta' tfal li ma jirnexxux fis-sistema edukattiva tagħna.", "L-idea li l-home economics jonqos mill-iskejjel sekondarji huwa żball u pass fid-direzzjoni l-ħażina għaliex dan huwa wieħed minn dawk is-suġġetti fejn it-tfal tagħna minn barra li jistudjaw dwar xi ħaġa, jagħmlu wkoll xi ħaġa.", "L-aħjar edukazzjoni dejjem kienet - u m'hemmx għalfejn nidħlu f'teżijiet fuq ir-rinaxximent – li bniedem jiġi mgħallem mhux biss dwar xi ħaġa imma li jiġi mgħallem wkoll kif jagħmel dik il-ħaġa.", "Illum nitkellmu dwar il-bżonn li fid-dinja tal-lum ma jkunx hawn biss in-know-why fejn tkun taf għala qed tagħmel xi ħaġa imma jkollok ukoll in-know-how fejn tkun taf kif tagħmilha.", "Il-fatt li hemm xi deċiżjoni jew qed tiġi konsidrata l-possibbilta` li jitneħħa l-home economics minn Form 1 u minn Form 2 ta' l-iskejjel sekondarji huwa żball għax naħseb li hemm spazju kemm għal personal and social education - fejn nagħtu liż-żgħażagħ tagħna l-possibbilta' li jiżviluppaw il-personalita` tagħhom u jirriflettu u jiddiskutu dwar it- tibdiliet li għaddejjin minn ħajjithom - u kemm għal home economics fejn għandna kull ċans biex nagħtuhom ukoll il-possibbilta` li jiżviluppaw il- ħiliet tagħhom f'oqsma differenti u jagħmlu affarijiet tanġibbli fl- iskejjel, possibbilta` li għandna nibqgħu nipprovduha u ma għandniex inċaħduha lit-tfal tagħna.", "Jekk se jitneħħa l-home economics u li dak li jibqa' minnu fis-suġġett il- ġdid – suġġett li għandu jinkludi components mill-home economics - se jiġi mgħallem biss mill-għalliema tal-PSE li ma nagħtawx it-taħriġ meħtieġ biex jagħlmu l-aspett tal-home economics se jkun żball kbir.", "Importanti li nneħħu l-preġudizzji li hawn fuq l-home economics fejn ħafna jaħsbuh li jitratta sempliċement cookery għax dan is-suġġett għandu ħafna aspetti importanti bħal per eżempju t-tagħlim fuq in-nutrition, fuq liema ikel hu tajjeb għas-saħħa, fejn illum nafu - studju ta' l-għaqda dinjija tas-saħħa turi dan – li anke fost it-tfal hemm l-problema ta' l-obeżita` li tista' twassal għall-mard taz-zokkor u l-mard tal-qalb.", "Huwa żball li n- nutrition ma tiġix mgħallma minn persuni li ngħataw l-informazzjoni professjonali meħtieġa biex ikunu jistgħu jgħallmu l-istess suġġett lit- tfal għaliex l-għalliema tal-PSE ma ngħatawx dan it-taħriġ.", "Qed jgħidu li se jagħtu t-taħriġ meħtieġ lill-PSE teachers.", "Dan ifisser li se nispiċċaw fis-sitwazzjoni redikola fejn jiġi mogħti t-tagħrif meħtieġ lil min ma ġiex imħejji biex jgħallem affarijiet bħal-health, nutrition u drittijiet tal- konsumaturi u fl-istess ħin se nwarrbu lil dawk li ingħataw l-formazzjoni professjonali tagħhom biex jgħallmu propju dawn is-suġġetti!", "Għal dan ir- raġunijiet jiena nappella lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea biex ma jħallix li dan l-iżball isir għaliex dan huwa żball li fil-fehma tiegħi se jagħmel ħsara l-ewwel u qabel kollox lit-tfal tagħna.", "Eżempju żgħir li se nagħti hu li nhar il-Ħamis li għadda attendejt l-iskola sekondarja tal-bniet \"Lilly of the Valley\" tal-Mosta fejn kellhom proġett ma' l-iskola kollha jismu \"It-tkabbir ta' l-għeneb u l-proċess ta' l-inbid\" u f'dan il-proġett - li fih involvew lill-istudenti mis-suġġetti kollha - rnexxilhom iqajmu entużjażmu fost it-tfal biex mil-lat ta' storja, ta' lingwi, ta' personal, social and health education, ta' home economics stess jaħdmu fuq kif isir l-inbid, x'inhu tajjeb ġo fih u l-periklu ta' l- alkoħoliżmu b'approach ta' tema fuq dan is-suġġet.", "Nista' ngħid li għamlu inbid tajjeb ħafna u jkolli nammetti li doqt tazza jew tnejn milli għamlu.", "Jiena min hawn ngħid prosit lill-iskola ta' \"Lilly of the Valley\" u lill- head Miss Doris Aquilina u l-kollaboraturi, il-kollegi tagħha, l-assistenti kapijiet u l-għalliema għal dan il-proġett tajjeb li tellgħu li kien ispirat u mbuttat ħafna anke mill-għalliema tal-home economics biex nagħti eżempju ta' kif il-home economics m'huwiex sempliċement tisjir, m'huwiex sempliċement li tgħallem tagħmel pizza, imma tista' tgħallem s-suġġetti – bħall-lingwi, il-matermatika u x-xjenza – b'mod tanġibbli u hekk għandna nagħmlu.", "Nerġa' ngħid, waħda mir-raġunijiet ewlenin għala fl-iskejjel tagħna m'humiex jirnexxu iżjed tfal milli qed jirnexxu u hemm bżonn li r-rata tat- tfal li jirnexxu fl-edukazzjoni togħla għax għalkemm jien wieħed minn dawk li ngħid li s-suċċess ma jitkejjilx bir-riżultati ta' l-eżamijiet biss, ejja ma nkunux diżonesti għaliex kollha kemm aħna niġbdu l-konkluzzjonijiet fuq it-tfal tagħna skond ir-riżultat skolastiku li jġibu.", "Nerġa' nemfasizza li minkejja li jien wieħed minn dawk li nemmen li s-suċċess edukattiv ma għandhux jitkejjel biss bir-riżultati ta' l-eżamijiet imma għandna inkejluh wkoll fuq kif it-tfal jiżviluppaw l-personalita`, il- fiduċja fihom infushom, il-gosti artistiċi tagħhom u il-kapaċita` li jesprimu ruħhom, xorta ngħid li r-riżultati ta' l-eżamijiet huma importanti ħafna.", "Allura meta dan l-aħħar jien ġejt ikkritikat li għedt li għandna rata mhux aċċettabbli ta' żagħżagħ li mhux qed jirnexxu fl-iskejjel u din nerġa' nirribadija hawnhekk, ejja ma jiġix xi ħadd u jgħidli li qed inħalli barra grade 6 u 7 meta hu magħruf li biex bniedem jiġi kkunsidrat għall-impjieg, irid ikollu minn grade 1 sa grade 5 fis-suġġetti mitlubin filwaqt li biex jiġi kkonsidrat biex ikompli jistudja, l-istudent irrid ikollu minn grade 1 sa grade 5 wkoll.", "Ejja ma noqogħdux ndaħħlu fil-lista ta' dawk li għaddew l-eżamijiet, dawk li jġibu wkoll grade 6 u grade 7 biex taparsi ikollna figuri isbaħ.", "Jekk min hu mdaħħal fil-proċess tat-tibdil tal-kurrikulu jrid jagħmel il- ġid, għandu proprju jara kif iżid is-suġġetti u l-fassla tas-suġġetti fejn it-tfal tagħna mhux biss jiddiskutu u jaqraw fuq is-suġġett, imma jkollhom aktar esperjenzi ta' hands-on u ta' orjentament prattiku ħalli jagħmlu l- affarijiet b'idejhom.", "L-home economics hu wieħed mis-suġġetti li kien jorbot flimkien l-approach ta' nutrition u health education flimkien mal- ħiliet prattiċi ta' dak li għandek tagħmel bħal, per eżempju, ssajjar.", "Dawk huma affarijiet importanti mil-lat ta' life skills.", "Jien ngħid li hemm spazju kemm għall-PSE kif ukoll għal home economics u nerġa' ngħid li l- aktar ħaġa gravi - għaliex jiena naf li se jwieġbu li fis-suġġett il-ġdid, in-nies tal-home economics se jintalbu jissuġġerixxu components biex is- suġġett li jitfassal ikun jinkludi l-home economics – hi li qed jgħidu li dan is-suġġett il-ġdid li se idaħħlu se jgħallmuh il-PSE teachers biss, teachers li ma ngħatawx it-taħriġ biex jgħallmu l-components tal-home economics u minkejja li se jgħidu li se ituhom it-taħriġ meħtieġ, jibqa' l- fatt li dawk li diġa` għandhom it-taħriġ professjonali biex jagħlmu l-home economics components se jitwarrbu.", "Jien sinċerament se nappella biex il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ma jħallix din l-idea ssir realta` u jekk se jħalliha ssir jien niddikjara minn issa li mal-bidla fil-gvern, aħna nirriversjaw din id-deċiżjoni għaliex nemmen aktar minn qatt qabel li fit-tibdil li nagħmlu fil-proċess edukattiv għandna inżommu f'rasna l-ġid tat-tfal u ta' l-adoloxxenti u rridu inżidulhom fl-esperjenza edukattiva tagħhom il-ħiliet prattiċi li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jsiru ċittadini moderni li jkunu jistgħu jsibu jaħdmu.", "Jekk din l-idea hija indikazzjoni ta' fejn se jmur il-kurrikulu l-ġdid, ikolli nuri t-tħassib tiegħi li xi ħaġa li kont qed nara bħala ħolma sabiħa fejn se żżid is-suċċess fost it-tfal tagħna - suċċess fejn jitgħallmu pero` jkollhom ukoll il-ħiljiet li għandhom bżonn – se tispiċċa fi ħmar il-lejl ikraħ.", "Ma naħsibx li għandna nħallu s-sistema edukattiva tagħna timxi f'dik id-direzzjoni u għandna naraw kif is-suġġetti li ndaħħlu jkunu suġġetti li jgħinu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna jikbru u jifformaw ruħhom bħala ċittadini u ħaddiema fis-seklu wieħed u għoxrin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Madwar ħmistax ilu l-Onor.", "Tony Abela għamel aġġornament u bħala rappreżentant ta' raħal twelidi tkellem dwar l-abbandun li għandna fir-Rabat, Malta.", "Minkejja li dan d-deputat hu fuq in-naħa tal-gvern u għalhekk tippredenti li d-diskors tiegħu kien se jingħata l-attenzjoni meħtieġa u kienu se jittieħdu numru ta' inizjattivi sabiex is-sitwazzjoni tibda titranġa, min dan kollu ma ġara xejn tant li fir-Rabat illum l-ġurnata hemm impressjoni ta' telqa f'kull sens.", "Biżżejjed ngħid li anki bħala serq – meta pparagunat ma' dak li seħħ fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena u tas-sena li għaddiet – hemm sitwazzjoni allarmanti fejn għandna medja ta' iktar minn 100 serqa kemm minn stabbilimenti kummerċjali u jidhirli wkoll minn karozzi u residenti privati.", "Mr Speaker, fil-ħin tal-mistoqsijiet illum smajna lill-Ministru tas-Saħħa jikkonferma li kemm ilu li għalaq iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat – ċentru li jservi lill-komunita` ta' l-Imtarfa, tal-Baħrija, ta' ħad-Dingli wkoll fost oħrajn - irriżulta li kien hemm tnaqqis ta' 27,000 każ, jiġifieri dan hu l- ammont ta' nies li ma rrikorrewx fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat kemm ilu waqaf jaħdem fuq bażi ta' 24 siegħa pparagunat ma kemm kienu jmorru nies meta l-istess ċentru kien jiftaħ fuq bażi ta' 24 siegħa.", "Wieħed kien jistenna li din il-ħaġa tiġi ndirizzata wkoll għax filwaqt li l-impatt ta' l-għeluq taċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla, ta' Ħal Qormi u ta' Birkirkara ma ħalliex dan it-tip ta' impatt fuq il-komunitajiet tagħhom, iċ-ċentru tar- Rabat irreġistra tnaqqis sostanzjali.", "Ta' l-anqas l-Ministru tas-Saħħa kien imissu jgħid li hu ppreokkupat b'din is-sitwazzjoni u li hemm esiġenza differenti fir-Rabat f'dak li jirrigwarda s-saħħa tan-nies li għandha tiġi indirizzata.", "Imma bħas-soltu, minflok għamel hekk, il-ministru prova jaħrab din is-sitwazzjoni u jnaqqas mir-realta` tagħha billi interpreta li dawn il-każi li naqsu kienu ta' xi ħadd li x'ħin ifettilu kien imur jipprova l-pressjoni jew xi ħadd li x'ħin ifettilu jmur ibiddel il-garża.", "Bħallikieku l-pażjent jista' jkun jaf meta se titlagħlu jew tinżillu l- pressjoni!", "Mr Speaker, importanti li ma nibqgħux niġu naqgħu u nqumu mill-bżonnijiet u mill-ħtiġijiet tan-nies tar-Rabat u hu importanti li nirrealizzaw li fir- Rabat barra l-komunita` tiegħu hemm attivita` ħajja fejn jiffrekwentawh medja ta' 900,000 turist fis-sena biex jiġu jżuru kemm il-kampanja kif wkoll l-Imdina u l-wirt storiku li għandna f'dan il-lokal u għalhekk hemm bżonn li ma nibqgħux nabbandunaw din il-lokalita`.", "Jiena ninsab informat li ġewwa r-Rabat jeżistu numru ta' problemi li dwarhom hemm bżonn li ssir laqgħa u għaldaqstant nipproponi li din il- laqgħa bejn id-deputati taż-żewġ naħat li huma fuq ir-Rabat issir għax jekk ikollna nagħmlu eżami tal-kuxjenza u inżommu f'moħħna li kien hemm tnaqqis ta' 27,000 każ li s-soltu jiġu moqdijin miċ-ċentru tas-saħħa tar- Rabat u issa ma għadhomx, nsibu li dan wasal biex jinħolqu żewġ problemi", "Problema minnhom hi li żdiedu l-piżijiet finanzjarji kemm fuq il-familji Rabtin kif wkoll fuq il-familji tal-komunitajiet li hemm fl-inħawi għaliex m'hemmx dubju li min ma rrikorriex għas-servizz taċ-ċentru tas-saħħa kellu jirrikorri għas-servizz tat-tobba privati u ovvjament dawn it-tobba ma jistgħux jagħtu servizz b'xejn b'konsegwenza li dan l-familji iħollhom piż finanzjarju ieħor speċjalment dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali u li għandhom dħul medju jew baxx.", "Jekk aħna nemmnu fid-drittijiet tal- bniedem u jekk aħna verament nies onesti aħna l-ħames deputi – jew ma nafx kemm aħna minħabba l-bidla tad-distrett –taż-żewġ naħat rridu npoġġu bil- qiegħda u nagħmlu evalwazzjoni ta' din is-sitwazzjoni diffiċli li tirrigwardja kemm is-saħħa u kif wkoll il-but tan-nies tal-komunita` tar- Rabat u l-madwar.", "Irridu nifhmu wkoll li dawn is-27,000 każ ħolqu pressjoni fuq it-tobba tagħna u jiena nifhem li t-tobba tagħna ma jkunx jinteressahom biss mill-flus imma jkun jinteressahom ukoll li jkollhom spazju biex jgħixu.", "Is-sitwazzjoni ta' pressjoni li hemm fuq it-tobba tar- Rabat u l-madwar nistgħu inqabluha xi ftit jew wisq ma dik li aħna d- deputati, s-Sedja u l-parliament staff ikollna meta l-parlament jiltaqa' filgħodu u filgħaxija.", "Mr Speaker, niġi għat-tieni punt li jitratta l-mod kif il-gvern qed jipprovdi l-informazzjoni dwar l-impatt ta' sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-biedja, settur li jiddependu minnu s-sors ta' l-ikel tal-Maltin u l-Għawdxin u tal-miljun turist - li jsaħħu daqstant l-attivita` ekonomika tal-gżejjer tagħna u jiġġeneraw tant ġid u impjiegi – kif wkoll l-ikel ta' l-industrija tat- trobbija tat-tjur u l-annimali.", "Il-gvern intenzjonalment u abbużivament qed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz meta qed jgħid li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se jorħsu l- prezzijiet ta' l-ikel u dawn l-istess dikjarazzjonijiet m'humiex ikkontestati biss minni bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni f'dan is-settur, imma huma kkontestati minn fatti li ma la l-Malta-EU Information Centre, la l-Gvern, la l-Unjoni Ewropea, la l-World Trade Organisation u lanqas l-OECD ma jistgħu jiċħduhom.", "Mr Speaker, jeżistu każi ċari li fost l-aktar konsumaturi fid-dinja li jħallsu taxxi diretti u indiretti fuq il-prodotti ta' l-ikel qabel ma żżid il-profitt il-middleman u tar-retailer u qabel ma l-gvern tal-pajjiż jiċċarġja l-VAT fuq l-ikel huma l-konsumaturi tal-pajjiżi-stati fl-Unjoni Ewropea fejn hu ddikjarat li at farm gate level dawn il-konsumaturi jħallsu forom ta' taxxi indiretti fil-livell ta' 127.3 biljun euro fis- sena.", "Sur President, jirriżulta wkoll li kellna dikjarazzjonijiet mill-Ministru ta' l-Agrikoltura fuq l-export refund li huwa parti mill-piż li jerfgħu l- konsumaturi ta' l-Unjoni Ewropea biex l-istess Unjoni tkun tista' tissusidja l-prezz tagħha intern fis-suq internazzjonali għaliex dan mhuwiex kompetittiv.", "Jirriżulta li dan l-export refund żdied fuq il- prodotti magħmula mill-ħalib frisk b'Lm81 t-tunellata din is-sena u hemm indikazzjonijiet ċari u anke rapporti uffiċjali li ser jerġa' jiżdied f'Mejju li ġej.", "Hemm ukoll id-dikjarazzjonijiet uffiċjali tal-konfederazzjoni ta' l- industrija ta' l-ikel u x-xorb tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li jekk il-gvernijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-kummissjoni jneħħu l-export refund l-industrija ta' l-ikel u tax-xorb fl-Unjoni Ewropea ma tibqax kompetittiva.", "Għaldaqstant dan huwa l-punt tiegħi li l-gvern għandu jkun onest mal-Maltin u l-Għawdxin kollha inklużi dawk li huma involuti f'attivita` ekonomika, kemm mal-kamra tal-kummerċ, kif wkoll mal- federazzjoni ta' l-industrija u jiddikjara r-raġunijiet għaliex qed jipprovdi informazzjoni falza dwar l-impatt negattiv li diġa` jirriżulta illum f'dak li li magħruf bħala il-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropeja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta 23 ta' April 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNJONI EWROPEA – ŻVILUPP RURALI", "31186.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li l-UE ikkonfermat fl-aħħar rapport tagħha li l-gvern la għandu pjan u lanqas għandu kapaċita amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp rurali tal-gżejjer tagħha?", "Jista' l-gvern jintervjeni sabiex ma tkomplix titgħarraq din is-sitwazzjoni u ma ssirx il-qerda tal-Wied tal-Kalkara?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li diġa' sar ħafna xogħol b'konnessjoni mal-formulazzjoni tal-pjan għal żvilupp rurali.", "UNJONI EWROPEA - ŻVILUPP RURALI", "31187.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li l-UE ikkonfermat fl-aħħar rapport tagħha li l-gvern la għandu pjan u lanqas għandu kapaċita amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp rurali tal-ġżejjer tagħha?", "Jista' l-gvern jintervjeni billi jivvota l-flus sabiex din is-sena jitlesta l- proġett ta' Wied Qlejgħa li tħalla abbandunat f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31186.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li għadhom qegħdin isiru diskussjonijiet ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar ix-xogħlijiet li fadal isiru b'konnessjoni ma' dan il-proġett u li jiswew eluf kbar ta' liri.", "MALTACOM", "31236.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid billi t-telefon li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament qed jikkawża inkonvenjent kbir lill-anzjana in kwistjoni; għax qed jċemplu fuqu matul il-lejl, jista' d-dipartiment konċernat jinvestiga l-każ u jżomm lill-anzjana mgħarrfa bil-miżuri li tista' tieħu sabiex tirrimedja għall-dan l-inkonvenjent?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "TRIQ IĊ-ĊINJU - MOSTA", "31238.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq iċ-Ċinju l-Mosta li r- road contibution għaliha ilha mħallsa mir-residenti għall-aktar minn 10 snin, la fiha bankina, la asfalt, jew tarmac u lanqas dawl adegwat?", "Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bil-kordinament tax-xogħolijiet meħtieġa mmedjatament u dan b'rispett lejn ir-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq flimkien mal- kunsill lokali qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "TRIQ L-ALWETTA - MOSTA", "31240.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq l-Alwetta l-Mosta li r- road contibution għaliha ilha mħallsa mir-residenti għall-aktar minn 10 snin, la fiha bankina, la asfalt, jew tarmac u lanqas dawl adegwat?", "Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bil-kordinament tax-xogħolijiet meħtieġa mmedjatament u dan b'rispett lejn ir-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "31238 li tapplika wkoll f'dan il- każ.", "QORMI RAOD - QORMI", "32656.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq qatt għamilx studju biex jistabbilixxi l-bżonn kbir ta' xi xorta ta' faċilita' ta' pedestrian crossing f'Qormi road, Ħal Qormi, ħdejn Posta Ltd?", "Jekk iva, x'ġie stabbilit?", "X'azzjoni se tittieħed?", "Meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li tħejjew il-pjanti mid-direttorat għat- toroq sabiex isiru pelican lights fil-lokal u l-pjanti qegħdin għall- approvazzjoni tad-direttorat għat-toroq u ta' l-immaniġjar għat-traffiku.", "TRIQ IN-NASSAB - QORMI", "32657.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq in-Nassab Ħal Qormi?", "Ma jidhirlux li mhux sew li ċittadini li jkunu ilhom is-snin li ħallsu l-ispejjeż biex issir it-triq jibqgħu mingħajr is-servizz għal snin kbar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq u l-kunsill lokali qegħdin jagħmlu spezzjonijiet f'diversi toroq tal-lokal biex jiġi stabbilit liema toroq jista' jsir xogħol fihom, u Triq in-Nassab hija waħda minn dawk li ser ikunu spezzjonati.", "QORMI ROAD - QORMI", "32658.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bus shelter li kien hemm f'Qormi road Ħal Qormi, jiġifieri ħdejn Posta Ltd tneħħa u ma ġiex sostitut għad-detriment ta' mijiet ta' residenti li jgħixu fuq in-naħa l-oħra tat- triq?", "Jista' jgħid jekk hux se jsir wieħed flok dak li kien hemm?", "Fejn?", "Meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-bus shelter li qed tirreferi għalih l-Onor.", "Interpellanta tneħħa wara li dan tkisser kaġun ta' inċident tat- traffiku.", "Fil-fratemp twaħħal bus stop sabiex ikomplu jinqdew ir-residenti ta' l-akwata.", "Tajjeb wieħed ifakkar li t-twaħħil ta' bus shelters issa huwa responsabilta' tal-kunsilli Lokali.", "TRIQ IL-KANUN - QORMI", "32659.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq għamilx studju fuq il-bżonn ta' xi tip ta' pedestrian crossing għal Triq il- Kanun Ħal Qormi, jiġifieri qrib is-showroom tal-kumpanija Flamingo?", "Jekk iva, x'irriżulta?", "X'passi se jittieħdu biex jingħeleb il-perikolu li hemm gċal kull min jgħix u jaħdem f'din l-area?", "Meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq m'għandu l- ebda studju speċifiku dwar faċilitajiet għal biex jaqsmu pedestrians f'din it-triq.", "Għalkemm ġew osservati nies jaqsmu din it-triq minn żmien għal żmien, dan mhux lokal fejn il-qsim tat-triq għandu jiġi nkoraġġit peress li barra li jgħaddi ħafna traffiku, hemm diżlivell bejn il-karreġjati, iktar u iktar meta jidher li hemm mezzi oħra ta' kif persuni f'dawn l-inħawi jistgħu jaqsmu.", "Madankollu tajt struzzjonijiet lid-direttorati għat-toroq u dak ta' l- Immaniġjar għat-Traffiku biex jaraw xl-aħjar li jsir biex ikun evitat il- periklu f'din it-triq.", "TRIQ M A VASSALLI - QORMI", "32660.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaf l-Ministru li l-mina faċċata ta' Triq M A Vassalli u l- isfel mit-Triq Aħwa Żammit f'Ħal Qormi u li suppost hija mezz sigur biex pedestrians li jkollhom bżonn jaqsmu għan-naħa ta' Sta.", "Venera, tinsab bla dawl u għalhekk l-użu tagħha huwa mxekkel?", "Jista' jgħid meta se jsiru l- faċilitajiet meħtieġa biex din il-mina tkun tista' tintuża b'mod kif suppost?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq fil-preżent qed jagħmel l-arranġamenti mad-dipartiment tal-manutenzjoni u servizzi fid- diviżjoni tax-xogħlijiet biex isir id-dawl f'din il-mina u wara tingħata tindifa u facelift.", "CSA - SICK LEAVE", "32661.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- kundizzjonijiet li jirregolaw is-sick leave tas-CSAs li jaħdmu ma' l- anzjani jiġifieri kemm huma intitolati għal sick leave bil-ħlas sħiħ, b'nofs paga eċċ.?", "X'inhuma l-kundizzjonijiet li jirregola t-tmiem ta' l- impjieg, fis-sens ta' terminal benefits eċċ.?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti għal finijiet ta' mpjieg l-assistenti soċjali każwali li huma meqjusa bħala persuni li jaħdmu għal rashom u għaldaqstant iħallsu l-kontribuzzjoni tat-tieni klassi.", "Għaldaqstant id-dritt tagħhom għas-sick leave bi ħlas huwa regolat mill- liġi tas-sigurta' soċjali.", "Bħala nies li jaħdmu għal rashom l-assistenti soċjali każwali m'għandhom l- ebda terminal benefits.", "PULIZIJA F'GĦAWDEX", "32733.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati bħalissa f'Għawdex?", "Ta' liema rank huma?", "Dawn il-membri tal-korp kollha għandhom ir-residenza normali tagħhom f'Għawdex?", "Kemm hemm għasses f'Għawdex miftuha fuq bażi taż 24 siegħa?", "Kemm hemm għasses li ftit li xejn jinfetħu forsi anki biss darba fis-sena bħal matul il-festa tar-raħal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm stazzjonati Għawdex - supretendent 1; spetturi 2; surġenti 23 u kuntistabbli 96.", "Dawn kollha huma residenti permanentement f`Għawdex, ħlief għas-supretendent.", "Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "|Miftuħa |Miftuħa skond | |l-ħin |l-esiġenzi | |kollu | | |Kemmuna |Fontana | |Marsalforn|Għajnsielem | |Mġarr |Għarb | |Nadur |Għasri | |Victoria |Kerċem | |Xagħra |Munxar | |Xewkija |Qala | | |Ramla | | |San Lawrenz | | |Sannat | | |Ta` Pinu | | |Xlendi | | |Żebbuġ |", "SIGURTA", "32752.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid f'hiex se tkun tikkonsisti s-sistema ta' sigurta li hemm il- ħsieb tiddaħħal fil-bini?", "X'inhuma r-raġunijiet għal din is-sistema?", "Kemm mistennija jqum t-tagħmir, l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tagħha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-sistema ta' sigurta`, li għaliha għadha kemm għalqet sejħa għall-offerti, tikkonsisti f'numru ta' cameras mifruxa mal- bini (C.C.T.V.), kif ukoll sistema ta' kontroll ta' dħul u ħruġ ta' persuni fil-bini (limited access control).", "Din is-sistema maħsuba għas-sigurta` tan-nies kollha li jaħdmu fil-Berġa ta' Kastilja kif ukoll għas-sigurta` tal-bini nnifsu.", "It-tender bħalissa qiegħed fl-adjudication stage u l-valur ta' din is- sistema jkun magħruf meta tingħażel l-aħjar offerta.", "MIC - SPONSORSHIP", "32753.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-MIC sponsorja parti mill-ispejjeż tax-xandir ta' l-għoti tal-oscars fuq Net TV?", "Kemm ġie jiswa dan l-isponsorship?", "Sponsorship bħal dan kif jinwadra fix- xogħol tal-MIC?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-fatt li dehru riklami tal-MIC waqt ix-xandira taċ- ċerimonja ta' l-għoti ta' l-oscars fuq NET TV, programm li jiġbed udjenza mdaqqsa, bl-ebda mod ma jikkostitwixxi xi forma ta' sponsorship.", "Inoltre nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "32732.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "32756.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kostitwit il-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija?", "Min huma l-persuni differenti responsabbli mill-oqsma diversi tax-xogħol tal-kunsill", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta' l-MCAST li għadu kif ġie rikostitwit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "32758.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fis- sena 2001, x'safar sar minn nies tal-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija?", "Kemm intefqu flus fis-safar u f'kull każ x'kienu l-għanijiet tas-safar li sar b'konnessjoni max-xogħol tal-kunsill?", "Min kienu l-persuni li siefru f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DRENAĠĠ – TRIQ L-IMDINA - NAXXAR", "32775.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex se jkun jikkonsisti x-xogħol biex isolvi l-problema ta' overflow ta' drenaġġ fi Triq l-Imdina n-Naxxar li mistenni jibqa fl-ewwel ġimgħa ta' lulju 2002?", "Għaliex ix-xogħol mistenni jdum madwar 20 ġimgħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħlijiet jikkonsistu fit-tqegħid ta' madwar 860 metru ta' main b'dijametru ta' nofs metru u l- kostruzzjoni ta' sensiela ta' manholes.", "Ix-xogħlijiet ser iseħħu fi Vjal il- Labour u fi Triq l-Imdina.", "L-istima ta' għoxrin ġimgħa hija bbażata fuq esperjenza ta' xogħlijiet simili li twettqu fi ħdan l-istess taqsima.", "KUNSILL LOKALI - ALLOKAZZJONI", "32781.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Issa li l-kunsilli lokali kienu infurmati bl-allokazzjoni tagħhom għal din is-sena, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar l-allokazzjoni lil kull kunsill lokali u kif din hi maqsuma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari nru.", "32782.", "KUNSILL LOKALI - ALLOKAZZJONI", "32782.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Issa li saru magħrufa l-allokazzjonijiet tal-kunsilli lokali għal din is-sena, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-allokazzjoni għal kull sena lil kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "SERVIZZ TAT-TELECARE", "32783.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-lokalitajiet kollha bin-numru ta' persuni li għandhom is-servizz tat-telecare?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl- informazzjoni mitluba.", "ETC", "32784.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar it-total ta' nies jirreġistraw għal impjieg f'kull lokalita fl-aħħar tas-sena li għaddiet u fl-aħħar ta' Marzu li għadda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni dwar it-total ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, f'Diċembru 2001 u f'Marzu 2002.", "PULIZIJA - DELITTI", "32785.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferena għall-interpellanza nru.", "14326, jista' l-Ministru jżid il-lista ta' delitti, solvuti u mhux, mis-17 ta' Frar 2000 'il hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-istatistika miżmuma mill-Pulizija dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fuq it- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ninsab infurmat ukoll li l-pulizija jinnotaw każ bħala solved meta tiġi magħrufa l-identita` tal-persuna jew persuni li jkunu ikkommettew ir-reat.", "B`danakollu, il-Pulizija jkomplu jsegwu l-każ u jinvestigaw jekk ikun hemm żviluppi li jindikaw din il-ħtieġa.", "HOUSING – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "32786.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti, skond il-lokalitajiet, għal akkomodazzjoni soċjali sa l-aħħar tas-sena li għaddiet u sa l-aħħar ta' Marzu li għadda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "MIC - NEFQA", "32789.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm tħallsu flus f'riklami u programmi ta' informazzjoni li tħallsu mill-MIC lill-ġurnali, stazzjonijiet tar-radio u stazzjonijiet tat-televizjoni matul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena u xahar b'xahar lil kull mezz differenti ta' komunikazzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - CONTROLLED PARKING SCHEMES", "32791.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument controlled parking schemes li fuqu jridu jimxu l-kunsilli lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ADVISERS", "32792.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisers mal-ministeru ta' l- affarijiet barranin li għandhom it-titolu ta' ambaxxatur u f'kull każ x'jisimha l-persuna?", "X'tip ta' konsulenza tintalab mingħand it-tali persuna/i?", "Għal-liema perjodu ta' żmien dawn is-servizzi huma meħtieġa u f'kull każ minn qiegħed jawtorizza dawn l-impjiegi?", "Jista' jinforma lill- Kamra jekk għandux ħsieb jaħtar lil din jew dawn il-persuna jew persuni bħala ambaxxatur residenti barra l-pajjiż?", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-ministeru, persuna waħda taħdem bħala advisor (is-sur Salv Stellini) li żammet it-titolu ta` ambaxxatur.", "Żewġ persuni oħra (is- sur Alfred Zarb u Dr Stephen Calleya) għandhom l-istatus ta` ambaxxatur.", "L- ingaġġ ta` dawn in-nies, li huwa fuq bażi part time, huwa approvat mill- uffiċċju tal-prim ministru.", "Il-kontribut li jagħtu kull wieħed minn dawn l- uffiċċjali huwa speċifikat fil-kuntratti tagħhom, u jieħu in kunsiderazzjoni l-ispeċjalizazzjoni partikolari ta` kull wieħed minnhom.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi kull ċittadin Malti, mhux neċessarjament xi ħadd minn dawn it-tlieta minn nies biss, li jkollu jew li jkollha l-kwalitajiet u l-abbiltajiet meħtieġa biex tirrappreżenta denjament lil Malta f'ambaxxata barra l-pajjiż jista` jiġi ikkunsidrat għan-nomina ta` ambaxxatur.", "PLANNING AUTHORITY – PROĠETT TAL-KOTTONERA", "32793.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni l-awtorita' ta' l- ippjanar qiegħda tippermetti li jsir bini bil-bricks tal-konkos fil-proġett tal-Kottonera propju mas-swar ta' Sant' Anġlu fil-Birgu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-kuntest tal-proġett tal-Kottonera, l-awtorita` ta` l- ippjanar approvat outline development permits għal kull fażi tal-proġett, kif ukoll Full development permit għal fażi tal-proġett illi tinkludi il- bini ta` appartamenti madwar il-Menqa u fl-ajra magħrufa bħala t-Toqba.", "Għal din il-fażi, kif ukoll għal numru ta` proġetti oħrajn, l-awtorita` aċċettat il-filosofija arkitettonika ta` disinn kontemporanju li tinkorpora l-użu ta` materjali moderni, kemm għal kostruzzjoni, kif ukoll għal faċċati ta` bini kompletament ġdid, filwaqt li ma ġietx eskluża l-użu tal-ġebla.", "AMBAXXATURI - POLITICAL APPOINTEES", "32794.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi residenti Malta u ambaxxaturi residenti barra l-pajjiż?", "X'etajiet għandhom kull ambaxxatur?", "Kemm minn dawn l-ambaxxaturi huma maħtura bħala political appointees?", "ONOR.", "JOE BORG: Hemm għaxar (10) ambaxxaturi residenti Malta u għoxrin (20) ambaxxatur residenti barra minn Malta, li minn dawk residenti barra minn Malta hemm erbatax (14) political appointees waqt li kif ġeneralment kienet il-prassi, dawk residenti Malta huma kollha political appointees.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Nixtieq inżied ngħid li hemm ukoll tlett advisers, li wieħed minnhom għandu t-titolu ta` ambaxxatur filwaqt illi t-tnejn l-oħra għandhom status t'ambaxxatur.", "F'dan ir-rigward nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-interpellanza numru 32792.", "AMBAXXATURI MALTIN", "32796.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2001 sal-llum kienx hemm Ambaxxaturi Maltin li niżlu Malta fuq xogħol uffiċjali jew vaganza privata f'kull każ li ġie mħallas mill-fondi pubbliċi?", "Kemm-il darba niżlu Malta u għal liema raġuni?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "ENEMALTA – TRIQ BETTIJA – Ħ'ATTARD", "32797.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "32548, jista' l-Ministru jgħid min ħallas għax-xogħol li sar biex jitwaħħlu arbli tad-dawl fi Triq Bettija, Ħ'Attard?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-arbli li qed issir riferenza għalihom tħallsu mill-korporazzjoni Enemalta kif stabbilit mill-electricity supply regulations.", "GĦAJNUNA TEKNIKA", "32798.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru matul dawn l-aħħat tliet snin mill-Gvern Malti għal għajnuna teknika u lil liema pajjiżi saru dawn il-talbiet?", "Jista' jelenka l-għajnuna teknika li rnexxielu jġib il-Gvern Malti permezz tal-ħidma diplomatika matul dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "JOE BORG: Matul dawn l-aħħar tliet snin, saru diversi talbiet lil, u ġew mistħarrġa numru ta' opportunitajiet għal għajnuna teknika mingħand, diversi pajjiżi.", "Dawn it-talbiet saru jew f'forma ta' arranġamenti ad hoc, jew taħt provvedimenti ta' ftehim, protokoll jew strument ieħor diġa` ezistenti.", "Din li ġejja hija lista mir-rekords tal-ministeru tiegħi, ta' pajjiżi li laqgħu, kompletament jew parzjalment, it-talbiet ta' Malta.", "Iċ-Ċina", "Fl-isfond tal-laqgħat tal-joint mixed economic commission li bdiet tiltaqa kull sena mill-1999, il-Gvern Malti rċieva żewġ għotjiet ta' 3 miljun RMB (madwar Lm160,000) il-waħda (f'Settembru tas-sena 1999 u f'Lulju tas-sena 2001) mingħand il-Gvern Ċiniż għal għajnuna teknika.", "Ġie miftiehem li dawn l-għotjiet jiġu wżati għal xiri ta' tagħmir għal Malta Drydocks u għal xogħol ta' dredging fil-Malta Shipbuilding.", "F'Gunju tas-sena 2001 ġie ffirmat ftehim bejn il-Forzi Armati ta' Malta u l- Armata Ċiniża għal għotja ta' assistenza militari b'valur ta' 3 miljun RMB.", "L-Egittu", "Erba` membri tal-Korp tal-Puliżija Malti ħadu sehem f'taħriġ fil-Kajr waqt li żewġ uffiċjali attendew kors dwar l-investigazzjoni kriminali u tnejn oħra pparteċipaw f'kors dwar il-ġlieda kontra id-droga u l-kuntrabandu matul l-1999 u l-2000.", "Il-Gappun", "Fis-sena 2000, saru diversi talbiet għas-servizzi ta' esperti fl-isfond ta` l-Expert Dispatch Programme tal-Japanese International Co-operation Agency (JICA).", "Dawn saru mill-ministeru ta' l-edukazzjoni, mill-Maltacom, mill- ministeru tal-politika soċjali, u mill-ministeru ta` l-agrikultura u sajd, fl-oqsma segwenti: information technology and multimedia production; advanced intelligent network services; information technology; plant biotechnology and plant quarantine.", "Fl-isfond tal-JICA expert dispatch programme, konsulent Gappuniż dwar l- investiment provda s-servizzi tiegħu lill-Malta Development Corporation minn Jannar ta' l-1998, sa Jannar tas-sena 2001.", "Espert Gappuniż tat- telekomunikażżjonijiet kien assenjat mal-Maltacom f'Jannar tas-sena 2000 għal perjodu ta' xahar.", "Espert Gappuniż dwar il-produzzjoni tal-programmi kien assenjat mal-public broadcasting services f'Settembru tas-sena 2000 għal perjodu ta' xahrejn..", "Diversi korsijiet qosra ta' taħriġ fuq bażi individwali ntalbu fl-isfond tal-JICA individual training programme.", "Bejn is-sena 1999 u 2002 il- korsijiet li għalihom attendew ċittadini Maltin kienu għaxra: 1999 (2), 2000 (3), 2001 (3), 2002 (2).", "Il-Germanja", "Żewġ kadetti navali ta` l-AFM ingħatatilhom borża ta' taħriġ għal perijodu ta' sentejn.", "Inkisbet ukoll għajnuna f'ċerti oqsma tekniċi għall- universita' u fl-istandardization metrology.", "L-Italja", "Taħt il-provvedimenti tar-IV Protokoll Finanżjarju, Malta kompliet tibbenefika minn għajnuna teknika f'diversi progetti siewja għall-pajjiz (inkluż l-aħħar tranche ta' Lit.", "24 biljun bħala kontribut għal bilanċ tal- pagamenti ta' Malta).", "Fost il-proġetti li bbenefikaw minn dan il- finanżjament hemm il-Power Station ta' Dellimara, ir-riabilitazzjoni taċ- Chadwick Lakes, it-twaqqif tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, it- twaqqif taċ-Ċentru għall-Istudju tar-Restawr b'Bighi u r-restawr ta' fortizzi u fortifikazzjonijiet.", "Bi ftehim mal-forzi armati ta` l-Italja, 21 uffiċjal Malti pparteċipaw f'diversi korsijiet ta' speċjalizzazzjoni fil-qasam militari fl-Italja.", "L-Izrael", "Mingħand l-Israeli Technical Co-operation Institute (MSHAV), Malta bbenifikat minn 30 borża ta' studju f'diversi suġġetti tekniċi u speċjaliżżati f'istituzzjonijiet ta' tagħlim avvanzat.", "Il-benefiċjarji Maltin segwew korsijiet fil-kura tas-saħħa u nursing, fil-labour studies, l- isvilupp tar-riżorsi umani u fl-edukazzjoni tat-tfal.", "Ir-Renju Unit", "Ingħatat assistenza teknika permezz ta' korsijiet għall-kadetti Maltin fl- akkademja ta' Sandhurst.", "Singapore", "Ċittadini Maltin ħadu sehem f'diversi korsijiet qosra ta' taħriġ li ntalbu fl-isfond tal-programm ta' koperazzjoni tal-management & training services division.", "Bejn is-sena 1999 u 2002 il-korsijiet li għalihom attendew ċittadini Maltin kienu tmienja u għoxrin: 1999 (1), 2000 (3), 2001 (18), 2002 (6).", "L-Istati Uniti ta' l-Amerka Fuq talba ta' Malta, il-Gvern Amerikan approva fl-2000 għajnuna teknika ta' valur ta' $13 miljun fuq perjodu ta' sentejn għax-xiri ta' tagħmir ta' search and rescue għal Forzi Armati ta' Malta, kif ukoll għax-xiri ta' tagħmir għas-serviżżi tad-Dwana.", "l-Isveżja", "L-Agenzija għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent Svediża bagħtet f' Malta lil Hans Roland Lindgren, espert Svediż fuq l-ambjent, biex jgħin fl- implementazzjoni ta' liġijiet fuq l-ambjent.", "Din iż-żjara seħħet matul Lulju tas-sena 2000.", "Żewġ uffiċjali mill-AFM ipparteċipaw f'korsijiet ta' taħriġ mmexxija mill- iSWEDINT (Swedish Armed Forces International Training Centre).", "Nixtieq inżid li barra minn hekk, mill-informazzjoni li ksibna mid- direttorat għall-politika reġjonali, fl-uffiċċju tal-prim ministru, kien hemm ukoll għajnuna teknika bilaterali li għandha x'taqsam mall-proċess tas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.", "Din l-għajnuna teknika bilaterali hija oltre l-għajnuna teknika minn Pajjiżi Membri ta' l-Unjoni Ewropeja li tiġi mogħtija mill-Kummissjoni Ewropeja taħt il-fondi mogħtija lil Malta qabel tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja bħala pre-accession assistance.", "Bħalissa Malta qed tirċievi għajnuna teknika bilaterali mingħand ir-Renju Unit, l- Ġermanja, Spanja, l-Italja, Franza u n-Norveġja.", "Din l-għajnuna teknika qed tingħata f'dawn is-setturi:", "IR-RENJU UNIT", "Generali", "Taħriġ fis-sengħa tan-negożjar", "Taħriġ dwar ko-ordinament u ko-operażżjoni bejn id-dipartimenti tal-gvern", "Agrikoltura", "Espert fuq ir-risorsi umani.", "Pjan għal-iżvilupp rurali.", "Programm ta' taħriġ fil-pjan għal-iżvilupp rurali.", "Programm ta' taħriġ fil-common fisheries policy u common agricultural policy.", "Apikultura.", "Servizzi veterinarji.", "Gustizzja u Affarijiet Interni", "Taħriġ għal ġudikatura fl-oqsma relatati mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Taħriġ għal ġudikatura fuq drafting tal-liġijiet.", "Ambjent", "Twaqqif ta' l-environment protection agency (EPA).", "Species action plan għal Malta.", "Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol", "Saħħa u sigurta` - għajnuna sabiex tiġi implimentata d-direttiva ta' SEVESO II.", "Saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol għal works division (risk assessment).", "Politika Barranija u ta' Sigurta` Komuni (CFSP)", "Espert fuq il-CFSP.", "Kontroll fuq l-esportazzjoni.", "Unjoni Doganali", "Ristrutturar tad-dipartiment tad-dwana fil-ministeru tal-finanzi.", "Trasport", "Taħriġ għal investigaturi ta' l-inċidenti ta' l-ajruplani. (dipartiment ta'l-avjazzjoni ċivili)", "ĠERMANJA", "Ambjent", "Immaniġġjar ta' skart.", "SPANJA", "Agrikoltura", "Drafting tal-programm għall-iżvilupp rurali ta' Malta.", "FRANŻA", "Lecturers provduti lil SDO biex torganiżża diversi seminars dwar il- politika soċjali, market surveillance, politika reġjonali, saħħa pubblika, ġustiżżja u affarijiet Interni kif ukoll fil-competition policy.", "ITALJA", "Taħriġ fl-Italja ta' uffiċjal mill-consumer and competition division, (ministeru tas-servizzi ekonomiċi) ma` l- autorita' garante della concorrenza.", "NORVEĠJA Ambjent", "Għotja ta' makkinarju għall-kontroll tal-ħruġ ta' dħaħen hydrocarbon mill- installazzjonijiet ta' l-Enemalta.", "Din l-għajnuna ma tinkludix għajnuna mogħtija lil Malta mill-Unjoni Ewropeja taħt il-protokolli finanzjarji u l-pre-accession assistance u għajnuna oħra mingħand organiżżazzjonijiet multilaterali bħall-Ġnus Magħquda, il-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Commonwealth, l-Organiżżjoni għall- Ikel u Agrikoltura (FAO), l-Organiżżazzjoni għas-Sigurta` u Ko-operazzjoni fl-Ewropa (OSCE), u l-Agenzija Internazzjonali għall-Energija Atomika (IAEA).", "HEALTH AND SAFETY OFFICERS", "32799.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li inħatru bħala health and safety officers, sena b'sena, f'dawn l-aħħar 5 snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li n-numru ta' persuni li nħatru bħala safety and health officers, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:", "1998 - 0 1999 - 4 2000 - 2 2001 - 0 2002 - 0", "SPTARIJIET - PARKING", "32800.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi parkeġġ riservat għall-membri parlamentari fl- isptarijiet statali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li fil-grounds ta` l-iSptar San Luqa hemm tliet (3) postijiet riservati għal V.I.Ps (inklużi Membri Parlamentari).", "M'hemmx ħtieġa ta` postijiet riservati fi sptarijiet oħra ta` l-iStat.", "RESTAWR / MANUTENZJONI - NEFQA", "32801.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm tammonta l-ispiża għar-restawr tal- faċċata tal-bini 'Palazzo Parisio', li fih hemm il-ministeru ta' l- affarijiet barranin?", "Kemm tammonta l-ispiża għall-manutenzjoni tal-lift li jinsab fil-ministeru ta' l-affarijiet barranin għal-perjodu Settembru 1998 sa Marzu 2002?", "Kemm-il darba waqaf jaħdem dan il-lift?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-kuntratt għax-xogħol ta` restawr tal-faċċata tal-bini Palazzo Parisio, l-Uffiċċju Ewlieni tal-ministeru tiegħi, ngħata wara sejħa pubblika għal offerti.", "L-ammont tal-kuntratt huwa ta` Lm 64,822.65.", "Dwar il-lift, l-ispiża għall-manutenzjoni tiegħu għall-perjodu Settembru 1998 sa Marzu 2002 tlaħħaq Lm1,916.64.", "Fl-istess perjodu, il-lift waqaf 131 darba.", "SKOLA MARIA GORETTI - TARXIEN", "32802.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-istudenti li jattendu l- iskola Maria Goretti Tarxien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-lokalitajiet minn fejn ġejjin l-istudenti li jattendu l-iskola Maria Goretti, Tarxien huma kif se nsemmi:", "B'Bugia M'Xlokk Paola Sta Lucia Tarxien Żejtun", "Hemm tfajliet oħra mill-Gudja u minn Ħal Għaxaq li jattendu fil-form III, IV u V.", "ETC", "32803.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm delegazzjonijiet mill-ETC li siefru fuq xogħol tul dawn l-aħħar sentejn?", "Kemm kien il- kontinġent f'kull każ?", "Fejn marru u x'kienet il-missjoni u kemm qamet kull safra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl- informazzjoni mitluba.", "CHANGE OF USE", "32804.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li trid tittieħed sabiex isir change of use ta' negozju f'class 4 għall-istess klassi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-liċenzji tan-negozju fil-preżent huma fir- responsabbilta' tal-pulizija, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru ikkonċernat.", "GWARDJANI LOKALI - KONTRAVENZJONIJIET", "32805.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet mhux ta' traffiku rapportati mill-gwarjani lokali tul is-sena 2001?", "Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ROAD CONSTRUCTION WORKS", "32807.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija nru.", "32708 jista' l-Ministru jgħid jekk l-item road contruction works tinkludiex fiha l-ispejjeż minfuqa fl-asfaltar tal-first course u l-wearing course ukoll?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-item road construction works tinkludi fiha l-ispejjeż tax-xogħol li sar, jiġifieri base course.", "BOARD / PRESS ROOM", "32808.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar sabiex board room fis-sular t'isfel tal-ministeru tiġi konvertita f'press room?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li n-nefqa fuq il-press room tammonta għal Lm18,504.78", "Din is-somma ma tinkludix pagi tal-ħaddiema tal-gvern (dipartiment tal- manifattura u servizzi u dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni).", "PLANNING AUTHORITY - BUĠIBBA", "32810.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tal-permess u tal-pjanti approvati mill-awtorita' tal-ippjanar tax-xogħol li qiegħed isir fl-inħawi tal-Gillieru, f'Islet Promenade, Buġibba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "SEGRETARJU PERMANENTI - KUNTRATT", "32812.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-segretarju permanenti fl-uffiċju tal-prim ministru?", "Meta se jispiċċa dan il-kuntatt?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif weġibt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "18371, ma nħossx li hija etika li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn il-kuntratti.", "Il-kuntratt tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi ġie estiż b'sena oħra sa Jannar 2003.", "KUNSILLI LOKALI", "32814.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew mogħtija lill-kunsilli lokali permezz ta' devoluzzjoni sal-lum?", "Kemm u fuq liema propjeta' hemm talbiet għad-devoluzzjoni li għadhom qed jiġu proċessati?", "Il-kunsill lokali ta' Ħ'Attard għamel talba għad-devoluzzjoni tal-propjeta magħrufa bħala biċerija fi Triq il-Pitkali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "Rigward id-devoluzzjoni tal-proprjeta magħrufa bħala Biċċerija l-Antika fi Triq il-Pitkali, Attard, ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Attard diġa għamel talba għal din id-devoluzzjoni pero` għad irid jissottometti rendikont ta` l-ispejjez involuti.", "ENEMALTA - QASAM TAD-DJAR TA' GIORNI", "32822.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il- playingfield li tinsab fil-Qasam tad-Djar ta' Ta' Giorni tinxtegħel mill- ġdid bid-dawl peress li tinsab fi dlam ċappa u konsegwenza t'hekk ma' tistax tintuża mir-residenti filgħaxijiet u tista' wkoll isservi għall- abbużi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fil-fatt diga' saret.", "VAT DEPARTMENT – REPAYMENT PROGRAMME", "32826.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jistax il-vat department jipprova jasal fi ftehim għal repayment programme fattibbli u raġjonevoli mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament in konnessjoni mas-somma ta' Lm1128.25 dovuta in konnessjoni ma vat reg. no. mibgħut under separate cover?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "Jekk irid jista jmur id-dipartiment u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.", "TRIQ SIR HILDEBRAND OAKES - GZIRA", "32828.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux isiru arranġamenti biex Triq Sir Hildebrand Oakes, il-Gżira, tiġi one way bit-traffiku jinżel mill- parti ta' fuq flok jitla minn isfel għal fuq?", "Jista' jikkunsidra wkoll li il-bus stop li hemm ħdejn Gasan Enterprises f'Rue D'Argens, il-Gżira jitmexxa qrib l-uffiċini ta' Laferla Insurance, aktar il-fuq fit-triq fejn illum hemm traffic island?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku għadda t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Kunsill Lokali u s-suġġeriment ser jiġi diskuss fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill susegwentament jintbagħtu lid-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku għad-deċiżjoni finali.", "ENEMALTA", "32832.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jistax isir qari mill-ġdid tal-meter ta' l- elettriku tal-household li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fid-dawl tal-kontijiet li għandha pendenti ħalli jiġi stabbilit b'mod prċiż l-ammont dovut lill-korporazzjoni, bil-għan li jkun jista' jsir arranġament ekwu ta' ħlas għaż-żewġ naħat li jkun jista' jwassal biex jerġa' jiġi introdott is-servizz tad-dawl lil din il-familja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta.", "Naturalment, f'każi bħal dan, il-korporazzjoni timxi skond il-proċedura stabbilita.", "WSC", "32833.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga l-ilment tal-familja li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar allegat tniġġis fis- servizz ta' l-ilma li qed jirċievu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "PULIZIJA - SLEEPING POLICEMAN", "32834.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistax isir sleeping policeman fil- parti ta' fuq ta' Triq Madonna tal-Ġebla, il-Gżira, minħabba l-ispeed li bih jitla' t-traffiku f'din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku approva talba tal-kunsill lokali biex issir road hump kif ġie mitlub mill- Onor. Interpellant u x-xogħol relattiv ser isir fil-pjan ta' ħidma għas- sena finanzjarja (tal-kunsill lokali) li bdiet f'April 2002.", "TRIQ MADONNA TAL-ĠEBLA - GŻIRA", "32835.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid tistax tiġi kkunsidrata l- possibilita' li Triq Madonna tal-Ġebla, il-Gżira ssir one way, l-aktar fil- parti qrib l-iskola tal-gvern?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku għadda t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-kunsill lokali u s-suġġeriment ser jiġi diskuss fil-laqgħa li jmiss tal-kunsill.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-kunsill sussegwentament jintbagħtu lid-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku għad-deċiżjoni finali.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND", "32839.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt li l-gvern għamel mall- konsorzju MIDI dwar il-Proġett ta' Manoel Island hemmx speċifikat li l- kumitati tal-festi li sal-lum kienu jagħmlu użu min art fl-istess Manoel Island biex jisparaw in-nar tal-festa humiex ser jibqgħu ikollhom id-dritt li jibqgħu jagħmlu hekk?", "Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'alternativa u x'soluzzjoni l-gvern ser isib biex fil-festi tas-Sacre Cour u Stella Maris f'Tas-Sliema jkun jibqa jista' jiġi sparat in-nar bħalma sar dejjem s'issa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-kuntratt li l-gvern għamel mall-konsorzju MIDI dwar il-proġett ta` Manoel Island, il-konsorzju mhux marbut li jħalli lil xi kumitati tal-festi jagħmlu użu mill-art mgħoddija lilu sabiex jisparaw in- nar tal-festa.", "Madankollu jista` jsir sparar tan-nar minn dak il-post tax-xatt, eżatt mall- baħar li mhux parti mill-konċessjoni enfitewtika, kif ukoll minn fuq braken fil-baħar bħal ma jsir f`postijiet oħra.", "Dan dejjem skond id- dispożizzjonijiet tar-regolamenti għall-logħob tan-nar tal-1998.", "BENEFIĊĊJU SOĊJALI - RELIEF", "32841.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa b'mod urgenti biex il-persuna li d-dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament jinstema' l-appell tagħha dwar il-qtugħ tal-benefiċċju soċjali (relief) mil-aktar fis possibli minħabba li għal din il-persuna il- benefiċċju soċjali huwa l-unika mezz ta' dħul?", "Jista' jieħu l-passi msemmija peress wkoll li dan il-qtugħ, skond il-persuna msemmija, sar bi żvista min-naħa tad-dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-appell tal-persuna ndikata wasal għand l-Awtorita' Nazzjonali dwar ix-Xogħol fid-9 ta' April 2002.", "L- awtorita' tisma l-appelli wara xulxin skond kif jidħlu.", "MALTACOM", "32845.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu kaxxi ġodda mill- Maltacom biex jgħaddu l-cables minn taħt l-art fl-area tat-triq tar-Ramla li miż-Żejtun tagħti għal-Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "BSC - NURSING STUDENTS", "32846.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta ħa jingħata l-kuntratt lill-BSC nursing students ta' l- 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-BSc nursing students ta` l-2001 iffirmaw il-kuntratt fit-18 ta` April 2002.", "WSC", "32847.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsara kien hemm u x'riparazzjonijiet kien hemm bżonn fil-mains ta' l-ilma fil-Belt Senglejana nhar is-Sibt u l-Ħadd 6 u 7 ta' April ġewwa Triq Vittorja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fid-data msemmija la kien hemm ħsarat u lanqas saru tiswijiet fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fit-triq li qed issir riferenza għaliha.", "fil-fatt, f'dik id-data kien hemm ħsara fi Triq San Lawrenz, l-Isla.", "It- tiswija fuq il-mejn ta' l-ilma saret dakinhar stess.", "SANITA - ĊERTIFIKATI MEDIĊI", "32848.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija nru.", "32773 u cioe, jista' jgħid xi żviluppi saru wara l-mistoqsija nru.", "31524 fejn l-istess sinjura għaddiet fis-sanita l-ċertifikati mediċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-investigazzjonijiet dwar il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant għadhom għaddejjin biex jiġi stabbilit kif l-aħjar jiġi solvut il-każ.", "Infurmat ukoll li passi legali ser jittieħdu fil-futur qarib fid-dawl ta` l- istess ċertifikati mediċi li rrefera għalihom l-Onor Membru.", "TRIQ IX-XEMX U L-QAMAR - FGURA", "32849.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra in vista tal- petizzjoni preżentata minn numru ta' residenti ta' Triq ix-Xemx u l-Qamar, Fgura fhiex waslet din it-talba u jistgħax wkoll jintbgħat f'kull każ rappresentant tad-dipartiment tat-toroq sabiex jara u jagħmel rapport fuq l- ilmenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "30891.", "TRIQ L-ARCISQOF MATTEI - SENGLEA", "32852.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li l- proprjeta tal-gvern ġewwa Triq l-Arcisqof Mattei Senglea tiġi esproprijata billi l-inkwilini jridu jixtru il-proprjeta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, dan ser ikun possibbli fil-futur qarib.", "Il-gvern qiegħed bħalissa fl-istadju li jgħaddi liġi sabiex il-kera li jħallas għall- proprjeta` li ġiet esproprijata taħt it-titolu pussess u użu u dominju pubbliku tiġi ikkapitalizzata bil-1 fil-mija.", "Malli dan iseħħ, l-inkwilini jkunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom.", "SKEJJEL - STUDENTI", "32855.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm ingħataw exceptions lil tfal, subien u bniet, li biex għadhom ma għalqux sittax-il sena, sena b'sena mill-1995 sa l-2001, u r-raġunijiet prinċipali għal dawn l- esenzjonijiet biex ma jmorrux skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' exemptions li ngħataw lil tfal, subien u bniet, taħt is-sittax-il sena kien kif se nsemmi:-", "Sena skolastika Subien Bniet", "1995 - 1996 69 164 1996 - 1997 110 208 1997 - 1998 198 230 1998 - 1999 148 200 1999 - 2000 154 245 2000 - 2001 159 256", "Ir-raġunijiet prinċipali kienu:", "1) biex jaħdmu 2) għal raġunijiet umanitarji, soċjali, psiko-soċjali, u ta' familja.", "Il-proċedura dwar l-eżenzjonijiet mill-iskola hija kif ġej:", "1) Għandha ssir applikazzjoni lit-taqsima ta' l-education welfare", "2) Ma' din l-applikazzjoni għal eżenzjonijiet għandhom ikunu annessi:", "a) F'każijiet ta' impjieg, il-wegħda ta' xogħol mimlija u ffirmata minn min ser iħaddem lill-istudent/a;", "b) F'każijiet umanitarji hemm bżonn iċ-ċertifikat mingħand speċjalista;", "c) Il-kunsens bil-miktub taż-żewġ ġenituri;", "3) Ta' l-anqas ġenitur minnhom għandu jmur l-iskola b'dawn id-dokumenti kollha u minn hemm timtela' exemption form apposta;", "4) Ta' l-anqas ġenitur minnhom għandu jmur id-dipartiment ta' l-education welfare b'dawn id-dokumenti, flimkien mal-karti ta' l- identita` taż-żewġ ġenituri", "5) Is-social worker għandu jaċċerta ruħu li l-ġenituri jifhmu għal xhiex qed jiffirmaw.", "Il-kriterji li fuqhom tista` tingħata eżenzjoni huma li: 1) student/a jkunu jgħalqu s-sittax-il sena matul is-sena skolastika u jkunu temmew l-edukazzjoni sekondarja, kemm-il darba jkunu sabu mpjieg; jew", "2) student/a jkunu jagħlqu s-sittax-il sena matul is-sena skolastika u jkunu għadhom ma temmewx l-edukazzjoni sekondarja, kemm-il darba jkunu sabu mpjieg, għalkemm f'dan il-każ wieħed jipprova kemm jista' jkun ifiehem lill- istudenti u l-ġenituri l-importanza li student jispiċċa l-edukazzjoni sekondarja; jew", "3) ikun hemm raġunijiet umanitarji speċjali.", "Hawnhekk kull każ ikun trattat b'mod individwali u b'attenzjoni speċjali u jsiru wkoll home visits.", "Ta' min jinnota wkoll li filwaqt li sa' l-1998 kull każ kellu jiġi awtorizzat u ffirmat mill-ministru ta' l-edukazzjoni, wara din id-data id- direttur ġenerali ta' l-edukazzjoni ingħata r-responsabbilta` li jawtorizza dawn l-eżenzjonijiet.", "ENEMALTA – TRIQ IS-SAQUN - ŻABBAR", "32858.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħal dawl (street lighting) fi Triq is- Saqun, Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal Triq is-Saqwi.", "It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet riferuta lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "MALTACOM", "32859.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għal liema terminu ta' żmien l-ex-kummissarju tal- pulizija Gorg grech ġie impjegat mal-Maltacom u ma' liema sussidjarja tagħha qiegħed dan l-impjieg jekk hu l-każ?", "X'inhu s-salarju li ġie mogħti u x'benefiċċji oħra għandu in konnessjoni mal-impjieg tiegħu?", "X'inhi s- somma li trid tingħatalu bħala penali jekk l-impjieg tiegħu jiġi tterminat mill-Maltacom qabel iż-żmien jew għal xi raġuni oħra li ma tinkludix il- kunsens tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġibiet li tajt għall- mistoqsijiet nru.", "31624 u 32123 dwar l-istes materja.", "HOUSING", "32861.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post li l- partikularijiet tiegħu jidhru separatament li ilu magħluq għall-ħafna żmien, hux tal-housing dept. of lands jew tal-privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat illi l-post indikat mhux amministrat mid-dipartiment għall-akkomomodazzjoni soċjali u mhux tal-gvern.", "DRENAĠĠ", "32862.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li jiġi investigat għaliex ħierġa riħa kbira ta' drenaġġ fejn il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li minn investigazzjoni preliminarja li saret minn uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa pubblika fl-inħawi tal-post indikat, jirriżulta li fil-fatt ħierġa xi riħa mit-tali post. Minn informazzjoni miksuba permezz ta` xi ġirien jirriżulta wkoll li l-istess fond ilu magħluq għal dawn l-aħħar tliet snin u s-sid mhux magħruf.", "Hekk kif isir magħruf is-sid tal-fond jittieħdu l-passi neċessarji.", "ĦAL TARXIEN - SHELTERS", "32863.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm shelters ta' żmien it-tieni gwerra Ħal Tarxien u fejn qegħdin?", "Fejn qiegħed id-dħul u l-ħruġ tagħhom?", "Hemmx xi ħsieb li minħabba n-natura storika tagħhom dawn jitnaddfu u jinfetħu għall-użu turistiku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub illi jirreferi d-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "ENEMALTA – TRIQ BORMLA – PAOLA", "32864.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara arblu li jinsab fuq bankina quddiem ir-residenza 83 Triq Bormla Paola, jitneħħa għax qiegħed ikun ta' periklu u minflok jitpoġġa fil-parti fejn il-bankina hija aktar wiesgħa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "ENEMALTA - STREET LIGHTING", "32865.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir street lighting fil-viċin tar-razzett li tiegħu qed nagħti d-dettalji separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet riferuta lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "PENSJONI", "32866.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- pensjoni tal-persuna li ID no. tagħha qiegħed jintbagħat separatament ilha s-snin ma tiġi riveduta?", "Jista' jordna dan l-aġġustament jekk ikun il-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.", "DRAINAGE DISPOSAL", "32867.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ħsarat li seħħew riċentament fis-sistema ta' ppumpjar fil-proċess tad-drainage disposal li waslet għal dewmien biex bdiewa ta' Lambordi u fin-naħa t'isfel ta' Malta ingħataw ilma għat-tisqija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ħsara żviluppat f'main li hemm fil-Fgura u li minnu jitwassal id-drenaġġ fl-impjant ta' Sant'Antnin.", "Din il-ħsara żviluppat wara li clamp li kien twaħħal hemm madwar sena ilu ċeda u kellu jinbidel.", "Saru diversi tentattivi biex dan il- 'clamp' jinbidel u saħansitra nġabu xi parts minn barra bl-ajru biex jitħaffef ix-xogħol, iżda l-ħsara xorta baqgħet ma ssewwitx għal kollox.", "Bħalissa qed jittieħdu pariri biex dan il-pipe jinqala' u tinbidel il-parti difettuża.", "Ta' min jgħid li dan il-main ser jinbidel kompletament fix-xhur li ġejjin bħala parti mix-xogħol tas-sewerage master plan.", "Dan il-bdil mistenni jelimina ċerti difetti li fih il-main eżistenti u li jwasslu għall- ħsarat spissi fl-istess main.", "PILLOLI", "32868.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinvestiga u jara: 1) x'inhi r-raġuni li, l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu hawn separatament annessi u li hi pensjonanta, ma tirċievix il-pilloli Diexil, Orovite u Akatimol Memantine li komplessivament jiswew Lm30.87 u li minnhom tinħtieġ pakkett/kaxxa fix-xhar? 2) x'inhi r-raġuni li, anki fil-każ ta' pilloli oħra fejn hi intitolata, dejjem tiġi nformata li ma kienx hemm?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija nru.", "13567 f'seduta 235.", "ST PETER'S - ŻABBAR", "32869.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu fuq t-toroq li għadhom mhux fi stat tajjeb ġewwa l-area magħrufa bħala ta' St. Peter's Żabbar senjatament Triq il-Farfett tal-Fejġel u l-Għakrux?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li qed jitħejja rapport rigward il- kundizzjoni tat-toroq li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant li huma kollha fl-istess żona.", "TRIQ IŻ-ŻARŻARELL - ŻABBAR", "32870.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa t- triq magħrufa bħala Triq iż-Żarżarell Żabbar fil-formazzjoni u asfaltar tagħha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li f'din it-triq għadu ma sarx xogħol ta' formazzjoni jew asfaltar.", "Peress li din tinsab fl-istess żona ta' toroq, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari nru.", "32869.", "AKKOMODAZZJONI", "32872.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid n-numru ta' lukandi u postijiet oħra ta' akkommodazzjoni preżentament fis-suq?", "Numru ta' sodod f'kull kategorija ta' akkomodazzjoni sa Jannar 2001?", "Numru ta' sodod u numru ta' proġetti ġodda jew estensjonijiet: 1) approvati jew taħt kostruzzjoni 2) approvati mill-MTA/PA u mhux immnedija 3) u qed jiġu kkunsidrati mill-MTA u PA 4) proġetti governattivi bħal Cottonera / Tigne u Manoel Island / White Rocks / Chambray?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li l-għadd ta' sodod f'kull kategorija ta' akkomodazzjoni sa Jannar 2001 kien ta' 40,688.", "Din ma tinkludix, madankollu, sodod f'holiday flats u dik akkomodazzjoni għand host families.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' kif inhuma mqassmin dawn is-sodod.", "It-tagħrif dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.", "MIC - NEFQA", "32873.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħlassijiet li l-MIC iħallas għas-slot li għandu fil-program televiżiv tal-PBS stedina?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-MIC ma ntalbitx ħlas għas-slot msemmija, li tikkonsisti f'intervista qasira ma' uffiċċjal tal-MIC mill-preżentatur jew preżentattriċi tal-programm.", "L-intervista tittratta suġġett ta' attwalita', b'rabta ma' l-Unjoni Ewropea, li tkun ta' nteress għat- telespettaturi in generali.", "Irrid ngħid illi stazzjonijiet televiżivi u tar-radju lokali oħrajn, ħlief għal Super One, jistiednu lill-MIC b'mod regolari sabiex jagħmlu slots simili fil-programmi tagħhom, bl-iskop li jżommu lill-pubbliku Malti u Għawdxi dejjem aġġornat.", "Dawn is-slots ikunu wkoll bla ħlas.", "FRAME UP", "32874.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jgħid f'liema stadju waslet il-kawza li Martin Gaffarena qed jagħmel kontra l-ex Assistant Kummissarju Joe Psaila u l-gvern dwar allegazzjonijiet ta' frame up li allegatament Psaila għamel kontra l-istess Gaffarena meta kien fil- pulizija; jekk kienx hemm xi tentattivi biex il-kawza tiġi transatta minn naħa tal-gvern u x'kien ir-riżultat ta' dawn it-tentattivi.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "CAREERS CONVENTION", "32875.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema ġranet u f'liema post huwa previst li se ssir il-careers convention li kull sena tiġi organizzata mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Careers' Convention se ssir fil-15, 16 u 17 ta' Mejju 2002 f'Bay Street Complex.", "TRIQ ĠIUSEPPI GRAVINA - GĦAXAQ", "32885.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Għar-rigward tal-parti ġewwa ta' Triq Ġiuseppi Gravina Għaxaq, jista' l-Ministru jara li din il-parti żgħira tat-triq issir ukoll bħal kumplament tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq ħa nota ta' din it-triq biex tiġi nkluża fil-programm ta' asfaltar aktar 'il quddiem.", "WSC", "32886.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru, b'referenza għall-pipe inwaħħal fil-faċċata tal-fond nru.", "20 Triq Gian Marie Dalli Għaxaq, u li qasam il-kantuniera ta' l-istess fond, jiġi maqlugħ u dan wara li jiġu meħuda l-prekawzjonijiet kollha neċessarji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "TRIQ BARBAZZAL / TRIQ SAN ĠUŻEPP - GĦAXAQ", "32887.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru, għar-rigward tat-Triq il-Barbazzal u San Ġużepp Ħal għaxaq, jara li dawn jiġu mogħtija wiċċ ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "32885.", "GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI", "32888.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru fil-każ tal-persuna li n-numru tal-karta ta' l-identita li qed jintbagħat under separate cover li hi pensjonanta, u li applikat għall-għajnuna supplimentari, jara li l- applikazzjoni tagħha, li ġiet sottomessa fl-14.03.02 tiġi proċessata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għall-Għajnuna Supplimentari t-talbiet għas-sena 2002 għadhom qed jidħlu fid-dipartiment, u dawk li jagħmlu talba ġew mogħtija sa l-aħħar ta' dan ix-xahar biex jibgħatu t-talba tagħhom.", "Il-pagament ta' din l-għajnuna jkun dovut mis-6 ta' Lulju 2002.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux każ li f'dan l-istadju tinqala' xi talba ta' individwu partikolari u tiġi proċessata.", "Minkejja dan il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.", "ADDOZZJONI", "32889.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-applikazzjonijiet li saru minn numru ta' familji maltin biex madwar tmint itfal russi li diġa inġabru għall btala f'Malta jiġu addottati?", "Billi dawn it-tfal se jerġgħu jinġiebu għall btala f'Malta f'Mejju li ġej, meta hu maħsub li jiġi konkluż il-ftehim mal-awtroitajiet russi biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jiġu addottati minn familji maltin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li d-dipartiment tal-ħarsien tal- familja ma kienx involut fil-proċess biex tfal Russi li nġiebu Malta għall- btala jiġu adottati.", "Li nista ngħid hu li m'għandux ikun li jinġiebu tfal għal btala biex jiġu adottati, jkunu ġejjin minn liema pajjiż ikun.", "L- adozzjoni ta' tfal hi ħaġa serjissima u ma naħsibix li għandha ssir a bażi tal-ftit ġranet li tifel jew tifla jkunu Malta fuq btala.", "Il-ministeru għall-politika soċjali għamel kuntatti preliminari mal-Gvern Russu bil-ħsieb li adozzjonijiet ta' tfal minn dak il-pajjiż ikunu regolati minn ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi u dan għall-ġid kemm tat-tfal infushom kif ukoll għall-ġenituri adottivi.", "Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid meta ser jiġi konkluż dan il-ftehim.", "KONSUMATUR", "32891.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid sarux xi rappreżentazjonijiet mid- dipartiment tal-konsumatur mal-amazon.com għall-fatt li qegħdin jirrigwardaw lil Malta differenti mill-kumplament ta' l-Ewropa u qed jiġu ċċarġjati rati ogħla mill-kumplament ta' l-Ewropa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fil-fatt id-diviżjoni tal- konsumatur u tal-kompetizzjoni qed tinvestiga l-każ imsemmi.", "TRIQ LEONARDO ABELA - TARXIEN", "32894.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex Triq Leonardo Abela f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-aktar fis peress li qatt ma ġiet asfaltata u qed toħloq mhux bis inkonvenjent għar-residenti iżda periklu serju għal saħħithom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li qed isir xogħol preparatorju minn naħa tad-direttorat għat-toroq biex din it-triq tkun tista' tiddaħal fil- programm tax-xogħlijiet."]} {"filename": "20030204_865d_par.doc", "date": "2003-02-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 865 It-Tlieta, 4 ta' Frar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 865", "It-Tlieta, 4 ta' Frar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "865", "It-Tlieta, 4 ta' Frar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 148", "KUNSENS GĦAL ATTI 148", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 148", "TQEGĦID TA' KARTI 153", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDIĊINI (IT-TIENI QARI)", "MEDICINES BILL (SECOND READING) 154", "AĠĠORNAMENT 173", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 178", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 864 li saret fl-4 ta' Frar, 2003 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. I ta' l-2003 – Att ta' l-2003 dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA - RABA' SAQWI", "38203.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fil-budget, jista' il-Ministru jgħid x'valutazzjoni ta' produzzjoni ttieħdet fuq raba' saqwi u raba' bagħli?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ninsab informat illi x-xogħol fuq ir-riżultat taċ-ċensiment ta' l-agrikoltura għadu ma ngħalaqx.", "Għaldaqstant it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu ma jistax jingħata b'mod konklużiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jista' il-Ministru jagħtina indikazzjoni fuq liema kalkoli wasal biex jgħid li d-dħul tal-bidwi mill-ħxejjex u l-frott huwa ta' 80%?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, aħna għamilna l-kalkoli tagħna fuq dak li ġie ddikjarat fiċ-ċensiment, u cioe' l-ispejjeż tal-bidwi vis-a-vis it- turnover tiegħu.", "Naturalment hemm ċerti dettalji oħra li għadhom ma ġewx iffinalizzati.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA – ŻRIEGĦ TAL-ĦXEJJEX", "38204.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fid-diskors tal-budget, jista' il-Ministru jgħid x'valutazzjoni saret fuq iż-żriegħ tal-ħxejjex, inkluż il-patata, għal kull tomna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant jaf li ċ-ċensiment tal-biedja kien maħdum mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "Il-prattika titlob li ċensiment ta' din ix-xorta ma jkun jinkludi ebda valutazzjoni ta' spejjeż, prodott bi prodott.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma meta l-Ministru jgħid li l-bdiewa jaqilgħu 80%, ikun qed jirriferi għal dawk li għandhom raba' saqwi jew għal dawk li l-produzzjoni tagħhom ġejja mis-serer?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif hemm imniżżel fil-budget, aħna ħadna l-average ta' l-ispejjeż tal-biedja kollha u, biex dejjem inkunu on the safe side, irduppjajna l-ammont u tajna l-fakulta' lil min għandu spejjeż akbar li jiddikjara kemm huma dawn l-ispejjeż.", "Voldieri f'każ li l-ispejjeż tal- bidwi jkunu anqas, aħna lesti nimxu fuq l-average u f'każ li jkunu aktar, lill-bidwi qed nagħtuh iċ-ċans jgħid kemm huma l-ispejjeż attwali, ħalli b'dan il-mod l-ebda bidwi ma jitlef xejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura jekk ċerti dettalji għadhom ma ġewx iffinalizzati u meta nafu li l-għaqdiet tal-bdiewa għadhom ma kkonfermawx pubblikament li huma lesti jaċċettaw dawn il-kalkoli li ħareġ bihom il- gvern, jista' almenu l-Ministru jikkonsidra li jerġa' jikkomunika magħhom biex huma jagħtu l-veduti tagħhom dwar dan l-eżerċizzju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Konsultazzjoni aktar wiesgħa minn meta tasal biex tagħmel ċensiment, fejn allura għandek riżultat mifrux fuq il-pajjiż kollu, ma tistax tagħmel.", "Din mhux kwestjoni li qed nitkellmu fuq veduti u fuq interpretazzjoni, imma qegħdin nitkellmu fuq fatti u l-fatti jirriżultaw kif inhuma.", "Aħna ħadna d-deċiżjonijiet tagħna bbażati fuq il-fatti kif inhuma, wara ċensiment li kien ikopri l-biedja kollha f'Malta.", "Naħseb li konsultazzjoni aktar wiesgħa minn hekk ma tistax tagħmel.", "Żgur li mhix kwestjoni li noqogħdu nfettqu u ninnegozjaw, qisna f'xi suq!", "L-affarijiet ma jaħdmux hekk, Sur President.", "Aħna ħadna d-deċiżjonijiet tagħna b'mod li naġevolaw il-pożizzjoni tal- bdiewa u fejn irriżulta li l-medja ta' l-ispejjeż kienet se tkun ta' 20%, din irduppjajniha għal 40%.", "Fil-fatt meta lill-bdiewa u lil dawk li jirrappreżentawhom għednilhom b'dawn iċ-ċifri, ir-reazzjoni tagħhom kienet waħda ferm pożittiva.", "Pero' anke hawnhekk qgħadna attenti biex ħadd ma jmur ħażin u lil dawk li għandhom spejjeż ta' 40% jew anqas, għednilhom li m'għandhomx bżonn jirrapportawhom għax se jiġu kkalkulati mal-medja, filwaqt lill-oħrajn li għandhom spejjeż aktar minn hekk għednilhom biex jiddikjarawhom.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA – DĦUL TAL-BDIEWA", "38205.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kif u fuq liema kriterju jista' il-Ministru jasal għall-konklużjoni li l-bdiewa għandhom 80% dħul mill-prodotti li jkabbru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu fil-mistoqsija parlamentari 38202.", "BIĊĊERIJA – PROGRAMM TA' XOGĦOL", "38206.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37401, jista' il-Ministru jgħid meta kellu jkun lest ix-xogħol li għaddej bħalissa u x'inhi r-raġuni li dan għadu ma tlestiex?", "Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- programm ta' xogħol li qed isir fil-biċċerija?", "Kemm sewa u xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li l-programm ta' xogħol li għaddej bħalissa fil-biċċerija jikkonsisti f'dan li ġej:", "Upgrading ta' chillers, liema xogħol beda fl-1997 u skond il-kuntratt kellu jsir fuq perijodu ta' snin sakemm jitlestew iċ-chillers kollha - hu maħsub li l-aħħar chiller jitlesta fl-aħħar ta' l-2003 – u s'issa tħallset is- somma ta' Lm226,262;", "Upgrading tal-pig slaughterhouse, liema xogħol beda proprju f'Ottubru 2002 u hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Marzu 2003 - s'issa tħallset is- somma ta' Lm192,576;", "Bdil ta' madum tal-ħajt u ta' l-art fis-slaughterhouse li beda f'Awissu 2002, xogħol li tlesta f'Dicembru 2002 - l-ammont imħallas hu ta' Lm27,346; u", "Bini ta' sular addizzjonali amministrattiv, liema xogħol beda f'Settembru 2002 u hu mistenni jispiċċa f'Awissu 2003 - s'issa tħallset is-somma ta' Lm14,970.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandu indikazzjoni meta se jispiċċa x- xogħol ta' refurbishment fil-biċċerija?", "Jista' jikkonsidra li wara li jintemmu x-xogħlijiet, il-ħaddiema jingħataw kumpens minħabba ċ-ċirkostanzi perikolużi li ħadmu fihom, peress li l-qatla tal-bhejjem, speċjalment tal- majjal, kienet qiegħda ssir fi spazju limitat u din setgħet taffetwa l- kondizzjoni ta' saħħithom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'dawn l-aħħar xhur, meta fil-biċċerija kien qed isir l-upgrading neċessarju u kien qed jiddaħħal apparat ġdid, il-qatla kienet qed issir fil-biċċerija l-antika, dik li nsejħulha l-biċċerija ta' l- emerġenza.", "Dan ifisser li dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant li l- biċċiera kienu qed jaħdmu f'ċirkostanzi perikolużi, assolutament m'huwiex minnu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru jiċħad li l-ħaddiema kienu qed jaħdmu f'ambjent fejn hemm nuqqas ta' aċċessibilita' u nuqqas ta' spazju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, din m'hijiex kwestjoni li tiċħad jew ma tiċħadx.", "Sa sitt xhur ilu l-biċċerija l-antika kienet qed tintuża biss biex fiha jsir xogħol ta' emerġenza.", "Li ġara hu li dak ix-xogħol li normalment kien qed isir fil-biċċerija proprja kellu jsir fi spazju iżjed ristrett, pero' dan ma jfissirx li kien hemm xi lacuna ta' health and safety għall-ħaddiema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jiċċara l-pożizzjoni dwar l- inċineratur li suppost kellu jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien diversi drabi kelli l-opportunita' li nitkellem dwar l-inċineratur u xi ftit ġimgħat ilu spjegajt il-proċess kollu kif inċineratur għandu jinbena, b'mod li jkun adatt għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf il-Ministru li fid-dokument li ġie ppreżentat mal- ftehim li ntlaħaq ma' l-Unjoni Ewropea, hemm indikat li sa l-aħħar ta' din is-sena l-inċineratur kellu jkun lest?", "Jaf li fir-risposta li għadu kemm tana tax-xogħol li hemm għaddej bħalissa fil-biċċerija, il-bini ta' inċineratur ġdid ma jissemma xejn?", "(Interruzzjonijiet) L-aqwa li niġu fl- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u noqogħdu nimmiżlijdjaw u ningannaw lill- poplu!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien ma qed ninganna u nimmiżlijdja lil ħadd.", "L-interpellanza oriġinali ta' l-Onor.", "Farrugia kienet tittratta l- programm tax- xogħol fil-biċċerija u jien tajt rendikont ta' x'sar u x'inhu għaddej.", "Issa bħala mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Mizzi reġa' qajjem il-kwestjoni ta' l-inċineratur u jiena kont bdejt nispjega.", "Naħseb li għandi dritt nispjega, Onor. Mizzi!", "Mela għax qed nipprova nispjega tiġi tgħidli li qed ninganna u qed nimmiżlijdja?", "Hi kemm aħna ħelwin!", "Mr Speaker, il-flus ġejjin mill-għajnuna tal-Gvern Taljan, liema għajnuna hija marbuta mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Unjoni Ewropea diġa' għamlitha ċara li aħna rridu nagħmlu dawn l-affarijiet qabel ma nsiru membri ta' l-Unjoni, mhux billi jgħid hu.", "Terġa' dawn irridu nagħmluhom mill-fondi tagħna.", "Żgur li m'għandniex noqogħdu nimmiżlijdjaw lill-Kamra u ngħidu affarijiet li m'humiex veri, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Kif jiġi jgħid il- Ministru li għadu lanqas biss jaf jekk aħniex se nagħmlu inċineratur wieħed nazzjonali?", "Donnu li għat-taħwid ma jgħaddina ħadd!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għandu raġun jgħid l-Onor.", "Mizzi li għat-taħwid ma jgħaddih ħadd!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed tħawwad int!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, mhux jien li qed nimmiżlijdja lill-Kamra imma l-Onor.", "Mizzi.", "Kulħadd jaf li minn dawk it-Lm30 miljun li ġejjin mill- Gvern Taljan, hemm minnhom għall-incinerator u hemm minnhom ukoll għall- upgrading tas-servizz tal-pitkalija, inkluż il-bini ta' cold storage facilites.", "Dan qiegħed miktub iswed fuq l-abjad u min jinteressah jista' jarahom dawn l-affarijiet.", "Il-poplu jaf jiżen u jaf jiddeċiedi.", "Nerġa' ngħidlek li għandek miktub iswed fuq l-abjad li hemm il-flus tal-Gvern Taljan għall-incinerator.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, it-tekniċi kienu qegħdin jipproponu li jsir inċineratur li permezz tiegħu dak il-materjal li joħroġ mill-ħruq tal- bhejjem, ikun jista' jintuża għall-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika.", "Issa wara li kellna din il-proposta, ċċekkjajna l-affarijiet tagħna u sibna li m'għandniex materja prima suffiċjenti għall-ħruq biex nagħmlu dan it-tip ta' inċineratur.", "Kulħadd jaf ukoll li qabel ma kellna l-problema tal-madcow disease, fil- biċċerija kien hemm il-produzzjoni tal-meat and bonemeal li minnu kienu jagħmlu t-tip ta' għalf li aktarx kawża tiegħu rriżultat il-BSE.", "Fl- Ingilterra, per eżempju, għandhom kwantita' kbira ta' meat and bonemeal u minnu jużaw 2,000 tunnellata fil-ġimgħa biex joperaw inċineraturi ta' 5 MW, bħal dak li konna qed nipproġettaw li jkollna aħna.", "Meta rajna li m'għandniex materja prima biżżejjed biex nibnu inċineratur ta' dan it-tip, bdejna niffokaw ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Issa qiegħed iwieġeb il- Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, bħalissa għaddejjin bi proposta mal- MEPA biex jinbena inċineratur li jkun relatat ma' l-ammont ta' materja prima li jmur għall-ħruq.", "Nerġa' ngħid li dan se jsir bis-saħħa tat-Lm30 miljun li ngħatajna bħala għajnuna finanzjajra mill-Italja - għax bis- sħubija ma' l-Unjoni Ewropea hemm Lm80 miljun netti u ma' l-Italja hemm Lm30 miljun oħra - u allura parti minn dawn it-Lm30 miljun huma ntiżi biex jinbena inċineratur u biex isiru grading station u cold storage facilities fil-pitkalija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lest il-Ministru jiddikjara jekk hux se jkun hemm inċineratur wieħed għall-pajjiż kollu jew jekk hux se jkun hemm inċineratur speċifikatament għall-biċċerija?", "Jista' jgħidli d-data li fiha se jinbeda x-xogħol fuq dan l-inċineratur u meta se jispiċċa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-inċineratur li se jsir se jkun iservi għall-ħruq tal-fdalijiet tal-bhejjem.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-parametri ta' l-inċineratur kif kellu jsir inbidlu u issa se jsir skond il-parametri ta' kemm għandna materja prima għall-ħruq.", "Fil-fatt għaddejjin bid-diskussjonijiet mal-MEPA dwar dan.", "Biss dan il-proġett jieħu daqsxejn taż-żmien biex jitlesta, imma naturalment aktar ma jitlesta malajr aktar ikun aħjar għall-ġid tal-pajjiż kollu.", "Wieħed ukoll irid iżomm quddiem għajnejh li ilna żmien twil mingħajr inċineratur u hija ħaġa tal-biki li pajjiżna ilu daqshekk żmien f'din is- sitwazzjoni, fejn m'għandniex inċineratur jaħdem kif suppost biex jaħraq l- iskart li jiġi mill-biċċerija.", "Pero' m'għandniex għalfejn noqogħodu niġu hawnhekk nitgħajru għax la tan-naħa l-oħra jafu kollox u għandhom is- sapjenza t'Alla kollha, fi 22 xahar mhux inċineratur wieħed imisshom għamlu imma għaxra, Sur President!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien għamilt mistoqsija lill-Ministru – naħseb li bil-Malti kellimtu u mhux bil-Franċiż! – u tlabtu jgħidli meta se jibda x-xogħol fuq l-inċineratur u meta se jispiċċa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien ukoll bil-Malti qed nitkellem u se nerġa' nirrepeti.", "Bħalissa għaddejjin bid-diskussjonijiet mal-MEPA dwar il- volum ta' materja prima li għandna u ladarba dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi, nibdew bil-bini ta' inċineratur li jkun jaqdi l-ħteġijiet tal- pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura għadu ma jafx il-Ministru meta se jibda u jispiċċa x-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ngħid li għaddejjin bid- diskussjonijiet mal-MEPA - l-Onor.", "Mizzi huwa wieħed mill-membri tal-MEPA - u malli dawn id-diskussjonijiet jintemmu, jekk Alla jrid inkunu nistgħu nibdew il-proġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma bir-rispett kollu, jekk intom wegħidtu lill-Unjoni Ewropea li sa l-aħħar ta' din is-sena l-inċineratur se jkun lest, kif għadek ma tafx meta se jibda x-xogħol fuqu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ħalli nerġa' ngħid bil-mod biex forsi niftehmu, Sur President.", "Jien bil-Malti biss naf nitkellem u mhux bil-Franċiż, għax s'hawn iwassal moħħi!", "(Interruzzjonijiet) Jien għedt li kien hemm proposta biex mill-iskart li jinħaraq nagħmlu l-enerġija.", "Meta ċċekkjajna l- affarijiet sew sibna li f'pajjiżna m'għandniex materja prima biżżejjed ta' kull ġimgħa biex tħaddem inċineratur li jagħtik l-enerġija.", "(Interruzzjonijiet)", "Ovvjament xi ħadd ħareġ bi proposta li ma taħdimx u issa qed ngħidu li se jinbena inċineratur li jieħu l-ammont ta' skart li għandna.", "Inutli li tagħmel inċineratur kbir meta mbagħad ma tkunx tista' tħaddmu 24 hours a day, seven days a week.", "Għax biex tagħmel inċineratur kif oriġinarjament propost trid tħaddmu 24 siegħa kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa u aħna m'għandniex dik il-matarja prima - l-agħar ħaġa li tista' tagħmel hi li dawk il-boilers toqgħod tixgħelhom u titfihom - u allura se mmorru għal inċineratur li jkun għall-qies tagħna.", "Għax għalfejn tixtri Mini Minor biex tmur biha x-xogħol biex imbagħad tispiċċa tmur bit-train!", "Allura rajna incinerators barra mill-pajjiż, għamilna proposta oħra - din qiegħda quddiem il-MEPA - u kif jintemmu d-diskussjonijiet nibdew ix-xogħol.", "Jien naf li l-Onor.", "Mizzi jrid ikun jaf meta se jibda x-xogħol fuq dan l- inċineratur, Sur President.", "Proġetti bħal dawn trid tagħmilhom bil-għaqal għax m'intix se tixtri inċineratur biex imbagħad twaddbu fuq l-ixkaffa.", "Biex isir dan l- inċineratur trid tipprepara skond il-qisien ta' skart li għandek.", "Barra minn hekk, it-temperatura ta' l-inċineratur titla' mijiet ta' gradi Celsius.", "Allura trid tidħol f'dawn il-parametri kollha biex tagħmel inċineratur li jkun cost-effective u li jkun jiflaħ l-ammont ta' skart li jipproduċi l-pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru ġab l-eżempju tal-Mini Minor.", "Jien nista' ngħidlu li tista' tixtri karozza biex tmur għax-xogħol biha, imma la tagħlaq 61 sena xorta jkollok toħroġ bil-pensjoni!", "Il-verita' hi li hemm target date u inutli joqgħod isemmili l-MEPA.", "Huwa evidenti li t-target date mhux se jżommu magħha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, meta timxi biex tagħmel proġett u tkun qed tuża flus il-poplu, trid tara li tużahom bil-għaqal.", "Aħna qed nagħmlu dan l-inċineratur skond il-ħteġijiet ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li tista' tixtri karozza meta jkollok 61 sena.", "Aħna minn din l-esperjenza għaddejna - u anke inti tiftakar, Mr Speaker, xi kriżi kellna fil-qasam ta' l-enerġija fl-1987 - pero` allavolja kien għadda ż-żmien u konna qribna għall-pensjoni, b'investiment għaqli għamilna proġetti siewja ħafna fil- qasam ta' l-enerġija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 56 ta' l-2003 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' regolamenti ta' l-2003 li jemendaw regolamenti dwar il-ħarsien ta' l-għasafar u tal-fenek selvaġġ; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 48 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw regolamenti għall-kors ta' diploma in management studies;", "Avviż Legali 49 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw regolamenti tal-kors ta' diploma in nursing u diploma in midwifery;", "Avviż Legali 50 ta' l-2003 – regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw regolamenti tal-kors ta' certificate in foundation studies;", "Avviż Legali 51 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw regolamenti tal-kors għal post-qualification diploma in health science u għall-grad ta' master of health science;", "Avviż Legali 52 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw regolamenti tal-kors għal diploma in political studies;", "Avviż Legali 53 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw regolamenti tal-kors għal diploma in music studies;", "Avviż Legali 54 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw regolamenti ta' l-1998 tal-kors għall-grad ta' doctor of philosophy u ta' master of philosophy; u Avviż Legali 55 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 biex jemendaw regolamenti tal-kors għall-grad ta' master of business administration, executive master of business administration u executive master of business administration (e-Business).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 47 ta' l-2003 - medical devices regulations, 2003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDIĊINI", "MEDICINES BILL", "L-ordni għat-Tieni qari ġie moqri", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet", "Ikompli mill-4 ta' Frar 2003", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, ma kontx se nitkellem fuq din il- liġi pero` meta eżaminajt daqsxejn is-sustanza tagħha dehrli li ma tkunx idea ħażina li nagħmel intervent fuq dan is-suġġett ukoll.", "Mhux se nidħol b'mod tekniku kif forsi għamlu sħabi speċjalment dawk li huma tobba, pero` se nillimita ruħi fuq aspetti differenti ta' din il-liġi.", "Sur President, indubbjament huwa tajjeb li jkun hawn iktar kontrolli fuq it-tip ta' mediċina li qed tiġi importata f'Malta.", "Ta' min jgħid li f'Malta ma tantx kellna burokrazija jew restrizzjonijiet fuq x'tip ta' mediċini jidħlu u kien hawn min ġab paragun ma dak li jiġri f'ċerti pajjiżi bħall- Italja u l-Ingilterra li jimportaw madwar 6,000 jew 7,000 tip ta' mediċina differenti minħabba li f'Malta, pajjiż ferm iżgħar, indaħħlu iktar minn 10,000 tip ta' mediċina.", "Aħna ndaħħlu mediċina kemm minn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea, kemm minn pajjiżi Ewropej li m'humiex fl-Unjoni Ewropea bħall-Isvizzera li jien informat huwa pajjiż popolari ħafna ma' l- importaturi tal-mediċina, kemm mill-Kanada kif ukoll minn pajjiżi oħra.", "Il- kritika mill-organizzazzjoni ta' min jimporta l-mediċini, tal-farmaċisti u anke tagħna bħala oppożizjzoni kienet li hemm bżonn li l-mediċini li qed ikunu importati jkunu reġistrati u jkunu xi ftit iktar ikkontrollati.", "Fuq dan il-binarju m'aħniex kontra din il-liġi, pero' se nivvotaw kontra minħabba żewġ raġunijiet, waħda minħabba s-sustanza u l-oħra minħabba l- prinċipji tagħna.", "Sur President, l-ewwelnett l-iskop aħħari ta' din il-liġi huwa li jiġi kkreat regolatur.", "Dan m'huwiex skop ħażin, pero` aħna ma naqblux li jiġu kkreati entitajiet ġuridiċi differenti mill-gvern.", "Se jkollok il-licensing authority, se jkollok il-medicines authority u se jkollok ukoll il- medicines review authority board jiġifieri se jollok żewġ awtoritajiet u tribunal.", "Issa jekk wieħed jaqra s-sustanza tal-liġi jinduna li se jkun hawn xogħol burokratiku żejjed għal dak li jikkonċerna ċertifikazzjoni.", "Mela fuq naħa waħda hemm is-sustanza u fuq l-oħra l-kwestjoni ta' l- awtoritajiet.", "Hawnhekk irrid ngħid li dan l-intervent qed nagħmlu għax meta għaddejna liġijiet simili jiena dejjem ħadt l-inizjattiva li nagħti l- veduti tiegħi.", "Sur President, irrid ngħid li s-sistema ċivili tagħna konna writniha mill- Ingliżi.", "Qabel kien hemm il-kavallieri u kellhom sistema għalihom.", "Pero` meta ġew l-Ingliżi kienu tawna s-sistema taċ-ċivil tagħhom, sistema li żviluppawha matul is-sekli u li aħna adottajniha.", "Matul iż-żmenijiet din is- sistema dejjem ħadmet, speċjalment fil-kamp tal-mediċina.", "Bis-sistema Ingliża kellek is-sistema taċ-chief government medical officer, kellek is- supritendent ta' l-isptarijiet u għandek ġerarkija sħiħa ta' kif jitħaddmu d-dipartimenti.", "Aħna, bħala partit, nemmnu li jekk ma writna xejn mill- Ingliżi, writna żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett is-sens ta' demokrazija f'dan il-pajjiż.", "M'hemmx dubju li Malta hija waħda mill-iktar pajjiżi demokratiċi fid-dinja.", "Ħafna kolonji, meta saru demokratiċi ma tantx esperjenzaw żmenijiet sbieħ, imma almenu f'Malta dejem bqajna pajjiż demokratiku.", "It-tieni aspett tajjeb li aħna writna mill-Ingliżi huwa s-sens ta' kif jiggvernaw.", "L-Ingliżi kellhom imperu sħiħ u żviluppaw ċivil fin, ċivil li jaħdem u ċivil li forsi huwa l-aħjar fid-dinja.", "Pero` minħabba l- applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea qed ikollna kull darba nbiddlu l-istil ta' gvernar tagħna u din il-liġi hija eżempju ċar ta' dan li qed ngħid.", "Sur President, aħna qed nagħmlu din il-liġi għax hemm direttiva ta' l- Unjoni Ewropea u suppost kellna ngħaddu din it-tip ta' leġislazzjoni sa l- aħħar ta' l-2001 u kellna nimplimentaw din is-sistema ta' leġislazzjoni dwar mediċini sa l-aħħar tas-sena 2002, jiġifieri qegħdin ftit tard.", "Jidher ċar li qed nimplimentaw din il-leġislazzjoni minħabba direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mhux qed ngħid li b'daqshekk hija liġi ħażina.", "Pero` qed ngħid li din hija liġi li ġiet imposta fuqna.", "Aħna nemmnu li għandu jkollna regolatur u l-Onor.", "Michael Farrugia, li huwa shadow minister għall- qasam tas-saħħa, spjega li aħna bħala partit irriduhom l-affarijiet li jġibu s-serjeta' pero` rridu wkoll nirrikonċiljaw dawn l-ideat ġodda ta' kif namministraw mas-sistemi tradizzjonali tagħna li dejjem ħadmu fil- passat.", "Aħna qed ngħidu li nemmnu fiċ-ċivil u nemmnu li jekk se tibqa' tispettizza l-awtorita` taċ-ċivil billi twaqqaf entitajiet semi-awtonomi, awtonomi jew mhux awtonomi pero` li m'humiex parti miċ-ċivil, bil-mod il- mod qed tispiċċa tidduplika u l-iskop taċ-ċivil qed jispiċċa.", "Fil-Kostituzzjoni tagħna hemm ukoll miktub dwar kif għandna niggvernaw il- pajjiż.", "Fil-fatt hemm ikkontemplat li l-gvern għandu dritt jikkrea permanent secretaries li jkollhom ir-responsabbiltà għal ministeru sħiħ.", "Mela l-Kostituzzjoni tagħna tiddefinixxi kif għandu jiġi amministrat dan il- pajjiż.", "Ħafna drabi aħna ma nagħtu kas tal-Kostituzzjoni, imma din hemm qiegħda.", "Jiġifieri idealment meta Malta abbraċċjat dik il-Kostituzzjoni abbraċċjajniha lock, stock and barrel.", "Jiġifieri mhux biss li jkollna l- qrati u l-Parlament, imma anke l-mod kif dan il-pajjiż irid jigi ggvernat.", "Meta wieħed janalizza ftit x'ġara matul dawn l-aħħar erba` snin jirrealizza malajr li qed niddevjaw mill-ispirtu tal-Kostituzzjoni u mit-tradizzjoni ta' kif niggvernaw, jiġifieri li jkollok public service li jamministra l- affarijiet ċivili.", "Issa għandna dawn l-entitajiet li qed jikkapparaw ix- xogħol li kien jagħmel is-servizz pubbliku, allura qed ikollna xogħol doppju u burokrazija żejda.", "Xi ftit tax-xhur ilu tajt biċċa xogħol kbira lill-ħafna ministri, speċjalment lill-Prim Ministru u qgħadt nistaqsi domandi ħalli nara kemm hawn awtoritajiet, bordijiet u regolaturi differenti.", "Tant hawn li taqta' nifsek.", "Minn kull ministeru faqqsu erba`, sitta, tmienja u anke disa` awtoritajiet.", "Allura s-servizz pubbliku tagħna qed jiġi emarġinat kompletament.", "L-iskop tas-servizz pubbliku li jamministra lill-pajjiż qed jispiċċa fix-xejn.", "Dan huwa ħażin.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni m'aħniex ngħidu li ma rridux nagħmlu l- affarijiet iktar bis-serjeta`.", "Però aħna nemmnu li, ladarba hemm il- ministeru jew id-dipartiment tas-saħħa, x'hemm ħażin li tagħti poteri lill- ministeru tas-saħħa jew lid-dipartiment tas-saħħa, tikkrea diviżjonijiet jew setturi fi ħdan l-istess ministeru biex dawn iservu ta' regolatur huma?", "X'hemm ħażin?", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi awtorità ġudizzjarja jew kważi ġudizzjarja fejn irid ikollok awtonomija u indipendenza.", "Aħna qed nitkellmu fuq ordni amministrattiva, l-amministrazzjoni normali, allura x'hemm ħażin li d-dipartiment tal-gvern stess jieħu fuqu dan ix-xogħol?", "Ejja nagħmlu din il-leġislazzjoni u l-Parlament jivvota li l-mediċini l- ġodda jridu jiġu rreġistrati.", "Naċċettaw ukoll li jkun hawn awtorità li tagħti l-liċenzji għall-farmaċiji.", "Pero' għalfejn għandna nikkreaw entitajiet indipendenti jew kważi indipendenti biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "Aħna nemmnu li dan it-tip ta' xogħol għandu jibda jagħmlu - kien jagħmlu, imma sa ċertu punt - id-dipartiment u l-ministeru.", "Allura għandu jsir ristrutturar fl-amministrazzjoni, fis-servizz pubbliku biex dan it-tip ta' xogħol jibqa' jagħmlu hu.", "Dik hija l-politika Laburista.", "Dan huwa l- istatement li qed tagħmel din in-naħa.", "U dan l-istatement qed tagħmlu mhux biss f'din il-liġi imma f'kull liġi oħra simili fejn qed jiġu kkreati dawn l-awtoritajiet.", "Aħna bħala Partit Laburista fl-oppożizzjoni ma naqblux li l-pajjiż jiġi ggvernat b'dan il-mod.", "Hemm aspett ieħor li jdejjaqni f'din il-liġi.", "Kif spjegajt qabel għandna żewġ awtoritajiet li wieħed minnhom se jkun is-supretendent għas-saħħa nnifsu, hemm l-awtorità dwar il-mediċini, u se jkollna wkoll tribunal.", "Naturalment għaliex se jkun hemm każi fejn hemm min se japplika biex jimporta ċerti mediċini, hemm min se japplika biex jiftaħ spiżerija, hemm min se jitfa' tender li forsi ma jiġix aċċetat, u se jkun hawn dawn it-tip ta' kwestjonijiet.", "U ladarba qed tikkrea regolaturi ma tistax tippretendi li dawn il-kwestjonijiet jiddeċidihom il-ministru, u naqblu.", "GĦaldaqstant se jiġi kkreat il-medicines review authority board li bażikamnet huwa tribunal kważi ġudizzjarju ħalli meta ditta jew persuna jkollha xi rifjut jew aggravju tkun tista' tirrikorri quddiemu.", "Hemmhekk naqbel, però x'hemm differenti fiha din?", "Jekk il-Kamra tirrevedi ftit kif qed jiġu kostitwiti tribunali simili rigwardanti awtoritajiet oħra li jridu jagħtu xi permessi jew liċenzji 'l hawn u 'hemm, wieħed jinduna li s-set-up ta' dan it-tribunal huwa differenti b'mod intrinsiku mit-tribunali l-oħra li qed jiġu mwaqqfa.", "Din il-kwestjoni qajjimniha ħafna drabi hawn u l-parti l-oħra tirrispondi u saru emendi.", "Is-soltu meta nikkreaw tribunal ad hoc aħna dejjem nimmaturaw u dejjem nagħmlu l-affarijiet daqsxejn aħjar.", "Kulħadd jaf li l-gvern jista' jkollu interess fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fi tribunal bħal dan għax dawn huma kwestjonijiet li jibda jkun hemm tenders ta' importazzjoni ta' mediċini.", "Jiġifieri ċerti deċizjonijiet tat-tribunal jista' jkollhom riperkussjonijiet fuq il-gvern tal-ġurnata.", "U dan jista' jiġri mhux biss fil-każ tal-mediċini imma f'ħafna affarijiet oħra.", "U x'jiġri s-soltu?", "Is-soltu jkollok tribunal u biex dan jimxi b'mod awtonomu jkollu membri li ħafna drabi jkunu avukati b'seba` snin esperjenza jew maġistrati rtirati.", "Anke f'din il-liġi hekk qiegħda; iċ-chairman irid ikun avukat b'seba` snin esperjenza, jiġifieri jrid ikollu kwalifiki kważi daqslikieku se jilħaq maġistrat biex ikollu idea ta' kif jiġġudika u jkollu idea ta' kif imexxi proċeduri ġudizzjarji.", "M'hijiex idea ħażina li jkun avukat.", "Is-soltu l- membri ta' dawn it-tribunali jkunu appuntati għal perjodu ta' erba` jew ħames snin, però biex ikunu verament indipendenti jkun hemm klawsola li tgħid li wara li jispiċċaw t-term tagħhom, ma jistgħux jerġgħu jiġu appuntati fi ħdan l-istess tribunal.", "Dan nagħmluh biex dawn il-ġudikanti - dawn se jkunu ġudikanti - ma jkollhomx interess jaġevolaw lill-gvern tal- ġurnata fid-deċiżjonijiet li jagħtu biex imbagħad meta jgħaddi ż-żmien jerġgħu jiġu appuntati.", "Fil-każ ta' dan it-tribunal, iċ-chairman se jiġi appuntat għal tliet snin mill-ministru.", "Bażikament dan se jkollu r-responsabbiltà li jissorvelja - għax dan qisu tribunal ta' appell - l-importazzjoni tal-mediċini kollha u l-liċenzji kollha ta' l-ispiżjara f'dan il-pajjiż.", "Dan se jkun il-final authority.", "Veru se jkun hemm ir-regolatur li se jkun is-supretendent ta' l- isptar, imma dan huwa l-appell fuq kulħadd.", "Jiġifieri għandek regolatur fuq ir-regolutar, għandek awtorità finali.", "Imma dan kelb li jinbaħ u m'għandux snien!", "Il-ministru qed jagħmel hekk biex juri kemm qed insiru trasparenti għax mexjin bħall-Ewropa u qed inneħħu l-poteri tal-ministru, qed inneħħu l- poter tad-dipartiment, eċċ., u se nagħmlu regolatur u żewġ awtoritajiet indipendenti.", "Imma fuqhom kollha se jkun hemm tribunal li huwa l-\"yes-man\" tal-ministru!", "Għaliex?", "GĦax il-liġi tgħid li se jkun hemm chairman li jappuntah il-ministru għal tliet snin u, jekk jogħġbu, jista' jerġa' jappuntah għal tliet snin oħra.", "Fejn hi l-indipendenza ta' dan il-ġudikant?", "Jien naħseb li dan huwa ħażin.", "M'hawnx serjetà fiha din.", "Huwa veru ma tistax tagħti security of tenure lil min ikun nominat kif tagħti lill- imħallef għax dik hija kariga mogħtija fil-Kostituzzjoni ekwivalenti għal dik ta' ministru u ma tistax timmaġina li chairman ta' board jew ta' tribunal ikollu l-istess security of tenure li jkollu imħallef tal-qrati superjuri jew maġistrat, ma tagħmilx sens, però minħabba żbalji li saru fil-passat tgħallimna li jista' jkollok board fejn iċempel il-ministru u jgħidilhom biex lil wieħed jagħtuh il-liċenzja u lill-ieħor ma jagħtuhx.", "Pajjiżna huwa żgħir, twieled fl-1964 u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jimmatura u jitgħallem.", "Matul dawn l-aħħar sitta jew seba` snin li ilni f'dan il-Parlament esperjenzajt il-ħolqien ta' diversi tribunali u tkellimna fuq dawn l- affarijiet.", "X'isir is-soltu?", "Iċ-chairman jew il-membri tat-tribunali jibqgħu hemm għal perjodu ta' żmien u ma jistgħux jitneħħew ħlief jekk ikun hemm hemm proved misbehaviour jew xi ħaġa simili.", "F'dan il-każ xejn m'hemm.", "Jien m'iniex qed nippretendi li jkollu security of tenure daqs imħallef, pero` nippretendi almenu s-security of tenure li matul dawn l- aħħar snin ikkapparajna lil dawn it-tribunali.", "Nippretendiha din, għax issa qed nitgħallmu wara li ħloqna tant tribunali.", "Jiena nippretendi li jkun hemm kriterju ċar meta l-Prim Ministru għandu l- poter to hire and fire għax dik hija kollox.", "Il-poter tal-Prim Ministru to hire and fire hija kollox!", "Kif jeżerċitaw il-poter il-gvernijiet u l- ministri?", "Il-gvernijiet u l-ministri ma jmexxux kollox huma.", "Kif jista' jkun?", "Ikollhom is-set-ups tagħhom, imma huwa importanti li l-ministru ma jindaħalx f'ċerti areas.", "F'affarijiet ta' pura amministrazzjoni l-ministru għandu dritt ikollu l-poter to hire and fire, għandu dritt ikollu poter li jċempel lid-direttur ta' taħtu jew lid-direttur ġenerali u jgħidlu li ħaġa trid issir b'tali mod, għax il-ministru huwa it-top tal-ministeru.", "Huwa elett mill-poplu, responsabbli għall-Parlament, jirrispondi hu għall- ministeru tiegħu.", "M'iniex qed nipprova niżvaluta l-kariga tal-ministru.", "Ministru huwa l-gvern u jirrispondi biss għall-Parlament.", "Pero` fi tribunali li huma ġudizzjarji, jew kważi ġudizzjarji, fejn irridu awtonomija biex ma jkunx hemm indħil politiku u ma jkunx hemm indħil mill- gvern, il-gvern m'għandux ikollu dan il-poter skjaċċanti to hire and fire.", "Inkella ma nikkreawx tribunal, imma ngħidu li l-persuna li tħossha aggravata tista' tapplika lill-ministru li jkollu l-advisory board tiegħu, u jara hu.", "Fil-każ biddluha u agħmluha hekk u mhux nagħmlu lip-service għal istituzzjonijiet ta' sembjanza ġudizzjarja, imbagħad fis-sustanza dawn ma jkollhom xejn li għandu x'jaqsam ma' proċeduri quddiem tribunali awtonomi u indipendenti.", "Naturalment meta nitkellmu fuq il-mediċini.", "Hawnhekk mhux qorti, hawn nitkellmu b'mod politiku u meta jkollok is-suġġett naturalment wieħed huwa intitolat jiftaħ is-suġġett.", "Il-kwestjoni tal-mediċini hija a sore point għall-gvern preżenti għax meta ġew biex jingħalqu n-negozjati f'Copenhagen rigwardanti d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien baqa' biss tliet issues x'jiġu diskussi biex jingħalqu l-kapitli kollha.", "Kien hemm il-kwestjoni tan-newtralita` u magħha żied il-protokoll ta' l-abort, il-kwestjoni tal- pakkett finanzjarju, li kienet l-iktar kwestjoni importanti, u mbagħad kien hemm il-kwestjoni tal-VAT.", "Għaliex?", "Għax kien hemm il-kwestjoni u r- riżerva li aħna ma ridniex VAT fuq il-mediċini u fuq l-ikel għaliex it- taxxa għandu jkollha skop soċjali.", "Iż-żewġ naħat naqblu, kemm il-Partit Nazzjonalista u kemm l-oppożizzjoni, li t-taxxa hija indispensabbli, kull tip ta' taxxa, pero` t-taxxa intrinsikament irid ikollha skop soċjali.", "Għal ċerti affarijiet li huma bażilari bħall-ħobż, iz-zokkor, il-laħam u affarijiet biex ngħix m'għandhiex titħallas VAT fuqhom, u l-istess il-mediċini.", "M'iniex ngċid li jekk immur f'restaurant jew jekk nixtri birra ma nħallasx il-VAT.", "F'dan il- każ le, għax dak kapriċċ.", "Imma kif qed ngħid fuq affarijiet ta` ikel u mediċin m'għandhiex titħallas VAT.", "Hemm żewġ tipi ta' mediċini, dawk kosmetiċi u dawk li huma ta' bżonn.", "Hawnhekk forsi seta' sar negozjar aħjar, gax jekk wieħed jieħu diet pills biex jogħlob, jew kremi biex jippriżerva żogħżitu u jidher aħjar, dak huwa kapriċċ, pero` l-marid irid jieħu ċerti mediċini bilfors.", "Mela m'humiex kapriċċ.", "Mela hemm ikel u mediċini li m'humiex kapriċċ.", "Allura ż-żewġ naħat tal-Kamra konna qed naqblu bejnietna li mhux tajjeb u mhux ideali li jkun hemm 15% VAT fuqhom għax jekk jogħlew dawn l-affarijiet ibati kulħadd.", "Għalhekk fil-qofol tan-negozjati kienu baqgħu dawn il-ftit items.", "Il- Prim Ministru Fenech Adami u n-negotiating team ġew jiftaħru li ġabu deroga aħjar minn ta' Ċipru għax ġabu deroga sas-sena 2007 fejn fuq il-mediċini u fuq l-ikel mhux se jkun hemm VAT.", "Veru li ġibna deroga, imma tliet snin u nofs oħra fuq il-mediċini tagħna se jkun hemm il-VAT.", "Jien m'iniex qed nikkritika kulma sar fin-negozjati għaliex kien hemm issues fejn il-Partit Nazzjonalista rnexxielu ivinċi, kien hemm oħrajn fejn vinċa inqas u kien hemm oħrajn fejn mar żmerċ.", "M'għandix dubju li l-Prim Ministru għamel l-almu tiegħu, għax m'għandux interess li jġib piżijiet għal pajjiżna.", "Jiġifieri m'iniex qed nikkritika l- intenzjoni tiegħu, imma bħala oppożizzjoni mhux biss għandna d-dritt imma għandna d-dmir li ngħidu eżatt fejn il-gvern ma jkunx mar tajjeb.", "Aħna naħsbu li fuq il-kwestjoni tal-VAT fuq mediċini, il-gvern immexxi minn Fenech Adami, mar marx tajjeb fin-negozjati li għamel.", "Għaliex?", "Għax nonostante dak li kien qal sentejn ilu, meta għamilha ċara li hu ma kienx se jaċċetta li jkun hemm il-VAT fuq il-mediċini kellu jaċċetta li jdaħħal il-VAT fuq il-mediċini.", "Skond kif qed jgħiduli, meta jsiru dawk l-aħħar trattattivi jkun hemm il-prim ministri tal-pajjiżi membri assistiti minn ċerti kummissarji u trid tistenna barra qisek qiegħed fil-queue.", "Per eżempju, l-ewwel tidħol il-Polonja, imbagħad Ċipru imbagħad imiss lil Malta.", "Qisek qiegħed fil-queue dieħel biex tara x'tista' takkwista.", "Wieħed jista' jimmaġina dik it-tensjoni u forsi wkoll dik l-attitudni ta' take or leave it.", "Ninnegozjaw, nipprovaw nakkomodaw u nagħtu derogi, imma at the end of the day jew taċċetta l-pakkett finali jew jekk ma taċċettax il- pakkett finali allura m'hemmx x'tagħmel.", "Nista' nimmaġina jien lill-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana, il-Ministru Borg deħlin jinnegozjaw taħt dik il-pressjoni kollha f'dik l-attitudni ta` take it or leave it.", "Għandek deroga sas-sena 2007 u daqshekk.", "Allura jkollok tibla' dak li tkun wegħidt snin qabel, li mhux se ddaħħal taxxa tal-VAT fuq il-mediċini, u jkollok iddaħħal il-VAT fuq il-mediċini.", "Jien naħseb li huwa l-mument klassiku li l-oppożizzjoni Laburista tagħmel statement fuq din il-kwestjoni.", "Bħala Partit Laburista dan l-aħħar għamilna ripensament fuq il-politika tagħna dwar il-VAT.", "GĦamilniha u ġejna mgħajra fuqha.", "Qisha l-politika hija xi ħaġa mejta, mhux xi ħaġa ħajja u ħaġa li trid tinterpretaha fiż-żmenijiet tal-mument.", "Hija ħaġa li trid tiżviluppa u ma tistax ma tbiddilx l-opinjoni jew l-idea tiegħek għax inkella tistaġna.", "Fl-1996, meta l-VAT ma kenitx ilha li daħlet, niftakar lil Alfred Sant jwiegħed li jekk nirbħu l-elezzjoni ta' l-1996 konna se nneħħu l-VAT.", "Pero` konna għamilniha ċara wkoll li dak kien l-aħħar ċans u l-aħħar opportunita` ta' pajjiżna li jeħles minn din it-taxxa.", "Naturalment illum wara snin li daħlet din il-forma ta' taxxa ma tistax terġa' tbiddel u tmur għal sistemi oħra.", "Aħna onesti bħala Partit Labursta.", "Aħna jinteressana l-ġid tal-pajjiż u mhux li nilagħbu għall-gallarija u nirbħu l- voti.", "Aħna ħadna deċiżjoni serja u għedna li l-mument huwa tali li taxxa bħal din ma nistgħux nerġgħu nneħħuha.", "Jien skantajt kemm kienu żleali n- naħa tal-gvern.", "Dawn dejjem jgħidulna li aħna nieħdu deċiżjoni u ma nbiddluha qatt, imbagħad meta aħna mmorru lura għal xi ħaġa li forsi tkun tajba fil-mument - m'aħniex qed ngħidu li naqblu mal-VAT imma fiċ- ċirkostanzi ma tistax tneħħiha - jgħajruna biha.", "Hija kritika żleali meta l-ewwel tgħid li tali miżura hija tajba, imbagħad jekk aħna nagħmlu ripensament dwarha tgħajjarna biha.", "Allaħares f'dan il- Parlament jew il-gvernijiet tagħna jew il-partitarji jkunu daqshekk - ippermettili nuża kelma daqsxejn vulgari - koċċuti li ma nistgħux nirrevedu l-pożizzjoni tagħna!", "Allura biex ma niġu kkritikati minn ħadd, jekk nieħdu deċiżjoni darba fuq punt nibqgħu fuq dik id-deċiżjoni u ma nbiddluha qatt?", "Dik hija irresponsabbilta` u l-partit Laburista m'huwiex irresponsabbli.", "Il-Partit Laburista huwa matur biżżejjed li meta jasal il-mument li jagħmel ripensament fuq ċerti affarijiet, jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra, aħna nagħmluh.", "U għamilna ripensament, pero` b'mod differenti.", "In-naħa l-oħra kienu committed li fuq l-ikel u fuq il-mediċini ma jdaħħlux VAT.", "Fl- elezzjoni ta' l-1998 kienu committed fuq ħafna affarijiet oħra li kellhom iġibu mill-Unjoni Ewropea, x'kellu jkun il-pakkett finali, pero` għamlu ħafna ripensamenti u side tracking.", "Iżda aħna qed nagħmluha ċara li veru se nżommu l-VAT, pero` se nagħtuha undertone soċjali.", "Il-VAT qiegħda hemm, ma nistgħux inneħħuha, pero` se nagħtuha fine tuning.", "Din hija wegħda tal-Partit Laburista, jgħidu x'jgħidu ta' l-Ewropa!", "Dik hi d-differenza bejn partnership u l-politika tal-Partit Nazzjonalista.", "Għalkemm huma għandhom vuċi biex jinnegozjaw, pero` fl-aħħar mill-aħħar iridu jbaxxu rashom għal dak li tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Ttista' titkellem imma jekk tgħid hekk, tgħid hekk!", "Imma aħna nistgħu ngħidu li, jgħidu x'jgħidu l-Unjoni Ewropea, jgħidu x'jgħidu d- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, aħna se nagħmlu skond kif jaqblilna.", "Aħna nipprovaw nimxu kemm jista' jkun viċin l-Ewropa.", "Irrid nagħmilha ċara li l- politika tal-Partit Laburista hija politika Ewropea.", "Irridu nersqu kemm jista' jkun viċin ma' l-Ewropa u fejn hemm liġijiet li jaqblu magħna nadottawhom, pero` fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Mela aħna se nżommu l-VAT pero` fuq il-kwestjoni - u hanwhekk fejn aħna għandna vantaġġ fuq il-Partit Nazzjonalista - tal-VAT fuq il-mediċini aħna qed ngħidu li, jgħidu x'jgħidu ta' l-Unjoni Eworpea, m'aħniex se ndaħħlu VAT fuq il-mediċini.", "Din hija wegħda tal-Partit Laburista.", "U anke fuq l- ikel, qed ngħidu li fuq l-affarijiet bażiċi ta' l-ikel m'aħniex, taħt l- ebda ċirkostanza, se ndaħħlu l-VAT.", "Dik hija wegħda tal-Partit Laburista.", "Naħseb li l-partit l-ieħor jixtieq jagħmilha din, pero` ma jistax.", "Dik hija d-differenza.", "U l-mediċini se jogħlew għaliex mhux kollha nimportawhom mill-Ewropa.", "L-ewwelnett se jkollna l-problema, li aħna ma nifhmuhiex, li jekk ikollok prodott li jkun diġa` ċertifikat li huwa tajjeb minn pajjiż bħall-Ingilterra jew l-Italja, għal xi raġuni jew oħra jekk jiġi f'Malta jrid ikollok set-up burokratiku amministrattiv biex terġa' tanalizza dawk il-mediċini u toħroġ ċertifkat ieħor.", "Aħna qed nistaqsu: Jagħmel sens li jkollok mediċini ġejjin mill-Kanada u ġew iċċertifikati l-Ġermanja u mbagħad meta jiġu Malta jridu jerġgħu jiġu ċċertifikati meta dawn diġa` ġew ċertifikati minn awtoritjaiet u minn sptarijiet iktar rikonoxxuti minn tagħna?", "Din hija burokrazija stupida!", "Din hija waħa mill-kritika tagħna.", "L-Unjoni Eworpea, Brussell għandhom wisq burokrazijau u red-tape.", "Jidher ċar li din il-manuvra burokratika qiegħda hemm għax hemm din it-tali direttiva.", "U ladarba qiegħda hekk fuq il- pajjiżi kollha trid issir hekk.", "Aħna qed ngħidu li din ma tagħmilx sens.", "Aħna qed ngħidu li jekk ikollok pajjiż ta' l-affari tiegħu li jkun diġa` ħareġ ċertifikati m'hemmx għalfejn jerġa' jsir l-istess xogħol għax ma tagħmilx sens.", "Dak se jżid il-prezz tal-mediċini għax biex ikollhom il- mediċini tagħhom ċertifikati l-importaturi se jkollhom iħallsu xi tip ta' tariffi żgur.", "U dik it-tariffa mhux se jbatiha l-importatur li qiegħed hemm biex jaqla' l-flus.", "Se jżid dik l-ispiża żejda fuq il-prodott li jkun qed jimporta.", "Din hija ovvja!", "Allura l-mediċini se jogħlew.", "Hemm kwestjoni oħra.", "Importaturi li huma klijenti tiegħi qaluli li jimportaw ħafna mediċini minn Switzerland u oħrajn qaluli li jimportaw mill- Kanada.", "Hemm madwar 70% li jiġu importati minn pajjiżi Ewropej, pero` hemm ammont sostanzjali ta' mediċinali li jiġu importati minn pajjiżi lil hinn mill-Unjoni Ewopea.", "Minħaba l-common tariffs ta' l-Unjoni Ewroepa, jekk inti se tibda timporta mediċina li ma tkunx mill-Unjoni Ewropea, imma mill- iSvizzera se jkollok tħallas il-common excise tariffs fuq dik il-mediċina.", "Mela l-mediċina li ġejja minn barra mill-Unjoni Eworpea se tiġik ogħla, u biex tiffranka u tibqa' kompetittiv - għax dak huwa l-iskop li l-Unjoni Ewropea tbigħ il-prodotti tagħha - se jkollok bilfors timporta mill- Ewropea.", "Allura se telimina a priori ċerti mediċinali li huma tajbin u forsi huma irħas li huma żviluppati barra l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa ħażin għax se tillimita l-għażla.", "Vveru li hemm għażla kbira fl-Ewropa, imma b'xi mod qed tillimitaha għax qed tiġi kostrett li timporta bilfors minn ċertu suq.", "Jiġifieri l-mediċini żgur se jogħlew għax jekk se timporta l-mediċina mill-Ewropa għandek il-piż li trid toqgħod tagħmel dawn iċ- ċertifikazzjonijiet ukoll.", "Mela l-mediċina f'Malta se togħla.", "L-ispiżjara wkoll għandhom ir-riżervi tagħhom.", "Fl-1996 is-swieq tal- farmaċiji ġew liberalizzati b'xi mod għax qabel kellek sistema fejn l- ispiżerija tkun skond il-popolazzjoni, skond il-kobor tad-distrett, u skond l-area.", "Fl-1996 dik teknikament spiċċat, pero` fil-prattika nafu li minħabba l-pressure li tagħmel l-għaqda tal-farmaċisti stess peress li jridu jżommu ċertu standardisation, xorta waħda mhux daqshekk faċli biex tapplika u ġġib liċenzja ta' spiżjar.", "Fil-fatt filwaqt li biex tiftaħ ħanut tal-kotba jew stationery tiftaħ kemm trid wieħed ħdejn l-ieħor, l- spiżeriji ma tantx huma daqshekk komuni.", "Dan il-poter se jaqa' taħt din l-awtorita` speċjali u ma nafx kif se jibdew jiddeċiedu.", "Pero` din tinkwetahom.", "GĦax l-idea ta' l-Unjoni Eworpea hija li jkun hemm iktar liberalizzazzjoni u naturalment jekk ikollok suq b'over competition f'affarijiet bażilari bħall-mediċini, fejn irid ikollok ċerti standards, fejn il-margin of profits li huma kkontrollati huma ferm inqas minn margin of profits fuq affarijiet oħra, jekk ma jkollokx ftit ta' protezzjoni jista' jkun hemm riperkussjonijiet negattivi, jekk mhux addirittura diżastrużi, fuq dan it-tip ta' kummerċ.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, il-bieraħ smajt parti mid-diskors tal- Ministru u meta kien qed jitkellem fuq ir-rapport li sar mill-kamra ta' l- ispiżjara kull darba beda jsemmi l-kelma \"biża'''.Il-kelma \"biża'\" ilna nisimgħuha mill-kelliema tal-Partit Nazzjonalista.", "Fil-fatt kulmin ma jagħmilx l-affarijiet kif jidher lilhom u kif jidher lill-Unjoni Ewropea jgħidulhom li qed jibżgħu u li m'għandhomx il-kuraġġ li jagħmlu dan il-pass hekk kbir u importanti.", "U lil min jikkritikahom jew lil min jagħmel studju fuq ix-xogħol li qed isir qed jgħidulu l-istess ħaġa.", "Pero' dawn qed jappellaw għall-emozzjonijiet għaliex m'għandhomx argumenti konkreti li tassew jinteressaw lin-nies u lil setturi differenti, fosthom is-settur ta' l-ispiżjara li qed niddiskutu llum.", "Huma jafu x'inhuma l- argumenti konkreti imma ma jridux ipoġġuhom fuq l-aġenda u ma jridux li n- nies jitkellmu fuqhom għax fir-realtà dawn iweġġgħu.", "Għalhekk lill-poplu minflok ma jagħtuh id-dettalji konkreti fid-diversi setturi u minflok ma jgħidulu kif se jintlaqat b'mod konkret jgħidulu li qed jibża'.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn il-billboards tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista jsib li filwaqt li tal-Partit Laburista juru ċerti fatti konkreti ta' kif se jintlaqtu n-nies, dawk tal-Partit Nazzjonalista ma jfissru xejn.", "Fil-fatt billboard minnhom jgħid \"Niddeċiedu int u jien\" pero' fir-realtà l-Unjoni Ewropea hija li se tiddeċiedi għaliex issa l- liġijiet minn hemmhekk se nibdew neħduhom.", "Diġà qegħdin f'sitwazzjoni fejn ċerti setturi mhux qed ikunu involuti fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet.", "Dik hija d-differenza bejn sħubija sħiħa li jrid il-Partit Nazzjonalista u l-partnership tal-Partit Laburista.", "Sur President, s'issa fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet f'pajjiżna dejjem kienu jkunu involuti n-nies tas-settur pubbliku li jkunu jridu jħaddmu l-liġi u s-setturi interessati li jkunu se jintlaqtu.", "Dan kien isir waqt it-tfassil u mhux wara li tkun saret il-liġi.", "Imbagħad niġu niddibattu f'din il-Kamra fejn suppost ikun hawn l-esperti – fil-fatt m'iniex qed nara esperti fuq dan is-suġġett - ħalli jassorbu l-kritika li ssir miż-żewġ naħat għax draft bill qatt ma joħroġ perfett.", "Per eżempju, bħalissa jista' jkun hawn nies min-naħa tal-gvern li jistgħu jkunu anke spiżjara li waqt li jkunu qed jaqraw il-liġi jsibu xi affarijiet neqsin jew li jistgħu jittejbu.", "B'hekk meta mmorru għall-istadju ta' kumitat huma jkunu diġà rranġaw xi affarijiet li forsi jkunu ħarbulhom.", "Pero' jekk se nidħlu fl-Unjoni Ewropea l-liġijiet se jiġu lesti minn hemmhekk u allura s- settur pubbliku u n-nies li jkollhom interess dirett fil-liġi se jinqatgħu kompletament minn dan il-proċess.", "Kulma jkunu jridu jaraw huwa li din il- liġi tiġi implimentata.", "Issa kollox jiġi skond kif iridu minn Brussels, kollox ikun one size fits all u skond ir-realtajiet u l-bżonnijiet ta' dawk il-pajjiżi li għandhom l-aktar saħħa.", "Sur President, ta' min isemmi wkoll li l-kamra ta' l-ispiżjara qalet lill- gvern li filwaqt li ħafna liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea huma tajbin – dan aħna għidnieh ukoll – dawn irridu naddottawhom fil-kuntest nazzjonali u skond ir-realtajiet tagħna.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi wkoll l- equality act.", "Meta aħna għamilna l-equality act ħadna ċerti direttivi, riżoluzzjonijiet u rakkmandazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea.", "Pero' dan m'għamilnihx għax konna obbligati imma għax rajna li kienu utli u jmexxu l- kunċett ta' l-ugwaljanza 'l quddiem.", "Dan apparti li rajna liġijiet oħra ta' pajjiżi fl-Amerika, għax mhux l-Unjoni Ewropea biss għandha liġijiet tajbin.", "Pero' dan il-gvern neħħa kollox u ħalla biss it-tliet direttivi li riedu jidħlu bilfors sa l-aħħar tas-sena l-oħra għaliex kulma kien jinteressah kien li jobdi r-regolamenti.", "Il-Partit Laburista ra x'kienu l-bżonnijiet tan-nies u ħa aktar minn dak li kienet tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Aħna għandna l-vantaġġ ukoll li nitgħallmu minn dak li jagħmel ħaddieħor u napplikaw l-affarijiet skond ir-realtajiet tagħna u l-kamra ta' l-ispiżjara ilha ħafna titkellem fuq standards mhux biss ta' l-Unjoni Ewropea imma anke fuq standards internazzjonali.", "Fil- fatt il-kamra ta' l-ispiżjara lill-gvern qaltlu wkoll li meta kien qed ifassal dan l-abbozz ta' liġi ma ħax il-pariri tan-nies li se jintlaqtu kif jiġri s-soltu.", "Kulma kellhom kien meeting wieħed wara li ħarġet il-liġi, meta l-loġika tgħidlek li dawn in-nies kellhom ikunu parti mill-proċess biex toħroġ xi ħaġa b'saħħitha.", "Issa jien mhux qed ngħid li l-ministru għandu jaċċetta r- rakkmandazzjonijiet kollha li tagħmillu l-kamra ta' l-ispiżjarja għax ovvjament kulħadd jitlob l-ideal, imma għallinqas kellu jinvolviha fil- proċess aktar u aktar meta din il-liġi se tolqothom daqstant.", "Imbagħad minkejja li l-ministru kien qalilha li kien se jsir meeting mas- supretendent għas-saħħa pubblika biex jiddiskutu xi emendi, dan il-meeting ġie kanċellat.", "Issa wara li l-membri tal-kamra ta' l-ispiżjara qraw l- abbozz ta' liġi qalu li dan ma jħarisx is-saħħa pubblika għax inaqqas ir- rwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-ispiżjara.", "Fil-fatt il-Parlament Ewropew għadu kemm ħareġ statement li fih ingħad li \"medicines are not ordinary items of commerce\".", "Barra minn hekk dan is-settur ma jikkonċernax biss ix- xiri u l-bejgħ tal-mediċini.", "L-ispiżjara għandhom il-kuntatt man-nies u jitkellmu magħhom fuq xi side effects li seta' kellhom.", "Dan biex ma nsemmix il-konferenzi internazzjonali li jkollhom.", "Għalhekk l-ispiżjara għandhom ħafna knowledge u ma nistgħux nirriduċu l-professjoni tagħhom f'sempliċement xiri u bejgħ ta' mediċina għaliex hija ħafna aktar minn hekk.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq is-saħħa tan-nies, fuq il-fejqan u fuq ċerti pariri li jistgħu jingħataw.", "Għalhekk meta nkunu qed infasslu ħaġa bħal din lil dawn in-nies irridu ninvolvuhom għax ikollhom kuntatt dirett ta' x'jista' jkun l- effett ta' din il-liġi.", "Sur President, wieħed irid jagħti kas ta` x'qed igħidu l-ispiżjara u fejn ma jkunx hemm qbil jintlaħaq kompromess.", "Dawn iridu jitkellmu fuq prattika, fuq standards, fuq safeguards u fuq affarijiet li jirrikjedu xogħol li jsir b'serjetà.", "Meta wieħed iħares lejn il-liġi jsib li hemm bieb miftuħ għall- interpretazzjoni u jien naħseb li f'dan il-qasam l-affarijiet m'għandhomx isiru b'dan il-mod.", "Per eżempju, il-bieraħ ġie l-ministru u beda jirrispondi punt punt għar-rapport, pero' jien ma naħsibx li dan huwa xogħol li għandu jsir at this stage, u hawnhekk.", "Naħseb li l-affarijiet kellhom isiru b'mod li min ikun se jintlaqat ikun involut fit-tfassil tal-liġi imma donnu li diġà qed jippreparawna li mil- lum 'il quddiem l-affarijiet se jibdew isiru b'dan il-mod.", "Jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea lanqas dawk il-ftit Maltin li jfasslu l-liġi m'hu se jkunu involuti għax kif diġà għidt il-liġijiet jibdew jiġu mill- Unjoni Ewropea u kulma nkunu rridu nagħmlu aħna huwa Ii nimplimentawhom.", "Għalhekk jien nittama li fl-istadju ta' kumitat il-membri tal-kamra ta' l- ispiżjara jingħataw iċ-ċans li suppost ingħataw meta kelhom l-appuntament mas-supretendent għas-saħħa pubblika biex iressqu l-emendi tagħhom.", "Din m'hijiex il-professjoni tiegħi imma milli rajt ħafna emendi jagħmlu sens.", "Issa ovvjament il-ministru jkollu r-raġunijiet tiegħu għalfejn jaqbel u għalfejn ma jaqbilx, pero` għallinqas għandu jkun hemm ir-rieda tajba.", "Xi ħadd min-naħa l-oħra kien qal li jekk l-Unjoni Ewropea tgħid \"hekk\" ikollna nagħmlu \"hekk\".", "Pero' l-affarijiet m'għandhomx isiru hekk għax dawn huma nies tad-demm u l-laħam u jinteressahom li jitkellmu fuq is-settur li jolqot lilhom.", "Per eżempju, xi żmien ilu Dr Simon Busuttil tal-MIC kien qal li l-gvern Malti rreżista ħafna biex ma ndaħħlux VAT fuq il-mediċini imma din it-taxxa se jkollha tidħol xorta għax fl-Unjoni Ewropea kollox bid- diktat isir.", "Jien qed nitkellem f'isem dawk in-nies li bagħtulna r-rapport tagħhom u l-ittra biex jgħidulna kif ħassewhom meta l-gvern ma tahomx widen.", "Sur President, x'imkien kien ingħad li jekk nidħlu fl-Unjoni Eworpea l- prezzijiet tal-mediċina se jisplodu imma ma smajna xejn iżjed.", "Għalhekk il- gvern aħjar ikellimna fuq dawn l-affarijiet milli joqgħod jgħidilna li qed nibżgħu u fuq il-billboards jgħidulna li niddeċiedu int u jien.", "Fejn niddeċiedu int u jien!", "Tiddeċiedi Brussels, mela int u jien!", "Lanqas min jintlaqat direttament mis-settur li qed nitkellmu fuqu bħalissa m'hu qed ikun involut u mbagħad minn fuq jgħidulhom li qed jibżgħu kif għamlu nhar il-Ħadd fil-mass meeting.", "Għal dan il-mass meeting li qed isejħulu nazzjonali, il-Prim Ministru l-ewwel stieden lil-Laburisti u mbagħad dawk li marru qalgħu xebgħa.", "Ovvjament il-Prim Ministru m'għandux x'jaqsam ma' dan imma għandu x'jaqsam ma' l-istqarrija li ħarġet wara għax lil dawn in- nies qalilhom li jmisshom talbu permess biex ikun jista' jagħtihom protezzjoni.", "Jitolbu permess meta kien hu stess li stedinhom!", "Sur President, bħalissa l-Prim Ministru ħlief biża' u emozzjonijiet mhux qed isemmi pero' dan qed jagħmlu għax m'għandhomx argumenti.", "Per eżempju, minkejja li qalulna kemm marru tajjeb fin-negozjati, il-Kummissarju tal- Finanzi Michaela Schreyer bdiet tiftaħar fl-Unjoni Ewropea kemm ħarġu bl- irħis f'dan it-tkabbir.", "Allura aħna lil min se nemmnu?", "Lil dawk li ġew hawnhekk jgħidulna kemm innegozjaw tajjeb jew lil ta' l-Unjoni Eworpea li qed jogħrku jdejhom u jgħidulna kemm marru tajjeb u kemm ħadu l-affarijiet bir-ribass?", "Dawn jaħsbu li aħna ma nsegwux x'qed jgħidu fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' aħna nsegwu kollox u narawhom id-direttivi u l-liġijiet soċjali u ekonomiċi u nitgħallmu ħafna minnhom.", "Pero' mbagħad aħna naraw x'jgħodd għalina.", "Naraw x'inhu skond ir-realta` tagħna, naraw is-setturi interessati fl-oqsma differenti tas-soċjeta` Maltija x'jaqblilhom u nadattawhom għalina.", "Per eżempju, il-kamra ta' l- ispiżjara ilhom jgħidu li jridu jdaħħlu EU standards u international standards imma biex iddaħħalhom m'għandux għalfejn ikollok il-big brother igħidlek xi trid iddaħħal.", "Għax issa ara x'qed jiġri.", "Issa għax qalulhom li tridu ddaħħalhom malajr malajr, jekk tridu tidħlu, lill-partijiet interessati mhux qed jinvolvuhom.", "Issa ġejna fis-sitwazzjoni li qed nirrisponduhom mill-Parlament fuq ir- rapport.", "L-emendi lanqas biss iddiskutewhom mad-direttur ġenerali għaliex ma kienx hemm ħin.", "Nerġa' ngħid il-ministru għandu, fl-istadju ta' kumitat, jikkonsidra u jara sew l-emendi li qegħdin iressqu tal-kamra ta' l- ispiżjara.", "Jien nippretendi wkoll li l-ministru jispjegalna kif wara dak il-ftaħir tal- MIC li l-gvern qed jirresisti d-dħul tal-VAT fuq l-mediċini, issa din se tidħol xorta waħda.", "Nixtieq ukoll li l-ministru jgħidilna x'ġara mill- impact assessment li sar fuq is-settur tas-saħħa u jekk hux veru li fih jingħad li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea l-prezzijiet tal-mediċini jisplodu.", "Dan iridu jkunu jafu n-nies.", "Nistgħu nkunu nies ċivili u dawn il- mistoqsijiet li qed jistaqsu n-nies nirrisponduhom b'mod ċivili minflok ma jiġi l-ministru u l-Prim Pinistru u joqogħdu l-ħin kollu jgħidulna li qed nibżgħu?", "Hekk sejrin il-ħin kollu.", "Qishom pappagalli.", "U ejja, din serjeta`?", "Aħna rappreżentanti tal-poplu u mmorru kuljum għand in-nies u qed jistaqsuna l-mistoqsijiet.", "Aħna t-tweġibiet li għandna qed nagħtuhom.", "Hemm tweġibiet oħra uffiċjali, bħal dawk li ħarġu mill-impact assessment fuq is-settur tas-saħħa u l-fatt li l-MIC kienet tgħid li l-gvern mhux se jdaħħal VAT fuq il-mediċini, fuq l-affarijiet ta` l-ikel u karta stampata u minn dan kollu ma sar xejn.", "Allura biex ma jgħidulhomx dan, lin-nies jgħidulhom li min qed jikkritikahom qed jibża`.", "Imma dawn x'affarijiet huma!", "It-tifel tiegħi ta' tmien snin jagħmel hekk meta ma jkollux tweġiba għal li ngħidlu.", "U jien ngħidlu: Imma x'għandha x'taqsam din.", "Imma hawnhekk suppost li kollha adulti, kollha għandna responsabbiltajiet u ma jistax ikun li nibqgħu nappellaw għall-emozzjonijiet biss b'billboards vojta u ngħidu: Nagħżlu int u jien.", "Fejn tagħżel int u jien?", "Qed jgħidulek, jekk l-Unjoni Ewropea trid \"hekk\" isir \"hekk\".", "U bil-fatti, dan il-bill li għandna quddiemna is a case in point.", "Dan tahom daharu lill-Kamra ta' l- ispiżjara.", "Fejn tagħżel inti u jien?", "Min huma \"int\" u \"jien\"?", "Mhux veru.", "Imma intom qed tagħmlu din il-kampanja fuq l-emozzjonijiet għaliex il-fatti jweġġgħu.", "Il-fatti ma tridux tgħiduhom u għalhekk aħna impenjati minkejja n-nuqqas ta' riżorsi li għandna u minkejja li m'għandniex xi kummissarju tat-tkabbir jiġi jheddidna b'idejh ma' wiċċna u jgħidilna li se jagħmel minn kollox biex ir-referendum jintrebaħ min-Nazzjonalisti u biex intellifna l- elezzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Iva, lill-Onor.", "George Vella qalha Onor. Jean Pierre Farrugia.", "Qalha pubblikament din.", "M'iniex qed ngħid xi ħaġa li m'hijiex vera.", "(Interruzzjonijiet) Imma aħna ma nibżgħux.", "Iva, ipprova jbeżżagħna wkoll Verheugen.", "(Interruzzjonijiet) Prosit, Onor. Farrugia, eżatt qed tgħid.", "Din qiegħda dokumentata u Dr Vella qal li lest jieħu ġurament jekk imerih.", "Lilna m'hu se jbeżżagħna ħadd, u ma jbeżżagħna ħadd mhux għax aħna xi bullies jew xi hercules, imma għax aħna fuq il-kuxjenza m'għandna xejn.", "Aħna li qed nagħmlu nagħmluh ġenwinament għax għalina l- politika ma tfissirx l-interessi tagħna u ta' dawk l-erba` li se jigwadanjaw jekk nidħlu fl-Unjoni Eworpea.", "L-interess tagħna huwa l-familji u l-mod kif qed jgħixu.", "L-interess tagħna huwa li ntejbu l-livell ta' l- għajxien tan-nies Maltin.", "Allura aħna la għandna minn xiex nibżgħu u lanqas minn xiex niddejqu.", "Il-Partit Nazzjonalista u l-ajjutanti tiegħu qegħdin ibeżżgħu.", "U nerġa' ngħid Verheugen ipprova jbeżżagħna meta qal lill-Onor.", "Vella li se nagħmel minn kollox biex ma jirnexxilniex, u din qiegħda on record.", "Sur President, ix-xogħol tagħna huwa li nwasslu l-messaġġ b'affarijiet konkreti u mhux fuq l-emozzjonijiet billi noqogħdu ngħidu ngħidu lill-poplu li tagħżel int u jien u li l-Partit Laburista qed ibeżża'.", "Il-messaġġ tagħna rridu nwassluh b'mod konkret.", "Il-prezzijiet tal-mediċini se jogħlew?", "Iva, il-prezzijeit tal-mediċini se jogħlew.", "Mela dik irridu ngħiduha.", "Se jkun hemm VAT fuq l-affarijiet ta' l-edukazzjoni?", "Iva, se jkun hemm il-VAT fuq l-affarijiet ta` l-edukazzjoni.", "Mela dik irridu ngħiduha.", "Dawn l- affarijiet irridu ngħidu, u ngħiduhom minkejja li aħna m'għandiex mijiet ta' eluf li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-Partit Nazzjoanista u minkejja li l-gvern qed jalloka flus għall-MIC biex jagħmel din il-kampanja żbilanċjata.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Dalli, niġbidlek l-attenzjoni biex iżżomm mas-suġġett tal-liġi li għandna quddimena.", "ONRO.", "HELENA DALLI: Jiena qed ngħid li bl-iktar mod żbilanċjat anke b'din il-liġi m'humiex qegħdin jgħidu l-verita` għax dawn għandhom dak li qed tgħidilhom l-Unjoni Ewopea u jridu jagħmluh mingħjar ma tkellmu mal- kamra ta' l-ispiżjara.", "Anzi biex inkun fair, ngħid li tkellmu magħhom imma fl-20 ta' Jannar wara li għamluha.", "Imbagħad kellhom appuntament mad- direttur ġenerali biex jagħtuh l-emendi u dan ikkanċella l-appuntament.", "Għalhekk qed ngħid li l-Ministru għandu għallinqas jikkonsidra l-emendi fl- istadju ta' kumitat.", "Sur President, fuq l-MIC kont se ngħid li dawn ġew allokati mijiet ta' eluf ta` liri mit-taxxi tal-poplu kollu biex isemmgħu naħa waħda ta' l-istorja u ma jgħidux l-għażla tan-naħa l-oħra x'inhi.", "Dan huwa eżerċizzju li diġa` sar fl-Irlanda meta kien hemm ir-referendum dwar in-Nice Treaty.", "L-ewwel wieħed m'għaddiex, imbagħad ta` l-Unjoni Ewropea għamlu minn kollox biex jgħaddi t-tieni wieħed.", "Hekk qed jagħmel Verhuegen.", "Fil-fatt qal hu stess li se jagħmel minn kollox biex ir-referendum jintrebaħ mill-Partit Nazzjonalsita.", "Fl-Irlanda meta m'għaddiex għamlu ieħor għax jekk ma jgħaddiex ma jimportax li nagħmlu ieħor għax jekk ma jgħaddix ma jorbotx u jekk jgħaddi jorbot.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, frankament ma nafx min hu iffissat dwar l-Unjoni Ewropea biex anke f'din il-liġi tan-naħa l-oħra għamlu diskors wara l-ieħor fuq l-Unjoni Eworpea.", "L-Onor.", "Dalli mhux l- ewwel darba li akkużatni li daħħalt l-Unjoni Ewropa fejn ma messnix daħħaltha.", "Imma llum huwa proprju l-każ li ma nistax nifhem għaliex l- Unjoni Eworpea għandha tidħol daqshekk fis-suġġett.", "(Interruzzjonijiet) Tkellimt ma' diversi spiżjara u rajt ir-rapport li għaddew lil kull wieħed minnha.", "Kif taw lilek taw lilna wkoll.", "Jien irrid ngħid li bħala tabib jien inħoss li dan huwa suġġett delikat ħafna u jmur above partisan party politics u wieħed irid jikkonċentra fuq sustanzi.", "Jien nista' ngħid bla taqliq li kelli ħabib intimu ta` 23 sena li għax fl-1 ta' Mejju li għadda ħa Quinolone u non-steroid anti-inflamentary drug flimkien – Dr Deguara jifhimni – miet b'aċċessjoni qawwija.", "Minkejja li dan iż-żgħażagħ kien joqgħod ftit kilometri 'l bogħod mill-isptar San Luqa u minkejja li l-istaff tar-resuscitation unit fil-casualty għamlu siegħa sħiħa jipprovaw jirrianimawh ma rnexxilhom.", "Issa dan ma kienx hemm storja ta' aċċessjoni.", "Fil-fatt kien twieled b'difett li ħareġ wara fl- awtopsja li jien stess insistejt għaliha.", "Jiġifieri qed nipprova ngħid li dan huwa suġġett delikatissimu u għalkemm persuna tista` tkun konċernata ħafna f'dawn l-affarijiet – l-Onor.", "Dalli żgur hija konċernata ħafna f'dawn l-affarijiet - żgur li min hu speċjalizzat f'dan il-qasam bħat-tobba, l-ispiżjara, il-compounders, il- paramediċi u kulmin jimmanifattura u jimporta l-mediċinali jħoss responsabbilta` akbar.", "Jien nieħu din l-okkażjoni u nappella lili stess u lit-tobba kollegi tiegħi biex wieħed jipprova jżomm iktar aġġornat ma' dak li jkun qed jiġri.", "Għaliex?", "Għax meta kont għadni student jien - qed nitkellem fuq ħmistax-il sena ilu - dawn il-Quinolones li huma anti-biotics fil-litteratura qatt ma kien hemm li kienu kontra indikati f'każi ta' aċċessjoni.", "Issa dan il-każ li semmejt ma kellux storja ta' aċċessjoni.", "Jiġifieri assolutament ma kienx hemm x'wieħed jagħmel.", "Assolutament ma kienx hemm x'jiggwidak biex ma tagħtix dawn it-tip ta' mediċini.", "Imma jiena qed nipprova ngħid li anke ħmistax-il sena ilu ma kienx dokumentat li dawn it-tip ta` anti-biotics jistgħu jikkawżaw aċċessjonijiet f'min kellu storja ta' aċċessjonijiet, u għaldaqstant m'għandhomx jingħataw.", "Tajjeb li t-tobba u l-ispiżjara jżommu ruħhom au courant.", "Huwa tajjeb li l-ispiżjara jduru t-tobba u jkellmuhom fuq il-mediċini.", "Jien naf li ħafna tobba jieħdu pjaċir b'dawn l-ispiżjara li jiġu għandna għax jgħinuk biex iżżomm ruħek aġġornat ma' dawn il-mediċini.", "Imma huwa importanti li wieħed irid jenfasizza dak li għandu jiġi enfasizzat.", "Sur President, tajjeb li issa mill-ewwel immur fuq artiklu 79 għax l- ispiżjara li kellmuni fil-fatt irreferuni għalih.", "Dan l-artiklu jitkellem dwar prodotti mediċinali li għandhom jinbiegħu minn spiżerija u subklawsola (1) tiegħu tgħid hekk:", "\"Fi spiżeriji għandu jsir biss kummerċ ta' prodotti mediċinali u prodotti jew gruppi jew klassijiet ta' prodotti li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu preskritti b'regoli maħruġa mill-Awtorita' dwar il- Liċenzjar.\".", "Subklawsola (2) ta` l-istess artiklu tgħid hekk:", "\"Kemm-il darba ma jiġix xorta oħra provdut b'dan l-Att jew taħtu, prodott mediċinali għandu biss jinbiegħ minn spiżerija:", "Iżda l-Awtorita' dwar il-Liċenzjar tista' b'regoli tippreskrivi li prodott mediċinali jew klassi jew klassijiet ta' prodotti mediċinali li jiġu hemm speċifikati jistgħu jinbiegħu minn xi fond li ma jkunx spiżerija:", "Iżda wkoll, l-Awtorita` dwar il-Liċenzjar tista' b'regoli tippreskrivi li prodott mediċinali jew klassi jew klassijiet ta' prodotti mediċinali li jiġu hemm speċifikati jistgħu jinbiegħu, jiġu preparati jew provduti lil pazjent minn xi persuna, li ma tkunx spiżjar, li jkollha kwalifika kif imiss għal dak l-għan:", "Iżda wkoll, dawk ir-regoli jistgħu jipprovdu dwar iċ-ċirkostanzi li taħthom jistgħu jsiru l-bejgħ, preparazzjoni jew it-tqassim filwaqt li tqiegħed dawk ir-restrizzjonijiet li jistgħu jiġu provduti.\".", "Sur President, qrajt subklawsola (2) ta` dan l-artiklu għax naħseb li importanti li wieħed jibqa` f'dawn il-parametri.", "Hawnhekk l-ewwel parti ta` dan l-artiklu tgħid li prodotti mediċinali jistgħu jinbiegħu biss minn spiżerija imma mbagħad hemm l-eċċezzjoni għax qed ngħidu li tista' b'regoli tippreskrivi li l-prodotti mediċinali jew klassi jew klassijiet ta' prodotti mediċinali li jiġu hemm speċifikati jistgħu jinbiegħu minn xi fond li ma jkunx spiżerija.", "Hawnhekk jingħad ċar u tond f'liema ċirkostanzi u l- ministru spjega għal liema ċirkostanzi qiegħed jirreferi.", "Per eżempju, il-ministru tas-saħħa semma l-vaccines.", "Nafu li kumpanniji farmaċewtiċi jirreklamaw u joffri li dawn il-vaccines jiġu mibjugħa lit- tobba u t-tobba jkunu jistgħu jagħtu l-vaccines li jkunu fil-fatt tagħhom u allura mibjugħa mit-tobba.", "Jien personalment qatt ma sibt il-ħin li nagħmel dan, imma ħafna tobba jagħmlu hekk u m'għandiex dubju li t-tobba jieħdu l-briga li ovvjament iżommu dawn il-vaccines fil-kondizzjonijiet preskritti, eċċ.", "Il-ministru semma wkoll l-eżempju taċ-ċilindri ta' l-oxygen.", "Iċ-ċilindru ta' l-oxygen huwa ppreparat u l-kontenut u l-volum tiegħu jiġi kkalkolat u litteralment maħdum min-nies esperti fil-qasam farmaċewtiku.", "Imma mbagħad m'hemmx għalfejn li dan iċ-ċilindru ta' l-oxygen li jiżen ħafna kilogrammi bilfors jingħata minn spiżjar lill-konsumatur.", "Jiena naħseb li wieħed irid jara ċerti affarijiet.", "Imma jien naħseb li l-aktar ħaġa importanti hawn hija li l-ministru qiegħed jagħmilha ċara li dan l-artikolu mhux se jfisser li l-mediċini se jiġu mibjugħa minn postijiet li m'humiex spiżeriji mingħajr ma jkun hemm nies esperti, spiżjara li jkunu jistgħu jagħmlu supervision fuq dan il-bejgħ ta' mediċini.", "Jiġifieri tajjeb li wieħed jikkonstata dan għax jien nemmen, bħall-kamra ta` l-ispiżjara li s-safety profile jrid jinżamm.", "Il-ministru diġa` aċċertah dan, għalkemm l-artikolu forsi jista` jiġi ċċarat iktar.", "Jien naf li l-ministru tas-saħħa diġa` stieden sew lill-membri tal-Parlament kif ukoll lill-kamra ta' l-ispiżjara u lil kull min huwa interessat biex flimkien ma' l-esperti fi stadju ta' kumitat jiġi ttrattat dan kollu fid-dettal li hemm bżonn.", "Argument ieħor li rrid nagħmel huwa li jekk dawn il-mediċini jinbiegħu minn postijiet li m'humiex spiżeriji fejn xorta waħda jkun hemm spiżjar preżenti meta jinbiegħu, wieħed irid ukoll jikkontrolla n-numru ta' dawn il-mediċini li jkunu qed jinbiegħu biex wieħed ma jitlaqx bl-idea li se jmur ġo xi ħanut li m'huwiex spiżerija u li jista jixtri l-ammonti li jidhirlu hu, għax se jkun hemm spiżjar preżenti li jieħu ħsieb anke n-numru tal-mediċina u mhux biss it-tip ta' mediċina.", "L-ispiżjara jagħmlu kors ta' ħames snin l- universita' li huwa twil daqs tat-tobba u għalhekk m'għandiex dubju li dawn huma nies essenzjalissimi.", "Hemm l-indikazzjonijiet tal-mediċini, hemm is-side affects li mediċina jista` jkollha fuq persuna u mhux neċessarjament fuq kull persuna, għax hemm side effects li ma ssibhom kważi qatt u hemm oħrajn li ssibhom spiss imma fl-aħħar mill-aħħar kollox huwa soġġettiv fil-biċċa l-kbira tal- każijiet.", "Imma hemm ukoll - u din diġa` rreferejt għaliha - l-interactions.", "Jiġifieri wieħed ikun qed jieħu mediċini differenti fl-istess ħin u dawn jistgħu jinferixxu ma` xulxin.", "Allura d-doża ma tibqax dik li tkun u tista` tiżdied jew inkella tonqos b'effett tal-mediċina l-oħra li tkun qed tittieħed fl-istess ħin.", "Ovvjament wieħed irid joqgħod attent.", "For the man in the street, Paracetamol hija l-iktar mediċina li wieħed jista juża liberalment.", "Imma fil-verita' jekk wieħed jieħu doża qawwija ta' paracetamol iċ-chances li jgħix huma żgħar ħafna.", "Jiġifieri jekk ma tilħaqx tagħmel wash out ta` dak li tkun blajt malajr, il-ħsara li ssir lill-kliewi u anke lil sistemi oħrajn tkun tant kbira li wieħed tista` tgħid imut definitivament.", "Kemm nies jafuha din?", "Fil-ħajja politika ssib li t-tobba ma jingħatawx l-importanza li jixirqilhom, u dan minkejja li t-tobba jkollhom l-opportunita' li jintaqgħu ma' dawn it-tip ta' problemi.", "Nista` ngħid li filwaqt li t-tobba għandhom ħafna background legali, speċjalment dawk li jkunu fil-Parlament, jien nissorprendi ruħi kemm nies li m'humiex tobba, dentisti u spiżjara ma jifhmu xejn fil-medċini.", "Jien nissorprendi ruħi kif nies intelliġentissimi li jimmeraviljawk fil-kapaċita' tagħhom f'oqsma oħra ma jifhmu xejn fil- mediċini.", "Nista` ngħid b'ċertezza li hawn nies illiterati li jifhmu iktar minnhom.", "Jiġifieri l-kapaċita` li wieħed jifhem fil-mediċina ma tiksibhiex b'intelliġenza, imma iktar tiksibha b'insight.", "Jiġifieri anke jekk ma tkunx studjat dak il-qasam tkun taprezza l-affarijiet kif jaħdmu.", "Kultant tiltaqa` ma` persuni li ftit jafu jiktbu jew jaqraw imma jkollhom dak l- insight fil-mediċina, u ġieli tiltaqa` ma` l-aqwa professjonisti f'oqsma oħra li ma jkollhomx.", "Dan qed ngħidu għaliex is-safety tal-medċini huwa suġġett li ma tistax tilgħab miegħu.", "You never know kemm il-persuna li għandek quddiemek ma tifhimx fil-mediċina.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, ma nafx għax qatt ma kellimtni fuq dan is-suġġett, imma l-Onor.", "Chircop u l-Ministru Deguara jafu x'qiegħed ngħid.", "(Interuzzjonijiet) Il-punt li qed nipprova nagħmel huwa li s-safety tal-mediċina tant hu suġġett delikat li m'għandniex nippolitiċizzawh żgur.", "Lill-Onor.", "Deguara ili nafu żmien u f'dan is- suġġett għandu esperjenza kbira u naf ċert li l-kwestjoni tas-safety se jagħtiha l-importanza kbira li jixraqilha.", "Hemm bżonn li wieħed jipprova ma jallarmax in-nies għax naħseb m'huwiex il-każ.", "Dan l-artiklu kif inhu diġa` huwa tajjeb, imma fl-opinjoni tiegħi b'iktar konsultazzjoni mal-kamra ta' l-ispiżjara wieħed jista` jiċċarah iżjed.", "Sur President, spiżjar ħabib tiegħi semmili il-każ tal-prodott Mandanol fl- Ingilterra.", "Dan suppost kien paracetamol biss imma fil-fatt kien imħallat u kellu kontaminazzjoni ta' asperina li hija kontra indikata li ma tistax tagħtiha lil min ikollu l-asthma, lil min ikollu barxa fl-istonku u anke lil min ikun ibati minn ċerti kondizzjonijiet oħrajn.", "Per eżempju, l- asperina ma tistax tagħtiha lit-tfal.", "Meta allura ried jiġbru dan il- prodott lura għax kif għedt sabu li kien kontaminat bl-asperina, peress li fl-Ingilterra l-mediċina tinbiegħ minn ħafna outlets kien diffiċli biex jerġgħu jiġbru it-total tal-prodotti li kienu fil-fatt ġew imqassma.", "Jiġifieri wieħed irid bla dubju joqgħod attent.", "Sur President, f'din il-liġi tissemma wkoll il-kwestjoni tal-media.", "Waħda mill-affarijiet li saret tinkwetani minn mindu l-istazzjonijiet tat- televiżjoni u tar-radju f'pajjiżna żdiedu hija proprju r-reklami li jkun hemm fuq prodotti mediċinali.", "Dan li se ngħid jiġri anke fuq stazzjonijiet barranin ta` l-ogħla livell anke fl-Ewropa.", "Ġieli jkollok reklam fuq it- televiżjoni li jgħidlek li jekk inti għandek riħ u deni tista` tieħu t-tali prodott.", "Bil-liġi jgħidlek li inti biex tieħu dan il-prodott trid taqra l- insert li hemm ġo fih.", "Imma jekk ikun hemm persuna maskili li tbati bil- prostata u jieħu decongestant dan awtomatikament jista`, kif ġieli kelli każi, imurlek into retention of urine.", "Jiġifieri ma` jkunx jista` jagħmel pipi għax ma tkunx tista` tgħaddi l-urina.", "Jiġifieri l-pazjent ikollu bilfors jiġi ammess l-isptar proprju minħabba kontra indikazzjoni ta' mediċina li qed tiġi reklamata fuq it-televiżjoni jew fuq ir-radju.", "Jiġiferi wieħed irid joqgħod attent ħafna.", "Jekk inti jkollok pressjoni għolja f'għajnejk - u ħafna nies lanqas ikunu jafu li jkollhom il-pressjoni għolja f'għajnejhom - u tieħu din it-tip ta' mediċina kontra l-influenza b'decongestant fihom, jista` faċilment ikompli jgħarraq s-sistema t'għajnejh proprju minħabba din it-tip ta' mediċini.", "Jiġifieri jien naħseb li wieħed irid joqgħod attent ħafna anke kif jirreklama dawn il-mediċini.", "Jien m'iniex kuntent kif jiġu riklamati dawn il-mediċini.", "F'dan il-Parlament ġieli qajjimtu dan il-punt u ġieli wkoll irriferewni anke spiżjara għax wieħed irid jgħid li l-ispiżjara jieħdu x- xogħol tagħhom bl-akbar serjeta`.", "Jiena naħseb li pajjiżna għandu għal xiex ikun grat lejn l-ispiżjara għax dawn għandhom xogħol diffiċli.", "Bil-liġi, kif inhi, dawn lanqas jistgħu jiċċaqilqu mill-ispiżerija.", "Jien nifhem il-bżonn li tkun hekk il-liġi, imma dawn litteralment ma jistgħux jiċċailqu minn meta jiftħu sakemm jagħlqu l-ispiżerija.", "Jekk persuna jkollha anke bżonn tagħmel qadja ta' natura urġenti jrid isib sostitut.", "Jien naħseb li dan huwa importanti għas-safety, imma wieħed irid japprezza wkoll l-impenn ta' dawn l-ispiżjara.", "U jien li nagħmilha ma' dawn l- ispiżjara, tista` tgħid kuljum, bilfors irrid nuri apprezzament kbir lejhom għax bla dubju jagħtu pariri siewja ħafna.", "Sur President, l-aħħar punt li rrid nagħmel, proprju għax semmietu l-Onor.", "Helena Dalli, huwa dwar il-kwestjoni tal-prezz tal-mediċina.", "Ovvjament prodott farmakoloġiku jsir minn diversi ditti u l-prezz tagħhom ivarja minn wieħed għal ieħor.", "Issa jekk jien naf il-but tal-pazjent kemm jiflaħ jien nikteb prodott li dan il-pazjent jiflaħ iħallas għalih.", "Din tingħad fil- liġi.", "Wieħed jista` jagħti mediċina oħra ta' l-istess doża.", "Jiġifieri hawn attenzjoni fuq safety imma wieħed irid iħares ukoll lejn il-prezz.", "Ovvjament ċerti spiżjara bħal f'kull settur ieħor inkluż it-tobba, jaraw dan ix-xogħol f'forma ta' kif jagħmel il-flus ukoll.", "Jiġifieri m'hemmx dubju li bħal f'kull qasam fid-dinja hawn min jagħmel dmiru u l-income tiegħu ovvjament jagħtih l-importanza, imma m'huwiex l-aktar ħaġa importanti fid-dinja, u hawn min jesaġera u japprofitta ruħu.", "Jiena naħseb li wieħed irid joqgħod attent.", "Jekk it-tabib jispeċifika liema trade mark ta` mediċina jrid, l-ispiżjar ma jistax jibdilielu.", "Imma jekk ma jispeċifikax l-ispiżjar jista` jibdel il-mediċina sakemm tibqa` dejjem l- istess formolazzjoni ta' medċina bl-istess doża.", "Jien nemmen li l-ispiżjar għandu jkollu l-mediċina li hija inqas għolja u l-oħra li hija iktar għolja.", "Għaliex?", "Biex wieħed ma jibdiex japrofitta ruħu u ma jkollux id- ditta l-inqas għolja u dejjem joħroġ il-prodott li huwa iktar għoli.", "Din hija l-iktar ħaġa li tippreokupani.", "L-Onor.", "Helena Dalli semmiet il-kwestjoni tal-VAT fuq il-mediċina.", "Għalija seba` snin huwa perjodu twil ħafna fil-politika u jiena naprezza l-impenn tal-gvern li ġewwa Copenhagen baqa` sa l-aħħar jipprova jtawwal il-ħin u japprofitta ruħu mill-fatt li l-Polonja kienet għadha ma rranġatx mal- Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea proprju sabiex anke din, minn ħames snin tawwalha għal seba` snin.", "Ċipru ħa perjodu transitorju ta` ħames snin u aħna ħadna perjodu transitorju ta` seba` snin fuq il-kwestjoni tal-VAT fuq l-ikel u l-mediċini.", "Meta jgħaddu dawn is-seba` snin il-VAT mhux se tkun 15% imma tista' tkun 5% u l-gvern jista` jagħti rimedju għaliha billi lil- lower income groups iroddielhom lura.", "U aħna litteralment marbutin li nagħmluh dan.", "Jiġifieri l-gvern Malti qed jgħid li meta xi darba tidħol il- VAT fuq il-mediċini għandu mezzi kif jirrimedja għal din il-ħaġa.", "Sur President, jiena tkellimt fuq l-Unjoni Ewropea fl-aġġornament li ħadt dalgħodu għax biex titkellem fuq l-Unjoni Ewropea m'hemmx għalfejn titkellem fl-abbozz ta' liġi dwar il-mediċini kif għamlu kollegi oħra tan- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Dalgħodu rriferejt għal dokument ta' partnership option li hemm fil-website tal-Partit Laburista.", "Dan id-dokument qrajtu fid-dettal u sibt kif, per eżempju, kollox huwa possibilita`, kollox huwa suġġeriment.", "Kull sub-title ta' kull chapter huwa mqassam.", "Gandek in- negozjati x'kienu, għandek kummenti u għandek il-partnership option.", "Fil- partnership option għandek kollox \"could\", kollox \"should\" u kollox \"would\".", "Għedtha dalgħodu u nerġa` ngħidha llejla u ktibtha anke f'artikolu tiegħi fuq \"The Malta Independent\".", "Jiġifieri m'hemm xejn konkret.", "Ara l- gvern fuq din tal-VAT jaf x'inhu jagħmel.", "Aħna ntrabatna li jekk l- Ingilterra jew l-Irlanda jibqgħu bla VAT fuq il-mediċini u l-ikel aħna nerġgħu ninnegozzjaw biex nibqgħu bħalhom, u bħalma tawhielna din id-darba jkollhom jerġgħu jagħtuhielna.", "Tajjeb li hawnhekk wieħed anke jkun ftit politiku issa, u jien se nkun \"could\", \"should\" u \"would\" ukoll.", "La jagħmilha l-labour naħseb li nistgħu nagħmluha aħna wkoll.", "M'ilux smajt li tal-Ford fl-Ingilterra qalu lil Gordon Brown li huwa chancellor of the exchequer, li huwa bħall-ministru tal-finanzi tagħna, li jekk l-Ingilterra mhux se ddaħħal il-Euro se jippakkjaw u l-karozzi se jibdew jimmanifatturawhom minn fuq il-Kontinent, minn pajjiżi ieħor fl-UE li qegħdin fil-Euro.", "Jiġifieri l-Ingilterra għandha pressjoni kbira mill-qasam tal-manifattura.", "Issa bħalma l-Fiat hija status symbol għall-Italja, l-istess hija l-Ford għall-Ingilterra.", "Nerġa` ngħid l-Ingilterra għandha pressjoni kbira biex iddaħħal il-Euro.", "F'Marzu ta` sentejn ilu jien attendejt għall-Commonwealth Parliamentary Association seminar ġo Londra u hemmhekk indunajt bit-tradizzjoni inkredibbli li għandhom dawn in-nies.", "Fost affarijiet oħrajn wieħed jista' jsemmi l- purċissjoni li jagħmel l-iSpeaker.", "Anke kummentarju ta' xi logħba futbol fuq l-istazzjonijiet Brittaniċi, il-kummentaturi għadhom jitkellmu bil- jardi u mhux bil-metri.", "Għalihom, per eżempju, il-lira sterlina hija importanti u biex idaħħlu l-Euro se jkollhom ċerti problemi.", "Jien m'għandix dubju li l-gvern Laburista Ingliż irid idaħħal il-Euro u huwa kommess li jagħmel referendum fuqha wkoll pero' biex iġibha żewġ ikollu jagħti xi ħaġa lura lill-poplu Ingliż.", "Issa waħda mill-aktar affarijiet tajbin li jista' jagħti lill-poplu Ingliż hija proprju li l-Ingilterra ma jkollhiex VAT fuq il-mediċini u l-ikel.", "Pero' jekk l-Ingilterra jirnexxilha tikseb din il-ħaġa aħna għandu jkollna l-istess opportunità u allura nkunu rridu nerġgħu ninnegozjaw kważi b'ċertezza ħalli aħna wkoll ma jkollniex VAT fuq il-mediċini u l-ikel.", "Pero' jekk ma jiġrix dan, il-gvern għandu l-modi tiegħu kif jista jikkumpensa kif ġara drabi oħra.", "Nagħlaq billi nappella lill-ministru biex wieħed jidħol fl-irqaqat kollha ta' din il-liġi u jkompli jikkonsulta mal-kamra ta' l-ispiżjara u oħrajn sabiex anke hawn il-gvern jerġa' juri li huwa gvern serju.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, biex inkun onest irrid ngħid li jien ma kontx se nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi għax wara li dħalna mill- vakanzi tal-Milied jien diġà għamilt riferenza għal kif se jintlaqtu l- prezzijiet tal-mediċina meta konna qegħdin niddiskutu l-pakkett li aċċetta l-gvern.", "Pero' ma stajtx noqgħod lura milli nitkellem fuq dan is-suġġett li huwa daqstant importanti għal kull wieħed u waħda minna.", "Dan huwa suġġett li jolqot fil-laħam il-ħaj l-istandard of living tas-soċjetà Maltija kollha għax xi darba jew oħra kulħadd jiġi bżonn is-servizz mediku.", "Permezz ta' din il-liġi l-gvern qed jintrabat li jissettja ċerti prerogattivi fil-funzjonament tad-dipartiment tas-saħħa.", "Fil-fatt qed ngħidu li se titwaqqaf awtorità dwar il-mediċini li fost affarijiet oħra tkun tinkorpora r-reġistrazzjoni tal-mediċini, l-awtorizzazzjoni għat- tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali, id-distribuzzjoni bl-ingrossa ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem, l-attivita` farmaċewtika, il- kwestjoni ta' sustanzi velenużi kif ukoll issues oħrajn.", "Pero' bla tlaqliq ta' xejn irrid ngħid li jidher li hawn konfużjoni sħiħa fuq kif din il-liġi u l-implimentazzjoni tagħha se tolqot l-istandard of living tal-Maltin u l- GĦawdxin.", "Hawnhekk irrid nenfasizza li m'għandniex nalludu ruħna li l-mediċini se jkunu qed jikkonsmaw il-Maltin se jogħlew minħabba l-VAT biss.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-mediċini se jogħlew minħabba l-VAT seba` snin wara l- eventwalità ta' sħubija imma din se tkun it-tieni żieda fil-prezzijiet tal- mediċini ġewwa pajjiżna.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qiegħed proprju fil- pakkett li qed jiftaħar li kiseb il-gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt fl- ewwel volum, taħt il-kapitlu \"Coordination of Social Security Systems\" hemm miktub iswed fuq l-abjad dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"The EU notes that Malta has confirmed that it is aware that the public health care system will incur a substantial increase in costs as a result of the application of the coordination regulations.''.", "Hawnhekk qed jingħad li l-Unjoni Ewropea tinnota li l-gvern Malti kkonferma li huwa konxju li biex naderixxu mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea se jkun hemm żidiet sostanzjali fl-ispiża tas-saħħa pubblika.", "Issa fiha nnifisha din diġà hija ammissjoni ta' l-iswed fuq l-abjad.", "Qabel l- elezzjoni l-Onor.", "Fenech Adami wiegħed mijiet ta' miljuni ta' liri imma issa qiegħed jipprova jostor ir-realtà għax kulħadd jaf li ma rnexxielux iġib pakkett attraenti, imma ġab pakkett fqir.", "Għalhekk issa qiegħed iwiegħed il-ħolm u l-istilel.", "Pero' l-viltà se tkompli fl-istess paragrafu għax fih jingħad hekk:", "\"The EU notes Malta statement that, while no formal economic impact assessments has been carried out to estimate the possible magnitude of this financial burden, this will not affect Malta's position on acceptance of the acquis.''.", "Mela dan ifisser li minkejja li l-gvern Malti jaf li se jkun hemm żieda sostanzjali fl-ispiża tal-kura għall-Maltin u l-Għawdxin u li ma sar l-ebda economic impact assessment formali, dan qal li se jaċċetta l-acquis at all costs.", "Issa sa meta konna qed niddiskutu l-pakkett hawnhekk, aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni konna għadna ma nafux li hawnhekk il-gvern Malti gideb lill- istess Unjoni Ewropea għax id-dokument li jittratta l-moviment ħieles tal- persuni nkiteb fit-22 ta' Ġunju, ta' l-2001.", "Pero' kif qal sieħbi l-Onor.", "Michael Farrugia jidher li fil-qasam tas-saħħa ġara l-istess ħaġa li ġrat fil-każ tar-rapport tal-FAS Ireland li kien ġie kkummissjonat bi flus il- Maltin u l-Għawdxin kollha u mbagħad ġie mitfugħ taħt it-tapit.", "Fil-fatt dan ir-rapport li ġie kkummissjonat lill-KPMG, lill-MISCO u lill- EuropAdvice Limited ̧ tliet kumpanniji li huma midħla tal-Partit Nazzjonalista, jgħid ċar u tond li mill-għada stess li Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea se jkun hawn żidiet enormi fil-prezzijiet tal-mediċini u fil- kura tas-saħħa.", "Sur President ̧ jien mhux qed ninkwieta bħala deputat parlamentari jew bħala tabib imma qed ninkwieta bħala ċittadin Malti.", "X'jiġifieri l-gvern jerġa' jinqabad f'gidba oxxena oħra u informazzjoni daqstant importanti jaħbiha mill-poplu Malti u mbagħad jippretendi li l-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu l- għażla tagħhom bl-iktar mod sinċier u onest?", "Ejjew inkunu rġiel magħna nfusna u fejn hu iswed ngħidulu iswed u fejn hu abjad ngħidulu abjad.", "Jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, minbarra ż-żieda fl-ispiża fil-qasam tas- saħħa u l-VAT fuq il-mediċini se jkollna niffaċċjaw problema enormi li l- gvern lanqas biss ħaseb għaliha jew inkella ta x'jifhem lill-istess Unjoni Ewropea li ma ħasibx għaliha.", "Fil-fatt il-gvern ikkummissjona rapport li reġa' ħbieh mill-kumplament tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. fl-istess pakkett li ddiskutejna xahar ilu f'din il-Kamra ntqal li ma saru l-ebda economic impact assessments formali u aħna nafu li saru għax minnu rriżulta li se jkun hemm żidiet qawwijin ħafna fil-prezzijiet tal-mediċini u fil-prezzijiet tas-servizzi tas-saħħa.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija li ma tagħmilx ġieħ liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Jien ma nistax nifhem kif il-gvern jerġa' jaħbi dan ir-rapport kif ġara fil-każ ta' l-FAS Ireland li semma sieħbi l-l-Onor.", "Evarist Bartolo fil-kwestjoni ta' l-edukazzjoni.", "S'issa nafu li għandna rapport mistur mill-poplu Malti fuq il-qasam tax- xogħol, għandna rapport mistur mill-poplu Malti fil-qasam tas-saħħa u għandna rapport mistur mill-poplu Malti fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Dawn huma t-tliet kolonni ewlenin fil-qasam soċjali.", "X'ma tiġix l-għaqda tal-pensjonanti tikteb iswed fuq l-abjad fir-rivista \"Il-Pensjonant\" u filwaqt li tirrimarka li trid tibqa' 'l barra mill-argument ta' l-Unjoni Ewropea - dik hija prerogattiva tagħha u naqbel magħha – tgħid ċar u tond li l-pajjiż ma jiflaħx għall-piżijiet li jrid jimponi fuqu l-Partit Nazzjonalista, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif se jintlaqat l-istandard of living bid-dħul tal-VAT fuq l-ikel u fuq il-mediċini.", "F'din ir-rivista jissemma wkoll l-hekk imsejjaħ indiċi speċjali għall-għoli tal-ħajja u l-pensjonanti rriferew għaż-żieda ta' 10ċ li tahom il-gvern Nazzjonalista fil-budget bħala ħmerija.", "Fil-fatt dawn qalu li:", "\"Lanqas bħala tip għall-waiter ma tagħti 10c illum, aħseb u ara kemm tiġi toffrihom lill-pensjonanti.", "Dan huwa insult għax inti fl-istess nifs qiegħed tgħid u tammetti ċar u tond li minn hawn u ftit snin oħra se jkun hemm l-impostazzjoni tal-VAT fuq l-ikel u l-mediċini.\".", "Minn hawnhekk lill-pensjonanti ngħidilhom li għandhom raġun jinkwetaw.", "Pero` dawn għandhom ikunu jafu li l-prezzijiet tal-mediċini m'humiex se jogħlew minħabba l-impostazzjoni tal-VAT seba' snin oħra imma se jogħlew mill-għada ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk l-impostazzjoni tal-VAT seba' snin oħra se ġġib magħha t-tieni żieda fil-prezzijiet tal-mediċini.", "Aħna l-informazzjoni ma nġibuhiex minn żniedna imma nġibuha mingħand dawk kollha li niltaqgħu magħhom, inkluż l-aġenti tal-mediċini.", "L-aġenti tal- mediċini li tkellimt magħhom jien qaluli ċar u tond li bl-implimentazzjoni ta' din il-liġi se jkun hemm żieda sfurzata fuqhom ta' 20% u din se jgħadduha fuq il-konsumatur Malti.", "Kif jiġri dejjem iż-żgħir nett jaqlagħha; il-familji tal-ħaddiema, il-pensjonanti u dawk kollha li jiddependu fuq is-servizzi soċjali.", "Dawn iridu jġorru l-piżijiet li qed jimponi fuqhom il-gvern għaliex din iż-żieda ta' 20% fil-prezzijiet tal- mediċini se sseħħ mill-għada stess li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u dan se jġib miegħu dak li fl-ekonomija jissejjaħ il-multiplier effect.", "Kif jaf kulħadd, jekk jogħlew il-prezzijiet tal-mediċini se jogħlew ukoll ċerti prezzijiet biex l-ispiżeriji tagħna jkunu jistgħu jiffunzjonaw u allura awtomatikament iridu jiżdiedu wkoll il-pagi tal-compounders, il-pagi ta' l-ispiżjara u l-pagi tat-tobba bil-konsegwenza li jaqlagħha l- konsumatur u l-pazjent.", "Pero' l-gvern x'qed jagħmel biex jissalvagwardja l- interessi taż-żgħar, l-interessi tal-familji Maltin u GĦawdxin kollha u l- interessi tal-pensjonanti?", "Mhux ta' b'xejn li l-għaqda tal-pensjonanti wriet l-istmerrija tagħha fl-editorjal tar-rivista \"Il-Pensjonant\" fejn għal darba, tnejn, tlieta qalet li bl-impostazzjoni tal-VAT fuq il- mediċini se jkollna żieda enormi fil-prezzijiet tal-mediċini.", "Irrid ngħid ukoll li l-kwestjoni kollha ta' l-operat tad-dipartiment tas- saħħa m'għandhiex x'taqsam biss mal-mediċini imma għandha x'taqsam ukoll ma' l-operat tat-tobba nfushom.", "Jien dan l-argument iġibni għal issue oħra li tinkwetani.", "Kulħadd jiftakar li l-istrike tat-tobba li kien seħħ fl- 1977 kien minħabba l-perjodu li t-tobba jkollhom jagħmlu bħala housemanship.", "Issa l-istess pakkett li dan il-gvern tgħidx kemm ftaħar bih jgħid ċar u tond li pajjiżna jrid jaderixxi mad-direttivi ta' Brussels.", "Kollox sew, imma lill-istudenti tal-mediċina li huma t-tobba futuri tagħna, il-gvern qalilhom li f'ħafna pajjiżi Ewropej il-perjodu ta' housemanship huwa itwal mis-sentejn tagħna?", "Qalilhom li fl-Ingilterra, per eżempju, il- perjodu ta' housemanship huwa ta' tliet snin u mhux ta' sentejn?", "Fuq dan il- livell professjonali l-gvern qiegħed joħroġ biżżejjed informazzjoni adegwata liċ-ċittadini Maltin u GĦawdxin biex imbagħad dawn ikunu jistgħu jieħdu din id-deċiżjoni storika minn hawn u ftit ġimgħat oħra?", "Milli jidher u minn dak li jgħiduli sħabi t-tobba ma sar xejn minn dan kollu.", "Sur President ̧ hawnhekk qed nitkellmu wkoll fuq il-kwestjoni ta' reġistrazzjoni ta' mediċini.", "Per eżempju, wieħed mill-aġenti li kellimt jien li jimporta d-Diclofenac li hija mediċina li tintuża għall-kura u t- trattament ta' l-artrite kif ukoll għall-uġiegħ u biex tbaxxi d-deni, qalli li hu jimporta din il-mediċina f'diversi forom.", "Qalli li hemm id-doża ta' 25mg, id-doża ta' 50mg, id-doża ta' 100mg slow release u mbagħad hemm is- suppożitorji u l-ingwent.", "Qalli wkoll li hu qed jiġi mitlub mill-Unjoni Ewropea tramite l-gvern Malti li jippreżenta ħames rapporti differenti fuq l-istess mediċina.", "Qed ngħid dan biex nuri kif l-aġenti tal-mediċini se jidħlu fi spejjeż ta' mijiet ta' eluf ta' liri.", "Allura jien nistaqsi: Dawn l-ispejjeż min se jagħmel tajjeb għalihom, Brussell, il-gvern Malti jew il-konsumatur Malti?", "Ovvjament dawn l-ispejjeż se jagħmel tajjeb għalihom il-gvern Malti u ma noqogħdux induru mal-lewża u nipprovaw ngħattu l-fatti u r-realtà kif qed jipprovaw jagħmlu l-ftit kelliema li tkellmu min-naħa tal-gvern fuq din il-liġi.", "Hawnhekk irrid nerġa' ntenni li ż-żidiet li se jkun hemm fil-prezzijiet tal- mediċini u tal-kura m'humiex ġejjin biss minħabba l-impostazzjoni tal-VAT imma ġejjin mill-għada stess ta' l-eventwali sħubija fl-Unjoni Ewropea minħabba dawn l-issues kollha li qed insemmu.", "Jien semmejt issue wieħed biss imma sieħbi l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia qal li l-konsumatur għandu jkollu l-għażla u d-dritt li fuq mediċina partikolari jkun hemm skala ta' prezzijiet differenti.", "Per eżempju, d-Diclofenac tiġi manifattura fl- Ingilterra, fi Franza, fl-Italja, fl-Isvizzera kif ukoll f'pajjiżi bħal Ċipru jiġifieri l-prezzijiet ivarjaw minħabba li l-ekonomiji ta' dawn il- pajjiżi huma ta' skali u rati differenti.", "Min hu pensjonant u jgħix bil- benefiċċju soċjali u forsi ma jkollux il-kartuna r-roża jew inkella min ikollu l-karta r-roża u jgħidulu li d-Diclofenac, biex nagħti eżempju, hija out of stock, ikun jista' jixtriha bi prezz irħas.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Deguara qed jgħidli li jiena vojt imma dan m'hu veru xejn għax din hija l-prattika ta' kuljum.", "Jekk in-nies ma jsemmuhomlux dawn l- affarijiet għandu jistaqsi u jitkixxef.", "Jien nista' ngħidlu li sa tliet ġimgħat ilu fl-ispiżerija ta' Raħal Ġdid, l-Augmentin u l-Ventolin kienu out of stock.", "(Interruzzjonijiet) Dan qaluhuli ħafna pazjenti.", "Skużi, imma jekk iċ-ċittadin mhux qed jinqeda mill-ispiżeriji fejn suppost jinqeda m'huwiex tort tiegħu.", "Hija responsabbiltà tal-gvern li jassigura li l- mediċini li bħalissa qed jintużaw b'mod fenomenali minħabba l-influwenza u l-bronchitis li hawn ma jkunux out of stock.", "Issa għandhom ikunu out of stock dawn il-mediċini?", "L-argument kollu huwa n-nuqqas ta' choice li jista' jkollu l-konsumatur Malti anke f'termini ta' prezzijiet, li jkun jista' jixtri mediċina rħisa u mediċina għolja ta' l-istess kwalità.", "Il-probabbiltà hija li minħabba dawn ir-regoli imposti minn Brussell fuqna ċerti aġenti ma jibqgħux jimportaw il- mediċini tagħhom għax ma jkunux jistgħu jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li jiġu imposti fuqhom minn Brussell.", "Għaldaqstant il-konsumatur jista' jasal biex ikollu inqas choice u eventwalment din fiha nnifisha se twassal ukoll biex ikun hemm żieda fil-prezzijiet tal-mediċini.", "Apparti li l-medċini se jogħlew kollha kemm huma, awtomatikament il-konsumatur se jkollu bilfors jagħżel prezzijiet tal-mediċini li jkunu fuq l-iskala l-għolja tar-range li soltu jsib.", "Sur President, veru li importanti li pajjiżna jimxi 'l quddiem fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam soċjali, fl-edukazzjoni u fl-oqsma kollha, anke dawk industrijali u tax-xogħol, imma ma jistax ikun li nimponu ċertu tibdil mgħaġġel fuq il-poplu Malti li mdorri jimxi b'ċertu pass fil-progress tiegħu u ilu jimxi 'l quddiem b'dan il-pass mill-Indipendenza 'l hawn.", "Irridu nammettu li l-iktar żmien fejn pajjiżna wera progress kien mindu telaq għal rasu.", "Bdejna mill-Indipendenza u komplejna mindu ksibna l- ħelsien sħiħ.", "U kif jaf kulħadd, qatt ma kien hawn investiment dirett barrani daqs kemm kiena hawn fis-sebgħinijiet.", "Imma ma jistax ikun li aħna nippretendu li nimponu dawn ir-regoli ebsin li fl-aħħar mill-aħħar se jsarrfu fi tbatija soċjali!", "Sur President, kif qed jagħmel il-gvern mhux qed jagħti ċans lill-istess suq Malti jadatta ruħu.", "Mhux qed jagħti ċans li l-pensjonanti - li tgħidx kemm ipprostetaw fl-ittra mibgħuta mill-għaqda tal-pensjonanti - jkollhom żieda adegwata fil-pensjoni tagħhom biex jagħmlu tajjeb għal dawn l- ispejjeż.", "Il-pensjonanti qalulkom li ż-żieda meskina ta' 10c jew 11c fil- ġimgħa ma tistax tagħmel tajjeb għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja li intom qegħdin tintrabtu u taċċettaw li se jkollna bl-impożizzjoni tar-regoli ta' Brussell.", "Ma ninsewx li l-problema ta' l-għoli tal-mediċini ma tistax teħodha bħala każ iżolat.", "Aħna nafu li bit-tneħħija tal-levies - dan huwa argument li jispeċjalizza fih l-Onor.", "Noel Farrugia - il-prodotti magħmulin mill-ħalib li huma importati minn pajjiżi li m'humiex membri fl-Unjoni Ewropea se jogħlew b'mod fenomenali.", "Bħalissa nafu li fuq dairy products m'hemm l- ebda levy, imma jekk aħna nissieħbu Brussell se jġegħelna nimponu tariffa oħra, jiġifieri taxxa oħra ta' kważi 90% fuq dawn il-prodotti.", "Per eżempju, l-iskimmed milk huwa wżat anke bħala materja prima għall- produzzjoni ta' custard minn kumpannija partikolari ġewwa Santa Venera li saħansitra tesporta wkoll.", "Dan jiġi wżat mill-Malta Dairy Products biex tipproduċi l-irkotta bih u anke l-istess l-skimmed milk fil-pakketti.", "L- iskimmed milk jiġi wżat anke fil-manifattura tal-ġelat li kif jaf kulħadd issa se jogħlielhom iz-zokkor ukoll b'250%.", "Sur President, mela wieħed jista` jinnota kif se jisplodi 'l fuq l-għoli tal-ħajja, u dan mhux biss fejn jidħlu mediċini, kif diġà għedt, imma anke fejn jidħlu affarijiet oħra essenzjali li għandhom bżonn il-pazjenti u l- pensjonanti tagħna biex jgħixu, u mhux biex jagħmlu xi kappriċċ.", "Imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-introduzzjoni ta' l-Euro.", "Proprju xi xahar u nofs ilu qassis ħabib tiegħi li huwa Malti imma jaħdem Milan qalli li meta ġiet introdotta l-Euro fl-Italja bezzun sar jiswa Euro1.7, li jiġu 60c Maltin.", "Issa għidli kif trid tlaħħaq jekk ikollok familja bi tlett itfal jew erbgħa!", "Dawn qed jiftaħru li tejbu ċ-children's allowance imbagħad jivvotaw inqas għaliha!", "Qalu li żiedu ċ-children's allowance għall-familji li għandhom wild ta' iktar minn tnejn, imbagħad biex jippreparaw il-lunches tat-tfal ta' kuljum bi tliet ibziezen se jkollhom jonfqu medja ta' Lm2 kuljum fi bziezen biss.", "Imbagħad trid tixtri l-affarijiet li tpoġġi fihom.", "Dan biex nagħti eżempju prattiku ta' kif l-affarijiet se jogħlew 'l fuq, ta' kif l-affarijiet mhux se jibqgħu jagħmlu sens f'dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li l-familja tagħna taqla' dawn id-daqqiet kollha u mbagħad nistennew li tibqa' fuq saqajha.", "Ma jistax ikun li l-familji u l- pensjonanti tagħna jassorbu dawn iż-żidiet kollha fl-għoli tal-ħajja meta mbagħad nagħtuhom mesħa ta' 10c żieda fil-ġimgħa.", "Nerġa' ngħid li minħabba d-dħul tal-VAT fuq l-ikel u l-mediċini, u l-eventwali rabta li għamel il- gvern Malti li jkollu jaċċetta l-Euro hawn Malta u anke minħabba l-indiċi fażull li taparsi fformaw fil-budget li għadda, il-pensjonant Malti se jkompli jitnaqqarlu l-istandard of living tiegħu.", "Din hija issue li lili verament qed tinkwetani ħafna, u hawnhekk qed nitkellem bħala ċittadin Malti u mhux bħala politiku Laburist.", "Ma ninsewx li hawnhekk qed nikkwotaw l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti, l-akbar għaqda ta' pensjonanti li għandna hawn Malta u hija waħda mill-iktar għaqdiet ta' pensjonanti serji.", "Mill-esperjenza li għandi ta' ħidma mill- qrib magħha dejjem ammirajtha għax dejjem ħadu xogħolhom bis-serjeta` u b'mod l-iktar apolitiku.", "Fil-fatt l-introduzzjoni ta' l-ittra tagħhom jgħidu li huma jridu jibqgħu lil hinn mill-argument ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, nagħlaq billi nerġa' nirrimarka li din il-liġi fiha nnifisha se ġġib tbatijiet kbar fil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija, fil-familji tal-ħaddiema, dawk kollha li jiddependu minn fuq xi benefiċċju soċjali, fuq il-pensjonanti u fuq kulħadd.", "Fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jiġi bżonn ta' xi servizz mediku xi darba jew oħra f'ħajtu, u Allaħares le għax inkella ma nkunux umani.", "Jiġifieri eventwalment kulħadd se jintlaqat ħażin permezz ta' din il-liġi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru tas-Saħħa biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għalgħada l-Erbgħa, 5 ta' Frar 2003, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għas-sena 2002–2003", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, xtaqt nieħu ftit minuti mill- aġġornament tal-lejla biex inqajjem kwestjoni li naħseb li hi ta' min iħares lejha bis-serjeta`.", "Kif se nkunu qed nevalwaw l-argumenti li qed jagħmlu n-naħat differenti fid-dibattitu politiku li għaddej bħalissa dwar jekk Malta għandhiex isir membru sħiħ ta' l-UE?", "Għalija hija kruċjali li din il-mistoqsija tiġi evalwata fil-parametru ta' kif se taffettwa n-nies tax-xogħol, il-ħaddiema, l-impjegati u s-self- employed iż-żgħar.", "Nemmen li dawn in-nies għandhom jingħataw l- informazzjoni kollha konkreta dwar kif se jiġu affettwati fil-ħidma tagħhom ta' kuljum.", "Inutli ngħidu wliedna u mhux uliedna jekk bħalissa għaddejja kampanja sħiħa ta' propoganda finanzjata bil-kbir mill-gvern permezz ta` Lm0.5 miljun mit-taxxi tagħna, Lm200,000 mill-kummissjoni ta' Brussel u minn sorsi oħra biex idamdmu f'moħħ in-nies il-fatt li m'hemmx triq oħra.", "Imma meta mbagħad niġu għal konkret, meta nistaqsu kif se jiġu affettwati l- ħaddiema u n-nies tax-xogħol, dawn jibqgħu ċassi.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, hemm bżonn li bl-iktar mod ċar, il-ħaddiema u l-impjegati fuq il-post tax-xogħol tagħhom jingħataw informazzjoni ċara dwar kif se jiġu affettwati u qed ngħid hekk minħabba l-esperjenza li kelli jiena personali f'din l-aħħar ġimgħa fil-kuntest ta' l-industrija ta' l-inbid f'Malta.", "M'hemmx dubju li l-industrija ta' l-inbid f'Malta, minn dak li kitbet hi stess - jiena żvelajt u poġġejt quddiem kulħadd id-dokument li ppubblikaw huma – jidher ċar li bil-miżuri li aċċetta l-gvern ta' Dr Fenech Adami, minħabba l-implimentazzjoni tar-regoli ta' l-UE, se tinqered 99% ta' l- industrija ta' l-inbid.", "Mela kif jista' jkun li l-federazjoni ta' l- industrija min-naħa tgħid li m'għandha lil ħadd li qed jinkwieta dwar it- termini li aċċetta l-gvern u min-naħ l-oħra l-istess nies li qegħdin imexxu din l-industrija, għax huma magħfusa min-nies tal-gvern, jgħidu li m'hemmx problema.", "Bir-rispett kollu, hawn problema ta' kredibilita` f'dan il-pajjiż.", "Kif tista' l-istess industrija li qed tikteb lill-gvern u tgħidlu li b'dak li qed jiftiehem, 99% ta' l-industrija ta' l-inbid se tinqered imbagħad min- naħa l-oħra qisu ma ġara xejn, u l-gvern jibqa' għaddej u jgħid li din mhux problema.", "Din iktar u iktar hija kruċjali bħala mistoqsija għax ovvjament min qed imexxi l-vapur, min qiegħed fit-top tal-vapur, hemm se jibqa'.", "M'hemmx għalfejn nidħol f'iktar dettalji għax kulħadd jifhem x'qed ngħid.", "Imma min qed iħaddem il-vapur se jwaddbuh il-baħar biex il-vapur jibqa' fil- wiċċ.", "Allura kif jista` jkun ma ngħiduhielux din il-ħaġa?", "Illum kont f'laqgħa tal-Partit Laburista u erġajt żvelajt dokument ieħor fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-industrija ta' l-inbid u dan jikkonferma li assolutament ma sar xejn u l-gvern just aċċetta dak li ġie propost u baqa' għaddej.", "Ir-realiżmu politiku mod, imma s-sinċerita` politika mod ieħor.", "Fin-nofs hemm l-impjiegi tan-nies, fin-nofs hemm il-ħajja u l-futur tal-familji.", "Inutli joqogħdu jippoppaw sidirhom u jgħidu li dak li qed jgaħmlu qed jagħmluh għal uliedna, jekk imbagħad il-familji se jiġu ffaċċati b'sitwazzjoni fejn se jaqilgħuha.", "X'futur jista' jkollhom ulied dawn il-familji jekk il-ġenituri tagħhom li se jkunu qed jaħdmu f'dawn l- industriji se jispiċċaw jaqilgħuha?", "Jiena nappella li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Mela tajjeb, min-naħa ħalqna magħluq, tbissim kbir, kollox sejjer tajjeb, imbagħad ir-realta` li qed toħroġ mid-dokument li żvelajt - u għad hemm dokumenti oħra x'niżvela aktar ma jgħaddu l-ġimgħat - jidher li l-familji tal-ħaddiema, ta' l- impjegati, tan-nies tax-xogħol u tas-self-employed iż-żgħar qed jiġu traduti.", "Jiena qed nieħu dan l-aġġornament biex ngħid li ħaġa bħal din mhux sew.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Ħafna diskors fl-ajru u mbagħad impjiegi f'setturi speċifiċi jiġu written off qisu ma ġara xejn.", "Ħadd m'hu għar-rimi u mhux qegħdin nitkellmu fl-ajru.", "Qed nitkellmu fuq xi ħaġa konkreta, f'dan il-każ l-industrija ta' l-inbid.", "Hemm bdiewa ħaddiema oħra marbuta ma' din l-industrija.", "Lill-bdiewa joqogħdu jgħidulhom biex joqogħdu jinvestu fid-dwieli, pero` imbagħad naraw li anke dak l-investiment se jispiċċa duħħan għax meta jitilgħu d-dwieli mhux se jkun hemm iktar industrija ta' l-inbid li se tużahom.", "Mhux sew!", "Dawn l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk u għalhekk ħadna din it- triq aħna.", "Ovvjament, hawn nies li jikkritikawna u jipprovaw jagħmlu l- purtieri madwar dawn l-affarijiet imma aħna se nibqgħu ngħiduhom għax mhux sew li jittieħdu d-deċiżjonijiet bil-bibien magħluqa.", "Nafu li għaffġuna minn Brussels.", "M'hemmx mod ieħor kif titkellem dwar din il-ħaġa.", "Kellna l- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin li ħareġ ittra u b'mod kburi u qalilna ċar u tond li minn Brussels qalulna li dawk huma r-regoli ta' l-UE u ma nisgħux noqogħdu nqanqluhom għax mhux se naslu.", "Il-ministru aċċettaha u belagħha minn fuq s'isfel imbagħad jiġi hawn u joqgħod jiftaħar kemm għandu negozjaturi tajbin u joqgħod iġibilna nies tal-kummissjoni biex joqogħdu jgħidu kemm huma tajbin in-negozjaturi Maltin meta dawn in-negozjaturi jibilgħu kollox b'dan il-mod.", "Min se jħallashom l-ispejjeż?", "Mhux il- ħaddiema!", "Qegħdin jgħidu lill-bdiewa biex jagħmlu d-dwieli mbagħad jagħmlu dwieli u jsibu li m'hemmx industrija ta' l-inbid biex tmexxihom 'il quddiem.", "Mhux qed nivvintahom jien dawn l-affarijiet.", "Dawn huma bil-kitba, imma xorta qisu ma ġara xejn.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk!", "Il-punt tiegħi llum hu fuq il-ġenwinita` ta' dak li qed isir, ġenwinita` li titkejjel minn dak li ntqal fil-pubbliku ma' dak li qiegħed bil-miktub internament fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-outcome tan-negozjati.", "Jiena ngħid li hemm bżonn li l-gvern comes clean u jgħid settur b'settur, xi studju għamel fuq l-impatt ekonomiku u soċjali fuq il-ħaddiema u l-familji tagħhom u mhux joqgħod jinħeba wara l-affarijiet.", "Min-naħa tagħna għandna biżżejjed dokumenti u se nkomplu noħorġuhom fiż-żmien li ġej biex nuru fejn qiegħda l-verita`.", "Jiena se nibqa' nappella lil dawk li jafu x'inhu għaddej biex għalinqas jgħidu lill-ħaddiema u n-nies tax-xogħol eżattament kif se jintlaqtu ħalli mbagħad jiddeċiedu l-ħaddiema u n-nies tax-xogħol fl-elezzjoni ġenerali li ġejja.", "Imma agħtuhom l-informazzjoni u tibqgħux tgħidulhom ħaġa min-naħa meta tafu li kollox hu bil-maqlub.", "Hemm bżonn li f'dan il-pajjiż issaltan il-verita`.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, inkompli fuq dak li qal il-mexxej Laburista dwar kemm huwa importnati li l-poplu u dan il-Parlament ikun informat bl-verita` tal-fatti.", "Sal-ġurnata tal-lum, qed jsiru dikjarazzjonijiet foloz lill-poplu Malti dwar l-impatt tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE.", "Huwa fatt li fin-negozjati li għamel il-gvern Malti, dan se jkollhu jneħħi l-protezzjoni tal-levy li tipproteġi x-xogħol tal-bdiewa, r-raħħala u tal-fabbriki ta' l-ipproċessar ta' l-ikel biex imbagħad idaħħal protezzjoni oħra sabiex ikun jista` jipproteġi prodotti li la l-bdiewa u lanqas ir-raħħala jew fabbriki tagħna ma jipproduċu.", "Huwa fatt li qed isiru dikjarazzjonijiet foloz.", "Il-gvern u l- istituzzjonijiet tiegħu qed jgħidu li meta nidħlu fl-UE, trid titneħħa l- protezzjoni tal-biedja meta l-gvern diġa` beda jdaħħal protezzjoni u se jkompli jifrex il-protezzjoni fuq prodotti li ma nipproduċux lokalment u li nidħlu jew ma nidħlux fl-UE, dejjem se nibqgħu niddependu mill- importazzjoni tagħhom, kemm biex nipprovdu s-sors ta' ċerti prodotti ta' l- ikel għall-Maltin u l-GĦawdxin, kemm biex nipproteġu u nipproduċu prodotti fil-fabbriki tagħna għas-suq lokali u għall-esportazzjoni u kemm sabiex nipprovdu l-provvista ta' l-ikel minn sena għal oħra kemm għall-Maltin u l- Għawdxin kollha kif ukoll għal medja ta' miljun turist.", "Illum se nitkellem fuq prodott partikolari li hu t-trab tal-ħalib xkumat.", "Minħabba ċ-ċirkostanzi ġeografiċi ta' pajjiżna m'għandniex biżżejjed art biex ikollna rziezet kbar tal-baqar li jipproduċu kwantita` ta' ħalib biex minnu nagħmlu t-trab tal-ħalib xkumat.", "Allura l-industriji tagħna jkollhom jimportaw dan il-prodott.", "Il-fabbrika li f'pajjiżna tipproduċi l-ħalib frisk u li tagħmel il-ġbejniet friski hi l-Malta Dairy Products (MDP) li għandha parti mill-ishma tagħha tal-gvern.", "Ir-raħħala wkoll jagħmlu użu minn dan it-trab tal-ħalib xkumat għall-prodotti tal-MDP, fosthom ta' l- irkotta friska.", "Ir-raġuni hi li biex l-irkotta tkun aktar bnina u ta' kwalita`, min jgħamilha jrid jara li juża l-ifjen ingredjenti possibli.", "Din l-industrija, bħall-industriji l-oħra li jipproduċu l-ġelat, ċikkulati, gallettini, tagħmel użu minn dan it-trab tal-ħalib xkumat.", "Peress li l- bdiewa tagħna ma jipproduċux dan it-trab tal-ħalib xkumat, aħna bilfors ikollna nimportawh minn barra 'l pajjiż.", "Bħalissa, dan il-prodott m'għandux protezzjoni ta' levy, ikun ġej minn fejn ġej, imma bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE se ngħabbuh bl-levy li tvarja f'ammonti sostanzjali li jilħqu Lm84 fuq kull valur ta' Lm100.", "Apparti li s- sussidju li l-gvern qed jagħti sabiex id-differenza tal-prezz li llum qed jiġi importat bih mill-UE ma jilħaqx ma' l-ispiża kollha - dan se jkollu jogħla minn ta' l-inqas b'50c fil-kilo għall-importatur mhux għall- konsumatur, għax imbagħad jogħla iżjed minħabba l-mark-up - dan huwa limitat fuq 521 tunnellata.", "Dan meta għall-produzzjoni ta' l-irkotta, l- MDP timporta madwar 600 jew 700 tunnellata ta' dan it-trab tal-ħalib xkumat biex tipproduċi l-irkotta għas-suq lokali.", "Sur President, jiena nistaqsi: Għaliex l-gvern la qed jiddikjara u anqas ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-figuri dwar il-levies li se nħallsu fuq dan il-prodott mill-għada li nidħlu fl-UE?", "Il-gvern għadu lanqas irid jippubblika l-prezzijiet interni u esterni biex, kif qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, l-industrijalisti, il-ħaddiema u t-trade unions ikunu jafu l- impatt li se ġġib din il-bidla fil-prezzijiet u li allura se ġġib fix-xejn il-kompetittivita` tagħna.", "Jekk jiġri hekk, mhux biss irid isir id- downsizing ta' dik l-industrija imma sfortunatament dik l-industrija tkun qed titlef il-qaleb u l-ġbejna.", "Jien ili ngħid li hemm bżonn li l-Prim Ministru jew xi ħadd min-naħa l-oħra tal-Kamra li responsabbli u affidabli u li jemmen fil-verita` jqum u jwieġeb lil din in-naħa tal-Kamra u jgħidilna kemm se jkunu t-tariffi, mill-għada li nkunu membri ta' l-UE, fuq il-prodotti li l-bdiewa tagħna ma jipproduċux.", "Ma jistgħux jgħidu li dak li qed ngħidu aħna huwa esaġerat u imbagħad ma jikkwotawx.", "Ma jistgħux jgħidu li ma jeżistux prezzijiet.", "Mela hawn xi ħaġa li tixtriha mingħajr prezz?!", "Dawn dikjarazzjonijiet foloz bla bżonn.", "Aħna nippretendu li f'mument kruċjali bħal dan huwa importanti li l-poplu jkun jaf li l-piżijiet li se nitgħabbew bihom huma dawk il-piżijiet li matul dawn l-erba` snin dejjem tkellem fuqhom il-Kap ta` l-Oppożizzjoni.", "Jiġiferi li se niffrankaw Lm1 u se noħorġu Lm5 jew aktar.", "Hu importanti li l-gvern ma jkomplix jaħbi u jibda jgħid lill-poplu kemm huma l-levies, jiġifieri t-taxxi indiretti fuq l-ikel li se jidħlu mhux seba` snin wara li Malta tkun membru sħiħ ta' l-UE imma mill-għada li nsiru membri.", "Jiena nappella lis-Sedja sabiex tingħaqad magħna fir-rispett tal-verita` u tara li timmedja biex din l-informazzjoni ma tibqax moħbija meta qegħdin f'sitwazzjoni fejn mhux biss il-Partit Laburista imma l-poplu kollu jrid jkun jaf il-verita` tal-fatti ħalli jkun jista' jagħmel deċiżjoni bbażata fuq il-verita` u fl-interess tiegħu u ta' wliedu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, il-politika ta' ħabi li qed jadotta l-gvern Nazzjonalista issa qed toħroġ iktar fil-beraħ għax din il-politika m'hijiex tirriflettix ruħha biss f'dak li għandu x'jaqsam mar- relazzjonijiet tagħna ma' l-UE, imma anke f'oqsma oħra bħal, per eżempju, il-qasam tal-ħarsien tal-wirt storiku.", "Jiena se nitkellem fuq wirt storiku li kien hemm fiż-Żejtun li dan l-aħħar rajnih jieħu d-daqqa tal-mewt.", "Qed nirreferi għall-każ tal-Villa De Fremaux li teħodna lura sa żmien il- Franċiżi.", "Dwar dan il-każ tkellmu diversi kelliema tal-Partit Laburista, fosthom l-Onor.", "Evarist Bartolo u l-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-isfortuna hi li minkejja li aħna nitkellmu u nistaqsu fuq dawn l- affarijiet, ir-risposti jew ma jaslux jew jingħataw b'mod xott.", "Jien ili f'dan il-Parlament aktar minn sitt snin nirrappreżenta lill-poplu f'dik li suppost hi l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u qiegħed ninnota li l- atteġġjament min-naħa l-oħra huwa li ftit li xejn jagħtu kas ta` dak li nkunu qed ngħidu aħna.", "Ċertament mhux nippretendi li kulma ngħidu huwa tajjeb, imma naħseb li għallinqas jista` xi ħadd jindenja ruħu jwieġeb għal dak li nkunu qed ngħidu.", "Meta reġa' tqajjem dan il-każ ta' Villa De Fremaux, is-supretendent tal-cultural heritage qal li s-sena li għaddiet id- dipartiment tal-mużewijiet kien għamel il-pożizzjoni tiegħu magħrufa meta qal li l-faċċata għandha tkun integrata fl-iżvilupp ta' dak il-bini, u ddikjara li din il-pożizzjoni tad-dipartiment tal-mużewijiet kienet overruled mill-ministru.", "Il-bieraħ, l-Onor.", "Evarist Bartolo semma ittra fejn il-Ministru Louis Galea ffirma l-kundanna aħħarija biex dan il-post jibqa' jeżisti biss fl-istorja ta' pajjiżna.", "Jien nesprimi l-istess sentiment li esprima l-bieraħ l-Onor.", "Bartolo, jiġifieri li f'dan il-Parlament nitkellmu fuq ħafna liġijiet - nispiċċa ngħid li naħlu ħafna ħin nitkellmu fuq ħafna liġijiet - u mbagħad il-liġijiet li nitkellmu fuqhom ninjorawhom.", "Sur President, inti taf li għaddejna żewġ liġijiet li jirrigwardjaw il-kultura u d-diskuzzjonijiet li kien hawn fuqhom kienu diskussjonijiet imqanqla miż-żewġ naħat tal-Kamra, inkluż il-ministru li suppost jiddefendi l-wirt kulturali.", "Il-liġijiet li għaddejna minn dan il-Parlament kellhom ikunu t-tarka tal-wirt kulturali imma sfortunatament, rajna li l-istess ministru responsabbli li jiddefendi dan il-wirt kulturali jagħti l-kunsens tiegħu biex dan il-vandaliżmu fuq dan il-post jitkompla.", "Hija tassew ħasra li qed jiġri dan minkejja l-ħafna liġijiet li nitkellmu fuqhom.", "Il-kunsill lokali taż-Żejtun għal diversi snin - u naf x'jien ngħid għaliex jien ukoll kont membru tal-kunsill lokali qabel l-1996 - kemm-il darba talab biex jiltaqa` ma` l-awtoritajiet konċernati b'mod partikolari ma' l-awtorita` ta` l-ippjanar imma qatt ma ngħata risposta ta' xejn.", "Imbagħad niġu hawnhekk u ngħidu li għandna il-prinċipju tas-sussidjarjeta`, imbagħad kunsill lokali jitlob laqgħa ma ` l-awtorita` ta` l-ippjanar, illum ul-MEPA, u ma jiġri xejn.", "Membri parlamentari minn din in-naħa jitkellmu f'dan il-Parlament biex forsi xi ħadd jindenja ruħu jagħtina tweġiba u ma nieħdu tweġiba ta` xejn.", "Imbagħad dawn jippretendu li l-membri tal-gvern jew uħud minnhom ikunu kredibbli.", "Jien ngħid li l-kredibilita` teħodha minn dak li tagħmel u naħseb li f'dan il-każ żgur li hemm nuqqas kbir ta' kredibilita`.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo għamel mistoqsija dwar x'passi ttieħdu mill- istrutturi tal-ħarsien tal-wirt storiku biex ma tinqeridx il-binja tal- Palazz De Fremaux fiż-Żejtun li kien skedat bħala wirt arkitettoniku.", "Il- Ministru Louis Galea li suppost jiddefendi l-interessi tal-wirt storiku wieġeb li l-istrutturi konċernati taw il-pariri tagħhom lill-awtoritajiet konċernati kif kienu jipprovdu l-liġijiet.", "Ma qal xejn.", "Wieġeb bi stil ta' avukat.", "Dan ma qalx min kienu dawn l-istrutturi, qisu ħadd m'hu responsabbli f'dan il-pajjiż.", "Mela l-Ministru Louis Galea jiġi jitkellem fuq iż-żewġ liġijiet li suppost se jiddefendu l-patrimonju kulturali u li suppost se jmexxu 'l quddiem l-kultura f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam il-wirt storiku u hu stess jinqeda b'liġi oħra li m'għandha x'taqsam xejn mal-wirt storiku, ma' l-interpretation act.", "Inqeda b'din il-liġi biex jiffirma l-kundanna aħħarija tal-post tal-palazz De Fremaux fiż-Żejtun.", "Kien hemm follow-up question ta' l-Onor.", "Bartolo wara din it-tweġiba tal- mistħija li fiha talbu biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pariri kollha mogħtija mill-istrutturi konċernati, forsi naraw minn huma dawn l- istrutturi konċernati li saret referenza għalihom fir-risposta li ta għall- ewwel mistoqsija u l-Ministru Galea wieġeb li m'hijiex il-prattika li tintlaqa' talba bħal dik li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Membru.", "Il-gvern jiftaħar tant bit-transparenza imbagħad jispiċċa jaħbi fuq dawn l- affarijiet li jistgħu jidhru żgħar pero` għandhom l-importanza tagħhom, aħseb u ara kemm qed jaħbi aktar fil-każ tar-relazzjonijiet tagħna ma' l- UE.", "Min jaf kemm għad fadal affarijiet oħra x'joħorġu u risposti li jridu jingħataw.", "Il-gvern m'għandux għalfejn jiftaħar bil-pakkett imma għandu jispjega kif dan se jolqot il-poplu.", "L-ewwelnett, għandu jispjega x'fih il-pakkett u barra minn hekk, x'diffikultajiet oħra hemm moħbija jekk pajjiżna jaddotta l-liġijiet u d-direttivi kollha ta' l-UE.", "Sur President, biex inkompli fuq il-Villa De Fremaux, jien ukoll għamilt mistoqsija parlamentari, din id- darba lill-Ministru ta' l-Intern u Ambjent, u staqsejtu jekk saritx jew hux qed issir inkjesta dwar il-permess li ngħata sabiex titwaqqa' l-faċċata ta' dan il-bini storik u tlabtu biex ipoġġi kopja ta' l-investigazzjoni fuq il- Mejda tal-Kamra, f'każ li tkun saret jew qed issir l-inkjesta.", "Il-Ministru Borg wieġeb li jinsab informat li ma saret l-ebda inkjesta mill-MEPA dwar il-ħruġ ta' dan il-permess.", "Il-MEPA talbet parir legali dwar dan il-każ u rriżulta, skond dan il-parir, li l-kummissjoni ta' l-iżvilupp aġixxit fil- parametri tal-liġi u li l-permess li nħareġ huwa wieħed validu.", "Grazzi ħafna ngħidlu lill-Ministru!", "Dawn huma t-tip ta' tweġibiet li qed nieħdu min-naħa tal-gvern.", "Ħadd m'hu responsabli, kollox sar skond il-liġi meta mbagħad b'evidenza ċara jidher ċar li l-liġi nkisret u li l-ministru konċernat, l-Onor.", "Louis Galea, kien hu stess li ta l-go ahead tiegħu biex dan l-isfreġju jitkompla sa l-aħħar.", "Imbagħad noqogħdu nonfqu l-flus għas- security biex inħarsu l-patrimonju Malti.", "Jien naħseb li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż.", "Hemm bżonn li l-verita` toħroġ u li l-politiċi, speċjalment min ikun responsabbli fil- gvern jispjega dak li jkun qed isir u jrid ikun ġenwin f'dak li jagħmel u mhux jipprova jaħbi u jistaħba wara l-ħafna awtoritajiet li nħolqu meta jkollna każ fejn instruction ta' ministru marret unilateralment kontra kull parir li kellu mid-dipartiment tal-mużewijiet.", "Dan iddeċieda skond l- interpretation act, u mhux skond liġi li tirrigwardja l-patrimonju kulturali, biex jagħti d-daqqa mortali lill-Villa De Fremaux.", "Hemm bżonn li f'dan il-pajjiż kulħadd ikun responsabbli u hemm bżonn li nidraw li min jiżbalja u ma jispjegax ruħu jħallas għax inkella s-suspetti jikbru.", "Jiena ningħaqad ma' l-Onor.", "Evarist Bartolo u nitlob ir-riżenja tal-Ministru Louis Galea b'mod immedjat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada 5 ta' Frar 2003 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MELLIEĦA: TRIQ NAPULJUN CARUANA DINGLI – XOGĦLIJIET", "38207.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 37599 u jara li x-xogħol isir sa l-aħħar tas-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li x-xogħol ta' tneħħija tal-linji ta' l-Enemalta diġa' sar, iżda għad fadal it-tneħħija tal-brackets li jkunu jistgħu jitneħħew meta l-kumpannija tal-cable TV tneħħi l-linji tagħha.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA", "38208.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fid-diskors tal-budget, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkolata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali, inkluż il-patata, għal kull tomna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 38204.", "WIED IL-GĦAJN : TRIQ IT-TIBEN - DWAL", "38364.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jsiru aktar bozoz fi Triq it-Tiben, f'Wied il- Għajn minħabba li fil-preżent hemm bozza waħda biss li tinsab f'tarf it- triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li din it-talba qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IĊ-ĊERVJOLA - DWAL", "38365.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq iċ-Ċervjola, f'Wied il- Għajn, kantuniera ma' Triq it-Tiben, minħabba li dik li kien hemm qabel tneħħiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minflok il-bozza li kienet tneħħiet, twaħħlet waħda ġdida ma' bini fil-qrib u jirriżulta li hemm dawl adegwat.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IT-TIBEN - ASFALTAR", "38366.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li ssir Triq it- Tiben ġewwa Wied il-Għajn minħabba l-istat ħażin u perikoluż li tinsab fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita' dwar it-trasport għadha kif ħarġet sejħiet għall-offerti biex isiru xogħlijiet fit-toroq San Ġwakkin, Artilieri u Triq l-Immakulata u x-xogħol fit-triq imsemmija mill- Onor. Interpellant isir iktar 'il quddiem.", "ŻEJTUN: VILLA DE FREMAUX – INKJESTA MILL-MEPA", "38367.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx jew hux qed issir inkjesta dwar il-permess li ngħata sabiex titwaqqa' l-faċċata ta' bini storiku li kien magħruf bħala Villa De Fremaux fi Triq Santa Katarina fiż-Żejtun u dan wara li fis-snin li għaddew kien inqered il-post minn ġewwa?", "Jista' jpoġġi kopja ta' l-investigazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma saretx inkjesta mill-MEPA dwar il-ħruġ ta` dan il-permess.", "Il-MEPA talbet parir legali dwar dan il-każ u rriżulta skond dan il-parir li l-kummissjoni ta` l-iżvilupp aġixxiet fil- parametri tal-liġi u il-permess li nħareġ huwa wieħed validu.", "WIED IL-GĦAJN – GĦASSA TAL-PULIZIJA", "38368.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fil-manutenzjoni u f'għamara ġdida ta' 'l hekk imsejħa għassa ta' Wied il-Għajn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38001, kemm ix-xogħol ta` manutenzjoni kif ukoll l-għamara f`dik li hija l- għassa tal-pulizija ta` Wied il-GĦajn sar kollu mill-membri stazzjonati fit- taqsima tat-trades tal-korp tal-pulizija stess.", "GĦalhekk in-nefqa kienet dik tal-materjal użat sabiex inħadmet l-għamara u sabiex saret il- manutenzjoni.", "WIED IL-GĦAJN - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "38369.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk jaqbilx ma' dak li jsostni l-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn u ma' dak li jgħidu r-residenti ta' l-istess lokal li 'l hekk imsejħa għassa tal-pulizija hija waħda antika u mhux tajba għaż- żminijiet tal-lum u mhux aċċessibbli la għall-anzjani u lanqas għall- persuni bi bżonnijiet speċjali?", "Jekk jaqbel ma dan, jista' jgħid jekk hux qed jittieħdu passi jew hemmx il-ħsieb li jibni għassa tal-pulizija ġdida f'post ċentrali f'dan il-lokal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi li huwa fatt magħruf li l-bini fejn hemm l-għassa tal-pulizija ta` Wied il-GĦajn huwa wieħed antik.", "GĦaldaqstant kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 38001, il-possibilita` illi l-għassa tal-pulizija traslokata għal post ieħor għadha qed tkun mistħarrġa, pero` dan jiddependi fuq meta jinstab post li jkun addattat sabiex jaqdi l-ħtiġijiet aħjar mill- għassa preżenti.", "Sadanittant qed ikun maħsub kif jista` jitjieb l-aċċess għal din l-għassa.", "AGRIKOLTURA U SAJD - MPJEGATI", "38424.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-ministeru?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "X'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ta l-prim ministru għall-mistoqsija parlamentari 38415.", "GĦAWDEX - IMPJEGATI", "38425.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-ministeru?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "X'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba li ta l-prim ministru ghall-mistoqsija parlamentari 38415.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "38426.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-ministeru?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "X'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ta l-prim ministru għall-mistoqsija parlamentari 38415.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - IMPJEGATI", "38427.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-ministeru?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "X'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ta l-prim ministru għall-mistoqsija parlamentari 38415.", "AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "38428.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-ministeru?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "X'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "JOE BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ta l- prim ministru għall-mistoqsija parlamentari 38415.", "VAT FUQ ICT", "38439.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni ta' l-istrutturi li jaqgħu taħt il-ministeru responsabbli mill-qasam ta' l-informatika għall- effetti tat-taxxa tal-VAT fuq is-settur, anke meta mqabbel ma pajjiżi oħra li jeżentaw is-settur mill-VAT u għalhekk huma iżjed kompetittivi, anke biex jiġbdu lejhom investiment ġdid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għalkemm il-mistoqsija ma' tispecifikax ghal liema prodotti jew servizzi qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, ngharrfu illi permezz tad-direttiva 2002/38/EC, il-VAT fl-UE ma' tiġix imposta skond fejn jinħadem il-prodott jew servizz iżda skond fejn jiġi kkonsmat jew mixtri.", "Għaldaqstant il-VAT ma' taffettwa bl-ebda mod il-kompetittivita ta' pajjiż fil-qasam ta' l-ICT."]} {"filename": "19990608_117d_par.doc", "date": "1999-06-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 117 It-Tlieta, 8 ta' Ġunju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 117", "It-Tlieta, 8 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.06 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "117", "It-Tlieta, 8 ta' Ġunju, 1999", "WERREJ MINUTI 634", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 634", "TQEGĦID TA' KARTI 640", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U", "PROĊEDURA ĊIVILI(IT-TIENI QARI)", "CODE OF ORGANISATION AND CIVIL PROCEDURE (AMENDMENT)", "BILL (SECOND READING) 641", "AĠĠORNAMENT 661", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 666", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 116 li saret fit-8 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "AFFARIJIET BARRANIN - STAFF", "6622.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l- istaff kollu tal-ministeru tiegħu?", "Meta bdew jaħdmu hemm?", "X'karigi jokkupaw u xi kwalifiki għandhom?", "X'salarju u allowances qed jirċievu?", "Kemm minnhom qegħdin b'kuntratt?", "Kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded?", "Min minnhom qed juża karozza tal-gvern?", "Min minnhom jagħmel użu mill- mobile phones?", "Kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar?", "Min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra lista tal-membri kollha tas-segretarjat tiegħi, liema lista turi l-kariga tagħhom, min minnhom qiegħed b`kuntratt, it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta` dawk il- persuni li huma ntitolati għal użu ta' mobile phone u d-data effettiva tal- ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta` l-istaff skond il- memorandum on the engagement of staff in private secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Novembru li għadda, liema memorandum sarulu xi emendi li se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.", "Il-kondizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant huma kollha konformi ma' dak li hemm imniżżel fil-memorandum, inkluż il- fatt li m'hemm l-ebda persuna sekondata minn xi organiżżazzjoni parastatali.", "POLITIKA SOĊJALI - STAFF", "6623.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l- membri li jifformaw l-istaff kollu tal-ministeru tiegħu?", "Meta bdew jaħdmu hemm?", "X'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom?", "X'salarju u allowances qed jirċievu?", "Kemm minnhom qegħdin b'kuntratt?", "Kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded?", "Min minnhom qed juża karozza tal-gvern?", "Min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) Kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) Min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Rigward l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Membru dwar l- impjegati li qed iservu fis-segretarjat privat tiegħi, nixtieq nirriferih għat-tweġibiet li kont tajt għall-mistoqsijiet numri 3451 u 5840.", "Minn dak iż-żmien, ġew ingaġġati tliet impjegati oħra b'kuntratt, ċioe' s- Sinjorina Olivia Galea Seychell, li hija mpjegata ta' l-International Institute on Ageing u li issa ngħatat ħatra fil-pożizzjoni ta' secretariat officer; u s-Sinjuri Massimo Cassar u Anthony Caruana, li t-tnejn huma diġa' impjegati tal-gvern fil-gradi ta' supervisor u senior operative rispettivament u li nħatru fil-pożizzjoni ta' secretariat messenger.", "Id-drittijiet li għandhom l-impjegati fis-segretarjati privati jinsabu elenkati fid-dokument dwar l-ingaġġ ta' impjegati fis-segretarjati privati li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, liema dokument sarulu xi emendi li se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra dalwaqt.", "L-informazzjoni mitluba dwar il-mobile phones u s-servizz tat-telephone b'xejn hija kif tidher hawn taħt:", "|UFFICJAL |SPIZA |SERVIZZ | | | |B'XEJN | |segretarju |Lm221.3|Iva | |privat |5 | | |assistant | |Iva | |segretarju |236.93 | | |privat | | | |communications| |Iva | |co-ordinator |71.48 | | |projects | |Sa Lm200 | |co-ordinator |- |fis-sena | |office | |Sa Lm200 | |co-ordinator |- |fis-sena |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fir-rigward ta' waħda mill-iskemi ġodda mħabbra mill-awtorita' tad-djar dwar sussidju fuq istallazzjoni ta' lifts f'appartamenti ġodda tal-gvern, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li kull fejn se jiġi stallat lift se jkunu r-residenti li se jibdew jieħdu ħsieb il-komun tal-flat u m'huwiex se jibqa' jieħu ħsiebu aktar id-dipartiment tat-tiswijiet fi ħdan id-dipartiment tal-housing?", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li r-regolament jgħidu li domanda supplimentari għandha tkun relatata mad-domanda oriġinali.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma nsibx diffikulta' li nwieġeb.", "L- ewwelnett irrid ngħid li l-inkwilini ta' dawn il-postijiet diġa' għandhom ċerta responsabbilta' li jieħdu ħsieb il-partijiet komuni tal-blokk.", "Sabiex l-awtorita' tad-djar taċċetta li tħallas l-ispejjeż għax-xiri tal- lift u għax-xogħlijiet strutturali biex jiġi stallat fi blokk appartamenti tal-gvern - li wħud minnhom jistgħu jkunu mikrija u wħud mixtrija mill- inkwilini - irid ikun hemm il-kunsens tar-residenti kollha li jkunu jgħixu f'dak il-blokk biex huma jħallsu għall-manutenzjoni kollha li għandha x'taqsam ma' dak il-lift, jieħdu ħsieb l-ispiża ta' l-elettriku u jieħdu ħsieb ukoll il-komun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nafx jekk din il-mistoqsija li se nagħmel jistax jirrispondiha l-Viċi Prim Ministru jew inkella jħallihiex għall-Prim Ministru li huwa responsabbli miċ-ċivil - għalkemm il-Prim Ministru ma jidhirx li qiegħed hawn ...", "MR SPEAKER: Nitolbok biex tagħmel id-domanda, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq inkun naf jekk l-istruttura ta' l-istaff tal- ministeri li tispeċifika kemm jistgħu jiġu mpjegati b'kuntratt, kemm huwa n- numru ta' drivers u n-numru ta' impjegati fis-segretarjat inbidlitx.", "F'każ li din is-sistema nbidlet jista' jagħmel paragun bejn kemm kellu staff l- ministru preċedenti u kemm hemm staff bħalissa fil-ministeru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-istruttura tas-segretarjati privati tal-ministri u tas-segretarji parlamentari hija kollha rregolata b'memorandum approvat mill-kabinett li, kif għidt iktar kmieni fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari, ġie emendat u dawn l-emendi dalwaqt se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Safejn naf jien, kienet l-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-parlament li l-gvern stess qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra memorandum li jispjega b'mod dettaljat, bit-termini ta' riferenza, bil-job descriptions u bil- kondizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi ta' kif għandu jkun magħmul segretarjat privat ta' ministru jew ta' segretarju parlamentari.", "L-Onor.", "Interpellant jista' faċilment jirriferi għal dan il-memorandum li qiegħed għall-informazzjoni ta' kulħadd biex ikun jaf x'inhuma dawn il- kondizzjonijiet u jkun jista' jqabbel s-sitwazzjoni tal-lum mas-sitwazzjoni kif kienet qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: B'riferenza għall-iskema tal-lifts fl-appartamenti tal-gvern, il-Viċi Prim Ministru qal li jrid ikun hemm qbil bejn ir- residenti kollha tal-blokk biex ikun jista' jiġi stallat il-lift.", "Issa min ikun joqgħod fis-sular ta' isfel m'għandux bżonn il-lift u għalhekk jien nissuġġerixxi li ssir emenda fl-iskema biex għallinqas il-kunsens jingħata minn min joqgħod mit-tieni sular 'il fuq.", "Jien naf li diġa' hemm residenti li joqogħdu fl-appartamenti tal-gvern fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien li joqogħdu fis-sular ta' isfel li diġa' qegħdin jopponu għall-istallazzjoni tal-lift.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, min joqgħod fil-ground floor u fis- sular ta' isfel jista' jagħmel użu minn spazji oħra fil-blokk, inkluż il- bejt.", "Il-prinċipju li għandna naqblu fuqu lkoll kemm aħna huwa li l- istallazzjoni tal-lift fl-appartamenti tal-gvern jrendi l-flats kollha iktar aċċessibbli.", "Huwa veru li min jgħix fis-sular ta' isfel m'għandux bżonn il-lift pero' nerġa' nirrepeti li l-lift jagħti iktar aċċess komdu lil dawn il-persuni biex jitilgħu fuq il-bejt.", "Naħseb li l-konċett għandu jkun li kulmin jgħix fi blokk appartamenti għandu jħossu responsabbli li jieħu ħsieb is-servizzi kollha li jkun hemm stallati f'dak il-blokk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Qabel ma ħarġu r-regolamenti u kien diġa' sar magħruf li se jsiru l-lifts kienu diġa' bdew isiru ċerti oġġezzjonijiet min- nies li joqogħdu fl-indani ta' isfel fl-appartamenti.", "Jien naqbel ma' l- Onor. Parnis li ta' min jikkonsidra li r-regolamenti jibdew jgħoddu għal min joqgħod mit-tieni sular 'l fuq.", "Irrid infakkar lill-Viċi Prim Ministru li dawk ir-residenti li joqogħdu fis-sular ta' isfel normalment ikollhom il- backyard u ħafna drabi biex jonxru ma joqogħdux jitilgħu fuq il-bejt imma jużaw il-backyard.", "Jekk qed nifhem sewwa, issa t-tibjid u l-manutenzjoni ta' aperturi, eċċ. tal-komun se jibdew jitħallsu mir-residenti ta' l-appartamenti u mhux iżjed kif qed isir sal-ġurnata tal-lum mid-dipartiment tat-tiswijiet fi ħdan id-dipartiment tal-housing?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nerġa' nirripeti li r-residenti kollha li jgħixu fi blokk ta' bini li huwa proprjeta' tal-gvern kollha kemm huma għandhom x'jibbenefikaw mill-istallazzjoni ta' lift.", "Nerġa' nenfasizza li hija l-awtorita' tad-djar li se toħroġ l-ispiża kapitali kollha biex jinxtara l-lift, isiru l-alterazzjonijiet strutturali li hemm bżonn isiru u jiġi stallat il-lift.", "Kulma qegħdin nitolbu huwa li l-inkwilini kollha li jgħixu f'blokk appartamenti jaqblu bejniethom li dan il-proċess isir u jaqsmu l-ispiża ta' l-elettriku li jinħela biex dan il-lift ikun jista' jopera.", "Safejn naf jien l-iskema ma ssemmi xejn dwar tibjid u tikħil imma tgħid biss li l-partijiet komuni fejn ikun stallat il-lift iridu jkunu responsabbilta' ta' l-inkwilini kollha jew inkella tas-sidien - għaliex hemm min xtara dawn il-flats - u jridu jkun huma li jieħdu ħsieb il- manutenzjoni tal-lift.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi, għalkemm din l- iskema tal-lifts fiha nnifisha hija tajba, speċjalment għal persuni b'diżabilita', min-naħa l-oħra se toħloq inġustizzja soċjali u se tispiċċa tqajjem rewwixti fil-blokk ta' l-appartamenti għaliex jekk min joqgħod fis-sular ta' isfel se joqgħod jopponi għar-raġuni li m'għandux bżonn juża l-lift, se nkunu qed nagħmlu skema li ma tiffunzjonax.", "Għalhekk nitlob lill-Viċi Prim Ministru, issa li għadna fil-bidu ta' din l- iskema - fil-fatt il-gvern Laburista kien qed jaħdem fuqha wkoll din l- iskema - biex nemendaw parti minnha u ngħidu li għallinqas min ikun joqgħod fis-sular ta' isfel u m'għandux is-saħħa ...", "(Interruzzjonijiet) Jew inkella jitwaqqaf bord fi ħdan l-awtorita' tad-djar li jiddeċiedi x'għandu jsir biex ma niġux f'sitwazzjoni fejn, per eżempju, ikun hemm persuni b'diżabilita' li jgħixu f'dak il-blokk li għalihom il-lift ikun neċessarju u min ikun joqgħod isfel ma jkunx iridu.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, naħseb li hi daqsxejn kbira li tgħid li din l-iskema se tmur kontra l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali.", "Bir- rispett kollu, ma naqbel assolutament xejn anzi ngħid li kien proprju s- sens ta' ġustizzja soċjali li xprunana biex nintroduċu din l-iskema u ninvestu kapital sostanzjali f'biċċa xogħol li m'hijex faċli biex issir.", "Jien naħseb li lkoll kemm aħna għandna ndaħħlu l-kultura ta' residenti solidali ma' xulxin kullimkien, b'mod speċjali fost dawk li jkunu qed jokkupaw postijiet tal-gvern.", "Fil-passat diġa' sar sforz biex jiddaħħal il-konċett ta' formazzjoni ta' assoċjazzjoni tar-residenti fi blokk bini għaliex jekk kulħadd jifhem li qiegħed jgħix f'komunita' fl-istess blokk ta' bini jħossu iktar responsabbli.", "Ma jistax ikun li jekk, per eżempju, fi blokk bini tkun marret bozza fit-tieni sular, min ikun jgħix fl-ewwel sular jew fit-tielet sular jew fir-raba' sular ma jimpurtahx jew jippretendi li d-dipartiment tad-djar jieħu ħsieb li jbiddel il-bozza hu.", "Issa dan il-pass kbir 'il quddiem mhux biss se jgħolli l-valur materjali tal-flats partikolari li se jibbenefikaw minn din l-iskema imma se jgħolli wkoll il-kwalita' tal-ħajja ta' min jgħix f'dawn il-flats u jpoġġihom f'sitwazzjoni ħafna aħjar milli kienu s'issa.", "Barra minn hekk, il-flats fit-tieni, fit-tielet, fir-raba' sular u anke fil-ħames sular f'ċerti sitwazzjonijiet se jsiru totalment aċċessibbli.", "Dan kollu sar wara analisi dettaljata ta' l-applikazzjonijiet pendenti mad-dipartiment tad-djar u anke mal-housing authority, fejn irriżulta li 33% ta' l- applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva qed isiru minn persuni li huma anzjani jew inkella persuni li għandhom problemi serji ta' mobilita'.", "Għalhekk nappella li l-messaġġ li għandna nwasslu lkoll kemm aħna 'l barra minn dawn l-erba' ħitan ta' din il-Kamra fost l-inkwilini u r- residenti li jikru dawn il-postijiet bi prezzijiet sussidjati bil-qawwi jew li saħansitra xtrawhom bi prezzijiet sussidjati ħafna, huwa li komunita' li tgħix f'erba' flats fl-istess blokk bini ma tistax tgħix għal rasha jew min ikun joqgħod fil-ground floor ma jkunx jimpurtah xejn minn dak li jkun joqgħod fit-tieni, fit-tielet jew fir-raba' sular.", "Naħseb li dan ikun żbaljat u fl-opinjoni tiegħi din l-iskema hi maħsuba wkoll biex tieħu ħsieb dan l-aspett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Kif jaf il-Viċi Prim Ministru, l-aperturi ta' appartamenti li ilhom li nbnew iktar minn 30 sena kienu jsiru galvanizzati.", "Pero' l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tirrifjuta applikazzjonijiet ta' min irid jibdilhom għar-raġuni li tiġi the odd one out.", "Għalhekk nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jieħu ħsieb li din il-problema għaliex illum dawn it-twieqi m'għadhomx jinħadmu u allura ma jistgħux isiru ta' l-istess materjal, kif qed tiltob l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jien ma nippretendix li jsiru xi aperturi li jistonaw imma għallinqas l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tagħti l-permess li dak li jkun iżomm ma' ċertu kulur u ma' ċertu tip ta' materjal.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dwar id-diffikulta' li tista' tqum min- naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar naħseb li l-awtorita' tad-djar għandha tiddiskuti ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex insibu triq prattika u naraw jekk ikunx aċċettabbli mill-punto di vista tagħha li aperturi galvanizzati li twaħħlu numru ta' snin ilu jinbidlu u jsiru ħarira differenti minn dawk li kienu twaħħlu numru ta' snin ilu.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - STAFF", "6624.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff kollu tal-ministeru tiegħu?", "Meta bdew jaħdmu hemm?", "X'karigi jokkupaw u xi kwalifiki għandhom?", "X'salarju u allowances qed jirċievu?", "Kemm minnhom qegħdin b'kuntratt?", "Kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded?", "Min minnhom qed juża karozza tal-gvern?", "Min minnhom jagħmel użu mill- mobile phones?", "Kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar?", "Min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri kollha tas-segretarjat tiegħi, liema lista turi l-kariga tagħhom, liema minnhom qegħdin b`kuntratti, it- total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta` dawk il-persuni li huma ntitolati ghall-uzu ta' mobile phone u d- data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wiehed/waħda mill-membri ta' l- istaff skond il-memorandum on the engagement of staff in private secretariats, li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Novembru li għadda, liema memorandum sarulu xi emendi li se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.", "Il-kondizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant huma kollha konformi ma' dak li hemm imniżżel fil-memorandum, inkluż il- fatt li m'hemm l-ebda persuna sekondata minn xi organiżżazzjoni parastatali.", "EDUKAZZJONI - STAFF", "6625.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff kollu tal- ministeru tiegħu?", "Meta bdew jaħdmu hemm?", "X'karigi jokkupaw u xi kwalifiki għandhom?", "X'salarju u allowances qed jirċievu?", "Kemm minnhom qegħdin b'kuntratt?", "Kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded?", "Min minnhom qed juża karozza tal-gvern?", "Min minnhom jagħmel użu mill-mobile phone?", "Kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar?", "Min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir- residenza privata tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Lista ta' l-istaff fis- segretarjat tiegħi li turi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "(Dok.", "A) Irrid inżid li s'issa ħadd mill-imsemmija ma jagħmel użu mill-mobile phone.", "Is-Sur Frank Mifsud huwa ssekondat minn mas-Sedqa; is-Sur Teddy Kennely huwa sekondat mill-ETC; is-Sinjorina Annabelle Vassallo hi ssekondata mill- universita` u s-Sur Emanuel Sciberras hu ssekondat mill-awtorita` tat- trasport pubbliku.", "Se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista oħra (Dok.", "B) ta' l-istaff tas- segretarjat privat tas-segretarju parlamentari l-Onor.", "Jesmond Mugliett li turi l-karigi ta' l-istaff tas-segretarjat, liema minnhom qegħdin b'kuntratt; it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta' mobile phone u d-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-memorandum on the engagement of staff in private secretariats.", "Il-kondizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil-memorandum on the engagement of staff in private secretariats.", "AMBJENT - STAFF", "6626.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw l-istaff kollu tal- ministeru tiegħu?", "Meta bdew jaħdmu hemm?", "X'karigi jokkupaw u xi kwalifiki għandhom?", "X'salarju u allowances qed jirċievu?", "Kemm minnhom qegħdin b'kuntratt?", "Kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded?", "Min minnhom qed juża karozza tal-gvern?", "Min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone?", "Kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar?", "Min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Qed nehmeż lista tal-membri kollha tas-segretarjat tiegħi li turi l-kariga tagħhom; liema minnhom qegħdin b'kuntratt; it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta' dawk il-persuni li huma intitolati għall-użu tal-mobile phone - nixtieq inżid li kien hemm għad-dispożizzjoni tas-segretarjat privat tiegħi mobile phones li l-ispiża tagħhom tlaħħaq is- somma ta' Lm1111.70 - id-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-memorandum on the engagement of staff in private secretariat li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda, liema memorandum sarulu xi emendi li se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.", "Il-kondizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil-memorandum, inkluż il-fatt li m'hemm l-ebda persuna sekondata minn xi organiżżazzjoni parastatali.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statement li juri xi spejjeż li kienu saru mill- amministrazzjoni preċedenti fuq mobile phones għall-perijodu Novembru 1996 - April 1997.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 96 ta' l-1999 - avviż dwar ir-rimunerazzjoni li tingħata lil ġudikanti tat-tribunal għal talbiet żgħar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 95 ta' l-1999 – ordni ta' l-1999 dwar l-awtorita' tad-djar (trasferiment ta' proprjeta') (Nru. 5).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 93 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1993 tal-kors għall-grad ta' baċillier ta' l-inġinerija u l-arkitettura (bl-Unuri) – B.E.&A. (Hons.); u", "Avviż Legali Nru. 94 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1998 tal-kors għall-grad ta' bachelor of arts (honours) in social administration or in social work – B.A. (Hons).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 97 ta' l-1999 – regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar ir-rati tal-port;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 98 ta' l-1999 - ordni ta' l-1999 dwar valur ta' immobbli fl-akkwist ta' proprjeta' immobbli minn persuni mhux residenti; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-vapuri li ssewwew fid-dock no. 1 bejn l-1996 u l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7465.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 92 ta' l-1999 – regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-liċenzji tal-pulizija (Emenda Nru. 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI", "CODE OF ORGANISATION AND CIVIL PROCEDURE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din hija emenda qasira ħafna għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, li tirrigwarda l-ftuħ ta' testmenti sigrieti.", "Forsi min qed jismagħna jaħseb li jeżistu testmenti pubbliċi u testmenti sigrieti pero' nista' nserraħ ras kulħadd li kull testment f'Malta jibqa' sigriet sakemm dak li jkun jibqa' ħaj.", "Id- differenza bejn testment pubbliku u testment sigriet hija li t-testmenti pubbliċi jiġu rreġistrati l-insinwa u allura bniedem jista' jkun jaf jekk persuna oħra għamlitx testment meta għamlitu u għand min għamlitu - xorta ma jkunx jaf x'fih - mentri testment sigriet jiġi depożitat fis- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili u matul il-ħajja tat-testatur ma jiġix reġistrat li sar xi testment.", "Pero' il-provvedimenti tat-testmenti pubbliċi u tat-testmenti sigrieti jibqgħu sigrieti sal-mument li t- testatur imut.", "Issa l-pubblikazzjoni u l-preżentazzjoni tat-testmenti sigrieti huma rregolati minn artiklu 528 sa artiklu 535 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Fl-1995 ġiet introdotta emenda rigward dawk it-testmenti sigrieti li jkunu għaddew iktar minn 100 sena minn fuqhom u ma jkunux ġew pubblikati - għaliex ħadd ma jkun talabhom peress li wieħed jassumi li wara li jkunu għaddew 100 sena minn mindu jkun ġie ffirmat it-testment it-testatur ikun miet, jekk ma jkunx xi ħadd li kien jgħix f'xi post fl-ex-Unjoni Sovjetika fejn hemm tradizzjoni li wieħed jgħix iktar minn 115 sena - u din l-emenda kienet tgħid li meta jkunu għaddew 100 sena minn meta testment sigriet ikun ġie riċevut mis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili, ir-reġistratur tas- Sekond'Awla jipprepara u jippubblika lista ta' dawk it-testmenti sigrieti fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Wara l-pubblikazzjoni ta' din il-lista, il-qorti tistabilixxi ġurnata u ħin sabiex dawn it-testmenti sigrieti jiġu miftuħa fil-pubbliku u wara jintbagħtu liċ-chief notary to government li jirreġistra dawk it-testmenti fi ktieb apposta.", "Sa hawnhekk din l-emenda li se nipproponi ma tbiddel xejn minn din is-sitwazzjoni.", "Barra minn hekk, l-arkivista kellu l-obbligu li jinsinwa dawk it- testmenti sigrieti fir-reġistru pubbliku li jkunu għaddew iktar minn 100 sena minn mindu ġew preżentati lill-qorti.", "U hawnhekk inħolqot problema għaliex matul dawn l-aħħar erba' snin minn mindu daħlet din l-emenda l- uffiċċju tan-nutar tal-gvern sabha diffiċli biex jimplimenta din il-parti tal-liġi kemm minħabba li f'ċerti każijiet il-kaligrafija ta' dawn it- testmenti li ħafna minnhom għandhom 'il fuq minn 100 sena ma tintgħarafx u kif ukoll minħabba li d-dettalji li tirrikjedi llum il-liġi tar-reġistru pubbliku dwar it-testmenti - bħalma huma dettalji dwar il-paternita' u l- maternita' tat-testatur, fejn twieled, fejn kien joqgħod u x'kien jagħmel - mhux dejjem jkunu available f'dawn it-testmenti.", "Għalhekk in-nutar prinċipali tal-gvern li kellu l-obbligu li jirreġistra dawn it-testmenti fl-insinwa ma setax josserva b'mod eżatt ir-regoli tar-reġistrazzjoni ta' dawn it-testmenti fl-insinwa u allura kellna liġi li ma setgħetx tiġi applikata.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli.", "Nitlob lill-Onor.", "Membri biex jieħdu posthom, jekk jogħġobhom.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jipproponi li r- rekwiżit li n-nutar prinċipali tal-gvern ikollu jirreġistra fl-insinwa dawk it-testmenti sigrieti li jkunu għaddew iktar minn 100 sena fuqhom jispiċċa.", "Pero' dan se jsir bis-salvagwardi neċessarji għaliex l-indiċi tat-testmenti sigrieti se jibqa' dak li diġa' huwa provdut bil-liġi.", "L- Avukat Ġenerali li qabel ukoll mas-suġġeriment tal-kap tad-dipartiment introduċa klawsola 3 fl-abbozz li tgħid li meta jinfetaħ testment sigriet li jkun għadda iktar minn 100 sena minn fuqu l-qorti tħejji proċess verbali ma' l-apertura ta' dawn it-testmenti u kopja ta' dan il-proċess verbali tiġi trasmessa lill-arkivista ta' l-atti nutarili flimkien ma' l-imsemmija testmenti.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li din l-emenda żgħira hija importanti għaliex ma nistgħux inħallu sitwazzjoni fejn teżisti liġi li ma tkunx tista' tiġi applikata.", "Nerġa' nirripeti li din l-emenda tapplika biss għal dawk it-testmenti sigrieti li fuqhom ikunu għaddew iktar minn 100 sena minn mindu jkunu ġew preżentati lill-qorti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, nixtieq nibda bl-istess vena li bdejt biha dalgħodu meta konna qegħdin niddiskutu l-abbozz ta' liġi li waqqaf il- kummissarju speċjali għall-arkivju nutarili proprju għaliex kemm l-abbozz ta' liġi dwar l-atti nutarili u kif ukoll dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llejla sorprendentement qegħdin jiġu ppreżentati mill-ministru ta' l-intern meta wieħed kien jistenna li dan l-abbozz ta' liġi b'mod partikolari jiġi ppreżentat mill-ministru tal-ġustizzja.", "Jien naraha anomalija li llum għandna d-dipartiment tar-reġistru pubbliku, l-uffiċċju tan-nutar tal-gvern u d-dipartiment għar-reġistrazzjoni ta' l-artijiet li jaqgħu taħt il-ministeru ta' l-intern.", "M'iniex qed ngħid dawn l-affarijiet - għaliex dalgħodu ma kellix l-opportunita' li ngħidha - b'xi nuqqas ta' rispett lejn il-ministru ta' l-intern għaliex naf li l-Onor.", "Tonio Borg huwa abbli biex jippilota dawn iż-żewġ abbozzi ta' liġi, pero' ma nistax ma nenfasizzax il-fatt li din hija anomalija fil-portfolios li ġara proprju meta l-qasam tal-ġustizzja żammu l-Prim Ministru wara Settembru ta' l-1998.", "Safejn naf jien - fil-każ jikkorreġini l-ministru - dawn it-tliet dipartimenti minn dejjem kienu jaqgħu taħt il-ministeru tal-ġustizzja pero' llum għal xi raġuni jew oħra dawn it-tliet dipartimenti jaqgħu taħt il- ministeru ta' l-intern.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru li qiegħed preżenti fil-Kamra x'għandhom x'jaqsmu l-kwestjonijiet nutarili, li dejjem waqgħu taħt il-qasam tal-ġustizzja, mal-pulizija, maċ-ċittadinanza u mas- sigurta'.", "Milli jidher il-qasam tal-ġustizzja nżamm taħt il-Prim Ministru minħabba dak li kien inevitabbli li se jiġri iktar 'il quddiem politikament - kif fil-fatt ġara - pero' jien kont nistenna li wara li ssir l- elevazzjoni minn segretarju parlamentari għall-ministru, imbagħad jiċċaqilqu l-portfolios ukoll.", "Proprjament ma narax għalfejn kellhom jiċċaqilqu l-portfolios tad- dipartimenti tar-reġistru pubbliku, tad- dipartiment tar-reġistru ta' l-artijiet u ta' l-uffiċċju tan-nutar tal- gvern meta kien hemm segretarju parlamentari u setgħu baqgħu hemmhekk bħalma baqa' l-qorti.", "Fil-fatt il-qrati, l-uffiċċju tan-nutar tal-gvern, id-dipartiment tar-reġistru pubbliku, id-dipartiment tar-reġistru ta' l- artijiet, l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, il-permanent law revision commission u l-law revision commission minn dejjem kienu jaqgħu taħt il- qafas tal-ministeru tal-ġustizzja.", "Għalkemm jien shadow minister fuq il- qasam tal-ġustizzja ma nsib l-ebda diffikulta' li nsegwi wkoll dawn it- tliet dipartimenti li llum jaqgħu taħt il-ministeru ta' l-intern, pero' xorta nibqa' nsostni li hija anomalija u jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma se nkompli nagħmel il-kritika tiegħi.", "Nerġa' nistaqsi: Il-ministru responsabbli mill-pulizija x'għandu x'jaqsam man-nutar prinċipali tal-gvern?", "Għalfejn saret din is-separazzjoni fil-portfolios u l-uffiċċju tan-nutar tal-gvern, id-dipartiment tar-reġistru pubbliku u d-dipartiment tar- reġistru ta' l-artijiet marru taħt ir-responsabilita' tal-ministru ta' l- intern?", "Jiena nibda nrodd is-slaleb meta nara dawn l-affarijiet għaliex assolutament m'għandhomx x'jaqsmu mal-qasam ta' l-intern.", "Kif diġa' għidt, jien ma nsib l-ebda problema li nagħmel shadowing ta' dawn l-affarijiet imma ma jistax ikun li meta nitkellem fuq affarijiet nutarili ma nsemmix ukoll il-qasam ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u żgur li ma nkunx qiegħed barra mill-binarju tiegħi jekk nagħmel dan.", "Naħseb li dan il-punt enfasiżżajtu biżżejjed kemm dalgħodu u kif ukoll illejla pero' jeħtieġ li jiġi rimedjat.", "Safejn naf jien, darba biss naf li dawn id-dipartimenti waqgħu taħt il-ministeru ta' l-intern u dan kien fi żmien meta l-Prof Guido de Marco, illum President ta' Malta, kien ministru ta' l-intern u tal- ġustizzja għal tliet snin ...", "ONOR.", "TONIO BORG: U fi żmien Boffa wkoll.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Allura kien hemm żewġ okkażjonijiet meta l-uffiċċju tan-nutar tal-gvern, id-dipartiment tar-reġistru pubbliku u d-dipartiment tar-reġistru ta' l-artijiet kienu jaqgħu taħt il-ministeru ta' l-intern, li kien ukoll responsabbli mill-qasam tal-ġustizzja.", "Jien m'iniex qed ngħid dawn l-affarijiet la b'nuqqas ta' rispett lejn il-ministru ta' l-intern u lanqas lejn il-ministru attwali tal-ġustizzja imma dan il-kumment nixtieq nagħmlu ġaladarba huwa l-Prim Ministru li finalment għandu l-poter li jagħżel l-portfolios u jassenjahom kif jogħġob lilu għaliex personalment nemmen - u naħseb li anke hu jemmen - li forsi din saret bi żvista meta saret l-elevazzjoni li kienet inevitabbli u naħseb li trid issir xi ħaġa biex din il-kwestjoni tiġi riżolta u l-affarijiet jitqiegħdu fil- perspettiva ġusta u amministrattiva tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, il- ministru ta' l-intern għandu biżżejjed x'jagħmel biex joqgħod jieħu ħsieb affarijiet li ma jikkonċernawx il-ministeru tiegħu.", "Dan m'iniex qed ngħidu b'xi nuqqas ta' rispett lejn il-ministru tal-ġustizzja li wkoll għandu x'jagħmel u biżżejjed insemmu l-kunsilli lokali pero' nemmen li l- uffiċċju tan-nutar tal-gvern, id-dipartiment tar-reġistru pubbliku u d- dipartiment tar-reġistru ta' l-artijiet għandhom jiġu amministrati mill- ministru tal-ġustizzja.", "Kif qal tajjeb il-Ministru Tonio Borg, il-proposta leġislattiva li għandna quddiemna tirrigwarda t-testmenti sigrieti pero' dan ma jfissirx li t-testmenti pubbliċi m'humiex sigrieti wkoll għaliex fil-fatt huma sigrieti imma mhux daqskemm huma dawk it-testmenti sigrieti li jiġu depożitati fis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Awtomatikament il-kliem jiġi f'ħalqek bħaċ-ċirasa u hawnhekk qed nitkellmu fuq is-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili li taqa' taħt il-ministeru tal-ġustizzja.", "Il-qasam tal-kunsilli lokali huwa portfolio li jista' jiżdied ma' xi qasam ieħor imma l-uffiċċju tan-nutar tal-gvern ċertament imur mal-qasam tal-ġustizzja.", "It-testmenti jistgħu jkunu privileġġjati jew ordinarji.", "M'għandix għalfejn nagħmel diskorsi twal fuq it-testmenti privileġġjati għaliex dawn huma rari ħafna u hemm provvedimenti għalihom fil-liġi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar testmenti ordinarji li skond il-liġi jinqasmu f'testmenti pubbliċi u testmenti sigrieti.", "X'inhu l-element li jiddistingwi wieħed mill-ieħor?", "Kif diġa' qal il-ministru, it-tnejn huma sigrieti pero' t-testment pubbliku mhux daqs it-testment sigriet għaliex min jiddepożita testment sigriet fis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili ma jħallix traċċa warajh li ħalla testment u l-werrieta prospettivi jew kull parti interessata f'xi wirt li tkun trid taf jekk Mr \"X\" ddepożitax xi testment sigriet ġewwa s-Sekond' Awla tal-Qorti Ċivili m'għandhiex il-mekkaniżmu biex tiskopri dawn l- affarijiet.", "Fil-fatt żewġ persuni biss ikunu jafu li ġie depożitat testment sigriet fis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili u dawn huma r-reġistratur tal-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja, li hija proprju s-Sekond' Awla, u l-imħallef li jkun qiegħed jippresjedi l-awla dak il-ħin.", "It-testment pubbliku jibqa' sigriet sakemm imut it-testatur jew it-testaturi f'każ ta' xi testment unica carta u l-qraba tat-testaturi jew xi parti interessata fil-wirt jistgħu jmorru r-reġistru pubbliku u jagħmlu riċerka fuq Mr \"X\" biex ikunu jafu jekk xi darba jew iktar minn darba - għaliex jista' jkun li f'għaxar snin ikunu ġew insinwati ħames testmenti u naturalment l-iktar wieħed riċenti dejjem iħassar lil dak ta' qablu - daħħalx xi testment pubbliku fir-reġistru pubbliku.", "Dan ifisser li huwa biss l-element ta' pubbliċita' li jiddistingwi testment pubbliku minn testment sigriet għaliex mill-bqija il-kontenut tat-tnejn jibqa' sigriet sakemm imut it-testatur.", "Fil-fatt il-kontenut tat-testment ikunu jafuh il-qraba jew il-partijiet interessati wara l-mewt tat-testatur u f'każ ta' testment unica carta, il- parti tat-testment li tikkonċerna lis-surviving spouse xorta jibqa' sigriet u l-avukat ikun irid jitlob b'rikors fil-qorti li tiġi pubblikata dik il- parti tat-testment unica carta li tikkonċerna lill-parti mill-miżżewġin li mietet u naturalment dik il-parti tat-testment li tikkonċerna lill-parti li baqgħet ħajja tibqa' sigrieta sakemm tmut.", "Għamilt dan il-punt biex inserraħ ras kull min qed jismagħna li t-testmenti huma kollha sigrieti u l-element ta' pubbliċita' jikkonċerna biss li wieħed ikun jaf jekk sarx testment jew le.", "Fil-każ ta' testment sigriet qatt ma tista' tkun taf għax m'hemmx traċċi filwaqt li fil-każ ta' testment pubbliku tista' tfittex jekk sarx testment jew le, pero' l-kontenut tat-testment ma jkunx magħruf qabel ma jmut it- testatur.", "Meta qed nitkellmu dwar testmenti sigrieti li jiġu depożitati fir-reġistru tas-Sekond'Awla, tajjeb li naraw x'inhuma l-obbligi - kulmin hu avukat jew nutar f'din il-Kamra żgur li jaf x'inhuma - meta jiġi depożitat testment sigriet kemm mit-testatur innifsu u kif ukoll min-nutar li jirċievi t-testment.", "Fil-fatt testment sigriet m'għandux il-formalita' li għandu testment pubbliku għax il-liġi tipprovdi li dan jista' jsir fuq biċċa karta, jitqiegħed f'envelop, issir dikjarazzjoni lir-reġistratur tal- qorti fil-preżenza ta' l-imħallef li dik il-karta tikkontjeni testment, jiġi ssiġġilat, ikun hemm annotati ċirkostanzi oħrajn importanti bħad-data meta jiġi konsenjat -fil-fatt in-nutar li jirċievi testment sigriet għandu terminu ta' erbat ijiem ta' xogħol li fihom irid jiddepożitah fis- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili lir-reġistratur tal-qorti - jiġi magħluq f'wieħed miż-żewġ safes fis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili u jibqa' hemm.", "U proprju għaliex dawn it-tip ta' testmenti jibqgħu hemm inqalgħet din il- problema.", "Hawnhekk xtaqt nikkritika l-fatt li l-ministru ta' l-intern f'disa' xhur ressaq diversi abbozzi u għad iridu jiġu oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-qasam ta' l-intern, pero' f'disa' xhur ma tressaqx abbozz ta' liġi wieħed li jikkonċerna l-qrati.", "Jiena, bħala ex-ministru tal-ġustizzja, li kulma għamilt f'dik il-kariga kienu biss ħames xhur minħabba li nqalgħet il-kriżi politika, ilħaqt ressaqt abbozz ta' liġi wieħed imma llum fil-qasam tal-ġustizzja hemm latitanza assoluta, m'aħna nisimgħu proprju xejn u diġa' ħadt aġġornament biex proprju nitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Matul il-ħames xhur li jien għamilt ministru tal-ġustizzja kont under pressure għax is-sistema tal- master li kienet twaqqfet fi żmien gvern Nazzjonalista ma kenitx qed taħdem.", "Barra minn hekk, irnexxili nwaqqaf il-kummissjoni dwar ix-xhieda ta' minorenni f'kawżi ta' abbużi sesswali u żidt ukoll il-kompetenza tas- small claims tribunal.", "Dan ix-xogħol għamiltu f'perijodu relattivament qasir u naturalment il-predeċessur tiegħi ressaq ukoll abbozzi ta' liġi matul il-perijodu li għamel ministru tal-ġustizzja.", "Jien ma rridx inkun personali pero' ngħid biss li l-ministru tal-ġustizzja li għandu wkoll ir- responsabilita' tal-gvern lokali, irid jikkonċentra aktar fuq il-problemi kbar li għandna fil-qasam tal-ġustizzja, problemi li la nqalgħu matul dawn dawn l-aħħar disa' xhur u lanqas inqalgħu fi żmienna, imma ilhom jeżistu snin twal.", "Dawn il-problemi qegħdin dejjem jikbru u għalhekk għandna nagħmlu l-almu tagħna biex jekk għallinqas ma nsolvuhomx jirnexxilna niċċirkoskrivuhom.", "Jien kont qed nistenna li dan l-abbozz ta' liġi jitressaq mill- ministeru tal-ġustizzja biex ngħid li almenu qed isir xi ħaġa, allavolja ma nistax nifhem kif kellu jitressaq dan l-abbozz ta' liġi meta hemm tant problemi fis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili!", "Jien ma naqbilx li dan l-abbozz ta' liġi kellu jitressaq mill-ministru ta' l-intern għaliex wara kollox ir- rwol li għandha s-Sekond'Awla fuq it-testmenti sigrieti għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u mhux mal-qasam ta' l-intern!", "Irrid ngħid ukoll li bħalissa r-rwoli l-oħrajn fis-Sekond'Awla huma ineżistenti għaliex m'hu qed jiġri xejn fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Kif diġa' spjegajt, in-nutar għandu ċerti obbligi meta jiġi biex jippreżenta testment sigriet.", "Nagħmilha ċara li aħna naqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi u niftakar li meta bħala ministru tal-ġustizzja kont niltaqa' man-nutar tal-gvern u mal-kunsill nutarili li kien favur tagħha wkoll konna niddiskutu l-fatt li li b'din il-liġi l-konċett ta' segretezza assoluta fit-testmenti sigrieti kien se jispiċċa ladarba jgħaddi ċertu żmien.", "Pero' min-naħa l-oħra din il-preokuppazzjoni kienet sekondarja għaliex il-maġġoranza tat-testmenti sigrieti li jkun hemm depożitati fis- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili jkunu testmenti li ma jkunux ġew konsenjati għaliex ikunu ġew abbandunati mill-werrieta, fis-sens li wara dan it- testment sigriet ikun sar xi testment pubbliku li jirrevoka t-testment sigriet u allura l-werrieta ma jagħtux kasu għax il-wirt ikun iddevolva skond it-testment pubbliku.", "Frankament il-preokkupazzjoni li kellna dak iż-żmien forsi kienet żejda peress li konna qegħdin nitkellmu dwar testmenti li m'humiex retrievable imma issa se tinqala' problema minħabba li hemm nuqqas ta' riżorsi umani fis-Sekond'Awla.", "Niftakar li fi żmieni - u dan jgħodd għaż-żmenijiet tal-lum ukoll - kienet issir kritika dwar in-nuqqas ta' riżorsi umani fil-qorti, li kien qed iżomm lill-qorti milli tiffunzjona b'mod effiċjenti.", "Il-problema ta' nuqqas ta' riżorsi umani nsibuha f' kull dipartiment tal-qorti, kemm fl- istaff li huwa assenjat mal-maġistratura, kemm fl-istaff li huwa assenjat ma' l-imħallfin u kif ukoll fl-istaff amministrativ.", "Din il-problema teżisti għaliex matul iż-żmenijiet il-qorti dejjem ġiet ikkonsidrata bħala s-cinderella taċ-ċivil u għal għexieren ta' snin ħadd ma ta kas ta' din il- problema u allura bdew jiġu impjegati nies fil-qorti li ma kenux trained għall-grad li jokkupaw.", "Per eżempju, il-post ta' deputat reġistratur kien jimtela minn skrivan li jkun qiegħed jagħmel xi xogħol partikolari.", "Matul l-aħħar sena u nofs ta' amministrazzjoni Laburista ngħata training u saru eżamijiet speċifiċi għal deputati reġistraturi.", "Mr Speaker, bħalissa fis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili teżisti wkoll problema ta' nuqqas ta' staff u dan nista' nikkonfermah għaliex jien inkun hemmhekk kuljum u dawn l-affarijiet narahom b'għajnejja.", "Fil-fatt bħalissa hemm ħamsa min-nies li qed jaħdmu b'ilsienhom barra u dawn huma Dr Frank Portelli, ir-reġistratur, żewġ skrivani u s-Sur Borg li safejn naf jien dalwaqt jirtira.", "Fi żmieni kienet inqalgħet ukoll din il-problema u jien kont għamilt manuvra li ħafna sejħulha kuraġġuża fejn kont għamilt redeployment fid-dipartimenti li kienu jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi u kont tlabt li ċerti skrivana li kienu żejda fir-reġistru pubbliku - li għal raġuni li kulħadd jafha dawn dejjem baqgħu hemmhekk - jintbagħtu jaħdmu l-qorti u żidt il-complement fis-Sekond'Awla biex tkun tista' tiffunzjona b'mod effiċjenti għaliex meta tibda ssir il-kritika li l- istatistika dwar ir-rikorsi tas-separazjoniiet m'hijiex qed tinżamm tajjeb, allura trid tipprova tagħmel mill-aħjar li tista' biex is- Sekond'Awla tiffunzjona tajjeb.", "Għalhekk jien ma naqbilx mat-timing ta' din il-liġi għaliex naħseb li we put the cart before the horse u din se toħloq problema kbira ta' riżorsi umani fis-Sekond'Awla.", "Illum is- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili għandha l-piż ta' eluf ta' rikorsi ta' separazzjonijiet li ġew preżentati matul is-snin, hemm mijiet oħra li huma pendenti u dan kollu jfisser xogħol għan-nies li jaħdmu fl-uffiċċju tas- Sekond'Awla barra x-xogħol ta' notifiki, xogħol ta' ħlasijiet u xogħol ta' dupplikazjoni ta' dawk il-koppji li jippreżentaw żewġ rikorsi għall- istess separazzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan l-abbozz ta' liġi m'hu se jżid xejn max-xogħol ta' pubblikazzjoni għaliex dan kollu diġa' jeżisti imma ma kienx qed jiġi implimentat minħabba din ir-regola.", "L-uniku tibdil li se jkun hemm huwa li ċerti testmenti li llum qegħdin fis-Sekond'Awla se jitilqu minn hemm u se jagħmlu iktar spazju għal affarijiet oħra.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Kieku tajtni ftit ċans kont se nasal għal dan il- punt.", "Huwa veru li kif qal il-ministru dawn it-testmenti jiġu pproċessati tant li kif diġa' spjegajt qabel sija jekk jiġi ppreżentat mill-individwu direttament u sija jekk jiġi ppreżentat min-nutar dan irid jiġi komunikat lir-reġistratur fil-preżenza ta' l-imħallef.", "Pero' dik m'hijiex il- problema għaliex ix-xogħol se jinqala' meta jiġu biex ikunu ppubblikati għaliex ladarba jinfetaħ s-safe l-impjegati jridu jaraw li l-atti qegħdin kollha wara xulxin in alphabetical order - u jien ħadt l-interess li nara x'isir għax aħna l-politiċi u l-avukati kultant ninqatgħu mir-realta' u naslu sal-preżentata tar-rikors u ma narawx ix-xogħol li jsir wara l-bank - jaraw liema testmenti ġew konsenjati lill-werrieta u liema baqgħu hemmhekk, isiru l-annotamenti u t-testmenti joħorġu in alphabetical order.", "Jien naf li bħalissa l-imħallef tas-Sekond'Awla qiegħed b'ilsienu barra u jagħmel minn tlieta sa erba' seduti fil-ġimgħa biex ilaħħaq mal-kawżi ta' separazzonijiet, adozzjonijiet u xogħol ieħor li għandu x'jaqsam mas- Sekond'Awla.", "Issa meta din il-liġi tidħol fis-seħħ, l-imħallef irid jagħmel seduta oħra għaliex il-ftuħ tas-safe u l-ksur tas-siġill iridu jsiru fil-preżenza tiegħu u għalhekk se jiżdied ix-xogħol għall-impjegati tas-Sekond'Awla li kif inhu l-complement bħalissa ta' ħamsa min-nies m'huwiex biżżejjed biex ilaħħaq max-xogħol li hemm.", "M'iniex qed nippretendi li f'disa' xhur l-qorti jibda miexi fuq ir-rubini - għalkemm meta kont ministru tal-ġustizzja n-naħa l-oħra ppretendiet ħafna affarijiet imma jien m'iniex se noqgħod nagħmel bħat-tfal - imma almenu għandu jidher li qiegħed isir tentattiv importanti biex il-problema tar-riżorsi umani fil- qorti u mhux biss fis-Sekond'Awla tiġi solvuta.", "Huwa veru li kif qal il- Ministru Tonio Borg illum dak li jkun xorta jista' jitlob li jinfetaħ testment sigriet imma issa b'din il-liġi se jiżdied l-oneru li t-testmenti sigrieti li għandhom 'il fuq minn 100 sena jridu jinfetħu kollha u allura se jkun hemm bżonn ta' aktar nies biex ilaħħqu ma' dan ix-xogħol.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq is-Sekond'Awla ma nistax ma nsemmix il- qorti tal-familja.", "(Interruzzjonijiet) X'għandu x'jaqsam?!", "Jien naħseb li aħjar ningħataw spjegazzjoni għaliex dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi ppreżentat mill-ministru ta' l-intern u mhux mill-ministru tal-ġustizzja!", "Il-qorti tal-familja m'hijiex se tkun parti mis-Sekond'Awla u għalhekk ix- xogħol konness ma' separazzjonijiet se jispiċċa mis-Sekond'Awla - dejjem jekk il-pjanijiet tal-gvern huma l-istess bħalma kellu gvern Laburista - u se jgħaddi taħt il-qorti tal-familja u s-Sekond'Awla tibqa' tamministra affarijiet oħra.", "Għalhekk nixtieq inkun naf x'se jiġri mil-istaff li hemm bħalissa fis-Sekond'Awla għaliex m'għandna l-ebda indikazzjoni ta' x'se jagħmlu dawn l-impjegati meta eventwalment titwaqqaf il-qorti tal-familja u x'tip ta' staff complement se jkun hemm fil-qorti tal-familja.", "Jien ma nagħtix tort lill-ministru ta' l-intern li m'huwiex f'pożizzjoni li jagħti dawn ir-risposti għax m'huwiex kompitu tiegħu u qed nagħmel din il- kritika għaliex we have too many cooks making this broth or spoiling it.", "Minn naħa għandna l-ministru ta' l-intern li huwa responsabbli għat- testmenti sigrieti li jiġu amministrati mis-Sekond'Awla u min-naħa l-oħra għandna l-ministru tal-ġustizzja li huwa responsabbli mis-Sekond'Awla għal dak li għandu x'jaqsam ma' separazzjonijiet, eċċ. Jien naħseb li n-naħa l- oħra ħawditha sewwa l-borma!", "(Interruzzjonijiet) Min se jkunu l- impjegati?", "Min se jkun l-imħallef?", "Safejn naf jien l-imħallef jaqa' taħt il-ministeru tal-ġustizzja u mhux taħt il-ministeru ta' l-intern!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-emenda qiegħda biex l-arkivista ma jkollux għalfejn jinsinwa iktar dawk it-testmenti sigrieti li jkunu għaddew 100 sena minn fuqhom u għal dan l-iskop biss l-arkivista nutarili - u mhux il-qorti - jaqa' taħt il-ministeru tiegħi.", "L-emenda biex jinfetħu dawn it-testmenti ġiet approvata minn dan il-parlament erba' snin ilu.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-ministru tal-ġustizzja huwa responsabbli għaIl- Kodiċi ta' Proċedura u Organiżżazzjoni Ċivili u l-ministru ta' l-intern huwa responsabbli għall-Kodiċi tal-Pulizija.", "Mr Speaker, rigward il-qorti tal-familja ma smajna xejn ħlief li sar rapport fuq rapport ieħor.", "Aħna konna waqqafna kummissjoni biex tagħmel ir- rakkomandazzjonijiet dwar it-twaqqif tal-qorti tal-familja u konna wasalna biex nimplimentaw dan ir-rapport, inkluż li x-xogħol jiġi eżegwit fl- annexe il-ġdid tal-qorti u konna wasalna fil-fażi implimentattiva ta' dan il-proġett.", "Għalhekk konna qed nistennew li l-gvern jibda jqiegħed l- ewwel ġebla fuq ir-rapport li għamilna u mhux wara tmien xhur jerġa' joħroġ rapport ieħor fuq ir-rapport li kien diġa' sar u issa qegħdin f'sitwazzjoni fejn dejjem jingħad li se titwaqqaf din il-qorti tal-familja imma qisha m'hi se tasal qatt.", "Nagħlaq billi ngħid li jekk il-gvern verament irid juri li jemmen fis- slogan tiegħu \"Ġid, Fiduċja u Direzzjoni\" m'għandux juri biss li għandu direzzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea imma għandu juri direzzjoni fit-tqassim tal-portfolios għaliex illum għandna ministri li għandhom x'jaqsmu ma' l-istess portfolio.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, il-kwestjoni li qajjem il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Gavin Gulia, dwar l-overlapping tal-ministeri ma kenitx teżisti għall-ewwel li tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista fl-1987 għaliex kellna ministru li kien responsabbli kemm għall-intern u kif ukoll għall-ġustizzja għalkemm dak iż-żmien kienet xi ħaġa kontradditorja għax seta' jkollok kważi interessi konfliġġenti.", "Illum minflok ma għamlu din is-sistema, ikkreaw ministeru tal-ġustizzja u rabtu l-ġustizzja biss mal-konċett tal-qrati u dipartimenti oħra li tradizzjonalment minn dejjem kienu meqjusa li jifformaw parti b'mod naturali mill-istess ministeru tneħħew minn taħt dan il-ministeru.", "Il- kritika m'hijiex qiegħda ssir b'mod personali fil-konfront ta' l-Onor.", "Tonio Borg jew ta' l-Onor.", "Austin Gatt pero' qed nikkritikaw il-fatt li fis-set-up tneħħew ċerti affarijiet minn taħt il-ministeru tal-ġustizzja, li kienu intrinsikament parti mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja u lill- ministeru ta' l-intern żdiedulu affarijiet oħra li m'għandhom x'jaqsmu xejn miegħu.", "Għalhekk il-kritika li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Gulia kienet f'lokha filwaqt li l-Ministru Borg ma kellux raġun jgħid li at the end of the day il-kwestjoni tolqot ir-reġistru pubbliku għaliex at one point in time dawn it-testmenti sigrieti m'għandhomx għalfejn jiġu insinwati iktar.", "Il-kwestjoni tat-testmenti sigrieti hija waħda mil-funzjonijiet li għandha l-qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja għaliex ir-riċevitur tagħhom m'huwiex ir-reġistru pubbliku imma hija s-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili u l- Qorti ta' Għawdex.", "L-Onor.", "Gulia kellu raġun jgħid li din il-materja għandha taqa' taħt il-ministeru tal-ġustizzja għaliex qed titressaq leġislazzjoni li b'xi mod jew ieħor se tolqot, anke jekk b'mod deminimis, il-funzjoni tal-qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja.", "Qed ngħid dawn l- affarijiet mhux għaliex fil-prattika se tagħmel wisq differenza pero' lilna tagħtina d-dritt li waqt li nkunu qed nitkellmu fuq dawn it-tliet emendi ta' dan l-abbozz ta' liġi nieħdu l-opportunita' biex niddibattu ftit il-kwestjonijiet tas-Sekond'Awla.", "Qabel ma nidħol fil-liġi nnifisha nixtieq ngħid li f'dawn l-aħħar snin wara li kienu saru ċerti emendi il-volum ta' xogħol li jiġi ttrattat mill- qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja sploda għaliex il-kompetenza u l- ġurisdizzjoni tas-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili żdiedet b'mod esaġerat bħalma huma, per eżempju, kwestjonijiet ta' kura u kustodja ta' tfal li jkunu mwielda barra ż-żwieġ li qabel ma kenux jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tas-Sekond'Awla u kulma kien ikollok tagħmel kienet ċitazzjoni biex tiddibatti fuq kura u kustodja ta' tfal.", "Dan l-aħħar kelli l-opportunita' li noqgħod nitkellem ma' l-Imħallef J.D. Camilleri b'mod informali u spjegali li l-livell ta' rikorsi li qed isiru fuq materja ta' konkubinaġġ, fejn jidħlu wkoll kwestjonijiet ta' kustodja kważi ddupplikaw il-volum tax-xogħol tas-Sekond'Awla.", "Barra minn hekk, ċerti affarijiet li kienu jaqgħu esklussivament taħt il-kompetenza tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili bħal, per eżempju, varjazzjoni ta' manteniment, varjazzjoni ta' digrieta ta' kustodja u kura li qabel dawn kienu jsiru permezz ta' ċitazzjoni quddiem il-qrati ordinarji, illum qed jaqgħu wkoll taħt il-kompetenza tas- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili.", "F'dawn l-aħħar erba' snin il-kompetenza tas- Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili żdiedet b'mod tremend u għalhekk kellu raġun l- Onor. Gulia jgħid li din il-liġi se tkompli żżid il-piż fuq is-Sekond'Awla.", "Jien inżid ngħid li din il-liġi hija prematura u kif qal korrettement l- Onor. Gulia qabel ma tressqet din il-liġi li xi ftit jew wisq se taffettwa s-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili, wieħed ried jiffoka b'mod preċiż fuq il- problemi attwali ta' dik il-qorti.", "X'inhuma dawn il-problemi?", "Minbarra l- istaff ta' ħamsa min-nies li m'huwiex biżżejjed biex ilaħħaq ma' dak il- volum ta' xogħol, żammejna t-tradizzjoni li l-imħallef tas-Sekond'Awla baqa' imħallef part-time.", "Issa l-Imħallef J. D. Camilleri huwa wieħed mit- tliet imħallfin li jikkomponu l-Qorti ta' l-Appell, jiġifieri apparti li jrid jipparteċipa b'mod kolleġġjali fid-deċiżjonijiet ta' l-ogħla qorti tal- pajjiż dwar appelli minn ġurijiet u appelli fuq affarijiet oħra - u jien ngħid li dan huwa a double full-time job - irid isib ukoll il-ħin biex jippresjedi s-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Personalment ngħid li din ma tagħmilx sens.", "Forsi dari din is-sistema kienet timxi għaliex kien hemm inqas ġurisdizzjoni.", "Jien niftakar li l-Imħallef Maurice Caruana Curran kien jagħmel seduta waħda fil-ġimgħa u min kien at the end of his career kien jieħu ġurnata fil-ġimgħa fis-Sekond'Awla għall-appelli ċivili.", "Din l- awla kienet tingħata lil dawk l-imħallfin li kienu on their way out għaliex il-pressure tax-xogħol dak iż-żmien kien ferm inqas, pero' llum ir- responsabbilta' tas-Sekond'Awla splodiet u għalkemm id-deċiżjonijiet li jrid jagħti l-imħallef fis-Sekond'Awla jridu jittieħdu b'mod sommarju, xorta huma deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-ħajja ta' familja jew il- ħajja ta' persuna.", "Għalhekk nemmen li l-ewwel imissna nindirizzaw dawn il- problemi imbagħad ħalli nbiddlu ċerti proċeduri fis-Sekond'Awla.", "Barra minn hekk, irrid ngħid ukoll - u din m'hijiex l-ewwel darba li qed ngħidha - li hemm bżonn li l-imħallef li jippresjedi s-Sekond'Awla tal- Qorti Ċivili jkun fuq bażi full-time u dik tkun l-awla tiegħu.", "Illum jekk wieħed imur quddiem is-Sekond'Awla - u naħseb li l-Onor.", "Borg meta reġa' beda jipprattika l-qorti jaf b'din is-sitwazzjoni - jieħu qatgħa għaliex isib queue ta' mijiet ta' nies, is-seduta tibda fid-9.00 a.m. u l-imħallef jibqa' għaddej sal-5.00 p.m. Jiena nirrifjuta li nipprattika quddiem dik il-qorti għaliex tant ikun hemm konfużjoni li lanqas tkun tista' tipprattika.", "Kif qal il-kollega tiegħi, qabel ma tgħaddi liġijiet li se jaffettwaw b'xi mod is-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili, trid tanalizza b'mod preċiż l-problemi kbar li qed tiffaċċja dik il-qorti.", "Jien m'iniex qed nagħti tort lill-ministru tal-ġustizzja li għandu dikasteru wiesa' fosthom ir-riforma tas-servizz ċivili u l-kunsilli lokali pero' wieħed jippretendi li jkun hemm ċerta kordinazzjoni bejn il-gvern biex qabel ma jitressqu liġijiet li jġibu ċerti riformi f'din il-qorti, jiġu ttekkiljati dawn il- problemi grossolani li qed tiffaċċja din l-istess qorti.", "Jien ngħid li l- imħallef tas-Sekond'Awla qed jipprova jagħmel il-mirakli pero' bil- konfużjoni kbira u bit-tensjoni li jkun hemm ma tistax tiffunzjona kif suppost, iktar u iktar meta deċiżjonijiet dwar kwestjonijiet fuq familja, kustodja u adozzjonijiet jibdew jingħataw qishom f'xi kawża tad-distrett dwar xi ġlied f'xi raħal.", "Jien nappella lill-gvern biex jikkonsidra serjament li jieħu passi immedjati u urġenti ħalli jirrimedja din is- sitwazzjoni.", "Mr Speaker, ta' min ifakkar ukoll li kif titwaqqaf il-qorti tal-familja, parti sostanzjali mill-kompetenza tas-Sekond'Awla se tmur quddiem il-qorti tal-familja u allura x-xogħol tas-Sekond'Awla se jerġa' jonqos.", "Għalhekk jien nissuġġerixxi lill-Onor.", "Borg u anke lill-Onor.", "Gatt biex jagħmlu analisi tat-tip ta' kawżi li qed isiru għax nemmen li ċerti kwestjonijiet għandhom jiġu referred lis-Sekond'Awla.", "X'irrid infisser?", "Fis-sena jiġu ppreżentati mijiet ta' kawżi biex isiru korrezzjonijiet fuq l-atti tat- twelid għaliex ikun hemm xi żball ġenwin fuq ċertifikat tat-twelid ta' persuna.", "Dawn it-tip ta' kawżi jdum xi sentejn il-qorti u għalkemm f'dawn il-kawżi jkun hemm il-kontroparti li huwa d-direttur tar-reġistru pubbliku, dawn it-tip ta' żbalji m'humiex litiġjużi u n-natura ta' l-azzjoni tagħhom ma tkunx kontenzjuża.", "Sfortunatament dawn it-tip ta' żbalji jżommu lil dak li jkun milli, per eżempju, ikollu passaport, jaqilgħulu ċerti problemi meta jiġi biex isiefer jew inkella jeħel meta jiġi biex jirreġistra lil bintu.", "Jien għandi mijiet minn dawn it-tip ta' kawżi pero' l-verita' hi li m'humiex qed jiġu deċiżi malajr għaliex jekk, per eżempju, minorenni jkun ħa żball, allura trid tinnomina lill-kuraturi biex jirrappreżentaw l- interessi tiegħu u l-proċedura ddum is-snin.", "Jien qed nissuġġerixxi li ladarba l-kompetenza u l-ġurisdizzjoni tas-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili se tiġi ridotta konsiderevolment din il-materja li di natura hija volontarja għandha tgħaddi f'idejn l-imħallef tas-Sekond'Awla biex dawn il- kwestjonijiet jiġu deċiżi b'mod sommarju f'ġurnata.", "Fil-fatt dawn it-tip ta' kawżi ma jirrikjedux xi għerf kbir biex jiġu maqtugħa.", "Jien nemmen ukoll li wasal iż-żmien li nibdew inneħħu ċertu kompetenza li wara kollox m'hi volontarja xejn għaliex hija kontenzjuża.", "Għalkemm din hija l-qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja fil-prattika rrendejniha l-iktar qorti kontenzjuża li għandna għaliex ħlief piki bejn rġiel u nisa dwar min minnhom għandu jibqa' temporanjament fid-dar u kwestjonijiet simili ma tismax u wieħed m'għadux imur quddiem is-Sekond'Awla biex jitlob permess ħalli jiftaħ kawża għal ċitazzjoni u jipprova jirrikonċilja.", "Jiġifieri l- element volontarju ta' din il-qorti llum naqas ħafna.", "Jiena nemmen li la se jkun hawn il-qorti tal-familja li se tassorbi l-litiġjuz mis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili, dawk il-kawżi li għadni kif semmejt li huma ta' natura volontarja għandhom jispiċċaw quddiem din il-qorti biex jiġu deċiżi f'minuta u titneħħa ħafna pressure u frustrazzjoni żejda li hemm.", "Dan kollu ma jnaqqas xejn mill-importanza tas-Sekond'Awla li hija qorti prattika, għandha proċedura speċjali u tista' tasal għad-deċiżjonijiet tagħha bl-iktar mod faċli u bl-iktar mod effikaċi.", "Qed ngħid dawn l- affarijiet għaliex ħafna drabi nwaħħlu fl-avukati li jitolbu l-posponimenti jew id-differimenti tal-kawżi jew fl-imħallfin li ma jaqtgħux sentenzi biżżejjed pero' hemm ħafna emendi xi jsiru għall-proċedura biex inħaffu dawn il-kawżi kollha u jekk wieħed joqgħod bil-qiegħda u janalizza daqsxejn in-natura tal-proċedura tagħna u l-iskop warajha kif insibuha fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, wieħed malajr isib li hemm ħafna emendi li jistgħu jsiru biex titnaqqas is-solennita' tal-proċedura tagħna, nagħmluha iktar moderna u iktar sommarja biex ix-xogħol jgħaġġel, jinqatgħu iktar sentenzi u jkun hemm inqas frustrazzjoni.", "Kif qal il- kollega tiegħi, l-Onor.", "Gulia, wieħed jippretendi li dawn il-problemi jiġu ttekkiljati mill-ministru tal-ġustizzja, ikun min ikun.", "Issa ħalli niġi daqsxejn għal-liġi li għandna quddiemna.", "M'hemmx dubbju li aħna naqblu ma' din il-liġi u forsi qed ninqdew biha biex nitkellmu fuq il-funzjonament tas-Sekond'Awla u l-problemi li nsibu hemm.", "Kif diġa' ntqal jeżistu żewġ tipi ta' testmenti: testmenti ordinarji li jerġgħu jinqasmu f'testmenti pubbliċi u testmenti sigrieti u testmenti privileġġjati li kważi qatt ma jissemmew.", "X'inhu l-ħsieb wara din il- liġi?", "Kultant jiġri li dak li jkun ikun irid jagħmel testment sigriet għaliex ikun irid iħalli xi ħaġa lil xi ħabib jew ħabiba jew ikun jippreferixxi xi tifel jew tifla u mingħalih li meta jmut jekk ikun hemm xi prelegat moħbi, il-werrieta l-oħra ma jindunawx u kulħadd jibqa' jitlob għalih l-istess.", "Din hija sistema tradizzjonali tagħna li ġejja minn meta amalgamajna l-liġi ċivili tagħna minn fuq il-kontinent u naturalment din is-solennita' kollha tat-testment saret part and parcel mill-qafas legali ta' pajjiżna.", "Pero' ħafna drabi jiġri li jgħaddu s-snin, dak li jkun jagħmel testment ieħor u t-testment ta' l-aħħar iħassar it-testmenti kollha li jkunu saru qabel.", "Għalhekk ħafna minn dawn it-testmenti sigrieti - li ma jsirux daqskemm wieħed jaħseb għaliex l-iktar li jsiru huma testmenti pubbliċi - jispiċċaw jokkupaw l-ispazju fis-safe tas-Sekond'Awla u jkun hemm volum ta' dokumenti uffiċjali qegħdin stivati bla skop ta' xejn taħt il-kontroll tas-Sekond'Awla.", "Il-ħsieb wara din il-liġi huwa tajjeb għaliex at one point in time dawn se neħilsu minnhom u ma jibqgħux il- qorti.", "Sur President, issa rrid niġi għall-kwestjoni tal-100 sena.", "Jien naħseb li l-perjodu ta' 100 sena huwa prudenti iż-żejjed għaliex illum ftit huma dawk li jgħixu iktar minn 100 sena u persuna ma tistax tagħmel testment qabel ma jkollha 18-il sena, apparti li naħseb li ftit huma dawk li jagħmlu testment sigriet ta' 18-il sena.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk l-iskop huwa biex inneħħu dawn it-testmenti sigrieti mill-qorti, ikun iktar jaqbel kieku l-perijodu nagħmluh wara 60 sena għaliex barra li tkun aktar effettiva tagħmel differenza wkoll għaliex f'dan is-seklu saru iktar testmenti mis-seklu l-ieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru Tonio Borg, bil- permess ta' l-Onor.", "Herrera'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proposta li kelli kienet li nagħmluha iktar minn 100 sena.", "Jekk nagħmluha kif qed jipproponi l-Onor.", "Herrera', cioe' li t- testmenti sigrieti jinfetħu wara 60 sena u xi ħadd ikun għamel testment ta' 18-il sena, naħseb li ta' 78 sena dak li jkun la jkun xiħ ħafna u lanqas żgħir ħafna.", "Ma rridux ninsew li l-average life expectancy hija ta' 73 sena.", "Ħafna drabi wara 100 sena li jkun sar it-testment sigriet it- testatur ikun miet anke jekk it-testment ikun sar f'eta żgħira ta' 18-il sena, għalkemm kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi jeżisti xi raħal x'imkien fl-ex-Unjoni Sovjetika li n-nies jgħixu sa 118-il sena pero' f'Malta qatt ma naf li xi ħadd għex sa dik l-eta'.", "Huwa veru wkoll li wara li dan it-testment isir pubbliku jistgħu joħorġu ċerti fatti li jistgħu jkunu imbarazzanti għat-tfal tat-testatur li jkunu għadhom ħajjin għaliex jistgħu jiskopru affarijiet li aħjar baqgħu sigrieti pero' l-interess pubbliku jirrikjedi wkoll li la t-testatur ikun ilu li miet dawn it- testmenti sigrieti jiġu ppubblikati.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Irrid ngħid li l-ħsieb tal-ministru kkonvinċieni għaliex jien kont qed naraha mil-lat tat-testatur innifsu li testment li jkun għamel ma jibqax sigriet waqt il-ħajja tiegħu, pero' sinċerament ngħid li ma kkonsidrajtix l-embarassement li jistgħu jsofru t-tfal tiegħu.", "Naturalment iktar ma ttawwal iż-żmien inqas se jkun hemm il-possibbilta' li jiġru dawn l-affarijiet, pero' mill-banda l-oħra wieħed irid jara jekk l-iskop tal-liġi huwiex se jintlaħaq, cioe' jekk hux se jirnexxilna niżbarazzaw ftit minn dak l-għanqbud żejjed li hemm.", "Ma nafx jekk il- ministru għandux xi statistika li turi kemm saru testmenti sigrieti f'dan is-seklu u kemm saru fis-seklu l-ieħor pero' jien naħseb li saru ħafna iktar f'dan is-seklu għaliex il-popolazzjoni ta' dan is-seklu hija darbtejn u nofs daqskemm kienet fis-seklu l-ieħor.", "Dan l-aħħar kont qed naqra li fl-1870 il-popolazzjoni kienet ta' madwar 170,000 ruħ u allura naħseb li din l-emenda se taffettwa persentaġġ ta' testmenti sigrieti li m'huwiex daqstant għoli.", "Inutli li ngħaddu liġi bi skop tajjeb meta l- end result tagħha m'huwiex se jkun daqstant effikaċi għaliex l-għan tagħha m'huwiex se jintlaħaq fi żmien il-ġenerazzjoni tiegħi u tal- ministru imma probabbilment jibda jtaffi l-problema fil-ġenerazzjoni tat- tfal tagħna.", "Sur President, kif diġa' għidt, fis-Sekond'Awla hemm pressure ta' xogħol eċċessiv u għalhekk qabel ma nibdew inressqu l-emendi tajjeb li nibdew intaffu l-problemi li diġa' jeżistu għaliex dan il-proċess li se jiġi introdott m'huwiex se jinvolvi biss lill-istaff imma se jinvolvi wkoll l-imħallef tas-Sekond'Awla.", "Issa l-ministru qal li qabel ma jibgħathom irid isir il-proces verbal, jiġifieri ssir speċi ta' summary ta' dak Ii jkun hemm.", "Issa jekk għall-ministru din hija ħmerija, min jaħdem il-qorti jista' jgħidlu li m'hijiex u se nispjega għaliex.", "L- ewwelnett wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li hawnhekk qed nitkellmu fuq testmenti antiki ħafna li ħafna minnhom se jkunu miktubin bit-Taljan antikwat jew bil-Latin imkisser, m'humiex se jkunu typed u dawk it- testmenti sigrieti li saru fil-bidu ta' dan is-seklu se jkunu bil-Malti Taljanizzat li jiena bilkemm nifhmu.", "Għalhekk meta l-imħallfin se jiġu biex jimplimentaw din l-emenda u jirrediġu dan il-proces verbal se jkollhom ħafna diffikultajiet.", "Jien nista' ngħid li xi kultant jiġu nies fl-uffiċċju tagħna b'xi testmenti jew b'kuntratti li tant ikunu antiki li la tkun tista' tifhimhom u wisq inqas tagħti parir fuqhom.", "Forsi n- nutara jifhmuhom iktar għaliex huma mdorrijin pero' ma nistax nimmaġina mħallef b'dak il-pressure ta' xogħol kollu li jkollu u b'dawk id-digrieti kollha li jkun jrid jagħti, li jagħmilha kważi ta' bniedem akkademiku u jagħmel summaries u jirrediġi l-proces verbal f'dawk it-testmenti antiki.", "Dawn huma kollha testmenti antiki għaliex qed nitkellmu fuq timeframe ta' 100 sena.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Gulia, kien mija fil-mija korrett meta qal li din l-emenda se tikkrea piż reali fuq is-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili pero' jien inżid ngħid li se toħloq ukoll problemi.", "X'inhu l-iskop li tinkombi fuq il-ġudikant li jagħmel proces verbal?", "Jien naħseb li għandha ssir emenda fis-sens li l-kontroll effettiv jibqa' taħt il-qorti, it-testment jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u mbagħad il-file kollu jiġi ssiġġilat u jintbagħat fejn għandu jintbagħat u l-proces verbal jew rapport isir mir-reġistratur pubbliku.", "Fl-opinjoni tiegħi, meta wieħed jaf f'liema ċirkostanzi jinsabu l-qrati tagħna, is-Sekond'Awla m'għandhiex tiġi mgħobbija b'iżjed affarijiet.", "Sur President, wieħed irid japprezza l-isforzi li jsiru mill-ministru tal- ġustizzja biex jiddaħħlu ċerti riformi fil-qrati tagħna - li m'humiex xi dipartiment bħal ħafna oħrajn li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' ministri oħra - għaliex kif jaf kulħadd m'huwiex faċli li tikkontrolla l- qrati.", "Waqt okkażjoni ta' cocktail party kont qed nitkellem ma' l-Onor.", "Austin Gatt u staqsejtu kif inhu sejjer bħala ministru tal-ġustizzja.", "Fil-fatt l-Onor.", "Gatt kellu raġun jgħidli li huwa m'huwiex il-ministru tal- ġustizzja għaliex il-ministri tal-ġustizzja huma l-imħallfin.", "Jien ngħid li l-ministeru tal-ġustizzja huwa l-inqas ministeru li għandu saħħa għaliex ministru ieħor li għandu r-responsabilta' ta' ċerti dipartimenti jista' tindaħal fit-tmexxija tagħhom imma l-ministru tal-ġustizzja ma jistax jindaħal fit-tmexxija tal-qrati.", "L-ewwelnett illum għandna s- sistema ta' l-autogoverno ta' l-imħallfin li għandhom ukoll il-kunsill tagħhom u t-tieni nett id-doveri tagħhom jaqsmuhom huma.", "Fil-fatt il- ministru tal-ġustizzja ma jistax jaqbad u jkellem maġistrat u jiġbidlu l- attenzjoni għal xi kawżi li jkun għadu ma appuntax jew inkella jiġbidlu l- attenzjoni fuq xi numru ta' kawżi kriminali serji li jkunu ilhom jistennew is-sentenza - u dawn huma fatti li qed jiġru - xi ħames snin!", "Fil-fatt il-ministru tal-ġustizzja, li suppost huwa responsabbli mill-qasam tal- ġustizzja, lanqas jista' jgħidilhom nofs ta' kelma!", "Jiena naf min ipprova jagħmilha imma qala' ħasla.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-ministru tal-ġustizzja għandu għadma iktar iebsa mill-ministru ta' l-intern li għalkemm għandu ċertu awtonomija fi ħdanu jista' jimplimenta ċerti riformi, bħal, per eżempju, fil-każ tal-ħabs pero' m'għandux taħt ir-responsabilita' tiegħu organu ta' l-Istat bħalma huma l- qrati li huma daqstant awtonomi.", "Jien nemmen li l-ministru tal- ġustizzja jrid ikollu d-don tal-persważjoni u tad-diplomazija u jrid jagħraf jimxi magħhom b'mod prudenti għaliex kif jindunaw li qiegħed jgħaġġel, jiġrilu bħall-predeċessur tiegħu, l-ex-ministru l-Onor.", "Joe Fenech, li kif beda jinbaħ u jiġdem, kellu straġi sħiħa fil-qrati tagħna.", "Saħansitra kellna sitwazzjonijiet fejn maġistrat in an open court għamel verbal u kkritika l-ministru fil-verbal dak il-ħin stess.", "Jien bħala avukat li qiegħed nitkellem hawnhekk u li rrid nidher quddiemhom irrid noqgħod attent li ma nparlax iż-żejjed għaliex nista' ningidem ukoll.", "Dik hija s-sistema tal-qorti.", "Aħna l-politiċi fil-qorti niġu kkritikati ħafna u għalhekk jien ngħid li fil-qorti trid tintuża d-diplomazija.", "Għalhekk meta wieħed jikkonsidra dan kollu, irid joqgħod attent li ma jkomplix iżid iktar piż fuqhom.", "Għalkemm l-iskop ta' din il-liġi huwa tajjeb jien nappella li dan ix-xogħol m'għandux jintefa' fuq il-qrati tagħna imma għandu jsir mir-reġistru pubbliku għaliex se jinqalgħu ħafna intransiġenzi u l-imħallef jibda jgħid li xogħlu m'huwiex li jagħmel is- summaries għaliex dawn huma affarijet li ddejqu lill-maġistratura.", "Sur President, nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li bħalissa l-qrati tagħna għaddejjin minn perijodu daqsxejn diffiċli fis-sens li jinħass - u dan m'iniex qed ngħidu b'xi sens ta' kritika diretta lill-Onor.", "Austin Gatt - li m'hemm l-ebda awtorita' eżekuttiva li qed tagħti l-interess neċessarju lil dan id-dikasteru imma hemm biss figurehead li forsi jmur għaċ-ċerimonji jew biex tinfetaħ xi exhibition!", "Jien nemmen li l-ministru tal-ġustizzja jrid juża ftit iktar forza - mhux daqskemm uża l-ex-ministru Joe Fenech għaliex jiġrilu bħalu - u jimplimenta ċerti riformi urġenti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nagħmel riferenza għall-emenda li qegħda tiġi proposta għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u hawnhekk qed nirriferi għall- artiklu ġdid propost li huwa 535 (a) li jgħid hekk:", "\"Meta r-reġistratur ikun rċieva testmenti sigrieti skond id- dispożizzjoni ta' dan it-titlu iżda dawn ma jkunux ittieħdu lura mit- testuri jew ma jkunux infetħu u ġew ippubblikati u jkunu għaddew 100 sena mid-data tal-preżentata tat-testmenti, ir-reġistratur għandu jħejji u jippubblika l-elenku ta' dawk it-testmenti fil-Gazzetta.\".", "Sur President, jien m'iniex se noqgħod nirripeti dak li ntqal minn sħabi fejn spjegaw b'mod ċar u dettaljat dwar it-testmenti u kif timxi l- proċedura fir-rigward ta' testment sigriet.", "Irrid nirrimarka biss li aħna hawnhekk qed nillimitaw ruħna għal dak li jikkonċerna testment sigriet fejn ħadd ma jsir jaf il-kontenut tiegħu qabel ma jmut it-testatur u t- testment isir pubbliku.", "Fil-fatt il-liġi tikkonċentra fuq dak il-każ fejn ikollok testment sigriet li għal xi raġuni jew oħra ma jinfetaħx.", "U hawnhekk niġi għall-kwestjoni tal-perjodu ta' 100 sena - u fil-fatt diġa' saru xi rimarki fuq din il-kwestjoni kemm mill-kollegi tan-naħa tiegħi u kif ukoll mill-ministru - li jien naħseb li huwa twil ħafna mhux biss għaliex jista' jolqot lill-qrati b'mod ħażin imma għandu effett ukoll fuq l-aspett soċjali.", "Għalkemm jista' jkun li dan it-testment sigriet ma jkun fih xejn bħalma ġieli jkun il-każ jista' jkun ukoll li jkun jittratta proprjeta' immobbli.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk aħna se nħallu perijodu ta' 100 sena jgħaddi minn fuq dan it-testment sigriet ifisser li se jkollok proprjeta' li se tibqa' idle għall-perijodu ta' 100 sena.", "Sur President, kif tkellimna diversi f'dan il-parlament f'pajjiżna għandna problema kbira ta' housing u wieħed mill-punti li ġieli tqajmu kien dwar il-kwantita' enormi ta' proprjeta' mitluqa fiċ-ċentri tal- villaġġi u ta' l-ibliet tagħna.", "M'iniex qed ngħid li din il-proprjeta' hija kollha frott ta' testmenti sigrieti jew inkella ta' testmenti li ma nfetħux imma jista' jkun il-każ li dawn l-affarijiet jeżistu.", "Barra minn hekk, il-benefiċjarji ta' dawn it-testmenti ikunu qegħdin jiġu mċaħħda minn din il-proprjeta' għaliex la t-testment ikun sigriet ħadd ma jkun jaf min hi dik il-persuna li se tibbenefika minn dak it-testment u jekk dak it- testment ma jinfetaħx qabel jgħaddi l-100 sena, il-persuna m'hijiex se tkun taf li dik il-proprjeta' misset lilha.", "Din il-problema wieħed irid jaraha wkoll fil-perspettiva l-oħra fejn tidħol il-kwestjoni ta' preskrizzjoni ta' l-għaxar snin għaliex kif forsi jaf il-kollega tiegħi wara li jgħaddi perjodu ta' għaxar snin min ikun qed jokkupa proprjeta' bħala tiegħu nnifsu u jiddisponi minnha bħala li hu l-proprjetarju tagħha, allura dan se jsir proprjetarju ta' dik il-proprjeta'.", "Dan ifisser li jekk għandek proprjeta' li ġiet imħollija lil terzi permezz ta' testment sigriet u dan il- benefiċċjarju qatt ma jsir jaf li din il-proprjeta' ġiet imħollija lilu, allura dan qatt m'hu se jirnexxielu jibbenefika minn din il-proprjeta' speċjalment jekk din il-proprjeta' tkun ġiet okkupata minn xi squatter li jkun qabad u daħal fil-proprjeta' u għamilha tiegħu personali.", "Barra minn hekk, wara li jgħaddu 30 sena oħra persuna tkun tista' ssir proprjetarja ta' dik il-proprjeta' u kwalunkwe drittijiet huma meqjusa bħala maqtula, jiġifieri min ikun daħal f'din il-proprjeta' wara 30 sena jkun akkwistaha mija fil-mija u l-ebda azzjoni ma tkun tista' tittieħed fil- konfront tiegħu biex jiġi mkeċċi jew inkella jitnaqqsulu xi drittijiet.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin niffissaw perijodu ta' 100 sena meta l-perijodu fil-liġi possessorja biex bniedem jakkwista proprjeta' huwa qasir ħafna komparat mal-100 sena għaliex għandek għaxar snin u 30 sena.", "Għalhekk naħseb li żgur huwa l-każ li dan il-perijodu jiġu mnaqqas.", "Huwa veru li tista' tinqala' l-problema li joħorġu ċerti affarijiet imbarazzanti meta dawn it-testmenti sigriet isiru pubbliċi u allura jkun hemm raġunijiet għaliex għandhom jibqgħu sigrieti biex tgħaddi l-ġenerazzjoni, pero' żgur li m'huwiex fl-interess ta' l-ebda liġi tagħna, speċjalment il-liġi ċivili, li tippermetti li proprjeta' titħalla mejta għal dak iż-żmien twil u fl-istess ħin iċaħħad lil min jista' jibbenefika minn dik il-proprjeta' għaliex ħaddieħor jista' jużurpalu kwalunkwe dritt li jkollu.", "Sur President, il-liġi kif minn dejjem promulgata ma tippermettix dan it-tip ta' aġir imma trid li l-benefiċjarju jkun protett u għalhekk il-fatt li jista' jkun hemm każijiet li jirriżultaw imbarazzanti m'għandomx jiġu meqjusa meta mqabbla ma' diffikultajiet ferm iktar kritiċi u li jistgħu jkunu ta' danni.", "Għalhekk jien nissottometti li dan il-perjodu ta' 100 sena għandu jiġi mqassar.", "Raġuni oħra għaliex dan il-perjodu ta' 100 sena għandu jiġi mqassar hija minħabba l-kwestjoni meta s-Sekond'Awla tiġi biex tanalizza u teżamina dawn it-testmenti.", "Illum il-ġurnata huwa fatt magħruf - u naħseb li llejla żgur kulħadd sar jaf - li s-Sekond'Awla għandha backlog enormi, għandha pressure qawwi ta' xogħol u qed tiħħendilja mijiet ta' każi kuljum li għandhom x'jaqsmu ma' separazzjonijiet eċċ. Issa bl-introduzzjoni ta' din il-biċċa xogħol, il-backlog tas-Sekond'Awla se jiżdied iktar u jekk se jkun hemm perijodu ta' 100 sena, dawn it-testmenti sigrieti dejjem se jkomplu jakkumulaw u meta jiġu biex jinfetħu se jinqala' panic għaliex se jkollok backlog li nġema' matul iż-żmien u jrid jinfetaħ f'daqqa.", "Għalhekk ikun iktar prattiku jekk il-perijodu jkun iqsar biex dawn l- affarijiet ikunu jistgħu jiġu amministrati mis-Sekond'Awla fi żmien iqsar u l-benefiċjarju jkollu l-opportunita' li jsir jaf x'wiret u ma weritx.", "Kif diġa' ndikajt, il-kwestjoni tal-housing tista' tintlaqat b'din l- emenda għaliex waħda mill-problemi li qed jiltaqa' magħhom id-dipartiment huwa li meta jiġi biex jara jekk bini ikunx antik jew modern ħalli jkun jista' jitwaqqa' ma jkunx jaf min hu l-proprjetarju u għalhekk ikun iktar prattiku kieku minflok inħallu dan il-perijodu, jiġu mogħtija inċentivi biex dak li jkun isir jaf min hu l-proprjetarju.", "Għalhekk għal din ir- raġuni wkoll dan il-perjodu ta' 100 sena għandu jiġi ridott.", "Ħaġa oħra li tista' tkun ta' problema hija l-kwestjoni tal- frammentazzjoni.", "Meta persuna tkun iddisponiet minn ħwejjiġha b'testment sigriet u dan it-testment jinfetaħ wara 100 sena, il-benefiċjarju ta' dak it-testment jista' jkollu t-tfal bit-tfal tagħhom u allura jkollok sitwazzjoni fejn il-wirt tal-missier ikun għadda fuq l-iben li min-naħa tiegħu jkollu t-tfal tiegħu u dan il-wirt ikun iffragmenta ruħu.", "B'konsegwenza ta' dan jista' jinqala' l-każ li meta attwalment persuna ssir taf li hija bbenefikat minn dan it-tip ta' testment, ma jkunx iktar vijabbli għall-membri tal-familja li jfittxu d-drittijiet tagħhom minn dan it-testment għaliex l-ispiża involuta biex isiru l-kuntratti ħalli jkunu jistgħu jirċievu dik il-proprjeta' tkun se teċċedi dak li jkun se jmisshom u allura għal darba oħra se jkollok ħela ta' art għaliex din il-proprjeta' tiġi abbandunata.", "Huwa veru li teżisti proċedura oħra li permezz tagħha l- gvern jakkwista l-proprjeta' wara 40 sena pero' żgur li l-gvern mhux se jkun jaf b'dawn il-proprjetajiet kollha u jridu jgħaddu 100 sena sakemm din il-proprjeta' tiġi a konoxxenza ta' l-awtoritajiet u jsiru l-proċeduri l-oħra sabiex din il-proprjeta' ma tibqax abbandunata.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn huma t-tliet raġunijiet għaliex il-perjodu ta' 100 sena huwa twil wisq.", "Sur President, paragrafu 2 ta' klawsola 3 ta' din l-emenda jgħid hekk:", "\"Wara l-pubblikazzjoni ta' l-elenku msemmi f'subaritoklu (1) ta' dan l- artikolu fil-Gazzetta, il-qorti għandha tappunta jum u ħin meta t- testmenti msemmija fl-elenku għandhom jinfetħu fil-pubbliku.\".", "Bla dubju ta' xejn din l-emenda qed tagħmel riferenza għall-mod ta' kif dawn it-testmenti sigrieti jkunu pubblikati.", "Kif jaf il-kollega tiegħi, il-proċedura tal-bandi tieħu fit-tul ukoll u għalhekk hawnhekk qegħdin għal darba oħra nerġgħu ngħabbu lill-qrati b'ħafna xogħol li forsi jista' jiġi faċilment evitat fis-sens li m'għandux ikun hemm il-proċedura normali tal-bandi fejn jiġu mqabbdin l-kuraturi ta' l-elenku, jitwaħħlu l-bandi fil- bini tal-qorti għal ċertu perjodu ta' żmien u għandek dejjem iż-żmien għaddej.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru bil-permess ta' l-Onor.", "Sammut.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bands jeżistu għal testmenti sigriet li jsiru llum pero' qed inżidu provvediment - u jiddispjaċini li ma semmejtux fil-bidu tad-diskors tiegħi - li għal dawk it-testmenti sigrieti li saru iktar minn 100 sena ilu, ir-requirement li tippubblika l-bandi ma japplikax.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Imma għat-testmenti li se jsiru minn issa 'l quddiem se tibqa' tapplika din l-istess proċedura? .", "ONOR.", "TONIO BORG: Għal dawk it-testmenti normali se tibqa' kif inhi llum bil-bandi pero' dawk it-testmenti sigrieti li jkunu għaddew iktar minn 100 sena minn fuqhom jiġu ppubblikati mingħajr il-ħtieġa tal-bandu.", "Din hija simili għall-proċedura li tintuża fil-każ ta' testmenti pubbliċi li jkunu għaddew 100 sena minn mindu jkunu saru fejn in-nutar lanqas jitlob iċ- ċertifikat tal-mewt proprju għaliex wieħed jassumi li jekk it-testatur kellu 18-il sena meta għamel it-testment u jgħaddu 100 sena oħra magħhom ikun miet.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Allura f'dan il-każ qed titneħħa waħda mill- problemi li kienet iktar taggrava s-sitwazzjoni tas-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Sur President, nixtieq nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nappella li s-sistema li qegħdin nadottaw tal-100 sena għandha tiġi analizzata.", "Fl- opinjoni tiegħi, il-perijodu ta' 100 sena huwa twil wisq u għandu jiġu limitat għal perjodu inqas sabiex ikollna iktar art disponibbli għall-użu tagħna għaliex jiena nemmen li l-iktar li jkun hemm interess f'testmenti, huma ta' liema tip huma, huwa fejn tidħol proprjeta' immobbli.", "Ngħid biss li la huwa fl-interess tal-benefiċjarju, la fl-interess tal-pubbliku in ġenerali u wisq inqas ta' min forsi għada pitgħada jrid jamministra biex ikun jista' jiżviluppa u jippjana aħjar għal min ikun ġej warajh li jkollna proprjeta' immobbli miżmuma.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, kif diġa' qalu sħabi, din il-liġi li għandna quddiemna m'hijiex kontenzjuża imma l-iskop tagħha huwa biex jgħin xi ftit l-amministrazzjoni tal-qorti.", "Pero' filwaqt li qed nagħtuha din l-importanza amministrattiva li fiha l-validita' tagħha, inħoss li indirettament qiegħda tattakka l-prinċipju tas-segretezza tat-testmenti.", "Bħala nutar nista' ngħid li meta bniedem jiġi biex jagħmel it-testment tiegħu kemm jekk ikun testment pubbliku li jiġi redatt min-nutar stess u kif ukoll jekk ikun testment sigriet li jiġi ppreżentat f'envelope u n- nutar jintalab biex jippreżentah fis-Sekond'Awla, l-iktar ħaġa li tkun tinteressa lill-individwu tkun appuntu l-konfidenzjalita' u s-segretezza.", "Tant hu hekk, li ċerti individwi f'testmenti pubbliċi - meta ngħidu testmenti pubbliċi ma jfissirx li dak it-testmenti jkun qed isir għand in- nutar u l-għada jiġi ppubblikat f'xi gazzetta imma jissejjaħ pubbliku sempliċement minħabba l-fatt li jkun ġie insinwat fl-Insinwa li l-individwu \"X\" jew \"Y\" għamel testment fit-tali data li jinstab depożitat għand it- tali nutar - jiddejqu bil-preżenza tax-xhieda - għaliex il-liġi tobbliga li jkun hemm xhieda f'testment pubbliku - li jkunu jafu, għaliex ovvjament ikun qed jinqara quddiemhom, kif dak li jkun ikun se jiddisponi mill-ġid tiegħu wara mewtu u jibżgħu li dak ix-xhud jista' anke bi żball jiżvela jew inkella jagħti xi indikazzjoni dwar il-kontenut tat-testment.", "Għalhekk ħafna drabi dak li jkun imur għal testment sigriet li jsir ukoll quddiem nutar pero' għandek iktar element ta' segretezza.", "Kif diġa' ntqal minn sħabi, ħafna drabi d-dispożizzjonijiet ta' dawn it-testmenti jkunu intiżi biex dak li jkun jassigura li l-membri tal- familja tiegħu ma jkunux jafu li effettivament għamel testment.", "F'każ ta' testment pubbliku, dak li jkun jista' jmur jiċċekkja fl-Insiwna biex ikun jaf jekk sarx xi testment minn \"X\" jew \"Y\", pero' f'każ ta' testment sigriet ma tiġi żvelata l-ebda informazzjoni mis-Sekond'Awla jekk dak li jkun ma jipprovdix iċ-ċertifikat tal-mewt.", "L-element ta' segretezza f'testment sigriet fejn kull testatur għandu dritt assolut tiegħu li jiddisponi mill-proprjeta' tiegħu kif irid hu u lil min irid hu, dejjem ovvjament fil-limitazzjonijiet li timponi l-liġi f'ċerti ċirkostanzi, huwa osservat mija fil-mija.", "Issa din l-emenda li għandna quddiemna tirriferi għat-testmenti sigrieti u tgħid li wara 100 sena li testment sigriet ikun ġie depożitat fis- Sekond'Awla - u allura qegħdin nippreżupponu li t-testatur ikun miet - irid jinfetaħ - issa f'dan il-każ it-testment m'huwiex qed jinfetaħ bil-proċeduri stabbiliti bil-liġi għaliex hemm il-werrieta li għandhom interess li dak it-testment jinfetaħ - allavolja jista' jagħti l-każ li la t-testatur ma jkun irtirah lura u lanqas l-istess persuni li setgħu jibbenefikaw mill-wirt ta' l-individwu ma kellhom interess li jiftħu dak it- testment.", "Ħafna drabi jiġru dawn l-affarijiet għaliex it-testatur ikun għamel xi testment pubbliku li permezz tiegħu jkun ordna li kwalunkwe testment preċedenti jiġi revokat u mħassar.", "Sussegwentement ix-xewqa tat- testatur tkun li dak it-testment sigriet bl-ebda mod ma jiġi pubblikat.", "Għalhekk f'dan is-sens qed ngħid li din il-liġi qd tattakka wieħed mill- prinċipji fundamentali li l-kontenut ta' testment għandu jibqa' siġriet sal-mewt żgur u anke jekk it-testatur ikun għamel testmenti oħra, ħafna darbi x-xewqa tiegħu tkun li dak it-testment preċedenti għandu jibqa' sigriet ukoll.", "Jiġifieri jekk it-testatur ikun għamel testment ieħor wara l-ewwel testment sigriet tiegħu u fit-tieni testment ikun ħassar it- testment sigriet preċedenti, allura l-konsegwenza ta' dan tkun li l- werrieta ma jkollhom l-ebda interess f'dak it-testment sigriet.", "Għaliex?", "Ladarba dak it-testment sigriet ikun tħassar, allura ħadd ma jkollu interess li jkun jaf il-kontenut tiegħu u ċertament jekk it-testatur ikun ħassar dak it-testment sigriet b'testment sussegwenti, ix-xewqa tat- testatur għandha tiġi rispettata iktar u iktar meta ħafna drabi d- dispożizzjonijiet ta' dawn it-testmenti jkunu delikati u jkun aħjar li jibqgħu ma jkunux magħrufa mill-pubbliku.", "Huwa fl-interess tal-werrieta li jekk ikun hemm xi testment jinfetaħ għaliex inkella ma tkun tista' ssir l- ebda diviżjoni tal-proprjeta', l-ebda withdrawal ta' flus mill-banek biex jinqasmu bejn il-werrieta kemm jekk huma stabbiliti bil-liġi u kif ukoll jekk ikunu definiti bit-testment.", "Allura hija konswetudni li jekk l-aħħar testment tat-testatur ikun testment li jirrevoka kull testment ieħor preċedenti tiġi rispettata s-segretezza ta' l-ewwel testment li jkun sar għaliex wara kollox min ikollu xi interess fit-testment irid jibbaża ruħu fuqu l-aħħar xewqa ta' l-individwu.", "Jiġifieri jekk qabel ikun għamel xi dispożizzjonijiet differenti u wara jsir testment ieħor, dawk id- dispożizzjonijiet jkunu nulli u bla effett u ħadd m'għandu jagħti kashom.", "Jien naħseb li l-aspett tas-segretezza huwa dritt ta' l-individwu u għalhekk l-aħħar xewqa tat-testatur għandha tiġi rispettata.", "Jien nemmen li m'hijiex l-intenzjoni ta' din il-liġi li l-prinċipju fundamentali tas-segretezza jiġi b'xi mod attakkat u għalkemm hemm qbil amministrativament li dawn it-testmenti sigrieti għandhom effettivament jinfetħu u jmorru għand l-arkivista, naħseb li l-kontenut tagħhom għandu b'xi mod jibqa' mhux magħruf.", "Jekk ikun hemm xi interess li t-testment sigriet isir pubbliku, huwa l-kompitu tal-werrieta li jitolbu li t- testment jinfetaħ.", "Il-fatt li amministrativament tramite l-qorti bil- proċeduri li qed nistabbilixxu hawnhekk, dan it-testment qiegħed jinfetaħ u jsir pubbliku, qed isir mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni ta' xejn għaliex huma l-persuni li għandhom interess li jkunu jafu x'fih u ma fihx li għandhom il-proċedura stabilita biex effettivament jitolbu li jinfetaħ.", "Jien ngħid li jagħmel sens li dawn it-testmenti sigriet jiġu elenkati mingħajr ma l-kontenut tagħhom jiġi żvelat fil-pubbliku.", "X'inhu l-interess tal-pubbliku li jkun jaf x'fihom dawn it-testmenti jekk mhux biss biex ikollu fuq xiex jgħid?", "Il-fatt li amministrattivament qegħdin mmorru oltre' milli sempliċement nelenkawhom imma se nagħmluhom pubbliċi mingħajr ma jkun hemm ir-rikjesta minn min hu interessat, naħseb li effettivament m'aħniex qed nagħtu servizz lill-komunita'.", "Għaliex għandhom ikunu magħrufa d-dispożizzjonijiet ta' dawn it-testmenti sigrieti li jkunu għaddew iktar minn 100 sena minn fuqhom, jiġfieri jkunu għaddew erba' ġenerazzjonijiet, meta t-testatur seta' kellu dispożizzjonijiet mentali mod minħabba ċerti ċirkostanzi partikolari u dawk iċ-ċirkostanzi partikolari eventwalment jkunu nbidlu matul ħajtu u dak it-testment sigriet ikun ħassru?", "Jekk xi ħadd ikun ippreżenta testment sigriet meta kellu 20 sena, għex sa 70 sena u qabel ma miet għamel testment pubbliku li ħassar dak it-testment li għamel 50 sena qabel għaliex biddel il-ħsieb tiegħu, dan għandu dritt jagħmlu.", "Pero' issa wara 100 sena, dak it- testment sigriet se jsir pubbliku u l-effett tiegħu se jkun fuq il- familjari tat-testatur.", "Jien ngħid li amministrattivament jagħmel sens li nneħħu dawk it- testmenti sigrieti mis-Sekond'Awla, imma ta' min jikkonsidra l-fatt li meta l-kontenut tagħhom jiġi ppubblikat u l-imħallef irid jagħmel proċess verbal fuq xi ħaġa li m'għandhiex interess pubbliku, inkunu qed nagħmlu infringement tal-privacy ta' l-individwu.", "Illum qegħdin ngħixu fiż-żmien tat-teknoloġija ta' l-informatika u nafu biżżejjed kemm il-privacy personali qiegħda tiġi mnaqqsa.", "Il-fatt li mat-twelid ikollok numru li jibqa' jiġri miegħek matul ħajtek kollha huwa biżżejjed pero' dan huwa fenomenu mondjali għaliex l-informatika ma tistax iżżommha u saret neċessita' tal-ħajja.", "Jien nixtieq inkun naf x'inhu l-interess pubbliku li testment sigriet li jkunu għaddew 100 sena minn fuqu jkun magħruf minn kulħadd iktar u iktar meta jkun sar testment ieħor li jkun ħassar dak it- testment sigriet.", "Għaliex dak is-sigriet ta' l-individwu li b'testment ieħor ikunu ġabu null u bla effett m'għandux jiġi rispettat?", "Kieku l- werrieta jridu jkunu jafu x'fih dak it-testment sigriet wara l-mewt tat- testatur, jistgħu jagħmlu applikazzjoni quddiem is-Sekond'Awla u jitolbu biex dak it-testment jiġi ppubblikat.", "Allura jekk lanqas il-benefiċjarji ma jkollhom interess li jitolbu li dan it-testment sigriet jiġi ppubblikat għaliex ikun hemm testment ieħor li jirregola kif għandu jinqasam il-wirt u min għandu jgawdi u ma jgawdix, x'inhi l-ġustifikazzjoni li dawn it- testmenti sigrieti nagħmluhom pubbliċi?", "Jien nissuġġerixi li waqt il- Kumitat tal-Kamra meta nkunu qed nikkonsidraw dan l-abbozz ta' liġi fl- istadju tal-Kumitat naraw jekk hemmx skop li l-pubbliċita' ta' dawn it- testmenti tiġi osservata.", "Jien naqbel mal-miżura amministrattiva li dawn it-testmenti sigrieti jmorru għand l-arkivista biex innaqqsu ftit mil-piż li jipprevali fuq il-qorti imma naħseb li mill-bqija m'għandu jkun hemm l-ebda interess ulterjuri.", "Ħaġa oħra li nixtieq nitkellem dwarha huma l-proċessi verbali li jridu jsiru mill-imħallfin u li kif diġa' ntqal minn sħabi, se jkomplu jżidu x- xogħol fis-Sekond'Awla.", "Jien għandi esperjenza ta' sena u ftit xhur bħala ministru tal-ġustizzja u l-ewwel ħaġa li jgħidlek kull imħallef hija li ma jistax ilaħħaq ma' l-ammont ta' xogħol li għandu.", "Fil-fatt in-numru ta' kawżi li hemm quddiem il-Qorti Superjuri u l-Qorti Inferjuri jammonta għal madwar 23,000 kawża u dawn qed jiżdiedu regolarment kull sena.", "Filwaqt li qegħdin ngħidu li amministrativament se nneħħu dawk it- testmenti sigrieti mis-Sekond'Awla li għandhom 'il fuq minn 100 sena biex imorru għand l-arkivista fl-istess ħin qed ngħabbu lill-imħallef b'iktar xogħol għaliex irid jagħmel il-proċess verbali fuq dawn it-testmenti sigrieti li ħafna drabi lanqas biss ikunu jistgħu jinqraw.", "Issa kulħadd jaf bil-pressure ta' xogħol li hemm fis-Sekond'Awla fejn isiru minn erba' sa ħames seduti fil-ġimgħa biex jiġu trattati kawżi ta' separazzjonijiet - issa hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq il-kontenzjuż li mbagħad jitilgħu quddiem il-Prim'Awla - u ċertu xogħol ieħor ta' natura volontarja fejn kollox irid jiġi assessed mill-imħallef.", "Għalhekk nappella biex nerġgħu nagħmlu reconsideration ta' dan l-abbozz ta' liġi għaliex filwaqt li fil- prinċipju qed naqblu, naħseb li nkunu qed nimminaw l-oġġettiv ta' din il- liġi jekk min-naħa waħda nipprovaw inħaffu l-amministrazzjoni fil-qrati tagħna u u min-naħa l-oħra qed nerġgħu ngħabbu lill-imħallef b'dan ix- xogħol kollu amministrativ li jrid joqgħod jagħmel il-proċessi verbali.", "L-iktar punt li jinkwetani f'din il-liġi huwa l-fatt li, mingħajr intenzjoni, qegħdin nimminaw il-prinċipju fundamentali tas-segretezza tat- testment.", "Jien naħseb li dan il-prinċipju minn dejjem kien osservat bl- iktar mod rett fil-liġijiet tagħna u nafu biżżejjed x'inhuma r-regoli proċedurali biex nutar jagħmel release ta' testment lil xi ħadd biex appuntu tiġi rispettata l-konfidenzjalita' bl-iktar mod assolut.", "Għalhekk inħeġġeġ li fl-istadju tal-Kumitat isir tibdil f'dan l-abbozz ta' liġi biex dawn it-testmenti sigrieti jkunu arkivjati, imma ma jiġux ippubblikati għax nerġa' ntenni li ħadd m'għandu l-interess li jkun jaf il- kontenut tagħhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu x'jaqsam mat-testmenti sigrieti li jkunu depożitati fis-Sekond'Awla.", "Fil-fatt ħadd ma jkun jaf jekk sarx testment sigriet jew le jekk ma jiġix ppreżentat ċertifikat tal-mewt ta' l-Insinwa lis-Sekond'Awla.", "Min-naħa l-oħra, jekk ikun testment pubbliku, dak li jkun jista' jkun jaf jekk jekk sarx jew le imma l-kontenut tiegħu jibqa' sigriet bħalma jibqa' l-kontenut ta' testment sigriet sal-mewt tat-testatur.", "Jekk fhimt tajjeb il-kollega tiegħi, diġa' tressqet leġislazzjoni f'dan ir- rigward u fil-fatt il-parti innovattiva ta' din il-liġi m'hijiex il-ftuħ tat-testment imma l-fatt li dan it-testment jiġi arkivjat.", "Jidher li hemm żewġ linji ta' ħsieb dwar il-proċedura li għandha tintuża.", "Jiena wisq nissuspetta li r-raġuni għaliex tressqet din il-liġi hija purament biex jinħoloq iktar spazju fis-Sekond'Awla għaliex ma naħsibx li l- fatt li jkun hemm testment sigriet li jibqa' sigriet għal dak iż-żmien kollu, se jaffettwa l-eredita' b'xi mod jekk jiġi ppubblikat.", "Permezz ta' din il-liġi, dawk it-testmenti li se jkunu għaddew iktar minn 100 sena minn fuqhom se jiġu ppubblikati.", "Personalment ma narax xi raġuni partikolari għaliex se ssir din il-proċedura u ma nistax nara x'importanza partikolari fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ħlief li peress diġa' saret leġislazzjoni fuq l-ewwel parti tagħha, bilfors kellha titressaq din il-liġi biex il-proċedura tiġi segwita.", "Dan ifisser li fl-ewwel Att li kellu x'jaqsam mat-testmenti sigrieti ta' iżjed minn 100 sena, kien hemm lapsus u biex wieħed jagħlaq dik it-toqba, qed issir din il-proċedura ġdida.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemm oqmsa li għandhom x'jaqsmu mas- suċċessjoni li għandhom ħafna iktar importanza mill-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u m'għandix għalfejn nirriferi għal ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu fl-ambitu kostituzjonali li jirriferu għal ċerti artikli tal- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Kieku l-gvern ressaq liġi biex dawk l-anomaliji li jeżistu fejn jidħol wirt li jaffettwa wlied li għandhom status differenti minn oħrajn jiġu in line ma' ċerti deċiżjonijiet ta' natura kostituzzjonali li ngħataw riċentement, naħseb li l-ħin tagħna kien ikun aktar meaningful għaliex il-proposti li jkunu qed jiġu diskussi jkollhom aktar entita'.", "It-tielet punt li xtaqt nagħmel huwa li l-qasam tal-ġustizzja qed jiġi spezzat fis-sens li llum għandna ministru tal-ġustizzja u tal-gvern lokali li huwa responsabbli minn ċerti affarijiet li tradizzjonalment jaqgħu taħt il-qasam tal-ġustizzja u għandna wkoll il-ministru ta' l-intern li huma responsabbli minn ċerti affarijiet li tradizzjonalment ma jaqgħux taħt il- qasam ta' l-intern.", "Fil-fatt il-ministru ta' l-intern - ovvjament għax il- Prim Ministru jaf il-kapaċitajiet li għandu - ingħata qasam wiesa' li ma jinkludix biss il-qasam ta' l-intern u l-planning authoirty li fihom infushom huma żewġ għadmiet ebsin, iżda fil-portfolio tiegħu żdiedulu xi affarijiet li tradizzjonalment aktar għandhom x'jaqsmu mal-ministeru tal- ġustizzja.", "Probabbilment il-loġika tagħha hija li ċertu qasam li għandu x'jaqsam mal-ministeru ta' l-intern qed jiġi kkonsolidat b'ċerti ħwejjeġ li għandhom anoloġija pero' dan l-ispezzament tal-portfolios huwa open to debate.", "Xtaqt nikkonkludi - għaliex informat li l-ministru jixtieq jagħlaq din il-liġi llum - billi ngħid li din il-liġi hija purament akkademika, speċjalment l-ewwel parti tagħha li diġa' saret leġislazzjoni dwarha u fil-fatt kellha titressaq il-parti neċessarja dwar il-proċedura peress li fl-ewwel liġi li kienet tressqet mill-Avukat Joe Fenech kienet tħalliet barra.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemm oqsma li għandhom x'jaqsmu mas-suċċessjoni li huma ta' ħafna aktar importanza minn dawn l-emendi li qed niddiskutu llum speċjalment fir-rigward ta' diversi deċiżjonijiet ta' natura kostituzzjonali li ttieħdu riċentement.", "Minkejja li m'għandi xejn xi ngħid fuq l-abilita' tal-ministru pero' jidher li l-ispezzament tal-qasam tal- ġustizzja ma tantx huwa wieħed feliċi.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-ewwelnett qabel ma nibda nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għal dak li qalu diversi membri ta' l- oppożizzjoni li jien għandi biżżejjed x'nagħmel u li l-uffiċċju tan-nutar tal-gvern m'għandux għalfejn ikun taħt ir-responsabilita' tiegħi wkoll.", "Pero' dan id-dipartiment ingħata lili u l-iskop ta' din il-liġi la għandu x'jaqsam ma' l-organizzazzjoni tas-Sekond'Awla u lanqas mal-kwestjoni in ġenerali tal-qorti.", "L-unika raġuni għaliex din il-liġi qed tiġi pilotata minni hija li sal-lum l-artiklu li ġie emendat erba' snin ilu jgħid li meta jinfetaħ testment sigriet li jkun għadda iktar minn 100 sena minn fuqu, l-arkivista li huwa n-nutar tal-gvern - li jaqa' taħt il-ministeru ta' l-intern - irid jirreġistra dak it-testment sigriet fir-reġistru pubbliku, li wkoll jaqa' taħt il-portfolio tiegħi, mentri b'din l-emenda mhux se jkun hemm il-ħtieġa li dak it-testment sigriet jiġi reġistrat fl- Insinwa kemm minħabba l-kaligrafija ta' ċerti testmenti u kif ukoll minħabba ċerti dettalji li l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku jimponi li għandhom jiġu inklużi meta tagħmel reġistrazzjoni ma jeżistux f'dawn it- testmenti sigrieti.", "Allura n-nutar tal-gvern qiegħed f'pożizzjoni li għandu liġi li ma jistax jimplimentaha fir-rigward ta' ċerti testmenti.", "Din hija l-emenda li qegħdin nipproponu u l-kwestjoni kollha li daħal fiha b'tant abilita' l-Onor.", "Mangion li t-testmenti sigrieti li għaddew 'il fuq minn 100 sena minn fuqhom m'għandhomx jinkixfu - ta' min jgħid li 95% tagħhom diġa' nkixfu - imissha tqajmet erba' snin ilu meta kienet tressqet l-emenda mill-ministru tal-ġustizzja ta' dak iż-żmien, l-Avukat Joe Fenech.", "Jien ma qgħadtx niċċekkja jekk kienx intalab xi vot fuq dik l- emenda jew jekk saritx xi diskussjoni partikolari fuqha għax din kienet emenda fost xi 250 emenda oħra għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Jista' jkun li sar xi dibattitu fuqha, pero' d-diskussjoni jekk it-testmenti sigrieti li jgħaddu 100 sena minn fuqhom għandhomx jinkixfu awtomatikament imissha saret erba' snin ilu.", "Illum in-nutar tal-gvern għandu liġi li għaddiet minn dan il-parlament erba' snin ilu li ma jistax jimplimentaha għar-rigward ta' ċerti testmenti sigrieti u għalhekk qed titressaq din l-emenda biex ir-rekwiżit li t- testmenti sigrieti li għaddew 'il fuq minn 100 sena fuqhom jiġu reġistrati l-Insinwa jitneħħa.", "Huwa veru li llum jeżistu problemi fil-qorti pero' ħafna mill-problemi li ssemmew mill-Onor.", "Gulia u mill-Onor.", "Herrera', żewġ avukati prattikanti fil-qorti, kienu jeżistu wkoll fi żmein il-gvern Laburista għax il-problema tas-Sekond'Awla ma żdieditx bil-ftuħ ta' dawn it- testmenti sigrieti imma nħolqot biż-żieda ta' kawżi ta' separazzjonijiet, bil-kwestjonijiet li jinqalgħu fuq il-kustodja tat-tfal, speċjalment meta Maltin ikunu miżżewġa barranin u jekk jinqala' xi inkwiet fiż-żwieġ tqum il-problema jekk it-tifel għandux jibqa' Malta jew jistax jakkumpanja lil missieru jew lil ommu barra minn Malta u affarijiet bħal dawn.", "Għalkemm is-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili xi darba kienet qorti esklussivament ta' ġurisdizzjoni volontarja, illum tiddeċiedi l-iktar kawżi kontenzjużi li joħolqu ċertu animu u rankur minħabba li jkunu jinvolvu nies umani u ma nkunux qed nitkellmu fuq xi kawża dwar xi ħitan diviżorji jew fuq xi flus.", "Imma ma naħsibx li jagħmel sens li noqogħdu nġebbdu l-argument u ngħidu li bil-pubblikazzjoni ta' dawn it-testmenti sigrieti se nġibu xi kollass tas- sistema!", "L-ewwelnett il-maġġoranza tat-testmenti hekk imsejħa sigrieti diġa' ġew ippubblikati għaliex meta jmut xi ħadd u dak li jkun jippretendi jew jaħseb li għandu xi dritt fuq il-wirt tiegħu, l-ewwel ħaġa li jagħmel kemm biex jittieħdu l-flus tal-bank u kif ukoll biex tiġi ppreżentata pretensjoni fuq proprjeta' huwa li jordna r-riċerki.", "Issa r-riċerki jsiru fl-insinwa għar-rigward tat-testmenti pubbliċi u fis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili ta' Mata u ta' Għawdex għar-rigward tat-testmenti sigrieti u jekk jirriżulta li jkun hemm testment sigriet, dawk li jkollhom interess f'dak il-wirt - u naħseb li f'pajjiż żgħir bħal tagħna jkun hemm diversi nies li meta jaraw li jistgħu jiggwadanjaw xi ħaġa ipprovaw jikkonkretiżżaw dak l- interess - jagħmlu rikors biex wara li joħroġ il-bandu, jiġi ppubblikat it- testment sigriet.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żewġ tipi ta' testmenti sigrieti; dawk it-testmenti sigrieti li ġew revokati b'testment pubbliku pero' t-testment sigriet ikun għadu depożitat fis-Sekond'Awla u jkun għadda iktar minn 100 sena minn fuqu u allura m'għandhomx iktar valur.", "L-argument li t-testmenti sigrieti li ġew revokati b'testmenti pubbliċi m'għandhomx jiġu ppubblikati jmissu sar erba' snin ilu.", "Huwa veru li jista' jkun hemm testment pubbliku u testment sigriet pero' wara l-mewt m'hemm xejn iktar sigriet dwar it-testmenti.", "Jien apprezzajt l-argumenti ta' l-Onor.", "Mangion meta qal li testatur li għamel testment sigriet seta' ma kienx jaf li l-liġi tipprovdi għall- pubblikazzjoni tiegħu pero' nerġa' nirrepeti li dan l-argument imissu sar erba' snin ilu u mhux illum.", "Allura bl-istess argument dawn it-testmenti sigrieti għandhom jibqgħu arkivjati fis-Sekond'Awla u jibqgħu sigrieti, għax dik l-emenda ma kenitx tgħodd biss għat-testmenti sigrieti li saru 100 sena ilu imma hija benchmark anke għal dawk li se jsiru fil-futur.", "Pero' nerġa' nirrepeti li dak li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi m'għandu x'jaqsam xejn ma' din il-kwestjoni.", "Meta qrajt l-artiklu tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni ta' Proċedura Ċivili għidt li bażikament se jerġa' jiġi riprodott kif inhu llum bid-differenza li llum qed ngħidu li t-testmenti sigrieti li għaddew 'il fuq minn 100 sena fuqhom m'hemmx għalfejn jiġu reġistrati l-Insinwa, imma jkun biżżejjed li n-nutar prinċipali tal-gvern jirreġistrahom f'indiċi ta' secret wills u li l-imħallef jagħmel il-proces verbal.", "Issa dan il-proces verbal ma jfissirx il-proces verbal li jagħmel il-maġistrat meta jkun hemm xi ħabta fatali jew inkella xi inċident serju fejn joqogħdu jinstemgħu x-xhieda kollha u lanqas kif qal l-Onor.", "Herrera' li huwa summary tat-testment.", "Kulma jagħmel l-imħallef f'dan il-proces verbal huwa li jgħid li, per eżempju, illum 8 ta' Ġunju, 1999 fid-9.00 a.m. infetaħ it-testment sigriet tat-tali individwu peress li għaddew 100 sena minn fuqu.", "Jiġifieri żgur li mhux se jkun hemm kollass tas-sistema!", "Testment jitkellem għalih innifsu u f'dan il-proces verbal se jiġu reġistrati biss id-dettalji ta' kif sar il-ftuħ tiegħu.", "Għaliex qed ngħid li hemm bżonn li jsir mill-imħallef?", "Jista' jagħti l-każ li testment sigriet ma jkunx fih xejn għaliex bis- sistema kif inhi llum, jiena nista' naqbad karta vojta u ma nikteb xejn fuqha, inpoġġiha f'envelop ssiġġilat, nagħtiha lir-reġistratur tal-qorti u ngħidlu li dak huwa t-testment sigriet tiegħi.", "Ir-reġistratur tal-qorti m'huwiex se jiftħu imma sempliċement jirreġistrah, inħallas dak li hemm bżonn biex jiġi reġistrat u meta ssir ir-riċerka jidher li sar testment sigriet, imbagħad meta jinfetaħ isibu li m'huwa testment sigriet xejn.", "Allura minħabba din iċ-ċirkostanza jkun tajjeb li mhux biss ikun hemm uffiċjal pubbliku imma membru tal-ġudikatura li jikkonstata dan il-fatt ħalli ma jkunx hemm kontroversja dwaru.", "Issa jiena naħseb li fil-bidu se jkun hemm ċertu backlog ġaladarba se tiġi implimentata l-iktar issa u peress li l-Public Registry Act bdiet f'nofs is-seklu l-ieħor, qabel dik id- data mhux suppost hemm testmenti sigrieti, jiġifieri għall-bidu se jkun hemm ċertu ammont pero' mbagħad se jonqsu ħafna.", "Punt ieħor li semmejtu meta rrispondejt il-punt li qajjem l-Onor.", "Sammut huwa li għal dawk it-testmenti sigrieti li jkunu għaddew iktar minn 100 sena minn fuqhom ma japplikawx il-provvedimenti tal-ftuħ tat-testmenti sigrieti normali.", "Meta saret l-emenda erba' snin ilu, donnu dan il-punt ittieħed for granted pero' aħna ridna nkunu iktar ċari dwaru u allura fil-klawsola l-ġdida li qed tiġi introdotta għidna li għar-rigward ta' dawk it-testmenti sigrieti li għaddew iktar minn 100 sena minn fuqhom, id- dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan it-titolu - u issa ngħid x'inhuma - dwar il-ftuħ u l-pubblikazzjoni ta' testmenti sigrieti m'għandhomx japplikaw.", "Din saret peress li artiklu 533 tal-liġi prinċipali jgħid hekk:", "\"Where a will is to be opened, the court shall by a decree, upon the application of any party interested, appoint the day, time and place for the oopening and publication of the will, and order that all interested parties be summoned: those known, by summons, and those unknown, by means of banns ....\"", "Allura jekk ma nagħmlux provvediment li din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal dawn it-testmenti li se jiġu miftuħa awtomatikament, nistgħu niġu f'sitwazzjoni li l-imħallef qabel ma jiftaħ it-testment sigriet li jkun għadda iktar minn 100 sena minn fuqu, ikollu jsejjaħ - u l-Bambin biss jaf fejn huma - l-interested parties.", "U hawnhekk niġu għall-punt li semma l-Onor.", "Sammut fuq il-bandu.", "Qed ngħidu b'mod speċifiku li l- proċedura tal-bandu u l-proċedura li jiġu notifikati l-persuni interessati m'hijiex se tapplika għall-ftuħ awtomatiku tat-testmenti sigrieti li jkunu għaddew iktar minn 100 sena minn fuqhom.", "Forsi wieħed jista' jgħid li dan il-punt kien diġa' understood pero' tista' tqum problema ta' dan it-tip u allura qed nagħmluha b'mod ċar fil-liġi.", "L-Onor.", "Sammut saħaq fuq il-punt li l-perjodu ta' 100 sena jmissu jkun iqsar.", "Jien naħseb li dan il-punt diġa' weġibtu meta rrispondejt lill- Onor. Herrera.", "Jien ngħid li malli tnaqqas il-100 sena tkun qed tilgħab man- nar fis-sens li tibda tikxef ukoll it-testmenti sigrieti ta' nies li li l- Mulej ikun tahom ħafna għomor u jkunu għadhom ħajjin għaliex isibu li t- testment sigriet tagħhom jew xi testment antik li li jkunu għamlu u li jkun ġie revokat b'testment pubbliku se jinkixef, mentri aħna rridu nassiguraw li meta jinfetħu dawn it-testmenti sigrieti t-testatur ikun miet żgur u allura qed ngħidu 100 sena plus it-18-il sena li hija l-eta' meta tista' tagħmel testment jiġu 118-il sena.", "Issa jekk xi ħadd jagħlaq 118-il sena f'dan il-pajjiż tinħolqilna problema pero' ma naħsibx li se jinqala' dan il-każ.", "Barra minn hekk, għalkemm it-testaur ikun miet ma nixtiequx li jkun hemm hemm effetti fuq dixxendenti anke ta' ċertu eta' ta' eredi ta' dawn in-nies.", "Allura naħseb li l-perjodu ta' 100 sena huwa perjodu raġjonevoli u se mai wieħed għandu jestendih.", "MR SPEAKER: Onorevoli kkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naħseb li kellna diskussjoni ftit teknika pero' li kienet interessanti wkoll u fl-istadju tal-Kumitat inkunu nistgħu nikkonsidraw kwalunkwe emenda biex kemm jista' jkun dawn l-affarijiet ikunu iktar ċari u jkun hemm consensus fuq id-dettalji ta' din il-liġi wkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1999 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi kkonsidrat u diskuss fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1999 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob liIl-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, 9 ta' Ġunju, fid-9.00 a.m. b'din il-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar fondi għal ħtiġijiet speċjali lil kunsilli lokali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta – it- Tielet Qari.", "----------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nibda d-diskors tiegħi billi nawgura illi llejla qabel għada l-istrajk li qed iseħħ bħalissa fil-ġbir taż-żibel ma' Malta u Għawdex jiġi solvut b'mod raġonevoli u ċivili.", "Matul dawn il- ġranet min-naħa ta' l-oppożizzjoni Laburista qgħadna attenti x'ngħidu u ma ngħidux, anzi konna prudenti u kawti ħafna meta semmajna leħinna kontra t- theddida għas-saħħa pubblika illi kienet qed tinfirex minħabba li l-gvern ma kienx qiegħed jassumi r-responsabbiltajiet ċentrali tiegħu biex servizz ta' emerġenza serju jiġi miżmum fl-ibliet u l-irħula ta' Malta u Għawdex.", "Madanakollu xorta waħda ma nistax ma npoġġix on record in-nuqqas ta' sodisfazzjon kbir illi l-oppożizzjoni tinnota fil-mod kif il-gvern ċentrali ħares lejn din il-kriżi li żviluppat ġurnata wara l-oħra.", "Kien hemm ċerti responsabbiltajiet u dmirijiet ċentrali li l-gvern kellu jassumi u ma assumihomx mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-manteniment u s-salvagwarda tas-saħħa pubblika imma wkoll fil-mod kif minn naħa jħares l-interessi tal-kunsilli lokali biex ikun żgur illi x-xogħol ta' tindif pubbliku jsir b'mod raġjonevoli u trasparenti u kif min-naħa l-oħra jissalvagwarda l-interessi ta' dawk li jipprovdu s-servizzi tat-tindif f'kuntest ġust u trasparenti.", "Il-gvern ċentrali abdika mir- responsabbiltajiet tiegħu b'mod illi l-konsegwenzi mhux neċessarjament ħassewhom il-kunsilli lokali jew dawk li jipprovdu s-servizzi ta' tindif, imma ħassewhom l-iktar iċ-ċittadini.", "F'dawn l-aħħar għaxart ijiem u aktar iċ-ċittadini raw illi servizz essenzjali fil-pajjiż jista' f'daqqa waħda jikkollassa fi żmien meta kien hawn sħana qawwija fil-pajjiż u fi żmien meta beda jirranka l-istaġun turistiku.", "Il-gvern attwali ma kellu l-ebda risposta għal dawn il-problemi u ma deherx interessat li jkollu xi risposta għaliex aktar kien interessat li jimmarka punti ideoloġiċi u ta' pika illi ma kellhom l-ebda kontest f'dak li kien qed jiżviluppa.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni qgħadna attenti li nżommu attitudini korretta f'dan kollu, konna lesti u se nibqgħu lesti li nagħtu l-kontribut tagħna fl- interess nazzjonali pero' ċertament ma nistax ma nirrimarkax fuq in-nuqqas ta' ħeġġa u ħila biex il-gvern ċentrali jipprovdi servizzi ta' tindif pubbliku li kienu għall-aspettattiva taċ-ċittadini.", "Filwaqt li nawguraw li l-istrajk jiġi solvut b'mod li jkun ġust, trasparenti u raġjonevoli għal kulħadd, xorta waħda naħseb li l-gvern għandu jagħmel analiżi sħiħa ta' l- operat tiegħu f'dan il-qasam għax parti sostanzjali mit-tort ta' dak li ġara u li qed jiġri bħalissa f'dan il-qasam jinkombi fuq il-gvern ta' Dr. Fenech Adami illi f'ħaġa bħal din ma kellux biżżejjed foresight biex jifhem il-konsegwenzi ta' ċerti deċiżjonijiet li ħa.", "L-oppożizzjoni se tibqa' tosserva dak li jkun għaddej u tibqa' lesta illi fl-interess taċ-ċittadini tagħti l-konklużjonijiet tagħha dwar ħaġa illi ħafna drabi tinħass li m'hijiex daqshekk ċentrali għall-ħajja imma mbagħad meta titlifha jew issib li qed tonqos, jirriżulta li hija parti essenzjali mill-mod kif tiġi mmexxija ħajja ċivili.", "Ċertament f'dawn l-aħħar ġimgħa u nofs u aktar konna xiehda ta' storja li fiha l-gvern ċentrali naqas milli jaqdi d-dmirijiet u l-funzjonijiet tiegħu tant illi ċ-ċittadini ħassewhom tabilħaqq waħidhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, illum għandna sitwazzjoni f' pajjiżna fejn mijiet ta' Maltin u Għawdxin għandhom permess u liċenza mill- kummissarju tal-pulizija biex iżommu airgun id-dar.", "Issa bħalma jaf kulħadd ftit huma dawk in-nies li jixtru airgun biex sempliċement ipoġġuha f'vetrina u joqogħdu jħarsu lejha imma l-maġġoranza tan-nies jixtruh biex ikunu jistgħu jisparaw bih.", "Barra minn Malta madwar id-dinja kollha ssib ranges fejn dak li jkun ikun jista' jipprattika dan l-isport bil-kumdita', bis-sigurta', taħt osservazzjoni mingħajr periklu.", "Hawn Malta kien hawn min talab biex jingħata permess biex iżomm shooting range, pero' fi żmien tliet snin l-awtoritajiet tal-pajjiż għadhom ma tawx il-permess biex dawn ir-ranges jintużaw.", "Barra minn hekk, ma jingħatax permess biex dak li jkun ikun jista' jġorr jew juża airgun for sporting purposes.", "Fil-fatt illum il-Ministru Tonio Borg f'risposti li tani għall-mistoqsijiet li għamiltlu kkonfermali li l- ebda Malti u Għawdxi ma jista' jispara airgun la għal skopijiet ta' kaċċa u lanqas f'range għaliex dawn ir-ranges huma kollha bla permess.", "Jien nistaqsi: X'inhuma jistennew l-awtoritajiet tal-pajjiż biex jagħtu dawn il- permessi meta fid-dinja kollha ssib dawn ir-ranges?", "L-isparar bl-airgun fuq targets huwa sport rikonoxxut u pprattikat mad-dinja kollha u hija wkoll dixxiplina sportiva olimpika pero' skond il-liġi Maltija kull min għandu airgun huwa mċaħħad milli jipprattika d-delizzju tiegħu.", "Jien naf dawn l-affarijiet għaliex nisma' lin-nies jitkellmu u jgħidu li min iħobb dan l-isport jew jipprattikah fir-ranges li huma bla permess jew saħansitra jipprattikawh f'daru, f'xi garaxxijiet, fuq il-bjut u anke fil-btieħi.", "L- importazzjoni tal-pellets għal dawn l-airguns qed tiżdied minn sena għal sena u dan ifisser li bilfors qegħdin jintużaw iktar.", "Barra minn hekk, qegħdin jiżdiedu wkoll in-numru ta' cartridges ta' arja kumpressata li jintużaw fl-airguns.", "Allura l-gvern jaf b'din is-sitwazzjoni li sal-lum hija meqjusa kontra l-liġi pero' għal xi raġuni jew oħra ma jridx jagħti l- permessi biex dak li jkun ikun jista' jirregolarizza ruħu u jkun jista' jipprattika dan l-isport bħalma jagħmlu f'pajjiżi barra minn Malta.", "Impossibbli li l-kummissarju fi tliet snin ma sabx ħin biex jiffirma ħalli jkunu jistgħu joħorġu l-permessi jew forsi huwa mħabbat wisq bil- kriminalita' li hawn?!", "Jien naħseb li hemm xi ħaddieħor fuqu li qed iżommu milli jagħmel dan.", "Mr Speaker, issa l-affari bdiet tikkomplika ruħha.", "Bħalma jaf kulħadd dan l-aħħar Malta ħadet sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li saru ġewwa Liechtenstein u tela' wkoll is-segretarju parlamentari għall-isport - u minn hawnhekk nifraħlu talli rnexxielu jġib il-logħob li jmiss hawn Malta - biex jiltaqa' mal-kompetituri Maltin u ma' l-uffiċjali li telgħu magħhom.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li ma nistax nifhem għaliex ma' kull żewġ kompetituri ntbagħat uffiċjal, qishom xi tfal żgħar li trid toqgħod iżżommilhom idejhom.", "Jien naħseb li kien ikun aħjar kieku minflok il-flus ntnefqu fuq l-uffiċjali ntużaw waqt it- training ta' dawn l-atleti jew inkella ntużaw biex ittellgħu xi atleti oħrajn li jippromettu.", "Pero' l-iktar ħaġa li skantatni kien il-fatt li għalkemm id-dixxiplina sportiva ta' l-isparar bl-airguns hawn Malta hija illegali, il-kumitat olimpiku Malti bagħat tnejn min-nies biex jipparteċipaw proprju f'dan l-isport!", "Għalija dawn l-affarijiet ma jagħmlux sens!", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandek mijiet ta' Maltin li għandhom airgun u qed jiġu mċaħħda milli jipprattikaw dan l-isport u mbagħad ħaddieħor ġie ippremjat billi ngħata l-opportunita' li jipparteċipa u jirrappreżenta lil Malta f'dan il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.", "U hawnhekk id-domandi jibdew ħerġin weħidhom.", "Kif intagħżlu dawn it-tnejn min-nies?", "Jien nemmen li biex tintagħżel li tirrappreżenta lil pajjiżek f'logħob ta' din il-kwalita' trid tkun ilħaqt ċertu standard.", "Fejn intlaħaq dan l-istandard?", "Għaliex hawn Malta la jistgħu jsiru competitions u lanqas training għaliex huma kontra l-liġi.", "Il-proċess ta' kif intgħażlu kien wieħed demokratiku u miftuħ għal kulħadd?", "Il-Maltin kollha li jixtiequ jipprattikaw dan l-isport kellhom l- opportunita' li jintagħżlu?", "Safejn naf jien meta tiġi biex tagħżel lil xi ħadd biex jirrappreżenta lill-pajjiż, trid tagħżel l-aqwa wieħed u din l- għażla ssir billi jsiru competitions, jieħu sehem fihom kull min irid u mbagħad by elimination joħorġu l-aqwa sportivi.", "Imma f'dan il-każ, kull Malti kellu l-opportunita' li jipparteċipa jew min kellu għajnejh blu ħafna kellu xi drittijiet iktar minn ħaddieħor?", "Issa nixtieq ukoll li l-Ministru Tonio Borg jispjegali għaliex inġab coach internazzjonali tajjeb biex jgħallem lil dawn it-tnejn min-nies.", "Ma naħsibx li qagħad jgħallimhom minn minn fuq ir-ritratti kif iżommu l-arma u kif jimmiraw għaliex dan l-isport jitlob ħafna konċentrazzjoni.", "Allura tajna work permit lil xi ħadd biex jiġi hawn Malta jgħallem lin-nies jiksru l-liġi?", "Għaliex skond il-liġi hawn Malta ħadd ma jista' jispara airgun u ħadd ma jista' juża r-range!", "Kulħadd jaf li t-training sar fir-range tal- Bidnija meta permess m'hemmx.", "Ingħata xi permess speċjali biex ma tinkisirx il-liġi?", "Għaliex ħaddieħor ma jistax jipprattika dan l-isport u dawn it-tnejn min-nies jistgħu?", "Din hija l-ġustizzja illi għandna f'dan il-pajjiż fejn hawn min għandu drittijiet ħafna aktar minn ħaddieħor?!", "Għandna sitwazzjoni fejn coach qed jitħallas mit-taxxi tal-poplu Malti u mit-taxxi ta' dawk in-nies li huma mċaħħdin milli jipprattikaw dan l-isport u ħadd ma jista' jżomm lil min b'xi mod jew ieħor jidher illi sgiċċa jew kiser il-liġi!", "Nixtieq li xi ħadd jispjega dawn l-affarijiet għax din hija konfużjoni f'moħħ il-poplu għaliex ma jistax ikun li jkollok nies li jistgħu jipprattikaw dan l-isport u saħansitra jintagħżlu biex jirrapreżentaw lill-pajjiż u ħaddieħor ma jistax jagħmel dan.", "Jien ngħid li qegħdin jaslu ħafna mixed messages għand il-poplu.", "Skond il-liġi ħadd ma jista' jispara mkien u mbagħad fl-isports and leisure fair fil- preżenza tal-pulizija kien hemm range fejn kulħadd seta' jaqbad airgun u jispara.", "Il-bieraħ stess deher artiklu fil-gazzetta \"The Times\" fejn studenti taħt is-16-il sena qabdu u għamlu range fi skola biex jisparaw bl-airgun bla kontroll ta' xejn.", "Nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan l-artiklu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"The Times\" tat-Tnejn, 7 ta' Ġunju, 1999, intitolat \"Students help Kosovo refugees through sports\".", "Dawn l-affarijiet jew qed isiru bi ksur tal-liġi jew inkella huwa kollu tort tat-taħwid li hawn f'dan il-pajjiż fejn kulħadd qed jagħmel li jrid.", "Saħansitra fil-luna park li hawn bħalissa hemm range ta' l-airguns u kulħadd jista' jaqbad u jispara fuq it-targets bil-pulizija preżenti!", "Jien ma rridx nagħmel witch-hunts imma nappella lill-Gvern biex jagħti l- permessi ħalli kulħadd ikun jista' jipprattika dan l-isport.", "Mr Speaker, bħalissa qed issir froġa ta' mitt bajda li minnha ħlief riħa ta' diskriminazzjoni, nepotiżmu, ksur tal-liġi, nuqqas ta' regolamenti u ta' trasparenza, inġustizzja bejn Malti u ieħor, m'hijiex ħierġa.", "Nispera li ningħata risposta għad-domandi li għamilt ħalli dawn l-affarijiet jiġu ċċarati.", "Għalkemm il-Prim Ministru jħobb jitkellem fuq il-liberta', fuq l- onesta', fuq is-serjeta', fuq il-ġustizzja, fuq l-ugwaljanza bejn kulħadd illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn qed issir diskriminazzjoni anke fil-qasam sportiv!", "Nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li min qed iħawwad din il- froġa għandu jiċċara l-affarijiet u jerfa' r-responsabbilta' tiegħu - u mhux jagħmel bħall-Ministru Dalli li ma jerfa' responsabbilta' ta' xejn - billi illum qabel għada joħorġu l-permessi ħalli kulħadd jkun jista' jipprattika dan l-isport u mhux moħħna fl-Ewropa u mbagħad f'pajjiżna hija kontra l-liġi li tispara airgun.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, illum f'dan l-Aġġornament nixtieq inġib għall-attenzjoni ta' dan il-Parlament anomalija ġuridika pjuttost serja li qed taffettwa l-andament feliċi tas-sistema ġuridika tagħna kollha.", "X'inhi din il-problema?", "Wara ħafna snin il-Qorti Kostituzzjonali li ilha mwaqqfa mill-1964 irnexxielha tqum fuq saqajha għaliex jekk wieħed iħares lura lejn il- passat ta' din l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż - għaliex f'ċertu ambitu l- Qorti Kostituzzjonali hija suprema anke għal dan il-parlament - isib li din bdiet tiffunzjona biss f'dawn l-aħħar snin għax matul is-sittinijiet u s-sebgħinijiet kważi qatt ma rnexxielha tippronunzja ruħha fuq validita' o meno ta' liġi.", "Meta kienet issir xi kawża biex tiġi annullata xi liġi, għal raġuni jew oħra l-qrati tagħna dejjem żammew pass lura milli jippronunzjaw ruħhom b'ċertu asserzjoni fuq dawn il-liġijiet.", "Pero' ż- żmenijiet jinbidlu u magħhom jinbidlu wkoll is-sistemi u l-ħsebijiet tagħna wkoll.", "Fil-fatt il-qrati tagħna emanċipaw ruħhom ħafna b'mod pożittiv u minn hawnhekk nixtieq nifraħ lill-imħallfin tagħna li għandhom il-kuraġġ - u din m'hijiex xi ħaġa faċli - illi okkażjonalment - u dan ma jagħmluhx b'mod frivolu - ikollhom l-awdaċita' illi jippronunzjaw ruħhom illi ċerti liġijiet f'dan il-pajjiż jkunu anti-kostituzzjonali u per konsegwenza jiddikjarawhom nulli u bla effett.", "Dan jawgura tajjeb għas-sens ta' demokrazija f'dan il-pajjiż u għar-rule of law għaliex inutli li jkollok kostituzzjoni miktuba b'mod sabiħ illi liċ-ċittadini tiggarantilhom ċerti drittijiet fundamentali on paper u mbagħad dawn iċ-ċittadini tagħna ma jkollhomx l-għodda biex jinforzaw dawk id-drittijiet tagħhom.", "Fil-fatt biex iċ-ċittadini jinforzaw dawn id-drittijiet iridu jirrikorru quddiem il- Qorti Kostituzzjonali tagħna.", "Għalhekk nieħu pjaċir ninnota illi kien hemm żvilupp pożittiv ħafna mill-qrati tagħna fis-sens illi l-imħallfin tagħna rabbew aktar stoffa u qed jagħtu ċerti deċiżjonijiet li jagħtu aktar saħħa lid-drittijiet inerenti taċ-ċittadini tagħna.", "Issa minn fejn toħroġ l- anomalija?", "L-anomalija tirriżulta mill-fatt li għalkemm dan ix-xahar kellna numru ta' sentenzi mill-qrati tagħna li ddikjaraw li ċerti provvedimenti fil- liġijiet tagħna huma anti-kostituzzjonali, xorta waħda ma sarux l-emendi neċessarji sabiex il-liġijiet tagħna jiġu aġġornati mal-pronunzjament tal- Qorti Kostituzzjonali.", "Allura qegħdin f'sitwazzjoni fejn liġi għadha tesiġi, per eżempju, ċertu proċedura meta dik il-liġi tkun ġiet dikjarata nulla mill-Qorti Kostituzzjonali tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi, din l- anomalija għandha tiġi rimedjata bl-aktar mod urġenti u qed nieħu din l- okkażjoni biex inġib dawn l-affarijiet a konoxxenza ta' dan il-parlament biex dawn il-liġijiet jiġu assimilati jew emendati skond il-pronunzjament tal-qrati tagħna.", "Fil-fatt jien nipproponi li jitwaqqaf kumitat ad hoc, anke jekk hemm bżonn ta' din il-Kamra, li jkun kompost minn membri parlamentari taż-żewġ naħat u jkun hemm ukoll rappreżentanza mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali li xogħlu jkun biss illi jissindika l-qrati tagħna għal dak li jirrigwarda pronunzjamenti tal-qorti dwar drittijiet fundamentali tal-bniedem, fuq ċerti liġijiet li jiġu dikjarati nulli u pronunzjamenti oħrajn li jistgħu jkunu wkoll ta' natura amministrattiva fejn il-qrati jkunu ddeċidew f'kawżi ċivili illi ċerti proċeduri jkunu anti- kostituzzjonali.", "Per eżempju, naf li ngħatat sentenza mill-qrati ordinarji li tiddikjara illi biex il-gvern jieħu proprjeta' m'huwiex biżżejjed illi jiddikjara li għandu bżonnha for a public purpose imma dan il-public purpose jrid jiġi manifestat.", "Pero' għalkemm isiru dawn il-pronunzjamenti u l-kawża tintrebaħ, il-liġi tibqa' kif inhi u dan huwa ħażin ħafna.", "Huwa veru li dan il-Parlament huwa sovran pero' jrid jiffunzjona fil-framework tal- Kostituzzjoni miktuba tagħna.", "Din hija d-differenza bejn Malta u pajjiżi oħra.", "Meta l-Ingliżi tawna l-indipendenza tagħna rabtuna b'kostituzzjoni miktuba u dik il-kostituzzjoni hija l-liġi suprema tal-pajjiż.", "Issa għalkemm dan il-parlament huwa sovran u jista' jilleġisla fuq xiex irid, irid jilleġisla dejjem f'dan il-framework u allura ma jagħmilx sens li nħaddnu dawn il-prinċipji sbieħ u mbagħad qed ikollna pronunzjamenti mill- Qorti Kostituzzjonali li tgħidilna li ċertu liġijiet jilledu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Dan l-aħħar ingħatat sentenzal mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem li ddikjarat li l-proċedura tal-liberta' proviżorja kienet anti- kostituzzjonali.", "Kif ingħatat din is-sentenza, qam paniku sħiħ pero' l- liġi tal-proċedura kriminali għadha tirrikjedi li jridu jiġu segwiti ċertu normi biex persuna tinħeles mill-arrest.", "Allura l-ġudikanti kif se jmexxu?", "Suppost li meta l-qorti tiddikjara li liġi hija anti-kostituzzjonali, din il-liġi trid tispiċċa pero' kulħadd jaf li din il-liġi tista' tiġi revokata biss mill-parlament.", "Allura teżisti anomalija li ħadd ma jaf kif se jmexxi u dawn huma kwestjonijiet fundamentali u ġuridiċi li jolqtu l-mod ta' kif niggvernaw dan il-pajjiż.", "Jekk ninjoraw l-prinċipji bażilari li jagħmluna stat demokratiku, stat illi l-poteri tiegħu jaqgħu taħt tliet kolonni: il-parlament, il-qrati u l-eżekuttiv inkunu qed inkissru l- bilanċ li jeżisti u bil-mod il-mod dan il-bilanċ qed jitkisser.", "Kif diġa' għidt, il-qrati tagħna fil-passat kienu jaħsbuha darba darbtejn qabel ma jasserixxu ruħhom fuq materja ta' natura kostituzzjonali u allura forsi dan il-bżonn ma kienx daqstant urġenti.", "Imma llum, grazzi għall-kwalita' ta' stoffa li għandhom ċerti mħallfin tagħna, iż-żmenijiet qed jitbiddlu għall- aħjar.", "Għalhekk qed nitlob lil dan il-parlament u lill-gvern tal-ġurnata biex jikkonsidra din il-materja bħala materja urġenti.", "Aħna niftaħru ħafna li għandna dritt immorru quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem pero' d-diskors sabiħ m'huwiex biżżejjed, irridu nkunu maturi biżżejjed, ma rridux inkunu medjokri aktar u rridu nibdew aħna stess naċċettaw li s-sistema politika u demokratika tagħna, ir- rule of law tagħna jesiġu li nsegwu ċerti normi kif isegwu ċerti pajjiżi aktar żviluppati minna.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien illi jsir ripensament fuq dawn l-affarijiet kollha, mill-paroli ngħaddu għall-fatti u nattwaw dak li suppost qed nattwaw.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 9 ta' Ġunju, 1999, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - MEMBRI", "6627.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l- istaff kollu tal-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil- kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phones? 8) kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir- residenza privata tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari Nru 120, 134, 296, 3456 u 3513, jien infurmat li żewġ persuni oħra ffirmaw il-kuntratt - ftehim biex jaqdu dmirhom fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru.", "Dawn huma:", "Assistent Personali - Is-sur Joseph Vella - Uffiċjal Pubbliku", "Segretarju Privat - Is-Sur Raymond Demicoli - Bil-kuntratt", "Mill-uffiċjali l-oħra temm il-kariga tiegħu Alfred Ciantar li kien jokkupa kariga fis-Secretariat Pool.", "Il-persuni li qed jagħmlu użu mill-mobile phone huma Joseph Vella u Raymond Demicoli.", "In -nefqa totali ndividwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 hija Lm91 u Lm252 rispettivament.", "Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qiegħed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant huma kollha konformi ma dak imniżżel fil-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra f`Novembru li għadda.", "Irrid inżid li m`hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi Organiżazzjoni Parastatali.", "UNIVERSITA' - STUDENTI - MOBILE PHONES", "7330.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex projbit li jiddaħħlu mobile phones minn studenti fis-swali fejn isiru eżamijiet, kollha organizzati mill- Universita' ta' Malta?", "Jikkonferma l-Ministru li meta kienu diġa' tqassmu l-karti tal-Matematika tas-SEC f'sala waħda u nstab li f'sala oħra fiċ-Ċentru Tekniku ta' Raħal Ġdid ma kienx hemm karti għall-istudenti, il-karti ta' l-ewwel sala nġabru wara li l-istudenti kellhom iż-żmien jaqraw il-karta?", "Jikkonferma li dawk l-istudenti li laħqu raw il-karti tħallew jippassiġġaw barra s-sala tagħhom u kien hemm minn uża il-mobile phone u anke il-card phone?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn din is-sena, it-tmexxija ta' l- eżamijiet tal-MATSEC, fil-jiem ta' l-eżami, tħallew f'idejn id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Fis-snin ta' qabel, sakemm dawn l-eżamijiet kienu taħt il-Ko-Ordinatur tal- MATSEC, ma nqala' ebda każ ta' studenti li ħadu magħhom mobile phones fil- kamra ta' l-eżami.", "Kieku dan kien il-każ, l-istudenti kienu jkunu pprojbiti milli jagħmlu użu minn mobile phones.", "Informat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet ma jħallix studenti jidħlu b'mobile phones fiċ-Ċentri ta' l-Eżamijiet.", "Il-Head of Centres u l-invigilators kellhom struzzjonijiet li jaraw meta jpoġġu għall-eżami, l-istudenti jkollhom biss dak li huwa meħtieġ għal waqt l-eżami.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija informat li ċ-Ċentru Tekniku ta' Raħal Ġdid huwa kompost minn sala li tesa' 130 ruħ u blokk ta' 24 kamra li jesgħu 580 ruħ.", "Wara li d-dipartiment għamel l-istħarriġ neċessarju, ż-żewġ Heads of Centre li kienu responsabbli ta' dan iċ-Ċentru flimkien ma' l-Invigilators jinnegaw kompletament li tqassmu xi karti ta' l-eżamijiet qabel il-ħin.", "Huma kkonfermaw bil-miktub li kemm l-istudenti fis-sala kif ukoll fil-blokk bdew it-tieni parti ta' l-eżami flimkien fl-10.00a.m.", "Huma jinnegaw kompletament li kien hemm xi studenti li użaw mobile phones hekk kif imsemmi f'din il-mistoqsija parlamentari.", "Huma wkoll ikkonfermaw li ma teżisti ebda card phone fis-sala fejn saru dawn l-eżamijiet.", "UNIVERSITA' - EŻAMIJIET TAL-SEC/MATSEC", "7331.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu dawk il-persuni li jagħmluha ta' heads of centre kif ukoll ta' invigilators ma' l-istudenti fl-eżamijiet tas- SEC, MATSEC, eċċ. organizzati mill-Universita' ta' Malta?", "Ma jaħsibx il- Ministru li wasal iż-żmien li dawn in-nies ikunu għalliema kwalifikati, anke dawk irtirati, li ma jgħallmux is-suġġett li jkun qed jiġi eżaminat?", "Mill-eżamijiet li saru s'issa kien hemm xi każi fejn ġie rapportat li kien qed isir ikkupjar?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema eżamijiet u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet ingħata l-inkarigu mill-Matsec Board biex jieħu ħsieb jappunta l-Heads of Centre għall-eżamijiet fil-kitba tas-Sec u l-Matsec.", "Id-Dipartiment għażel il-Heads of Centre minn fost l-impjegati tiegħu stess, kif ukoll mil-lista provduta mill-Board tal-Matsec li qabel kienu jiġu appuntati f'din il-kariga.", "L-invigilators li intgħażlu biex jieħdu sehem fit-tmexxija ta' l-eżamijiet ta' din is-sena kienu dawk li attendew għal waħda mil-laqgħat li d- Dipartiment ta' l-Eżamijiet organizza biex jispjega l-proċeduri u d-doveri ta' l-Invigilators.", "Għal dawn il-laqgħat, id-Dipartiment bagħat għal kull persuna li kienet inkluża fil-lista mogħtija mill-Matsec Board kif ukoll mil-listi li kellu l- istess dipartiment li jiġu appuntati għall-eżamijiet ta' Barra.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jekk invigilators għandhomx ikunu għalliema kwalifikati anke jekk irtirati, d-dipartiment ma jaqbilx għal kollox ma' din il-proposta.", "Id-Dipartiment dejjem kellu numru ta' invigilators minn kull settur tal- ħajja li taw servizz eċċellenti lid-dipartiment biex setgħa jmexxi l- eżamijiet bl-akbar serjeta` matul iż-żmien li ilu jikkonduċi l-eżamijiet ta' Barra u Lokali.", "Id-Dipartiment jisħaq l'aktar li l-individwi jkunu ta' livell aċċettabbli ta' edukazzjoni u juru inizjattiva u dedikazzjoni fis-servizz li jagħtu lid- Dipartiment.", "Dan jista' jsir mhux biss minn għalliema iżda wkoll minn individwi oħra fis- soċjeta`.", "Id-Dipartiment qed jagħmel sorveljanza kontinwa minn sessjoni għal oħra biex jara li l-invigilators appuntati jagħtu l-aħjar servizz biex l- eżamijiet kollha jitmexxew bl-akbar serjeta` u impenn.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija informat li ġew irrapurtati żewġ każi ta' kkupjar.", "Dawn kienu fil-karti ta' l-English Literature Paper 2 tas-Sec u fil- Chemistry Paper 2 fil-Livell Avvanzat tal-Matsec.", "Il-Head of Centre inkarigati miċ-Ċentri fejn saru dawn l-eżamijiet, għamlu rapport fuq il-każ u dawn ġew mgħoddija mal-scripts lill-Matsec Board għall-attenzjoni tagħhom.", "EŻAMIJIET TAS-SEC/MATSEC", "7332.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet li m'humiex ta' l- Istat li huma ċentri fejn isiru l-eżamijiet tas-SEC, MATSEC, eċċ?", "Jista' jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat li l-eżamijiet jibdew isiru fl-iskejjel rispettivi ta' l-istudenti biex la jkun hemm skariġġ bla bżonn ta' l- istudenti kif ukoll ma jkunx hemm sparpaljar ta' riżorsi umani?", "Jaqbel il- Ministru li għalliema minn dawn l-iskejjel jagħmluha ta' invigilators basta ma jkunux jgħallmu dak is-suġġett li jkun qed isir l-eżami fih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel tal-V u tas-VI Form tal- Kulleġġ San Alwiġi intużaw bħala Ċentri għall-Eżamijiet tal-Matsec li saru fis-sessjoni ta' din is-sena fil-livell Avvanzat u Intermedjarju.", "Informat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet għamel arranġamenti mal- Kulleġġ ta' San Alwiġi u De La Salle biex juża l-laboratorji tagħhom biex jikkonduċu l-eżamijiet Prattiċi tal-Chemistry u Physics ta' l-Associated Examining Board billi l-faċilitajiet fl-iskejjel ta' l-Istat ma kienux biżżejjed biex jakkomodaw in-numru ta' kandidati li resqu din is-sena għal dawn is-suġġetti.", "Dwar il-proposta li fil-futur l-eżamijiet tal-Matsec u Sec jibdew jiġu organizzati fl-iskejjel rispettivi tagħhom, informat li huwa l-impenn tad- Dipartiment li jirnexxielu jilħaq dan il-għan.", "Fil-fatt id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet inkluda din il-proposta fil-Business Plan tal-1999-2001.", "Is-suġġeriment dwar jekk għalliema mill-istess skola għandhomx jitħallew jagħmluha ta' invigilators fl-iskejjel tagħhom stess, jirrikjedi diskussjoni ma' diversi partijiet qabel jiġi deċiż għandux jiġi aċċettat fil-prinċipju.", "PULIZIJA - EŻAMI TAS-SURĠENTI", "7333.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li qagħdu għall eżami għal surġent li r-riżultat tiegħu ħareġ il-ġimgħa li għaddiet?", "Kemm għaddew?", "Minn dawk li għaddew kemm minnhom kellhom: (1) Anqas minn ħames snin servizz? (2) Bejn ħames u għaxar snin servizz? (3) Aktar minn għaxar snin servizz?", "Kemm hu t-total ta' surġenti fil-Korp tal-Pulizija inkluż dawk li għaddew minn dan l-eżami?", "Intlaħaq in-numru ta' surġenti li huwa previst li jkun hemm?", "Kemm hemm surġenti li għandhom aktar minn 25 sena servizz?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kien hemm 89 kuntistabbli li qagħdu għall-eżami għal surġent li minnhom 28 għaddew.", "Minn dawk li għaddew 13 għandhom inqas minn 5 snin servizz, 10 għandhom bejn 5 u 10 snin servizz filwaqt li 5 għandhom aktar minn 10 snin servizz.", "Fil-preżent in- numru ta' surġenti fil-Korp huwa ta' 274, li minnhom 22 għandhom aktar minn 25 sena servizz.", "Dan in-numru ma jinkludix dawk il-kuntistabbli li għaddew mill-eżami msemmi.", "Ninsab infurmat ukoll li skond il-complement approvat n-numru ta' surġenti irid ikun 301.", "PULIZIJA - AKKADEMJA", "7334.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiggradwaw dawk li qegħdin jagħmlu l-kors fl-Akkademja tal-Pulizija biex jinħatru spetturi fil-Korp tal-Pulizija?", "Kemm minn dawn huma diġa' membri fil-Korp?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk dawn hux diġa' għamlu xogħol fit-taqsimiet differenti tal-pulziija bħala parti mit-taħriġ tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema taqsimiet servew?", "Hemm minnhom li qed jispeċjalizzaw f'xi xogħol partikolari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat il-kors li qed jirreferi għalih l- Onorevoli Interpellant tlesta u anke` ħareġ ir-riżultat.", "F'dan il-kors kien hemm 24 kadett, li minnhom 17 huma surġenti fil-Korp tal-Pulizija.", "Parti mit-taħriġ kien li l-kadetti ġew assenjati fid-diversi taqsimiet tal- Korp, li kienu fil-maġġor parti tagħhom fid-Distretti, fid-Dipartiment ta' l-Investigazzjoni Kriminali, fit-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni u fit-Taqsima ta' kontra d-Droga.", "Ħadd minn dawn il-kadetti għadu ma speċjalizza f'xi qasam partikolari.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - ĦLASIJIET", "7335.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li sar lill-Knisja matul din is- sena skolastika skond il-ftehim bejn Stat u Knisja?", "X'kien il-ħlas - xahar b'xahar - bejn Settembru u Mejju ta' din is-sena skolastika?", "Matul din is- sena skolastika kien hemm xi talbiet biex isir xi ħlas addizzjonali aktar milli kien oriġinarjament previst?", "Għal liema raġuni?", "X'kien l-ammont mitlub?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħlas li sar lill-Knisja matul din is- sena skolastika skond il-ftehim bejn Stat u Knisja jammonta għal Lm5,183,813.", "Il-Ħlas, xahar b'xahar, kien hekk:", "|Settembru 1998 |Lm557,086 | |Ottubru 1998 |Lm663,287 | |Novembru 1998 |Lm551,929 | |Diċembru 1998 |Lm626,096 | |Jannar 1999 |Lm557,083 | |Frar 1999 |Lm557,083 | |Marzu 1999 |Lm557,083 | |April 1999 |Lm557,083 | |Mejju 1999 |Lm557,083 |", "Matul din is-sena skolastika kien hemm żewġ (2) talbiet sabiex isir ħlas addizzjonali aktar milli kien oriġinarjament previst.", "Dawn kienu hekk:", "i) Ammont ta' Lm300,193 li jirrappreżenta arretrati ta' salarji għas-snin 1996 sa 1998 (Lm234 kull persuna bħalma ħadu l-ħaddiema tal-gvern); u", "ii) Ammont ta' Lm130,303 li jirrappreżenta arretrati ta' salarji mis-sena 1991 tal-gradi ta' l-Instructors skond il-ftehim milħuq f'Settembru 1998 bejn il-Knisja u l-Malta Union of Teachers dwar ir-riorganizzazzjoni tal- gradi ta' l-Instructors fl-iskejjel tal-knisja.", "PATATA ALPHA", "7410.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru qal li l-patata Sante hija mfittxija ħafna fl- Olanda, il-Ministru qed jgħid li l-importaturi Olandiżi m'għadhomx jirrikonoxxu l-Alpha bħala varjeta' ta' kwalita'?", "Huwa l-kas li aktar ma tiżdied il-kwantita' ta' varjeta' sante l-prezz jaqa' u mhux jogħla għall- bdiewa?", "Jekk iva, għaliex?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Huwa fatt li s-Sante' fil preżent qegħda tgawdi post fost l-iktar erba varjetajiet favoriti mal-konsumatur Olandiż iżda b'daqshekk ma jfissirx li għandu jkun traskurat dak li nkiseb matul is- snin.", "Mingħajr dubju sa llum l-Alpha ta' Malta għadha popolari fis-suq Olandiż iżda kemm għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar tinħass il-ħtieġa li tinsab varjeta alternattiva minħabba problemi tekniċi li ta' kull sena qegħdin jiżdiedu kif ukoll minħabba l-fatt li s-suq tal-Alpha huwa limitat għal madwar 5,000 tunellata u għaldaqstant iktar żieda ta' din il-varjeta jfisser sogru li jintilef il- premium price.", "Minħabba dawn ir-raġunijiet u bil-ħsieb li jitrawwem suq ġdid u iktar bikri apparti minn dak tal-Alpha qegħdin inkomplu bil-provi fuq is-Sante' s'issa taw riżultati posittivi ħafna.", "PATATA", "7411.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jaqbel ma' l-outright purchase, prezz finali, u huwa kontra s-sistema ta' prezz minimu garantit?", "Għaliex huwa kontra l-kuntratt li għamel il-gvern preċedenti Laburista meta nnegozja s-6,000 tunnellata kollha bi prezz minimu garantit?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qatt ma indikajt li jiena kontra s-sistema ta' prezz minimu garantit.", "Iżda fiċ-ċirkostanzi tal-patata tal-varjeta' Sante', li kien kontra tagħha l-Onor.", "Interpellant meta kien Ministru, kien aħjar u ta' benefiċju aktar għal bidwi Malti li jsir ftehim separat minn dak tal-varjeta' Alpha sabiex tibbenefika mill-fatt li s-Sante' hija ħafna aktar bikrija u tgawdi suq separat.", "Fuq kollox il-bdiewa ma jsofrux nuqqas fil-prezz bħal meta insterqu Lm13,500 minn flushom sabiex jitatta' l-fjask fl-esportazzjoni tal-ħaxix lejn l-Ingilterra, kif sar fiż-żmien meta l- Onor. Interpellant kien Ministru.", "PATATA", "7412.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-prezz imsejjaħ rekord għall-patata bikrija, jista' l-Ministru jinformani xi prezzijiet ġabu l-bdiewa għall-patata bikrija matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, qabel il-Ministru ħabbar il-prezzijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ħlas li rċevew il-bdiewa għall-patata bikrija ta' Malta li kienet imsiefra matul dawn l-aħħar ħames snin kien jikkonsisti b'dan il-mod:", "1998 Lm11 il-qantar 1997 Lm11 il-qantar 1996 Lm14 il-qantar 1995 Lm14 il-qantar 1994 Lm11 il-qantar", "Minn dan jdher li din is-sena, 1999, il-prezz ta' Lm14.20 il-qantar imħallas lill-bdiewa għall-patata bikrija tat-tip Sante' qabeż kull ħlas ieħor li qatt tħallas għall-patata esportata.", "Hawn ta min isemmi li sentejn ilu, fi żmien meta l-Onor.", "Interpellant kien responsabbli mill-Agrikoltura, ġew imsiefra 789 tunnellata patata Sante' fuq ftehim li kien sar fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjjonalista.", "Kien kollu għal xejn li l-esportazzjoni tagħha kienet bdiet sa mill-20 ta' Marzu, iktar minn xahar qabel is-soltu, għaliex b'sorpriża u disfatta kbira għal dawk li kabbruha mhux biss għamlet tajjeb għall-prezz tal-Alpha iżda fuq kollox ma tħallsux l-ogħla prezz tal-Alpha kif kien miftiehem u fuq kollox kif effettivament tħallas għaliha n-negozjant Olandiż, qisu dan kien preludju għall-forġa li seħħet wara biex tħallsu dawk li esportaw il-ħaxix frisk lejn ir-Renju Unit.", "PULIZIJA - REFUĠJATI", "7413.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7171 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' refuġjati li hawn f'pajjiżna fil-mument?", "X'nazzjonalita' għandhom u kemm minnhom huma tfal?", "Kemm kien in-numru ta' refuġjati matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena, u x'nazzjonalita' kellhom rispettivament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7228.", "PATATA", "7416.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fejn hi d-differenza ta' 16% jew 45% żieda għall-bdiewa meta fuq il-kwantita' ta' 471 tunnellata bikrija kull prezz finali ta' 30.65 Guilder u għat-3,000 tunnellata bikrija Alpha kellu l- prezz minimu garantit u mhux finali ta' 30.60 Guilder fuq il-kwantita' kollha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma natiħx tort lill-Onor.", "Interpellant li jinħasad u donnu għadu ma jridx jemmen li d-differenza hi dik li hi.", "Infatti bi ftit eżerċizzju ħafif wieħed malajr jikkonferma li:", "1.il-prezz medju miftiehem mal-importatur kien ta' NLG30.75 filwaqt dak tal- Alpha huwa NLG26.50 - id-differenza tirriżulta ta' iktar minn 16%; u", "2. ħlas mogħti din is-sena lill-bdiewa għas-Sante' jisboq b' Lm4.39 dak medju li ngħata lill-bdiewa sentejn ilu għall-istess varjeta - dan ifisser differenza ta' mhux inqas minn 45%.", "PATATA SANTE", "7417.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani għaliex innegozja prezz finali (outright purchase) għall-patata tal-varjeta' Sante fuq il-kwantita' kollha ta' 600 tunnellata u ċioe' li minnhom ġiet esportata 471 tunnellata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jidhirli li sa kemm il-prezz fiss (outright purchase) ikun wieħed tajjeb, ma nħossx li wieħed għandu jissogra jaċċetta prezz minimu garantit iktar baxx bl-isperanza li forsi jinkiseb overprice.", "Dan kollu jagħmel iktar sens meta wieħed jifli bir-reqqa l-aħħar kuntratt għall-esportazzjoni tal-patata ta' Malta li jkopri mill-1999 sa l-2001 fejn wieħed ma jistax ma jinnotax b'dispjaċir kemm dan il-ftehim huwa ta' skoraġġiment għal dawk li jkabbru dan il-prodott għas-safar.", "Fost il-fatti li l-iktar jispikkaw insibu: 1.", "Il-ħlas miseru ta' NLG16 kull xkora ta' 25 Kgs, li jfisser madwar Lm9.50 Kull qantar imwassla fl-imħażen tan-negozjant;", "2. il-kontroll impost mill-istess negozjanti Olandiżi fuq il-produzzjoni billi mponew importazzjoni massima ta' 800 tunellata patata taż-żriegħ Alpha, li tfisser 200 tunellata fis-sena inqas mis-soltu u;", "3.", "Iż-żieda bla rażan fir-rati għoljien li n-negozjant inaqqas mill-ħlas tal-patata, għall-ispejjes li jagħmel.", "Għaldaqstant bir-raġun kollu wieħed jifhem li huma ftit dawk li jemmnu li kif inhu dan il-ftehim jista jħalli spazju għal xi overprice.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "7451.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħol tal- catering tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla huwiex se jsir minn kuntrattur privat jew le?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm il-ħsieb li x-xogħol tal-catering tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla jingħata b'kuntratt (tender) lill-privat bħala parti mill-kuntratt tat-tmexxija ta' din id-dar.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "7452.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm se jkun hemm persuni mpjegati fid-dar ta' l-anzjani f'Bormla?", "Xi gradi se jkunu?", "Kif se jiġu ngaġġati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm il-ħsieb li t-tmexxija tad-dar ta' l-Anzjani f'Bormla tingħata b'kuntratt (tender) lill-privat.", "Għalhekk il-Gvern mhux qed jippjana li jkollu mpjegati tiegħu f'din id-dar.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "7453.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellha tkun l- ispiża għall-bini u tlestija tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla?", "Jista' jgħid ukoll kemm se tkun l-ispiża finali ta' dan il-proġett?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-aħħar stima ta' l-ispiża totali għall-proġett tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla kienet ta' madwar Lm2.5 miljuni.", "Għalissa mhux possibbli li wieħed jgħid kemm se tkun l-ispiża finali ta' dan il- proġett.", "PA - ĦWIENET MIKSIJA BL-ALUMINIUM", "7454.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kif jittieħdu ċerti deċiżjonijiet sabiex isiru enforcements sabiex faċċati ta' ħwienet miksija bl-aluminium, li jkunu ilhom hekk għal ħafna snin, jerġgħu jinġiebu fl-istat oriġinali?", "Għaliex ħanut toħroġlu enforcement u ieħor fl-istess lokal le?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ma tagħmilx distinzjoni bejn faċċati ta' ħwienet jew faċċati oħra miksija bl- aluminium.", "F'kull każ fejn, wara l-1988, sar jew isir xi xogħol ta' aluminium fuq il-faċċati u jkun hemm provi li dan ix-xogħol sar mhux skond il-permessi approvati u mhux skond id-DC 1/88 (Kundizzjonijiet ta' Żvilupp maħruġa fl-1988) jittieħdu passi skond l-Att I ta' l-1992 sabiex ir- regolamenti jiġu osservati.", "Fejn ix-xogħol ta' aluminium ikun sar wara l- 1988 skond kif approvat ma jkunx hemm lok ta' xi forma ta' azzjoni.", "F'kull każ ieħor fejn ix-xogħol ikun sar qabel il-ħruġ tad-DC 1/88, meta ma kienux joħorġu kundizzjonijiet ad hoc dwar aluminium, jitqies li ma kienx jirrikjedi permess u allura ma jittieħdux passi.", "ARTIJIET - POSTIJIET FUQ ART POSSESSION AND USE", "7464.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7191?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 7191 ingħatat f'Seduta 114.", "BAĊIR NRU.", "1 - VAPURI", "7465.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7189?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "7480.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li bħalissa qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Kemm minn dawn huma nisa?", "Kemm mit-total huma żgħażagħ taħt it-tmintax (18)-il sena u kemm minnhom huma bejn id-dsatax(19) u l-wieħed u għoxrin(21) sena?", "Jista' jagħti l-figuri mitluba fit-tielet parti tal-mistoqsija maqsuma bejn nisa u rġiel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar ta' April 1999 kien hemm 7,402 persuna tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel Parti tar-reġistru.", "Minn dawn 1,043 kienu nisa.", "ETA' IRĠIEL NISA TOTAL", "Taħt it-18-il sena 287 161 448 Minn 18 sa 19-il sena 411 169 580 Minn 20 sa 24 sena 891 176 1,067", "SKEJJEL - ABBUŻ TA' DROGA/ALKOĦOL", "7481.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm matul din is-sena skolastika ġew irrapportati każi ta': 1) abbuż ta' droga; u 2) abbuż ta' alkoħol fl-iskejjel statali?", "Kien hemm xi rapporti simili fl-iskejjel tal-knisja u dawk privati?", "Kemm kellhom snin dawk involuti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul din is-sena skolastika ġie rappurtat każ wieħed ta' abbuż ta' droga.", "Il-persuna involuta kienet ta' erbatax-il sena.", "Ma jirriżultax rapport simili għall-iskejjel tal-knisja u privati.", "KONFERENZA NAZZJONAI DWAR IL-QGĦAD", "7520.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7219?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7219 ingħatat fis-Seduta 112 tat-2 ta' Ġunju, 1999.", "INDUSTRIJA TAL-FILMS - KUMMISSARJU", "7524.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7213?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hemm il-ħsieb li l-peruna msemmija li ġiet identifikata biex taqdi l-funzjoni ta` Film Commissioner, tinħatar f`din il- kariga.", "Qed jiġi studjat taħt liema struttura se jopera u b`liema kodizzjonijiet, u dan bl-iskop li tingħata l-aħjar għajnuna lill-industrija tal-films u bl-akbar effikaċita`.", "Ma jirrizultax li s-Sur Azzopardi huwa impjegat ta` NET TV.", "POLITIKA NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "7525.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-politika nazzjonali taż-żgħażagħ approvata mill-kabinett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qabel tiġi ppubblikata l-politika nazzjonali taż-żgħażagħ għad iridu jsiru xi emendi.", "PULIZIJA - MUTURI", "7538.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tibqa' s-sistema ntrodotta mill-Gvern Laburista li l-muturi tal-pulizija tat-traffiku jibqgħu jiġu shared bejn żewġ membri tal-korp u allura mhux kull membru jkollu l-mutur tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 851.", "KOPERATIVA INDAFA PUBBLIKA - TELF", "7539.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli għalih li jikkwantifika, anke jekk b'mod approssimattiv, kemm huwa t-telf (b'termini finanzjarji) tal-Koperattiva Ndafa Pubblika minn mindu bdiet l-istrajk kontra l-ġbir ta' l-iskart?", "Jista' jingħad kemm hu t- telf ġurnata b'ġurnata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Bord tal- Koperattivi m'huwiex f'pożizzjoni li jikkwantifika t-telf li l-Koperattiva Indafa Pubblika ġarrbet minħabba l-istrajk li qegħda tagħmel.", "Dan għaliex il-Bord tal-Koperattivi ma jidħolx fid-'day to day running' tal- koperattiva.", "Materja bħal din titqies bħala informazzjoni konfidenzjali f'impriża kummerċjali.", "PULIZIJA - RADARS", "7540.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' radars li jeżistu fil-gżejjer Maltin li jissorveljaw il-kosta Maltija u Għawdxija?", "Kemm għandhom snin?", "X'inhi d-distanza li jkopru?", "Hemm xi ħsieb li b'kollaborazzjoni ma' pajjiżi ġirien ningħataw aktar għajnuna f'dan is-settur, in vista anke tal-problema ta' l-immigranti llegali u t-traffikar tad-droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "KOTTONERA - INVESTIMENT", "7541.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jindika x'inhu l-ammont ta' investiment f'termini reali li sar fil-Kottonera bejn l-1971 u l-1987?", "B'mod reali u prattiku, x'kien ir-riżultat ta' dan l-investiment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR MALTA - IMPJIEGI", "7553.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinfetħu vakanzi ta' mpjiegi fl-Air Malta din is-sena?", "Jekk iva, xi gradi huma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Apparti mill-ingaġġ staġjonali ta` kull sena ta` ħaddiema fuq bażi każwali, jekk u meta jinħass il-bżonn li jimtlew xi vakanzi oħra, dawn ikunu avżati permezz ta` sejħa pubblika għall- applikazzjonijiet jew inkella permezz ta` talba lill-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħrig skond ma` jkun il-każ.", "ST.", "VINCENT DE PAULE - PAZJENTA", "7554.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li l- partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol urġenti St. Vincent de Paule għaliex mhux fi stat li tgħix id-dar waħedha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jidhirx li din il-persuna għamlet applikazzjoni sabiex tidħol fir-Residenza San Vinċenz.", "Meta ssir din l-applikazzjoni, din il-persuna tiġi kkonsidrata skond id-dikjarazzjoni medika li tinkiteb fl-applikazzjoni.", "SKEJJEL - STIPENDJI", "7557.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6787, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kabinett ħax deċiżjoni?", "X'kienet din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-gvern iddiskuta r-Rapport Galdes dwar l-istipendji fil-kabinett, b'mod ġenerali aċċetta r-rakkmandazzjonijiet magħmula u talabni nfassal ir-regolamenti maħtieġa li eventwalment ser juru d-dettalji tas-sistema l-ġdid.", "Bħalissa qed naħdem fuq dawn ir-Regolamenti bl- għajnuna ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "7558.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6742?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju mhux lest nikkonsidra l-pubblikazzjoni tad-dokumenti msemmija li għad iridu jiġu diskussi fil-kabinett.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "7559.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa flus l-bid sabiex Malta torganizza l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fis-sena 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ispiża li għamel il-Gvern b'konnessjoni mal-bidu biex Malta torganizza l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar saret biex ġew organizzati riċeviment u ikla li għalihom ġew mistiedna uffiċjali għolja mill-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti u personalitajiet distinti oħra.", "Din l-ispiża ammontat għal Lm1,700.", "Spejjeż oħra biex ġew preparati video production u promotional pack saru kollha mill-Kumitat Olimpiku Malti."]} {"filename": "20000619_318d_par.doc", "date": "2000-06-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 318 It-Tnejn, 19 ta' Ġunju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 318", "It-Tnejn, 19 ta' Ġunju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "318", "It-Tnejn, 19 ta' Ġunju, 2000", "WERREJ MINUTI 693", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 693", "TQEGĦID TA' KARTI 697", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 698", "AĠĠORNAMENT 720", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 725", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 317 li saret fi-16 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MELLIEĦA - TRIQ CALYPSO", "16699.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li x-xogħlijiet fi Triq Calypso fil-Mellieħa bdew u ma tkomplewx, jista' l-Ministru jara li dawn jiġu ffinalizzati bla aktar dewmien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li x-xogħol fi Triq Calypso se jinkludi l-bdil tal-mains ta' l- ilma.", "Issa peress li l-pajpijiet il-ġodda ser jitqiegħdu ġo culvert li jrid jinbena taħt il-bankina fejn hemm il-mains il-qodma li jridu jitneħħew, qabel ma jista' jitkompla x-xogħol il-WSC se tqiegħed pajpijiet temporanji għall-kumdita` tar-residenti.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi meta se jitkomplew ix- xogħlijiet fuq il-bypass ta' l-Imtarfa u anke dik ta' San Pawl il-Baħar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naħseb li ma nkunux korretti jekk ngħidu li x-xogħol fuq dawn it-toroq jinsab wieqaf.", "Għar-rigward tal-bypass ta' l- Imtarfa nista' ngħid li x-xogħol fuq il-parti li mir-Rabat tagħti għal Ta' Qali huwa lest, filwaqt li x-xogħol fuq dik il-parti tat-triq li hija fid- direzzjoni opposta għadu ma nbediex u fil-fatt għadhom qegħdin isiru l- estimi u d-dettalji kollha għall-ħruġ tad-tender.", "Rigward ix-xogħol li għandu jsir fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, fejn xi xhur ilu kienet waqgħet parti minnha, nista' ngħid li d-dipartiment tat- toroq flimkien ma' l-attorney general għadu qed jara x'inhi l-pożizzjoni legali tal-gvern.", "Ingħad diversi drabi, anke hawnhekk, li l-istima tax- xogħol li meħtieġ isir tammonta għal madwar Lm200,000.", "Jekk kemm-il darba jirriżulta li r-responsabbilta` legali għall-irranġar tat-triq hija tad- dipartiment, allura jsiru dak kollu li hemm bżonn isir sabiex ix-xogħol jitlesta.", "Jekk mill-banda l-oħra r-responsabbilta` m'hijiex tad- dipartiment - u s'issa l-indikazzjonijiet huma li r-responsabbilta` mhijiex tal-gvern - jidħol għall-ispiża min fil-fatt huwa responsabbli.", "F'sitwazzjoni bħal din mhux la kemm taqbad u tiddeċiedi imbagħad tara wara imma trid mill-ewwel tistabilixxi l-pożizzjoni legali.", "Naf ukoll li fid-diskussjonijiet daħlet il-planning authority u skond l- informazzjoni li għandi, is-sidien qegħdin jippretendu li jingħataw xi tip ta' permess f'dik il-parti tat-triq li waqgħet.", "Sal-lum m'iniex informat li ġew konklużi dawn id-diskussjonijiet u nispera li jiġu konklużi malajr għaliex ċertament it-triq ma tistax tibqa' kif inhi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal ix- xogħol fi Mdina Road, Qormi?", "Kemm hu mistenni li jdum għaddej dan ix- xogħol?", "X'inhuma d-diffikultajiet li hemm bħalissa?", "Hemm xi data meta din it-triq hija mistennija li tinfetaħ għat-traffiku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, saru diversi domandi parlamentari fuq din it-triq u fil-fatt irrid ngħid li l-istadju li wasal fih ix-xogħol fil-fatt m'huwiex dak li kien mistenni.", "Kien maħsub li x-xogħol ikun lest f'ċertu perijodu pero` ħlief għall-fatt li kien hemm estensjoni li rriżultat minħabba problemi li nqalgħu fil-perijodu tax-xitwa, l-ammont ta' xogħol li huwa lest fl-opinjoni tiegħi ma jiġġustifikax iż-żmien li ttieħed sal-lum.", "Għalkemm it-target date biex tinfetaħ din it-triq hija l-aħħar ta' Awissu wieħed irid jara kif issir aktar pressjoni fuq il-kuntrattur sabiex dan verament ilesti x-xogħol sa dak il-perijodu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru għallinqas jgħidilna x'kienu r- raġunijiet li nġabu biex jiġġustifikaw għalfejn dawn it-target dates ma ntlaħqux?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk l-ispiża tal-gvern hijiex se tikber u x'miżuri se jittieħdu kontra l-kuntrattur, kien min kien, li ħoloq dan l- iskomdu kollu għall-poplu?", "Dan se jitpoġġa fuq xi blacklist, jew inkella xorta waħda se jkun jista' jibqa' jikkwalifika għall-kuntratti tal-gvern fil-futur?", "Jien niftakar li kien hemm policy li tgħid li kuntratturi tal- gvern jibqgħu responsabbli għax-xogħlijiet li jkunu għamlu anke wara ċertu żmien.", "F'dan il-każ hemm xi miżuri li se jittieħdu kontra min ikun għamel dan ix-xogħol hekk ħażin u jkun ħa daqstant żmien biex għamlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien m'għandix informazzjoni hawnhekk dwar il-multi li hemm, pero' fil-kuntratt innifsu jkun hemm speċifikat il-multi li jkollhom jitħallsu kemm-il darba l-kuntrattur għal xi raġuni ma jimxix maż- żmien stipulat.", "Jien nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li jekk kemm- il darba l-kuntrattur jibqa' ma jlestix ix-xogħljiet fil-perijodu miftiehem mad-dipartiment tal-kuntratti, id-dipartiment tat-toroq se jinsisti li jitħallsu l-multi stipulati fl-istess kuntratt.", "Id-diffikulta` f'dan ir-rigward - mhux għal dan il-kuntratt partikolari pero' b'mod ġenerali - tirriżulta mill-fatt li sfortunatament f'pajjiżna m'hawnx sitwazzjoni ċara biżżejjed fejn il-multi jibdew jitħallsu mill- ewwel u nafu li jkun hemm appelli kontra appelli min-naħa tal-kuntratturi mad-dipartiment konċernat biex dak li jkun jipprova kemm jista' jkun ma jħallasx il-multi.", "Nerġa' ngħid li f'dan il-każ id-dipartiment tat-toroq se jinsisti li l-multi li huma speċifikati u stipulati fil-kuntratt jiġu mħallsa jekk kemm-il darba ma jiġux osservati d-dati li jkun hemm.", "Nista' ngħid ukoll li riċentement il-kabinett iddeċieda li s-sistema ta' tendering fil-proċess tat-toroq tirritorna lura għas-sistema li kienet teżisti qabel l-1996, fejn il-proċess kien maqsum bi tliet envelopes differenti; l-ewwel jagħti ċerta informazzjoni, imbagħad jagħti t-target dates, imbagħad wara l-prezzijiet.", "Nisperaw li b'dan il-mod kuntratturi li ma jkunux f'qagħda li jagħmlu ċerti xogħlijiet awtomatikament jiġu skwalifikati.", "L-aħħar tenders li ħarġu inħarġu b'dan il-mod u nisperaw li fil-mument ta' l-evalwazzjoni nibdew naraw riżultati pożittivi anke għal dak li jirrigwarda terminu ta' żmien.", "Jien wieħed minn dawk li nsostni li llum huwa ferm aktar importanti li wieħed iħares lejn it-terminu taż-żmien milli lejn il-prezz.", "Sfortunatament is-sistema wżata hija dik li l-orħos kuntrattur jingħata x- xogħol, pero` jien nemmen li dik is-sistema għandha tispiċċa biex nassiguraw li x-xogħol li jsir ikun l-aħjar mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam ma' kwalita` imma anke għal dak li għandu x'jaqsam ma' delivery time.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi jekk il-kuntrattur ġiex mitlub iħallas xi penali u huwiex qed joġġezzjona jew jappella mid- deċiżjoni.", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll jekk minn mindu beda dan l- inkwiet, dan il-kuntrattur ħax xi kuntratti oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, rigward l-ewwel parti tad-domanda naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li jien ma nkunx naf ċerti dettalji, bħal jekk il-kuntrattur għandux xi multi mħallsin.", "Għar-rigward tat-tieni parti tad-domanda nista' ngħid li l-istess kuntrattur ingħata x-xogħol ta' Psaila Street għaliex it-tendering kien għadu qed jingħata bis-sistema l-antika, fis-sens li ntgħażlet l-orħos offerta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jiena ma nixtieqx noqgħod nidħol f'argumenti, imma għall-ġid ta' kulħadd u anke f'ġieħ it-trasparenza xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk għandux saħħa jidħol fuq l-għoti ta' kuntratt bħal dan għal raġunijiet li jkunu daqstant validi.", "Kif jaf kulħadd Psaila Street hija arterja prinċipali li fiha hemm ħafna negozji, u jekk 'il quddiem jiġri bħalma ġara f'Mdina Road se jiġi affettwat b'mod ħażin il- kummerċ.", "Qed ngħid dan bl-akbar sinċerita` u ma jimpurtanix min hu l- individwu.", "Dan ma marx b'ġimgħa jew b'xahar lura fil-każ ta' Mdina Road għax għadu lanqas biss jaf meta se jispiċċa x-xogħol!", "Nistgħu aħna nafdaw kuntratt daqshekk kbir f'idejn xi ħadd li attwalment diġa` qed jurina li m'huwiex kapaċi jiddeliverja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naħseb li l-Onor.", "Vella jaf li ftit li xejn hemm modi kif wieħed jista' jindaħal lid-dipartiment tal-kuntratti fl- evalwazzjonijiet li jagħmel.", "Kif diġa` għedt, sa ftit ilu l-fattur prinċipali li kien qed jiġi wżat bħala kriterju ta' evalwazzjoni ta' tender kien dak tal-flus.", "Jien nispera li bis-sistema tal-pre-classification il- fattur tal-ħin jittieħed in konsiderazzjoni mid-dipartiment tal-kuntratti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ħalli mmur lura għat-tweġiba tal-bidu li tani l-Ministru.", "Qed nifhem sew li dment li ma nafux min hu responsabbli għax-xogħlijiet, din il-bypass se tibqa' kif inhi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien lil sħabna tan-naħa l-oħra niggustahom bil-mod kif ipoġġu d-domandi!", "Ftit tax-xhur ilu, għaliex saret biċċa xogħol f'parti mid-distrett li nikkontesta fih jien, liema xogħol kien indikat mill-Ġermaniżi bħala prijorita`, ġejt akkużat minn deputat ta' l-oppożizzjoni li qed ninteressa ruħi biss mix-xogħlijiet fid- distrett elettorali li fih nikkontesta jien u xejn aktar.", "Issa l-Onor.", "Farrugia qed jistaqsini jekk il-bypass ta' San Pawl il-Baħar hijiex se tibqa' hekk kemm-il darba ma jkunx hemm deċiżjoni dwar min hu responsabbli għax-xogħol li għandu jsir!", "X'jippretendi l-Onor.", "Farrugia?", "Li jien niddeċiedi li nonfqu Lm200,000 biex wara forsi jirriżulta li l- gvern m'huwiex responsabbli għal dak ix-xogħol!", "Jien nerġa' ngħid li sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni dwar min hu responsabbli jidħol għal dik l- ispiża żgur li mhux se jidħol għaliha l-gvern.", "Jien ċert li fis-sentejn li l-Onor.", "Farrugia għamel bħala ministru kellu jieħu ċerti deċiżjonijiet diffiċli - u din hija deċiżjoni diffiċli - fir- realta` taċ-ċirkostanzi.", "Mill-membri kollha ta' din il-Kamra jien l-aktar wieħed li nħossni urtat bis-sitwazzjoni kif inhi, għaliex dik il-bypass ngħaddi minnha kuljum għal aktar minn darba, pero` xorta waħda ma nistax naqbad u niddeċiedi jekk ma jkollix bażi legali fuqxiex nimxi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, lill-Ministru jien qatt ma kkritikajtu għax-xogħol li jsir fid-distrett tiegħu.", "Jien qed ngħid biss li hemm triq li qed toħloq inkonvenjent kbir u hemm bżonn tiġi rranġata.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-gvern m'għandux flus biex jagħmilha, il- Ministru għadu jaqbad u jgħidilna hekk, imma mhux nistaħħbew wara l- attonery general.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, assolutament mhux il-każ li l-gvern m'għandux flus biex jagħmel ix-xogħol involut.", "Kieku jirriżulta li l-gvern huwa responsabbli għal dan ix-xogħol jien ċert li l-ministru tal-finanzi japprova l-Lm200,000 meħtieġa, anke anke over and above il-vot li hemm approvat għal din is-sena.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, jien naf il- mod li bih jirraġuna l-ministru tal-finanzi pero` sakemm m'hemmx deċiżjoni bħal din, żgur li ħadd ma jista' jippretendi li jien jew id-dipartiment nonfqu dawn il-flus kollha.", "Jekk isir hekk il-Bambin biss jaf kemm ikun hawn allegazzjonijiet u paroli li dan ix-xogħol qed isir biex nagħmlu pjaċir lil xi ħadd!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jidhirli li f'San Pawl il-Baħar kien inbeda xi xogħol fit-triq li minn quddiem l-uffiċċju tal-kunsill lokali twassal għal ħdejn il-Pescatore.", "Issa jidher li parti minn dik it-triq sfrondat wara biss ftit taż-żmien li ntemm ix-xogħol fuqha u għalhekk xtaqt nistaqsi lill-Ministru min se jagħmel tajjeb għall-ħsara li saret, jekk hux il-kuntrattur jew inkella l-gvern.", "Xtaqt nitlob ukoll lill-Ministru sabiex jikkonsidra bl-akbar serjeta` li Triq San Gorg, f'San Giljan tingħata t-tarmac.", "Jien naf li se jgħidli li din hija responsabbilta` tal-kunsill lokali imma nassigurah li l-kunsill m'għandux ir-riżorsi meħtieġa għal dan ix-xogħol.", "Din hija arterja prinċipali minn fejn jgħaddu eluf ta' turisti kuljum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, għar-rigward ta' l-ewwel domanda nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li hemm mas-set ta' risposta li l-Onor.", "Membru għandu quddiemu.", "Għar-rigward ta' Triq San Ġorġ f'San Giljan, irrid ngħid li l-Onor.", "Cuschieri għandu raġun - l-Onor.", "Joe Borg ukoll qed jgħidli li għandu raġun - fis-sens li huwa veru li dik it-triq għandha bżonn tingħata t-tarmac.", "Jien ċert li l-Onor.", "Cuschieri jaf li matul is-sena li għaddiet kellna diversi xogħlijiet ta' tħaffir ta' trinek, pero` nassigurah li malli nkunu nistgħu nagħtu t-tarmac lill-wiċċ kollu tat-triq, nagħmlu proprju dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-Ministru qal li m'hemmx problema biex insibu l-flus ħalli ssir l-manutenzjoni tal-bypass ta' San Pawl il- Baħar.", "Jekk inhu hekk, allura għaliex ma japprovax ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru ħalli ma jibqax ikun hemm l-inkonvenjent u l-periklu li hemm fil-preżent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, mingħalija li kont qed nitkellem bil- Malti!", "Nerġa' ngħid li l-problema m'hijiex kwestjoni ta' flus.", "Żgur li l- ebda ministru ma jista' jiddeċiedi li jagħmel xogħol li ma jkunx fir- responsabbilta` tiegħu.", "Jekk jiġri dan jien żgur li kemm f'dan il- parlament kif ukoll barra jibdew isiru allegazzjonijiet waħda wara l-oħra.", "Din hija l-problema li għandu quddiemu d-dipartiment u li għandi jien wkoll bħala ministru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal tqegħid ta' karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' mard u kondizzjonijiet li dwarhom tista' tingħata għajnuna medika bla ħlas, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17012;", "Tagħrif dwar proġetti ta' bini ta' appartamenti/maisonettes/djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17026;", "Tagħrif dwar proprjeta` ttrasferita mill-uffiċċju konġunt lill- awtorita` tad-djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17027; u", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet lill-awtorita` ta' l-ippjanar għal bini ta' units, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17029; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Korrispondenza bejn il-kunsill nazzjonali ta' l-anzjani, l-Universita` ta' Malta u l-ministeru ta' l-edukazzjoni, b'riferenza għall- institute for gerontology, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16966.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem id- dipartiment taċ-ċittadinanza, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16943.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' mediċini approvati mid-drugs and therapeutic committee, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17011.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet mogħtija minn gwardjani lokali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16846.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-13 ta' Ġunju, 2000)", "Klawsola 27 (Kont.) - Kif jiftehmu l-liġijiet, eċċ", "Clause 27 (Cont.) - Construction of laws, etc", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, nixtieq nibda billi ngħid li l-aħħar darba bqajt skantat bir-reazzjoni tal-Prim Ministru għal domanda sempliċi li jien għamilt.", "Dakinhar il-Prim Ministru daħal hawnhekk rrabjat - mid- dehra kien qed jagħmel xi ħaġa oħra u allura ma kienx jaf eżattament il- mistoqsija li għamilt x'ridt infisser biha - minħabba dik id-domanda li jien għamilt.", "Fil-fatt il-mistoqsija kienet dwar jekk min hu involut kienx għamel xi tip ta' studju biex jara jekk hemmx xi diffikultajiet partikolari li għandhom bżonn tul ta' żmien sakemm jiġu settled.", "Jien għamilt dik id- domanda għas-sempliċi raġuni biex meta nwaqqfu xi ħaġa ġdida, bħalma hi din l-awtorita`, wieħed ikun jaf xi problemi jeżistu u b'hekk tkun tista' tibda taħdem kemm jista' jkun tajjeb mill-ewwel.", "Fl-opinjoni tiegħi r-reazzjoni tal-Prim Ministru għad-domanda tiegħi kienet waħda bla sens, li ċertament turi l-istat ta' paniku li jinsab fih il-Prim Ministru - il-ħuta minn rasha tinten - u allura l-gvern.", "Fil-fatt il-Ministru kien diġa` beda jwieġeb għad-domanda tiegħi - ċertament deher li kien fehemha - pero` ma setax jirrispondi mija fil-mija għaliex forsi kellu bżonn ta' briefing min-naħa tan-nies li qed jaħdmu f'dan il-qasam.", "Għalhekk jien nitlob lill-Ministru sabiex jekk irnexxielu jġib din l- informazzjoni, forsi jogħġbu jgħaddihielna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt jien naħseb li r-risposta għad-domanda ta' l- Onor. Abela tajta dakinhar stess, fis-sens li kull ħaġa pendenti quddiem id- dipartiment tal-gvern responsabbli minn dan is-settur dakinhar li tiġi mwaqqfa l-awtorita`, din tgħaddi għandha.", "Fil-prattika huwa diffiċli li wieħed jgħid x'jista' jkun hemm pending quddiem l-awtorita` dakinhar li titwaqqaf.", "Jista' jkun li dawk il-kwestjonijiet li llum huma pending quddiem id-dipartiment, sa meta tiġi biex titwaqqaf l-awtorita` ma jibqgħux għaliex ikun skada t-terminu tagħhom u allura jkunu ġew deċiżi, u jista' jkun ukoll li jilħaq ikun hemm affarijiet oħrajn ġodda.", "Mr Chairman, għalhekk il-pożizzjoni hija li kull ħaġa li tkun pendenti dakinhar li titwaqqaf l-awtorita` dwar il-komunikazzjoni, tgħaddi mingħand id-dipartiment għal għand l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 - Dispożizzjonijiet transitorji.", "Clause 28 - Transitory provisions.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, wieħed jista' jgħid li din il-klawsola tagħti iktar dettall lill-klawsola ta' qabilha, fis-sens li hawnhekk qegħdin ngħidu li dawk l-affarijiet li jkunu bdew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-awtorita` jkunu meqjusa bħala li nbdew mill-istess awtorita`.", "Dan ifisser li jekk hemm xi drittijiet jew obbligazzjonijiet dawn jiġu ttrasferiti lill-awtorita`.", "Subklawsola (3) ta' klawsola 28 tagħti indikazzjoni dwar il-mod kif il- ministru jista', permezz ta' ordnijiet, jagħmel dawk il-provvedimenti li jkunu meħtieġa minn żmien għall-ieħor.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, meta konna qed niddiskutu klawsola 25 tkellimna dwar jekk għandhiex issir lista ta' l-assi mobbli li se jgħaddu għand l-awtorita`.", "Forsi l-Ministru jikkonsidra li tidħol subklawsola li fiha jingħad liema huma l-assi mobbli li se jgħaddu as from day one mingħand id-dipartiment għal għand l-awtorita`.", "Din naturalment tkun tapplika biss għall-bidu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, tajjeb li wieħed ifakkar li d- diffikulta` ma kenitx dwar il-fatt li jkun hemm lista tal-proprjeta' mobbli li tgħaddi lill-awtorita`, imma dwar il-mod ta' kif dik il-lista tiġi ddepożitata u fejn se tiġi ddepożitata.", "Fil-fatt subklawsola (3) ta' klawsola 28 tgħid hekk:", "\"(3) Il-Ministru jista' b'ordni jagħmel dawk il-provvedimenti inċidentali, konsegwenzjali u supplementari kif jista' jqis li jkunu xierqa jew spedjenti bil-għan li jiġi stabbilit, kif ikun sew, x'ikunu l-assi ttrasferiti lill-awtorita` b'dan l-Att u jiżgura u jagħti effett sħiħ lit-trasferiment ta' kull proprjeta` jew impriża jew kull dritt jew obbligazzjoni lill-awtorita` b'dan l-Att u jagħmel dawk l- ordnijiet li jistgħu jkunu meħtieġa biex jagħmel kull setgħa u dmir eżerċitabbli mill-Gvern għar-rigward ta' xi proprjeta` jew impriża trasferits eżerċitabbli mill-awtorita` jew f'isimha.\".", "Mr Chairman, minn dan wieħed jara li s-subklawsola diġa` qed telenka l-mod li bih dawn l-oġġetti jistgħu u għandhom jgħaddu mingħand id-dipartiment għal għand l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, mingħajr ma nerġa' niftaħ dan is- suġġett għad-diskussjoni, għaliex ilna nitkellmu fuqu, xtaqt nistaqsi lill- Ministru jekk hux se jintrabat li jkun hemm inventarju ta' l-assi mobbli.", "Jidher li l-problema li semma' l-Ministru dwar kif u fejn dan l-inventarju se jiġi ddepożitat ssolviet għaliex ladarba se jitlob dan, naturalment dan se jingħatalu.", "Isib oġġezzjoni l-Ministru li jpoġġi dan l-inventarju fuq il-Mejda tal-Kamra?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni li għandi hija li l-mod ta' kif isir l-inventarju ta' proprjeta` tal-gvern hija diġa` rregolata mir-regolamenti finanzjarji.", "Jiena nemmen li dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw ukoll f'dan il-każ partikolari.", "Din m'hijiex l-ewwel awtorita' li twaqqfet u l- proċess ta' kif proprjeta` tgħaddi mingħand dipartiment għal għand awtorita` diġa` ġie wżat diversi drabi.", "Jien m'għandix dubju li l-istess proċedura se tiġi wżata f'dan il-każ u ċert ukoll li kull persuna li tkun se titlaq minn idejha proprjeta` ikollha kull interess li żżomm records tajba dwar fejn fil-fatt din tkun marret.", "Għalhekk naħseb li l-klawsola kif inhi qiegħda taħseb biżżejjed għal dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 - Ħatra u funzjonijiet ta' kumitati konsultorji.", "Clause 29 - Appointment and functions of advisory committees.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, din il-klawsola tagħti l-possibilita` li jitwaqqfu diversi advisory committees, filwaqt li tispjega l-mod ta' kif dawn għandhom jitwaqqfu, ir-raġunijiet għalfejn, kif għandhom jiġu kostitwiti u l-mod ta' kif għandhom jaħdmu.", "Huma diversi l-kumitati konsultorji li jistgħu jitwaqqfu; m'hemmx numru ta' kumitati fiss imma jiddependi mill-esiġenzi tax-xogħol li għandu jsir minn żmien għall-ieħor f'dan is-settur.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, l-ewwelnett xtaqt nikkummenta fuq l-użu tal-kelma \"konsultorju\".", "Safejn naf jien il- kelma li tintuża s-soltu hija \"konsultattivi\".", "Barra minn dan xtaqt li l-Ministru jispjega ftit eżattament x'inhi l- funzjoni ta' dawn il-kumitati.", "X'inhi r-raġuni warajhom?", "Qegħdin ngħidu li se jitwaqqfu dawn il-kumitati u jitħallew fl-ajru?", "Il-ġimgħa li għaddiet kellna dibattitu sħiħ fuq il-punt li għandu jkun hemm protokoll ta' l-assi fiżiċi li jiġu mqassma u qalulna li m'hemmx għalfejn għaliex dawn affarijiet li jsiru.", "Issa hawnhekk il-liġi qed titkellem fuq xi ħaġa li sakemm ma tiġix speċifikata aktar - għalhekk jien stennejt li l- Ministru jispjegalna ftit aktar ...", "Mhux kull awtorita` għandha d-dritt ipso facto li tagħmel kumitati konsultattivi?", "Per eżempju, is-sena li għaddiet l-awtorita` tax-xandir iddeċidiet li twaqqaf kumitati konsultattivi.", "X'inhu l-ħsieb f'dan il-kuntest?", "Bil-liġi qed ngħidu li jistgħu jew għandhom jitwaqqfu kumitati konsultattivi imbagħad m'hemm l- ebda spjegazzjoni razzjonali għaliex din il-ħaġa għandha tkun bil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, rigward jekk għandhiex tidħol il-kelma \"konsultattivi\" minflok \"konsultatorji\" ma narax li għandu jkun hemm xi diffikulta` u faċilment nistgħu nipproponu emenda f'dak is-sens.", "Għar-rigward imbagħad ta' x'inhi r-raġuni għaliex dawn l-advisory committees qegħdin jissemmew fil-liġi, iirrid ngħid li hija x-xewqa tagħna li dawn il-kumitati jkunu mwaqqfa permezz ta' l-istess liġi.", "Wieħed jista' jgħid li b'dan il-mod jingħata status iktar uffiċjali u ċar tal-pożizzjoni u ta' l-importanza ta' dawn id-diversi kumitati konsultattivi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, hemm żewġ raġunijiet f'dan li għadna kemm smajna, waħda li hija x-xewqa tal-gvern u l-oħra li permezz tal-liġi, jingħataw aktar standing.", "Huwa ovvju li dawn jingħataw aktar standing jekk jissemmew fil-liġi imma ma tispjegax għaliex għandha tidħol fil-liġi.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija għaliex il-gvern għandu din ix-xewqa li jkun hawn dawn l-advisory committees imwaqqfa b'dan il-mod.", "Hemm xi funzjoni għalihom?", "Huwa faċli tgħid advisory committees, imma nerġa' ngħid li l-awtorita` tax-xandir diġa`waqqfet l-advisory committees tagħha u awtoritajiet oħra diġa` għamluhom ukoll.", "Ix-xewqa li jkollhom dan l- istanding minn fejn ġejja?", "Hemm xi raġuni funzjonali?", "Hemm xi raġuni inherent fix-xogħol ta' l-awtorita`?", "Fl-antik kienu jgħidu la jridha r-Re daqshekk, m'hemmx aktar x'tispjega.", "Imma bir-rispett kollu dik m'hijiex spjega.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-ewwelnett irrid ngħid li m'għandi l- ebda xewqa li nkun Re, jiġifieri żgur li m'hijiex sempliċement xewqa ta' xi ħadd u daqshekk!", "L-idea hi li dawn il-kumitati, fix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu, jingħataw ċerti responsabbiltajiet.", "Fil-fatt klawsola 30 tgħid hekk:", "\"Il-membri ta' l-awtorita`, il-membri tal-kumitati konsultorji u l- uffiċjali u l-impjegati kollha ta' l-awtorita` għandhom jitqiesu li huma uffiċjali pubbliċi għall-iskop tat-tifsira tal-Kodiċi Kriminali.\".", "Jiġifieri hawnhekk l-idea hi li l-kumitati li jinħolqu jkunu mhux biss rikonoxxuti bil-liġi pero` jkollhom ukoll obbligazzjonijiet skond l-istess liġi li qegħdin inwaqqfu li jwettqu diversi funzjonijiet li jistgħu jingħataw minn żmien għall-ieħor.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sur President, qegħdin nerġgħu nibdew nagħqdu.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn għamilt din id-domanda hija proprju minħabba klawsola 30 li għad irridu niddiskutu, li titkellem dwar id-doveri ta' dawn il-kumitati.", "Dawn il-kumitati qegħdin jiġu appuntati ad hoc, imma l-adokkiżmu tagħhom huwa ingastat f'liġi mingħajr ebda idea ta' kif se jaħdmu.", "Forsi l-gvern m'moħħu kellu kif se jaħdmu ċerti awtoritajiet regolatorji li jkollhom advisory committees, imma dawn il- kumitati jkollhom rwol istituzzjonali preċiż, speċifikat ukoll bil-liġi.", "Nista' nagħti eżempju grandjuż, l-economic and social committee li għandha l-Unjoni Ewropea, li huwa advisory committee imma huwa msemmi li huwa advisory mhux sempliċement qabdu u qalu li huwa advisory.", "Qabel joħroġ regolament, liġi jew direttiva ħafna drabi istituzzjonalment il-kummissjoni jew xi tkun tistenna li jkollha l-opinion ta' dak l-advisory committee.", "Allura hemmhekk għandek rabta istituzzjonali.", "L-iskop li jitwaqqaf advisory committee huwa sabiex bir-rwol tiegħu b'mod preċiż u istituzzjonali, fuq talba f'dan il-każ ta' l-awtorita`, jesprimi opinjoni fuq materja.", "U fuq il-bażi ta' dik l-opinjoni, taqbel jew ma taqbilx, l- awtorita` tasal għad-direttiva tagħha.", "Din nifimha għaliex tagħmel ċertu sens funzjonali u istituzzjonali imma mhux fl-ajru, li advisory committee jagħti l-pariri \"hekk\".", "X'pariri jagħti?", "X'saħħa għandhom?", "Fuq liema bażi se jagħtihom?", "Kif se jiġi nominat b'mod li se jkunu pariri li għandhom ċertu qafas?", "Xi rwol se jkollhom dawn il-pariri fil-miġja istituzzjonali tar-regolazzjoni?", "Sur President, hawnhekk ma rridux ninsew li qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa ftit ġdida għall-amministrazzjoni tal-pajjiż, regolamentazzjoni ta' settur sħiħ.", "Jekk se noħolqu rules of the game dawn iridu jkunu rules serji li jiftiehmu u mhux fl-ajru.", "Jekk se nikkupjaw xi mudelli għandna nikkupjaw b'mod tajjeb u mhux b'mod nej.", "Li ngħidu li nagħmlu advisory committee, nipparkjawh hemm u bl-ebda mod m'hemm guidelines ta' kif se jaħdem jew x'se tkun il-funzjonalita` tiegħu, ma nifhimhiex.", "Il-Ministru jista' jgħid kemm irid li hija x-xewqa tal-gvern li lil dawn il-kumitati jagħtihom is-saħħa, imma x'saħħa hi?", "Is-saħħa toħroġ, nerġa' ngħid, kieku qabel toħroġ ċertu tip ta' direttivi, l-awtorita' l-ewwel tistaqsi l-opinjoni ta' dawn il- kumitati mbagħad tiddeċiedi.", "Sur President, nixtieq li jkollna ftit aktar riflessjoni dwar dan il- punt għaliex kif inhi assolutament ma tinftehimx u qed tqajjem problemi oħra li jkollna ċans nitkellmu fuqhom aktar 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt, jekk jippermettili l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, nagħmel domanda jiena wkoll.", "X'inhi d-diffikulta` ta' l- oppożizzjoni?", "II-fatt li hemm l-advisory committees imsemmija fil-liġi?", "Jew il-fatt li l-funzjonijiet diversi li jista' jkollhom dawn il-kumitati m'humiex speċifikati?", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, hija deċiżjoni tal-gvern jekk iridx jagħmel advisory committees jew le, skond il-pariri li jkollu u skond kif jaħseb hu li għandhom isiru l-affarijiet.", "Il-punt tagħna huwa li jekk se ndaħħlu dawn il-kumitati, ir-rwol tagħhom irid ikun definit b'mod preċiż, ħalli nkunu nafu kif dawn se jiffittjaw fl-operat ta' l-awtorita`.", "U l-mod ta' kif dawn jiffunzjonaw irid jiġi definit bil-liġi.", "Sinċerament ma nafx x'inhi l-idea tal-gvern jekk hux li jkollok advisory committee ipparkjat hemm, jew jekk aħniex se nobbligaw lill-awtorita' li bilfors trid tmur għand l-advisory committee ħalli dan jesprimi l-opinjoni tiegħu.", "Jekk tgħodd ta' l-aħħar, allura jrid ikun hemm terms of reference preċiżi li jorbtu istituzzjonalment l-advisory committee ma' l-operat ongoing ta' l-awtorita`, inkella dan ma jkun ifisser xejn anzi joħloq lok kbir għal abbuż.", "Dwar dan nitkellmu aktar 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-idea li jitwaqqfu dawn il-kumitati hija sabiex ikunu jistgħu jagħtu pariri lill-awtorita` u anke lill-istess ministru.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li hemm awtoritajiet oħrajn li minn żmien għall-ieħor waqqfu kumitati ad hoc, imma hawnhekk l-idea hija li jkun hemm diversi kumitati - jistgħu jiżdiedu jew jonqsu minn żmien għall- ieħor, skond il-ħtieġa ta' l-istess awtorita` - bl-iskop li jkunu f'qagħda li jagħtu pariri fuq id-diversi suġġetti li jistgħu jinqalgħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, imma xorta waħda jibqa' l-punt ta' kif se jiffunzjonaw dawn l-advisory committees.", "L-ewwelnett dawn huma ad hoc - jiġifieri m'hemmx differenza minn kif huma mwaqqfin taħt standing arrangements ta' awtoritajiet jew korporazzjonijiet oħra - u l-liġi ma tgħidlekx kemm se jkun hemm kumitati u fiex jikkonsistu.", "It-tieni nett il-mistoqsija xorta tibqa' kif se jiffunzjonaw dawn il- kumitati u x'inhi l-istanding legali tal-funzjonament tagħhom?", "Dan se jkun parir privat jew parir istituzzjonalizzat taħt il-liġi?", "Fuq liema grounds se jingħata?", "Kif se jitmexxa 'l quddiem?", "X'inhu l-istatus ta' parir mogħti minn kumitati bħal dawn?", "Jien naħseb li dawn il-mistoqsijiet irridu nindirizzawhom u ma nistgħux nibqgħu nitkellmu fl-ajru.", "X'se jkun il- mekkaniżmu ta' dawn il-kumitati?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, wieħed fil-fatt jista' jgħid li l- mekkaniżmu f'diversi aspetti tiegħu huwa stabilit bil-liġi li għandna quddiemna.", "Forsi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jista' jistaqsini fejn hu d- dettall tal-mod ta' kif dawn se jaħdmu, jew x'se jiġri mill-pariri li attwalment jagħtu u jekk l-awtorita` hijiex obbligata li trid bilfors tieħu dawk il-pariri.", "Dawn kollha huma domandi rilevanti, pero` jekk wieħed iħares lejn subklawsola (2) ta' klawsola 29 jara li din tgħid li:", "\"Kumitat konsultattiv għandu, għall-aħjar twettiq tal-provvedimenti ta' dan l-Att, jagħti parir lill-awtorita` dwar dawk l-affarijiet u jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista' jispeċifika fl-ordni.\".", "Jiġifieri l-funzjoni li attwalment ikollu kumitat se tkun stipulata fl- ordnijiet li joħorġu minn żmien għall-ieħor.", "Allura jkunu dawn l-istess ordnijiet li jispeċifikaw il-mod ta' kif jaħdem kumitat bħal dan u naturalment tkun l-istess ordni li tispeċifika x'jiġri minn pariri bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri b'dan qed nifhmu li kumitat jitwaqqaf by order, il-funzjonijiet tiegħu jiġu definiti by order u jistgħu jerġgħu jiġu mibdula by order ukoll as we go along.", "Jien ma nafx pero` naħseb li b'dan il-mod se nkunu qed niftħu coach and horses fuq kif jitmexxa dan il-pajjiż.", "Jekk qed nifhem tajjeb qegħdin ngħidu li advisory committee se jitwaqqaf by order - ma nafux eżattament il-portata tiegħu x'inhi - għalkemm il- functions tiegħu ikunu defined by order, jiġu redefined by order u minn kumitat għal kumitat ieħor ikun hemm funzjonijiet u definitions differenti.", "Jekk dan huwa dak li qegħdin ngħidu, ċertament m'huwiex il-mod kif jitmexxa pajjiż.", "Hawnhekk suppost li qegħdin nitkellmu fuq regolamentazzjoni ta' settur terzjarju li dejjem qed jikber u jiżviluppa u allura ma nistgħux nimxu b'dan il-mod artiġġjanali.", "Lanqas fi żmien l- akbar ortokrazija ma kienu jaħdmu hekk!", "Jekk qed nagħmlu sistema advisory - it's a moot point jekk intix se tagħmel sistema advisory, imma l-gvern jidher li jrid sistema konsultattiva ma' din l-awtorita` - ejjew niddefinixxu kif se taħdem din is-sistema konsultattiva.", "Ħalli nieħdu eżempju wieħed.", "Il-membri ta' dawn il-kumitati se jkollhom aċċess għall-files ta' l- awtorita`?", "Jistgħu jitolbu files ta' l-awtorita`?", "La fi klawsola 30 qed tidħol tal-criminal code allura jistgħu.", "Qed nirrealizzaw x'mare magnum qed niftħu meta nagħmlu dawn l-affarijiet?", "F'daqqa waħda l-files ta' l- awtorita` se jkunu available għall-advisory committees li se jiġu appuntati ad hoc mill-ministru.", "U ma noqogħdux issa bil-litanija li l-ministri tagħna huma responsabbli, li jagħmlu kollox sew, li ma jagħmlux affarijiet abbużivi u fil-kariga jappuntaw biss nies eċċellenti.", "Forsi veru u forsi le imma m'għandux x'jaqsam.", "Din x'inhi li filli qegħdin noħolqu sistema regolatorja suppost trasparenti - għalkemm il-Ministru qalilna li t- trasparenza hija impliċita u ma jridx idaħħalha fit-text - imbagħad qed indaħħlu feles bħal dan?", "Dawn in-nies jiġi appuntati ad hoc by order tal- ministru, jiġu stabiliti terms of reference mill-ministru, il-ministru jista' jerġa' jbiddel il-funzjoni tagħhom u qed nagħtuhom anke l-potenzjal li l-files kollha ta' l-awtorita` jispiċċaw f'idejhom.", "Imma nerġa' nistaqsi: Dan sew?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, imkien fil-klawsola m'hemm li ordni li tkun ħarġet biex tispeċifika l-funzjoni ta' kumitat partikolari tista' toqogħod tinbidel għall-gost.", "Il-pożizzjoni hi li jinħatar kumitat konsultattiv li jwettaq il-funzjoni tiegħu kif speċifikata fl-ordni li tkun qed twaqqaf dak il-kumitat partikolari.", "Minn imkien ma jirriżulta li nistgħu noqogħdu nbiddlu minn pożizzjoni għall-oħra u minn darba għall- oħra.", "Għar-rigward ta' kumitati differenti nifhimha li jista' jkun hemm ordnijiet differenti għaliex il-funzjoni ta' kumitat partikolari tkun differenti mill-funzjoni ta' kumitat ieħor, pero` mkien ma jirriżulta mil- liġi li jista' jkun hemm ordni li tissostitwixxi ordni oħra li biha jkun twaqqaf kumitat.", "Nerġa' ngħid li jista' jkun hemm ordnijiet differenti imma għal kumitati differenti.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, din tirriżulta mill-fatt li m'hijiex projbita.", "Tista' toħroġ order li tiddefinixxi b'ċertu mod u tista' imbagħad terġa' toħroġ order warajha li tibdel dawk it-terms of reference.", "Jista' jsir dan għaliex m'huwiex projbit bil-liġi.", "U dan apparti mill-fatt li l-Ministru ma rrispondiex għall-mistoqsija l-oħra rigward jekk il-membri ta' dawn l- advisory committees humiex se jkollhom aċċess għall-files kollha ta' l- awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-aċċess għall-files m'huwiex dritt awtomatiku.", "Tkun l-istess awtorita` li fid-diskrezzjoni tagħha tagħti jew ma tagħtix aċċess għall-files.", "Irridu niftakru hawnhekk li dawn il- kumitati se jkunu qed jagħtu pariri.", "Issa jekk l-awtorita` tħoss li hemm files li għandhom ikunu għad-dispożizzjoni ta' kumitat biex huwa jkun f'qagħda li jagħti parir fil-konfront ta' suġġett li jkun qed jiġi diskuss minnu allura tista' tgħaddi dawn il-files, pero` ma jeżisti ebda dritt awtomatiku.", "Kull talba trid tiġi kkonsidrata fuq il-merti tagħha - dik hija l-implikazzjoni li hawn fil-liġi li għandna quddiemna - u tkun l- awtorita` innifisha li tiddeċiedi jekk file għandux jgħaddi jew le għal għand il-kumitat li jkun qed jagħti l-pariri.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, nixtieq li jkollna saqajna ma' l-art hawn għax b'dan kollu kulma qed ngħidu hu li se jkun hemm aktar nies li jistgħu jdaħħlu jdejhom fil-borma u, fl-idea tiegħi, se niftħu tieqa oħra biex ikun hemm aktar nies li jkollhom aċċess dirett għall-files ta' l- awtorita`.", "(Interruzzjonijiet) Nafu li dawn l-affarijiet jiġru u m'għandniex niftħu tieqa aħna stess.", "Mhux ovvju li wħud mill-membri ta' l- advisory committees se jħossuhom intitolati li jikkuntattjaw direttament amministraturi fl-awtorita` u jiddubbaw l-affarijiet u l-informazzjoni li għandhom bżonn!", "Qed nagħtuhom l-istanding aħna għax qed insejħulhom public officers.", "Dan hu l-punt kollu għax tant din l-istorja hi miftuħa li ma tagħmilx sens kif qed tiġi ppreżentata.", "Jekk il-gvern irid dawn it-tip ta' kumitati għandu jispeċifika kif se jaħdmu u għandu jorbot il-proċedura, per eżempju, ma' dik ta' l-advisory committees fl-Ewropa - wara kollox intom dejjem tadurawha l-Ewropa! - fejn l-advisory committee jkollu talba formali għal parir, jagħmel l-istudji u l- konsultazzjonijiet meħtieġa, jgħaddi l-parir u mbagħad fuq il-bażi tal- parir li jkollha u ta' l-expertese tagħha, l-awtorita` tasal għal policy directive.", "Dik hija l-proċedura.", "Trid tistituzzjonalizza l-konsultazzjoni imma tistituzzjonalizzaha b'mod li tkun trasparenti u mhux tiftaħ lok għal akar abbużi.", "Nerġa' ngħid li hija ħaġa ċara li se nkunu qed niftħu tieqa biex membri ta' dawn il-kumitati jikkuntattjaw direttament amministraturi fl-awtorita` jekk m'aħniex se nispeċifikaw b'mod ċar x'se tkun il-funzjoni tagħhom.", "Imbagħad hemm ukoll il-punt l-ieħor, li ċ-chairman ta' dawn il-kumitati jrid ikun membru ta' l-awtorita`.", "Tajba din!", "Mela aktar u aktar qed inħalltu l-bejgħa għax il-pariri se jingħataw lill-awtorita` minn advisory committee li se jkun chaired minn membru ta' l-awtorita`.", "Fil-fehma tiegħi dan ma jagħmilx sens.", "Subklawsola (4) ta' klawsola 29 jien nifhimha li qed tgħid li fil-kumitat se jkun hemm membru li jirrappreżenta lill-awtorita` bħala chairman tal-kumitat.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jibni l- argument tiegħu fuq il-fatt li kull kumitat ikun jikkonsisti minn rappreżentant ta' l-awtorita`.", "Imkien fil-klawsola m'hemm li l-persuna li tkun qed tirrappreżenta lill-awtorita` fil-kumitat trid tkun membru ta' l- istess awtorita`.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aħjar tiċċekkja ftit għaliex imbagħad hemm \"members of the authority\".", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt qegħdin jikkonfermawli li l-membru li jkun qed jirrappreżenta lill-awtorita` fil-kumitat mhux bilfors li jkun membru ta' l-awtorita`.", "L-idea hi li ma jkunx membru ta' l-awtorita` u mkien ma huwa implikat li jrid ikun membru ta' l-awtorita`.", "Ikun il-president tal- kumitat konsultattiv pero` mhux bilfors ikun membru ta' l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma issa qed iddaħħal punt differenti.", "Jiġifieri l- ministru se jappunta membru li jirrappreżenta lill-awtorita`, liema membru jkun magħżul mill-istess awtorita`?", "Mela l-awtorita` tagħżel lil xi ħadd biex il-ministru jappuntah bħala chairman tal-kumitat.", "Imma mbagħad tqum il- problema l-oħra ta' fejn hemm \"and such other members as the Minister may deem fit to appoint\".", "\"The Minister may deem fit to appoint\" according to what criteria?", "(Interruzzjonijiet) Onor. Galea, dan mhux tfettiq!", "Meta semmejna l-konsumatur u staqsejna jekk dan għandux ikun rappreżentat fuq livell ta' awtorita` għedtulna li le, u anke dwar kriterji oħra wkoll għedtulna le.", "Imma allura x'inhu l-punt ta' parir ta' kumitat konsultattiv li l-parametri tiegħu lanqas huma definiti ?", "Kull darba qed nispiċċaw immorru lura lejn il-ministru!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, ir-risposta għad-domandi li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni joħorġu waħedhom minn din il-liġi.", "Għal darb'oħra reġa' ssemma l-konsumatur - jista' jkun li wieħed mill-kumitati jkun qed jittratta proprju l-aspett tal-konsumatur - pero` ma ninsewx li l- funzjoni ta' kull kumitat tkun speċifikata mill-mument li jiġi appuntat permezz ta' ordni li tiġi ppubblikata.", "Mela l-kwestjoni ta' x'se jagħmel, kif se jagħmlu u l-parametri li se jaħdem fihom se jkunu stabiliti b'ordni għal dak il-kumitat partikolari.", "Naħseb li l-kwestjoni li l-membru li jkun qed jirrappreżenta lill- awtorita` fil-kumitat mhux bilfors li jkun membru ta' l-istess awtorita` b'xi mod ġiet iċċarata, għalkemm issa qamet il-problema dwar \"dawk il- membri l-oħra li l-Ministru jista' jqis li jkun xieraq li jaħtar\".", "Kull kumitat jenħtieġ expertise partikolari u huwa minħabba f'hekk li jkun hemm membri li jinħatru minn żmien għall-ieħor fuq kumitati differenti.", "Kull kumitat se jkun magħmul b'mod li l-president tiegħu jkun qed jirrappreżenta lill-awtorita` u l-membri l-oħra kollha jiġu maħtura mill-ministru biex jaqdu l-funzjoni partikolari li għalihom ikun ġie maħtur il-kumitat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, din il-klawsola qed titkellem fuq il- ħatra ta' l-advisory committees.", "Skond din l-istess liġi se jkun il- ministru li jara li din il-policy titwettaq billi jappunta l-awtorita`, id- direttorati u anke l-kumitati konsultattivi, pero` l-funzjoni ta' dawn il- kumitati m'hijiex definita sew fil-liġi.", "Issa aħna lkoll nafu li fi struttura ta' management, iżjed kemm iddaħħal affarijiet, iżjed kemm tikkomplika l-affarijiet u iżjed kemm ma tispeċifikax il-funzjonijiet ta' kull settur iżjed se jkollok konfużjoni.", "Jien hawnhekk nistaqsi lill- Ministru jekk din il-klawsola ġietx ikkupjata verbatim minn xi liġi oħra u jekk ħasibx dwar il-funzjoni ta' dawn il-kumitati.", "Se ndaħħlu iżjed taħwid u iżjed hierarchy, biex imbagħad ikun hemm ideat konfliġġenti rigward il-policies u nispiċċaw neħlu ma' l-iċken diffikulta'.", "Meta ftit tal-minuti ilu minn din in-naħa reġgħet qamet il-kwestjoni tal- konsumatur, il-Ministru qal li jaf jaħtar kumitat konsultattiv li l- funzjoni tiegħu tkun speċifikament l-interessi tal-konsumatur.", "(Interruzzjonijiet) Imma tinsiex li fil-bidu intom irreżistejtuha din l- idea u ma ridtux li membru fuq l-awtorita` jkun magħżul biex jirrappreżenta l-interessi tal-konsumatur.", "Jiġifieri issa għaliex sibtu post fejn tista' tidħol, allura se tagħmlu kumitat konsultattiv!", "Jien irrid inħeġġeġ lill- Ministru jaħseb sew biex l-affarijiet nagħmluhom iżjed sempliċi.", "Jien naħseb li dawn il-kumitati konsultattivi, direttorati u l-awtorita` innifisha se jkollhom funzjonijiet li m'humiex definiti u se nispiċċaw biex ma' l-iċken problema jkun hemm ħafna ideat differenti, iżjed hierarchy u iżjed komplikazzjonijiet u minflok nimxu 'l quddiem nispiċċaw neħlu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien assolutament ma nara l-ebda kwestjoni ta' konflitti u ġerarkiji u m'iniex qed nifhem x'qed tipprova tgħid l-oppożizzjoni dwar dawn il-kumitati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien nixtieq li l-Ministru jispjega lil din il-Kamra x'differenzi se jkun hemm bejn il-funzjoni tal-kumitati konsultattivi, il-funzjoni ta' l-awtorita` nnifisha u l-funzjoni tad- direttorati.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, meta wieħed jitkellem fuq advisory committee mal-ewwel jiġih f'moħħu kumitat li jiddiskuti suġġett partikolari u li jista' jressaq il-pożizzjoni tiegħu bħala parir lill-awtorita`, pero` l-awtorita` mhux bilfors li tieħu dak il-parir.", "Il-funzjoni ta' dawn il- kunsilli konsultattivi hija proprju li jaraw xi tkun il-pożizzjoni f'suġġett partikolari minn żmien għall-ieħor.", "Ċertament m'hemm l-ebda kwestjoni ta' konflitt bejn id-direttorat, l-awtorita` u l-ministru.", "Jiena naħseb li inqas ma nippruvaw noħolqu suspetti f'dan l-istadju aktar aħjar, kemm għall-andament ta' l-istess awtorita` kif ukoll għall-interess ta' kull persuna li 'l quddiem b'xi mod tista' tkun qed taqdi dmirha ma' din l- awtorita`.", "Rigward il-punt tal-konsumatur irrid ngħid li din assolutament m'hijiex kwestjoni ta' pika.", "L-idea li wieħed mill-kumitati jkollu wkoll il- funzjoni li jħares l-aspett tal-konsumatur ilha tissemma, pero` li rappreżentant tal-konsumatur ikun fl-awtorita` nnifisha hija xi ħaġa totalment differenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, l-oppożizzjoni m'hijiex qed tgħid li l-awtorita` mhux se jkollha bżonn ta' pariri.", "Jiena għandi naħseb li jekk in-numru tal-membri fuq il-bord ta' l-awtorita' se jkun limitat dawn se jkollhom bżonn xi tip ta' parir, pero` diġa` hemm biżżejjed istituzzjonijiet stabiliti b'din il-liġi minn fejn din l-awtorita` tista' tiġbed il-pariri.", "Diġa` semmejna d-direttorati - u jekk wieħed jerġa' jmur fuq l-iskeda, fejn hemm id-direttorati, isib li hemmhekk hemm direttorati biżżejjed li se jiġu maħtura mill-ministru u mill-awtorita`, u anke n-numru ta' dawn id-direttorati jista' jiżdied bl-ordni tal-ministru - u issa jien nistenna li l-Ministru jagħtina risposta dwar x'funzjonijiet se jkollhom differenti d-direttorati minn dawk tal-kumitati.", "Nerġa' ngħid li aħna m'aħniex qed niddiskutu din il-liġi biex sempliċement infettqu jew intawlu.", "Kif diġa` spjegajna, aktar ma jkollok setturi varji b'funzjonijiet differenti akbar se jkun it-taħwid, speċjalment jekk ma tispeċifikalhomx preċiżament l-funzjonijiet tagħhom.", "S'issa l-Ministru għadu ma taniex spjegazzjoni dwar id-differenza li teżisti bejn il-funzjonijiet ta' dawn il-kumitati konsultattivi u l- funzjonijiet tad-direttorati.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, nibda mill-kumment li għamel il- Ministru, fejn qal li qed inqajmu ħafna suspetti bla bżonn.", "Jiena naħseb li dan huwa l-ħin li nitkellmu fuq il-problemi kollha li jistgħu jinqalgħu u ta' min wieħed jaħseb fuqhom bis-serjeta`, fis-sens li dawn huma problemi li jistgħu jinqalgħu malli tibda tiffunzjona l-awtorita`.", "Il-fatt li n- nota marġinali ta' din il-klawsola sempliċement tgħid \"ħatra u funzjonijiet ta' kumitati konsultorji\" u ma titkellimx dwar il-parametri ta' kif dawn se jiffunzjonaw, diġa` hija problema li wieħed irid jittekkilja bis-serjeta`.", "Apparti dan imbagħad naħseb li subklawsola (4) ma tagħmilhiex ċara biżżejjed jekk il-membru li se jkun qed jirrappreżenta lill-awtorita` fuq l- advisory committee huwiex se jkun membru ta' l-awtorita` jew jekk huwiex se jkun maħtur ad hoc.", "Subklawsola (2) tgħid li:", "\"Kumitat konsultorju għandu, għall-aħjar twettiq tal-provvedimenti ta' dan l-Att, jagħti parir lill-awtorita` dwar dawk l-affarijiet u jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista' jispeċifika fl-ordni.\".", "Jiġifieri hawnhekk il-kumitati konsultattivi qegħdin għall-awtorita` mhux għall-ministru; il-ministru jidħol biss jekk ikun hemm funzjonijiet oħrajn li jkunu jridu jiġu miżjuda permezz ta' ordni.", "Allura x'inhi r-raġuni li l- kumitati konsultattivi se jinħatru mill-ministru u mhux mill-istess awtorita`?", "Għaliex inħass li dawn għandhom jinħatru mill-ministru ladarba dawn se jagħtu pariri lill-awtorita`?", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l-ewwel skeda annessa ma' dan l-abbozz ta' liġi, jara li għal kull direttorat li se jinħoloq hemm speċifikat il-funzjonijiet jew l-intenzjoni tal-ħatra.", "Jista' allura l-Ministru jgħidilna jekk għandux xi ħsieb dwar l-iskop tal- kumitati konsultattivi?", "Kif diġa` għedt, għal dak li għandu x'jaqsam mad- direttorati l-ħsieb qiegħed hemm u aħna naqblu miegħu, imma għall-kumitati konsultattivi jista' wieħed jilluminana ftit dwar x'użu jista' jkollhom?", "Il- Ministru semma' l-possibbilta` ta' kumitat li jipproteġi d-drittijiet tal- konsumatur - aħna xorta nibqgħu nsostnu li l-konsumatur kellu jiġi protett b'mod iżjed sostanzjali minn hekk - imma apparti dak il-Ministru għandu xi ħsibijiet oħra?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-funzjoni tad-direttorati hija totalment differenti mill-funzjoni tal-kumitati konsultattivi u jien ma nistax nifhem b'liema ġbid ta' l-immaġinazzjoni nistgħu nħalltu l-funzjoni tad-direttorati ma' dik tal-kumitati konsultattivi.", "Meta ddiskutejna l-pożizzjoni tat-tliet direttorati li hawn stabiliti bil- liġi u ta' direttorati oħrajn li jista' jkun hemm il-ħtieġa li jissostitwuhom jew jiżdiedu magħhom, tkellimna dwar sezzjoni sħiħa tas- settur tal-komunikazzjoni.", "Se jkun hemm direttorat responsabbli mit- telekomunikazzjonijiet, direttorat responsabbli mid-data protection u direttorat ieħor responsabbli mis-sistemi ta' l-informazzjoni u sistemi oħrajn.", "Jiġifieri għandna biċċa kbira ta' dan is-settur li għal skopijiet ta' amministrazzjoni se tkun taħt direttorat partikolari.", "Mill-banda l- oħra l-funzjoni tal-kumitati konsultattivi hija totalment differenti għaliex tieqaf ma' l-għoti tal-parir li jistgħu jagħtu fuq xi punt partikolari.", "Rigward kemm se jkun hemm minn dawn il-kumitati konsultattivi, diġa` għedt li f'dan l-istadju huwa diffiċli li wieħed jgħid.", "Subklawsola (2) tgħid li l-funzjoni li se jkollu kumitat se tkun dik speċifikata f'ordni apposta li toħroġ għat-twaqqif ta' dak il-kumitat u l-istess ordni se tkun qed issemmi wkoll il-funzjoni ta' dak il-kumitat konsultattiv partikolari.", "Għalhekk il-kwestjoni ta' diżgwid bejn kumitat konsultattiv u direttorat assolutament m'għandhiex għalfejn tqum.", "L-Onor.", "Abela staqsa wkoll x'inhi l-pożizzjoni tal-membru li jkun qed jirrappreżenta lill-awtorita` fuq xi wieħed minn dawn il-kumitati.", "Din se tkun proprju l-persuna li tirrappreżenta lill-awtorita`, xejn aktar u xejn inqas.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, il-Ministru kulma qal hu li dan se jkun jirrapreżenta lill-awtorita`, imma d-domanda li għamilt jien tmur oltre minn hekk.", "Jien qed nistaqsi x'relazzjoni se jkollu ma' l-awtorita` dan il-membru bħala rappreżentant ta' l-awtorita`.", "Kif se jirrapportalhom?", "Nafu li se jkun maħtur biex jirrappreżenta lill-awtorita`, imma x'relazzjoni se jkun hemm bejniethom?", "Staqsejt ukoll lill-Ministru jekk jaħsibx li għandha tkun l-awtorita` nnifisha li taħtar lil dawn il-kumitati konsultattivi ġaladarba dawn se jirrapportaw direttament lilha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nimmaġina li dawn jibdew jibagħtu l-korrispondenza lil xulxin bl-e-mail!", "Fl-abbozz imkien m'hawn li l-kumitati konsultattivi se jkollhom id-dritt li jkunu preżenti għal-laqgħat ta' l-awtorita`.", "Ma nafx għalfejn qegħdin naraw affarijiet estranji li fil-fatt ma jirriżultaw minn imkien.", "Għar-rigward imbagħad tal-punt dwar jekk għandux ikun il-ministru li jaħtar lil dawn il-membri, nista' ngħid li f'dan l-istadju nħass li għandu jkun il-ministru li jaħtarhom.", "Issa jista' jerġa' jkun hawn min isemmi r-re jew ir-reġina, pero` ilkoll nafu li b'xi mod trid tiddeċiedi kif tagħmel l- affarijiet, u l-uniku mod li tasal biex l-affarijiet jitwettqu huwa proprju billi tiddeċiedi.", "Id-deċiżjoni f'dan ir-rigward hi li jkun il-ministru li jaħtar il-membri ta' kumitati bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, huwa interessanti kif jinbidlu ż- żmenijiet!", "Jien niftakar li meta aħna konna ressaqna l-abbozz ta' liġi li jirregola t-telekomunikazzjoni u li fih il-ministru kien imsemmi mhux ħażin - ma kienx imsemmi daqskemm huwa msemmi hawnhekk - l-oppożizzjoni Nazzjonalista dak iż-żmien kienet qajmet baraxx sħiħ dwar l-indħil mill- ministru.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li l-ministru se jaħtar membri li se jirrapportaw direttament lill-awtorita` u xejn ma jsir jekk mhux bl-ordni tal-ministru.", "U għaliex nistaqsu x'funzjonijiet se jkollhom dawn il- kumitati jiġi l-Ministru u joqgħod iwaqqa' l-affarijiet għaċ-ċajt u jgħidilna li se jikkomunikaw bl-e-mail!", "Sur President, aħna qegħdin nippruvaw nantiċipaw ċerti problemi li jistgħu jinqalgħu.", "Jekk in-naħa tal-gvern jippretendu li aħna għandna naċċettaw xi ħaġa sempliċement għaliex il-Ministru jkun iddeċieda hekk allura might as well ma nersqux 'il hawn, il-gvern jibqa' għaddej b'xogħlu u mbagħad jibagħtilna l-approved version id-dar bl-e-mail!", "Jien naħseb li aħna ġustifikati li nistaqsu kif se jaħdmu l-affarijiet għaliex hemm implikazzjonijiet oħrajn.", "Per eżempju, il-membri tal-kumitati se jitħallsu?", "Dawn il-kumitati se jibdew jiddiskutu xi ħaġa never-ending?", "Forsi l-Ministru jista' jgħidli li dan kollu joħroġ mill-istess ordni tal- ministru, imma jien naħseb li din il-Kamra għandha kull dritt li qabel tapprova xi ħaġa tistaqsi x'intenzjonijiet għandu l-gvern.", "Jien nispera li l-mistoqsijiet li qed nagħmlu aħna għamilhom diġa` l- gvern u nispjega wkoll li kellu xi tip ta' risposta għalihom.", "Jekk ma għamilhomx għamel ħażin u allura aktar u aktar huwa d-dmir ta' l- oppożizzjoni li tiġbed l-attenzjoni għalihom.", "Aħna ma noqogħdux nagħmlu dawn id-domandi għall-gost.", "Il-gost u l-pjaċir tiegħi huwa li noqgħod id- dar mat-tifel u mhux li niġi hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien xtaqt inkompli fuq l-istess ton li spiċċa bih l-Onor.", "Abela u nkompli nsostni li b'dan li qed nagħmlu, minflok li se nħaffu l-affarijiet u nagħmluhom iżjed ċari, se nkomplu nikkomplikawhom.", "Jekk il-gvern qed jinsisti li jdaħħal din il-klawsola almenu missu għamel il-homework sew.", "Per eżempju, skond din il-klawsola, il-ministru jista' b'ordni jistabilixxi li jinħatru kumitati konsultattivi mid-data li jistabilixxi hu stess, imma m'hemmx terminu ta' żmien ta' kemm dawn se jdumu jaħdmu.", "Imbagħad subklawsola (6) tgħid li dak kollu li japplika għal klawsola 8 għandu japplika għal din il-klawsola wkoll.", "Issa jekk immorru lura għal klawsola 8 insibu li din titkellem dwar li l-laqgħat tal-kumitati konsultattivi u tgħid li dawn għandhom jissejħu mill-president u m'għandhomx ikunu inqas minn darba fix-xahar, imma m'hemmx speċifikat għal kemm tul ta' żmien se jkunu qed joperaw dawn il-kumitati konsultattivi.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri diment li jaħtarhom il-ministru dawn se jibqgħu jaħdmu għal dejjem?", "Mr Chairman, il-liġijiet għandna nagħmluhom b'mod serju biex ma noqogħdux niġu hawnhekk kull ħmistax jew kull tliet ġimgħat u nerġgħu nemendawhom.", "Huwa għalhekk li l-oppożizzjoni tagħmel il-kritika u s-suġġerimenti tagħha.", "Jien naħseb li huwa importanti li nkunu nafu x'terminu ta' żmien se jkollhom dawn il-kumitati konsultattivi u nissuġġerixxi lill-Ministru sabiex jagħmel emenda f'dan is-sens, u la jkun fiż-żifna jagħmel emenda oħra li tkun tispeċifika n-numru ta' membri li jista' jkun hemm fuq l- istess kumitati.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għar-rigward tad-domanda dwar it-terminu taż-żmien nista' ngħid lill-Onor.", "Buhagiar li subklawsola (2) twieġeb proprju għaliha, u għar-rigward taż-żewġ punti mqajma aktar kmieni nixtieq nipproponi dawn l-emendi:", "\"Z\" Minflok il-kliem \"kumitat konsultorju\" u \"kumitati konsultorji\" kull fejn jinsabu fit-test Malti tal-klawsola 29, għandhom jidħlu f'kull każ il-kliem \"kumitat konsultattiv\" u \"kumitati konsultattivi\" rispettivament.", "\"Z\" For the words \"kumitat konsultorju\" and \"kumitati konsultorji\" wherever they occur in the Maltese text of clause 29, there shall be substituted in each case the words \"kumitat konsultattiv\" and \"kumitati konsultattivi\" respectively.", "\"AA\" Fit-test Malti tas-subklawsola (5) tal-klawsola 29, minflok il-kliem \"s-subartikoli (5) u (8) ta' l-artikolu 8\" għandhom jidħlu l-kliem \"s- subartikoli (5) u (8) ta' l-artikolu 3\".", "\"AA\" In the Maltese text of subclause (5) of clause 29, for the words \"s- subartikoli (5) u (8) ta' l-artikolu 8\" there shall be substituted the words \"s-subartikoli (5) u (8) ta' l-artikolu 3\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, hawnhekk ma niġux biex naħlu ż-żmien!", "Aqra subklawsola (2) u tara li din ma tgħid xejn dwar terminu ta' żmien għal dawn il-kumitati konsultattivi.", "Subklawsola (2) tgħid hekk:", "\"Kumitat konsultorju għandu, għall-aħjar twettiq tal-provvedimenti ta' dan l-Att, jagħti parir lill-awtorita` dwar dawk l-affarijiet u jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista' jispeċifika fl-ordni.\"", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Ma nafx kif nitkellmu bil-Malti u ma niftehmux!", "Jien kont qed ngħid li fl-ordni jista' jkun hemm ukoll speċifikat il-perijodu ta' żmien li matulu jkun se jopera l-kumitat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, bħalma f'subklawsola (1) hemm \"b'seħħ minn dik id-data jew dawk id-dati li l-Ministru jista' b'ordni jistabilixxi\", allura skond il-liġi trid tagħmel terminu ta' żmien biex l- affarijiet ikunu ċari u mhux noqogħdu nipprovaw inwaqqgħu kull argument ta' l-oppożizzjoni għaż-żufjett sempliċement billi nivvintaw il- possibbiltajiet.", "Il-Ministru qed jgħid li hemm il-possibbilta` li jagħti terminu ta' żmien meta jiġi biex iwaqqaf kumitat konsultattiv.", "U jekk ma jagħtix terminu ta' żmien xi jsir?", "ONOR.", "MEMBRU: Isir permanenti, tajba din!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Mr Chairman, il-Ministru għadu ma weġibnix għad- domanda dwar jekk il-membri maħtura fuq il-kumitati konsultattivi hux se jkollhom xi tip ta' ħlas.", "ONOR.", "MEMBRU: Dik ukoll toħroġ mill-ordni!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien nifhem li se tkun l-istess awtorita` li tiddeċiedi jekk ikunx hemm ħlas jew le għal funzjoni partikolari.", "Ma naħsibx li fl-abbozz ta' liġi nistgħu nispeċifikaw hux se jkun hemm tali pagament għat-tali u għat-tali membru.", "Safejn jien informat m'hemm l-ebda liġi li tgħid li t-tali membru tat-tali awtorita` se jkollu LmX fis-sena bħala ħlas tas-servizzi tiegħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, hawnhekk hawn il-Ministru Austin Gatt li huwa avukat, u nitolbu jgħidilna fejn hemm speċifikat fil-liġi li l-ministru jista' jittermina l-ħidma ta' kumitat konsultattiv.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Membru jieħu parir mingħand l-avukat tiegħu!", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Imma hawnhekk m'aħniex il-qorti!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, jien m'iniex hawnhekk bħala avukat u m'iniex hawn biex nagħti pariri lill-Onor.", "Buhagiar.", "Jekk irid parir legali jmur jistaqsi lill-avukat tiegħu.", "Sempliċi!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nerġa' ngħid li hawnhekk qegħdin fil- Kamra tar-Rappreżentanti u mhux il-qorti.", "(Interruzzjonijiet) Inti l- ewwel ma tkellimtx fil-microphone.", "Issa kun raġel, tkellem fil-microphone u għidilna taħt liema subklawsola jista' ministru jittermina l-ħidma ta' kumitat konsultattiv.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kieku l-Onor.", "Buhagiar staqsa l-parir ta' l-avukati li għandhom in-naħa ta' l-oppożizzjoni kien ikun jaf li subklawsola (1) tikkomprendi dak il-poter.", "Jekk l-Onor.", "Membru mhuwiex biżżejjed intiż nitolbu jmur jieħu parir suret in-nies.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, għall-informazzjoni tal-membri kollha se naqra l-ewwel subklawsola li tgħid hekk:", "\"B'seħħ minn dik id-data jew dawk id-dati li l-Ministru jista' b'ordni jistabilixxi, għandhom jinħatru għar-rigward ta' dak is-settur li l- Ministru jista' f'ordni bħal dak jispeċifika, kumitati konsultorji.\".", "Mela dawn il-kumitati jista' iwaqqafhom biss u ma jistax jitterminahom.", "Issa jekk l-Onor.", "Gatt għandu xi suġġeriment ieħor kif ministru jista' jittermina l-operat ta' dawn il-kumitati konsultattivi jgħidilna.", "ONOR AUSTIN GATT: Mid-dehra l-Onor.", "Buhagiar ma jafx bil-massima legali li piu' comprende il meno!", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, billi l-Ministru uża espressjoni bit- Taljan ma jfissirx li spjega l-liġi.", "Il-liġi hija miktuba b'Malti ċar u ma tispeċifikax kif ministru jista' jittermina l-ħidma ta' dawn il-kumitati konsultattivi.", "Issa jekk skond hu hemm xi subklawsola oħra li tispjega dak li kien qed jgħid nitolbu jgħidli.", "Jiena qiegħed hawnhekk biex nitgħallem ukoll!", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, inqalgħu problemi fuq din il-klawsola għaliex suppost li qed niddiskutu r-regolamentazzjoni ta' settur li huwa sensittiv ta' l-għaġeb, se jespandi bil-kbir u nafu li saru ċerti negozjati fid-dlam min-naħa tal-gvern ma' xi operaturi tat-telekomunikazzjoni li wasslu għal ċertu qsim tas-suq - din issa qed tissejjaħ liberalizzazzjoni! - u fuq il-bażi ta' dawk in-negozjati għandna dan l-abbozz ta' liġi.", "Kemm ilna niddiskutu din il-liġi fil-committee stage ma waqafna qatt nisħqu fuq il-kunċett tat-trasparenza, bil-Ministru dejjem iwieġeb li t-trasparenza hija impliċita f'kull ħaġa li qed nipproponu.", "Fil-fatt għaddejna struttura wara l-oħra sejrin hekk.", "Iżda meta mbagħad nagħfsu lill-Ministru biex jgħidilna minn fejn toħroġ it-trasparenza fl-istrutturi li qed ipoġġi f'din il-liġi, dejjem nispiċċaw immorru lura lejn il-kunċett li l-ministru jiddeċiedi kollox hu, kemm għar-rigward ta' min se jkun fl-awtorita`, min se jkun fid-direttorati u mil-liema direttivi joħorġu.", "Kellna rifjut saħansitra li d-direttivi jiġu ppubblikati u kieku ma nsistejniex aħna lanqas kienu se jkunu bil-kitba.", "Issa hawnhekk qed naslu għal punt ieħor fejn qed ifaqqsu l-hekk imsejħa advisory committees, dawn li se jkollhom input dirett fil-mod ta' kif tiġi organizzata r-regolamentazzjoni.", "Bil-mod kif inhi miktuba din il-klawsola jista' jagħti anke ċans ta' overlap bejn ix-xogħol li jagħmlu dawn il- kumitati konsultattivi u x-xogħol li jagħmlu d-direttorati, għaliex il-liġi qed tagħti l-fakulta` lill-ministru li jappunta dawn l-advisory committees u jagħtihom terms of reference.", "U l-pariri li jagħtu dawn il-kumitati jistgħu jkunu on such matters li għandhom x'jaqsmu mal-carrying-out ta' dan l-Att u anke \"such other matters as the Minister may specify in the order\".", "Allura huwa ċar li l-ministru għandu l-fakulta`, permezz ta' dan li qed nagħmlu aħna hawnhekk, li t-terms of reference li jagħti lil dawn l- advisory committees ikollhom overlap fuq ix-xogħol li jagħmlu d- direttorati.", "Mhux ovvja din!", "Allura kif jiġi jgħidilna l-Ministru li ma jistax ikun hemm dan it-tip ta' overlap jekk għandu coach and horses minn fejn jista' jgħaddi?", "U wara mbagħad x'inhi l-problema li tinqala'?", "F'settur bħal dan, fejn il-mod kif jiġi regolamentat se jfisser flejjes għal min qiegħed involut fis-settur, aktar ma jkollok mano in pasta aktar aħjar.", "U qed nibnu struttura fejn il-ministru għandu tliet modi kif ikollu mano in pasta, cioe' l-mod kif jappunta l-awtorita`, il-mod kif jappunta d- diretturi ta' l-awtorita` u l-mod li mingħajr ebda qafas suret in-nies jappunta advisory committees biex ikomplu jħawdu l-biegħa jekk hemm bżonn.", "U ma jiġix jgħidli li l-ministri u l-prim ministru tagħna huma uomini al di sopra d'ogni sospetto, biex inkomplu bit-Taljan li daħħal l-Onor.", "Gatt issa.", "Dak mhux argument.", "M'hi trasparenza xejn li qed tagħtina.", "Selva oscura qed tagħtina hawnhekk!", "II-punt jibqa' għaliex f'kuntest bħal dan ta' l-advisory committees għaddejjin b'sistema fejn noħolqu iktar sħab u duħħan.", "Jien personalment wieħed minn dawk li nħoss li jista' jkun hawn spazju għal kumitati konsultattivi, imma jridu jkunu organizzati suret in- nies u jridu jkunu ppjantati fil-liġi b'mod li joħolqu checks and balances.", "U kumitati konsultattivi f'liġi regolatorja dejjem dak ikun l-iskop tagħhom, li joħolqu checks and balances u li jagħtu ċans li jkun hemm konsultazzjoni serja.", "Hawn Malta, bir-rispett kollu, għandna l-problema l-oħra li aktar ma tiftaħ b'ċertu mod aktar tagħti ċans li t-taħwid jikber - nerġa' nuża l- espressjoni mano in pasta - u mhux billi noqogħdu ngħidu li ma jistax ikun hemm overlap u jkollok kriterji ta' jekk għandekx xi interess li toħroġ 'il barra jew xi ħaġa.", "U ejja, ma nafux kif imorru l-affarijiet!", "Jiltaqgħu għall-ikel għand il-Malata jew f'xi restaurant ieħor, id-diskors idur, il- kummenti jaslu fejn għandhom jaslu u l-affarijiet jimxu 'il quddiem!", "Jiġifieri aktar u aktar irridu nkunu serji f'dan il-kuntest għaliex nerġa' ngħid li qegħdin nitkellmu fuq settur li aktar ma jgħaddi ż-żmien żgur li aktar se jikber fil-qawwa u fl-importanza tiegħu.", "Jien ngħid li huwa kruċjali li jekk se jitwaqqfu l-advisory committees, dawn jiġu mwaqqfa b'mod li mhux ikunu jiddependu mija fil-mija mill-bonagrazzja tal-ministru.", "Veru li by order il-ministru jista' jagħmel kollox, imma allura din serjeta`?", "Il-ministru jista' jwaqqaf l-awtorita` hu, jagħti direttivi lill- awtorita` hu, iwaqqaf id-direttorati hu u jista' anke jwaqqaf l-advisory committees u jħallihom għal rieħhom għax hu jorganizza kif jimxu!", "U dan huwa li hu skandaluż fl-istorja kollha.", "Jien għall-ewwel ħsibt li min abbozza l-liġi mexa b'mod nej - forsi għaliex dawn huma affarijiet ġodda u hemm ċerta għaġġla - imma li nibqgħu persistenti niddefendu xi ħaġa nejja bħal din imbagħad bilfors ikollna ngħidu li l-gvern iridha hekk.", "Dan japplika wkoll - ma naħsibx li għadu tqajjem dan il-punt - għall-mod ta' kif l-opinjonijiet ta' dan l-advisory committee jaslu.", "Jekk hemm xi ħaġa kruċjali f'advisory committee f'sitwazzjoni regolatorja hija l-opinion li toħroġ mingħandu.", "Il-kumitat konsultattiv jagħti l-opinion, din tiġi quddiem l-awtorita` u l-awtorita` tiddeċiedi wara li tieħu konnoxxenza ta' l-istess opinion.", "Issa hawnhekk wieħed jistenna li għallinqas l-opinions ikunu fuq punti speċifiċi u jiġu ppubblikati ħalli kulħadd ikun jaf xi jkun għaddej, imma lanqas s'hawnhekk ma wasalna.", "Għandna klawsola li qed tgħid li kull kumitat konsultattiv irid iżomm minuti tax-xogħol tiegħu.", "Issa waħda mill- affarijiet li semma l-Onor.", "Buhagiar hija li dawn il-kumitati se jkunu obbligati li jiltaqgħu darba fix-xahar u l-unika ħaġa li qed norbtuhom biha hija li jżommu l-minuti u jgħaddu kopja tagħhom lill-awtorita`.", "Jiġifieri lanqas l-opinjonijiet tagħhom m'aħna qed ngħidu li għandhom ikunu in writing, jistgħu jkunu viva voce allura.", "Imkien m'għandna li jgħid li l- minuti se jkunu qegħdin jinkludu l-opinjonijiet li joħorġu.", "Dawn se jkunu bħal tal-parlament, res gestae, u ma jgħidux eżattament x'opinjonijiet ikunu ngħataw.", "La qed ngħidu li l-opinjonijiet iridu jkunu in writing u anqas u anqas qed ngħidu li l-opinjonijiet ikunu pubbliċi.", "Imma nafu x'qed nagħmlu?", "Veru li rridu nirregolamentaw dan is-settur?", "Jew irridu sempliċement noħolqu sħaba ġdida biex ma' l-Ewropej niftaħru li għandna sistema regolarizzata u liberalizzata u l-ħbieb tagħna fil-business inkunu nistgħu ngħinuhom kif irridu, filwaqt li l-ministru jżomm l-istrings kollha f'idejh?", "Din tagħmel sens, speċjalment f'settur fejn the crux of the whole thing hija t-trasparenza?", "Imbagħad hemm il-kwestjoni l-oħra ta' subklawsoli (5) u (8) ta' klawsola 3, li qed ngħidu li japplikaw mutatis mutandis għall-membri ta' dan il- kumitat konsultattiv.", "U għaliex mhux il-klawsoli l-oħra?", "Dawn huma mistoqsijiet li fl-opinjoni tiegħi jagħmlu sens.", "Ir-raġuni li qed iqumu dawn il-problemi kollha hija li anke b'kunċett tajjeb li jkollok kumitat konsultattiv, il-mod kif qed jiġi strutturat huwa hopeless.", "U l-Ministru minflok joqgħod jgħid \"le, le, le, kollox tajjeb\", imissu jirrealizza li hemm mod kif itejjeb dan li qed jippreżenta - billi jtejbu ma jkun qed ineħħi xejn mill-ispirtu macho tiegħu jew tal-gvern - u jeżistu mudelli.", "Kull kumitat konsultattiv f'sitwazzjoni regolatorja jaħdem billi jkollu l- proċeduri tiegħu laid out minn qabel, li jagħti opinion u dik l-opinjoni mbagħad tkun xi ħaġa pubblika li fuqha tiddeċiedi l-awtorita`.", "B'hekk biss it-trasparenza tkun assigurata, għax kif inhi miktuba hawn la l- konsultazzjoni m'hi qed tiġi assigurata u lanqas it-trasparenza.", "Kif qal l-Onor.", "Buhagiar, jista' jkun hemm overlap bejn ix-xogħol u l- funzjonijiet tal-kumitat konsultattiv u x-xogħol li jkunu qed jagħmlu d- direttorati, aktar u aktar għaliex nafu kif jaħdem dan il-pajjiż f'dawn l- affarijiet.", "Il-membri tal-kumitati konsultattivi, jew uħud minnhom, se jħossuhom biżżejjed komdi, aktar u aktar jekk ikollhom il-widna tal- ministru, biex mhux biss jinsistu li jaraw il-files imma jikkuntattjaw direttament lill-uffiċjali ta' l-awtorita`.", "U nkunu qed niftħu mare magnum fil-mod ta' kif immexxu dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, subklawsola (5) ta' din il-klawsola tgħid li \"l-provvedimenti ta' paragrafi (a) ta' subartiklu (4) u subartikli (5) u (8) ta' artiklu 3 għandhom mutatis mutandis japplikaw għall-membri tal-kumitati konsultattivi\".", "Issa jekk wieħed iħares lejn subklawsola (5) ta' klawsola 3 jsib li din tgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu, il-kariga ta' membru ta' l-awtorita` ssir vakanti -", "(a) meta jiskadilu ż-żmien tal-kariga, jew", "(b) jekk ikun hemm ċirkostanzi li jikkaġunaw, li kieku ma kienx membru ta' l-awtorita`, li jkun skwalifikat milli jinħatar bħala tali.\".", "U hawnhekk nerġa' niġi għall-punt li qajjimt qabel.", "Meta jiskadilhom iż- żmien tal-kariga dawn il-membri tal-kumitati konsultattivi?", "Biex tapplika dik is-subklawsola bilfors irid ikun hemm terminu ta' żmien għaliex inkella ma tkun qed tagħmel l-ebda sens.", "L-oppożizzjoni ilha tgħid mill-bidu nett li din hija liġi nejja għaliex ma ġietx studjata tajjeb u ma ġietx magħmula bis-serjeta`; sempliċement għamilna copy and paste ta' biċċiet minn liġijiet differenti.", "Fl-opinjoni tiegħi jekk ma ssirx emenda oħra biex nispeċifikaw terminu ta' żmien ta' ħidma ta' dawn il-kumitati konsultattivi, lanqas l-emenda li ressaq il- Ministru ma tiġi tagħmel sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, għal ma nafx kemm il-darba nerġa' nirripeti li subklawsola (2) ta' din il-klawsola twieġeb għad-domandi kollha ta' l-Onor.", "Buhagiar.", "Rigward l-ispirtu macho li rrifera għalih il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, irrid ngħid li kemm-il darba ngħad waqt dan id-dibattitu li n-naħa tal- gvern kienet u għada ppreparata li fejn ikun hemm emendi li jagħmlu sens jiġu aċċettati, kif fil-fatt kien hemm emendi li ġew aċċettati.", "Jien naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-iktar ħaġa li tinteressah hija li jiġi jitkellem, juża' ma nafx kemm-il lingwa, imma fil-verita' ma jkunx qed jinteressah xi tkun qed tgħid il-klawsola li nkunu qed niddiskutu.", "Din il- liġi li għandna quddiemna hija liġi li permezz tagħha jridu jaslu u jimxu 'il quddiem l-interessi ta' pajjiżna, pero` skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni hemm diversi interessi oħrajn - liema interessi jsemmihom kemm hawn ġew kif ukoll barra - u dan jgħidu mingħajr ma jara x'inhu l-veru kontenut tal-liġi li għandna quddiemna.", "Mr Chairman, ilkoll kemm aħna nafu li din hija liġi li aktar ma tidħol fis-seħħ malajr ikun aħjar għas-settur kollu kemm hu.", "Jien ili li għedt mill-ewwel ġurnata tad-dibattitu dwar din il-liġi - din hija r-raba' ġimgħa li qegħdin niddiskutu l-liġi fil-committee stage - li jekk l-oppożizzjoni għandha xi emendi partikolari li trid tressaq, aħna lesti li nikkonsidrawhom.", "Imma l-oppożizzjoni ma tagħmel xejn minn dan kollu biex imbagħad ikollha l-opportunita' li titkellem bil-mod kif tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Rigward il-punt ta' inter-relazzjoni bejn il-kumitati konsultattivi u d- diversi direttorati ngħid li bilfors ikun hemm din it-tip ta' relazzjoni, pero` la hemm u lanqas għandu jkun hemm il-konflitti li semma l-Onor.", "Buhagiar.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membru qed jgħidli li m'hemmx għaliex għadhom ma bdewx.", "Allaħares nużaw dan it-tip ta' argument għaliex allura nistgħu ngħidu li la għadha ma bdietx tapplika l-liġi, m'għandniex għalfejn noqogħdu naħlu dan il-ħin kollu niddiskutuha!", "Il-punt huwa li l- konflitti li qed jissemmew ma jirriżultaw minn imkien.", "Rigward il-funzjoni tal-kumitat konsultattiv diġa` għedt u nerġa' ngħid li din se tkun stipulata fl-ordni li twaqqaf dak l-istess kumitat.", "Fl- opinjoni tiegħi, id-domandi li saru diġa' jinsabu mwieġba fil-liġi nnifisha u allura m'huwiex lok li wieħed jibqa' jinsisti u jippersisti fuq l-istess pożizzjoni.", "Ma kien hemm l-ebda punt ieħor ġdid li ħareġ mill- aħħar tnejn jew tliet interventi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien nistagħġeb kif il-Ministru jieħu għalih meta ngħidlu arroganti għaliex l-arroganza li qed juri hija konsistenti!", "L-arroganza ma tfissirx sempliċement li wieħed joqgħod isabbat - forsi dak huwa mod kif tkun ftit effervexxenti - imma hemm arroganza oħra.", "Il-Ministru għadu kemm qal li ilu tlieta jew erba' ġimgħat jgħidilna biex nagħtuh l-emendi.", "Imma din x'mentalita` hi?", "Aħna qegħdin niddjalogaw fuq proposti li qed jagħmel il-gvern.", "Allura mhux ovvju li l- ewwel trid tifhem xi jrid il-gvern, tagħtih l-oġġezzjonijiet, il-punti jew is-suġġerimenti tiegħek imbagħad toħroġ forma ta' consensus?", "Mhux hekk suppost naħdmu?", "Imbagħad min qed jaħli ż-żmien!", "Nista' nerġa' nfakkar min ħela ż-żmien ta' din il-Kamra meta għal sagħtejn, tliet sigħat il-Ministru rriferiena għall-Malta tourism authority li fuqha kien suppost li qed jimmudella kollox, imbagħad wara rrealizza li kien ħa żball għax ma kienet il-Malta tourism authority xejn imma kienet il- Malta transport authority.", "Imbagħad irriżulta li l-Malta transport authority ma kenitx mudell li fuqha seta' jitkellem għaliex il-liġi li twaqqaf dik l-awtorita' kienet għada m'għaddietx minn din il-Kamra.", "Jiena nfakkru lill-Ministru kemm domna nipprovaw nikkonvinċuh biex ma jaqax fit- trappola li l-core functions ta' din l-awtorita` jagħtihom b'subcontract lill-private sector u dam sagħtejn sħaħ jikkumbattina.", "Allura aħna qed naħlu l-ħin tal-Kamra?", "Mhux diskussjoni suppost li qegħdin nagħmlu?", "Forsi qed ngħidu xi affarijiet ta' barra minn hawn?", "Jien għadni kemm ipprovajt nerġa' ngħidlu li nista' naqbel miegħu fuq kumitat konsultattiv, imma l-ewwel jrid jiġi propost b'mod serju u mhux joqgħod jgħidilna li se joħroġ kollox by order.", "Kieku qbilna minn qabel li nistgħu nistrutturaw din il-klawsola aħjar fit-termini ta' kif joħorġu l- opinions konna nagħtuh emenda f'għaxar minuti, imma beda kull darba jgħidilna: Le!", "L-unika ħaġa li ċeda għaliha Alla jbierek hija li minflok il-kelma \"konsultorju\" tidħol il-kelma \"konsultattiv\".", "Tant ħadem fuq din il-liġi l-gvern li lanqas ħaġa minuri bħal din ma nduna biha!", "Dan m'huwiex mod kif naħdmu.", "L-arroganza fuq in-naħa tagħkom qiegħda u mela toqgħod tgħidli biex inġibu l-emendi minn qabel!", "Ix-xogħol mhux hekk isir.", "Meta konna fl-istadju ta' kumitat dwar il-liġi tax-xandir ħdimna bil-mod li fejn ikollna qbil noħorġu b'suġġeriment aħna u l-gvern jagħmlu tiegħu, u b'hekk l-emenda u l-klawsola kif emendata jgħaddu mingħajr ebda problema ta' xejn.", "X'għandu x'jaqsam li nagħtukhom l-emendi minn qabel!", "L-ewwel tridu tispjegaw xi tridu tagħmlu.", "U din tal-kumitat konsultattiv hija tbażwira.", "Jekk trid tibqa' tiddefendi t-tbażwir ibqa' iddefendi t-tbażwir, imma mbagħad l-arroganza tidher ċara, u taħsibx li aħna ma narawx l-affarijiet kif inhuma.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, il-Kap ta' l-Opożizzjoni qed jgħid li l-Ministru qed jiddefendi t-tbażwir; fil-fatt kellna żewġ esponenti tal- gvern jiddefendu t-tbażwir.", "Meta jien tkellimt dwar terminu ta' żmien - u huma stess, skond l-emendi tagħhom, jirriferu għall-fatt li jrid ikun hemm terminu ta' żmien - l-Onor.", "Gatt qalli li hemm maħsub għal dan f'subklawsola (1), iżda meta taqraha din ma ssib xejn minn dan, filwaqt li l-Ministru qed jgħidilna li fil-fatt m'hemmx bżonn ta' terminu ta' żmien għal subklawsola (2).", "Għall-informazzjoni tal-Kamra jien se naqra subklawsola (2) li tgħid hekk:", "\"Kumitat konsultorju għandu, għall-aħjar twettiq tal-provvediment ta' dan l-Att, jagħti parir lill-awtorita` dwar dawk l-affarijiet u jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista' jispeċifika fl-ordni.\".", "Jiġifieri din qed titkellem dwar funzjonijiet li l-ministru jista' jispeċifika mhux dwar terminu ta' żmien.", "Skond il-liġi kumitat konsultattiv ma tistax tneħħih.", "Jekk il-Ministru jrid ikompli jinsisti li hawn xi provvediment fil-liġi li bih jista' jiġi tterminat l-appointment ta' xi kumitat konsultattiv affarih, imma skond il-liġi nerġa' ngħidlek li ma tistax titterminah kumitat konsultattiv.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Chairman, jien assigurat minn dawk li ilhom snin jiddraftjaw il-liġijiet u jafu xi jfisser kliem bħal dan li bil-mod kif qiegħda worded il-liġi, hemm ukoll il-poter li min jaħtar ineħħi.", "Dawn huma teknikalitajiet li mhux qed nivvintahom jien biex inkun taparsi tajt risposta imma huma skond parametri stabiliti.", "Fuq il-punt ta' l-arroganza, Mr Chairman, aħjar ma nitkellimx għaliex l- arroganza kulħadd jaf fejn qiegħda.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel rimarki li l-Ministru għadu ma rrispondiex għalihom bħal, per eżempju, dwar l-opinjoni tal-kumitati konsultattivi.", "Fi klawsola 3 m'hemmx stabilit li din l-opinjoni għandha tkun bil-kitba.", "Forsi wieħed jista' jgħid li l- minuti m'għandhomx ikunu sempliċement res gestae imma għandhom ikunu aktar dettaljati.", "There again din m'hijiex stabilita, jiġifieri tista' tkun hekk u tista' tkun mod ieħor.", "Jien naħseb li l-opinjoni tal-kumitat konsultattiv trid tkun ippubblikata b'mod aktar dettaljat milli tkun sempliċement fil-minuti.", "Barra minn hekk, f'każ li jkun hemm konflitt f'dan il-kumitat konsultattiv dwar opinjoni li tkun trid tingħata, x'se jiġri?", "Il-ministru jaqbad joħroġ ordni oħra li biha jittermina dak il-kumitat u jwaqqaf ieħor mill-għada?", "Jekk il-liġi m'hijiex se tagħti ċerta regolamentazzjoni dwar kif se jimxu dawn il-kumitati konsultattivi, bilfors li jqumu dawn il- problemi.", "Aħna qed nagħmlu dawn id-domandi biex kemm l-awtorita` kif ukoll il-kumitati konsultattivi jkunu jistgħu jaħdmu tajjeb flimkien għall-ġid tas-settur u għal xejn aktar.", "Għalhekk naħseb li ta' min il-Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni aktar qabel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, se nagħmel domanda preċiża - il- Ministru jista' jwieġeb u jista' ma jweġibx, affari tiegħu - biex tibqa' on record.", "L-opinjonijiet u l-pariri ta' l-advisory comittees iridu jkunu bil- miktub?", "Iva jew le?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naħseb li parir f'ċirkostanzi bħal dawn bilfors bil-miktub irid ikun.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li l-pariri jridu jkunu bil-miktub imma fl-istess din din ma jridx jiktibha fil-liġi!", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, m'huwiex il-każ li xi ħadd qed jirrifjuta li jniżżel xi ħaġa fil-liġi.", "Kif jaf il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fl-ebda liġi m'hemm imniżżel kif jingħata jew ma jingħatax parir!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, il-mistoqsija tiegħi hija ċara.", "F'moħħ il-Ministru, bħala leġislatur, bir-responsabbilta` personali politika tiegħu, l-opinjonijiet li jagħtu l-advisory committees taħt it-terminu ta' din il-liġi għandhom ikunu bil-miktub?", "Iva jew le?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, diġa` weġibt għal din id-domanda, fis- sens li attwalment il-liġi fiha nnifisha ma tatix il-forma ta' kif għandhom jingħataw il-pariri, jekk hux bil-miktub jew b'mod verbali jew b'xi mezz elettroniku ieħor.", "Jista' wkoll ikun hemm raġunijiet għal dan.", "Jista', per eżempju, jagħti l-każ li jkun hemm bżonn jingħata parir urġenti minn xi kumitat u allura mhux l-każ li fil-liġi nnifisha tikteb il-mod ta' kif parir, ikun liema jkun, jingħata jew ma jingħatax.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien għamilt mistoqsija ċara u preċiża, skond il-prattika ta' dan il-parlament.", "F'moħħ il-leġislatur il-parir għandu jkun miktub jew le?", "Il-liġi tista' tibqa' kif inhi imma wieħed irid ikun jaf l-interpretazzjoni tagħha.", "Nifhem li jista' jkun hemm ċerti pariri li jkunu verbali, imma l-prattika amministrattiva hija li dawk il-pariri verbali jiġu mbagħad konfermati in writing fi stadju ulterjuri.", "Il-Ministru huwa fid-dmir li jgħidilna l-interpretazzjoni tiegħu tal- kliem tal-liġi għaliex inkella se nqum hawnhekk u ngħid li din jien qed ninterpretaha li m'hemmx għalfejn dawn ikunu bil-miktub u l- interpretazzjoni tiegħi hawnhekk, sakemm ma tkunx kontradetta mill- Ministru, tkun l-interpretazzjoni viġenti ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, għar-rigward ta' pariri li jingħataw wieħed jista' jaqbel li jkunu fil-forma miktuba, pero` d-difikulta` min- naħa tiegħi hija li ma rridux niġu f'pożizzjoni li neskludu l-validita` ta' parir li ma jingħatax f'xi forma partikolari.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi u tad-drafters ta' din il-liġi, m'hemmx l-iskop li tikteb il-forma li attwalment fiha għandhom jingħataw tali pariri.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, diġa` tqanqlu diversi każi serji fil- prattika amministrattiva ta' dan il-pajjiż fejn min kien responsabbli ta' ħaġa jew oħra ma kienx ċar dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu vis-a-vis ħaddieħor - u ħaddieħor vis-a-vis tiegħu - għar-raġuni li beda jintqal li jekk kien hemm xi pariri jew direttivi li setgħu ngħataw, dawn kienu verbali.", "U meta mbagħad ippruvaw jirrekordjaw eżattament x'kien il-parir, id-direttiva jew l-ordni li ngħatat, kollox baqa' fl-ajru.", "Kien għalhekk li aktar kmieni waqt il-committee stage il-Ministru aċċetta li direttivi mill-ministru lill-awtorita` jkunu in writing.", "Dan ipproponietu l- oppożizzjoni - li qed taħli ż-żmien f'dan il-parlament, skond in-naħa tal- gvern - għaliex kieku ma kienx se jagħmilha l-Ministru bil-liġi bellezza li għandu quddiemu, qisha xi ħaġa ħierġa minn Christian Dior!", "Din iddaħħlet fuq insistenza tagħna għaliex aħna konna nafu b'din il-każistika li jafha hu wkoll.", "Mela allura li ma tidħolx il-kelma bil-miktub għaliex jistgħu jqumu każi \"hekk\" u każi \"hekk\" kienet tapplika wkoll f'dak il-ħin, meta tressqet emenda mill-Ministu stess fuq suġġerimenti u pariri tagħna li d-direttivi mill-ministru għall-awtorita` jkunu bil-miktub.", "Imma issa ma nistgħux nimxu b'two weights and two measures u ma ngħidux li opinjoni minn kumitat konsultattiv għandha tkun in writing.", "(Interruzzjonijiet) Tingħata bl-e- mail, tingħata bil-fomm jew tingħata b'xi mod ieħor, wara dejjem tista' tiġi kkonfermata in writing.", "Issa jiena qed ngħid li jekk il-Ministru ma jridx idaħħalha in writing fil-liġi ma jdaħħalhiex, imma għandu d-dmir li hawnhekk jgħidilna x'qed jifhem preċiżament bil-kliem tal-liġi ħalli mbagħad f'qorti jew f'xi post ieħor, ħaddieħor ikun jista' jagħti l- ġudizzju tiegħu.", "Jien qed nerġa' nistaqsi jekk kif inhi miktuba, il-Ministru jifhimhiex bil-mod li f'kull ċirkostanza li hemm bżonn ta' opinjoni - tingħatax verbali minħabba l-urġenza jew tingħatax mod ieħor - wara li tingħata u preferibbilment waqt li qed tingħata, issir bil-miktub ħalli jkun hemm record tagħha.", "Jekk il-Ministru jgħid li iva, il-fehma tiegħu hi li kif inhi miktuba l-liġi skond iċ-ċirkostanzi li jqumu tkun bil-miktub almenu tkun fir-records ta' dan il-parlament.", "Jekk jgħid mod ieħor se tfisser li ma jaqbilx li bilfors tkun dejjem bil-miktub u jkun qed jerġa' jiftaħ problematika sħiħa li diġa` nafu biha, b'konsegwenzi nefasti għat-tmexxija tal-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, rigward il-punt li ssemma mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni - anke jien semmejtu għal aktar minn darba żgur - il- pożizzjoni hija li parir għandu fil-fatt ikun bil-miktub, pero` li tispeċifika l-forma li fiha jrid jingħata hija xi ħaġa differenti.", "(Interrruzzjonijiet) Fil-fatt l-attorney general qed jgħid li hemm differenza kbira bejn direttiva, fejn allura wieħed irid isegwiha, u parir li jista' jiġi segwit u jista' ma jiġix.", "Pero' rigward il-punt li qed jinsisti fuqu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jien naħseb li m'għandux għalfejn ikun hemm miktub il-mod ta' kif tali parir jingħata jew ma jingħatax.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwelnett dwar il-kwestjoni tad-differenza bejn direttiva u parir, Sur President.", "Jekk qed nargumentaw b'dan il-mod, allura bilfors ikollna ngħidu li minn kewwes din il-liġi assolutament m'għandu l- ebda kunċett ta' kif taħdem sistema regolatorja.", "Sistema regolatorja taħdem bil-mod li l-gvern joqgħod pass lura mill-operat ta' l-industrija, joħloq sistema li biha jipprova jikkondizzjona s-suq b'mod li jaħdem b'effiċjenza - fair competition, interess tal-konsumatur, no barriers to entry - u min-naħa l-oħra jara kif idaħħal f'din is-sistema regolatorja kemm jista' jkun ħsebijiet, fehmiet u opinjonijiet.", "Allura l-gvern ikun qed jibbilanċja dawn il-ħteġijiet kollha.", "U dan jagħmlu billi on the one hand ikollu lil minn qiegħed joħroġ id-direttivi, jiġifieri l-awtorita`, tispeċifika x'inhuma d-deċiżjonijiet tagħha, u min-naħa l-oħra jkun hemm trasparenza fuq l-ordnijiet li joħorġu.", "Inkella l-gvern jista' jgħid li huwa ħareġ \"dik\" id-direttiva għaliex \"dak\" il-kumitat tah \"dik\" il-linja ta' ħsieb u \"dik\" l-analisi.", "Id-direttiva f'dan il-kuntest għandha titqies importanti daqs opinjoni, jekk tabilħaqq dawn il-kumitati konsultattivi m'humiex sempliċement duħħan fir-riħ.", "U hawnhekk nerġa' jien insemmi l-istruttura ta' kif taħdem l- Unjoni Ewropea, fejn il-kumissjoni, qabel timxi 'l quddiem b'direttiva jkollha statutorjament titlob l-opinjoni ta' kumitat konsultattiv speċjali, liema opinjoni tkun bil-kitba u ppubblikata.", "Imbagħad id-direttiva toħroġ bħala riżultat ta' negozjati fi ħdan l-istrutturi eżekuttivi, fuq bażi ta' parir miktub.", "Allura l-parir miktub huwa kruċjali daqs id-direttiva attwali.", "U minn jgħid li hemm differenza bejn direttiva u opinjoni f'dan il- qafas, jew ma jafx x'qed jgħid, bir-rispett kollu lejh, jew inkella mhux qed jifhem kif qed taħdem ir-regolamentazzjoni ta' settur bħal dan.", "U allura m'huwiex argument tajjeb li wieħed jgħid li direttiva għandha tkun bil-miktub filwaqt li opinjoni ma jimpurtax jekk tkunx bil-miktub jew le.", "Sur President, iċ-ċentru ta' dan kollu huwa li l-gvern ma jridx li l- opinjoni tkun bil-miktub.", "Il-gvern għandu kull dritt - wara kollox għandu l- maġġoranza - jiddeċiedi jekk idaħħalx dan id-dettall fil-liġi - għalija m'huwiex dettall imma huwa prinċipju - imma mbagħad għandu almenu jkollu l- grazzja li hawnhekk jgħid x'inhi l-intenzjoni tiegħu.", "Tkun bil-miktub ma jfissirx li tkun handwritten imma li jkun hemm record permanenti tagħha.", "Huwa veru li jista' jkun hemm okkażjonijiet fejn ikun hemm bżonn li l-parir jingħata verbalment, għalkemm hawnhekk irridu noqogħdu attenti ukoll għaliex chairman ta' kumitat, speċjalment kumitat bħal dan li m'huwiex wieħed eżekuttiv imma huwa wieħed konsultattiv, ma jistax jieħu fuq spallejh li jispara opinion from the hip imbagħad iġorr kumitat miegħu, imma l-punt jibqa' li xorta waħda jrid ikun hemm record permanenti ta' dak il-parir.", "Sur President, kulma għandu jagħmel il-Ministru hawnhekk huwa li jgħid li ma jħossx il-bżonn li jkun hemm record bil-miktub ta' l-opinjonijiet kollha, jew inkella jgħid li għandu jkun hemm record bil-miktub ta' l- opinjonijiet li jingħataw.", "It's as easy as that!", "U fil-każistika li tqum imbagħad, qrati u postijiet oħra jkunu jistgħu jiġġudikaw bir- responsabbilta` amministrattiva, politika u personali fuq il-bażi ta' kif hu miktub it-test hawhekk - liema test il-gvern ma jridx ibiddlu għaliex huwa sabiħ ħafna ħafna! - u fuq il-bażi ta' l-istqarrija li għamel il- Ministru hawnhekk bir-responsabbilta` politika tiegħu.", "Hemm xi ħaġa aktar sempliċi minn hekk?", "Wara kollox il-parlament għalhekk qiegħed.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, subklawsola (6) titkellem dwar il-minuti tal-laqgħat li jridu jinżammu u allura l-opinjonijiet u l-pariri li joħorġu mil-laqgħat tal-kumitat awtomatikament se jkunu on record.", "Issa sakemm dan ikun limitat għal hekk m'hemm l-ebda diffikulta`, Mr Chairman.", "Id- diffikulta` li qed tinħoloq hija rigward jekk il-pożizzjoni li qed tissemma min-naħa ta' l-oppiżizzjoni tfissirx li parir li ma jkunx mogħti fil-forma miktuba ma jkunx skond il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, l-ewwelnett m'hu minnu xejn li l-minuti jistgħu jew għandhom jirreġistraw l-opinjonijiet li jkunu ntqalu fil- laqgħat.", "Id-deċiżjoni tkun imniżżla imma l-kontenut ta' l-opinjoni ma tkunx.", "Il-minuti jgħidu, per eżempju - kif jgħidu wara kollox il-minuti ta' dan il-parlament - kif tkun ġiet approvata mozzjoni, nem. con. jew mod ieħor.", "Jiġifieri mill-minuti ma jirriżultax x'kienet l-opinjoni u allura dan m'huwiex biżżejjed.", "It-tieni nett jibqa' l-argument sħiħ dwar jekk hemmx għalfejn ikun hemm record permanenti ta' dawn il-pariri.", "Jien ma nistax nifhem għaliex dan it- tidwir kollu.", "Il-Ministru forsi ma togħġbux il-frażi \"bil-miktub\".", "Jista' minflok jekk irid jagħmel \"b'mod permanenti\" jew nagħmluhom fuq il-ġebel bil-hieroglyphs, kif kienu jagħmlu l-Eġizzjani!", "Imma l-punt jibqa' jekk hemmx għalfejn ikun hemm record permanenti ta' kull opinjoni li toħroġ.", "Kulma għandu jgħid il-Ministru huwa jew li hemm għalfejn ikun hemm record permanenti ta' kull opinjoni jew inkella li m'hemmx għalfejn, dak kollox!", "Jien ma nistax nifhem għalfejn qegħdin niżfnu madwar din l-istorja.", "Issa mhux jien qed naħli ż-żmien, għaliex id-domanda qed nagħmilha ċara qisha bħad-domandi tal-Matsec, yes or no!", "X'jista' jkun sempliċi aktar minn hekk?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kultant id-domandi tal-Matsec ikunu tricky wkoll u għalhekk ir-risposti ma jkunux dejjem tajbin!", "L-ONOR.", "ALFRED SANT: M'għandna l-ebda intenzjoni li nittrikkjaw lill- Ministru fuq din il-ħaġa.", "Yes or no kulma trid tgħid bħall-multiple choice questions!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fl-opinjoni tiegħi r-risposta qiegħda f'dak stess li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-intervent ta' qabel dan.", "Huwa ħa l-eżempju tal-minuti tal-parlament u qal li fihom ma jissemmewx l- argumenti li jkunu qamu matul id-debate iżda sempliċement ikun hemm kif tkun għaddiet dik il-mozzjoni, pero` jkun hemm liema mozzjoni jkun ittieħed vot fuqha.", "Allura bl-istess argument, anke f'kumitati bħal dawn, ikun hemm recorded li kien hemm it-tali proposta u li dik it-tali proposta ġiet meqjusa li għandha tingħata bħala parir.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nkompli nkun kostruttiv, Sur President, minflok nikkritika dak li għadu kemm qal il-Ministru.", "M'hu veru xejn li l-minuti tal-parlament jirrekordjaw il-liġijiet u d-deċiżjonijiet sostantivi imma jirrekordjaw id-deċiżjonijiet biss.", "Dan hu l-punt tar-res gestae.", "Fl- imgħoddi kellna dibattiti sħaħ dwar dan u m'għandix għalfejn nirrepetihom għax kienu ftit antipatiċi meta saru.", "Jekk qed nifhmu li l-minuti jkunu jinkludu mhux biss ir-res gestae imma jinkludu wkoll it-text kollu ta' l-opinjonjiet u l-pariri li qed jagħtu l- kumitati konsultattivi allura m'hemmx problema, imma jrid ikun on record li qed jgħidha.", "Jiġifieri l-Ministru qed jifhem li l-pariri kollha li jingħataw, it-test tagħhom, ikunu parti mill-minuti tal-kumitati.", "Jien ngħidlu joqgħod ftit attent fuq din għaliex personalment naraha ftit ikkomplikata, imma jekk irid hekk m'għandix oġġezzjoni.", "Jekk il-Ministru qed jifhimha li bħala parti integrali mill-minuti se jkun hemm it-texts kollha tal-pariri it-test jista' jkun twil anke 20 faċċata jew aktar - allura m'għandniex aktar oġġezzjoni.", "Naħseb li wasalna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jiena għedt illi fil-każ ta' dawn il- kumitati se jiġri bħalma jiġri fil-każ tal-parlament, fejn anke jekk stess ma jkunx hemm fil-minuti dak li jkun intqal, x'imkien ikun hemm record in writing.", "Jiġifieri jekk il-kumitat iżomm l-affarijiet tiegħu sew u dawn l- affarijiet jkunu parti mid-dokumenti li jkollha l-istess awtorita`, allura b'dan il-mod ikun hemm record bil-miktub.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nerġgħu nduru mal-berququ, Sur President!", "Apparti mill-fatt li m'hijiex l-istess ħaġa, jekk se noqogħdu nitkellmu fuq il-parlament irridu ngħidu li d-dokumenti kollha tal-Parlament huma aċċessibbli għall-pubbliku, filwaqt li d-dokumenti ta' awtorita` bħal din mhux se jkunu aċċessibbli għall-pubbliku.", "Jiġifieri l-analoġija tispiċċa, tibqa' biss għall-punt fejn ir-res gestae tal-parlament waħedhom ma jagħtukx informazzjoni sħiħa dwar xi jkun iddeċieda l-parlament jekk ma jkollokx aċċess għal dawk id-dokumenti l-oħra.", "Fil-każ tal-parlament, il- pubbliku għandu aċċess għal dawk id-dokumenti l-oħra għax kull ħaġa li tintqal hawn hija rrekordjata.", "Li qed ngħid jien huwa differenti minn dak li qed jgħid il-Ministru.", "Jekk kull parir mogħti minn dawn il-kumitati jkun parti integrali mill- minuti m'hemmx problema f'dak li jirrigwarda parir bil-miktub.", "Jekk imma se jgħidulna li jkun hemm records afferenti mal-minuti li jistgħu jinsabu u jistgħu ma jinstabux għand l-awtorita` allura mhux biżżejjed.", "Jekk il- minuti jfissru li kull parir qiegħed parti mill-minuti hemm qbil.", "Jekk ma jfissirx hekk imma trid toqgħod terġa' tfittex id-dokument - u jista' anke ma jkunx hemm dak id-dokument - allura m'hijiex l-istess ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, m'hemmx diffikulta` li l-parir li jingħata jkun jagħmel parti mill-minuti għaliex fl-aħħar mill-aħħar billi jkun hemm record ma fihiex problema.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, f'ġieħ is-sewwa ilna kważi tliet kwarti nitkellmu fuq din il-ħaġa!", "Imbagħad takkużaw lilna li qed naħlu ż-żmien!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Għax ma qalx iva mill-ewwel?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jikkonsidra li dawn il-pariri jkunu pubbliċi, għaliex fil-każ nagħmlu emenda minnufih u ma noqogħdux niġu b'ħafna argumenti fit-tul?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-parir li qed ningħata mid-drafters f'dan il-każ huwa li għadna fi stadju prematur wisq sabiex nintrabtu li dawn il-pariri jkunu ppubblikati bilfors.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jiġifieri għandna l-istadju prematur u għandna l-istadju matur u bħalissa qegħdin fl-istadju prematur!", "Nista' nkun naf għaliex qed tikkonsidra dan l-istadju prematur?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien naħseb li din hija liġi that we have to revisit numru ta' drabi, anke minn issa sa l-elezzjoni li jmiss, minħabba l- iżviluppi teknoloġiċi u tekniċi li jseħħu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf li sal-lum is-sistema kollha li fuqha ħadem kull gvern hija tali li l- pariri li jingħataw ma jiġux ippubblikati.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk nerġa' nirriferi għal dak li ġara f'dawn l-aħħar xhur il-Ministru se jgħidli li qed inkun polemikuż, pero` bilfors li jkolli nagħmel hekk.", "Jien naħseb li din il-liġi se jkollna nerġgħu nħarsu lejha fiż-żmien li ġej mhux minħabba l-avvanzi teknoloġiċi li se jkun hemm imma minħabba l-mod nej li bih hija miktuba.", "Ħalli nifhmu l-polemika li tqajmet dawn l-aħħar ġimgħat dwar il-mobile phones, fejn il-Vodafone f'daqqa waħda riedu jnaqqsu l-prezz tagħhom bin-nofs u applikaw għand ir-regolatur biex jagħmlu dan; f'dan il-każ jekk timxi 'l quddiem is-sistema japplikaw għand l-awtorita`.", "Issa jekk se taħdem fuq din is-sistema, nimmaġina l-awtorita` li se tmur għand l-advisory committee u tistaqsih għal parir fuq din l- applikazzjoni.", "Allura x'hemm prematur fiha li l-parir ta' dan l-advisory committee jiġi ppubblikat?", "Għaliex hija sitwazzjoni prematura?", "Anzi jien naħseb li din hija sitwazzjoni importanti li kollox irid jiġi ppubblikat.", "Nerġa' ngħid li dak li qed naħdmu fuqu jirriżulta minn negozjati three- way jew four-way - ma nafx kemm kien hemm nies involuti - bejn l-operaturi eżistenti u l-gvern u safejn naf jien xejn ma ġie ppubblikat.", "Forsi huwa konvenjenti għall-gvern li ma jiġux ippubblikati, imma allura għal li ġej ukoll se tibqa' prematura din l-istorja?", "U x'inhuma l-kriterji li mis- sitwazzjoni prematura tal-lum iwassluna għal sitwazzjoni matura fejn m'hemmx bżonn aktar li jkollna dan l-għeluq?", "Jien nixtieq li l-Ministru jgħidilna ftit xi kriterji għandu ħalli nifhmu eżattament x'se jkun li jittrigerja li minn prematuri nsiru maturi biex ikollna pubblikazzjoni ta' dawn l-affarijiet.", "Safejn naf jien il-gvern ma jista' jkollu xejn x'jaħbi fiha din il-biċċa, għax il-gvern huwa regolatur, joqgħod 'il barra u aktar ma l-affarijiet ikunu trasparenti aktar aħjar.", "In-nies li ma jaqblilhomx li jiġu ppubblikati l-affarijiet huma l-operaturi privati biex mingħalihom forsi jkunu jistgħu jbażwru.", "Imma x'hemm prematur f'din is-sitwazzjoni?", "THE CHAIRMAN: Onor. Membri, ikollna nwaqqfu d-diskussjoni hawn għaliex sar il-ħin.", "Nirringrazzjakom.", "Id-diskussjoni fuq Klawsola 29 u l-emendi għaliha ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Niltob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t- Tlieta, 20 ta' Ġunju, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita` Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, xtaqt nieħu ftit ħin minn dan l- aġġornament sabiex nittratta qasam li għalkemm huwa importanti ħafna ma narax li huwa ta' qasam kontroversjali.", "Qed nirriferi għall-qasam ta' l- assigurazzjoni.", "Xtaqt nitkellem fuq dan is-suġġett għaliex dan l-aħħar kien hemm sensiela sħiħa ta' legal notices dwar dan il-qasam, fejn il- gvern ippropona diversi miżuri ġodda.", "Jien la qed nipprova ngħid li l-gvern ma setax jagħmel dan permezz ta' legal notice u lanqas qed ngħid li aħna ma naqblux ma' dak li qed jiġi propost, pero` irrid ngħid li konna nippretendu li minkejja d-differenzi kollha fundamentali ta' bejnietna, meta dwar is-servizzi finanzjarji hemm ċertu kunsens nazzjonali li nbena tul is-snin, seta' kien hemm konsultazzjoni aħjar bejn iż-żewġ naħat minflok ma niġu f'sitwazzjoni li naqraw b'dak li ġie deċiż permezz tal-gazzetta tal-gvern jew permezz ta' avviżi legali li jkunu ġew tabled f'din il-Kamra.", "Jien irrid nagħmilha ċara li ma qomtx nitkellem biex noħloq xi kontroversja bla bżonn - u m'iniex se noħloq kontroversja - pero` xtaqt nagħmel din l-osservazzjoni, Sur President.", "L-ewwelnett irrid ngħid li għalkemm sakemm għarbilna sew dawn il-legal notices aħna għamilna sensiela ta' mistoqsijiet lill-gvern, illum li kellna żmien nirriflettu aktar fuqhom wasalna għall-konklużjoni li dan it-tibdil li qed jipproponi l-gvern l-aktar li jolqot huwa s-settur li jissejjaħ captive insurance.", "Dan jittratta dwar areas li ħafna drabi jikkonċernaw jew multinationals jew gruppi li jissejħu special interest high-risk groups li għalihom l-assigurazzjoni jew ma tkunx available mis-swieq tradizzjonali, jew tkun għolja ħafna, jew inkella l-ispiża li tiġi incurred vis-à-vis din l-assigurazzjoni nnifsiha tkun waħda sostanzjali.", "Kif fhimniha aħna, Sur President, l-intenzjoni ta' din il-legal notice no. 99 hija sempliċement li tippermetti lil kumpanniji affiljati fl- assigurazzjoni li huma diġa` mwaqqfa taħt ġurisdizzjoni barranija jittrasferixxu l-operat u l-ġurisdizzjoni tagħhom f'Malta sakemm din ovvjament hija permessa taħt il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni barranija.", "Jekk qed nifhmu l-legal notice tajjeb, aħna qed nifhmu li dan għandu jaħdem fuq bażi reċiproka u fejn dawn il-kumpanniji jittrasferixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom lejn Malta, dawn ikunu suġġetti għal-liġijiet u r-regoli ta' pajjiżna.", "Aħna qed ngħidu li jekk l-affarijiet huma kif fhimnihom aħna, din hija flessibilta` meħtieġa fil-pajjiż jekk aħna rridu niġbdu ċerti kumpanniji affiljati lejn pajjiżna.", "Sal-lum irnexxilna nwaqqfu biss żewġ kumpanniji f'dan il-qasam u l-idea hi li nġibu aktar kumpanniji stabiliti taħt ġurisdizzjoni barranija biex jittrasferixxu l-operat tagħhom lejn pajjiżna.", "U jekk hemm xi lment li wieħed jista' jagħmel dan huwa li għalkemm il-liġijiet finanzjarji ilhom in place s-snin, sa issa ma tantx nistgħu niftaħru b'suċċess fil-qasam tal-captive insurance.", "Jien naħseb li ħadd għadu ma ħa l-inizjattiva li jippromwovi l- istabiliment tal-captives f'Malta.", "Il-fehma tiegħi hi li sakemm ma jkunx hemm sforz kollettiv min-naħa ta' l-operaturi tas-suq u min-naħa taċ-ċentru għas-servizzi finanzjarji wisq nibża' li mhux se jkollna l-breakthrough meħtieġ f'dan is-settur.", "Mingħajr ma nkun kritiku, irrid ngħid li fil- fehma tiegħi din l-area ġiet xi ftit skartata min-naħa ta' l-MFSC.", "Dan qed ngħidu l-aktar għaliex filwaqt li naraw li territorji oħrajn bħal- Irlanda kellhom ċertu suċċess f'dan il-qasam, Malta sa issa ma kellhiex dan is-suċċess u jien nawgura li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata anke permezz ta' dawn il-legal notices li qed nirriferi għalihom.", "Nerġa' ngħid li l- appell tiegħi huwa biex meta jkun hemm tibdiliet bħal dawn, jew permezz ta' legal notices jew avviżi fil-gazzetta tal-gvern, ikun hemm abbokkamenti aħjar min-naħa tal-gvern man-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Kif għedt fil-bidu, in-naħa ta' l-oppożizzjoni hija favur it-tisħiħ tas- servizzi finanzjarju u għalkemm għandna fehema differenti mill-gvern dwar l- impatt li sħubija prospettiva fl-Unjoni Ewropea jkollha fuq dan is-settur, naqblu dwar il-fatt li s-settur tas-servizzi finanzjarji huwa settur li mhux biss irendi, mhux biss iħalli ċertu qligħ - dan l-aħħar il-ministru tal-finanzi kellu l-okkażjoni jagħti tagħrif dwar dan fi tweġiba għal domanda parlamentari - imma huwa settur li wkoll jgħin biex pajjiżna jkun jista' jkompli jiddiversifika u ma jibqax jiddependi biss fuq iż-żewġ oqsma ewlenin tal-manifattura u tat-turiżmu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, illejla rrid nitkellem fuq grupp ta' ħaddiema fis-servizz pubbliku li minkejja l-ħafna kliem sabiħ li nisimgħu dwar il-quality service charters, speċjalment dan l-aħħar ukoll fil-public service week, għad għandna sezzjonijiet mis-servizz pubbliku li ilhom għal dawn l-aħħar sentejn jistennew li ssir ġustizzja magħhom.", "Nisimgħu ħafna dwar nies li għandhom grad għoli fis-servizz pubbliku li għalkemm jieħdu ħsieb ħafna l-qagħda tagħhom, meta jiġu biex jiltaqgħu ma mpjegati li qegħdin f'livelli aktar baxxi tas-servizz jibqgħu jipposponu u jibqgħu dejjem isibu xi ħaġa biex ma jagħtux lil dawn il-ħaddiema dak li bi dritt huwa tagħhom.", "Qed nirriferi għal madwar 300 ħaddiema li kienu ddeċidew li jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom fi ħdan is-servizz pubbliku meta d-dipartiment tagħhom, jiġifieri dak tal-posta, kien inbidel f'kumpannija kummerċjali.", "Ilhom sentejn isiru diversi talbiet kemm mill-union tal-gradi postali fiċ- ċivil kif ukoll mill-assoċjazzjoni ħaddiema postali fiċ-ċivil sabiex jiġi onorat ftehim li kien ġie milħuq fil-25 ta' Awissu 1998 bejn l- assoċjazzjoni ħaddiema postali fiċ-ċivil u l-ministru ta' dak iż-żmien, l- Onor. Joe Debono Grech.", "Dan il-ftehim jgħid li l-ħaddiema tal-gvern fil- gradi postali kollha li jagħżlu li jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom mas- servizz pubbliku, għandu jkollhom garanzija li ma jitkeċċewx minħabba l- isem postali li qegħdin iġorru; li l-isem postali ta' dawn il-ħaddiema jinbidel għal isem li jaqa' taħt struttura u gradi li jeżistu fis-servizz pubbliku; li għandha ssir ħidma sabiex isir magħruf dawn il-ħaddiema f'liema struttura jixtiequ jintegraw ruħhom fis-servizz pubbliku, li għandhom jiġu integrati jew assimilati jew strutturati fis-servizz pubbliku peress li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom jixtiequ jibqgħu jagħmlu xogħol fl- istess servizz; li jiġu integrati u assimilati fis-servizz pubbliku mhux fl- aħħar tal-lista iżda fl-iskala li jinsabu fiha; u li s-sena ta' kull appointment ta' kull ħaddiem għandha tiġi meqjusa biex tiġi kkonsidrata taħt liema agreement għandu jitpoġġa kull ħaddiem.", "Inġibdet ukoll l- attenzjoni għall-fatt li hemm ħaddiema li ilhom 'il fuq minn 15-il sena fis- servizz pubbliku.", "Xtaqt hawnhekk nagħmel parentesi żgħira u nsemmi l-opportuniżmu politiku partiġġjan ta' dan il-gvern, Sur President.", "Qed ngħid hekk għaliex lejliet l-elezzjoni ta' l-1998 dawn il-ħaddiema kienu kellmu kemm lill-Onor.", "Lawrence Gonzi kif ukoll lill-Onor.", "Ċensu Galea, dak iż-żmien membri ta' l- oppożizzjoni, u dawn kienu wegħduhom li jekk jitilgħu n-Nazzjonalisti fil- gvern dan il-ftehim kien se jiġi onorat.", "Saħansitra l-Onor.", "Galea kien qalilhom li la l-kuntratt kien ġie ffirmat ġo ministeru, huma kellhom l- obbligu li jonorawh kemm-il darba jkunu fil-gvern għaliex hekk titlob il- kontinwita`.", "Illum qegħdin naraw li bħal f'ħafna affarijiet oħra, dak li ġie mwiegħed lil dawn il-ħaddiema qabel l-elezzjoni - fil-fatt dan jidher bħala punt nru.", "11 fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista - ma ġiex imwettaq.", "Dan l-istess gvern li wiegħed il-fiduċja u s-serħan tal- moħħ lil kulħadd, minkejja li għaddew kważi sentejn, lil dawn il-ħaddiema ħallihom fil-għama u mingħajr direzzjoni.", "Fid-diskussjonijiet li kellhom dawn il-ħaddiema ma' l-MPO, il-proposti ġew aċċettati iżda qatt ma ġie ffirmat xejn, u dan nerġa' ngħid wara li kienu mwegħda minn żewġ deputati li llum huma ministri li l-ftehim tal-25 ta' Awissu 1998 kien se jiġi onorat.", "Biex inkun għedt kollox tajjeb li ngħid ukoll li waħda mill-iskużi li qiegħda tinġieb hija li ma jistgħux jieħdu deċiżjoni finali qabel ma jkun magħruf in-numru preċiż ta' ħaddiema li se jagħżlu li jibqgħu mas-servizz pubbliku.", "Allura din id-deċiżjoni m'hijiex se tittieħed qabel tiġi deċiża l-kwestjoni tal-pensjoni għal dawk il-ħaddiema tal-gvern li jagħżlu li jmorru mal-kumpannija.", "Jiġifieri ninsabu fis-sitwazzjoni fejn il-gvern qed iżomm nofs il-ħaddiema f'din l-inċertezza minħabba l-kwestjoni tal- pensjoni li tikkonċerna in-nofs l-ieħor tal-ħaddiema.", "U dawn il-ħaddiema jinsabu għaddejjin minn tbatija minħabba din in-nuqqas ta' ċertezza għaliex, per eżempju, meta s-sena l-oħra ħarġu applikazzjoni għal eżamijiet interni, minkejja li dawn il-ħaddiema kienu ilhom is-snin jagħmlu xogħol ta' diversi gradi li għalihom kien se jsir l-eżami, dawn ma ġewx imħollija jagħmlu l-eżamijiet minħabba s-sitwazzjoni tagħhom.", "L-iskuża hawnhekk reġgħet kienet li dawn kienu għadhom bi gradi postali.", "L- assoċjazzjoni ilha tgħid lill-awtoritajiet biex il-ħaddiema postali fl- iskali baxxi, jiġifieri fi skali 15 u 16 jiġu integrati fl-istrutturi diġa` eżistenti, kif fil-fatt hemm imniżżel fil-ftehim ta' l-1998.", "Jidher li l- MPO m'hux qed jagħtu kas ta' din it-talba.", "Meta wieħed jara dan bilfors li jgħaddilu minn moħħu li dan it-titubar kollu qed isir forsi għaliex it-talba m'hijiex ġejja mingħand xi ħadd li huwa mlaħħaq fis-servizz pubbliku u għal dħul wieħed ikollu tnejn u tlieta.", "Jidher li f'dan il-pajjiż mhux kulħadd huwa trattat l-istess, uħud huma aktar ugwali minn oħrajn u qegħdin naraw kif min qiegħed viċin tal-kurituri tal-poteri jassigura li jkollu l-aħjar u l-aqwa kondizzjonijet għalih u għal ta' madwaru imma min ikun 'l isfel fl-iskaluni tas-servizz lanqas biss jagħtu kasu.", "L-aqwa li mbagħad noqogħdu niftaħru bil-public service week!", "Jien skantajt meta qrajt dak li ġie rrapportat li qal il-kap tas-servizz pubbliku l-ġimgħa l-oħra.", "Fost affarijiet oħra, \"The Times\" irrapportat li dan qal li \"little change was seen in the perception of the civil service after public service week\".", "Jien lill-kap tas-servizz pubbliku ngħidlu li anke l-perception ta' ċerti nies stess li jaħdmu fl-istess servizz m'hijiex xi waħda tajba!", "Wara kollox jien ngħid li din m'hijiex perception imma r-realta` li min m'għandux is-saħħa u min mhux qiegħed viċin il-poter jitħalla għal riħu.", "Il-kwestjoni li qed inqajjem jien illum turina kif nies li huma kapaċi fix-xogħol li jagħmlu qegħdin jitilfu d-dritt u l-opportunita` li jimxu 'l quddiem fil-karriera tagħhom.", "Hemm ukoll ħafna ħaddiema bi gradi postali li ġew miżmuma milli jilħqu fl-iskali li suppost laħqu skond il-ftehim - il- union gradi postali taċ-ċivil ilha tinsisti mad-dipartimenti biex dawn il- ħaddiema jibqgħu telgħin sa scale 14 - liema kwesjtoni wkoll suppost li ġiet irranġata mill-MPO imma sal-lum għad hemm bosta dipartimenti li għadhom ma tawx lil dawn il-ħaddiema dak li hu tagħhom.", "Minn dawn il- ħaddiema hemm ukoll diversi Għawdxin li qegħdin jintalbu jagħmlu xogħol li m'għandux x'jaqsam mal-livell ta' edukazzjoni li għandhom u minkejja li l- union diversi drabi kitbet lid-direttur dwar din il-kwestjoni xorta għad hemm ħaddiema li m'humiex qed jingħataw jagħmlu xogħol li suppost jagħmlu.", "Problema oħra, Sur President, tirrigwarda l-promozzjonijiet, fejn dawk kollha li ħadu xi promozzjoni taħt xi waħda mill-kumpanniji li ġew imwaqqfa, jiġifieri Posta Ltd. jew inkella Maltapost Plc. u marru lura fis- servizz pubbliku, reġgħu lura għall-iskala li kellhom qabel.", "U dan mhux qed jiġri biss fir-rigward ta' dawn il-ħaddiema għaliex f'ħafna awtoritajiet oħra li qegħdin jitwaqqfu qegħdin naraw li qed jintbagħtu nies mis-servizz pubbliku jaħdmu hemmhekk mingħajr lanqas biss għad hemm ċar x'inhuma d- drittijiet u l-obbligi ta' l-istess impjegati.", "Pero` biex nerġa' lura għall-ħaddiema tal-posta rrid ngħid li skond il-memorandum of understanding li kien ġie ffirmat bejn gvern Laburista, il-GWU u l-UĦM fl-20 ta' April 1998 u li reġa' ġie ffirmat bejn il-gvern Nazzjonalista u l-istess unions sena ilu fit-18 ta' Ġunju, 1999, dawn l-impjegati bi gradi postali li kienu ħadu xi promozzjoni meta kienu ma' Posta Ltd. jew mal-Maltapost, meta jmorru lura mas-servizz pubbliku kellhom jibqgħu f'dawk il-gradi jew skali li laħqu mal-kumpannija.", "Minkejja dan kollu, dawn il-ħaddiema reġgħu lura għall-grad li kellhom qabel.", "Jien naħseb li issa li għaddiet il-public service week bil-ħafna kliem sabiħ, pubbliċita`, spots fuq it-television u seminars li kellna, wasal iż-żmien li nħarsu lejn il-fatti, naraw is- sitwazzjoni li jinsabu fiha dawn il-ħaddiema u nippruvaw naraw kif se nirranġawha.", "Sur President, fil-ftit minuti li baqagħli xtaqt insemmi wkoll il- kwestjoni li għandhom il-ħaddiema tal-korporazzjoni Enemalta minħabba li nbidlilhom il-ħin li fih jibdew ix-xogħol mis-7.30 a.m. issa qegħdin jibdew fis-7.00 a.m. Uħud minn dawn il-ħaddiema għandhom responsabbiltajiet familjari u dik in-nofs siegħa ta' filħgodu hija importanti ħafna għalihom.", "Li ġara f'din il-korporazzjoni kien li saret votazzjoni rigward il-bdil tal- ħinijiet u l-maġġoranza tal-ħaddiema vvotaw favur li dawn jinbidlu.", "Fiż- żmien meta qegħdin nitkellmu fuq kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu family- friendly u fuq flessibbilta` fil-ħinijiet, naħseb li l-inqas li nistgħu nagħmlu - anke jekk il-maġġoranza qablet ma' dan il-bdil - huwa li naraw li jekk hemm bżonn ikun hemm żewġ ħinijiet kif fil-fatt hemm f'ħafna postijiet tax-xogħol.", "Fil-fatt il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara kitbet liċ- chairman ta' din il-korporazzjoni fejn qaltlu li anke jekk il-maġġoranza tal-ħaddiema jridu li l-ħinijiet jinbidlu, xorta waħda huwa għandu jieħu in konsiderazzjoni r-responsabbiltajiet familjari li għandhom il-kumplament tal-ħaddiema u jħalluhom ikomplu jmorru għax-xogħol fl-istess ħin, jiġifieri fis-7.30 a.m.", "Aħna l-membri femminili taż-żewġ naħat tal-Kamra tlabna lill-Ministru Gonzi, bħala l-ministru responsabbli mill-affarijiet tan-nisa, sabiex jintervjeni hu għal dawn il-ħaddiema - kif nafu, ħafna mir- responsabbiltajiet tal-familja jaqgħu fuq il-mara u għalhekk kienu n-nisa li riedu li l-ħinijiet jibqgħu l-istess - u proprju dwar dan jien kont għamilt domanda parlamentari lill-Onor.", "Gonzi li min-naħa tiegħu qal li huwa wkoll kien kiteb liċ-chairman ta' l-Enemalta fl-1 ta' April, fejn fost oħrajn esprima t-tħassib tiegħu dwar kif il-bdil fil-ħinijet tax-xogħol ta' l-impjegati kollha ta' l-Enemalta se jaffettwa numru ta' impjegati u l- familji tagħhom.", "Dr Gonzi qalilna li jinsab informat li l-Enemalta qed tikkonsidra attivament soluzzjonijiet possibbli biex tiġi rranġata s- sitwazzjoni ta' dawk li qed jiġu milquta ħażin.", "Dan kien fl-1 ta' April u s'issa li għaddew iktar minn xahar u nofs dawn l-impjegati għadhom ma semgħu xejn.", "Għalhekk jiena minn hawnhekk inħeġġeġ lil min huwa responsabbli sabiex jara li tittieħed xi azzjoni għaliex ma nistgħux li fl- istess waqt li nkunu qegħdin nitkellmu fuq il-flessibilta' u l- kondizzjonijiet tax-xogħol li huma family-friendly, l-affarijiet li diġa` huma tajbin inbiddluhom għall-agħar.", "Sur President, jien nappella liċ-chairman ta' l-Enemalta sabiex jikkonsidra t-talba ta' dawn il-ħaddiema ħalli b'hekk dawn l-istess ħaddiema jkunu f'pożizzjoni aħjar li jibbilanċjaw ix-xogħol tagħhom barra d- dar max-xogħol tagħhom fid-dar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta 20 ta' Ġunju, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BAĦRIJA - TAS-SIRENA - WIRE", "16700.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jinbidlu l-wires tad-dawl li hemm fejn Victor House, Tas-Sirena, Baħrija peress li qed tkun sospiża l- provvista tad-dawl regolarment?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-Korporazzjoni Enemalta diġa` għamlet l-investigazzjonijiet tagħha dwar ix-xogħol li għalih qed issir riferenza.", "Ġie stabilit li hemm bżonn jgħaddi t-three phase u li l-arbli tat-tlett pulzieri jridu jinbidlu.", "Dan ix-xogħol hu maħsub li jsir flimkien ma` xogħlijiet oħra.", "ARTIJIET", "16701.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li issa ntlaħaq ftehim bejn il-gvern u l-knisja dwar numru ta' artijiet li kienu għadhom bla titolu għal fini ta' proprjeta' testwali tal-Gvern Malti, jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament ma' l-awtorita' tad-djar sabiex residenti li għandhom plots ta' l-awtorita' u għadhom fuq bażi ta' konvenju, bħal fil-każ tar-residenti ta' Għar Barka, r-Rabat, isirulhom il- kuntratti finali?", "Jista' l-Ministru jinformani meta residenti ta' Għar Barka se jersqu għal dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-ftehim li ġie ffirmat bejn il- gvern u l-knisja fit-30 ta` Mejju, 2000, ma jaffettwax il-konvenji li saru ma` l-Awtorita` tad-Djar dwar l-artijiet ta` Għar Barka, ir-Rabat.", "Peress li l-art ġiet espropriata qabel it-18 ta` Frar, 1993 il-proċess għall- akkwist ta` l-art in kwestjoni jrid jiġi finalizzat bejn id-dipartiment ta` l-artijiet u l-awtoritajiet ekklesjastiċi.", "Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "15693.", "ĦOFOR TA' L-ILMA", "16702.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħofor ta' l- ilma li ġew permessi matul il-perijodu ta' Jannar u Mejju ta' din is-sena?", "Kemm-il spezzjoni saret fuq ħofor ta' l-ilma li huma rapportati li saru bla permessi meħtieġa u x'passi ttieħdu?", "Peress li numru ta' hydroloġisti jgħidu li dawn il-ħofor ta' l-ilma mhux jiġu kkontrollati u qed jaffettwaw ħażin is-sorsi tal-ħażna ta' l-ilma naturali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-pożizzjoni tal-gvern dwar din il-kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li bejn Jannar u Mejju, 2000 ma ngħata ebda permess għat-tħaffir ta` boreholes.", "Matul l-istess perijodu ġew reġistrati 75 borehole, 67 f`Malta u f`Għawdex.", "Fiż-żmien imsemmi saru rapporti dwar tħaffir illegali ta` 9 boreholes f`Malta u f`Għawdex.", "Wara li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa rriżulta li:", "ittieħdet azzjoni legali dwar borehole f`Malta u oħra f`Għawdex;", "tlieta f`Malta ġew magħluqa;", "fi tliet każi f`Għawdex iddaħħlet il-pulizija iżda rriżulta li ma kien hemm xejn illegali;", "f`ħames każi f`Malta rriżulta li fil-fatt ma kienx hemm tħaffir.", "Għar-rigward ta` l-isfruttament tar-riżorsi ta` l-ilma, il-korporazzjoni għas-servizzi ta` l-ilma trid li jsir pjan ta` transizzjoni mis-sitwazzjoni preżenti għal waħda aktar ordinata u xjentifika.", "Madankollu hu ppjanat li t-twettieq ta` pjan bħal dan għandu jkun fir-responsabbilta` ta` l- awtorita` tar-riżorsi li għad trid titwaqqaf u li ser tkun ir-regolatur ta` l-ilma u ta` d-dawl.", "SAJJIEDA - LIĊENZJI", "16747.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sajjied wieħed biss se jingħata liċenzja ġdida oħra għal bastiment ta' tkarkir, meta hemm applikazzjonijiet tas-sajjieda oħra pendenti?", "Fuq liema kriterji ngħatat priferenza lill-applikazzjoni ta' dan is- sajjied fuq oħrajn?", "Għaliex sajjied li għandu bastiment reġistrat Malta ma ngħatax permess idaħħlu lura meta t-talba tiegħu saret qabel il-permess ta' din il- liċenzja?", "Jista' jinvestiga dan l-ilment ħalli jkun assigurat li ma jsirux inġustizzji ma' ħadd?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li d-dipartiment tas-sajd u akwakultura kkonsidra l-applikazzjonijiet kollha li kien hemm pendenti, kemm dawk is-sajjieda armati għal sajd ieħor, kif ukoll ta'dawk il- bastimenti li, għalkemm huma reġistrati ma kenux operattivi għal dawn l- aħħar snin u oħrajn.", "Sa issa ma ħarġet l-ebda liċenzja iżda ħarġu ittri fejn spjegaw biss kif tinħareġ liċenzja.", "Dan għaliex id-dipartiment m'huwiex lest li jżid tkarkir fil-qasir iżda jixtieq li dawn id-dgħajjes ikunu armati għat-tkakir fil-fond.", "Dan huwa tip ta' sajd li Malta ma pparteċipat fih.", "Jien ninsab infurmat ukoll li din il-persuna, li donnu qiegħed jalludi għaliha fit-tielet paragrafu l-Onor.", "Interpellant, hija waħda minn dawk il- persuni li huma kkonsidrati.", "Il-bastiment ta' din il-persuna ilu għat- tiswija għaxar snin u peress li għadu reġistrat Malta m'għandux bżonn permess biex jiġi lura Malta, iżda wara dan iż-żmien kollu wieqaf għandu bżonn liċenzja ġdida tas-sajd.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ma saru nġustizzji ma' ħadd.", "XTUT - TINDIF - APPARAT", "16749.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jinformana x'apparat modern inxtara matul dawn l-aħħar 20 xahar sabiex ix-xtut tal-gżejjer tagħna jitnaddfu aħjar?", "Kemm sewa dan l-apparat?", "X'investiment hemm ippjanat sabiex għal futur ix-xtut f'Malta u f'Għawdex jinżammu aktar indaf?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li ma nxtara ebda apparat f'dawn l-aħħar 20 xahar sabiex ix-xtut jitnaddfu aħjar.", "DETOX - SPEJJEŻ", "16844.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed tiswa lill-gvern it-tmexxija tad-Detox f'dak li għandu x'jaqsam ma' mediċini bħal metadone matul sena waħda?", "Kemm intnefaq sa issa, din is-sena, u fuq liema mediċini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li matul is-sena 1999 in-nefqa fuq mediċini għaċ-ċentru Detox kienet ta' Lm3,343.96.", "Din il-figura ma tinkludix il-methadone, billi dan jinġieb mid-dipartiment tas-saħħa.", "In-nefqa mill-bidu ta' din is-sena s'issa kienet ta' Lm514.86.", "Il-mediċini huma: octreotide injections, naltrexone tablets, clonedine tablets, effortil tablets u dormicom tablets.", "ALKOĦOL - PERSUNI DIPENDENTI", "16845.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija reġistrata bħala dipendenti fuq l-alkoħol?", "Kemm minnhom huma nisa?", "Kemm- il persuna marret għall-kura għall-ewwel darba din is-sena?", "Liema hi l- iżgħar u l-akbar eta' ta' persuni li qed jiġu kkurati għall-alkoħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ma jeżistix reġistru ta' persuni dipendenti fuq l-alkoħol.", "Matul din is-sena, 78 persuna ġew riferuti lis-servizzi ta' l-alkoħol ta' l-aġenzija sedqa.", "L-akbar persuna kellha 78 sena u l-iżgħar waħda kellha 12-il sena, għalkemm il-każ ta' l- aħħar kien wieħed ta' abbuż u mhux ta' dipendenza.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "16846.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni saret din is-sena s'issa mill-gwardjani lokali?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn iċ- ċitazzjonijiet u f'liema belt/raħal saru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "DIPARTIMENT TAL-LIĊENZJI", "16847.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il vettura nqabdet qed tinsaq fit-triq meta l-liċenzja ma kenitx tħallset?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta` din is- sena l-pulizija qabdet 302 sewwieq jagħmlu użu minn vettura fit-triq bil- liċenzja mhux imħallsa.", "SPTAR MONTE CARMELI - PRIĠUNIERI", "16848.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda tiegħu li mal- priġunieri, li għal xi raġuni jkunu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli, ikun hemm gwardjani tal-ħabs u mhux pulizija għassa magħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant għandu japprezza li għal snin twal, ma` kull priġunier f`Monte Carmeli kien ikun hemm detailed pulizija.", "Din is-sistema issa ġiet riveduta biex ikun hemm tliet pulizija - irrispettivament minn numru ta` priġunieri - u membru ta' l-SRT tal-ħabs.", "It-tieni pass ser ikun li hekk kif jidħlu l-gwardjani ġodda wieħed ikun f`pożizzjoni, skond ir-riżultati, jaħseb biex jara jekk ser ikunx hemm gwardjani biżżejjed biex iwettqu d-diversi xogħlijiet meħtieġa mid- dipartiment tas-servizzi korrettivi, inkluż dak li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant.", "DIPARTIMENT TAL-LIĊENZJI - ĦLASIJIET", "16849.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi li s'issa din is-sena: (1) ma ġeddewx il-liċenzja tagħhom fiż-żmien stipulat għaliex kellhom xi multa li ma tħallsitx; u (2) ma ħallsux il-liċenzja tal- vettura fix-xahar li kellha titħallas?", "X'passi ttieħdu f'kull każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li rigward l-ewwel parti tal- mistoqsija d-dipartiment tal-liċenzji u testijiet ma jżommx din it-tip ta` statistika.", "L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija mhux possibli li tinġabar.", "DJAR - TISWIJIET", "16895.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l- awtorita' tad-djar għandhiex xi skema għall-irranġar ta' postijiet li jkun tal-joint office?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taħt l-Iskema 5 - sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar fi djar privati li huma okkupati minn inkwilini jew ċenswalisti, residenti ta' postijiet amministrati mill-joint office jistgħu jikkwalifikaw biex japplikaw għal xogħlijiet ta' rranġar u titjib.", "FGURA - SISTEMA TA' L-ELETTRIKU", "16896.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-ħsarat li ġarrbu numru ta' residenzi fil-Fgura f'April li għadda, minħabba ħsarat fis-sistema ta' l-elettriku, jista' l-Ministru jgħid kemm familji għamlu talbiet għall-kumpens lill-Enemalta?", "Jista' jgħid fiex waslu dawn it-talbiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.", "TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "16897.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta se jirċievi l-arretrati tat-taxxa l-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ħallas żejjed minħabba żball li sar dwar flus il-bank ta' ħaddieħor li dehru fuqu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni kunfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "DISTRETT NRU.", "2 - BOZOZ", "16898.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqija parlamentari nru.", "16551?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-bozoz ġodda li għandhom jitwaħħlu fit-Tieni distrett huma: Lokalita` Triq Fgura Triq il-Karmelitani Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma` Triq San Tumas Triq San Pietru Triq Mater Boni Consigli Isla Iż-Żoni ta` l-ipparkjar fi Pjazza Mitrovich Kalkara Triq Agostino Portelli Triq Melchiore de Robles Xgħajra Triq Ġdida fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja Triq il-Knisja Żabbar Triq id-Dukkar k ma` Triq SanFranġisk Triq Erminia Cilia Abela k/ra ma` Triq il-Qasam Industrijali Triq il-Baħrija Triq il-Kappuċċini ma` Triq Alessio Erardi Triq is-Sienja Pjazza San Nikola Triq il-Ficus kantuniera ma` Triq il-Mina ta` Hompesch Triq Ġanni Bonavia Huwa ppjanat li x-xogħol jitlesta sa l-aħħar ta` Lulju ta` din is-sena.", "FAS - KONSULENTI IRLANDIŻI", "16899.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif lill- Kamra fuq x'tip ta' eżerċizzju qed jagħmlu l-konsulenti Irlandiżi FAS bħalissa fl-ETC?", "Kemm ilu għaddej dan l-eżerċizzju, liema oqsma ta' l-ETC qed jinvolvi, x'tip ta' konsultazzjonijiet qed isiru ma' l-istaff ta' l-ETC u meta se jiġi konkluż dan l-eżerċizzju?", "Il-FAS qed jingħataw ukoll ir-responsabbilta' li joħorġu bi proposti għal struttura organizzattiva ġdida fil-korporazzjoni?", "Jista' jgħid jekk dan l- eżerċizzju hux lest u jagħti tagħrif dwaru?", "F'każ li dan l-eżerċizzju għadu mhux lest, jista' jispjega kif ħarġet sejħa għal mili ta' post ta' konsulent għall-ippjanar u l-iżvilupp fil- korporazzjoni?", "Xi proċeduri ntużaw biex timtela' din il-vakanza u jekk hux se jkun hemm vakanzi oħra qabel ma jitlesta r-rapport tal-FAS?", "Ma jaħsibx li jkun aħjar li l-ewwel jitlesta r-rapport u mbagħad jiġu mimlija l-vakanzi l-ġodda u mhux viċe versa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt bil-miktub għal mistoqsija nru.", "W160.", "L-eżerċizzju nbeda fi Frar, 2000 u l-membri ta' l-istaff minn executives 'l fuq ġew konsultati.", "Hi ħaġa naturali li din ir-reviżjoni fl-operat ta' l-ETC jista' jinkludi proposti għal tibdil fl-istruttura organizzattiva.", "Ir-rapport finali tal-konsulenti Irlandiżi huwa mistenni sa l-aħħar ta' Lulju.", "Kien hemm aktar minn kariga waħda li għaliha saret sejħa għall- applikazzjoni interna u wara esterna, skond kif jitlob il-ftehim kollettiv.", "Fil-każi kollha ntalab il-parir tal-konsulenti Irlandiżi.", "Il- kariga li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant imtliet proprju biex l- ETC ikollha persuna oħra kompetenti fit-tfassil ta' inizjattivi ta' mpjiegi u taħriġ u l-kitba ta' business plans.", "DJAR - XIRI", "16901.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- persuna, dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilu joqgħod fil- fond indikat għal aktar minn 20 sena, jistax jixtri dan il-fond?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar hija nformata li dan il-post hu fil-pussess tal-gvern b'titolu ta' pussess u użu.", "Għaldaqstant it-talba għax-xiri tal-fond ma tkunx tista' tintlaqa'.", "SERVIZZI POSTALI", "16928.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-pajjiżi li jsir servizz ta' posta lejhom bil-baħar?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll il-frekwenza u l-iskeda ta' dan is-servizz lejn kull pajjiż jew żona u l-ħlas li jsir mill-konsumatur f'dan ir- rigward?", "Jista' jgħid meta sar l-aħħar tibdil fl-iskeda, fil-frekwenza tas-servizz u fil-ħlas?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija tista` tinstab f'Avviż Legali Nru. 138 ta` l-1993, kif emendat b`Avviż Legali Nru. 15 ta` l-1997.", "It-talba għal dan is-servizz ma tidhirx li hija kbira ħafna.", "Jien infurmat li l-Maltapost qed titlob li twaqqaf is-servizz tal-posta bil- baħar lill-pajjiżi kollha.", "It-talba tal-kumpanija hi bbażata fuq li qed tiffaċċja diversi diffikultajiet b'dan is-servizz, fosthom telf finanzjarju, dewmien sinifikanti u nuqqas ta` kontroll fuq il-kwalita` tas-servizz.", "Il- kumpanija qed issostni wkoll li s-servizz tal-posta bil-baħar qed jinqata` wkoll minn ħafna pajjiżi madwar id-dinja għall-istess raġunijiet.", "Din it-talba għadha qed tiġi diskussa.", "TELECARDS", "16929.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid, skond iz-zoni jew pajjiżi rispettivi, kemm ikopru ħin it-Telecards ta' Lm2, Lm3 u Lm5 tal-Maltacom?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta sar l-aħħar tibdil f'dan is-sens?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-lista tat-tariffa ta` drittijiet imħallsa għal kull minuta skond iz-zona għal telefonati ma` barra minn Malta tinsab fid- direttorju tat-telefon.", "Ghaldaqstant biex ikun jaf kemm ħin tkopri telecard, kulma għandu jagħmel l-Onor.", "Interpellant huwa li jiddividi l- valur tat-telecard bit-tariffa relattiva.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TOROQ", "16930.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar xogħol ta' tarmac fi Triq San Pawl, li minn quddiem l-uffiċċju tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar tagħti għal quddiem Palazzo Pescatore?", "Jista' jgħid ukoll x'ikkaġuna l-ħsara li fiha din il-parti tat-triq?", "Jista' jgħid min se jagħmel it-tiswijiet li hemm bżonn isiru u min se jħallas l-ispejjeż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li m`hemmx records għand id- dipartiment dwar meta kien sar l-asfalt fi Triq Parades, San Pawl il-Baħar.", "Is-sena l-oħra l-kunsill lokali ta` San Pawl il-Baħar nieda proġett ta` tiġdid tas-servizzi fil-qalba tar-raħal u bħala parti mix-xogħol saru ħafna trinek li kixfu d-difetti strutturali kbar li kien hemm fil-pedamenti tagħha.", "Peress li s-sena l-oħra kien hemm ħafna toroq magħluqa f`San Pawl il- Baħar, ma setax isir xogħol għal bini mill-ġdid ta` din it-triq, u għalhekk ingħatat kisja ħafifa bl-asfalt biex it-triq tkun tista` tintuża.", "Il-pedamenti tat-triq tant huma mibnija ħażin li anke matul din is-sena partijiet minn dan l-asfalt temporanju kellhom jissewew diversi drabi.", "Issa li tlesta x-xogħol f`Mosta Road, id-dipartiment tat-toroq ħareġ sejħa għall-offerti biex il-pedamenti ta` din it-triq jerġgħu jinbnew mill-ġdid, u meta x-xogħol jitlesta` t-triq tkun tista` tingħata l-asfalt finali.", "ETC - KAROZZI MIKRIJA", "16939.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha karozzi mikrija l-ETC, min jużahom u kemm swew lill-ETC din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ETC għandha disa karozzi mikrija.", "Dawn il- karozzi jintużaw kif ġej: 3 mit-taqsima tax-xogħol - employment services division; 2 mit-taqsima tat-taħriġ - training services division; 1 mit-taqsima ta' l-amministrazzjoni; 3 mit-taqsima ta' l-ispettorat.", "Bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena l-kiri ta' dawn il-karozzi sewa Lm7,127.38.", "SERVIZZI SOĊJALI - SINGLE MOTHERS", "16940.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single mothers fuq ir-relief illum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi llum hawn 793 single mothers li jirċievu l-għajnuna soċjali.", "PA - VETTURI", "16941.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha vetturi l-planning authority?", "X'tip huma, min jużahom, kemm swew biex inxtraw, waħda waħda, u meta nxtraw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-vetturi li għandha l-awtorita` ta` l-ippjanar hu kif ġej:", "|Mudell|Min | |Valur|Meta |(Lm| | |jużaho| | |nxtra|) | | |m | | |w | | |Renaul|Genera|8,200|1993 |Chair| | |t 19 |l | | |man`s| | | |Duties| | |Offic| | | | | | |e | | |Opel |Dirett|7,782|1994 | | | |Astra |ur | | | | | | |ta`l-I| | | | | | |ppjana| | | | | | |r | | | | | |Suzuki|Mappin|3,385|1998 | | | |Van |g Unit| | | | | |Suzuki|Enviro| | | | | |Jimmy |nmenta| | | | | | |l | | | | | |Manage|6,203 |1999 |Unit | | | |ment | | | | | | |Alfa |Chairm|12,22|1999 | | | |156 |an |5 | | | |", "Ninsab infurmat ukoll li minbarra l-vetturi msemmija hawn fuq l-awtorita` ta` l-ippjanar tagħmel użu minn 38 vettura b`kuntratt ta` leasing u hire.", "ĊITTADINANZA", "16942.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw iċ- ċittadinanza Maltija, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm ingħataw din is-sena u kemm hawn persuni li għandhom ċittadinanza doppja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li akkwistaw iċ- ċittadinanza Maltija, b`reġistrazzjoni jew b`naturalizzazzjoni sena b`sena mill-1 ta` Jannar 1995 sal-15 ta` Ġunju 2000, huwa kif jidher hawn taħt:", "|Sena |B`reġistrazzj|B`naturalizzazz| | |oni |joni | |1995 |145 |132 | |1996 |158 |160 | |1997 |111 |128 | |1998 |111 |110 | |1999 | 79 |54 | |2000 |170 |22 |", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor.", "Interpellant għall-fatt li dawk il-persuni kollha li fil-21 ta` Settembru, 1964 jew meta twieldu saru ċittadini ta` Malta kienu tilfu ċ-ċittadinanza Maltija u għexu għallinqas sitt snin barra minn Malta, illum reġgħu akkwistaw awtomatikament iċ-ċittadinanza Maltija u jikkwalifikaw biex ikunu jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi, jiġifieri dik Maltija u l-oħra barranija.", "Huwa stmat li hemm eluf ta` persuni li jikkwalifikaw għal dan id-dritt iżda n-numru preċiż mhux magħruf.", "F`dan ir-rigward ir-rwol tad-dipartiment taċ-ċittadinanza u ta` l- expatriates huwa li jikkonferma meta ssirlu talba li l-persuna konċernata tista` żżomm żewġ ċittadinanzi, dik Maltija u l-oħra barranija.", "Mill-ewwel ta` Awissu 1989, jiġifieri meta daħlet fis-seħħ il-liġi dwar iċ-ċittadinanza doppja, sal-lum ġie kkonfermat lil 6,285 (585 minnhom din is-sena) li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi, dik Maltija u l-oħra barranija.", "ĊITTADINANZA - APPLIKAZZJONIJIET", "16943.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex persuni jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija u minn liema pajjiż huma dawk li applikaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li d-dipartiment taċ-ċittadinanza u ta` l-expatriates għandu 683 applikazzjoni pendenti sabiex persuni jiġu reġistrati/naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta.", "Il-persuni konċernati ġejjin mill-pajjiżi kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PASSAPORTI", "16944.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni li tilfu l- passaport waqt li għadu validu sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li meta persuna titlef il-passaport tagħha tiġi mitluba biex tikkonferma dan il-fatt taħt ġurament.", "Il-formola tal-ġurament imbagħad titqiegħed ma` l-applikazzjoni ta` l-istess persuna u tintrefa`.", "Għalhekk biex tingħata l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant ikun meħtieġ li jiġu maqlugħa u eżaminati l-applikazzjonijiet għall- passaporti li saru fis-snin li qed jirriferi għlihom l-Onor.", "Interpellant.", "Dan ifisser li jridu jiġu manwalment eżaminati total ta` 106,507 applikazzjoni għall-passaporti li ħarġu bejn l-1 ta` Jannar, 1995 sa l- aħħar tal-31 ta` Diċembru, 1999, proċess li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.", "Ma jidhirlix li l-użu ta` dan iż-żmien u riżorsi biex tinġabar l- informazzjoni mitluba hu ġustifikat.", "PULIZIJA - PARTIES - DROGA", "16961.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16666, jista' l-Ministru jirrispondi rigward il-perijodu ta' l-1 ta' Jannar, 2000 u llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-13 ta` Ġunju, 2000, il-pulizija ma kellhiex rapport ta` overdose f`parties li jirrikjedu permess skond il-liġi sabiex isiru.", "PULIZIJA - KAĊĊA - KSUR TA' REGOLI", "16962.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16679, jista' l-Ministru jirrispondi rigward il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar, 2000 u llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-13 ta` Ġunju, 2000 il-pulizija qabdet 126 persuna bi ksur tar-regolamenti ta` l- 1993 dwar il-ħarsien ta` l-għasafar u tal-fenek selvaġġ; regolamenti ta` l- 1993 dwar l-għasafar u l-fenek selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riżervi Naturali) u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).", "Minn dawn, 29 persuna kellhom il-każ tagħhom deċiż quddiem il-qorti, li minnhom 19 weħlu multa, 9 kienu liberati, 1 weħel sentenza sospiża, filwaqt li l-każi l-oħra għad m`humiex deċiżi.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ VALLETTA - TRAFFIKU", "16963.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "16678, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq is-sistema tat-traffiku ħdejn il-Madonna ta' Lourdes fi Triq Valletta, Raħal Ġdid, konness ma' l-estensjoni tal-ħabs?", "Jista' l-Ministru jgħid x'irriżultalu t- traffic control board fir-rigward ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-kunsill tar-Raħal Ġdid ġieli ddiskuta l-problema li teżisti f'Valletta Road fejn it-triq hi wiesgħa ħafna u hi maqluba b'dik li tissejjaħ negative chamber.", "Għadha ma nstabitx soluzzjoni għal din il-problema minħabba li t-triq hi wiesgħa ħafna u mibnija fuq kullimkien, u allura jinħolqu livelli mhux aċċettabbli għar-residenti ta' l-inħawi.", "MALTACOM - WIRES", "16965.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li wires tal-Maltacom li hemm ma' residenza, li l-partikolaritajiet tagħha qegħdin jintbagħtu separatament u li qegħdin ikerrhu l-ambjent, jitneħħew jew jiġu rranġati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Maltacom plc sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "UNIVERSITA' - INTERNATIONAL INSTITUTE OF GERENTOLOGY", "16966.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra li ntbagħtet lilu mill-kunsill nazzjonali ta' l-anzjani fuq il-każ ta' l- international institute of gerentology?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li tajjeb wieħed jippreċiża li d-deċiżjoni, li tpoġġi l-istudji tal-ġerentoloġija bħala diviżjoni fi ħdan l-institute of health care flok f'istitut apposta, ittieħdet mill-Universita` fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti Laburista, u allura mhi xejn xi deċiżjoni \"riċenti\" kif indikat fl-ittra tal-kunsill nazzjonali ta' l-anzjani, ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ittra tiegħi tat-2 ta' Ġunju, 1999, ittra tal-KNA tas-17 ta' April, 2000 u ittra tar-rettur ta' l-Universita` tad-29 ta' Mejju, 2000.", "Jiena ser nibqa' nsegwi din il-kwestjoni.", "DJAR - APPARTAMENTI", "16967.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-iskema dwar l- istallazzjoni tal-lifts fl-appartamenti tal-gvern fil-Kottonera, il-Belt u l-Furjana damet ma ġiet fis-seħħ, tista' l-awtorita' tad-djar tagħti prijorita' lill-appartamenti fejn hemm: (i) anzjani ta' 'l fuq minn 80 sena fis-sulari ta' fuq; u (ii) każi ta' persuni b'diffikultajiet serji ta' mobilita' billi x-xogħlijiet jinbdew fihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar qed tipprepara l-pjanti neċessarji ta' dawk il-blokki kollha fejn jista' jiġi nstallat il-lift f'dawn il-lokalitajiet.", "Kif dawn jiġu finalizzati ssir l-applikazzjoni neċessarja ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "S'issa l-awtorita' tad-djar diġa' issottomettiet applikazzjonijiet għall-postijiet fil-Furjana.", "Meta jinħareġ il-permess neċessarju mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-Awtorita' tad-Djar ser timxi skond il-kundizzjonijiet ta' l-iskema għall-installar tal-lifts u ser tingħata l-ewwel priferenza lil dawk il-blokki/entraturi fejn ikun hemm xi persuna/persuni b'diżabilita' u jkollu/jkollhom problemi ta' mobilita'.", "DJAR - APPARTAMENTI", "16968.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid tistax l-awtorita' tad-djar tqis il-kundizzjoni ta' l-appartament qabel ma tfassal ir-rati tal-kera ta' l-appartamenti tal-gvern diġa' okkupati?", "Tista' tingħata kunsiderazzjoni lill-istat infrastrutturali tal-post kif ukoll in-numru ta' taraġ u spejjeż li jkunu saru mill-inkwilin fl-aħħar snin qabel ma tiġi maħduma l-kera tal-fond?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kera sussidjata ta' postijiet tal-gvern hi regolata minn notifikazzjonijiet tal-gvern numri 202 u 523 tat-13 ta' April, 1987 u tas-7 ta' Lulju, 1998.", "Biss is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ser jiġi kkunsidrat.", "KUMMISSJONI DWAR IR-REVIŻJONI TAL-KERA", "16969.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta r-rapport tal-kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-kera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif kont spjegajt fit-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "15826, il-kummissjoni għar-reviżjoni tal- liġijiet tal-kera waslet fl-aħħar fażi biex tispiċċa x-xogħol tagħha.", "Fil- fatt iċ-chairman ta' din il-kummissjoni nfurmani wkoll li l-abbozz tar- rapport finali huwa lest u li jonqos biss huwa li dan ir-rapport ikun approvat mill-kummissjoni u jkun preżentat lill-gvern.", "Irrid ngħid li jien qed nistenna bil-ħerqa dan ir-rapport minħabba l-importanza tiegħu.", "DITTA BORG BROS.", "16970.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal- lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?", "Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "FORZI ARMATI - INFIQ TA' FLUS", "16971.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji lil din il-Kamra separatament ta' kemm intnefqu flus mill-Forzi Armati, f'manpower, telefonati, fuel ta' karozzi u f'kull riżors ieħor li ntuża biex saru t-tfittxijiet u eventwalment il-qabdiet ta' l-aħħar żewġ ħarbiet ta' erba' u tliet priġunieri li ħarbu mill-ħabs ta' Kordin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, kemm għaliex huwa diffiċli għal raġunijiet ovvji li tiġi kwantifikata l-informazzjoni mitluba, kif ukoll għaliex mhux prudenti li tingħata informazzjoni ta' kif aġixxew il-forzi tas-sigurta'.", "DITTA BORG BROS.", "16972.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "JOE BORG: Minn Settembru, 1998 sal-lum ma ngħata l-ebda tender lid-ditta Borg Bros. Nixtieq inżid ngħid iżda li matul din is-sena finanzjarja din id-ditta tqabbdet iġġor xi affarijiet għall-ministeru u għal Malta-EU Information Centre għas-somma globali ta' Lm115 inkluż il- VAT.", "DITTA BORG BROS.", "16973.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal- lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ma jirriżultax li ngħataw xi kuntratti jew direct orders mill-ministeru għall-ambjent minn Settembru, 1998 sal-lum lid-ditta msemmija.", "VALLETTA REHABILITATION COMMITTEE", "16974.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta' ħidma kurrenti tal-Valletta Rehabiliation Committee?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "COTTONERA REHABILITATION COMMITTEE", "16975.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta' ħidma kurrenti tal-Cottonera Rehabilitation Committee?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "MDINA REHABILITATION COMMITTEE", "16976.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta' ħidma kurrenti ta' l-Imdina Rehabiliation Committee?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "PSC - UFFIĊJALI", "16977.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-uffiċjali pubbliċi li ttellgħu quddiem il-PSC tul l-1999?", "Jista' jgħid f'liema dipartimenti qegħdin jew kienu dawn l- uffiċjali; x'kienu l-każi li għalihom kienu mressqin quddiem il-PSC, x'kienet id-deċiżjoni fuq il-każi li nqatgħu u kemm hemm każi pendenti?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - ĦADDIEMA", "16978.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-ħames linesmen Għawdxin li daħlu jaħdmu mal-Korporazzjoni Enemalta, qegħdin jaħdmu fuq id-distrett ta' Tas-Sliema u qed ikollhom il-paga mnaqqsa b'Lm44 kull ħmistax-il ġurnata għax jaslu għax xogħol fis-7.15 a.m. minflok fis-7.00 a.m.?", "Jista' l- Ministru jara, mhux biss li dan ma jseħħx għaliex l-istess regola ma tapplikax għall-Maltin li jmorru għal xi ġurnata (mhux kuljum) Għawdex, imma wkoll li dawn jiġu provduti bi trasport miċ-Ċirkewwa u mhux jikru karozza kull darba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tinfurmani bid- dettalji kollha tal-każ.", "BORMLA - ST.JOHN STREET", "16979.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitneħħa fdal ta' ġebel li tħalla wara li sar xi kostruzzjoni f'bini tal-gvern ħdejn il- mitħna f'St.John Street, Bormla?", "Jista' jara li din it-triq tiġi mnaddfa b'makni (sweepers) peress li r-residenti ta' din l-area qed ibatu minn problema tat-trab?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar jixtieq jgħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ġebel żejjed tneħħa u ġibed l- attenzjoni tal-kuntrattur konċernat biex jieħu azzjoni immedjata biex il- problema tat-trab tiġi minimizzata.", "MEDIĊINA - NUQQAS", "16980.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk fl-ispiżerija tal-gvern is-Spasinasine tal-40grs ilux nieqes għal ħafna xhur?", "Meta hemm il-ħsieb li persuni li jenħtieġu dan il- prodott isibuh fl-ispiżerija?", "Jista' l-Ministru jsemmi kemm mediċini hemm nieqsa bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sabiex tkun tista tingħata tweġiba huwa meħtieġ l- isem eżatt tal-mediċina li dwarha qiegħda tistaqsi l-Onor.", "Interpellanti.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirriferiha għal mistoqsija parlamentari nru.", "16684.", "MALTACOM - ĦADDIEMA ON-LOAN", "16981.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru li l-ħaddiema on-loan mal-Maltacom ser jintbagħtu lura fil-post oriġinali tax-xogħol tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv jista', flimkien mal-Maltacom, jikkonsidraw in-numru ta' snin ta' servizz tal-ħaddiema nvoluti, biex wara li dawn taw servizz ta' snin twal lill-Maltacom jew isiru tal-post jew jingħataw is- somma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.", "PENSJONANTI - FTEHIM KOLLETTIV", "16982.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pensjonanti ex-ħaddiema tal- Maltacom, MIA, Air Malta u Malta Drydocks, ibbenefikawx mill-aħħar ftehim kollettiv li sar ma' dawn l-azjendi?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienu l- benefiċċji li bbenefikaw minnhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi li l-mistoqsija parlamentari ssir lill-ministru tal-politika soċjali.", "PULIZIJA - IMPEDIMENT", "16984.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li isimha qed jidher separatament, hija projbita milli tidħol Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija suġġett ta` ordni ta` tneħħija maħruġ mill-qorti wara li kienet ġiet misjuba ħatja ta` reat.", "Ninsab infurmat ukoll li l-Onor.", "Interpellant kien ġie nfurmat b`dan mill-pulizija.", "EUR 1 CERTIFICATE - DAZJU", "16998.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk prodotti li jkollhom EUR 1 Certificate jeħlux dazju?", "Jekk iva, liema huma dawn iċ-ċirkostanzi fejn dawn il-prodotti, minkejja li jkollhom EUR 1 Certificate, xorta waħda jeħlu dazju ta' 8.1% ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li normalment il- prodotti li jkollhom EUR 1 Certificate li jkun validu ma jeħlux dazju.", "Jista` jkun hemm każi fejn għad li l-prodotti jkollhom EUR 1 Certificate waqt l-eżami tal-merkanzija jirriżulta li huma magħmula barra mill-Unjoni Europea.", "Għalhekk jeħlu d-dazju dovut.", "Mhux l-ewwel darba li, wara verifika, irriżulta li l-EUR 1 Certifacte mhux suppost inħareġ.", "UE - EUR 1 CERTIFICATE", "16999.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li prodotti li jkunu manufatturati f'xi pajjiż ta' l-UE u allura jkollhom EUR 1 Certificate xorta waħda jeħel id- dazju għax xi item minn dan il-prodott ikun magħmul f'xi pajjiż barra l-UE?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-prodotti li jkunu magħmula fl-U.E. u li jkunu jinkorporaw item li jkun magħmul barra mill-U.E. biex jikkwalifikaw għall-oriġini Ewropea jridu jissodifaw il- kriterji ta` l-oriġini skond l-EEC\\Malta Agreement.", "Jekk jonqsu li jissodisfaw dawn il-kriterji jeħlu d-dazju dovut.", "Dawn il-kriterji jvarjaw skond il-kategorija tal-prodotti.", "DITTA BORG BROS. - TENDERS", "17000.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal- lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?", "Tista' l-Ministru tgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?", "Jista' l-Ministru jagħti l- informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien infurmata li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda offerta jew direct order lid-ditta Borg Bros fil-perijodu li għalih l-Onor.", "Interpellant għamel riferenza.", "DITTA BORG BROS. - TENDERS", "17001.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal- lum, inklużi dawk li għadhom operattivi?", "Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għal offerti?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.", "DITTA BORG BROS. - TENDERS", "17002.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?", "Jista' l-Minsitru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.", "DRUG AND THERAPEUTIC COMMITTEE - MEDIĊINI", "17011.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-mediċini approvati mid-drug and therapeutic committee biex jintużaw fl-isptarijiet tal-gvern, sena b'sena għal dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li din hija lista ta' mediċini approvati biex jintużaw fl-isptarijiet tal-gvern, sena b'sena għal dawn l- aħħar ħames snin.", "Il-mediċini ndikati * kienu nxtraw għall-pazjenti fuq bażi individwali.", "Il-lista tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - MARD KRONIKU", "17012.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Minsitru jgħid x'inhu l-mard kroniku li jintitola pazjenti jieħdu mediċini bla ħlas?", "Jista' jagħti l-listi hekk kif kienu fl-1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lista tal- mard kroniku li jintitola pazjenti jieħdu mediċini bla ħlas tinsab f'taqsima II tal-ħames skeda ta' l-Att Dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).", "Kopji tal-listi tas-snin mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "ŻEJTUN - TRIQ L-ISPIRTU S-SANTU - DRENAĠĠ", "17022.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol relatat ma' drenaġġ fi Triq l-Ispirtu s-Santu fiż-Żejtun, eżattament fi djar numri 40 u 41, minħabba li wara inspection li saret irriżulta li kien hemm main maqsum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li din hija triq dejqa ħafna.", "Diġa' mar kuntrattur biex iħaffer fuq dan il-main xi sena ilu, iżda minħabba l-kwantita' ta' servizzi, speċjalment ta' cables, dan it-tħaffir ma kienx possibbli, it-trinka ntradmet u x-xogħol ma tkompliex.", "Qiegħed isir studju fuq sistema ġdida ta' in-lining, fejn it-triq nippruvaw ma nkissruhiex.", "Aktarx li dan il-fawran ġie kkaġunat minn xogħol ħażin ta' trinek ta' kuntratturi oħrajn f'din it-triq.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-WIED - DRENAĠĠ", "17023.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol marbut mad-drenaġġ fi Triq il-Wied, Żejtun?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li dan l-aħħar sar studju fuq dan il-main.", "Se ssir tender fil-futur sabiex biċċa minn dan il-main tinbidel u jinbnew xi silt traps.", "WIED IŻ-ŻURRIEQ - XOGĦLIJIET", "17024.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li t-taraġ magħruf bħala tad- Dikkiena, Wied iż-Żurrieq, għadu sprovist minn ilqugħ/railing meta dan it- taraġ huwa tant perikoluż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DJAR - RAPPORT 1998/99", "17025.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, in vista ta' 4.1 tar-rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar tas-sena 1998-1999, kif u b'liema mod l-Awtorita' tad-Djar ser tippromwovi bidla fil-mentalita' ta' dak li l- Maltin lesti li jħallsu biex ikollhom post fejn joqogħdu?", "Jista' l- Ministru jgħid x'inhu s-suċċess f'din id-direzzjoni u kif dan ġie kalkolat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar emendat l-iskema tagħha biex tħajjar aktar nies isiru sid djarhom billi tagħti aktar inċentivi favorevoli.", "Fil-fatt f'Avviż Nru. 64 ta' l-awtorita' tad-djar il- benefiċjarji prospettivi jistgħu jissellfu mill-bank il-prezz sussidjat kollu.", "Ir-riżultat ikun jista' jiġi kalkulat wara li l-awtorita' tad-djar tanalizza l-applikazzjonijiet li ser jintefgħu taħt dan l-avviż.", "PROĠETTI - TENDERING", "17026.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-proġetti li fl-1 ta' Ottubru, 1999 kienu jinsabu fl-istadju ta' tendering u cioe' għar-rigward tal-bini ta': Birżebbuġa 1 terraced house Bormla 53 appartament Buġibba (Tal-Veċċ) 2 maisonettes Fgura 55 appartament Iklin 32 appartament Isla (St.Philip Str.) 4 appartamenti Msida 55 appartament Pembroke 36 maisonette Qawra (New Str.) 44 appartament Qrendi (Triq il-Kunsill) 2 maisonettes San Pawl il-Baħar (Mosta Rd)44 appartament Victoria - Gozo 18-il maisonette u terraced house?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - TRASFERIMENTI", "17027.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mid-djar trasferiti mill-uffiċċju konġunt lill-awtorita' tad-djar?", "Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanti u l-applikazzjonijiet ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar għar-rigward ta' l-istess?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - PROĠETTI", "17028.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proġetti ta' l-awtorita' tad-djar li fl-1 ta' Ottubru, 1999 kienu qegħdin fil-bidu tagħhom u cioe' dawk f'Birżebbugia, Birkirkara, Bormla, Fgura, Iklin, Isla, Kirkop, Lija, Mellieħa, Mqabba, Msida, Mtarfa, Qrendi, Safi, Siġġiewi, San Ġiljan, Swieqi, Zabbar, Għasri (Gozo)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET - UNITS", "17029.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet sottomessi lill-awtorita' ta' l-ippjanar għar- rigward ta' bini ta' units f'Ħ'Attard, Birkirkara, Buġibba, Luqa, Marsaxlokk, Mosta, Msida, Mtarfa, Naxxar, Pembroke, Tarxien u Zurrieq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SANTA LUĊIA - TRIQ IL-PRINJOLI", "17041.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li titneħħa l-fixed point li tħalliet ma' Flats Indipendenza fi Triq il-Prinjoli, Santa Lucia wara li seħħ il- qtil doppju f'dan il-post?", "Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dan jitneħħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-fixed point li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tkun tista` titneħħa hekk kif ma jkunx hemm aktar ħtieġa tagħha.", "EU - TABAKK/ALKAĦOL", "17078.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16537, jista' l-Ministru jgħid meta bdew id-diskussjonijiet, fiex waslu u x'kienet ir-raġuni prinċipali sabiex bdew dawn id-diskussjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-mistoqsija waslet il-ministeru nhar il- Ġimgħa li għaddiet wara nofs in-nhar meta bdew in-nofs ta' nhari, it- tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ IT-TAMBURIN", "17079.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta, bejn wieħed u ieħor, Triq it-Tamburin fiż-Żejtun se ssir minħabba li tinsab fi stat mhux aċċettabbli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali, qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "DJAR - ISLA - MANUTENZJONI", "17082.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l- arkati li jifformaw parti mill-bini tal-gvern ġewwa Triq l-Arkati, Senglea, jiġu miżbugħa u msewwija fejn hemm bżonn billi preżentament jinsabu fi stat ħażin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "SENGLEA - SKOLA PRIMARJA", "17083.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex ix-xogħol quddiem l-iskola primarja ġewwa l-belt Sengleana, magħrufa bl-isem ta' Benedditin Dun M Inguanez, jinsab preżentament wieqaf b'perikolu ċar u manifest?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-mistoqsija waslet il-ministeru nhar il- Ġimgħa li għaddiet wara nofs in-nhar, meta bdew in-nofs ta' nhari, it- tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NURSING AIDES - SAN VINĊENZ DE PAULE", "17084.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "16922, li oriġinarjament saret lill-ministru tas-saħħa u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta n-nursing aides li jaħdmu f'St Vincent de Paule se jieħdu l-arretrati li għandhom pendenti mill-1993?", "X'inhi r-raġuni li ddewmu daqshekk ma jeħduhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol min- naħa tad-dipartiment tal-ħarsien ta' l-anzjani sar kollu u ntbagħat it- Teżor għall-ħlas.", "KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI - BUSINESS STUDIES", "17085.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-suġġett tal-business studies ma jifformax parti mill-kurrikulu minimu nazzjonali?", "Jista' jgħid jekk dan is- suġġett huwiex se jkun imdaħħal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-mistoqsija waslet il-ministeru nhar il- Ġimgħa li għaddiet wara nofs in-nhar, meta bdew in-nofs ta' nhari, it- tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PTA - WIED IL-GĦAJN", "17086.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaf il-Ministru bit-tibdil fir-rotta ta' Wied il-Għajn, dik li tgħaddi minn San Tumas (Nru 17), li se tkun ta' inkonvenjent għar- residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma saru ebda talbiet biex isir xi tibdil fir-rotta ta` Wied il-Għajn, dik li tgħaddi minn San Tumas Nru. 17.", "Talbiet oħra li saru fil-laqgħa bejn il-kunsill lokali ta` Wied il-Għajn u l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku qegħdin jiġu evalwati.", "MALTA TOURISM AUTHORITY - MESSAĠĠI PROMOZZJONALI", "17087.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "16820 dwar l-ispiża tal- kampanja tal-Malta Tourism Authority fuq stazzjonijiet tat-TV lokali u mistoqsijiet relatati?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt f'seduta nru.", "315 iżda immedjatament kif tasalli l-informazzjoni li jrid l-Onor.", "Interpellant inwieġeb u nagħti d-dettalji mitluba.", "ISLA - XOGĦLIJIET", "17099.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol qiegħed isir fuq l-istatwa ta' San Mikiel ġewwa l-belt Sengleana?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ISLA - XOGĦLIJIET", "17100.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-mina magħrufa bħala ta' Sant'Anna ġewwa l-belt Sengleana tiġi mnaddfa u rranġata għall-istat oriġinali tagħha billi jitqaxxru l-ħitan u jerġa' jinżel fejn kien il-livell tat-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi l-ko-ordinatur tal-Cottonera Rehabilitation Committee huwa msiefer, tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ISLA - XOGĦLIJIET", "17101.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jibgħat numru sew ta' impjegati tad-dipartiment ta' l-ambjent ġewwa Triq il-Vitorja, Isla, speċjalment fil-parti ta' San Filippu sabiex din tiġi mnaddfa mill-kwantita kbira ta' trab li nġabar frott xogħol li sar hemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ISLA - XOGĦLIJIET", "17102.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-parti li qiegħda quddiem il-Maċina, Isla, fuq in-naħa tal-lemin inti u dieħel fil-bieb ta' Dock Nru. 1, titnaddaf kompletament billi hija mitluqa u minn hemm jgħaddu diversi Maltin u turisti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat."]} {"filename": "20001107_419d_par.doc", "date": "2000-11-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 419 It-Tlieta, 7 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 419", "It-Tlieta, 7 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "419", "It-Tlieta, 7 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 643", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 643", "TQEGĦID TA' KARTI 646", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 647", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA TAD-DATA (IT-TIENI QARI)", "DATA PROTECTION BILL (SECOND READING) 647", "AĠĠORNAMENT 663", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 668", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 418 li saret fis-7 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM - MAJJAL", "20617.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-rapport li deher f'ġurnal lokali dwar il-problemi li qed jiltaqgħu magħhom il-bejjiegħa tal-laħam minħabba l-kondizzjoni tal-laħam tal-majjal lokali, jista' l-Ministru jinformani bl-investigazzjonijiet li qed isiru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Din il-mistoqsija tittratta rapport li fih hemm l- interess kemm tal-konsumatur kif ukoll tal-bejjiegħa tal-laħam.", "Allura l- Ministru qed jgħid li m'għadux responsabbli għall-ħarsien tal-konsumatur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bħala self-employed, il-bejjiegħa tal-laħam jaqgħu taħt il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "Pero' jekk trid tkun taf aktar dwar majjal lokali, trid tistaqsi lill-ministru għall-agrikoltura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dak li qed jgħid il-Ministru ninterpretah b'mod differenti jien, fis-sens li l-bejjiegħa tal-laħam ibiegħu lill-konsumatur.", "Jekk ir-responsabbiltajiet tal-bejjiegħa tal- laħam għadhom jaqgħu taħt il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, x'inhi r- raġuni li l-Ministru qed jgħidli biex nindirizza l-mistoqsija tiegħi banda oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, id-domanda li għandi quddiemi ma tantx tagħti lok għal miżinterpretazzjoni.", "Din ma titkellimx dwar il-bejjiegħa tal-laħam imma dwar il-kondizzjoni tal-laħam tal-majjal.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, veru li f'dawn l-aħħar xhur kellna shortage ta' majjal, b'mod partikolari majjal li jintuża għall-processing, u laqqajna lill-koperattiva ta' min irabbi l- majjal mal-proċessuri tal-laħam u ġie miftiehem li għandu jiġi importat ċertu ammont ta' majjal taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Ħalli nispjega aħjar.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Ministru, l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Napprezza l-ispjegazzjoni li qed jagħtina l- Ministru pero' jien mhux għal dan qed nirriferi.", "Il-mistoqsija tiegħi tittratta dwar dak li qrajna li l-bejjiegħa tal-laħam qed jilmentaw li l- laħam li qed jaslilhom huwa inferjuri.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien lill-Onor.", "Membru nitolbu jkun aktar speċifiku u jgħidli għal liema rapport qed jirriferi.", "Ladarba jkolli din l- informazzjoni f'idejja, nwegħdu li nagħtih risposta adegwata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura l-Ministru qed jgħid li r-rapport li deher fil-ġurnali għadu ma ġiex għall-attenzjoni tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena persważ li l-Onor.", "Farrugia japprezza li fil- ġurnali lokali jidhru diversi artikli u għalhekk nitolbu jkun aktar speċifiku u jindika għal liema rapport qed jirriferi.", "Per eżempju, f'idejja għandi artiklu li deher f'\"l-orizzont\" tas-16 ta' Ottubru, 2000 u ma nafx jekk hux għal dan qed jirriferi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiġifieri l-Ministru qed jgħid illi d-dipartiment għadu ma ġablux għall-attenzjoni tiegħu l-ilment tal- bejjiegħa tal-laħam dwar il-kwalita' inferjuri ta' majjal li qed jirċievu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Le, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar prodott inferjuri.", "Jien nixtieq li l-Onor.", "Farrugia jkun aktar speċifiku u jindikali eżatt għal liema rapport qed jirriferi.", "Jekk qed jirriferi għar- rapport li deher f'\"l-orizzont\" tas-16 ta' Ottubru ta' din is-sena, inwegħdu li dan ir-rapport se niflih u nirrispondih fl-inqas żmien possibbli.", "RABAT - TA' SAURA - RESERVED PARKING", "20618.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani għaliex tneħħa s-sinjal tar- reserved parking li kien hemm fejn id-dar ta' l-anzjani \"Nikola Saura\" fir- Rabat?", "Jista' jara li l-affarijiet jerġgħu għal li kienu immedjatament?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li s-sinjal tar-reserved parking li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant tneħħa għal raġunijiet ta' safety.", "Dan kien viċin wisq tal-bus stop, bil-konsegwenza li karozza tal-linja li toħroġ mill-bus bay ikollha toħroġ wrong side fi triq dejqa li minnha jgħaddi ħafna traffiku.", "Il-bord għall-kontroll tat-traffiku qiegħed f'kuntatt ma l- amministrazzjoni tad-dar ta' l-anzjani biex jingħata spazju alternattiv f'post fejn ma jinħoloqx periklu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena napprezza l-ispjegazzjoni li qed jagħti l- Ministru, pero' nixtieq inkun naf fuq liema kriterju dan ir-reserved parking tneħħa meta għadu ma nstabx post alternattiv.", "Għax tajjeb jew ħażin, din id-dar ta' l-anzjani qiegħda fil-main road u meta dawn ikunu jridu jagħmlu użu mit-trasport privat tagħhom għandu jkollhom post reserved.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'dan il-każ huwa diffiċli li tiddeċiedi x'inhi l- aħjar deċiżjoni.", "Pero' jekk ir-reserved parking kien viċin tal-bus stop, u naturalment il-karozzi tal-linja qegħdin il-ħin kollu deħlin u ħerġin b'ċerta regolarita' fl-istess post, jagħmel sens li jitneħħa l-periklu.", "Naf li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' l-amministrazzjoni ta' din id-dar ta' l-anzjani biex jinstab post alternattiv, pero' ma nafx f'liema stadju waslu dawn id-diskussjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li jien informat li l- familjari ta' l-anzjani li qegħdin f'din id-dar huma kollha nkwetati minħabba li tneħħa dan ir-reserved parking, teżisti il-possibilita' li sakemm jinstab post alternattiv, dan ir-reserved parking jerġa' jitpoġġa lura fejn kien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nifhem il-preokkupazzjoni tal-familjari ta' l- anzjani li qegħdin jgħixu f'Ta' Saura, madanakollu żgur li ma jagħmilx sens li biex mingħalik tkun solvejt problema, toħloq waħda akbar b'periklu kontinwu bil-karozzi tal-linja deħlin u ħerġin minn bus lane li qrib tagħha hemm reserved parking.", "Naf li teżisti din il-problema u nispersaw li nsolvuha kemm jista' jkun malajr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: X'inhi r-raġuni li kontra x-xewqa tal-kunsill lokali taż-Żejtun, bejn Vjal 25 ta' Novembru u Triq Tal-Barrani saret roundabout minflok saru t-traffic lights?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Safejn jien informat għadha ma tteħdetx deċiżjoni dwar is-suġġeriment tal-kunsill lokali taż-Żejtun.", "Bħalissa quddiem l- awtorita' ta' l-ippjanar hemm talba biex ikun hemm junction ġdida li tkun tinkludi wkoll roundabout, pero' s'issa għadha ma tteħditx deċiżjoni jekk issirx waħda jew oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Allura jikkonsidrax il-Ministru li l-ewwelnett il- kunsill lokali għandu jiġi kkonsultat - u mhux l-awtorita' ta' l-ippjanar tibda tgħaffeġ waħedha mingħajr ma tikkonsulta lil ħadd, bis-soltu storja - u barra minn hekk għandux isir bħalma sar in-naħa ta' Ħal Tarxien u Santa Luċija, fejn il-problema ġiet solvuta permezz ta' traffic lights?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien ma nafx għaliex kulħadd jaħseb li jista' jiddeċiedi hu x'tip ta' mezzi nistgħu nużaw għall-kontroll tat- traffiku.", "Fil-fatt il-kunsill lokali taż-Żejtun ddeċieda li jagħmel central strip li ma kenitx fir-responsabbilta' tiegħu imma tal-kunsill lokali ta' Ħal Għaxaq.", "Nerġa' nirrepeti li safejn naf jien, hemm talba pendenti quddiem l- awtorita' ta' l-ippjanar li fuqha għad m'hemmx deċiżjoni dwar jekk issirx roundabout jew xi mezz ieħor ta' kontroll tat-traffiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, safejn naf jien dawn it-traffic lights kienu diġa' ġew approvati mit-traffic control board u mhux mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi informazzjoni nitolbu jgħaddihieli għax jiena m'iniex informat li kien hemm xi arranġament partikolari biex isiru t-traffic lights.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħidli min ressaq l- applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "L-applikant ikkonsulta mal-kunsill lokali taż-Żejtun?", "Veru li kien hemm l-approval li hemmhekk isiru t-traffic lights?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fejn jidħlu arterial roads l- applikazzjoni ssir mid-dipartiment tat-toroq.", "Naf li d-dipartiment żamm xi forma ta' diskussjoni mal-kunsill lokali u naf ukoll li l-kunsill lokali kien u għadu kontra li hemmhekk issir roundabout.", "(Interruzzjonijiet) Mhux dejjem tista' ssolvi l-affarijiet billi tapplika dak li jkun sar f'postijiet oħra!", "Hemmhekk għadha qed tiġi studjata l-possibbilta' li jiġu stallati lights minflok roundabout.", "Madanakollu m'hemm l-ebda deċiżjoni as yet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsijia supplimentari.", "ONOR MARIO GALEA: Mr Speaker, fid-dawl ta' dak li qed jintqal, jista' l- Ministru jispjegali jekk kunsill lokali għandux dritt jiddeċiedi hu dwar l- immaniġjar tat-traffiku?", "Safejn naf jien f'dan il-pajjiż għandna t-traffic control board li hu kompost minn nies imħarrġa f'dan il-qasam u meta l- kunsill lokali jieħu xi inizjattiva suppost jikkonsulta miegħu.", "Jista' l- Ministru jgħid jekk hux dejjem isir hekk?", "Qed ngħid dan għax l- impressjoni li qed nieħu hi li l-kunsilli lokali f'daqqa waħda assumew ir- responsabbilta' li jiddeċiedu huma kif għandhom jimmaniġjaw it-traffiku fl- irħula tagħhom, ħafna drabi mingħajr konsultazzjoni ta' ħadd u bil- konsegwenza li jżidu l-periklu minflok inaqqsuh.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, sfortunatament il-proċeduri mhux dejjem jiġu osservati kif suppost u ġieli kellna rapporti li ċerti kunsilli lokali ddeċidew li jagħmlu one-ways u affarijiet bħal dawn mingħajr ma jkunu għaddew mill-proċeduri normali.", "Nixtieq li ma jkollniex aktar każi simili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic control board ġiex imwaqqaf jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, hemm chairman li qed imexxi t-traffic control board u fiż-żmien li ġej se jiġu appuntati l-membri tal-bord.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-lokalitajiet li minnhom ġejjin ir-residenti fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla u l-lokalitajiet li minnhom ġejjin l-anzjani li hemm fuq il-waiting list għall-istess dar ta' l-anzjani, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20907.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi mixtrija mid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20866.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 227 ta' l-2000 - ordni ta' l-2000 li jemenda l-ordni dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali (emenda nru 11); u", "Rapport dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali għall-perijodu bejn Mejju u Lulju 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA TAD-DATA", "DATA PROTECTION BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l- Privatezza tad-Data.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, wara li l-bieraħ din il-Kamra approvat l- abbozz ta' liġi dwar l-e-commerce, qiegħed inressaq it-tieni u l-aħħar abbozz f'dak li għandu x'jaqsam mat-twaqqif u ma' l-introduzzjoni f'Malta ta' 'l hekk imsejħa e-society, abbozz ta' liġi li għandu l-ħsieb li jipproteġi d-data u, aktar minn hekk, il-privatezza ta' l-istess data.", "Il-bieraħ approvajna abbozz ta' liġi li ried jirrikonoxxi legalment li llum il-kummerċ u t-transazzjonijiet privati m'għadhomx isiru biss bil- kitba tradizzjonali imma wkoll b'mezzi elettroniċi.", "Il-liġi fl-istadju tat- tieni qari ġiet approvata unanimament, u ta' dan nirringrazzja lill-membri kollha ta' din il-Kamra.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar din il-liġi se tassumi importanza għax aktar transazzjonijiet se jibdew isiru b'mod elettroniku.", "Kien importanti li pajjiżna jkollu din it-tip ta' leġislazzjoni minn issa għax mingħajr din it-tip ta' leġislazzjoni llum ma tattirax investiment.", "Hu fatt rikonoxxut li llum is-sistemi elettroniċi jagħtu faċilita' kbira mhux biss ta' komunikazzjoni imma li tagħmel transazzjonijiet elettroniċi u li jkollok faċilment available ħafna aktar informazzjoni minn qatt qabel.", "Minkejja dan hemm il-periklu, bħal f'kull ħaġa oħra, li jkun hemm l-użu ħażin ta' l-informazzjoni li tkun maħżuna f'dawn is-sistemi u dan l-Att irid jirregola u jiżgura illi kemm jista' jkun ma jkunx hemm abbużi minn min qiegħed iġemma' din id-data, fl-ipproċessar ta' dik id-data u abbużi oħrajn li b'xi mod imorru kontra d-dritt fundamentali għall-privatezza ta' kull wieħed u waħda minna.", "Liġi serja dwar data protection trid prattikament tħares tliet affarijiet, id-dritt ta' privatezza ta' kull ċittadin bħala prinċipju sagrosant, l-ipproċessar ta' dik id-data, meta dik id-data titħaddem biex toħroġ informazzjoni minnha, u wkoll id-dritt ta' l-Istat li jipproċessa data speċifika biex jiżgura li ma jkunx hemm abbużi minnha u biex ma tintużax għal skopijiet ħżiena bħal traffikar tad-droga, white slavery, pornografija, eċċ. Dawn it-tliet prinċipji kollha qegħdin fil-liġi u aktar 'il quddiem nispjega mnejn ħadna l-kunċetti bażiċi tagħha.", "Hija wkoll premessa li pajjiż li qed jaspira li jkollu e-government serju, irid ikollu wkoll Data Protection Act serja.", "F'dokument li ħareġ il- cabinet office ta' l-Ingilterra jingħad ċar u tond li:", "\"E-government must be and must be seen to be suitably secure.", "Concerns over privacy must be satisfied or electronic services will not succeed and may need to be withdrawn, as in the case of the US social security service.\"", "Ir-referenza hawnhekk kienet għal servizz li kien ingħata fl-Istati Uniti fejn minħabba l-fatt li min kien qed juża dak is-servizz ma ngħatax - jew deherlu li ma ngħatax - l-assigurazzjonijiet neċessarji li l-informazzjoni li hu kien qed idaħħal permezz ta' l-internet f'dik is-sistema kienet garanzija biżżejjed għall-privatezza tiegħu, dik is-sistema ma tħaddmitx minn min kienet intiża li titħaddem u kellha titneħħa bħala servizz.", "Fi kliem ieħor, dak li għedt jiena fuq l-e-commerce japplika wkoll għall-l-e- government.", "Is-sistema hi li bniedem jidħol f'databases kbar fejn ikun hemm advertised ċerti prodotti fuq l-internet u dan jixtri prodott billi jibgħat id-dettalji ta' l-interessi tiegħu u jirreġistrahom biex 'il quddiem javżawh meta jkollhom prodotti simili.", "Min jikkummerċja b'dan il-mod jista' jibni data banks estiżi u jista' wkoll jagħmel użu ħażin minn din id-data u allura jekk is-sistema sħiħa ta' l-e-government u s-sistema ta' l-e- commerce ma tkunx imdawra wkoll b'Data Protection Act serja li tagħti garanzija ta' konfidenzjalita', ta' privatezza u ta' sigurta', it-tendenza hi li dak li jkun jibda jibża juża din is-sistema għax jibża' li jintmiss id-dritt tal-privatezza.", "Id-Data Protection Act li qed jippreżenta dan il-gvern trid tindirizza dawn id-diffikultajiet u qed tipproponi soluzzjoni serja ta' regolamentazzjoni dwar id-data li tista' tiġi maħżuna minn persuni u kumpanniji Maltin u tistabilixxi r-regoli dwar meta tista' tiġi pproċessata dik id-data, meta tista' titħaddem u kif għandha tiġi proċessata.", "Id-data protection hu suġġett sensittiv ħafna għax jolqot l-aktar informazzjoni intima tal-persuna dwar l-istat tas-saħħa tiegħu, kemm mar jara tobba, mar jew ma marx l-isptar, x'jemmen politikament, ir-razza tiegħu, l-oriġini tiegħu, hux miżżewweġ, kemm għandu tfal u fejn imorru skola.", "Is-saħħa ta' l- IT illum hija li tista' tikkollega informazzjoni minn sorsi ħafna differenti biex tagħmel psychological profile ta' persuna biex tiġbor l- iktar informazzjoni intima dwarha.", "Minħabba f'hekk l-argumenti dwar dan is- suġġett kienu spiss argumenti pjuttost sħan, speċjalment anke fis-snin sebgħin, meta l-IT kien għadu ġdid fuq ix-xena mondjali u l-ispekulazzjoni dwar l-abbuż tiegħu ġustament kienet għolja ħafna.", "Mis-sebgħinijiet 'il hawn jidher li ġew żviluppati żewġ mudelli bażiċi ta' leġislazzjoni.", "Hemm dik Ewrope li ħarġet il-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea u li fiha jiċċarteċipaw ħafna pajjiżi, fejn il-prinċipju prattikament huwa li kull użu ta' data jista' jwassal għal abbuż u allura tirregola b'mod dettaljat x'tista' taħżen, x'tista' tiipproċessa u kif.", "Hemm ukoll il-mudell Amerikan, li kuntrarjament għal dak Ewropew, fih hemm il-premessa li l-użu tad-data llum hu raġonevoli u leġittimu, u għandek biss tirregola permezz ta' liġi kontra l-possibbilta' ta' abbuż.", "Mela fejn id-direttiva tal-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea hija aktar ibbażata fuq il-premessa li se jsir l-abbuż, il-mudell Amerikan jgħid li l-użu hu raġonevoli u allura l-premessa ta' l-abbozz kif kontemplata mill-Ewropej taqa'.", "Effettivament illum anke fl-Ewropa hemm diverġenza ta' opinjoni, u fil-fatt l-istate of play huwa li seba' Stati membri biss għandhom leġislazzjoni li hija in line mad-direttiva tal-Kummissjoni Ewropea.", "Mhux l- Istati kollha ħadu l-istess pożizzjoni u l-aktar liberali f'dan is-sens, li ħadu l-approach tad-de minimis pero' xorta baqgħu in line mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, kienu l-Isvediżi, u aktar 'il quddiem ngħid ukoll għaliex użajna l-mudell Svediż.", "Ta' min jgħid li kien hemm ukoll evoluzzjoni fid-dibattitu sħiħ dwar id- data protection.", "Fis-sebgħinijiet, meta l-IT qabad mad-dinja kollha pero' kien għadu fil-bidu, kien hemm biża' kbir - dak iż-żmien kien ġustifikat - li l-istati, gvernijiet jew il-kumpanniji kbar multinazzjonali kienu se jużaw dan il-makkinarju ta' l-IT biex jabbużaw mill-konsumatur jew miċ- ċittadin.", "Naħseb li dak li ħafna beżgħu li se jseħħ dak iż-żmien ma seħħx.", "Dan ma jfissirx li ma kienx hemm organizzazzjonijiet u stati li ma abbużawx qabel ma daħlu fis-seħħ il-liġijiet neċessarji, pero' ma seħħx dak li kien hemm il-biża' fuqu li permezz ta' l-IT l-istat se jsir il-big brother, kif impinġi minn George Orwell, jew li l-kumpanniji multinazzjonali se jibdew jużaw din is-sistema elettronika biex jiddominaw il-business.", "Illum qed nitkellmu fuq data-protection mhux tant vis-a-vis l-istat, jew big business, imma aktar fil-kuntest tal-kummerċ internazzjonali.", "U llum it- tħassib hu proprju x'qed jiġri mill-kummerċjanti, bid-data li tibgħat lill- kummerċjanti varji madwar id-dinja meta tuża l-internet.", "Jiġifieri għandna spostament ta' l-argument minn dak li jikkonċerna l-istati u l- multinazzjonali l-kbar għal dak li sposta ruħu fuq il-livell ta' kummerċ internazzjonali.", "L-argument sposta ruħu wkoll għax fis-sebgħinijiet kien hemm diffidenza kbira miċ-ċittadin ordinarju li jagħti l-informazzjoni tiegħu lill-istat biex dan jaħżinha f'databanks, pero' llum dan m'għadux il-każ għax iċ- ċittadini tad-dinja kollha qed jibbenefikaw mill-vantaġġi u mill-offerti ta' l-internet u hemm propensita' kbira minnhom li lid-dinja kummerċjali jagħtuha dejjem u dejjem aktar informazzjoni.", "In short, mis-sebgħinijiet 'l hawn rajna taqliba kbira li naqqset il-biża' li inti tagħti d-data.", "Mela filwaqt li kibret l-awareness li r-regolamentazzjoni tista' ssir u għandha ssir, kibret ukoll il-propensita' tan-nies li jagħtu d-data tagħhom lil ħaddieħor biex jaħżinha.", "Meta tara dan kollu ssib li hemm bżonn ta' leġislazzjoni biex tipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadin, pero' fl-istess ħin ma tinqatax mir-realtajiet governattivi u wisq inqas minn dawk kummerċjali.", "Trid issib il-bilanċ neċessarju bejn dak li hu meħtieġ bħala protezzjoni tad-drittijiet mingħajr ma xxekkel in-negozju jew it-tmexxija ta' stat.", "Mr. Speaker, ta' min jgħid li lanqas fl-Ewropa stess m'hemm qbil dwar dan id-dibattitu.L-Ewropa tiftakar aktar mill-Amerika dak li għaddiet minnu fiż- żewġ gwerer dinjija.", "L-Ewropa għaddiet minn era ta' komuniżmu qawwi u allura tħoss aktar mill-Amerika l-bżonn li l-istat u l-użu ta' l- informazzjoni jiġu kkontrollati ħafna aktar milli forsi jistgħu jħossu l- Istati Uniti.", "Żgur li fl-Ewropa m'hemmx l-attitudni ġenerali lejn il- politika ta' liberaliżmu li hemm fl-Amerika.", "Anke pajjiżi bħall-Awstralja, il-Kanada u New Zealand ma kellhomx id-diffikultajiet politiċi li kellha l- Ewropa u allura tifhimha li dawn l-istati jkunu ħafna aktar liberali milli huma stati Ewropej fl-iżvilupp ta' data protection laws.", "Fil-fatt naħseb li d-dibattitu li hemm fl-Ewropa jirrifletti dak li ċ-ċittadini Ewropej għaddew minnu fi żmenijiet meta kienu jgħixu fi stati dittatorjali jew viċin tagħhom.", "U d-dibattitu li għaddej illum fl-Ewropa huwa proprju kemm għandek tagħfas fil-leġislazzjoni li tippreżenta bħala data protection.", "Fil-fatt, minkejja li hemm id-direttiva 95/46 ta' l-Unjoni Ewropea, illum hemm biss seba' stati membri li għandhom leġislazzjoni dwar data protection li almenu tilħaq il-livelli minimi mitluba.", "Dawn huma l-Ingilterra, l- Italja, il-Portugal, l-Isvezja, il-Fillandja, l-Awstrija u l-Greċja.", "Pajjiżi oħra li huma diġa' membri ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx din it- tip ta' leġislazzjoni u, kif għedt, id-direttiva ta' l-Unjoni tagħmel ħafna aktar kontrolli favur iċ-ċittadini milli jagħmlu leġislazzjonijiet oħra ta' pajjiżi bħall-Amerika, l-Awstralja, il-Kanada u New Zealand għax dawk għandhom storja differenti ħafna minn dawn il-pajjiżi.", "Meta ġejna biex infasslu din il-leġislazzjoni ma pprovajniex nivvintaw ir- rota imma rajna r-realtajiet ta' pajjiżna, l-esperjenzi ta' pajjiżi oħra.", "Barra d-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, rajna l-convention ta' l-1981 tal- Kunsill ta' l-Ewropa, rajna l-UNCITRAL models, il-leġislazzjoni Amerikana u dik ta' ħafna stati differenti bħal dik Awstraljana, Kanadiża u ta' New Zealand.", "Dan huwa numru kbir ta' liġijiet li bażikament jirregolaw b'modi differenti.", "Aħna bbażajna ħafna mil-liġi fuq il-leġislazzjoni li teżisti fl-Isvezja.", "Ir-raġunijiet li bbażajna fuq l-Isvezja kienu ħamsa.", "Fost is- seba' pajjiżi li għandhom leġislazzjoni li hija konformi mad-direttiva ta' l-Unjoni, l-Isvezja huwa l-istat li assuma l-minimum list approach.", "Jiġifieri d-direttiva m'hijiex tassattiva, li timponi, imma tħalli diversi gradi fejn tista' tapplika l-kejl tiegħek.", "L-Isvezja applikat bl-aktar kejl liberali li jaqbel għal pajjiżna għax jixbah ħafna l-pożizzjonijiet partikolari tagħna.", "Fil-fatt l-Isvezja hija l-unika pajjiż fost dawn li semmejt li għandu sistema ta' identity card individwali bħal ta' Malta b'numru partikolari.", "Din hija ħaġa li rridu nieħdu in konsiderazzjoni u hija biss l-Isvezja li għandha kemm l-identity card kif ukoll reġistru elettroniku ta' popolazzjoni u indirizzi, li jeżisti Malta wkoll u huwa msejjaħ is-CDB.", "Il-pajjiżi l-oħra kollha bħall- Ingilterra jew m'għandhomx identity card bħala rekwiżit essenzjali jew inkella m'għandhomx xi ħaġa bħas-CDB li għandna aħna u l-Isvezja.", "Ibbażajna wkoll fuq l-Isvezja għax dehrilna li d-drafting tal-liġi kif inhi miktuba m'huwiex daqshekk komplikat u ma jiddependix fuq ħafna liġijiet oħra fejn għandek paġni sħaħ ta' definizzjonijiet tekniċi.", "Aħna ridna kemm jista' jkun negħlbu d-diffikultajiet kollha legali u tekniċi f'din it-tip ta' liġi billi nagħmlu draft sempliċi.", "Barra minn dawn, l- Isvezja huwa wkoll l-aktar pajjiż li għandu kultura antika ta' information- sharing.", "U meta nafu li l-futur ta' kull sistema elettronika irid ikun ibbażat fuq information-sharing across the board bejn dipartimenti tal- gvern, bejn gvern u kunsill lokali, bejn ċittadin u dipartimenti differenti, kien importanti li wieħed iħares lejn pajjiż li għandu din it- tip ta' kultura u leġislazzjoni.", "Mr. Speaker, ħadna ispirazzjoni kbira mil-liġi Svediża pero' wżajna wkoll liġijiet oħra bħala sors.", "Użajna dik Taljana u dik Portugiża, kif ukoll liġijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm diversi prinċipji fundamentali f'dan l-Att u nixtieq insemmihom għax jekk ma nifhmux x'inhuma l-prinċipji motivatorji ma nkunux nistgħu nifhmu għaliex hemm ċerti provisions.", "Fil-fatt l-ewwel adottajna l-prinċipju li għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dritt tal-privatezza u l-ħtieġa ta' information- sharing.", "B'dan irrid infisser li sieq waħda ta' l-Att hija bbażata fuq id- dritt kardinali li ċ-ċittadin għandu d-dritt li l-informazzjoni dwaru tkun u tibqa' privata, li jikkontrolla l-aċċess dwarha, li hu biss jagħti l- permess li ħaddieħor jużaha u li jiġi avżat jekk informazzjoni li ta hijiex se tiġi użata kemm mill-persuna li taha kif ukoll minn persuni oħrajn.", "Mela d-dritt tal-privatezza jinkludi li informazzjoni li tista' tkun stored ma tkunx aċċessibbli għal ħaddieħor mingħajr il-permess tiegħu iżda biex stat jaħdem irid ikun hemm is-sieq l-oħra, l-information-sharing.", "Jekk l-att tat-twelid tiegħi huwa reġistrat elettronikament ma jfissirx li dak l-att ma jistax jużah dipartiment tal-gvern għal skop leġittimu u allura fil-liġi ppruvajna noħolqu l-bilanċ bejn id-dritt tal-privatezza li għandu l-individwu u l-bżonn ta' l-istat li juża ċerta informazzjoni neċessarja biex ikun jista' jiggverna u jmexxi fl-interess pubbliku.", "Fl- Att li għandna quddiemna l-lum id-dritt tal-privatezza jeżisti, iżda ċerta informazzjoni għandha tingħata fl-interess ta' sigurta' nazzjonali, ta' difiża, ta' sigurta' pubblika, ta' offiżi kriminali, interessi finanzjarji, nazzjonali ekonomiċi jew fiżiċi, jew minħabba li jkun qed jiġi leż id- dritt ta' ħaddieħor.", "Mill-bqija id-dritt ta' privatezza hu assolut.", "Kull Att bħal dan jipprova joħloq dan il-bilanċ.", "Ħloqniex preċiż jew le diffiċli tgħid, pero' bħala gvern lesti li jekk hemm xi nuqqasijiet kbar f'dan is-sens, wieħed jeżaminahom ma' l-oppożizzjoni fl-istadju tal-kumitat biex isiru l-emendi meħtieġa.", "It-tieni prinċipju huwa li rridu noħolqu awtorita' indipendenti u kompetenti li tkun watchdog għad-drittijiet taċ-ċittadin.", "Ma jistax ikollok Data Protection Act jekk dan hu kkontrollat mill-gvern.", "Il-gvern huwa suġġett għall-Att u m'huwiex il-manager tiegħu.", "Minħabba f'hekk qed nipproponu l-Malta telecommunications authority.", "Mhux qed nagħmlu oħra differenti imma qed nużaw waħda li diġa' għandha ċerta awtonomija.", "Biex żgur nikkonsolidaw l-indipendenza mill-gvern dwar id-drittijiet mogħtija lill-awtorita' taħt dan l-Att, qed niggarantixxu hawnhekk li l-awtorita' għandha tkun totalment indipendenti fil-ġestjoni tal-poteri u l-obbligi li għandha.", "It-tielet prinċipju li ridna ndaħħlu huwa li minkejja d-dritt tal- privatezza, il-processing ta' l-identity cards huwa dejjem permess.", "Illum ilkoll nafu li f'pajjiżna, bħall-Isvezja, in-numru tal-karta ta' l- identita' ta' kull individwu hija l-bażi li jitlaq minnha kull att li għandu x'jaqsam mal-gvern, u allura l-prinċipju jrid bilfors jiġi stabilit.", "Ma jistax ikun li kull darba trid tmur tistaqsi għall-permess mingħand xi ħadd biex tipproċessa ID card.", "Dan l-ipproċessar huwa prinċipju bażiku li aħna qed nirrikonoxxu biex tkun tista' tħaddem is-sistemi tal-gvern u għalhekk qegħdin indaħħluh fil-liġi.", "Ir-raba' prinċipju huwa li hemm premessa fil-liġi favur il-privatezza u kontra l-media, billi d-dritt taċ-ċittadin għall-privatezza tiegħu jirbaħ fuq dak tal-media li tinvestiga.", "Dan huwa bilanċ li nħoloq f'ħafna liġijiet u mhux dejjem il-linja tinqata' bl-istess mod.", "Ħafna pajjiżi jew stati f'pajjiżi jibbilanċjaw aktar favur il-media u jagħtuha aċċess għal data privata fuq il-premessa li l-media qegħda hemmhekk biex tgħin u biex f'demokrazija tinvestiga l-abbużi.", "Waqt li f'pajjiżna rridu nżommu d- drittijiet tal-media kollha li għandna fil-liġijiet eżistenti, ma dehrilniex li lil din għandna b'xi mod niffavoruha aktar minn ħaddieħor f'dan il-livell.", "Jidhrilna li l-prinċipju tad-dritt personali ta' kull ċittadin li jżomm privata d-data li tikkonċerna lilu hu ħafna aktar importanti minn dak - jekk hu prinċipju - li niftħu l-aċċess għall-media.", "Prinċipju ieħor li użajna hu li l-liġi tippermetti l-ipproċessar tad-data għal skopijiet ta' statistika u riċerka sakemm inti għandek għan partikolari li tippubblika statistika jew riċerka u sakemm tissodisfa l- awtorita' kompetenti li qed timplimenta ċerti salvagwardji.", "Applikajna wkoll il-prinċipju li d-data protection m'għandhiex x'taqsam ma' freedom of information.", "Il-kunċett ta' data protection huwa differenti totalment mill-kunċett ta' freedom of information.", "Ta' l-ewwel jikkonċerna ċerta data maħżuna f'computers, kif din se tintuża, u min għandu aċċess għaliha.", "Il-kunċett ta' freedom of information huwa d-dritt taċ-ċittadin li jaċċedi għall-files tal-gvern li jikkonċernaw lilu li pero' mhux neċessarjament għandu d-data tiegħu fuqhom.", "Mela taħt din il-liġi għandek id-dritt ta' aċċess għad-data kollha dwarek li tista' tkun maħżuna f'kull sistema pubblika u privata, pero' m'għandekx il-freedom of information procedures li normalment jinkwadraw ruħhom fl-aktar liġi famuża, il-Freedom of Information Act Amerikana.", "M'inix qed ngħid li f'pajjiżna m'għandux ikollna l-Freedom of Information Act.", "Anzi ngħid li rridu naslu fil-punt fejn iċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-files li jkollu l-gvern, pero' hawnhekk qed nitkellmu fuq żewġ affarijiet totalment differenti.", "Qed niggarantixxu l-aċċess għad-data, li wieħed jista' jikkoreġiha, qed niggarantixxu d-dritt li titlob li titħassar data dwarek pero' m'aħniex qed nagħmlu Freedom of Information Act tradizzjonali.", "Hemm irridu naslu billi jkollna Att ieħor separat.", "Illum jekk tara l-leġislazzjonijiet kollha moderni, lanqas fl-Amerika m'għadhom jagħmlu kif kienu jagħmlu fis-sebgħinijiet.", "Dak iż-żmien, id-Data Protection Act kienu jorbtuha mal-Freedom of Information Act, imma llum l- istati kollha inkluż Texas, Utah u Illinois kollha qabdu triq totalment differenti u l-Freedom of Information Act qegħdin jisseparawha totalment mid-Data Protection Act.", "Din hija tendenza li teżisti mhux biss fl-Amerika imma wkoll fl-Ewropa, f'dawk il-pajjiżi li għadhom kemm għamlu update tal- protection acts tagħhom f'dawn l-aħħar erba' snin.", "Il-freedom of information ħarġuha mid-data protection għax fir-realta' dan l-att illum sar ħafna aktar wiesa' minn dak li huwa ggarantit fid-Data Protection Acts.", "Mr Speaker, se ngħid xi ħaġa fuq fuq dwar it-taqsimiet differenti li għandu dan l-Att.", "It-tieni parti hija l-prinċipju ta' applikazzjoni tiegħu.", "Hawn prattikament qed ngħidu li dan l-Att japplika għall-ipproċessar ta' data personali li jsir f'Malta u li għandu x'jaqsam ma' persuni fiżiċi u mhux persuni morali jew legali.", "Fit-tielet parti qed niddefinixxu x'inhuma l-ħteġijiet u kriterji biex ikun jista' jsir processing.", "Dan hu l-proċess tekniku kif tqabbel ammont kbir ta' data li għandek.", "Mela jekk għandek ir-reġistru elettorali, fejn għandek ħafna ismijiet, toroq, lokalitajiet u identity numbers, tista' tgħidlu biex joħroġlok il-lista ta' min għandu bejn 18 u 20 sena.", "Is- software li tuża u l-att fiżiku biex toħroġ dik il-lista huwa magħruf bħala l-processing tad-data.", "It-tielet parti tistabbilixxi r-regoli ta' kif u meta għandu jsir il-processing tad-data.", "U jista' jsir għal raġunijiet li huma, skond il-liġi, speċifiċi u li jkunu magħrufa minn qabel li l-metodu tal-processing ikun korrett u up-to-date u limitat severament għal raġunijiet li jkunu ġew dikjarati minn qabel.", "Qegħdin nistabilixxu wkoll numru ta' kriterji dettaljati ħafna li mhux se nidħol fihom f'dan l- istadju, fejn qed ngħidu li dan il-processing ikun jista' jsir biss jekk ikun hemm jew il-permess espliċitu tal-persuna konċernata li se tiġi proċessata d-data tagħha jew inkella meta jkun hemm il-każijiet eċċezzjonali li semmejt qabel.", "Qed nippermettu wkoll il-processing tad-data għad-direct marketing basta dan ikun mingħajr cost għaċ-ċittadin li jidħol fih, u jkun magħruf li jekk inti qed tibgħat dik l-informazzjoni, qed tagħti l-permess tiegħek biex dik l-informazzjoni tkun tista' tiġi proċessata għall-iskopijiet tad-direct marketing.", "Qed nesiġu li għandu jkun hemm il-permess espliċitu taċ- ċittadin għal dak li għandu x'jaqsam ma' proċessar ta' sensitive data.", "Din hija data dwar xi ħadd li minnha tista' tasal għar-razza jew l-etnia ta' dak li jkun, għall-opinjoni politika tiegħu, ir-reliġjon, il-philosophical beliefs, jekk hux imsieħeb jew le fi trade union u l-ħajja reliġjuża jew sesswali tiegħu.", "Biex tipproċessa xi ħaġa minn din id-data - u issa l- partiti politiċi jridu jħabbtu rashom - trid il-permess espliċitu ta' kull persuna u dak il-permess jista' jiġi withdrawn minn dik il-persuna meta jrid u meta jogħġbu with no questions asked.", "Ir-raba' parti ta' l-Att tikkonċerna l-ipproċessar ta' data sensittiva li għadni kemm semmejt għal għanijiet speċifiċi.", "Hemm data personali u data personali sensittiva.", "Qed noqogħdu ħafna aktar attenti għad-data personali sensittiva.", "U dan huwa permissibbli li jsir anke minn non-profit-making organisations u huwa limitat għall-membri tagħhom biss.", "L-iscouts, per eżempju, iżommu database fuq l-iscouts li huma membri.", "Hemmhekk jistgħu jipproċessaw id-data mingħajr il-ħtieġa tal-permess ta' kull scout individwali għal raġunijiet ta' saħħa, ta' riċeka jew statistika, iżda hemm kondizzjonijiet li jridu jiġu rrispettati minħabba raġunijiet oħra.", "Din kwestjoni ta' bilanċ.", "Ħassejna l-bżonn li nxaqilbu aktar lejn ċittadin milli lejn il-gvern.", "Qgħadna attenti ħafna li l-okkażjonijiet meta s- sensitive personal data tista' tiġi pproċessata mingħajr il-kunsens speċifiku taċ-ċittadini jkunu l-inqas każi possibbli u f'kull każ qegħdin insemmu numru ta' salvagwardji li jridu jiġu sodisfatti qabel ma jsir dan il-proċessar.", "Hawnhekk qed inkunu kawti ħafna dwar dak li nippermettu u żgur li morna aktar favur id-dritt ta' privatezza milli l-bżonn ta' governanza.", "Wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx, imma naħseb li din hija leġislazzjoni sensittiva ħafna u tieħu in konsiderazzjoni b'mod qawwi d- dritt ta' privatezza taċ-ċittadin.", "Il-ħames parti titkellem dwar il-ġbir ta' data u d-dritt ta' aċċess għaliha u tistabilixxi fil-qosor żewġ prinċipji L-ewwel prinċipju hu li min jipproċessa d-data għandu jinforma lill-persuna li dwarha tkun qed tinġabar l-informazzjoni.", "Mela bħala proċessur ma nistax naqbad niġbor data mingħajr ma ninforma lill-persuna konċernata.", "Barra minn hekk, min se jkun responsabbli għall-ġbir tad-data jrid jinforma lill-persuna konċernata għaliex qed jiġborha u jinformaha wkoll bid-drittijiet li għandu biex jaċċedi għad-data, biex jaqraha, jikkoreġiha jew iħassarha.", "Hemm obbligazzjonijiet oħrajn meta ġġib data minn data banks oħra u hawnhekk qed indaħħlu l-prinċipju bażiku li ħadd ma jista' jiġbor informazzjoni fuq ħaddieħor mingħajr ma jinformah bil-parametri ta' dik it-talba.", "It-tieni prinċipju importanti li qed nistabilixxu f'din il-parti huwa d- dritt ta' kull persuna li nġabret data dwarha li taċċedi għaliha bl-aktar mod vast possibbli.", "Jekk xi ħadd għandu data fuqek għandek dritt assolut taraha.", "Dan id-dritt tista' teżerċitah f'intervalli raġonevoli u għandek dritt assolut li titlob mhux biss li tinbidel informazzjoni skorretta u li din titħassar imma,aktar 'il quddiem, jekk it-talba tiegħek ma tiġix milqugħa, kif tista' tappella u tmur il-qorti.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin inkomplu nirradikaw li mhux biss iċ-ċittadin għandu dritt ikun jaf meta tiġi pproċessata d-data fuqu u qed nirrestrinġu l-każi meta tista' tiġi proċessata, imma qed nagħtu wkoll liċ-ċittadin aċċess għal dik id-data u naraw li jiġi avżat jekk tkun qed tinġabar fuqu.", "Is-sitt parti titkellem l-aktar dwar in-numru ta' kondizzjonijiet imposti fuq min jaħżen id-data u tipprovdi numru ta' eċċezzjonijiet għas-sigurta' ġenerali li għandha s-sistema sħiħa.", "Is-seba' parti timponi l-obbligu fuq min qed jaħżen id-data li jinforma lill-awtorita' kompetenti qabel ma jipproċessaha.", "Mela jekk għandi d-data maħżuna legalment fejn avżajt lin-nies li qed niġborha, x'se jkun hemm fiha, għaliex qed niġborha u dawn tawni l-kunsens li niġborha, qabel ma nipproċessa dik id-data rrid navża lill-awtorita' kompetenti li se nagħmel dak il-proċess u anke nistabilixxi kif l-ipproċessar jista' jseħħ.", "L-aħħar parti tittratta t-twaqqif tal-Malta telecommunications authority, li taħt dan l-Att se jkollha funzjoni esekuttiva li toħroġ ir-regolamenti ta' kif għandu jsir l-ipproċessar, tagħmel il-formoli, eċċ. Se jkollha wkoll funzjoni ta' etika li tiżviluppa flimkien ma' l-operaturi fis-settur, u wkoll funzjoni edukattiva, għax mhux biżżejjed li nagħmlu liġijiet dwar id-drittijiet taċ-ċittadin imma qed nobbligawha tagħmel kampanji biex tinforma liċ-ċittadini tagħna dwar id-drittijiet tagħhom taħt din il-liġi l- ġdida.", "Se tkun garantita l-indipendenza tagħha u se tkun kompletament awtonoma.", "Din hija wkoll sezzjoni li tistabilixxi numru ta' poteri għall-awtorita'.", "Din tista' taċċedi għad-data kollha maħżuna minn kull entita' u minn kull persuna.", "Għandha wkoll id-dritt li titlob informazzjoni u dokumentazzjoni dwar sistemi li għandhom x'jaqsmu mat-taħżin tad-data u d-dritt li tordna r- ratifika tagħhom, jiġifieri tordna li ċerta data maħżuna tiġi korretta jew imħassra.", "Fi kliem ieħor se tkun awtorita' li tiżgura li l-liġi tiġi osservata.", "Se tirregola wkoll ir-rimedji li wieħed jista' jkollu f'każ ta' abbużi.", "Apparti multa ta' Lm10,000 jew ħabs jew inkella l-multa u l-ħabs flimkien għal min jikser il-liġi, qegħdin ukoll indaħħlu d-dritt tad-danni ċivili għal min ikun bata minn abbuż.", "Dan ifisser li mhux qed indaħħlu biss ir-reat kriminali imma wkoll id-danni ċivili għal min ikun sofra abbuż waqt l-ipproċessar tad-data.", "Qed indaħħlu wkoll metodu ta' appell f'dak li qed insejħu data protection appeals board.", "Tista tidħol ukoll il-qorti ta' l- appell f'każi ta' punti ta' liġi.", "Biex nagħlaq, Mr Speaker, il-bieraħ, kif diġa' għedt, approvajna minn din il-Kamra t-tieni qari tal-liġi dwar l-e-commerce.", "Illum qed inressqu l- liġi dwar id-data protection u nawgura li sa l-aħħar tas-sena dawn iż-żewġ proposti tal-liġi jkunu verament applikabbli.", "B'dan il-mod inkunu ħloqna l- qafas legali għal żvilupp veru f'pajjiżna.", "Mingħajr dawn il-parametri legali l-e-society, l-e-commerce u l-e-government qatt ma seta' jseħħ.", "Wara nistgħu nibdew bl-infrastruttura, bis-sistemi, bit-tagħlim, bl- awareness u bil-kampanji edukattivi biex Malta ssir tabilħaqq e-society.", "Imma l-iżvilupp veru jentħieġ il-liġijiet bħala qafas, basta lkoll kemm aħna, is-soċjeta' Maltija kollha, tifhem li din hi t-triq li ma nistgħux nitilfu.", "M'għandniex għażla.", "Id-dinja kollha se timponi din it-triq fuqna u rridu nieħdu din l-isfida bis-serjeta' inkella se nitħallew lura.", "Mr Speaker, m'għandix dubju li din il-liġi tista' tkun is-sors ta' diskussjoni kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra.", "Jekk wieħed jara l- leġislazzjoni li teżisti jsib li m'hemm l-ebda pajjiż li qata' l-istess linja.", "Kulħadd qata' linji skond il-bżonnijiet tiegħu u ħafna pajjiżi għaddew minn tlieta jew erba' liġiijet differenti skond iċ-ċirkostanzi.", "M'inix qed ngħid li din hija leġislazzjoni perfetta, anzi mill-esperjenza naħseb li jkollna nbiddlu.", "Jafu jgħaddu sentejn u jiġu emendi oħrajn għaliha, pero' naħseb li hija leġislazzjoni raġonevoli, li tgħallmet ħafna mill-esperjenzi ta' pajjiżi barranin u mid-dibattiti li saru f'dawn l-aħħar 30 sena fl-Ewropa u fl-Amerika, fejn ħafna biżgħat ma seħħewx iżda twieldu oħrajn ġodda.", "Din mhux se tkun the final word fuq data protection.", "Aħna rridu li dan il-parlament isib il-bilanċ li huwa tajjeb għal pajjiżna.", "Bħala rappreżentant tal-gvern u bħala ministru li qed nippilota din il-liġi ntenni li lesti nisimgħu suġġerimenti dwar kif nistgħu ntejbu waqt li nżommu f'rasna li dan huwa t-tieni pilastru leġislattiv li jrid iwassalna għall-e-society.", "Nemmen li l-gvern qed jagħmel sehmu.", "Għandu rwol speċifiku li jipprovdi l-viżjoni u l-istrateġija, is-sistemi għall-użu taċ-ċittadini u li jagħmel l-e-government realta'.", "Għandu r-rwol ukoll li jagħti l-bażi edukattiva, iġiegħel li jkun hawn awareness dwar dawn is-sistemi, u n-nies li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Bħal ħafna pajjiżi Ewropej irridu naqdfu bil- bosta u noħolqu dik li l-Ingliżi jsejħulha \"critical mass\", il-ħtieġa li kulħadd iħoss fis-soċjeta' kollha, biex nagħmlu e-society realizzabbli.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li mingħajr is-settur privat u organizzazzjonijiet bħaċ-chamber of commerce, il-GRTU, il-hotels association, mingħajr kulħadd on board ma naslux.", "Il-gvern jista' jagħmel dak li hemm imsemmi fil-white paper, is-sistemi kollha ta' l-e-government, nistgħu nkabbru l-livell edukattiv ta' pajjiżna, imma mingħajr il- parteċipazzjoni sħiħa tan-nies tal-kummerċ u ta' dawk li m'humiex fil- kummerċ ma naslux biex ikollna e-society.", "Il-gvern qiegħed jipprova joħloq dik il-critical mass imma rridu naslu lkoll flimkien.", "Forsi l-aktar ħaġa faċli għall-gvern hija li jibni s-sistemi tiegħu.", "L-aktar diffiċli hija li nikkonvinċu lil min huwa fil-privat li biex jibqa' jikkompeti fis-suq, biex jakkwista kuntratti minn Malta u minn barra, issa huwa ż-żmien li jinvesti ma' l-istat.", "Jekk ma nkabbrux il-bażi edukattiva tagħna, ma nħarrġux it- technicians, ma nkabbrux l-awareness ġenerali dwar il-bżonn li nibdew nużaw dawn is-sistemi jekk ma ninvestux flimkien fil-pajjiż mhux se jkollna kompetizzjoni aktar 'il quddiem.", "Strategic partnership serja bejn gvern u privat li ma tieqafx ħesrem twassal biex f'dan il-pajjiż l-IT tkun sekonda natura għal kulħadd.", "Din tnaqqas id-divide li hemm fis-soċjeta'.", "Is-sistemi inter-attivi li jeżistu llum fi ftit snin se jwasslu biex anke min hu illitterat se jkun jaf iħaddem il-computer.", "Xi tmien xhur ilu l-Microsoft ippreżentaw webpages ta' l-internet għal min hu nieqes mid-dawl.", "B'dan il-mod bniedem nieqes mid-dawl jista' jħaddem l-internet daqs wieħed li għandu d-dawl.", "Wieħed li m'għandux riġlejn illum jista' jħaddem computer daqskemm nista' jien.", "U minn hawn u ftit ieħor il-computer se jasal għal stadju li jagħraf iħaddimlek is-sistemi għalih.", "Mela din hija opportunita' kbira pero' investiment fit- teknoloġija biss m'huwiex biżżejjed, hemm bżonn investiment f'tibdil ta' kultura.", "U għalhekk l-appell tiegħi lis-settur privat hu li dan jara kif qed jaħdem il-gvern u jagħraf li jekk irid jikber, jekk irid iġib aktar xogħol ta' IT lejn Malta u allura jagħmel aktar flus, irid ikabbar il- kummerċ.", "Issa huwa ż-żmien ta' investiment.", "Il-gvern qed joffri din l- opportunita', għandu viżjoni ċara u jixtieq jingħaqad mas-settur privat.", "Għas-settur privat din hija opportunita' tad-deheb.", "Jekk nidħlu għaliha bil- kapaċitajiet li għandna aħna l-Maltin biex nitgħallmu u nadattaw ruħna għal ħwejjeġ ġodda naslu nagħmlulhom aħjar milli jagħmluhom pajjiżi oħra.", "Il-bieraħ semmejt wieħed Malti li fl-1988 beda jitgħallem hawn Malta mal- Franċiżi fuq il-GIS mapping.", "Dan ħaduh Pariġi, telaqhom, għamel kumpannija tiegħu, ħa numru ta' kuntratti għal rasu, mar is-Saudi Arabia u l-Emirates u hemmhekk beda jinnegozja software systems.", "Ma kienx biżżejjed, mar l- Indja u fetaħ kumpannija, fejn kien jimpjega 30 jew 40 software programmer.", "Reġa' mar lura fl-Ewropa u llum qiegħed lura Malta.", "Dawk huma l-Maltin u bħalu għandna għexieren.", "Din hija opportunita' tad-deheb għall-poplu tagħna.", "Jekk ningħaqdu flimkien, gvern, settur privat u poplu, l-isfida nirbħuha żgur.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nibda d-diskors tiegħi fuq din il-liġi billi ngħid xi ħaġa fuq il-kunċett tad-digital divide.", "Meta nitkellmu fuq l-IT aħna ngħidu li issa kulħadd se jkollu aċċess u dritt għall-informazzjoni, pero' ta' min igħid li biex dak li jkun juża dan kollu jrid jiġi mgħallem.", "Il-ministru jaf li mill-popolazzjoni ta' Malta m'hemmx iktar minn 10% li jafu jużaw il-computer?", "Jaf li l-Amerika ħadet aktar minn għaxar snin teduka lill-poplu biex tnaqqas il-problema tad-digital divide?", "Allura kif jista' titkellem fuq drittijiet u obbligazzjonijiet meta hawn din il-problema?", "U l-ewwel ma jrid jagħmel il-gvern hu li jindirizza din il- problema u mhux l-aqwa li jġib il-liġijiet bl-għaġġla hawnhekk, bil- konsegwenzi soċjali li jġibu magħhom.", "Jiena naħseb li l-Partit Nazzjonalista huwa aħjar minna f'dak li hu ġbir ta' informazzjoni.", "Naf ukoll li l-ministru jħobb il-computers u grazzi għalih ukoll li l-Partit Nazzjonalista organizza ruħu fiż-żmien meta kien hemm bidla fil-mexxej.", "Dan qed ngħidu għax hu jaf li meta tiġbor l- informazzjoni għandek responsabbilta' kbira u trid toqgħod attent ukoll kif se tużaha.", "Hawnhekk fuq hekk qed nitkellmu, u allura rridu naraw sew kif se nagħtu ċertu poter, lil min se nagħtuh, u liema supervisory body se jikkontrolla dan kollu.", "Mr Speaker, bħala oppożizzjoni fil-prinċipju naqblu li din il-liġi għandha ssir imma aħna tal-fehma li trid tiġi ppreżentata b'mod ħafna u ħafna aħjar.", "Kif inhi ma naqblux magħha.", "Il-ministru qalilna li jekk l-informazzjoni tinġabar u tintuża b'mod ħażin jista' jbati kulħadd.", "Kien hawn ħafna Maltin li batew minħabba l-mod kif gvern Nazzjonalista ġabar u uża informazzjoni fil-konfront ta' xi Laburisti.", "Mhux se noqgħod insemmi ismijiet, imma tan-naħa l-oħra huma professuri fis-sengħa ta' kif tuża l-poter politiku u tabbuża mill- informazzjoni li tkun ġbart.", "Aħna lanqas nibdew ħdejhom!", "U huwa appuntu minħabba li batew nies innoċenti li aħna ma naqblux ma kif qegħda mfassla l- liġi.", "Il-Partit Nazzjonalista kellu l-informazzjoni fuq dak u fuq l-ieħor u din l-informazzjoni nġabret b'mod abbużiv mill-files governattivi u minn nies fiċ-ċivil kemm meta l-kien fil-gvern u anke meta ma kienx.", "Mela meta l- ministru jiġi jgħidli li din hija liġi li nistgħu nitkellmu fuqha, jiena ngħidlu li din hija liġi zoppa.", "Mr. Speaker, l-aktar ħaġa importanti f'liġi bħal din hija t-trasparenza.", "Kif jista' jkollok fiduċja meta taf li bħala ċittadin mhux se jkollok l-istess drittijiet li għandu min jista' juża l-poter!", "Il-Ministru semma' l-Amerika.", "F'Lulju li għadda l-President Clinton ħareġ jgħid li kull ċittadin għandu jkollu d-dritt ta' l-aċċess għall-informazzjoni li tista' tolqot lilu personali.", "Ara dan id-dritt tistax issibu f'din il-liġi!", "Il-Partit Laburista minn dejjem ried idaħħal dawn id-drittijiet, u llum bi pjaċir ngħid li fid-dokument soċjali li għadna kif ressaqna għall-approvazzjoni tal-konferenza hemm dan id-dritt li huwa msejjaħ citizen charter.", "U dan huwa d-dibattitu serju li wieħed għandu jitlaq minnu.", "Fil-manifest elettorali għall-elezzjoni ta' l-1971, il-Partit Laburista kien diġa' qed jgħid li għandu jkun hemm awtorita' indipendenti, tipo ombudsman, li tipproteġi liċ-ċittadin.", "Huwa veru li din damet biex daħlet imma l-idea kienet dejjem tal-Partit Laburista.", "Meta wieħed isemmi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet irid isemmi wkoll li f'każi ta' saħħa u ta' edukazzjoni jista' jagħti l-kas li bniedem ma jkunx awtorizzat jidħol fil-file kollu imma jkollu dritt għal ċerta informazzjoni.", "Dan huwa poter li l-istess liġi ma tagħtikx u għalhekk għandek problemi serji.", "Il-ministru qal li din il-liġi mmudellaha fuq dik Svediża - u fuq dan is-suġġett il-gvern qed ilaqqat, għax waħda ħadha mill- Awstralja u oħra mill-Irlanda u issa din qed jeħodha mill-Isvezja - minħabba li aħna nixbhu ħafna lill-Isvediżi.", "Issa ma nafx f'liema sens għamel dan l-istatement, għax il-kultura Maltija hija kompletament differenti mill-kultura Svediża, u anke l-mod kif naħsbu huwa għal kollox differenti.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li fil-liġi li għandna quddiemna hemm ħafna konflitti mal-kovenzjoni ta' l-1981 tal-Kunsill ta' l-Ewropa vis-a- vis protezzjoni ta' l-individwi f'dak li hu l-proċess awtomatiku ta' personal data.", "L-għan ta' din il-konvenzjoni kien li jissalvagwarda l- interessi, id-drittijiet u l-fundamental freedoms taċ-ċittadin fejn tidħol il-privatezza l-aktar meta l-istess informazzjoni tista' tgħaddi minn stat għal ieħor.", "Din il-ħaġa l-ministru ma semmihiex fl-introduzzjoni tiegħu.", "Il- konvenzjoni tgħid li għandek ċerti kategoriji ta' data li m'għandhom qatt ikunu suġġetti li tiġborhom jekk mhux għal raġunijiet partikolari, u anke li ċ-ċittadin għandu dritt li jiġi informat, pero' hawnhekk dawn ma jeżistux.", "Per eżempju, taħt din il-konvenzjoni awtorita' ma tistax tiġbor informazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-opinjonijiet politiċi ta' persuna.", "Huwa abbuż li partit politiku jiġi jgħid li għandu dritt jiġbor informazzjoni mingħajr il-kunsens ta' l-ieħor.", "Mr. Speaker, hemm ukoll il-kwestjoni tar-reliġjon.", "Il-Kostituzzjoni ta' Malta tiddefinixxi li kulħadd għandu dritt jemmen li jrid, imma tgħid ukoll li r-reliġjon tagħna hija dik Kattolika.", "Issa jekk xi ċittadin Malti jiddeċiedi li jibda jipprattika reliġjon oħra, din il-konvenzjoni ma tħalli lil ħadd jiġbor informazzjoni dwar twemmin reliġjuż ta' ħaddieħor.", "Il- konvenzjoni ma tħallikx ukoll tiġbor kategoriji ta' data f'dak li għandha x'taqsam ma' criminal convictions.", "Anke hawn għandu problema l-gvern għax il-konvenzjoni Ewropea tagħmilha ċara li dak li jkun ma jistax jaqbad u juża informazzjoni ladarba qed jittratta bniedem bħala suspettat jew bħala persuna bi previous conviction jekk ma jkollux ċerti drittijiet salvagwardati.", "Hawnhekk din ma tissemmiex.", "Barra minn hekk ċerti remedies li wieħed jitlob li jkollu li ssemmi l- konvenzjoni huma differenti mill-għanjiet tal-liġi li għandna quddiemna.", "Meta l-liġi ġiet drafted kien hemm min ġibed l-attenzjoni tal-ministru - jekk mhux lilu personali lil xi ħadd ieħor, forsi lill-prim ministru - li din m'hijiex daqshekk in line ma' dak li tkellmu dwarha fil-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern tan-naħa l-oħra kienu jmorru jgħidu lill-pajjiżi l-oħra li f'Malta kien hawn police state.", "(Interruzzjonijiet) Illum għandi l-unur ngħid li din il-liġi se tħammrilkom wiċċkom mal-pajjiżi Ewropej - il-konvenzjoni titkellem fuq awtorita' indipendenti b'mod assolut, li twettaq l-affarijiet b'mod trasparenti, minħabba li din se tkun xi ħaġa li tidħol fis-suġġett delikat ħafna fejn għandu x'jaqsam il-collection ta' data - għax skond klawsola 36 ta' din il- liġi:", "\"L-awtorita' kompetenti għandha tkun il-persuna li tiġi nominata b'ordni tal-Ministru.\"", "Din hija l-ewwel oġġezzjoni ta' l-oppożizzjoni għal din il-liġi.", "Ma jistax ikun li minn banda nitkellmu fuq protezzjoni ta' individwi u fuq il-privatezza u l-integrita' personali tagħhom u mbagħad naħtru awtorita b'mod li l-gvern qisu għadu qed jiġbor l-informazzjoni bħala Partit Nazzjonalista.", "Il-gvern irid jaħseb bħala gvern b'responsabblita' lejn il-poplu Malti kollu.", "Dan irid jagħmlu bil-fatti u l-fatti m'humiex qegħdin hawn.", "Il-konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa titkellem fuq awtorita', imma ma tgħidlekx li din tiġi nominata mill-ministru.", "Il- konvenzjoni titkellem fuq awtorita' trasparenti, indipendenti u li tkun ukoll soġġetta għal xi ħadd.", "Meta l-gvern Nazzjonalista daħħal l-ombudsman fl-1995, aħna bħala oppożizzjoni qbilna fuqu għax dan la huwa taħt il- kontroll tal-prim ministru, la taħt il-kontroll tal-kap ta' l-oppożizzjoni u lanqas taħt xi ministri.", "Huwa taħt il-kontroll tal-parlament u kull sena jrid jiġi hawn u jgħidilna x'għamel u aħna niddiskutu r-rapport tiegħu.", "Imma din il-liġi mhux hekk qegħda.", "U din hija ġennata, l-aktar meta tara l- liġi li għaddejna din is-sena li tipprovdi għat-twaqqif ta' awtorita' ta' Malta dwar il-komunikazzjoni.", "Jekk kien hawn xi ħaġa li ddibattejniha bl- aktar mod oġġettiv u ħadna l-ħin fuqha kienet il-kwestjoni tal-funzjonijiet ta' l-awtorita' dwar il-komunikazzjoni.", "U taf x'insibu, Mr Speaker?", "Apparti li ma nistax nifhem għaliex din il-liġi qed jippilotha l-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali u mhux il-prim ministru - (Interruzzjonijiet) imbagħad ir-responsabbilta' nxteħtet fuq il-ministru responsabbli mill-komunikazzjoni - din il-liġi għandha bħala għan li:", "\"...tiżgura l-liberta' tal-komunikazzjoni u li l-komunikazzjonijiet m'għandhomx ikunu limitati ħlief...\",", "imbagħad isemmi diversi raġunijiet fosthom il-protezzjoni tad-dritt għall- privatezza.", "Il-ministru qed jgħidilna li se jkun hemm l-indipendenza.", "X'indipendenza!", "Fl-Att dwar it-Twaqqif ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni għamilna kruċjata dwar kif għandha titwaqqaf u ma nafx kemm- il emenda pproponejna fl-istadju tal-kumitat, imbagħad jiġi hawn il- ministru u b'konvinzjoni jgħidilna li ma tantx għandna problemi!", "Mela l- ewwel oġġezzjoni ta' l-oppożizzjoni hi li din l-awtorita hija maħtura mill- ministru.", "Meta wieħed jitkellem fuq id-drittijiet tal-bniedem, kienu x'kienu ż- żmenijiet li l-pajjiż kellu jgħaddi minnhom, waħda mill-affarijiet kardinali li kulħadd jaqbel fuqha hi li dawn għandhom jiġu protetti.", "Il- ministru qal li aħna rridu naraw li din il-liġi ma tkunx konfliġġenti mad- dispożizzjonijiet li joħorġu mill-Konvenzjoni Ewropea, imbagħad mill-banda l-oħra diġa' xekkel d-dritt li bniedem ikollu rimedju quddiem awtorita' trasparenti u indipendenti.", "Din l-awtorita' m'hi se tkun indipendenti xejn għax se tkun maħtura minn bniedem politiku.", "(Interruzzjonijiet) Ma nistax nifhem għaliex saret b'dan il-mod għax jiena żgur li l-ministru ra l- liġijiet barranin u l-konvenzjonijiet li jitkellmu fuq id-drittijiet tal- bniedem.", "L-aktar waħda kardinali hija mibnija fuq il-Bill of Rights, pero' klawsola 6 ta' din il-liġi tgħid li:", "\"Bla ħsara għal dak li hemm provdut f'dan l-artiklu, id- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att m'għandhomx jolqtu d-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, dwar id-dritt tal-liberta' ta' l-espressjoni jew id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar l-Istampa dwar libertajiet ġurnalistiċi.\"", "Imbagħad klawsola 6(2) tgħid li l-awtorita' kompetenti, li huwa l-persuna nominat mill-ministru,", "\"... għandha tinkoraġġixxi l-abbozzar ta' kodiċi ta' kondotta adattat li jkun japplika għall-ġurnalisti u għall-media.\"", "Imma kif tpoġġi l-karru qabel iż-żiemel!", "Kif tista' tiġi hawnhekk tippreżenta dan l-Att meta l-homework dwar dak li għandu x'jaqsam mal- ġurnalisti għadu ma sarx!", "Meta kontu qegħdin tfasslu din il-liġi tkellimtu mal-press club?", "Iltqajtu ma' l-għaqda tal-ġurnalisti biex taraw fuqiex qegħdin nitkellmu hawn?", "Int semmejt l-Isvezja u jien se nsemmilek l- Ingilterra.", "Kulħadd għandu code of ethics tiegħu, u ma tistax ikollok protezzjoni jekk ma tkunx marbut ma' code of ethics.", "Il-ġurnalisti huma nies li jkollhom ħafna informazzjoni fuq dak u fuq l-ieħor u din jistgħu jużawha tajjeb jew ħażin.", "Hawn nikkwota kliem l-arċisqof lill-ġurnalisti li waqt bibita fil-Milied qalilhom:", "\"Ikun vera irresponsabbli dak il-ġurnalist li bl-informazzjoni li jkollu jwassal biex issir ħsara lil persuna jew persuni jew anke grupp ta' persuni billi jutilizza ħażin dik l-informazzjoni.\"", "U din tapplika għal kulħadd.", "Għandna ġurnalisti serji imma għandna ġurnalisti irresponsabbli wkoll.", "Hemm uħud li xogħolhom jafuh sew, u fejn ma jafux jistaqsu, iżda hemm oħrajn li ma jqisux li b'ċerta informazzjoni se jkunu qed jagħmlu ħsara kbira anke lilhom infushom.", "Jekk temmen li din il-liġi għandna naqblu magħha u li dawn huma artikoli importanti li għandna nimxu fuqhom, allura kif tista' tgħid li l-awtorita' se tinkoraġixxi l- abbozzar ta' kodiċi ta' kondotta adattat?", "Inti trid tara li dan ix-xogħol ta' abbozzar ta' kodiċi ta' kondotta jkun diġa' sar.", "Ma jagħmilx sens li titkellem fuq ħaġa meta għadha ma saritx.", "F'dan il-każ min se jirregola lil min?", "F'dan il-każ il-gvern telaq bil-karru u l-ħmar ħallih warajh.", "L-istess konvenzjoni tobbliga li meta wieħed jagħmel automatic processing jrid ikollu metodu li f'dak li hu carrying out of logical and responsible operation of that data, anke d-dissemination...", "(Interruzzjonijiet) Dawn marbutin ukoll ma' drittijiet, ma' morali u ma etika.", "Kif tista' titkellem fuq informazzjoni jekk ma ssemmix etika jew morali?", "Għandek issues li jaqgħu taħt l-etika u allura bilfors li waħda tiġi qabel l-oħra.", "Per eżempju, f'klawsola 8 jissemma l-ipproċessar għal għanijiet storiċi u xjentifiċi.", "Anke hawnhekk, waqt id-data processing għal skopijiet storiċi, xjentifiċi jew għall-finijiet ta' statistika bniedem jista' jkun qed jindirizza persuna li tkun għadha ħajja.", "U anke f'dan il-każ saru abbużi.", "(Interruzzjonijiet) Inti semmejt l-abbużi li saru fi żmien l-aħħar gwerra, speċjalment min-Nażi, imma saru wkoll abbużi minn data xjentifika anke reċentement minn gvernijiet Ewropej.", "U kien minħabba f'hekk li l-Unjoni Ewropea kellha toħroġ direttivi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' ksur bio- etiku in konnessjoni ma' ġbir ta' informazzjoni xjentifika li tolqot anke gruppi ta' nies.", "Aħna nafu kemm inqala' chaos u kwestjonijiet morali in konnessjoni mas-Siamese twins Għawdxin.", "Immaġina ma jkunx hemm salvagwardi dwar l-użu u l-ipproċessar ta' din it-tip ta' informazzjoni.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li l-awtorita' għandha mhux inqas minn 30 funzjoni.", "Skorrettement fost dawn il-funzjonijiet hemm li din tirċievi rapporti, li teżerċita kontroll u proċessar, li jkollha dritt tibgħat informazzjoni lil xi public authority, li tagħti direzzjonijiet li jkun hemm bżonn, jew tagħti parir lill-ministru fuq xi ħaġa li hija relatata ma' waħda minn dawn il-funzjonijiet ......", "Hemm kemm-il waħda, u mhux se noqgħod insemmihom kollha għax qegħdin fil-liġi.", "Mela l-ministru jaħtar bniedem imbagħad joqgħod jagħtih il-pariri dwar kif għandu jimxi.", "Din il- ħaġa m'hijiex fl-ispirtu ġust.", "Dan kollu qed ngħidu għax ladarba qegħdin ngħidu li rridu nissalvagwardjaw il-privatezza, fl-istess ħin irridu nagħtu aċċess liċ-ċittadin li jista' jiġi abbużat minn dik l-informazzjoni.", "Hemm prinċipju latin li jekk wieħed jiżbalja, hu min hu, jrid jirrispondi għal għemilu.", "Issa ladarba bniedem qed ikollu d-dritt li jiġbor data fuq persuna, dik il-persuna għandu jkollha l-aċċess għal kollox ħalli tara sarx xi abbuż u tieħu passi kontra dak li jkun.", "Mela jekk jiena ċittadin normali u naf li l-gvern, ministru jew dipartiment qed jagħmel frodi, mingħajr ma jkolli bżonn il-kunsens ta' ħadd, lanqas tal-pulizija, nista' nieħu lil min ikun il-qorti biex nikkaverja l-losses jew il-flus li tħarbtu bħala kawża ta' frodi.", "Din is-sistema ilha teżisti għal mijiet ta' snin, u l-għeruq tagħha ġejjin mill-Ingilterra minn żmien il-Middle Ages.", "Hemm il- prinċipju li jekk inti trid demokrazija ħielsa liċ-ċittadin trid tagħtih l- istess drittijiet li jkollu r-re, imma din il-liġi m'hijiex qed iżżomm l- istess bilanċ maċ-ċittadin.", "Fl-Amerika, dan il-prinċipju daħħlu l-President Abraham Lincoln fl-1863.", "Dan ta poteri liċ-ċittadini taħt il-False Claims Act, li kienet intiża biex tipproteġi lill-istess gvern meta xi ħadd jabbuża minn dak li jkollu f'idejh.", "Dak iż-żmien din il-liġi kienet iktar maħsuba għall-artillerija tal-gwerra, imma llum l-artillerija tal-gwerra hija l-informazzjoni.", "Illum, information is power, u allura dan il- prinċipju għandu japplika wkoll għal min jabbuża billi juża ħażin l- informazzjoni.", "Tgħidli li jekk isir abbuż mill-informazzjoni għandek ir-rimedju, fejn tista' tmur fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Hawn nagħmel riferenza għal klawsola 43 li tgħid:", "\"Is-suġġett ta' data jista' b'ċitazzjoni li tiġi preżentata fil-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili, jibda azzjoni kontra l-kontrollur li jipproċessa data bi ksur ta' dan l-Att...\"", "Din il-klawsola tkompli tgħid li l-ammont li jista' jieħu bħala kumpens għad-danni ma jeċċedix il-Lm 5000.", "Din bħal tat-tribunal ta' l-inġustizzji.", "Naħseb li din ħadtuha minn hemm, għax tafu li ħafna mill-informazzjoni li wżajtu bħala gvern Nazzjonalista kontra l-Laburisti biex tajtu transfers vendikattivi u lanqas naf x'ma għamiltux ...(Interruzzjonijiet) Qed ngħid hekk għax fit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji, wara li inti tingħata raġun, speċjalment fil-konfront tal-kummissarju tal-pulizija, tingħata Lm30,000 għax it-transfer tiegħek ikun wieħed politiku.", "Dan huwa abbuż ta' poter u aħna ma rridux li dan il-pajjiż jerġa' jgħaddi minn dan il-martirju.", "U biex ma jsirux dawn l-abbużi tridu tirranġaw il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) U mela l-ministru jaħtar lil xi ħadd biex hu jkollu l- poter!", "Mela jiena jista' jkolli fiduċja f'awtorita' li jaħtar il-Ministru Austin Gatt jew il-Ministru responsabbli mill-komunikazzjoni jew il-Prim Ministru li meta jekk nieħu raġun u kumpens, il-gvern tagħhom, li tant għandu għal qalbu l-qrati tagħna, jivvinta kawża biex itawwal dik id- deċiżjoni għad-detriment tal-ħaddiem komuni!", "Għaliex jagħmel hekk?", "Għax għandu l-poter u jabbuża minnu minħabba li għadu jemmen fis-sistema li kienet tintuża mill-partit tagħhom li kien jorganizza l-informazzjoni kontra l-laburisti.", "Imma fejn hu l-impenn li partit fil-gvern jemmen li għandna nimxu flimkien fuq xi ħaġa li nemmnu fiha lkoll?", "Fil-gwerra ċivili Amerikana kien hemm nies li jipproduċu l-armi li kienu jinxtraw u dawn kienu jagħtu informazzjoni ħażina fuq l-armi biex min jużahom jispiċċa jweġġa' bihom u b'hekk l-għadu jieħu vantaġġ.", "Qed insemmi l-Amerikani għax dawn huma experts f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni.", "Il-ministru ta l-impressjoni li l-komuniżmu qisu kien jaħti għall-problemi ta' l-informazzjoni!", "L-Amerikani, bis-CIA u bl-intelligence service tagħhom spiċċaw ma nafx kemm nies u pajjiżi ġennew!", "Bil-mod kif tuża l-informazzjoni tista' mhux biss tkisser bniedem iżda anke pajjiż.", "La għandna niġġustifikaw x'għamlu l-KGB u lanqas is-CIA.", "Sur President, f'dan l-abbozz jissemma wkoll l-interess tal-pajjiż.", "Safejn iwassal dan l-interess?", "Il-konvenzjoni tagħti daqsxejn indikazzjoni dwar meta għandek iżżomm informazzjoni.", "Hawnhekk jingħataw raġunijiet ta' public safety jew public interest għax ikun hemm involut monetary interest.", "Jekk għandi informazzjoni dwar x'jista' jiġri lil-lira Taljana għada filgħodu u din l-informazzjoni ngħaddiha lil xi ħadd, jiena nkun qed nittradixxi l- interess ta' pajjiżi.", "Public interest jista' jkun vis-a-vis suppression ta' offiża kriminali.", "Jekk jiena għandi informazzjoni li biha se nwassal biex ma jsirx reat, dik hija in the public interest li nagħtiha.", "Sur President, klawsola 9 tal-liġi titkellem dwar il-kriterji għall- ipproċessar u tgħid li:", "\"Id-data personali tista' tkun proċessata biss jekk :...\",", "imbagħad issemmi diversi raġunijiet u fost dawn insibu l-public interest.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Tista' din l-interpretazzjoni ta' \"public interest\" tiġi abbużata?", "Fl-interess ta' kulħadd għandna nimxu mal- konvenzjoni u niddefinixxu x'inhu \"public interest\"?", "Għax jekk ma jkollokx a strict interpretation ta' xi ħaġa li tista' tiġi abbużata jispiċċaw isiru bosta reati fil-pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi għandha tiġi interpretata u definita aħjar il-frażi \"public interest\".", "Taħt ċerti liġijiet oħra tifhem x'jista' jkun l-interess pubbliku.", "Ngħidu aħna l-Kodiċi tal-Pulizija, Kap. 10, jitkellem fuq public interest bħala public order.", "Dan ifisser li jekk jidhrilha li mhux fl-interess pubbliku li jsir meeting, il-pulizija tista' tirrifjuta li tagħti l-permess.", "(Interruzzjonijiet) Meta kien fl-interess pubbliku li ma tagħmlux meeting, intom mortu l-qorti!", "(Interruzzjonijiet) Iva, qed ngħid hekk biex nuri kemm hu importanti li niddefinixxu \"public interest\".", "Dan qed ngħidu l-aktar għax fi klawsola 9 qed ngħidu li id-data personali tista' tiġi pproċessata wkoll jekk:", "(e) l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' attivita' li ssir fl- interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' l-awtorita' uffiċjali vestita fil-kontrollur jew f'terzi li d-data jiġu żvelati lilhom.\"", "Jekk naraw il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' l-individwi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-automatic processing ta' personal data insibu li din titkellem ukoll dwar meta informazzjoni tgħaddiha minn pajjiż għal ieħor.", "Din il-ħaġa ilha sejra u kien hemm min abbuża minnha.", "Il- pulizija jista' jkollha informazzjoni fuq persuna u tista' jew tgħaddiha b'mod uffiċjali għax ikun hemm talba tal-qorti minħabba proċeduri kontra xi ħadd, u tista' wkoll tgħaddi din l-informazzjoni all'' insaputa tal-persuna konċernata.", "Illum biex tgħaddi l-informazzjoni ma tridx għerf kbir.", "Din tista' tibgħatha bil-fax jew iċċempel anke bil-mobile.", "Għidli inti x'kontroll għandek in the public interest!", "L-istess konvenzjoni tgħid li għandu jkun hemm provisions qawwija, kontroll u superviżjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-informazzjoni li tgħaddi min-naħa għal oħra, transfer across national borders biex ikun hemm protection of privacy.", "Sur President, irid ikollok ukoll id-dritt li jekk tara li mhux qed tiġi protett ikollok ir-rimedji.", "Jista' jagħti l-kas li xi ħadd ikollu interess li jagħmel il-ħsara bl-informazzjoni.", "Dan jista' jkun gvern, awtorita', ġurnalist u kwalunkwe bniedem ieħor.", "Issa jekk il-liġi ma tagħtikx id-dritt li tasal tieħu dak li ħaqqek għall-ħsara li saret, allura xorta tkun qed issir inġustizzja.", "U l-liġi kif inhi mibnija ma tagħtix il- protezzjoni kollha.", "Dawn huma issues etiċi ħafna u li fihom hemm sens kbir ta' moralita' u għalhekk huwa importanti ħafna li wieħed jidħol fihom bl- aktar mod ċar.", "Imbagħad hemm il-famuża kwestjoni tad-data personali sensittiva.", "Din hija oxxena u se ngħid għaliex.", "Dwar sensitive data l- konvenzjoni tgħid li ċerta informazzjoni kważi qatt m'għandek tiġborha u jrid ikun hemm a regulating body li jifli r-raġunijiet għaliex qed tinġabar dik id-data sensittiva u jara li l-iskop tagħha jkun protett u verament indirizzat.", "Imma taf x'għandna hawn?", "U f'dan il-każ ukoll l-oppożizzjoni qed tagħmel protesta formali li f'dawn il-każi sta għall-ministru li jiddeċiedi jew le għandhiex tiġi pproċessata din it-tip ta' informazzjoni sensittiva.", "Jekk jara li l-esiġenza ta' l-interess pubbliku titlob hekk, il- ministru jista' jiddeċiedi li tiġi pproċessata informazzjoni sensittiva fuq kull ċittadin.", "Din żgur ma ħadhiex mill-konvenzjoni l-ministru għax il- konvenzjoni qegħda ċarissima.", "Kulma tagħmel din il-konvenzjoni ta' Strasbourg hu li tirriafferma b'mod ċar il-commitment li wieħed għandu jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem.", "Allura fid-dawl ta' dan kollu l- oppożizzjoni qiegħda tara li hawn irridu nagħmlu xi ħaġa.", "Din hija liġi li l-għan tagħha hu li tipproteġi imma fis-sustanza hija diabolika, anzi drakonjana, għax qed tagħti poteri kbar lil persuna politika.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li kien hemm min uża l- informazzjoni b'mod ħażin kontra nies u anke kontra pajjiżi.", "Semma wkoll kemm batiet l-Ewropa fl-aħħar gwerra.", "Semma wkoll ċerti prinċipji li pero' ma jistgħux jintlaħqu b'dan l-Att.", "Permezz ta' dan l-abbozz il-ministru minn banda qed jgħid li jaqbel li tingħata l-protezzjoni, pero' mill-banda l-oħra qed igħid li hu se jkun il-factotum.", "Il-prinċipji li nsibu f'dan l- abbozz qatt ma jistgħu jintlaħqu.", "Il-ministru qed isemmi erba' prinċipji u jien ngħidlu li għandu tliet affarijiet kardinali ħżiena u ma jagħmlux sens.", "L-ewwelnett ma tistax temmen li se tagħmel xi ħaġa taħdem meta qed taħtar persuna biex tkun l-awtorita' li tiddeċiedi u tara dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ġbir ta' din id-data.", "It-tieni ħaġa ħażina li hawn hi li l-ministru qed jiddeċiedi hu stess dak li hu fl-interess pubbliku meta fil-liġi m'hawnx definizzjoni ta' interess pubbliku.", "It-tielet ħaġa ħażina hi li l-ministru jista' jieħu deċiżjoni li tinġabar informazzjoni sensittiva, minkejja li hemm parametri internazzjonali li jitkellmu ċar dwar din il-kwestjoni.", "Dawn huma tliet affarijiet negattivi.", "Mr. Speaker, il-liġi kif qegħda miktuba ma tagħmilx sens.", "Meta niġu għad- definizzjoni ta' \"data personali\" id-definizzjoni qegħda hekk:", "\"\"data personali\" tfisser kull informazzjoni li tirrigwarda persuna naturali identifikata jew identifikabbli...\"", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kwalunkwe persuna li qiegħda Malta jew qed nitkellmu biss fuq il-persuni li għandhom l-identity card?", "Persuna li ssib ruħha Malta u jkollha raġunijiet għaliex sabet ruħha Malta, ukoll qed tiddaħħal hawn?", "Hawnhekk qed nirriferi għal meta b'sempliċi numru tasal għall-identifikazzjoni fiżika, pero' mbagħad hemm il-kwestjoni ta' identifikazzjoni mentali.", "Mid-definition clause, li tidher li ttieħdet minn xi liġi barranija, kif se naslu għad-data personali tal-persuna minn identifikazzjoni mentali?", "Dwar il-kontrollur, id-definition clause tgħid li l-kontrollur hu l- persuna li:", "\"waħedha jew solidalment ma' oħrajn tistabilixxi l-għanijiet u l- mezzi ta' l-ipproċessar ta' data personali.\"", "X'kontroll se jkollha din il-liġi bħala watchdog fuq dan il-kontrollur?", "Għax jekk xejn il-kontrollatur għandu jkollu watchdog fuqu għal dak li jkun qed jagħmel hu fl-ipproċessar.", "Ma tistax tħalli free-hand lil dan il- kontrollur.", "Tgħidli hemm l-awtorita'.", "Issa din l-awtorita' se jkollha mhux inqas minn disa' funzjonijiet, fosthom li tiżgura l-liberta' tal- komunikazzjoni, li l-komunikazzjonijiet m'għandhomx ikunu limitati ħlief meta jkun meħtieġ, il-protezzjoni tad-dritt għall-privatezza, id-difiża tas- sigurta' nazzjonali bl-integrita' territorjali jew sigurezza pubblika, prevenzjoni tad-diżordni jew attijiet kriminali, protezzjoni tas-saħħa pubblika, protezzjoni tal-morali u rispett tad-dinjita' tal-persuna umana, protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta' l-oħrajn, prevenzjoni ta' l- iżvelar ta' informazzjoni li tkun ingħatat konfidenzjalment u żamma ta' l- awtorita' u ta' l-imparzjalita'.", "Din issa se jkollha dawn il-funzjonijiet kollha.", "Taħseb li se jkollha wkoll iż-żmien u l-expertise li tagħmilha ta' watchdog fuq dak li qed jipproċessa?", "Jekk il-Ministru qed jemmen dan se jkollu problema.", "(Interruzzjonijiet) U ma tafx li biex tikkontrolla trid nies kapaċissimi u nies experts!", "Niftakar li meta kont pulizija u konna nagħmlu courses barra marbuta mas-scene of the crime konna tgħallimna li trid tuża l-professjonalita' biex dak li tiġbor mix-xena tad-delitt ikun verament jirrifletti dak li hemm.", "Aħseb u ara kemm dan se jkollu l- kapaċitajiet kollha li joħloq minn fuq s'isfel waħdu l-għanjiet u l-mezzi ta' l-ipproċessar tad-data personali.", "Anke meta titkellem fuq pajjiż terz, il-liġi m'hijiex feliċi.", "Pajjiż terz huwa stat li ma jkunx inkluż fi skeda li tista' minn żmien għal żmien tiġi preskritta taħt dan l-Att.", "Minkejja dan jiena għadni ma rajtx skeda.", "Din xi darba rridu narawha.", "Klawsola 20 titkellem fuq data miġbura minn oriġini oħra.", "Din tgħid hekk:", "\"Jekk, għar-rigward ta' suġġett ta' data, il-kontrollur jew kull persuna awtorizzata minnu għal dak l-iskop, jiżvela jew ikun beħsiebu jiżvela, data personali lil terzi, il-kontrollur jew kull persuna awtorizzata minnu għal dak l-iskop għandhom jipprovdu lis-suġġett ta' data b'mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja;", "(a) l-identita' tal-kontrollur jew kull persuna oħra minnu awtorizzata għal dak l-iskop", "(b) l-iskopijiet ta' l-ipproċessar...\"", "Issa x'jiġri meta l-ministru japplika l-artiklu dwar l-interess pubbliku, allavolja dik id-data tkun inġabret minn oriġini oħra?", "Ejja nagħmlu mod awtorita' tiġbor informazzjoni mingħand persuna li ma tkunx identifikabbli u din l-informazzjoni tiġi għand il-kontrollur għax dan għandu l-poteri jiddessiminaha, jiċċekkjaha u jivverifikaha.", "Issa anke jekk din l- informazzjoni hija sensittiva, il-ministru jista' jiddeċiedi li fl-interess pubbliku għandu jibqa' għaddej b'dak l-ipproċessar.", "Fl-interess pubbliku jista' wkoll jgħaddi dik l-informazzjoni lil terza persuna.", "Issa skond din il-klawsola, informazzjoni bħal din m'għandhiex tingħata qabel ma din id- data tiġi żvelata għall-ewwel darba.", "Hawn taħwida sħiħa ta' kif jinħadem dan l-ipproċessar.", "Huwa veru li jeżistu l-eżenzjonijiet, rettifika u miżuri oħrajn imma anke hawnhekk, meta niġu biex ngħidu fl-interess ta' min, se jkollna problema.", "Kif diġa' għedt, huwa importanti li niddefinixxu l-frażi \"interess pubbliku\" għall-fini u l-iskop ta' dan l-Att, imma kemm hu aktar importanti li tinġabar informazzjoni meta xi liġi speċifikament tipprovdi li informazzjoni għandha tingħata bħala miżura meħtieġa fl-interess tas- sigurta' nazzjonali.", "Issa n-national security kulħadd jista jifhem x'inhi, imma jista' partit fil-gvern jieħu vantaġġ fuq partit politiku fl-interess tas-sigurta' nazzjonali jew tas-sigurta' pubblika?", "Barra minn dawn li semmejt hemm nuqqasijiet oħra f'din il-liġi li tajjeb li wieħed isemmihom, Sur President.", "Hawnhekk hawn imniżżel li trid tgħaddi l-informazzjoni li sservi biex jinkixfu reati kriminali.", "Min se jiddeċiedi?", "Fil-liġi għandna msemmi wkoll ksur ta' etika għal professjonijiet regolati.", "Kif tista' titkellem fuq ksur ta' etika meta taħt dan l-Att qed tgħid li l-awtorita' għandha tħeġġeġ biex isiru kodiċi ta' etika?", "Kif nista' nagħmel eżenzjoni, nirranġa jew nieħu miżuri fuq xi ħaġa li m'għandix?", "X'inhu l-interess ekonomiku?", "L- interess ekonomiku dejjem nassoċjawh ma' l-interess finanzjarju, pero' issa li qed nitkellmu fuq l-e-government u l-e-commerce din il-frażi sar għandha interpretazzjoni vasta ħafna u se tkun tinkludu fiha affarijiet oħra.", "Mr. Speaker, jiena ma nħobbx insemmi ismijiet sakemm ma nkunx qiegħed quddiem forum ġudizzjarju, imma skużi, jekk inti l-awtorita' u għandek il- poteri li tiġbor l-informazzjoni u din tużaha ħażin...", "U dan qed ngħidu għaliex ħaġa ta' l-iskantament, nies magħrufin Laburisti li jirreġistraw għax-xogħol tingħata informazzjoni fuqhom mid-dipartiment tas-servizzi soċjali f'24 siegħa jew inqas u jittieħdu l-passi meħtieġa kontrihom - u min jabbuża m'għandux jiġi protett, ħalli nagħmluha ċara - imma n- nazzjonalisti magħrufin jinsabu protetti.", "Dan sew?", "Min se jagħmel din il- funzjoni regolatorja?", "Kif se nkunu kredibbli f'dan kollu, Mr Speaker?", "Ħadd m'għandu jiġi protett ladarba jikser il-liġi u min qed jaħseb li llum qiegħed komdu u jista' jabbuża, u min jaħseb li hawn xi ħadd li jista' jagħti protezzjoni, irid jiftakar li quddiem il-liġi kulħadd huwa l-istess.", "U ħażin għalih min jieħu vantaġġ u japplika ħażin dak li l-liġi tesiġi li japplika tajjeb.", "U dawn l-affarijiet isiru kuljum.", "(Interruzzjonijiet) Investigahom, Onor. Gonzi.", "Sib il-lista li toħroġ u ara jekk minn 100 li taqtgħu mir-reġistrar hemmx 90 minnhom laburisti, biex ma ngħidx il-100.", "Dan użu tajjeb mill-informazzjoni?", "Allura nazzjonalisti m'hawn ħadd jabbuża?", "Dan m'hux sew!", "U l-poplu Malti ma jridhomx dawn l-affarijiet.", "Biex tkunu kredibbli tridu taħarqu din il-liġi u tagħmlu oħra aħjar.", "Jekk tridu, niktbuhilkom aħna.", "Ktibna waħda fuq l-annimali u ma ridtuhiex, issa nagħmlu waħda fuq id-drittijiet tal-bnedmin jekk tridu.", "Jekk le komplu għaffġu.", "Din hija l-verita'.", "Ma jistax ikollok deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu fuq ipproċessar ta' informazzjoni meta taf li dawn jistgħu jintużaw ħażin anke fil- konfront ta' sezzjoni ta' nies.", "L-istess konvenzjoni tgħid li m'għandu jkun hemm diskriminazzjoni f'xejn f'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif tiġbor l- informazzjoni, kif tipproteġi l-privatezza ta' persuna.", "Dawn l-affarijiet jeżistu wkoll f'diversi konvenzjonijiet oħra dwar id-drittijiet tal- bniedem, imma taħt din il-liġi dawn qed jiġu applikati ħażin jew inkella qed jiġu applikati tajjeb, imma mhux għal kulħadd!", "Din hija xi ħaġa assolutament negattiva, Mr Speaker.", "Hawn m'għandniex liġi li tista' tieħu lill-gvern il-qorti għax ikun għamel investigazzjoni ħażina.", "Jekk l- awtorita' tagħmel investigazzjoni u għax tuża l-informazzjoni ħażin jiena ma nistax nieħu lill-gvern il-qorti.", "Mr. Speaker, jiena semmejt l-Amerika u l-Ingilterra.", "Biżżejjed ngħid li minn studju li sar fl-Amerika, 10% ta' l-annual budget imur għand persuni u kumpanniji li b'mod regolari jkunu qegħdin jisirqu lill-gvern.", "Min jaf hawn Malta x'qed imisshom mill-cake tal-gvern ċerti nies li huma ħafna għall-qalb il-Partit Nazzjonalista u li jkunu dejjem ma' dak u ma' l-ieħor!", "Jiena ma nistax nieħu lill-gvern il-qorti fuq din l-informazzjoni.", "Jekk l- awtoritajiet iridu jagħmlu investigazzjoni zoppa din tibqa' zoppa.", "Din bħal tal-whistle blowers.", "Wieħed jibda jgħid ċertu diskors, l-ieħor jisimgħu u jerġa' jirrepetih, l-ieħor jagħmel bħalu u meta tiġi għall-fatti ma jiġri xejn.", "Tkun wassalt il-messaġġ imma ma tkun wasalt imkien.", "Meta nitkellmu fuq din il-liġi rridu naraw li dak kollu li għandna quddiemna jirrifletti verament l-għanijiet tagħha.", "Din il-liġi hija intenzjonata li tagħti protezzjoni lill-individwi biex ma jkunx hemm vjolazzjoni fil-proprjeta' u l-integrita' personali f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċessar ta' data u affarijiet oħra pero m'aħniex nirrispettaw l-istess ħsebijiet li għandna fil-Kostituzzjoni.", "Niftaħru li l- Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem issa hija parti mill- qafas legali tagħna - u li hija importanti li tkun hemm - u fl-istess ħin m'aħniex nirrispettaw dawk id-drittijiet.", "Ma jistax ikun li ma jkollokx a complete independent supervisory body fuq il-kontrollur dwar personal data.", "Ma jistax ikun li jkollok il-controlling body vestit f'persuna li qiegħda hemm b'ordni tal-ministru.", "Issa din suppost li teżerċita l-poteri tagħha b'indipendenza kompleta ta' ġudizzju.", "Imma fejn hi t-trasparenza?", "Ma jistax ikun li din l-awtorita' ikollha l-kapaċita' fiżika li tħares verament id-dritt għall-privatezza meta din għandha dawn id-dmirijiet kollha xi tħares.", "Ma jistax ikun li tinġabar personal data fuq individwu u l-ministru jiddeċiedi li jgħaddiha lil persuni terzi għall-ipproċessar jew għall-użu għax jgħid li dan huwa fl-interess pubbliku.", "Ma jistax ikun li f'din il-liġi l-ministru jkollu l-poteri li jkun jista' jiddeċiedi hu liema sensitive personal data tista' tinġabar sempliċement għax hu jgħid li dan huwa fl-interess pubbliku.", "Għalhekk l-oppożizzjoni qiegħda tagħmilha ċara li se tivvota kontra dan l-abbozz għax jekk fih hemm intenzjonijiet tajba, il-froġa hija maħruqa.", "Din hija ħasra, għax dan huwa l-ewwel Att li suppost jindirizza l-protezzjoni.", "Mr. Speaker, il-ministru jaf li fost il-pajjiżi Ewropej li qegħdin fil- club li jrid jidħol fih il-gvern, jiġifieri l-Unjoni Ewropea, hemm min ma jagħtix dawn id-drittijiet li qegħdin nitkellmu fuqhom.", "Dawn ma jagħtux dawn id-drittijiet għax huma partiti tal-lemin li jemmnu ħafna li l- informazzjoni tista' tużaha anke għal raġunijiet oħra Il-partiti tax-xellug - issa qed jgħidulhom taċ-centro sinistra - jaħsbuha differenti.", "Dawn jemmnu li jekk inti qed tiġbor l-imformazzjoni fuqi, jiena għandi dritt inkun naf kollox.", "Jew se nagħmlu xi ħaġa tajba flimkien jew ma nagħmlu xejn.", "U mhux sew ma nagħmlu xejn.", "Mr. Speaker, fl-aħħarnett irrid ngħid li qed nippreżentaw ħafna liġijiet ta' malajr.", "Qed nagħmlu ħafna xogħol mill-oppożizzjoni u tan-naħa l-oħra għandhom ikunu grati.", "Dawn jiġu bil-liġijiet, jitkellem il-ministru li jkun qed jippilota l-liġi u forsi xi ħadd ieħor, kollox bl-għaġġla, u x- xogħol ma jsirx sew.", "Jiena nemmen li jekk verament dan il-gvern għandu intenzjonijiet tajba, irid jibdel din il-liġi b'liġi oħra li tagħmel ġieħ lill-poplu Malti u li tipproteġi liċ-ċittadin f'dak li għandu x'jaqsam ma' privatezza u integrita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 8 ta' Novembru fid-9.00 a.m. b'din l-Aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, xtaqt nagħmel intervent qasir wara d-diskors ta' l-Onor.", "Joe Mizzi fis-seduta ta' l-1 ta' Novembru, fejn saret riferenza għad-deċiżjoni li kienet ittieħdet taħt l- amministrazzjoni preċedenti li tiġi rtirata s-sigurta' minn ma' l-assistent personali tal-prim ministru, Richard Cachia Caruana.", "Fid-diskors tiegħu l- Onor. Mizzi ammetta li meta kien ministru mingħajr portafoll fl-uffiċċju tal-prim ministru u responsabbli mill-pulizija, hu stess kien ta ordni biex tiġi rtirata s-sigurta' li kien hemm dak iż-żmien ma' Richard Cachia Caruana.", "Mela fl-aħħar għandna ammissjoni li l-ordni ġiet mingħandu!", "Dan qed ngħidu għax fit-18 ta' Ottubru ta' l-1999, fis-seduta parlamentari fejn konna qegħdin niddiskutu l-liġi li temenda l-Ordinanza dwar id-Drogi Perikolużi, l-Onor.", "Mizzi fuq l-istess suġġett kien qal hekk:", "\"Irrid nagħmilha ċara li jien ħadt id-deċiżjoni li nnaqqsu l-pulizija b'responsabbilta, pero' kien il-kummissarju stess li rrakkomandali biex innaqqsu l-pulizija u għalhekk marru fejn kien hemm bżonnhom.\"", "Iktar tard qal:", "\"Id-deċiżjoni li jnaqqsulu l-pulizija ttieħdet wara li saret ir- rakkomandazzjoni mill-kummissarju u allura la setgħu jnaqqsulu l- għassa bilfors li nbidlet il-pożizzjoni.\"", "Mela hawnhekk l-Onor.", "Mizzi qed jassumi r-responsabbilta' tad-deċiżjoni, pero' qed jitfa' l-ħtija fuq il-kummissarju tal-pulizija, li skond l-Onor.", "Mizzi kien favur li titneħħa s-sigurta' ta' Richard Cachia Caruana.", "Dan mhux minnu u tant mhux minnu li fuq ilment ta' Richard Cachia Caruana, l- ombudsman wasal għal konklużjoni kompletament differenti - għax dan il-każ fi żmien l-amministrazzjoni Laburista kien spiċċa quddiem l-ombudsman - u rriżulta li mhux talli l-kummissarju tal-pulizja ma qabilx li titneħħa s- sigurta' minn ma' Richard Cachia Caruana, anzi talli s-sigurta' ma' Richard Cachia Caruana tneħħiet minkejja l-oppożizzjoni tal-kummissarju tal- pulizija.", "Jiena se nikkwota minn rapport ta' l-ombudsman, li issa se npoġġih fuq il- Mejda tal-Kamra, fejn fit-2 ta' Ġunju ta' l-1999 qal:", "\"My conclusions are:", "In view of the Commissioner's opinion, that there was no change in circumstances justifying withdrawal of protection...\",", "- mela l-kummissarju tal-pulizija mhux talli ma tax rakkomandazzjoni lill- ministru bla portafoll ta' dak iż-żmien li jneħħu s-sigurta' minn ma' Richard Cachia Caruana, talli l-kummissarju deherlu li ġaladarba ċ- ċirkostanzi ma kenux inbidlu ma kienx hemm raġuni għalfejn għandha titneħħa dik is-sigurta' -", "\"... and his unequivocal and consistent advice that basing himself on the evidence compiled during criminal investigations, complainant's life was still at risk ...\"", "- jiġifieri ta' Richard Cachia Caruana -", "\"... the decision not to restore protection was wrong.\"", "Mela l-ombudsman qed jgħid li d-deċiżjoni tal-ministru ta' bla portafoll ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Joe Mizzi, kienet tmur kontra l-parir tal- kummissarju tal-pulizija.", "Qed jgħid ukoll li d-deċiżjoni li titneħħa s- sigurta' minn ma' Richard Cachia Caruana kienet deċiżjoni żbaljata u eżempju ta' amministrazzjoni ħażina u għalhekk irrakkomanda li għandha tiġi ristabilita s-sigurta'.", "Hekk ġara mal-bidla fil-gvern fl-1998.", "Id-diskors li ntqal fl-1 ta' Novembru li s-sigurta' tneħħiet biex tonqos l-ispiża juri kif kien jimxi l-gvern preċedenti.", "Il-kwestjoni ta' jekk tibqax is-sigurta' ma' xi ħadd jew le kienet tiddependi mill-ministru ta' bla portafoll u mhux mill-kummissarju tal-pulizija.", "Dan l-istess kif kienet tiddependi wkoll mill-ministru ta' bla portafoll id-deċiżjoni jekk il- Partit Nazzjonalista, permezz ta' NET Television ikollux dritt li juża l- antenna tal-Għargħur biex bħalma jagħmel is-Super One, jittrasmetti u juża l-antenna tal-gvern.", "Dan qed ngħidu għax fl-aġġornament ta' l-1 ta' Novembru ssemmiet din il-kwestjoni wkoll.", "Jiena se nikkwota ħalli żgur ma jgħidx li qed nikkwotah ħażin.", "F'dak l-aġġornament l-Onor.", "Mizzi qal hekk:", "\"Iva, dak kien illegali u ħadt passi kif suppost.", "Dawk l-affarijiet għamilthom u nerġa' nagħmilhom.", "Fl-interess ta' pajjiżi dak li hu sew nagħmlu, inżomm mal-liġi, hu min hu.", "Dawk l-istess affarijiet nerġa' nagħmilhom u nerġa' nieħu passi jekk inkun ministru tal-gvern.", "Jien qatt ma bżajt, qatt ma ħbejt u lanqas se naħbi!\"", "Hawnhekk l-Onor.", "Mizzi, bħal donnu martri tal-verita' u tal-liġi, qed jipproġetta ruħu li dak li għamel għamlu b'imħabba lejn pajjiżu u lejn il- liġi.", "L-imħabba lejn pajjiżu kienet li pprova jżomm lill-Partit Nazzjonalista milli jwaħħal il-pannelli mat-transmitter tal-Għargħur, bħalma kien għamel wara kollox il-Partit Laburista.", "Mela fi żmienhom il- Partit Laburista seta' juża l-antenna tal-Għargħur, li flimkien mas- security tagħha hi mħallsa minn flus il-poplu, u biex aħna nittrasmettu fil-bidu nett ta' NET Television, kellna narmaw antenna ġewwa l-Iklin bi spiża kbira u bis-sigurta' nħallsuha aħna.", "Il-Partit Nazzjonalista kien qal li għandu dritt li juża l-antenna l- istess bħall-Partit Laburista.", "Il-ministru ta' bla portafoll ta' dak iż- żmien bagħat reġiment ta' pulizija bil-lejl biex jaqilgħu l-pannelli tal- Partit Nazzjonalista u ta' Multi Comm Ltd. ta' NET Television minn ma' l- antenna tal-Għargħur.", "Tant dak li għamel il-ministru ta' bla portafoll ta' dak iż-żmien ma kienx skond il-liġi, li jien bħala avukat tal-partit kont ottjenejt il-ħruġ ta' mandat ta' inibizzjoni kontra l-gvern ta' dak iż- żmien biex il-pannelli li konna waħħalna ma' l-arblu tal-Għargħur ma jitneħħewx.", "B'hekk żammejna l-arroganza tal-poter u żammejna lill-ministru ta' dak iż-żmien li kien responsabbli mit-Telemalta u mit- telekomunikazzjoni milli jwettaq dik l-arroganza.", "Niftakar li f'waħda minn dawk is-seduti ta' nofs il-lejl, jiena u l-Onor.", "Ċensu Galea konna għednilu lill-Onor.", "Mizzi li b'dak li kien qed jipprova jagħmel kien qed jittanta joħnoq il-liberta' ta' l-espressjoni.", "Niftakar li kont għedtlu l-kliem: \"Inti ministru bla portafoll u bla transmitter għax it-transmitter tal- Partit Nazzjonalista ma rnexxilekx tieħdu!\"", "Li tgħid li t-tneħħija tas-sigurta' minn ma' Richard Cachia Caruana saret fl-interess biex jitnaqqas id-deficit tal-pajjiż, u li t-tneħħija tat- transmitter tal-Partit Nazzjonalista saret għas-salvazzjoni tal-pajjiż u għall-ħarsien tal-liġi huwa raġunament totalment skorrett.", "Fil-fatt fil-każ ta' Cachia Caruana, l-ombudsman stess giddeb lill-Onor.", "Mizzi u fil-każ tat- transmitter il-qorti ddeċidiet li żżomm lill-ministru milli jneħħi l- pannelli li kellna mat-torri tal-Għargħur.", "Dan qed ngħidu peress li saret din l-allegazzjoni li deherli li m'għandhiex titħalla għaddejja.", "Fuq kollox min qed jismagħna għandu d-dritt ikun jaf x'inhi l-verita' u mhux jisma' l- qanpiena ta' l-Onor.", "Mizzi biss.", "Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra, inqiegħed ir-rapport ta' l-ombudsman li rriferejt għalih qabel fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, inħossni fid-dover li nitkellem fuq l- okkażjoni li kellna aħna d-deputati, flimkien mas-Sinjurija tiegħek, li nqattgħu weekend ġewwa l-belt eterna ta' Ruma, flimkien ma' numru kbir ta' deputati oħra, senaturi, governanti u parlamentari minn għadd ta' pajjiżi madwar id-dinja.", "Se nagħmel ftit riflessjonijiet dwar dan l-avveniment li ma sarx biss biex niċċelebraw il-millennju imma biex nifhmu eżattament il- proċess li għaddejja minnu d-dinja.", "Nixtieq li bi kliem kemm jista' jkun li jifhmu kulħadd inwassal lill- pubbliku Malti x'inkunu qegħdin nagħmlu meta niltaqgħu f'dawn il-laqgħat għax sfortunatament issib min jgħidlek li dawn il-laqgħat isiru sempliċement biex ngħidu xi żewġ kelmiet u biex noħorġu b'xi rapport sabih.", "Kultant tisma' wkoll min jgħidlek li moħħna biss fiċ-ċerimonji, imma ċ- ċerimonji wkoll huma parti importanti għax ċertament hi emozzjoni qawwija ħafna li tkun fil-preżenza ta' mexxej li f'pajjiżna nqisuh bħala l-kap spiritwali tagħna.", "Barra minnhekk tiltaqa' wkoll ma' nies li huma dikjaratament non-credenti, li meta tismagħhom jitkellmu tifhem mill- ewwel li verament jixtiequ l-ġid u li għandhom valuri importanti sodi.", "Jiena nħoss li dan kien eżerċizzju mill-iktar importanti u ma ninsa qatt il- kliem li ngħad fl-ewwel diskors, jiġifieri li aħna rridu nidħlu f'din il- Kamra mod u noħorġu mod differenti.", "Jiena mhux se noqgħod nikkwota d-diskorsi kollha li saru, pero' nixtieq ngħaddi messaġġ lill-poplu Malti dwar l-importanza li nfittxu dejjem il- verita', li nfittxu dejjem x'inhi l-politika, x'tista' tagħmel u x'ma tistax tagħmel il-politika, x'inhuma l-limiti tal-politika u x'inhu r-rwol tal-media.", "Jiena nifhem li wieħed irid jagħti l-aħbar, imma x'ikun hemm wara l-aħbar?", "X'inhuma l-proċessi li jkunu għaddejjin?", "Wisq nibża' li ħafna drabi aħna sempliċement naraw dik il-ħaġa li tkun ġrat dakinhar.", "Fl- aħbarijiet ta' nhar il-Ħadd filgħaxija ftit li xejn smajna fuq dan l- avveniment li qed nirriferi għalih - il-media għoġobha taqbad mal-fatt li l-Papa għatas darbtejn, ħmerija gwappa - u ma qalux, per eżempju, li l- Papa u Gorbachev kienu strumentali biex l-istorja tad-dinja tieħu żvolta oħra.", "Mr. Speaker, naħseb li waħda mill-ikbar riflessjonijiet tiegħi fuq dak kollu li smajna hi dwar kemm id-dinja għandha bżonn ta' tmexxija morali.", "Din hija xi ħaġa li hi nieqsa b'mod globali.", "Hemm bżonn li fil-politika ta' kull pajjiż ikollna nies li jagħrfu x'inhu l-potenzjal tal-politika u safejn jistgħu jaslu.", "Ħafna drabi dawn ma jifhmux l-istorja u jibqgħu mexjin fuq ħsibijiet antiki li jwasslu lill-popli għal problemi ta' konfrontazzjoni u ta' ġlied.", "Naħseb li ħareġ ċar ukoll kemm li biex tlaqqa' tant kulturi differenti u biex tgħaqqad il-popli tad-dinja, hu diffiċli imma mhux impossibbli.", "Fid-dinja hemm diversita' kbira ħafna mhux biss fl- ilbies imma fil-kultura u fil-mod ta' kif jiġu ċċelebrati l-affarijiet, pero' ċertament dawn id-differenzi jgħosfru meta l-bniedem iħares lejn l- umanita' tiegħu stess.", "ll-Papa qal li l-politika hi vokazzjoni, speċjalment għal dak l-individwu li jirrappreżenta numru ta' nies, għax wara kollox il-poter li jeżisti f'demokrazija jagħtuhulek in-nies.", "Il-poter mhux xi ħaġa li jappartjeni għalik personali imma trid tużah f'isem il-poplu li jkun tellgħek.", "Il- poplu mhux xi ħaġa anonima imma jikkonsisti f'individwi u għalhekk hu importanti li l-politiku jibqa' f'kuntatt dirett ma' l-individwu u li kwalunkwe persuna li għandha problema, hi x'inhi, il-politiku jrid jismagħha, irid jiżinha u jipprova jgħin biex isib soluzzjoni għaliha.", "Hu importanti li l-politika tinfirex u iktar nies jerfgħu r-responsabilita' politika biex din ma tibqax f'idejn numru żgħir ta' nies jew iktar u iktar agħar, kif għallimna dan is-seklu li għadu kif spiċċa, f'idejn xi ditattur.", "Huma l-popli stess li jistgħu joħolqu d-dittatturi u huma l-popli stess li jridu jaħdmu biex jibnu soċjeta' iktar demokratika u trasparenti, fejn il- poplu, individwu b'individwu, jipparteċipa f'dak kollu li jinteressa l- ħajja tiegħu.", "Nemmen li mexjin lejn dik id-direzzjoni, anke jekk il- politiċi preżenti forsi jibqgħu jippersistu li jagħmlu organizzazzjonijiet reġjonali jew organizzazzjonijiet suprastatali.", "Irridu jew ma rridux, naslu biex bilfors inħarsu b'mod verament globali lejn il-problemi li qegħdin jaffliġġu d-dinja ta' llum.", "It-tliet temi prinċipali magħżula forsi wkoll jirriflettu l-prijorita' li jħossu ħafna pajjiżi.", "L-ewwel kwestjoni li tpoġġiet quddiem din il- konferenza hi li jinħafer id-dejn nazzjonali ta' ħafna pajjiżi.", "Dan l-item kien immirat partikolarment lejn l-Amerika Latina u lejn pajjiżi fl-Afrika u fl-Asja li jħossu li d-dejn nazzjonali tant qiegħed ikun emorraġija u tant qiegħed inixxi r-riżorsi ta' pajjiżhom, li dawn ma jistgħu qatt jirpiljaw u jimxu 'l quddiem.", "Il-budgets ta' ħafna minn dawn il-pajjiżi jispiċċaw ħafna drabi biex jixtru l-armi.", "L-armi minn fejn jixtruhom?", "Ma jixtruhomx mill-pajjiżi sottożviluppati jew mill-pajjiżi foqra għax dawn żgur m'għandhomx mezzi biex jagħmlu l-armi.", "Dawn l-armi u armamenti jinħadmu aktarx iva milli le f'pajjiżi żviluppati jew f'pajjiżi li jagħmlu parti minn sistema ekonomika żviluppata.", "Mr. Speaker, innutajna b'dispjaċir in-nuqqas ta' preżenza min-naħa ta' l- Istati Uniti ta' l-Amerika, l-iktar pajjiż ekonomikament u politikament b'saħħtu fid-dinja.", "Illum nista' nifhem aħjar għaliex kultant ikun hawn ċerti reazzjonijiet u ċerti sentimenti kontra dawk il-pajjiżi li għandhom saħħa politika u saħħa ekonomika kbira.", "Jiena kont nippretendi li dawn ikollhom almenu rappreżentanza f'laqgħa internazzjonali bħal din.", "Huwa veru li laqgħa bħal din mhix se tbiddel id-dinja għax, kif għedt, għal ħafna nies hi forsi festa jew ċelebrazzjoni, imma hu tajjeb li nimpenjaw ruħna kull fejn ikun possibbli li nagħtu l-kontribut tagħna.", "Aħna l-Maltin għamilna unur lil pajjiżna bil-preżenza tagħna waqt il-Ġublew.", "Ma nistax ma nenfasizzax in-nuqqas ta' preżenza ta' pajjiżi bħal l-Istati Uniti ta' l-Amerika, fejn illum qegħdin jivvutaw biex ikollhom president ġdid.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq dinja waħda jekk tibqa' din il-gap enormi bejn min għandu u min m'għandux u bejn is-sinjur u l-fqir.", "Żgur li huwa fl- interess ta' kull pajjiż li jara li almenu jkun hemm ħajja diċenti fid- dinja kollha kemm jista' jkun malajr, iktar u iktar illum meta għandna t- teknoloġija.", "F'dan il-Ġublew smajna per eżempju kif hemm bnedmin jgħixu b'dollaru kuljum f'ħafna minn dawn il-pajjiżi.", "Il-maġġoranza tal-popli tad- dinja tista' tgħid li għadha tgħix f'miżerja għax m'hemmx biżżejjed politika fid-dinja kollha li għandha morali tajba.", "Ħafna drabi fid-dinja m'hemmx movimenti qawwija biżżejjed, għax l-alla tad-dinja huma biss il- flus u kif inhu sejjer is-suq.", "Anke jekk ikun hemm traġedja umana jew gwerra, ċerti pajjiżi jimpurtahom ħafna iżjed kif inhu sejjer is-suq milli kif se jippruvaw jgħinu biex lil dawn in-nies joħorġuhom mill-miżerja.", "Nemmen li fl-aħħar mill-aħħar hu fl-interess tal-pajjiżi sinjuri li dawn il-problemi jissolvew.", "Ċertament li wieħed ma jistax jieqaf jitkellem fuq diversi aspetti ta' laqgħat bħal dawn.", "Jiena tal-fehma li pajjiż, żgħir kemm hu żgħir, jista' dejjem jibqa' jagħti kontribut.", "Riċentement kien hemm editorjal f'gazzetta lokali li staqsa għalfejn noqogħdu nitkellmu fuq il-kwestjoni bejn l-Iżrael u l-Palestinjani fil-parlament meta aħna m'aħniex kapaċi nsolvu l-problemi ta' pajjiżna.", "Inħoss li dan l-editorjal kien pwerili għax dan it-tip ta' diskors imur kontra l-missjoni li għandu kull politiku, hu fejn hu, li jagħmel dak li jista' mir-riżorsi li għandu.", "F'pajjiżna m'għandniex problemi ta' liberta' reliġjuża jew li d-dinjita' tal-bniedem m'hijiex imħarsa, pero' xorta rridu nagħtu l-fehma u l- kontibut tagħna fi kwestjonijiet bħal dawn.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 8 ta' Novembru 2000, fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT - GĦAR BARKA - TRASPORT", "20639.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi dwar l- estensjoni tas-servizz tal-karozza tal-linja għal Għar Barka, Rabat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "18921.", "MAJJALI", "20641.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana x'investigazzjonijiet saru dwar rapport li deher f'ġurnal lokali dwar il-kundizzjoni tal-majjal lokali fid-dawl tal- pożizzjoni tal-produtturi tal-majjal lokali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun iktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jrid kif ukoll jindika riferenza ċara għal liema rapport qed jirriferi.", "ĊENTRI TA' MONITORAĠĠ", "20669.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fejn se jkunu ċ-ċentri ta' monitoraġġ bis- satellita li se jkunu jafu fejn se jkunu s-sajjieda Maltin il-ħin kollu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed nistudjaw il-possibbiltajiet li dan iċ-ċentru jkun fid-dipartiment tas-sajd u akwakultura ġew amalgamat ma' l-operations unit ta' l-AFM.", "Inżid ngħid li ma hemm l-ebda importanza jew rilevanza partikolari għal post fejn ser ikun dan iċ-ċentru.", "SAJJIEDA DILETTANTI - LIĊENZJA", "20670.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk sajjieda dilettanti humiex se jkunu suġġetti għal liċenzja biex jistadu?", "Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm ħlas għal liċenzja jew permess?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.", "QORMI - TRIQ CORREA - ĠBIR TA' SKART", "20846.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu passi biex tibda tintuża vettura iżgħar biex tiġbor l-iskart fi Triq Correa, Ħal Qormi, biex jiġi evitat il-periklu li qed jinħoloq kuljum bil-vettura kbira li qed tintuża, peress li s-sewwieq ta' din l-istess vettura jkollha tirriversja tul it-triq, li hija one way, b'periklu kbir għal karozzi pparkjati u għan- nies li jkun mexjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanta tagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "QORMI - TRIQ CORREA", "20847.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex tibda tintuża vettura iżgħar biex tiġbor l-iskart fi Triq Correa, Ħal Qormi, biex jiġi evitat l-periklu li qed jinħoloq kuljum bil-vettura kbira li qed tintuża, peress li s-sewwieq ta' din l-istess vettura jkollha tirriversja tul it- triq li hija one way, b'periklu kbir għal karozzi pparkjati u għan-nies li jkun mexjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirriferi l- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "QORMI - ONE WAY", "20848.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru s-sinjali li juru ċar li l-parti ta' Triq il-Flora c/w ma' Correa Street, Ħal Qormi hija one way?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li hija r-responsabbilta` tal-kunsill lokali biex jara li s-sinjali tat-traffiku fil-lokalita` tiegħu juri b`mod ċar is-sistema tat-traffic management f`kull triq partikolari.", "Għaldaqstant, il-kunsilli lokali għandhom responsabbilta` li ma jkunx hemm nuqqasijiet f`dan ir-rigward.", "Fiċ-ċirkostanzi l-Onor.", "Interpellanta hija ġentilment mitluba tagħmel din id-domanda lill-ministru konċernat.", "DJAR - SKEMA 5", "20864.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Dwar applikazzjoni 5HA 111/2000, fejn ġie deċiż li skond Skema 5 l-assistenza tkun ta' Lm619, tikkunsidra l-awtorita' tad-djar li l-assistenza tkun għallinqas Lm800 minħabba l-ispiża qawwija tax- xogħlijiet meħtieġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li jagħmel spezzjoni fuq il-post, il-perit ta' l-awtorita' tad-djar jagħmel rapport fejn jiġi ndikat ix-xogħol meħtieġ u l-istima.", "Ir-rati wżati biex issir l-istima huma dawk li jkunu għaddejjin fis-suq.", "Fil-każ indikat mill-Onor Interpellant, meta l-perit ta' l-awtorita' mar fuq il-post l-applikant indika li xtaq jagħmel xi xogħolijiet li ma kenux imniżżla fl-applikazzjoni oriġinali iżda dawn ġew approvati wkoll.", "Ninsab informat li sal-lum l-applikant għadu ma ssottomettiex riċevuti tax-xogħlijiet magħmula, liema xogħlijiet iridu jiġu kkonfermati mill-perit ta' l-awtorita' tad-djar wara li din tirċievi riċevuti msemmija.", "MALTA RACING CLUB - KUMITAT EŻEKUTTIV", "20865.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20301, jista' l- Ministru jgħid minn min hu kompost il-kumitat eżekuttiv li twaqqaf fi ħdan il-Malta Racing Club?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat l il-kumitat eżekuttiv huwa kompost mis- sinjuri:", "|George Fenech|chairman | |Dr J J Vella |deputy chairman | |LL.D | | |Anthony |direttur | |Debono |maniġerjali | | |(amministrazzjoni) | |Charles |direttur (finanzi) | |Farrugia | | |Dione Drago |direttur (sports | | |chef) | |Charles Borg |direttur (proġetti)|", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - XIRI TA' KAROZZI", "20866.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20298?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "KULLEĠĠ MALTI TA' L-ARTI, XJENŻI U TEKNOLOĠIJA", "20868.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti talabx għajnuna finanzjarja, jew ta' xort'oħra mill-Unjoni Ewropea, sabiex jiġi mwaqqaf il-Kulleġġ Malti ta' l-arti, xjenza u teknoloġija?", "Jekk iva, kemm kienet din it-talba u kemm irċieva bħala għajnuna?", "Jista' jgħid kemm intnefqu flus s'issa sabiex jitwaqqaf dan il-kulleġġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TURIŻMU - HOSPITALITY - BREAKDOWN", "20869.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.19894, jista' jista' l- Ministru jagħti ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intnefqu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari nru.", "19894 jirriferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta' hospitality fl- Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor.", "Interpellant li joħroġ iċ- ċifra li talab.", "Dwar breakdown ta' kif intnefqet iċ-ċifra, m'għandix x'inżid mat-tweġiba li ngħatat mill-Prim Ministru għal mistoqsija parlamentari nru.", "19182 fuq l-istess suġġett.", "FINANZI - HOSPITALITY - BREAKDOWN", "20871.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.19893, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intnefqu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari nru 19893 jirriferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor.", "Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.", "Dwar breakdown ta' kif intnefqet iċ-ċifra, m'għandi xejn x'inżid mar- risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "19181 fuq l-istess suggett.", "POLITIKA SOĊJALI - HOSPITALITY - BREAKDOWN", "20872.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.19892, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intnefqu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persentaġġ ikkwotat f'mistoqsija parlamentari nru.", "19892 jirriferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor.", "Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.", "Dwar breakdown ta' kif intnefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għal mistoqsija parlamentari nru.", "19179 fuq l-istess suġġett.", "CRUISE LINER PASSENGER TERMINAL", "20881.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "20746, jista' l- Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi mressaq fil-parlament il-kuntratt li se jsir mal-consortium magħżul għal proġett tal-cruise liner passenger terminal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minħabba li n-negozjati mal-consortium għadhom għaddejin, il-gvern bħalissa mhux f'pożizzjoni li jagħti data għal meta l-kuntratt tal-proġett tal-cruise liner terminal ser jiġi mressaq fil- parlament.", "PULIZIJA - DINGLI - VETTURI", "20885.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li jitneħħew iż-żewġ vetturi abbandunati (Skoda u Morris) li hemm fi Sqaq il-Lhudi, l/o Dingli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ż-żewġ vetturi li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant tneħħew.", "TAX COMPLIANCE UNIT", "20898.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-persuni kollha li qegħdin jintervistaw lil dawk li applikaw biex jidħlu jaħdmu mat-tax compliance unit?", "Kemm applikaw persuni għal mal-unit?", "Kemm ġew reklutati s'issa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-persuni li qegħdin jintervistaw lil dawk li japplikaw biex jidħlu jaħdmu mat-tax compliance unit huma kif imsemmi hawn taħt.", "|Chairman|Mr Joseph |Tax | | |P. Portelli|Compliance | | | |Unit | |Membri |Mr Michael |MOF | | |Debono | | | |Mr Oliver |VAT | | |Vassallo |Department | | |Mr Paul |Inland | | |Barbara |Revenue | | | |Department |", "Għal dettalji dwar in-numru ta' nies li applikaw biex jaħdmu mat-tax compliance unit u dettalji ta' dawk li ġew reklutati s'issa nirriferik għar- risposti li ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "17955 u 20756 rispettivament.", "CONNECTIONS", "20903.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "20747, jista' l- Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi ffinalizzat il-kuntratt sabiex jinbeda x-xogħol fuq il-proġett Connections?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif japprezza l-Onor.", "Interpellant, ma tistax tgħid meta jkun finalizzat il-kuntratt għax dan jiddependi mit-tul tan-negozjati.", "PENSJONI", "20905.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hux qed tirċievi r-rata ta' pensjoni li suppost?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "19634.", "MOLL TA' ST.ANĠLU - ĠBID TA' FILM", "20906.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarx ħlas sabiex intuża l-moll ta' St. Anġlu u xi bini tal-madwar sabiex inġibed film ftit ġimgħat ilu?", "Min ħa dan il-ħlas?", "Kemm kien jammonta dan il-ħlas?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li saru pagamenti liż-żewġ consortia nvoluti fil-proġett tal-Kottonera.", "Saru wkoll pagamenti lid- dipartiment ta' l-artijiet u lil diversi kunsilli lokali.", "Rigward dawn ta' l-aħħar l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill- ministri konċernati.", "ANZJANI - BORMLA", "20907.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-anzjani residenti fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "Jista' jagħti lista tal-persuni fuq il-waiting list biex jidħlu f'din id-dar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PENSJONI", "20908.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għaddiet bord minħabba sitwazzjoni medika, hix intitolata għal xi pensjoni mit-teżor?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma jirriżultax li l-persuna msemmija hija ntitolata għal xi pensjoni mit-teżor.", "DJAR - BORMLA - MANUTENZJONI", "20909.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju mal-faċċata ta' Blk 1 Hubbard Flats, Bormla, peress li minħabba l-ħsara li hemm ir-residenti qed igergru li jidħollhom ir-riħ u l-ilma meta tkun ix-xita?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għal azzjoni meħtieġa.", "MOLL TA' SANT ANĠLU - FILM", "20910.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux ser jitnaddaf il-moll ta' Sant'Anġlu mit-trab li ntefa' waqt il-ġbid ta' film?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol fuq tindif tal- mollijiet inbeda l-ġimgħa l-oħra.", "MFSC - MSE - MDC - CENTRA BANK", "20922.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm individwi ġew appuntati mill-Ministeru biex jirrappreżentaw l-interessi tal-Gvern fl-MFSC, MSE, MDC u ċ-Central Bank u min huma?", "Kemm jitħallsu dawn l-individwi u x'benefiċċji għandhom?", "Kif intgħażlu dawn in-nies?", "X'inhuma d-doveri tagħhom u kull meta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ ta' l-MFSC l-gvern għandu dritt jappunta l-membri fuq il-bord tal-gvernaturi skond il- ligi li tirregola l-MFSC, cioe' Kap 330 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Il-kriterji tan-nomina tagħhom tinsab fil-liġi stess.", "Il-gvernaturi ma jirrappreżentawx l-interessi tal-gvern kif implikat f'mistoqsija parlamentari.", "Il-membri tal-bord jitħallsu onorarju annwali ta' Lm2,000 kull wieħed", "Iċ-chairman, iċ-chief executive u l-gvernatur tal-bank ċentrali ma jirċevux dan l-onorarju.", "Skond Att ta' l-1967 dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Bank Ċentrali huwa istituzzjoni awtonoma mmexxija minn bord tad-diretturi li hu kompost mill-gvernatur, id-deputat gvernatur u tliet diretturi.", "Il-gvernatur, u d-deputat gvernatur, skond il-liġi għandhom poteri eżekuttivi u huma appuntati mill-President ta' Malta fuq pariri tal-Prim Ministru.", "It-tliet diretturi l-oħra huma appuntati mill-Prim Ministru skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Bank Ċentrali.", "Għalhekk, b'rispett lejn l-awtonomija tal-Bank Ċentrali u l- provvedimenti tal-liġi nnifisha, l-ebda individwu ma hu appuntat mill-ministeru tal-finanzi biex jirrapreżenta l-interessi tal-gvern fil- Bank Ċentrali, filwaqt li għal Borża ta' Malta m'hemm l-ebda individwu appuntat.", "Fil-każ ta' MDC nitlob l-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "FINANZI - KONSULENTI", "20923.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu konsulenti l-ministeru fuq bażi part- time/temporanja u min huma?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandiex konsulenti part-time fil-ministeru tiegħi.", "IMPJIEGI", "20925.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru.", "20594 jista' l-Prim Ministru jispjega aħjar b'liema bażi persuni li jkunu servew sentenza ta' ħabs jieħdu jew iżżommu l-impjieg tagħhom mal-gvern jiddependi min-natura ta' l-offiża u l- grad ta' l-impjegat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fil-każ ta' persuni li kienu servew sentenza ta' ħabs, jidħlux fl-impjieg mal-gvern jiddependi miż- żmien li jkun għadda minn meta spiċċaw jiskontaw is-sentenza u l-kondotta tagħhom.", "Irrid inżid li wara ċertu żmien, u f'ċerti ċirkostanzi, sentenza ta' ħabs ma tibqax tidher fiċ-ċertifikat tal-kondotta.", "Rigward impjegati tal-gvern li jkunu weħlu sentenza ta' ħabs, hija fid- diskrezzjoni tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku jekk l-impjieg tagħhom jiġix terminat jew le.", "Ir-regolamenti tad-dixxiplina jipprovdu għal kunsiderazzjoni bbażata fuq in-natura ta' l-offiża, jekk din tkunx relatata direttament jew indirettament max-xogħol ta' l-impjegat.", "GĦAWDEX - MIŻBLA", "20926.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-ispiża tal-gvern sabiex titmexxa l-miżbla ġewwa Għawdex?", "ONOR GIOVANNA DEBONO: Jien informata li matul l-aħħar 12-il-xahar l-ispiża biex titmexxa l-miżbla ġewwa Għawdex kienet tammonta għal madwar Lm47,000.", "Iċ-ċifra tinkludi l-pagi tal-ħaddiema li jaħdmu fuq il-post.", "PA - ĦAL FAR - IMPJANT TAT-TARMAC", "20943.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista l- Ministru jgħid jekk waslulhiex xi lmenti l-awtorita ta' l-ipjannar dwar impjant tat-tarmac li qed jopera f'nofs l-industrial estate ta' Ħal Far?", "(Id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament).", "Jekk iva, saru spezzjonijiet?", "Dan l-impjant għandu permessi meħtieġa mill-awtorita ta' l- ipjannar?", "Jekk iva, jirriżultalha l-awtorita ta' l-ipjannar jekk dan ġiex mibni u hux qed jopera skond il-kundizzjonijiet imposti mill-awtorita ta' l- ipjannar?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' għandhiex konoxxenza dwar l- ilmenti li qed isiru minn ħaddiema f'dan l-industrial estate dwar fumes tossiċi li ħerġin minn dan l-impjant?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma jirriżultax li l-awtorita` ta` l- ippjanar qatt irċeviet ilmenti dwar impjant tat-tarmac li qed jopera f`nofs l-industrial estate ta` Ħal Far.", "Lanqas ma jirriżulta li hemm xi permessi maħruġa għall-impjant imsemmi.", "Teżisti iżda applikazzjoni PA 6000/97 li għadha pendenti.", "Ta` min jgħid ukoll li kien inħareġ avviż ta` twettiq ECF 21/98 kontra dan l-impjant.", "Fuq dan l-avviż ġew sottomessi żewġ appelli (369/98E u 74/98E), liema appelli għadhom pendenti.", "Il-prattika normali hija li ma titteħidx deċiżjoni jew azzjoni fuq appell jew avviż ta` twettiq qabel ma jkun hemm eżitu fuq l-applikazzjoni għal permess ta` żvilupp.", "L-awtorita` ta` l-ippjanar tinsab konxja mill-impatt li dan l-iżvilupp jista` jkollu fuq l-ambjent tant li f`Diċembru 1998 kienet talbet lill- applikant biex jissottometti EIA bħala parti mill-evaluazzjoni ta` l- applikazzjoni msemmija hawn fuq.", "F`Ottubru ta` din is-sena l-applikant issottometta l-lista ta` konsulenti għall-approvazzjoni ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar u d-dipartiment għal protezzjoni ta` l-ambjent.", "L-applikant għadu sal-lum ma ssottmettiex l-EIA, u għaldaqstant il-proċess ta` l- applikazzjoni ma jistax jipproċedi.", "FUMES TOSSIĊI", "20944.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-antipollution unit fi ħdan il-Ministeru ta' l-Ambjent waslulhiex ilmenti dwar impjant tat-tarmac li qed jopera f'nofs l- industrial estate ta' Ħal-Far?", "(Id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament).", "Jekk iva, x'passi ttieħdu, xi spezzjonijiet saru, meta saru u jekk irriżultax li dan għandu antipollution filter kif suppost?", "Billi diversi ħaddiema f'dan l-estate qed jilmentaw minn fumes tossiċi minn dan l-impjant, jirriżulta jekk dan l-impjant tat-tarmac hux qed jopera kif suppost?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ewwel ilment wasal fit- 12 ta' Marzu 1999.", "Saret site inspection dakinhar stess.", "Instab li Penza construction kellhom problema bil-bag filters.", "Instab ukoll li d-ditta msemmija kienet qabdet konsulent biex itiha parir kif issolvi l-problema.", "Inbidlu l-filters u s-sitwazzjoni rritornat għan-normal.", "Id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent irċieva lment ieħor fit-23 ta' Ottubru, 2000.", "Saret spezzjoni oħra u rriżulta li reġa' kien hemm problema bil-bag filters.", "Din id-darba ġew informati l-pulizija u d-dipartiment tas-saħħa biex jaraw jistgħux jieħdu passi skond il-liġi.", "FOOD POISONING", "20945.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa ħax passi neċessarji kontra caterer ta' l-ikel tat-tiġijiet jew is-suppliers tiegħu, li allegatament ikkawżaw food poisoning (minħabba salmonella) lil diversi persuni li kellhom jingħataw kura l-isptar nhar l-10 ta' Lulju, 2000?", "Jekk għadhom ma' tteħdux passi legali neċessarji, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jittieħdu u jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "20945, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn investigazzjoni tad- dipartiment tas-saħħa pubblika jirriżulta li ma kien hemm l-ebda food poisoning minn caterer tat-tiġijiet jew suppliers tiegħu, nhar l-10 ta' Lulju, 2000.", "MALTA PRIVATISATION CO PLC", "20946.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm nies ingaġġati mal-Malta Privatisation Co Plc?", "X'inhu r-renumerazzjoni tad-diretturi tal-kumpanija?", "Il-gvern se jillimita ruħu li jixtri securities li jkun diġa' jinsabu fis-suq, bħal stocks tal- gvern u bills tat-teżor, jew ser jixtri minn dawn ukoll meta jkun hemm ħarġiet ġodda jew rolled over stock?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kumpanija Malta Government Privatisation p.l.c. ma għanda l-ebda ħaddiema ngaġġati magħha.", "Ir-renumerazzjoni tad-diretturi tal-kumpanija għadha ma ġietx stabilita mix- shareholders, u għaldaqstant s'issa ħadd mid-diretturi m'hu jieħu xi renumerazzjoni.", "Fil-rigward tal-fondi miġbura mill-bond issue li bħalissa qed tiġi sottoscritta, hija l-policy tal-kumpanija li dawn jiġu nvesttiti f'stocks tal-gvern u treasury bills li diġa' jinsabu fuq is-suq.", "THE GLORIOUS FEW PRODUCTION CO LTD", "20947.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-għan tal-kumpanija The Glorious Few Production Co Ltd li ġiet imwaqqfa bi sħab bejn il-Malta Government Investments Ltd u l-MIMCOL?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORMI - EMBELLISHMENT PROJECT", "20948.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se jibda l-embellishment project għal ġnien f'Tal-Blat, housing estate, Qormi (non-council task)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 f'seduta nru.", "392.", "QORMI - VALLEY ROAD - TOROQ", "20949.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta' paving ġewwa Valley Road, Qormi? (non-council task)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 f'seduta nru.", "392.", "ŻEBBUĠ - TRIQ SIDTNA TA' L-ANĠLI", "20950.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta' paving ġewwa Triq Sidtna ta' l- Anġli, Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 f'seduta nru.", "392.", "ŻEBBUĠ - TRIQ IL-KNISJA", "20951.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta ser jibda l-embellishment ġewwa Triq il-Knisja, Ħaż- Żebbuġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 f'seduta nru.", "392."]} {"filename": "20020918_787d_par.doc", "date": "2002-09-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 787 L-Erbgħa, 18 ta' Settembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 787", "L-Erbgħa, 18 ta' Settembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "787", "L-Erbgħa, 18 ta' Settembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 280", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 280", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS (KUMITAT)", "SPORTS BILL (COMMITTEE STAGE) 286", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA' KWALIFIKI (TIELET QARI)", "MUTUAL RECOGNITION OF QUALIFICATIONS BILL (THIRD READING) 305", "AĠĠORNAMENT 306", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 311", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 785 li saret fis-17 ta' Settembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "REĠISTRU ELETTORALI - MSIDA", "34851.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-familja li nħarġitilhom karta ta' identita' ġdida dan l-aħħar - id-dettalji dwar din il-familja qed jintbagħtu separatament - ma jidhrux fir-reġistru elettorali ta' April 2002 fl-istess triq indikata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Il-familja indikata tidher fir- reġistru elettorali ta' April 2002 fi Triq Sant' Andrija, Msida, wara li parti mit-Triq it-Torri ngħatat l-isem ġdid ta' Triq Sant' Andrija.", "Il- karta ta' l-identita` l-gdida inħarget kif suppost fuq Triq it-Torri, Msida, wara li f'Mejju 2002 nġibdet l-attenzjoni ta' l-uffiċċju elettorali waqt it-tiġdid tal-karti ta' l-identita` fl-iskola ta' l-Imsida.", "Fir-reġistru elettorali li jmissu jkun ippubblikat f'Ottubru li gej, din il- familja se tidher fi Triq it-Torri, Msida, sakemm ma ssirx xi applikazzjoni għal xi tibdil ta' l-indirizz sat-30 ta' Settembru, 2002.", "INTERN U AMBJENT – BENEFIĊĊJI GĦALL-MEMBRI TAL-BOARDS", "35003.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinformani x'benefiċċji u kondizzjonijiet oħra - kumpens finanzjarju, mobile phones, karozzi eċċ - għandhom il-membri tal-boards li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Minisru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nagħmel domanda li forsi hija pjuttost ta' natura ġenerika.", "Bħala linja ġenerali, dawn il-benefiċċji jiġu deċiżi ad hoc jew hemm xi linji gwida?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mingħajr ma nagħmel riferenza partikolari għal xi waħda minnhom għax jista' jkun hemm xi eċċezzjoni, hemm linji gwida maħruġa mill-uffiċċju tal-prim ministru dwar kategorizzazzjoni ta' bordijiet u kumpanniji u r-renumerazzjoni għall-kategorija kif għandha tkun.", "Żgur li b'mod ġenerali, dawn il-bordijiet u kummissjonijiet huma kollha skond dawn il-linji gwida li jkunu ħarġu.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA – BENEFIĊĊJI GĦALL-MEMBRI TAL-BOARDS", "35004.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Farrugia) staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinformani x'benefiċċji u kondizzjonijiet oħra - kumpens finanzjarju, mobile phones, karozzi eċċ - għandhom il-membri tal-boards li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:", "Fil-każ tal-board tal-bennejja, iċ-chairperson għandu Lm8 kull seduta waqt li l-membri mhux impjegati tal-gvern għandhom Lm6 kull seduta u l-membri impjegati tal-gvern għandhom Lm4.50 kull seduta, l-istess bħas-segretarju tal-board.", "Fil-każ tal-board ta' l-inġinerija, iċ-chairperson għandu Lm11 kull seduta waqt li l-membri għandhom Lm8 kull seduta.", "Is-segretarju waqt il-ħin tax- xogħol għandu Lm6 kull seduta, waqt li wara l-ħin tax-xogħol għandu Lm8 kull seduta.", "Fil-każ tal-board tal-warrants tal-periti, iċ-chairperson għandu Lm11 kull seduta waqt li l-membri għandhom Lm8 kull seduta.", "Is-segretarju waqt il-ħin tax-xogħol għandu Lm6 kull seduta, waqt li wara l-ħin tax-xogħol għandu Lm8 kull seduta.", "Fil-każ tal-board ta' l-awtorita` għar-riżorsi, iċ-chairperson għandu onorarium ta' Lm7,000 fis-sena, karozza, xufier u faċilitajiet telefoniċi.", "Il-membri għandhom onorarium ta' Lm1,500 fis-sena, waqt li s-segretarju għandu onorarium ta' Lm1,500 fis-sena.", "Fil-każ tal-BICC iċ-chairperson għandu Lm9,621 għas-sena 2002, karozza u faċilitajiet telefoniċi, waqt li l-membri u s-segretarju m'għandhom xejn.", "It-tliet kumitati għar-riabilitazzjoni (Valletta/Floriana, Mdina u Kottonera) huma volontarji u l-membri ma jgawdu l-ebda benefiċji.", "Iċ- chairperson jingħata kumpens ta' Lm1,000 fis-sena għax-xogħol li jagħmel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Filwaqt li nifhem li jista' jkun hemm ċerti linji gwida, kif qal preċedentement il-Ministru Gatt, iżda meta tqabbel it- tabelli li ngħataw mill-ministru ta' l-intern u l-ambjent u mill-ministru għar-riżorsi u l-infrastruttura tara li hemm diskrepanzi sħaħ.", "Jiena naħseb li sta għal kull ministeru jew dipartiment konċernat li jiddeċiedi kemm il-membri tal-bord jitħallsu.", "Biex nieħdu eżempju prattiku, hawnhekk għandna li ċ-chairperson tal-board tal-bennejja jitħallas Lm8 kull seduta u l-membri jieħdu bejn Lm4.50 u Lm6.00, iżda mbagħad jekk nieħdu l-board ta' l-awtorita' għar-riżorsi nsibu li dawn jieħdu l-eluf.", "Mill-informazzjoni li ngħatajt jidher li qisu m'hemmx linji gwida ta' kemm jitħallsu imma sta għas-segretarju permanenti jew inkella għal xi ħaddieħor li jiddeċiedi ad hoc.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, jien m'għandix dettalji eżatti pero' nikkonferma li hemm linji gwida.", "Naħseb li jkun għaqli jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda parlamentari dwar il-linji gwida x'inhuma.", "Jiena l-bieraħ stess irrispondejt domanda simili li saret lili u meta rajt ċerti diskrepanzi staqsejt dwarhom u fil-fatt tawni lista ta' linji gwida – partikolarment għall-ministeru tiegħi - biex jiġġustifikaw dawk il- variations.", "Jien lest li lill-Onor.", "Interpellant inġiblu linji gwida inġenerali ħalli jkollu spjega aħjar ta' dawn il-varjazzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Min ma jattendix għal dawn il-laqgħat xorta waħda jitħallas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-ministeru tiegħi ma jitħallsux u naħseb li ministeri oħra jimxu fuq l-istess linja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Filwaqt li nilqa' is-suġġeriment tal-Ministru, jikkonferma li donnu hemm żewġ tipi ta' linji gwida, dak li huwa ġenerali u dak li huwa partikolari għal kull ministeru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Li nista' nikkonferma hu li ċerti boards fil- ministeru tiegħi ma jaqblux mar-remunerazzjoni li hawn hawnhekk u allura ovvjament għandi nifhem li hemm linji gwida differenti.", "Għalhekk li ssuġġerejt li ssir din it-tip ta' domanda biex wieħed ikun jista' jagħmel paragun aħjar.", "GĦAWDEX – BENEFIĊĊJI GĦALL-MEMBRI TAL-BOARDS", "35005.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tinformani x'benefiċċji u kondizzjonijiet oħra - kumpens finanzjarju, mobile phones, karozzi eċċ - għandhom il-membri tal-boards li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Jien informat li l-membri tal-boards u kumitati li jaqgħu taħt il- ministeru għal Għawdex m'għandhom l-ebda benefiċċju.", "OPM – BENEFIĊĊJI GĦALL-MEMBRI TAL-BOARDS", "35006.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jinformani x'benefiċċji u kondizzjonijiet oħra - kumpens finanzjarju, mobile phones, karozzi eċċ - għandhom il-membri tal-boards li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-membri tal-boards li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħi jirċievu kumpens jew benefiċċju, fejn hu l- kaz, kif jidher mit-tabella li qiegħed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra għal xoghol li jagħmlu fir-rigward ta' dawn il-boards.", "POLITIKA SOĊJALI – BENEFIĊĊJI GĦALL-MEMBRI TAL-BOARDS", "35007.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani x'benefiċċji u kondizzjonijiet oħra - kumpens finanzjarju, mobile phones, karozzi eċċ - għandhom il-membri tal-boards li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – BENEFIĊĊJI GĦALL-MEMBRI TAL-BOARDS", "35008.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformani x'benefiċċji u kondizzjonijiet oħra - kumpens finanzjarju, mobile phones, karozzi eċċ - għandhom il-membri tal-boards li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant se titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ħa niżvija ftit mill-mistoqsija oriġinali, Sur President.", "Xi ftit taż-żmien ilu hawn ġew konna tkellimna fuq bankini u l- ilmenti tal-moviment ħbieb persuni b'diżabilita' dwar il-policy li fejn isiru l-garages, ikollhom ukoll aċċess għad-dar peress li huma ħafna dawk li jsibu diffikulta' biex jgħaddu minn fuq il-bankina.", "Bħalissa qed isiru bankini ġodda fis-Swieqi u għalkemm ix-xogħol li qed isir huwa sabiħ, jekk tħares lejhom biss tara roller-coaster u kulmin jimxi minn fuqhom – qed nirriferi mhux biss għal persuni b'diżabilita' – isib diffikulta'.", "Jidhirli li m'hijiex ħaġa loġika li qed nagħmlu xi ħaġa ġdida u li min hu responsabbli għax-xogħol immedjat li qed isir m'huwiex qed jinduna li dawn qed joħolqu ħafna diffikultajiet.", "Ma nistgħux naraw li jekk hemm blanket policy, din tinbidel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naturalment il-policy hi li tagħmel bankina ta' livell wieħed fejn dan ikun possibbli, pero' sfortunatament għandna sitwazzjoni fejn mhux kulħadd josserva l-livelli tal-bini li jkunu ngħataw uffiċjalment mill-awtoritajiet konċernati u allura jkun hemm id-diffikulta' - xi ħaġa li taraha anke fuq bankini li jkunu qed isiru ġodda – li biex takkomoda lil diversi persuni li jkollhom garage, ikun hemm dawk in-naqriet fejn il-bankina daqqa tkun baxxa u daqqa tkun għolja.", "Idealment biex ma jkunx hemm dan il-mewġ, ma jridx ikun hemm dawk l-inżul u t-tlugħ f'dawn il- garages.", "Biex isir dan, nappella li kulmin ikun b'xi mod qiegħed jagħmel kostruzzjoni biex josserva kemm jista' jkun il-livelli li jkunu ngħataw.", "Mill-esperjenza nista' ngħid li kważi f'kull triq li nkunu qegħdin nagħmlu, naffaċċjaw id-diffikulta' li naħa waħda tat-triq tkun aktar għolja jew inkella aktar baxxa min-naħa l-oħra u f'post li jkun appoġġ ma' xulxin, fejn suppost il-livelli li jkunu ngħataw ma jkunux aktar minn ftit ċentimetri differenza minn xulxin, ikun hemm anke metru differenza.", "U mbagħad miskin hu d-direttorat tat-toroq u miskin hu l-kuntrattur li jkun qed jagħmel ix-xogħol biex jibni t-triq u jipprova jilħaq bilanċ li sfortunatament ħafna drabi jkun kważi impossibbli li tilħqu!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati bejn il-gvern u l-kunsill lokali tal-Gudja dwar l-area Tax-Xlejli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt id-direttorat tat-toroq u l-kunsill lokali tal-Gudja m'huwiex qed jitkellem fuq l-area tax-Xlejli biss imma qed jitkellem fuq xogħlijiet li jridu jsiru fil-lokalita' tal-Gudja kollha kemm hi.", "Jiġifieri d-dipartiment u l-ministeru - ħafna drabi dħalt fid- diskussjonijiet jien ukoll - fl-ebda ħin ma tkellem fuq din l-area partikolari.", "Id-diskussjonijiet li kien hemm kienu marbuta ma' xogħlijiet li huma meħtieġa fil-Gudja u nista' ngħid li wara diversi diskussjonijiet u wara diversi bidliet, la d-direttorat tat-toroq u lanqas il-kunsill lokali ma kienu kuntenti b'ċerti kondizzjonijiet li kienu qegħdin jiġu mitluba li jiffirmaw għalihom.", "Pero' dawn l-anomaliji u diffikultajiet kollha ġew sorvolati u nistenna li fil-ġranet li ġejjin, ikun hemm il-firma tal- kuntratt bejn iż-żewġ naħat proprju biex xogħlijiet li huma meħtieġa f'dik il-lokalita', ikunu jistgħu jsiru.", "Nispera wkoll li issa li nkunu għaddejna minn dan l-eżerċizzju mal-kunsill lokali tal-Gudja u jkunu sorvolati dawn id-diffikultajiet, aktar kunsilli lokali madwar Malta jikkupjaw lil dan il-kunsill lokali partikolari u jaslu huma wkoll f'arranġament mad-direttorat tat-toroq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplementari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, filwaqt li nirrikonoxxi l-progress kbir li sar f'numru kbir ta' toroq f'dawn l-aħħar sentejn, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tar-roads department vis-a-vis toroq li tista' tgħid li huma arterji prinċipali, u cioe' jekk dawn jaqgħux taħt il-gvern jew il-kunsill lokali?", "Biex inkun aktar speċifiku, għandi f'moħħi Triq il- Qaliet f'Wied il-Għajn, arterja prinċipali li tgħaqqad ir-Ramla ta' San Tumas maċ-ċentru ta' Wied il-Għajn, triq wiesgħa li minnha jgħaddi ammont ta' traffiku.", "Jekk ngħid li hija agħar minn wiċċ il-qamar, I would be doing it an injustice!", "F'dan il-każ jidher li l-kunsill ta' Wied il-Għajn m'huwiex anzjuż li jagħmilha jew għax jaħseb li ma taqax taħtu jew għax tant hi kbira li probabbli l-ispiża hija enormi.", "Biex tkompli tgħaqqad bħalissa qed issir il-promenade mill-ħaddiema tal-gvern għax din it-triq qiegħda mal-baħar u qiegħda fi stat diżastruż.", "Ovvjament dalwaqt tiġi x-xitwa u wieħed jistenna li tkompli tiddeterjora.", "F'sitwazzjonijiet bħal dawn, jassumi r- responsabbilta` ir-roads department jew il-kunsill lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, it-toroq delineati bħala toroq arterjali jew distributorji jeżistu fuq pjanta li hija annessa ma' l-Att dwar il- Kunsilli Lokali li tindika preċiż liema huma t-toroq arterjali u liema huma t-toroq distributorji u allura kull kunsill lokali – jista' jkun ta' Wied il-Għajn jew ta' xi lokalita' oħra – żgur m'għandux l-iskuża li jgħid li ma jafx fejn huma r-responsabbiltajiet tiegħu.", "Jiġifieri t-toroq distributorji u toroq arterjali huma magħrufin għax huma indikati fuq pjanti għal tapposta li kull kunsill lokali ċertament li għandu kopja tagħhom, almenu fejn jirrigwarda l-lokalita' partikolari li tkun responsabbilta' tiegħu.", "Inżid ngħid ukoll – xi ħaġa li forsi wieħed ikompli jirrepetiha wkoll – li dawk it-toroq li jkunu qatt ma saru huma responabbilta' tal-gvern ċentrali u mhux tal-kunsill lokali.", "Il-kunsill lokali attwalment huwa responsabbli mit-toroq li xi darba jkunu saru.", "Ladarba llum drajna nagħmlu toroq bit- tarmac, diversi kunsilli lokali qegħdin jippretendu – kienet deċiżjoni tal- kunsill lokali tal-Gudja rigward tax-Xlejli – li dawk it-toroq li ma kenux magħmula bit-tarmac imma kienu magħmula antikament permezz tal-famuż żrar u qatran, il-wiċċ ta' dawn it-toroq għandu jingħata mill-gvern ċentrali.", "Din m'hijiex ir-realta' tal-liġi u lanqas hija r-realta' ta' l-obbligi li għandhom il-kunsilli lokali.", "Għar-rigward ta' Triq il-Qaliet, jekk niftakar sewwa din m'hijiex triq arterjali u m'hijiex distributorja u allura f'dak il-każ taqa' taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' il-Ministru jgħid skond l-agreement li sar dwar l-area Tax-Xlejli, kemm-il kilometru ta' tarmac se jingħata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, bl-amment ma nafx kemm-il kilometru ta' tarmac se jingħata pero' l-agreement li sar - li forsi aktar 'il quddiem meta jiġi ffirmat, ikolli l-okkażjoni npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra - ma jitkellimx fuq kejl partikolari ta' tarmac li għandu jingħata fl-area tax- Xlejli biss imma jitkellem b'mod ġenerali dwar il-mod kif isiru t-toroq tal- Gudja kollha, min hu responsabbli ta' dan ix-xogħol u kif jitħallas il- kuntrattur u l-kunsill lokali li jagħmlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fejn teżisti triq li parti minnha tkun ġiet asfaltata tul il-medda tas-snin u l-parti l-oħra tkun għadha ma saritx, kif wieħed se jiddeċiedi jekk ir-responsabbilta' tagħha taqax fuq il-kunsill lokali jew fuq il-gvern ċentrali?", "Għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq triq waħda u ma jistax ikun li biċċa minnha tkun f'idejn il- kunsill lokali u l-biċċa l-oħra f'idejn il-gvern!", "Lanqas ma nemmen li f'każi bħal dawn ir-responsabbilta' ta' dawn it-toroq għandha tkun tal- kunsill lokali għax finalment il-budget huwa ristrett għall-gvern, aħseb u ara għall-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-linja ġenerali li tintuża hija li fejn għandek triq li parti minnha qatt ma tkun saret, dik tkun responsabbilta' tal-gvern ċentrali li jagħmilha.", "Hawnhekk wieħed irid iħares ukoll lejn id- diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.", "Jiena ma nistax nimmaġina sitwazzjoni fejn għandek triq li 20% minnha kienet xi darba ngħatat wiċċ, u meta tiġi biex tirranġaha tagħmel 80% minnha li qatt ma tkun saret u ma tagħmilx il-kumplament.", "Mill-banda l- oħra, jekk għall-kuntrarju għandek it-80% tat-triq li tkun saret u l- kumplament ma jkunx sar, forsi għax ikun fadal plot jew tnejn illi l-Bambin biss jaf kemm inħolqu problemi matul is-snin, meta tiġi biex tagħmel dik it- triq ma tistax ma tagħmilx dik il-biċċa żgħira wkoll.", "U hawnhekk forsi fejn wieħed irid ikun aktar realistiku u jaffaċċja dawn id-diffikultajiet, pero` naturalment trid tara xi tkun il-pożizzjoni ta' dik it-triq partikolari.", "Idealment fejn għandek triq li tkun kważi kollha lesta, hija dik il-biċċa ż- żgħira biss li ssir mill-gvern ċentrali u viċe-versa fejn għandek triq li kważi kollha m'hijiex lesta u biċċa żgħira biss li hija lesta.", "Hemmhekk imbagħad tagħmel it-triq kollha, pero` m'hemmx xi hard and fast rule li trid tintuża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru għandu statistika dwar kemm-il kilometru ta' toroq ġew irranġati jew saru mill-gvern ċentrali f'din il-leġislatura u kemm kienet l-ispiża totali tagħhom?", "Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l- policy tar-roads department meta jiltaqa' ma' sitwazzjoni fejn biċċa mit- triq tkun taqa' taħt kunsill lokali partikolari u l-biċċa l-oħra tkun taqa' taħt kunsill lokali ieħor?", "Din is-sitwazzjoni diġa' ltqajna magħha meta parti minn Triq ir-Ramla, fid-daħla ta' San Tumas, li taqa' taħt il-kunsill lokali ta' Wied il-għajn, ingħatat wiċċ ġdid ta' tarmac filwaqt li l-parti l-oħra li taqa' taħt il-kunsill lokali taż-Żejtun, ma saritx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naturalment kellna diversi sitwazzjonijiet simili għal din li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant fejn kunsill lokali jagħmel parti minn triq u l-kunsill lokali adjacent ma' dak l-istess kunsill lokali, ma jagħmilx il-parti l-oħra ta' l-istess triq li tkun taqa' taħt konfini differenti.", "Wieħed jista' jgħid li f'każi bħal dawn il-gvern ċentrali ftit li xejn jista' jagħmel għax se mai il-kollaborazzjoni li għandha tkun bejn tal-kunsilli bejniethom.", "Għalkemm din m'hijiex sitwazzjoni ideali, ikun tajjeb jekk żewġ kunsilli lokali differenti li t- tnejn huma responsabbli ta' l-istess triq, jikkollaboraw bejniethom.", "Kien hemm okkażjonijiet fejn jiena tajt statistika dwar kemm-il kilometru ta' toroq ġew irranġati jew saru mill-gvern f'dawn l-aħħar erba' snin, pero` hawnhekk m'għandix din l-informazzjoni.", "Li nista' ngħid hu li kien hemm aktar minn 300 triq li ġew mogħtija wiċċ ġdid.", "Dan ma jfissirx li ngħataw biss żewġ pulzieri ta' tarmac imma jkunu saru s-servizzi u xogħlijiet l-oħra taħt l-art u prattikament tkun qed tibni dik it-triq mill- qiegħ.", "B'mod ġenerali wkoll nista' ngħid li f'dawn l-aħħar snin intefqu madwar Lm30 miljun biex isiru toroq arterjali u toroq lokali.", "Dan ma jinkludix l- ammont ta' flus li diversi kunsilli lokali jkunu nefqu – jekk m'iniex sejjer żball Lm2 miljun jew Lm3 miljun kull sena – biex jagħmlu upgrading ta' toroq fil-lokalita` tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk it-triq li semma' seħibna l-Onor.", "Galea, taqax taħt il-gvern ċentrali jew inkella taħt il-kunsill lokali taż-Żejtun?", "Ladarba fit-trattat li sar bejn il-kunsill lokali tal-Gudja u r-roads department ma ssemmewx kemm kilometri ta' tarmac se jsiru, jista' għallinqas jgħid jekk kemm hi s-somma ta' flus li se tintefaq?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm numri ta' kilometri ta' toroq se tkun tkopri din is- somma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, safen naf jien it-triq li semma' l-Onor.", "Galea aktar kmieni hija responsabbilta' tal-kunsill lokali taż-Żejtun.", "(Interruzzjonijiet) Kieku l-parti li tkompli ma' l-istess triq ma kenitx responsabbilta' tal-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn, żgur dan il-kunsill ma kienx se jagħmilha hu!", "Safejn naf jien, l-agreement li sar mal-kunsill lokali tal-Gudja ma jitkellimx fuq ammont ta' flus partikolari, pero' nispera li l-ġimgħa d- dieħla jew ta' wara nkun f'pożizzjoni li npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dan l-agreement li sar bejn iż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Meta hemm il-ħsieb li tkun lesta t-triq ta' Burmarrad, issa li din ilha għaddejja mhux ħażin bħal ħafna toroq primarji oħrajn?", "Rigward it-triq li semma l-Onor.", "Galea, jien naħseb li minkejja li l- kunsill ta' Wied il-Għajn għamel il-parti li taqa' fil-konfini tiegħu, peress li din it-triq hija kollha kemm hi arterja, probabbli kieku l- kunsill daħal bi ftehim mal-gvern biex jagħmel parti minnha u mbagħad jieħu l-flus lura – bil-ftehim li ġie msemmi fil-Kamra diversi drabi – kien ikun aħjar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiena m'iniex se noqgħod inmeri lill- Onor. Interpellant jekk din it-triq hijiex waħda arterjali jew le.", "L- informazzjoni li għandi hi li din m'hijiex triq arterjali u anke mill- esperjenza, ma tantx naf li l-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn jidħol biex jagħmel xogħol li huwa responsabbilta' tal-gvern ċentrali, anzi pjuttost jagħmel bil-maqlub, u cioe` li xogħol li jkun sar mill-gvern ċentrali jgħid li għamlu hu!", "Għar-rigward it-triq ta' Burmarrad, ix-xogħol fuqha ilu għaddej għal madwar sena u tliet xhur - suppost li tlesta pero' kif nafu għadu m'huwiex lest – iżda hawnhekk wieħed irid jaċċenna għall-problemi li kontinwament niltaqgħu magħhom.", "Jekk wieħed jgħaddi minn fuq il-parti l-lesta ta' din it-triq jara li kien hemm postijiet fejn kellna nordmu metru u nofs u aktar ta' materjal biex inkunu nistgħu nillivellaw it-triq.", "Hemm postijiet oħra fejn qed ikollna nneħħu kważi metru ta' materjal biex isir il-wiċċ finali u l- ammont ta' xogħol li huwa mdaħħal hawnhekk huwa sostanzjali.", "Din m'hijiex skuża għall-kuntrattur biex ma jlestix ix-xogħol fil-ħin u m'hijiex skuża għall-kuntrattur biex ikun jista' jtawwal iż-żmien, pero' dawn huma realtajiet li jista' jarahom kulmin jgħaddi minn dawn l-inħawi.", "Jiena qed nistenna li aktar tard matul din is-sena, il-parti sa Targa Gap tkun lesta biex imbagħad ikunu jistgħu jinbdew fażijiet oħra ta' l-istess xogħol.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS", "SPORTS BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-18 ta' Settembru, 2002)", "Klawsola 2 - Tifsir.", "(Kont)", "Clause 2 - Interpretation.", "(Cont)", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nistaqsi jekk il-kliem \"ordnata, preskritt\" u \"preskritt u ordnata\" għandhomx l-istess tifsira.", "L- Onor. Frendo kien se jgħid xi ħaġa u kien sar il-ħin.", "Ma nafx jekk għandux xi kummenti.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Il-kelma preċiża bl- Ingliż hija \"prescribed\" u l-aħjar soluzzjoni tal-kelma \"prescribed\" bil- Malti hija l-kelma \"ordnata\".", "Il-kelma \"preskritt\" kif użata fit-test Malti m'hijiex l-aħjar soluzzjoni tal-kelma \"prescribed\" u għal dan il-għan il- kelma \"ordnata\" hi f'lokha.", "Jista' jkun li l-kelma \"ordnata\" qed tirreferi aktar għal dawk il-faċilitajiet li jistgħu ikunu trasferiti mill- gvern jew mill-kunsill Malti u dik is-sezzjoni qed inħarsu lejha b'mod komprensiv u allura nixtieq inħalluha għal iktar tard.", "THE CHAIRMAN: Dik kienet posposta.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Peress li kienet posposta m'għandniex għalfejn nidħlu għalissa fil-kwestjoni tal-kelma \"ordnata\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Aħna qed ngħidu li l-kelma \"ordnata\" hija t- traduzzjoni ta' \"prescribed\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed ngħidu li se nħalluha għal wara.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nistaqsi jekk hu se nippostponuha.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-mistoqsija li rrid nagħmel hija jekk għandniex nagħmlu definizzjoni ta' \"kunsill lokali\".", "F'ċerti liġijiet oħrajn meta jkun hemm riferenza għall-kunsill lokali nagħmlu li \"kunsill lokali\" tfisser \"il-kunsill imwaqqaf bil-liġi ta' l-1994\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma jidhirlix li hawn xi definizzjoni oħra għall- kunsill lokali.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Id-definizzjoni m'hijiex qegħda hemm u qed nistaqsi għandhiex tkun.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIET: Din ma teżistix.", "Il-frażi \"kunsill lokali\" f'Malta tintuża' f'kuntest wieħed.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien ħadtha minn liġijiet oħrajn u f'dawk li rajt kull fejn hemm il-frażi \"kunsill lokali\", hemm tifsira.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandi l-ebda problema li eventwalment issa meta ndaħħal ċerti reviżjonijiet tad-definizzjonijiet nippreċiżaw id- definizzjoni ta' \"kunsill lokali\" Dan biex nipprevedu xi affarijiet.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jekk jingħata parir legali li m'għandhiex għalfejn issir, jien noqgħod fuq il-parir legali li jagħtu.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ħadt nota ta' dan.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għandi mistoqsija żgħira fuq is-sena' finanzjarja.", "Naf li din ġiet diskussa u waqafna fiha.", "Nistaqsi x'kienet ir-raġuni għalfejn ġie deċiż li s-sena finanzjarja tibda fl-1 ta' Ottubru u tagħlaq fit-30 ta' Settembru tas-sena' ta' wara.", "Nistaqsi jekk qisux li din issir bħas-sena' kalendarja.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawnhekk użajna mudelli ta' entitajiet oħrajn li twaqqfu.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Dak li għidt għall-kunsilli rrid ngħidu għat-tifsira ta' Malta.", "F'ċerti klawsoli ssemmiet il-kelma \"Malta\".", "Nixtieq nistaqsi x'nifhmu fil-Kostituzzjoni meta ngħidu \"Malta\".", "\"Malta\" tfisser il-gżejjer Maltin jew inkella l-gżira ta' Malta waħedha?", "L-eżempju qiegħed fi klawsola 3(2) fejn f'parti mid-dikjarazzjoni ta' prinċipju nsemmu \"lokalitajiet differenti f'Malta\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien ngħid li Malta hija l-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Din il-kwestjoni ġieli nqalgħet u jeħduha skond il- Kostituzzjoni ta' Malta.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Malta hija d-definizzjoni ta' \"Malta\" fil- Kostituzzjoni.", "Naħseb li din hija bażika.", "Ma naħsibx li hemm bżonn tifsira għax kieku narawha f'kull liġi.", "Kull liġi tapplika għal Malta.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'liġijiet oħrajn insibu t-tifsira ta' Malta.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Forsi f'ċerti liġijiet ikun hemm id-distinzjoni bejn Malta u Għawdex imma f'din il-liġi \"Malta\" tfisser Malta bħala pajjiż.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien qed ngħid li għandna ngħidu li meta nirreferu għal Malta nkunu qed nirreferu għat tifsira ta' Malta fil-Kostituzzjoni.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma naħsibx u ma naqbilx.", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, aħna neħħejna l-kelma \"Maltin\" u se tiġi mħassra t-tifsira tagħha.", "Hekk konna ftehmna.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hekk hu, din m'għandhiex x'taqsam.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk m'għandniex li \"Malta\" tfisser \"Malta\" kif hija mfissra fil-Kostituzzjoni.", "Is-Segretarju Parlamentari qed jikkonferma li fejn għandna l-kelma \"Malta\" bħal fi klawsola 3(2), qed nirreferu għal dik li hemm fil-Kostituzzjoni.", "Jista' jkun li dan ma jinftehimx ċar.", "B'dan il-mod nistgħu ngħidu li Għawdex hu eskluż.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li dan huwa kumment pjuttost frivolu għax aħna ngħidu r-Repubblika ta' Malta u mhux ir-Repubblika ta' Malta u Għawdex .", "ONOR.", "CARMELO ABELA: X'inhi d-diffikulta`?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'affarijiet ovvji u meta wieħed ikollu xi diffikulta` jrid imur għad-definizzjoni bażika.", "Ma jistax ikun noqogħdu nagħmlu definizzjoni għal kull ħaġa.", "Naħseb li m'hemmx taħwid fuq il-kelma \"Malta.\"", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jekk qed jeħodha hekk, m'inix se noqgħod inħambaq fuqha.", "Jekk hija tant ovvja allura nistgħu nagħmluha.", "Il-punt m'huwiex fuq kif inhi fil-Kostituzzjoni.", "Jien qed nistaqsi jekk għandniex indaħħlu t- tifsira ta' Malta kif hemm fil-Kostituzzjoni.", "Hawn mhux se nbiddlu d- definizzjoni imma rridu naraw kollox biex ma jkun hemm l-ebda ekwivoku jew li xi ħadd ifettilu jfettaq fil-liġi u jgħid li m'hemmx tifsira.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-liġi tagħna minbarra l-Kostituzzjoni għandha wkoll Interpretation Act li jiddefinixxi għal skopijiet tal-Kostituzzjoni u għall- iskopijiet ta' liġijiet oħra.", "Hemm ċerti termini li huma użati fil-liġijiet kollha.", "Il-kelma \"persuna\", hija maskili jew femminili u tinkludi persuni naturali u persuni legali.", "Kull darba li nużaw \"persuna\" f'liġi oħra tkun soġġetta għall-interpretazzjoni ta' l-Interpretation Act.", "Il-kelma \"ġurnata\" fl-Interpretation Act tfisser perjodu ta' 24 siegħa, \"ġimgħa ta' xogħol\" tfisser mit-Tnejn sal-Ġimgħa u jekk wieħed juża \"ġurnata\" biss ikun qed jirreferi għal ġurnata mit-Tnejn sal-Ħadd.", "Malta hija wkoll definita fl-Interpretation Act bħala \"Malta, Għawdex u Kemmuna u d-dipendenzi l-oħra tagħha.\"", "Dawn it-termini ġenerali huma diġa` interpretati fl-Interpretation Act li japplika għal-liġijiet kollha li nagħmlu u għalhekk ħafna drabi ma jkunx hemm definizzjonijiet tagħhom.", "Sfortunatament xi drafters ġieli jinjoraw dawn l-affarijiet u joqogħdu jiddefinuhom b'mod ħażin fil- liġijiet.", "Il-ħażin qiegħed f'dawk il-liġijiet li qed isemmi u din hija l- proċedura korretta.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naċċetta l-ispjegazzjoni tal-ministru.", "Rimarka oħra hija fuq id-definizzjoni ta' \"skola sportiva\".", "Xtaqt li l-Onor.", "Mugliett jgħid ftit xi kriterji se jintużaw biex skola tiġi rikonoxxuta jew tikkwalifika bħala skola sportiva.", "Naturalment m'għandix bżonn id-dettalji preċiżi għax nifhem li jista' jkun hemm avviż legali li jgħid dan.", "B'mod ġenerali rrid nistaqsi xi kriterji se jintużaw għar-rikonoxximent u kif skola sportiva tikkwalifika biex tkun tali.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb huwa prematur li nidħlu f'din.", "Ikun biżżejjed jekk illum naslu għall-għanijiet għax ikollna xi ħaġa li tirregola skejjel sportivi.", "Ovvjament la għandha l-għan li tirregola, r- regolament jiġi permezz ta' avviż legali.", "Wara jkunu studjati l-kriterji.", "Ma naħsibx li dan nista' ngħidu jien u li għandi nideċiedi jien x'inhuma l- kriterji.", "Fuq id-definizzjoni ta' \"skola sportiva\" naħseb li hemm tibdil żgħir li rridu nagħmlu u l-frażi \"teduka liż-żgħażagħ\" għandha tiġi biss \"teduka\" biex ma nillimitawx l-edukazzjoni sportiva bilfors għaż-żgħażagħ.", "Il-funzjoni prinċipali tagħha tkun li teduka fuq bażi full time jew part- time xi dixxiplina jew dixxiplini sportivi partikolari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-definizzjoni li qed nitkellmu dwarha f'din il- parti tal-liġi tinkwadra l-Education Act u bħalissa tagħti poter lill- ministru biex joħroġ liċenzji għal kull organizzazzjoni edukattiva li tiftaħ f'pajjiżna.", "Nistaqsi jekk din hux se tbiddel dak il-provediment.", "Jekk se tibqa' kfi inhi bħalissa, dan li qed nagħmlu jkun rilevanti imma jekk hemm il-ħsieb li tbiddel il-provediment ta' l-Education Act ifisser li se jkollna nemendaw l-Education Act innifsu.", "Naħseb wieħed irid jara dan kollu għaliex fl-Education Act ta' 1988 hemm poteri estensivi għall- minsitru biex jiddeċiedi hu dwar kull organizzazzjoni mhux biss sportiva imma ta' natura edukattiva.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Huwa rilevanti li nistudjawha fil-kontest Ii qed isemmi.", "Illum hawn diversi entitajiet li barra milli jkollhom ġurisdizzjoni tad-diviżjoni tal-edukazzjoni ikollhom sehem f'attivitajiet oħrajn.", "Jista' jkun li l-Education Act jiġi regolat minn kriterji ta' skola pero` f'ċerti regolamentazzjonijiet wieħed ikollu bżonn speċjalizzazzjoni fl-isport.", "Eżempju wieħed hu l-livell ta' faċilitajiet u l-ispeċjalizzazzjoni li hemm bżonn ikollhom.", "Bħalissa l-mod li bih nistgħu naslu huwa vag imma nistgħu naraw il-possibilita' li l-kunsill Malti għall-isport ikun jista' jirregola.", "Ma nafx jekk hemmx bżonn li kollox jaqa' taħt l-Education Act.", "Jista' jkun hemm bżonn żewġ tipi ta' aċettazzjoni - ta' l-Education Act u tal-kunsill Malti ta' l-isports.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naħseb li l-punt imqajjem mill-Onor.", "Bartolo mhux ta' min jittieħed b'mod ħafif.", "Veru li jridu jsiru regolamenti imma bħalissa qegħdin nilleġislaw u allura issa huwa l-mument li naraw ċerti affarijiet.", "Naħseb li dawn il-mistoqsijiet li qed nagħmlu huma importanti u ma jimportax jekk nieqfu ftit jew nistennew sakemm issir il- konsultazzjoni li għandha ssir.", "Importanti li ma nieqfux fuq opinjoni jew fuq dak li naħsbu għax peress li qed nilleġislaw l-effett jista' jkun kbir.", "Naħseb għandna naraw din it-tifsira kif tinkwadra ruħha fid-dawl ta' l- Education Act u dak li semma' l-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk qed nifhem tajjeb qed jintqal kif se tintrabat din id-definizzjoni ta' \"skola sportiva\" ma' dak li jipprovdi l-Att dwar l- Edukazzjoni.", "Hawnhekk qed ikun hawn provediment li qed jiddefinixxi x'inhi \"skola sportiva\" u l-funzjonijiet tal-kunsill li fosthom hemm li l-kunsill irid jirregola skejjel sportivi.", "Nemmen li b'dawn iż-żewġ liġijet flimkien ikollna żewġ awtoritajiet li għandhom superviżjoni fuqhom.", "Il-ministeru ta' l-edukazzjoni għandu l-funzjoni li jkompli jara x'qed tagħmel din l-iskola sportiva u l-kunsill Malti jkun jista' jirregola.", "L-ewwelnett irridu naraw x'tip ta' skola sportiva jista' jkun hemm.", "Veru li fit-tifsira ta' skola sportiva qegħdin ninkludu organizzazzjoni li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun li teduka fuq bażi full time jew part-time f'xi dixxiplina jew dixxiplini sportivi partikolari.", "Każin tal-football huwa organizzazzjoni tal-football u m'hemmx dubju li l-funzjoni prinċipali tagħha hi li teduka fuq bażi part-time id-dixxiplina ta' l-isport tal-football.", "Madankollu din żgur m'hijiex skola li taqa' fid-definizzjoni ta' skola kif jipprovdi l- Att dwar l-Edukazzjoni.", "In-nurseries u d-diversi għaqdiet sportivi li jipprovdu tagħlim qed jagħtu servizz tajjeb imma illum qed tibda tidħol il-kelma \"skola\" f'ċerti oqsma ta' l-isports u wieħed jista' jipprevedi tip ieħor ta' skola sportiva li aħna nixtiequ li jkollna f'Malta.", "Din tkun l-iskola li ż-żgħażagħ u t-tfal li jattendu fiha jkunu qegħdin isegwu l-kurriku nazzjonali ta' l- edukazzjoni u li jkollha bias fuq l-isport.", "Wieħed jista' jorganizza l- kurrikulu b'manjiera li jkun hemm bias definit favur l-isport.", "Wieħed kieku jixtieq jara li dan isir mhux biss fl-isport imma anke f'oqsma oħra bħal mużika jew l-arti.", "Din hija xi ħaġa li naħseb li rridu nikkonsidraw jekk irridu li jkollna ċerta preparazzjoni f'ċerti oqsma fl-isport, l-arti, id-drama u l-mużika.", "Nixtiequ li eventwalment ikollna skejjel li minbarra li jippreparaw lit- tfal u liż-żgħażagħ għal kurrukulu biex iwettqu l-obbligi tagħhom li titlob minnhom il-fażi ta' l-edukazzjoni obbligatorja, jispeċjalizzaw f'dawn it- tip ta' affarijiet.", "Jekk ma nagħmlux hekk naħseb li nibqgħu xi ftit jew wisq nitilfu opportunitajiet ta' tfal li jistgħu jibbrillaw f'oqsma sportivi jew f'oqsma oħrajn.", "Dawn huma t-tip ta' skejjel li ma jkunux bħall-iskejjel primarji u sekondarji imma jkunu skejjel speċjali fis-sens li l-ġurnata tagħhom tkun imqassma b'mod differenti ħafna.", "Illum nafu li t-tfal jidħlu fl-iskola u jkollhom skeda li f'ġurnata minnhom jibdew bil-matematika u f'oħra jibdew bl-Ingliż.", "Skola ta' l-isport trid tibda b'siegħa taħriġ filgħodu u taġġusta lilha nnifisha għal kurrikulu edukattiv partikolari.", "Dak li rrid ngħid huwa li jekk qed nitkellmu fuq organizzazzjoni li veru tkun skola sportiva, trid tagħti taħriġ f'dixxiplina partikolari u allura dak huwa każ fejn il-kunsill Malti ta' l-isport irid jiddiskuti ma' l-awtoritajiet edukattivi u bejniethom jagħmlu evalwazzjoni ta' x'għandha tkun il-funzjoni rispettiva tagħhom.", "M'hemmx dubju li jekk din tkun skola sportiva xorta trid twettaq il- kurrikulu nazzjonali u bħala oġġettiv ta' l-edukazzjoni tagħha jkollha l- kurrikulu nazzjonali.", "M'hemmx dubju li dik tiġi l-ewwel u qabel kollox u li trid tiġi liċenzjata mill-awtoritajiet edukattivi.", "Dan ma jfissirx li l- kunsill Malti għall-isport ma jkollux manzjoni tar-regolamentazzjoni fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni u mat-taħriġ tad-dixxiplina sportiva partikolari.", "Mingħajr ma nippretendi li jien espert naħseb li dan huwa dak li għandu jqajjem id-diskussjoni hawnhekk.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-punt tal-ministru huwa interessanti għax qed nitkellmu fuq skola sportiva kif nafuha llum u taħt forma differenti.", "Hawnhekk iqum il-każ fejn se jkollna żewġ regolaturi għax fl-aħħar mill- aħħar il-kunsill Malti għall-isport se jkun regolatur apparti li jipprovdi għall-iskola ta' l-isport.", "Ir-regolatur l-ieħor huwa d-diviżjoni jew id- dipartiment ta' l-edukazzjoni li għandu l-education Act .", "Nistaqsi x'se jiġri f'każ ta' kunflitt bejn dawn iż-żewġ regolaturi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li d-diskussjoni u l-ħsieb irid jevolvi billi jkompli d-djalogu fuq din il-ħaġa imma li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh huwa li f'Malta diġa` għandna l-Att dwar l-Edukazzjoni li jiddefinixxi x'inhi skola u jiddefiniha b'mod wiesgħa ħana.", "Dan jobbliga lill-awtoritajiet edukattivi li jassiguraw li l-ebda post ma jkun jista' jaqdi l-funzjonijiet ta' skola jekk ma jkunx liċenzjat.", "Minkejja li hawn din il-manzjoni dwar l-Att ta' l-Edukazzjoni xorta waħda għandna sitwazzjoni fejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni nnifisha għandha organizzazjonijiet fi ħdanha li jorganizzaw l-isport.", "Il-Marsa u postijiet oħrajn huma organizzazzjonijiet li l-iskop prinċipali tagħhom hu li jedukaw fuq bażi x'aktarx part-time dixxiplina jew dixxiplini sportivi partikolari.", "Meta l-attivita` tiffoka biss fuq l-edukazzjoni tad-dixxiplina sportiva ma tinkwadrax ruħha fl-att dwar l-edukazzjoni għax dan huwa intimament marbut mhux biss ma' skola imma ma' kurrikulu.", "Meta wieħed japplika l-prinċipji ta' l-interpretazzjoni tal-liġijiet bilfors irid iħares lejn it-tifsira ta' skola anke fid-dawl ta' l-esiġenzi tal-kurrikulu.", "Naħseb li wieħed irid jgħid li jekk qegħdin naraw skola li l-attivita' prinċipali tagħha hija li teduka b'enfasi fuq l-isport xorta trid tiġi liċenzjata mill- awtoritajiet edukattivi għax tkun tkopri l-edukazzjoni primarja u sekondarja.", "Dan ma jfissirx li l-kunsill Malti għall-isport huwa eskluż milli jkollu regolamentazzjoni ta' dak li għandu x'jaqsam mad-dixxiplina sportiva.", "Ma jistax ikollna skola li qed tagħmel il-kurrikulu nazzjonali u tiddeċiedi li trid tkun skola sportiva.", "Ma jistax ikun hemm skola li qiegħda tagħmel il-kurrikulu nazzjonali u tiddeċiedi li trid tkun skola sportiva li tispeċjalizza fil-football imma tivvinta regoli tal-football kif trid hi.", "Il-kunsill Malti għall-isport għandu dritt imur fuq dik l-iskola u jgħidilha biex ma tħawwadx dawn l- affarijiet għax huma affarijiet li jridu jiġu regolati.", "Essenzjalment din tkun skola bħalma huma l-iskejjel sekondarji u l-iskejjel primarji li jridu li l-awtorita' regolamentarja tagħhom tkun l-awtorita' edukattiva.", "Hemm ukoll organizzazzjonijiet oħrajn li jistgħu jorganizzaw skola ta' dixxiplini sportivi fuq bażi full-time jew part-time u mhux neċessarjament ikunu liċenzjati bħala skejjel.", "Meta l-awtorita' edukattiva tilliċenzja skola jrid ikollha standards.", "L-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni għandhom regoli li jgħidu li l-iskejjel irid ikollhom klassijiet li jkollhom ċertu qies, ċertu tip ta' dawl, ċerti safety features u affarijiet oħrajn.", "L- istandards ta' dik it-tip ta' skola huma differenti minn standards ta' skola li trid tgħallem it-table tennis, fejn il-qisien, id-dawl u s-safety features ikunu differenti.", "F'Malta, u naħseb anke f'pajjiżi oħrajn, hemm ħafna organizzazzjonijiet li jaqdu l-funzjoni ta' edukazzjoni kif nifmuha aħna jew inkella ta' edukazzjoni speċjalizzata.", "Wieħed isemmi s-soċjeta' tal-MUSEUM fejn il- funzjoni prinċipali tagħha hi l-edukazzjoni tad-dutrina nisranija.", "Din hija skola għax tieħu t-tfal żgħar u jkollha l-bankijiet u l-affarijiet kollha.", "Għalkemm dan huwa post ta' tagħlim m'għandhomx liċenzja ta' skola.", "Huwa tajjeb li hawnhekk qed iqum id-dibattitu ta' x' jagħmel skola.", "Tajjeb li ssir din id-diskussjoni u tajjeb li ngħidu li dan jagħti lok għal ċerti ħsebijiet.", "Il-punt hu li din il-liġi m'hijiex teskludi bl-ebda mod il-ġurisdizzjoni ta' l-awtoritajiet edukattivi fuq postijiet li jistgħu jissejħu skola sportiva, jekk l-awtorita' edukattiva jidhrilha li għandha tidħol.", "M'hawn xejn li qed jeskludi dan u qed inżidu biss fejn qed ngħidu li l-kunsill Malti jkollu wkoll funzjoni regolamentarja.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, dak li qed jgħid il-ministru speċjalment lejn l-aħħar ta' l-intervent tiegħu juri li qed idaħħal awtorita' oħra li għandha ġurisdizzjoni mhux biss fuq skejjel imma anke fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar li fl-aħħar mill-aħħar l-istandards issettjati jiġu minnha.", "Kif qal il-ministru llum qed nilleġislaw u nippruvaw naraw x'jista' jiġi propost fil-futur safejn hu umanament possibbli.", "L-iskola sportiva kif nifmuha llum - kemm dik organizzata mid-dipartiment kif ukoll xi nurseries tal-football ikunu ffokati fuq sports wieħed.", "Jista' jagħti l- każ li skola sportiva għada pitgħada tgħallem anke affarijiet li huma akkademiċi.", "Din mhix xi ħaġa ġdida għax diġa ssir ħafna barra minn pajjiżna.", "F'dan il-każ vera se jkun hemm il-kunsill Malti bħala regolatur, speċjalment fil-qasam sportiv, pero' se jkollna anke diviżjoni li se tkun regolatur ukoll fil-parti akkademika.", "Kif qal tajjeb il-ministru qabel, tidħol ukoll l-awtorita' ta' l-ippjanar minħabba permessi u affarijiet bħal dawn.", "Il-problema m'hijiex li jkun hawn dawn ir-regolaturi imma li jkun hemm iktar minn wieħed.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu naraw minn se jieħu l-aħħar deċiżjoni.", "Irridu nżommu f'moħħna x'qed nifhmu bi \"skola sportiva\" illum pero' jista' jagħti l-każ li jkollna dawn l-iskejjel taħt forma differenti kif semmejt qabel.", "F'każ ta' konflitt irridu naraw min se jkollu l-aħħar kelma.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed nitkellmu ħafna b'mod ipotetiku u allura qed nitħawwdu.", "Meta xi ħadd jiġi japplika għal skola jkun hemm l-awtorita' tal- ippjanar u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li għandhom kumitat bejniethom u jaraw l-applikazzjoni flimkien.", "Dawn jiftiehmu bejniethom fuq ippjanar u mhux fuq standards.", "Jien ngħid li dan it-tip ta' format fejn ikun hemm kumitat konġunt li jiltaqa' b'mod regolari skond l-applikazzjonijiet li jkollu, ħadem tajjeb f'dak il-każ u se jaħdem tajjeb hawnhekk.", "Naħseb li d-diviżjoni ta' l- edukazzjoni se jkollha l-aħħar kelma fuq dak li għandu x'jaqsam mal- kurrikulu u l-affarijiet akkademiċi.", "Fuq affarijiet ta' natura u teknika sportiva jkun il-kunsill Malti li jiddeċiedi.", "Naħseb li din hija ċara.", "Qed nagħmlu ħafna diskors fuq skola sportiva u l-liġi ma fihiex artikli li jgħidu li eventwalment tista' ssir regolamentazzjoni.", "Ir-regolamentazzjoni ma ssirx parti minn din il-liġi u forsi għalhekk jien ngħid li huwa ftit prematur li noqogħdu naraw il-format.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ladarba s-Segretarju Parlamentari għadu kif qal li l-affarijiet huma pjuttost delinjati, fis-sens li qed ngħidu li fejn ikun hemm affarijiet akkademiċi tidħol id-diviżjoni u f'affarijiet sportivi jidħol il-kunsill nistgħu nibqgħu mexjin.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hemm skejjel sportivi bħal dik tal-Bużu li x'aktarx lanqas taqa' taħt l-Education Act.", "Jekk se jibdew jitfaċċawlna ħafna minn dawn naħseb li għandu jkun hemm xi ħadd li jirregolahom.", "THE CHAIRMAN: Nistaqsi x'se jiġri fil-każ tad-definizzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nistgħu mmorru fuq id-definizzjoni ta' sport.", "THE CHAIRMAN: Jista' jkompli għaddej għax dik hi klawsola waħda.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Biex forsi nantiċipa biex ġej l-Onor. kollega, rrid ngħid li diġa' kellna din id-diskussjoni u tkellem fuqha ħafna l- Onor. Bartolo.", "Din hija waħda mill-iktar definizzjonijiet diffiċli li qatt iltqajna magħhom u kulħadd jaċċettaha.", "Hija diffiċli għax hawn min japplika għal definizzjoni ta' sport xi ħaġa ta' attivita' fiżika jew kompetittiva fejn jidħlu n-nies.", "Dik it-tip ta' definizzjoni teskludi dixxiplini bħaċ-ċess għaliex iċ-ċess m'hijiex attivita' fiżika.", "Il-kunsill ta' l-Ingilterra jkollu dawn it-tip ta' problemi.", "Irrid nistaqsi jekk iċ-ċess hux sport jew le.", "Aħna konxji minn din id-diffikulta' li konna daħħalna fid-definizzjoni ta' \"attivita' fiżika jew mentali\".", "Hawnhekk iċ-ċess huwa nkluż.", "Kif inhi d- definizzjoni xorta tħalli ċerti dixxiplini barra bħat-tlielaq tal-ħamiem, tal-klieb u affarijiet bħal dawn.", "Wieħed jgħidli li għandna nkunu puristi u dawk ma nqisuhomx sport.", "Dawn l-affarijiet fihom affarijiet tajba u ma rridux neskluduhom.", "Wara d-diskussjoni li saret fl-aħħar seduta qabel il-parlament aġġorna għal vaganzi tas-sajf għidna li d-definizzjoni għandha tibqa' li hi u ma tistax tibqa' titwessa' għaliex imbagħad ma tibqax definizzjoni serja.", "Għidna li fl-aħħar tad-definizzjoni se nżidu xi sentenza u jien m'għandix is-sentenza preċiża għax se nissottomettiha iktar tard.", "Bejn wieħed u ieħor din tgħid li għall-fini ta' dan l-att il-ministru responsabbli mill-isport jista' jinkludi attivitajiet oħra ta' kompetizzjoni bħala attivitajiet ta' sport.", "Wieħed imbagħad jippubblika lista u jsemmi tlielaq tal-ħamiem, tlielaq bil- mudelli tad-dgħajjes u tlielaq bil-greyhound.", "Wieħed jista' jgħid li dawn huma konsidrati bħala sport għal fini ta' din il-liġi u b'hekk inkunu qed indaħħlu dawk l-attivitajiet li jkunu jridu jaqgħu taħt dan l-att.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nifhem li din kienet waħda mill-iktar tifsiriet diffiċli għax fil-fatt anke fid-diskussjonijeit li kien hemm waqt il-white paper fejn saru ħafna riferenzi għal liġijiet barranin.", "Hemm liġijiet barranin li kważi kważi lanqas isemmuha u ma jagħtux tifsira u hemm lġijeit oħrajn li jagħtu tifsira dejqa u allura qed iħallu ħafna logħob li m'huwiex ta' attivita` fiżika barra.", "Aħna qed nippruvaw ninkorporaw kemm nistgħu.", "Ħaġa li kont se nsemmi kienet jekk għandniex nikkonsidraw indaħħlu l- kunċett ta' rikreazzjoni, jiġifieri li attivita` għal fini ta' rikreazzjoni taqa' wkoll taħt dan l-Att.", "Ma nafx din għandhiex tidħol fid-definizzjoni jew x'imkien ieħor.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan il-kument smajtu diġa'.", "M'hemm l-ebda riferenza għall-kelma rikreazzjoni u ma nafx jekk għandniex nirregolaw u nilleġislaw fuq rikreazzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: L-ewwel kumment tiegħi kien jekk għandniex indaħħluha mad-definizzjoni ta' sport mingħajr ma nagħmlu tifsira ġdida.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Li jien nilgħab bil-komputer ma jfissirx li qed nagħmel sport.", "Jien naħseb li jekk niftħu daqshekk se jkollna l-periklu.", "Jien lest anke nippostponu din biex niddiskutuha wara.", "Irridu nitkellmu fuq attivitjaiet oħrajn li ma jaqgħux taħt din id-definizjzoni imma li jeżitu Malta, huma prattikati u għandna nħajruhom jippubblikaw il-lista tagħhom biex ninkluduhom bħala attivitjaiet li jaqgħu bħala attivita` ta' sport għall-fini ta' din il-liġi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hemm liġijiet li jsemmu l-aspett ta' l-elite sport magħruf bħala top sport jew high performance sport.", "Dawn isemmu wkoll sports recreation jiġifieri dak li jipprattika l-isport bħala passatemp u mingħajr ebda ħsieb ta' kompetizzjoni partikolari.", "Jien naċċetta l-kumment peress li se nissospendu din il-klawsola mbagħad naraw kif se tkun id- definizjzoni u nkunu nistgħu nikkummentaw fi stadju ieħor ħalli nkunu nistgħu nimxu.", "Jekk l-Onor.", "Mugliett m'għandux kummenti fuq din it-tifsira ta' sport nixtieq nagħmel mistoqsija fuq jekk għandniex nagħtu tifsira ta' kontroverjsa peress li lejn l-aħħar ta' l-abbozz hemm imsemmi \"l- kontroversja sportiva\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kontroversja hi meta jkun hemm żewġ partijiet li hemm nuqqas ta' ftehim bejniethom fuq xi materja li ttirrigwardja l- għanijiet u għaliex huma ffurmati.", "Naħseb m'hemmx kontroversja fuq il- kontroversja.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jekk żewġ membri jkollhom x'jgħidu bejniethom ikollhom kontroversja.", "Madankollu ma jkunux qed jaqgħu taħt il-fini ta' dan l-att.", "Qed ngħid dan biex ma jiġrix li jkun hemm xi kontroversja bejn żewġ membri u jiskatta l-mekkaniżmu li nsibu fi klawosla 43 'il quddiem.", "Irridu nkunu ċari u naraw x'qed nifhmu meta ngħidu \"kontroversja sportiva\" u naraw jekk inħossux li għandna nagħmlu tifsira tagħha jew le.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-fatt li m'għamilnihiex jeżisti għax ma ħassejniex għaliex.", "Aħna daħħalna l-parti li titkellem fuq kontroversja u disputes.", "Forsi l-kelma l-kelma disputes bl-Ingliż hija iktar preċiża mill- kelma kontroversja bil-Malti.", "Meta jkun hemm dispute u tnejn min-nies ma jistgħux jiftehmu x'aktarx jipprovaw imorru x'imkien lil hinn minnhom.", "Dawn jistgħu ikunu persuni, għaqdiet jew korpi li jmorru x'imkien lil hinn minnhom fejn x'aktarx jitlobhom l-istatut tagħhom anke kif titlob din il- liġi.", "L-ewwel ħaġa li se tagħmel dik l-entita` meta dik il-materja ta' dispute tiġi quddiemha hi li tara jekk għandhiex l-inkarigu li taraha hi.", "Jekk din hija l-prattika ta' kif ikunu riżolti disputes m'għadniex għalfejn noqogħdu nagħmlu definizzjoni ta' kontroversja.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Klawosla 43 titkellem fuq kontroversja u medjaturi.", "Jien naħseb li jekk inħalluha bejn żewġ persuni inkunu qed niftħu wisq.", "Hemm imsemmi kontroversja bejn organizzazzjonijiet sportivi jew bejn persuni li huma membri tal-kunsill u allura qed nirreferu għal kull tip ta' kontroversja anke ta' natura li mhux direttament marbuta ma' l-isport.", "Jekk ikun hemm żewġ persuni li ma jmorrux tajjeb flimkien irridu naraw kif niddefinixxu kontroversja sportiva.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kif għedt ma naħsibx li għandna niddefinixxu kontroversja.", "L-aktar li nistgħu nagħmlu hu li meta naslu għal klawosla 43 nippreċiżaw liema tip ta' kontroversja qed nitkellmu fuqha.", "Madankollu l- kontroversja ma tirrikjedix definizzjoni.", "Jekk l-Onor kollega għandu problema fuq kif inhi miktuba rridu narawha hekk u mhux nagħtu d- definizzjoni.", "Jista' jkun hemm kwalifika wara l-kelma kontroversja fi klawsola 43 u mhux definizzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Irrid nistaqsi x'inhi r-raġuni li qed ngħidu \"uffiċjal pubbliku ma jinkludix imħallef jew maġistrat\".", "Din hija riferribbli għal artiklu 50 ta' l-istess Att u hija marbuta ma' l-artiklu 50 ta' dan l-Att.", "Irrid nistaqsi x'inhi r-raġuni li qed ngħidu li imħallef jew maġistrat huwa eskluż għal fini ta' dan l-Att li jiġi meqjus bħala uffiċjal pubbliku.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Anke jien staqsejt għaliex kellna bżonn id- definizzjoni ta' uffiċjal pubbliku.", "Din torbot mal-klawsola li għandna taħt il-kostituzzjoni tal-kunsill Malti għall-isports.", "Hawn ngħidu li uffiċjali tal-kunsill Malti għall-isport ikunu meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi.", "Qed issir dik it-tip ta' klawsola għaliex aktarx meta jkun hemm ksur jew xi ħaġa li ssir ħażina mill-uffiċjali pubbliċi għall-fini tal-liġi il-piena għal dawk ir-reati li jistgħu isiru huma akbar milli jkunu għall-persuni privati.", "Din ma tinkludix imħallef jew maġistrat għax il-liġi minnha nfisha teskludi li mħallfin u maġistrati jistgħu jkunu parti mill-bordijiet ta' l-istess kunsill Malti għall-isport.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Dan ma jaqbilx mal-liġi li għaddejna ftit ta' żmien qabel li hija simili ħafna għad-draft tal-liġi li hija pjuttost simili tal- kunsill Malti għall-kultura u l-arti.", "Din qiegħda eżattament kif għandna fl- att tat-twaqqif tal-kunsill Malti għall-isport li qed niddiskutu, bl- eċċezzjoni li l-aħħar parti ma tinkludix \"imħallef jew maġistrat\".", "Din m'hijiex qiegħda hemmhekk.", "Bl-istess argument anke fil-liġi tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti mħallef u maġistrat għandhom ikunu esklużi milli jkunu membri.", "Qed ngħid dan anke għax insibu riferenza f'dan l-att innifsu għal uffiċjali pubbliċi oħrajn.", "Issa t-tifsira qiegħda marbuta biss ma' artiklu 50 u mhux tagħmel riferenza għal dak kollu.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien irrid nirriserva l-aħħar kwalifika u nirreferiha lid-drafters, bil-permess ta' l-Onor. kollega.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Napprezza u naċċetta.", "Nistgħu fil-każ niddiskutuha aktar tard meta nerġgħu niddiskutu klawsola 2.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għaliex hija pjuttost teknika u legalistika.", "Nippreferi nippreċiża mad-drafters xi ħsieb kien hemm wara din id- definizzjoni u għalhekk nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 2 tiġi posposta.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 3 - Dikjarazzjoni ta' prinċipji.", "Clause 3 - Declaration of principles.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, dehrilna li f'liġi ta' l-isport għandna wkoll indaħħlu l-għanijiet għalfejn pajjiżna għandu jħajjar u jippromwovi l-isport u x'inhi l-kultura li għandna nħaddmu, minn x'hiex għandna noqogħdu lura u minn x'hiex għandna nilqgħu.", "Dehrilna li rridu nagħmlu dawn id-dikjarazzjonijiet ta' prinċipji li huma dikjarazzjoni ta' l- affarijiet li se jiggwidawna fil-ħidma tagħna fl-isport.", "Bdejna bid- dikjarazzjoni ta' prinċipji fuq l-edukazzjoni fiżika u l-isport għaliex nemmnu li din hija bażika.", "Kull sport għandu jibda mill-ewwel mill-edukazzjoni fiżika li hija fundamentali u qed norbtu mal-ħtieġa li l-edukazzjoni fiżika u l-isport ikunu mgħallma fl-iskejjel.", "Hemm il-kurrikulu, id-direttivi u l-att dwar l- edukazzjoni u dawn japplikaw u huma importanti.", "Hawnhekk qed naffermaw l- importanza kemm ta' l-isport fl-iskejjel u kemm ta' l-edukazzjoni fiżika fl- iskejjel.", "Kultant hija iktar importanti l-edukazzjoni fiżika milli l-isport għaliex l-edukazzjoni fiżika tgħallem l-essenzjal bħal kif wieħed jiċċaqlaq u affarijiet bħal dawn.", "Wara dan wieħed jista' jaqbad ċertu sport bis- serjeta'.", "Hawnhekk qed ngħidu kemm hija importanti u essenzjali l- edukazzjoni ta' persuna, l-edukazzjoni fiżika u l-isport.", "Hawn dikjarazzjonijiet ta' prinċipju oħrajn bħal li ma jkunx hemm distinzjoni u diskriminazzjoni, l-aċċessibilita' għall-isport, il-prinċipju li ma jsirx abbuż mill-mod kif isir ir-riklamar fl-isports, il-kontroll kontra l-użu ta' sustanzi mhux tajbin u l-prinċipju ta' sussidjareta'.", "Fl- isport hemm ħafna entitajiet li diġa' jeżistu u fejn dawn qed jagħmlu xogħolhom tajjeb il-gvern m'għandux jindaħal.", "Fit-test Malti qed ngħidu \"sussidjareta' fuq kull livell\" għax hemm dik li hija sussidjareta' vertikali bħal federazzjoni, assoċjazzjoni u klabb u hemm sussidjareta' orizzontali bħal dawk li jistgħu jagħmlu anke l-kunsilli lokali.", "Qed ngħidu li dawn il-prinċipji m'għandhomx ikunu inforzati pero' huma ta' gwida fil-kontroll u fil-kummissjoni ta' l-isport f'Malta.", "Hemm imbagħad sussegwentament affarijiet li jitkellmu fuq kontroll ta' sustanzi tossiċi.", "Eventwalment għandu jkun hemm leġislazzjoni sussidjara.", "Il-klawsola kif inhi miktuba hawnhekk hija dikjarazzjoni ta' prinċipju, pero' fuq sustanzi tossiċi u l-użu tagħhom għandna klawsoli per se.", "Affarijiet oħrajn bħal aċċessibilta' ħallejniehom bħala dikjarazzjoni ta' prinċipju, pero' kif wieħed jimplimenta dak il-prinċipju hija xi ħaġa li qed tiżvolġi bil-prattika meta jibdew isiru ċerti regolamentazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, qed nitkellmu fuq dikjarazzjoni ta' prinċipju u ċertament li l-oppożizzjoni taqbel ma' dawn il-prinċipji li għandna hawnhekk.", "Kif semma l-Onor.", "Segretarju Parlamentari rridu nagħtu aktar importanza fuq kull livell ta' edukazzjoni fiżika u sportiva.", "Nixtieq nibda nagħti xi kummenti fuq kull wieħed minnhom.", "Għandna dikjarazzjoni ta' prinċipju li tgħid li l-edukazzjoni fiżika u l-isport għandhom jiġu mgħallma u prattikati fl-iskejjel primarji, sekondarji u oħrajn.", "Hawnhekk ma nafx għandniex indaħħlu dikjarazzjoni ta' prinċipju jew ir-rwol li l-kunsill Malti għall-isport għandu jkollu jew jista' jkollu.", "Nafu li dan jidħol fl-att tal-edukazzjoni pero' tajjeb li nistaqsu ftit xi rwol se jkollu l-kunsill Malti għall-isport biex jippromwovi u biex imexxi din id-dikjarazzjoni ta' prinċipju.", "Dan hu rwol prinċipali u mhux rwol li jsemmi l-leħen tiegħu imma li jagħti input li verament ifisser xi ħaġa.", "Fit-tieni dikjarazzjoni ta' prinċipju qed nagħrfu li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, kulur, reliġjon, opinjoni politika jew residenza f'lokalitajiet differenti f'Malta u Għawdex.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq fejn jidħol l-aċċess għall-affarijiet sportivi u allura naħseb li għandna ndaħħlu li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni a bażi ta' eta` u diżabilita`.", "Naħseb li d-diżabilita` m'hijiex imsemmija hawnhekk u allura nissuġġerixxi li jidħlu kemm il-kelma eta` u kemm diżabilita` fit-tieni dikjarazzjoni ta' prinċipju.", "Dwar ir-raba' dikjarazzjoni ta' prinċipju li titkellem fuq mediċini jew sustanzi li jgħinu prestazzjoni waqt il-parteċipazzjoni ta' l-isport naħseb li l-kliem \"li jgħinu prestazzjoni\" għandna nħarsu lejh f'dan is-sens.", "L- użu ta' dawn is-sustanzi żgur li huwa kundannabbli mill-bidu sa l-aħħar għax imur kontra l-essenza ta' l-isport pero`naraw li hemm distinzzjoni bejn sustanzi u mediċini li jgħinu prestazzjoni u li huma leċiti u dawk li huma projbiti jintużaw.", "Filwaqt li nerġa' ngħid li żgur li hemm qbil 100% mal-ħsieb tagħha u ma' kull ħaġa li żżomm 'il bogħod kemm jista' jkun l-użu ta' sustanzi u mediċini projbiti, irridu ngħidu li hemm ċerti sustanzi leċti li hu normali li jittieħdu.", "Jien m'inix espert fuq dawn l-affarijiet imma rridu naraw id-distinzjoni.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq il-parteċipanti fl-isport imma wkoll dawk li jattendu attivita sportiva.", "Jekk aħna qed nifhmu li min jieħu sehem fl-isport huwa inkluż anke l-ispettaturi huma inklużi.", "Fuq id- dikjarazzjoni ta' prinċipju Nru. 5 nixtieq iktar spjegazzjoni għax qed ngħidu li \"fil-promozzjoni ta' l-isport m'għandux isir użu minn materjal jew metodi promozzjonali li jistgħu jieħdu vantaġġ minn żgħażagħ għal skopijiet ulterjuri.\"", "Nistaqsi hemmx xi eżempji prattiċi ta' skopijiet ulterjuri.", "Meta wieħed jagħmel reklamar l-iskop ulterjuri tiegħu huwa li jbiegħ il-prodott partikolari għalhekk juża' xi ħadd li huwa prominenti fil- qasam ta' l-isport jew xi ħadd li jkun popolari man-nies.", "Fuq il-prinċipju qed naqbel imma nixtieq kjarifikazzjoni.", "Għalissa dawn huma l-kummenti li għandi x'nagħmel fuq klawsola 3.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Rigward klawsola 3(2) dwar jekk għandniex indaħħlu li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni a bażi ta' eta` u diżabilita` rrid ngħid li m'għandniex napplikaw dak li nipprovaw niregolamentaw f'oqsma oħra, għall-isport għax kultant il-mod kif isir l- isport jitlob li ċerti affarijiet ma japplikawx.", "Nixtieq nara xi tfisser mentalita inklusiva ta' persuni b'diżabilita' fl-isport.", "Ma naħsibx li kull persuna b'diżabilita – anke mingħajr – tista' tkun parti minn team tal- football.", "Fl-edukazzjoni dan il-prinċipju ta' inklużjoni jgħodd imma fl- isport jieħu tifsira differenti.", "Mill-mod kif ikun prattikat l-isport ċerta diskriminazzjoni inevitabbli trid issir u wieħed ma jistax jgħid li din hi ħażina.", "Jista' jkun hemm attivita` sportiva li persuna ta' ċerta eta` ma tkunx tajba għalih u jkollha tibqa' barra.", "Bħalissa ma jistax jiġini eżempju partikolari pero` mhux l-attivitajiet sportivi kollha huma applikabbli għal kwalunkwe eta` u allura naħseb li daħħalna s-setturi partikolari fejn il- prinċipju li ma jkunx hemm diskriminazzjoni japplika għalihom.", "L-Onor. kollega tkellem ukoll dwar subklawosla 3(4) fejn hemm il-kelma \"prestazzjoni\".", "Il-kelma \"prestazzjoni\" hemmhekk hija traduzzjoni tal- frażi aċċettata Ingliża \"performance enhancing substances\" u l-aħjar traduzzjoni li sibna bil-Malti hija \"sustanzi li jgħinu l-prestazzjoni.\"", "Il- ġist tagħha m'hijiex il-prestazzjoni imma l-abbuż.", "Jista' jkun hemm sustanza li tgħin il-prestazzjoni imma meta wieħed jeħodha ma jkunx qed jagħmel abbuż.", "Naħseb li l-fatt li hemm il-kelma abbuż hemmhekk jgħin it- tifsira.", "L-Onor. kollega semma' wkoll jekk għandniex indaħħlu l- ispettaturi.", "Irridu noqogħdu attenti safejn għandna nirregolamentaw il-liġi ta' l-isport għax irridu niftakru li hemm ukoll il-liġi ċivili jekk tidħol vjolenza jew sakra ta' spettatur.", "Wieħed jista' jistaqsi hemmhekk tidħolx il-liġi ta' l-isport jew il-liġi ċivili.", "Naħseb li hawnhekk għandna dikjarazzjoni ta' prinċipji għall-isport u allura l-ispettaturi ma jistgħux jintrabtu b'xi prinċipju partikolari.", "Eventwalment naraw jekk hemmx lok li l-imġiba ta' l-ispettaturi tidħol f'xi parti jew oħra tal-liġi.", "Subklawsola 3(5) naħseb li hija traduzzoni mhux daqshekk feliċi.", "It-test Ingliż huwa ħafna aħjar u jgħid hekk: \"in the promotion of sport no use shall be made of promotional material or method that tends to exploit young people.\"", "Il- kelma \"skopijiet ulterjuri\" fit-test Malti m'hijiex daqstant feliċi u allura nipproponi li din is-sentenza tinbidel u ngħidu li fil-promozzjoni ta' l-isport m'għandux isir użu minn materjal jew metodi promozzjonali li jistgħu jesplojtaw jew jisfruttaw liż-żgħażagħ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naqbel li fit-test Ingliż ta' klawsoli 3(3) u (5) hemm iktar sens u naqbel li nagħmlu emenda.", "Se nimxi pass pass vis-a-vis klawsola 3(2) fejn ipproponejt li jiddaħħlu l-kliem \"eta' \" u \" diżabilita' \".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq dikjarazzjoni ta' prinċipji u qed ngħidu li l- istat qed jagħraf bħala gvern Malti fejn jidħol l-aċċess għal faċilitajiet jew attivitajiet sportivi.", "Filwaqt li nista' nifhem il-kumment li l-Onor.", "Mugliett għamel fuq l-eta' irrid nagħmel xi kummenti.", "Nifhem per eżempju li tifel ta' sitta jew seba' snin ma jistax jidħol f'post li huwa frekwentat minn adulti.", "Hemm nifhem l-argument li semma' hu.", "L-argument ta' din id- dikjarazzjoni rigward diżabilita' m'huwiex li tiġi persuna b'diżabilita' li tgħid li trid jilgħab mat-team nazzjonali Malti tal-football għaliex hemm ċerti kriterji li jintużaw.", "Hawn qed ngħidu li persuna b'diżabilita' għandu jkollha d-dritt ta' l-aċċess għal faċilita' sportiva.", "Nistgħu ngħidu li hemm grupp ta' persuni li għandhom diżabilita' u li jridu jilagħbu logħba partikolari.", "Jista jkun hemm xi ħadd li ma jħallihomx jidħlu fil- post. Issa qed nitkellmu fuq tip ta' diskriminazzjoni li ma tħallix persuna tidħol minħabba diżabilita'.", "Jien qed neħodha bħala dikjarazzjoni ta' prinċipju u għandna nikkonsidrawha.", "Jien kelli kumment ieħor li s'issa m'għedtux u li naħseb aħjar ma nagħmlux.", "Madankollu se ngħid li nħoss li ċerti dikjarazzjonijiet ta' prinċipji hawnhekk kellhom ikunu inforzati fil-liġi.", "Naħseb għalissa m'huwiex il-mument li nidħlu fiha jew li nagħmluhom hekk għaliex aħna nafu li għaddejna liġi dwar il-persuni b'diżabilita' fejn iż-żewġ naħat tal- Kamra ħadmu ħafna flimkien u qablu.", "Waħda mid-dikjarazzjonijiet ta' prinċipju li kont se nipproponi u li għandha tkun inforzata fil-qorti kienet proprju klawsola 3(2) fejn inħoss li jekk ikun hemm xi ħadd li se jiddiskrimina kontra grupp ta' persuni għal xi raġuni jew oħra ikun jaf li hemm xi ħaġa li twaqqfu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħadd li jagħlqilhom l-aċċess biex huma jipprattikaw l- isport tagħhom.", "Filwaqt li f'tal-eta nifhem il-kumment tal-Onor Mugliett, fil-każ tad-diżabilita' nemmen li rridu nimxu mod ieħor u ndaħħluha fid- dikjarazzjoni.", "Fuq klawsola 3(4) fejn hemm \"jgħinu l-prestazzjoni\" nistgħu nużaw il-kelma \"ipprojbiti\".", "It-test Ingliż huwa aktar feliċi u jgħid hekk:", "\"... that no unsactioned use is made in sport of performance enhancing drugs or doping methods in sport.\".", "Naħseb li hemm differenza bejn dawk il-mediċini li huma pprojbiti u sustanzi oħrajn li huma permessi.", "Ma nafx jekk iniex nifntiehem tajjeb f'dan l-argument.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għandi problema li naċċetta l-parti dwar diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita'.", "Ġaladarba teżisti l-liġi ta' l- opportunitajiet indaqs li anke daħlet fil-kostituzzjoni naħseb li dik se tapplika dejjem u fuq kollox.", "Hawnhekk il-prinċipju huwa speċifiku pero' jinkludi kemm faċilitajiet u kemm attivitajiet.", "Jekk se tidħol trid tidħol kemm għal faċilitajiet u kemm għal attivitajiet.", "Ħafna attivitajiet sportivi huma diskriminatorji mill-mod kif inhuma organizzati għal nisa, irġiel, veterani, żgħażagħ u tfal.", "Hemm ukoll teams ta' under 21, under 18, u oħrajn u hemm disabled sport u non-disabled sport.", "Tant huwa kategorizzat minnu nnifsu l-isport li wieħed ma jistax jgħid li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni għaliex il-parteċipazzjoni hija kategorizzata.", "Jekk se ndaħħlu diskriminazzjoni kulħadd se jgħid li għandu dritt jingħaqad mat- tali team jew nursery.", "La qed indaħħlu dawn l-affarijiet u naraw kif nistgħu nirregolamentaw irridu naraw x'ġebla se nitfgħu fuq saqajna wkoll għaliex jekk imbagħad jidħol prinċipju dan irid jiġi infurzat u allura jkollu l-konsegwenzi.", "Xi ħaġa hekk tbeżżagħni ftit u ġaladarba hemm xi ħaġa fuq kollox li diġa' titkellem fuq id-diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita' m'għandniex għalfejn inkunu daqshekk speċifiċi hawnhekk.", "Xtaqt inżid xi ħaġa fuq klawsola 3 (3) fejn qed nipproponi tibdil.", "Kif qiegħda miktuba bħalissa l-kelma \"Maltin\" tirristrinġi l-prinċipju li qed nippruvaw nistabilixxu hawnhekk għal dawk kollha li għandhom ċittadinanza Maltija.", "Dan għal meta xi ħadd qed jilleġisla għall-isport f'Malta.", "Jekk aħna nemmnu fl-isport għandna nippromwovu l-isport f'kull min joqgħod Malta, kemm jekk hu Malti u kemm jekk mhux.", "Dan jista' jkun xi ħadd li jgħix għal perijodu definit f'Malta.", "Dawn kollha għandhom id-dritt li jipparteċipaw fl-isport.", "Il-proposta tiegħi, Mr Chairman, hija li l-frażi \"Maltin kollha\" għandha tiġi maqtugħa u klawsola 3 (3) tiġi taqra hekk:", "\"L-istat jagħraf li kulħadd għandu jingħata l-opportunita' li jieħu sehem fl-isport u li fejn ikun meħtieġ għandhom jittieħdu miżuri oħra sabiex jagħtu l-opportunita' u jinkoraġġixxu lin-nisa, żgħażagħ eċċ...\"", "Hawnhekk qed inbiddlu l-ewwel parti ta' dan is-subartiklu fejn kif diġa' għedt l-istat jagħraf li kulħadd għandu jingħata l-opportunita' li jieħu sehem fl-isport.", "Rigward il-kelma \"unsanctioned\" li kien semma' l-Onor. kollega għal subklawsola 3 (4) rrid ngħid li kultant ma nsibux il-kelma preċiża.", "Il- fatt li din hija dikjarazzjoni ta' prinċipju m'hijiex klawsola tassattiva.", "Naħseb li ma jsir ebda abbuż minn mediċinali jew sustanzi li jgħinu l- prestazzjoni.", "Ma naħsibx li dan huwa ħażin u hija kontra l-prinċipju li qed nippruvaw nistabbilixxu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fi klawsola 3 (3) - l-emenda li qed jipproponi l- Onor. Mugliett - insibu riferenza għal dawk li għandhom talenti sportivi.", "Ma nafx jekk inħossux li minnha nnifisha hija pjuttost diskriminatorja għax qisna qed ngħidu li min m'għandux dawn it-talenti sportivi m'għandux jipparteċipa.", "Huwa veru li nkomplu billi nirreferu għal dawk il-persuni żvantaġġjati jew persuni bi bżonnijiet speċjali jew li gruppi ta' persuni bħal dawn jibbenefikaw minn dawn l-opportunitjaiet.", "Jien norbot ma' dak li kont qed ngħid fuq klawsola 3(2) fejn sa ċertu punt nifhem dak li qal - li minnu nnifsu l-isport huwa kategorizzat u ma nistgħux nistennew li tifel ta' seba' snin jilgħab ma' xi ħadd ta' 25 sena'.", "Madankollu din mhux kwestjoni ta' kategoriji imma kwestjoni ta' xi ħadd li ma jingħatax ċans jipparteċipa.", "Jekk tiġi organizzata ġirja u ma jħallux persuna b'diżabilita' tipparteċipa ma tkunx kwestjoni ta' kategorija.", "Il-fatt hu li qegħdin nirrikkonoxxu persuna b'diżabilita` bħala prinċipju u rridu naraw x'passi oħra jridu jittieħdu.", "Din hija dikjarazzjoni ta' prinċipju u kif għedna dawn mhux se jkunu rinforzati fil-qorti jiġifieri m'hemmx il-periklu li wieħed jista' jibda jfittex lil xi club sportiv għax ma tax aċċess għal diżabilita`.", "Dak huwa stadju ieħor u nibqa' ngħid li bħala dikjarazzjoni għallinqas irridu naċċettaw il-fatt li persuna b'diżabiita` għandu jkollha aċċess għal faċilitajiet sportivi.", "Barra l-aċċess fiżiku irid ikun hemm l-aċċess soċjali u allura filwaqt li nifhem dak li qal l-Onor Mugliett dwar il- kwestjoni ta' kategoriji, l-argument li qed nieħu jien huwa daqsxejn differenti minn dan.", "Jien qed ngħid li persuna b'diżabilita` għandu jkollha kull dritt li tidħol ġo faċilita` sportiva u li tipprattika l-isport tagħha skond ir-regoli li jgħoddu għal kulħadd.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwelnett nifhem il-problema tal-kollega li jemmen li jekk jista' jkun ma niddiskriminawx u ma naqtgħux barra persuni b'diżabilita` mill-prattika ta' l-isport.", "Din hija indirrizzata għax subklawosla 3(3) tgħid li jeżistu setturi tal-popolazzjoni li għandhom isiru miżuri speċifiċi għalihom.", "Jekk wieħed ma jagħmilx ċerti miżuri speċifiċi għalihom x'aktarx il-parteċipazzjoni tagħhom fl-isport tista' tkun nieqsa jew ma tkunx ta' livell li wieħed jixtieq.", "Ir-riferenza għaż- żgħażagħ b'talenti sportivi hija xi ħaġa li trid issir.", "Fejn tgħid li hemm nisa li ma jipparteċipawx irid jinħoloq sport development programme għalihom.", "M'hemm xejn ħażin li jsiru miżuri speċifiċi għal żgħażagħ b'talenti sportivi u n-nuqqas ta' opportunitjiaet jew ċerti esklużjonijiet li jista' jkun hemm u li qed iħassbu lill-Onor.", "Kollega.", "Dawn se nindirizzawhom fi klawsola 3(3) fejn qed nirreferu għal persuni żvantaġġjati.", "Żvantaġġ jista' jkun ta' diversi forom u allura jinkludi diżabilita'.", "Għal dawn għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi.", "Naħseb li dan it-tħassib ta' l-Onor. kollega qed ikun indirrizzat.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Parzjalment naqbel ma' dak li għadu kemm qal, imma mhux qed nara diffikulta` li din tidħol fis-subklawosla (2) fis-sens li qed ngħidu li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni ta' aċċess għal faċilitajiet u attivitajiet sportivi.", "F'subklawosla (3) qed ngħidu li l-istat jgħarraf li kulħadd għandu jingħata l-opportunita` u allura qegħdin inħeġġu li jittieħdu dawk il-miżuri biex skond kull kategorija – u hawn nirtira dak li għedt qabel fuq talenti sportivi għax naħseb tagħmel sens dak li qed jgħid l-Onor. kollega - jittieħdu miżuri kemm għal dawk li għandhom talent kif ukoll għal dawk li huma fi żvantaġġ.", "Fl-opinjoni tiegħi inħoss li jekk indaħħlu l-kwestjoni ta' diżabilita' fi klawsola 3 (2) ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin anzi nkunu qed ninfurzaw iktar dak li l-istat jemmen.", "Naqbel li klawsola 3 (3) tilqa' għal dan parzjalment, pero` dak huwa kumment li se nagħmel.", "Fi klawsola 3 (4) fejn qegħdin nitkellmu fuq mediċini u/jew sustanzi li jgħinu prestazzjoni ma nafx jekk il-kelma \" illegali\" issolvix xi ftit dak li qed ngħidu.", "Hawnhekk irridu nagħtu sens ta' projbizzjoni.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' jkun hemm sustanzi li huma legali għax huma mediċinali pero` l-użu tagħhom fl-isport ikun ħażin u għalhekk jiġi abbuż.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għandna ngħidu li huma projbiti fl-isport.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb il-kelma abbuż hija l-ġist tal-prinċipju.", "Huwa abbuż għax hemm xi ħaġa li tgħid li mhux deżiderevoli li tintuża' u jekk tintuża wieħed ikun qed jabbuża minn regolament.", "Jiena nara li din tkopri l-ħaġa li qed nipprovaw nistabilixxu l-prinċipju fuqha.", "Il-prinċipju huwa prinċipju wiesa' li jkun jiftiehem jekk inkunu nafu napplikawh.", "Ovvjament il-prinċipju tad-doping jew ta' l-anti-doping se jkun xi ħaġa li se tkun regolamentata.", "Naħseb sakemm l-Onor. kollega ma jsibx kelma aħjar minn prestazzjoni għandu jibqa' kif inhu.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kont qed naħseb jekk għandniex inħallu \"jew sustanzi li jgħinu l-prestazzjoni u projbiti\" jiġifieri ndaħħlu l-kelma \"projbiti\" wkoll.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nistgħu ngħidu sustanzi projbiti jew sustanzi li jgħinu l-prestazzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk tagħmilx differenza f'dan is-sens.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien m'għandi xejn kontra li nżidu l-kelma \"sustanzi projbiti u li jgħinu l-prestazzjoni\".", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Tajjeb.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, qed naċċetta s-suġġeriment ta' l- Onor. kollega li wara l-kelma \"sustanzi\" fl-aħħar sentenza ta' klawsola 3(4) indaħħlu l-kliem \"projbiti\" ħalli s-sentenza tiġi tinqara hekk:", "\"L-organizzazzjonijiet u l-persuni kollha involuti fl-isport għandhom jiżguraw li ma jsir ebda abbuż minn mediċinali jew sustanzi projbiti u sustanzi li jgħinu fil-prestazzjoni waqt il-parteċipazzjoni fl- isport\".", "Ma nafx ħadtx nota, Mr Chairman, taż-żewġ modifiki li ssuġġerejt diġa' fejn klawsola 3(3) tgħid li l-istat jagħraf li kulħadd għandu jingħata l- opportunita', li jieħu sehem fl-isport.", "Dik kif tiġi tinqara l-ewwel parti ta' klawsola 3 (3).", "Subklawsola 3 (5) tiġi hekk:", "\"Fil-promozzjoni ta' l-isport m'għandux isir użu minn materjal jew metodi promozzjonali li jistgħu jisfruttaw liż-żgħażagħ\".", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nistaqsi jekk hux se ndaħħlu l-klawsola tad- diżabilita' wkoll.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien inħoss li bejn klawsola 3 (3) u klawsola 3 (5) l-issue ta' diżabilita' huwa kopert.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi emendi, Onor Mugliett?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iva, fil-fatt semmihom.", "THE CHAIRMAN: Semmejnihom imma ma ppreżentajthomx.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, nitolbok tissospendi ħames minuti biex inkun nista' nippreżentalek l-emendi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kamra hija sospiża għal ftit ħin.", "Fit-8.05 p.m. il-Kumitat kien sospiż u rriżuma 15-il minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jista' jirreżumi.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari sabiex jekk jogħġbu jippreżenta l-emenda.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-emenda għal Klawsola 3 hija kif ġej:", "\"A\" Klawsola 3 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) F'subklawsola (3) tagħha minflok il-kliem \"l-Maltin kollha għandhom jingħataw l-opportunita' li jieħdu\" għandhom jidħlu l-kliem \"kulħadd għandu jingħata l-opportunita' li jieħu\";", "b) F'subklawsola (4) tagħha wara l-kelma \"sustanzi\" għandhom jidħlu l- kliem \"projbiti u sustanzi\"; u", "c) F'subklawsola (5) tagħha minflok il-kliem \"jieħdu vantaġġ miż-żgħażagħ għal skopijiet ulterjuri\" għandhom jidħlu l-kliem \"jisfruttaw liż- żgħażagħ\".", "\"A\" Clause 3 shall be amended as follows:-", "a) In subclause (3) thereof for the words \"all Maltese should\" there shall be substituted the words \"everyone should\";", "b) In subclause (4) thereof immediately after the words \"unsanctioned use is made in sport\" there shall be inserted the words \"of illegal substances or\"; and", "c) In the Maltese text of subclause (5) thereof, for the words \"jieħdu vantaġġ miż-żgħażagħ għal skopijiet ulterjuri\" there shall be inserted the words \"jisfruttaw liż-żgħażagħ\".", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" għal klawsola 3, kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Twaqqif u kompożizzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Clause 4 - Establishment and composition of the Kunsill Malti għall- Isport.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, klawsola 4 hija importanti għal- liġi.", "Nafu li l-iskop ta' din il-liġi huwa l-kunsill Malti għall-isport.", "Dan il-kunsill jeżisti pero' m'għandux il-liġi li tagħtih is-saħħa.", "Hawn se nitkellmu wkoll fuq ir-rwol tiegħu.", "Qed nitkellmu fuq it-twaqqif, funzjonijiet u t-tmexxija ta' l-affarijiet tal-kunsill Malti għall-isport.", "Kif jeżisti s'issa l-kunsill Malti għall-isport għandu iktar rwol konsultattiv milli eżekuttiv.", "Kif għedna fi stadju tat-Tieni Qari jidhrilna li wasal iż-żmien li jkollna korp wieħed.", "S'issa naħdmu b'korp bħala dipartiment u hemm il-kunsill Malti għall-isport ukoll.", "Aħna jidhrilna li għandu jkollna korp wieħed li jkun flessibbli u li jkollu kemm funzjonijiet konsultattivi u kemm eżekuttivi li jista' jimpjega nies bl-ispeċjalizzazzjoni li llum il-ġurnata qed jirrikjedi l-isport u l-faċilitajiet sportivi.", "Lil dan qed nagħtuh il-bażi tal-liġi.", "Mr Chairman, klawsola 4 (1) titkellem fuq l-isem u qed nużaw l-isem kunsill Malti għall-isport.", "Dan l-isem indara u jidhrilna li għandna nżommu l-isem Malti bħala l-isem prinċipali.", "Qed ngħidu kif se jkun kostitwit il-bord tad-diretturi tal-kunsill u li jkunu mhux inqas minn seba' u mhux iktar minn disa'.", "Qed ngħidu min jista' jkun direttur ta' dan il-bord u li ċerti persuni huma maħtura minn entitajiet oħrajn bħall-kumitat olimpiku Malti, il-ministeru responsabbli mill-edukazzjoni u oħrajn li jaħtarhom il- ministru.", "Din ukoll kienet bażi ta' diskussjoni fejn saret ċerta kritika li żewġ terzi mill-bord jinħatar mill-ministru.", "Tajjeb li nifhmu x'inhu dan il- kunsill.", "Dan huwa kunsill eżekuttiv jiġifieri se jattwa l-politika tal- ministru fl-isport.", "M'huwiex forum ta' l-assoċjazzjonijiet sportivi għax dik hija xi ħaġa oħra.", "Sar suġġeriment u kien hemm min staqsa jekk għandux ikun hemm xi forma ta' forum.", "Naħseb li dak is-suġġeriment ittieħed u se tidħol xi ħaġa f'dak is-sens.", "Madankollu dan huwa korp eżekuttiv li se jimplimenta l-politika tal-ministeru u allura bilfors li n-nies li jkunu maħtura fuq dan il-bord iridu jirrispondu u jattwaw il-politika tal- ministru.", "Nies oħrajn li jkunu nominati minn oħrajn ma jistgħux jirrispekkjaw il-politika ta' dak il-gvern fi sport u jekk jiġri hekk forsi ma tkunx indirizzata din il-politika.", "Qed ngħidu li iktar importanti li jkollu chairperson u deputat chairperson.", "Qed ngħidu wkoll min m'għandux ikun fil-kunsill u qed insemmu membri tal-Kamra tar-rappreżentanti, imħallef jew maġistrat u xi oħrajn.", "Kien hawn diskussjoni dwar għaliex qed indaħħlu li mħallef jew maġistrat ma jistax ikun membru ta' dan il-bord u din ġejja minn żewġ affarijiet.", "L- ewwel nies dan se jkun bord eżekuttiv u allura ma jistax ikollu mħallef jew maġistrat membru ta' korp eżekuttiv tal-gvern.", "Issa għaddejja liġi oħra li tirristrinġi l-involviment ta' l-imħallfin u maġistrati u allura hemm żewġ raġunijiet għaliex dan ma jistax isir.", "Hemm subklawsoli oħrajn ta' meta jiġu meqjusa vakanti l-ħatriet, kif isiru livelli minn fuq il-bord, konflitti ta' interess u kif jista' l-kunsill jaqdi l-funzjonijiet tiegħu.", "F'subartiklu (11) il-kunsill għandu jaqdi l- funzjonijiet li jwettaq il-poteri tiegħu direttament jew permess ta' kumitati ta' tmexxija u hawnhekk qed nirreferu partikolarment għal meta rridu mmexxu xi faċilita' sportiva.", "Tkellimna wkoll fuq direttorati għall- ħidma interna tal-kunsill jew persuni oħra inklużi faċilitajiet kummerċjali jew fondazzjonijiet.", "Wieħed, inkluż il-kunsill jista' jidhirlu li għandu jwaqqaf soċjeta' kummerċjali li tista' tkun għal terminu definit jew għal terminu indefinit.", "Jeżistu ħafna eżempji ta' x'wieħed jista' jara meta jitwaqqfu soċjetajiet kummerċjali.", "Dawn jistgħu ikunu anke bi sħab.", "Qed ngħidu li l-pixxina nazzjonali għandha titwaqqaf minn soċjeta' kummerċjali bejn il-gvern u l-universita'.", "Ovvjament l-involviment tal-gvern f'dik is- soċjeta' kummerċjali se jkun permezz tal-kunsill Malti għall-isport.", "Hemm ukoll min se jkun l-uffiċjal eżekuttiv li jkun responsabbli għall- eskuzzjoni tal-politika tal-bord u xi drittijiet għandu l-kap eżekuttiv.", "Dan kollu hu dak li jittratta artiklu 4 tat-Taqsima II ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nikkonferma li fuq din il-klawsola għad hemm diskussjonijiet u m'hijiex l-intenzjoni tiegħi li nidħol f'dak li għedna fl- istadju tat-Tieni Qari.", "Nibda b'xi ħaġa żgħira li forsi tinstema' kosmetika u se nqabbel ma' meta waqqafna kunsilli oħrajn u nixtieq inġib dan l-eżempju għaliex naħseb li d- drafters ikunu differenti imma ċertu xebħ ma' liġijiet oħrajn forsi ta' min iżommu.", "Qed ngħidu li l-kunsill se jkun taħt ir-responsabbilta' ta' bord ta' diretturi.", "Nistaqsi x'inhu l-ħsieb li se nsejħulhom \"bord ta' diretturi\" meta fil-kunsill għall-kultura u l-arti ma jissejħux bord ta' diretturi.", "Forsi naħsbu li din hija xi ħaġa li tagħtihom ċertu status jew saħħa aktar.", "Naturalment bord ta' diretturi nassoċjawh aktar ma' xi ħaġa li hija aktar kummerċjali milli ma' kunsill bħal dan li qed inwaqqfu hawnhekk.", "It-tieni kumment huwa dwar il-kompożizzjoni tal-kunsill.", "Nifhem li din l- istruttura l-ġdida li qegħdin inwaqqfu se tieħu post dik eżistenti li m'għandhiex bażi legali għax hija konsultattiva u nifhem li d-dipartiment innifsu huwa l-id tal-gvern biex iwettaq u jeżegwixxi l-politika tiegħu.", "Dak il-punt nifhmu, imma tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li qegħdin nitkellmu fuq il-qasam ta' l-isport u minn min issir attivita' sportiva.", "Meta konna qegħdin nitkellmu fuq il-white paper proposta konna għidna li għandu jkun hemm aktar minn membru wieħed nominat mill-kumitat olimpiku Malti u li rridu nirrikonoxxu r-rwol ewlieni li għandu l-istess kumitat.", "Safejn naf jien kien hemm żewġ membri li kienu riżervati mill-kunsill Malti għall-isport.", "Barra minn hekk tajjeb li nikkonsidraw jekk għandniex naċċettaw li l- għaqdiet bejnithom jeleġġu persuna li tiġi maħtura mill-ministru għax il- kunsill kollu jrid jiġi maħtur mill-ministru.", "Hawnhekk qed nirreferi għal dawk l-għaqdiet li m'humiex rappreżentati fl-MOC u biex ikun hemm rappreżentanza f'dan il-kunsill li se jkun l-ogħla awtorita` fl-isport f'pajjiżna.", "Il-gvern xorta se jżomm il-maġġoranza.", "Hawnhekk irridu nkunu flessibbli u ngħidu li l-bord ta' dan il-kunsill jista' jkun kompost minn mhux inqas minn seba' u mhux iżjed minn disa'.", "Jekk ikun hemm wieħed jew tnejn mill-MOC u ieħor li jkun rappreżentant mill-għaqdiet li m'humiex fl- MOC inkunu qed nitkellmu fuq tliet persuni biss li m'humiex direttament magħżula mill-gvern.", "Hemm membru ieħor li qed jiġi nominat mill-ministru responsabbli mill-edukazzjoni li huwa persuna responabbli mill-edukazzjoni sportiva pero` fl-aħħar mill-aħħar huwa nominat mill-gvern ukoll.", "L- ewwelnett qed nitlob lis-segretarju parlamentari jgħid għaliex minn tnejn mill-MOC ġie wieħed meta nafu x'funzjoni primarja għandu l-kumitat olimpiku Malti u jekk jikkonsidrax li membru li jiġi maħtur mill-gvern ikun elett mill-għaqdiet li m'humiex rappreżentati mill-kumitat olimiku Malti.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Konna biddilna r-rappreżentanza tal-kumitat olimpiku Malti minn tnejn għal wieħed għax dehrilna li l-kumitat olimpiku Malti ma jirrispekkjax l-isport kollu u hawn ħafna sport li m'huwiex parti mill-kumitat olimpiku Malti.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sport li mhux olimpiku.", "Irridu ngħidu wkoll li hemm sport olimpiku li jaqa' taħt il- kumitat olimpiku Malti u sport mhux olimpiku li m'huwiex rappreżentat taħt il-kumitat olimpiku Malti.", "Barra dan hemm affarijiet oħrajn.", "Hemm dawk id- dixxiplini li lanqas huma sport preċiż u li forsi nistgħu indaħħlu għall- fini ta' din il-liġi.", "Jista' jkun hemm setturi oħrajn u wieħed jispiċċa jistaqsi għaliex ma daħħalniex ukoll rappreżentant tal-kunsilli lokali jekk il-kunsill lokali xi darba jingħataw l-inkarigu li jorganizzaw l-isport.", "Jiena ngħid li wieħed jista' jilqa' s-suġġeriment li wieħed mill-membri ikun ta' dawk l-għaqdiet li m'humiex jipprattikaw sport olimpiċi.", "Din nista' naċċettaha.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naħseb li qed nitkellmu fuq l-istess ħaġa.", "Aħna nafu li bħalissa fil-kumitat olimpiku Malti hemm għaqdiet jew assoċjazzjonijiet li huma rikonoxxuti minnu minkejja li m'humiex sport olimpiku.", "Naħseb li kif qed jgħid is-segretarju parlamentari huwa tajjeb li nikkonsidraw li wieħed mill-persuni nominati biex jinħatru mill-gvern ikun xi ħadd li ġej minn sport li mhux olimpiku.", "Naħseb li fuq dak il-punt nistgħu mmexxu.", "Ma nafx jekk għandux kumment fuq il-bord ta' diretturi u għaliex qed insejħulu hekk.", "Forsi din hija xi ħaġa żgħira u m'hijiex xi ħaġa ta' konflitt kbir imma tajjeb li nkunu nafu r-raġuni.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' ikun li daħlet biex issir distinzjoni bejn il-funzjoni tagħhom.", "Kultant nużaw il-kelma kunsill fuq żewġ livelli u nħawwduhom xi ftit.", "F'moħħħna kellna l-bord ta' diretturi li jagħmel il- politika ġenerali, imbagħad l-eżekuttiv u allura biex issir distinzjoni ċara ta' dawn iż-żewġ funzjonijiet, il-bord li jagħmel il-politika ġenerali qed insejħulu bord ta' diretturi biex niddistingwu minn funzjonarji oħrajn li jista' jkollu l-kunsill.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Aħna nafu li sal-lum il-kunsill malti għall-isport kif inhu mwaqqaf huwa maqsum f'dak li huwa eżekuttiv u dak li huwa konsultattiv pero` għandu segretarju li jissejjaħ segretarju eżekuttiv.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-bord għandu jkollu l-għajnuna ta' segretarju li jiġi maħtur mill-ministru.", "Nistaqsi jekk ir-rwol ta' segretarju hawnhekk huwiex dak li huwa magħruf li jkollu kull kunsill jew kull kumitat li jaqdi funzjoni ta' segretarju.", "Hawnhekk hawn qisa demozzjoni ta' segretarju eżekuttiv kif magħruf illum fil-kunsill malti għall-isport.", "Nixtieq li s-segretarju parlamentari jiċċarali din.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qabel ma kienx jagħmel sens li jkun hemm segretarju tal-bord u kap eżekuttiv uffiċjali.", "Ma kienx jaqbel għax ma kienx bord b'xi funzjonijiet wiesa' kbar u lanqas kellu poteri eżekuttivi u allura s-segretarju kien jinkorpora fih dawn il-funzjonijiet.", "Issa qed ngħidu li se jkollna uffiċjal eżekuttiv prinċipali - u kulħadd jaf kif jaħdem u x'inhuma l-poteri ta' kap jew ta' uffiċjal eżekuttiv.", "Is- segretarju tal-bord se jkun purament segretarju tal-bord u xejn iktar.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ħaġa oħra li qajmet daqsxejn iktar kontroversja hija dik li għandha x'taqsam ma' klawsola 4(6) fejn għandna dawk li m'humiex eliġibbli.", "Fl-opinjoni tiegħi il-fatt li qed inħallu barra l- possibbilta` li jiġu maħtura jew nominati mħallfin jew maġistrati huwa żball.", "Qed nieħu t-Tieni Qari ta' din l-istess liġi u qed nieħu wkoll liġi oħra li tinsab fl-istadju ta' kumitat quddiem il-kumitat konċernat.", "Diġa' semmejna r-raġunijiet u naħseb li tajjeb li nikkonsidraw din il-pożizjoni li l-gvern qed jieħu fuq kull liġi.", "Tajjeb li ngħidu li r-rwol ta' mħallef jew maġistrat fl-amministrazzjoni ta' l-isport qed iġib miegħu livell ogħla fl-amministrazzjoni ta' l-isport u jagħti dehra aħjar lil pajjiżna fl-isfera internazzjonali.", "L-istatus li pajjiżna jieħu bis-saħħa ta' dawn il-persuni huwa ta' benefiċċju għall- isport u għal pajjiżna.", "Veru li pajjiżi barranin huma ferm ikbar minna u allura forsi ċerti konflitti li jista' jkollhom jegħlbuhom aktar faċilment minna.", "Minkejja kollox naħseb li ż-żmien uriena li hawnhekk mhux qed nieħdu riskji.", "Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna r-riżorsi limitati ta' pajjiżna u li jkun hemm dawn il-persuni li jersqu biex mingħajr interess u b'mod volontarju jagħtu sehemhom hija xi ħaġa tajba u tajjeb nikkonsidrawha.", "Mistoqsija oħra li nixtieq naħmel hija jekk din l-ineliġibilta` tgħoddx ukoll għall-imħallfin jew maġistrati li huma rtirati.", "Naħseb li tajjeb li din il-kwestjoni tiġi konsidrata.", "Min-naħa tiegħi naħseb li għandna nikkonsidraw mill-ġdid li ma neskludux imħallef jew maġistrat milli jkun jista' jkunu eliġibbli biex jiġi maħtur fuq il-bord.", "Ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija li nafu li l-kumitat olimpiku Malti huwa mmexxi minn imħallef.", "Nixtieq nistaqsi x'jiġri jekk il-kumitat olimpiku Malti jipproponi l-president tiegħu li huwa mħallef biex ikun fuq dan il- bord.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-ewwelnett naħseb li l-esklużjoni jew l- ineliġibbilta` ta' l-imħallef jew maġistrati f'din il-liġi kienet tirriżulta anke kieku m'hemmx il-liġi proposta mill-Ministru tal-Ġustizzja u li qiegħda fl-istadju ta' kumitat.", "Dan huwa korp eżekuttiv tal-gvern.", "Aħna ngħidu li suppost ikollna separazzjoni bejn l-eżekutiv u l-ġudikatura.", "Ma jistax ikun hemm parti mill-ġudikatura li hija parti mill-eżekuttiv ukoll jiġifieri l-ineliġibbilta` qed issir anke minħabba din is- separazzjoni.", "Nirrikonoxxi li l-imħallfin u l-maġistrati jagħmlu xogħol tajjeb fl-isport pero` hawnhekk qegħdin inbiddlu n-natura tal-funzjonijiet.", "Kieku m'hemmx il-liġi tal-Ministru tal-Ġustizzja forsi naċċettaw li jkunu f'bord konsultattiv imma dan huwa bord eżekuttiv u naħseb irridu nkunu ċari x'qegħdin inwaqqfu.", "Jekk il-kumitat olimpiku Malti jinnomina mħallef jew maġistrat, dak is-suġġeriment jiġi għand il-ministru u dan ikollu jibgħat lura għand il-kumitat olimpiku Malti ittra li tgħid li ma jistax jilqa' dik it-tip ta' nomina u jitlobhom jinnominaw lil xi ħaddieħor.", "Jekk jibqgħu ma jinnominawx naħseb li dak il-post li huwa riżervat għal kumitat olimpiku Malti jibqa' vakanti.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lis-segretarju parlamentari dwar klawsola 4(6)(ċ) u x'qed nifhmu biha meta ngħidu li persuna ma tkunx eliġibbli li tiġi maħtura jew tagħmel xi xogħol bħala membru tal-bord jekk ma tkunx f'pożizzjoni skond il-liġi li tagħmel dan ix-xogħol.", "Nixtieq nistaqsu x'tip ta' persuna qed nitkellmu fuqha.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li jrid ikun hemm sentenza fuq din il- persuna li tgħid li tirrestrinġiha milli tieħu karigi ta' dan it-tip.", "It- terminu Ingliż huwa \"legally incapacitated\" jiġifieri hemm xi sentenza f'xi liġi oħra li teskludiha milli tieħu din il-funzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Safejn naf jien hemm subklawsola (3) li qed issib lil xi ħadd ħati ta' xi att kriminali.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li dik qed tirreferi għal xi sentenza waqt li l-oħra qed tirreferi għal xi att ieħor li jista' jeskludiha.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fl-aħħar parti ta' subklawsola (8) qed ngħidu hekk: \"jew fiżiku sew għar-raġunjiet oħra jew minħabba mġiba ħażina\".", "Din ukoll hija wiesgħa ħafna.", "Naturalment irridu npoġġu l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom.", "Hawnhekk qed ngħidu li membru tal-bord jista' jiġi mneħħi mill- kariga tiegħu mill-ministru jekk ma jinstabx kompetenti li jwettaq il- funzjonijiet tal-kariga tiegħu jew minħabba stat ta' mard mentali.", "Irrid nistaqsi xi rridu ngħidu meta qed ngħidu \"raġunijiet oħra jew imġieba ħażina\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nistgħu nużaw il-kliem \"sew jekk dak il-membru ma jkunx idoneu li jibqa' f'dik il-kariga.\"", "Għandna definizzjoni li tiftiehem normalment.", "Qed ngħid dan biex neħilsu mid-definizzjoni wiesa' ta' \"imġieba ħażina\".", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din tiġi bħal dik li hemm fil-liġi tal-kultura u l- arti.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Eżatti.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hemmhekk qegħda hekk: \"membru tal-kunsill jista' jitneħħa mill-kariga mill-ministru jekk fil-fehma tal-ministru dak il- membru ma jkunx idoneu li jibqa' fil-kariga jew ma jkunx baqa' kapaċi jaqdi dmirijietu kif imiss bħala membru.\"", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Eżatti.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din hija iktar aċċettabbli u nistgħu nbiddluha f'dak is-sens.", "Fi klawsola 4 (9) għandna hekk:", "\"Jekk il-membru tal-bord li jirriżenja jkun il-persuna li tkun ġiet nominata mill-kumitat olimpiku Malti\".", "F'dan il-każ il-ministru se jmur lura fuq il-kumitat olimpiku Malti biex jinnomina persuna ħalli eventwalment il-ministru jaħtarha.", "Hawnhekk ma nafx hijiex ċara biżżejjed jew li qed tinftiehem b'dan il-mod.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li hawnhekk qegħda ovvja imma tajjeb li nippreċiżaw ħalli tkun fuq ir-records għal meta niġu għall-interpretazzjoni ta' din il-liġi.", "Jekk il-persuna li tirriżenja tkun persuna maħtura jew nominata minn barra l-ministeru ta' l-isport, il-ministru jmur lura għand dawn l-entitajiet biex jaħtru persuna oħra flok dik il-persuna li tkun irriżenjat.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hekk hija aktar ċara minn qabel u tagħmel aktar sens.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Skużani, jimporta jerġa' jirrepeti.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fi klawsola 4(12) qed ngħidu li l-kap uffiċjal eżekuttiv ikollu wkoll poteri oħra mgħoddija lilu minn żmien għal żmien mill-bord.", "Naħseb ikun tajjeb li ndaħħlu li dawn ikunu bil-miktub.", "Huwa veru li forsi qegħda fil-minuti imma forsi hija frivola wisq li ngħiduha biss.", "Barra minn hekk qed ngħidu li l-kap uffiċjali eżekuttiv għandu jiżviluppa strateġiji, politika u regolamenti għall-implimentazzjoni ta' l-għaniijet tal-kunsill.", "Irrid nistaqsi għandniex indaħħlu li dawn għandhom ikunu bl- approvazzjoni tal-kunsill.", "Se jkun ir-rwol ta' l-uffiċjal eżekuttiv li jiżviluppa din l-istrateġija, politika u regolamenti għall-implimentazzjoni ta' l-għanijiet tal-kunsill, imma rridu ngħidu li dawn għandhom ikunu approvati mill-istess kunsill biex dan ma jimxix għar-rasu.", "Għalkemm l- istrateġiji jkunu jaqgħu taħt l-għanijiet tal-kunsill, jista' jagħti l-każ li dawn ma jissottomettihomx lill-kunsill għall-approvazzjoni tiegħu.", "Nistgħu ngħidu li filwaqt li jibqa' jagħmel dan ix-xogħol hu jkun irid jgħaddihom għall-approvazzjoni tal-kunsill.", "F'din il-klawsola nkunu qed nesiġu li dak li jħejji l-kap uffiċjal eżekuttiv ikun approvat mill-kunsill qabel jibda t-twettiq tiegħu.", "Dawk huma l-kummenti li għandi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jidhirli li tkellimna fuq subklawsola 4 (12).", "Qed ngħidu li jekk il-kap uffiċjal eżekuttiv se jingħata dmirijiet oħra li għandhom ikunu bil-miktub u m'għandi l-ebda problema li nippreċiżawha b'dan il-mod u nħarsu lejn is-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Kollega.", "Dan ifisser li l-implimentazzjonijiet ta' l-għanijiet tal-kunsill u t-twettiq tal- funzjonijiet għandu jkollhom l-approvazzjoni tal-bord.", "Jekk l-Onor. kollega m'għandux sottomissjonijiet oħrajn xi jgħid fuq klawsola 4, nistgħu inkomplu.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nistgħu nieqfu hawnhekk.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, nitlob li nieqfu hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Jista' jġib l-emendi kollha relatati ma' klawsola 4.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawn qed nirrapportaw progress, pero' rrid ngħid li l-emendi li se jsiru se jkunu fuq subartiklu (3) paragrafu (ċ).", "THE CHAIRMAN: Wara nistgħu narawhom kollha f'daqqa.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għandna klawsoli 4 (8) u 4 (12).", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq din il-klawsola kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Onor.", "Tony Abela", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat dwar l-Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nirrapporta l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki, Abbozz Nru 162, mgħoddi b'emendi mill-Kumitat Permanenti dwar l- Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru): Mr Speaker, nitlob il- permess tal-Kamra sabiex jitressaq Abbozz ta' Liġi għat-Tielet Qari mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TA' KWALIFIKI", "MUTUAL RECOGNITION OF QUALIFICATIONS BILL", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar ir- Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kif intqal fis-seduta ta' nhar it- Tnejn u kif iddiskutejna fil-laqgħa tal-House Business Committee, nhar it- Tnejn li ġejjin jibda d-dibattitu dwar l-intervista ta' l-ombudsman li ġiet ippubblikata u l-uffiċċju ta' l-ombudsman, liema dibattitu huwa maħsub li jifrex fuq is-seduti tat-Tnejn filgħaxija, it-Tlieta filgħodu u filgħaxija u l-Erbgħa filgħodu u filgħaxija pero` bil-flessibilita` li ddiskutejna waqt il-kumitat dwar ix-xogħol tal-kamra.", "Għaldaqstant nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Settembru, 2002, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l- Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni.", "------------------", "Dibattitu dwar l-intervista li ta l-Ombudsman u li dehret f'gazzetta lokali ta' l-1 ta' Settembru 2002, u l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali – Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR MARIO GALEA: Sur President, nixtieq niġbed l-attenzjoni tiegħek u anke ta' l-uffiċjali nkarigati mill-protokoll fuq dak li ġara fil- pontifikal tat-8 ta' Settembru fejn xi ħadd, bi żball jew le, iddeċieda li jaqleb il-protokoll ta' taħt fuq b'tali mod l-membri parlamentari - fosthom anke d-deputy speaker - li kienu preżenti tpoġġew fuq wara u quddiemhom tpoġġew il-kummissarju tal-pulizija, l-Kmandant ta' l-armata, l-awditur ġenerali, xi żewġ segretarji permanenti u anke nisa ta' l-imħallfin.", "Jiena nirrikonoxxi li dan seta' kien żball ġenwin, u jekk veru hekk, nistenna li l-protokoll jgħidilna li kien żball u s-sitwazzjoni tiġi riżolta għax wara kollox kulħadd jista' jieħu żball.", "Xtaqt nagħmilha ċara li minkejja li jiena qed insemmi l-kummissarju tal-pulizija, l-kmandant ta' l-armata, l- awditur ġenerali, permanent secretaries u nisa ta' l-imħallfin – ovvjament dawn huma kollha karigi assoċjati ma' persuni – jiena rrid ngħid ċar u tond li jiena m'għandi xejn personali kontra dawn l-persuni distinti.", "For fairness sake irrid ngħid li jien ma kontx hawn imma kont imsiefer fuq xogħol tal-parlament għall-eżekuttiv tal-commonwealth parliamentary association u qiegħed noqgħod fuq l-informazzjoni li waslet għandi mingħand sorsi li kienu preżenti u allura jafu x'ġara dakinhar u għalhekk naħseb li huwa d-dmir tiegħi bħala whip li nagħmel dan l-intervent.", "Irrid nagħmilha ċara li meta qed nitkellem b'dan il-mod fuq formalitajiet u fuq protokoll, mhux qed nagħmel hekk minħabba xi suppervja, Sur President, 'il bogħod minn dan.", "Personalment – u dan huwa forsi difett personali tiegħi – il-protokoll narah bħala a necessary evil u kieku jkolli nagħżel, nagħżel l-informalita` u nagħżel li noqgħod fuq wara għall-kwiet fejn l-anqas li niġi nnotat.", "Dak li ġara dakinhar u li qed nipprova ngħid illum huwa mportanti għaliex kull deċiżjoni li jieħu l-protokoll irrid jirrifletti l-fatt li Malta hija stat b'demokrazija parlamentari.", "Malta hu pajjiż mibni b'tip ta' demokrazija fejn il-parlament hu l-ogħla istituzzjoni u fejn għandna sistema fejn kull meta tissejjaħ elezzjoni, l-poplu jeleġġi r- rappreżentanti tiegħu u jagħżel lil min ikun fil-gvern.", "Dejjem hekk jiġri u meta tissejjaħ elezzjoni oħra, il-poplu jerġa' jiddeċiedi jekk jagħtiniex mandat biex nibqgħu membri parlamentari għal ħames snin oħra jew inkella jagħżilx nies ġodda minflokna.", "Dan ifisser li l-uffiċjali tal-protokoll jagħmlu żball meta jinsew li aħna r-rappreżentanti ta' dawk li eleġġewna, xejn aktar u xejn inqas.", "Jiena qed ngħid li kull deċiżjoni li jieħu l-protokoll trid tirrifletti l- fatt li Malta hija stat b'demokrazija parlamentari u d-deċiżjonijiet li jieħu l-protokoll irid jirrifletti l-fatt li r-rieda tal-poplu kif inhi riflessa f'dan il-parlament trid tiġi rispettata għaliex dan il-parlament hu l-ogħla istituzzjoni f'Malta u għalhekk dak li ġara fit-8 ta' Settembru, żball jew le, m'huwiex tajjeb.", "Nerġa' ngħid li mhux qed nagħmel dan l- intervent għalina l-membri parlamentari.", "Kif għedt qabel, aħjar ma jkunx hemm protokoll u noqogħdu fuq wara fejn l-anqas li niġu nnotati pero` nqis li hu d-dmir tiegħi bħala whip li nagħmel dan l-intervent għax dak li ġara dakinhar fl-opinjoni tiegħi huwa diżrispett lejn id-demokrazija ta' pajjiżna.", "Safejn naf jien, teżisti ordni ta' preċedenza u din hija ċara.", "Jien ma naqbilx f'kollox ma' din l-ordni ta' preċedenza imma għallinqas hemm xi ħaġa fuqiex suppost jimxu.", "Din l-ordni ta' preċedenza tgħid li l-ewwel għandu jkun hemm il-President ta' Malta, imbagħad il-Prim Ministru, l- Arċisqof, iċ-Chief Justice u l-iSpeaker.", "Hawnhekk naħseb li min għandu r- responsabbilta` ma jagħmilx ħażin jekk jirrikonsidra din l-ordni ta' preċedenza, għax jien naħseb li f'sistema parlamentari u demokratika bħal tagħna, il-kariga ta' l-iSpeaker għandha tiġi qabel il-kariga taċ-chief justice.", "Wara dawn ikun hemm il-ministri, parliamentary secretaries, il-kap ta' l-oppożizzjoni, former presidents, former prime ministers, widows of former presidents and prime ministers u l-korpi diplomatiċi.", "Anke hawn jien ma naqbilx, u naf li hemm deputati miż-żewġ naħat li jifhmuha bħali, li l- korp diplomatiku għandu jieħu preċedenza fuq in-nies eletti f'din il-Kamra.", "Fil-fatt jien għadni kif ġej minn barra fejn kollha għandhom il-protokoll tagħhom u nnutajt li l-ewwel jiġu dawk f'kariga elettiva imbagħad jiġi l- korp diplomatiku.", "Terġa' mbagħad wara dawn hemm l-isqof ta' Għawdex, l- imħallfin, id-deputy speaker u l-membri parlamentari.", "Issa jiena m'għandi xejn kontra n-nies li jokkupaw dawn il-karigi imma l- awditur ġenerali, il-kummissarju tal-pulizija, il-kmandant ta' l-armata u l- oħrajn Ii semmejt jiġu wara l-membri parlamentari allura dak li ġara fit-8 ta' Settembru kien diżrispett lejn is-sistema demokratika tagħna.", "Huwa diżrispett lejn is-sistema demokratika tagħna meta jkollok okkażjoni formali ta' l-Istat u tpoġġi lil-kummissarju tal-pulizija, lill-kmandant ta' l-armata, lis-segretarji permanenti, lin-nisa ta' l-imħallfin – ma nafx hux suppost poġġewhom hemm għax l-imħallfin ikun hemm post riservat għalihom f'San Ġwann u n-nisa ta' l-imħallfin ipoġġuhom qabel - qabel il- membri parlamentari.", "Dan assolutament ma jagħmilx sens u hija kontra din l- ordni tal-preċedenza u jien naf li dakinhar ġara xi ħaġa li ma ġietx osservata l-ordni tal-preċedenza fejn anke infurmat li fil-ħin tat-tqarbin, l-iSpeaker spiċċa tela' jitqarben wara diversi mistednin oħra li kienu preżenti.", "S'issa l-protokoll għadu ma qalx jekk dan kollu kienx żball jew għax inbidel l-protokoll.", "Jekk kien żball ma ġara xejn, kulħadd jiżbalja imma jekk inbidel il-protokoll naħseb li għandna dritt inkunu nafu u għandna dritt ngħidu li ma naqblux u għedt ir-raġuni għaliex ma naqblux.", "Aktar serju hu l-fatt li d-deputy speaker tpoġġa wara l-persuni li ndikajt aktar kmieni.", "Ovvjament jien irriflettejt fuq dan kollu u għidt x'naħseb.", "Fl-opinjoni tiegħi l-iSpeaker f'sistema demokratika għandu jiġi qabel iċ- chief justice u li l-membri parlamentari għandhom jiġu qabel il-korp diplomatiku u anke qabel – bir-rispett kollu lejn l-imħallfin - il- ġudikatura.", "Imma dak x'naħseb jien u forsi, nerġa' ngħid, xi darba nagħmlu tajjeb jekk fuq dan il-punt wieħed jara x'opinjonijiet hawn.", "Jien tkellimt b'mod privat waqt il-funeral ta' l-Eċċelenza Tagħha l-ex President Agatha Barbara u kien hemm membri miż-żewġ naħat li qablu ma' din l-idea li qed ngħid jien, u għalhekk tajjeb li nitkellmu u ngħidu x'naħsbu.", "GĦandna nagħmlu hekk mhux għax irridu noqogħdu fuq quddiem imma għaliex tajjeb li l- protokoll jirrifletti li dan il-pajjiż għandu sistema demokratika parlamentari.", "Pero` li hu żgur huwa li jekk hemm ordni ta' preċedenza u jgħidlek li l-membri parlamentari għandhom ikunu qabel nies oħrajn, din ta' l-anqas għandha tiġi rispettata!", "Naħseb li hu assurd li inti jkollok sitwazzjoni fejn membri eletti f'dan il-parlament – aħna ma ġejniex nominati imma ġejna eletti mill-poplu wara li kkontestajna l-elezzjoni - jitpoġġew wara nies li ġew nominati minn dan il-parlament.", "Dawn in-nies b'kariga nominattiva qed jieħdu preċedenza fuq min innominahom fil- protokoll u din hi assurdita`!", "Jiena ma naħsibx li jagħmel sens li jkollok l-awditur ġenerali - bir- rispett kollu lejh għax huwa bniedem ta' integrita` – li ġie nominat minn dan il-parlament imma imbagħad fil-protokoll jieħu l-preċedenza fuq il- membri parlamentari.", "Jagħmel ħażin jekk xi ħadd jinterpreta dan id-diskors tiegħi bħallikieku qed nitlob iżjed rispett lejn il-membri parlamentari bħala individwi, imma jiena qed ngħid hekk għax għandu jiġi rikonoxxut il- vot li poġġa lill-membru parlamentari hawnhekk u dan huwa l-argument tiegħi.", "Biex nikkonkludi fuq dan is-suġġett irrid ngħid li kull deputat għandu mhux id-dritt imma d-dmir li jħares id-dinjita` tal-membri parlamentari għax din mhux id-dinjita` tagħna personali imma hija d-dinjita` ta' din il-Kamra, li hija l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u dan miktub fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Kull wieħed minna hawn ġew għandu d-dmir li ma jgħid xejn jew ma jagħmel xejn li jnaqqas id-dinjita` tal-membri parlamentari għax id-dinjita` parlamentari mhix tagħna imma hi mislufa lilna għal kemm indumu membri parlamentari u dan huwa s-sabiħ tad-demokrazija tagħna.", "Jien naf x'jiġifieri, għaliex wara l-elezzjoni ta' l-1996 ma ġejtx elett fejn m'hemm xejn ħażin u hekk taħdem id-demokrazija.", "Għalhekk qed nitkellem b'dan il- mod u mhux qed nagħmel hekk biex għada xi ħadd joħroġ jgħid kemm aħna mkabrin għax irridu noqogħdu fuq quddiem!", "Min jafni jaf li jiena nieħu gost noqgħod fuq wara kemm jista' jkun u noqgħod għall-kwiet fejn hu possibbli pero` jien u sħabi l-membri parlamentari għandna d-dmir li niddefendu d-dinjita` tal-membri parlamentari.", "Il-prokotoll m'għandu dritt jagħmel xejn li jbaxxi d-dinjita` tal-membri parlamentari.", "Nerġa' ngħid li aħna għandna d-dmir li nitkellmu u ġentilment, nitlob anke lilek Sur President, bħala President ta' din il-Kamra biex tipprova tintervjeni biex anke l-protokoll josserva d-dinjita` tal-membri parlamentari.", "Nerġa' ngħid id-dinjita` hija ta' din il-Kamra u tal-pożizzjoni li nokkupaw u mhux tagħna personali.", "Nistenna li l-protokoll jiċċara l-pożizzjoni tiegħu qabel il-21 ta' Settembru fejn ser ikun hemm pontifikal ieħor.", "Naħseb li għandna dritt inkunu nfurmati x'ġara fit-8 ta' Settembru u x'se jiġri 'l quddiem.", "Nistenna li immedjatament il-protokoll fil-ġranet li ġejjin jiċċara l-pożizzjoni tiegħu magħna sabiex inkunu nafu jekk kienx sempliċi żball ġenwin jew xi ħaġa oħra.", "Jekk kien żball ġenwin tieqaf hawn imma jekk kien hemm bidla fil-protokoll, jiena qed ngħid x'inhuma l-ħsibijiet tiegħi.", "Nistenna li l-protokoll fil-ġranet li ġejjin jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tiegħu għax għandna dritt inkunu nafu.", "Aħna wara kollox ma mmorrux għal dawn il-funzjonijiet bħala ċippitatu biex jaqbdu u jpoġġuna x'imkien.", "Naħseb li it is only fair li nkunu nafu.", "Issa nixtieq ngħaddi għal suġġett ieħor.", "Fil-bullettin ta' l-aħbarijiet tas- Super 1 Television tas-16 ta' Settembru ixxandar servizz fejn kien qed jiġi rapportat id-diskors li għamel l-Onor.", "Joe Mizzi fil-parlament.", "Waqt li l- ġurnalist kien qiegħed jirrapporta l-allegazzjoni ta' l-Onor.", "Joe Mizzi, huwa qal - u se nikkwota -", "'' ... li hemm rabta bejn id-droga u l-politika u li r-rabta li hemm bejn id-droga u l-politika waslet ukoll sal-parlament.''", "Waqt li kien qed jingħad dan il-kliem, intwera filmat tal-grupp parlamentari Nazzjonalista waqt is-seduta tal-parlament, filmat li ttieħed hawn ġew fil-ftuħ tal-parlament.", "Hawnhekk l-istazzjon Super 1 fl-opinjoni tiegħi – u anke ta' oħrajn - ipprova jagħmel rabta diretta bejn it- traffikar tad-droga u l-membri parlamentari ta' din in-naħa tal-gvern u dan huwa oġġezzjonabbli bis-saħħa kollha u juri kemm l-istazzjon tal-partit Laburista qed jaqa' f'livelli mill-aktar baxxi u oxxeni.", "M'għandix dubju li l-istrateġija tal-partit Laburista hija intiża biex tixħet dubbju fuq l- integrita` tad-deputati Nazzjonalisti għax din hija l-istess kampanja li għamlet l-oppożizzjoni qabel l-elezzjoni ta' l-1996, fejn dawn jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jitfgħu t-tajn u jallegaw kontra din in-naħa.", "Kulħadd jiftakar il-famużi allegazzjonijiet ta' korruzzjoni li kien għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, imma meta tela' fil-gvern, Alfred Sant kien ikkummissjona, persuna tal-fiduċja tiegħu qaltlu li ma kien hemm l-ebda korruzzjoni.", "Dan juri b'mod ċar li dak kollu li kien intqal kien ibbażat biss fuq allegazzjonijiet.", "Imma dak li għamel is-Super 1 vis-à-vis l-membri parlamentari ta' din in-naħa, jikkostitwixxi wkoll abbuż mit-telespettaturi tagħhom għaliex dawn qed jippruvaw iwasslu messaġġ falz biex jingannaw lit-telespettauri tagħhom stess.", "Importanti li ngħid li gvern Nazzjonalista bil-provi qiegħed jaħdem bi sħiħ kontra l-kriminalita` u t-traffikar tad-droga u qed ngħid li jekk hemm ħaġa li din in-naħa tal-kamra ħaditha bis-serjeta` tul din il-leġislatura u anke meta kienet fil-gvern qabel, kienet proprju l-ġlieda kontra t-traffikar tad- drogi.", "Aħna tajna prova fil-fatti mhux bil-kliem biss ta' dan.", "Tajna prova li aħna m'għandniex kantunieri fejn tidħol il-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi.", "Il-liġijiet qegħdin hemm għal kulħadd, mill-kbir saż-żgħir u kulmin b'xi mod jifforma partnership mat-traffikanti tad-droga, ikollu kariga għolja kemm ikollu, dan irid iwieġeb għal għemilu u dan bil-provi qed nagħmluh u mhux bil-paroli!", "Meta l-istazzjon ta' l-oppożizzjoni jasal f'dan l-istat baxx li jxandru filmat fejn jippruvaw jorbtu lilna d-deputati tal-gvern mat-traffikar tad- drogi, bilfors ikollok isemmi ċertu affarijiet bħal ma ġralu l-assistent personali tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana, li kien se jħallas b'ħajtu minħabba deċiżjoni li ħa l-gvern, deċiżjoni iebsa kontra kull b'xi mod huwa assoċjat mat-traffikanti tad-droga.", "Ilum huwa fatt magħruf - ħareġ minn xhieda fil-qorti u mill-investigazzjonijiet tal-pulizija - li l- attentat ta' tqil ta' Richard Cachia Caruana - kulħadd jaf li kien ftit sekondi 'l bogħod mill-mewt u kien miraklu tal-Bambin li Richard Cachia Caruana baqa' ħaj - kien marbut intristikament ma deċiżjoni iebsa u kuraġġuża li ħa l-Uffiċċju tal-Prim Ministru vis-a-vis traffikanti tad- drogi jew nies li b'xi mod huma viċin tagħhom.", "Allura trid tkun vera ma tisħix biex tiġi tipprova tpingi n-naħa ta' dan il-gvern bħala li kieku aħna b'xi mod marbutin mat-traffikanti tad-drog jew ma' l-abbuż tad-droga.", "L-unika rabta li għandna hu li aħna se nibqgħu nissemmew bħala gvern li ħadna deċiżjonijiet iebsin u kuraġġużi u għamilna ġlieda bla ħniena kontra t-traffikanti tad-droga.", "Gvern Nazzjonalista żied il-vot kapitali tal-pulizija biex din setgħet tixtri t-tagħmir għal kontra l-kriminalita` filwaqt li meta fil-gvern kien hemm tan-naħa l-oħra – l-istess li qed jgħidu li hemm rabta bejna u t- traffikanti - dawn naqqsu l-vot tal-korp tal-pulizija.", "Gvern Nazzjonalista żied il-pagi u l-allowance tal-pulizija wara li l-gvern ta' Alfred Sant kien naqqas id-dħul finanzjarju tagħhom.", "F'dawn l-erba' snin saru erba' reklutaġġi ġodda wara li l-gvern ta' Alfred Sant kien impona friża anke fuq id-dħul tal-pulizija ġodda.", "Kif tista' tagħmel ġlieda kontra t-traffikanti tad-droga jekk inti imponejt friża fuq id-dħul ta' pulizija ġodda fejn għandek nies li jitilqu mill-korp u ħadd ma jitħalla jidħol minflokhom?", "Aħna waqqafna s-servizz tas-sigurta` li tgħidx kemm qalu hawn fuq dan is- servizz u gvern Laburista kien kontra dan is-servizz.", "Kulħadd jaf li l- aħħar scrape through li kellhom il-korp tal-pulizija kien proprju minħabba ix-xogħol tajjeb u delikat li għamlu s-servizz tas-sigurta`.", "Kieku ma kienx is-servizz tas-sigurta` ma konniex nindunaw jew kien ikun aktar diffiċli li nindunaw b'ċerti konnessjonijiet bejn traffikanti tad-droga u nies b'kariga għolja fis-soċjeta`.", "Il-gvern Nazzjonalista nkorpora l-NDIU fis-servizz tas-sigurta` filwaqt li l-gvern ta' Alfred Sant kien naqqas il- vot ta' l-NDIU b'16%.", "Gvern Nazzjonalista kien emenda l-kodiċi kriminali u ħarrax il-liġijiet kontra dawk li jwettqu diversi reati u jekk hawn gvern li kellu kuraġġ u ħarrax il-liġijiet kontra t-traffikanti tad-droga kien proprju dan il-gvern bl-emendi li għamel fil-liġi.", "Allura b'liema wiċċ vili s-Super 1 Television jipprova jiġi jorbot lilna mat-traffikar tad- droga meta kulħadd jaf li l-gvern ta' Alfred Sant kien għamel ekonomija falza u kien ixxaħħaħ kemm felaħ kontra l-kriminalita`!", "Jidher li l-istazzjon Super 1 Television u l-partit Laburista qed jinkeddu għax il-gvern Nazzjonalista qed jagħmel ġlieda bla ħniena kontra l- kriminalita` speċjalment kontra t-traffikanti tad-drogi u għalhekk iridu jdawwru l-attenzjoni bil-qerq u jippruvaw jitfgħu t-tajn kontrina.", "Nerġa' nistaqsi jiena, lil min qed jiddefendu dawn meta qed jippruvaw iħammġu lilna u jgħidu li aħna għandna xi rabta mad-droga?", "Għalfejn qed jippruvaw jiżvijjaw l-attenzjoni?", "Mhux kulħadd jaf min huma - urejna f'dawn is-snin li ilna fil-gvern - t-traffikanti tad-droga u min għandu konnessjonijiet magħhom għax m'urejna l-ebda ħniena ma' dawn in-nies, huma min huma, hi x'inhi l-pożizzjoni tagħhom u jaħsbuha kif jaħsbuha.", "Sur President, jekk din hi l-istrateġija li se jimxi biha l-partit Laburista fl-elezzjoni li ġejja, din hija strateġija oxxena.", "Jien, bħala s- segretarju tal-grupp parlamentari, illum ktibt lis-Sur Dalli li huwa ċ- chairman tas-Super 1 Television fuq dan il-bullettin ta' l-aħbarijiet u bgħatt kopja ta' l-ittra lill-awtorita` tax-xandir ukoll fejn għedt li hu inaċċettabbli li jsir servizz ta' l-aħbarijiet fejn jintuża filmat li ttieħed fil-ftuħ tal-parlament, jintużaw il-membri ta' din in-naħa u b'dak li jingħad u b'dak li jkun qed jintwera, tkun qed issir rabta diretta bejn id-droga u d-deputati tal-gvern.", "Jekk xi ħadd minn din il-Kamra jew Super 1 Television għandu l-provi li xi membru ta' din il-Kamra, hu fuq liema naħa, hu involut fid-droga għandu d-dmir imur bihom għand il-kummissarju tal-pulizija u jagħtih id-dettalji.", "Imma li jintefa` t-tajn hekk għaliex waslet l-elezzjoni u xi ħadd irid iħammeġ mhux aċċettabbli, anzi biex nagħmel ġustizzja mal-każ, naħseb li dan hu oxxen.", "Jien kont qed nitkellem fuq id-dinjita` tal-membri parlamentari fil-bidu tad-diskors tiegħi u kemm hu importanti li nagħmlu minn kollox biex din id- dinjita` ma titbaxxiex pero` sfortunatament, meta dawn jipprovaw jitfgħu t- tajn hekk kif ġie ġie u jaraw x'jeħel, dawn ikunu qed jagħmlu ħsara mhux biss lil din in-naħa, imma lill-membri kollha ta' din il-Kamra.", "Huwa ħażin ħafna li tassoċja l-membri ta' din il-Kamra mad-droga speċjalment meta ma jkollokx il-provi, u jekk ikollok il-provi, mhux toqgħod tallega fil-vojt imma trid tgħid x'taf!", "Il-privileġġ hawn ġew mhux qiegħed biex nabbużaw minnu imma biex jekk ikollna xi informazzjoni ngħadduha.", "Imma ma tistax titfa` t-tajn hekk u tipprova tagħti l-impressjoni li d-deputati tal-gvern kollha qishom għandhom xi aġenda moħbija biex b'xi mod niskolpaw jew nkunu involuti mat-traffikanti tad-droga!", "Dan huwa abbuż mill-privileġġ!", "Huwa abbuż ukoll li s-Super 1 Television jkompli jitfa' l-melħ fuq il-ferita` li fetaħ l-Onor.", "Joe Mizzi meta kompla jipprova jorbot - bil-filmat u bil-mod kif irrapporta - il-grupp parlamentari ta' din in-naħa ma' l-abbuż tad- droga.", "Dan hu abbuż kbir u m'għandux dritt jagħmluh.", "Qabel nagħlaq irrid ngħid li l-grupp parlamentari Nazzjonalista mhux biss ippubblika l-ittra li bagħat liċ-chairman tas-Super 1 Television imma qed jikkonsidra x'passi oħra jista' jieħu skond il-liġi għax jekk tan-naħa l- oħra jaħsbu li se jagħmlu allegazzjonijiet bħal dawn għax waslet l- elezzjoni u jibqgħu għaddejjin bihom, sejrin żball.", "We're going to call their bluff.", "Jew jgħidu x'jafu jew aħna se nieħdu l-passi kollha li tagħtina l-liġi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 23 ta' Settembru, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BORMLA – TRIQ NELSON – BDIL TA' LAMPA", "35297.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tkun irranġata l-bozza li hemm fi 3 Triq Nelson, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-bozza li qed issir riferenza għaliha ġiet irranġata.", "ĦAŻ-ŻABBAR – ST PETER'S – RESURFACING TAT-TOROQ", "35298.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress wara laqgħat mal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar, dwar resurfacing tat-toroq fl-area ta' St. Peter's?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq qed ifassal programm għall-asfaltar tat-toroq fl-inħawi msemmija.", "BORMLA - SKOLA PRIMARJA – XOGĦLIJIET", "35299.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fl-iskola primarja ta' Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola primajra ta' Bormla qed isiru dawn ix-xogħlijiet permezz ta' numru ta' tenders li nħarġu mill-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada:", "* Tqegħid ta' membrane sa taħt id-DPC level f'parti mis-sular ta' isfel; * Sodda tal-konkos fuq il-parti fejn instab irdim fond; * Tqegħid ta' madum ġdid; * Tibdil ta' aperturi interni u esterni; * Ridekorazzjoni ta' kullimkien; * Soffitt ġdid fis-sala; * Sistema elettrika ġdida fis-sala; u * Tiswijiet strutturali fil-faċċata biex jinbidlu kolonni perikolużi", "BORMLA – PROĠETT TAL-BAĊIR", "35300.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq baċir nru.", "1?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-proġett tal-baċir numru wieħed tat-Tarzna ta' Bormla għadu qed jiġi kkonsidrat u għaldaqstant għadu kmieni wisq biex wieħed jagħti dettalji dwaru."]} {"filename": "19930216_106d_par.doc", "date": "1993-02-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 106 It-Tlieta, 16 ta' Frar, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 106", "It-Tlieta, 16 ta' Frar, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "106", "It-Tlieta, 16 ta' Frar, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "364", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "364", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "370", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) BILL", "It-Tielet Qari .....................................", "371", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA TAD-DWANA", "CUSTOMS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "It-Tielet Qari .....................................", "371", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAL-LIĠI TAL-BAĦAR", "LAW OF THE SEA (RATIFICATION) BILL", "It-Tieni Qari ......................................", "372", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IŻ-ŻWIEĠ", "MARRIAGE ACT (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ......................................", "392", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "401", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "406", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 105 li saret fil-15 ta' Frar, 1993 ġew konfermati", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' - SEĦHA GĦALL- APPLIKAZZJONIJIET", "8098.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-data tas-sejħa ta' applikazzjoni għal dawn il- postijiet:-", "a) Assistant Theatre Mainten- ance Officer and Controller? u", "b) Electrical?", "Min huma dawk li ġew magħżula?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Il-ħatra ta' Assistant Theatre Officer and Controller seħħet wara sejħa għall-applikzzjonijiet ta' Theatre Maintenance Officer and Controller li kienet imxandra fil-15 ta' Settembru 1992.", "Il-Bord ta' l-Għażla rrakkommanda, u l-Kunsill approva li l-aktar persuna kwalifikata tinħatar Theatre Maintenance Officer u applikant bi kwalifiki validi iżda b'anqas esperjenza jinħatar Assistant Theatre Maintenance Officer.", "Applikanti oħra bi kwalifiki u esperjenza f'parti mill- funzjonijiet ta' Theatre Maintenance Officer, jiġifieri fl-istallazzjoni u manutenzjoni ta' tagħmir elettriku, inħatru Electrical Maintenance Officers peress li ssodisfaw parzjalment il-ħteġijiet mitluba fis-sejħa.", "Il-persuni li nħatru kienu:-", "a) Theatre Maintenance Officer and Controller - Mr Christopher Gemmell.", "b) Assistant Theatre Mainten- ance Officer and Controller - Mr Stephen Thewma.", "c) Electrical Maintenance Officer:- Mr Jesmond Bondin u Mr John Busuttil.", "FAKULTA TAD-DENTISTRIJA", "8172.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem L-Onor.", "Alfred Sant) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhuma l- proċeduri u l-kriterji li bihom jinħatru d-demonstrators fil- fakulta' tad-Dentistrija fl- Universita'?", "Tinżamm sejħa miftuħa għal kulħadd jew l-applikanti jaqbdu u jintgħażlu fuq bażi personali?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sal-lum il-ħatriet saru fuq indikazzjoni tad- Dekan tal- Fakulta'.", "Mil-lum 'il quddiem, filwaqt li wieħed ma jridx jgħabbi ħatriet bħal dawn bi prioritajiet eċċessivi, b'danakollu se nirrakkommanda iktar pubbliċita' biex jistgħu jinħatru dejjem l-aħjar nett.", "HAMRUN U GUARDAMANGIA - TINDIF U MANUTENZJONI FL-HOS", "4242.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ghall- Ambjent: Billi kostitwenti tiegħi ripetutament qed jgħiduli li mhux minnu li l- Housing Estate tal-Hamrun u dak ta' Gwardamangia, limiti tal- Hamrun, qed jitnaddfu kif xieraq u mhux qed issir manutenzjoni regolari f'dawn il-flats kollha tal-Gvern, nixtieq li l- Ministru jordna li dan it-tindif u manutenzjoni jsir, u jekk qed isir, isir b'mod li r-residenti jkunu sodisfatti.", "F'xi nħawi ilu ma jsir maintenance 'il fuq minn hames snin.", "Jaf il-Ministru bit-tgergir li hawn fuq dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Bhalissa qed issir manutenzjoni mid- Dipartiment tad-Distretti fl- inħawi tal-Housing Estate, Hamrun.", "Jien informat li manutenzjoni fit-toroq u l-ambjent tal- Housing Estate Guardamangia, hu ppjanat li ssir għal Marzu jew April 1993.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "George Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Bil- permess tal-Ministru ridt nistaqsi fuq it-toroq in ġenerali.", "Għalkemm suppost li qed isir patching tat-toroq, fil-fatt ma qed isir patching xejn għaliex kull fejn hemm ħofra lanqas żrar u ramel apposta ma qed ikun hemm.", "Il- ħaddiema qed jaqbdu karretta, jimlewha bit- terrapien u jitfgħuh f'ħofra bla ma jagħtu qatran u mingħajr ma jgħaddi r- romblu minn fuqha.", "Ma jidhirlix li din hija l- proċedura li għandha tiġi segwita.", "Veru li mhix qed tagħmel xita, imma allaħares tagħmel, għax kif qed isir ix- xogħol huwa ta' periklu għas- sewwieqa.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- ħabib tiegħi għandu raġun.", "Fil-fatt qed isir patching ħażin; allavolja huwa temporanju xorta mhuwiex sodisfaċenti, u fil- fatt din il-ġimgħa kelli laqgħa mad- Direttur tat-Toroq fuq din il- kwestjoni.", "Pero' nista' ngħid li ħriġna tenders għat-toroq u qed nikkalkolaw li sa l-aħħar ta' dan ix-xahar jew il-bidu ta' Marzu nibdew il- programm ta' riabilitazzjoni tat-toroq.", "Jiġifieri veru li dak li qed isir mhuwiex sodisfaċenti, għalkemm huwa temporanju.", "Ma naħsibx li qed jingħata t- terrapien biss, kif qed jgħid l-Onor.", "Gatt, imma x-xogħol veru li mhux qed isir sew.", "(Interruzzjonijiet) Il- problema hi li ma ssirx compaction kif suppost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L- apparat li qiegħed jintuża fit- tħaffir tat- toroq, b'mod partikolari dak li qiegħed jintuża lejn in-naħiet ta' Marsaxlokk, jinkorpora fih xi sistema ġdida ta' kif llum isiru tiswijiet fit-toroq tagħna?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- kuntrattur li qiegħed jagħmel dak ix-xogħol fil-post imsemmi huwa kuntrattur privat u ovvjament min jieħu xogħol bħal dan jipprova jagħmel minn kollox biex f'idejh ikollu makkinarju li jiffrankalu x- xogħol.", "Il-makkinarju li qiegħed jirreferi għalih l- Onor. George Vella huwa apparat miġjub apposta biex f'każi bħal dawn it-tħaffir tat-trinek isir malajr u aktar aħjar.", "Is- sistema tal-lum hija differenti minn dik li kienet tintuża qabel, għar-raġuni li t-trinka li qiegħed iqatta' dak il- kuntratur trid tkun wiesgħa biżżejjed biex minnha jkun jista' jgħaddi wire ta' 132KV.", "Fil-fatt l-aktar li qegħdin nagħmlu aċċenn huwa biex nibdew nużaw makkinarju adattat meta nagħmlu dik li tissejjaħ compaction.", "F'dan il-każ aħna ħriġna specifications apposta biex anke l- blat li jinqata' jkun ta' ċertu qies, għax inkella dan ma jkunx jista' jerġa' jintefa' lura fil-post.", "Meta l-blat ikun maqtugħ ta' ċertu daqs dan faċilment jista' jiġi compacted f'layers biex ma jiġrix dak li dejjem jigri, jiġifieri li l-art iċċedi u tinżel għax ma jkunx hemm compaction tajba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI Peress li l-Ministru jaf li ħafna mill- flats li hemm fit-Tieni Distrett għandhom bżonn maintenance kbira, u f'din il- Kamra kemm- il darba kienu tqajmu lmenti fuq hekk, jista' l-Ministru jgħidli sewwa x'inhi l-proċedura normali li beħsiebha tintuża biex dawn il- flats jiġu rranġati u miżmumin sewwa, għaliex x'uħud minnhom jinsabu fi stat li jistgħu jaqgħu u joqtlu lil xi ħadd?", "Irrid insemmi wkoll l-indafa fil- housing estates.", "Jista' l- Ministru jgħidli għaliex fin- naħa tat-Tieni Distrett hemm l- inqas numru ta' kenniesa f'Malta?", "Jien smajt li qed isiru xi tħejjijiet biex it-triqat jiġu mnaddfin bil-makni ġodda li ġew.", "Jista' l- Ministru jikkonsidra li fil- Kottonera fejn hemm triqat fejn qatt ma jersaq kennies għax m'hemmx kenniesa biżżejjed juża dan l-apparat għat- tindif tat-toroq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Rigward il-flats għandna policy u fuq talba ta' l- Onor. Portelli diġa' poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra rapport dwar liema xogħlijiet jagħmel il- Gvern biex jimmantjeni l-flats.", "Illum hemm sistema fejn kollox jidħol fid-data base tad- dipartiment konċernat, jaraw il- prioritajiet tax-xogħol u ovvjament dak ix-xogħol li jkun l-aktar meħtieġ biex jiġi evitat il-periklu - li ma tantx ikollna minnu, imma jkun hemm xi ftit - ikollu priorita'.", "M'għandix il-lista relevanti għat-Tieni Distrett, imma nista' nibgħat għaliha u nurik x'inhu approvat u x'mhuwiex.", "L-Onor.", "Schembri Adami diġa' staqsieni rigward dan u mingħalija fil-Belt biss kien hemm xi 68 talba li diġa' ġiet approvata.", "Wieħed jista' jibgħat għaldin il-lista u jaraha.", "Rigward it-tindif nixtieq ngħid li t-tindif li jsir b'mezzi mekkaniċi, skond it- tender huwa intiż li jsir f'toroq prinċipali, kważi nazzjonali, bħalma huma tas- Sliema, il-Furjana, eċċ. Fit- tweġiba għal mistoqsija parlamentari li kienet saritli kont indikajt liema huma dawn ir-rotot, inkluża parti mill- Kottonera.", "Mingħalija hemm disa' rotot fejn qed isir dan it-tindif.", "Veru li hemm il- problema tal-kenniesa għax id- Dipartiment huwa understaffed, pero' ħadd ma jrid imur jagħmel dak ix- xogħol u kull min ikun hemm, jitlob transfer biex jitlaq.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt illum għandi mistoq- sija parlamentari magħmula mill-Onor.", "Evarist Bartolo rigward Ta' Giorni fejn spjegajtlu li tlabthom jaqbdu l-area ta' San Ġiljan u jbiddlu r-roster tal-kenniesa biex l- area li lmenta fuqha l-Onor.", "Evarist Bartolo tkun covered sew.", "Pero' jista' jkun li hemm xi areas ġodda jew miżjudin li ma jkunux inklużi fir- roster oriġinali.", "Din hija problema kbira u eventwalment anke dan ix- xogħol tat-toroq lokali - u mhux biss tat-toroq prinċipali - jibda' jaqa' taħt ir- responsabilita' tal-Kunsilli Lokali.", "Nemmnu li huwa iktar faċli li tikkontrollah f'livell aktar 'l isfel milli mill- Ministeru jew mis- Segretarjat tal-ħabib tiegħi l-Onor.", "Stanley Zammit.", "Sadanittant qed nagħmlu l-isforzi kollha biex isir tqassim mill-ġdid ta' kenniesa biex kemm jista' jkun nilħqu kullimkien l-istess.", "(Interruzzjonijiet) L-iskip, safejn naf jien, ingħatat b'tender.", "(Interruzzjonijiet) Offhand ma nistax ngħidlek fejn se jkunu pero' jekk tagħmilli domanda formali nkun nista' nagħtik din l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, rigward dak li qal il- Ministru, li sta għall- kuntrattur liema makkinarju juża, l-Ministru jidhirlu li dak li qed jiġi ffrankat xi ħaġa - jekk qed jiġi ffrankat - mit-tħaffir tal-kanal qed imur biex jagħmel tajjeb għall- ispejjeż tal-patching tal-kanal li qed jiġi jiswa d-doppju?", "Nieħdu Durunblat, cioe' l- bypass bejn Ħ'Attard u l- Mosta li saru ħafna domandi fuqha.", "Hemmhekk l-ewwel tħaffret trinka u mbagħad il-kuntrattur ta lagħqa żrar u qatran, bir- riżultat li t-triq niżlet b'tali mod li tinżel karozza.", "Ingħatet faxxa ta' madwar għaxar piedi hot asphalt mad- dawra - tista' timmaġina x'kobor - u niżlet ukoll.", "Reġgħu rranġawha u dawn il- ħofor reġgħu tħaffru.", "Issa reġgħet ingħatat faxxa oħra tarmac.", "Jiġifieri b'kollox dik it-triq ġiet irranġata erba' darbiet.", "Allura jekk qed jiġi ffrankat xi ħaġa bit-tender li tingħata għax jużaw dan il- makkinarju l-kbir, imbagħad mhux il-Gvern, jew aħjar il- poplu Malti, qed iħallas aktar biex jagħmel patching ta' dawn it-toroq?", "Main road bħalma hija Mosta Road f'Ħal-Lija, qed jintuża nofs biss minnha minħabba kanal ta' din ix- xorta, u issa ilha hekk għal tliet xhur.", "X'inhi r-raġuni li qed nippermettu dan il- makkinarju jagħmel dan ix- xogħol biex imbagħad qed ikollna t-toroq frakassati?", "Jien ċert li b'dawn l- ispejjeż kollha t-tiswija tat-toroq qed tiġi tqumilna ferm aktar milli kieku kellna nħaffru bil-metodu tradizzjonali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bir- rispett kollu, il-ħabib tiegħi forsi qed jikkonfondi ħaġa m'oħra.", "Veru li hemm il- problema ta' kif tħaffer - u l- makkinarju li semma l-Onor.", "Interpellant huwa makkinarju li jħaffer u jitfa' fil-ġenb mill- ewwel - pero' l-problemi l- oħra li semma l-Onor.", "Freddie Micallef - li huma veri u serji - mhux ġejjin mill-mod kif titħaffer it-trinka, imma mill- mod kif terġa' timtela.", "Sfortunatament, qabel ma kienx hemm speċifikazzjonijiet ċari dwar dan u kien hemm l-użanza li l-korporazzjonijiet jagħtu t-tender mingħajr speċifikazz- jonijiet.", "Allura l-kuntratturi kienu jordmu t-trinek bil- materjal, ikun kif ikun, u mbagħad il-Public Works jagħmel ir-reinstatement tat-toroq.", "Minħabba dak kollu li qed jiġri, hemm bżonn li nbiddlu s- sistema.", "Fil-fatt mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena bdilna s-sistema - u dan ma jfissirx li ma fadalx back-log kbir ta' trinek li saru ħażin bis- sistema l-antika - u qed nesiġu speċifikazzjonijiet dwar kif wieħed jerġa' jordom it-trinek fit-toroq.", "L- iktar ħaġa importanti meta wieħed jerġa' jordom it-trinek hija li l- materjal li jintuża ma jkunx neċessarjament dak il-materjal li jkun inqala'.", "Jiġifieri jekk ikun inqala' materjal kbir, per eżempju biċċiet ta' blat jew ġebel, irid jitneħħa għax il-materjal irid ikun tali li jkun jista' jiġi compacted saff saff, u mbagħad jiġi ttestjat jekk il-compaction tkunx saret sew biex ma jiġrix dak li semma l-Onor.", "Freddie Micallef.", "Aħna għamilna video biex nuruh lill-kuntratturi u jekk irid nista' nagħtih kopja tiegħu.", "Illum għamilna kondizzjonijiet strinġenti ħafna fuq il-kuntratturi u l- korporazzjonijiet.", "Mil-laqgħa li kellna mal-Korporazzjonijiet Enemalta, Telemalta u l- Korporazzjoni ta' l-Ilma, jidher li dawn fehmu li l- ispejjeż li kienu qed jonfqu għat-trinek mhumiex biżżejjed għaliex kienu qed isiru ħafna spejjeż min-naħa tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet, kif qed jgħid l-Onor.", "Micallef, biex it-toroq jerġgħu jiġu reinstated tajjeb.", "Dawn fehmu li jridu josservaw il- kondizzjonijiet meħtieġa u fil- fatt mill- 1 ta' Jannar 1993, il-kuntrattur se jkun responsabbli biex jirranġa t- triq għall-istat li kienet, u għal sentejn ikun responsabbli wkoll għall- wiċċ tal-kanal li jkun ħaffer.", "Jiġifieri jekk fi żmien sentejn it-triq terġa' tinżel, irid isewwiha hu a spejjeż tiegħu.", "Jekk il- kuntrattur jimxi fuq l- ispecifications li għamilnielu, dan ikun possibbli li jsir.", "Naturalment ix-xogħol jiġi jiswa iktar u lill-korporazzjonijiet avżajniehom b'dan.", "Għax altru taqbad il-gaffa u titfa' t-terrapien kollu ġot-trinka, u altru ġġib materjal graded ta' ċertu daqs, li trid tballtu kull sitt pulzieri jew tmienja biex iġġib il-compaction.", "Wieħed irid japprezza li biex isir hekk, ix-xogħol se jiswa iktar.", "Madankollu xorta qed ninsistu li hemm bżonn li jsir hekk u l-korporazzjonijiet u l- utilities kollha diġa' jafu b'dan.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin bis-sistema l- antika, li biex jimlew trinka, iġibu l- gaffa u jitfgħu l-imbarazz kollu li jsibu, għaliex in the long-run iz-zalza qed tiġi ogħla mill-ħuta.", "FURJANA: TRIQ R. SAMMUT - TINDIF", "4243.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se jiġu mnaddfa sew miż-żibel, mill- ħġieġ kif ukoll mill-ħaxix ħażin li jkun hemm fuq il-fosos f'Robert Sammut Street, il- Furjana (in-naħa tal- Każin Brigata Laburista)?", "Meta l- aħħar li tnaddaf?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li Triq Robert Sammut ġewwa l-Furjana titnaddaf regolarment.", "Skond il-bżonn dan it-tindif jiġi estiż ukoll għall-area magħrufa bħala l- Fosos, fejn indika l-Onor.", "Membru.", "Kull tant żmien jinqata' wkoll il- ħaxix, anke jekk mhux possibbli li din il-biċċa xogħol partikolari ssir ta' spiss.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Dalgħodu stess jien iċċekkjajt u jidher li s-sitwazzjoni ma tirriflettix għal kollox dak li qal il-Ministru.", "Jista' l- Ministru jinkariga lil xi ħadd mid-Dipartiment biex din is- sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għada jien inkellem lil min tani l- informazzjoni u ngħidlu li għandi lmenti li din l- informazzjoni ma tirrispekkjax is- sitwazzjoni.", "GĦAWDEX - OFFERTI GĦALL-ĠARR TA' ĦAMRIJA", "4244.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Kemm inħarġu tenders għall-makkinarju sabiex ħamrija f'Għawdex tkun tista' tinġarr għall-użu tal-bdiewa?", "Min ħadhom u b'liema prezz?", "L-ogħla offerta dejjem ġiet rifjutata?", "Kemm ilha issa tinġarr din il-ħamrija għall-użu tal- bdiewa?", "Meta nħarġu t-tenders u min applika?", "ONOR.", "ANTON TABONE (Ministru għal Għawdex): Jiena nformat li ħarġu erba' tenders għall- ġarr ta' ħamrija f'Għawdex għall-użu tal-bdiewa.", "L-ewwel tender ġiet ippubblikata f'Jannar 1990, u għaliha ma kien hemm l-ebda offerta.", "It-tieni tender ġiet ippubblikata f'April, 1990, u għaliha kien hemm seba' offerti.", "Din ittieħdet mis-Sur Joseph Xuereb.", "Ir-rati għal kull metru kubu ta' ħamrija kienu:", "37C għal distanza ta' 4km 40c għal distanza ta' 6km 43c għal distanza ta' 8km 45c għal distanza ta' 10km jew aktar", "It-tielet tender ġiet ippubblikata fi Frar, 1991, u għaliha kien hemm żewġ offerti.", "Din ittieħdet mis-Sur Joseph Grima għad-distanzi ta' 4km, 6km u 8km u mis-Sur Joseph Xuereb għal distanza ta' 10km jew iktar.", "Ir- rati għal kull metru kubu ta' ħamrija kienu:", "21c għal distanza ta' 4km 31c5 għal distanza ta' 6km 38c5 għal distanza ta' 8km 45c għal distanza ta' 10km jew aktar", "Ir-raba' tender ġiet ippubblikata f'Ġunju, 1992, u għaliha kien hemm offerta waħda mis-Sur Joseph Xuereb li ġiet aċċettata bir-rati għal kull metru kubu ta' ħamrija kif ġej:", "20c għal distanza ta' 4km 30c għal distanza ta' 8km 45c għal distanza ta' 10km jew aktar", "L-ogħla offerta dejjem ġiet rifjutata.", "Il-proġett ta' tqassim ta' ħamrija b'xejn lill-bdiewa biex tiġi reklamata art mogħxa jew li jkun fiha ftit ħamrija nbeda fl-1990.", "Sal-lum tqassmu 'l fuq minn 25,000 metru kubu ta' ħamrija lil 33 bidwi u huwa kkalkolat li 41 tomna raba' ġew utilizzati mill-bdiewa u saru produttivi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal- Kamra:", "Rapport Annwali u Rapport Finanzjarju tal-Management Systems Unit għas- sena l991/l992.", "Kopja ta' dan ir-rapport se titqassam lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Nipproponi t- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1989 dwar id-Dazji ta' Importazzjoni\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l- 1989 dwar id-Dazji ta' Importazzjoni\", ikun moqri t- Tielet Dabra.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA TAD-DWANA", "CUSTOMS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru tal- Finanzi): Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Ordinanza tad-Dwana, Kap. 37\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza tad-Dwana, Kap 37\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAL-LIĠI TAL-BAĦAR", "LAW OF THE SEA (RATIFICATION) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Frar, 1993.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Micallef huwa in possession.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, il-bieraħ kont qiegħed ngħid li din in-naħa għamlitha ċara li taqbel ma' din il- Konvenzjoni u tat is-sehem tagħha għaliha.", "Rigward dan tkellmu diversi Membri minn din in-naħa tal- Kamra u għidt ukoll li meta l-Viċi Prim Ministru staqsa jekk għadniex nemmnu fl- ideali li hawn f'din il- Konvenzjoni, għidt li jidhirli li dan kien kollu superfluwu għaliex diġa' għamilniha ċara li ma' dawn l-ideali qbilna mill-bidu u tajna l-firma tajna.", "Għidt ukoll li minn meta l-idea ta' din il- Konvenzjoni ġiet inseminata, għaddew 25 sena.", "U minn meta l- 130 pajjiż iffirmaw din il- Konvenzjoni, għaddew għaxar snin u sal-lum kważi ma sar xejn minn dak kollu li hawn u li miegħu jaqbel kulħadd.", "Irrid ngħid ukoll li apparti minn dan, diġa' ntqal li tliet pajjiżi biss mill- Mediterran, għamlu r-ratifika ta' din il- Konvenzjoni.", "Allura bl-istess raġunar ta' l-Onor.", "De Marco, l-oħrajn m'għadhomx jemmnu fl- ideali ta' solidarjeta' u li l- umanita' għandu jkollha d-dritt għal dan il-wirt komuni?", "Skond l-Onor.", "DeMarco, l-aktar parti li qed iżżomm diversi pajjiżi milli jirratifikaw din il- Konvenzjoni hija Parti XI u rigward dan saru diversi interventi.", "L-Onor.", "DeMarco qal li permezz ta' din il- Konvenzjoni li tħares lejn dawn l-ideali kollha, trid tinħoloq Awtorita' Internazzjonali li tkun fdata biex dawn ir-riżorsi ta' ġid komuni jiġu sfruttati fl-interess ta' l-istess umanita'.", "Dan qed ngħidu biex nuri li għalkemm kulħadd xtaq li l-affarijiet jimxu, xorta waħda għadhom at a standstill.", "Meta wieħed iħares lejn il- Konvenzjoni u l-aspirazzjonijiet kbar li għandha - u rigward dan saru ħafna rimarki - wieħed jibda jaħseb li meta sar l-iffirmar tagħha, id-dinja twieldet mill-ġdid.", "Kieku din il- Konvenzjoni kellha tiġi attwata - u j'Alla jkun hekk imma jien niddubita minn dan - jibqa' l-fatt li biex aħna ngħidu li kien hemm bidu ta' xi ħaġa għall-ġid tal-pajjiż - u huwa fl-interess ta' kull pajjiż biex l-ewwel iħares lejn dawn l-affarijiet - ...", "Din il- liġi tagħtina aktar saħħa u skond ma ġie assigurat, inkunu nistgħu nfittxu d-drittijiet tagħna.", "Imma hawnhekk, bħal ħafna oħrajn, jien għandi ċerti dubji.", "Irrid ngħid ukoll li bir- ratifikazzjoni ta' din il- Konvenzjoni, ma jfissirx li aħna jkollna d-dritt li almenu dak li hu tagħna ħadd ma jeħodulna.", "Fl-ebda diskors ma kellna xi assigurazzjoni li kieku din il- Konvenzjoni kellha tiġi mħaddma se tagħtina rimedju jew soluzzjonijiet għal xi tilwima li jista' jkollna.", "Nixtieq li fil-winding up il- Viċi Prim Ministru jespandi iktar dwar dan.", "Mr Speaker, jiena ngħid li diġa' hemm liġijiet li taw l- istess ideat li hemm f'din il- Konvenzjoni, u ma nistax nifhem għaliex saru ċerti rimarki u ntqal li meta konna fil-gvern ma rsistejniex biżżejjed biex nippromwovu dawn l-affarijiet.", "Jien naħseb li dawn ir-rimarki kienu inġusti u saru biss mil- lat politiku egoistiku tan-naħa l-oħra.", "Kulħadd jaf li min- naħa tagħna, mhux biss tajna s- sehem tagħna imma saru konferenzi internazzjonali li fihom ħdimna bis-sħiħ.", "F'dan il-kontest saru wkoll laqgħat hawn Malta, bħalma hi dik li kienet saret fl-1987 rigward il- ħteġijiet kollha tal- Mediterran.", "Għalhekk ma nistax nifhem għaliex saru dawk ir- rimarki fil-konfront tagħna.", "Issa qegħdin ngħidu li mar- ratifika ta' din il-Konvenzjoni se nibdew nipproteġu dak li tatna n-natura u se nipproteġu wkoll riżorsi li qabel ma kellniex aċċess għalihom iżda bl- għajnuna tat-teknoloġija li għandhom ċerti pajjiżi kbar bħall-Amerika, il- Ġappun u oħrajn, inkunu nistgħu nieħdu s-sehem tagħna minn dawn ir- riżorsi li qed jissejħu the common heritage of mankind.", "Nerġa' ngħid, j'Alla naslu biex verament nibdew nieħdu l- frott minn dawn ir-riżorsi.", "Hawnhekk smajna spjegazzjoni rigward dawn it-320 klawsola ta' din il-Konvenzjoni, segwejt dak li qal il-Ministru responsabbli mit-trasport, li għamel diskors li jgħejjik taqrah, u waqt li qgħadt nismigħu ipprovajt nieħu xi noti.", "U mingħand il-Ministru Zammit Dimech xtaqt inkun naf x'kien il-kontribut tal-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal- pollution tal-baħar.", "Fid- diskors ta' l-Onor.", "Zammit Dimech ma sibt xejn li jġegħelni nemmen li saru xi sforzi ħalli f'dan ir-rigward aħna ngħidu li bdejna nagħtu s- sehem tagħna.", "L-istess f'dak li għandu x'jaqsam mal-bandiera tal-konvenjenza.", "Meta l- Ministru tkellem fuq dan il- qasam, ma semma xejn dwar x'passi ħadna aħna u kif armajna din l-Awtorita' Marittima li issa ilha tiffunzjona s-snin.", "Jien ħsibt li se nsiru nafu b'xi pjan u kont nimmaġina li l- Ministru kellu jgħidilna x'saħħa tajna lill-Awtorita' biex anke aħna minn din in- naħa nkunu nistgħu nagħtu s- sehem tagħna f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġarr tal- merkanzija u biex dawk il- vapuri li jtajru bandiera Maltija nkunu nistgħu nikkontrollawhom b'tali mod li naraw li jagħtu s-sehem tagħhom ħalli jibdew jiġu attwati ċerti klawsoli u ċerti ideat, almenu f'dik il- parti tal-baħar li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tagħna.", "Sal-lum aħna għadna ma ddikjarajniex l-exclusive economic zone.", "Meta flejt sewwa d- diskors tal-Ministru ma sibt xejn ta' sustanza, u naħseb li dan jammettih hu stess.", "Jien kont nippretendi li almenu f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn il-vapuri - apparti l-fatt li qal li biex dawn itajru l-bandiera Maltija, qegħdin jintalbu li jkollhom ċertifikat u semma diversi soċjetajiet li jridu jagħtu ċ- ċertifikat tagħhom qabel dawn jiġu aċċettati biex itajru bandiera Maltija - jgħidilna xi ħaġa aktar sostanzjali, iżda ma qal xejn.", "Jekk veru li sena wara, il- Konvenzjoni se tiġi ratifikata mis-sittin pajjiż u tidħol in vigore, jien kont nippretendi li għandna nuru li aħna preparati u b'saħħitna biżżejjed biex nistgħu nagħtu s-sehem tagħna, wara dan il- ftaħir kollu.", "Jiena smajt id-diskors li għandu x'jaqsam mal-qasam tas- sajd li għamel il-Ministru Gatt u segwejtu b'attenzjoni kbira bħalma segwejt ukoll id- diskors tal-Ministru responsabbli mit- trasport.", "Dan mhux qed ngħidu bi kritika imma biex nuri li saru ħafna diskorsi min-naħa tal-Gvern li jagħtu lil wieħed x'jifhem li mar-ratifikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni qisha se tibda dinja mill-ġdid.", "U wara li taqra dak li qal il-Ministru Gatt, fejn qal:", "\"Jidher li pajjiżna se jgawdi ħafna mill-ġid li fiha din il- Konvenzjoni...\",", "tispiċċa biex ma ssib l-ebda spjegazzjoni dwar kif se ngawdu minn din il- Konvenzjoni.", "Il- Ministru kompla jgħid:", "\"Ħadd ma jista' jmeri l- fatt li din il-Konvenzjoni meta niffirmawha se tkun ta' ġid għal pajjiżna.", "Diġa' hemm 54 pajjiż li ffirmaw din il- Konvenzjoni u nispera li aħna nkunu fost is-sitt pajjiżi li baqa' biex jiffirmawha biex b'hekk tkun tista' tiġi attwata.\".", "Wara li smajna minn kull kelliem kemm ta' naħa kif ukoll ta' oħra li fil- Mediterran ħadd ma jista' jieħu l-massimu ta' 200 mil bħala l-exclusive ecomonic zone, x'qed isir biex almenu l-baħar Mediterran ma jibqax jiġi sfruttat minn pajjiżi kbar bħall-Amerika u l- Gappun?", "U din ir-rimarka jien għamiltha f'nofs id-diskors tal-Ministru responsabbli mis- sajd.", "'Il quddiem nispjega aktar fuq dak li għandu x'jaqsam ma' artikli 61 u 62 li jirrigwardaw il-ħut u s-sajd.", "Meta l-Ministru ġie biex jispjega qal li se jitressaq ukoll Abbozz ta' Liġi ħalli nkunu nistgħu nibdew nattwaw dak li hawn fil-Konvenzjoni.", "Hu reġa' qara dak li hemm f'dawn iż-żewġ artikli u donnu ta l- impressjoni li se nkunu niddependu għal kollox minn dan li hawn miktub biex nibdew nattwaw dak li nemmnu fih aħna u l-pajjiżi ta' madwarna.", "Għax mhux aħna biss nemmnu li barra li għandna nissalvagwardaw u nipproteġu dak li għandna, għandna wkoll nippromwovuh aktar.", "Hu qal li issa biex inkunu ċerti li dan se jibda jiġi mħaddem, se nressqu liġi li diġa' qegħdin naħdmu fuqha, li permezz tagħha dak li hemm f'dan il-baħar mhux talli jibda jiġi konservat, imma jiġi mkabbar, u dan isir billi jkun hemm aktar koperazzjoni bejn il-pajjiżi kollha li hawn mal- kosta tal-baħar Mediterran.", "Skond id-diskors ta' l-Onor.", "Lawrence Gatt, dan l-Abbozz jismu \"The Fisheries Conservation and Management Act\" u huwa qal li jispera li dan il-Bill jiġi approvat minn dan il-Parlament.", "Il-Ministru reġa' rrepeta proprju li dan il-Bill se jkun jiġbor fih il- liġijiet kollha li diġa' hemm.", "Nixtieq nagħmel domanda rigward dak li għandu x'jaqsam mas-sajd u għalissa nillimita ruħi għal dan biss.", "Għaliex farraktu l- agreement li konna għamilna mal-Ġemaharija Libjana?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT (Ministru għall-Ikel Agrikoltura u Sajd): Il- kumpannija spiċċat b'Lm1 miljun dejn li kien ilu ġej mill-bidu.", "Aħna waqqafniha milli tkompli topera bi ftehim mal-Libjani.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Imma b'dan ifisser li jekk aħna meta ħaddimniha fi żmienna - u nammetti li ma konniex kapaċi nisfruttaw il-ġid li kien fih dan l-agreement - ...", "Jiġifieri inti taqbel miegħi li mal-kosta tal-Libja u tat- Tuneżija hemm l-aktar postijiet rikki f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħut.", "Anke jekk dan ikun il-punto di partenza, issib li mhux l-agreement jew il- faċilitajiet kienu ħżiena.", "Niftakar li wieħed mill-ħbieb tiegħi - li ġewwa l-Libja kien ministru ftit qabel - kien skanta meta sar jaf li dak l- agreement kien tħassar.", "Dan kien wasal biex qalli li kien ġenn li tħassar kollox meta jiftakar kif huma kienu tħabtu biex għamlu dak l-agreement.", "Aħna konna morna hemmhekk diversi drabi u ħdimna kemm flaħna biex wasalna għal ftehim.", "Saħansitra niftakar li anke l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien indaħal f'din il- kwestjoni biex inkunu nistgħu naslu fi ftehim.", "Jien qiegħed ngħid dan kollu għaliex inti qiegħed tgħid li permezz ta' din il- Konvenzjoni aħna se nkunu nistgħu nagħtu bidu għall-konservazzjoni ta' dak kollu li hemm fil-baħar.", "Il- valur tal-ħut li jinsab fil- Mediterran huwa ferm aktar minn dak ta' l-istess tip ta' ħut li jinqabad mill-Atlantiku.", "Naħseb li l-prezz tal-ħut li hemm fil-baħar Mediterran huwa xi sitta jew seba' darbiet aktar minn dak li jġib ħut ieħor, għaliex il-kwalita' tal- ħut tagħna hija fina u b'togħma aħjar.", "Pero' nerġa' ngħid li ma rridux ninsew li aħna konna tħabatna ħafna biex ksibna l- faċilita' illi mmorru nistadu hemmhekk.", "Jien niftakar li din il-kumpannija m'għamlitx id- dover tagħha kif suppost, la fi żmienna u lanqas fi żmienkom.", "Allura dan ifisser li agreement bħal dan għandna naqbdu u narmuh?", "Min jaf kemm għad hawn pajjiżi li jixtiequ jkollhom il-faċilita' u l-permess biex huma jkunu jistadu f'dawn l- ibħra!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, bil-permess ta' l-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, l-iskop ta' l- agreement kien biss biex is- sajjieda Maltin ikunu jistgħu jistadu f'dawk l-inħawi.", "L- Onor. Micallef għandu jkun jaf li dan il-permess kien ingħata direttament mill- Gvern Libjan u naturalment l-iskop tal- kumpannija kien sfaxxa fix-xejn għar-raġuni li ħafna sajjieda kienu ħadu l-permess direttament mingħand il- Gvern Libjan biex ikunu jistgħu jidħlu f'dawk l-ibħra.", "Imbagħad minħabba f'hekk il- kumpannija bdiet tmur lura u falliet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bil-permessi u bl-arranġamenti individwali li qegħdin jingħataw bħalissa, il-Libjani qegħdin iżommu d- dritt li l- qabda tal-ħut trid titniżżel ġewwa l-Libja, mentri l-ftehim li kellna qabel ma kienx jgħid hekk.", "Dan kien jgħid li parti mill-qabda tista' titniżżel ġewwa Malta direttament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Trid tiftakar li meta s-sajjied Malti kellu l- permess u d-dritt mogħti mil-Libja biex jidħol jistad fl-ibħra territorjali tagħhom, dan ma kellux għalfejn jiġi għandna biex jerġa' jieħu l-permess.", "Għandek tkun taf li ħafna mis-sajjieda Maltin li qabel kienu jiġu għandna, issa bdew imorru għand l-awtoritajiet Libjani direttament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli ngħidlek għaliex qiegħed ngħid hekk.", "Il-qabda trid tħalliha l-Libja, imbagħad hemm il-problema biex toħroġ id- dinari u tikkonvertihom f'foreign currency biex teħodhom il-Libja.", "Inti taf il-problemi ta' xi individwi li nista' nsemmihomlok.", "Il-ftehim kien jevita parti minn dawn il- problemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Minkejja kollox, is-sajjieda tagħna xorta ma ridux jaħdmu dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma m'għandhomx għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien nieħu pjaċir li jkun hemm interventi.", "Ħadt pjaċir li ntervjena l-ex-Prim Ministru, l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Ma jfissirx li l-agreement kien ħażin, għaliex li jkollok faċilita' li tmur tistad f'dak il-baħar mimli bil-ħut - u kien hemm żmien fejn konna mlejna Malta bil-ħut, meta t-trawlers kienu jaħdmu regolarment - ...", "Aħna nafu x'kien il-gwaj, għaliex il-Gvern tagħkom ma baqax jonora dak l-agreement u daħal il-privat.", "Imma l-gwaj ma kienx fl-agreement.", "Anzi aħna għandna nkunu grati li l- poplu Libjan ippermetta dan.", "Il-kwalita' ta' sajjieda li kienu qed imorru fuq it- trawlers ma kenux tal-mestjier.", "Kulma ried isir, fl-opinjoni tiegħi, kien li nkellmu lis- sajjieda, indewquhom mill-ġid li hemm u jmorru huma fuq it- trawlers, imbagħad jekk ikun hemm bżonn tgħinhom.", "Faċilita' bħal din tarmiha?", "Meta dan l- agreement ġie mħassar - u kont jien li għamilt u ffirmajt dan l-agreement b'għajnuna kbira mill- Onor. Mintoff u minn kull min seta' jgħin, u kompla l-ex Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici meta kellna xi inkwiet - ma kellekx tarmih.", "Kulma kellu jsir hu li ndaħħlu sajjieda tal-mestjier ħalli nuruhom li aħna qegħdin nagħmlu l-affarijiet tagħna sewwa għaliex dak kien il-gwaj biss, - it-turnover ta' taparsi sajjieda ...", "Issa għaliex qed ngħid dan?", "Matul id- diskors li għamel il-Ministru Gatt, il-ħin kollu beda jgħid li fil- Mediterran hemm over-exploitation kbira, tant li hemm il- periklu li 'l quddiem ma jibqax isir sajd.", "Jien nistqarr li dejjem iddispjaċieni li ma bqajtx responsabbli minn dan il-qasam, u fl-opinjoni tiegħi aħna stajna serraħna l-ibħra tagħna u mbagħad dan kien iwassal għal dak li xtaqna lkoll u għal dak li hawn fil- Konvenzjoni, li fil-fatt ilu jingħad ħafna.", "U ma kellhiex għalfejn issir din il- Konvenzjoni biex dan inkunu nafuh.", "Il- Ministru Gatt jaf li dawn l-ideat li semmejna llum - u għalhekk fil-bidu għamilt referenza għal dak li qal il- Viċi Prim Ministru u għidt li diġa' għaddew 25 sena minn meta inseminajna din l-idea u min jaf kemm iridu jgħaddu aktar snin biex tiġi attwata, jekk fil-fatt tiġi attwata għaliex il- passat idaħħallek ċerti dubji - qegħdin insemmuhom 40 jew 45 sena wara li ssemmew l- ewwel darba.", "Jien dan qed ngħidu biex ma noqogħdux nilludu ruħna.", "Dawn il- kelmtejn li qed nagħmel, qed nagħmilhom għaliex nemmen li charity begins at home, jiġifieri l-ewwel irridu npoġġu our house in order u nkunu armati ħalli meta jiġi ċ-ċans, inkunu f'pożizzjoni li nieħdu vantaġġ minn dawn il-klawsoli kollha li niftaħru li se jkunu ta' ġid għalina.", "Jien il-ħin kollu tkellimt hekk, u jidhirli li mhux sewwa li mbagħad l- Onor. Frendo l-bieraħ tkellem b'mod li qisha d-dinja se tibda llum, għaliex l-affarijiet li qal il-Ministru Gatt intqalu mmedjatament wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta lanqas ħadd kien għadu ħolom li jkun hemm din il-Konvenzjoni.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li l-affarijiet trid tibda tagħmilhom bħalma konna nagħmluhom aħna, jiġifieri l- ewwel tagħmilhom bilaterally u mbagħad tibda tattwahom.", "Qabel l-1949, beda jsir diskors rigward il-ħtieġa li fil- Mediterran ikun hawn management aħjar f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi ħajjin fil-baħar.", "Dan il-bżonn ta' koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Mediterran inħass 45 sena ilu, proprju fil-framework tal-FAO li l- Ministru qed jgħid li tlabnihom jgħinuna biex ikollna l- Fisheries Conservation and Management Act li se jressaq il- Gvern.", "Fil-fatt kienu qalu li hemm bżonn isir framework, li kienet ġiet involuta fih, il-FAO, u għalhekk kien twaqqaf il-General Fisheries Council for the Mediterranean.", "Il- Kunsill kien iltaqa' l-ewwel darba fl-1949 u dak kollu li llum hawn inkorporat f'din il- Konvenzjoni - dak iż-żmien kien taħt il-framework tal-FAO - ġie in vigore fl-1952.", "Infatti kien sar ftehim bejn il- gvernijiet tal-Mediterran fejn kien jgħid li kull pajjiż kellu interess fl-iżvilupp u fl- utilizzazzjoni xierqa tal-ħajja fil-baħar Mediterran u l-ibħra l-oħra li jmissu miegħu.", "Nerġa' ngħid li jekk tara x'kien fih dan l-agreement ta' l-1952 ssib proprju l-istess klawsoli li għandna quddiemna llum f'din il-Konvenzjoni.", "Fil-fatt fl-1976 ġie ċċarat li għandu jiġi nkluż ukoll il- Black Sea biex inkunu nistgħu ninkorporaw lil kulħadd.", "Il- pajjiżi tal-Mediterran kollha qablu li jidħlu għal dawn ir- responsabilitajiet li qed nitkellmu fuqhom illum, bl- eċċezzjoni tal- USSR u ta' l- Albanija, pero' aktar tard l- Albanija wkoll bdiet tagħti s- sehem tagħha.", "Fl-1974 il-FAO kienet qalet li tixtieq li l- gvernijiet tal- pajjiżi tal- Mediterran jikkonsidraw li jistabbilixxu framework ta' konvenzjoni.", "Saru regolamenti u f'Marzu ta' l-1974 l-General Fisheries Council għall- Mediterran, b'ħeffa kbira rreveda dawk ir-regolamenti biex isaħħaħhom aktar.", "Għandi nifhem li l-Ministru Gatt diġa' jafu dan.", "Fil- fatt kien intqal li hemm bżonn li ssir l- implimentazzjoni u l-inforzar tal- miżuri biex jiġi konservat dak kollu li nistgħu nikkonservaw fil-baħar Mediterran.", "Fil-fatt il-parti tagħna għamilniha għax saħansitra kien hemm liġijiet fuq it-territorial waters li aħna stess estendejna, u dan qalu wkoll il-Ministru Gatt.", "Aħna tkellimna ma' gvernijiet oħra, fosthom il- Gvern Libjan, biex nagħmlu trattati u ħadna miżuri kbar fuq liġijiet rigward xbieki li jintefgħu fil-portijiet - u llum dawn għadhom qed jiġu attwati mill- Gvern preżenti - sabiex nagħtu ċans aktar lill-ħut biex ibejjed.", "U issa sabiex ikun hemm iktar ħajja f'dan il- baħar, qed naraw kif inġibu liġi oħra li tkun konformi ma' dak li hemm fil-Konvenzjoni.", "Iżda sfortun-atament għaddew 45 sena u ħlief kliem m'għidniex!", "Fil-bidu jien għidt li għaddew 25 sena minn meta ġiet inseminata l-idea wara din l- istorja tal-Konvenzjoni li llum qed niġu mitluba biex nirratifikaw.", "Din mhix kwestjoni dwar jekk taqbilx fil-prinċipju.", "Min ma jaqbilx li għandna nippreservaw dak li għandha d-dinja?", "Iżda jien nistaqsi : X'inhi r-raġuni li - u smajt u qrajt dwar dan biex inkun ċert - li l- Gvern qed jerġa' jitlob l-għajnuna tal- FAO sabiex nagħmlu din il-liġi?", "Dawn l-affarijiet diġa' qegħdin hemm!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Qatt ma kellna liġi dwar il-conservation and management.", "Il-liġi li kellna kienet dwar il- fishing industry biss u issa għall-ewwel darba se nagħmlu liġi dwar il-conservation and management.", "Din il-liġi diġa' ħadet ħsiebha l-FAO.", "Qatt ma kellna liġi bħal din hawn Malta u għalhekk qed nitolbu l- għajnuna biex nagħmlu stock assessment, għax qatt ma għamilna wieħed qabel u m'aħniex kapaċi nagħmluh waħedna.", "Fil- fatt nixtieq li dan l-istock assessment ma jdumx ma jsir.", "Imma, nerġa' ngħid, liġi dwar management u conservation qatt ma kellna f'Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: L- Onor. Mifsud Bonnici għadu kemm tani ktieb ta' meta saret il- laqgħa u fih hawn statistika dwar il-qbid kollu li sar fil- Mediterran u fl-ibħra tagħna sena b'sena.", "Hawn ukoll li dan il-qbid jammonta għal 2% mill- qbid ta' ħut kollu li jsir, u hawn ukoll kemm jiswa.", "Sakemm wieħed jiġi biex jagħmel dan l- istock assessment, jien ngħid li m'hu se jibqa' xejn għax dan il-baħar huwa kważi mejjet.", "Ħafna jgħidu li fi Sqallija - speċjalment lejn Avola - u anke fit-Turkija, ibħra mejta hemm.", "Allura x'se jibqa'?", "Għalhekk dawn qed jissograw li l-ftit ħut li għandna fil-Hurds Bank, jilħaq jinqabad.", "Meta kont Ministru jien, għall- ewwel darba konna qbadnilhom il- vapuri tas-sajd tagħhom biex nuruhom li ma kenux qed jagħmlu sew.", "Allura aħna kif se nitolbu lill-FAO meta aħna ċerti li kulħadd għandu assessment tal-ftit ħut li hemm?", "Jekk nieħdu l- Gappun, minn fejn inġibu ħafna karozzi, nistgħu ngħidu li dan il-pajjiż mhux biss għandu assessment ta' x'ħut hawn fil-Mediterran, imma għandu wkoll informazzjoni dwar il-passaġġ tal-ħut li ngħidulu migratory fish.", "Jien ċert li dawn jafu kif u minn fejn ipassi dan il-ħut u kemm jikber meta jkun fit-tali post. Ma' dan il-ħut hemm ukoll it- tonn u l-lampuki li forsi m'hemmx interess kbir fihom għaliex mhuwiex oġġett li tippreservah.", "Dawn għandhom assessment ta' kollox, u jien naħseb li l- Japan hu wieħed mill-firmatarji ta' din il- Konvenzjoni.", "Kontinwament qed ngħidu li lanqas nistgħu naslu biex nattwaw l-exclusive economic zone fil- baħar tagħna għaliex din testendi għal 200 mil, u jekk kulħadd jikklejmja l- exclusive economic zone tiegħu, mhux se jifdal aktar ibħra fejn jidħlu l- vapuri.", "Diġa' għidna li lanqas għal dan m'hemm lok.", "Allura għaliex lil pajjiż bħalma hu l-Japan ma naslux biex ngħidulhom jagħtuna dak li jafu?", "Aħna żgur inkunu sodisfatti bit- teknoloġija li għandu l-Japan.", "Allura lanqas dan m'aħna kapaċi nagħmlu?", "U nagħmlu tajjeb kieku flimkien ma' pajjiżi oħra jkollna li dak li hemm fil- Mediterran ma jeħduhx il- Ġappuniżi wkoll.", "M'hemmx għalfejn nitolbu l-għajnuna tal-FAO għaliex hemm studji ta' l-aqwa esperti li hawn fid- dinja dwar x'hemm u m'hemmx.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu nistennew is-snin ħalli taparsi jagħmlulna - u nerġa' ngħid taparsi - assessment ta' l- istocks li hemm meta nafu li sakemm jiġu biex jagħmluh lanqas se jifdal xejn.", "Żgur li m'hu se jifdal xejn għaliex kulħadd jgħid li bir-rata li qiegħed imut dan il-baħar bil- pollution, bl-over-fishing, bit-tkarkir ...", "Min jara dan il-ktejjeb jara li dan ilu jsir għal għexieren ta' snin u anke nqerdu ċerti speċi ta' ħut.", "Allura għalfejn se noqogħdu ngħidu li qegħdin niffirmaw din il- Konvenzjoni ...", "Qed ngħid dan bl-akbar oġġettivita'.", "Ma dħaltx f'oqsma oħra għaliex ridt nagħmel naqra preludju għal dak li qed ngħid.", "Għaliex qed ngħidu li se nagħmlu din il-liġi biex imbagħad ikollna s-saħħa li nitolbu l-FAO sabiex nagħmlu l-istocktaking ta' dak li fadal?", "Jien naħseb li dan ikun ħela ta' żmien għaliex dawn l-affarijiet nafuhom aħna, jafuhom is-sajjieda tagħna li jitkellmu magħhom, u jafuhom it-Taljani għaliex kieku ma ssograwx jagħmlu dak li għamlu lejn it-Tuneżija u lejn l-ibħra tagħna.", "Għalhekk ngħid li aħna qegħdin naħlu l- ħin.", "MR SPEAKER: Skadielek il- ħin.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin): Nipp- roponi li jkompli jinstema'", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nisse- konda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Micallef ikompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLLEF: Mill-bidu għidt li se nitkellem fuq dan il- qasam speċifiku.", "Minn dan l-aspett il-Viċi Prim Ministru meta jagħlaq dan id- diskors, forsi jista' jipprova jiċċarali dan il-ħsieb li daħal f'moħħi u li se ngħid.", "Aħna se nagħmlu dan kollu, iffirmajna l-Konvenzjoni, se nirratifikawha, u qed ngħidu kemm se ngawdu.", "Pero' li jiġi ċċarat punt għaliex hawn ċerta biża' fuqu.", "Wieħed irid jgħid li min-naħa tal-Gvern qed isir minn kollox biex insiru membri fis-Suq Komuni.", "Issa l- Komunita' Ewropea bħalma għandha l-common agricultural policy, għandha l-common fisheries policy, li jfisser li aħna rridu naqsmu l-baħar tagħna ma' ħaddieħor.", "Jiġifieri jekk nidħlu membri fil-Komunita' Ewropea, skond ir- regolamenti tal-Komunita' rridu nagħtu permess lil pajjiżi oħra biex jekk iridu jkunu jistgħu jistadu fl-ibħra tagħna.", "Forsi qegħdin tistaqsu għaliex semmejt il-każ ta' l- agreement li kellna mal-Libja.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen - u bilfors nemmen hekk u ħafna jemmnu bħali - li biex ingawdu mill-ġid li hemm fil-baħar, pjuttost irridu nħarsu lejn is- south tal-Mediterran milli lejn in-north.", "Issa jekk aħna taħt il-common fisheries policy tal- Komunita' Ewropea niftħu l- ibħra tagħna għal dawk li diġa' għandhom baħar mejjet, bħal ċerti pajjiżi fin-north, ma nkunux qegħdin nieħdu dawn il- prekawzjonijiet kollha sabiex nikkonservaw, nippreservaw u nkattru dak li għandna.", "Għaliex nafu li dawn il-pajjiżi huma għatxana ħalli jieħdu kull ċans li jkollhom biex jesplojtjaw dan il- baħar.", "Minħabba din il-common fisheries policy, Greenland li kienet tagħmel parti mit- territorju tad-Danimarka, ħarġet minn dak l-irbit li kienet għamlet id-Danimarka.", "Issa Greenland għandha ibħra sinjuri bħal- Libja.", "Għalhekk aħna għamilna sewwa li ħarisna lejn in-naħa ta' isfel u mhux lejn in-naħa ta' fuq, fejn il- baħar huwa over-exploited, u jien jiddispjaċini li dak l- agreement tfarrak.", "Personalment naf ukoll li meta Iceland ġiet biex tara x'jaqblilha u x'ma jaqblilhiex rigward id- dħul fil- Komunita' Ewropea, ħadet in konsiderazzjoni l- inkwiet li dejjem kellha ma' pajjiżi bħall-Ingilterra u qalet li din se tkun waħda mill-akbar stumbling blocks li minħabba fiha ma tasalx biex issir membru sħiħ tal-Komunita' fejn imbagħad ikollha tidħol għar-regolamenti kollha tal- club.", "Tan-naħa l- oħra - u fuq dan il-qasam, il-bieraħ tkellem l-Onor.", "Frendo - qalulna kemm se niggwadanjaw permezz ta' din il-Konvenzjoni - u nerġa' ngħid, j'Alla nibdew nieħdu xi ħaġa matul il-ħajja tagħna - pero' ħadd ma qalilna jekk dan il-qasam jiġġarrafx kieku Malta kellha tagħmel il-pass li l-Gvern qiegħed iħabrek għalih.", "Bħalma għidt fil-bidu, jien ma rridx nieħu ħafna ħin għax id-diskors abbli ta' l-Onor.", "George Vella laqat ħafna punti li għad iridu jiġu mwieġba min- naħa tal-Gvern.", "Rigward ċerti klawsoli tkellem l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici u jien ħadt pjaċir nisimgħu għax tgħallimt ħafna wkoll.", "Jien nittama li f'dan il-qasam vitali għalina u li fi żmienna ħdimna ħafna għalih - u jien jiddispjaċini li saru rimarki fejn qalu li aħna ma tajniex is-sehem tagħna - ...", "Mr Speaker, m'għandniex noqogħdu ngħidu li permezz ta' din il- Konvenzjoni se jinqatel l- egoiżmu kollu, għax dan huwa kollu ħolm.", "Aħna fid-dover li fejn nistgħu, inġibu l-ġid għall-pajjiż, u dan aħna għamilnih.", "Ilkoll naqblu li kieku għada pitgħada kellu jiġi attwat dak li hemm fil- Konvenzjoni, aħna żgur li niggwadanjaw, imma ċertament li kulħadd jaqbel li għamilna kulma stajna ħalli dak li fil- Konvenzjoni għadu ħolm inwettquh għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Lili saruli diversi mistoqsijiet minn nies li bħali ma jafux biżżejjed x'ifisser li tidħol biex tintrabat b'dawn it-320 klawsola li hemm f'din il-Konvenzjoni, meta fl- istess ħin il-Gvern irid isir membru ta' club li f'ċerti affarijiet ir- regolamenti tiegħu huma conflicting ma' dak li hemm fil-Konvenzjoni.", "Nixtieq spjegazzjoni li naħseb li tkun ta' ġid għal dawk kollha li qed jissuspettaw li nistgħu nintlaqtu ħażin b'ċerti affarijiet li deħlin għalihom.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, dan kien wieħed mid- dibattiti fejn ċertament wieħed jista' jgħid li l- kontribuzzjonijiet li saru kienu serji, tajbin u għal darb'oħra jirriflettu li l- livell ta' dan il-Parlament dejjem qed jogħla.", "Aħna naħsbu li dan huwa l-metodu kif dan il-Parlament jista' jiggwadanja fl-istima tal-poplu Malti u naħseb li kemm ili f'dan il- Parlament, jiġifieri 27 sena, dan hu l-aħjar Parlament li qatt kien hawn, fejn il-livell ta' dibattitu politiku qiegħed dejjem jogħla.", "Dan huwa mertu tal-parteċipanti kollha u anke tal-fatt li qed issir miżura ta' speċjalizzazzjoni.", "Għax ċerti liġijiet, bħalma huwa dan l-Abbozz ta' Liġi dwar ir- Ratifika tal-Konvenzjoni tal- Liġi tal-Baħar, jirrikjedu ċerta attenzjoni u li wieħed jidħol fid-dettall tagħhom.", "Hawn irrid ngħid ukoll li, salv miżuri meqjusa bħala, polemiċi li setgħu nqalgħu fl-interventi li saru min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, naħseb li l- messaġġ pożittiv dwar din il- Konvenzjoni ħareġ u ġie eżaminat b'ċertu attenzjoni.", "Jidhirli li f'dan is-sens kull Membru ikkontribwixxa tajjeb billi ttratta kull aspett li forsi Membru ieħor ma kienx ittrattah sewwa jew inkella ma ttrattahx b'mod daqstant dettaljat.", "Dan irrid ngħidu għaliex dak li għamel il- Parlament Malti ċertament għandu jkun rispettat mill- poplu.", "Jista' jkun li din il- liġi hija xi ftit partikolari jew speċjali, u forsi f'ċertu kontest jista' jkun hemm nuqqas ta' interess mill-poplu, pero' ċertament inħoss li din hija liġi li kapaċi ġġib magħha riperkussjonijiet pjuttost kbar.", "Mr Speaker, nixtieq nibda minn dak li tkellem fuqu l- Onor. Freddie Micallef li għamel referenza għal xi diskors li forsi seta wera xi ottimiżmu żejjed dwar vantaġġi li se nieħdu mar-ratifika ta' din il- Konvenzjoni.", "Naħseb li nkun korrett jekk ngħid li mmedjatament qabel ma din il- liġi tidħol in operazzjoni, u qabel ma verament ikun hemm l- Awtorita' Internazzjonali dwar il-Baħar, il-vantaġġi jkunu limitati ħafna.", "Sur President, qiegħed ngħid dan għaliex ma nixtieqx li aħna nagħmlu xi trijonfaliżmu fuq liġijiet li jistgħu jiġu konċepiti żbaljatament u li jistgħu jiġu valutati ħażin minn kulħadd.", "Għalhekk irrid ngħid li l-vantaġġi finanzjarji li joħorġu minn din il- Konvenzjoni - għas- snin prevedibbli huma limitati ħafna.", "Pero' l-vantaġġ li għamilt referenza għalih jien huwa dak li joħroġ mill-konċett tal-common heritage.", "Dan huwa konċett kbir, u kif diġa' qalu diversi Membri ta' din il- Kamra, jidher li diġa' ġie stabbilit il-fatt li dan il- konċett, dejjem fid-dritt internazzjonali, huwa rivoluzzjonarju, u li mhuwiex biss konċett ta' liġi, konċett ekonomiku, politiku, jew soċjali, imma konċett li qiegħed jiġi vestit permezz ta' din il-Konvenzjoni.", "Sur President, nixtieq ngħid li jkun utli li nagħmel referenza għal diversi kummenti li saru fil-kontest illi għadu prematur li wieħed jitkellem dwar il-possibilita' ta' investimenti finanzjarji kbar li jagħtu riżultat ta' qliegħ.", "Pero' naħseb li l-prinċipju - u dan ġie konfermat anke, per eżempju, minn statement li għamel il-Gvern ta' l-Awstralja - ta' l-inappropriabilita' tal- ġid tal-baħar huwa importanti ferm, u una volta jiġi stabbilit ikollu riperkussjonjiet għaż-żmenijiet li ġejjin.", "Irrid ngħid li meta riċentement is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għamel il-konsultazzjonijiet tiegħu - u jekk ma niżbaljax dan kien fit-28 u fid-29 ta' Jannar - kien qal hekk:", "\"Introducing this week's round of discussions, the Secretary General noted that with 54 ratifications already assured, UNCLOS is expected to come into force by 1994 at the latest.\"", "U ċertament wieħed għandu jieħu notament ta' din il-valutazzjoni tas- Segretarju Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti.", "Butros Ghali kompla jgħid hekk:", "\"In the face of continuing opposition from industrialised states to the deep sea-bed mining provisions of UNCLOS, the Secretary General spoke of the urgent need for a comprehensive solution which will take into account both the expected delay in mineral exploitation, as well as the need to safeguard the common heritage.", "Determining the right procedure for such a comprehensive solution was critical in the Secretary General's view, in order to ensure both the continuing adherence of those countries that have already ratified the Convention and also to encourage new ratification.\".", "Qed nagħmel referenza għal dan l-aħħar żvilupp ta' ftit ġranet ilu għaliex forsi jixħet id- dawl dwar kif in realta' qed tevolvi din il-Konvenzjoni.", "Sur President, jinħass il- bżonn kbir li jiġi determinat dan l-ispeċi ta' konflitt għal dak li jirrigwarda d-deep sea- bed mining fejn jeżistu riżorsi kbar għall-ġid ta' l-umanita'.", "X'se jiġri?", "Anke jekk ikun hemm is- 60 firma meħtieġa biex din il-Konvenzjoni tibda tiġi applikata, imma l- pajjiżi li għandhom tekonoloġija avvanzata jibqgħu jirreżistu u ma jiffirmawhiex, dawn jistgħu jbiegħdu l-konċett tal-common heritage of mankind.", "Allura Butros Ghali spjega kif għandha tinstab dik il-formola li permezz tagħha żżomm sħiħ il- konċett tal-common heritage of mankind pero' tressaq għar- ratifika lil dawk il-pajjiżi li huma teknoloġikament avvanzati u li għandhom ukoll il-mezzi finanzjarji biex din l- Awtorita' tkun tista' tiffunzjona ħalli tisfrutta l- ġid li hemm f'qiegħ il-baħar fl- interess ta' l-umanita'.", "Dan huwa verament il-punt importanti li għandu jbiegħed it-trijonfaliżmi minn kwalunkwe diskussjoni fuq il-liġi, għaliex f'dan il-kontest it- trijonfaliżmi jistgħu jagħtu ħsieb li fih innifsu diġa' huwa ħsieb kbir, ideali u rivoluzzjonarju, pero' għall- attwazzjoni tiegħu jeħtieġ li jkun hemm l-għaqal u l- koperazzjoni ta' kulħadd u jkun hemm mhux biss ir- ratifika tan- numru neċessarju ta' pajjiżi, imma anke l-koperazzjoni tal- pajjiżi teknoloġikament avvanzati.", "Sur President, laqtitni wkoll id-dikjarazzjoni li kien għamel il- President Reagan fl-10 ta' Marzu, 1983, li kien annunzja li l-Istati Uniti mhijiex se tiffirma l-Konvenzjoni dwar il- Liġi tal-Baħar li ġiet miftuħa għall-firma fl-10 ta' Diċembru, 1992.", "Huwa qal ukoll:", "\"We have taken this step because several major problems in the Convention's deep sea-bed mining provisions are contrary to the interests and principles of industrialised nations and will not help attain the aspirations of developing countries.", "The United States does not stand alone in these concerns.", "Some important allies and friends have not signed the Convention.", "Even some signatory states have raised concerns about these problems.\".", "Jien nifhem dan il-punto di vista.", "Għalkemm bħala signatory states kien hemm iktar minn 100, nixtieq illi xi stati bħal dawk li qed insemmi u stati oħrajn industrijalizzati jifhmu li għalkemm hemm interessi u prinċipji oħra li wieħed għandu jieħu in konsiderazzjoni, m'għandhom qatt jaslu għall- konklużjoni superfiċjali li l- idea u l-konċett tal- Konvenzjoni, jistgħu jkunu kuntrarji għall-interessi ta' pajjiżhom.", "Jien naħseb li dan huwa aspett limitat u mijopiku tas-sinifikat tal-Konvenzjoni.", "Għalkemm naturalment l-appell ta' Malta hu appell ta' pajjiż żgħir illi forsi kien il-promotur li tefa' ż-żerriegħa ta' dan il-ħsieb, aħna ċertament nemmnu li atteġġjament bħal dan ma jkun ta' ġid għal ħadd.", "Forsi wasal il-mument li jkun hemm rivalutazzjoni tal-Konvenzjoni u hemm bżonn li kulħadd jifhem li din il-Konvenzjoni hija essenzjali għall-iżvilupp ta' kulħadd, molto piu' meta hemm stati li għandhom il- possibilita' li jkollhom an exclusive economic zone li testendi sa 200 mil nawtiku u li allura tirrendilhom vantaġġi kbar.", "Allura f'dan il-kontest ma nistax nifhem kif din il- Konvenzjoni tista' tiġi interpretata bħala li ma taqbilx ma' l-interessi tal- pajjiżi industrijalizzati.", "Din il-konklużjoni żbaljata m'hi ta' ġid għal ħadd, inkluż fl- opinjoni tiegħi, għall-istess pajjiżi industrijalizzati.", "Pero' qed ngħid dan anke fi sfond illi l-Konvenzjoni barra li għandha dan l-aspett tant importanti tal-common heritage of mankind, għandha l-aspetti l-oħra li bażikament huma aċċettati minn kulħadd u rikonoxxuti bħala l-liġi tal- konswetudni in materja.", "Se a proposito ta' dan:", "\"However the Convention also contains provisions with respect to traditional uses of the oceans which generally confirm existing maritime law and practice and fairly balance the interests of all states.\".", "Fil-fehma tiegħi, il-mertu ta' din il-Konvenzjoni huwa kif fis-snin twal ta' negozjati li saru - u sar xi aċċenn għal dan il-kontest mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici - ried jinstab sens ta' bilanċ li permezz tiegħu l-pajjiżi kollha li ffirmaw, inkluża Malta, riedu jassiguraw li għalkemm ħadd m'hu qed jieħu l- aħjar li jixtieq jieħu mill- Konvenzjoni, il-mod kif il- Konvenzjoni hija verbalizzata, tkun bilanċ sħiħ tad- drittijiet tal-pajjiżi kollha li jħarsu lejn il-baħar bħala mezz ta' għajxien, ta' ħarsien ekoloġiku u bħala mezz li jista' jkun ta' ġid għall- umanita' kollha kemm hi u għaldaqstant għandu jiġi regolat.", "F'dan il-kontest jien naħseb li apparti l-iktar aspett rivoluzzjonarju tal- Konvenzjoni, li huwa l-konċett tal-common heritage of mankind, li fil-fehma tiegħi huwa l- iktar aspett li għandu jħajjar lill-pajjiżi kollha jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni, hemm ukoll - u dan mhux qed ngħidu għax qalu l-President Reagan, imma għax huwa fatt rikonoxxut - l-ispazji l-oħra okkupati mill-Konvenzjoni li sostanzjalment huma l-liġi aċċettata, anke jekk parti minnha hija konswetudinarja, jiġifieri l-customary law tan- nazzjonijiet, għal dak li jirrigwarda l-funzjoni tagħhom fl-ibħra, u fil- fatt jirregolawha fil-kontest ta' dritt internazzjonali.", "Mr Speaker, f'dan id- dibattitu saru xi osservazzjonijiet dwar x'jiġri f'każ li Malta jkollha xi kwestjoni ma' pajjiżi oħrajn li ma jkunux irratifikaw il-Konvenzjoni.", "Hawnhekk qamet id-diffikulta' dwar jekk Malta tkunx marbuta mal-Konvenzjoni fil-konfront ta' stat ieħor li ma jkunx marbut bil-Konvenzjoni.", "Jien diġa' kelli l-opportunita' li nitkellem f'dan il-kontest u pprevedejt li tista' tqum din id-diffikulta'.", "Jien għidt li l- istati jkunu marbutin b'dawk il-konvenzjonijiet li t-tnejn ikunu jaderixxu għalihom, u fin-nuqqas ta' konvenzjoni li dwarha jkun hemm qbil, tiġi applikata l-liġi konswetudinarja, il-liġi internazzjonali kif aċċettata.", "Mr Speaker, meta kont qed nitkellem f'dan ir- rigward għidt ukoll - u bħala eżempju ħadt il-kawża li kien hemm quddiem il-Qorti Internazzjonali tal- Ġustizzja bejn Malta u l-Libja - li peress li Malta kienet firmatarja tal- Konvenzjoni dwar il-Continental Shelf ta' l-1958 u l-Libja me kenitx, Malta ma setgħetx tgħid jekk hix se tiġi żvantaġġjata minħabba dan il- fatt. F'dan il-kontest nixtieq niċċita mis-sentenza li tat il- Qorti Internazzjonali tal- Ġustizzja fil-każ ta' Malta.", "Qed niċċita minn paragrafu 26 li jista' jkun utili f'dan il- kontest:", "\"The Parties are brought in agreement as to the sources of the law applicable in this case.", "Malta is a party to the 1958 Geneva Convention on the Continental Shelf, while Libya is not; the parties agreed that the Convention, and in part- icular the provisions for delimitation in article 6, is thus not as such applicable in the rela- tions between them.", "Both Parties have signed the 1982 United Nations Convention on the Law of the Sea, but that Con- vention has not yet entered into force, and is therefore not operative as treaty-law; the Special Agreement contains no provisions as to the subs- tantive law applicable.", "Nor are there any other bilateral or multilateral treaties claimed to be binding on the Parties.", "The Parties thus agree that the dispute is to be governed by customary international law.", "This is not at all to say, however, that the 1982 Convention was regarded by the Parties as irrelevant: The Parties are again in accord in considering that some of its provisions constitute, to a certain extent, the expression of customary international law in the matter.", "The Parties do not however agree in identifying the provisions which have the status, or the extent to which they are so treated.\".", "Sur President, qrajt din il- parti għaliex tidentifika u forsi anke tirrispondi għal problema li ġiet sollevata minn xi Onor. Membri waqt id- dibattitu u tirrileva kif tiġi operata din il-Konvenzjoni una volta tiġi ratifikata u tidħol in vigore.", "Aħna ma nistgħux niġu preġudikati fil- konfront ta' min ma ffirmax din il-Konvenzjoni.", "Wieħed ma jistax jgħidilna li la aħna marbutin bil-Konvenzjoni u l- parti l-oħra mhix marbuta biha, allura tiġi applikata fejn hemm affarijiet li jistgħu jkunu interpretati b'mod negattiv fil-konfront tagħna, filwaqt li fejn tista' taffettwana b'mod pożittiv, dik ma torbotx.", "Dan mhux il-każ u naħseb li għamilt il- pożizzjoni ċara anke abbażi ta' din il-parti, mis-sentenza tal-Qorti li qrajt hawnhekk.", "Pero' huwa tajjeb li ngħidu li l-parti l-kbira ta' dak li hemm fil-Konvenzjoni huwa l- kodifikazzjoni ta' dak li llum huwa diġa' aċċettat bħala l- customary law in materja.", "Dak li qabel kien dritt konswetudinarju f'din il-Konvenzjoni ġie verbalizzat u kodifikat.", "Jiġiferi issa hemm il-kjarezza ta' leġislazzjoni li tista' tissostitwixi skond il- każ, il- bżonn tal-prova tal-konswetudni in materja.", "F'dan il-kontest, dan huwa avvanz kbir għal dak li jirrigwarda s-sistema kif inhi llum.", "Waqt dan id-dibattitu saru xi osservazzjonijiet dwar il- kwestjoni tal- Baħar Mediterran, u f'dan il-kontest tkellmu diversi Onor. Membri fosthom l- Onor. Reno Calleja u l-Onor.", "Krmarmenu Mifsud Bonnici.", "Barra minn hekk illejla l-Onor.", "Freddie Micallef għamel referenza indiretta għall- Mediterran meta tkellem dwar l-qasam ta' l-industrija tas- sajd.", "Jien naħseb li trid tħares lejn din il-kwestjoni anke fil-kontest ta' dak li tgħid il-Konvenzjoni dwar enclosed or semi-enclosed seas.", "F'dan il-kontest diġa' hemm provvedimenti f'Parti IX tal- Konvenzjoni li tiddefinixxi x'inhuma enclosed or semi- enclosed seas:", "\"For the purpose of this Convention, \"enclosed or semi-enclosed sea\" means a gulf, basin or sea surrounded by two or more States and connected to another sea or the ocean by a narrow outlet or consisting entirely or primarily of the territorial seas and exclusive economic zones of two or more coastal States.\".", "Ovvjament il-Mediterran jaqa' taħt enclosed or semi-enclosed sea.", "Imbagħad artiklu 123 jitkellem dwar Co-operation of States bordering enclosed or semi-enclosed seas.", "Dan jgħid hekk:", "\"States bordering an enclosed or semi-enclosed sea should co-operate with each other in the exercise of their rights and in the performance of their duties under this Convention.", "To this end they shall endeavour, directly or through an appropriate regional organization:", "(a) to co-ordinate the management, conservation, exploration and exploit- ation of the living resources of the sea;", "(b) to co-ordinate the implementation of their rights and duties with respect to the protection and preservation of the marine environment;", "(c) to co-ordinate their scientific research policies and undertake where appropriate joint programmes of scientific research in the area;", "(d) to invite, as appropriate, other interested States or international organizations to co-operate with them in furtherance of the provisions of this article.\".", "Għaliex qed nagħmel enfasi partikolari fuq dan l-aspett, Mr Speaker?", "Għaliex mingħalija kien l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici li korrettement qal li jeħtieġ u jkun importanti ferm li l-pajjiżi tal-Mediterran jisfruttaw l- applikazzjoni tal-Konvenzjoni fl-isfond ta' dan l-artiklu li jien qed niċċita testwalment, li huwa artiklu 123 tal- Konvenzjoni.", "Nemmen li l- koperazzjoni reġjonali f'dan il-kontest hija importanti għall-iżvilupp sħiħ tal- Konvenzjoni fl-interess tal- pajjiżi li huma parti minn dan il-Baħar Mediterran.", "F'dan id- dibattitu issemmiet ukoll il- Konvenzjoni ta' Barċellona, li l-ħsieb ewlieni tagħha kien preċiżament il-ħarsien ta' l- ekoloġija tal-baħar bejn il- pajjiżi membri tal-Mediterran.", "Il- Konvenzjoni ta' Barċellona kif kulħadd jaf, għamlet storja għall-politika internazzjonali, għaliex fil-Mediterran għall- ewwel darba hemm l-istati Għarab u l-istat ta' Iżrael jikkollaboraw flimkien fid-dawl ta' din il-Konvenzjoni li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tiżviluppa u qed tagħti ċertu sinifikat lill-attivita' fil- Mediterran.", "Fil-fatt anke aħna hawn Malta għandna istitut li ċertament jirrifletti l-bżonn ta' din il- Konvenzjoni.", "Proprju f'dawn il-ġranet ġiet miftuħa l-Konferenza Agenda 21 mill-Prim Ministru u li jien kelli l-unur li nagħlaq nhar is-Sibt li għadda.", "Effettivament aħna kkontribwejna l-ħsieb li l-ewwel responsabilita' għall-ħarsien tal-Baħar Mediterran għandha taqa' fuq il- pajjiżi li jgħixu madwaru.", "Il-ħsieb tagħna huwa li jiġi żviluppat il- konċett mhux biss għall-ħarsien ta' dak li jirrigwarda l-baħar bħala tali, imma anke, per eżempju, għall-industriji li jarmu l-iskart fil- baħar li jikkrea l-kontaminazzjoni.", "L- idea hi li jkun hemm xi istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti taħt il-ħarsien ta' din il-Konvenzjoni, li tista' tistimula dik il-koperazzjoni reġjonali li artiklu 123 jiddefinixxi bħala ħaġa ferm importanti għall-ħarsien tal- ġid li hemm fil-baħar.", "Naturalment dan għandu jkun ta' stimulu għall-pajjiżi tal- Mediterran biex jieħdu sehem attiv.", "Sur President, sar xi diskors dwar il-linja medjana u l-proċess tad- delimitazzjoni.", "Anke hawnhekk għandna nogħqodu attenti.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu u ma nistgħux ngħidu li l-linja medjana hija l-uniku metodu kif wieħed jasal għall- proċess tad-delimitazzjoni, pero' ċertament huwa wieħed mill-metodi li għandu jiġi kkonsidrat, u anke f'dan il- kontest naħsbu li l-prinċipju tad-distanza huwa l-aktar metodu tajjeb għalkemm m'huwiex metodu obbligatorju.", "Il-pożizzjoni ta' Malta quddiem il-Qorti ta' The Hague kienet preċiżament dwar il-kwestjoni ta' dak li jissejjaħ is- shifted median line.", "Dan ġab in effett il-ħsieb ta' kif dan il- continental shelf boundary għandu mill-konċett tal-linja medjana u mill-mod kif evolva l-prinċipju ta' distanza.", "Sur President, hawnhekk saret ukoll referenza għall-equitable solution.", "Forsi wieħed għandu jiddistingwi bejn equitable principles u equitable solutions għaliex is-sentenza fil-konfront ta' Malta u l- Libja kienet ibbażata fuq il- konsegwenzi tad-delimitazzjoni li tkellimt dwarha, pero' ġie kkonsidrat ukoll il-konċett ta' equitable solution għax il- Qorti ta' The Hague ħadet in konsiderazzjoni anke t-tul tal- kosta Libjana għad- differenza tat-tul tal-kosta ta' pajjiżna.", "Dan qegħdin ngħiduh ħalli ma jkunx hemm malintiżi jew forsi interpretazzjonijiet li, għada pitgħada, jistgħu jiġu ċċitati f'xi post b'mod li jkollhom xi effett ta' ħsara fil- konfront ta' pajjiżna.", "Naturalment saru interventi oħrajn dwar is-sajd, dwar id- dikjarazzjoni fuq vapuri nukleari u dwar is-sea lanes.", "Forsi 'l quddiem ikun għaqli li, bil-parir ta' esperti, wieħed jikkonsidra l-konċett tas-sea lanes, li huwa kkonsidrat anke f'din il- Konvenzjoni.", "Pero' ma rridux nimxu b'mod prematur.", "B'dan irrid ngħid li dawn huma sitwazzjonijiet li jirrikjedu ħafna ħsieb u konsiderazzjoni u li ħafna minnhom ikunu konsegwenzjali għal meta l- Konvenzjoni tidħol in effett.", "Voldieri dawn l-affarijiet għandna naħsbu għalihom minn issa, mingħajr ma norbtu jdejna f'dan il-kontest.", "Aħna ma nistgħux infittxu li nivvintaw ir-rota u wieħed lanqas għandu jeskludi li jagħmel dawn l- affarijiet qabel.", "Pero' forsi l-għaqal - u naħseb li f'din il-Kamra kulħadd jaqbel miegħi - jiddettalek li jekk dawn tagħmilhom unilateralment, mhux dejjem ikollhom l-effett mixtieq u għalkemm għandek id- dritt li tagħmilhom, dawn huma affarijiet li jeħtiġilhom ċerti negozjati fit-tul.", "Il-parir tiegħi f'dan il-kontest hu li ideat li huma neċessarjament u sostanzjalment ġodda li jirrikjedu ħsieb iktar adattat, il-Gvern Malti għandu jaħseb dwarhom minn issa u jinkonsulta mhux biss ma' pajjiżi ġirien imma wkoll ma' pajjiżi li jużaw il-Mediterran f'dan il- kontest.", "U jien naħseb li jekk aħna nagħrfu nibnu madwar l- għerf tagħna u ta' ħaddieħor, forsi nsibu soluzzjonijiet li minflok ma jistgħu jikkreaw sinjali negattivi, ikunu jistgħu jagħtu messaġġi pożittivi li aħna għandna kull interess li joħorġu minn pajjiżna.", "Sur President, dan qed ngħidu għaliex l-għaqal u d-diplomazija internazzjonali jirrikjedu li timxi b'dan il- metodu.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Reno Calleja tkellem dwar l-iżvilupp ta' din il- politika Mediterranea li lkoll jeħtieġ li jkollna.", "Biex ngħid hekk, Malta għandna żewġ interessi.", "L-ewwel interess ġenerali huwa li joħroġ mill-konċett tal- common heritage of mankind li allura jmur 'il bogħod mill- baħar Mediterran, u t-tieni huwa l-konċett tal-koperazzjoni reġjonali, li kont tkellimt dwarha meta għamilt referenza għal artiklu 123 ta' l-istess Konvenzjoni.", "Sur President, hawnhekk jien smajt osservazzjonijiet fuq x'ġara u ma ġarax, kif tlifna l-possibilita' li Malta tkun is-sede ta' l-Awtorita' li mbagħad ħaditu l-Jamaica, u x'kienu l-interessi prioritarji tal-Gvern ta' dak iż-żmien.", "Jien nemmen li tista' tagħmel polemika minn kollox, u tista' tkun anke polemika ġustifikata.", "Pero' wara li smajna l-kummenti taż-żewġ naħat dwar din il-kwestjoni jien naħseb li ħarsitna u l- orizzonti tagħna għandhom ikunu 'l quddiem.", "Voldieri għandna nħarsu lejn x'possibilitajiet għandna biex nattiraw lejn Malta iżjed minn dawn l- organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Veru li meta naħa tagħti tort lill- oħra, dan jista' jkun ta' valur kemm għall-istorja, kif ukoll għal skopijiet ta' dibattitu politiku partiġġjan.", "Kieku naf li jekk issa nidħol f'dibattitu politiku partiġġjan jien se nirbaħ xi ħaġa, nidħol fih, pero' jien ma nemminx li f'dan il-mument partikolari jien se nirbaħ jew nitlef xi ħaġa mill-Partit tiegħi.", "Natural- ment dan nagħmluh il-ħin kollu.", "Pero' issa meta nħares lejn dan l-Abbozz ta' Liġi li l-Kamra għandha quddiemha, nistaqsi x'nixtiequ li jkun l-effett tal-Konvenzjoni għall-poplu Malti.", "Jien naħseb li dan huwa l-aktar messaġġ għaqli li għandna nagħtu bħala riżultat ta' din il-Konvenzjoni.", "Jekk aħna fil-konfront u fil-kontest ta' kulħadd nuru illi din il- Konvenzjoni, bid-diffikultajiet u l-problemi tagħha - għax għandha wkoll xi problemi li ġew imsemmija minn diversi Membri ta' din il-Kamra - ...", "Saret ukoll referenza għall- politika tas- sajd li tkellmu fuqha l-Onor.", "Gatt u l-Onor.", "Freddie Micallef u tqajment id- diffikulta' dwar kif din se tikkoinċidi mal-politika tal- Kommunita' una volta Malta tidħol fil-Komunita' Ewropea, għal dak li jirrigwarda l- kwestjonijiet ma' pajjiżi viċini.", "Naturalment hemm ħafna xi tgħid u l- Onor. Micallef, li tkellem b'ċertu għaqal, qal li għal dak li jirrigwarda s-sajd, l-aħjar zona tal-Mediterran hija dik tan-nofsinhar u mhux tat- tramuntana ta' Malta.", "Ma nistax ngħid li jiena speċjalista in materja u forsi ma nistax nirrispondi għad- diffikultajiet kollha li qajjem l-Onor.", "Freddie Micallef.", "Pero' jekk nitkellem darb'oħra fuq dan il-każ - ċertament mhux b'mod awtorevoli għax m'għandix l-awtorita' li nidħol f'dan is- suġġett għax il-politika tas- sajd tal-Komunita' Ewropea hija politika - nipprova nirrispondi dwar dak li jirrigwarda l-ibħra Maltin fejn Malta u għandha d- dritt li tistad - u issa mhux qed ngħid għall-high seas - fejn probabbilment tapplika fil-politika tal-Komunita'.", "Imma għal dawk li huma high seas fil-Mediterran, jiġifieri areas li jaqgħux taħt contiguous zones ta' xi pajjiż a skopijiet ta' sajd, jien naħseb li dak se jkun regolat mhux b'dak li tgħid il- Komunita', imma b'dak li jkun liberu fih innifsu.", "Per eżempju, għal dak li jirrigwarda s-sajd fl- Atlantiku, hemm ċerti metodi kif dan jiġi regolat.", "Pero' ma naħsibx li f'dan il-kontest kollox jidħol taħt l-aspett tal-politika tal-Komunita'.", "Dak li jidħol fiż-zoni kontigwi u ż-zoni tas-sajd iva, imma dak li jmur 'l hemm minnu, naħseb li jiġi regolat mir-regoli ġenerali ta' din il-Konvenzjoni li qed nitkellmu fuqhom u bit- trattati bilaterali li jista' jkun hemm bejn il-partijiet.", "Fuq il-punt li qajjem l-Onor.", "Micallef nixtieq nitkellem b'aktar awtorita' pero' jien m'għandix din l-awtorita'.", "Jien nista' nitkellem fuq l- interpretazzjoni tal- Konvenzjoni u ta' dak li naf fuq il-politika tal- Komunita'.", "Naħseb li f'dan il-mument, dan huwa l-aħjar mod kif wieħed għandu jirrispondi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Micallef, bil-permess tal-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Rigward il-Baħar Mediterran, nixtieq ngħid li jekk l- exclusive economic zone ikun claimed minn kulħadd, ma jibqax high seas u l-baħar ikun claimed għad-dispożizzjoni ta' dawk il-pajjiżi li llum qegħdin membri fil-Komunita' Ewropea.", "Jien ma semmejtx il-baħar Atlantiku.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L- exclusive economic zone ma tirrigwardax is- sajd, għalkemm is-sajd jokkupa parti mill-exclusive economic zone, imma għas-sajd hemm limiti ħafna iżgħar.", "Il-Konvenzjoni titkel- lem dwar fishing rights li jistgħu jiġu estiżi u dwar tħaffir għaż-żejt.", "Permezz tas- sentenza li hemm għall- kwestjoni bejn Malta u l- Libja, aħna solvejna parti minn din il-problema.", "(Interruzzjonijiet) Għall-mument m'għandn- hiex inħawdu l-continental shelf u d-distance principle.", "Il-konċett tal- continental shelf huwa kwalifikat bid- distance principle.", "It-teżi Libjana rigward il-continental shelf kienet tikkonferma l- famuża rift li tibqa' sejra sal-Port il-Kbir.", "Kienu qalu li wieħed ma jistax jimxi bil- konċett ta' geo-physical aspect u affarijiet oħra bħal dawn, imma jrid jimxi fuq il-konċett tad-distanza, li huwa l- konċett riaffermat anke fil- Konvenzjoni.", "Dan hu l-mod kif qed nara jien li tista' tiżviluppa l- kwestjoni dwar il- politika tas-sajd komuni, filwaqt li nirrikonoxxi li ma nistax nikkwalifika bħala espert f'dan il-kontest.", "Allura, Sur President, x'inhi l-gwida prinċipali, li wieħed irid jagħti wara dan id- dibattitu?", "Din il-Konvenzjoni tirrappreżenta bilanċ bejn id- drittijiet ta' diversi pajjiżi u tirrappreżenta idea ġdida kollha kemm hi.", "Dak kien il- veru kontribut ta' Malta in materja għaliex, kif qalu diversi Membri, m'għandniex naraw din il-Konvenzjoni bħala l-frott ta' ħsieb Malti, għaliex il-fatti mhux hekk huma.", "Huwa fil-parti li titkellem dwar il- common heritage of mankind li hemm is- siġill tal-ħsieb seminali ta' pajjiżna f'dan ir-rigward.", "Pero' minn hawn issa fejn se mmorru?", "U hawnhekk irrid ngħid x'inhi l-fehma tiegħi, Sur President.", "Għandna quddiemna r-ratifika - u fid-dikjarazzjoni jien spjegajt x'għandna f'rasna meta ngħidu li se nirratifikaw il-Konvenzjoni - pero' li rridu naslu għalih huwa li l-Konvenzjoni jkollha r-ratifika tan-numru stabbilit ta' pajjiżi biex ikollha s- saħħa ta' liġi.", "Il-kontribut ta' Malta huwa li l- 54 firmatarji jsiru 55 - u għadni kemm qrajt dak li qal Butros Ghali, li jemmen li sa l-1994 l-UNCLOS issir trattat sħiħ għax ikun hemm ir-ratifiki neċessarji - u l-mira tagħna għandha tkun li nikkonvinċu lil ħaddieħor sabiex jirratifikaha wkoll ħalli dan it-trattat jidħol in vigore.", "It-tieni ħaġa li għandna nagħmlu hija li permezz ta' politika Meditteranea għat- tenur ta' dak li tgħid il- Konvenzjoni, dwar enclosed jew semi-enclosed seas, inkomplu nistimulaw il-koperazzjoni tal- pajjiżi Meditteranji fl-aħjar interess tagħna lkoll għat- tenur ta' artiklu 120 li ċċitajt f'dan l-intervent tiegħi.", "It-tielet ħaġa hija li fil- laqgħat regolari li jsiru dwar l-UNCLOS aħna għandna jkollha l-mira - u d-diplomazija tagħna trid tkun diretta, kif qal l- istess Butros Ghali - li filwaqt li nżommu sħiħ u bla mittiefes il- konċett tal-common heritage of mankind, naraw kif ngħinu fil-loġika tal- persważjoni biex anke l- pajjiżi industrijalizzati u l- pajjiżi li għandhom it- teknoloġija avvanzata jirratifikaw il-Konvenzjoni ħalli din ikollha s-saħħa mhux biss tan-numru, imma s-saħħa li tiġi mit-teknoloġija avvanzata li pajjiżi industrijalizzati jew pajjiżi li għandhom il- mezzi huma f'pożizzjoni li jagħtu.", "U jien għalhekk poġġejt id-diskors tiegħi b'dan il-mod għax l-ewwel priorita' hija li din il- Konvenzjoni tidħol in vigore u hemm bżonn li wara l-firma ta' Malta jkun hemm ħames firem ta' ratifika oħrajn.", "It-tieni ħaġa li hemm bżonn hija - u qed nirrepeti dawn l-affarijiet biex nuri x'inhu l-ħsieb tagħna - li nistimulaw lill-pajjiżi tal-Mediterran biex anke huma jirratifikaw il-Konvenzjoni, għaliex iktar ma jkun hemm pajjiżi Mediterranji li jirratifikawha, il-koperazzjoni,għat- tenur tal-Konvenzjoni f'baħar magħluq jew semi- enclosed bħal tagħna, tista' tagħti iktar riżultat għall- ħarsien taħt ħafna aspetti tal- baħar Mediterran.", "It-tielet priorita' hija li aħna għandna nkomplu bil-politika tagħna li nħajru pajjiżi oħrajn, partikolarment lill-pajjiżi industrijalizzati u lill- pajjiżi li għandhom il-mezzi finanzjarji, biex jekk għadhom ma ffirmawhiex jiffirmaw il- Konvenzjoni u jirratifikawha għaliex din il-Konvenzjoni - u f'dan il-kontest iċċitajt lil Butros Ghali - tassumi s-saħħa veru tagħha, jiġifieri li l- konċett tal-common heritage of mankind jitwettaq, jekk ikun hemm iktar minn dawn il-pajjiżi li jikkontribwixxu l-finanzi u t-teknoloġija avvanzata biex dan effettivament isir.", "Fl- aħħarnett effettivament il- firma ta' Malta għandha fiha appell biex il-pajjiżi jiċċaqilqu minn ċertu egoiżmu innat fina lkoll.", "Inutli li wieħed jaħseb li l-egoiżmu personali, nazzjonali jew reġjonali jista' ma jibqax jeżisti, Sur President, imma l-isfida tal-Konvenzjoni hija li wieħed jissupera dan l- egoiżmu.", "Għaliex huwa meħtieġ li jiġi superat l- egoiżmu?", "Għaliex forsi huwa l-egoiżmu kollettiv li effettivament qiegħed jiżviluppa, fis-sens li inutili li wieħed jaħseb li waħdu - anke superpotenza, bil- mezzi li għandha b'kollox - jista' jarrikkixxi ruħu billi japproprja għalih xi ġid li hemm fl-ibħra.", "Għaliex allavolja tista' tagħmel dan, tista' tiltaqa' ma' ċerti diffikultajiet oħra u allura ma jkunx fl-interess tagħha li timxi f'dik it-triq.", "U għalhekk il-kuxjenza ta' solidarjeta' internazzjonali għandha tkompli tiġi stimulata.", "Din il- Konvenzjoni hija sfida kontra l-egoiżmu ta' l-istati a favur - jekk trid tagħmel kontradizzjoni - l-egoiżmu ta' solidarjeta' internazzjonali.", "Lejn dan għandna nimmiraw, Sur President.", "Jien laqtitni l- osservazzjoni li kien għamel congressman Amerikan meta qal: \"Malta għaliex ħarġet b'dawn l- ideat?", "Malta hija s-sounding-board ta' xi pajjiż ieħor?\"", "U l-Ambaxxatur Arvid Pardo bl-iktar mod espliċitu kien qal: Aħna m'aħna s- sounding-board ta' ħadd.", "Naħseb li dan il-pajjiż għandu jibqa' f'dan il-binarju.", "M'għandna nkunu s-sounding- board ta' ħadd; għandna nkunu biss is-sounding- board ta' l- interessi nazzjonali tagħna, dejjem fl-isfond tas- solidarjeta' internazzjonali.", "Jien naħseb li din għandha tibqa' l- politika ta' dan il- pajjiż, għax il-ġeografija, id- daqs u l-pożizzjoni strateġika tiegħu, tawh vokazzjoni għall- paċi, għax huwa fin-nuqqas ta' din il-paċi l-iktar li nbatu.", "Niftakar min jgħid, kemm f'din il-Kamra u anke barra, li f'Malta fil-gwerer ikun hawn il-ġid u fin-nuqqas ta' gwerer ikun hawn l-għaks.", "Veru li dawk iż-żmenijiet naqsu ħafna u forsi llum għandna biss rikordju tal-passat, pero' hawn hi r-realizzazzjoni ta' din is- sitwazzjoni.", "Forsi għandna biss rikordju ta' dan iż-żmien għax bl-għaqal ta' dan il-poplu rnexxielna naraw kif nisfruttaw il-pożizzjoni tagħna fl- aħjar interess ta' dan il-poplu.", "Jekk illum għandna standard of living li jirrifletti ruħu tajjeb fiz-zona tar-reġjun li ngħixu fih u jekk għarafna nirbħu ċerti battalji ekonomiċi, forsi anke aħjar minn ħaddieħor fiz-zona ta' madwarna, dan m'hu xejn ħlief riflessjoni ta' kemm dan il- poplu, fl- għerf tas-sekli ta' ħajja li għandu, għaraf jisfrutta dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet.", "Dan il-pajjiż ma jridx jiġi sfruttat iktar mill-gwerer ta' ħaddieħor biex forsi javvanza xi ftit ekonomikament u mbagħad f'sitwazzjoni ta' paċi jbati.", "Aħna rridu nagħrfu nsibu t-triq għall-avvanz ekonomiku u soċjali ta' dan il-poplu permezz tal-paċi fir-reġjun.", "Illum il- loġika tal-ħajja tiddettalna li jekk poplu jaħseb li jista' javvanza filwaqt li l-popli ta' madwaru ma javvanzawx, ikun qed jiżbalja u anke hu jerġa' jmur lura.", "Jien naħseb li din għandha tkun il-miżura sħiħa tar- ratifika ta' dan l- Abbozz ta' Liġi.", "Il-fatt li dan l-Abbozz ta' Liġi, bid-diffetti kollha li jista' jkollu, bid- diffikultajiet li tqajmu mill- Membri ta' din il-Kamra, bil- problemi kollha li nafu li jeżistu, u bin-nuqqas ta' trijonfaliżmu ...", "Sur President, jeħtieġ li nneħħu l- kelma \"trijonfaliżmu\" mill- vokabularju tagħna u tal- partiti politiċi tagħna.", "Lejn il-politika għandek tħares b'realiżmu u tagħraf li r- ratifika ta' din il-Konvenzjoni se jkun pass 'il quddiem u iktar ma jkun hemm pajjiżi li jagħmlu dan il- pass, iktar il- Konvenzjoni se jkollha saħħa.", "Sur President, jiena nemmen li b'din il-loġika, dan hu l- effett li jkollu l-vot ta' dan il-Parlament favur ir-ratifika tal-Konvenzjoni.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, l-Oppożizzjoni tixtieq li tagħmel dikjarazzjoni mal- vot tagħha.", "Aħna diġa' indikajna li se naqblu ma' dan l- Abbozz, pero' qegħdin nifhmu li fil-Committee Stage, se nbiddlu xi affarijiet li hemm fid-dikjarazzjoni li se takkumpanja r-ratifika, u dan se nagħmluh billi nipprovaw naslu fi ftehim man-naħa tal- Gvern.", "Dawn it- tibdiliet diġa' indikahom bażikament l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici, u nixtiequ li fil-Committee Stage, nitkellmu fuqhom biex inkunu nistgħu naslu għall- ftehim.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza r-Ratifika tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal- Baħar\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IŻ-ŻWIEĠ", "MARRIAGE ACT (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar iż- Żwieġ, Kap. 255\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, għall-approvazzjoni tal-Kamra dan l- Abbozz ta' Liġi li bħala ħsieb partikolari tiegħu għandu mhux biss dak li jfisser realta' soċjali, imma anke kif li din ir-realta' soċjali tagħtiha s- saħħa ta' realta' legali.", "Sa l-1975 iż- żweġijiet f'Malta kienu jiġu regolati abbażi u skond il- Liġi Kanonika.", "Iż-żwieġ kien jiġi ċelebrat bil-forma li aċċettat il-Liġi Kanonika u kellu l-problemi li jaffettwaw il-validita' ta' dan iż-żwieġ kienu jiġu regolati mil-Liġi Kanonika u mit-tribunali riferibbli għal dan il-kontest.", "Dan huwa l-isfond li taħtu sar l-Att dwar iż-Żwieġ, jiġifieri l-Liġi taż-Żwieġ ta' l-1975, li kien jaħseb biex jintroduċi l- forma ċivili għaż-żwieġ u wara saru wkoll xi emendi fis-sens li l-forma reliġjuża fiha nnifisha ma jkollhiex validita' jekk ma tkunx akkumpanjata bil- forma li tindika l-istess liġi.", "Jiġifieri jekk koppja tagħżel li tiżżewweġ bir-riti tal- Knisja, wara li tiżżewweġ trid tersaq quddiem il-Kummissarju tat-Tiġijiet fejn terġa' tesprimi dak li hemm imfisser fid-dokument in kwestjoni.", "Allura ż-żwieġ tal-Knisja biss ma kienx ikun validu għall- effetti ċivili jekk ma kienx ikun akkumpanjat b'dik il- proċedura li għamilt referenza għaliha.", "It-tieni fattur huwa li nullita' pronunzjata mit- Tribunal Ċivili m'għandhiex effett quddiem l-Awtoritajiet Ekklesjastiċi.", "Jekk koppja jkollha ż-żwieġ tagħha annullat ċivilment, il-partijiet ma jkunux jistgħu jerġgħu jiżżewġu bil-Knisja għaliex l- annullament mogħti mill- awtoritajiet ċivili ma jagħtihomx id-dritt li separatament jiżżewġu ma' ħaddieħor skond il-liġi tal- Knisja, jekk qabel ikunu żżewġu quddiem il- Knisja.", "Min-naħa l-oħra jekk koppja jkollha ż-żwieġ tagħha dikjarat null mill- awtoritajiet ċivili, xorta ma jkollhomx id-dritt li jkunu liberi quddiem l- Awtorita' Ekklesjastika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien inħoss li huwa importanti li nikkjarifikaw jekk hux se nibdew nitkellmu fuq stat ma' stat, jew il-Knisja ma' l- istat, għax milli rajt s'issa l-orjentament ta' dan it-tibdil sar fuq il-fatt li l- Vatikan hu stat u Malta hija stat, mhux fuq il-Knisja u l-istat.", "Jien nixtieq li din il-parti tiġi enfasizzata sewwa.", "Jekk żewġ persuni l-ewwel darba żżewġu bil-Knisja u mbagħad iż-żwieġ tagħhom ġie annullat mill-istat ta' Malta, issa f'dan il- kontest ma jħarsux iktar lejn il-Knisja, jekk issa qed nikkonsidraw stat ma' stat, imma jridu jħarsu lejn il- Vatikan.", "Ma nafx jekk hux qed nagħmel din id-distinzjoni ċara biżżejjed.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, il-punt ta' l-Onor.", "Mintoff huwa ċar, pero' jien se niżviluppa l-ħsieb tiegħi u aktar 'il quddiem nidħol ukoll f'dak li qed jissolleva l-Onor.", "Mintoff għax l-ewwel qed nipprova nagħti s-sitwazzjoni soċjali f'pajjiżna.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Għax jekk aħna qed inqisu li dawk li żżewġu l-ewwel darba, iżżewġu quddiem l-istat huwa mod, imma jekk inqisu li żżewġu quddiem ir-reliġjon huwa mod ieħor.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jien għidt x'inhuma r-realtajiet u l-bżonnijiet soċjali ta' dan il-pajjiż.", "Ħalli nieħdu l-każ ta' koppja li żżewġu quddiem il-Knisja f'Malta bis-sistema ta' wara l-1975.", "Jekk xi ħadd minnhom qed ifittex illi ż- żwieġ tiegħu jiġi dikjarat null u jkollu ż- żwieġ hekk iddikjarat, dik is-sitwazzjoni li tirriżulta xorta waħda m'għandhiex effett jekk dik il- parti wara tkun trid tiżżewweġ bil-Knisja.", "Din hija l- pożizzjoni.", "It-tieni ħaġa hija li skond il-Liġi taż-Żwieġ tagħna, taħt ċerti proċeduri, l-annullament jew divorzju ta' żwieġ pronunzjat minn stati oħrajn, għandhom seħħ quddiem il-Qrati ta' Malta u quddiem l-Istat Malti una volta jiġu osservati ċerti formalitajiet.", "Jiġifieri kif inhi l-liġi tagħna sentenza fejn żwieġ jiġi dikjarat null minn tribunal Taljan, Ingliż, eċċ. - u fuq dan il-kontest il-liġi tagħna mhux se tinbidel - hija rikonoxxuta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Hawnhekk għandna konfużjoni.", "Aħna qed ngħidu li jekk tnejn jiżżewġu bil-Knisja, dawn iżżewġu quddiem l-Istat tal-Vatikan, jew qed ngħidu li dawn iżżewġu skond ir-riti reliġjużi, anke jekk ma jibqax l- istat tal- Vatikan, imma jkun hemm kap reliġjuż?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Mr Speaker, jien qed nipprova nneħħi din il- konfużjoni.", "Qed nipprova nispjega li s- sitwazzjoni llum hija li jekk koppja għandha ż-żwieġ tagħha annullat mit-tribunali tal- Knisja, ma jistgħux jerġgħu jiżżewġu quddiem l-Istat Malti jekk ma jkollhomx ukoll l- annullament mogħti mill-Istat Malti, u vici versa.", "Jekk koppja għandha ż- żwieġ tagħha annullat mill-Qrati Ċivili, dik il-koppja ma tistax terġa' tiżżewweġ skond ir-reliġjon Kattolika abbażi ta' l- annullament li għandha mill- Istat Malti.", "Din hija r- realta' soċjali li għandna llum f'pajjiżna.", "Aħna x'irridu nagħmlu permezz ta' dan l- Abbozz li qed inressaq quddiem il-Kamra?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jekk ir- realta' li għandna quddiemna llum hija li meta tnejn iżżewġu bil-Knisja, iżżewġu għax marru fl-Istat tal-Vatikan bħalma wieħed mar l-Ingilterra u żżewweġ ċivilment ...", "Dak huwa mod, u mhux ir-realta'.", "Allura aħna rridu ngħidu minn issa li rridu nitilqu mir- realta' reliġjuża u mmorru fuq ir- realta' ta' stati, għaliex jekk immorru fuq ir-realta' ta' stati, ma nkunux iktar qed inbaxxu rasna għall-kap tar- reliġjon, imma qed ngħidu li hemm stat ieħor li se nagħtuh preferenza fuq l- istat ta' Malta f'pajjiżna.", "Hawnhekk hekk qegħdin ngħidu.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Hawnhekk ridtu jasal lill-Onor.", "Mintoff.", "Għalina r-reliġjon mhix stat, mhix pajjiż.", "Ir- realta' soċjali ta' dan il- pajjiż ma tħarisx lejn iż-żwieġ reliġjuż bħal żwieġ ma' stat ieħor, mas-Santa Sede.", "Is- Santa Sede hija d-depożitarja, biex ngħid hekk, għal dak li jirrigwarda r-reliġjon Kattolika u din teżisti indipendentement jekk hemmx stat tas-Santa Sede.", "Kristu ma ġiex biex jagħmel stati.", "Għalina li nipparteċipaw f'din il-fidi u għal oħrajn li jipparteċipaw f'fidijiet oħrajn mill-aspett tagħhom, ir- reliġjon mhijiex stat, fis-sens ta' pajjiż jew gvern.", "Pero' ċ- ċittadin Malti li jagħżel li jiżżewweġ skond is- sistema tal- liġi Kattolika - u hawn Malta din hija l-għażla ta' mill- inqas 95% taċ-ċittadini Maltin li jiżżewġu - qed isib sitwazzjoni fejn fil-konfront ta' l-istat iż-żwieġ reliġjuż tiegħu għandu ċerti effetti civili, u jekk jagħżel li ma jiċċelebrax iż-żwieġ tiegħu bir-reliġjon, dan ukoll ikollu ċerti effetti ċivili.", "Aħna x'qed ngħidu, Sur President?", "Id- dritt ta' l-għażla huwa fundamentali.", "Iċ-ċittadin Malti għandu d-dritt li jagħżel li jiżżewweġ jew ċivilment jew inkella l-liġi tal-Knisja.", "Fir- realta' soċjali Maltija - u għalhekk bdejt mir- realta' soċjali Maltija - iċ- ċittadin għandu dritt li jekk irid, jagħżel li jiżżewweġ ċivilment.", "Din hija għażla sħiħa tiegħu.", "Jekk irid jagħżel li jiżżewweġ reliġ- jożament, l-Istat jirrikonoxxi l-effetti ċivili taż-żwieġ tiegħu.", "Dan huwa l-ewwel pass li qed isir.", "(Interruzzjonijiet) Kieku qegħda kif qed jgħid l-Onor.", "Membru ma kienx hemm għalfejn li xi ħadd jieħu għalih għaliex qed nagħmlu dan, pero' mhijiex qegħda hekk.", "Kulħadd jaf li mhijiex qegħda hekk għaliex hemm bżonn li tkun accompanied biċ-ċerimonja l- oħra, li ssir prattikament fis- sagristija, quddiem il- Kummissarju taż-Żweġijiet.", "(Interruzzjonijiet) Allura qed nibagħtuh hemm ta' xejn!", "Jafu li s- sitwazzjoni mhijiex hekk.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk qed issir biex noħolqu ħlas għal xi nies!", "Ħalli nkompli bil-ħsieb tiegħi u nispera li ma jkollix interruzzjonijiet bla bżonn.", "Permezz ta' dan l- Abbozz ta' Liġi qed ngħidu li jekk ċittadin Malti jiżżewweġ ċivilment, hu liberu li jiżżewweġ ċivilment u ħadd m'għandu jipprivah mill-effetti ċivili ta' dak iż-żwieġ għaliex iżżewweġ ċivilment.", "Jekk wieħed irid jiżżewweġ reliġjożament, dan għandu l- effetti ċivili daqs iż-żwieġ l- ieħor.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mhux reliġjożament, skond ir- reliġjon tal- maġġoranza.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Hemm anke maħsub għal ħaddieħor.", "Pero' hawnhekk jien ma narahiex taħt maġġoranza jew minoranza ...", "Jien qed ngħid x'inhu l-effett soċjali u r- realta' soċjali ta' artna.", "Jien b'hekk bdejt u nixtieq li din wieħed ikompli jifhimha.", "Aħna qegħdin ngħidu li f'din ir- realta' soċjali ta' artna wieħed għandu dritt jagħżel jekk iridx jiżżewweġ bir-rit ċivili jew bir-rit reliġjuż.", "Dawn iż-żewġ riti huma ugwali għall-effetti ċivili quddiem l- Istat Malti.", "Din hija l- pożizzjoni.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Din kif se tolqot lill-Jehovah's Witnesses?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Fuq din hemm salvagward li jgħid li l-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja jista' jiden- tifika dak it-twemmin li huma rigwardati bħala reliġjon, pero' din kienet anke fil-liġi ta' qabel.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Aħna issa mhux fuq ir-realta' qegħdin nitkellmu?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Imma anke għal dik ir-realta' hemm maħsub fil-liġi li saret fl- 1975.", "Illum aħna qegħdin nagħtu dan id-dritt ta' l- għażla li qabel ma kienx hemm.", "B'hekk iċ-ċittadin ikollu l- allegiance tiegħu lejn l- Istat u jkollu l-allegiance tiegħu lejn il-kuxjenza tiegħu.", "Aħna nixtiequ li kemm jista' jkun dawn iż-żewġ allegiances ma jagħmlux ħsara lil xulxin.", "Allura x'qegħdin ngħidu?", "Aħna qegħdin ngħidu li sakemm jiġi osservat dak kollu li għandu x'jaqsam dwar tnidijiet u affarijiet oħra bħal dawn li jagħmilhom l-Istat, iż-żwieġ reliġjuż li jiġi ċelebrat fih innifsu għandu l- effetti ċivili; jintbagħat iċ- ċertifikat taż-żwieġ miċ- ċelebrant u jkollu l-effetti ċivili.", "Meta qegħdin nagħmlu dan, mhux qegħdin nagħmlu xi ħaġa straordinarja.", "Jekk l- Onor. Karmenu Mifsud Bonniċi jaqbel ma' dan li qed nagħmlu llum, allura m'għandux għalfejn jaħseb fin-negattiv.", "(Interru- zzjonijiet) Le, x'Medju Evu hu!", "Mela b'din ir-realta' soċjali tal-lum, Malta qed tgħix f'xi Medju Evu!", "Fl- Italja, fl-Ingilterra u f'pajjiżi oħrajn, iż-żwieġ reliġjuż huwa rikonoxxut mill- Istat.", "Allura aħna għalfejn għandna nbiddlu ċerti ċirkostanzi bħal dawn?", "Din ir- realta' soċjali mhijiex realta' medjevali imma hija realta' korretta.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien, mhux qed inħawwad.", "Fl-Ingilterra, ir- reliġjon Kattolika mhijiex ir- reliġjon ta' l-Istat.", "Meta dawn jiġu koronati, suppost jaħilfu li għandhom iħarsu ċerti affarijiet tar-reliġjon ta' l-Istat li hija l-Knisja ta' l-Ingilterra.", "Jien nixtieq li ma nkunux daqshekk emotivi f'din is-sitwazzjoni.", "Iż-żwieġ huwa ħaġa emozzjonali imma din mhijiex xi ħaġa emotiva.", "Minn din il-liġi joħorġu sitwazzjonijiet oħra.", "Wieħed li jiżżewweġ ċivilment - għax ikun eżerċita d-dritt ta' l- għażla - u jkun irid l- annullament, dak ikun qed jgħid li ż-żwieġ tiegħu se jiġi regolat skond il- provvedimenti tal-liġi li hawn hawnhekk.", "Jekk wieħed jagħżel li jiżżewweġ reliġjożament, skond ir-reliġjon Kattolika jew xi reliġjon oħra, li l- validita' taż-żwieġ tiegħu tiġi regolata mis-sistema reliġjuża li hu għażel li jiċċelebra ż-żwieġ tiegħu biha.", "Dan hu l-aktar fatt sempliċi dwar kif tista' ssir għażla.", "Jekk iż-żewġ partijiet jagħżlu li f'affarijiet li jattakkaw il- validita' taż-żwieġ tagħhom, ikunu obbligati li jimxu skond is-sistema Kanonika, f'dan il-każ jitolbu wkoll li l-Istat jiddikjara jekk iż-żwieġ tagħhom ikunx null jew le.", "F'din is-sitwazzjoni aħna ma stajniex ngħidulhom - u fuq din kellna kwestjonijiet u diskussjonijiet twal ma' l- Awtoritajiet Ekklesjastiċi - li l-Knisja għandu jkollha l- esklussivita' biex tirregola ż- żwiġijiet li jsiru kanonikament hawn Malta.", "Aħna għidna li qed nissanzjonaw id-dritt ta' l-għażla taċ-ċittadin Malti li jiżżewweġ jew ċivilment jew kanonikament u qed ngħidu wkoll li allavolja wieħed ikun iċċelebra ż-żwieġ kanonikament, l-awtoritajiet Ekklesjastiċi mhux se jkollhom l- esklussivita' ta' dan iż-żwieġ.", "Ħalli nispjega dan x'ifisser, sabiex inkun ċar fil-ħsebijiet tiegħi.", "Waqt li skond il-Liġi Kanonika, żwieġ ċelebrat kanonikament għandu jkun regolat esklussivament minn dak li tgħid il-Liġi Kanonika, aħna qed ngħidu li din l-esklussivita' ma tistax tmur kontra l- volonta' taż-żewġ partijiet li għalkemm għażlu s- sistema reliġjuża biex tirregola l- validita' taż-żwieġ tagħhom, it-tnejn jaqblu li dan jiġi regolat mil-qrati ordinarji tal-pajjiż.", "Aħna ma konniex nafu bis-sentenza li kienet se tingħata mill-Qorti tal- Kassazzjoni wara dawn ix-xhur twal ta' diskussjoni li kellna ma' l-Awtoritajiet Ekklesjas- tiċi.", "(Interruzzjonijiet) Jien żgur li ma kontx naf biha, u sirt naf biha issa, meta sar jaf biha kulħadd.", "Dawn id- diskussjonijiet ilhom sejrin mill-1988, u daparti ta' l- Awtoritajiet Ekklesjastiċi kien hemm din il- volonta' ta' l- esklussivita'.", "Naturalment fhimnihom, pero' ma nistgħux ngħidulhom li jekk iż-żewġ partijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Sur President, naħseb li din spjegajtha.", "Qed ngħid li l-Istat jirrispetta l- volonta' ta' konjugi li jiżżewġu ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Ir- realta' għidtha bħala reliġjon.", "Imma meta ġejtu għad- diskussjonijiet, kif iddiskutejtu magħhom, bħala l- istat ta' Malta ma' l-istat tal-Vatikan, jew l-istat ta' Malta ma' wieħed mir- rappreżentanti ta' Kristu fid- dinja?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, id-diskussjonijiet li kelli ma' l- Awtoritajiet Ekklesjastiċi kienu jikkomprendu kemm ir-rappreżentant tas- Santa Sede kif ukoll l- isqfijiet Maltin.", "Jiġifieri f'dan il-kontest ma setax ikun hemm iktar unita' Ekklesjastika minn din.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin ngħidu li filwaqt li nifhmu l-aspetti tal-Liġi Kanonika in kwestjoni, ma stajniex ngħidu li lil dawk il- konjugi li għażlu dik is- sistema, imma mbagħad it-tnejn ikunu jridu jwarrbu dik is- sistema li tirregola l- validita' taż-żwieġ tagħhom għal dak li jirrigwarda l- annullamenti, aħna għandna nżommuhom milli jmorru quddiem il-Qrati Ċivili, ladarba ż- żewġ partijiet jaqblu li jridu li l-Qorti Ċivili tirregola din is-sitwazzjoni.", "L-awtoritajiet tal-Knisja ħadu nota ta' dak li għidna, li aħna m'aħniex preparati li nressqu quddiem il-Parlament liġi jekk din ma tkunx tinkorpora din il-massima li narawha fundamentali f'dan ir-rigward.", "Aħna ridna nassiguraw ukoll li dawk il- koppji Maltin li għandhom iż- żwieġ tagħhom annullat mill- Awtoritajiet Ekklesjastiċi, ikollhom ir- rikonoxximent ċivili ta' dan l-annullament.", "Huwa xieraq u korrett li f'każ ta' żwieġ reliġjuż li ġie dikjarat li ma kienx validu, aħna ma nirrikonoxxux dawk id- deċiżjonijiet ta' annullamenti?", "Aħna hawn qegħdin ngħidu li jekk koppja kellha ż-żwieġ tagħha dikjarat annullat, voldieri li ma kienx validu meta sar - u għandna nkunu preċiżi meta nitkellmu fuq annullament - ...", "Iż-żwieġ validu jiġi annullat għaliex fil-mument tal- kunsens kien hemm xi raġuni li tivvizzja l- kunsens.", "(Interruzzjonijiet) Jien il-liġi rajtha u naf li hemm affarijiet li jirregolaw l-annullament fil-Liġi Ċivili, li japplikaw ukoll biex żwieġ jiġi annullat quddiem it- Tribunal tal-Knisja.", "Dawn qegħdin elenkati u kull min jaqra din il-Liġi jista' jarahom.", "Mela f'dan il-pajjiż qegħdin nagħmlu sew, Sur President, li żwieġ li ġie dikjarat null mill-istess awtorita' reliġjuża li l-koppja tkun għażlet li tiżżewweġ fiha ma nirrikonoxxux?", "Aħna qegħdin ngħidu li se nirrikonoxxu n- nullita' ta' dak iż-żwieġ li ġie dikjarat null purche' jiġu osservati ċerti prinċipji li hawn elenkati fl-Abbozz ta' Liġi.", "Aħna ma nirrikonoxxux awtomatikament is-sentenzi tan- nullita', imma ngħadduhom minn ċerta proċedura intiża biex tħares ċerti prinċipji regolaturi fundamentali għal dan il-kontest.", "Pero' aħna qed ngħidu li ma rridux inċaħħdu l- effetti ċivili liċ-ċittadini Maltin li ottjenew l- annullament taż-żwieġ reliġjuż tagħhom, purche' jiġu garantiti ċerti aspetti importanti fis- sistema ġuridika Maltija.", "Mela permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u tal-ftehim li għamilna ridna li nwasslu dan l-istat ta' fatt, jiġifieri li dawk il-koppji Maltin li għandhom iż-żwieġ tagħhom annullat mill- Awtoritajiet Ekklesjastiċi ikollhom dak l-annullament rikonoxxut mill- istat.", "Allura għax qegħdin nagħmlu dan, qisna morna għaż-żmien tal-Medju Evu?", "X'hemm medjevali f'dan?", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin ngħidu bl- iktar mod ċar - biex ma jkunx hemm ekwivoċi - illi f'dan il-kontest, purche' jkunu salvagwardati ċerti prinċipji fondamentali, aħna nirrikonoxxu l-annullament ta' dawk iż-żweġijiet dikjarati nulli mill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi.", "Dak li aħna nagħtu fil-kontest ta' tant pajjiżi oħrajn, ma nagħtuhx fil-kontest ta' xi ħaġa li għandha iktar rabta minn pajjiż, li hija l-konvinċiment reliġjuż ta' bniedem?", "U permezz ta' l-Abbozz ta' Liġi li qed inressqu quddiem din il- Kamra, qed nipprovaw nimxu ma' ċerti prinċipji.", "Sur President, aħna qegħdin inkunu ferm attenti li meta niġu għas- sitwazzjoni in kwestjoni, ċerti prinċipji jridu jiġu regolati.", "Il-Qorti ta' l-Appell tirreġistra dik id-deċiżjoni billi tagħti digriet li bih tiddikjara deċiżjoni bħala esegwibbli f'Malta.", "Pero' dak id-digriet m'għandux jingħata kemm-il darba l-Qorti ta' l-Appell ma tkunx sodisfatta illi:", "\"it-Tribunal kien kompetenti jiġġudika l-każ ta' nullita' ta' żwieġ sakemm dan iż-żwieġ kien Żwieġ Kattoliku; u", "matul u waqt il- proċedimenti quddiem it- Tribunal il-partijiet tgħarrfu sew bid-dritt tagħhom ta' azzjoni u ta' difiża b'mod sostanzjalment mhux differenti mill- prinċipji tal-Kostituzzjoni ta' Malta; u", "ma jkunx hemm xi sentenza kuntrarja minn xi qorti li tkun torbot lill- partijiet, u li tkun saret res judicata, ibbażata fuq l-istess raġuni ta' nullita'; u", "fil-każ ta' żwieġ ċelebrat f'Malta wara l-11 ta' Awissu, 1975, ikun intbagħat jew ġie trasmess fir-Reġistru Pubbliku l- Att taż-Żwieġ stipulat b'dan l-Att; u", "fil-każ ta' deċiżjoni mogħtija fis-16 ta' Lulju, 1975, jew wara, iżda qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan l-artikolu, it-talba għar- rikonoxximent tiġi preżentata sew mir-raġel kif ukoll mill-mara; jew meta tiġi preżentata minn parti miżżewġa waħda biss tkun sodisfatta li l-parti miżżewġa l-oħra ma topponix għar-reġistrazz- joni tad-deċiżjoni.\".", "Imbagħad hemm eżaminat aspett partikolari.", "Imma x'inhu l- iskop ta' dak li qed ngħid jien?", "Il-Qorti tagħna, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, se tagħti l-esegwibilita' għal dik is-sentenza fil-ħarsien ta' ċerti prinċipji fundamentali fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Il- prinċipji huma dawk li jien elenkajt apposta hawnhekk ħalli nkunu speċifiċi u allura l- esegwibilita' ta' dik is- sentenza tal-Tribunal Ekklesjastiku tiġi in forza tal-ħarsien ta' dawk il- prinċipji.", "F'dawk iċ- ċirkostanzi biss il-Qorti ta' l-Appell tirreġistra dik is- sentenza.", "Mela aħna, x'qegħdin verament nagħmlu?", "Aħna qed nirrikonoxxu r-realta' soċjali li għandu l-pajjiż li qed tinħass minn mijiet ta' ċittadini Maltin.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi rridu li nirranġaw sitwazzjoni li ż- żmien uriena li jeħtieġ li tiġi sistemata.", "Aħna la qegħdin immorru lura għall-epoka tal- Medju Evu, la għall-epoka ta' Biżanzju u lanqas għall-epoka iktar viċina ta' l-Ayatollah.", "M'aħna nagħmlu xejn minn dan kollu.", "Li qegħdin nagħmlu huwa li sempliċement nirrikonoxxu l- aġir ta' ċittadini Maltin li għamlu ċertu għażla u għandhom ċerta sentenza fil-konfront tagħhom, purche' dik is- sentenza għandha l-parametri li llum ipprovajt nispjega lill- Kamra.", "Aħna nixtiequ naraw li din is- sitwazzjoni tiġi konsidrata esegwibili f'Malta.", "Aħna ma tajna l-esklussivita' lil ħadd u rrikonoxxejna r- realta' soċjali, jiġifieri ż- żwieġ reliġjuż ċelebrat hawn Malta.", "U mhux biss irrikonoxxejna dan, imma qed nagħtu wkoll l-esegwibilita' ta' sentenza ta' nullita' fl- isfond tal-ħarsien tal- prinċipji bażiċi tal-liġi ta' Malta.", "Mela l-għaqdiet favur id-drittijiet ta' l-irġiel u għaqdiet oħra jistgħu jipprotestaw ...", "Jien nirrispetta lil kulħadd u trid tirrispetta l- argumenti li jġib kulħadd, anke jekk ma taqbilx magħhom, pero' ma jistgħux jgħidu li aħna, b'dan il-metodu u fil-ħarsien ta' dan li qed ngħidu, b'xi mod naqqasna d- drittijiet ta' xi ħadd.", "Aħna qegħdin nagħtu d-drittijiet u mhux innaqqsuhom, qed inħarsu d-drittijiet u mhux nimminimizzawhom, qegħdin nirreġistraw drittijiet akkwiżiti u mhux inħassruhom.", "Dan hu l-iskop kollu ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, imbagħad hemm aspett li jirrikjedi spjegazzjoni ta' loġika warajh.", "Dan hu l-każ meta żewġ konjugi jagħżlu li jiżżewġu - għax għandhom id-dritt ta' l-għażla - bis-sistema reliġjuża għall- effetti kollha - kemm tar- reliġjon tagħhom u kemm għall- effetti ċivili - u tqum kwestjoni bejniethom dwar il- validita' taż-żwieġ tagħhom u parti tkun trid tannulla ż- żwieġ tagħha.", "Jekk it-tnejn għażlu r-rit reliġjuż, dawn għażlu li jiġi regolat bit- Tribunal Ekklesjastiku.", "Issa jekk it-tnejn jgħidu li allavolja għażlu t-Tribunal Ekklesjastiku, jaqblu li jmorru quddiem it- Tribunal Ċivili għall-annullament, jistgħu jagħmlu dan.", "Jekk parti tgħid li trid tmur quddiem it- Tribunal Ekklesjastiku u mhux it-Tribunal Ċivili, billi oriġinarjament it-tnejn kienu għażlu s-sistema Ekklesjastika, wieħed ma jistax unilateralment iwaqqa' dak li kien miftiehem bilateralment.", "Jista' jkun li ħadd minn dawn it-tnejn ikun beda l-proċeduri quddiem it- Tribunal tal-Qorti Ċivili u l- ieħor jgħid: La aħna t-tnejn intrabatna li mmorru quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku u quddiem it-Tribunal Ċivili u qbilna li tiġi regolata s- sistema Ekklesjastika, wieħed kif jista' jaqbad u jħassar il- volonta' tagħna t-tnejn?", "F'dan il-kontest, aħna qgħadna attenti ħafna li ngħidu - u huwa importanti li wieħed jirrealizza x'qed isir - li jekk wieħed jitlob l- annullament, imur quddiem it- Tribunal Ekklesjastiku.", "Jekk parti mill-koppja li tiżżewweġ bil-Knisja tressaq l-azzjoni quddiem it-Tribunal Ċivili u l- parti l-oħra tkun trid tagħmel kawża biex iġġib l-annullament quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku, il-Qorti tieqaf hemm.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nerġa' nirrepeti ftit ħalli l- affarijiet ikunu ċari.", "(Interruzzjonijiet) Dak huwa li qegħdin ngħidu aħna.", "Naħseb li l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qed jgħid li jekk ir- raġel, per eżempju, ikun għamel kawża quddiem it-Tribunal Ċivili u l- mara tgħid li ż- żwieġ ikun validu ...", "(Interruzzjonijiet) Intom għidtulna li aħna morna lura għaż-żmenijiet ta' l-Ayatollah, għaż-żmien tal- Medju Evu u għall-epoka tal-Biżantini.", "Imma aħna għamilna xi ħaġa ħażina b'dan li qed nagħmlu?", "Dażgur li le!", "Aħna għamilna tajjeb.", "Aħna qegħdin ngħidu li jekk ikun hemm xi ħadd li jkun irid jikkontesta, jista' jikkontesta fil-Qorti, u jekk xi ħadd ikun irid li n-nullita' taż-żwieġ tiegħu tiġi regolata mill-Knisja Kattolika li jkun iżżewweġ taħtha, allura f'dak il-każ jista' jmur hemm.", "Dan hu li qed nipprovaw ngħidu.", "Hawnhekk tibda tinduna li forsi hawn nuqqas ta' kjarezza.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nipprova infiehem ftit b'mod ċar x'hemm f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jiena ma rridx li jkun hemm misconceptions jew li nagħtu impressjonijiet żbaljati ta' xi esklussivita' meta aħna m'aħna qed nagħtu ebda esklussivita'.", "Aħna qed inħarsu l-volonta' tal-konjuġi u qed ngħidu li dawk li jridu jiżżewġu ċivilment għandhom id- dritt li jagħmlu dan il-metodu u dawk li jridu jiżżewġu bis- sistema reliġjuża, għandhom id- dritt li jagħżlu din.", "Jekk imbagħad ikun hemm xi kwestjoni u ż-żwieġ ta' dawk li jagħżlu li jiżżewġu bil-Knisja jiġi dikjarat null mit-Tribunali Ekklesjastiċi, aħna qed ngħidu li dak se jkun esegwibbli anke f'pajjiżna, basta jiġu mħarsin ċerti prinċipji li huma importanti għas-sistema kostituzzjonali tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Iva, se nirrikonoxxuhom u se nirrenduhom esegwibbli - biex nuża l-kliem preċiżi tal-liġi - imma l-Qorti ta' l-Appell trid tkun sodisfatta li ġew imħarsa ċerti prinċipji importanti.", "MR SPEAKER: Onorevoli, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Iva, nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l- Aġġornament tal- Kamra għal nhar l-Erbgħa, 17 ta' Frar, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il- Meetings Pubbliċi - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir- Ratifika tal-Liġi tal- Baħar - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Karti ta' l- Identita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tal- Mewt u tad-Donazzjoni - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Guido De Marco.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, il-bieraħ waqt l- Aġġornament qgħadt attent ħafna nisma' lill-kollega tiegħi l- Onor. George Vella kemm għall- mod kif tkellem u iktar u iktar għall-kontenut ta' dak li qal.", "U għalhekk issa nixtieq li nkunu daqsxejn preċiżi.", "L- ewwelnett jien noqgħod attent ħafna - u dan nattribwih għat- training tiegħi bħala avukat - għad- differenza bejn allegazz- joni, investigazzjoni, akkuża u ħtija.", "Ma nixtieqx li min ikun qed jiġi sempliċement investigat naslu għall- konklużjoni li dan il-bniedem huwa ħati.", "Alla biss jaf kemm iġġellidt kawżi fuq dan il- prinċipju tant importanti u jista' jkun min ikun għaliex ma nħobbx li bniedem jiġi mtebba' jekk m'għandux dikjarazzjoni ta' ħtija.", "Issa jien qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex saru diversi referenzi għal individwi barra minn Malta li b'xi mod jew ieħor huma implikati f'xi sitwazzjoni li qed tiġri fil-pajjiż viċin tagħna, l-Italja.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex ma nixtieqx li aħna nibdew insegwu t-tip ta' mentalita' li nagħmlu sentenzi permezz tar-radju jew tat-televiżjoni billi ġġib bniedem ripetutament fuq it- television b'mod li timplika li bniedem huwa ħati ta' xi ħaġa, meta ħafna drabi lanqas biss ikun akkużat, imma jkun qed jiġi investigat.", "Dan mhuwiex korrett fih innifsu u naħseb li bħali, l-Onor.", "George Vella, jħares lejn dan il-prinċipju bħala prinċipju importanti ħafna għal stat ċivili dwar kif aħna nirregolaw ruħna u ħajjitna.", "Jekk wieħed iħares lejn is- sitwazzjoni fl-Italja, isib li numru kbir ta' industrijalisti jew imprendituri Taljani huma b'xi mod involuti f'dawn l- investigazzjonijiet.", "Hawnhekk għandna noqogħdu attenti li mhux għaliex dawn il-kumpanniji kbar li għandhom isem internazzjonali u nazzjonali kienu f'Malta, qegħdin f'Malta jew għada pitgħada jistgħu jkunu f'Malta, naqbdu u nagħmlu preġudizzji bla bżonn.", "Jiena forsi wieħed minn dawk li l- aktar ninsisti għat-trasparenza, kemm fil-politika u aktar u aktar fl-għoti ta' kuntratti u aspetti simili bħal dawn.", "U forsi waħda mill-aktar affarijiet tajba li introduċiet din l-Amministrazzjoni hija li l-kuntratti jinfetħu pubblikament.", "Għaliex għalkemm dan mhuwiex is-salvagward finali, huwa metodu ta' kontroll fih innifsu.", "Huwa tajjeb li dawn it-tip ta' tranżazzjonijiet allavolja f'aspetti kummerċjali, kemm jista' jkun issir b'mod trasparenti fl-interess ta' kulħadd.", "Hawnhekk irridu nkunu ċari ħafna.", "Il-konċett tat- tangenti jagħmel ħsara kbira fil-ħajja politika, ekonomika u soċjali ta' kull pajjiż għaliex hija sistema li tnawwar minn ġewwa kwalunkwe pajjiż.", "L-idea li biex takkwista permess jew kuntratt hemm bżonn ixxaħħam jew tagħti xi flus, naħseb li hija idea li tagħmel ħsara lill-iżvilupp ta' kull pajjiż.", "Naturalment mhux il-kompitu tagħna li ngħaddu ġudizzji fuq affarijiet u forsi wieħed jgħid li f'xi pajjiżi din donnha saret sistema aċċettata b'mod taċitu.", "L-aħħar ħaġa li għandna nagħmlu hija li ngħaddu ġudizzji fuq ħaddieħor, pero' naħseb li huwa importanti li bħala linja politika, kemm tal- Gvern kif ukoll ta' dan il- pajjiż, nikkonsidraw is-sistema tat-tangenti bħala sistema li tnawwar u tneħħi l-fiduċja fil- klassi politika ta' pajjiż.", "Aħna kommessi għal dan u naħseb li ħadd minna m'għandu jkollu dubju dwar dan il-punt.", "Aħna ma rridux naqbdu u nqisu bħala ħati lil min qed jiġi investigat u ma nistgħux naslu għal konklużjonijiet minn dak li nisimgħu fuq ir-radju jew li naqraw fil-ġurnali.", "Per eżempju, ili ħafna nisma' fuq l-Onor.", "Craxi, pero' ma nistax ngħid li xi darba smajtu jammetti xi ħaġa, u m'inix informat li ammetta.", "Pero' anke kieku dawn l-allegazzjonijiet huma minnhom, aħna għandna neħduha kontra nies li mill-1960 'l hawn ikkontribwew ħafna fil- qasam tat-turiżmu ta' pajjiżna?", "Voldieri kieku stess dawn huma fatti, dawn jimpinġu kontra min għal aktar minn 30 sena ta kontribut pożittiv fil- qasam tat-turiżmu Malti, partikolarment fl-iżvilupp tat- turiżmu f'Għawdex?", "Naturalment kull min jagħmel investiment jagħmlu biex jaqla' l-flus u mhux biex jitlef, imma pajjiżna verament jeħtieġ l-investiment għal diversi raġunijiet.", "Qed ngħid hekk għax ma nixtieqx li bi kliem provokat mill- korrettezza tal-ħsieb - għax irrid inkun leali anke lejn il- kollega tiegħi, l-Onor.", "George Vella, u huwa importanti li nkunu leali reċiprokament - ...", "Il-ħsieb huwa li jkollna l- indafa fil-politika u rridu li l-ebda aspett ta' tangentopoli - qed nuża din il-kelma ormai ġdida imma li issa hija aċċettata fil-vokabolarju - ma jersaq b'xi mod lejn pajjiżna.", "Anke jekk kien hawn xi sistema bħal din eżistenti f'pajjiżna ...", "Aħna għandna r-responsabilita' kollha li naraw li dan ma jiġrix f'pajjiżna u naħseb li ż-żewġ partiti fehmu din ir- responsabilita' fl-aġir tagħhom - għax aġir bħal dan hu ta' ħsara għal pajjiżna.", "Pero' mbagħad ma rridux niġbdu serje ta' konklużjonijiet kif, fil- fehma tiegħi, għamel l-Onor.", "Vella l-bieraħ.", "Issemma l-każ ta' Roberto Memmo li għandu x'jaqsam mal- proġett ta' Chambray.", "Jien ma nafux, naf biss dak li qrajt fuqu, u lanqas qatt rajtu f'ħajti.", "U għaliex ma nafux ma nistax ngħid li hu raġel mill- aħjar.", "Il- ġudizzju tiegħi f'dan il-kontest hu irrelevanti.", "Rigward il-kuntratt li kien hemm, naħseb li kulħadd jaqbel li dak il-kuntratt ġie dibattut hawnhekk bl-aktar mod ampju u sħiħ f'din il-Kamra.", "Mingħalija kien se jiġi dibattut fi żmien iqsar pero' donnu dan il-Parlament ried aktar żmien biex jippronunzja ruħu fuqu, kif jaf l-Onor.", "Vella.", "Jien nista' ngħid li l- Parlament sostanzjalment ried iżjed żmien biex jiddibatti dak il-kuntratt u għalhekk ħa ż- żmien kollu li deherlu li għandu jieħu biex jiddibattih.", "La saru giljottini u lanqas motions of closure għaliex hekk għandu jsir.", "Mod tajjeb ta' kif qed jaġixxi dan il- Parlament hu li kull naħa f'dan il- Parlament qed taġixxi b'sens kbir ta' responsabilita'.", "Jien m'inix qiegħed nikkritika lill- Oppożizzjoni għaliex dehrilha li jrid ikollha aktar żmien biex tivventila l-ħsebijiet u l-problemi tagħha.", "Naħseb li kulħadd irid il- ġid ta' artna, kulħadd irid illi t-turiżmu, partikolarment f'Għawdex, jikber.", "Il-pjan ta' Chambray kien ilu jiġi dibattut għal ħafna żmien taħt iż-żewġ Amministrazzjonijiet għax kulħadd irid li Chambray jirnexxi.", "Għalhekk aħna mhux qed nitkellmu fuq xi ħaġa li ma nixtiqux.", "Chambray għandu potenzjal turistiku enormi għall-gżejjer tagħna.", "Issa ntqal li Memmo kien mażun, pero' jien ma nafx x'inhu.", "Jien nassumi li dan huwa finanzjier tajjeb.", "Jien ma qrajtx li dan jirriċikla flus ħżiena, kif qal l-Onor.", "George Vella.", "Allura Fiorini, il-financial advisor ta' Craxi neċessarjment qed jgħid il- verita'?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, la aħna u lanqas tan- naħa l-oħra ma rridu li ma' l- iżvilupp ta' Malta jkun hawn imċappsin nies bħal dawn.", "Għalhekk minflok noqogħdu nopponu lil xulxin, għandna nagħmlu l-indaġini tagħna.", "Il- Prim Ministru qal li m'għandux fiduċja f'min ikun f'xi setet sigrieti, u aħna naqblu ma' dan.", "Jien kieku lanqas negozju magħhom ma nagħmel.", "F'dan l- ispirtu qed nitkellem jien.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Skond il-\"Panorama\" bejn l-1977 u l-1978 dan kien ...", "Jien nemmen li aħna għandna noqogħdu attenti - u l-Onor.", "Vella kien attent - li ma ngħaġġlux biex nagħmlu ċerti konklużjonijiet u nitfgħu dellijiet bil-mod kif forsi setgħu ntefgħu.", "Fuq stazzjon tar-radju partikolari - mingħalija fuq Radio 101 - jien u l-Onor.", "Vella ħadna parti f'diskussjoni dwar il- klassi politika tagħna.", "Jien konvint li l-klassi politika Maltija, bl-eċċezzjonijiet li jkun hemm - u anke fl-istorja tal- Papiet u fl-aqwa professjonijiet nobbli hemm l- eċċezzjonijiet - hija klassi dedikata li tat lill-pajjiż u li qed tikkontribwixxi għal dan il- pajjiż.", "Jekk dan il-pajjiż mexa l-mixja tiegħu f'dawn l- aħħar snin kollha - qed nirreferi għall-milja ta' dawn is-snin fejn il-Malti kellu r- responsabilita' għat-tmexxija ta' artu - dan huwa grazzi għall-politiċi Maltin.", "U l- klassi politika m'għandhiex bżonn li nħammġuha jew li nitfgħu dellijiet fuqha.", "Jien nemmen li l-klassi politika hija klassi ta' nies dedikati għal artna u hemm bżonn li din il-ħaġa nemmnuha aħna stess u nkunu aħna l-iktar nies konvinti f'dan il-konċett.", "Jien nemmen li l-klassi politika hija klassi tajba għalkemm għandha wkoll id- difetti tagħha, u forsi jiena l-iktar wieħed fostkom li għandi difetti.", "Pero' naħseb li l- onesta' politika tagħna lkoll hawnhekk hija above reproach.", "Issemma wkoll hawnhekk dak li qal il-Prim Ministru fuq l- għoli tal- ħajja.", "Il-Prim Ministru qal li l- iżvalutazzjoni tista' ġġib xi żieda fil- prezzijiet ta' xi oġġetti, pero' l-għażla li kellu dan il-Gvern hija l- għażla li kellu l-Gvern ta' qabel, u li m'għamilhiex.", "U hawnhekk qed nirreferi għall- iżvalutazzjoni tal-lira Maltija.", "F'sitwazzjoni fejn kien hemm żvalutazzjoni fil- lira Taljana, fil-peseta Spanjola, fil-lira Ingliża u fl-escudo Portugiż - li huma relevanti ħafna għalina, kemm għal dak li jirrigwarda n- negozju ma' l-Italja, kif ukoll għal dak li jirrigwarda t- turiżmu, li ħafna minnu jiġi mill-Ingilterra, u Spanja u l- Portugall huma kompetituri tagħna - l-għażla kienet li jew jiżdiedu l- prezzijiet ta' xi oġġetti, jew ikun hawn in-nies qegħda.", "U kif qal il-Prim Ministru stess, l-għażla li għamilna kienet li jiġu salvati l-impiegi tan- nies għaliex, kif qal l-istess Onor. Alfred Sant, jekk in-nies jibdew jaħdmu four-day week tkun qed tnaqqsilhom aktar minn 20% mill-paga tagħhom, jiġifieri tkun qed tgħolli l-ħajja b'20%.", "Meta tħalli lil dawn in-nies qegħda tkun qed tgħolli l- ħajja daqs il-fatt li m'għandux il- paga.", "Voldieri dan hu li qal il-Prim Ministru, u naħseb li dan huwa ġudizzju u responsabilita' politika li trid tiżinhom qabel teħodhom.", "Imma jien konvint li kieku l- Onor. Vella jew il-Kap ta' l- Oppożizzjoni preżenti kienu fil-gvern, probabbilment kienu jaslu għall-istess konklużjoni fid-dawl ta' l-iżviluppi internazzjonali ta' madwarna.", "Jien ma nsib xejn ħażin li ssir il-kritika għaliex kif jgħidu l-Ingliżi, a strong Opposition makes a strong Government, u aħna rridu li nkunu a strong Government, jiġifieri rridu li jkollna Oppożizzjoni b'saħħitha, pero' fil- lealta' reċiproka u fil-komprensjoni ta' dak li nkunu għidna.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li nixtieq illi dan il- pajjiż ikompli l-mixja tiegħu 'l quddiem.", "Jien nemmen li llum iż-żewġ naħat saru jemmnu - forsi iktar minn qatt qabel u forsi minħabba l-esperjenzi ta' qabel - fil- bżonn għat- trasparenza fil-politika.", "L- Onor. Vella qal ukoll li għandu jkollna kumitati tal-Kamra b'enfasi partikolari f'dan il- kontest.", "Jien naqbel li għandu jkun hemm public accounts committee u fil-fatt qed inlesti t-triq biex dan ikun jista' jsir.", "L-Onor.", "Vella japprezza li hemm ċerti dettalji li rridu narawhom biex dawn l-affarijiet nibdewhom tajjeb, u naturalment 'il quddiem ninforma kemm lill- President tal-Kamra u kemm lill- kollega tiegħi l-Onor.", "Vella dwar dak li nkunu ppjanajna.", "Pero' għandna nimxu 'l quddiem billi nibżgħu għal isimna u għandna nkunu aħna li nħarsu l-kontribut tal- politika f'Malta mhux biss billi naqbżu għal xulxin fis- sens korrett tal-kelma, imma fis-sens li bl-aġir tagħna, il- poplu tagħna jirrealizza li l- klassi politika li għandu tirrifletti tajjeb fuq il- votanti tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, irrid nagħmel referenza għall- Aġġornament li sar fit-2 ta' Frar meta tkellem l-Onor.", "Joe Debono Grech.", "L- ewwel ħaġa li qal kienet li qed nagħmlu diskriminazzjoni politika għaliex fejn joqogħdu n-Nazzjonalisti tajna it- tarmac, imbagħad inqabżet xi biċċa triq u lil xi ħaddieħor għamilnilu l-bankina.", "Jien ma nafx għal fejn kien qed jirreferi, ħlief għall-eżempju li semma, pero' żgur li m'hemm imkien li nagħtu t-tarmac fejn hemm in-Nazzjonalisti u mbagħad naqbżu fejn m'hemmx Nazzjonalisti.", "L-ewwelnett, hawn nies li ma tkunx taf humiex Nazzjonalisti jew le, u lanqas irrid inkun naf x'inhuma.", "Pero' żgur li dan mhuwiex il- mod kif isiru l-affarijiet.", "Għamel ukoll referenza għal xi xogħol f'bankina li saret quddiem id-Dolphin Supermarket, Ħal Balzan.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li kontra l-impressjoni li ta hu, ix-xogħol ta' surfacing li sar hemmhekk - li mhuwiex tip ta' madum kif qal hu imma huwa speċi ta' imprinting fuq il-concrete - sar mid-ditta mqabbda mis- sidien tas- supermarket stess u mhux mill-ħaddiema tal-Gvern.", "Il-Gvern għamel parti mix- xogħol fejn kien hemm bankina li kellha problemi ta' livelli u parti mix-xogħol fejn ma kienx hemm bankina.", "Fil-fatt ipprovda l-concrete kif isir normalment kieku saret il- bankina.", "Pero' fejn ingħata konkos ġdid fejn diġa' kien hemm qabel u sar dak il-proċess ta' imprinting fuq il- concrete, dan sar għas-spejjeż tas-sidien tas-supermarket.", "Infatti għandhom xogħol ieħor bħal dan ġewwa u allura lill-Onor.", "Debono Grech nista' nserraħlu moħħu li l-Gvern għamel biss spejjeż daqslikieku kienet se ssir bankina normali u x-xogħol li kien hemm bżonn isir minn ditta privata biex sar dak it- tip ta' texture ta' imprinting fuq il-concrete ħallas ħalih proprju s-sid tas-supermarket.", "Forsi l-Onor.", "Debono Grech għamel id- domanda b'mod sarkastiku, pero' l-verita' hija din.", "Jiena nista' ngħidlu li żgur li lanqas jidħlilna f'moħħna li noqogħdu nagħmlu dawn it-tip ta' bankini li jiswew aktar flus biex naqdu lil xi hadd, ħabib tagħna jew mhux, kif qal hu.", "Mr Speaker, dak inhar għamel xi referenza wkoll għall-plots f'Tal-Qattus u qal li s-sidien irċevew avviż mingħand il- Housing Authority fejn ġew mgħarrfa li jekk ma jibnux sat- tali ġurnata, jeħdulhom il- plot.", "Jista' jkun li ġara hekk.", "F'Tal-Qattus kien hemm problemi ta' nies li ppretendew li jingħataw xi tip ta' kumpens jew akkommodazzjoni, jiġifieri xi kmamar jew xi ħaġa alternattiva għal dak li kellhom.", "Meta jkollna dan it- tip ta' problemi li minħabba proġett se taqla' lil xi ħadd minn fejn qiegħed, aħna kemm jista' jkun ma nimxux bid-daqqa tas-sejf imma nipprovaw nipperswadu lil dak li jkun li l-affarijiet nagħmluhom bid- djalogu.", "Naħseb li jirnexxielna nagħmlu dan għalkemm indumu ftit aktar biex nagħmlu l- affarijiet mingħajr ma nurtaw kemm jista' jkun lin-nies.", "Jista' jiġri li jkun hemm xi ħadd li jkun ingħata plot ta' l-HOS u ma jkunx jista' jibni, il-plot ma jkunx jista' jutilizzaha mill-ewwel, u għalhekk wieħed dejjem irid jipprova jibbilanċja t-talbiet ta' naħa mat-talbiet ta' naħa oħra.", "Nassigura lil kulħadd li meta jkun hemm dawn il- problemi, nieħdu ħsiebhom mill- ewwel.", "Issa li għamilna riformi fid- Dipartiment tax-Xogħlijiet, qed naħdmu biex nipprogrammaw l- affarijiet.", "Per eżempju, fil-Cottonera, il-foreman tad- distrett kien ikollu ħafna talbiet u pressjonijiet mingħand inkwilini ta' proprjeta' tal-Gvern dwar tiswijiet.", "Il-fatt li sseparajna din il-funzjoni tal- Public Works u l-manutenzjoni tal-postijiet tal-Gvern tajnieha lid- Dipartiment tal- Manutenzjoni tal-Housing, diġa' qed tħalli effett pożittiv, għaliex issa l-foreman tad- distrett huwa fil-liberta' li jagħmel xogħlijiet oħra li qabel minħabba l-pressjoni tan- nies ma kienx ikun possibbli li jsiru.", "Rigward it-toroq, kif diġa' għidt, qed jitħejja programm ta' riabilitazzjoni.", "Bħalissa qed nagħmlu surveys dwar liema huma t-toroq li għandhom l-iktar bżonn ta' riabilitazzjoni u ladarba nissetiljaw l-affarijiet u jingħataw xi tenders li nħarġu, jekk Alla jrid, mix-xahar id- dieħel inkunu nistgħu nibdew dan il-programm.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 17 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl- agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Valletta,Due Balli,Trasport pubbliku schs,Valletta,Due Balli,Trasport pubbliku falm,Valletta,Due Balli,Trasport pubbliku VALLETTA: DUE BALLI - BUS SHELTER", "4245.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jidhirlu l- Ministru li għandha ssir bus shelter in-naħa tad-Due Balli jew fejn Sant'Iermu l-Belt Valletta biex in-nies, l-aktar l-anzjani jistkennu sew, huma u jistennew il-karozza Nru. 98 ġejja tiġborhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- dipartiment koncernat kien diga' kkonsidra w approva l- bini ta' bus shelter fl-inhawi msemmija u dan gie nkluz sabiex isir ma' xoghol iehor simili f'lokalitajiet ohrajn.", "Valletta,Marsamxett,Tindif schs,Valletta,Marsamxett,Tindif falm,Valletta,Marsamxett,Tindif VALLETTA: MARSAMXETT - TINDIF", "4246.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se tiġi mnaddfa l-akwata ta' Marsamxett il-Belt Valletta fejn il-pitch tal-waterpolo mill-ħmieġ, mandra u ntejjen li dwaru hemm ilmenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- post indikat mill-Onor.", "Membru jitnaddaf regolarment.", "Ma jirrizultalix li hemm xi lmenti partikolari dwar hmieg hemmhekk.", "Valletta,Triq Karri,Tindif schs,Valletta,Triq Karri,Tindif falm,Valletta,Triq Karri,Tindif VALLETTA: TRIQ KARRI - TINDIF", "4247.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: F'liema stadju ta' progress jinsab ix-xogħol ta' rranġar, tindif u ta' żamma ta' ndafa fi Triq Karri, il- Belt?", "Kemm ilha miftuħa l- lavatory għaż-żewġ sessi fl- imsemmija triq kif wiegħed il- Ministru permezz ta' risposta li tani?", "Kemm ġie jiswa x- xogħol u fiex kien jikkonsisti x- xogħol ta' konverżjoni tal- lavatory għal waħda li tintuża miż-żewġ sessi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- latrina fi Triq Karri, l-Belt ghadha ma nfethitx anke jekk issa hafna mix-xoghol tlesta u huwa mahsub li tinfetah dalwaqt.", "Din il-latrina qabel kienet ghall-irgiel biss filwaqt li issa nqasmet fi tnejn, parti ghall-irgiel u parti ghan-nisa.", "Dan involva certu xoghol izda huwa korrett li jinghad li sar hafna xoghol iehor li kien ikollu jsir anke kieku din il- latrina baqghet ghall-irgiel biss.", "Dan ix-xoghol kien jinkludi sistema gdida ta' 'drains', kisi tal-hitan bi 'bricks' ghal kontra l-umdita' u xoghol iehor simili biex jittranga l-post ghal wiehed ta' kwalita' ahjar milli kienet qabel.", "Meta jitlesta x-xoghol kollu nkun f'pozizzjoni li naghti t- total finali ta' l-ispejjez li saru.", "Ghaqda Kittieba Sportivi cilj,Ghaqda Kittieba Sportivi frem,Ghaqda Kittieba Sportivi SPORTS WRITERS ASSOCIATION", "6809.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Il- Ministru se jagħti l-10 ijiem leave bi ħlas għal attivitajiet sportivi barra minn Malta li ta għall-qasam tal-kultura, lill-membri ta' l- iSportwriters Association li huma impjegati tal-Gvern biex huma wkoll jkunu jistgħu jaqdu dmirhom bla ma jbatu finanzjarjament?", "Kemm hemm impjegati simili ma' l-isportswriters Associa- tion?", "Min huma?", "Fejn jaħdmu u ta' liema ġurnali/mezzi tax- Xandir huma korrispondenti separatament?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Rigward l-ewwel parti tal- mistoqsija, l-Ministeru tiegħi qed jistudja l-possibilita' biex il-kittieba/ kummentaturi/ ko- ordinaturi sportivi wkoll jingħataw leave bi ħlas waqt li jkunu mpenjati jirrapportaw attivitajiet sportivi nternazzjonali barra minn pajjiżna.", "Għat-tieni parti tal- mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Ministeru m'għandux din l-informazzjoni.", "Kampjonat Dinji tas-Snooker cilj,Kampjonat Dinji tas-Snooker frem,Kampjonat Dinji tas-Snooker WORLD SNOOKER CHAMPIONSHIPS", "6810.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kemm kien hemm impjegati tal-Gvern jew korpi parastatali li kienu involuti fl- organizzazzjoni tal-World Snooker Championships li saru dan l-aħħar f'pajjiżna?", "Ingħataw leave bi ħlas biex ikunu jistgħu jipparteċipaw/ jorganizzaw dan l-avveniment?", "Saret talba simili lill- Gvern?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kien hemm żewġ impjegati tal-Gvern li kienu nvoluti fl-organizzazzjoni tal-World Championships li saru dan l-aħħar u li għamlu talba biex jingħatw leave speċjali bi ħlas.", "It-talba tagħhom ma setgħetx tiġi milqugħa, għaliex iċ- ċirkulari ta' l- OPM 2/88 ma tapplikax għal avvenimenti internazzjonali li jiġu organizzati f'pajjiżna.", "Kien hemm erba' mpjegati ma' kumpanniji Parastatali li wkoll kienu nvoluti fl-organizzazzjoni bħala referees.", "Hija fil- gurisdizzjoni taċ- Chairman tal- kumpannija li jiddeċiedi jekk dawn jingħatawx leave bi ħlas jew le għal avvenimenti bħal dawn.", "Sports,Partecipazzjoni cilj,Sports,Partecipazzjoni frem,Sports,Partecipazzjoni SPORTS - PARTEĊIPAZZJONI", "6825.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Impjegati tal- Gvern/Parastatali li jieħdu sehem f'avvenimenti sprotivi internazzjonali f'Malta/barra minn Malta jingħataw leave bi ħlas bħala policy biex ikunu jistgħu jippartecipaw f'tali avvenimenti lokali u anke barranin?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Impjegati tal-Gvern li jieħdu sehem f'avvenimenti sportivi internazzjonali barra minn Malta jingħataw leave speċjali bil- ħlas.", "Dan il-leave beda jingħata lil dawn l-impjegati għall-ewwel darba f'pajjiżna minn Frar ta' l-1988 skond iċ- ċirkulari ta' l-Uffiċċju tal- Prim Ministru, Nru. 2/88.", "Dan il-leave jingħata biss għall-parteċipazzjoni f'avvenimenti sportivi barra minn Malta.", "Rigward l-impjegati ma' kumpanniji Parastatali, hija fil-ġurisdizzjoni ta' Chairman tal-kumpannija jekk jingħatax dan il-leave jew le.", "Bidnija,Shooting range cilj,Bidnija,Shooting range frem,Bidnija,Shooting range BIDNIJA - SHOOTING RANGE", "6826.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid lil min ġie allokat ix- xogħol għat-tibdil tax- shooting range fil-Bidnija għal wieħed ta' livell internazzjonali biex isiru fih il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar is-sena d-dieħla?", "Din l-allokazzjoni ingħatat permezz ta' tender?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'tenders intefgħu u minn min?", "Jekk fin-negattiv, għalfejn le?", "X'inhu x-xogħol rikjest biex ix-shooting range tal-Bidnija tilħaq tali livell?", "Kemm se jqumu tali xogħlijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ix- xogħol għat-tibdil tax-xhooting range fil- Bidnija għal wieħed ta' livell internazzjonali ġie allokat lid-ditta Bonnici Bros. Ltd ta' Burmarrad.", "Din l-allokazzjoni ġiet mogħtija permezz ta' tender, notice No. 229/92.", "It-tenders li ġew mitfugħa kienu minn:-", "EJV Borg Bros. Bonnici Bros. Ltd Bezzina Bros. Ltd Attard Bros. Co. Ltd Gatt Bros. Ltd S. Bezzina & Sons Ltd/OMI Design Tech.", "Ltd.", "Ix-xogħol rikjest biex is- shooting range tilħaq tali livell huwa bini ta' żewġ ranges ġodda, l-Electrical Mechanical Equipment, Cubicles għall- Controllers u Markers, 2 Skeet Houses, Main Supply System, Floodlighting etc.", "Ix-xogħol kollu skond it- tender huwa ta' Lm54,211.00,0.", "Universita,Fakulta' ta' l-Inginerija cilj,Universita,Fakulta' ta' l-Inginerija mifu,Universita,Fakulta' ta' l-Inginerija UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L- INĠINERIJA", "6827.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Veru li fakulta' ta' l-Inġinerija, Mekkanika u Elettrika għad m'għandniex bini għaliha fl- Universita'?", "Veru li din hija l-unika fakulta' f'tali pożizzjoni?", "Peress li llum din il- fakulta' m'għadhiex dipartiment fi ħdan il- fakulta' tax-xjenza, jidhirlu l-Ministru li dan huwa ġust?", "Veru li laboratorju ta' l-Inġinerija Elettrika għadu fil-bini tas-Sixth Form l- Imsida?", "Għalfejn il- laboratorju mhux fuq il-campus ta' l-Universita'?", "Veru li l-computer room bħalissa tinqasam ma' l- istudenti tal-BSC fil- computer studies?", "Jaf il-Ministru li mhix attrezzatta b'software efficjenti għal tali fakulta'?", "Jaf li n-network spiċċa nvażat bil-viruses?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6530.", "Il-Fakulta' ta' l-Inġinerija Mekkanika u Elettrika qatt ma kienet tagħmel parti mill- Fakulta' tax-Xjenza u l-bini ta' laboratorji qiegħed jitwettaq.", "Laboratorji li mhumiex fuq il-kampus jiġu phased out kif il-laboratorji ġodda f'bini modern jitlestew.", "Il-computers kollha li hemm fl-Universita' jingħataw attenzjoni regolarment, iżda t- teknoloġija ta' żmenijietna kultant tonqos ukoll.", "It- tmexxija tal-Fakulta' tieħu nteress kontinwu biex ittejjeb l-attrezzaturi meħtieġa u apparat qadim jinbidel meta jenħtieġ.", "Nipprovaw niskungraw il-virus kif ukoll in-nuqqas ta' attenzjoni u kollaborazzjoni.", "Skejjel,Konferenza tal-Kapijiet cilj,Skejjel,Konferenza tal-Kapijiet mifu,Skejjel,Konferenza tal-Kapijiet SKEJJEL - KONFERENZA TAL- KAPIJIET", "6828.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu l- konklużjonijiet li ntlaħqu fil- Headmasters Conference li saret dan l-aħħar għall-heads ta' l- iskejjel tal- Gvern?", "Il-Ministru ngħata rapport mill-imsemmija konferenza?", "X'kien?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Proprjament ma teżistix Headmasters' Conference.", "Il- laqgħa li organizza s-Sur Ciantar kienet inizjattiva tiegħu.", "Ta' Giorni,Tindif pubbliku bare,Ta' Giorni,Tindif pubbliku falm,Ta' Giorni,Tindif pubbliku TA' GIORNI - TINDIF PUBBLIKU", "7902.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' jkun hemm aktar tindif regolari ta' l- inħawi madwar il-blokki kollha tal-qasam tad-djar f'Ta' Ġiorni peress li l-kennies jidher fil- post darba fil-ġimgħa jew kull ħmistax u għalhekk ma jistax ilaħħaq ma' l-inħawi kollha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li qed isir ezami mill-gdid tar- roster tal- kenniesa fl-inhawi ta' San Giljan biex tkun tista' tinstab soluzzjoni ghall-problema ta' knis aktar spiss fl-area msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Tiswijiet bare,Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Tiswijiet falm,Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Tiswijiet TA' GIORNI: QASAM TAD-DJAR - TISWIJIET", "7903.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Meta se jsiru t- tiswijiet meħtieġa fis-saqaf ta' flat 16, Block F, fil-qasam tad-djar tal-Gvern f'Ta' Ġiorni?", "Kont diġa' ġbidt l-attenzjoni dwar dan is-saqaf u kulma sar s'issa kien li xi ħaddiema tal- Gvern marru taw titwila ... iżda wara ħallew kollox kif kien.", "Se jerġa' jiġri l- istess?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mill- ispezzjonijiet li saru ma jirrizultax li hemm bzonn xi xoghlijiet fl-appartament imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "Ta' Giorni,Qasam tad-djar,Zbir ta' sigra bare,Ta' Giorni,Qasam tad-djar,Zbir ta' sigra gatl,Ta' Giorni,Qasam tad-djar,Zbir ta' sigra TA' GIORNI: QASAM TAD-DJAR - ŻBIR TA' SIĠRA", "7904.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Hemm siġra kbira ma' Block C, fil-qasam tad-djar f'Ta' Ġiorni, li r-residenti rrapportaw kemm-il darba lill- awtoritajiet biex tiġi miżbura peress li mal-ħajt fejn qed tikber din is-siġra hemm il- wires tal-high tension li qegħdin fi stat ta' periklu għax jistgħu jinqatgħu jew jagħmlu ħsara fl-istruttura tal-bini.", "Meta se jinqatgħu z-zkuk ta' din is-siġra?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ix- xoghol sar.", "Lis-Sezzjoni koncernata qatt ma waslilha xi rapport dwar dan il-bzonn.", "Ta' Giorni,Tindif pubbliku bare,Ta' Giorni,Tindif pubbliku falm,Ta' Giorni,Tindif pubbliku TA' GIORNI - TINDIF PUBBLIKU", "7905.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Meta se titnaddaf l- għalqa ta' ħdejn il-bandli u l- inħawi ta' bejn Block E, u Block F, fil-qasam tad-djar f'Ta' Ġiorni, li jinsabu fi stat ta' abbandun u nfestati bil-ġrieden?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lis-Sezzjoni ta' l-Indafa Pubblika tara x'jista' jsir dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Gnien bare,Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Gnien falm,Ta' Giorni,Qasam tad-Djar,Gnien TA' GIORNI: QASAM TAD-DJAR - TINDIF TA' ĠNIEN", "7906.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat, imnaddaf u msebbaħ il-ġnien li kien hemm bejn Block F u Block G fil- qasam tad-djar f'Ta' Ġiorni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- qaghda hazina ta' l-area msemmija hija rizultat ta' vandalizmu u anke nuqqas ta' galbu mill-istess nies li joqoghdu fl-inhawi.", "Madankollu, tlabt lid- Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax- Xoghlijiet jara x'jista' jaghmel dwar it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Ghammieri,Haddiema farn,Ghammieri,Haddiema gatl,Ghammieri,Haddiema GĦAMMIERI - ĦADDIEMA", "7946.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7098?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: L-Onor. interpellant huwa mitlub jara t-twegiba li tajt ghad-domanda numru 7400 tat-12.1.93.Traffiku,Incidenti farn,Traffiku,Incidenti gall,Traffiku,Incidenti TRAFFIKU - INCIDENTI", "7947.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7384?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' nies li gew irrapportati li ddahhlu fid-Dipartiment ta' l-Emergenza minhabba incidenti tat-traffiku kienu hekk:", "1988 - 857 1989 - 1086 1990 - 789 1991 - 910 1992 - 899", "Ghall-bqija tal-mistoqsija l- informazzjoni ma tistax tingabar peress li ma ssirx distinzjoni bejn incidenti b' mutur jew b'karozza.", "L- istatistika kif inhi fil- prezent ma tippermettix lanqas li jigu mwiegba z-zewg partijiet l-ohra tal- mistoqsija.", "Bahrija,Esproprazzjoni ta' razzett farn,Bahrija,Esproprazzjoni ta' razzett falm,Bahrija,Esproprazzjoni ta' razzett BAĦRIJA: ESPROPRJAZZJONI TA' RAZZETT", "7948.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi l- post \"St Andrew Hse\" il-Baħrija l/o Rabat se jitwaqqa' minħabba li se tinfetaħ triq ġdida, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il- pożizzjoni ta' l- inkwilini?", "Se jinbnilhom il-post mill- Awtorita'?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ghadhom ma ttiehdu l-ebda passi ghall- esproprjazzjoni tar- razzett imsemmi biex dan ikun jista' jitwaqqa'.", "Naturalment, meta dan isir, l-inkwilini, jekk ikollhom dritt ghaliha, jinghataw akkomodazzjoni alternattiva.", "Bahrija,Ismijiet tat-toroq farn,Bahrija,Ismijiet tat-toroq falm,Bahrija,Ismijiet tat-toroq BAĦRIJA - ISMIJIET TAT-TOROQ", "7949.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jinformani dwar l-iżviluppi għall-mistoqsija parlamentari numru 7388 dwar l-ismijiet tat- toroq fil-Baħrija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Kumitat ghall- Ismijiet tat- Toroq se jaghmel spezzjoni fit-toroq tal-Bahrija qabel ma jiehu decizjonijiet dwar l-ismijiet tat-toroq tal- lokal.", "Dowty Malta Ltd,Tkeccija ta' haddiema farn,Dowty Malta Ltd,Tkeccija ta' haddiema mifu,Dowty Malta Ltd,Tkeccija ta' haddiema DOWTY MALTA LTD - TKECCIJA TA' ĦADDIEMA", "7950.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema mid- Dowty Malta Ltd?", "X'kienet in- natura tat-tkeċċija?", "Kemm minn dawn il- ħaddiema kienu rġiel miżżewġa u x'salarju kellhom mal-kumpannija?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Inter- pellant għat- tweġiba mogħtija għall-Interpellanza numru 6818.", "Fit-18 ta' Jannar, 1993 din il- kumpannija reġgħet għamlet ingaġġ ta' 36 mill-istess ħaddiema.", "Dingli,Dawl fit-toroq farn,Dingli,Dawl fit-toroq falm,Dingli,Dawl fit-toroq DINGLI - DAWL FIT-TOTOQ", "7952.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 7395, jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandu pendenti għall-istallazzjoni ta' bozoz f'Had Dingli?", "Fejn huma dawn it-talbiet u meta se jiġu stallati dawn il-bozoz?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- talbiet ghall-bozoz f'Had Dingli li ghadhom qed jigu kkonsidrati flimkien ma' talbiet ohra huma dawn:", "1.", "Triq Ellul Mercer 2.", "Ghassa tal-Pulizija Triq il-Kbira 3.", "'Antonia' Triq ir-Rabat 4.", "Il-playing field ta' Misrah Suffara 5.", "155 Triq C. Agius 6.", "231/220 Housing Estate Phase II 7.", "St. Mary Farmhouse tal-Wata limiti ta' Had Dingli 8.", "Tal-Hbula limiti ta' Had Dingli.", "Iraq,Refugjati calr,Iraq,Refugjati demg,Iraq,Refugjati IRAQ - REFUĠJATI", "7994.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Kemm hawn eżattament familji mill-Iraq li ġew aċċettati mill-Gvern bħala refuġjati?", "Billi fuq stazzjoni tar-radju lokali ntqal minn persuna li ħafna minn dawn il- familji qed ibatu l-ġuħ u m'għandhomx fejn joqogħdu għaliex m'għandhomx permess li jaħdmu Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid allura għaliex ingħataw permess li jiġu Malta dawn ir-refuġjati?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ir- risposta tingħata f'seduta oħra.", "Refugjati calr,Refugjati hyzg,Refugjati IRAQ - REFUĠJATI", "7995.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid:-", "Billi fuq stazzjoni tar-radju persuna qalet li hemm familji sħaħa mill- Iraq li qegħdin hawn bħala refuġjati li qed jorqdu barra għax m'għandhomx dar, jista' l-Ministeru jara jekk dan hux veru u x'jista' jsir biex jirrimedja dan il-fatt?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: La l- Ministeru u lanqas id- Dipartiment għall- Akkommodazzjoni Socjali ma waslilhom rapporti dwar xi refuġjati Iraqqini li qed jorqdu barra.", "Sptarijiet,Kunsill Mediku calr,Sptarijiet,Kunsill Mediku gall,Sptarijiet,Kunsill Mediku SPTARIJIET - KUNSILL MEDIKU", "7997.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:-", "Kemm-il darba ltaqa' l- Medical Council fl-1990 u l- 1991?", "Kemm-il każ ittratta fl-1990 u fl-1991?", "Kemm-il tabib ġie nvestigat mill-Medical Council?", "Kemm minn dawn it-tobba nstabu ħatja ta' l-akkuża?", "Kemm ħarġu liberati?", "X'piena ingħataw fejn tobba nstabu ħatja li naqsu mill-etika jew li marru kontra l-professjoni tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat mir-Registratur li bhala seduti plenarji, il- Kunsill Mediku ltaqa' 11-il darba fl-1990 u 25 darba fl- 1991.", "Dan barra minn hafna laqghat ohra tas-sotto-Kumitati tieghu.", "Ghat-tieni mistoqsija, it- twegiba tiddependi minn x'jifhem l-Onor.", "Interpellant bil-kelma 'kaz'.", "Fis-sens wiesgha tal-kelma, il-kazijiet li jitratta l-Kunsill matul kull sena huma numeruzi hafna u varji fin-natura taghhom.", "Jekk hu qed jirriferixxi ghall- 'complaints' kontra membri tal- professjonijiet li jaqghu fil- gurisdizzjoni tal-Kunsill, dawn kienu: 11- il kaz fl-1990 u 16- il kaz fl-1991 u kollha gew debitament mistharrga.", "Bhala investigazzjonijiet jew inkjesti kontra tobba, taht ir- Regolamenti ta' l-1959 dwar il- Procedura ta' Thassir ta' Ismijiet, kien hemm:", "Zewg kazi li bdew fl-1990 u s-smiegh taghhom issa spicca u qeghdin ghad- decizjoni.", "Iehor fl-1991, kontra tabib li gie akkuzat fuq erba' Kapi.", "(a) Fuq wiehed mit-tliet Kapi li tieghu nstab hati, gie kkundannat li ghal zmien sentejn ma jippreskrivix ricetti jew johrog 'Request Forms' ghal 'Control Cards' dwar medicini psikotropici u narkotici specifikati.", "(b) Li wara gheluq dan iz- zmien ta' sentejn ir-ricetti tieghu ghall- medicini specifikati (sew psikotropici kemm narkotici) jibqghu 'monitored' mid-Dipartiment tas-Sahha sakemm il-Kunsill ma jaghtix ordni mod iehor.", "Fuq it-tnejn l-ohra, gie kkundannat ghal canfira.", "Kumpannija Limsuk calr,Kumpannija Limsuk fene,Kumpannija Limsuk KUMPANNIJA LIMSUK", "8058.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Billi f'pajjiżi ta' l-Ewropa li l-Gvern tiegħek huwa għatxan biex jingħaqad magħħa.", "Diversi Ministri kellhom jirriżenjaw għaliex parenteli tagħhom ħadu xi favuri.", "Jidhirlu l-Ministru li għandu jinvestiga rapporti fl-istampa lokali fejn ġie allegat li ħu ministru u ħatnu li qed iservu fil-kabinett tiegħek, sabu ruħhom mdeffsa sewwa fil-Limsuk liema kumpannija kienet għal żmien taqa' taħt l-istess Ministru tal-Kabinett?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Billi d-domanda manifestament tikser l-Ordni Permanenti Numru 27 ta' din il-Kamra, ma jistħoqqilhiex risposta.", "Habs Civili,Droga calr,Habs Civili,Droga gall,Habs Civili,Droga ĦABS ĊIVILI - DROGA", "8064.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li deħlin id-drogi fil-ħabs.", "Jaf li qassis magħruf fuq stazzjon tar-radju qal ċar u tond li familji ta' ħabsin qegħdin isibuh u jgħidulu li deħlin kwantita' kbira ta' drogi u li l- istess kriminali li jmexxu d-drogi f'Malta jheddu anke lill-ħabsin biex ma jitkellmux?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif kelli l-opportunita' nghid fil-Kamra dan l-ahhar, ma jistax jigi eskluz il-fatt li xi whud mid- detenuti fil-Hab Civili jeghlbu l-attenzjoni tal-gwardjani tal- Habs jew ta' dawk li jkunu fil- kustodja taghhom u jintroducu drogi gol-Habs, bhalma jigri f'habsijiet fid- dinja kollha.", "Filwaqt li bl-ebda mod m'ghandha tigi accettata sitwazzjoni bhal din, jien konxju wkoll li din il- problema, flimkien mal-problema ta' l-AIDS, huma l-aktar zewg problemi ta' tahbil il-mohh fil-habsijiet kollha tad- dinja.", "Dwar dak li nghad fuq l- allegazzjonijiet maghmula minn qassis fuq stazzjon tar-radju ta' min jghid li kull min jaghmel xi allegazzjoni huwa mizmum responsabbli ghal dak li jghid u jrid ikun preparat li jissostanza dawn l-allegazzjonijiet b'fatti.", "Kien ikun aktar ta' gid jekk xi persuna kellha jew ghandha xi informazzjoni tghaddiha lill- awtoritajiet kompetenti ghal eventwali evalwazzjoni u biex jittiehdu l-passi kollha necessarji.", "Prostituzzjoni calr,Prostituzzjoni gall,Prostituzzjoni PROSTITUZZJONI", "8065.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jaf il-Ministru li fuq stazzjon tar-radju qassis magħruf semma' każ ta' tfajla ta' 14-il sena li biex ibegħduha mill-isforzi ta' ommha li tqabbadha t-triq tal-prostituzzjoni tefugħa l- isptar Monte Carmeli.", "Dan sewwa jekk din it-tifla mhix marida mentalment?", "Għandi nifhem li għal żgħażagħ bejn 14 u 18-il sena m'hawn ebda istitut li jilqagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- ewwelnett ma nhossx li huwa sew jew li ghandha tkun il-politika tal-Gvern li jaghti informazzjoni fil-Parlament dwar kazijiet specifici, liema informazzjoni tmur kontra l- kunfidenzjalita' tal- kaz.", "Jekk l-Onor.", "Membru jhoss il-bzonn jista' jikkontattja lid- Direttur tal-Familja u Assistenza Socjali (Tel.", "222719) biex, sakemm tigi rrispettata l-konfidenzjalita' tal-kaz, tinghata l-informazzjoni forsi b'iktar dettal.", "Safejn hu maghruf, ma jezisti l-ebda kaz ta' tfajla ta' 14-il sena referuta lid-Dipartiment tal-Familja u Assistenza Socjali li minhabba f'nuqqas ta' djar disponibbli ghal dan it-tip ta' tfajliet giet imdahhla fl- Isptar Monte Carmeli.", "Bil-kontra malli sar maghruf li xi hadd gie riferut f'dan l-Isptar, id-Dipartiment imsemmi ha hsieb biex jehodha f'dar bl- appogg tas-'Social Workers'.", "Ghal zghazagh tfajliet bejn 16 u 18-il sena tezisti dar immexxija mis- sorijiet tal-Bon Pastur u djar ohra mmexxija minn sorijiet ohra li jilqghu fihom tfajliet minn 11-il sena 'l fuq.", "Ghas-subien tezisti 'St. Patrick's School' li tircievi subien minn 9 snin 'l fuq u d- Dar ta' San Guzepp li hija mmexxija mill-Ufficcju Centrali tal- Knisja li tircievi subien bejn 9 u 16-il sena.", "Gejt moghti wkoll il-parir minn ufficjali fil-qasam socjali li wiehed ghandu joqghod attent hafna dwar il- konsegwenzi u dwar l-aspetti ta' etika u korrettezza li 'shows' bil-problemi personali tan-nies li qed isiru fuq radju lokali fil-programm imsemmi mill-Onor.", "Membru jista' ikollhom sew fuq l-individwi kif ukoll fuq membri tal- pubbliku in generali.", "Santa Venera,Bypass,Dawl gree,Santa Venera,Bypass,Dawl falm,Santa Venera,Bypass,Dawl SANTA VENERA: BYPASS - DAWL", "8104.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Għaddew iktar minn erba' xhur mindu infetħet għat- traffiku il-Bypass ta' Santa Venera u parti minnha għadha mingħajr dawl elettriku li hu ta' periklu kbir għal pubbliku.", "Jista' l-Ministru jagħmel ħiltu kollha biex dan ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Issa li wasal il-cable u dan gie ccertifikat bhala accettabbli minn Enemalta, ix-xoghol tat- tqeghid tal-cable diga' nbeda.", "Sptarijiet,San Luqa,Klinici gree,Sptarijiet,San Luqa,Klinici gall,Sptarijiet,San Luqa,Klinici SPTAR SAN LUQA - KLINICI", "8105.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk id-dipartimenti kliniċi fl-Isptar San Luqa li joperaw specialist Clinic Sessions fiċ-ċentri tas-saħħa?", "Hemm il-ħsieb li fil-futur dawk id-dipartimenti li ma jagħtux dan is- servizz, jibdew jagħmlu dan fi żmien qarib, biex iċ-ċittadini jiġu moqdija aħjar u fl-istess ħin jitnaqqas in-numru ta' pazjenti li jkollhom jattendu l-istpar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id- dipartimenti klinici li joffru 'specialist clinics' fic-Centri tas-Sahha huma:", "- Ostetricja u Ginekologija", "- Pedjatrija", "- Oftalmologija", "- Psikjatrija", "- Diabetologija", "Isiru wkoll klinici ghat- tigdid ta' 'Schedule V'.", "Dwar l-izvilupp futur ta' klinici specjalizzati ohra, dan irid isir fid- dawl tar-riformi li jridu fis-servizzi ta' 'Primary Health Care' u r-rwol tac-Centri tas-Sahha fl-Iskema tat-Tabib tal-Familja.", "Sptarijiet,Infermiera gree,Sptarijiet,Infermiera gall,Sptarijiet,Infermiera SPTARIJIET - INFERMIERA", "8106.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tas-Selection Board għall-promotions tan- nurses għal grad ta' Administrative Nurses IIA?", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex ħafna minn nurses qegħdin joġġezzjonaw fuq kif sar dan l-eżerċizzju ta' promozzjoni, tant hu hekk li l- Assoċjazzjoni tal-midwives ħarġu stqarrija fejn oġġezzjonaw għad- diskriminazzjoni li saret fost dawk li applikaw u ġew intervistati għal promotion?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-membri tas-'Selection Board' ghall- 'promotions' tan-'nurses' ghal grad ta' 'Supervisory Nurse IIA' kienu:", "Dr Ray Xerri, 'Chairman'", "Is-Sinjorina Mary Magri 'Principal Nursing Officer'", "Suor Bernardette Fava, Ex- Principal Nursing Officer", "Is-Sinjorina Doris Sammut, mill-Ufficcju tal-Prim Ministru.", "Dan l-eżercizzju tal- promozzjoni sar mill-Bord imsemmi hawn fuq bl- approvazzjoni tal-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku.", "Fid-diskussjonijiet ma' l- Unions, dwar il-ftehim fuq ir- Riforma tas- Servizz Pubbliku f'dan il-qasam, qed naghtu konsiderazzjoni biex fil-futur ikun hemm sistema fejn il-bazi ta' promozzjonijiet tkun wahda kemm jista' ikun oggettiva u li tiddependi minn kriterji cari ta' 'performance' u 'assessment' kemm jista' ikun verifikabbli.", "Sptarijiet,Infermiera gree,Sptarijiet,Infermiera gall,Sptarijiet,Infermiera SPTARIJIET - INFERMIERA", "8107.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Dan l-aħħar ħareġ ir-riżultat li l- interviews li saru għall- promotions ta' l-Administrative Nurse 2A.", "Jista' l-Ministru jgħid:-", "(a) x'kien in-numru ta' nurses li kienu eliġibbli u infatti applikaw għal din il- promotion?", "(b) kemm għaddew minn dan l- interview?", "(c) xi kriterji intużaw mis- Selection Board għal dawn il- promozzjonijiet?", "(d) jista' l-Ministru jikkonferma li dawk li għaddew minn dan l- interview, infatti se jiġu promossi kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir- rizultat tal-'interviews' li saru ghall- promozzjonijiet ta' 'Supervisory Nurse IIA' gie ppubblikat u jidher fin- 'Notice Board' tal-'Head Office' fid- Dipartiment tas-Sahha kif ukoll fl- Ufficcju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Fil- fatt deher avviz dwar dan fil- Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta' Jannar, 1993.", "Dwar (a) u (b) tal-mistoqsija ghalhekk nirreferi l-Onor.", "Interpellant ghar-rizultat imsemmi hawn fuq.", "Dwar (c) tal-mistoqsija, il- kriterji li ntuzaw mis- 'Selection Board' kienu:", "MARKI", "'Nursing Experience' 40", "'Previous Performance' 20", "'Additional Qualifications' 15", "'Personality' 10", "'Suitability' 15", "TOTAL 100", "PASS MARK 50", "Dwar (d) tal-mistoqsija, in- numru ta' postijiet ta' 'Supervisory Nurse IIA ' li se jimtlew huwa skond in-numru ta' vakanzi bbazat fuq in-numru stabbilit skond il-Ftehim dwar ir-Restrutturizzazzjoni tal- Gradi ta' l- Infermiera tal-10 ta' Dicembru, 1981.", "Qed nikkonsidra wkoll il- possibilita' li kull min ghadda jigi moghti n-nomina.", "Sptarijiet,San Luqa,Taqsima Kura Intensiva gree,Sptarijiet,San Luqa,Taqsima Kura Intensiva gall,Sptarijiet,San Luqa,Taqsima Kura Intensiva SPTAR SAN LUQA - TAQSIMA KURA INTENSIVA", "8108.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex pazjent raġel li ġie liċenzjat mill-ENT Ward fl- isptar San Luqa xi ġimgħa ilu kellu jerġa' jiddaħħal l-isptar f'inqas minn 24 siegħa bħala emerġenza u fi stat ħażin tant li kellu jiġi trattat fl-ITU?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dawn il-granet id-Dipartiment ircieva fotokopja ta' ilment minghand qraba ta' pazjent, li nifhem li ghalih qed jirreferi l- Onor. Interpellant.", "Dan il- kaz qed jigi investigat.", "Irrid inzid li qabel wiehed jaghmel il-kaz pubbliku irid jigi rispettat id-dritt tal-pazjent ghall-konfidenzjalita'.", "Dip tas-Sahha,Konsulent fil-Kardjologija gree,Dip tas-Sahha,Konsulent fil-Kardjologija gall,Dip tas-Sahha,Konsulent fil-Kardjologija DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KONSULENT FIL-KARDJOLOĠIJA", "8168.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Xi żmien ilu saru interviews mill- PSC għall-ħatriet ta' konsulenti fil-Kardjoloġija mad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal dawn il-postijiet?", "Il-Bord ta' l- Għażla wasal biex jagħmel rakkomandazzjonijiet għal dawn il- ħatriet?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid minn huma dawk li ġew appuntati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien hemm hames tobba li applikaw ghall- post ta' Konsulent fil- Kardjologija mad-Dipartiment tas-Sahha izda erbgha biss resqu ghall-'interview'.", "Il- Bord ta' l-ghazla ikkonkluda ir-rapport u diga' intbaghat lill-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku.", "Dan ir-rizultat ghadu qed jigi kkonsidrat mill- Kummissjoni u ghalhekk f'dan l- istadju m'iniex f'pozizzjoni li naghti din l-informazzjoni.", "Skejjel,Ghalliema mizj,Skejjel,Ghalliema mifu,Skejjel,Ghalliema SKEJJEL - GĦALLIEMA", "8190.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l- Ministru jgħid kemm għal kull suġġett (Primarja u Sekondarja), kien hemm postijiet vojta meta ħarġet is- sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-20 ta' Marzu 1992 għal teacher u kemm minn dawn ġew mimlija?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "Skejjel,Ghalliema,Interview mizj,Skejjel,Ghalliema,Interview mifu,Skejjel,Ghalliema,Interview SKEJJEL - RIŻULTAT TA' L- INTERVIEW GĦAL GĦALLIEMA", "8191.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi fis- sejħa għall-applikazzjonijiet tal-post ta' teacher li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-20 ta' Marzu 1992 ma' kien hemm xejn rigward kemm idum validu r-riżultat ta' l-interview, jista' l-Ministru jagħti iktar informazzjoni kemm idum validu r-riżultat u minn meta jibda jgħodd?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Skond ic-cirkolari OPM 38/89 datata 7/4/89, ir- riżultat ta' l-interviews idum validu għal sena mid-data meta jiġi ppubblikat mill-Public Service Commission, dejjem jekk ma jkun hemm xejn kuntrarju fis-sejħa stess.", "Zabbar,Triq il-Kappuccini,Kaxxa ta' l-ittri galm,Zabbar,Triq il-Kappuccini,Kaxxa ta' l-ittri zamf,Zabbar,Triq il-Kappuccini,Kaxxa ta' l-ittri ZABBAR: TRIQ IL-KAPPUCCINI - KAXXA TA' L-ITTRI", "8207.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Fl-inħawi ta' Triq il- Kappuccini f'Ħaż Żabbar m'hemmx letter box u hemm distanza mhux ħażin biex wieħed jasal għal letter box.", "Huwa possibbli li ssir letter box fil-vicinanza ta' Triq il-Kappuccini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma jinhassx il-bzonn li titwahhal kaxxa ta' l-ittri fi Triq il-Kappuccini, Zabbar, ghax fil-vicinanzi hemm kaxxa ta' l- ittri ohra fi triq Alessio Elardi li qeghda taqdi r-residenti ta' l-inhawi.", "Zabbar,Kaxxa ta' l-ittri galm,Zabbar,Kaxxa ta' l-ittri zamf,Zabbar,Kaxxa ta' l-ittri ZABBAR - KAXXA TA' L-ITTRI", "8208.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fin-naħat tal-Knisja parrokkjali ta' Ħaż Żabbar m'hemmx letter box, jista' l- Ministru jgħid huwiex possibbli li din issir viċin tal-knisja biex b'hekk min ikun sejjer il- knisja ikun jista' jinqeda f'każ li jkun irid jimpusta xi ittri?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma jinhassx il-bzonn li titwahhal kaxxa ta' l-ittri fin-nahat tal-Knisja Parrokjali ta' Haz Zabbar ghax mhux 'il boghod hemm zewg kaxxi ta' l- ittri ohra.", "Wahda qeghda fi Triq il-Kbira bejn Triq Hompesh u Triq is-Santwarju u l-ohra qeghda fi Triq Bajada kantuniera ma' Triq il-Knisja.", "Wied il-Ghajn,Kmamar ghall-kenniesa galm,Wied il-Ghajn,Kmamar ghall-kenniesa falm,Wied il-Ghajn,Kmamar ghall-kenniesa WIED IL-GĦAJN - KMAMAR GĦAL KENNIESA", "8209.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Ġo Wied il-Għajn il- kenniesa m'għandhomx kamra fejn ipoġġu l-karretta tagħhom, u dawn jorbtu l-karretta ġo nofs il-pjazza ma' siġra b'katina.", "Dawn il- ħaddiema jiltaqgħu ġol- latrina pubblika tal-lokal.", "Peress li issa jidher li ġie deciż li jinbnew żewġt ikmamar żgħar għal dawn il-ħaddiema u fil-fatt diġa' tlestew il- pjanti, jista' l-Ministru jara li dawn jibdew jinbnew fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- Segretarjat ghall-Ambjent huwa konxju tas- sitwazzjoni prezenti rigward il-Mustering Room ghall-kenniesa f'Wied il- Ghajn.", "Il-bini ta' din il-kamra mistenni jinbeda dalwaqt.", "Bormla,Twaqqigh ta' bini mizj,Bormla,Twaqqigh ta' bini falm,Bormla,Twaqqigh ta' bini BORMLA: TWAQQIGĦ TA' BINI", "8233.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu ħsieb biex ix-xogħol ta' twaqqigħ ta' bini f'Bormla jibda mmedjatament peress li parti minn dan il-bini reġa' qiegħed jintuża għall- abbuż tad-droga?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix- xogħol imsemmi mistenni jibda meta fil-ġimgħat li ġejjin jinħarġu xi familji li għadhom qed joqogħdu hemm.", "Għalkemm jien informat li l- postijiet vojta kienu mbarrati kollha, se nagħti struzzjonijiet biex fejn kien żgassat jew reġa' nfetah jerġa' jingħalaq immedjatament.", "Kalkara,Gnien mizj,Kalkara,Gnien falm,Kalkara,Gnien KALKARA: TRIQ IL-MISSJONI TALJANA - ĠNIEN", "8234.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fil-ġnien li qabel kien ċimiterju fi Triq il-Missjoni Taljana, il- Kalkara,peress li ilu iktar minn erba' snin li dan ix- xogħol ġie approvat?", "ONOR.MICHAEL FALZON: Għalkemm ix-xogħol ta' ġonna għal din is-sena diġa' hu pprogrammat, se nara x'nista' nagħmel dwar ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Permessi tal-bini mizj,Permessi tal-bini falm,Permessi tal-bini PERMESSI TAL-BINI", "8235.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jekk xi ħadd japplika għal permess tal-bini fuq promessa li l-blokk tal-bini li jkun se jinbena se jsir għall-użu personali u b'hekk jingħataw konċessjonijiet dwar ċertu xogħol, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni meta jitla' l- bini u l-individwu jibdel il-ħsieb u jbiegħ parti minn dan il-blokk, imbagħad wara jirriżulta li kieku dan kien applika għal permess biex parti minn dan il-blokk tinbiegħ, ċerti konċessjonijiet ma kenux jingħataw?", "X'inhi l-pożizzjoni tad- dipartiment f'dan il-każ?", "Din titqies bħala kontravenzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Meta jinħareġ permess għall-bini jistgħu jsiru diversi kondizzjonijiet.", "Dawn il- kondizzjonijiet għandhom ikunu mniżżla fil-permess u għalhekk jifformaw parti waħda mill- istess permess.", "Jekk dawk il- kondizzjonijiet ma jkunux osservati, jitqies li tkun qed issir kontravenzjoni u tittieħed azzjoni meta jsir magħruf il-każ.", "Kalkara,Rinella,Xoghlijiet mizj,Kalkara,Rinella,Xoghlijiet falm,Kalkara,Rinella,Xoghlijiet KALKARA: RINELLA - XOGĦLIJIET", "8278.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li f'mistoqsija parlamentari li saret qabel il- vakanzi tas-sajf li għadda, il- Ministru wiegħed li se jsir ix- xogħol necessarju biex in-nies ikunu jistgħu jinżlu għal fejn hu magħruf bħala l-lido, fir- Rinella, l-Kalkara, jista' l- Ministru jagħtini r-raġuni għaliex ix-xogħol li kien imwiegħed li se jsir fis-sajf għadu ma sarx?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1023 (Seduta 17).", "Għalkemm ma jirriżultax li saret xi wegħda li x-xogħol imsemmi kellu jsir fis-Sajf kif qed jallega l-Onor.", "Interpellant, qed ninvestiga x'passi ttieħdu dwar il-kwestjoni.", "Ditti Taljani fi progetti tal-Gvern sans,Ditti Taljani fi progetti tal-Gvern dalj,Ditti Taljani fi progetti tal-Gvern DITTI TALJANI MDAĦĦLIN FI PROĠETTI TAL-GVERN", "8285.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Nirreferi lill- Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 2427 u mistoqsija parlamentari numru 3512 dwar liema kienu d- ditti Taljani li dawn l-aħħar snin kienu imdaħħlin f'kuntratti tal-Gvern jew tal- Korpi Parastatali li qed jiġu nvestigati fil-każi tat- tanġenti fejn ir-risposta kienet \"ma ġejniex informati mill-awtoritajiet kompetenti dwar xi kumpannija nvoluta\".", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pożizzjoni għadha l- istess?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena nformat li s-sitwazzjoni ma nbidlitx.", "Sptarijiet,Infermiera galm,Sptarijiet,Infermiera gall,Sptarijiet,Infermiera SPTARIJIET - INFERMIERA", "8287.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Minn dawk li għaddew fl-interview ta' nurses ta' l-SN 2A, kemm huma dawk li laħqu rreżenjaw mis-servizz?", "Kemm minn dawk li rreżenjaw kienu placed ma' l-ewwel 100 u kemm kienu placed mat-tieni 100?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn dawk li għaddew fl-interview ta' Nurses ta' l-SN IIA hemm ħmistax (15) li laħqu rriżenjaw mis-Servizz li minnhom sebgħa (7) kienu placed ma' l-ewwel 100, u tmienja (8) kienu placed mat-tieni mija.Wied il-Ghajn,Irmiggi galm,Wied il-Ghajn,Irmiggi zamf,Wied il-Ghajn,Irmiggi WIED IL-GĦAJN - IRMIĠĠI", "8288.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur jiġu rranġati l-irmiġġi fil- port ta' Wied il-Għajn bħalma kienu ġew irranġati ta' Spinola?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li fil-fatt l- irmiġġi ta' Spinola għadhom ma ġewx irranġati.", "Li qegħda tagħmel il-Malta Maritime Authority huwa li tħejji sistema ta' mazzri u ktajjen f'qiegħ il-baħar li magħhom ikunu jistgħu jorbtu d-dgħajjes tas- sajjieda u ta' sidien oħra li ssoltu jużaw din id-daħla.", "Huwa ppjanat li dan ix-xogħol ikun lest sal-bidu tas-Sajf li ġej.", "Dan qiegħed jitqies bħala pilot scheme u għad iridu jiġu studjati r- riżultati li jinkisbu vis-a-vis l-ispejjeż involuti.", "Jekk dawn ir-riżultati jkunu pożittivi, il-Malta Maritime Authority fi ħsiebha li fil- futur testendi din is-sistema ta' irmiġġi f'postijiet oħra, inkluż Wied il-Għajn.", "Kimika f'oggetti ta' l-ikel sans,Kimika f'oggetti ta' l-ikel gall,Kimika f'oggetti ta' l-ikel KIMIKA F'OĠĠETTI TA' L-IKEL", "8289.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Skond lista li dehret dan l-aħħar f'gazzetta lokali (qed nibgħat kopja under separate cover) fis-suq jinsabu ħafna prodotti ta' l-ikel li fihom certi kimici li jagħmlu ħsara għas- saħħa tal-bniedem.", "Jista' l-Ministru jippubblika din il-lista iżjed aġġornata jekk huwa possibbli għaliex jinsabu numru ta' 'il fuq minn 600 u jagħmel pubblicita' mingħajr allarm ħalli l-poplu jitgħallem jevita dawn il- prodotti li sfortunatament ħafna minnhom jintużaw ta' kuljum?", "Jista' wkoll jara li prodotti ta' l-ikel li jsiru Malta għall-konsum Malti, ikollhom ukoll dawn in-numri peress li certi prodotti saħansitra fihom sustanzi li jipproducu l- kancer?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mitlub niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l-artiklu li jirreferi għalih kien jirrifletti u jikkwota sitwazzjoni fi Franza.", "Ninsab informat li l-lista mixxellanja ta' additivi tinkludi: kuluri artifiċjali, preservattivi, antiossidanti, emulsjonanti, stabilizzaturi u sweeteners artifiċjali.", "Pero' ħafna mill-informazzjoni mogħtija fl-artiklu msemmi mill-Onor.", "Interpellant mhix tajba.", "Xi wħud mill-additivi msemmija huma permessi mill- Kommunita' Ewropea u jistgħu jintużaw mingħajr l-ebda periklu għas-saħħa.", "Mil-lista msemmija, l-uniċi additivi li mhumiex safe u allura mhux permessi għall-użu huma:", "E103 E105 E111 E121 E125 E126", "E130 E152 E181 E241 E303 E305", "E409 E411 E422 E462 E480 Dwar dawk l-additivi permessi għall-użu jeżistu guidelines li jispeċifikaw il-kwalita' ta' l- ikel li miegħu jista' jiġi miżjud additiv partikolari, kif ukoll l-ammont ta' additiv li jista' jintuża.", "Dawk l- additivi kollha aċċettabbli, meta użati fil-limiti stabbiliti, ma joħolqu l-ebda periklu għas-saħħa.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa jżomm kontroll strett fuq il- prodotti ta' l- ikel, kemm dawk magħmula lokalment kif ukoll dawk importati, prinċipalment permezz ta' l-Ispetturi tas- Saħħa l-Uffiċċju tal-Port Health u l- Laboratorju tas- Saħħa Pubbliku.", "Fil-fatt, fil- pajjiż jitħallew jidħlu biss dawk l-additivi li huma aċċettabbli u prodotti li fihom ingredjenti permessi.", "Ir- regolamenti lokali huma mibnija fuq dawk tal-Kommunita' Ewropea u fuq il-leġislazzjoni ta' l- Ingilterra.", "Ir-regolamenti ta' l-1992 dwar it-Tikkettjar u l- Preżentazzjoni ta' Ħwejjeġ ta' l-Ikel (AL 65 ta' l-1992) jirrikjedu fost affarijiet oħra li kull additiv li jiġi miżjud ma' ħwejjeġ ta' l-ikel għandu jiġi dikjarat bl- isem tal- kategorija, segwit fl-isem speċifiku jew in-numru tal-KE jew numru tas-serje.", "Pulizija,Kazi ta' Serq pora,Pulizija,Kazi ta' Serq gall,Pulizija,Kazi ta' Serq PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "8329.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm saru serqiet matul l-1992?", "Kemm ġew arrestati b'dawn is- serqiet?", "Kemm minnhom tressqu l-Qorti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20001003_380d_par.doc", "date": "2000-10-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 380 It-Tlieta, 3 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 380", "It-Tlieta, 3 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "380", "It-Tlieta, 3 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 836", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 836", "TQEGĦID TA' KARTI 840", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IL-PROGRAMM NAZZJONALI GĦALL-ADOZZJONI", "TA' L-ACQUIS - (KONT) 841", "AĠĠORNAMENT 860", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 866", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 379 li saret fit-2 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - FUND ALLOCATIONS", "19028.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Isptar San Luqa kemm kienu l-fund allocations per line item - fejn jidħlu operational and maintenance expenses - fil-bidu tas-sena 2000?", "L-allocations ġew mibdula jew aġġustati sa l-1 ta' Settembru, 2000?", "X'bidliet saru?", "Kemm minn dawn il-fondi allokati ntnefqu sa l-1 ta' Settembru, 2000?", "Kemm hu l-valur ta' xogħol li diġa' sar jew inxtara u li fuqu l-Isptar San Luqa għadu ma rċeviex talba għal ħlas?", "Fl-1 ta' Settembru, 2000 kemm kien il-bilanċ fuq kull item?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "|21-UTILITIES 2110| | |Fuel (non Trans) |Lm110,000 | | | | |2130 Electricity |Lm47,500 | | | | |2140 Water |Lm47,500 | | | | |2160 |Lm40,000 | |Communications | | |Serv. | |", "|22-Materials & |Lm160,0| |Supplies 2110 Oper.|00 | |Mat. & Supp. | | | | | |2220 Clean.", "Mat. & |Lm30,00| |Supp. |0 | | | | |2230 Uniforms |Lm80,00| | |0 | | |Lm380,0| |2240 Sundry Mat. & |00 | |Supp. | | | |Lm160,0| |2250 Spare-parts |00 | | | | |2260 Protective |Lm30,00| |clothing |0 |", "|23 - Repair & Upkeep |Lm80,00| |2330 Office |0 | |Furniture | | | |Lm250,0| |2340 Plan & Equip. |00 | | |Lm70,00| |2360 Sundry Repairs |0 | | |Lm70,00| |2370 Other rep. & |0 | |upkeep | |", "|24 - Rent 2420 |Lm239,8| |Rent Govt. property |50 |", "|26 Office Service |Lm27,00| |2610 Printing |0 | | |Lm48,70| |2620 Stationery |0 | | |Lm1,800| |2630 Subscription | | | |Lm6,000| |2650 Postage | | | |Lm1,000| |2670 Other office | | |service | |", "|27 - Transport 2710 |Lm10,00| |Maint. to vehicles |0 | | |Lm2,000| |2720 hire of | | |transport | | | |Lm2,000| |2730 hire of | | |self-drive | | | |Lm10,00| |2750 Fuel |0 |", "|29 - Information |Lm100 | |Services 2910 P.R. | | |Agency Costs | | | |Lm200 | |2940 Advertising | |", "|30 - Contractual |Lm500 | |Services 3040 Waste| | |disposal | | | |Lm529,| |3060 Other contr. |500 | |services | |", "|31 - Profess. |Lm119,| |Services 3190 Other|000 | |Support Service | |", "|32 - Training 3230 |Lm20,0| |Course Subs.", "Emp. |00 | | |Lm10,0| |3240 Fees training |00 | |abroad | | | |Lm2,00| |3250 Fees local |0 | |training | |", "|33 - Hospitality |Lm200 | |3310 Entertainment | |", "|34 - Incidental |Lm500 | |Expenses 3410 | | |Incidental Expenses | |", "TOTAL: Lm2,585,350", "MEDIĊINI - BENDROFLUAZIDE", "19143.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom out of stock il- pilloli Bendrofluazide?", "Meta hu mistenni li din il-mediċina terġa' tingħata lill-pazjenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Informat li l-pilloli Bendrofluazide 5mg kienu out of stock fl-ispiżerija ta' l-isptar tal-gvern mit-22 ta' Awissu, 2000 minħabba li l-kuntrattur lokali abbanduna l- kuntratt li kellu mad-dipartiment tas-saħħa.", "Is-servizzi farmaċewtici tal- gvern kellhom għal din ir-raguni jimportaw il-mediċina direttettament mill- Ingilterra.", "L-istock wasal fil-14 ta' Settembru, ġie ċċertifikat tajjeb l-għada u beda jitqassam fit-18 ta' Settembru, 2000.", "UE - MIC - FULJETT", "19142.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-fuljetti li ntbagħtu lill-familji Maltin mill-MIC bl-isem: \"Unjoni Ewropea - Xi Tfisser Għalija\"?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Il-fuljetti ġew jiswew b'kollox Lm9,380.", "Qed jintbagħtu 150,000 kopja ta' dan il-fuljett fid-djar kollha ta' Malta u Għawdex.", "EDUKAZZJONI - ELECTRONIC SERVICING RADIO & TV", "19146.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li m'hemmx għalliema għall-kors ta' electronic servicing radio & TV ta' filgħaxija kif jidher fil-pubblikazzjoni tad-diviżjoni ta' l-eżamijiet fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni numru 087?", "Jaf il-Ministru li dan il- kors jikkonsisti f'erba' snin u hemm min għadu wasal biex jibda it-tielet sena?", "Jista' jgħid x'se jsir biex dan il-kors ikun jista' jitkompla mill- istudenti li bdewh mingħajr il-biża' li jkunu tilfu sentejn studju għal xejn?", "Jista' jgħid x'soluzzjonijiet se joffri lil dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li d- dipartiment ta' l-istudji ogħla u edukazzjoni għall-adulti f'April ta' kull sena joħroġ applikazzjonijiet għall-għalliema biex jgħallmu fil-korsijiet ta' filgħaxija.", "Hu fatt magħruf li f'ċerti suġġetti hemm diffikulta biex jinstabu għalliema li jagħtu s-servizz tagħhom mad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "Sfortunatament din is-sena ma applika ħadd għall-kors ta' electronic servicing radio and TV City and Guilds 2240 Part II Year II u Part III.", "Minħabba li kien hemm diġa' numru ta' studenti li bdew il-kors, id- dipartiment se jkompli bl-isforzi tiegħu sabiex jinstabu l-għalliema meħtieġa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, meta l-Ministru jgħid li d-dipartiment qed jagħmel l-isforzi tiegħu jfisser li se jagħmel kuntatt ma' universitajiet barranin li huma fir-reġjun tal-Mediterran, jew se jagħmel kuntatt ma' istituzzjonijiet privati li forsi jistgħu jipprovdu dawn it-tip ta' għalliema meħtieġa għal dan is-suġġett partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li l-ħabib tiegħi japprezza li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni trid tuża l-proċeduri stabiliti.", "Qed nitħaddtu fuq dipartiment tal-gvern li se jingaġġa personnel li barra li jrid ikun kwalifikat akkademikament u teknikament, irid jiġi ngaġġat bil-proċeduri stabiliti taħt ir-regolamenti tas-servizz pubbliku.", "Barra minn dawn ir- regolamenti hemm ukoll affarijiet oħra, bħal rati ta' remunerazzjoni, pagi, allowances u rati ta' ħlas bis-siegħa, kollha affarijiet li ma tiddeterminahomx id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Issa hemm ċerti suġġetti, wieħed minnhom it-tagħlim tat-teknoloġija ta' l- informatika, fejn is-suq jibda jeħodlok in-nies available sew biex jaħdmu f'setturi ta' produzzjoni kif ukoll biex jaħdmu f'impriżi ta' taħriġ f'kumpanniji li jħarrġu lin-nies u li jħallsu aktar mill-gvern, u allura jkollok diffikulta' għax in-numru ta' dawk in-nies kwalifikati huwa limitat.", "Meta niġu f'din is-sitwazzjoni l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hu li neżawrixxu l-possibbiltajiet kollha fis-settur pubbliku.", "Sfortunatament din hija proċedura twila u jiena bħala ministru li ilni naffaċċja din il- proċedura, dejjem ngħid li jekk irridu nirreaġixxu għal ċerti sitwazzjonijiet irridu noħolqu miżuri li ma jkunux reattivi imma proattivi.", "Aħna nafu li f'dawn l-oqsma regolarment niltaqgħu ma' diffikultajiet biex insibu l-għalliema.", "Mela rridu nsibu l-manjera kif id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni jkollha s-saħħa amministrattiva li tingaġġa dawn is-servizzi.", "Jekk id-diviżjoni mhux se tkun empowered mill-awtoritajiet kompetenti biex tkun tista' tmur fuq bniedem, tipprova tinnegozja miegħu u tħajru jaħdem magħha, dan m'huwiex se jitħajjar jekk ma toffrilux ħlas b'ċerta rata.", "U safejn tista' tinnegozja?", "Jiġifieri jeżistu diffikultajiet bħal dawn li min ikun fis-settur pubbliku jiltaqa' magħhom u naturalment huwa importanti li jkollok kontroll fuqhom.", "Biex aħna ningaġġaw ċertu personnel ta' speċjalizzazzjoni huwa tajjeb li jkollna l-approvazzjoni tad-dipartiment tal-finanzi għax jekk id-dipartiment jaqbad u jiftiehem minn jeddu nidħlu f'ħafna kwestjonijiet bla bżonn.", "Issa f'dan ir-rigward se nieħdu l-miżuri li l-ewwelnett il-call dejjem tibqa' miftuħa, u t-tieni d-dipartiment jibda jagħmel dak li ngħidulu headhunting għal dawk in-nies tad-dipartiment - naturalment dawn diġa' jkollhom il-load tagħhom fi skejjel oħrajn - u wieħed jipprova jiftiehem ma' dawn l-għalliema biex jara jistgħux jagħtu servizz ukoll wara l-ħin ta' l-iskola.", "Ovvju li hawnhekk qed nitkellmu fuq korsijiet ta' filgħaxija u lil dak li jkun ma tistax tobbligah li jmur jgħallem, sakemm ma tkunx ingaġġajtu għal dak l-iskop partikolari.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, tajjeb li fejn ikollna diffikultajiet inqanqluhom fil- parlament għax aħna għalhekk qegħdin, pero' rridu ngħidu wkoll li 95% ta' l- oqsma għandhom għalliema kompetenti, kwalifikati u motivati, u tant qed jagħtu riżultati tajbin dawn il-korsijiet li jagħtu li d-domanda għalihom qiegħda tiżdied u mhux tonqos.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jekk qed nifhem sew jeżistu għalliema għal dawn it-tip ta' korsijiet imma l-problema hi li forsi m'hemmx x'jattirahom biżżejjed biex jidħlu għal din il-ħidma.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi diskuss xi pakkett aħjar - il-Ministru aċċenna għal ċerti negozjati - biex lil dawn l-għalliema inħajruhom jidħlu għal dawn il- korsijiet?", "X'taħriġ qed isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nista' ngħid li d-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u anke jiena bħala ministru nsegwuha din is-sitwazzjoni, pero' aħna konxji wkoll ta' l-effetti l-oħra li jsegwu.", "Għax tiġi f'pożizzjoni fejn għandek qasam li qed jisforza s-suq u allura s-suq jisforza l- kondizzjonijiet u r-remunerazzjoni, imma malli tasal f'ċertu livell li tibda tattira lil dak li jkun - fejn tagħmel ċerti negozjati għal dak is- suġġett biss u għal dawk in-nies hekk kwalifikati biex inti tagħti dak is- servizz partikolari - dak jibda jitteħidlek bħala standard.", "Imbagħad jiġi xi ħadd li jkun jgħallem suġġett differenti fl-istess livell li forsi ma jkunx hemm daqshekk nuqqas ta' għalliema għalih, u jippretendi li m'għandekx tistmah inqas minn ħaddieħor.", "Ċertament li jeżistu dawn il-komplikazzjonijiet u allura bilfors irid ikun hemm qafas fejn l-organizzazzjoni ċentrali tkun qiegħda b'xi mod tiggwida u tirregola.", "Per eżempju, fil-qasam tat-teknoloġija ta' l- informatika mhux l-ewwel darba li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kellha tmur għand in-nies li jgħallmu fi skejjel privati biex jitolbuhom jagħtu l- lezzjonijiet lill-istudenti tagħna f'dan il-kamp, avolja l-ispiża tiġik aktar minn dak li huwa fil-pakkett normali tar-remunerazzjoni.", "Dwar il-kwestjoni l-oħra nikkonferma li qed isir taħriġ.", "Kieku wieħed kellu jara kemm sar taħriġ ta' ċertu livell ta' għalliema fil-qasam tat- teknoloġija ta' l-informatika jsib li għalkemm forsi ma sarx biżżejjed, sar mhux ħażin.", "Il-fakulta' ta' l-edukazzjoni ta' l-universita' bdiet dawn il- korsijiet numru ta' snin ilu imma l-frott issa bdejna naħsduh.", "Id- deċiżjoni ttieħdet numru ta' snin ilu fejn l-istudenti bdew japplikaw u bdew ħerġin bil-mod il-mod.", "M'ilux li beda jkollna l-ewwel grupp ta' nies li għandhom dan training ta' kif jgħallmu t-teknoloġija ta' l-informatika, pero' dan mhux f'pajjiżna biss.", "Pajjiżi bħall-Ġermanija, l-Ingilterra u Franza, kollha kemm huma għandhom diffikultajiet kbar.", "Għax illum l- iżvilupp tat-teknoloġija ġera b'pass li ħarab mir-realta' ta' x'jista' jipprovdi l-pajjiż f'dak ir-rigward.", "Ftit ilu minħabba l-istitut ġdid li rridu nwaqqfu tat-teknoloġija ta' l- informatika u l-komunikazzjoni, morna l-Ingilterra biex nippruvaw insibu xi nies.", "Fil-postijiet fejn morna waslu l-Ġermaniżi qabilna u tista' tgħid li xorbu lil kulħadd.", "Jiġifieri pajjiżna, li huwa daqs naqra, qed jaffaċċja problema li qed jaffaċċjawha pajjiżi li r-riżorsi tagħhom huma ħafna akbar minn tagħna.", "U filwaqt li dawn għandhom possibbiltajiet ikbar milli għandna aħna, issib li dan in-naqra pajjiż m'huwiex f'xi pożizzjoni daqstant lura f'dan il-kamp.", "Iva nista' ngħid li x-xogħol biex inħarrġu aktar nies miexi.", "Imma meta tiġi biex tittrejnja għalliema, lectureres u nies li jgħallmu t-teknoloġija ta' l-informatika, issib problema akbar milli kieku kellek tħarreġ bniedem biex jgħallem lil ħaddieħor kif iħaddem computer, għax dik kważi kważi hija l-inqas ħaġa.", "Il-problema kbira li l-edukaturi jaffaċċjaw f'dan il-kamp hija problema ta' kultura u ta' mentalita'.", "Jiġifieri mhux li tara t- teknoloġija ta' l-informatika bħallikieku hija xi biċċa makna, xi biċċa word processor, ħaġa mekkanika, imma kif tapplikaha bħala għodda ta' tagħlim, ta' kreattivita' u ta' kif inti tpoġġiha għas-servizz ta' l- intelliġenza tat-tfal u taż-żagħżagħ tagħna.", "U dan m'huwiex faċli.", "Aħna rridu nirrealizzaw li l-massa tat-tfal tal-lum hija servuta mill- massa ta' għalliema tal-lum u l-ogħla perċentwali tagħhom dawn l-għalliema ma kenux esposti għal din ir-rivoluzzjoni.", "Jiena ma kontx espost għal din ir-revoluzzjoni imma t-tfal tiegħi llum il-ġurnata huma esposti għaliha.", "Jien irrid nagħmel sforz mentali kontinwu biex nadatta l-metodu ta' kif naħseb, ta' kif naħdem u ta' kif nipprova nikkomunika għat-teknoloġija li hija available u li tagħtik possibbiltajiet enormi.", "Issa f'din il-linja qegħdin nippruvaw naħdmu.", "Nixtieq li ngħaġġlu aktar.", "Nassigura lil kulħadd li bħall-ministri ta' qabli ninsab anzjuż u nixtieq nara riżultati aħjar, pero' hemm ċertu momentum li tista' tispinġih imma hemm limitu safejn tista' tispinġih.", "SKEJJEL PRIMARJI - FAILURES", "19147.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 1999/2000 kemm kienu l-istudenti mill-iskejjel primarji li weħlu mill- eżamijiet u b'konsegwenza ta' hekk qed ikollhom jirripetu is-sena?", "Jista' jgħid mil-liema suġġetti m'għaddewx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL PRIMARJI - FAILURES", "19149.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 1999/2000 kemm kienu l-istudenti mill-iskejjel primarji li weħlu mill- eżamijiet?", "Mil-liema suġġett m'għaddewx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Mr Speaker, jekk tippermettili nixtieq ngħid li fil-qasam ta' l- edukazzjoni hawn ċerta statistika li hija dettaljatissima u tikkonsisti f'ċertu tagħrif li jridu jagħtuhulek il-kapijiet u uffiċjali oħrajn.", "Wieħed irid japprezza li biex dan it-tagħrif jinġabar irridu nagħtu ftit ċans lill-uffiċjali konċernati ħalli jsibu l-ħin li jiġbru din l- informazzjoni u jiġbruha b'mod korrett.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar nuqqas ta' għalliema fi skejjel primarji, sekondarji u tas-snajja' sad-29 ta' Settembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 19603;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti fl-ewwel sena fil-junior college, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru19630;", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd ta' lukandi u postijiet oħra ta' akkomodazzjoni liċenzjati f'Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 19631; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar żidiet fit-tariffi introdotti bejn l-1998 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 19499.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IL-PROGRAMM NAZZJONALI GĦALL-ADOZZJONI TA' L-ACQUIS - (KONT)", "Ikompli mit-2 ta' Ottubru, 2000.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, m'hijiex xi ħaġa normali li niddedikaw daqstant seduti parlamentari biex niddiskutu dokument wieħed.", "Dan huwa wieħed mill-aqwa dokumenti li jista' jirriferi għalih min irid ikun jaf fuq l-amministrazzjoni tal-pajjiż, fuq is-sistema leġislattiva, fuq in-nuqqasijiet li jista' jkollha u kif din titqabbel ma' liġijiet barranin, partikolarment ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Id- diskussjoni f'din il-Kamra tista' tieħu diversi aspetti, Sur President.", "Diġa' kien hawn is-soltu diskors ta' jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea u jekk qarraqniex bil-poplu fl-argumentazzjoni tagħna.", "Jien naħseb li xi ftit minn din id-diskussjoni huwa relevanti, pero' naħseb li jkun aktar relevanti kieku nħarsu lejn l-istess acquis, għax dan huwa snapshot tas-sistema governattiva u leġislattiva tagħna u jista' jservi wkoll ta' mudell biex intejbu din l-istess sistema.", "Naħseb li l-aktar diskussjoni relevanti li nistgħu nagħmlu hawn ġew hija li nanalizzaw it-tibdiliet proposti fl-acquis u naraw naqblux fuqhom, jiġifieri naraw jekk naqblux mat- timeframes u mad-derogi li jistgħu jintalbu.", "Tajjeb ukoll li wieħed jara x'tibdil se jkollna nagħmlu anke jekk ma nissieħbux fl-Unjoni Ewropea, għax ħafna mit-tibdil propost fl-acquis xorta se jkollna nwettquh.", "Biżżejjed insemmu l-miżuri għat-tnaqqis tad-deficit, it-tnaqqis ta' l-impatt tat-tarznari fuq l-istess deficit, il-liġi dwar is- saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, il-liġi dwar il-kompetizzjoni, it-tibdil fil-liġi ta' l-edukazzjoni u l-istandards meħtieġa fil-qasam ta' l-ambjent.", "Dawn huma miżuri li anke kieku m'għandniex l-acquis fuq xiex nimxu, biex niggvernaw tajjeb xorta jkollna napplikawhom.", "It-tajjeb ta' l- acquis communautaire huwa li jagħti l-possibilita' li jsir tqabbil ma' pajjiżi barranin, jgħin lil dak il-pajjiż partikolari biex jissettja l- prijoritajiet tiegħu u jagħti anke ċertu benchmarking.", "Issa huwa ovvju li l-aktar diskors faċli li jista' jsir huwa dak ġeneriku, Sur President.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Carmelo Abela tkellem fuq iż-żgħażagħ u l-Ewropa u qal li fis-sentejn li damu fil-gvern, il-Partit Laburista żamm għaddejjin xi skambji taż-żagħżagħ, li jekk m'iniex sejjer żball kienu jammontaw għal disgħa, u għalhekk argumenta li m'hemmx għalfejn nidħlu fl-Ewropa biex ingawdu minn dawn l-iskambji.", "L-Onor.", "Abela qal ukoll li fl-Unjoni Ewropea hemm rata għolja ta' qagħad fost il-gradwati waqt li hawn Malta l-ogħla rata tinsab fost dawk li m'humiex kwalifikati.", "Jiġifieri l-fatt li se nidħlu fl-Unjoni żgur li mhux se jgħin, anzi bil-free movement of workers, il-barranin jistgħu jieħdu l-ftit opportunitajiet li jeżistu għaż-żgħażagħ Maltin.", "Din hija waħda mill-kontradizzjonijiet li jeżistu fil-ħsieb tal- Partit Laburista, għax filwaqt li ma jridx li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni, irid igawdi mill-iskambji taż-żgħażagħ.", "Jien naħseb li din il-ħaġa ma tistax tiġri, għax jew ikollna kollox jew xejn.", "Pero' l-Onor.", "Abela ma qalx li fi żmien l-amministrazzjoni qasira Laburista, bħala pajjiż Mediterranju Malta setgħet tieħu sehem anke fil- Euromed youth action programme, u jien nixtieq inkun naf għaliex il-Partit Laburista fil-gvern ma pparteċipax f'dan il-programm.", "Dan il-programm huwa simili għall-youth committee action programme u għalhekk naħseb li l-Partit Laburista beża' li bil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ Maltin fil-Euromed youth action programme, iż-żgħażagħ jibdew iħossu li l-opportunitajiet prinċipali huma mblukkati u allura tibda' tinħoloq ċerta skuntentizza fost l-għaqdiet taż-żgħażagħ.", "Nixtieq nirrispondi għall-kritika li saret il-bieraħ li ħafna drabi dawn il-programmi edukattivi ta' skambju jkunu miftuħin biss għall-istudenti ta' l-universita'.", "Il-programmi taż-żgħażagħ m'humiex miftuħin għall-istudenti ta' l-universita' imma għall-għaqdiet taż-żgħażagħ.", "Per eżempju, din is- sena jien ipparteċipajt fil-programm tal-mobility international li sar hawn Malta.", "Dan kien programm ta' skambju għal żgħażagħ bi problemi ta' mobilita', ħafna minnhom f'wheelchair, li ġew hawn Malta biex jaqsmu l- esperjenzi tagħhom ma' żgħażagħ bħalhom.", "L-għaqda Maltija li pparteċipat f'dan il-programm kienet dik tal-muscular dystrophy, jiġifieri altru minn studenti ta' l-universita'.", "F'dak li għandu x'jaqsam maż-żgħażagħ, l-acquis jagħti importanza kbira lill-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-programmi Ewropej.", "Dan għaliex għall- Unjoni Ewropea, peress li hija Unjoni ta' komunitajiet differenti, il- mobilita' huwa valur importanti.", "Il-valur tal-mobilita' huwa mħaddan fil- qasam taż-żgħażagħ, tal-ħaddiema, ta' l-istudenti u tar-riċerkaturi.", "Il- mobilita' hija wkoll għodda għall-formazzjoni edukattiva u għodda kontra r- razziżmu.", "Hawn Malta, għalkemm m'hawnx minoritajiet etniċi, għad għandna ċerti preġudizzji, pero' naħseb li bil-mobilita' dawn nistgħu negħlbuhom.", "Fil-fatt anke l-Unjoni Ewropeja tiddedika ħafna mill-fondi tagħha għall- Mediterran biex proprju jintgħelbu l-problemi tal-bacin Mediterranju, partikolarment l-immigrazzjoni illegali.", "Huwa għalhekk li jinħolqu l- programmi bħall-InfoMed u l-Euromed youth action programme, biex kemm jista' jkun il-bacin Mediterranju jgawdi wkoll.", "Tajjeb li wieħed jgħid li Malta għandha vantaġġ għax minħabba l- pożizzjoni ġeografika tagħna nistgħu ngawdu kemm mill-Euromed youth action programme kif ukoll mill-programmi prinċipali.", "M'huwiex veru li l-istudenti universitarji biss jistgħu jgawdu minn dawn il-programmi u fil-fatt il- bieraħ il-Ministru Galea ħareġ stqarrija ta' kemm ipparteċipaw żgħażagħ.", "Kien hemm 100 student universitarju li applikaw għall-mobility project biex iqattgħu sitt xhur f'xi universita' Ewropea taħt il-programm Erasmus u fil- qasam vokazzjonali minn dawn il-programmi se jgawdu 250 student jew għalliem.", "Per eżempju, jien naf min qiegħed fil-pre-vocational school u s- sena d-dieħla se jipparteċipa fil-programm Leonardo u qed itella' u jniżżel jagħmilx perjodu jitgħallem in-nursing jew jagħmilx perijodu jipprattika n- nursing.", "Naħseb li huwa sabiħ li ż-żgħażagħ tagħna qed itellgħu u jniżżlu fuq għażliet bħal dawn, għall-kuntrarju ta' meta kont student jien, fejn konna niġġieldu mal-ministru tax-xogħlijiet ta' dak iż-żmien għax kellu l- mentalita' li meta student imur fuq skambju f'pajjiż barrani, dan jitlef l- użu tiegħu f'dak il-perijodu tax-xogħol.", "Kif qed nitkellem fuq il-mobilita' u l-iskambji, tajjeb li ndur għall- qasam tar-riċerka, fejn anke f'dan ir-rigward l-Unjoni Ewropea temmen li l- mobilita' tista' tkun ta' valur.", "Ma jistax isir żvilupp mingħajr ma jkun hemm tkabbir fl-ekonomija, u meta l-ekonomija ta' pajjiż tkun laħqet ċertu livell, ma jistax ikun hemm tkabbir mingħajr innovazzjoni u investiment fit- teknoloġija l-ġdida.", "Jekk dan ir-raġunament huwa relevanti għall-Unjoni Ewropea, huwa relevanti wkoll għal Malta.", "Jien naħseb l-ikbar investiment meħtieġ għar-riċerka huwa fil-qasam ta' l-infrastruttura, fl-equipment u fil-makkinarju.", "Pero' min se jiżviluppa f'xi qasam partikolari u jagħmel ir- riċerka, x'aktarx li jkun hu li jisfrutta l-potenzjal kummerċjali ta' dak li jkun skopra.", "Fil-fatt huwa għalhekk li l-Unjoni Ewropea tkejjel kemm ikunu reġistrati patents f'pajjiżi differenti, bħal fl-Istati Uniti u l- Ġappun, għax forsi minn hemm jista' jittieħed l-iktar benchmark relevanti.", "Xi ħaġa li taħdem kontra l-Unjoni Ewropea meta titqabbel ma' l-Istati Uniti hija l-frammentazzjoni, jiġifieri li kull pajjiż fl-Unjoni jagħmel ir- riċerka għal rasu biex ma jkunx hemm duplikazzjoni fl-infiq ta' l- equipment.", "Konxja minn dan l-aspett, l-Unjoni Ewropea ħolqot programm ta' kollaborazzjoni, u għalhekk jekk il-kollaborazzjoni fir-riċerka hija rilevanti għall-Ġermanja, żgur li hija ħafna iktar rilevanti għal Malta, fejn il-kultura tar-riċerka hija waħda riċenti.", "Huwa għalhekk li m'huwiex faċli li nipparteċipaw fil-5th framework programme, il-programm ta' riċerka ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt sa ftit xhur kien għad hawn min jaħseb li kien ikun iktar għaqli kieku bil-flus li jintefqu għall-parteċipazzjoni f'dan il-programm, tinbena xi skola.", "Kien hawn min saħansitra staqsa jekk aħniex se nieħdu benefiċċju ta' nofs miljun għan-nofs miljun lira fis-sena li qed nonfqu.", "Kien hemm min staqsa wkoll huwiex possibbli li minflok nużaw dawn il-flus biex nipparteċipaw fi programmi ta' kollaborazzjoni ma' pajjiżi oħrajn, nagħmlu riċerka lokalment.", "Tajjeb li nispjega x'inhu eżatt il-programm ta' riċerka FP5, Sur President.", "Fil-fatt dan jikkonsisti f'erba' thematic programmes, li huma quality of life and management of living resources, user-friendly information society, competitive and sustainable growth u environmental sustainable development.", "Kif wieħed jista' jinnota, dawn il-programmi ta' riċerka ma jikkonċernawx biss xi żvilupp nukleari imma jikkonċernaw issues li huma viċin il-poplu.", "Jien niftakar li f'wieħed mill-information meetings li kellna xi ħadd kien staqsa jistax per eżempju jagħmel riċerka fuq id-dijabete, għax wara li kien beda din ir-riċerka tela' gvern Laburista u kellu jwaqqaf kollox.", "L- esperti li nġiebu apposta mill-Unjoni Ewropea kkonfermaw li riċerka ta' dan it-tip tista' tiddaħħal f'dan il-programm.", "Kien hemm kumpanniji oħrajn bħall-Brandstatter u l-ST Microelectronics li bħal din il-persuna li semmejt, hekk kif tela' gvern Laburista kellhom iwaqqfu l-proġetti ta' riċerka li kellhom.", "Jien nemmen li r-riċerka tista' tkun dik il-ħaġa li tagħti sostenn lil dawk l-industriji li rridu nattiraw lejn pajjiżna.", "Għalkemm saru diversi ħidmiet, naħseb li bħala pajjiż għadna lura biex ikollna kultura ta' riċerka.", "Per eżempju, għalkemm minħabba r-raba' protokoll Taljan sar ħafna investiment f'makkinarju li ħafna minnu qiegħed fl-universita', dan m'huwiex qed jiġi sfruttat.", "Apparti minn hekk, għandna l-obbligu li lill-istudenti ta' l-inġinerija ta' l-information technology u tax-xjenza nsibulhom openings ġodda.", "Mistoqsija rilevanti li naħseb li jagħmilha kulħadd hija jekk bil-5th framework programme hux se jkollna kultura ta' riċerka.", "Jien naħseb li dan il-programm biss m'huwiex biżżejjed imma għandna bżonn ta' ħafna capacity- building, istituzzjonijiet li jagħmlu r-riċerka.", "Fil-fatt dan kien wieħed mill-argumenti prinċipali li ddiskutejna man-nies minn Brussels meta konna qed ninnegozjaw l-agreement fuq il-5th framework programme.", "Argument ieħor li tqajjem waqt in-negozjati ta' dan il-programm kien li peress li Malta kienet se tibda' tipparteċipa min-nofs il-programm, m'aħniex se nieħdu l-benefiċċju kollu tal-flus li ħallasna.", "L-uffiċċjali tad-DG fuq ir-research apprezzaw dan l-argument u offrew lil Malta 30% reduction fuq il-fee ta' parteċipazzjoni f'dan il-programm.", "Jiġifieri f'sentejn pajjiżna se jiffranka madwar euro2.14 miljun, li pero' jridu jintnefqu fuq capacity-building, jiġifieri indirettament dan il-programm qed jimbuttana biex nibnu l-kapaċita' li nagħmlu r-riċerka.", "Jien naħseb li kieku ma konniex għaddejjin bil-proċess għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, la konna nipparteċipaw fi proċess ta' riċerka u lanqas fi proċess ta' capacity-building għar-riċerka, xi ħaġa li l-pajjiż tant għandu bżonn.", "Jien naħseb li b'nefqa ta' kważi euro 0.25 miljun, permezz ta' capacity- building f'sentejn għandha ssir bidla enormi fil-kultura tal-pajjiż.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Abela tkellem fuq l-employability taż- żgħażagħ.", "Jien naħseb li kemm il-mobilita' kif ukoll ir-riċerka żgur li se jgħinu l-employability, u dan għaliex il-mobilta' fiha nnifisha hija edukazzjoni informali waqt li r-riċerka twassal għall-ħolqien ta' l- impjiegi.", "Pero' l-aktar settur li jgħin - u l-Onor.", "Abela ma semmiehx - huwa s-settur ta' l-edukazzjoni vokazzjonali.", "Fil-fatt l-acquis jitkellem ħafna fuq l-edukazzjoni vokazzjonali u saħansitra jsemmi t-twaqqif tal- kulleġġ vokazzjonali bħala priorita' ewlenija.", "Anke f'dan ir-rigward, minkejja l-kritika li saret mill-oppożizzjoni, qegħdin on track.", "Il-fatt li forsi jkun hemm varjazzjoni ta' xahar l'hemm u l'hawn, ma jfissirx li l- affarijiet ikunu sejrin lura imma jfisser li jkun qed isir ħafna groundwork li mhux bilfors ikun qed jidher.", "Dawn huma aspetti li l-Unjoni Ewropea ssemmihom ħafna, pero' żgur li aħna mhux se nagħmluhom għax se nissieħbu fl-Unjoni.", "Kieku mhux deħlin xorta konna nagħmluhom, u għalhekk il-fatt li deħlin huwa ta' vantaġġ għax permezz tiegħu ħadna ħafna benefiċċji, fosthom l-għajnuna li ħadna mill- European training foundation, l-esperjenzi li jistgħu jieħdu l-għalliema permezz tal-programm Leonardo, is-sħubija eventwali fis-CEDEFOP u l-fatt li l-benchmarking tal-livelli taċ-ċertifikazzjoni huma stabiliti skond id- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li t-tliet aspetti li ttrattajt illum, jiġifieri s-sħubija taż-żgħażagħ fil-programmi Ewropej, ir-riċerka u l-programmi vokazzjonali, juru li fil-qasam taż-żgħażagħ se mmorru ħafna 'l quddiem.", "Jien naħseb li l-biża' tal-Partit Laburista hija li tant se jkun hemm żgħażagħ li se jgawdu minn dawn il-programmi, li l-appoġġ favur is-sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea se jkompli jikber.", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, l-Onor.", "Mugliett qal li qatt ma ttieħdu daqshekk seduti parlamentari biex jiġi diskuss dokument wieħed.", "Lill-Onor.", "Membru ngħidlu li għalkemm ġew utilizzati dawn is-seduti kollha, xorta m'humiex biżżejjed biex dan id-dokument tekniku ta' aktar minn 200 faċċata jiġi diskuss bis-serjeta' u bl-onesta'.", "Iktar 'il quddiem se ngħid ukoll kif għalkemm dan id-dokument huwa ta' 200 paġna, xorta għad hemm xi dettalji li għal xi raġuni jew oħra tħallew barra.", "Jiġifieri jekk wieħed irid verament jeżamina fid-dettal dan id-dokument, żgur li 20 siegħa m'humiex biżżejjed.", "Għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna, tajjeb li nispjegaw ftit il- mozzjoni li qed niddiskutu llum, li tressqet mill-Onor.", "George Vella, u li bla tlaqliq ta' xejn tgħid li l-oppożizzjoni hija kontra l-programm nazzjonali li l-gvern irid jimponi fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin biex pajjiżna jiġi konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, l-għaqda mmexxija mill-aktar erba' pajjiżi Ewropej li huma ekonomikament b'saħħithom.", "(Interruzzjonijiet) Jien la nħobb inbażża' lin-nies pero' lanqas inħalli lil min jimpressjonani b'ċerta attitudni snob favur l-Unjoni Ewropea, bħalma qed jagħmlu ċerti klikek ta' nies kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna.", "Dan dejjem għedtu bla tlaqliq, anke meta kont kap ta' delegazzjoni parlamentari Maltija fil-Kunsill ta' l-Ewropa, kariga li kont okkupajt matul is-sentejn li l-Partit Laburista dam fil-gvern, u li kontra qalbi kelli nirtira minnha minħabba x-xogħol tiegħi ta' tabib kif ukoll minħabba l-impenji li kelli bħala shadow minister għall-politika soċjali.", "Li rrid ngħid hu li fis-sentejn li domt nokkupa din il-kariga kelli l- okkażjoni li niltaqa' ma' diversi politiċi Ewropej u niskambja l- opinjonijiet rigward l-aħjar approach vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "Naturalment mhux kulħadd kien jaqbel mal-pożizzjoni tagħna mill-ewwel, iżda meta imbagħad l-argumenti tagħna kienu jidħlu aktar fil-fond, ħafna minn dawk il-politiċi kien jbiddlu fehmithom.", "Mill-ġdid jiena rrid intenni li l-Partit Laburista la huwa kontra l-Unjoni Ewropea u lanqas għandu xi preġudizzju kontra xi pajjiż partikolari, anzi aħna nħossuna kburin li aħna Ewropej u Mediterranji daqs kemm inħossuna kburin li aħna Maltin.", "Aħna nħossuna kburin li missirijietna, bil-għaraq ta' xbinhom, irnexxielhom isawru identita' unika għal pajjiżna, għax kieku ma kienx għalihom din ir-roqgħa ta' art li m'għandha l-ebda riżors żgur li m'għadhiex teżisti.", "Aħna għandna biex niftaħru li mix-xejn sawwarna nazzjon denju ta' poplu bieżel u bil-għaqal li saħansitra għandu anke l- lingwa tiegħu, xi ħaġa li għalkemm tidher żgħira timpressjona lil ħafna barranin.", "Kieku missirijietna kellhom l-atitudni tal-gvern preżenti, li saħansitra qed juri anke nuqqas ta' fiduċja fil-poplu stess, żgur li Malta u Għawdex lanqas għadhom jeżistu fuq il-mappa tad-dinja.", "Bl-akbar onesta' jkolli ngħid li s-sogri li qed jieħu dan il-gvern tant huma kbar li jekk ma joqgħodx attent żgur ikollna problemi serji kemm ekonomiċi kif ukoll, agħar minn hekk, problemi soċjali.", "Il-logħba li qed jilgħab dan il- gvern qed tqiegħed lill-poplu Malti f'riskji bla bżonn.", "Qed ngħid dan għax jien konvint li pajjiżna żgur jixraqlu aħjar, b'mod speċjali jixraqlu li naħdmu aktar bil-għaqal u mhux bil-għaġġla.", "Hawn min jipprova jpinġi lill-Partit Laburista bħala xi partit li huwa inward looking, li jibża mill-barrani, imma dan m'hu veru xejn.", "Anzi l- Partit Laburista huwa kburi bl-identita' tagħna bħala nazzjon sovran u għalhekk ma jaċċettax li nkunu second-class citizens ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Laburista jaf li aħna ma nistgħux ningħalqu fina nfusna biex naħarbu mir-realtajiet li jseħħu ta' kuljum barra minn xtutna.", "Per eżempju, l-industrija u l-kummerċ in ġenerali saru jiddependu dejjem aktar mit- teknoloġija, dik li llum il-ġurnata tissejjaħ technology-based economy u li anke hawn Malta daħlet ġmielha.", "Aħna rridu nikkompetu biex naqilgħu l- ħobża ta' kuljum, pero' element essenzjali fil-battalja tagħna bħala nazzjon indipendenti għandu jkun l-identita' tagħna bħala Maltin.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn li biex nikkompetu niġu assimilati minn entita' akbar minna.", "Biex nikkompetu għandna nfittxu li nżommu l-identita' tagħna bħala nazzjon, biex inkunu nistgħu nqabblu fejn jaqblilna u nispeċjalizzaw fl-oqsma li fihom ikollna vantaġġ.", "Nistgħu naraw kif l-industrija ta' l- offshore banking u l-offshore centres, li saħansitra kien hawn diġa' numru sostanzjali ta' firms ta' accountants li daħlu f'dan il-business, ħadet daqqa ta' ħarta minħabba l-pass li ħa dan il-gvern.", "Malta bħala nazzjon ma tiggwadanja proprju xejn jekk fit-taqtigħa tagħha biex tifforma parti minn dinja globalizzata, tinsa l-impenn soċjali u tkasbar il-ġustizzja soċjali.", "L-impenn tagħna lejn soċjeta' ġusta li verament toffri opportunitajiet ġodda u ndaqs lil kulħadd, għandu jkun arma li jgħinna nikkompetu fid-dinja globalizzata.", "Din hija proprju waħda mill-akbar sqarrijiet li hemm fid- dokument ġdid soċjali li l-partit Laburista se jkun qed jiddiskuti l-ġimgħa d-dieħla bħala tiġdid tal-politika soċjali tiegħu.", "Imma mmur lura għall- issue tal-lum, Sur President.", "L-Unjoni Ewropeja ma setgħetx tirnexxi kieku kienet ibbażata biss fuq il- kummerċ mingħajr protezzjoni, minħabba l-konsegwenzi negattivi li jista' jkollu l-kummerċ ħieles fuq l-individwi.", "Il-fondi reġjonali huma ntiżi biex jikkompensaw areas bi problemi strutturali li jkunu jridu jerġgħu jirristrutturaw l-industrija tagħhom.", "Il-fondi soċjali huma maħsuba biex jgħinu lin-nies li jkunu displaced u li jkollhom bżonn ta' retraining.", "Jien naħseb li dan l-argument japplika ħafna għalina l-Maltin, għaliex aħna qed niġu mġiegħla mill-Unjoni Ewropea biex nirristrutturaw imma mingħajr l- ebda għajnuna, forsi anke minħabba l-ossessjoni tal-Partit Nazzjonalista biex akkost ta' kollox isieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni u malajr kemm jista' jkun.", "Peress li l-gvern Nazzjonalista b'mod mgħaġġel neħħa l-levies u l- protezzjoni li qabel kienet tgawdi minnha l-industrija Maltija, l-ażjendi Maltin se jkollhom jiffaċċjaw kompetizzjoni qalila ħafna minn kumpanniji akbar li joperaw f'ambjent teknoloġikament aktar avvanzat u huma situated aktar viċin tas-swieq tagħhom stess.", "Għalhekk se jkun diffiċli ħafna biex il-kumpanniji tagħna jikkompetu on a level playing-field ma' kumpanniji barranin, għaliex se jkollhom jikkompetu ma' kumpanniji ħafna akbar minnhom li gawdew mill-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Eżempju konkret ta' dan li qed ngħid jinsab fl-industrija tal-birra, li fost l-oħrajn se jkollha taġġorna ruħha mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropeja fir-rigward ta' water recycling, jiġifieri l-waste disposal ta' l-ilma li jintuża biex tiġi manifatturata l-birra.", "Kumpanniji kompetituri tagħna fl- industrija tal-manifattura tal-birra, bħal dawk Sqallin, diġa' investew f'din it-teknoloġija permezz ta' l-għajnuna kbira finanzjarja li rċevew mill-Unjoni.", "Imma għall-kuntrarju, il-kumpanniji Maltin se jkollhom jagħmlu dan l-investiment minn buthom, għax sfortunatament l-għajnuniet ta' l-Unjoni Ewropea m'humiex jersqu lejn Malta.", "Id-diska tal-mitt miljun lira issa ndrat, u minħabba l-fatt li fl-aħħar elezzjoni din il-figura ntużat biex tinganna lill-poplu, issa kulħadd emmen li din ma kienet xejn għajr figura astronomika li żgur mhux se tasal hawn Malta.", "Fil-prattika dan kollu jfisser li dawk il-kumpanniji Maltin li huma diġa żvantaġġati minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u minħabba li qegħdin 'il bogħod mis-swieq li lejhom jesportaw, qed isofru minn żvantaġġ kbir ieħor, li għax għandna anqas poter politiku rridu naċċettaw li niġu ttrattati b'dan il-mod degradanti.", "Kull pajjiż Mediterranju li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea gawda minn għajnuniet finanzjarji kbar għar-ristrutturar li kien meħtieġ li jsir.", "Allura aħna għaliex għandna naċċettaw li niswew inqas mill-Portugal, minn Spanja, mill-Greċja jew Sqallija?", "Għaliex dak li japplika għalihom m'għandux japplika għalina wkoll?", "Milli jidher, il-gvern Nazzjonalista qed jinnegozja minn pożizzjoni dgħajfa ħafna, u sfortunatament l-Unjoni Ewropea qed tieħu vantaġġ minn dan.", "Biex anke nagħti spjega fid-dettal ta' dak kollu li nixtieq ngħid se niffoka issa fuq il-qasam soċjali, b'mod speċjali dak tax-xogħol.", "Mill- ewwel ikolli ngħid li konfidenzjalment ninsab informat li mill-impact assessment li ġie fdat f'idejn il-MISCO, il-KPMG u l-Europe Advice, jirriżulta li l-liġijiet kollha li jirrigwardaw il-qasam tax-xogħol se jiġu konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u jiddaħħlu fil-prattika sas- sena 2003.", "Minbarra din l-għaġġla u minbarra d-diffikultajiet li din se ġġib fil-qasam ta' l-industrija, jien informat li l-gvern Nazzjonalista qed jitlob deroga waħda biss, dik dwar l-EU Directive 93/104, li fost l-oħrajn tesiġi li l-ħaddiema m'għandhomx jaħdmu għal iktar minn 48 siegħa fil- ġimgħa waqt li n-nightshifts m'għandhomx ikunu itwal minn tmien sigħat.", "Mingħajr tlaqliq ta' xejn jien ngħid li huwa tajjeb li l-gvern jitlob deroga f'dan il-qasam, u naħseb li kieku l-Unjoni Ewropea ma taċċettahiex, lanqas ikollna għalfejn noħolmu li nissieħbu fiha għax żgur ma jkunux ħafna dawk il-ħaddiema li jaffordjaw li jaħdmu għal mhux iktar minn 48 siegħa.", "Ħafna mill-ħaddiema Maltin ikunu ħadmu dak l-ammont ta' sigħat fl-ewwel erbat ijiem tal-ġimgħa, jiġifieri skond ir-regoli ta' l-Unjoni l-Maltin se jispiċċaw jaħdmu a four-day week.", "L-oppożizzjoni Laburista taqbel li għandu jkun hemm deroga f'dan ir-rigward, pero' naħseb li hemm bżonn li jintalbu derogi u kondizzjonijiet oħra għal aspetti oħra tal-qasam tax- xogħol.", "MR.", "SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Membru.", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq nagħmel punt ta' kjarifika rigward dak li qal l- Onor. Chircop.", "Kif anke tħabbar fil-press conference li tajt nhar is-Sibt li għadda, ġiet preżentata n-negotiating position fuq il-politika soċjali fejn qed jintalab perijodu transizzjonali fuq erba' direttivi, ċioe' Directive 93/104, organisation of working plan; Directive 86/118, noise at work; Directive 89/655, use of work equipment; u Directive 92/57, temporary mobile construction sites.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Kieku l-Ministru tani ftit ċans, kont se nagħmel riferenza għal dawk id-derogi meta niġi biex nitkellem dwar health and safety.", "Jiġifieri jien la qed nipprova niżgwida lill-Kamra u lanqas lil kulmin qed jismagħna.", "F'dan l-istadju nixtieq nikkrita apertament il-mod ta' kif ġie ppreżentat il-programm ta' ħidma - u nispera li nkun miftiehem tajjeb - l-iktar dak li hemm f'paġni 153 u 154, fejn qed tingħata lista tad-direttivi ta' l-EU u qed jingħad li l-liġijiet tagħna huma parzjalment konformi ma' dawk id- direttivi.", "Dan huwa minnu, pero' min-naħa l-oħra l-programm ta' ħidma ma jgħidx x'hemm bżonn isir biex il-liġijiet tagħna jsiru fully compliant ma' l-acquis communautaire.", "Jiena ċert li dan kollu sar bl-iskop li nkomplu naħbu r-realtajiet ebsin li se nimponu fuq il-ħaddiema u fuq l-employers kemm-il darba nissieħbu b'pass imgħaġġel fl-Unjoni Ewropea.", "Kif jistgħu l- kumpanniji Maltin jirristrutturaw irwieħhom f'dawn l-affarijiet daqshekk sensittivi li qed jinżammu mistura kemm jista' jkun?", "Iktar minn hekk, il- ministru stess għadu kif qal li sas-sena 2003 l-liġijiet tagħna jridu jsiru fully compliant ma' dawk ta' l-Unjoni.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk jaħsibx li t-transition period biex jiddaħħlu dawn id-direttivi għall- industriji tagħna huwiex qasir tant li se joħloq diffikultajiet kbar.", "Naħseb li tajjeb li nsemmi tnejn minn dawn id-direttivi ta' l-EU biex min qiegħed jismagħni jkun jaf għaliex qed nagħmel din l-enfasi kollha, Sur President.", "Il-Council Directive 95/50 tikkonċerna s-salvagwardjar tad-dritt tal- ħaddiema f'każ li jingħataw xi transfer, waqt li l-Council Directive 91/533 tikkonċerna l-obbligi li għandhom l-employers li jinformaw lill-ħaddiema b'xi tibdil fil-kondizzjonijiet tal-kuntratti tax-xogħol tagħhom.", "L-ewwel ħaġa li rrid nikkonkludi minn dan kollu hija li għalkemm f'pajjiżna diġa' jeżistu ħafna minn dawn il-liġijiet, xorta jibqa' l-fatt li jekk se jiġu mposti xi regoli ġodda fuq l-industrija tagħna li sfortunatament diġa' qiegħda agunija, din żgur li se tkompli tinqered.", "Ċertament li wieħed mill-aktar oqsma li qed ibeżża' lill-partit Nazzjonalista fir-rigward tat- trattattivi huwa l-qasam tax-xogħol.", "L-attentat biex jinħbew il-veritajiet li se jsibu ruħhom fihom l-industrijalisti Maltin u l-ħaddiema, diġa' rajnih iseħħ f'din il-Kamra mill-Onor.", "Lawrence Gonzi, il-ministru direttament responsabbli mix-xogħol.", "Fil-fatt issa qed nifhem għaliex il- Ministru Gonzi ma riedx iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li ġie kummissjonat mill-ETC u kelli nkun jien li niżvela l-kontenut tiegħu.", "L-FAS (Ireland) qalet hekk:", "\"In the eventuality of Malta joining the EU there will be large scale redundancies\".", "Meta wieħed jara dan kollu u meta jara li f'dan id-dokument li qed niddiskutu llum hemm ċerti direttivi li jridu jiġu adottati imma m'hemmx indikazzjoni ta' x'passi jridu jittieħdu, jibda jinnota li hemm front organizzat mill-membri tal-gvern biex l-affarijiet ebsin li se jiġu mposti fuq l-industrija Maltija ma jiġux żvelati, almenu għalissa.", "Għaliex kelli nkun jien li nagħmel din ir-riċerka biex tinkixef il-verita' kollha?", "Imn'Alla għad fadal nies min-naħa tal-gvern li ma jaħmlux li l-verita' tibqa' mistura u li għalhekk qaluli b'dawn il-fatti kollha.", "Jien nixtieq li l-gvern jispjegali kif il-Ġermanja, pajjiż ferm akbar minna, qed jitlob deroga biex ħaddiema minn Eastern Europe ma jitħallewx jidħlu jaħdmu hemmhekk u aħna, li tant aħna bravi u tant aħna b'saħħitna, lanqas biss inlissnu kelma waħda dwar din it-theddida li se tinħoloq għall-ħaddiema tagħna!", "Rigward id-derogi dwar health and safety li għamel riferenza għalihom il- ministru f'dan il-parlament, kienu bosta dawk li stqarrew li l-liġi Maltija diġa hija up-to-date ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, u għalhekk jien skantajt meta l-Ministru Gonzi qal li se jitlob deroga f'dan il-qasam.", "Apparti minn hekk, jidher li minflok ma jfittex li jipproteġi l-interessi tal-ħaddiema tiegħu, gvern Nazzjonalista qed jakkomoda f'pajjiżna lil min għandu poter ekonomiku.", "Id-derogi li qed jitlob il-Gvern Malti fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huma maħsuba biex ipaxxu l-aktar lill- industrijalisti u mhux lill-ħaddiema Maltin.", "Kif qal tajjeb il-ministru, dawn id-derogi huma tnejn, waħda dwar in-noise levels u l-oħra dwar il- makkinarju skadut li nsibu fl-industrija Maltija.", "Ilna nistennew is-second reading ta' din il-liġi sa mill-Għid li għadda imma s'issa għadha lanqas biss ġiet ippreżentata f'dan il-parlament.", "Rigward il-free movement of workers, jgħidu x'jgħidu l-membri tal-gvern, dan huwa suġġett jaħraq li żgur li f'20 siegħa m'għandniex ċans li niddiskutuh sew.", "Pero' huwa importanti li nagħmel riferenza waħda, li l- professjonisti Maltin u Għawdxin għandhom moħħhom mistrieħ għax per eżempju l-medical council diġa' qed jaqbeż għad-drittijiet tat-tobba, għax se jenforza r-regoli li biex tabib jidħol jaħdem f'Malta jrid ikun jipprattika l-lingwa Maltija.", "Dan se japplika wkoll għall-accountants u għall-avukati, imma l-kumplament tal-ħaddiema Maltin se jkollhom dan it-tip ta' garanziji?", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, se nipprova nitkellem ftit fuq din il- mozzjoni li għandna quddiemna, anke jekk bil-mod ta' kif inbidlet qed tagħti direzzjoni differenti.", "Naturalment se niffoka fuq iż-żewġ setturi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, jiġifieri t-telecommunications u t-trasport.", "Fl-acquis dawn iż-żewġ setturi huma ttrattati f'żewġ kapitli differenti u nista' ngħid li filwaqt li l-kapitlu dwar it-telecoms huwa magħluq għax diġa' ġie diskuss, rigward dak dwar it-trasport il-ministeru wasal fl-aħħar fażi tax-xogħol tiegħu biex dan il-kapitlu jkun jista' jingħalaq ukoll.", "Jien niskanta meta kelliem bħall-Onor.", "Karl Chircop jgħid li l-gvern tal- lum m'għandux fiduċja fil-poplu Malti u li qed jagħmel ċerti affarijiet mhux għax verament il-pajjiż għandu bżonnhom imma għax ninsabu mġiegħla minn ħaddieħor.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l-NPAA jinnota li kapitlu wara l-ieħor mhux biss jgħid x'irid isir illum imma xi jrid isir fix-short-term, fil-medium-term u l-pożizzjoni finali li trid tittieħed aktar 'il quddiem.", "Għalkemm l-Onor.", "Chircop qal li l-NPAA ma jagħtix pożizzjoni ċara, anzi f'ċertu sens joħloq inċertezza f'diversi setturi, jien naħseb li għall-ewwel darba se jkollna diversi kapitli miġburin f'ħaġa waħda biex jiffurmaw il-pożizzjoni ta' pajjiżna llum, kif inhu maħsub li tinbidel fix-short-term u fit-terminu medju.", "Jien konvint li jekk l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra raw il-kapitlu dwar it- telecommunications, żgur lli innutaw li fix-short-term period din il-liġi trid tinbidel biex ikun possibbli li s-sistema tal-liċenzjar ta' l- operaturi tkun aktar oġġettiva, inqas diskriminatorja, proporzjonata u fuq kollox trasparenti.", "Hawnhekk qed jingħad ukoll li trid tingħata t-tieni liċenzja tal-mobile telephony, irid ikun hemm l-introduzzjoni ta' l-ISDN u r-regolamenti dwar it-telekomunikazzjoni jridu jiġu aktar imsaħħa.", "Attwalment wieħed jista' jinnota li dawn l-erba' miżuri li suppost jittieħdu fix-short-term diġa' saru.", "Dan għaliex permezz tal-liġi li waqqfet l-awtorita' dwar it- telekomunikazzjoni sar tibdil pożittiv fl-għoti tal-liċenzji, ġiet introdotta l-ISDN u r-regolamenti tat-telekomunikazzjoni ġew imsaħħa.", "Jien li għaddejt minn ġimgħat sħaħ ta' diskussjoni dwar il-liġi li tipprovdi għat-twaqqif ta' l-awtorita' tal-komunikazzjoni, nixtieq nistaqsi lil kull membru ta' din il-Kamra jekk b'xi mod jistgħux jgħidu li l-liġi dwar l- awtorita' tal-komunikazzjoni se tiġi fis-seħħ biex taqdi lil xi pajjiż barrani jew lil xi organizzazzjoni mhux Maltija.", "Jien lest li nisma' lil kull min jixtieq iqum jgħid li l-introduzzjoni ta' l-ISDN, l-introduzzjoni tat-tieni mobile telephony operator u t-tisħiħ tar-regolamenti tat- telekomunikazzjoni m'humiex qed isiru għall-ġid ta' pajjiżna imma għall-ġid ta' xi pajjiż ieħor jew xi organizzazzjoni barranija.", "Jekk wieħed iħares lejn il-bidliet medium-term li jridu jsiru f'dan is- settur, affarijiet li ma jidhrux biss fl-NPAA imma li diġa' dehru fil-pjan nazzjonali għall-bidliet meħtieġa fis-settur tat-telekomunikazzjoni, jinnota li fix-xhur li għaddew kien hawn pressjoni kontinwa mid-diversi organizzazzjonijiet li għandhom l-interess li 'l quddiem imexxu lil pajjiżna f'dan li għandu x'jaqsam mat-telecommunications biex dawn il- miżuri jiġu implimentati.", "Il-pożizzjoni medium-term tal-gvern tal-ġurnata hija li mill-1 ta' Ġunju tas-sena d-dieħla jilliberalizza s-settur tal- cable television, ikompli jsaħħaħ l-infrastruttura regolatorja biex parti kbira minnha tiġi fis-seħħ fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla, ikompli jaħdem fuq ir-regolamenti meħtieġa fi framework ta' liberalizzazzjoni, u jintroduċi t-telephone number 112 bħala n-numru internazzjonali li jista' jiġi wżata bħala emergency number mhux biss fl-Ewropa imma f'diversi pajjiżi oħra.", "Apparti hekk, il-ħsieb tal-gvern hu li mill-1 ta' Jannar 2000 jilliberalizza s-settur tal-fixed telephony.", "F'dan l-istadju jien nixtieq nerġa' nistaqsi jekk hawnx xi ħadd li jaħseb li dawn l-affarijiet huma bżonjużi għall-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea u mhux għall-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Jien konvint li kulmin b'xi mod għandu l- iċken konnessjoni ma' dan is-settur jaf li aktar ma' l-affarijiet isiru malajr, aktar ma' l-liberalizzazzjoni sseħħ malajr, aktar inkunu f'pożizzjoni li nżommu l-qasam tat-telecommunications abreast mal-bidliet li jkunu qed iseħħu filwaqt li jkomplu jinħolqu l-impjiegi ġodda.", "Il- kritika li kien hawn u li ma kenitx ġejja purament mill-oppożizzjoni imma mill-għaqdiet li jħaddmu u mill-għaqdiet li għandhom interess fl-iżvilupp ta' dan is-settur, kienet li aħna missna ngħaġġlu aktar biex il- liberalizzazzjoni f'dawn is-setturi sseħħ qabel l-1 ta' Jannar 2003, u l- gvern, għax konxju mir-responsabbilta' tiegħu lejn l-operaturi li bħalissa qe jaħdmu fis-settur tat-telekomunikazzjoni, ħabbar pjan nazzjonali biex ibiddel dawn l-affarijiet.", "Jien konvint li dan il-pjan nazzjonali li mexjin fuqu, fiż-żmien li ġej mhux biss se jrendi lill-operaturi li b'xi mod jistgħu jibdew jaħdmu fis-setturi differenti tat-telekomunikazzjoni, imma se jkompli jagħti garanzija aħjar ta' mpjieg u ta' kondizzjonijiet ta' xogħol lil dawk kollha li bħalissa qed jaħdmu f'dan is-settur.", "Qed ngħid dan għax bit-tneħħija tal-monopolji fis-settur tat- telekomunikazzjoni f'pajjiżi oħra kien hemm żviluppi sostanzjali.", "Minn ftit ġimgħat 'l hawn f'Malta bdew jidħlu servizzi ġodda bil-possibilita' ta' ħolqien ta' mpjiegi ġodda.", "Jien konvint li 'l quddiem mhux biss se ngħidu li mn'Alla saru dawn il-bidliet imma se nibdew nibku l-fatt li dawn il- bidliet ma sarux qabel.", "Dan għaliex irrispettivament minn x'tgħid l-Unjoni Ewropeja, irrispettivament minn dak li jingħad f'pajjiżna, dan is-settur joħloq l-imjiegi.", "Permezz tiegħu isir in-negozju u aħna nżommu lilna nfusna aġġornati mal-bidliet li jkunu qed iseħħu madwarna.", "Biżżejjed ngħid li n- numru ta' internet users f'pajjiżna żdied bi kważi erba' darbiet aktar minn dak ta' sena ilu, waqt li n-numru ta' mobile phone users f'dawn l-aħħar xhur ukoll żdied b'rata fenomenali meta mqabbel ma' dawn l-aħħar għaxar snin.", "Jien konvint li bil-benefiċċji u bis-servizzi ġodda li grazzi għall- acquis communautaire se jkunu qed jingħataw, pajjiżna se jkompli jaġġorna ruħu u se jilħaq il-livelli meħtieġa mhux għall-Ewropa imma għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u politiku tiegħu stess.", "Settur ieħor li wkoll jaqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħi huwa s-settur tat-trasport, li jista' jinqasam fi tlieta, jiġifieri l-land transport, il- maritime transport u s-civil aviation transport.", "Kif kulħadd jaf, bid- diversi mezzi tiegħu u bil-komplikazzjonijiet li qed joħolqu l-270,000 vettura li hawn jiġru fit-toroq, il-land transport huwa l-uniku trasport intern li jeżisti f'Malta u f'Għawdex.", "Dan l-ammont esaġerat ta' vetturi reġistrati jqiegħed lil pajjiżna fil-lista tal-pajjiżi bl-ogħla numru ta' karozzi għal kull persuna.", "Jien m'iniex qed ngħid dan bi ftaħir imma biex sempliċement nenfasizza l-fatt li peress li hawn daqstant vetturi jiġru fit- toroq waqt il-ħinijiet tax-xogħol, aħna m'għandniex nabdikaw mir- responsabbilitajiet u mid-doveri tagħna.", "Jekk wieħed iħares lejn il-miżuri li jridu jittieħdu fix-short u fil-medium-term, jinnota li xi darba jew oħra dawn kienu kollha ssemmew mill-amministrazzjonijiet preċedenti differenti, għaliex dawn il-miżuri huma kollha meħtieġa biex aħna bħala bnedmin nibqgħu fiċ-ċentru ta' l-attivita', fis-sens li mhux biss ikollna faċilita' ta' trasport bl-art aħjar imma fl-istess ħin dan l-istess avvanz fit-trasport ma jwassalx biex iżid il-perikli għal saħħitna.", "Qed ngħid dan għaliex għalkemm il-ħin kollu nitkellmu dwar in-numru ta' vetturi li hawn f'pajjiżna, ftit li xejn nitkellmu dwar l-effetti negattivi li jġibu magħhom dawn il-mezzi tat-trasport.", "Rigward il-land transport, l-acquis communautaire jgħid li fix-short-term irridu nistabilixxu transport authority waħda, liema ordni diġa' għaddiet minn dan il-parlament fil-ġimgħat li għaddew.", "F'dan l-istadju wieħed bilfors jistaqsi kif jista' jkun li t-twaqqif ta' awtorita' waħda għat- trasport qed issir minħabba l-ħtieġa ta' l-UE, għaliex ħlief għal xi punti żgħar min-naħa ta' l-oppożizzjoni, dan l-Att għadda minn dan il-parlament b'approvazzjoni ġenerali.", "Rigward il-funzjonijiet ta' din l-awtorita' tat- trasport, l-Att jgħid li l-awtorita' se tkun responsabbli mis-setturi kollha tal-land transport.", "Minn hawnhekk jien nixtieq nistaqsi x'hemm ħażin fit-twaqqif ta' din l-awtorita' li apparti mill-fatt li qed tissodisfa l- NPAA fuq kollox qed tagħmel ġid lis-settur tat-trasport ta' pajjiżna.", "Bħalissa ħafna huma dawk li qed jgħidu li bħala riżultat ta' l-acquis communautaire se jkollna napprovaw xi 100 liġi ġdida.", "Tajjeb wieħed jgħid li numru sostanzjali mid-direttivi jew liġijiet ta' l-acquis diġa' qegħdin fis-seħħ taħt xi forma jew oħra.", "F'diversi każi kulma hemm bżonn hu li l- liġijiet preżenti jiġu aġġornati skond il-ħteġijiet attwali ta' pajjiżna li, biex nibqa' fuq is-suġġett tat-trasport, m'għadux pajjiż li jgħaddi bi ftit toroq imma sar pajjiż b'infrastruttura serja li trid tkompli titjieb.", "Rigward il-bini tat-toroq, għal bosta snin pajjiżna m'għamilx l-affarijiet b'mod xjentifiku imma qagħad fuq is-suġġeriment ta' xi persuna partikolari.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares ftit lejn id-daqs u l-forma tar-roundabouts u l- forma tal-junctions, malajr jinduna li numru sostanzjali minnhom ma sarux skond il-ħtieġa tat-trasport ta' dik l-area imma saru għax xi ħadd ried roundabout kbira jew għax xi ħadd ieħor ried roudabout ovali.", "Aħna nistgħu niggarantixxu li din is-sitwazzjoni ma terġax tirripeti ruħha għax se jkollna statistika serja u aġġornata skond il-ħteġijiet tat-toroq tagħna.", "Regolamenti oħra li jissemmew fl-acquis huma dwar il-VRT.", "Anke f'dan ir- rigward, meta sentejn ilu l-oppożizzjoni tal-lum kienet fil-gvern, ukoll kienet qalet li pajjiżna għandu bżonn il-VRT mhux minħabba l-Unjoni imma għal raġunijiet ta' road safety.", "Jiena ċert li deep down kulħadd jammetti li biex ikollna kontroll serju tat-traffiku biex jonqos il-periklu kellna bżonn nintroduċu l-VRT.", "Jekk sa ftit snin ilu l-ftit trakkijiet li kien hawn kienu kapaċi jġorru jarda materjal, it-trakkijiet tal-lum iġorru 20 u 30 jarda.", "U proprju l-acquis communautaire qed jgħid li rridu nfasslu strateġija serja ta' minn fejn u kif jistgħu jgħaddu dawn it-tip ta' vetturi, għax jekk ma jsirx dan ikun inutli li nilmentaw u niktbu fil- gazzetti.", "Rigward il-qasam tat-trasport marittimu, għalkemm sa ftit tas-snin ilu l- operazzjonijiet marittimi kienu magħluqa fil-portijiet tagħna, illum ir- responsabbiltajiet f'dan is-settur, partikolarment fil-merchant shipping, huma akbar mill-pajjiż innifsu.", "Illum ir-raba' l-akbar tunnellaġġ jinsab reġistrat taħt il-bandiera Maltija.", "Dan ma jfissirx biss li din is-sena ġiet reġistrata miljun tunnellata oħra taħt il-bandiera Maltija imma jfisser ukoll li hemm obbligi internazzjonali li rridu nħarsu, u fil-fatt l-awtorita' marittima hija l-entita' responsabbli mill-ħarsien ta' dawn l- obbligi, mhux bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea imma bħala membru ta' l- international maritime organisation.", "Fil-qasam tat-trasport marittimu se jkun hemm bżonn li tiġi emendata l- Merchant Shipping Act.", "Qabel il-vaganzi tas-sajf, wara diskussjonijiet fit- tul ma' min għandu xi konnessjoni mat-trasport marittimu merkanti, kien hemm qbil dwar l-emendi proposti għal din il-liġi.", "Fil-fatt illum nistgħu ngħidu li għandna Merchant Shipping Act aġġornata skond il-ħteġijiet u r- responsabbiltajiet li għandna llum.", "Issemma' wkoll l-iffinalizzar tal-port regulations, regolamenti li permezz tagħhom se jonqos il-periklu għall- baħħara, jiġifieri regolamenti li se jkunu ta' benefiċċju għalina bħala poplu u bħala organizzazzjoni.", "Jekk aħna bħala pajjiż irridu nkomplu nittieħdu bis-serjeta' u rridu nwettqu l-obbligi nternazzjonali tagħna, irridu nieħdu fuq spallejna dawn ir-responsabbiltajiet.", "It-trasport bl-ajru huwa settur li ftit li xejn nitkellmu dwaru, pero' huwa fl-interess tagħna li napplikaw il-bidliet li jseħħu fl-Unjoni Ewropea, għaliex Alla ħares jiġri xi inċident minħabba li ma jkunux ittieħdu l-miżuri li suppost kellhom jittieħdu.", "Jekk nibqa' nelenka l- miżuri li hemm imfassla li jittieħdu fix-short-term u fil-medium-term ma nispiċċa qatt u għalhekk tajjeb li nitkellem dwar xi ħaġa li bilfors se jkollna nkomplu niddiskutu dwarha fiż-żmien li ġej.", "Mr Speaker, rigward l-oqsma tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni fost l- oħrajn, ġiet ippubblikata l-pożizzjoni li għada pitgħada rridu nieħdu bħala pajjiż.", "Għalhekk aħna għandna l-obbligu li ninformaw lill-poplu Malti dwar dawn il-bidliet.", "Jiena konvint li jekk nagħmlu dan imbagħad ikun ferm aktar diffiċli għall-oppożizzjoni biex tidħak bil-poplu.", "Għalhekk jiena nappella biex kulmin b'xi mod imiss ma' dawn iż-żewġ setturi jinforma ruħu bis- serjeta' dwar il-bidliet proposti, bidliet li huma fl-interess tas-settur partikolari u fl-interess tal-pajjiż kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, l-impressjoni li ta l-Onor.", "Ċensu Galea hi li se jkollha tkun l-Unjoni Ewropea li tiddisinjalna r-roundabouts u l-junctions adatti għal pajjiżna.", "Jekk inhu hekk, jien naħseb li r- residenti ta' Ħal Qormi, bl-esperjenza li għandhom ta' Mdina Road, żgur li huma kontra s-sħubija fl-Unjoni!", "Jien nixtieq nappella lill-membri tal- gvern biex ma jinterpretawx l-interventi tagħna l-membri ta' l-oppożizzjoni b'mod negattiv sempliċement għaliex aħna nemmnu li għal pajjiżna teżisti iktar minn alternattiva waħda.", "L-oppożizzjoni m'għandha xejn kontra l-Unjoni Ewropea, u fil-fatt, fis- sentejn li l-Partit Laburista għamel fil-gvern ħadem bis-sħiħ biex itejjeb ir-relazzjoni bejn pajjiżna u l-istess Unjoni.", "B'daqshekk aħna xorta nibqgħu nsostnu li dak li hu tajjeb għal ħaddieħor mhux bilfors huwa tajjeb għalina wkoll.", "F'din id-diskussjoni, il-mira tal-kelliema Laburisti hija li niflu bir-reqqa x'qed jingħad f'dan ir-rapport u x'impatt se jkollu l- acquis fuq pajjiżna biex il-poplu tagħna jkun informat sew dwar dak li deħlin għalih, xi ħaġa li sfortunatament dan il-gvern m'huwiex qed jagħmel.", "Għalkemm fl-introduzzjoni tiegħu, l-Onor.", "Galea qal li n-NPAA jagħti stampa dettaljata ta' x'hemm bżonn li jsir fuq bażi ta' short, medium u long-term sad-data tas-sħubija, fil-fehma tiegħi m'hemm xejn minn dan.", "Per eżempju, għalkemm dan huwa dokument ta' aktar minn kważi 250 paġna, malli wieħed jibda' jifliħ isib li hemm ħafna affarijiet importanti li huma neqsin, bħal ċerta statistika li għadha ma nġabritx jew għadha fi stadju preliminari, bil-konsegwenza li ċerti evalwazzjonijiet li hemm bżonn li jsiru biex per eżempju jiġi stabilit l-impatt soċjali, ma jistgħux isiru.", "Dan il-punt diġa' huwa biżżejjed biex jikkonferma li dan id-dokument m'huwiex qed jagħti informazzjoni biżżejjed lill-poplu tagħna.", "Biex insaħħaħ dan l-argument, se nikkwota minn paġna 20 - manufacturing - fejn hemm miktub li:", "\"An industrial policy document will be defined during 2000\"", "Quddiem dan l-istatement wieħed bilfors jistaqsi għaliex it-tneħħija tal- levies saret daqshekk malajr waqt li d-definizzjoni tal-politika industrijali li għandna nadottaw għadha ma saritx avolja suppost li dan ir- rapport huwa aġġornat.", "Jaħseb il-gvern li t-target imsemmi se jiġi miżmum meta għad hawn ħafna xogħol x'jiġi diskuss f'dan il-parlament?", "Jew se jibqa' għaddej minn fuq ras kulħadd mingħajr ma jagħti ċans ta' dibattitu serju f'dan ir-rigward?", "Jien nistaqsi wkoll xi studju għamel il-gvern dwar kif se jintlaqtu l-impjiegi, kif ukoll jekk għandux xi proġetti għall- ħolqien ta' xogħol ġdid.", "Il-gvern kif qed jaħdem biex jattira investiment ġdid, issa li permezz ta' dan id-dokument nafu li l-inċentivi li joffri pajjiżna lill-industrijalisti barranin se jispiċċaw ukoll?", "F'paġna 23 - capacity to cope with competitive pressure and market forces - insibu miktub hekk:", "\"The privatisation programme will continue to be unfolded over the coming years.\"", "Mr Speaker, aħna kif nistgħu nevalwaw id-dimensjoni soċjali tal- privatizzazzjoni jekk ma nafux x'se jiġri, jekk lanqas għamilna diskussjoni bażika imma sempliċement ġie mqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra waqt id-diskors tal-budget?", "Kif nistgħu niddisutu bis-serjeta' jekk ma nafux fuq liema linja se jimxi l-gvern?", "Il-poplu m'għandux ikun jaf jekk il- gvern huwiex qed jikkontempla li jipprivatizza kompletament is-servizzi essenzjali?", "Il-konsumatur Malti m'għandux ikun jaf kif se jiġi affettwat minħabba l-privatizzazzjoni?", "Il-ħaddiema taċ-ċivil u tal-parastatali m'għandhomx ikunu jafu kif se jiġi affettwat l-impjieg tagħhom fl- eventwalita' ta' privatizzazzjoni totali?", "Paġna 73 - short-term priorities - tgħid hekk:", "\"Examine the required changes in the teaching of technology-related subjects at the secondary level, to support and complement the function of the new vocational college\".", "Jiġifieri dan ir-rapport qed jgħid li għalkemm din is-sena stabilejna u ddiskutejna in-national minimum curriculum, it-tibdiliet meħtieġa fit- tagħlim tat-teknoloġija għad iridu jiġu eżaminati.", "Fid-dawl ta' dan jista' xi ħadd jgħidilna għandniex nippretendu li l-għalliema tagħna jitgħabbew bl- impenn li qed iwaddab fuqhom il-curriculum, meta l-gvern għad irid jeżamina the required changes fit-tagħlim tat-teknoloġija?", "Imma għall-gvern Nazzjonalista minn dan kollu xejn ma jimporta, l-aqwa li ħela kważi sena u nofs biex m'addottax ix-xogħol li kien wettaq il-gvern Laburista preċedenti fuq il-curriculum nazzjonali biex taparsi għamel ix-xogħol hu!", "L-aqwa li ma jilqax il-kritika ta' l-oppożizzjoni li 38% ta' dawk li jirreġistaw għax- xogħol huma żgħażagħ ta' inqas minn 30 sena!", "L-importanti hu li meta l- oppożizzjoni tgħid dan, l-Onor.", "Gonzi jkun pront iwieġeb li ħafna minn dawn in-nies huma illitterati u mingħajr taħriġ.", "Silta minn paġna 89 - current taxation status - tgħid hekk:", "\"The VAT department also commissioned a study to identify any divergences between the acquis and the Maltese VAT regime.", "The conclusions of this study are being examined.\"", "Mr Speaker, dan l-istatement m'huwa xejn ħlief konferma ta' l-impatt negattiv li qed tħalli l-VAT fuq il-Maltin.", "Kulħadd jaf kemm il-VAT qed taffettwa l-għoli tal-ħajja u b'konsegwenza ta' dan qed jonqos b'mod drastiku il-purchasing power ta' ċerti setturi.", "Donnu li kulħadd jaf b'dan minbarra l-gvern, mhux għax ma jafx imma għax ma jridx ikun jaf.", "Imma l- agħar ħaġa li qed jagħmel il-gvern hija li qed jippretendi li ngħidulu prosit mingħajr ma jippreżentalna l-istudju li qed jgħid li qed jagħmel biex inkunu nistgħu nagħmlu evalwazzjoni tajba tiegħu.", "Dawn il-kuntrasti huma xhieda ta' l-għaġġla li għandu l-gvern biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Mela allura, skond dan ir-rapport, l-oppożizzjoni kellha raġun tikkritika lill-gvern għad-dħul mill-ġdid tal-VAT.", "Kwotazzjoni oħra li nixtieq nagħmel hija b'riferenza għax-short-term priorities ta' paġna 91, fejn qed jingħad li:", "\"As regard the special schemes provided for under the Act, the necessary changes can also be effected through a legal notice.", "It is envisaged that changes concerning special schemes could be implemented prior to accession.\".", "Din il-parti tar-rapport ukoll qed titkellem dwar il-VAT u to add insult to injury qed tgħid ċar u tond li t-tibdil jista' jsir ukoll permezz ta' legal notice.", "Per eżempju, tibdil li jista' jsir fis-sistema tat-taxxa se jgħaddi minn dan il-parlament sempliċement permezz ta' legal notice mingħajr lanqas dibattitu wieħed dwar l-effett ta' dan it-tibdil fuq il- poplu Malti.", "Waħda mill-ewwel liġijiet li ressaq quddiem il-parlament dan il-gvern kważi sentejn ilu kienet proprju l-liġi ta' l-erarju.", "Dak iż- żmien l-oppożizzjoni Laburista mill-ewwel xammet li permezz ta' dik il-liġi il-gvern kien se jkun jista' jgħaddi minn fuq ras kulħadd biex jerġa' jdaħħal il-VAT.", "Issa, biex il-poplu iktar jitgħakkes, dan ir-rapport qed jgħid li l-VAT tista' tiġi estiża b'sempliċi legal notice.", "Mr Speaker, nikkwota issa minn paġna 104, \"social statistics\":", "\"The COS is co-ordinating an inter-departmental working group on income, poverty and social exclusion.", "This working group is reviewing the work that has been carried out elsewhere in this area as well as an evaluation of the available data sources for similar work in Malta.\".", "Sur President, din l-istqarrija turi biċ-ċar x'irresponsabbilta' qed juri dan il-gvern fil-konfront tal-poplu Malti.", "Din l-istqarrija tkompli tagħtina raġun meta ngħidu li qabel ma jintroduċi affarijiet ġodda fil- pajjiż, dan il-gvern m'huwiex jagħmel social impact assessment.", "X'serjeta' u x'responsabbilta' hi din meta qabel l-aħħar elezzjoni dan il-gvern tant għajjar bil-kuxjenza soċjali?", "Se nikkwota issa minn paġna 154, \"labour laws\":", "\"The full socio-economic implications of implementing specific aspects of the acquis concerning labour laws are being studied.", "It is envisaged that a transitional period will be required in respect of certain aspects.\".", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija stqarrija oħra li tkompli tħawwad il-bejgħa, għaliex kif jista' jkun li għad irid jiġi studjat it-tibdil li jrid isir f'din il-liġi li tmur lura sa l-1952 u li allura żgur ma tirriflettix ir- realta' tal-qasam tax-xogħol tal-lum?", "Din id-dikjarazzjoni bilfors iġġiegħelni nistaqsi jekk dan il-gvern għadux qed jistudja t-tibdiliet jew diġa' jaf x'tibdiliet irid jagħmel, għaliex jien nifhem li jekk se jitlob perijodu transitorju allura jaf x'irid jinbidel.", "U jekk il-gvern jaf x'hemm bżonn li jsir, għaliex ma jinformaniex biex inkunu nistgħu nagħmlu evalwazzjoni xierqa u korretta!", "Ftit xhur ilu waqt waħda mid-diskussjonijiet li fihom kien jipprova jikkonvinċi lill-Maltin li aħna għandna bżonn nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, il-Ministru Gonzi qal li ilna disa' snin biex nemendaw il-liġi tax-xogħol u li issa, grazzi għas-sħubija fl-Unjoni, se jkollna l-kuraġġ li nagħmlu dan.", "Jiġifieri skond l-Onor.", "Gonzi mingħajr big daddy m'aħniex kapaċi nemendaw il-liġi skond il-bżonnijiet tal-ħaddiema Maltin.", "Issa min-naħa l-oħra dan ir-rapport qed jgħid li t-tibdiliet ma jistgħux isiru f'daqqa għax se jintalab perijodu transitorju.", "Għalhekk jien nixtieq inkun naf ma' liema waħda se nimxu għax dawn huma żewġ affarijiet li jikkuntrastaw ma' xulxin.", "Paġna 155 - occupational health and safety - tgħid hekk:", "\"An assessment of the socio-economic implications of fully adopting the principal occupational health and safety directives is being carried out.", "It is envisaged that a transitional period will be required in respect of certain aspects of the health and safety provisions of the acquis.\".", "Mr Speaker, il-liġi dwar il-health and safety suppost li għaddiet minn dan il-parlament qabel il-vaganzai tas-sajf, imma tant ilha tiela' u nieżla fuq l-aġenda li naħseb li fl-aħħar se nistorduha!", "Il-gvern kif jipprentedi li x-xogħol isir bis-serjeta' meta lanqas jgħid kollox, imbagħad jeħodha bi kbira għax niftħu għajnejn il-poplu billi ngħidulu li m'huwiex informat biżżejjed!", "Rigward l-employment, f'paġna 156 jingħad hekk:", "\"Moreover, the Employment and Training Corporation prepared the draft of the labour market background study report and sent it to the Commission at the end of March 2000.", "The employment and training corporation is also currently devising new employment and training schemes based on the European employment strategy and guidelines.\".", "Quddiem din il-kwotazzjoni, jiena ma nistax ma nistaqsix fejn hu dan id- draft u kif qatt ma ngħatat l-informazzjoni dwaru, avolja dan il-gvern il- ħin kollu jitkarrab għal consensus.", "Allura l-qasam tax-xogħol m'huwiex concern nazzjonali?", "Ma jimmeritahx il-qasam tax-xogħol li jiġi diskuss f'dan il-parlament, u li aħna bħala r-rappreżentanti tal-poplu nkunu informati?", "Jaqaw il-gvern ma jridx consensus fuq il-qasam tax-xogħol, għax sa fejn naf jien m'huwiex qed jgħidulna x'feedback kien hemm mill- kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "X'inhuma dawn in-new employment and training schemes u meta se jibdew?", "Anke rigward il-financial assessment ta' paġna 223, jien nixtieq nistaqsi lill-gvern kif wasal għal dawn il-figuri.", "X'analisi jista' jsir ta' dokument ippreżentat half-baked?", "Quddiem dan kollu bilfors ikolli nerġa' nistaqsi kif il-gvern għandu l-wiċċ jippreżenta quddiem il-poplu dokument li ma jistax jiġi diskuss bis-serjeta' għax ma fihx l-informazzjoni kollha meħtieġa, meta ilu għaxar snin li applika għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Laburista għandu raġun jikkritika lill-gvern għax m'huwiex qed jinforma biżżejjed lill-poplu.", "F'dan l-istadju bilfors se jkolli nerġa' nsemmi lill-Onor.", "Gonzi, għax peress li hu qiegħed fuq quddiem nett fit-twettiq tal-ġustizzja soċjali f'pajjiżna bilfors ikolli nistaqsi lilu.", "Jien nixtieq li l-Viċi Prim Ministru jispjegalna kif il-parti soċjali ta' l-acquis communautaire, bħal per eżempju l-politika ta' l-occupational health and safety, ma ngħatatx ċerta prijorita' bħalma ngħatat il-VAT.", "Issa ħadd min-naħa tal-gvern ma jista' jgħid li l-VAT iddaħħlet għax kien hemm bżonn ta' immodernizzar tal- pajjiż, għax issa dan id-dokument kixef ir-raġuni vera wara l-introduzzjoni tal-VAT, u saħasitra paġna 89 tgħid ċar u tond li l-VAT iddaħħlet fuq l- affarijiet essenzjali bħall-petrol, id-diesel u t-telephone proprju biex tkun in line ma' l-acquis.", "Il-gvern Nazzjonalista għakkes lill-ħaddiema tiegħu akkost li jogħġob lil Brussels.", "Għaliex il-Ministru Gonzi ma trattax l-aspett soċjali bħalma ttratta l-VAT?", "Allura mhux bir-raġun l- oppożizzjoni tikkritika bl-aħrax lil dan il-gvern, li biex jiġbor it-taxxi malajr jagħmel il-liġi u jikkonforma ruħu ma' l-acquis, imma biex jagħmel xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-welfare tal-poplu jaħdem bil-mod!", "Anke rigward l-income tax, malajr għamel dak li kellu jagħmel, għax bis- saħħa tagħha qed jimla' l-ħofra li issa m'għadhiex ħrafa għax saret ta' veru.", "F'dan ir-rigward il-gvern ma talab l-ebda perjodu transitorju u malajr ikkonforma ruħu ma' l-acquis.", "Il-gvern preżenti qed jaħbi l-fatt li ladarba aħna nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, meta din tarmonizza t-taxxi tagħha, aħna jkollna nagħmlu l-istess.", "Il-gvern m'huwiex qed jaħbi lill- poplu Malti biss imma anke lill-istess kummissjoni ta' l-Unjoni fi Brussels.", "L-amministrazzjoni preżenti, filwaqt li f'paġna 18 spjegat kif qed taħdem biex tenforza l-Att dwar it-Taxxa - u saħansitra qalet ukoll li mponiet l-interessi fuq il-pagamenti tat-taxxa li ma jsirux - ma semmiet xejn dwar l-eluf ta' liri li għandha tagħti f'refunds għall-ħlasijiet żejda tat-taxxa li għamlu l-Maltin matul is-snin li għaddew.", "Mr Speaker, anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-mediċini, il-gvern m'għandux għaġġla biex jikkonforma ruħu.", "Paġna 30 - pharmaceuticals - tgħid hekk:", "\"The current infrastructure, policies and legislative framework regarding medicinal products in Malta needs significant upgrading to fully comply with the EU directives and regulations governing medicinal products.", "However, the health division through the government pharmaceutical services (GPS) has already carried out a number of initiatives in this area which will be sustained over the next few years in order to implement the necessary changes.\".", "Sadanittant, f'paġna 26 - price control - jingħad hekk:", "\"Take measures to control prices of certain specific markets such as the market for medicinal products (Directive 89/105/EEC), which have particular characteristics that distinguish them very clearly from markets for other consumer products, within the parameters established by community law.\".", "Jiġifieri rigward il-mediċini l-gvern m'għandux għaġġla.", "M'huwiex mgħaġġel biex iserrraħ lill-anzjani tagħna, lill-familji ta' persuni b'diżabilita' u lill-familji bi dħul żgħir - anzi meta l-oppożizzjoni tkellmet fuq il- bżonn ta' inforzar tar-regolamenti u l-liġijiet tal-kummerċ, ġejna mgħajrin li rridu ndawru l-arloġġ lura - u għalkemm l-Unjoni Ewropea qed tgħidlu biex jagħmel dan, il-gvern xorta qed jimxi bil-mod f'dawk l-affarijiet li jolqtu liż-żgħir.", "Sur President, l-istess jista' jingħad għar-rigward tal-politika favur id-drittijiet u l-ħarsien tal-konsumatur.", "Basta niftaħru bil-kwantita' ta' liġijiet li għaddejna biex inħarsu lill-konsumatur, imbagħad proprju f'paġna 182 ta' dan ir-rapport insibu hekk:", "\"(e) Implement a comprehensive educational and informative programme to increase consumer awareness.\".", "L-ebda consumer policy ma tista' titħaddem tajjeb jekk il-konsumatur ma jkunx mgħallem dwar id-drittijiet tiegħu.", "L-ewwel liġi speċifika dwar id- drittijiet u l-ħarsien tal-konsumatur saret fl-1994 taħt gvern Nazzjonalista, li kien jaf li l-konsumatur ma jafx x'inhuma d-drittijiet tiegħu.", "Minkejja l-liġijiet kollha li għadda minn dan il-parlament, il- Partit Nazzjonalista xorta m'għamel xejn, u xorta m'għandux għaġġla biex jimplimenta dan il-qasam bażiku għat-twettiq bis-serjeta' tal-politika favur il-konsumatur.", "Alla jbierek il-mira tal-gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-informazzjoni u l-edukazzjoni li trid tingħata lill- konsumtur hija għal sentejn oħra.", "Apparti hekk l-edukazzjoni ma tingħatax mix-xejn u sal-lum, kieku fid-dipartiment tal-konsumatur m'hemmx persuna li hija verament dedikata f'dan il-qasam, kieku ma jsir xejn.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Borg ikkonkluda billi semma' meta kien ġie kkritikat mill-Onor.", "George Vella li l-gvern ma kellux mandat elettorali.", "Jiena nikkonferma li jgħid x'jgħid, il-gvern m'għandux mandat elettorali, għaliex billi fil-manifest elettorali qal li jirriattivaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u wara li jsiru n-negozjati jitressaq referendum, ma qalx li qabel ma l-poplu jkollu ċ-ċans li jgħid iva jew le, ikun diġa' tgħabba bil-piżijiet.", "Il-poplu Malti u Għawdxi ma vvotax lill- Partit Nazzjonalista biex għall-ewwel darba fl-istorja jara lill-ħaddiem Malti jmur lura d-dar bil-paga mnaqqsa.", "Il-poplu Malti u Għawdxi ivvota lill-gvern preżenti biex imexxi lill-pajjiż f'direzzjoni ta' ġid u ta' progress, u mhux biex il-gvern joqgħod jistenna lill-big daddy jgħidlu x'għandu jagħmel.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is- Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Sur President, qegħdin niddiskutu l-programm għall-adozzjoni ta' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea biex pajjiżna jkompli jagħmel il-bidliet neċessarji mhux biss biex inkunu konformi mar-regolamenti ta' l-Unjoni imma fuq kollox biex inkunu konformi mas-seklu l-ġdid.", "Anke kieku pajjiżna ddeċieda li m'għandux jissieħeb fl- Unjoni, xorta kien ikollu jadotta dan il-programm ta' ħidma li għandna quddiema biex itejjeb il-kwalita' tal-ħajja tagħna.", "Id-differenza bejn il-gvern u l-oppożizzjoni hija li filwaqt li l-gvern irid isir parti mill-Unjoni Ewropea biex dan it-tibdil isir bl-għajnuna ta' l-istess Unjoni, l-oppożizzjoni qegħda kontinwament tipprova tbellagħha lill-poplu Malti li dan it-tibdil xorta jista' jsir, anke jekk ma nidħlux fl-Unjoni, jiġifieri t-tibdil meħtieġ jista' jsir anke mingħajr l-għajnuna ta' l-Ewropej.", "Għalkemm il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-Unjoni m'hijiex ir-raġuni li għaliha qegħdin ngħixu u naħdmu, pero' jemmen li l-Unjoni hija dak l-istrument li jsaħħaħ il-viżjoni tagħna f'dak li għandu x'jaqsam mal- ħidma li hemm bżonn li ssir biex dan il-pajjiż nagħmluh ħafna aħjar milli hu.", "Sur President, fil-ftit ħin li għandi se nitkellem dwar it-tibdiliet meħtieġa fil-qasam ta' l-ippjanar, speċjalment fil-qasam ta' l-ippjanar ta' l-art.", "Irrid ngħid li effettivament fil-programm ftit hemm tibdiliet għal dan ir- rigward, anke minħabba l-fatt li fl-1992, meta l-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien għamel il-liġi dwar l-iżvilupp ta' l-ippjanar, kien diġa' adotta ħafna direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt ambjentali.", "Fil-fatt paġna 142 tad-dokument li għandna quddiemna tikkonferma dan u tgħid li kulma hemm bżonn huma xi tibdiliet żgħar, li fil-fatt diġa' ħdimna fuqhom.", "Bi pjaċir ngħid li l- bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar approva x-xogħol li sar mid- direttorat ta' l-ippjanar flimkien mad-dipartiment tal-protezzjoni ta' l-ambjent, li fasslu draft regulations ġodda għall- environment impact assessment regulations, liema regolamenti issa qegħdin għall-approvazzjoni tal-gvern.", "Dan l-eżempju juri li fl-1992 il-Partit Nazzjonalista kien diġa' deċiż li fil-qasam ambjentali ta' l-ippjanar ta' l-iżvilupp jimxi f'din id- direzzjoni.", "Tajjeb li wieħed jagħti ħarsa lejn x'qed jiġri fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ippjanar ta' l-iżvilupp.", "L-iktar ħaġa li tispikka hija bla dubju ta' xejn il-European special development perspective, dokument li dam jiġi diskuss sitt snin, imma li fl-aħħar mill-aħħar l- Unjoni Ewropea qablet li dan għandu jibqa' jitqies bħala dokument ta' direzzjoni ġenerali u m'għandux jintuża minn Brussels biex jiġi regolat il- qasam ta' l-ippjanar ta' l-art.", "Dan għaliex l-Unjoni temmen li fil-qasam ta' l-ippjanar, kemm jista' jkun għandu jibqa' jkun hemm awtonomija lokali kemm għall-gvernijiet nazzjonali kif ukoll għal areas partikolari, biex kulħadd ikun liberu li jiddeċiedi kif l-aħjar li jsir l-ippjanar ta' l-art.", "Qed ngħid dan għax l-oppożizzjoni tagħti l-impressjoni li ladarba pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, kollox se jkun regolat minn Brussels.", "Dan m'hu veru xejn, anzi f'dan il-qasam pajjiżna se jibqa' jirregola lilu nnifsu, anke għaliex l-Unjoni temmen ħafna fil-kunċett ta' soċjeta' ċivili u fil- kunċett tas-sussidjarjeta', jiġifieri li kemm jista' jkun id-deċiżjonijiet jittieħdu fil-livelli l-aktar baxxi biex żgur tkun tirrifletti l-ħtiġijiet tal-poplu.", "Naħseb li l-iktar argument li jinteressa lill-poplu Malti huwa x'inhu mportanti għal pajjiżna.", "Għalhekk irridu naraw kif id-direttivi marbuta mal-qasam ta' l-ippjanar ta' l-art se jaffetwaw lil pajjiżna fix-xhur u fis- snin li ġejjin.", "Per eżempju, fil-bidu ta' din is-sena l-Unjoni Ewropea stabiliet il-qisien tal-gaġeġ li fihom jitrabbew it-tiġieġ.", "Naħseb li bħalissa hawn min qed jistaqsi lilu nnifsu x'għandu x'jaqsam dan ma' l- ippjanar ta' l-art.", "Fil-fatt għandu x'jaqsam ħafna għax jekk il-bdiewa u r- raħħala tagħna jridu jkomplu jkabbru t-tiġieġ u d-dundjani, iridu jagħmlu dan billi jużaw gaġeġ adegwati, jiġifieri jekk ir-raħħala jridu jibqgħu irabbu l-istess ammont ta' tjur iridu jaħsbu għal spazju ikbar għax il- gaġeġ iridu jkunu ikbar.", "Għalhekk l-awtorita' ta' l-ippjanar se jkollha l- kompitu li tara li l-policies tagħha għar-rigward tal-permessi li jingħataw lir-raħħala jew lill-bdiewa biex ikunu jistgħu jkabbru l-annimali, ikunu flessibbli biex jagħmlu l-ħajja tal-bdiewa aktar faċli u biex dawn il- bdiewa jadattaw irwieħhom għad-direttivi l-ġodda.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi tkellimt fuq l-għajnuniet mogħtija mill- Unjoni Ewropea, fejn l-ikbar sors ta' għajnuna li minnu se jgawdi pajjiżna ġaladarba jkun membru sħiħ huwa l-fond strutturali.", "Iktar ma jgħaddi ż- żmien, l-Unjoni iktar qed tissorvelja din l-għajnuna biex ma ssirx xi ħsara lill-ambjent.", "Anke permezz ta' deċiżjoni li ttieħdet fis-6 ta' Settembru ta' din is-sena, se jkun hemm aktar kontroll fuq l-għoti ta' għajnuniet finanzjarji mill-fond strutturali, billi l-proġetti proposti jkunu eżaminati mill-aspett ambjentali.", "Dan għaliex mill-esperjenza tagħha fis- snin li għaddew l-Unjoni ġieli ffinanzjat proġetti li sfortunatament kienu ta' ħsara għall-ambjent.", "L-Unjoni qed tgħid bl-aktar mod ċar li hemm bżonn li jkun hemm ippjanar integrat, u għalhekk kull benefiċċju se jkun eżaminat vis-a-vis l-impatt ambjentali.", "Naħseb li sfortunatament f'pajjiżna għad hawn il-mentalita', karatteristika ta' soċjetajiet żgħar, li quddiem xi diffikulta' minflok ma niddjalogaw wiċċ imbwiċċ, nagħmlu djalogu dahar ma' dahar.", "Jinqalgħu ħafna sitwazzjonijiet fejn dipartimenti jew aġenziji jimxu għal rashom u ma jikkordinawx bejniethom.", "Issa l-Unjoni Ewropea qiegħda tisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm ippjanar integrat fil-qasam ta' l- enerġija, tat-trasport, tal-kwalita` ta' l-ilma, ta' l-agrikoltura u ta' l- immaniġġjar ta' l-iskart.", "Huwa importanti li pajjiżna jifhem il-ħtieġa li jmur ħafna aktar lejn proċess ta' koperazzjoni u qsim ta' informazzjoni f'dawk li huma pjani.", "L-agħar ħaġa li tista' tiġrilna hija li nibqgħu bis- soltu sistemi li kultant ngħaddu minnhom, min għaddej fuq naħa u min għaddej fuq naħa oħra u ma jkunx hemm koordinazzjoni biżżejjed.", "U ma naħsibx li għandna bżonn lill-Unjoni Ewropea biex tgħidilna dan għaliex dan ilna nirrepetuh aħna u qegħdin naħdmu biex iseħħ.", "Irrid ngħid li l-pjan ta' struttura li ġie approvat minn din il-Kamra fl- 1992 kien ta dik id-direzzjoni li hemm bżonn ta' integrazzjoni fl-ippjanar imma sfortunatament ma sarx l-iżvilupp mixtieq f'dak li għandu x'jaqsam ma' ippjanar integrat.", "Għalhekk anke fit-tibdil li qegħdin nipproponu għall- Att dwar l-Iżvilupp ta' l-Ippjanar li ġie ppubblikat il-ġimgħa l-oħra, aħna qegħdin nikkontemplaw li l-inter-departmental planning commission, aktar milli tara l-appelli minn applikazzjonijiet ta' dipartimenti tal-gvern kif inhi obbligata tagħmel illum bil-liġi, tibda sservi ta' strument fundamentali biex ikollna ippjanar integrat.", "Ir-rwol prinċipali ta' din il- kummissjoni se jkun li sservi ta' xprun prinċipali biex naraw li jkollna pjanar aktar integrat.", "Minkejja li għadna m'għamilniex it-tibdil fil-liġi, din il-kummissjoni diġa` bdiet taħdem f'din id-direzzjoni anke billi timbotta lill- korporazzjonijiet pubbliċi u dipartimenti tal-gvern sabiex jaħdmu ħalli jfasslu dawk li huma msejħa bħala subject plans fil-pjan ta' struttura, li wħud minnhom saru u oħrajn ma sarux.", "Jien nieħu gost ngħid li din il- kummissjoni rnexxilha tikkonvinċi lill-MDC sabiex għall-ewwel darba jitfassal subject plan għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' l-art għall-industrija, liema subject plan sal-lum għadu ma sarx.", "Jien nixtieq ngħid prosit lil din il-kummissjoni u lill-MDC li ħarġet tender sabiex isir dan is-subject plan.", "Dan huwa eżempju ta' kif pajjiżna jrid jaħdem biex immorru lejn ippjanar aktar integrat li fuq kollox inaqqsilna l-ispejjeż żejda u l-ħela.", "Jekk ma jkollokx koperazzjoni u ippjanar integrat hemm ċans li jkun hemm dupplikazzjoni ta' xogħol li ħafna drabi jfisser pagi żejda.", "Allura huwa fl-interess tagħna, irrespettivament minn jekk nidħlux jew le fl-Unjoni Ewropea, li pajjiżna jimxi f'din id-direzzjoni.", "Xtaqt issa nsemmi programm ieħor li għandha l-Unjoni Ewropea u li aħna fil-qasam ta' l-ippjanar ta' l-art nistgħu ngawdu minnu b'mod ċar.", "Qed nirriferi għall-programm imsejjaħ urban community initiative programme, liema programm konna nkunu diġa` qegħdin ingawdu minnu kieku aħna membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fost ħafna postijiet li gawdew minnu hemm il- belt ta' Cork fl-Irlanda u l-belt ta' Malaga fi Spanja.", "Dan il-programm iservi ta' għajnuna finanzjarja diretta mill-Unjoni Ewropea lil bliet u rħula sabiex ikun hemm riġenerazzjoni tat-tessut urban, dak li tant għandna bżonn f'pajjiżna, fejn għandna rħula li sfortunatament iċ-ċentri tagħhom qegħdin jew imutu jew jiġu ttrasformati f'arkitettura li ma tagħmilx ġieħ lill-wirt li għandhom dawk l-istess irħula.", "Fil-każ ta' Cork, li hija t- tieni l-akbar belt fl-Irlanda u hija belt industrijali, l-Unjoni Ewropea tat Lm3 miljun sabiex ikun hemm proġett li jikkrea ambjent soċjo-ekonomiku tajjeb għall-investiment.", "Din hija belt b'popolazzjoni ta' 55,000 ruħ, l- istess daqs dik tal-Kottonera.", "Dan ifissser li kieku aħna llum diġa` membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea u ppreżentajna domanda sabiex fil-Kottonera nagħmlu proġett ta' riġenerazzjoni, l-Unjoni kienet tkun tista' tassistina kif assistiet lill-belt ta' Cork.", "Bit-Lm3 miljun li ħarġet l-Unjoni, il- gvern Irlandiż se joħroġ biss kwart ta' l-ispiża involuta għall-proġett.", "Dawn huma eżempji ċari li jagħtu stampa ta' għajnuniet li pajjiżna jgawdi jekk ikun membru fl-Unjoni.", "U forsi hawnhekk jista' jkun hawn min jistaqsi jekk hemmx xi ħaġa li żżomm lill-gvern milli jagħmel dawn il-programmi ta' riġenerazzjoni urbana kemm-il darba aħna nibqgħu barra mill-Unjoni.", "Jien ngħid li m'hemm xejn xi jżomm lill-gvern milli jagħmel dan, imma kieku kellna nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea, il-gvern iħallas biss kwart ta' l- ispiża.", "Fil-każ ta' Malaga mbagħad insibu li l-Unjoni Ewropea permezz ta' dan il- programm tat Lm6.4 miljun għal proġett f'area li għandha popolazzjoni ta' 23,000, l-istess popolazzjoni li għandha Ħal Qormi.", "Dan il-proġett kollu għandu jiġi jiswa Lm10 miljun, jiġifieri l-Unjoni Ewropea se tħallas 70% ta' l-ispiża.", "Dawn il-flus se jmorru sabiex madwar 60 businesses bħal bars, restaurants u stationeries, ikunu jistgħu jirranġaw il-ħanut tagħhom.", "F'pajjiżna għandna ħafna każi bħal dawn, speċjalment fil-belt kapitali tagħna, imma sal-lum għadna nittewbu għaliex pajjiżna m'huwiex membru ta' l- Unjoni u ma jistax igawdi minn dawn l-għajnuniet.", "Kieku kelli aktar ħin kont insemmi madwar 50 każ, għax wara kollox minn dan il-programm gawdew madwar 130 proġett f'pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Jien semmejt dawn iż-żewġ postijiet għaliex għandhom popolazzjoni żgħira bħal tagħna u l-oppożizzjoni spiss tgħidilna li pajjiżna huwa żgħir u m'għandux id-dimensjoni tal- pajjiżi l-kbar.", "Id-differenza li sfortunatament l-oppożizzjoni ma tifhimx hija li pajjiżna, anke jekk huwa żgħir, igawdi fi propozjon akbar minn pajjiżi kbar.", "Sur President, jien nikkonkludi billi ngħid li huwa importanti li l- oppożizzjoni tifhem ħalli b'hekk igawdi l-poplu Malti.", "Il-poplu Malti għandu bżonn jagħmel qabża ta' kwalita`, kif għamilna matul is-snin taħt diversi gvernijiet, u għandna bżonn nagħmlu pass qawwi ta' kwalita`, liema pass tgħinna biex nagħmluh l-Unjoni Ewropea.", "L-appell tiegħi lill-Partit Laburista llum huwa biex ma jibqax jgħix fil-passat imma jibda jjgħix fil- preżent u jkollu l-viżjoni tal-partiti u soċjalisti barranin.", "Sfortunatament illum il-Partit Laburista spiċċa partit li jixbaħ ħafna iktar lill-partiti Konservattivi tal-lemin tal-pajjiżi ta' l-Unjoni milli jixbaħ lill-partiti Soċjalisti.", "Jekk il-Partit Laburista Malti - ma nsejjaħlux soċjalista allovalja tant jagħtu ismijiet differenti lill-partit tagħhom li kultant alnqas tkun taf x'għandek issejjaħlu - irid ikun verament soċjalista bħall-partiti li hemm fl-Unjoni u l-kumplament tal- pajjiżi li għadhom qegħdin iħabbtu l-bieb ta' l-Unjoni biex jidħlu membri ...", "J'Alla l-Partit Laburista Malti jimxi mal-lum u jkollu viżjoni għall- futur mhux jibqa' mal-passat.", "Kieku l-Partit Laburista jagħmel hekk, igawdi mhux biss hu imma jgawdi wkoll il-poplu Malti kollu.", "Sur President, l-aħħar appell tiegħi lill-Partit Laburista huwa sabiex jiftakar li kienu mexxejja soċjalisti Ewropej li dejjem għamlu l-appell matul iż-żmien, wara li anke huma kkonvinċew ruħhom għall-viżjoni ta' Ewropa magħquda.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien li nimmilita fil-Partit Nazzjonalista, partit demokristjan, imma qed jgħiduh nies bħal John Smith, ex-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, li fil-ktieb tiegħu qal li l- Unjoni Ewropea hija l-akbar tarka li għandu u se jkollu l-ħaddiem fis-snin li ġejjin sabiex jipproteġi l-politika soċjali.", "Jien ngħid li hemm bżonn li l-Partit Laburista Malti jinbidel u ma jibqax ikkakkmat ma' politika li tiżolah mill-kumplament ta' l-Ewropa u mill-kumplament tad-dinja.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin fil-Mediterran u għandna viżjoni għall- Mediterran, liema viżjoni nistgħu nsaħħuha ferm aktar billi nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, jien ħsibt li l-Onor.", "Pullicino se jagħmel appell differenti milli għadu kif għamel, speċjalment wara d- disfatta li kellha l-Unjoni Ewropea fil-każ tad-Danimarka fejn, f'referendum ħieles, poplu sħiħ - u mhux partit - ivvota kontra li jdaħħal il-euro bħala l-munita ta' pajjiżu.", "L-Onor.", "Pullicino qal li l-Unjoni Ewropea tat lil Cork - b'popolazzjoni ta' madwar 38,000 ruħ u mhux kif qal hu b'popolazzjoni ta' 50,000 ruħ - Lm3 miljun.", "Jien ngħid li m'għandux għalfejn joqgħod jistgħaġeb b'dan għaliex il-partit tiegħu - dak li daqqa jsejħulu demokristjan, daqqa jsejħulu popolari u daqqa jsejħulu Nazzjonalista! - qalilna li pajjiżna se jingħata Lm100 miljun bħala pre- accession funds, liema somma issa niżlet għal Lm3 miljun.", "Mela ejjew ngħidu kollox f'ġieħ kemm hemm u mhux tiġi ssemmi r-raħal ta' Cork!", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, f'Mejju li għadda kont qiegħed Brussels flimkien ma' wħud minn sħabna f'din il-Kamra u waħda mid-domandi li għamilt jien lid-delegati min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea kienet dwar x'kalkoli wżaw biex waslu għall-konklużjoni li aħna ningħataw ftit aktar minn Lm3 miljun fis-sena bħala pre-accession funds filwaqt li lil Ċipru tawhom kważi d-doppju.", "Issa dan meta nofs Ċipru lanqas biss jirrikonoxxuh bħala parti minn Ċipru, għax meta tneħħi l-popolazzjoni Torka mill-popolazzjoni totali ta' Ċipru, il-figura tiġi kważi daqs dik ta' Malta.", "Pero` minkejja dan lil Ċipru tawhom kważi d-doppju ta' dak li taw lil pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri lill-gvern Nazzjonalista ħadd ma jikkalkulah fi Brussels, u mela jiġi jsemmili Cork!", "L-Onor.", "Pullicino kkwota lil John Smith, li kellu l-isfortuna li jmut qabel ma jsir prim ministru.", "Il-verita` hi li kulħadd jara x'inhu fl-aħjar interess ta' pajjiżu, u aħna fil-manifest elettorali tagħna ta' l-1996 lill-poplu Malti għednilu xi rridu nagħmlu.", "Li ġara kien li morna għall- elezzjoni u l-poplu Malti, wara disa' snin ta' gvern Nazzjonalista jgħajjat bl-Ewropa, wera biċ-ċar li ried il-politika tal-Partit Laburista u ddeċieda b'ruħu u b'ġismu favur il-politika Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Dak li ġara fl-1998 ma kellu x'jaqsam xejn mal-kunċett ta' l-Ewropa u huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed jibża' mir-referendum - jien segwejt b'attenzjoni lill-Onor.", "Pullicino u kemm-il darba smajtu juża l-frażi \"anke jekk Malta ma tidħolx membru\" - għaliex diġa` tinħass arja qawwija kontra l-Ewropa, u se ngħid għaliex.", "Jien xtaqt nillimita d-diskors tiegħi għal dak li għandu x'jaqsam mal- parti li titkellem fuq il-ġudikatura, fejn ovvjament ladarba nissieħbu fl- Unjoni Ewropea se jkun hemm ċertu aspetti li bilfors se jiġu affettwati.", "Kif kulħadd jaf, l-Unjoni għandha struttura mibnija fuq żewġ qrati, jiġifieri l-qorti tal-prim istanza u l-qorti aktar superjuri, fejn meta jkun hemm individwu, soċjeta' jew anke pajjiż li jrid jattakka l- interpretazzjoni ta' xi direttiva, anke għaliex tista' tkun in conflict ma' xi liġi domestika, Brussels tordnalu x'jagħmel.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq sistema fejn is-supremazija tal-liġi ta' l-Ewropa bil-mod il-mod qiegħda tikber b'tali manjiera li se tiġi kompletament superjuri għal kull aspett legali li aħna ilna nimxu bih.", "Jien ma naħsibx li din hija xi ħaġa tajba għal Malta u jien ċert li kulmin jiddelitta bil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, kulmin jiddelitta bl-istorja legali ta' pajjiżna u kulmin għandu għal qalbu l-evoluzzjoni li aħna mxejna matul is-snin fil-qrati tagħna, ma jgħidx li huwa għaqli li nissottomettu ruħna lejn is-supremazija tal-corpus juris Ewropew.", "Dan il-corpus juris qed jikber tant li llum hawn ġuristi Ewropej li qed jgħidu li għandu jkollna sovranita` Ewropea, qorti aktar suprema u saħansitra armata Ewropea, ara x'federaliżmu qawwi qed nitkellmu fuqu!", "Hemm hu l-lemin, Onor. Pullicino, mhux aħna!", "Dik hija l-politika tal- lemin, ta' min jersaq lejn din it-tip ta' politika li kważi tiddisturba l- ħin kollu s-sovranita` ta' kull pajjiż, anke jekk b'mod unaware, u xorta jidħol għaliha, u dan il-gvern dieħel għaliha b'kapriċċ.", "Il-pajjiżi b'saħħithom ta' l-Ewropa, bħal per eżempju l-Ġermanja, ma jinbidlux.", "U inutli toqgħod tgħid li ġara \"hekk\" u \"hekk\".", "Meta għandek pajjiż li tradizzjonalment kellu u għad għandu ambizzjonijiet politiċi kbar ...", "Per eżempju, sa sena u nofs ilu l-ex ministru tal-finanzi Ġermaniż Lafontaine ħareġ bl-idea ta' politka komuni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi u VAT - imma mbagħad kellu jirriżenja wara ftit għaliex mill-ewwel tfixkel - u r-raġuni għal din kienet ovvja, għax dawn iridu pajjiż wieħed b'saħħtu u kulħadd joqgħod għal min hu b'saħħtu.", "Kulħadd jaf jaf kemm ilu l-President Prodi jmexxi l-Kummissjoni Ewropea x'qed isir rigward il-qrati.", "Dan ikkummissjona rapport - jien għandi kopja tiegħu hawn - fejn qalilhom li jrid jispiċċa l-kunċett li kull pajjiż membru bilfors ikollu imħallef sedenti fil-qorti ta' Brussels, u kien qed jgħid għalina għaliex jaf li aħna pajjiż applikant.", "Dan qal: B'liema dritt dan joqgħod bil-qiegħda ħdejn it-Taljan jew ħdejn il-Franċiż u jiddeċiedi l-kawżi!", "U kkummissjona rappport biex jaraw x'jista' jsir.", "Issa qed jgħidu li bi 13-il imħallef jgħaddu, u allura jridu jaraw kif se jtajru tnejn minnhom u pajjiżna min jaf meta jmissu li jkollu imħallef Malti bħalma għandna fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Jiġifieri issa mhux talli ma jistax ikollna kummissarju Malti - din diġa` qed jgħiduha bil-mod il-mod - talli lanqas jista' jkollna imħallef Malti fil-qorti!", "U mhux talli hekk, talli f'każ li jkollok kawża fil-qorti superjuri ta' Brussels fejn allura jkollok id-dritt għall-attorney general tiegħek, se jibda jkun hemm uffiċċju bl-attorneys general biex jiddefendu l-każ favur jew kontra l- pajjiż u jkunu huma li dejjem jagħmlu dak ix-xogħol.", "U dan m'iniex qed ngħidu jien imma huwa mniżżel f'rapport li kkummissjona Prodi.", "Jien riċentement kont l-Ingilterra u biex nikkonferma dan kollu tlabt li jkolli laqgħa ma' Gordon Slynn, wieħed mil-law lords elokwenti ħafna f'dak li qed jiġri fil-qasam tal-ġudikatura fil-European Union.", "Dan għamel madwar sitt snin jirrappreżenta lil pajjiżu bħala attorney general u nzerta mill- Partit Konservattiv, Onor. Pullicino.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik għaliex sar il- ħin għall-aġġornament.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tlieta, 3 ta' Ottubru 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni dwar il-Programm Nazzjonali għall-Adozzjoni ta' l-Acquis - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita` tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, x'inhu damage limitation exercise?", "Dan ifisser li jkollok xi ħadd - jista' jkun individwu, soċjeta' jew amministrazzjoni - li jipprova mill-aħjar li jista', mhux dejjem b'suċċess, ibenġel l-opinjoni pubblika li kulma tmur tkun qiegħda ddur kontrih.", "Il-weekend li għadda, eżattament fid-diskorsi politiċi li jsiru nhar ta' Ħadd, kellna dan it-tip ta' damage limitation exercise min-naħa tal-partit fil-gvern dwar l-issue tal-pensjonijiet, dwar il-kwestjoni tal- prezzijiet taż-żejt għall-konsumatur, dwar il-budget 2001 li qed jinħema u anki dwar l-issue ta' l-armata Ewropea.", "Fil-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru ġie rrappurtat li qal biex kulħadd iserraħ rasu għax il-pensjonijiet mhux se jonqsu, anzi se jiġu sostnuti, u li l- prodotti taż-żejt għall-konsumatur mhux se jiżdiedu.", "Nibdew minn ta' l- ewwel.", "Min jaqra bejn il-linji jintebaħ li l-Prim Ministru ma kien qed jagħti l- ebda garanziji għal dawk li huma pensjonijiet għax la kien qed jagħti garanzija li l-pensjonijiet se jiżdiedu u lanqas kien qed jagħti garanzija li l-pensjonijet se jżommu l-valur tagħhom hekk kif togħla l-ħajja.", "Il- Prim Ministru kellu raġun li jkun daqsxejn semi-isteriku fuq dan is-suġġett għax mingħajr ma nidħol fl-issue dwar l-Unjoni Ewropea li qed tiġi diskussa fil-plenarja bħalissa, irrid ngħid li kulħadd jaf li fid-Danimarka kien hemm konferma kemm-il pensjonijiet kienu marbutin ma' l-issue tant li kellhom referendum dwarha.", "Il-Prim Ministru Daniż ma ġiex emmnut meta qal lill-poplu li ma kienx se jnaqqas il-pensjonijiet u li ma kienx se jmiss il- welfare state.", "Niġu issa għal kwestjoni taż-żejt, Mr Speaker.", "Jien insostni li din il-problema xorta għadha hemm.", "L-ewwelnett illum iż- żejt qiegħed fl-akkwata ta' $30, jiġifieri ż-żejt reġa' beda jgħolli rasu u fil-fatt mill-weekend 'l hawn iż-żejt reġa' tela' b'xi 4%.", "Illum stess, iċ- chairman tax-Shell, li naħseb li jifhem xi ftit iktar minni fuq iż-żejt, ġie kkwotat li qal li l-problema ta' l-għoli fil-prezzijiet taż-żejt hija problema li se tibqa' magħna għas-sena li ġejja, għalkemm fit-tul qed jantiċipa li dan jista' jinżel anki għal $14 il-barmil - dan qal li \"for a year or so\", jiġifieri jista' jkun iktar minn sena - imma għalissa l- problema se tibqa' magħna.", "Il-Prim Ministru joqgħod jgħid li l-konsumatur mhux se jiġi affettwat għax il-prezz taż-żejt se jibqa' mhux mimsus għal dak li għandu x'jaqsam mal-konsumatur imma l-Prim Ministru qed jibni kollox fuq premessa żbaljata għax qed jgħid li l-prezz tal-konsumatur mhux se jintmiss sakemm l-Enemalta tibqa' sostenibbli.", "Bħala persuna li kelli għal xi żmien responsabilita' mill-Enemalta - u nista' ngħid li bqajt xorta nsegwi x'inhu għaddej għalkemm ma taqax taħt ir-responsabilita' tiegħi bħala spokesman - irrid infakkar li l-Enemalta diġa' qiegħda fi stat mhux sostenibbli.", "Jiġifieri din mhix kwestjoni li l-Enemalta tista' ma tkunx sostenibbli.", "Il-Prim Ministru m'għandux jagħti assigurazzjoni finta għax fil-fehma tiegħi dan huwa kollu logħob bil-bżallu.", "Jekk hu se jilgħab din il-logħba u se jkompli jgħabbi l-piżijiet fuq l-Enemalta se jkun ifisser biss li se jkompli jitfa' l-piżijiet fuq il-konsumatur li huwa t-taxpayer.", "Biex insostni dak li qed ngħid fuq il-prospetti taż-żejt rrid nirriferi għal rapport li għadu kif ġie f'idejja li sar minn analisti Amerikani, l- American enterprise institute f'Ottubru 2000.", "It-titlu ta' dan ir-rapport hu \"Oil, it could get ugly\", jiġifieri s-sitwazzjoni tista' teħżien iktar milli hi.", "Dan m'huwiex dokument politiku imma huwa dokument purament ekonomiku u għalhekk ngħid li dak li qed jgħid il-gvern huwa ingann u parti mid-damage limitation exercise li qed jagħmel biex irattab xi ftit ir- reżistenza tal-pubbliku dwar dak li għaddej.", "Dan ir-rapport xtaqt inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mingħajr ma nidħol fil-merti tad-dibattitu li għaddej quddiem il-Kamra dwar in-national plan for the adoption of the acquis, se nislet biss żewġ artikli barranin li m'għandhomx x'jaqsmu mad-dibattitu ta' l-acquis, ħalli nuri lejn fejn miexja d-difiża fl-Ewropa llum.", "L-ewwel artiklu li se nikkwota - u fil-fatt hemm riferenza għalih f'\"The Times\" tal-lum - huwa diskors li għamel il-Prim Ministru tal-Belġju fil-21 ta' dan ix-xahar meta indirizza l-European policy centre.", "Verhostadt qal li l-politika ta' sigurta' u difiża komuni għadha bil-kemm ħarġet mill-bajda - \"it is scarcely out of the egg.\"", "Żied jgħid li għandna bżonn difiża Ewropea awtonoma.", "Hu qal li Helsinki kien l-ewwel pass - Helsinki mhux meta ffirmajna s-CSCE aħna imma meta sar is-summit ta' l-Unjoni Ewropea - għax irridu mmorru 'l hinn mit-twaqqif ta' a rapid reaction force.", "Il-kliem eżatt kien:", "\"We need to go much further than the rapid reaction force which was established there.\"", "Fil-fatt Verhostadt qed jaħseb biex fis-sena 2003 meta jkun hemm kemm ir- rapid reaction force u jkun hemm anki l-eurocorps, għandu jkun hemm koperazzjoni rinfurzata bejn dawn iż-żewġ blokki militari li għandhom iservu ta' tarġa biex ikollna sistema ta' difiża li tkun purament Ewropea.", "Verhostadt qal li:", "\"In the relative short term, we must go further than that and create an integrated European defence system with a collective military force ...\"", "- hawnhekk mhux qed jirreferi biss għal sistema ta' difiża Ewropea imma għal xi ħaġa b'forza militari kollettiva -", "\"...common equipment and materials and even a common defence industry.\"", "Veru li aħna m'għandniex defence industry, imma dan il-kliem juri f'liema direzzjoni mexjin dawn l-affarijiet.", "Biex ħadd ma jaħseb li l-Prim Ministru tal-Belġju hu xi vuċi fid-deżert, nhar il-Ġimgħa kiteb fil-Financial Times Javier Solana - li għal xi żmien kien il-ministru ta' l-affarijiet barranin Spanjol u llum qisu l-foreign minister għall-affarijiet tad-difiża ta' l-Unjoni Ewropea; jekk m'inix sejjer żball it-titlu tiegħu huwa rappreżentant għoli ta' l-EU dwar il- common foreign and security policy - u l-ewwel mistoqsija li staqsa lilu nnifsu kienet: Għaliex l-Ewropa għandha bżonn l-għażla militari?", "Dan mhux qed jistaqsi għandhiex bżonn imma qed jgħid li għandha bżonn u għadda biex jagħti r-raġunijiet għaliex qed tagħmel dan.", "L-ewwelnett beda biex qal li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tikkommetti l-forzi armati tagħha ħalli jkollha politika barranija u ta' sigurta' li tkun verament effettiva.", "Qal ċar u tond li \"we must be able to commit our armed forces\".", "It-tieni nett - u hawnhekk appella lil kulħadd - qal:", "\"we need the political will to use all the available instruments in a more co-ordinated and coherent way,\".", "Solana ma kienx kuntent b'dawn id-dikjarazzjonijiet u għamel tliet dikjarazzjonijiet oħra, u nikkwotahom biex inkun leali.", "Waħda minnhom kienet:", "\"We must make the best use of all the resources at our disposal.\"", "Żied jgħid ukoll li kif fl-imgħoddi użajna mezzi diplomatiċi, ekonomiċi, u finanzjarji biex nilqgħu kontra ċerti aggressuri u issa wasal iż-żmien li aħna nirrikorru għall-mezzi militari, flimkien ma' dawk li għadni kemm semmejt:", "\"We can use our diplomatic, economic and financial muscle to influence aggressors, but until now we have been unable to add military means to the measures available.\"", "Lil dawk kollha fostna li għal xi raġuni jew oħra qed jippruvaw jagħtu l- impressjoni li din hi issue marbuta biss ma' għajnuna umanitarja, jiena mhux se nwieġeb x'naħseb jien.", "X'naħseb jien ili ngħidu, imma l-opinjoni tiegħi forsi ma tiswiex ovvjament daqs dak li jgħid Solana, li qal ukoll li l-iskop ta' l-armata hu to allow the EU to tackle crises better kemm permezz ta' a humanitarian response u jekk hemm bżonn anke permezz ta' \"a full scale military response\".", "Dan ifisser li hemm bżonn li din l-armata Ewropea mhux biss tkun qiegħda hemmhekk biex tilqa' għall-affarijiet umanitarji imma għandha tkun hemmhekk biex jekk hemm bżonn tagħti tweġiba militari full scale, mingħajr ebda limiti u mingħajr ebda riżervi.", "L-aħħar osservazzjoni tiegħi hi fuq il-budget.", "Mhux se noqgħod nispekula fuq x'se jkun fih u x'mhux se jkun fih il-budget, imma ngħid li anke hawnhekk il-gvern Nazzjonalista qed jagħmel damage limitation exercise.", "L- ewwelnett il-konsultazzjonijiet li qed jagħmel il-ministru tal-finanzi, fil- fehma umli tiegħi huma konsultazzonijiet finta għax il-gvern diġa' għandu idea ċara ta' x'beħsiebu joħroġ u x'beħsiebu jdaħħal fl-estimi finanzjarji għas-sena 2001.", "Dawn il-konsultazzjonijiet qegħdin isiru biss bħala paraventu wara li s-sena li għaddiet il-Ministru Dalli kien ikkonsulta lill- unions u l-korpi kostitwiti sempliċement tlieta jew erbat ijiem qabel il- budget innifsu.", "Il-gvern din id-darba nieda dan il-proċess finta biex jilqa' bil-quddiem għall-korla u r-reazzjoni li jista' jkollu minn xi korpi kostitwiti.", "(Interruzzjonijiet)", "Dażgur, hemm uħud minnhom li jagħmel x'jagħmel ħażin il-gvern Nazzjonalista, ma tantx jinkurlaw malajr!", "Min-naħa l-oħra aħna nemmnu li meta wieħed iqis il-ftaħir tal-Ministru Dalli, u b'mod partikolari iktar mill-Ministru Dalli, il-ftaħir tal-Prof.", "Josef Bonnici meta jiġi biex jitkellem dwar dawk li huma indikaturi ekonomiċi, wieħed iktar għandu għaliex jistenna budget li se jkun intiż biex itaffi l-piżijiet kiefra tal- budget tas-sena li għaddiet.", "Għalhekk dan kollu huwa damage limitation, l- istess kif huwa damage limitation dak li għadni kif semmejt dwar il- pensjonijiet, dwar il-prezz taż-żejt għal konsumatur Malti u dak li semmejt dwar l-armata Ewropea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra d-dokument li rrifera għalih aktar kmieni l-Onor.", "Brincat?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, xi kunsilliera indipendenti tal- kunsill lokali tal-Mosta kellmuni dwar x'qed jiġri fil-kunsill t'hemmhekk.", "Skond l-informazzjoni li għandi hemm tentattiv sabiex jitqajjem mill-ġdid il-proġett hekk imsejjaħ tal-pjazza tal-Mosta.", "Ta' min ifakkar li qabel l-1996, il-kunsill lokali mmexxi mis-Sindku Nazzjonalista Żaren Vassallo kien iddeċieda li jaqleb it-traffic flow b'tali mod li t-traffiku li jidħol fil-Mosta ma jitħalliex aktar jgħaddi mit-triq ta' quddiem il-knisja, imma biex tidħol ġewwa l-Mosta trid tmur iddur dawra kbira u biex toħroġ tgħaddi minn quddiem il-knisja.", "Kulħadd jiftakar, u żgur il-Mostin jiftakru, li dak l-arranġament tat-traffiku kien qajjem ħafna problemi, b'mod partikolari mas-sezzjoni kummerċjali tal- Mosta.", "Dan bir-raġun għax il-pjazza tal-Mosta u l-ħwienet li kien hemm kienu fost l-aktar imfittxija f'dik l-area.", "Bis-sistema l-ġdida tat- traffiku ġewwa l-Mosta ħafna min-nies li kienu jmorru jixtru mill-Mosta u jiġu saħansitra minn barra r-raħal bdew jaqtgħu qalbhom u ma jmorrux.", "B'hekk il-kummerċ li kien inħoloq permezz tat-through traffic minn ġol- pjazza tal-Mosta kollu spiċċa.", "Qabel l-elezzjoni ta' 1996, il-Partit Laburista kien ta l-wegħda li din is-sitwazzjoni li ġiet maħluqa fil-pjazza tal-Mosta tiġi rranġata u għaldaqstant kellhom jittieħdu dawk ir-rimedji possibbli ħalli t-traffiku ġewwa l-Mosta jerġa' jinbidel, u għalkemm it-triq ta' quddiem il-knisja tibqa' one-way, għallinqas tkun li l-karozzi jidħlu minnha u mhux joħorġu minnha.", "Kif saret l-elezzjoni ta' l-1996 u ntrebħet mill-Partit Laburista, din il-problema waqgħet fi ħdani bħala l-ministru responsabbli mit-toroq.", "Mill-ewwel kont għamilt tentattiv mad-direttur tat-toroq biex tinstab soluzzjoni għaliha.", "Kien hemm diversi problemi biex wieħed idawwar is-sistema tat-traffiku fil-Mosta.", "Waħda mill-problemi kienet li kien hemm triq ġdida li trid tinfetaħ, cioe' parti minnha li trid tinfetaħ, Triq il- Ħtajriet, u li biex tinfetaħ riedet issir xi esproprjazzjoni ta' xi art.", "Kien meħtieġ ukoll permess tal-planning authority peress li din it-triq ma kenitx tidher fl-ischeme.", "Konna bdejna l-proċeduri biex din it-triq tinfetaħ u b'hekk din il-problema li kienet inħolqot ġewwa l-pjazza tal- Mosta tiġi solvuta b'dan il-mod.", "Minkejja li l-gvern Laburista ta' bejn 1996 u 1998 dam biss tnejn u għoxrin xahar għar-raġunijiet li mhux se nidħol fihom hawnhekk, dehrilna li anke f'dawk it-tnejn u għoxrin xahar ridna nsibu soluzzjoni għal din il- problema għax ġaladarba konna għamilna wegħda lill-komunita' kummerċjali ġewwa l-Mosta u n-nies tal-Mosta, aħna ridna nsibu soluzzjoni oħra li ma kenitx trid tieħu daqshekk fit-tul.", "Kemm dam fil-gvern, il-Partit Laburista kien ikollu diffikultajiet kbar maħluqa mill-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Din ma konniex sibniha biss ġewwa l-Mosta imma konna sibniha ġewwa Buġibba u f'diversi postijiet oħrajn fejn konna nkunu nagħmlu x- xogħlijiet tagħna bħala gvern.", "Għalhekk ridna nsibu soluzzjoni għal din il-problema mingħajr ma noqogħdu nistennew li tinfetaħ it-triq il-ġdida u effettivament kien ġie nkarigat il- Perit Chris Grech min-naħa tar-roads department biex isib soluzzjoni għal din il-problema mingħajr ma jkun hemm għalfejn jinfetħu toroq ġodda.", "Dan il- perit kien ippropona soluzzjoni flimkien mad-dipartiment li t-traffic flow ġewwa l-Mosta kellu jdur cioe' li biex tidħol ġewwa l-Mosta trid tidħol minn quddiem il-knisja u mbagħad toħroġ bil-kontra kif qed isir illum.", "Kienet soluzzjoni li wasalna għaliha wara li kkonsultajna ruħna ma' diversi kunsilliera ġewwa l-Mosta li wrew koperazzjoni mal-gvern ta' dakinhar, mas- sezzjoni kummerċjali ġewwa l-Mosta kif ukoll mar-residenti tal-Mosta.", "Dawn kollha kienu qegħdin jaqblu ma' dak li konna qed nipproponu aħna.", "Fil-fatt it-traffiku ġewwa l-pjazza tal-Mosta kellu jiġi kkontrollat permezz ta' sistema ta' traffic lights.", "Ta' min ifakkar li hekk kif bdejna nimplimentaw din is-soluzzjoni kien qam ħafna kjass l-aktar minħabba li l-Partit Nazzjonalista kien ippolitiċizza l-kwestjoni għall-aħħar.", "Niftakru ritratti ta' dak li llum huwa l-Prim Ministru u dakinhar Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Fenech Adami, jiddendel ma' l-iljun tal-Mosta għax qal li ma jridx ineħħih minn hemmhekk, streamers imwaħħlin, għamlu velja sħiħa ġewwa l-pjazza tal-Mosta, lanqas naf x' m'għamlux u bdew jippruvaw ipinġu l-gvern ta' dakinhar bħala gvern arroganti li jagħmel li jrid u jgħaddi minn fuq id-drittijiet ta' kulħadd.", "Kienet kruċjata sħiħa fuq il-pjazza tal-Mosta u dan kollu għax ried li jinbidel il-flow tat-traffiku f'din il-pjazza.", "Minkejja li x- xogħol kien inbeda - u fil-fatt bħala parti mix-xogħol veru riedet tinqala' l-funtana ta' l-iljun biex tiġi spustjata ftit ħalli tiġi ddrittata t-triq minħabba l-istallazzjoni tat-traffic lights - it-traffic lights ma kienux laħqu ġew installati fil-pjazza.", "Ġara li saret l-elezzjoni, inbidel il- gvern, ix-xogħol twaqqaf, treġġa' kollox għal li kien qabel u l-gvern Nazzjonalista wara l-1998 qal li se jibqa' kollox kif inhu.", "Fil-fatt hekk ġara, tħalla kollox kif kien, ħassru l-linji fit-triq li kienu diġa' saru fl-art biex it-traffiku jkun jista' jipparkja fuq naħat oħrajn, tħassar kollox u reġa' mar kollox għal kif kien qabel.", "Ħaġa ta' l-iskantament, sentejn wara li din il-kwestjoni ntesiet, issa donnu qed jerġa' jkun hemm moviment fi ħdan il-kunsill lokali tal-Mosta ħalli jsib soluzzjoni għal din il-problema.", "Ma tridx tkun għaref wisq biex taħseb għalfejn issa huwa proprju ż-żmien meta se nfittxu din is- soluzzjoni.", "F'Marzu li ġej għandna l-l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali.", "Il-kunsill lokali tal-Mosta mmexxi minn sindku Nazzjonalista - għax in- Nazzjonalisti għandhom il-maġġoranza - m'għamel xejn għas-sempliċi raġuni li l-kunsill lokali ta' qabel immexxi minn sindku Nazzjonalista ieħor, mhux dak li hemm illum, kien fallut.", "Dan ħallielu iktar minn Lm0.25 miljun dejn u naturalment mingħajr flus ma tantx setgħu jagħmlu xogħlijiet.", "Matul dawn is-sentejn u nofs li għaddew dan il-kunsill m'għamel xejn.", "Issa f'daqqa waħda ġejja l-elezzjoni u allura issa jrid jagħmel dan il-proġett tal- pjazza tal-Mosta.", "Il-proġett tal-pjazza tal-Mosta huwa ddisinjat mid-ditta ta' periti Sant and Mugliett, jiġifieri l-Onor.", "Jesmond Mugliett, segretarju parlamentari ta' l-isports fi ħdan il-ministeru ta' l-edukazzjoni tal-lum.", "Dan qed ngħidu mhux għax l-Onor.", "Mugliett m'għandux id-dritt li jkun partner f'xi firm ta' periti li jagħmlu x-xogħol, imma rrid ngħid li meta kont partner mill-oppożizzjoni f'firm li tagħmel ix-xogħol għall-kunsilli lokali, in- naħa l-oħra qajmu kjass.", "Issa li l-Onor.", "Mugliett huwa partner ma' xi ħaddieħor f'firm ta' konsulenza ta' periti li qed jagħmlu xogħol ġewwa l- Mosta qisu ma ġara xejn.", "L-Onor.", "Mugliett għandu dritt jaħdem bħalma għandi dritt naħdem jien, imma apparti minn dan kollu, il-firm ta' Sant and Mugliett għamlet proposti ġodda ġewwa l-Mosta li b'kumbinazzjoni huma kważi eżatti bħal dak li kien qed jimplimenta u beda jimplimenta gvern Laburista fl-1998.", "Allura issa dawn il-proposti saru tajbin, għax qabel dawn kienu ħżiena!", "Issa se jmur il-Prim Ministru jiddendel ma' l-iljun biex ma jsirux, kif għamel dakinhar!", "Jew issa għax huma proposti minn kunsill lokali Nazzjonalista mmexxi minn sindku Nazzjonalista u ddisinjati minn perit Nazzjonalista allura dawn il-proposti saru tajbin!", "Għaliex dawn il-proposti se jsiru issa ftit xhur proprju qabel l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta?", "Hija ċara li dan huwa tentattiv biex il-kunsill lokali tal-Mosta mmexxi min-Nazzjonlisti jirbaħ ftit voti għax in-nies tal-Mosta jafu li matul is-sentejn u nofs li għaddew dan il-kunsill m'għamel xejn.", "Din hija l-istorja kollha, m'għandekx fejn tmur fiha din.", "Il-kwestjoni kollha qiegħda li qed nippruvaw nużaw dan il-proġett biex mingħalina nirbħu ftit voti.", "Il-Partit Laburista favur li jsir il-proġett ħalli l-problema ġewwa l- pjazza tal-Mosta tiġi riżolta ħalli dawk kollha li għandhom il-ħwienet ġewwa l-Mosta u ġewwa t-toroq ta' madwar jerġgħu jieħdu r-ruħ.", "Imma dan se tagħmluh issa?", "Kellkom sentejn u nofs qabel biex tagħmluh dan il-proġett!", "Il-kunsill lokali tal-Mosta għandu fondi biex jagħmlu dan il-proġett?", "Dan minħabba li jekk il-kunsill lokali ma jkollux il-fondi biex jagħmel proġett ma jistax jagħmlu, ikun qed imur kontra l-liġi u r-regolamenti finanzjarji li jirregolaw il-kunsilli lokali.", "Aħna nafu li l-kunsill lokali tal-Mosta m'għandux fondi għal dan il-proġett u mhux se jkollu għax issa meta jasal budget ġdid se jkun inbidel il-kunsill.", "Mela mingħajr fondi, kif taparsi f'daqqa waħda, bil-ġiri, irid jimplimenta dan il-proġett tal-pjazza tal- Mosta!", "Dan huwa tentattiv biex il-kunsilliera u l-Partit Nazzjonalista ġewwa l-Mosta mingħalihom jitfgħu ftit bżar fl-għajnejn ta' dawk li għandhom il-ħwienet u r-residenti tal-Mosta, ta' dawk in-nies li ilhom is- snin jeqirdu kontra s-sistema tat-traffiku preżenti, kontra dawk kollha, inkluż il-GRTU, li għamlet ħafna protesti fuq din l-issue, ħalli nwaddbu ftit bżar mingħalina qabel l-elezzjoni tal-kunsill lokali tal-Mosta biex nippruvaw nisolħu ftit voti.", "Fil-Mosta għandu jsir proġett serju biex din il-problema tiġi solvuta imma mhux b'dan il-mod.", "Irrid infakkar ukoll li wieħed mill-argumenti li kienu ntużaw dakinhar meta ried jagħmel il-proġett il-gvern Laburista, kien li t-toroq li jagħtu għal ġewwa l-Mosta inkluż il-pjazza, huma tal-kunsill lokali tal-Mosta.", "Dan l-argument konna ċħadnieh għax dawk it-toroq li jagħtu għall-Mosta - it-triq li tagħti għall-knisja tal-Mosta, il-pjazza nnifisha u t-triq li tagħti 'l barra mill-pjazza tal-Mosta - huma toroq arterjali fir- responsabilita' tal-gvern ċentrali, u hekk hu, hekk kien u hekk għadu sal- lum.", "Ladarba dawn it-toroq huma fir-responsabilita' tal-gvern ċentrali, b'liema dritt il-kunsill lokali tal-Mosta qed jagħmel xogħol f'area li mhux responsabbli għaliha hu?", "Dawn huma affarijiet li meta tagħmilhom flimkien jagħtuna raġun meta ngħidu li dan huwa biss tentattiv biex jintrebħu ftit voti u joħorġu ftit nies jivvutaw għal l-elezzjoni li ġejja.", "L-appell tiegħi hu li l-kunsill lokali tal-Mosta, immexxi minn sindku Nazzjonalista b'maġġoranza ta' membri Nazzjonalisti - minflok jipprova jgħaddi din l-issue bil-għaġġla milll-kunsill, għax nafu li din l-issue qed titqajjem apposta ħalli jgħadduha bil-għaġġla u jippruvaw jimplimentawha - għandu jagħmel diskussjoni serja u jinvolvi lil tal- ħwienet, lis-settur kummerċjali, lir-residenti li se jkunu milquta u lir- residenti kollha, u jitkellmu mal-gvern li għandu responsabilita' finali għal din il-problema ħalli toħroġ soluzzjoni serja.", "Imma mhux noħorġu b'soluzzjoni taparsi biex mingħalina se nirbħu ftit voti.", "Nassigura lill-kunsilliera Nazzjonalisti, lis-Sindku Nazzjonalista tal- Mosta u lill-Partit Nazzjonalista li n-nies tal-Mosta mhux se jinsew li kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li daħħal sistema ta' traffiku li ma kienet xejn popolari ġewwa l-Mosta u kien il-Partit Nazzjonalista mill- Oppożizzjoni li oppona meta sar tentattiv biex din il-problema tiġi solvuta mill-gvern Laburista preċedenti.", "Issa li qegħdin fiż-żmien qabel l- elezzjoni tal-kunsill lokali, se jippruvaw jagħmlu xi ħaġa dwarha.", "Hija daħka u jien ċert li n-nies tal-Mosta dan se jagħrfuh bħala tentattiv ieħor maħsub biex jirbħu ftit voti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-lejla t-Tlieta, 3 ta' Otubru 2000, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KONSULENTI", "19150.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 18058 u 18383?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-Seduta Nru. 367 fit-22 ta' Settembru, 2000.", "SKEJJEL SEKONDARJI - STUDENTI", "19151.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-sena skolastika 1999/2000 ammontaw in- numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji li weħlu mill-eżamijiet u konsegwenza ta' hekk se jkollhom jirripetu is-sena skolastika preċedenti?", "Jista' jgħid mil-liema suġġetti m'għaddewx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KOPERATTIVA TAT-TJUR", "19223.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tat-Tjur, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l- iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "KOPERATTIVA TAL-PRODUTTURI TAL-BAJD", "19224.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Bajd, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill- koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "INDUSTRIJALISTI TA' L-IMBID LOKALI", "19225.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat ma' l- industrijalisti ta' l-Imbid lokali, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SIDIEN TAR-RISTORANTI U LUKANDI", "19226.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mas-sidien tar- ristoranti u lukandi, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill- koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "RABAT - VJAL IL-ĦADDIEM", "19227.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment jgħid x'qed jikkawża l-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ fi Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat, Malta?", "Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ma jkunx hemm aktar inkonvenjent tar-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mir-riżultat tas-survey li sar permezz tac-CCTV fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat, ma irrużulta li hemm l-ebda ħsara fis-sistema tad-drenaġġ.", "Ta' min isemmi illi l-iżbroff ta' dranaġġ li seħħ xi ftit ta' ġranet ilu sar minħabba blockage u mhux għax hemm xi ħsarat.", "WIRT RURALI", "19228.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema siti ta' wirt rurali abbandunati saru xogħlijiet ta' tindif u/jew restawr koordinat bejn id-dipartiment tal- mużew, il-kunsilli lokali u/jew xi entitajiet volontarji matul l-1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan it-tip ta' xogħol ġeneralment ma jaqax fl-aġenda tad-dipartiment, għalkemm dan dejjem lest li jilqa' talbiet għal konsultazzjoni ma' entitajiet differenti.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19495.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIEDJA U SAJD - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19497.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma kien hemm l-ebda żieda fit-tariffi fil-ministeru tiegħi.", "ĠUSTIZZJA - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19498.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern Nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tingabar u risposta tingħata f`seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19498.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iż-żidiet fit-tariffi ġew ippubblikati fl-avviżi legali min-numru 138 sa 142 u emendati bl-avvizi legali min-numru 197 sa 201.", "L-Onor.", "Interpellant jista' jagħmel riferenza għal dawn l-avviżi legali.", "INTERN - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19499.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern Nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19500.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern Nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saru l-ebda żidiet fit-tariffi eżistenti matul din il-leġislatura anzi naqqasna t- tariffa fuq ir-riċetti ta` 50c.", "TRASPORT - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19501.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit- tariffi li l-gvern Nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad- dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA:Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL SPEĊJALI - ŻGĦAŻAGĦ B'DIŻABILITA'", "19599.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilita' fl-iskejjel speċjali li għalqu s-16-il sena?", "F'liema skejjel qegħdin?", "Kemm hemm minnhom li suppost marru diġa' fl-adult training centres?", "Sakemm imorru f'dawk iċ-ċentri x'se jkunu qed jagħmlu dawn iż-żgħażagħ fl- iskejjel speċjali?", "B'liema mod qed jitħejjew għaċ-ċaqliqa li trid issir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - SKOLA ALFRED BUHAGIAR", "19600.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-klassi tar- repeaters (6 klassi) fl-iskola Alfred Buhagiar tar-Rabat hemm fiha 25 tifel u tifla meta s-soltu biex it-tagħlim ikun iżjed effettiv il-klassi tkun żgħira b'14 tifel u tifla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li il-klassijiet tar-repeaters huma meqjusa bħall-klassijiet l-oħra kollha għal dak li għandu x'jaqsam in-numru ta' tfal li jkun fihom.", "Informat ukoll li fl-iskola Alfred Buhagiar tar-Rabat hemm klassi waħda biss li fiha 25 tifel u tifla.", "KUMITAT TAL-KUNTRATTI - KUNTRATTI", "19601.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid liema kuntratti pubbliċi ġew deċiżi mill-Kumitat tal- Kuntratti fl-1999 u fis-sena 2000 s'issa?", "B'liema valur f'kull kuntratt u f'liema qasam?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-biċċa l-kbira ta' din l-informazjoni tiġi ppubblikata perjodikament fil-gazzetta tal- Gvern.", "SKEJJEL - SIR ADRIAN DINGLI", "19602.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol tant urġenti tar- riabilitazzjoni sħiħa tal-bini tal-Junior Lyceum, Sir Adrian Dingli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment tal-kuntratti rrifjuta l- offerti kollha għal xogħlijiet ta' finitura tal-parti ċentrali ta' l-iskola fl-aħħar ġimgħat.", "Madanakollu qed jittieħdu l-miżuri kollha sabiex terġa' toħroġ din l-offerta biex ikun jista' jitkompla x-xogħol meħtieġ.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "19603.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'nuqqas ta' għalliema għandna fl-iskejjel primarji u sekondarji?", "F'liema skejjel?", "F'liema suġġetti?", "X'se jsir biex tiġi solvuta din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - BINI PERIKOLUŻ", "19604.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Minkejja l-garanzija li ta l-Ministru li l-iskejjel kollha kellhom ikunu lesti mix-xogħol kollu tal-bini bid-dħul tat-tfal fl-iskola, għaliex nhar is-27 u t-28 ta' Settembru 2000 kien għad hemm krejn jaħdem fuq xogħol fuq il-bini ta' l-iskola bil-periklu għat-tfal li jmorru f'dik l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-ġranet tas-27 u 28 ta' Settembru, 2000 jekk kien hemm xi krejn jaħdem fuq xi lant tax-xogħol, żgur li dan ma kienx ta' periklu għat-tfal u għall-għalliema f'xi skola partikolari, hi liema hi.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "19630.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti ta' l-ewwel sena fil- Junior College?", "Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "LUKANDI LIĊENZJATI", "19631.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn lukandi liċenzjati f'Malta, lokal b'lokal?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi dik li tidher fid-dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BARS LIĊENZJATI", "19632.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn liċenzji għal bars, lokal b'lokal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "CALL BL-OPERATOR - KONT", "19633.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiġi riżolta l-kwestjoni dwar telephone call tal- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ċemplet l- Ingilterra permezz ta' l-operator u rċeviet kont għall-telephone call il- Marokk?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex isiru l-verifiki meħtieġa u jekk ikun il-każ isir l- aġġustament relattiv.", "PENSJONI", "19634.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed jirċievi l-pensjoni li qed jirċievi?", "Jista' jgħid jekk hux intitolat għal pensjoni tat-Teżor?", "Jista' jgħid jekk hux se jibbenefikaw minn żieda meta jasal għal eta' ta' 61?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu indikata ġiet informata bil-miktub biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ mid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "PENSJONI", "19635.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm xi tnaqqis fil-ħlas fix-xahar li qed titnaqqas mill-pensjoni tal-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tħoss il-ħlas ta' somma ta' Lm48 fix-xahar bħala piż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-dipartiment tas- sigurta' soċjali.", "WSC - ARLOĠĠ TA' L-ILMA", "19636.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jinbidel l-arloġġ ta' l-ilma wara li ġew tliet darbiet ħaddiema tal-korporazzjoni u ma inbidel qatt peress li dawn ir- residenti li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, qed jirċievu kontijiet esaġerati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isiru l- investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja."]} {"filename": "19990712_133d_par.doc", "date": "1999-07-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 133 It-Tnejn, 12 ta' Lulju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 133", "It-Tnejn, 12 ta' Lulju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "133", "It-Tnejn, 12 ta' Lulju, 1999", "WERREJ MINUTI 565", "KUNSENS GĦAL ATTI 565", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI 566", "TQEGĦID TA' KARTI 570", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI (IT- TIENI QARI)", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 571", "AĠĠORNAMENT 592", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 597", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 132 li saret fis-7 ta' Lulju, 1999 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.09 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-6.14 p.m.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l- kunsens tiegħu għal:", "Att Nru X ta' l-1999 - Att ta' l-1999 dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji); u", "Att Nru XI ta' l-1999 - Att ta' l-1999 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Ngħaddu issa għal mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - KAWŻI TA' LIBELL", "4996.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra li għandhom kawża ta' libell pendenti fil-konfront tagħhom?", "Jista' jgħid ukoll min huma l-Onor.", "Membri li għamlu kawża ta' libell u li għadha pendenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KUNSILLI LOKALI - IMPJEGATI", "7026.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mpjegati fuq bażi full-time u part-time mal-kunsilli lokali minn Settembru ta' l-1998 sa April ta' l-1999?", "Jista' jgħidilna wkoll fejn u f'kull każ kemm ġew reklutati mpjegati ġodda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Kemm huwa minnu li hemm il-ħsieb li l-local wardens jissieħbu f'koperattiva?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, kif forsi jaf l-Onor.", "Interpellant, bħalissa ntemm l-ewwel kors ta' taħriġ għal local wardens, li minnu ggradwaw madwar 55 persuna.", "Issa dawn iridu japplikaw għal-liċenzja individwalment mingħand il-kummissarju tal-pulizija.", "L-informazzjoni li għandi jien hija li prattikament kulmin iggradwa diġa` applika għal din il- liċenzja.", "Billi t-tieni grupp ta' nies li applikaw għal kors ta' taħriġ ta' local wardens għadu għaddej bit-taħriġ tiegħu - u ta' min jgħid li dan il-kors qed jiġi organizzat mill-ETC u mid-dipartiment tal-kunsilli lokali konġuntament - wieħed jistenna li fil-futur qarib minn dan il-grupp jiggradwaw numru ta' wardens oħra.", "Aħna dehrilna li jkun għaqli li wieħed iniedi wkoll it-tielet kors u fil-fatt fil-ġimgħat li għaddew, għat-tielet darba ħarġet call for applications fuq il-gazzetti għal min huwa interessat isegwi dan il-kors ta' taħriġ biex b'hekk sa l-aħħar ta' Settembru nkunu kkonkludejna tliet korsijiet ta' taħriġ għal-local wardens.", "Fil-fatt jien ninsab informat li l-ETC, flimkien mal-bord tal-koperattivi, ħajret lil dawk li ggradwaw għal local warden biex jingħaqdu f'koperattiva.", "Irrid ngħid ukoll li bl-għajnuna tal-management efficiency unit ġie mħejji draft tender document għall-provision ta' warden services.", "Dan id- draft tender document ġie diskuss fid-dettall ma' l-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali, li saħansitra ġimgħatejn ilu organizzat seminar dwaru f'San Lawrenz ġewwa Għawdex biex jiġi diskuss fid-dettall mas-sindki.", "Issa li jonqos huwa li kull kunsill lokali jistabilixxi kemm għandu bżonn local wardens għax ovvjament kull kunsill lokali jkollu l-esiġenzi differenti tiegħu.", "Kif wieħed seta' jinnota, illum fuq il-gazzetti deher avviż fejn fih id-dipartiment tal-kunsilli lokali qed isejjaħ laqgħa għal prospective tenderers interessati biex minnhom nieħdu feedback dwar kif huma jaħsbu li għandu jkun il-kuntratt.", "Wara kollox din hija esperjenza ġdida għal kulħadd.", "Jien informat li t-tender għall-provision ta' dawn il-warden services għandu joħroġ sa l-aħħar tax-xahar.", "Kif diġa` kelli l-okkażjoni li ninforma lil din il-Kamra, il-kunsilli lokali, permezz ta' l-assoċjazzjoni tagħhom ftehmu li jingħaqdu f'għaxar gruppi - il-kunsilli lokali ta' Malta se jingħaqdu f'disa' gruppi filwaqt li dawk ta' Għawdex se jingħaqdu fi grupp ieħor - biex ikunu qed iħaddmu għaxar kuntratti differenti u li jkunu rappreżentati minn tribunal lokali wieħed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li ilna nistennew għal diversi xhur li jiġi konkluż il-ftehim bejn l-Enemalta u d-dipartiment tal-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslu d-diskussjonijiet u forsi jgħidilna bejn wieħed u ieħor kemm jonqos żmien biex finalment dan il-ftehim jiġi konkluż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-opinjoni tiegħi dawn id-diskussjonijiet twalu xi ftit iżżejjed pero` issa nista' ngħid li waslu biex jiġu konklużi għax jidher li ntlaħaq ftehim kemm fuq it-termini tal-kuntratt kif ukoll fuq ir- rati li għandhom jitħallsu għar-replacement u għall-maintenance tal- fixtures.", "Ta' min jgħid ukoll li bi qbil ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali dan il-kuntratt se jiġi ttestjat minn wieħed mid-disa' gruppi li għadni kif semmejt - ngħid il-verita` ma nafx liema grupp tqabbad biex jagħmel dan it-test - għax dehrilna li qabel ma l-kunsilli lokali jagħmlu dan il-kuntratt ikun aħjar li jkun hemm perijodu ta' prova biex b'hekk naraw x'jinvolvi u x'ma jinvolvix.", "Ġaladarba jsir dan it-test launch, biex insejjaħlu hekk, inkunu f'pożizzjoni li nagħmlu final adjustment lil dan il- kuntratt ħalli finalment jibda jitħaddem mill-kunsilli lokali kollha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nixtieq nistaqsi lill- Ministru jekk jistax jikkonfermalna li l-pjan ta' żvilupp għan-nofsinhar ta' Malta, li fih il-kunsilli lokali kellhom il-parti protagonista, ġiex xolt jew abbandunat.", "Safejn naf jien il-Ministru għadu qatt ma esprima ruħu fuq ix-xogħol li kien qed isir hemmhekk.", "Jien naf li l-Onor.", "Louis Galea meta kien għadu fl-oppożizzjoni kien impenja ruħu li se jieħu sehem f'dan il-pjan ta' żvilupp, pero` minn dak iż-żmien 'l hawn ma sar xejn minn dan kollu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għalkemm f'dak il-proġett ta' embellishment li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienu involuti l-kunsilli lokali, dan ma jaqax taħti u għalhekk nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jagħmel din id-domanda lill-ministru għall-ambjent.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li l-Ministru ma fehmnix tajjeb biżżejjed.", "Jien hawnhekk m'inix qed nirriferi għax-xogħol ta' embellishment li kien qed isir, li kellu jsir jew inkella li beda jsir u ma tkompliex isir fin- nofsinhar ta' Malta għal dak li għandu x'jaqsam ma' Birżebbuġa, Marsaxlokk u Wied il-Għajn imma qed nirriferi għal tħejjija ta' pjan ta' żvilupp soċjo- ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta, li dak iż-żmien kien ġie kkordinat mill- ministeru tal-kunsilli lokali flimkien mal-kunsilli lokali tan-nofsinhar ta' Malta.", "Fil-fatt jekk niftakar sew, f'din it-tħejjija ta' pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku - li kien pjan globali u ma kellux x'jaqsam ma' embellishment biss - kienu ħadu sehem il-kunsilli lokali tal-Kottonera, ta' Marsascala, taż-Żejtun, tal-Fgura, tax-Xgħajra u ta' Marsaxlokk kif ukoll l- għaqdiet vokazzjonali u volontarji kollha ta' dawk iż-żoni.", "Kif għidt diġa`, jien naf li meta kien għadu fuq in-naħa ta' l- oppożizzjoni, l-Onor.", "Louis Galea kien wera x-xewqa li jieħu sehem anke fit- tħejjija ta' dan il-pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku li kellu jibda f'Settembru jew f'Ottubru li għadda imma safejn naf jien kemm l-Onor.", "Galea ilu ministru ma kellna l-ebda indikazzjoni min-naħa tiegħu dwar x'se jiġri minn dan l-isforz kollu li kien sar.", "Jiena nixtieq li l-ministru jgħidilna jekk hemmx pjanijiet f'dan il-kontest u, jekk hemm, jgħidilna x'inhuma dawn il-pjanijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nista' nassigura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li fhimtu tajjeb mill-bidunett u r-risposta tiegħi hija l-istess bħal dik li tajt qabel, jiġifieri li dak li qed isemmi ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Qed nifhem tajjeb li iktar milli dawn il-gwardjani lokali jiġu mpjegati, il-policy tal-gvern hija li jinxtraw is-servizzi tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTN GATT: Din m'hijiex kwestjoni ta' policy tal-gvern għaliex fil-liġi hemm provdut - kemm taħt l-att li jirregola lill-kunsilli lokali, kemm taħt l-att li jirregola s-servizzi tal-gwardjani lokali kif ukoll taħt diversi regolamenti oħra - li f'dan il-każ il-kuntratturi huma l-kunsilli lokali u f'dan l-istadju kulma se jagħmel il-gvern huwa li jagħmel il- management neċessarju sabiex tiġi launched il-ħidma tas-servizzi tal- wardens.", "Il-gvern se jagħmel hekk għax ovvjament wieħed japprezza li fil- bidu ma jistgħux jagħmlu kollox il-kunsilli lokali, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-fażi ta' l-ippjanar u ma' l-implimentazzjoni ta' dawn it-tip ta' servizzi.", "Minħabba f'hekk il-gvern qed joħloq infrastruttura maniġerjali, infrastruttura elettronika u infrastruttura ta' trading li hija neċessarja.", "L-Att li jirregola s-servizzi tal-gwardjani lokali jagħti wkoll l- awtorita` lill-gvern li jagħti t-taħriġ neċessarju lil kull min japplika biex isir gwardjan lokali.", "Kif qed naraw hawnhekk il-gvern huwa biss il- faċilitatur tas-sistema u fl-ebda fażi m'hu se jkollu l-awtorita` li jimpjega jew jikkuntratta lil xi ħadd bħala warden.", "Il-liġi tgħid ċar u tond li kull servizz li jiġu bżonn il-kunsilli lokali jista' jingħata biss wara li jkunu ħarġu tenders għal dan il-għan u għalhekk kull grupp mid- disa' gruppi ta' kunsilli lokali se joħroġ tender document.", "Filwaqt li inizjalment tfassal mill-gvern bħala mudell, dan id-draft tender document jista' jinbidel minn kull grupp ta' kunsilli lokali skond l-esiġenzi u skond il-kondizzjonijiet li huma jidhrilhom li għandhom idaħħlu f'dan il- kuntratt.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li l-liġi tipprovdi li l-kummissarju jista' jirrikonoxxi bħala warden kemm persuni individwali kif ukoll aġenziji.", "Fi kliem ieħor, meta kunsill lokali jew grupp ta' kunsilli lokali joħroġ call for tenders għas-servizzi tal-wardens, għalih jistgħu japplikaw kemm individwi kif ukoll aġenziji li jkunu qed jimpjegaw numru ta' wardens.", "Jekk kemm-il darba titwaqqaf koperattiva, tista' tapplika wkoll koperattiva.", "Irrid inżid ngħid li għall-ewwel darba f'pajjiżna se jkollna liċenzja li tirrikonoxxi s-servizzi ta' gwardjani lokali.", "Sfortunatament sal-lum l- aġenziji li jipprovdu servizzi ta' sigurta` ma tantx jirrimuneraw tajjeb lill-ħaddiema tagħhom u barra minn hekk ġeneralment dan it-tip ta' xogħol ma tantx huwa long-term tant li ħafna drabi ssibu bħala part-time employment li jkun on a definite contract.", "Minħabba f'hekk jeżistu xi ftit problemi.", "Madanakollu issa billi s-servizzi tal-gwardjani lokali se jkunu parti essenzjali mill-ħidma tal-kunsilli lokali - u l-kunsilli lokali huma ħerqana li jibdew jingħataw dawn it-tip ta' servizzi minħabba li huma konxji tal-fatt li m'għandhomx is-saħħa ta' enforcement fuq ir- responsabbiltajiet li huma għandhom - din tista' sservi ta' opportunita` tajba biex l-aġenziji li jipprovdu servizzi ta' sigurta` jirrimuneraw lill- impjegati tagħhom aħjar.", "Fl-aħħarnett nixtieq nerġa` nagħmilha ċara - għaliex jidher li hawn malintiż f'dan ir-rigward - li m'huwiex il-gvern li se jimpjega lill- gwardjani lokali imma se jkunu l-kunsilli lokali li jitolbu l-provision tas- servizzi tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, b'riferenza għall-mistoqsija li għamilt jien rigward il-pjan ta' żvilupp għan-nofsinhar ta' Malta li fih kienu nvoluti diversi kunsilli lokali, il-Ministru għadu kemm qal li hu m'huwiex il-ministru konċernat u qal ukoll li l-mistoqsija tiegħi fehmha tajjeb u skond hu kienet tirrigwarda l-embellishment tal-lokalitajiet li jinsabu fin- nofsinhar ta' Malta.", "Jiena rrid ngħid li l-mistoqsija tiegħi ma kenitx tirrigwarda l-embellishment tal-lokalitajiet li jinsabu fin-nofsinhar ta' Malta imma kienet tirrigwarda pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku għan- nofsinhar ta' Malta.", "Għalhekk jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidilna min hu l-ministeru responsabbli minn dan il-qasam?", "Jiena ma nistax nifhem kif il-ministru għall-ambjent jista' jkun responsabbli minn dan il-qasam.", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll jekk il-kunsilli lokali għadhomx involuti fit-tħejjija ta' dan il-pjan ta' żvilupp u x'sar matul dawn l-aħħar xhur fuq dan il-qasam?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jistax jifhem kif u għaliex il-ministeru għall-ambjent għandu jku responsabbli minn dan il- qasam ma naħsibx li jagħmel differenza.", "Il-fatt hu li huwa l-ministeru għall-ambjent li huwa responsabbli minn dan il-qasam u r-rwol tal-ministeru tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali huwa biss dak li għandu jkollu kull ministeru tal-kunsilli lokali, jiġifieri li jħalli spazju u liberta` wiesa biżżejjed biex il-kunsilli lokali jipparteċipaw fl- inizjattivi kollha li jkunu jixtiequ jieħdu sehem fihom.", "Il-ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali m'għandux jipprova jimponi fuq il- kunsilli lokali dwar x'għandhom jagħmlu, kif sfortunatament kien jiġri taħt l-amministrazzjoni tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "KUMITATI PERMANENTI TAL-KAMRA", "ONOR.", "LEO BRINCAT (President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi): Mr Speaker, nippreżenta l-minuti konfermati tal-laqgħat numri 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 27, 28 u 29 tal-Kumitat Permanenti dwar il- Kontijiet Pubbliċi li saru bejn is-27 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju, 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport magħmul mis-Sedqa intitolat \"Estimating the Size of the Drug Misuse Problem in Malta\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8751; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-infiq taħt Item 4185 - programmes and initiatives - taħt il-voti tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, bejn Marzu u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8593.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa totali bejn Settembru 1998 u Ġunju 1998 f'petrol għall-użu tal-karozzi fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8181.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa totali bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8180; u", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ċirkolari datata 4 ta' Ġunju, 1999 mibgħuta mis-segretarju permanenti fil-ministeru għat-turiżmu lis-segretarji permanenti dwar policy biex tirregola xogħlijiet ta' toroq u xogħlijiet oħra f'areas turistiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8730.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-annual plan for the examination of live animals and fresh meat in Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8720.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar talbiet magħmula mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi lill-awtorita` ta' l-ippjanar għal tibdil fl-istruttura ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq bejn Settembru 1998 u Lulju 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8473.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni dwar każ nru.", "257 - rapport 124; u", "Lista li turi l-kompożizzjoni ta' bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7888.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern, jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi t-tieni qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1999 biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kap 101\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nistgħu ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi fih żewġ emendi prinċipali u xi emendi oħra żgħar li m'humiex daqstant importanti pero' tajjeb li wieħed jgħid xi ħaġa dwarhom ukoll.", "L- ewwelnett ta' min jgħid li d-definizzjoni ta' \"traffikar\" qed tiġi emendata għax qed jiġi propost li mhux bilfors kull importazzjoni tiġi kkonsidrata bħala traffikar, li jfisser minimu ta' sitt xhur priġunerija mingħajr ma l- qorti tingħata l-ebda diskrezzjoni f'dan ir-rigward.", "Aħna qed nipproponu - kif qalulna biex nipproponu diversi nies li iktar 'il quddiem se ngħid min huma - li fil-qasam ta' l-importazzjoni ssir distinzjoni bejn traffikar u pussess.", "Jekk akkużat jinqabad fl-airport jew f'xi seaport b'mediċini perikolużi li jkunu għall-użu esklussiv tiegħu, għalkemm dak il-pussess jibqa' meqjus bħala reat li għalih hemm ukoll kastig ta' ħabs, il-qorti se jkollha d-diskrezzjoni li jekk trid ma tapplikax dik il-piena ta' ħabs.", "Din hija l-ewwel emenda li qed jipproponi dan l-abbozz ta' liġi, liema emenda kienet diġa` pproponietha l-oppożizzjoni Nazzjonalista fi stadju ta' kumitat f'Jannar tas-sena li għaddiet meta kienet qed tiġi emendata l- Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li Għandhom X'jaqsmu Magħha.", "Permezz tat-tieni emenda - li ma ssemmietx ħafna mill-media imma li fl- opinjoni tiegħi hija importanti daqs l-ewwel emenda - meta persuna tiġi akkużata bi traffikar tad-droga f'post liċenzjat, jekk ikun hemm prova prima facie li dak it-traffikar sar bil-konoxxenza jew saħansitra bil- kompliċita` ta' sid il-post liċenzjat, il-qorti se jkollha d-dritt li tissospendi l-liċenzja ta' dak il-post.", "Issa bi \"traffikar\" aħna nifhmu li persuna jkollha pussess ta' droga għall-użu mhux esklussiv tagħha.", "Il-liġi tagħna anke x-sharing ta' droga tqisu bħala traffikar u jiena se nagħmilha ċara minn issa li aħna m'għandna ħsieb li nemendaw xejn mil-liġi f'dan ir- rigward għax aħna nemmnu li sharing għandu jiġi meqjus bħala traffikar ukoll, allavolja kien hemm min qal - u iktar 'il quddiem se nikkwota lil min qal hekk - li l-gvern imessu jemenda l-liġi f'dan is-sens.", "Issa sabiex ma nallarmax lin-nies, hawnhekk irrid ngħid li dan ma jfissirx li għax inqabdet id-droga f'diskoteka, allura s-sid tad-diskoteka bilfors se jinstab ħati.", "Huwa biss jekk jiġi pprovat li jkun hemm konoxxenza jew kompliċita' tal-persuna li fuq isimha hemm il-liċenzja li sakemm tinqata' l- kawża, fuq talba tal-prosekuzzjoni, il-qorti se jkollha dritt li tissospendi l-liċenzja.", "Jekk wieħed jara kif inhi l-liġi llum isib li l- qorti tista' tħassar il-liċenzja tan-negozju lil traffikant tad-droga wara li din issibu ħati ta' l-akkużi miġjuba kontrieh.", "Permezz ta' dan l-abbozz tal-liġi l-qorti qed tingħata d-diskrezzjoni li jekk ikun hemm akkużi serji fil-konfront tal-persuna li għandha liċenzja tan-negozju, din tkun tista' tħassarlu l-liċenzja saħansitra qabel ma tingħata s-sentenza.", "Issa hawnhekk nixtieq infakkar lil din il-Kamra li meta fl-1994 din il- liġi kienet emendata kienu ġew introdotti diversi ordnijiet ta' ċerta kawtela.", "Permezz ta' l-emendi li kienu saru dak iż-żmien il-qorti ngħatat id-dritt li tiffriża l-proprjeta` ta' min ikun ġie akkużat bit-traffikar tad-droga minn qabel ma tingħata s-sentenza ħalli ma tkunx tista' tinqala` ċ-ċirkostanza li meta finalment il-qorti tagħti s-sentenza tagħha u tordna biex tiġi kkonfiskata l-proprjeta` ta' l-akkużat din ma ssib xejn.", "L-emendi li saru fl-1994 taw ukoll id-dritt lill-qorti li fuq talba ta' l-avukat ġenerali tawtorizza ordni ta' investigazzjoni fuq persuna li tkun ġiet akkużata bi traffikar tad-droga sa minn qabel ma din tittella' l-qorti.", "Dan minkejja kull liġi li teżisti dwar is-sigriet bankarju.", "Ikun interessanti jekk hawnhekk wieħed iżid jgħid li meta fi Frar ta' l-1996 il-gvern kien irratifika l-konvenzjoni ta' l-United Nations dwar it-traffikar tad-droga, id-diskrezzjoni li ngħatat il-qorti fil-konfront ta' persuni Maltin ġiet estiża anke fil-konfront ta' persuni barranin.", "Jekk, per eżempju l-qorti jew il-pulizija Franċiża jkunu qed jinvestigaw lil xi traffikant tad-droga Franċiż li jkun qiegħed Malta, aħna nkunu nistgħu nikkoperaw f'din il- missjoni billi noħorġu ordni ta' investigazzjoni fuq dan it-traffikant tad- droga.", "L-istess nistgħu ngħidu għar-rigward tal-konfiska tal-proprjeta` ta' xi ħadd barrani li qiegħed jgħix f'Malta.", "Allavolja l-proċeduri fuq l- akkuża ta' traffikar tad-droga jkunu saru barra minn Malta u s-sentenza tkun ingħatat minn qorti barranija, il-qorti Maltija ngħatat id- diskrezzjoni li tikkonfiska dik il-proprjeta`.", "Mr Speaker, dawn huma ż- żewġ emendi prinċipali li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi, pero` ta' min isemmi wkoll emenda oħra li qed issir fir-rigward ta' dak li jissejjaħ controlled delivery.", "L-artiklu 30B tal-liġi jawtorizza lill-pulizija jew lill-awtoritajiet tad-dwana sabiex bil-kunsens ta' l-avukat ġenerali jew inkella ta' maġistrat jagħmlu controlled delivery.", "Għal min ma jafx, il-controlled delivery hija teknika li biha jiġi awtorizzat li tidħol konsenja llegali jew suspettuża ta' droga f'Malta.", "Għalkemm l-awtoritajiet ikunu jafu li dieħla din il-konsenja ta' droga f'pajjiżna, bl-awtorizzazzjoni ta' l- avukat ġenerali jew inkella ta' maġistrat iħalluha dieħla apposta sabiex b'hekk jinqabad numru ikbar ta' nies li jkunu involuti fil-wasla ta' din il- konsenja.", "Ħafna drabi jekk l-awtoritajiet jaqbdu u jikkonfiskaw dik il- konsenja mill-ewwel jiġri li jaqbdu biss persuna waħda mentri jekk jissaportu ftit u jsegwu l-passi ta' dik il-persuna jaqbdu xi ħames persuni oħra.", "Issa dan l-abbozz ta' liġi qed jagħmel emenda sabiex din il- controlled delivery ma tiġix limitata biss għar-reati li huma msemmija f'artiklu 30B imma tiġi estiża anke għar-reati li għandhom x'jaqsmu ma' money laundering.", "Mr Speaker, jiena nimmaġina li m'għandux ikun hemm kontroversja f'dak li għandu x'jaqsam mas-sospensjoni tal-liċenzja għax għalkemm huwa veru li f'każijiet oħrajn dan il-poter ma jeżistix, naħseb illi kulħadd jifhem li hawnhekk qegħdin nittrattaw problema speċjali li teħtieġ regoli speċjali wkoll.", "Wara kollox fil-liġijiet li jirrigwardaw id-droga hemm diversi eċċezzjonijiet li m'humiex aċċettabbli f'liġijiet dwar reati oħrajn.", "Ħalli nagħti xi eżempji biex min qed jismagħni jkun jista' jifhem aħjar x'qed ngħid.", "Per eżempju, normalment f'każ ta' omiċidju volontarju jkun irid ikun hemm il-kollaborazzjoni tal-kompliċi, pero` fl-1986 dan il-parlament kien iddeċieda - u naħseb li għamel sewwa - li r-regola tal-kollaborazzjoni tal- kompliċi - jiġifieri li x-xhud tal-kompliċi waħdu m'huwiex biżżejjed imma jkun hemm bżonn ta' xhud indipendenti ieħor li jikkollabora l-verżjoni tiegħu - għandha tibqa' tapplika għar-reati kollha minbarra għar-reati li għandhom x'jaqsmu mat-traffikar tad-droga.", "Ovvjament din iġġib magħha ċerti perikli wkoll għaliex dan ifisser li xhud wieħed li jkun kompliċi f'reat li għandu x'jaqsam mat-traffikar tad-droga huwa biżżejjed biex jiġġustifika dikjarazzjoni ta' ħtija.", "Għalina din hija xi ħaġa li tmur kontra l- prinċipji ġenerali anke fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kiminalita`, imma aħna nafu li aħna rridu nagħmlu gwerra kontra d-droga u allura, bħal fiż- żmenijiet tal-gwerra, hemm bżonn li jsiru eċċezzjonijiet għall-prinċipji ġenerali.", "Eżempju ieħor li nista' nagħti jikkonċerna l-affidavit.", "Normalment filwaqt li fil-qorti ċivili affidavit huwa biżżejjed bħala prova, fil-qorti kriminali dan m'huwiex biżżejjed u kemm ix-xiehda kif ukoll il-kontro-eżami jkunu jridu jsiru bilfors in facem curiae, jiġifieri fil-preżenza ta' l- imħallef.", "Fil-każ ta' dawk ir-reati li għandhom x'jaqsmu ma' traffikar ta' droga dan il-parlament introduċa l-prinċipju li jekk qabel ma jitressaq l- akkużat isir ġurament quddiem maġistrat fuq id-dikjarazzjoni li tkun saret, allura dik ix-xiehda hija aċċettata mill-qorti.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Dan għaliex sar?", "Fil-fatt dan sar għaliex ħafna drabi jiġri li meta wieħed jitla' l-qorti jagħti verżjoni differenti minn dik li jkun ta lill- pulizija u dan għal diversi raġunijiet fosthom minħabba biża' jew theddid.", "Kien proprju għalhekk li fl-1994 il-parlament Malti kien iddeċieda li jgħaddi liġi biex ibiddel il-proċeduri li kienu jeżistu dak iż-żmien dwar dan il-qasam, liema liġi naf li kienet ġiet ikkontestata u għadha qed tiġi kkontestata kostituzzjonalment sal-lum.", "Eżempju ieħor li nista' nagħti biex nuri kemm saru eċċezzjonijiet għar-rigward tar-reati li għandhom x'jaqsmu mat-traffikar tad-droga jirrigwarda l-għoti tal-liberta` proviżorja.", "Illum jeżisti d-dritt kostituzzjonali li akkużat jitlob li jingħata l-liberta` proviżorja pero` fir-rigward ta' traffikar ta' droga, sakemm jgħaddu l-20 ġurnata tal-kumpilazzjoni, jew inkella sakemm tingħalaq il-kumpilazzjoni ma tistax tingħata liberta` proviżorja.", "Eċċezzjoni oħra li ma teżistix f'ħafna liġijiet oħrajn hija li fil-każi ta' traffikar ta' droga l-imħallef ma jistax jagħti probation, sentenza sospiża jew inkella jagħti inqas mill-minimu, kif għandu dritt li jagħmel fil-każ ta' reati oħrajn.", "Fi kliem ieħor, filwaqt li jekk tisraq il- maġistrat jew l-imħallef jista' jagħtik piena li tkun inqas mill-minimu, f'dawk il-każi li għandhom x'jaqsmu ma' traffikar tad-droga il-maġistrat jew l-imħallef ma jistax jagħmel dan.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li dawn l-eċċezzjonijiet huma ġustifikati għaliex hawnhekk qed nittrattaw problema speċjali ta' kriminalita` organizzata li m'għandhiex fruntieri.", "Biżżejjed ngħid li ħafna drabi l-forzi ta' l-ordni jkollhom suċċess fil-ħidma tagħhom grazzi għall-koperazzjoni internazzjonali li jsibu kontra din il-kriminalita` organizzata tan-negozju tad-droga.", "Mr Speaker, kif għidt iktar kmieni, jiena ma nimmaġinax li għandha titqajjem xi kontroversja għaliex ma' l-ordni ta' sekwestru u ma' l-ordni ta' konfiska dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi li tingħata ordni ta' kawtela għar-rigward tas-sospensjoni tal-liċenzja ta' negozju.", "Ta' min jirrimarka li filwaqt li l-ordni ta' sekwestru u ta' l-iffriżar ta' proprjeta` jistgħu jingħataw qabel ma persuna tiġi akkużata fil-qorti bi traffikar tad-droga, hawnhekk qed ngħidu li l-ordni ta' sospensjoni tal- liċenzja ta' negozju tista' tingħata biss wara li l-persuna tiġi mressqa l- qorti u għalhekk il-qorti għandha d-diskrezzjoni li tiddeċiedi jekk għandhiex tapplika dan il-poter.", "Biex inkompli fuq din is-sospensjoni rrid ngħid li sospensjoni tista' tapplika kemm għal liċenzja kemm għal permess kif ukoll għal xi awtorizzazzjoni tkun xi tkun.", "Nixtieq ngħid ukoll li dawn l-emendi qegħdin doppji għaliex bis-saħħa ta' dan l-abbozz qegħdin nemendaw mhux biss il-Dangerous Drugs Ordinance imma wkoll il-Medical and Kindred Professions Ordinance, li tittratta dwar drogi psikotropiċi.", "Ġieli ġara f'dan il-parlament li emendajna liġi mingħajr ma emendajna l-oħra, b'mod li kellna diskrepanza fil-pieni u fil- proċedura dwar x'tip ta' droga ġiet maqbuda.", "Hawn qed nagħmluha ċara li l- emendi li se nagħmlu għal-liġi dwar drogi narkotiċi japplikaw ukoll għal- liġi dwar id-drogi psikotropiċi, bħall-pilloli ecstasy.", "Niġu issa għall- emenda li qajmet ċerta diskussjoni u li dwarha dehru opinjonijiet differenti fil-gazzetti u fil-media li wrew li mhux kulħadd fehem eżatt x'qiegħed jiġi propost.", "Il-fażi ''traffikar fid-droga'' - bl-Ingliż ''dealing'' - insibuha f'artiklu 22 tal-liġi prinċipali, liema artiklu jgħid hekk:", "''For the purposes of this Ordinance, the word ''dealing'', with reference to dealing in a drug includes cultivation, importation, manufacture, exportation, distribution...''", "Mela skond l-interpretazzjoni ta' din il-liġi kull forma ta' importazzjoni hija kkonsidrata bħala traffikar.", "Hawnhekk ma hawnx distinzjoni jekk din l- importazzjoni tikkonsistix f'container bid-droga jew li inti jkollok farka cannabis.", "Għal dawn iż-żewġ każi hemm sentenza bilfors - hawn issa l-punt kollu - ta' sitt xhur ħabs.", "Fil-każ ta' traffikar la hemm probation, la hemm sentenza sospiża u lanqas hemm l-artiklu 21 li bih tista' tagħti inqas minnu.", "Mela bilfors trid tmur sitt xhur ħabs.", "Issa l-liġi ma messhiex ġiet interpretata hekk.", "Il-liġi stess kif inhija llum tgħid: ''with reference to dealing in a drug'' Jiena kif nista' nittraffika miegħi innifsi?", "How can you deal with yourself?", "Li jiena nimporta ammonti żgħar ta' droga bl-iskop li nagħtihom lill-għarusa tiegħi, allura hemmhekk nistgħu ngħidu li hemm sharing u bl-emenda li qegħdin nipproponu dak il-każ jiġi meqjus bħala traffikar.", "Imma meta inti timporta għall-użu personali tiegħek - jiġifieri ddaħħal ammont ta' droga li huwa ovvju li huwa għall-użu personali tiegħek - kif tista' inti tkun qiegħed tittraffika miegħek innifsek?", "Issa minkejja dan hemm interpretazzjoni tal- qorti li tgħidlek li kull nitfa' droga li tinstab fil-pussess ta' xi ħadd at the point of entry - jiġifieri jew fl-airport jew is-seaport - dik bilfors hija droga għat-traffikar u bilfors trid tmur sitt xhur ħabs.", "Il- verita' hi li hawnhekk ngħaddu ħafna liġijiet bi skop partikolari u l- qrati jinterpratawhom b'mod differenti.", "Meta jiġri hekk għandu jkollna l- kuraġġ li ngħidu li din il-liġi ġiet interpretata b'mod ħażin mill-qorti u allura trid tiġi emendata biex tiġi interpretata mod ieħor.", "U jekk inħarsu lejn min laqtet nindunaw kemm din il-liġi m'hijiex ġusta.", "Din mhux lill- klieb il-baħar laħqet imma lill-makku, jiġifieri lil min iġib ammonti żgħar.", "Mela li qed nipproponu bl-emenda huwa li l-qorti għandha dritt tiddistingwi bejn pussess u traffikar, anke fil-qasam ta' l-importazzjoni.", "Irid ngħid li dan il-kriterju li l-qorti tista' tiddistingwi bejn traffikar u pussess ġie introdott fl-1994 bi skop.", "Għaliex?", "Għax sal-1994 biex tipprova t-traffikar kien ikollok tipprovdi prova li bniedem kellu l- intenzjoni li jqassam jew imexxi d-droga.", "Qabel l-1994, jekk bniedem ma jammettix li jkun daħħal kilogramma eroina biex iqassamha - jew sakemm ma jiġix xi ħadd li jgħid li pprova jixtri mingħandu - skond il-liġi l-qorti ma setgħetx issibu ħati ta' traffikar.", "Minħabba f'hekk il-leġislatur fl- 1994 qal li jekk l-ammont ta' pussess jindika li dik id-droga kienet għat- traffikar, allura għandu jkun hemm piena ta' ħabs bilfors minn sitt xhur sa ħames snin, li mbagħad fl-1996 żidniha sa għaxar snin f'każijiet ta' qrati inferjuri u fil-każ ta' ġuri anke' għomrok il-ħabs bħala massimu.", "Mela allura x'inhi l-kontroversja?", "Il-kontroversja hi għax qed ngħidu li dan il-kriterju li jeżisti diġa' għandna napplikawh ukoll fil-qasam ta' l- importazzjoni.", "Jekk ma nagħmlux hekk inkunu qed niġu fil-kontradizzjoni li jekk jien ninqabad bi gramma cannabis l-airport immur il-ħabs bilfors pero' jekk ninqabad bi gramma cannabis Paceville ma mmurx il-ħabs bilfors.", "Issa spjegawli x'inhi d-differenza.", "Anzi ħa nkompli nikkomplika iktar ir- retroxena.", "Jiena nidħol bi gramma cannabis, ma ninqabadx l-airport pero' ninqabad biha Paceville.", "Sakemm ma nkunx iblah u ngħid li dik ġibtha minn Amsterdam miegħi, jiena ma mmurx il-ħabs bilfors.", "Nista' mmur il-ħabs imma mhux bilfors.", "U allura din qed toħloq dawn il-kontradizzjonijiet u dawn l- inġustizzji.", "Issa kien hemm min qal li din qed nagħmluha minħabba l-barranin.", "L-ewwel ħaġa l-barranin għandhom dritt daqs il-Maltin li jkollhom smigħ xieraq.", "It- tieni nett, il-liġijiet għandhom ikunu umani mhux biss fil-konfront tal- Maltin imma wkoll fil-konfront tal-barranin.", "Irrid ngħid ukoll li mhu veru xejn li din qiegħda ssir għall-barranin.", "Il-liġi kif inhi llum u l-liġi kif se nemendawha tapplika għal kulħadd.", "Mela llum jekk Malti, Svizzeru jew Ġermaniż jinstab bi gramma cannabis fuqu, dak imur bilfors minimu ta' sitt xhur ħabs.", "Mela m'huwiex veru li din il-liġi qed nagħmluha biex inpaxxu lill-barranin imma hija liġi li rridu nagħmluha biex neqirdu inġustizzja li teżisti.", "(Interruzzjonijiet) Huwa veru li l-iktar li ngidmu minnha huma l- barranin imma dan jiġri għaliex jekk Malti jkun irid ammont żgħir ta' droga, ma naħsibx li dan se joqgħod isiefer biex iġibha.", "B'daqshekk ma jfissirx li l-liġi tagħmel xi distinzjoni bejn barranin u Maltin.", "(Interruzzjonijiet) Le, din id-distinzjoni ma hi se ddgħajjef xejn mill- ġlieda kontra d-droga.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma l-prinċipju li nagħmlu distinzjoni bejn pussess u traffikar irridu naċċettawh inkella m'aħniex se naqblu.", "Sur President, din in-naħa lesta li taċċetta li jsiru emendi - għax wara kollox aħna m'għandniex id-dogma ta' l-infallibilita' - pero' m'aħniex se nċedu fuq il-prinċipju li għandha tidħol distinzjoni bejn traffikar u pussess, anke fil-qasam ta' l-importazzjoni.", "Issa nibda biex ngħid li meta nqala' l-ewwel inċident taħt din l- amministrazzjoni ma kellna pressjoni mingħand ħadd biex inbiddlu l-liġi.", "Jiena qiegħed niddikjara f'dan il-parlament li ma rċevejt l-ebda komunikazzjoni mill-Ġermanja.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "No cross debate.", "ONOR.", "TONIO BORG: (Interruzzjonijiet).", "Din ġiet diskussa fil-kabinett u dak kollu li għedt inti m'huwiex minnu.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok, Ministru.", "Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "Inżommu l-ordni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inti darba kont se tlaqqa' kabinett mingħajr ma tgħid lill-prim ministru!", "(Interruzzjonijiet) Jien qiegħed fil-kabinett u mhux inti u allura ma tistax tgħid x'ġara fil-kabinett.", "MR.", "SPEAKER: Ministru, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena nieħu gost b'dawn l-interruzzjonijiet pero' nappellalhom biex ma jinterrompux kollha f'salt għax ma nistax nirrispondihom kollha f'salt!", "Meta saret l-ordni ta' deportazzjoni għal dawk it-turisti Ġermaniżi jiena ma ġejt avviċinat minn ħadd, la minn nies ta' fuqi, la minn nies ta' taħti u lanqas mill-ambaxxata Ġermaniża.", "(Interruzzjonijiet) Morru staqsu lill-Ambaxxatur Ġermaniż.", "(Interruzzjonijiet) Aħna bħala oppożizzjoni konna ddeċidejna li nressqu emenda f'Jannar ta' l-1998.", "(Interruzzjonijiet) Imn'Alla jiġi recorded x'jintqal hawn ġew!", "(Interruzzjonijiet) Issa lill-Onor.", "George Vella ngħidlu x'qalu sħabu f'dik id-diskussjoni.", "(Interruzzjonijiet) Aħna din il- liġi għal kulħadd se nagħmluha.", "Ara l-liġi li għamiltu intom kienet għall- barranin biss.", "(Interruzzjonijiet) Taf għalxiex qed ngħid.", "Din il-liġi hija għal kulħadd u żgur li ħadd ma jista' jakkuża lil ħadd li ma' persuna ta' ċerta nazzjonalita' mxejna mod u ma' persuna ta' nazzjonalita' oħra mxejna mod ieħor.", "Niftakar li kien il-Ħadd, 26 jew 27 ta' Diċembru, u konna ħadna deċiżjoni approvata mill-grupp parlamentari li nipproponu emenda.", "F'Jannar ta' l-1998 kienet saret diskussjoni interessanti, kien ippilotaha l-Onor.", "Michael Farrugia bħala l-ministru tas-saħħa imma dik l-emenda tagħna m'għaddietx.", "Minħabba f'hekk moralment ħassejt li qabel ma tiġi emendata l-liġi, kellna nużaw liġi oħra biex nordnaw id-deportazzjoni ta' dawk iż-żewġ Ġermaniżi.", "Bħala ministru ta' l- intern kelli dritt nagħmel hekk.", "(Interruzzjonijiet) Din m'għamilnihiex fis- satra tal-lejl.", "Għamilnieha filgħodu u tant kemm kelli konvinzjoni li jiena ħriġt stqarrija biex ngħid li se nagħmel hekk.", "(Interruzzjonijiet).", "MR.", "SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naturalment l-oppożizzjoni qalet li meta xi ħadd ieħor ingħata maħfra, aħna għamilna ħafna storbju u issa qed neħilsu lil dawn in- nies u niddeportawhom.", "X'kien l-argument ta' l-oppożizzjoni?", "Qalu li jiena għamilt ħażin meta keċċejthom f'Diċembru ta' l-1998.", "(Interuzzjonijiet).", "Onor. Vella, assolutament id-deċiżjoni ħadtha waħdi mingħajr ebda pressjoni ta' ħadd.", "MR.", "SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħadd ma kkommunika miegħi dwar dan il-każ.", "L- ambaxxatur lanqas biss kien hawn Malta.", "Din kienet kwestjoni ta' prinċipju.", "(Interruzzjonijiet) Tajba din!", "Għax kienet ġejja l-presidenza Ġermaniża!", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għaqqadthomx flimkien u tant m'għaqqadthomx flimkien li issa qed nagħmel liġi li tkun applikabbli għal kulħadd mingħajr distinzjoni ta' nazzjonalita'.", "Issa f'Jannar ta' l-1999 ix-shadow minister tal-ġustizzja, l-Onor.", "Anġlu Farrugia kien qal li f'każ ta' xi ħadd li huwa akkużat b'pussess ta' ammont żgħir, li skond il-liġi jammonta għal traffikar, il-ministru m'għandux jiddeċiedi li jitkeċċa u allura awtomatikament il-proċeduri ma jkomplux.", "Mela l-argument ma kienx li m'għandhiex issir distinzjoni.", "Anzi huwa ppropona li d-distinzjoni għandha ssir mill-qorti u mhux minn membru tal- gvern.", "L-artiklu tiegħu kien jismu \"The Nationalist Executive and the Courts\" u fih kien qal:", "\"I am not contesting the Dimitrijeff case as such.\"", "Id-dimitrijeff kienu l-konjuġi li ġew għall-honeymoon hawnhekk u nqabdu b'ammont żgħir ta' droga -", "\"I am not saying that the fact that each avoided a minimum of six months inprisonment...\"", "- dan qalu għax meta tkeċċew dawn kienu laħqu għamlu xi xahar u nofs fil- ħabs -", "\"...once there were certain prevailing circumstances is not justified.", "Probably I would have thought about it also myself.\"", "Naturalment ta' avukat tajjeb li hu ntroduċielna s-safety valve \"probably\", imma \"probably\" tfisser xi ħaġa aktar minn \"possibly\".", "X'kienet il- kritika ta' l-oppożizzjoni mix-shadow minister tal-ġustizzja dakinhar?", "Li dik id-diskrezzjoni messha tkun f'idejn il-qorti u mhux f'idejn il- ministru.", "Issa għax qed nipproponu li tkun f'idejn il-qorti dawn qed igħidu li qed nagħtu messaġġ ħażin!", "Imma messaġġ ħażin lil min?", "(Interruzzjonijiet)", "Fl-Unjoni Ewropea nimmaġina li għandhom liġijiet bħal tagħna.", "Inti kif tista' tagħti messaġġ ħażin lil xi ħadd li għandu liġijiet iktar liberali minn tagħna?", "Lil min se nagħtuh dan il-messaġġ ħażin?", "Lill-Ingliżi li meta nqabad it-tifel tal-ministru ta' l-intern tagħhom jittraffika d-droga - u f'dan il-każ kien il-ministru stess li ħa t-tifel tiegħu l-għassa tal- pulizija - dan ma marx il-ħabs?", "(Interuzzjonijiet).", "Jiena qed ngħidlek li intom qed tgħidu li qed nagħtu messaġġ ħażin.", "Messaġġ ħażin lil min?", "Lill-Ingilterra li l-każ tat-traffikar ma jġibx miegħu piena tal-ħabs?", "U traffikar ma jfissirx li jkollok gramma cannabis fil-but imma li tmur quddiem diskoteka u tqassamha lil sħabek.", "Hekk kien il-każ tat-tifel ta' ministru, imma dan ma marx il-ħabs!", "Lil dawk se nagħtu messaġġ ħażin?", "(Interruzzjonijiet) Iva imma bil-liġi tagħna kien ikollu jmur sitt xhur ħabs.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vella għandu l-ossessjoni ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Jiena nitolbu jsemmielna fejn fl-Unjoni Ewropeja għandhom liġi li jekk xi ħadd jinqabad bi gramma cannabis fil-but dan imur il-ħabs bilfors.", "Mhux biss fl-Ewropa imma anke barra mill-Ewropa m'hawnx liġijiet bħal dawn.", "U dan huwa żball ta' interpretazzjoni tal-liġi għax lanqas din ma kienet intenzjoni oriġinali tal-leġislatur.", "(Interruzzjonijiet) Din hija t-teorija tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vassallo, lanqas inti ma taqbel ma wħud minn sħabek għax inti qed tgħid li m'għandha tinbidel xejn il-liġi.", "L-ewwel qalu hekk u issa qed jgħidu li se jagħmlu emendi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "Indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok, Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela l-ewwel kumment dwar l-ordni ta' deportazzjoni tad- Dimitrijeff kien li mhux il-ministru messu jiddeċiedi dawn l-affarijiet imma l-qorti.", "U peress li nkitbu xi affarijiet fil-gazzetti li ma kenux eżatti, nerġa' nfakkar li hawnhekk aħna mhux qed nipproponu li l-ministru jiddeċiedi x'inhu pussess li jammonta għal traffikar u x'inhu pussess li ma jammontax għal traffikar imma l-qorti.", "F'oqsma oħra l-qorti diġa' għandha dan il-poter.", "(Interruzzjonijiet) Mela allura għaliex qed nibżgħu nagħtuha dan il-pote, anke fil-qasam ta' l-importazzjoni?", "Mr. Speaker, jiena nixtieq nillustra l-argument tiegħi b'eżempju.", "Ejja ngħidu li fi flat inqabdet kilo eroina.", "Il-liġi tgħidlek li jekk iċ- ċirkostanzi jindikaw li dan m'huwiex għall-użu esklussiv dak huwa traffikar.", "Ħadd ma jista' by any stretch of the imagination jgħid li kilo eroina hu għall-użu personali ta' dak li jkun.", "Mela allura għal każijiet mhux ta' importazzjoni nafdaw lill-qorti pero' għal każijiet ta' importazzjoni ma nafdawhiex.", "Issa nixtieq li xi ħadd f'dan il-parlament isolvili din il-kontradizzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR.", "SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Issa ngħidlek x'ipproponejt inti, Onor. Farrugia!", "Inti pproponejt li tingħata d-diskrezzjoni anke lill-uffiċjali tad-dwana.", "Allura uffiċjal tad-dwana tafdah imbagħad lill-qorti ma tafdahiex!", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri f'każijiet mhux ta' importazzjoni għandna fiduċja fil-qrati u f'każijiet ta' importazzjoni m'għandniex fiduċja fil- qrati!", "Allura skużi, nneħħu l-liġi l-oħra wkoll u ngħidu li kulmin inqabad bid-droga jmur il-ħabs mill-ewwel, żgħir kemm hu żgħir l-ammont.", "Issa dawn l-argumenti jagħmluhom in-nies sakemm ma jinqabadx xi ħadd mill-familja tagħhom għax imbagħad meta jinqabad xi ħadd, li jiġu anke terzi kuġini, imbagħad jgħidu: Imma dan imur il-ħabs bilfors?", "Jiġifieri ejja ma nkunux kategoriċi.", "(Interruzzjonijiet).", "Aħna qed ngħidu li d-distinzjoni li teżisti diġa' llum fil-qasam mhux ta' importazzjoni għandha tibda' teżisti wkoll fil-qasam ta' l-importazzjoni.", "U se tkun il-qorti li tiddeċiedi u mhux il-ministru, il-pulizija jew tad-dwana.", "Mr. Speaker, ix-shadow minister tal-ġustizzja, wara li qal li l-ministru ma messux indaħal għaliex dan huwa ndħil fil-qorti, appella biex nagħtu dan il-poter lill-qrati u qal:", "\"Hence I reiterate the call for amendments to make up for such practical genuine possibilities where humane justice is much desired.\"", "X'emendi qed jipproponi hawn?", "L-emendi li niddistingwu bejn każijiet ta' traffikar u każijiet ta' pussess fil-qasam ta' l-importazzjoni.", "Imbagħad l- Onor. Farrugia kompla jgħidilna li dawn l-emendi \"...must be brought before Parliament without delay.\"", "Ara ma jdumux!", "Ħaffu u ġibuhom fil-parlament!", "Issa li ġibnihom fil-parlament qegħdin jgħidu li aħna qed nibagħtu messaġġ ħażin u qegħdin innaqqsu l-poteri fil-ġlieda kontra d-droga.", "Issa biex inkompli nuri kemm id-diskrezzjoni għandha tingħata lill-qorti rrid ngħid x'kien għamel il-gvern Laburista, Sur President.", "Dan għamel emenda biex fuq l-embarkation card ikollok warning li jekk xi ħadd jiddikjara ammont żgħir ta' droga u tad-dwana jew il-pulizija jiddeċiedu li din hija għall-użu personali, allura ma jeħel xejn.", "Aħna lanqas qed nipproponu li jsir hekk.", "Aħna qed ngħidu li f'dawk il-każijiet dak li jkun jittella' l-qorti u jeħel il-piena li hemm bżonn.", "Fl-emenda ta' l-embarkation card huwa l-uffiċjal tad-dwana jew il-pulizija li jiddeċiedu jekk jagħtux maħfra.", "Fl-opinjoni tiegħi din l-emenda ma taħdimx.", "Meta jiddikjara li għandu d-droga għall-użu personali tiegħu, bniedem ma jkunx jaf jekk hux se jarrestawh jew le għax jista' jkun li l-uffiċjal tad-dwana jiddeċiedi li dik ma tkunx għall-użu personali tiegħu u jibagħtu l-ħabs, allura jkun vale la pena jirriskja.", "Hekk qegħda l-liġi u lanqas qed nipproponu emenda għaliha, ħalli ma nżidux il-kontroversji.", "Hemmhekk se tibqa'.", "Dik hija liġi li saret minn dan il-parlament, saret sena u nofs ilu, ma jidhirlix li għandna nbiddluha imma qed inżidu l-emenda tagħna.", "Mela lill-uffiċjal tad-dwana fdawh li jiddeċiedi hu jekk droga tkunx għall- użu personali pero' lill-qorti le!", "Issa jiena nixtieq li n-nies li pproponew dik il-liġi jispjegawli għaliex qed jopponu din il-liġi.", "Mr. Speaker, jiena nerġa' ngħid li l-gvern lest li jikkonsidra kull emenda.", "Issa jekk nikkonsidrawhomx fil-kumitat għall-konsiderazzjoni ta' l- abbozzi...", "(Interruzzjonijiet)", "Tajba din, jekk ngħid li mhux lest li naċċetta l-emendi jgħidu li jiena riġidu u arroganti, u jekk ngħid li lest li naċċetta l-emendi jgħidu li qed nagħmlu hekk għax nafu li l-liġi hija difettuża!", "Issa kemm-il darba meta kienu huma fil-gvern kienu jgħidu li kienu lesti li jaċċettaw emendi.", "Aħna qatt m'għednilhom li kienu jgħidu hekk għax jafu li l-liġi hija difettuża.", "Aħna ngħidu hekk biex nippruvaw naslu.", "(Interruzzjonijiet) Fejn ma naslux, ngħidu li ma wasalniex.", "Fejn nistgħu naslu, naslu pero' l- emendi jridu jkunu fid-dawl ta' dak li qed jaċċetta l-gvern bħala distinzjoni.", "Id-distinzjoni bejn traffikar u pussess trid issir u jekk tagħmilli emenda kontra dak il-prinċipju minn issa se ngħidlek le.", "Din hija kwestjoni ta' prinċipju.", "Mr Speaker, f'artiklu f'gazzetta ta' l-oppożizzjoni xi ħadd qal li hemm ħafna affarijiet tajbin f'din l-emenda tal-gvern, pero' l-artikolist ippropona li meta l-maġistrat jiġi biex jiddistingwi jrid jgħid għaliex każ ikklassifikah bħala wieħed ta' traffikar jew inkella għaliex ikklassifikah bħala wieħed ta' pussess.", "Jien ma naħsibx li hemm bżonn din l-emenda għax naħseb li fis-sentenza tiegħu maġistrat għandu jiddikjara r-raġunijiet, pero' jekk iridu li norbtu lill-maġistrat b'dan il-mod jiena ma nsibx diffikulta' għax dik m'hijiex ħaġa li tmur kontra l-prinċipju li jkun hemm distinzjoni bejn traffikar u pussess ta' droga anke' fil-qasam ta' l- importazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Le, qegħdin naċċettah il-prinċipju.", "(Interruzzjonijiet) Wara kollox fis-Second Reading xi jsir, mhux l- aċċettazzjoni tal-prinċipju?", "L-oppożizzjoni hija favur li ssir din id- distinzjoni jew le?", "Jekk huma favur, dawn għandhom jivvutaw favur imbagħad meta niġu fl-istadju tal-kumitat iressqu l-emendi.", "Mela gvern jagħmel emendi għall-abbozz tiegħu għax ikun difettuż?", "Jagħmel l-emendi għaliex ikun sema' d-diskussjoni jew inkella jkun irċieva rapreżentazzjonijiet mingħand niesu u jiddeċiedi li jemenda l-liġi tiegħu stess.", "Mr Speaker, jiena għedt li jekk naċċettaw id-distinzjoni bejn traffikar u pussess jiena lest li d-dettalji niddiskutuhom - u dan għedtu pubblikament fit-2 ta' Lulju - mhux biss fil-kumitat ta' konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi imma anke jekk hemm bżonn fil-kumitat ta' l-affarijiet soċjali.", "Din għedtha qabel ma ġie dan l-abbozz fil-parlament u nerġa' ngħidha pubblikament ħa tiġi rreġistrata fir-records ta' din il-Kamra.", "Mr Speaker, irridu naċċettaw il-fatt li l-liġijiet għandna nagħmluhom iktar umani.", "Dan mhux kif qal l-Onor.", "Adrian Vassallo meta kiteb f'\"The Times\".", "(Interruzzjonijiet) Ħa nikkwotalek x'għedt:", "''As it stands, the law is strict against offenders and goes out of its way to avoid penalising persons...\"", "- hawnhekk qed jirriferi għall-emenda li semmejt qabel ta' l-embarkation card -", "\"...who surrender small quantities of drugs imported for personal use.", "If there are distinctions to be made...''", "- qed jgħid għad-distinzjoni bejn pussess u traffikar -", "''...these should be made by persons coming to Malta with illicit drugs in their possession.", "These have to decide whether to comply with the law of the land or face the consequences.''", "Jiġifieri jekk għandna liġijiet inġusti nħalluhom inġusti!", "Bl-istess argument, sewwa jagħmlu dawk li jaqtgħu l-idejn tan-nies meta jisirqu għaliex dik hija l-liġi t'hemm!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vassallo, on a point of explanation.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, jiena kont qed ngħid li min ikun ġej minn barra għandu choice.", "Issa toqgħodx tgħidli għax importazzjoni u traffikar u dik u oħra.", "Fl-ittra jien għedt - ħalli ma toqgħodx tħawwad lil min qiegħed jismagħna - li dak li jkun jista' jagħżel li joffri dik il- biċċa li ġab u ma jiġrilu xejn.", "Issa jekk ma jridx hekk, għalfejn ħa noqgħod nibdel il-liġi biex noqgħod inpaxxieh lil dan?", "Dak li għedt jien!", "MR.", "SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Issa tajjeb jew ħażin il-liġi qegħda hekk.", "(Interruzzjonijiet) Iva, inti hekk għedt.", "Għedt li m'hemm bżonn emendi ta' xejn, tibqa' l-liġi kif inhi minkejja li kien hemm minn sħabek - u issa se nikkwotahom ukoll - li qalu l-kuntrarju.", "Bl-istess argument ngħidu li jekk f'xi pajjiż jaqtgħulek idejk jekk tisraq, inti missek tkun taf il-liġi tagħhom!", "Naturalment tista' targumenta b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet).", "Iva, hekk għedtha pero' int ma dħaltx fil-kwestjoni morali ta' jekk għandekx taqta' jdejn bniedem talli seraq.", "(Interruzzjonijiet) Int taraha mill-lat pożittivista imma jien naraha minn lat oltre minn hekk.", "(Interruzzjonijiet) Allura bl-istess argument meta Hitler kien joqtol in- nies, dak il-liġi Ġermaniża fil-konfront tal-Ġermaniżi kien qiegħed japplika.", "L-argument huwa l-istess.", "(Interruzzjonijiet) (Għajat)", "MR.", "SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Onor. Gulia, jekk jogħġbok.", "Il-Ministru jindirizza lis-Sedja, jekk jogħġbu.", "No cross debate.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena mhux qed nakkużah b'nażismu.", "Qed ngħid li l- premessa fil-loġika tiegħu hija ħażina.", "L-argument tad-dittaturi antiki u ġodda hu: X'nagħmel jien bħala gvern fil-konfront taċ-ċittadini tiegħi ma jindaħalli ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Ċertament ma naqbilx ma dak l- argument.", "(Interruzzjonijiet) Għandu dritt jagħmel l-argument tiegħu imma jien ma naqbilx miegħu u qed ngħid għaliex ma naqbilx miegħu.", "U tant fhimtu tajjeb li meta ġibtlu l-eżempju ta' min jisraq u jaqtgħulu jdejh qal: Iva, jekk dik hija l-liġi, int missek ma mortx f'dak il-pajjiż jew inkella jmissek kont taf x'inhuma dawk il-liġijiet!", "Jekk il-liġi tikser id- drittijiet tal-bniedem jew hija inġusta, allura għandna nibqgħu fl-għama bħaż-żwiemel u ngħidu li m'għandniex nemendawha għax nibagħtu messaġġ ħażin!", "Jien anzi ngħid li din il-liġi hija ġusta u tagħti messaġġ tajjeb li aħna poplu ċivilizzat.", "U mhux naqbdu liż-żgħir u nitfgħuh sitt xhur ħabs.", "Din iddefendu fil-kuxjenza tagħkom!", "Għiduli liema pajjiż fl-Ewropa - fl- Unjoni jew barra l-Unjoni - għandu din il-liġi?", "Imbagħad forsi nammetti li fil-konfront ta' dak il-pajjiż jien qed nibgħat messaġġ ħażin.", "(Interruzzjonijiet)", "Imma x'għandu x'jaqsam, Onor. Abela?", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li meta saret din il-liġi ma jidhirlix li dik kienet l- intenzjoni oriġinali, imma anke li kieku din kienet l-intenzjoni għandu jkollna l-kuraġġ ngħidu li l-esperjenza wriet li din il-parti tal-liġi ma ħadmitx.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Gulia, m'għandix bżonn nikkwotalek liġijiet approvati mid-deputati tagħkom stess li mbagħad għamlu kawża kostituzzjonali biex iwaqqgħuhom.", "(Interruzzjonijiet) Allura int qed tgħid li jekk saret liġi ħażina, għamilha min għamilha, nibqgħu mwaħħlin biha u ngħidu kemm hi sabiħa!", "(Interruzzjonijiet) Issa qum u għid hekk, għax lanqas hekk m'għedt fl-istqarrija.", "Għedt li għandna naraw kif nagħmluha iktar umana.", "U umana mhux li ma jmorrux bilfors il-ħabs tfisser?", "(Interruzzjonijiet) Allura qum u għidha!", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ministru, jekk jogħġbok, indirrizza lis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Gulia, li tant joħroġ stqarrijiet, imissu joħroġ stqarrija u jgħid: Ara, naqblu li m'għandhomx imorru l-ħabs bilfors pero' xtaqt nipproponi xi emendi!", "Jekk jagħmel hekk almenu nibdew niddiskutu imma lanqas dik m'għadu għamel, ma mmorrux nibagħtu messaġġ ħażin, kif qal Peppi Azzopardi f'\"It-Torċa\".", "Messaġġ ħażin jiġifieri għall- voti, għax meta tagħsarha...", "(Interruzzjonijiet) Sur President, ta' l- oppożizzjoni qed jgħidu li qegħdin innaqqsu l-ġlieda kontra d-droga biex mingħalihom jipprovaw jimpressjonaw lin-nies.", "Tant kienet hekk it-tattika ta' l-oppożizzjoni li din il-liġi tkellem pubblikament dwarha l-Prim Ministru f'Jannar u min-naħa tagħhom ma tkellem ħadd kontriha.", "Anke meta għaddejna l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi u wara li l-Prim Ministru u jien konna għedna f'dibattitu televiżiv li se nagħmlu distinzjoni bejn traffikar u pussess, ħadd ma qal xejn.", "Imbagħad ippubblikajna l-abbozz fil- 25 ta' Mejju u reġa' ħadd ma qal xejn.", "Mhux talli hekk talli x-shadow minister indirettament tkellem favuriha u qal li għandna nagħmlu distinzjonijiet oħrajn.", "Imbagħad f'Ġunju, għax kien hemm inċident tad-droga, allura f'daqqa waħda bdew il-kanuni kontra din il- liġi.", "Sitt xhur damu biex jistembħu l-oppożizzjoni!", "Issa fil-kabinett din il-liġi kienet ġiet approvata f'Jannar u domna sitt xhur għax imbagħad kellna bżonn nagħmlu emenda oħra - dik tas-sospensjoni tal-liċenzja - u allura kellna nerġgħu nibagħtuha għand l-attorney general.", "Oriġinarjament din l-emenda biss kien hemm u l-oppożizzjoni baqgħet siekta u saħansitra kien min tkellem favuriha.", "Meta fi Frar li għadda konna qegħdin niddiskutu l-liġi dwar il-ħabs, b'xi mod daħlet fid-diskussjoni din id-distinzjoni dwar traffikar u pussess fil- qasam tad-droga.", "F'dak id-dibattitu l-Onor.", "Gulia - u jekk ma jiftakarx infakkru - qal hekk:", "\"Ġaladarba issa l-gvern Nazzjonalista ddeċieda li jagħmel ċerti distinzjonijiet għal dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni, forsi hemm bżonn li naraw distinzjonijiet oħrajn.\"", "Mela llum qed jikkritikana li qed niddistingwu bejn traffikar u pussess fil- qasam ta' l-importazzjoni pero' fi Frar ta' din is-sena stess dan ippropona li mhux talli għandha ssir dik id-distinzjoni talli għandna nintroduċu distinzjonijiet oħrajn!", "X'jiġifieri nintroduċu distinzjonijiet oħrajn?", "Li ċerti każijiet li llum huma kkonsidrati bħala traffikar ma jibqgħux jiġu kkonsidrati bħala traffikar jew inkella li nbiddlu l-piena?", "Dan kompla hekk:", "\"Meta qed nitkellmu dwar traffikanti tad-droga u dwar barunijiet tad- droga qegħdin nitkellmu dwar big time traffickers\"", "Naqblu miegħek, Onor. Gulia, u għalhekk qed nagħmlu din il-liġi biex iż- żgħar ma jeħlux mal-kbar.", "Imbagħad ipproponielna li nagħmlu din id- distinzjoni:", "\"Hemm ukoll dawk li huma vvizzjati bid-droga, li jittraffikawha biex isostnu l-vizzju li għandhom\".", "Issa jiena nemmen li l-piena għandha tibqa' kif inhi għax it-traffikar għandu dejjem jiġi kkundannat u m'għandux ikun hemm attenwant li jista' jgħin lit-traffikar.", "(Interruzzjonijiet) Iva, kollha se ngħidha.", "Int taħseb li se nikkwota biċċa biss, Onor. Gulia?", "Tafni biżżejjed naħseb.", "(Interruzzjonijiet) Se ngħidlek f'liema kontest għedtha, u jista' jkun li għandek raġun, pero' tikkritikanix għax qed nagħmel emenda ħafna inqas minn dik!", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Gulia kompla hekk:", "\"M'għandux ikun hemm attenwant li jista' jgħin lit-traffikant tad- droga milli jipprova jeludi l-piena, pero' jiena naf b'każijiet oħrajn ta' tip ta' offenders li bil-liġi kif inhi jridu jmorru minimu ta' sitt xhur ħabs\"", "L-Onor Membru ma kienx qed jirriferi għal dawk li jinqabdu bi gramma imma mbagħad irrifera wkoll għal :", "\"...offenders li jkunu għamlu programm ta' riabilitazzjoni, jiġifieri jkunu fiequ mill-vizzju tagħhom sia fiżikament kif ukoll psikoloġikament.", "Dawn mhux talli jkunu fiequ imma jkunu għamlu speċi ta' community service wkoll, ħaġa li lanqas biss teżisti fil-liġi tagħna.", "Saħansitra dawn ikunu għenu lil min ibati mil-vizzju tad-droga sabiex joħroġ minn dan il-vizzju.\"", "Mela l-Onor.", "Gulia kien qed jagħmel l-argument li m'huwiex sew li xi ħadd li jkun għamel kors ta' riabilitazzjoni tad-droga jmur minimu ta' sitt xhur ħabs, anke jekk teknikament seta' kien responsabbli ta' traffikar.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, il-Ministru qed jiżvija.", "Dakinhar kont qed nitkellem fuq il-problema ta' klassifikazzjoni ta' priġunieri u sostnejt - u kkonfermah hu stess - li dawn in-nies għandhom jeħlu l-piena xorta waħda imma mbagħad noqogħdu attenti li fil-ħabs ma nqegħduhomx ma' min għadu ma fieqx għax inkella jkunu fil-periklu li jerġgħu jaqgħu fil- problema tad-droga.", "Il-ministru qed jikkwotani f'kontest kompletament żbaljat u qed jagħmel hekk biex jinqeda għall-finijiet tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jibqa' l-fatt li l-Onor.", "Gulia ppropona li barra d- distinzjonijiet li qed nagħmlu issa, nagħmlu distinzjonijiet oħrajn.", "U nista' ngħidlek li kien hemm oħrajn mill-oppożizzjoni li qablu ma dawn il- proposti.", "Saħansitra kien hawn min ġab l-argument li l-fatt li għarus jaqsam joint ma l-għarusa m'għandux jitqies bħala traffikar.", "Kien hawn nies li qaluli li għandha ssir din id-distinzjoni imma l-gvern lanqas s'hemmhekk ma wasal.", "(Interruzzjonijiet) Iva, inti f'dak il-kontest għamilthom id- distinzjonijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Id-distinzjoni m'għamilthiex għall-iskop li qed jgħid il-ministru.", "Jiena semmejt it-trattament tal-ħabs.", "Jiena tkellimt f'dak li għandu x'jaqsam ma' xi jsir wara l-kundanna tal-ħabs.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naħseb li l-Onor.", "Gulia jammetti li jiena d-diskors kollu qrajt.", "Issa fl-ewwel parti tad-diskors lanqas qal li ma jaqbilx ma' dawn id-distinzjonijiet.", "Issa qiegħed nifhem li l-Onor.", "Gulia se jqum u jgħid: Iva, min jinqabad bi gramma cannabis fl-airport għandu jmur il-ħabs bilfors!", "Jiena ħsibt li kellu dik id-distinzjoni f'moħħu pero' lanqas dik id-distinzjoni m'għandu.", "(Interruzzjonijiet) Inti favur li jekk xi ħadd jinqabad bi gramma cannabis fl-airport, f'ċirkostanzi li jindikaw li din hi għal użu personali, dan għandu jmur sitt xhur ħabs?", "Sur President, jiena se npoġġi bilqiegħda u nistenna tweġiba.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Inwieġbek meta jkun imiss lili biex nitkellem.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għad irid jaħsibha!", "Ili nizzikah apposta biex joħroġ u jgħidha.", "Ilu jinterrompi ħin twil, ara fuq din ma nterrompiex!", "Fuq din irid ċans jaħsibha, irid jorqod fuqha!", "(Onor. Membri: Hear, Hear) Tajba jew mhux tajba din il-liġi?", "Jekk hija ħażina, għamilha min għamilha, għandna nbiddluha.", "Jiena ngħid li l-interpretazzjoni kienet skorretta, imma anke kieku fil-bidu, kienet kif inhi jekk hija ħażina nbiddluha.", "U nbiddluha mhux għall-barranin biss imma għall-Maltin ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Int qed tgħid li l-liġi għandha tibqa' kif inhi u min ikollu gramma cannabis f'Paceville ma jmurx il-ħabs bilfors imma min jinqabad bl-istess ammont fl- airport dan għandu jmur sitt xhur ħabs?", "(Interruzzjonijiet) Domanda sempliċi bħal din ma kellux risposta għaliha għax għad irid jaħsibha!", "Ilu jaħsibha minn Jannar għax l-ewwel kien qed ixaqleb lejn naħa imbagħad ġara xi ħaġa li ma nafx x'inhi u qalulhom li jridu jgħidu bil-maqlub!", "Sur President jiena nixtieq nikkwota wkoll lill-Onor.", "Charles Mangion.", "Intqal li \"Former justice minister calls for change to drug import law.", "\"Dr. Mangion pointed out that enforcement agencies were against administrative leniency in this respect, however morally justifiable, exactly for this reason.", "He said that the law on the importation of dangerous drugs needed to be reviewed\".", "F'dan il-każ l-Onor.", "Mangion ried li jogħlew il-pieni?", "Nisperaw li l-Onor.", "Mangion ma jiġix jgħidilna li meta appella għal \"change to drug import law\", hu ried jagħmilha eħrex minn sitt xhur sa għaxar snin ħabs!", "X'ried ibiddel fid-drug import law, li fuq gramma cannabis teħel 20 sena ħabs jew inkella - u naħseb li din kienet l-intenzjoni tiegħu - li ddaħħal id- diskrezzjoni tal-qorti?", "Meta ddiskutejna l-liġi, l-Onor.", "Michael Farrugia, kien qal li kien se jivvota kontra tagħha għax kellu l-emenda tiegħu.", "Għallinqas hu kien onest biżżejjed u l-kuxjenza tiegħu ma wasslitux biex għid li qatt m'għandna nagħmlu emenda bħal din.", "L-emenda tagħna la qal favuriha u lanqas qal kontriha.", "Ivvota kontra tagħha għax kellu l-emenda tiegħu imma lanqas eskludiha kompletament, kif donnu qed jagħmel - u nispera li qed nifhmu ħażin - l-Onor.", "Gulia llum.", "(Interruzzjonijiet) Forsi għada jbiddel il- ħsieb tiegħu!", "(Interruzzjonijiet) Lanqas xejn, ibqa' hekk mela, konsistenti fl-iżball!", "Din hija l-agħar forma ta' żball għax it-trux m'huwiex dak li ma jismax imma dak li ma jridx jisma' u l-għama mhux dak li ma jarax imma dak li ma jridx jara u l-Onor.", "Gulia hekk qed jagħmel.", "Sur President, meta pproponejna din l-emenda fil-kumitat tal-Kamra fi żmien il-gvern Laburista, fid-19 ta' Jannar 1998 kien qam jitkellem l-Onor.", "Jose' Herrera, illum esponent importanti ta' l-oppożizzjoni li dak iż-żmien kien backbencher tal-gvern - u jidhirli li llum l-Onor.", "Membru jagħmel shadowing fejn jidħlu kwestjonijiet ta' money laundering, li ħafna drabi jkollhom x'jaqsmu mad-droga - u kien qal hekk:", "\"Forsi se nkun daqsxejn ambizzjuż f'li se ngħid imma, kif hawn iż-żewġ naħat tal-Kamra preżenti, ma nafx jekk huwiex il-lok jew jekk huwiex tajjeb li din il-kwestjoni nemendawha daqsxejn radikalment...\"", "- jiġifieri l-kwestjoni tad-definizjoni ta' l-importazzjoni -", "\"...billi nagħtu d-diskrezzjoni lill-qorti...\"", "- dawn meta qegħdin fil-gvern huma -", "\"...biex tiddeċiedi hi dwar jekk l-ammont ta' droga jkunx tant żgħir li jkun jidher li huwa għall-użu esklussiv tal-persuna u f'dak il-każ il-qorti għandha tittratta magħha bħala li kienet fil-pussess ta' dak l-ammont u mhux li daħħlitu biex tittraffikah.", "Bir-rispett kollu ma naqbilx li meta bniedem jinstablu joint wieħed - u allura jkun jidher ċar li mhux se jispaċċa dik id-droga - għandek torbot idejn il- ġudikant li dan irid bilfors jitfgħu l-ħabs\".", "Din hi l-kwestjoni kollha.", "Minkejja li jkun biss pussess u minkejja li l- ammont ikun żgħir jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn dak li jkun jintbagħat il-ħabs xorta waħda.", "Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn dak li jkun jinqabad għat-tielet darba.", "Jista' jkun hemm ċirkostanzi oħrajn li jħalluk b'dubbju - u d-dubbju dejjem irid imur favur l-akkużat - fejn tista' ma tgħidx li huwa traffikant pero' xorta waħda tapplika l-piena tal-ħabs għal pussess, għax għall-pussess - u din qed ninsewha - hemm il-ħabs ukoll.", "U kien hemm każijiet fejn xi ħadd mar il-ħabs għax instab ħati ta' pussess biss.", "Meta ċ- ċirkostanzi jindikaw li d-droga ma tkunx għall-użu personali, allura hemmhekk il-liġi se tibqa' kif inhi.", "F'dan il-każ il-qorti ma jkollha l- ebda diskrezzjoni.", "Mela kulma qed niddiskutu huwa li fil-każ ta' importazzjoni għall-użu personali qed inħassru l-kelma \"bilfors\" u qed nagħtu d-diskrezzjoni lill-qorti biex tiddeċiedi.", "Dan hu eżattament dak li kien qed isostni l-Onor.", "Herrera.", "Sur President, f'Malta jekk Malti jinstab b'ammont żgħir ħafna ta' droga jeħel ta' pussess, allura għalfejn barrani - hu semma' barrani imma l-liġi tapplika anke għall-Maltin - li jkun dieħel Malta u jinqabad b'ammont żgħir ħafna għandu jeħel ta' traffikar?", "Jekk wieħed taqbdu l-Belt u l-ieħor taqbdu l-airport bl-istess ammont ta' droga, wieħed jeħel ta' pussess u l- ieħor ta' traffikar.", "Imissu jqum xi ħadd mill-oppożizzjoni - issa forsi għada jqum l-Onor.", "Gulia! - u jgħidilna li din hija liġi ġusta.", "Jekk l- oppożizzjoni se tipproponi emendi li jkissru jew itappnu din id-distinzjoni allura ma nistgħux naċċettawhom.", "Jekk pero' l-emendi jkunu fid-dawl li wieħed jaċċetta li għandha ssir distinzjoni, allura fuq kollox jista' jintlaħaq ftehim.", "Sur President, jiena nixtieq inkompli fuq id-diskors li kien għamel l-Onor.", "Herrera.", "Wara ċerta maturazzjoni tad-diskussjoni, l-Onor.", "Herrera pprova joħroġ bl- idea li wieħed għandu joħloq reat speċifiku f'każ ta' importazzjoni għall- użu personali li pero' ma jġibx miegħu l-ħabs bilfors.", "Din kienet a face saver fejn, biex ma jaċċettawx l-emenda ta' l-oppożizzjoni, hu ppropona li noħorġu t-tielet kategorija ta' reat għall-pussess ta' droga fil-qasam ta' l-importazzjoni għall-użu personali, li jkun xi ħaġa bejn traffikar u pussess pero' li xorta waħda ma jġibx miegħu l-piena tal-ħabs.", "Dak il-ħin stess jien kont qomt u għedt li jekk jinħoloq qbil ta' dan it-tip, jiena lest mill-oppożizzjoni li nagħti l-kunsens tiegħi pero' lanqas dik ma ġiet aċċettata u allura bilfors b'konsistenza kellna nerġgħu niġu hawnhekk u nipproponu din l-emenda mingħajr l-pressjoni ta' ħadd u b'sens ta' ġustizzja.", "L-eħfef ħaġa f'każ bħal dan kien ikun li wieħed ma jagħmel xejn.", "Meta wieħed ma jagħmel xejn żgur li qatt ma jiżballja, imbagħad ikun żball għal ħajtu kollha jekk ma jagħmel xejn.", "Sur President aħna għandna nibżgħu li jistgħu jikkritikawna jew li jistgħu jgħidu li qed nibagħtu messaġġ ħażin jekk nagħmlu xi ħaġa li hija bażikament tajba?", "Nistgħu nirfinawha imma bażikament din hija ħaġa tajba.", "U t-tajjeb hu li nbiddlu din l- inġustizzja li teżisti llum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Ministru, imma għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Sur President, meta konna qegħdin niddiskutu l-liġi tal-ħabs kien anke qam jitkellem l-Onor.", "Anġlu Farrugia u dakinhar kien sostna l-argument li wieħed għandu joħroġ distinzjoni bejn pussess u traffikar fil-qasam ta' l-importazzjoni.", "Semma' wkoll il-kwestjoni tax-sharing fejn staqsa huwiex tajjeb li sempliċement għaliex persuna taqsam droga ma' xi ħaddieħor dak jitqies bilfors bħala traffikar.", "L-Onor.", "Farrugia ma kienx dommatiku imma tefagħha bħala domanda.", "Ma pproponiex emenda biex jgħid li x-sharing m'għandux jibqa' traffikar imma qajjem il-kwestjoni bħala argument.", "Jekk fost l-Onor.", "Membri ta' l- oppożizzjoni hemm ukoll min lest li jagħmel distinzjonijiet oħrajn barra din id-distinzjoni, kemm hija iktar ġustifikata d-distinzjoni li qed jipproponi l-gvern, li hija konservattiva fiha nnifisha?", "Hija konservattiva għaliex mhux qed tgħid li jekk xi ħadd jaqsam droga ma' ħaddieħor, dak m'għadux traffikar.", "Dak se tibqa' traffikar, imma jekk il-qorti tkun sodisfatta li d-droga tkun biss għall-użu personali, allura m'għandux ikun hemm il-piena tal-ħabs bilfors.", "Sur President, meta kien qed jippilota l- liġi meta kien ministru l-Onor.", "Michael Farrugia jiena kont għedt li bil- liġi li qed nipproponu llum anke l-każ tal-mara Svizzera, li tant qajjem kjass, kien jiġi meqjus bħala traffikar għax f'dak il-każ din il-mara kienet qalet li hi kienet ġabet id-droga biex taqsamha ma' l-għarus tagħha.", "Mela allura dik hija ċirkostanza li tindika li m'huwiex għall-użu personali.", "Lanqas s'hemm ma tasal din l-emenda.", "Din l-emenda qiegħda biss tapplika prinċipju li diġa' jeżisti fil-qasam ta' l-importazzjoni wkoll.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li meta l-gvern ta' qabel kien qed jiddiskuti l-possibbilta' ta' emendi għad-Dangerous Drugs Ordinance u għall- Medical and Kindred Professions Ordinance, ingħatalu parir mill-commission against drug and alcohol abuse biex ma jkunx hemm bilfors piena ta' ħabs f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Dak iż-żmien iċ-chairman ta' din il-kummissjoni kien l-Imħallef David Scicluna - dak iż-żmien kien maġistrat - li għandu esperjenza twila ħafna f'dan il-qasam għax għal ċerti snin il-każijiet kollha tad-droga kienu jiġu quddiemu.", "L-ewwel ħaġa li qal hi li huwa kontra li jitnaqqsu l-pieni għat-traffikar tad-droga.", "Mela hu ma kienx kontra li tinbidel id-definizjoni ta' traffikar imma kien kontra li l-pieni jitnaqqsu minn dawk li huma u kien qal hekk:", "''As for the suggested amendments in the Dangerous Drugs Ordinance concerning the reduction of the present penalities...\" -", "- għax kien hemm proposta li jiġu ridotti l-penalties -", "\".. the undersigned is contrary to this.\"", "Pero' mbagħad meta ġejna għall-kwestjoni ta' l-importazzjoni tad-droga, il- Maġistrat Scicluna kien favur li wieħed jikkonsidra li ma jibqax ikun hemm bilfors il-piena ta' ħabs f'każijiet ta' użu personali.", "F'Lulju ta' l-1997, bħala chairman tal-commission against drug and alcohol abuse, kien kiteb lill-prim ministru u ppropona li:", "\"One of the situations which is constantly giving rise to concern is that related to importation of drugs.", "On a number of occasions persons have been apprehended at our airports with small quantities of drugs clearly meant for personal consumption.", "As the law stands at present, there is a minimum mandatory prison sentence of six months and a fine of Lm200 as importation is considered to be a trafficking offence.", "On the other hand, persons apprehended within Maltese territories with small quantities for personal consumption are charged with possession and therefore benefit from a lighter range of punishments.", "The commission feels that so long as a mandatory prison term is retained, there will continue to be an anomalous situation and young people will continue to end up behind bars, thereby gaining no benefit therefrom, when a more humane and appropriate sentence less costly to society and more benefical, particularly if community service is introduced, can be imposed\"", "Biex inkun ċar, hawnhekk il-kummissjoni ma qalitx li l-importazzjoni m'għandhiex tibqa' traffikar.", "L-importazzjoni għandha tkun traffikar imma meta ssir f'ammonti tant żgħar li jkun ċar li hija għall-użu personali, allura m'għandhiex tiġi kkonsidrata bħala traffikar.", "L-għaqda Caritas, li ġiet informata b'dan ir-rapport, kienet kitbet ukoll lill-gvern u għalkemm issuġġeriet xi affarijiet oħrajn fuq dan il-punt, hi qablet ukoll.", "Jiena kelli domanda parlamentari dwar jekk il-Caritas taqbilx mal-proposta li qegħdin nagħmlu u r-risposta hija li tajt kienet fl- affermattiv.", "F'dokumenti uffiċċjali ta' l-4 ta' Awissu ta' l-1997, għalkemm esprimiet xi riżervi dwar affarijiet oħrajn li m'għandhomx x'jaqsmu ma' din l-emenda partikolari, il-Caritas qalet li \"I agree with the contents of the document.\"", "Id-dokument kien qed jipproponi għall-ewwel darba li ssir din id- distinzjoni.", "Il-gvern ta' dik il-ġurnata ma kienx aċċetta din id- distinzjoni.", "Sur President, infakkar ukoll li din il-liġi fil-preżent hija iktar inġusta għax f'każi bħal dawn mhux biss qed torbot idejn l-imħallef li bilfors irid jimponi piena ta' sitt xhur ħabs, imma malli jiġi akkużat b'importazzjoni - u importazzjoni hi x'inhi, ta' container jew ta' ftit ħaxixa huwa traffikar - dak li jkun lanqas jista' jingħata pledge qabel ċertu żmien.", "Jgħidulek li din hija kwestjoni ta' avukat!", "Kemm rajt appelli ta' ħniena minn ġenituri ta' Maltin - mhux ta' barranin - li huma nies riabilitati li qatt ma ttraffikaw u ntbagħtu l-ħabs xorta waħda minħabba li hemm liġi li tgħidlek - jew liġi li ġiet interpretata b'dan il-mod - li kull importazzjoni, kbira jew żgħira, bilfors hija traffikar u allura trid tmur sitt xhur ħabs.", "Nistgħu aħna allura b'idejna fuq il-kuxjenza ngħidu li għandna nħalluha hekk, ma jmurx nagħtu messaġġ ħażin?", "Jien ngħid li b'dan li qed nagħmlu se nkunu qed nagħtu messaġġ li aħna nies ġusti u li nafu napplikaw il-liġijiet tajbin u nemendaw dawk li huma ħżiena.", "Mela mhux biss hemm il-kumplikazzjoni ta' sitt xhur ħabs imma hemm il-kumplikazzjoni wkoll li l-liġi tgħidlek li fuq traffikar tad-droga maġistrat ma jistax jagħti liberta' proviżorja sakemm tinqata' l-kompilazzjoni jew sakemm jgħaddu 20 ġurnata skond liema huwa l-iqsar perijodu.", "(Interruzzjonijiet)", "Din kienet emenda li saret fl-1986 u l-probabbilta' hija, li kif għedt qabel, l-istess nies li approvawha fl-1986, illum qed jattakkaw il- kostituzzjonalita' tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Why not?", "X'hemm isbaħ milli tgħid: Isma fl-1986 ivvotajt favur din il-liġi u issa ma naqbilx magħha, anzi ngħid li tmur kontra l-Kostituzzjoni.", "Se nikkritika lil xi ħadd fuq hekk jien?", "Wara kollox anke s-sens ta' drittijiet tal-bniedem evolvew.", "Kien biss fl-1989 li kien hemm sentenza li tgħidlek li l-qorti dejjem għandha jkollha diskrezzjoni fl-għoti tal-pledge.", "Jiena se nikkritika lil xi ħadd għax l-ewwel ivvota favur liġi u issa, snin wara, qed jattakka l- kostituzzjonalita' tal-liġi li vvota favur tagħha huwa stess?", "Dak kien żmien u issa żmien ieħor.", "Dak iż-żmien ma kienx hemm sentenzi ta' dan it- tip u issa hawn sentenzi ta' dan it-tip.", "L-ewwel waħda kienet ta' Pullicino, li kienet tgħidlek li ma tistax iċċaħħad individwu milli jitlob il-pledge.", "Issa din kienet fil-qasam ta' omiċidju involontarju.", "Issa hemm sentenza waħda li naturalment ġiet appellata mill-avukat ġenerali; issa naraw l-eżitu tagħha imma sal-lum il-liġi hekk għadha, li malli tiġi akkużat bit-traffikar tad-droga, trid tagħmel 20 ġurnata l-ħabs, anke jekk l-imħallef jemmen li għandu jagħtik il-pledge għax m'hemmx ċans li taħrab.", "Qisu xi ħadd se jaħrab minn Malta għax kellu gramma cannabis!", "Araw f'liema komplikazzjonijiet u x'inġustizzji nibqgħu nipperpetwaw jekk nibqgħu nagħtu din id-definizjoni fil-qasam ta' l-importazzjoni!", "Issa l-emenda li qegħdin nipproponu tneħħi din l-inġustizzja imma fl- istess ħin hija konservattiva ħafna.", "Jien ma ngħidx li qed nagħmlu xi emenda radikali imma hija konservattiva ħafna.", "Per eżempju, x-sharing, li f'ħafna pajjiżi ma jammontax għal traffikar, f'pajjiżna se jibqa' kkonsidrat bħala traffikar.", "Lanqas l-emenda li ppropona l-ex-ministru Farrugia u li approva l-parlament m'aħna se mmissu biex ħadd ma jakkużana li qed nipprovaw inżarmaw xi ħaġa sempliċiment għax m'għamilnihiex aħna.", "Dik kien hemm parlament li bil-maġġoranza tiegħu approvaha - jista' jkun hemm xi darba maġġoranza oħra li tbiddilha - imma minkejja li jiena pprevedejt minn qabel li mhux se taħdem, din se nħalluha fuq l-istatute book.", "Sur President, jiena hawn nixtieq infakkar x'kienet l-emenda.", "Din kienet emenda li jekk xi ħadd li ma jgħix f'Malta - mela din żgur għall-barranin kienet - u ma' l-ewwel opportunita' jiddikjara li għandu droga f'ammonti żgħar fuqu, allura dak nagħtuh maħfra jekk il-pulizija jew tad-dwana jidhrilhom li l-ammont li jkollu jkun sempliċement għall-użu personali.", "Jiena niftakar li meta ddiskutejna dik il-liġi, lill-Onor.", "Farrugia għedtlu li l-emenda li konna qed nipproponu aħna lanqas dik ma tgħid.", "L-emenda li qed nipproponu aħna hija li ttella' lil dak li jkun il- qorti kemm jekk huwa traffikar u kemm jekk huwa pussess u tkun il-qorti li tiddeċiedi.", "B'dan il-mod ma tagħti maħfra lil ħadd u ma tagħti l-ebda diskrezzjoni lill-uffiċċjal tad-dwana jew lill-uffiċjal tal-pulizija.", "Dan aktar jagħmel sens pero' minkejja dan, din il-proposta ma ġietx aċċettata.", "Minflok, saret l-emenda ta' l-embarkation card.", "Dan kien Jannar ta' l- 1998.", "Huwa veru li m'għaddewx xi għaxar snin minn mindu saret pero' għaddew sena u tmien xhur u s'issa ma naf b'ħadd li ġie hawn Malta u ddikjara li kellu xi ammont żgħir għall-użu personali tiegħu.", "Mhux qed ngħid li kien tentattiv in mala fede imma dik kienet proposta li pproponiha ġenwinament min ħaseb li tista' tkun soluzzjoni u li fil-fatt ma kienet soluzzjoni xejn.", "Jien għandi kopja ta' l-embarkation card u l-warning jgħid hekk:", "\"Whoever imports illicit drugs in Malta, even in small amounts and for personal use, is liable to prosecution.\"", "Ma jgħidlekx li tmur sitt xhur ħabs bilfors imma jgħidlek biss \"is liable to prosecution.\"", "Issa anke bl-emenda tagħna you are liable to prosecution.", "Jekk tinqabad b'ammont minimu, farka ta' droga, ukoll se tittella' l-qorti pero' l-qorti tista' tapplika piena ta' ħabs u tista' ma tapplikahiex.", "Issa bl-emenda li pproponejtu intkom, din id-diskrezzjoni qegħda f'idejn l-uffiċjali tad- dwana jew l-uffiċjali tal-pulizija u mhux f'idejn il-qorti.", "Jekk huwa skop ta' traffikar - id-diskrezzjoni tal-qorti qegħda biex tiddeċiedi jekk hux traffikar jew le - u malli l-qorti tiddeċiedi li huwa traffikar, m'hemmx diskrezzjoni iktar u dak li jkun irid imur il-ħabs bilfors.", "Jekk il-qorti tiddeċiedi li huwa għall-użu personali tista' tagħti l-piena ta' ħabs u tista' ma tagħtix.(Interruzzjonijiet) Anke l-warning fuq l-embarkation card hekk jgħid.", "Il-warning jgħid \"liable to prosecution.\"", "Se noqgħod inġib miegħi l-Kodiċi Kriminali biex nara jekk tmurx il-ħabs bilfors!", "Għalkemm din l-emenda li saret mill-gvern Laburista mhux se nbiddluha - biex żgur ħadd ma jakkużana b'partiġġjaniżmu - aħna se nintroduċu din l-emenda li biha nagħtu diskrezzjoni lill-qorti.", "Sur President, jien nixtieq li jkollna diskussjoni interessanti.", "Niskuża ruħi jekk forsi f'xi mument kont ftit polemikuż pero' din hija xi ħaġa li nħoss ħafna.", "Jiena nemmen li hawn għandna opportunita' li nsolvu inġustizzja, għamilha min għamilha.", "Jiena kont ministru ta' l-intern ukoll, kelli quddiemi din is-sitwazzjoni u ma kontx emendajtaha; pero' meta mbagħad konna fl-oppożizzjoni u kien hemm dik il-proposta, iva, kellna l- kuraġġ ngħidu - għaliex din m'hijiex xi ħaġa popolari, popolari kieku ma tagħmel xejn - li għandna nagħmlu xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li kien hemm nies li qalu prosit ukoll għaliex issa l-imuħ ukoll qed jinfetħu.", "Illum issib lil min jgħid li għandna niġġieldu d-droga imma mhux billi nitfgħu lil dawn in-nies fil-ħabs.", "Sur President, nixtieq nagħmel parentesi żgħira dwar il-pulizija.", "Il- bieraħ ħadt gost li l-korp tal-pulizija rnexxielu jwettaq operazzjoni li kienet suċċess.", "Il-korp irnexxielu jagħmel qabda tad-droga sostanzjali, jidhirli tliet kilogrami ta' droga llegali, li għal Malta huwa ammont verament sostanzjali.", "L-iktar li ħadt pjaċir - u bħalma nikkritikawhom, ukoll ngħaddulhom kliem ta' tifħir - kien għaliex is-suċċess ta' dik l- operazzjoni kien ir-riżultat ta' kordinazzjoni bejn it-taqsimiet differenti fil-korp.", "Tgħiduli mhux ovvja li jrid ikun hemm il-kordinazzjoni!", "Veru, ovvja li jkun hemm il-kordinazzjoni pero' din mhux dejjem tirnexxi imma meta tirnexxi wieħed jirnexxielu jagħmel qabdiet sostanzjali tad-droga.", "Apparti li żidna b'49% l-ispiża kapitali tal-pulizija, din is-sena l-gvern żied bi kwart ta' miljun id-dħul tal-membri individwali tal-korp tal- pulizija proprju biex jixprunhom għal riżultati aħjar - mhux f'oqsma tal- ġlieda kontra d-droga biss imma anke tal-kriminalita' in ġenerali - u r- riżultati qegħdin narawhom fl-istatistika li qed ikollna dwar qbid ta' droga.", "Veru li l-istatistika tinbidel skond x'tip ta' droga tkun l-aktar popolari f'xi ħin, jew komuni f'xi mument partikolari, imma wieħed jara li kien hemm suċċess notevoli.", "Biss biss, fl-ewwel ħames xhur tas-sena, l-iskwadra ta' kontra d-droga għamlet 415 search.", "Dan ifisser average ta' tlieta kuljum.", "Persuni arrestati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena fuq reati konnessi mad-droga kien hemm 339.", "Persuni akkużati fuq pussess ta' droga fl-ewwel ħames xhur tas-sena kien hemm 93.", "Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, persuni akkużati bit-traffikar ta' droga kien hemm 44.", "Fl-istess perijodu, sentenzi maqtugħa mill-qrati dwar droga - pussess jew traffikar - kien hemm 156.", "Dawn il- figuri jixhdu attivita' kontinwa u jiena li kont responsabbli għat-twaqqif ta' l-iskwadra ta' kontra d-droga f'Novembru 1995 fejn għall-ewwel darba ngħatalha supretendent għaliha biss, nieħu ġost b'dawn is-suċċessi.", "Jiena mhux se noqgħod ngħid, kif kien qal xi ħadd meta saret l-ikbar qabda ta' droga ġewwa l-freeport li dik għamluha biex jaljenaw in-nies għaliex ġejja l-elezzjoni.", "Jiena nieħu ġost, kemm meta nkun fl-oppożizzjoni kif ukoll meta nkun fil-gvern li jkun hemm is-suċċessi u niddiżappunta ruħi meta ma jkunx hemm dawk is-suċċessi.", "Fil-korp tal-pulizija għandna ħidma kontinwa mhux biss mill-iskwadra ta' kontra d-droga imma anke minn servizzi oħra li jagħtuha support.", "Aħna konna waqqafna n-national drugs intelligence unit proprju biex fi ħdanha jkun hemm l-ewwel security services.", "Dik kienet l-ewwel security service bejn persuni minn law enforcement agencies differenti li jikkoperaw limitatament fuq il-kwestjoni tad-droga.", "Fil-fatt fl-1996 il-gvern kien għadda l-Att dwar is-Servizz tas-Sigurta' għaliex dehrlu li s-security service għandha tkun biss fi ħdan il-pulizija.", "Għandi l-pjaċir ninforma lill-Kamra li din il-liġi ġiet riattivata u se jibda jsir ir-recruitment ta' l-aġenti tagħha, naturalment skond iċ-ċirkostanzi.", "Ma nistax nitkellem ħafna dwar dan għaliex inkella nkun qiegħed inwaqqa' l-iskop stess tas-servizz tas- sigurta' imma l-idea kienet li jkun hemm servizz tas-sigurta' li jassorbi fih in-national drugs intelligence unit u l-intelligence dwar il- kriminalita' kollha pero' b'mod partikolari l-kriminalita' konnessa mad- droga, li ġeneralment ma tkunx kwestjoni tal-pulizija biss.", "Ikun żball - u dan għedtu meta kont nagħmel il-kritika tal-budget - jekk wieħed jittrasporta l-poteri speċjali - meta ngħid poter speċjali irrid infisser il-poter ta' wire tapping, jiġifieri il-poter li inti tinterċetta l- komunikazzjoni u l-konverżazzjonijiet - tas-servizz tas-sigurta' u jagħtih lill-pulizija biss.", "L-ewwel ħaġa huwa dejjem żball li inti tagħti dan il-poter lil korp li jkollu wkoll il-poter li jinvestiga, il-poter li jarresta, il-poter li jinterċetta l-komunikazzjonijiet u mbagħad tagħti l-poter ukoll li jagħmel il-prosekuzzjoni.", "Minħabba f'hekk fl-1996 aħna konna għidna - u nerġgħu ngħiduh illum - li għandu jitwaqqaf servizz tas-sigurta' li jkun awtonomu mill-pulizija.", "Ma jfissirx li ma jkunx hemm pulizija fih imma jista' jkun fih pulizija, nies tad-dwana, nies ta' l-armata u nies oħra li anke jaħdmu mal-gvern.", "Naturalment dan is-servizz ma twaqqafx għall-petty crime imma għal kriminalita' organizzata, b'mod partikolari l-kriminalita' konnessa mad-droga.", "Mela l-ewwel huwa ħażin li dan ikun biss xi ħaġa tal-pulizija; it-tieni li inti tagħmel security service huwa tajjeb għaliex fi ħdanu tiġbor membri ta' law enforcement agencies differenti.", "Nittama li b'din ir- riattivazzjoni nkunu nistgħu nsaħħu l-ġlieda tal-pulizija wkoll f'dik li hija investigazzjoni ta' kriminalita' organizzata.", "Pajjiżna jrid jilqa' għal dawn l-isfidi.", "Meta l-kriminali jsiru organizzati anke l-pulizija trid issir iktar professjonali.", "Aħna m'għandniex il-crime rate li għandhom pajjiżi oħrajn.", "Anke l-barranin li jiġu f'Malta jgħidulek kemm iħossuhom safe f'pajjiżna, pero' dan ma jfissirx li għandna nistrieħu fuq dak li għandna jew inkella ngħidu kemm aħna qegħdin tajbin, għaliex fil-mument li tgħid hekk inti titlef il-ġlieda kontra l-kriminalita'.", "Fil-mument li xi ħadd jgħid li rbaħna l-ġlieda kontra d-droga, nitilfuha.", "Tista' tirbaħ battalji importanti, bħalma kienet il-qabda tal-bieraħ ta' tliet kilo ta' droga lleċita, pero' l-viġilanza trid tkompli dejjem, filgħodu u filgħaxija, fil-weekends u mhux fil-weekends, b'koperazzjoni - kif ġara f'dan il-każ partikolari - bejn taqsimiet differenti tal-korp tal-pulizija.", "Jiena għedt lill-kummissarju tal-pulizija biex jibgħat messaġġ ta' kongratulazzjoni lin-nies kollha li ħadu sehem f'din l-operazzjoni importanti għal pajjiżna.", "Sur President, jiena wieħed minn nies li l-iktar li jikkritikani huwa s- Sur Joe Mifsud, u għandu dritt, għaliex bħala ġurnalista hu jagħmel shadowing tajjeb tal-qasam ta' l-intern.", "Fil-31 ta' Ġunju fuq din il-liġi hu qal hekk:", "''L-emendi li qiegħed jipproponi l-gvern għal-liġi kontra d-droga fejn tidħol l-importazzjoni tad-droga għandna nifhmuhom sew u naraw x'qiegħed ikun propost u mhux noqogħdu nitkellmu għall-gallarija mingħajr ma naraw x'ġara fil-pajjiż''.", "Dan kitbitu persuna li m'għandhiex simpatiji Nazzjonalisti imma xorta waħda qed tgħid dak li tħoss.", "Lil dan il-bniedem żgur li ħadd ma jista' jikkritikah li ma ħariġx għonqu fuq ċerti affarijiet li għandhom x'jaqsmu mad-droga imma bħal oħrajn li jiktbu regolarment fil-gazzetti soċjalisti - inkluż id-Deputati Jose' Herrera, Charles Mangion u Anġlu Farrugia - dan qal li hemm bżonn li tiġi emendata l-liġi dwar l-importazzjoni tad-droga.", "(Interruzzjonijiet) Qed nifhem sew li inti favur id-distinzjoni u li din għandha ssir fil-kumitat ta' l-affarijiet soċjali?", "Xi wħud minn sħabek qalu le, ma tinbidel xejn.", "Imma ejjew naċċettawha din, naqblu li għandna tinbidel jew ma naqblux?", "Issa jekk tinbidilix fil-kumitat presedut mill- Onor. Tony Abela jew jekk tinbidilx fil-kumitat presedut mill-Onor.", "Helen D'Amato ma jagħmilx differenza.", "Jiena diġa' għedt fil-bidu li jekk naċċettaw id-distinzjoni bejn pussess u traffikar, il-gvern lest li jikkonsidra kull emenda.", "Jekk l-emendi jolqtu l-kwestjoni tad-distinzjoni bejn pussess u traffikar fil-qasam ta' l-importazzjoni ma nistgħux naċċettawhom.", "Issa jista' jkun hemm nies li jaqblu u jista' jkun hemm xi nies li ma jaqblux pero' għandu jkun hemm dik id-distinzjoni.", "Jekk dik id- distinzjoni tiġi aċċettata, imbagħad nistgħu niddiskutuha anke fis-social affairs committee.", "(Interruzzjonijiet) Ma nistgħux niddiskutuha fis-social affairs committee u fil-kumitat għall-kondiserazzjoni ta' l-abbozzi tal- liġi għaliex inkunu qed nidduplikaw ix-xogħol imma jekk niddiskutuha fis- social affairs committee forsi nieħdu a wider view of things għar-rigward l- emendi.", "(Interruzzjonijiet) Imma fit-tieni qari ma niddiskutux id-dettalji imma niddiskutu l-prinċipju.", "Sur President, l-artiklu ta' Joe Mifsud tal-21 ta' Ġunju ikompli hekk:", "''L-emendi jitkellmu ċar dwar użu personali.", "Mhumiex jgħidu li min jinqabad jintbagħat lura mingħajr ma jħallas għal għemilu...\"", "- bħalma hija l-emenda li kont pproponejtu intkom meta kontu fil-gvern li dan ma jeħel xejn -", "\"...imma qegħdin jgħidu li l-maġistrat li jisma' l-każ irid jagħmel analisi ta' min ikollu quddiemu u jekk dak li jinqabad idaħħal hux għall-użu personali tiegħu.", "20 gramma mhux għall-użu personali, imma gramma?", "X'se jagħmel bi gramma?", "X'se jmur ibiegħha Bormla jew Paceville?", "Idaħħkuniex!\"", "- ma nafx għal min qed jgħid, jekk hux għalija jew għal xi ħaddieħor -", "\"Illum min jinqabad b'sigarett magħmul mill-cannabis irid bilfors jeħel sitt xhur ħabs imbagħad ikollok xi ħadd li jinqabad f'Malta u jinħeles b'kondizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għal żmien sena.", "Dan huwa sewwa?''", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, naħseb li rridu nagħmlu punt ta' spjegazzjoni għal min qed jismagħna hawnhekk.", "Tajjeb li niċċaraw li ħames snin ilu bi qbil unanimu għamilna l-liġi kif inhi llum.", "Qed ngħid dan għaliex inutli noqogħdu ngħidu li għandna naqblu fuq il-prinċipju.", "Veru, jista' jkun hemm qbil fuq il-prinċipju u nerġa' ntenni dak li kont għedt jien bħala ministru, li kont irrifjutajt li nikkonċedi xi grazzja lill- ewwel tnejn li kienu ġew għaliex hekk kienet tgħid il-liġi.", "Il-punto di partenza hu li ħames snin ilu għamilna din il-liġi li llum qegħdin insejħulha ħażina u drakonjana.", "Jien nistaqsi: Illum, ħames snin wara, hemm raġunijiet validi għaliex għandna nibdlu din il-pożizzjoni?", "Issa qegħdin nitkellmu fuq problema li tolqot lil kulħadd mill-qrib u problema li m'għandhiex politika.", "Ħames snin ilu konna għedna li din għandha tkun il- pożizzjoni bla kompromess u issa qegħdin ngħidu li għandna nintroduċu din l- emenda.", "Dan huwa ċaqliq minn pożizzjoni riġida għal pożizzjoni diskrezzjonali.", "Il-ġustifikazzjoni u l-motivazzjoni li għandu jagħti l- ministru at this stage hi jekk iż-żmenijiet u l-esperjenzi wrewx li għandna nintroduċu din l-emenda.", "Ikun inutli li noqogħdu nikkwotaw lil dak u lill- ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kważi f'kollox naqbel ma' l-intervent ta' l-Onor.", "Mangion imma għandi d-dubbji tiegħi kemm fl-1994 dik kienet l-intenzjoni tal-parlament.", "Jekk tħares lejn l-emenda din tgħid li \"dealing\", for the purpose of dealing in drugs, tfisser \"importation of drugs.''", "Imma kif tista' inti you deal miegħek innifsek għandni ma nistax nifhem jien!", "Forsi dakinhar ma konniex ċari u l-interpretazzjoni tal-liġi naħseb li hija żbaljata.", "Anke li kieku kienet hekk, issa għandna l-esperjenza ta' kif ħadmet f'dawn is-snin, qed naraw li ħolqot ċerti inġustizzji u allura għandna nemendawha.", "Issa wara kollox din hija emenda konservattiva li fl- istess ħin qed teqred inġustizzja lampanti li għax xi ħadd sempliċement ikollu gramma ta' xi ħaġa llegali fil-but bilfors irid imur sitt xhur ħabs mingħajr ebda diskrezzjoni ta' xejn.", "Ma jistax ikun li xi ħadd jgħid li din hija xi ħaġa tajba u tant m'hijiex xi ħaġa tajba li meta l-gvern Laburista kien ippropona l-emenda, din ipproponiha għaliex ried itaffi ftit il- kuxjenza tiegħu.", "Dakinhar kien qed jibża' li se jiġi kkritikat u allura għamel dik l-emenda - li jien għedt minn qabel li mhux se tirnexxi - li ma rnexxietx għaliex ħadd ma ddikjara xejn fi 18-il xahar .", "Mr. Speaker, aħna qegħdin nagħmlu xi ħaġa li la hi għall-Maltin biss u lanqas hi għall-barranin biss imma hi għal kulħadd.", "Permezz ta' din l- emenda qed nintroduċu distinzjoni bejn traffikar u pussess.", "Issa mbagħad x'forma tieħu din id-distinzjoni niddiskutuha fis-social affairs committee, imma d-distinzjoni trid issir u m'għandniex nagħmlu bħall-ħmir u ngħidu li hekk qegħda u ma rridux inbiddluha ma mmorrux nibagħtu messaġġ ħażin.", "X'messaġġ ħażin?!", "Lil min?", "Lill-pajjiżi li għandhom liġijiet aktar liberali minn tagħna?", "Mela aħna nistgħu nagħtu messaġġ ħażin li xi ħadd li m'għandux din il-liġi?", "Se mai nistgħu nagħtu messaġġ ħażin lil xi ħadd li għandu liġi agħar minn din, li s'issa għadna ma nafux min hu.", "Issa forsi jilluminana għada l-Onor.", "Gulia!", "Mr. Speaker, jiena se nkompli nikkwota l-artikolista Joe Mifsud:", "''F'pajjiżi ċivilizzati, li jieħdu l-ġlieda tad-droga bis-serjeta' u li huma ferm avvanzati aktar minna, adattaw dan il-kunċett.''", "Issa fl-istess artiklu hemm proposta li l-maġistrat għandu jagħti r- raġunijiet għaliex ikun għamel dik id-distinzjoni.", "Issa jekk din hija waħda mill-emendi, jiena ngħid minn issa stess li mhux se nsibu diffikulta' li tiġi nkorporata.", "Veru li jien din naraha bħala xi ħaġa superfluwa - għaliex Allaħares meta jagħti s-sentenza maġistrat ma jagħtix raġunijiet - imma jekk biex niksbu consensus tridu li din tidħol, allura aħna naċċettaw li tidħol.", "Aħna lesti li naċċettaw emendi bħal dawn imma d-distinzjoni trid issir u m'għandniex ngħidu bħalma qal l-Onor.", "Adrian Vassallo - u donnu wkoll l-Onor.", "Gulia - li l-liġi hija tajba kif inhi u m'għandhiex tinbidel.", "Nisperaw li għax se naċċettaw l-emendi ma jgħajruniex li qed nagħmlu dan għax nafu li l-liġi hija difettuża.", "Meta tgħidilhom li mhux se naċċettaw emendi dawn jgħidu li aħna arroganti u meta ngħidulhom li se naċċettaw emendi jgħidu li l-liġi difettuża!", "Aħna emendajna l-liġijiet tagħna aħna stess.", "Per eżempju, l-emenda ta' l-embarkation card lanqas kienet fil- proposta oriġinali u mbagħad l-ex ministru Farrugia ressaq l-emenda fl- istadju tal-kumitat u aħna opponejniha għaliex ridna xi ħaġa aħjar minnha.", "(Interruzzjonijiet) Allura b'daqshekk se ngħajru li l-liġi hija difettuża?", "(Interruzzjonijiet) Imma mhux difettuża, tkun tixtieq tagħmilha aħjar.", "(Interruzzjonijiet) J'Alla nikkompetu dejjem u niġġieldu biex nagħmlu l- affarijiet aħjar!", "Fuq id-distinzjoni bejn pussess u traffikar fil-każ ta' importazzjoni biss m'aħniex lesti li naċċettaw emendi, inkella nkunu qed nagħżqu fl-ilma.", "Mr. Speaker, kull meta għedt li hemm bżonn li ssir din id-destinzjoni tant qam storbju li jien ħadtha li l-oppożizzjoni ma tridx li jkun hemm din id-distinzjoni.", "Donnu l-intervent ta' l-Onor.", "Mangion biss kien differenti.", "Dan qal li hemm bżonn li wieħed jeżamina għaliex saret hekk il-liġi ħames snin ilu u għaliex il-liġi għandha tinbidel illum.", "U jien naħseb li l-Onor.", "Mangion tajtu raġunijiet għaliex għandu jsir dan it-tibdil.", "L-esperjenza wrietna li nħolqu każijiet ta' inġustizzja li jirribellaw kontra l-kuxjenza jekk irridu nagħmlu l-affarijiet sew.", "L-iktar li nħolqot il-kontroversja kien meta din il-liġi ġiet applikata fuq dawk in-nies li l-inqas li kellna intenzjoni li tiġi applikata fil-konfront tagħhom.", "L-Onor.", "Mangion semma l- liġi ta' l-1994.", "Dik il-liġi ma kenitx titkellem fuq dan biss imma daħħlet il-kwestjoni ta' ħabs bilfors fil-każ ta' traffikar, daħħlet il-kwestjoni ta' l-affidavit tal-maġistrat, daħħlet il-kunċett tal-controlled delivery, daħħlet il-kunċett ta' programmi ta' riabilitazzjoni għal persuni bi problemi ta' droga, daħħlet il-kunċett li l-pussess waħdu ta' ammonti kbar ta' droga huwa traffikar u daħħlet il-kunċett tal-money laundering.", "Jiġifieri anke kieku din kienet l-intenzjoni, allura m'għandniex inkunu rġiel biżżejjed li nqumu u ngħidu: Isma', kien hemm 20 punt, 19 minnhom irnexxew u punt wieħed biss minnhom ma rnexxiex u allura għandna nirranġawh?", "Mr. Speaker, jiena nerġa ngħid li l-gvern irid jagħti d-diskrezzjoni lill- qorti.", "Issa naraw iktar 'il quddiem jekk irridux nillimitaw iktar dik id- diskrezzjoni pero jiena dejjem nibża' nillimita wisq dik id-diskrezzjoni.", "Per eżempju, nistgħu ngħidu li l-akkużat irid ikollu fedina penali nadifa biex tapplika d-diskrezzjoni.", "Issa l-fedina penali nadifa xi tfisser?", "Li qatt m'għamilt reat f'Malta?", "Jew inkella ngħidu li jekk kont ħati ta' reat ta' traffikar, allura ma tistax tibbenefika minn din id-distinzjoni, anke jekk ikollok ammont żgħir?", "Jien naħseb li se nikkomplikawha għaliex il- qorti għandu jkollha diskrezzjoni biżżejjed li tgħid: Isma', inti nqbadt b'pussess għall-użu personali, erġajt ġejt Malta u erġajt inqbadt; aħna m'aħniex taċ-ċajt, trid tmur ġimgħa ħabs.", "Imma mhux sitt xhur ħabs!", "Il-ħabs inħalluh għan-nies li verament imisshom ikunu l-ħabs.", "X'ħadna aħna s- soċjeta' billi dawn in-nies tfajnihom il-ħabs?", "Sur President, din id-diskrezzjoni għandna perikoli bħal kull diskrezzjoni oħra.", "X'garanzija hemm li jekk tinqabad kilo droga - f'Malta issa, mhux fl-istadju ta' importazzjoni - b'abbuż imħallef mhuwiex se jgħid li dak mhuwiex traffikar imma huwa għall-użu personali?", "X'hemm xi jżommu?", "F'dan il-każ għandu jkollna l-fiduċja fl-istituzzjonijiet.", "Wara kollox dawn għandhom tfal bħalma għandna aħna.", "(Interruzzjonijiet) Imma allura jekk nafdawhom fil-każ ta' sejbien ta' droga f'Malta diġa' importata, għaliex m'għandniex nafdawhom ukoll fl-importazzjoni?", "Inkella ngħidu ma nafdawhom f'xejn u min jinqabad bil-pussess ta' droga jmur il- ħabs bilfors.", "Jiena ma naħsibx li din għandha tkun il-pożizzjoni tagħna.", "Veru li diskrezzjoni tista' tiżbalja wkoll - ejja ma ngħidux abbuż issa - li inti taħseb b'mod u fil-fatt ikun mod ieħor, imma nippreferi dawn l- iżbalji milli jkollna liġi riġida li titfa' l-ħabs nies li m'għandhomx bżonn imorru l-ħabs.", "Kif qal l-Onor.", "Gulia, huwa tajjeb li nagħmlu kategoriji differenti ta' priġunieri.", "Issa jiena naħseb li jista' jikkritikani fuq kollox imma fuq din żgur li ma jistax jikkritikani għaliex jaf kemm dan il-gvern u jien personalment ħdimna u nfaqna flejjes sabiex ikollna kategoriji differenti.", "Anke l-amministrazzjoni l-oħra kompliet tinvesti biex ikollna l-YOURS għaż- żgħażagħ u s-SATU - is-substance abuse therapeutic unit - għal persuni żgħażagħ li jridu joħorġu mill-problema tad-droga waqt li qegħdin il-ħabs.", "Jaf li kien dan il-gvern li għamel regolamenti tal-ħabs biex iż-żmien li jagħmlu ż-żgħażagħ fi programm ta' riabilitazzjoni fil-ħabs jew barra l- ħabs jitnaqqas awtomatikament mill-piena.", "Jiena niftakar żmien - anke meta lħaqt ministru jiena - li l-perijodu li l-priġunieri li kellhom problema tad-droga kienu jqattgħu fil-programm tal-Caritas ma kienx jitnaqqas mis- sentenza tagħhom u allura kien ikollna nagħmlu rikors u petizzjonijiet lill- President.", "Dawn kont niffirmahom jien u kont nagħti parir li għandha tintlaqa' l-petizzjoni sabiex dawn in-nies titnaqqsilhom il-piena bl-istess ammont tal-perijodu li jkunu għamlu fil-programm ta' riabilitazzjoni.", "Illum bir-regolamenti tal-ħabs, dan isir awtomatikament.", "Ma naħsibx li se jkun dan il-gvern li se jiġi akkużat li qed inaqqas fil-ġlieda kontra d-droga meta kien hu li żied il-pieni kollha tat-traffikar u pussess ta' droga.", "Għall-ewwel darba f'pajjiżna fl-1996 konna daħħalna l-liġi li għat- traffikar tad-droga serju jkun hemm il-piena massima ta' għomor il-ħabs u jekk għal xi raġuni jew oħra ma tiġix applikata dik il-piena, allura ma tinżilx għal 20 sena, kif kienet qabel, imma tinżel għal 30 sena ħabs.", "Biex ma noħolqux diskrepanza mbagħad, anke l-piena għal omiċidju volontarju konna tellajna għal 30 sena ħabs.", "Jiġifieri naħseb li ħadd m'hu se jemmen li din l-emenda b'xi mod se ddgħajjef il-ġlieda kontra t-traffikar u n- negozju llegali tad-droga.", "Se mai se ssaħħaħha għaliex il-pulizija tkun tista' tikkonċentra iktar fuq każijiet serji u ssir ġustizzja iktar billi l- parti inġusta tal-liġi tiġi eliminata.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta 13 ta' Lulju, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt – it-Tieni Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, f'dawn il-ftit minuti li għandi nixtieq nagħmel ftit rimarki fuq il-problema tat-trasport ikkawżata minn vetturi privati.", "Ħafna drabi meta nitkellmu fuq problemi tat-trasport nitkellmu biss fuq il-buses, fuq it-taxis u fuq il-minibuses u ma nirrealizzawx li fil-fatt għandna problema enormi - u jiena niddefiniha bħala a traffic bomb - li fil-fehma tiegħi mhux qed inħarsu lejha biżżejjed.", "L-użu tal-vettura personali hija xi ħaġa li rridu nħarsu lejha minn tliet aspetti, l-aspett tal-faċilita' u l-kumdita', l-aspett tas- sigurta' u l-aspett tat-tinġis ta' l-ambjent.", "Naturalment dawn huma aspetti li jintrabtu flimkien u huwa importanti ħafna li t-tlieta jiġu kkonsidrati flimkien ukoll.", "Hija ħaġa serja li f'dan il-pajjiż - u dan b'riżultat tal-ġid li nħoloq fil-perijodu meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern bejn l-1987 u l-1996 - imtlejna b'ħafna vetturi.", "Prattikament f'kull familja llum nsibu iktar minn vettura waħda u allura l-pajjiż huwa ddominat mill-kultura tal- vettura privata.", "Il-pajjiżi kollha li huma fl-istess sitwazzjoni bħal tagħna - fejn żewġ terzi tal-popolazzjoni jgħixu f'terz tal-ġżira - jieħdu ħsieb li jkollhom trasport pubbliku tajjeb u jkollhom xi forma ta' mass transit system li tgħin liċ-ċittadin li juża t-trasport pubbliku flok ma juża l-karozza privata.", "Din hija xi ħaġa li aħna m'għandniex u minħabba f'hekk l-unika għażla li għandu ċ-ċittadin huwa li juża l-karozza tiegħu jew li joqgħod id-dar.", "Biex tmur minn post għall-ieħor trid tuża l-karozza tiegħek bilfors jekk inti forsi ma tridx toqgħod taqbad żewġ xarabanks, jew jekk ma tridx tieħu taxi li ħafna drabi tiġix għolja wisq jew jekk ma tridx tagħmel użu mill-vetturi pubbliċi, li sfortunatament il-livell tagħhom m'huwiex kif jixraq lil pajjiżna.", "Mr Speaker, fil-fehma tiegħi għandna problema serja u problema fit-tul li lil pajjiżna se titfgħu lura.", "Aktar ma jkollok trasport pubbliku serju, iktar inti jista' jkollok żvilupp - kif kellna fit-toroq tagħna - bil- bypasses, bil-flyovers u affarijiet oħra bħal dawn.", "Barra minn hekk, aħna m'għandniex l-istruttura neċessarja biex tħares l-ambjent.", "M'hawnx tinġis li huwa rikonoxxut daqs dak tal-vetturi privati u minħabba f'hekk irridu nieħdu ħsieb biex inħarsu lejn aspetti oħra.", "Per eżempju, meta jien kont responsabbli minn dan is-settur kont ippruvajt nikkonvinċi lill-Enemalta - u hawnhekk qed nerġa' npoġġi din l-idea fuq il-mejda - biex din tħares lejn il-possibbilta' li jkollna ċerti vetturi ta' natura pubblika li jużaw il- liquid petroleum gas.", "Fil-fatt din issir f'diversi pajjiżi tad-dinja.", "Jekk inti tmur il-Ġappun issib li t-taxis huma kollha biċ-ċilindru ta' l- LPG fuq wara.", "Bil-liġi dawn irid ikollhom bilfors makna li taħdem bl-LPG.", "Mhux xi ħaġa kbira li taqleb makna tal-petrol biex taħdem bl-LPG, anzi hija xi ħaġa sempliċi ħafna.", "Jekk inti tmur f'postijiet bħall-Awstrija jew l- Olanda tiskopri li anke x-xarabanks huma mmexxija bl-LPG, li huwa fuel li jagħmel pollution ħafna u ħafna inqas mid-diesel jew mill-petrol.", "Jiena nemmen li rridu nħarsu lejn dawn it-tip ta' soluzzjonijiet u ma nistgħux nibqgħu dejjem imkaħħlin f'dak li konna nagħmlu qabel.", "Ma nistgħux ma nħarsux lejn x'qed jiġri madwarna.", "Irridu nippruvaw noħolqu affarijiet ġodda jekk irridu mmexxu l-pajjiż 'l quddiem.", "Irridu dejjem insibu toroq ġodda u ma rridux nibżgħu mill-bidla.", "Naf li hawn ħafna nies fis-settur tat-trasport li jibżgħu mill-bidla imma hemm bżonn li l-aġenda titmexxa minn min ikollu quddiem għajnejh - kif għandu l-gvern - x'inhuwa l-ġid long-term tal-pajjiż.", "F'pajjiżna għamilna ħafna bidliet fis-sigurta' fit-toroq.", "Per eżempju, saru ħafna lines, cat's eyes u affarijiet oħra bħal dawn.", "Barra minn hekk ġew introdotti wkoll it- traffic lights, ħaġa li jien personalment kont involut fiha.", "Illum dawn indraw u l-maġġoranza kbira tan-nies ħadu gost bihom.", "Veru li ssib xi ftit li ma ħadux gost bihom pero' llum naħseb li n-nies qed japprezzaw li dawn ġabu ordni u anke sa ċertu punt safety fit-traffiku.", "Aktar nies qed jobduhom mhux biss għax hemm il-pieni u l-multi imma għax iħossu li hemm xi ħaġa tajba li tagħmel il-ġid lil pajjiżna.", "Mr Speaker, irridu nsolvu din il-problema tat-trasport b'soluzzjonijiet integrati.", "Ma nistgħux inkomplu ngħidu li dan huwa pajjiż żgħir u b'karozza privata tilħaq kullimkien.", "Irridu nieħdu in konsiderazzjoni li dan huwa pajjiż fejn il-congestion u l-pollution qegħdin jikbru u se jkomplu jikbru.", "Anke n-noise pollution se jkompli jikber jekk aħna mhux se nsibu soluzzjoni li biha nagħtu alternattiva liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li jużaw mezzi oħra u mhux il-vettura tagħhom.", "Hemm anke kunċetti li tista' tuża l-konnessjonijiet bil-baħar.", "Per eżempju, fl-inner harbour area, fejn jgħixu l-kwantita' kbira tal-Maltin, partikolarment fil-gżira ta' Malta, tista' tuża wkoll il-water transport, li wkoll jista' jneħħi ħafna karrozzi mit-toroq tagħna.", "Irridu nħarsu lejn kif se nnaqqsu n-numru ta' karozzi mingħajr ma nnaqqsu l-kumdita' ta' min irid jivvjaġġa minn post għall-ieħor.", "Irridu nżidu l- kumdita' ta min irid jivvjaġġa mingħajr ma wieħed ikollu neċessarjament il- ħin kollu juża l-vetturi tiegħu.", "Irridu nsibu soluzzjonijiet kompletament differenti.", "Jiena naħseb li rridu nħarsu wkoll lejn il- possibbilta' li t-trasport li jeżisti - per eżempju, bejn tas-Sliema u l- Belt, kif ukoll bejn il-Belt u t-Tlett Ibliet - jiġi żviluppat b'mod integrat.", "Dan ukoll jista' jgħin biex ineħħi ħafna karozzi mit-toroq mingħajr ma jfixkel il-kumdita' ta min ikun irid jivvjaġġa.", "Jekk ma nagħmlux hekk ikollna ħafna tinġis u jkollna problemi ta' l-ambjent.", "Dawn huma problemi li jaffettwaw lilna, lil pajjiżna, lit-turiżmu u jaffettwaw l- arja li aħna nieħdu.", "Id-dannu huwa kbir ħafna għall-immaġini tagħna bħala pajjiż li fih jistgħu jiġu n-nies biex jiddevertu u jieħdu btala.", "Mr Speaker, jekk ma noqogħdux attenti nitilfu dan l-ambjent kemm għalina kif ukoll għall- barranin li jiġu jżuruna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, kif taf int, il-kumitat għall- affarijiet soċjali bħalissa qed jiddiskuti l-issue tas-saħħa mentali, suġġett li nistgħu ngħidu huwa ferm delikat u li jenħtieġ sensittivita' kbira kemm min-naħa tal-kumitat innifsu, kemm min-naħa ta' min qiegħed jipparteċipa u jagħti l-esperjenzi tiegħu fih kif ukoll min-naħa ta' min jirrapporta dak li jingħad, jiġifieri l-ġurnalisti.", "Nista' bi pjaċir ngħid li din is-sensittivita' qed tintwera minn kulħadd u nieħu pjaċir ninnota li l-attendenza - minkejja li diġa' għamilna tliet laqgħat - qed tkun waħda tajba u l-kontribut li qed jingħata huwa wieħed siewi ħafna.", "Mr Speaker, ikun tajjeb li nirrikonoxxu s-sehem li qed jagħtu diversi nies f'dan il- kumitat.", "Hemm professjonisti fil-qasam tal-kura mentali li jinkludu psikjatri, nurses, occupational therapists u social workers, hemm nies li huma stess sofrew il-mard mentali, hemm familjari ta' nies li għandhom problemi ta' mard mentali kif ukoll nies minn Villa Chelsea, mill-mental health association u diversi nies oħra bħalma huma d-direttur tas-saħħa kif ukoll il-kummissjoni għas-saħħa mentali.", "Fost il-ħafna li qed jipparteċipaw insibu wkoll oħrajn li forsi ma' l-ewwel daqqa t'għajn ma nassoċjawhomx mal- mard mentali iżda l-kontribut tagħhom huwa kruċjali jekk aħna nemmnu li persuni b'mard mentali għandhom ikunu integrati fil-komunita'.", "Hawn qed nirriferi għall-parteċipazzjoni u l-kontribut li qed jagħtu l-employment and training corporation u anke l-Malta employers association.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex hemm il-ħtieġa li min iħaddem - u anke l-housing authority - jiġi aware li dawn in-nies għandhom jerġgħu jiġu integrati fil- komunita'.", "Mr Speaker, waqt id-diskussjoni - li tajjeb ngħid kif għadha għaddejja u għad iridu jagħtu l-kontribut tagħhom diversi nies - ħareġ ċar li l-mard mentali għadu jġorr stigma kbira.", "Din l-istigma jġorruha mhux biss il- persuni li jkollhom il-marda imma wkoll il-familjari tagħhom.", "Għalkemm sar ħafna titjib u bosta jirrikonoxxu li l-livell ta' kura li jingħataw l- pazjenti huwa tajjeb pero' għad baqa' ħafna xi jsir f'dak li għandu x'jaqsam ma' titjib fil-kwailta' ta' ħajja ta' persuni b'mard mentali.", "Żgur li neħtieġu aktar community services biex il-perijodu li nies iqattgħu ġewwa Mount Carmel ikun biss perijodu minimu li jservi għall-kura.", "Dawn in- nies m'għandhomx jibqgħu hemm minħabba nuqqas ta' housing, nuqqas ta' xogħol jew nuqqas ta' support services kemm għal persuna nnifisha kif ukoll għall-familjari tagħha.", "Ħtieġa oħra li nħossu hi li għandu jkollna psychiatric nurses.", "L- institute of health care, minkejja l-problemi kollha li jiffaċċja, għandu korsijiet apposta għal-psychiatric nurses iżda n-numru ta' dawk li jidħlu għal dawn il-courses huwa żgħir wisq speċjalment meta wieħed iqis il-ħtieġa li ssir riforma fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Parti minn din ir-riforma tiddependi wkoll mil-livell ta' professjonalita' tan-nurses, imma donnu l- istigma li jsofru l-pazjenti li għandhom mard mentali jsofruha wkoll dawk in-nurses li jidħlu biex jagħmlu xogħol fost dawn in-nies.", "Mr Speaker, waqt id-diskussjoni ħareġ ċar ukoll li l-pazjent għandu jkun il-focus ċentrali fir-riforma li trid issir u li kulma jsir għandu jsir għall- benefiċċju tiegħu.", "Irridu nżommu f'moħħna li m'hemmx tip wieħed ta' mard mentali u lanqas hemm saff wieħed ta' l-istess mard mentali.", "Irrid ngħid ukoll li l-kumitat għall-affarijiet soċjali ġie ppreżentat mill-kummissjoni nazzjonali għas-saħħa mentali b'discussion document li fih insibu propost numru ta' emendi għall-Mental Health Act ta' l-1980 u li kellha xi tibdiliet żgħar fl-1983.", "Nagħmilha ċara li dak li qiegħed ikun propost għad irid jiġi diskuss fit-tul, mhux biss fil-kumitat għall- affarijiet soċjali imma anke f'fora oħra biex imbagħad jiġi ppreżentat abbozz f'dan il-parlament.", "F'dan l-istadju m'inix se nidħol fid-dettal ta' dan id-dokument imma se nħares biss lejn it-thrust li dan id-dokument qed jagħti lejn ir-riforma li tant hi meħtieġa f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, ir- raġuni li proprju qed inqajjem dan is-suġġett illum huwa minħabba li sfortunatament ma tantx nisimgħu dwaru jekk mhux fin-negattiv, meta jkun ċelebrat il-jum dinji għas-saħħa mentali jew f'xi rapport ta' l-Ombudsman.", "Qed insemmi dan id-discussion document proprju biex titqajjem kuxjenza anke permezz tal-media biex dan id-dokument jiġi diskuss fil-fond u bis- serjeta'.", "Ma nistgħux nittrattawh b'mod frivolu u għandu jkun hemm bosta nies u organizzazzjonijiet li jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom.", "Mr Speaker, dan id-dokument fih mill-inqas tliet affarijiet li jiddistingwuh mil-liġi li għandna fil-preżent.", "Għandek l-ewwelnett l-aspett tal-pazjent li qiegħed ikun aktar il-focus ċentrali.", "Il-pazjent, kif qed jiġi propost f'dawn l-emendi, għandu jkun aktar informat biex ikun jista' jieħu sehem fid-deċiżjonijiet li se jaffettwawlu ħajtu.", "Fi kliem ieħor qed jingħata aktar empowerment lill-pazjent.", "Il-liġi fil-preżent ma tispeċifikax id-drittijiet umani tan-nies li jbatu minn mard mentali.", "Issa dan id-dokument qed jipproponi li persuna b'mard mentali jkollha d-dritt li taħdem u li tgħix fil-komunita'.", "Mr Speaker, ma nistgħux ngħidu li dawn iż- żewġ drittijiet ma kenux prattikati iżda dan id-dokument qiegħed jgħid li dawn mhux biss għandhom ikunu prattikati imma għandhom ikunu assigurati bil- liġi.", "Anke fejn tidħol l-iskema ta' trattament, din kienet f'idejn il- professjonist.", "Issa qed jiġi ssuġġerit li ssir care plan bil-miktub u li tkun diskussa mal-pazjent u mal-familjari tiegħu.", "Din il-care plan tieħu into consideration anke meta għandu jasal iż-żmien li l-persuna, naturalment jekk kollox imur kif previst, tkun tista' terġa' lura fil- komunita'.", "Dan jista' jgħin biex ikun salvagwardjat il-fatt li ma jkollokx pazjenti li b'xi mod jintesew u biex ikollok anqas nies li jsibu ruħhom istituzzjonalizzati.", "Waħda mill-problemi li jiffaċċjaw dawn in-nies hija li ladarba jidħlu, dawn isibuha diffiċli li joħorġu minn Mount Carmel.", "Hemm min ilu għal bosta snin ġewwa Mount Carmel li lanqas jekk tħallsu ma joħroġ minn hemm għax ikun iħossu ħafna iktar safe hemmhekk milli kieku jkollu jgħix fil- komunita'.", "Naturalment aħna irridu nżommu kemm jista' jkun nies barra minn Mount Carmel.", "Dan il-post għandu jkun biss post fejn wieħed jingħata l- kura, jitfejjaq u malajr kemm jista' jkun joħroġ minn hemm biex ikompli l- ħajja tiegħu fi ħdan il-komunita'.", "Aspett importanti ieħor li nsibu f'dawn il-proposti huwa l-aspett tal- komunita'.", "Dan l-aspett qed jiġi propost li jkun mainstreamed.", "Filwaqt li fil-liġi l-qadima nsibu bosta drabi riferenza għall-isptar, issa qed naraw li l-community care u d-day centres qed jieħdu rwol importanti fil-kura u fl-integrazzjoni tal-persuni b'mard mentali.", "Mr Speaker, dan ma nsibuhx biss fid-definizzjonijiet imma nsibuh all along anke fejn jidħol il-quality care, li fih innifsu huwa wkoll kunċett ġdid li qed ikun propost f'dawn l- emendi.", "Il-quality care mhux qed ikun suġġerit li jinkludi biss postijiet privati imma wkoll postijiet li huma ġestiti mill-gvern.", "Dan, Mr Speaker, jassumi aktar importanza meta wieħed iqis li bħala pajjiż qegħdin nimxu fit- triq li jkollna sptarijiet awtonomi u allura maż-żmien anke Mount Carmel irid ikun awtonomu.", "Naturalment, jekk il-post ikun awtonomu ikun hemm bżonn li tkun assigurata aktar il-quality care u f'dan id-dokument qed ikun suġġerit li biex tiġi assigurata din il-kwalita' ta' kura jrid ikun hemm hospital inspectorate mingħajr ma jkunu jafu bih dawk li jkunu qed imexxu l- isptar.", "Aspett ieħor li qed ikun propost u li huwa kompletament ġdid huwa l-qasam tal-minorenni, jiġifieri dawk iż-żgħażagħ u tfal taħt it-18-il sena.", "Fil- liġi l-qadima huwa trattat biss f'sezzjoni waħda, sezzjoni 30, li tispeċifika r-relazzjoni ta min huwa the next of kin fil-każ ta' tutor appuntat mill-qorti.", "Fil-liġi l-ġdida qed tkun proposta sezzjoni ġdida li titratta l-minorenni.", "Tajjeb li nżommu f'moħħna li aħna għandna wkoll persuni b'mard mentali li huma ta' taħt it-18-il sena.", "Fil-prattika ħafna minn dak li qed ikun suġġerit qed jiġi segwit, iżda issa qed jiġi ssuġġerit li dawn il-provedimenti ma jiġux segwiti biss fuq l-inizjattiva tal- professjonisti iżda jkunu segwiti bil-forza tal-liġi.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadalli nixtieq insemmi aspett ieħor li ħareġ mid-diskussjoni u dan huwa r-relazzjoni li teżisti bejn il-ministeru tas- saħħa u l-ministeru għall-politika soċjali fejn jidħlu persuni b'mard mentali.", "Huwa l-ministeru tas-saħħa li jipprovdi l-kura imma imbagħad huwa l-ministeru tal-politika soċjali li jrid jipprovdi wħud mis-servizzi għal dawn in-nies.", "Sar bosta xogħol pero' jonqos xi jsir u naturalment qatt ma nkunu lesti.", "Per eżempju, qed jinħass il-bżonn li tiġi riveduta Schedule 5 - li tinkludi l-ischizophrenia - iżda llum mhux se nidħol fiha għax nixtieq nissuġġerixxi xi ħaġa li kulma tinħtieġ hija bidla amministrattiva.", "Mr Speaker, tajjeb li nżommu f'moħħna li huwa diffiċli li persuni b'mard mentali jżommu x-xogħol jew jinstabilhom ix-xogħol.", "Minħabba f'hekk ħafna minn dawn in-nies qed jgħixu permezz ta' l-għajnuna soċjali.", "Numru ta' persuni b'mard mentali jirrifjutaw li jmorru jaħdmu mhux għax ma jkunux jixtiequ jaħdmu imma għax jibżgħu li ma jkunux jistgħu jkampaw fuq il-post tax-xogħol u minħabba f'hekk jispiċċaw mingħajr flus għaliex la jkollhom dħul mill-għajuna soċjali u lanqas ikollhom paga.", "Ma rridx infisser li huma ma jerġgħux jingħataw l-għajnuna soċjali, imma biex jerġgħu jieħdu l- għajnuna soċjali jrid jgħaddi ż-żmien.", "Għalhekk, Mr Speaker, nixtieq nissuġġerixxi li dawk il-persuni li jkunu ċċertifikati li għandhom problemi ta' saħħa mentali u jkunu jikkwalifikaw għal għajnuna soċjali, l- applikazzjoni tagħhom tibqa' pendenti għal-ċertu żmien wara li jsibu x- xogħol.", "Issa l-perijodu ta' żmien wieħed jista' jiddiskutih imma normalment, meta persuna jirnexxielha żżomm ix-xogħol tagħha għal tliet xhur, iċ-chances huma li din se jirnexxielha tibqa' fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk persuna ma tidrax ix-xogħol, immedjatament kif tieqaf mix-xogħol din terġa' tibda tieħu l-għajnuna soċjali.", "Issa jien nifhem li l-kondizzjoni ta' jekk wieħed għadux jibqa' jikkwalifika għall-għajnuna soċjali jew le tista' tinbidel, u għalhekk id- dipartiment għall-għajnuna soċjali għandu jivverifika jekk il-kondizzjoni tal-persuna tkunx inbidlet jew le.", "Naturalment, jekk tkun inbidlet, dan jintalab biex jirrifondi.", "B'saqajna ma' l-art nistgħu ngħidu li s- sitwazzjoni f'ħafna każi ma tkunx inbidlet u allura filwaqt li l-gvern xorta waħda jkun se jagħti arretrati, kulma nkunu qed nagħmlu huwa li nnaqqsu ftit l-istress tal-persuna fil-kwestjoni.", "Biex isseħħ din il-bidla ma naħsibx li hemm bżonn ta' bidla fil-liġi iżda sempliċement bidla amministrattiva li minnha ma jistax joħroġ ħlief ġid.", "B'dan il-mod inkunu qed innaqqsu l-istress minn fuq persuna b'mard mentali u nkunu qed ninkoraġġuha biex taħdem.", "Mr Speaker, nispera li din il-proposta tiġi aċċettata.", "Jiena nagħlaq billi nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil kulmin qed jagħti sehmu u lil min se jkompli jagħti sehmu f'dan il-kumitat.", "Nixtieq nuri l- apprezzament tiegħi lill-membri tal-kumitat taż-żewġ naħat tal-Kamra għas- serjeta' li huma juru meta jkun qed jiġi trattat dan is-suġġett.", "Forsi għalhekk ma nistax nifhem x'inhi r-raġuni għaliex l-oppożizzjoni ma laqgħetx l-istedina tal-ministeru tas-saħħa biex tinnomina membru fuq il- kummissjoni nazzjonali għar-riforma fil-kura tas-saħħa mentali.", "Mr Speaker, jiena naf li din l-istedina għada miftuħa u x-xewqa tiegħi hi li tiġi milqugħha.", "Grazzi Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 13 ta' Lulju 1999, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAJNUNA LEGALI TAL-GVERN", "7663.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, in-numru ta' nies li bbenefikaw mis-servizz ta' għajnuna legali tal-gvern matul dawn l-aħħar 15- il sena?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-numru ta` applikanti li bbenefikaw mis-servizz ta` Għajnuna Legali tal-Gvern huwa kif ġej:", "|SENA |AMMONT | |1991 | 93 | |1992 | 82 | |1993 | 73 | |1994 | 73 | |1995 | 98 | |1996 | 98 | |1997 |119 | |1998 |110 imqassmin f`78| | |nisa u 32 Irġiel | |1999 | 33 imqassmin f`23| | |nisa u 10 Irġiel |", "L-istatistika għall-perijodu ta` qabel 1991 ma tezistix u għalhekk ma tistax tingħata.", "M`huwiex possibbli li l-istatistika tinqasam fi rġiel u nisa għaliex certi dokumenti ma setgħux jinstabu.", "PROĊEDURA ĊIVILI", "7787.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jikkonsidra l-Ministru li tiġi emendata l-liġi tal-Proċedura Ċivili sabiex kwalunkwe prokura li ssir tkun trid tiġi insinwata fir- Reġistru Pubbliku għal aktar trasparenza u sigurta' għal xi kredituri potenzjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant qiegħed jiġi studjat.", "Il-ħsieb s`issa hu li tali reġistrazzjoni tkun biss għal prokuri ġenerali li jkollhom validita` oltre ċertu żmien.", "BORDIJIET GOVERNATTIVI - MEMBRI", "7888.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT:L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI F'PUSSESS TA' DROGA", "7981.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mgħoddija persuni mill-Forzi Armati lill- pulizija wara li nqabdu f'pussess ta' droga din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li din is-sena ġew mgħoddija mill-Forzi Armati lill-Pulizija wara li nqabdu f'pussess ta' droga kien ta' 35.", "PULIZIJA - TRAFFIKAR TA' ANNIMALI", "7982.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi llum wara d-droga l-aktar illi jiġu traffikati huma l-annimali b'mod illegali, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija illi huma mħarrġa biex jgħarfu l-annimali kollha li llum huma protetti taħt is-Cites Convention?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-membri ta' l-Iskwadra ta' l-ALE tal-Pulizija, għandhom tagħrif bażiku fuq dan is-suġġett, pero` dawn dejjem jikkonsultaw mad-Dipartiment ta' l-Ambjent fejn ikollhom diffikulta'.", "DWANA - IMPJEGATI", "7983.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tad-Dwana li ngħataw taħriġ kif jgħarfu annimali li huma protetti mis-Cites Convention, illum li qed isir ħafna traffikar illegali tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwel seminar Awareness of CITES` sar fit-22 ta` Settembru 1997.", "Min dak inhar saru 19-il seminar ieħor għall-impjegati tad- Dwana u fihom ipparteċipaw 313.", "Is-seminars tmexxew minn esperti fuq is- suġġett mid-Dipartiment ta` l-Ambjent.", "Fl-1992 u 1996 żewġ membri ta` l-istaff tad-Dwana attendew għall-seminars barra minn Malta fuq is-CITES Convention.", "QRATI - PERSUNI INTERDETTI", "7984.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni interdetti u/jew inabilitati mill-qrati tal-ġustizzja ta' Malta u ta' Għawdex illum Meta ħareġ id-digriet u għaliex ġew interdetti jew inabilitati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-lista ta` persuni nterdetti jew inabilitati mill- Qrati ta` Malta ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta` Frar, 1999 u dawk tal-Qorti ta` Għawdex ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta` Jannar, 1999.", "Għall-informazzjoni ulterjuri kull min hu interessat jista` jirriferixxi għall-atti tal-Qorti li huma atti pubblici u faċilment huma accessibbli.", "MANOEL ISLAND - LINK ROAD", "7985.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se tiswa l-link road li se tinbena minn Manoel Island sa Regional Road?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li l-proġett għall-bini tal-link road għadu qiegħed jissawwar, għalissa ma tistax tingħata din l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MANOEL ISLAND - XOGĦLIJIET", "7986.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Billi jridu jinqalgħu diversi toroq ġewwa l-Gżira biex jitwassal xi servizz neċessarju infrastrutturali biex ikun jista' jsir ix- xogħol fuq Manoel Island u Tigne', jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix- xogħol huwiex se jitħallas minn min se jingħata l-proġett jew mill-poplu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li l-mistoqsija parlamentari tikkonċerna t- tqegħid ta` servizzi l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI B'XORB EĊĊESSIV", "8112.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/pazjenti li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' xorb eċċessiv?", "X'etajiet varji kellhom dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI B'FOOD POISONING", "8113.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/pazjenti li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' food poisoning bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena?", "X'ikkawża dan il-food poisoning u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "SKEJJEL - INĊIDENTI TA' KORRIMENT", "8114.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li kellhom inċidenti ta' korriment matul din is-sena skolastika fl-iskejjel governattivi?", "X'investigazzjonijiet saru sabiex isir xi titjieb fl-iskejjel partikolari li seta' kkawża dawn l-inċidenti?", "Jekk huwa l-każ, x'xogħol qiegħed issir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel Post Sekondarji li jaqgħu taħt id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni ta' l-Adulti, kien hemm inċident wieħed ta' korriment, matul din is-sena skolastika, u li dan ma kienx riżultat ta' xi traskuraġni jew periklu eżistenti.", "Informat ukoll li fl-iskejjel Speċjali kien hemm erba' każi ta' inċidenti ta' korriment f'din is-sena skolastika.", "Dawn kienu mqassmin hekk:", "1.", "Inċident wieħed fl-iskola San Miguel Febres Cordero ta' St. Andrew's 2.", "Inċident wieħed fl-ESN, Special Unit tas-Sannat Għawdex 1 3.", "Żewġ inċidenti fl-iskola Mater Dei tal-Imsida", "Informat ukoll li għalkemm dawn l-inċidenti ma kenux ta' natura gravi, xorta saru l-investigazzjonijiet u ttieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex inċidenti simili ma jirrepetux ruħhom.", "L-informazzjoni rigward skejjel Primarji u Sekondarji għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PITKALIJA ĊENTRALI - TARMAK", "8115.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li kellu jingħata t-tarmac fil-Pitkalija Ċentrali kif kien previst mill-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jgħid meta dan se jsir?", "Jekk mhux se jsir, jista' l-Ministru jinformani fuq liema proġetti oħra ntnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa konxju tal-fatt li kull Amministrazzjoni tista' toħlom u tiftaħar b'numru bla limitu ta' 'proġetti' fl-ajru.", "Li jinteressa l-poplu huwa kemm mill-istess proġetti l-istess amministrazzjoni eventwalment twettaq.", "Għaldaqstant, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-kumplament tar-risposta mogħtija għad-domanda numru 4665.", "BDIEWA - ĦSARAT", "8116.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-ħsarat kawżati lill-bdiewa fl-Imġarr, Malta minħabba l-maltemp, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in- numru ta' bdiewa li rrapportaw il-ħsarat?", "Kemm fil-fatt ingħataw għajnuna f'ċifri globali ta' flus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minħabba n-numru ta' bdiewa li rrapportaw ħsarat, kull rapport qed jiġi investigat bir-reqqa wieħed wieħed.", "69 bidwi talbu kumpens.", "SPTARIJIET - WHEELCHAIRS", "8117.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw wheelchairs għal użu ta' pazjenti li qed jiġu rikoverati fl-isptarijiet governattivi?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' wheelchairs aċċessibbli u kemm minnhom qed jintużaw fil-mument fl-isptarijiet u barra l-isptarijiet", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-wheelchairs li jinxtraw huma għall-użu kemm tal- pazjenti rikoverati l-isptar u kemm biex jiġu mislufa lill-pubbliku.", "Fil-fatt din is-sena inxtraw 200 wheelchair.", "Bħalissa hemm 1110 wheelchair mislufa lill-pubbliku u madwar 80 li qegħdin jintużaw ġewwa s- swali u l-out-patients ta' l-Isptar San Luqa.", "MINISTERU TAL-FINANZI - REFURBISHMENT", "8177.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninsab informat li l-ammont li ntnefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f`għamara ġdida fl-uffiċini tal- ministeru u f`tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, kif ukoll in-nefqa f`perjodu simili mill-amministrazzjoni ta` qabel kien kif ġej:", "Nefqa Sett.`98 - Ġun.`99 Lm", "Ministeru 6,875.00 Diretturi (Ministeru) 346.00 Direttur (VAT) 182.85 Direttur (Kuntratti) NIL Direttur (Taxxi Interni) 1 380.00 2 NIL Direttur (Dwana) 1 408.37 2 126.45 Chairpersons NIL", "TOTAL 8,318.67", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - REFURBISHMENT", "8178.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru teigħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninsab informat li l-ammont li ntnefaq fil-perjodu imsemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f`għamara ġdida fl-uffiċini tal- ministeru u f`tad-diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kien kif ġej:", "Ministeru Lm 85,792.64 Direttur (Multilateral Affairs) Lm 481.00 ____________", "Lm 86,273.64 ____________ Minn dan it-total, ammont ta` Lm75,983.94 kien ħlas dovut għal impenji li kienu saru qabel Settembru 1998 u li tħallsu wara din id-data.", "OPM - REFURBISHMENT", "8179.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl- uffiċini tal-Ministeru u f'tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-INTERN - PETROL/DIESEL", "8180.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal- Ministeru tiegħu karozza b'karozza?", "Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, tabella li turi n- nefqa totali f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-ministeru, għall- perijodu Frar/Ġunju 1999.", "Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4260 rigward il-perijodu Settembru 1998/Jannar 1999.", "Tabella oħra dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma' nfiq f'diesel u petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dekasteru ta' dan il-Ministeru f'perijodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - PETROL/DIESEL", "8181.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal- Ministeru tiegħu karozza b'karozza?", "Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal- mistoqsija, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta tabella li turi n-nefqa totali f'petrol għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru għall-perjodu Settembru 1998/Jannar 1999 u Frar 1999/Ġunju 1999, Settembru 1997/Jannar 1998 u Frar 1998 sa Ġunju 1998 li tagħmel paragun ma' nfiq f'petrol fil-Ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Tabella oħra dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal- mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma' nfiq f'petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dekasteru ta' dan il-ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - PETROL/DIESEL", "8182.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal- Ministeru tiegħu karozza b'karozza?", "Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab informat li bejn Settembru 1998 u Mejju 1999 in-nefqa f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru laħqet Lm2,322.", "Bejn Settembru 1997 u Mejju 1998, jiġifieri f'perijodu simili taħt l-Amministrazzjoni ta' qabel, in-nefqa kienet ta' Lm3,100.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat ukoll li bejn Settembru 1998 u Mejju 1999 in-nefqa f'petrol jew diesel ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-ministeru kienet ta' Lm1,366.", "Bejn Settembru 1997 u Mejju 1998 in-nefqa kienet ta' Lm1,181.", "SKEJJEL - PROGRAMM TA' WIRT STORIKU", "8284.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema skejjel ħadu sehem fil-programm tal-wirt storiku flimkien mal-Fondazzjoni OTS?", "Kull skola kemm ingħatat flus għal dan il-programm?", "F'kull skola kemm kien hemm studenti nvoluti f'dan il- programm?", "Minn min kienet komposta l-ġurija li għażlet il-proġetti rebbieħa?", "Liema kriterji ntużaw biex ikejlu s-suċċess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel li ħadu sehem fil-programm tal- wirt storiku kienu:", "Bishop's Conservatory, Victoria - Gozo Patri Wistin Born, Kalkara Antonio Sciortino, Żebbuġ Annibale Preca, Lija De La Salle College, Cottonera Dun Karm Sant Primary 'B' Paola Primary 'B' Adelaide Cini, Ħamrun Lorenzo Gafa' Secondary Agius de Soldanis, Victoria - Gozo St Augustine's College, Pieta` Guże` Galea Secondary, Qormi San Anton School, Żebbiegħ Lily of the Valley, Mosta St Edward's College, Birgu V Borġ Brared Boys', B'Kara Qrendi Special School St Anne Primary, M'Scala St Roque Primary, Vittoriosa", "F'dan il-programm ħadu sehem 824 tifel u tifla minn 43 klassijiet.", "Il- ġurija kienet komposta mis-Sinjura Linda Eneix u s-Sur William Cumming li qalu li peress li l-istandard tax-xogħol esibit kien għoli riedu jippremjaw kull klassi biex b'hekk jinkoraġġixxu lit-tfal.", "Għalhekk kull klassi li ħadet sehem ġiet mogħtija Lm30.", "SKEJJEL - ĊIRKOLARI DWAR IL-KWADRU TAL-CARAVAGGIO", "8285.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Min ħareġ iċ-ċirkolari biex jgħarraf lill-iskejjel biex iżuru l-kwadru ta' qtugħ ir-ras tal-Caravaggio fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann?", "Kemm skejjel żaru dan il-kwadru wara din iċ-ċirkolari?", "Liema skejjel għamlu dan?", "Għaliex saru telefonati mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lill-kapijiet ta' l- iskejjel biex jinjoraw dik iċ-ċirkolari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ċ-ċirkolari biex l-iskejjel iżur l-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann ħarġet mid-Dipartiment, Ppjanar u Żvilupp.", "Kien hemm 31 skejjel li wrew ix-xewqa li jibagħtu l-istudenti għal din il-wirja.", "SKEJJEL - STUDENTI B'DIŻABILITA'", "8286.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Matul dan is-sajf se ssir l-inizjattiva Wens fis-Sajf għall-istudenti b'diżabilita'?", "Jekk se ssir, meta bdiet il-ħidma meħtieġa biex ikun hemm it-tħejjija kollha serja biex l-inizjattiva tirnexxi?", "Jekk l-inizjattiva msemmija mhux se ssir, x'inhuma r-raġunijiet ta' dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, l-inizjattiva Wens fis-Sajf se ssir.", "Informat li l-istudenti ta' bejn it-8 u l-11-il sena li jattendu skejjel speċjali se jingħataw l-opportunita` sabiex fejn hu possibbli jattendu Skola Sajf bħal tfal oħra tal-istess eta`.", "PERSUNI LI JISTUDJAW L-INGLIŻ F'PAJJIŻNA", "8287.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa matul din is-sena u x'passi hemm maħsuba li jittieħdu biex dawk li għandhom liċenzja li jakkomodaw f'darhom persuni li jiġu jistudjaw l-Ingliż f'Malta joqogħdu għar-regoli li ntbagħtu b'ċirkolari tal-11 ta' Jannar, 1999?", "Minn Jannar, 1999 sa Ġunju, 1999 kemm-il spezzjoni saret għall-ħarsien ta' dawn ir-regoli?", "Kemm inqabdu familji jżommu aktar studenti milli suppost?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-għadd ta' studenti barranin li jiġu Malta bil- għan li jitgħallmu jew jipperfezzjonaw il-lingwa Ingliża qed dejjem jikber u għalhekk qed tikber ukoll il-ħtieġa ta' akkomodazzjoni għalihom.", "Iċ- ċirkulari tal-11 ta' Jannar ta' din is-sena kienet maħsuba biex tfakkar fir- responsabbiltajiet ta' min iżomm f'daru lil dawn l-istudenti.", "Minħabba li hemm biss tmien 'Field Officers' li jridu jlaħħqu ma' l- istabbilimenti turistiċi kollha f'Malta u f'Għawdex, spezzjonijiet fi djar li jospitaw studenti barranin isiru biss qabel tinħareġ il-liċenzja u meta jsir ilment.", "Kif jaf l-Onor Membru fl-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta se jkun hemm Direttorat ta' l-Infurzar.", "L-infurzar tal-liġi ser jissaħħaħ mhux biss għax ser jiżdied l-ispettorat u għax se jingħata taħriġ xieraq iżda wkoll għax il-liġi l-ġdida tipprovdi mezzi aħjar biex isir l-enforcement.", "MINISTERU TAL-FINANZI - SERVIZZ TA' PROJECT MANAGEMENT", "8288.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Il- Ministeru tal-Finanzi aċċetta t-talba tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li jestendi l-ftehim mal-Malta University Services Ltd biex tipprovdi servizz ta' project management f'dawn l-oqsma: sports complexes project; Universal Community Service Project; Bighi Site Development Project; IT in Education Project; College of Arts, Science & Technology Project; Museum of Contemporary Art Project?", "Kemm se jiswa f'kull każ dan is-servizz?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-talba mill- Ministeru tal-Edukazzjoni għall-estenzjoni tal-ftehim mal-Malta University Services Ltd. għall-provvista ta` servizz ta` project management għada qed tkun mistħarrġa mill-Ministeru tal-Finanzi.", "CUSTOM ELECTRICAL SYSTEMS LTD. - OFFERTA", "8319.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7813, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt tal-Korporazzjoni Enemalta rebħet il- kumpannija Custom Electrical Systems Ltd.?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-kumpannija msemmija ma ngħatat l- ebda kuntratt ordni tal-Korporazzjoni Enemalta.", "FMS - TIBDIL FL-ISTRUTTURA TA' L-ISPTAR F'TAL-QROQQ", "8473.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill- Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, jew f'isimha, għal tibdil fl-istruttura ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Liema minnhom ġew milqugħa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-applikazzjonijiet li saru lil-Awtorita ta` l- Ippjanar għall-Proġett ta` l-Isptar il-Ġdid mis-7 ta` Settembru, 1998 sal- lum huma kif skond il-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dawn l-applikazzjonijiet qed jiġu kkonsidrati mill-Awtorita ta` l- Ippjanar.", "SAĦĦA - PAZJENTI MIBGĦUTA BARRA GĦAL KURA", "8516.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li jinbidlu l-kriterji li fuqhom huwa stabbilit l-akkumpanjament ta' pazjenti li jintbagħtu barra minn Malta għal kura bħal, per eżempju, l-gvern iħallas għal persuna biex takkumpanja pazjent li ma jkollux aktar minn sitt snin?", "Jidhirlu li l-ebda pazjent li jkun sejjer għal kura barra minn Malta mhux f'qagħda ideali li jkun waħdu, aħseb u ara meta dawn ikunu tfal ta' 'l fuq minn tmien snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn mindu l-iskema li jintbagħtu pazjenti għal kura barra minn Malta bdiet kważi ħamsin sena ilu, qatt ma kien hemm flus ivvotati fl-ebda Budget biex id-Dipartiment tas-Saħħa jħallas l-ispejjes tal-qraba ta` pazjenti.", "Jitħallas biss il-passaġġ ta` l-ajru tal-pazjent li jkollu karta roża; u fil-każ ta` tfal taħt is-sitt snin il-passaġġ ta l-ajru ta` l-omm jew tal- missier jitħallas BISS jekk it-tfal ma jkollhomx ħtieġa ta`skorta minn nurse jew tabib fil-vjaġġ għal kura barra.", "Is-suġġeriment ta l-Onor Interpellant se jiġi studjat.", "AFM - FLUS GĦAL ĠBIR TA' SKART", "8517.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid humiex se jitħallsu tas-sigħat żejda li ħadmu s- suldati ta' l-AFM fil-ħin hieles tagħhom, biex taw servizz t'emerġenza fil- għoti ta' l-iskart?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt fis-17 ta' Ġunju, 1999 għall-mistoqsija parlamentari numru 7837.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI GĦAL MARA SEPARATA", "8523.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex mara Maltija li ħadmet Malta u ħallset il-bolla eċċ, għax iżżewġet barrani u llum issepparat la tista tapplika għal akkomodazzjoni soċjali u lanqas qed tieħu children's allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dritt għal mara Maltija li tieħu l-allowance tat-tfal huwa suġġett għall-kondizzjoni li l-mara jkollha l-kura u l-kustodja effettiva tat-tfal taħt is-16-il sena, kif ukoll li l-mezzi tagħha ma jeċċedux dawk stipulati fit-test tal- mezzi relatat ma' din l-allowance.", "L-istat ċivili ma jtellifx id-dritt tal- allowance tat-tfal.", "Rigward akkomodazzjoni soċjali, mara legalment separata għandha dritt tapplika mad-dipartiment ikkonċernat.", "Ovvjament, id-Dipartiment tal- Akkomodazzjoni Soċjali jivverifika ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inkluż il- kondizzjonijiet mifthema fil-kuntratt tas-separazzjoni.", "MELLIEĦA: TRIQ ID-DENCI - XOGĦLIJIET", "8571.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jitkompla l-ilma u d-dawl (fejn hemm l-arbli tad-dawl diġa') fi Triq id-Denċi, il-Mellieħa?", "Ladarba dan ix-xogħol inbeda, possibbli jitkompla biex ir-residenti kollha jkunu moqdija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LANDS DEPARTMENT - IMPJEGATI", "8572.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinvestiga jekk fil-Lands Department hemmx technical officer I, jew f'kariga ekwivalenti, li qed juża l-vettura uffiċjali tax-xogħol biex imur id-dar biha kif ukoll għal użu personali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li hemm Technical Officer I mill-Estate Management Department li huwa sekondat fl-uffiċċju tad-Direttur Ġenerali ta' l-Artijiet u Kostruzzjoni li għandu l-permess li juża l-vettura uffiċjali skond il-bżonn, anke wara l-ħin tax-xogħol peress li jkun meħtieġ li jagħmel spezzjonijiet f'dawn il-ħinijiet.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - QGĦAD", "8590.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ dwar il-problema dejjem tikber tal-qgħad fost iż-żgħażagħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jista' biss iħeġġeġ edukazzjoni aktar inklussiva u taħriġ.", "Eżempju ċar ta' dan huma l- korsijiet ta' taħriġ li l-KNZ qed jorganizza flimkien ma' l-Aġenzija Sedqa.", "ETC - GĦAJNUNA LIL ŻGĦAŻAGĦ BLA XOGĦOL", "8591.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi tagħmel l-ETC sabiex tgħin żgħażagħ li huma bla xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhu jsir sabiex b'mod partikolari, żgħażagħ li huma illiterati u bla snajja',jġu ntegrati fid-dinja tax- xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - SEGRETARJI", "8592.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm segretarji tal-Kunsilli Lokali li qabel kienu jaħdmu mal-Gvern?", "Jikkonferma l-Ministru li jekk xi ħadd min dawn is-segretarji, għal xi raġuni jew oħra, ma jibqax jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala segretarju tal- kunsilli lokali, jerġa' jidħol lura fix-xogħol li kellu mal-Gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm 33 persuna li qabel kienu impjegati tal-Gvern u issa ġew seconded bħala segretarji tal-kunsilli lokali.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija it-tweġiba hija fl-affermattiv.", "EDUKAZZJONI - ITEM 4185", "8593.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 4185 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru dwar kemm intnefqu flus taħt Item 4185 xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-informazzjoni relevanti għax-xhur ta' Jannar u Frar 1999 ingħatat fit- tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 6053 u 6794 f'Seduti Nri.", "84 u 94 rispettivament.", "EDUKAZZJONI - VOT KAPITAL NRU.", "13", "8594.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 mill- Vot Kapitali Nru. 13 u fiex intnefqu?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-unika ħlas li sar s'issa mill-Vot Kapitali Numru 13 huwa ta' Lm50,000 għall-manutenzjoni tat-tinda ta' l- iStadium Nazzjonali Ta' Qali.", "Dan il-ħlas sar f'Marzu 1999.", "EDUKAZZJONI - ITEM NO.", "4349", "8595.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-unika somma li ntnefqet minn Item 4349 kienet dik ta' Lm311.50 f'subsistence allowance lil Dr Joseph Mifsud għal żjara uffiċjali f'Bonn fejn attenda għas-Socrates Erasmus Annual Conference 1999.", "DJAR - FOND", "8623.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament ma' din il- mistoqsija, huwiex bil-kera jew le?", "Jekk inbiegħ, f'liema sena u xahar inbiegħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jara r-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7236.", "KOTTONERA - PROĠETT TAL-MARINA", "8625.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma saritx xi tip ta' konsultazzjoni man- nies tal-Kottonera dwar l-effetti tal-proġett tal-marina approvat mill- Parlament?", "Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa f'dan ir-rigward peress li mhux sewwa li għan-nies tal-Kottonera hemm ħafna dettalji dwar dak li se jsir li għadhom m'humiex magħrufa jew mhux ċari?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għar-rigward tal-Proġett tal-Kottonera saret diġa' konsultazzjoni wiesgħa permezz tal-kunsilli lokali.", "Naturalment issa tkompli l-konsultazzjoni li hi parti ntegrali mill-proċess ta' l- ippjanar.", "ĊIMITERJI - XIRI TA' OQBRA", "8626.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8262, jista' l- Ministru jinformani kemm hemm oqbra available preżentement u kemm huwa l- għadd ta' oqbra li għad iridu jinbnew biex iċ-Ċimiterju ta' Sant'Andrija ta' Ħaż-Żebbuġ ikun magħluq għal oqbra privati?", "Kemm hu n-numru ta' applikanti li ntbagħtilhom avviż biex jersqu għal kuntratt ta' oqbra u ma weġbux għal din is-sejħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fiċ-ċimiterju ta` Sant` Andrija ta` Ħaż-Żebbuġ hemm 19-il qabar fi stat avvanzat ta` kostruzzjoni.", "Hu ppjanat li tibda l-kostruzzjoni fuq sittax 16-il qabar ieħor li meta jitlestew ikun eżawrit in-numru ta` oqbra f`dan iċ-ċimiterju li jkunu jistgħu jinbiegħu lill-pubbliku.", "Min meta bdew jiġu milqugħa applikazzjonijiet għal xiri ta` oqbra f`dan iċ-ċimiterju sal-lum, kien hemm 111 applikant li ntbagħtilhom avviz sabiex jixtru qabar u baqgħu ma weġbux.", "ĦWAWAR - ERBARJU", "8627.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-prattika li jkun hemm erbarju li jikkultiva l- ħwawar hijiex se tiġi msaħħa u jistax jingħad kemm minn dawn illum jeżistu u f'liema ġonna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-erbarju li kien f'idejn id-Dipartiment fl-Argotti ngħata lura lill-Universita', biss fl- imxietel tad-dipartiment qegħdin jitkabbru madwar sitt varjeta' ta' ħwawar li huma preżenti f'bosta ġonna u toroq, imma m'hemmx inventarju fuq dan.", "TĦAWWIL TA' SIĠAR", "8628.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm xitel tat- tip magħrufa bħala erbabjanka; erbabjanka rumana; erbabjanka taż-żejt, ġewx imwaħħla tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u kemm hemm maħsub li jkun hemm din is-sena kurrenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istatistika li nżammet għas-snin imsemmija fil-mistoqsija, ma kenitx tiddistingwi bejn il- varjetatjiet ta' arbuxelli u pjanti, biss il-varjetajiet msemmija tal- erbabjanka m'għadhomx jitnisslu għal-landscaping ta' toroq jew ġonna.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "8629.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3685, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema belt jew raħal l-aktar li tħawwlu jew inżergħu siġar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 f'Għawdex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija l-Ministru kkonċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "8630.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3685, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema belt jew raħal l-aktar li tħawwlu jew inżergħu siġar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 f'Malta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istatistika li nżammet għas-snin msemmija fil-mistoqsija ma tiddistingwix partikolarment bejn bliet u rħula, għax din inżammet biss fuq setturi speċifiċi tad- dipartiment.", "SIĠAR TAL-ĦARRUB - TĦAWWIL", "8631.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm siġar tal- ħarrub tħawwlu matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istatistika li nżammet għas-snin msemmija fil-mistoqsija kienet tinkludi biss statistiċi globali tas-siġar, u din ma kienetx speċifika għal kull siġra.", "Għalhekk m'hemmx informazzjoni partikolari fuq il-ħarrub f' Malta.", "Għal dik fuq Għawdex int ġentilment mitlub tirrivolġi lill-Ministeru kkonċernat.", "SIĠAR ENDEMIĊI - TĦAWWIL", "8632.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm siġar endemiċi u ta' liema tip tħawwlu jew inżergħu skond il-każ matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 fit-tieni distrett elettorali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istatistika li nżammet għas-snin imsemmija fil-mistoqsijiet ma kienetx tiddistingwi bejn siġar endemiċi u għandha biss totali tas-siġar kollha.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "8653.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tassigura lill-Kamra li dwar it-tliet dialysis machines li beħsiebhom jiġu stallati fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex ( u li dwarhom ħarġu t-tenders għax-xiri tas-siġġijiet) hemm il-back-up neċessarju fil- laboratorju ta' l-istess sptar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AIR MALTA - IMPJEGATI", "8654.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rimunerazzjoni, il-benefiċċji u l- inċentivi kollha li jirċievu l-membri tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru Air Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm dawn il- membri ilhom fil-kariga?", "Jista' jgħid ukoll jekk jeżistux benefiċċji u inċentivi li membri li jkunu jifformaw il-bord tad-diretturi ta' l-Air Malta jistgħu jibqgħu jgawdu anke wara li jtemmu l-kariga tagħhom?", "X'inhuma l-kriterji li jintitolaw lill-membri li jibqgħu jgawdu ċerti benefiċċji u inċentivi anke wara t-tmiem tal-kariga tagħhom?", "Mill-membri preżenti fuq il-bord, min se jkun intitolat li jibqa' jgawdi dawn il- benefiċċji u inċentivi wara t-tmiem tal-kariga tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-renumerazzjoni tal-membri tal-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta, li ilhom fil-ħatra minn Marzu 1997, tammonta għal Lm650 fis-sena.", "Barra dan, il-Membri huma ntitolati, bħalma kien dejjem il-każ minn mindu twaqqfet il-kumpanija, għal firm free travel allowance fuq it- titjiriet ta' l-Air Malta.", "Skond l-istess policy, dan il-benefiċċju jiġi estiż, iżda f'miżura ridotta u skond in-numru ta' snin ta' servizz bħala diretturi, wara li dawn jirtiraw minn din il-kariga.", "SPTARIJIET - SECURITY GUARDS", "8655.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar is-security guards fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa?", "Dawn se jibqgħu jduru?", "Jekk fl-affermattiv, kull meta se jintalbu li jibdlu l-post?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hija l-policy tat-Taqsima tas-Sigurta' u tad- Diviżjoni tas-Saħħa, illi s-Security Guards fl-isptarijiet u fiċ-Ċentri tas- Saħħa darba kull sena fix-xahar t'Ottubru jduru b'rotazzjoni.", "SERVIZZ ĊIVILI - TAJPISTI KAŻWALI", "8656.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuni mpjegati bħala fulltime casual typists humiex uffiċjali tal-gvern?", "Jista' jgħid ukoll taħt liema kategorija jaqgħu?", "Jista' jgħid jekk iħossx li qed issir diskriminazzjoni ma' dawn il- ħaddiema, li ħafna minnhom ilhom aktar minn erba' snin f'dan ix-xogħol u minkejja l-fatt li jagħmlu l-istess xogħol bħal ħaddiema fl-istess grad tagħhom, iżda issa li bdew in-nofs ta' nhari qed jitħallsu pro-rata?", "Jidhirlu l-Prim Ministru li wasal iż-żmien li din l-inġustizzja tissewwa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi dawk il-ħaddiema tal-Gvern li jkunu mpjegati fuq bażi każwali, u li allura m'għandhomx ħatra li tkun għaddiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, mhumiex kkonsidrati bħala uffiċjali pubbliċi (public officers) skond id-definizzjoni tal- kostituzzjoni.", "Il-kategorija li taħtha jaqgħu dawn il-ħaddiema hija dik ta' mpjegati każwali u l-kondizzjonijiet ikunu dawk speċifikati fis-sejħa rispettiva għall-applikazzjonijiet.", "Kif imwiegħed fil-Programm Elettorali l-Gvern beħsiebu li l-ħaddiema li ilhom snin twal jaħdmu bħala casuals isiru tal-fiss.", "Il-każ tat-tajpisti każwali tal-Gvern, se jiġi kkonsidrat f'dan il-qafas.", "BORMLA - TISWIJIET TA' TOROQ", "8657.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li l-bankina ta' quddiem l-għassa ta' Bormla tingħata wiċċ diċenti għax qed tkun ta' periklu għan-nies?", "Peress li suppost il-bankini huma respnsabbilta' tal-kunsilli, jistax jivverifika dwar din il-bankina msemmija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7285 (Seduta Nru. 110)", "KEMMUNA - NIES LI JMORRU FIL-BAJJA", "8658.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid għaliex nies li qed imorru fil-bajja ta' Kemmuna fuq il-blat li jinsab ferm 'il bogħod u faċċata tal-bajja tal-lukanda qed jiġu mġiegħla jieqfu mill-BBQ's mill-management tal-lukanda ta' Kemmuna kif ukoll jitfgħu kull xorta ta' dawl?", "Ladarba dawn ikunu jinsabu ferm 'il bogħod mil- lukanda, xi dritt għandha l-lukanda li twaqqaf lil dawn in-nies li jmorru Kemmuna mal-familji tagħhom għal ftit mistrieħ?", "Il-bajjiet ta' Kemmuna saru proprjeta' privata tal-lukanda u mhux aktar proprjeta' pubblika li tista' titgawda mill-poplu Malti u Għawdxi kollu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-Pulizija ta' Kemmuna f'okkażjoni waħda keċċiet nies li kienu qegħdin jagħmlu barbecue f'bajja f'Kemmuna u dan għaliex dawn in-nies kienu fil-bajja privata li għandha l- lukanda b'kuntratt.", "Dawn in-nies kienu komplew bil-barbecue f'parti oħra ta' Kemmuna fejn huwa proprjeta' pubblika.", "Jekk xi nies jkunu qed jagħmlu barbecue jew kwalunkwe attivita' oħra f'xi parti pubblika ta' Kemmuna jiġu mwaqqfa milli jagħmlu dan mill-management tal-lukanda, dawn għandhom jaghmlu rapport lill-Pulizija ta' Kemmuna u jittieħdu l-passi opportuni.", "LA VALETTE SICAV - CHAIRMAN", "8659.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas iċ-chairman tal-La Valette Sicav, li ismu qed jintbagħat separatament, għas-servizz tiegħu xahar b'xahar minn meta beda sal-31 ta' Mejju, 1999?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħlasijiet ġewx dikjarati mil-La Valette Sicav lill-Ministeru tal-Finanzi għall-iskopijiet ta' l-income tax?", "Jista' jgħid x'vantaġġi u perkaċċi oħra għandu bħala chairman ta' La Valette Sicav?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-kumpannija li għaliha qed jirriferi l- Onor. Interpellant hija waħda privata kwotata fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il-kompitu ta' dan il-ministeru li jagħti l-informazzjni mitluba.", "LA VALETTE SICAV - SEGRETARJA", "8660.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-La Valette Sicav jew xi parti oħra li taqa' taħt il-ministeru tiegħu qattx ħallsu s-sarlarju jew xi ħlasijiet oħra lil persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li taħdem bħala segretarja għal The International Foundation ta' 54, West Str, Valletta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li La Valette Sicav hija kumpannnija privata kwotata fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il-kompitu ta' dan il-ministeru li jagħti l-informazzjoni mitluba.", "LA VALETTE SICAV", "8661.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-La Valette Sicav jew xi parti oħra li taqa' taħt il-ministeru tiegħu qattx ħallset il-kera; il-kont ta' l- elettriku; il-kont ta' l-ilma; u l-kont taż-żewġ linji tat-telephone jew fax ta' The International Foundation ta' 54, West Str, Valletta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8660.", "LA VALETTE SICAV", "8662.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-La Valette Sicav jew xi parti oħra li taqa' taħt il-ministeru tiegħu qattx ħallsu l-kont tal-mobile telephone privat tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li għandu hawn Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8660.", "DELIMARA - FANAL", "8664.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8530?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi l-Awtorita` Marittima għandha proġett li l-fanal ta` Delimara jiġi restawrat u li parti mill-bini jsir stazzjon tal-kontroll għall-vapuri li jbaħħru fl-inħawi.", "SKEJJEL", "8665.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu d-dipartiment rigward l-iskola sekondarja (subien) li hemm biswit il-Power Station, liema studenti u għalliema qed isofru fis-saħħa tagħhom, speċjalment mard respiratorju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jagħmel rappreżentazzjonjiet dwar dħaħen mill-Power Station ma' l-awtoritajiet konċernati, permezz tal-Uffiċjal Edukattiv inkarigat mis-Saħħa u s- Sigurta`.", "Informat ukoll li ttieħdu passi immedjatament mill-Enemalta biex inaqsu l-inkonvenjent.", "Madankollu l-problema tista` tkun solvuta b'mod permanenti b'miżuri teknoloġiċi li qed jiġu kkonsidrati.", "WSC - KONTIJIET", "8666.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar ħallset il-kont ta' l-ilma u kemm għandha tagħti lill-Water Services Corporation l-International Foundation - Malta ta' 54, West Street, Valletta VLT 10?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-fondazzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hija The International Foundation - Malta, u peress li din hija organizzazzjoni mhux governattiva, ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l-informazzjoni mitluba.", "INTERNATIONAL FOUNDATION - MALTA", "8667.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-International Foundation ta' 54, West Street, Valletta VLT 10 hijiex qed isegwi l-liġijiet ta' taxxa ta' Malta b'mod partikolari jekk hijiex qed tissottometti dikjarazzjoni tad-dħul kull sena u jekk hijiex tiddikjara s-salarju jew ħlasijiet oħra li qed tagħmel lill- persuna li isimha qed jintbagħat separatament li taħdem bħala segretarja ta' l-istess fondazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Minħabba d-dispożizzjonijiet ta` segretezza u konfidenzjalita` li jinsabu fl-Atti dwar it-Taxxi, d-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f`pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba, iżda huwa lest li jieħdu l-passi neċessarji jekk jinstab li jkun hemm xi nuqqasijiet.", "WELFARE COMMITTEE - GĦAQDA TAL-PENSJONANTI", "8673.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li waqt li l-Ministru fetaħ l-uffiċċju ta' l-Għaqda tal-Pensjonant fi ħdan il-Welfare Committee tal-Korporazzjoni Enemalta, hu kien wiegħed l-għajnuna tiegħu lil din l-għaqda, jista' l- Ministru jgħid jekk din l-għaqda talbitx xi għajnuna diretta jew indiretta lill-Ministru?", "Jista' l-Ministru jgħid din l-għaqda kemm-il laqgħa żammet minn meta ġiet imwaqqfa, kemm attendew membri speċjalment fit-twaqqif tagħha, u jekk din il-laqgħa nżammitx skond l-istatut (jekk jeżisti)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta.", "INGILTERRA - MALTA HOUSE", "8674.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża biex infetħet il-Malta House fl-Ingilterra dan l-aħħar?", "Kif ġiet inawgurata u min kien preżent għal ftuħ?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Malta House kienet infetħet f`Ġunju 1995 u ~dan l- aħħar~ ma kien hemm l-ebda inawgurazzjoni jew ftuħ ieħor konness mal-Malta House fl-Ingilterra.", "ISLA - SUBSTATION", "8675.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Minħabba d-diżastru li jista' jsir jekk ikun hemm aċċident f'xi substation, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsib alternattiva oħra għal substation li hemm fl-Isla, li tinsab fi blokk ta' bini tal-gvern fis-sular t'isfel ma' ħames familji?", "Għandu xi pjanijiet il-Ministru biex din titneħħa?", "Jekk iva, fejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ISLA - ARLOĠĠ FIL-VENDA", "8676.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Minħabba l-użu li għandu arloġġ f'venda tal-karozzi tal- linja, jista' l-Ministru jara li l-arloġġ li hemm fil-venda ta' l-Isla jissewwa għax ilu bil-ħsara għal ħafna xhur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-arloġġ imsemmi ma jaqax taħt ir- responsabbilta' ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u ma jagħmilx parti mill-venda tal- karozzi tal-linja.", "DJAR - BENEFIKAR", "8677.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma min jibbenefika min xi skema tal-Housing Authority \"biex jirranġaw id-dar tagħhom\", ma togħlilhomx il-kera wara li jkun sar ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-għotja għal xogħol ta' rranġar f'djar privata jew tal-Gvern okkupati mill-inkwilini titħallas mill-Awtorita' tad-Djar lill-inkwilini.", "B'hekk is-sid jew il-Gvern ma jinkorri ebda piz finanzjarju.", "Għaldaqstant din l-għajnuna ma taffettwax l-ammont tal-kera mħallsa mill- applikant.", "IMPJIEGI - REDUCED HOURS", "8678.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonsidra xi forma ta' inċentiv biex iħajjar lill-kumpanniji parastatali jintroduċu l-kunċett tar- reduced hours għall-impjegati tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Gvern jittama li dawn it-tip ta' kondizzjonijiet ta' xogħol ġodda fis-Servizz Pubbliku jservu ta' eżempju għal żvilupp simili fis-settur parastatali kif ukoll fis-settur privat.", "Naħseb iżda li dan irid iseħħ mhux b'xi inċentiv minn naħa tal-gvern iżda b'negozjar bejn l-ażjendi kkonċernati w t-Trade Unions.", "AIR MALTA - REDUCED HOURS", "8679.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet rigward xogħol b'sigħat imnaqqsa (reduced hours) għall-ħaddiema ta' l-Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Filwaqt li r-riduzzjoni tas-sigħat tax-xogħol minn 40 għal 37 u nofs qed tiġi ntrodotta f'dipartimenti ta' l-Air Malta, skond il-Ftehim Kollettiv kurrenti ma' l-Union, għalissa għadhom ma bdewx id- diskussjonijiet formali dwar is-sistema ta' reduced hours intiża biex taġevola l-ħtiġijiet personali ta' xi impjegati tal-kumpannija.", "Hu mifhum li saru dikussjonijiet introduttorji minn persuni individwali mal-Group General Manager fuq dan is-suġġett.", "PORT - INSURANCE GĦAL ĦADDIEMA", "8680.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi sistema ta' insurance għal ħaddiema tal-Port meta dawn ikorru waqt il-ħin tax-xogħol fil-qadi ta' dmirijiethom?", "Jekk fl-affermattiv, minn min titħaddem din l-iskema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li regolament 44 tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħaddiema tal-Port jikkontemplaw il-ħtieġa ta` sistema ta` Polza ta` Sigurta għall-Ħaddiema tal-port fuq bażi ta` 24 siegħa.", "Din il-polza ta` sigurta tkopri mewt aċċidentali, diżabilita` permanenti jew diżabilita` totali temporanja dovuta għal inċident u/jew mard.", "L-iskema titħaddem mill-Port Workers Pensions and Contingency Fund Committee, imwaqqaf skond regolament 32 ta` l-istess regolamenti.", "SULDATI", "8681.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li ġew ingaġġati bħala suldati voluntiera (każi ta' riżerva) humiex se jingħataw preferenza meta jinħarġu sejħiet għal ingaġġ ta' suldati fulltime?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġett tal-mistoqsija jikkonċerna lill-Armata u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.", "TA' QALI - PARK NAZZJONALI", "8682.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid taħt liema dipartiment taqa' t-tmexxija tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali?", "Min hu nkarigat mit-tmexxija tal-park u min hu nkarigat mix-xogħol ta' manutenzjoni tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-park nazzjonali Ta' Qali bħalissa jaqa' taħt it-tmexxija tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija.", "Il-persuna nkarigata mit-tmexxija u mix-xogħol tal-manutenzjoni tal-park huwa s-Sur Edmond Mifsud.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "8711.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma jew jinnega li hu jew uffiċjali mid-Dipartiment tas- Saħħa qegħdin fi trattativi ma' xi sptarijiet jew kliniċi privati dwar possibbilta' ta' operazzjonijiet jew trattamenti li jistgħu jsiru f'dawn l- isptarijiet jew kliniċi fuq pazjenti riferuti mill-gvern?", "Jista' jgħid jekk il-gvern iddeċiedix li jirriferi pazjenti għal operazzjonijiet/interventi/trattamenti fi sptarijiet privati, jekk dan huwiex sejjer isir b'negozjati diretti bejn sptar u gvern jew jekk hijiex sejra tingħata l-istess opportunita' lill-isptarijiet kollha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li preżentament m'humiex għaddejjin trattativi tax-xorta li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "SPTARIJIET PRIVATI - TWELID", "8712.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm twelid fl-isptarijiet privati minn mindu dawn ingħataw liċenzja?", "Kemm minn dawn it-twelid kienu permezz ta' Cesarja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li kien hemm 1391 twelid fi sptarijiet privati minn mindu dawn ingħataw liċenzja.", "Minn dawn, 289 kienu permess ta` Ċesarja.", "SPTARIJIET STATALI - TWELID", "8713.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm twelid fl-isptarijiet tal-gvern tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "Kemm minn dawn kienu permezz ta' Cesarja kull sena?", "Kemm kienet in-neonatal mortality rate kull sena?", "Kemm kienet l- ispiża mediċinali kull sena fid-dipartiment ta' l-obstetrics?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-istatistika li talab l-Onor.", "Interpellant għas-snin mill-1995 sal-1998 għall-Isptar San Luqa (Karin Grech) u l-Isptar Ġenerali ta` Għawdex hi kif tidher hawn taħt:", "1995 1996 1997 1998", "Numru totali ta` twelid 4873 4631 4345 4120 Twelid b'Ċesarja 823 801 815 834 Neonatal mortality rate 6.0 9.0 6.3 3.9 (għal kull 1000 twelid ħaj)", "Mhux possibbli li nagħti l-figuri għas-snin 1989 sa 1994 għaliex f'dawk is-snin l-istatistika kienet tinġabar b'mod globali u mhux maqsuma sptar sptar.", "Dwar l-ispiża mediċinali kull sena fid-Dipartiment ta` l-Obstetrija, din l-informazzjoni s'issa ma tinġabarx.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "8714.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet/interventi fuq il-qalb jew arterji tal-qalb kull sena fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm intbagħtu pazjenti barra minn Malta kull sena għal operazzjonijiet/interventi fuq il-qalb?", "Kemm kienet l-ispiża totali kull sena?", "Kemm hemm fuq il-waiting list?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - KIRI TAL-LITHOTRIPTER", "8715.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid taħt liema kondizzjonijiet ġiet mikrija l-Lithotripter?", "Meta sar l-ewwel intervent?", "Kemm-il intervent sar sal-lum?", "Kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list għal trattament b'din il-makna?", "Kemm kienet l- ispiża totali fuq dawn l-interventi inkluż l-ispeċjalisti u l-infermiera?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f`xi seduta oħra.", "TREASURY CLEARANCE FUND - INFLOWS/OUTFLOWS", "8716.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-inflows u outflows li kien hemm mit- Treasury Clearance Fund minn Settembru 1998 sa tmiem Mejju 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: B`riferenza għall-mistoqsija ta` l-Onor.", "Membru nixtieq ninformah li l-informazzjoni meħtieġa qegħda tinġabar u tingħata appena tkun lesta.", "MAIN ACCRUALS", "8717.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-main accruals li għandu l-gvern?", "Kemm minnhom huma dovuti lill-kuntratturi tal-kostruzzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk l-Onor.", "Interpellant, b`main accruals qed jirriferi għall-fondi li ġew approprijati fl-1998 u li bis-saħħa tal-Att Legali 254 tal-1998 ġew awtorizzati biex jitqiegħdu f`kont separat minn fejn dawn il-fondi setgħu jinħarġu wara l-1998 bi ħlas għall-iskopijiet li għalihom dawn l-istess fondi kienu ġew approprijati, allura d-dettalji dwarhom huma dawn:", "i. Lm6.9 miljuni dovuti lil-IPSE Ltd. mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi; ii.", "Lm0.558 miljuni dovuti lill-kuntratti li ħadmu xogħol fuq it-toroq; iii.", "Lm1.5 miljuni dovuti bħala ħlas in parti ta` arretrati ta` pagi u salarji skond l-aħħar Ftehim Kollettiv għall-impjegati tal-Gvern.", "AFM - INGAĠĠAR", "8718.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni jsir ingaġġ ieħor fil-Forzi Armati ta' Malta?", "Kemm mistennija jiġu ngaġġati nies?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' suldati fil-Forzi Armati ġiet ippublikata fil-ħarġa tal-Gazzetta tal- Gvern numru 16801 ta' l-4 ta' Ġunju, 1999.", "L-applikanti se joqogħdu għal eżami kompetittiv skond ir-Regolamenti tal-Bord ta' l-Ezamijiet Lokali Pubblici.", "Ninsab informat li l-ingaġġ proprju hu mistenni li jsir għal Ottubru u li b'kollox se jiġu ngaġġati madwar mitt suldat.", "INDUSTRIJA - ĦADDIEMA", "8719.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown settorali ta' l- ammont ta' nies li qed jaħdmu fl-industrija għas-suq lokali fuq bażi fulltime?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "SUSTANZI TOSSIĊI", "8720.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Minsitru jagħti informazzjoni dwar liema sustanzi tossiċi isiru testijiet b'mod regolari fuq ikel u xorb li jiġu kkonsmati finalment mill-bniedem?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Servizz Veterinarju isegwi programm ta' kontroll għall-residwi, liema programm tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dan il- programm huwa approvat mill-Veterinary Standing Committee tal-EU u l-istess kumitat kull sena jevalwa r-riżultati li jkun hemm.", "ŻEJTUN: TRIQ BUGĦARBIEL - CONNECTIONS", "8721.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se jsiru l-connections mal-main prinċipali biex residenti fi triq ġdida fi Triq Bugħarbiel, Żejtun jingħataw is-servizz essenzjali ta' l-ilma, peress li ilhom li nbnew 'il fuq minn sitt snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROGRAMM ELETTORALI PN - ĦADDIEMA IMPRESSED", "8722.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li waħda mill-wegħdi fil-programm elettorali tal-PN kienet tirrigwarda l-istatus tal-ħaddiema impressed, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-passi li ttieħdu s'issa u dawk ippjanati fi snin li ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Uffiċċju tal-Prim Ministru appunta working group ta' livell għoli biex jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-gvern.", "ĦADDIEMA IMPRESSED", "8723.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni preżenti ta' dawk li huma impressed mal-gvern, bħala grupp ta' ħaddiema li huma self-employed?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BUĠIBBA - PROĠETTI", "8728.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti ta' embellishment li qegħdin jitwettqu f'Buġibba bħalissa?", "X'inhi r-raġuni għala dawn ix-xogħlijiet ma tlestewx mill-bidu tas-sajf kif ġie mwiegħed xhur ilu mill-istess ministru?", "Meta hu ppjanat li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-proġetti li għaddejjin f'Buġibba huma:-", "i) Jet Fountain fil-Bajja ta' Buġibba - Ix-xogħol fuq dan il-proġett jinsab avvanzat ħafna.", "Il-funtana mistennija li titniżżel il-ġimgħa d- dieħla.", "L-unika problema li għad baqa' hi l-konnessjoni tad-dawl mal-cable li diġa' jinsab fuq il-post.", "ii) Il-ħajt tat-triq fl-inħawi bejn il-Gillieru u Portobello Restaurants - wara li tlesta t-twaqqigħ tal-ħajt fuq ordni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaddejin diskussjonijiet ma' uffiċjali ta' l-istess awtorita' dwar ix- xogħol alternattiv li jrid isir fl-istess sit.", "Saru disinji li fihom qiegħed jiġi propost l-użu ta' geotextiles.", "iii) L-inħawi ħdejn il-boathouses fil-Qawra - wara diskussjonijiet ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar intlaħaq ftehim dwar id-disinn finali għal dan il- proġett.", "Ix-xogħol qiegħed isir minn kuntrattur tat-toroq.", "Fil-preżent qegħdin nistennew l-awtorizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti biex il- kuntrattur jitħallas tax-xogħol li sar, parti minnu li kien 'extra', u anke jkun jista' jitħaffef ix-xogħol biex jiġi konkluż mill-aktar fis possibbli.", "PROĠETTI TA' EMBELLISHMENT", "8729.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti ta' embellishment li qegħdin isiru f'Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbugia bħalissa?", "X'inhi r-raġuni għala dawn ix-xogħlijiet ma tlestewx sal-bidu tas-sajf kif ġie mwiegħed xhur ilu mill-istess ministru?", "Meta hu ppjanat li jitlestew dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-proġetti ta' embellishment li qed isiru huma dawn:", "MARSASCALA", "1.", "Żonqor Area.", "Ix-xogħol kien f'żewġ fażijiet: PA 7231/98 u PA 7230/98.", "Ix-xogħol ta' paviment fuq permess 7231/98 huwa lest.", "Il-permessi neċessarji fuq PA 7230/98 ħarġu reċentement u għalhekk ix-xogħol se jiġi pospost għal wara s- sajf.", "2.", "Lamp Posts.", "It-tender rigward il-provvista ta' lamp posts se tingħata sa l-aħħar ta' Lulju.", "3.", "Embellishment area madwar it-Torri San Tumas.", "Ix-xogħol ta' bankini u traffic management huwa lest.", "Il-ġimgħa d-dieħla ser jibdew xogħlijiet ta' paving li parti minnu se ssir minn ħaddiema tal- Gvern u parti se ssir minn kuntrattur privat.", "Ix-xogħol ta' paviment mistenni jkun lest sa l-aħħar tas-sajf.", "Ir-restawr ta' parti mit-torri se jibda l-ġimgħa d-dieħla.", "4.", "Embellishment area tal-Bajja ta' San Tumas.", "Wara li tlesta x-xogħol taż-Żonqor area mill-ħaddiema tal-Kalaxlokk, se jitkompla x-xogħlijiet ta' playing fields li kien diġa' mibdi mill-istess ħaddiema.", "5.", "Żona ċentrali fil-Bajja ta' San Tumas.", "Saret applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar (PA 2977/99) mill-Works Division.", "Ix-xogħol mistenni jibda hekk kif joħorġu l-permessi neċessarji mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "6.", "Passaġġ Żonqor Housing Estate to Primary School.", "Dan ix-xogħol mistenni jibda hekk kif joħorġu l-permessi neċessarji mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar (PA 2219/99)", "MARSAXLOKK", "1.", "Area quddiem il-Knisja.", "Ix-xogħol ma setax jibda minħabba li nqalgħu problemi mal-Knisja u r- residenti rigward l-aċċess tal-vetturi ġol-pjazza.", "Wara li ntlaħaq ftehim saret applikazzjoni oħra lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Works Division.", "Il-permessi neċessarji ġew approvati.", "Wara ġie deċiż li x-xogħlijiet jibdew wara li l-festa tal-lokal tkun għaddiet.", "2.", "Tal-Kavallerizza Area.", "Flea Market PA 6264/98 Bus Terminus PA 137/99 Football Pitch PA 6263/98", "Dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu pproċessati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "3.", "Upgrading f'Xatt is-Sajjieda.", "Ix-xogħol ta' upgrading ma jistax jinbeda qabel ma jiġu pproċessati l- permessi neċessarji tal-Kavallerizza Area.", "BIRŻEBBUGIA", "1.", "Qajjenza Bypass", "Hemm problemi legali ta' esproprjazzjoni fuq l-art fejn qed isir il- proġett.", "2.", "Ġnien Pubbliku San Ġorġ", "Il-play equipment u s-safety material ġie nstallat u x-xogħol huwa lest.", "3.", "Pretty Bay", "Ix-xogħol ta' embellishment għaddej b'ritmu tajjeb.", "L-embellishment jinkludi sistema ta' passaġġi fuq ir-ramel, recreational area, tined u twaħħil ta' siġar.", "Kien hemm dewmien fuq il-proġett minħabba problemi tekniċi ta' pproċessar ta' tender fuq Geo Textiles.", "Il-passaġġi tal-konkos se jkunu lesti sa l-aħħar ta' Lulju.", "4.", "Al Fresco car park.", "Se ssir installazzjoni ta' pipeline mill-Enemalta fl-istess car park u parti mix-xogħlijiet ma jistgħux jitkomplew.", "Xogħlijiet sa formation level se jkunu lesti fi żmien ġimgħatejn.", "AREI TURISTIĊI - XOGĦLIJIET", "8730.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-policy li tħabbret mill-ministru li matul l-istaġun tas-sajf ma jsirux xogħlijiet f'areas turistiċi mhux qiegħda tiġi mplimentata kif jidher ċar mix-xogħol li qiegħed isir fl-areas konċernati kollha?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-policy li tħabbret dwar li ma jsirux xogħlijiet fix-xhur tas-sajf (Lulju sa Settembru) tolqot xogħol tal-gvern u ta' organizzazzjonijiet parastatali u mhux xogħol mill-privat.", "M'iniex informat li bħalissa hemm xi dipartiment tal-gvern, korporazzjoni jew kumpanija parastatali qed tesegwixxi xi xogħol infrastrutturali.", "Għall-aħjar informazzjoni dwar is-suġġett, qiegħed poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ċirkolari mibgħuta mis-Segretarju Permanenti fil- Ministeru tiegħi aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - KAŻ TA' TIFLA BI BŻONNIJET SPEĊJALI", "8731.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tieħu l-passi kollha rimedjali sabiex twarrab deċiżjoni żbaljata u inġusta li ttieħdet mill-persuna responsabbli mill-qasam edukattiv fil- Gżira Għawdxija li b'mod arbitrarju u b'mod l-aktar inuman qiegħda tinnega d-dritt ta' omm mir-Rabat, Għawdex li tibgħat lill-bintha minuri li għandha bżonnijiet speċjali u li hija ta' eta' ta' madwar tlett snin sabiex tattendi l-iskola primarja tal-Vajringa, Rabat, Għawdex daqqa bl-iskuża għaliex m'hemmx facilitator u daqqa bl-iskuża għaliex fl-iskola m'hemmx rampa u għaliex fit-toilet m'hemmx kanna mal-ħajt li magħha tkun tista' taqbad l-istess persuna bi bżonnijiet speċjali meta tmur fit-toilet?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dawn ir-raġunijiet miġjuba minn min suppost huwa nkarigat mill-qasam edukattiv fil-gżira Għawdxija huma pjuttost skużi banali, li ma jiġġustifikawx li l-minuri tintbagħat fl-iskola primarja tax- Xewkija, Għawdex, meta suppost illum huwa dover ta' l-istat li jara li persuni bi bżonnijiet speċjali kemm jista' jkun jiġu nfiltrati ma' oħrajn li m'għandhomx dawn il-bżonnijiet speċjali fir-raħal tagħhom fejn joqogħdu?", "Taf il-Ministru li se jkun umanament impossibbli għal omm li jekk jinqala' xi ħaġa lill-bintha tmur fejn bintha mir-Rabat fejn toqgħod għax- Xewkija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-każ li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant qiegħed quddiem l-iStatementing Board.", "Tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu ammessi l-iskola wara li l-applikazzjoni tagħhom tkun ivvettjata minn dan il-bord.", "Jiena nformata wkoll li fl-Iskola Primarja Sir Arturo Mercieca fi Triq Vajrinġa, ir-Rabat ikun hemm bżonn ta' bidliet strutturali biex tkun tista' takkomoda t-tifla li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Sa meta jsiru x-xogħlijiet meħtieġa, omm it-tifla tippreferi li din tintbagħat l- iskola primarja tax-Xewkija minflok fil-Kindergarten ta' Sannat fejn hemm il-faċilitajiet ta' trasport għal tfal bi bżonnijiet speċjali.", "DJAR - SKEMA 3", "8742.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuni li japplikaw għall-iskema 3, imbagħad din l-għajnuna tkunx riflessa f'żieda fil-ħlas tal-kera, kemm għal dawk li għandhom kera stabbilita kif ukoll għal dawk li l-kera tkun riveduta kull numru ta' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skema 3 tapplika għal postijiet tal-gvern.", "Din l- għotja m' hijiex riflessa f'xi żieda tal-kera mħallsa tal-inkwilini.", "MALTAPOST PLC - XOGĦOL TAD-DWANA", "8743.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid min se jagħmel ix-xogħol tad-dwana fid-diversi fergħat tal- Maltapost plc f'Għawdex meta l-uffiċjali tal-General Service li bħalissa qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol jirritornaw lura fis-Servizz Pubbliku?", "Billi kontra dak li jsir fil-branches kollha tal-posta f'Malta, fil- branches tal-posta f'Għawdex isir ix-xogħol kollu tad-dwana inkluż ir- rilaxx ta' pakki domestiċi li jaqbżu l-Lm100 u pakki kummerċjali li jaqbżu l-Lm50, jidhirlu l-Ministru li dan ix-xogħol għandu jiġi ċentralizzat u jsir minn uffiċjali tad-dwana li jkunu jiffurmaw parti mill-istaff tad- dwana tal-Parcel Post Office?", "Jidhirlu l-Ministru li x-xogħol tad-dwana fid-diversi fergħat tal-posta f'Għawdex ma għandu qatt u għal ebda raġuni jitħalla jsir minn kumpannija li aktar 'il quddiem tista' anke tiġi privatizzata?", "Jaf il-Ministru li jekk dan jitħalla jsir ikun qiegħed jinħoloq preċedent u kumpanniji oħra bħalma huwa (il-Port Ħieles) jista' jitlob ukoll li uffiċjali tal-kumpannija tiegħu jibdew jiġbru l-Import Duty, il-levies u anke l-VAT?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ li jkun hemm deċiżjoni li d-dwana fid-diversi fergħat tal-posta f'Għawdex tibda tinġabar minn uffiċjali tal- Malta post plc, din id-deċiżjoni għandhiex l-approvazzjoni ta' l-Awditur Ġenerali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-punti mqajma fil-mistoqsija kienu diġa' bdew jiġu ttratti xi żmien ilu u kien qed jiġi studjat kif sistemi li jintużaw mid- Dwana fis-servizz tal-Posta f`Malta jiddaħħlu f`Għawdex biex wieħed ikun jista` jilqa` għad-diffikultajiet imsemmija u jkun hemm uniformita` fix- xogħol li jsir fil-fergħat tal-Posta kemm f`Malta kif ukoll f`Għawdex.", "Din il-materja qed tiġi kkonsidrata biex jittieħdu d-deċiżjonijiet li jenħtieġu.", "GĦAWDEX - FERGĦA TAL-POSTA", "8744.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid għal liema raġuni twaqqaf il-proċess li kien kważi ġie ffinalizzat mill-Gvern Laburista li fil-Posta Għawdex pakki domestiċi li jaqbżu l-Lm100 u pakki kummerċjali li jaqbżu l-Lm50 jiġu ċentralizzati f'Victoria Branch Post Office u li f'din il-fergħa jkun hemm żewġ uffiċjali tad-Dwana li jkunu jagħmlu parti mill-istaff tas-Sezzjoni tad-Dwana tal- Parcel Post Office biex jiġu rilaxxati dawn il-pakki?", "Fuq parir ta' min twaqqaf dan il-proċess (File No. M9 123/94)?", "Taf il-Ministru li dak li kien qiegħed jiġi propost huwa dak li għal diversi drabi rrakkmanda l-Awditur Ġenerali?", "Taf il-Ministru li jkun qiegħed jinħoloq preċedent serju jekk id-Dwana fuq il-pakki fid-diversi fergħat tal-Posta f'Għawdex jitħalla jsir minn uffiċjali tal-kumpannija u mhux mid-Dipartiment tad-Dwana?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma jidhirlix li s-servizzi li qed jingħataw fl- irħula tax-Xagħra u n-Nadur għandhom jitnaqqsu.", "Tajjeb li jingħad li r-rapport ta' l-Awditur Ġenerali li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant igħid fost l-oħrajn li it is apparent that the remaining General Service clerks are not prepared to pass on their knowledge to the uniformed staff in order to render themselves indispensable.", "Kien prinċipalment għalhekk li l-Awditur Ġenerali rrakkomanda li l-pakki kollha ndirizzati lill-Għawdxin jiġu ċentraliżżati fil-fergħa tar-Rabat.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - MARSA - BEJGĦ TA' FLATS", "8749.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l- flats tal-gvern li se jinżebgħu fil-lokalita' tal-Marsa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif aktarx jaf l-Onor.", "Interpellant, huma t-tronob u l-partijiet komuni tal-flats tal-Gvern u mhux il-flats individwali li jinżebgħu/jitbajdu mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "Ma nħossx li jkun prudenti li wieħed jippubblika l-lista ta' postijiet fejn hemm ix-xogħol approvat.", "PULIZIJA - IMPJEGATI", "8750.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kumpens se jieħdu l-familjari tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li ġie maqtul waqt id-doveri tiegħu?", "L-ammont li se jieħdu huwa qrib l-ammont li ħa l-persuna li isimha wkoll qed jintbagħat separatament u li ġiet attakkata waqt il-qagħdi ta' dmirha?", "ONOR.", "TONIO BORG: F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 5919 u 6590.", "SEDQA - RAPPORT", "8751.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar mis- Sedqa ntitolat \"Estimating the size of the drug misuse problem in Malta\"?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-rapport li kien sar mill-Aġenzija Sedqa ntitolat \"Estimating the size of the drug misuse problem in Malta\" tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra, kif talab l-Onor.", "Interpellant aktar kmieni f'din is- seduta.", "Nixtieq niċċara li dan ir-rapport sar fuq statistika tal-1995 u minn dakinhar s'issa nbiddlu ħafna l-affarijiet.", "ARTIJIET - BINI TAL-GVERN", "8760.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 7907?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jidhirlix li kelli xi mistoqsija parlamentari bin-numru ndikat mill-Onor.", "Membru, jiġifieri n-numru 7907.", "BORMLA - IMTIEĦEN", "8761.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8487?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-mitħna ta' Triq San Ġwann Bormla se tiġi restawrata mill-Cottonera Rehabilitation Project u bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan ix-xogħol jinbeda.", "M'hemmx il-ħsieb li din tinfetaħ għall-pubbliku għax hija mikrija lill- privat.", "Għar-rigward tal-mitħna fi Triq il-Mitħna, Bormla, s'issa ma kellna ebda talba għar-restawr.", "REĠISTRU PUBBLIKU - DOKUMENTI", "8765.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi kumpannija privata li għandha kopja tad-dokumenti tat-trasferimenti u ipoteki kollha li hemm reġistrati fir-Reġistru Pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kumpannija privata kienet xtrat kopja tal-microfilm tad-dokumenti tat-trasferimenti u ipoteki li hemm reġistrati fir-Reġistru Pubbliku.", "Ninsab informat ukoll li dan jikkomprendi l-ipoteki mis-sena 1965 sal- lum, u t-trasferimenti mill-1972 sal-lum, u li dawn id-dokumenti qegħdin jiġu aġġornati kuljum.", "SANTA LUĊIJA - SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU", "8766.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jindaga u jara kif, wara li fi Frar 1999 inbidlet ir-rotta tal-karozza tal-linja li titlaq minn Santa Luċija (Malta), il-karozza tgħaddi minn Triq il-Prinjoli, Vjal it-Torri u Garden Drive fejn m'hemm l-ebda bus shelters?", "Jista' l-Ministru jara li jsiru aktar bus shelters wara li l-karozza titlaq mit-terminus ta' Santa Luċija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-talba ta` l-Onor.", "Interpellant se tkun kkonsidrata mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku, li fil-jiem li ġejjin se tikteb lill-kunsilli lokali kollha biex tara x`talbiet hemm għal bus shelters ħalli dawn ikunu jistgħu jibdew jiġu stallati bi pjan.", "ĦAĠAR QIM - TEMPJI", "8767.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, jekk huwa possibbli, jgħid kemm nies żaru t-tempji ta' Ħaġar Qim f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "Huwa possibbli li jingħad f'liema perjodu tas-sena jżuruh l-aktar in-nies?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat ż-żewġ perijodi fis-sena fejn l-aktar iżuru nies Ħaġar Qim huma bejn Marzu u Mejju, u bejn Awissu u Ottubru.", "In-numru ta' nies li żaru t-tempji ta' Ħaġar Qim f'dawn l-aħħar għaxar snin hi kif ġej:", "1990 45,118 1991 30,960 1992 32,999 1993 83,498 1994 103,999 1995 101,519 1996 95,583 1997 113,451 1998 132,223 1999 (Jannar-Marzu) 28,672", "FMS - VETTURI", "8768.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) għandha vettura tat-tip Rover kulur aħdar?", "Jekk iva, meta nxtrat din il- karozza?", "Kemm inxtrat?", "Ħarġet quotation jew inxtrat b'direct order?", "Għalfejn inxtrat din il-karozza?", "Min kien jagħmel użu minn din il-vettura?", "Meta ġiet ritornata allura l-FMS?", "Illum min qed jagħmel użu minn din il- karozza, l-FMS jew il-Ministeru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ENEMALTA - CORRADINO STORES", "8769.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għaliex qed isir overtime fil- Corradino Stores, kważi kuljum, fil-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "8788.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il- każ ta' single mother dwar housing, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi ikkonsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li ikollu d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali.", "DJAR - FOND", "8789.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwiex battal u jekk huwiex tal-Housing Department?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-post imsemmi la hu rekwiżizzjonat u lanqas huwa proprjeta' tal-Gvern.", "QORMI - DAWL FIL-ĠNIEN", "8823.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-ġnien f'De La Crux Avenue f'Ħal Qormi qed ikun bla dawl, jista' l-Ministru jara li dan il-ġnien ikun mixgħul adegwatament bil-għan li jkun sigur għall-familji li jieħdu lil uliedhom biex jiddevertu f'dan il-post?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORMI - TRIQ IL-ĦELSIEN", "8824.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi, tinsab f'qagħda diżastruża għax għalkemm hija kollha mibnija għadha bit- terrapien u lanqas biss hija llivellata; peress li f'din it-triq żmien ilu nbdew il-bankini u waqfu ħesrem, peress li meta tagħmel ix-xita tant it- triq tegħreq bl-ilma li jgħerqu l-garaxxijiet li hemm fit-triq u li r- residenti lanqas biss ikunu jistgħu jaqsmu t-triq, u peress li bl-effett tat-trabijiet li hemm, numru ta ' tfal ibatu bis-synosis u bl-asthma, jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jagħti l-prijorita' meħtieġa lil din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li din it-triq hija waħda minn dawk indikati mill-kunsill lokali biex jiġu asfaltati skond il-prioritajiet li se jiġu stabbiliti.", "QORMI: TRIQ IL-MITĦNA - ILMIJIET", "8825.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel id-dipartiment biex isolvi l-problema ta' l-ilmijiet kbar li jinġabru fi Triq il-Mitħna, f'Ħal Qormi, kif taqbeż il-pont?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ilma li jaqa` f`Mill Street ġej minn niżla ta` Triq il-Kanun u d-dipartiment għandu l-ħsieb li jestendi il- culverts minn ġol-mina tax-xita li kienet tħaffret waqt il-proġett ta` Sta.", "Venera għal ġo din it-triq.", "Biex dan ix-xogħol isir entitajiet oħra jridu jċaqalqu xi wħud mis-servizzi tagħhom.", "AIR MALTA - XIRI TA' AJRUPLANI", "8844.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 8157 u 8536?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-rapport li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant kien ġie kkummissjonat fl-1997 u ffinalizzat fl-1998.", "Peress li l-materja ta' dan ir-rapport hija ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl- interess tal-kumpannija Air Malta li nagħti tagħrif dwar l-istess rapport, bħalma wkoll ma kienx fl-interess tal-kumpannija li tali rapport jiġi ppubblikat sena ilu.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "8845.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm s'issa hemm sulari approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal Blokk D fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "Meta kienu approvati dawn il-pjanti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Saru xi talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal estensjoni ta' iżjed sulari fi Blokk D?", "Meta saru?", "Ġew approvati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal- isptar il-ġdid, PA 3717/94, ġiet approvata mill-Awtorita` tal-Ippjanar, fit- 28 ta' Lulju, 1994.", "Il-Blokk D in kwestjoni ġie approvat fuq erba` sulari 'l fuq mil-livell tal-art.", "Fis-sena 1998, ġiet sottomessa applikazzjoni PA 135/98, għal żieda ta' żewġ sulari fuq il-blokk in kwestjoni.", "L-Awtorita` ta' l-Ippjanar approvat żieda ta' sular wieħed fuq dan il-blokk, fid-29 ta' Jannar, 1998.", "Għalhekk il-blokk D, preżentament, huwa approvat għal ħames sulari 'l fuq mil-livell ta' l-art ta' madwaru.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "8846.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm s'issa hemm sulari approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal Blokk B fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "Meta kienu approvati dawn il-pjanti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Saru xi talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal estensjoni ta' iżjed sulari fi Blokk B?", "Meta saru?", "Ġew approvati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' l- isptar il-ġdid, PA 3717/94, ġiet approvata mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar, fit-28 ta' Lulju, 1994.", "Il-blokk B in kwestjoni ġie approvat fuq żewġ sulari 'l fuq mil-livell tal-art.", "Ninsab informat ukoll li fit-28 ta' Mejju, 1999 ġiet sottomessa applikazzjoni, PA 2744/99, għal żieda ta' sular ieħor fuq il-blokk in kwestjoni.", "Din l-applikazzjoni qegħda tiġi pproċessata mill-awtorita`.", "ĊENTRI/ISTITUZZJONIJIET TA' TAGĦLIM", "8847.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti li għandhom liċenzja biex joperaw bħala ċentri jew istituzzjonijiet ta' tagħlim (apparti skejjel tal- knisja) u f'isem min huma reġistrati?", "Kemm hawn minn dawn imsemmija li għadhom jistennew il-liċenzja?", "Min huma?", "Meta applikaw?", "Għal liema raġuni l-applikazzjoni ta' dawn għadha pendenti?", "Jista' xi ħadd mill- applikanti jopera waqt li qiegħed jistenna l-liċenzja?", "Jekk fin-negattiv, x'passi ttieħdu jew se jittieħdu jekk dawn joperaw bla liċenzja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. ______________"]} {"filename": "20021111_812d_par.doc", "date": "2002-11-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 812 It-Tnejn, 11 ta' Novembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 812", "It-Tnejn, 11 ta' Novembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "812", "It-Tnejn, 11 ta' Novembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 461", "KUNSENS 461", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 461", "TQEGĦID TA' KARTI 467", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (IT-TIENI QARI)", "EQUALITY FOR MEN AND WOMEN BILL (SECOND READING) 468", "AĠĠORNAMENT 491", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 495", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 811 li saret fis-6 ta' Novembru, 2002 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXIII ta' l-2002 - Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar l- Immigrazzjoni; u", "Att Nru XXIV ta' l-2002 - Att ta' l-2002 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SOCIAL HOUSING – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "35928.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista` il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk li bħalissa għandhom applikazzjoni pendenti għal housing soċjali u kemm inqdew din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Jien informat illi d-dipartiment għal akkomodazzjoni soċjali għandu 3194 applikazzjoni pendenti u din is-sena ġew allokati 89 post.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fiex wasal l-eżerċizzju fejn membri mid- dipartiment għal akkomodazzjoni soċjali jmorru fid-djar ta' l-applikanti biex jaraw eżattament fejn u kif joqogħdu u jingħataw il-punti bis-sistema l-ġdida?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-aħħar informazzjoni li għandi hi – naturalment subject to correction għax tmur lura xi tliet ġimgħat jew erbgħa – li l- eżerċizzju kważi tlesta kollu u kulma fadal huma dawk l-applikazzjonijiet li għal xi raġuni jew oħra baqgħu pendenti, forsi għax meta marru n-nies inkarigati minn dan l-eżerċizzju ma sabu lil ħadd jew għax l-appuntament ma setax jinżamm.", "Sadanittant l-applikazzjonijiet il-ġodda qegħdin ukoll jgħaddu minn dan il- proċess u qed issir l-investigazzjoni neċessarja biex tinġabar l- informazzjoni kollha li hemm bżonn ħalli jsir l-għadd tal-punti bis-sistema l-ġdida.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittieħdu minn dawk id-djar li hemm lesti f'Għawdex u x'għad fadal?", "Qed nirriferi b'mod partikolari għal dawk id-djar tal-Qala u tax-Xewkija li ilhom lesti.", "Jista' jgħidli wkoll xi progress sar fuq id-djar tar-Rabat?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru qed jistaqsini dwar postijiet li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom inbnew mill-housing authority, postijiet li kienu ħarġu għall-bejgħ bi skemi iżda ma kienx hemm domanda biżżejjed għalihom.", "Quddiemi m'għandix din l-informazzjoni għalkemm riċentement saritli domanda f'dan is-sens u weġibtha.", "Jekk l-Onor.", "Membru jagħmilli domanda speċifika dwar Għawdex inkun nista' nagħtih id-dettalji kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li l-prezzijiet li qed titlob l-awtorita' tad-djar taħt skemi partikolari, bħal dawk intiżi għal single parents, qed ikunu għoljin wisq, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li dawn in-nies ma jkunux jaħdmu?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ċifri ta' madwar Lm29,000.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett il-prezzijiet ivarjaw bejn lokalita' u oħra, imma ħalli ngħid kif taħdem is-sistema.", "L-ewwel issir l-istima tal- post, jiġifieri tal-valur kummerċjali tiegħu, u mbagħad il-persuna li tapplika tikkwalifika għall-għajnuna jew sussidju skond id-dħul tagħha.", "Jiġifieri jekk il-valur tal-post ikun ta' madwar Lm29,000, ma jfissirx li se jinbiegħ b'dak il-prezz għax kollox jiddependi miċ-ċirkostanzi partikolari ta' l-applikant, fis-sens li jkun hemm min japplika u d-dħul tiegħu jkun baxx u jkun hemm min japplika u d-dħul tiegħu jkun għoli.", "Il-każi jvarjaw u allura s-sussidju għal min għandu dħul baxx ikun ħafna ikbar mis-sussidju għal min għandu dħul għoli, u hekk għandu jkun.", "Jekk persuna jkollha dħul ta' Lm10,000 u b'xi mod jew ieħor tikkwalifika, f'dak il-każ ma jidhirlix li għandha tgawdi minn xi forma ta' sussidju għax l- aspett soċjali f'dan il-qasam huwa kruċjali.", "Kieku m'hemmx l-aspett soċjali konna nħallu lis-settur privat jiżviluppa kollox hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kemm qed ikollhom l-effett meħtieġ l-iskemi li qegħdin joħorġu mill-awtorita' tad-djar, bħall-iskema tal-care and repair u oħrajn?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, diġa' kellhom effett pożittiv u jiena ngħid li seta' kellhom aktar minn hekk.", "Familja li titlob li tingħata akkomodazzjoni alternattiva sakemm isiru tiswijiet jew alterazzjonijiet strutturali fid-dar taħt l-iskema tal-care and repair, ikollha dritt għall- għajnuna tal-periti u ta' l-esperti li l-awtorita' tad-djar għandha magħha ħalli jsir ix-xogħol meħtieġ u d-dar tiġi rranġata, skond kif nistennew li tkun għaż-żmenijiet tal-lum.", "Allura minflok dik il-familja tkompli tapplika għal akkomodazzjoni alternattiva, tkun tista' tkompli tgħix f'dik id-dar irranġata u jkollha wkoll il-vantaġġ li tibqa' tgħix fejn tkun imdorrija tgħix.", "Naturalment jeżistu skemi oħrajn u minn hawnhekk nieħu l-opportunita' biex infaħħar lin-nies ta' l-awtorita' tad-djar talli ma qagħdux jistennew il- bajtra taqa' f'ħalqhom u minn jeddhom bdew imorru fid-djar ta' l-applikanti u jagħtuhom il-pariri li kien hemm bżonn.", "Naturalment ħadd ma jista' jisforza lil ħadd u d-deċiżjonijiet finali xorta l-applikanti jridu jeħduhom.", "Nerġa' nissottolinja li f'dan il-qasam kellna riżultati pożittivi, pero' fl-istess nifs ngħid ukoll li r-riżultat seta' kien ħafna aħjar minn hekk.", "Veru li hawn min jibqa' jinsisti li jingħata akkomodazzjoni alternattiva allavolja x-xogħlijiet li kellhom bżonn isiru fid-dar ikunu saru u l-problema li jkunu identifikaw huma stess tkun ġiet solvuta.", "Pero' din hija kwestjoni ta' kultura, ta' edukazzjoni, ta' konvinzjoni u ta' persważjoni, u hija wkoll il-funzjoni ta' l-awtorita' tad- djar kif ukoll tad-dipartiment għal akkomodazzjoni soċjali li jkomplu jgħinu lill-applikanti kollha.", "DRYDOCKS - DEJN", "35929.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-Malta Drydocks?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Sal-31 ta' Awissu ta' din is-sena, l-ammont ta' dejn li kien jidher fil-kotba tal- Malta Drydocks kien ta' Lm168 miljun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk tħabbrietx l-iskema l-ġdida biex jitnaqqsu aktar ħaddiema mit-tarzna jew almenu jista' jgħid fiex waslet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li f'dan l-istadju wieħed ma jistax jagħti aktar dettalji għax għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.", "KAĊĊATURI LIĊENZJATI", "35930.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista` il-Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi liċenzjati?", "Kemm minn dawn huma taħt il-21 sena?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi fil-preżent hawn 11,862 persuna li għandhom liċenzja sabiex iġorru arma tan-nar għall-kaċċa, filwaqt li 406 persuna oħra għandhom l- applikazzjoni għadha qed tiġi pproċessata.", "Informat ukoll li minn dawk liċenzjati hemm 565 persuna li huma taħt il-21 sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nixtieq naqleb ftit is-suġġett u nirriferi għall-artiklu li deher fil-gazzetta tal-lum dwar mara mill-Ghana bl-HIV miżmuma l-ħabs u dwar l-istrajk tal-ġuħ mill-inmates tad-diviżjoni tan-nisa fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "Jista' il-Ministru jinformani jekk dan l-istrajk għadux għaddej?", "Jista' jgħid ukoll xi trattament qiegħda tingħata din il-mara u xi protezzjoni qed tingħata lir- residenti l-oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nista' ngħid li l-istrajk tal-ġuħ mid- diviżjoni tan-nisa tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin intemm.", "Rigward il- persuna li rriferiet għaliha l-Onor.", "Cristina, din ħa ħsiebha d-direttur tal-ħabs u għalkemm jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha, xorta waħda wieħed m'għandux b'xi mod jiżola dik il-persuna b'din it-tip ta' marda aktar minn kemm suppost meta kkomparata ma' persuni oħrajn fis-soċjeta'.", "GĦALLIEMA BARRANIN", "35931.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema barranin jaħdmu mal-gvern u x'suġġetti jgħallmu?", "Minn liema pajjiż ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li hemm għalliem temporanju barrani wieħed impjegat mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li jgħallem l-Ispanjol fil-higher secondary Giovanni Curmi tan-Naxxar.", "Dan l-għalliem hu ta' nazzjonalita' Rumena.", "IMPORTAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR", "35932.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista` il-Ministru jgħid kemm ġew importati vetturi bil-mutur f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'tip kienu u kemm swew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DEJN TA' L-ENEMALTA", "35933.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn l-Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li sat-30 ta' Settembru ta' din is- sena, il-korporazzjoni Enemalta kellha tagħti s-somma ta' Lm115,657,984 bejn overdrafts u loans.", "GĦAWDEX - SKEJJEL PRIMARJI U SEKONDARJI - GĦALLIEMA", "36274.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji statali?", "X'inhuma l-kwalifiki tagħhom?", "X'inhuma l-etajiet tagħhom?", "X'inhi l- popolazzjoni ta' l-istudenti primarji u sekondarji statali f'Għawdex?", "Tista' tagħti t-tagħrif skola bi skola u klassi bi klassi?", "Kemm hemm għalliema fl-iskejjel statali primarji u sekondarji f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba iżda jekk l-Onor Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, ma nistax nifhem il-mod kif ġiet mwieġba din id-domanda.", "Naturalment jien nixtieq informazzjoni dwar kull każ u kull skola f'Għawdex biex inkun naf x'inhu r-ratio bejn studenti u għalliema.", "Ma jidhirlix li staqsejt xi ħaġa li hija ta' natura kunfidenzjali jew li thedded is-sigurta' t'Għawdex!", "Jien sempliċement tlabt kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji statali ta' Għawdex, x'inhuma l-kwalifiki tagħhom, x'inhuma l-etajiet tagħhom u x'inhi l- popolazzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji.", "Din hija informazzjoni li faċilment tinġabar mingħajr problemi ta' xejn.", "(Interruzzjonijiet) Allura issa noqgħod nistaqsi skola skola biex forsi l-Ministru jogħġobha tweġibni!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, naturalment wieħed jieħu nota tal- kummenti li qed jagħmel l-Onor.", "Membru.", "Personalment, anke bħala ministru ta' l-edukazzjoni, nara diffikulta li wieħed joqgħod jagħti l-kwalifiki ta' l-għalliema kollha u l-etajiet tagħhom.", "Naturalment min ikun qiegħed jippjana fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jkun irid jagħti kas ta' din it- tip ta' informazzjoni.", "Biss ma nsibx diffikulta' li nirriferi din il- materja lill-Ministru għal Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nixtieq nirrimarka li l-istess Ministru Galea kien tana din it-tip ta' informazzjoni meta tlabniha.", "Aħna m'aħniex qed nitolbu ismijiet.", "Kulma qed nitolbu huwa breakdown biex sempliċement wieħed ikun jaf il-profil demografiku ta' l-għalliema, għax ġieli jgħidulna li hemm nuqqas f'ċerti oqsma iżda mhux f'oqsma oħra.", "Barra minn hekk, meta jiena tlabt informazzjoni dwar ċertifikati u kwalifiki ma tlabtx li ningħata is-CV ta' l-għalliema.", "Kieku kien ikollkom raġun tgħidu li dik informazzjoni personali u m'għandhiex tingħata.", "Jien sempliċement tlabt kemm hemm għalliema li għandhom il-B.Educ., kemm minnhom huma gradwati, etc.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, issa niddiskuti l-kontenut ta' din il- mistoqsija mal-Ministru għal Għawdex u nirriferi lill-Kamra f'seduta oħra.", "GĦALLIEMA TAT-TALJAN", "36291.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 35735 u jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw biex jidħlu jgħallmu t-Taljan fl-iskejjel tal-gvern?", "Min kienu l- persuni li applikaw?", "B'liema kwalifiki?", "Min ġie aċċettat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat mill- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku li l-proċess ta' l-għazla ta' għalliema, inkluż għalliema tat-Taljan, li nbeda bis-sejħa għal applikazzjonijiet tal-31 ta' Mejju 2002, għadu m'huwiex konkluz.", "Dan l- eżercizzju jinvolvi l-ipprocessar ta' 697 applikazzjoni għal għalliema ta' 32 suġġett.", "Kien hemm 21 applikazzjoni għal post ta' għalliem tat-Taljan u r-rizultat ta' l-interviews jigi ppubblikat appena jkun approvat mill-kummissjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan ifisser li għadu m'huwiex approvat ir- riżultat ta' l-interviews għall-għalliema tat-Taljan?", "Għax safejn naf jien kien hemm għalliema li ntbagħtu jgħallmu t-Taljan fuq il-bażi ta' kif marru fl-interview.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, naturalment jien nirrispondi fuq l- informazzjoni mogħtija lili mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku.", "Ir- risposta hi li l-proċess tas-selezzjoni għadu m'huwiex konkluż u malli jkun konluż jiġi ppubblikat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' jkun li l-proċess ta' l-interviews ikun sar in parti, ikunu ntgħażlu l-għalliema u fuq il-bażi tat-tkomplija parzjali ta' dawn l-interviews ikunu ntbagħtu fl-iskejjel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, il- prattika kostanti hi li s-sejħa għal applikazzjonijiet toħroġ għal ħabta ta' Mejju.", "Din tkun sejħa għal għalliema li jkunu għadhom lanqas bdew l- eżamijiet finali tagħhom fl-universita' għal B.Educ., għad-diploma tal-PGCE jew għal grad ieħor meħtieġ għat-tagħlim.", "Il-biċċa l-kbira ta' l- interviews isiru f'Lulju u ġieli jkomplu sal-bidu ta' Awissu.", "Il-proċess rikjest bil-liġi ma jintemmx sempliċement għax il-bord ta' l- għażla jkun ikkonkluda x-xogħol tiegħu u jkun bagħat ir-rapport tiegħu lill- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Fil-fatt, kif għadu kemm qal il-Prim Ministru, ir-riżultat ta' l-għażla ta' l-għalliema li jgħallmu t-Taljan għadu qed jiġi ttrattat mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Pero' nerġa' ngħid li hija l-prattika kostanti li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni xorta waħda tibgħat għal dawk l-għalliema li skond ir-rapport tal-bord ta' l-għażla li jkun ingħata lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, ikun imisshom li jintbagħtu biex jimtlew il-vakanzi li jkun hemm fid-diversi suġġetti fl-iskejjel pubbliċi.", "F'dan il-każ partikolari ma kellniex bżonn xi numru kbir ta' għalliema biex jgħallmu t-Taljan – ċertament li aktar għandna bżonn għalliema fit- teknoloġija ta' l-informatika jew fil-bioloġija għax f'dawn is-suġġetti għad għandna xi nuqqasijiet – iżda nikkonferma li dawk li ġew ingaġġati biex jgħallmu t-Taljan huma dawk li skond ir-rapport tal-bord ta' l-għażla mibgħut lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, imisshom huma skond il- gradwatorja stabilita.", "Sadanittant id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tkun qiegħda takkwista s- servizzi ta' għalliema kwalifikati li applikaw – dejjem skond l-order of merit stabilit mill-bord ta' l-għażla tal-public service commission – li jkun jonqoshom biss il-formalita' tal-ħatra.", "Tant huwa proċess li ġieli jieħu ż-żmien, li kellna anke nagħmlu ftehim speċifiku ma' l-MUT illi stante li sena wara oħra dawn l-għalliema jiġu ngaġġati biex jgħallmu fil- bidu tas-sena skolastika, l-ittra tal-ħatra ta' dawn l-għalliema għandha tkun b'effett mill-ewwel ġurnata tas-sena skolastika jekk l-ingaġġ tagħhom ikun sar fil-bidu tas-sena skolastika.", "U allura meta wieħed jistaqsi informazzjoni dwar dan il-proċess, f'ċertu sens isib ruħu fid-diffikulta li għad m'għandux riżultat formali ppubblikat mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku li dwaru jista' jitkellem uffiċjalment, meta de facto għandna mijiet ta' għalliema li qegħdin jagħtu servizz fl-iskejjel tal-gvern u qed jistennew li l-kummissjoni dwar is- servizz pubbliku tiffinalizza l-proċeduri biex ikunu jistgħu jingħataw in- nomina tal-ħatra tagħhom.", "In-nomina dejjem se toħroġ mill-bidu tas-sena skolastika skond il-ftehim ma' l-MUT u r-riżultat uffiċjali joħroġ biss wara li l-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku tkun iffinalizzat dan il- proċess.", "Minħabba din it-time-lag li għandna, sena wara oħra, taħt amministrazzjonijiet differenti, inħass illi jekk irridu nissupplixxu l- iskejjel bl-għalliema fid-diversi suġġetti li hemm bżonn, m'hemmx mod ieħor ieħor kif nagħtu dan is-servizz ħlief b'din il-manjiera.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Prim Ministru għandu xi indikazzjoni meta l- proċess, f'dak li għandu x'jaqsam ma' għalliema tat-Taljan, se jkun iffinalizzat?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fil-file li għandi quddiemi m'għandix din l- indikazzjoni.", "TRIBUNALI DWAR ASSENTEIŻMU SKOLASTIKU", "36297.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 35629, x'passi konkreti ttieħdu s'issa biex tissolva l-problema dwar każi ta' assenteiżmu skolastiku quddiem it-tribunali?", "Għaliex qegħdin inħallu jgħaddi tant żmien biex din il-problema dwar każi ta' assenteiżmu skolastiku quddiem it- tribunali tissolva?", "Kemm twaħħlu b'kollox multi s'issa l-uffiċjali edukattivi għax ma dehrux quddiem dawn it-tribunali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): B`risposta għad-domanda parlamentari 36297, ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin ħalli tinstab soluzzjoni ġusta għal dawn il-każi.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem tajjeb illi dawn m`humiex sempliċement kontravenżjonijiet kwalunkwe imma ħafna minnhom huma wkoll ta` natura soċjali.", "Fil-kuntest ta` dan hemm il-ħsieb ukoll illi tali każi jibdew jiġu ttrattati fid-diviżjoni tal-qorti tal-familja.", "S`issa l-uffiċjali edukattivi twaħħlu dawn l-ammonti bħala multi talli ma dehrux quddiem dawn it-tribunali: Lm275 fuq 11-il każ fiż-Żejtun u Lm100 bħala digriet lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni fuq 65 każ f'Birkirkara.", "TRIBUNAL DWAR ASSENTEIŻMU SKOLASTIKU", "36298.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom direttur fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed teħel multi regolarment b'disprezz tal- qorti għax mhix titla' quddiem it-tribunali dwar assenteiżmu skolasitku?", "X'sar bejn il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali biex tissolva din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'każi ġudizzjarji dwar assenteiżmu, huma s-social workers inkarigati mill-każi konċernati li fil-fehma tiegħi għandhom jiġu mħarrka biex jagħtu x-xhieda tagħhom u mhux id-direttur li jmexxi d- dipartiment responsabbli minn dawn is-servizzi.", "Is-social workers għandhom direttiva mill-union tagħhom sabiex ma jattendux għal ebda seduta qabel ma jkun hemm ftehim dwar l-ilmenti mressqa mill- union f'isimhom.", "Id-direttur konċernata qed teħel multi għax il-ħaddiema mhux qed jitilgħu f'isimha, dejjem taħt direttiva ta' l-union.", "Qed isiru laqgħat bejn il-ministeri konċernati biex tinstab soluzzjoni għall-problema kurrenti.", "Il-każi ġudizzjarji dwar l-assenteiżmu se jingħataw il-konsiderazzjoni li tixirqilhom fi struttura u ambjent adatt.", "Bħalissa qed jitħejjew xi eżiġenzi amministrattivi biex tkun tista' titwettaq id-deċiżjoni meħuda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru għandu ħjiel meta se jkun hemm soluzzjoni għal din il-problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ministeru tal-ġustizzja qiegħed diġa' jieħu passi amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif tal-qorti tal-familja.", "Nispera li din il-proposta ma ddumx ma titwettaq u jkun fi ħdan din il- qorti fejn inkunu nistgħu nitrattaw din it-tip ta' problema.", "Hemm ukoll ftit ta' problemi legali, fis-sens li anke kieku d-direttur kellha titla' għal dawn il-każi ma tkunx tista' tixhed għax id-direttur ma tkunx taf hi bil-każ partikolari u x-xhieda tagħha lanqas tiġi aċċettata mit-tribunal.", "Naħseb li hemm ukoll element ta' ċerta prattiċita' li jridu jagħtu kasu t-tribunali lokali sakemm tinstab soluzzjoni għar-rigward tad- direttiva ta' l-union konċernata.", "SKOLA MATER DEI - STUDENTI", "36307.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti miktuba biex jattendu l-iskola Mater Dei?", "X'etajiet għandhom?", "Kemm fil-fatt jattendu regolarment minn dawn l-istudenti?", "Kemm hemm klassijiet f'din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa hemm disa' studenti li jattendu regolarment l-iskola Mater Dei li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn l-10 u s- 16-il sena.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President ̧ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Awtorità tad-Djar għas-sena 2001–2002, u Estimi ta' l- istess Awtorità għas-sena 2002-2002;", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni b'diżabilita' li bdew jaħdmu bejn l- 1999 u l-2002 u tagħrif dwar l-etajiet ta' persuni għomja li bdew jaħdmu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36621; u", "Tabella li turi l-għadd ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol rapportati bejn Jannar u Settembru 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36622.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar car park attendants, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36702.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, f'isem il-Ministru tat-Turiżmu nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar oġġetti li tneħħew mill-Kumpless White Rocks u lil min ingħataw, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36733.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI", "EQUALITY FOR MEN AND WOMEN BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Novembru ̧2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, l-aktar mod ġust u tajjeb li fih għandu jkun hemm l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel huwa f'sitwazzjoni fejn is-soċjetà tkun qed tiżviluppa, fejn ikun hemm prosperità ekonomika u fejn ikun hemm il-ħolqien tal-ġid u ta' l-impjiegi.", "Ċertament li l-aktar ugwaljanza assoluta li teżisti fid-dinja hija l-ugwaljanza li nsibu fiċ- ċimiterji għaliex aktar ugwaljanza mill-mewt m'hawnx.", "Pero' huwa żgur li l- ugwaljanza li nixtiequ naraw fil-ħajja tagħna hija l-ugwaljanza fejn ikunu qed jimxu 'l quddiem kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn l-istorja tal-pajjiż u naraw x'qed jiġri f'pajjiżi oħra fid-dinja mill-ewwel inkunu nistgħu nikkonkludu li ma tantx hemm ċans li l-ugwaljanza tan-nisa u ta' l-irġiel timxi 'l quddiem f'pajjiż li quddiemu jkollu diffikultajiet ekonomiċi u soċjali kbar.", "Allura ċertament li waħda mill-akbar sfidi li jrid jirbaħ pajjiżna biex l-ugwaljanza tan- nisa u l-irġiel tkun tista' timxi 'l quddiem hija li ma jegħreqx taħt il- problemi tad-dejn u tad-deficit li għandu għax jekk il-pajjiż jitkisser f'sitwazzjoni fejn l-iżvilupp ekonomiku jkun mgħaxxex, it-taxxi li jkun hemm imposti fis-soċjetà jkunu qed joħolqu problemi soċjali u ekonomiċi.", "B'dan il-mod ma jkunx qed jinħoloq il-ġid u ma jkunux qed jinħolqu kondizzjonijiet favorevoli biex ikun hemm żvilupp ekonomiku u soċjali fil- pajjiż.", "Jekk ̧ per eżempju ̧ pajjiż bħal tagħna fejn l-oqsma tat-turiżmu, l- oqsma tal-manifattura u l-oqsma tas-servizzi, fejn tant hemm impjiegi ta' nisa u rġiel ̧ ikunu qed jintlaqtu ħażin ċertament li l-ugwaljanza tan-nisa u l-irġiel ma tistax timxi 'l quddiem għax il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż ikun staġnat.", "Nafu li ħafna drabi meta f'pajjiż ikun hemm problemi ekonomiċi u soċjali, il-konċett ta' l-ugwaljanza jieħu daqqa kbira għax ikun hemm periklu kbir li terġa' tibda tirrenja l-liġi tal- ġungla fejn minflok in-nies jaħdmu flimkien biex jagħmlu progress flimkien, tibda tirrenja l-liġi ta' min jiflaħ iħawwel.", "F'sitwazzjoni fejn il-progress ekonomiku u soċjali jkun mhedded ̧ tiġi mhedda wkoll l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-aktar li jintlaqtu ħażin ikunu s-setturi l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà.", "Fil-fatt bħalissa l-aktar li qed jintlaqtu ħażin huma s-setturi vulnerabbli tas-soċjetà.", "Għandek ħaddiema li qed iħossu inċertezza kbira fuq il-post tax-xogħol minħabba li jinsabu inkwetati ħafna li jistgħu jispiċċaw mingħajr xogħol.", "Għandek ukoll numru li dejjem qed jikber ta' mpjiegi li qed jintilfu u għandek numru kbir ta' impjegati li huma nkwetati għax ma jafux x'se jiġri mill-post tax-xogħol tagħhom.", "Allura f'sitwazzjoni bħal din tieħu daqqa ta' ħarta u taqa' lura l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.", "Ovvjament irid ikun hemm qafas legali biex jagħti d-drittijiet iżda fl-aħħar mill- aħħar dawn l-affarijiet jiddependu ħafna fuq il-livell u l-progress soċjali u ekonomiku li jkun qed isir fil-pajjiż.", "Jekk il-pajjiż ma jkunx vijabbli ̧ jekk l-ekonomija ma tkunx qed tikber u min-naħa l-oħra d-dejn pubbliku u d-deficit ikompli tiela', tkun qed tasal għal sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm żvilupp sostenibbli u allura ma jistax ikun hemm progress fil-mixja ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.", "Nafu li fid-daqqiet li qed jieħdu l-oqsma ekonomiċi tat-turiżmu, tal- manifattura u tas-servizzi fl-impjiegi li qed jintilfu qed ibatu kemm l- irġiel kif ukoll in-nisa.", "Nerġa' ntenni li f'sitwazzjoni ta' staġnar ekonomiku u soċjali, l-ugwaljanza li jkun hemm hija l-ugwaljanza ta' l- uġigħ ̧ tal-miżerja u tat-tbatija.", "L-ugwaljanza li aħna nixtiequ f'pajjiżna hija l-ugwaljanza fejn ikun hemm titjib fil-kwalità tal-ħajja u fil-livell ta' l-għajxien.", "Biżżejjed ngħidu li minn Ottubru ta' l-1998 'l hawn s'issa għalqu mill-inqas 58 fabbrika.", "Dawn ma kenux fabbriki fil-qasam li konna ngħidu li qed imut f'pajjiżna bħal, per eżempju, l-qasam tat-tessuti jew tal-ħwejjeġ.", "Il-fabbriki li għalqu kienu fl-oqsma tat-tessuti u l- ħwejjeġ, fl-oqsma ta' l-elettronika u fl-oqsma fejn konna qed nittamaw li jekk tmut ċertu tip ta' manifattura u ċertu tip ta' attività industrijali ̧ titwieled oħra minflokha.", "Pero' minkejja li għalqu dawn it-58 fabbrika mill-1998 'il hawn, il-gvern m'għamel ebda analiżi jew studju serju għaliex għalqu dawn il-fabbriki.", "X'inhuma l-kondizzjonijiet li qed iwasslu biex jagħlqu fabbriki bħal dawn?", "X'inhu li qed iwassal biex ċerti fabbriki jlaqqgħu lilll-ħaddiema tagħhom – bħalma ġara f'waħda mill-akbar fabbriki l- ġimgħa li għaddiet – u jgħidulhom li s-sitwazzjoni hija diffiċli ħafna u li jekk is-sitwazzjoni mhijiex se titjieb se jispiċċaw biex ikompli jnaqqsu n-nies u anke jagħlqu?", "X'qed iwassal biex sfortunatament ċerti ħaddiema diġà ħadu r-rigal tal-Milied permezz ta' ittra li nformathom li f'nofs Diċembru se jitilfu l-impjieg tagħhom għax il-post tax-xogħol fejn jaħdmu se jagħlaq?", "Ċertament li f'sitwazzjoni bħal din ma nistgħux nitkellmu fuq ugwaljanza ta' prosperità bejn in-nisa u l-irġiel imma fuq ugwaljanza tal-miżerja ̧ tat- tbatija u ta' l-uġiegħ għax it-telf ta' l-impjiegi mhuwiex biss fattur ekonomiku.", "L-ewwel u qabel kollox huwa fattur uman għax persuna li ma taħdimx ̧ persuna li titlef l-impjieg tagħha u persuna li ma tkunx tista' ssib fejn taħdem hija persuna li hi u l-familja tagħha jkunu qed jiffaċċjaw ħafna problemi.", "Għalhekk mhuwiex aċċettabbli li jintilfu dawn l-impiegi u jagħlqu dawn il- fabbriki u qisu xejn mhu xejn.", "Qed tkompli tingħata l-impressjoni li m'hawnx problemi ̧ li l-affarijiet sejrin tajjeb u li l-pajjiż miexi 'l quddiem.", "Pero' jekk wieħed jara l-istatistika uffiċjali li ħarġet il- ġimgħa li għaddiet fuq il-livell ta' l-impjiegi jsib li sa Settembru ta' din is-sena kien hawn telf ta' 1 ̧484 impjieg fuq is-sena ta' qabel.", "Skond l-istatistika uffiċjali, f'Settembru ta' din is-sena kellna 3 ̧289 persuna bla xogħol li huma taħt it-30 sena u dan huwa 44% ta' dawk li huma bla xogħol f'pajjiżna.", "Jekk wieħed imbagħad iħares lejn il-mappa tal-qgħad isib li din tikkorrispondi wkoll ma' fejn għandna l-akbar rata ta' kriminalità, l-akbar rata ta' teħid ta' droga u l-akbar rata ta' falliment edukattiv, fejn it-tfal u ż-żgħażagħ jaqgħu lura fl-edukazzjoni.", "Hemm rabta sħiħa bejn il-fatt li persuna taqa' lura fl-edukazzjoni u persuna bla xogħol.", "L-aktar ħaġa nkwetanti mhijiex li hawn 3 ̧289 żagħżugħ taħt it-30 sena li m'għandhomx xogħol imma li tliet kwarti minnhom m'għandhomx il- ħiliet meħtieġa biex isibu jaħdmu fl-ekonomija tas-seklu 21.", "Għalhekk dawn mhux biss huma bla xogħol imma huma unemployable.", "Dan ifisser li jekk għada jinżel bil-parachute xi Pasquale Pistorio ieħor u jgħidilna li se jiftaħ xi fabbrika kbira ta' l-elettronika f'pajjiżna, lanqas ikun jista' jirrekluta ħaddiema għax m'għandniex ġuvintur u tfajliet imħarrġin biex ikunu jistgħu jieħdu dawn l-impjiegi.", "Din hija l-aktar ħaġa inkwetanti li għandna fil-pajjiż.", "Huwa veru li huwa nkwetanti d-deficit finanzjarju li għandna imma waħda mill-aktar affarijiet inkwetanti li għandna f'pajjiżna hija l-iskill deficit u l-mismatch li għandna bejn x'qed tipproduċi s- sistema edukattiva u x'teħtieġ is-sistema ekonomika.", "Iċ-ċans u l-opportunità biex in-nisa u l-irġiel jimxu 'l quddiem hija marbuta ħafna mas-suċċess edukattiv.", "Jekk jibqa' jkollna bniet u subien li jaqgħu lura fl-edukazzjoni primarja tagħhom, l-akbar ċans hu li mhux se jirkupraw fil-livell sekondarju.", "Imbagħad l-istatistiċi ta' dawk li jew ma qagħdux għall-eżamijiet jew qagħdu u m'għaddewx u ta' l-assenteiżmu jittrasferixxu ruħhom għall-istatistika ta' dawk li huma bla xogħol u m'għandhomx il-ħiliet meħtieġa biex isibu xogħol tajjeb f'dan is-seklu tagħna li jitlob ħiliet aktar avvanzati milli qatt kien hawn fis-snin li għaddew.", "L-aktar ħaġa kattiva li jien inħoss li qed issir hi li lil dawn iż-żgħażagħ li lanqas jistgħu jsibu xogħol f'pajjiżna qed iwebbluhom bl-Unjoni Ewropea u jgħidulhom li din hija lesta b'idejha miftuħa biex toffrilhom l- opportunitajiet ta' xogħol.", "Dan huwa ġenn u ingann u min qiegħed ixerred dawn it-tip ta' tamiet foloz se jispiċċa biex jiddiżappunta eluf ta' żgħażagħ li lanqas jistgħu jsibu opportunitajiet ta' xogħol hawnhekk.", "Dan għaliex lil dawn iż-żgħażagħ qed igħidulhom li se jsibu opportunità ta' xogħol f'pajjiżi fejn il-livell tal-qgħad huwa ogħla minn tagħna.", "Biżżejjed wieħed igħid li fil-15 pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea ̧ il- livell tal-qgħad huwa ogħla minn dak ta' Malta.", "Fil-fatt hemm aktar minn 14 miljun ruħ bla xogħol u magħhom trid iżżid il-miljuni ta' nies bla xogħol li hemm fl-għaxar pajjiżi oħra applikanti.", "Illużjoni oħra perikoluża li qed tinxtered u li wkoll għad tinfaqa' bħalma nfaqgħu gideb u illużjonijiet oħra ̧ fosthom tal-Lm100 miljun fis-sena li kellhom jiġu, hija li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea awtomatikament tiggarantixxi prosperità ̧ investiment u ħolqien ta' impjiegi.", "M'hemmx għalfejn tkun ħadt xi premju nobel fl-ekonomija biex tifhem li din hija gidba.", "Jekk issegwi ftit l-aħbarijiet tinduna li anke dawk il-pajjiżi li huma membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea u li ilhom hemmhekk mill-bidu nett għandhom il-problemi.", "Per eżempju, fi Sqallija li qiegħda ftit passi 'l bogħod minna għadha kemm għalqet waħda mill-akbar fabbriki tal-Fiat.", "Fabbrika tibqa' hemm mhux jekk tkunx membru jew le imma jekk tibqax tagħmel prodotti bi prezzijiet u bi kwalità li jħabbtuha ma' prodotti oħra ̧ f'dan il-każ ma' karozzi oħra.", "Tant hu hekk li mhux l-ewwel darba li f'diversi pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea kien hemm fabbriki ta' karozzi li kienu fi kriżi.", "Kieku dawn il-pajjiżi ma kenux membri fl-Unjoni Ewropea ̧ l-Istat kien jara kif igħinhom biex jipprovaw jirpiljaw pero' dawn taqbeż fuqhom il- Kummissjoni Ewropea u tgħidilhom li m'għandhomx igħawġu l-liġijiet dwar il- kompetizzjoni jew igħinu lil xi fabbrika li tkun qed tegħreq.", "Għalhekk anke jekk tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea – din hija xi ħaġa minn ewl id-dinja – il-loġika tas-suċċess ekonomiku jibqa' l-istess.", "Post tax- xogħol issalvah jekk jibqa' vijabbli u jekk il-fabbrika tibqa' tagħmel prodotti tajbin bi prezzijiet li jinbiegħu fis-suq.", "Allura hija ħrafa, gidba u illużjoni li jkun hawn min ikompli jxerred li sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea tiggarantixxi xi prosperità ̧ investiment u ħolqien ta' impjiegi.", "Ovvjament dawn għandna bżonnhom jekk irridu li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tkun xi ħaġa fil-ħajja ta' kuljum u mhux biss fuq il- karta tal-liġi.", "Sur President ̧ għandna ekonomisti li jgħallmu wkoll l-università, li jien insejħilhom ekonomisti jukebox għax titfagħlhom il-flus u jdoqqulek id- diska li trid tisma'.", "Id-diska li jrid jisma' l-gvern hi li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea awtomatikament se ġġib l-investiment ̧ il-prosperità u l-ħolqien ta' impjiegi mentri l-investiment f'pajjiżna jiġi jekk noħolqu kondizzjonijiet favorevoli għax l-ispejjeż tal-produzzjoni ̧ il-produttività u l-ħila tal- ħaddiema jiġi mit-taħriġ speċjalment illum li qegħdin f'sitwazzjoni ta' ekonomija globalizzata u fejn l-investituri għandhom ħafna u ħafna pajjiżi minn fejn jagħżlu ħalli jmorru jinvestu.", "Fil-fatt id-deċiżjonijiet tagħhom dawn jeħduhom fuq il-bażi tal-prezzijiet ̧ fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni, fuq il-livelli ta' paga u taħriġ ̧ fuq il-ħila tal-ħaddiema u fuq jekk il- kondizzjonijiet li jkun hemm fil-pajjiż ikunux jippermettu żvilupp ekonomiku jew le.", "Dawn huma l-kondizzjonijiet il-kbar li fuqhom l- investituri għadhom jiddeċiedu.", "Fil-każ tagħna għandna żewġ żvantaġġi kbar u allura ħadd mhu se jiġi hawn biex ikun jista' jbigħ fis-suq lokali tagħna.", "Is-suq lokali tagħna tant huwa żgħir li l-produzzjoni ta' ġurnata waħda tkun biżżejjed biex tgħarrqu.", "Biex tgħaqqad aħna għandna l-iżvantaġġ ta' l-ispejjeż tal-ġarr għax aħna gżejjer maqtugħin mill-kontinent.", "Filwaqt li ħaddieħor jista' jwassal il- prodott kemm biex jinħadem kif ukoll biex jinbiegħ fis-suq fuq it- trakkijiet u fuq it-trailers ̧ fil-każ tagħna jidħlu l-ispejjeż addizzjonali tal-ġarr u tat-trasport.", "Għalhekk aħna rridu nkunu f'pożizzjoni li biex ikollna prosperità ekonomika f'dan il-pajjiż irridu nkunu f'pożizzjoni li jibqgħalna marġini fejn inkunu nistgħu nimmanuvraw ̧ fejn inkunu nistgħu nieħdu d-deċiżjonijiet ta' x'regoli u xi skemi ta' inċentivi nagħmlu f'pajjiżna u x'qafas ta' kondizzjonijiet noffru lill-investituri.", "Sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea torbotna li jkollna l-istess regoli li għandhom pajjiżi oħra.", "Per eżempju, lill-Ungerija, lir-Repubblika Ċeka u lill- Polonja qed igħidulhom biex ibiddlu t-tip ta' inċentivi u kondizzjonijiet li bihom jipprovaw jiġbdu investiment lejn pajjiżhom li huma simili bħal dawk li għandna aħna.", "Fil-fatt qed igħidulhom biex jibdluhom għax imorru kontra l-liġijiet dwar il-kompetizzjoni ħielsa tagħhom.", "Sur President ̧ aħna ngħidu li minflok sħubija sħiħa għandu jkollna rabta u ftehim ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea biex fejn jaqbel liż-żewġ naħat naħdmu u nikkoperaw flimkien iżda fejn għandna bżonn inkunu differenti, fejn għandna bżonn li ma nkunux marbutin bl-obbligi ta' sħubija sħiħa u tar-regoli ta' sħubija sħiħa nżommu dik il-libertà biex niċċaqilqu u nfasslu l-policies li jaqbel lilna.", "Waħda mill-kondizzjonijiet u mill-fatturi li żgur tista' tgħin biex ikollna ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija l-edukazzjoni.", "Il-frott ta' gvern Nazzjonalista li mill-1987 beda jabbanduna u jittraskura l-edukazzjoni vokazzjonali sfortunatament qed naqtgħuh issa tant li għandna fabbriki li qed joperaw hawnhekk li huma nkwetati ħafna li mhux se jsibu l-ħaddiema mħarrġa li għandhom bżonn.", "Biex tgħaqqad fl-edukazzjoni primarja u sekondarja tagħna għad għandna wisq tfal li qed jaqgħu lura.", "Per eżempju, fil-livell primarju għandna nofs it-tfal li lanqas jilħqu l-livell mistenni minnhom wara li jispiċċaw l-edukazzjoni primarja.", "B'dispjaċir ngħid li fost l-aktar li qed ikollhom diffikultà u li qed jaqgħu lura huma s-subien Għawdxin.", "Fl-eżamijiet li għamlu għall-junior lyceum f'Ġunju li għadda ġabu l-aktar riżultati koroh u ħżiena f'dawn l-aħħar snin, għax wieħed minn kull tlieta biss tas-subien Għawdxin għaddew mill-eżami tal- junior lyceum.", "Anke meta tqabbel is-subien mal-bniet f'Malta fil-livell primarju s-subien ukoll qed jaqgħu lura.", "Jien inħoss li hija xi ħaġa inkwetanti ħafna, u ilni nappella għalxejn lill-ministru ta' l-edukazzjoni, lill-ministru għal Għawdex u lill-kunsill edukattiv għal Għawdex biex jagħtu kas dan il- fenomenu tas-subien Għawdxin li qed jaqgħu lura, għaliex Għawdex se jkollu problemi serjissimi.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu, u speċjalment jekk ikollu bħala segretarju parlamentari għas-self-employed xi ħadd li aktar ipaċpaċ milli jattwa l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Għax mhux biżżejjed li jkun hemm min joqgħod jagħmel diskors hawn fuq il-bżonn li niżviluppaw kultura imprenditorjali u kultura li tippreparana għall- bidliet.", "U veru, hekk irid isir, imma mbagħad it-tpaċpiċ irid ikun imsaħħaħ bil-fatti għax inkella jsir tpaċpiċ fil-vojt!", "Jien qed niddejjaq li jkollok tfal li fl-età ta' disa' snin, għaxar snin, ħdax-il sena diġà waqgħu lura fl-iskola primarja tagħhom għax imbagħad ikun kollu għalxejn li nitkellmu fuq il-ħtieġa li nagħtuhom il-ħiliet li għandhom bżonn biex jiffaċċjaw l-ekonomija u d-dinja miftuħa tas-seklu 21.", "Huwa importanti li nitkellmu fuq il-fatt li qed jaqgħu lura tant tfal fil- livell primarju, u li qed jaqgħu lura tant is-subien.", "Kien hemm żmenijiiet - ngħid bir-raġun - fejn kien hemm bżonn li nimbuttaw ħafna l-konċett li għandu jkun hemm ugwaljanza bejn il-bniet u s-subien fl-edukazzjoni biex dan imbagħad jissarraf f'opportunitajiet ta' ugwaljanza għan nisa u l- irġiel 'il quddiem.", "Dak huwa prinċipju li għandna nkomplu naħdmu fuqu.", "Li qed ngħid jien huwa li issa huwa l-waqt li nerġgħu nagħtu ħarsa għax li qed nara jiġri f'kull livell, primarju, sekondarju, post-sekondarju u terzjarju, huwa li l-irġiel qed jaqgħu lura.", "Jien naħseb li dan ma jaqbel lil ħadd.", "La ma qabilx lis-soċjetà Maltija u Għawdxija meta tant talent uman fin-nisa tħalla jinħela, tħalla jitwarrab għax il-bniet ma kenux jiġu nkoraġġiti biex jirnexxu fl-edukazzjoni, l-istess ikun ħażin jekk issa nħallu lis-subien jaqgħu lura fl-edukazzjoni tagħhom.", "Importanti li nitkellmu fuq kif qed imorru issa t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna fl-edukazzjoni, speċjalment meta għandna gvern li ħsiebu li jsemmi l- miljuni li qed jonfoq il-miljuni fl-edukazzjoni, għax fl-aħħar mill-aħħar is-suċċess fl-edukazzjoni jrid jitkejjel bil-ħiliet li jiksbu t-tfal tad- demm u l-laħam u mhux biċ-ċifri li jiġu sparati dwar kemm qed nonfqu fl- edukazzjoni.", "Irridu nkejlu mhux biss kemm qed nonfqu flus imma x'effett qed tħalli dik in-nefqa, kif qed tmur dik in-nefqa u kif qed tissarraf fi żvilupp ta' ħiliet tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna.", "Nerġa' ngħid li diġà għandna riċerka dwar dawk it-tfal li jaqgħu lura, ma kellniex għalfejn nistennew li jsiru xi studji.", "Fl-1998 konna bdejna dan l- istudju u fl-1990 kompla.", "L-istudju ta' kif imorru t-tfal tagħna fl-età ta' seba' snin kien diġà wera fejn huma l-inħawi li l-aktar jaqgħu lura t- tfal tagħna f'Malta u f'Għawdex.", "Hemmhekk kellna diġà X-ray tal-marda kerha li għandna ta' l-illitteriżmu fost it-tfal tagħna.", "Sfortunatament issa għaddew tliet snin mindu sar dak ir-rapport li kien fih sensila ta' rakkmandazzjonijiet kif nistgħu nimbuttaw biex it-tfal tagħna jirnexxu iżjed fl-edukazzjoni.", "Imma dawn it-tliet snin inħlew għax ma tteħdux bis-serjetà r-rakkmandazzjonijiet li kien hemm f'dak ir-rapport.", "Jien informat, għalkemm għadu ma tħabbarx imma nassumi li mbagħad jitħabbar hawn ġew bid-daqq tat-tnabar u bit-trombi tas-soltu, li se jsir studju fuq in-numeracy, il-ħiliet li għandhom bżonn biex iħaddmu n-numri.", "Il-ftehim ġie ffirmat ma' l-MUS.", "Iżda mhux biżżejjed li jsiru l-istudji u jkun hawn min jieħu l-flus biex jgħidilna li t-tfal tagħna qed jaqgħu lura fl-Ingliż, fil-Malti u fil-Matematika.", "Grazzi.", "Tajjeb li jsiru dawk l-istudji, tajjeb li nkunu nafu l-problemi, imma wara li nieħdu l-X-ray iridu jittieħdu l-passi biex infejqu l-mard li għandna.", "Minn hawn u ftit ieħor ħafna se jiċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom - ikollna xi 2,000 kull sena - imma nfakkar li gradwazzjoni li żgur m'għandhiex għalfejn tiġi ċċelebrata hija f'Ġunju ta' kull sena meta 2,000 ġuvni u tfajla jispiċċaw minn 11, 12-il sena ta' edukazzjoni mingħajr il- ħiliet meħtieġa.", "Daqskemm għandna żgħażagħ jiggradwaw fl-università għandna żgħażagħ jiggradwaw fil-livell sekondarju, wara 11, 12-il sena edukazzjoni primarja u sekondarja, li joħorġu mingħajr il-ħiliet meħtieġa biex jimxu 'l quddiem fl-edukazzjoni tagħhom fis-soċjetà u fl-ekonomija.", "F'sitwazzjoni ta' falliment edukattiv daqshekk qawwi - nerġa' ngħid li biżżejjed wieħed jara r-riżultati tas-SEC fl-area secondaries, fejn minn 1,800 student jgħaddu biss xi 45 fil-Malti, xi 18 fl-Ingliż u xi 25 fil- matematika - żgur ma jistgħux jinħolqu l-kondizzjonijiet tajbin għall- ugwaljanza.", "Kif diġà għedt, għandna subien li qed jaqgħu lura wara l-bniet f'kull livell.", "Għad baqa' oqsma fejn il-bniet huma diskriminati u qegħdin wara s- subien, l-aktar f'suġġetti bħax-xjenza u f'suġġetti bħall-informatika.", "U mhuwiex sewwa għax jekk irridu l-ugwaljanza anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni tax-xjenza u tal-computer u ta' l-informatika l-bniet għandu jkollhom l-istess opportunitajiet daqs is-subien.", "Imma żgur li rridu nagħmlu ħafna xogħol biex insalvaw l-adoloxxenti li għandna fl-area secondaries.", "F'dawn l-aħħar erba' snin ma kien hemm l-ebda inizjattiva serja biex insalvaw l-eluf ta' żgħażagħ li ħarġu mill-area secondaries.", "Jintqal ħafna kliem grandjuż, kurrikulu tiela' kurrikulu nieżel, imma fl-aħħar mill-aħħar is-suċċess edukattiv jitkejjel minn dak li jinkiseb fil-klassi, x'jiġri fil- ħajja ta' kuljum.", "Jekk wieħed jara l-mappa tal-qgħad, il-mappa tal-falliment edukattiv, il- mappa tad-drogi, il-mappa tal-kriminalità, il-mappa tal-vjolenza domestika jsib li jkunu kollha jaqblu u jikkorrispondu ma' xulxin.", "Waħda mill- affarijiet li jien ninsab inkwetat ħafna dwarha hi - s'issa għadha ma ġietx irriċerkata f'pajjiżna, imma f'pajjiżi oħra ġiet riċerkata - li fejn ikun hemm diżlivell edukattiv qawwi fil-koppja, fejn il-biċċa l-kbira r-raġel ikun falla fl-edukazzjoni tiegħu meta mqabbel mal-mara, ħafna drabi jkun hemm sitwazzjoni ta' vjolenza domestika.", "Għax il-prepotenza tagħna l- irġiel imbagħad nipprovaw inġibuha billi nkunu vjolenti man-nisa tagħna.", "Ir-riċerka li saret f'pajjiżi oħra, speċjalment fl-Ingilterra u f'postijiet bħall-Istati Uniti, turi li fejn l-irġiel waqgħu lura fl-edukazzjoni tagħhom imqabblin man-nisa li żżewġu, ħafna drabi jkun hemm tensjoni kbira fil-ħajja tal-koppja u anke vjolenza li tagħmel ħsara lill-mara u lit-tfal.", "Riċerka fit-tul turi wkoll kif ġenituri li jkunu waqgħu lura fl-edukazzjoni tagħhom ma jkunux f'qagħda li jgħinu lil uliedhom fl-iskola, u ċ-ċirku vizzjuż ikompli u ħafna drabi l-falliment edukattiv jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Ta' min isemmi ftit raġunijiet għalfejn għandna daqshekk tfal u żgħażagħ li qed jaqgħu lura fl-edukazzjoni tagħhom, u allura qed tiġi ttraduta l- ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel li tant nitkellmu dwarha.", "Mela minn naħa waħda għandna gvern li jiftaħar li qed jonfoq il-miljuni fl- edukazzjoni, iżda mbagħad hija ħaġa ċara li mhux qed jinvesti fit-taħriġ u l-formazzjoni tal-persuni li għandna bżonn.", "Minn naħa waħda qed jiżdiedu l-pressjonijiet fuq l-iskola.", "Illum l-iskola m'għadhiex il-post fejn tippreparak formalment għall-eżamijiet li trid tagħmel biss, imma ħafna mill-irwoli li kien hawn fis-soċjetà li kienu f'idejn il-familja, għaqdiet reliġjużi, għaqdiet volontarji li kienu post ta' soċjalizzazzjoni għat-tfal, illum marru għand l-iskola.", "Allura l- iskola tinsab taħt pressjoni kbira.", "Minn naħa waħda trid tlaħħaq mas- sillabi li għandha u min-naħa l-oħra trid tipprovdi spazju ta' relazzjonijiet umani u ta' żvilupp tal-personalità umana li qabel konna neħduh fil-familja, fl-għaqdiet reliġjużi u f'postijiet oħra.", "L-iskejjel m'humiex qegħdin jiġu megħjuna biex jaqdu dan ir-rwol soċjali tagħhom.", "F'pajjiżna għal 70,000 student għandna erba' educational psychologists.", "Kif jista' wieħed jimmaġina li erba' psikologi edukattivi jlaħħqu mal-bżonnijiet ta' 70,000 tifel u tifla adoloxxenti fl-iskejjel primarji u sekondarji tagħna!", "Dawn l-erba' educational psychologists ma waqgħux mis-sema, imma saru għax fi żmienna ftaħnielhom il-kors biex ikunu jistgħu jagħmlu l-masters f'Malta.", "Qabel f'pajjiżna ma kienx isir dan il- kors tal-masters, u kien ikollhom imorru f'pajjiż ieħor bilfors.", "Meta ftaħnieh l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet ikkritikatna li ftaħnieh għal xi 12 biss.", "Aħna xtaqna ftaħnieh għal 100, imma masters fis- psychology jitlob ratio bejn is-supervisors li jkollok fil-fakultà ta' l- università u kemm jistgħu jissorveljaw studenti.", "Ladarba aħna ġejna kkritikati għaliex ftaħna l-kors għal ftit nies, jien kont nippretendi li f'dawn l-aħħar erba' snin kellu jibqa' jinfetaħ kull sena għax kieku s'issa żdiedu.", "Aħna għandna bżonn xi għaxra għax il-proporzjon jinħadem li għandek bżonn educational psychologist għal kull 7,000 student.", "Minkejja li niftaħru li qed nonfqu dawn il-miljuni ta' liri kollha għall-edukazzjoni, ma reġax fetaħ il-kors ta' educational psychologists.", "Imbagħad nistagħġbu li t-tfal jaqgħu lura u li m'għandniex il-mezzi biex ngħinuhom!", "L-istess fil-każ tad-dyslexia, fejn nikkalkolaw li għandna madwar 7,000 student b'din il-kondizzjoni.", "Ħafna minnhom ikunu subien għax id-dyslexia aktar issibha fost is-subien.", "Għandna tliet persuni biss biex jgħinu lit- tfal bid-dyslexia u f'Għawdex m'għandna lil ħadd.", "F'dawn l-aħħar erba' snin ma ġie mħarreġ ħadd ġdid biex insaħħu l-istrutturi.", "Tliet persuni jridu jlaħħqu ma' 7,000 student.", "Kull sena qed nitilfu mijiet minn dawn, imbagħad nistagħġbu li jaqgħu lura!", "Fi żmienna ftaħna wkoll il-kors għall-persuni li jridu jaħdmu mal-persuni neqsin mis-smigħ biex jitgħallmu l-lingwa tas-sinjali.", "Kienu ilhom jistennew is-snin biex isir u fis-sentejn li għamilna fil-gvern aħna ftaħnieh.", "Kien hemm tnax u issa niżlu għal erbgħa.", "Kif nistgħu nippretendu li dawn jimxu 'l quddiem.", "L-ugwaljanza li għandhom dawn hija l- ugwaljanza tal-vojt, l-ugwaljanza tan-nuqqas ta' għajnuna.", "Għalhekk jaqgħu lura s-subien u l-bniet.", "Mr Speaker, wieħed irid isemmi wkoll il-problemi li għandna fil-qasam ta' l- informatika fejn hemm nuqqas ta' għalliema u nuqqas ta' taħriġ għall- għalliema.", "Jeħtieġ inħarrġu iktar għalliema biex ikunu jistgħu jgħallmu lit-tfal fl-iskejjel primarji u sekondarji.", "L-iktar ħaġa faċli għall- politiku hija li jidher f'ritratt ħdejn PC fil-klassi.", "B'daqshekk daħħalna l-computers fil-klassi!", "Iddaħħal computer fil-klassi meta jibda jintuża bħala parti mill-proċess edukattiv u t-tfal jiksbu l-ħila.", "Għandna gvern tal-faċċata biss.", "Per eżempju, għada jmur il-Prim Ministru jiftaħ il-bini ta' Sir Adrian Dingli li suppost hija vetrina ta' kif isir ix-xogħol mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, u l-ġimgħa li għaddiet għerqet għax ix-xogħol tal-membrane tas-soqfa u s-sistema tal-culverts ta' l-ilma sar ħażin, minkejja l-eluf kbar ta' liri li ntnefqu.", "Kieku marru nhar il-Ħamis kien ikollhom imorru bil-malja ta' l-għawm għax kien hemm ilma iktar milli hemm fil-pixxina nazzjonali.", "Nerġa' ngħid li għandna gvern li jiftaħar kemm jonfoq miljuni u jħabbar proġetti grandjużi, imma mbagħad ma jimpurtahx x'jiġri fil-klassijiet kuljum fl-iskejjel.", "Dan l-aħħar il-grupp tas-support families ta' l-ADHD, dawk li għandhom il- kondizzjoni tal-attention deficit hyperactivity disorder, ġabu lill-Prof.", "Giorcelli - Awstraljana ta' oriġini Taljana li fil-fehma tiegħi hija brillanti - li qalet erba' kelmiet li kull min għandu x'jaqsam mat-tmexxija tas-sistema edukattiva għandu jiftakar fihom.", "Minkejja li din is-sentenza mhix korretta grammatikalment, taqbad is-sustanza ta' l-affarijiet.", "\"It's the little things done right\" li jagħmlu d-differenza kollha fl- edukazzjoni.", "Mhux il-ħafna affarijiet grandjużi imma x'jiġri fil-ħajja ta' kuljum, x'jiġri fil-klassijiet.", "Mr Speaker, biex tkompli tiggrava s-sitwazzjoni - u dan jorbot ma' dak li kont qed ngħid jien dwar l-edukazzjoni vokazzjonali għax dan il-bill jitkellem ukoll fuq il-fatt li l-ġuvintur u t-tfajliet iridu jingħataw l- istess opportunitajiet fl-edukazzjoni vokazzjonali - f'pajjiżna għad għandna numerus clausus qawwi fl-edukazzjoni vokazzjonali.", "Waqt li fil- qasam akkademiku dawk iż-żgħażagħ kollha li jixtiequ jkomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena b'xi mod jew ieħor isibu fejn imorru, jew fil- junior college jew fis-sixth forms, fil-qasam vokazzjonali pajjiżna għadu mhux f'pożizzjoni li joffrilhom biżżejjed postijiet.", "Fl-ewwel sentejn tiegħu l-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija se jkun għalaq il-bieb għal 9,000 ġuvni u tfajla għax m'hemmx post għalihom.", "Fl-ITS l-istess; hemm aktar ġuvintur u tfajliet li jixtiequ jkomplu, iżda m'hemmx biżżejjed post għalihom.", "Allura kif nistgħu noffru ugwaljanza fit- taħriġ u fl-edukazzjoni vokazzjonali jekk f'pajjiżna għadna ma solvejniex il-problema ta' dawk li għalqu 16 u jixtiequ jkomplu jieħdu taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali u ma jistgħux?", "Irridu niftakru li xi ħaġa inkwetanti ħafna f'pajjiżna hija l-fatt li għadu baxx ħafna l-livell ta' żgħażagħ ta' 16-il sena li jkomplu jistudjaw.", "L- aħħar statistika uffiċjali li ħarġet mill-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika turi li 40% biss ta' l-istudenti jkomplu jistudjaw.", "Dik hija diżastruża għax f'ekonomija, f'dinja fejn huwa meħtieġ livell ogħla ta' ħiliet kemm għal tfajliet kif ukoll għal ġuvintur, huwa kruċjali li dawk kollha li jixtiequ jkomplu jistudjaw u jitħarrġu nagħtuhom din il- possibbiltà.", "F'pajjiżna din għadha ma teżistix.", "Jekk tassew irridu l-ugwaljanza hemm bżonn ta' bidla f'dan il-pajjiż għax jekk nibqgħu fir-rotta li sejrin se nispiċċaw li l-pajjiż jitfarrak fuq il- blat tad-dejn, tad-deficit u ta' l-istaġnar ekonomiku.", "U meta pajjiż jitfarrak l-unika ugwaljanza li jkun hemm tkun ugwaljanza tal-mewt, ta' l- għarqa.", "Imma aħna rridu ugwaljanza tal-ħajja u ugwaljanza tas-suċċess, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Grazzi, Mr Speaker.", "Se nibda l-intervent tiegħi fuq nota pjuttost personali għax irrid nammetti li ilni snin twal nistenna li din il-liġi tersaq fil-parlament.", "Huwa bi pjaċir kbir li llum ninsab hawnhekk biex nieħu sehem f'dan id-dibattitu u se nkun onesta, se nkun femminista u se nkun sessista kemm irrid fil-kumment li se nagħmel.", "Irrid nirringrazzja lil dawk in-nisa kollha li tul dan l-aħħar nofs seklu u aktar taw is-sehem tagħhom biex wasalna li llum qed niddiskutu din il-liġi li qed insejħulha l-Gender Equality Act.", "Ħafna minnhom taw l-aħjar li setgħu skond iċ-ċirkostanzi li għexu fihom.", "Uħud kellhom jimxu b'pass bil-mod għax hekk kienu jirrikjedu ċ-ċirkostanzi, skond il-kultura, it-tradizzjoni u s-soċjetà li kienu jgħixu fiha.", "Oħrajn setgħu jimxu b'pass iktar mgħaġġel għax kien hemm tibdil.", "Però naħseb hija l-ħidma tagħhom ilkoll li wasslitna fejn qegħdin illum.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja partikolarment lis-Sinjorina Jane Spiteri, mara li llum għandha fuq it-80 sena, waħda mill-fundatriċi tal- kunsill nazzjonali tan-nisa li dalwaqt jagħlaq 40 sena, mara li għadha sal- lum tagħti s-sehem tagħha.", "Naħseb li kienet role model biex turina lkoll kif wieħed jista' jaħdem u jġib bidla fil-pajjiż anke mill-għaqdiet volontarji.", "Mr Speaker, jien se nħares lejn l-aħħar 30 sena ħalli naraw kif wasalna hawnhekk illum.", "Mhix l-ewwel liġi li daħlet f'din il-Kamra li qiegħda tħares lejn l-istatus tan-nisa.", "Jekk inħarsu lejn żmenijiet oħra nsibu li, fi sforz biex nilħqu dik li qed insejħulha ugwaljanza bejn irġiel u nisa, tressqu liġijiet li stabbilixxew il-minimum wage u dik li konna nsejħulha equal pay for equal value.", "Dan il-konċett illum pjuttost tbiddel.", "Ħarisna wkoll lejn id-drittijiet tan-nisa miżżewġin biex jamministraw il- proprjetà parafernali tagħhom.", "Rajna wkoll tibdil li wassal biex nisa miżżewġin ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu anke fis-settur pubbliku, xi ħaġa li ma kenitx possibbli qabel is-snin tmenin.", "Sar tibdil partikolarment importanti fil-bidu tas-snin disgħin meta tressqet il-liġi hekk imsejħa \"tan-nisa\" sfortunatament.", "Però wieħed irid jammetti li kemm f'dik il-liġi u kemm f'din tal-lum qed inħarsu partikolarment lejn tibdil fil- kondizzjonijiet tan-nisa.", "U għalhekk inkun waħda minn ta' l-ewwel li, minkejja li ma tantx nieħu gost meta xi ħadd jgħid li dawn huma liġijiet tan-nisa, ngħid li fejn kien hemm nuqqas ta' ugwaljanza u fejn kien hemm u għad hemm diskriminazzjoni huma proprju n-nisa li l-iktar ibatu minnha.", "Il-liġi dwar sħab indaqs fiż-żwieġ tal-bidu tas-snin disgħin ġabet tibdil radikali fl-istatus tan-nisa miżżewġin.", "Dakinhar kienet l-ewwel darba li dħalt f'din il-Kamra u kont bil-qiegħda fl-istrangers' gallery li kienet maħnuqa bin-nisa li kienu ġejjin minn għaqdiet differenti ta' Malta, minn NGOs, minn għaqdiet volontarji, u anke minn għaqdiet politiċi.", "Dak iż- żmien konna ngħaqadna lkoll flimkien biex niddiskutu kif kienet proposta l- liġi u ssuġġerejna bosta emendi kollettivament ukoll.", "Niftakar li konna ġejna hawnhekk meta kien qed isir il-winding up għax kien hemm klawsola transitorja li xtaqna li tiġi emendata.", "Infatti naħseb li l-lobbying li sar dakinhar kien laħaq l-għan mixtieq.", "F'din il-liġi ma jidhirlix li kien hemm din il-forma ta' lobbying u għalkemm daħlu bosta kummenti, kritika, suġġerimenti u proposti minn għaqdiet tan-nisa, ma jidhirlix li kien hemm dik l-għaqda li tant hi meħtieġa, li kultant wieħed jinsa d-differenzi kemm ta' għaqdiet u kemm ta' partiti politiċi u allura jkun hemm l-isforz kollettiv biex liġi tasal hawnhekk eżattament kif wieħed jixtieqha.", "It-tibdil fil-Kostituzzjoni kien wieħed essenzjali, però t-tibdil fil- kostituzzjoni u anke l-liġijiet kollha li jitressqu m'humiex biżżejjed biex iwasslu għat-tibdil meħtieġ.", "Nafu dan u għalhekk nasal għal mistoqsija partikolari li xtaqt li ma kellix għalfejn nagħmilha.", "Għaliex għandna bżonn din il-liġi?", "Issa biċ-ċajt jew bis-serjetà hawn ħafna li jgħidulek li n-nisa diġà laħqu fejn riedu, anzi kważi kważi qed jirkbu lill-irġiel!", "Jien l-ewwel waħda li naċċetta ċajta, però l-mistoqsija li xtaqt li ma kellix għalfejn nagħmilha m'hijiex waħda retorika.", "Qed nagħmilha partikolarment hawnhekk b'riferenza għal artikolu li deher fil-gazzetta \"The Times\" ta' nhar is-Sibt li bħas- soltu kellha l-opinjoni ta' I.M. Beck.", "Bil-permess tiegħek, Mr Speaker, nixtieq naqra bl-Ingliż il-kontribuzzjoni ta' dan l-artikolist dwar il-liġi li qed niddiskutu llum.", "Nixtieq li min qed jisma' jirriferi partikolarment għal din il-parti tal-kontribuzzjoni ta' I.M. Beck ta' nhar is-Sibt li għadda u jara jekk hux każ ta', kif iħobb jgħidilna I.M. Beck, \"The wimmin - spelluta \"wimmin\" - m'għandhomx sense of humour, jew inkella huwiex bir-raġun li huwa kontribut nieqes minn ħafna sensittività.", "Se naqraha kif inhi fl-Ingliż għax bil-Malti titlef ħafna mit-tifsira tagħha.", "I.M. Beck hawnhekk jgħidilna:", "\"A new law is being discussed in the House.", "The law will provide for gender mainstreaming, ensure positive action in defence of inherent rights of positive enhancement of self-awareness, eliminate psychological imbalances in the psyche of the perceived abused and provide a warm cup of milk in the morning.", "In other words, it aims at outlawing discrimination against women.", "It seems that it is holy writ that just because your chromosomes are arranged just so, you need the full force of the law to get you somewhere.", "Ability, competence, skill and intelligence are irrelevant.", "You are female and therefore, because the male of the species has dominated for years, you have to be helped.", "Cow dung, if I may be so bold.", "If you are good, you get ahead, if you are not, you don't, and that is an end to it.\".", "Qed juża l-frażi \"cow dung\" u biex ikun politically correct ta wkoll verżjoni femminili ta' espressjoni li normalment tintuża biex wieħed jesprimi dak li qiegħed iħoss, fil-każ dak li qed iħoss I.M. Beck.", "U m'iniex se ngħid x'inhi f'din il-Kamra għaliex mhix xierqa li tintuża f'din il-Kamra, pero` bil-Malti safi aħna ngħidu li dan qed isejjaħ lil din il- liġi \"żibel\".", "Naħseb li ħadd m'għandu dritt li jsejjaħ liġi li qed tinstema' f'dan il-parlament b'dan il-mod.", "Pero` apparti minn hekk, jidher ukoll li I.M. Beck ma jafx x'qed tgħid eżattament din il-liġi li għandna quddiemna u lanqas jaf x'jiġifieri frażijiet bħal \"positive action\" u għandu l-wiċċ vili wkoll li juża l- frażi \"perceived abused\", u se ngħid għaliex.", "Mr Speaker, l-ewwelnett din il-liġi ma titkellimx dwar positive action fil- mod u manjiera li tkellem fiha l-artikolist.", "Positive action tieħu bħala l- bażi tagħha li hemm l-abbilta`, li hemm il-kompetenza, li hemm il-ħila u li hemm l-intelliġenza.", "Jiġifieri meta wieħed jitkellem fuq positive action ħadd m'hu qed jgħid li hawnhekk qed nagħtu l-hand-outs lil xi ħadd biex dik il-persuna timxi 'l quddiem.", "Jiġifieri d-definizzjoni ta' positive action, kif jagħtiha l-artikolist, assolutament mhix minnha.", "Fejn titkellem dwar azzjoni pożittiva l-liġi?", "Subklawsola (4) ta' klawsola 2 tgħid:", "\"Ebda ħaġa fis-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu m'għandha titqies bħala li tikkostitwixxi diskriminazzjoni sakemm dak it-trattament -", "(a) jingħata sabiex in-nisa jkollhom protezzjoni speċjali matul it-twellid jew it-tqala tagħhom;", "(b) ikun jikkostitwixxi miżuri bil-għan li tinkiseb ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa.\"", "Il-konċett ta' positive action mhuwiex xi ħaġa li vvintaw in-nisa Maltin, imma jinsab ukoll fil-Ġnus Magħquda li minnu ħarġet ukoll dik li ngħidulha s-CEDAW.", "Din hija l-konvenzjoni li trid telimina d-diskriminazzjoni kollha li hemm kontra n-nisa fejn titkellem dwar azzjoni pożittiva biex isir bilanċ għal żbalji u nuqqasijiet tal-passat li għadhom jinġarru llum.", "Naħseb li l-fatt li n-nisa jħarsu lejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u ma jħallux il-maternita` - kif tgħidilna din il-konvenzjoni - tagħhom tintuża minn dawk li jridu jisfruttaw in-nisa, li jridu jwarrbu l- potenzjal u l-kontribut tagħhom, għandna nħarsu lejh bħala xi ħaġa pożittiva.", "Jiġifieri nerġa' nirrepeti li positive action imkien ma tistabbilixxi li inti tagħti għajnuna lil xi ħadd meta dik il-persuna ma jkunx jistħoqqilha.", "L-unika ħaġa li tgħid hi li all things being equal, id-deċiżjoni finali għandha xxaqleb lejn persuna jew grupp ta' persuni biex issib il-bilanċ meħtieġ.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit.", "Bil-permess ta' l-Onor.", "Cristina.", "L- Onor. Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, jien nixtieq nassoċja ruħi ma' dak li qed tgħid l-Onor.", "Cristina u nesprimi wkoll id-dwejjaq tiegħi għall-mod kif kiteb Dr. Borg Cardona, għax I.M. Beck kulħadd jaf min hu.", "U l-ikbar dwejjaq li għandi jien huwa li Dr. Borg Cardona huwa speċjalista fil-qasam ta' l-industrial law.", "Jiġifieri hemm iċ-ċans li jekk mara - jew raġel imma f'dan il-każ il-mara hija li se tbati - tersaq quddiem it-tribunal industrijali jista' jkun hemm Dr. Borg Cardona jiddefendi lill-employer li jkun.", "Jiġifieri jekk dan se jmur b'dak il-frame of mind, b'dan il-baggage kollu li kkwotat l-Onor.", "Cristina nistgħu nimmaġinaw x'ċans se jkollha din il-vittma li tmur quddiem dan it-tribunal!", "U kien għalhekk li meta tkellimt fuq din il-liġi għedt li n-nies li nagħmlu fuq il-kummissjoni jrid ikollhom track record ta' gender awareness għaliex jekk inpoġġu dawn it-tip ta' nies nistgħu nimmaġinaw kif se nimxu.", "U rridu noqogħdu attenti li anke fuq it-tribunal industrijali jkun hemm nies li huma gender aware.", "Aħna għandna biex inbigħu sense of humour u nieħdu pjaċir nidħku meta naqraw il-kolonna ta' Dr. Borg Cardona, pero` f'dan il- każ ma naħsibx li kienet kwestjoni ta' ċajta, imma juri kemm ma jafx is- sitwazzjoni reali fejn jidħol il-qasam ta' l-ugwaljanza f'dan il-pajjiż..", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Cristina tkompli bl-intervent tagħha.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nirringrazzja lill-Onor.", "Dalli talli esprimiet l- opinjoni tagħha biex tatni l-appoġġ.", "Jiġifieri jien ma kontx partikolarment sensittiva għal dak li qal u nieħu gost li ħaddieħor ukoll qiegħed jaqsam dawn l-istess ħsebijiet.", "Ħalli nkomplu fuq dak li kont qed ngħid, għaliex għandna bżonn din il-liġi.", "Għandna bżonn din il-liġi għaliex ir-riċerka kollha turina li m'hemmx perceived abuse hawnhekk, imma l-abbuż, id-diskriminazzjoni, in-nuqqas ta' ugwaljanza hija xi ħaġa reali.", "Nirrepeti li dan joħroġ mill-Ġnus Magħquda, minn studji u minn politika ta' l-Unjoni Ewropea u joħroġ ukoll minn pajjiżi oħra bħall-Amerika u l-Iskandinavja li aħna nqisuhom bħala pajjiżi avant-garde ħafna.", "F'dawn il-pajjiżi wkoll inħasset il-ħtieġa ta' dawn il-liġijiet, il-ħtieġa ta' miżuri biex tiġi eliminata d- diskriminazzjoni.", "Per eżempju, fl-Amerika kienet famuża ħafna l-espressjoni \"glass ceiling\".", "Kienu jgħidu li n-nisa jilħqu sa ċertu punt u mbagħad iħarsu 'l fuq u, minkejja li qed jaraw il-quċċata, m'għandhomx ċans li jilħquha għaliex hemm barrieri li impossibbli li jegħlbuhom.", "Minkejja l-miżuri kollha li ħadu llum dik il-frażi famuża nbidlet f'concrete ceiling għax jgħidu li b'dak li seħħ kien hemm forzi oħra - inkredibbli! - ta' survival minn gruppi u minn għaqdiet li bdew iħossuhom mhedda, li f'daqqa waħda ingħaqdu flimkien biex joħolqu barrieri oħra ħalli n-nisa ma jersqux 'il quddiem.", "Fil-fatt jekk tħares lejn karigi għoljin fil-verita` kollha ssib li ftit li xejn huma nisa.", "Għaliex?", "Għax in-nisa m'humiex kompetenti?", "Se noqgħod nidħol f'xi ħaġa banali bħal din?", "Dażgur li le.", "Dan ġara għax tul iż- żmien it-tradizzjonijiet li kien hemm, il-kultura tagħna u s-soċjetajiet tagħna hekk irrikjediet; illi n-nisa jkunu fil-post tagħhom u l-irġiel ikunu fil-post tagħhom.", "U l-post tan-nisa ma kienx fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet u allura ħafna drabi waqgħu lura.", "Hawnhekk irrid nirriferi wkoll għall-hekk imsejħa leaking pipeline.", "Nirripeti li din mhijiex xi invenzjoni tagħna n-nisa imma hija r-riżultat ta' studji kbar.", "Jiġifieri dan huwa riżors ta' valur kbir bħal meta għandek ilma għaddej through a pipeline fid-deżert, pero` dan jibda inixxi ftit ftit u f'ċerti żmenijiet - partikolarment meta n-nisa jkollhom bejn il- 25 u l-40 sena - dan jibda ħiereġ u jinħela u ma jagħti l-ebda kontribut.", "Aħna ma rridux li jseħħ dan.", "Din hija l-bażi kollha.", "Is-sens ta' ġustizzja jgħidilna li kulħadd għandu jkun ugwali u li għandna nimxu l- istess ma' kulħadd.", "Imma fil-verita` huwa s-sens komun li jgħidilna li aħna bħala soċjeta`, bħala pajjiż, bħala dinja ma naffordjawx li nwarrbu u narmu l-potenzjal li jistgħu joffru n-nisa.", "Mr Speaker, aħna mexjin minn liġijiet li daħħlu l-bażi, li eliminaw id- diskriminazzjonijiet, għal-liġijiet li qegħdin iwassluna f'xi ħaġa oħra.", "Minn ugwaljanza rridu nersqu għal dik li nsejħulha ekwita`.", "U huwa importanti li nagħmlu din id-distinzjoni għax bil-liġi tista` tgħid li għandek l-ugwaljanza, ir-realta` turik mod ieħor, turik nuqqas ta' ekwita`.", "Ħalli nsemmi eżempju sempliċi.", "In-nisa Maltin ilhom jistgħu joħorġu għall- elezzjoni aktar minn nofs seklu, ħarġu għall-elezzjoni iktar minn nofs seklu.", "Bil-liġi m'hemm xejn x'iżommhom.", "Lanqas il-partiti politiċi ma jżommuhomx, anzi biex inkunu onesti għal ħafna raġunijiet il-partiti politiċi jfittxu li jkollhom in-nisa kandidati u naħseb li jieħdu gost meta jiġu eletti nisa kandidati għax ikun hemm perspettiva differenti.", "Pero` fil-verita` jekk inħarsu madwarna - u mhux qed inħares madwari u nara sitt nisa biss - naraw li ftit huma n-nisa li joħorġu għax-xena politika.", "U x'inhi r-raġuni li żżommhom?", "Mhux għaliex, kif jaħsbu ħafna, in-nisa m'humiex interessati.", "Jien niltaqa' ma' ħafna nisa li jgħiduli kemm jixtiequ li jistgħu joħorġu għall-politika, imma ...", "Dejjem hemm dik l- \"imma\".", "Jiġifieri waqt li fil-verita` hemm l-ugwaljanza skond il-liġi u anke f'xejra oħra, pero` fil-verita` għadna 'l bogħod ħafna milli nersqu lejn l-ekwita`.", "Jekk inħarsu lejn areas oħra, per eżempju, in-nisa tobba.", "Aħna ferħanin li għandna ċifra ta' nisa tobba li dejjem qed togħla.", "Aktar minn nofs il- gradwati qed ikunu nisa kull darba, pero` jekk tħares lejn in-numru ta' nisa li għandek konsulenti ssib li ċ-ċifra hija baxxa ħafna.", "Għaliex?", "Għax mhumiex kapaċi?", "Mhumiex kompetenti?", "Dażgur li le!", "Jien naf nisa li miżżewġin tobba, bir-rispett kollu lejn l-irġiel tobba tagħhom, li huma ħafna iktar kapaċi, kompetenti u intelliġenti, pero` r-raġel jersaq 'il quddiem u l-mara, minħabba raġunijiet oħra jkollha tieqaf fil-karriera tagħha.", "Jien ngħid li almenu għandna nagħtu l-għażla, u bħala pajjiż ukoll il-flus li qed ninvestu fl-edukazzjoni tan-nisa tagħna naraw li ma nitilfuhomx along the way, li fejn jista' jkun almenu aħna wkoll nieħdu return għalihom.", "Mr Speaker, din il-liġi m'iniex se nsejħilha liġi perfetta u nispera li meta naslu għall-istadju ta' kumitat jkolli l-opportunita` nitkellem fuqha.", "Pero` nemmen li hija liġi li għandha ħafna u ħafna potenzjal u li qed tħares lejn l-għanijiet tagħna f'dan il-pajjiż.", "Jien qrajt ukoll ir- rapport li kien ingħata f'Ġunju ta' l-1999 dwar il-liġi tal-gender equality legislation li kien ippreżentat lill-Ministru Lawrence Gonzi f'Ġunju, rapport li sar minn kumitat li oriġinarjament kienet ikkummissjonatu l- Onor. Helena Dalli meta kienet segretarja parlamentari għad-drittijiet tan- nisa.", "Mr Speaker, f'dan ir-rapport hemm affarijiet li naqbel magħhom, hemm affarijiet li ma tantx naqbel magħhom u hemm oħrajn li għandi riżervi fuqhom.", "Qrajt ukoll il-kummenti li daħlu dwar din il-liġi.", "Naħseb li wħud mill-kummenti huma kummenti gratuwiti u oħrajn huma kummenti ta' min wieħed jeħodhom into consideration.", "Naħseb li wħud minnhom diġa` ittieħdu into consideration u sabu ruħhom fil-liġi u oħrajn naħseb li nsibuhom f'liġijiet u f'areas oħra.", "Mr Speaker, dan ir-rapport kien jgħid li l-oġġettiv ta' l-eżerċizzju kollu kien \"to enhance the national machinery for the advancement of women\".", "U kif kellha ssir din l-enhancement?", "Billi ssir review ta' dak kollu li diġa` jeżisti u jkunu proposti emendi fil-liġi li teżisti u fil-liġijiet ippjanati u anke biex ikollna ħafna aktar makkinarju sod, aktar professjonali biex aħna nilħqu l-għanijiet tagħna.", "Jien ngħid li din il-liġi qiegħda tħares biex twassal lejn dawn l- għanijiet.", "Jien nista' nifhem il-frustrazzjoni ta' xi ħadd li jkun b'ħafna pjanijiet u b'ħafna intenzjonijiet tajbin - u hawnhekk qed nirriferi għall-Onor.", "Dalli - pero` mbagħad l-istorja tiddetta li ma jkollhiex l-opportunità li tagħmel dawk l-affarijiet li xtaqet tagħmel.", "Jien nista' nifhem ħafna, pero` wieħed irid ukoll ikun oġġettiv u jħares lejn il-liġi kif inhi u jħares lejn il-politika ta' gvernijiet differenti.", "Il-gvern preżenti qed iħaddan dik li qed ngħidulha the gender mainstreaming policy.", "Anke meta l-Unjoni Ewropea titkellem dwar ugwaljanza tissemma l- gender mainstreaming policy, pero` fil-verita` din mhijiex xi konċett ta' l-Unjoni Ewropea, imma huwa kunċett li joħroġ ukoll mill-Ġnus Magħquda.", "Jekk naraw ir-rapport ta' Bejing ta' l-1995 insibu li l-gvernijiet huma mħeġġa li jadottaw din il-politika.", "Fil-fatt il-gvern Malti adotta l- gender mainstreaming policy bħala l-għan strateġiku ewlieni dejjem biex nersqu lejn il-mixtieqa ekwita`.", "Issa xi tfisser ukoll il-gender mainstreaming għax kultant ikollna daqsxejn ta' taħwid hawnhekk.", "U diffiċli biex tispjegaha wkoll.", "Pero` fil-qosor tfisser li fejn qabel konna naraw dawk li nsejħulhom l-issues tan-nisa ġo kompartiment għalihom u mmexxija taħt il-kappa ta' xi dipartiment jew forsi ta' ministeru partikolari, waqt li l-policies joħorġu minn ministeru partikolari, issa qed naraw li dawn l-issues kollha qed jidħlu fl-aġenda ġenerali tal-pajjiż.", "Issa l-idea hi li qabel ma tidħol fis-seħħ kull policy jew waqt li jkun qiegħed jitfassal xi programm rridu narawh mill-perspettiva kemm tan-nisa u kemm ta' l-irġiel.", "Irridu nagħmlu wkoll analisi ta' l-effetti ta' kull deċiżjoni li tittieħed u aħna nafu li m'hemmx deċiżjoni waħda, kemm politika, ekonomika u kemm soċjali li teffetwa lin-nisa u lill-irġiel l- istess.", "Għalhekk qed ngħidu li r-responsabbilta` li nilħqu l-ugwaljanza u l-ekwita` toħroġ minn compartment wieħed u, filwaqt li qabel kienet fuq struttura waħda, issa qed tinfirex ukoll fid-dipartimenti, fil-ministeri kollha u qed narawha wkoll li tidħol fis-setturi privati u anke tramite trade unions u entitajiet oħra.", "Dan mhux xi proċess faċli għax irid ħafna monitoring, irid ħafna evalwazzjoni, inkella ma jkunx suċċess.", "Pero` jidhirli li qbadna t-triq u mir-rapporti li ħarġu anke mid-dipartiment ta' l-istatus tan-nisa jidher li t-triq inqabdet sew.", "Jidher ukoll li hemm strutturi diġa` f'posthom u oħrajn ippjanati u m'għandix dubju li bil-mod il-mod nilħqu l-għanijiet tagħhom.", "Dawn mhumiex affarijiet li jsiru bil-għaġġla.", "Mhumiex każ ta' finanzi jew każ ta' pjani biss, imma huma wkoll każ ta' mentalita`.", "L-aħħar darba meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Edwin Vassallo qal li kieku aħna konna perfetti ma kienx ikollna bżonn dawn il-liġijiet.", "U hekk hu.", "Kieku konna perfetti ma kienx ikollna bżonnhom!", "U m'għandix dubju li anke l-liġijiet li ddibattejna x-xahar li għadda, li qed niddibattu llum u x- xahar id-dieħel, jgħaddi ftit żmien u nerġgħu niġu hawnhekk biex nagħmlu l- emendi għaliex tkun biddlet il-kultura jew tkun tbiddlet is-soċjeta` u nkunu qed inħarsu lejn xejriet oħra.", "Mr Speaker, din il-liġi fil-bażi tagħha qed tneħħi d-diskriminazzjoni.", "Issa min jaħseb li d-diskriminazzjoni kontra n-nisa ma teżistix u jsejħilna perceived abused jiddispjaċini ngħid li ma jafx x'qed jgħid.", "Forsi l-aħjar mod kif niddeskrivi d-diskriminazzjoni - għax id- diskriminazzjoni trid tħossha biex tkun taf x'inhi - hija l-anecdote famuża għal darba oħra Amerikana, fejn għandek raġel iswed u raġel abjad qed iħarsu fil-mera.", "Ir-raġel iswed jistaqsi lil dak abjad: Meta inti tħares fil-mera x'tara?", "U r-raġel abjad jgħidlu: Raġel.", "U r-raġel iswed jgħidlu: Meta nħares jien nara raġel iswed.", "Għax għal raġel abjad li qatt ma ħass il-preġudizzji, li qatt ma kien vittma ta' diskriminazzjoni l-kulur tal-ġilda is not an issue, imma għall-ieħor, li għadda ħajtu u li ġie minn ġenerazzjonijiet ta' qablu u l-Bambin jaf kemm se jkun hemm ġenerazzjonijiet li għad iridu jħossu l-preġudizzji u d-diskriminazzjoni, colour is an issue.", "F'dan il-każ ukoll gender is an issue u d-diskriminazzjoni teżisti.", "Il- liġi tgħid ukoll li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni meta nies japplikaw għall-impjieg.", "Waħda mill-affarijiet li hija ta' tħassib hija l- fatt li meta selection board jħarsu lejn il-kandidat u jaraw mara, jistaqsu mistoqsijiet li assolutament mhumiex aċċettabbli.", "U ħadd ma jmerini għaliex jien kont fuq selection boards fejn mara żagħżugħa li tkun għall-interview - u l-Bambin jaf kemm hi diġa` qed tibża' u kemm hi nervuża għaliex qiegħda għall-interview - ikun hemm xi membru tal-bord raġel li jistaqsiha: Isma', inti beħsiebek ikollok tfal?", "Inti li għandek it-tfal x'se tagħmel bihom jekk nagħtuk il-job?", "Mhux l-ewwel darba li kien ikolli xi ngħid ma' dawn il-membri nieqsa mis-sensittivita` għal kollox.", "Having said that ma rridx ngħid li n-nisa kollha li jkunu fuq is-selection board huma sensittivi għall-issue ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni.", "Jiġifieri bl-ebda mod ma jien qed ngħid hawnhekk li nagħmlu selection boards bin-nisa fihom biex meta jkollna n-nisa għar-recruitment ikollhom vantaġġ.", "Jien ngħid biss li n-nisa huma aktar sensittivi, imma l-għan tagħna mhuwiex li jkollna nisa jew irġiel sensittivi, imma li jkollna nies sensittivi għall-ħteġijiet u anke għall-kontribuzzjoni li jistgħu jagħtu nies oħra.", "Jiġifieri l-għan tagħna huwa li nbiddlu l-mentalita`, li nbiddlu l-kultura, li ma nibqgħux ngħidu: Ara, dik mara, mela dik se tqumli l-maternity benefits jekk toħroġli tqila, se jkolli nagħti l-leave, imbagħad il- Bambin jaf x'tibda tagħmel!", "Aħna bħala pajjiż iffirmajna l-konvenzjoni li telimina d-diskriminazzjonijiet kollha li jeżistu kontra n-nisa u marbutin li naraw li dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Mr Speaker, ħafna drabi aħna ngħidu li l-irġiel huma neqsin mis- sensittivita`, imma rrid insemmi l-pożittiv ukoll.", "Dan l-aħħar kellna selection board magħmul kollu minn irġiel u selection board għażel bħala l- aħjar kandidat mara żagħżugħa, mara tqila biex mhux biss tmexxi dipartiment ġdid, imma biex twaqqaf dipartiment ġdid u ħadd m'għamillha favur, ħadd ma għamillha hand-out, ħadd ma qal li għandna bżonn mara għall-image ta' l- awtorita` li qed nirriferi għaliha, l-awtorita` tat-trasport.", "She was the best candidate and she got the job u hekk għandna nimxu u mhux noqogħdu nħarsu lejn kemm se tqumli dik il-mara ladarba ndaħħalha fix-xogħol u jkolli nagħtiha l-benefiċċji li l-liġi tgħid li għandi nagħtiha.", "Jiġifieri hemmhekk noqogħdu attenti wkoll.", "Xi ħaġa oħra li qed inħarsu lejha fil-liġi hija dwar nisa li jaħdmu fil- business tal-familja, partikolarment tar-raġel tagħhom.", "Din il-liġi qed tagħtihom il-protezzjoni meħtieġa.", "Rajna wisq każi ta' nisa li jkunu veru ħadmu fuq li ħadmu, pero` meta jinqalgħu ċerti problemi jsibu li Alla jbierek kollox sparixxa, li somehow or other huma m'għandhom xejn li jistgħu jgħidu li hu tagħhom u ta' uliedhom.", "Għalhekk jeħtieġ li hawnhekk nagħtuhom il-protezzjoni.", "Mill-banda l-oħra l-liġijiet mhumiex biżżejjed - u nirriferi għal meta konna daħħalna l-liġi sħab indaqs fiż-żwieġ - għax xbajt niltaqa' ma' nisa li jgħidulek: Uff xi dwejjaq!", "Issa jien irrid immur noqgħod niffirma kull darba li r-raġel irid ibigħ xi ħaġa jew inkella jrid jagħmel xi transaction.", "Iva, għaliex?", "Għax inti għandek l-obbligi tiegħek, inti għandek ir-responsabbiltajiet tiegħek, inti tieħu d-drittijiet imma hu ħsiebhom dawk id-drittijiet.", "Inkella ħafna nisa - din kien qalhieli manager ta' bank li kien jagħti self biex jinxtraw id-djar - biex ifarfru minn fuqhom jiffirmaw prokuri u lanqas huma stess ma jafu x'mare magnum, xi gwaj jistgħu jidħlu fih!", "U meta mbagħad jidħlu fih jiġi jibku u jgħidulek li ma kenux jafu d- drittijiet tagħhom.", "Hemmhekk jidħol il-bżonn ta' kampanja ta' edukazzjoni li trid titmexxa paripassu mal-liġijiet kif joħorġu.", "Jiġifieri hemm ukoll ir- responsabbilta` tan-nisa li jkunu jafu x'tgħidilhom il-liġi, x'inhuma l- obbligu tagħhom u kif għandhom jipproteġu lilhom infushom.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-self-employed.", "Aħna għandna numru baxx ħafna ta' nisa self-employed u nisa entrepreneurs.", "Din hija xi ħaġa riflessa madwar id-dinja, pero` meta nagħtu inċentivi, bħal meta nħoloq l-inkubatur biex jgħin lin-nisa intraprenditorjali jiftħu kumpanniji tagħhom, naraw li n-nisa jkunu minn ta' l-ewwel biex jiġu 'l quddiem.", "Jeħtieġ li jkollna aktar nisa li jsibu aċċess faċli għar-riżorsi li għandhom bżonn biex jiftħu kumpanniji tagħhom għax anke hawnhekk teżisti d- diskriminazzjoni.", "Id-diskriminazzjoni teżisti ħafna fil-ħsieb, imma kif se nipprova li xi manager ta' bank iddeċieda li ma jagħtix loan lil mara għaliex hija mara?", "Imma l-ħsieb, sfortunatament, iwassal għal deċiżjonijiet li huma bbażati fuq nuqqas ta' ġustizzja.", "Aħna rridu naċċertaw ruħna li kemm jista' jkun ma jkunx hemm loopholes f'dawn l-affarijiet.", "U għalhekk jien qed ngħid li din il-liġi hija bażi soda, pero` rridu naraw affarijiet oħra li huma marbutin magħha.", "Din il- liġi mhijiex waħedha, hija magħquda anke mal-kurrikulu nazzjonali, mal-liġi ta' l-impjiegi u ma' liġijiet oħra li jaraw eżattament x'għandu jsir.", "Mr Speaker, hawnhekk għandna klawsola li titkellem dwar sexual harassment, xi ħaġa oħra li kienet iddaħħak ħafna nies.", "Imma llum qed naċċettawha.", "X'jiġifieri jkun hemm impjegati li jiffittaw, jittantaw lil ħaddieħor u dik il-persuna, li l-Bambin jaf kif inhi mgħallqa u bilfors trid tmur ix-xogħol l-għada filgħodu, trid tmur hemmhekk u taċċetta ċerti affarijiet li jirvinawlha ħajjitha, jagħtuha sens ta' nuqqas ta' dinjita` personali u m'għandha l-ebda redress!", "U hawnhekk il-liġi, bir-raġun kollu, qed tpoġġi r-responsabbilta` fuq min iħaddem u fuq min imexxi.", "Pero` dan huwa artiklu li biex ikollu l-effett mixtieq irid ikollu l-appoġġ partikolarment tat-trade unions.", "Dawn mhux biss iridu jinstigaw a sexual harassment free environment fil-post tax-xogħol, imma jridu jaraw ukoll li l-impjegati li huma membri tagħhom ikunu jafu eżattament xi drittijiet għandhom u fejn jistgħu jmorru biex ifittxu redress.", "It-trade unions iridu jaraw ukoll li kumpannija jew entita` tipprovdi focal person, focal point fejn min ikollu problema jkun jista' imur jitkellimha hemmhekk.", "Jeħtieġ li l-kumpanniji mill-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa biex dan iseħħ.", "Hawnhekk wieħed irid jgħid ukoll, għax b'kollox trid tbigħ, b'kollox trid tagħmel il-marketing, li kumpannija li ma taċċettax ħmerijiet u ċajt u li tipproteġi lill-impjegati tagħha hija kumpannija fejn is-sens komun qiegħed jirrenja.", "Aħna nafu li ħaddiema li huma mdejqin fuq ix-xogħol għax ħaddieħor qed idejjaqhom huma ħaddiema li ma jipproduċux tajjeb, li fejn jistgħu jfittxu biex jitilqu - allura l-kumpannija jkollha tagħti taħriġ mill-ġdid - u huma ħaddiema li ma jgħinux biex l-ambjent għal ħaddieħor ikun tajjeb.", "Allura it makes common sense li inti tara li tagħti l- protezzjoni lill-impjegati tiegħek.", "Naf li l-Onor.", "Helen D'Amato diġà tkellmet fuq il-kummissjoni, imma xtaqt nagħmel aċċenn qasir.", "Forsi ta' min iħares li f'dan il-pajjiż ikollna an equal opportunities tribunal.", "Jien naħseb li rridu niffaċilitaw l-ħajja għan-nies.", "Jien ngħid li l-affarijiet għandhom isiru bil-kwiet u jkun hemm ftehim ħalli l-affarijiet jirranġaw ruħhom u jitbiddlu bis-serjeta`, pero` fejn l-affarijiet ikunu serji nistgħu nħarsu lejn an equal opportunities tribunal, li ma jkunx biss għal diskriminazzjoni bejn nisa u rġiel u rġiel u nisa.", "Naħseb li f'dan il-pajjiż se nħarsu lejn ħafna każi ta' nuqqas ta' ugwaljanza fejn jidħlu persuni b'diżabilita`, se nħarsu wkoll lejn problemi bbażati fuq kulturi, fuq razez, fuq twemmin, u fuq orjentament sesswali.", "Forsi ta' min iħares lejn tribunal partikolari bil-core members, pero` b'membri oħra li jkunu speċjalizzati skond il-każ.", "Wieħed għandu jara li dawn il-każi jinqatgħu hemmhekk fl-iqsar żmien possibbli u b'mod ċivili.", "Mr Speaker, xtaqt ngħid żewġ affarijiet oħra.", "Issemmiet il-problema ta' nisa li jkunu intitolati għall-manteniment mir-raġel tagħhom f'każ ta' separazzjoni.", "Għandna wkoll il-każ ta' nisa akbar fl-eta` li donnu m'għandhomx dritt għal parti mill-pensjoni minkejja l-fatt li fil-liġi sħab indaqs fiż-żwieġ daħal il-konċett tal-family income fejn għedna li d-dħul tal-familja huwa ta' kulħadd.", "Għalhekk il-pensjoni hija tal-koppja u naħseb li fiż-żmien li ġej irridu nħarsu lejn dan ukoll.", "Mhijiex ġustizzja lanqas li biex in-nisa u t-tfal jieħdu l-manteniment li huwa bi dritt tagħhom, iridu jgħaddu minn martirju.", "Il-ploy hi li r-raġel ma jħallasx il-manteniment għaliex jaf li biex il-mara tieħu dan il-manteniment trid ittellgħu l-qorti u allura jidħlu ħafna spejjeż u ħafna hassle.", "Dan m'għandux isir u naħseb li meta l- qorti tal-familja tkun stabbilita għandha tħares lejn dawn il-problemi.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix lanqas il-bordijiet u l-kummissjonijiet.", "Insemmu targets biex ikollna nisa fuq bordijiet u fuq kummissjonijiet pubbliċi u sfortunatament ir-riżultat għadu wieħed miskin.", "B'daqshekk ma jien qed ngħid xejn ġdid li ma jmurx jiġi xi ħadd u jgħid li qed nagħmel xi positive action.", "Li qed ngħid jien huwa li n-numru ta' nisa fuq il- bordijiet u fuq il-kummissjonijiet jenħtieġ li jiżdied jekk verament irridu li n-nisa jkunu f'postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Hemm bżonn li nkunu sensittivi u minn hawnhekk nixtieq nappella lid-dipartiment ta' l- istatus tan-nisa, lill-kummissjoni għall-avvanz tal-mara u lill-kunsill nazzjonali tan-nisa biex ikunu pro-attivi.", "Dawn li jafu liema huma l- bordijiet u l-kummissjonijiet li qed nitkellmu fuqhom għandhom ikunu minn ta' l-ewwel li jressqu ismijiet ta' nisa kompetenti u kapaċi biex jekk ikun hemm min iġib l-iskuża li ma jkunx sab nisa ̧ inkunu sibnihomlhom aħna.", "Pero` ma jistax ikun li l-konkorrenza tan-nisa fuq il-bordijiet u fuq il- kummissjonijiet tibqa' waħda daqshekk baxxa.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar il-faċilitajiet għall-kura u ż- żamma tat-tfal.", "Id-diskriminazzjoni ma tneħħihiex biss bil-liġi imma tneħħiha b'miżuri u b'tibdil f'affarijiet oħra.", "Jekk irridu li n-nisa verament ikollhom l-opportunitajiet biex jistudjaw ̧ biex joħorġu jaħdmu, biex jagħtu kontribut u biex ikollhom għażla reali rridu noħolqu l- istrutturi kollha.", "Per eżempju, quddiemi għandi rapport li ħareġ miċ-child care task force li jitkellem dwar kif għandna noħolqu child care facilities hawn Malta.", "Jien ngħid li dan huwa rapport tajjeb ħafna li qed iħares kif għandna noħolqu dawn il-faċilitajiet.", "Aħna għandna faċilitajiet privati imma dawn mhux kulħadd jiflaħ iħallashom.", "L-Istat jipprovdi l- kindergarten minn tliet snin 'il fuq pero' kif nafu t-tfal ikollhom il- vaganzi tas-sajf u vaganzi oħrajn u dawk il-ġenituri li jaħdmu t-tnejn jiltaqgħu ma' problemi kbar meta jiġu biex jaraw ma' min u fejn se jħallu t-tfal.", "Bil-mod il-mod is-sistema fejn il-ġenituri jħallu t-tfal man- nanniet jew maz-zijiet qed tispiċċa.", "Ix-xenarju tal-familji tagħna qed jitbiddel u rridu nħarsu lejn affarijiet li huma regolati.", "Għalhekk dan ir- rapport jagħti bosta ideat u jħares lejn ir-regolamentazzjoni tal-liġi.", "L-Onor.", "Helena Dalli kemm-il darba rriferiet għall-abbozz ta' liġi dwar iċ- child care pero` l-unika ħaġa li sibt kienet f'rapport ta' studenta, mingħalija tas-soċjoloġija, fejn kien hemm framework law, biex ngħidu hekk.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Hemm abbozz ta' liġi dwar regulations on childminding li jirregola s-settur pero' dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' l- istudju li qed issemmi l-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Bir-rispett kollu dik li ġibt jien kienet il- Malta child care regulation act li fiha erba' artikli u jidhirli li hija framework.", "Din nistgħu nużawha bħala bażi biex naħdmu fuqha pero' r- rapport li ħareġ miit-task force huwa wieħed li għandu jiġi kkonsidrat.", "Qabel nagħlaq nixtieq insemmi artiklu li deher f'\"The Sunday Times\" tas-27 ta' Ottubru li għadda u li huwa miktub mill-President tal-Malta association of women in business.", "F'dan l-artiklu jingħad li :", "\"Child care should ideally be provided by the State.\".", "Sur President ̧ iċ-child care fl-ebda pajjiż ma jiġi pprovdut mill-Istat.", "Naħseb li aħna għaddejniha l-fażi tax-sugar daddy fejn l-Istat jipprovdielna kollox hu.", "Per eżempju ̧ fin-Norveġja ċ-child care mhux biss huwa pprovdut mill-Istat imma huwa pprovdut ukoll minn intrapriżi privati.", "Issa ovvjament l-Istat għandu jipprovdi dan is-servizz lil min ma jiflaħx iħallas pero` ma nistax nifhem kif ikun hawn min igħid li dan is-servizz għandu jipprovdih l-Istat aktar u aktar meta nafu li dan huwa settur li joħloq ħafna xogħol għan-nisa u għall-koperattivi tan-nisa u fejn in-nisa jsibu skop biex joħolqu l-business tagħhom.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attenti kif igħid ċerti affarijiet.", "L-Istat għandu jirregola ċ-child care facilities u ċ-child care system imma bl-ebda mod m'għandna ngħidu li l-Istat għandu jipprovdi.", "Ovvjament l-Istat għandu jikkonsidra affarijiet bħal tax credits u tax incentives imma m'huwiex aċċettabbli li tgħid li l-gvern jista' jipprovdi ċ-child care.", "Sur President, meta jinkitbu ċerti artikli biex jirbħu l-kredibbilta` li jistħoqqilhom ma jistax ikun li jsiru kummenti bħal dawn li qed insemmi hawnhekk.", "Għaqda li sejjaħnilha apolitical type tgħid li ma tistax tifhem kif gvern li jrid jissieħeb fl-Unjoni Ewropea qed jinjora għal kollox l- issues tan-nisa.", "F'dak il-każ jien nissuġġerixxi lill-membri tal-Malta association of women in business biex ikellmu lis-Sinjura Renée Laiviera li tmexxi d-dipartiment dwar l-istatus tan-nisa hawn Malta ħalli tagħtihom ir-rapporti ta' ħidma u jaraw eżattament f'dawn is-snin x'ġara għan-nisa hawn Malta.", "Sur President ̧ jien nittama li ma nerġgħux niġu f'dan il-Parlament biex niddibattu liġi oħra li tħares il-kondizzjonijiet ta' nisa u tfal li jkunu għadhom f'qagħda imwiegħra.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, meta quddiem dan il-parlament jitressaq abbozz ta' liġi li b'xi mod jew ieħor ikun jittratta l- ugwaljanza jew id-diskriminazzjoni jkun ifisser li s-soċjetà tkun għadha mhux qed taċċetta lil kulħadd l-istess.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa prova ta' kemm is-soċjeta` Maltija għadha qed tiffaċċja ċerti problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' ugwaljanza bejn is-sessi.", "Id-diskriminazzjoni jew l-inugwaljanza tista' tkun kontra n-nisa pero` tista' tkun ukoll kontra l-irġiel.", "Fil-fatt ġieli niltaqgħu ma' sitwazzjonijet – dawn huma fil-minoranza – fejn l-irġiel jiġu diskriminati minn ċerti regolamenti jew liġijiet.", "Pero` qabel ma nidħol fid-dettall ikun tajjeb li wieħed jgħid li fl-aħħar mill-aħħar irid ikun hemm ir-rieda politika biex verament immexxu dawn l-affarijiet 'il quddiem.", "M'huwiex biżżejjed li nippriedkaw jekk ma jkunx hemm ir-rieda politika minn min ikun qed imexxi.", "Sur President, kif spjegaw tajjeb il-kelliema ta' qabli ̧ b'mod partikolari l-Onor.", "Dalli, dan l-abbozz ta' liġi juri li l-gvern Nazzjonalista huwa gvern għajjien u mingħajr ħeġġa.", "Qed ngħid dan għaliex għaddew aktar minn erba' snin biex dan l-abbozz ta' liġi tressaq quddiem dan il-parlament.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li ċerti kelliema tal-gvern qagħdu jgħidu jekk il-partit Laburista fil-gvern ikkonsultax mal-liġi ta' New Zealand kif għamel il-gvern preżenti jew liema liġijiet ingħataw importanza.", "Naħseb li dawn ma tantx sabu xi jgħidu biex qagħdu jinħlew fuq dawn l-argumenti pwerili.", "Pero` li kont qed ngħid huwa kemm huwa mportanti li wieħed ikollu l-ħeġġa biex isiru ċerti affarijiet.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhuwiex dak mixtieq min-naħa ta' l- oppożizzjoni pero` fil-prinċipju naqblu li għandu jsir kull sforz biex ikun hemm l-ugwaljanza bejn is-sessi u allura għal din ir-raġuni se nivvotaw favur tiegħu.", "Naturalment wara l-elezzjoni li ġejja gvern Laburista ġdid se jagħmel dawk l-emendi meħtieġa biex dan l-abbozz ta' liġi jkun verament dak li nixtiequ.", "Kultant niskanta kif ċerti nies ikollhom il-wiċċ li jikkritikaw lill-gvern Laburista li ppretendew li jagħmel kollox fi 22 xahar.", "Dawn jinsew li l- partit Nazzjonalista issa ilu erba' snin fil-gvern u qabel kien għamel bejn l-1987 u l-1996 fil-poter.", "Alla jbierek dawn stennew li fi 22 xahar il- partit Laburista jagħmel kollox hu.", "Ovvjament kienet qed issir ħidma kbira f'dan ir-rigward pero' sfortunatament il-partit Laburista dam biss 22 xahar fil-gvern u allura ż-żmien kien kontrih biex isiru ċerti affarijiet.", "Pero` huwa żgur li ż-żmien ma kienx kontra l-partit Nazzjonalista u f'dawn l-erba' snin inħela żmien prezzjuż biex dan l-abbozz ta' liġi jinġieb quddiem din il-Kamra.", "Fl-1998 il-partit Nazzjonalista fil-gvern sab abbozz lest quddiemu u minflok ma bena fuqu għażel li jkissru.", "Fil-fatt dan ġabu to a minimum ta' dak li kien rikjest mill-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Dolores Cristina qalet li dan is-suġġett mhux biss huwa ttrattat fl-Unjoni Ewropea imma qalet li huwa ttrattat ukoll fil-Kunsill ta' l-Ewropa, fil-United Nations u f'assoċjazzjonijiet oħrajn li 'l quddiem ikolli ċans li nsemmihom.", "Din mhijiex xi ħaġa ta' l-Unjoni Ewropea waħedha imma hemm organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn li jitkellmu, jippromwovu u jħeġġu l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Kieku l-gvern Nazzjonalista jgħid li għandna nissieħbu fl- Unjoni Ewropea għat-tali raġunijiet kollox sew imma li jgħid li għandna nissieħbu fl-Unjoni Ewropea għaliex m'aħniex kapaċi nieħdu l-miżuri neċessarji anke f'dan il-qasam ikun qed jarmina u jbigħna għalxejn.", "Din hija sfiduċja kbira fil-poplu Malti u fina l-politiċi li ġejna eletti f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex b'mod jew ieħor inkunu nistgħu nikkontribwixxu lejn il-ġid komuni.", "Hawn min igħid li jekk ma nisseħbux fl- Unjoni Ewropea se ninqatgħu, se nintilfu u mhux se nibqgħu nidhru aktar fil- mappa tad-dinja pero' minn fejn joħorġu dawn l-affarijiet?", "Minn fejn joħroġ li jekk ma nkunux membri fl-Unjoni Ewropea se jkun hawn inqas demokrazija jew se naqgħu fil-medjokrita`?", "Dawk li huma favur li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea dejjem jipprovaw ikissru dak kollu li ma jaqblux miegħu.", "Il-partit Laburista jħares lejn dak kollu li huwa pożittiv inkluż l- ugwaljanza bejn is-sessi pero' l-gvern Nazzjonalista dak li tgħidlu l- Unjoni Ewropea jagħmel.", "Aħna ngħidu li huwa tajjeb li jitwettqu l- affarijiet li huma ta' ġid u pożittivi għal pajjiżna.", "Pero' dawn m'għandniex inwettquhom għax igħidilna ħaddieħor imma għax inkunu konvinti li huma tajbin.", "Sur President, fir-regular report ta' Ottubru tas-sena 2002 jingħad li:", "\"As for equal treatment for women and men no significant progress can be reported.\".", "Naturalment minħabba din iċ-ċanfira l-gvern ra kif għamel biex kemm jista' jkun malajr iressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem din il-Kamra.", "Fil-fatt fil-pjan nazzjonali għall-addozzjoni ta' l-acquis nsibu li din il-liġi trid tgħaddi fl-aħħar quarter tas-sena 2002 u hemm imsemmi b'mod speċifiku tliet direttivi.", "L-ewwel direttiva hija 79/80/EC li titkellem fuq diskriminazzjoni abbażi ta' sess, it-tieni direttiva hija 76/207/EEC li titkellem fuq diskriminazzjoni ta' gender biex dak li jkun ikollu aċċess għal taħriġ fuq livell vokazzjonali u affairjiet oħrajn li jmorru ma' dan u t-tielet direttiva hija 86/613/EEC li titkellem fuq trattament ugwali għas- self-employed.", "Għalhekk il-gvern qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi għax qed tgħidlu l-Unjoni Ewropea mhux għax huwa konvint.", "Ovvjament jekk ma tkunx konvint bilfors tagħmel l-affarijiet bil-biċċiet.", "Fil-fatt l- oppożizzjoni Laburista kkritikat il-fatt li din il-liġi ma tiġborx fiha affarijiet oħrajn li huma neċessarji biex verament f'pajjiżna nippromwovu l- ugwaljanza bejn is-sessi.", "Sur President ̧ fl-opinjoni tagħna kellha ssir liġi aktar komprensiva li tinkorpora fiha l-oqsma kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-qasam kif hemm f'pajjiżi Ewropej li mhux neċessarjament huma membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk inħarsu lejn il-liġi dwar l-ugwaljanza Norveġiża li kienet għaddiet fl- 1979 insibu li din tittratta l-gender equality, il-working and economic life u ugwaljanza fil-ħajja privata, f'dak li għandu x'jaqsam mal-public administration u fil-mod kif jaħdem l-Istat b'mod ġenerali.", "Naturalment matul is-snin kien hemm emendi oħrajn fejn rajna li daħħlu persentaġġi li verament jilħqu l-għanijiet u l-miri tagħhom.", "Dan il-provvediment kien inkluż fil-liġi fl-1988 u fl-1992 daħħlu emendi oħrajn fl-Att dwar il-local government biex japplikaw il-40% rule.", "Għalhekk aktar jagħmel sens li jkollok liġi komprensiva milli jkollok frammentazzjoni ta' diversi punti f'liġijiet oħrajn.", "Sur President ̧ naħseb li punt politiku li rridu nitilqu minnu huwa dak politiku.", "Il-partit Laburista jħares lejn il-passat b'ċertu sodisfazzjon.", "Fil-fatt jekk immorru lura nsibu li l-mara ngħatat id-dritt tal-vot fl- 1947.", "Dan kien punt importanti ħafna kemm għax in-nisa beda jkollhom vuċi fis-soċjeta` kif ukoll biex verament in-nisa u l-irġiel ikunu ugwali ffis- soċjeta` Maltija.", "Aktar 'il quddiem kellna l-ewwel ministru mara, l-ewwel membru parlamentari mara, l-ewwel president mara u l-ewwel Speaker mara.", "Dawn huma kollha affarijiet li għal xi wħud jidhru li huma sekondarji imma l-messaġġ politiku huwa li f'dawn l-istituzzjonijiet daqstant importanti fid- demokrazija Maltija jagħmel ħafna sens li nippromwovu l-ugwaljanza bejn is- sessi fis-soċjeta` Maltija.", "Bejn l-1996 u l-1998 il-partit Laburista fil-gvern kien għamel segretarjat parlamentari responsabbli mid-drittijiet tan-nisa fl-uffiċċju tal-Prim Minsitru biex f'dan il-qasam nimxu 'l quddiem u biex il-mara tkun rappreżentata fl-istituzzjonijiet politiċi u ta' livelli għoljin.", "L- Onor. Dolores Cristina u kelliema oħra qalu li n-numru ta' nisa fuq il- bordijiet kif ukoll in-numru ta' nisa li għandhom responsabbiltajiet għolja fis-servizz pubbliku u f'oqsma oħrajn huwa żgħir wisq.", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll id-diżugwaljanza fl-etajiet fis-sens li kultant ikollok diskriminazzjoni abbażi ta' l-eta`.", "Fil-fatt nisimgħu b'każijiet fejn żgħażagħ ta' ċertu eta` jiġu żvantaġġjati minħaba l-eta` tagħhom.", "Per eżempju ̧ fil-ġurnali ġieli jkun hemm vacancies li jkunu jitolbu tliet snin esperjenza.", "Kif jista' jkun li żagħżugħ li jkunu għadu ħiereġ mill-iskola jkollu tliet snin esperjenza?", "Dawn huma affarijiet li jiżvantaġġjaw liż-żgħażagħ.", "Diskriminazzjoni oħra tolqot lil dawk il-persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena li jsibu ħafna diffikultajiet biex isibu xogħol minħabba l-età tagħhom.", "Ġeneralment dawn ikunu kif għadhom tilfu l-impjieg tagħhom.", "Għalhekk minbarra diskriminazzjonijiet minħabba s-sess jeżistu diskriminazzjonijiet oħrajn minħabba l-età.", "Dan ifisser li huwa mportanti ħafna li tinbidel il-mentalità.", "Sur President ̧ naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li nħarsu lejn is-sistema edukattiva tagħna imma ma rridux inħarsu biss lejn kemm qed jirnexxu l-istudenti tagħna jew kemm qed ikomplu l-iskola.", "Il-kollega tiegħi ̧ l-Onor.", "Evarist Bartolo fid-diskors tiegħu ta stampa wiesgħa mhux ħażin ta' x'qed jiġri fis-sistema edukattiva tagħna u kemm hemm problemi u diskriminazzjoni li jridu jiġu ttrattati mill-aktar fis possibbli jekk verament irridu nimxu 'l quddiem.", "Ma jistax ikun li l-irġiel jibqgħu mexjin 'il quddiem u n-nisa jaqgħu lura.", "Ma rridux ninsew li aktar min- nofs il-popolazzjoni Maltija huma nisa u allura ma nistgħux nittraskuraw dan ir-riżors uman meħtieġ.", "Huwa mportanti ħafna li apparti mir-riżultati li qed jiksbu l-istudenti tagħna naraw x'qed jiġi mgħallem fil-klassi.", "Fil-Kumitat Permanenti għall- Affarijiet Soċjali kellna diskussjonijiet dwar il-kurrikulu nazzjonali li kien ġie varat ftit tas-snin ilu.", "Dan huwa dokument interessanti, dokument li jagmel ħafna sens u dokument li ma tistax ma taqbilx miegħu.", "Pero' ikun għalxejn jekk l-affarijiet inħalluhom fuq il-karta u fil-prattika ma nagħmlu xejn.", "Ma jistax ikun li nibqgħu bil-mentalita` li nsibu f'ċerti kotba li għadhom jintużaw fl-iskejjel tagħna fejn b'mod sistematiku Peter igħin lill-missieru u Jane tgħin lill-ommha.", "Per eżempju, it-tifel tiegħi li għandu erba' snin diġà jaf liema xogħlijiet huma ta' l-irġiel u liema xogħlijiet huma tan-nisa.", "Għalhekk naħseb li m'aħniex qed nindirizzaw din il-problema mill-qiegħ nett biex dawn il-barrieri nneħħuhom.", "L-għalliema jridu jkunu konxji minn dawn l-affarijiet għax kif qalet l-Onor.", "Cristina hemm nisa li mhumiex daqshekk konxji mill-problemi li nisa oħrajn isibu fis-soċjeta`.", "Allura din il-bidla fil-kultura trid tiġi l-ewwel u qabel kollox mill- edukazzjoni.", "Nerġa' ngħid mhux biżżejjed li jkollna kotba u kurrikulu nazzjonali sabiħ, imma rridu naraw x'inhu jsir fil-klassijiet biex vermanet nilħqu l-għanijiet tagħna.", "Irridu ngħallmu lit-tfal li s-soċjeta` hija magħmula minn irġiel u nisa u li kulħadd jista' jagħmel kull tip ta' xogħol li jrid, basta jkollu dawk il-ħiliet meħtieġa, basta jkollu dawk l-iskills li huma neċessarji biex jagħmel dak ix-xogħol partikolari.", "Irridu naħdmu iktar biex verament ikollna din il-bidla fil-kultura, pero` apparti li ngħaddu liġijiet, hemm bżonn li tittieħed azzjoni konkreta.", "Mr Speaker, aħna bħala partit Laburisa mhux biss nemmnu fil-gender mainstreaming li ssemma f'din is-seduta, imma fil-ftit xhur li domna fil- gvern wettaqna dan il-konċett fil-prattika.", "Iżda, minkejja li bdiet dieħla din il-kultura fost id-dipartimenti u fil-liġijiet li bdew jiġu vetted mis-segretarjat għad-drittijiet tan-nisa, dan mhux biżżejjed.", "Jekk ngħidu li daħħalna l-konċett tal-gender mainstreaming u issa kollox ward u żahar ma nkunux korretti.", "Mr Speaker, apparti li jkollok il-konċett ta' gender mainstreaming fil- liġijiet, irid ikollok l-istruttura li timbotta u tissorvelja.", "Inutli tikteb il-konċett fuq il-karta u mbagħad ma jkollokx min iwettqu fil- prattika, bħalma ġara fil-każ tal-kurrikulu nazzjonali.", "Inutli niktbu li għandna nippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi jekk imbagħad nibqgħu b'text books antikwati u nibqgħu ngħallmu lill-istudenti tagħna b'mod li din id- differenza nibqgħu nagħmluha.", "Għalhekk , jeħtieġ ikollna struttura li timbotta u li tissorvelja dawn il-konċetti sakemm naslu.", "Anke l-Unjoni Ewropea tgħid li għandu jkun hemm approach b'żewġ modi.", "Għandu jkun hemm il-makkinarju nazzjonali, jiġifieri jkun hemm ministru jew segretarjat parlamentari, kif fil-fatt kien hemm, jew kummissjoni li jkollha ċerta saħħa.", "Pero` apparti li jkollok dawn l-istrutturi jrid ikollok ukoll il-mainstreaming biex verament xi darba noqorbu biex naslu.", "Dawn il-konċetti huma iktar popolari f'pajjiżi nordiċi u waslu qabel pajjiżi oħrajn anke fl-istess Unjoni Ewropea u fl-istess Ewropa.", "Fil-fatt rapport ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-ugwaljanza jgħid:", "\"In parallel to gender mainstreaming, persistent inequalities continue to require specific structures for the implementation of specific actions in favour of equality.\"", "Proprju dak li għadni kemm għedt ftit qabel.", "Barra l-qasam edukattiv, insibu wkoll inugwaljanzi u diskriminazzjonijiet fil-postijeit tax-xogħol.", "Għalhekk irridu naraw kif inneħuhom u nnaqqsuhom kemm jista' jkun.", "Dan jirrikjedi ċertu appoġġ.", "Nerġa' nsemmi l-punt li semmiet l-Onor.", "Cristina li f'interview jistaqsu lin-nisa jekk għandhomx ħsieb li jkollhom it-tfal u mistoqsijiet simili.", "Minflok nagħtu l-opportunita` ta' xogħol lil dik il-mara u meta jkollha t- tfal naraw kif is-soċjeta` b'mod ġenerali tagħtiha appoġġ, nipprovaw nagħlqulha l-bibien.", "Nagħmlu l-barrieri biex dik il-mara ma tingħatax l- impjieg minkejja li tkun kwalifikata u kapaċi tagħmel dak it-tip ta' xogħol.", "Irridu naħsbu b'mod differenti, irridu noħolqu strutturi ta' appoġġ biex min hu kapaċi jaħdem u min irid jaħdem isib il-ħajja iktar faċli.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna ukoll il-perspettiva soċjali.", "Illum bosta familji jserrħu fuq il-familja tagħhom għal dan l-appoġġ.", "Jekk hemm tfal żgħar iħallu f'idejn in-nanniet biex jieħdu ħsieb dawn it-tfal, jeħduhom u jġibuhom mill-iskola u jieħdu ħsiebhom wara li jispiċċaw mill-iskola.", "Hemm ċertu apoġġ minn membri oħrajn tal-familja li forsi f'pajjiżi barranin huwa xi ftit nieqes.", "Għalhekk għandhom child care centres kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat li jagħtu dan it-tip ta' appoġġ.", "F'dawn l-aħħar snin f'pajjiżna qegħdin naraw li dan l-appoġġ mill-familja b'mod dirett dejjem qed jonqos għal diversi raġunijiet.", "Allura hawnhekk irid ikollna viżjoni ġdida lejn dan il-fenomenu.", "Per eżempju, fin-Norveġja fejn imxew ħafna fuq dan l-aspett - għalkemm huma jgħidu li għad fadlilhom biex jaslu - raw li s-sitwazzjoni tan-nisa fin-Norveġja tbiddlet f'dawn l- aħħar snin minħaba li kien hemm inqas tfal fil-familja, kien hemm inqas responsabbiltajiet domestiċi, kien hemm edukazzjoni aħjar, in-nisa bdew ifittxu xogħlijiet barra mid-dar u fittxew iktar indipendenza ekonomika.", "Mr Speaker, li qed nipprova ngħid hawnhekk huwa li filwaqt li għandna nippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-soċjeta` għandha tkun ippreparata li ċerti affarijiet li drajna fihom xi ftit jew wisq jintlaqtu.", "Nixtieq nitkellem issa fuq il-qasam sportiv u kif dan għandu x'jaqsam ma' l- ugwaljanza bejn is-sessi.", "Fil-fatt diskors interessanti li sibt meta kont qed nipprepara għad-diskors tiegħi kien dak li għamlet ministru responsabbli mill-kultura fin-Norveġja.", "Kien diskors interessanti dwar kif żviluppa l-isport u ċertu tip ta' sport fin-Norveġjka u x'psasi ttieħdu biex in-nisa jsibu posthom fis-soċjeta` b'mod ġenerali.", "Fil-fatt din il- ministru għall-affarijiet tal-kultura tgħid li anke l-isport jista' jkun mezz biex in-nisa jagħtu iktar kontribut fis-soċjeta`.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq parteċipazzjoni fl-isport.", "Fortunatament f'pajjiżna, u anke f'diversi pajjiżi, ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fl-isport hija sodisfaċenti, għalkemm m'hijiex kbira biżżejjed fost il-popolazzjoni b'mod ġenerali.", "M'għandix statistika għax ma stajtx insib fuq dan il-qasam, imma jidher li n-nisa qed jifhmu l- importanza ta' l-isport u jħabbtuha tajjeb ma' sportivi rġiel kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' sport għall-massa kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' elite sport.", "Fil-fatt għandna diversi nisa li huma atleti tajbin ħafna li jirrappreżentaw b'mod denju lil pajjiżna u li għamlu isem għalihom u anke għal pajjiżna.", "Kif jinħass fil-qasam politiku, hawnhekk ukoll tinħass l-importanza li iktar nisa jidħlu fl-amminsitrazzjoni ta' l-isport, ikunu coaches u jieħdu responsabbiltajiet għolja fl-isport.", "Naħseb li jekk nagħtu iktar saħħa lin-nisa biex jipparteċipaw fl-isport huma stess ikollhom iktar kunfidenza fihom infushom.", "Barra minn hekk ikollhom relazzjonijet aħjar ma' bodies oħrajn fis-soċjeta` u allura nistgħu ngħidu li l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isport tista' tagħti rwol importanti biex in-nisa jtejbu l-ħajja tagħhom b'mod sostanzjali.", "Dan jista' wkoll jgħin biex huma jidħlu għal responsabbiltajiet oħrajn 'il bogħod mill-isport imma fis-soċjeta` b'mod ġenerali.", "L-Unjoni Ewropea għamlet rapport imsejjaħ Helsinki report on sport f'Diċembru ta' l-1999 li fih tippromwovi l-isport għal kulħadd u tgħid li għandu jkun hemm ugwaljanza ta' opportunitajiet għal kulħadd fil-qasam sportiv.", "Ċertament din hija għodda importanti biex ikun hemm integrazzjoni soċjali.", "II-Kunsill ta' l-Ewropa wkoll ħareġ diversi stqarrijiet fejn enfasizza b'mod qawwi: \"that sport is also an ideal platform for social democracy.", "It is therefore important for the existing community programmes to make use of sport in combating exclusion, inequalities, racism, and xenophobia\".", "Jiġifieri l-isport jista' jippromwovi l-ugwaljanza bejn is- sessi.", "Huwa importanti wkoll il-mod kif irid jippromwovi iktar parteċipazzjoni ta' nisa fl-isport il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.", "Dan jgħid li huwa importanti: \"to advocate equal opportunities for men and women through sport by encouraging women to have roles at all levels and in all structures, especially in the executive bodies of national sports-oriented organisations.\"", "Imma l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ma waqafx hawn.", "Huwa tajjeb li niktbu affarijiet sbieħ fuq il-karta u nagħmlu dikjarazzjonijeit tal-prinċipji, pero` l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, biex verament imexxi 'l quddiem il-gender policy li għandu, biex verament iktar nisa jkunu involuti fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fi strutturi għoljin ta' l-isport, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll fuq skala internazzjonali, għamel dawn ir-rakkmandazzjonijiet li se nsemmi.", "Fil-fatt uħud minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet kienu speċifiiċi u biż-żmien bdew jiġu adottati f'ċerti pajjiżi.", "Fil-fatt il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kien ħeġġeġ biex sal-31 ta' Diċembru ta-sena 2000 għallinqas 10% ta' l-uffiċini fejn jittieħdu deċiżjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-kumitati olimpiċi nazzjonali ta' kull pajjiż differenti jkunu nisa.", "Dan il-persentaġġ ta' 10% kellu jitla' għal 20% sal-21 ta' Diċembru tas-sena 2005.", "Dawn huma miżuri konkreti li qed jesiġi l-IOC fuq il- kumitati olimpiċi nazzjonali.", "Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed iħeġġeġ ukoll li international federations, national federations u organizzazzjonijeit sportivi oħrajn li jaqgħu taħt l-olympic movement jilħqu l-goal li sal-31 ta' Diċembru tas- sena 2000 ikun hemm mill-inqas rappreżentanza ta' 10% li jkunu nisa fl- strutturi fejn jittieħdu deċiżjonijiet importanti.", "Din id-data diġa` għaddiet, u issa dawn il-federazzjonijeit u organizzazzjonijiet nazzjonali jridu jilħqu l-persentaġġ ta' 20% sa Diċembru tas-sena 2005.", "Dan jgħodd mhux biss għall-kumitati olimpiċi nazzjonali imma anke għall- assoċjazzjonijiet u l-għaqdiet li huma membri fi ħdanhom.", "Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jirrikkmanda wkoll li: \"the subsequent stages to reach a strict enforcement of the principle of equality for men and women shall be determined from the year 2001\" biex ikompli jsaħħaħ iktar il-prinċipji ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-isport.", "Barra minn hekk iċ-charter olimpiku dak iż-żmien kien se jiġi emendat biex iżomm quddiem għajnejh il-ħteġijiet ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-qasam sportiv.", "Fil-fatt l-istess rapport jgħid li sas-sena 2001, bejn wieħed u ieħor 66% tal-kumitati olimpiċi nazzjonali kienu waslu biex ikollhom l-10% ta' nisa f'dawn l-istituzzjonijiet, u 43% biss tal-federazzjonijiet internazzjonali u federazzjonijiet nazzjonali u għaqdiet oħrajn li jaqgħu taħt l-olympic movement kienu waslu għal dan il-persentaġġ.", "Għalhekk naraw li anke fil-qasam sportiv hemm din it-tendenza li mhux biss inħajru iktar parteċipazzjoni min-nisa, imma anke li n-nisa jkunu f'pożizzjonijiet ta' tmexxija u li jkunu involuti f'deċiżjonijiet li jittieħdu kemm fid-diversi għaqdiet, clubs u assoċjazzjonijiet nazzjonali kif ukoll fuq skala internazzjonali permezz tal-kumitati olimpiċi nazzjonali u fi ħdan l-IOC innifsu.", "Mr Speaker, anke l-UNESCO kien ħa diversi passi u kien hemm diversi dikjarazzjonijiet, konvenzjonijiet u riżoluzzjonijiet biex jippromwovu l- ugwaljanza bejn is-sessi.", "Naħseb iktar milli nagħmlu l-liġijiet, huwa meħtieġ li jitieħdu l-azzjonijiet.", "Allura tajjeb li nkissru dawk l-ideat li għandha s-soċjeta` b'mod ġenerali anke fl-isport.", "Hemm l-idea li ċertu tip ta' sport, per eżempju l-football, huwa ta' l-irġiel biss.", "Mentri pajjiżi fejn verament għamlu passi 'l quddiem bħan- Norveġja - nerġa' nsemmi n-Norveġja għax fir-riċerka li għamlit impressjonatni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-isport - l-iktar sport li huwa segwit u prattikat min- nisa Norveġiżi huwa l-football, u anke l-handball li tradizzjonalment kien meqjus ukoll bħala sport għall-irġiel.", "Pero` bit-tibdil fil-mentalita` u fil-kultura u iktar u iktar billi nforzaw dak li kienu jgħidu l-liġijiet u dak li kienu jippridkaw il-politiċi, billi ħadu miżuri li verament jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi rnexilhom jaslu fuq medda ta' snin.", "Għalhekk nappella biex wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi minn din il- Kamra, ma nserrħux rasna li għaddejna liġi oħra għax ix-xogħol jibda kif tgħaddi din il-liġi.", "Huwa importanti li dawk kollha konċernati iżommu viżjoni wiesgħa ħalli f'kull qasam tal-ħajja, inkluż l-isport, inkluż l- edukazzjoni u kull qasam ieħor li jinteressa liċ-ċittadin f'pajjiżna, verament nagħmlu ħilitna kollha biex nippromwovu l-ugwaljanza tas-sessi, mhux biex nogħġbu lil xi ħadd imma biex nużaw ir-riżorsi umani kollha neċessarji f'pajjiżna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, m'hemmx dubju li l-partit Laburista għandu storja għas-sehem tiegħu tul is-snin biex joħloq l-ispazju ħalli s- sehem tal-mara f'pajjiżna ikun integrat b'mod li minnu jgawdi l-poplu kollu.", "Tajjeb li hawnhekk insellmu lill-mexxejja deputati u delegati Laburisti li tul is-snin li ilu mwaqqaf il-partit tal-ħaddiema stinkaw sabiex għall- ewwel darba f'pajjiżna taw il-vot lin-nisa.", "Kienu gvernijiet Laburisti li tul is-snin għamlu l-ewwel ministru mara f'dan il-parlament, l-ewwel mara bħala President tar-Repubblika ta' Malta, u l-ewwel mara bħala president ta' din il-Kamra.", "Qed nirriferi għan-nutar Myriam Spiteri Debono, li għadha mimlija bis-saħħa u taħdem bla heda biex is-sehem tal-mara ikun aktar fuq l-aġenda ta' l-istat.", "Naturalment ma nistax ma nsellimx lill-mibkija Sinjorina Agatha Barbara li m'hemmx dubbju tibqa' magħrufa mhux biss bħala ex-President tar-Repubblika, mhux biss bħala attivista kbira Laburista imma wkoll bħala mudell għall- ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Fit-22 xahar li għamel fil-gvern il-partit Laburista ma qagħadx lura milli jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex din tieħu xejra aktar realistika fid-dawl tal-progress fil-pajjiż.", "Dak iż-żmien l-Onor.", "Helena Dalli, li kienet segretarja parlamentari, kienet qed taħdem fuq il-liġi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Infatti llum l-Onor.", "Dolores Cristina tkellmet b'mod favorevoli dwar din il-ħidma, iżda qalet li ma kienx hemm riferenza għal-liġijiet ta' New Zealand.", "Dan juri kemm kien kredibbli dak li ħejja gvern preċedenti u li l-Onor.", "Dalli kienet qed tippilota din il-liġi sewwa għax l-unika kritika li tqanqlet kienet biss li saret riferenza għal-liġijiet ta' New Zealand meta effettivament ma kenux indikati fil-proposti finali li kien ħejja gvern preċedenti Laburista.", "Tajjeb li wieħed ifakkar lill-Kamra li jien u l-Onor.", "Helena Dalli konna ltqajna ma' l-Ambaxxatriċi ta' New Zealand li dak iż-żmien kienet akkreditata għall-Malta.", "Bħala mudell ta' politika agrarja f'pajjiżna dak iż-żmien jien kont nistudja ħafna l-mod kif kienet ġiet integrata l- politika ta' l-agrikoltura ta' New Zealand fejn ftit li xejn kien hemm sussidji, imma tul il-medda tas-snin kienet fost l-iktar sistemi ta' agrikoltura li rrendiet għall-ġid komuni tal-bdiewa u tal-poplu u kellha standards għolja ta' l-ikel.", "Imma mhux dan il-punt.", "Jien u l-Onor.", "Dalli konna tkellimna ma' l-Ambaxxatriċi ta' New Zealand dwar il-viżjoni li kellu l-gvern ta' New Zealand sabiex jara li l- ugwaljanza bejn is-sessi toffri l-opportunitajiet kollha possibbli sabiex is-sehem tal-mara jkun qiegħed tabilħaqq indirizzat u sostnut.", "Ir-raġuni kienet ovvja għaliex", "Irrid ngħid ukoll li jien u l-Onor.", "Dalli konna norganizzaw numru ta' laqgħat sabiex insiru nafu s-sehem li jagħtu fil-ħajja ta' kujum in-nisa tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda.", "Għalkemm ma nsibuhomx fl- istatistiċi tagħna m'hemmx dubbju li ebda bidwi, ebda raħħal u ebda sajjied ma jkollu suċċess fil-karriera tiegħu jekk ma jkollux is-support tal-mara, sew jekk tkun il-mara tiegħu, sew jekk tkun oħtu, sew jekk tkun ommu.", "Peress li New Zealand kienet u għadha fost l-iktar pajjiżi fid-dinja li rnexxiet fil-qasam ta' l-agrikoltura, huwa sens komun li wieħed jipprova janalizza x'kien is-sehem tan-nisa tal-bdiewa, raħħala u sajjieda fis- suċċess ta' dan is-settur.", "Filwaqt li konna qed nanalizzaw il-liġijiet tal- gvernijiet ta' New Zealand bdejna nistudjaw is-sehem tal-mara fis-suċċess li kellu dan il-pajjiż bil-ħsieb li naraw x'inhuma d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom in-nisa tas-sajjieda, tar-raħħala u tal-bdiewa.", "Irridu niftakru li għalkemm aħna nħarsu lejn il-biedja bħala settur li jirrappreżenta biss 2% tal-prodott gross domestiku, din mhix ir-realtà għax is-settur tal-biedja u s-sajd huwa s-sors, il-provvista ta' l-ikel frisk f'pajjiżna.", "Din il-provvista tiddependi minn ħafna fatturi u hija soġġetta għal ħafna diffikultajiet.", "Għalkemm ma jidhru fl-ebda statistika, għalkemm ma tisma' ebda ġurnalist jitkellem fuq is-sehem kbir li minn ġenerazzjoni għall-oħra jagħtu n-nisa tas-sajjieda, tal-bdiewa u tar-raħħala, dawn taw u qegħdin jagħtu kontribut kbir f'pajjiżna għall-iżvilupp ta' dan is-settur.", "Għalhekk jenħtieġ li jingħataw l-għarfien li jistħoqqilhom.", "Naturalment wieħed kien jistenna li f'dibattitu ta' din ix-xorta jissemma dan is-sehem tal-mara f'żewġ oqsma li mhux biss huma l-uniċi riżorsi naturali f'pajjiżna u l-uniċi żewġ industriji li tant għandhom value added u li tant jiġġeneraw impjiegi, imma magħhom huwa marbut is-sors ta' l-ikel frisk għall-poplu tagħna u l-miljun turist li jżuru l-gżejjer tagħna minn sena għall-oħra.", "Minn dan joħroġ ċar kemm is-soċjetà tagħna għad baqgħalha x'tifhem meta qed nitkellmu fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "L-Onor.", "Gonzi llum għarrafni li bejn Jannar u Settembru kellna 3,746 inċident fuq il-post tax-xogħol u li minnhom 384 kienu nisa.", "Ovvjament dan mill-ewwel juri li f'pajjiżna huma l-irġiel li l-iktar jiffaċċjaw periklu fuq il-post tax-xogħol.", "Imma, kif diġà spjegjat, wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll is-sehem ta' ħafna min-nisa tar-raħħala u tal-bdiewa li, meta żwieġhom jew l-membri tal-familja jkunu ma jifilħux, ikomplu bix- xogħol huma.", "Il-qasam tat-trobbija tal-bhejjem u t-tjur u l-produzzjoni mill-uċuħ tar-raba' jew mis-serer jirrikjedu ċerta kapaċità, tbatija u sigħat twal ta' xogħol.", "Filwaqt li nagħmlu l-paraguni fuq il-frekwenza ta' l-inċidenti fuq il- postijiet tax-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa, bħala soċjetà rridu nagħmlu evalwazzjoni serja, kif għamilna ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, biex naraw kif inġibu 'l quddiem l-ugwaljanza bejn is-sessi anke f'qasam ta' xogħol li ma tantx nagħtuh l-importanza li jixraqlu.", "Naturalment fiċ-ċirkostanzi tal-lum, fejn għandna l-isfortuna li kulma jmur qed jiżdied il-qgħad u qegħdin jintilfu l-opportunitajiet ta' impjiegi mhux biss fis-settur tal-biedja u s-sajd, imma anke f'setturi oħra, irridu nifhmu li dan ixekkel ħafna is-sehem tal-mara fis-soċjetà.", "Għaldaqstant filwaqt li ngħidu li permezz ta' dawn il-liġijiet u permezz ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea aħna se jkollna iżjed opportunitajiet, irridu nżommu dejjem f'moħħna li pajjiżi oħra, li ma daħlux għal politika ta' sħubija sħiħa imma adottaw politika ta' partnership, kienu kapaċi joħolqu l-impjiegi, ikattru l-ekonomija tagħhom u jsostnu livell ta' għajxien tajjeb u fl-istess ħin jintegraw is-sehem tal- mara li ħalla l-frott mixtieq.", "Irridu nifhmu x'qed joffru dawn iż-żewġ toroq li għandna quddiemna, jiġifieri dik ta' politika ta' sħubija sħiħa u jew inkella ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ma jagħmilx sens li ngħidu li pajjiżna m'għandux toroq oħra jekk mhux dik ta' sħubija, meta jirriżulta li f'pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea hemm ħafna ċirkostanzi ta' faqar modern.", "Anzi, fost il-popli li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea hemm iktar minn dan it-tip ta' faqar modern milli hemm f'dawk il-pajjiżi li għandhom politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, qed ngħid dan mhux biex indaħħal l-issue ta' sħubija fl- Unjoni Ewropea u nippromwovi l-politika alternattiva, imma biex min qed isegwi dan id-dibattitu jifhem li hemm raġunijiet validi għalfejn ma jaqblilniex nitgħabbew bir-responsabbiltajiet li tpoġġi fuqna sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "U jekk wieħed ifittex isib li hemm alternattivi ddikjarati f'dokumenti uffiċjali.", "U fost id-dokumenti uffiċjali rrid nagħmel riferenza għall-aħħar dokumenti ta' l-OECD.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, Mr Speaker, nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR ANTHONY ABELA: Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra niirrapporta li L- Abbozz ta' Liġi dwar il-Metroloġija għadda mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi b'emendi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, isressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 12 ta' Novembru, 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar is-seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 2003.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Metroloġija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Sur President, ftit tal- ġranet ilu l-Onor.", "Vassallo għamel aġġornament dwar id-delizzju tal-kaċċa u l-insib u in partikolari tkellem dwar il-ftehim – wara negozjati ebsin - li pajjiżna għamel ma' l-UE dwar dan is-suġġett.", "Sur President, id-diskors u l-mistoqsijiet ta' l-Onor.", "Vassallo komplew jikkonfermaw l-istat ta' paniku li spiċċat fih l-oppożizzjoni malli pajjiżna kiseb il-ftehim importanti ma' l-UE fuq dan is-suġġett.", "Ma għandix l-iċken dubju li l-oppożizzjoni qatt ma ħasbu li konna se nkunu f'pożizzjoni li nġibu l-ftehim li ġibna fir-rigward tal-kaċċa u l-insib u dan tant hu minnu li anke meta pajjiżna kien diġa` kkonkluda d-diskussjoni mal-kummissjoni ta' l-UE u kien għad fadal biss li dak il-ftehim jiġi approvat mill-pajjiżi membri, kienu bosta l-kelliema tal-partit Laburista fosthom id-deputat mexxej tal-partit Laburista George Vella li qalilna biex nistennew għax din tal-kaċċa fir-rebbiegħa żgur li l-pajjiżi membri mhux se jaċċettawha.", "Effettivament, il-pajjiżi membri ta' l-UE mhux biss aċċettaw li f'pajjiżna titħalla l-kaċċa fir-rebbiegħa fuq il-gamiem u s- summien imma approvaw ukoll il-kumplament tal-ftehim li aħna ġibna ma' l-UE fuq il-qasam tal-kaċċa u l-insib.", "Jiena qabel xejn, nixtieq ngħid li kontrarjament għal dak li tgħid l- oppożizzjoni, l-UE mhux kontra l-kaċċa imma hi favur kaċċa sostenibbli, kaċċa li hi prattikata f'bosta pajjiżi ewropej imma kaċċa li tkun ikkontrollata għas-sempliċi raġuni li l-UE temmen li wieħed għandu jħares l- ispeċi sabiex il-kaċċatur t'għada jkollu fuqiex jispara.", "Biex inġib eżempju ta' għalfejn għandu jsir dan, illum kont qed naqra online fuq waħda mill- aġenziji fejn kien miktub dwar il-problema tan-nuqqas ta' ħut li hemm fin- naħa ta' fuq tan-North Sea, u dan għaliex kien hemm żmien fejn il-qbid ta' dawn il-ħut kien bla kontroll.", "Għalhekk, l-UE hi favur kaċċa li tkun sostenibbli, fejn kaċċatur jista' jikkaċċja llum u l-kaċċatur t'għada jista' jsib fuqhiex jikkaċċja wkoll u jiena naħseb li l-kaċċaturi lokali qegħdin jibdew jifhmu dan il-kunċett.", "Fi Franza - pajjiż tal-UE - hemm stazzjon li jxandar 24 siegħa, programmi fuq il-kaċċa u dan juri li m'għandhomx raġun dawk li qed jgħidu li l-kaċċa u l-insib m'hemm posthom fl- UE.", "L-Onor.", "Vassallo għamel numru ta mistoqsijiet u f'waħda minnhom staqsa kif il-kaċċaturi u n-nassaba irċevew il-leaflet li jispjega l-kontenut ta' dan il-ftehim u staqsa jekk dan imurx kontra d-data protection act.", "L-ewwelnett id-data protection act għadha lanqas biss daħlet fis-seħħ imma anke li kieku daħlet fis-seħħ, id-data protection act tgħidlek ċar u tond li l- informazzjoni li tinkiseb għal tali skop m'għandhiex tintuża għal skop differenti.", "Issa dik l-informazzjoni, il-lista ta' min huma l-kaċċaturi u n- nassaba ntużat sabiex l-istess nies ikunu nformati dwar il-ftehim li Malta għamlet ma' l-UE u għalhekk, dan juri li dik id-data ma nġabritx għal skop u ntużat għal ieħor.", "Ħadd ma kiteb lill-kaċċaturi u n-nassaba biex ibigħilhom xi ħaġa imma biex jinformahom fuq il-kaċċa u l-insib, dak id- delizzju li huma liċenzjati għalih.", "Aparti hekk il-MIC hija aġenzija tal-gvern li għandu d-data u din tirrispondi wkoll lill-Malta-EU Steering Committee u allura ma nistax nifhem għalfejn xi membri ta' l-oppożizzjoni, bħall-Onor.", "Carmelo Abela, ħaduha bi kbira li d-data ta' dawk li huma liċenzjati fil-fatt intużat sabiex dawn jiġi spjegat lilhom, il-ftehim li pajjiżna għamel ma' l-UE.", "Imbagħad l-Onor.", "Vassallo qalilna u nikkwota:", "\"Illum se nkun daqsxejn tekniku ħalli l-kaċċaturi u n-nassaba jifhmuni aħjar.", "Sa ftit żmien ilu, aħna stajna nonsbu l-alwetti, il-malvizzi, l- pluvieri, il-venew u l-birwin imma issa apparentament, l-UE se tgħidilna li dawn l-ispeċi ta' għasafar nistgħu nisparaw fuqhom imma ma nistgħux inżommuhom ħajjin ġewwa gaġġa.\".", "U dan talab in-naħa tal-gvern biex jispjega dan u f'dan ir-rigward, jiena nixtieq nispjega ċar u tond lill-Onor.", "Vassallo li l-insib hu permissibbli fuq l-gammiem u l-malvizz.", "L-insib li jsir għall-alwetta, dik li bl-ingliż tissejjaħ skylark, naħseb l-Onor.", "Vassallo jaf aktar minni li dan il-mod ta' nsib jsir permezz ta' l-użu ta' recordings u l-Onor.", "Vassallo suppost jaf, għax hu kaċċatur, li dan il-mod ta' insib huwa llegali skond ir- regolamenti preżenti u li ilhom fis-seħħ aktar minn għaxar snin f'pajjiżna.", "Jiġifieri l-Onor.", "Vassallo suppost jaf li f'pajjiżna jiġi kkaċċjat l-alwett imma ma jistax jiġi minsub minħabba s-sistema ta' l-insib.", "Fil-każ tal- venew, dak li bl-ingliż jissejjaħ lapwing, l-mod ta' l-insib fuqu jsir ukoll permezz ta' recordings jew inkella permezz ta' venew ferut u dan il- mod ta' l-insib mhux permissibbli f'pajjiżna u jiena nittama li l-Onor.", "Vassallo jafu dan u ma jipprattikahx.", "F'pajjiżna, l-Onor.", "Vassallo suppost jaf li l-venew jiġi kkaċċjat u mhux minsub minħabba l-prattika krudili ta' kif jista' jintasab dan l-għasfur.", "Fil-każ ta' l-insib għal malvizzuni, dawk li bl-ingliż jissejħu song thrush.", "Dan ma jsirx tradizzjonalment u l- informazzjoni provduta mill-kaċċaturi stess turi li meta l-malvizzuni jpassu fil-ħarifa, dawn jkunu kkaċċjati u mhux minsuba.", "Agħar minn hekk, l- Onor. Vassallo tkellem ukoll dwar il-birwien u din jiena ma nistax nifhimha għax dan huwa għasfur protett skond ir-regolamenti u ilu protett għal dawn l-aħħar 12-il sena.", "L-Onor.", "Vassallo ma jafx li dan l-għasfur hu protett?", "Jekk jaf allura kif qed joħodha bi kbira li tista' tisparalu u ma tistax tonsbu?", "Possibbli li l-Onor.", "Vassallo ma jafx li peress li dan l-għasfur hu protett, la jista' jiġi kkaċċjat u lanqas minsub f'pajjiżna!", "Nittama biss li l-Onor.", "Vassallo mhux jipprattika l-kaċċa u l-insib fuq dan l-għasfur li ilu protett għal dawn l-aħħar 12-il sena.", "Kont nippretendi li onorevoli ta' din il-Kamra li jgħid li hu kaċċatur u nassab, ikun aktar informat dwar il- liġijiet ta' pajjiżna u nittama li hu wkoll jimxi mal-liġijiet u r- regolamenti ta' pajjiżna", "L-Onor.", "Vassallo staqsa għalfejn se jsir dan l-istudju fuq il-kaċċa u l- insib u hawnhekk nixtieq ngħid li milli jidher, l-Onor.", "Vassallo lanqas biss qara sew il-leaflet li ntbagħat fid-djar għax fuq wara hemm ċar u tond li dan l-istudju se jkun marbut ma' l-insib u dan se jsir proprju għall- argument tas-sostenibbilita`.", "Aħna meta konna qed ninnegozjaw ma' l-UE, dejjem għedna li aħna ċerti li dak li jiġi minsub f'pajjiżna ma jaffettwax l-eżistenza ta' l-ispeċi u allura se nagħmlu l-istudju biex anke nagħtu prova ta' dan.", "Punt li nittama li l-Onor.", "Vassallo jifhem, hu li wieħed mill-metodi li fil- fatt diġa` hu aċċettat fl-UE anke f'deċiżjoni li kien hemm għar-rigward tal- Belġu, hi li inti jista' jkollok insib ta' għasafar li imbagħad jiġu mrobbija fil-guvi, ovvjament inti jkollok mewt ta' numru ta' għasafar ħabba raġunijiet ta' mard u eta`, fejn hemm bżonn li jiġi sostnut it-trobbija tagħhom u allura hu aċċettat li jsir insib sabiex, kif jgħiduha, jiġi msaħħaħ id-demm ta' dik il-kollezzjoni li tkun qegħda tiġi mrobbija fil- guvi u ma nistax nifhem x'hemm stramb f'dan.", "Jidher li l-Onor.", "Vassallo lanqas ma setgħa jifhem għalfejn jew kif jista' effettivament ikollok it- trobbija ta' għasafar sabiex wieħed ikun jista' jrawwmu.", "Aħna nafu li vera li ċerti għasafar huma faċli biex trawwimhom u oħrajn huma diffiċli.", "Aħna se nagħmlu l-isforz anke b'ċerta għajnuna, sabiex nagħmluha possibbli li jkun jista' jsir trawwim b'suċċess minn dawn il-persuni.", "L-istudju se jsir sabiex wieħed jaċċerta li dak kollu marbut mal-ħajja u t- trobbija ta' għasafar, speċjalment l-għasafar ta' l-għana u sabiex wieħed ikun jista' jisstabbilixxi n-numru ta' għasafar li jistgħu jibqgħu jinqabdu biex titħares il-genetic diversity ta' l-għasafar li jkun fil-guvi.", "Aħna qegħdin norbtu lilna nfusna li nwettqu proġett tat-trobbija ta' l-għasafar ta' l-għana biex min għandu dawn l-għasafar, ikun jista' jrabbihom u jkun mħarreġ apposta biex jagħmel dan.", "Imbagħad staqsa jekk hawnx xi ħadd jispjega għalfejn se jkun mitlub li tiddikjara l-mansab.", "U hawn, jiena nixtieq ngħidlu li kull nassab liċenzjat se jintalab u jkollu l-obbligu jindika - m'hemmx għalfejn jagħmel xi pjanta ta! - l-inħawi ta' fejn jinsab il-mansab tiegħu biex b'hekk, inkunu f'pożizzjoni li nkunu nafu bejn wieħed u ieħor, kemm hawn imnassab f'pajjiżna.", "Irrid ngħid li m'hu qed tiġi ntrodotta l-ebda miżura oħra marbuta mat-titlu jew permess tal-mansab.", "Imbagħad tkellem fuq l-Ornis Committee u ħadha bi kbira li aħna naħsbu li jista' jkollok il-kaċċaturi u n-nies mill-birdlife madwar l-istess mejda jiddiskutu.", "Jiena ma nafx fejn qed jgħix l-Onor.", "Vassallo!", "Dan ma jafx li diġa` waqqafna dak li jissejjaħ l-environment monitoring board, fejn ipoġġu madwar l-istess mejda, il-kaċċaturi u n-nies mill-birdlife u nies oħrajn?", "Irrid ngħid li dan mhux xi ħaġa tal-fantaxjenza u jien stess ppresedejt u attendejt laqgħat ta' dan il-monitoring board.", "Ċertament, l-atteġjament li kien hemm waqt dawn il-laqgħat ma kienx, kif qal hu, atteġġjament ta' kelb u qattus.", "F'dawn iż-żewġ għaqdiet, hemm nies maturi li jifhmu li l-futur ta' dawn id-delizzji huwa permess ta' djalogu bejn iż-żewġ naħat u rrid ngħid li nħossni verament grat lejn dawn iż-żewġ naħat li b'mod matur resqu lejn xulxin u sabu mezz ta' kif jitkellmu.", "Sur President, ippermettili nsellem l-impenn tal-federazzjoni kaċċaturi nassaba u konservazzjonisti kif ukoll tal-birdlife Malta għal kontribut tagħhom biex tinstab it-triq tan- nofs għax din mhux xi ħaġa ta' barra minn hawn u anke f'dan il-qasam, irnexxielna nistabbilixxu għodda ta' djalogu.", "Jekk l-Onor.", "Vassallo għadu ma ndunax b'dan l-esperiment li rnexxa, allura ngħidlu li it's about time li jaġġorna ruħu u l-partit li jirrappreżenta.", "Meta jiena nara dan kollu, nikkonkludi li hemm bżonn li l-oppożizzjoni tqum u tifhem l-affarijiet kif verament huma.", "Qed jipprovaw issaħħnu lin-nies għax fir-rebbiegħa, il-kaċċa se tkun fuq il-gamiem u s-summien biss mentri kull min hu kaċċatur jaf x'jgħaddi u mhux x'jista` jgħaddi f'April u Mejju.", "Il-kaċċa reali hi fuq il- gamiem u summien u m'għandix l-iċken dubbju li l-Onor.", "Vassallo li jipprattika dan id-delizzju, u nispera li jipprattikah skond ir- regolamenti, jaf aktar minni.", "Hawn min qal li l-għasafar li tista' tikkaċċja fir-rebbiegħa ma baqgħux l- istess.", "Imma jiena, mill-informazzjoni li għandi, nista' ngħid li min jgħid hekk mhux jgħix f'dinja reali u qed jivvinta.", "Kulħadd jaf li f'April ma tistax taqbad il-wizz waqt li f'Mejju ma tistax taqbad l-alwett u l- gallini.", "Il-ħrafa l-oħra li smajna s'issa hija dik li l-insib ta' Marzu se jispiċċa.", "Dan mhux veru.", "Anzi dan se ikompli għax għalina, dan l-insib f'Malta għandu x'jaqsam ma' l-insib ta' l-għasafar li jqattagħu x-xitwa fil- mediterran.", "Il-gvern Nazzjonalista kommess li jsib bilanċ ġust bejn il- kaċċa u l-insib tradizzjonali u l-ħarsien ambjentali ta' pajjiżna.", "Dan hu l- bilanċ li hemm bżonn naħdmu aktar fuqu u sejrin nagħmlu dan billi ninfurzaw ir-regolamenti, xi ħaġa li l-partit Laburista ma jagħmilx meta jkun fil- gvern għax aħna rajna l-infurzar imur il-baħar fi żmien meta huma kienu fil- gvern.", "Dawn jitkellmu fuq inforzar tal-liġi biss meta jkunu fl-oppożizzjoni għax meta jkunu fil-gvern addio inforzar.", "Aħna kemm ilna fil-gvern imxejna b'id iebsa u jekk jistaqsuni jekk wasalniex, jiena ngħid li għadna ma wasalniex pero` rridu nkomplu naħdmu u naġixxu kontra l-kaċċa llegali.", "Jiena ma rridx il-kaċċa tal-kaċċaturi imma rrid il-kaċċa tal-kaċċa llegali.", "Kulħadd, inkluż ir-rappreżentanti tal- federazzjoni tal-kaċċaturi u n-nassaba li hemm fuq l-environment monitoring board jinsistu li jkun hemm il-kaċċa fuq il-kaċċa llegali għax l-akbar ħsara li ssir lill-kaċċa u l-insib f'pajjiżna huma proprju minn dawn in- nies irresponsabbli li ma jimxux mar-regolamenti u jkasbru l-idea ġenerali Ii n-nies għandhom tal-kaċċaturi u n-nassaba f'pajjiżna.", "Aħna kommessi li nwaqqfu l-Ornis Committee u fi ftit ġranet oħra, nkunu nistgħu nagħtu d-dettalji sabiex nimxu 'l quddiem fix-xogħol tagħna li nsibu t-triq tal-bilanċ bejn naħa u oħra.", "Jien ma għandix dubju li kulmin jiġġudika l-ftehim li għamilna, 'l bogħod mill-kummenti emozzjonali ta' xi uħud, jsib li dan huwa ftehim sensibbli.", "Il-gvern preżenti ċert li nistgħu nibqgħu mixjin fuq din il-linja u kif diġa` għedt, fil-ġimgħat li ġejjin se jitwaqqaf l-Ornis Committee u dan se jieħu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam mal-kaċċa u l-insib, il-liċenzjar, ir-riservi tal-kaċċa u l- istudju dwar l-insib.", "Se jkun kumitat fejn min jirrapreżenta l-kaċċaturi ser ikollu ċ-ċans jiddeċiedi hu u se jkollu poteri li jiddeċiedi.", "L-Onor.", "Vassallo staqsiena min jiddeċiedi x'jiġri jekk ikun hemm pożizzjoni fejn tal-birdlife tkun mod u tal-kaċċaturi mod ieħor.", "Aħna ngħidulu wkoll li fl-environment monitoring board, ħafna drabi lanqas kien hemm bżonn li wieħed jirbaħ pożizzjoni kontra ieħor għax ikun hemm diskussjoni miftuħa u matura u lanqas biss jittieħed vot pero` jekk wieħed jiġi biex jieħu vot, jiena m'għandix dubbju li wieħed jasal biex ikollu l-vot taċ-chairman li nkunu għażilna.", "Qabel, il-kaċċaturi ma kellhomx din l-opportunita` li qegħdin ngħidu li se jkollhom illum, li jkunu rappreżentati fl-Ornis Committee u jiddeċiedu flimkien ma' oħrajn.", "L-ebda gvern ma ta din l- opportunita` lill-kaċċaturi, li issa se jieħdu sehem f'deċiżjonijiet li se nagħmlu aħna fil-ġranet li ġejjin.", "Jiena sejjer nagħlaq hawnhekk Sur President.", "Illum hawn consensus li l- kaċċa llegali rridu nkomplu niġġielduha u hawn consensus li rridu nipproteġu l-għasafar li ma humiex għall-kaċċa.", "Illum hawn qbil li nridu nżommu l-kaċċa u l-insib imma dan ma jfissirx li nridu nittolleraw l-kaċċa u l-insib illegali u għalhekk, dan il-gvern sejjer ikun iebes ma' min irid jikser ir-regolamenti u iebes ma' dawk li jridu jeqirdu l-kaċċa u l-insib.", "F'dan il-pakkett m'għandiex dubbju li l-gvern qed jassigura li f'pajjiżna hawn u se jibqa' jkun hawn futur għall-kaċċa u l-insib f'xenarju fejn l- ambjent irid jiġi mħares aktar minn qatt qabel mhux biss fl-interess tal- ġenerazzjoni tal-lum imma anke fl-interess tal-ġenerazzjonijiet ta' għada u pitgħada.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada t-Tlieta, 12 ta' Novembru 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKOLA MATER DEI – IMPJEGATI", "36308.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskola Mater Dei?", "Xi staff ieħor hemm f'din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola Mater Dei bħalissa hemm żewġ għalliema.", "Wieħed minn dawn l-għalliema jservi wkoll bħala teacher in charge.", "Hemm ukoll erba' għalliema peripatetiċi, skrivan part-time u general hand.", "SAJJIEDA MALTIN", "36548.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jinformani bil-kunsiderazzjonijet tal- ministeru għall-ittra tiegħi mibgħuta fit-30 ta' Settembru, 2002 – kopja tagħha qed tintbagħat separatament - dwar is-sitwazzjoni tas-sajjieda Maltin?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħu, il-gvern qabel id-data ta' din l- ittra kien diga` ħa passi dwar is-sitwazzjoni tas-sajjieda Maltin fir- rigward tal-problemi rinfaċċati minnhom mas-sajjieda Tuneżini.", "In oltre fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-kummissjoni mista Malta -Tuneżija li saret bejn l-24 u l-25 ta' Ottubru, 2002 din il-materja ġiet trattata direttament bejn rappreżentanti governattivi taż-żewġ pajjiżi sabiex Malta u t-Tuneżija jikkollaboraw biex is-sajjieda tagħhom ikunu jistgħu jistadu fl-ordni u mingħajr ma jkunu ta' xkiel għal xulxin.", "L-awtoritajiet Tuneżini tennew li qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji u qed jinvestigaw il- provi kollha li qed jingħatawlhom mill-awtoritajiet Maltin dwar il-ħsarat li qed isofru s-sajjieda Maltin fl-ibħra internazzjonali.", "Qed iwissu wkoll lis-sajjieda Tuneżini b'miżuri iebsa f'każ li jiġi determinat min qed jikkaġuna danni u ħsarat lis-sajjieda Maltin.", "Malta u t- Tuniżija qablu sabiex jikkollaboraw mill-qrib fil-qasam tas-sajd u ftehmu li jittieħdu inizjattivi sabiex titkattar il-ħbiberija bejn is-sajjieda Maltin u dawk Tuneżini.", "BAĦRIJA - FAWRAN TAD-DRENAĠĠ", "36549.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid għaliex reġgħet tħalliet tfur il- fossa tad-drenaġġ fil-Baħrija għal ġimgħat sħaħ?", "Xi spezzjonijiet saru sabiex tiġi studjata l-ħsara kkawżata fuq l-ambjent rurali, inkluż l-uċuħ tar-raba' u l-mezzi ta' l-ilma tat-tisqija li hemm fl-inħawi?", "Jista' il-Ministru jara li jiġi mnaddaf il-wied li rċieva dan id-drenaġġ qabel il-festa ta' San Martin", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-fossa tal-Baħrija tiġi mbattla kuljum.", "Biex tingħata aktar attenzjoni għal tbattil aktar spiss ta' din il-fossa lli kulma jmur qiegħda tiżdied il-load fuqha, ħarġet tender speċifikament għat-tbattil ta' din il-fossa waħeda.", "B'hekk tkun tista' tiġi mbattla aktar spiss biex jiġi żgurat li fl-ebda ħin tal-ġurnata ma tfur.", "Minn spezzjonijiet li saru mill-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ ma jirriżultax li saret xi ħsara fuq l-ambjent rurali u ma jidhirx li hemm bżonn ta' tindif tal-wied minħabba xi żbroff tad-drenaġġ.", "PERSUNI B'DIŻABILITA` - IMPJIEGI", "36621.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni b'diżabilita` li ngħataw xogħol mas-settur privat u/jew mal-gvern u mal-korporazzjonijiet jew entitajiet oħra tiegħu matul dawn l- aħħar erba' snin?", "Kemm minnhom kienu għomja u x'etajiet kellhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba skond ir-records tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "36622.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol f'Malta u Għawdex separatament?", "Kemm mill-każi kienu rapportati minn ħaddiema taċ-ċivil u kemm mis-settur privat?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol rapportati bejn Jannar u Settembru 2002.", "Rigward il-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari 34935 u 35257.", "PROGRAMM HANDS-ON FISHING", "36623.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-programm hands-on fishing?", "Kemm- il darba saru dawn il-programmi matul dawn l-aħħar erba' snin u kemm kien in-numru ta' studenti preżenti?", "Min huma l-membri tal-bord ta' dawn il- programmi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li f'dawn l-aħħar erba' snin ma tnieda l-ebda programm ta' din ix-xorta.", "AMBJENT/MEPA - PANEWIJIET TAL-KONKOS", "36624.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 36363, jista' il-Ministru jinformana jekk il-MEPA investigatx il-każ imqajjem?", "Jekk iva, x'passi ħadet u x'inhi l-pożizzjoni llum?", "Jekk le, jista' il- Ministru jara li l-MEPA tinvestiga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li rigward il-każ tat-triq ta' Burmarrad, fit-28 ta' Ottubru 2002 inħareġ mill-MEPA ordni ta' waqfien skond l-att dwar l-ambjent 2001 fuq id-dipartiment tat-toroq talli ġew imwaqqgħin ħitan tas-sejjieħ u minflok ġew mibnija ħitan bil-kantun.", "Saret ukoll laqgħa mal-perit inkarigat mix-xogħlijiet fejn ġie diskuss avviż legali 160 maħruġ fl-1997.", "Il-perit ġie ordnat jara li jsirx iżjed xogħol fuq ħitan tas-sejjieħ qabel ma l-MEPA tkun tista` tagħmel full assessment tad-dannu li sar.", "Aktar minn hekk, dawn ix-xogħlijiet qed jiġu diskussi f'kumitat konġunt bejn il-MEPA u d-dipartiment tax-xogħolijiet.", "IMSIDA - RESIDENTI ANZJANI - MEDIĊINI", "36633.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jara li ssir xi ħaġa biex residenti anzjani mill-Imsida li jkollhom bżonn il-mediċini ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jmorru ċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira biex jinqdew?", "Dan ma jistax isir mill-berġa ta' l- Imsida?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li anzjani u pazjenti li joqogħdu l-Imsida jistgħu jġibu l-mediċini mill-berġa ta' l-Imsida billi jużaw is-sistema tal- postal service li tintuża fil-bereġ ta' Malta kollha.", "Dawn ikunu jridu jieħdu l-kartuna tal-mediċini mar-riċetta tat-tabib 15-il ġurnata qabel ma jispiċċawlhom il-mediċini.", "Ħmistax wara jistgħu jiġbru l-mediċini mill- berġa tal-lokalita` tagħhom.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "36634.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-housing authority tikkunsidra t-talba ta' H10538 għal fond alternattiv?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Informat li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed jikkunsidra t-talba in kwestjoni.", "SWATAR - TALBA TA' PERSUNA BIEX TIĠI BOARDED-OUT", "36635.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex il-pesuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sa ftit ilu kien jaħdem il-Libja jibda proċeduri għall-boarding out?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata ġiet informata bil-każ tagħħa.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-KANUN - DAWL", "36636.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir bozza fi Triq il-Kanun, Santa Venera, area li taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-gvern ċentrali u li tiġi quddiem il-kulleġġ ta' St Michael's, minħabba nuqqas ta' dawl adegwat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kuntrarjament għal dak li qed jingħad mill-Onor.", "Interpellant, ir-responsabbilta` tad-dawl fit-triq imsemmija hija tal- kunsill lokali ta' Santa Venera.", "PULIZIJA – EX MEMBRI TAD-DEJMA", "36637.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx, membri tal- korp tal-pulizija li huma ex membri tad-dejma?", "Is-servizz fi żmien li kienu fid-dejma se jgħodd mal-25 sena servizz?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent hemm 17-il membru tal- korp tal-pulizija li qabel kienu membri tad-dejma.", "Informat ukoll li dak il-perijodu ta' żmien li huma kienu qed iservu mal-korp tal-pulizija qabel ma ngaġġaw fil-korp tal-pulizija jgħodd mal-25 sena servizz.", "SANTA VENERA - TRIQ TAL-PALAZZ L-AĦMAR – XOGĦLIJIET", "36638.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta Triq tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera se tiġi rranġata mill-istat ħażin li tinsab fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 36453.", "DJAR - UNITS GĦALL-BEJGĦ", "36639.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm-il unit ħarġet l-awtorita` tad-djar għal bejgħ f'din l-aħħar issue u kemm minnhom kienu diġa` ħarġu fl-issue ta' qabel?", "Kemm ġew allokati?", "X'inhi r- raġuni li dawk li jkunu applikaw, iżda ma jiġux allokati housing unit għax- xiri, ma jiġux imsejħa f'ordni ta' priorita` meta jiġi rifjutat xi unit li jkun ġie allokat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li taħt avviż legali 67 l- awtorita` tad-djar ħarġet total ta' 195 unit f'Malta u Għawdex.", "Minn dawn il-units, 79 kienu ħarġu qabel taħt avviż legali 66 u 48 minnhom kienu ġew rifjutati wara l-allokazzjoni.", "Skond il-kundizzjonijiet elenkati fl-avviż, l-awtorita` iżżomm lista ta' riżerva għal perijodu ta' tliet xhur.", "F'dan il-perijodu l-awtorita` tkompli talloka l-units skond l-ordni tal-punti miġjuba.", "Meta jiskadu dawn it-tliet xhur, tispiċċa l-validita` tal-lista ta' riżerva u l-units li ma jkunux ġew allokati jinħarġu għall-bejgħ b'avviż sussegwenti.", "ALLOWANCE GĦAL TFAL TA' 16-IL SENA LI GĦADHOM L-ISKOLA", "36640.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti li jagħmlu familja eliġibbli biex tfal ta' 16-il sena li għadhom l-iskola jieħdu allowance", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li l-allowance tat-tfal tibqa' titħallas fil-każ ta' dawk bejn is-16 u l-21 sena, jekk dawn ikunu jattendu l-iskola full-time u ma jirċievu l-ebda forma ta' remunerazzjoni.", "Din l-allowance titħallas ukoll lill-persuni li qed jirreġistraw għall-ewwel darba fuq l-ewwel parti tar-reġistru ta' l- impjiegi u li qatt ma kienu ħadmu qabel.", "F'dawn il-każi, ir-rata ta' l-allowance tkun ta' 1.5% tad-differenza bejn id-dħul kollu tal-familja u l-ogħla dħul biex tikkwalifika għall-allowance tat-tfal, jiġifieri Lm10,270.", "Fejn id-dħul tal-familja jkun inqas minn Lm2,770 l-ammont li jitħallas jinħadem bl-istess persentaġġ daqslikieku d- dħul kien ta' Lm2,770.", "Fejn applikabbli kif imsemmi hawn fuq, l-inqas rata ta' allowance li titħallas hija ta' Lm1 fil-ġimgħa jew Lm52 fis-sena.", "QORMI - TRIQ IR-RIGNU - QTUGH TAD-DAWL", "36641.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx saret investigazzjoni dwar il-qtugħ tad-dawl li ta' spiss ikun hemm f'parti minn Triq ir-Rignu, Qormi?", "Jekk iva, għaliex?", "X'azzjoni ttieħdet?", "Jekk le, meta se ssir investigazzjoni biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa ħalli jinqata' l- inkonvenjent għan-nies konċernati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn informazzjoni li għandi jirriżulta li fit-triq imsemmija matul dawn l-aħħar xahrejn kien hemm żewġ interruzzjonijiet.", "Dawn kienu dovuti għal ħsara.", "KLANDESTINI – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL STATUS TA' REFUĠJATI", "36651.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm klandestini ġew ripatriati f'Settembru u Ottubru 2002?", "Jista' jgħid kemm minnhom applikaw għal status ta' refuġjati?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet minn dawk li ġew trattati bis-sistema tal-proċedura aċċellerata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-att dwar ir-refuġjati?", "Jekk kien hemm, x'kienet ir-raġuni prima facie li ġew trattati bil-proċedura aċċellerata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul Settembru u Ottubru ta' din is-sena ġew ripatriati 376 klandestin li ħadd minnhom ma kellu xi applikazzjoni għal status ta' refuġjat pendenti.", "PULIZIJA - KLANDESTINI", "36652.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Billi l-kummissarju tal-pulizija ġie rapportat li qal li l-allokazzjoni ta' fondi għall-klandestini ntnefqet b'xi sitt darbiet aktar minn dak oriġinarjament provdut, jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jilqa' għall-problema finanzjarjament?", "Jista' jagħti dettalji speċifiċi tal-ħwejjeġ jew bżonnijiet bażiċi minimi li qiegħed jipprovdi lill-klandestini waqt li jinżammu f'pajjiżna, b'indikazzjoni ta' l-ispiża approssimattiva għal kull item li jiġi provdut?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-korp tal-pulizija għamel talba lill-ministeru tal-finanzi sabiex jingħata aktar fondi ħalli ikun jista' ikopri l-ispejjeż involuti biex jinżammu u jiġu mantenuti l-klandestini.", "Minbarra l-ikel, dawn qed jingħatawlhom l-affarijiet kollha meħtieġa sabiex tinżamm l-iġene personali ta' kull wieħed, kif ukoll il-materjal kollu meħtieġ għat-tindif tal-post.", "Kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid, ma jinżammux kontijiet separati tan- nefqa ta' l-affarijiet għal dawn il-klandestini.", "PULIZIJA - KLANDESTINI", "36653.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm membri tal-korp tal-pulizija kienu involuti għas-sorveljanza tal-klandestini f'Settembru u Ottubru 2002?", "Mil-liema taqsimiet ġew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 35687, peress li l-pożizzjoni għadha ma nbidlitx.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN - TENDERS", "36654.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha tal- faċilita` korrettiva ta' Kordin minn Settembru 1998 sa Ottubru 2002?", "Kemm kien jiswa kull tender?", "Fiex kien jikkonsisti?", "Lil min ġie assenjat?", "Ingħata b'direct order jew inħarġet talba għal offerti?", "Jista' jgħid min kien jew kienu l-persuni responsabbli mill-aġġudikazzjoni ta' kull tender?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għall-perijodu bejn Settembru 1998 u Settembru 2001 nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 28601.", "Fir-rigward tal-perijodu bejn Ottubru 2001 u Ottubru 2002 ninsab informat kif ġej:", "Audio recording system.", "Dan il-kuntratt ingħata b'tender lill-Correct Termination Ltd għal prezz ta' Lm8,295 wara li tqisu erba' offerti mingħand Comsec Ltd.", "(Lm20,421), Correct Termination Ltd.", "(Lm8,295), Euch.", "Zammit Co. Ltd.", "(Lm17,000) u żewġ offerti mingħand Advanced Telecommunications Systems Ltd.", "(Lm11,541 u Lm13,097).", "Immunology analyser.", "Direct order għall-prezz ta' Lm19,435 mingħand Vivian Corporation.", "Re-Configuration of locks.", "Direct order għall-prezz ta' Lm7,417 mingħand Messrs.", "Philip Toledo.", "L-approvazzjoni ta' dawn iż-żewġ direct orders ingħatat mill-ministeru tal- finanzi.", "PULIZIJA - SERQ", "36655.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Settembru 2002?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul Settembru 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul Settembru 2002 il-każi ta' serq li ġew rapportati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 28 każ ta' serq.", "|Hold-up | 2 | |Pick pocketing | 44 | |Snatch & grab | 11 | |Serq minn dgħajjes | 12 | |Serq ta' dgħajjes | 6 | |Serq ta' karozzi | 40 | |Serq minn karozzi |228 | |Serq minn |129 | |barijiet/lukandi | | |Serq minn fabbriki | 8 | |Serq minn residenzi | 40 | |Serq minn ħwienet | 64 | |Serq minn xtajtiet | 30 | |Serq ieħor |224 |", "PULIZIJA - REATI", "36656.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Settembru 2002?", "Jista' jikklassifikahom?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub fl-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari huwa kif jidher fit-tabella li tidher hawn taħt.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li matul Settembru 2002 kien hemm 640 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Abandon of child | 1 | |Against morals & honour of| 5 | |the family | | |Arson | 14 | |Attempted offences | 82 | |Bodily harm | 91 | |Computer misuse | 1 | |Damage |308 | |Drugs | 6 | |Forgery | 1 | |Fraud | 2 | |lllegal iImmigration | 21 | |Prostitution | 1 | |Sexual offences | 4 | |Theft |838 | |Threats and private | 8 | |violence | | |Violence against public | 11 | |officers | |", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ IT-TONN", "36659.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadha ma saritx Triq it- Tonn, San Pawl il-Baħar?", "Veru li hu rapportat li qal man-nies li ma jridx jagħmilha ladarba saret protesta minn nies tat-triq fi programm tas-Super I?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita` dwar it-trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu u x-xogħlijiet f'dan il- programm isiru skond il-prioritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda nista' ngħid li kull meta jkun hemm xi ħadd li jirriferi għal xi rapport f'ġurnal, jew mezz ieħor ta' komunikazzjoni, dwar xi triq partikolari r-risposta dejjem tkun li jekk dik it-triq m'hijiex imfassla li ssir lanqas m'hi se ssir għaliex dwarha jkun sar rapport partikolari, inkluż jekk dan ir-rapport ikun sar fuq is-Super 1.", "BIĊĊERIJA - IMPJEGATI ĠODDA", "36660.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux veru li dan l-aħħar daħlu fil-biċċerija madwar 30 ħaddiem ieħor?", "Jista' jgħid fuq liema kriterji daħlu dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li d-diviżjoni ta' l-ikel u attivita` veterinarja għandha 17-il trainee butcher li ddaħħlu dan l-aħħar biex jagħmlu trainee butchers' course ta' sena bi ftehim mal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "Dawn bdew it-taħriġ tagħhom wara li saru interviews minn fost dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "SPTAR SAN LUQA - ORTHOPAEDIC WARD - NURSE BARRANI", "36661.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid min hu responsabbli mill-orthopaedic ward ta' l-isptar San Luqa fejn hemm rikoverat pazjent, li ismu qed jintbagħat separatament, li riċentement dan ried li jiġi maħsul u nurse barrani, probabbilment mill- Afrika, li ismu wkoll qed jintbagħat separatament, barra li ma riedx jagħmel dan kellmu ħażin bil-lingwa Maltija?", "Jaf il-Ministru li dan il-każ jimmerita attenzjoni immedjata u li dan in- nurse barrani żgur li mhux qed jagħmel ġih lis-soċjeta` Maltija b'dan l- aġir u wara li tajnih l-impjieg f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kien hemm rapport li daħal għand il-customer care fit-30 ta' Ottubru 2002 fejn ġie msemmi li pazjent ikkomplejnja li nurse barrani qallu biex jinħasel meta kien muġugħ ħafna.", "Fir-rapport qatt ma ssemma li n-nurse kellmu ħażin bil-lingwa Maltija.", "Il-każ dwar il-ħasil tal-marid ġie investigat min-nursing administration ta` l-isptar San Luqa fejn instab li dan in-nurse, li huwa miżżewweġ Maltija, ftiehem ħażin mal- pazjent li kien tant muġugħ.", "Fil-fatt il-pazjent inħasel kif xtaq hu.", "PULIZIJA - INTERVIEWS GĦAL SPETTURI", "36662.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadhom ma sarux l-interviews għall-post ta' spetturi tal-pulizija?", "Jista' jgħid ukoll min huma l-membri tal-bord ta' l-għażla u meta hu maħsub li jsiru dawn l-interviews?", "Jista' jgħid meta se jibda l-kors u fejn se jinżamm, jekk hux l-ewwel l-akkademja tal-pulizija jew l-Universita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-interviews imsemmija mill-Onor.", "Interpellant għadhom ma sarux minħabba li kien hemm membru tal-bord ta' l- għażla li kien indispost.", "Din id-diffikulta` issa ġiet solvuta u huwa mistenni li l-interviews isiru fil-futur qarib.", "Wara dan il-proċess, l- applikanti li jkunu kisbu suċċess fl-interview jibdew kors ta` sena fl- Universita` ta' Malta li jwassal għal certificate in policing.", "Parti mill- kors jista` isir fl-akkademja tal-pulizija, kif stipulat fis-sejħa għall- applikazzjonijiet pubblikata fil-gazzetta tal-gvern tal-25 ta' Ġunju, 2002.", "Informat ukoll li l-bord ta' l-għażla li ġie approvat mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku hu kompost kif ġej: |Chairm|Is-Sur |Deputy | |an |Joseph |Commissioner| | |Cachia | | |Membri|Is-Sur |Supretendent| | |Ronald Kelly| | | |Is-Sur |Director, | | |Charles |Policy & | | |Deguara |Planning | | | |Home Affairs| | |Is-Sur |Psychologist| | |Joshua | | | |Zammit | | | |Is-Sur John |Rappreżentan| | |Galea |t nominat | | |Cavalazzi |mill-Managem| | | |ent & | | | |Personnel | | | |Office |", "WELFARE COMMISSION – LAQGĦAT", "36663.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħet il-welfare commission minn mindu twaqqfet?", "Kemm-il darba ltaqgħet taħt iċ- Chairman Galdes?", "Kemm il-darba ltaqgħet taħt iċ-Chairman Schembri?", "X'kienu d-dati ta' dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠERMANJA/FRANZA - TAĦDIDIET BILATERALI", "36664.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-taħdidiet li kellu mal-ministri tal- finanzi tal-Ġermanja u Franza?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dawn id- diskussjonijiet kienu parti minn negozjati li għadhom għaddejjin u għalhekk hu imprudenti ħafna li nwieġeb mistoqsija bħal din.", "PROTOCOL FINANZJARJU MA' L-ITALJA", "36665.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġi ffirmat il-protocol finanzjarju ma' l-Italja?", "X'ser ikun l-ammont totali?", "Liema medda ta' żmien se jkopri?", "Se jkopri xi perijodu li jmur 'il hinn mid-data tentattiva li fiha l-gvern Nazzjonalista qed jipprospetta li jdaħħal lil Malta bħala membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħames protokoll finanzjarju ma' l-Italja għadu kemm ġie inizjalat.", "Għalhekk, peress li l- protokoll għad irid jiġi ffirmat u wara rratifikat, ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju tingħata l-informazzjoni rikjesta.", "VRT - TESTIJIET", "36666.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fl- ewwel 10 xhur ta' din is-sena?", "Kemm mill-vetturi ttestjati għaddew mill- ewwel?", "Kien hemm vetturi li għamlu t-test aktar minn darba u xorta m'għaddewx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is- sena saru 78,240 test tal-VRT.", "Minn dawn kien hemm 73,091 vetturi li għaddew mit-test mill-ewwel.", "Din l-informazzjoni qiegħda tingħata sa l-aħħar ta' Settembru 2002 għax skond il-liġi l-operaturi għandhom sa nofs ix-xahar ta' wara sabiex jissottomettu r-rapport tax-xahar.", "Id-direttorat tal-liċenzji u testijiet ma jkollux informazzjoni dwar dawk li kellhom jagħmlu t-test aktar minn darba.", "VRT - TESTIJIET", "36667.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel 10 xhur ta' din is-sena kemm kien hemm sidien ta' vetturi li ma ġġedditilhomx il-liċenzja tal- vettura tagħhom għaliex m'għaddewx mit-test tal-VRT?", "Meta jiġri dan il- pulizija tiġi informata biex ikun żgurat li l-vettura ma tibqax tinsaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tal-liċenzja u testijiet m'għandux l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għaliex is-sidien tal-vetturi li ma jġeddux il-liċenzja tat-triq tal- vettura tagħhom ma jagħtux raġuni għaliex ma jkunux ġeddewha.", "Bħalma jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant kull vettura jkollha mwaħħla mal- windscreen il-liċenzja tat-triq.", "Fuq din il-liċenzja jkun hemm id-data sakemm tkun valida.", "Għalhekk m'hemmx għalfejn li l-pulizija tiġi avżata li l-liċenzja tat-triq ta' xi vettura partikolari tkunx tħallset jew le.", "PULIZIJA - TESTIJIET TAL-BREATHALYSER", "36668.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' testijiet tal- breathalyser s'issa matul din is-sena?", "Kemm instabu pożittivi?", "Dawn kollha tressqu l-qorti?", "Kien hemm min kien diġa` pożittiv u għalhekk misjub ħati mill-qorti darb'oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn Jannar u Ottubru 2002 kien hemm 62 sewwieq/a li l-pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs, wara li r- riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, filwaqt li kien hemm 35 li rrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.", "Dawk li sarilhom it-test kollha rriżultaw fil-pożittiv.", "Fil-każi kollha tressqu, jew inbdew il-proċeduri biex jitressqu quddiem il-qorti.", "Informat ukoll li tlieta minn dawn il- persuni diġa` kellhom test ieħor pożittiv.", "Ikun hemm ħafna testijiet oħra li r-riżultat preliminari jkun negattiv u allura ma jsirx it-test proprju.", "PULIZIJA - SPEED CAMERAS", "36669.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid l-ispeed cameras li xtraw il-pulizija meta se jibdew jintużaw fuq bażi permanenti?", "X'inhu jżomm li dan isir?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 34670.", "MMA - VAPURI BIL-BANDIERA MALTIJA F'PORTIJIET GĦARAB", "36670.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita` marittima ta' Malta tiġix informata meta xi pajjiż Għarbi ma jaċċettax li vapuri li jtajru bandiera Maltija ma jiġux aċċettati f'portijiet Għarab għaliex ikunu daħlu f'portijiet Iżraeljani?", "Kemm kien hemm każi din is-sena?", "Liema kienu l-vapuri?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita` marittima ta' Malta ma ġietx informata jekk u meta xi pajjiżi Għarab ma aċċettawx fil-portijiet tagħhom vapuri li jtajjru bandiera Maltija minħabba li jkunu daħlu wkoll f'portijiet Iżraeljani.", "KUMPANNIJI MALTIN IBBOJKOTTJATI MINN PAJJIŻI GĦARAB", "36671.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji Maltin li huma bbojkottjati mill-pajjiżi Għarab għaliex għandhom kuntatti kummerċjali ma' l-Israel?", "X'jipproduċu dawn il-kumpanniji?", "Il-Ministeru jiġi informat regolarment meta dan isir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - IMDINA ROAD - PELICIAN LIGHTS", "36676.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara jekk jistgħux jitwaħħlu pelican lights f'Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ fejn Ronnie auto dealer peress li n-nies ta' l-area ta' Għar Ram ikunu jridu jaqsmu din it-triq arterjali li hi perikoluża ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita` dwar it-trasport qed tara x'jista' isir fl-area imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "MEPA - CROWNS WORK DITCH – PARK AND RIDE SCHEME", "36677.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-proposta tal-MEPA għall- iżvilupp ta' Crowns work ditch f'park and ride scheme, liema proposta ġiet imħabbra xhur ilu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-permess għax-xogħlijiet infrastrutturali nħarġu f'Ġunju ta' l-2002.", "Jien informat li l-awtorita` tat-trasport qed tħejji t-tender document għax-xogħlijiet fuq il-junctions meħtieġa għal dan il-proġett.", "SERVIZZI SOĊJALI - GĦAWDEX - XAGĦRA", "36701.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li żewġ anzjani - wieħed minnhom bedridden bil-feeding tube - u li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ilhom 'il fuq minn seba' xhur mingħajr is-servizz ta' helper?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li ż-żewġ anzjani li rrifera għalihom l-Onor Interpellant ingħataw is-servizz ta' ħames sigħat fil- ġimgħa fl-1993 liema servizz ġie estiż b'siegħa oħra fi Frar 2002 u dam jingħata sa Marzu 2002.", "Matul dan il-perijodu ntbagħtu mhux anqas minn tliet assistenti soċjali każwali differenti li lkoll ilmentaw li kienu qegħdin jingħataw xogħol li mhux relatat max-xogħol li suppost jagħmlu.", "Dan kien konfermat minn diversi home visits li għamlu s-supervisors.", "F'April ta' din is-sena, is-supervisors kellmu lit-tifel ta' l-anzjani biex jinformawh li l-helper ma kenitx se tmur aktar peress li din irriżenjat mix- xogħol.", "Dan kellu jinforma lill-uffiċċju jekk l-anzjani kenux lesti li jdaħħlu helper oħra ġewwa darhom iżda sal-lum għadu ma tax risposta.", "Issa jiena tajt struzzjonijiet biex issir home visit mill-aktar fis possibbli biex il-każ jerġa' jiġi mistħarreġ.", "PARKING ATTENDANTS", "36702.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn parking attendants bil- permess f'Malta u Għawdex?", "Fejn huma ppustjati?", "X'inhu l-isem tal-post fejn jaħdem kull parker u x'inhu n-numru tal-badge?", "F'liema minn dawn il- postijiet hemm żewġ parkers jew iktar li jaħdmu bir-roster (post indikat)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta' car park attendants f'Malta u Għawdex li għandhom permess biex jagħmlu dan ix-xogħol hu 49 f'Malta u wieħed f'Għawdex.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Jien informat li l-postijiet fejn hemm żewġ parkers jew aktar li jaħdmu b'roster huma Palace Square, Valletta; Central bank; Castille Square, Valletta; St. Andrew's bastion, Valletta; Lascaris Ditch, Valletta; part of Independence Arena (asphalt side), Floriana; The ferries – ex Alambra theatre and end of Bisazza Street) Sliema u Għajn Tuffieħa.", "FGURA - TRIQ IL-GARDIEL - DAWL", "36703.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li ssir bozza fi Triq il-Gardiel, kantuniera ma' Triq Pawlu Micallef, Fgura, peress li hemm nuqqas kbir ta' dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellanti ġiet riferuta lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "FGURA - TRIQ IL-GARDIEL – XOGĦLIJIET", "36705.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li ssir l-ewwel fażi ta' Triq il-Gardiel, Fgura?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita` dwar it-trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu.", "Ix-xogħlijiet f'dan il- programm isiru skond il-prioritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "PIPE TAL-GAS FIL-MEDITERRAN", "36706.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid sarux xi taħdidiet bejn Malta u l-Libja, jew xi pajjiż ieħor fl-Afrika ta' Fuq kif ukoll ma' l-Italja, dwar il- possibbilta` li l-pipe tal-gas li se jiġi stallat fil-Mediterran, Malta tkun tista' tagħmel użu minnu?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn it-taħdidiet?", "X'riżultati kien hemm?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru tiegħi ma kienx direttament involut f'taħdidiet mal-Libja jew pajjiżi oħra qrib dwar il-possibilita` li Malta tagħmel użu mill-gas pipe li se jiġi stallat fil-Mediterran.", "Peress li dan is-suġġett huwa ta' natura altament teknika, nissuġġerixxi li d-domanda tiġi ndirizzata lill-ministru konċernat.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "36707.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36458 u jgħid x'talbiet għandu d-dipartiment tad-drenaġġ għand l- uffiċjal/i tal-utilities mid-dipartiment tat-toroq (awtorita' tat-trasport) għar-rigward ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ?", "Liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li qegħdin jistennew ir-rapport mill-utilities section tad-dipartiment tad- drenaġġ?", "Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?", "Meta hemm ħsieb li rapport dettaljat fuq dawn it-toroq jasal għand id-dipartiment tat-toroq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fis-7 ta' Novembru, 2002 intbagħtet informazzjoni rigward il-Furjana u Ħaż-Żebbuġ direttament lill-konsulent konċernat, b'kopja lid-dipartment tat-toroq.", "DIRETTORAT TA' TOROQ - FLUS IMĦALLSA GĦAL EXPROPRIATION", "36708.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus bħala expropriation għal bini ta' toroq mid-direttorat ta' toroq matul dawn l- aħħar 12-il xahar?", "X'inhu l-valur ta' commitments li saru għal ħlas ta' expropriation matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Kemm kien il-valur ta' expropriation li sar għall-bini tal-Mosta ring road u kemm fil-fatt tħallsu minn dan il-valur sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u fit-tieni parti tal-mistoqsija se tinġabar u tingħata aktar 'il quddiem peress li din trid tittieħed mill-files ta' kull proġett.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija rrid ngħid li l-valur ta' l-artijiet li kellhom jittieħdu għall-bini tal-Mosta ring road s'issa hu stmat li jlaħħaq l-Lm410,000.", "Dawn il-fondi ġew mgħoddija lid-dipartiment ta' l-artijiet biex eventwalment ikunu jistgħu jsiru l-kuntratti għat-trasferiment ta' l- artijiet imsemmija.", "KIRI TA' JETTING BOWSERS", "36709.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid minn min intrebaħ il-kuntratt għall-kiri ta' jetting bowsers maħruġ mid-dipartiment tax-xogħlijiet, skond avviż 23 tat-8 ta' Frar 2002?", "Kemm kienet ir-rata li permezz tagħha ntrebaħ dan il-kuntratt?", "Din ir-rata kienet l-orħos waħda?", "Kermm hu l- valur ta' xogħol li tħallas s'issa skond dan il-kuntratt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-kuntratt li ġie ppubblikat skond avviż 23 tat-8 ta' Frar 2002, kien ingħata l-ewwel darba fil-25 ta' Mejju lis-Sur John Bugeja bir-rati ta' Lm3.95 u Lm4.45 kull siegħa normali u sahra rispettivament.", "Din kienet l-orħos offerta mitfugħa.", "Ftit jiem wara ġara li s-Sur Bugeja informa lid-dipartiment li ma kienx jista' jipprovdi l-bowser peress li kien biegħu.", "Id-dipartiment ġibed l- attenzjoni tas-Sur Bugeja li l-azzjoni tiegħu se tkun immultata skond il- kundizzjonijiet ta' l-offerta.", "Minħabba li x-xogħol kien urġenti t-tieni l- orħos kuntrattur, Bugeja & Bugeja, ġew avviċinati pero' dawn irrifjutaw.", "Għalhekk ma kienx hemm triq oħra ħlief li tintgħażel it-tielet l-orħas offerta ta' Greenlines environment services.", "Fil-31 ta' Mejju 2002 ġiet aċċettata l-offerta tagħhom bir-rati ta' Lm6.90 u Lm8.50 rispettivament għal kull siegħa normali u bis-sahra.", "L-ammont ta' penali li s-Sur Bugeja ġie mmultat kien ta' Lm5,305.", "Il-pagamenti li tħallsu s'issa lill- greenlines jammontaw għal Lm2,692.30.", "DIRETTORAT TAT-TOROQ – UTILITIES", "36710.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk f'każ ta' tiġdid jew tibdil ta' servizzi (utilities) li huma taħt wiċċ it-triq u li jkun hemm bżonn li jsiru xogħlijiet fuqhom qabel il-bini tat-triq, f'każ li d- dipartiment jew il-korporazzjoni konċernata tirrifjuta li tagħmel ix- xogħol, id-direttorat tat-toroq qiegħed iħallas għal dan ix-xogħol?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' xoglijiet li saru fuq il-utilities matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li r-risposta għall-ewwel parti tal- mistoqsija hija fl-affermativ.", "Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-files tal-proġetti individwalment, id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant jingħataw aktar 'il quddiem.", "ENEMALTA - BELT VALLETTA", "36711.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Tista' il-korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li tinbidel bozza fi Triq ir-Repubblika, Valletta, biswit numru 225a?", "Jista' jiġi mdawwal aħjar xatt Lascaris, ukoll fil-Belt biswit numru 51?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l- investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, it-talba ġiet riferuta lill- korporazzjoni sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "MALTACOM - FURJANA - TRIQ IL-FOSOS", "36712.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Tista' il-korporazzjoni Maltacom tkompli bit-tneħħija ta' wires antiki fi Triq il-Fosos, Furjana?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li t-tneħħija tal-wires tat-telefon għandu jitkompla kif ipprogrammat.", "WSC - IL-BELT VALLETTA", "36713.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Tista' il-water services corporation tara li tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni ta' l-ilma li kien qed jiżbroffa fi Triq Melita, kantuniera ma' Triq id-Dejqa, il-Belt?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "FURJANA - KNISJA TA' SAN PUBLIJU", "36714.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li tiddawwal aħjar il-knisja arċipretali ta' San Publiju, Furjana?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jkun ikkunsidrat.", "DETOX CENTRE – TRASFERIMENT", "36715.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36511, li oriġinarjament saret lill-ministru tas- saħħa, u jgħid jekk iċ-ċentru tad-detox hux se jiġi trasferit f'post ieħor?", "Jekk fl-affermattiv, fejn?", "Jikkunsidra l-Viċi Prim Ministru li ċ- ċentru tad-detox m'għandux jiġi trasferit f'area residenzjali oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hemmx ħsieb li ċ-ċentru tad-detox jiġi trasferit għal xi post ieħor.", "TARXIEN - TRIQ XINTILL - LETTER BOX", "36716.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li ssir letter box mill-iktar fis possibbli fi Triq Xintill, Tarxien, peress li l-eqreb żewġ letter boxes huma f'Raħal Ġdid u ħdejn il-knisja parrokkjali ta' Ħal Tarxien, ferm 'il bogħod mill-area ta' toroq biswit Triq Xintill?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li bħalissa l-Maltapost qed tirrivedi l-qagħda fuq il-kaxxi ta' l-ittri kollha biex tirranġa s- sitwazzjoni ġenerali.", "Probabbli xi kaxxi se jitressqu aktar lejn fejn hemm aktar ħtieġa minħabba binjiet ġodda.", "Jien informat li l-post indikat se jiġi kkunsidrat.", "BREAST SCREENING", "36717.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Fid-dawl tad-dikjarazzjoni li kien għamel il-gvern li kien qed jevalwa screening fuq bażi nazzjonali għall-cancer tas-sider fin-nisa, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent id-diviżjoni tas-saħħa qed tkompli tiżviluppa u ssaħħaħ is-servizz multi dixxiplinarju li qed jiġi offrut fil- klinika tas-sider fl-isptar San Luqa.", "Qed isir aktar taħriġ f'diversi oqsma professjonali sabiex dawn ikunu speċjalizzati fil-kura tas-sider.", "Bħala bażi ta' informazzjoni qiegħda tinbena database ta` pazjenti li jbatu mill-kanċer tas-sider bil-għan li screening jiġi pprovdut għal dawk in-nisa li jitqiesu li għandhom riskju ferm akbar li jiżviluppaw il-marda tal- kanċer fis-sider.", "Il-pożizzjoni tad-diviżjoni tas-saħħa fuq screening fuq bażi nazzjonali għandha terġa` tiġi evalwata fis-sena 2005.", "SANTA LUĊIJA - TRIQ MARIA DE DOMENICI - DAWL", "36718.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tiġi stallata bozza tad-dawl elettriku fi Triq Maria de Domenici, kantuniera ma' Triq l-Għargħar, f'Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata ma' talbiet simili oħra.", "SANTA LUĊIJA FOOTBALL GROUND - TFAL TAL-MUŻEW", "36719.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jogħġbu l-Ministru jara li tintlaħaq xi forma ta' arranġament sabiex it- tfal tas-soċjeta` tal-mużew f'Raħal Ġdid ikunu jistgħu jużaw il-ground tal- football f'Santa Luċija, stante li meta jmorru biex jilagħbu l-football nhar ta' Ħadd wara nofsinhar dan il-ground ikun dejjem magħluq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, se nitkellem ma' min hu nvolut biex nara l- arranġament dwar l-użu tal-ground tal-football f'Santa Luċija mit-tfal tas- soċjeta` tal-mużew f'Raħal Ġdid.", "TARXIEN - TRIQ MOIRA MINTOFF - DAWL", "36720.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jogħġbu l-Ministru jara li titwaħħal bozza mill-iktar fis possibbli fi Triq Moira Mintoff, Tarxien, peress li d-dlam ċappa li hemm jista' jagħti lok għal inċidenti jew abbużi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "TARXIEN - TRIQ SANTA MARIJA - DAWL", "36721.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jogħġbu l-Ministru jara li titwaħħal bozza tad-dawl elettriku ġewwa Alley 5, Triq Sant Marija, Tarxien, minħabba d-dlam ċappa li hemm?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "DRENAĠĠ - BORMLA - SANTA LIENA", "36722.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinvestiga r-raġuni għaliex residenti fil-blocks li nbnew fl-area ta' Santa Liena, Bormla, minkejja li dan il- bini issa ilu s-snin li tela', ta' spiss għadhom qed isofru inkonvenjent ta' żbroff ta' drenaġġ?", "Min kien responsabbli mix-xogħol tas-sistema tad- drenaġġ ta' dawn l-appartamenti u min għamel xogħol ta' superviżjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-problema tal-flats fl- area ta' Santa Liena, Bormla hija interna u mhux minħabba l-main tad- drenaġġ tal-gvern.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "REGATTA BORMLA - SIĠRA", "36723.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jara tistax issir xi ħaġa fir-rigward ta' siġra kbira li hemm fuq il-maħżen tar-regatta Bormla, liema siġra qed tagħmel ħsarat kbar fis-saqaf ta' l-istess maħżen?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li s-siġra msemmija hi responsabbilta` tal-kunsill lokali ta' Bormla.", "HSBC - CREDIT CARDS", "36724.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Fil-budget ta' l-1998 il-Ministru ħabbar taxxa ta' Lm7 fuq il-ħruġ u rinovament tal- credit cards, allura għaliex l-HSBC jiċċarġja Lm7 fis-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skond il- provvediment ta artiklu 52A tat-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti (Kap 364), \"għall kull sena jew parti minnha li matulha l-faċilita` ta' banking credit tkun operattiva\" trid titħallas taxxa ta' Lm7.", "Din kienet miżura li ttieħdet mill-gvern li kien hawn erba' snin ilu.", "Għalhekk kull bank f'Malta, korretement, qed jiċċarġja Lm7 fis-sena.", "XEMXIJA - NOISE POLLUTION", "36725.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli għan-noise pollution?", "Din il-persuna qatt ippruvat tiċċekkja l-biċċiet tal-baħar li jinkrew minn post ċentrali fil-bajja tax-Xemxija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk in-noise pollution li qed tiġi kkawżata hija inkonvenjenza, il-pulizija, meta jkollha xi rapport f'dan is-sens, tieħu azzjoni f'dawn il-każi taħt Kap. 10 tal-kodiċi tal-pulizija.", "Ta' min isemmi li bħalissa qed jiġu fformulati regolamenti dwar in-noise pollution.", "PULIZIJA – ĊITAZZJONIJIET", "36726.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Wara l-introduzzjoni tal-VRT u l-enfasi sħiħa li ssir biex ikun hawn sigurta` sħiħa fit-toroq, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka drivers ta' karrozzi mill-wardens u pulizija dwar nuqqas ta' dwal, nuqqas ta' użu ta' indicators, min isuq bil-bright, u karrozzi li jkollhom headlamps u fog lamps jixgħelu flimkien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mir-records disponibbli ninsab informat li bejn Jannar u Ottubru 2002 il-pulizija ħarrket 5,874 sewwieq ta' vettura talli għamlu użu minn vettura bid-dawl mhux skond il-liġi, filwaqt li 1,918 tħarrku talli naqsu li jindikaw li se jibdlu d-direzzjoni.", "FLEUR-DE-LYS - TRIQ NOTABILE", "36727.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara tistax tinkesa u tinbena Triq Notabile - wara l-akkwadott - f'Birkirkara li hija l-unika triq li tgħaqqad l-area ta' Fleur-de-Lys ma' dik tal-knisja l-qadima mingħajr ma toqgħod tgħaddi mill-wied u żżid il-konġestjoni tat-traffiku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita` dwar it-trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu.", "Ix-xogħlijiet f'dan il- programm isiru skond il-prioritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "MEPA - IMPJEGATI", "36728.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-MEPA li kienu nvoluti f'xogħol relatat direttament magħhom u li ħadu remunerazzjoni apparti għalih, fosthom taħt il-proġett CAMP?", "Kien hemm ksur fir-regoli u kodiċi ta' etika tal-MEPA?", "Se jittieħdu passi dixxiplinarji?", "X'kienu l-passi li ttieħdu miċ-chairman?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-MEPA ma ħallset l-ebda uffiċjal tagħha għal xogħlijiet fuq il-proġett CAMP.", "Kull impjegat tal-MEPA huwa marbut bil- kodiċi ta' etika u f`dan il-kuntest hu marbut jistaqsi għall- awtorizzazzjoni biex jagħmel xogħol apparti d-doveri tiegħu bħala impjegat.", "Dan il-permess jingħata skond il-linji gwida tal-kodiċi ta' etika.", "Kien hemm numru ta' talbiet simili għall-awtorizzazzjoni għal xogħlijiet oħra li ġew rifjutati u l-awtorita` ma jirriżultaliex li kien hemm xi ksur tal- kodiċi ta' etika f'dan ir-rigward.", "PEMBROKE - SLIPWAY", "36732.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda x- xogħol ta' l-islipway għall-opri tal-baħar f'Pembroke, kif ġie mwiegħed diversi drabi mill-gvern lid-dilettanti ta' l-opri tal-baħar li jabitaw fl- inħawi?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux il-permessi kollha meħtieġa biex dan ix-xogħol ikun jista' jibda?", "Jekk fl-affermattiv, meta huwa maħsub li dan ix-xogħol jitlesta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "WHITE ROCKS HOLIDAY COMPLEX", "36733.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-affarijiet u l-oġġetti kollha li l-Ministeru ħa ħsieb li jneħħi mill-white rocks holiday complex qabel dan tħalla jiġi vandalizzat?", "Jista' jgħid jekk inżammx inventarju ta' dawn l-affarijiet?", "Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dan l-inventarju fuq il-mejda tal-Kamra?", "Jista' il-Ministru jgħid liema affarijiet u oġġetti li neħħa l- ministeru ġew mgħotija lill-għaqdiet, organizzazzjonijiet u ndividwi?", "F'kull każ jista' jgħid min huma l-għaqdiet, organizzazzjonijiet u ndividwi?", "Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-affarijiet u l-oġġetti li għandhom maħżuna u miżmuma fir-responsabbilta' tal-ministeru u fejn jinsabu maħżuna u miżmuma?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Infurmat li dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-items kollha ta' office equipment u tagħmir tal-kċina ttieħdu mid-dipartiment u l-istitut għall- istudji turistiċi (ITS).", "PROĠETT CONNECTIONS", "36736.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett connections?", "Meta hu maħsub li se jiġu finalizzati d-diskussjonijiet mal- consortium magħżul u meta se jinbeda x-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalissa għadhom għaddejjin in-negozjati mal-konsorzju Renaissance u hu diffiċli li wieħed jipprevedi meta se jkunu konklużi dawn in-negozjati.", "BORMLA - TRIQ VERDALA - DAWL", "36738.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm fuq bieb Nru 2, Triq Verdala, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "BORMLA - SQAQ XANDRU - DAWL", "36739.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm maqtugħa fi Sqaq Xandru, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "BORMLA - TRIQ SANT'ANDRIJA - DAWL", "36741.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li ilha maqtugħa fi Triq Sant'Andrija, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "BORMLA - HUBBARD FLATS - DAWL", "36742.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jissewwew il-bozoz li hemm maqtugħa fil-ġnien li hemm f'Hubbard Flats, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "MEPA - DIRETTORAT TA' L-AMBJENT", "36767.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk id-direttur tad-direttorat ta' l-ambjent tal- MEPA hux qed isib diffikulta` meta jiġu diskussi suġġetti relatati ma' biodiversita`, bioloġija u kimika?", "Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l- kummenti tal-bord ta' l-għażla li ħatar id-direttur f'dan ir-rigward?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx persuni mill-ex dipartiment ta' l- ambjent li ma jixtequx jibqgħu mal-MEPA, kif qed jiġu trattati u jekk hux minnu li qed isir sforz biex jitilqu minn mal-MEPA?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-direttur tad-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-MEPA m'hu qed isib l-ebda diffikulta` meta jiġu diskussi suġġetti relatati ma' biodiversita`, bioloġija u kimika.", "Id-direttur f'temp ta' xahrejn u nofs ipparteċipa attivament flimkien ma' l-istaff tiegħu f'aktar minn 40 meeting interni u esterni u din id-diffikulta` ma rriżultatx.", "Rigward x'kienu l-kummenti tal-bord ta' l-għażla li ħatar id-direttur f'dan ir-rigward, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 36351.", "Informat li m'hu qed issir l-ebda distinzjoni bejn dawk il-persuni mill-ex dipartiment ta' l-ambjent li jridu jibqgħu mal-MEPA u l-oħrajn li talbu li jmorru lura mal-gvern.", "Mhux minnu li qed isir sforz biex il-persuni msemmija jitilqu mill-MEPA anzi kien hemm okkażjonijiet fejn id-direttur stess ipprova jikkonvinci lil xi wħud li kellmuh sabiex jibqgħu jagħtu s- servizzi tagħhom lill-MEPA.", "PIETA' - HOUSING ESTATE", "36773.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi stallat il-lift fi blk B1 housing estate Pieta` peress li r-residenti ta' dan il-block ilhom żmien konsiderevoli li applikaw.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x- xogħol fuq kostruzzjoni ta' lift shaft fi blokk B1, housing estate Pieta` beda.", "Sadanittant ġie ordnat il-lift.", "MEPA - EIAS", "36774.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-passi li ttieħdu mill-bord tal-MEPA fir- rigward ta' membri fi ħdan l-istess bord li kienu u għadhom ikunu esperti mħallsa privatament fit-tħejjija ta' EIAs u li eventwalment jgħaddu f'idejn il-bord fejn hemm l-istess membri biex jiġu approvati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond l-ewwel skeda tal-liġi li tirregola l-ippjanar ta' l-iżvilupp, membru tal-board tal-MEPA li għandu interess dirett jew indirett f'materja li tkun ser tiġi kkunsidrata mill-bord, irid jiddikjara l-interess u ma jeħux parti fid-deliberazzjoni tal-bord fuq il-materja li dwarha jkun iddikjara l-interess.", "VALLETTA - STALLAZZJONI TA' LIFTS", "36776.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar l-istallazzjoni ta' lifts f'80 Triq San Nikola, Valletta u 7, Pjazza Mattia Preti Valletta.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li sejħa għall-offerti għal stallazzjoni ta' lift f'80, Triq San Nikola, il-Belt għalqet u l-awtorita' tad-djar qed tistenna li jingħata l-kuntratt għax-xogħol.", "Fil-każ ta' blokk 3, Pjazza Mattia Preti, il-Belt l-awtorita' tad-djar għamlet applikazzjoni lill-awtorita` għall-ippjanar u l-ambjent biex jinbena lift shaft f'bitħa biswit il-blokk.", "Sadanittant qed jiġu ppreparati d-dokumenti għall-ħruġ tas-sejħa għall-offerti.", "NATIONAL MARINE (OIL) CONTINGENCY PLAN", "36777.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ġie rivedut in-national marine (oil) contingency plan f'dawn l-aħħar tliet snin kemm ilu appuntat konsulent b'salarju fi skala 5 biex jieħu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam ma' dan il-pjan?", "Veru li hemm liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea biex dan il-pjan ikun attwat u veru li għalkemm Malta mhix konformi ma' dan xorta waħda ingħalaq kapitlu 22?", "Kemm nies, jew minn entitajiet differenti, ġew imħarrġa fir-rigward ta' dan il-pjan f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Hemm fl- għases tal-pulizija r-roster tan-nies li jridu jiġu komunikati?", "Meta twaħħal, jekk qatt twaħħal, dan l-avviż?", "Jista' il-Ministru jindika kemm ġiet l-ispiża tal-poplu għal kull tunnellata ta' żejt miġbura f'dawn l- aħħar erba' snin (l-ispiża għandha tinkludi pagi u running costs ta' l-oil pollution response module li hemm Ħal Qormi)?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.", "Għal dak li jirrigwardja l-pulizija, fil-każ li dawn ikunu informati b'xi inċident ta' dan it-tip il-control room fil-police headquarters tinforma immedjatament lill-oil pollution response module.", "SHIPYARD PRIVATA - DISPERSANT GĦAL KONTRA Ż-ŻEJT", "36778.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li shipyard privata kienet ingħatat kuntratt dirett ta' eluf ta' liri mingħajr ma nħarġet tender biex jiġi maħżun id-dispersant għal kontra ż-żejt u dan baqa' fis-seħħ sal-lum?", "X'passi dixxiplinarji ttieħdu u x'passi oħra tttieħdu mid-dipartiment tal- finanzi f'dan ir-rigward?", "Kemm ilu li skada dan id-dispersant?", "Veru li l- poplu kien qed iħallas għall-ħażna ta' dispersant skadut?", "X'ġara minn dan id-dispersant, u jekk intrema fejn ġie mitfugh?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "WIED IS-SEWDA – TINDIF", "36779.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li Wied is-Sewda, bejn Birkirkara, Balzan, Attard, Qormi u Ħaż-Żebbuġ li hu l-uniku post li baqa' fl-area ċentrali ta' Malta li tista' ssejjaħlu 'naturali', jitnaddaf sew mill- ammont kbir ta' żibel li hemm għax il-post qed jiġi trattat qisu miżbla u l- gvern jieħu l-miżuri meħtieġa biex id-dumping jieqaf?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ed jjiġi kkunsidrat.", "MEPA – DISKRIMINAZZJONI MA' XI IMPJEGATI", "36780.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jikkonferma li d-direttur il-ġdid tad-direttorat ta' l- ambjent tal-MEPA qiegħed jagħmel diskriminazzjoni kontra xi uffiċjali tal- gvern li qegħdin detailed mal-MEPA, fosthom li jirrifjutalhom il-leave mingħajr raġuni?", "Jista' il-Ministru jinvestiga jekk hux qed issir diskriminazzjoni politika mill-istess direttur?", "L-istess direttur qiegħed jinnomina persuni li m'humiex fid-direttorat ta' l-ambjent u saħansitra nies li lanqas biss jaħdmu mal-MEPA biex jattendu f'ismu jew miegħu konferenzi jew okkażjonijiet simili barra minn Malta?", "Veru li dan l-istess direttur ġieli għamel ġimgħatejn barra minn Malta?", "Min kien is-sostitut tiegħu u x'remunerazzjoni ħadet din il-persuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jirriżultax li kien hemm xi diskriminazzjoni kontra xi uffiċjali tal-gvern detailed mal-MEPA, wisq inqas xi diskriminazzjoni politika.", "Rigward ir-rifjut ta` leave, ta' min jgħid li d-direttur għandu d-dmir li jara li d-direttorat jibqa` jiffunzjona kontinwament billi fost affarijiet oħra ma jaċċettax applikazzjonijiet ta' leave b'avviż qasir.", "Ir-raġuni tar- rifjut dejjem ingħatat lill-impjegati konċernati.", "Mhux minnu li d-direttur preżenti ta' l-ambjent innomina persuni li m'humiex fid-direttorat ta' l-ambjent, u saħansitra nies li lanqas biss jaħdmu mal-MEPA, biex jattendu f'ismu jew miegħu konferenzi jew okkażjonijiet simili barra minn Malta.", "Mhux minnu li d-direttur ġieli għamel ġimgħatejn barra minn Malta.", "Id- direttur irrappreżenta lill-MEPA f'żewġ okkażjonijiet barra minn Malta b'durata ta' mhux aktar minn tlett ijiem għal kull safra, inkluż l- ivvjaġġar.", "Fl-assenza tad-direttur l-ogħla uffiċjali tas-sezzjonijiet jieħdu ħsieb il-business tad-direttorat.", "L-ebda persuna ma ħadet xi remunerazzjoni relatata f'dan ir-rigward.", "PULIZIJA - NISA", "36806.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Bħala l-ministru responsabbli mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u responsabbli wkoll minn nisa, jista' il-Viċi Prim Ministru jidħol fil-każ tal-grupp żgħir ta' pulizija nisa li ġew informati li ma jistgħux ikomplu jaħdmu fuq sistema ta' sigħat imnaqqsa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellanti li l- kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-korp tal-pulizija huma regolati bl-ordinanza dwar il-pulizija ta' Malta u mhux bil-att li jirregola l- kundizzjonijiet ta' l-impjieg.", "Ninsab informat li b'dan kollu d-dipartiment għan-nisa fis-soċjeta` għamel rappreżentazzjonijiet dwar il-każ ma' l-awtoritajiet tal-pulizija.", "PULIZIJA - NISA", "36807.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jidħol fil-każ ta' numru żgħir ta' pulizija nisa li qegħdin jaħdmu fuq sistema ta' sigħat imnaqqsa minħabba responsabbiltajiet familjari u li ġew informati li se jkollhom jibdew jaħdmu s-sigħat kollha?", "Jista' il-Ministru jara li dawn in-nisa jibqgħu jagħmlu użu minn din il-kundizzjoni ta' xogħol family-friendly?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi wara li saru talbiet minn diversi membri tal-korp kif ukoll mill-assoċjazzjoni tal-pulizija, is-sistema ta' sigħat imnaqqsa qed terġa' tiġi kkunsidrata sabiex jinstab l-aħjar mod kif din tista' tkun implimentata għall-benefiċċju tal-membri, li jixtiequ jaħdmu sigħat imnaqqsa u dan sabiex ma tkunx ta' detriment, kemm għall- membri sħabhom l-oħra kif ukoll għall-eżiġenzi tal-korp.", "Dan dejjem fl- aħjar interess tal-komunita` in ġenerali.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SWAT FID-DAR", "36808.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' swat fid-dar din is-sena?", "Jista' jagħti l- informazzjoni maqsuma skond l-etajiet tal-vittmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li n-numru ta' każi ta' swat fid- dar rapportati lill-aġenzija Appoġġ din is-sena sa l-aħħar ta' Ottubru kien ta' 301.", "L-istatistika mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - DIVIŻJONI TA' L-OMMIJIET", "36817.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm tfajliet attendew id-diviżjoni ta' l-ommijiet minn kemm ilha mwaqqfa fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "Jista' jagħti l- informazzjoni skond l-etajiet tat-tfajliet u l-lokalitajiet li ġejjin minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob l-Onor.", "Membru tirriferi għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 3948, 5094, 7657, 16459, 21858, 25509, 31914 u 35885.", "SEPARAZZJONIJIET – PRIM'AWLA TAL-QORTI ĊIVILI", "36818.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jispeċifika jekk dak li qal fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36290, cioe` li l-insinwazzjoni ta' sentenzi mogħtija mill-prim'awla tal-qorti ċivili fir-riġward ta' separazzjonijiet kontenzjużi hija l-għażla tal-partijiet fil-kawża, jgħoddx ukoll għat- tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36604?", "Jekk fl-affermattiv, jiġifieri li l-insinwazzjoni ta' l-assenjazzjoni ta' proprjeta' immobiljari wara separazzjoni kontenzjuża hija wkoll l-għażla tal-partijiet fil-kawża, allura ma jaħsibx il-Ministru li dan huwa ta' dannu għas-soċjeta'?", "Ma jaħsibx il-Ministru li ladarba l-liġi ċivili tagħna timponi fuq in- natura li jinsinwaw it-trasferimenti ta' immobili li joħorġu minn atti notarili, allura għandu jsir l-istess għat-trasferimenti ta' immobli li joħorġu mil-likwidazzjonijiet ta' separazzjonijiet kontenzjużi?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk dan hux qed isir diġa`?", "Jekk dan mhux qed isir, ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir kordinazzjoni mal-ministeru tal-ġustizzja biex jibda jiġi impost li assenjazzjonijiet ta' immobbli wara separazzjoni kontenzjuża jiġu insinwati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, l-insinwazzjoni ta` separazzjonijiet kontenzjużi ma hija qatt rikjesta mill-liġi u dan lanqas jekk hemm assenjazzjoni ta` proprjeta` immobiljarja bħala konsegwenza.", "Wieħed irid jinnota li hi l-liġi nnifisha li sa mis-seklu 19 tagħmel din id-distinzjoni bejn, fuq naħa waħda insinwa t'atti notarili u fuq in-naħa l- oħra l-insinwa ta' sentenzi li jġibu trasferiment ta' proprjeta` immobiljarja.", "Fil-fatt m'hemmx liġi speċifika li tirregola l-insinwazzjonijiet ta' separazzjonijiet.", "Li jiġri f'dan il-każ hu li jiġi applikat artikolu 239 tal-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili liema artikolu jirregola kull insinwazzjoni ta' sentenza li għandha x'taqsam ma' proprjeta` immobiljarja, kemm jekk hi waħda ta' separazzjoni kemm jekk le.", "Għalkemm teżisti kordinazzjoni sħiħa bejn il-ministeru ta' l-intern u l- ambjent u dak tal-ġustizzja u kunsilli lokali, din il-kordinazzjoni qatt ma tista' twassal għat-tneħħija tad-distinzjoni fuq imsemmija ġaladarba l-liġi hekk tirrikjedi.", "INĠUSTIZZJI - ĦLASIJIET", "36819.", "L-ONOR.", "CLAUDE MUSCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 31173, jista' il-Ministru jagħtina informazzjoni kemm kienet is-somma li tħallset s'issa b'riżultat ta' inġustizzji li kienu saru?", "Kemm-il każ ġie deċiż sal-ġurnata tal-lum, barra t-32 li jissemmew fil- mistoqsija oriġinali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li s'issa tħallset is-somma ta' Lm259,992 bħala kumpens fir-rigward ta' 75 każ minn 82 li s'issa ġew deċiżi kontra l-Maltacom.", "Fis-seba' każi l-oħra l-kumpens għadu qed jinħadem.", "DJAR - ĦRUĠ TA' FONDI GĦALL-BEJGĦ", "36820.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward tal-units li ħarġu għall-bejgħ mill- awtorita' tad-djar permezz tal-gazzetta tal-gvern tat-18 ta' Ottubru 2002, u cioe` appartamenti f'Bugibba, Fgura, Kirkop, Imqabba, Msida, Naxxar, Pembroke, Qawra, Qrendi, Safi, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Żebbuġ, Żurrieq; Djar f'Birżebbuga, Fgura, Imqabba; maisonettes f'Għawdex fil-Qala, Victoria, Xewkija; maisonettes f'Birkirkara, Kirkop, Mellieħa, Mosta, Imqabba, Pembroke, Qrendi, Safi, Żabbar; u dan fil-konfront tad-diversi units mibnija fuq diversi siti f'diversi toroq, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta nħarġet il-letter to start work fuq l-istess siti hemm indikati?", "Kemm kien l-ammont individwali fuq kull sit attwalment imħallas sabiex inbnew l-istess (mhux dak li bih ġew awarded it-tenders)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC – SAN ĠWANN", "36821.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex kanna ta' l-ilma mifqugħa fi Triq San Franġisk c/w Triq Ċensu Galea, San Ġwann li ilha tiġi rapportata tliet xhur għadha ma ġietx irranġata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.", "SPTAR MATER DEI - ĊUMNIJA", "36823.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċumnija fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "Fejn inħadmet?", "Kemm tħallas is-sid tal-crane li tella f'posta ċ-ċumnija msemmija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li ċ-ċumnija ta' l-isptar Mater Dei inbniet minn Steelcon fid-Danimarka u ġiet tiswa Lm131,174 (VAT eskluż).", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ma nħossx li għandi nagħti informazzjoni peress li hija ta' natura kummerċjali.", "SPTAR MATER DEI - OFFERTI", "36824.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti tal-konsulenti SECTAR imqabbda mill-FSM biex jevalwaw l-offerti mitfugħa għas-sejħa għall- offerti ta' apparat mediku, għamara u affarijiet relatati magħhom għall- isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi l- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SPTAR MATER DEI - KUNTRATTURI", "36825.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid min kienu u minn liema pajjiż ġejjin il-kuntratturi li ħadu ħsieb sub-contracting mill-consortium Skanska għal xogħol ta' disinjar, bini u kull xogħol ieħor relatat mal-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-detail design ta' l-isptar Mater Dei ġie magħmul mill-impjegati tal-consortium Skanska Malta J.V.", "Is-subcontractors li ġew imqabbda sabiex jaħdmu xogħlijiet diversi ġejjin minn Malta, ir-Rejnu Unit, l-Italja, id-Danimarka, l-iSvezja u l-Ungerija.", "NAXXAR - FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "36826.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jieħu passi immedjati biex jitwaqqaf id- drenaġġ li qed jiskula fil-ħofra li tħalliet għal proġett ta' bini fil- kantuniera bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl fin-Naxxar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li qatt ma daħal rapport fid-dipartiment tad-drenaġġ ta' xi ħofra mimlija bid-drenaġġ fit-toroq imsemmija.", "Madankollu d-dipartiment se jinvestiga l-każ u jittieħdu l-passi neċessarji.", "NAXXAR - DRENAĠĠ", "36827.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara li l-insetti, riżultat ta' fawran ta' drenaġġ, li hemm fil-plot li qed tinbena fil-kantuniera bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl, Naxxar jiġu kkontollati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-investigazzjonijiet neċessarji għadhom qegħdin isiru.", "Risposta tingħata f'xi seduta aktar tard."]} {"filename": "20020312_712d_par.doc", "date": "2002-03-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 712 It-Tlieta, 12 ta' Marzu, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 712", "It-Tlieta, 12 ta' Marzu, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "712", "It-Tlieta, 12 ta' Marzu, 2002", "WERREJ", "MINUTI 476", "RULING TA' MR SPEAKER 476", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 476", "TQEGĦID TA' KARTI 480", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PULIZIJA TA' MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA POLICE ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 481", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI (IT-TIENI QARI)", "PRODUCERS` ORGANISATIONS BILL (SECOND READING) 487", "AĠĠORNAMENT 500", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 504", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 711 li saret fil-11 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "RULING TA' MR SPEAKER", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): B'riferenza għaż-żewġ każi ta' ksur ta' privileġġ imqajma mill-ministru għall-agrikoltura u sajd f'seduti numri 698 u 699 tat-13 ta' Frar 2002 fil-konfront ta' \"l-orizzont\" u l-PBS rispettivament, għall-mod kif irrapportaw dak li ġara waqt is-seduta ta' filgħodu tat-12 ta' Frar, is-Sedja eżaminat ir-recording tas-seduta tat-12 ta' Frar ta' filgħodu, id-diskors li sar mill-Ministru Zammit waqt l- aġġornament tas-seduta ta' filgħaxija u r-rapport in kwestjoni.", "U b'riferenza għall-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor.", "Joe Mizzi fis-seduta Nru. 706 ta' l-4 ta' Marzu 2002, is-Sedja eżaminat l-istqarrija maħruġa mill-grupp parlamentari Nazzjonalista wara s-seduta ta' filgħaxija ta' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Frar 2002 li rapport dwarha deher fil-ħarġa ta' \"In-Nazzjon\".", "Is-Sedja tirrileva li dawn il-każi ma jikkwalifikawx taħt il-kriterji stabiliti fl-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad- Deputati u speċifikament paragrafi (j) u (k) ta' subartiklu (4) ta' artiklu 10 u għaldaqstant is-Sedja jidhrilha li m'hemmx prima facie ksur ta' privileġġ.", "Fl-isfond ta' dan kollu għal darb'oħra s-Sedja tappella lill-mezzi tal- media sabiex kemm jista' jkun ifittxu li jkunu prudenti u fidili fir- rapporti tagħhom dwar dak li jkun sar u ntqal f'din il-Kamra.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "FGURA – SKEJJEL PRIMARJI – INFIQ", "31789.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm flejjes intnefqu fuq l-iskejjel primarji tal-Fgura tul dawn l-aħħar snin u jindika x-xogħol sar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li mill-1997 'il hawn intnefqet is-somma ta' Lm390,665 mill-vot kapitali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni (vot 7026 - xogħlijiet ta' kostruzzjoni, kif ukoll vot 7030 - xogħlijiet ta' manutenzjoni u tisbiħ).", "Lista tax-xogħlijiet individwali li twettqu fl-iskejjel primarji tal-Fgura matul dawn l-aħħar snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, liema lista turi wkoll x'intnefaq sena b'sena mill-1997 sal-2001.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - KORSIJIET", "31864.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena twaqqaf l-IHC?", "Jista' jgħid kemm kien l-intake, kemm weħlu u telqu studenti wara sena tal-kors?", "Jista' jgħid kemm weħlu u telqu studenti matul l-aħħar sena tal-kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mir-records li hemm disponibbli, jien informat li n- numru ta' studenti li daħlu għall-korsijiet offruti mill-IHC u n-numru ta' studenti li gradwaw huwa kif se nsemmi:", "| | Numru li|Numru li | | |daħlu |ggradwaw | |1991 | | | | |56 |-- | |1992 | | | | |289 |24 | |1993 | | | | |215 |-- | |1994 | | | | |232 |65 | |1995 | | | | |166 |60 | |1996 | | | | |249 |116 | |1997 | | | | |247 |183 | |1998 | | | | |240 |143 | |1999 | | | | |298 |129 | |2000 | | | | |266 |122 | |2001 | | | | |276 |114 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Agius, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Miċ-ċifri li ta l-Ministru jidher li bejn wieħed u ieħor nofs l-istudenti li jidħlu fl-IHC jispiċċaw jiggradwaw.", "Jista' l- Ministru jelabora fuq l-parti tal-mistoqsija fejn staqsejtu kemm huma dawk l-istudenti li jitilqu fil-bidu tal-kors u dawk li jitilqu fl-aħħar.", "Dan jagħmel id-differenza fl- investiment li kemm l-istudent u kemm il-pajjiż ikun qed jagħmel.", "F'dan ir-rigward hemm xi servizz ta' guidance biex jgħin lill-istudenti jimxu 'l quddiem fil-karriera tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jiena naqbel ma' l-Onor.", "Agius li wieħed ikun irid jidħol fit-tip ta' dettalji li qiegħed isemmi hu.", "Iċ-ċifri li jiena tajt huma ta' dawk li jkunu daħlu fl-institute of health care, hu x'inhu l-kors, u dawk li jkunu gradwaw mill-universita`.", "Meta ngħid \"tiggradwa\" inkun qed nirriferi għal dawk li jieħdu grad ta' baċellerat fl- istudji tan-nursing jew inkella diploma.", "Matul dawn is-snin, l-institute of health care kien qiegħed jagħti ukoll ċertifikati oħra li huma rikonoxxuti u ta' livell tajjeb ħafna.", "Iċ-ċifri li tajt ma jurux kemm-il student ħa dawn iċ-ċertifikati.", "In-numru ta' gradwati jidher ħafna inqas minn numru ta' nies li ġew ammessi fl-istitut għax m'hemmx inklużi dawk li jkunu temmew b'suċċess il-kors ta' ċertifikat li jkunu daħlu għalih.", "Naturalment biex inkunu nafu kemm huma dawk li akkwistaw dawn ċertifikati, inkun irrid nitlob l-informazzjoni mill-institute of health care.", "ORKESTRA NAZZJONALI - PERFORMANCES", "31950.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha performances uffiċjali l-orkesta nazzjonali matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001 separatament?", "X'introjtu kellha l-orkestra nazzjonali matul l- istess snin separatament minn entitajiet li qabbdu l-orkestra tagħmel xi performance?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista bil-performances uffiċjali ta' l-orkestra nazzjonali matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "AGRIKOLTURA U SAJD - KONSULENTI", "30912.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' konsulenti li għandu l- ministeru u d-dipartimenti tas-sajd, biedja u akwakultura għall-matul din is-sena?", "X'qasam jirrappreżentaw u xi rwol ta' konsulenza għandhom f'kull dipartiment separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fil-preżent il- ministeru għall-agrikoltura u sajd kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħtu għandhom tmien konsulenti.", "Tnejn minn dawn għad irid jiġġeddilhom il- kuntratt.", "Konsulenza tingħata fil-qasam tal-biedja, apikultura, sajd u akwakultura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-bieraħ staqsejt lill-Ministru biex jivverifika liema konsulent minn dawn it-tmienja li semma fir-risposta tiegħu, ħadem fuq ir-rapporti li jikkonċernaw producer organisations.", "Dan il-konsulent għamel xi rapporti dwar dan?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi r-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-bieraħ l-Onor.", "Farrugia staqsa jekk kellix f'idejja l-informazzjoni dwar min għamel konsulenza fl-istudju fuq producer organisations u f'dan ir-rigward fittixt u sibt li l-istudju u t-tħejjija għall-abbozz kien sar mill-konsulenza Europa research consultancy services.", "Effettivament din l-informazzjoni kienet ingħatat fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 18021, li ġiet imwieġba fl-20 ta' Lulju, 2000.", "L-ispiża tax-xogħol imsemmi kienet ta' Lm1,270.", "LANDSCAPING - PROĠETTI", "30919.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija s-somma vvutata għal proġetti ta' landscaping imħabbra fl-estimi tal-budget għas-sena 2002?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ninsab informat li l-ispejjeż tal-landscaping jitħallsu mid-diversi voti tal-proġett relattiv.", "UE - RISTRUTTURAR", "30920.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ristrutturar iridu jwettqu l- bejjiegħa tal-ħaxix matul t-2002 u t-2008?", "Kemm se jiġi jiswa?", "Kemm se tkun l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 30522.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li fit-tweġiba li qed jirriferini għaliha l- Ministru m'hemmx miktub kemm se jiġi jiswa approssimament dan 'il hekk imsejjaħ ristrutturar, jista' l-Ministru jagħtini din l-informazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, bħalma kelli l-okkażjoni ngħid diversi drabi f'din il-Kamra, u anke barra minn din il-Kamra, il-pakkett ta' l- ispecial measures tal-policy programme for Maltese agriculture, dak il- famuż SMPPMA li ilna nisimgħu dwaru għal dawn l-aħħar xhur, wasal fl- istadju finali li jiġi ppubblikat.", "Ilu lest mis-sena l-oħra pero' id- dipartiment ħass li għandu jagħmel il-fine-tuning neċessarju fuqu biex b'hekk niksbu l-aħjar pakkett mil-lat ekonomiku u finanzjarju ħalli niggarantixxu li dan is-settur verament jibqa' ħaj u jikber.", "Ovvjament wieħed jifhem, bħalma jifhem l-Onor.", "Farrugia, li meta tkun qed tagħmel dan il-proċess inti għandek parametri mhux fissi - qed ngħid għall- ammont tal-flus li nistgħu ningħataw bħala għajnuna u anke għaż-żmien involut fil-proċess ta' strutturar – fejn minnhom joħorġu ħafna xenarji differenti.", "Per eżempju, jekk se tingħata għajnuna ta' milleżmu se jkollok xenarju differenti milli jekk tingħata għajnuna ta' 30m.", "Anke jekk t- transition period ikun għal sena u nofs se jkollok xenarju differenti milli jekk ikun għal sentejn u nofs.", "Faċilment tista' taqbad calculator u taħdem skoss xenarji.", "Għalhekk sakemm inlestu l-pakkett fid-dettall tiegħu ma jkunx għaqli li toħroġ iċ-ċifri.", "Jekk noqogħdu noħorġu ċ-ċifri, fejn l- bieraħ ħriġna figura mod u illum ħriġna figura mod ieħor, mhux biss se nitħawdu imma se nħawdu lil min ikun qed jipprova jsegwi dan il-qasam hekk delikat.", "Irridu inżommu f'rasna li l-għan hu li ngħinu l-biedja u hekk qegħdin nipprovaw nagħmlu.", "Hemm il-programm ta' għajnuna finanzjarja diretta, l- SMPPMA, u għandek wkoll il-pakkett tar-rural development.", "Irridu naraw kif miexi s-suq ta' l-Ewropa, kif l-aħjar li nimxu bir-rural development f'pajjiżna biex nipproteġu l-ambjent, biex niggarantixxu prodotti ta' kwalita` u fl-istess ħin dħul xieraq għal-bdiewa u r-raħħala.", "Irridu naraw x'inhu l-aħjar jew hux li nagħtu iżjed għajnuna diretta jew jekk indaħħlux parti minnha mir-rural development.", "Hawnhekk wieħed jista' japprezza l- kumplessita` meta għandek equation - fejn ir-riżultat aħħari għandu jkun il- ġid tal-biedja Maltija – li tinkludi il-fatturi ta' rural development, direct payments u t-transition period li kollha jaffettwaw iċ-ċifri li wieħed jista' joħroġ bihom.", "Allura jien nerġa' ngħid li jkun iżjed għaqli li nistennew sakemm inkunu f'pożizzjoni li nippubblikaw dan il-pakkett.", "Bħal dan il-pakkett, aħna konna ppubblikajna r-rapport ta' konsulenza li kienu għamlu l-konsulenti ta' Bari u f'dan ir-rapport statiku kollox huwa marbut mal-prezzijiet kif kienu fl-1999 biċ-ċirkostanzi ta' l-1999.", "Dan ifisser li r-rapport jirrifletti l-kwantitajiet kif kienu relatati mal-base tal-prezzijiet tal-1999.", "Ovvjament aħna m'għadniex ngħixu fl-1999 u minn dak iż-żmien 'il hawn kien hawn żviluppi f'diversi oqsma tas-settur agrikolu bħall-mad cow disease u l-foot and mouth disease li ħallew ċertu effett.", "Fl-Ewropa din is-sena kellna ħafna xita li affettwat lilna wkoll u dan ifisser li ċerti prodotti ma jkunux daqstant abbundanti bħal qabel u eżempju ta dan hu l-patata.", "Il-patata minn meta tinqala' ż-żerriegħa sakemm tiġi miżrugħa trid tgħaddi min dak li jissejjaħ id-dormancy period u peress li din is-sena kellna ħafna xita u kesħa, id-dormancy period ħa iżjed fit-tul f'ċerti postijiet ta' l-Ewropa u dan ifisser li l-qlugħ tal-patata fl-Ewropa se jdum iżjed.", "Naturalment dan jaffetwa l-prezz tal-patata u għal din ir-raġuni jista' jkollok price difference li jvarja bejn il-prezz tal-prodott lokali għal meta mqabbel mal-prezz tal-prodott importat u din wkoll taffetwa l-mod kif jiġi maħdum l-eżerċizzju li qiegħed nispjega fuqu.", "Nikkonkludi biex nerġa ngħid li dan l-programm wasal biex jitlesta u se jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Il-Ministru semma l-patata u nixtieq nistaqsih f'dan ir-rigward jekk hux konxju li l-bdiewa fl-inħawi ta' Ħaż-Żabbar u Marsaxlokk qed isibu diffikulta` biex ikollhom l-ilma għat-tisqija minħabba n-nuqqas ta' xita f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "X'passi qed jittieħdu biex il- bdiewa jingħatalhom l-ilma meħtieġ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, importanti li qabel inwieġeb id-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant ngħid li filwaqt li l-naħat ta' Ħad-Dingli għandhom provvista ta' ilma li tiġi mill-upper first aquifer, in-naħat ta' Ħaż-Żabbar jieħdu l-ilma mill-impjant tat-tisfija ta' Sant'Antnin.", "Issa li ġara hu li l-ġimgħa l-oħra inħolqot problema għax kien hemm ħsara fuq il-main prinċipali li jwassal id-drenaġġ – li hu r-raw material li jintuża għall-ilma għat-tisqija - għall-impjant tat-tisfija ta' Sant'Antnin u dan wassal biex ma kienx hemm provvista adegwata ta' ilma għall-bdiewa.", "Jien informat li dan il-main tad-drenaġġ issewwa u l- provvista tad-drenaġġ issa miexja, it-tisfija tad-drenaġġ qed issir u allura l-provvista ta' ilma għat-tisqija se terġa' tiġi għan-normal jekk mhux diġa' ġiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk investigax ilmenti li waslu mingħand il-bdiewa ta' l-inħawi msemmija fejn qed isostnu li l- kwalita' ta' l-ilma qed tkun inferjuri u allura l-prodott flok imut bil- għatx qed imut anki meta jissaqqa?", "Jekk saru dawn l-investigazzjonijiet, x'inhuma r-rakkomandazzjonijiet li qed jiġu kkomunikati lill-bdiewa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, mhux l-ewwel darba li jiena għedt anki barra min din il-Kamra li l-impjant ta' Sant'Antnin għamel żmien jipproduċi ilma li l-kwalita` tiegħu ma kenitx dik meħtieġa u ma laħqetx l-istandard rikjest.", "Dan ġara għaliex il-kwalita' ta' l-ilma tad-drenaġġ li kien qed jiġi provdut lill-impjant ma kienx adatt għax dan l-ilma kellu salinita` żejda, chlorides għoljin, u jista' jkun wkoll li kellu fih ilma baħar li jiġi minn xi intrusion fis-sistema tad-drenaġġ, li allura wassal biex l- kwalita ta' l-ilma ma tkunx daqshekk tajba biex tintuża għall-agrikoltura.", "Jiena rrid ngħid ukoll li l-impjant ta' Sant'Antnin ma jaqax taħt il- ministeru ta' l-agrikoltura u sajd pero' jien personalment tkellimt man- nies tekniċi responsabbli fuq l-impjant ta' Sant'Antnin u ovvjament min imexxi dan l-impjant kellu jieħu u qed jieħu l-passi neċessarji kollha ħalli jiggarantixxi li l-ilma msaffi li joħroġ minn dan l-istess impjant ikun tal-kwalita' meħtieġa biex jintuża bħala ilma tat-tisqija.", "Jekk inti tuża ilma li jkun fih salinita' għolja biex issaqqi x-xtieli u s-siġar u fl- istess ħin ma jkollokx ilma tax-xita li jgħin biex tagħmel id-dilution, l- ilma ma jkunx tal-kwalita' meħtieġa u sfortunatament jagħmel il-ħsara.", "Nerġa ngħid li d-dipartiment ħa l-passi neċessarji biex jitkellem ma' min huwa responsabbli f'dan il-qasam ħalli jiġi ggarantit li l-ilma ikun ta' kwalita' meħtieġa u xierqa għal dan l-iskop.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi l-biedja taqa' taħt il-ministeru għall- agrikoltura u sajd – f'dan il-każ il-Ministru kkonferma li hemm sitwazzjoni fejn il-bdiewa ma ġewx provduti bl-ilma tat-tisqija, jew jekk ġew ipprovduti bl-ilma dan kien ta' kwalita' ħażina – jista' l-Ministru jikkonsidra li jingħata kumpens lill-bdiewa għal dan it-telf li sofrew tul is-sena li għaddiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, din żgur mhijiex problema tal-lum għax ilha magħna!", "Jiena għedt diversi drabi f'din il-Kamra li jkun hemm perjodi fejn il-prodotti li jiġu min-naħa ta' fuq tal-pajjiż, per eżempju min-naħa ta' Ħad-Dingli, ikunu ta' kwalita' aħjar meta dawn tqabbilhom ma' ħxejjex li jiġu min-naħa ta' nofsinhar tal-pajjiż, bħall-area partikolari li qed isemmi l-Onor.", "Farrugia.", "Kulħadd jaf li l-prodott li jissaqqa bl-ilma tax-xita ikun aħjar mill- prodott li jissaqqa mill-ilma tat-tisfija li jiġi mill-impjant ta' Sant'Antnin.", "Pero' dan ma jfissirx li għandna nieqfu hawn.", "Anzi bil- kuntrarju, dan għandu jfisser li l-proċess ta' tisfija f'impjanti bħal dawk ta' Sant'Antnin irid ikun ta' standard li jiggarantixxi li l-kwalita' ta' ilma tkun ideali għal dan l-iskop ta' tisfija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' nies li spiċċaw redundant matul l-2001 skond id-diversi setturi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32277; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq part I u part II bejn Novembru 2001 u Jannar 2002, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 32278.", "u f'ismi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-parametri tat-test fuq l-emissions li jsir bħala parti mill-VRT fuq il-vetturi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32173.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pubblikazzjoni maħruġa fl-2002 mill-awtorita' ta' l-ippjanar \"Trees, Shrubs and Plants: Guidelines for Planting and Landscaping in the Maltese Islands\" - bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32121.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PULIZIJA TA' MALTA", "MALTA POLICE ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Marzu 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru sabiex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nixtieq ngħid li dwar din il-liġi kellna diskussjoni mill-iktar interessanti.", "Dan mhux qed ngħidu biex nagħmel att ta` kortesija.", "Imma naħseb li ġenwinament kellna diskussjoni dwar liġi li, kif qalet anke l-oppożizzjoni, mhux se jkollna vot fuqha.", "Dan ma jfissirx li aħna lkoll qegħdin naqblu fuq il-122 klawsola li fiha din il-liġi.", "Pero` ħadt gost li fuq il-qafas ta` dan l-abbozz, li parti sewwa minnu huwa bbażat fuq il-qafas ta` l-abbozz numru 40 li kien għamel Dr Joe Brincat fl-1998, hawn qbil ġenerali.", "Waqt din id-diskussjoni tqajmu punti li m'humiex relatati ma` din il-liġi imma huma relatati mal-pulizija in ġenerali u nixtieq li qabel ma ngħaddi għal ċerti kummenti fuq il-liġi nirrispondi għal xi argumenti u allegazzjonijiet li qajmet l-oppożizzjoni.", "Sur President, nibda b'dak li qalet l-Onor.", "Coleiro.", "L-Onor.", "Coleiro għamlet ħafna punti interessanti dwar l-importanza li l-korp tal-pulizija jieħu ħsieb il-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tan-nisa.", "Meta ngħidu protezzjoni tan-nisa mhux neċessarjament inkunu qed ngħidu għan-nisa msawta, imma anke għall-persuni vulnerabbli li forsi jitkeċċew mid-dar.", "Għalhekk kienet qed tgħid kemm huwa importanti li l-pulizija jittrattaw lin-nies ta` nies.", "Qalet ukoll li għall-kuntrarju ta` kif jaħsbu xi wħud, mhux il-membri kollha tal-korp tal-pulizija huma nies li ma jimxux sewwa man-nies, anzi ħafna minnhom jimxu tajjeb pero` jkun tajjeb li nkomplu nedukawhom f'dan is-sens.", "Pero` meta tkellmet fuq il-punt tat- taħriġ u edukazzjoni għamlet allegazzjoni - kienet saret ukoll mill-Onor.", "Gulia meta konna qed niddiskutu l-budget – li l-vot tat-taħriġ tal-pulizija naqqasnih fl-aħħar budget.", "Dan m'hu minnu xejn.", "Fil-fatt jiena kont irrispondejt għal din il-kritika anke waqt id-dibattitu tal-budget u kont għedt li apparti l-ispiża rikorrenti li tidher taħt it-titlu \"Training\" li hemm fil-budget, hemm spiża rikorrenti u oħra kapitali li tidher taħt l- NPAA funds.", "L-NPAA funds huma dawk il-fondi li qed jingħataw lil dipartimenti differenti ħalli Malta tkun tista` tadotta aħjar acquis communautaire.", "Jekk bis-saħħa tal-fondi tal-NPAA, li parti ġejjin mill-Unjoni Ewropea u l-parti l-oħra mill-kaxxa ta` Malta, se nixtru makkinarju sabiex insibu u nagħrfu aħjar dokumenti ta` vvjaġġar li huma falsifikati, dan il-makkinarju xorta waħda għandna bżonnu sew jekk nidħlu u anke jekk ma' nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "Veru li l-acquis communautaire jitlob lill-gvern Malti sabiex isaħħaħ il-fruntieri tiegħu u jsaħħaħ il-ġlieda tiegħu kontra falsifikazzjoni ta` dokumenti, imma dan il-makkinarju għandnu bżonn fi kwalunkwe każ, nidħlu jew ma nidħlux.", "L-istess ħaġa nista` ngħid dwar it- training.", "Per eżempju, l-immigration officers tagħna diġa` kellhom training dwar x'għandhom jagħmlu jekk xi ħadd jitlob l-istatus ta` refuġjat.", "Ma' dan isir ukoll training ieħor.", "Anzi parti sewwa mill-funds tal-NPAA huma proprju għat-training biex insaħħu t-taqsima ta` l- immigrazzjoni u t-taqsima ta` l-economic crime.", "Jiġifieri dawn huma flus biex bniedem tkun tista` tħarrġu.", "Issa nidħlu jew ma` nidħlux fl-Unjoni Ewropea l-addestrament li semmiet l-Onor.", "Coleiro dejjem se jkun hemmhekk għax dejjem għandek bżonnu.", "Jiġifieri fejn irridu ngħidu li l-gvern qed jagħmel kollox għall-Unjoni Ewropea u fejn irridu ninjoraw il-fatt li ġew allokati fondi lill-korp tal-pulizija sabiex inżidu l-vot tat-training u mhux biex innaqssuh.", "Sur President, meta sirt ministru jiena sibt akkademja mmexxija mill- pulizija għall-pulizija.", "Illum għandna akkademja li fiha hemm taħlita ta' membri tal-korp tal-pulizija, nies miċ-ċivil u nies li m'għandhomx x'jaqsmu xejn maċ-ċivil.", "Per eżempju, hemm nies li ġejjin mill-universita` li qatt ma kienu membri tal-korp tal-pulizija u qegħdin fil-bord ta` l-akkademja tal-pulizija.", "Iċ-chairman ta` l-akkademja għamel żmien twil fis-servizz pubbliku jaħdem mad-dipartiment ta` l-edukazzjoni u qatt ma kien membru tal- korp tal-pulizija.", "Jiġifieri jekk hawn gvern li ħadem għall-addestrament u t-taħriġ tal-korp tal-pulizija kien proprju dan il-gvern.", "Ma rridux ninsew li meta fl-1987 aħna tlajna fil-gvern konna sibna korp li jġib il-mistħija mhux tagħna l-Maltin imma ta' kulħadd.", "L-Onor.", "Herrera pprova jnessina l-ħneżrijiet li kienu saru fi ħdan il-korp tal-pulizija meta l-partit laburista kien fil-gvern.", "Qalilna li ma jiftakarhomx għax kien għadu żgħir.", "Issa dan kien diġa` qed imur l-universita`, jiġifieri ma kienx żgħir wisq u żgur li jiftakarhom ċerti affarijiet.", "Imma apparti dawn l-affarijiet kollha, l-akkademja ma kenitx teżisti.", "Kien jeżisti xi forma ta` tagħlim imma akkademja ma kenitx teżisti.", "It-taħriġ kif ikun taħriġ ta` kafkaf u akkademja li tieħu ħsieb li biex persuna tidħol fil-korp trid tagħmel kors ma kenitx teżisti.", "Aħseb u ara kemm kienu jeżistu refresher courses għal min ikun qiegħed diġa` fil-korp.", "Kien il-ministru ta` l- intern ta` dak iż-żmien, illum l-Eċċellenza Tiegħu l-President tar- Repubblika, li f'Lulju 1988 waqqaf l-akkademja tal-pulizija f'Malta.", "Meta fl-1998 sirt ministru jien waqqafna bord li jmexxi l-akkademja u issa b'dan l-abbozz qegħdin nagħtu qafas legali lil din l-akkademja.", "Qegħdin ngħidu li din hija akkademja mwaqqfa b'liġi u ma jistax jiġi xi ministru ta` l-intern ieħor li jaqbad u jneħħi l-akkademja.", "Biex ineħħi din l- akkademja jrid jiġi hawn u jneħħiha b'att tal-Parlament.", "Din hija l- importanza li qed nagħtu lil din l-akkademja.", "Sur President, f'dawn l- aħħar tliet snin saru numru record ta` korsijiet fl-akkademja sew għar- rekluti l-ġodda kif ukoll għal dawk li kienu diġa` membri fil-korp tal- pulizija.", "Sur President, l-Onor.", "Gulia qal li din hija liġi tajba u se jivvotaw favur tagħha għax kienu fassluha huma.", "Issa huwa minnu li bażikament din hija l- liġi li ġiet abbozzata minnhom fl-1998.", "Imma kif għedt fil-bidu għamilna emendi ferm importanti.", "L-ewwel emenda li għamilna ma kentix għall-abbozz imma għall-istrateġija.", "Meta aħna tlajna fil-gvern sibna l-abbozz ta` liġi numru 40 li kien se jintroduċi ħafna affarijiet li kienu se jorbtu l- pulizija.", "Issa jiena m'iniex qed ngħid li m'humiex neċessarjament tajbin, imma kienu se jorbtu lill-pulizija mingħajr ma kien se jiġi propost pakkett biex bih insaħħu l-poteri tal-pulizija.", "Allura x'kien qed jiġri?", "Konna qed nikkuppjaw pajjiżi oħrajn - u sewwa għamilna - sabiex jekk, per eżempju, se joħroġ mandat ta` arrest, dan il-mandat ma joħorġux il-pulizija imma, bħala regola, joħroġ mingħand maġistrat.", "Dik hija ħaġa tajba li kkupjajniha mingħand pajjiżi oħrajn għax tista` tgħid li fl-Ewropa kollha, esklużi aħna, teżisti din is-sistema.", "Kien se jkun hemm ħafna iktar rabta u regoli biex l-affarijiet isiru sew u addirittura kien se jkun hemm iktar kontrolli fuq il-pulizija.", "Kien hemm proposta li jkun hemm maġistrat konsulent li jagħmilha ta` avukat lill-persuna interrogata.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li bihom – mhux se ngħid ixxekkel lill-pulizija għax billi tikkontrolla mhux neċessarjament ixxekkel – żgur kien se jkun hemm kontrolli li qabel ma kenux jeżistu.", "Mill-banda l-oħra l-iżviluppi li saru fil-pajjiżi barranin, inkluż l- Ingilterra, favur il-pulizija ma konniex se ndaħħluhom.", "Meta ngħid favur il-pulizija ma nkunx qed ngħid favur l-uniformi, imma favur is-soċjeta` għax il-pulizija hija l-gwardjan tas-soċjeta` u tal-liġi.", "Allura malli aħna tlajna fil-gvern għedna li dan mhux sew u l-aħjar hija li nisseparaw iż- żewġ issues u dawk l-affarijiet li għandhom jidħlu fil-kodiċi kriminali jidħlu u ma ndaħħlux biss id-dosa tal-kontroll tal-pulizija, imma ndaħħlu wkoll drittijiet ġodda lill-avukat ġenerali u drittijiet ġodda lill- prosekutur.", "Għalhekk jiena ngħid li meta l-Onor.", "Gulia qal li messna ressaqna din il-liġi qabel u li aħna ħlejna tliet snin u nofs kien qed jagħmel kritika inġusta.", "Għaliex hija kritika inġusta?", "Mela aħna fil- ministeru ta` l-intern qgħadna b'idna fuq żaqqna?", "F'dawn it-tliet snin u nofs għaddejjna ħafna liġijiet oħra.", "Biżżejjed ngħid li għaddejna 170 klawsola ġdida fil-kodiċi kriminali.", "Għaddejna l-liġi tar-refuġjati li kienet liġi importanti ħafna għax hija liġi kompletament ġdida.", "Qed nipproponu din il-liġi tal-pulizija.", "Għaddejna liġi li għandna x'taqsam ma` l-artijiet.", "Għaddejna l-liġi tal- protezzjoni ċivili.", "Emendajna l-liġi dwar id-droga.", "Emendajna l-liġi dwar il-fondazzjonijiet.", "Emendajna l-liġi li għandha x'jaqsmu ma` l-arkivji naturali.", "Emendajna l-liġi tal-condominia sabiex tkun tista` tidħol fis- seħħ u pproponejna l-liġi tal-probation.", "Jiena naċċetta l-kritika kollha, barra dik li fil-qasam leġislattiv il-ministeru ta` l-intern ma ħadimx.", "Jekk wieħed iħares lejn id-dibattiti u l-aġenda ta` dawn l-aħħar tliet snin u nofs jinduna li jekk kien hawn ministeru li ppropona liġijiet ġodda u li ma ħalla xejn bi kwietu kien proprju l-ministeru ta` l-intern.", "Qed niftakar ukoll li għaddejna l-liġi ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar li kien fiha madwar 80 klawsola.", "Emendajna l-liġi taċ-ċittadinanza doppja, emendajna l-kostituzzjoni u emendajna wkoll il-liġi tal-liberta` tal- moviment.", "Kull dipartiment li jaqa` taħt dan il-ministeru biddilnielu xi liġi f'dawn l-aħaħr tliet snin.", "Jiġifieri jekk kien hawn ministeru li ħadem fil-qasam leġislattiv kien proprju l-ministeru li tiegħu għandi r- responsabbilta` jiena.", "U dan bil-limitazzjonijiet kollha li għandna.", "Kulħadd jaf il-limitazzjonijiet kbar li għandu dan il-pajjiż f'dawk li huma riżorsi umani u riżorsi finanzjarji biex wieħed jagħmel il-liġijiet.", "Imma minkejja dan kollu aħna xorta waħda rnexxielna nimxu b'pass mgħaġġel.", "Jiġifieri li wieħed jgħidilna li f'dawn it-tliet snin u nofs m'għamilna xejn u li ħallejna lil din il-liġi tiġbor it-trab fuqha mhux minnu.", "Aħna ridna li l-ewwel ngħaddu l-emendi tal-kodiċi kriminali għax ma ridniex li l- pulizija jieħdu l-impressjoni li fejn jidħlu l-kontrolli niġu niġru f'dan il-Parlament ħalli nagħmluhom u mbagħad fejn jidħlu d-drittijiet tal- prosekuzzjoni u ta` l-avukat ġenerali nħalluhom jistennew.", "Allura li għamilna kien li rajna x'ġara f'pajjiżi oħrajn u daħħalna l-affarijiet li semmejt fl-introduzzjoni tiegħi.", "Sur President, aħna daħħalna li l-konġura ssir reat, żiedna l-pieni, ħaffifna l-pieni għan-nies li jikkoperaw mal-pulizija, tajna d-dritt ta` l- appell lill-avukat ġenerali, tajna d-dritt ta` l-appell lill-pulizija fl- għoti tal-liberta` provvisorja, introduċejna r-reat ta` l-usura, introduċejna r-reat speċjali ta` pornografija fuq it-tfal, kabbarna l- ġurisdizzjoni tal-qrati Maltin, irratifikajna il-konvenzjoni tat-terroriżmu u għamilna l-emendi neċessarji, iffirmajna l-konvenzjoni tal-liġi penali dwar il-korruzzjoni u emendajna b'mod li l-korruzzjoni tkun illegali anke fil-qasam tal-privat.", "Jiġifieri dawn kollha kienu liġijiet li aħna għamilna apposta sabiex l-ewwel insaħħu d-drittijiet tal-komunita`.", "Għaliex?", "Għax fl-opinjoni tal-gvern qabel kien hemm sitwazzjoni fejn kollox kien ċentrallizzat f'idejn l-Istat u wieħed kien jiġi arrestat għal aktar minn 48 siegħa u ma jingħata sodisfazzjon ta` xejn u kulħadd jagħmel il-kawżi kostituzzjonali.", "Ma kellna kodiċi ta` prattika ta` xejn.", "Mela minn sitwazzjoni fejn l-Istat u l-pulizija kienu b'saħħithom iż-żejjed morna għal sitwazzjoni fejn saħħaħna l-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet ta` persuna suspettata li kkommettiet reat u ta` persuna akkużata li kkommettiet reat.", "Imma issa l-pendlu jrid jiġi x'imkien fin-nofs għax nemmnu li bl-ideat tal-lum u anke minħabba li fil- pajjiżi kollha ta` l-Ewropa l-kriminalita` qiegħda ssir iktar professjonali u m'għandhiex fruntieri deherilna li għandna nsaħħu iktar id-drittijiet tal- vittmi, kif għamilna fil-liġi li temenda l-kodiċi kriminali, kif wkoll id- drittijiet tal-komunita`.", "Mr Speaker, il-bieraħ smajna diskors tajjeb ħafna minn żewġ kelliema ta` l- oppożizzjoni dwar titjib li jixtiequ jaraw fl-abbozz innifsu.", "L-Onor.", "Attard Montalto tkellem tajjeb ħafna fuq il-unit tal-forensika u n-national standard laboratory.", "Jiena rrid ngħid li l-iskop tal-gvern kien li ġaladarba issa bis-sentenzi kostituzzjonali l-pulizija ma jistgħux jagħmlu ċerti testijiet li jiġu aċċettati l-qorti, bħalma huma fingerprints jew testijiet tad-demm jew tas-saliva, allura bilfors kellna nisseparaw iż-żewġ funzjonijiet.", "Mela l-pulizija jibqa' jkollha unit forensiku fi ħdana li jispezzjona għal skop ta` investigazzjoni biss il-fdalijiet ta` xi reat jew is-scene of the crime – u allura għad għandna persuni li jqabblu l- fingerprints – pero` dak li l-pulizija televa mis-scene of the crime jrid jiġi analizzat minn persuna indipendenti, jekk se nużawh fil-qorti.", "Per eżempju, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ħalli naraw kif id-DNA testing ma jibqax isir barra minn Malta, bi spiża mhux żgħira mill-fondi tal- pulizija, imma jibda jsir f'Malta stess għax issa hawn kumpanniji privati li lesti jagħmlu dawn it-testijiet.", "Kieku rridu aħna nistgħu nagħmlu unit fi ħdan il-pulizija li tagħmel id-DNA testing hi.", "Imma jekk nagħmlu hekk inkunu qed naħlu l-flus fis-sens li mbagħad ir-riżultati ta` dak id-DNA testing ma jkunx jista jiġi aċċettat mill-qorti.", "Allura qegħdin f'diskussjonijiet mal-laboratorju nazzjonali sabiex id-DNA testing jibda jsir min-national laboratory.", "Aħna diġa` qed ngħinuhom bir- riżorsi umani għax ħafna min-nies li kienu qabel jaħdmu fil-unit forensiku tal-unit tal-pulizija llum qegħdin jaħdmu man-national laboratory.", "Fuq dawn in-nies tqajjem il-punt li flok qed jinħatru esperti mill-qorti għan- nom tan-national laboratory qegħdin jinħatru f'isimhom personali.", "Jekk inhu hekk naħseb li din is-sitwazzjoni trid tiġi rimedjata.", "Imma naħseb li wara snin twal fejn qisu ħadd ma jaf fejn qiegħed, issa mexjin lejn soluzzjoni fejn dak li hu tal-pulizija jsir mill-pulizija u dak li hu analisi se jibda jsir mil-laboratorju nazzjonali.", "Jekk hemm xi ditti privati oħrajn li joffru dan is-servizz u joffruh aħjar jew irħas min-national laboratory naturalment il-pulizija tkun lesta sabiex tieħu dan in konsiderazzjoni.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Coleiro fid-diskors tagħha tat importanza kbira lill- bord tal-pulizija, u sewwa għamlet għax din hija l-aktar parti innovativa ta` dan l-abbozz.", "Għall-ewwel darba se jkun hemm bord li mhux biss jieħu ħsieb l-ilmenti tal-pubbliku kontra l-pulizija imma wkoll l-ilmenti tal- pulizija nnifishom.", "Jekk, per eżempju, membru tal-pulizija jieħu transfer li jidhirlu li m'huwiex ġust jew ġie mċaħħad minn xi promozzjoni jista` jagħmel l-ilment tiegħu quddiem dan il-bord, li jibqa` jkollu biss poter ta` rakkomandazzjoni.", "Għaliex poter biss ta` rakkomandazjoni?", "Għax bħal fil-każ ta` l-ombudsman, l-ombudsman m'huwiex is-super gvern jew is-super prim ministru.", "L-ombudsman għandu l-garanzija kważi kostituzzjonali li toħroġ mil-liġi ta` l-ombudsman.", "U din aħjar minn dik ta` l-imħallfin għax l-imħallfin jinħatru mill-gvern, pero` biex jitneħħew trid żewġ terzi tal- Kamra, mentri l-ombudsman anke biex jinħatar irid ikun hemm l-appoġġ taż- żefwġ terzi tal-Kamra.", "Pero`, fl-aħħar mill-aħħar, xorta waħda ma jiddeċiedix hu.", "L-ombudsman, kulma jista` jagħmel hija rakkomandazzjoni għax inkella nistgħu nżarmaw kollha kemm aħna u flok ministri nagħmlu ombudsman.", "Jiġifieri l-ombudsman fil-pajjiż kollha fejn twaqqaf għandu poter ta` rakkomandazzjoni u b'daqshekk ma jsirx \"ombudsmouse\" kif qalilna l-Onor.", "Herrera, inkella ma fehemx il-kunċett ta' l-ombudsman.", "L-istess ħaġa l-bord tal-pulizija.", "Il-bord tal-pulizija l-ewwelnett se jitwaqqaf mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta` l-ombudsman.", "Jiġifieri inti tista` tmur quddiem l-ombudsman, tista` tmur quddiem il-bord tal-pulizija u tista` tmur quddiem it-tnejn.", "Dan bħal meta fi żmien l-amministrazzjoni l- oħra twaqqaf l-ombudsman ta` l-universita`, ma nafx jekk għadux jeżisti, li jieħu ħsieb il-każijiet minkejja kull dritt li jista` jkollu dak l-istudent li jmur quddiem l-ombudsman nazzjonali, u bilfors rakkomandazzjonijiet jista` jagħmel.", "Issa l-kummissarju tal-pulizija jista` ma jaqbilx dik ir- rakkomandazzjoni, pero` mbagħad ikollu jagħti spjegazzjoni lis-superjuri tiegħu u s-superjuri tiegħu jkollhom jagħtu spjegazzjoni lil dan il- parlament għalilex kien hemm rakkomandazzjoni u dik ir-rakkomandazzjoni ma ġietx esegwita.", "Li nintroduċu poteri eskuttivi, jiena u dan il-gvern, kontra tagħha.", "Anke t-tribunal għall-investigazzjoni ta` l-inġustizzji li twaqqaf mill-amministrazzjoni l-oħra, fl-aħħar mill-aħħar, il-poteri li għandu huma poteri limitati.", "Jiena nfakkar lill-Onor.", "Herrera li mħallfin ma kellniex biss meta twaqqaf it-tribunal għall-investigazzjoni ta` l-inġustzzji mill-amministrazzjoni l- oħra għax meta twaqqfet il-kummissjoni għall-investigazzjoni ta` l- inġustizzji wieħed mill-bord kien ippresedut mill-imħallef, imbagħad dar prim imħallef, Joseph Said Pullicino.", "Pero` aħna dejjem għedna li għandu jkollu biss il-poter ta` rakkomandazzjoni għax, fl-aħħar mill-aħħar, lill- pulizija la se jmexxiha l-ombudsman, la se jmexxiha l-imħallef u lanqas il- bord tal-pulizija.", "Il-pulizija hija parti mill-amministrazzjoni u jmexxiha l-kummissarju tal-pulizija skond il-liġi, u politikament jibqa` responsabbli l-ministru ta` l-intern.", "Kien għalhekk li aħna neħħejniha li l- kap tal-pulizija jkun il-President ta` Malta.", "Din għamilniha għax il- President ta` Malta fil-kostituzzjoni tagħna hija persuna super partes u jekk tagħmlu kap tal-pulizija se tinvolvih f'kontroversji bla bżonn.", "Il- President ta` Malta lanqas biss huwa l-kap tal-forzi armati, aħseb u ara kemm għandu jkun il-kap tal-pulizija.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Gulia tkellem dwar il-bord tal-pulizija għan-negozjar, jiġifieri l-bord li jieħu ħsieb il-kondizzjonijiet ta` l-impieg tal- pulizija, u għamel kritika fis-sens li, fl-aħħar mill-aħħar, huwa l- kabinett li jieħu d-deċiżjoni finali dwar il-kondizzjonijiet ta` l-impieg tal-membri tal-pulizija.", "Wieħed irid dejjem jiftakar li dan huwa korp dixxiplinat.", "Il-kondizzjonijiet ta` l-impieg jiġu diskussi fil-bordijiet u jiġu riferuti anke lill-arbitri.", "Fil-fatt hawnhekk hawn proposta li l-prim ministru jista` fuq talba ta` l-istaff side, jekk dawn ma jaqblux mal- konklużjoni tal-bord, jaħtar tliet arbitri u mbagħad dawk it-tliet arbitri jagħmlu rakkomandazzjoni lill-gvern.", "Issa l-gvern għandu jkun ħieles li ma jaċċettax dik id-deċiżjoni ta` dawk it-tliet arbitri għax, fl-aħħar mill- aħħar, hawnhekk qed nitkellmu fuq kondizzjonijiet ta` impieg li huma membri f'korp dixxiplinat.", "Meta ngħaddu minn dak il-proċess kollu tkun imbarazzanti għall-kabinett li ma jaċċettax deċiżjoni ta` tliet arbitri maħtura mill-prim ministru stess, imma fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni finali tibqa` dik tal-kabinett.", "Mr Speaker, f'mument minnhom l-Onor.", "Gulia staqsa għaliex se nibqgħu bis- sistema li ċerti każijiet ta` dixxiplina se jibqa` jiddeċidihom il- kummissarju tal-pulizija.", "L-ewwelnett rrid ngħid li mhux il-każijiet kollha ta` dixxiplina jiddeċidihom il-kummissarju.", "F'każ ta` tkeċċija, f'każ fejn persuna tintalab biex tirriżenja, f'każ ta` tnaqqis fir-rank jew fl-anzjanita` u f'każ ta` differiment ta` increment jew tnaqqis fir-rata tal-paga bilfors trid tmur quddiem il-PSC.", "Pero` hemm dawk l-affarijiet li fil-pulizija jissejħu l-crimes fejn persuna ma jkunx ħaqqa li titkeċċa imma jkollha bżonn ta` ċanfira, allura f'dak il-każ il-proċeduri jsiru internament ġewwa l-korp tal-pulizija.", "Illum anke fis-servizz pubbliku, ċerti każijiet żgħar jiddeċidihom il-kap tad-dipartiment, aħseb u ara f'korp dixxiplinat kemm għandu iktar ikun hemm il-poter li l-kummissarju tal-pulizija jiddeċiedi dawn il-famużi każijiet ta` dixxiplina.", "Ovvjament il-każijiet ma jridux ikunux każijiet li fihom hemm involut il-kummissarju nnifsu.", "Jiġifieri jekk ix-xhud prinċipali kontra tiegħi se jkun il-kummissarju tal-pulizija jew inkella l-offiża saret kontra l-kummissarju tal-pulizija dawn il-każijiet ma jistax jismagħhom il-kummissarju nnifsu, imma mbagħad il-kummissarju jirċievi r- rapport li jsir lilu mingħand uffiċjal ieħor membru tal-korp tal-pulizija.", "Din hija xi ħaġa tajba u se nżommuha u allaħares ma nżommuhiex.", "Jiġifieri hemm limitu għat-trasparenza u d-demokrazija fil-korp tal-pulizija.", "Il- korp tal-pulizija jibqa` korp dixxiplinat li xi kultant irid jieħu miżuri immedjati ta` dixxiplina, inkella ma jkun korp dixxiplinat xejn, anzi jkun korp indixxiplinat.", "F'każijiet serji trid issir il-proċedura normali għall- quddiem il-PSC.", "Mr Speaker, ħadt gost li kien hemm kliem ta` tifħir għall-kodiċi tal- prattika ta` l-interrogatorji tal-persuni arrestati.", "Din hija xi ħaġa importanti.", "Dan se jkun l-ewwel kodiċi ta` prattika għax imbagħad il- ministru responsabbli għall-pulizija jkollu d-dritt li joħroġ b'kodiċi ta` prattika fuq suġġetti oħra.", "Sal-lum inħareġ il-kodiċi ta` prattika dwar l- interrogazzjoni ta` persuni arrestati fejn qegħdin ngħidu li l-pulizija trid tittrattahom skond dan il-kodiċi ta` prattika.", "Jiġifieri jekk xi ħaġa ma tiġix osservata ma jfissirx li statement li jagħmel l-arrestat ma jkunx validu, imma jfisser li jistgħu jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l- persuna li ma żammitx ma` dan il-kodiċi ta` prattika u f'ċerti każijiet oħrajn jistgħu anke jittieħdu passi fil-qorti kontra l-pulizija, imma l- istatement xorta waħda jkun validu.", "Jekk imbagħad il-kodiċi ta` prattika ma jiġix osservat b'tali mod li, per eżempju, isawtu lill-persuna li tkun qed tagħmel l-istatement allura mbagħad anke l-istatement ikun null għax tali statement ma jkunx volontarju.", "Pero` jiena ħadt gost li l-kodiċi ta` prattika, li ħafna minnu fassaltu jien flimkien ma` l-avukat ġenerali, illum qiegħed parti minn din il-liġi.", "Dan huwa l-ewwel kodiċi ta` prattika li qed jiġi inkluż f'liġi.", "Mhux qed jingħata l-forza tal-liġi għax dan xorta waħda jibqa` kodiċi ta` prattika.", "Il-kodiċi ta` prattika m'huwiex parti mil-liġi fis-sens li huwa provvediment tal-liġi, imma huwa kodiċi li qed jgħin lill-pulizija sabiex jimxu sew waqt l-interrogatorju fl-interess tal-korp tal-pulizija stess.", "Wara kollox jekk il-pulizija ma jimxux sew waqt l-interrogatorju jkunu qed jipperikolaw il-validita` ta` l-istatements għax, kif qal tajjeb l-Onor.", "Attard Montalto l-bieraħ, minħabba l- limitazzjonijiet tagħna fil-qasam forensiku l-evidenza ta` ħafna mill- akkużi li jsiru tkun ibbażata fuq l-istatements.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li d-diskussjoni pożittiva li kellna fl-istadju tat-tieni qari nisperaw li tiġi riflessa wkoll fl-istadju tal-kumitat.", "Probabbilment se jkun hemm l-istess nies li kienu fil-kumitat meta approvajna l-kodiċi kriminali.", "Għandna biċċa xogħol iebsa quddiemna, pero` naħseb li ħafna mix-xogħol preparatorju diġa` sar taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet u allura ma nipprevedix diffkultajiet partikolari.", "Pero` kwalunkwe suġġeriment li biex nistgħu nipperfezzjonaw dan l-abbozz il- gvern m'għandux xi stand partikolari ta` xi domma fuq xi punt partikolari, ħlief dawk l-affarijiet li aħna konna kkritikajna meta kien ħareġ l-abbozz fl-1998.", "Imma naturalment dawk huma kwestjonijiet ta` prinċipju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta, Kap. 164\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru, 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta, Kap. 164\" jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI", "PRODUCERS` ORGANISATIONS BILL", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jipprovdi għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ilna nisimgħu dwar il-ħtieġa li f'pajjiżna jiġu mwaqqfa dawk li huma magħrufa bħala l-producers` organisations, jiġifieri għaqdiet ta` nies, bħalma huma bdiewa, raħħala u sajjieda, li huma direttament involuti fil-produzzjoni tal-prodotti ta` l-ikel.", "Inħasset ukoll il-ħtieġa li jiġu mwaqqfa dawk li jissejħu interbranch associations.", "X'ikunu dawn l-interbranch associations?", "L-interbranch association hija dik l-għaqda li fi ħdana jkun hemm il-producers` organisations.", "Per eżempju, ikollok għaqda ta` bdiewa li jipproduċu l- patata għas-suq lokali li jingħaqdu ma` xi ħadd fin-negozju li jipprovdi ż- żerriegħa tal-patata biex ikollhom il-kwalita`.", "Meta jkollok din it- taħlita` ta` produtturi f'għaqda oħra din tkun tissejjaħ interbranch association.", "Mela din il-liġi qed titkellem fuq żewġ tipi ta` organizzazzjonijiet, li huma l-producers` organisations u l-interbranch associations, li waħda hija mwielda minn l-oħra.", "Mr Speaker, dawn huma żewġ organizzazzjonijiet li ilna nisimgħu ħafna dwarhom u, wara li dan l-abbozz ta` liġi ilu jiġi ppreparat għal diversi xhur, issa wasal iż-żmien biex naraw fil-prattika l-ewwel it-twaqqif ta` dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet u mbagħad il-mod ta` kif dawn l- organizzazzjonijiet se jaħdmu f'pajjiżna.", "Ovvjament l-iskop huwa li jkollna kontroll fuq il-produzzjoni kif ukoll fuq il-kwalita`.", "Mr Speaker, f'dan il-Parlament għaddejna liġijiet oħra u tkellimna fuq il- kunċett, li issa daħal sew, from stable to table.", "Dan ifisser li rridu nieħdu ħsieb it-tkabbir tal-prodotti kollha agrikoli b'mod li niggarantixxi li jkunu safe għall-ikel u ma jħallu l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa tal-poplu u fuq l-ambjent li ngħixu fih.", "Huwa tajjeb li wieħed jagħti ħarsa lura ta' x'kellna s'issa f'dan ir-rigward.", "Irridu ngħidu li għalkemm aħna qed nitkellmu fuq it-twaqqif ta` producers` organisations u interbranch associations dawn se jkunu qegħdin joħorġu mill- kunċett li għandna sal-lum, dak tal-koperattivi.", "Sal-lum illum kellna għaqdiet tal-bdiewa li jissejħu koperattivi.", "F'pajjiżna għandna diversi koperattivi u assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u gruppi ta` bdiewa li jipproduċu diversi prodotti partikolari.", "Per eżempju, għandna gruppi bdiewa li jingħaqdu bejniethom, għalkemm mhux b'mod formali, li jispeċjalizzaw fuq il-patata għall-export jew fuq il-patata għall-konsum lokali.", "Hawn bdiewa oħrajn li jispeċjalizzaw fuq it-tkabbir tal-basal u tal-pastard.", "Hawn ukoll areas partikolari li huma rinomati għat-tkabbir ta` ċerti prodotti.", "Teoritikament tista` tkabbar kull prodott fejn trid.", "Per eżempju, tista` tkabbar il-pastard fin-nofs inhar tal-pajjiż.", "Tista` tkabbru n-naħa tas-Siġġiewi li huwa l-post ideali għat-tkabbir tal-pastard, tista` tkabbru lejn Ħad Dingli jew anke Għawdex.", "Pero` għandek ċerti areas fejn l-aħjar li jitkabbru ċerti prodotti.", "Bit-teknoloġija kif inhi llum, mingħajr ma jkollok raba`, bil-hydroponics tista` tkabbar ħxejjex għall-ikel billi tagħmilhom ġo compost speċjali, tikkontrolla l-fatturi ambjentali fosthom l-umidita` u it-temperatura, issaqqihom kemm suppost u jkollok prodotti agrikoli li jkunu ta` kwalita` tajba wkoll.", "Meta qed nitkellem fuq dawn l-għaqdiet tal-bdiewa li jipproduċu prodotti partikolari, bħalma kont qed ngħid, issib diversi gruppi li jispeċjalizzaw fit-tkabbir ta` ħxejjex, fosthom patata, basal u pastard u mbagħad għandek min jispeċjalizza fil-frott bħal, ngħidu aħna, larinġ, ħawħ, għeneb u diversi tipi ta` frott oħra.", "Dawn huma l-gruppi li għandna f'pajjiżna, apparti d-diversi koperattivi li issa ilhom stabbiliti ħafna.", "Għandna wkoll il-koperattiva ċentrali li ilha diversi snin taħdem u tistinka biex tmexxi 'l quddiem l-qasam agrikolu f'pajjiżna.", "Irrid ngħid li dawn l-għaqdiet kollha li kellna sal-lum servew biex il-biedja timxi 'l quddiem.", "Dawn il-koperattivi, bil-limitazzjonijiet tagħhom, żammew kemm setgħu l-industrija aġġornata.", "Per eżempju, anke fejn tidħol teknoloġija ġdida, kienu dawn il-koperattivi li għamlu dak kollu li setgħu biex jaraw li dan is-setturi f'pajiżna ma` jaqtgħux lura.", "Ta` min ifakkar li kienu dawn il-koperattivi li flimkien mad-dipartiment tal-biedja studjaw u daħlu s-sistema tad-drip irrigation, sistema ta` tisqija effiċjenti ħafna u tiffrankalek ħafna ħela ta` ilma.", "Barra minn hekk naqqset ħafna mit-tbatija tal-bdiewa għax fejn qabel, per eżempju, biex il-bidwi jsaqqi t-tadam ried joqgħod jagħmel dak il-kanal biz-zappun u fih joqgħod jitfa` l-ilma bis-sistema tad-drip irrigation dan spiċċa kollu.", "F'din is-sistema għandek il-pajpijiet bin-nozzles u l-bidwi kemm jiftaħ l- vit u jikkontrolla kemm ix-xitla għandha bżonn ilma u b'hekk jiggarantixxi l-aħjar mod kif l-istess prodott jiġi mkabbar.", "Mr Speaker, la qed insemmu t-teknoloġija wieħed ta` min isemmi wkoll l- introduzzjoni tat-tunnels, jiġifieri dawk il-mini żgħar tal-plastic, biex insejħilhom hekk, li jkunu għoljin madwar pied u nofs jew żewġ piedi biex il-bidwi jipproteġi l-produzzjoni tiegħu kif ukoll biex jara li l-prodott tiegħu jkun iktar bikri u jkun jista` jdaħħlu iktar kmieni fis-suq u ovvjament ladarba ddaħħlu kmieni fis-suq il-bidwi jkun jista` jdaħħal dik ix-xi ħaġa extra għall-prodott li jkun qed jipprovdi.", "Irrid ngħid ukoll li l-koperattivi kienu l-istrument li permezz tiegħu l-biedwi u r-raħħala Maltin setgħu jkollhom l-opportunita` biex jsiefru u jitaqgħu ma` sħabhom barra minn xtutna u jaraw kif dawn il-bdiewa u r-raħħala barranin imexxu s- settur agrikolu.", "Mr Speaker, jekk nieħdu s-settur ta` l-esportazzjoni tal-patata tar- rebbiegħa, li tibda bejn l-aħħar ta` dan ix-xahar u l-bidu tax-xahar id- dieħel wieħed, jara li hawn diversi bdiewa li għalkemm sal-lum għad m'għandhomx għaqda formali xorta waħda jiftehmu bejniethom u jiggarantixxu li l-prodott li jesportaw ikun prodott safe, prodott ta` kwalita` u prodott li jkun jista` jiġi traced.", "Għalhekk bi pjaċir ngħid li f'dawn l-aħħar tliet snin, b'mod partikolari, dawn il-bdiewa għamlu l-isforzi kollha biex jaraw li jintuża l-inqas ammont ta` bexx teknikament possibbli fit-tkabbir tal-patata, kemm dik għas-safar kif ukoll dik għall-konsum lokali.", "Barra minn hekk daħħlu wkoll il-kunċett tat-traceability, jiġifieri li kull ammont ta` patata li tiġi esportata tkun immarkata fis-sens li min ikun qed jixtri dik il-patata jkun jaf mingħand liema bidwi tkun ġejja dik il- patata.", "Dan ifisser li jekk, per eżempju, bidwi min-naħa tan-nofs inhar tal-pajjiż itella` l-patata tiegħu għall-grading fis-central grading station f'Ta` Qali, il-patata ta` dan il-bidwi tintefa` fi xkejjer u dawn l- ixkejjer ikunu mmarkati bl-isem tal-bidwi min ikun.", "Allura dawn il-bdiewa li m'għandhomx għaqda formali daħħlu dawn il-kunċetti u bejniethom jiftehmu u jaħdmu b'irġulija biex il-prodott li jesportaw flimkien ikun prodott li jkun fih l-inqas ammont ta` bexx u jkun ukoll jista` jiġi traced biex jekk xi parti minn dak il-prodott li ġie esportat jinstablu xi difett wieħed mill-ewwel jinduna mil-liema area u mingħand liema bidwi ġie dak il-prodott.", "B'hekk dak li jkun ikun jista` jieħu l- prekawzjonijiet neċessarji ħalli għas-sena ta` wara dak il-bidwi ma jerġax jipproduċi prodott li mhux ta` kwalita` u dan huwa ta` ġid kemm għalih innifsu kif ukoll għall-bdiewa l-oħra sħabu.", "Mr Speaker, kif qiegħed ngħid, sal-lum il-koperattivi għamlu mill-aħjar bis- settur tal-biedja jimxi 'l quddiem.", "F'dawn l-aħħar snin saru u qed isiru żviluppi importanti ħafna fil-mod ta` kif isir il-kummerċ fil-qasam agrikolu.", "B'mod partikolari qed nirreferi għall-mod kif daħlet il-kuxjenza dwar il-grading u l-food safety.", "Dawn huma affarijiet li daħlu f'dawn l- aħħar snin wara l-problemi li nqalgħu f'pajjiżi barranin.", "Per eżempju, kien hemm il-każ tad-diosina fid-Danimarka, kien hemm il-marda tal-mad cow u dik tal-foot and mouth.", "Dawn kollha qajmu kuxjenza fil-kunsumatur u l- konsumatur bi dritt, ladarba jħallas flus tajba għall-prodott li jixtri, jesiġi li jkollu prodotti ta` kwalita` u prodotti li huma safe.", "Ovvjament meta qegħdin jittieħdu dawn il-miżuri kollha biex jiggarantixxu l-food safety u l-grading tal-prodott dawn minhom infushom iħallu effett fuq il- prezz.", "Mr Speaker, ta` min jgħid ukoll li l-progress f'kull qasam ma jista` jżommu ħadd u l-biedja m'hijiex eċċezzjoni.", "Biex dan is-settur jibqa` sostenibbli jrid jaġġorna ruħu ma` l-aspetti l-aktar importanti u l-aspett l-iktar importanti huwa li jkollna provvista ta` prodotti bnina u ta` kwalita` u bi prezz kompettitiv u tajjeb għall-konsumatur u li jwassal għal dħul xieraq u ġust għall-bidwi u r-raħħal.", "Aspett ieħor importanti huwa li dan l-operat kollu, kif għedt fil-bidu, kemm jista` jkun ma jħalli l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent li aħna ngħixu fih.", "Irrid ngħid ukoll li wasalna fi żmien fejn is-suq irid ikun iżjed organizzat.", "Wasalna fi żmien fejn barra li l-produzzjoni trid tkun ta` kwalita` trid tkun ukoll ikkontrollata, fis-sens li l-produzzjoni ma tħallix ħela, ma tħallix surplus.", "Dan ngħiduh għax kulħadd jaf li l- istonku tal-bniedem ma jiġġebbidx u jkun inutli li tipprova tkabbar il- produzzjoni bla limitu meta taf li m'għandekx domanda għaliha.", "Per eżempju, jekk aħna nafu li l-produzzjoni tal-patata għall-konsum lokali hija ta` madwar 23,000 tunnellata fis-sena u din il-produzzjoni tlaħħaq mad- domanda li għandu bżonn il-pajjiż inutli li nkabbru 30,000 jew 40,000 tunnellata għall-konsum lokali għax huwa storikament stabbilit li l-poplu tagħna, bejn wieħed u ieħor, jikkonsma madwar 23,000 tunnellata ta` patata fis-sena.", "Allura jekk ikollna produzzjoni iktar ħafna minn hekk jirriżulta li f'pajjiżna jkollna s-surplus u meta f'dan is-settur ikollok prodott żejjed u ma jkollokx in-niċċa ta` l-esportazzjoni dan iwassal għal waqa` fil- prezzijiet u b'hekk il-bidwi jdaħħal inqas flus għax-xogħol kollu li jkun daħħal fis-sistema tal-produzzjoni.", "Wieħed jista` jżomm is-surplus tal- prodotti f'sistema ta' refrigeration kbira u jżommhom għal xhur taħt temperatura kkontrollata.", "Pero` dan jiswa l-flus ukoll u m'huwiex cost effective.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq prodotti li huma perishable, jiġifieri ħxejjex li wara tlieta jew erbat ijiem jibdew jitbielu u allura jkun sewwa u jkun għaqli li l-bdiewa jikkontrollaw il-prodotti tagħhom biex kemm jista` jkun jeliminaw is-surplus u għalhekk anke l-ħela.", "Mr Speaker, minħabba l-fatt li l-kompetizzjoni llum saret iżjed internazzjonali u minħabba l-fatt li anke l-WTO miexja fuq linja li tagħmel il-marketing f'dan is-settur iżjed kompetittiv u iżjed ġust, wasalna fi żmien fejn li l-levies li hemm f'dan is-settur jibdew jitneħħew.", "Wasalna fi żmien ukoll fejn is-suq internazzjonali fis-settur agrikolu qed jesiġi li jkun hawn kummerċ iżjed liberalizzat.", "Allura peress li aħna wkoll nagħmlu parti mis-soċjeta` globali, bħalma f'pajjiżi oħra, b'mod partikolari f'dawk tal-WHO, il-linja hi li dan is-settur jiġi liberalizzat hekk ukoll irid isir f'pajjiżna.", "Ovvjament biex dan is-settur jiġi liberalizzat, u ma nibqgħux magħluqin f'bozza għalina waħedna, irid isir l-istrutturar neċessarju f'dan il-qasam ukoll.", "Għalhekk wasalna għall-kunċett ġdid tat- twaqqif ta` producers' organistaions u interbranch associations għax din hija l-għodda neċessarju li għandha tiġi mdaħħla biex tinutuża ħalli dan is- settur ikun jista` jiġi ristrutturat, fis-sens li wieħed jibda jagħmel sistema ta` marketing differenti u wieħed jibda jneħħi l-levies bil-mod il- mod.", "Dawn l-organizzazzjonijiet ġodda jridu wkoll ikunu l-għodda li permezz tagħha tinġabar l-informazzjoni ħalli l-bdiewa u r-raħħala jkunu jistgħu jipprovdu prodotti ta` kwalita`.", "Il-producers` organisations u interbranch associations se jkunu l-għodda sabiex nagħmlu ċert li l-fondi tal-poplu jaslu b'mod trasparenti u b'mod ġust għand il-bdiewa u r-raħħala ħalli niggarantixxu sistema ta` produzzjoni ta` l-ikel li tkun bnina u safe għall-saħħet il-poplu bi prezzijiet li jkunu adekwati għall-konsumatur u li jħallu profitt xieraq u ġust lill-istess bdiewa u raħħala.", "L-iskop hu li f'kull fergħa partikolari tal-biedja titwaqqaf producers` organisation u jekk ikun hemm bżonn titwaqqaf ukoll interbranch association.", "Per eżempju, se titwaqqaf producers` organisation għal dak li jirrigwarda s-settur tal-patata għall-konsum lokali.", "Se titwaqqaf oħra għal dak li jirrigwarda l-patata għall-export, oħra għas-sezzjoni tad-tadam għall-ipproċessar u oħra għat-tkabbir tal-pastard, karrotti u kaboċċi.", "Imbagħad fis-settur tar-raħħala li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoz se titwaqqaf producers` organisation għall-produzzjoni tal-ġbejniet, oħra għas-settur tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, oħra għas-settur tal-produzzjoni tal- bajd, oħra għas-settur tat-tjur, oħra għas-settur ta` l-għasel u għal diversi friegħi oħra fis-settur agrikolu.", "Jiġifieri tista` titwaqqaf producers` organisation għal kull fergħa agrikola li minnha joħorġu prodotti ta` l-ikel.", "Dawn il-producers` organisations mhux se jitwaqqfu biex sempliċiment ngħidu li għandna għaqda għal kull settur.", "It-twaqqif ta` dawn l-organizzazzjonijiet, barra li jintużaw bħala għodda biex permezz tagħha jiġu mwieżna l-istess setturi, iridu jservu wkoll bħala għodda biex jagħmlu l-kontroll fuq il-produzzjoni, għodda biex jiggarantixxu kwalita` tal-prodotti, għodda biex jiggarantixxu l-istandards tal-prodotti u għodda biex il-prodott ikun ippreżentat b'mod aħjar.", "Jiena niftakar li fil- pitkalija kienu jiddaħħlu ċerti ħxejjex li kien ikun fihom ħafna faxxina li mbagħad kienet tinqata` minn mal-prodott u tispiċċa bħala ħmieġ fil- pitkalija.", "Illum ħafna bdiewa qegħdin idaħħlu l-prodotti tagħhom b'mod aktar preżentabbli fil-pitkalija.", "Għalhekk il-producers` organisations se jservu wkoll biex jiġi garantit iżjed il-kunċett kemm ta` standards, kemm ta` kwalita` u kemm ta` preżentazzjoni u dawn kollha flimkien iwasslu biex niggarantixxu l-kunċett ta` food safety fil-food chain kollha, jiġifieri minn meta tinżera' ż-żerriegħa sa meta l-prodott jiġi mwassal għand il- konsumatur.", "Mr Speaker, ta` jgħid ukoll li hemm diversi raġunijiet oħra għat-twaqqif ta` dawn l-organizzazzjonijiet.", "F'pajjiżna kulħadd jaf, għalkemm il- kollega tiegħi tan-naħa l-oħra ma jaqbilx, li nidħlu jew ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea l-levies iridu jitneħħew.", "Kull min isegwi kif dan is-settur u jara kif qed jiġi ttrattat fil-WTO, fejn għandek madwar 142 pajjiż, jaf li bil-mod il-mod il-levies iridu jiġu mneħħija.", "Dan qed isir bl-iskop li l- operat u s-suq tal-prodotti agrikoli jsiru iktar fair bejn id-diversi pajjiżi u biex il-bdiewa u r-raħħala kollha jingħataw iċ-ċans li jipprovdu ikel biżżejjed għall-popli tad-diversi pajjiżi bi prezzijiet li jiggarantixxu d-dħul xieraq u ġust ta` l-istess operaturi.", "Kulħadd jaf li l- levies huma forma ta` protezzjoni li minnhom infushom ma jħeġġux li jsir it- titjib neċessarju.", "Jista` jkun li fiż-żmien kien hemm perjodi meta l-levies kienu forma tajba ta` protezzjoni.", "Pero` ż-żmien jgħaddi, iċ-ċirkostanzi jinbidlu u llum qegħdin f'fażi fejn il-WTO qiegħda tesiġi li l-levies jitneħħew bl-iskop li l-operat ta` dan is-settur isir iktar ġust għal kulħadd u aħna m'aħniex eċċezzjoni.", "Nerġa` ngħid li r-ristrutturar u t-tneħħija tal-levies m'hijiex xi ħaġa li se nagħmluha għax irridu nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, imma hija xi ħaġa li biha rridu nippreparaw lill-pajjiżna għall-futur immedjat għax, kif qed ngħid, kif miexja l-WTO dawn il-levies bilfors iridu jitneħħew.", "Ovvjament meta titneħħa din it-tip ta` protezzjoni li kienet ibbażata fuq sistema ta` levies jista` jkollok importazzjoni ta` prodotti bi prezzijiet baxxi u jekk il-pajjiż ma jippreparax ruħu biex ikollu tħaddim ta` sistema li tgħin u twieżen lil dawn is-setturi finanzjarjament dan is-settur jispiċċa fix- xejn.", "Biex nassiguraw li dan ma jseħħx f'pajjiżna, il-gvern qed jipprepara pakkett ta` għajnuna finanzjarja ħalli ladarba jibdew jitneħħew il-levies jiġi garantit li l-bidwi u r-raħħal ta` pajjiżna jibqgħu kompetittivi.", "Dan jista` jsir biss billi jkollhom l-għajnuna neċessarja li tiggarantixxi li l- prodotti tagħhom ikunu safe għall-ikel u li jkunu kompetittivi ma` dawk li jiġu importati.", "Dan jiggarantixxi wkoll li, globalment, bejn il-bejgħ tal- prodotti bi prezzijiet irħas u l-għajnuna finanzjarja li jirċievu mingħand il-gvern il-bdiewa u r-raħħala jkollhom moħħhom mistrieħ minn dħul xieraq u ġust għax-xogħol li jkun għamel.", "Hawnhekk nerġgħu niġu għall-producers` organisations u l-interbranch associations.", "Għaliex?", "Għax kif diġa għedt dawn se jkunu l-għodda li permezz tagħha l-mod ta` tkabbir u l-mod ta` preżentazzjoni ta` prodotti jista` jiġi garantit bis-saħħa ta` l-operat ta` dawn l-organizzazzjonijiet li jiġbru dik l-informazzjoni kollha relatata ma` kull fergħa ta` dan is- settur.", "Dan isir ħalli barra li jiggarantixxu l-kunċett ta` supply and demand għax nerġa` ngħid li l-istonku tal-bniedem ma jiġġebbidx.", "Il-poplu ma jistax jiekol aktar milli jiflaħ.", "Jekk jiena niekol kilo qargħabali inutli li l-mara ssajarli ħames kilos għax mhux se niekolhom.", "L-istess fil- produzzjoni agrikola.", "Inutli li nipproduċu aktar milli għandna bżonn.", "Hemm bżonn li nikkontrollawha l-produzzjoni u mhux nagħmlu bħal mogħoż.", "Mhux aħna biss nagħmlu hekk imma l-bdiewa u r-raħħala tad-dinja kollha.", "Mr Speaker, fl-Ewropa kien hawn, u f'xi pajjiżi għad hemm, il-marda qerrieda tal-foot and mouth.", "Ovvjament ir-raħħala ta` dawk il-pajjiżi li ma kenux mniġġsa kollha kemm huma bdew jkabbru l-majjali.", "X'se jiġri issa?", "Is-sena d-dieħla se jkollhom over production u meta inti għandek produzzjoni żejda u m'għandekx il-bejgħ tal-prodott il-prezz jaqa`.", "Din hija waħda mir-raġunijiet prinċipali għaliex inwaqqfu dawn l- organizzazzjonijiet.", "Hemm bżonn li l-produzzjoni tiġi kkontrollata ħalli neliminaw l-over production għax din tissarraf fi dħul inqas għall-bidwi u r-raħħal.", "Mr Speaker, kif kulħadd jaf f'pajjiża madwar 40% biss tal-produzzjoni agrikola tiġi mgħoddija mill-pitkalija.", "Allura ladarba issa l-bdiewa u r- raħħala se jibdew jiġu mgħejjuna finanzjarjament wieħed jistenna li dan l- ammont jibda jogħla bil-mod il-mod għax l-għajnuna li se tingħata lill- bdiewa u lir-raħħala se tkun relatata ma` l-ammont iddikjarat.", "Ejja ngħidu li jiena nkabbar il-patata u f'dawn l-aħħar ħames snin, meta ma kienx hemm għajnuna finanzjarja, kont niddikjara li qed indaħħal għaxat iqnatar ta` patata fis-sena ma nistax nippretendi li nieħu għajnuna fuq mitt qantar.", "Biex nieħu l-għajnuna fuq il-mitt qantar irrid niddikjara li qed indaħħal mitt qantar.", "Din hija l-istess sistema li nħaddmu mas-sajjieda.", "Is- sajjieda jieħdu d-diesel duty free skond il-valur tal-qabda ddikjarata.", "Il- poplu Malti li jħallas it-taxxa qal li s-sajjied ħaqqu l-għajnuna fuq dak li jiddikjara u tah l-għajnuna fis-sens li tah provvista ta' fuel duty free.", "L-istess meta niġu għal dan is-settur.", "Il-poplu Malti lest li jgħin, pero` b'mod li kollox ikun above board, b'mod li kollox ikun iddikjarat.", "Il-poplu jirrikonoxxi l-fatt li l-bidwi m'għandux jiġi mħallas biss talli jkabbar.", "Il-bidwi għandu jiġi wkoll imħallas talli indirettament qed jieħu ħsieb l-ambjent.", "Allura biex l-affarijiet isiru above board, l-għajnuna finanzjarja tibda tingħata fuq l-ammonti ddikjarati.", "Pero` wieħed ma jridx jibda jaħseb li għax issa se tibda tingħata l-għajnuna jibda jipprova jipproduċi ferm iktar milli l-pajjiż għandu bżonn.", "Il-produzzjoni xorta waħda trid tiġi kkontrollata għax, kif diġa` għedt, meta jkollok surplus il-bidwi żgur li se jbati għax ikun hemm il-waqa` fil-prezzijiet.", "Din hija katina, ħolqa marbuta m'oħra.", "Jekk titfa` gozz ħoloq ma` l-art, dawk jibqgħu ħoloq u l- ħoloq ma tistax tiġbed bihom.", "Meta l-ħoloq ikunu magħqudin ma` xulxin jifformaw katina b'saħħitha li tista` tmexxi dan is-settur.", "Dawn il- producers` organisations se jkunu qegħdin hemm biex jikkontrollaw l-operat tas-sistema agrikola.", "Dawn l-organizzazzjonijiet se jkunu l-għodda li tikkontrolla t-tip tal-prodotti li jitkabbru skond id-domanda tal-pajjiż u kif qiegħed nispjega dan il-mod ta` operat ikkontrollat jiġi mgħejjun mill- poplu ħalli niggarantixxu l-provvista ta` prodotti ta` l-ikel ta` kwalita`, bi prezzijiet tajbin għall-konsumatur u li jħallu prezz xieraq u ġust għall- istess bidwi u raħħal.", "Mr Speaker, jiena diġa` għamilt riferenza għall-produzzjoni tal-patata għas- suq lokali u għedt kemm huwa għaqli li jkollna l-produzzjoni kkontrollata ħalli ma jkollniex ħela.", "Pero` rrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-produzzjoni tal-patata għall-export.", "Jiena diġa` għedt li nidħlu jew ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea l-levies xorta waħda jridu jitneħħew.", "Pero` rrid ngħid ukoll li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea aħna nkunu nistgħu nsibu n-niċeċ fejn nistgħu nesportaw.", "Aħna nafu li f'dawn l-aħħar snin konna qegħdin nesportaw bejn 6,000 u 7,000 tunnellata ta` patata lejn l-Ewropa u stajna nesportaw lejn l-Unjoni Ewropea għax fl-aħaħr tas-snin sittin gvern nazzjonalista kien għamel association agreement li permezz tiegħu aħna nistgħu nesportaw ammont ta` patata lejn l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li huwa għaqli li nibżgħu għal dawn in-niċeċ li għandna u jkun iżjed għaqli li nfixxtu iżjed niċeċ.", "Ta` min wieħed jgħid li għalkemm nesportaw bejn 6,000 u 7,000 tunnellata ta` patata lejn l-Ewropa, aħna mhux suppost li nesportaw iżjed minn 3,000 tunnellata.", "Huwa bis-saħħa tad-diversi abbokkamenti li kultant ikun hemm bejn diriġenti tal-gvern Malti u diriġenti min-naħa ta` l-Ewropa li Malta tingħata ċ-ċans li tesporta bejn 6,000 u 7,000 tunnellata minflok 3,000 tunnellata.", "Immaġina x'jiġri kieku aħna niġu f'sitwazzjoni fejn l- Ewropa tgħidilna li skond l-agreement li għandna aħna nistgħu nesportaw 3,000 tunnellata u mil-lum 'il quddiem ma tistgħux tesportaw iżjed minn hekk lejn l-Ewropa.", "X'jiġri f'dan il-każ?", "X'jiġri jekk aħna ma neħdux ħsieb li nkabbru n-niċeċ li għandna ?", "U kif se nkabbruhom?", "Inkabbruhom permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Mingħajr sħubija fl-unjoni ma tkabbarhomx għax jgħidulek l-ewwel ta` ġewwa.", "Immaġina x'jiġri jekk nibqgħu barra.", "Mr Speaker, ħalli nsemmi punt ċkejken li għall-bdiewa huwa importanti ħafna.", "F'pajjiżna l-produzzjoni tal-patata tlaħħaq madwar 30,000 tunnellata li hija maqsuma fi 23,000 tunnellata għas-suq lokali u bejn 6,000 u 7,000 tunnellata għall-esportazzjoni.", "Mela kwart minn dak li jiġi prodott imur għall-esportazzjoni.", "Aħna għandna area ta` madwar 1,800 etteru li fuqha nkabbru l-patata matul is-sena.", "Kwart minn din l-area, li tiġi 450 etteru, tinħadem b'patata għall-esportazzjoni.", "Issa 450 etteru huma ekwivalenti għal 4,000 tomna raba`.", "Immaġina x'jiġri kieku jgħidulek li trid tesporta 3,000 tunnellata flok dawk is- 7,000 tunnellata li qegħdin nesportaw s'issa.", "Mela jekk bejn Jannar u April il-bidwi ma jkollux iċ-ċans li jesporta dawn is-7,000 tunnellata jkollu żewġ options.", "X'inhuma dawn l- options?", "Jew l-4,000 tunnellata patata extra li jkollu jitfaħha għas-suq lokali, li ovvjament iwaqqalu l-prezz fix-xejn, jew inkella jrid juża 2,000 tomna raba` għal skop ieħor.", "U x'jiġri jekk f'dawn l-2,000 tomna raba` jkabbar il-pastard, qargħabali u kaboċċi?", "Ovvjament jaqa` l-prezz tal- pastard, qargħabali u kaboċċi.", "Għalhekk jien qiegħed ngħid li huwa importanti li dawn il-producers` organisations jippjanaw sewwa ħalli jkollna produzzjoni li tlaħħaq mad- domanda.", "Min jistudja daqsxejn l-ekonomija jaf li s-supply trid tkun skond id-domanda.", "L-istess fin-negozju ta` l-artijiet.", "Meta għandek abbundanza ta` artijiet il-prezz jaqa` u meta għandek nuqqas ta` artijiet il-prezz jisplodi.", "U għalhekk il-prezz ta` l-artijiet f'Malta huwa għoli ħafna.", "Għaliex?", "Għax l-art ma tistax iġġebbidha, bħal l-istonku tal-bniedem, u la ma tistax tkabbarha l-prezz dejjem jogħla.", "Mr Speaker, nerġa` ngħid li l- producers` organisations u l-intebranch associations iridu jaħdmu bil- għaqal, fis-sens li jagħmlu programmi li jiggarantixxu li s-supply tkun kważi daqs id-domanda ħalli jkun garantit prodott ta` kwalita` bi prezz tajjeb għall-konsumatur kif ukoll dħul xieraq u ġust għall-produtturi.", "Mr Speaker, is-7,000 tunnellata ta` patata li l-esportaw hija patata ta` kwalita` tajba ħafna u qegħdin nieħdu l-miżuri biex inkunu ċerti li ma jiġri xejn li jnaqqas il-kwalita` ta` l-istess prodott.", "Aħna għandna vantaġġ li l-klima li għandna tagħtina prodott bikri.", "Imbagħad għandna aspett ieħor li huwa l-kwalita` tal-ħamrija.", "Meta wieħed ibigħ ikun irid ibigħ prodott ta` kwalita' għax min se jixtri se jħallas tajjeb u għalhekk trid l-aħjar prodott possibbli.", "Issa biex il-patata tagħtik l-aħjar texture trid tkun imkabbra f'ħamrija ħamranija u mhux f'ħamrija bajdanija.", "Allura biex ikollna l-aħjar preżentazzjoni tal-prodott li jkun se jiġi esportat il- producers` organisation trid tieħu in konsiderazzjoni l-fattur ta` fejn tali prodott se jitkabbar biex b'hekk tiġi garantita l-kwalita`.", "Nerġa` ngħid li aħna għandna l-vantaġġ li l-klima tagħna tagħtina prodott bikri.", "Per eżempju, lejn Ħaż Żabbar, Ħal Għaxaq, il-Gudja, Ħal Safi, il- Qrebdi u postijiet oħra fin-naħa t'isfel ta` Malta l-patata tibda tinqala` għall-aħħar ta` Marzu u l-bidu ta` April.", "Fin-naħa ta` fuq, lejn Ħad Dingli, għandek il-patata mwaħħra u allura mhux se tesportaha għax sakemm dik il-patata laħqet, fl-Ewropa, fis-suq li aħna nfittxu, tant tkun daħlet patata li l-prezz tant ikun niżel li ma jkunx worthed li tesporta l-patata għax f'dawk iż-żmenijiet ma ġġibx iktar minn Lm2 jew Lm3 il-qantar, mentri l-patata bikrija ġġib Lm14 il-qantar.", "Jiġifieri iċ-ċans ikun intilef.", "Hawnhekk wieħed irid jippjana bil-għaqal biex jara f'liema perjodu, f'liema tip ta` ħamrija u f'liema areas għandha tinżera` l-patata għall- esportazzjoni u l-producers' organisations qegħdin jitwaqqfu biex dan l- operat jiġi rfinut bl-iskop aħħari li l-bidwi jdaħħal iktar flus għax meta l-bidwi jkun qed idaħħal iktar flus il-pajjiż imur aħjar.", "Mr Speaker, għalkemm il-producers' organisations se jservu bħala l-għodda neċessarji biex isiru l-kontrolli kollha neċessarji, fosthom il-kontroll tal-produzzjoni biex jiġi eliminat li jkollna surplus, m'iniex qed ngħid li dawn se jikkontrollaw kemm tinżel xita fil-pajjiż.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk jista` jkun li jkollok staġun, bħalma kellna sentejn ilu, fejn ikollna xita bl-abbundanza u dan jikkaġuna surplus ta` xi prodotti.", "Pero` f'dan il-każ il-producers` organisation trid tieħu ħsieb li tagħmel dawk l-istrutturi neċessarji, bħalma huma storages u refregirations mhux fit-tul, u tara li kemm jista` jkun il-valur tal-prodott ma jaqax.", "Il- producers' organisation trid tara wkoll li tinġabar dik id-data kollha neċessarja ħalli t-taxpayer ikun jaf għal xiex qed iħallas u tara wkoll li jkunx hemm il-lok għall-produzzjoni żejda li għaliha jkun qed iħallas ukoll it-taxpayer.", "Mr Speaker, l-producers` organisations iridu wkoll jieħdu ħsieb li jsibu n- niċeċ għall-esportazzjoni.", "L-uniku prodott tas-settur agrikolu li aħna nesportaw huwa l-patata.", "Għandna prodott ta` kwalita` tajba ħafna u rridu nkomplu nibżgħu għalih.", "U rrid ukoll nagħti prosit lil kull min hu involut fl-esportazzjoni tal-patata għax grazzi gaħl din l-esportazzjoni l-bdiewa jieħdu wieħed mill-ogħla prezzijiet fis-suq mondjali għall-prodott tiegħu.", "Biżżejjed ngħidu li dan l-aħħar il-bidwi Malti beda jitħallas madwar Lm14 il-qantar għall-patata tal-marka sante, patata li ideali biex titkabbar fl- ambjent ta` pajjiżna u hija mfittxija ħafna barra minn Malta.", "Kont qed ngħid li fejn tidħol esportazzjoni l-producers` organisations iridu jibqgħu jfittxu dawk in-niċeċ biex kemm jista` jkun ikollna esportazzjoni ta` kwalita`.", "U għaliex esportazzjonijiet ta` kwalita`?", "Wieħed jista`, jekk irid, jesporta l-patata li tinqala` f'Lulju, imma meta jesporta l-patata li tinqala` f'Lulju l-bidwi Malti żgur li mhux se jġib Lm14 għal kull qantar ta` patata li jesporta.", "Allura l-producers` organisations iridu jfittxu dik in-niċċa neċessarja li tissarraf xi prezzijiet tajbin għall-bdiewa tagħna.", "Per eżempju, nieħu gost insemmi li hawn xi negozjanti privati li qegħdin jespermentaw fuq basal ta` kwalita` – u din is-sena naħseb li jkun hemm xi esportazzjoni – li huwa mfittex fis-swieq barranin.", "Qed ngħid dan għax anke l-varjeta` tal-prodotti tgħodd.", "F'pajjiżna tant konna daħħalna varjetajiet ta` basal li biex ngħid hekk, il-basal ġie ppastardjat.", "Ma tistax tgħid tgħid li dik hija basla tipika ta` Malta.", "Allura f'dawn l-aħħar sentejn saru esperimenti fuq it-tkabbir ta` varjetajiet ta` basal u jiena nformat li din is-sena, jekk kollox jibqa` sejjer tajjeb, se jiġi esportat ammont ta` basal.", "B'hekk dan il-prodott li fil-passat konna nesportawh nerġgħu nibdew nesportawh.", "Mr Speaker, dawn huma kollha aspetti li l-producers' organisations iridu jieħu in konsiderazzjoni.", "Il-producers' organisations iridu jaħdmu fuq linja traparenti għax, kif jgħidu, is-suq isuq.", "Ovvjament biex is-suq tagħna jkompli miexi tajjeb irid ikun hemm l-għajnuna finanzjarja.", "Pero` mhux fis-suq tagħna biss hemm l-għajnuna finanzjarja għax, per eżempju, fis- suq Ġermaniż il-bdiewa u r-raħħala bejniethom jingħataw għajnuna globali ta` madwar Lm6,000,000,000 fis-sena.", "Nofs din l-għajnuna finanzjara tiġi mill-Unjoni Ewropea u n-nofs l-ieħor mit-taxpayers Ġermaniżi.", "Aħna ma nippretendux li lill-bdiewa u raħħala tagħna norbtulhom il-ktajjen ma` saqajhom u nibgħatuhom jikkompetu ma` bdiewa u raħħala ta` pajjiżi oħra lebsin is-slippers tal-ġiri.", "Biex il-bdiewa u r-raħħala tagħna jkunu jistgħu jikkompetu ma` dawn bilfors li jrid ikun hemm l-għajnuna finanzjarja.", "B'hekk biss ikunu f'pożizzjoni li jikkompetu ma` bdiewa u raħħal barranin.", "Mr Speaker, nerġa` ngħid u nenfasizza fuq il-bżonn li m'għandniex inkabbru l-prodotti tagħna mingħajr pjan u mingħajr limitu.", "Anzi għal kuntrarju, kollox irid ikun ipprogrammat ħalli, kemm jista` jkun, neliminaw il-ħela fil-produzzjoni, liema ħela, nerġa` nirrepeti, iġġib magħha l-waqa` fil- prezzijiet.", "Ġieli jiġri li bidwi jkollu prodott li f'sena partikolari mar tajjeb ħafna.", "Is-sena ta` wara jkun hemm bdiewa oħra li jitħajru jkabbru dan il-prodott u jifqgħu s-suq b'dan il-prodott.", "Dan iġib surplus, u ovvjament il-prezz ta` dak il-prodott jiġi kważi fix-xejn.", "Dan ifisser li rridu nkomplu nipproduċu f'ammonti li jiġu kkunsmati ħalli ma nikkaġunawx ħela.", "Irridu nkomplu nipproduċu b'sistema li niggarantixxu l-food safety kif ukoll li nipproduċu b'mod li niggarantixxu li ma nħammġux l-ambjent b'dannu għall-istess produzzjoni.", "Jiġifieri rridu nipproduċu b'mod li nħallu l-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Mr Speaker, bħalma għedt fil-bidu, din hija liġi li hija mfassla biex tieħu ħsieb dawn l-għanijiet li għadni kif semmejt.", "Hija liġi li meta wieħed iħares lejha jara li hija liġi ġdida f'dan ir-rigward.", "Din il-liġi fiha ħames taqsimiet.", "Għandek it-taqsima li fiha nsibu d-definizzjonijiet.", "Irrid ngħid li f'din il-parti tal-liġi hemm xi kliem nieqes fid-definizzjonijiet.", "Jekk nieħdu d-definizzjoni ta` \"organizzazzjoni tal-produtturi\" insibu li din hija definita b'dan il-mod:\"organizzazzjoni tal-produtturi\" tfisser organizzazzjoni, rikonoxxuta mid-direttur, li tkun korp volontarju, kostitwit legalment, ta` produtturi ta` prodotti partikolari jew ta` persuni li jaħdmu fl-industrija tas-sajd, li jaġixxu flimkien biex jipproduċu, jaħdmu, jaħżnu, jippakkjaw u jressqu l-prodotti tagħhom lejn is-swieq.\".", "Hawnhekk wieħed mill-ewwel jinduna li wara l-kliem \"fl-industrija tas-sjad\" iridu jidħlu l-kliem \"tal-biedja\" li bi svista tħallew barra.", "Jiġifieri meta niġu għall-istadju tal-kumitat irridu nagħmlu emenda biex inżidu dawn il-kliem ukoll.", "Imbagħad għandek id-definizzjoni ta` \"assoċjazzjoni bejn il-fergħat interessati\" fejn jingħad li -", "\"assoċjazzjoni bejn il-fergħat interessati\" tfisser assoċjazzjoni magħmula mir-rappreżentanti ta` l-attivitajiet ekonomiċi li huma konnessi mal-produzzjoni, in-negozju u l-ipproċessar tal-prodott, u tista` tinkludi rappreżentanti ta` xi waħda jew iżjed minn dawn l-attivitajiet ekomomiċi.\".", "Taqsima II titkellem dwar il-kostituzzjoni ta` l-organizzazzjonijiet tal- produtturi b'riferenza għall-ħteġijiet, il-funzjonijiet u aspetti oħra relatati ma` l-organizzazzjoni tal-produtturi.", "Għandek Taqsima III li titkellem dwar it-tħaddim ta` organizzazzjonijiet tal-proutturi.", "Imbagħad hemm Taqsima IV li titkellem dwar l-għarfien ta` l-interbranch association u fl-aħħarnett hemm Taqsima V li titkellem fuq l-abbozz b'mod ġenerali.", "Mr Speaker, klawsola 20 ta` dan l-abbozz ta` liġi ġiet indaħħla biex temenda l-Att dwar l-Għajnuna finanzjarja lill-Industriji tal-Biedja u tas- Sajd, Kap. 146.", "Dan se jiġi emendat b'mod li wara l-artiklu 5 tiegħu jiżdiedu żewġ artikli ġodda, numru 6 u numru 7, hekk kif jidhru fi klawsola 20 ta` dan l-abbozz ta` liġi li għandna quddiemna.", "Dawn l-artikli huma intiżi biex biex fost affarijiet oħra jistabbilixxu skemi u fondi ta` garanzija biex jipprovdu għajnuna finanzjarja u forom oħra ta` gwida ta` kull xorta lill-industrija tal-biedja u lill-industrija tas-sajd u biex tiġi stabbilita aġenzija li tħallas bil-funzjoni li tamministra kull skema jew miżura oħra li għandha x'taqsam ma` kull għajnuna finanzjarja jew gwida oħra li tiġi provduta taħt dan l-Att.", "Kif għedt kemm-il darba fid-diskors tiegħi, il-producers` organisations se jkunu l-għodda li permezz tagħha l- bdiewa se jkunu jistgħu jiġu mwieżna finanzjarjament.", "Bis-saħħa ta` dawn iż-żewġ artikli ġodda l-ministru responsabbli mill- agrikoltura u sajd jista` joħroġ regolamenti dwar l-istandards li għandhom jiġu osservati minn persuni li japplikaw għax xi għajuna finanzjarja.", "Jistgħu ukoll jinħarġu regolamenti dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li jitħarsu standards internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti jew it-tagħmir użat fl-industrija tal-biedja u tas-sajd.", "Per eżempju, meta kien hawn il-marda tal-foot and mouth kien hawn pajjiżi li taw ċerta vaccination lill-majjali.", "Pero` ejja ngħidu li l-pajjiżi kollha jaqblu li tistax tingħata vaccination ta` dik it-tip kontra l-marda tal- foot and mouth.", "Jekk dan isir regolament internazzjonali u Malta tkun marbuta b'dak ir-regolament allura aħna nkunu marbuta li nimxu ma` dak ir- regolament.", "Jiġifieri b'dawn l-artikli l-ġodda li qed indaħħlu jistgħu jinħarġu regolamenti biex nimxu skond dawk l-agreements internazzjonali li jirrigwardaw il-mod kif jitmexxa dan is-settur.", "Mr Speaker, klawsola 19 ta` dan l-abbozz li għandna quddiemna tipprovdi biex il-ministru jkun jista` jagħmel regolamenti għall-aħjar twettiq tad- dispożizzjonijiet ta` dan l-Att.", "Dawn ir-regolamenti, fost oħrajn, jipprovdu għall-kategoriji ta` prodotti li jikkwalifikaw għall-formazzjoni u rikonoxximent ta` organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati, u l-kategoriji ta` snajja` relatati li jikkwalifikaw għall-formazzjoni ta` assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati.", "Dawn ir-regolamenti jistgħu jipprovdu wkoll għall-kriterji li għandhom jintużaw għar-rikonoxximent ta` organizzazzjoni tal-produtturi u assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati, inklużi n-numru minimu ta` membri u l-volum minimu ta` prodotti li jitqiegħdu fis-suq li huma meħtieġa għar-rikonoxximent.", "Mr Speaker, jista` jkollok producers' organisation għat-tkabbir tal-patata għas-suq lokali fin-nofs inhar tal-pajjiż, jista` jkollok oħra fit- tramuntana tal-pajjiż u jista` jkollok oħra f'Għawdex.", "Jiġifieri jista` jkollok diversi producers' organisations għall-istess prodott, pero` biex jiġu mwaqqfa dawn l-organizzazzjonijiet irid jittieħed in konsiderazzjoni l- ammont ta` prodott li jiġi mkabbar kif ukoll in-numru ta` nies.", "Mela għandek żewġ fatturi li jiddeterminaw it-twaqqif ta` l-istess producers' organisation.", "Mr Speaker, l-operat u t-tmexxija tal-producers' organisations u ta' l- interbranch associations iridu jkunu trasparenti u għalhekk huwa tajjeb li jkun hemm regolamenti dwar il-mod kif l-istess organizzazzjonijiet iridu jiġu mmexxija.", "Irid ikun hemm ukoll regolamenti dwar il-ġbir ta` informazzjoni u data li tkun meħtieġa biex tkun tista` tingħata l-għajnuna finanzjarja lil settur partikolari.", "Id-dipartiment tal-biedja f'pajjiżna għaddej bis-sistema ta' l-Integrated Administrative Control System (IACS) li permezz tagħha qed jagħmel il-GIS tal-pajjiż, u x-xogħol miexi sewwa.", "B'din is-sistema tkun taf ta` min hi u x'potenzjal għandha kull roqgħa art li għandna fil-pajjiż.", "Permezz tal-producers' organisations se niġu f'sitwazzjoni fejn wieħed jista` jgħid liema area biex, per eżempju, tkabbar il-kaboċċi.", "Bl-informazzjoni li tkun tagħtek il-producers' organisation partikolari u permezz tal-GIS tkun taf liema areas huma ideali għat-tkabbir ta` ċertu prodott.", "Allura l-ġbir ta` l-informazzjoni trid issir bil-għaqal u b'fairness ħalli tali informazzjoni tkun tista` tintuża bħala l-aħjar għodda fl-istess ta` l-istess bdiewa u raħħala.", "Mr Speaker, irid ikun hemm ukoll regolamenti fejn jidħlu l-operational funds, u dan biex jiġi assigurat li l-għajununa finanzjarja tingħata bl- aktar mod trasparenti u kollox ikun above board.", "Ovvjament ma jonqosx il- bżonn li biex dan kollu jsir irid ikun hemm numru ta` inspectors li jiċċekkjaw li l-informazzjoni li tkun qiegħda tiġi mgħoddija lid-direttur tkun kollha informazzjoni tajba.", "L-informazzjoni li l-producers' organisations jgħaddu lid-direttur trid tiġi ċċekkjata.", "M'iniex qed ngħid li jrid jiġi ċċekkjat kull dettall li tagħti l-producers' organisation, pero` jridu jsiru random checks fuq 5 jew 10% ta` l-informazzjoni biex b'hekk tassigura li l-informazzjoni li tidħol tkun informazzjoni fidila mar- realta`.", "Mr Speaker, imbagħad għandek il-withdrawal system.", "X'inhi din il- withdrawal system?", "Meta jkollok prodott żejjed fis-suq, il-producers organisation partikolari, b'għajnuna finanzjarja, tiġbor lura mis-suq dak l- ammont żejjed ħalli tiggarantixxi li l-prezz tal-prodott ma jibqax nieżel biex b'hekk il-bidwi jibqa` jdaħħal prezz tajjeb.", "Ovvjament biex din is- sistema tiġi mħaddma jrid ikun hemm regolamenti marbuta mal-produzzjoni u jispeċifikaw meta għandha tiddaħħal l-istess withdrawal system.", "Irid ikun hemm ukoll regolamenti dwar x'jiġri meta ssir il-withdrawal.", "Meta jkun hemm ammont żejjed ta` prodott fis-suq u l-producers' organisation tiġi mħallsa biex tirtirah mis-suq, dan il-prodott ma jkunx jista` jerġa` jiddaħħal fis-suq.", "Fil-fatt fl-abbozz għandna klawsola li titkellem dwar x'għandu jsir mill-prodott li jiġi rtirat mis-suq u tgħid li dan jista` jiġi mqassam b'xejn lill-organizzazzjonijiet tal-karita`, jew lill- istituzzjonijiet penali, sptarijiet u djar għall-anzjani, jew jintuża għal skopijiet oħra barra ta` l-ikel jew inkella jintuża bħala għalf għall- bhejjem, kemm bħala prodotti fisriki kif ukoll wara li jiġu pproċessati mill-fabbriki tal-ġwież.", "Mr Speaker, ovvjament f'kull liġi jkun hemm il- penali għal min jabbuża u anke f'din il-liġi, biex kemm jista` jkun jiġi eliminat iċ-ċans ta` xi abbuż hawn imdaħħla l-penali applikabbli għal min jabbuża.", "Mr Speaker, irrid ngħid li dawn huma kollha regolamenti li għad iridu jinħarġu permezz ta` avviżi legali.", "Il-liġi, kif inhi ppreżentata, hija l- umbrella, biex ngħidilha hekk, u minnha mbagħad iridu jitfaqqsu l-avviżi legali bir-regolamenti kollha neċessarji.", "Nerġa` ngħid li dawn ir- regolamenti huma ferm importanti ħalli nassiguraw li jkun hemm tħaddim trasparenti ta` din is-sistema li ovvjament tinvolvi l-flus.", "Din il-liġi se tgħin ukoll li l-operat kollu, li jibda minn meta tinżera` ż-żerriegħa u minn meta titwieled il-bhima u jibqa` sejjer sakemm il-prodott jitwassal għand il-konsumatur, isir wieħed iktar effiċjenti, ikun ikkontrollat aħjar u kemm jista` jkun mingħajr ħela.", "Din il-liġi li permezz tagħha se jitwaqqfu l-producers' organisations u l-interbranch associations sservi ta` għodda biex is-setturi kollha agrikoli jkunu mwieżna u mgħejjuna finanzjarjament bl-iskop li l-produtturi jkollhom dħul xieraq u ġust.", "Nerġa` ngħid li din m'hijiex xi liġi li kienet meħtieġa għas-sempliċiment aħna rridu nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, imma hija liġi li hija neċessarja għaż-żmenijiet tal-lum.", "Is-settur agrikolu f'pajjiżna, bħalma qed jiġri f'pajjiżi oħra, irid ikompli jiġi ristrutturat u mtejjeb u jrid ikollu l- għodda neċessarja biex ikun jista` jaħdem b'mod iktar trasparenti għal kulħadd.", "Meta ngħid trasparenti għal kulħadd inkun qed nirreferi kemm għall- konsumatur, li wara kollox iħallas tajjeb għall-prodott, kemm għall-bdiewa u r-raħħal għax l-istess operat irid jiggarantixxi dħul xieraq u ġust għall- istess produtturi, u kif ukoll għat-taxpayer li se jwieżen lil dan is- settur bl-iskop li jiggarantixxi li dan is-settur jibqa` sostenibbli u jkun jista` jikkompeti ma` prodotti ta` pajjiżi oħra.", "Dan is-settur se jibda jingħata l-għajnuna finanzjarja li se tkun mgħoddija lill-bdiewa u lir- raħala permezz ta` dawn il-producers` organisations u l-interbranch associations li min-natura tagħhom se jidħlu għall-kompitu li jikkontrollaw l-aspetti kollu tal-provvista ta` l-ikel.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fl-intervent li se nagħmel se nipprova nindirizza l-loġika u l-verita` tal-fatti.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax huwa importanti li quddiem għajnejna npoġġu l-loġika u l-verita` ħalli ma ninftiehemx qisni xi sammaritan nitkellem ma` l-ortodossi, ma` l-insara jew l-insara pagani, u ma nkunx qed inżomm il-bilanċ u nkun qed ninftiehem li qiegħed inweġġa` sija lill-ortodossi sija lill-fariżej fost l-insara u sija l-allat ta` l-insara pagani.", "Sur President, il-loġika u l-verita` tgħid li xemx u xita Alla jaf meta.", "Tgħid ukoll li kulħadd jerfa` dak li jiflaħ.", "Għaldaqstant irridu nżommu dan ir-raġunur meta nkunu qed niddisskutu liġi bħal din għax wisq nibża` li jista` jiġrilna bħal dawk il-koppji miżżewġa tal-lum li, għal xi raġuni jew oħra, jifhmu li jew il-mara tħares lejn ir-raġel jew ir-raġel iħares lejn il-mara mhux bħala xi ħaġa sħiħa imma jħarsu lejn l-aħjar partiijiet u allura jagħmlu użu u jiżviluppaw ir-relazzzjonijiet bejniethom skond fejn hemm l-aħjar tat-tnejn.", "Jiena għandi nifhem li dan għandu jkun mekkaniżmu mħaddem sew bejnietna f'dan id-dibattitu.", "Il-ministru li għadu kif spiċċa l-intervent tiegħu qal li l-levies iridu jispiċċaw u mbagħad qal li jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea ma nkunux nistgħu nesportaw.", "Mela l-protezzjoni mhux se tispiċċa?", "Mela x'ħin ifettlilna ngħidu li se tispiċċa u x'ħin ifettlilna ngħidu li mhux se tispiċċa.", "Għalhekk għedt li kulħadd jerfa` kemm jiflaħ u xemx u xita Alla jaf meta.", "Din hija realta` li rridu nżommu quddiem għajnejna.", "Sur President, niġi issa nitkellem dwar is-sitwazzjoni attwali u s-sistemi li aħna nipprattikaw fis-setturi agrikoli.", "Sal-lum għandna koperattivi li jiddeċiedu huma liema hija l-aħjar għodda biex imexxu l-operat tagħhom, u l- gvern diġa` jgħin lil dawn il-koperattivi fl-operat tagħhom, u għandna s- sistemi li jafu l-bdiewa, dawk li bihom aħna nifhmu li s-suq isuq.", "Għandek il-prodott niżżiltu fis-suq u naturalment hemmhekk hemm dik l-attivita` naturali tas-suq.", "Il-gvern illum għandu l-obbligu tiegħu, minħabba li jrid iseħibna fl-Unjoni Ewropea, jagħmel dak l-aġġornament li hemm bżonn kemm fil-qafas leġislattiv kif ukoll fil-qafas amministrattiv u strateġiku ta` pajjiżna sabiex ikun konformi mal-politika komuni tal-biedja ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri biex ikun konformi mal-common market organisation, jiġifieri mas-sistemi tal-basic price, ta` l-intervention u tas-sussidji.", "Irrid ukoll inpoġġi l-argument loġiku dwar il-verita` u t-trasparenza tas- sitwazzjoni attwali fejn il-bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u s-settur ta` l-agro-industrija ma qablux mal-proposti tal-gvern fil-laqgħat tal-MEUSAC.", "Jiġifieri ma' qablux mal-pjan li l-gvern fil-mument qed jinnegozja ma` l- Unjoni Ewropea sabiex, skond hu, iġib l-aħjar kondizzjonijiet.", "Dan il-pjan li l-bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u s-settur ta` l-agro-industrija ma qablux miegħu huwa l-Horizontal Issues, Common Market Organisation and Rural Development.", "Sur President, dalgħodu f'risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-konsulenza li saret fuq il-producers' organisations il-ministru qalli li l-informazzjoni li tlabtu tahieli xi sentejn ilu.", "Jiena sibt dik ir-risposta li rreferini għaliha hu fejn fiha kien hemm l-isem tal- kumpannija, pero` ma kienx hemm elenkat il-proposti li din għamlet.", "Jiena nistqarr, bil-loġika u bil-verita` - u dan mhux biex inweġġa lil xi ħadd – li sal-bieraħ meta tkellimt ma` xi wħud mir-rappreżentanti tal-bdiewa qaluli li huma ma jafu b'edba konsulent li tkellem magħhom dwar il- producers' organisations u li l-ebda uffiċjal mid-dipartiment ta` l- agrikoltura m'għaddielhom dan l-abbozz.", "Fil-bidu ta` dan ix-xahar ikkomunikjat ma` xi għaqdjiet tal-bdiewa biex nara jekk dan l-abbozz ta` liġi intbagħatilhomx.", "Imma dawn qaluli li ħadd ma qalilhom xejn u li ma jafu xejn dwar dan l-abbozz ta` liġi.", "Nistqarr li kien hemm ħafna minnhom li ma tawnix feedback għax inzertaw li kienu mpenjati fi Brussels fejn qegħdin janalizzaw il-politika komuni agrarja ta` l-Unjoni Ewropea li m'hemmx dubju li hija kumplessa immens u diffiċli li tinftiehem mal-Maltin u l-Għawdxin u diffiċli wkoll li tinftiehem mad-deputati ta` din in-naħa tal-Kamra.", "Għaliex?", "Għax il-gvernijiet tal-pajjiżi li huma fl-Unjoni Ewropea jivvotaw nofs il-budget tagħhom għall-agrikoltura u mhux għall- ħarsien ta` l-ambjent jew għall-edukazzjoni jew għall-iżvilupp fit- teknoloġija u fl-infrastruttura.", "F'pajjiżna hawn it-tendenza li l-biedja u s-sajd huma marbuta ma` ftit basal u ġdur, baqar u mogħoż u li dawn jirrappreżentaw 2% tal-prodott gross domestiku u forsi wkoll li dan huwa xi ministeru skartat.", "Jiena qiegħed ngħid x'kienet il-prassi matul dawn l- aħħar 30 sena.", "Sur President, quddiem dawn is-sitwazzjonijiet jirriżulta li l-gvern ftit ipparteċipa mal-partijiet ikkonċernati dwar dan l-abbozz.", "Is-sitwazzjoni kif tirriżulta lill-oppożizzjoni hija li l-għaqdiet tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda huma fil-għama dwar dan l-abbozz.", "Allura l-oppożizzjoni jkollha tistaqsi u titlob għal ħafna dettall sabiex wara tikkomunikah lura lil dawn l-għaqdiet li kollha jinsabu fl-għama dwar din il-bidla li l-gvern qed jipproponi.", "B'din il-liġi l-gvern nazzjonalista qiegħed jinftiehem li se jindaħal f'deċiżjonijiet kummerċjali.", "Huwa minnu dan?", "Nispera li jkun hemm tweġiba loġika u realistika dwarha?", "Qiegħed ngħid dan għaliex subartiklu (2) ta` artiklu 8 ta` dan l-abbozz hemm imniżżel li –", "\"L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissottomettu, għall- approvazzjoni tad-Direttur, programmi ta` l-operat kull meta jkunu hekk meħtieġa mid-Direttur, u l-ebda tibdil għal dawk il-programmi ta` l- operat ma jiġi fis-seħħ mingħajr l-approvazzjoni minn qabel, bil-miktub, mid-Direttur.\".", "Hawnhekk għandna b'mod ċar li l-direttur irid japprova ċerti mekkaniżmi li jolqtu direttament l-attivita` kummerċjali fis-suq.", "Imbagħad f'subartiklu (1) ta` artiklu 19 jingħad li –", "\"Il-ministru jista` jagħmel regolamenti għall-aħjar twettiq tad- dispożizzjonijiet ta` dan l-Att.\".", "Dan ifisser li wara li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu ssottomew għall-approvazzjoni tad-direttur il-programmi ta` l-operat tagħhom u dawn ikunu ġew approvati mid-direttur jista` jkun hemm il-ministru li jbiddel dawk id-deċiżjonijiet jew dawk il-programmi.", "Din teħtieġ spjegazzjoni ċara u loġika.", "Irid ikun hemm spjegazzjoni ta` kif se nikkontrollaw dak li jipproduċu l-bdiewa, dak li jipproduċu r-raħħala, dak li tipproduċi l-agro- industrija kif ukoll dak li tipproduċi l-industrija ta` l-ipproċessar u ta` ikel.", "Allura wieħed jistaqsi: Il-gvern huwa geared biex iżid il- produzzjoni jew biex inaqqasha?", "Issa li dalwaqt nidħlu fir-raba` sena tat- tmexxija ta` dan il-gvern ikun jagħmel ħafna sens li l-gvern ifiehem lill- bdiewa, lir-raħħala u lill-poplu kollu x'qegħdin naspiraw b'dan it-tibdil.", "Qed ngħid hekk għax artiklu 13 ta` dan l-abbozz jinftiehem li meta jkun qed isir l-indħil fis-suq kummerċjali, sija mill-ministru u sija mid-direttur tad-dipartiment tas-sajd jew ta` l-agrikoltura, se tinxtara 10% tas-surplus u meta tinxtara din l-10% tas-surplus, tinxtara skond kif jidhrilha l- producers` organisation.", "Mela l-organizzazzjoni tal-produtturi tista` teddeċiedi li tixtri 10% ta` dak il-prodott, imma mbagħad id-direttur tad- dipartment tas-sajd jew id-direttur tad-dipartiment ta' l-agrikoltura, skond il-prodott x'ikun, jista` jiddeċiedi li ma jsirx hekk.", "Jista` wkoll jagħti il-każ li l-organizzazzjoni tal-produtturi u d-direttur jaqblu li għandha tinxtara 10% tal-prodott, imma mbagħad il-ministru ma jaqbilx u jbiddel dik id-deċiżjoni.", "Naturlament il-ministru jkun qed ibiddel dik id- deċiżjoni minħabba li l-gvern fuq l-aġenda tiegħu għandu s-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea u allura rridu nimxu mar-regolamenti tal-common market organisation, jiġifieri mas-sistemi tal-basic price, ta` l- intervention u s-sussidji.", "Mela b'din l-argumentazzjoni tal-loġika wieħed irid jifhem li l-affarijiet għandhom jiġu indirizzati.", "Sur President, xi ħaġa oħra li l-gvern nazzjonalista mhux qed jispjega f'dan l-abbozz hija kif se jkun possibbli li tikkontrolla l-produzzjoni lokali tal-bdiewa, tar-raħħala u ta` l-agro-industrija meta mbagħad mhux se tikkontrolla l-importazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li teżisti fid-dinja kollha.", "Il-ministru jsemmi l-WTO, imma l-WTO tifhem l-intelliġenza naturali tal-gvernijiet tad-dinja kollha.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri l-WTO tifhem li Malta għandha raġunijiet ta` kontinġenza differenti minn dawk ta` l-Amerika u differenti minn dawk ta` l-Unjoni Ewropea sabiex tipproteġi l- qasam tal-biedja tagħha.", "Issa fil-każ ta` Malta nħaddmu metodu aċċettabbli għalina biex nipproteġu skond il-kontinġenza tad-daqs ġeografiku ta` pajjiżna, skond l-economy of scales u skond id-densita` tal-popolazzjoni tagħna.", "Imbagħad ovvjament għall-istess raġunijiet, imma b'kontinġenza differenti, l-Unjoni Ewropea tapplika s-sistemi tagħha u l-istess tagħmel l-Amerika.", "Allura jiena nistaqsi: Meta se nidħlu f'unjoni li tuża metodi ta` kontinġenza skond kif jaqbel lilha biex tipproteġi l-qasam tal-biedja tagħha, x'sens jagħmel li nneħħu l-protezzjoni tagħna, tal-levies, biex imbagħad indaħħlu l-protezzjoni ta` din l-unjoni, meta l-kontinġenza ta` l- istess unjoni ma` tapplikax għall-pajjiżna, kif wara kollox il-kontinġenza tagħna ma` tapplikax għall-Unjoni Ewropea?", "Għalhekk fil-bidu għedt li se nkun qisni s-sammaritan nitkellem ma` l-insara, ma` l-insara pagani u ma` l- ortodossi.", "U jiena la rrid inweġġa` l-allat ta` l-insara pagani, la rrid inweġġa` l-fariżej fost l-insara u lanqas lill-ortodossi.", "Dan m'huwiex għerf, imma loġika u verita` u nappella li f'dan id-dibattitu għandna nżommu quddiem għajnejna l-loġika għax, kif għedt, pajjiżna jrid jerfa` dak li jiflaħ.", "Anke jekk industrija tal-kostruzzjoni jkollha l-iktar krejn soffistikat u allura għax għandha dak il-krjen tgħabbih aktar milli jiflaħ, dan jaqa` u miegħu jaqa` l-investiment li jkun sar u jista` wkoll isir xi katastrofi għax jista` jseħħ xi inċidenti fatali.", "Din hija l-loġika u l-verita`.", "Nerġa` ngħid li dan m'huwiex argument li tħares lejn l-aħjar partijiet ta` xi ħadd u tużahom.", "Dan huwa argument li jifforma rabta li l- poplu tagħna se jagħmel ma` l-Unjoni Ewropea u din ir-rabta la taqbel għall- unjoni u lanqas għall-poplu tagħna għax il-kontinġenza u ċ-ċirkostanzi ta` pajjiżna huma differenti minn dawk tal-pajjiżi li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, jiena rrid nibqa` fil-linja tal-loġika u l-verita` u nistqasi: Għaliex il-gvern se jorbot lill-pajjiżna b'dazji u kontrolli fuq l-importazzjoni tat-ton taż-żejt, taz-zokkor, tal-ġobon, tal-laħam aħmar u anke abjab, tal-butir, tal-ħalib frisk, tat-trab tal-ħalib, tar-ross, tal- qmugħ, taċ-ċereali u ta` l-għalf għat-trobbija tat-tjur u għat-trobbija ta` l-annimali?", "Il-gvern għax se jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea se jimponi fuqna kontrolli meta aħna ma jinteressaniex minn dawn il-kontrolli għax il-maġġor parti ta` dawn il-prodotti ma nipproduċuhomx lokalment, u huwa ddikjarat ma` l-Ewropa u mal-Maltin u l-Għawdxin li dak li nipproduċu lokalment huwa ħafna orħos minn dak li jipproduċu l-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "Kif jista` l-ministru responsabbli mis-settur tal-biedja u l-viċi prim ministru u l-prim ministru, li għandhom ir-responsabbilita` li mill- politika ta` pajjiżna jrendu għall-ġid komuni tal-poplu tagħna, jispjegawli għaliex il-ftit protezzjoni li għandna fuq il-basal, il-ġdur u l-kaboċċi se nneħħuha biex imbagħad flokha ndaħħlu kontrolli fuq prodotti li ma nipproducux lokalment?", "Kif jista` l-ministru jġegħelni nemmnu li qiegħed jgħid il-verita` meta jgħid li l-protezzjoni trid tispiċċa meta dan il-gvern għolla d-dazju fuq l- importazzjoni tal-corned beef minn 2c għal 14c fuq kull kilo?", "Dan qed ngħidu fid-dawl li aħna la għandna raħħala u l-anqas agro-industriji li jipproduċu dan il-prodott bħalma għandha l-Unjoni Ewropea.", "Allura biex nipproteġu l-prodott ta` l-Unjoni Ewropea l-gvern qed jgħid: Il-corned beef li jkun ġej mill-Unjoni Ewropea m'hemmx taxxa fuqu imma dak li jkun ġej minn barra l-Unjoni Ewropea hemm it-taxxa fuqu.", "Għalhekk jien nibqa` nsostni l-argurment tal-loġika u l-verita` f'dan l-intervent li qiegħed nagħmel ħalli ma` min forsi m'iniex ninftiehem jirrealizza b'mod iktar realistiku li qed nitkellmu fuq qasam li huwa vast u bil-mentalita` tagħna huwa diffiċli biex nifhmuh għax aħna nħobbu nassoċċjaw il-biedja ma` ftit ġdur u mogħoż u nassoċjawhiex mal-provvista` ta` l-ikel.", "Allura huwa tajjeb li wieħed jitlob lill-gvern jispjegalna bis-serjeta` x'effett jagħmel u x'ġid se jġib għall-poplu Malti u Għawdxi, għall-bidwi, għar- raħħal, għas-sajjied, għall-industrija tat-turiżmu u għall-kompetittivita` ta` pajjiżna li nimponu kontrolli fuq l-importazzjoni ta` prodotti li ma nipproduċux l-lokalment, imbagħad nismantellaw il-protezzjoni li għandna.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar li filwaqt li l-ministru u l-gvern dejjem jgħidu li l-export refunds se jispiċċaw, l-Unjoni Ewropea, proprju dan ix-xahar, żiedet b'Lm81 it-tunnellata l-export refunds fuq il-prodotti li huma magħmula mill-ħalib.", "Mela f'Marrakesh ftehmu li l-export refunds se jitbaxxew, kellna ministri tal-gvern li matul dawn it-tliet snin għamlu statements li dawn iridu jispiċċaw u bdew jispiċċaw u issa rriżulta li l- Unjoni Ewropea żidithom dawn l-export refunds.", "Għaliex?", "Għax l-Unjoni Ewropea għandha fi ħdana – dan qed ngħidu biex inkun tekniku, imma biex nitkellem bil-loġika u l-verita` - dawk li jissejjħu l-integrated tariffs of the Community (TARIC), dawk li jissejħu l-ispecial safeguards for agriculture products li huma rreġistrati mal-WTO u li huma f'total ta` 539 kondizzjoni fuq prodotti partikolari u għandha wkoll 87 tariff quotas.", "Jiġifieri mhux biss il-prodott għandu d-dazju talli huwa marbut ma' kwota, xi ħaġa li aħna m'għandniex.", "Sur President, l-export refunds huma sussidji biex l-Unjoni Ewropea tesporta b'mod kompetittiv lejn il-pajjiżi li m'humiex membri tagħha.", "Għaliex tagħmel hekk?", "Għaliex għandha dawn l-export refunds?", "Għax il- prezzijiet interni ta` l-Unjoni Ewropea m'humiex kompetittivi fis-swieq internazzjonali.", "Issa l-ministru fid-diskors tiegħu qal li se nirriformaw il-qasam agrikolu tagħna biex inkunu kompetittivi bħall-pajjiżi ta` l- Unjoni Ewropea.", "Mela aħna se ngħabbu lill-bdiewa, lir-raħħala, lill-agro- industrija, lill-industrija ta` l-ipproċessar, lill-industrija tat-turiżmu u lill-konsumaturi b'taxxi diretti u indiretti biex nikkompensaw għal dawn is-sussidji meta l-istess Unjoni kellha tintegrahom għax is-sistema tal- politika komuni agrarja tagħha m'hijiex kompetittiva.", "Tant hu hekk li llum, meta l-gvern u l-Unjoni qed jgħidu li se jneħħu dawn l-export refunds, l- istess Unjoni żidithom b'Lm81 it-tunnellata fuq prodotti magħmula mill- ħalib.", "Sur President, jiena nistaqsi: Il-Gvern jikkonferma jew jiċħad dak li qed issostni l-oppożizzjoni laburista, jiġifieri li fuq ftit mis-sorsi tal- materja prima bħalma huma zokkor, ġobon, butir, ċereali u għalf għat- trobbija tat-tjur u għat-trobbija ta` l-annimali li nimportaw aħna niffrankaw ruxmata flus fis-sena u li aħna mhux se nkunu intitolati li nieħdu sussidju fuq dawn il-prodotti għax m'għandniex art u għax għandna l- problema tal-waste management, il-problema ta` l-economy of sacles u l- problema tad-densita` tal-popolazzjoni, kemm dik tal-bhejjem kemm tat-tjur kif ukoll tal-bnedmin?", "Dan l-impatt kif se jolqot lis-settur tat-turiżmu, kif se jolqot l-għajxien tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda u tal-poplu in ġenerali?", "Pajjiżna kif se jżomm il-kompetittivita` meta filwaqt li lill- poplu qed inbellgħulu li se torħos il-ħajja għax se nneħħulu l-levies li għandu llum fuq il-prodott tal-majjal – u issa ngħid għaliex qed insemmi l- majjal – nafu li hemm xita ta` problemi?", "Sur President, il-ministru qed jgħid li se nneħħu l-levies għax dawn iġibu piżijiet fuq il-konsumatur.", "Imbagħad rapport li għamel hu stess, il-Process Products' Price Comparison, ikkonferma l-kuntrarju.", "Fil-fatt dan ir-rapport ikkonferma li l-konsumaturi f'Malta jixtru l-majjal frisk u l-prodotti magħmula mil-laħam tal-majjal u pproċessati lokalment ħafna oħros minn dak li jixtru l-konsumaturi tal- pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, se jkolli ninterrompik għax sar il-ħin.", "Se tibqa` in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa` in possession.", "F'12.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi l-aġġprnament tal-Kamra għal- lejla, it-Tlieta, 12 ta' Marzu 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, illum se nibda dan l-aġġornament billi nagħti l-kondoljanzi lill-familjari tas-Sur George Micallef, bniedem li qatt ma ssemma f'dan il-parlament pero' qatta' ħajtu kollha jaħdem għall- futbol.", "Issa dan ma kienx jaħdem fil-qasam tal-premier division u tal- first division imma kien jaħdem fil-qasam tal-futbol tal-fabbriki eċċ. u allura jista' jagħti l-każ li għal ħafna nies ismu ma jfisser xejn pero' dawk li ħadmu miegħu jafu li tilfu bniedem li ħadem ħafna biex il-livell tal-futbol ikun aħjar minn dak li kellna s'issa b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' dixxiplina.", "Naħseb li huwa tajjeb li napprezzaw ukoll persuni bħal dawn, Mr Speaker.", "Issa nixtieq nitkellem fuq is-suġġett proprju jiġifieri fuq il-kostruzzjoni tat-toroq u għal darb'oħra nixtieq nenfasizza l-ħtieġa li kull wieħed minna jagħraf x'qed nipprovaw nagħmlu ̧ fejn qed nipprovaw naslu u x'qed jiġri f'dan il-qasam.", "Naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nammettu hija li minkejja li f'oqsma oħrajn għandna kultura li l-affarijiet nagħmluhom tajjeb, ma naħsibx li nistgħu ngħidu l-istess fuq il-kostruzzjoni ta' toroq.", "Qed ngħid dan għaliex sfortunatament derrejna lill-poplu Malti li dak li jinteressana huwa l-wiċċ u ma jimportaniex minn dak li jkun hemm taħt.", "Dan qed ngħidu għaliex wara tliet snin u nofs ta' ħidma li huma marbutin ma' attentat ta' bidla fil-mod kif isiru l-affarijiet, għad fadal persuni li dan għadhom ma fehmuhx jew forsi agħar minn hekk, fehmuh imma jridu jipprovaw jagħtu l-impressjoni li l-affarijiet huma differenti.", "Per eżempju ̧ minkejja li sa ftit taż- żmien ilu konna naqraw fil-ġurnali tagħna u konna nisimgħu fuq il-mezzi tax-xandir kemm huwa importanti li waqt li jkun qed isir ix-xogħol fit- toroq tagħna, naraw li s-servizzi li jkun hemm għaddejjin ikunu mqegħdin tajjeb biex ma noqgħodux nerġgħu naqilgħu t-triq u minkejja li kien jingħad ħafna diskors fuq il-bżonn li jkun hawn service culverts li minnhom jgħaddu s-servizzi kollha, ftit li xejn kien hawn preparazzjoni għal dan kollu.", "Għalhekk l-ewwel ħaġa li ridna nagħmlu kienet li naraw li jkun hawn persuni li jifhmu f'dan il-qasam u li jaraw li l-affarijiet isiru bis-serjetà.", "Allura huwa mportanti li naraw li mhux biss il-ħaddiema li jaħdmu mal- kuntrattur ikunu ppreparati tajjeb imma wkoll l-inġiniera u l-periti li jkunu responsabbli minn dan il-qasam.", "Dawn għandhom ikunu kapaċi jaraw li x-xogħol isir b'mod tajjeb pero' f'dan ir-rigward kellna u għad għandna nuqqas kbir u se nibda mil-livell ta' ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur.", "Jekk wieħed jagħti daqqa ta' għajn lejn numru sostanzjali ta' ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur – ovvjament hemm ukoll ħaddiema li għandhom espjerjenza pjuttost twila f'dan il-qasam - isib li dawn m'għandhomx l- esperjenza neċessarja biex jagħmlu x-xogħol meħtieġ.", "Per eżempju, qabel kienu jgħidu li biex taħdem ma' kuntrattur fil-kostruzzjoni tat-toroq wieħed ried ikun kapaċi jsuq romblu ̧ gaffa jew bulldozer mentri fir-realta` ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'din is-sitwazzjoni u ma rridux inħallu li jkun hemm din l-impressjoni.", "Fil-fatt matul iż-żmien li għadda kien hemm numru sostanzjali ta' diskussjonijiet ma' dawk il-kuntratturi li jaħdmu fil- qasam tat-toroq biex dawn ikunu f'qagħda li l-ħaddiema li jaħdmu magħhom ikunu ppreparati u jkunu iktar kapaċi jaħdmu b'mod responsabbli.", "Sur President ̧ ma naħsibx li l-ministru u kull uffiċjal tad-direttorat tat- toroq għandhom ikunu preżenti fuq il-lant tax-xogħol imma l-ħaddiema u l- kuntratturi għandhom iħossuhom responsabbli li jagħmlu xogħol tajjeb.", "Dan qed ngħidu għaliex matul iż-żmien saret enfasi qawwija biex il-kuntratturi li jagħmlu dan ix-xogħol ikollhom nies ippreparati tajjeb.", "Minkejja l-isforzi u d-diskussjonijiet kollha li saru donnu li l-messaġġ għadu ma wasalx għand il-korporazzjonijiet li jkollhom xogħol fil-qasam tat- toroq.", "Għalhekk kull wieħed u waħda minna għandu jagħmel riflessjoni qabel ma jitkellem.", "Filwaqt li kulħadd jaf li f'dan il-qasam hemm ċerti diffikultajiet u problemi li rridu nkomplu naffaċċjawhom donnu li mhux kulħadd huwa kapaċi jagħraf il-progress li jkun sar u l-passi li jkunu ttieħdu u mbagħad hemm oħrajn li għalkemm jagħrfu l-passi li jkunu ttieħdu, għandhom kull interess li jgħidu li għadu ma sar xejn u jitkellmu b'mod li jipprovaw jikkonvinċu lil kulħadd li l-affarijiet ma jkunux qed isiru b'mod tajjeb.", "Minkejja dan kollu l-korporazzjonijiet kollha li għandhom xi xogħol fil-qasam tat-toroq iridu jifhmu li n-nies tagħhom, kemm l-inġiniera kif ukoll dawk li jaqgħu taħthom ̧ għandhom sehem importanti x'jaqdu u għandhom ċerta responsabbilta` meta jiġu biex jagħtu ċerti xogħlijiet lill-kuntratturi.", "Mr Speaker, dalgħodu se nagħti eżempju wieħed li ltqajt miegħu.", "Per eżempju ̧ jien ma nafx x'inhi r-raġuni li x-xogħol li qed isir bħalissa fit- triq ta' bejn Ħal Qormi u Ħal-Luqa ̧ in-naħa ta' l-Airport Hotel, dam daqshekk biex isir.", "Issa jien ma nafx min hu l-kuntrattur imma min kien responsabbli fi ħdan il-korporazzjoni suppost ra li x-xogħol jitlesta fi żmien qasir.", "Naturalment kulmin jgħaddi minn dik it-triq ma jafx li dak huwa xogħol ta' xi korporazzjoni oħra bil-konsegwenza li jeħel il-ministru responsabbli mit-toroq.", "Naturalment jien bħala l-persuna responsabbli mit-toroq, bid- diffikultajiet kollha li hemm, mhux darba u tnejn iltqajt ma' l-inġiniera responsabbli fil-korporazzjonijiet kollha u dawn assigurawni li x-xogħol li jkunu se jagħmlu ̧ ikunu se jagħmluh skond il-ħteġijiet u t-talbiet li jkun qed jagħmel id-direttorat tat-toroq.", "Pero' sfortunatament ikun hemm persuni li dan ix-xogħol ma jagħmluhx kif suppost u l-affarijiet jibqgħu għaddejjin.", "Mr Speaker, ħaġa oħra mportanti wkoll hija meta aħna l-individwi jkollna bżonn nagħmlu xi xogħlijiet fit-toroq biex nirranġaw is-sistema tad- drenaġġ ̧ is-sistema ta' l-ilma tad-dar tagħna jew xi sistema oħra.", "Meta wieħed iqabbad lil xi ħadd biex jagħmillu x-xogħol irid jibda jara bis- serjeta` li apparti li jagħtih il-ħlas li jkun talbu ̧ jara wkoll li dik il- parti tat-triq li jkun kisser terġa' ssir b'mod tajjeb.", "Dan huwa importanti għaliex inkella jkun inutli li jkun hemm id-direttorat tat-toroq u l-ministeru responsabbli mit-toroq.", "Aħna qed nagħmlu minn kollox biex it- toroq ġodda li qed jinbnew illum ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jinqalgħu.", "Fil-fatt illum nistgħu niftaħru li din il-possibilità naqset b'mod radikali bħalma naqsu wkoll dawk l-okkażjonijiet fejn għax ikun ġej xi ħadd minn barra minn Malta nagħmlu ħafna xogħlijiet fuq it-toroq.", "Hawnhekk jien nistieden lil min irid biex igħidli li għax kien ġej dak il-prim ministru, dak il-president jew dak l-uffiċjal għoli, sar it-tali xogħol.", "Fil-fatt ix-xogħol fil-qasam tat-toroq qed jiġi ppjanat skond programm ta' xogħol li huwa ppubblikat.", "Naturalment hawn ħafna li jagħżlu li jinsew li sar dan il-programm ta' xogħol u jitkellmu b'ċertu mod għax hekk ikun jaqblilhom għal dak il- mument partikolari.", "Wieħed jista' jkollu kritika għal dak il-programm imma naturalment wieħed irid japprezza li għall-ewwel darba f'pajjiżna għandna programm ta' xogħol ippubblikat li qiegħed iħalli riżultati meħtieġa pero' ovvjament dan irridu ntejbuh.", "Naturalment dan irridu ntejbuh u fil-fatt xi xahar ilu ̧ għall-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-pajjiż ̧ 14-il perit mill-Fakultà ta' l-Arkitettura ta' l-universita` ta' Malta ̧ bdew kors ta' masters biex ikunu ppreparati aħjar fil-qasam tal-kostruzzjoni tat-toroq.", "Dan sar wara li kienu għamlu xi studji fundamentali fil-qasam tat-toroq, permezz ta' ftehim bejn il- Fakulta` ta' l-Arkitettura fl-università ta' Malta u d-direttorat tat-toroq fl-awtorità tat-trasport.", "Mr Speaker, naturalment xi ħaġa bħal din ftit ġiet innotata, ftit kellha spazju fl-aħbarijiet ta' pajjiżna, u ftit kien hemm min ġab ritratt kbir ta' l-okkażjoni.", "Jien nawgura li dawn l-14-il persuna jispiċċaw il-masters degree ħalli jkollna iktar nies speċjalizzati fil-qasam tal-kostruzzjoni tat-toroq.", "U proprju dħalna f'dan l-arranġament għaliex nemmnu li hemm il- ħtieġa li iktar u iktar persuni jitħarrġu sew f'dan il-qasam.", "Jekk ma nammettux il-fatt li għandna bżonn ta' ħafna iktar persuni kapaċi li jaqdu lil dan il-pajjiż b'mod aħjar f'dan is-settur, allura nkunu qegħdin naħarbu mir-realtajiet ta' pajjiżna u nibqgħu ngħixu f'illużjoni li l- affarijiet isiru bil-mirakli jew b'xi bakketta maġika.", "Ir-realta` hi li xejn ħlief xogħol iebes u xogħol li jrid isir b'mod differenti minn kif konna nagħmlu sa ftit tas-snin ilu m'hu se jwassal biex inbiddlu l-kultura tal-kostruzzjoni tat-toroq f'pajjiżna.", "Naturalment meta tkun qed tipprova tagħmel bidla bħal din issib ħafna organizzazzjonijiet li jagħmlu ħilithom kollha biex itellfu u ma jħallux li jseħħu l-bidliet radikali li tkun qed tagħmel.", "Ikun hemm diversi persuni jew organizzazzjonijiet li jipprovaw jiskreditaw dak li tkun qed tagħmel għax naturalment ikun hemm il-ħtieġa li dawn il-bidliet jiġu assorbiti minn dawn in-nies.", "Madankollu r-realtà tibqa' dik li hi, li jeħtieġ li jsir xogħol aktar tajjeb f'dan il-pajjiż, u dan jista' jsir biss jekk kemm-il darba nkunu ppreparati biex nagħmluh.", "Naturalment meta x-xogħol jaqa' lura u t-target dates ma jkunux qed jiġu osservati, bir-raġun li jkun hemm il-kritika.", "Din il-kritika nibda nagħmilha wkoll lili nnifsi, fil-fora fejn għandi nagħmilha u nimbotta biex dawk it-target dates jiġu osservati.", "Pero` nirrepeti għal darb'oħra li bejn li tagħmel ix-xogħol fit-target dates b'mod ħażin u li tagħmel ix- xogħol b'mod tajjeb, jien se nibqa' ninsisti li dan ix-xogħol isir b'mod aħjar, b'mod li nkunu nistgħu nkomplu ngawduh għal żmien twil.", "Kif għedt iktar kmieni, kien hemm diversi nies li bdew jirreżistu l-bidla li ridna nagħmlu għax fehmu li ma nistgħux nibqgħu naċċettaw xogħol ħażin mingħajr ma nġiegħlu lil dak li jkun għamel ix-xogħol jaqla' dak li jkun għamel u jerġa' jagħmel ix-xogħol.", "Ħadd m'hu se jitħallas għax-xogħol li jkun għamel ħażin, allura jkun hemm diversi interessi li jibdew jitkellmu b'ċertu mod.", "Dan huwa importanti li nifhmuh jekk irridu li nkomplu nbiddlu l-kultura tal-mod ta' kif nagħmlu l-affarijiet.", "Hawnhekk irrid nieħu l-okkażjoni biex inwieġeb għal sentenza waħda mill- editorjal - mhux għall-editorjal kollu għax ħafna minnu ma nħossx li għandi għalfejn inwieġbu - ta' \"The Times\" tas-6 ta' Marzu, fejn saret din id- domanda: \"Why does the same company that cannot find workers to do one job be favoured with other contracts of the same nature?\"", "Din tirriferi għall-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol f'Burmarrad u fl-inħawi tas- Salini.", "Din hija domanda li dawn l-aħħar xhur kelli diversi okkażjonijiet li nweġibha meta staqsewni kuntratturi li ġew għal ċertu sodisfazzjon għax il-kuntratt ma kenux ħaduh huma, imma ngħata x-xogħol kuntrattur partikolari.", "U wara li din id-domanda saret b'mod uffiċjali minn wieħed mill-ġurnali influwenti f'pajjiżna, inħoss li għandi nagħti risposta uffiċjali dwar x'wassal biex il-kuntrattur partikolari li tefa' dik it- tender ingħata prattikament żewġ xogħlijiet fl-istess perijodu.", "Pero` tajjeb li wieħed ipoġġi f'perspettiva dak li wassal biex dan il- kuntrattur jingħata dawk iż-żewġ tenders.", "Fiż-żmien meta ħarġu t-tenders ta' Burmarrad u tas-Salina kienu ħarġu numru ta' tenders oħrajn.", "Iżda fis-sena 2000 kellna prattikament grupp wieħed ta' kuntratturi msejjaħ ir-roads group li kien ġie ddikjarat li ma jistax jibqa' jipparteċipa bħala konsorzju wieħed għaliex kien qed jikser ċerti liġijiet tal-kompetizzjoni f'pajjiżna.", "Din il-kumpannija roads group li kienet qed titfa' t-tenders għax-xogħlijiet kollha f'pajjiżna, tefgħet ukoll it-tenders għal dawn iż-żewġ xogħlijiet ta' Burmarrad u tas-Salini.", "Mal-kuntratturi roads group fiż-żewġ okkażjonijiet kien hemm il-kuntratturi Penza Tarmac u Mizzi Group li tefgħu t-tender tagħhom għal dawk ix- xogħlijiet.", "Naturalment il-proċess ta' tendering jieħu ċertu ammont ta' żmien u jien dejjem appellajt dwar il-ħtieġa li dan it-tul ta' żmien jitnaqqas, pero` mhux dak l-argument ta' dalgħodu.", "Matul il-perijodu ta' l-aġġudikazzjoni tat-tender wieħed mill-kuntratturi, li kien ir-roads group ma ġeddidx il-bid bond, u allura ma kienx fil- pożizzjoni li jagħmel ix-xogħol ta' kuntratt li kien oriġinarjament daħal għalih.", "Għaliex is-sistema hija li ladarba wieħed ma jġeddidx il-bid bond jiġi kkanċellat bħala kuntrattur interessat.", "Għalhekk kien fadal il- kuntrattur Penza Tarmac u l-kuntrattur Mizzi Group.", "Eventwalment il- kuntrattur Mizzi Group ma wasalx biex jissodisfa l-ħtiġijiet, it-talbiet li kien għamillu d-dipartimenti tal-kuntratti, u ġejna fil-pożizzjoni li kien għad fadal l-kuntrattur wieħed, li kien Penza Group.", "Naturalment f'sitwazzjoni bħal dik l-għażla tkun li jew talloka t-tender lil dak il- kuntrattur li kien għadu interessat li jagħmel ix-xogħol, inkella tikkanċella kollox bil-konsegwenzi legali li jista' jkun hemm min-naħa tal- kuntrattur, u bil-konsegwenza li jkun hemm iktar tul ta' żmien u iktar problemi.", "Naturalment spiċċat biex ingħatat it-tender lil dan il-kuntrattur għax hu biss kien għad fadal bħala tenderer.", "Allura nispera li issa wieħed jifhem għaliex tajna x-xogħol lill-istess kuntrattur.", "Jien lest li ngħaddi d- dokumenti neċessarji kollha kemm lill-editur ta' \"The Times\" u lil kull min irid ħalli jkun jista' jivverifika dak li qed ngħid jien.", "Naturalment dan ma jiġġustifika bl-ebda mod il-fatt li jkun hemm dewmien u estensjoni fiż-żmien, bħalma fil-fatt kelli nammetti li se jkun hemm fiż- żewġ xogħlijiet, madankollu rridu npoġġu l-affarijiet fil-perspettiva li jkunu.", "Jekk kien hemm min ħaseb li jekk jirtira se jkollu ċans ieħor għax ikun hemm tendering process ġdid, irridu nifhmu li f'pajjiż fejn nippretendu s-serjeta`, is-serjetà titlob li jekk tajt tender se tkompli b'dik it-tender.", "Is-serjeta` titlob ukoll li l-kuntrattur li eventwalment jingħata x-xogħol jagħmlu fl-iqsar żmien possibbli u jara li kemm jista' jkun ma jkunx hemm delays iktar milli wieħed jistenna.", "Jien nagħmel appell ta' l-aħħar u nitlob formalment lill-korporazzjonijiet l-oħra, li b'xi mod huma nvoluti f'dan it-tip ta' xogħol, biex ma jħallux sal-mument li jkun laħaq sar ammont kbir ta' xogħol biex iqumu u jirrealizzaw li jridu jagħmlu xi xogħlijiet oħra, imma dan ix-xogħol jippjanawh magħna biex ma jkollniex għalfejn intawlu ż-żejjed f'xogħlijiet bħal dawn li huma importanti ħafna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta 12 ta' Marzu 2002, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUMITAT NAZZJONALI - PROGRESS REPORT", "30921.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li f'paġna 43 tal-progress report dwar Malta l-UE iddikjarat li l-Gvern Malti fejn jidħol l-iżvilupp rurali la għandu strateġija u lanqas kapaċita amministrattiva, jista' jikkunsidra li jwaqqaf Kumitat Nazzjonali għar-rijabilitazzjoni tal-kampanja?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Malta għandha strateġija dikjarata, trasparenti, ċara u dettaljata dwar l-iżvilupp rurali permezz tal-pjan ta' struttura li jindika żoni għal żvilupp rurali fejn hemm gwidi stretti.", "HOUSING - DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI", "30923.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru.", "30571 u l-progress li sar dwar il-ħsarat rapurtati fi Flat 5 blk 2, Għeriexem HE, Rabat", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-mistoqsija tirriferi għall-ħsarat fi Flat 5 Blk 2, Għeriexem H.E., Rabat.", "Din ma għandha x'taqsam xejn mas-settur tal-Biedja.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru kkonċernat.", "EUROPEAN UNION - SPECIAL SAFEGUARDS", "30931.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30525, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-UE għandiex reġistrati mad-WTO 539 special safeguards?", "Jekk iva, fiex jikkonsistu dawn l-special safeguards u liema prodotti tal- Biedja u ta' l-ikel jikkonċernaw?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Unjoni Ewropea għandha 539 special safeguards reġistrati ma' l-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ (WTO).", "Kif diġa' kelli okkażjoni nispjega fit-tweġiba għall-mistoqsija nru.", "30525 l-ispecial safeguards huma mekkaniżmu supplimentari għas-sistema ta' tariff quotas u huma intiżi bħala miżura ta' kontingenza biex jintużaw biss f'ċirkostanzi speċjali.", "Fil-prattika, dawn il-miżuri, ftit li xejn intużaw, la mill-Unjoni Ewropea u lanqas minn pajjiżi oħra.", "Informazzjoni dettaljata dwar il-materja ta' l-ispecial safeguards hija aċċessibbli permezz tal-web site uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.", "PULIZIJA – FIREARMS - PERMESSI", "32047.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom permess to keep a firearm illum?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "PULIZIJA - SUIĊIDJI", "32048.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni is-sena l-oħra wara li kkommettew suiċidji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 26 persuna irrapurtati lill-pulizija li ikkommettew suiċidju.", "TAX PAYERS - PART-TIME", "32049.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' tax payers li jaħdmu part-time u li jħallsu rata speċjali ta' 15% fuq id-dħul min dan ix-xogħol is-sena li għaddiet?", "Kemm minn dawn kienu jaħdmu xogħol part-time fuq bażi self- employed?", "Kemm kienu part-timers u jdaħħlu qliegħ addizzjonali għal xogħol full time?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li biex taxpayer jibbenefika mill-iskema speċjali ta' 15% final withholding tax fuq l-income (sa massimu ta' Lm3000 fis-sena) minn part-time employment jew part-time self-employment irid bilfors ikollu main employment (jiġifieri jkun impjegat full-time x'imkien ieħor).", "Matul is-sena 2001 kien hemm 2752 taxpayers li ħallsu 15% final withholding tax taħt l-iskema bħala part-time self-employed.", "Min ried jibbenefika minn din l-iskema ta' part-time self-employment ried bilfors iħallas it-taxxa dovuta sal-15 ta' Frar ta' din is-sena.", "Rigward in-numru ta' taxpayers li bbenefikaw minn l-iskema ta' part-time employment (mhux self-employment), id-dipartiment ikun jista jagħti din l- informazzjoni meta jkunu ġew proċessati id-dokumenti FS3 kollha.", "PULIZIJA SOSPIŻI", "32050.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija sospiżi illum u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31726.", "BUDGET", "32051.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għad diskors tal-budget 2002 u speċificament għat-tabella 4, jista' l-Ministru jagħti stampa riveduta tal-fond konsolidat kif tirriżulta illum in vista tal-fatt li d-dħul minn bejgħ ta' assi għall-ammont ta' Lm 47 Miljun ma seħħitx sa tmien is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirrepti li d-dħul mill-bejgħ ta' assi mhux meħud bħala dħul fil-fond konsolidat.", "IMPORTAZZJONI TA' LOW FLOOR BUSES", "32052.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'progress sar fil-pjanijiet għall- importazzjoni tal-low floor buses?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li f'Diċembru tas-sena 2000 ħarġu speċifikazzjonijiet għall-karozzi tal-linja ġodda.", "Sakemm is-sid jagħżel skond l-ispeċifikazzjonijiet maħruġa kif approvati, l-awtorita' ma tindaħalx minn fejn jixtri s-sid.", "Fil-fatt l-awtorita' għat-trasport diġa' approvat 5 mudelli ta' karozzi li jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet mitluba, u diversi sidien għamlu l- arranġament għax-xiri tal-karozzi l-ġodda.", "PLANNING AUTHORITY", "32078.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga f'hiex waslet l-applikazzjoni PA 02034/01?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 2034/01 hija fi stadju ta` rikonsiderazzjoni wara li kienet rifjutata fit-3 ta` Settembru 2001.", "It-talba għal rikonsiderazzjoni ġiet sottomessa fl-aħħar ta` Settembru u fil-preżent din l-applikazzjoni qiegħda tistenna li tingħata data biex tinstema` quddiem il-bord.", "ENEMALTA", "32079.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandhom kont in dispute ta' Lm 145.92 mal-korporazzjoni Enemalta fid-dawl taċ- ċaħdiet uffiċjali li huma bagħtu lill-korporazzjoni permezz ta' l-avukat tagħhom, jista' jsir xi arranġament bonarju biex din il-pendenza tiġi konkluża b'mod sosdisfaċenti għaż-żewġ naħat, l-aktar fid-dawl ta' l- insistenza li huma ġew billed intortament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li skond ir-rekords tal-korporazzjoni Enemalta fl-account tal-familja li qed issir referenza għaliha ma tirriżulta ebda relazzjoni ma' l-ammont imsemmi.", "Fil-fatt kollox jindika li l-kontijiet tħallsu għajr għall-aħħar kont li ħareġ fi Frar li għadda.", "Jekk hemm xi kont ieħor, ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Membru jagħtini l- ammont tal-kont li qed jirreferi għalih.", "PENSJONI – ŻIEDA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA", "32080.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi raġuni għaliex il- pensjonata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma irċevetiex żieda għall-għoli tal-ħajja mal-pensjoni li irċeviet ftit ilu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-każ tal- persuna ndikata minnu ġie nvestigat u l-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.", "ENEMALTA - BOUVERIE STR - GŻIRA", "32081.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minħabba fid-dawl li hemm fil-parti ta' fuq ta' Bouverie street Gżira jista' jsir strret lighting adegwat lejn in-nofs ta' din il-parti u dan minħabba fil-periklu ta' serq u abbużi bid-droga li jista' jkun hemm fl-inħawi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.", "ALLOWANCE TA' MARD", "32082.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk il-pensjonata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex intitolata għal xi allowance ta' mard minħabba l-kondizzjoni tal-bronki kroniċi li tbati bihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.", "SPTAR SAN LUQA - VIRUS", "32115.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet mifruxa l-infezzjoni li ħadu diversi pazjenti tal-Isptar San Luqa minħabba il-virus li seta kien hemm f'xi apparat tal- għajnejn ġewwa l-istess sptar?", "Kemm il-każ ġie identifikat?", "Din il-problema issa ġiet mitigata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba ma tinżamx.", "PULIZIJA - SERQ", "32122.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista l-Ministru jgħid kemm gie rrappurtat serq matul Frar 2002?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jghid kemm gew solvuti każijiet ta' serq matul Frar 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "MALTACOM - IMPJIEG", "32123.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B' riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31624, jista l-Ministru jgħid kemm hija l-paga ta' l-ex kummissarju tal-pulizija li ismu qed jintbagħat separatament mas-soċjeta Technical and Management Services Limited, sussidjarja tal-Maltacom plc?", "X' fringe benefits għandu ma' l- impjieg tiegħu, jekk hemm?", "Min kien responsabbli mit-tfassil tas-salarju ta' l-ex kummissarju?", "Min huma l-persuni li intervistawh qabel sar l-ingaġġ tiegħu mal-kumpannija?", "Min għazel il-bord ta' l-intervisti?", "Jista jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' l-intervisti li saru ghal dan il- post?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li s-salarju u l-benefiċċji li għandha l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant huma simili għal dawk li jgawdu uffiċjali f'karigi simili fil-kumpaniji sussidjarji tal- Maltacom.", "It-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan l-impjieg kienu mfassla miċ-chairman tal-Maltacom fuq inkarigu mogħti lilu mill-bord tad-diretturi tal-kumpanija technical & management services limited.", "Il-bord ta' l- għażla, li kien magħmul miċ-chairman tal-Maltacom, id-direttur tal-group information teċhnology u d-direttur tal-group administration and human resources, kien appuntat mill-bord tad-diretturi tal-kumpanija sussidjarja msemmija b'konformita' mal-proċeduri eżistenti.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma naħsibx li jkun fl-interess kemm tal-Maltacom kif ukoll tal-kumpanija sussidjarja li l-informazzjoni mitluba ssir pubblika.", "PULIZIJA – XOGĦOL FORENSIKU", "32124.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B' riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31607.", "Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol forensiku kollu li kien taħt ir- responsabbilta' tal-persuna li isimha qieghed jintbaghat separatament huwa wieqaf u ma jistax jigi assenjat lil ħaddiehor għaliex ma hemmx esperti tal- kalegrafija li jistgħu jieħdu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant, kien ġie trasferit għal Malta National Laboratory Ltd, b`effett mit-22 ta` Ottubru 2001.", "Din l-istess persuna kienet talbet vacation leave sat-8 ta` Novembru 2001, iżda ma irritornax għax-xogħol.", "Ninsab infurmat ukoll, illi fil-preżent qed issir is-selezzjoni ta` persuni sabiex ikunu mħarrġa fl-eżaminar ta` dokumenti sabiex ikun jista` jinħadem il-backlog li ħalla warajh il-persuna msemmija.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-MARKIŻ JOHN SCICLUNA", "32131.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm offerti mixħuta għall-offerta mħabbra fil-gazzetta tal-gvern tat-12/10/01 nru 17,150, avviż nru 128, għal kisi mill-ġdid ta' Triq il-Markiż John Scicluna, Santa Venera?", "Kemm kienet kull offerta?", "Min ħa l-kuntratt?", "Mill-liema fondi tħallset jew se titħalla l-Gvern Ċentrali jew il-kunsill lokali?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li għall-avviż nru.", "128 biex isir xogħol fi Triq il-Markiż John Scicluna, Santa Venera intefgħu żewġ offerti, waħda ta' Lm10,015 u l-oħra ta' Lm10,104.", "Il-kuntratt ingħata lill-kumpanija CJP Tarmac Ltd. għall-prezz ta' Lm10,015 u l-ispejjeż ser jitħallsu mill-fondi tal-Gvern Ċentrali.", "KUMITAT TAL-WELFARE", "32132.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intefgħu offerti skond l-avviż mxandar fil-gazzetta tal-gvern tad-9/11/01, nru.", "17, 159, fejn il-Kumitat tal-Welfare talab kwotazzjonijiet għall- provvista ta' magni li jaħslu l-art?", "Kemm kienu l-offerti?", "Lil min ġiet akkreditata?", "Fejn se jintużaw dawn il-magni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li għat-tender li għamlet referenza għaliha l-Onor.", "Interpellanti kien hemm offerta waħda, mingħand Forestals (Appliances) Ltd. bil-prezz ta' Lm11,724.", "Il-magni mixtrija qed jintużaw fir-Residenza San Vinċenz de Paule.", "BORMLA - MINA TA' SANT LIENA", "32133.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għal provvista w tqegħid ta' ċangaturi tal-konkos pre-stressed għall-mont nru.", "2, Wied il-Kbir, Ħal Qormi, skond kif imħabbar fil-gazzetta tal-gvern, tad- 9/11/01, nru 17159, kwot nru.", "82/01?", "Kemm kienu l-offerti?", "Lil min ġiet mogħtija?", "Meta huwa ppjanat li se jibda w jispiċċa x-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li għax-xogħol imsemmi ntefgħu żewġ offerti, waħda ta' Lm1,074. u l-oħra ta' Lm867.00.", "Ġiet mogħtija lil Schembri & Sons għall-irħas ammont u x-xogħol mistenni jibda u jispiċċa għall-aħħar ta' Marzu 2002.", "ENTITAJIET BANKARJI – ATM'S", "32134.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir ma' l-entitajiet bankarji f'Malta li jħaddmu l-faċilitajiet ta' ATM biex dawn jiġu fiżikament aċċessibbli għal kulħadd?", "Jista' jgħid xi kemm il-ATM ġiet irranġata s'issa, jiġifieri minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi opportunitajiet indaqs (persuni b'diżabilita') biex din tkun aċċessibli?", "Kemm fadal ATMs li m'humiex aċċessibli?", "Xi pjan hemm biex dawn isiru u kemm se jieħu żmien biex dan il-pjan jitwettaq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fir-rigward ta' entitajiet bankarji u l-aċċessibilita' fiżika l-kummissjoni laħqet ftehim ġenerali mal- HSBC Ltd li jinkludi dan l-aspett.", "Il-Kummissjoni għada qed tiddiskuti mal-Bank of Valletta ftehim simili pero' sfortunatament għad ma ntlaħaqx ftehim sħiħ.", "Il-Kummissjoni għad trid tibda diskussjonijiet ma' entitajiet bankarji oħra.", "Rigward, ATMs u l-HSBC il-ftehim jgħid li sa 4 snin oħra l-ATMs kollha jridu jkunu ta' livell li jintlaħqu minn kulħadd inkluż persuni li jużaw siġġu tar-roti.", "S'issa dan il-bank għandu 25 ATMs aċċessibbli u qed jippjana li fl-4 snin li ġejjin jirranġa 10 matul din is-sena, 20 s-sena d- dieħla, 20 fis-sena 2004 u 6 fis-sena 2005.", "Il-bank ser ikollu numru żgħir ta' ATMs li għalkemm ikunu l-għoli t-tajjeb ser ikun diffikulta biex dawn jintlaħqu, liema diffikulta hi diffiċli tiġi eliminata.", "Rigward il-Bank of Valletta dawn ukoll bdew programm biex fi żmien raġonevoli jibdlu l-ATMs tagħhom li jkunu aċċessibbli għal kulħadd inkluż persuni li jużaw siġġu tar-roti.", "Uħud minn dawn l-ATMs ser ikunu aċċessibbli wkoll għal persuni għomja.", "Id-dettalji għadhom qed jiġu diskussi.", "ĦAL QORMI - WIED IL-KBIR", "32135.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għal provvista w tqegħid ta' ċanġaturi tal-konkos pre-stressed għall-Wied il- Kbir, Ħal Qormi, skond kif imħabbra fil-gazzetta tal-Gvern, tad-9/11/01 nru.", "17159, kwit nru.", "81/01?", "Għal liema parti tal-Wied se jintużaw?", "Kemm kienu l-offerti?", "Lil min ġiet mogħtija?", "Meta huwa ppjanat li se jibda u jispiċċa x-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ntefgħu żewġ offerti,waħda ta' Lm1,354.50 u l-oħra ta' Lm1,147.50.", "Ix-xogħol se jsir fejn ser jiġi Bridge 1.", "L-offerta ngħatat lill-irħas wieħed, jiġifieri lil Schembri & Sons.", "Ninsab infurmat li x-xogħol huwa lest.", "KUNSILLI LOKALI TA' SANTA VENERA", "32136.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti skond l-avviż tal-kunsilli lokali ta' Sta.", "Venera fil-gazzetta tal-Gvern 25/10/01, nru 17154, għal xogħol ta' titjib ambjentali fi Triq il-Kbira, San Ġużepp.", "L- ewwel fażi: il-parti bejn l-Istitut Apap u Triq il-Qalb Imqaddsa?", "Kemm kienu l-offerti?", "Lil min ingħatat?", "Il-kuntrattur żamm mal-perjodu stipulat biex jitlesta x-xogħol fi żmien 3 xhur?", "Jekk le, x'hemm provdut fil- kuntratt?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal ma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil- fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-kunsilli.", "PULIZIJA – SEWWIEQ TAT-TFAL TAL-ISKOLA", "32153.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar rapport li daħal fl-għassa ta' tas-Sliema li sewwieq tat-tfal tal-iskola ħareġ sikkini u hedded lit-tfal li kien qed jieħu lejn l-iskola?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija investigat dan ir- rapport u ser jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti kontra x-xufier involut.", "PULIZIJA - FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "32159.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Nirriferi l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30735?", "Bħalissa kemm hemm priġunieri li waslu fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza u qed jingħataw l-oppurtunita li jaħdmu barra l-ħabs?", "F'liema xogħol?", "Dan japplika wkoll għall-priġunieri barranin?", "Jekk fl-affermattiv, kemm hemm u ta' liema nazzjonalita huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-opportunita` biex priġunier joħroġ jaħdem barra l-ħabs fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza tiegħu hija miftuħa kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin.", "Ovvjament jekk barrani jkun irid jieħu vantaġġ minn din l-opportunita` irid jinġiblu l-working permit minn min ikun ser iħaddmu.", "Ix-xogħol jista` jkun kwalunkwe tip u jiġi offrut lill-priġunieri minn ditti privati.", "F`kemm il-okkażżjoni x-xogħol instab lill-priġunier wara intervent ta` l-amministrazzjoni tal-Ħabs.", "Preżentament hemm żewġt priġunieri Maltin li qegħdin jingħataw din l- opportunita` u wieħed qiegħed jaħdem ma` kuntrattur tal-bini privat u l- ieħor jaħdem ma` ditta li tiġbor il-karozzi għat-tqattiegħ (scrapyard).", "PULIZIJA - REĠISTRU PUBBLIKU", "32160.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'referenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari nru.", "31688, jista' jgħid kemm-il darba mill-1995 l'hawn saru rakkomandazzjonijiet biex tiġi revokata iċ-ċittadinanza?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu dawk li lilhom ġiet revokata iċ-ċittadinanza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li kien hemm erba` każijiet fejn persuna barranija li kienet akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija bis-saħħa taż-żwieġ tagħha ma` ċittadin ta` Malta, ġiet ipprivata minn din iċ-ċittadinanza.", "Iċ-ċittadinanza ta` dawn il-persuni kienet: Ingliża, Eġizzjana, Libjana u Lebaniża.", "PLANNING AUTHORITY - LANDSCAPING", "32172.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- pubblikazzjoni maħruġa mill-awtorita' ta' l-ippjanar trees shrubs and plants : guidelines for planting and landscaping the Maltese Islands?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal- pubblikazzjoni trees, shrubs and plants - guidelines for planting and landscaping in the Maltese Islands.", "Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar (www.pa-malta.org).", "VRT TEST - EMISSIONS", "32173.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-parametri tat-test fuq l- emissions li jisr bħala parti mill-VRT fuq il-vetturi?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-parametri tat-test fuq l-emissions li jisr bħala parti mill-VRT fuq il-vetturi?.", "PLANNING AUTHORITY – INGUANEZ STREET - MDINA", "32176.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir f'17, Inguanez Street Mdina huwiex kopert bil-permessi ta' l-awtorita ta' l- ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn uffiċjal mis-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar irriżulta illi l-fond imsemmi kien magħluq.", "Għaldaqstant ser jiġi ikkuntatjat is-sid biex tkun tista` ssir spezzjoni fl- iqsar żmien possibli.", "Aktar tagħrif ikun jista` jingħata wara din l- ispezzjoni.", "MIA - PAGI", "32178.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-ex-ħaddiema tal-ATCC ġarrew magħhom il-kundizzjonijiet kollha meta saru parti mill-MIA, jista' jispjega għaliex uħud minnhom tilfu d- dritt li jieħdu ż-żidiet marbuta mar-re-organizzajoni tal-pagi taċ-ċivil?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZI TA' L-ILMA - RIFORMA", "32180.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega r-riforma li saret fis-sezzjoni tad- distretti tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-iskop wara din ir- riforma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KALAXLOKK – PERITI", "32182.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "31877 u cioe, jista' jgħid kemm hemm periti jaħdmu full-time jew part-time mal- kumpanija Kalaxlokk?", "Min huwa dawn il-periti u meta bdew jaħdmu mall- kumpanija?", "X'inhu x-xogħol li qegħdin jagħmlu dawn l-periti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom?", "Kemm tħallsu dawn il- periti s'issa, kull wieħed separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li mis-sena 1999 il-kumpanija Kalaxlokk għamlet użu mis-servizzi ta' erba' periti li ħadd minnhom ma' għandu kuntratt ta' xogħol mal-kumpanija, la fuq bażi full-time u lanqas fuq bażi part-time.", "Il-periti huma s-sinjuri Joseph Grech, Etienne Micallef Grimaud, Philip Mifsud u Pierre Zammit.", "Sa issa dawn l-erba' periti tħallsu, VAT inkluża, kull wieħed rispettivament Lm6,800; Lm1,955; Lm4,150; u Lm1,955.", "Ix-xogħol assenjat lil dawn il-periti huwa:", "1. preparazzjoni ta' dokumenti ta' offerti", "2. preparazzjoni ta' bill of quantities", "3. kwotazzjonijiet", "4. programm ta' xogħol għal proġetti", "5. spezzjonijiet fuq il-lantijiet tax-xogħol", "6. superviżjoni tax-xogħolijiet", "7. kejl ta' xogħolijiet u preparazzjoni ta' kontijiet", "8. cost analysis ta' proġetti.", "LEGAL & HUMANISTIC STUDIES - REQUIREMENTS AKKADEMIĊI", "32183.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-requirements akkademiċi biex persuna tidħol jew tiġi aċċettata għall-kors ta' legal u humanistic studies, f'Ottubru tas-sena 2000, 2001?", "X'ser ikunu r-requirements għas-sena 2002 u 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-requirements akkademiċi biex tidħol għall- kors ta' B.A. legal u humanistic studies huma:", "Ottubru 2000 Ċertifikat tal-matrikola u ingliż fil-livell avvanzat grad C jew aħjar u pass fit-taljan jew franċiż jew latin fil-livell intermedju.", "Ottubru 2001, 2002 u Ċertifikat tal-matrikola u ingliż fil-livell", "2003 avvanzat grad C jew aħjar.", "Ottubru 2004", "Ċertifikat tal-matrikola u żewġ suġġetti fil-livell avvanzat bi grad C jew aħjar, magħżula minn gruppi 1, 2 jew 3 jew il-computing/information technology fi grupp 4 ta' l-eżami għaċ-ċertifikat ta matrikola.", "PENSJONI - PAGAMENTI", "32186.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament qed inaqqsulu Lm2.53c minn kull pagament tal-pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali informa lill-persuna imsemmija dwar il-każ tagħha.", "HOUSING – APPATAMENTI TAL-GVERN", "32188.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għal-mistoqsija parlamentari nru.", "31413, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija in konnessjoni ma' Blokk C, Triq Ġananton Tanti (u mhux Jonathan Tanti kif deher) f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li mir-rekords ta' l-awtorita' tad- Djar ma jirriżultax li l-awtorita' rċeviet applikazzjoni għall-installar ta' lift fi Blokk C, Triq Ġananton Tanti, Tarxien.", "MSIDA - SKOLA PRIMARJA - SEWWIEQ", "32189.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar rapporti li s-sewwieq li ismu qed jintbagħtu separatament ħareġ sikkina għat-tfal li kien qed iġorr lejn l-iskola primarja ta' l-Imsida nhar il-5 ta' Frar 2002 u qalilhom ''li se jħarxilhom għonqhom''?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment ordna li x-xufier konċernat jitneħħa immedjatament minn fuq kull rotta tat-tfal ta' l-iskola u assigura rapport lill-pulizija.", "PULIZIJA - PLANNING AUTHORITY", "32190.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet", "1) l-Awtorita' ta' l-ippjanar", "2) il-Pulizija dwar il-kwistjonijiet li qajmu r-residenti ta' Vega, 29, Hughes Hallett Street, Sliema mill-perikli li nħolqu għalihom bix-xogħol li qed isir bit-trakkijiet fuq is-sit tal-Union Club?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm ma hemm l-ebda kundizzjoni fil-permess rigward l-aċċess in kwistjoni, l-awtorita` ta` l-ippjanar permezz ta` ittra datata 26 ta` Frar 2002, talbet lill-bord tad-diriġenti tal-Union Club u l-perit tal-proġett biex jieħdu dawk il-miżuri biex jaċċertaw a sodisfazzjon ta` l- awtorita` ta` l-ippjanar li ikun hemm aċċess mingħajr periklu għar- residenti ta` Vega Court.", "Fil-frattemp ġie ordnat li l-kanċell li jmiss ma` Vega Court jiġi magħluq.", "Ninsab infurmat ukoll illi l-pulizija tad-distrett ta` Tas-Sliema kellha żewġ rapporti dwar ilmenti minħabba bini fis-sit imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Wieħed kien f`Novembru li għadda u kien jirrigwarda żewġ biċċiet injam li waqgħu minn fuq is-sit.", "Il-Pulizija ħadet passi quddiem il-Qorti u l-persuna responsabbli kien ġie mmultat Lm50 mill-Qorti.", "Ir- rapport l-ieħor kien fi Frar ta` din is-sena, meta biċċa injama li kien hemm fuq l-iscafolding waqgħet għal isfel u kkaġunat ħsara fuq żewġ telephone boots tal-Maltacom.", "F`dan il-każ il-pulizija qegħdha tistenna stima tal-ħsara kkaġunata.", "PLANNING AUTHORITY – RABA TAL-GVERN", "32191.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed mid- dipartiment ta' l-artijiet kontra min jaqbad u jokkupa raba tal-gvern li m'għandux titlu għalih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-każ ta` dawk in-nies li okkupaw raba tal-Gvern mingħajr permess u ħadu l-opportunita` mogħtija lilhom biex japplikaw biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom taħt l-iskema tal-qbiela li għalqet is-sena l-oħra, ma qegħda tittieħed l-ebda azzjoni qabel ma` d-dipartiment ikun ipproċessa l-istess applikazzjoni u ddeċieda jekk l-applikant għandux jingħata titlu.", "Fil-każ ta` nies li jaqbdu u jokkupaw raba tal-gvern mingħajr permess u ma għamlux applikazzjoni taħt l-iskema msemmija aktar `il fuq, jittieħdu dawk il-passi kollha skond il-liġi.", "AVIATION SECURITY COMMITTEE", "32192.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-aviation security committee?", "Għal kemm zmien qedin jservu?", "Kemm il-darba iltaqa' l-kumitat minn Settembru 1998?", "X' passi ttiehdu ghat-tisħiħ tas-sigurta fl-ajruport minn settembru 1998?", "Kemm intefqu flus għat-tisħiħ tas-sigurta fl-ajruport fl- 1997,1998,1999,2000 u 2001?", "Kemm il-security breach gie nnotat, jekk kien hemm, fl-1997,1998,1999,2000 u 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-membri tal-kumitat dwar is-sigurta` fl-avjazzjoni huma – il-ministru responsabbli mis-sigurta` fl-avjazzjoni bħala chairman tal-kumitat; is-segretarju permanenti responsabbli għall-affarijiet interni u ambjent bħala deputy chairman; il-kummissarju tal-pulizija, il-kmandant tal-Forzi Armati u l-manager airport security huma membri ex ufficio; il- membri l-oħra huma d-direttur ġenerali tal-avjazzjoni ċivili, il-kontrollur tad-dwana, chairman MIA plc. u chairman Air Malta plc.", "Il-membri maħtura jibqgħu f`dik il-kariga għal dak iż-żmien, li ma jkunx ta` iktar minn tliet snin, hekk kif jista` jiġi speċifikat fl-ittra tal- ħatra tagħhom.", "Minn Settembru ta` l-1998, il-kumitat iltaqa` tmienja u għoxrin darba (28).", "Minn Settembru ta` l-1998, ittieħdu diversi miżuri u passi biex tissaħħaħ is-sigurta` fl-ajruport.", "Fost l-aktar importanti huma:", "â Il-bdil ta` 16-il kilometru ta` fence; â Hold baggage screening system; â Bini mill-ġdid ta` access gates 1 u 4; â Żieda fin-numru ta` security cameras; â Regolamenti dwar security training, fejn ġie mfassal pjan biex jintlaħqu l-gradi kollha tal-ħaddiema tal-ajruport; â Regolamenti dwar security of cargo, bl-għan li jiżgura li l-cargo li jitlaq minn Malta ma jkunx fih oġġetti projbiti; â Regolamenti għall-passenger aircraft security, biex jispeċifikaw dawk il-provvedimenti għal tfittix u kontroll ta` aċċess għal ajruplani;", "â Security of tax free goods and related stores and eqiupment, biex jiżguraw li waqt il-ġarr ta` merkanzija/apparat, li jkun dieħel fl-ajruport ma jkunx fih xi ħaġa li tista` tipperikola s-sigurta` tal-passiġġieri jew impjegati.", "Fir-rigward ta` kemm intefqu flus, din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, li taħtu taqa` l-MIA plc.", "Fis-snin imsemmija kien hemm dawn is-security breaches: 1997 - 3 1998 - 4 1999 - 2 2000 - 7 2001 - 4", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN – STALLAR TA' LIFTS", "32193.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "31412, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-11 il-blokk fejn inbeda jew tlesta x-xogħol infrastrutturali meħtieġ biex jiġu installati lifts?", "Jista' jgħid kemm attwalment twaħħlu lifts ġodda li qegħdin joperaw bħalissa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-lift fi Blokk 5 Triq il-Fosos Florinana ġie nstallat kif ukoll imħaddem.", "Iċ-ċwievet tal-lift ser jingħataw lir- residenti applikanti hekk kif ikun iċċertifikat mill-engineer.", "Tlesta x-xogħol strutturali u nbeda wkoll ix-xogħol ta' stallazzjoni tal- makkinarju tal-lift f'dawn il-blokki:", "80 Triq il-Merkanti Valletta Blokk A2 Triq Sir Ugo Mifsud 18 Triq Sant'Anna Floriana 24 Triq Sant'Anna Floriana 39 Triq Sant'Anna Floriana 104 Triq il-Kapuċċini Floriana", "S'issa nbeda x-xogħol strutturali f'dawn il-blokki:", "4 Triq il-Punent Valletta Blokk A Triq Annetto Caruana Tarxien Blokk D1 Housing Estate Ta' Xbiex Blokk D3 Housing Estate Ta' Xbiex Blokk E3 Housing Estate Ta' Xbiex 85 St Nicholas Street Valletta 88 Merchants Street Valletta.", "PROTEZZJONI ĊIVILI - OVERTIME", "32194.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Kemm intefqu flus f'overtime fid-dipartiment tal-protezzjoni civili matul 1998,1999,2000 u 2001?", "Kemm il-darba kellha tintervjeni f'operazzjonijiet ta' salvatagg matul l-istess perjodu sena, sena u għal liema skop?", "X'taħriġ wettqet matul is-sena 2001?", "X' koordinazzjoni qegħda ssir mal-korp tal- pulizija u mal-forzi armati ta' malta?", "Saru laqghat mal-korp tal-pulizija u ma' l-armata biex jikkordinaw ahjar operazzjonijiet ta' salvatagg matul is- sena 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat kif ġej:-", "1) L-ammont ta` overtime li tħallas matul is-snin imsemmija kien kif ġej:-", "1998 Lm 199", "1999 Lm 220,096 (li jinkludi ukoll allowances imħallsa matul is- sena)", "2000 Lm 236,991 (li jinkludi ukoll allowances imħallsa matul is- sena) 2001 Lm 118,329", "2) Id-Dipartiment intervjena f`dawn l-operazzjonijiet ta` salvataġġ kif indikat hawn taħt:", "Dan ix-xogħol ma kienx isir minn dan id-dipartiment tul is-sena 1998.", "* Figuri juru minn April 1999.", "3) It-taħriġ li twettaq matul is-sena 2001 kien dan: Taħriġ avvanzat ta` salvataġġ fuq l-art; Kors bażiku ta` navigazzjoni fuq il-baħar; Kors ta` għaddas; Rikonoxximent ta` splussivi;", "Basic first aid; Basic life support; Fire engineering għall-leading assistance and rescue officers;", "Erba` simulazzjonijiet ta` tifi tan-nar u salvataġġ fuq tlett vapuri differenti, fosthom fuq vapur tal-Gozo Channel u f`lukanda lokali;", "Barra minn hekk numru ta` membri attendew għal korsijiet relatati max- xogħol tagħhom barra minn Malta;", "Id-Dipartiment organizza ukoll taħriġ għal impjegati tas-servizz ċivili tul din is-sena.", "Kien hemm 22 kors differenti u għalihom ipparteċipaw 362 impjegat.", "4 u 5) Kien hemm diversi okkażżjonijiet fejn twettqet ħidma koordinata bejn it-tliet Forzi imsemmija matul is-sena 2001.", "Din il-koordinazzjoni kompliet tissaħħaħ wara li l-gvern appunta kumitat parlamentari sabiex jeżamina din il-koordinazzjoni.", "Din il-koordinazzjoni ġiet diskussa wkoll waqt laqgħat tal-kunsill tal-protezzjoni ċivili li għalihom jattendu ukoll kemm il-kummissarju tal-pulizija kif ukoll il-kmandant tal-Forzi Armati, li huma ukoll membri tal-kunsill fost oħrajn.", "SLEEPING POLICEMEN - PERMESSI", "32200.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnhu li mhux qed jingħata l-permess bħalissa biex jsiru sleeping policemen fl-irħula?", "Jekk mhux il-każ, jista' jgħid x'inhuma l-kriterji użati biex jaraw jekk tali permessi jingħatawx jew le?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li kull talba li jkollu id-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku għal road humps tiġi kkunsidrata u fejn ikun hemm ġustifikazzjoni biex issir road hump id-direttorat jagħti l-approvazzjoni tiegħu.", "EUROPEAN UNION - NSO", "32202.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba parlamentari mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "31495, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari li ma ġietx indirizzata?", "Jista' wkoll jelabora dwar in-nuqqas ta' kooperazzjoni allegata mis-sidien tal-kalkari tal-ġir u jaġġorna l- Kamra dwar x'passi qed jittieħdu biex kwestjonarji mill-NSO jiġu mwieġba fuq dan il-qasam?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li peress li l-industrija tal-ġir hija waħda relattivament żgħira fis-settur tal-manifattura, l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jikkonċentra aktar fuq industriji akbar u aktar importanti għall-ġbir ta' tagħrif li jkun jeħtieġ.", "Dan ma jfissirx li ma jsirx kull sforz biex jinġabar it-tagħrif anke f'każijiet bħal tal-kalkari tal-ġir.", "Għaldaqstant ninsab infurmat li l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jinsab f'kuntatt ma' dawk is-sidien tal-kalkari tal-ġir li qabel kienu jibgħatu l-kwestjonarju tagħhom lill-uffiċju biex ikun jista' jiġi miġbur it-tagħrif dwar din l-industrija.", "Il-kalkari tal-ġir ilhom żmien għaddejjin minn bidliet fundamentali, kemm minħabba raġunijiet ambjentali kif ukoll minħabba l-evoluzzjoni ta' l- industrija tal-bini.", "F'dan il-każ, is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija biss element addizzjonali f'dan il-proċess ta' bidla.", "Din l- attivita', aktar milli salvagwardata, tenħtieġ li tiġi mħeġġa biex tkompli bir-ristrutturar meħtieġ.", "Dan qed isir, per eżempju, permezz tal-kumitat konsultattiv dwar l-industrija tal-bini (BICC) fi ħdan il-ministeru tar- riżorsi u infrastruttura.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - PERITI", "32206.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti li jinsabu fuq il-lista tal- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada u li se jintużaw għax-xogħolijiet fl- iskejjel?", "Kif intagħżlu dawn il-periti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "32209 li ser inwieġeb fis-seduta tal-lejla.", "ORKESTRA NAZZJONALI", "32207.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31948 dwar il- kumpanija governattiva li tmexxi l-Orkestra Nazzjonali u cioe jista' jgħid kemm ittellgħu opera performances fit-teatri Għawdxin matul l-perjodu 1/1/1997 sa 30/9/1998?", "Liema kienu dawn u fejn ittellgħu?", "X'kienet l-ispiża nvoluta f'kull każ?", "Jista' l-istess mistoqsijiet għall-perjodu mill-1 t'Ottubru 1998 sal-aħħar tas-sena li għaddiet?", "X'kontribut għamel il-gvern f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Rigward l-ewwel erba' partijiet tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-ministru ta' l- edukazzjoni għal mistoqsija nru.", "31948 waqt is-seduta nru.", "707.", "Dwar l- aħħar parti tal-mistoqsija, jkun apprezzat jekk l-Onor.", "Membru jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - UFFIĊINI", "32208.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi sforzi saru biex l-uffiċini tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada jkunu f'bini tal-gvern?", "F'liema bini saru tfittxijiet biex jinstab post adattat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Fondazzjoni ikkonsidrat l-ewwel l-użu ta' uffiċini fl-iskola Ġirolamo Cassar, Furjana.", "Kien hemm żewġ tipi ta' ostakoli: a) il-faċilitajiet ma kienux meqjusa bħala tassew adatti għax- xogħol tal-fondazzjoni u kienu jirrikjedu spiża sostanzjali biex jiġu irranġati; b) l-awtorita` ta' l-ippjanar u l-ambjent insistiet li l- ispazju jingħata lilha biex takkomoda l-funzjonijiet il-ġodda konnessi ma' l-ambjent.", "Il-Fondazzjoni ppruvat issib postijiet oħra tal-gvern bla ma sabet dak li jgħodd għaliha ħlief bi spejjeż kbar wisq.", "Bini ieħor tal-gvern li seta' hu tajjeb ma setgħax jintelaq mid-dipartiment li bħalissa jinsab f'idejjhom.", "Għal aktar minn sena l-fondazzjoni okkupat l-uffiċċju tad-direttur ta' l- ippjanar u żvilupp u għal xi żmien użat ukoll wkoll uffiċċju fl-iskola f'Ta' Paris.", "OPERA PERFORMANCES", "32213.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-ewwel parti tar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari nru.", "31948, jista' jikkonferma li l-Orkestra Nazzjonali għandha shareholding kollu ta' kumpaniji governattivi u tirċievi direttament mingħand il-ministeru tiegħu għajnuna finanzjarja kull sena?", "Għaldaqstant, jista' l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija parlamentari nru.", "31948?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-parti tal-mistoqsija imsemmija ma kien hemm ebda riferenza għall-Orkestra Nazzjonali.", "Dwar performances ta' l-Orkestra Nazzjonali f'Għawdex nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba għal mistoqsija nru.", "31948.", "HOUSING - CONDOMENIA", "32234.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-liġi dwar il-condomenia daħlitx fis-seħħ kollha kemm hi?", "Jista' jgħid wkoll jekk hemmx xi struttura li twaqqfet sabiex tirċievi lmenti u problemi fost dawk li jgħixu fl-istess block ta' appartamenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ŻIEDA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA", "32245.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b'mod separat, ma ħaditx iż- żieda għall-għoli tal-ħajja imħabbra fl-aħħar budget?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.", "MISSJONI MILITARI TALJANA – MEMBRI TAL-FORZI ARMATI", "32247.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-Missjoni Militari Taljana f'Malta bħaliss?", "Kemm hemm membri tal-militar f'Malta?", "Kien hemm każijiet fejn membri tal-Forzi Armati marru jitħarġu fl-Italja f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Missjoni Militari Taljana f'Malta għandha nkarigu speċifiku skond il-memorandum of understanding li ġie ffirmat bejn Malta u l-Italja fl-1988.", "Dan jinkludi:", "Assistenza, billi jingħata taħriġ lill-membri tal-Forzi Aramti ta' Malta f'oqsma u speċjalitajiet varji li huma meħtieġa biex tiffunzjoni l-Armata.", "Servizz ta' tfittix u salvataġġ.", "In-numru tal-membri li jiffurmaw il-Missjoni Militari Taljana, fil-preżent huwa 49.", "Kien u għadd hemm diversi opportunitajiet fejn membri tal-Forzi Armati ta' Malta attendew korsijiet jew taħriġ fl-Italja f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Tajjeb li wieħed iżid li ħafna mill-korsijiet kienu ta' natura speċjalizzata f'oqsma varji tal-Armata.", "REĠISTRAR TA' PROPJETA", "32275.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw il-propjeta tagħhom fl-iskema li ġiet imnedija dan l-aħħar għal reġistrazzjoni ta' propjeta fuq mod volontarja?", "Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BORMLA - PJAZZA SANTA MARGERITA", "32276.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31894 u cioe, jista' jgħid peress li żmien ilu kien hemm pjanijiet li Pjazza Santa Margerita, Bormla tingħata dehra aħjar, jista' jgħid x'sar minnhom dawn il-pjanijiet, b'kemm waqgħu lura, x'inhi r-raġuni li waqgħu lura u jekk hemmx il-ħsieb li dan il-proġett isir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li sa llum minn dan il- proġett tlestiet il-parti ta' quddiem id-dar ta' l-anzjani u l-parkeġġ fil- livell ta' taħt.", "Bħalissa qed isir xogħol fuq l-installazzjoni tad-dawl fl- istess sit.", "Il-pjanijiet oriġinali għal din il-pjazza jeħtieġu xi modifikazzjonijiet.", "Hu maħsub li x-xogħol fuq dawn il-pjanti jitkompla aktar tard din is-sena jekk jiġi kkonfermat li l-fondi meħtieġa għal dan il-proġett huma disponibbli.", "TELF TA' IMPJIEGI", "32277.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31981 u cioe, jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tilfu l- impjieg tul is-sena 2001, xahar b'xahar?", "Jekk hu possibli jista' jaqsamhom f'etaijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "Ninsab infurmat li din l-istatistika ma tinżammx maqsuma skond l-etajiet.", "ETC – REĠISTRAR GĦAX-XOGĦOL", "32278.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31895 u cioe, jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq part 1 u part 2 separatament għax-xhur Novembru, Diċembru 2001 u Jannar 2002?", "Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba, skond il-kunsill lokali minn fejn kienu ġejjin ir- reġistranti.", "SKEJJEL SEKONDARJI - INĊIDENTI VJOLENTI", "32296.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti vjolenti fi skejjel sekondarji fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Kollega għat-tagħrif mogħti fil- mistoqsija parlamentari nru.", "30165 u li kienet tittratta l-istess suġġett.", "SKEJJEL SEKONDARJI - INĊIDENTI VJOLENTI", "32297.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra studenti li kienu involuti f'inċidenti vjolenti fi skejjel sekondarji u post-sekondarju fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ttieħdu l-passi dixxiplinari skond il-merti ta' kull każ.", "PROTEZZJONI TA' GĦALLIEMA U STUDENTI", "32298.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux talbiet għall-protezzjoni ta' għalliema u studenti minħabba xi inċidenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kwestjoni ta' ħarsien u sigurta` fl-iskejjel hi waħda li tingħata ħafna importanza sew mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kif ukoll mill-kapijiet ta' l-iskejjel.", "F'kull inċident ittieħdu l-passi meħtieġa biex tingħata l-għajnuna kollha possibbli fiċ-ċirkostanzi ta' kull każ.", "BORMLA - SKOLA PRIMARJA - GROUND", "32300.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid peress li l-ground ta' l-iskola Primarja ta' Bormla itteħditlu biċċa minnu u peress li din il-parti tħalliet abbandunata, jista' jikkunsidra li dan il-ground żgħir li kien jitġawda ħafna miż- żagħżagħ ta' Bormla, jerġa jinġieb għall-istat li kien fih qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ground imsemmi jagħmel minnu d- dipartiment ta' l-ambjent u għaldaqstant tlabt li d-diviżjoni ta' l- edukazzjoni issegwi dan l-ilment ma' dak id-dipartiment."]} {"filename": "20000328_272d_par.doc", "date": "2000-03-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 272 It-Tlieta, 28 ta' Marzu, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 272", "It-Tlieta, 28 ta' Marzu, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "272", "It-Tnejn, 28 ta' Marzu, 2000", "WERREJ", "MINUTI 504", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 504", "TQEGĦID TA' KARTI 508", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRADEMARKS (IT-TIENI QARI)", "TRADEMARKS BILL (SECOND READING) 509", "AĠĠORNAMENT 529", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 532", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 271 li saret fis-27 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "POLITIKA SOĊJALI - UŻU TA' KAROZZI UFFIĊJALI", "13355.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża karozzi uffiċjali tal-ministeru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Il-ministeru għall-politika soċjali għandu għad-dispożizzjoni tiegħu karozza waħda uffiċjali.", "Din għandhom aċċess għaliha u permess li jagħmlu użu minnha l-membri tas-segretarjat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, xtaqt nagħmel mistoqsija supplimentari li m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali iżda ċertament li hija ta' interess pubbliku.", "Wara li l-GWU, l-UHM u l-MUT ħarġu jipprotestaw bil-qawwa kollha kontra l-impatt negattiv li l-miżuri tal-budget qegħdin iħallu fuq il-ħaddiema u fuq il-pensjonanti, jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jiftaħ id-diskussjonijiet mill-ġdid?", "MR SPEAKER: Il-ViċI Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Veru li din id-domanda m'għandha x'taqsam assolutament xejn mal-mistoqsija oriġinali, madanakollu rrid ngħid li dan il-gvern kellu laqgħat fit-tul ma' l-unions.", "Dan huwa gvern li jemmen li madwar mejda id-diskussjonijiet dejjem ikunu utli, anke jekk mhux neċessarjament iwasslu għal konklużjonijiet li jissodisfaw il-partijiet.", "Il-gvern iltaqa' u tkellem fuq din l-issue filwaqt li għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara u wera l-prijoritajiet mhux biss tiegħu imma tal-pajjiż; u semma' wkoll x'kellhom xi jgħidu l-unions u anke għamel proposti min-naħa tiegħu.", "Il-pożizzjoni hija dik u għall-mument, Mr Speaker, daqshekk nista' ngħid.", "AMBJENT - UŻU TA' KAROZZI UFFIĊJALI", "13356.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża karozzi uffiċjali tal-ministeru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bil-permess tal-Ministru xtaqt nagħmel domanda li tikkonċerna sitwazzjoni li hija ta' għajb, peress li fil-bypass ta' l- Imtarfa ttella' ħajt tal-concrete li bla dubju neħħa għal kollox l-impatt u l-iskop ambjentali fl-inħawi.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jeżistux il-permessi neċessarji għal dak it-tip ta' ħajt li hemm f'din il- parti ta' l-irdum tal-bypass ta' l-Imtarfa.", "MR SPEAKER: Filwaqt li nitlob li kemm jista' jkun id-domandi supplimentari jkunu marbutin mad-domanda oriġinali, insejjaħ lill-Ministru biex jagħti t-tweġiba tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor.", "Farrugia qed jistaqsi jekk il- ħajt li ttella' għandux il-permess jew le, nitolbu jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr. Speaker, fl-imsemmi wied hemm balla kbira ta' tafal - li hija protetta anke bir-regoli ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar - u hemm ittella' ħajt tal-concrete li żgur mhuwiex environment-friendly u għandi nifhem li l-ministru responsabbli mill-ambjent jaf li hemm impatt ekoloġiku negattiv.", "Jien nixtiequ jgħid jekk investigax il-każ jew jekk hux beħsiebu jinvestiga?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed nieħu nota u se nitlob lill-uffiċjali tad-dipartiment konċernat biex jirrapportawli fuqu u jekk jirriżulta dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, naturalment isir rapport lill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "EDUKAZZJONI - UŻU TA' KAROZZI UFFIĊJALI", "13357.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża karozzi uffiċjali tal-ministeru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ir-risposta hija sempliċi, ċioe' dawk li jew jirriżultalhom dan id-dmir mill-kuntratt tax- xogħol tagħhom - ngħidu aħna x-xufier tal-ministru u d-diretturi - jew dawk li jingħataw inkarigu mill-uffiċjali responsabbli.", "BIEDJA U SAJD - UŻU TA' KAROZZI UFFIĊJALI", "13358.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża karozzi uffiċjali tal-ministeru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Membru għad-dokument \"engagement of staff for private secretariats\", li anke tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tas-16 ta' Ġunju ta' l- 1999.", "INTERN - UŻU TA' KAROZZI UFFIĊJALI", "13359.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża karozzi uffiċjali tal-ministeru?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għad-dokument \"engagement of staff for private secretariats\", li anke tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tas-16 ta` Ġunju 1999.", "TURIŻMU - UŻU TA' KAROZZI UFFIĊJALI", "13360.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża karozzi uffiċjali tal-ministeru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru għat-Turiżmu): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għad-dokument \"engagement of staff for private secretariats\", li anke tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tas-16 ta' Ġunju 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, xtaqt li l-Ministru jagħti r- reazzjoni tiegħu għal dak li qrajna dan l-aħħar, ċioe' li tour operators Torok ilmentaw li mhumiex qegħdin isibu l-koperazzjoni meħtieġa min-naħa tal-ministeru għat-turiżmu.", "X'inhuma l-kummenti tal-Ministru għal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li din l-informazzjoni ma tirriżultalix mill- file, nistieden lill-Onor.", "Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil- miktub", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' PERSUNI NIEQSA", "14859.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni rrapportati nieqsa lill- pulizija f'Jannar u fi Frar ta' din is-sena?", "X'inhija s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta` persuni rrapportati nieqsa f`Jannar u fi Frar 2000 kien ta` 15 u 20 rispettivament.", "Dawn kollha ġew rintraċċati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ma nafx kemm il-Ministru huwa konxju li ċerti familjari li jagħmlu dawn ir-rapporti mhumiex qegħdin ikunu daqstant sodisfatti bit-tagħrif u bil-follow-up li qed isir.", "Xtaqt li l-Ministru jinformana ftit jekk hemmx xi team fil-korp li partikolarment jaħdem fuq dawn ir-rapporti li jsiru minn żmien għal żmien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, wieħed irid joqgħod attent għaliex naħseb l-esperjenza turi li ħafna mill-każi ta' dawk in-nies li jkunu rrapportati nieqsa ma jkunu xejn għajr xi ħadd li jkun ħarab mid-dar għal raġunijiet familjari, bħal dik l-omm li tkun qabdet it-tifel u telqet bih, u allura l- missier jagħmel rapport fl-għassa li ibnu jkun ġie nieqes.", "Għal min bil- kelma \"nieqes\" jifhem ċirkostanzi traġiċi jew fatali - għax hawn ħafna li jieħdu dik l-impressjoni - nista' nikkonferma li dawk li ġew rapportati nieqsa kollha nstabu aktar tard.", "L-istatistika turi wkoll li 90% jew 95% ta' dawn in-nies ikunu ġejjin minn sitwazzjonijiet familjari mhux pjaċevoli, bħal meta t-tifla jew il- mara taħrab mid-dar.", "(Interruzzjonijiet)", "Rari nsibu li r-raġel jaħrab mid-dar!", "Ġieli niltaqgħu wkoll ma' każi fejn il-mara taqbad it-tifel u taħrab bih minn Malta, u allura r-raġel imur jirrapportahom nieqsa.", "Veru li l-mara tkun nieqsa, imma mhux nieqsa fis- sens li tkun sparrixxiet għax xi ħadd ikun ħatafha imma għax tkun hi stess li telqet bit-tifel.", "Meta jkun hemm dawn it-tipi ta' każi ġieli tidħol il- victim support unit u tara s-sitwazzjoni xi tkun.", "Ħafna drabi l-pulizija jġibu ritratt ta' dak li jkun u jiċċirkolawh lill-press.", "Din l-inizjattiva tista' tfaħħarha jew tmaqdarha; tfaħħarha għaliex ħafna drabi f'soċjeta' żgħira bħal tagħna din tista' tiffaċilita ħafna li dik il-persuna terġa' tinstab, imma mill-banda l-oħra tkun qed tesponi wkoll il-kwestjonijiet ta' l-inkwiet fil-familja ma' l-erbat irjieħ.", "Jiġfieri taraha minn fejn taraha din xabla b'żewġt ixfar, għax taqta' miż-żewġ naħat.", "Lili ma wasluli qatt ilmenti fis-sens li l-pulizija jimxu ħażin f'dawn il-każi, anzi għalkemm uffiċjal tal-pulizija kapaċi jaġixxi b'mod differenti minn ieħor, ħafna drabi l-uffiċjal partikolari jkun qed jagħmel xogħol iktar milli suppost tagħmel il-pulizija għaliex f'affarijiet simili proprjament għandu jidħol counsellor.", "B'danakollu jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi lment partikolari nitolbu jgħidli għaliex jien għadni ma rċevejt xejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Filwaqt li wieħed japprezza u anke jfaħħar x- xogħol antipatiku tal-pulizija f'każi partikolari bħal dawn, nixtieq nistaqsi lill- Ministru dwar dawk in-nies li ġew irrapportati nieqsa, speċjalment tul dawn l-aħħar ħames snin, u li sal-lum għadhom ma nstabux.", "Nixtieq inkun naf ukoll dwar l-investigazzjonijiet li qegħdin isiru, fis- sens li llum hemm proċeduri ġodda fil-mod kif wieħed jista' jkompli dawn l- investigazzjonijiet, speċjalment fil-kamp internazzjonali, għar-raġuni li ħafna minn dawk rapportati nieqsa fil-maġġoranza tagħhom ikunu mejta jew maqtula - uħud forsi jkunu ssuwiċidaw ruħhom - u ħadd ma jkun jaf eżattament x'sar minnhom.", "Pero' jista' jagħti l-każ ukoll li jkun hemm persentaġġ żgħir - u dan ħareġ minn studju li sar fil-pajjiżi Ewropej - fejn dawk li jkunu maħrubin ikunu fil-fatt biddlu l-identita' tagħhom u anke qalbu ċ-ċittadinanza.", "Per eżempju, mhux eskluż li fl-antik kien hemm Maltin li spiċċaw f'pajjiżi ħafna 'il bogħod minn Malta, kif wieħed jista' jara minn ċerti kunjomijiet li aktarx huma ta' nisel Malti.", "X'inhija allura l-pożizzjoni tal-pulizija Maltija vis-à-vis l-interpol?", "Il-pulizija ta' Malta qiegħda tgħaddi r-ritratti kollha ta' kull persuna li tkun ġiet rapportata nieqsa wara li hawn Malta jkunu saru l-investigazzjonijiet kollha?", "Riċentement kien hemm każ ta' persuna li snin kbar ilu kienet ġiet rapportata nieqsa mill-Italja u dan l-aħħar instabet tgħix l-Urugwaj.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dawn l-affarjiet jiġru.", "Fil-fatt sal-lum għadhom jinstabu nies fl-Amerika Latina li kienu involuti fl-atroċitajiet ta' ħamsin sena ilu, ta' żmien il-gwerra.", "Jiġifieri pajjiżi b'mezzi ħafna iktar effiċjenti u effikaċi minn tagħna, inkluż mezzi finanzjarji, kapaċi jdumu s-snin biex jintraċċaw lil xi ħadd!", "Issa jien m'għandix l-impressjoni li l-lista ta' nies li verament sparrixxew hija xi waħda twila - niftakar kienu staqsewni dwar din il-lista u jidhirli li kont tajtha - u wħud minn dawk rapportati nieqsa mbagħad instabu mejta f'Malta stess, oħrajn ma nstabu qatt u ħadd ma sab traċċa tagħhom.", "Kellna anke delitti f'Malta ta' nies li allegatament ġew maqtula pero' baqgħu ma nstabux.", "Mr Speaker, nista' nikkonferma li l-pulizija għandha bħala kuntatt internazzjonali prinċipali l-interpol u nisperaw li nkabbru dawn il- kuntatti; issa wkoll bil-europol, li għalkemm hija limitata għall-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, pero' fil-konvenzjoni tal-europol hemm il- possibbilta' li tagħmel anke kuntatti, trattati u ftehim ma' pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni.", "Jiġifieri nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni, inkunu applikanti jew ma nkunux, teżisti din il-possibbilta', u aħna qegħdin nippruvaw li ma' l-europol ikollna din il-pożizzjoni li nagħmlu anke trattati, anke qabel ma Malta tissieħeb fl-Unjoni.", "Dan mhux biss għall-iskop li semma l-Onor.", "Interpellant dwar nies li sparrixew imma anke għall-kuntatti u sharing ta' intellingence, ta' tagħrif dwar persuni involuti fit-traffiku illegali tad-droga jew ta' l-immigrazzjoni.", "Il-fatt li aħna qegħdin fil-periferija ta' l-Ewropa huwa fl-interess ta' l-Ewropej li jgħinuna sabiex Malta ma tintuża qatt bħala stepping stone għal skopijiet ta' immigrazzjoni illegali.", "Nafu bil-problemi kbar li għandhom Spanja u l-Italja f'dan il-kuntest.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma f'dawk il-każi fejn il-pulizija jirriżultalha mir-records li hemm Maltin imdaħħlin fil-kamp kriminali, allura l- kummissarju tal-pulizija m'għandux jara li jgħaddi lill-konsulati kollha ta' barra brief statement fuq dawn in-nies li jkunu rrapportati nieqsa?", "Għaliex wieħed jista' jiġi f'kuntatt ma' xi informazzjoni u jkun jista' jara li l-każ in kwestjoni jiġi solvut.", "(Interruzzjonijiet) Importanti li tkun taf li dak l-individwu jkun għadu ħaj.", "Naturalment m'għandekx għalfejn persuna bħal din iġġibha lura sakemm ma tkunx għamlet xi delitt kbir f'pajjiżna.", "MR.", "SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien niċċekkja biex nara jekk dan hux diġa' qed isir jew le pero' naħseb li huwa suġġeriment tajjeb.", "Nixtieq ngħid li taħt iż- żewġ amministrazzjonijiet żdiedu ħafna l-kuntatti internazzjonali ta' koperazzjoni.", "Uħud minnhom kienu diġa' jeżistu ma' pajjiżi ġirien jew ma' pajjiżi ħbieb tagħna - mhux għax għandna xi għedewwa imma uħud ikunu iktar ħbieb minn oħrajn - kemm taħt l-amministrazzjoni l-oħra kif ukoll taħt din l-amministrazzjoni.", "Fil-fatt ġew iffirmati diversi akkordji ma' gvernijiet oħrajn sabiex nikkoperaw fi tliet oqsma prinċipali, jiġifieri l- immigrazzjoni illegali, it-terroriżmu u l-kriminalita' organizzata.", "Fil- fatt ġew iffirmati dawn it-tipi ta' ftehim ma' l-Italja, mal-Libya, ma' Spanja, ma' Franza - it-tnejn ta' l-aħħar taħt l-amministrazzjoni l-oħra - ma' Israel, ma' Ċipru u ma' l-Eġittu.", "Jeżisti wkoll memorandum of understanding li ser jiġi ffirmat dalwaqt mar-Renju Unit.", "Dan huwa importanti wkoll in vista tad-diskors li kien għamel Tony Blair meta xi tliet ġimgħat ilu fetaħ il-Parlament Skoċċiż u uża dik l-okkażjoni biex jesponi l-problema tad-droga u mbagħad qal kemm huwa importanti li r- Renju Unit minn issa stess jibda jikkopera ma' pajjiżi oħra, b'mod partikolari ma' dawk applikanti biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea, sabiex magħhom jagħmel mhux biss ftehim ta' koperazzjoni fil-ġlieda kontra d- droga imma huwa wkoll lest li jgħinhom.", "Naturalment kien qed jirriferi l- aktar għall-pajjiżi ta' Central and Eastern Europe, fejn hemm ċerti problemi ta' traffikar ta' droga li ħafna drabi jispiċċaw l-Ingilterra.", "Pero' jidhirli li din hija okkażjoni eċċellenti biex anke aħna bħala pajjiż żgħir b'riżorsi limitati, insaħħu l-kuntatti tagħna mar-Renju Unit ħalli dawn jgħinuna iktar, speċjalment b'expert advice fil-ġlieda kontra l- kriminalita' organizzata konnessa mad-droga.", "Fil-fatt fil-ġimgħat li ġejjin ser jiġi ffirmat dan il-memorandum of understanding u l-commitment tal-Gvern Malti hu li jissapportja lill-Gvern Ingliż fil-ġlieda tiegħu kontra d-droga.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr. Speaker inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar non-council tasks li twettqu f'Marzu 1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.15073.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti l-għadd ta' noti li ġew reġistrati fir-reġistru pubbliku bejn l-1995 u l-21 ta' Marzu 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "15197.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' pilloli li kienu out of stock fit-22 ta' Marzu 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "15088.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRADEMARKS", "TRADEMARKS BILL", "L-ordni għat-Tieni qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' Marzu, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici huwa in possession.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, wieħed jieħu pjaċir jitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi, pero' qabel ma nidħlu fid-dettal tajjeb li nagħmlu ftit riflessjonijiet fuq l-istat tal-kummerċ u kif din l- istituzzjoni twieġeb għalih.", "Interessanti l-fatt li l-istorja tal- leġislazzjoni turi li din l-istituzzjoni dejjem irreaġġixxiet b'mod favorevoli għal dak li jkun għaddej fid-dinja kummerċjali.", "Jekk nieħdu l- bidu tas-seklu li għadda, insibu li fil-liġijiet tagħna daħħalna bla dewmien il-kunċett tat-trademarks.", "Fil-fatt fl-1905 l-Ingilterra kienet għaddiet liġi biex tirregola aktar u aħjar dan is-settur u aħna minn dik il- ġurnata ħadna u abbraċċajna diversi kunċetti minn dik il-liġi.", "Interessanti wkoll li wieħed jikkonsidra li meta tawna l-Kostituzzjoni ta' l-1921 u twaqqfet l-Assemblea Leġislattiva, waħda mill-ewwel liġijiet li bdew jiġu diskussi kienet proprju dik tal-Kodiċi tal-Kummerċ.", "Dan juri kemm aħna konna qegħdin inżommu lilna nfusna aġġornati f'dak kollu li kien qed jiġri f'dawk iż-żmenijiet fid-dinja kummerċjali.", "Aspett pożittiv ieħor huwa li din il-Kamra dejjem kienet minn ta' quddiem biex iġġib lil pajjiżna fuq l-istess linja ta' dak li jsir f'pajjiżi oħra biex in-nies fin-negozju f'Malta ma jkollhomx żvantaġġi ma' nies fin- negozju barra minn xtutna.", "Għalhekk kien ħsieb tassew sabiħ li fis-sena 2000, fil-bidu ta' seklu ġdid, qegħdin nagħmlu liġi li terġa' tieħu ħafna mill-prinċipji li kien hemm qabel, timmodifikahom u tipprova tagħtihom dimensjoni iktar avvanzata minn dik li kellhom sal-lum, sija f'dak li nbena fuq l-esperjenza li nġabret f'dawn l-aħħar snin, kif ukoll għal dak li wieħed jipprevedi li se jseħħ fid-dinja tal-kummerċ fil-ġejjieni.", "Persuna fl-Assemblea Leġislattiva li kellha ħafna sehem fl-avvanz ta' dan il-qasam fis-seklu l-ieħor kien il-Prof Carlo Mallia, li għall-istudenti tal-liġi huwa magħruf bħala dak li kiteb diversi trattati legali interessanti.", "Dan kien dak il-bniedem li sija mill-expertise legali li kellu bħala għalliem fil-kummerċ, kif ukoll mill-fatt li kien membru f'din l-awla jiddibatti u jressaq liġijiet biex jaġġorna l-affarijiet fil-bidu tas-seklu, għen ħafna biex fis-snin '20 Malta diġa' kellha Kodiċi tal- Kummerċ li kien avvanzat ħafna.", "Fil-fatt fl-Italja kienu għadhom kif spiċċaw jiddibattu dan il-Kodiċi tal-Kummerċ meta aħna bdejna nagħmlu l- istess ħaġa.", "Pajjiż żgħir bħal tagħna għandu jifhem li bilfors li parti importanti mid-dinja tan-negozju ssir bir-relazzjonijiet bejn negozjanti, intraprendituri, nies ta' ċerta intelliġenza u barranin midħla f'dan il- qasam.", "Għalhekk dan il-parlament dejjem kien fuq quddiem biex jaġġorna u jżommna fuq din il-linja, u jiena nħares lejn din il-liġi tat-trademarks li għandna quddiemna bħala waħda abbinata ma' dan il-punt.", "Punt ieħor interessanti li seħħ fil-bidu tas-seklu l-ieħor kien li ħwejjeġ li s-soltu ma kenux mogħtija importanza fin-negozju, bid-dħul u bil- ħidma ta' l-intraprendituri saru importanti.", "Hekk ngħidu aħna issa wieħed sar jipproteġi l-isem taħt xiex jagħmel in-negozju u dak l-isem beda jingħata mhux biss protezzjoni imma anke valur fis-suq.", "Din hija l-ħidma tat-trademarks, il-pass kbir li seħħ fil-bidu tas-seklu l-ieħor, minħabba l- iżvilupp li sar fis-settur industrijali tul is-seklu 18.", "Mill-1800 sa l- 1900 il-qawmien tas-settur industrijali sploda tant li qabeż il-konfini normali ta' l-ibliet u saħansitra daħal biex jopera wkoll f'pajjiżi oħra.", "Għaldaqstant sar importanti li l-isem li taħtu tagħmel in-negozju jkun protett u mhux biss bejn il-ħbieb.", "Sur President, f'pajjiżna ħafna persuni iktar nafuhom bil-laqam milli b'isimhom u ħafna drabi wieħed għadu sal-lum il-ġurnata jiddentifika ċerti familji bil-laqam.", "Għalhekk il-laqmijiet huma parti wkoll minn dan it- twelid f'dan is-settur tat-trademarks, għax kultant inti taqbad u tagħmel negozju ma' persuna oħra skond il-laqam li miegħu torbot ċertu krettu.", "Il- kunċett tal-krettu fil-kummerċ huwa ta' importanza kbira u t-trademark hija garanzjija ta' dan il-krettu.", "Fis-seklu 18 wieħed mid-dibattiti kbar kien dwar is-saħħa finanzjarja li kellhom il-Lhud, saħħa marbuta ma' termini qosra ta' kreditu.", "Fl-Ingilterra l-kunċett li tagħti credit lil ħaddieħor għen biex id-dinja tal-kummerċ tiżviluppa b'mod iktar qawwi u iktar rapidu.", "Issa l-idea tat-trademark tabbina ruħha kompletament ma' din id- dimensjoni, għax inti tinnegozja mat-tali persuna li għandha t-tali prodott marbut mat-tali isem li għalik għandu biżżejjed krettu fis-suq.", "Dan il-kunċett għen u aġevola ħafna transazzjonijiet fil-kummerċ, kemm għal pajjiżna kif ukoll għal pajjiżi oħra.", "Għaliex?", "Għax bniedem barrani li jbiegħ lil wieħed Malti, l-ewwel ma jagħmel hu li jara li dak il-Malti jkollu krettu fis-suq għax b'hekk ikun żgur li l-prodott tiegħu se jinbiegħ.", "Dan il-ħsieb ta' krettu fil-kummerċ aħna norbtuh ma' dak li ġenerikament insejħu l-avjament, jiġifieri li inti fil-kummerċ tagħti importanza lis-settur tar-relazzjoni bejn in-negozjant u x-xerrej.", "Mela inti mhux biss tagħti valur lill-prodott, lill-bottijiet tat-tadam jew lit- televisions li se tbiegħ, imma wkoll għall-fatt ta' kemm għandek klijentela u x'inhu l-isem tiegħek fin-negozju, għax kemm-il darba l-isem li għandek huwa ta' reputazzjoni tajba jkun ifisser ukoll li inti dejjem se tħallas.", "Ħafna drabi min isiefer f'ċerti pajjiżi tal-Mediterran u jiddentifika ruħu jsib lil min jgħidlu li aħna l-Maltin pagaturi tajbin għax dejjem inħallsu fil-pront u in ġenerali hekk aħna tassew.", "F'din id-dimensjoni tikber l-importanza li wieħed jagħti protezzjoni lill- isem li taħtu jagħmel in-negozju.", "Ovvjament dan huwa dritt li jitwieled mil-liġi.", "Dan mhux xi dritt li ġej mill-kreazzjoni tal-bniedem imma huwa maħluq mill-bniedem għall-esiġenzi tal-kummerċ, esiġenzi li wieħed ilu jħosshom mill-1905 sal-ġurnata tal-lum.", "Din hi xi ħaġa ta' valur u ta' importanza, jiġifieri lanqas biss għandu jgħaddilna minn moħħna li f'pajjiżna xi ħadd ineħħi t-trademarks mil-liġijiet tagħna.", "Huwa impossibbli li wieħed imur fid-dinja tal-kummerċ fi żmenijietna u jaqta' barra din il-protezzjoni lin-negozjanti Maltin jew lill-kumpanniji barranin li jridu jagħmlu negozju f'Malta.", "Pero' rridu nammettu li kellna l-fortuna li kellna nies bħall-Prof.", "Carlo Mallia u warajh il-Prof.", "Feliċ Cremona li żammew il-liġi tal-kummerċ mhux biss bħala attwali imma li żammewha wkoll marbuta mal-pedamenti tal-liġijiet tagħna.", "Sur President, għal dawn l-aħħar għaxar snin kellna numru ta' liġijiet li biddlu ftit il-binarju u l-pedament tal-qafas tal-liġi tagħna.", "Fil-fatt il- liġi tagħna hija mibnija fuq kunċetti kontinentali, fuq dak li kien għamel il-Kodiċi ta' Napuljun, fuq l-insenjament tal-corpus juris civilis ta' Gustinjanu u fuq l-insenjament tal-ġuristi li kien hemm f'Ruma.", "Illum f'dan il-binarju qegħdin indaħħlu elementi kompletament ġodda għax qegħdin nieħdu mid-dinja li ġenerikament insejħulha Anglo-Sassona, u naturalment dan fih it-tajjeb u l-ħażin tiegħu.", "Fih it-tajjeb għax hemm prinċipji li d- dinja Anglo-Sassona rnexxielha tagħmel dak li d-dinja kontinentali ma rnexxilhiex, pero' fih il-ħażin ukoll għax jekk wieħed ma joqgħodx attent jista' joħloq ċerti konflitti, fis-sens li liġi waħda tkun tgħid ħaġa filwaqt li liġi oħra tgħid ħaġa oħra.", "Iktar agħar imbagħad - u dan huwa ta' importanza kbira wkoll - li jkollok kunċetti legali f'liġi spjegati mod u f'liġi oħra spjegati b'mod differenti.", "Imbagħad meta wieħed jiġi biex iqiegħed għall-prova l-liġi u jmur il-qorti u jagħmel ċitazzjoni, hemmhekk jistgħu jqumu punti ta' diffikulta' fl-interpretazzjoni.", "Għalhekk aħna bħala leġislaturi għandna d-dmir li nieħdu ħsieb li kemm jista' jkun dawn il-konflitti ma jirriżultawx.", "Għandna nifhmu li t-trademark hija mogħtija din l-importanza bħala protezzjoni fundamentali għal affarijiet oħra, pero' iktar importanti hu l-fatt li inti tipproteġi n-negozjant onest minn dak diżonest; fi kliem ieħor li tara kif tipproteġi lil min ħadem u bl-għaraq ta' ġbinu bena isem.", "Hawn niġu għall-parti essenzjali fid-diskussjoni dwar l-għeruq fundamentali tal-liġi, fejn wieħed irid jara l-affarijiet fid-dawl ta' l- artikli li għandna fil-Kodiċi tal-Kummerċ għal dak li għandu x'jaqsam ma' unfair competition.", "Hawn wieħed irid joqgħod l-iktar attent għax għalkemm nitkellmu fuq trademarks, mhux kull ħaġa tista' tiġi rreġistrata bħala tali.", "Biex l-Istat jiggarantixxi n-negozju aħjar, biex in-nies fin-negozju f'dan il-pajjiż ikunu nies onesti u allura l-pajjiż ikollu krettu internazzjonali - għax min jinnegozja hawn Malta jidher li huwa onest - fil- Kodiċi tal-Kummerċ kienu daħlu diversi mekkaniżmi, fosthom it-twaqqif tal- kamra tal-kummerċ, li hija frott tal-ħidma li kienet saret fl-Assemblea Leġislattiva.", "Kien hemm dibattiti mqanqla fuq il-formazzjoni u l- kompożizzjoni tal-kamra tal-kummerċ, minħabba li mill-Assemblea Leġislattiva kien hemm għarfien li n-negozjant Malti jrid jingħata standing internazzjonali.", "Iżda biex dan seta' jseħħ kien hemm bżonn il-kreazzjoni legali ta' istituzzjoni li tagħmilha ta' garanti ma' dawk internazzjonali.", "Ngħidu aħna, jien negozjant pero' biex niddentifika ruħi bħala negozjant tajjeb irrid inkun membru fil-kamra tal-kummerċ u jrid ikolli wkoll ċertu krettu mogħti lili minn dik il-kamra biex jiena nkun nista' nopera.", "F'din id-dimensjoni, f'dan l-għarfien sħiħ, wieħed jifhem kemm huwa importanti li bħala pajjiż niggarantixxu lill-persuni li qegħdin joperaw fil-kummerċ, billi niggarantixxu wkoll l-isem li taħtu jkunu qegħdin jagħmlu l- kummerċ.", "F'dan id-dawl wieħed jifhem iktar kemm huwa importanti li nestendu l- fruntieri li fuqhom it-trademark ikollha kemm jista' jkun ftuħ u applikazzjoni.", "Għax iktar ma tippermetti reġistrazzjoni ta' trademarks ta' l-ismijiet li taħthom bniedem jidħol fin-negozju, iktar ikun aħjar sija għan-negozjant kif ukoll biex jespandi iktar il-binarju sħiħ tar- reġistrazzjoni.", "Fil-fatt, fuq dan il-binarju, jekk wieħed jaqra s- subartiklu 4(6)(ċ) isib li:", "\"trademarks\" huma dawk li jikkonsistu esklussivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu fil-kummerċ biex ifissru x-xorta, kwalita', skop intiż, valur, oriġini ġeografika, żmien ta' produzzjoni ta' oġġett jew ta' għoti ta' servizzi jew karatteristiċI oħrajn ta' oġġetti jew servizzi.\"", "Imbagħad fid-(d) hemm dan li ġej:", "\"... li jikkonsistu esklussivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li saru konswetudinarji fl-ilsien mitkellem jew fl-użanzi bona fide u stabiliti ta' dan il-kummerċ\".", "Minn dan jidher li a paragun ta' dak li kien hemm qabel qegħdin nerġgħu nestendu l-konfini tat-trademarks u f'dan id-dawl wieħed ma jistax ma jaqbilx, peress li r-reġistrazzjoni ta' l-isem tal-kummerċ hi fattur tajjeb ħafna u ta' valur kbir.", "Aħna bħala avukati, diversi drabi nsibu lilna nfusna nagħmlu kuntratti bejn nies fin-negozju, fejn wieħed jittrasferixxi l-isem.", "Issa tajjeb niftakru li mhux kulmin jaħdem għandu dan il-gwadann, dan il- privileġġ li jista' b'mod indirett isir rikonoxxut.", "Jiġifieri jekk jiena ġej minn familja ta' avukati, ta' tobba inkella ta' periti, dak ikun fatt magħruf fost il-Maltin u lili jista' jagħtini krettu; u għalkemm uħud jistgħu jinkarigaw lil dak il-perit, tabib, eċċ., jew minħabba l-fama tal- familja inkella minħabba l-ħila tiegħu, pero' dan qatt ma hu reġistrabbli.", "Jiena qatt ma nista' nirreġistra trademark ta' avukat, avolja ilni naħdem f'dan is-settur.", "Dan hu dritt mogħti biss fil-kummerċ proprju minħabba l- bżonn tal-krettu.", "Għalhekk jeħtieġ li wieħed jipproteġi tajjeb dan il- krettu u jinnota li l-protezzjoni mogħtija minn din il-liġi hija sodisfaċenti, tajba u tabbina ruħha sew fuq żewġ kampi dak ċivili u dak kriminali.", "Interessanti wkoll din fid-dimensjoni li aħna qegħdin inħarsu lejn l-aspett ta' kreazzjoni ta' dritt minn xi ħaġa intelletwali, għax peress li meta jsir dan wieħed ikun qed joħloq isem u b'hekk il-ħidma tiegħu tgħaqqad żewġ affarijiet flimkien.", "Għadna kemm spiċċajna niddibattu l-liġi l-ġdida tal-copyright u ftit wara din il-liġi se niddiskutu l-liġi li għandha x'taqsam mal-kreazzjonijiet industrijali.", "F'din id-dimensjoni tajjeb li npoġġu ftit bil-qiegħda fl- istadju ta' kumitat u naraw x'difiża tajna lil min jikser il-copyright, x'difiża qegħdin nagħtu lil min jidħol fuq l-affarijiet tal-kummerċ u x'difiża se nagħtu lil min jikser affarijiet ta' proprjeta' industrijali.", "Dan qed ngħidu għax wieħed isib li dħalna verament fil-fond u sa qbiżna l- konfini mhux biss ġeografiċI tagħna imma anke l-konfini legali, peress li għall-ewwel darba fil-copyright qed indaħħlu l-kunċett ta' dak imsejjaħ punitive damages.", "Mhux biss, imma fil-liġi tal-copyright għandna wkoll il- possibbilta' li l-qorti tikkundanna lil min jikser il-copyright u ġġiegħlu jħallas multa, indipendentement mid-danni.", "Interessanti wkoll li wieħed jikkonsidra li meta xi ħadd jikser il-copyright il-qorti tista' tagħmel either or, pero' meta għandek ksur ta' dak li aħna sejjaħna \"dritt morali\" il-qorti tista' tgħaqqad iż-żewġ affarijiet.", "Huwa punt fundamentali fi kwalunkwe settur industrijali li jkun applikat dak li jissejjaħ il-kunċett ta' l-uniformita' tal-liġi.", "Miegħu mbagħad għandek ukoll il-kunċett ta' l-uniformita' fl-applikazzjoni tal-liġi.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq l-uniformita' fl-applikazzjoni tal- liġi imma dwar il-fatt li l-kunċett legali li hemm abbraċċati fil-liġi għandhom ikunu uniformi.", "Għax mhux sewwa li f'parti mil-liġi għandek interpretazzjoni mod u f'parti oħra għandek interpretazzjoni mod ieħor.", "Dan huwa żball li kien sar taħt id-Dritt Ruman, meta wieħed kellu problema biex jiddentifika x'inhu l-kunċett tal-culpa fir-responsabbilta' tan- negliġenza.", "Hemm diversi trattati dwar il-kunċett ta' l-uniformita', li kien applikabbli kemm fil-liġi kuntrattwali kif ukoll fl-aspetti partikolari tagħha, jiġifieri d-distinzjoni bejn ċerti kuntratti bħal mutuum, commodatum, depositum u pinium u dak li għandu x'jaqsam mar- responsabbilta' kuntrattwali fl-aspett tad-delitti jew ta' ħsara.", "Huwa importanti li f'dan il-binarju wieħed jara x'protezzjoni qegħdin nagħtu lil dawn is-setturi, għax it-tlieta li huma għandhom ħtieġa partikolari u għalhekk wieħed ma jistax iħares lejhom bħala kompartamenti magħluqa, li wieħed jidħol fihom imbagħad joħroġ minnhom, għax il-kunċett ta' formazzjoni fil-liġi tagħna huwa kunċett sħiħ.", "Wieħed irid jara wkoll jekk dan l-abbozz jistax jiġi rfinut aktar fejn tidħol id-diċitura bil-Malti - għalkemm irrid nammetti li dan l-abbozz ta' liġi huwa ferm iktar feliċi minn dak li għandna dwar il-copyright jew il- patent law, għal dik li hi traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti - għax niltaqgħu ma' kliem ġdid bil-Malti li qatt ma smajna qabel.", "Mhux biss imma wieħed isib xi jgħid ukoll dwar il-kostruzzjoni tas-sentenzi magħmula minn min għamel it-traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti.", "Dan qed ngħidu mhux b'xi preġudizzju imma għax skond il-liġi ta' l-interpretazzjoni huwa t- test Malti li għandu l-prevalenza, b'danakollu wieħed jistenna li t-test Malti u dak Ingliż għandhom jaqblu bejniethom.", "Kellna esperjenza abbastanza fejn liġijiet li ġew promulgati hawnhekk meta imbagħad waslu fil- qrati ma sabux applikazzjoni, għax altru x'nifhmu aħna hawnhekk u altru l- liġi fiha nnifisha biex tkun applikata mill-imħallfin.", "Għaldaqshekk wieħed għandu jara bir-reqqa kollha li t-test Malti jkun ċar u jiftiehem sewwa.", "Jiena niddejjaq meta nara lil min jaħseb li l-lingwa Maltija ma tipprestax ruħha biex tagħmel traduzzjoni tajba tas-sinifikati kollha li hemm bżonn fil-liġi.", "Bir-rispett kollu, aħna ilna mill-1930 napplikaw il-lingwa Maltija fil-qrati u fis-sentenzi tagħna, u wieħed irid jgħid li kull darba sibna mod tajjeb kif nesprimu ruħna u nifhmu u nfiehmu lil xulxin kemm bejnietna l-avukati kif ukoll avukati u imħallfin.", "Imma huwa importanti wkoll li min jaqra l-liġi u ma jkunx legali - għax ma jkunx avukat - dan ikun jista' jifhimha xorta waħda.", "Hawn nixtieq ngħid kelma dwar artiklu 5, fil-konfront ta' dak li kien hemm oriġinarjament fl-1905.", "Dak iż-żmien kien importanti ħafna li wieħed jipproteġi l-emblemi tar-Reġina, tal-Prinċep ta' Wales u insignia kollha.", "Miniex ngħid li dan m'għadux importanti pero' ta' min jikkonsidra u jistaqsi: Huwa possibbli li xi ħadd ta' reputazzjoni, xi ħadd ta' affidament, jingħata l-possibilita' li jipproduċI l-emblema ta' Malta għal skopijiet fil-kummerċ?", "Hawn min jiġbor ċerti items partikolari minn Malta li fuqhom wieħed ikun jista' liberament jagħmel arma ta' Malta mingħajr ma jnaqqsilha ġieħha u fl-istess ħin jagħti l-possibilita' lil xi ħadd fil- kummerċ li jiġġenera x-xogħol u l-impiegi bl-użu ta' din l-emblema?", "Per eżempju, f'Malta jiġu ħafna turisti, li minnhom ikun hawn diversi kollezzjonisti, nies li jġemmgħu mhux biss bolol u lighters imma elf ħaġa oħra.", "Hawn wieħed ma jippretendix li l-Istat Malti jew il-President tar- Repubblika jidħlu f'din id-dimensjoni u f'dan it-tip ta' kummerċ, pero' dan ċertament jista' jkun a source of income għall-Istat Malti.", "Għalhekk din il-ħaġa ta' min jikkonsidraha.", "Interessanti wkoll ir-referenza għal \"l-Arċisqof Kattoliku Ruman ta' Malta\", kif inhi miktuba fit-test Malti.", "Din ta' min iqabbilha ma' dak li hemm fit-test Ingliż: \"The Roman Catholic Archbishop of Malta\".", "Oriġinarjament din daħlet hekk fil-liġi tagħna, billi dak iż-żmien kien hemm il-kwestjoni politiko-reliġjuża u allura ma daħalx il-kliem: \"Archbishop of Malta\" imma \"Roman Catholic\", u aħna ttraduċejnieha f'\"Arċisqof Kattoliku Ruman ta' Malta\", traduzzjoni li wieħed jixtieq li saret aħjar.", "B'danakollu hi ħaġa flokha ħafna li din il-liġi qiegħda tkun dibattuta f'din il-leġislatura.", "Hemm diversi punti oħra ta' interess, fosthom li t-trademark issa għandha validita' ta' għaxar snin flok 14-il sena, kif oriġinarjament kienet.", "L- 14-il sena huwa wkoll wirt l-Att ta' l-1905 ta' l-Ingilterra.", "Issa aħna qegħdin inniżluha għal għaxar snin, ovvjament bil-possibilita' li wara wieħed jista' jerġa' japplika għal għaxar snin oħra.", "Naturalment il-qabża kbira f'dan il-kunċett għandha x'taqsam mar-reġistrazzjoni attwali tat- trademark.", "Wieħed irid jgħid li fuq dan il-binarju qed nagħmlu avvanz kbir.", "Qabel kulmin kien jipprova jagħmel reġistrazzjoni tat-trademark kellu uġigħ ta' ras, minħabba l-mekkaniżmu tal-liġi u l-burokrazija li kien ikollu jidħol fiha.", "Kellek xahrejn u, kemm-il darba kont issib lil xi ħadd bi skopijiet ħżiena, dan seta' jostakolak faċilment fil-kummerċ.", "Issa qegħdin nipproteġu lin-negozjant onest billi ma nħallux lil ħaddieħor jużurpalu mill-ġid li jkun irnexxielu jagħmel bil-ħila tiegħu jew ta' missirijietu.", "Qegħdin nagħmlu wkoll li wara r-reġistrazzjoni, wieħed għandu perijodu ta' ħames snin jekk irid jikkontestak.", "Pero' irridu noqogħdu attenti għax il-qrati tagħna żgur li se jħarsu lejn dan Iż-żmien biex jaraw jekk huwiex ta' natura ta' preskrizzjoni, ta' dekadenza jew jekk kemm-il darba huwiex ta' natura sui generis.", "Għax kemm-il darba hu wieħed ta' preskrizzjoni, allura jekk wieħed jibgħat ittra uffiċjali jista' jinterrompi l- preskrizzjoni?", "Jew x'jiġri kemm-il darba wieħed jibda proċeduri mbagħad jabbandunahom?", "Ikollu jerġa' jagħmilhom?", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li wieħed tajjeb li jiddefinihom ħalli jkun hemm uniformita' fil-kunċetti tal-liġi.", "Hawnhekk, barra milli inti qed tagħti l-possibilita' lil min irid jintervjeni bil-liberta' fin-negozju, qed tagħti wkoll affidament internazzjonali b'saħħtu.", "Dan huwa source of income għal pajjiżna kemm minħabba r-reġistrazzjoni, kif ukoll minħabba l-aspetti legali l-oħra li huma naxxenti minn din il-ħaġa.", "Għaldaqstant b'mod ġenerali din il-liġi issa qiegħda tieħu impetu, qiegħda tieħu saħħa ferm ikbar, barra milli qiegħda tidħol fil-kamp li wieħed jistenna u fl-istess waqt qiegħda tagħmel użu minn makkinarju Malti u internazzjonali.", "B'hekk iktar nies jistgħu bil-liberta' kollha u mingħajr biża' jidħlu fin-negozju għax iħossuhom ċerti li l-isem tagħhom mhux se jiġi abbużat minn ħaddieħor.", "F'din id-dimensjoni wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' dawn it-tip ta' liġijiet.", "Naturalment wieħed jrriżerva li jagħmel xi tibdiliet, dejjem jekk dawn ikunu possibbli.", "Imma in ġenerali din hija liġi ta' min ikompli jsostniha, isaħħaħha u jdaħħalha fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, ħadt pjaċir nisma' b'attenzjoni lill- abbli ħabib u kollega tan-naħa l-oħra, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li mar lura anke fuq il-korp Ġustinjanu.", "Għandu raġun jgħid li aħna kważi nħossuna daqsxejn offiżi li minn tradizzjoni kontinentali qegħdin nidħlu b'mod rapidu għal proċeduri Anglo-Sassoni; grazzi għal dan il-gvern Nazzjonalista.", "Naturalment kif qal tajjeb l-Onor.", "Membru, l-iżvilupp fil- kummerċ mhux dejjem tista' twaqqfu.", "Meta tara l-iżvilupp li seħħ f'dawn l-aħħar mitt sena, tara li l- Konvenzjoni ta' Pariġi ħalliet influwenza qawwija fuq il-kummerċ, kummerċ li kien immexxi u ddominat mill-komunita' Lhudija, li anke kellhom il-marki partikolari tagħhom, kemm f'dik li hija manifattura, f'dawk li huma servizzi bankarji u fi kwalunkwe qasam kummerċjali ieħor.", "Tajjeb niftakru wkoll li f'nofs dan is-seklu kellna żvilupp politku ikraħ li anke wassal għal gwerra mondjali, gwerra li kienet primarjament intenzjonata kontra l- kummerċ qawwi li kellhom f'idejhom il-Lhud.", "Fil-fatt jekk wieħed jidħol fil-fond ta' dan kollu, bħalma għamel l-abbli kollega, isib li anke kif żviluppaw il-konvenzjonijiet kien hemm raġunijiet politiċi li wasslu għal ċerti deċiżjonijiet.", "Għalhekk kif diġa' stqarrejt barra minn din il-Kamra, din mhijiex xi ħaġa daqshekk sempliċi li niġu hawn u ngħidu li naqblu ma' dak kollu li hemm f'dan l-Att, qisha xi ħaġa li għandha tkun approvata awtomatikament.", "Sur President, il-kunċett tal-marki fil-kummerċ għadu fl-iżvilupp tiegħu u hemm kurrenti kbar bejn dak li qed jiġri l-Ewropa u dak li għaddej fl- Amerika.", "Xejn m'hu faċli fil-gwerra li għaddejja fuq il-computer software, gwerra li oriġinat mill-Istati Uniti - hawnhekk issemmew ditti bħal Apple u Macintosh - u l-Ewropej u l-Amerikani qegħdin jagħmlu minn kollox biex jippruvaw jipproteġu l-prodotti rispettivi tagħhom, pero' hemm diverġenzi kbar kif se jaslu għal dan.", "Jien diġa' rriferejt għal dan meta konna qegħdin niddibattu l-liġi tax-xandir u wrejt kif l-Amerikani qed jiddominaw is-suq Ewropew.", "Kulħadd jaf bil-ġlieda kbira li hemm fl- organizzazzjoni internazzjonali tad-WTO.", "Hawn jeżistu problemi kbar bejn pajjiżi żviluppati u pajjiżi oħra iktar żviluppati minn oħrajn, bħalma hi l- Amerka.", "L-Istati Uniti ta' l-Amerika ġustament iħossuhom aktar komdi mill- Ewropej, għax anke l-mod kif l-Amerikani jagħmlu l-kummerċ bejniethom f'dak il-kontinent, ċertament li huwa ħafna iktar feliċi mill-mod kif tagħmel il- kummerċ l-EU ma' l-istess pajjiżi li huma fil-club tagħha u ma' oħrajn li għandhom xi forma ta' relazzjoni ta' assoċjazzjoni, bħalma għandha Malta.", "Issa meta tara u taqra l-abbozz ta' liġi dwar it-trademarks tgħid: Isma', aħna qegħdin naħsbu ahead?", "Se nkunu f'pożizzjoni li dak li qegħdin naqblu dwaru, se jkun ta' ġid u fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi?", "Qegħdin nipproteġu dak li bnejna mas-snin fejn jidħlu t-trademarks, biex l- iżvilupp kummerċjali jkun biżżejjed protett?", "Jew qegħdin nagħmlu hekk illum għax qegħdin inħossuna iktar komdi li dak li għandna nagħmlu, nagħmluh malajr imbagħad wara jiġri li jrid?", "Jekk din hija l-attitudni, allura rridu noqogħdu attenti għax hawn ħafna artikli fil-liġi li 'l quddiem jistgħu joħolqulna problemi kbar.", "Il-kunċett kollu huwa marbut mal- kummerċ.", "Kull ħaġa li qegħdin nitkellmu fuqha llum, inkluż il-liġi li s- segretarju parlamentari se jressaq dwar il-patents, kollox huwa interlinked, kemm il-copyright, it-trademarks u anke l-industrial property.", "Fil-fatt meta saret il-liġi fl-1901 jew fl-1902, l-ordinanza kienet tindirizza dak kollu li ħareġ mill-Konvenzjoni ta' Pariġi, għaliex dak iż- żmien dik kienet l-unika konvenzjoni li wieħed seta' jimxi fuqha bħala mudell.", "Fl-abbozz ta' liġi li hawn quddiemna hemm riferenza għal żewġ konvenzjonijiet partikolari, ċioe' l-Konvenzjoni ta' Pariġi, li ovvjament tagħmel riferenza għall-intellectual property, u mbagħad għandek il- protocol ta' Madrid ta' l-1989, li jitkellem primarjament fuq ir- rikonoxximent u r-reġistrazzjoni tat-trademarks ta' dawk il-pajjiżi li huma parti mill-konvenzjoni.", "Pero` m'hemmx riferenza fil-liġi għall-mod kif taħsibha l-Unjoni Ewropea meta tapplika d-direttivi tagħha bħal, ngħidu aħna, fil-każ ta' artiklu 36, meta jkun hemm problema bejn persuna li jidhrilha li għandha ċerti drittijiet ta' proprjeta' fuq reġistrazzjoni ta' trademark u persuna oħra f'pajjiż ieħor ikun irid idaħħal prodott simili li jista' jkun qed jikkompeti jew inkella jkun qiegħed viċin ta' l-isem tal- prodott magħruf.", "Wieħed mill-famużi każi huwa dak tal-kafe' HAG, li oriġinarjament kien ta' sidien Belġjani - fl-aħħar gwerra dinjija lil dik is-soċjeta' kienu ssekwestrawlha l-ġid kollu tagħha, għaliex Hitler daħal kullimkien u ma waqqfu ħadd - u l-HAG minn marka Belġjana saret marka Tedeska.", "Fl-1945 spiċċat il-gwerra u bdew jinqalgħu problemi bejn is-sidien oriġinali u l- kumpannija li żviluppat fil-Ġermanja, iżda dak iż-żmien il-ħsieb ewlieni fost il-politiċi Ewropej kien kif se jagħmlu biex iwaqqfu għaqda li tieħu ħsieb l-interessi tagħhom fejn jidħol il-faħam u l-azzar.", "Għaldaqstant biex ma tiġġieled ma' ħadd l-EEC, il-forerunner ta' l-EU, meta ġiet biex tapplika d-direttivi tagħha qalet: Isma', dan għandu dritt jinbiegħ daqskemm għandu dritt jinbiegħ l-ieħor u ħallew lil kulħadd b'dak li ħa!", "Hawn nixtieq infakkar li aħna bħala Maltin, mill-ftit li għandna rnexxielna nissopravvivu u bix-xogħol tagħna rnexxielna naslu fejn wasalna.", "Meta wieħed jistudja l-iżvilupp tal-kummerċ f'pajjiżna jinduna li għamilna żvilupp kbir.", "Grazzi għall-ġid soċjali, grazzi għall-Universita' ta' Malta, grazzi għal dan il-parlament u għall-partiti politiċi, aħna dejjem ħarisna 'l quddiem biex nagħtu lill-kummerċ spinta pożittiva, anke f'oqsma li qatt ma konna naħsbu li aħna bħala Maltin konna kapaċi niżviluppaw.", "Jekk nieħdu s-servizzi li qed joffri pajjiżna, is-servizzi li joffru soċjetajiet Maltin, naraw li dawn huma ta' kwalita' tajba u anke superjuri għal dak li joffru soċjetajiet li huma diġa' stabiliti f'pajjiżi oħra.", "Per eżempju, jekk nieħdu s-servizzi li joffru diversi firms ta' avukati hawn Malta, insibu li dawn huma ta' livell għoli paragunat ma' firms oħra legali barranin.", "Jien għall-bidu din ma kontx nemminha iżda meta mbagħad mort barra u rajt b'għajnejja rapporti legali li jaslu minn different firms, indunajt kemm aħna qegħdin verament fi xkaffa 'l fuq.", "Din hija xi ħaġa pożittiva, u l-istess fil-qasam finanzjarju u f'kull tip ta' servizz.", "Qed ngħid dan għaliex qed nitkellmu fuq trademarks li issa se jinkludi l-qasam tas-servizzi, u rridu nżommu quddiemna li dak li bnejna hemm bżonn li nipproteġuh.", "Hawn tajjeb li ngħidu li l-protocol ta' Madrid jitkellem ħafna fuq l- aspett proċedurali iżda ftit li xejn jitkellem kif se nsaħħu l-produzzjoni għal pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Qed ngħid hekk mhux biex nikkritika l-liġi per se imma fl-interess ta' pajjiżna għax aħna rridu nibqgħu neżistu.", "Aħna rridu naraw li kulma nagħmlu, barra li jrid ikun bi skop tajjeb, irid ukoll jgħin 'il pajjiżna biex jimxi 'l quddiem.", "Għaliex kulmin qiegħed f'dan il-parlament, sija min ikun fil-gvern u sija min ikun fl- oppożizzjoni, għandu jħares 'il quddiem u mhux lura.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti għal dawn il-konvenzjonijiet.", "Mill-informazzjoni li għandi, meta sar il-protocol ta' Madrid, Malta l-anqas biss ħadet parti.", "Mhux talli ma rratifikatx u ma ffirmatx imma talli lanqas biss kienet ħadet sehem fid-dibattitu u fil-preparamenti li saru.", "Ara meta saru konvenzjonijiet li fihom Malta pparteċipat bis-sħiħ, mhux talli tajna sehemna imma talli anke daħħalna kunċetti li huma fl-interess ta' pajjiżi żgħar.", "Per eżempju, meta nħolqot l-organizzazzjoni biex tipproteġi s-sigurta' u l-koperazzjoni fl-Ewropa, kienet Malta li daħħlet il-kunċett tal- Mediterran biex jiġu protetti d-drittijiet tal-pajjiżi ż-żgħar.", "Nistgħu ngħidu li llum dan il-kunċett insibuh inkorporat f'diversi konvenzjonijiet u protokolli marbutin mas-sigurta' ta' l-Ewropa u l-Mediterran - dan kollu grazzi għall-Partit Laburista ta' dak iż-żmien, u lkoll kemm aħna bqajna mexjin 'il quddiem - imma fil-każ tal-protocol ta' Madrid m'hemm xejn li jgħid li pajjiżi żgħar bħal Malta jistgħu jkollhom oriġini ta' trademarks, li fuqhom ikun jiddependi ħafna l-pajjiż partikolari meta dan jiftaħ is-suq tiegħu ma' barra.", "Issa aħna ser ningħataw din il-protezzjoni jekk xi darba nkunu membri sħaħ fil-European Union?", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nistaqsi lilkom għaliex din hija l-politika tagħkom.", "Issa qegħdin tgħidu - anke inti għedtha fl-introduzzjoni tiegħek mingħajr ma ridt – li rridu naraw ukoll li nimxu għal dawk l-obbligi li ovvjament Malta jkollha tissottometti ruħha għalihom meta tkun tifforma parti mill-European Union.", "Għalhekk aħna mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni qegħdin naraw li f'pajjiżna għandna żvilupp ta' trademarking li huwa differenti minn dak Ewropew.", "Aħna differenti mhux fis-sens proċedurali iżda fil-protezzjoni li dejjem tajna lill-kummerċ ħieles Malti.", "Meta se niftħu dan kollu, meta issa se ngħidu li l-ministru jista' jagħmel regolamenti – u jien qed nagħmel riferenza għall-istess Att, għal li dak kollu li hemm fil-protocol ta' Madrid, sabiex it-trademark Maltija tista' tiġi rreġistrata fit-territorju ta' contracting parties oħra - bħala protezzjoni kulma se jkollna huwa dak li hemm miktub fil-konvenzjoni u fil- protocol.", "U hawn ma teżisti l-ebda riferenza għall-fatt li pajjiżi żgħar jeħtieġ ikollhom aktar protezzjoni mill-pajjiżi l-kbar.", "Fi Franza, jekk xi ħadd jagħmel kawża kontra l-Vodafone, ngħidu aħna, id-daqqa li jista jieħu ma tkunx daqstant kbira minħabba li hemm oħrajn jikkompetu u hemm oħrajn li jipproteġu l-kummerċ, imma kieku kellu jsir l-istess lil xi prodott made in Malta jew kontra whatever trademark reġistrata Malta u nitilfu l-kawża, id-daqqa tagħna tkun tinħass aktar u tħalli effetti iżjed negattivi.", "Ta' min ifakkar ukoll li waħda mill-ikbar kawżi li kellha ditta famuża tal-mediċina Svizzera kienet meta xi ħadd ried jibdel isem - minn, per eżempju, \"semin\" għal \"siemen\" - il-Qorti Ewropea ddeċidiet li tapplika artiklu 36.", "Għalhekk importanti li nħallu l-kompetizzjoni kompletament ħielsa.", "M'għandniex daqshekk problemi bejn isem u ieħor, għax wieħed hu b'saħħtu u l-ieħor naqra inqas b'saħħtu.", "Sur President, ċertament li aħna naqblu mal-liġi imma li qegħdin ngħidu huwa li għandna nagħmlu ħilitna kollha biex nipproteġu dak kollu li huwa Malti għaliex huwa fl-interess tagħna li nżommu t-tradizzjoni tal-kummerċ li s'issa dejjem kellna.", "Aħna minn dejjem irnexxielna, grazzi għax-xogħol tajjeb li għamel u li għadu jagħmel il-poplu Malti, li nkunu tajbin fil- kummerċ, speċjalment f'dak marittimu.", "Malta għandha a very good name f'dak li huwa shipping u mhux biss fix-shipbuilding imma fis-servizzi kollha li jmorru max-shipping - illum għandna saħansitra wkoll iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ minħabba n-name li bnejna matul iż-żmien - imma f'dawk li huma servizzi ġodda u allura qegħdin nitkellmu fuq kunċetti ġodda, bħal fejn jidħol id-design u s-servizz ta' xi intrapriża, hawnhekk irridu noqogħdu attenti li dak li bnejna ma nħottuhx malajr minħabba xi żvilupp legali mgħaġġel.", "Naturalment importanti ħafna li wieħed jimxi ma' l- iżvilupp pero' b'ċerta kawtela u attenzjoni kbira biex ikun protett kif inhu xieraq.", "Mr Speaker, qegħdin nitilqu minn qafas legali ta' xeħta kontinentali, imma b'daqshekk ma jfissirx li għaliex dejjem konna kontinentali dejjem konna korretti.", "Hawnhekk qegħdin ħafna avukati u lkoll nafu li ċerti prinċipji kontinentali mhux dejjem iwasslu għal ġustizzja vera.", "Ngħidu aħna, kif jiġu pproċessati proċeduri ċivili fil-qrati Ingliżi, barra li huma spediti huma wkoll iktar korretti.", "Wieħed irid jifhem ukoll li mhux bilfors għaliex qegħdin immorru minn aspett kontinentali għal dak Anglo- Sassonu ifisser li qegħdin nagħmlu xi pass perikoluż, anzi jien ngħid li din hija neċessita'.", "Min-naħa l-oħra iżda ma rridux mbagħad nersqu wisq lejn kunċetti ultra liberali, għaliex meta tersaq iżżejjed lejn politika li jkollha qafas legali ultra liberali, wara jistgħu jinħolqulek forzi kbar fil-kummerċ li jagħmlu ħsara lil xi pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Allura huwa meħtieġ li l-forzi tal-kummerċ ikunu ddixxiplinati.", "Tajjeb li jkollok l- option li tista' tmur għalihom kollha pero' l-interess ta' pajjiżek jitlob li jkollok il-protezzjoni meħtieġa.", "Għalhekk jien ikkritikajt b'mod oġġettiv il-konvenzjoni u l-protocol li qegħdin nitkellmu dwarhom - u naħseb li l-messaġġ wassaltu ċar - u li jagħmel riferenza għalihom dan l- Att innifsu.", "Jekk wieħed jara x'qed jiġri fl-Ewropa jsib li 11-il sena wara, mill-1989 sal-lum, tant sabu difetti f'dan il-protocol li ħassew il-ħtieġa li f'April li ġej jerġgħu jiltaqgħu f'seminar biex jiddiskutu s-sistema nnifisha ħalli jaraw x'tibdil hemm bżonn li jsir.", "Ser jaraw hemmx bżonn li ssir overhaul tas-sistema, jekk hemmx bżonn li jwessgħu jew inaqqsu l-marġini f'dak li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni internazzjonali tal-marki, u ovvjament ser jaraw ukoll jekk marka li tiġi rreġistrata fil-kamp internazzjonali għandhiex dejjem tingħata għaxar snin, bħalma s'issa dejjem ingħatat, bil- possibilita' li wara terġa' tiġġedded.", "Għaliex qed isir dan kollu?", "Għaliex l-iżvilupp fil-kummerċ, speċjalment fil-qasam tas-servizzi, f'dak tal-computer software u tal-programmi, kif ukoll fil-qasam ta' l- intellectual data, tant qed ikun kbir li llum ħadd ma jista' jagħti garanzija ta' protezzjoni li ttul għaxar snin, għalkemm fil-fatt hekk għandu jkun.", "Jekk persuna tikkrea servizz fejn dik it-trademark partikolari jkollha ċerta portata fil-ħajja tal-kummerċ, bilfors trid timxi magħha u ħadd ma jista' jżommha lura milli tkompli miexja, anke jekk dak is-servizz ikun viċin xi ħaġa diġa' reġistrata.", "Dawn huma kunċetti li meta wieħed jidħol f'dan il-kamp jibda jinduna għaliex isir hekk, għax hawn qegħdin nitkellmu fuq investiment.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, fost ħwejjeġ oħra, qal li l-kummerċ huwa mibni fuq il-krettu - u allaħares ma jkunx hemm il-krettu għax kieku ma jkunx hemm kummerċ - iżda jien insostni li primarjament il-kummerċ jinbena fuq l-investiment u ħafna mit-trademarking huwa investiment qawwi għax kumpanniji kbar jinvestu l-miljuni biex joħorġu trademark.", "Għalhekk it- trademark hi marbuta fiha nnifisha mal-kummerċ meta tiġi reġistrata, għaliex anke l-istess Att jitkellem fuq bejgħ ta' trademark.", "Jien nista' nbiegħ trademark lil xi ħadd u dan hu tip ta' trasferiment.", "Nista' wkoll inċedi d-drittijiet minn fuq dik it-trademark għal fuq trademark oħra.", "Pero' min-naħa l-oħra mhux sew li min ikun qed jagħmel dak l-investiment kollu fuq it-trademarking ma jsibx il-protezzjoni meħtieġa fuq dak l- investiment.", "Mr Speaker, wieħed ma jridx jinsa l-anqas li n-negozju nnifsu joħloq l-istess trademarking u allura wieħed irid jara anke l-istess ġenwinita' wara t-trademark.", "Nieħdu l-kumpanniji l-kbar.", "Fl-1977, meta ditta rinomata kienet għamlet kawża kontra kumpannija oħra farmaċewtika, il-Qorti Ewropea qalet: Isma' jien se nibqa' nipproteġi t- trademark sakemm ma jirriżultalix li l-importazzjoni ta' oġġetti oħra bi trademark simili tkun qiegħda fiha nfisha toħloq restrizzjoni jew li tista' toħloq restrizzjoni ta' kummerċ bejn il-pajjiżi membri.", "Jiġifieri sakemm is-sistema tal-market għal dawk il-prodotti adottati minn proprjetarju ta' ċerta trademark partikolari ma tkunx qed tinvolvi dak li jgħidulu artificial partitioning tas-suq, allura kollox sew.", "Għax il-kunċett Ewropew huwa differenti minn dan li tlaqna bih illum.", "Il-kunċett Ewropew huwa kompletament liberali f'dik li hija kompetizzjoni.", "Kemm-il darba jkollok ir-repackaging - hawn ta' min jiftakar li kull prodott ikollu l- packaging tiegħu - u dan ma jaffetwax il-kondizzjoni tal-prodott, ma jimporta xejn.", "Dan japplika wkoll meta l-proprjetarju ta' dik it-trademark jirċievi prior notice li huwa jkun se jdaħħal fis-suq prodott b'repackaging differenti; jew inkella jkun hemm indikat fil-packaging il-ġdid ta' l- istess prodott li dak m'huwiex in replacement of imma qed jieħu post il- packaging ta' prodott ieħor.", "Dawn huma kollha kunċetti li tant wessgħu l- protezzjoni tat-trademark, speċjalment f'dan il-każ partikolari, li joħolqulek uġigħ ta' ras.", "Jien qed ngħid dan għaliex hemm differenza bejn kif konna fl-1900, meta mxejna mal-Konvenzjoni ta' Pariġi, u llum meta f'pajjiżna l-kummerċ miexi tajjeb.", "Qed nirriferi dwar il-kummerċ bl-iktar mod miftuħ, kif il-Malti b'mod ġenwin u ġenjali rnexxielu joħloq dan it-tip ta' kummerċ.", "Irridu noqogħdu attenti għax dawn huma problemi ta' pajjiżi żgħar li jidħlu fl- arena ta' l-iljuni.", "Għaliex hawn m'intix dieħel ma' pajjiżi bħalek bi problemi bħal tiegħek u allura hemm ċertu bilanċ f'dik li hija protezzjoni.", "Iżda l-gvern Nazzjonalista jidher li at all costs irid idaħħalna fl-għalqa ta' l-iljuni, u fl-għalqa ta' l-iljuni trid jew għallinqas tkun iljun bħalhom inkella jkollok lil xi ħadd li jgħidlek: Isma' jien se nagħtik il- protezzjoni li tenħtieġ!", "Mr Speaker, jekk dwar artiklu 47 se ngħidu li hemm ukoll affarijiet internazzjonali - qed nagħmel riferenza għall-bureau internazzjonali dwar il-protocol ta' Madrid - u li dak kollu li hemm f'dan il-protocol huwa kollu tajjeb għalina ...", "Jien għandi d-dubju tiegħi kemm hawn min verament daħal fl-aspetti kollha tiegħu, li lilna jolqtuna sew bħala pajjiż żgħir, bħal per eżempju il-protezzjoni tat-trademarking Maltin u l-fees li jridu jitħallsu.", "Għax kemm għandna kumpanniji li jirnexxilhom b'xi mod iwasslu t-trademark tagħhom u jirreġistrawha f'dan il-bureau, li wara kollox għandu d-diskrezzjoni hu, mhux Malta, li jiffissa l-fee li applikant irid iħallas biex ikollu international registration?", "Mela jekk il-fee hi qawwija u pajjiżna huwa żgħir, allura aħna għandna nħallsu daqskemm iħallas, per eżempju, wieħed li għandu trademark Franċiża, fejn is-suq tiegħu huwa ferm ikbar u ferm qawwi minn tagħna?", "Qiegħed nistaqsi għax fil-protocol din ma rajthiex.", "Xi ħadd jista' jgħidli jekk il-protocol ta' Madrid hux se jgħid li għal pajjiż żgħir bħal Malta bi 300,000 jew 400,000 ruħ, il-fee biex tirreġistra trademark ħalli tinżel f'dan l-international bureau hija tali u allura flok jeħdulu, modo di dire, Lm10 jeħdulu Lm1, għaliex filwaqt li hawn għandna 400,000 ruħ fi Franza hemm 50 miljun ruħ?", "Għalhekk hu difettuż dan il-protocol għaliex f'Malta r-reġistratur tat-trademark għandu standard fee għal kulħadd.", "Dan ifisser li l-problema tagħna hija differenti.", "Veru li 'l quddiem dejjem nistgħu niddiskutu din il-materja fi stadju ta' kumitat biex wieħed jara x'jista' jagħmel, pero' ma naħsibx li dan jista' qatt isir la darba kollox jinsab diġa' lest, għax jekk se tidħol għall-protocol ta' Madrid għandek jew lump sum jew xejn.", "Ma naħsibx li aħna nistgħu ngħidulhom: Aħna nixtiequ nimxu magħkom imma ...", "(Interruzzjonijiet).", "Din mhix kwestjoni ta means test biss imma din kwestjoni ta' tariffa li tiġi mposta u nafu kemm hi qawwija.", "Per eżempju, it-tariffa li inti tħallas biex tagħmel trademark hawn Malta hija raġonevoli imma biex tirreġistraha barra - u sewwa tagħmel jekk tirreġistraha barra, għax ma jibqagħlekx xelta jekk se nkunu parti mill- European Union ...", "Inti qed tgħid li ġustament hekk għandek tagħmel, għaliex il-partit tiegħek hekk irid, li dan il-qafas legali jkun konformi ma' dak li hemm fil-pajjiżi li jinsabu fil-club tal-European Union.", "Imma allura x'xelta ser jibqagħlu l-kummerċjant Malti?", "Jekk Farsons għandu trademark tajba, per eżempju, dan għandu ċans kbir li jkun minn ta' quddiem u l-birra u s-soft drinks tiegħu jkunu internationally recognised.", "Pero' Farsons huwa b'saħħtu u jien mhux lil Farsons għandi f'moħħi imma lil kulmin għandu trademark tajba fil-qasam tal-produzzjoni.", "Allura lil dawn ma nagħtux kashom?", "F'pajjiżna għandna diversi kummerċjanti żgħar li jagħmlu xogħol tajjeb f'dik li hija manifattura tad-deheb u l-fidda, u meta l-partit tagħna kien fil-gvern kien beda jaħdem u jitfa' ħarstu lejn kif nistgħu nsaħħu l-protezzjoni għal din l-industrija u industriji żgħar bħalha.", "Aħna konna qegħdin nipprovaw naraw li noħorġu b'kunċett bħalma hemm f'pajjiżi oħra.", "Fil-Greċja, per eżempju, jekk tixtri souvenir jagħtuk ċertifikat biex inti tkun taf li għandek il-protezzjoni ta' dak l-oġġett.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Hyzler qed jaċċertani li hemm liġi oħra in the pipeline, allura dik tkun xi ħaġa pożittiva, għax hu dmir tagħna li nħarsu 'l quddiem, Mr Speaker.", "Aħna rridu naħsbu għal dak kollu li għandna bżonn għaliex il-filosofija tal-European Union hija waħda.", "Hija politika marbuta kompletament mal-kummerċ u nieqsa mill-aspett soċjali, ukoll jekk jidher li hemm moviment - dan grazzi għall-partiti soċjalisti li hemm fil- gvern fil-pajjiżi membri tal-European Union ...", "Per eżempju, Franza qegħda tinsisti li anke fejn jidħlu hobbies, bħall- kaċċa u l-insib, għandu jkun hemm trademarking, iżda meta l-Franċiżi ġew biex jaraw kif se jkomplu jiżviluppaw sabu lin-nies ta' Brussels għedduhom saħansitra bis-sanzjonijiet - issa dan pajjiż kbir u għalhekk meta Jospin mar jgħajjarhom kellu raġun - u dan aħna ma nistgħux ma nagħtux kasu, l- aktar meta niftakru li l-kunċett primarju ta' l-Unjoni Ewropea hu l- kummerċ.", "Għalhekk għandu jkollna iktar markets fejn naħdmu, iktar swieq fejn nistgħu nbiegħu l-prodotti tagħna, iktar kummerċ ħieles.", "Min-naħa l- oħra, wieħed irid jara wkoll r-ruħ soċjali.", "Għalhekk jiena qiegħed kontinwament nagħmel riferenza li aħna bħala pajjiż żgħir, kien hemm min kien hemm fil-gvern, b'xi mod dejjem rajna kif nipproteġu dak li huwa soċjali biex ma jweġġa' ħadd.", "U huwa d-dmir tagħna li nkomplu nimxu f'din it-triq.", "Iżda jiena nistqarr li ma nafx x'negozjati qegħdin isiru fuq il- kwestjoni ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għax aħna m'aħniex parti minnkom - u lanqas se ngħidulkom x'għandkom tagħmlu! - b'danakollu nifhem li tkun veru ...", "(Interruzzjonijiet ) Il-ħsieb tagħna huwa differenti, għaliex il-bieb aħna ftaħnieh u intom dħaltu u għalaqtuh!", "Imma jiena ċert li għad jiġi żmien li nerġgħu niftħuh fl-interess tal-poplu Malti.", "Tabilħaqq nippreokkupa ruħi meta nara pajjiżi kbar bħal Franza jinkwetaw u Alla jbierek Fenech Adami u l-partit tiegħu kollu qisu ma qiegħed jiġri xejn!", "Sur President, jien ngħid li min qiegħed jinnegozja għallinqas għandu jara li fil-futur Malta tkun aħjar milli hi fil-preżent.", "Jekk kulma qegħdin nagħmu huwa li qegħdin indaħħlu dan il-protocol fil- liġi tagħna, almenu qed issir ħaġa tajba għaliex huwa l-uniku wieħed minn ta' l-aħħar li jitkellem fuq international registration tat-trademarks.", "B'danakollu l-protocol ma jaħsibx għall-protezzjoni għal pajiż żgħir bħal Malta.", "Dan ifisser li jekk jiena se nkun contracting party irid ikolli l- protezzjoni tiegħi.", "Jien niftakar li meta konna ninnegozjaw fl-isfera internazzjonali - u anke intom għandkom esperjenza tagħha din - l-ewwel ħaġa li konna nitgħallmu mingħand il-leaders tagħna, kienu min kienu, kienet li għandna naħdmu fl-interess tal-poplu Malti u kulħadd kien jagħmel ħiltu biex ċerti derogi neħduhom.", "Imma hawn ma ssibx fejn tista' tieħu deroga, Sur President.", "Ara meta saru l-WIPO treaties hemmhekk sar mod ieħor għax hemmhekk għandna dritt li nieħdu moratorium ta' għaxar snin biex naraw li niġu in line.", "Imma jekk se tidħol f'dak li huwa trademarking trid toqgħod attent għaliex jekk ikollok suq ħażin jew suq li forsi kien qed jabbuża ...", "Ngħidu kif inhi, kulħadd jaf li Ruma dejjem tagħlaq għajnejha għal Sqallija - u dan ma tagħmlux b'kapriċċ - u tagħmel hekk ukoll mal- Calabria u man-naħa t'isfel ta' l-Italja kollha.", "Dan għaliex jafu li hemm isfel teżisti problema kbira ta' kummerċ, problema kbira ta' qgħad u ta' kriminalita' u allura trid tara li għallinqas kulħadd jibqa' jgħix.", "Dan ma jfissirx li aħna qegħdin ngħidu li għandna nipproteġu lil min jikser il- liġi, imma issa se jkollna ngħaddu minn fażi għal oħra u jekk irridu naslu għandna naraw li kulma nagħmlu nagħmluh gradually.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli, se jkolli ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex l- Onor. Membru jkun jista' jkompli jinstema'.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l il-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli jisntema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Mr Speaker, dan kollu wieħed irid jarah fl-interess tal-poplu Malti għaliex aħna m'aħniex ngħixu in a vacuum.", "Kulħadd jaf li aħna qegħdin f'soċjeta', nipproteġu lil xulxin kemm jista' jkun għaliex aħna poplu wieħed, poplu li jrid jibqa' jgħix, pero' ma rridux nagħmlu passi li llum jidhru tajbin imma in the long run ikunu ħżiena, jekk mhux ukoll in the short run.", "Jekk dawn ikunu fatali in the short run, allura imbagħad nistgħu ma nqumu qatt aktar minnhom.", "Jekk inti għandek kumpannija li sal- lum, 28 ta' Marzu, kienet b'saħħitha u viabbli, u on day two b'xi mod din ma tkunx tiflaħ l-iskoss li tkun ħadet, tistennix li sena wara terġa' ġġibha kif kienet qabel!", "L-istess prinċipju li l-abbli kollega semma fid- diskors tiegħu japplika wkoll għax hawn verament tidħol il-kwestjoni tal- krettu, il-krettu mhux biss li għandek ma' dak li għandu jagħtik u li xi darba se jħallsek, il-krettu li jkollok fis-suq li tidħol fih, fit- tradizzjonijiet li ma tafhomx iżda li jkollok tiffaċċahom bir- regolamentazzjoni ġdida li trid tidra u bil-protezzjoni li għallinqas għandu jkollok.", "Dan kollu huwa parti mill-proċess ekonomiku, iebes u ħaj li aħna rridu niffaċċaw, basta nużaw il-kawteli kollha meħtieġa.", "Irridu nħarsu l-kummerċ Malti billi naraw li t-tikketta \"Made in Malta\" nipproteġuha.", "Wara kollox aħna lkoll Maltin.", "L-argument kollu jdur mat-terminoloġija li nużaw meta niġu biex nirriferu għad-developed countries u developing countries, li jinsabu anke fl-Ewropa.", "Veru li l-Greċja tagħmel parti mill-European Union imma fil-Greċja qegħdin jinkisru ħafna direttivi tal-European Union biex din tkun tista' tlaħħaq ma' l-obbligi internazzjonali li għandha.", "Issa jista' xi ħadd qatt jipparaguna lill-Greċja mal-Ġermanja jew ma' xi pajjiż Skandinavu?", "Proprju għalhekk li aħna wkoll bħall-Greċja, għandna bżonn ta' protezzjoni f'ħafna affarijiet.", "M'hemmx dubju li f'dak li huwa trademarking, f'dak li huwa kummerċ, aħna rnexxielna niżviluppaw sew f'dawn l-aħħar snin, partikolarment f'dawn l-aħħar 20 sena, iżda dan għamilnieh b'mod kawt.", "Nieħdu l-kummerċ modest mal-pajjiżi ġirien ta' l-Afrika.", "Hawn xi ħadd f'din il-Kamra li jgħid li we can do without l-investiment Libjan?", "B'danakollu jekk ċerti ditti b'rabtiet ma' investiment Libjan jitilfu din il-protezzjoni, il-probabbilta' hi li dan l-investment nitilfuh.", "Għalhekk xorta waħda jinħtieġ li nibżgħu għalih ħalli nżommuh, inkella jistgħu jinħolqu problemi kbar f'dan ir-rigward.", "Mela nkisser u naqta' l-irjus biex ngħid xi darba jkolli xi ħaġa aħjar!", "Qed ngħid dan kollu għaliex meta nara l-liġi ninduna li ma tantx fiha wisq taħbil il-moħħ għax kulma fiha huma ħwejjeġ proċedurali.", "Iżda qabel nagħlaq dan il-punt nixtieq ngħid li hu importanti li dejjem naġixxu in good faith, fl-interess tal-poplu Malti.", "Tajjeb li wieħed jifhem li t-trademark tista' tibqa' tiegħek u tista' wkoll tinsteraqlek - u tista' tinsteraqlek mhux għaliex xi ħadd jgħidlek: Isma' t-trademark tiegħek se neħodhielek għaliex tiegħi hija isbaħ jew għaliex intlaqgħet aħjar - għax għalkemm jista' jkollok suq dejjem protett għat-trademark partikolari, xorta waħda ma tkunx tiflaħ għalih; u allura ħaddieħor jidħol bi trademark viċin tiegħek, din tiġi aċċettata u inti tispiċċa fix-xejn, qisek qatt ma tkun eżistejt.", "Din hija xi ħaġa li almenu fil-prinċipju għandna naqblu magħha lkoll, naqblu magħha għax nemmnu kollha kemm aħna fl- interess tal-poplu Malti.", "Mr Speaker, meta niġu għal-liġi nnifisha, ninnutaw li f'artiklu 2 ta' l- Att li jitkellem fuq it-trademarks, fejn qabel taħt il-liġi antika konna nsibu kif jingħarfu ċerti oġġetti, issa qegħdin indaħħlu l-kunċett li diġa' semmejt, dak dwar \"servizz ta' xi intrapriża\".", "Iżda meta ngħidu servizz ta' xi intrapriża, dan jew mhux implikat fl-artiklu inkella m'hux imfisser ċar.", "Hawn qegħdin nirriferu għal kull tip ta' servizz?", "Jiġifieri għandna servizz and any other service, jew ċerti tipi ta' servizzi biss?", "Jiena naħseb li dan wieħed irid jiċċarah meta niġu għall-istadju ta' kumitat.", "Fil-fehma tiegħi hawn qegħdin ninkludu kull tip ta' servizz li kumpannija, soċjeta' jew persuna ġuridika tista' tirreġistra bħala trademark.", "Issa artiklu 6 jgħid li t-trademark m'għandhiex tkun reġistrata jekk tkun identika ma' trademark oħra - dak huwa ovvju - imma l-linja ta' dimarkazzjoni, il-linja li titlaq minnha, se tibqa' dejjem konformi mal-mod kif iddeċidew il-qrati tagħna?", "Għaliex mill-qrati tagħna matul is-snin ħarġu diversi sentenzi interessanti li jġegħluk tgħid: Jiena din naċċettaha għax mhix se tħawwad lil persuna li se tixtri milli tagħraf trademark minn oħra, għax mhijiex daqshekk viċin tat-trademark l-oħra.", "Imma jekk kemm-il darba ndaħħlu l-kunċetti li semmejt, il-kunċetti ġodda li qegħdin joħorġu minn deċiżjonijiet iktar riċenti u li huma ħafna aktar liberali minn deċiżjonijiet li s'issa ħadu l-qrati tagħna, x'ser nagħmlu?", "Jiena naħseb li s'issa għandna nibqgħu mexjin ma' dak li ġie deċiż mill- qrati tagħna, pero' 'il quddiem jekk pajjiżna se jibqa' jkollu lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern, imbagħad allura jkollna nimxu mal-linja li tagħtina l-Unjoni Ewropea.", "U lkoll nafu li s-sentenzi tal-qorti ta' Brussels huma ħafna iktar liberali mis-sentenzi tal-qrati tagħna.", "Dan mhux qed ngħidu b'nuqqas ta' rispett, anzi jiena nemmen li s'issa - u naħseb li dan jaqbel miegħu kulħadd - il-qrati Maltin dejjem qagħdu attenti li jipproteġu l-kummerċ Malti u dak kollu li għandu x'jaqsam miegħu.", "Hemm diversi każi - u naf li s-segretarju parlamentari jaf bihom għax kien jaħdem f'dak il-kamp - li meta tħares lejhom tifhem li filwaqt li fl-Ewropa l-kunċett tat-trademarking baqa' hemm, imma l-linja li tieħu l-Ewropa hi aktar liberali u mhux dejjem tkun ta' ġid għal pajjiż bħal tagħna.", "Din tista' tkun ta' ġid għal Franza u għall-Italja imma ċertament mhux għal Malta.", "Għalhekk irridu niddistingwu.", "Aħna niftakru tajjeb kemm fil-passat il-Partit Nazzjonalista kien jattakka l-politika tal-Partit Laburista meta darba ried jew full integration ma' l-Ingilterra jew indipendenza mill-Kuruna Ingliża.", "Issa jekk m'aħniex ser nipproteġu dak kollu li għandna għax se nkunu nifformaw parti minn assoċjazzjoni, u f'pajjiżna jibda jkollna mhux McDonald's biss imma minn kollox - u jekk xi Malti jfittillu jagħmel bħall-McDonald's, ara ma jersaqx biss lejn l-isem ...!", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma dawk huma affarijiet tajbin biss fil-kunċett.", "Inti trid tara li dak kollu li nbena matul is-snin ma tħarbtux u għaldaqstant xi forma ta' protezzjoni jrid ikollok.", "Il-kwestjoni tal-kunsens imbagħad hija waħda akkademika, imma fl- istess ħin hija kwestjoni interessanti għaliex il-liġi tgħid li ħadd ma jista' jżomm ir-reġistrazzjoni tat-trademark meta l-proprjetarju tat- trademark preċedenti jagħti l-kunsens tiegħu għar-reġistrazzjoni.", "'Il quddiem hawnhekk jista' jkollna żvilupp illi persuna li jkollha a good trademark Maltija, tista' tinnegozjaha lil xi kumpannija barranija.", "Il-probabbilta' hi li hekk se tkun għax ma tantx nista' nifhem kif Malti jista' qatt jixtri trademark barranija, għax jekk tara l-franchising issib kemm illum dan huwa għoli.", "Jekk tieħu l-McDonald's, li qed joperaw hawn Malta, il-cut tal-franchising fees tagħhom hija qawwija ħafna.", "Fuq turnover ta' Lm10 miljun, għandek Lm2.5 miljun jew Lm3 miljun li qegħdin imorru bħala franchising fees.", "Kemm għandna soċjetajiet Maltin illi huma kapaċi jħallsu dawn it-tipi ta' fees, jew inkella aktar minn hekk jibilgħu trademark barranija?", "Jekk xi ħadd qed joħlom li jixtri l-Gucci bħala soċjeta' - żgur mhux Anġlu Farrugia għax lanqas biex nixtri biss ċintorin ma nasal - ma nafx kemm jista' jirnexxielu għax il-probabbilta' hi li l- Gucci jixtru l-leather goods li jipproduċi xi ħadd mir-Rabat, u li għandu trademark reġistrata Malta.", "Mela dan l-artiklu qiegħed hemm għax it is customary fil-kummerċ li d-drittijiet jingħataw on an equal footing, fis- sens li jekk jien nista' nixtri inti tista' tbiegħ.", "Hawn allura tidħlu intom li qegħdin tinnegozjaw ma' l-Ewropa.", "Intom għandkom tirrealizzaw li meta jidħol dan il-bidding u dan il-kummerċ bejn pajjiż u ieħor, f'dak li huwa trademarking jistgħu jinħolqu xi problemi.", "Jekk ngħidu aħna t- trademarks tagħna jixtruhom it-Taljani - għax jista' jkun hemm xi kumpanniji kbar li jinteressaw ruħhom f'Malta and they buy us out - aħna x'se jibqgħalna?", "Jien qed nistaqsi dawn id-domandi għax qegħdin hemm, Sur President.", "Per eżempju, jekk tieħu l-Konvenzjoni ta' Pariġi ssib li din ma kenitx titkellem fuq dawn il-kunċetti wiesgħa li issa daħlu fil-konvenzjonijiet li ġew wara d-direttivi l-ġodda ta' l-Ewropa.", "L-Ewropa qaltilkom ċar fl- acquis communautaire biex timxu eżatt ma' dak li hu stabilit.", "Iżda meta tara kif ħadmu pajjiżi oħra ...", "Per eżempju, jekk tieħu l-Lussemburgu, pajjiż żgħir bħal tagħna li kien jagħmel parti mill-ewwel sitta, dawk kienu għamluha ċara peress li kellhom l-industrija tal-ħadid, illi bħala pajjiż żgħir kienu intitolati għal ċerta protezzjoni u fil-fatt kienu ġabuha żewġ.", "Għalhekk intom li qegħdin tinnegozjaw għandkom taraw li tipproteġu l- affarijiet li għandna għax anke fit-trademarking, il-kunċett tal- protezzjoni huwa importanti ħafna.", "Jiena nifhem li l-kumpanniji tagħna, kbar kemm huma kbar, meta tikkomparahom ma' dawk ta' pajjiżi oħra, fejn għandek soċjetajiet li jagħmlu l-istess ġeneru ta' xogħol, ma nafx kemm tista' tibqa' tqishom bħala kbar.", "Jekk nieħdu l-birra ta' Farsons u nqabbluha ma' dik li għandhom fi Sqallija - għax dawn ukoll għandhom il- birra tagħhom - issib li l-investiment tagħhom huwa għaxar darbiet akbar minn dak ta' Farsons.", "Allura jiena xi darba nista' nimmaġina li Farsons, per eżempju, xi darba jista' jixtri t-trademark ta' Sqallija?", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti.", "L-effetti negattivi li jista' jkollu s-suq tat- trademarking wieħed irid jarah u l-ministru jrid jara li meta jagħmel regolamenti - għax hu għandu s-setgħa li jagħmilhom - f'dak li għandu x'jaqsam mar-rifjut ta' trademarking jew negozju, għandu għallinqas isib mezz kif jipproteġI dak li għandna.", "Sur President, imbagħad hemm il-kwestjoni tal-qerda ta' l-oġġetti u trid tara x'tista' tagħmel meta jkun hemm proċedimenti ta' kontravenzjonijiet.", "Għax jista' jkollok persuna li t-trademark tagħha tant tkun viċin ta' trademark oħra li tagħmlilha ħsara, u allura jibdew il-proċeduri kontra tagħha.", "Issa l-qorti ċivili tista' tordna l-qerda ta' kollu li jkun inbiegħ jew tornda li jitneħħa dak is-sinjal.", "Il-qorti tista' tordna wkoll illi l-profitti li jkunu oriġinaw mill-bejgħ ta' dawk il-prodotti li allura kienu suġġetti għall-qerda, jgħaddu għand il-persuna konċernata.", "Mil-lat legali hawn għandna żvilupp interessanti, kemm min-naħa ta' kunċett kriminali kif ukoll min-naħa ta' dak ċivili.", "Taħt Kap 29, fejn tidħol il- protezzjoni tal-proprjeta' industrijali, kien hemm artiklu ad hoc li jitkellem fuq proċedura kriminali li tista' tittieħed kontra persuna li tkun qed tabbuża mill-bejgħ ta' prodotti bi trademark mhux reġistrata jew prodotti li ma jkollhomx il-protezzjoni ta' dik it-trademark.", "Kien hemm proċedura partikolari taħt artiklu 112, fejn il-qorti kriminali kienet tista' twaħħal lil dik il-persuna piena ta' multa jew ħabs.", "Milli jidher dak il-każ mhux se jibqa' jiġi applikat għax issa għandna prinċipju ġdid illi l-proċedura kollha għandha tmur quddiem il-qorti tal-kummerċ.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni tat-theddid, għax jien nista' nhedded persuna billi nħajjarha tagħmel xi ħaġa kriminuża.", "Skond il-Kodiċi Kriminali, meta xi ħadd jhedded huwa meqjus bħala delitt kontemplat.", "Pero' jista' jkollok ukoll każ, bħalma għandna f'artiklu 20, fejn persuna thedded lil persuna oħra bi proċedimenti meta ma jkollhiex raġun dwarhom.", "Per eżempju, persuna tista' thedded persuna oħra bi proċedimenti ta' kontravenzjonijiet dwar trademarks reġistrati; jista' wkoll ikun hemm każ dwar provvista ta' servizz taħt ċerta trademark.", "Jista' jkun hemm anke soċjeta' li jidhrilha li għandha l-protezzjoni għax it-trademark tagħha tkun reġistrata jew tkun diġa' known fis-suq.", "Hu prinċipju interessanti fil-kummerċ li trademark, reġistrata jew le, jekk tkun rikonoxxuta li tappartjeni lil persuna jew lil soċjeta partikolari, allura għandu jkollha l-protezzjoni tagħha.", "B'hekk meta jsir dan it-tip ta' theddid dan ikun prosegwibbli.", "Imma l- prosegwiment tal-proċedura tat-theddid issa ma jmurx aktar fil-kamp kriminali, kif wieħed kien jistenna iżda minflok se jibda jmur fil-kamp ċivili.", "Persuna aggravata tista' tibda proċedimenti għal rimedju ta' theddid taħt dan l-artiklu b'ċitazzjoni quddiem il-Qorti Ċivili.", "Ma tagħmilx kwerela jew rapport lill-pulizija, jew il-pulizija tagħmel kawża ex ufficcio, imma persuna tista' titlob ir-rimedju b'ċitazzjoni fil-Qorti Ċivili.", "L-istess ħaġa meta jkollok persuna li ma tkunx the sole owner imma magħha jkun hemm persuni oħra illi jkollhom proprjeta' ta' trademark partikolari.", "Jekk din il-persuna tiddeċiedi li tagħmel kawża biex titlob ir-rimedju, il-qorti tista' tordna li kulħadd jidħol fil-kawża u li jitwaqqaf il-ħlas għall-persuni involuti.", "Dan huwa kunċett innovattiv fil- proċeduri legali u narah interessanti għax nemmen li hekk għandu jsir biex issir ġustizzja, għax ladarba tkun għamilt ċitazzjoni m'għandekx tagħmel aktar spejjeż.", "U l-istess f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasmissjoni tat- trademark.", "Hija ħaġa pożittiva li kulħadd għandu lifespan twila jew qasira, jew nofsha qasira u nofsha twila, li dak li jkun jista' jħalli dispożizzjoni testamentarja t-twellija jew l-assenjazzjoni ta' dik it- trademark.", "Interessanti huwa artiklu 33, li jagħmel riferenza għad-WTO, li Malta hija parti minnha u li, kif semmejt qabel, bħalissa għaddejja minn gwerra interna.", "Aħna nafu meta s-sena l-oħra saret laqgħa f'Seattle u nafu bil- livell ta' sigurta' li kellhom jieħdu riċentement id-WTO fl-Asja.", "Għax hawn għandna battalja sħiħa ta' survival mhux of the fittest imma of the strongest u allura l-weakest se jibqa' jittewweb.", "Kulħadd jaf li pajjiżi li għadhom telgħin ma jistgħux jidħlu f'obbligazzjonijiet imposti mill- Amerika li tinsab dejjem fi gwerra ma' l-Ewropa.", "Hawn wieħed jifhem kemm trademark għandha tingħata protezzjoni.", "Wieħed irid jara li dejjem jagħmel riferenza għall-konvenzjoni tad-WTO u mhux għall-applikazzjonijiet ta' policies li għadhom qegħdin jinbnew.", "Anzi wieħed jispera li ċerti policies ma jsiru qatt realta'.", "Anke l-Qdusija tiegħu l-Papa dan l-aħħar deherlu li għandu jirrimarka dwar ir-regħba ta' dawk il-pajjiżi l-kbar li biex jibqgħu mexjin 'il quddiem jinsew lil dawk il-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw.", "Għalija dawn huma prinċipji soċjalisti, prinċipji ta' ħniena u aħna fid-dover li nipproteġuhom għax ladarba titlifhom, biex terġa' ġġibhom lura trid tagħmel gwerra, u l-gwerer m'huma tajbin għal ħadd.", "L-aħjar li naraw kif naħdmu fil-paċi u fl-istess ħin nipproteġu dak kollu li dejjem kien ta' ġid għal pajjiżna.", "B'hekk il-working article jagħmel sens f'pajjiż li jkun membru tad-WTO jew ikun parti mill-Konvenzjoni ta' Pariġi, għax bil-leġislazzjoni tiegħu jew b'xi ftehim internazzjonali dak li jsir ikun qisu sar b'mod regolari skond ix-xewqa tal-pajjiż partikolari.", "Qabel nagħlaq xtaqt ngħid li l-ministru qed jaċċertani li hemm reġistrazzjoni oħra taħt l-ewwel ċertifikazzjoni, għax hawnhekk kulma għandna huwa artiklu wieħed fuq fuq.", "Importanti li jkollna ċertifikazzjoni li tipproteġi dak li hu Malti, kif ukoll il-bandiera.", "Għax il-bandiera u l- arma ta' Malta, li semma l-Ministru Bonnici, japplikaw ukoll għall-pajjiżi l-oħra li huma parti mill-konvenzjoni, fis-sens li jiena ma nistax nuża prodott Malti bil-bandiera Franċiża jew Taljana.", "Dan japplika għal kulħadd u dawn huma affarijiet pożittivi fil-liġi inkwestjoni.", "Pero' filwaqt li naqbel ma' din il-liġi, nixtieq ngħid li l-ħsebijiet li esprimejt għamilthom bħala warning għax jidher ċar li issa l-gvern qiegħed jorbot kollox in one basket.", "Sur President, ladarba għażel din it-triq, almenu għandu jara li jipproteġi kemm jista' l-prodott tagħna, ikun xi jkun, imbasta l-kummerċ ħieles Malti jkollu safeguards għall-eżistenza tiegħu, ħalli ma nitilfu xejn minn dak li għandna.", "Dan il-gvern għandu jagħmlu għall-ġid ta' kulħadd.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, billi ma kellix l- opportunita' nitkellem fil-liġi l-oħra tal-copyright xtaqt nibda dan l- intervent tiegħi billi nifraħ lill-Onor.", "George Hyzler u ngħidlu prosit għall-ewwel u t-tieni liġi li fil-fatt qiegħed jippreżenta f'dan il- parlament.", "Is-segretarju parlamentari ħa daqsxejn għalih għax l-Onor.", "Leo Brincat qallu li l-liġi tal-copyright kienet qiegħda ssir b'ċerta għaġġla minħabba li l-liġijiet Maltin iridu jiġu in line ma' dak li tgħid l-Unjoni Ewropea.", "L-Onor Anġlu Farrugia wkoll irrimarka bl-istess mod fuq din il-liġi, imma fil-verita' l-Onor.", "Hyzler ma kellux għalfejn jieħu għalih għax fil-fatt dak li qiegħda tgħid din in-naħa tal-Kamra huwa espress proprju fl-estimi finanzjarji ta' din is-sena, fejn hemm id-deskrizzjoni tad-diversi dekasteri li jaqgħu taħt il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "Fil-parti li titkellem fuq l-industrial property office hemm miktub ċar u tond:", "\"... the new legislation on intellectual property will be enacted in conformity with EU directives as well as WTO and WIPO standards\"", "Dan juri kemm qegħdin ninsew ċerti affarijiet l-aqwa li nippruvaw nixxuttjaw il-ballun filwaqt li nilbsu ċerta maskra ħalli lill-poplu nbellgħulu r-ross bil-labra.", "L-Onor.", "Hyzler qal li anke l-Partit Laburista meta kien fil-gvern kien qiegħed jipprepara biex jemenda dawn it-tliet liġijiet imma l-verita' hi li wara 12-il sena jiggverna, il-gvern Nazzjonalista proprju issa ġietu l-għaġġla kollha biex attwalment idaħħal jew jemenda dawn il-liġijiet.", "Din il-liġi tkompli turi li l-karatteristika predominanti fix-xogħol tal-gvern hija indirizzata biss lejn kemm se nkunu konformi ma' dak li hemm fl-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bħala preambolu - għax waħda mill-aktar affarijiet li jdejquna hi proprju li noqogħdu ngħattu l-verita' - rrid ngħid li din il-liġi xorta kien jimmeritaha li wara mitt sena tiġi emendata, kif fuq kollox kellu l-ħsieb jagħmel il-Partit Laburista meta kien fil-gvern qabel Settembru ta' l-1998.", "Illum ma nistgħux naħdmu b'liġijiet ta' mitt sena ilu meta nafu li d-dinja tal-kummerċ inbidlet ta' taħt fuq fejn sar żvilupp qawwi fi prodotti u f'dawk li huma servizzi.", "Ħafna servizzi tal-lum lanqas biss kienu jeżistu mitt sena ilu.", "Sa l-postijiet minn fejn nixtru nbidel matul dawn l-aħħar mitt sena u għadu u se jibqa' jinbidel.", "Jekk qabel konna nixtru minn ħanut fl-istess triq jew inkella għal ċerti affarijiet bilfors kont trid titlaq mir-raħal fejn tkun toqgħod u tidħol il-Belt Valletta, illum ħafna mill- ħwienet fl-irħula tagħna inbidlu f'minimarkets u supermarkets, u allura m'hemmx aktar bżonn li wieħed imur il-Belt.", "F'dawn il-bidliet kollha wieħed jara li llum lanqas għandek għalfejn toħroġ mid-dar għal ċerti affarijiet, u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jiġri hekk għax permezz ta' l-internet - illum nitkellmu bl-E-commerce - tista' bi ftit tektik fuq keyboard tirċievi fuq l-għatba ta' biebek dak kollu li jkollok bżonn.", "Dan jikkonferma l-bżonn li kien hemm għall-emendi f'din il-liġi.", "Sur President, il-gvern Nazzjonalista għandu jqis dawn fiċ-ċirkostanzi reali ta' Malta u tal-fatt li d-dinja tagħna saret globalizzata fejn ma baqax aktar fruntieri bejn pajjiż u ieħor.", "Naturalment l-emendi ta' din il- liġi jridu anke jirriflettu l-kompetizzjoni kbira li teżisti, fejn għandek mijiet ta' prodotti ta' l-istess ġeneru u spread sħiħa ta' servizzi ta' l- istess attivita'.", "In-negozji jinvestu ħafna ħin u flus biex jiżviluppaw prodotti jew servizzi u jinvestu ħafna ħin u flus ukoll biex jagħmlu l- marketing tagħhom.", "Illum mhux biss li jkollok prodott tajjeb jgħodd imma jgħodd ħafna wkoll il-marketing.", "Jekk dan ma jirnexxilekx twettqu allura tispiċċa bil-prodott ma' wiċċek.", "L-istess ħaġa s-servizz.", "Mhux biżżejjed li jkollok servizz effiċjenti u servizz ta' l-aqwa kwalita', għax jekk inti mbagħad ma jirnexxilekx tbiegħ dak is-servizz ma tkun għamilt xejn ħlief ħlejt ħinek u flusek.", "Dan kollu juri l-importanza tal-marketing.", "Anzi hawn jiena nara wkoll l-importanza tat-trademarks li, kif qal ftit ilu l- Onor. Mifsud Bonnici dawn imorru lura sa meta l-laqmijiet kienu tant in voga.", "Dawn it-trademarks kważi kważi jien narahom sinonimi mal-marketing biex wieħed iwassal prodott għand il-konsumatur, għaliex trademark tagħti identita' lill-prodott jew lis-servizz tiegħek biex tħajjar lill-konsumatur jixtri.", "U hemm diversi modi kif jista' jkollok trademark, logo, identita' jew xi ħaġa li tidentifika prodott minn ieħor jew servizz minn ieħor, biex inti dejjem tħajjar lill-konsumatur jippruvah u meta jippruvah isibu aħjar minn oħrajn u allura jibqa' jixtrih.", "Illum it-trademarks daħlu fil-kultura konsumista right across.", "Barra li tagħti identita', it-trademark tintrabat ukoll mal-kwalita' ta' dak il- prodott jew servizz partikolari.", "Nafu li ħafna prodotti f'Malta - jekk nitkellmu, per eżempju, fuq toothpaste - ħafna nies jgħidulek \"pepsodent\" bl-aktar mod awtomatiku.", "Mela dik it-trademark mhux talli tat identita lit- toothpaste talli identifikat toothpaste partikolari bħala kwalita'.", "L-għan ta' din il-liġi huwa li nirrikonoxxu t-trademark bħala parti mill- assi l-aktar prezzjużi li jista' jkollha identita' kummerċjali.", "U bħal kull asset li jista' jkollha dik l-entita' dan għandu jkun protett bl-aħjar mod possibbli.", "M'hemmx dubju li din il-liġi għandha l-għan li tipproteġi lil dawn l-entitajiet kummerċjali, partikolarment it-trademark.", "Din il- liġi ddaħħalna wkoll fl-isfera internazzjonali.", "Hawn inħoss li għandi ningħaqad ma' sieħbi l-Onor.", "Anġlu Farrugia, li saħaq fuq il-bżonn li filwaqt li m'hemmx dubju li bħala pajjiż ċkejken għandna nħarsu lejn x'qed jiġri fil-kummerċ 'il hinn minn xtutna, imma fl-istess waqt ma nistgħux ninsew il-bżonnijiet tal-kummerċ u għalhekk il-protezzjoni li din il-liġi trid tagħti m'għandhiex tkun ibbażata biss fuq l-entita' kummerċjali Maltija vis-a-vis pajjiż ieħor, imma hemm bżonn li l-liġi tħares b'mod reali l-entitajiet kummerċjali f'pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għax anke f'dan is-sens ta' trademarks jiena nħoss li l- aktar li għandhom bżonn ta' safeguards huma l-intrapriżi ż-żgħar.", "Aħna għandna ħafna intrapriżi żgħar li għalihom il-kunċett tat-trademarks għadu xi ħaġa marbuta ma' big business.", "Meta għandna gvern li moħħu li dan il- pajjiż jinbela' jew li jieħu trid waħda lejn l-Unjoni Ewropea, iċ-chances huma - anke jekk tan-naħa l-oħra ma jridux jammettuha - li ċerti businesses żgħar se jkollhom jippakkjaw u jmorru d-dar, u għaldaqstant hemm bżonn ta' safeguards ċari fuq entitajiet kummerċjali żgħar.", "F'dan is-sens jien inħoss li bil-liġi biss m'aħniex se naslu.", "Se jkun hemm bżonn ukoll - forsi kieku kien hawn is-segretarju parlamentari għas-self employed, l- Onor. Edwin Vassallo kien ikun aħjar - li ndaħħlu l-mentalita' fis-self employed iż-żgħar biex dawn jifhmu li l-prodott tagħhom jeħtieġ li jkun imħares minn trademark.", "Sur President, f'pajjiżna qegħdin naraw li ċertu xogħol li qabel lanqas biss kont qatt taħseb li tqabbad barrani biex jagħmlu, issa qiegħed isir mill-barranin.", "Dawn għalija qegħdin jisirqu xogħol il-Maltin.", "Per eżempju, jekk illum triq tqabbad lil xi ħadd ibajjadlek jew jiksilek xi kamra tista' tfittex bajjad jew kaħħal Sqalli jew Għarbi.", "Dawn huma fatti li jafhom kulħadd!", "Tlaqt minn dan il-punt ta' eżempju prattiku proprju biex infiehem il-bżonn kbir li l-gvern jara li jagħmel aktar kampanji ta' awareness għas-small time businesses tagħna biex dawn jifhmu l-ħtieġa tal- protezzjoni tal-prodott jew tas-servizz tagħhom.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia semma' wkoll il-kwestjoni tal-fees tat- trademarks.", "Sadattant l-Onor.", "Hyzler staqsa: Allura f'dan il-każ ma nistgħux nagħmlu means tests?", "Jien ninkwieta meta nisma' dawn it-tipi ta' kummenti għax jekk is-small time businesses jew is-self-employed iż-żgħar jitħajru jirreġistraw trademark għall-prodott jew servizz tagħhom se jkollhom iħallsu fees fuq livell Ewropew, xi ħaġa li żgur taqtgħalhom qalbhom u nifishom.", "Dan ifisser li dawn se jiġu mċaħħda - anzi se jiġu ddiskriminati - milli jkollhom safeguards għall-prodott jew għas-servizz tagħhom.", "Xi ħaġa li xtaqt li wieħed iħares lejha bħala xi ħaġa separata mil-liġi imma m'hemmx dubju li hija importanti ħafna hija l-edukazzjoni.", "Aħna ġejna hawnhekk bi tliet liġijiet li ma' l-ewwel daqqa t'għajn qishom jidħlu f'xulxin imma fil-fatt hemm differenza bejniethom.", "Dawn il-liġijiet kollha jindirizzaw il-kummerċ għax patent hija ħaġa, trademark hija oħra u copyright hija xi ħaġ'oħra.", "Għalkemm trademark tista' tkun ukoll copyright, uħud mis-small businesses iħarsu lejn it-trademarking - almenu din l-impressjoni li jien għandi - bħala xi ħaġa marbuta ma' kumpanniji kbar.", "Għaldaqstant inħoss li rridu nimbarkaw fuq programmi edukattivi ta' awareness indirizzati lejn dawk kollha li b'xi mod għandhom x'jaqsmu mal- qasam tal-kummerċ.", "Forsi dan jistgħu jagħmluh il-gvern jew il-GRTU pero' li hu żgur hu li dan il-bżonn jinħass sewwa.", "L-aħħar punt tiegħi hu dwar il-kwestjoni tas-small-time businesses, għax anke l-ħwienet li jbiegħu ċertu ġeneru ta' prodotti għandhom ikunu aware.", "F'pajjiżna ġieli kellna a retail outlet li jbiegħ xi ħaġa u mbagħad jiftaħ ħanut ieħor li l-proprjetarju jkollu isem jew kunjomu kważi l-istess, u allura tara avviż fil-gazzetta biex dak li jkun jagħmel distinzjoni bejn ħanut u ieħor.", "Qiegħda nġib dan l-eżempju prattiku biex nenfasizza l-punt li dawn is-small-time businesses, partikolarment is-self-employed iż-żgħar, ikunu aktar konxji tal-bżonn li jħarsu lejn it-trademarking minn ċerta lenti u bħala safeguard għall-attivita' kummerċjali tagħhom.", "Issa jien xtaqt nirriferi għad-definizzjoni ta' trademark li għandna fl-abbozz ta' liġi.", "Hawn insibu li:", "\"Trademark\" tfisser kull sinjal li jista' jiġi rappreżentat b'mod grafiku u li bih jistgħu jintgħarfu l-oġġetti u s-servizz ta' xi impriża minn dawk ta' impriżi oħra; trademark tista' b'mod partikolari, tkun tikkonsisti fi kliem (inklużi ismijiet personali) elementi figurattivi, ittri, numri jew il-forma ta' l-oġġetti jew l- ippakkettjar tagħhom.\"", "Sur President, barra minn Malta ma jieqfux biss fuq l-elenku tat-tifsira tat-trademark imma jmorru 'l hinn minn dan u f'ċerti postijiet, partikolarment fl-Ingilterra, jista' jkollok trademark b'ħoss jew jingle, kulur partikolari u saħansitra anke riħa.", "Tgħiduli: Imma din kif tista' tagħmilha?", "Ma ninsewx li aħna qegħdin hawn mhux biex naraw sal-ponta ta' mnehirna imma aktar 'il quddiem.", "Jekk ħaddieħor diġa' għadda minn din l- esperjenza u ħass li d-definizzjoni legali ta' trademark għandu jiftaħha daqshekk - anke jekk wara mitt sena aħna wasalna biex nagħmlu dawn l-emendi fil-liġi tagħna - jista' jkun li entita' kummerċjali għada pitgħada tkun tixtieq li t-trademark tagħha tkun magħrufa b'kulur.", "U m'għandniex għalfejn immorru 'l bogħod għax diġa' għandna tipi ta' trademarks simili li m'humiex uffiċjali.", "Jiena semmejt il-ħoss jew il-jingle.", "Forsi mill-jingle ta' bullettin ta' aħbarijiet ma tindunax fuq liema stazzjon ikun ir-radju li tkun qed tisma?", "Mela ċerti identifications permezz tal-ħoss diġa' jeżistu fostna.", "Ejja nieħdu eżempju tal-kulur.", "Xarabank tal-linja hija safra u ma tarax bus privata ta' l-istess kulur.", "Mela bus jew coach tidentifika ruħha mill-kulur.", "Jien qed nagħti dawn l-eżempji apposta għax dawn it-tipi ta' identifications diġa' jeżistu f'pajjiżna - ovvjament s'issa għadhom ma sabux spazju legali fil-liġijiet tagħna għax sfortunatament aħna lanqas biss għadna tajna kashom meta f'pajjiżi oħrajn diġa jeżistu sew - u l-istess għar-riħa.", "Jekk tidħol fil-ħwienet ta' l- Indjani u xxomm riħa ta' inċens, anke jekk tkun b'għajnejk magħluqa tinduna li tkun dħalt f'wieħed minnhom.", "Din bħall-istorja tas-servizzi.", "Filwaqt li bil-liġi l-antika s-servizzi kienu marbuta biss mal-prodotti, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi dawn issa se jiġu koperti.", "Is-servizzi illum saru essenzjali ħafna.", "Jekk qabel kont tfittex bajjad jew plumber, illum kważi ssib kumpanniji li jagħtu servizz ta' tibjid, plumbing, elettriku, eċċ. Dan juri kemm illum is-servizzi fetħu u saru entita'.", "Issa xtaqt immur għall-punt ieħor u nirriferi għal klawsola 4(3)B li tgħid hekk: (b) tkun ta' tali xorta li tqarraq bil-pubbliku jew x'aktarx li tqarraq bil-pubbliku bħal dwar ix-xorta, kwalita' jew oriġni ġeoġrafika ta' l-oġġetti jew tas-servizz jew b'kull mod ieħor li jkun\"", "Naturalment dan qed jirriferi għat-trademarks li m'għandhomx jiġu reġistrati.", "Trademark li tista' tqarraq bil-pubbliku dwar il-kwalita' tax- xogħol jew l-oriġni ġeografika, inkella dwar is-servizzi, ma tistax tiġi reġistrata.", "Jiena nistaqsi: Imma dan kif jista' jiġi aċċertat?", "Kif se nserrħu rasna meta entita' tressaq it-trademark għand l-industrial property office jew il-kontrollur - għax jien dejjem qed nassumi li l-kontrollur se jibqa' responsabbli ta' dan kif inhu llum, jiġifieri kulma ser nagħmlu hu li nagħtuh aktar setgħat, eċċ - li kollox ikun sar kif suppost?", "Sur President, dan qiegħda ngħidu - u hawn nista' ndaħħal il-parti li kont se nitkellem aktar tard fuqha - għax b'din il-liġi l-kontrollur qed jiġi mogħti ħafna aktar setgħat u ħafna aktar xogħol peress li ftaħna s-servizzi u b'hekk ħloqna ħafna aktar affarijiet.", "Fl-introduzzjoni tal-liġi s- segretarju parlamentari lmenta li fil-fatt diġa' jeżisti volum ta' xogħol sostanzjali f'dan l-uffiċċju li jrid ikun parti mill-għodda biex il- kummerċjant jew in-negozjant ikun jista' jaħdem iżda l-kontrollur, l- uffiċċju, u l-istaff tiegħu se jkollhom l-għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħmlu evaluation ta' trademark?", "Jiena nixtieq li s-segretarju parlamentari jagħtina tweġiba għal din il-mistoqsija.", "Ħaġa oħra li tinkwetani xi ftit u għadni m'inix ċerta u kunfidenti dwarha hi li din il-liġi titkellem biss fuq il-pożittiv tat-trademarks.", "Il-bieraħ ħadt gost nisma' lil sieħbi l-Onor.", "Joe Cilia jitkellem fuq il-monopolju u naħseb li dan huwa aspett tat-trademarks li għandna ninkluduh fid- diskussjoni tagħna.", "B'daqshekk ma jfissirx li se nxejnu l-pożittiv tat- trademarks imma rridu nkunu realistiċi meta nittrattaw ċerti tipi ta' suġġetti jew oqsma.", "Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li t-trademarks f'pajjiżna jaħdmu aktar minn f'postijiet oħra, għax minkejja li aħna nixtiequ politika ta' kompetizzjoni ideali, il-fatt jibqa' li aħna suq żgħir.", "Jekk xi ħadd jiddeċiedi jdaħħal prodott minn barra u jagħmel marketing tajjeb tiegħu, anke jekk idaħħal biss żewġ containers minnu, dan kapaċi jifqa' lil pajjiżna għal sena sħiħa u b'hekk joħloq ukoll monopolju.", "L-istess ħaġa dwar it-trademark.", "Meta trademark issir qawwija ssir dominanti fis-suq.", "Hawn allura tajjeb li nifhmu l-importanza ta' l- edukazzjoni tal-konsumatur.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern emmen ħafna f'din il-ħaġa u bis- saħħa ta' ħaddiema fid-dipartiment għall-affarijiet tal-konsumatur tajniha spinta qawwija 'l quddiem.", "B'danakollu għad fadal ħafna x'jista' jsir f'dan il-qasam u ċertament hemm bżonn li jingħataw aktar riżorsi lil min qed jaħdem fuq dan ix-xogħol.", "Sal-lum l-edukazzjoni għall-konsumatur qiegħda ssir bil-bonagrazzja u bis-sagrifiċċji personali ta' ċerti ħaddiema li għandhom għal qalbhom dan is-suġġett imma dawn jinħtieġu ħafna aktar appoġġ biex dan il-qasam jiġi aktar żviluppat.", "Dan huwa wieħed mis-safeguards kontra ċerti perikli minn trademarks li għax l-entita' kummerċjali tagħhom tkun qawwija u b'saħħitha, din tista tippromwovi u timmarkitja b'mod tajjeb u allura tista' taħtaf a dominant position fis-suq.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni ta' l-enforcement li jien inħossni diżappuntata dwarha.", "Donnu f'dan il-pajjiż l-enforcement kważi ma jeżistix.", "L-enforcement jeżisti biss fuq il-karta u dan jidher anke minn mistoqsijiet parlamentari li jsiru hawn ġew.", "Għandek dipartiment tal- kummerċ li suppost jara li jsir ċertu enforcement imma b'danakollu ftit tax- xhur ilu jien staqsejt lill-Ministru Josef Bonniċi dwar xi human resource għandu dan id-dipartiment biex jagħmel ċerti investigazzjonijiet u r- risposta li tani kważi hija tad-daħk u turi li fil-fatt hawnhekk inparlaw ħafna u imbagħad dejjem naqgħu lura.", "Jekk irridu nidħlu bis-serjeta' f'dawn l-oqsma u mhux nemendaw il-liġijiet fuq il-karta biss, allura rridu mmiddu għonqna għax-xogħol biex ninvestu u nħarrġu n-nies u nagħtuhom għodda effiċjenti u strutturi ġodda ħalli dawn ikunu effiċjenti fix-xogħol tagħhom.", "Sur President, hawn inħoss li għandi nerġa' nagħmel parentesi oħra.", "Fl-estimi ġie mwiegħed li issa l-industrial property se tiġi mogħtija a new computerised system.", "Nikkwotaha eżatt ħalli nkun aktar preċiża:", "\" A fully computerised system of trademark procedures ...\"", "- ma nafx jekk hawnhekk hux qed jgħid għall-equipment jew għas-sistema -", "\" ... will be established as part of a modernisation programme for the industrial property office ..\"", "Qed nirriferi għall-hardware, għax ma jistax ikollok sistemi upgraded mingħajr hardware adegwat.", "Jekk m'aħniex se nieħdu dawn l-affarijiet bis- serjeta' inutli nemendaw il-liġijiet u nipprofessaw ħafna affarijiet favur il-konsumatur u favur safeguards lill-kummerċ.", "Din hija xi ħaġa importantissima.", "Xtaqt nagħmel riferenza ukoll għal dak li hemm f'paġna 144 dwar emblemi protetti, b'mod speċjali fejn jissemmew partikolarment il-President, l- Arċisqof, il-bandiera ta' Malta u l-emblema ta' Malta.", "Hawn nixtieq nistaqsi għaliex attivitajiet partikolari li jorganizza l-gvern u li għandhom ċerta' identita' m'humiex se jkunu protetti wkoll.", "Bħalissa qed jiġini f'rasi l-mascot li ħoloq id-dipartiment għall-affarijiet tal- konsumatur.", "Din kienet idea tajba ħafna biex wieħed jattira anke lit-tfal, ħalli l-edukazzjoni tal-konsumatur ma tkunx xi ħaġa indirizzata biss lejn in-nisa tad-dar, kif ħafna għandhom f'rashom.", "Jiena għadni nittama li jkollna ċ-ċans nitkellmu dwar dan meta jekk Alla jrid tiġi l-consumer policy f'dan il-parlament pero' nixtieq nistaqsi jekk dan il-karattru huwiex reġistrat bħala trademark.", "Dan huwa reġistrat jew tista' tiġi kumpannija u tagħmel kemxa flus billi tipproduċi dan is-soft toy?", "Għalhekk ninsisti li l-emblemi protetti b'mod speċjali m'għandhomx ikunu marbutin biss mal-President, ma' l-Arċisqof u ma' emblemi oħra uffiċjali, imma l- gvern ukoll għandu ċerta identita' u allura ċerti attivitajiet għandhom ikunu mħarsa bl-istess mod.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-setgħat mogħtija lill-ministru.", "Mill- ftit esperjenza li għandi f'dan il-parlament intbaħt li ma titressaqx liġi waħda li ma jkunx fiha xi setgħat ġodda mogħtija lil xi ministru.", "L-aħħar waħda li kellna għamlet lill-prim ministru omnipotenti fuq l-awtorita' tax- xandir!", "Jien ma nistax insib raġuni kif ċerti setgħat jintrabtu ma' min għandu r-responsabbilta' politika f'dan il-pajjiż meta aħna nafu li n- nepotiżmu huwa daqstant ħaj fostna!", "F'dan il-każ, Allaħares ikollok lil xi ħadd f'responsabbilta' politika li jitgħawweġ daqsxejn fil-qasam tal- kummerċ għax ara xi ħsara ssir.", "F'dan il-każ hemm il-kontrollur, bniedem li għandu ċerta awtonomija u naturalment ċerta integrita' fil-professjoni tiegħu u allura ma nistax nifhem għaliex ċerti setgħat se jispiċċaw f'idejn il-ministru.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Coleiro, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUĠIA: Nipproponi li l-Onor.", "Membru tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER(Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Kont qiegħda nitkellem dwar is-setgħat tal-ministru.", "Xtaqt issa nagħmel riferenza għal klawsola 17 li titkellem dwar oġġetti u materjal kontravenjenti.", "Fil-fatt sub-artiklu 2B li jgħid hekk:", "(b) l-oġġetti jkunu qed jiġu proposti li jiġu importati f'Malta u l- applikazzjoni f'Malta tas-sinjal dwarhom jew l-ippakkettjar tagħhom ikun kontravvenzjoni tat-trademark reġistrata\"", "Jien xtaqt li nagħmel punt fuq il-parallel trading.", "Illum nafu li ċerti aġenti jimportaw mill-mother company b'ċerti trademarks imma mbagħad nibdew naraw dieħel fis-suq l-istess prodott permezz ta' parallel trading.", "Hawn nixtieq li forsi s-segretarju parlamentari jgħidilna jekk fl-abbozzar ta' din il-liġi wieħed ħasibx għaċ-ċirkostanza fejn xi ħadd jiddeċiedi li jieħu l-qorti persuna għax jgħid li l-prodott partikolari li tkun qed timporta mhux awtentiku bħal tiegħu meta dan fil-fatt ikun prodott awtentiku li jkun daħal bil-parallel trading.", "Huwa veru li din il-liġi toffri rimedju imma kulħadd jaf li ġurnata tard fil-kummerċ tfisser ħafna ħela ta' flus u enerġija u għalhekk anke jekk wieħed jingħata rimedju, dak ir-rimedju xorta ma jistax jilħaq ċertu standard apparti l-fatt li jista' jkollok ċerti prodotti li jilħqu jiskadu kompletament.", "Mr. Speaker, jiena rrid nerġa' nagħmel enfasi dwar l-artiġġjanat Malti għax inħoss li l-kwestjoni tal-boll ta' l-artiġġjanat Malti hija xi ħaġa urġenti.", "F'pajjiżna għandna nies li jgħixu proprju mill-artiġġjanat pero' qed issir importazzjoni ta' prodotti inferjuri - naturalment ikunu copies tajba - li qegħdin jisirqu l-ħobż ta' din is-sezzjoni tal-poplu Malti.", "Għaldaqstant l-artiġġjanat Malti għandu bżonn kemm jista' jkun malajr ta' certification kif kien ippjanat li jsir minn gvern Laburista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, t-Tlieta 28 ta' Marzu 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari (kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Infustrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-PrivileġġI Diplomatiċi - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.). -----------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru tat-Trasport u l- Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ħmistax ilu l-awtorita' għat-trasport pubbliku flimkien mal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni organizzaw konferenza ta' ġurnata fejn id-diskussjoni ffokat fuq kif jista' jittejjeb it-trasport pubbliku f'pajjiżna.", "F'din il-konferenza ħadu sehem diversi persuni kemm Maltin kif ukoll barranin, li esprimew l-opinjoni tagħhom mhux biss dwar kif dan is-settur jista' jiżviluppa imma wkoll dwar problemi li kellhom jiffaċċjaw pajjiżi oħra u x'miżuri ttieħdu.", "B'dan il-mod kellna ċ- ċans nitgħallmu mill-esperjenza ta' pajjiżi oħra u naraw jekk dawk il- miżuri jistgħux jiġu applikati wkoll għal pajjiżna.", "Mr. Speaker, għal bosta snin it-trasport pubbliku f'pajjiżna kien jiġi pprovdut mill-karozzi tal-linja u minn dawk li kienu jissejħu privates - illum insejħulhom coaches - pero' ta' min igħid li llum it-trasport pubbliku espanda u bħala eżempju ta' dan jiena nista' nsemmi l-fenomenu li żviluppa f'dawn l-aħħar 25 jew 30 sena tal-minibuses, li jġorru tfal ta' l- iskola u ħaddiema lejn l-industrial estates.", "Dan qed ngħidu għax in-numru ta' passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku naqas sewwa - u forsi għad ikompli jonqos - pero' wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll iż-żieda fin-numru ta' persuni li jinġarru bil-minibus u bil-coach.", "Dan minħabba li numru sostanzjali ta' dawn il-vetturi qegħdin għas-servizz ta' pajjiżna u fil-preżent insibu 400 minibus ħamra u 'l fuq minn 100 minibus mill-bojod.", "Saru żviluppi wkoll rigward t-traġitti tal-passiġġieri.", "Il-coaches kienu jintużaw primarjament biex iġorru xi tfal għal xi skejjel u numru ferm iżgħar minnhom kienu jġorru t-turisti.", "Peress li n-numru ta' turisti f'pajjiżna kompla jiżdied, in-numru ta' coaches li jintużaw biex jagħtu dan is-servizz kiber sewwa.", "Dan qiegħed joħloq ċerti problemi fis-settur tal- coaches b'mod partikolari fil-mod kif dawn joperaw.", "Dan jiġri minħabba li hemm aktar minn organizzazzjoni waħda li tipprovdi dan is-servizz u kull waħda għandha l-mod differenti tagħha.", "Wieħed ma jridx jinsa jsemmi wkoll lit-turisti li jiġu fostna permezz tal-cruise liners.", "Fil-parti l-kbira tagħhom dawn jużaw kemm is-servizz tal-coaches kif ukoll dak tat-taxis.", "F'perijodu ta' ħames snin jew sitta, in-numru ta' passiġġieri li jiġu bil- cruise liners żdied bi 300%, u allura awtomatikament kien hemm żieda sostanzjali fis-servizz li joffru l-coaches u t-taxis.", "J'Alla fil-ġejjieni jkompli jkun hemm żieda f'dan il-qasam għall-ġid tas-settur kollu tat- trasport pubbliku.", "Hawnhekk, Mr Speaker, ippermettili nistqarr li għalkemm nista' nsemmi t-titjib sostanzjali li sar fis-servizz li jingħata mit-taxis u mill-coaches fil-Port il-Kbir, irrid ngħid ukoll li wieħed għadu dejjem jistenna li jkun hemm aktar titjib.", "Jiena konvint li b'aktar koperazzjoni bejn l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku u dawk li huma nkarigati mill- white taxis amalgamated u l-coaches, żgur li nistgħu nkomplu intejbu wkoll is-servizzi li jingħataw.", "Mr. Speaker, s'issa semmejt lil tal-minibuses, tat-taxis u tal-coaches, pero' ta' min igħid li l-aktar settur li jolqot il-ħajja ta' kuljum huwa s- servizz tal-karozzi tal-linja.", "Dan hu servizz li minn żmien għal żmien jiġi diskuss f'dan il-parlament u jkun hemm ukoll korrispondenza dwaru fil- ġurnali tagħna.", "Huwa servizz li skond ħafna nies jeħtieġ titjib ferm aktar qawwi minn dak li sar s'issa.", "Hawnhekk ta' min ngħid li l-eħfef soluzzjonijiet huma dawk li permezz tagħhom dan it-titjib ikun aktar viżibbli, pero' b'danakollu jiena nemmen li s-sitwazzjoni hija waħda ferm aktar ikkomplikata minn hekk.", "Fl-opinjoni tiegħi għandna bżonn neżaminaw dan is-servizz kollu kemm hu u rridu nagħtu kas kemm tas-sidien tal-karozzi tal-linja, li bir-raġun kollu jridu jaqilgħu l-għajxien sodisfaċenti, kif ukoll tal-passiġġieri li jużaw dan is-servizz.", "Mr Speaker, fl-aħħar snin f'pajjiżna bdiet tissemma d-diffikulta' tal- konġestjoni tat-traffiku.", "Forsi bil-miżuri li ħadna sal-lum dejjem wasalna għal xi tip ta' soluzzjoni pero' hawn min jantiċipa li fi żmien għaxar snin jista' jkollna diffikultajiet ferm akbar f'dan il-qasam u allura wieħed irid jara kif itejjeb is-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku b'mod li n-nies tagħmel aktar użu minnu.", "Jiena nemmen li fattur prinċipali fit-tnaqqis ta' passiġġieri f'dan is-servizz huwa li wieħed m'għandux garanzija li se jasal fejn ikun jixtieq fil-ħin stipulat.", "Fiż-żmenijiet tal-lum, il-ħin huwa fost l-elementi l-aktar importanti u għalhekk jien naħseb li l-operaturi ta' dan is-servizz iridu jaraw li l-ħinijiet jinżammu skrupolosament.", "Ħaġ'oħra importanti ferm f'dan ir-rigward hija li s-servizz irid ikun aktar reliable f'dik li hi attendenza u preżentazzjoni.", "Hawnhekk wieħed jista' jirreaġixxi mill-ewwel u jgħid li din hija responsabbilta' ta' l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku.", "Fil-fatt, fis-snin li għaddew, kemm l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku kif ukoll l-istess assoċjazzjoni tas- sidien tal-karozzi tal-linja b'mod regolari reġgħu bdew jintroduċu ammont sostanzjali ta' multi għal dawk il-persuni li ma josservawx ir-regolamenti.", "Id-diffikulta prinċipali f'dan ir-rigward hija li sfortunatament numru żgħir ta' sidien u sewwieqa ta' karozzi tal-linja xorta waħda għadhom jabbużaw, uħud minnhom b'mod regolari.", "Minħabba f'hekk qegħdin neżaminaw il- modi ta' dixxiplina li qegħdin jiġu applikati mill-awtorita' u mill- assoċjazzjoni tas-sidien biex naraw humiex konformi maż-żmenijiet tal-lum.", "Nista' ngħid li l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku flimkien mal- planning control board u l-pulizija qegħdin jaraw kif il-parti relevanti tal-motor and vehicle regulations f'pajjiżna tista' tkun aġġornata biex il- passi dixxiplinarji jkunu ferm aktar iebsa milli huma llum.", "Huwa veru li minn żmien għal żmien l-awtorita' jkollha rapporti li t-tali xufier ikun abbuża, pero' wieħed irid ifakkar li f'dan il-pajjiż isiru aktar minn 4,000 vjaġġ tal-karozzi tal-linja kuljum li bejniethom iġorru aktar minn 35,000 passiġġier.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira li minkejja l-fatt li l- ilmenti li nisimgħu u li naqraw dwarhom fil-gazzetti ikunu dejjem fil- konfront tax-xufiera, b'danakollu mhux dejjem ikun tort tax-xufier li jinqalgħu ċerti problemi u kemm aħna bħala ministeru kif ukoll l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku jkollna numru ta' ilmenti li xi passiġġieri jkunu ferm aktar minn arroganti.", "Mr. Speaker, biex inkomplu ntejbu dan is-servizz iridu jittieħdu aktar miżuri.", "Ma tkunx idea ħażina jekk minbarra l-gvern ċentrali u l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku jagħtu sehemhom il-kunsilli lokali wkoll.", "Tajjeb li ngħid li wħud minnhom diġa' għamlu numru ta' suġġerimenti li ġew implimentati jew inkella qegħdin fl-istadju li jiġu implimentati, madanakollu għad fadlilna kunsilli lokali li jew għadhom ma esprimewx ruħhom dwar il-faċilitajiet li għandhom fir-raħal jew belt tagħhom, inkella meta esprimew ruħhom dawn aktar taw idea vaga milli espressjoni ta' kif iridu jirranġaw dan is-servizz.", "Jiena naħseb li hawnhekk il-kunsilli lokali jistgħu jagħtu sehem ferm aktar qawwi minn dak li għamlu sal-lum.", "Wieħed ma jistax jippretendi li dawn jagħmlu xi surveys b'mod xjentifiku imma żgur li jistgħu jkunu f'qagħda ferm aħjar li jaraw x'inhuma l-ħteġijiet fil- lokalita' partikolari tagħhom.", "Wara l-konferenza li saret 15-il ġurnata ilu fi ħdan il-ministeru, ittieħdet id-deċiżjoni li mhux biss nibqgħu nistennew li jkun hemm ir-reazzjoni u s-suġġerimenti min-naħa tal-kunsilli lokali imma li l-ministeru jieħu l-inizjattiva li jikteb lill-kunsilli lokali kollha kemm huma biex min-naħa tagħhom b'mod konkret u fi żmien qasir iwasslu s-suġġerimenti biex imbagħad inkunu nistgħu niddiskutuhom ma' l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku.", "B'hekk l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku tkun tista' hi stess tagħmel evalwazzjoni ta' dawn il-ħteġijiet biex fejn ikun possibbli jiġu implimentati l-bidliet.", "Ċerti bidliet bħal, per eżempju, f'dawk l-ibliet u l-irħula fejn l-aħħar karozza tal-linja titlaq fit-8.30 p.m. jew fid-9.00 p.m. anke fis-sajf huma evidenti.", "Fiċ-ċirkostanzi ta' kif qegħdin jiżviluppaw l-affarijiet f'pajjiżna llum dan żgur li ma jagħmilx sens bħalma ma jagħmilx sens li nibqgħu bilfors marbutin ma' numru ta' rotot li kienu tajbin biss sa numru ta' snin ilu.", "F'dan ir-rigward tajjeb li wieħed iħares lejn il-mod ta' kif żvilippaw ċerti bliet u rħula tagħna.", "Matul is-snin sar tkabbir f'numru sostanzjali ta' postijiet u allura ma jistax ikun li nibqgħu nippretendu li s-servizz tal-karozzi tal-linja f'dawn il-lokalitajiet jibqa' dak li kien numru ta' snin ilu.", "Lanqas ma nista' nifhem l-insistenza li kważi t- traġitti kollha tal-karozzi tal-linja jridu bilfors jispiċċaw fil-venda tal- Belt.", "B'eċċezzjoni tal-venda ta' Buġibba, in-numru ta' traġitti li ma jispiċċawx il-Belt Valletta huwa żgħir ħafna.", "Jien naħseb li l-esperjenza tal-venda ta' Buġibba urietna li huwa possibbli jinħoloq ammont ta' xogħol li jkun marbut ma' areas partikolari li mhux bilfors ikollhom rabta mal- Belt Valletta.", "Għaliex, per eżempju, m'għandux ikun hemm karozzi tal-linja diretti li jwassluk miż-Żurrieq għal diversi bliet u rħula madwar dan ir- raħal?", "Għaliex minn Ħal Qormi m'għandux ikun hemm ukoll numru ta' karozzi tal-linja li jmorru Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u destinazzjonijiet oħrajn f'dawk l-inħawi?", "Dan ifisser li biex tmur minn raħal għall-ieħor kultant trid taqbad żewġ karozzi tal-linja u kieku jsir dan it-tibdil żgur li jkun hemm aktar passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja.", "Ħaġa oħra li ddiskutejna diversi drabi imma li sal-lum għadna ma wasalniex hija l-insistenza min-naħa tas-sidien li l-karozzi tal-linja jibqgħu 42 jew 46 seaters.", "Illum ġew żviluppati karozzi tal-linja li huma iżgħar imma li jistgħu jaqdu aħjar ċerti nħawi.", "Per eżempju, ma nafx għaliex in-nies li toqgħod H'Attard, Ħal Balzan u Ħal Lija bilfors trid toħroġ fil-main road li hemm jew min-naħa tar-Rabat jew inkella min-naħa tal-Mosta lejn B'Kara biex tinqeda u dan meta hemm numru ta' persuni li jkunu jridu jmorru B'Kara.", "Ma nistax nifhem għaliex is-sidien tal-karozzi tal-linja għadhom sal-lum jinsistu li bilfors il-karozzi kollha jridu jkunu tad-daqs, tal-kapaċita' u tal-wisgħa li jesgħu minn 40 passiġġier 'il fuq, bil-konsegwenza li dawn minħabba d-daqs tagħhom ma jistgħux jgħaddu minn toroq li huma pjuttost dojoq.", "Hemm bżonn li jkun hemm mod aktar dirett kif inħarsu lejn ċerti problemi.", "Għaliex, per eżempju, persuni li fis-sajf ikunu San Tumas, il-Ġnejna u l-Armier ma jsibux is-servizzi li jwassluhom f'dawk l-inħawi?", "Mr. Speaker, nixtieq ngħid kelma żgħira wkoll dwar is-servizz tal- karozzi tal-linja fil-gżira ta' Għawdex.", "Hawn ukoll għandna naraw kif inwettqu bidla fundamentali.", "Qabel xejn f'dan il-post hemm bżonn numru akbar ta' karozzi tal-linja li jagħtu s-servizz aħjar milli qegħdin jagħtu fil-preżent.", "Dan jirrigwarda l-aktar lil dawk it-turisti li jitilgħu Għawdex b'mod organizzat iżda jirrigwarda wkoll lil dawk li jitilgħu għal rashom.", "Mr Speaker, jiena nemmen li x-xogħol li sar matul ix-xhur u s-snin li għaddew b'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali u b'kollaborazzjoni aktar serja mas-sidien tal-karozzi tal-linja u ma' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku għandu jwassal biex dan is-servizz li kulħadd jitkellem fuqu pero' li rarament isiru suġġerimenti konkreti dwaru, jinbidel, jitjieb u jaqdi aħjar il-ħteġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi tal-lum u ta' għada.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla 28 ta' Marzu, 2000 fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12-30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PENSJONIJIET - AWSTRALJANI/KANADIŻI", "14860.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' applikazzjonijiet għal pensjonijiet Awstraljani u Kanadiżi tal- Maltin u l-Għawdxin f'Jannar u Frar 2000?", "Kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal dawn il- pensjonijiet?", "X'qed jikkawża d-dewmien tal-proċess ta' dawn l- applikazzjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lil Onor. Interpellant li bejn Jannar u Frar ta' din is-sena, n-numru ta' applikazzjonijiet li rċieva d-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali minn Maltin jew Għawdxin għal pensjonijiet Awstraljani kien ta' 38, filwaqt li dawk għal pensjonijiet Kanadiżi kien ta' disgħa.", "Wara li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa dwar kontribuzzjonijiet mħallsa hawn Malta u/jew, f'każ ta' talba għal xi pensjoni tad-diżabilita' rapport mill-bord mediku, dawn l-applikazzjonijiet jintbagħtu barra minnufih.", "Fil- fatt bħalissa fid-dipartiment kull ma hemm minn dawn l-applikazzjonijiet pendenti huwa madwar tmienja u li mistennija jintbagħtu dalwaqt.", "Tajjeb li jiġi preċiżat li dawn l-applikazzjonijiet ma jinħadmux hawn Malta iżda jiġu proċessati mid-Dipartimenti responsabbli mis-Sigurta' Soċjali fil- pajjiżi rispettivi.", "Għalhekk id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ta' Malta m'għandu l-ebda kontroll fuq il-proċess ta' dawn l-applikazzjonijiet barra minn Malta.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET", "14861.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-Iżvilupp (proġetti) fl- agrikoltura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bħalissa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha 218 applikazzjoni pendenti li jipproponu żvilupp fi proġetti relatati ma` agrikoltura.", "Ninsab informat ukoll li minbarra l- applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-awtorita` għandha 57 applikazzjoni għal rikonsiderazzjoni mill-ewwel deċiżjoni li kienet ta` rifjut mill-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp, filwaqt li 89 applikazzjoni qegħdin għad- deċiżjoni mill-Bord ta` l-Appelli.", "AWTORITA' TA' L-IPPAJNAR GĦALL-IŻVILUPP - PROĠETTI", "14862.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li għandha quddiemha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-Iżviluppi ta' proġetti fl- akwakultura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent l-Awtorita` ta` l- Ippjanar għandha quddiemha ħames applikazzjonijiet pendenti li jipproponu żvilupp fis-settur ta` l-akwakultura.", "Waħda minn dawn l-applikazzjonijiet qegħda għal rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni wara li ġiet rifjutata mill- Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp.", "DIPARTIMENT TAL-VAT - MULTI", "14863.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' multi li d-Dipartiment tal-VAT ħareġ matul l-1999?", "Kemm kienu jammontaw f'ċifra ta' flus globali dawn il- multi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` multi li d-Dipartiment tal-VAT ħareġ matul l-1999 bis-saħħa ta` l-artikolu 84 subartikolu (3) ta` l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud kien 548.", "L-ammont ta` multi kien ta` Lm28,900.", "VAT REGISTERED", "14864.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' VAT registered matul l-1999?", "Kemm ġew introdotti sistemi ta' multi ġodda mid-Dipartiment tal-VAT matul l-istess sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` persuni attivi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT sal-31 ta` Diċembru, 1999 kien ta` 44,855.", "Matul l-1999, id-Dipartiment tal-VAT beda jħaddem sistema ta` multi mnaqqsa f`każ ta` kompromess kif ipprovdut fl-Artikolu 84 subartikolu (3) ta` l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud.", "Id-dispożizzjonijiet ta` dan is-subartikolu japplikaw biss f`każ ta` reat minn xi persuna kontra id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (e) tal-artikolu 77 ta` l-Att li jirrigwardja l-għoti ta` fatturi jew irċevuti ta` taxxa.", "DIPARTIMENT TAL-KULTURA - AVVENIMENTI KULTURALI", "14985.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu l-avvenimenti kulturali mniedi mid- Dipartment tal-Kultura sa l-aħħar ta' din is-sena?", "Kemm huma l-flus ivvotati għal dawn l-attivitajiet separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Jannar ta' din is-sena s'issa id- Dipartiment tal-Kultura diġa` nieda numru ta' attivitajiet kulturali bħal kunċert ta' l-Epifanija, il-Karnival, il-Kanzunett għall-Ewropa u oħrajn li jsiru fuq bażi regolari bħall-cultural tours u l-Kunċerti ta' Nofsinhar.", "Informat ukoll li id-dipartiment għandu ppjanati numru ta' attivitajiet kulturali oħra fosthom:", "1) Cultural tours oħrajn 2) Francis Ebejer play writing competition 3) Underwriting of Maltese plays 4) Kunċerti ta' Nofsinhar oħrajn 5) Festival Nazzjonali ta' għana 6) Mnarja u St.John's bon fires 7) Jazz festival 8) Attivitajiet Kulturali b'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali 9) Cultural support programme 10) Maltese culture abroad", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nirriferi l-Onor.", "Membru għall-Estimi Ġenerali għas-sena 2000 li huwa fuq l-istess stil ta' dawn l-aħħar snin.", "ĊIRKEWWA - INĊIDENT FATALI", "14986.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni ta' l-inċident fatali li sar fiċ-Ċirkewwa fejn fih mietu tliet ħaddiema mid-Dipartiment tad-Drenaġġ?", "X'miżuri ġodda daħħal id-Dipartiment tad-Drenaġġ wara l-inċident imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha sejra.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, barra mill-fatt li qegħdin jittieħdu passi biex ikun jista' jinxtara aktar apparat, saru diversi laqgħat ma' ħaddiema u rappreżentanti tal-ħaddiema taħt forma ta' awareness campaign.", "Inxtara wkoll aktar ilbies li jinstab fis-suq lokali għax mhux kull ilbies protettiv jinstab lokalment.", "SKEJJEL - KAŻIJIET TA' BULLYING", "14989.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-ilmenti ta' bullying fis- sitt klassi tal-primarja tal-Baħrija?", "Jista' t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed ikun vittma ta' bullying jingħata għajnuna bħala counselling eċċ.. biex jegħleb il-problemi psikoloġiċi li qed jiġu kkaġunati lilu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-każ kien u għadu qed jiġi trattat fil- livell ta' l-iskola indikata.", "Bil-kunsens tal-ġenituri, it-tifel għandu jiġi referut lill-Guidance and Counselling Unit biex isir xogħol kemm miegħu bħala vittma u ma' oħrajn li jistgħu huma nvoluti fil-każ.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - RAZZETT", "14990.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema rziezet għandhom dritt joperaw fi Triq San Ġorġ, f'San Pawl il-Baħar?", "F'kull każ liema huwa l-indirizz ta' l- irziezet?", "F'kull każ x'permessi hemm għat-trobbija ta' l-annimali u b'liema kwantita'?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li biex inkunu iktar preċiżi nitolbu jsegwi r-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 14513.", "SKEJJEL - B'KARA", "14991.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena kemm attenda l-għalliem tal- Franċiż tal-klassi IIB ta' l-iskola sekondarja subien Vinċenzo Borg ta' Birkirkara?", "Jikkonferma l-Ministru li f'din il-klassi ħadd ma għadda mill-Franċiż fl- eżamijiet ta' nofs is-sena?", "X'se jsir biex l-istudenti jirkupraw dawn ix- xhur li tilfu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema ndikata attendiet l-iskola regolarment ħlief għal ġurnata f'Ottubru, ħamest ijiem f'Novembru u 11-il ġurnata f'Jannar u Frar meta sarilha intervent kirurġiku.", "L-istudenti tal- klassi msemmija tilfu b'kollox 13-il lezzjoni tal-Franċiż.", "Għall-Franċiż, l-istudenti tal-klassi IIB jingħaqdu ma' dawk tal-klassi IIC.", "Mill-grupp ta' 15-il student għadda student wieħed.", "Informat li minn meta marret lura wara l-operazzjoni, waqt il-lezzjonijiet tagħha, l-għalliema qiegħda tagħmel il-materjal li ma kienx sar waqt li hi kienet nieqsa.", "AIR MALTA - XIRI TA' KAROZZI", "14992.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jikkonferma l-Ministru li ħarġet tender mill-Air Malta għal kiri ta' karozzi/vannijiet?", "F'liema stadju waslet?", "Ġiet awarded, u jekk fl-affermattiv, minn min?", "Liema kienu t-tenderers li tefgħu l-offerta għal dan it-tender u x'kienu l- offerti magħmulin?", "Minn min kien kompost il-bord ta' l-għażla ta' l-offerti?", "It-tenderers kollha laħqu l-kriterji jew requirements mitluba?", "Veru li sar protest fil-qorti dwar din it-tender?", "Jekk fl-affermattiv, minn min, kontra min u x'inhuma r-raġunijiet mogħtijin minn min għamel l- appell?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma naħsibx li għandi għalfejn nikkonferma li l-Air Malta ħarġet sejħa għall-offerti għall-kiri ta` karozzi u minibuses meta l- kumpannija ħarġet avviż f`dan ir-rigward fil-ġurnali ppubblikati l-Ħadd 13 ta` Frar, 2000.", "Jiena nformat li s-sejħa għall-offerti għalqet fit-23 ta` Frar li għadda u ġew sottomessi sitt offerti.", "Dawn kienu ta` Alpine Rent-A-Car, Garden of Eden Garage, John`s Garage , Meli Car Rentals, Mexico Garage u Swallow Garage.", "Il-bord li kkonsidra l-offerti, u għażel dik ta` John`s Garage, kien kompost minn żewġ diretturi u erba` eżekuttivi tal-kumpannija.", "Ma jidhirlix li jkun prudenti li f`dan l-istadju naghti aktar dettalji meta, kif ġie mxandar fil-ġurnali, inbdew proċeduri legali fuq din il- materja minn wieħed minn dawk li tefgħu l-offerta.", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "15014.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna tfal bi bżonnijiet speċjali fl- iskejjel primarji tal-gvern u kindergartens li għandhom magħhom facilitators, kindergarten assistants?", "Kemm hemm fejn l-għajnuna hija one- to-one, u kemm hemm fejn din hija shared?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel primarji u kindergarten tal- Gvern hemm 430 tfal bi bżonnijiet speċjali li għandhom magħhom facilitator.", "Minn dawn, 250 għandhom għajnuna one-to-one, filwaqt li 180 għandhom shared help.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "15015.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'għamlet matul din is-sena skolastika l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' dwar dawk it-tfal li sal-lum huma mċaħħda mid-dritt tagħhom li jattendu l- iskola għaliex huma bla għajuna ta' facilitator?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' taħdem mill-qrib mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni bi tlett modi:", "a) billi rappreżentant tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni huwa membru kemm tal- kummissjoni kif ukoll tal-eżekuttiv tagħha:", "b) il-kummissjoni għandha rappreżentanza permezz taċ-Chairman u d-direttur tagħha fuq il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva; u", "c) permezz ta' kuntatti formali u informali bejn uffiċjali taż-żewġ naħat.", "Il-kummissjoni wżat it-tliet modi biex taħdem ħalli kull student b'diżabilita' jkollu s-support neċessarju biex hu (jew hi) jkun jista' jieħu l-edukazzjoni tiegħu li għandu dritt għaliha inkluż is-support ta' facilitator meta dan ikun meħtieġ.", "Il-mezz l-aktar użat għal dan il-għan kien il-kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni Inklussiva li kull darba li ltaqa' ddiskuta fil-fond din it-tema tant li kien hemm żmien meta kull student li kellu bżonn facilitator kien ingħatalu.", "Sfortunatament dan il-kumitat issa ilu żmien relattivament twil ma jiltaqa' u l-kummissjoni għamlet diversi rappreżentazzjonijiet biex dan il- kumitat jerġa jiltaqa'.", "Il-kummissjoni se tkompli taħdem biex il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jagħmel dak kollu possibbli biex jassumi r-responsabilitajiet kollha tiegħu ma' kull student b'diżabilita'.", "Hi se tagħmel dan billi tuża l-għodda kollha disponibbli inkluż is-saħħa tal-Liġi Opportunitajiet Indaqs pero' anke fil-limitazzjonijiet li l-kummissjoni stess għandha.", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "15016.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li bħalissa mhux jattendu skola regolarment għax mhumiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa minħabba l- bżonnijiet speċjali tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa hemm sebat itfal fil-kindergarten u ieħor fil-primarja li mhumiex jattendu skola għaliex għad m'għandhomx l- għajnuna meħtieġa.", "Informat ukoll li hemm erbat itfal oħra li għadhom ma ġewx assessjati.", "WIED IL-GĦAJN - XOGĦLIJIET", "15072.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Marzu, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-job \"Construction of Pavement at Triq iċ- Ċervjola, Marsascala\"?", "Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?", "Xi rwol kellu f'din l-approvazzjoni s-Sur Joe Magro li għandu responsabbiltajiet għolja fis- central districts office?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li fi żmien l-amministrazzjoni Laburista preċedenti, l-Kunsill Lokali ta' Marsascala kien iddeċieda li jiksi bit-tarmak sitt toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu.", "Bħala parti minn dan il-proġett kellhom jitranġaw ukoll il-bankini.", "Peress li l- ispiża kienet ġejja għolja, l-kunsill lokali kien talab l-intervent tal- Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, l-Onor.", "Charles Buhagiar, li min-naħa tiegħu kien approva li x-xogħol tal-bankini kellu jsir mit- Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Triq iċ-Ċervjola kienet waħda minn dawn is-sitt toroq.", "Dak li sar mill-Uffiċċju Ċentrali tad-Distretti kien biss it- twettieq tax-xogħol approvat mill-gvern preċedenti.", "Il-persuna msemmija fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Kap ta' l-Oppożizzjoni ilha mill-1997 tieħu ħsieb dan l-uffiċċju.", "Ma kellu l-ebda rwol mhux normali fit-twettieq tax-xogħol imsemmi, ħlief li jara li jitlesta xogħol li kien diġa' nbeda fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Ix-xogħol li sar is-sena l-oħra, u li kif diġa' għedt kien kontinwazzjoni tax-xogħol mibdi taħt l-amministrazzjoni preċedenti, sewa b'kollox Lm984.91.", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - NON COUNCIL TASKS", "15073.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-jobs approvati f'Marzu, 1999 mit-taqsima tax- xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ta' xogħol bħala Non Council Task?", "Fejn saru?", "Fiex kien jikkonsisti?", "Kemm ġew jiswew?", "Liema minn dawn il-jobs strettament jaqgħu taħt il-kompetenza tal-kunsilli lokali rispettivi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR SAN LUQA - KAŻI TA' OVERDOSE", "15083.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni b'overdose fil-casualty ta' St Lukes Hospital?", "Meta daħlu?", "Kemm kienet l-eta' tagħhom?", "Minn liema lokalita' kienu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jista` l-Onor.", "Interpellant jindika eżatt minn meta sa meta jrid ikun jaf kemm daħħlu pazjenti fil-casualty b'overdose.", "Sadanittant nirriferih għad-domandi parlamentari numri 3552, 3704, 12966 u 13022.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POSTIJIET", "15084.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mill-Housing Department lill-individwi?", "Jista' jgħid f'liema lokalita' kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qassam 3797 post mill-1988 'l hawn.", "Dawn kienu f'lokalitajiet diversi madwar Malta kollha.", "ANZJANI - BORMLA", "15085.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad hemm postijiet battala fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "Jista' jgħid kemm hemm anzjani fil-preżent u minn fejn huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fid-Dar ta' l-Anzjani Bormla hemm 69 residenti u għad baqa' 9 postijiet vojta li se jimtlew dalwaqt.", "Ir-residenti li hemm fid-Dar ta' Bormla huma minn dawn il-lokalitajiet:", "Bormla 33 Birgu 6 Qormi 2 Tarxien 2 Paola 5 Zabbar 2 Kalkara 5 San Gwann 1 Ghaxaq 3 M'Scala 2 Fgura 1 Pieta' 2 Isla 2 Sta.", "Lucia 1 Luqa 1 Floriana 1", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex tiġi eżentata l-possibbilta' li jsir użu ta' ċerti spazji biex jiżdiedu n-numru ta' anzjani li jkunu residenti.", "SAĦĦA - SIRINGI", "15086.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm persuni li jabbużaw mid-droga ħadu siringi miċ-ċentri tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fiċ-Ċentri tas-Saħħa jinżammu rekords tan-numru ta` siringi li jingħataw lil dawk il-persuni li jabbużaw mid-droga u ma jinzammux rekords tal-persuni li ħadu siringi miċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Figuri dettaljati tan-numri ta` siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa lil dawk il-persuni li jabbużaw mid-droga ingħataw f`risposta għall- mistoqsija parlamentari numri 12863, 11705 u 8062", "VRT", "15087.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm weħlu persuni mill-VRT test minn mindu beda jsir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li minn mindu beda jsir il-vehicle roadworthiness test sad-29 ta` Frar, 2000 kien hemm 5104 vetturi li weħlu fl-ewwel test.", "Bosta minn dawn għaddew mit-tieni test, wara li jkunu saru t-tiswijiet neċessarji.", "SAĦĦA - PILLOLI OUT OF STOCK", "15088.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn pilloli bħalissa li huma out of stock fl- ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pilloli li kienu out of stock fit-22 ta` Marzu, 2000 fl-ispiżeriji tal-gvern huma skond kif jidhru fuq il-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IRZIEZET", "15104.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm irziezet liċenzjati fil-gżejjer Maltin?", "X'tip ta' bhejjem, annimali u tjur jitkabbru f'dawn l-irziezet u kemm hu l-ammont f'kull kategorija?", "F'liema lokalita' jinsabu dawn l-irziezet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - PELICAN LIGHTS", "15105.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li x-xogħol diġa' approvat għall- installazzjoni ta' pelican lights f'Siġġiewi Road, Ħaż-Żebbuġ (ART & DIST RDS/6) jsir malajr kemm jista' jkun peress li din it-triq hi traffikuża ħafna u toħloq periklu kbir għal kull min ikollu bżonn jaqsamha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol fuq l-istallazzjoni tal- pelican lights huwa l-ħin kollu għaddej mid-dipartiment, u x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant qiegħed f'din il-lista biex jiġi esegwit.", "Ix- xogħol ta' dan it-tip bilfors irid isir waħda wara l-oħra peress li hemm xogħol ta' trinek, elettriku, bankini, ħaddieda u ta` senjalazzjoni li kollu jrid jimxi id f'id.", "ENEMALTA - APPLIKAZZJONI NRU.", "A83/2000", "15106.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni għall-elettriku A83/2000 li saret aktar minn xahrejn ilu tiġi pproċessata u l-applikant jingħata s-servizz peress li din il-persuna se tiżżewweġ ix-xahar id-dieħel u ma tistax tidħol fir-residenza tagħha mingħajr dan is-servizz essenzjali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-applikazzjoni bir-riferenza numru A83.2000 hija biex jinghata d-dawl f`garaxx u mhux f`residenza.", "Għandi għax naħseb li l-persuna li qed jirriferi ghaliha l-Onor.", "Interpellant mhux sejra toqgħod f`garaxx meta tiżżewweġ ix-xahar id-dieħel.", "Madanakollu, ninsab informat li s-servizz mitlub ġie pprovdut fit-23 ta` dan ix-xahar.", "PULIZIJA - KAŻ TL/G/16/95", "15112.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija konċeda l-permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' fruit juices and squashes fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15091.", "PULIZIJA - KAŻ TL/G/16/95", "15113.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija kkonċeda l-permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' smoking requistes fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15091.", "PA - KAŻ 4690/93", "15114.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93, konċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta'smoking requistes fiż-żona hemm indikata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15091.", "PULIZIJA - KAŻ TL/G/16/95", "15115.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija konċeda permess numru TL/G/16/95 għal manifattura u bejgħ ta' natural waters by bottle fi żona residenzjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15091.", "PA - KAŻ 4690/93", "15116.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-permess 4690/93 kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' natural waters by bottle fiż-żona hemm indikata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15091.", "PA - KAŻ 4690/93", "15117.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' permess 4690/93 kkonċeditx permess għal manifattura u bejgħ ta' ravjul fiż-żona hemm indikata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 15091.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - RIĊEVIMENTI", "15133.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati riċevimenti mill-ministeru jew id-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "F'liema okkażjoni ġew organizzati dawn ir-riċevimenti u kemm ġew jiswew flus?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mill-1 ta' Jannar, 2000 ġew organizzati erba' riċevimenti fil-Ministeru għall-Ambjent.", "Dawn kienu:", "1.", "Mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent konness mas-seminar li kien sar Malta - MAP CAMP - Inception Workshop - 3-4 ta' Frar 2000.", "In-nefqa totali kienet ta' Lm327.60.", "2.", "Sar riċeviment fl-10 ta' Jannar 2000 li għalih kienu mistiedna l- ħaddiema kollha, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-kuntratturi li taw sehemhom fil-Proġett ta' l-\"Arts Centre, St. James Cavalier\".", "In-nefqa kienet ta' Lm1449.50.", "3.", "Mis-Segretarjat Permanenti fl-okkażjoni ta' tmiem l-impjieg ta' wieħed mill-ħaddiema.", "In-nefqa kienet ta' Lm86.20.", "4.", "Sar ukoll SITM Seminar bejn l-24 u l-25 ta' Jannar 2000.", "In-nefqa kienet ta' Lm145.67.", "WEAPONS ADVISORY BOARD - MEMBRI", "15134.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinformani dwar minn huma l-membri tal-Weapons Advisory Board?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "15135.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm tressqu persuni li qorti mill-1995 sal-lum dwar korruzzjoni jew attentat ta' korruzzjoni fl-isport?", "F'liema attivita' sportiva kien kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat il-Pulizija ma ressqet lil ħadd quddiem il-Qorti dwar dak li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "15136.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-familja li kienet tgħix f'post ikkundannat ingħatat post alternattiva, jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tgħix fis-sular ta' isfel ta' dan il-post ikkundannat, tingħata hi wkoll post alternattiv, jew iserħulha rasha minn kull periklu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni indikata li ġiet imdaħħla fil-15 ta' Diċembru, 1999 qed tiġi kkonsidrata, pero' l-post fejn toqgħod l-applikanta ma jirriżultax li hu bil-periklu.", "Forsi aktar jaqbel li tapplika ma' l-Awtorita' tad-Djar biex tirranġah.", "BIRGU - KLABB TAR-REGATTA", "15137.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14962?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nikkonferma li dawn l-aħħar snin kien ingħata lill- klabb tar-Regatta tal-Birgu permess temporanju, fuq ir-responsabbilta` tal- Kuratur, sabiex għal żmien ir-Regatta ta' l-31 ta' Marzu jużaw parti mill- Mużew Marittimu sabiex jiffaċilitalhom l-aċċess għall-korsa għal waqt it- taħriġ.", "Informat li din is-sena l-permess ma' setax jingħata peress li l- imsemmi post ġie ppreparat biex jilqa' fih u jsir il-konservazzjoni u restawr ta' kanun antik u rarissimu li nstab dan l-aħħar fil-baħar.", "Barra s-sigurta` ta' l-oġġett imsemmi, l-proċess ta' konservazzjoni u restawr jirrikjedi ċerta kawtela u kontroll assolut.", "Ta' min wieħed isemmi li fil- post in kwestjoni tinsab maħżuna kollezzjoni ta' dgħajjes antiki u vetrini tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Is-Segretarjat Parlamentari flimkien mal-Kumitat Regatta Nazzjonali u s- Sindku tal-Birgu ippruvaw isibu soluzjoni temporanja (permezz ta' 'containers' li jassiguraw sigurta`) u bdew jaħdmu sabiex din il-problema tissolva b'mod permanenti, għall-ġid tal-Klabb tar-Regatta tal-Birgu.", "Fil- fatt ġiet ippjanata laqgħa fuq il-post sabiex jiġi deċiż liema xogħlijiet hemm bżonn sabiex il-Klabb Regatta Birgu jkollu skall permanenti.", "Madanakollu, il-Kumitat Regatta Birgu ma aċċettax is-soluzzjoni temporanja u ddeċieda wkoll li ma jipparteċipax fir-Regatta tal-31 ta' Marzu.", "Din id- deċiżjoni ttieħdet kontra l-pariri tal-Kumitat Regatta Nazzjonali.", "Madanakollu, għadhom isiru l-isforzi kollha sabiex Regatta Birgu jipparteċipaw f'din ir-regatta.", "BIRŻEBBUGA - TINDIF TAL-BAJJA", "15143.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 14764, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jistax jgħidilna meta se titnaddaf il-bajja ta' Birżebbuġa għax tant hemm ħmieġ u fliexken imkissra li flok post ta' mistrieħ sar post ta' periklu?", "Jista' jgħidilna meta se jitwaħħlu l-arbli tad-dawl għax il- plastic pipes diġa' jinsabu mkissra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tindif tal- bajjiet, inkluża dik ta` Birżebbuġa, ma jiffurmax parti mir-responsabbilta` tad-dekasteru tieghi.", "Ninsab informat li l-Korporazzjoni Enemalta mhix involuta fix-xoghol ta` bdil ta` l-arbli tad-dawl li ghalihom qed issir riferenza.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "15144.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 14761 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li ġiet riferuta lilek u cioe': jistax jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fl-aħħar sena (sal-31 ta' Ottubru, 1999) fil-post fejn Triq id- Dejma tingħaqad ma' Triq S. Anard, Ħal Tarxien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat il-Pulizija kellha rapport wieħed ta` inċident tat-traffiku fil-post li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "ĠNEJNA - ARBLI TAD-DAWL", "15146.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop għalfejn qegħdin jitwaħħlu arbli tad-dawl fit-triq tal-Ġnejna mal-ġenb tal-wied meta fl- istess triq hemm arbli oħra mwaħħla man-naħa l-oħra tat-triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-arbli li twaħħlu mal-ġenb tal- wied jiffurmaw parti mill-istallazzjoni ta` street lighting li ma gietx iddisinjata biex takkomoda servizz ta` l-elettriku.", "L-arbli l-oħra kienu twaħħlu sabiex jigi provdut servizz ta` l-elettriku lil applikant gdid.", "MIA - PRIVITAZZJONI", "15152.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' privitizzazzjoni ta' l-MIA, x'persentaġġ huwa indikat li jibqa' f'idejn il-gvern, u x'forma ta' ishma u x'valur beħsiebu joħroġ favur ta' l-impjegati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inserraħ ras l-Onor.", "Interpellant li jekk issir il- privatizzazzjoni ta` l-MIA, kemm l-impjegati ta` l-azjenda kif ukoll il- pubbliku in generali jingħataw l-informazzjoni meħtieġa fil-ħin opportun.", "DCA - MESSAĠĠI", "15153.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan l-aħħar id-DCA kellu jgħaddi l-messaġġi tiegħu permezz tat-telephone?", "Għaliex ma kienx hemm replacement għal modem/computer li ilu li ġratlu l-ħsara fl-uffiċċju tad- DCA għal aktar minn xahar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuggerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MIA - TRIBUNAL TA' L-INĠUSTIZZJI", "15154.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm quddiem it- tribunal ta' l-inġustizzji li fihom ir-rikors jindika inġustizzja mill- management ta' l-MIA?", "Kemm minn dawn ġew solvuti u x'fadal quddiem it- tribunal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-preżent hemm 17-il kawża pendenti quddiem it-Tribunal ta` l-Ingustizzja.", "Kienu saru 19-il kawża li fihom kienet involuta l-MIA.", "Minn dawn, kawża kienet ġiet irtirata mill- impjegat waqt li oħra kienet ġiet deċiża mit-tribunal.", "Ta` min jgħid li l-każ deċiż kien wieħed li jirriferi għal meta l- impjegat involut kien għadu mhux impjegat ma` l-MIA.", "Għalhekk l-MIA kienet biss parti mill-kawża għax wirtet xi responsabbiltajiet mingħand id- Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili.", "Fil-fatt id-deżiżjoni tat-tribunal bl- ebda mod ma tikkundanna lill-MIA għal xi aġir diskriminatorju.", "MIA - PROMOTIONS", "15155.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13650, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm qiegħed jiswa lill-kumpannija l- management f'sena, b'mod globali?", "Jista' jgħid ukoll kemm huwa l-ħlas ta' kull grad fil-management u l-benefiċċji assoċjati ma' kull grad?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni li qed tintalab hija ta` natura kummerċjali u għalhekk ma naħsibx li jkun etikament korrett li din issir pubblika.", "MIA - GĦAMARA", "15156.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-għamara u l- installazzjonijiet li kienu eżistenti fl-uffiċċju ta' l-MIA (fis-second floor)?", "X'inventarju ġie debitat?", "Min huwa, jew huma l-kuntratturi li sejrin jew li qegħdin jagħmlu x-xogħol ta' l-installazzjoni?", "Dan ix-xogħol kien hemm sejħa pubblika (tender) għalih?", "Jekk kien hemm, meta nħarġet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-għamara kollha li kien hemm fl- uffiċini amministrattivi ta` l-MIA se tibqa` tintuza` wara li jitlesta x- xogħol.", "Ix-xogħol qed isir minn impjegati tal-kumpannija, ħlief għal xi xogħol ta` entita` żgħira li qed isir mill-kuntratturi preżenti ta` l-MIA.", "MIA - VISTI MINN TOBBA", "15157.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm swew il-visti tat-tabib għall- impjegati ta' l-MIA lill-kumpannija?", "Għaliex it-tabib qatt ma jagħti rċevuta lill-impjegati kull meta dan jagħmilhom vista?", "Kemm hi l-VAT iddikjarata mit-tabib in konnessjoni mal-visti li jagħmel f'isem il-kumpannija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar l-ewwel u t-tielet parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13660 waqt is-Seduta Nru. 235 magħmula minnu stess.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor.", "Membru li kull pagament li tagħmel l-MIA jinkorpora l-VAT, fejn din hija applikabbli.", "Peress li l-kumpannija thallas hi għall-vista tat-tabib, dan ma jistax jagħti riċevuta lill-impjegat.", "IPSE - RAPPORT", "15162.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jara tistax tippubblika ir-rapport sħiħ (jew executive summary tiegħu) li kkummissjonat l-IPSE dwar ir-ristrutturar tal-qasam tal-għamara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-IPSE qed tikkonsidra l-aħjar format li għandu jintuża biex dan ir-rapport jigi ppubblikat u mqassam biex permezz tiegħu jintlaħqu l-intrapriżi kollha bl-aktar mod effettiv u tigi eskluża informazzjoni ta` natura kummerċjali dwar l-intrapriżi.", "L-IPSE qed tħejji wkoll programm ta` attivitajiet biex tkun tista` twassal direttament is-sejbiet u l-konkluzjonijiet ta` dan l-istadju lill- intrapriżi nvoluti.", "DATA PROTECTION BILL", "15163.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diġa' sar l-ewwel qari tad- Data Protection Bill, Computer Misuse Bill, Electronic Communications and Transactions Bills?", "Meta suppost li l-ewwel kellha titressaq white paper dwarhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "QRATI", "15191.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: In vista ta' sentenza riċenti tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala qorti tal-Ġudikatura Kriminali, fl-ismijiet \"Il-Pulizija vs Giovanni Conte\" fejn il-Maġistrat C. Scerri Herrera pproponiet li Artikolu 226 tal- Kap. 9 jiġi emendat sabiex il-piena tiħrax - tenendo corto li ferita ta' sfreġju u waħda ta' diżabilita' permanenti huma puniti fl-istess piena - jista' l-Ministru jikkonsidra li jiġu abbozzati l-emendi neċessarji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dak li ġie propost mill-Qorti fid-deċiżjoni tagħha li għaliha rrifera l-Onor.", "Interpellant ġie debitament innotat.", "REĠISTRU PUBBLIKU", "15197.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu noti fl-insinwa fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta, sena b'sena mill-1995 sa l-2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta."]} {"filename": "20020709_771d_par.doc", "date": "2002-07-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 771 It-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 771", "It-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "770", "It-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 360", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 360", "TQEGĦID TA' KARTI 366", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "TRASFERIMENT TA' PROPRJETA` F'ĦAL LUQA LIL MALTA INTERNATIONAL AIRPORT plc 367", "KUMITATI PERMANENTI 379", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET (KUMITAT)", "PENSIONS (AMENDMENT) ORDINANCE (COMMITTEE STAGE) 379", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORT (IT-TIENI QARI)", "SPORTS BILL (SECOND READING) 392", "AĠĠORNAMENT 396", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 400", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 770 li saret fid-9 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "OPM – SAFAR UFFIĊJALI", "34028.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telgħet in-nefqa fuq safar uffiċjali fid-dekasteru li għalih huwa responsabbli għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar ħidma uffiċjali barra minn Malta minn Jannar sa Mejju 2002.", "GĦAWDEX – SAFAR UFFIĊJALI", "34029.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm telgħet in-nefqa fuq safar uffiċjali fid-dekasteru li għalih hija responsabbli għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): L-informazjoni mitluba hija mogħtija fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "EDUKAZZJONI - SAFAR UFFIĊJALI", "34030.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet in-nefqa fuq safar uffiċjali fid- dekasteru li għalih huwa responsabbli għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: X'inhi r-raġuni li fil-junior college ma jsirux laqgħat bejn il-ġenituri u l-għalliema kif isiru fis-sixth forms ta' l- iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti?", "Ħafna huma l-ġenituri li jilmentaw li qegħdin iħossuhom kompletament maqtugħin dwar x'qegħdin jagħmlu uliedhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li n-natura tal-junior college hija ħarira differenti minn dik tas-sixth forms l-oħrajn, kemm fil-każ ta' l-iskejjel indipendenti kif ukoll fil-każ ta' l-iskejjel tal-Knisja.", "Il-junior college huwa kulleġġ ta' l-universita` fejn il-kunċett ta' parents day ma jeżistix.", "Pero' fil-junior college hemm full access għall-ġenituri matul is-sena kollha u allura l-ġenituri li jħossu l-bżonn li jistaqsu dwar il- progress ta' uliedhom m'għandhom l-ebda diffikulta` biex jagħmlu dan.", "Jien personalment qatt ma kelli lmenti dwar dan il-fatt, la minn studenti, la minn għalliema u lanqas minn ġenituri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jiċċara l-qagħda tal-gvern fir- rigward tal-pożizzjoni li ħadet l-MUT dwar ir-riżultati ta' l-eżamijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' għedna fil-pubbliku, id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni tat gwida lill-kapijiet dwar kif għandhom jimmaniġġjaw is- sitwazzjoni fir-rigward tal-klassifika tat-tfal għas-sena skolastika li jmiss.", "Safejn jien informat, din il-gwida ġiet segwita mill-kapijiet ta' l- iskejjel u għall-finijiet tal-bidu tas-sena skolastika li jmiss, hemm direttiva biex id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tilqa' għad-direttiva tal- union ta' l-għalliema.", "Naturalment jien dejjem sostnejt li r-riżultati ta' l-eżamijiet huma dritt fundamentali kemm ta' l-istudenti kif ukoll tal-ġenituri - dan issostnih ukoll id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni - u huwa għal kollox illeġittimu li dawn ir-riżultati jinżammu mill-għalliema u mill-kapijiet fuq direttiva tal- kunsill ta' l-MUT.", "AFFARIJIET BARRANIN – SAFAR UFFIĊJALI", "34031.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet in-nefqa fuq safar uffiċjali fid-dekasteru li għalih huwa responsabbli għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "AGRIKOLTURA U SAJD – SAFAR UFFIĊJALI", "34032.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet in-nefqa fuq safar uffiċjali fid- dekasteru li għalih huwa responsabbli għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li n-nefqa f'safar uffiċjali fid-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena kienet tammonta għal Lm 38,137.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fil- każ ta' żgħażagħ li ntbagħtu barra biex jitħarrġu fil-qasam tal- produzzjoni organika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiddispjaċini imma quddiemi m'għandix din it-tip ta' informazzjoni u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub.", "VAT FUQ BEJGĦ TA' PRODOTTI MILL-ENEMALTA", "34037.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mill-ħlas tal-VAT fuq fuel, lead- free petrol, eċċ. mill-pompi tal-petrol matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena?", "Kemm kien il-ħlas għall-istess perjodu għas-sena 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d- dħul tal-gvern mill-bejgħ ta' prodotti ta' fuel mill-Enemalta lill-pompi tal-petrol għall-perjodu msemmi.", "QRATI - MANDAT TA' INIBIZZJONI", "34521.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara x'sar minnu l-mandat ta' inibizzjoni 772/00/AJM peress li jidher li hemm xi ntoppi li qed iwaqqfu milli l-każ jiġi riżolt?", "X'se jsir sabiex dan il-każ jiġi riżolt?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministru tal-ġustizzja hu kostituzzjonalment inibit milli jindaħal fir-riżoluzzjoni ta` xi każ quddiem il-qorti.", "RELIEF", "34522.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi relief imnaqqas għax qed jingħad li setgħet irċeviet xi ħlas żejjed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "KORDIN – GROUND UŻAT MINN SENGLEA ATHLETICS F.C.", "34524.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li ground ''C'' ġewwa Kordin, illum użat minn Senglea Athletics, jingħata l- attenzjoni li jixraqlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minkejja li dan il-ground jaqa' taħt ir- responsabbilta` tal-korporazzjoni għall-iżvilupp, is-segretarjat parlamentari kien fassal programm ta' xogħlijiet meħtieġa wara li saret talba f'dan ir-rigward mill-industries soccer association u nista' ngħid li s'issa diġa` nbidel il-wiċċ tal-pitch.", "Bħalissa għaddej xogħol biex jinbidel il-fence ta' madwar il-ground u anke biex jiġu rranġati jew mibdula l-arbli tad-dawl li jinsabu fi stat perikoluż.", "Sar ukoll xogħol fid-dressing rooms bi sħab bejn l-ISA u Senglea Athletics F.C. Hemm ippjanat ukoll li jsir xogħol ta' tindif biex jitneħħa l-ħaxix ħażin u l-iskart li akkumula f'dawn l-aħħar snin u biex jiġi rranġat it-taraġ tal-konkos ta' l-ispectators stand.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-1999, is-segretarjat parlamentari għamel għotja lill-kunsill lokali ta' l-Isla sabiex jiġi rranġat il-ground tal-football fil-ponta ta' l-Isla sabiex Senglea Athletics ikollhom fejn jittrenjaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fid-dawl tal-fatt li lilna d-deputati tad-distrett intbagħtetilna ċerta korrispondenza - għax kien hemm korrispondenza ma' Senglea Athletics F.C. - jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan ix-xogħol hux se jkun lest qabel jibda s-season li jmiss?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT(Segretarju Parlamentari) Dan il-ground li jintuża minn żewġ entitajiet, kif intqal fir-risposta, u cioe' minn Senglea Athletics u mill-ISA, ix-xogħol fuqu ilu li nbeda.", "Fil-fatt id-dressing rooms saru s-sena l-oħra.", "Il-wiċċ ukoll ilu li sar u jonqos biss il-fencing u l-arbli li qegħdin fi stat perikoluż, xogħol li se nippruvaw inlestuh kemm jista' jkun malajr kif qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Filwaqt li nispera li dan ix-xogħol ikun lest qabel jibda s-season, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidli jekk ivverifikax biex jara jekk il-ground hemmx xi difetti fih ħalli ma jkun ta' periklu għal ħadd?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: F'dan il-ground hemm xi arbli li għal xi raġuni għelbu - forsi minħabba li ma kellhomx pedamenti sodi - u għalkemm forsi m'humiex daqstant ta' periklu, ikun aħjar jekk jiġu rranġati biex nilqgħu għal kull eventwalita`.", "BEACH CLEANERS TRASFERITI", "34525.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-beach cleaners ingħataw transfer?", "Fejn intbagħtu?", "Minn fejn huma?", "Min qed jagħmel ix-xogħol li kienu jagħmlu huma?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Informat li l-għadd ta' transfers li ngħataw fis-sezzjoni tal-beach-cleaning mill-1 ta' Jannar 2002 huwa ta' 36 - cioe' ħamsa għal mal-qrati tal-ġustizzja, wieħed mar-reġistru ta' l-artijiet u 30 għal mad-dipartiment tas-saħħa – u dawn joqogħdu f'diversi postijiet madwar Malta, u cioe': Attard, Swieqi, Bormla, Pieta', Valletta, Marsa, Birgu, Zurrieq, Furjana, Raħal Ġdid, Msida, Sliema, Rabat, Naxxar, Fgura u Żabbar.", "Ix-xogħol fuq ix-xtut qiegħed isir mill-ħaddiema l-oħra li hemm fis- sezzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli fuq liema kriterju ntgħażlu dawn il-ħaddiema u kienx hemm minnhom li talbu personalment biex jitilqu minn mas-section tal-beach-cleaning?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor.", "Membru jmissu jaf li t-taqsima tal-beach cleaners kienet overmanned, speċjalment wara li ħafna li kienu impressed telqu l-vettura tagħhom u ġew enrolled fit-taqsima tal-beach-cleaning.", "Naturalment ma jagħmilx sens, lanqas ekonomikament, li jkollok żieda ta' madwar 52 ħaddiem u ma jkollokx xogħol għalihom.", "Imma nagħmilha ċara li dawk li ħadu transfer ma għażilhomx il-ministru imma d-dipartiment,Sur President.", "Fil-bidu tas-sena għamilna offerta biex dawk il-beach cleaners li b'mod volontarju xtaqu jmorru jaħdmu mal-kunsilli lokali, speċjalment f'zoni turistiċi, setgħu jagħmlu hekk.", "Kien hemm x'uħud li għamlu hekk imma ma kienx hemm biżżejjed.", "Lili kellmuni xi beach cleaners u fakkarthom li konna għamilnilhom din l-offerta.", "Dawn kienu jafu li kien hemm nies żejda u li konna se nittrasferuhom.", "Kieku s-60 persuna li hemm żejda ħadu dik l- option, ma kienx ikun hemm bżonn li jiġu ttrasferiti f'dipartimenti oħra tal-gvern.", "Imma dwar għaliex wieħed u mhux l-ieħor ma nafx ngħid, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jassigurana li l-affarijiet saru b'mod ġust, peress li lilna jirriżultalna li tneħħew fost l-oħrajn dawk li kienu jagħmlu xogħolhom sew u ma ntbagħat ħadd minflokhom?", "Fil-fatt hemm areas li qabel kienu jiġu mnaddfa minn dawn in-nies u minn mindu telqu, dawn l-areas baqgħu ma tnaddfux.", "Ma jidhirlux il-Ministru li f'ġieh it- trasparenza u f'ġieh il-ġustizzja għandu jgħidilna l-kriterji li bihom intgħażlu dawn in-nies?", "Għax qed jiġi allegat li kien hemm kwestjoni ta' twemmin politiku fin-nofs.", "Allura biex inneħħu dan id-dubju min-nofs, ma jidhirlux il-Ministru li għandu jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu u min għażilhom ħalli l-poplu jserraħ moħħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jiena nerġa' ngħid li manafx b'liema kriterji ntgħażlu u jekk l-Onor.", "Mizzi għandu informazzjoni li dawn il-beach cleaners li tneħħew għadhom ma ġewx rimpjazzati, nitolbu li din jgħaddihieli ħalli nkun nista' ngħaddiha lid-dipartiment.", "Infakkar lill-Onor.", "Mizzi li fil-maġġoranza stragranti tagħhom, il-beach cleaners kollha kienu ġew ingaġġati qabel l-1987 mill-ministru ta' dak iż- żmien u dawn tista' tgħid li kollha kienu mid-distrett tiegħu.", "Voldieri ma naħsibx li wieħed jista' jiddiskrimina politikament għax tista' tgħid li kważi kollha kienu ta' fehma waħda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħidilna min qed jagħmel ix- xogħol minflok il-beach cleaners u kemm qed jitħallas?", "Saret xi sejħa pubblika għax-xogħol li qed isir?", "Il-Ministru kien informat qabel saru t- trasferimenti?", "Saret talba lill-MPO?", "Meta ħareġ il-permess biex isiru dawn it-trasferimenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President l-Onor.", "Cuschieri għadu kif daħal fil-Kamra u jista' jkun li ma semagħnix!", "Għall-benefiċċju tiegħu nerġa' nirrepeti li wara li 52 persuna li kienu impressed ġew allokati għal mall- beach-cleaning section, dawn kollha kienu above the complement.", "Fil-fatt diġa' kellna ħafna li kienu above the complement u d-dipartiment kien beħsiebu jara kif se jippostjahom lil dawn in-nies.", "F'Jannar jien kont kellimt lil dawn il-beach cleaners u għedtilhom li peress li hemm numru minnhom li huma żejda u ma ridniex nagħtuhom transfer, għax forsi l-post ma jkunx jogħġobhom, offrejnilhom biex min ried seta' jmur volontarjament jaħdem mal-kunsilli lokali f'żoni turistiċi.", "Kif għedt diġa', kien hemm numru ta' nies li aċċettaw pero' dan ma kienx biżżejjed.", "Kien hemm oħrajn li qalulna minn jeddhom fejn xtaqu jmorru – min il-qorti u min mar-reġistru ta' l-artijiet – imma xorta waħda kien għad baqa' numru żejjed.", "Nerġa ngħid li manafx fuq liema kriterji ntgħażlu – pero' ma naħsibx li kienu kriterji ta' fehma politika għax meta jkollok tista' tgħid kulħadd ta' fehma waħda, m'hijiex kwestjoni li tiddistingwi bejn ħaġa u oħra – imma li naf hu li l-parti kbira minnhom intbagħtu mad-dipartiment tas-saħħa.", "Lili ġew ikellmuni tnejn minn dawn il-ħaddiema u wieħed minnhom talabni biex nippostjah ma' kunsill lokali.", "L-għada stess bgħatnilu risposta li jekk ikun hemm talba mill-kunsill lokali li xtaq imur magħhom, aħna ma konna nsibu l-ebda oġġezzjoni li nagħmlu dan u ninformaw lid-dipartiment tas-saħħa dwar dan.", "Rigward makkinarju eżistenti fis-sezzjoni tal-beach-cleaning, l-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li s-sena li għaddiet ħassejna l-ħtieġa li jinkrew żewġ compactors - din l-informazzjoni diġa` tajtha b'risposta għal domanda parlamentari li għamilli l-Onor.", "Noel Farrugia – u nista` nikkonferma li ħarġet offerta regolari u llum għandna żewġ compactors, flimkien ma' gaffa u sand sifter.", "Veru li m'għandniex wisq, tant hu hekk li anke l-Onor.", "Farrugia esprima ruħu f'dan is-sens u anke ħeġġeġ lid-dipartiment biex ikollu aktar inġenji biex ix-xogħol jitħaffef.", "Min-naħa tiegħi lill-Onor.", "Membru jien għedtlu li hemm nies biżżejjed li jistgħu jagħmlu x-xogħol.", "Dwar il-permess ta' l-MPO, lill-Onor.", "Cuschieri nitolbu jagħmilli domanda bil-miktub ħalli nkun nista' nwieġbu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru qed jgħid li żgur ma kienx hemm diskriminazzjoni politika fil-mod kif intgħażlu dawn in-nies – jien fuq dan żgur ma naqbilx miegħu għax fil-fatt lili ġew ikellmuni nies li m'humiex tal-fehma tagħna – nistaqsih x'diffikulta' isib li jippubblika l-kriterji li bihom intgħażlu dawn in-nies u min għażilhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ir-responsabbilta' ta' l-għażla hija tal-kap tad- dipartiment.", "Dwar il-kriterji li bihom intgħażlu dawn in-nies, nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmilli domanda speċifika u bil-qalb kollha nkun nista' nagħtih l-informazzjoni li jagħtini d-dipartiment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-Ministru ftit ilu qal li hu kien informat minn qabel dwar it-trasferimenti li kienu se jsiru u issa qed jgħid li r-responsabbilta' jerfagħha min fassal dawn it-trasferimenti, hu bħala ministru jerfa' parti mir-responsabbilta' għat-trasferimenti li saru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, jiena bħala ministru nerfa' ir- responsabbilta' ta' kollox pero' ma nidħolx f'kollox u ma niddeċedix kollox.", "Jiena żgur ma ddeċidejtx min għandu jmur u fejn għandhom imorru n- nies.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-Ministru jikkonferma li meta kien informat bit-trasferimenti, quddiemu ma kellux il-lista ta' l-ismijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nista' nikkonfermalu mija fil-mija li lanqas biss naf min ġie ttrasferit ħlief għal dawk li ġew ikellmuni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru qal li hemm xi kuntratturi mdaħħlin, jsita' jgħid jekk ix-xogħol tagħhom dawn huwiex sempliċement ta' l-inġenji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-kuntratturi għandhom dak il-makkinarju li jissejjaħ compactor u skond l-informazzjoni li għandi jien, dan jiġma' l- alka, jistivaha u jpoġġiha fuq it-trakk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa lid- dipartiment dan il-kuntratt?", "Il-kuntrattur qed jaħdem is-sena kollha jew għal ċerti xhur jew ġimgħat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-kuntrattur żgur li m'huwiex qed jaħdem is-sena kollha.", "Huwa importanti – kif anke kont spjegajt lill-Onor.", "Carmelo Borg meta għamilli domanda dwar dan is-suġġett - li mix-xtut ma nneħħux l-alka, speċjalment fix-xitwa, għax din magħha ġġorr ir-ramel.", "Barra minn hekk, ma jidhrilniex li tkun spiża għaqlija li aħna nużaw il-compactors biex inneħħu l-alka fi żmien meta l-għada x-xtajta terġa' timtela' bl-alka u għalhekk fix-xitwa ma jintużax dan il-makkinarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bajjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali u dawk li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Id-dipartiment inaddaf il-bajjiet kollha.", "L-uniku każ fejn ir-responsabbilta' ma taqax taħt il-ministeru għat-turiżmu, hija fir-rigward tax-xtut t'Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-kummenti tiegħu l-Ministru qal li hemm ħafna nies żejda.", "Peress li ċerti bajjiet m'humiex qed jitnaddfu b'mod regolari, bħal fil-każ tal-bajja ta' Birżebbuga, ma jistax il-Ministru għallinqas jara li dan ix-xogħol isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirringrazzja lill-Onor.", "Abela talli tani din l- informazzjoni u nwiegħdu li għada stess ngħaddiha lid-dipartiment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Xi sentejn ilu kien hemm il-ħsieb li jsir proġett fil-bajja tal-Balluta.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il- proġett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jiena m'iniex konxju li xi ħadd semma' li se jsir dan il-proġett.", "SVPR – NURSING AIDES", "34526.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34184 - b'riferenza għat-tweġiba li kien tani għall-mistoqsija parlamentari 33794, fejn qal li għad fadal sitt nursing aides li qed jitħallsu fi skala 14 u li jista' jkun li dawn huma intitolati li jitħallsu ta' skala 13 – u possibbilment jgħid kemm huwa veru li hemm 13-il persuna li qegħdin ibatu minn din id-diskrepanza?", "Huwa minnu li l-maġġoranza tagħhom ġew approvati mid-direttur ta' l-istess dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' nursing aides li jistgħu jkunu intitolati li jitilgħu għal skala 13 – din l- informazzjoni jien tajtha fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 33794 - kien limitat għal dawk in-nursing aides li kienu daħlu qabel l-1987.", "Qed niġi informat ukoll li hemm numru ieħor ta' nursing aides li jistgħu jkunu intitolati li jitilgħu għal skala 13 imma li daħlu wara l-1987.", "Qed isir il-proċess meħtieġ biex tiġi rregolarizzata l-pożizzjoni ta' dawk in-nursing aides kollha li fadal li huma intitolati li jibbenefikaw mill- provvedimenti tal-ftehim relatat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Position description ta' director (strategy and planning) fl-OPM u position description ta' director (office of review) fid-diversi ministeri, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34592.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħlijiet ta' manutenzjoni fi skejjel tal-gvern għal matul is-sajf 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34576.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar flus milgħuba f'lotteriji tal-gvern, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 34568.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlas ta' overtime, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34610.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali minn ambaxxaturi ta' Malta residenti f'pajjiżna, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34612; u", "Tagħrif dwar għajnuna finanzjarja lil organizzazzjonijiet rappreżentattivi għal skop ta' familjarizzazzjoni dwar l-UE, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34616.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "TRASFERIMENT TA' PROPRJETA` F'ĦAL LUQA LIL MALTA INTERNATIONAL AIRPORT plc", "(Ikompli mid-9 ta' Lulju 2002)", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi huwa in possession.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din ir-riżoluzzjoni qed tiddiskuti għoti ta' art oħra li hija proprjeta` ta' l-istat, proprjeta' tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Meta tingħata art b'ċens jew anke b'xi titlu ieħor, niġu f'kumitat ad hoc ta' dan il-parlament biex l-ewwelnett naraw li l- affarijiet se jsiru b'mod trasparenti, b'mod ġust, b'mod li ma jkunx hemm abbużi u wkoll li jkun fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "F'dan il-kumitat jiġi spjegat kif se jsiru l-kuntratti biex ma jidħol l-ebda dubju li l- affarijiet se jsiru b'mod biex jivvantaġġaw lil xi ħadd jew għal xi mottiv ieħor.", "Sfortunatament, minkejja li għandna dan il-kumitat li suppost jara li dawn l-affarijiet ma jsirux, issa spiċċajna li f'ħafna każi dan il-kumitat qed jintuża bħala rubber stamp għaliex.", "Qed ngħid hekk għax l-affarijiet jiġu diskussi f'dan il-kumitat u meta ma jkunx hemm qbil jerġgħu jiġu diskussi f'din il-Kamra bħalma ġara f'dan il-każ.", "Hawnhekk irrid ngħid li rigward dan il-każ, wara li għadda ftit żmien skoprejna li hemm affarijiet li żgur m'humiex ta' gwadann għall-pajjiż kollu, li żgur li hemm affarijiet li wieħed imissu jispjega u żgur li hemm affarijiet ukoll li jħallu impatt negattiv kemm fuq il-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll fuq l-ambjent.", "Mr. Speaker, qabel ma kien hawn dan il-kumitat, minn dan il-parlament kienet għaddiet riżoluzzjoni simili rigward il-Fort Chambrai.", "Dwar din ir- riżoluzzjoni l-oppożizzjoni kienet qalet li se jkun hemm spekulazzjoni u li n-nies involuti f'dan il-kuntratt, li kienu barranin, huma nies mhux ta' min jafdahom.", "L-oppożizzjoni kienet qalet li żgur li l-affarijiet mhux se jimxu kif suppost u fl-interess tal-pajjiż.", "Għadda ftit żmien u jekk wieħed imur jara x'hemm f'Chambrai, jara l-ħerba tal-wirt ta' pajjiżna u jara wkoll l-abbużi u l-ksur ta' liġijiet li sar.", "Jirriżulta li dak li kien mistenni li jsir f'Fort Chambrai ma sarx u jidher ċar li hemmhekk kulma hemm hija spekulazzjoni.", "Dwar Chambrai ta' min igħid ukoll li bħalissa l- affarijiet qegħdin weqfin għaliex jidher biċ-ċar li hemm ukoll ksur tal- kuntratt.", "Kulħadd jaf li hemmhekk saru affarijiet sfaċċati u l-partit Laburista diġa` ddikjara li meta jkun fil-gvern żgur li jidħol f'dan il- kuntratt biex jara li ma jseħħx.", "Il-kuntratt inkiser mhux biss fir-rigward ta' Chambrai, imma anke rigward riżoluzzjonijiet oħra li ġew f'dan il-parlament, bħall-kwestjoni tal-Yellow Garage.", "F'dan il-każ ukoll kien hemm spekulazzjoni għaliex din l-art imbagħad inbiegħet lil ħaddieħor u dan minkejja li ġejna f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex nagħmlu l-affarijiet b'mod trasparenti.", "Mr Speaker, meta anke niġu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex nitkellmu fuq trasferiment ta' art, wieħed jara wkoll l-impatt li se jħalli kemm fuq l-aspett ambjentali kif ukoll fuq l-aspett soċjali.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-art li hemm taħt Verdala, li għalkemm hija tal-joint-office, imma l-gvern għandu saħħa diretta fuqha u allura qiegħed f'pożizzjoni li jista' jiddeċiedi jekk isirx xi żvilupp fuqha jew le.", "Il-gvern irid jara wkoll il- ftehim li sar mas-Santa Sede fuq din l-art fejn jidher ċar li ma jistax iseħħ it-tip ta' żvilupp li huwa propost.", "Minkejja dan kollu l-gvern għadu ma qalx b'mod ċar jekk huwiex kontra li dik l-art issir golf course.", "Minkejja li l-gvern jgħid li huwa trasparenti, minkejja li l-gvern jgħid li għandu viżjoni ċara f'dak li jkun qed jagħmel, fejn tidħol il-golf course tal-Verdala għadu ma kkommettiex ruħu.", "Jiena għadni ma nistax nifhem x'inhi d-diffikulta' li qed isib biex jikkommetti ruħu f'dan ir-rigward.", "Kulma ntqal mid-diriġenti tal-gvern Nazzjonalista hu li jħallu lill-awtorita` ta' l-ippjanar tiddeċiedi għaliex huma ma jindaħlux.", "Imma skużi, l-awtorita' ta' l-ippjanar tgħid għandux isir dak l-iżvilupp jew le from the planning point of view biss.", "U kif qed insemmi lil din l-awtoritaż rrid ngħid li m'huwa veru xejn li l-gvern ma jindaħlilhiex, għax dawn iż-żmenijiet l- awtorita' ta' l-ippjanar qiegħda marbuta bi spaga u jmexxiha u jdawwarha fejn irid hu.", "Qed ngħid hekk għaliex il-ħneżrijiet li qed isiru fl- awtorita' ta' l-ippjanar bħalissa huma xi ħaġa fenomenali.", "Mr. Speaker, huwa l-gvern li għandu setgħa fuq parti kbira minn din l-art, allura huwa f'pożizzjoni li jiddeċiedi jekk jagħtihiex jew le biex isir l- iżvilupp tal-golf course.", "Sal-lum għadna ma smajna xejn min-naħa tal- gvern, u hawn tidher biċ-ċar l-ipokresija ta' dan il-gvern anke fejn jidħlu kwestjonijiet importanti fejn hemm art ta' l-istat li tikkonċerna lill- poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jien kont stedint lid-deputat min-naħa tal- gvern l-Onor.", "Michael Asciak – u lil dan kont irrispondejtu wara li kien qal ħafna paroli - biex jgħidli l-pożizzjoni tal-gvern dwar il-golf course pero' s'issa għadu ma ndenjax ruħu jirrispondi għaliex ma jafx fejn qiegħed.", "Dan basta jparla bl-addoċċ, għadu ma kellux il-guts li jiġi u jgħid x'jaħseb il-gvern dwar dik l-art.", "Min-naħa tal-gvern jitkellmu b'ħafna demokrazija u b'ħafna trasparenza imma mbagħad ma jagħtux l- opinjoni tagħhom jekk hux favur jew le meta jiġu ffaċċati bi kwestjoni bħal din tal-golf course fuq l-art tal-Verdala.", "Mhux qiegħed nidħol fil-mertu ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar jekk għandux isir dak l-iżvilupp jew le.", "Jien qed ngħid li l-gvern għandu kontroll ta' parti minn dik l-art u allura qiegħed f'pożizzjoni li jiddeċiedi jekk fiha għandux isir golf course jew le.", "Jien nerġa' ntenni minn hawn li għandu jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu.", "Min- naħa ta' l-oppożizzjoni diġa` għamilniha ċara li dik l-art hija art agrikola u m'għandhiex issir golf course fuqha.", "Naħseb li iktar ċari minn hekk ma nistgħux inkunu.", "Irrid insemmi wkoll kwestjonijiet oħra li qamu f'dan il-parlament bħal per eżempju l-kwestjoni ta' l-art tas-Solemar li ġiet okkupata mill- investituri.", "Dawn ma kellhom l-ebda permess jagħmlu dak li għamlu.", "Minkejja li kien hemm ċar u tond li ma setax jingħata dak l-iżvilupp, spiċċajna li nstab metodu biex jaqduh permezz ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar stess li tkun hi li tagħti l-barka u permezz ta' min hu responsabbli mill-artijiet min-naħa tal-gvern, li l-ewwel taparsi jagħmel plejtu li se jfittxuh bil- qorti biex ma jħalluhx jokkupaha, għalkemm kien diġa` okkupaha, imbagħad spiċċajna minn dan kollu ma għamilna xejn u ddiljajna miegħu biex inbiegħuhielu.", "Ara fi kwestjonijiet oħra fejn hemm hemm imdaħħal il- ħaddiem, dik ma ddiljajniex bħalma ddiljajna ma' tas-Solemar.", "F'dawk il- każi morna biex inwaqqgħulhom u biex niżgumbrawlhom.", "Mr Speaker, hawnhekk qed nirriferi għall-kwestjoni tal-beach rooms ta' l- Armier.", "U hawnhekk meta konna tkellimna dwar l-aħħar riżoluzzjoni li kien hawn dwar għoti ta' artijiet, donna tkellimna fuq din l-istess art ta' l- Armier.", "Jiena spjegajt li jien ma naqbilx li xi ħadd għandu jokkupa art b'mod illegali, ma naqbilx li għandu jibni mingħajr permess, imma jekk kien hemm ix-xewqa li l-kwestjoni għandha tiġi solvuta bejn iż-żewġ naħat, allura kellu jinsab mezz biex tiġi solvuta.", "Min-naħa l-oħra, minkejja li tiġi solvuta wieħed irid joqgħod attent li jaqbel fil-prinċipju li għandhom jeżistu beachrooms, jaqbel fil-prinċipju li ma jistax ikun li l-affarijiet tħallihom illegali u jrid jaqbel fil-prinċipju li ma jridx ikun hemm impatt negattiv għall-ambjent, b'mod speċjali billi ma tintużax art agrikola.", "Mr Speaker, qed ngħid hekk għax għal dan l-iskop ġew indikati artijiet - u aħna naqblu li għandu jsir dak it-tip ta' żvilupp - li huma artijiet agrikoli.", "Aħna konna ndunajna mill-ewwel li l-aspett ambjentali ma kinux se jagħtu kasu u mill-ewwel konna morna l-Mellieħa u konna għamilniha ċara li se tinqered art agrikola.", "Konna għamilna l-pressjoni tagħna u l-gvern kellu jbiddel il-fehma għaliex kellna raġun għaliex dan l-iżvilupp kien se jħalli impatt negattiv kbir.", "Huwa veru li wara l-pressjoni li għamlet l- oppożizzjoni l-gvern biddel, pero` x'ġara?", "Ġara li xorta kien hemm art agrikola li se jsir żvilupp fiha.", "U jien li nirrappreżenta l-oppożizzjoni fl-awtorita` ta' l-ippjanar għamiltha ċara li għad hemm art agrikola li fuqha se jsir dak it-tip ta' żvilupp ta' beach rooms, u fil-fatt daħħalt klawsola li ġiet aċċettata li m'għandux isir żvilupp fuq art agrikola.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni fil-prinċipju qablet li għandu jsir dak it-tip ta' żvilupp, pero` insistiet li għandu jiġi protett l-ambjent.", "Min-naħa l- oħra wieħed irid jara li dan ma jsirx sempliċement biex jinqeda xi żviluppatur, li ndaħħluh biex jagħmel dak l-iżvilupp hu.", "Irrid naraw ukoll li mhux il-flus kollox, imma rridu naraw ukoll li hemm aspetti soċjali.", "Il-problemi f'dan il-qasam għadhom hemmhekk.", "Il-gvern kien iddikjara li se jwaqqa' kollox u se jqabbad kuntrattur flimkien ma' xi ħaddieħor biex jibni l-kmamar hu.", "Mr Speaker, min-naħa tal-gvern qalulna kemm-il darba biex ngħidu x'inhi l- policy tagħna dwar il-kmamar ta' l-Armier u dwar l-art t'hemmhekk.", "Jien kont għamiltha ċara u kont għedt li dment li ma titteħidtx art agrikola, diment ma jkunx hemm impatt negattiv fuq l-ambjent, aħna naqblu fil- prinċipju, imma donnu li fehmux.", "Spjegajt u għedt li fejn ambjentalment huma aċċettabbli, wieħed għandu jħalli l-kmamar u fejn m'huwiex ambjentalment aċċettabbli wieħed ineħħihom.", "Dan jiddeċidih min jifhem fl- ambjent u fl-ippjanar.", "Min-naħa l-oħra wieħed irid jara l-aspett soċjali wkoll, għaliex ma jfissirx li għaliex se jaqgħu erba' t' idjar mela s- sidien tagħhom jieħdu r-reponsabbilta` kollha huma.", "Jiena kont spjegat li hemmhekk għandu jkun hemm tip ta' koperattiva jew kumpannija li jridu jagħmlu bejniethom biex jieħdu ħsieb biex il-burden jinqasam fuq kulħadd.", "Trid tingħata wkoll l-opportunita' wkoll lil dawk li mhux qegħdin hemmhekk imma li jixtiequ w li jkollhom kamra ħdejn il-baħar.", "Barra minn hekk għandu jkun hemm ukoll camping sites.", "Dakinhar meta spjegat l-affarijiet in-naħa tal-gvern qalu li qed ngħid hekk għaliex waslet l-elezzjoni.", "Aħna m'hu qed nipprovaw nagħmlu l-ebda propaganda.", "Qed ngħidu l-verita`.", "Wara kollox, skond il-gvern l-elezzjoni suppost għad fadlilha.", "Kien il-Partit Nazzjonalista stess li kien għamel il- propaganda, għaliex permezz ta' l-Onor.", "Hyzler kien ħareġ fuljett fejn qal li m'hu se jaqa' xejn hemmhekk.", "Qalilhom ukoll biex ma jinkwetaw xejn għax hemmhekk se jagħmlu d-drenaġġ, l-ilma u d-dawl.", "Minn dan kollu x'ġara?", "Minn dan kollu issa l-gvern iddeċieda li jwaqqa' kollox.", "Iddeċieda li jagħtihom b'ċens ta' ammont ta' flus u dawn l-affarijiet u f'daqqa waħda, wara li tkellimt jien, qam riefnu u donnu li l-affarijiet issa ħarbu.", "Il- gvern qed joffrilhom li jekk iridu jagħmlu kumpannija u jirranġaw u jagħmlu l-affarijiet huma.", "F'daqqa waħda nbidlu l-affarijiet.", "Imma din serjeta` hi?", "Aħna għedna x'inhu l-prinċipju tagħna u l-prinċipju tagħna qed nimxu miegħu.", "Aħna veru mhux qed nagħmlu gwadann politiku.", "Din hija r-realta`.", "Qed nagħmluha ċara, imma meta mbagħad spjegajt din il-pożizzjoni kien hemm min akkużana u qalilna li qed naċċettaw l-affarijiet illegali.", "Mr Speaker, qed insemmi dan biex nuri li ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ma jistgħux jimxu b'two weights and two measures.", "Tas-Solemar ħallejnih jokkupa b'mod illegali u ma waħħalnihx multa talli qed jokkupa l-art u begħejnihielu bi prezz li ma nafx jien kemm hu kummerċjalment, niċċekkjaw daqsxejn għaliex għadhom għaddejjin l-affarijiet imbagħad fejn jidħol iċ- ċittadin normali kulħadd ibella' u jfajjar u jagħmel.", "Dan m'għandux ikun.", "Din hija ħaġa inġusta.", "Jien nemmen li l-liġi għandha tkun ugwali għal kulħadd.", "Jekk inti lin-negozjant ħallejtu u ma waħħaltux multa għaliex ikun okkupa l-art allura issa se tgħakkes lil ħaddieħor?", "Jidher ċar li fejn jidħol in-negozjant l-affarijiet jimxu mod ieħor.", "Fejn jidħlu l-artijiet jidher li fl-awtorita' ta' l-ippjanar hemm ħneżrijiet kbar.", "Bħalissa qed niftakar f'art li għalkemm hija forsi b'ċens jew b'titlu imma xorta tibqa' ta' l-istat.", "Qed nirriferi għall-art tas- Siġġiewi, l-art li fiha hemm il-barriera Ġebel Ciantar.", "Ikun tajjeb li jekk iċ-ċens ikun ingħata b'ċertu kundizzjonijiet, il-gvern għandu jara li dawk il-kundizzjonijiet jiġu attwati.", "Meta din il-proposta ġiet quddiem l- awtorita` ta' l-ippjanar jiena kont l-uniku wieħed li kont ivvotajt kontra.", "Kien hemm min min-naħa tal-gvern ġab ġebla kbira minn hemmhekk biex jgħidilna kemm hi art tajba biex fuqha ssir barriera, għax qal li l-ġebla hi fabbrikabbli.", "Dan ġara meta kienu jafu li kien hemm nuqqasijiet kbar u kontra l-liġi.", "Jiena kont għamiltha ċara li hemmhekk hemm abbużi serji anke fejn jidħlu l-kundizzjonijiet ta' l-art pero` dakinhar ħadd ma ta kasi u ftit wara meta reġgħet kienet telgħet, niftakar lis-sindku tas-Siġġiewi jgħid li l-vetturi li se jibdew jgħaddu minn hemm se jagħmlu ħsara lit- toroq u jien dort u għedtlu: Imma dik qed tara?", "Għedtlu hekk għax hemm affarijiet serji iktar minn hekk.", "L-affarijiet serji huma li dik l-art suppost kellha tkun agrikola u mhux issir barriera.", "Din ingħatat bi ftit flus biex tkun art agrikola u mhux biex tkun barriera.", "Minkejja dan kollu, ħadd ma ħa passi.", "Marru każi quddiem l-ombudsman, marru każi quddiem il-kummissjoni kontra l-korruzzjoni imma minkejja dan kollu f'din l-art għadu qed jitħalla jsir tħaffir illegali b'abbuż kontra l-poplu Malti u Għawdxi kollu għaliex dik hija proprjeta' tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Possibbli dawn l-affarijiet ma jafx bihom id-dipartiment ta' l-artijiet?", "Possibbli l-gvern ma jafx b'dawn l-abbużi?", "Mela billi nitkellmu f'dan il-parlament l-affarijiet se jimxu sew!", "Jien, per eżempju, fil-kumitat kont nistenna li fuq din l-art kienet tingħata l-informazzjoni li talbet l-oppożizzjoni.", "Qed ngħid hekk għaliex l- art tal-lum m'hijiex sempliċement art fejn hemm l-interess tal-poplu minħabba r-riżorsi u minħabba li wieħed kemm jista' jkun għandu jdaħħal introjtu minnha.", "Huwa importanti wkoll li jsir użu tajjeb minnha, imma fuq il-kwestjoni tal-lum hemm affarijiet importantissimi.", "Hemm ukoll il- kwestjoni tas-sigurta', u dwar sigurta' rajna mill-esperjenza kemm din taffettwa ħafna x'jiġri f'pajjiżna.", "Hawn qed nirreferi l-aktar għal terroriżmu, traffikar tad-drogi u kuntrabandu.", "Huwa importanti li mhux sempliċement ngħidu li se nittrasferixxu art biex din il-kumpannija tipprivatizza ruħha.", "F'dan il-każ għandna naraw ukoll l-affarijiet serjissimi fejn tidħol is-sigurta'.", "Jien qed nitkellem mill-esperjenza bħala l-bniedem li kont responsabbli mis- sigurta' ta' l-airport.", "Jiena kont iċ-chairman ta' l-airport security committee allura naf kemm l-airport huwa post sensittiv, kemm huwa importanti li wieħed ikollu s-sigurta' fih u kemm hu importanti li wieħed ikollu lealta' minn dawk li qed jipprovdu s-sigurta'.", "Biex is-sigurta' tkun kemm jista' jkun effiċjenti u tajba – u din ma tistax tkun effiċjenti 100% - trid tara li min qed iwettaq is-sigurta' ma jkunx kriminal hu stess, ma jkunx għamel atti kriminali, ma jkunx kap ta' xi traffikanti tad- drogi u ma jkunx daħħal kuntrabandu li mbagħad ikun ġie akkużat mill-qorti u jkun weħel il-ħabs.", "Dawn huma fatturi importanti.", "Meta konna fil-gvern aħna konna għamilniha ċara li kull min jaħdem fl- airport irid jiġi vetted bis-serjeta' u dan għaliex biex inti tidħol l- airport hemm is-sistema tas-security passes.", "Jekk wieħed ikun ta' karattru tiegħek kriminali jew ikun ikkommetta xi offiżi kriminali allura ma jingħatalux dan il-pass għax dan ikun ta' theddida għas-sigurta'.", "U aħna konna vvettjajna lil kulħadd u min ma kienx jistħoqqlu, ma' ngħatax dak il- pass għaliex dak qed f'post li qiegħed jagħmel sigurta' meta hu theddida għas-sigurta', li inti ma treġix aħna rajna li l-affarijiet isiru bis- serjeta'.", "Għamilnihom bis-serjeta', u taħsibx li meta għamilna dawn l- affarijiet ġew iċapċpulna.", "Għaliex ħadna passi kien hemm ukoll it-theddid, imma aħna xorta wettaqnihom għax fl-interess tas-sigurata' ta' pajjiżna aħna nimxu b'mod serju.", "Ħadna ħsieb ukoll l-informazzjoni li kienet qed taslilna li kien hemm żmien taħt il-gvern Nazzjonalista li fil-VIP kienu qed isiru abbużi.", "Ħadna ħsieb ukoll biex il-VIP tintuża kif suppost.", "Daħħalna kondizzjonijiet stretti biex ma jkunx hemm l-abbużi li kien hemm ikun hemm.", "Mela konna għamilna restrizzjonijiet kbar fuq il-passes u ddeċidejna li dawk li kellhom karattru kriminali - u kien hemm evidenza li kien hemm traffikar tad-droga u affarijiet bħal dawn – ma kienx posthom hemmhekk.", "Rajna wkoll li tirranġa s-sitwazzjoni fil-VIP pero' ġara li meta nbidlet il- folja xi wħud reġa' ngħatalhom il-pass li kien tneħħielhom għaliex għamlu pressjoni u dan il-gvern qagħad għaliha.", "Neħħew ukoll ir-restrizzjonijiet li daħħalna fil-VIP meta kien hemm provi li ġew fil-qorti taħt xhieda li fl- amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm familjari ta' ministri li abbużaw u daħlu nies li kienu ħatja tat-traffikar tad-drogi.", "Rigward sigurta' nixtieq insemmi l-każ ta' l-ajruplan li kien sejjer it- Turkija li ġie hijacked fl-ajru u baqa' sejjer lejn il-Ġermanja.", "Kien hemm il-kwestjoni li lilna akkużawna li għandna sigurta' dgħajfa.", "Naċċertak li fi żmien għaxar minuti konna nafu fiċ-ċert li ma kien hemm l-ebda splussivi li telgħu minn hemm għaliex mill-cameras rajna kollox u rajna li l- affarijiet ġew iċċekkjati kollha, rajna min kienu n-nies, kif ġew iċċekkjati.", "Dan kollu wera ċar li kien hemm finta, u aħna konna ċari li kienet finta.", "Anke l-mod kif aġixxa l-crew meta tajnih l-informazzjoni.", "Dan aġixxa b'mod li nduna kienet finta.", "Anke lill-uffiċjali ta' l-airport tal-Ġermanja kkonvinċejnihom li dik hija finta.", "Kien għalhekk li l- ajruplan kienu ħallewh jinżel mill-ewwel.", "Mr Speaker, minkejja li konna ċerti li għamilna sigurta', biex nuru kemm aħna serji, l-prim ministru dakinhar wara kien talab biex issir inkjesta biex naraw is-sitwazzjoni tas-sigurta' fl-ajruport.", "Li kont ħadt għalija jien kien li l-ewwel ma bdew jinvestigaw kien lili.", "U ħadt għalija bis- serjeta', għaliex jiena ma nippretendix li tagħmilli tip ta' mistoqsijiet li jagħtu l-impressjoni li jiena qisni ħati għaliex jien kont iċ-chairman ta' l-airport security committee.", "Minn dan kollu kien ħareġ ċar li aħna mxejna bi pjan ta' kontiġenza li għallmuna esperti barranin.", "F'dik l- okkażjoni wrejna biċ-ċar li konna nafu x'qed nagħmlu bis-serjeta' u ħdimna bl-iktar mod serju.", "Fil-fatt irriżulta li min-naħa tagħna ma kien hemm l- ebda nuqqas.", "Mr Speaker, rigward illum ma jistax jingħad dan il-kliem, għax illum qegħdin f'sitwazzjoni tal-biki.", "Jien għalhekk għedt li f'din ir- riżoluzzjoni m'aħniex nitkellmu sempliċement fuq kwestjoni li se tingħata art lill-MIA.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq art li marbut magħha hemm is- sigurta' u wieħed bilfors irid ikun jaf kif se jsiru l-affarijiet.", "Irrid ngħid ukoll li jidher biċ-ċar l-abbuż li kien isir mill-VIP minn familjari ta' ex-ministru jew ex-ministri tan-naħa tal-gvern.", "Minkejja li anke fil- qrati ħareġ ċar li dawn kienu jdaħħlu drogi minn hemm, f'ħafna każi, għaliex kienu familjari jew qraba ta' ministri tal-partit Nazzjonalista, l- affarijiet ġew mgħottija.", "Jien nemmen li anke persuna li ngħatat amnestija, għandha x'taqsam mat- traffikar tad-drogi, u nemmen ukoll li kien hemm konnessjoni ma' nuqqas ta' sigurta' fl-airport.", "Minkejja li darba minnhom inqabad, imma li kien jirriżulta wkoll li fil-kwestjoni ma' dan it-traffikar tad-drogi li kien hemm ukoll ċar", "Darba minnhom dan kien inqabad u irriżulta li f'din il-kwestjoni ta' traffikar tad-drogi kien hemm ukoll imdaħħla familjari ta' ministri tal- gvern Nazzjonalista.", "Dan inxteħet il-ħabs pero` kien jidher ċar li kien hemm xi theddid għaliex bdew isiru tentattivi biex lil dan tingħatalu amnestija.", "Hawn forsi wieħed jistaqsini: Imma inti għal min qed tgħid?", "Jien qed ngħid għal Queiroz.", "Għaliex?", "F'dan il-każ mhux iddefendejna s- sigurta` imma lill-individwu, u dan sar jew biex ma jikxifx li hemm intriċċi ta' nies prominenti jew għax kien hemm theddid ta' xi affarijiet oħra.", "U meta jara ċerti dokumenti iktar u iktar wieħed jibda jaħseb li dan li qed ngħid jien huwa minnu.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Tajjeb li nfakkar li kienet intalbet amnestija għal Queiroz pero' din kienet ġiet rifjutata.", "Imbagħad saret talba oħra għall-amnestija, u hawnhekk se nirriferi għal xi dokumenti.", "Nixtieq insemmi ittra addressed lill-assistent kummissarju tal-pulizja Gauci mill-permanent secretary, ministry of justice.", "Din li tgħid hekk:", "\"Investigating officers of the case against Queiroz informed that contents of the letter from his wife are nothing but lies.\".", "- għax kienet kitbet il-mara tiegħu u talbet biex iħennu għalih u biex jitilquh –", "\"Mr Queiroz was found guilty by our criminal court after a trial by jury, of importing cocaine.", "Such drug traffickers are nothing but merchants of death and we are duty bound to protect our nationals from such inhuman and inconsiderate traffickers.", "If the letter is taken as a petition, then same is to be discarded, please.\".", "Mela hawnhekk jidher ċar li l-pulizija hija kontra li dan jingħata amnestija.", "Hawnhekk għandi minuta wkoll mill-file tal-ministru tal- ġustizzja fejn jgħid li l-Ministru Fenech kien ta parir lill-President biex ma jagħtix amnestija.", "Hawnhekk hawn nota tal-President f'dan il-file li tgħid:", "\"As advised by the Minister of Justice in the preceding minute, this petitioner's request is not acceded to.\".", "Din kienet iffirmata mill-President Ugo Mifsud Bonnici fl-1 ta' Ġunju 1994.", "Dawn se npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra biex wieħed ikun jista' jarahom.", "Mela din il-minuta kienet bid-data 31 ta' Mejju 1994.", "Ħaġa ta' l- iskantament, fl-4 ta' Awissu 1994, jiġifieri xahrejn wara, l-President Dr Ugo Mifsud Bonnici għamel memorandum lill-ministru ta' l-intern u l- iżvilupp soċjali intitolata \"Suġġett: Talbiet u petizzjonijiet tal-ħabsin.", "L-ewwel item kien - Talbiet għall-priġuniera ta' nazzjonalita` barranija.", "U din tgħid hekk – u hawn se nirreferi għall-każ ta' Queiroz -:", "\"Hemm każ partikolari ta' Francesco Queiroz, Brażiljan li jgħid li għandu l-hepatitis.", "Nixtieq għal ħafna raġunijiet li kieku dan il-każ jiġi rikonsidrat.\".", "Se nerġa' naqraha eżatt biex il-poplu jirrifletti:", "\"Hemm każ partikolari ta' Francesco Queiroz, Brażiljan li jgħid li għandu l-hepatitis.", "Nixtieq għal ħafna raġunijiet li kieku dan il-każ jiġi rikunsidrat.\".", "Imma x'inhuma dawn ir-raġunijiet?", "Dawn ir-raġunijiet huma ħafna.", "Jekk wieħed jisma' l-każ ta' Queiroz, jisma x'qal fil-qorti u jara x'dokumenti ħarġu jkun jaf fejn kienu l-intriċċi u fejn kienu r-rabtiet.", "Wara li hu rrifjuta l-ewwel darba li ma jagħtix amnestija, l-ex-President iffirma l- warrant u hawnhekk jidher biċ-ċar li huwa biddel il-fehma.", "Din biddilha għal ħafna raġunijiet u din wieħed irid jispjegaha.", "Sfortunatament wieħed li jista' jispjegaha huwa ċertu qassis Scannura li m'għadux magħna.", "Dan kien ta ħafna indikazzjonijiet.", "Il-qassis Scannura jien iltqajt ħafna drabi miegħu fil-kappella ta' Wied Għammieq, u xi kelma 'l hawn jew 'l hemm kien nissel, forsi għaliex kien jaf minn xiex kont għaddejt jien u l-familja tiegħi minħabba kwestjoni ta' traffikar tad-drogi fil-Kottonera, meta kont ġejt intimidat u meta ġiet attakkata l-familja tiegħi min-nies ex-ministru nazzjonalista.", "Jiena għalhekk qed ngħid li f'dan il-każ m'għandniex sempliċement nitkellmu fuq għoti ta' art meta ma' din l-art hemm marbuta s-sigurta`.", "Jien kemm-il darba ġejt mhedded għaliex nitkellem b'dan il-mod imma jiena ma nitkellimx bl-addoċċ, u għalhekk nixtieq li nqiegħed dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jiena nispera li l-mezzi tax-xandir u l-media jaraw dawn id- dokumenti.", "Jien naf li l-maġġoranza tal-media li jipprovaw joskurawni billi jġibu dak li ngħid f'paġna li lanqas jien ma ninduna biha, u dan speċjalment meta ngħid xi ħaġa li tkun tweġġa' lill-Partit Nazzjonalista.", "Ara jekk ikun hemm xi ħaġa kontra tiegħi, dawn iġibuha fil-front page bil- headings kbar, imma dik hija xi ħaġa li issa drajniha f'dan il-pajjiż.", "Sur President, illum mhux sempliċement qed nitkellmu fuq għoti ta' art, għax din l-art hemm ħafna affarijiet marbutin magħha.", "Dawn huma affarijiet li lill-gvern Nazzjonalista ma jinteressawhx.", "Bil-paroli jgħid ħafna affarijiet, bħal per eżempju li huwa kontra t-traffikar tad-droga, pero' mbagħad insibu li l-ikbar traffikanti tad-droga ħarbu mill-ħabs fi żmien gvern Nazzjonalista.", "U l-mod kif ħarbu!", "Il-mod ambigwu li ħarbu bih!", "Apparti hekk, f'ħafna każi ssib li dawk li ħarbu huma l-kbar, il- barunijiet, li somehow huma mdaħħla fis-sigurta` ta' l-ajruport.", "Jien ma nistax nifhem kif isiru l-affarijiet taħt dan il-gvern.", "Aħna ħadna s-sigurta' bis-serjeta', ikkontrollajna u għamilna restrizzjonijiet biex veru jkun hemm sigurta' fl-ajruport ta' pajjiżna imbagħad jiġi dan il-gvern u jbiddel l-affarijiet mhux għall-aħjar, imma għall-agħar, biex jaqdi xi erba' tal-qalba jew għaliex ikun mhedded minn xi ħadd li jikxef lil xi qraba ta' xi kbarat li jkunu nvoluti fit-traffikar tad-drogi.", "Hawnhekk mhux qed imparla bl-addoċċ, imma b'esperjenza għaliex jiena għaddejt minn esperjenza mhux ħażin.", "In-nies li taw l-amnestija lil Queiroz kien l-istess persuna responsabbli li meta jien ġbidt l-attenzjoni li f'post ġol-Kalkara qed isir traffikar tad-drogi fid-9:00 p.m ...", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, l-għada fis-1:00 a.m. ċempilli xi ħadd u qalli li l-bieraħ jiena rrapportajt lil xi ħadd li kien qed jittraffika d-drogi u li jiena mort ngħid lill-ministru.", "Anke nies akkużati bil-każ ta' meta sparixxiet pittura, biex ma jittieħdux passi kontra tagħhom dawn mhux ħarbu mis-sigurta' ta' l-airport, imma għaddew minn hemm b'mod free.", "Anke xi ħadd ieħor mill-Mosta, li huwa familjari ta' ministru, ħarab b'mod free lejn l-Italja.", "Dan kien implikat fi kwestjonijiet ta' traffikar ta' drogi mill-ajruport ta' pajjiżna.", "Din hi s-sitwazzjoni li għandna f'pajjiżna u fuq dan imissna nitkellmu meta qed nitkellmu fuq din l-art.", "Wara kollox din mhux sempliċement hija biċċa art, imma hija art li minnha tiddependi s- sigurta'.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn xi dokumenti biex jitpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokumenti b'riferenza għall-għoti ta' maħfra presidenzjali li ngħatat lil Francesco de Assis Queiroz fl-1994.", "MR SPEAKER: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nsejjaħ lill- Ministru Dalli biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, ikolli nagħmel kumment li għamiltu xi drabi oħra, li xi kultant nibqa' niskanta bl- indixxiplina li hawn f'dan il-parlament.", "U jiddispjaċini li qed ngħid hekk.", "Meta ftaħna din id-diskussjoni, l-ewwel żewġ kelliema ta' l-oppożizzjoni tkellmu fuq il-kuntratt b'mod kritiku kif anke hija l-funzjoni tagħhom li għamlu, pero' warajhom morna l-baħar.", "(Interruzzjonijiet) Issa jien għamilt 40 minuta nisimgħek u ma tkellimtx waħda.", "Issa ismagħni għal 30 minuta u titkellimx.", "(Interruzzjonijiet) Lilek ħadd ma nterrompik u ma nterrompejnikx apposta.", "Ħallejnik tparla u issa ħallu lilna nitkellmu.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Nitlob li żżommu l-ordni.", "Il-Ministru jista' jkompli bl-intervent tiegħu u jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mela kont qed ngħid, Mr Speaker, dwar nuqqas ta' dixxiplina li mhux kapaċi jkollna aġenda f'dan il-parlament u nżommu magħha.", "Hawnhekk konna qed nitkellmu fuq il-kuntratt li qegħdin nagħmlu biex il-gvern jieħu l-proprjeta' li għandha l-MIA u jgħaddihielha lura b'ċens.", "Saru ħafna kummenti li rrid nirreaġixxi daqsxejn għalihom malajr, malajr u nixtieq nibda mill-aħħar wieħed tas-sigurta'.", "Is-sigurta' ma tidħol xejn f'dan l-ambitu tal-kuntratt li għandna.", "Is- sigurta' ta' l-airport se tibqa' mmexxija kif inhi llum b'responsabbilta' ta' l-armata, tal-pulizija u tal-kumitat li hemm għas-sigurta' ta' l- airport u bil-parteċipazzjoni ta' l-Air Malta u l-MIA kif inhuma llum.", "Dan juri li l-Onor.", "Membru li tkellem l-aħħar lanqas biss indenja ruħu jinforma ruħu fuq xiex qed nitkellmu.", "Ġie hawnhekk biex jgħid dak li ried jgħid mingħajr ma nforma ruħu preċiż x'inhuma s-sitwazzjonijiet.", "Issemmew ukoll affarijiet ekonomiċi u ta' finanzi.", "Jien nieħu gost li l- oppożizzjoni bil-mod il-mod qiegħda toqrob lejn il-pożizzjonijiet tagħna dwar l-ekonomija.", "(Interruzzjonijiet) Iva, mela le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirringrazzja lill-Ministru.", "Minn fejn joħroġ dan li qed tgħid dwar is-sigurta'?", "Il-kuntratt proprju għadu m'huwiex ippubblikat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma tidħolx fil-kwestjoni tal-privatisation.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma kif nafu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għax se tibqa' kif inhi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan qed tgħidu inti, mhux qiegħed b'xi kuntratt...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skużi ftit.", "Dan m'huwiex parti mill-agreement li għandna hawnhekk.", "Kieku qed ngħaddu s-sigurta' ta' xi area lil ħadd, hemm klawsola fil-liġi fejn ngħidu hekk imma f'dan il-każ m'hemmx.", "(Interruzzjonijiet) Le.", "Hemm sistema ta' sigurta' li ma ġiet bl-ebda mod mittiefsa, la f'dan il-kuntratt u lanqas fil-privatisation.", "Aħna ma pprivatizzajniex is-sigurta' ta' l-airport, anzi aħna qgħadna attenti li ma nagħmlux dak li kien se jagħmel il-gvern ta' qabilna.", "Qabel ipprivatizzajna, aħna erġajna neħħejna mill-MIA dak li kien daħħal gvern Laburista jiġifieri t-traffic control u s-civil protection li hija l- brigata tat-tifi tan-nar.", "Meta kien miexi bil-privatizzazzjoni, gvern Laburista kien se jipprivatizza kollox, bl-air control b'kollox.", "Aħna ħassejna li m'għandniex nagħmlu hekk.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Noel Farrugia, dak li kontu se tagħmlu intom huwa ċar u bil-miktub.", "Hekk kontu se tagħmlu, bħalma kontu se tipprivatizzaw bil-konfużjoni li kien hemm ta' l-artijiet li kulħadd juża l-art mingħajr inkwiet ta' xejn.", "Hekk kontu se tipprivatizzaw, bl-addoċċ.", "Aħna m'għamilniex hekk, għamilna l-affarijiet bis-serjeta'.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Onor. Ministru indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna għamilna l-affarijiet bis-serjeta'.", "Aħna qlajna l- air traffic control u l-fire-fighting brigade mill-privatizzazzjoni, u qed niġu f'dan il-parlament biex nirranġaw is-sitwazzjoni ta' l-artijiet ħalli kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.", "Dak li qegħdin nagħmlu.", "U s-sigurta' hija l- istess ħaġa, ma missejniha assolutament xejn.", "Fuq l-ekonomija rrid ngħid li llum nieħdu gost nisimgħu lill-oppożizzjoni titkellem favur il-privatisation u favur linji li rridu nieħdu fl-ekonomija tagħna fejn nagħtu l-enfasi lejn l-effiċjenza tal-pajjiż pero' bejn li tgħid u li tagħmel hemm baħar jaqsam.", "Bil-kliem ngħidu kemm hu tajjeb li nagħmlu l-effiċjenza fil-pajjiż, pero' mbagħad fl-istess debate tisma' l- oppożizzjoni tikkritika kull tibdil li nagħmlu biex inġibu l-effiċjenza fil-pajjiż.", "Ma tistax tagħmel pass f'dan il-pajjiż biex iġġib l- effiċjenza, għaliex ħoll xagħrek u ġib iż-żejt.", "Meta tipprova tagħmel xi ħaġa f'dan is-sens ta' l-oppożizzjoni jibku d-dmugħ tal-kukkudrill favur kulħadd b'dan l-isprunar popolist li llum ħadet biex tipprova tikkuntenta lil kulħadd taħt il-kappa tax-xemx.", "Ftit ilu ltaqgħu ma' l-assoċjazzjoni tan-negozjanti u tkellmu favur in-negozju, ħlief xi tnejn li jkunu għadhom ma fehmux l-istrateġija l-ġdida.", "Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu kuntratt li l-gvern se jagħmel ma' l- MIA.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-bżonn li jsir kuntratt simili ilu jinħass żmien twil.", "Għalkemm il-privatisation xprunat u għaġġlet id-deadline li bażikament irridu aħna naslu biex nagħmlu razzjonalizzazzjoni ta' l-użu ta' l-art fl-airport tagħna, pero' dan il-kuntratt mhux qed isir biex issir il- privatizzazzjoni.", "Dan il-kuntratt qed isir biex ikun hemm sens fl-użu ta' l-art fl-airport.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin bl-Air Malta qegħda fi proprjeta` li l-MIA tgħid li qed tuża, li l-MIA qiegħda fi proprjeta` ta' l-Air Malta u li ħadd ma jaf minn fejn jista' jgħaddi u fejn hi proprjeta` tiegħu.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejin f'sitwazzjoni fejn ħadd ma jinvesti f'xejn għaliex xejn m'hu tiegħu.", "Ma jistax ikollna dawn is-sitwazzjonijiet.", "U dan li qed nagħmlu hawn.", "Qed nagħmlu razzjonalizzazzjoni sħiħa.", "Illum għandna ajruport li huwa organizzat u esperti li ġibna biex jivvalutawh jistmaw li jiswa Lm36 miljun.", "Issa hawnhekk irrid ngħid, Mr Speaker, li kieku kien għall- Partit Laburista għadna bil-hanger li kellna, għax niftakruhom il-ħalel li qamu f'dan il-pajjiż meta bdejna t-terminal ta' l-airport.", "Għadna niftakru kemm kellna akkużi ta' ħela ta' flus, kemm akkużi li dan ma kellniex bżonnu!", "Dan niftakruh jew le?", "Tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li moqdijin b'dak li kellna.", "U minkejja dawn l-irwiefen aħna nvestejna fl- ajruport snin ilu u llum dak li nvestejna ġie valorizzat tajjeb.", "Xi wħud mill-oppożizzjoni qalulna: Imma dan għalfejn qed nagħmluh qabel nagħmlu l-agreement tal-privatizzazzjoni?", "Għalfejn ma għamilnihx wara li nagħmlu l-agreement tal-privatizzazzjoni?", "Dan biex nivvantaġġjaw lil xi ħadd?", "Meta nibda nisma' dawn l-affarijiet ninkwieta għaliex ma tridx tkun xi Salamun biex tifhem li jekk se tibdel ċerti affarijiet ta' dritt ta' kumpannija dawn trid tibdilhom meta din il-kumpannija tkun kollha tiegħek.", "Nistgħu nimmaġinaw li lil din il-kumpannija neħdulha l-freehold tat- terminal u tal-parking u dak l-ispazju kollu li għandha meta jkun hemm shareholders privati fiha?", "Hija ħaġa ovvja li dawn l-arranġamenti trid tagħmilhom qabel ma ddaħħal shareholders privati.", "Dawn kif tista' tagħmilhom wara?", "Nagħmluhom wara biex nidħlu fl-istess problema li dħalna fiha fil-każ tal-Maltacom, meta n-naħa l-oħra qabdet u għaffġet il- privatisation mingħajr ma tat estensjoni tal-monopolju tal-linji u tat- telefonija lill-Maltacom?", "Din hija assurdita`.", "Imbagħad ġejna li biex nilliberalizzaw u tal-Maltacom bdew jitolbuna Lm100 miljun!", "Ma tajnihomlhomx imma dawk kienu l-pretensjonijiet għaliex ma lliberalizzajniex qabel ipprivatizzajna.", "U meta ġejna biex nipprivatizzaw niftakruhom fil-gazzetti jgħidulna li jridu Lm100 miljun biex iħalluna nilliberalizzaw għaliex konna daħħalna l-private shareholders qabel.", "Mr Speaker, irrid ngħid li l-ewwelnett, il-proprjeta` kollha li hemm ġewwa l-airport hi tal-gvern u mhijiex ta' l-MIA, u jekk l-MIA se tiġi privatizzata m'hi se jkollha titlu ta' proprjeta` fuq ebda parti mill- airport.", "Mhux l-MIA biss imma ħadd m'hu se jkollu titlu ta' proprjeta` fuq l-ajruport.", "B'dan il-mod aħna assigurajna dan l-asset li huwa ta' importanza strateġika nazzjonali.", "Mela mill-privatizzazzjoni mhux biss qtajna l-air traffic control, li kien se jiġi privatizzat ukoll fi żmien il- Labour, pero` qtajna wkoll kull tip ta' proprjeta` li wkoll kienet se tgħaddi fil-privatizzazzjoni fi żmien il-Labour.", "Mr Speaker, hawnhekk qegħdin nieħdu lura l-proprjeta` li għandha l-MIA.", "Issa biex topera din il-kumpannija għandha bżonn biċċiet żgħar ta' art, li aħna spjegajna x'inhuma waqt il-kumitat li kellna, it-terminal u l-car park u dawn qed ngħidu li se nagħtuhomlha b'ċens għal 65 sena.", "Issa kulħadd jaf li bejn proprjeta` freehold u ċens ta' 65 sena hemm differenza kbira ta' valur.", "Jekk inti jkollok dar tiegħek, jiġi xi ħadd u jgħidlek biex inti tagħtihielu u hu jagħtihielek lura b'ċens ta' 65 sena, int x'se tgħidlu?", "Tgħidlu li trid tkun taf kemm se jagħtik biex tibdel it-titlu ta' proprjeta` għal titlu ta' ċens ta' 65 sena.", "Issa proprjeta` li llum hija vvalutata Lm36 miljun qed jeħodha lura l-gvern u jagħtiha lura bħala użu, bħala ċens ta' 65 sena.", "X'inhu l-valur ta' din it-transazzjoni, Mr Speaker?", "Kemm-il miljun kienet tiswa din kieku kellha ssir fuq bażi kummerċjali, kieku kellha ssir ma' ħaddieħor, jew kieku kellha ssir wara li pprivatizzajna?", "Imma aħna x'qegħdin ngħidu?", "Qed nagħtu valur ta' Lm36 miljun jekk nixtru mill-MIA pero` taċ-ċens qed nieħdu mingħand l-MIA rigal ta' Lm36 miljun biex hekk aħna lill-MIA ma ngħaddulha l-ebda flus.", "Pero` li l-MIA se tkun għamlet profitt fuq il-proprjeta` se tħallas it-taxxa fuq dak il-profitt ta' Lm5 miljun u billi dan huwa kuntratt ta' art li jiġbed miegħu l-boll ukoll, fuq dan il-kuntratt l-MIA se tħallas Lm3 miljun boll.", "Staqsewna jekk ix-shareholder li ġej huwiex se jerfa' xi ftit mill-piż.", "Issa ħalli nagħmel parentesi żgħira, Mr Speaker.", "Dan il-kuntratt m'huwiex max-shareholder barrani li ġej jieħu shareholding fl-MIA, din l-art mhux qed tgħaddi lilu, din l-art qed tgħaddi lill-MIA.", "Ix-shareholder barrani se jkun minority shareholder fl-MIA, pero` ċ-ċens mhux qed nagħmluh mal- kumpannija MML, li issa ntgħażlet biex tkun ix-shareholder fl-MIA, imma qed nagħmluh mal-kumpannija MIA.", "Qed ngħid hekk għaliex ħafna mill-isfumaturi tad-diskorsi li smajna matul dawn il-jumejn juru din il-konfużjoni fl- imħuħ.", "Tan-naħa l-oħra qed jipprovaw jgħidu li dan il-kuntratt qed isir ma' l-MML imma dan m'huwiex il-każ.", "Irrid ngħid ukoll li t-Lm8.5 miljun li se jgħaddu lill-gvern bħala taxxi, se jgħaddu b'finanzjament li se jsir fl-MIA li se jerfgħu l-piż tiegħu x- shareholders il-ġodda.", "Dan qed isir f'dan il-mument qabel il- privatizzazzjoni għaliex hekk jagħmel sens.", "Il-loġika hekk tgħidlek, u diġa` kien diffiċli tinnegozja ma' kumpanniji parastatali, għax jien għereqt id-demm anke biex ilħaqna l-ftehim bejn l-Air Malta u l-MIA.", "Jiena naħseb li kulmin kien ministru llum jifhem x'qed ngħid.", "Ħafna drabi tipprova tlaqqa' n-nies imma jirnexxielek biss jekk tkun perseveranti.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Brincat staqsa wkoll jekk dan huwiex parallel mal- kuntratt tal-privatizzazzjoni.", "Fil-fatt apparti li l-privatizzazzjoni hija bażikament agreement ta' trasferiment ta' shares, hemm ħafna issues oħra.", "Per eżempju hemm il-management agreement.", "Ħafna staqsew x'fih dan il-management agreement.", "Dan il-management agreement kien anness bħala wieħed mid-dokumenti fil-pakkett li xi ġimgħat ilu qassamna lill-membri parlamentari qabel beda dan id-debate.", "Jiġifieri x'fih il-management agreement kulħadd seta kien jaf u tant huwa hekk li l-Onor.", "Mangion għamel ħafna kummenti fuqu.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni li jaf kulħadd, li hi l-kwestjoni tal-liċenzja.", "Il-mod kif jaħdmu l-affarijiet huwa li d-director of civil aviation huwa r- regolatur ta' l-airport.", "Hawnhekk irridu nifhmu li anke' jekk aħna qed nagħtu din il-proprjeta`, anke jekk hemm management agreement u ċens lill- MIA, dan ma jfissirx li tista' tagħmel li trid għaliex l-uniku mod li tista' tħaddem dan l-ajruport hija li jkollha l-liċenzja mingħand id-DCA.", "U l-liċenzja mingħand id-DCA hija liċenzja li għandha ħafna u ħafna kundizzjonijiet ta' kif topera, u d-DCA huwa l-watchdog biex jassigura li l-kundizzjonijiet kollha li hemm fil-liċenzja jiġu obduti.", "Huwa wkoll l- arbitru bejn operaturi differenti li jużaw l-ajruport biex dawk kollha li jħossuhom aggravati b'xi deċiżjoni li jieħdu dawk li qed imexxu l-ajruport, jiġifieri l-MIA, ikunu jistgħu jmorru għandu u hu jara li l-affarijiet ikunu sew.", "Id-DCA ukoll se jkollu dak li aħna nsejħulu an economic committee li jippubblika economic regolamenti ekonomiċi dwar l-ajruport.", "B'dawn ir-regolamenti ekonomiċi jkunu regolati ċ-charges li jridu jsiru mill-kumpannija li qed tmexxi l-ajruport.", "Mr Speaker, din hija tweġiba għal dawk li staqsew jekk din hijiex se taqbad u tgħolli r-rati kif trid.", "Le, hemm dan il-kumitat magħmul mir-regolatur, mill-MIA, mill-Air Malta u min-nies li jieħdu ħsieb is-sigurta` ta' l- ajruport biex jaraw li ċ-charges li hemm fl-ajruport ikunu raġjonevoli.", "Ħafna drabi jkun hemm formuli ppreparati minn qabel biex kif jiċċaqalqu ċerti affarijiet 'il fuq jew 'l isfel ikun jistgħu jiċċaqilqu ċerti charges.", "Billi dan huwa l-uniku ajruport ta' Malta u l-uniku li jipprovdi dan it-tip ta' servizz ma nistgħux inħallu f'idejn l-operat biex jagħmel iċ-charges li jrid.", "Kull charge li jrid iżid irid jiġi approvat minn dan il-kumitat li, nerġa' ngħid, se jkollu fih id-DCA, l-MIA, l-Air Malta u nies oħrajn.", "Dan qed ngħidu biex nuri li hemm kontroll sħiħ f'kull fażi ta' l-operazzjoni.", "Staqsewna wkoll dwar x'inhu l-impatt fuq l-airfreight u fuq it-turiżmu.", "L- airfreight u t-turiżmu m'humiex funzjoni ta' min qed imexxi l-ajruport.", "Iċ-charges kollha li jistgħu jimpattaw b'xi mod dawn is-setturi se jkollhom jiġu approvati minn dan il-kumitat ekonomiku.", "Kien hemm ukoll min staqsa fuq il-Maltapost u l-fatt li aħna qed ngħidu li se jkun hemm operazzjoni hemmhekk.", "Aħna taf x'qed ngħidu, Mr Speaker?", "Aħna qed ngħidu li meta nħarsu 'l quddiem aħna naraw li jista' jkun hemm possibbilta` li l-Maltapost ikollha bżonn post ġo l-airport minn fejn tkun tista' tiffunzjona.", "Mhux qed ngħidu li l-Maltapost se tagħmel hekk għada, pero' ħsibna biex irriservajna dan il-post ħalli jekk il-Maltapost tieħu din id-deċiżjoni ma jkollniex għalfejn immorru għand l-MIA u nibdew ninnegozjaw mill-bidu imma nsibu din il-biċċa xogħol lesta.", "Meta tkun qed tagħmel l-affarijiet bil-għaqal tipprova taħseb kemm jista' jkun fil- bżonnijiet tiegħek fil-futur u tagħmel tajjeb għalihom f'dak li tkun qed tagħmel issa.", "Kien hemm min staqsa dwar kif sar il-prezz ta' Lm36 miljun u min ikkalkola dan il-prezz.", "Dan għamluh il-privatisation unit u mhux il-land department.", "L-ewwelnett, Mr Speaker, bir-rispett kollu lejhom, ma nistgħux nistennew li dawk li jaħdmu fil-land department ikunu esperti f'kollox.", "F'Malta dejjem ikun hawn expertise biex jivvaluta art biex tingħata għall-iżvilupp ta' bini, imma mbagħad meta tiġi biex tagħti valutazzjoni ta' ajruport hija ħaġa differenti.", "Dawn huma affarijiet speċjalizzati u jien ma nistenniex li mmur għand il-land department u dawn ikunu kapaċi jagħtuni valutazzjoni ta' ajruport jew ta' freeport.", "Dawn kif jistgħu jagħtuk valutazzjoni ta' xi ħaġa li m'hijiex xi ħaġa għall-iżvilupp, fejn wieħed ikun jaf l-iżvilupp kif inhu sejjer?", "Din hija xi ħaġa li għandha other value magħha li biex tiġi valutata jrid ikollok ċertu expertise.", "Mr Speaker, il-privatisation unit x'għamlet għal dan il-għan?", "Qabbdet nies esperti minn barra minn Malta li kienu qed jgħinuha fuq din il- privatizzazzjoni, qaltilhom biex tivvalutaw l-airport terminal, u dawn għamlu l-valur.", "Din hija xi ħaġa ħażina?", "Ma naħsibx li huwa ħażin.", "Huwa l-mod kif naħseb tagħmel l-affarijiet bil-għaqal u kif għandek tagħmilhom.", "Kien hawn min staqsa jekk ibbażajniex fuq xi PE ratio.", "Mr Speaker, jien qatt ma smajt li valur ta' proprjeta` tibbażah fuq PE ratios.", "PE ratio hija sistema li tipprova tivvaluta business li huwa ongoing u mhux se tivvaluta assets eżistenti.", "Il-PE ratio tfisser il-profitt li tkun għamilt u allura l-goodwill li jkun qiegħed jiġġenera għal numru ta' snin li tiddeċiedi.", "Dak ifisser u ma naħsibx li huwa l-bażi kif tivvaluta proprjeta`.", "Jien naħseb li l-valutazzjoni hija valutazzjoni serja li fil- fatt l-effett tagħha kien fuq xiex tħallas it-taxxa u fuq xiex finalment tħallas il-boll.", "Sar ħafna diskors ukoll fuq il-fatt li l-gvern se jidħol u jagħmel tajjeb għad-djun tal-kumpannija.", "Anke hawnhekk ma fehmna xejn.", "X'qed ngħidu hawnhekk?", "Qegħdin ngħidu li l-kumpannija se tagħmel investiment fuq il-proprjeta' li qed jgħaddilha l-gvern.", "Dan l-investiment qed tagħmlu b'approvazzjoni tal- gvern.", "Li qegħdin ngħidu huwa li fil-każ li jiġri xi ħaġa lil din il- kumpannija, l-gvern se jieħu lura l-proprjeta' bl-investiment li hemm fuqha.", "U qed jingħata konfort lill-banek fejn qegħdin ngħidu li l-gvern m'huwiex interessat li jagħmel windfall profits.", "Il-gvern mhux interessat jgħid: Ara kemm mort tajjeb għaliex dawn fallew.", "L-ewwelnett aħna m'għandniex interess li dawn ifallu.", "Aħna għandna interess li dawn jimxu tajjeb.", "Allura qegħdin ngħidu li aħna m'aħniex se nagħmlu windfall profits.", "Aħna qegħdin ngħidu lill-banek li għall-valur ta' proprjeta' ta' kapital li ġie investit fuq il-proprjeta' - jiġifieri mhux għal kwalunkwe ħaġa - u capped għal numru ta' snin ta' profitti li tagħmel il-kumpannija, aħna lesti li nagħmlu tajjeb għalih.", "Qalu wkoll li aħna qed niggarantixxu lill-kumpannija li jekk tagħmel xi investiment, aħna se nagħmlulha tajjeb biex ma tgħollix l-ispejjeż.", "Dan m'huwiex eżatt il-każ, Mr Speaker.", "Aħna kulma qegħdin ngħidu huwa li jekk il-gvern Malti jordna lill-kumpanniji li tagħmel miżuri fl-ajruport li m'humiex rikjesti minn pajjiżi oħra bħall-pajjiżi Ewropej, jiġifieri jaqbad u jgħid \"jien irrid hekk\", u allura se jpoġġiha f'sitwazzjoni li ma tkunx kompetittiva, hemmhekk iva, jrid jagħmel tajjeb.", "Sakemm il-kumpannija qed tieħu l-miżuri rikjesti b'mod internazzjonali u li qed isiru minn pajjiżi oħra, m'hemmx kwestjoni ta' kompetittivita', għaliex dak li qed tagħmel hi qed jagħmlu ħaddieħor.", "F'dan il-każ, għalkemm il-kost jitla', imma l- kompetittivita' tibqa' l-istess.", "Mr Speaker, jidher li sfortunatament, għalkemm kellna ċ-ċans li nidħlu fid- dettall ta' dan il-kuntratt fil-kumitat li għamilna tal-Kamra l-ġimgħa l- oħra, min-naħa ta' l-oppożizzjoni jibqgħu jqajmu d-dubji, imma naturalment il-miktub huwa hemm u qiegħed hemm ippubblikat biex jifhmu kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni dwar trasferiment ta' proprjeta' f'Ħal Luqa lil Malta International Airport plc kif imressqa u moqrija mill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet voazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fis-7:44 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni dwar trasferiment ta' proprjeta` f'Ħal Luqa lil Malta International Airport plc kif imressqa u moqrija mill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "358", "FAVUR : 30", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean |Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 23", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Debono Grech | | |Joe | |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles| |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian| |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: Insejjaħ issa lill-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nirrapporta progress li fis-stadju ta' Kumitat għaddiet il-Liġi dwar l-Emendi għal-Liġi tal-Kunsilli Lokali u qed inpoġġi fuq il-Mejda l-Minuti minn 101 sa 150 laqgħa ta' l-istess kumitat dwar l-abbozzi ta' liġijiet.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET", "PENSIONS (AMENDMENT) ORDINANCE", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, se naqra l-messaġġ tal-President:", "GUIDO DE MARCO", "PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett tat-Taqsima III Ġdida proposta għall-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet, Kap. 93 u l-Att dwar il-Pensjoni tal-Membri tal- Parlament, Kap. 280\", jirrakomandaha għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "25 ta' Ġunju 2002", "MR SPEAKER: Il-Kamra issa tirriżolvi ruħha f'Kumitat.", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresedi.", "Klawsola 2 – Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ", "Clause 2 – Short title and commencement", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, klawsola 2 hija sempliċement klawsola introduttorja għall-ewwel taqsima ta' dan l-abbozz.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, m'għandi l-ebda ħsieb li nagħmel xi second reading f'dan il-kumitat, imma rrid inkun prattiku u to the point kemm jista' jkun.", "Bil-permess tal-Ministru la qed nitkellmu fuq pensjonijiet naħseb li jkun ta' interess pubbliku li nispjega fil-qosor ħafna - u mhux se nieħu iktar minn minuta - x'inhuwa t-thinking tal-partit Laburista fuq il-pensjonijiet privati.", "Irrid nagħmel hekk għaliex qed ikun hemm ħafna kliem dawr jekk aħniex f'pożizzjoni jew le li nispjegaw din il- pożizzjoni, iżjed u iżed billi, fil-fehma tagħna ġustifikament ma ħadniex sehem fil-kummissjoni tal-welfare.", "Il-pożizzjoni tagħna f'sentenza waħda hija - u hawn mhux qed nagħti opinjoni personali imma qed nagħti anke l-feeling tal-grupp parlamentari Laburista - li l-pensjonijiet ta' l-Istat għandhom jibqgħu funded pubblikament għal kulħadd kif qegħdin illum u għandhom ovvjament jibqgħu mingħajr mittiefes.", "Aħna m'għandna xejn bħala partit Laburista kontra l- introduzzjoni ta' pensjonijiet privati sakemm ikunu over and above ma' dawk ta' l-Istat li, nerġa' ngħid, għandhom jibqgħu mingħajr mittiefsa.", "Aħna m'għandna xejn kontra dan sakemm dawn il-pensjonijiet privati jkunu fuq bażi volontarja kif ukoll ikunu regolati tajjeb u mnedija minn kumpanniji li jkollhom bażi finanzjarja soda.", "Dan qed ngħidu for the record u for public information.", "Nirringrazzja lill- ministru talli tani l-permess li niddevja ftit mil-liġi nnifisha u nwiegħdu li fl-interventi li jmiss noqgħod strettament mal-klawsoli li għandna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien ma nistax ma nagħmilx kumment fuq dan il- kummenti li għadu kemm għamel l-Onor.", "Brincat.", "L-ewwelnett nilqa' bil- ferħa din id-dikjarazzjoni ta' l-oppożizzjoni għaliex din hija l-linja li issa ilna issa ħafna mexjin fuqha u ngħidu u nagħtu pariri li għandna nwettqu.", "Aħna nemmnu - u jien għedtha ħafna drabi fil-pubbliku, bħalma qalha sieħbi wkoll il-Viċi Prim Mnistru - li l-gvern għandu jiggarantixxi pensjoni funded minnu kif inhi llum li tkun pensjoni minima li ma tkunx pensjoni massima.", "Dak it-tibdil bażiku li jkollna nipproponu hi din li l- pensjonijiet kif nafuhom illum f'pajjiżna għandhom ikunu pensjonijiet minimi pero` għandhom jibqgħu l-garanziji tal-gvern u għandha tibqa' mmexxija mill-gvern.", "Dik hija l-pożizzjoni tagħna.", "Aħna qegħdin ngħidu wkoll li rridu niftħu għall-pensjonijiet privati naturalment b'sistemi kontrollati li nassiguraw li dawn il-pensjonijiet ikunu għall-benefiċċju ta' min jeħodhom.", "Nerġa' ngħid li nilqa' dan iċ-change of heart ta' l- oppożizzjoni u nittama ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: A public declared policy.", "Aħna ma għamilna l-ebda u- turn jew right about turn fuqha u nista' nikkonfermaha a bażi tad- diskussjonijiet li kellna regolarment fil-grupp parlamentari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mela nilqa' din il-pożizzjoni li ġiet annunċjata mill- Partit Laburista pero` nixtieq nappellalhom li l-pass li jmiss ikun li jipparteċipaw fuq bażi nazzjonali ħalli jkollna vuċi waħda dwar kif nistgħu nsolvu din il-problema li se tiffaċċja lill-pajjiż.", "Fil-futur jistgħu jkunu huma fil-gvern u allura jkun aħjar jekk nibdew insolvuha minn issa.", "Jien l-appell tiegħi hu u dejjem kien li rridu nsibu ċerti soluzzjonijiet.", "Jien nemmen li fid-diskussjonijiet li qed jagħmlu l- oppożizzjoni wkoll jifhmu u jgħarfu li hemm bżonn isiru ċertu tibdiliet fil- pajjiż.", "Jien nemmen b'qalbi kollha li jekk dawn it-tibdiliet nibdew nagħmluhom minn issa, nistgħu nagħmluhom b'mod li ma nweġġgħu lil ħadd, pero` jekk se nistennew, min se jkun fil-gvern dakinhar se jkollu jieħu deċiżjonijiet li jweġġgħu lin-nies.", "Jien l-appell tiegħi hu li l-oppożizzjoni tingħaqad f'moviment nazzjonali għaliex din hija problema nazzjonali.", "Il-pensjonanti f'pajjiżna tal-lum u tal-futur m'humiex enclave, la ta' partit u lanqas ta' ieħor, u aħna għandna l-obbligu bħala politiċi, kemm fuq il-bankijiet tal-gvern u kemm fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni li nieħdu ħsieb il-pensjonanti tal-lum u nassiguraw is-serħan ir-ras tal-pensjonanti tal-futur.", "Is-soluzzjonijiet li jridu jinstabu m'humiex soluzzjonijiet li se noqogħdu nxejru l-bandieri u niftaħru dwarhom.", "Fl-opinjoni tiegħi jien persważ li jekk inpoġġu rasna flimkien nistgħu nieħdu d-deċiżjonijiet li pajjiżna għandu bżonn biex naċċertaw li l-pensjonanti tagħna tal-lum ma jbatux u li l-pensjonanti tal- futur iserrħu rashom minn livell ta' pensjonijiet adegwati.", "Mr Chairman, jien nixtieq li dan l-appell ma jaqax fuq widnejn torox.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Wegħedt li ma nżidx iktar ma' dak li għedt imma nħoss li għandi nirreaġixxi minnufih għal dak li qal il-Ministru.", "Aħna konna kontra s-sehem tagħna fil-kummissjoni tal-welfare sa mit-twaqqif tagħha għaliex ħassejna li kienet xi ħaġa estranea u se tkun anke ta' paraventu għall-operat tal-gvern tal-ġurnata.", "Il-mod xejn sodisfaċenti kif din il- kummissjoni ħadmet - jekk tista' tgħid li ħadmet - jew eżistiet f'dawn l- aħħar xhur naħseb li kompla jiġġustifika kemm kienet deċiżjoni għaqlija li nibqgħu barra minnha.", "Jien naħseb li l-policy statement li għamilt issa f'isem il-grupp parlamentari m'għandu jbiddel xejn mill-pożizzjoni li ħa s'issa l-Partit Laburista.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naħseb li dak li ġara fil-kummissjoni tal-welfare juri biċ-ċar kemm ma kellhiex raġun l-oppożizzjoni li din kienet paraventu tal-gvern.", "Jien naħseb li l-fatti ppruvaw li dan ma kienx minnu u naturalment hija deċiżjoni tagħhom ikkoperawx jew le biex tinstab soluzzjoni għal dan is-settur.", "Naturalment il-gvern għandu r- responsabbilta` li jibni consensus kemm jista' jkun fil-pajjiż biex dawn is- soluzzjonijiet jinstabu.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki dwar klawsola 2?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Żieda ta' artikoli mal-liġi prinċipali", "Clause 3 – Addition of articles to the principal law", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'din il-klawsola hawn id-dettalji ta' x'qed ngħidu.", "Fl-emenda għal artiklu 8(b) tal-liġi prinċipali qegħdin niddikjaraw il- prinċipju bażi li fuqu tinħadem din il-pensjoni.", "Hawnhekk se nkun eżawrenti u dettaljat għaliex naħseb tajjeb li ngħidu fid-dettal x'qed isir.", "Dan il-prinċipji jinstab marbut ma' żewġ kundizzjonijiet ewlenin.", "L- ewwelnett l-uffiċjal pubbliku jrid ikun tqabbad b'ordni tal-prim ministru biex jaqdi dmirijietu ma' enti pubblika u l-istess uffiċjal pubbliku jrid ikun aċċetta mpjieg permanenti ma' l-istess enti pubbliku.", "Jiġifieri jrid ikun spiċċa minn impjegat tal-gvern u jkun aċċetta impjieg permanenti ma' enti pubblika.", "Dan ifisser li dan l-uffiċjal pubbliku ma jridx ikun la sekondat, la misluf u lanqas trasferit b'arranġament", "amministrattiv ma' dak l-enti pubblika.", "Fl-istess waqt ikun żamm ir-rabta li kellu mal-gvern bi dritt kollu għall-promozzjonijiet biex japplika għal karigi li jkunu vakanti fis-servizz pubbliku minn żmien għal żmien.", "Jekk ikun għamel hekk, ma jkunx inkluż f'dan li qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "Meta dawn l-uffiċjali pubbliċi jirtiraw minn enti pubblika, l-pensjoni tagħhom ma tkunx ikkalkolata fuq is-salarju li jirtiraw bih, iżda fuq is- salarju marbut mal-kariga fis-servizz pubbliku li tkun l-eqreb u l-aktar tikkorrispondi mal-kariga li minnha jirtiraw mill-enti pubblika.", "Meta dawn jirtiraw minn enti pubblika, se jirtiraw fil-kariga li jkunu laħqu qabel irtiraw pero' mhux neċessarjament fil-paga li jkunu qed jieħdu ta' dik il-kariga, imma l-kariga li jkunu rtiraw fiha tiġi mqabbla ma' kariga li hemm fis-settur governattiv.", "Dak it-tqabbil naturalment jiddeċiedi s- salarju li fuqu tiġi kkalkolata l-paga.", "Dan it-tqabbil isir minn bord imwaqqaf għal dan il-għan għal kull enti pubblika.", "Dan il-bord ikun magħmul minn chairman maħtur mill-ministru tal- finanzi, minn membru maħtur mill-uffiċċju tal-prim ministru li hu responsabbli mill-kondizzjonijiet ta' mpjieg fis-servizz pubbliku u minn membru ieħor maħtur mill-ministru responsabbli għal dik l-enti pubblika.", "Meta enti pubblika ma tkunx taqa' b'mod speċifiku taħt ministru partikolari, allura dan il-membru jinħatar mill-ministru responsabbli għar- relazzjonijiet industrijali.", "Din il-klassifika ta' karigi mqabbla jew korrispondenti ma' xulxin issir fi żmien tliet xhur minn kull ċaqliq li jsir sew fis-salarji ta' l-impjiegi tal-gvern kif ukoll fis-salarji ta' dik l-enti pubblika li jirriżulta mill-ftehim kollettiv jew minn kull ftehim ieħor.", "Imbagħad fl-artiklu (ċ) qegħdin nagħmlu \"eċċezzjoni\" għal din ir-regola.", "Qed ngħidu li dawk kollha li kienu pensjonanti fl-1 ta' April, 2002 se jkunu ttrattati b'dawn ir-regoli li ġejjin.", "Fir-rigward ta' dawk l- uffiċjali pubbliċi li jew diġa' kellhom impjieg permanenti jew laħqu rtiraw qabel l-1 ta' April 2002 minn waħda minn dawn l-entijiet pubbliċi jew dawk l-uffiċjali pubbliċi li kienu mqabbda qabel l-1 ta' April 2002 biex jaqdu dmirijiethom f'waħda minn dawn l-enti pubbliċi u rtiraw wara l-1 ta' April, 2002 jew ikunu laħqu rtiraw bla ma jkollhom ċans jaċċettaw impjieg permanenti qabel dik id-data stabbilita b'ordni mill-prim ministru, dawn jieħdu l-pensjoni tagħhom ikkalkolata fuq is-salarju li jirtiraw bih ma' l- enti pubblika suġġett għall-capping ta' grad 3 fis-servizz pubbliku.", "Is-salarju ta' dawk li kienu diġa' qegħdin f'dawn l-enti fl-1 ta' April 2002, li fuqu jittieħed il-pensjoni se jkun is-salarju li spiċċaw bih pero' ma jkunx iktar mis-salarju li jitħallas lill-impjegati tal-gvern fi grad 3.", "Id-data li se tkun stabbilita b'ordni tal-prim ministru se tkun target date li se tingħata lill-entijiet pubbliċi li magħhom għandhom uffiċċjali pubbliċi li huma detailed for service biex sa dakinhar ikunu laħqu offrewlhom l-impjieg permanenti.", "Hawnhekk qed nagħtu ċans lil kull min qiegħed f'dawn l-enti pubbliċi li għadu mhux impjegat fiss ta' l-enti partikolari.", "Se jkun hemm data li se jiffissa l-prim ministru u sa dik id-data dawn l-impjegati jkunu fil- pożizzjoni li jagħżlu jekk hux se jibqgħu mpjegati mal-gvern jew inkella hux se jinqatgħu mill-impjieg tal-gvern, isiru mpjegati ta' l-enti u allura jkollhom id-dritt għal pensjoni kkalkolata kif għedna.", "L-entijiet pubbliċi li għalihom irriferejt huma dawk li jidħlu fl-elenku mal-ftehim ma' l-unions fit-28 ta' Awissu u dawn huma l-universita' ta' Malta, il-bord tat-turiżmu, il-korporazzjoni Enemalta, l-awtorita' tax- xandir, l-MIA, il-public broadcasting services, iċ-ċentru għas-servizzi finanzjarji, il-junior college Gian Franċisk Abela, il-WSC, Maltapost Ltd., il-planning authority, il-public transport authority, il-Maltacom u n- national audit office.", "Artiklu 8 (d) jipprovdi għal dawk il-każijiet li fihom uffiċjal pubbliku jintemmlu l-impjieg permanenti minn enti pubblika biex jingħata mpjieg ieħor permanenti ma' enti pubblika oħra.", "F'kull każ iż-żewġ entijiet pubbliċi jridu jkunu entijiet li fihom servizz mogħti minn uffiċjal pubbliku jitqies bħala servizz mogħti lill-gvern.", "Hawn qed nitkellmu għal dawk li kienu mpjegati tal-gvern fl-1979 u allura huma ntitolati għas- service pension tal-gvern.", "Qed nitkellmu dwar wieħed minn dawn l-impjegati li għadda għal korp pubbliku u li mbagħad jgħaddi għal korp pubbliku ieħor.", "Dan jiġbed miegħu d-dritt tal-pensjoni.", "Każijiet bħal dawn seħħew meta l- korporazzjoni Telemalta, per eżempju, bidlet il-personalita' legali tagħha u saret kumpannija pubblika, il-Maltacom, reġistrata taħt il-Companies' Act 1995.", "Każ ieħor kien tas-servizz tal-kontroll ta' l-ajru li ma baqgħux aktar funzjoni ta' l-MIA imma saru funzjoni tal-Malta Air Traffic Control Services Ltd., kumpannija oħra !00% tal-gvern.", "F'dan il-każ il-ministru tal-finanzi jkollu l-fakulta' li jiddikjara b'ordni li d-drittijiet għall- pensjoni li jkunu jgawdu dawn l-uffiċjali pubbliċi ma' l-ewwel enti pubblika jġorruhom magħhom meta jmorru jaħdmu għat-tieni enti pubblika.", "Naħseb li dan huwa fair ma' dawn l-impjegati.", "F'artiklu 8F qed ngħidu li: \"Ordni magħmul skond l-artikoli 8A u 8D u awtorizzazzjonijiet li jsiru taħthom jistgħu jkunu retrospettivi għal dak id-data li tista' tiġi stabbilita fl-Ordni jew fl-awtorizzazzjoni rispettiva\".", "F'artiklu 8E qegħdin ngħidu li dawk li għandhom kariga mal-gvern li hija temporanja, jiġifieri dawn li qed ikunu promossi b'kuntratt għal tliet snin - u hawn qed nitkellmu fuq każi ta' kariga ta' segretarju tal-kabinett, kariga ta' segretarju permanenti f'ministeru u kariga ta' kap.", "Uffiċjal pubbliku li rtira mis-servizz pubbliku taħt waħda minn dawn il- kundizzjonijiet li semmejt ikollu l-pensjoni tiegħu tat-teżor maħduma fuq is-salarju kif ikun dakinhar li rtira marbut ma' l-ogħla fost il-karigi li kellu taħt performance agreement.", "Għaliex?", "Għaliex naturalment kull meta jingħata dan it-tip ta' kuntratt, dak li jingħata l-kuntratt jibqa' fil- post sostantiv tiegħu qabel ma telaq.", "Aħna qed ngħidu li mela dan ikun għamel żewġ terms fl-istess pożizzjoni huwa fair li jingħata l-pensjoni tiegħu fuq is-salarju li kien igawdi fil-pożizzjoni li jkun jaħdem fiha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien fuq artikli 8A sa 8D ma tantx għandi x'inżid ma' dak li għedt diġa` fis-second reading, għaliex anke l-ministru fl-intervent tiegħu, għalkemm kien intervent qasir, wieġeb uħud mill-punti li kont qanqalt.", "Xtaqt nagħmel riferenza għal artiklu 8E fejn qed nitkellmu dwar pensjoni ta' xi uffiċjali pubbliċi.", "Fuq din aħna kellna riżervi għaliex inħossu li qed jinbidlu ċerti kriterji kemm tal-pensions ordinance u anke ta' l-estacode u ta' l-OPM circular 34/99 għal klassi ta' nies li aħna jidhrilna li hija pprivileġġjata politikament u li ħafna minnhom huma political appointees.", "Ġaladarba l-gvern se jilleġisla f'dan ir-rigward naħseb tajjeb li nirreferi għal xi ftit fine tuning li hemm bżonn f'dan ir- rigward, biex għallinqas jekk se jsir ċertu tibdil, dan ikun tibdil kemm jista' jkun ekwu u ġust.", "It-tibdil ewlieni fl-ordinanza tal-pensjonijiet li din il-Kamra għandha quddiemha qed jindirizza l-ħtieġa li numru ta' ħaddiema li rtiraw wara żmien ta' ħidma mogħti ma' entita` mwaqqfa mill-gvern jispiċċaw jieħdu pensjoni, jew pensjoni u somma, preċiżament hekk imfassla fl-ordinanza, cioe` fuq l-aħħar salarju li jkunu jgawdu minnu fid-data li rtiraw.", "Din hi reviżjoni għal dawk li diġa` rtiraw, hija proposta għal kull ħaddiem mingħajr eċċezzjoni retroattiva għad-data li fiha rtiraw.", "Provvediment ieħor xejn inqas meħtieġ qed jindirizza sitwazzjoni fejn b'riżultat tar- riforma ta' l-1991 tas-settur pubbliku, il-ħatriet fil-kategorija (a), jiġifieri għal gradi ġodda numru 5 jew ogħla, bdew jingħataw biss b'kuntratt definit u fl-istess waqt iħallu lill-impjegat jew impjegata marbut fil-grad sostantiv milħuq qabel l-għoti tal-kuntratt.", "Dan ġab sitwazzjoni fejn rigward impjegat definit f'kategorija (a), grad li laħaq l- eta` li jirtira waqt li kien fil-kariga, ma kienx qed jiġi onorat il- provediment fl-ordinanza fejn pensjoni, jew pensjoni u somma, tinħadem fuq is-salarju mogħti lill-impjegati dakinhar jekk mhux b'kunsens speċjali – u dan fuq bażi personali – mogħti mill-prim ministru.", "Dan il-kunsens, Mr Chairman, barra li ma kien hemm l-ebda provediment għalih fl-ordinanza, setgħa ħoloq – mhux qed ngħid li ħoloq – diskriminazzjoni mit-tmexxija lejn xi wħud mill-impjegati tiegħu.", "Jien naħseb li preċiżament dak huwa li ma jixtieqx jagħmel il-gvern fir-rigward ta' dawk l-impjegati li rtiraw minn ma' entita` mwaqqfa minnu u li għalih qed nilleġislaw illum.", "Għaldaqstant jien qed nipproponi li fir-rigward ta' ħaddiema li mir-riforma ta' l-1991 'l hawn irtiraw fuq kuntratt definit f'kategorija (a) - u għandi għaliex nifhem li dawn ma setgħux kienu ħafna, jekk effettivament kien hemm minnhom - il-pensjoni, jew il-pensjoni u s- somma tagħhom, bl-istess mod għandha tiġi riveduta fuq is-salarju li kienu jgawdu fid-data li rtiraw bi dritt bħalma qed isir fir-rigward tal-ħaddiema li rtiraw minn ma' entita`.", "B'hekk naħseb li tkun qed issir ġustizzja ma' l-impjegati kollha taċ-ċivil, sew jekk servew u rtiraw ma' entita` u sew jekk irtiraw fuq kuntratt definit f'kategorija (a) minn maċ-ċivil.", "B'hekk kulħadd ikun l-istess mingħajr ma ssir l-ebda diskriminazzjoni ma' ħadd.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment m'hijiex l-intenzjoni tagħna u ma rridu nagħmlu diskriminazzjoni ma' ħadd.", "Jekk ikun hemm każ li jinqalgħu xi anomaliji, huma każi li rridu nirranġaw pero` f'Artiklu 8E qed nagħmlu kundizzjoni li l-uffiċjal in kwestjoni jkun għamel term wieħed ta' tliet snin tal-kuntratt u ma nistgħux naħseb immorru kontra dan il-prinċipju għaliex irridu ngħidu li rridu naqtgħu linja.", "Jekk wieħed ikun għal xi ftit żmien elevat għall-pożizzjoni u ma kompliex għal xi raġuni jew oħra, ma naħsibx li għandna ngħidu li għandu jkollu dawn il-benefiċċji.", "Jien naħseb li tajjeb li kull wieħed ikun ikkompleta term wieħed tiegħu.", "Naħseb li dan huwa filtru adegwat u allura ma naħsibx li għandna nagħmlu eċċezzjonijiet u ngħidu li kulmin b'xi mod kien qiegħed f'din il-pożizzjoni għandu jitħallas b'dan il-mod.", "Dawn, kif għedt, huma affarijiet li ġew maħsuba ħafna fil- kuntest ta' l-organizzazzjoni taċ-ċivil u ma nħossx li għandna nibdluhom.", "Mr Chairman, għal din il-klawsola nixtieq nagħmel emenda verbali minħabba li ġibduli l-attenzjoni li riċentement sar xi tibdil fl-ismijiet ta' xi awtoritajiet.", "Nipproponi din l-emenda:", "Fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 8C kif propost fi klawsola 3, minflok il-kliem \"Awtorita' ta' l-Ippjanar, Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku,\" għandhom jidħlu l-kliem \"Awtorita' ta' l- Ippjanar, Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta,\".", "In paragraph (b) of subarticle (2) of article 8C as proposed in clause 3 for the words \"Planning Authority, Public Transport Authority,\" there shall be substituted the words \"Planning Authority, Malta Environment and Planning Authority, Public Transport Authority, Malta Transport Authority,\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mhux biex nikkontradixxi dak li qed jgħid il- Ministru, imma ma nafx jekk ikunx jaqbel li ssir klawsola transitorja minflok inħallu żewġ ismijiet.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, fil-liġi stess hemm il-provvediment li nies li jkunu f'enti pubblika...", "(Interruzzjonijiet) Le, qiegħda fil-liġi diġa`.", "THE CHAIRMAN: Ministru, l-awtorita` ta' l-ippjanar għandha tiġi Malta environment and planning authority.", "Hawnhekk qiegħda awtorita` ta' l- ippjanar biss.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn huma affarijiet li jistgħu jsiru permezz ta' legal notice, pero` jekk nistgħu ndaħħluhom issa, naħseb li jkun aħjar jekk indaħħluhom issa.", "Mela awtorita` ta' l-ippjanar u ambjent.", "Bħalma għandna, per eżempju, Telemalta u Maltacom, iridu jibqgħu t-tnejn.", "Jiġifieri qed nagħmlu emenda fejn indaħħlu wkoll il-planning and environment authority.", "THE CHAIRMAN: Mela se tibqa' awtorita` ta' l-ippjanar u Malta environment and planning authority.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jew planning and environment, issa l-Iskrivan jekk jogħġbu jara kif inhi preċiż.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Emenda ta' l-Att dwar il-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament, Kap 280", "Clause 4 – Amendment of the Members of Parliament Pensions Act, Cap.", "280", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola qed tagħti l-awtorita` lill-ministru tal-finanzi li japprova l-għoti ta' pensjoni lill-membru tal- parlament li għalkemm ma jkunx għalaq 61 sena iżda jkollu l-kundizzjonijiet l-oħra kollha li jagħmluh eliġibbli għall-pensjoni.", "Jiġifieri dan irid ikun diġa` eliġibbli għall-pensjoni, għax ma jkunx jista' jkompli jaħdem bi qligħ għal raġunijiet ta' saħħa pero` ma jkunx għalaq il-61 sena.", "Bażikament qed ngħidu li l-membri parlamentari jkollhom sistema ta' boarding out bħalma għandhom impjegati oħra fiċ-ċivil.", "Membru parlamentari f'din il-pożizzjoni, b'ċertifikazzjonijiet neċessarji li aħna stipulajna fil-liġi jista' jiġi boarded out u jista' jibda jieħu parti mill-pensjoni kif ipprovduta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, ma rridx nerġa' niftaħ każi, imma fis- second reading kont spjegajt li din il-parti tal-liġi kienet tkun ħafna iktar ekwa u ġusta kieku kien hemm każ ieħor li mhux se nsemmi speċifikament li b'xi mod ieħor ġie akkomodat ukoll.", "Dan huwa bir tas- skieken u napprezza li l-public opinion hija kontra dawn it-tip ta' aġġustamenti.", "Fil-fatt diġa` dehru xi ittri fil-gazzetti f'dan ir-rigward, biss hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq mijiet ta' każi u lanqas qed nitkellmu biex nakkomodaw lilna l-65 deputat.", "Aħna għedna – u dan sar f'abbokkamenti li saru bejn in-naħa tal-gvern u l-oppożizzjoni u anke l-Ispeaker tal- parlament huwa konxju ta' din it-talba għaliex tqajjmet anke fil-welfare committee tal-parlament - li kienet tkun iktar ekwa u ġusta kieku kien jiġi akkomodat it-tielet każ li kien hemm pendenti.", "Jien dan qed ngħidu mingħajr l-ebda riflessjoni fuq iż-żewġ każi li qed jiġu catered for.", "Aħna ovvjament, irrispettivament mill-fatt ta' ġewx min-naħa jew oħra, inħossu li din l-emenda hija ġustifikata, biss nerġa' ngħid li aħna jidhrilna li given li flok aġġustament għal tnejn kien ikollna aġġustament għal tlieta, l-gvern seta' fformola l-abbozz ta' liġi mod ieħor biex jara li din tiġi indirizzata wkoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, min-naħa tagħna kkunsidrajna dawn il- każi, inkluż il-każ li qed isemmi l-Onor.", "Membru.", "Aħna xtaqna nakkomodaw kemm jista' jkun, pero` r-realta` hija li f'dan il-każ aħna konna se nbiddlu b'mod drastiku u anke b'mod li ma jaqbel xejn mar-regoli ta' eliġibbilta` għall-pensjoni li għandna fil-pajjiż.", "Bl-emenda li għamilna issa ma missejniex il-mod kif membru tal-parlament ikun eliġibbli għall- pensjoni.", "Kulma daħħalna għall-membri parlamentari wkoll huwa l-kunċett ta' boarding out li jeżisti fil-liġi tal-pensjoni normali fil-pajjiż.", "Kieku kellna nagħmlu emendi oħrajn biex nakkomodaw dan it-tielet każ konna nibdlu r-regoli ta' kif bniedem jista' eliġibbli għall-pensjoni b'mod li fl- opinjoni tagħna m'għandniex nibdlu.", "Wara li kkunsidrajniha ddeċidejna li m'għandnix nidħlu f'din is-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Emenda ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali", "Clause 5 – Amendment of article 4 of the principal Act", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, bażikament il-mekkanika ta' kif għandha taħdem hija l-istess ħaġa li għadna kemm spjegajna.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Inti qed tirriferi għall-emenda tal-forzi armati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, le.", "Klawsola 4 hija sempliċement introduzzjoni għat-taqsima 2.", "Dan id-dibattitu li għamilna fuq klawsola 4 fil-verita' kien fuq klawsola 5.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Dispożizzjonijiet tranżitorji.", "Clause 6 – Transitory provisions.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola titkellem dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għal meta l-ministru japprova din it-tip ta' pensjoni ta' membru tal-parlament.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Li xtaqt nistaqsi biss huwa fuq ir-retroattivita` tagħha.", "Din se tkun retroattiva jew le?", "Qed nistaqsi dan għaliex m'hemm xejn speċifikat fil-liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naħseb li mhux se jkun hemm retroattivita` f'din l-għoti ta' pensjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 7 NEW CLAUSE 7", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nitlob il-permess biex inressaq klawsola ġdida 7 għall-ewwel qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u l-Klawsola Ġdida Nru 7 tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi t-tieni qari ta' klawsola ġdida nru 7:", "Minnufih wara l-klawsola 6 għandha tiżdied it-Taqsima ġdida li ġejja", "\"Taqsima III", "Emenda għall-Att Dwar il-Forzi Armati ta' Malta, Kap. 220.", "Emenda għall- Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta, Kap 220.", "7.", "Din it-Taqsima temenda u għandha tinqara ħaġa waħda ma' l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta, hawnhekk iżjed 'il quddiem f'din it- Taqsima msejjaħ l-Att prinċipali\".", "Immediately after clause 6 there shall be added the following new part:", "Part III", "Amendment of the Malta Armed Forces Act, Cap.", "220", "Amendment of the Armed", "Forces of Malta", "Act, Cap.", "220.", "7.", "This Part amends and shall be read with the Malta Armed Forces Act, hereinafter in this Part referred to as the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 7 tkun moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u klawsola ġdida nru 7 ġiet moqrija t-tieni darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li klawsola ġdida nru 7 tkun tifforma parti mill-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, xtaqt nispjega li l-pensjoni tal-membru tal-forzi armati ta' Malta hi regolata mill-Malta Armed Forces Regulations 1970 ta' l-Att dwar il-Forzi Armati.", "Id-dritt tal-pensjoni ta' dawk il- membri ta' l-ex traffic control corp u ta' l-ex airport company li bl- approvazzjoni tal-kap kmandant kienu tterminaw l-impjieg tagħhom mal-forzi armati biex ħadu mpjieg permanenti ma' l-MIA baqa' assigurat b'emenda fl- Armed Forces Act.", "Dawn l-istess persuni issa qed jitilqu l-impjieg tagħhom minn ma' l-MIA biex jieħdu impjieg ieħor mal-Malta Air Traffic Control Services, kumpannija oħra 100% tal-gvern.", "Dan għaliex il- funzjonijiet li dawn il-persuni kienu jaqdu ma' l-MIA issa mxew għal kumpannija oħra.", "Għalhekk il-gvern ħass l-obbligu li jkompli jiggarantixxix d-dritt tal-pensjoni ta' dawn il-persuni.", "L-emenda li qed inressaq hawnhekk tipprovdi preċiżament għal dan kollu, anzi iktar minn hekk tkompli tipprovdi għall-kontinwazzjoni ta' l-istess drittijiet tal- pensjoni mhux biss għal dawn il-membri iżda wkoll għall-membri oħra bħalhom fil-forzi armati ta' Malta biex kemm-il darba bl-approvazzjoni tal-kap kmandant tagħhom dawn jitilqu l-impjieg attwali tagħhom biex jieħdu impjieg permanenti ma' enti pubblika oħra dawn jibqgħu jgawdu d-dritt tal-pensjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, aħna m'għandna l-ebda oġġezzjoni għal din l-emenda.", "L-unika osservazzjoni li xtaqt nagħmel hija iktar waħda amministrattiva milli politika.", "Fejn jidħlu pensjonijiet ta' kumpanniji li huma parastatali jew semi-governamentali kien qed ikollna diġa` sitwazzjoni fejn qed ikun hemm differenza fil-pensjoni bejn dak li normalment jagħtik il-gvern u dak li se tieħu issa a bażi tas-salarju rivedut li jista' jkollok għaż-żmien li tkun għamilt mal-kumpannija parastatali.", "Sakemm tkun kumpannija purament parastatali għandek gvern ma' gvern biex ngħid hekk u għalkemm il-parastatali suppost kellha tagħti d- differenza lill-gvern ta' dak li tħallas over and above taħt id-diversi amministrazzjonijiet nifhem li din ir-refunding qatt ma kien isir.", "Jekk issa se jibda jkollna azjendi, kif diġa' għandna, li huma in parti privatizzati, ma nistgħux nibqgħu nittrattawhom purament bħala azjenda purament parastatali kif dawn l-azjendi kienu sal-lum.", "Jien naħseb jekk qed nitkellmu dwar kumpannija li issa għandha xi forma ta' shareholding privat, kemm jekk inhuwa minoritarju jew le, naħseb li l-gvern għandu għallinqas ipoġġi daqsxejn saqajh ma' l-art - to put his foot down kif jgħidu l-Ingliżi – u jgħid li d-differenza li hija dovuta għalih, kif wara kollox ilha titlob il-liġi, għandha tiġi b'xi mod jew ieħor recovered.", "Nerġa' ngħid li aħna mhux qed noġġezzjonaw għal dak li hemm fl-emenda.", "Sempliċement qed ngħidu li l-gvern, hu liema hu, matul is-snin forsi għalaq għajnejh amministrattivament dwar ir-refunding li kien dovut lilu, pero' issa li llum qed jinkludi diversi kumpanniji li qed ikollhom parti minnhom privatizzata importanti li l-gvern jenforza fir-rigward ta' dak li huwa refundable lejh.", "Aħna mhux qed ngħidu li għandu jsir xi tibdil fil-liġi, sempliċement qed nitolbu li jkun hemm enforcement amministrattiv ta' dak li huwa poter li diġa` tagħtih il-liġi nnifisha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Brincat.", "Fil-fatt minn sentejn ilu 'l hawn bdejna naħdmu fuq il-kalkolu tal-pendenzi anke antiki ta' dawn il-korporazzjonijiet u din is-sena se joħorġu il-kontijiet lil dawn il-korporazzjonijiet.", "Min għandu ħafna, naturalment irridu nagħmlu magħhom pjan ta' pagament imma rridu nġibu lil kulħadd up to scratch ma' dawn il-provvedimenti legali li qegħdin hemm u li jridu jiġu enforzati u mbagħad inżommu s-sitwazzjoni kurrenti.", "Mal- kumment li għamel l-Onor.", "Membru mhux biss naqbel imma qed isir.", "MR CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 7 tkun tifforma parti mill-abbozz ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola ġdida 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 8", "NEW CLAUSE 8", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nitlob il-permess biex inressaq klawsola ġdida 8, li hija emenda ta' Artiklu 4 ta' l-Att Prinċipali għall-ewwel qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u l-Klawsola Ġdida Nru 8 tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi t-tieni qari ta' klawsola ġdida nru 8:", "Minnufih wara l-Klawsola Ġdida Nru 7 għandha tidħol dil-Klawsola Ġdida Nru 8.", "Emenda ta' l-artikolu 4 ta' l-Att principali.", "8.", "Minflok il-paragrafi (c) sa (i) tas-subartikolu (4) ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali għandhom jidħlu l-paragrafi li ġejjin:", "\"(c) għall-għanjiet ta' kull regolament li jsir taħt dan l-artikolu f'dak li għandu x'jaqsam mal-pensjonijiet u l-gratifikazzjonijiet li għandhom jitħalsu lill-membri tal-forza, meta s-servizz ta' xi membru ta' l-Air Traffic Control Corps jew ta' l-Airport Company jew ta' xi parti oħra tal- forza li l-Ministru jista' b'ordni minn żmien għal żmien jispeċifika għall- iskopijiet ta' dan l-artikolu, intemmu bl-approvazzjoni tal-Kmandant sabiex jidħol f'impjieg full time ma' Malta International Airport jew ma' xi enti oħra li l-Ministru jista' b'ordni minn żmien għal żmien japprova għall- iskopjiet ta' dan l-artikolu l-impjieg ta' dak il-membru tal-Forza ma' l- imsemmija Malta International Airport p.l.c. jew enti oħra għandu jitqies bħala servizz fil-forza, u dak il-membru jkollu jedd għal pensjoni jew gratifikazzjoni, skond il-każ, taħt dawk ir-regolamenti meta huwa jtemm is- servizz tiegħu ma' l-imsemmija Malta International Airport p.l.c. jew enti oħra bħallikieku dak is-servizz kien servizz mal-forza:", "Iżda meta dak it-tmiem ta' dak is-servizz mal-Malta International Airport p.l.c jew enti oħra ikun dovut għax-xoljiment ta' dik il-kumpannija jew enti sew jekk dan ikun wieħed volontarju jew xort'oħra, dak it-tmiem għandu jitqies bħallikieku kien dovut għat-tneħħija tal-kariga:", "Iżda wkoll, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu m'għandhomx ikunu japplikaw kemm-il darba ma jsirx Ordni mill-Prim Ministru li fih jiġi indikat li Malta International Airport p.l.c. jew l-enti l-oħra skond il- każ kellha tintrabat mal-Gvern biex tikkontribwixxi għal għand il-Gvern id- differenza bejn in-nefqa tal-pensjoni jew gratifikazzjoni li għandhom jithallsu filwaqt ta' l-irtir minn mal-Malta International Airport p.l.c jew mill-enti l-oħra skond il-każ u n-nefqa tal-pensjoni jew gratifikazzjoni, skond il-każ, kif tinħadem fil-waqt tat-tmiem tas-servizz mal-Gvern għall-imsemmija raġuni ta' impjieg full time ma' Malta International Airport p.l.c. jew ma' dik l-enti l-oħra.", "(d) Għall-għanijiet tal-paragrafu (c) ta' dan l-artikolu, il-ħlasijiet pensjonabbli ta' dawk il-persuni tal-forza meta jirtiraw għandhom jitqiesu li jkunu l-ħlasijiet pensjonabbli li jitħallsu lill-membru tal-forza fi grad u f'livell inkrementali li jikkorrispondu għall-kariga u l-livell inkrementali li fih dik il-persuna tirtira mill-Malta International Airport p.l.c. jew mill-enti l-oħra skond il-każ.", "(e) Għall-għanijiet tal-paragrafu (d) ta' dan l-artikolu, karigi u gradi ta' salarju mal-Malta International Airport p.l.c. jew ma' dik l-enti l- oħra għandhom ikunu klassifikati fil-gradi u livelli inkrementali li l- aktar jikkorrispondu għall-gradi u livelli inkrementali fil-Forzi Armati ta' Malta b'riferenza għall-job description, ħila f'xi sengħa, responsabbilitajiet u fatturi oħra simili.", "(f) Il-klassifika msemmija fil-paragrafu (e) ta' dan l-artikolu għandha sir minn bord magħmul minn chairman li jinħatar mill-Ministeru responsabbli għall-finanzi u minn żewġ membri oħra, wieħed maħtur mill-Ministeru b'responsabbilita' ċentrali għal policies li jirrigwardaw il-persunal fis- servizzi pubblici u wieħed maħtur mill-Malta International Airport p.l.c. jew l-enti l-oħra skond il-każ.", "Il-klassifika għandha tkun suġġetta għall- approvazzjoni finali tal-Ministru responsabbli għall-finanzi.", "(ġ) Dik il-klassifika għandha ssir fi żmien tliet xhur minn kull aġġustament ta' salarji ta' membri tal-forza u, jew, ta' impjiegi tal-Malta International Airport p.l.c.jew ta' dik l-enti l-oħra skond il-każ.", "(ħ) Ma għandha tiġi klassifikata ebda kariga fi grad ogħla minn dak ta' Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak il-grad ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' minn żmien għal żmien jistabbilixxi b'avviz fil-Gazzetta.", "(i) Bla preġudizzju għall-artikolu 113 tal-Kostituzzjoni, ħadd ma jista', wara li tkun saret il-klassifika bħalma hi msemmija hawn aktar qabel, ikollu xi jedd taħt l-imsemmija regolamenti li jkun inqas favorevoli minn dawk li kieku kien ikollu jedd qabel dik il-klassifika.", "(j) Il-Ministru jista' minn żmien għal żmien b'ordni jiddikjara li d- dispożizzjonijiet ta' l-paragrafi (c) sa (i) ta' dan is-subartikolu għandhom japplikaw għal dawk il-membri tal-forza li kienu terminaw is- servizz tagħhom skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (ċ) sabiex jiġu impjegati mal-Malta International Airport p.l.c. jew ma' dik l-enti l-oħra skond il-każ bħallikieku dawk il-persuni waqt li ssir dik l-Ordni, kienu membri tal-Forza.\".", "Immediately after New Clause 7, there shall be added the following New Clause 8:-", "Amendment of article 4 of the principal Act.", "8.", "For paragraphs (c) to (i) of subarticle (4) of article 4 of the principal Act there shall be substituted the following:", "(c) for the purposes of any regulation made under this section in connection with pensions and gratuities payable to members of the force, where the service of any member of the Air Traffic Control Corps or of the Airport Company or of some other part of the Force as the Minister may by Order from time to time specify for the purposes of this article, is terminated with the approval of the Commander to take up full time employment with Malta International Airport p.l.c. or with some other entity as the Minister may by Order from time to time approve for the purposes of this article the employment of such member of the Force with the said Malta International Airport p.l.c or other entity shall be deemed to be service in the force, and such member shall be entitled to a pension or gratuity, as the case may be, under such regulations upon the termination of his service with the said Malta International Airport p.l.c or other entity as if such service were service with the force:", "Provided that, where such termination of such service with Malta International Airport p.l.c. or other entity is due to the winding up of the said company or entity whether voluntary or otherwise, such termination shall be considered as if it were due to abolition of office:", "Provided further that the provisions of this paragraph shall not apply unless an Order is made by the Prime Minister indicating that Malta International Airport p.l.c or that the other entity as the case may be shall have bound itself with the Government to contribute towards the Government the difference between the cost of the pension or gratuity payable at the time of retirement from Malta International Airport p.l.c or from the other entity as the case may be and the cost of the pension or gratuity, as the case may be, computed at the time of the termination of service with the Government for the aforesaid reason of full time employment with Malta International Airport p.l.c. or with such other entity.", "(d) For the purposes of paragraph (c) hereof the pensionable emoluments of such persons of the force on retirement shall be deemed to be the pensionable emoluments payable to a member of the force in a grade and at an incremental level corresponding to the post and incremental level at which such person retires from Malta International Airport p.l.c or from the other entity as the case may be.", "(e) For the purposes of paragraph (d) hereof posts and salary grades with Malta International Airport p.l.c. or with such other entity shall be classified in the most nearly corresponding grades and incremental levels in the Armed Forces of Malta by reference to job description, skills, responsibilities and other analogous factors.", "(f) The classification referred to in paragraph (e) hereof shall be carried out by a board composed of a chairman appointed by the Ministry responsible for finance and two other members, one appointed by the Ministry responsible centrally for personnel policies in the public services and one appointed by Malta International Airport p.l.c or such other entity as the case may be.", "The classification shall be subject to the final approval of the Minister responsible for finance.", "(g) Such classification shall take place within three months of any adjustment of salaries of members of the force and, or, of employees of Malta International Airport p.l.c. or of the other entity as the case may be.", "(h) No post shall be classified in a grade higher than that of Grade 3 in the service of the Government or such other grade that the Minister responsible for finance may from time to time by notice in the Gazette determine.", "(i) Without prejudice to section 113 of the Constitution, no person may, following a classification as aforesaid, be entitled to rights under the said regulations, less favourable than those to which he would have been entitled prior to such classification.", "(j) The Minister may from time to time by Order declare that the provisions of paragraphs (c) to (i) of this subarticle shall apply to those members of the Force who had terminated their service in accordance with paragraph (c) in order to take up employment with Malta International Airport p.l.c. or with such other entity as the case may be as if such persons at the time of the making of the Order were members of the Force.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 8 tkun moqrija t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u klawsola ġdida 8 ġiet moqrija t-tieni darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li klawsola ġdida nru 8 tkun tifforma parti mill-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola qed temenda Artiklu 4 ta' l-Att dwar il-Forzi Armati biex jipprovdi b'mod iktar wiesa' li fejn membri tal-forzi armati bl-approvazzjoni tal-kap kmandant itemm l-impjieg tiegħu mal-forzi armati biex jieħu impjieg permanenti ma' enti pubblika li tkun approvata mill-ministru tal-finanzi b'ordni minn żmien għal żmien, allura servizz mogħti minnu f'din l-enti pubblika jitqies għall-fini tal- pensjoni bħala servizz mogħti lill-forzi armati.", "Il-pensjoni ta' dawn il- persuni tkun kkalkolata fuq il-paga jew salarju tal-kariga li jkun fiha fil- forzi armati dakinhar ta' l-irtirar jewma' dik illi tkun l-aktar tikkorrispondi mal-kariga tagħhom li minnha jirtira mill-enti pubblika.", "Dan it-tqabbil bejn kariga u oħra jsir b'riferenza għal sengħa, dmirijiet, obbligazzjonijiet, responsabbiltajiet u fatturi oħra li jkunu komuni fiż- żewġ karigi.", "Dan it-tqabbil jew klassifika ta' gradi jsir minn bord maħtur għal dan il-għan u magħmul minn chairman maħtur mill-ministru tal-finanzi, minn membru maħtur mill-uffiċċju tal-prim ministru u minn membru ieħor maħtur mill-enti pubblika li minnha tkun qed tirtira dik il-persuna.", "Din il-klassifika ssir mhux inqas minn tliet xhur minn kull ċaqlieq fil- pagi jew fis-salarju tal-forzi armati ta' Malta jew ta' l-enti pubblika li fiha dawn il-persuni jkunu qed jaħdmu.", "Fl-ebda każ il-kariga li tkun stabbilita minn din il-klassifika ma tkun ogħla minn grad 3 fl-istrutturi tas-servizz pubbliku jew inkella minn dak il-grad li l-ministru tal-finanzi jista' jistabilixxi minn żmien għal żmien.", "MR CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 8 tkun tifforma parti mill-abbozz ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ Clause 1 – Short title and commencement", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda li taqra hekk:", "\"B\" Fi klawsola 1, minflok il-kliem \"li jemenda l-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet, Kap 93\", għandhom jidħlu l-kliem \"li jemenda l-liġijiet dwar il-Pensjonijiet\".", "\"B\"", "In clause 1, for the words \"Pensions (Amendment) Act 2002\", there shall be substituted the words \"Pensions Laws (Amendment) Act, 2002.\"", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Titolu", "Title", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għat-titolu għandi din l-emenda:", "Fit-titolu, minnufih wara l-kliem \"Kap 93\", għandhom jidħlu l-kliem \"l- Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta, Kap 220\".", "In the title, immediately after the words \"Cap 93\", there shall be inserted the words \"The Malta Armed Forces Act, Cap 220.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi t-titolu kif emendat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "It-titolu, kif emendat, għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi li l-kumitat jawtorizza lill- Iskrivan tal-Kamra sabiex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fit-8.58 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORT", "SPORTS BILL", "L-Ordni għat-tieni qari ġie moqri Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet Ikompli mill-5 ta' Lulju 2002", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Mugliett huwa in possession.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Sur President, meta bdejt nagħmel l-introduzzjoni xi ġranet ilu tkellimt dwar il-mod li wassal għat-tfassil ta' din il-liġi u tajt anke deskrizzjoni storika ta' x'kien il- proċess.", "Bdejt nidħol xi ftit ukoll dwar il-filosofija tal-liġi, anke kif titqabbel ma' dik li teżisti barra minn Malta u mbagħad bdejt nidħol ukoll xi ftit fid-dettal dwar taqsimiet u l-artikli per se.", "Fil-fatt kont għedt li anke artiklu 2 li jinkludi d-definizzjonijiet huwa importanti għax jiddefinixxi xi tfisser faċilita` sportiva jew xi tfisser federazzjoni.", "Huma importanti sew għal fini ta' din il-liġi u mill-ewwel bdejt nitkellem ukoll dwar il-prinċipji li anke l-liġi tistabilixxi bħala linji gwida.", "Definizzjoni importanti li fiha din il-liġi għaliex se timpinġi ħafna wkoll meta wieħed ikun se jirreġistra xi entita` sportiva hija d-definizzjoni ta' x'inhuwa sport.", "Din hija xi ħaġa li m'hijiex preċiża u pajjiżi jew korpi differenti jagħtu definizzjoni differenti għall-kelma sport.", "Aħna dehrilna li d-deskrizzjoni eżatti għall-kelma sport hija:", "\"... tinkludi kull forma ta' attivita` fiżika jew mentali li, permezz ta' parteċipazzjoni każwali jew organizzata, jew permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ, tkun immirata biex itejjeb is-saħħa fiżika u mentali, toħloq relazzjonijiet soċjali jew biex jinkisbu riżultati f'kompetizzjonijiet fuq livelli differenti, imma teskludi dawk l- attivitajiet terawpewtiċi u kliniċi jew li jkunu jagħmlu parti minn attivitajiet ta' istituzzjonijiet jew ċentri tas-saħħa.\"", "Aħna dehrilna, per eżempju, li kompetizzjoni tista' tkun mhux bilfors fiżika imma tista' tkun mentali.", "Jista' jkollok attivita` bħaċ-chess fejn l-attivita` hija pjuttost mentali.", "Kieku ma daħħalniex il-kelma \"mentali\" x'aktarx li sports bħaċ-chess kien jinqata' barra.", "Aħna ma ridniex indaħħlu biss l-isport organizzat.", "Jista' jkollok parteċipazzjoni każwali għaliex għandek attivitajiet bħal dawn li jistgħu jitqiesu bħala sport, imma ridna neskludu attivitajiet kliniċi.", "Jekk jien mort nagħmel fiżjoterapija u għamilt ċerti eżerċizzji hemm differenza milli qed nagħmel fitness gym.", "Fiżjoterapija ma nistgħux insejħulha bħala sport.", "Naħseb li tkellimt biżżejjed fuq id- definizzjonijiet li dehrilna kellna bżonnhom bħala linja ta' gwida biex jgħinuna kultant niefqu u nirriflettu għalfejn għandha ssir attivita` sportiva u nispera li ħafna mill-amministraturi li għandna fl-oqsma sportivi jirriflettu, għaliex kultant ikollok it-tentazzjoni li wieħed jimbotta ċerti atleti biex jinkisbu riżultati u forsi mhux dejjem għall- aħjar ta' l-istess atleti individwi.", "Jiena mbagħad għedt ukoll li dawn il- prinċipji mhux bilfors ikunu enforzati fl-ebda qorti imma għandhom iseħħu bħala gwida fil-kontroll u l-promozzjoni ta' l-isport f'Malta.", "Ngħaddi issa għal taqsima 2 dwar it-twaqqif u l-funzjonijiet u t-tmexxija ta' l-affarijiet tal-kunsill Malti ta' l-isport.", "Bħalissa, Mr Speaker, ħafna mill-isport isir mill-NGOs.", "Għandek imbagħad dak li jsir mid- dipartiment taż-żgħażagħ u sports u l-gvern xi snin ilu kien waqqaf il- kunsill Malti għall-isport.", "Aħna dehrilna li wasal iż-żmien, anke minħabba kif qed jinbidel is-settur sportiv f'Malta, li għandu jkollna korp wieħed dinamiku li jista' jfassal strateġija u jkun jista' jaħdem anke bil-mod flessibbli li jitlob dan is-settur.", "L-isport mhuwiex xi ħaġa li jsir bejn id-9:00 a.m. u l-5:00 p.m. imma jsir anke tard filgħaxija fi kwalunkwe żmien tas-sena.", "Għandek bżonn li wieħed jikkollabora ma' ċerti NGOs u nemmnu li għandna bżonn korp flessibbli.", "Ma naħsibx li d-dupplikazzjoni li tista' sseħħ bejn id-dipartiment u l-kunsill Malti hija tajba.", "Anke mill- mod kif qed jiżviluppaw, l-affarijiet qed jitolbu l-kunsill Malti għall- isport jibda jieħu iktar ir-rwol eżekuttiv.", "Ma jistax ikollok żewġ korpi eżekuttivi li jmexxihom il-gvern u naħseb li allura r-rwol eżekuttiv għandu jieħdu l-kunsill Malti għall-isport.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni kellha anke ċerti mistoqsijiet dwar dan, pero` b'differenza mil-liġijiet oħrajn li ġew quddiem il-parlament bħal per eżempju tal-heritage jew tal-kunsill ta' l-arti, hawnhekk m'aħniex qed inwaqqfu korp ġdid imma dan huwa korp li diġa' jeżisti.", "Ħafna drabi niftakar fil-kritika li saret anke mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni dwar l- isport meta konna qed ngħaddu riżoluzzjonijiet dwar artijiet.", "Kienu jistaqsu dwar xi struttura għandu l-kunsill Malti għall-isport biex jimmoniterja l-kuntratti.", "Dan huwa korp li m'għandux xi personalita` legali.", "Aħna dehrilna li wieħed jista' jkabbru mill-format li għandu bħalissa u allura dehrilna li għandu jitwaqqaf il-kunsill Malti għall- isport bil-poteri eżekuttivi u dan jieħu fuqu dak kollu li kien jagħmel id- dipartiment u anke jagħmel ħafna iktar.", "Ovvjament il-bord għandu r-regoli tiegħu kif ikun kompost, pero` dehrilna li ċerti pożizzjonijiet fil-bord għandna nistabilixxuhom minn qabel.", "Qed ngħidu li dan il-bord jista' jkun magħmul minn sebgħa sa disgħa membri pero` żgur li tnejn minn dawn il-membru għandhom jirrappreżentaw setturi li diġa' jeżistu u għandhom ir-rwol importanti fl-isports Malti u wieħed allura jkun rappreżentant tal-kumitat olimpiku Malti u l-ieħor rappreżentant tal-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Imbagħad iktar 'il quddiem f'din it-taqsima għandek il-mod kif ikun kompost, min hu eliġibbli u min m'huwiex, u kif għandu jaqdi l-funzjonijiet tiegħu dan il-bord.", "Artiklu 5 imbagħad jitkellem dwar l-għanijiet tal-kunsill u naħseb li wieħed hawnhekk jibda jieħu idea ta' x'għandna f'moħħna li jwettaq il- kunsill Malti għall-isport.", "Ma nixtiqux li l-kunsill Malti għall-isport jagħmel kollox hu, allavolja forsi hemm ċerti għanijiet li qed jagħmilhom ħaddieħor, per eżempju li jippromwovi kultura ta' eċċellenza fl-isport.", "Ovvjament kull assoċjazzjoni sportiva qed tagħmilha, u naħseb li Allaħares ma tagħmilx hekk.", "L-MFA tippromwovi eċċellenza fil-football, il-kumitat olimpiku Malti meta jipprepara u joħloq skemi għall-atleti biex jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet internazzjonali tipo l-Commonwealth games, il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar u kompetizzjonijiet olimpiċi wkoll jippromwovi kultura ta' eċċellenza.", "Wieħed mill-għanijiet tal-kunsill huwa wkoll li jippromwovi l-kultura ta' eċċellenza, pero' dan ma jfissirx li se nieħdu xi ħaġa minn ta' l-oħrajn, imma jfisser li jista' jkollok programmi in kollaborazzjoni ma' dawn l-NGOs li jippromwovu kultura ta' eċċellenza.", "Żgur pero` li l-għan ewlieni huwa li jippromwovi kultura ta' parteċipazzjoni u naħseb li l-NGOs din mhux dejjem kienu qed jagħmluha.", "Waħda mill-affarijiet li għadni m'iniex kuntent bihom fl-isport hija l- parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilita` fl-isport u għal dan il-għan ikollok bżonn tagħmel programmi speċifiċi kif toħloq dik l-attivita`.", "F'din il-ħaġa mhux dejjem ikollok l-NGOs li jindirizzawlek is-setturi kollha.", "Għan ieħor tal-kunsill huwa li jtejjeb il-ħiliet sportivi inġenerali permezz ta' titjib fl-istandard ta' coaches sportivi, amministraturi u uffiċjali.", "Lakuna kbira li sibna fis-settur sportiv hija li m'hawn l-ebda sistema li tressaq jew tħejji coaches biex dawn ikollhom l-edukazzjoni formali strutturata u bi progression biex ikunu coaches kif suppost.", "Fil- fatt dan il-pajjiż jimpjega għexieren ta' coaches barranin.", "Il-prinċipju ta' kollaborazzjoni huwa miktub iswed fuq l-abjad fi klawsola 5(g).", "Fost l-għanijiet tal-kunsill hemm ukoll l-għan:", "\"li jiġġenera koperezzjoni fl-isport ma' korpi lokali u internazzjonali, entitajiet u persuni oħra biex jinkoraġġixxi u jippromwovi l-iżvilupp, inizjattivi u attivitajiet ta' programmi sportivi.\"", "Klawsola 5(i) hemm ukoll l-għan li l-kunsill:", "\"... jinkoraġġixxi, fid-dawl ta' tkattir ta' prinċipju ta' sussidjarjeta`, korpi mhux governattivi u entitajiet privati jew persuni u kunsilli lokali biex jikkontribwixxu lejn il-promozzjoni ta' l-isport f'Malta.\".", "Dehrilna li għandna nsemmu b'mod speċifiku li l-NGOs għandhom dan ir-rwol, ngħarfuh u nixtiequ nikkollaboraw magħhom.", "Ma' dawn l-NGOs se ndaħħlu l- kunsilli lokali li huma importanti fi kwalunkwe politika sportiva ta' kull pajjiż bħal Malta u anke pajjiżi iżgħar minn Malta bħal Andorra.", "Ftit żmien ilu kont qed nitkellem mal-ministru ta' Andorra u fil-fatt dan il- pajjiż għandu rwol għall-gvernijiet lokali fl-isport.", "Klawsola 6 imbagħad titkellem fuq il-funzjonijiet tal-kunsill.", "Il-kunsill jagħmel rakkmandazzjoni lill-ministru, jiżviluppa u jimplimenta programmi, jiżviluppa u jimplimenta politika u strateġiji, partikolarment riċerka u żviluppi relatati max-xjenza u mediċina sportiva.", "Ir-riċerka sportiva hija ħaġa oħra li għandna bżonn.", "Illum qed ngħixu f'dinja fejn it-tfassil tal- politika jrid isir fuq l-evidenza u fuq l-istatistika.", "Ħafna drabi m'għandniex proċeduri u mekkaniżmu tal-ġbir ta' l-istatistika b'mod organizzat biex imbagħad issir r-riċerka fuq l-istess statistika.", "Naħseb li bħala korp li jagħti l-parir lill-ministru, il-kunsill Malti għall- isport żgur li għandu jkollu din il-funzjoni.", "Funzjoni ewlenija hija wkoll li jiġbor u jqassam din l-informazzjoni u jagħti l-pariri, pero` waħda mill-affarijiet li dehrilna li għandna ndaħħlu hija l-koperazzjoni mal-kumitat olimpiku Malti.", "Aħna b'din il-liġi qed ngħarfu r-rwol ewlieni li għandu l-kumitat olimpiku Malti fid-dinja sportiva Maltija allura fi klawsola 6(1)(l) insibu li waħda mill- funzjonijiet tal-kunsill hija li:", "\"... jikkonsulta u jikkopera mal-Kumitat Olimpiku Malti dwar materji relatati mal-promozzjoni u l-iżvilupp ta' l-isport u l-promozzjoni jew rappreżentanza ta' Malta fil-logħob olimpiku u fil-logħob tal- Commonwealth, fil-logħob tal-Mediterran, fil-logħob tal-pajjiżi ż- żgħar ta' l-Ewropa u f'kull logħob ieħor internazzjonali li minn żmien għal żmien il-kunsill jidhirlu li jkun jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal- Kumitat Olimpiku Malti.\"", "Il-kumitat olimpiku Malti, li anke l-istatut tiegħu huwa anness biex anke nkomplu nirrikonoxxu r-rwol ewlieni tiegħu, żgur għandu d-dritt li jorganizza u jikkordina l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-logħob imsemmi, u hawnhekk qed ngħidu li l-kunsill se jikkonsulta u jikkopera mal-Kumitat olimpiku Malti dwar dan.", "Fi klawsola 6(1)(r) qed ngħidu li l-kunsill għandu wkoll jissorvelja u jsegwi kif ukoll jevalwa l-metodi, il-ħidma u l-attivitajiet relatati ma' attivitajiet sportivi.", "F'subartiklu (s) hemm ukoll il-funzjoni li jirregola attivitajiet u l-livell ta' servizz u l-livell ta' faċilitajiet sportivi.", "Dehrilna li wasal iż-żmien li f'dan il-pajjiż ikun hemm ċerta sorveljanza dwar l-istandards ta' faċilitajiet sportivi.", "Dan qed nagħmluh mhux għax irridu nkunu xi pulizija pero` wieħed għandu jara li dawn il- faċilitajiet ma jkunux b'tali mod li wieħed forsi jagħmel biss business minnhom imma li dawk ikunu skond l-istandards aċċettati biex verament iwasslu għall-formazzjoni u l-iżvilupp tal-persuni kif suppost ikun fl- isport.", "Fi klawsola 6(2) insibu li fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu għandu wkoll jagħmel kriterji dwar il-kundizzjonijiet jew jistabbilixxi kriterji dwar il-kundizzjonijiet relatati ma' kategoriji varji ta' benefiċċjarji.", "Il-kunsill se jħares mhux biss lejn il-faċilitajiet sportivi imma dwar min jista' jkun il-benefiċċjarju.", "Kif qed ngħidu l-kunsill se jkun personalita` ġuridika u allura għandek il- mod kif il-bord se jkun kostitwit, kull meta jiltaqa', x'jikkostitwixxi quorum eċċ. Ovvjament il-kunsill Malti għandu relazzjoni diretta u importanti mal-ministru responsabbli mill-isport u din insibuha f'artiklu 9 fejn il-ministru jista' anke jagħti direttivi lill-bord.", "Ovvjament il-bord se jkun l-id tal-ministru fit-twettiq tal-politika tal-gvern għall-isport u allura jrid ikollok ċerta relazzjoni.", "Dawn ma jistgħux jimxu għal rashom imma bilfors iridu jaħdmu b'kollaborazzjoni mal-ministru.", "Mr Speaker, kif għedt importanti li fil-qasam ta' l-isport naħdmu fuq tfassil ta' policies u strateġija.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Dan qed ngħidu għaliex l-isport huwa attivita` li tista' tkun każwali imma ħafna mill-attivita` m'hijiex każwali.", "Anke jekk inti trid iżżid l-attivitajiet każwali biex tasal hemm, irid ikollok ċerti strateġiji.", "Jekk aħna rridu nżidu l-parteċipazzjoni fil-livell każwali ta' l-isport ukoll irid ikollok strateġija, aħseb u ara jekk inti trid taħdem biex iżżid l-eċċellenza.", "Hemmhekk trid taħdem fuq pjanijiet ta' tul ta' snin u allura iktar u iktar għandek bżonn ta' strateġija.", "Wara li tinkiteb il-politika għall-isport, politika li għandha tkun tifrex għal numru ta' snin, wieħed imbagħad minnha joħroġ il-pjan ta' strateġija kif se jwettaq dik il-politika.", "Il-kunsill għandu dan l-obbligu li jwettaq din l-istrateġija u skond klawsola 10(2) għandu jissottomettiha għall-approvazzjoni tal-ministru.", "Il-kunsill għandu d-dritt li jipproponi t-tibdil minn żmien għal żmien matul il-perijodu li l- pjan ta' strateġija jkun effettiv.", "Ovvjament strateġija bbażata fuq numru ta' snin m'hijiex ħaġa statika u wieħed irid ikollu anke l-flessibbilta` li jagħmel ċertu tibdil u dan it-tibdil il-kunsill irid jagħmlu b'konsultazzjoni mal-ministru.", "Sur President, taqsima 3 imbagħad titkellem dwar uffiċjali u personnel tal- kunsill.", "Qed nitkellmu dwar il-proċess ta' kif minn-dipartiment se mmorru għal korp li se jkun bil-personalita` tiegħu u jista' jimpjega.", "Hawnhekk ridna li ovvjament nagħtu l-faċilita` lin-nies li huma diġa` involuti fil- qasam sportiv.", "Jidher li dawn jistgħu jiffittjaw fir-rwoli diversi f'dan il-kunsill ġdid.", "Klawsoli 11, 12, 13 huma pjuttost klawsoli standard li wieħed isib anke f'diversi liġijiet li għaddejna dwar kif membri taċ-ċivil jistgħu jkunu attached jew trasferiti biex jaqdu dmirijiet mal-kunsill.", "Dawn se jibqgħu jgawdu l-istess kundizzjonijiet u drittijiet ta' pensjonijiet u anke hemm perijodu li jistgħu jgħażlu li mhux bilfors isiru impjegati ta' l-istess kunsill.", "Ovvjament kull grad għandu jkun klassifikat u jkollu anke ċertu backing ma' karigi u gradi oħrajn fiċ-ċivil.", "Ovvjament għandu jkollhom ukoll id-deskrizzjoni tad-doveri tagħhom.", "Taqsima 4 titkellem dwar faċilitajiet sportivi li minnhom jista' jkollok tliet tipi.", "Għandek il-faċilitajiet sportivi li dan il-parlament għadda xi darba jew oħra lil clubs jew assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn.", "Hawn qed ngħidu li dak kollu li kien vestit fil-kunsill Malti għall-isport s'issa għandu jkun mgħoddi lil kunsill Malti għall-isport ġdid.", "Għandek ukoll dawk il-faċilitajiet li l-gvern se jibqa' jmexxi.", "Hawn qed nitkellmu fuq faċilitajiet bħal Marsa u bħall-kumpless sportiv tal-Kottonera.", "Hemmhekk il- kunsill għandu jkollu anke ċerti drittijiet tal-poteri tat-tmexxija.", "Jista' jkollok ukoll faċilitajiet li bħalissa diġa` qed jintużaw għall-isport pero' li m'humiex mgħoddija lil xi għaqda partikolari imma li jista' jkun desiderabbli li fil-futur ikunu mgħoddija.", "Din it-taqsima titkellem anke dwar kif jistgħu jsiru dawn it-trasferimenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skużani ninterrompik, imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, nibqa' in possession.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nistieden issa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2002 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali –Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola Fondi Speċjali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'din in-nofs siegħa li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi se nitkellem dwar xi punti li jidhirli li huma rilevanti għall-ħajja tagħna ta' kuljum, ukoll jekk kultant ninsew l- importanza tagħhom u ma nagħtux kashom, ħlief meta sfortunatament jinqalgħu problemi bħala riżultat tat-tibdil li jkun qiegħed isir f'ċerti affarijiet.", "Għal darb'oħra se nuża ftit mill-ħin ta' dan l-aġġornament biex nitkellem dwar problema li hija pjuttost komuni f'dan il-pajjiż, u ċioe` l-problema ta' dawk in-nies li għandu jkun ma jkollhomx x'jagħmlu, u l-ħin li jkollhom available, minflok jużawh biex jiddevertu, jaħdmu jew jagħmlu xi ħaġa ta' ġid, jużawh biex jagħmlu l-vendikazzjonijiet fuq is-sinjali tat-traffiku fit-toroq.", "Jien niskanta kif dawn in-nies, fil-moħħ imgħawweġ tagħhom, mingħalihom li b'hekk ikun se jbati l-gvern tal-ġurnata jew il-ministru responsabbli minn dak is-settur, meta fir-realta`, kulma jkunu qegħdin jagħmlu hu li jbaxxu l-livell ta' pajjiżna, meta mqabbel ma' pajjiżi oħra.", "Jien nikkundanna lil dawk il-persuni li b'mod vendikattiv, jagħmlu ħsara fuq id-diversi tabelli tat-traffiku li nsibu fit-toroq ta' pajjiżna.", "Daqqa t'għajn lejn dawn is-sinjali malajr turina kemm hawn nies li jieħdu pjaċir jagħmlu dan.", "Naraw tabelli maqlubin rashom 'l isfel, pipes ta' tabelli li jkunu mgħawwġin jew għal nofs it-triq jew lejn il-ħajt, b'mod li t-tabella ma tkunx tista' tidher jew b'mod li ttellef lil min ikun għaddej minn hemmhekk.", "Naraw kull tip ta' affarijiet li żgur li la r-riħ, la l-maltemp u lanqas l-għasafar tal-bejt ma jkunu għamluhom.", "M'għandix dubju li dan isir minn persuni Maltin li kif għedt, jaħsbu li permezz ta' l-għemil tagħhom ikunu qegħdin jagħmlu xi ħsara lill-gvern jew lill-ministeru responsabbli.", "Jien naħseb li kull membru ta' din il-Kamra għandu jikkundanna dan l-aġir u jaħdem biex jara li dak li jsir fil-pajjiż ma jiġix vandalizzat imma kemm jista' jkun jiġi protett u jibqa' jitgawda.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l- investimenti ma jsirux minn but il-ministru imma jsiru mit-taxxi li l-gvern tal-ġurnata jiġbor minn fost il-poplu.", "Fir-rigward tas-sinjali tat-traffiku li twaħħlu overhang matul is-sena li għaddiet, irrid ngħid li jekk wieħed jgħaddi mit-toroq ta' pajjiżna jsib li numru minn dawn it-tabelli qegħdin jintlaqtu u jinkisru minn xi mezzi ta' trasport li hawn jiġru fit-toroq.", "Minn dak li jidher, minn dak li jitħalla bħala marka fuq it-tabelli milquta, il-probabilita` assoluta – avolja ma nistax ngħid fiċ-ċert – hi li dawn it-tabelli qegħdin jintlaqtu mill- billboard kbar tar-reklamar li qegħdin jinġarru minn post għal ieħor fuq trakkijiet li huma għoljin u li allura, meta wieħed jgħodd l-għoli tal- billboard flimkien ma' l-għoli tat-trakk li fuqu tkun qiegħda, isib li jaqbżu l-5.3 metri li huwa l-livell li fih huma mwaħħlin it-tabelli tat- traffiku.", "F'dan l-istadju ta' min jgħid li l-għoli ta' 5.3 metri huwa ogħla mil- livell internazzjonali, u dan kien sar proprju biex tiġi evitata l- possibilita` li jkun hemm min jolqot lil dawn it-tabelli.", "L- indikazzjonijiet kollha juru li l-uniku mod ta' kif dawn it-tabelli jistgħu jiġu milquta huma permezz ta' dawn il-billboards, fejn fir-rigward tagħhom nispera li ssir xi forma ta' regolamentazzjoni ħalli dawn ma jibqgħux jinġarru minn post għall-ieħor imma jitqiegħdu f'siti identifikati għal ta' l-apposta u jinkrew minn min ikun irid jirreklama fuqhom.", "Huwa mportanti li dawk il-kuntratturi li jġorru dawn it-tabelli, li jien informat li huma biss tlieta, jaraw li ma jikkawżawx ħsarat waqt li jkunu qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol.", "L-aħħar żewġ tabelli li fil-weekend li għadda sfaw milquta minn dawn il-billboards huma dawk tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar, fid-direzzjoni lejn ix-Xemxija.", "Minbarra dawn hawn bosta tabelli oħra li huma milquta, fosthom f'Ħal Far u f'Ħal Luqa.", "Huwa tajjeb li wieħed jifhem li affarijiet bħal dawn m'għandhomx jitħallew isiru u nispera li jekk l-indikazzjonijiet li hemm dwar min wettaq dawn il-ħsarat, ikompli jiġu fondati, inkunu f'pożizzjoni li nieħdu passi fil-konfront ta' min għamel dan.", "Mr Speaker, is-sinjali tat-traffiku l-ġodda li twaħħlu - mhux dawk overhang - ukoll spiċċaw mgħawwġa u mkissra.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal meta jsir xi inċident tat-traffiku li jwassal għat-tkissir ta' dawn it- tabelli, imma għal dawk il-persuni li jmorru għal ta' l-apposta biex ikissru lil dawn it-tabelli, persuni irresponsabbli li żgur li ma jistgħux jiġu skużati.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar suġġett differenti li iżda għandu x'jaqsam ma' dan l-istaġun.", "Ix-xhur tas-sajf, minbarra s-sħana jġibu magħhom attivita` differenti minn dik tas-soltu, b'mod partikolari attivita` marittima.", "L-iktar mod popolari ta' kif jintuża l-baħar huwa permezz ta' l- għawm, fejn il-maġġoranza tal-Maltin u tat-turisti li jiġu jżuruna jirrikreaw ruħhom proprju permezz tal-baħar.", "Għalhekk għandu jiġi assigurat li l-għawwiema f'pajjiżna jkollhom il-protezzjoni li wieħed jistenna.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien u iktar ma' jiżdiedu l-opri tal-baħar, il-kunflitt bejn l-użu tal-bajjiet għall-għawm u l-użu għal dawn l-opri tal-baħar, iktar qiegħed jikber.", "Numru ta' snin ilu, l-Awtorita' Marittima identifikat bajjiet partikolari bħala riservati biss għall-għawm, u minn dak iż-żmien 'l hawn nistgħu ngħidu li l-protezzjoni ta' l-għawwiema li jagħmlu użu minn dawn il-postijiet partikolari, marret għall-aħjar.", "Jidher ukoll, għalkemm huwa diffiċli li wieħed jitkellem b'ċertezza, li kemm ilhom li ġew identifikati dawn is-siti riservati biss għall-għawm, in-numru ta' inċidenti fil-baħar naqas b'mod sostanzjali.", "Sfortunatament xorta se nibqgħu nisimgħu b'diżgrazzji fil-baħar, fejn ħafna drabi wieħed ma jkunx jista' jidentifika xi jkun wassal għalihom.", "Madankollu wieħed irid jibqa' jżomm quddiem għajnejh il-fatt li l-bajjiet ta' pajjiżna li huma tant popolati fix-xhur tas-sajf, huma wkoll postijiet fejn jistgħu jirriżultaw ċerti diffikultajiet.", "Allura l-appell tiegħi f'dan ir-rigward imur l-ewwelnett għall-għawwiema, biex kemm jista' jkun ma jkomplix jikber dan il-konflitt ċar li hemm bejnhom u bejn is-sidien ta' l- opri tal-baħar, li min-naħa tagħhom qegħdin iżidu fil-pressjoni li jagħmlu.", "Kull min ikun fil-baħar għandu joqgħod attent li ma jagħmilx ħsara lilu nnifsu, ma jikkawżax problemi lill-oħrajn u kemm jista' jkun josserva s- sinjali ta' protezzjoni.", "Ovvjament, responsabbilta` ikbar taqa' fuq dawk il-persuni li jqattgħu l- ħin liberu tagħhom fuq xi opra tal-baħar.", "Nafu li iktar ma jgħaddi ż- żmien, iktar dawn il-bċejjeċ qegħdin jikbru fil-potenzjal tagħhom.", "Dan allura jfisser li s-sidien tagħhom iridu jkunu iktar imħarrġa biex filwaqt li jiddevertu huma, ma jkunux ta' problema għall-oħrajn.", "F'dan is-sens, tajjeb li nfakkar li permezz ta' avviżi legali li ħarġu matul is-sena li għaddiet, il-gvern, permezz ta' l-Awtorita` Marittima, iddeċieda li f'dan il-pajjiż, għall-ewwel darba għandhom jiddaħħlu żewġ miżuri li matul is- snin li ġejjin għandhom ikompli jwasslu għal iktar u iktar sigurta` fuq il- baħar.", "L-ewwelnett kien lil dawk li jissejħu small crafts regulations, li permezz tagħhom kien hemm modi ta' kif dawn il-bċejjeċ jiġu reġistrati, imma dwar dan m'għandix ħin biex nitkellem illum.", "Madankollu nista' nagħmel parentesi żgħira u ngħid li l-kampanji li għamlet u li għadha tagħmel l- Awtorita` Marittima biex iktar u iktar persuni jkunu konxji mir- responsabbiltajiet tagħhom, qegħdin iħallu riżultati pożittivi.", "Minbarra s-small crafts regulations, l-Awtorita` Marittima, minn Settembru 2001 kienet irregolat li persuni li jkollhom opra tal-baħar b'mutur ta' iktar minn 100 horse power, għandhom ikunu liċenzjati.", "Dan sar għax ried jiġi assigurat li kull min ikollu opra tal-baħar ta' ċerta saħħa, ikun jaf jimmaniġġjaha tajjeb.", "Ovvjament, bħal kull ħaġa oħra li tkun qiegħda tiġi ntrodotta fil-pajjiż għall-ewwel darba, din l-ordni, fil-bidu sabet ċerta oppożizzjoni, sabet persuni li lmentaw li dan m'huwiex sewwa, fejn per eżempju fost l-oħrajn kien hemm min argumenta li m'huwiex sew li opra tal- baħar ta' sitt metri u opra tal-baħar ta' 15-il metru, ikollhom bżonn ta' l-istess tip ta' liċenzja.", "Il-bażi li fuqha saret ir-regolamentazzjoni fis-sena li għaddiet, kienet il-horse power ta' l-opra tal-baħar partikolari.", "Irrid ngħid li l-kundizzjoni li min ikun qed isuq opri tal-baħar bħal dawn għandu jkun liċenzjat, tapplika għall-ibħra territorjali Maltin u għal kull tip ta' dgħajsa.", "Irrid ngħid li meta ġiet introdotta din il-kundizzjoni, kien hemm bejn wieħed u ieħor 1,600 persuna li applikaw għad-diversi korsijiet li setgħu kellhom bżonn jagħmlu, korsijiet li ġew koordinati bejn l-Awtorita` Marittima u dak li llum huwa l-MCAST.", "F'ċertu sens, bi pjaċir ngħid li mill-1,600 persuna li applikaw, kien hemm iktar minn 1,400 li għaddew mill- eżami li sarilhom ma' l-ewwel darba, filwaqt li ftit iktar minn 100 applikant kellhom jirrepetu dan l-eżami qabel ma setgħu jingħataw il- liċenzja.", "Pero' nista' ngħid li l-maġġoranza ta' dawk li urew ix-xewqa li jkollhom il-liċenzja, irnexxielhom jakkwistawha.", "Dan huwa importanti li niftakruh għax ifisser li almenu, għall-kuntrarju tas-sjuf preċedenti, bħalissa hawn 1,600 sewwieq ta' opra tal-baħar huma mħarrġa u mgħarrfa bir-regoli u l-kundizzjonijiet li għandhom japplikaw.", "Ovvjament għad fadal sewwieqa li minkejja dan l-obbligu, għadhom m'akkwistawx il-liċenzja neċessarja.", "Għad fadal ukoll persuni li għadhom jittamaw li xi darba, l-obbligu ta' din il-liċenzja għad jitneħħa, pero' lil dawn jien ngħidilhom li m'għandna l-ebda intenzjoni li nagħmlu dan.", "Jien nappella lil dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra għadhom m'applikawx għal din il-liċenzja, biex jagħmlu dan mill-iktar fis possibbli, proprju għaliex l-ewwel u qabel kollox, huwa fl-interess tagħhom li jagħmlu dan.", "F'dan ir-rigward irrid nagħmel parentesi oħra li ma tolqotx lil dawk li jkunu qegħdin jiddevertu permezz ta' xi opra tal-baħar imma tolqot lil diversi operaturi li jew jikru l-opri tal-baħar tagħhom jew inkella jorganizzaw huma stess ħarġiet fuq il-baħar, kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl.", "Dawn il-persuni li b'kull dritt, jaqilgħu l-għixien tagħhom minn dan it-tip ta' negozju, għandhom sett ta' regolament li jridu japplikaw, u jien ninsab konvint li fil-maġġoranza tagħhom, dan qegħdin iwettquh.", "Fir-rigward imbagħad ta' dawk li għandhom opri tal-baħar li jġorru fuqhom 150 jew 200 persuna, b'mod partikolari matul il-lejl, jien nippretendi li dawn mhux biss għandhom ikollhom responsabbilta` lejhom infushom imma għandhom ikunu wkoll responsabbli lejn il-passiġġieri li jkunu qegħdin iġorru.", "Jien nippretendi li dawn l-operaturi m'għandhomx josservaw ir- regolamenti meta jkunu nfurmati li tkun se ssirilhom xi inspection, imma għandhom jagħmlu dan il-ħin kollu, biex f'każ ta' xi inċident, ikunu kapaċi jagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-passiġġieri li jkunu qegħdin iġorru.", "Mr Speaker, ir-responsabbilta` ta' dawn in-nies tmur ferm iktar 'il bogħod minn dik lejhom infushom, għaliex huma responsabbli wkoll tal-passiġġieri li jkunu qegħdin iġorru.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa biex dawn in-nies jaraw li l-ħin kollu jkunu mhux biss up-to-date u ppreparati għal kull inċidenza li tista' tinqala', imma jkunu wkoll f'pożizzjoni li jinfurmaw lill-passiġġieri tagħhom b'dak li hemm bżonn li jsir f'każ ta' xi inċident bħal ħruq, ħbit jew xi problema oħra.", "Iva, huwa mportanti li dawn l- operaturi josservaw kontiwament ir-regoli ta' protezzjoni.", "Jien ma naqbilx ma' dawk il-persuni li jgħidu li m'humiex qegħdin isiru biżżejjed spezzjonijiet ̧ kemm fuq ix-xatt kif ukoll fuq il-baħar.", "Ovvjament, ikun hemm kemm ikun hemm inspectors available, huwa impossibbli li jkun hemm persuna li toqgħod għal 24 siegħa fuq id-dgħajsa li l- operatur.", "Allura, l-ikbar u l-ewwel responsabbilta` għandha tkun proprju ta' l-operatur innifsu, li jara li kemm jista' jkun, ikun f'pożizzjoni li jipproteġi lilu nnifsu u lil dawk li jkun qiegħed iġorr fuq id-dgħajsa tiegħu.", "Mr Speaker ̧ se nuża l-aħħar żewġ minuti li fadal biex nitkellem dwar problema oħra li wieħed jista' jgħid li nħolqot proprju għax matul iż-żmien li għadda ppruvajna naraw kif nikkontrollaw it-traffiku fuq l-art, ippruvajna nilħqu l-bilanċ meħtieġ bejn il-persuni li jkunu qegħdin jaqsmu t-toroq u t-traffiku, li qiegħed dejjem jiżdied.", "Qiegħed nirriferi għall- kwestjoni tal-pelican lights.", "Illum f'dan il-pajjiż, bejn pelican lights u traffic lights hawn madwar 140 sett, li huma mifruxa maż-żewġ gżejjer.", "Iktar minn 100 minnhom saru matul dawn l-aħħar 4 snin u nista' ngħid Ii hemm numru sostanzjali li diġa' approvat minn dak li kien it-Traffic Control Board.", "Nista' nassigura li qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk għandhomx isiru traffic lights jew pelican lights x'imkien, issir analiżi tat- traffiku li jgħaddi minn dak il-post partikolari biex jiġi stabbilit jekk verament ikunx hemm bżonn li jsiru.", "Għalkemm huwa veru li l-pelican lights, it-traffic lights, għas-sewwieqa jfissru telfien ta' ħin u waqfien iktar minn darba, minħabba t-traffiku qawwi li hawn fit-toroq tagħna, il- probabbilta` hi li biex nilħqu l-bilanċi meħtieġa, għad irridu nistallaw numru sostanzjali ta' pelican lights u traffic lights.", "Ovvjament tibqa' r- responsabbilta` tal-pedestrians li meta jiġu biex jaqsmu xi triq ̧ ma joħolqux problemi ̧ la lilhom infushom u lanqas lis-sewwieqa ̧ billi jużaw dawn il-lights.", "Huwa mportanti li nżommu dan quddiem għajnejna għax ikun inutli li jiddispjaċina meta naraw lil xi ħadd mejjet jew midrub fil-front pages tal- gazzetti, jekk imbagħad ma nkunux konxji tad-dover li għandna li nipproteġu lilna nfusna ̧ kemm waqt li nkunu qegħdin insuqu kif ukoll waqt li nkunu mexjin fit-triq.", "Jekk jirnexxielna nagħmlu dan, żgur li nkunu qegħdin ngħinu biex innaqqsu l-inċidenti tat-traffiku, li jistgħu jkollhom konsegwenzi koroh.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa, 10 ta' Lulju, 2002, fid-9:00 a.m., bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAJNUNA SOĊJALI - CHILDREN ALLOWANCE", "34530.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-persuna indikata separatament minn din il-mistoqsija għaliex kellha tnaqqis fil- ħlas ta' children allowance, meta hi għadha fl-istess stat li kienet fis- snin passati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "DETOX CENTRE", "34565.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sitt xhur kemm-il persuna talbet għajnuna miċ-ċentru Detox minħabba abbuż tad-droga?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu barranin?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "Jista' ukoll jgħid għal liema abbuż ta' droga talbu l- għajnuna?", "Jista' jinkludi dawk li talbu għajnuna f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena kien hemm 811 persuna li marru għal għajnuna fiċ-ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 706 kienu rġiel u 105 nisa.", "55 minnhom kienu ta' nazzjonalita` barranija.", "Iċ-ċentru tad-Detox jipprovdi mediċina bħala sostitut għall-eroina għalhekk dawk li jfittxu l-għajnuna minn dan iċ-ċentru jkunu jabbużaw mill-eroina.", "Matul l-istess perijodu ġew referuti 53 persuna miċ-ċentru tad-Detox f'Malta għaċ-ċentru f'Għawdex.", "Dawn il-persuni kellhom ir-residenza ordinarja tagħhom f'Malta u riedu jqattgħu xi żmien ta' btala f'Għawdex.", "Iċ-ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DETOX CENTRE", "34566.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn dawk li rċevew għajnuna għall-abbuż tad-droga fiċ-ċentru tad-Detox jista' jgħid kemm kien hemm żgħżagħ taħt it-18-il sena?", "Kemm kienu rġiel u kemm nisa?", "F'kull każ kemm kien l-iżgħar wieħed/waħda?", "Kemm kien hemm barranin?", "Jista' jagħti l-figuri għaċ-ċentru f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena kien hemm 5 persuni taħt it-18-il sena li marru għal għajnuna fiċ- ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 3 kienu ġuvintur u 2 tfajliet, li l- iżgħar fosthom kienet persuna ta' 16-il sena.", "Ħadd minnhom ma kien ta' nazzjonalita' barranija.", "Iċ-ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta` tad- dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DETOX CENTRE", "34567.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm il-persuna talbet għajnuna miċ-ċentru tad-Detox għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "Kemm kienu rġiel u kemm nisa?", "Kemm kienu barranin u ta' liema pajjiż?", "Kemm kien/et l-akbar u l-iżgħar fl-eta`?", "Jista' jagħti l-figuri għaċ-ċentru f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena kien hemm 55 persuna li marru għal għajnuna għall-ewwel darba fiċ- ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 46 kienu rġiel u 9 nisa.", "Fosthom kien hemm 4 Libjani, Taljan u Ingliż.", "L-akbar persuna kellha 49 sena filwaqt li l-iżgħar kellha 17-il sena.", "Iċ-ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta` tad- dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "LOTTERIJI", "34568.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm intlagħbu f'ammont ta' flus: fil-lotterija nazzjonali, fil-lottu tas-Sibt, fis-super five, fil- logħba tat-tiritombla, u fil-logħob tal-iscratch & win?", "Kif jikkompara f'kull logħba ma' l-istess żmien is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "LOTTU PUBBLIKU - PRIVATIZZAZZJONI", "34575.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-pjan għall-privatizzazzjoni tal- lottu pubbliku?", "Kemm kien hemm kumpanniji/organizzazzjonijiet interessati biex jieħdu l-lottu pubbliku f'idejhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-konsorzju Maltco wara li sar il-proċess tal- valutazzjoni ta' l-offerti għal liċenzji għal-lotterija nazzjonali.", "Kien hemm seba' organizzazzjonijiet li urew interess biex jieħdu l-liċenzja għal lotterija nazzjonali.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "34576.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li matul il- vaganzi tas-sajf ser isirilhom xogħol speċifiku?", "X'tip ta' xogħol ser isir?", "Kemm ser jiswa f'kull każ?", "Minn qed jagħmel ix-xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SPIŻERIJI ĠODDA - RESTRIZZJONIJIET", "34580.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jagħti permessi għal spiżeriji f'pajjiżna bħalissa?", "Meta ħareġ l-aħħar permess għal spiżerija?", "X'inhi r-raġuni għal din ir-restrizzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa teżisti friża għall-ħruġ ta` permessi għal spiżeriji ġodda.", "Madankollu, d-dipartiment qiegħed jikkunsidra applikazzjonijiet għal spiżeriji ġodda f'ċirkostanzi segwenti:-", "L-applikazzjoni tkun għal spiżerija li minnha jinbiegħu biss mediċinali veterinarji.", "Jekk qabel ma bdiet titħaddem il-friża, kien diġa` deċiż li jinħareġ permess, iżda sakemm saret din il-friża l-permess ikun għadu ma ħariġx minħabba xi xogħlijiet pendenti eċċ.", "Jekk ikun hemm deċiżjoni ulterjuri minn awtorita` ġudizzjarja jew awtorita` oħra kompetenti bħalma huma l-Ombudsman u l-Qrati.", "Jekk, għal raġunijiet umanitarji, tinħass il-ħtieġa li tinfetaħ spiżerija, bil-patt li", "a. il-talba ssir mill-Kunsill Lokali tal-post fejn jiġu spjegati r-raġunijiet kollha għaliex għandha tinfetaħ spiżerija", "b. ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-imsieħba soċjali kollha u mill-Gvern ċ. ma jkunx hemm konflitt ma` spiżeriji eżistenti jew applikazzjonijiet preċedenti f'dik il-lokalita` jew area ġdida fl-istess lokalita`.", "L-aħħar permess li nħareġ kien fil-15 t'April 2002.", "SKEJJEL - UNIFORMI", "34581.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammonta u bħala average l-ispejjeż tal-ġenituri li jkollhom iħallsu privatament (minkejja li jixtru l-uniformi mill-istess skejjel fejn jattendu uliedhom) biex jixtru l-uniformi għal uliedhom fl- iskejjel statali primarji u sekondarji rispettivatment?", "Jista' jivverifika jekk hux minnu jew le, li tifla ta' 8 snin li tattendi fl-iskola primarja statali ta' Raħal Ġdid ingħatat lista ta' items tal-uniformi li trid tixtrihom bilfors u li jammontaw (dawk li jkollha bżonn) għal xi Lm55?", "Peress li għal ġenituri bla xogħol jew single parents dan huwa ammont li jikkawża ċertu tbatija, ma teżisti l-ebda għajnuna għal dawn it-tip ta' nies?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li din il-mistoqsija waslet f'dan il-Ministeru l-bieraħ, 8 ta' Lulju 2002, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAMRUN SPARTANS FC - NEFQA", "34582.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-gvern intrabat li jagħti s-somma ta' Lm25,000 lill-Ħamrun Spartans FC għall-bini tal-clubhouse?", "Huwa minnu li diġa tħallset is-somma ta' Lm5,000 li suppost marret għal dan ix-xogħol u minflok tħallset bil-quddiem, intużat biex tħallsu l-players?", "Jista' l- Ministru jinvestiga dan il-każ u jagħti rendikont lill-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CHANGE MANAGERS", "34592.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għal mistoqsija 34443, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni taċ-change managers?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il- position description ta' director (strategy and planning) fl-uffiċċju tiegħi u l-position description li għandu kull director (office of review) f'Ministeri oħra.", "MALTA DRYDOCKS", "34593.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni fuq kemm kien hemm każi ta' dixxiplina fuq abbuż mis-sick leave fil-Malta Drydocks ta' Bormla fl-2000, 2001 u din is-sena?", "Jista' jgħid x'kienet il-piena f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-każijiet ta' dixxiplina fuq abbuż mis-sick leave fil-Malta Drydocks matul dawn l-aħħar tlitt snin u l-piena li ngħatat kien kif jidher hawn taħt:", "|SENA |NRU TA' |PIENA | | |KAŻI | | |2000 |41 |ġurnata paga | | |1 |sospensjoni minn | | | |benefiċċju | | | |tal-mard għal 3 | | | |xhur | | |1 |sospensjoni minn | | | |benefiċċju | | | |tal-mard għal 6 | | | |xhur | | |1 |sospensjoni minn | | | |benefiċċju | | | |tal-mard għal | | | |sena | |2001 |14 |ġurnata paga | | |1 |sospensjoni minn | | | |benefiċċju | | | |tal-mard għal 6 | | | |xhur | |2002 |3 |ġurnata paga | | |1 |sospensjoni minn | | | |benefiċċju | | | |tal-mard għal 6 | | | |xhur u | | | |sospensjoni minn | | | |fuq ix-xogħol | | | |għal 8 xhur | | |1 |sospensjoni minn | | | |benefiċċju | | | |tal-mard għal | | | |sena u | | | |sospensjoni minn | | | |fuq ix-xogħol | | | |għal 8 xhur |", "PA", "34594.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid tistax l-awtorita' ta' l-ippjanar tinkludi l-Belt u l-Furjana mal-Kottonera bħalma ġara fl-avviż ta' qabel ta' l-aħħar dwar l-iskema għal tibdil ta' gallariji tal-injam?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-awtorita` ta` Malta dwar l- ambjent u l-ippjanar evantwalment tikkonsidra li terġa` toħroġ skema għal finanzjament ta` manutenzjoni u bdil ta` gallariji ta` l-injam fil-Belt u l- Furjana.", "Nittama li l-Onor.", "Interpellant jifhem ukoll li l-awtorita` għandha pressjoni minn residenti f'żoni oħra ta' konservazzjoni urbani li jixtiequ jibbenifikaw minn skemi bħal dawn.", "Għaldaqstant kull deċiżjoni ssir fid- dawl ta' dan kif ukoll fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji li jkollha l- awtorita`.", "BELT - ĠRIEDEN", "34595.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid peress li hemm pocket ta' ġrieden ħdejn il-breakwater 'l isfel minn Dar il-Mediterran fil-Belt, tistax tittieħed azzjoni dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-area ndikata ħdejn il- breakwater 'l isfel minn Dar il-Mediterran fil-Belt ġiet spezzjonata llum id-9 ta` Lulju 2002 minn uffiċjali tar-rodent control ta` l-istess Dipartiment u saru t-trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden.", "Se jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.", "DRITT GĦALL-VOT", "34596.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi trid tagħmel il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex ikollha d-dritt tal-vot peress li hi ċittadina Maltija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat mill-Kummissarju Elettorali Ewlieni li l-persuna ndikata għandha tmur personalment l-uffiċċju elettorali, l-Belt Valletta fil-ħinijiet ta' l-uffiċċju biex tapplika għar- reġistrazzjoni tal-vot.", "Hi għandha tieħu magħha dawn id-dokumenti:", "1.", "Ċertifikat taċ-ċittadinanza Maltija;", "2.", "Ċertifikat taż-żwieġ;", "3.", "Ċertifikat tat-twelid mir-Reġistru Pubbliku;", "4.", "Passaport jew passaporti tagħha; u", "5.", "Il-karta ta' l-identita` li għandha preżentament.", "Dawn id-dokumenti huma meħtieġa sabiex ikun aċċertat li din il-persuna għandha l-kwalifiki elenkati f'Artiklu 57 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "PETROLEUM DIVISION", "34597.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34466 u jgħid min inaddaf l-uffiċini tal-petroleum division f'B'Buġia?", "Kemm hemm maids li jagħmlu dan ix- xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bħalissa hemm żewġ fattigi inkarigati mit-tindif ta' l-uffiċini fit-taqsima tal-petroleum.", "PETROLEUM DIVISION", "34598.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentarin nru.", "34465 u jikkonferma li ż-żewġ messaġġiera li hemm fil-petroleum division B'Buġia jagħmlu light work?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bħalissa fit-taqsima petroleum hemm messaġġier wieħed biss li jagħmel light duties.", "POSTA INTERNA/PHOTOCOPIES", "34599.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "34463 u jikkonferma li t-tqassim tal-posta interna u l-photocopies qegħdin isiru mill-iskrivani għax ma hemmx min jagħmilhom fid-dipartiment tal-petroleum division f'B'Buġia?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tlabt lill-amministrazzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex teżamina jekk in-numru ta' messaġġiera li hemm fit-Taqsima tal-Petroleum huwiex biżżejjed biex ikopri x-xogħol mistenni minnhom.", "ENEMALTA – SUBSTATION FIŻ-ŻEJTUN", "34600.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34433 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq is-substation li se ssir fi Triq is-Suq, Żejtun għaliex ilha ħafna imwiegħda u hemm diversi djar li qed ibatu minħabba provvista baxxa ta' elettriku?", "Billi kawża ta' din il-problema hemm nies tal-business fosthom stampatur li għandhom nies impjegati magħhom li ġieli jkollhom jieqfu mix- xogħol għax jiqfulhom il-makni, meta hu maħsub li jibda dan ix-xogħol?", "Jista' jintervjeni personalment għaliex ilhom iwegħduhom snin sħaħ?", "Vera li l-permessi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar ħarġu?", "Jekk iva, meta ħarġu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta applikat biex tinbena substation f'Misraħ l-Indipendenza, ż-Żejtun fis-16 ta' Ottubru 2000 u l-permess relattiv kien ħareġ fl-4 ta' Jannar tas-sena ta' wara.", "Wara dan, il-Kunsill Lokali kien oġġezzjona u għaldaqstant kienet saret applikazzjoni ġdida fl-4 ta' Settembru 2001 biex tinbena substation fi Triq is-Suq.", "Il-permess għal din l-applikazzjoni kien ħareġ fis-26 ta' Marzu ta' din is-sena.", "Id-draft agreement ta' l-art wasal f'April li għadda.", "Ix-xogħol mistenni jibda fl-10 ta' Lulju li ġej.", "DOI", "34601.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għal mistoqsija 34275, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- konrrispondenza / kommunikazzjoni mitluba?", "Jekk ma jistax, jista' jispjega r-raġuni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandiex x'nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 34275.", "QORMI - TRIQ L-IMDINA", "34602.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq l- Imdina, Ħal Qormi għad hemm il-lights fuq iż-zebra crossings li mhux qegħdin jiffunzjonaw?", "Meta fl-istess triq se jsir il-kumplament ta' landscaping fiċ-central strips?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li rigward il-lights fuq iż-zebra crossing fi Triq l-Imdina Ħal Qormi, d-direttorat għat-toroq diġa` nforma lill-Korporazzjoni Enemalta biex tara x'jista' jsir.", "Jien infurmat ukoll li l-landscaping fis-central strip, id-Direttorat għat- Toroq mistenni joħroġ it-tenders fil-ġimgħat li ġejjin.", "B'KARA - TRIQ IL-GĦABEX", "34603.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jordna li tiġi asfaltata Triq il-Għabex, B'Kara?", "Ġaladarba l-livellar temporanju li sar madwar sena ilu, inqala' kollu, jikkonsidrax li ssir xi ħaġa b'mod permanenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita` isir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "GĦAJNUNA SOĊJALI – MARSA", "34604.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' relief ta' missier b'żewġt itfal li spiċċa mix-xogħol wara 30 sena jaħdem?", "Il-partikolaritajiet tal-persuna qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "WIED IL-MARFA - SPIERI", "34605.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex jiġi studjat x'wassal biex l-ispieri fil-Wied tal-Marfa qed jispiċċaw bla ilma u hekk l-uċuh tal-għelieqi fl-inħawi qed jinxfu u jmutu u l-bdiewa huma nkwetati ħafna dwar il-futur tagħhom?", "Jekk sar xi studju, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "REVERSE OSMOSIS", "34606.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi indikazzjonijiet li impjanti ta' reverse osmosis pubbliċi u privati fiċ-Ċirkewwa - fil-Marfa qed jolqtu ħażin l-ispieri tal-bdiewa tal-inħawi u qed jispiċċaw jew b'ilma mielaħ ħafna jew niexfa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tgħin lill-awtorita` Maltija għar-riżorsi fl-investigazzjoni tagħha tal-problema li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru responsabbli għal din l-awtorita`.", "MELLIEĦA - ĊIMITERJU MILITARI", "34607.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li hemm imħejjija għax-xogħol li jrid isir fiċ-ċimiterju militari ta' l-Għadira fil-Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li peress li x-xogħol li hu mħejji biex isir fiċ-ċimiterju militari ta` l-Għadira fil- Mellieħa jaqa` taħt manutenzjoni, ma jirrikjedi l-ebda pjanti.", "PA - MELLIEĦA", "34608.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtorita' ta' l-ippjanar milli toħroġ il-permessi meħtieġa għax-xogħlijiet proposti fl-inħawi magħrufa bħala ix-Xagħra ta' Selmun fil-Mellieħa b'applikazzjoni PA 06528/01?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din l-applikazzjoni ġiet deċiża u fid-19 ta' Ġinju, 2002, l-applikant ġie notifikat bid-deċiżjoni.", "DNO", "34609.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid mnejn jirriżulta li skond regolamenti tad- DNO, ma jistax isir reservoir fuq blat għeri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Klassi 11 ta` l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp tkopri biss ġwiebi agrikoli li jkunu fuq art kurrentement użata għall-kultivazzjoni.", "Dan ma jfissirx li ma tistax issir applikazzjoni għal żvilupp fl-imsemmi sit.", "SENIOR TECHNICAL OFFICER", "34610.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija 33899, jista' l- Ministru jgħid kemm tħallas f'overtime xahar b'xahar għall-ħin żejjed li ħadmu minn Ottubru 1998 sal-lum is-senior technical officer li ismu qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li dan is-senior technical officer tħallas dawn l-ammonti bħala overtime minn Ottubru 1998 sal-lum.", "L- informazzjoni tinsab f'rapport separat li qed inqieghed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SPTAR SAN LUQA", "34611.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li anzjani li jkunu qed jirkupraw fl-isptar San Luqa u jerġgħu jmorru l-isptar St. Vincent De Paul, jew f'xi sptar ieħor qed jintalbu jħallsu għall-ispejjes, jew is-60% tal-pensjoni tagħhom tal-kura li jkunu ħadu fl-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li ma jintbagħtux kontijiet lill-pazjenti Maltin rikoverati fir-Residenza San Vinċenz li jingħataw kura fl-Isptar San Luqa.", "Kull xahar jintbagħat return lid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali fejn ikun hemm lista ta' pazjenti li jkunu ilhom rikoverati fl-Isptar San Luqa iżjed minn 180 ġurnata, sabiex titnaqqsilhom il-pensjoni kif stipulat fil-liġi.", "SAFAR - AMBAXXATURI", "34612.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba sar safar mill-ambaxxaturi mhux residenti Maltin, bejn Settembru 1998 u Ġunju 2002?", "Liema pajjiżi żaru?", "Kemm kienet l-ispiża totali?", "Dawn l-ambaxxaturi jagħtu rendikont uffiċjali taż-żjarat li jagħmlu, u jekk iva, lil min?", "ONOR.", "JOE BORG: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda, dawn l- ambaxxaturi jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-Gvern u għalhekk jagħtu rendikont finanzjarju uffiċċjali wara kull żjara li jagħmlu.", "Dan ir- rendikont jingħata lis-Segretarju Permanenti u wara jiġi mgħoddi lill- Awditur Ġenerali skond ir-regolamenti finanzjarji.", "TELEPHONES - NEFQA", "34613.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lil-Kamra kemm swiet il-bidla sħiħa tas-sistema tat-telephones li saret lill-Ministeru?", "Minn fejn inxtrat is- sistema, kemm qamet, u kienx hemm aġenti involuti?", "Kemm hija l-ispiża rikorrenti ta' din is-sistema?", "X'inhuma l-vantaġġi ta' din is-sistema ġdida, fuq dik il-qadima?", "ONOR.", "JOE BORG: Sa issa, l-bidla tas-sistema tat-telephones fil- Ministeru tiegħi swiet is-somma ta' LM2243.42, liema somma tkopri x-xiri ta' 28 apparat tat-telefon ġdid.", "Barra minn hekk, tħallas l-ammont ta' LM879.75 li jkopri l-kera tas-sistema għax-xhur ta' Mejju sa Lulju 2002.", "Is-sistema ma nxtratx, imma nkriet mingħand l-Allcom Limited, li hija sussidjarja tal-Maltacom plc, għal sittin xahar, bl-għażla ta' xiri wara dan il-perijodu.", "Ebda aġent ma kien involut fl-innegozjar tat- transazzjoni.", "L-ispiża rikorrenti għall-kiri tas-sistema hija ta' LM293.25 fix-xahar.", "Qabel ma qaleb għal din is-sistema (li jgħidulha ISDN), il-Ministeru għamel cost and savings analysis, u minnu rriżulta li b'din is-sistema l-ġdida, il- Ministeru huwa mistenni li jiffranka l-flus, speċjalment fejn tidħol il- kera ta' linji diretti installati, li għalihom titħallas is-somma ta' LM52 fis-sena għal kull linja.", "Ta' min inżid li l-PABX kienet qdiemet meta komparata mat-teknoloġija tal-lum, u għalhekk kellha tinbidel xorta waħda.", "Minbarra l-vantaġġ finanzjarju, wieħed jista' jsemmi li bis-sistema ISDN, l- uffiċċjali jistgħu jintlaħqu direttament aktar malajr, peress illi s- sistema taħdem permezz ta' pooling ta' linji diretti, minnflok linja iddedikata għal persuna waħda jew grupp żgħir ta' uffiċċjali.", "Naturalment, dan ifisser ukoll li l-uffiċċjali jiksbu s-servizz ta' linja diretta b'faċilita` akbar għaliex m'għandhomx għalfejn joqgħodu jistennew sakemm il- linja tat-telefon diretta tkun libera.", "Faċilita` oħra tas-sistema, meta paragunata ma' dik qadima, hija l-ħeffa u l-kwantita` ta' data li tista' tiġi trasferita, faċilita` illi s-sistema konvenzjonali ta' telefonija li kellna qabel ma kellhiex.", "SERVIZZI - NEFQA", "34614.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif jitqassam l-ispiża tal- vot allokat għas-servizzi fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?", "Jista' jinforma l-Kamra jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat, xhur jew fl-aħħar tlett snin, sarux xi abbużi minn dan il-vot, fis-sens li saru ħlasijiet li suppost jidhru taħt voti rikorrenti oħrajn?", "F'kull każ jista` jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikonti tal-vot?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant dwar kif titqassam l-ispiża tal-vot allokat għas-servizzi fi ħdan il- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin hija dik li tidher ippubblikata fl- estimi finanzjarji tal-Gvern ta' kull sena.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija prassi aċċettabbli li jiġu spustjati flejjes minn line item tal-vot għall-ieħor, basta dan isir f'ċirkostanzi u skond proċeduri stabbiliti u bil-permessi meħtieġa fejn neċessarju.", "Meta dan l-ispustjar iseħħ mingħajr il-permessi meħtieġa, tinħoloq irregolarita`.", "F'każijiet bħal dawn, normalment ikun l-istess Awditur Ġenerali li jirrimarka fuq din l- inċidenza.", "Jiena nfurmat li ma kienx hemm rimarki ta' dan it-tip mingħand l-Awditur Ġenerali f'dawn l-aħħar tliet snin.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "34615.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kinux il-ħaddiema mid- distrett tad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi li bnew ħajt tas-sejjieħ bejn id-Drug Rehabilitation Centre u ċ-Ċimiterju ta' Sant'Andrija f'Ħaż- Żebbuġ?", "Min ta' l-ordni biex jinbena dan il-ħajt?", "Kemm tħallas id- dipartiment talli bena dan il-ħajt u minngħand min tħallas?", "Ta' min hija l-propjeta` li fuqha inbena dan il-ħajt tas-sejjieħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li waqt li xi patching li kien qiegħed isir mill-ħaddiema tad-Distretti, dan il-ħajt intlaqat mir- romblu u ġratlu xi ħsara.", "Għaldaqstant il-ħajt kellu jerġa jiġi rranġat għall-istat li kien.", "UE - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "34616.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet politiċi, soċjali, trade unions, etc, li qegħdin jirċievu xi forma ta' għajnuna finanzjarja (dwar studji jew għal xi raġuni oħra) dwar l-UE?", "Kemm kienu jammontaw sena b'sena f'dawn l-aħħar tlett snin?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-fondi allokati mill-Gvern bħala għajnuna finanzjarja għall-iskop ta' familjarizzazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea lill- organizzazzjonijiet rappreżentattivi għas-snin 2000, 2001 u 2002 huma kif indikati fil-listi annessi.", "Il-listi jinkludu wkoll il-flus li attwalment tħallsu lill-organizzazzjonijiet imsemmija sad-9 ta' Lulju 2002.", "Dawn il-flus huma allokati taħt fond apposta fil-vot tal-Ministeru tal- Affarijiet Barranin.", "BIOLOGY TEACHERS", "34619.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta' kemm għandna biology teachers fil-livell sekondarju fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u tal-privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li din il-Mistoqsija waslet f'dan il-Ministeru l-bieraħ, 8 ta' Lulju 2002, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AIRMALTA – ĦATRA TA' CEO", "34621.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li ex-uffiċjal tas-Swiss Air ser jinħatar CEO ta' l-Air Malta?", "Jekk iva, x'wassal lil Air Malta tingaġġa expatriate għal din il-kariga wara li dan ix-xogħol sar f'mod fejjiedi mill-Maltin sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma naħsibx li la jkun prudenti u lanqas fl-interess tal-kumpanija li f'dan l-istadju tiġi ppubblikata nformazzjoni ta' din ix- xorta.", "FINANCIAL PROTOCOL", "34622.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta bdew it-taħdidiet ma' l-awtoritajiet Taljani dwar il- ħames financial protocol?", "Ġie stabbilit it-terminu ta' żmien li ser jkopri dan il-protocol?", "L-ammont tal-protocol diġa` ġie determinat jew għad irid jiġi negozjat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati bejn Malta u l-Italja dwar il-Ħames Protokoll Finanzjarju kienu bdew taħt l- amministrazzjoni preċedenti u qed jitkompla ma' l-amministrazzjoni preżenti.", "L-oqsma li ser jiġu nklużi taħt dan il-protokoll, kif ukoll l-ammont u t- tul tiegħu għadhom qed jiġu diskussi.", "BANEK KUMMERĊJALI BARRANIN", "34623.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid liema kienu l-banek kummerċjali barranin li sal-lum sar kuntatt magħhom dwar investiment propsettiv fil-Bank of Valletta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin fi stadju avanzat f'dan il-proċess u ma' jkunx għaqli li wieħed jiżvela nformazzjoni dwar dan il-proċess.", "SPTAR MONTI CARMELI - CONSTANT WATCH - NEFQA", "34624.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tad-dipartiment konċernat tul dawn l-aħħar ħames snin, xahar b'xahar tal-constant watch fl-isptar Monte Carmeli?", "Fuq liema kriterji u taħt liema kundizzjonijiet jingħata constant watch?", "Jista' jgħid jekk constant watch issirx minn persuni li jkunu parti mill- full compliment ta' l-istaff jew minn persuni li jkunu off duty?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MGĦATAB - CONTROL ROOM", "34625.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' kostruzzjoni (tender no 211/2000) li sar fil-control room tal-Mgħatab f'Ottubru li għadda baqa' ma' tħallasx?", "Billi dan ix-xogħol tlesta f'Ottubru tas-sena l-oħra, jista' jgħid għaliex dam daqshekk biex jitħallas il-kuntrattur li d-dettalji tiegħu qed jingħataw under separate cover?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-final account tax- xogħol imsemmi tlesta.", "Id-dewmien kien dovut għal-fatt li l-Perit li kien inkarigat minn dan ix-xogħol ingħata kariga f'Ministeru ieħor u allura kien jeħtieġ li jiġi kkonsultat biex jiġi kkonfermat il-kontenut u l-kwalita` tax-xogħol li sar."]} {"filename": "19991102_169d_par.doc", "date": "1999-11-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 169 It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 169", "It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "169", "It-Tlieta, 2 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 361", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 361", "TQEGĦID TA' KARTI 367", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 1999/2000 368", "AĠĠORNAMENT 391", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 397", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 168 li saret fl-1 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MDC - TRASFERIMENTI", "9435.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti ħaddiema ta' l-MDC mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jiena informat li matul il-perijodu msemmi ma ngħatawx trasferimenti fil-korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Malta.", "Jekk fil-futur ikun hemm ħtieġa ta' trasferimenti dawn isiru skond il- ħteġijiet tal-korporazzjoni.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid eżattament fiex wasal il- proġett tal-crafts village li kien ħejja gvern Laburista?", "Minn mistoqsija parlamentari jirriżulta li qed jerġa' jiġi evalwat, imma kemm se jdum jiġi evalwat?", "Meta se jibda x-xogħol fuq dan il-proġett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, diġà rrispondejt mistoqsija fuq dan is- suġġett u għedt li l-proġett ta' crafts village qed jiġi evalwat fid-dawl ta' ħafna oġġezzjonijiet li kien hemm, speċjalment minn dawk li jokkupaw l- istess crafts village.", "Jiena sibt sitwazzjoni fejn kważi kważi kienu se jispiċċaw jidħlu bil-bulldozers biex iħottu l-huts!", "L-idea ta' crafts village dejjem kienet li jkollna post fejn ikun hemm min jagħmel il-crafts, primarjament għal skop turistiku.", "Pero' l-istat tal- crafts village m'huwiex wieħed attraenti u jrid jiġi żviluppat bil-għaqal u b'mod li noħolqu ambjent li jistħoqq verament crafts village ta' pajjiż li għandu storja daqshekk antika u sabiħa, jiġifieri l-crafts village irid jikkumplimenta wkoll l-iżvilupp tat-turiżmu.", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet ma' l-awtorità ta' l-ippjanar dwar dan il-proġett, u wara diskussjoni aktar wiesgħa nkunu nistgħu nippreżentaw proġett li pajjiżna għandu jkun veru kburi bih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pending quddiem l-MDC għal ftuħ ta' fabbriki ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għal dan it-tip ta' dettall nissuġġerixxi lill- Onor. Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub biex inkun nista' nġib l- informazzjoni imma nista' ngħid li hemm diversi kumpanniji li ssottomettew applikazzjoni u wħud minnhom ġew aċċettati.", "Fil-fatt hemm kumpanniji li għandhom jiftħu sa l-aħħar tas-sena jew inkella s-sena d-dieħla.", "Però minn hawnhekk ma nistax ngħid bl-ammont kemm hemm talbiet pendenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li f'okkażjoni oħra l-Ministru qal li l- MDC approvat il-ftuħ ta' fabbriki ġodda, jista' jgħid liema huma dawn il- fabbriki u kemm se jħaddmu nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, f'dawn l-aħħar ġimgħat irrispondejt mistoqsija bħal din, li tirrigwarda l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena fejn għedt li kien hemm ħames fabbriki li għalqu filwaqt li fetħu madwar 11.", "Għedt ukoll li l-impjiegi totali li ġew ġenerati kienu bejn 450 jew 460.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-Ministru qed jgħid li ġew ġenerati 450 impjieg.", "Jista' jgħidilna jekk minn dan l-ammont tnaqqasx in-numru ta' mpjiegi li ntilfu minħabba dawk il-fabbriki li għalqu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Meta jsiru mistoqsijiet daqshekk dettaljati, trid toqgħod attent kif tirrispondi għaliex ma jistax ikun li tkun taf iċ-ċifri fuq il-ponot ta' subgħajk.", "Nerġa' ngħid però li meta għalqu ħames fabbriki u fetħu 11 oħra, in-numru totali ta' mpjiegi ġodda li ġew ikkreati kien madwar 450 jew 460.", "Dik l-informazzjoni tajtha f'mistoqsija parlamentari proprju ftit tal-ġimgħat ilu u allura jekk l-Onor.", "Membru jixtieq aktar informazzjoni, nissuġġerilu jagħmel mistoqsija bil-miktub biex inkun nista' nagħtih tweġiba accurate li tirrifletti s-sitwazzjoni attwali.", "MDC - IMPJEGATI ĠODDA", "9436.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l- MDC mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk mpjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Mata.", "Tajjeb jingħad li matul ix-xhur tas-sajf il-korporazzjoni mpjegat żewġ studenti għal dawk ix-xhur biss.", "Dan sar bil-permess tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "INDUSTRIJA - TRASFERIMENTI", "9437.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 ħaddiema tad-dipartiment ta' l- industrija?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu msemmi ħaddiem intbagħat jaħdem fid-dipartiment ta' l-industrija minflok ħaddiem ieħor li mill-istess dipartiment mar jaħdem f'dipartiment ieħor.", "Dwar trasferimenti fil-futur dawn isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "INDUSTRIJA - IMPJEGATI ĠODDA", "9438.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad- dipartiment ta' l-industrija mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu msemmi ma ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid fid-dipartiment ta' l-industrija.", "WSC - IMPJEGATI ĠODDA", "9439.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- water services corporation mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru,1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda mal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma.", "Dawn il-ħaddiema ġew impjegati fil-grad ta' draughtsman.", "Ma saritx sejħa għal applikazzjonijiet peress li l-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ kienet issottomettiet lista ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għal dan it-tip ta' xogħol.", "L-għażla saret minn fost persuni li kienu f'din il-lista.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Rita Law, domanda supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Ftit ilu għamilt mistoqsija parlamentari dwar l-istrajk industrijali li kien hemm fil-WSC.", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir- raġuni għal dan l-istrajk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Rita Law tagħmilli mistoqsija bil-miktub biex inkun nista' nagħti risposta preċiża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid kif żvolġew dawn id- diffikultajiet industrijali bejn il-WSC u l-union partikolari?", "Dawn ġew solvuti?", "X'għad hemm pending minnhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena naf li ċerti issues ġew solvuti però, kif diġà għedt, nippreferi kieku l-mistoqsija ssir bil-miktub f'dan l-istadju delikat meta għadhom għaddejjin it-taħditiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li l-Ministru jifhem li għallinqas għandu jagħti l-informazzjoni dwar dawk il-problemi li ġew rimedjati ħalli l-Kamra tkun aġġornata u nkunu nafu eżattament liema huma l- issues pendenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-mistoqsija fuq il-WSC kienet dwar jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda u rrispondejtha.", "Imbagħad saret mistoqsija supplimentari li m'għandha x'taqsam xejn mal-ħaddiema l-ġodda imma tittratta r-relazzjonijiet industrijali u t-taħditiet li għaddejjin bħalissa mal-union.", "Jiena għedt lill-Onor.", "Law u lill-Onor.", "Farrugia biex jagħmluli mistoqsija bil-miktub, għax fiċ-ċirkostanzi preżenti nippreferi li jkunu bil-miktub ħalli nagħti risposta accurate.", "Ma naħsibx li wieħed għandu jiġi kkritikat għaliex jgħid li għandha ssir mistoqsija bil-miktub fuq materja bħal din meta l-mistoqsija supplimentari m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "Mr Speaker, irrid infakkar li fil-leġislatura preċedenti mhux talli ma kienx ikun hawn il-ministru responsabbli preżenti biex jirrispondi għal dawn it-tip ta' mistoqsijiet, talli kien ikun hawn il-ministru mingħajr portafoll u għal kull mistoqsija supplimentari li kienet issir min-naħa tagħna li konna fl-oppożizzjoni kien jgħidilna li trid issir mistoqsija bil- miktub lill-ministru responsabbli.", "Jiġifieri aħna lesti nidħlu fid-dettall fejn ikun hemm bżonn u għalhekk nitlob li jekk jista' jkun il-mistoqsijiet supplimentari jkunu relatati mal-mistoqsija oriġinali, għax otherwise ma jkollix l-informazzjoni kollha miegħi.", "MR SPEAKER: Fil-fatt is-Sedja ripetutament tappella sabiex kwalunkwe mistoqsija supplimentari jkollha rabta mal-mistoqsija oriġinali għaliex b'hekk biss wieħed ikun jista' jżomm ċertu ordni waqt il-question time.", "Infakkar ukoll li dan m'huwiex il-ħin tad-dibattitu imma ħin li fih wieħed jagħmel domanda u l-Ministru jwieġeb għaliha.", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, filwaqt li wieħed japprezza l-isforz li għamel il-Ministru biex iwieġeb għal ċerti mistoqsijiet li saru, ġaladarba ma kellux l-informazzjoni f'idejh, peress li f'dan il-każ hemm ħaddiema involuti, naħseb li ma jkunx ħażin li jekk hemm hint ta' ftehim il- Ministru għallinqas jgħid li hemm ċans li jintlaħaq ftehim.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, jidhirli li l-Ministru diġà wieġeb għal din id-domanda.", "Naħseb li għandna nagħmlu progress u ngħaddu għal domanda oħra.", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Peress li l-Ministru jaf bil-problema u jiena diġà għamilt mistoqsija parlamentari fuqha, jista' mqar jgħidilna x'kienet ir- raġuni għall-istrajk industrijali għall-informazzjoni tal-popu Malti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, diġà għedt li f'dan l-istadju nippreferi li ssir mistoqsija bil-miktub.", "WSC - TRASFERIMENTI", "9440.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-WSC?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferiemnti?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu msemmi 17-il ħaddiem tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biddlu s-sezzjoni fejn jaħdmu.", "Erba' minnhom iċċaqilqu fuq talba tagħhom stess; wieħed ieħor għal raġunijiet ta' saħħa; ieħor għax kien hemm il-ħtieġa li jaħdem matul il- ġurnata biss; ieħor għax kien hemm ħtieġa li jimla post vakanti; u għaxra oħra wara ftehim li ntlaħaq mal-GWU peress li x-shift tas-sezzjoni tal- bowsers tneħħa.", "Dwar ċaqliq ta' ħaddiema fil-futur, dan isir skond il-ħteġijiet tal- korporazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jispjegalna xi jrid ifisser meta qed jgħid \"fuq talba tagħhom stess\"?", "Lil min saret din it-talba?", "X'raġuni ġabu għal din it-talba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, peress li l-Onor.", "Interpellant qatt ma kien involut fit-tmexxija ta' ministeru, forsi ma jafx li f'kull dipartiment kultant ikun hemm talbiet għal trasferiment għal xi raġuni jew oħra - jistgħu jkunu raġunijiet ta' saħħa u jistgħu jkunu raġunijiet minħabba problemi li jinħolqu in the normal course - u allura ssir talba min-naħa tal-ħaddiema.", "Naturalment fejn ikun possibbli tintlaqa' imma dan mhux dejjem huwa possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fir-risposta tiegħu l-Ministru qalilna li kien hemm talba waħda li saret minħabba raġunijiet ta' saħħa, jiġifieri żgur li t-talbiet l-oħra ma sarux minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "Għalhekk nistaqsi lill-Ministru: Kif jidħol il-ministeru fid-deċiżjonijiet ta' trasferiment u ċaqliq ta' ħaddiema fil-WSC?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, il-ministeru ma jidħol xejn f'dawn il- kwestjonijiet għax aħna għalhekk naħtru chairman u bord tad-diretturi biex jidħlu huma responsabbli.", "Jien m'iniex responsabbli għad-day-to-day management tal-WSC pero' jiena responsabbli għall-policies li toħroġ bihom u għall-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ċerta direzzjoni, per eżempju, bħal meta saret ir-reviżjoni fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Hemmhekk kellna nagħtu ċerta direzzjoni kontra dak li kien għamel il-gvern ta' qabel li ta direzzjoni li kienet żbaljata u ta' ħsara kbira għall-pajjiż.", "Rigward jekk ikunx hemm talbiet li ma jkunux għal raġunijiet ta' saħħa, nikkonferma li ġieli jkun hemm ċirkostanzi fejn wieħed iħoss li fil-post fejn ikun forsi ma jkunx qed jagħti kontribut biżżejjed.", "Ikun hemm diversi instances bħal dawn li wieħed jitlob li jiċċaqlaq minn-postu imma naturalment dawn it-talbiet mhux dejjem ikunu jistgħu jintlaqgħu.", "Mill- informazzjoni li għandi jidher li fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant kien hemm erba' talbiet simili li l-korporazzjoni kienet f'qagħda li tilqa'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, fir-risposta għad-domanda supplimentari preċedenti l-Ministru qal li l-ministeru ġieli jsirulu talbiet ta' dan it-tip u issa qal li hu m'għandu l-ebda rwol fit- trasferimenti li jsiru.", "Liema hi l-verità, li l-ministeru jkollu dawn it- talbiet u jgħaddihom lill-WSC, jew li ma jindaħalx u jħalli verament f'idejn il-bord tad-diretturi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, li wieħed ma jindaħalx fit- trasferimenti ma jfissirx li ma jkunx informat - nista' ngħid li kull talba li tiġi riferuta lili jien nirriferiha liċ-chairman, lill-bord tad- diretturi u liċ-chief executive, ċioe' n-nies li huma nkarigati biex imexxu dik il-korporazzjoni - pero' rrid ngħid li kien hemm każi bħal dawn fil- passat għaliex l-ewwel darba li dħalt l-uffiċċju wara l-elezzjoni ta' Settembru 1998, fuq il-computer sibt listi ta' trasferimenti ta' pulizija, nies li jaħdmu ma' l-MIA u setturi oħrajn - biex jipprovaw jinfluwenzawhom għall-voti lejliet l-elezzjoni!", "Kien hemm mijiet minn dawn, Mr Speaker, u dan bil-provi!", "Dak kien indħil żejjed li kien indirizzat biex jirbħu ftit voti ta' l-aħħar għax kienu ddisprati imma dan it-tip ta' ndħil m'għandux ikun għax mhux hekk jimxu l-affarijiet.", "Jiena kont sorpriż meta rajt dawn il-listi u ngħid ukoll li kien hemm min kien related mal-ministru li kien involut f'dawn it-trasferimenti.", "Għalhekk naħseb aħjar l-Onor.", "Interpellant jistaqsi lil sieħbu biex ikun jaf x'jiġifieri meta jkun hemm trasferimenti politiċi!", "AGRIKOLTURA - SIĠAR", "9645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siġar li matul l- aħħar 12-il xahar tkabbru fis-serer mogħtija mill-APS Bank sabiex id- dipartiment ta' l-agrikoltura jkabbar aktar siġar standard ħalli nsebbħu l- landscaping tal-gżejjer tagħna?", "Meta huwa mistenni li dawn is-siġar jingħataw lill-kunsilli jew jitħawlu fit-toroq?", "Jista' l-Ministru jara li fit-triq prinċipali tar-Rabat jitħawlu aktar siġar tal-prinjol, peress li dawn qegħdin jinqerdu bir-riħ u kultant anke wara xi ħabta ta' karozza?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 9645, fis-serra li ġiet mogħtija mill-APS Bank tħawlu 12-il varjetà t'arbuxelli u siġar f'seeding trays, li minnhom 24,080 baqgħu ħajjin u tħawlu fi qsari.", "It-tieni lot li tħawwel iktar tard kien jikkonsisti f'seba' varjetajiet, li jwassal għal 7,200 pjanta żgħar li għadhom ma ġewx re-potted.", "Għal dan l-istaġun diġà ġew preparati 257 tilar ta' 13-il varjetà ta' żrieragħ biex jiġu mkabbra.", "Teknikament dawn m'humiex siġar imma pjanti żgħar u skond kull varjetà jridu jgħaddu numru ta' snin qabel ma jitqiesu bħala standard.", "Skond ix- xita, il-provvista ta' l-ilma, attakki ta' parassiti jew mard u bosta fatturi bioloġiċi oħra numru minn dawn is-siġar la jilħqu d-daqs meħtieġ ikunu jistgħu jintużaw għal-landscaping.", "Kull sena jsir programm biex jitħawlu aktar siġar fit-toroq prinċipali kollha, inklużi t-taħwil tas-siġar nieqsa bħal dawk fit-triq prinċipali tar- Rabat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt lill-Ministru jinformani bil-programm li għandu sabiex itejjeb il-landscaping tal-pajsaġġ Malti, fosthom jekk huwix se jkompli l-proġett tar-riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa li kien sospiż matul dawn l-aħħar xhur.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, irrid ngħid li l-ministeru qed jagħmel struttura ġdida ta' priorities kif se jkompli jżid il-landscaping fil- pajjiż.", "Nista' nserraħ moħħ il-membri kollha ta' din il-Kamra li l- ministeru se jkompli jagħmel l-almu tiegħu biex bil-mezzi li għandu għad- dispożizzjoni tiegħu jkun jista' jkompli jsebbaħ il-pajsaġġ Malti, b'mod partikolari b'siġar u arbuxelli indiġeni.", "UE - SĦUBIJA", "9646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għal-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għall-bejjiegħa ta' ħaxix frisk fil-gżejjer tagħna?", "Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-common agricultural policy ta' l-Unjoni fir-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'hemm l-ebda liġijiet u regoli li jridu jibdew japplikaw għall-bejjiegħa tal-ħaxix frisk ħlief li l-prodott irid ikun tajjeb għall-konsum, skond standards minimi, u l-prodott irid ikun mibjugħ b'mod iġeniku, skond regoli ta' iġene minimi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ dokumenti maħruġa mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' bit-Titlu \"Opportunitajiet Indaqs – Persuni b'Diżabilita'\" u \"White Paper Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') 1997 – Konsultazzjoni Pubblika\", bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10811; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' skejjel involuti fit-trasferiment ta' minor staff, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10658; u", "Tagħrif dwar tenders approvati bejn Settembru 1998 u Settembru 1999, b'riferenza għall-qasam taż-żgħażagħ u sport, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10819.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 1999/2000", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' nfiq u dħul ta' l-awtorita' tad-djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1999 sat-30 ta' Settembru, 2000 - skond l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar (Kap. 261).", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħobkom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il- mozzjoni se tieħu żewġ seduti, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal- gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, u bil-winding-up għall-gvern.", "Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, bi pjaċir nintroduċi din il-mozzjoni li biha qed inressaq quddiem il-Kamra l-estimi ta' l-awtorità tad-djar għas- sena d-dieħla, kif ukoll rapport li jagħti ħarsa lejn il-ħidma li saret matul is-sena li għaddiet, naturalment b'ħarsitna mixħuta aktar 'il quddiem.", "Dibattitu bħal dan jagħtina l-opportunità biex nagħmlu ftit riflessjonijiet fuq x'inhi jew x'għandha tkun il-politika tagħna f'qasam li huwa intimament relatat mal-kwalità ta' ħajja li ngħixu - għaliex l-ambjent tad-dar fejn ngħixu jiddetermina ħafna xi kwalità ta' ħajja ngħixu - u relatat ukoll mal-qasam soċjali, partikolarment fil-konfront ta' dawk il- familji li huma l-aktar fil-bżonn.", "Iżda qabel ma nidħol ftit aktar fid- dettall naħseb li aħjar inkunu ċari mill-ewwel biex mhux biss din il-Kamra imma anke min qed isegwi dan id-dibattitu jkollu ċar quddiem għajnejh x'qegħdin nagħmlu.", "Illum qegħdin niddiskutu l-estimi ta' l-awtorità tad-djar rridu nżommu dejjem quddiem għajnejna li sal-lum - u nittama li ma ndumux wisq f'din is- sitwazzjoni - għandna sitwazzjoni fejn il-qasam tad-djar tista' tgħid jinfirex fuq erba' jekk mhux ħames dipartimenti jew aġenziji differenti minn xulxin, li ħafna drabi joperaw b'metodi differenti minn xulxin u bi strutturi differenti minn xulxin.", "Fil-fatt ma' l-awtorità tad-djar li qegħdin niddiskutu llum hemm ukoll id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, li jikkonċentra fuq każi purament soċjali u huwa ffokat fuq l- allokazzjoni ta' postijiet tal-gvern li jkunu qegħdin jinkrew lil ċerti persuni li japplikaw għal akkomodazzjoni alternattiva jew akkomodazzjoni soċjali taħt diversi sitwazzjonijiet.", "Għandna mbagħad id-dipartiment tal- kostruzzjoni u tat-tiswija tad-djar li jaħdem mill-qrib ma' l-awtorità tad- djar, qisu l-kuntrattur tagħha.", "Dan mhux biss jieħu ħsieb il-kostruzzjoni ta' postijiet ġodda imma anke xogħlijiet ta' riparazzjoni fil-postijiet, imma huwa dipartiment differenti u maqtguħ mid-dipartimenti l-oħrajn.", "Għandna mbagħad id-dipartiment ta' l-artijiet li jirċievi l-kirjiet ta' postijiet tal-gvern li jkunu ġew mikrija.", "Imbagħad għandna l-joint office li jamministra l-proprjetà tal-Knisja li ġiet f'idejn il-gvern.", "Ħafna drabi n-nies ma jifhmux id-differenza bejn dawn id-dipartimenti però din id-differenza teżisti u ilna ngħidu issa għal perijodu ta' żmien mhux ħażin li huwa għaqli li l-funzjonijiet kemm ta' l-awtorità tad-djar kif ukoll tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jersqu aktar viċin xulxin, anke sa' livell ta' amalgamazzjoni.", "Dan għaliex wara kollox il- gvern għandu bħala l-ewwel priorità tiegħu li jipprovdi għal akkomodazzjoni soċjali għal dawk l-aktar fil-bżonn.", "Jibqa' l-fatt però li l-qasam tad- djar jifrex fuq livell nazzjonali u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill- gvern fil-qasam tad-djar jista' jkollhom impatt dirett mhux biss fuq dawk il-familji li huma fil-bżonn imma wkoll fuq l-iżvilupp tal-proprjetà u tal- valur tagħha.", "Għalhekk fil-livell ta' gvern u partikolarment fil-livell ta' l-awtorità tad-djar irridu nkunu konxji li d-deċiżjonijiet li nieħdu jista' jkollhom impatt fuq dak li jkun qiegħed jiġri fis-suq tal-proprjetà ġewwa pajjiżna.", "Sur President, wieħed mill-ewwel jinduna li hawnhekk għandna ħames aġenziji jew dipartimenti, sejħilhom li trid, li prattikament kollha kemm huma għandhom impatt fuq il-qasam kollu soċjali.", "Illum m'aħniex qegħdin niddiskutu d-dipartiment tad-djar, m'aħniex niddiskutu d-dipartiment tal- kostruzzjoni u tat-tiswija tad-djar, m'aħniex niddiskutu l-lands, m'aħniex niddiskutu l-joint office, imma qegħdin niddiskutu l-awtorità tad-djar.", "Però nifhem li bilfors hemm relazzjoni bejn dan kollu għaliex wara kollox meta titkellem fuq l-awtorità tad-djar tkun qiegħed titkellem fuq x'għandha tkun il-politika nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mad-djar f'pajjiżna.", "Naħseb li dan id-dibattitu għandu jibbaża ruħu fuq id-dokumenti li għandna quddiemna u li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "F'dan l-istadju m'iniex se nidħol fid-dettall tagħhom imma nisma' l-interventi tad-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra u nidħol aktar fid-dettall wara li nkun smajt dawn l- interventi.", "Pero' kieku kelli nagħsar ir-rapporti li għandna fuq il-Mejda tal-Kamra dwar dak kollu li sar matul it-12-il xahar li għaddew u nipprova noħroġ l-aktar punti ta' sustanza, biex ngħidilhom hekk, naħseb li nista' nillimita ruħi għal tliet punti prinċipali.", "Sur President, matul it-12-il xahar li għaddew ipprovajna nagħmlu sforzi kbar, kif se nkomplu nagħmlu fix-xhur li ġejjin, biex inżommu quddiem għajnejna li l-ewwel u qabel kollox għandna d-dimensjoni soċjali.", "Il- funzjoni kollha ta' l-awtorità tad-djar u ta' dawn l-oqsma kollha u l- funzjoni tal-gvern hija li fit-twettiq tal-politika tiegħu kollha, partikolarment fit-twettiq tal-politika f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tad-djar, l-ewwel u qabel kollox iqis id-dimensjoni soċjali.", "Jekk aħna rridu nfasslu politika li tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru ta' l-attenzjoni tagħna, irridu nifhmu li waħda mill-aktar affarijiet importanti għall- bniedem hija d-dar fejn huwa jgħix u jrabbi l-familja tiegħu.", "Allura rridu nagħmlu sforz biex inkunu nistgħu nipprovdu lil dawk il-familji li l-inqas jistgħu jaħsbu jew jipprovdu għall-bżonnijiet tagħhom f'dawn is- sitwazzjonijiet.", "Id-dimensjoni soċjali timponi fuqna u mponiet fuqna mill- bidu nett id-dmir li nerġgħu naqbdu l-iskemi kollha amministrati mill- awtorità tad-djar f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' housing u nerġgħu nduruhom kollha biex inkunu ċerti li ntejbu d-dimensjoni soċjali ta' dawk l- iskemi.", "Irrid ngħid li hawnhekk m'iniex qed inkun kritiku, biex il-Kamra ma tifhimnix ħażin.", "Jien nirrikonoxxi x-xogħol li għamlet l-awtorità tad-djar tul is-snin kollha kemm ilha mwaqqfa però dejjem ikun hemm lok għal titjib, dejjem ikun hemm lok li l-inizjattivi kollha tkompli tirfinahom biex jilħqu dejjem iżjed il-miri tiegħek.", "Kif qed ngħid, matul is-sena li għaddiet sar sforz biex issir reviżjoni ta' l-iskemi kollha - mill-ewwel waħda sa l- aħħar waħda - ħalli nillimaw id-dimensjoni soċjali tagħhom.", "Aħna rrivedejna, per eżempju, il-means-testing, il-mod kif wieħed jikkalkula d- dħul ta' dak li jkun, u biddilna ċerti regolamenti biex ġibna dawn l-iskemi iktar fil-linja tal-politika nazzjonali tagħna.", "Bħala eżempju tipiku ta' dawn it-tibdiliet kollha li għamilna, insemmi l- miżura li m'ilniex wisq li ħabbarnieha - fl-opinjoni tiegħi hija ħafna importanti - li ċerti skemi li wieħed kien intitolat li japplika għalihom jekk ikun qed japplika bħala persuna li tgħix weħidha, issa qed ngħidu li persuna single tista' tinkludi wkoll persuna li tkun qed tieħu lill- ġenituri jgħixu magħha.", "Kif wieħed jista' jara, l-iskop hawnhekk huwa marbut ma' politika li tgħin lill-familji li jkollhom ġenituri xi ftit anzjani li jibqgħu jgħixu flimkien, f'ambjent fejn l-anzjani jibqgħu mħallta fil-komunità u mhux jispiċċaw f'istituzzjoni jew jgħixu weħidhom jew mingħjar ma jsibu l-appoġġ tal-familja diretta tagħhom.", "Eżempju ieħor li nista' nagħti ta' politika fil-qasam tad-djar illimata mal-politika nazzjonali hija d-deċiżjoni li ttieħdet kmieni din is-sena li nenfasizzaw u nimbottaw kemm nifilħu l-installazzjoni tal-lifts, proċess li huwa kkomplikat u li jiswa ħafna u ħafna flus.", "Kulħadd jifhem li inti tista' tindirizza l-bżonnijiet ta' ċerti familji billi l-post fejn jgħixu tagħmlu aktar aċċessibbli, għax għandna każi fejn persuni li jgħixu fi flat li l-ambjent tiegħu jkun aċċettabbli però dak il-flat ikun fit-tieni, fit- tielet jew fir-raba' sular u allura l-aċċessibilità tkun diffiċli.", "Għalhekk fl-introduzzjoni ta' din l-iskema enfasizzajt il-politika li tieħu ħsieb id-dimensjoni soċjali.", "Irrid insemmi ħaġa li nammetti li ffaċċjajna ftit tal-kritika fuqha però deherli li kienet deċiżjoni għaqlija li tirrikonoxxi wkoll il-prioritajiet soċjali.", "Irridu ngħidu ċar u tond li għandna ċerti lokalitajiet f'din il- gżira fejn il-problemi ta' akkomodazzjoni soċjali huma aktar evidenti minn postijiet oħrajn.", "Ma rridux nidħku bina nfusna għax din hija realtà speċjalment fl-ibliet antiki tagħna, b'mod partikolari l-Furjana, il-Belt u l-Kottonera.", "Hemm min ikkritikana li matul it-12-il xahar li għaddew iffokajna wisq fuq dawn it-tliet postijiet.", "Jiena ma ngħidx illi ffokajna wisq, anzi ngħid li għamilna dak li kien dmir tagħna għax dawk huma l- postijiet fejn għandna l-ikbar problemi.", "Il-verita' hi li dawn huma l- postijiet minn fejn għandna l-ikbar numru ta' applikazzjonijiet, għax f'dawn il-postijiet hemm djar u flats antiki li fihom ħafna problemi u huwa diffiċli ħafna biex wieħed jirrendi dawn l-istess djar aktar abitabbli għas-sitwazzjonijiet tal-lum.", "Jiġifieri kienet politika tajba li l- awtorità tad-djar iffokat il-ħidma tagħha fuq il-partijiet tal-gżejjer tagħna fejn jeżistu l-ikbar problemi, mingħajr ma nnaqqas xejn mill-fatt li jeżistu wkoll familji li qegħdin jgħixu f'ambjent mhux aċċettabbli f'inħawi oħra ta' pajjiżna.", "Però bla dubju ta' xejn l-ikbar konċentrament ta' problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' akkomodazzjoni soċjali huwa fil-Belt, il-Furjana u l-Kottonera.", "U fl-opinjoni tiegħi l-awtorità għamlet sewwa u tibqa' tagħmel sewwa li tħares lejn l-aspetti kollha però b'mod partikolari tara x'qed jiġri f'dawn il-postijiet.", "Sur President, kien hemm ħafna miżuri oħrajn li ħarġu mir-reviżjoni ta' l- iskemi però jekk wieħed iħares sewwa lejn ir-rapport jinduna li l-awtorità tad-djar nidiet skemi ġodda matul is-sena li għaddiet li kienu mfassla proprju biex ikunu indirizzati lejn dawk li huma l-aktar fil-bżonn.", "Ir- regolamenti kollha marbutin ma' dawn l-iskemi dejjem tfasslu b'dan l-aspett pero' mad-dimensjoni soċjali rrid inżid ukoll realtà oħra li qiegħda tiġri fis-soċjetà Maltija, u din hija li s-soċjetà Maltija stess qiegħda tiżviluppa u tbiddel ċerti valuri.", "Allura qed jitfaċċaw ċerti affarijiet pożittivi però qed jitfaċċaw ukoll sfidi ġodda li qabel ma kenux jeżistu jew ma kenux daqstant evidenti.", "Qed ikollna, per eżempju, numru ikbar ta' single parent families u allura għandek units żgħar ta' familji - tista' tkun mara separata li qiegħda tgħix weħidha u tista' tkun mara omm ta' tarbija jew ta' tnejn - u meta wieħed jistudja u jagħmel riċerka kif dawn in-numri qegħdin bil-mod il-mod jiżdiedu, jinduna li l-awtorità tad-djar trid bilfors iżżomm dan quddiemha waqt li tkun qed tfassal il-proġetti għas- snin li ġejjin.", "Sur President, qed ngħid dan għaliex bħalma l-Kamra tista' tapprezza, meta jsiru pjanijiet biex jinbnew postijiet, flats, maisonettes ġodda u proġetti li jkunu kbar, dawn ma jsirux mil-lum għal għada imma jsiru bi pjanijiet li ħafna drabi jieħdu tul ta' żmien.", "Għaliex sakemm wieħed jippjanta, iġib il-permessi, joħorġu t-tenders, jitqabbdu l-kuntratturi, jibda x-xogħol u jitlesta jgħaddu kultant is-snin.", "Allura trid taħseb minn ferm qabel biex inti tfassal dan il-bini ġdid b'mod li jindirizza verament il-bżonnijiet ta' prijorità li jkollna f'pajjiżna.", "U x'inhu l-effett ta' dan kollu fuq il-proġetti ta' l-awtorità tad-djar?", "L-effett huwa ovvju għaliex meta tiġi biex tippjanta bini ġdid, l-awtorità trid tiddeċiedi x'inhu l-mix tat-tip ta' flats jew maisonettes li tkun se tibni, jekk għandhomx ikunu ta' tliet ikmamar tas-sodda, jew ta' żewġt ikmamar tas- sodda jew ta' kamra tas-sodda waħda u x'għandu jkun il-perċentwali ta' flats li jkunu b'kamra tas-sodda waħda kontra l-flats li jkunu b'żewġt ikmamar jew tlett ikmamar tas-sodda.", "Dan it-tip ta' studju jindikalna li rridu naħsbu għal postijiet fejn ikollok perċentwali ta' flats li jkunu qegħdin jinbnew biex iwieġbu għall-bżonn ta' ċerti realtajiet soċjali ġodda li qed jinħolqu fil-pajjiż.", "Sur President, jiena nħoss li mir-rapport annwali li ġie ppreżentat dwar il-ħidma tas-sena li għaddiet joħroġ bl- aktar mod ċar li d-dimensjoni soċjali kienet mira ewlenija ta' l- istrateġija ta' l-awtorità tad-djar.", "U rrid nifirħilha li qabdet din il- linja u nħeġġiġha biex tkompli fuqha ħalli kull deċiżjoni li tittieħed tiggarantixxi li l-flus li qegħdin ninvestu.", "Għalhekk il-flus li dan il- parlament qiegħed jivvota lill-awtorità tad-djar qed imorru tassew għand dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Hawn irrid nagħmel parentesi żgħira biex nappella lill-Kamra ħalli l- messaġġ joħroġ b'mod ċar anke lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Meta ngħidu \"dawk li għandhom bżonnijiet soċjali\" kultant id-diffikultà li jkollu kull gvern, ikun min ikun, huwa l-kejl, ir-riga li biha wieħed ikejjel il-veru bżonn ta' kull familja.", "Naturalment l-aktar riga ovvja u sempliċi li nipprovaw nużaw hija r-riga tad-dħul ta' l-individwu, jiġifieri abbażi tad- dħul li jkun qiegħed jiddikjara l-individwu inti jista' jkollok l-ewwel indikazzjoni tal-bżonnijiet partikolari ta' dik il-familja.", "Issa, aħna nafu li l-means-testing għandu d-diffikutajiet tiegħu għax jista' ma jkunx strument perfett li jressqek viċin il-verità sħiħa.", "Għalhekk irridu naħdmu biex dan l-istrument isir effettiv inkella jkun hemm il-periklu li jkunu qegħdin jinqdew nies li m'għandhomx id-dritt li jinqdew jew inkella m'għandhomx id-dritt li jinqdew daqskemm għandu ħaddieħor.", "Qed ngħid dan għaliex f'din il-Kamra u anke barra minnha kultant nisma' lmenti ta' nies li jgħidulek: Jiena kelli tant kera u f'daqqa waħda tellgħuhieli b'¥20, ¥50 jew ¥100 fis-sena.", "Irrid infakkar lill-Kamra - u anke lil dawk in-nies li kitbuli jew avviċinawni fuq dan il-punt - li huwa veru li hemm reviżjoni ta' kirjiet u anke skemi mħabbra mill-awtorità tad- djar li jgħinu lill-individwu biex jissussidjawlu parti minn dik il-kirja, però jekk issir reviżjoni - u naċċerta lill-Kamra li din hija trasparenti ħafna u wieħed jista' jiċċekjaha liberament - din issir b'mod li tkun regolata b'regolamenti ċari daqs il-kristall u tkun mibnija fuq id-dħul li l-individwu stess jiddikjara, mhux fuq xi ħaġa li l-gvern jew id- dipartiment ikun ivvinta.", "Nerġa' ngħid li din ir-reviżjoni tkun ibbażata fuq dokumenti verifikati li jipprovdi l-individwu stess u allura jekk l- inkwilin ta' post f'daqqa waħda ġie informat li l-kera tiegħu ġiet miżjuda, wieħed irid jipprova jfiehem lil dak l-individwu illi ż-żieda fil-kera tkun seħħet għaliex tnaqqaslu s-sussidju minħabba li d-dħul tiegħu jkun żdied sostanzjalment mid-data ta' meta jkun ħa l-allokazzjoni tal-kera.", "Hemm bżonn li nfiehmu lin-nies dwar il-kwestjoni tar-reviżjoni tal-kera biex ma jkunx hemm min jiddiżappunta ruħu.", "Irridu nifhmu li l-proprjetà f'pajjiżna hija xi ħaġa li tiswa ħafna flus, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed issir diffiċli biex issibha u aktar għandna nagħtuha valur u allura m'għandna bl-ebda mod neħduha bi kbira.", "Anzi jiena ngħid li mhux talli m'għandniex neħduha bi kbira, talli rridu ninkoraġġixxu l-bidla fil-kultura f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas ta' kera ħalli din tkun kera ġusta u tirrifletti l-valur ta' post li jiswa eluf kbar ta' liri.", "Imbagħad għal dawk il-familji li tassew ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-piżijiet finanzjarji li jista' jġib ammont ta' kera, għandu jkun hemm is-sostenn ta' skemi li jissussidjawlek il-kera.", "Però l-messaġġ irid joħroġ ċar li għallinqas fuq biċċa għodda li hija l-għodda tad-dħul iddikjarat mill-individwu, bid-difetti kollha li fiha dik is-sistema, il- kalkolu ta' x'tip ta' għajnuna jirċievi jsir skond id-dħul illi dak l- individwu stess ikun qiegħed jiddikjara.", "Jiena nemmen li f'dan il-qasam m'għandniex nitkellmu fuq livell ta' partiġjaniżmu politiku.", "Hawnhekk qegħdin niddiskutu xi ħaġa li tolqot il-ħajja ta' kuljum ta' l-individwu u allura l-attenzjoni tagħna trid tkun mixħuta fuq dawk il-familji li l-aktar għandhom bżonn u rridu ngħinu lil xulxin biex ikollna l-kejl tajjeb ħalli nsibu veru min huma dawk il-familji li għandhom bżonn.", "Waqt li qed ngħid dan nenfasizza ħafna lil din il-Kamra, u nippretendi li l-Kamra tifhimni meta ngħid hekk, li ħafna drabi l-kejl tal-bżonn ta' l- individwu m'huwiex kejl li huwa mibni biss fuq id-dħul li għandha l- persuna; jeżistu ċirkostanzi fejn il-bżonnijiet ta' familja jistgħu jkunu bżonnijiet urġenti li mhux neċessarjament ikunu relatati biss ma' l-aspett finanzjarju.", "Per eżempju, qed ikollna każi ta' single mothers, ta' nisa miżżewġa, li f'daqqa waħda jinqalgħalhom l-inkwiet fiż-żwieġ, ikollhom jitilqu mid-dar konjugali u jispiċċaw jikru postijiet furnished bi ¥80, ¥90 u ¥100 fix-xahar.", "F'dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet trid tieħu deċiżjonijiet kultant diffiċli ħafna għaliex tkun taf li d-deċiżjoni tiegħek tista' tkun qed tagħmel differenza għall-ħajja tal-persuna nvoluta.", "Jien ġieli kelli każi wkoll fejn kien hemm interessi qawwija ħafna tat- tfal involuti f'dik il-familja partikolari u ġieli jkollok tieħu deċiżjoniijiet, b'mod partikolari fl-interess tat-tfal, biex lil dawk it- tfal għallinqas tagħtihom l-aħjar ċans possibbli biex huma ma jgħaddux minn sofferenzi kultant kbar.", "Imma dawn huma kollha affarijiet personali ħafna ta' l-individwi u allura inti ma tistax tidħol fid-dettall f'kull każ partikolari fil-beraħ għax dawn huma konfidenzjali ħafna għall-individwi.", "Però l-Kamra tifhimni meta ngħid li l-bżonnijiet soċjali u l-politika li tagħti l-ewwel priorità lil dawk li għandhom l-ikbar bżonn tisforzana biex ikollna l-metodi ħalli nkunu nistgħu nagħtu kas dawn l-aspetti kollha.", "F'dan is-sens, kif jgħid ukoll ir-rapport u forsi nidħol fid-dettall dwar dan fl-għeluq tad-dibattitu, mexjin fid-direzzjoni li ntejbu s-sistema tal- punti u kif nikkalkulaw dan il-bżonn.", "Bħalma tapprezza l-Kamra, aħna għandna żewġ sistemi ta' punti.", "L- awtorità tad-djar għandha s-sistema tagħha kif tikkalkula l-punti, mentri d- dipartiment tad-djar għandu s-sistema tal-punti tiegħu li hija differenti minn dik ta' l-awtorità tad-djar.", "Allura għandna sitwazzjoni fejn ikollok individwu li jmur għand l-awtorità u jgħidulu li għandu tant punti, u jekk imur fid-dipartiment tad-djar jgħidulu li għandu punti differenti u ħadd ma jista' jifhem eżattament x'inhi l-pożizzjoni tiegħu.", "Ir-rapport jgħid li qegħdin nittamaw li minn hawn u ftit ieħor inkunu wasalna għal sistema waħda ta' kif jiġu kkalkolati dawn il-punti ħalli kemm jekk tapplika taħt l- awtorità u kemm jekk tapplika taħt id-dipartiment, l-assessment tiegħek ikun wieħed ċar u tkun taf eżattament għal xiex inti intitolat.", "Qegħdin nistudjaw ukoll kif nistgħu nkunu trasparenti iżjed f'din is-sistema.", "Kieku nsib mod u manjiera kif nista' nippubblika kollox mingħajr ma nikser il-konfidenzjalità, niggarantilek, Sur President, li jekk insib dik is- sistema jien nagħmilha.", "Jekk jirnexxielna nsibu tarf ta' din il- mistoqsija, iċ-ċavetta ta' l-issue, jiena dispostissimu li nagħmilha.", "Fil- fatt bħalissa qegħdin nesploraw x'inhuma l-alternattivi li jista' jkollna.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi mingħajr ma ntawwal wisq huwa l-fatt li rridu nirrikonoxxu kollha kemm aħna li d-deċiżjonijiet li nieħdu fil-livell nazzjonali, permezz ta' l-awtorità tad-djar fil-qasam tad-djar, jista' jkollhom impatt fuq is-suq privat.", "U għaliex qed insemmi dan il-punt?", "Bla dubju ta' xejn kif intqal minn ministri anke qabli, ir-realtà ta' l-isfida ta' l-akkommodazzjoni soċjali ma tista' qatt tgħid li tkun solvejtha.", "Inkunu qegħdin nidħku bina nfusna jekk ngħidu li xi darba xi gvern solva jew se jsolvi l-problema ta' l-akkommodazzjoni soċjali.", "Dan huwa proċess kontinwu ta' żvilupp.", "Qegħdin nitkellmu fuq ħajja ta' bniedem jew ta' bnedmin.", "Koppja għarajjes li tapplika biex tixtri, tikri jew tingħata post mill-gvern u f'dak il-każ għaliex tkun koppja għarajjes tingħata post ta' kamra tas-sodda waħda jew massimu ta' tnejn, għada pitgħada se jkollha t- tfal u allura dak il-post fejn ikunu qed jgħixu jkun sarilhom żgħir.", "Dan l- istess bħalma għada pitgħada koppja li ilhom miżżewġin u rabbew it-tfal, huma stess se jsiru koppja anzjani u ħames snin oħra jew għaxar snin se jkollhom bżonnijiet li llum forsi mhux qegħdin jarawhom.", "Jista' jkollok familji li llum qegħdin komdi, jgħixu f'housing estate tal-gvern, fi flat li qiegħed fit-tielet sular u m'għandhom ebda diffikultà ta' xejn, però imbagħad jinqala' accident ta' mard, ikun x'ikun, u f'daqqa waħda l-bżonn jitwieled għal dik il-familja f'ċirkostanza li ma kenitx qiegħda taħseb għalihom.", "Jista' jkollok familji li qegħdin jgħixu f'dar privata kbira li f'daqqa waħda jsibu li dik id-dar m'għadhiex tajba biżżejjed għalihom jew inkella f'daqqa waħda żviluppat ħsarat kbar fiha.", "Jiġifieri l-qasam ta' l- akkomodazzjoni u l-postijiet li fihom ngħixu m'humiex ħaġa statika.", "Inti ma ħadtx post wieħed li se jservik u jaqdik fil-bżonnijiet tiegħek mill- mument li dħalt hemmhekk sal-mument li toħroġ fit-tebut imma huwa proċess li kontinwament jiżviluppa għaliex iċ-ċirkostanzi jinbidlu u allura hija sitwazzjoni flessibbli l-ħin kollu.", "Sur President, irridu nifhmu li l-problema ta' akkomodazzjoni adattata għall-familji tagħna qatt mhi se tkun solvuta u nagħmlu żball jekk ngħidu li xi darba se nkunu solvejna u ssodisfajna lil kulħadd għaliex dak li hu sodisfaċenti llum, sentejn, ħames snin jew għaxar snin oħra m'huwiex se jkun sodisfaċenti u f'ċerti każi lanqas diċenti.", "U f'dan is-sens allura jrid ikollna sitwazzjoni fluwida.", "Ħalli nkun jien l-ewwel wieħed li ngħid bl-aktar mod ċar li s-sigriet, iċ-ċavetta li tiftħilna l-bieb biex fil- qasam ta' l-akkomodazzjoni jkollna sitwazzjoni fluwida f'pajjiżna għadna ma sibnihx.", "Is-sigriet qiegħed billi aħna nsibu l-mod u l-manjiera kif niftħu l-proprjetà privata għall-kiri jew inkella kif proprjetà vojta privata tidħol fis-suq ta' l-akkomodazzjoni.", "Hawn hu s-sigriet!", "U aħna bħala politiċi rridu nagħrfu - huwa irrilevanti aħniex fuq din in-naħa tal-Kamra jew fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra - li dan hu wieħed mill-aktar oqsma importanti li kull gvern ipprova jindirizza u kull gvern sal-lum għadu ma sabx is-soluzzjoni finali għalih.", "Sur President, fl-1995 saru bidliet importanti fil-liġijiet tal-kera però dawk it-tibdiliet sostanzjali fl-opinjoni tiegħi għadhom sal-lum ma solvew assolutament xejn.", "Għaliex minflok numru kbir minn dawn il-postijiet - issa li ħlisna mir-regolamentazzjoni li kienet teżisti qabel taħt il-liġi l- antika tal-kera - tpoġġew fis-suq għall-okkupazzjoni tan-nies li qegħdin ifittxu akkommodazzjoni baqgħu vojta u s-sidien tagħhom ma jridux ipoġġuhom fis-suq.", "Hemm bżonn li nagħmlu sforz fuq livell nazzjonali għall-ġid ta' kulħadd biex naraw kif nistgħu niftħu dan is-suq.", "Fil-fatt matul is-sena li għaddiet komplejna bil-proċess biex naraw kif nistgħu nkomplu nbiddlu l- liġijiet tal-kera, eżerċizzju li beda taħt l-amministrazzjoni l-oħra permezz ta' kumitat ta' nies li ħadmu biex jipprovaw jaslu għal xi forma ta' rakkmandazzjonijiet.", "Wieħed irid jara daqsxejn fid-dettall x'se jkunu dawn ir-rakkmandazzjonijiet, però jiena naħseb li hemm ħafna iżjed xi jsir.", "L-ewwelnett irridu nagħmlu dikjarazzjoni ċara fuq livell nazzjonali - kemm bħala gvern u oppożizzjoni u kemm bħala partiti politiċi - li aħna nemmnu fil-liberalizzazzjoni tal-postijiet, li ma naqblux mal-proċess tar- rekwiżizzjoni, li ma naqblux mal-fatt li inti jkollok proprjetà privata u titteħidlek mingħajr ebda raġuni.", "Aħna ma' dan ma naqblux u jekk ittieħdet deċiżjoni li noqtlu l-liġi tar-requisitions, din qtilniha darba għal dejjem biex ħadd ma joqgħod jibża' li xi darba jekk ikun kera post lil xi Malti jew Maltija, għada jew pitgħada se jitfaċċa xi gvern u jerġa' jiftaħ din il-pjaga.", "F'ċertu sens il-liġi dwar ir-rekwiżizzjoni ta' postijiet swiet ġid għall-mumenti ta' l-emerġenza ta' wara l-gwerra, imma mbagħad biż-żmien tant ġiet abbużata u tant ħolqot mentalità f'pajjiżna li titwerwer minn kirja lejn Malti jew Maltija.", "Din hi xi ħaġa li jien niddubita jekk teżistix f'xi post ieħor fid-dinja.", "Irridu nifhmu li għandna piż u responsabbiltà biex din iċ-ċavetta niftħuha, u dan iġibni wkoll għal ċerti inizjattivi li ttieħdu matul dawn it-12-il xahar li għaddew, b'mod partikolari it-titjib sostanzjali li għamilna fis-sussidju li nagħtu għal dawk li jikru mis-settur privat.", "Sur President, l-iskema tas-sussidju tal-kera lil dawk li jikru mis- settur privat għamilnieha bil-ħsieb li ninkoraġġixxu iktar nies jikru mingħand il-privat.", "Aħna kellna skema li kienet teżisti taħt il-gvern preċedenti u kienet skema tajba, li kienet tissussidja sa massimu ta' ¥215 - jekk m'iniex sejjer żball - mill-kera jekk wieħed jikri mingħand il- privat.", "Iddeċidejna li dik l-iskema ma kellhiex is-suċċess li kulħadd xtaq li jkollha - mhux għax kellha xi difett fiha imma għaliex donnu ma kienx hemm ir-response li wieħed kien qed jistenna - u żidna l-ammont għal massimu ta' ¥315 fis-sena.", "Jiġifieri jekk inti tikri mingħand il-privat, skond id-dħul tiegħek, il-gvern jista' jagħtik massimu ta' ¥315 akkont tal- kera tiegħek.", "Din kienet bidla sostanzjali imma biex inkun sinċier għad m'għandniex ir-riżultat u l-feedback pożittiv li xtaqna.", "Għal xi raġuni jew oħra, is-sidien għadhom jibżgħu jikru jew inkella n-nies jibqgħu bit- tama li jekk jikru post tal-gvern allura l-kera tibqa' baxxa, bil-¥50, ¥70, ¥90 jew ¥100 fis-sena, ħaġa li ma jistax ikun tibqa' hekk.", "Ma nistgħux inkomplu nilludu ruħna li se nsibu s-soluzzjonijiet billi noqogħdu nagħmlu diskorsi politiċi u partiġjani u niġbdu saqajn xulxin fuq dawn l- affarijiet.", "Sur President, insemmi punt ieħor u nieqaf hawn.", "Jiena insistejt - u mill-ewwel kelli l-koperazzjoni min-naħa ta' l- awtorità tad-djar u nirringrazzjaha talli għamlet hekk - li din ma tkunx awtorità li tistenna l-bajtra taqa' f'ħalqha, tistenna lil min għandu l- problema biex jiġi jħabbtilha l-bieb, biex iċemplilha jew biex jimlielha l- formola.", "Xtaqt li din tkun awtorità li hija stess tieħu l-inizjattiva, li toħroġ mill-bini tagħha u tmur hi fil-komunità.", "Fil-fatt matul is-sena li għaddiet ittieħdu diversi inizjattivi li fihom l-awtorità ħadmet b'dan il- mod u litteralment qabdet numru ta' applikazzjonijiet għal akkommodazzjoni soċjali u marret għand l-applikanti bil-periti ta' l-awtorità tad-djar stess, b'mod partikolari fil-postijiet tal-Kottonera, biex tara jekk f'dawn id-djar hemmx possibbiltà li jsiru alterazzjonijiet strutturali ffinanzjati minnha stess biex dawk id-djar nirrenduhom abitabbli.", "Konna nafu mill- ewwel li ma tistax tagħmel mirakli f'postijiet bħall-Belt, il-Furjana u l- Kottonera però kultant ssib post fejn jekk tkun l-awtorità tad-djar li tapplika għall-permess biex tibni kamra jew tnejn dak il-post isir adattat għaċ-ċirkostanzi ta' dik il-familja partikolari.", "Sur President, hawnhekk irrid ngħid li r-riżultati ma kenux tajbin.", "L- awtorità għamlet tajjeb li ħarġet mill-bini tagħha, marret f'dawn id-djar, rat b'għajnejha r-realtajiet soċjali ta' pajjiżna u pprovat tidentifika s- soluzzjonijiet imma fil-maġġoranza l-kbira tal-każi fejn il-periti ta' l- awtorità marru biex jaraw dawn l-affarijiet, ir-risposta kienet: Le, aħna rridu post ġdid tal-gvern.", "Nerġa' ngħid, il-politika m'hijiex u m'għandha qatt tkun politika ta' illużjoni f'kollox, imma fil-qasam soċjali iżjed minn kollox irridu nfehmu lin-nies li jekk jeżistu s-soluzzjonijiet, dawn ma jistgħux ikunu biss u dejjem li l-gvern jipprovdi flat ġdid jew post ġdid.", "Hawn soluzzjonijiet oħra fejn il-gvern ikun qed jaqdi d-dmir soċjali tiegħu u jkun qed jaqdih tajjeb u lin-nies irridu nfehmuhom li dawk is- soluzzjonijiet jeżistu.", "Naturalment l-awtorità tad-djar, il-gvern u l-pajjiż jibqa' obbligat li jiżviluppa l-proġetti ġodda, li jibni flats ġodda u dak il-proċess jibqa' għaddej.", "Imma jien ma rridx niftaħar - u apposta qiegħed insemmih l-aħħar punt u mhux se ntawwal fuqu - li bnejna hawn u bnejna hemm.", "Dan nixtieq nagħmlu għax nieħu pjaċir ngħid li għamilna dak in-numru ta' flats u li mexjin f'Pembroke u fl-Imtarfa.", "Fil-fatt uħud mill-problemi li tfaċċaw f'Pembroke fejn se nipprovdi numru ta' flats jew maisonettes f'dawk li huma permessi mill-awtorità ġew solvuti u l-proċess ta' bini beda proprju ftit ġimgħat ilu għalkemm jonqosna problemi oħajn x'insolvu ma' l-awtorità ta' l- ippjanar dwar aspetti oħra ta' permessi li għandhom x'jaqsmu ma' dan il- proġett.", "It is taken for granted li kull gvern irid imexxi dawn it-tip ta' proġetti però nirripeti - u għalhekk qed nagħmel dan il-punt b'enfasi kbira - li s-soluzzjoni ma tistax tkun li aħna niddependu dejjem u esklussivament fuq il-bini ta' postijiet ġodda.", "Sur President, għall-mument nieqaf hawn u nieħu pjaċir nisma' l-kummenti tal-kollegi tiegħi taż-żewġ naħat tal-Kamra biex fl-għeluq inkun nista' nwieġeb għall-mistoqsijiet, suġġerimenti, kummenti u kritika li tkun saret.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, waqt li kont ġej għal din is-seduta fuq Radju Malta 2 kien hemm mużika li fiha kien hemm ħsejjes ta' xita nieżla, xi ħaġa li fakkritni li madwar sena u nofs jew sentejn ilu waqt li kont f'din il-Kamra ċemplitli kostitwenta li qaltli li kien waqgħalha s- saqaf u dak il-ħin kont smajt anke x-xita nieżla minn fuq it-telefon.", "Naħseb li dan il-fatt fih innifsu jitfa' daqsxejn dawl fuq kemm il-problema tal-housing hawn Malta hija akuta għaliex din il-persuna partikolari kienet ilha s-snin b'riskju għal ħajjitha tistenna fuq il-lista biex tingħata akkomodazzjoni alternattiva u kellu jaqgħalha s-saqaf biex pprovdewlha fejn toqgħod.", "Illum qegħdin niddiskutu l-housing authority u ma nistax ma naċċennax mill-ewwel li l-istess eżistenza ta' din l-awtorità hija dovuta speċjalment għall-ħidmet gvernijiet Laburista tal-passat.", "Kien proprju gvern Laburista li waqqaf din l-awtorità fl-1976 u lil hinn minn kull nota partiġjana, naħseb li kull wieħed u waħda minna jaqbel li t-twaqqif ta' l- istess housing authority kien wara kollox pass importanti ħafna fl-istorja tal-housing ġewwa pajjiżna.", "Kulħadd jaf li l-Partit Laburista kien il- pijunier f'dan il-qasam, meta ta bidu għall-bini ta' għexieren ta' housing estates madwar Malta u Għawdex, u anke kompla biex sebbaħhom b'ħidmietu matul l-aħħar leġislatura.", "Allura bir-raġun ngħid li aħna ta' din in-naħa għandna għalfejn inkunu kburin meta nħarsu madwarna u naraw dawn il-housing estates, li saħansitra joffru sors ta' eżistenza u identifikazzjoni għal dawk kollha li jgħammru fihom, nies li fil-maġġor parti tagħhom lanqas biss kienu jafu xi tfisser li jkollok darek u ċ-ċwievet tal-post tiegħek.", "Naħseb li prova tanġibbli ta' kemm il-Partit Laburista fil-passat ħadem bis- sħiħ biex iġib l-isfera tal-housing 'il quddiem ġewwa pajjiżna, huwa l- quarterly review tal-bank ċentrali ta' l-1995, li jgħid li bejn l-1980 u l- 1987 il-gvern Laburista kien ipprovda ma' l-10,000 housing unit, filwaqt li bejn l-1988 u l-1994 gvern Nazzjonalista pprovda biss madwar 4,000, jiġifieri inqas min-nofs.", "Fil-fatt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti kienu jivvotaw flus għall-housing imma lanqas biss kien ikollhom id-diċenza li jonfquhom kollha.", "Ħalli niġu issa biex neżaminaw l-operat ta' l-awtorità tad-djar fis-snin 1997, 1998 u 1999.", "Meta wieħed jieħu dawn it-tliet snin flimkien u jipparagunahom mill-ewwel jasal għal ċerti konklużjonijiet li ma jistgħux jiġu nnegati.", "L-aħħar gvern Laburista, li tant kien ġie mgħajjar li ma kellux kuxjenza soċjali, fl-1997 nefaq total ta' madwar ¥10.5 miljun, waqt li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista din in-nefqa bdiet nieżla sew.", "Fl-1998 niżlet għal madwar ¥8 miljun u għal din is-sena - għalkemm ma' l-ewwel daqqa t'għajn forsi taħseb li n-nefqa żdiedet marginally - effettivament niżlet ukoll.", "Wieħed jinduna li dan huwa minnu, aktar u aktar meta jistudja bir-reqqa t-tliet komponimenti prinċipali tan-nefqa totali ta' l-awtorità tad-djar li jaqgħu taħt tliet kappestri parikolari.", "L-ewwelnett għandek in-nefqa kapitali, li taħtha tiġi allokata somma biex jinbnew housing units ġodda; imbagħad għandek in-nefqa soċjali li rrifera għaliha l-ministru fid-diskors tiegħu, li hija dik in-nefqa li tiġi allokata għal skemi fejn jingħata sussidji fihom; u t-tielet parti tan-nefqa tmur għal dik li hija spiża rikorrenti li tinkludi pagamenti dovuti fuq imgħaxijiet fuq self u ħlas lura tal-kapital.", "Sur President, meta naraw dawn it-tliet sferi partikolari fin-nefqa ta' l- awtorità tad-djar, insibu li għalkemm kien hemm żieda marġinali fil-budget tal-gvern, din is-sena n-nefqa kapitali u dik soċjali effettivament niżlu.", "Fil-fatt in-nefqa soċjali niżlet b'aktar minn ¥0.5 miljun bejn is-snin 1997 u 1999.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Gonzi għamel riferenza għad-dimensjoni soċjali, imma jiena naħseb li għandna nkunu aktar tanġibbli meta nitkellmu fuq dan il-qasam u ngħidu kemm verament qegħdin nonfqu.", "In-nefqa kapitali minn ¥3.4 miljun niżlet għal ¥2.7 miljun bejn l-1997 u l-1999, jiġifieri b'kollox hemm differenza sostanzjali ta' madwar ¥700,000.", "Effettivament dawn il-figuri juru kemm hemm differenza bejn gvernijiet Laburisti u gvernijiet Nazzjonalisti fejn l-ewwel noqogħdu ngħidu ħafna affarijiet sbieħ, imbagħad meta niġu għall-fatti dawn jindikaw mod ieħor.", "L-uniku element li żdied din is-sena kien proprju n-nefqa rikorrenti, li kif diġà għedt, tikkonsisti minn ħlas lura ta' self.", "Effettivament anke dan jindika kemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għandu għal qalbu d- dimensjoni soċjali tal-housing.", "Nafu li f'pajjiżna hawn problema kbira ta' housing imma meta nevalwaw dawn id-differenzi fl-infiq naraw li fil-fatt il- kuxjenza soċjali qed tiġi mnaqqra.", "Bħalma jgħid l-istess rapport tal- housing authority, waħda mill-policies ewlenin ta' din l-awtorità għandha tkun li ngħinu lil min verament huwa fil-bżonn iżda jidher li kultant isir bil-maqlub.", "Naqqasna l-infiq proprju fejn imissna żidnih, u dan meta fl- istess introduzzjoni tar-rapport għal din is-sena qegħdin ngħidu bl-aktar mod espliċitu li l-politika fil-qasam tad-djar matul din is-sena ġiet riveduta sabiex inħolqu strutturi neċessarji ħalli l-qasam tad-djar f'pajjiżna jiġi trattat fuq livell komprensiv filwaqt li jinidrizza l- bżonnijiet li jfiġġu mir-realtajiet soċjali li qegħdin ngħixu fihom.", "Sur President, jien nawgura li jitkompla l-proċess ta' amalgamazzjoni li rrifera għalih l-Onor.", "Gonzi.", "Nista' ngħid ukoll li din in-naħa tal-Kamra hija favur dan il-proċess ta' amalgamazzjoni tad-diversi dipartiment li jidħlu f'dan l-qasam.", "Din kienet inizjattiva għaqlija u għandha titkompla b'pass aktar mgħaġġel, forsi anke billi titnaqqas il-burokrazija żejda li għandna u li tant jagħmlu ħsara fil-mentalità ta min verament għandu bżonn l-għajnuna ta' l-awtorità.", "Jekk il-proċess ta' applikazzjonijiet u anke ta' handouts tas-sussidju nirrenduh aktar sempliċi u aċċessibbli, inkunu qegħdin ngħinu lil dak is-settur li wara kollox huwa l-aktar emarġinat u batut.", "Kultant aktar ma dawn in-nies ikollhom bżonn ta' għajnuna, aktar ma jkunu f'sitwazzjoni gravi, aktar ma jkunu 'l isfel fis-saffi tas-soċjetà tagħna, aktar ikunu intimidati biex japplikaw għaliex lanqas biss ikunu jafu fejn se jibdew il-proċeduri tagħhom.", "Allura dan il-proċess ta' amalgamazzjoni ta' dawn id-dipartimenti differenti hija inizjattiva tajba u ta' min iħeġġiġha.", "Sur President, min-naħa l-oħra naraw li dan il-gvern naqqas ir-ritmu ta' bini ta' djar u appartamenti ġodda.", "Jekk neżaminaw bir-reqqa l-estimi finanzjarji għal din is-sena, insibu li l-gvern Nazzjonalista għal din is- sena stima li se jonfoq ¥4.7 miljun imma fil-fatt nefaq ¥2.7 miljun biss fil-programm ta' bini ta' appartamenti u djar ġodda.", "Dan joħroġ bl-aktar mod ċar minn paġna 32 tabella \"A\" tar-rapport ta' din is-sena.", "Din il- karatteristika wieħed jista' jgħid li saret sinonima mal-policies tal- housing tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern għaliex qed tirrepeti ruħha kull darba li jkun hawn in-Nazzjonalisti fil-gvern.", "Dan rajnieh jiġri anke qabel l-1996.", "Wara li analizzajt ir-rapport finanzjarju, ma nistax ma nikkummentax anke dwar dak li forsi nistgħu nsejħulu creative accounting.", "Dan għaliex kif hemm spjegat f'paġna 28, f'paragrafu 3.6 tar-rapport, il-benefiċċjarji taħt l-iskemi \"L\", \"M\" u \"N\" għadhom ma ppreżentawx il-kontijiet tax-xogħlijiet.", "Għalhekk l-ammont ta' ¥700,000 għal dawn is-sussidji se jiġi mħallas fis- sena finanzjarja li jmiss u dan l-ammont se jkun ivvotat.", "Iżda jekk wieħed iħares lejn l-istess item fir-rapport tas-sena ta' qabel, f'paġna 13 insibu proprju l-istess nota.", "Dan ifisser li fl-1999 imisshom tħallsu l-kontijiet ta' l-1998 u allura kieku l-gvern verament ried ikun trasparenti, fit- tabella f'paġna 9, fejn hemm imniżżel kemm hu s-sussidju approvat mill- housing authority, kien imissu qal ukoll kemm hu s-sussidju li effettivament qiegħed jiġi mħallas minn din is-somma.", "Naħseb tajjeb li nagħmlu din id-distinzjoni meta nkunu qed nippreżentaw dawn it-tabelli.", "Sur President, nixtieq ngħid kelmtejn dwar l-iskemi li ħarġu matul din is- sena, skemi li wħud minnhom kienu diġà jeżistu.", "Dan juri li sa ċertu punt il-gvern huwa daqsxejn xott mill-ideat tal-housing ġewwa pajjiżna.", "Niftakru li wara l-budget tas-sena l-oħra l-Ministru Gonzi kien ħabbar skema ġdida għal dawk l-applikanti li jgħixu fil-Kottonoera, fil-Belt u l- Furjana u li joqogħdu f'postijiet ikkundannati u substandard.", "Taħt din l- iskema dawn kienu se jibbenefikaw minn għotja ta mhux aktar minn ¥1,800 sabiex jirranġaw il-post tagħhom billi jużaw lista ta' kuntratturi li kienet se tipprovdilhom l-awtorità.", "Iżda għalkemm intqal li din kienet skema ġdida, kull min hu midħla tal-housing jaf li din l-iskema kienet diġà teżisti.", "Fil-fatt kulma sar kien ċertu tibdil biex illum il-housing authority għandha lista ta' titjib li jista' jsir fid-djar tagħna bħal estensjonijiet u alterazzjonijiet.", "Għalhekk, kif diġà għedt, l-uniku punt ġdid f'din l-iskema huwa li saret lista ta' kuntratturi biex il- benefiċċjarji ta' din l-iskema jkunu jistgħu jagħżlu minnhom.", "Fil-passat applikanti li kienu jagħmlu użu minn din l-iskema kienu jsibuha diffiċli biex isibu kuntrattur li jkun lest jitħallas fl-aħħar tax-xogħol waqt li taħt din l-iskema dawn il-kuntratturi qed jaċċettaw li jitħallsu fl-aħħar tax-xogħol.", "Sur President, diffikultà li tista' tinqala' f'din l-iskema hija dwar min għandu jinżamm responsabbli kemm-il darba x-xogħol isir ħażin, ġaladarba qiegħed ikun il-gvern li qed jipprovdi din il-lista ta' kuntratturi.", "Jiena nistaqsi: Dawn il-kuntratturi qegħdin jiġu vetted għall-kwalità ta' xogħol li jipprovdu?", "Għalhekk meta niftakru fil-propaganda li ntużat, anke fl- inawgurazzjoni ta' din l-iskema, ma nistgħux nikkonkludu ħlief li dan il- gvern huwa proprju nieqes minn ideat ġodda fl-issuing ta' housing policies.", "Barra minn hekk, kieku l-ministru verament ried iniedi titjib sostanzjali f'din l-iskema kien imissu żied is-somma ta' ¥1,800 għaliex naħseb li dawn il-flus huma ammont verament żgħir għaż-żmenijiet tal-lum.", "Din l-iskema ġiet pubbliċizzata b'tali mod li n-nies li jgħixu fl-inħawi konċernati tellajnielhom l-aspettattivi m'ogħla s-smewwiet kważi kważi jkolli ngħid għalxejn.", "Dan jidher ċar anke minn artiklu li qrajt ġimgħa ilu fil- gażżetta \"The Sunday Times\" bit-titlu \"Hell Holes, not Housing\" miktub mis- Sinjura Marisa Micallef Leyson, artiklu interessanti li jevalwa b'mod mill- aktar miftuħ is-sitwazzjoni tal-housing.", "Fost oħrajn is-Sinjura Micallef Leyson tgħid li s-sistema ta' l-iskemi tal-housing kif inhi llum mhux qed tgħin lil dawk in-nies li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna.", "Sur President, il-punt kruċjali li rrid nasal għalih huwa li l-fatt li ħafna mill-inkwilini li jkun jixtiequ japplikaw għal xi skemi ta' sussidju sabiex jirranġaw djarhom jibżgħu milli jagħmlu dan għaliex meta mbagħad jagħmlu użu minn skemi partikolari jiġu maqtugħa mil-lista ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva punt li rrifera għalih ukoll il-ministru.", "Skemi bħal dawn jidhru li huma maħsuba sempliċement biex inaqqsu l-lista ta' applikanti għal akkomodazzjoni alternattiva għaliex bl-ammont miżeru ta' ¥1,800 ħadd m'hu se jkun kapaċi jirranġa daru li tkun substandard b'tali mod li jġibha f'kondizzjoni abitabbli.", "U meta wieħed jevalwa dawn il-problemi bilfors jibda jimmaġina kif jista' jtejjeb din is-sitwazzjoni daqshekk ambigwa u fl-istess ħin iġġamjata li għandna fl- ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet.", "Kien għalhekk li l-Partit Laburista fil-gvern ħa ċerti inizjattivi sabiex ċerti problemi naqilbuhom totalment ta' taħt fuq.", "Per eżempju, nistaqsi: X'sar mill-kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal- liġijiet tal-kera?", "Kulħadd jaf li hawn Malta għad għandna liġijiet tal- kera li ma jħajrux lill-proprjetarji jikru lil terzi persuni u aħna konna konxji li din qed toħloq problemi kbar b'konsegwenzi koroh fuq is-supply tal-housing ġewwa pajjiżna.", "U t-twaqqif tal-kummissjoni KMB li xogħolha kien li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward dawk il-biċċiet ta' art li kienu mixtrija mill-gvern mingħand il-Knisja kien proprju li tara kif dawn setgħu jiġu utilizzati għal skopijiet ta' housing.", "Naturalment dan ix- xogħol kien qed isir b'koperazzjoni sħiħa ma' l-istaff tal-joint office, u allura tajjeb li l-ministru fil-winding-up jgħidilna f'liema stadju wasal dan ix-xogħol.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li din hija art prezzjuża u żgur li għandna naraw kif nagħmlu sabiex nisfruttawha bl-aħjar mod possibbli għall-ġid ta' min hu emarġinat u l-aktar batut fis-soċjetà tagħna.", "Sur President, fi żmienna konna għamilna wkoll reviżjoni fil- kondizzjonijiet tal-kera għall-inkwilini ta' postijiet tal-gvern.", "Bażikament konna naqqasna s-saffi jew aggruppamenti ta' income brackets ta' dawk l-inkwilini, kif ukoll irranġajnielhom is-ceiling.", "B'din ir-revizjoni kien hemm min għolietlu xi ftit il-kera imma li kieku ħallejna l-affarijiet kif kienu qabel, kif fil-fatt kienu ppjanati minn gvern preċedenti Nazzjonalista, dawn l-inkwilini kien se jkollhom żidiet ferm ogħla fil-kera futura tagħhom.", "Fil-fatt għal xi raġuni jew oħra dawn l-aħħar xhur rajna u smajna b'ħafna każi - jiena l-ewwel wieħed u persważ anke ħafna minn sħabi - li meta rrivedewlhom il-kera, effettivament il-kera ġdida telgħetilhom m'ogħla s-smewwiet.", "Jiena kelli każi fejn il-kera saħansitra żdiditilhom b'400%.", "Li jkun ġara huwa li l-kap ta' dik il-povra familja jkun qala' xi ftit mijiet żejda f'overtime li minħabba fih is-sena ta' qabel ikun qabeż is-ceiling.", "Għalhekk kif ġie aġġustat s-ceiling issa żgur li mhux qed jirrifletti l-vera qagħda soċjali ta' dawn iċ-ċittadini li l-kera għolitilhom b'rata daqshekk massiċċa.", "Sur President, fi żmienna konna assistejna mhux biss għal twaqqigħ ta' slum areas imma anke għall-bini u tqassim tagħhom f'qasir żmien.", "Biżżejjed infakkar li fi żmien gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996, il-proġetti ta' Bormla u l-Imsida ħadu madwar disa' snin sabiex tlestew u tqassmu ċ- ċwievet, filwaqt li aħna fi żmien record ta' 20 xahar irnexxielna nagħmlu l- istess lokalitajiet.", "Mhux hekk biss imma l-aspett l-aktar importanti rnexxielna nħarsuh ukoll u ma kkaġunajniex spostamenti soċjali.", "Jiġifieri lil dawk l-inkwilini ħallejniehom joqogħdu kemm jista' jkun fl-istess lokalitajiet u iktar ma tagħmel dan il-proċess malajr iktar tkun tista' tilħaq dan il-għan.", "Fil-fatt konna waqqafna policy ġdida kif nittrattaw dawn l-evictees u b'hekk assigurajna li ma jgħaddux minn dik it-trawma ta' tibdil ta' lokalitajiet 'l hemm u 'l hawn, li tant jikkaġuna stress żejjed fuq il-familji tagħhom li xi kultant ikun kaġun ta' mard ta' natura dipressiva.", "Apparti minn hekk tajniehom ukoll kirjiet kemm jista' jkun irħas bħal ngħidu aħna ¥40 fis-sena u mhux dawk is-somom astronomiċi li kienu qegħdin jitolbuhom qabel.", "Sur President, ikolli nistaqsi wkoll x'sar mill-proġett ta' Pembroke għaliex aħna dehrilna li kif kien imfassal mill-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-1996 la kien jagħmel sens ekoloġiku u wisq inqas soċjali, u nispjega għalfejn.", "Meta rajna d-domanda kbira li kellna għall-housing kif imqabbla man-nuqqas kbir ta' provvista ta' art adattata biex tibni fuqha, rajna li kien se jkun ħela li permezz ta' dan il-proġett hekk kbir kienu se jiġu provduti biss mal-500 housing unit ġdid.", "Allura konna applikajna għall-permessi mill-planning authority - u ħadt gost nisma' lill-ministru jgħid li ħafna minnhom ġew proċessati - sabiex inkunu nistgħu nżidu l- ammont ta' sulari għal dawn l-appartamenti.", "Fil-fatt b'dawn l-aġġustamenti u oħrajn fil-proġett oriġinali t-total ta' housing units tellajnieh għal iktar minn 1,000.", "B'dawn il-policies u l-proġetti kollha flimkien, jiġifieri t-tfassil mill-ġdid tal-proġett ta' Pembroke, ir-riżultati siewja li kienu se joħorġu mill-kummissjoni KMB u anke dawk il-proġetti ta' slum clearance, aħna konna qegħdin nevalwaw li se nipprovdu mat-3,000 housing unit ġdid.", "Konna waqqafna wkoll il-customer care centre fi ħdan il-ministeru li nosserva li għadu qiegħed jopera b'mod sodisfaċenti.", "Naturalment ma setax jonqos li nagħtu bidu għall-kampanja ta' tindif u anke maintenance tal- housing estates ta' Malta fejn rajna programmi sħaħ ta' tisbiħ ta' postijiet bħal Okella Agius u St Nicholas married quarters ġewwa Bormla, Verdala, eċċ. Sfortunatament iżda jkolli ninnota li matul din l-aħħar sena wħud minn dawn il-housing estates li niffrekwenta anke jien fuq xogħli jidher li reġgħu jinsabu fi stat ta' żdingar u f'xi każijiet anke abbandun.", "Sur President, meta s-soċjetà tagħna tkun qed tiżviluppa, il-bżonnijiet ukoll jinbidlu u bħala riflessjoni ta' dan it-tibdil ir-rwol ta' l-awtorità tad-djar għandu jinbidel ukoll.", "Ħafna policies tal-housing għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu t-tibdil ekoloġiku, demografiku u anke soċjo- ekonomiku ta' pajjiżna.", "Per eżempju, il-proviżjoni ta' plots illum il- ġurnata m'għadhiex ikkonsidrata vijabbli minħabba n-nuqqas ovvju ta' art.", "Naraw li iktar milli tipprovdi units b'kera sussidjata, l-awtorità tad-djar saret aġenzija tal-bini, li tipprovdi housing units anke żgħar bi prezzijiet sussidjati.", "Biss meta nibda nara prezzijiet bħal ¥19,000 jew ¥21,000 għal kull housing unit nibda nistaqsi lili nnifsi jekk il-gvern wara kollox għandux jieħu fuqu r-responsabbiltà li jipprovdi dawn il- housing units b'dawn il-prezzijiet ta' natura kważi kummerċjali.", "Jien jidhirli li min jiflaħ iħallas dawn il-prezzijiet jista' faċilment jixtri d- dar tiegħu mill-privat u għalhekk naħseb li l-gvern m'għandux għalfejn jagħmel parti minn dawn it-tip ta' transazzjonijiet.", "Barra minn hekk il- gvern għandu jkollu prioritajiet ferm akbar biex jgħin lil dawk li qed jgħixu f'postijiet ikkundannati qabel ma jaħseb għal din il-kategorija ta' nies, għaliex dawn ta' l-ewwel huma iktar fil-bżonn.", "L-awtorità tad-djar għandha taħdem bis-sħiħ sabiex nirrivitalizzaw is-suq tal-kiri privat li minħabba ħafna restrizzjonijiet kien miet għal kollox.", "Fil-fatt gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien ħa passi f'din id- direzzjoni billi biddel il-liġi li tirregola l-kiri u għamel ċerti skemi biex jissussidja lil min ikun qiegħed jirranġa xi dar qadima.", "Sfortunatament pero' jidher li dawn l-iskemi ma tantx kienu laħqu l-għan tagħhom għaliex l-ammont ta' nies li kienu qed japplikaw għal grant u self sussidjat kien żgħir peress li min japplika għal dawn it-tip ta' sussidji jitlef iċ-ċans li jibqa' fuq il-lista li jkun jista' jieħu akkommodazzjoni alternattiva ġdida.", "Għalhekk sfortunatament il-qalba tal-villaġġi u l- ibliet tagħna baqgħu dilapidati u nofshom vojta u għalhek ikun tajjeb li l- ministru jgħidilna kif qiegħed jaħdem il-gvern tiegħu fuq din il-kwestjoni.", "Naf li għadu kif semma xi skema li ġiet irranġata u naħseb li din qiegħda fid-direzzjoni t-tajba.", "Għal dak li għandu x'jaqsam man-nefqa soċjali jidher li l-ammont li ġie vvotat ma ġiex minfuq kollu, kif aċċennajt fil-bidu tad-diskors tiegħi.", "Fil-fatt madwar ¥0.5 miljun ivvotati għal dan il-għan ġew imċaħħdin minn ħalq iċ-ċittadin.", "Dan ifisser li hawnhekk il-Partit Nazzjonalista fil- gvern qiegħed xi ftit jew wisq jinganna lill-poplu għaliex l-ewwel tella' l- aspettattiva fuq dimensjoni soċjali u mbagħad qata' l-ispiża proprju fuq dan il-qasam.", "Wara kollox wieħed irid jiftakar li l-partit li hemm fil- gvern bħalissa tela' bl-għajta tal-kuxjenza soċjali.", "Ara aħna matul l-20 xahar li domna fil-gvern, konna anke żidna b'madwar ¥500 is-sussidji għal dawk il-familji li jkollhom xi membru fil-familja tagħhom bi bżonnijiet speċjali.", "Konna tellajna l-valur ta' din l-iskema għal madwar ¥2,300 pero' jkolli nammenti li anke dan il-valur m'huwiex adegwat għall-ispejjeż li jkollhom dawn in-nies.", "Tajjeb nistaqsu wkoll x'sar mill-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista, fejn kienu wegħdu li l-pagamenti tas-self jibdew jitnaqqsu mill-income għall-iskopijiet ta' income tax.", "Nistaqsi wkoll x'sar mill-wegħda fejn kellhom iżidu s-sussidju fuq il-kera.", "Jista' jkun li l-ministru għal dik irrifera imma tajjeb li fil-winding-up jilluminana dwar dan.", "Irrid intenni hawnhekk li jiena nemmen li r-rwol tal-gvern fis-soċjetà tagħna m'huwiex li jagħmilha ta' aġenzija mmobiljarji imma li jgħin lil min hu verament batut.", "Jien ta' l-idea li kif qed jevolvu l-policies ta' l- awtorità tad-djar hemm ħafna individwi li qed jaqgħu mis-safety net li huma obbligati li jiġu provduti mill-Istat.", "U min ma jaffordjax jixtri proprju għaliex huwa l-iktar batut u emarġinat m'huwiex qiegħed isib widen mingħand dan il-gvern, li jidher li huwa kemmxejn xott minn dawn il-policies.", "Housing diċenti huwa neċessità mill-iktar bażika u essenzjali għall- iżvilupp fiżiku u psikoloġiku ta' kull individwu, u dan il-gvern naqqas il- vot b'¥2 miljun fil-budget li għadda, u saħansitra ddeċieda li jipprivatizza l-welfare state u min jista' jħawwel iħawwel u min ma jistax aħjar għalih!", "Issa nistgħu ninsewhom il-wegħdiet li għamlu fil-kampanja elettorali għaliex bħal dejjem meta n-Nazzjonalisti jiġu biex jgħaddu mill- kliem għall-fatti jkun hemm baħar jaqsam!", "Sur President, qabel il-budget u anke waqt il-preżentazzjoni ta' l-ittri ta' l-appointment tal-bord ta' l-awtorità tad-djar fit-13 ta' Ottubru 1998, il-Ministru Lawrence Gonzi kien saħaq fuq kemm hemm pressjoni fuq l- awtorità li lanqas kellha stock ta' djar available għal meta jinqala' xi każ ta' emerġenza bħal meta jaqa' xi saqaf.", "Saħansitra kienu tkażaw bl- inizjattiva li kien ħa gvern Laburista sabiex jidħol f'partnership mal- privat ħalli tittaffa l-problema akuta ta' nuqqas ta' housing stock għall- każi iddisprati.", "Kienet inħolqot ukoll il-kontroversja tal-Lay-Lay, fejn anke saret inkjesta uffiċjali.", "Għalhekk għan-nom tal-partit tiegħi nistieden b'mod uffiċjali lill-Ministru Gonzi li wara dak il-ħama kollu li kien inqala', ikollu issa l-kuraġġ ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' din l-inkjesta, ħalli kulħadd ikun sodisfatt b'dak li ġara.", "Sur President, sfortunament qed naraw kif is-sitwazzjoni diżastruża tal- finanzi tal-gvern qed tħalli impatt notevoli f'dan is-settur ukoll għaliex b'deficit li qiegħed dejjem jikber il-gvern qed ikollu jiffaċċja rati ta' interessi dejjem aktar għoljin biex jiffinanzja l-proġetti kapitali tiegħu, inkluż proġetti ta' housing.", "Dan għaliex kull darba li l-gvern joħroġ bonds fuq is-suq, ir-rata ta' imgħaxijiet dejjem tiżdied proprju minħabba li d-dejn tal-gvern qiegħed dejjem jiżdied.", "Għalhekk dan il-gvern qiegħed jagħżel li jdaħħal rasu ġor-ramel u jinjora li jeżistu problemi soċjali li għandu l-obbligu sagrosant li jindirizza, b'mod speċjali meta tela' fuq il- premessa li hu salvatur tal-kuxjenza soċjali.", "Is-settur privat waħdu qatt m'hu se jindirizza dawn il-problemi, imma sfortunatament il-gvern Nazzjonalista m'huwiex joffri policies ġodda u komprensivi li jindirizzaw il-problemi soċjali tal-lum.", "Biex nagħlaq, l-unika inizjattiva li nixtieq infaħħar hija t-twaqqif tar- research and development unit li kienet inizjattiva interessanti.", "Nispera pero' li tilħaq l-għan ewlieni li għalih ġiet imwaqqfa, u ċieo' li fil- futur inkunu nistgħu nippjanaw ħalli l-qagħda tal-housing f'pajjiżna nerġgħu nwaqqfuha fuq saqajha bl-aktar mod serju u bl-aktar mod trasparenti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, il-ministeru tal-housing m'huwiex xi pultruna feliċi għaliex joħloq problemi kbar għal min ikollu din il- kariga u nista' nimmaġina kemm ikun preokkupat il-ministru meta jmorru għandu n-nies, kif jiġu għandna wkoll, għaliex huwa impossibbli li taqdi lil kulħadd.", "Niftakar fil-pass li kien ħa gvern Nazzjonalista, li kien neħħa r-rekwiżizzjoni tad-djar biex ħadd ma jgawdi a skapitu ta' nies oħrajn li tkun itteħditilhom id-dar.", "Dan kien pass tajjeb ħafna però ovvjament kompla naqqas il-provvista ta' housing units li l-gvern seta' jqassam.", "Ma ngħidx li l-gvern għadu jaqbad u jieħu proprjetà tan-nies, kif kienet tippermetti il-liġi dwar il-BDA, ħalli jagħtiha bħala plots jew jibni maisonettes, għaliex b'dan il-mod inħliet ħafna art.", "Sur President, illum il-ġurnata għandna tip ta' kompetizzjoni oħra li hija ta' benefiċċju, u qed nirriferi għall-kompetizzjoni li teżisti bħalissa bejn il-banek biex jipprovdu għajnuna lil min irid jibni jew jixtri daru.", "Din hija kompetizzjoni tajba ħafna u nappella lill-għarajjes u lill-miżżewġin biex jisfruttawha.", "Forsi hawn min jgħidlek li b'dan il- mod titwikka bid-dejn.", "Dan huwa veru però wieħed ma jridx jinsa li l-prezz biex tibdi dar illum il-ġurnata huwa ta' madwar ¥30,000 jew ¥50,000 u ħafna jġibu l-argument li jekk iddum tħallas id-dejn għal 25 sena, il-valur ta' dik id-dar isir kważi d-doppju.", "Hawn Malta m'għandniex l-assoċjazzjonijiet li għandhom barra minn Malta li jgħinu ħafna fil-provvista tad-djar, kemm għall-għarajjes u kemm għall-koppji miżżewġin.", "Għandna aġenziji jew inkella kuntratturi li jibnu d-djar imma dawn ikunu jridu l-cash mill-ewwel u allura n-nies jerġgħu jirrikorru għand il-banek jew għand il-housing authority.", "Din hija problema kbira għax forsi m'aħniex konxji biżżejjed li dak li ninvestu fih illum għada pitgħada se jirrendi.", "Għada pitgħada lil uliedna se nħallulhom investiment li jkun jiswa d-doppju tal-prezz li bih inkunu xtrajnieh.", "Sur President, mill-applikazzjonijiet li kien hemm għall-maisonettes, wieħed jinnota li taħt kategorija \"A\" li tkopri applikant miżżewweġ, martu u wliedhom li m'humiex miżżewġin u jgħixu fl-istess fond miegħu - kien hemm 231 applikant.", "Mir-rapporti preċedenti wieħed jinduna li n-numru ta' miżżewġin li japplikaw biex jixtru dar qiegħed jonqos sostanzjalment għaliex permezz ta' l-iskemi li ħarġu fil-passat , irrispettivament jekk sarux minn gvern Laburista jew minn gvern Nazzjonalista, ħafna minnhom diġà jkollhom id-dar tagħhom.", "Però mbagħad naraw li dejjem qed jiżdied in- numru ta' applikazzjonijiet taħt kategorija \"B\", li tkopri koppja ta' għarajjes li jkunu għalqu t-18-il sena.", "Skond dan ir-rapport is-sena li għaddiet kien hemm 913-il applikazzjoni u kien hemm 107 units available.", "Kien hemm ukoll żieda ta' applikazzjonijiet taħt il-kategorija \"E\" fejn għandek applikant li huwa ġenitur wieħed u wliedu li m'humiex miżżewġin u joqogħdu fl-istess fond miegħu.", "Minn dawn kien hemm 67 applikazzjoni għat- tmien units li kien hemm available.", "Allura, kif qal l-Onor.", "Gonzi, l- awtorità tad-djar trid tibda tippjana x'inhu l-mix tat-tip ta' flats jew maisonettes li tkun se tibni, jekk għandhomx ikunu ta' tliet ikmamar tas- sodda, ta' żewġt ikmamar tas-sodda jew ta' kamra tas-sodda waħda u x'għandu jkun il-perċentwali ta' flats li jkunu b'kamra tas-sodda waħda kontra l- flats li jkunu b'żewġt ikmamar jew ta' tlett ikmamar tas-sodda.", "Jien ninkoraġġixxi lill-awtorità tad-djar biex tippjana b'mod li twieġeb għad- domanda ta' ċerti realtajiet soċjali ġodda li qed jinħolqu fil-pajjiż.", "Niġu għall-applikazzjonijiet taħt skema \"I\" għal xiri sussidjat ta' djar li huma proprjetà tal-gvern mill-kerrejja rispettivi.", "F'dan il-qasam jidher li għandna effiċjenza kbira mill-ħaddiema fl-awtorità tad-djar għaliex minn 232 applikazzjoni 200 ġew approvati u 198 ġew finalizzati.", "Is- sussidju approvat jammonta għal ¥1,017,510, jiġifieri l-gvern mhux biss qiegħed jonfoq biex jibni flats, maisonettes u cluster houses, imma qed jagħti wkoll dan is-sussidju fuq ix-xiri.", "Fis-sena li għaddiet l-awtorità tad-djar irċeviet u pproċessat l-applikazzjonijiet taħt skemi differenti oħra.", "Per eżempju taħt skema \"L\" minn 136 applikazzjoni riċevuta kien hemm finalizzati 135.", "Veru li jista' jkun hemm brought forward minn ta' snin oħra, imma l-ħidma li saret turi li hemm ċerta effiċjenza.", "Sur President, jien inħoss li hemm bżonn li ssir iktar pubbliċità ta' l- iskemi differenti li toffri l-awtorità.", "Dan l-aħħar sirt naf b'dar kbira li kważi kienet se taqa' u ssuġġerejt lis-sid li jista' japplika lill- awtorità ta' l-Ippjanar biex mill-istess area ta' din id-dar joħroġ tlett idjar.", "Dan iġibni għal dawk id-djar vojta li hawn ġewwa pajjiżna li jlaħħqu mas-37% tad-djar available f'Malta u allura hemm bżonn li ssir xi ħaġa dwar dawn meta nafu kemm għandna applikazzjonijiet pendenti.", "Kien hawn min issuġġerixxa li ssir taxxa fuq iż-żmien li jdumu vojta dawn id- djar, oħrajn issuġġerew li jinħatfu mill-gvern jew jixtrihom bil-prezz tas- suq biex jiġu okkupati pero' naħseb li wasal iż-żmien, bħalma qal l-Onor.", "Karl Chircop, li wieħed jara kif jista' jsolvi din il-problema.", "Ma jistax ikun li dawn id-djar jibqgħu għal snin twal mhux okkupati b'mod li litteralment jiżdingaw.", "Skema tajba u ta' min ifaħħarha li għamel il-gvern hija l-ħlas lura ta' VAT imħallsa fuq il-bini ta' l-ewwel dar li tinxtara wara l-1 ta' Jannar 1999, jew il-bini tagħha li sa dik il-ġurnata ma jkunx lest, sa massimu ta' ¥2,500.", "Minn hawnhekk wieħed jara kemm huwa importanti li jinżammu l- irċevuti tax-xogħol li wieħed ikun ħallas pero' rrid ngħid li hawn numru ta' kuntratturi li qed jagħmlu xogħol lill-għarajjes jew miżżewġin u ma jagħtuhom l-ebda rċevuta.", "Għalhekk nappella lill-għarajjes u lill- miżżewġin li qegħdin jibnu dar ġdida biex jinsistu għall-irċevuta għax din se jkollhom bżonnha biex jieħdu lura l-VAT li jkunu ħallsu.", "Sur President, kien hawn min ikkrtika lill-awtorità ta' l-ippjanar dwar id-dewmien ta' ċerti applikazzjonijiet mill-housing authority bħal fil-każ ta' Pembroke.", "Ma jistax ikun li f'Pembroke jiġri bħalma ġara f'Buġibba.", "Jeħtieġ li jkun hemm planning għaqli min-naħa ta' l-awtorità ta' l-ippjanar u mhux toħroġ il-permessi bl-addoċċ.", "Riedet tagħti kas li jkun hemm areas ta' rikreazzjoni, areas adegwati ta' parking, areas adegwati ta' business community u li dawn il-postijiet ma jkunux crowded.", "Allaħares postijiet bħal Pembroke nagħmluhom qishom kerrejjiet!", "Hemm bżonn li f'dawn il- postijiet ġodda li se jinbnew ikun hemm planners serji li jaħsbu biex il- bini li jitla' jkun adattat għaż-żmenijiet tal-lum.", "Jekk wieħed iħares lejn Santa Luċija, l-ewwel housing estate li nbena barra l-urban conservation area li kien hemm dak iż-żmien, isib li dan baqa' post sabiħ u għandek ukoll postijiet għar-rikreazzjoni u j'Alla nżommuh hekk.", "Anke fl- Imtarfa bħala new town żammejna stil verament sabiħ li dak li jkun ma jiddejjaqx jgħix ġewwa fih.", "U hekk irid isir f'Pembroke.", "Nixteiq nirriferi wkoll għall-iskemi tas-sussidju li l-gvern qiegħed jagħti fuq il-kera ta' residenzi privati.", "Hemm bżonn li dan jiġi mistħarreġ tajjeb għaliex ħafna nies ilmentaw kemm ma' membri minn din in- naħa u kemm ma' membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar kemm għoliet il- kera tagħhom.", "Il-gvern qed jagħti sussidju qawwi taħt diversi skemi biex issir ġustizzja ma' kulħadd però hawn min forsi qiegħed iqarraq fl- informazzjoni li jagħti dwar il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu.", "Għalhekk nappella lill-awtorità tad-djar biex toqgħod attenta minn dawk li jipprovaw jabbużaw.", "Sur President, issa li l-awtorità ta' l-ippjanar qed tagħmel reviżjoni tal-local plans wasal iż-żmien li tidentifika wkoll l-postijiet viċin l- urban development area - li minħabba kif inhu l-istructure plan illum ma jistgħux joħorġu permessi għalihom - ħalli tkun tista' tagħmel is- sottomissjonijiet tagħha.", "Min-naħa l-oħra ma nippretendux li l-areas madwar l-irħula tagħna nifgawhom bil-bini u ma nħallux areas fejn wieħed jirrikrea ruħu.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll li ma nirrovinawx l-għelieqi tagħna però fejn ikun hemm bżonn jinbnew postijiet viċin l-area ta' l- iżvilupp, bħalma ssuġġerejt ftit tal-ġimgħat ilu dwar area f'Ħaż-Żebbug, meta ssir ir-reviżjoni tal-local plans, l-awtorità tad-djar għandha tinsisti ma' l-awtorità ta' l-ippjanar li jekk mhux se jitħassar xi raba' tajjeb għall-biedja, dawn għandhom jiġu approvati u joħroġ il-permess għall- bini.", "Sur President, fl-aħħarnett nappella lil dawk li bħalissa qegħdin ifittxu djar biex japprofittaw ruħhom mis-sussidji kbar li qed jagħti l-gvern u anke mill-interessi baxxi li qed jagħtu l-banek u aġenziji oħra biex kemm jista' jkun dak li jkun isir sid ta' daru.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chirs Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, wieħed mill-oqsma li ma jistax jonqos li jinteressani bil-kbir huwa l-qasam tal-housing.", "Dan jinteressani ħafna għaliex kemm ilni ninvolvi ruħi fil-politika u bħal kull deputat ieħor niltaqa' mal-kostitwenti, l-ikbar diffikultajiet u l-ikbar challenges li sibt s'issa kienu ġejjin minn dan il-qasam.", "Fl-istess ħin id-distrett li jien nirrappreżenta, it-tieni distrett, b'mod partikolari l-Kottonera, huwa mimli bi problemi ta' housing.", "Huwa uġigħ ta' qalb meta tmiss b'idejk problemi gravi ta' housing u tħossok bla saħħa, li ma tista' tagħmel xejn biex issolvi dawn il-problemi.", "Allura bilfors trid tinvolvi ruħek sabiex possibilment jitjiebu l- affarijiet f'dan il-qasam.", "Nemmen li l-qasam tal-housing flimkien ma' l- impjiegi huma l-akbar bżonnijiet f'distretti bħal tiegħi u allura għandu jkollna l-ikbar impenn biex nissodisfaw dawn il-bżonnijiet.", "Sur President, m'iniex se noqgħod nidħol fir-records kbar li għandhom gvernijiet Laburisti fil-qasam tal-housing għaliex dawn huma magħrufa u huma parti mill-istorja glorjuża ta' dak li wettaq gvern Laburista.", "Għalhekk fil-ħin qasir li għandi nixtieq nillimita l-intervent tiegħi għal dak li wettqet s-sena l- oħra l-awtorità u dak li għandha programmat għas-sena li ġejja.", "Wara kollox waqt dan id-dibattitu suppost hekk isir.", "Proċess importanti li qed twettaq l-awtorità tad-djar u nittama li ma jdumx ma jsir realtà huwa l-amalgamazzjoni ta' numru ta' dipartimenti li kollha b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu mal-housing.", "Fost dawn għandna l-housing authority li qiegħda l-Furjana, id-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali li qiegħed Beltissebħ, id-dipartiment tal-bini u t- tiswija tad-djar li qiegħed Santa Venera, il-joint office li qiegħed Sa Maison kif ukoll dik is-sezzjoni tal-housing li hemm il-Baviera, fejn iħallsu l-kera tal-postijiet tal-gvern.", "Dawn il-ħames dipartimenti huma mferrxin u maqtugħin minn xulxin għalkemm milli jidher id-dipartiment tal- bini u tiswija tad-djar jaħdem ħafna fil-qrib ma' l-awtorità tad-djar.", "Dan ukoll kien proċess li nbeda taħt l-aħħar amministrazzjoni Laburista, u meta din titwettaq, minbarra li jkollna aktar koordinazzjoni u organizzazzjoni żgur li nkunu nistgħu noffru one-stop shop għall-pubbliku li jkollu bżonn xi ħaġa relatata mal-housing.", "Nittama wkoll li meta jitlesta dan il-proċess il-ħlas tal-kera tal-postijiet tal-gvern b'mod partikolari ma jibqax isir il-Baviera fejn nafu x'battikata jrid sabiex jasal hemm min jivjaġġa b'tal-linja.", "Nittama li jinstab xi post aħjar, post aktar ċentrali u forsi nistgħu nikkonsidraw ukoll li l-ħlas tal-kera tal-postijiet tal-gvern isir fil-kunsilli lokali.", "Sur President, in-nefqa ta' l-awtorità tad-djar hija maqsuma fi tliet oqsma, dik kapitali, dik soċjali u dik rikorrenti.", "Nixtieq nibda bin-nefqa kapitali fejn is-sena li għaddiet l-awtorità tad-djar nefqet is-somma ta' ¥2.7 miljun fuq bini ta' djar u appartamenti ġodda.", "Ta' min jgħid li l- istima pproġettata kienet ta' ¥4.7 miljun, jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li s-somma minfuqa hija ftit aktar min-nofs ta' dak li pproġettajna li nonfqu s-sena l-oħra.", "Fir-rapport jgħidulna li dan ġara minħabba li xi permessi tal-bini ma ħarġux u xi kuntratturi waqgħu lura fix-xogħol, pero' jiena niftakar li s-sena l-oħra l-membri tan-naħa l-oħra kellhom kritika kbira għax l-awtorità tad-djar kienet nefqet inqas minn dak li pproġettat.", "Minkejja li kollha kemm aħna nafu kemm sab bsaten fir-roti Gvern Laburista f'kull qasam, dakinhar il-kritika ma naqsitx min-naħa l-oħra dwar dan in- nuqqas ta' nfiq.", "Għalhekk nixtieq nagħmel mistoqsija li għamlu tan-naħa l- oħra s-sena l-oħra waqt l-estimi ta' din l-istess awtorità: Kif jista' jkun li l-awtorità tad-djar fil-bidu tas-sena taħt amministrazzjoni Nazzjonalista mmirat li tonfoq ¥4.7 miljun u spiċċat biex 12-il xahar wara nefqet ¥2.7 miljun?", "X'ġara ħażin?", "Dan huwa l-istess kliem li ntqal s- sena l-oħra minn membri tan-naħa l-oħra.", "Nixtieq indur issa għan-nefqa soċjali.", "Naraw li s-sena li għaddiet l-awtorità bdiet timmira li tonfoq ¥1.35 miljun f'sussidju lis-sidien li jkunu xtraw post ta' l-awtorità bi prezz issussidjat ħafna iktar baxx milli joffri s-suq.", "Is-sena li għaddiet anke hawn in-nefqa kienet ta' ¥100,000 anqas minn dik ipproġettata.", "Għas-sena li ġejja l-awtorità qed tittama li terġa' tnaqqas in-nefqa tagħha għal dan is-sussidju bin-nofs u qed tistma li tonfoq ¥780,000.", "Fl-istess paġna li għandna dedikata għan-nefqa soċjali jissemmew ukoll sussidji li toffri l- awtorità tad-djar fuq kera mill-inkwilini ta' postijiet tal-privat kif ukoll għal tiswijiet ta' postijiet tal-privat.", "Anke hawnhekk l-awtorità naqqset mill-infiq proġettat.", "Fil-fatt il-ħsieb kien li tintnefaq is-somma ta' ¥700,000 iżda ntnefqu ¥300,000 biss, inqas min-nofs.", "U minkejja li fir- rapport qed jgħidulna li kien hemm dan in-nuqqas għaliex ħafna minn dawk li applikaw għal xi skema ma ppreżentawx l-irċevuti kollha, nixtieq inkun naf jekk hijiex din il-vera raġuni.", "Qed ngħid dan għaliex minn esperjenzi li niltaqa' magħhom ta' sikwit, naf li f'ħafna każijiet l-awtorità qiegħda ddum ma tagħmel il-ħlasijiet lil dawk li jkunu applikaw għal xi waħda minn dawn l-iskemi, minkejja l-fatt li l-irċevuti jkunu ilhom li daħlu ġranet u ġimgħat.", "Sur President, minbarra dan id-dewmien għall-ħlasijiet xtaqt nitkellem ukoll fuq dawk li jmorru sabiex japplikaw għand l-awtorità tad-djar għal xi skema u jsibu ħafna diffikultajiet ta' ħlasijiet ġodda x'jagħmlu, bħal ħlasijiet ta' riċerka kif ukoll ħlasijiet ta' nutara.", "Ma nistax nifhem kif nistgħu nagħmlu kuraġġ lin-nies biex japplikaw għal dawn l-iskemi u mbagħad nagħmluhielhom diffiċli, qisna rridu narawhom jaqtgħu qalbhom.", "Naħseb li kulħadd jaqbel miegħi li għandna ninkoraġġixxu aktar nies bi problemi ta' housing sabiex japplikaw għal dawn l-iskemi u jekk dawn l-iskemi napplikawhom bis-serjetà, ċert li bin-numru ta' postijiet battala tal- privat u postijiet bi ħsarat inkunu nistgħu ntaffu l-problema kbira ta' housing li għandna.", "Is-sena li ġejja l-awtorità qed tittama li tonfoq ¥700,000 għal skemi ta' rranġar ta' postijiet, iżda jiena nħoss li din hija somma miżera għaliex jekk, kif jgħid l-istess rapport, hemm ammont ta' nies li qegħdin jistennew li jitħallsu għax-xogħol li diġà għamlu, allura din is- sena jidher li ħadd m'hu se jmissu xejn.", "Fejn jidħlu dawn l-iskemi ta' sussidju nixtieq li fiż-żmien li ġej - u f'dawn it-tliet snin li ilni f'din il-Kamra kull meta ħadt sehem fid- dibattitu dwar il-qasam tad-djar dejjem semmejtha, għax hija problema li nħabbat wiċċi ħafna magħha fid-distrett li nirrappreżenta jien - l-awtorità tad-djar tindirizza l-problema ta' dawk il-persuni li m'humiex legalment separati, jew inkella qegħdin jgħixu ma' xi ħadd u m'humiex miżżewġin, dawk li bil-Malti nsejħulhom \"poġġuti''.", "Ilkoll nafu li dawn ma jistgħu japplikaw għall-ebda skema u għalhekk nixtieq li din il-problema tittieħed bis-serjetà għaliex wasal iż-żmien li dawn in-nies jew inħalluhom jixxejru kif s'issa dejjem għamilna, jew inkella ngħinuhom sabiex ikollhom iċ-ċans li jibdlu d-dar tagħhom għal waħda diċenti.", "Sur President, is-sena li għaddiet l-awtorità ħarġet għall-bejgħ 184 post imqassmin f'appartamenti, maisonettes u cluster houses.", "Għal dawn il-units applikaw 1,217-il persuna.", "Dan l-ammont kbir ta' applikanti juri biċ-ċar kemm hawn għatx għall-postijiet li joħroġ għall-bejgħ il-gvern u żgur li r- raġuni ewlenija hija għax il-prezzijiet fis-suq tal-bini huma għoljin ħafna komparati ma' dawk li joffri huwa.", "Ta' min jgħid ukoll li għal 107 units miftuħa għall-għarajjes applikaw aktar minn 900 koppja.", "Xtaqt ngħid ukoll li minkejja l-fatt li s-sena l-oħra kellna kritika għaliex l-awtorità ma kenitx ħarġet post wieħed għall-kiri, jidher li din is-sena lanqas biss ħarġet postijiet għall-kiri.", "Għalhekk jidher li l-awtorità tad-djar qed timxi skond il-policy tal-gvern tal-ġurnata għaliex aktar qed tikkonċentra fuq il-bejgħ milli kiri ta' bini.", "Nieħu gost nara li wieħed mill-ikbar proġetti ta' l-awtorità għall-bini ta' postijiet ġodda se jsir fil-bliet tal-Kottonera.", "Wara kollox tkun qed issir ġustizzja f'area fejn għandna l-ikbar problemi ta' housing.", "Kulmin għamel il-home visits f'dawn in-naħat - u naħseb il-ministru huwa wieħed minnhom - jaf li f'dawn in-naħat għad għandna djar li huma neqsin għal kollox minn dawk il-bżonnijiet bażiċi sabiex post inkunu nistgħu nsejħulu dar diċenti.", "Għalhekk aħna li nirrappreżentaw lin-nies ta' dak id- distrett għandna biex nifirħu meta naraw proġetti ta' fejda jsiru f'dawn in- naħat.", "Mill-banda l-oħra ngħid li biex issir ġustizzja n-nies ta' dawn in- naħat, b'mod partikolari l-evictees, għandhom jingħataw preferenza meta niġu biex nallokaw dawn il-postijiet.", "Wara kollox f'dawn in-naħat għandna ħaddiema jgħixu bil-paga u huwa b'dan il-mod biss li jista' jkollhom dar diċenti.", "Żgur li n-nies tal-Kottonera mhux se jkunu jaffordjaw xi wieħed mill-appartamenti lussużi li se jibnew fuq il-moll ta' Sant'Anġlu.", "Jidher ukoll li l-awtorità tad-djar se tkompli fuq fażi oħra ta' slum clearance fl-area magħrufa bħala Santa Liena f'Bormla.", "F'mistoqsija parlamentari li għamilt daqs 15-il ġurnata ilu, fejn staqsejt fejn se jsir dan il-proġett, il-ministru qalli li minkejja li jikkonferma li se jsir xogħol fuq fażi oħra f'Santa Liena, tlestew anke l-pjanti tal-bini affettwat u qed jitħejjew pjanti ġodda pero' jaħseb li ma jkunx prudenti li jagħti aktar dettalji.", "Jiena naħseb pero' li n-nies li se jkunu involuti jixirqilhom li jkunu informati għaliex m'huwiex sewwa li nħalluhom ikomplu jagħmlu l-ispejjeż fid-djar tagħhom meta se jitwaqqgħu fi ftit taż-żmien ieħor.", "Trid tiltaqa' man-nies ta' dawk in-naħat sabiex tara kemm huma inkwetati, għax m'humiex ċerti jekk fejn joqogħdu huma huwiex se jintmiss f'dan il-proġett.", "Dan minkejja l-fatt li nies mid-dipartiment tal-housing marru jkejlu d-djar tagħhom.", "Għalhekk nappella biex jekk l-awtorità verament għandha daqshekk affarijiet lesti għal dan il-proġett għandha għallinqas tinforma, jekk mhux lil kulħadd, lil min se jkun effettwat.", "B'daqshekk ma jidhirlix li nkunu se nikxfu xi sigrieti.", "Sur President, is-sena l-oħra ntqal li s-sussidju annwali fuq il-kera kellu jitla' għal dawk il-familji numerużi iżda minkejja dan jien qed ikolli lmenti kbar, kif diġà semmew kollegi oħra waqt dan id-dibattitu, dwar żidiet kbar fil-kera minn nies li jgħixu f'appartamenti tal-gvern.", "F'ħafna mill-każi ż-żieda fil-kera qed tkun esaġerata.", "Għalhekk għall- benefiċċju ta' l-inkwilini f'postijiet tal-gvern tajjeb li nkunu nafu x'se tkun il-policy fix-xhur u s-snin li ġejjin fejn tidħol il-kera.", "Tajjeb li nkunu nafu jekk is-sussidju hux se jkompli jonqos sena wara l-oħra.", "Biex nikkonkludi, għax jidher li l-ħin tiegħi wasal biex jgħaddi, nittama li fil-futur l-awtorità tad-djar tkun aktar pro-attiva.", "Qed ngħid dan għaliex minkejja l-ħidma tagħha - għax naf li ntbagħtu nies mill-awtorità tad-djar jaraw postijiet bi problemi kemm fil-Kottonera kif ukoll fil-Belt - u minkejja l-fatt li lkoll kemm aħna taż-żewġ naħat niftaħru bil-progress kbir li sar fil-qasam tal-housing, għad għandna nies jgħixu f'faqar ta' gabubi li żgur m'humiex denji li jissejħu djar.", "Ħafna minn dawk li jinsabu f'din is-sitwazzjoni żgur li ma jafux x'tista' toffrilhom bħala għajnuna l- awtorità tad-djar.", "Għalhekk nittama li l-awtorità taħdem id f'id mad- deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex tiskopri min huma dawk li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna tagħha.", "Ċert li jekk dawn in-nies immorru għandhom u ngħinuhom biex jidħlu għal xi waħda minn dawn l-iskemi, fil- futur qarib il-problema tal-housing f'pajjiżna tkun tista' tittaffa.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, hija ħaġa tajba li kull darba li niddiskutu dan il-vot tal-housing authority, wieħed jistudja xi progress ikun sar biex tittaffa din il-problema fundamentali li ilha magħna tul dan is-seklu kollu.", "Wieħed irid jeżamina wkoll x'inhuma r-rimedji li qegħdin nipprovaw nagħtu lill-poplu f'dan il-kamp purament soċjali, fejn qegħdin neżerċitaw il-protezzjoni ta' l-Istat lejn dawk li għandhom inqas mezzi u li qegħdin f'pożizzjoni dgħajfa, sabiex lil dawn nipprovdulhom opportunitajiet bħal ħaddieħor.", "Il-problema tal-housing ilha ġejja ħafna snin però wieħed għandu jirreġistra li fl-aħħar għandna awtorità tad-djar li qiegħda tikkonsidra din il-problema b'mod serju u qed tħares lejn soluzzjonijiet aktar fit-tul ta' dawn il-problemi.", "Jekk wieħed jeżamina ftit il-politika li ġiet imħaddma minn gvernijiet fil-passat, kultant wieħed jieħu l-impressjoni li dawn iktar kellhom sitwazzjoni ta' reazzjoni milli ta' viżjoni fit-tul u ta' stocktaking effettiv ta' x'inhuma l-problemi li hawn fil-pajjiż għal dak li għandu x'jaqsam ma' housing.", "Huwa minnu li hemm din l-anomalija li ġiet maħluqa minn diversi dipartimenti tal-gvern li kollha jidher li għandhom a finger in the pie, u huwa tajjeb il-ħsieb li wieħed jipprova jgħaqqadhom kollha taħt awtorità waħda u jkollu politika waħda, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mal-punteġġ.", "Bi pjaċir ninnota li l-ministru preżenti jidher li huwa determinat li jitneħħew dawn l-anomaliji ta' kif isiru l-punti f'dak li għandu x'jaqsam ma' housing.", "Sur President, waħda mill-iktar affarijiet importanti li għamlet l- awtorità tad-djar din is-sena kienet proprju li waqqfet ir-research and policy development unit.", "Dan il-unit irid jittieħed id f'id mal-kumitat magħruf bħala slum clearance group li skond paġna 19 tar-rapport wieħed jinnota bi pjaċir li għamel 210 spezzjoni fil-Belt Valletta, il-Furjana, il- Kottonera u l-Kalkara.", "Dan huwa eżerċizzju li wieħed irid jinkoraġġixxi lill-awtorità tad-djar biex tkompli tagħmel biex ikollha idea sewwa ta' x'inhuma l-problemi tad-djar li għandu l-poplu tagħna.", "Hemm bżonn li jsir dan għaliex hemm numru ta' nies li għalkemm għandhom problemi ta' djar substandard, dawn ma applikawx lid-dipartiment konċernat biex jipprovaw jirranġaw is-sitwazzjoni tagħhom.", "F'paġna 20 tar-rapport, taħt it-titlu \"Proġetti għall-Futur\", għandna dikjarazzjoni li jiena naqbel magħha li tgħid:", "\"L-awtorità tad-djar trid timpenja ruħha biex kull familja Maltija u Għawdxija jkollha post diċenti fejn tgħix.\"", "Jien ngħid li fi tmiem dan is-seklu għandna ngħidu li għalkemm ma solvejniex il-problemi tad-djar, almenu nistgħu ngħidu li għandna l-bażi għall-mitt sena li ġejjin sabiex kemm jista' jkun malajr jinqatgħu l- problemi tal-housing.", "U jinqatgħu billi l-ewwelnett jiġu eliminati d-djar li huma substandard għaliex sfortunatament meta nies li għandhom djar substandard jiġu allokati postijiet oħrajn, imbagħad dawn l-istess djar jiġu allokati lil nies oħrajn, u dan huwa ħażin.", "Fil-fatt, Sur President, fir-rapport insibu li wara l-ispezzjonijiet li għamel il-kumitat magħruf bħala slum clearance group, dan qal li għalkemm numru minn dawn ir-residenzi jikkwalifikaw taħt xi skema ta' l-awtorità ħalli dawn ir-residenzi jsiru adegwati għall-bżonnijiet ta' l-okkupanti, l- okkupanti nsistew li jridu post alternattiv u ma jridux jipparteċipaw taħt l-iskemi l-oħra li toffri l-awtorità.", "Din hija indikazzjoni vera tal- pożizzjoni li għandu bħalissa l-pajjiż quddiemu f'dak li għandu x'jaqsam ma' substandard housing.", "Din hija s-sitwazzjoni li hemm fid-distrett elettorali tiegħi, bħalma hemm f'distretti elettorali oħra, però fit-tieni distrett hemm problema li hija pjuttost allarmanti, li wieħed bilfors irid jagħtiha attenzjoni.", "Naħseb li jekk kemm-il darba wieħed iħaddem tajjeb ir- research and policy development unit, kif ukoll is-slum clearance group għandu jkollu idea biex jagħmel bażi tajba ħalli l-futur ta' dawn in-nies ikun ferm aħjar milli jidher illum.", "Fuq din il-linja wieħed irid ifaħħar id-diversi skemi li ħarġet l- awtorità tad-djar.", "Waħda mill-aħħar skemi li riċentement smajt lill- ministru jagħmel konferenza ta' l-aħbarijiet fuqha hija skema li permezz tagħha għandu l-ħsieb li djar abbandunati jidħol u jirranġahom huwa, taħt it-titolu ta' negotiorium gestior, jiġifieri taħt il-kważi kuntratt li tippermetti l-liġi tagħna fejn il-gvern jieħu dawn il-postijiet biex jirranġahom u jkun jista' jikrihom skond il-liġi tal-kera li hemm bħalissa u allura jsolvi parti mill-problema tad-djar vojta.", "Għaliex għal dak li jirrigwardja djar vojta wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn min għandu dar vojta, għax qed jirranġaha għat-tifla jew it-tifel li se jiżżewweġ, u min għandu dar vojta għal raġunijiet ta' ġlied bejn il-werrieta, jew inkella numru kbir ta' werrieta li wieħed jaqta' qalbu biex jipprova jixtri mingħandhom.", "Fil-Kottonera hemm numru minn dawn id-djar u wieħed irid jirreġistra wkoll li mindu tħabbar li se jsir il-proġett tal-Kottonera, hemm numru ta' propretarji li kienu abbandunaw dawn il-postijiet - għax kienu ddeċidew li ma jagħmilx sens li jipprovaw jirranġawhom għax il-flus li jdaħħlu tagħhom ma jkunux vale la pena - u issa qed jerġgħu jeżaminaw dawn il-postijiet biex jipprovaw jirranġawhom u jġibuhom lura għas-suq.", "B'dan il-mod l-affarijiet qegħdin jiċċaqilqu lejn id-direzzjoni t-tajba.", "Sur President, hemm bżonn li r-research and policy development unit jagħmel analisi tas-sitwazzjoni biex jara kemm nies qegħdin japplikaw u għal xiex qegħdin japplikaw.", "Dan għaliex hija ħaġa stramba li f'paġna 6, taħt il-kategorija ta' applikant miżżewweġ, martu u wliedu li m'humiex miżżewġin u jgħixu fl-istess fond miegħu b'diżabilita`, insibu sitwazzjoni fejn kellna erba' applikazzjonijiet għal tmien units.", "Jew inkella taħt il- kategorija ta' applikant għarus u l-għarusa tiegħu b'diżabilità li jkunu għalqu t-18-il sena kellna applikazzjoni waħda għal 14-il unit.", "Huwa importanti li wieħed ikun jaf sewwa sew x'inhuma l-bżonnijiet tal-poplu u f'dan is-sens wieħed irid jagħmel ir-riċerka kemm jista' jkun malajr.", "Ovvjament fil-kategorija \"B\", li taħtha jaqgħu applikant għarus u l-għarusa tiegħu li jkunu għalqu t-18-il sena, huwa inevitabbli li jiġu sottomessi numru kbir ta' applikazzjonijiet.", "Però għar-rigward il-kategoriji l-oħrajn tajjeb li jkollna informazzjoni ċara dwar il-problemi soċjali li għandna, u llum għandna l-mezzi kif din nistgħu niġbruha.", "Ma rridx pero' nagħti l- impressjoni li persuni b'diżabilità m'għamlux użu mill-opportunitajiet li tathom l-awtorità tad-djar.", "Fil-fatt hemm skema ta' għajnuna finanzjarja għal xogħlijiet ta' titjib fir-residenzi okkupati minn persuni b'diżabilità, li għaliha kien hemm 78 applikazzjoni li minnhom 64 ġew finalizzati u ġie approvat sussidju li jammonta għal ¥59,556.", "Dawn iċ- ċifri qegħdin jagħtu indikazzjoni tat-trend li wieħed għandu jieħu fejn għandhom x'jaqsmu problemi ta' persuni b'diżabilità.", "Naħseb li lkoll naqblu li l-proġetti li għandha bħalissa l-awtorità tad- djar għandhom jingħataw spinta qawwija.", "Nieħu pjaċir nara li qed isiru diversi xogħlijiet fuq it-Tieni Distrett u anke f'postijiet oħrajn.", "Per eżempju, f'Bormla diġà qegħdin jinbnew 28 appartament u kulmin jgħaddi minn St John Street jista' jara li dan ix-xogħol qiegħed isir b'mod veloċi ħafna.", "U wieħed għandu jagħti mertu kbir lill-ministru li qiegħed jieħu ħsieb dan il-proġett.", "Kif qal tajjeb huwa, hemm proġetti oħrajn bħal ta' Pembroke li qegħdin jiċċaqalqu u dan huwa xaqq ta' dawl tajjeb.", "Però wieħed jinkwieta ruħu wkoll meta jara li hemm numru ta' applikazzjonijiet quddiem il-planning authority li għadhom ma ġewx approvati.", "Jien ma nafx l- istorja tagħhom però nixtieq nirrikkmanda lill-planning authority biex dawn it-tipi ta' applikazzjonijiet tagħtihom ċerta priorità u forsi jiġu approvati qabel applikazzjonijiet normali.", "Kulħadd jaċċetta li hawnhekk qegħdin fil-kamp tal-ġid komuni u dan ix-xogħol qed isir biex ngħinu lil min m'għandux biex jitla' 'l fuq.", "Infakkar li kien gvern Nazzjonalista li meta fis-snin 20 beda jibni l-worker homes kien qiegħed iwettaq il-viżjoni li kien hemm fl-enċiklika Rerum Novarum li kienet tgħid speċifikatament li wieħed għandu jara kif jagħmel biex l-ambjent ta' l-għajxien tal-ħaddiem jitla' 'l fuq.", "U dawk il-postijiet għadhom joqogħdu n-nies fihom.", "Allura dak ix-xogħol li beda jsir minn gvern Nazzjonalista f'dawk iż-żmenijiet għandu jitkompla llum b'iktar u iktar rapidità.", "Sur President, jiena ngħid li sa l-ewwel parti tas-seklu li deħlin fih għandna nkunu nafu preċiż x'se nwaqqgħu, x'se nirranġaw u x'għandna għaddej 'il quddiem.", "Dan kollu jidher li huwa frott u mertu tal-Ministru Lawrence Gonzi għaliex f'dan il- parlament meta jsiru affarijiet tajbin kull naħa tgħid li bdiethom hi u mbagħad baqgħu għaddejjin waħedhom.", "Però kif jgħidu t-Taljani l'occhio del padrone ingrassa il bue u jekk ma jkunx hemm l'occhio del padrone dik il- ħaġa ma timxix 'il quddiem.", "F'dan is-sens allura huwa tajjeb ħafna l-ħsieb li nkomplu nissodaw l-awtorità tad-djar.", "Nixtieq insemmi hawnhekk lis-Sur Victor Sciberras Grioli li serva taħt żewġ amministrazzjonijiet.", "Is-Sur Sciberras Grioli għandu ħafna esperjenza u wieħed irid jirreġistra wkoll li taħt it-tmexxija tiegħu fl- amministrazzjoni ta' kuljum kien hemm ċerta veloċità u għarfien ta' kemm huma imminenti l-problemi f'dan il-qasam.", "Għalhekk hija idea tajba ħafna li ssir l-amalgamazzjoni tad-dipartimenti li għandhom x'jaqsmu mal-housing.", "B'dan il-mod kollox ikun miġbur f'daqqa u mhux wieħed imur iħallas il-kera l-land department, imbagħad jekk irid jirranġa d-dar irid imur f'dipartiment ieħor u għal ċerti affarijiet oħra irid imur f'post ieħor.", "Dawn huma affarijiet li jdejqu ħafna lill-poplu u f'dan id-dawl irrid ngħid li hija idea tajba li tibgħat lill-uffiċjali ta' l-awtorità fil-kunsilli lokali.", "Fil-fatt meta konna qegħdin nitkellmu fuq is-slum clearance group ħadt l-impressjoni li qisna qegħdin nagħmlu bħall-istorja ta' Mawmettu, li l-muntanja qiegħda tmur għand Mawmettu.", "Aħna nistgħu nagħmlu użu mill- kunsilli lokali billi nibagħtu uffiċjali tal-kunsilli lokali biex jeżaminaw ħafna minn dawn il-postijiet, ovvjament bil-verifiki normali.", "Sur President, għalkemm dan huwa suġġett għal qalbi ħafna u ma niddejjaqx nitkellem fuqu ma nixtieqx intawwal u għalhekk nagħlaq billi ngħid li nagħti mertu lill-ministru li qiegħed jiftaħ iktar applikazzjonijiet biex wieħed isolvi l-problemi f'posthom.", "Naħseb li aħna konna naħsbu wisq bl- idea li la għandek problema nagħtuk dar ġdida, jew insibulek post alternattiv.", "Issa qed isiru spezzjonijiet ħalli nirranġaw ċerti djar li jistgħu jiġu rranġati u jkunu aċċettabbli għan-nies li joqogħdu fihom għaliex min-naħa l-oħra ma rridux li n-nies jitilqu mill-Kottonera u jmorru jgħixu f'postijiet oħrajn.", "Wieħed għandu jżomm kemm jista' jkun dan il- konċett ta' prijorità, li n-nies li kienu joqogħdu f'lok jerġgħu jmorru joqogħdu fih imma f'ambjent aħjar.", "Nagħlaq billi ngħid li r-record li għandu gvern Nazzjonalista f'dak li huwa housing ħadd ma jista' jmerih għax ilu mis-snin 20.", "Kien l-ewwel gvern li rrealizza l-bżonn kbir li tagħti lill-ħaddiem post diċenti fejn joqgħod u sal-lum għadu jaħdem biex jagħti lill-ħaddiem Malti post diċenti fejn joqgħod.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, minn dak li smajt wieħed jieħu l- impressjoni li fil-qasam tal-housing kien gvern wieħed li għamel ix-xogħol kollu u ħaddieħor m'għamel xejn.", "Għalhekk qabel nibda nitkellem fuq ir- rapport tas-sena 1998/99 tal-housing authority, inħoss li huwa obbligu tiegħi ngħid kemm hu inġust li wieħed jitkellem b'dan il-mod.", "Hemm ħafna inizjattivi li nista' nsemmilu lill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici biex nurih kemm ħadem il-Partit Laburista biex ħafna familji setgħu jingħataw l-opportunità li jkollhom darhom.", "Iżda hawn ġew għandna l- isfortuna li l-ħin allokat għalina huwa qasir ħafna u ma nistax noqgħod nidħol f'dawn l-affarijiet.", "Fid-dipartimenti li għandhom x'jaqsmu mal-housing wieħed dejjem isib queue ta' nies, speċjalment fl-uffiċċju tal-customer care li nfetaħ is-sena l-oħra taħt gvern Laburista, li jmorru hemmhekk biex jiċċekkjaw fejn waslet l-applikazzjoni tagħhom.", "Dan għaliex hemm applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva li ilhom pendenti għal ħafna u ħafna snin u dawn huma każi ġenwini ta' familji u verament jiddispjaċini meta nara f'liema ambjent qegħdin jgħixu.", "Għalhekk kienet inizjattiva tajba min-naħa ta' l-awtorità tad-djar li tmur tara b'għajnejha dawn il-problemi.", "F'dawn l-aħħar snin jien ukoll stajt immiss b'idejja l-problemi kbar ta' dawn il- familji li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħda tiggrava.", "Jien nifhem li wieħed irid jistenna sakemm jiġi t-turn tiegħu għax ma jistax ikun li kulħadd jinqeda malajr però ma naċċettax li jkun hemm l-istess familja li għal post tieħu wieħed u tnejn, speċjalment fil-Kottonera u fl-Isla.", "Mhux hekk biss, imma ssib ukoll postijiet li minnhom ikunu se joħorġu n- nies u r-raħal kollu jkun jaf min se jeħodhom warajhom, kważi qabel id- dipartiment.", "X'inhuma dawn l-affarijiet?", "Minn fejn huma ġejjin?", "Min qed iħalli dawn l-affarijiet jiġru meta nafu li hemm persuni li ilhom għal ħafna snin jitolbu għal akkomodazzjoni alternattiva lid-dipartiment?", "Dawn ikunu nies li anke jaslu biex jheddu ħalli jieħdu dar bilfors.", "U bħala deputat li qed nitkellem għan-nies tal-Kottonera, bl-ebda mod ma nista' naċċetta dawn l-affarijiet.", "Sur President, f'dawk l-inħawi tal-Kottonera nsibu familji li jgħixu f'tip ta' faqar li min ma jinstabx fl-istess kondizzjonijiet ma jistax jimmaġinah.", "Saħansitra hemm familji bi tfal adulti, xebbiet u ġuvintur li joqogħdu ġo kamra waħda f'dar ta' tliet ikmamar, li ilhom jistennew ħafna snin iċ-ċans li jkollhom dar diċenti bħal ħaddieħor.", "Hemm ukoll postijiet litteralment taħt l-art mingħajr ventilaturi, tant li meta jiftħu l-kxaxen ħlief ħwejjeġ riħa ta' umdu u kważi kważi mxarrbin ma ssibx.", "Ma jistax ikun li f'dawn iċ-ċirkostanzi din il-familja jkollha ħajja normali.", "Jien naf koppja li sseparaw minħabba l-istess dwejjaq li kellhom bl- ambjent li kienu jgħixu fih.", "U kif għedt anke l-bieraħ f'dan il-Parlament naf b'każ ta' persuna b'diżabilità li toqgħod fit-tielet sular li ilha tmien snin li applikat għal post fis-sular t'isfel.", "Imbagħad hemm każi oħra li Alla jbierek jinqdew mill-ewwel!", "Min jaf, forsi dawn ġejjin mill- isfera blu!", "Ma tantx nixtieq noqgħod ngħid dawn l-affarijiet però hekk iġegħluk taħseb.", "Dawn in-nies li jinzertaw fit-tielet sular u għandhom problema ta' mobilità jkunu qishom ġo ħabs għax ma jistgħux joħorġu minħabba d-diżabilità li għandhom.", "Għalhekk inħoss li l-awtorità tad-djar għandha tagħti prijorità lil dawn il-każijiet.", "Meta wasalna qrib it-tmiem ta' dan il-millennju u bil-progress kollu li sar fid-dinja min jinsab f'sitwazzjoni komda forsi ma jimmaġinax li għad għandna familji f'Malta li jinħaslu ġo friskatur!", "Sfortunatament pero' dawn huma affarijiet li jeżistu għaliex dawn in-nies jgħixu f'postijiet fejn il-kmamar tal-banju ma jeżistux u lanqas għandhom kamra ta' l-ikel fejn jieklu lkoll flimkien u allura l-omm, il-missier u l-ulied iridu jieklu wieħed wieħed.", "Dawn huma sitwazzjonijiet reali li nħoss li għandhom jingħataw prijorità mill- awtorità tad-djar u mhux lil min tifgah bil-ġid u lil min tħallih jomgħod l- għadam.", "Sur President, irrid insemmi każ ta' persuna li ġiet għandi u li jiena ħajjartha tapplika għal waħda mill-iskemi li għandha l-awtorità tad-djar għaliex naf li hemm skemi tajbin li jagħtu nifs lil min hu batut finanzjarjament.", "Iżda meta marret fid-dipartiment konċernat u talbuha xi flus biex tapplika u mbagħad qalulha li trid tħallas ¥10 biex tagħmel ir- riċerka, din ma kellhiex flus biex tħallashom u qatgħet qalbha.", "Fil-fatt jien ktibtilha ittra biex titlob lill-awtorità ħalli dawn l-ispejjeż jaqtgħuhomlha mis-sussidju li tkun se tibbenefika minnu.", "Jiġifieri ara fiex jinsabu ċerti familji!", "Jiena bgħattha wkoll għand istituzzjonijiet ta' l-assistenza soċjali biex almenu jsellfuhomlha jew tara kif iġġib dawn il-flus.", "Din hi r-realtà fil-Kottonera u f'postijiet oħra u ma jistax ikun li dawn il-każijiet tant batuti ma nagħtuhomx prijorità.", "L-iskemi ta' l- awtorità tad-djar huma tajbin però jiddispjaċini meta nara familji li jieħdu tnejn u anke tliet postijiet u min hu l-aktar fil-bżonn jibqa' b'xejn.", "Dan ma naċċettahx għaliex familji li jgħixu f'dar li hija sub- standard jiżdidulhom problemi oħra bħal mard psikoloġiku għax jaqgħu f'ċerta apatija u lanqas jaħdmu ma jmorru, kif jikkonfermaw anke social workers.", "Xtaqt insemmi wkoll kif żdiedet b'mod allarmanti l-kera.", "Ovvjament l- ammont ta' kera li wieħed iħallas jinħadem skond id-dħul tal-persuna.", "Jien naf familja fejn ir-raġel fl-1998 kien lucky enough li kien jaħdem però llum il-ġurnata spiċċa bla xogħol.", "Issa din il-familja jkollha tibqa' tħallas bl-istess rata ta' kera li nħadmitilha fl-1998 peress li din tinħadem kull sentejn għaliex għall-gvern dan ir-raġel għadu jaqla' paga tajba.", "Għalhekk dawn l-affarijiet għandna narawhom.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa l-fatt li jiġi kkalkulat anke 10% mill-qligħ tat-tfal.", "Jien inħoss li dan huwa inġust għaliex kulħadd jaf li t-tfal illum ma tantx jistgħu jagħtuk, imma jekk jista' jkun tagħtihom inti.", "Nagħlaq billi niġbed l-attenzjoni tal-ministru biex jieħu in konsiderazzjoni wkoll il-policies ġodda li se jkollha ddaħħal Malta jekk aħna nibqgħu ninsistu fit-triq biex nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea u nitolbu jara kif se tiġi effettwata s-sitwazzjoni tal-housing f'Malta.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, qed nieħu pjaċir li għandi ċ-ċans nitkellem fuq dan ir-rapport ta' sena ta' ħidma ta' l-awtorità tad-djar għax bħala rappreżentanti tal-poplu aħna rridu nwasslu l-ilmenti li nisimgħu dwar il-problema tal-housing.", "Irrid ngħid li qabel ġejt hawnhekk mort indur xi familji fi Triq is-Sajjieda ġewwa l-Marsa u stajt nara b'għajnejja l-istat li fih jgħixu familji Maltin li forsi m'għandhomx dħul biżżejjed, forsi r-raġek qiegħed bir-relief u t-tfal ma jaħdmux.", "Indunajt għalhekk kemm il-problema tal-housing qiegħda dejjem tikber.", "Jien naf li għada pitgħada se jkun hemm gvern Laburista u dawn in-nies se jiġu jħabbtu l-bibien tagħna biex nipprovaw ngħinuhom u allura jkun tajjeb li naraw x'nagħmlu biex lil dawn in-nies nagħtuhom ħajja diċenti.", "Sur President, naħseb li wasal iż-żmien li noħorġu b'ideat ġodda biex lil dawn in-nies xi darba ntellgħuhom tarġa oħra fis-soċjetà.", "Meta tidħol fid- djar ta' dawn il-familji lanqas ikollok kliem x'tgħidilhom biex tqawwilhom qalbhom.", "Ħafna minnhom, bħalma kelli każi f'din it-triq, qaluli li lanqas biss japplikaw għall-housing għaliex jaqtgħu qalbhom li qatt imisshom xi post. Kien hemm min qalli: Jien x'napplika nagħmel, jien Laburist.", "Lili ma jagħtunix!", "Imma ħaddieħor ta' l-istess familja ħa li ried għaliex hu ta' kulur blu!", "U dawn l-affarijiet iweġġgħu u żgur m'għandhomx isiru.", "Meta wieħed jara li l-problemi soċjali fil-pajjiż dejjem qegħdin jiżdiedu jifhem għaliex il-problema tal-housing qed tikber.", "Fattur li qed jikkontribwixxi għaż-żieda tal-problema huwa n-numru ta' żwiġijiet li qegħdin jitfarrku u allura r-raġel jew il-mara jkollhom ifittxu dar oħra.", "Din hija waħda mill-problemi li l-gvernijiet u l-awtorità tad-djar qiegħda tiltaqa' magħhom ta' spiss.", "L-ideali huwa li ż-żwieġ jibqa' tajjeb u l- familja tibqa' waħda imma f'ċerti każijiet jiġri l-missier u l-omm ikollhom problemi u ma jibqgħux jitkellmux, u waħda toqgħod f'kamra u l-ieħor joqgħod taħt xi taraġ.", "Għalhekk dawn il-problemi jeħtieġ neħduhom bis- serjetà.", "Sur President, irridu naraw fejn għandna art li m'hijiex użata jew abbandunata u nutilizzawha bl-aħjar mod possibbli.", "Fiż-żmenijiet tal-lum il-pajjiż ma jiflaħx li l-gvern jibni vilel għall-ħaddiema.", "Dawk kienu żmenijiet oħra ta' gvern Laburista li lill-ħaddiema tahom il-palazzi fil- housing estates imma llum l-art hija limitata ħafna u allura dan ma jistax isir.", "Nixtiq pero' li fil-winding-up il-ministru għall-politika soċjali jgħidilna jekk humiex se jispiċċaw is-sussidji fuq il-housing li tagħti l- awtorità tad-djar jekk il-poplu fir-referendum jivvota biex nidħlu fl- Unjoni Ewropea.", "Dan huwa ta' interess għall-pubbliku għaliex sikwit jagħmluli din id-domanda.", "Apparti minn hekk, ma nistennix li l-familji fil- bżonn jiġu għandi biex ngħinhom imma jien immur għandhom biex nara għal liema skemi ta' sussidju li toffri l-awtorità jistgħu japplikaw.", "Sur President, naħseb li m'huwiex ġust li familja tapplika għal sussidju biex tirranġa kamra tal-banju, jew biex tibdel xi madum minħabba l-umdità, jew għal xi raġuni oħra, u wara li tkun qalgħet fwiedha biex iġġib il-karti meħtieġa - din l-iskema kienet ukoll taħt gvern Laburista u kien jiġri l- istess ħaġa – u tkun ħallset ¥20, ¥15 jew ¥10 skond l-iskema li tkun, imbagħad jgħidulha li m'hijiex intitolata għal dik l-iskema!", "Dawk l-¥20 li tkun ħallset ifissru ħafna għal dik il-familja li forsi trid tgħaddi bil- paga minima.", "Għalhekk l-awtorità tad-djar għandha tara li min japplika taħt xi skema jkun jista' jibbenefika minnha tassew qabel ma jġegħluh iħallas il-flus f'ġieħ il-ġustizzja soċjali li tant għajruna biha!", "Però llum nieħu pjaċir niltaqa' ma' nies li ndunaw li żbaljaw u qed jerġgħu jduru magħna għax, minkejja li forsi nqarsu, issa jafu min verament jemmen u għadu jemmen fil-ġustizzja soċjali.", "Però min ikun ħallas il-flus għal skema li ma jkunx intitolat għaliha għandu jerġa' jieħu l-flus lura.", "Ħafna persuni b'diżabilità jkellmuni dwar il-problema biex jirranġaw id- dar għall-bżonnijiet tagħhom.", "Fost dawn kellmitni persuna mid-distrett tiegħi li spiċċat b'diżabilità għaliex amputawlha parti minn sieqha x- xellugija u riedet tapplika biex tieħu sussidju ħalli tirranġa d-dar billi tagħmel rampi, railing, u dak li hemm bżonn.", "Nixtieq li aħna nkunu aktar qrib in-nies u nifhmu li mhux kulħadd kapaċi jmur jiġri għall-bżonnijiet tiegħu u mhux kulħadd isib lil min jagħtih l-appoġġ imma għandek min hu iżolat.", "Illum hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, allura li nista' nagħmel huwa li ngħaddilu l-proposti tiegħi, għaliex jekk inkun fi gvern Laburista dawn l-affarijiet mhux biss niddiskutuhom hawnhekk imma jsiru realtà.", "U hija ħaġa kiefra għal persuni li kienu jgħixu ħajja normali li jispiċċaw bla sieq u jsiru jiddependu minn ħafna nies, għaliex apparti t- trawma li jkunu għaddew minnha jsibu ħafna diffikultajiet biex iġibu l- applikazzjonijiet u l-affarijiet meħtieġa biex jieħdu n-naqra dritt li huwa tagħhom.", "Sur President, l-għan tad-diskussjoni fil-parlament m'huwiex biss li nesprimu dak li aħna nemmnu fih imma li nqajmu dawk il-problemi li jiffaċċja l-poplu ħalli naraw kif insolvuhom u ngħinu lil min l-aktar għandu bżonn.", "Ħafna nies, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar jieħdu xi sussidju mingħand il-gvern, xorta waħda jilmentaw li l-gvern qalgħalhom fwiedhom.", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nabbużaw mill-iskemi li toffri l-awtorità tad-djar imma nissuġġerixxi lill-awtorità li tirrivedi l-iskemi tagħha ħalli jitħaffef il-mekkaniżmu li bih ikunu jistgħu jibbenefikaw l-aktar nies li huma fil-bżonn.", "Nixtieq li l-ministru jgħidilna wkoll kemm hemm persuni li huma b'diżabilità jew anzjani li talbu għal akkomodazzjoni alternattiva.", "Jien ġieli niltaqa' ma' każi fejn ikun hemm anzjana li għandha tlett ikmamar tas-sodda li jkollha flat fuq nett u mbagħad issib familja ta' erbat itfal li għandhom post fis-sular t'isfel b'kamra tas- sodda waħda.", "Għalhekk jekk dik l-anzjana tkun lesta li tinżel isfel għax m'għandhiex bżonn dak il-kobor ta' post mhux biss inkunu qegħdin ngħinu lilha u wkoll lill-familja b'erbat itfal.", "Dan l-aħħar f'Paola Hill, Raħal Ġdid qabdu numru ta' flats u bdew jiksuhom minn barra għax kien qiegħed jidħol l-ilma, imma kien hemm numru ta' flats oħra li ma ksewhomx, u dan b'dannu għall-inkwilini li ġratilhom ħafna ħsara.", "Din il-ġimgħa kont qiegħed indur ukoll fil-Marsa u rajt housing estate litteralment imkisser u mfarrak.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-bini fi Triq is-Sliem u Triq ix-Xemxija li taħseb li ġiet il-gwerra fuqhom!", "Huwa veru li n-nies ikissru u jfarrku imma jiena naħseb li wasal iż-żmien li l-awtorità tad-djar tieħu ħsieb dawn il-postijiet għax żgur li kulħadd jieħu pjaċir jgħix f'ambjent sabiħ.", "Sur President, nixtieq li kelli ċ-ċans nitkellem iktar però l-ħin huwa limitat ħafna.", "Nittama li dawn il-proposti li ġbidniehom mill-esperjenza tal-ħajja ta' kuljum tal-poplu ma jibqgħux fuq il-karta imma jsiru parti minn programm għall-futur ħalli fil-pajjiż nibnu verament dak li jemmen fih il-Partit Laburista, jiġifieri kuxjenza soċjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Novembru 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita` tad-Djar għas-sena 1999/2000 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita` - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta` Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta` tal-Għadu - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, matul din in-nofs siegħa nixtieq nitkellem fuq ċerti aspetti ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fuq il- qasam tal-konsumatur.", "Qabel pero` nixtieq nagħmel parentesi żgħira dwar l- attendenza ta' l-iżgħar tliet deputati żgħażagħ minn dan il-parlament, ċioe` tiegħi, l-Onor.", "Carmelo Abela u l-Onor.", "George Pullicino għall- konferenza ta' i giovani parlamentari, li ġiet imlaqqa' għall-ewwel darba f'Udine ġewwa l-Italja.", "Din il-konferenza kienet interessanti ħafna, l- iktar għaliex permezz tagħha mhux biss iltqajna d-deputati żgħażagħ tal- Mediterran imma anke d-deputati żgħażagħ ta' Iżrael, is-Sirja, il-Libanu, il-Ġordan, il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja.", "Ta' min jgħid ukoll li din l-inizjattiva ttieħdet mill-Kamra tad-Deputati Taljana li, kif għedt diġa', għall-ewwel darba ħasset li għandha ssir konferenza biex matulha jiġi diskuss kif il-Euro-Mediterranean partnership jista' jevolvi aktar ħalli jkun hemm iktar paċi u sigurta` bejn iż-żewġ reġjuni fl-Ewropa u fil- Mediterran.", "Sur President, jien ħassejt ċertu sodisfazzjon personali meta fi tmiem din il-laqgħa għamilt intervent għan-nom tad-delegazzjoni Maltija, fejn ipproponejt li din il-konferenza ma tkunx waħda one-off imma tibqa' ssir kull sena ħalli jkun hemm ċerta konsistenza u kontinwita`, anke jekk forsi tibda tiġi organizzata kull darba f'pajjiż differenti.", "Wara kollox, kif semmejt diġa', kien hemm membri parlamentari żgħażagħ li ġejjin minn patafjun ta' pajjiżi għal din il-konferenza u għalhekk immaġinajt li din ma kellhiex tkun daqshekk ta' problema.", "Fil-fatt ma mortx żbaljat għaliex hekk kif għamilt din il-proposta, id-delegazzjoni Ġermaniża offriet li s- sena d-dieħla din il-konferenza tiġi organizzata fil-Ġermanja.", "Sur President, din il-konferenza kienet interessanti ħafna għaliex fost affarijiet oħrajn matulha ddiskutejna temi li għandhom x'jaqsmu ma' l- ambjent, mat-tassazzjoni u mas-sustainable development.", "Min-naħa tagħna, bħala delegazzjoni Maltija, fakkarna kemm Malta minn żmien Helsinki, jiġifieri mill-1973, kien hemm min kien hemm fil-gvern, dejjem saħqet li ma jistax ikollok paċi fil-Mediterran jekk ma jkollokx paċi fl-Ewropa u li ma jistax ikollok stabilita` fl-Ewropa jekk ma jkollokx stabilita` fil- Mediterran.", "Fil-fatt komplejna ngħidu b'ċertu sens ta' kburija li konna aħna, din id-daqsxejn ta' gżira fost pajjiżi ħafna ikbar minna, li ħriġna b'din il-proposta, u ħadna pjaċir mhux ftit meta smajna delegati ta' pajjiżi ħafna ikbar minn tagħna jfaħħru r-rwol li pajjiż ċkejken bħal tagħna għamel fil-fora internazzjonali.", "Fost affarijiet oħra jien semmejt l-inizjattiva li ħadet Malta fir-rigward tal-common heritage of mankind, jiġifieri fuq il-fatt li r-riżorsi ta' qiegħ il-baħar m'humiex qegħdin għall-benefiċċju tal-potenzi biss imma għall-benefiċċju ta' l-umanita`.", "Naħseb li kulħadd jiftakar il-konċett ta' Pardo ta' l-1967 u l-konċett tal- common concern of mankind ta' l-1988 li jittratta proprjament fuq il- kambjament fil-klima, u anke hawn, kienet Malta li pproponiet li din il- materja għandha tikkonċerna lill-umanita` kollha.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll l-inizjattivi li saru favur l-anzjani fil-fora internazzjonali.", "Sur President, dan kollu jwassalni biex nitkellem u nirrifletti ftit fuq x'se jkun ir-rwol ta' pajjiż żgħir bħal tagħna fl-Unjoni ġaladarba nsiru membri tagħha.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel miegħi jekk ngħid li din m'hijiex kwestjoni ta' jekk aħniex se nidħlu fl-Unjoni imma ta' meta se nidħlu.", "Għalija l-climax ta' l-aħħar ġurnata ta' din il-konferenza ntlaħaq meta għamel l-intervent tiegħu Prodi, il-president il-ġdid tal-Kumissjoni Ewropea, u meta l-konferenza kienet indirizzata minn Luciano Violante, l- iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Taljan.", "Jien ninnota li Prodi kważi f'kull diskors li jagħmel dwar l-Unjoni jaċċenna għall-fatt li huwa tajjeb li pajjiż jidħol fl-Unjoni mhux biss għaliex jaqbillu ekonomikament imma għaliex jaqbillu wkoll politikament, għaliex wara kollox aħna ma rridux nidħlu fl-Unjoni biss għal raġunijiet ekonomiċi.", "Ejjew naraw x'se tiggwadanja din id-daqsxejn ta' blata mil-lat politiku.", "Matul id-diskors tiegħu Prodi għamel osservazzjoni li jekk toqgħod tqis hija verita` assoluta.", "Huwa qal li minn żmien l-imperu Ruman, l-Ewropa għaddiet minn konflitti interni, minn ġlied u minn gwerer ċivili kull sena ħlief għal dawn l-aħħar 50 sena.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Hija kumbinazzjoni li dawn il-konflitti interni, dan il-ġlied u dawn il-gwerer ċivili waqfu ftit wara li spiċċat it-tieni gwerra dinjija?", "Le, din ma kenitx kumbinazzjoni għaliex dan kien wieħed mill-għanjiet fundamentali li għalih twaqqfet l-Unjoni.", "M'ilux kont qed naqra l-bijografija ta' Jean Monnet u stajt nirrealizza x'viżjoni kellu dan l-istatesman kbir Franċiż li flimkien ma' Konrad Adenauer, ma' Alcide De Gasperi u ma' Schuman ifformolaw l-idea li l-pajjiżi Ewopew jingħaqdu u ma jibqgħux jitqatlu bejniethom biex dak li għandhom jaqsmuh bejniethom u jgawduh ilkoll.", "Sur President, fost affarijiet oħrajn din il-bijografija tirrakkonta meta fl-1963 il-President Kennedy kien qal lil dan Monnet f'20 sena rnexxielu jagħmel dak li l-Ewropew m'għamlux f'2000 sena.", "Dan huwa kollu minnu għaliex l-Unjoni hija l-ixprun ta' l-istabilita` ġewwa l-Ewropa u għalhekk huwa importanti li nfehmu lin-nies li rridu nkunu aħna li naqdfu u nistinkaw ġaladarba la nidħlu fl-Unjoni se nkunu aħna li ngawdu l-vantaġġi li din l-Unjoni kapaċi toffrielna.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid illi kieku l-Unjoni se tikseb xi vantaġġi la pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni, kieku ilha li daħħlitna, imma l-fatt innifsu li rridu nippreparaw u nagħmlu ċerti aġġustamenti jfisser li huwa aħna li se ngawdu.", "Huwa ovvju li kieku l-Unjoni kienet se tgawdi hi mis-sħubija tagħna magħha, kieku ma kenitx se tħallina nistennew barra.", "Imma issa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Sur President, għalija kien verament mument ta' sodisfazzjon kbir meta smajt lil Romano Prodi, li huwa bniedem viżjonarju u bniedem tal-futur, jispjega kemm l-Unjoni tiddefendi u tikkura l-identitajiet nazzjonali tal- pajjiżi.", "Fost affarijiet oħra qal li l-Unjoni qatt ma tikkalpesta l- identita` nazzjonali tal-pajjiżi jew tar-reġjuni imma dejjem tirrispetta l- għeruq tal-pajjiżi li jikkomponuha.", "Per eżempju, huwa semma l-fatt li l- Unjoni tagħti ammonti ta' flus lill-Irlanda biex il-Gaelic, li huwa djalett Irlandiż, li m'għadux mitkellem daqs qabel, ma jintilifx.", "Fil-fatt minn mindu l-Irlanda daħlet fl-Unjoni dan id-djalett qed ikun mitkellem ħafna iktar ta' spiss minn qatt qabel.", "Kien proprju hawnhekk imbagħad li Prodi semma lil Malta u jiena ħassejtni orgoljuż ħafna meta smajtu jgħid li hu qed jistenna bil-ħerqa dik il-ġurnata li l-lingwa Maltija tkun tradotta għal-lingwa Finlandiża.", "Fil-fatt huwa qal eżattament dan il-kliem: \"La lingua Maltese sara' tradotta nella lingua Finlandese nel Parlamento Europeo\", u naħseb li meta jintqal kliem bħal dan kull Malti jħossu kburi, speċjalment meta jqis li pajjiżna, li għandu biss 0.5 miljun ruħ, għandu l- lingwa tiegħu li tiddistingwih minn pajjiżi oħra.", "Sur President, qed ngħid dan għaliex hawn pajjiżi ħafna ikbar minna li m'għandhomx il-lingwa tagħhom, bħall-Amerka, u dan minkejja li f'dan il- pajjiż joqogħdu biljuni kbar ta' nies u nistgħu ngħidu li huwa pajjiż b'saħħtu, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll mil-lat militari.", "Issa hawn ta' min jgħid li meta Prodi qal dak il-kliem li jien ikkwotajt huwa ma kienx għadu jaf li kienet qed tattendi għal din il-konferenza anke delegazzjoni Maltija imma xorta waħda wera x-xewqa li l-lingwa Maltija jkollha l-istess status, l-istess importanza u l-istess pedestall li għandhom lingwi oħra.", "Dan juri kemm m'għandhomx raġun dawk li jgħidu li jekk aħna nidħlu fl- Unjoni l-identita` nazzjonali tagħna se tinħanaq.", "Turi wkoll kemm dawk li jgħidulna li jekk nidħlu fl-Unjoni m'aħniex se nibqgħu Maltin qed jipprovaw ibeżżgħuna bil-babaw għax minn hawn qed naraw li l-identita` nazzjonali tagħna mhux talli mhux se tinħanaq talli se tiġi msaħħa.", "Ta' min jgħid ukoll li ftit wara l-konferenza kelli l-unur li niltaqa' ma' Prodi personalment u huwa qalli li huma ma jsibu l-ebda problema li nidħlu fl-Unjoni Ewropea, anzi jriduna nidħlu f'din l-Unjoni għax aħna għandna rwol x'nikkontribwixxu, iktar u iktar meta qegħdin fiċ-ċentru tal- Mediterran.", "Huwa qalli wkoll eżattament dan il-kliem: Dażgur li għandkom rwol x'tikkontribwixxu fl-Unjoni intom, pero` tliftu sentejn għax ridtu intom!", "Għalhekk issa mhux il-Partit Nazzjonalista biss imma anke Romano Prodi qed jgħidilna li tajna bis-sieq iċ-ċans li kellna li nidħlu fl- Unjoni.", "Fil-fatt huwa u jgħidli dan il-kliem f'daqqa waħda bdejt nistħi ngħid li jien Malti u li l-Gvern Malti kien ta bis-sieq lil dan iċ-ċans uniku fl-istorja ta' pajjiżi.", "Ftit minuti qabel ħassejtni kburi meta minn tant ilsna kbar ta' pajjiżi li għadhom m'humiex membri ta' l-Unjoni bħal- Latvjan, il-Litwan, il-Franċiż u l-Ġermaniż, semma biss l-ilsien Malti, pero` ftit wara stħajt u ddiżappuntajt ruħi mhux ftit meta ssemmiet il- politika tal-gvern Laburista li sena u nofs ilu ċaħħdet lil pajjiżna milli jibdew in-negozjati.", "Sur President, dan juri l-isfreġju li sar fuq il-kredibilita` ta' Malta, sfreġju li jiena nqabblu ma' dak li jiġri fil-qorti kriminali.", "Meta jkun hemm każ ta' sfreġju fil-qorti kriminali, għalkemm il-ferita tfiq, il- farrett hemm jibqa', u hekk se jiġri fil-każ tal-kredibilita` ta' Malta; għalkemm nistgħu npattu għal dak l-isfreġju li sar fuq il-kredibilita` internazzjonali ta' pajjiżna - u Alla biss jaf kemm kellna nbatu matul din l-aħħar sena biex nagħmlu dan - kulħadd se jibqa' jgħidilna li dawk is- sentejn li fihom kienet ġiet iffriżata l-applikazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija sħiħa kienu mitlufa.", "Issa l-Partit Laburista qed jgħid li jekk jerġa' jitla' fil-gvern din id-darba l-applikazzjoni se jirtiraha, u hawn nistaqsih: Mela għalfejn ma rtirajthiex fl-1996?", "Liema hi d-deċiżjoni t- tajba, dik ta' l-1996 meta ffriżajt l-applikazzjoni, jew dik t'issa fejn qed tgħid li jekk titla' fil-gvern tirtiraha?", "Jien naħseb li din l- inkonsistenza kollha lil pajjiżna għamlitlu dannu kbir, u minn hawn nixtieq li lill-poplu tagħna nwassallu l-messaġġ li Malta hija Ewropea u għalhekk Malta fl-Unjoni se tibqa' Maltija, se jkollha rwol x'tikkontribwixxi u l- identita` nazzjonali se tkun protetta u mħarsa kif jixraq.", "Dan iwassalni, Sur President, biex nitkellem fuq livell li huwa iktar viċin iċ-ċittadin.", "Spiss nisimgħu bil-frażi \"Iċ-ċittadin l-ewwel\", pero` sfortunatament il-partit li jħobb juża l-iktar din il-frażi huwa dak il- partit li qed jgħid li m'huwiex qed jirrikonoxxi r-riżultat tar-referendum li se jsir dwar jekk Malta għandhiex tidħol membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea jew le.", "Allura hawn nistaqsi: Dan il-partit ikun jaf x'qed jgħid meta jgħid li ċ-ċittadin għandu jiġi l-ewwel, iktar u iktar meta nafu li dan huwa partit li qatt ma wiegħed referendum fuq żona ta' kummerċ ħieles?", "Dan il-partit li jgħid li ċ-ċittadin għandu jiġi l-ewwel qatt ma jagħmel xejn bil-fatti biex jipprova dak li jkun qed jgħid; paroli si imma fatti no. U hawn m'iniex qed inkun partiġjan imma qed nitkellem fuq fatti li ma jista' jmerihom ħadd.", "U ara ma jmurx ikun hemm xi ħadd li jaħseb illi l- irġulija tiddependi minn kemm tkun muskulat u minn kemm tkun b'saħħtek fiżikament għaliex fil-verita` l-irġulija tiddependi biss minn kemm kapaċi tkun umli u minn kemm tkun lest tammetti li jista' jkun li qed tkun żbaljat u li jista' jkun hemm xi ħaddieħor madwarek li għandu opinjoni aħjar minn tiegħek.", "Dik tfisser l-irġulija.", "Sur President, l-irġulija ma tfissirx illi tibqa' twebbes rasek u tibqa' tgħid \"le\" għall-kompromess, tibqa' tgħid \"le\" għar-riforma tal-kummissjoni tal-pensjonijiet, tibqa' tgħid \"le\" biex tipparteċipa fil-MEUSAC biex iġġib l-aħjar negozjati għal pajjiżek jew inkella li tibqa' tgħid \"le\" għar- riforma tas-saħħa mentali.", "Dik hija pika, dik hija ebbusija tar-ras, dik hija suppervja u m'hijiex irġulija!", "Ara aħna konna rġiel biżżejjed li nwiegħdu li nagħmlu referendum, u fil-fatt din il-wegħda se tiġi mwettqa hekk kif in-negozjati jkunu lesti, għaliex aħna ma nibżgħux nikkonsultaw mal-poplu qabel ma nieħdu xi deċiżjoni.", "Għalina ċ-ċittadin ma jiġix l- ewwel darba kull ħames snin biss u għalhekk qabel ma nissieħbu f'din l- unjoni se mmorru quddiem il-poplu u ngħidulu: \"Dan hu l-aħjar pakkett li stajna nġibulek; għidilna x'taħseb fuqu.\".", "Minn dawn l-affarijiet jinduna l-poplu għal min verament jiġi l-ewwel iċ-ċittadin!", "Sur President, f'dawn l-aħħar għaxar minuti li baqagħli nixtieq nitkellem fuq il-konsumatur għaliex għall-Unjoni Ewropea mhux il-pajjiżi Ewropew jiġu l-ewwel imma ċ-ċittadin Ewropew u dan m'iniex nivvintah mill-ajru.", "L- ewwelnett irrid ngħid li ċ-ċittadini huma kollha konsumaturi, irrispettivament minn jekk dak li jkun huwiex diżokkupat, huwiex professjonist, huwiex bidwi, huwiex self-employed jew impjegat.", "Kull min jieħu xi ħaġa u jħallas għaliha jissejjaħ konsumatur, kemm jekk din ix-xi ħaġa tkun oġġett, kemm jekk tkun servizz kif ukoll jekk tkun polza ta' assigurazzjoni.", "Kif għedt diġa', jekk hemm qasam li l-Unjoni Ewropea tagħtih ċerta importanza, dan huwa propjru l-qasam tal-konsumatur.", "Huwa veru li aħna bħala pajjiż mill-1994 'l hawn meta lleġislajna l-Consumer Affairs Act imxejna ħafna 'l quddiem f'dan il-qasam pero` huwa fatt li għad baqagħlna ħafna x'naqdfu biex nilħqu dak li waslu għalih fl-Ewropa.", "U dan m'iniex qed ngħidu biex nagħmlu bħall-Ewropa imma biex iċ-ċittadin Malti jkollu dejjem iktar protezzjoni u d-drittijiet li għandu dejjem jiġu mħarsa aħjar.", "Ħalli nġib eżempju konkret ta' dan li qed ngħid għaliex meta nkunu qed nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea jien inħobb li jkun hemm bread and butter issues u mhux clichés.", "Jien m'għandix dubju li aħna se nirbħuh ir- referendum, allavolja huwa iktar faċli li tbeżża', kif qed jagħmel xi ħadd, milli tibni, imma aħna għandna l-obbligu li nispjegaw u mmorru in nuts and bolts of the issues.", "Sur President, ikun tajjeb jekk nispjegaw li bħalissa l-Unjoni Ewropea għandha pjan ta' azzjoni għal tliet snin biex jipproteġi lill-konsumatur, liema pjan ta' azzjoni beda din is-sena u se jiskadi fl-2001.", "Dan il-pjan ta' azzjoni għandu tliet għanijiet prinċipali, l-ewwel li l-konsumatur ikollu vuċi iktar b'saħħitha fl-Unjoni Ewropea kemm biex jitlob ċertu kumpens kif ukoll biex l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jkunu jistgħu jressqu ċerti kawżi l-qorti minn jeddhom; it-tieni li jkun hemm livell għoli ta' saħħa u ta' sigurta` għall-konsumatur u fil-fatt jeżistu ċerti direttivi dwar il-general product safety li jipproteġu lill-konsumatur f'każ li dan ibati xi dannu, anke fiżiku, jekk il-prodott li jixtri jkun difettuż; u t-tielet huwa rispett assolut għall-interessi ekonomiċi tal- konsumatur ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri li, per eżempju, m'għandux ikun hemm reklamar li jiżgwidak.", "Sfortunatament bħalissa f'Malta skond kif inhi l-liġi ma nistgħu nagħmlu xejn fuq il-misleading advertising, kontra pajjiżi oħrajn li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea għaliex ta' min jgħid li waħda mill-ewwel direttivi li ħarġet din l-unjoni kienet tirrigwarda proprju l-misleading advertising.", "Fil-fatt din id-direttiva, li ħarġet f'Settembru ta' l-1984, tgħid illi l- konsumatur irid jingħata informazzjoni korretta u li min ikun qed ibigħ huwa obbligat li jipprova l-verita` ta' dak li jkun qiegħed jirreklama u f'każ li dan ma jsirx, il-konsumatur għandu ċertu drittijiet biex ipatti għal dak l-iżvijament.", "Din id-direttiva tkompli tgħid ukoll li l-kontroll tar-reklamar m'għandux jitħalla f'idejn il-gvern imma għandu jitħalla f'idejn awtorita` indipendenti mill-qrati u mit-tribunali.", "Per eżempju, hawn Malta hawn ħafna ħwienet li għalkemm joqogħdu jiftaħru li għandhom 50% discounts, dan ma jkun vera xejn u fil-fatt kulma jagħmlu huwa li jgħollu l- prezz u mbagħad inaqqsuh biex il-konsumatur ikun mingħalih li qed jiffranka 50%.", "Kif għedt diġa', bil-liġi kif inhi bħalissa l-konsumatur Malti ma jistax jieħu azzjoni kontra dak in-negozjant, pero` b'din id-direttiva partikolari l-konsumatur, hu min hu, għandu dritt ta' kumpens.", "Issa, x'inhi l-general products' safety directive, Sur President?", "Din id- direttiva ħarġet f'Lulju ta' l-1985 u permezz tagħha għal kull prodott li joħroġ fis-suq il-konsumatur irid ikun protett li ma jsofri l-ebda dannu bl- użu tiegħu.", "Għalhekk f'każ li l-konsumatur isofri xi dannu minħabba xi prodott li jkun xtara jew xi servizz li jkun ħa, din id-direttiva tobbliga lin-negozjant biex jipprova li l-prodott ma kienx difettuż jew inkella li min ta s-servizz ma kienx negliġenti.", "Min-naħa l-oħra f'dan il-każ il- konsumatur kulma jkun irid jipprova huwa li hemm rabta bejn id-difett fil- prodott jew fis-servizz li jkun ingħata u l-prodott mixtri.", "Sur President, l-unfair terms directive tirrigwarda l-kuntratti li jagħmel il-konsumatur meta jixtri xi ħaġa.", "Kulħadd jaf li meta konsumatur jixtri ċertu apparat li għalih ikun investa ħafna flus huwa jiffirma kuntratt.", "L-unfair terms directive tgħid li ma jistax ikun hemm termini li ma jkunux favorevoli għall-konsumatur u jekk ikun hemm, dawn għandhom jiġu kkonsidrati daqs li kieku qatt ma ġew imniżżla u fil-fatt lanqas biss jorbtu lill-konsumatur.", "Ta' min jgħid li din id-direttiva timponi wkoll li dawn il-kuntratti għandhom ikunu miktubin ċari u tondi, jiġifieri li ma jkun hemm l-ebda tidwir mal-lewża fihom.", "Direttiva importanti oħra titkellem dwar sakemm il-konsumatur ikun jista' jfittex għal ċertu rimedju.", "Il-liġi tagħna tgħid li l-konsumatur għandu jitlob li jiġi pprovdut rimedju sa sitt xhur minn wara li jkun xtara l- prodott jew ħa s-servizz, pero` b'din id-direttiva l-konsumatur għandu dritt ifittex rimedju sa sentejn, u dan flimkien ma' ċerti benefiċċji oħra li l-liġi ċivili tagħna għadha ma tagħtiniex.", "Min huwa familjari mal- kodiċi ċivili tagħna jaf li dan jagħtik żewġ benefiċċji fundamentali; jew li titlob ir-reċessjoni tal-kuntratt, jiġifieri li tirritorna l-prodott difettuż u dak li jkun biegħlek il-prodott jagħtik il-flus lura, jew inkella li titlob li jkun hemm discount, per eżempju, minn ¥100 jagħtik lura ¥20 jew ¥30.", "Sur President, ta' min jgħid pero' li f'din id-direttiva partikolari l- Unjoni Ewropea qed tagħti żewġ drittijiet prinċipali oħra lill-konsumatur, l-ewwelnett li min ikun biegħlek prodott difettuż isewwihulek, ħaġa li sal- lum fil-liġi tagħna ma teżistix, u t-tieni nett illi l-bejjiegħ ibiddillek prodott ma' prodott ieħor, fejn lanqas hawn, bil-liġi tagħna l-bejjiegħ m'huwiex obbligat li jagħmel dan.", "Għalhekk din il-guarantee for consumer goods directive, li ħarġet fl-1993, qed tagħti żewġ drittijiet fundamentali biex dak li jkun mhux talli jkun jista' jitlob reċessjoni tal-kuntratt jew riduzzjoni tal-prezz imma jista' jitlob jew prodott ġdid jew inkella li jiġi rranġat dak il-prodott difettuż.", "Sur President, m'hemmx dubju li waħda mill-iktar direttivi interessanti li ħarġet l-Unjoni Ewropea hija dik tad-distance selling, li llum jista' jsir permezz ta' l-internet.", "Fil-fatt din id-direttiva qed tirriferi għal meta l-konsumatur Malta, per eżempju, jixtri prodott li jkun ġie reklamat fuq l-internet u l-kumpannija li tkun qed tbiegħlu dak il-prodott tkun sitwata l-Ingilterra.", "Fil-każ li għal xi raġuni jew oħra l-konsumatur Malti ma jkunx sodisfatt b'dan il-prodott li jkun xtara u jkun irid ifittex lill-kumpannija li tkun biegħetlu dak il-prodott, liema liġi se tapplika, il-liġi Ngliża jew il-liġi Maltija?", "Dan biex ma nsemmux ukoll il-ħela ta' ħin u l-ħela ta' flus li tkun trid biex tqabbad avukat l-Ingilterra u ħafna affarijiet minn dawn.", "Huwa proprju għalhekk li l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li toħroġ din id-direttiva tad-distance selling, jiġifieri ta' meta l-bejgħ ma jkunx sar fil-preżenza fiżika tal-bejjiegħ u tax-xerrej fl-istess ħin.", "Ta' min isemmi wkoll direttivi oħrajn, fosthom dik li titkellem dwar consumer credit, jiġifieri dwar kif jiġi protett konsumatur li jixtri bil- credit, dik li titkellem fuq kemm għandha tkun ir-rata ta' persentaġġ ta' charges, it-travel package directives, it-time-share directives u saħansitra l-overbooking directives, li permezz tagħhom il-passiġġier għandu dritt jingħata kumpens talli ma jkunx tħalla jitla' abbord l- ajruplan minħabba li kien hemm overbooking.", "Huwa interessanti wkoll li wieħed ikun jaf illi permezz ta' artiklu 3 tat-travel package directive il- konsumatur qed jingħata d-dritt li jingħata kumpens jekk kemm-il darba jkun ingħata informazzjoni żbaljata li tiżgwidah fuq il-package li jkun qed jixtri.", "Din id-direttiva qed tagħti l-obbligu wkoll illi l-konsumatur ikun informat minn qabel ma jkun ġie ffirmat il-kuntratt dwar xi travel package directive ikun qed jixtri eżattament, jiġifieri jkun diġa' ngħata l- informazzjoni fuq ċerti affarijiet essenzjali, bħalma hi l-assigurazzjoni tas-saħħa jew il-visa.", "Direttiva oħra importanti ħafna hija dik li tgħid illi l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi għandhom dritt jagħmlu talba lill-qorti minn jeddhom - li f'Malta jissejjaħ mandat ta' inibizzjoni - biex iżommu lil negozjant partikolari milli jkompli jikser ċerti drittijiet li għandu l-konsumatur.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nerġa' nikkwota għal darb'oħra lil Romano Prodi fejn xi xahar u nofs ilu qal hekk fil- \"Consumer Voice\" li hija l-gazzetta uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea li tittratta dwar l-affarijiet tal-konsumatur:", "\"Standing up for Europe's consumers is one of the best ways that the Commission can bring the European Union closer to its citizens by demonstrating its concern for their day-to-day well being.\".", "Kif qed naraw l-Unjoni Ewropea hija realta` li ma tolqotniex biss fuq livell nazzjonali imma wkoll fuq il-livell taċ-ċittadin u għaliha ċ- ċittadin jiġi l-ewwel bil-fatti u mhux bil-kliem.", "Għalhekk il-biża' li xi wħud għad għandhom minn din l-unjoni hija waħda infondata.", "Il-futur qed isejħilna; issa sta għalina li nagħmlu minn kollox biex inkunu nistgħu ngawduh.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta, 2 ta' Novembru fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MDC - TRASFERIMENTI", "9435.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-MDC?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma ngħatawx trasferimenti fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta.", "Jekk fil-futur ikun hemm ħtieġa ta' trasferimenti, dawn isiru skond il-ħtiġijiet tal-korporazzjoni.", "MDC - IMPJEGATI ĠODDA", "9436.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MDC mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Mata.", "Tajjeb jingħad li l-korporazzjoni, matul ix-xhur tas-sajf, impjegat żewġ studenti għal dawk ix-xhur biss.", "Dan sar bil-permess tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "DIPARTIMENT TA' L-INDUSTRIJA - TRASFERIMENTI", "9437.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Industrija?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi ħaddiem intbagħat jaħdem fid-Dipartiment ta' l-Industrija minflok ħaddiem ieħor li mill-istess dipartiment mar jaħdem f'dipartiment ieħor.", "Dwar it- trasferimenti fil-futur, dawn isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "DIPARTIMENT TA' L-INDUSTRIJA - IMPJEGATI ĠODDA", "9438.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Industrija mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall- imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi ma' ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid fid-Dipartiment ta' l-Industrija.", "WSC - IMPJEGATI ĠODDA", "9439.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- Water Services Corporation mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru,1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza żewġ ħaddiema ġodda ġew impjegati mal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-ilma.", "Dawn il-ħaddiema ġew impjegati fil-grad ta' draughtsman.", "Ma saritx sejħa għall-applikazzjonijiet peress li l- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet issottometiet lista ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għal dan it-tip ta' xogħol.", "L-għażla saret minn fost persuni li kienu f'din il-lista.", "WSC - TRASFERIMENTI", "9440.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Water Services Corporation?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferiemnti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, 17-il ħaddiem tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bidlu s-sezzjoni fejn jaħdmu.", "Ir-raġuni għal dan iċ-ċaqlieq kien dan:", "4 fuq talba ta' l-impjegat inniffsu 1 għal raġunijiet ta' saħħa 1 għax kien hemm il-ħtieġa li jaħdem matul il-ġurnata biss 1 għax kien hemm ħtieġa li jimla' post vakant 10 wara ftehim li ntlaħaq mal-G.W.U. peress li x-xift tas-sezzjoni tal- bowsers tneħħa.", "Dwar ċaqlieq ta' ħaddiema fil-futur, dan isir skond il-ħtiġijiet tal- korporazzjoni.", "AGRIKOLTURA - SIĠAR", "9645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siġar li matul l- aħħar 12-il xahar tkabbru fis-serer li kienu ġew mogħtija mill-APS Bank sabiex id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jkabbar aktar siġar standards għal kunsilli u sabiex insebħu l-landscaping tal-gżejjer tagħna?", "Meta huwa mistenni li dawn is-siġar jingħataw lill-kunsilli jew jitħawwlu fit-toroq?", "Jista' l-Ministru jara li fit-triq prinċipali tar-Rabat jitħawwlu aktar siġar tal-prinjol peress li bir-riħ u l-inċidenti tat-traffiku dejjem qed jinqerdu ħafna siġar li ilhom is-snin isebbħu din it-triq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9645, fis-serra li ġiet mogħtija mill-APS Bank, tħawwlu 12-il varjeta ta' arbuxelli u siġar ġo seeding trays, li minnhom 24,080 baqgħu ħajjin u ġew imħawla fi qsari.", "It-tieni lot li tħawwel iktar tard kien jikkonsisti f'seba' varjetajiet li jwassal għall-7,200 pjanti żgħar li għadhom ma ġewx re-potted.", "Għal dan l-istaġun diġa' ġew preparati 257 tilari ta' 13-il varjeta ta' żrieragħ biex jiġu mkabbra.", "Teknikament dawn m'humiex siġar imma pjanti żgħar u skond kull varjeta jridu jgħaddu numru ta' snin qabel ma jitqiesu bħala standard.", "Skond ix- xita, l-provvista ta' l-ilma, attakki ta' parassiti jew mard u bosta fatturi bioloġiċi oħra numru ta' dawn is-siġar, la jilħqu d-daqs meħtieġ, ikunu jistgħu jintużaw għal-landscaping.", "Kull sena jsir programm biex jitħawwlu aktar siġar fit-toroq prinċipali kollha, inkluż it-tħawwil tas-siġar nieqsa, bħala dawk tat-triq prinċipali tar-Rabat.", "UE - SĦUBIJA", "9646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għall-bejjiegħa tal-ħaxix frisk fil-gżejjer tagħna?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il- liġijiet u regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'hemm ebda liġijiet u regoli li jridu jibdew japplikaw għall-bejjiegħa tal-ħaxix frisk, ħlief li l-prodott ikun tajjeb għall-konsum skond standards minimi u l-prodott ikun mibjugħ b'mod iġeniku skond regoli ta' iġene minima.", "UE - SĦUBIJA", "9647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għal kwarantina fil-gżejjer tagħna?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il- liġijiet u regoli tal-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li l-liġijiet tal- kwarantina u l-kundizzjonijiet ta' l-importazzjoni ta' l-annimali huma simili ma' dawk ta' l-Ewropa, jekk mhux iktar stretti, bħall-importazzjoni tal-klieb/qtates.", "UE - SĦUBIJA", "9648.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw għal sistemi veterinarji fil-gżejjer tagħna?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il- liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz veterinarju lokali diġa' ġie assesjat mill-Unjoni Ewropea u fil-fatt Malta tista' tesporta lejn l-Ewropa, kemm laħam u ħut, kif ukoll annimali ħajjin.", "Għalkemm wieħed irid isaħħah is-servizz veterinarju lokali bl- introduzzjoni tal-border check point, wieħed irid japprezza li l-prodott Malti jkun jista' jidħol fl-Ewropa mhux mill-ftit partijiet Ewropej approvati imma minn kull port, jiġifieri anke minn Pozzallo.", "UE - SĦUBIJA", "9649.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinformani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-bdiewa u r-raħħala fuq l-irziezet tagħhom fil-gżejjer tagħna?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il- liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qed iħejji kodiċi ta' prattika tajba fil-biedja.", "Dan ikun jinkorpora l-kondizzjonijiet tal- liġijiet u r-regoli ta' l-UE fejn ikunu applikabli għal Malta.", "Il-vantaġġi jinkludu għajnuna finanzjarja mill-UE b'mod partikolari minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Wieħed jista' jqis ċertu regoli bħala żvantaġġ iżda dawn għandhom joffru opportunitajiet sabiex tiżdied l- effiċjenza u l-kwalita' tal-prodott.", "UE - SĦUBIJA", "9650.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw dwar il-grading tal-frott frisk fil-gżejjer tagħna?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il- liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-sistema ta' grading tal-frott frisk fl-UE jinkorpora għażla tal-prodott fi tlett klassijiet Extra, Class I u Class II skond il-prodott.", "Il-vantaġġi ta' l-għażla huma evidenti fis-suq; l-iprem kwalita' ġġib l- ogħla prezz; il-konsumatur ikun jaf x'qed jixtri u prodott li mhux tajjeb għal-bejgħ m'għandux jinġieb fis-suq.", "Bejgħ dirett mill-bidwi huwa eżentat mill-grading.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TAL-LIFE SKILLS", "10653.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li huma kwalifikati biex jgħallmu l-life skills fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Kemm hemm għalliema ta' dan is-suġġett f'dawn l-iskejjel:", "(1) Kulleġġ San Alwiġi; (2) Kulleġġ De La Salle; (3) Kullegg St. Edwards; (4) Skola ta' St.Martin's (5) Skola ta' St. Catherine; u (6) Skola ta' San Anton?", "Il-life skills huma parti obbligatorja tal-kurrikulum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel ta' l-Istat hemm 117 għalliema li huma kwalifikati biex jgħallmu l-life skills.", "Informat li n-numru ta' għalliema kwalifikati biex jgħallmu l-life skills/PSE f'dawn l-iskejjel huwa kif ġej:", "SKOLA GĦALLIEMA FULL TIME PART TIME", "Kulleġġ San Alwiġi 4 x Kulleġġ Del La Salle 2 x Kulleġġ St Edwards x 39 Kulleġġ St Martin's 2 1 Skola St Catherine's 1 x Skola San Anton 3 x", "Informat ukoll li dan is-suġġett jifforma parti mill-programm tal-Personal and Social Education (P.S.E.) li s'issa huwa parti mill-kurrikulu fl-ewwel u fit-tieni sena fil-Junior Lyceums u fl-ewwel tliet snin ta' l-iskejjel sekondarji.", "Skond il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali ġdid, il-programm ta' Persona and Social Development (kif jirreferu għalih ġeneralment fil-qasam edukattiv internazzjonali) se jkun obbligatorju mill-ewwel sal-ħames sena ta' l- iskejjel sekondarji kollha.", "(Vide Abbozz Finali paġna 49)", "Fil-livell primarju, il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali ġdid idaħħal il-life skills b'mod integrat ma' l-esperjenzi l-oħra tat-tagħlim.", "(Vide Abbozz Finali paġna 45) Id-Dipartiment tal-Kurrikulu se jappoġġja dan it-tagħlim permezz ta' grupp ta' peripatetic teachers għal-P.S.D. fil-primarja.", "GWIDI", "10654.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10147, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx rapport lill-ministeru tiegħu dwar il-fatt li ħwienet tas-souvenirs fl-Imdina qed ikollhom ibiegħu bl-għoli għaliex iridu jagħtu kummissjoni lil gwidi skond kif kiteb l-Onor.Edwin Vassallo f'\"Il- Mument\" tat-3 ta'Ottubru?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li sal-lum ma saru ebda rapporti uffiċjali lill-Ministeru tiegħi dwar l-ilmenti msemmija fil-mistoqsija ta' l-Onor Membru.", "MDINA - BEJGĦ MINN POSTIJIET TURISTIĊI", "10655.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10146, peress li kien l-Onor.Edwin Vassallo stess li kiteb dwar bejgħ bl-ogħli fl-Imdina għaliex il-ħwienet iridu jagħtu kummissjoni lil gwidi, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx rapport dwar każijiet bħal dawn lill-Uffiċċju tal- Kompetizzjoni Ġusta?", "Kemm saru?", "Meta ġew irrapportati?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li sar rapport lill-Uffiċċju tal- Kompetizzjoni Ġusta dwar l-operat tal-gwidi li jista' jkun li qed jiksru l- provvedimenti tal-liġi dwar l-Att tal-Kompetizzjoni; liema rapport qed jiġi nvestigat.", "AFM - MEMBRI", "10656.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għal-liema tip ta'eventwalita' qed jissejħu l-membri tal-Forzi Armati biex ikunu kollha xogħol?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jekk qed jirreferi għall-jiem lejn l-aħħar tas-sena, m'għandi xejn x'inżid mat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9703 li weġibt fit-12 ta' Ottubru 1999.", "SKEJJEL - GIOVANNI CURMI, NAXXAR", "10657.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġie deċiż li jinbidel l-avviż legali li ħareġ dwar il-manteniment ta' l-istudenti post-sekondarji biex issa 407 student li qed isegwu l-Ordinary Level Revision Course fil-Higher Secondary Giovanni Curmi tan-Naxxar se jitilfu l-għajnuna li kienu se jingħataw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru, l-Ordinary Level Revision Course m'huwiex kors post-sekondarju għaliex huwa rIpetizzjoni ta' l- istudju sekondarju li jwassal għal O Level.", "Ta' min ifakkar li dan il-Ministeru kien ħareġ avviż għall-istampa fis-6 ta' Ottubru fejn il-pubbliku ġie mgħarraf b'dan li ġej:", "\"Ir-Regolamenti ta' l-1999 dwar Għotjiet ta' Manteniment għal Studenti Post- Sekondarji u Terzjarji - Avviż Legali 165 ta' l-1999 - qed jiġu korretti minħabba żvista waqt l-inputtjar tat-test fuq il-kompjuter.", "Għaldaqstant, f'Parti B ta' l-Iskeda dwar Għotja ta' Manteniment Speċjali qed jiżdiedu l- korsijiet tal-B.Sc Nursing u B.Sc.", "Midwifery, waqt li minn Parti 1 dwar Studenti Post-Sekondarji qed jitneħħa l-kors ta' Ordinary Level Revision li huwa kors li jirrepeti l-Form V u m'huwiex kors post-sekondarju.\"", "SKEJJEL - STAFF", "10658.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum, kemm kien hemm minor staff, skola bi skola, li ġew ittrasferiti lejn xi skola oħra u f'kemm kull każ ġew ikkonsultati l-kapijiet ta' l-iskejjel biex isir iċ- ċaqlieq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum ġew trasferiti 21 persuna fil-gradi ta' minor staff.", "It-trasferimenti saru kif jidher fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- Seduta.", "Mhix il-policy li jkunu kkonsultati l-kapijiet, sakemm ma jkunux il- kapijiet ta' l-iskejjel infushom li jitolbu li xi mpjegat ikun trasferit.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - KONSULENTI", "10724.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal- Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - KONSULENTI", "10725.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ma hemm ebda konsulent ingaġġat mal-Ministeru għall-Ambjent.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT - KONSULENTI", "10726.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li m`hemm l-ebda konsulent ingaġġat mal-ministeru.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA - KONSULENTI", "10727.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal- Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent il-ministeru qed jagħmel użu mis- servizzi ta' ħames konsulenti, wieħed fuq bażi fulltime u erbgħa fuq bażi part-time.", "Il-konsulent ingaġġat fuq bażi fulltime jirċievi remunerazzjoni ta' Lm6905 fis-sena.", "L-erba' konsulenti ngaġġati fuq bażi part-time jirċievu remunerazzjoni annwali ta' Lm5850, Lm4178, Lm4010 u Lm5100.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KONSULENTI", "10728.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' konsulenti ngaġġati mal-Ministeru tas- Saħħa huwa disa' u tmenin (89) li minnhom erba' (4) huma barranin.", "Is- salarju tal-konsulenti Maltin huwa Lm7,482 fis-sena (Skala Nru 4) u dak tal- bararnin huwa kif ġej:", "2 Lm7,482 fis-sena (bħal tal-Maltin) bla taxxa.", "1 Lm35,000 fis-sena bla taxxa.", "Is-salarju jiġi rivedut fis-sena 2001.", "1 Lm42,000 fis-sena taxxabbli.", "Dan ser jitla' għal Lm45,000 fis-sena taxxabbli mill-01.01.2000.", "MINISTRU GĦALL-AGRIKOLTURA - KONSULENTI", "10729.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal- Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalissa fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta'l-Agrikoltura u Sajd hemm tliet konsulenti.", "Persuna titħallas Lm8,820 fis-sena, oħra titħallas Lm6,747 fis-sena u l- oħra titħallas mill-Universita ta' Malta u d-Dipartiment koncernat jirrifondi nofs is-salarju lill-Universita.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "10759.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista lokal b'lokal ta' l-istudenti li jattendu l- Universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA - SAN GWANN T'GĦUXA - XOGĦLIJIET", "10760.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r- raġuni għaliex kien inbeda x-xogħol fuq il-common parts ta' blokk 1B San Gwann t'Għuxa, Bormla u issa ilu aktar minn xahar li waqfu u tħalla kollox nofs leħja?", "Meta se jitkompla dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar lestew ix-xogħlijiet fuq il-partijiet esterni tal- blokk.", "Il-partijiet interni huma kkonsidrati ta' prijorita' anqas u għalhekk għandhom isiru aktar tard.", "B'hekk mhuwiex il-każ li x-xogħol \"tħalla nofs leħja\" għax ix-xogħlijiet fuq barra huma distinti u separati minn dawk tat-tibjid tat-taraġ.", "DJAR TAL-GVERN - KERA", "10761.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r- raġuni għaliex persuni li għandhom postijiet tal-gvern, qed jirċievu kontijiet tal-kera b'żieda kbira?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kera sussidjata tiġi aġġustata 'l fuq jew l- isfel, skond id-dikjarazzjoni tad-dħul tal-kerrej.", "Din id-dikjarazzjoni tintalab mid-dipartiment skond il-ftehim bil-miktub li jsir bejn id- dipartiment u l-inkwilin meta ssir l-allokazzjoni.", "Id-dikjarazzjoni tkopri d-dħul tal-kerrej tas-sena ta' qabel ma tkun ser issir ir-reviżjoni.", "Il- kriterji użati huma dawk stabbiliti mill-Gvern preċedenti.", "DJAR - SKEMA HAN 37/99", "10762.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas mill-Awtorita' tad-Djar għall-iskema numru HAN 37/99?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-4 ta' Ottubru, 1999 l-applikant tal-file HAN 37/99 bagħat l-irċevuti tax-xogħol li għamel fir-residenza tiegħu u fil-25 ta' Ottubru, 1999.", "Perit ta' l-Awtorita' tad-Djar mar fuq il-post u ikkonferma li x-xogħol mitlub u approvat mill-Awtorita' tad-Djar, sar.", "Fi ftit ġranet oħra, dan l-applikant se jirċievi il-ħlas.", "PENSJONIJIET - AĠĠUSTAMENTI", "10763.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir adjustment fuq il-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tal- persuna msemmija qed jiġi nvestigat.", "Il-persuna kkonċernata tiġi nformata mid-dipartiment bir-riżultat wara li jitlestew dawn l-investigazzjonijiet.", "DIPARTIMENT TA' L-AFFAIJIET TAL-KONSUMATUR - ILMENTI", "10802.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżistu ta' l-ilment datata 15/10/99 minn resident mis-Swieqi mad-Dipartiment ta'l-Affarijiet tal-Konsumatur dwar Virtu' Ferries Ltd?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-ilment li għalih qed issir riferenza, għalkemm datat 15 ta' Ottubru, 1999 wasal fid-dipartiment fit-22 ta' Ottubru 1999.", "Il-konsumatur konċernat ġie mgħarraf b'dan, kif ukoll li skond l-Att ta' l-1994 dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, id-Direttur għandu żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta l-parti tkun irriferiet it-talba tagħha sabiex jipprova jilħaq ftehim dwar il-kwestjoni li jkun hemm.", "AMBJENT - ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "10807.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10235, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa hux qed jieħu xi miżuri preventivi f'dan ir-rigward?", "U jekk id-dipartiment tas-saħħa hux qed isegwi/jorganizza xi tip ta' survey f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- Dipartiment tas-Saħħa b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l- Ambjent għaddej bl-istħarrig fuq dan il-każ.", "Peress li hemm arranġament bejn iż-żewg dipartimenti fir-rigward ta` monitoraġ, li dan isir mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent u r- riżultati miksuba jiġu mgħoddija lil dan id-dipartiment, ma hemmx għalfejn isir xi monitoraġ ieħor.", "IMPJIEGI - OPPORTUNITAJIET ĠODDA", "10808.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ikkummissjonax rapport li jistudja modi ta' kif jistgħu jiġu maħluqin opportunitajiet ta' xogħol ġodda għall-ħaddiema Maltin?", "Jekk iva, min qed iħejji dan ir-rapport?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-eżerċizzju biex jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol għall-ħaddiema Maltin hu wieħed kontinwu bil-kontribut ta' bosta organizzazzjonijiet bħall-MDC, ETC, etc.", "Ma ġie kkummissjonat ebda rapport formali fis-sens li qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "EU - LIĠIJIET", "10810.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid liema liġijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għandhom bżonn jiġu emendati, miżjuda jew mibdulin kompletament biex ikunu konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nifhem li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal tibdil f'leġislazzjoni eżistenti.", "Jekk dan huwa l-każ, il-liġijiet jew regolamenti li jkunu jridu jinbidlu huma s-segwenti:", "- Conditions of Employment (Regulations) Act.", "1952", "- Social Security Act 1987", "- Industrial Relations Act, 1976", "- Occupational Health and Safety (Promotion) Act 1994", "- Other Occupational Health & Safety Regulations", "Irrid ngħid li peress li l-\"iscreening process\" ta' dawk il-Kapitli ta' l-\"acquis\" li l-aktar jolqtu l-ministeru tiegħi għadhom ma ġewx ffinalizzati, jista' jkun li l-lista mogħtija f'din it-tweġiba m'hijiex waħda finali.", "MOVIMENT GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA' - LAQGĦAT", "10811.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' mal-moviment għal persuni b'diżabilita' biex jiddiskuti l-abbozz ta' liġi dwar opportunitajiet indaqs?", "Dan il-moviment għamel xi rakmandazzjonijiet?", "Kemm minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet intlaqgħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Ministeru għall-Politika Soċjali l-aktar permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ilha mill-1994 tagħmel konsultazzjoni fuq il-Liġi Opportunitajiet Indaqs.", "Din il-konsultazzjoni saret kemm mill-amministrazzjoni Nazzjonalista kif ukoll mill- amministrazzjoni Laburista.", "Kopji ta' żewġ dokumenti li juru b'mod iddokumentat dan il-proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa li huma tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta:", "a) Liġi Opportunitajiet Indaqs - Persuni b'Diżabilita' maħruġ mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fl-1994 u li jittratta konferenza nazzjonali li kienet organizzata dak in-nhar fuq din it-tema.", "b) White paper - Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') - Konsultazzjoni Pubblika li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita fl- 1997 u li jagħti rendikont ta' diversi laqgħat ta' konsultazzjoni li l- amministrazzjoni preċedenti kienet għamlet fuq din il-liġi.", "Matul dawn is-snin kollha, ħlief għal dawn l-aħħar ġranet, ma kien hemm l-ebda organizzazzjoni bl-isem ta' Moviment għal Persuni b'Diżabilita' u għalhekk ma kien hemm l-ebda rakkomadazzjoni minn dan il-moviment.", "F'dawn l-aħħar ġranet qrajna fil-medja kummenti kritiċi dwar din il-liġi minn dan il-moviment.", "Barra minn hekk il-Membri Parlamentari wkoll irċevew din l-istqarrija pero' għalkemm din l-istqarrija kien fiha indirizz ma kienx hemm identifikazzjoni tal-persuni li qed imexxu dan il-moviment.", "Lanqas f'din l-istqarrija ma kien hemm rakkomandazzjonijiet speċifiċi.", "Il- ministeru tiegħi kien ikun dispostissmu li jiltaqa' u jiddiskuti kull punt li seta' jressaq dan il-Moviment pero' dan il-Moviment għażel li joħroġ il- kritika tiegħu fil-medja, kif kellu kull dritt li jagħmel, biss dan għamlu ħames snin wara li beda dan il-proċess ta' konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa u komprensiva.", "Il-ministeru xorta għadu dispost li jiltaqa' mal- membri ta' dan il-moviment biex nassiguraw li din il-liġi tkun ta' l-akbar benefiċċju possibli għall-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom.", "VETTURI - DĦUL", "10812.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin minn: (1) road contributions; (2) driving licences; (3) car licences; (4) regulations tax and VAT on registration; (5) customs duty and VAT on duty; u (6) duty on cars from non EU countries?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-figuri mitluba huma ppubblikati fir-Rapport Finanzjarju li jinħareġ kull sena mit-Teżor.", "GĦAQDA NAZZJONALI TAL-PENSJONANTI - LAQGĦAT", "10813.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' ma' l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti mill-5 ta' Settembru 'l hawn u x'kienu d-dati ta' meta ltaqgħu?", "B'riferenza għar-riżoluzzjoni maħruġa waqt il-konferenza ġenerali annwali ta' l-Għaqda Nazzjonali tal- Pensjonanti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-budget li jmiss hux se jilqa' t-talba ta' l-għaqda fejn dawn talbu li: \"jibdew diskussjonijiet minnufih sabiex pensjonati jieħdu ż-żidied li jistħoqqilhom wara l-ftehim kollettiv għas-Servizz Pubbliku\"?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TENDERS - ŻGĦAŻAGĦ U SPORTS", "10819.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ġew approvati matul l-ewwel sena ta' Gvern Nazzjonalista f'dawk l-oqsma li jaqgħu taħt l-oqsma taż-żgħażagħ u sport?", "Kemm kien il-valur ta' kull tender u lil min ġie awarded?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ŻEJTUN :TRIQ ID-DULLIEGĦ - SPEZZJONIJIET", "10820.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn membri tal-korp tal-pulizija f'dawn l-aħħar sitt xhur fi Triq id-Dulliegħ, Żejtun?", "X'irriżulta u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-lokalita` li rrifera għaliha l- Onor. Interpellant saru diversi spezzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.", "Ma jirriżultax li kienu osservati xi ksur ta` liġi.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA ON LIGHT DUTIES", "10821.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10378 (Seduta Nru. 157) jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti f'dan ir-rigward u x'għamel bejn Settembru 1998 u llum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-gvern żamm il-policy li ma jiġux aċċettati ċertifikati mediċi ġodda biex ħaddiema jitpoġġew fuq light duties ħlief f'dawk il-każijiet ġenwini meta ħaddiem ikun weġġa fuq il-post tax-xogħol.", "WSC/ENEMALTA - ĦADDIEMA", "10822.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir fil-Water Services Corporation u l-Enemalta sabiex tiżdid l-effiċjenza?", "X'taħriġ qed jingħataw il-ħaddiema?", "Tista' tgħid ukoll jekk sarx xi studju dwar jekk hemmx nies żejda jew nieqsa f'dawn iż-żewġ korporazzjonijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bil-għan li titjieb l-effiċjenza, il-Korporazzjoni Enemalta qegħda toffri lill-impjegati tagħha taħriġ kemm fuq ix-xogħol ta' kuljum kif ukoll f'livell istituzzjonali.", "Qed jittieħdu passi biex il- livell kemm tekniku kif ukoll klerikali jogħla.", "Għalhekk qed jingħataw refresher courses lill-ħaddiema fis-sengħa ewlenija tagħhom.", "Barra minn dan il-korporazzjoni qed tassisti lill-impjegati sabiex iżidu l-abbilta tagħhom biex ikunu aktar multi-skilled.", "Aspett ieħor dwar it-taħriġ li l-korporazzjoni qed tagħti huwa li tgħin billi tisponsorja u/jew tagħti study leave lill-impjegati sabiex jiksbu l- kwalifiki meħtieġa fil-qasam tekniku u f'livell terzjarju.", "Rigward il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC/ENEMALTA", "10823.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma jagħmlu l-Water Services Corporation u l-Enemalta sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-produzzjoni, kemm ta'l-ilma kif ukoll ta'l-elettriku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-Taqsima tal-Ġenerazzjoni fil-Korporazzjoni Enemalta kontinwament taħdem sabiex tara li l-elettriku jiġi ġġenerat bl- aktar mod effiċjenti.", "Għalhekk isir monitoring kontinwu ta' l-effiċjenza ta' l-impjant u fejn jidher li hemm xi nuqqas tittieħed azzjoni korrettiva.", "Fost ix-xogħol li tagħmel il-korporazzjoni hemm overhaul ta' boilers, steam u gas turbines, tindif ta' boilers u culverts, kif ukoll manutenzjoni ta' auxiliary plant.", "Fejn jidħol it-tħaddim ta' l-impjant, isir programm ta' kuljum kif ukoll programmi long term sabiex jitħaddmu l-makni skond kif l-elettriku jiġi ġġenerat bl-aktar mod effiċjenti.", "Tajjeb jingħad li meta jiġi ordnat impjant ġdid, fattur importanti li jiġi kkonsidrat huwa l-effiċjenza li dan l-impjant jipprovdi fil- ġenerazzjoni ta' l-enerġija elettrika.", "Eżempju ta' dan huwa l-Combined Gas Cycle Plant li dan l-aħħar ġiet installata f'Delimara.", "L-effiċjenza tagħha hi kważi 50% aktar mill-impjant ta' qabel.", "Rigward il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INTERCEPTION FUQ MOBILE PHONES", "10827.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10689?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari numru 10689 imressqa minni fl-20.10.99.", "Malli tingħatali l-informazzjoni li jiena tlabt, inkun f`pożizzjoni ahjar biex nista nwieġeb.", "VRT - GARAXXIJIET", "10832.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema operatur ta' garage ġie magħżul sabiex jagħmel il-VRT tests fuq vetturi tal-gvern u parastatali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma ġie magħżul ebda operatur ta` garage biex jagħmel il-Vehicle Roadworthiness Test fuq vetturi tal-Gvern u parastatali.", "Dawn jistgħu jagħmlu dan it-test għand liema operatur iridu huma, u dan billi t-tariffi stabiliti huma kollha l-istess, kif deher fl- avviż legali 126 ta` l-1998, maħruġ fit-8 ta` Mejju ta` l-istess sena.", "SKOLA GAN FRANĠISK ABELA - GĦALLIEMA", "10833.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema perjodu kienu mingħajr għalliema ta' l- Ingliż, Sociology u Home Economics l-istudenti tat-tieni sena fil-Junior Lyceum Ġan Franġisk Abela?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-suġġetti msemmija kellhom l-għalliema kollha meħtieġa għall-istudenti tat-tieni sena kif ġej:", "1.", "Id-Dipartiment tas-Soċjoloġija sal-25 ta' Ottubru.", "2.", "Id-Dipartiment tal-Home Economics sal-21 ta' Ottubru.", "3.", "Id-Dipartiment ta' l-Ingliż sad-29 ta' Ottubru.", "DJAR - SUSSIDJU TA' KERA", "10839.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara għaliex sinjura, li l- partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, naqsilha s-sussidju tal-kera meta għad għandha l-istess dħul?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fis-sena 1998, li fuqha inħadem is-sussidju tal- kera, l-applikant kella żieda ta' Lm 395.28 fid-dħul annwali fuq dik tas- sena 1997.", "PA- DJAR GĦALL-ANZJANI", "10843.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tinfetaħ dar għall-anzjani?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar m`għandhiex gwida speċifika dwar l-iżvilupp ta` djar għall-anzjani.", "Meta l- awtorita` tirċievi applikazzjonijiet għal dan it-tip ta` żvilupp, jiġu kkonsultati s-Segretarjat għall-Anzjani u dipartimenti oħra konċernati ma` dan it-tip ta` żvilupp.", "Ninsab informat ukoll li dan l-aħħar, is-Segretarjat għall-Anzjani għadda lill-Awtorita` abbozz ta` parametri li huma relevanti għal dan it-tip ta` żvilupp.", "Dawn il-parametri jgħinu fit-teħid ta` deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta` djar għall-anzjani.", "DJAR - SANTA LUĊIJA - MANUTENZJONI", "10844.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' tibjid fi Flat H, Triq il-Lellux, Santa Lucia?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba tal-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - REGOLAMENTI", "10845.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti tad-Dipartiment ta' l-Anzjani biex tinfetah dar ta' l-anzjani tal-privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru li taħtu jaqgħu dawn ir-regolamenti.", "XAGĦRA - TISWIJA TA' TOROQ", "10850.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tara li x-xogħol tat-tarmak u bankini f'Racecourse Street, Xagħra, Għawdex jitkompla u jitlesta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li x-xogħol tat-tarmak u bankini f'Racecourse Street, Xagħra, Għawdex qiegħed isir mill-Kunsill Lokali tax- Xagħra.", "Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "XEWKIJA - QASAM INDUSTRIJALI - ĦADDIEMA", "10851.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew dikjarati redundant f'dawn l-aħħar tliet xhur mill-kumpanniji li jaħdmu fil-qasam industrijali tax-Xewkija, Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dawn l-aħħar tliet xhur, mill-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex, persuna waħda biss ġiet iddikjarata bħala redundant.", "SPTAR ĠENERALI - MAKNI TAL-KLIEWI", "10852.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' kiri tal- makna tal-kliewi għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji meħtieġa fis-sens għal kemm perijodu ta' żmien ġiet mikrija, bl-ammont kemm ġiet mikrija, kif ukoll id-dettalji kollha neċessarji biex wieħed ikun jista' jkun jaf meta se tibda taħdem?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-ftehim li qiegħed jirriferi għalih l- Interpellant huwa bejn żewġ kumpanniji kummerċjali u ma jidhirlix li għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sadanittant nista' ngħid illi l-apparat kollu jsir proprjeta' tal-Gvern ta' Malta wara ħanes snin minn meta jiġi nstallat.", "Ix-xoghol strutturali kważi lest u l-appart beda jiġi installat fil- post. Diġa' beda jsir it-taħriġ ta' staff għal din il-unit.", "ĦWIENET - LIĊENZJI", "10853.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn Settembru 1998 sa Ottubru 1999 kemm ingħataw liċenzji ġodda għall-ftuħ ta' ħwienet, supermarkets u mini-markets f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitlub tinsab skedata hawn taħt:", "Xahar Supermarket Mini Market Ħwienet oħra", "Settembru 1998 1 - 4 Ottubru 1998 - - 3 Novembru 1998 - - - Diċembru 1998 - - - Jannar 1999 - - 20 Frar 1999 - - - Marzu 1999 - - 1 April 1999 1 - 6 Mejju 1999 - 1 1 Ġunju 1999 - - 1 Lulju 1999 1 - 1 Awissu 1999 1 - 2 Settembru 1999 - - 3 Ottubru 1999 - 1 4", "TFAL U ŻGĦAŻAGĦ - BORD KONSULTATTIV", "10865.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord konsultattiv dwar it-tfal u ż-żgħażagħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Bord Konsultattiv Dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ huwa magħmul hekk:", "Chairperson: Dr Ruth Farrugia, LL.D. Viċi-Chairperson: Mr John Role', C.Q.S.W. Segretarju: Mr Eugenio Galea, Dip.", "Soc. Stud.", "(S.W.);P.G. Cert. in Soc. Wrk.", "Management; P.G. Dip.", "Ger.", "Membri: Mr Dione Mifsud, B.Ed.", "(Hons); Dip.", "Sch.", "Couns.", "Ms Margaret Psaila, Dip.", "Soc. Work", "Ms Mary Cachia, Dip.", "Soc. Wrk; B.A. (Hons.); P.G.Cert. in Soc. Wrk Management; C.Q.S.W.", "Ms.Clarissa Sammut Scerri, B.A. (Hons.)", "M.A. Couns.", "(Psych.)", "Ms Carmen Zammit, Diploma in Assistenza Sociale P.G. Cert. in Soc. Wrk.", "Management.", "TASK FORCE - LIĠIJIET DWAR IL-ĦARSIEN TA' TFAL", "10866.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min hija l-konsulenta legali fuq it-tfal li qed tmexxi t-task force li twaqqaf mill-Ministeru għall-Politika Soċjali sabiex tagħti ħarsa lejn il-liġijiet kollha li jolqtu t-tfal u tħejji abbozz ta' liġi li jħares l-aħjar ġid tat- tfal?", "Min huma l-membri tat-task force imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-konsulenta legali tal-Ministeru fuq it-tfal li qed tmexxi t-task force sabiex tagħti ħarsa lejn il-liġijiet kollha li jolqtu t-tfal u tħejji abbozz ta' liġi li jħares l-aħjar ġid tat-tfal hija Dr Ruth Farrugia LL.D. Il-membri tat-task force huma Jacqueline Borg BA (Socio-Legal studies), Dr Angele Rapa LL.D., Errol Cutajar BA(Socio-legal studies), John Role' CQSW u Claire Stafrace BA (Socio-legal studies).", "PULIZIJA - DROGI", "10871.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji saret search mill-pulizija tad-droga lill-familja li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħatu separatament minn din il-mistoqsija?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-pulizija tmurx fuq ittra anonima?", "Aktar minn pulizija wieħed ifittex fid-dar?", "Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dan il-każ?", "Jekk il-każ irriżulta fin- negattiv, x'kumpens se jieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija, skond il-Kodiċi Kriminali għandha d-dritt li tagħmel perkwiżizzjoni fi kwalunkwe post f'Malta meta jkun hemm suspett raġonevoli li ġie kommess reat u li l-perkwiżizzjoni hi meħtieġa sabiex jiġi nvestigat il-każ.", "Dan isir a bażi ta' informazzjoni li tirċievi l-Pulizija u li tevalwa qabel ma tieħu azzjoni.", "Ġaladarba l-Pulizija teżerċita l-poteri tagħha skond il-liġi m'hemmx lok għal ħlas ta` xi kumpens.", "SERVIZZI SOĊJALI", "10872.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex it- tifel b'diżabilita' li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament ma' din il-mistoqsija, m'għadhiex board u jingħata l-karta s-safar biex jkun jista' jattendi r-Razzett tal-Ħbiberija, Wied il-Għajn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "INTRAPRIŻI KUMMERĊJALI", "10875.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' intrapriżi kummerċjali, maqsumin skond id-daqs i.e. kbar, ta' daqs medju u żgħar?", "X'inhuma l-kriterji li bihom il-Gvern jiddefinixxi dawn il-kategoriji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BANK ĊENTRALI - GVERNATUR", "10878.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10576, jista' l-Ministru jikkonferma li s-safra tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ma kenitx konnessa mal-aġenzija internazzjonali li kien impjegat magħha u li għadu fuq il- kotba tagħha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 10576."]} {"filename": "20010507_536d_par.doc", "date": "2001-05-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 536 It-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 536", "It-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "536", "It-Tnejn, 7 ta' Mejju, 2001", "WERREJ MINUTI 602", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 602", "TQEGĦID TA' KARTI 606", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI (KUMITAT)", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL (COMMITTEE STAGE) 607", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA KOMPUTERIZZATA (IT-TIENI QARI)", "CODE OF CONDUCT FOR COMPUTERISED RESERVATION SYSTEMS (SECOND READING) 631", "AĠĠORNAMENT 634", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 639", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 535 li saret fit-2 ta' Mejju, 2001 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet rapport li jittratta dwar it-trasport tal-gvern - government transport – liema rapport qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "N.I. CONTRIBUTIONS", "24670.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti ċ-ċifri sa tmiem is-sena 2000 ta' kemm kien hemm wage and salary earners kif ukoll self-employed iħallsu l-bolla tan-national insurance, kategorija b'kategorija?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skond id-dokumenti FS3 li ġew ipproċessati mid-dipartiment tat-taxxi interni sad-29 ta' Marzu 2001, kien hemm 114,643 wage and salary earners li ħallsu l-bolla tan-nationa insurance matul is-sena 2000.", "In-numru ta' persuni self-employed u self-occupied li ħallsu l-bolla matul is-sena 2000 kategorija b'kategorija kienu:", "| |Kategori|Numru | | |ja | | |Self-employe| SP |296 | |d | | | | | SA |428 | | | SB |273 | | | SC |407 | |Self-occupie| SA |4940 | |d | | | | | SB |7596 | | | SC |2043 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Peress li bejn iċ-ċifri li ngħataw mill-ETC u dawk li ppubblika l-Ministru hemm differenza ta' 31.4% għar-rigward ta' part-timers li għandhom ukoll full-time job, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' x'seta' wassal għal din id-diskrepanza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Membru jrid jifhem li ċ-ċifri meħuda mir- rapport ta' l-ETC u dawk meħuda mill-inland revenue ġejjin minn żewġ streams differenti, fis-sens li wieħed jgħid x'ġie rrapportat mill- employers dwar dawk li hemm impjegati magħhom, waqt li l-ieħor jgħid x'inhuwa rrapportat illi fuqhom tħallset xi tip ta' tassazzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li fir-rapport ta' l-inland revenue, fejn ikun hemm imniżżlin dawk il-persuni li jħallsu l-15% withholding tax, ma jkunux inklużi persuni ineliġibbli għal din ir-rata.", "Hemm min hu part-timer li m'huwiex eliġibbli għal din il-15%, għax forsi jkun impjegat ma' xi kumpannija fl-istess grupp ta' kumpanniji; u hemm ukoll dawk li ma jkollhomx a full-time job u jaħdmu part-time biss.", "Dawn se ssibhom fiċ- ċifri ta' l-ETC pero' mhux se ssibhom fiċ-ċifri ta' l-inland revenue għax m'humiex eliġibbli għall-15% withholding tax.", "Naturalment hawn qed ngħid x'inhi l-possibbilta' għax m'għandix iċ-ċifri quddiemi.", "Kieku kelli ċ-ċifri kont inwieġeb ħafna aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, iċ-ċifra li kien ta l-Ministru tindika li filwaqt li min-naħa ta' l-inland revenue sa tmiem is-sena 2000 kien hemm 10,104 raġel u 3,465 mara part-timers li wkoll kellhom full-time job fis- sena li ntemmet, iċ-ċifra mogħtija mill-ETC tammonta għal 17,833.", "Għalkemm napprezza li l-Ministru m'għandux iċ-ċifri quddiemu, xorta waħda nixtieq l-opinjoni tiegħu jekk iħossx li din id-differenza ta' 31% hija aċċettabbli fil-kuntest ta' l-ispjega li għadu kif ta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta wieħed iqis li min m'għandux a full-time job u jaħdem part-time biss m'huwiex eleġibbli biex ikun inkorporat fil-listi ta' l-inland revenue, u billi skond l-istatistika l-ammont ta' nies li jaħdmu biss part-time hija pjuttost għolja u tlaħħaq l-eluf, naħseb li hu possibbli li jkun hemm avarija ta' kważi 4,000 ruħ.", "Prattikament din tapplika għal dawk li għandhom part-time job biss mingħajr m'għandhom a full-time job għax ikunu f'lista waħda u ma jkunux f'lista oħra.", "Nerġa' ngħid li jekk ikolli ċ-ċifri f'idejja nkun nista' nagħmel analisi aħjar, Sur President.", "KUNTRABANDU", "24992.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inqabdu każi ta' kuntrabandu f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjoni li saret?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ċ-ċifri huma kif jidher hawn taħt.", "Wieħed jista' jgħid li f'dawk il-każi ssetiljati barra 'l qorti, tkun tħallset il-multa kkontemplata fl-Ordinanza tad-Dwana.", "|KAZI |19|199|199|199|200|2001| | |96|7 |8 |9 |0 |(sa | | | | | | | |Marz| | | | | | | |u) | |Proċed|61|117|73 |177|78 |31 | |uri | | | | | | | |Krimin| | | | | | | |ali | | | | | | | |Deċiżi|51|75 |64 |88 |44 |7 | |mill-Q| | | | | | | |orti | | | | | | | |Ħatja |36|62 |47 |70 |37 |4 | |Libera|15|13 |17 |18 |7 |3 | |ti | | | | | | | |Isseti|7 |6 |68 |110|29 |23 | |ljati | | | | | | | |barra | | | | | | | |'l | | | | | | | |Qorti | | | | | | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, meta jirriżulta li ċerti individwi jew ditti jinqabdu ripetutament f'każi ta' kuntrabandu, jittieħdu passi amministrattivi min-naħa tad-dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'każi fejn individwi jew ditti jinqabdu ripetutament idaħħlu affarijiet mhux skond ir-regolamenti, il-merkanzija importata minnhom tiġi biased.", "Jiġifieri meta jkun hemm il-quick release jew l- istripping mechanism, is-selection tal-containers li jiġu stripped ikollhom bias kontra tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, napprezza li d-dwana m'għandhiex l- obbligu li tesiġi ċerti affarijiet mill-pulizija, imma f'dawk il-każi fejn għalkemm isiru rapporti lill-pulizija tibqa' ma titteħidx azzjoni, l- iskwadra investigattiva tad-dwana titlob xi forma ta' spjegazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qatt ma ġew a konjizzjoni tiegħi każi fejn saru rapporti lill-pulizija u ma tteħdux il-passi neċessarji.", "Pero' nassumi li f'każi simili jkun hemm il-kordinament bejn il-pulizija u d-dwana biex dak li għandu jsir isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Ministru jħoss li d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huma attrezzati biżżejjed biex jaqbdu każi ta' kuntrabandu?", "In-numru ta' każi ta' kuntrabandu li nqabdu f'dawn l-aħħar snin jirrifletti l-istat attwali tal-kutrabandu kif jirriżulta lill-gvern innifsu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Biex inkun nista' nirrispondi għat-tieni domanda ta' l- Onor. Interpellant irrid inkun naf kemm dieħel kuntrabandu, iżda dan ma nafux.", "Jiena nemmen li l-viġilanza kontra l-kuntrabandu għandha dejjem tissaħħaħ aktar u l-proċeduri għandhom dejjem jinbidlu.", "Fil-fatt id- dipartimenti tad-dwana dejjem jagħfas kontra l-kuntrabandu u l-equipment u jara li tiġi żviluppata viġilanza akbar.", "Per eżempju, dan l-aħħar issemmiet il-possibbilta' li fil-freeport jiġi stallat X-ray scanner kemm għall-containers li jkunu transhipped kif ukoll għall-containers li jkunu deħlin Malta.", "Dan it-tip ta' equipment għandu jattrezzana ħafna aħjar biex niġġieldu kontra l-kuntrabandu.", "Illum bit-tibdil li sar fis-sistema ta' tassazzjoni, is-sitwazzjoni wkoll inbidlet.", "Illum dak li jidħol mill-Ewropa m'għandu l-ebda dazju fuqu u dak li jidħol minn postiiet oħra d-dazju fuqu huwa limitat.", "Jiġifieri l- kuntrabandu li kien isir minħabba kwestjoni ta' valutazzjoni issa spiċċa għax il-VAT li titħallas fuq kull ħaġa li inti ddaħħal fuq bażi kummerċjali teħodha lura bis-sistema ta' rifużjoni.", "Pero' naturalment dejjem se jibqa' jkollok tentattivi ta' kuntrabandu, l-aktar f'dawk l-areas fejn għad għandna l-protezzjoni.", "Nispera li meta tispiċċa l-protezzjoni, dak ikun inċentiv li jimmilita kontra l-ħtieġa li jkollna l-kuntrabandu.", "Ċertament li għandna problema fejn għandna tassazzjoni qawwija, bħal fil-każ tas-sigaretti u x-xorb, li hija problema mad-dinja kollha, fejn dak li jkun ikollu tentazzjoni qawwija biex jipprova jdaħħal oġġetti bla dazju.", "Jiena naf li d-dipartiment tad- dwana qiegħed il-ħin kollu attent biex jara kif jagħlaq kemm jista' jkun il- bibien għal dan it-tip ta' kriminalita', u jiena persważ li kulħadd qed jagħmel ħiltu kollha.", "Jien naħseb li r-riżultat li qed ikollna ta' nies li jinqabdu mid-dwana wkoll huwa sostanzjali.", "Naturalment, rapporti dejjem tirċievi u r-rapporti jiġu mgħoddija lid-dwana mmedjatament għall- investigazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-gvern għandu xi rapporti f'idejh li juru l-bżonn li tiżdied u tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-kuntrabanadu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naħseb li m'hemmx għalfejn rapporti biex wieħed iżid il- ġlieda kontra l-kuntrabandu.", "Din tiġi mħeġġa b'inizjattivi differenti.", "L- ewwelnett l-amministrazzjoni tal-pajjiż għandha tkun tali li teqred il- ħtieġa ta' kuntrabandu – jiena naħseb li dik hija l-aktar ħaġa importanti li rridu naħdmu fuqha – u tieni, il-viġilanza u s-sistema tad-dwana trid tkun ottemprata u bbilanċjata ma' l-effiċjenza.", "Ma jistax wieħed jiċċekkja kull ħaġa li tidħol Malta u nispiċċaw biex container jiġi cleared mid-dwana xi tliet ġimgħat wara, għax dan iħalli effett diżastruż fuq l-effiċjenza ta' l-operaturi fil-kummerċ u aktar u aktar fl-industrija.", "Għalhekk wieħed irid jaħdem bil-għaqal u jsib ċertu bilanċ.", "Aħna l-bilanċ sibnieh billi introduċejna ċertu risk management ta' dak li jidħol Malta u anke daħħalna l-proċedura ta' l-istripping, li biha għalkemm ħafna mill-containers jibqgħu għaddejjin mingħajr iċċekkjar ta' xejn, persentaġġ minnhom, li huwa ta' bejn wieħed u ieħor 10%, ikun biased kontra dawk li jinqabdu bħala operaturi ta' kuntrabandu.", "UNJONI EWROPEA - PRODUTTURI TAL-ĦALIB FRISK", "24884.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' produtturi tal-ħalib frisk li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tas-CAP ta' l- Unjoni Ewropea?", "Meta marru u meta se jmorru produtturi tal-ħalib frisk oħra matul din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 24881.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li t-tweġiba li qed jiriferini għaliha tittratta l-farmers' wine co-op u anke l-koperattiva ċentrali tal-bdiewa, dan ifisser li l-produtturi tal-koperattiva tal-ħalib m'humiex intitolati għal din it-tip ta' għajnuna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, peress li d-domanda nru.", "24881 tirrigwarda n-numru ta' bdiewa li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex jifhmu l-bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas- sistemi tar-regoli tas-CAP ta' l-Unjoni Ewropea u anke d-domanda nru.", "24884 hija fl-istess sens, ma nara l-ebda raġuni għala għandi nirrepeti risposta li kont diġa' tajt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-ewwel domanda li qed jirriferi għaliha l-Ministru titkellem dwar il-bdiewa.", "Id-domanda l-oħra tirriferi għall- produtturi tal-ħalib, fejn hemm numru ta' problemi li dawn iridu jkunu magħrufa lilhom, fosthom il-kwestjoni tad-densita', il-fatt li m'hemmx fat content biżżejjed u l-fatt li l-gvern se jitlob deroga.", "Skond it-tweġiba li qed jagħtini l-Ministru, ir-raħħala ma ntbagħtux mill-ministeru biex jaraw kif dawn il-bidliet se jaffetwawhom fil-pożittiv jew fin-negattiv.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, saru diversi laqgħat mal-produtturi tal- ħalib u ma' diversi nies oħra li kellhom l-opportunita' li jmorru barrra minn Malta u jitkellmu mad-diriġenti ta' dan is-settur biex fost problemi oħra jitħaddtu fuq il-problema tal-fat content.", "Ir-raħħala jafu - naħseb iżjed milli naf jien u iżjed mili jaf l-Onor.", "Farrugia - li f'pajjiżna għandna l-problema li l-fat content fil-ħalib huwa baxx, pero' jafu wkoll li hemm pajjiżi oħrajn li diġa' huma msieħba fl-Unjoni Ewropea li ngħataw deroga li jkomplu jipproduċu ħalib b'fat content inqas minn dak stipulat.", "Għandi l-pjaċir ngħid li hawn Malta din il-problema qed tiġi rranġata.", "Fil-fatt daħlet sistema komputerizzata li biha meta l-baqra tmur biex tiekol, tingħata ammont ta' għalf kull ċertu ħin, per eżempju, kull nofs siegħa.", "Jekk il-baqra tmur biex tiekol kull kwarta, il-computer jiddetermina – permezz ta' tag li jkollha mwaħħla ma' widintha l-baqra - kemm-il darba għandha tingħata l-għalf.", "Allura jekk baqra hija pprogrammata li tieħu nofs kilo għalf kull siegħa u hi tmur ħdejn il-makna kull nofs siegħa, ma tingħatax għalf.", "B'dan il-mod il-fat content fil-ħalib ta' Malta qiegħed bil-mod il-mod jogħla.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt tas-Sur Norman Bezzina bħala konsulent tal-gvern fil-ministeru għall-politika soċjali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25611.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-ismijiet ta' kumpanniji li bidlu s-settur tagħhom bejn Frar 2000 u Mejju 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25577.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Minstru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Programm ta' xogħlijiet tat-toroq għal matul l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25306; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 118 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jemendaw regolamenti dwar il-kontroll ta' xogħlijiet tan-nar u esplożivi oħra; u", "Kopja tas-sejħa għal offerti, maħruġa fit-30 ta' Settembru, 1994 għall- għoti b'ċens ta' sit fi Triq l-Astun Iswed, limiti ta' Ħal Luqa, flimkien ma' kopja tal-kondizzjonijiet li fuqhom ittieħdet l-art imsemmija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25112;", "Tabella li turi l-għadd ta' reati rrapportati lill-pulizija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25617;", "Tabella li turi każi ta' serq irrapportati lill-pulizija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25618;", "Tabella li turi reati kommessi matul Marzu u April 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25619; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "K.L.B.L. 39/8/2001 - bye-laws ta' l-2001 dwar reklami fuq għamara tat- toroq (Mosta);", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joseph Bonnnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni intitolati għal priority boarding fuq il-vapuri tal- Gozo Channel, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25482.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 119 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 li jemenda ordni dwar il-konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili fis-sekwestru internazzjonali ta' minuri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "(Ikompli mit-2 ta' Mejju, 2001)", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 6 - Kumitat tas-Soċjeta' Ċivili.", "Clause 6 - Civil Society Committee.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola tittratta t- twaqqif tal-kumitat tas-soċjeta' ċivili fi ħdan il-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku u soċjali, pero' l-komunikazzjoni mal-kunsill innifsu ssir permezz ta' l-istess chairperson tal-kunsill peress li se jkun hu li jippresedi dan il-kumitat.", "Kif diġa' spjegajt fl-istadu tat-Tieni Qari, l-iskop hu li jkollna struttura flessibbli li tikber jew tiċkien skond is-suġġett partikolari li jkun qiegħed jiġi diskuss fil-livell tal-kumitat għas-soċjeta' ċivili.", "Aħna rrealizzajna mill-aspett prattiku li ma jistax ikollok kumitat li jkun magħmul minn 130 jew 150 organizzazzjoni jew assoċjazzjoni għax ma jkunx workable.", "Allura pprovajna nsibu soluzzjoni li tkun tippermetti li jekk is- suġġett partikolari li jkun ġie riferut lill-kumitat għad-diskussjoni min- naħa tal-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-kompożizzjoni tal- kumitat tas-soċjeta' ċivili tvarja b'mod li jkunu jistgħu jipparteċipaw dawk l-organizzazzjonijiet kollha li jkunu jridu jikkontribwixxu f'dak il- qasam partikolari.", "Allura ridna formula flessibbli.", "Għażilna triq li nistabilixxu numru limitat ta' organizzazzjonijiet li jkunu membri permanenti - fl-abbozz ta' liġi ntużat il-kelma core members - li magħhom jiżdiedu, skond is-suġġett partikolari jew skond iċ-ċirkostanzi partikolari, dawk l-organizzazzjonijiet oħrajn li jifformaw parti mis- soċjeta' ċivili biex ikollna kompożizzjoni li tista' tinbidel minn ċirkostanza għal oħra.", "Sur President, fl-istadju tat-Tieni Qari kien hawn deputati min-naħa ta' l-oppożizzjoni li esprimew ċerti riżervi jew dubji dwar kif inhu miktub dan l-artiklu u dwar kemm fil-fatt jippermetti li iktar organizzazzjonijiet jipparteċipaw f'dan il-kumitat.", "Jiena diġa' spjegajt li l-kliem kif inhu miktub fl-artiklu jippermetti li jkunu jistgħu jiżdiedu organizzazzjonijiet oħrajn barra dawn il-ħames membri permanenti.", "Pero' biex nagħmilha aktar ċara, għax impenjajt ruħi ma' din il-Kamra li dan il-prinċipju ridtu joħroġ iktar ċar u għedt li jekk hemm dubju fuq il-wording lest li nibdel id-diċitura, se nressaq emenda għal subartiklu (2) ta' artiklu 6, u cioe':", "\"E\" Minflok is-subartikolu (2) ta' artikolu 6 kif propost fi klawsola 6 għandu jidħol dan is-subartikolu ġdid li ġej:-", "\"(2) Il-Kumitat għandu, safejn dan ikun possibbli, jirrappreżenta s- soċjeta' ċivili Maltija u għal dan il-għan il-Kunsill jista' jistieden kull organizzazzjoni tas-soċjeta' ċivili biex tipparteċipa fil-Kumitat u jista' jvarja l-kompożizzjoni ta' l-istess Kumitat kif ikun jidhirlu minn żmien għal żmien, b'dan illi l-istess Kumitat għandu jinkludi, ex officio bħala membri permanenti tiegħu ċ-chairpersons ta' l- organizzazzjonijiet li ġejjin:", "(a) l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali;", "(b) il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ;", "(c) il-Kunsilli Nazzjonali ta' l-Anzjani;", "(d) l-Għaqda tal-Konsumaturi;", "(e) il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'; u", "(f) il-Kummssjoni għall-Avvanz tal-Mara.\".", "\"E\" For subarticle (2) of article 6 as proposed in clause 6 there shall be substituted the following new subarticle:-", "\"(2) The Committee shall, as much as possible, be representative of Maltese civil society and for this purpose, the Council may invite any civil society organisation to participate in the Committee and may vary the composition of the said Committee as it may deem fit from time to time, sohowever that the said Committee shall include ex officio as its permanent members, the chairpersons of the following organisations:", "(a) the Local Councils Association;", "(b) the National Youth Council;", "(c) the National Council for the Elderly;", "(d) the Consumers' Association;", "(e) the National Commission Persons with Disability; and", "(f) the Commission for the Advancement of Women.\".", "Sur President, irrid niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għal żewġ bidliet importanti permezz ta' din l-emenda.", "L-ewwelnett bil-mod kif ktibt subatiklu (2), nittama li joħroġ b'mod iktar ċar li f'kull mument il- kunsill jista' jbiddel il-kompożizzjoni u jkun jista' jżid ma' dawk l- assoċjazzjonijiet li qegħdin jissemmew, l-organizzazzjonijiet tas-soċjeta' ċivili l-oħra kollha li jkun jidhirlu li għandhom kontribut x'jagħtu fuq is- suġġett partikolari li jkun qiegħed jiġi riferut għad-diskussjoni tal- kumitat.", "Nittama li issa l-wording forsi jiċċara ftit iżjed din il- pożizzjoni.", "Naħseb li fuq il-kunċett qegħdin ċari, pero' jekk nistgħu ntejbuh iżjed miftuħ ukoll għal xi suġġerimenti li jista' jkun hemm.", "Hemm bidla oħra li qed nintroduċi wara konsultazzjoni mal-kollega l-Onor.", "George Hyzler, segretarju parlamentari fil-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, li taħtu taqa' r-responsabbilta' tal-qasam tal-konsumatur.", "Deherli li f'din l-emenda kelli ninkludi l-għaqda tal-konsumatur, l-għaqda li jien informat li għandha r-rikonoxximent ukoll tal-liġi li tirregola d- drittijiet tal-konsumatur.", "Nittama li din l-emenda tindirizza ż-żewġ punti li ġew imqajma waqt id-dibattitu li kellna fl-istadju tat-Tieni Qari, jiġifieri l-formolazzjoni ta' l-artiklu dwar il-kompożizzjoni tal-kumitat, kif ukoll l-involviment bħala membru permanenti ta' l-għaqda tal- konsumatur, għaliex fhimt li l-konsumaturi wieħed jista' jikkonsidrahom bħala settur speċifiku tas-soċjeta'.", "Il-bqija tas-subartikli jistabilixxu li ċ-chairperson tal-kunsill għall- iżvilupp ekonomiku u soċjali għandu jkun hu li jippresjedi l-kumitat għas- soċjeta' ċivili.", "Din kienet soluzzjoni li wasalna għaliha b'diskussjoni ma' l-imsieħba soċjali fil-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku, u hija soluzzjoni aċċettabbli għall-imsieħba soċjali.", "Il-vantaġġi ta' din is-soluzzjoni huma tnejn.", "L-ewwelnett li l-kumitat għandu l-istess chairperson tal-kunsill ifisser li indirettament qed nirrikonoxxulu l-istatura tiegħu.", "Il-proposta oriġinali li għamilt jiena fil-bidunett tad-diskussjonijiet li kelli kienet li kellu jkun il-president ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali li kellu jippresjedi l-kumitat għas-soċjeta' ċivili u mbagħad dan il-president ikollu siġġu fil-kunsill.", "Pero' din il-proposta ma kenitx ġiet aċċettata mill-imsieħba soċjali, imma mbagħad sibna din is-soluzzjoni li kif diġa' għedt tirrikonoxxi l-istatura tal-kumitat billi dan il-kumitat se jkun presedut miċ-chairperson stess tal-kunsill.", "It-tieni vantaġġ huwa li se jkun il-president stess il-punt ta' komunikazzjoni bejn il-kumitat u l-kunsill.", "Huwa fattur komuni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet, allavolja waħda tiġi taħt l-oħra.", "Imma l-fatt li għandek iċ-chairperson stess tal-kunsill li qed jippresjedi l-laqgħa tal- kumitat, ifisser li għandek il-persuna li kienet preżenti għad- diskussjonijiet kollha fi ħdan il-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "Allura dan ikun jista' jwassal lill-organizzazzjonijiet għas- soċjeta' ċivili l-pożizzjoni ta' l-imsieħba soċjali kif espressi fil- kunsill.", "Naturalment daqstant importanti, jekk mhux iżjed, titwassal wkoll il-komunikazzjoni viċi-versa.", "Jiġifieri d-dibattiti, il- konsiderazzjonijiet, il-proposti, is-suġġerimenti, l-ilmenti, il-kritika li tkun saret mill-organizzazzjonijiet fi ħdan il-kumitat għas-soċjeta' [ivili għandhom garanzija li jitwasslu lill-imsieħba soċjali fil-kunsill tramite iċ-chairperson stess tal-kunsill.", "Allura naħseb li hija soluzzjoni li tolqot il-punti kollha u naħseb li għandha tkun aċċettabbli.", "Irrid niġbed l-attenzjoni tal-President li f'dan is-subartiklu, fil- verżjoni bil-Malti, il-kelma \"Il-Kumitat\" għandha l-aħħar ittra nieqsa u għandha tiġi kkorreġuta b'mod verbali.", "Ma naħsibx li hemm bżonn noqgħod inressaq emenda.", "Subartiklu (5) jgħid li:-", "\"Il-kunsill għandu jaddotta regoli ta' proċedura li għandhom jirregolaw il-proċedura tal-kumitat u jistabilixxi l-quorum għal- laqgħat tal-kumitat.\"", "Fil-qosor dan hu dak li qed jipproponi dan l-artiklu u l-emenda li għadni kif ressaqt.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, ninnota b'sodisfazzjon li fl-emenda issa ddaħħlet ukoll l-assoċjazzjoni tal-konsumatur.", "Naseb li dan se jkun ta' ġid għall-interess tal-konsumaturi għaliex sfortunatament, kif jaf kulħadd, f'dawk li huma interessi tal-kunsumatur hawn Malta għadna ferm u ferm lura, u naħseb li anke issa li se nkunu daħħalnihom f'din il-liġi, fl- opinjoni tiegħi baqa' ħafna wieħed x'jagħmel f'dan ir-rigward.", "Mingħajr ma noqgħod nidħol f'argument ta' jekk hux NGOs u mhux NGOs, irrid ngħid li bl- assoċjazzjonijiet kollha li hemm inklużi fil-Kumitat tas-soċjeta' ċivili xorta waħda inħoss li għad hemm żewġ sferi oħra importanti fil-ħajja soċjali, mhux ta' pajjiżna biss imma tal-pajjiżi kollha li jiftaħru li jgħixu f'soċjeta' demoktratika, li m'humiex rappreżentati b'mod dirett.", "Qed ngħid dan għaliex inħoss li kemm l-aspett tas-saħħa kif ukoll l-aspett ta' l-edukazzjoni, li huma żewġ sferi tal-qasam soċjali ferm u ferm importanti, għandna nsibu xi forma ta' rappreżentanza għalihom f'dan il- kumitat.", "Naħseb li dan ikun qed jagħmel ħafna ġid lil dan il-kumitat.", "Jiġifieri għalkemm l-emenda li tressqet hija pożittiva, xorta waħda dawk iż-żewġ sferi s'issa għadhom m'humiex rappreżentati.", "Jiena naħseb li jekk dawn iż-żewġ sferi jkollhom rappreżentanza diretta f'dan il-kumitat tas- soċjeta' ċivili nkunu qed insaħħu l-forzi ta' l-istess kumitat.", "Mhux biex sempliċement inżidu tnejn oħra fil-lista li hemm, imma għax nemmen li dawn huma żewġ aspetti soċjali li huma ta' importanza kbira għax jirriflettu dak kollu li jkunu għaddejjin minnhom il-familji Maltin.", "Ma ninsewx, per eżempju, it-tilwima li qamet dan l-aħħar bejn il-MAM u l-gvern rigward il- kondizzjonijiet ħżiena tax-xogħol.", "Fortunatament issa jidher li ntlaħaq ftehim u nispera li dan il-ftehim ma jkunx biss fuq il-karta, kif ġara fil-passat, u t-tobba jibqgħu jaħdmu f'dawk il-kondizzjonijiet in eternu u dan il-ftehim ma jiġix onorat.", "Verament inħoss li jkun tajjeb li dawn iż-żewġ appendiċi ta' l-isfera soċjali ninkluduhom f'dan il-kumitat tas-soċjeta' ċivili.", "Dawn huma żewġ sferi importantissimi u nemmen li b'xi mod jew ieħor għandhom jiddaħħlu f'din il-lista għaliex inkunu qed nonqsu bil-kbir jekk ma nagħmlux hekk.", "Irrid ngħid ukoll li l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti tidher li qed timmolla.", "Din qed tħossha li hija maqrusa.", "Dan jirriżulta minn dak li qrajt proprju f'dan il-weekend fil-gazzetti fejn kien hemm ittri ta' protesti.", "L-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti qiegħda tgħid li f'laqgħat preċedenti li kellha mal-viċi pim ministru ġiet imwegħda li se jkollha rappreżentanza diretta fi ħdan il-kumitat tas-soċjeta' ċivili, imma sfortunatament din il- wegħda ma ġietx osservata.", "Din qrajniha f'gazzetta ta' nhar ta' Ħadd bl- Ingliż u naħseb li wieħed jagħmel tajjeb li jagħmel riferenza għaliha.", "Jista' jagħti l-każ li kif qal il-viċi prim ministru, il-kunsill nazzjonali ta' l-anzjani se jkollu rappreżentanza ta' l-interessi tal-pensjonanti ġewwa pajjiżna.", "Imma għal liema raġuni qegħdin jimmollaw il-pensjonanti?", "Għalfejn qed iħossuhom li dak li wegħedhom il-gvern ma ġiex onorat?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ħalli nipprova nindirizza l-punti li qajjem l-Onor.", "Chircop u nibda bil-kwestjoni ta' l-assoċjazzjoni tal- pensjonanti jew għaqdiet oħra.", "Se nerġa' nirrepeti l-prinċipju ta' din il- klawsola.", "Din il-klawsola tinkludi lil kulħadd u ma teskludi lil ħadd.", "L- unika ħaġa li qed tagħmel hija li tistabilixxi membri permanenti.", "Mela l- assoċjazzjoni tal-pensjonanti għandha d-dritt li tieħdu sehem bħalma għandhom dritt l-għaqdiet ta' l-isports, l-għaqdiet ta' l-ambjent u għaqdiet oħra.", "Jiena ppreżentajt emenda, fuq inizjattiva tiegħi stess, biex nagħmilha iktar ċara milli deherli li kienet diġa'.", "L-assoċjazzjoni tal- pensjonanti, bħall-għaqdiet l-oħra kollha li kitbuli u li xtaqu jkunu rappreżentati f'dan il-kumitat, għandhom id-dritt li jkunu rappreżentati.", "Kulma jkunu jridu jagħmlu huwa li jiktbu lill-kunsill għax id-deċiżjoni finalment irid jeħodha l-kunsill.", "Allura l-punt tat-tluq huwa favur li kull għaqda tipparteċipa u tieħu sehem.", "Naturalment għal skopijiet prattiċi wieħed ma setax ikollu struttura fejn ikollok il-mijiet ta' organizzazzjonijiet li jissejħu għal-laqgħat meta inti taf li għal-laqgħa partikolari l-kunsill ikun irrifera suġġett, per eżempju, ambjentali għad-diskussjoni.", "Jista' jkun il-kunsill jirriferi suġġett relatat ma' l-anzjani u allura f'dak il-każ jiġu jipparteċipaw l- għaqdiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-anzjani u għaqdiet oħrajn li jidhrilhom li għandhom x'jikkontribwixxu.", "Jiena nara sitwazzjonijiet fejn se jkun hemm xorta waħda numru sostanzjali ta' għaqdiet qed jipparteċipaw fil-kumitat tas-soċjeta' ċivili, pero' għallinqas b'formula li tkun manageable.", "Jiena dan li nixtieq.", "L-iskop ewlieni finalment kien dan.", "Aħna qed nintroduċu xi ħaġa ġdida.", "Dan huwa kunċett kompletament ġdid.", "Għamilna pass importanti u kruċjali li, fl-opinjoni tiegħi, għandna għaliex inkunu kburin bih, għax il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku mhux biss irrikonoxxejnieh u qed nilleġislawh, imma wessajnielu r-responsabbilta' tiegħu biex jidħol fil-qasam soċjali wkoll.", "Fil-fatt issa m'għadux iżjed kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku imma kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "Dak huwa l-ewwel kunċett.", "It-tieni kunċett hu li żrajna ż-żerriegħa tal-parteċipazzjoni tas-soċjeta' ċivili.", "Jiġifieri dak li qabel kien monopolju esklussiv ta' tliet imsieħba soċjali - l-employers, il-unions u l-gvern - illum il-ġurnata xellifnieh billi daħħalna dan il-kunċett tal-parteċipazzjoni tas-soċjeta' ċivili, u din hija l-formula.", "Mela r-risposta għall-assoċjazzjoni tal-pensjonanti hija din: L-ewwelnett il-parteċipazzjoni tagħhom hi miftuħa bħalma hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet l-oħrajn; it-tieni nett, il-kunsill nazzjonali ta' l-anzjani jirrappreżenta l-faxxa ta' l-anzjani f'pajjiżna u taħt dik l-umbrella jidħlu l-aspetti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l- anzjani.", "Having said this, xorta ma jfissirx li l-assoċjazzjoni tal- pensjonanti xi ħadd issa se jgħidilha li la hemm il-kunsill nazzjonali ta' l-anzjani ma tistax tipparteċipa.", "Mhux hekk għax l-assoċjazzjoni tal- pensjonanti tista' dejjem tipparteċipa.", "Nerġa' nenfasizza li dan jgħodd għall-organizzazzjonijiet l-oħrajn kollha.", "L-assoċjazzjoni tal-pensjonanti dehrilha li kellha tikteb allavolja spjegajt bil-miktub, spjegajt anke f'laqgħat li kelli magħhom u ktibt iktar minn darba, imma donnhom li qed jieħdu l-impressjoni - u l-ittra tagħhom fil-gazzetta reġgħet qiegħda tinftiehem b'dan il-mod - li ma jistgħux jieħdu sehem, meta jiena l-ħin kollu qed nagħmilha ċara daqs il-kristall li huma jistgħu jieħdu sehem bħall-organizzazzjonijiet l-oħrajn kollha tas-soċjeta' ċivili f'pajjiżna.", "Il-punt l-ieħor li qajjem l-Onor.", "Karl Chircop hu jekk għandniex indaħħlu l- qasam tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni.", "Irridu nifhmu li l-aspetti importantissimi li għandhom x'jaqsmu ma' saħħa u edukazzjoni diġa' huma ttrattati fil-livell tal-kunsill u mhux fil-livell ta' kumitat tas-soċjeta' ċivili.", "Għaliex?", "Għax inti għandek l-imsieħba soċjali, employers, unions u gvern, fil-livell tal-kunsill.", "Mela għandek il-unions li qed jirrappreżentaw lill-ħaddiema li jaħdmu fis-setturi kollha u allura qed jirrapreżentaw ukoll kemm il-qasam tas-saħħa kif ukoll dak ta' l- edukazzjoni.", "Naturalment, wieħed jista' jgħidli: Imma hemm unions speċjalizzati oħra li jirrappreżentaw in-nurses, lit-tobba u setturi oħra.", "Imma naħseb li ħadd m'hu qiegħed jippretendi jew jissuġerixxi li issa il- kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali nwessgħuh b'tali mod u manjiera li fuqu npoġġu l-unions speċjalizzati, għaliex inkella l-kunċett kollu jsir unmanageable u ma tkunx tista' toperah bħala struttura.", "Irrid ngħid li kelli talbiet mingħand unions jew assoċjazzjonijiet biex ikunu rappreżentati uffiċjalment fuq il-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku.", "Ir- risposta tiegħi kienet li l-formula tri-partitika qiegħda hemm u mhux prattikabbli li nbiddel dik il-formula b'mod li nirrendi dan il-kunsill bħala organizzazzjoni li żgur ma tkunx tista' topera b'mod effettiv.", "Sur President, bl-emendi li ressaqt għal artiklu 3 ta' din il-liġi, illum il-gvern għandu r-rappreżentanza tiegħu, jiġifieri l-ministeru għall- politika soċjali, il-ministeru tal-finanzi, il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "Pero' at any point in time, kif ktibniha issa, il-gvern jista' jibgħat fuq il-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku lill-ministru tas-saħħa jew lill-ministru ta' l-edukazzjoni fil-livell tal-kunsill.", "Imma hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-kumitat tas-soċjeta' ċivili u rridu nitkellmu fuq organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-soċjeta' ċivili fil-qasam tas- saħħa u fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Mela l-ewwel risposta għall-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Chircop huwa li jekk f'pajjiżna jeżistu assoċjazzjonijet li huma assoċjazzjonijiet tas-soċjeta' ċivili u għandhom rwol fil-qasam tas-saħħa jew fil-qasam ta' l-edukazzjoni, bil-mod kif inhu miktub l-artiklu, dawn se jikkontribwixxu u jistgħu jipparteċipaw.", "Sur President, jien jiġini f'rasi, bħala eżempju fil-qasam tas-saħħa, organizzazzjonijiet differenti li jiffokaw il-ħidma tagħhom fuq il-qasam tas-saħħa mentali li żgur għandhom l-opportunita' li jipparteċipaw fil- kumitat tas-soċjeta' ċivili jekk wieħed ikun qiegħed jiddiskuti s-saħħa mentali.", "Biex inkun sinċier assoċjazzjonijiet fuq edukazzjoni ma nistax inġib quddiem għajnejja bħalissa u anke hawn ikunu jistgħu jipparteċipaw.", "(Interuzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: L-assoċjazzjoni tal-kunsilli skolastiċi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, din tista' tkun waħda minnhom u l-klawsola tippermetti li huma jkunu jistgħu jipparteċipaw.", "Il-punt kollu huwa jekk għandniex inżidu ma' din il-lista biex minn sitta nagħmulhom sebgħa, tmienja jew iżjed.", "Fl-aħħar mill-aħħar id-diffikulta' li għandi hija din.", "Jiena naċċetta li l-qasam ta' l-edukazzjoni kif ukoll dak tas-saħħa huma importantissimi, pero' oqsma oħra li huma daqstant importanti x'se nagħmlu bihom?", "Jekk se nimxu b'dan il-kriterju nista' nagħtik karta daqsxejn itwal.", "Jiena pprovajt il-kriterju ta' xi jkun permanent member.", "Ridt li ma jkunx wisq settorjali bħala interess imma pjuttost il-faxex tas-soċjeta'.", "Dak li pprovajt.", "Jekk irnexxiliex jew le, ma nafx.", "I stand to be corrected, suġġett għall-ġudizzju ta' kulħadd.", "Per eżempju, il-kunsilli lokali huma realta' politika li qed ikollhom effett importanti f'pajjiżna u naħseb li kellna nħalluhom jieħu sehem.", "Dibattibbli jekk hux civil society jew le, biex inkunu għedna kollox, pero' realta' daqstant importanti fil-komunita' Maltija naħseb li għandu jkollha permanent membership.", "Billi nistabilixxi permanent membership ma nkun qed inaqqas xejn mill-kunċett tas-soċjeta' ċivili, għax is-soċjeta' ċivili qed ngħid li kollha tista' tipparteċipa f'din l-istituzzjoni.", "M'hu jien qiegħed nelimina xejn.", "Se mai qed nagħmel forum li jippermetti dan l-iskambju ta' ideat fil-livell ta' dan il-kumitat.", "L-istess nista' ngħid għal dak li għandu x'jaqsam maż-żgħażagħ.", "Wieħed jista' jgħidli: Imma li f'dak li għandu x'jaqsam maż-żgħażagħ hawn organizzazzjonijiet, per eżempju, li jittrattaw setturi taż-żgħażagħ b'ċerti problemi bħal, per eżempju, il-qasam ta' l-impjiegi, tad-drogi u dak ta' l-edukazzjoni.", "Hemm ħafna aspetti speċjalizzati marbutin maż- żgħażagħ, pero' l-umbrella ġenerali hija l-faxxa tas-soċjeta', f'dan il-każ iż-żgħażagħ.", "L-anzjani l-istess.", "Il-pensjonanti huma aspett minnhom, pero' naturalment is-servizzi tas-saħħa jolqtu lill-anzjani b'mod qawwi.", "Trid tieħu l-kulħadd bħala faxxa tas-soċjeta'.", "Jiġifieri l-anzjani faxxa tas- soċjeta', il-persuni b'diżabilita' faxxa tas-soċjeta' u l-mara faxxa tas- soċjeta' oħra.", "Jien aċċetajt, għax fhimt li huwa punt validissimu, li anke l-konsumaturi nqisuhom bħala faxxa tas-soċjeta'.", "Taħlita, mill-kbir saż-żgħir, minn tarbija sa' anzjan, pero' hija perspettiva tas-soċjeta'.", "Allura fair enough.", "Jekk nuża dan il-kejl nasal għal dawn is-sitt kategoriji tas- soċjeta' Maltija, imma biex issa nuża kejl ieħor, bħal per eżempju, organizzazzjonijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni, organizzazzjoni fil-qasam tas-saħħa, organizzazzjonijiet fil-qasam tas-social workers, organizzazzjonijiet fil-qasam tar-riabilitazzjoni tad-droga, organizzazzjonijiet fil-qasam tax-xogħol u organizzazzjonijiet fil-qasam sportiv ma tispiċċa qatt.", "Din l-ispjegazzjoni fil-prattika għax kieku nista' ġenwinament ngħid li nagħmel il-lista kollha, imma ma nistax.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, il-Viċi Prim Ministru għadu kif qal li f'dan il-kumitat tas-soċjeta' ċivili żrajna ż-żerriegħa tal- parteċipazzjoni tas-soċjeta' ċivili u xellifna l-monopolju esklussiv tat- tliet imsieħba soċjali.", "Jiena għadni xettika kemm din iż-żerriegħa se tnibbet għax xorta waħda nħoss li kieku lis-soċjeta' ċivili ridna nagħtuha status fuq pedament sod, dan kellu jkun fuq il-kunsill primarju.", "Kien hemm ukoll l-opportunita', la l-gvern wasal biex fehem l-importanza ta' rappreżentanza tal-konsumatur f'dan il-makkinarju, li r-rappreżentanza tagħhom tkun fil-kunsill ewlieni u mhux f'dan il-kumitat tas-soċjeta' ċivili.", "Il-viċi prim ministru stess għadu kif qal li l-konsumaturi m'humiex faxxa tas-soċjeta' imma huma rappreżentanza tas-soċjeta' kollha, kemm iż-żgħar u kemm il-kbar, kemm ta' but kbir u kemm ta' but żgħir.", "Allura kienet tagħmel ħafna sens li kieku l-gvern aċċetta li tidħol rappreżentanza tal-konsumatur fil-kunsill ewlieni.", "B'hekk il-vuċi tas-soċjeta' ċivili almenu ma kenitx tiġi relegata għat-tieni klassi f'kumitat.", "Diġa' għandna diffikulta' biex naraw kemm attwalment il-gvern se jkun qed jagħti widen għall-pariri u l- konsultazzjoni li se jkun qed jagħmel il-kunsill, aħseb u ara l-kumitat tas- soċjeta' ċivili.", "Għandi question marks kbar fuqhom dawn.", "Rappreżentanza tal-konsumatur ta' l-inqas kienet tiġbor fiha lil kulħadd flimkien u kienet tagħmel ħafna aktar sens li tmur fuq il-livell primarju ta' dan il-makkinarju, jiġifieri fil-kunsill.", "B'hekk mhux biss jirrappreżentaw il-kategoriji differenti ta' nies fis-soċjeta' imma, biex ngħid hekk, anke d-differenzi soċjali u ekonomiċi tal-kategoriji differenti tas-soċjeta'.", "B'dan il-mod allura l-vuċi tas-soċjeta' ċivili kienet tkun ħafna iktar qawwija f'dan is-set-up.", "Il-gvern mar fuq l-argument li ċ- chairperson tal-kunsill u tal-kumitat se jkun l-istess wieħed biex is- soċjeta' ċivili jkollha vuċi, imma jiena ngħid li b'rappreżentanza tal- konsumatur fuq il-kunsill ewlieni s-soċjeta' ċivili kien ikollha aktar spazju u aktar status kif inhu xieraq li jkollha.", "Issa ħalli nkun daqsxejn ipotetika, imma se ngħid xi ħaġa li titsta' ssir.", "Jekk f'Malta għada pitgħada jinbtu żewġ għaqdiet oħra tal-konsumatur – nafu li barra minn Malta mhux għaqda waħda hemm tal-konsumaturi, hemm konsumaturi organizzati u ffokati fuq aspetti partikolari ta' ċerti sitwazzjonijiet tal-ħajja - il-gvern x'se jagħmel?", "Nerġgħu nemendaw il- liġi?", "Ħaseb diġa' l-gvern f'din l-eventwalita' x'jiġri?", "Naħseb li dawn huma affarijiet importanti.", "Għax għalkemm jidhru tintif kultant joħolqu diffikultajiet u ġieli anke jiġġamjaw makkinarju sħiħ.", "Għaldaqstant jiena naħseb li rridu naħsbu għaliha minn issa u naraw allura kif wieħed jista' jirranġa l-affarijiet f'dawn l-eventwalitajiet.", "Dawn huma affarijiet li jistgħu ma jiġrux imma jistgħu jiġru wkoll għax kif ġraw f'pajjiżi oħra jistgħu jiġru f'pajjiżna wkoll.", "Issa ħa mmur daqsxejn fuq il-punt ta' kemm se jkun binding il-pariri li se jkunu qed jagħtu s-civil society lill- kunsill, Sur President.", "Jiena hawnhekk m'hu qed nara xejn li jserraħli rasi li dan il-kumitat tas- civil society jista' jkun qiegħed jagħmel evalwazzjoni ta' xi ħaġa biex jara l-impact ta' xi tip ta' policy partikolari kif se tolqot kategorija differenti tas-soċjeta' tagħna u forsi jagħti l-opinjoni tiegħu lill- kunsill ewlieni.", "M'hu qed nara xejn li l-kunsill hu marbut li jagħti widen għal dak li tiela' min-naħa tal-kumitat.", "Forsi l-viċi prim ministru jgħidli li hemm iċ-chairperson li huwa l-istess wieħed - jiġifieri il-kunsill ewlieni u l-kumitat se jkunu ppreseduti mill-istess chairperson - iżda jiena ngħid li anke dan jista' ma jingħatax widen.", "Dan se jkun wieħed minn tant li se jkunu fuq il-kunsill.", "Barra minn hekk, jekk il-kumitat tas-soċjeta' ċivili jiġbed l-attenzjoni ta' bżonn li jiġi kkummisjonat studju, per eżempju, dwar gender impact assessment fuq xi miżura li l-gvern ikun se jieħu, dan il-kumitat kemm jista' jiddomanda mill-kunsill biex dak l-impact assessment isir?", "Hemm element ta' konvinzjoni u hemm l-element ukoll ta' finanzi, għax biex tikkumissjona studju trid il-finanzi.", "Kemm se jkollu awtonomija dan il- kumitat tas-soċjeta' ċivili?", "Jew dan se jkun qisu debating society, kulħadd ipaċpaċ, u kollox jaqa' fuq widnejn torox?", "Jiena għadni m'iniex konvinta li hemm biżżejjed safeguards f'dan is-set-up, li personalment ma jogħġobniex, għax xorta nibqa' ngħid li s-civil society kellha tkun rappreżentata fuq, ma' l-imsieħba soċjali, biex verament ikollha l-istatus li jixirqilha, mhux f'terms ta' prestiġju imma għall- għarfien tal-ħidma li s-soċjeta' ċivili tagħmel f'pajjiżna.", "Għaldaqstant nixtieq li jkollna ftit risposti min-naħa tal-viċi prim ministru f'dan is- sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett dawn l-organizzazzjonijiet sal-lum m'għandhom ebda vuċi fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku.", "Il- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku ilu jeżisti għal numru ta' snin u sal-lum l-organizzazzjonijiet li qed insemmu taħt il-kappa soċjeta' ċivili m'għandhom vuċi ta' xejn.", "Hawnhekk qed nibdew niftħu t-triq biex l- organizzazzjonijiet ta' pajjiżna, taħt l-umbrella ta' soċjeta' ċivili, ikollhom vuċi li tkun tista' tasal fil-livell tal-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku.", "Dan huwa importanti.", "Niddejjaq nisma' espressjonijiet bħal second class u mhux second class.", "Għax jekk il-kumitat tas-soċjeta' ċivili huwa xi ħaġa tat-tieni klassi, mela llum fejn qegħdin dawn!", "Dan m'hu second class xejn, bir-rispett kollu.", "Anzi ftaħna opportunita' biex l- organizzazzjonijiet tas-soċjeta' ċivili jkunu jistgħu jsemmgħu leħinhom ukoll fuq aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna.", "Jien nenfassizza li dan huwa importantissimu.", "Issa jiena nifhem, mela le, li dejjem hemm iżjed fejn tista' tmur.", "Nistgħu ntellgħu s-soċjeta' ċivili fil-livell tal-kunsill.", "Pero' xi tfisser?", "Jiġifieri se ndaħħlu l-organizzazzjonijiet kollha fil-livell tal-kunsill?", "Wasalna f'dak l-istadju?", "Nistgħu nagħmluh dak il-pass?", "Jirrendi lill- kunsill iktar effettiv jew effiċjenti fl-operazzjoni tiegħu?", "Jilħaq l- objettivi tiegħu?", "Jew għandna naraw dan din l-esperjenza u nħalluha tiżviluppa ħalli mbagħad inkomplu nbiddlu sakemm nispiċċaw ikollna struttura dejjem aħjar milli kellna l-bieraħ?", "Imma l-futur ma nistax niggarantih.", "Li nixtieq niggarantixxi huwa li dak li rbaħna f'dawn l-għaxar snin nikkonsolidawh, insaħħuh u ndaħħlu innovazzjonijiet biex fis-snin li ġejjin inkomplu nsaħħu dak li bnejna fuqu.", "Jiena lanqas naqbel ma' min qed jgħid li dan il-kumitat tas-soċjeta' ċivili m'għandux vuċi fil-kunsill.", "Mhuwiex korrett li wieħed jgħid hekk għax li s- soluzzjoni li sibna, iċ-chairperson tal-kunsill innifsu se jipresjedi l- kumitat, hija soluzzjoni tajba.", "Dan il-kumitat għandu l-ogħla uffiċjal tal- kunsill innifsu li se jkun qed jirrappreżenta s-soċjeta' ċivili fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku.", "Jiena naħseb li din hija soluzzjoni tajba.", "Diġa' għedt, u nerġa' ngħid, il-proposta oriġinali tal-gvern ma kenitx din.", "Il-proposta oriġinali tal-gvern kienet li l-president tal-kumitat tas- soċjeta' ċivili jkun il-president ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, għar-ruġuni li din hija persuna magħżula b'mod demokratiku, b'elezzjoni, u dan ikollu pożizzjoni fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku.", "Din kienet il-proposta tal-gvern fl-ewwel abbozz.", "Ir-risposta min-naħa ta' l-imsieħba soċjali kienet li din il-proposta ma kenitx aċċettabbli għax kienet se tiżbilanċja l-mudell tripartitiku tal- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku.", "Oġġezzjonaw li kellu jkun il- president ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsill lokali jew xi ħadd ieħor min-naħa ta' l-organizzazzjoni.", "Il-gvern seta' qal: Jiena hekk jidhirli li għandu jsir u rrid li tgħaddi tiegħi, imma l-gvern ma riedx hekk.", "Ried jipprova jsib triq li ġġibna viċin il-likk.", "U jiena nargumenta bis-saħħa kollha li s- soluzzjoni li nstabet, bi ftehim ma' l-imsieħba soċjali, hi soluzzjoni tajba għaliex il-president tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali nnifsu se jippresjedi l-kumitat għas-soċjeta' ċivili, u allura hu se jirrappreżenta l-opinjonijiet, il-vuċijiet kollha li jkunu ġew miġbura fil-kumitat tas-soċjeta' ċivili, pero' anke viċe-versa.", "Jiġifieri ċ- chairperson se jkun jista' jirrapporta lill-organizzazzjonijiet tas- soċjeta' ċivili dak li jkun qiegħed jintqal ukoll fil-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "L-Onor.", "Marie Louis Coleiro qajmet żewġ mistoqsijiet dwar l-għaqda tal- konsumatur li ta' min wieħed jindirizzahom.", "Waħda minnhom kienet: Għaliex l- għaqda tal-konsumatur m'għandhiex rappreżentanza fuq il-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku?", "Jiena nirrispondiha billi ngħid: Imma allura għaliex l- għaqda tal-konsumatur biss u mhux l-għaqdiet l-oħrajn ukoll?", "L-għaqda tal- konsumatur hija kkonsidrata bħala parti importanti mis-soċjeta' ċivili, u allura s-soluzzjoni li nstabet hija li dik l-għaqda, li hija parti mis- soċjeta' ċivili - u jiena aċċetajtha dik is-soluzzjoni - tingħata l- opportunita' bħall-għaqdiet l-oħrajn kollha li tipparteċipa fid-dibattiti tal-kumitat għas-soċjeta' ċivili, pero' nagħtuha wkoll dik l-istatura ta' membru permanenti.", "Jiġifieri l-għaqda tal-konsumatur tkun preżenti fil- laqgħat ta' dan il-kumitat, ikun xi jkun is-suġġett li qiegħed jiġi diskuss, għax nirrikonoxxu li bħala konsumaturi għandek dimensjoni li hija importanti li wieħed idaħħalha kull darba li tkun qiegħed tiddiskuti suġġetti ta' żvilupp sija ekonomiku kif ukoll dak soċjali.", "It-tieni punt li qajmet kien dwar x'jiġri jekk titfaċċa għaqda oħra barra l- għaqda eżistenti.", "L-ewwelnett l-għaqda tal-konsumatur, li tiġi allura l- consumers association, hija għaqda rikonoxxuta fil-liġi li tirregola d- drittijiet tal-konsumatur.", "Hu possibbli, iva, li 'l quddiem jitfaċċaw għaqdiet oħrajn tal-konsumatur.", "Jistgħu jkunu għaqdiet anke speċjalizzati ta' konsumaturi, per eżempju, fil-qasam tas-saħħa.", "Subartiklu (2) ta' artiklu 6 ma jelimina xejn imma jħalli l-bieb miftuħ għal għaqdiet oħrajn tal-konsumaturi biex jipparteċipaw fid-diskussjonijiet tal-kumitat.", "Jiġifieri jekk, per eżempju, tkun qed tiġi diskussa issue li għandha x'taqsam ma' persuni b'diżabilita', ma jfissirx li għax hemm il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', l-Eden foundation, id-Down's syndrome association, il-muscular dystrophy jew il-federazzjoni ta' l-għaqdiet għal persuni b'diżabilita' mhux se jieħdu sehem.", "Il-possibbilta' li huma jipparteċipaw qiegħda hemm, il-bieb huwa miftuħ, u m'għandix l-iċken dubju li jekk l-issue li tkun qiegħda tiġi diskussa tkun rilevanti għalihom, allura l-kunsill jieħu pjaċir u hu stess jistieden lil dawk l-għaqdiet kollha interessati biex jikkontribwixxu.", "Iva, lill-Onor.", "Coleiro ngħidilha li jekk għada pitgħada jitfaċċaw għaqdiet oħrajn, hemm il-mekkaniżmu biex dawn l-għaqdiet l-oħrajn mhux jinqatgħu 'l barra imma jkunu jistgħu jieħdu sehem fid-diskussjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, jidhirli li fl-intervent tiegħi qajjimt il-punt dwar x'aċċess se jkollu l-kumitat tas-civil society biex, per eżempju, jikkummissjona studju, u x'aċċess ikollu għal strutturi governattivi bħal, per eżempju, national statistics office, jew inkella dipartimenti oħra li jistgħu jgħinuhom f'analisi u anke fuq impact assessments li jkun hemm bżonn ħalli jissostanzjaw ċerti argumenti jew affarijiet oħra li fuqhom ikunu jridu jiġbdu l-attenzjoni tal-kunsill nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett din hija waħda mill-innovazzjonijiet li din il-liġi qiegħda ddaħħal għall-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, xi ħaġa li l-imsieħba soċjali nsistew ħafna fuqha, u cioe' li ma jibqgħux daqstant dipendenti fuq proċeduri amministrattivi burokratiċi finanzjarji tal-gvern, sabiex b'mod iktar effiċjenti jkunu jistgħu jikkumissjonaw studji u saħansitra anke jkunu jistgħu jimpjegaw esperti biex jgħinuhom jaqdu l-funzjoni tagħhom.", "Mela l-liġi se tkun qed tagħti l- fakulta' lil dan il-kunsill li sal-lum m'għandux, li jkun jista' jimpjega n- nies miegħu - naturalment irid jagħmel business plan u jrid ikollu l-flus ivvotati - imma sakemm jimxi bil-proċedura li wieħed jistenna li għandu jimxi biha biex ikun hemm kontroll ta' ċerti affarijiet, għandu l- liberta', fil-parametri tal-flus li jkunu ġew ivvotati lil dan il-kunsill, li jimpjega nies miegħu u jkun jista' anke jikkumissjona rapporti biex ikun jista' jaqdi il-funzjoni ta' kif għandu jiffunzjona.", "Il-kunsill anke għandu jkollu d-dritt li jiġbor l-informazzjoni li tkun available min-naħa tal-gvern.", "Fil-fatt artiklu 8 jgħid li:", "\"Il-gvern għandu jiżgura li l-Kunsill ikollu aċċess raġonevoli għal statistika ekonomika jew soċjali li tkun disponibbli, li tista' tkun meħtieġa mill-Kunsill u, jew mill-Kumitat biex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom kif speċifikat f'dan l-att.\".", "Jiġifieri hemm maħsub ċerti affarijiet li huma neċessarji biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjoni tagħhom.", "Li rrid ngħidu huwa li issa l-kumitat se jkun immaniġjat mill-kunsill, u jekk il-kumitat ikollu bżonn jagħmel studju, irid naturalment iġib l-approvazzjoni tal-kunsill biex dak l- istudju jkun jista' jsir, għax il-flus li l-Parlament ikun qiegħed jivvota huma l-flus li qed jivvota għall-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u mhux għall-kumitat tas-soċjeta' ċivili.", "Pero' meta ngħidu l-kunsill għall- iżvilupp ekonomiku u soċjali nkunu qed infissru l-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fl-istruttura kollha tiegħu.", "Allura hemm il-mezz u l- proċedura kif u din il-klawsola li qed niddiskutu bħalissa tgħid li l- kunsill għandu jadotta regoli ta' proċedura li għandhom jirregolaw l- proċeduri tal-kumitat u jistabilixxi l-quorum għal-laqgħat tal-kumitat.", "Jiena qed nifhem li f'dawn ir-regoli jkun hemm ukoll indikazzjoni ta' x'jiġri jekk il-kumitat ikun jidhirlu li għandu jagħmel jew jitlob jew jikkumissjona xi forma ta' rapporti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, il-kumitat tas-soċjeta' ċivili jista' jitlob lill-kunsill biex jikkumissjona studju biex jagħmel impact assessment ta' xi tip, jiġifieri l-kunsill irid jagħti l-go-ahead.", "Iżda kif jista' jagħti l-go-ahead, jista' wkoll jgħid li m'hemmx il-ħtieġa li dan isir.", "Anke fejn tidħol il-proċedura ta' kif se jitmexxa l-istess kumitat, huwa l-kunsill li se jiddeċieda liema proċeduri u regoli għandu jadotta dan il-kumitat, anke fejn jidħol quorum.", "Jiġifieri l-kunsill se jidħol f'dawn id-dettalji żgħar kollha għal dan il-kumitat, u allura minn hawnhekk nistgħu naraw kif in actual fact dan il-kumitat se jkun qisu miexi bl-ispaga.", "Xejn m'għandu awtonomija fis-sens tax-xogħol li suppost se jkun qiegħed jagħmel.", "Din ikkonsidraha l-gvern?", "Għaliex jekk ma kkonsidrahiex verament se tkun inżergħat żerriegħa imma x-xitla se jkollha ħafna diffikultajiet biex tinbet!", "Jiena din tinkwetani ħafna għax dan il-kumitat tas-soċjeta' ċivili se jaħdem sakemm il-kunsill iridu jaħdem.", "Jekk il- kunsill ma jridux jaħdem mhux se jaħdem, għax saħansitra se jiddeċiedi hu kemm għandu jkun il-quorum biex timxi laqgħa.", "Lanqas almenu ma ġie kkonsidrat li l-kumitat jagħmel ir- rakkomandazzjonijiet hu ta' kif għandu jmexxi l-laqgħa tiegħu, bir- rakkomandazzjonijiet jiġu għall-approvazzjoni tal-kunsill, fis-sens li intially jkun il-kumitat li jipproponi mbagħad ikun hemm l-approvazzjoni tal-kunsill.", "Le, bil-maqlub għax il-kunsill se jkun qed jiddetta kollox lill-kumitat, aħseb u ara meta se jiġi għal ċertu nfiq.", "Jista' jkun li l- kunsill ikun qed iħares lejn prijoritajiet oħra li jkunu differenti minn dawk il-prioritajiet li jkun qed jara l-kumitat tas-soċjeta' ċivili.", "Ovvjament, dawn mhux se jkollhom xi vot kbir finanzjarju u l-kunsill jista' jgħid lill-kumitat li m'għandux finanzi biex, per eżempju, isir ċertu studju u x-xogħol jieqaf hemmhekk.", "Ngħid għalija hawnhekk iktar inħossni nkwetata għax se mai dan il-kumitat kellu jingħata l-fakulta' u jkollu ftit safeguards, ħalli dak li jkun qed jipproponi il-kumitat ikun hemm ċertu obbligu fuq il-kunsill li jikkonsidrah bis-serjeta', għaliex jaf ikun qed iħares lejn prijoritajiet oħra u dak li jkun qiegħed jipproponi l-kumitat tas-soċjeta' ċivili, il-kunsill jarah li m'huwiex ta' daqstant importanza.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ma rridux nitilfu l-focus ta' din il- liġi.", "Il-focus ta' din il-liġi kien u jibqa' l-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku.", "Dak il-kunsill saħħaħnieh u tajnieh termini ta' riferenza ħafna aktar wiesgħa, imma l-focus jibqa' l-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku.", "Il- kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fis-snin li għaddew ħadem b'mod fejn f'mumenti minnhom deherlu li għandu jagħmel kumitati u sottokumitati, bħalma hu I-kumitat fuq il-welfare gap u l-kumitat fuq l-emendi għal liġi taċ-CERA.", "Ħadmu b'dan il-mod.", "Issa hawn qed nobbligaw lill-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali li jrid ikollu bilfors kumitat għas-soċjeta' ċivili.", "Ma jwaqqafx, bħalma għamel fi snin imgħoddija, kumitati partikolari oħrajn għal oqsma jew suġġetti speċjalizzati u jiffunzjona b'mod li hu eventwalment ikun jista' jieħu pożizzjoni li tkun tirrifletti l-pożizzjoni ta' l-imsieħba soċjali u jgħaddi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-gvern, pero' bl-introduzzjoni tal-kunċett tal-kumitat tas-soċjeta' ċivili issa se jkollna kunsill li jkun jista' jgħaddi l-opinjoni tiegħu lill-gvern wara li jkun ikkonsulta ruħu mad-diversi organizzazzjonijiet li għandna fi ħdan is-soċjeta' ċivili tagħna li sal-lum hemm bieb kompletament magħluq għalihom.", "B'din il-liġi qegħdin niftħu dan il-bieb biex din l-opinjoni tkun tista' tasal għand il-kunsill, ħalli l-opinjoni tal-kunsill li tgħaddi għand il- gvern tkun opinjoni li tkun ħadet il-firxa sħiħa ta' l-opinjonijiet, ta' l- expertise u ta' l-input li jista' jkun hemm, inkluż ukoll minn organizzazzjonijiet tas-soċjeta' ċivili.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem.con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 6, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 7 – Segretarjat tal-Kunsill.", "Clause 7 - Council secretariat.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb li dan huwa artiklu ċar fejn qed nitkellmu dwar segretarju esekuttiv għal dan il-kunsill.", "Irrid ngħid li sal-lum dan il-kunsill m'għandux din it-tip ta' struttura amministrattiva, pero' l-gvern fehem li biex il-kunsill ikun anke jista' jaħdem b'mod iżjed effettiv forsi milli kien s'issa, għandu jkollu din il-funzjoni ta' dan l- uffiċjal.", "Allura permezz ta' din il-klawsola, qegħdin naħsbu biex inkopru dawn il-bżonnijiet amministrattivi, inkluż li jkun hemm segretarju esekuttiv full-time impjegat ma' dan il-kunsill.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, f'din il-klawsola hemm żewġ punti li xtaqt niċċara.", "F'paragrafu (ċ) ta' subklawsola (a) qed tiġi definita l- funzjoni tas-segretarju esekuttiv għal dak li għandu x'jaqsam mal-finanzi.", "Fil-fatt jgħidlek li dan għandu jkun responsabbli li jipprovdi l- informazzjoni u jagħmel ix-xogħol preparatorju għall-proposti tal-budget, il-kontijiet u r-rapport ta' attivitajiet tal-kunsill.", "Li xtaqt nistaqsi huwa jekk is-segretarju esekuttiv huwiex se jkun responsabbli mill- management tal-finanzi għax dan is-subartiklu jgħidlek li se jagħmel ix- xogħol ta' tħejjija għal dak li huwa budgeting, kontijiet, eċċ., imma mhux daqshekk ċar jekk il-management tal-finanzi tal-kunsill hijiex se tkun funzjoni li taqa' bħala responsabbilta' tas-segretarju eżekuttiv.", "Imbagħad paragrafu (f) ta' l-istess subartiklu jgħid li s-segretarju esekuttiv ikun responsbbli biex:-", "\"jiżgura li l-kunsill u l-kumitat joperaw fedelment skond ir- regolamenti finanzjarji tal-gvern li japplikaw għall-kunsill u għall- kumitat.\".", "Li rrid inkun naf huwa jekk dawn humiex se jkunu fuq bażi ad hoc.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-segretarju esekuttiv irid jassigura li l-kunsill u l-kumitat joperaw fedelment skond r-regolamenti finanzjarji tal-gvern li japplikaw għall-kunsill u għall-kumitat, għax jista' jkun hemm regolamenti li ma japplikawx għalihom.", "Imma dawk li huma regolamenti finanzjarji tal- gvern li japplikaw kemm għall-kunsill kif ukoll għall-kumitat, is- segretarju eżekuttiv se jkollu r-responsabbilta' li jiżgura li l-kunsill u l-kumitat joperaw skond dawk ir-regolamenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Fuq dan l-istess punt, jiġifieri dan il- kunsill se jkollu an accounts section?", "Għax meta qed nitkellmu fuq regolamenti finanzjarji tal-gvern, fejn jidħol infiq għandek proċeduri li normalment jinvolvu ċerta struttura b'nies li jkunu qegħdin jaraw ċerti affarijiet.", "Jiġifieri jekk il-kunsill mhux se jkollu accounts section xi ħadd irid jieħu ħsieb.", "Allura jekk ma jkunx hemm accounts section fi ħdan is-set-up amministrattiv tal-kunsill, min se jkun qed jieħu ħsieb?", "Is- segretarju esekuttiv waħdu ma jistax jagħmilha din.", "Anke l-iċken dipartiment tal-gvern għandu accounts section!", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, irridu nkunu realistiċi.", "Dan il- kunsill mhux se jkun qiegħed jagħmel xi funzjoni li tfisser bejgħ jew xiri ta' servizz u dawn l-affarijiet.", "Se jkollu mumenti, per eżempju, fejn jekk il-kunsill ikun irid jikkumissjona rapporti ta' esperti jkollu joħroġ call for applications u jsegwi s-sistema u r-regolamenti li huma stabiliti mill- gvern f'dawn it-tip ta' affarijiet.", "Pero' ma nistax nikkonċepixxi sitwazzjoni fejn se jkun hemm volum ta' xi transazzjonijiet ta' servizzi li jirrikjedu xi accounts section.", "Pero', anke jekk għall-grazzja ta' l- argument dak ikun il-każ, sakemm il-kunsill ikun ipprepara l-business plan, issottometta l-bżonnijiet partikolari, iddiskuta l-finanzjament tiegħu ma' l-uffiċċju tal-prim ministru u ma' l-uffiċċju tal-ministru tal-finanzi u jkollu l-vot mogħti, il-kunsill se jkollu l-fakulta' li anke jimpjega nies miegħu biex anke jkun jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu.", "Jiġifieri anke li kieku kelli nimmaġina li jħoss li għandu jkollu accountant miegħu, il- kunsill se jkollu din il-fakulta'.", "Jiena naħseb li l-mod kif se jiffunzjona dan il-kunsill huwa li jkollu segretarju esekuttiv li jieħu ħsieb hu l-accounts tal-kunsill, jieħu ħsieb iżomm record ta' l-affarijiet li jkunu qed isiru u jagħti rendikont u jara - fil-fatt l-artiklu hekk jgħid - li l-kunsill isegwi r-regolamenti finanzjarji u l-affarijiet isiru sew kif għandhom isiru.", "Se jkun hemm mumenti fejn ikollu jiġi ppreżentat business plan tal-kunsill.", "Dan il- business plan xi ħadd irid jippreparah.", "Żgur li ċ-chairperson u l-membri tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku kollha se jagħtu l-kontribut tagħhom, pero' finalment xi ħadd irid ipoġġi bil-qiegħda, jikteb u jagħmel id-drafting u mbagħad jikkonsolida l-opinjoni ta' kulħadd.", "Din se tkun il- funzjoni tas-segretarju esekuttiv li jkun full time mal-kunsill.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena għadni m'iniex konvinta jekk dan il- kunsill hux se jkollu awtonomija finanzjarja jew le.", "Il-viċi prim ministru qed isemmi business plan, kumissjonar ta' rapporti, eċċ. li m'hemmx dubju ma jinvolvux ħafna xogħol ta' accounting.", "Imma jekk bil-liġi dan il-kunsill se jingħata awtonomija finanzjarja - u jien hekk qed nifhem, għax issa f'subsequent clauses insibu jrid jagħmel business plan u mbagħad jagħti anke rendikont - dan se jkun ifisser li sa l-inqas karta li se tidħol fl- uffiċju trid tinxtara u biex tixtri anke karta minn flus il-gvern għandek proċedura biex inti tkun accountable.", "Dan ifisser xogħol amministrattiv u hawnhekk irridu nkunu saqajna ma' l-art.", "Jekk verament se jkollu awtonomija finanzjarja, dan se jkun jinvolvi ċertu ammont ta' xogħol li ma nafx kemm is-segretarju esekuttiv se jkun f'qagħda li jista' jagħmlu.", "Dan huwa xogħol li jidher żgħir imma importanti biex il- finanzi li se jingħata l-kunsill verament inkunu nafu fejn qed imorru.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, awtonomija finanzjarja fis-sens li qegħdin nagħmulha iktar faċli għall-kunsill biex jopera, pero' l-kunsill huwa obbligat li jkun accountable u jsegwi r-regolamenti tal-gvern.", "(Interuzzjonijiet) Evidentement din l-emenda għadni ma ppreżentajthiex peress li tirrigwarda klawsola 11, li ovvjament għad irridu niġu għaliha.", "Ġibdulna l-attenzjoni li f'ċerti organizzazzjonijiet governattivi li jirċievu l-flus minn dan il-parlament, biex ikunu jistgħu joperaw iridu jkunu accountable u jsegwu r-regolamenti tal-gvern, normalment tidħol klawsola li tippermetti li fejn ix-xiri tas-servizz ma jeċċedix il-valur ta' Lm3,000, allura f'dak il-każ l-organizzazzjoni partikolari ma jkollhiex għalfejn issegwi l-proċeduri normali tat-tender, eċċ., u din mhux qiegħda fi klawsola 11.", "Aħna dehrilna li m'hemm xejn ħażin li ndaħħlu din il-miżura, u cioe' fejn il-valur tas-servizz li l-kunsill ikollu bżonn jixtri jkun inqas minn Lm3,000, għandu l-fakulta' li jmexxi mingħajr komplikazzjonijiet.", "Fejn il-valur ta' dak is-servizz jeċċedi t-Lm3,000 il- kunsill ikun irid isegwi l-proċedura tat-tender u l-proċeduri kollha li jkun hemm bżonn.", "Nirrepeti li f'każ li l-kunsill ikollu l-bżonn li jkollu accountant miegħu minħabba dawn il-bżonnijiet amministrattivi - jiena dan narah diffiċli - allura l-liġi qiegħda tipprovdi li dan ikun jista' jsir, basta dan ikun veru bżonn u mhux timpjega accountant meta m'għandekx bżonnu.", "Kif inhi l- liġi llum, ir-responsabbilta' qiegħda titqiegħed fuq is-segretarju esekuttiv, u jiena naħseb li s-segretarju esekuttiv għandu jkollu l- faċilitajiet kollha biex jaqdi l-funzjonijiet li hemm elenkati f'paragrafi (a), (b), (ċ), (d), (e) u (f) ta' subartikolu (2) ta' dan l-artiklu.", "Jiena naħseb li persuna waħedha li tkun dedikata dan il-livell ta' xogħol ta' dan il-kunsill tkun tista' tagħmlu, pero' jekk il-volum tax-xogħol ta' dan il- kunsill jiżdied sostanzjalment, hemm il-metodu kif il-kunsill stess ikun jista' jagħti l-istaff li dan is-segretarju esekuttiv ikollu bżonn.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Peress li ssemmiet il-possibbilta' li jkun hemm uffiċjali pubbliċi seconded min-naħa tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk hux effettivament il-ħsieb tal-gvern li n-nies addetti bħala amministraturi jkunu nies mis-settur pubbliku?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena ngħid li preferibbilment hekk għandu jsir.", "Naturalment trid issib l-aħjar nies li jkunu jistgħu joperaw effettivament u effiċjentement f'din l-istruttura, pero' preferibbilment hekk għandu jsir.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Pero' jekk l-uffiċjali jkunu nies ingaġġati minn barra, it-terms tal-kondizzjonijiet tagħhom, inkluż is-salarju, ikun fuq l- istess livell tas-settur pubbliku, jew inkella jista' jkollna, bħalma jkun hemm f'ċerti korporazzjonijiet, esekuttiv li jkun kuntrattat u ovvjament imbagħad is-salarju jkun fuq skala kompletament differenti?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-punt huwa kopert b'subklawsola (1) ta' klawsola 12, fejn jingħad li l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg għandhom jiġu stabiliti mill-kunsill bl-approvazzjoni tal-prim ministru.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-misoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Informazzjoni għandha tkun disponibbli", "Clause 8 - Information to be made available", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, f'dan l-artiklu qegħdin ngħidu li l- gvern għandu jiżgura li l-kunsill ikollu aċċess raġonevoli għal statistika ekonomika jew soċjali li tkun disponibbli u li tista' tkun meħtieġa mill- kunsill.", "Naturalment dan biex lill-kunsill inpoġġuh f'pożizzjoni li jista' jagħmel l-analisi tiegħu u jagħti l-opinjonijiet tiegħu bl-informazzjoni kollha available fiċ-ċirkostanzi li tkun tista' tgħinu jasal għar- rakkomandazzjonijiet tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena naħseb li din il-klawsola riġida wisq, fis-sens li l-kunsill m'għandux ikollu biss aċċess għal statistika imma għandu jkollu anke aċċess għal rapporti ta' analisi u impact assessments li forsi jkunu diġa' saru minn dipartimenti oħra tal-gvern.", "Għaliex jista' jkun hemm statistika li tkun diġa' ġiet analizzata, u fuq dik l-analisi anke jkunu saru studji ta' impatti, u allura nemmen li għandu jkollu aċċess għaliha.", "Jiġifieri meta qed ngħidu \" ikollu aċċess għal statistika ekonomika jew soċjali\" qed inkunu ristretti wisq.", "L-aċċess irid ikun għal kwalunkwe informazzjoni li tista' tgħinu biex jagħmel xogħlu tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ir-raġuni li din tniżlet hekk hija għaliex ikun hemm ċerta statistika ekonomika jew soċjali li jista' jkun li ma tkunx ippublikata li l-kunsill ikollu bżonn.", "Għalhekk issemmiet speċifikament għax il-bqija rapporti oħrajn ikunu pubbliċi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-gvern jista' jkollu rapporti li jkunu dipartimentali u ma jagħmilhom pubbliċi qatt, u jien ngħid li l-kunsill għandu jkollu aċċess għalihom biex ma jkunx hemm xogħol doppju.", "Il-gvern jista' jkollu ħafna analisi għaddejja.", "Jiena ċerta li l-NSO għandhom rapporti analitiċi li ma ġew ippubblikati qatt.", "Allura l-kunsill m'għandux ikollu aċċess għal dan it-tip ta' xogħol meta jkun diġa' lest?", "Inkella l- kunsill se jispiċċa jieħu l-crude data ta' statistika u jerġa' jikkumissjona studju u dan ikun qed iservi biss biex isiru aktar spejjeż u telf ta' ħin ukoll.", "Jiġifieri jiena nħoss li la l-gvern qed jara li għandu jniżżilha bħala parti mil-liġi - u hekk għandu jkun, li dan il-kunsill ikollu aċċess għall-istatistika - għandha tkun iktar miftuħa minn hekk.", "Għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha available li jkollu l-gvern biex tgħinu jagħmel xogħlu, anke għax b'hekk il-kunsill ikun qed jiffranka l-flus u mhux jispiċċa joqgħod jikkumissjona rapporti u jonfoq il-belli liri.", "Kulħadd jaf kemm dawn ir-rapporti jiswew flus illum.", "Barra minn hekk, ma jkunx hemm duplication of work u jkun hemm ftit networking kif għandu jkun.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma naqbilx li għandu jitniżżel dan it-tip ta' statement daqshekk wiesa' għax huwa ovvju li r-rapporti li jkunu rilevanti għax- xogħol li jkun qed jagħmel il-kunsill għandu jkollu aċċess għalihom.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq statistika ekonomika jew soċjali, u r-riferenza saret għal dan l-artiklu għaliex jista' jkun hemm statistika li ma tkunx pubblikata pero' li tajjeb li tkun available għall-kunsill biex ikunu jistgħu jagħmlu l-analasi partikolari tagħhom.", "Jiena m'għandix l-iċken dubju li rapporti oħrajn li jkunu rilevanti għax- xogħol tal-kunsill għandu jkollhom aċċess għalihom, pero' ma nħossx li f'dan l-artiklu għandi nagħmel statement li prattikament il-kunsill għandu jkollu aċċess għal kull rapport.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, jien ngħid li meta inti qed tagħti statistika kruda, trid taħdimha u trid tanalizzaha biex imbagħad ikollok indicators u fuqhom tkun tista' tibni r-rapporti.", "Jekk diġa' hemm rapporti lesti għax ġew analizzati, li huma in correlation mal-ħidma li l- kunsill qed iwettaq, għaliex m'għandux il-kunsill ikollu aċċess għalihom?", "F'dan is-sens qed ngħid jien u mhux qed ngħid li tkun miftuħa beraħ.", "Ma tarax, mela lill-kunsill se tagħtih access għad-dokumenti kollha tal-gvern!", "Għax li ngħidu statistika biss qisna qed ngħidu crude data u allura qed narana nkunu riġidi wisq.", "Jiena naħseb li hemm dipartimenti li diġa' għandhom rapporti għaliex ikunu analizzaw ċerta statistika li tista' tkun worthwhile għall-kunsill mingħajr ma dan joqgħod jidħol f'dupplikar ta' xogħol u spejjeż żejda.", "Irridu nsibu t-terminoloġija kif għandha tkun, la tinftiehem li qisu għandu aċċess li jidħol kullimkien u jieħu d-dokumenti ta' kullimkien, imma fl-istess waqt il-kunsill ma jkunx ristrett biss għall-crude data meta żgur li se jiġi bżonn ċertu tip ta' informazzjoni li diġa' tkun inħadmet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Membru għandha biċċa raġun hawnhekk.", "Fir-realta' teżisti sitwazzjoni fejn ikollok dipartimenti li jagħmlu l-istudji u l-analisi tagħhom fuq diversi suġġetti.", "Per eżempju, għandek l-ETC tagħmel l-istudji tagħha, il-housing department jagħmel l-istudji tiegħu u l-bank ċentrali jagħmel l-istudji tiegħu.", "Jiena naħseb li bħala proċedura amministrattiva, il-kunsill għandu jkun mgħarraf bl-studji li jkunu saru u li jkunu available fid-dipartimenti - ovvjament sta għad-dipartiment li jiddeċiedi liema studju għandu jkun available jew le – biex is-segretarju esekuttiv ikollu f'idejh l- informazzjoni neċessarja u meta jrid jagħmel u jlesti rapport ikun jaf immedjatament fejn irid jirriferi.", "Dan huwa importanti għaliex effettivament waħda mill-funzjonijiet li se jkollu s-segretarju esekuttiv huwa li jgħin lill-kunsill fir-riċerka li jkollu bżonn ħalli jkun jista' jagħmel l-istudji jew inkella ir- rakkomandazzjonijiet tiegħu.", "Allura huwa importanti li amministrattivament ikollok dak is-set-up fejn is-segretarju tal-kunsill ikun mgħarraf bir- rapporti kollha li jkunu available f'kull dipartiment jew entita' tal-gvern - tista' tkun l-Enemalta li tagħmel analisi fuq il-bżonnijiet ta' l- enerġija għas-snin li ġejjin, fuq il-konsum tal-petrol jew tal-pitrojlu, dawn kollha forom ta' studji - biex dan ikollu l-indikazzjoni fejn jista' jiteppja l-informazzjoni.", "Huwa tajjeb li wieħed iżomm dan il-punt in mind, anke amministrattivament, għax l-iktar ħaġa importanti hi li dak li jkun espress legalment, effettivament ikollu l-istruttura amministrattiva biex jintlaħaq.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, qiegħed nara l-verżjoni bl-Ingliż li tgħid hekk:", "\"Government shall ensure that the council will have reasonable access to available statistical, economic or social data...\".", "Issa m'iniex komdu li din inwessgħuha iżjed.", "Jiena ngħid li dak li qed jgħidu l-kollegi tan-naħa l-oħra goes without saying għax ir-rapporti ppubblikati min-naħa tal-gvern huma kollha readily available.", "Jiġifieri m'għandniex għalfejn noqogħdu nispeċifikawha hawnhekk, iktar u iktar jekk se noqogħdu ngħidu li se jkun hemm ċerti rapporti dipartimentali li l-gvern jiddeċiedi li ma jippubblikahomx u jista' jkun hemm rapporti li l-gvern jiddeċiedi li jippubblikahom.", "Hawn qegħdin ngħidu li għandu jsir dak kollox possibbli biex b'mod raġonevoli - ma tistax tippretendi affarijiet ta' barra minn hawn - l- istatistika ekonomika jew soċjali li tista' tkun importanti bħala indikatur għal dan il-kunsill titqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Naħseb li m'għandniex għalfejn noqogħdu nsemmi rapporti oħra għaliex huwa ovvju li r-rapporti li huma pubbliċi huma available għal kulħadd.", "Naturalment, bħalma jkunu available għall-pubbliku jkunu available għall- kunsill.", "Ma jidhirlix li għalfejn għandna nbiddluha din il-klawsola, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 9 - Finanzjament tal-Kunsill Clause 9 - Financing of the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, il-klawsoli li ġejjin issa kważi kollha huma standard meta tqabbilhom ma' liġijiet oħrajn.", "Klawsola 9 titkellem fuq is-sena finanzjarja u kif isir il-finanzjament tal- kunsill.", "Tgħid ukoll li l-kunsill għandu jlesti l-estimi, jgħaddihom lill- prim ministru, jiġu eżaminati mill-ministru tal-finanzi, eċċ.", "Ma naħsibx li għandi għalfejn nirrepeti dak kollu li hawn miktub f'dan l- artiklu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, f'subklawsola (6) jingħad li l- estimi jridu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.", "Dan ifisser li dawn jitqiegħdu biss għall-informazzjoni u mingħajr ma jkun hemm diskussjoni dwarhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naturalment meta jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra bħala estimi jkunu suġġetti għal diskussjoni fil-public accounts committee. .", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri mhux bħalma jsir, per eżempju fil- każ ta' l-estimi ta' l-awtorita' tad-djar, jitqiegħdu l-estimi u mbagħad niddiskutuhom f'seduta parlamentari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dak huwa stabilit bil-liġi imma f'dan il-każ le. .", "L-estimi jridu jgħaddu għad-diskussjoni quddiem il-public accounts committee.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 10 – L-Infiq għandu jkun skond l-estimi approvati", "Clause 10 - Expenditure to be according to approved estimates", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, klawsola 10 titkellem fuq l-infiq li jista' jagħmel il-kunsill.", "Naturalment l-infiq tiegħu jrid ikun skond l- estimi li jkunu ġew approvati u dan l-artiklu jitratta propju dan l- aspett..", "Jitkellem ukoll fuq ċekkijiet li jinħarġu u fuq żbanki li jsiru minn xi kont tal-bank tal-kunsill u l-aspett tekniku ta' kif isir l-infiq min-naħa ta' l-istess kunsill.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 11 – Kuntratti ta' provvista ta' xogħlijiet u servizzi", "Clause 11 - Contract of supply of works and service", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, se nressaq emenda li tissostitwixxi dan l-artiklu b'artiklu li nsibuh f'liġijiet oħrajn u li jgħid hekk:", "\"F\" Artikolu 11, kif propost fi klawsola 11, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:-", "\"11.", "Il-Kunsill m'għandux jidħol f'kuntratt għal provvista ta' oġġetti jew materjal jew għall-esekuzzjoni ta' xogħlijiet jew għall- għoti ta' servizzi, lil jew favur il-Kunsill, li huwa stmat mill- Kunsill li jkun jinvolvi nefqa ta' aktar minn tlett elef lira, ħlief wara li jiġi ppubblikat avviż ta' intenzjoni tal-Kunsill li jidħol f'kuntratt bħal dak u wara li jkunu ħarġu offerti kompetittivi.\".", "\"F\" Article 11, as proposed in clause 11, shall be substituted by the following:-", "\"11.", "The Council shall not enter into any contract for the supply of goods or materials or for the execution of work or for the rendering of services, to or for the benefit of the Council, which is estimated by the Council to involve an expenditure exceeding three thousand liri, except after notice of the intention of the Council to enter into such contract has been published and competitive tenders have been issued.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri qed nifhem tajjeb li l-kunsill se jkollu dritt għal direct contracts ta' Lm3,000 u after that irid jgħaddi minn proċedura ta' issuing of tenders, etc.?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sakemm il-valur ma jaqbiżx it-Lm3,000 il-kunsill xorta jkun irid iġib it-tliet quotations.", "Jekk jaqbeż it-Lm3,000 irid jagħmel il-proċess komplut tat-tenders.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena nifhem li bilfors irid ikun hemm il- proċedura għall-accountability, imma aħna qed nitkellmu fuq kunsill li jista' jikkummisjona studji għax dik l-attivita' tiegħu.", "Issa x'jiġri jekk, per eżempju, ikun wasal il-budget jew inkella qegħdin fir-run-up għat- tħejjija tal-budget u dan il-kunsill forsi jkun ġie mogħti proposti għall- konsiderazzjoni jew inkella biex jagħti pariri min-naħa tal-ministru tal- finanzi, u fl-istess waqt ikun hemm il-kumitat tas-civil society li jitlob social impact assessment fuq ċerti miżuri?", "Nafu li impact assessment se jiswa iktar minn Lm3,000 u ovvjament irid jgħaddi mill-contracts committee, għax dawk huma l-proċeduri finanzjarji tal-gvern, u biex issir din il- proċedura kollha nafu li jridu jittieħdu ċerti ġimgħat.", "Jiena nifhem li rridu ngħaqqdu kollox u ma nafx jekk teżistix xi tip ta' fast track.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt dawn il-proċeduri qegħdin hemmhekk għall- kontroll.", "Jiġifieri dawn m'humiex proċeduri li qegħdin nagħmlu għall-MCED imma huma proċeduri għall-entitajiet kollha li jaqgħu fis-settur pubbliku.", "Jekk ikun hemm il-każ fejn ikun hemm ħtieġa vera li ssir xi ħaġa ta' malajr fuq xi ħaġa li l-valur tagħha se jeċċedi Lm3,000, hemm il-fast track mill- ministeru tal-finanzi u bl-approvazzjoni tiegħu jkunu jistgħu jsiru.", "Ġieli nqalgħu każi, kif qed tgħid l-Onor.", "Coleiro, fejn ikun hemm bżonn li l- proċedura titħaffef.", "F'dak il-każ hemm il-mezz kif naslu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif moqrija u mressqa mill-Viċi Prim Mnistru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 12 – Ħatra ta' persunal", "Clause 12 – Staff appointments", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan l-artiklu jitkellem fuq l-ingaġġ ta' persuni mal-kunsill.", "Dan huwa meħud litteralment kelma b'kelma minn liġijiet oħrajn, pero' naturalment aġġustat għall-kunsill.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar x'jiġri fuq is-servizz ta' l-individwu jekk ikun ġej mis-servizz pubbliku, xi jfisser il-perijodu tas-servizz li jkollu u dwar drittijiet ta' pensjoni u dawn l-affarijiet kollha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 13 – Kontijiet u verifika Clause 13 – Accounts and audit", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan l-artiklu jitkellmu dwar il-kontijiet u l- verifika fuq il-kontijiet tal-kunsill u jingħad li l-ministru tal-finanzi, wara konsultazzjoni mal-prim ministru, jista' jeħtieġ li l-kotba u dokumentazzjoni oħra tal-kunsill jiġu vverifikati jew eżeminati mill- awditur ġenerali.", "Għal dan il-għan, il-ministru jkollu s-setgħa li jagħmel dik il-verifika u verifiki oħra kif jidhirlu meħtieġa.", "Qegħdin ngħidu wkoll li s-sena finanzjarja tal-kunsill tkun sena ta' 12-il xahar li tagħlaq fit-30 ta' Settembru ta' kull sena.", "Pero' għal skopijiet ta' l-ewwel sena finanzjarja tal-kunsill din is-sena finanzjarja tibda minn meta dan l-Att jiġi fis-seħħ u tispiċċa fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara.", "Jjiġifieri jista' jkun li l-ewwel sena finanzjarja tkun fil-fatt għall-perijodu itwal minn 12-il xahar.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, f'subklawsola (2) jingħad hekk:-", "\"Iżda l-ministru tal-finanzi jista', wara konsultazzjoni mal-prim minsitru,...\"", "Dan ifisser li teknikament irid ikun hemm l-aċċettazzjoni min-naħa tal-prim ministru stess biex ikun hemm din il-verifika u l-awditjar.", "Fil-prattika dan lanqas jirriżulta llum fil-każ tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-prim ministru effettivament fid-day to day running tal-ministeru tiegħu.", "Kif qiegħda li l-ministru tal-finanzi għandu bżonn konsultazzjoni mal-prim ministru qabel jitlob li ssir verifika neċċessarja naraha daqsxejn żejda, għalkemm nifhem ukoll il-kuntest li fih saret billi hawnhekk qed nitkellmu dwar liġi li se taqa' taħt id-dikasteru tal-prim ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk irridu nieħdu kollox fil- kuntest tal-fatt li l-awditur ġenerali m'għadux dipendenti mill-minsteru tal-finanzi.", "Minn ftit snin il hawn l-awditur ġenerali sar dipendenti mill- parlament u allura l-aċċess dirett għall-ministeru tal-finanzi, għalkemm baqa' dan l-aċċess dirett f'affarijiet oħra, m' għadux b'saħħtu daqs kemm kien qabel.", "Qegħdin nitkellmu fuq liġi fid-dekasteru tal-prim ministru u allura naħseb li hija minn ewl id-dinja li jkun hemm konsultazzjoni miegħu qabel jittieħdu ċerti passi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? ( Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 14 – Rapport Annwali Clause 14 – Annual report", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan l-artiklu jgħid li l-kunsill għandu jipprepara rapport annwali fi tmiem kull sena finanzjarja u jibgħat kopja tiegħu lill- ministri konċernati.", "Pero' qed jgħid ukoll li l-prim ministru għandu, ma' l- ewwel opportunita' iżda mhux aktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċeva kopja ta' kull rapport, iqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tad- Deputati.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 15 – Setgħa li jsiru regolamenti", "Clause 15 – Power to make regulations", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan l-artiklu jagħti l-fakulta' lill- prim ministru li jagħmel regolamenti b'mod ġenerali taħt dan l-abbozz ta' liġi biex ikun jista' jara li l-provvedimenti jjitwettqu fl-intier tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 2 - Tifsir Clause 2 - Interpretation (Posposta mit-2 ta' Mejju, 2001)", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, għal dan l-artiklu kont ressaqt suġġeriment biex indaħħlu d-definizzjoni ta' soċjeta' ċivili, pero' l- emenda kont bqajt ma ressaqthiex.", "Jiena se nressaq l-emenda, imbagħad nisma' lill-kollegi tiegħi x'għandhom xi jgħidu.", "L-emenda tgħid hekk:", "\"G\" Fl-artikolu 2 kif propost fi klawsola 2, wara d-definizzjoni ta' \"Malta\" għandha tidħol din id-definizzjoni ġdida:", "\"\"soċjeta' ċivili\" tinkludi dawk l-organizzazzjonijiet ta' persuni, li huma mwaqqfa bil-għan li jfittxu l-ġid komuni u li l-iskop ewlieni tagħhom ma jkunx il-qligħ jew il-poter eżekuttiv.\".", "\"G\" In article 2 as proposed in clause 2, immediately before the definition of \"Committee\", the following new definition should be inserted:", "\"\"civil society\" includes all those organisations of persons established to seek the common good and whose main aims are neither to generate profits nor to seek executive power;\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, fl-opinjoni tiegħi din id-definizzjoni ta' \"soċjeta' ċivili\" hija tajba, pero' forsi ma tolqotx tliet aspetti importanti.", "L-organizzazzjonijiet iridu jkunu stabiliti b'mod demokratiku, l-operat tagħhom irid ikun trasparenti u jrid ikollna safeguards minħabba xi konflitt.", "Jien ipprovajt nagħmel rewording ta' l-emenda u rnexxieli ninfilsa dawn it-tliet elementi mingħajr ma naqleb is-sens ta' taħt fuq anke l-istruttura tas-sentenza tibqa' l-istess u tiġi taqra hekk:", "\"\"Soċjeta' ċivili tinkludi dawk l-organizzazzjonijiet ta' persuni, li huma mwaqqfa demokratikament bil-għan li jfittxu, b'mod trasparenti, il-ġid komuni u li filwaqt li niżguraw li ma jkollhomx konflitt ta' interess, l-iskop ewlieni tagħhom ma jkunx il-qligħ jew il-poter esekuttiv\".", "Qed nara lill-Viċi Prim Ministru jxejjer rasu.", "Imma naħseb li huwa importanti li niżguraw li dawn l-organizzazzjonijiet tas-soċjeta' ċivili, li għandna mijiet minnhom, ikunu stabbiliti b'mod demokratiku.", "Ċertament li l-operat tagħhom irdi ikun kemm jista' jkun trasparenti, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-funding tagħhom.", "U żgur li rridu nassiguraw li l-istess operat tagħhom ma jkollux xi konflitt ta' interess ma' l-għan prinċipali li qegħdin jiġu mwaqqfa għalih.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Irridu noqgħodu attenti għax aħna hawnhekk qed nipprovaw nidefinixxu x'inhi soċjeta' ċivili.", "X'hemm inkluż taħt il-kliem \"soċjeta' ċivili\".", "U qegħdin ngħidu: Isma, soċjeta' ċivili tinkludi dawn l- organizzazzjonijiet, li tfisser allura li s-soċjeta' ċivili tista' tinkludi dawn l-organizzazzjonijiet u organizzazzjonijiet oħrajn.", "L-Onor.", "Chircop qal li rari nxaqleb ftit veru għax organizzazzjonijiet tal-knisja se ngħidu li m'humiex parti mis-soċjeta' ċivili?", "Qed ngħid dan għaliex għaddej mill-esperjenza ta' din it-tip ta' problema fl-abbozzar tal-liġi ta' l-NGOs u allura r-rakkomandazzjoni tiegħi hija li t-tliet aspetti li qed isemmi l-Onor.", "Karl Chircop ma naħsibx li għandhom jidħlu fid-definizzjoni ta' xi rridu nfissru b'civil society.", "Għaliex hemm organizzazzjonijiet li forsi m'għandhomx struttura fis-sens li l-membri jridu jagħżlu lill-president u lill-kumitat b'elezzjoni libera.", "Hawn organizzazzjoniet fis-soċjeta' ċivili li ma jagħmlux hekk - jingħaqdu flimkien mingħajr m'għandhom struttura demokratika internament bejniethom kif joperaw bħala organizzazzjoni - pero' ma jfissirx li dawn mhux parti mis-soċjeta' ċivili.", "U l-eżempju tipiku huma l-organizzazzjonijiet reliġjużi kollha.", "Allura malli tibda ddaħħal dawn it-tip ta' kriterji naħseb li nkunu daqsxejn on shaky grounds.", "Jiena naħseb m'għandniex għalfejn nindirizzawhom hawnhekk għal skop ta' din il-liġi.", "Jista' jkun li meta naslu biex niddibattu liġi dwar il-volontarjat - nittama mhux 'il bogħod wisq - niggarantilek li dawn l-aspetti se niddiskutuhom żgur għaliex diġa' għaddej minnhom u joħolqu ċerti diffikultajiet li rridu nkunu konxji fuqhom.", "Preferibbilment għandhom ikunu demokratiċi u dejjem għandhom ikunu trasparenti, imma nerġa' ngħid li hawnhekk irridu noqgħodu attenti għax kulma qegħdin nagħmlu huwa li nipprovaw niddefenixxu x'inhi \"civil society\".", "Id-definizzjoni li ħriġna biha tista' tkun definizzjoni aċċettabbli.", "Tinsix li s-sors tagħha huwa dak id-dokument li tajt lill-oppożizzjoni, li hija l-website tal-UNPP, u pprovajna niġbru kemm nistgħu minn dik id-definizzjoni li ngħatat mill-UNDP stess.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, li kont qed nipprova ngħid huwa li sa ċertu punt id-definizzjoni kif inhi tagħmel sens, pero' fl-istess ħin għandha wisq shades of grey fiha.", "Il-viċi prim ministru semma l- organizzazzjonijiet tal-knisja, pero' naħseb li kieku wieħed ikollu jħalli l-aspett ekleżjali aside u jara liema huma dawk l-organizzazzjonijiet tal- knisja li l-aktar li joffru servizzi diretti fil-komunita' - tiġini f'moħħi l-Caritas - dan ħadd m'hu se jgħid li il-Caritas m'hijiex parti mis- soċjeta' ċivili.", "Naħseb li nkunu qegħdin altru fis-sakra biex nipprovaw inbellgħu xi ħaġa bħal din.", "Jiena ma kontx qiegħed nirriferi għall-każi ovvji, pero' jkollok każi li sfortunatament ma jkunux daqstant ovvji.", "Mingħajr ma' noqgħod nipponta subgħajja lejn organizzazzjonijiet partikolari, quddiem għajnejja jiġuni wħud mill-każi li kellna proprju s- sena l-oħra fejn kellna issues fuq fundraising activities ta' ċerti assoċjazzjonijiet li anke tqajmu fil-gazzetti.", "Biex jagħmlu dan it-tip ta' fundraising hemm min jorganizza lotteriji pubbliċi li jistgħu iqajmu ċerta diskussjoni fost is-soċjeta' kollha dwar jekk kemm minn dawn il-flus li qegħdin jinġabru fil-fatt qed jiġu mgħoddija għall-iskop oriġinali li tkun ġiet imwaqqfa għalih dik l-assoċjazzjoni, li ovvjament tkun qed timmilita f'settur partikolari.", "Għalhekk jiena enfasizzajt li naraw li l- organizzazzjonijiet ikunu stabiliti b'mod demokratiku u li meta wieħed jivvetja l-operat tagħhom ikun hemm prova ċara biżżejjed li dawn qegħdin fil-fatt jagħmlu ġid materjali.", "Jekk, per eżempju, għandek organizzazzjoni li qiegħda taħdem favur persuni neqsin mid-dawl, trid tara li fil-fatt hemm tant nies li qegħdin jibbenefikaw minn din l-organizzazzjoni.", "Allura din hija organizzazzjoni pożittiva u valida u allura għandha tiġi meqjusa bħala parti mis-soċjeta' ċivili u għandha wkoll tiġi riflessa fl-istess liġi li tiddaħħal b'xi mod jew ieħor meta jkun hemm bżonn, anke b'mod ad hoc fil- kumitat tas-soċjeta' ċivili.", "Sur President, dwar it-trasparenza rrid ngħid li dawn l-organizzazzjonijiet għandna naraw x'livell ta' accountability għandu jidħol fl-operat tagħhom.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax ġieli jitqajmu kwestjonijiet, anke b'mod pubbliku, u ġieli li jkun hemm argumenti bejn partijiet u oħrajn li jkunu jaħdmu fl-istess għalqa, biex ngħid hekk, u ħafna drabi ġieli ssib li jkollok parti li tkun parti governattiva u parti oħra li ma tkunx, tkun xi forma ta' NGO, u jinħoloq rebus sħiħ għaliex parti tibda tattakka lill- oħra fuq kemm fil-fatt il-fondi li qegħdin jiġu ġġenerati minn għaqda partikolari qed jiġu diretti lejn l-għan ewlieni li għalih ġiet imwaqqfa dik l-għaqda.", "Għandek wkoll l-issue ta' kemm verament dawn l-organizzazzjonijiet huma stabiliti b'mod demokratiku, kemm l-operat tagħhom huwa trasparenti u fl- aħħar, kif diġa' semmejt, il-konflitt ta' interess.", "Għaliex jekk għandek organizzazzjoni li qiegħda effettivament tippreżenta ruħha bħala organizzazzjoni li suppost qiegħda tgħin settur partikolari fis-soċjeta' tagħna, naħseb li huwa importanti li dak is-settur tas-soċjeta' verament ikun qiegħed jiġi mgħejjun u ma jkollhiex konflitt ta' interess ma' soċjetajiet jew organizzazzjonijiet oħrajn u anke ma' l-istess gvern.", "Naħseb li b'xi mod jew ieħor pprovajt nispjega ruħi aħjar u għalissa nieqaf hawn.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena fhimt ir-rimarka li għamel il-viċi prim ministru, pero' naħseb li l-bażi demokratika naħseb hija xi ħaġa li wieħed għandu dejjem jisħaq fuqha meta qegħdin nitkellmu fuq istituzzjonijiet bħal dawn.", "Biss forsi naħseb l-iktar żewġ punti li ta' min wieħed jagħmel enfasi fuqhom huma l-aħħar żewġ punti li semma l-Onor.", "Chircop.", "Il-kwestjoni tat- trasparenza naħseb hija xi ħaġa li llum għandna nesiġuha bi dritt, biex ngħid hekk, għaliex meta qed nitkellmu dwar accountability naħseb li din jippretendiha kulħadd minn kwalunkwe tip ta' organizzazzjoni, sija jekk hija a governmental organisation u sija jekk hija a non-governmental organisation.", "Għalhekk naħseb li f'dan il-kuntest, speċjalment fejn qed nitkellmu dwar soċjeta' ċivili, naħseb li l-element tat-trasparenza u ta' accountability għandu jingħata prijorita' 'l fuq kemm jista' jkun.", "Imbagħad għandek is-salvagwardja kontra dak li huwa konflitt ta' interess, Sur President.", "Jiena naħseb li wieħed irid janalizza mhux biss l-organizzazzjoni li jkun hemm fin-nofs, imma anke d-differenza bejn l-għan li għalih tkun ġiet imwaqqfa u kif tkun effettivament qed taħdem fil-prattika, u kif imbagħad sejra tagħmel interaction anke ma' l-għaqdiet l-oħra li flimkien se jifformaw din is-soċjeta' ċivili li qed nitkellmu dwarha.", "Anke jekk wieħed iżomm f'moħħu r-rimarki li għamel il-viċi prim ministru dwar l- establishment demokratiku jew mhux daqstant demokratiku li jista' jkollhom ċerti organizzazzjonijiet - twaqqfu kif twaqqfu għaliex wieħed ma jistax iħassar l-istorja ta' ċerti organizzazzjonijiet jew movimenti - naħseb li xorta waħda wieħed għandu d-dritt li jisħaq dwar il-ħtieġa li jkun hemm il- kontabilita'.", "Jekk din il-liġi rriduha taħdem, kif naħseb li huwa l-għan tal-leġislatur irid ikun hemm issa s-salvagwardji kollha neċessarji biex jiġi żgurat li la fit-teorija u wisq aktar fil-prattika, ma jkun hemm dan it-tip ta' konflitt ta' interess.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, m'għandi xejn kontra li aħna jekk jista' jkun ngħinu biex f'pajjiżna nsaħħu l-qasam tal-volontarjat, il-qasam tas-soċjeta' ċivili, billi lill-organizzazzjonijiet ninkoraġġuhom jimxu lejn sistema li tkun kemm jista' jkun demokratika u sistema dejjem iżjed trasparenti għax b'hekk wieħed jirbaħ iżjed il-fiduċja tal-poplu Malti f'dawn l-organizzazzjonijiet.", "L-istess naħseb għar-rigward ta' konflitt ta' interess, għalkemm għadni ma fhimtx eżattament kif jidħol u ma jidħolx.", "Nimmaġina persuna li għandha interess f'organizzazzjoni li tkun organizzazzjoni tas-soċjeta' ċivili, organizzazzjoni volontarja, u mbagħad ikollha xi interessi kummerċjali oħrajn.", "Naħseb konflitt ta' interess f'dan is-sens, probbabbilment.", "Ma nafx l-Onor.", "Chircop iridx jispjega ruħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: L-aspett ta' konflitt ta' interess jista' jkun proprju kif rrifera għalih il-viċi prim ministru.", "Jista' jkollok individwu fi ħdan dik l-għaqda li għax forsi jkollha xi interessi oltre dik l-għaqda partikolari, allura tista' tidħol f'konflitt ta' interess.", "Imma jista' jkun ukoll li dik l-istess għaqda fiha nnifisha jkollha konflitt ta' interess ma' għaqdiet oħrajn li jkunu jimmilitaw fl-istess area.", "Jista' jkollok konflitt ta' interess anke ma' organizzazzjoni governattiva li tkun timmilita fl-istess area.", "Per eżempju, il-Caritas jista' jkollha konflitt ta' interess mas-Sedqa għaliex jimmiltaw fl-istess area.", "Jiġifieri l-aspett ta' konflitt ta' interess tista' tieħdu minn aspetti differenti.", "Jista' jkun f'livell ta' persuni li jkunu f'dik l-għaqda partikolari, u jista' jkun f'livell ta' l-għaqda fiha nnifisha għax tista' tidħol f'konflitt ta' interess m'għaqdiet oħrajn, kemm NGOs kif ukoll għaqdiet governattivi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan l-aħħar punt ta' konflitt ta' interess forsi iktar milli konflitt ta' interess pjuttost insejjaħlu duplikazzjoni ta' oqsma, li verament hija problema kultant tipika tas-soċjeta' tagħna u li għandna nindirizzawha.", "Jeżisti l-konflitt ta' interess kif kont qiegħed nispjegah jiena, jiġifieri jkollok membru f'organizzazzjoni li għandu interess f'dik l-organizzazzjoni, pero' mbagħad għandu l-interess fin- negozju li hu qiegħed imexxi, li jista' b'xi mod jew ieħor joħloq sitwazzjonijiet li għandhom jiġu evitati.", "Jeżistu wkoll ċirkostanzi, kif qed jispjega l-Onor.", "Chircop, li jiena ma nsejħilhomx konflitt ta' interess imma pjuttost duplikazzjoni ta' enerġiji u riżorsi, kompetizzjoni kultant inutli, li flok tkun qed tgħin lill-organizzazzjonijiet jimxu 'l quddiem, tkun kompetizzjoni li ddgħajjef lill-organizzazzjonijiet u li tixrob l- enerġiji mingħajr ma nakkwistaw affarijiet ta' ġid għall- organizzazzjonijiet jew inkella għall-pajjiż.", "Pero' nerġa' mmur lura għal dak li konna qegħdin ngħidu, Sur President.", "Jiena naħseb li hawnhekk għandna nikkonċentraw fuq id-definizzjoni ta' soċjeta' ċivili.", "Irridu nifhmu li dawn il-parametri li qed insemmu m'għandniex għalfejn indaħħluhom f'din id-definizzjoni.", "Id-definizzjoni qed inħalluha wiesgħa kemm nifilħu u kemm jista' jkun.", "Qegħdin ngħidu li t- terminoloġija ta' soċjeta' ċivili tinkludi l-organizzazzjonijiet stabiliti biex ifittxu l-ġid komuni f'pajjiżna u l-iskop tagħhom m'huwiex il-qligħ tal-flus jew inkella li jkollhom il-poter esekuttiv fil-pajjiż.", "Dawn huma parametri ġenerali meħudin mill-indikazzjonijiet li ħarġu mill-website tal- UNDP u nissuġġerixxi li niefqu hawn.", "Ma naqbilx li f'din id-definizzjoni għandhom jidħlu xi parametri oħrajn.", "Jista' jkun li dan is-suġġett ikun suġġett li wieħed jiddiskutieh meta eventwalment dan il-parlament ikollu quddiemu abbozz ta' liġi li jkun qed jitkellem fuq kif nistgħu nsaħħu l-organizzazzjonijiet volontarji, pero' żgur mhux għal skopijiet ta' din il-liġi, mhux għal skopijiet tad- definizzjoni li hawnhekk għandna f'dak li għandu x'jaqsam mat-terminoloġija ta' soċjeta' ċivili.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, min-naħa tagħna argumentajna, speċjalment fl-istadju tat-tieni qari, li l-kumitat tas-soċjeta' ċivili ma kienx jirrifletti proprju s-soċjeta' ċivili per se għaliex konna qed naraw preżenza qawwija ta' personnel, jew inkella assoċjazzjonijiet, sejħilhom li trid, li huma appuntati mill-gvern.", "Jiena nasal biex nifhem l-argument tal-viċi prim ministru li forsi jkun diffiċli li tgħid li l- organizzazzjonijiet għandhom ikunu stabiliti b'mod demokratiku, għaliex l- eżempju li ta, jiġifieri li għandek ħafna organizzazzjonijiet anke min-naħa tal-Knisja li diffiċli biex tgħid kif ġew ifformati, huwa wieħed prattiku.", "Imma min-naħa l-oħra mbagħad ma nsibhiex diffiċli biex niddefinixxi li l- operat ta' dawn l-organizzazzjonijiet irid ikun trasparenti.", "Għax jekk aħna m'aħniex se nesiġu t-trasparenza fl-operat tagħhom, x'jiswa li nagħtuhom l- importanza li anke nistgħu nsejħulhom ad hoc biex jifformaw parti mis- soċjeta' ċivili?", "Fl-opinjoni tiegħi huwa importanti u essenzjali li l- operat ta' dawn l-organizzazzjonijiet ikun trasparenti.", "Jien ma narax x'għandna x'nambu għaqdiet li meta jiġu biex juruna kemm huma accountable, l-operat tagħhom ikun totalment moħbi wara ċerta teknika finanzjarja u ta' accounts li forsi ma tagħmilx sens għal-lay persons, jew inkella anke għal ċerti politiċi.", "Għalhekk naħseb li t-trasparenza hija xi ħaġa essenzjali.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nibqa' ftit perpless, biex ngħid hekk.", "Naturalment it-trasparenza hija importanti.", "Jiġifieri d-definizzjoni tal- kliem, \"soċjeta' ċivili\" se norbtuha neċessarjament ma' dan il-kriterju li huwa importanti ħafna?", "It-trasparenza ndaħħalha kieku qegħdin niddiskutu liġi li, per eżempju, tgħid li dawn l-organizzazzjonijiet li l-gvern rrid isaħħaħ se jagħtihom l-appoġġ tiegħu billi jiġu eżentati mill-income tax.", "F'dan il-każ naqbel ma' l-Onor.", "Chircop li qabel ma neżenta dik l- organizzazzjoni mill-income tax, jekk trid tgawdi minn dan il-benefiċċju, trid tagħtini l-garanzija li hija trasparenti.", "Naqbel perfettament, imma hawnhekk qed nitkellmu għall-iskop ta' din il-liġi xi jfissru l-kliem \"soċjeta' ċivili\".", "Għalhekk hi l-punt tat-tluq tiegħi f'din il-liġi kien li ma nagħmilx definizzjoni ta' \"soċjeta' ċivili\".", "Din il-liġi m'għandhiex definizzjoni ta' \"civil society\".", "U kont spjegajt u għedt li ma narax il- bżonn li aħna nagħtu definizzjoni ta' \"civil society\" għax tant hi terminoloġija wiesgħa, tant hija terminoloġija li tfisser ħafna affarijiet li naħseb li jekk indaħħlu definizzjoni nirrestrinġu nistgħu, mentri l- iskop tagħna hu li nwessgħu.", "Pero' fhimt il-punt li kien qed isir miż-żewġ naħat tal-Kamra, għaliex kelli dan il-kumment anke minn kelliema minn din in-naħa tal-Kamra, u għedt: Ejja nippruvaw nagħmlu sforz u nsibu definizzjoni li tista' tkun aċċettabbli.", "Anke fuq stedina li kienet għamlitli l-Onor.", "Coleiro, ippruvajt nagħmel riċerka u waħda mis-sorsi ta' informazzjoni, li hija sors tajjeb ta' informazzjoni, hija l-l-UNDP.", "Jiena dħalt fil-website tal-UNDP, fejn hemm section partikolari speċjalizzata fuq is-soċjeta' ċivili u sibt section b'dawk li jgħidulhom frequently asked questions.", "Jiena niżżilt koppja ta' din il-website - qassamt kopja tagħha lill-kollegi tiegħi ta' l- oppożizzjoni - u l-ewwel żewġ mistoqsijiet kienu: \"What is civil society?\", u \"Is there a simple definition of civil society organisations?\"", "Naturalment wieħed mill-ewwel jinduna li there is no simple definition of civil society organisations.", "U wieħed irid joqgħod b'seba' għajnejn għax jekk jagħti definizzjoni ristretta żżejjed, allura jkun hemm il-periklu li inti tkun qed tħalli barra organizzazzjonijiet oħrajn li jista' jkollhom kontribut x'jagħtu f'forum fejn iridu jesprimu l-opinjoni tagħhom.", "Fil-preparazzjoni ta' l-emenda li finalment aċċettajt li nressaq għall- artiklu 2, u allura fejn qed nintroduċi d-definizzjoni ta \"soċjeta' ċivili\", jien qgħadt attent li l-kliem ma jkunx jeskludi l-wesa' kollha ta' l-interpretazzjonijiet li wieħed jista' jinkludi taħt it-terminoloġija ta' \"civil society\", imma pjuttost tkun definizzjoni flessibbli ħafna li tippermettielna, għal skopijiet ta' din il-liġi tal-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku, li jkollna l-istruttura li aħna għandna u li ndaħħlu l- organizzazzjonijiet kollha li jistgħu jagħtu dan il-kontribut fuq suġġetti li jiġu riferuti għad-diskussjoni.", "Allura mmur lura għall-proposta tiegħi fejn id-definizzjoni tkun din:", "\"Soċjeta' ċivili tinkludi...\"", "- mhux qed ngħid soċjeta' ċivili tikkonsisti imma tinkludi, apposta biex inħalli kemm jista' jkun spazju ħalli jidħlu kemm jista' jkun organizzazzjonijiet taħt din it-terminiloġija.", "\"...dawk l-organizzazzjonijiet ta' persuni...\"", "- anke hawn importanti li ngħidu organizzazzjonijiet ta' persuni u mhux ta' korpi statutorji, ta' soċjetajiet kummerċjali -", "\"... li huma mwaqqfa bil-għan li jfittxu l-ġid komuni...\"", "- anke hawn, common good, terminoloġija wiesgħa kemm jista' jkun u l- interess wiesa' kemm jista' jkun.", "\"...u li l-iskop ewlieni tagħhom...\"", "- bl-Ingliż ngħidu main aims, mhux dak ewlieni biss imma l-main aims.", "\"... ma jkunx il-qligħ jew il-poter esekuttiv.\".", "- jiġifieri ma tkunx organizzazzjoni ta' persuni, jien naf, bħal partit politiku li qed jikkontesta biex jirbaħ poter esekuttiv.", "Din id- definizzjoni meħuda mill-kontenut li hemm f'din il-website tal-UNDP fejn jagħtu d-definizzjonijiet ta' \"civil society\".", "Naturalment hemm ħafna u ħafna forom oħra ta' definizzjoni li nistgħu nsibu.", "Jiena dan iddikjaratu mill-bidunett.", "Anzi jiena għamilt statement u għedt li nista' nġibilkom 120 definizzjoni differenti.", "Pero' din twassalna viċin il-likk kemm jista' jkun u naħseb li din id-definizzjoni għandha tkun aċċettabli għall- iskopijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, jiena xorta ntenni li l-kwestjoni tat- trasparenza hija importanti u l-Onor.", "Lawrence Gonzi għadu ma kkonvinċinix.", "Li fid-definizzjoni m'għandux idaħħal li l- organizzazzjonijiet għandhom ikunu mwaqqfin b'mod demokratiku nifhimha.", "Li fid-definizzjoni ma nsemmux il-kwestjoni tal-konflitt ta' interess, għax forsi hija diġa' riflessa fit-terminoloġija li ppreżenta hu, jiġifieri li l- iskop ewlieni tagħhom ma jkunx il-qligħ jew il-poter eżekuttiv, nifhimha wkoll.", "Imma ma nistax nifhem għaliex il-Viċi Prim Ministru qed isib oġġezzjoni li fid-definizzjoni indaħħlu li l-operat ta' li kwalunkwe' organizzazzjoni li topera f'din is-soċjeta' ċivili jrid ikun trasparenti.", "Jekk ma' dak li ppropona huwa żżid dan li qed ngħid jiena ma naħsibx li l- kuntest se jinbidel ħafna.", "Anzi tkun qiegħed tesprimi x-xewqa tiegħek li l- operat tagħhom, minn fuq s'isfel, ikun wieħed trasparenti.", "Jiġifieri mhux l- operat tagħhom f'dak li hu finanzi biss imma anke l-administration tagħhom u dak kollu li jkunu qegħdin jagħmlu fi ħdan is-soċjeta' irid jkun transparenti.", "Jiġifieri kieku tgħid li soċjeta' ċivili tinkludi dawk l- organizzazzjonijiet ta' persuni li huma mwaqqfa bl-għan li jfittxu b'mod transparenti l-ġid komuni u li l-iskop ewlieni tagħhom ma jkunx il-qliegħ jew il-poter eżekuttiv, ma narax li hija xi ħaġa li tista', b'xi mod jew ieħor, ixxekkel l-intenzjonijiet tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CAHIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye).", "Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem.con u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi..", "Klawsola 1 u t-titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex issir parti mill- abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi li l-kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamrabuex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fit-8.45 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA KOMPUTERIZZATA", "CODE OF CONDUCT FOR COMPUTERISED RESERVATION SYSTEMS", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar kodiċi ta' kondotta għal sistema ta' riservazzjoni komputerizzata\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa proprju li jintroduċi u jġib fis-seħħ kodiċi ta' kondotta li jkollu x'jaqsam ma' sistemi ta' riservazzjoni kumputerizzata għat-trasport bl-ajru u bit-tren.", "Kieku konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi numru kbir ta' snin ilu konna ngħidu li m'għandu l-ebda relevanza għall-ħteġijiet ta' pajjiżna.", "Imma bl-iżviluppi li saru matul is-snin fir- rigward tad-diversi modi ta' kif persuna tivvjaġġa minn post għall-ieħor sar dejjem iktar importanti l-fatt li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-persuni li jkunu qegħdin jivvjaġġaw fid-diversi livelli tagħhom.", "Naturalment f'ċirkostanzi bħal dawn wieħed jistaqsi: Imma X'inhuma preċiżament id- drittijiet li għandu bniedem li jkun se jivvjaġġa minn post għall-ieħor?", "Matul iż-żmien, meta iktar persuni bdew iħossu l-ħtieġa li jivvjaġġaw minn post għall-ieħor iżjed bdew isiru konxji għad-drittijiet li għandu jkollhom.", "Veru li m'aħniex nitkellmu fuq xi dritt fundamentali, pero' hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn hemm persuni li qed jirċievu servizz u oħrajn li qegħdin jipprovdu servizz u dawk li qed jirċievu dan is-servizz bħala vjaġġaturi jridu jaraw li dak is-servizz li jingħataw huwa wieħed mogħti b'mod tajjeb, b'mod effiċjenti, u b'mod li jilħaq l-aspettattivi ta' vjaġġatur li jkun sejjer minn post għall-ieħor.", "F'dan l-abbozz ta' liġi mhux se nitkellmu dwar x'tip ta' ikel għandu jingħata jew x'tip ta' seats għandu jkun hemm fuq l-ajruplan meta persuna tkun qed tivvjaġġa minn destinazzjoni għall-oħra.", "Lanqas se nitkellmu dwar x'tip ta' akkommodazzjoni jista' jkun hemm fuq it-tren li tkun qed twasslek min-naħa għall-oħra.", "Se nitkellmu dwar id-dritt ta' informazzjoni li vjaġġatur għandu jkollu u x'mezzi hemm li permezz tagħhom din l- informazzjoni tkun tista' titwassal għand il-persuni li jkunu se jagħmlu użu mis-servizz ta' l-ivvjaġġar kemm bl-ajru kif ukoll jekk bit-tren.", "Dan se nagħmluh biex dak li jkun se jivvjaġġa jkollu l-opportunita' li jkun jaf aħjar x'inhuma s-servizzi ta' trasport li jistgħu jwassluh minn destinazzjoni partikolari għal oħra.", "B'dan l-abbozz ta' liġi qed nipprovaw nintroduċu mod ta' kif dawk il-pesuni li fil-fatt ikunu qegħdin jippjanaw li jivvjaġġaw ma jkunxu imġiegħla jużaw mezzi partikolari ta' trasport li jistgħu jkunu pprovduti minn linja waħda partikolari.", "Min ikun qed jagħti l-informazzjoni lil dak li jkun qed jiddeċiedi liema mezz tat-trasport se jagħżel irid jagħtih ħjiel ta' x'inhuma l-possibilitajiet diversi li hemm biex jivvjaġġa minn post għall-ieħor.", "Se jkun hemm sistemi komputerizzati biex min imur għand aġent ta' l-ivvjaġġar ikun jista' jara malajr x'inhuma s-servizzi li jkunu qed jingħataw minn operturi differenti.", "Qed jingħad ukoll li l- informazzjoni li se tkun qed tiġi pprovduta lill-persuni li jkunu se jivvjaġġaw tkun informazzjoni wiesgħa biex persuna li, per eżempju, tkun iddeċidiet li ssiefer jkollha l-possibilita' li tagħżel.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li mhux biżżejjed li tgħid li t-tali linja partikolari se ttir f'dak il-jum partikoalri għal dik id-destinazzjoni partikolari.", "Kull min isiefer jaf li jista' jkun hemm diversi mod ta' kif tasal għad-destinazzjoni li jkun irid fl-istess jum.", "Pero' mhux bilfors li dik is-sistema li tkun qed tiġi proposta tkun l-iktar waħda diretta, l- iktar waħda li tiffranka l-flus u l-iktar waħda li tiffranka l-ħin għax jista' jkun li biex tasal f'ċerti destinazzjonijiet f'ħin partikoalri jkollok tgħaddi minn destinazzjoijiet oħrajn.", "Fil-fatt waħda mid- definizzjonijijiet l-iktar importanti li hemm f'dan l-abbozz tirrigwarda s- sistema ta' riżervazzjoni komputerizzata u qegħdin ngħidu li:", "\"sistema ta' riservazzjoni komputerizzata\" tfisser sistema komputerizzata li jkun fiha informazzjoni dwar, fost oħrajn, dawn l- affarijiet li ġejjin tat-trasportaturi bl-ajru –", "a) skedi; b) disponibilita'; c) tariffi; u d) servizzi realtati;", "sew bi jew mingħajr faċilitajiet li bihom –", "a) jistgħu jsiru riservazzjonijiet; jew b) jistgħu jinħarġu biljetti,", "daqstant li x'uħud minn jew dawn is-servizzi kollha jintgħamlu disponibbli għall-abbonati;\".", "Dan ifisser li l-informazzjoni li tkun ġejja minn trasportaturi ta' l-ajru fil-fatt trid tkun informazzjoni li tagħti d-diversi possibilitajiet.", "Trid tkun sistema li tagħti diversi options f'dawk li huma skedi li jkunu available f'dik il-ġurnata partikolari u trid tkun sistema li tkun qed tagħti informazzjoni dwar id-disponibilita' ta' x'hemm available matul il- kumplament tal-ġimgħa u l-kumplament tax-xahar biex wieħed jasal għal destinazzjoni oħra.", "Barra minn hekk trid tagħti indikazzjoni ċara ta' x'inhuma t-tariffi u x'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi meta wieħed ikun se juża linja ta' l-ajru partikolari.", "Qegħdin ngħidu wkoll li huwa importanti li l-faċilitajiet li bihom ikunu jistgħu jsiru riservazzjonijiet ikunu magħmulin b'mod li persuna tkun tista' tagħraf il-vantaġġi li jista' jkollha meta tkun qed tagħżel option minn oħra.", "Naturalment dawn huma punti ferm importanti meta nafu li llum hawn taħlita kbira ta' persuni li jkunu qegħdin jivvjaġġaw b'diversi modi għal destinazzjonijiet differenti anke minn dawk li normalment aħna mdorrijin nivvjaġġaw lejhom.", "Irridu wkoll napprezzaw li grazzi għas-sistemi komputerizzati, illum wieħed jista' prattikament jagħfas buttuna jingħata l- informazzjoni kollha marbuta ma' destinazzjonijiet partikolari.", "Żgur li kull min illum jagħti xi servizz ta' l-ivjaġġar jaħdem b'sistema' komputerizzata għaliex kieku jkun prattikament impossibli li jikkontrolla l- eluf ta' vjaġġi li jsiru.", "Ikun prattikament impossibli li jagħti malajr l- informazzjoni meħtieġa dwar jekk hemmx il-possibilta' li wieħed jilħaq ajruplan partikolari għal destinazzjoni partikolari.", "Dan kollu qed isir dejjem iktar importanti minħabba l-fatt li s-sistemi ta' riservazzjonijiet li qegħdin jintużaw illum huma sistemi komputerizzati li fil-fatt jistgħu jagħtuk ħafna informazzjoni fi żmien pjuttost qasir.", "Allura irridu niggarantixxu li min ikun qed jagħti s-servizz jkollu l- possibilta' li jagħti kull informazzjoni li wieħed jista' jistenna fi żmien qasir.", "Mr Speaker, f'din id-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi rridu nittrattaw id-drittijiet tal-persuna li tkun qed tivvjaġġa kif ukoll l- obbligi ta' min ikun qiegħed jipprovdi s-servizz.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli, għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nibqa' in possession.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Ċensu Galea biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'isem il-Viċi Prim Ministru nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 14 ta' Mejju, 2001 fis-6.00 p.m b'din l- aġenda.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, fil-ħin limitat li għandi nixtieq niġbed l-attenzjoni għal ċerti affarijiet li nista' ngħid li huma akuti f'ċerti akkwati, partikolarment fid-distrett tiegħi, u li r-residenti f'dawn l-areas li se nsemmi kontinwament iressqu l-ilmenti u d- diffikultajiet tagħhom minħabba l-inkonvenjenzi li qegħdin jiffaċċjaw, u nibda bi Triq l-Imdina f'Ħal Qormi.", "Għal diversi xhur din it-triq kienet fuq fomm kulħadd u għalkemm dan l- aħħar m'għadniex nisimgħu daqshekk dwarha, xorta waħda r-residenti għadhom għaddejjin minn inkonvenjenzi u diffikultajiet kbar.", "Il-parti li tlestiet, dik li qiegħda fuq in-naħa ta' barra, tlestiet sa ċertu punt għax għadek tgħaddi minn hemmhekk u ssib spralli tmien pulzieri 'l fuq mill-art, naturalment b'periklu għas-sewwieqa u l-karozzi li jkunu għaddejjin minn dik it-triq.", "Bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuq il-parti l-oħra fejn attwalment hemm il-bulk tar-residenti.", "Fil-fehma ta' ħafna, dan ix-xogħol twal u twal iżżejjed u sfortunatament ir-residenti qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' ħafna diffikultajiet kuljum.", "Mhux se noqgħod insemmi l-ħmieġ u trabijiet li dan ix-xogħol qiegħed ta' kuljum jikkawża, imma ma nistax ma nsemmix il-qtugħ ta' spiss tal-provvista ta' l-ilma u n-nuqqas ta' spazju fejn ir-residenti jipparkjaw minħabba li t- toroq ikunu ngumbrati bl-inġenji.", "Sadanittant ix-xogħol għadu għaddej b'ċerta kumdita' għal min qed jagħmel ix-xogħol u r-residenti għadhom bl- inkonvenjenzi ma' wiċċhom.", "Naħseb li l-gvern irid ikollu iktar sinsla u jisħaq li x-xogħol li hemm bżonn isir f'din l-area ta' Triq l-Imdina u l- parti l-oħra li suppost tlestiet iżda għadha ma tlestietx kompletament, jitħaffef u jitlesta kemm jista' jkun malajr.", "Hemm ċerti areas f'din l- akkwata fejn qattgħu t-tieni Milied b'dan l-inkonvenjent.", "Nittamaw li m'aħniex se ntawlu sat-tielet Milied!", "Apparti dan, diversi residenti ġibdu l-attenzjoni għall-mod ta' kif ċerti xogħlijiet żgħar saru.", "Per eżempju, kien hemm bankina li kienet wiesgħa biżżejjed biex il-pedestrians jgħaddu minn fuqha.", "F'daqqa waħda saret bankina sitt darbiet usa milli kienet - ġiet qisha pjazza żgħira - u għaldaqstant ħadet l-ispazju fejn ir-residenti kienu jipparkjaw il-karozzi.", "Kif jaf kulħadd, Triq l-Imdina hija triq kummerċjali u għaldaqstant diġa' hemm problema ta' parking, u allura ara kemm toħloq iktar inkonvenjenzi lir- residenti meta tkompli tnaqqas l-ispazju b'dan il-mod.", "Ir-residenti ġibdu l- attenzjoni ta' kulħadd u l-affarijiet baqgħu kif kienu.", "Xi ħadd kien qal li din il-bankina saret minħabba ċertu lqugħ ta' l-ilma u ġew anke ssuġġeriti x'jista' jsir biex din il-problema ta' l-ilma tiġi solvuta, imma kokllox waqa' fuq widnejn torox u l-bankina baqgħet kif iddeċieda ma nafx min u qerdet numru sostanzjali ta' parking spaces.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar it-traffic lights li kellhom jitwaħħlu f'din it- triq.", "Jiena ili f'dan il-parlament madwar sentejn u nofs u t-traffic lights li kienu saħansitra approvati minn gvern Laburista fil-leġislatura l-oħra għadhom ma twaħħlux.", "Meta fil-bidu ta' din il-leġislatura għamilt domanda parlamentari dwar dawn it-traffic lights, l-Onor.Ċensu Galea kien qalli li l-istallazzjoni ta' dawn it-traffic lights tagħmel parti mix-xogħol li qed isir f'din it-triq.", "Jiena ngħid li t-traffic lights m'humiex biss parti mix- xogħol ta' embellishment biex issebbħu l-area, imma huma mezz ta' personal safety and security għal kulmin ikun irid jaqsam din it-triq tant traffikuża.", "Sal-lum, sentejn u nofs wara li għamilt l-ewwel domanda parlamentari, dawn it-traffic lights għadhom ma twaħħlux.", "La darba dawn kellhom isiru fil-kors tax-xogħol, se mai biex wieħed jegħleb il-perikli kbar li hemm, partikolarment għat-tfal u żgħażagħ li jkollhom bilfors jaqsmu min-naħa għall-oħra - għax hemm komunita' sħiħa li ngħidulha l-area ta' Tal-Ħandaq, li hija maqtugħa kompletamemnt mill-core tar-raħal - seta' saret xi ħaġa temporanja sakemm jiġu stallati t-traffic lights li suppost kellhom isiru fil-kors tax-xogħol li qed isir f'din it-triq.", "L-ikbar apell tiegħi, f'isem dawn ir-residenti, huwa li dan ix-xogħol jitħaffef u ma nibqgħux inkaxkru saqajna.", "Allaħares ġejna fdati bil-great wall of China għax kieku mhux seklu għandna imma millennju sħiħ sakemm inlestu!", "Mr Speaker, irrid nirriferi wkoll għal żewġ toroq oħra prinċipal.", "Mhux qed insemmi toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali imma main roads li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-gvern ċentrali u qed nirriferi għal Qormi Road u Luqa Road.", "Dawn qishom triq waħda, bl-ewwel parti tagħha Qormi Road u l-biċċa l-oħra Luqa Road.", "F'din ta' l-aħħar, fejn hemm l-area ta' Ħal Farruġ, hemm perikli kbar.", "Hemm roundabout fin- nofs, li llum hija junction, li min ikun qiegħed qiegħed magħha jaħseb li għandu d-dritta imma fil-fatt jgħidulu li m'għandux id-dritta għax dik hija iktar junction milli roundabout.", "Barra minn hekk, fi żmien gvern Laburista kienu approvati li jsiru traffic lights peress li n-nies ta' Ħal Farruġ iridu jaqsmu biex it-tfal jirkbu l-privates li jwassluhom l-iskola u għal bżonnijiet l-oħra kollha - għax Ħal Farruġ wara dawn is-snin kollha għadu mingħajr servizzi ta' xejn – iżda sal-lum dawn it-traffic lights għadhom ma twaħħlux.", "Apparti dan, hemm bżonn kbir ta' traffic management addattat għal parti fejn hemm ir-roundabout li semmejt biex jiġu skansati l-inċidenti.", "F'dawn it-toroq, it-tnejn flimkien, għandek parti sħiħa bla bankina meta l-bankina hija imporanti f'din it-triq għaliex ħafna residenti ġewwa Ħal Farruġ jinżlu Ħal Qormi jew inkella jitilgħu Ħal Luqa, fiż-żewġ cores ta' l- irħula, biex jagħmlu l-iktar xirjiet bażiċi, peress li ġewwa Ħal Farruġ innfisu lanqas hemm ħanut wieħed biex jinqdew.", "Hemm gandott kbir quddiem l- iskola tal-biedja li m'għandu l-ebda tip ta' safeguard u qed ikun ta' periklu kbir kemm għall-karozzi kif ukoll għall-pedestrians.", "Dawn huma nuqqasijiet li jippreżentaw perikli ta' kuljum, iżda nagħmlu kemm nagħmlu mistoqsijiet parlamnetari kollox jaqa' fuq widnejn torox.", "F'Ħal Farruġ ukoll hemm bini li huwa proprjeta' tal-gvern li suppost huwa intenzjonat biex jinfetħu xi ħwienet, iżda sal-lum għad m'hemm xejn u allura r-residenti ġewwa Ħal Farruġ għadhom imċaħħda mill-iktar servizzi bażiċi.", "Hemm ċerti areas f'din l-istess komunita' fejn lanqas il-bejjiegħ tal-gass ma jidħol.", "Jekk għandhom bżonn jixtru ċilindru gass iridu jixtruh minn numru sostanzjali ta' metri 'l bogħod u jqandluh sad-dar, u ma tridx tinsa li ħafna minnhom joqogħdu f'appartamenti bit-turġien, jiġifieri jkunu jridu wkoll itellgħu ċ-ċilindru t-taraġ.", "Oxxenita' oħra hi li l- appartamenti ġodda li nbnew minn gvern Nazzjonalita ta' qabel 1996 għadhom sal-lum mad-dawra tagħhom kollha terrapien u ġebel kbir u m'hemmx aċċessibilita' biex tidħol f'dawn l-appartamenti.", "Jekk xi ħadd irid jidħol b'pushchair irid ta' bilfors jerfgħu għax ma jistax jidħol fl-appartament u l-istess jekk xi ħadd għandu bżonn juża wheelchair, ma jistax jimxi normali fuq barra biex jidħol f'dawn l-appartamenti.", "Mr Speaker, Triq Ħal Farruġ tinsab fi stat diżastruż għax tkissret minħabba l-vetturi kbar li jgħaddu minnha u għandha bżonn dawra tajba.", "Barra minn hekk, bil-lejl din it-triq tkun kważi fi dlam ċappa.", "F'din it-triq għandek numru ta' rziezet f'postijiet diżabitati li bħala siġurta' għandu bżonn li jkollhom imqar bozza biex għallinqas ikollhom daqsxejn tad-dawl.", "Mhux qed nitkellmu fuq affarijiet kbar u ħadd m'hu qed jitlob xi searchlight, imma bozza fuq bieb ta' razzett għandha tgħin għax inkunu qed noħolqu safeguard biex nagħtu aktar sigurta' liċ-ċittadini.", "Mr Speaker, nhar il-Ħadd huwa Jum l-Omm u nħoss li għandi nagħti l-awguri tiegħi minn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż lill-ommijiet Maltin u Għawdxin kollha.", "Jiena nixtieqilhom ġurnata mill-isbaħ u nappella biex ma nqisux biss jum wieħed fis-sena li fih niftakru fl-ommijiet tagħna imma għandha niftakru fihom fil-jiem kollha tas-sena biex nagħrfu d-dinjita' ta' l-omm, il-koborta' ta' l-omm u s-sagrifiċċji li tagħmel għal uliedha.", "Irrid insellem partikolarment lil dawk l-ommijiet li huma romol, lil dawk l- ommijiet li huma separati u l-ommijiet-xebbiet u ngħidilhom biex jagħmlu kuraġġ u jiftakru fil-ġawhar li għandhom, li huma wliedhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nibda biex nawgura li ż-żjara tal- Papa li se tibda għada, tkun waħda ta' suċċess kbir kemm għall-poplu, f'dik li hija merħba li nagħtuh, kif ukoll fil-messaġġi li l-Papa jogħġbu jgħaddi lill-poplu Malti.", "Din hija żjara mill-iktar storika għaliex f'din il-mawra l-Papa se jkun qed jibbeatifika tliet ħutna Maltin, u żgur li din mhix xi ħaġa li l-Qdusija Tiegħu s-soltu jagħmel fil-vjaġġi tiegħu.", "Aħna bħala Maltin għandna biex niftaħru li se jkollna l-beatifikazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca, Suor Adeodata Pisani u l-Venerabbli Nazju Falzon.", "Din hija xi ħaġa li għandha tgħaqqadna flimkien u j'Alla ż-żjara tal-Papa tkompli sservi biex dan il-poplu Malti u Għawdxi jkun iktar magħqud kemm f'dik li hija fidi kif ukoll f'dak li huwa sewwa u tajjeb fl-interess ta' pajjiżna.", "Ladarba qed nitkellem fuq iż-żjara tal-Papa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar ix- xogħlijiet li saru u li qed isiru f'ċerti toroq li minnhom se jgħaddi l- Papa waqt iż-żjara tiegħu.", "Nibda biex ngħid li nħossni diżgustat ħafna bil-mod kif saru x-xogħlijiet fil-Mosta fejn f'din l-aħħar ġimgħa nqalgħu żewġ lanes mit-triq prinċipali, Valletta Road, u anke nqalgħet parti minn Triq il-Kungress Ewkaristiku, proprju qabel ix-showroom tas-Subaru u sal-lejla stess parti mix-xogħol għadu ma sarx.", "Dawn huma xogħlijiet li ilhom is-snin biex isiru u l-gvern Nazzjonlaita ħass il-ħtieġa li jagħmilhom proprju lejliet il-mawra tal- Papa.", "Din hija nuqqas ta' serjeta' għax meta tagħmel hekk ix-xogħol isir b'ħafna għaġġla, ejja ħa mmorru, u ma jkun qiegħed isir xejn sew.", "Għada l- Papa għal ħabta tal-5.00 p.m. se jgħaddi mill-Mosta.", "Nisperaw li jekk ma jieqafx jgħaddi bil-mod ħalli jkollna ċans nifirħu iktar bih, mhux bħalma għamel fl-aħħar mawra tiegħu meta għaddewh bi speed enormi mill-pjazza u lanqas kellna ċans insellmulu.", "Aħna rridu nagħtuh merħba kbira fil-Mosta.", "Fil-fatt hemm preparati ż-żewġ baned prinċipali - jiena l-president onorarju tagħhom - flimkien ma' dik ta' l-iscouts biex nagħtuh merħba, anke bid-daqq tal-mużika ta' dawn il-baned.", "Pero' mhux sew li jgħaddi minn main street u lanqas biss nagħtuha daqsxejn tarmac.", "Anke l-bankina fl- istess triq li saret mill-kunsill lokali ma saritx suret in-nies.", "Meta tkun miexi fuqha tistħajlek qiegħed fuq l-Alpi!", "Din saret b'mod li jekk hemm garaxx inniżżluha ftit 'l isfel, imbagħad jekk hemm bieb ta' dar li qiegħed ogħla minn dak tal-garaxx, nerġgħu ntellgħuha ftit 'il fuq u nibqgħu sejrin hekk tul il-bankina kollha.", "Niggaratilek jien li anzjan lanqas jista' jgħaddi minn din il-bankina għax saqajh ma jagħtuhx biex joqgħod jinżel u jitla' qisu qed jagħmel il-ġinnastika!", "Mr Speaker, ma rridx ninsa nsemmi t-telqa totali li jinsab fiha l-qasam tad- djar Ta' Mlit u rrid ngħid li kien gost u pjaċir tiegħi li ningħaqad ma' sħabi l-Mostin u l-kunsilliera Laburisti meta għamlu l-protesta biex juru l- għadab tagħhom għal dan l-istat ta' telqa u abbandun li jinsab fih dan il- qasam tad-djar.", "Il-Mosta llum huwa t-tieni l-ikbar post f'Malta fejn għandek popolazzjoni ta' iktar minn 18,000 ruħ, bosta minnhom ħaddiema li joqogħdu f'oqsma tad-djar.", "Jiena nħoss li biex isiru l-affarijiet bażiċi u jkun hemm manutenzjoni regolari ta' l-oqsma tad-djar m'hemmx għalfejn joqogħdu jsiru protesti fil-pubbliku.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar kif qed joħorġu l-permessi għar- reserved parking fid-distrett elettorali li minnu ġejt elett jien għax donnhom m'humiex joħorġu biss għal min verament għandu bżonnhom.", "Fil-fatt innotajt li qed joħorġu permessi għal reserved parking quddiem ċerti djar li fihom ma jgħixux persuni b'diżabilita'.", "Allura min qed jabbuża?", "Hemm bżonn li nkunu serji u permessi bħal dawn noħorġuhom lil min verament għandu bżonn.", "Dan iwassalni biex ngħid xi ħaġa dwar il-problema tal- parking.", "Jiena dejjem għedt, sew issa li jiena membru parlamentari u anke meta kont għadni membru fi-korp tal-pulizija, li jekk wieħed jara li jkun hemm użu aħjar ta' l-ispazju li għandna fit-toroq żgur li tittaffa' daqsxejn il-problema tal-parking.", "Kieku kulħadd jara kif jista' jutilizza aħjar l-ispazju li għandna fit-toroq, tgħidx kemm innaqssu problemi u kemm niffrankaw flus.", "Kieku jsiru pjani bil-għaqal u flok noqogħdu nibnu parking area 'l hemm u parking tower 'il hawn, nutilizzaw sew l-ispazji li għandna fit-toroq tal-lokalitajiet tagħna, żgur li nevitaw ħafna mill-problemi ta' pparkjar u, kif għedt, ara kemm niffrankaw flus.", "Mr Speaker, jien li kont wieħed li fformajt parti mid-delegazzjoni parlamentari li morna l-Vatikan fis-sena tal-ġublew, fejn smajna d-diskorsi tal-Papa, naf kemm dan għandu għal qalbu l-ġustizzja fid-dinja, valur li mhux kulħadd jasal għalih.", "Kulħadd jaqbel li għandu jkun hawn ġustizzja fid- dinja, imm hemm differenza milli taqbel għal li tipprattikaha.", "Aħna bħala Partit Laburista nemmnu li ż-żjara tal-Papa hija waħda li għandha iktar tressaqna biex infittxu din il-ġustizzja u l-Partit Nazzjonalista fil-gvern naħseb li għandu jieħu dan il-messaġġ u fejn għad baqa' l-inġustizzji - u l- inġustizzji għadhom jeżistu – jara kif ineħħi dik l-inġustizzja.", "Il-fatt li jkollok il-provi li qed isiru l-inġustizzji u l-fatt li l-qorti tgħidlek li saret inġustizzja, inħossha iebsa wisq kemm bħala membru parlamentari kif ukoll bħala ċittadin, li l-gvern ma jinfurzax id-dritt biex jirrimedja għall-inġustizzja li tkun saret.", "Naħseb li dan huwa żmien importanti anke għall-istess Partit Nazzjonlaista fil-gvern li jaħseb fuq dawn l- affarijiet.", "Anke għaliex meta wieħed jaqra l-parti tar-rapport ta' l-awditur ġenerali li tikkonċerna t-trasport, isib li l-gvern għamel tal-post 466 ħaddiem li qabel kienu jaħdmu bħala impressed drivers.", "Jiena naqbel miegħu li lil dawn issa mpjegahom fuq bażi permanenti u ngħid li għamel sewwa, imma l- oxxenita' hija - u għalhekk naħseb li għandu jikkontempla sew il-gvern Nazzjonalista biż-żjara tal-Papa - li kellek impressed drivers oħra li kienu tkeċċew mill-gvern Nazzjonalista għax kellhom twemmin Laburista, u dawn ma ħadu kważi xejn.", "Fil-fatt dawn ħadu l-każ tagħhom quddiem il-qorti u ngħataw raġun, imma kulma ngħataw kien xi kumpens żgħir u kien hemm ukoll min ma ħa xejn.", "Mela l-Laburisti tkeċċew u min daħal flokhom sar tal-post għax kien nazzjonalisti!", "Jekk kien ġust li dawk li daħlu flok dawk li tkeċċew isiru tal-post, kemm kien ikun aktar ġust li kieku sar l-istess ma' dawk li kienu hemm qabilhom?", "Bħal dawn il-każi hemm biżibilju!", "Jiena nemmen li kull wieħed u waħda minna għandna responsabilita' lejn pajjiżna li nkunu onesti u ġusti u l-Papa Ġwanni Pawlu II żgur wera li għandu dawn iż-żewġ valuri qawwija għal qalbu.", "Tant hu hekk li f'kull post li mar, b'sorpriża għal kulħadd, anke talab skuża għall-inġustizzji li setgħu għamlu ta' qablu.", "Per eżempju, mar il-Greċja u talab skuża minħabba l-kwestjoni tal-firda li hemm bejn l-Ortodossi u l-Kattoliċi.", "Fejn qatt smajna, per eżempju, li xi papa jinża' ż-żarbun u jimxi ħafi biex jagħmel bħall-Misilmin u jidħol fil-Moskea?!", "Imma dan il-Papa għamilha.", "Allura jiena nemmen li din iż-żjara tal-Papa għandha tkun ta' direzzjoni.", "Din hija d-direzzjoni t-tajba li wieħed għandu jimxi fuqha, id-direzzjoni tal- Papa Ġwanni Pawlu II.", "Inutli li jkollok ħafna slogans warajk.", "Il-fatti huma li rridu nagħmlu ġustizzja ma kulħadd, irridu nimxu bl-istess kejl ma' kulħadd.", "Din li kull gvern li jkun hemm joħloq l-inġustizzji u mbagħad forsi jsewwihom ta' warajh, trid tispiċċa minn pajjina.", "Mr Speaker, il-messaġġ tiegħi hu li fl-okkażjoni tal-mawra tal-Papa għandna naħsbu fuq dan.", "Jiena ċert li se nitgħallmu ħafna minn din iż-żjara.", "Nisperaw li jieħu l-mistrieħ li għandu bżonn biex inkunu nistgħu nisimgħuh - għax mill-informazzjoni li għandi huwa batut u għajjien ħafna - biex f'dawn il-jumejn ingawduh u nitgħallmu mingħandu għax kulħadd għandu x'jitgħallem, anke dan il-parlament, mill-messaġġi tal-Qdusija Tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 14 ta' Mejju 2001, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CAP/UE - AGRO-INDUSTRIJALISTI", "24885.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' agro-industrijalisti li ntbagħtu mill-Gvern Malti matul l-1999 u 2000 sabiex dawn jifhmu l- bidliet li jridu jwettqu biex ikunu konformi mas-sistemi tar-regoli tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea?", "Meta marru u meta se jmorru agro-industrijalisti oħra matul din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 24881.", "ĠBID TA' FILMS", "24924.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħroġ ir-rapport li s-Segretarju Parlamentari George Hyzler kien ħatar kumitat biex jagħmlu f'awissu li għadda, biex nattiraw aktar kumpanniji biex jinġibdu films hawn Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li fit-22 ta' Awissu tas-sena li għaddiet, kien inħatar kumitat kompost minn diversi persuni li jaħdmu fl- industrija tal-films biex jidentifika nuqqasijiet li jeżistu fis-settur u biex jissuġġerixxi tibdil.", "F'dawn il-ġranet il-kumitat lesta r-rapport u fil-jiem li ġejjin mistenni jippreżentah lis-Segretarju Parlamentari l- Onorevoli Dr George Hyzler.", "GLADIATOR – SETT TAL-FILM", "24925.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx ikkunsidrat li jinżamm is-sett kbir tal- film Gladiator, bħalma kien inżamm is-sett tal-film Popeye li kull sena jiġbed madwar 100,000 turist lejh?", "Jekk ma kienx ikkunsidrat, x'kienet ir- raġuni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li s-sett tal-film Gladiator kien jokkupa l-parti l-kbira tal-Forti Ricasoli.", "Dan is-sett kien intiż biex ikun ta' natura temporanja u, sa fejn jiena nfurmat, la qatt sar xi studju dwar l-ispiża biex jinżamm u jiġi mantenut, u lanqas tal-potenzjal bħala attrazzjoni turistika.", "Hemm il-ħsieb li l-Forti Ricasoli tintuża għall-ġbid ta' films sakemm jiġi determinat użu aktar xieraq għalih.", "Is-sett tal-Gladiator kien, xi ftit jew wisq, jillimita t-tip ta' użu li jista' jsir fil-fortizza.", "MET OFFICE - SAJJIEDA", "24926.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana x'pożizzjoni uffiċjali ħa l-Ministeru dwar il-ħlas ta' Lm2.10 li l-met office qed jitlob lis-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "Jista' jara li din it-taxxa fuq is-sajjieda tiġi mneħħija immedjatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-MIA Met Office ma jaqgħax taħt il-Ministeru tiegħi.", "Pero' xorta waħda l-Ministeru segwa mill-qrib dan is-suġġett.", "Għaldaqstant, ninforma l-Onor.", "Interpellant illi l-MIA Met Office ħarġet stqarrija fit-30 ta' Marzu 2001, fejn huwa ċar li s-servizz kollu li kienu jingħataw is-sajjieda għadu jeżisti.", "L-Uffiċju Meteoroloġiku joħroġ rapport ta' tbassir tat-temp kull sitt siegħat lill-mezzi kollha tax-xandir, lit-turretta tal-palazz il-Belt u lill-Valletta Radio.", "L-informazzjoni hi ukoll aċċessibli minn fuq il- website tal-MIA kif ukoll permezz ta' short messaging system (SMS) tal- Vodafone.", "Ir-rapport tat-temp jinkludi previżjoni għal erbgħa u għoxrin siegħa jew tlett ijiem kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-baħar fuq medda ta' ħamsin mil nawtiku madwar il-gżejjer Maltin.", "Dan jiġi ppublikat darbtejn kuljum fuq il-website tal-MIA kif ukoll fuq l-SMS u jiġi mibdul meta u jekk ikun hemm bżonn.", "Barra minnhekk rapport tat-temp dettaljat għal matul il- lejl speċifikament għall-baħħara u s-sajjieda jixxandar minn fuq il-mezzi tax-xandir tal-istat kuljum bejn l-erbgħa u l-ħamsa ta' filgħaxija.", "L- ispiża ta' talba speċifika għar-rapport normali tat-temp issa saret 21ċ minflok il-5ċ ta' qabel.", "Rigward is-servizz professjonali dedikat, li jiswa Lm2.10c, dan ma kienx dirett lejn is-sajjieda.", "Dan is-servizz rarament kien jingħata wkoll bit- telefon mingħand il-Met Office.", "Il-Met Office kien jirċievi numru kbir ta' telefonati kuljum għal rikjesta tat-temp ta' kull tip min mara tad-dar sa kuntratturi ta' xogħol fuq il-baħar.", "L-okkażjonijiet fejn sajjieda talbu l- informazzjoni tat-tip tas-servizz professjonali kien negliġibli fl-aħħar snin.", "SERVIZZI VETERINARJI - LIĊENZJI TA' IMPORTAZZJONI TA' TJUR/ANNIMALI", "24928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana kemm ddaħħlu f'Malta u f'Għawdex annimali, tjur, għasafar , eċċ. bil-liċenzji u l-permessi tad-dipartiment tas-servizzi veterinarji minn Jannar 'l hawn?", "Minn liema pajjiżi ddaħħlu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat mid-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju illi daħlu annimali u għasafar skond it-tabella segwenti:", "|Belġju|Għasafar u |sad- 09 ta'| | |Ħamiem |Marzu | |Olanda|Għasafar u |sas- 06 ta'| | |Ħamiem |Marzu | |Italja|Fniek |sas- 07 ta'| | | |Marzu | |Spanja|Għasafar |sas- 26 ta'| | | |Frar | |Żvezja|Żwiemel |sa' l-20 | | | |ta' Frar | |Franza|Żwiemel |sas- 26 ta'| | | |Frar | |Renju |Għasafar u |sas- 07 ta'| |Unit |Ħamiem |Frar |", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI FARMAĊEWTIĊI", "25089.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk jinżammx inventarju fid-Diparitment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern?", "Jista' jgħid x'qed isir minn dik l-għamara li qed tiġi mibdula?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jinżamm inventarju.", "Dan jiġi updated minn żmien għall-ieħor.", "L-għamara xorta qed tintuża f'sezzjonijiet oħra tal-GPS li kellhom bżonnha.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI FARMAĊEWTIĊI", "25090.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali responsabbli mill-ħlas lill-agenti fid- Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li n-numru ta` uffiċjali responsabbli mill-ħlas lil aġenti fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi huwa 11.", "Dawn jikkonsistu:-", "Senior Principal (Parental Leave) Principal", "Assistant Principals (1 Parental Leave)", "Executive Officers (1 Parental Leave)", "Clerks", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI FARMAĊEWTIĊI", "25091.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini l-ġdid tad-Dipartiment tas- Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ġewwa tal-Qroqq?", "Jista' wkoll jgħid għaliex qed jitranġa l-bini tal-istess dipartiment ġewwa G'Mangia meta hemm il-pjan li jinbena bini ġdid?", "X'ser isir mill-bini eżistenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li saret applikazzjoni b'forma ta` outline development għal bini ġdid tad-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal- Gvern lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "L-applikazzjoni PA04856/00.", "Ġiet irreġistra valida fit-18 ta` Settembru 2000 u għadha qed tiġi proċessata mill-awtorita`.", "Wara lmenti li saru mill-unions u peress li l-bini tal-Government Pharmaceutical Services ma kienx attrezzat għall-bżonnijiet neċessarji ta` kuljum, kien ġie deċiż li jsiru t-tibdiliet neċessarji.", "La darba il-GPS tmur fil-bini l-ġdid, il-bini eżistenti jintuża minn oqsma oħra fid- dipartiment.", "DWANA", "25092.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Matul is- sena 2000 u fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2001 kien hemm rapporti li l- impjegat tad-dwana li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament naqas waqt dmirijietu fuq il-post tax-xogħol?", "X'kienu dawn in-nuqqasijiet?", "X'passi ttieħdu fil-konfront tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tad- Dwana kien wasallu rapport li dan l-impjegat kien daħal fl-Arrivals Hall ta' l-Ajruport meta hu ma kienx fuq xogħol.", "Wara li saru l-investigazzjonijiet fuq il-każ, dan l-impjegat ingħata warning mid-Direttur tiegħu u kien trasferit mis-sezzjoni li kien fiha, jiġifieri dik ta' Kontra d-Drogi.", "SISTEMA TA' STIPDENJI - ĦLAS LURA", "25093.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi tweġiba sodisfaċenti se tingħata lill-istudenti (dokumenti mibgħuta separatament) li fl-24 ta' Ottubru 20000 u 12 ta' Frar 2001 kitbu lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni dwar ħlas lura tas-self li għamlu skond is-sistema ta' stipdenju li daħlet waqt l-istudju tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'korrispondenza li l-Ministeru rċieva mingħand wieħed mill-istudenti li għalihom tirreferi d-domanda jingħad li \"fil-bidu tas-sena akkademika 1997 il-Ministru ta' l-Edukazzjoni kien wegħdna li dawk l-istudenti li jiksbu riżultati eċċellenti fil-korsijiet rispettivi tagħhom ikunu eżentati mill-ħlas lura tas-self\".", "Minn riċerka li saret fil-files tal-Ministeru u tad-Diviżjoni s-issa ma nstab ebda dokument li juri meta, minn min, u kif saret din il-wegħda u x'inhuma l-implikazzjonijiet finanzjarji u legali tagħha.", "Lanqas ir- Regolamenti, maħruġa f'dak iż-żmien mill-Onor.", "Interpellant meta kien ikopri dan id-dekasteru, ma jgħidu xejn dwar dan.", "L-Onor.", "Membru japprezza li f'materja finanzjarja bħal din, l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu d-dokument rilevanti b'appoġġ għall-pretensjoni konċernata qabel isir il-ħlas.", "SKEJJEL - SKOLA NINU CREMONA", "25094.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li l-Assistent Direttur għal Għawdex joħroġ ċirkulari lill-ġenituri li jibgħatu lill-uliedhom fl- iskola Ninu Cremona bid-data tal-14 ta' Marzu 2001?", "X'riżultat ħalliet s'issa din iċ-ċirkulari?", "X'qed isir biex l-għalliema ta' l-istess skola jagħtu eżempju tajjeb lill- istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Assistent Direttur għal Għawdex kien qed jirċievi regolarment ilmenti dwar l-Iskola Ninu Cremona.", "Diversi għalliema wkoll kellmuh biex jekk hu possibbli jgħin biex is-sitwazzjoni titjieb.", "Barra minn dan, l-Assistent Direttur iltaqa' mat-tim amministrattiv ta' l-iskola u ddiskuta x'passi għandhom jittieħdu fiċ- ċirkustanzi.", "L-Assistent Direttur iltaqa' ma' għalliema u t-tim amministrattiv ta' l- iskola meta kienu qed isiru l-eżamijiet ta' nofs is-sena.", "F'dawn il- laqgħat intwera l-bżonn urġenti li ċerti nuqqasijiet għandhom jitranġaw għall-ġid ta' l-iskola, ta' l-għalliema nfushom u ta' l-istudenti.", "Kien ġie miftiehem fl-aħħar laqgħa li tintbagħat ċirkulari lill-ġenituri kollha, iffirmata wkoll mill-kap ta' l-iskola; pero` meta din kienet lesta l-kap ta' l-iskola ma xtaqx jiffirmha u għalhekk l-Assistent Direttur bagħtha bil- firma tiegħu biss.", "Mill-kummenti li waslu fl-Uffiċċju ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex u mill- appoġġ sħiħ li qed juru l-ġenituri u l-maġġoranza kbira ta' l-għalliema jidher li ċ-ċirkulari qed tħalli riżultat pożittiv.", "Qed isir dak kollu possibbli, fosthom żjajjar regolari f'din l-iskola, biex jiġi assigurat li s-sitwazzjoni tkompli titjieb.", "QORMI ROAD - BANKINA", "25111.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bankina tul il-parti ta' Qormi Road, Qormi mill-parti tar-roundabout ta' Luqa Road f'Luqa għal Ħal Qormi minħabba l-periklu li dawk li jgħaddu bil-mixi minn hemm jinsabu fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellanta għal mistoqsija parlamentari Nru. 25110.", "IRONMONGERY SHOP", "25112.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod u għal liema skopijiet ingħatat l-art li fuqha illum hemm ironmongery shop f'Luqa Road, Luqa fl-area ta' Ħal Farruġ?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda kopja tas-sejħa li setgħet saret u tal- kundizzjoni li fuqhom din l-art ttieħdet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-art li fuqha llum hemm ironmongery shop ingħatat b`ċens temporanju għal ħamsin (50) sena għal skop kummerċjali, b`effett mis-17 ta` Novembru 1994, wara sejħa għall-offerti li saret fit-30 ta` Settembru 1994 (Avviż Nru. 248).", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti u kopja tal-kundizzjonijiet.", "PROTECTOR MAC-CENTRE STRIP", "25120.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir protector xieraq mac- centre strip ta' quddiem id-djar f'Luqa Road, Luqa biex jinqata' l-periklu li hemm ta' accidents regolari ta' karozzi li jidħlu fil-filata ċnagan li hemm bħalissa b'riskju għas-sewwieqa u aktar għal dawk li jkunu bil-mixi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellanta għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 25110.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "25121.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu skond il-grad dawk l-uffiċċjali fil- Ministeru għal Għawdex li telqu mill-Ministeru u marru jaħdmu f'xi taqsima jew sezzjoni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jispeċifika l­perijodu rigward l­informazzjoni mitluba.", "VEJIKOLI U PERSUNI - BEJN GĦAWDEX U MALTA", "25188.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm ivvjaġġaw vejikoli u persuni bejn Għawdex u Malta u viċe-versa bejn it-12 ta' April u il-15 ta' April ta' din is-sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li 9247 vettura u 41,893 passiġġier qasmu bejn Malta u Għawdex pemezz tal-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel bejn it-12 u l-15 ta' April 2001.", "MULTI EĊĊESSIVI", "25189.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Fid-dawl illi persuni li nstabu ħatja illi daħlu fi propjeta privata, sawtu persuna u għamlu ħsara u anke serqu, weħħlu multa ta' xi Lm 25 kull wieħed u twiddiba biex ma jerġgħux, ma jidirlux il-Ministru illi multa għal ipparkjar ħażin u li jwasslu għall-towing iġġiefieri LM 45 huma xi ftit eċċessivi u għandhom jittnaqqsu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-pieni ghal reati varji huma stipulati fil-liġijiet rispettivi.", "Huwa fil-ġudizzju tal-ġudikant li jistabilixxi il-piena mistħoqqa.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja la ghandu dritt u lanqas jista` jindaħal f`dan il-mertu.", "QRATI", "25190.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra, jekk kienx hemm żieda fil- kawżi mismugħa u konklużi (a) fil-Qrati Superjuri u (b) fil-Qrati inferjuri fl-aħħar sitt xhur?", "Kemm hu l-għadd tal-kawżi pendenti illum paragunat ma' sitt xhur ilu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher hawn taħt:", "|QRATI |BEJN |23/04/0|PENDENTI| |SUPERJURI|1/10/00|1 |ILLUM | | |- | | | | |KONKLUZ|PENDENT| | | |I |I | | | | | | | |Prim`Awla|1109 |10662 |8766 + | |tal-Qorti| | | | |Civili | | | | | | | |174 mhux| | | | |appt. | |Prim`Awla|16 | 127 |100 | |tal-Qorti| | | | |Civili(Se| | | | |de | | | | |Kostituzz| | | | |jonali) | | | | |Qorti ta`|299 |998 |765+ | |l-Appell | | | | | | | |362 mhux| | | | |appt. | |Qorti |12 | 70 |56 | |Kostituzz| | | | |jonali | | | | | | | | | |QRATI |BEJN |23/04/0|PENDENTI| |INFERJURI|1/10/00|1 |ILLUM | | |- | | | | |KONKLUZ| | | | |I |PENDENT| | | | |I | | |Magistrat|956 |3260 |2275. | |i | | | | | | | |+3 mhux | | | | |appt | |Tribunal |839 | 1640 |345 | |tat-Talbi| | | | |et Zghar | | | |", "TECHNOPARK", "25191.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' intrapriżi (a) barranin u (b) Maltin li bdew joperaw fit-Technopark tal-Mosta minn Ottubru 1999 sal-lum?", "Kemm iħaddmu nies illum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn Ottubru 1999 sa llum, kien hemm tlitt intrapriżi barranin u oħra Maltija li bdew joperaw fit-Technopark tal- Mosta.", "Bejniethom dawn jimpjegaw 101 ħaddiem full time u 9 fuq bażi part- time.", "INVESTIMENT MIL-ĠAPPUN", "25192.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jistgħax l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk ġiex imħajjar lejn Malta investiment mil-Ġappun minn meta kien żar dak il-pajjiż xi żmien ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'Ottubru tas-sena li għaddiet, jiena żort il- Ġappun fejn ħadt sehem f'żewġ seminars organizzati mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.", "L-għan ta' dawn l-attivitajiet ma kienx li jwasslu għal riżultati immedjati, iżda ninsab infurmat li bħalissa qed jiġu finalizzati l-kuntatti ma' kumpanija Ġappuniża sabiex din tiftaħ bażi operattiva f'Malta minn fejn tkun tista' tilħaq is-swieq fl-Afrika ta' Fuq.", "Jekk dan iseħħ, inkunu għamilna break-through mill-aktar importanti fl- istrateġija biex nattiraw lejn pajjiżna investiment mill-Ġappun.", "CRAFTS VILLAGE", "25193.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat il-Gvern biex jiġi żviluppat kif jixraq crafts village f'Ta' Qali?", "Kemm ilu jiġi kkunsidrat proġett fuq dawn il-linji?", "Għaliex għadha ma tteħditx inizjattiva biex jibda x-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-pjanijiet tal-Gvern għal Ta' Qali, li jinkludi wkoll il-Crafts Village, diġa' huma magħrufa u jinsabu fid-dokument Ta' Qali Action Plan ippubblikat fi Frar 2000 mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u fid-dokument Ta' Qali Crafts Village Development Brief - Public Consultation Draft pubblikat fi Frar ta' din is-sena.", "Il-perjodu ta' konsultazzjoni wasal fit-tmiem.", "Meta jintemmu l-konsultazzjonijiet ikun imiss il-pass tal-ħruġ tas-sejħa għall-offerti għall-iżvilupp inniffsu.", "ĦLAS AMMINISTRATTIV", "25303.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jintalab ħlas amministrattiv ta' Lm 25 meta xi cheque ma jissarafx għall-ħlas ta' kont tad-dawl?", "X'jiġri jekk fil-każ ikun sar żball mill-personnel tal-istess korporazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma titlob ħlas amministrattiv ta' Lm25 meta ċekk li jsir biex ikopri l- ħlas tal-kont tad-dawl u l-ilma ma jissarrafx minħabba li ma jkunx hemm flus biżżejjed fil-kont bankarju tal-konsumatur.", "Dan il-ħlas amministrattiv ikopri l-ispejjeż li l-Korporazzjoni tagħmel biex treġġa' lura l-ammonti u tibbilanċja l-kont u biex ikopri wkoll l- ispejjeż li tidħol fihom il-Korporazzjoni Enemalta meta tibgħat il- Compliance Officers biex jiġbru dan l-ammont ta' flus mingħand il- konsumatur.", "Naturalment, jekk jirriżulta li l-iżball ma jkunx tal-konsumatur, il-ħlas amministrattiv ma jiġix mitlub.", "ŻABBAR - TRIQ ELESSIO ERARDI", "25304.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress sabiex tkun installata bozza fin-naħa ta' isfel ta' Triq Elessio Erardi, Żabbar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "OPERAZZJONIJIET TAL-KATARRETTI", "25305.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-waiting list għall-operazzjonijiet tal-katarretti għal kull professur responsabbli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-waiting list għall- operazzjonijiet tal-katarretti għal kull professur hija kif ġej:-", "Mr. Thomas Fenech - 518 Dr. Jan Janula - 647", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ", "25306.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ser isir fuq toroq din is- sena mid-dipartiment tat-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba minn l-Onor.", "Interpellant kif inhi sa llum (għaliex il-proċess tax-xogħol fit-toroq hu wieħed kontinwu) ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "WSC", "25307.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir sabiex jissaħħaħ l-pressa tal-ilma fi Triq San Ġwann, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa' ħarġet il-kuntratt biex jibda xogħol fuq is-sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma fl-inħawi ta' Triq San Ġwann, Bormla.", "PEDESTRIAN CROSSING", "25308.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li Vjal Kottoner Fgura saret triq traffikuża ħafna, jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing u dan sabiex minbarra r-residenti ta' Vjal Kottonera, ikunu jistgħu jinqdew wkoll ir- residenti tat-toroq V.Maculano, Carapechia,Gallu, Mondion, San Ġwann u oħrajn u dan biex jonqos il-periklu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.", "REKLAMI", "25323.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.", "REKLAMI", "25324.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25325.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25326.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25327.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25328.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTRAVENZJONI", "25405.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jiċċara jekk local wardens għandhomx iwaqqfu x- xuffier u l-vettura meta jaraw xi kontravenzjoni aktar milli jagħtu ċ- ċitazzjoni mingħajr ma s-sewwieq ikun konxju ta' dak li qed jagħmel kif fuq kollox jagħmlu l-pulizija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Skond l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali, il- Gwardjani Lokali għandhom is-setgħa li jwaqqfu kull persuna fuq suspett li tkun kisret xi regolament jew bye-laws.", "Dan iżda mhux dejjem ikun possibli speċjalment meta jista` jinħoloq xi periklu minħabba toroq traffikużi.", "ENEMALTA", "25463.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "21977, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-talba ġietx ikkunsidrata s'issa mill-Enemalta u jekk iva, x'inhu l-eżitu tad-deċiżjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li t-talba biex titwaħħal lampa ġdida fi Sqaq Strejnu 1, iż-Żejtun, qed tkun ikkunsidrata.", "Tajjeb jingħad li qabel tittieħed deċiżjoni biex titwaħħal lampa ġdida fi triq, iridu jiġu kkunsidrati diversi fatturi, fosthom xogħol ieħor li jkun meħtieġ minbarra t-twaħħil tal-lampa nnifisha.", "Dawn il-fatturi jvarjaw minn talba għal oħra, anke jekk it-talba tkun l-istess.", "GOZO CHANNEL", "25482.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-priority boarding li tintuża għall-vapuri tal-Gozo Channel?", "Minn minn saret din il-lista u meta ġiet updated?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal- Priority Boarding li tintuża għall-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel.", "Din il-lista saret mill-Kumpanija b'effett mid-19 ta' Mejju 2000, u dan wara li kienet approvata mill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Il-lista attwali hija bbażata fuq lista oħra datata 16 ta' Marzu 1990 u amendata fl-20 ta' Mejju 1996 li kienet ħarġet mill-Pulizija.", "Tajjeb jingħad li dawk kollha li huma ntitolati għal Priority Boarding ġew avżati individwalment b'ittra mibgħuta lilhom mill-Kumpanija f'Lulju tas- sena 2000.", "ANZJANI", "25483.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta u f'liema ċirkostanzi anzjani jistgħu japplikaw għall-tnaqqis fir-rata tad-dawl u l- ilma kif wkoll ir-rata tat-telefons?", "Fiż-żewġ każi kemm bżonn li l-anzjan jew anzjani jkollhom il-karta r-roża?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14371.", "ENEMALTA", "25484.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi biex l-Enemalta tagħmel bozza fi Sqaq Strejnu 1, fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Zejtun għaliex fuq in-naħa ta' ġewwa ta' dan l-isqaq hu ferm mudlam w hemm xi anzjani jgħixu waħedhom, possibli l-Enemalta tgħid fejn waslet din it- talba?", "Billi f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti l-Ministru kien weġibni li l- Enemalta qed tikkunsidra din it-talba possibli niġi infurmat fejn waslu dawn il-konsiderazzjonijiet għaliex ili snin nistenna d-deċiżjoni ta' l- Enemalta dwar din it-talba għal sempliċi bozza ġdida?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 25463 waqt din is-Seduta stess, liema mistoqsija titratta l-istess materja.", "MRI", "25485.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il MRI ittieħed kemm ilu li l-Gvern ipprovda dan is- servizz fl-isptar San Luqa?", "X'kienet l-ispiża kapitali għall-dan l-apparrat u x'inhi r-running cost?Kemm hemm nies fuq il-waiting list?", "Kemm-il MRI isiru bejn wieħed u ieħor kull ġimgħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mit-13 ta` April 2000 sa l-aħħar tas-sena saru 1364 eżami ta` l-MRI.", "Mill-1 ta` Jannar 2001 sat-30 ta` April 2001 saru 871 eżami.", "Is-Servizz ta` MRI ilu 12-il xahar fl-Isptar San Luqa.", "Ma kien hemm l-ebda spiża kapitali involuta.", "L-MRI huwa mikri b'rata ta` US$296,000 kull sitt xhur.", "Hemm 250 il-persuna fuq il-waiting list u jsiru bejn wieħed u ieħor 60 MRI kull ġimgħa.", "Din il-waiting list se titnaqqas konsiderevolment fil-ġranet li ġejjin meta l-eżamijiet ta` l-MRI ser jibdew isiru wkoll wara nofs in-nhar.", "BIĊĊERIJA", "25487.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn filwaqt li x-xerrejja tal-laħam qed jitħallew jidħlu fil-biċċerija matul il-qatla u l-bejgħ taċ-ċanga (nhar ta' Tlieta), mhumiex qed jitħallew jidħlu nhar ta' erbgħa meta ssir l-qatla tal- majjal?", "X'vantaġġi qed toffri din id-differenza sabiex titnaqqas l- infettivita' tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant li meta twaqfet is- sistema tax-xiri tal-majjal mid-Distributuri din kient bl-iskop li fil- biċċerija jitnaqqas, minħabba hygiene, kemm jistgħa jkun id-dħul ta' persuni.", "Għar-rigward il-bejgħ taċ-ċanga din issir b'sistema differenti għax iċ-ċanga ma tinbiegħx bil-karkassa imma bil-biċċiet.", "CSA", "25488.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu CSA's matul dawn l-aħħar sentejn?", "Mill-liema vot qegħdin jitħalsu dawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-aħħar sentejn daħlu 246 CSAs.", "Dawn kienu mqassmin hekk:", "1999 - 105 2000 - 78 2001 - 63", "Dawn qegħdin jiġu mħallsin mil-vot tas-Servizz u Kura fid-Djar għall- Anzjani.", "PARKING", "25490.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fuq liema bażi l-applikazzjoni li qed tintbagħat separatament ġiet rifjutata meta fl-area immarkata (highlighted) diġa qed issir parking u anke biswit tagħha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23992.", "PA", "25570.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li fl-applikazzjoni ta' Scamp's Palace, il-Birgu, il- Method Statement tar-restawr ippreparat mil-Perit tal-Proġett ma kienx jaqbel mal-pjanijiet sottomessi mill-istess Perit iżda xorta waħda ġew approvati t-tnejn (il-method statement u l-pjanti sija mill-Heritage Advisory Committee, sija mill-planning directorate u sija mill-planning authority?", "Min għandu l-awtorita' legali (jiġifieri jekk hijiex l-Awtorita tal- Ippjanar, il-Ministru, il-Kabinet jew il-Parlament) biex japprova building heights aktar għoljin minn dawk stipulati (it-temporary provision schemes għal permessi ta' bini?", "Min għandu l-awtorita' legali (jiġifieri jekk hijiex l-Awtorita' tal- Ippjanar, il-Ministru, il-Kabinet jew il-Parlament) japprova permessi ta' bini f'żoni mmarkati bħala green area fit-temporary provision schemes?", "Min għandu l-awtorita' legali (jiġifieri jekk hijiex l-Awtorita' tal- Ippjanar, il-Ministru, il-Kabinet jew il-Parlament) li japprova permessi ta' bini f'żoni mmarkati outside development zone?", "Meta twaqffet il-proċedura li l-agenda tad-Development Control Commission u tal-Awtorita' tal-Ippjanar rispettivament, tiġi ppreparata fil-planning directorate?", "Min għandu d-dritt li jqabbez applikazzjonijiet li jkunu wara oħrajn fuq l- agenda jew tad-DCC jew tal-Awtorita' tal-Ippjanar?", "Min għandu d-dritt itella' applikazzjoni għal-permess jew jistieden lill- applikant flimkien mal-avukat tagħhom sabiex jidhru quddiem l-Awtorita' tal- Ippjanar mingħajr ma tkun elenkata fuq l-aġenda u/jew avżata fil-gazzetti kif normalment isir?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija li tirrigwardja l- applikazzjoni għall-iżvilupp ta` Scamp`s Palace, il-Birgu, ninsab infurmat illi l-method statement approvat kien jaqbel mal-pjanti sottomessi, iżda sar ċertu xogħol li ma kienx konformi ma` dettal indikat fil-method statement.", "Għalhekk l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet notifika ta` nfurzar sabiex jieqfu u jitneħħew ix-xogħlijiet mhux approvati u li ma kienux aċċettabli.", "Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat kif ġej:-", "Building Heights iktar għoljin minn dawk stipulati jistgħu jiġu mibdula fil- Pjanijiet Lokali li jiġu approvati mill-Awtorita` u mbagħad mill-Gvern.", "Jista` jkollok, iżda, sitwazzjoni fejn f`applikazzjonijiet li għandhom 'site area' ikbar minn 3000m2 jista` jiġi applikat il-'Floor Area Ratio' kif spjegat fil-policy \"Development Control & Design Guidance 2000\" u allura jista` jkollok għoli iktar minn dak stipulat.", "Il-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp u l-Bord ta` l-Awtorita` għandhom l-awtorita` legali li japprovaw permessi ta` bini f`żoni mmarkati bħala green area.", "Il-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp u l-Bord ta` l-Awtorita` għandhom l-awtorita` legali li japprovaw permessi ta` bini barra miż-żona ta` l-iżvilupp.", "L-Aġenda kemm tal-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kif ukoll dik tal- Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp hija r-responsabbilita` tal-Bord jew tal-Kummissjoni stess u dejjem ġew ippreparati fuq struzzjonijiet tagħhom.", "Fl-20 ta` Novembru 2000, il-grupp tas-segretarji li jipprepara l- Aġenda ġie rilokat minn uffiċċju fid-Direttorat għal ieħor fl-uffiċċju taċ- Chairman.", "Ħadd m`għandu d-dritt li jqabbeż applikazzjonijiet li jkunu wara oħrajn jekk mhux fuq struzzjonijiet tal-Bord jew tal-Kummissjoni jew tac-Chairman rispettiv tagħhom.", "Kemm l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kif ukoll il-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp jirregolaw il-proċeduri tagħhom.", "MIŻURI DIXXIPLINARI", "25571.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lil Kamra x'passi jew miżuri dixxiplinari qiegħed jieħu l-ambaxxatur fi Brussels jew il-permanent segretary fil-ministeru, fil-konfront ta' persuna, membru ta' l-istaff diplomatiku fl-ambaxxata ta' Brussels under separate cover li skond rapporti li għandi jfalli regolarment mid-doveri tiegħu u li mhux jagħmel dak li huma d-duties li suppost jagħmel?", "ONOR.", "JOE BORG: L-Ambaxxatur fi Brussell jinforma li l-istaff diplomatiku kollu fl-ambaxxata ta' Brussell jaqdi d-doveri tiegħu b'mod li hu jqis soddisfaċenti ħafna, u li ma hemm l-ebda każ ta' xi ħadd li mhux qed jagħmel id-duties li suppost jagħmel.", "ARBLI QUDDIEM IL-PALAZZ", "25572.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fl-isfond tal-ħidma li qiegħda ssir biex il-Belt Valletta tingħata l-ħajja u anke tingħata dehra isbaħ u aħjar, jista' l-Ministru jara li l-arbli li hemm fuq il-palazz li fuqhom jittajjru l-bnadar tal-President u dik ta' Malta jingħataw passata żebgħa biex ma jibqgħux żdingati u mibruxin kif inhuma bħalissa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jieħu l- passi meħtieġa.", "DIPARTIMENT TAL-KUMMERĊ", "25573.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pressing plants jew cd manufacturing plants reġistrati f'Malta biex jipproduċu materjal simili?", "Kemm hemm kumpaniji liċenzjati biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "Kemm hemm record producers reġistrati biex joperaw f'dan il-mod f'pajjiżna?", "Hemm xi applikazzjonijiet pendenti mad-Dipartiment tal-Kummerċ dwar pressing plants, cd manufacturing plants jew record producers li huma intenjonati li jibdew joperaw f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Skond il-liġijiet preżenti li huma amministrati mid- Diviżjoni għall-Kummerċ, pressing plants jew cd manufacturing plants, kemm jekk huma kumpaniji kif ukoll jekk imprendituri oħra, ma jirreġistrawx ma' xi wieħed mid-Direttorati ta' din id-Diviżjoni.", "Għal dak li huwa investiment dirett barrani bil-ħsieb li jopera f'dan is- settur, id-Direttorat għas-Servizzi Kummerċjali ta' l-istess Diviżjoni ma għandu ebda applikazzjoni pendenti.", "SEASONAL PATTERN", "25574.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC tistax' tiġġustifika s-seasonal pattern li permezz tiegħu il-labour supply jonqos fl-aħħar quarter tas-sena u jiżdied fl-ewwel quarter tas-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Labour Supply naqas fl-aħħar quarter tas-sena minħabba t-tnaqqis fl-impiegi f'ċerti setturi partikolarment bħas-settur tat-turiżmu u tal-wholesale and retail.", "Iż-żieda fil-labour supply fl- ewwel xaharejn ta' din is-sena hija dovuta l-aktar għal żieda fl-impiegi fil-community and business u f'xi setturi oħra fil-manifattura.", "IMPRESSED DRIVERS", "25575.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm b'kollox impressed drivers?", "Kemm minnhom diġa ġew integrati fis-settur pubbliku?", "X'xogħol ingħataw?", "Meta mistennija jiġu integrati fis-settur pubbliku?", "X'xogħol ingħataw?", "Meta mistennija jiġu integrati l-oħrajn?", "Minn dawk kollha li kellhom xogħol ta' impressed drivers kullħadd aċċetta li jidħol mal-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l- Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.", "NIES ĠODDA", "25576.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn tmiem Diċembru sal-lum kemm iddaħħlu nies ġodda mal-Gvern u ma korpi parastatali - separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.", "LABOUR MARKET", "25577.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'reclassification execises saru fil-qasam tal-labour market f'dawn l-aħħar ħmistax-il xahar?", "X'kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat- Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24666 ninfurmah li b'riżultat tar-reclassification exercises li saru f'dawn l-aħħar 15-il xahar, kien hemm sitta u għoxrin kumpanija li nbidel is-settur tagħha.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawn il-kumpaniji.", "LONG TERM UNEMPLOYED", "25578.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu mir- reġistrar f'dawn l-aħħar tliet xhur talli ma aċċettawx xogħol mal- kuntratturi?", "X'etajiet kellhom?", "Kemm minnhom kienu long term unemployed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jista' l-Onor Interpellant jispeċifika għal liema settur ta' 'kuntratturi' qed jirreferi għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu?", "KERA", "25583.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga dwar jekk hux il-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu mgħoddija separatament ikollha l-kera gravanti l-fond li hi tiddetjeni riveduta issa li miet żewġha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "LETTERBOX", "25584.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Filwaqt li ssir riferenza għad-dokumenti annessi, jista' l- Ministru jinforma l-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titneħħa letter box fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ u dan billi qiegħdha f'post perikoluż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fir-rigward tal-kaxxa ta' l-ittri msemmija li allegatament tinsab f'post perikoluż, għalkemm ta' min jgħid li din il-kaxxa ilha 'l fuq minn ħames snin f'dan il-post, id-direzzjoni tal- Maltapost qiegħda tikkorrispondi mal-Kunsill Lokali bil-għan li tinstab soluzzjoni.", "ĠNIEN PUBBLIKU", "25585.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' l-akkwist mill-Gvern Ċentrali tal- Ġnien Pubbliku fil-Marsa, dak ta' Belveder li kien beda żmien ilu w li kien ġie inawgurat mill-Eċċellenza tiegħu il-President ta' Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi, għalkemm din l-art ġiet żviluppata fi Ġnien Pubbliku fl-1970, id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura għamel it-talba uffiċjali għall-esproprjazzjoni f'Ġunju ta' l-1999.", "Għaldaqstant id-Dipartiment ta' l-Artijiet lest li jippubblika d- Dikjarazzjoni tal-President sabiex jakkwista l-proprjeta` u jikkonkludi l- kuntratt mas-sidien meta jiġu eżawriti l-proċeduri normali.", "REĠISTRU PUBBLIKU", "25586.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-ħlasijiet li qegħdin isiru lir-Reġistru Pubbliku (Dipartiment tal-Gvern) għal riċerki (fit-trasferimenti/passivita eċċ) jinkludux il-VAT?", "Jekk fl-affermattiv 1) Għalfejn l-ammont ta' VAT m'huwiex qed jitniżżel fl-invoices għall-istess riċerki li joħroġ id-Dipartiment kif kien isir qabel meta kienu joħorġu l-invoices minn Eureka Services Ltd? 2) Dan il-VAT jista' jitnaqqas minn Nutara u persuni oħrajn li jiġbru l-VAT meta jsiru l-ħlasijiet lid-Dipartiment tal-VAT? 3) Jaħsibx li l-fatt li Dipartiment tal-Gvern qiegħed jiġbor VAT mingħand il-konsumatur jmur kontra il-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-VAT kif inhi bħalissa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlasijiet li jsiru lir-Reġistru Pubbliku għal riċerki m'humiex suġġetti għall-VAT.", "F'dan ir-rigward ma hemm ebda VAT x'titniżżel fuq l-invoices li jinħarġu mid-Dipartiment.", "Peress li d-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku mhux jiġbor VAT ma hemm ebda VAT x'tintalab lura minn nutara u persuni oħrajn li jiġbru l-VAT.", "Id-Dipartiment tal-Gvern, kif spjegat hawn fuq mhux qed jiġbor ebda VAT mill-konsumatur.", "WSC", "25587.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24480?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għax-xogħolijiet li saru minn diversi kuntratturi li ġew imqabbda biex jibdlu mejnijiet ta' l-ilma, jirranġaw ħsarat, kif ukoll jagħmlu xogħol ta' servizzi ġodda u ta' bdil ta' servizzi.", "Peress li din l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali, ma narax li din għandha tiġi ppubblikata fid-dettal kif qed tintalab.", "Madanakollu nista' ngħid li l-ammont li għandhom jieħdu dawn il-kuntratturi għal xogħol lest u ċertifikat jammonta għal Lm212,541.42.", "FORZI ARMATI", "25588.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li kull min jingaġġa fil-Forzi Armati jagħmel hekk wara li jkun għadda minn eżami mediku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li dawk kollha li jingaġġaw fil- Forzi Armati jkunu għaddew minn eżami mediku biex jiġi aċċertat li jkunu fiżikament b'saħħithom biex iservu f'forza militari.", "PATROL DETAILS", "25589.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat- tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24143, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru patrol details mal-kosta mis-sezzjoni tal-laneċ tal-Forzi Armati waqt iż-żjarat ta' vapuri tal-gwerra Amerikani f'din l-aħħar sena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nifhem li ma għandiex nagħti din l- informazzjoni.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U GĦAT-TEKNOLOĠIJA", "25590.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u għat-Teknoloġija u kemm qed jitħallsu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-impjegati tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija bil-gradi u bil-pagi annwali rispettivi tagħhom huma dawn:", "| | |Lm | |Buhagiar |Asst. |4,930 | |Edmond |Coordinator/| | | |Asst. | | | |Executive | | |Buttiġieġ|Coordinator/|6,481 | |Giovanni |Executive | | |Cassano |Driver/Messe|3,503 | |Joe |nger | | |Cassingen|Int. |1,200+| |a Harper |Relations | | | |Officer/ | | |Jennifer |Senior |6,906 | | |Executive |mill- | | | (sekondata |M.D.C.| | |mill-M.D.C) | | |Dillon |Coorinator/E|6,481 | |Moira |xecutive | | |Drago |Coordinator |6,889 | |Aldo | | | |Galea |Part-time |1,350 | |Annie |cleaner | | | |(20 siegħa | | | |fil-ġimgħa) | | |Micallef |Secretary |4,413 | |Pule` |(sekondata | | |Claire |fl-Uffiċċju | | | |tal-Presiden| | | |t) | | |Schembri |Secretary |4,561 | |Rosanna | | | |Xuereb |Deputy Chief|6,385 | |Jesmond |Executive | |", "YOUTH PROGRAMME", "25591.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kordinatrici tal-Youth Programme?", "Jista' jgħid jekk għandhiex kariġi jew responsabilitajiet oħra?", "Jekk iva, kemm qed titħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'dan l-istadju l-kordinatriċi ta' l-E.U. Youth Programme ma tirċievi ebda ħlas għal dan ix-xogħol.", "Din il-persuna ma tokkupa ebda kariga jew responsabbilita` oħra fi ħdan il-Youth Programme jew fil-Ministeru tiegħi.", "LEONARDO", "25592.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kordinatur tal-Leonardo?", "Jista' jgħid jekk għandux karigi jew responsabiltajiet oħra?", "Jekk iva, kemm qed jitħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kordinatur Nazzjonali tal-Programmi Ewropej hu s- Sur Joe Sammut li jkollu l-assistenza ta' Segretarju Eżekuttiv għal kull programm.", "EUROMED YOUTH ACTION PROGRAMME", "25593.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kordinatur tal-Euromed Youth Action Programme?", "Jista' jgħid jekk għandux karigi jew responsabilitajiet oħra?", "Jekk iva, kemm qed jitħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kordinatur tal-Euro Mediterranean Youth Action Programme qed jitħallas bir-rata ta' Lm3.20 fis-siegħa għal ġimgħa ta' 15-il siegħa skond kuntratt li skada fl-aħħar ta' Diċembru 2000.", "Il- kuntratt li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2001 għadu qed jiġi negozjat.", "Dan il-persuna huwa mpjegat full time mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Huwa wkoll membru fil-Youth Co-ordinating Committee u fil-Planning Consultative Body fuq bażi volontarja.", "FOOTBALL GROUND", "25594.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-football ground li jinsab fix- Xagħra tal-Furjana jiġi rranġat wara li kienu saru l-attivitajiet tal- millenju u minħabba l-istat disastruż li jinsab fih fil-preżent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol li kellu jsir wara li saru l-attivitajiet tal-Millenju fix-Xagħra tal-Furjana tlestew u dawn kienu jinkludu twaħħil ta' chain link fencing ġdid u tiswija ta' dak eżistenti kif meħtieġ, tiswija u manutenzjoni ta' boundary walls, inbidlu l- kaxxi tad-dawl kollha, saret manutenzjoni ta' l-arbli tad-dawl, tneħħa materjal li kien tpoġġa fl-area tal-pitch tal-futbol u nxtrat żerriegħa kif miftiehem mal-Floriana F.C. biex isir re-seeding, liema xogħol ħadu ħsiebu uffiċjali ta' l-istess club.", "PROMOTION ASSESSMENTS", "25595.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex is-suldati tal-Forzi Armati qegħdin jiġu miċħuda milli jkunu jafi xi kriterji qed jiġu applikati fil-promotion assessments li qegħdin isiru dwarhom mill-Uffiċjali superjuri tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li d-dettal kollu tal-\"Promotion Assessment Report\" jiġi muri lill-individwi konċernati kif jiġi komplut l- eżerċizzju fl-Armata kollha, u dan jkun jinkludi wkoll il-kriterji li jkunu ġew applikati.", "WSC", "25596.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "23659?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li kien hemm 1,620 persuna li ġew provduti bis-servizz ta' l-ilma skond l-Avviżi Legali numri 57 u 213 ta' l- 1998.", "Dawn il-persuni ġew mitluba jħallsu l-ammont ta' Lm124,766 għas- servizz skond l-Avviż Legali numru 58 ta' l-1999.", "JETTING BOWSER", "25599.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fejn u kemm hu t-tul ta' mains tad-drenaġġ li ġew imnaddfa permezz tal-jetting bowser matul dawn l-aħħar tnax il-xahar kull post separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tul ta' mains ta' drenaġġ li ġew imnaddfa tul tnax-il-xahar bil-jetting bowser huma:", "Luqa , 17.1 km.", "San Pawl il-Baħar, 33.8 km. u 33.3 km.", "Mellieħa/Għadira, 2.4 km.", "Fleur de Lys, 3.3 km.", "Attard/Balzan, 25.3 km.", "Wied il-Għajn, 1.8 km.", "Siġġiewi, 10.8 km.", "Marsa, 9.2 km.", "Rabat, 4.9 km.", "Gżira , 13.8 km.", "Swieqi, 9.6 km.", "Sliema, 23.5 km.", "Naxxar , 16.2 km.", "Swatar, 2.6 km.", "Żebbuġ, 14.2 km.", "Marsaxlokk, 6.6 km.", "Mqabba, 6.6 km.", "B'Buġia, 10.4 km.", "Żejtun, 11.5 km.", "Żabbar, 15.9 km.", "Tarxien, 21.0 km.", "Qrendi, 6.7 km.", "Birkirkara, 17.3 km. u 31.9 km.", "Għaxaq, 6.2 km.", "Ħamrun, 24.7 km.", "Msida, 17.8 km.", "Cospicua, 2.7 km.", "Marsaxlokk, 6.4 km.", "Paola, 5.4 km Xgħajra, 5.3 km.", "Qormi, 20.1 km.", "Kirkop, 2.0 km.", "Barra dawn isir tindif ieħor kemm b'bowsers tal-Gvern kif ukoll b'dawk privati skond l-esiġenzi li jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra.", "Ta' dawn ma jinżammux dettalji ta' tulijiet peress illi jkunu akkumulazzjonijiet ta' biċċiet qosra.", "KAROZZA", "25600.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-karozza HAL-034, titneħħa minn fejn qiegħda f'Ħad- Dingli peress li ilha abbandunata għal ħafna xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi din il-vettura ma nstabitx f`Ħad Dingli.", "Pero` infurmat li din qegħda pparkjata wara l-bieb ta` sidha fl- Imtarfa.", "MDINA ROAD/Ħ'ATTARD", "25601.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-parti tal-mistoqsija nru.", "25458, jiġifieri jekk sarx xi tibdil fil-pjanti u x-xogħlijiet matul iż- żmien li ilu jiġi esegwit il-proġett ta' Mdina Road, Ħ'Attard.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma kienx hemm tibdil fil-pjanti u x- xogħolijiet ħlief xi adjustments sabiex ix-xogħol ikun jista' jitwettaq skond in-neċessita tax-xogħol jew tal-lokalita'.", "PA", "25602.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li huma sekondati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?", "Meta se tiġi regolarizzatta l-pożizzjoni ta' dawn l-impjegati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi hemm 99 impjegati li huma detailed ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar skond il-provvedimenti ta` l-Att dwar l-Ippjanar ta` Żvilupp.", "Għalkemm hemm ftehim li dawn l-impjegati jistgħu jiġu mpjegati formalment ma` l-Awtorita`, jidher li hemm bżonn ta` tibdil fl-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet sabiex dawn l-impjegati ma jitilfux ċertu benefiċċji tal- impjieg tagħhom mal-Gvern.", "Ninsab infurmat li l-emendi neċessarji għall- imsemmija Ordinanza qegħdin jiġu fformulati mill-Ministeru tal-Finanzi flimkien ma` l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "AWTORITA' MALTIJA DWAR IT-TURIŻMU", "25603.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid liema huma dawk l-impjegati ta' l-Awtorita' Maltija dwar it- Turiżmu li preżentament igawdu minn fringe benefits?", "Veru li l-kuntratti ta' dawn l-impjegati se jinbidllu sabiex ikopru t-taxxa żejda li se jeħlu minħabba t-taxxa fuq il-fringe benefits?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ma introduċiet l-ebda kumpens li jagħmel tajjeb għal dak li huma kwalifikati bħala fringe benefits skond il-gwida maħruġa f'Jannar 2001.", "QORTI - ESTENZJONI", "25604.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta inbeda x-xogħol fl-estenzjoni tal- Qorti fejn qabel kien hawn l-Għassa tal-Pulizija?", "X'inhu proġettat li jsir?", "Kemm se jqum ix-xogħol previst u kemm intefqu flus s'issa?", "Meta hu previst li jispiċċaw x-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol fuq l-estenzjoni fil-Qorti biex jigi utilizzat l-post fejn qabel kien hemm l-Għassa tal-Pulizija (Valletta) imbeda f'Jannar 2000.", "Il-proġett jikkonsisti f'żewg fażijiet:", "L-ewwel fazi kienet it-twaqqieh ta' ħitan, ftuh ta' bibien u tpoġġija ta' travi ħalli l-post jingħata dehra ta' open plan biex l-ispazju jiġi utilizzat aħjar.", "It-tieni fazi tikkonsisti f' finishing works bhal twaħħil ta' dawl, ilma, telephones, struttura għal I.T., Air-conditioning, fire detection etc. inkluż tgħamir ta' għamara ta' l-ufficini.", "Il-post meta jkun lest se jigi okkupat bir-Registri tal-Qrati Superjuri, Inferjuri, Qorti ta' l-Appell, Tribunal għat-Talbiet iz-Zghar, u s-sezzjoni tas-Subbasti.", "Ser ikun hemm ukoll uffiċini għall-Uffiċċjali oħra tal-Qorti.", "In-nefqa li saret sa issa hija ta' Lm69,908.", "Baqa' kont pendenti ta' Lm1050.", "Preżentament qed tiġi aġġudikata t-tender li kienet harget mid-Direttur tal- Kuntratti li tkopri x-xogħol li għandu jsir fit-tieni fazi kif spjegat aktar 'l fuq.", "L-ispiza finali tiddependi mill-valur tat-tender li għadha qed tigi aġġudikata u għalhekk ma tistax tingħat risposta ghal-issa.", "ĦLAS DOPPJU FIL-ĦDUD U FESTI", "25606.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li membri ta' forzi militari Taljani u oħra barranin jitħallsu doppju f'każ ta' xogħol fil-Ħdud u festi pubbliċi u dan minkejja t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 23996?", "Minħabba li jidher għalhekk li l-ħlas għall-Ħdud u festi hu pjuttost prattika komuni f'każi militari barranin, jista' l-Prim Ministru allura f' dan il-kuntest jgħid jekk is-suldati Maltin għandhomx jitqiesu daqs ħaddieħor u jibdew jitħallsu doppju għal xogħol f'festi pubbliċi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta jitħallsu doppju għal xogħol fil-Ħdud biss, iżda wieħed ma jridx jinjora l-pakkett sħiħ tal-kundizzjonijiet kollha.", "Dwar x'jitħallsu il-membri tal-Forzi Armati Taljani, l-Onorevoli Membru jirrealizza li dan mhix responsabbiltà tiegħi.", "INDUSTRIAL ESTATES", "25607.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid l-MDC kemm għandha fabbriki fl-Industrial Estates ta' Bulebel, Ħal Far u f'Irnella?", "Kemm minn dawn il-fabbriki qed jintużaw u kemm huma vojta jew għandhom xi tip ta' użu?", "Kemm hemm talbiet pendenti għal fabriki minn investituri fil-preżent?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li n-numru ta' fabbriki li għandha l- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta fl-Oqsma Industrijali msemmija huwa kif ġej:", "Bulebel 107 fabbriki Ħal Far 42 fabbrika Rinella 33 fabbrika", "Il-fabbriki msemmija huma mqassmin hekk:", "QED JINTUŻAW VOJTAJEWIMWIEGĦDA", "Bulebel 105 2 Ħal Far 42 - Rinella 27 6", "Fil-preżent hemm sittax-il talba pendenti biex investituri jiftħu fabbrika.", "Barra minn dawn, hemm numru ta' talbiet pendenti li bħalissa qed jiġu kkunsidrati mill-Bord tal-Korporazzjoni.", "KONSULENT", "25608.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'xogħol għamlet il- persuna li isimha qed jintbagħt separatament kemm dam konsulent tal- Ministeru tal-Politika Soċjali b'sena b'sena?", "Fejn kien l-uffiċju tiegħu?", "Kellu staff taħt is-superviżjoni tiegħu?", "Min kien dan l-istaff, bil-karigi?", "Saret sejħa biex jintela' l-post ta' konsulent li ngħatat il-persuna imsemmija?", "X'kwalifiki kella l-persuna msemmija biex kienet impjegata bħala konsulent?", "Jista' jgħid f'liema kumitati, bordijiet, konnessi mal-qasam tal-politika soċjali kienet membru l-persuna msemmija jirrappreżenta l-Ministeru tal- Politika Soċjali bejn l-1989 u l-1994?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li bejn Lulju 1989 u Diċembru 1994, il-persuna ndikata kienet responsabbli mill-introduzzjoni u żvilupp tal-komputeriżżazzjoni fil-Ministeru.", "L-uffiċċju tagħha kien fil-Ministeru u bħala konsulent ma kelliex impjegati taħt is-superviżjoni tagħha.", "L-ingaġġ ta' konsulenti mhux suġġett għal sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Il-persuna konċernata kellha diplomi fl-elettronika u taħriġ u esperjenza fil-kamp ta' l-informatika.", "Ma jirriżultalix li din il-persuna kienet f'kumitati jew bordijiet konnessi mal-qasam tal-politika soċjali fil-perijodu ndikat.", "LIĊENZJI", "25609.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'liema kumitati, bordijiet, konnessi mal-qasam tal-intern, kienet membru l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tirrapreżenta l-Ministeru tal-Politika Soċjali u l-Intern bejn l-1989 u 1994?", "F'liema bordijiet biex jingħataw liċenzji jew permessi ta' ħwienet jew każijiet oħra kienet membru tagħhom il-persuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għal dak li għandu x`jaqsam mal-qasam ta` l-Intern, bejn l-1992 u l-1995 il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant kienet membru fuq il-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.", "FMSS", "25610.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħatat il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mill-FMSS fl-1995 u l-1996? meta ngħata dan ix-xogħol u kemm tħallas għal kull biċċa xogħol li ngħatat ta' konsulenza?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi kienet tutilizza s-servizzi tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala 'Professional Support and Advisory Services' minn Mejju ta` l-1995 sa Ottubru ta` l-1996.", "Mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, din il-persuna tħallset kif ġej:", "1995 Lm8,400.26 1996 Lm9,811.90", "KUNTRATT", "25611.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kellu l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bħala konsulent tal-Gvern Nazzjonalista?", "L-uffiċju tiegħek wera oġġezzjoni fl-1994 biex jiġġedded il-kuntratt ta' din il-persuna?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li kellha l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant bħala konsulent tal-Gvern.", "Dan il-kuntratt kien ġie mġedded sa l-aħħar tal-1994.", "Ma saritx talba oħra biex il-kuntratt jiġi mġedded wara din id-data.", "SERVIZZI TA' PERSUNA", "25612.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk meta kien segretarju parlamentari jew ministru użax is- servizzi tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fis-segretarjat tiegħu?", "Meta u b'liema kundizzjonijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija kien impjegat fis-segretarjat tal-ministeru tiegħi bejn id- 19/11/87 u t-30/10/96 bħala skrivan.", "Jiġifieri dan kien aktar minn erba' snin ilu.", "KLANDESTINI", "25613.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fl-aħħar ħmistax il-sena kemm il-darba Maltin inqabdu fi Sqallija inkonnessjoni ma' vjaggi klandestini?", "Meta?", "Min kienu u x'weħlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fl-aħħar ħmistax-il sena n-numru ta` Maltin li nqabdu fi Sqallija in konnessjoni ma` vjaġġi klandestini huwa ta` 8.", "Ma nħossx illi l-ismijiet tal-persuni nvoluti għandhom ikunu ippublikati.", "| | | |Meta seħħ |Eżitu / Stadju | |il-każ |tal-każ | |19.10.1992 |Lm300 multa | |02.02.1996 |Lm100 multa | |17.08.1998 |sub-judice | |17.08.1998 |sub-judice | |23.01.1999 |sec 9 għal 6 xhur | |23.01.1999 |sub-judice | |18.12.2000 |għadu qed jgħaddi | | |proċeduri l-Italja | |18.12.2000 |għadu qed jgħaddi | | |proċeduri l-Italja |", "REATI", "25617.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn l-1 ta' April 2001 u l-30 ta' April 2001?", "Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SERQ", "25618.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġie mwettaq serq bejn l-1 ta' April 2001 u l-30 ta' April 2001?", "Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "REATI", "25619.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew kommessi reati bejn l-1 ta' Jannar 2000 u t-30 ta' April 2000 b'indikazzjoni ta' kemm ġew kommessi reati xahar b'xahar?", "Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għax- xhur ta` Jannar u Frar tas-sena 2000, nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14571.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub għax- xhur ta` Marzu u April tas-sena 2000.", "UE", "25621.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "25284, peress li l- iskop tal-mistoqsija kien biex isir magħruf il-kontenut ta' dikjarazzjonijiet u stqarrijiet magħmula li magħhom assoċja ruħu l-Gvern Malti u allura mhux il-każ li ngħid ta' liema dikjarazzjoni jew stqarrija irrid kopja, ma jaħsibx il-Ministru li biex nagħmel hekk l-ewwel għallinqas għandu jagħtini lista ta' dawn l-istqarrijiet u dikjarazzjonijiet u jgħid dwar x'hiex jittrattaw?", "Jista' l-Ministru jipprovdi din il-lista?", "Jaħsibx l- Ministru li jkun għaqli jekk kopji ta' statements u dikjarazzjonijiet bħal dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod regolari appena jkunu saru?", "ONOR.", "JOE BORG: L-Onorevoli Interpellant japprezza li d- dikjarazzjonijiet u stqarrijiet li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra in konnessjoni mal-Mistoqsija Parlamentari msemmija huma voluminużi kif jidher mill-lista mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta numru 534 u għalhekk ikun jinvolvi xogħol massiv li jsiru kopji multipliċi tagħhom.", "Il-listi preżentati jagħtu, permezz tat-titli elenkati, indikazzjoni komprensiva biżżejjed dwar il-materja trattata fid-dikjarazzjonijiet u stqarrijiet.", "Kopja tat-test innifsu tista tiġi pprovduta lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex kull min ikun interessat ikun jista jara t-test tad-dikjarazzjonijiet u stqarrijiet li jkunu jinteressawhom.", "Inoltre jkun possibbli li perjodikament titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dikjarazzjonijiet u stqarrijiet magħmula fil-frattemp u kull darba kopja tat-test innifsu tiġi mgħoddija lill-Iskrivan tal-Kamra.", "FLAT", "25623.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li immedjatament issir iż-żebgħa tal-flats, introduzzjoni ta' Intercom fil-flat ta' Triq il- Jum, Marsa.", "Fejn dan l-aħħar ġarab tluq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li x-xogħol tat-tibjid tat-tromba tat-taraġ ser isir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-ġranet li ġejjin.", "Madanakollu l-intercom huwa r-responsabbilta' tar-residenti skond il-'policy' dwar it-tiswijiet.", "DRENAĠĠ", "25624.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari nru.", "25294?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li qed isir kull sforz biex f'din iz-zona s-siti konċernati ma jarmux materjal solidu.", "B'danakollu ma jistax jiġi eskluż l-fatt li dan l-inkonvenjent qed jiġi kkawżat minn rimi llegali ta' skart fis-sistema tad-drenaġġ minn bowser/djar privati, eċċ. Kienu identifikati siti fejn id-Dipartiment tad-Drenaġġ jista' jilqa' dan it-tip ta' skart f'Temporary Discharge Point.", "Ninsab infurmat ukoll illu fuq dan il-'main' qed isir tindif u 'maintenance' regolari, u li fuqu m'hemmx bżonn l-ebda tiswija.", "PILLOLI ZOCOR", "25625.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li t-talba tal-persuna għall-pilloli Zocor li ma ġietx aċċettata terġa tiġi mistħarġa mil-ġdid minħabba l-bżonn ta' dawn il- pilloli min din il-persuna?", "Il-partikularijiet ta' din il-persuna qed jitbagħtu separatament min din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li mill-informazzjoni mogħtija mill- ispiżerija ta' St. Luke's, id-Drugs and Therapeutics Committee ma għandu l- ebda rekord ta' rikjesta għall-pilloli Zocor, għall-persuna msemmija.", "PATROL", "25626.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li fl-inħawi ta' Triq il-Jum, Marsa issir patrol mil-Pulizija wara li ħafna serq li sar u dan l-aħħar ġranet il-ħruq ta' bieb ta' persuna li tgħix waħida, minħabba l-biża li għandhom dawn ir-residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel patrols aktar spissi f`dawn l-inħawi.", "MOLLA TA' BIEB", "25627.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal molla ta' bieb ta' barra ta' flat li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament min din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "Madanakollu nfakkru li xogħolijiet żgħar ta' manutenzjoni bħal bdil ta' bozoz maħruqa, ħġieg miksur jew serraturi f'postijiet komuni huma r- responsabbilta' ta' l-istess residenti skond il-policy approvata.", "OLD CHURCH STREET", "25628.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jindaga jistax isiru culverts fit-toroq indikati għaliex partikolarment f'Old Church Street, B'kara, ir-residenti qed jegħrqu meta tagħmel ix-xita?", "Id-dokumenti relattivi qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant għad hemm ħafna żvilupp xi jsir fiha, u għalhekk għal issa t- triq ma tistax tiġi asfaltata.", "SWIEQI - TRIQ FRANCIS EBEJER", "25629.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħi x'qed iżomm milli tiġi asfaltata Triq Francis Ebejer, Swieqi fejn fost l-oħrajn kemm xi persuni b'diżabilita' li joqogħodu hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt id-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga x'inhuma l- ħtiġijiet ta' din it-triq.", "TAXI", "25630.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru.", "25300?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-kwestjoni hija relatata ma` kawża pendenti quddiem il-Qorti ta` l-appell, u għalhekk mhux prudenti li wieħed jirrispondi.", "ACQUIS COMMUNAUTAIRE", "25631.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25476 ċioe jista' l-Ministru jgħid min huma dawk it-translators li ġew ingaġġati bħala translators ta' l-Acquis Communautaire mill-Ingliz għall-Malti?", "X'inhuma s-salarji/allowances tagħhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-translators li, sa` llum, gew ingaġġati bhala translators għat-traduzzjoni ta` l-Acquis Communautaire huma dawn:", "|Mr Kristian|Dr Albert |Not.", "Mary | |Balzan |Borg |Grace | | | |Buhagiar | |Not.", "Lorna |Ms Erika |Mr Joseph | |Cachia |Caruana |Casingena | |Dr Frank |Mr Alfred |Not.", "Silvio | |Chetcuti |Ciappara |Cilia | |Dimech | | | |Mr Antoine |Dr Hubert |Ms Vivienne | |Cremona |Dalli |Gatt | |Not. |Dr Stefan |Ms Bella | |Georgine |Grima |Hili | |Grech | | | |Mr Manuel |Mr Achille|Not.", "Louise | |Mifsud |Mizzi |Muscat | |Dr Stephen |Mr Mario |Mr Andre | |Muscat |Padovani |Rizzo | |Not.", "Ivan |Not.", "Mario|Not.", "Alex | |Sammut |Sciriha |Spiteri | | | |Gingell | |Dr Anthony |Dr Audrey |Dr Mariosa | |Tifugno |Vella |Vella | | | |Cardona | |Ms Cecilia |Mr J. | | |Xuereb |Zammit | | | |Mangion | |", "Il-proċess ta` ingaġġar għadu għaddej għax jirrikjedi wkoll taħrig fis- software li qiegħed jigi wżat.", "Ir-rimunerazzjoni għal kull translator hija ta` Lm3 il-paġna oriġinali."]} {"filename": "19981104_007d_par.doc", "date": "1998-11-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 7 L-Erbgħa, 4 ta' Novembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 7", "L-Erbgħa, 4 ta' Novembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "7", "L-Erbgħa, 4 ta' Novembru, 1998", "WERREJ MINUTI 280", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 280", "TQEGĦID TA' KARTI 285", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONIJIET DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN 286", "AĠĠORNAMENT 306", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 312", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hemm xi korrezzjonijiet għall-minuti?", "L- Onor. Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jidhirli li l-Onor.", "Charles Buhagiar kien preżenti għas-seduta tal-bieraħ.", "MR SPEAKER: Is-Sedja qed tieħu nota ta' dan.", "Jistgħu issa l-minuti jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-minuti tas-Seduta Nru. 6 li saret fit-3 ta' Novembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ISTITUTI", "37.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' djar u istituti eċċ. f'pajjiżna li jħarrġu u jakkomodaw persuni b'diżabilita'?", "Liema etajiet huma catered for f'dawn iċ-ċentri eċċ?", "Kemm minn dawn jinsabu f'Malta u hemm f'Għawdex?", "Kemm huwa n-numru ta' dawn il- persuni li jattendu dawn iċ-ċentri, ċentru b'ċentru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad- Deputati): Qiegħed nissottometti lista ta' djar u istituti f'Malta u Għawdex li jħarrġu u jakkomodaw persuni b'diżabilita', flimkien man-numru ta' persuni li jattendu dawn iċ-ċentri u liema etajiet jaċċettaw f'kull ċentru:-", "Ċentri ta' taħriġ ta' l-adulti f'Malta - dawn jilqgħu fihom persuni bejn id-19 u s-60 sena;", "|Mtarfa |100 | | |persuna | |Fleur-de-Lys |110 | |Santa Venera | 25 | |Ħal Far | 81 | |Marsascala | 55 |", "Ċentru ta' taħriġ ta' l-adulti f'Għajnsielem - dan jilqa' fih persuni minn 19-il sena 'l fuq;", "Dar il-Kaptan - dan iċ-ċentru jilqa' fih madwar 212-il persuna b'diżabilita' u joffri servizzi ta' respite matul il-ġurnata u bil-lejl u support varju ieħor; l-eta' hija bejn sitt xhur sa 55 sena;", "Dar il-Wens - dan iċ-ċentru qed joffri servizz ta' residenza lil 13-il persuna b'diżabilita' ta' l-eta' bejn 35 u 60 sena;", "Eden Foundation - din l-organizzazjoni toffri support varju u taħrig lil 94 persuni b'diżabilita' minn 16 il-sena 'l fuq u lil madwar 255 tifel jew tifla mit-twelid sas-16-il sena;", "Dar tal-Providenza - dan il-kumpless joffri residenza għal madwar 125 persuna b'diżabilita' fl-etajiet kollha;", "Dar iż-Żernieq - dan iċ-ċentru huwa komplimentari għad-Dar tal-Providenza u qed joffri servizz ta' residenza lil ħames persuni b'diżabilita' fl- etajiet kollha;", "Dar Nazareth - din id-dar toffri servizz residenzjali lil madwar disa' persuni b'diżabilita' kemm fiżika kif ukoll mentali bejn l-eta' ta' 19 u 50 sena.", "Minn dawn id-disa' persuni hemm minn għandu mpjieg u hemm minn qed jingħata taħriġ f'xi sengħa.", "Kemm id-dipartiment tas-saħħa, kif ukoll id-dipartiment ta' l- edukazzjoni, joffru servizz lil persuni b'diżabilita'.", "Id-dipartiment tas- saħħa jakkomoda numru ta' persuni b'diżabilita' mentali fl-isptar Monte Carmeli, waqt li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni joffri servizz ta' respite lil tfal b'diżabilita' fl-iskejjel speċjali tiegħu.", "L-eta' tvarja minn ħames snin sa 19 jew 21 sena.", "L-informazzjoni dwar in-numru ta' dawn il-persuni tista' tintalab lill- ministeri tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt lill-Ministru jinformani ftit x'kordinament qed isir ma' l-organizzazzjonijiet li huma responsabbli minn dawn iċ-ċentri bil-għan li jegħlbu d-diffikultajiet li jiffaċċjaw u sabiex joħolqu ambjent li mhux biss jgħin lil dawn il-persuni jintegraw ruħhom fis-soċjeta' imma jkollhom servizzi aktar moderni skond iż- żmenijiet.", "Xtaqt ukoll li l-Ministru jinformani x'inhi s-sitwazzjoni fir-rigward tan- nuqqas ta' speech therapists u nuqqas ta' assistenza oħra fl-iskejjel primarji u fil-kindergarten, li naturalment qed jolqtu ħażin lil dawn it- tfal b'diżabilita'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dwar l-ewwel mistoqsija supplimentari nixtieq ngħid li l-kordinament ġenerali jsir mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', li ssegwi dak li jkun qiegħed iseħħ kemm fiċ-ċentri governattivi u kif ukoll fl-aġenziji u organizzazzjonijiet oħrajn li, għalkemm jirċievu appoġġ finanzjarju jew inkella appoġġ ta' riżorsi umani jew mod ieħor mill-gvern, huma indipendenti, privati jew awtonomi.", "Speċifikament dwar iċ-ċentri ta' l-adulti tal-gvern - qiegħed nirriferi allura għaċ-ċentri ta' l-Imtarfa, Fleur-de-Lys, iċ-ċentru ta' l-għomja f'Santa Venera, Ħal Far, Marsascala u Għajnsielem - wara diskussjonijiet li seħħew u għadhom iseħħu fil-ministeru b'kordinament mas-Sur Joe Camilleri, chairman tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', qed inħossu l- bżonn li tiġi identifikata persuna waħda fi ħdan id-dipartiment li tkun assenjata bir-responsabbilta' speċifika li tikkordina dak kollu li jkun qed isir f'dawn iċ-ċentri ta' l-adulti.", "Sal-lum m'hemmx persuna waħda responsabbli għal dawn iċ-ċentri kollha u jidhrilna li wasal iż-żmien li nidentifikaw din il-persuna u ngħaddulha r-responsabbilta' li tara x'inhuma l-bżonnijiet, li tara li dawn iċ-ċentri jilħqu l-istandards li aħna nistennew minnhom u wkoll li noffru servizzi ta' support kordinat min-naħa tad-dipartiment - u allura min-naħa tal-ministeru wkoll - f'linja ta' policy li tiġi stabilita.", "Dwar it-tieni mistoqsija supplimentari, nixtieq ngħid li lili ma wasluli l-ebda rapporti ta' nuqqas ta' speech therapists fl-iskejjel primarji.", "Jista' jkun li dawn it-tip ta' kummenti setgħu saru lill-ministru ta' l- edukazzjoni pero', bħala ministru għall-politika soċjali, jien ma nistax ngħid li b'xi mod jew ieħor xi ħadd ġie jgħidli li hemm nuqqas ta' speech therapists.", "Żgur li l-issue li saret - u ilha ssir - diskussjoni fuqha, hija dik dwar il-bżonn ta' facilitators u l-esperjenza matul dawn l-aħħar snin għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni inklussiva kienet esperjenza ġeneralment pożittiva, li wrietna li hemm sfidi kbar x'niffaċċaw.", "Irrid nenfasizza hawnhekk li l-edukazzjoni inklussiva mhux biss hija pożittiva għat-tfal b'diżabilita' imma hija pożittiva wkoll għat- tfal li m'għandhomx diżabilita'.", "It-taħlita fil-klassi ta' tfal li m'għandhomx diżabilita' flimkien ma' tifel, tnejn jew anke tlieta b'diżabilita' tfisser li qegħdin ngħallmu lil uliedna x'ifisser il-valur ta' solidarjeta', il-valur tal-persuna umana, tad-dinjita' tal-persuna minn eta' ċkejkna f'ambjent li jkun imħallat.", "Naturalment pero', kif diġa' għidt, din l-esperjenza għallmitna li hemm sfidi kbar li rridu nwieġbu għalihom.", "Kif taf il-Kamra, dan l-esperiment beda riċentement f'pajjiżna u beda fil- livell primarju.", "Li ġara huwa li t-tfal li għaddew mil-livell primarju bil- facilitator magħhom, issa qegħdin jiffaċċjaw l-isfida ta' l-edukazzjoni sekondarja u allura rridu nwieġbu għal dan il-bżonn bir-realtajiet li għandna quddiemna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li fid-domandi li għamilt lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni jidher li qed jagħti sehem importanti lill-kummissjoni persuni b'diżabilita' dwar l-edukazzjoni inklussiva, x'xogħol sar s'issa bejn il-kummissjoni u l-ministeru ta' l-edukazzjoni biex insolvu l-problema tat-22 tifel u tifla bejn l-eta' ta' tlieta u 16-il sena li għadhom ma bdewx is-sena skolastika minħabba li ma ngħatawx l-għajnuna li hemm bżonn?", "X'qed isir b'kordinazzjoni mal-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-bżonn ta' xi istituzzjoni edukattiva għal dawk li għalqu s-16-il sena biex nippreparawhom għad-dinja tax-xogħol?", "X'qed isir biex ġuvintur u tfajliet b'diżabilita' li jagħlqu d-19-il sena ma jħossux dik il-qabża enormi meta jmorru fiċ-ċentru ta' l-adulti?", "X'qed isir mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex dawn il-problemi jiġu ffaċċjati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija rrid ngħid li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' żżomm kuntatt kontinwu mal-ministeru ta' l-edukazzjoni dwar dawn il-bżonnijiet li ġew identifikati.", "Jiena informat ukoll li hemm impenn sħiħ min-naħa tal- ministeru ta' l-edukazzjoni biex dan is-servizz jiġi provdut lil kull min b'xi mod jew ieħor ikollu l-bżonn ta' facilitator biex ikun jista' jkompli l-kors edukattiv tiegħu.", "It-tieni mistoqsija tittratta l-isfida kbira li pajjiżna dejjem kellu iżda li f'dawn l-aħħar snin aktar sirna konxji minnha.", "Matul dawn l-aħħar snin f'pajjiżna nħolqot iktar kuxjenza dwar il-potenzjal tal-persuni b'diżabilita', potenzjal li għal ħafna snin kien moħbi iżda li jista' jkun ta' ġid għall-pajjiż apparti li jkun ta' ġid anke għall-individwu.", "Għalhekk fis-snin li għaddew saru sforzi biex il-persuni b'diżabilita' li jispiċċaw mis-sistema edukattiva jkunu ppreparati sewwa biex jiffaċċaw id- dinja tax-xogħol.", "Jien dejjem emmint li l-ETC għandha tiffoka ħafna mill- enerġiji tagħha proprju fuq dan il-qasam.", "Dejjem emmint li hemm diversi inizjattivi li l-korporazzjoni tista' tieħu biex toħroġ il-potenzjal tal- persuni b'diżabilita'.", "Jeħtieġ ukoll li l-korporazzjoni stess issib l- opportunitajiet ta' xogħol li jkunu adattati għaċ-ċirkostanzi partikolari u toħloq jew ittejjeb l-iskemi li jinċentivaw lil min jimpjega f'pajjiżna ħalli jimpjega lil dawn il-persuni.", "Irrid ngħid li l-esperjenzi sal-lum tal-persuni b'diżabilita' li jsibu post tax-xogħol li jkun imfassal b'mod li jkun adattat għall-isfidi ta' l- individwu partikolari, irriżultaw li huma pożittivi immens.", "Il-feedback li qed ikolli mingħand individwi li jħaddmu persuni b'diżabilita' f'fabbriki u f'postijiet tax-xogħol oħrajn huwa pożittiv immens.", "Fost il-lista li semmejt fit-tweġiba għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Farrugia semmejt, per eżempju, Dar il-Wens.", "Jien naf li dan iċ-ċentru kien beda l-esperjenza fejn ir-residenti jagħmlu xi xogħol fiċ-ċentru stess u jitħallsu għalih.", "Eventwalment pero' nstab mod kif dawn il-persuni b'diżabilita' jagħmlu dan ix-xogħol fil- fabbrika stess mal-ħaddiema l-oħrajn.", "Għalkemm mad-daqqa t'għajn din tista' tidher sfida daqsxejn diffiċli biex tintrebaħ, s'issa kienet esperjenza pożittiva, basta ssib l-employers disposti li jipparteċipaw.", "Naturalment pero' l-persuni b'diżabilita' jridu jsibu l-appoġġ li hemm bżonn biex ikunu jistgħu jagħmlu tajjeb għall-fatt li għandhom ħafna iżjed sfidi mill-oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru xi kriterji jintużaw biex persuni b'diżabilita' jidħlu f'dawn iċ-ċentri governattivi.", "Jeżisti xi kordinament fuq dawn il-kriterji maċ-ċentri li huma mmexxijin minn organizzazzjonijiet li m'humiex tal-gvern?", "Xtaqt ukoll nistaqsi jekk hemmx xi waiting list ta' persuni b'diżabilita' li jixtiequ jidħlu f'xi waħda minn dawn iċ-ċentri u forsi minħabba nuqqas ta' spazju ma jistgħux jidħlu immedjatament.", "Xtaqt inkun naf ukoll kemm hemm persuni fuq din il-waiting list.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naturalment il-kriterju tad-dħul fiċ-ċentri ta' taħriġ għall-adulti huwa dak ta' l-eta', jiġifieri jrid ikollok 16-il sena u prattikament tkun ħriġt jew minn skola speċjali jew minn skola oħra.", "It- tqassim tal-persuni b'diżabilita' f'dawn iċ-ċentri huwa tqassim li jiddependi mid-distrett fejn tkun toqgħod.", "Għalhekk jekk persuna b'diżabilita' toqgħod, per eżempju, f'Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar jew iż- Żejtun, naturalment l-iktar post li jagħmel sens li tmur fih huwa ċ-ċentru ta' Wied il-Għajn u mhux iċ-ċentru ta' Fleur-de-Lys.", "Ikollna każijiet pero' fejn il-ġenituri stess jitolbu li t-tfal tagħhom imorru f'ċentru wieħed flok l-ieħor, u aħna, safejn hu possibbli, nipprovaw nakkomodawhom.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' kriterji ta' dħul fi djar ta' aġenziji privati, dawn ivarjaw minn post għall-ieħor għalkemm, biex ngħid il- verita' sagrosanta, dawn id-djar huma kollha mimlijin u ma jistgħux jieħdu każijiet oħrajn.", "Dar il-Wens hija mimlija assolutament.", "Anke d-Dar tal- Providenza ma tistax tieħu iktar milli fil-fatt għandha minkejja li hemm domanda qawwija.", "Jiġifieri jekk irridu nistgħu nitkellmu fuq kriterji ta' dħul f'dawn l-organizzazzjonijiet u aġenziji privati pero' r-realta' hija li d-domanda li hawn hija domanda kbira.", "L-esperimenti li għamilna f'dan il-pajjiż matul dawn l-aħħar snin ta' djar residenzjali żgħar integrati fil- komunita' bħal Dar Nazareth u Dar il-Wens kienu interessanti u naħseb li nista' ngħid li kienu suċċess.", "Pero' wieħed irid joqgħod attent li jiggarantixxi li jingħata servizz ta' kwalita', servizz li jkun indirizzat lejn dawn il-persuni b'diżabilita' imma mhux f'sens ta' protezzjoni ta' kindergarten.", "Jiena personalment qatt ma emmint li aħna għandna noħolqu servizzi residenzjali f'pajjiżna sempliċement biex nipprovdu saqaf fejn wieħed jgħix.", "Jien nara li dawn id-djar għandhom jiżviluppaw b'mod li waqt li l-persuni b'diżabilita' jkunu residenti fihom fl-istess ħin ikunu jistgħu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom bħala persuni.", "Fil-fatt, Sur President, fil-każ ta' Dar il-Wens tul is-snin li għaddew daħlu f'agreements differenti, per eżempju, ma' l-ETC biex jagħtu ċertu taħriġ lir-residenti tagħhom.", "Naf ukoll li saru diskussjonijiet u arranġamenti mal-Fondazzjoni Eden biex din ukoll tagħti ċertu tip ta' taħriġ, u nixtieq nara djar residenzjali oħrajn żgħar integrati fil- komunita' li jakkomodaw numru żgħir ta' persuni b'diżabilita'.", "Personalment nemmen li n-numru qatt m'għandu jkun iżjed minn għaxra pero' għandu joffri ambjent imħallat, ambjent li jersaq kemm jista' jkun viċin l- ambjent ta' familja.", "Għalhekk nixtieq li ninkoraġġixxu li niżviluppaw dawn it-tip ta' inizjattivi.", "L-Onor.", "Coleiro staqsiet ukoll jekk hemmx waiting list.", "Fil-fatt hemm waiting list żgħira pero' nitkellem subject to correction.", "Jidhirli li l- waiting list illum hija ta' 20 ruħ pero' jiena nformat li b'ingaġġ ta' numru żgħir ta' ħaddiema fiċ-ċentru ta' Wied il-Għajn inkunu nistgħu nakkomodaw din il-waiting list.", "Din il-parti tat-tweġiba nista' nivverifikaha jekk l-Onor.", "Coleiro tagħmilli mistoqsija speċifika fuqha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' jekk jogħġbu l- Ministru jikkonferma li l-gvern attwalment m'għandu l-ebda pjanijiet biex jagħmel proġett li jaħseb għal dawk il-persuni bi bżonnijiet speċjali li l- ġenituri tagħhom imutu u allura mbagħad tqum il-mistoqsija fejn se jmorru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-punt li għadu kif semma' l-Kap ta' l- Oppożizzjoni huwa l-preokkupazzjoni prinċipali tal-ġenituri ta' persuni b'diżabilita'.", "Dan huwa fatt magħruf f'dan il-pajjiż.", "It-tweġiba li aħna tajna għal din il-mistoqsija qiegħda fil-prattika u tista' tmissha b'idejk fil-proġetti kollha li nbdew taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista sa l- 1996.", "Il-konċett ta' Dar il-Wens, il-konċett ta' djar żgħar u l-konċett tar-residenza integrata fil-komunita' huma kollha esperimenti ġodda għal pajjiżna.", "Dawn saru proprju biex inwieġbu għal dan il-bżonn li aħna kollha kemm aħna konxji minnu; u huwa tajjeb li dan il-Parlament jenfasizza kemm aħna konxji minn dan il-bżonn.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jistaqsi jekk hemmx xi proġetti f'dan is- sens.", "Iva, bħala ministeru aħna għandna l-intenzjoni, l-impenn u l-proġett li ninkoraġġixxu l-ewwel u qabel kollox l-iżvilupp ta' dan it-tip ta' servizz.", "Hemm ukoll proposta u proġett iktar konkret minn dan, jiġifieri l-proposta ta' l-assistent personali.", "Din il-proposta hija wkoll imsemmija fil-programm elettorali ta' dan il-gvern li huwa l-programm li aħna rridu nwettqu matul dawn il-ħames snin li ġejjin.", "Din hija soluzzjoni li nstabet f'pajjiżi oħrajn, l-iktar fil-pajjiżi Skandinavi, li ilhom jesperimentaw f'din it-triq għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Dawn sabu li s-soluzzjoni għal persuni b'diżabilita', li jispiċċaw mingħajr omm u missier, hija li jiġu pprovduti bis-servizz ta' assistent personali.", "Jiena impenjat li nara li dan is-servizz isir realta' fiż-żmien li aħna għandna quddiemna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-Każ Numru 211 – Rapport Nru 110;", "Rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-Każ Numru 134 – Rapport Nru 111;", "Rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-Każ Numru 254 – Rapport Nru 112;", "Rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-Każ Numru 22 – Rapport Nru 114; u", "Rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar il-Każ Numru 119 – Rapport Nru 113 flimkien ma' ittra mibgħuta lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali fis-27 ta' Ottubru, 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-applikazzjonijiet pendenti u l-allokazzjonijiet li saru mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 38.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru. 243 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar il- Kontroll ta' Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi Oħra; u", "Informazzjoni dwar droga li nqabdet mill-1 ta' Jannar sas-27 ta' Ottubru, 1998 u mill-5 ta' Settembru sas-27 ta' Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 236.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' kuntratt dwar internal audit services bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u s-Sur Mario J. Azzopardi datat 26 ta' Marzu, 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 496;", "Avviż Legali Nru. 242 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar Meraq tal- Frott u Prodotti Simili (Ordni Nru. M36 ta' l-1998);", "Rapport u financial statements tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma għall-perjodu ta' sitt xhur li għalaq fit-30 ta' Settembru, 1997; u", "Rapport u financial statements tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1997; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 239 ta' l-1998 - Direttiva mill-Ministru tal- Finanzi għall-Bdil f'Lm5,000,000 6.15% Stock tal-Gvern ta' Malta (Bdil) 2001 (Il-Ħames Ħruġ - It-Tieni Parti) mill-Lm5,000,000 5.65% Stock tal-Gvern ta' Malta 1998 (Ir-Raba' Ħruġ);", "Avviż Legali Nru. 240 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar il- Kontroll ta' Assi skond l-Att dwar Servizzi ta' Investiment; u", "Avviż Legali Nru. 241 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet għal-Liċenza fl-Att dwar Servizzi ta' Investiment.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' jekk jogħġbok, Sur President, tgħidilna jekk sarx xi żvilupp fuq il-każ ta' ksur ta' privileġġ li kont qajjimt bħal nhar it-Tnejn ġimgħa, fir-rigward ta' artiklu li deher f\"Il-Mument\"?", "MR SPEAKER: Is-Sedja m'għandhiex x'iżżid ma' dak li ripetutament qalet s'issa, jiġifieri li fil-ħin u fil-waqt jngħata r-ruling li ntalab.", "Nistgħu ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONIJIET DWAR TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL-GVERN", "Ikompli mit-3 ta' Novembru 1998.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, qabel ma għalaqt id-diskors tiegħi l- bieraħ kont qed nitkellem dwar il-kwestjoni tal-proprjeta' li kienet ittieħdet għall-użu pubbliku taħt il-liġi tal-BDA, liġi li ġiet imħassra fl- 1988.", "Skond statistika li għandi mill-1992 sal-lum ġew ipproċessati biss 49 applikazzjoni.", "Għalhekk bilfors li wieħed jgħid li d-dipartiment ta' l- artijiet m'huwiex jiffunzjona tajjeb.", "Jista' jkun li xi wħud min-nies huma inkompetenti, jiġifieri m'għandhomx il-kompetenza li jagħmlu dak li hu mitlub minnhom fl-amministrazzjoni ta' dipartiment bħal dan, pero' jista' jkun ukoll li hemm xi ħaġa li tinten; u nispjega għaliex.", "Jekk nieħdu l-każijiet fejn saret l-esproprjazzjoni ta' l-art, insibu li hemm familja partikolari li ilha għaxar snin tistenna li tingħata kumpens, u dan minkejja li ssottomettew id-dokumenti kollha li juru li għandhom titolu ta' l-art u l-full ownership tagħha.", "Jiena m'inix se noqgħod ngħid x'għamilna aħna f'dawn is-sentejn imma qabilna kien hemm disa' snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista u aħna sibna ħafna iktar problemi.", "Nistaqsi: F'dawn l-għaxar snin id-dipartiment ma setax jiffinalizza din l- applikazzjoni u jgħid kemm għandhom jingħataw kumpens?", "U jekk m'hemmx flus, għallinqas ma setax jagħtihom part payment jekk m'hemmx kontestazzjoni?", "Jitkellmu tant fuq l-Ewropa tan-naħa l-oħra!", "Ma jafux li fejn tidħol expropriation of land għal użu pubbliku hemm direttivi li jgħidu li l-kumpens irid jingħata fi żmien raġonevoli, punt li huwa defenit f'diversi kawżi fil-Qorti Ewropea?", "Ċertament li wieħed irid jikkonsidra li dik il-persuna tista' tinvesti dak il-kapital u allura qed titlef l-interessi.", "Jista' jkun ukoll li dik il-persuni jkollha bżonn dawk il-flus għal skopijiet urġenti ta' mard, ta' litigazzjoni eċċ. Jiena nerġa' nistaqsi: Għaliex il-proċeduri fid- dipartiment ta' l-artijiet ma jispiċċaw qatt?", "Din li nimxu qajla qajla m'hijiex sistema tajba u għalhekk l-idea li ilha tiġi dibattuta f'dan il- parlament li jitwaqqaf tribunal ta' artijiet hija idea tajba u pożittiva.", "Din l-idea tmur way back għall-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1992 - jidhirli li kien semmiha l-Perit Michael Falzon meta konna qed niddibattitu mozzjoni simili - u hemm bżonn li we put our minds together u naraw li dan it-tribunal jitwaqqaf.", "Jiena nifhem li s-civil servant jekk jista' jkaxkar saqajh se jkaxkarhom, imma jekk wieħed ikun jista' jagħmel checks and balances, forsi anke billi jagħmel rikors quddiem dan it-tribunal, allura l- affarijiet jimxu mod ieħor.", "Dan it-tribunal jista' jidħol anke fuq affarijiet oħra, per eżempju, proprjeta' li hija unaccounted for, li hija no man's land.", "Imma allura din l-art m'hi ta' ħadd?", "Ta' xi ħadd hi.", "Għalhekk nissuġġerixxi lill-Ministru li jinżamm reġistru li fih ikun hemm elenkat il-proprjeta' f'Malta u f'Għawdex li għal xi raġuni jew oħra la tidher li hija tal-gvern u lanqas tal-privat.", "Jiena naħseb li wieħed għandu jara li din it-tip ta' proprjeta' tgħaddi għand il-gvern u tkun tiegħu.", "Fil-fatt fid-dritt privat internazzjonali, hemm il-prinċipju tar-res vendicata, li tfisser li proprjeta' li ma tiġix claimed tgħaddi għal għand il-gvern.", "Għaliex x'jiġri meta proprjeta' tibqa' unaccounted for?", "Meta jiġri hekk ikun hemm l- abbużi imma safejn naf jien qatt ma saru investigazzjonijiet serji biex tiġi rintraċċata art pubblika misruqa.", "Żgur li f'dan il-Parlament m'aħniex se nagħtu pariri dwar x'għandu wieħed jagħmel biex jisraq art - il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, qal li fi żmien ir-Rumani l-pretur kien joħroġ l-editti kull sena - imma jien ngħid li jekk nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex nirranġaw din is- sitwazzjoni allura għandna nagħmluha.", "Hemm każijiet fejn persuna taqbad u tippussessa art li tirriżulta li mhi ta' ħadd, sempliċement għaliex tmiss mal-proprjeta' tagħha, u wara ċertu żmien li tkun ilha tokkupaha jkollha ċerti drittijiet fuqha li joħorġu mid-dritt ċivili.", "Għalhekk tajjeb ukoll li jitwaqqaf dan it-tribunal ħalli din l-art pubblika ma tibqax tiġi użurpata.", "Għandu jinżamm ukoll reġistru ta' dawn l-artijiet f'Malta u f'Għawdex, speċjalment f'Għawdex, fejn ikollok każijiet fejn il-pjanti jkunu juru mod u mbagħad meta tmur fuq il-post issib mod ieħor.", "Għalhekk meta l-Ombudsman ikollu każijiet bħal dawn m'għandux joqgħod biss fuq id-dokumenti li jsib fir-reġistru ta' artijiet.", "Apparti li jara l-files u jiddeċiedi dak kollu li hemm bżonn għal skop ta' investigazzjoni, għandu jkollu miegħu persuna oħra indipendenti li hija esperta f'dak li għandu x'jaqsam ma' survey sheets u ma' qari ta' dokumenti li jmorru lura anke 500 sena.", "Dan l-aħħar ġie f'idejja dokument bil-Latin fuq dritt ta' passaġġ li jmur lura għall- 1375.", "F'dan il-każ id-dokument oriġinali qiegħed Palermo u jitkellem fuq passaġġi pubbliċi fl-inħawi tas-Siġġiewi u r-Rabat.", "Hawnhekk nistaqsi: Mela f'dan il-pajjiż, li fih daqs naqra, se nibqgħu nitkellmu fuq art li m'hi ta' ħadd, no man's land?", "Illum tidħak meta tisma' dawn l-affarijiet!", "Jiena naħseb li l-lands department għandu kull interess li jara li jkollu iktar fiduċja tal-pubbliku.", "U ma tistax tiġbed il-fiduċja tal-pubbliku meta jkun hemm dawn it-tip ta' domandi.", "Ma tistax ikollok każ partikolari, fejn kważi tkun ċert li ġara xi ħaġa ħażina, u mbagħad l-Ombudsman jew ma jasalx jew jieħu ħafna żmien jew inkella kważi trid timbottah u tgħidlu x'għandu jagħmel.", "F'dawn il-każijiet l-Ombudsman għandu kull dritt jinvestiga kif irid imma naħseb li ma nkun qed ngħid xejn ħażin jekk ngħid li għandu anke jieħu parir.", "Meta jkollu każijiet bħal dawn m'għandux jibqa' biss fuq dak li jgħidlu d-dipartiment ta' l-artijiet imma għandu jagħmel konsulta jew jinnomina persuna indipendenti u kwalifikata biex tgħinu fl-investigazzjonijiet.", "Jiena għalhekk għamilt riferenza għall- pretur tar-Rumani.", "Nixtieq ngħaddi issa għal punt ieħor.", "Fl-1988 il-Gvern Nazzjonalista ffinanzja survey sheets ta' Malta, Għawdex u Kemmuna.", "Forsi m'għandux tort imma l-fatt hu li dawn fihom ħafna żbalji u s'issa ma tranġawx.", "Per eżempju, hemm proprjeta' li ma tidhirx, hemm toroq li ma jidhrux, hemm passaġġi li ma jidhrux u hemm saħansitra għoljiet li ma jidhrux.", "'Il quddiem nixtieq nagħmel domanda parlamentari biex nara min tħallas għal dan ix-xogħol pero' li rrid ngħid huwa li sal- lum il-land department għadu jagħmel użu minnhom.", "Partikolarment is- Segretarju Parlamentari l-Onor.", "George Pullicino u l-Ministru Tonio Borg jafu b'dan, jiġifieri jafu li l-land department talli juża dawn is-survey sheets iħallas fee.", "Mela hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq użu ta' survey sheets li huma mimlijin żbalji, u din ngħidha bl-ikbar responsabbilta'.", "Nerġa' ngħid li dan huwa eżerċizju li għandu jsir b'mod professjonali u naħseb li min ġie mogħti r-responsabbilta' li jagħmel dawn is-survey sheets fl-1988 tħallas tajjeb.", "Kieku ffinanzjajnihom aħna u ħallejnihom, kieku ngħid li għandna responsabbilta' wkoll imma f'dawn is-sentejn ma kellniex moħħ is-survey sheets.", "Aħna ridna nużaw l-art pubblika biex din tintuża bl- iktar mod vijabbli imma meta ġejna biex nippromwovu proġetti bħal dak tal- Kottonera u ta' Manoel Island, ngħatajna l-gambetti min-naħa l-oħra.", "Ovvjament issa l-ballun qiegħed f'idejhom, imma ħalli nkompli fuq is-survey sheets.", "Mela nafu li hemm każijiet fejn qed isir abbuż mill-art u, minn fuq, meta tiġi biex tagħmel investigazzjoni dwarha issib li s-survey sheets huma wkoll zoppi għax hemm art li lanqas biss tkun taf fejn qiegħda eżatt.", "Hemm bżonn li nieħdu l-affarijiet bis-serjeta' u nagħmlu l-isforzi kollha biex mill-aktar fis dawn l-affarijiet jiġu ameljorati.", "Għaliex qed ngħid li sar abbuż mill-art?", "Fi żmien Gvern Nazzjonalista hemm min abbuża minn art bi qbiela u art agrikola.", "Din l-art, li xi darba kienet fis-survey sheets, spiċċat mibnija b'tali mod - bi swimming pools u tennis courts - li min jaraha jaħseb li se jinħadem xi film jew xi soap opera, biex ma nsemmix art oħra - il-poplu jaf x'ġara u m'iniex se noqgħod insemmi ismijiet - li spiċċat mibnija b'vilel lussużi ta' persuni b'saħħithom li ma jmisshom ħadd.", "Meta aħna l-Laburisti konna fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 ma sarux abbużi minn art pubblika.", "Aħna spiċċajna nlaqtu ta' ħaddieħor u meta ppruvajna nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta' u naraw kif se namministraw l-art fl-aħjar interess pubbliku, ekonomiku u soċjali, bħalma kien il-proġett tal-Kottonera, spiċċajna biex tlifna l-gvern.", "Pero' il-verita' hija quddiem kulħadd u kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni stess f'wieħed mill-interventi li għamel, il-poplu diġa' beda jinduna.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li jiddispjaċik meta tara dak id- dlam fil-Kottonera!", "Kieku sal-lum pajjiżna diġa' ħa r-ruħ bil-proġett li konna se nagħmlu aħna.", "Jiddispjaċik għax dan kien se jkun għall-ġid komuni ta' pajjiżna.", "Għalkemm in-Nazzjonalisti ħallew il-kaxxa ta' Malta qoxqox meta tawna l-gvern fl-1996, aħna xorta ridna b'xi mod navvanzaw l-art pubblika fl-interess pubbliku. llum x'għandna?", "Illum għandna din il- mozzjoni.", "Sur President, artiklu 1 ta' din il-mozzjoni jitkellem dwar art u trasferiment.", "Naħseb li din il-mozzjoni trid tiġi drafted aħjar għax jidhirli li d-drittijiet reali fuq l-art għandhom jitkellmu wkoll fuq l- arja.", "Jekk id-dipartiment ta' l-artijiet, f'isem il-poplu, qed jitkellem fuq art, għandu jinkludi l-arja anke fuq fondi li llum m'għadhomx pubbliċi, għaliex jista' jkun li jkun hemm każijiet fejn il-gvern ikun żamm id-dritt ta' l-arja fuq l-art.", "Għalhekk din għandha tinkludi wkoll l-arja li jista' jsir użu tajjeb minnha għall-ġid pubbliku.", "Id-Dritt Ruman jgħid li tista' tibqa' tiela' sas-sema imma ovvjament hemm limitu, pero' jekk trid ittella' għandek id-dritt.", "Għalhekk din l-interpretazzjoni wieħed għandu jirranġaha daqsxejn.", "Jekk niġu għaċ-ċnus u l-kirjiet, jiena ma nafx għaliex dan il-proċess ta' l-applikazzjonijiet quddiem il-joint office ta' dawk li applikaw biex jixtru ċ-ċens temporanju qed itul.", "Hemm numru kbir ta' persuni li ħadu l- inizjattiva imma sal-lum għadna ma nafux jekk ġewx ipproċessati xi applikazzjonijiet.", "Għaliex qed jieħdu dan it-tul kollu?", "X'inhu li qed iżomm l-ipproċessar?", "Hemm nuqqas ta' nies biex jaraw il-files, jagħtu appuntament lin-nutar tal-klijenti u jiddraftjaw il-kuntratt?", "Dan ukoll huwa loss of revenue għall-gvern u għalhekk għandna naraw li dan il-proċess niffaċilitawh.", "Dan jgħodd anke għat-trasferimenti, Mr Speaker.", "F'housing estates u f'areas oħrajn fejn joqogħdu l-ħaddiema - u l- ħaddiema m'għandhomx vilel bi swimming pool u b'xi tennis court ....", "Hawnhekk m'inix nirriferi għal dawk li huma komdi - għax dawn jieħdu ħsieb tagħhom infushom - imma qed nirriferi għall-ħaddiem li għandu flat żgħir f'housing estate li madwaru hemm biċċa art li ma tintużax.", "Hemm ħafna biċċiet ta' art li jkunu mitluqin u li l-gvern ma jkun se jagħmel l-ebda użu minnhom.", "Għalhekk jiena nissuġġerixxi li dawn il-biċċiet ta' art ikunu jistgħu jiġu rranġati biex isebbħu l-ambjent mill-inkwilini ta' dawn il- flats.", "Jistgħu jinbnew anke garaxxijiet żgħar fihom, speċjalment għal dawk il-persuni b'diżabilita' li joqogħdu at ground floor level u forsi ma jaffordjawx jixtru garaxx.", "Jiena naħseb li m'hemm xejn li jżomm lill-gvern milli jara li jgħaddi b'titolu, jekk hemm bżonn anke temporanju, dawk il- biċċiet ta' art li ma jistgħux jintużaw għal affarijiet kbar.", "Dan għandhom jingħataw wara li ssir call for tenders għar-residenti tal-housing estates u mhux lil dawk li huma komdi.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għal artiklu 11 tal-mozzjoni, artiklu li jitkellem dwar estensjoni ta' kirja ta' art tal-gvern, wara li l-inkwilin għas-spejjeż tiegħu jkun irranġa d-dar, għamel ċerti embellishments, eċċ. Issa paragrafu (a) ta' l-istess artiklu jgħid:", "''Jekk ikunu nbdew qabel l-1 ta' Ġunju, 1981 u jkunu tlestew wara l-1 ta' Jannar, 1976;''", "Jiena nistaqsi: Hemm xi raġuni għaliex qbadna dawn iż-żewġ dati?", "Jista' l- Ministru jelabora fuq dan?", "Imbagħad iktar interessanti hija l-proviso li jgħid: \"il-gvern jista' jtawwal il-kirja bl-istess kera u kondizzjonijiet, għal żmien li ma jkunx aktar minn dak ta' sena, għal kull darba li n- nefqa fil-benefikati tkun tal-kera ta' l-art ...\"", "Allura jekk jiena għandi ¥30 kera f'sena u nagħmel benefikati ta' ¥3,000, dan ifisser li jkolli l-kera mħallas għal 100 sena?", "Nixtieq li l-Ministru jkun jista' jiċċaraha din.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għal artiklu 14, fejn qegħdin nitkellmu dwar it-trasferimenti ta' art f'xatt il-baħar.", "Għalija din hija perikoluża u l-gvern għandu jħossu responsabbli meta jitkellem fuq art f'xatt il- baħar.", "Biex nibqgħu fuq ir-Rumani - għax dawn għallmuna ħafna affariijet, speċjalment fid-dritt ċivili - dawn kienu jgħidu li l-foreshore m'hu ta' ħadd u ma tmissux.", "Dak iż-żmien kienu jsiru ħafna battalji fuq il-baħar - ovvjament illum ma tantx nisimgħu bihom dawn - u kull min kien isalva kien ikollu dritt li jekk jasal sax-xatt - anke jekk ma jkunx imwieled f'dak il- pajjiż - jiġifieri jekk jasal sa fejn tidħol il-mewġa fix-xitwa u safejn tidħol il-mewġa fis-sajf, dik il-parti tal-baħar m'hija ta' ħadd, u allura kien ikollu kull dritt li joqgħod hemm biex għallinqas jieħu refuġju.", "Allura meta nara trasferiment ta' art f'xatt il-baħar jien nitħasseb għar- raġuni li anke llum il-pubbliku għandu dejjem jingħata d-dritt li ma' xatt il-baħar jista' jagħmel l-isbaħ passiġġata x'ħin irid u ma jfixklu ħadd.", "Sur President, meta nibdew nitkellmu dwar li nagħtu art f'xatt il-baħar għal caravan sites bilfors nistaqsi lili nnifsi: Possibbli ma nistgħux insibulhom sit li mhuwiex daqshekk viċin il-baħar!", "Ċertament jien nemmen li għandu jkollna l-ispirtu li ngħinu lil dawk in-nies li d-delizzju uniku tagħhom huwa l-caravan - għax forsi ma jistgħux jaffordjaw post ta' villeġġatura; u nies ħaddiema bħal dawn irridu ngħinuhom - imma fejn jidħol xatt il-baħar naħseb li rridu noqogħdu attenti.", "(Interruzzjonijiet) U għaliex ''mhux iżjed minn għaxar snin''?", "Hawnhekk hawn miktub li tista' tiġi ttrasferita ''b'titolu ta' kiri għal mhux iżjed minn għaxar snin''.", "Jiġifieri nixtieq li jkollna iktar kjarifika fuq din.", "Issa, Sur President, se nitkellem dwar artiklu 6 li jittratta dwar trasferiment b'titolu ta' kiri.", "Hawnhekk nerġa' nallaċċja l-idea tat-tribunal li b'xi mod għandu jidħol f'dawn il-kwestjonijiet.", "Għaliex paragrafu (d) ta' artiklu 6 jgħid li art tal-gvern tista' tingħata b'kiri:", "\"jekk tikkonsisti f'art agrikola li tingħata bi qbiela lil min ikun qed jaħdimha, ...\"", "- iva, naqblu li min jaħdmiha għandu dritt tal-qbiela -", "\"... ukoll jekk ma jkollux titolu għaliha.\"", "Hawnhekk jien nagħmel xi domandi għaliex, bħalma jaf kull min jaħdem fil- professjoni tiegħi jew min jiġi f'kuntatt ma' dawn il-każijiet - bħall- Onor. Noel Farrugia, li ovvjament fil-kamp ta' l-agrikoltura jiltaqa' magħhom - ġieli jiġri li art agrikola li tkun ilha tinħadem minn persuna u tirriżulta li hi tal-gvern, b'xi mod stramb u stramb ħafna, din l-art tispiċċa bi qbiela għand persuna oħra.", "Il-bniedem li jagħti prova li kien ilu jaħdem l-art jispiċċa barra u l-ieħor li ma jkunx qiegħed jaħdimha jieħu l-qbiela ta' din l-art mid-dipartiment ta' l-artijiet.", "X'inhu l- kriterju li qed jintuża biex lil wieħed nagħtuh il-qbiela u lill-ieħor ma nagħtuhx?", "Ma nafx!", "Wieħed jista' jitkellem fuq każijiet.", "J'Alla dan li qed nipprova ngħid m'huwiex korrett imma għandu jkollna xi kriterju f'din il-ħaġa.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet għandu jimxi fuq standards u mhux sew li dawn nitfgħuhom fuq xi civil servant jew fuq il-kummissarju ta' l-artijiet.", "Irid ikun hemm body, ngħidu aħna bord jew awtorita`, li jkollu kriterji fuqiex jimxi.", "Fejn jidħlu trasferimenti b'titolu ta' kera rridu naraw liema kriterji għandhom jiġu wżati biex art tgħaddi għand persuna u mhux għal oħra ħalli ma jkunx hemm suspett ta' abbużi.", "Qed niftehmu?", "Din hija importanti għaliex hija kwestjoni ta' fiduċja kontinwa fid-dipartiment ta' l-artijiet u allura dejjem għandna nfittxu li ma nħallux xi possibbilta` ta' abbużi.", "L-istess ħaġa fil-każ ta' encroachment, fejn lil wieħed tagħtih permess biex ipoġġi gabbana u lill-ieħor ma tagħtihx bħal, per eżempju, f'Għawdex.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli, għax għandek bżonn extension peress li skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli bid- diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli bl- intervent tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "ll-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant.", "Jien qed insemmi Għawdex għaliex jiġuni eżempji f'moħħi, imbagħad ikolli ngħid fejn.", "Per eżempju, il-kwesjtoni tal-kiosks fejn lil \"X\" nagħtuh permess biex ipoġġi l-kiosk f'post u lil \"Y\", bl-istess kriterji, ma nagħtuhx u mbagħad ngħidu: ''Skond il-policy''.", "X'policy hi din?", "Bikkejna lin-nies għax hemm min l-għajxien tiegħu kien biss minn dawn l- affarijiet!", "Jien ma nistax nimmaġina kif nivvintawhom il-kriterji għax jekk hemm policy miġnuna m'għandniex inħalluha.", "Għaliex ma tagħmilx sens li lil dak nagħtuh encroachment u lill-ieħor le.", "Jien semmejt Għawdex għaliex naf xi każijiet f'Għawdex pero' f'Malta hawn ukoll.", "Jiġifieri huwa importanti li jinħoloq tribunal li jittratta l-każijiet ta' trasferiment ta' l-artijiet biex jagħti l-interpretazzjonijiet u r-rimedji neċessarji ħalli l-kummissarju ta' l-artijiet u l-uffiċjali l-oħra ma jkollhomx il- burden tad-deċiżjonijiet li jittieħdu u jekk jinqala' xi ħaġa jkollhom jirrispondu huma.", "Jien ma nemminx li għandna nitfgħu din ir- responsabbilta` fuqhom imma nemmen li għandu jkun hemm dan it-tribunal biex jiddeċiedi - għaliex l-art hija riżors importanti ħafna u jrid ikun hemm kriterji definiti u loġika ċara li tagħmel sens fejn jidħlu trasferimenti - u nimxu.", "Il-mozzjoni ssemmi wkoll ħaġa iktar importanti f'subparagrafu (ii) ta' paragrafu (e) ta' artiklu 6, fejn tgħid li art tal-gvern tkun tista' tingħata b'kiri jekk tikkonsisti f'art li tiġi allokata direttament:", "\"(ii) lill-persuna li tkun ħarġet minn darha jew minn post ieħor okkupat minnha għal negozju jew għal xi użu ieħor ikun x'ikun, u jew tkun ġiet imġiegħla toħroġ mill-gvern ...\"", "- ovvjament il-gvern ikollu proġett pubbliku f'moħħu meta jġiegħlek toħroġ, allura jrid jagħtik alternative residence -", "\"... jew tkun ħarġet għax il-post ikun perikoluż.\"", "Fl-opinjoni tiegħi din ta' l-aħħar hija importanti ħafna għaliex dawn il- każi qed neħduhom lightly wisq.", "Sfortunatament m'aħniex naraw il-gravita` tagħhom u meta naraw xi dar taqa' bin-nies taħtha mbagħad kulħadd iqum jitkellem, il-maġistrat jgħid \"hekk\" u l-ieħor jgħid suppost ġara \"hekk\".", "We have to be pro-active, irridu naġixxu qabel ma jiġru l-affarijiet.", "L- iktar gravi hija meta jkollok persuna li minħabba l-mezzi finanzjarji tagħha ma tistax issib post alternattiv, u jkun hemm sentenza tal-qorti, konfermata mill-qorti ta' l-appell, biex din toħroġ 'il barra ħalli jsir ix- xogħol urġenti minħabba li l-post ikun perikoluż, u din tibqa' tistenna l- ħniena ħalli b'xi mod id-direttur jagħtiha post alternattiv.", "Jien naħseb li llum, meta wasalna għall-millennju l-ġdid - issa n-Nazzjonalisti ħadulna l-millennju! - il-gvern għandu jaħseb biex każi bħal dawn jiġu ttrattati bl- ikbar urġenza u mhux tintbagħat acknowledgement wara acknowledgement ta' l- ittri li jintbagħtu lid-dipartiment u dik il-persuna tibqa' tistenna biex tingħata post alternattiv.", "Dan mhux kapriċċ u fejn hemm każijiet bħal dawn iridu jingħataw prijorita`.", "Mr Speaker, xtaqt ukoll nagħmel riferenza għal paragrafu (ġ) ta' l-istess artiklu 6, fejn qed nitkellmu fuq il-kirjiet li jgħaddu mill-missier għall- ulied.", "Kif inhi drafted il-mozzjoni donnu l-gvern jista' jagħti b'kirja art li tikkonsisti f'fond kummerċjali - għandna ħafna fondi kummerċjali tal- gvern il-Belt, Putirjal u oħrajn - li tiġi allokata direttament mill-gvern b'kiri ġdid lil dawk l-ulied jew ulied l-ulied.", "Jiġifieri kif se nimxu hawnhekk?", "Meta persuna għalqet il-61 u ma baqgħetx taħdem jew mietet, l- ulied l-ewwel ma jridu jieħdu l-kirja jew wieħed jista' jaqbeż ġenerazzjoni?", "Jien ma naħsibx li qiegħda hekk imma tajjeb li wieħed jispjega l-mozzjoni li għandna quddiemna biex wieħed jinterpreta l- affarijiet kif inhuma għaliex jistgħu jinħolqu l-problemi.", "Mela l-ewwel tmur għall-ulied u mbagħad tmur għall-ulied ta' l-ulied, sakemm ma jkunx hemm rinunzja, għaliex jista' jkollok l-ulied li qed jirrinunzjaw għall- proprjeta` biex jgħadduha lil uliedhom.", "Jien naħseb li din hekk għandha tiġi interpretata.", "Pero' again, jien inħalli lill-Ministru jagħti l- interpretazzjoni ċara ta' dan.", "Mr Speaker, niġu għal xi ħaġa li tweġġagħlek rasek ukoll.", "Qed nirriferi għal artiklu 8 li huwa dwar l-encroachments.", "Fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Mifsud Bonnici semma li din hija xi ħaġa li ma ssibhiex fil-liġi ċivili tagħna għax il-kodiċi ċivili jitkellem fuq ċerti titoli u kirjiet, eċċ. Encroachment hija xi ħaġa li daħlet f'Malta dawn l-aħħar snin.", "Minn 25 jew 30 sena 'l hawn bdejna nitkellmu fuq dan it-tip ta' dritt fuq l-art li huwa dritt limitat ħafna.", "Irridu noqogħdu attenti, speċjalment fejn jidħlu beach concessions, fejn jingħataw partijiet mill-ixtajta, għax f'paragrafu (iii) qed jagħmilha b'mod ġenerali meta jgħid \"konċessjonijiet oħra simili.\"", "\"Simili\" tfisser bħal meta jkollok kafetterija u tagħtih permess biex jagħmel erba' siġġijiet barra?", "Hija ħaġa sabiħa li tirranġa l- ambjent, bħalma għamilna f'Buġibba u l-Qawra, għalkemm ikkritikawh ħafna lill-Partit Laburista fuq dak il-proġett.", "Imma llum kulħadd jaf kemm għamilna ġid meta nvestejna fil-proġett tal-Qawra għax kien wieħed mir- raġunijiet għaliex isaħħaħ it-turiżmu.", "Bilfors trid tagħti ċerti encroachments għall-kafetteriji, ristoranti, eċċ. Mela le!", "Naturalment at a fee u nimxu.", "Imma naħseb li wieħed irid joqgħod attent imbagħad dwar il-kliem \"konċessjonijiet oħra simili.\"", "Mr Speaker, all in all dawn huwa affarijiet li jridu jsiru b'mod trasparenti u b'mod serju.", "U għalhekk dawk il-punti li semmejt għandhom jingħataw il-konsiderazzjoni xierqa biex din il-mozzjoni tingħata aspett soċjali għall-ġid tal-poplu tagħna u l-art pubblika tiġi applikata dejjem fl-interess tal-ġid komuni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel żewġ rimarki wkoll biex fil-winding-up il-Ministru forsi jkun jista' jirriferi għalihom.", "Nixtieq inkun naf jekk il-mozzjoni hijiex tirriferi wkoll għar-reviżjoni tar-rati tal-qbiela tar-raba' amministrati mill-joint office.", "Fid-dawl ta' dak li ntqal anke mill-kelliema tan-naħa tal-gvern, nixtieq inkun naf ukoll jekk hemmx verament ir-rieda li d-dipartiment ta' l-artijiet tabilħaqq ikun aktar prattiku, ikun aktar realistiku quddiem ċirkostanzi, ħafna drabi mhux biss diffiċli imma fl-opinjoni tiegħi inġusti għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "U hawn qed nirriferi wkoll għall-esproprjazzjoni li għadu kemm aċċenna għaliha sieħbi, l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Mr Speaker, fir-rigward tar-reviżjoni tar-rati tal-qbiela tar-raba' amministrati mill-joint office wieħed irid ifakkar lill-Kamra li meta l- Gvern Nazzjonalista kien għamel il-ftehim tax-xiri tal-proprjeta` mingħand il-knisja, irriżulta preċedent li għal numru ta' snin ilu jinkwieta sew lill-bdiewa u lir-raħħala li għandhom il-qbiela li issa ovvjament ma baqgħetx tal-knisja imma saret ta' l-uffiċċju konġunt.", "Apparti li f'dawn iż-żmenijiet l-uffiċċju konġunt m'huwiex jaċċetta aktar il-ħlas tal-lira tal-qbiela, huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li minħabba r-rata ta' kapitalizzazzjoni fuq dak li l-gvern xtara mingħand il-knisja, kemm-il darba ntqal li biex isostni lura l-investiment li għamel, il-gvern se jgħolli l-qbiela għal Lm28-il tomna.", "M'hemmx dubju li dan huwa punt li qed jinkwieta kemm lill-bdiewa kif ukoll lir-raħħala.", "Hemm bżonn ukoll li ma naħlux aktar ħin dwarha u tajjeb li l-Ministru jgħarrafna jekk il-gvern huwiex se jkompli juri r-rieda l-ewwelnett li jaċċetta s-sitwazzjoni li kkawża permezz tal-ftehim li għamel, u t-tieni nett li jsib soluzzjoni għal dawn iċ-ċirkostanzi li, kif diġa' għidt, qed inisslu diffikultajiet u nkwiet kbir fost il-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin.", "Iċ-ċirkostanza l-oħra tittratta l-esproprjazzjoni u se nipprova nkun speċifiku.", "F'dawn l-aħħar 20 sena kienet prerogattiva ta' kull gvern li fl- estimi tal-budget jalloka madwar ¥800,000 biex jiġu kkompensati dawk iċ- ċittadini Maltin li tkun itteħditilhom proprjeta' permezz ta' esproprjazzjoni.", "Barra minn hekk, kif nafu, il-gvern huwa obbligat li jħallas id-danni b'5%.", "Imma mhux hekk biss għaliex il-gvern huwa marbut ukoll li jħallas id-danni fuq il-valur ta' dik il-proprjeta' kif inhu llum.", "Dan kollu joħloq problemi serji lil numru ta' ċittadini Maltin u jekk aħna tabilħaqq nirrispettaw id-demokrazija u rridu li jkollna gvern li ma jkunx supperv u arroganti, kif intqal anke fid-Diskors tal-President, tajjeb niftakbru li l-gvern għandu jrodd miljuni kbar ta' liri.", "F'xi leġislatura oħra ntqal li l-ammont pendenti, jiġifieri l-ammont li d- dipartiment ta' l-artijiet irid iħallas għal dawn ir-rekwizizzjonijiet, jammonta għal madwar ¥12-il miljun.", "Imma jiena ngħid li jekk ikollna nagħmlu dan l-eżerċizzju llum, din iċ-ċifra tirdoppja jew anke titrippla.", "Għaliex jekk il-gvern huwa committed li f'dawn il-każijiet iħallas bir-rata ta' 5% - sew jekk huma familji jew individwi - fuq il-perijodu kollu ta' snin, allura fl-opinjoni tiegħi din il-Kamra għandha tirrifletti fuq kemm qed inkunu ġusti - jew aħjar inġusti - ma' dawn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Ċertament dawn huma ċirkostanzi li ma jistgħux jibqgħu jiġu skartati, għax jekk din is-sitwazzjoni se tkompli tirripeti ruħha budget wara l-ieħor, se jibqgħu jiġu vvotati xi Lm700,000 jew Lm800,000 biex jitħallsu dawn il-flejjes u mbagħad f'dik is-sena stess il-gvern jagħmel negozjati għall-esproprjazzjoni fuq proprjeta' li, ngħidu aħna, tkun tqum iktar minn Lm2 miljun, kif normalment jiġri.", "Ħalli nagħti eżempju tipiku.", "Riċentement, flimkien mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sieħbi l-kelliem ewlieni ta' l-edukazzjoni, assistejna għal protesta ġewwa l-Imġarr sabiex nikkummentaw dwar il-mod li bih ġiet interpretata dik is-sitwazzjoni.", "Li ġara hemmhekk kien li l-gvern preċedenti kien qed jippjana li tinbena skola ħalli l-komunita' ta' l-Imġarr tkun tista' ttejjeb iktar l-aspirazzjonijiet u n-neċessitajiet edukattivi tal-lokal.", "Issa aħna nafu li, minkejja li xi deputati ta' dak id-distrett ipprovaw jinsolentaw kemm lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo kif ukoll lill-Partit Laburista, fil-fatt dik l-art ġiet esproprjata fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Jiġifieri jekk hemm xi raġunijiet għaliex dan il-gvern, jew il-gvern preċedenti, għadu ma ħallasx lil dawn iċ-ċittadini, dan huwa proprjament dovut għal dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli.", "Għalhekk, kif qed naraw ħafna drabi, ma jkunx il-każ li nikkritikaw lill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l- artijiet għax naturalment qabel ma jħallas id-dipartiment ikun irid jivverifika t-titli proprja ta' dawk in-nies li, tajjeb jew ħażin, tgħajjat lilhom l-art u allura diversi drabi s-somma li jkun sar ftehim dwarha dakinhar tkun tista' tiżdied biss jekk kemm-il darba d-dipartiment jirrikonoxxi li jħallas dak il-commitment abbażi tad-danni ta' 5% u abbażi wkoll tal-valur tal-proprjeta' llum.", "Sur President, meta jkollna quddiemna xi mozzjoni bħalma għandna llum bilfors ikollna nagħmlu riferenza għal dawn iċ-ċirkostanzi.", "Il-gvern preċedenti kien iħaddem sistema fejn jiddedika parti mill-flus li, per eżempju, ikunu ġew iġġenerati permezz tal-bejgħ ta' l-ishma tat-Telemalta, illum il-Maltacom p.l.c., biex jerġgħu jiġu rinvestiti għar- ristrutturazzjoni ta' l-industrija, għax wara kollox dawk huma flus il- poplu.", "Issa hawnhekk jien m'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu ta' jekk din il-prattika hijiex se tkun onorata jew le, imma jekk aħna nirrispettaw verament l-obbligu tagħna li nkunu leali lejn iċ-ċittadini li nirrappreżentaw, irridu nkunu realistiċi jew, biex niftiehem aħjar, saqajna ma' l-art u nifhmu li gvern irid ikun veru arroganti, supperv u inkonsistenti li ma jagħmilx użu minn xi liġi jew mozzjoni biex idaħħal iktar fondi u allura jtejjeb il-qagħda finanzjarja tiegħu.", "Għalkemm xi drabi jintqal li l-valur li l-gvern huwa obbligat li jħallas liċ-ċittadini għall-esproprjazzjoni tal-proprjeta' huwa ta' Lm12-il miljun, jekk wieħed jagħmel evalwazzjoni serja ta' din il-proprjeta' skond iż-żmenijiet ta' llum isib li fil-fatt din iċ-ċifra tlaħħaq miljuni kbar ta' liri.", "Għalhekk jien naħseb li l-gvern m'għandux ikompli joqgħod lura milli jara kif jista' jevita dawn iċ-ċirkostanzi li semmejt, liema ċirkostanzi qed ikunu ta' detriment għall-persuni u l-familji involuti.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li hemm sitwazzjonijiet oħra li d- dipartiment ta' l-artijiet u, f'dan il-każ, l-Awtorita' tad-Djar għadhom ma kkordinawx bejniethom biex jonoraw ċerti kuntratti.", "Per eżempju, aħna nafu li jeżistu numru ta' plots li ilhom jgħixu fihom in-nies għal snin twal li għadhom fuq bażi ta' konvenju.", "Issa dan huwa fattur li għalih jiġu kemm ħafna kostitwenti għandna d-deputati biex jindirizzawlna din il-problema, kif ukoll imorru ħafna ċittadini quddiem l-uffiċjali tad-dipartiment ta' l- artijiet u ta' l-Awtorita' tad-Djar minkejja li kif nafu, fir-realta' l- problema ma tkunx ġejja minn dawn l-uffiċjali imma x'aktarx mis-sistema burokratika leġislattiva li ħafna drabi ma tindirizzax dawn il-problemi li qed ikunu ta' detriment għal kwalunkwe żvilupp li qed tagħmel is-soċjeta' tagħna.", "Sur President, jien nixtieq li fil-winding-up l-Ministru jagħtina ħjiel dwar x'inhi d-direzzjoni tal-gvern preżenti quddiem dawn it-tip ta' problemi għax jien nemmen li wieħed għandu jindirizza dawn il-problemi bl- iktar mod konsistenti, anke dawk li issa ilhom pendenti s-snin.", "Biex niftehmu, jien m'iniex qed ngħid li din is-sitwazzjoni ħoloqha l-kollega tiegħi l-Ministru Tonio Borg għax bla dubju dan wiritha, bħalma nifhem li wiret il-problema li ħoloq il-Gvern Nazzjonalista preċedenti, ċioe' li llum il-joint office m'huwiex jaċċetta l-lira tal-qbiela, tar-raħħala u tal- bdiewa minħabba li bil-mod kif il-gvern kien xtara l-proprjeta' mingħand il- knisja, jekk wieħed ikollu jikkapitalizza l-ammont ta' kemm il-gvern suppost irid idaħħal biex ikun accountable - għax għal xi żmien kienet tintuża l-kelma \"accountable\" - ma' l-eżerċizzju finanzjarju tiegħu, prattikament isib li jrid jitlob Lm28-il tomna.", "Issa l-Gvern mhux biss għadu ma ddeċidiex x'se jagħmel dwar din is-sitwazzjoni imma lanqas biss għadu beda jiġbor xi ħaġa biex jirrifondi.", "Hawnhekk irrid niddikjara mill-ewwel li bla ebda dubju tkun ġennata jekk b'xi mod jew ieħor inpoġġu dan il-piż fuq il-bdiewa u r-raħħala, bħalma ppropona l-joint office.", "Jien ma nixtieqx inkun rettoriku pero' ċertament dawn iċ-ċirkostanzi ma jistgħux jibqgħu jitpoġġew taħt it-tapit għax mhux biss huma ċirkostanzi li jeffettwaw il-ġid ekonomiku komuni tagħna imma wkoll iġibu quddiem kull wieħed u waħda minna responsabbiltajiet kbar.", "Aħna ma nistgħux inħallu dan il-fenomenu jikber iktar għal riħtu meta nafu li s-setturi tal-biedja u s-sajd huma żewġ attivitajiet importanti għall- ġid komuni.", "Sur President, hija ħaġa stramba kif ċirkostanzi bħal dawn ma jiġux spjegati lill-poplu b'mod iktar naturali u ġenwin.", "Jekk ma rridux inkunu suppervi, allura wieħed jistenna li fil-winding-up il-Ministru jispjega x'inhuma r-rwoli, l-għanijiet u l-ħidmiet tal-gvern sabiex ma nibqgħux niltaqgħu ma' dawn il-problemi li jġibu sitwazzjoni allarmanti fost il- komunita' tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni tant twessgħet li missejna setturi differenti, fosthom il-funzjoni tad- dipartiment ta' l-artijiet u tal-joint office, u semmejna wkoll konċetti differenti dwar l-użu ta' l-art.", "M'għandix dubju li jekk wieħed iħares lejn l-istorja ta' l-użu ta' l-art malajr jinduna li hemm bżonn immedjat li, ikun min ikun fil-gvern, għandu jagħraf li l-art tagħna hija limitata u għalhekk irrdu noqogħdu attenti għal liema skop l-art tkun se tintuża, partikolarment jekk din tkun art tal-gvern.", "Ilkoll nafu li minbarra li d- dipartiment ta' l-artijiet għandu r-responsabbilta' li jara kif se jamministra l-proprjeta' tal-gvern, mhix inkluża dik l-art u l-proprjeta' li qabel kienet tal-knisja u issa qieghda f'idejn il-joint office, dan għandu wkoll ir-responsabbilta' li jara li l-esproprjazzjonijiet isiru skond kriterji li wieħed jista' jgħid li huma ftit jew wisq fissi.", "Sur President, tkellimna anke dwar il-kumpens li jsir minn żmien għal żmien u saħansitra l-Onor.", "Anglu Farrugia għamel riferenza għal każ partikolari, fejn xi ħadd għaxar snin ilu tteħditlu biċċa art u sal-lum il- ġurnata għadu ma tħallasx.", "Jiena naħseb li l-Onor.", "Membru jaf daqsi - u forsi ferm iktar minni minħabba x-xogħol professjonali tiegħu - li l- kwesjtoni ta' ħlasijiet għall-art ma bdietx fl-1988 imma bdiet meta d- dipartiment ta' l-artijiet sar responsabbli għall-esproprjazzjoni ta' art f'isem il-gvern.", "F'ċerti każijiet qamet ukoll il-kwestjoni kemm għandu jkun il-ħlas li jingħata lil dik il-persuna li tkun ittieħditilha l-art għal skop pubbliku.", "Tajjeb li nfakkru hawnhekk li d-dipartiment ta' l-artijiet, minbarra l- funzjoni li jamministra l-proprjeta' tal-gvern tal-ġurnata, għandu wkoll il- funzjoni li jamministra dawk l-artijiet jew proprjetajiet li jkunu ttieħdu fis-snin ta' qabel.", "Issa ċ-ċifra li l-gvern għandu jagħti lil dawn il- persuni tħallaq il-miljuni, għalkemm donnu li mhux kulħadd jaqbel fuq il- figura eżatta.", "Fil-fatt xi drabi ssemmiet is-somma ta' ¥10 miljun, drabi oħra ssemmiet is-somma ta' ¥20 miljun u drabi oħra ssemmiet is-somma ta' Lm60 miljun.", "Qed ngħid dan għaliex għandna sitwazzjonijiet differenti għal każijiet ta' esproprjazzjoni differenti.", "Iva, irridu nżommu f'moħħna li kull każ ta' esproprjazzjoni huwa differenti minn kull każ ieħor.", "F'ċerti każijiet, b'mod partikolari fejn tapplika l-President's Declaration, id-dipartiment effettivament wasal biex ħallas lill-persuna li tteħditilha l-art - anke fejn l-esproprjazzjoni saret żmien twil ilu - u tħallsu wkoll l-imgħaxijiet.", "Ċertament li meta d-dipartiment ta' l- artijiet ikollu l-flus għad-dispożizzjoni tiegħu jkun jista' jħallas.", "Hemm ukoll is-sitwazzjoni l-oħra fejn minkejja li l-proprjeta' tkun ilha li ttieħdet għal numru ta' snin, ma jkunx għad hemm il-President's Declaration u allura wieħed ikun għad irid jara li dik il-proprjeta' tiġi evalwata u eventwalment jintlaħaq ftehim dwar il-prezz.", "Hemm imbagħad sitwazzjoni oħra fejn persuni li jkun ġie indikat lilhom l-ammont ta' flus li huma ntitolati għalih bħala ħlas għall-art li tkun ġiet espropjata, ma jaqblux li dak għandu jkun l-ammont dovut lilhom u għalhekk jikkontestawh.", "Ħafna drabi dawn jispiċċaw il-qorti u sakemm jiġi deċiż il-każ jgħaddu s- snin u l-każijiet pendenti jkomplu jiżdiedu.", "Mr Speaker, nafu wkoll li d-dipartiment ta' l-artijiet jesproprja art f'isem dipartimenti oħrajn imma dawn jibqgħu ma jħallsux.", "Allura għalkemm huwa veru li skond iċ-ċifri uffiċjali huwa d-dipartiment ta' l-artijiet li għandu jagħti l-ħlas lid-diversi persuni, hemm ukoll dipartimenti oħrajn, fosthom id-dipartiment tat-toroq u l-awtorita' tad-djar, li għandhom ħlasijiet x'jagħtu.", "Per eżempju, f'din il-mozzjoni li għandna quddiemna hawn riferenza għall-iskemi differenti ta' home-ownership u qed ngħidu li l- artijiet in kwestjoni setgħu ngħataw minn proprjeta' li kienet direttament tal-gvern u anke minn proprjeta' li setgħet ġiet għand il-gvern mingħand il- kurja.", "Iżda jekk wieħed irid ikun realistiku u jara x'inhija s-sitwazzjoni tal-proprjeta' li ttieħdet għal skop ta' home-ownership, malajr jasal għall- konklużjoni li matul is-snin kollha li għaddew minn mindu twaqqfet l- awtorita' tad-djar - u anke qabel meta kien hemm dipartimenti oħrajn li kienu responsabbli għall-esproprjazzjoni u t-tqassim ta' plots - parti sostanzjali mill-proprjeta' li ttieħdet u sussegwentement ingħatat u tqassmet taħt il-home-ownership schemes, realment ma kenitx ġejja minn proprjeta' tal-gvern imma kienet ġejja minn proprjeta' tal-privat.", "Sa erba' jew ħames snin ilu, bħal dipartimenti oħrajn, l-awtorita' tad-djar kienet tieħu l-pożizzjoni li d-dipartiment ta' l-artijiet jesproprja l-art f'isem l-individwu, id-dipartiment ta' l-artijiet huwa d-dipartiment li ħa l-art mingħand is-sid u allura huwa d-dipartiment ta' l-artijiet li jekk irid u meta jrid jipprovdi biex iħallas ta' dik il-proprjeta'.", "Minn erba' jew ħames snin l' hawn ittieħdet deċiżjoni differenti u l-awtorita' tad- djar kienet bdiet hi wkoll terfa' parti mir-responsabbilta' ta' dan il- ħlas.", "Fil-fatt, bejn l-1994 u l-1996, kien hemm allokati Lm0.5 miljun kull sena biex minnhom jitħallsu s-sidien li lilhom tkun itteħditilhom l-art.", "Dan l-ammont ta' flus mhux dejjem intnefaq, mhux għax id-dipartiment ta' l- artijiet jew l-awtorita' tad-djar ma redux iħallsu imma ħafna drabi jkun għadda ħafna żmien mill-mument li tkun saret l-esproprjazzjoni oriġinali sal-mument illi d-dipartiment ta' l-artijiet ikun ġie biex iħallas.", "Barra minn hekk, il-claims li bdew isiru għall-valur ta' l-art bdew jiżdiedu u allura ġejna f'pożizzjoni li iktar ma għadda ż-żmien, iktar kien hemm pretenzjoni għall-valur qawwi ta' l-art li ttieħdet mill-istess sidien.", "Sfortunatament konna f'pożizzjoni li kellna iktar minn nofs il- proprjetajiet li l-awtorita' tad-djar qassmet over the years, li la kienu mibnija fuq proprjeta' tal-gvern u lanqas dawk li tqassmu f'forma ta' plots ma kienu ttieħdu minn proprjeta' tal-gvern imma kienu ttieħdu minn proprjeta' tal-privat.", "L-awtorita' tad-djar kienet qed tqis dan bħala l- mod kif tista' tqassam biċċiet ta' art mingħajr ma hi b'xi mod tidħol responsabbli għall-ħlas lis-sidien oriġinali.", "Fil-fatt fl-1992 kien għad fadal madwar 4,400 plot li ma kenux tal-gvern iżda tal-privat, pero' matul il-ħames snin ta' qabel l-1996 dan in-numru ta' plots naqas drastikament għax kien hemm uħud mis-sidien oriġinali li bdew jaċċettaw il-ħlas u spiċċajna biex madwar 1,800 plot li kienu tqassmu taħt il-home-ownership schemes mill-awtorita' tad-djar fl-1996 kienu għadhom pendenti.", "B'riżultat ta' dan, il-veri benefiċċjarji ma setgħux jgħaddu għall-pożizzjoni li jixtru dik l-art taħt skemi ta' l-awtorita' tad- djar li min-naħa tagħha, filwaqt li hi kienet qed tistinka biex tneħħi r- responsabbilta' mill-amministrazzjoni ta' kuljum, xtaqet tgħaddi għall- pożizzjoni fejn il-persuna li tkun ibbenefikat mill-plot tkun tista' hi wkoll tgawdi, fis-sens li jkollha dritt u ownership assolut tal-proprjeta', kemm ta' l-art kif ukoll tal-bini li jkun hemm fuqha.", "Wieħed irid ifakkar ukoll li dawn l-1,800 familja li kien għad fadal fl- 1996 - u milli nista' nifhem din il-figura baqgħet kif kienet f'dawn l- aħħar sentejn - qegħdin f'pożizzjoni li aktar ma jgħaddi ż-żmien mid-data oriġinali ta' meta kienu ħadu l-proprjeta' mingħand l-awtorita' tad-djar, qegħdin ukoll javvanzaw fl-eta' - apparti mill-fatt li mewt u xita Alla biss jaf meta! - u fil-verita' wħud minnhom m'għadhomx magħna u l-werrieta attwalment ma jistgħux jgħaddu għal qsim ta' din il-proprjeta' mhux għax hemm xi kwestjoni dwar id-dritt tagħhom.", "Minbarra hekk mhux darba jew tnejn li dawn l-istess persuni jsibu ruħhom f'diffikulta' għax meta jippruvaw jagħmlu xi tip ta' investimenti - forsi minħabba xi xogħol privat għalihom jew għal uliedhom - il-banek ma jaċċettawx il-proprjeta' mibnija fuq plot bħal din bħala garanzija.", "Issa jien dan qed ngħidu għax din hija sitwazzjoni li nbniet matul numru sostanzjali ta' snin; u allura rridu naraw kif l-awtorita' tad-djar u d- dipartiment ta' l-artijiet isolvu kemm jista' jkun malajr dawn il-problemi biex il-kumplament tal-persuni li għandhom din it-tip ta' proprjeta', li issa ilha li ttieħdet numru sostanzjali ta' snin, ikunu wkoll f'pożizzjoni li jistgħu jgħidu li huma sidien tad-dar tagħhom.", "Imbagħad hemm ukoll is- sitwazzjoni li dawn il-persuni ma jkunux jistgħu, ħlief taħt ħafna kondizzjonijiet, jittrasferixxu l-proprjeta' lil persuni oħrajn u allura tajjeb li dawn il-persuni jkollhom il-pożizzjoni tagħhom iċċarata.", "Madanakollu wieħed irid jiftakar ukoll li hemm is-sid oriġinali tal- proprjeta', jiġifieri dak li mingħandu tkun ittieħdet l-art.", "Tajjeb li wieħed ifakkar hawnhekk li kuntrarju għal dak li jaħsbu ħafna nies, insibu numru kbir ta' persuni li mill-art tagħhom itteħditilhom tomna, tnejn jew anke tlett itmien, imma m'hemmx proprjetarji kbar li ttieħditilhom xi 100 tomna ta' raba' ħlief eċċezzjonijiet żgħar.", "M'għandix għalfejn noqgħod nipprova nippolitiċizza din is-sitwazzjoni billi ngħid li dan il-gvern kellu sentejn, l-ieħor kellu disa' snin u l-ieħor kellu 16-il sena biex itaffi l-problema.", "Ngħid għalija l-uniku mod kif nistgħu nsolvu din is-sitwazzjoni hija li nitrattaw il-każi differenti individwalment u ngħaddu l-ħlasijiet xierqa lill-persuni li tagħhom kienet l-art oriġinali, filwaqt li fl-istess ħin il-persuni li ħadu din il-proprjeta' jkomplu jserrħu moħħhom.", "U issa, Sur President, niġi biex nitkellem fuq aspett li jissemma' ħafna, jiġifieri kif id-dipartiment ta' l-artijiet jamministra l- proprjeta' tiegħu.", "Wieħed jista' jgħid li llum huwa ferm importanti li d-dipartiment ta' l- artijiet - li in parti beda jagħmel dan l-eżerċizzju - jasal għall- pożizzjoni biex kemm jista' jkun malajr ikollu s-sistema tiegħu kollha kemm hi komputerizzata.", "B'dan il-mod wieħed ikun jista' jagħmel riferenza malajr kemm għas-sid kif ukoll għal dawk illi b'xi mod ikunu bbenefikaw mill-istess għotjiet li saru fil-passat biex ma jinħolqux diffikultajiet minn żmien għall-ieħor.", "Huwa importanti li d-dipartiment ta' l-artijiet ikollu din id-data komputerizzata biex at the touch of a button wieħed ikun jaf ta' min kienet u għand min tinsab illum din il-proprjeta', mhux biss f'dak li jirringwarda l-pożizzjoni tal-plots li ħarġu matul is-snin imma wkoll għal dak li jirrigwarda l-istess proprjeta' li minn dejjem kienet tal- gvern.", "Qed ngħid hekk għax hemm settur ieħor li huwa verament milqut minn diffikultajiet li jinħolqu minn żmien għal ieħor dwar min huwa ntitolat biex juża jew jiġi ddikjarat sid tal-proprjeta', b'mod partikolari meta niġu għall-allokazzjoni u għall-pożizzjoni ta' art agrikola.", "Tant hu hekk li artiklu 6 tal-mozzjoni, li jġib it-titlu \"Trasferiment b'Titolu ta' Kiri\", jgħid:", "\"Art tal-gvern tkun tista' tingħata b'kiri ... \"", "- imbagħad paragrafu (d) jgħid hekk -", "\"jekk tkun tikkonsisti f'art agrikola li tingħata bi qbiela lil min ikun qed jaħdimha, ukoll jekk ma jkollux titolu għaliha;\"", "Wieħed jista' jgħid illi l-iskop wara din il-parti partikolari tal-mozzjoni huwa li d-dipartiment ta' l-artijiet jassigura illi l-persuna li tkun qed taħdem l-art fil-ġurnata tat-trasferiment tkun hi li tiġi rikonoxxuta bi dritt.", "Fil-fatt hemm żewġ tipi ta' problemi marbuta ma' l-art agrikola tal- gvern u wkoll f'sens differenti ma' l-art agrikola illi għaddiet lill-joint office mingħand il-kurja.", "Minħabba l-mod ta' kif jintirtu l-proprjetajiet hawn Malta - minn familja għall-oħra, minn missier għall-iben, minn missier għall-ulied kollha u sitwazzjonijiet bħal dawn - parti sostanzjali ta' l- art agrikola, art li minn dejjem kienet tal-gvern, tkun koperta b'irċevuta waħda li toħroġ mid-dipartiment ta' l-artijiet f'isem numru sostanzjali ta' persuni differenti li jistgħu jkunu aħwa, kuġini, sekondi kuġini u kultant ukoll persuni barranin li b'xi mod ikunu werrieta min-naħa tal-familja.", "Kieku d-dipartiment ta' l-artijiet juża din is-sistema għas-sempliċi raġuni biex minflok mitt riċevuta jkun jista' joħroġ waħda, wieħed jista' jgħid li dak ikun pass tajjeb għax minflok ikollok dawk in-nies kollha li jmorru d- dipartiment biex iħallsu l-qbiela dovuta, imur numru ferm inqas ta' persuni.", "Madanakollu, b'mod partikolari minħabba l-policy li ntużat għal snin twal, persuna li jkollha biċċa art in solidum, ma' ħaddieħor, ma tistax tgħaddiha lil ħaddieħor; u allura jinqalgħu problemi meta jkun hemm kwestjonijiet ta' wirt bejn l-aħwa u niġu f'pożizzjoni fejn ħadd minn dawk il-persuni li suppost qegħdin iħallsu in solidum mal-kumplament tal-persuni li huma intitolati għall-użu ta' dik l-art ma jkunu direttament responsabbli għall-użu u għall-ħidma ta' dik l-art partikolari.", "Għalhekk fl- opinjoni tiegħi wasal iż-żmien biex kemm jista' jkun malajr id-dipartiment jikkomputerizza dawk il-biċċiet ta' art li jkunu in solidum u jirrikonoxxi lil persuni individwalli għal biċċa art li fil-fatt ikunu qegħdin jaħdmu; u ma jimpurtax jekk minflok sid wieħed jirrikonoxxi għaxra.", "Sur President, jien nemmen li għandna nsibu soluzzjoni għall-affarijiet li jkunu pjuttost konfużi u diffiċli biex tamministrahom.", "Jien konvint li ħafna drabi d-dipartiment ikun jaf bil-problemi interni li jinħolqu bejn dawn il-gruppi ta' persuni li jkollhom l-irċevuti tagħhom in solidum, u ħafna drabi kwestjonijiet bħal dawn jispiċċaw anke fil-qrati, b'mod partikolari dawk li jkunu f'ċerti inħawi.", "Żgur li d-dipartiment ta' l- artijiet għandu jkun minn ta' quddiem nett biex fejn hemm kwestjonijiet illi rrepetew ruħhom diversi drabi, jaċċetta li kull min jaħdem biċċa art ikun rikonoxxut, ikun hu li jħallas għas-sehem ta' l-art lid-dipartiment u b'hekk jinqatgħu numru sostanzjali ta' kwestjonijiet dwar dan is-suġġett.", "Hemm ukoll kwestjoni oħra marbuta ma' l-istess art agrikola li, irridu jew ma rridux, għandna nsolvuha llum qabel għada.", "F'ċerti postijiet, b'mod partikolari fl-inħawi tal-Mellieħa, hemm art tal-gvern illi kienet tinħadem minn ma nafx min għal numru ta' snin.", "Dak iż-żmien suppost kellu jkun hemm xi ħsieb min-naħa tal-gvern biex iwettaq proġett fl-inħawi konċernati imma meta ġie biex jagħlaq iċ-ċens il-gvern tal-ġurnata kien għażel li ma jġeddux.", "Minn dakinhar sal-lum għaddew numru ta' snin u l- proġett li kien intenzjonat li jsir fl-inħawi għadu sal-lum ma sarx.", "Madanakollu għad baqgħalna sitwazzjoni fejn il-persuni li jaħdmu din l-art m'humiex rikonoxxuti li qegħdin jagħmlu dan b'konsegwenza li mhux darba jew tnejn kien hemm min mar id-dipartiment ta' l-artijiet bl-iskuża li jiġi rikonoxxut bħala l-persuna li qed taħdem dik l-art u spiċċa biex ġie rikonoxxut.", "Imbagħad għal darb'oħra jinqalgħu kwestjonijiet għax min veru kien qed jaħdem l-art spiċċa maqlugħ minnha u min waqa' mis-sema u qal li qed jaħdimha hu, spiċċa ġie rikonoxxut.", "Mr Speaker, jiena nemmen li wasal iż-żmien li dawk il-persuni li matul is- snin baqgħu għaddejjin bl-investiment fis-settur agrikolu, anke fl-inħawi li tagħhom ma jħallsux iċ-ċens li suppost huwa dovut lill-gvern - din hija kwestjoni ta' numru twil ta' snin - forsi anke taħt kondizzjonijiet speċifiċi li huma differenti minn dawk li għandna quddiemna, għandhom jiġu rikonoxxuti biex din il-problema nsolvuha darba għal dejjem.", "Fl-aħħar mill- aħħar waħda mill-ikbar inkwiet tal-bdiewa m'hijiex li jħallas Lm1 jew Lm1.50 għal kull tomna imma li jista' jmur xi ħadd li qatt ma kellu konnessjoni ma' dik il-biċċa art u f'daqqa waħda jispiċċa biex jiġi rikonoxxut mid-dipartiment ta' l-artijiet u min kien qed jaħdem dik il- biċċa art jispiċċa mtajjar minn dawk l-inħawi.", "Dan qed ngħidu għax jien konvint illi d-dipartiment ta' l-artijiet huwa wkoll konxju mill-problemi li jistgħu jinqalgħu f'dan ir-rigward u huwa wkoll f'pożizzjoni li jagħraf li jekk dawn il-problemi jinqatgħu, is-sitwazzjoni ta' l-amministrazzjoni ta' l-art tkompli titjieb u allura d-dipartiment ikompli jżid l-effiċjenza tiegħu.", "Ma rridux ninsew li l-kumment ġenerali tan-nies fit-triq huwa li dan id-dipartiment qatt ma jsib soluzzjonijiet għall-problemi u minkejja l- bidliet, iċ-ċaqliq u l-policies li wieħed jista' jitkellem dwarhom, xorta waħda baqgħalna numru ta' diffikultajiet illi għad irridu nsolvu f'dan ir- rigward.", "Li huwa żgur, Mr Speaker, huwa li kull min b'xi mod jew ieħor imiss ma' dan id-dipartiment ikun konxju ta' l-ammont ta' flus li jdaħħal dan id-dipartiment.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru qal illi d- dipartiment ta' l-artijiet idaħħal madwar Lm600,000 fis-sena.", "Prattikament dan huwa d-dħul kollu tal-gvern minn proprjetajiet differenti u meta wieħed iqis li parti minn din is-somma il-gvern jiġborha mingħand il-gvern stess, l-ammont ta' flus li d-dipartiment ta' l-artijiet jiġbor mingħand l- inkwilini li joqogħdu fi proprjeta' tal-gvern assolutament ma jservix biex id-dipartiment jaqdi l-ħteġijiet tiegħu.", "Issa din il-mozzjoni li għandna quddiemna tgħid li l-awtorita' - hi liema hi - tkun tista' tagħti b'bejgħ dik il-proprjeta' lill-istess individwi li jkunu qegħdin jużawha bħala residenza.", "B'hekk iktar ma jgħaddi ż-żmien, partikolarment jekk l- awtorita' tad-djar tibqa' toħroġ dawn it-tip ta' skemi, id-dipartiment ta' l-artijiet iktar se jkompli jnaqqas id-dħul tiegħu minn dawk li huma kirjiet u allura jrid jara kif se jagħmel biex ikun f'pożizzjoni li jsostni l-ħteġijiet tiegħu minn żmien għall-ieħor.", "Mr Speaker, f'dan id-dibattitu ssemmiet iktar minn darba l-ħtieġa li l- proprjeta' tal-gvern tiġi wżata fil-massimu tagħha billi jiżdied id-dħul tal-proprjeta' li l-gvern ibigħ jew jikri.", "Fil-fatt jekk wieħed jifli l- mozzjoni li għandna quddiemna sew ikun jista' jinnota li kważi l- proprjetajiet kollha tal-gvern jgħaddu xi darba jew oħra għal għand persuni oħrajn u għalhekk jien naħseb li filwaqt li l-gvern għandu jara li jaqta' l- backlog ta' ħlasijiet kemm jista' jkun malajr, għandu jara wkoll jekk wasalx iż-żmien li l-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-artijiet ipoġġu bil- qiegħda madwar mejda ma' xi uffiċjali ta' dipartimenti oħrajn biex jekk persuna jkollha tieħu ċertu ammont ta' flus mid-dipartiment ta' l-artijiet u mbagħad ikollha tagħti ammont ta' flus lil xi dipartiment ieħor tal- gvern, bħal ngħidu aħna lid-dipartiment tat-taxxi interni, ikunu jistgħu jaqtgħu d-differenzi ta' bejniethom.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa l-uniku mod kif id-dipartiment ta' l-artijiet ikun jista' jimxi 'l quddiem, iħaffef il-proċess tiegħu u jikkonċentra fuq il-veri problemi li jeżistu f'dan id- dipartiment u għalhekk jeħtieġ li wieħed jara dan f'ċertu dettall, filwaqt li jara wkoll li kemm jista' jkun ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' dawk il- każijiet li jiġru minn żmien għall-ieħor.", "Mr Speaker, ikun tajjeb jekk hawnhekk wieħed jenfasizza wkoll il-ħtieġa li d-dipartiment ta' l-artijiet isolvi l-każijiet li jkollu quddiemu malajr kemm jista' jkun għax iktar ma jinqatgħu każijiet pendenti, iktar dan id- dipartiment ikun jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu sew.", "Jien konvint li jekk id-dipartiment ta' l-artijiet jirnexxielu jagħmel dan ikun jista' jamministra l-proprjeta' b'mod iktar ċar u trasparenti, kif ukoll isir iktar effiċjenti, għax ikun f'pożizzjoni aħjar biex ikun jaf fejn hu qiegħed.", "Kif ingħad diġa', għandha ssir iktar enfasi biex meta d- dipartiment ta' l-artijiet ikun se jgħaddi proprjeta' tal-gvern lil terzi persuni, din tingħata bl-iktar mod trasparenti għal kulħadd u, kif qal il- Ministru Tonio Borg waqt li kien qed jagħmel l-introduzzjoni ta' din il- mozzjoni, wasal iż-żmien li din it-tip ta' allokazzjoni ta' proprjeta' ssir wara diskussjoni f'dan il-parlament.", "Ovvjament meta ngħid fil-parlament m'iniex infisser bilfors f'din il-kamra tal-parlament imma anke f'xi kumitat milli għandu l-parlament.", "Hawnhekk kien hawn min ikkummenta li jekk ħaġa bħal din tiġi diskussa f'xi kumitat tal-Kamra mhux kull membru ta' din il-Kamra jkollu l- possibbilta' li jidħol fid-diskussjoni huwa wkoll.", "Imma madanakollu jien nemmen u fiduċjuż li l-membri tal-kumitati huma kapaċi jiddiskutu bl-iktar serjeta' kull dettall li jkun hemm fil-draft contract meta niġu għall-għoti ta' proprjeta'.", "Jien iktar naħseb li jkun jagħmel sens li meta tiġi quddiemna mozzjoni dwar għoti ta' proprjeta' tal-gvern lil terzi persuni, din tiġi diskussa f'xi kumitat li għandu dan il-parlament milli f'din il- kamra għax għalkemm huwa veru li hawnhekk ikun hawn iktar membri milli waqt kumitat, aħna nafu li mhux kull membru li hawn ġo din il-kamra qiegħed f'pożizzjoni li jidħol f'ċerti dettalji ta' kuntratt.", "Għalhekk jien nippreferi li materja bħal din tiġi diskussa f'xi kumitat li ġie mwaqqaf minn dan il-parlament stess għax b'hekk żgur li kull dettall ta' kuntratt jiġi eżaminat bl-ikbar reqqa u serjeta'.", "Sur President, fattur li żgur jaf bih kull min kellu x'jaqsam b'xi mod mad-dipartiment ta' l-artijiet u li jissemma anke f'din il-mozzjoni huwa the right of first refusal.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm kriterji iktar ċari għal dawk il-persuni li huma intitolati li jingħataw dan ir-right of first refusal, kemm għall-benefiċċju ta' dawk il-persuni li tant irsistew biex ċerti affarijiet jiċċaqalqu, kif ukoll għall-uffiċjali li hemm fid- dipartiment ta' l-artijiet, għaliex mhux darba u tnejn li marru persuni quddiem l-uffiċjali tad-dipartiment u bl-ikbar arroganza qabdu jsabbtu u jgħajtu magħhom filwaqt li jagħmlu ċerti allegazzjonijiet li ħafna drabi ma jkunux korretti u fondati, u dan kollu għax dak li jkun forsi jkun wera ċertu interess f'biċċa art jew inkella f'xi proprjeta' u jaħseb li jkun hu li qed jagħti l-aħjar offerta, imqar jekk l-offerta tiegħu tkun l-agħar waħda.", "Għalhekk, kif għidt diġa', hemm bżonn li r-right of first refusal jiġi ċċarat għax jekk min għal xi raġuni jew oħra jippretendi dan it-tip ta' dritt ikun jaf li ħadd ma jista' jisraqulu, bla ebda dubju jonqos ħafna t-tgergir u jonqsu l-ħafna allegazzjonijiet li jsiru quddiem dan id- dipartiment.", "Mr Speaker, ta' min jgħid ukoll li din il-mozzjoni li għandna quddiemna qed tagħti l-possibbilta' lill-gvern li jpartat l-art li għandu ma' art oħra privata.", "Għalkemm fih innifsu dan il-konċett huwa tajjeb, irridu nżommu quddiem għajnejna kontinwament illi l-proprjeta' fil-pajjiż hija limitata u għalhekk irridu noqogħdu attenti li l-gvern ma jużax dan il- konċett ta' tpartit b'mod regolari, iktar u iktar meta nafu kemm matul is- snin li għaddew ittieħdet art mill-gvern mingħand il-privat li baqgħet ma tħallsitx sa llum.", "Madanakollu huwa tajjeb li permezz ta' din il-mozzjoni ngħatat ukoll il-possibbilta' li l-gvern ipartat xi biċċa art tiegħu ma waħda privata, iktar u iktar meta l-art tal-gvern ma jkollhiex permess ta' bini, għax b'hekk id-dipartiment ikun f'qagħda aħjar li jsolvi xi każijiet pendenti.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nawgura li d- dipartiment ta' l-artijiet ikompli jaġġorna s-sistema komputerizzata li għandu u jżid l-effiċjenza tiegħu billi jara li kemm l-art agrikola kif ukoll l-art li għandha permess għall-bini tiġi amministrata kemm jista' jkun malajr għax b'hekk biss nistgħu nevitaw id-diffikultajiet li jħabbat wiċċu magħhom ta' kuljum dan id-dipartiment.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, waqt li kien qed jintroduċi din il- mozzjoni, il-Ministru ta' l-Intern iddeskrivieha bħala xi ħaġa ta' rutina peress li minn żmien għal żmien il-politika fuq it-trasferimenti ta' art u proprjeta' pubblika tkun trid titressaq quddiem dan il-parlament sabiex tiġi aġġornata.", "Fil-fatt diġa' kien hawn diversi kelliema li tkellmu b'għaqal u b'ċertu dettall fuq din il-mozzjoni u għalhekk matul id-diskors tiegħi jien m'iniex se noqgħod nidħol f'ċerti dettalji imma minflok se nħares lejn l-aspetti ġenerali ta' kif it-trasferiment ta' proprjeta' pubblika jista' jolqot lis-soċjeta' in ġenerali.", "Naturalment jekk hawn", "xi ħaġa li hija skarsa ġewwa pajjiżna hija l-art.", "Din hija xi ħaġa li rridu naċċettawha, li għandna d-dmir li nżommuha f'moħħna u li għandha tkabbar ir-responsabbilta' tagħna biex naraw li l-art tintuża fl-aħjar interess pubbliku.", "Issa nixtieq inħares lejn l-aspett ekonomiku tat- trasferimenti ta' art pubblika li llum il-ġurnata, minħabba ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna, għandhom portata kbira.", "Kulħadd jaf li pajjiżna jinsab għaddej minn sitwazzjoni finanzjarja prekarja f'dak li għandu x'jaqsam mad-dejn u mad-dħul pubbliku u għalhekk bilfors li wieħed jitħasseb.", "Dan jistgħu jixhduh id-diversi artikli li qed jidhru ta' kuljum fil-ġurnali lokali, kemm ta' naħa kif ukoll ta' oħra, b'riferenza għal diversi rapporti li qed juru din il-problema minn aspetti differenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża pubblika.", "Għaldaqstant f'dan il-kontest wieħed bilfors irid jgħid li t-trasferiment ta' l-art pubblika fiha nnifisha għandha ċertu valur intrinsiku li jista' jservi bħala sors ta' dħul ikbar għall-gvern.", "Il-problemi li għandu pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' dejn pubbliku llum huma aċċettati minn kulħadd.", "Kien hemm żmien, eżattament f'Ottubru ta' l-1996 - jiġifieri hekk kif inbidlet l-amministrazzjoni u ħa over il-Gvern Laburista - li meta l- Prim Ministru, bl-iktar mod onest u ġenwin, kien juri x'inhi l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż u d-diffikultajiet li qed jiffaċċja pajjiżna, konna niġu mgħajrin, imma llum niskanta kif din ir-realta' ta' pajjiżna hija aċċettata mill-gvern preżenti li wkoll qed jirrikonoxxi dan l-istat ta' fatt pero' b'differenza waħda.", "Għaliex?", "Għax il-Gvern Laburista, bħala parti mill-politika moderna tiegħu, ma ħebiex il-problemi taħt it-tapit biex jidher sabiħ u biex forsi anke jibqa' jkompli jieħu ċerti miżuri imma kien frank u qal pubblikament: Isma', din hija s-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna u rridu niffaċċjaw id-diffikultajiet li hemm.", "Fil-fatt il-gvern kien beda anke joqgħod attent f'dak li huwa l-infiq rikorrenti tiegħu.", "Per eżempju, biżżejjed ngħidu li l-gvern kien tefa' fuq kull min kien konċernat ir-responsabbilta' li jara li l-infiq rikorrenti jonqos b'5%, minkejja li kif nafu din m'hijiex xi ħaġa faċli, partikolarment meta wieħed iqis li din il-miżura ħadha gvern ġdid, li naturalment jitla' b'ideat ġodda u li jkun jixtieq iressaq ċerti miżuri 'l quddiem.", "Madanakollu l-Gvern Laburista rnexxielu jieħu din id-deċiżjoni kuraġġuża u beda juri bis-serjeta' li huwa lest li jieħu l-passi serji li hemm bżonn biex dan id-deficit pubbliku jibda jitnaqqas darba għal dejjem.", "Mr Speaker, waħda mill-miżuri li bla dubju ta' xejn l-ebda gvern m'għandu jaħrab minnha hija li jkollu riżors ta' art.", "Per eżempju, wara l-ftehim li kien sar bejn il-knisja u l-gvern - wieħed jista' jgħid li llum il-gvern Malti huwa l-ikbar landowner, b'madwar terz tal-proprjeta' li għandna ġewwa pajjiżna - il-gvern għadu qed iħallas miljuni ta' liri f'dan ir-rigward.", "Biżżejjed ngħid li, jekk m'iniex sejjer żball, il-gvern joħroġ madwar Lm4 miljun fis-sena għal din il-proprjeta', u dan apparti l-ħlas ta' Lm29 miljun li kien sar biex seta' jsir dan it-trasferiment.", "Għalhekk apparti li ħareġ balla liri biex akkwista din il-proprjeta', fl-istess ħin il-gvern irid isib mezz biex iġib dak li ħareġ lura.", "Kull min huwa mdaħħal fin- negozju, partikolarment f'dak tal-proprjeta', jaf illi iktar ma jgħaddi ż- żmien il-proprjeta' iktar togħla fil-valur tagħha u għalhekk f'pajjiż ċkejken bħal tagħna, fejn ir-riżorsi huma limitati, ma jistax ikollok riżors rieqed.", "Imma sfortunatament minkejja li l-gvern tagħna għandu terz tal-proprjeta' ta' pajjiżna, għandu assi kapitali li jinsabu reqdin bil- konsegwenza li dawn qed irendulu ftit wisq.", "Il-kelliem ta' qabli għadu kemm qal li d-dħul tal-gvern mill-proprjeta' kollha li għandu, jiġifieri kemm mill-bejgħ kif ukoll mill-kirjiet, tammonta għal madwar Lm600,000 fis- sena.", "Issa biss biss, meta wieħed jipparaguna ċ-ċifra ta' Lm600,000 ma' l- Lm4 miljun fis-sena li l-gvern huwa marbut li jagħti lill-awtoritajiet ekklesjastiċi diġa' jara żbilanċ qawwi bejn dħul u ħruġ, li m'huwiex diffiċli li wieħed jifhmu.", "Għalhekk bla ebda dubju jridu jsiru iktar sforzi biex il-proprjeta' li għandu l-gvern tkun tista' tirrendielu iktar.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: X'sar s'issa biex jintlaħaq dan l-għan?", "Ħafna drabi l-gvern - fil-fatt dan il-pass għamlu anke l-gvern preċedenti xi ftit tax-xhur ilu - joħroġ xi skemi biex iħajjar lil dawk li joqogħdu f'post tal-gvern b'kera annwali biex jixtru dik il-proprjeta' ħalli b'hekk minflok ma jdaħħal dik il-ftit kera fis-sena almenu f'darba jdaħħal ammont kapitali sostanzjali.", "Issa jien naħseb li jekk wieħed jkompli jikkonċentra fuq l-isforzi li għandu jieħu l-gvern biex il-proprjeta' li għandu tirrendielu iktar ...", "Kif wieħed jista' jimmaġina, ċerti kirjiet, partikolarment dawk il-kirjiet li ġejjin minn proprjeta' li kienet ta' l- awtoritajiet ekklesjastiċi, huma tant miżeri li huwa diffiċli ħafna li wieħed jikkomparahom mal-ħajja ta' llum għaliex huma rħas ħafna.", "Allura x'soluzzjoni għandha tinstab għal dan il-fattur?", "Hawn min jgħid li għandha tiġi aġġornata l-liġi tal-kera.", "Biss jien naħseb li għalkemm huwa tajjeb li wieħed jagħmel sforz u jaġġorna l-liġi tal-kera, dan il-pass forsi jkun inġust għal min qed joqgħod f'post tal-gvern b'ċertu ammont ta' kera u f'daqqa waħda jintefa' jġorr dawn il-piżijiet.", "Għalhekk naħseb li jkun jagħmel iktar sens li wieħed iħajjar lil dawn in-nies li jeħilsu minn dan il-piż ta' kera u minflok isiru sidien ta' djarhom.", "B'hekk filwaqt li nkunu qed ngħinu lil parti ikbar mill-popolazzjoni ta' pajjiżna jsiru sidien ta' darhom, fl-istess ħin inkunu qegħdin inkabbru l-introjtu tal- gvern u awtomatikament inkunu wkoll qed nimbottaw il-fondi b'mod konkret biex jagħmlu tajjeb għad-defiċit finanzjarju.", "Mr Speaker, għalhekk huwa importanti li nkomplu noħorġu iktar minn dawn it-tip ta' skemi.", "Per eżempju, ma rridux ninsew li minbarra li għandna parti mill- popolazzjoni li joqogħdu fi proprjeta' b'kera, imbagħad għandna wkoll parti mill-popolazzjoni li toqgħod fi proprjeta' b'ċens għax, għalkemm il-konċett taċ-ċens m'huwiex daqshekk popolari ġewwa l-Ewropa, anzi fl-Ewropa huma ftit li jafu bih, f'pajjiżna huwa popolari u tħaddem bil-bosta.", "Biex inkunu għidna kollox, iktar m'hu qed jgħaddi ż-żmien il-konċett taċ-ċens ġewwa pajjiżna dejjem qed jonqos u fil-fatt m'għadhomx isiru kuntratti ta' ċnus kif kienu jsiru dari, fejn iktar kienu jsiru ċnus milli kien isir bejgħ, imma madanakollu xorta waħda għad għandna ċertu ammont ta' proprjeta' tal-gvern li n-nies qed joqogħdu fiha b'ċens.", "Fil-fatt, hawnhekk ukoll, ħafna drabi n-nies li qed jgħixu fi proprjeta' tal-gvern b'ċens tant qed iħallsu ammonti żgħar li l-gvern ikun jaqbillu joħroġ skema biex dak li jkun jifdi ċ-ċens għax b'hekk almenu jkun qed idaħħal ammonti kapitali biex jinvesti fi proġetti soċjali, kif ukoll biex jiffaċċja d- defiċit finanzjarju.", "Jien naħseb li f'dan il-qasam hawn a chain effect u fil-fatt bħalissa l-qasam tat-trasferiment ta' bini jew ta' artijiet ma tantx huwa għaddej minn mument tajjeb.", "Biżżejjed ngħid li apparti l-elezzjoni ġenerali, matul din is-sena kellna diversi kwestjonijiet illi forsi ma tantx jawguraw tajjeb għall-ekonomija u ma tantx jagħtu fiduċja lill-investitur.", "Fil-fatt din għadha qed tinħass sa llum meta kulħadd jinsab inċert fuq is-sistema ta' tassazzjoni li se jkollna ġewwa pajjiżna u għalhekk min qed jitħajjar jagħmel xi negozju fuq il-proprjeta' qed jiddeċiedi li jistenna ħalli forsi jkun jista' jippjana b'mod aħjar.", "Fil-preżent dik hija s-sitwazzjoni għax hawn slump f'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta', kemm f'dik privata kif ukoll f'dik pubblika, u għalhekk nisperaw li permezz ta' din il-mozzjoni, dawk l- affarijiet li kienu miżmuma minħabba li ma setgħux jgħaddu peress li l-liġi ma ġietx imġedda, ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem u forsi anke jagħtu spinta lil dan il-qasam.", "Dan huwa importanti li jsir għax, kif għidt diġa', f'dan il-qasam għandna a chain effect; għandna lill-bennejja, għandna lil dawk li jaħdmu għal rashom, għandna lil dawk li jaqilgħu l-għajxien tagħhom min- negozju u minn xogħlijiet marbutin mal-qasam infrastrutturali u fl-istess ħin imbagħad għandna l-kuntratti, kif ukoll taxxi u bolol li jkomplu jżidu l-introjtu tal-gvern.", "Naturalment imbagħad apparti l-aspett ekonomiku hemm ukoll l-aspett soċjali, u nkunu qed nonqsu jekk naraw x'jaqbel lill-pajjiż biss mingħajr ma naraw ukoll x'jaqbel lill-poplu.", "Bla dubju ta' xejn l-enfasi fil-qasam soċjali hija li wieħed isir sid ta' daru għax meta wieħed ikun jaf li għandu ċertu titolu fuq il-proprjeta' jkun f'pożizzjoni aħjar illi jinvesti peress li jkun jaf li dak li se jagħmel, se jagħmlu fil-proprjeta' tiegħu u li meta jrid jista' jaqbad u jitlob lill-bank jgħinu fl-investiment tiegħu.", "Madanakollu hawnhekk nixtieq insemmi xi problemi li jinqalgħu f'dan ir- rigward, u meta nkun qed ngħid dan sinċerament la nkun qed ngħidhom għal gvern u lanqas għal ieħor għax dawn ilhom iż-żmien hemmhekk mingħajr ma ġew solvuti, imma aħna għandna r-responsabbilta' li l-problemi li jkunu ilhom hemm is-snin naraw kif nistgħu nsolvuhom bl-iktar mod prattiku u biex ngħid hekk, bl-iktar mod trasparenti.", "Per eżempju, problema partikolari li għadha turta lil ħafna familji hija partikolarment dik li għandha x'taqsam ma' housing estates fil-home- ownhohome-ownership schemes.", "Hija ħaġa nġusta li wara li bniedem ikun ingħata biċċa art, jibni d-dar tiegħu u jinvesti kulma jkollu fiha mbagħad ma jkunx jista' jerġa' jbiegħ dik il-propjreta'.", "Barra minn hekk jekk imur biex jissellef ħalli jkun jista' jirranġa dik il-proprjeta', il-bank ma jisilfux għax dik l-art ma jkunx sar kuntratt fuqha u lanqas tkun ġiet trasferita lilu.", "Smajna u nafu x'inhuma d-diffikultajiet tekniċi.", "Ħafna drabi dawn kienu plots li tqassmu fuq art li ma tkunx għadha ġiet akkwistata mill-gvern b'mod finali mingħand min kienet tappartjeni lilu qabel.", "Pero' b'daqshekk ma nistgħux nibqgħu nħallu l-problema tkaxkar u tkaxkar.", "Ma nistax ngħid li ma sarux tentattivi u li ċerti proprjetajiet ma bdewx jiġu solvuti bil-mod il-mod u li anke bdew jinxtraw pero' naħseb li jrid isir enfasi akbar fuq dan l-aspett.", "Tajjeb li nsemmu l-problemi imma problema kbira li teżisti u li forsi ftit issemmiet hija dik ta' staff f'dak li għandu x'jaqsam ma' estate managements.", "Huwa tajjeb li nippretendu mingħandhom dawn pero' lil dawn irridu nagħtuhom ir-riżorsi neċessarji.", "Huwa veru li l-gvern għandu problemi finanzjarji u li jekk iqabbad ċerti nies f'ċerti postijiet forsi dan il-piż rikorrenti tal-pagi u tas-salarji se jikber, pero' hemm postijiet strateġiċi li jekk fihom tagħmel investiment f'personnel partikolari u speċjalizzat taf li se jirrendulek aktar fit-tul.", "Mela jekk irridu naraw avvanz isir għandna ninvestu f'postijiet bħal dawn, fejn għandek nies speċjalizzati, periti, nies li jafu jagħmlu l-assessments u nies ta' ċerta edukazzjoni.", "Inkella huwa inutli li wieħed joqgħod jgħid x'missna għamilna jekk imbagħad ix-xogħol jaqa' fuq ftit nies kompetenti, li anke biex jagħmlu l-affarijiet ta' kuljum ibatu, aħseb u ara biex jippjanaw fit-tul u biex iħarsu iktar 'il quddiem!", "Dan il-punt għandu jiġi enfasizzat.", "Ta' min isemmi wkoll il-kwestjoni ta' vacant properties.", "Kemm-il darba ntqal, f'seminars kif ukoll f'konferenzi nazzjonali, li f'pajjiżna għandna madwar 8000 post battal.", "Imma realment x'inhu jiġri biex wieħed ikun jista' jagħmel użu tajjeb minn dawn il-postijiet battala?", "Hawn jidħlu ħafna elementi.", "Għandek l-element tal-proprjeta' privata, tal-privacy u tad-dritt ta' l-ownership.", "Dak li jkun jgħidlek li l-art hija tiegħu u ħadd m'hu se jikkmandah x'jagħmel biha.", "Pero' fl-istess ħin kollha kemm aħna għandna d-dmir naraw x'se nagħmlu bil-postijiet mitluqin.", "Dawn mhux neċessarjament ikunu mitluqin b'kapriċċ - ma rridx niġi miftiehem ħażin - għax mill-esperjenza tgħallimt li ħafna minn din il-proprjeta' tintiret minn wieħed għall-ieħor sakemm tispiċċa għand xi kuġin li jkun qiegħed l- Awstralja u ħadd ma jkun jaf x'sar minnu.", "Aħna m'għandniex nibqgħu naċċettaw sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Kultant diffikultajiet legali u anke tekniċi jżommu milli dik il-proprjeta' tiġi żviluppata u wżata aħjar għal skopijiet soċjali u kummerċjali, u allura wieħed għandu bilfors jaffaċċja din is-sitwazzjoni.", "Għandu jsir studju profond biex ikun hemm miżuri konkreti u trasparenti li jifhimhom u jaċċetahom kulħadd għax finalment ir- raġuni m'għandha l-ebda forza.", "Jekk nagħmlu hekk ikun ta' ġid għal kulħadd, irrispettivament minn min ikun fil-gvern u liema kulur politiku jħaddan.", "Is-Sur Freddie Portelli, il-ministru tad-djar preċedenti - insellimlu minn hawnhekk - kien għamel speċi ta' pilot project fil-Furjana biex ikun jaf kemm u liema huma l-postijiet battala.", "Instab li kien hemm 200 post battala imma minn dawn 20 biss setgħu jiġu allokati minħabba r-regoli u s- sistemi li jeżistu; voldieri kien diġa' beda jsir xi ħaġa.", "Jiena nemmen li għandha ssir leġislazzjoni ċara u aċċettabbli għal kulħadd sabiex nerfgħu d- dmirijiet soċjali tagħna.", "Għandhom jidħlu miżuri - mhux mil-lum għal għada - sabiex min ikollu proprjeta' mitluqa jingħata ċertu żmien sabiex jadatta ruħu u jirranġa dik il-proprjeta'.", "Imbagħad jekk finalment dik il- proprjeta' tibqa' żdingata u forsi anke ta' periklu għall-pubbliku, b'xi gallarija se taqa', jittieħdu l-passi neċessarji.", "Kultant issib postijiet li jkunu mitluqa u ħadd ma jkun jaf ta' min huma u allura ħadd ma jkun jista' jieħu azzjoni kontra ħadd.", "Dawn huma affarijiet prattiċi li niltaqgħu magħhom fis-soċjeta' tagħna u allura għandna d-dmir naraw x'nistgħu nagħmlu biex nimxu 'l quddiem f'dak li jirrigwarda dawn il-vacant properties.", "Tajjeb li nsemmu d-deficit tal-gvern imma ta' min isemmi wkoll il- kwestjoni ta' l-arretrati li għandhom jieħdu ċerti sidien ta' art li ġiet esproprjata lilhom.", "L-art malajr tittieħed imma mbagħad indumu nkaxkru s- snin sakemm is-sidien jiġu kkompensati.", "Kultant anke tiltaqa' ma' ċerti każijiet li jkunu redikoli.", "Ftit tas-snin ilu, per eżempju, meta kien qed isir il-proġett ta' Diċembru 13 fil-Marsa, kienu ttieħdu bosta djar residenzjali.", "F'daqqa waħda fil-Gazzetta tal-Gvern kont rajt xi post jew tnejn li ġew rilaxxati jew esproprjati.", "Meta staqsejna dwarhom qalulna li dawn kienu ttieħdu minħabba l-proġett li kien qed isir.", "Jekk dan il- proġett huwa lest, kif jista' jarah kulħadd, għalfejn għandna nżommu proprjetajiet tan-nies b'kapriċċ?", "Fil-fatt dawn il-postijiet ingħataw lura lir-residenti u llum għallinqas qegħdin joffruhom u anke jutilizzawhom b'mod aħjar għas-soċjeta.", "Dan il-qasam jimmerita skrutinju biex l- ewwelnett meta nitkellmu fuq deficit finanzjarju u arretrati ta' din in- natura wieħed jikkwantifikahom ħalli jkun jaf fuqiex qed nitkellmu; u meta nsemmu ammonti nkunu reali u mhux qisna qed nagħmlu guesswork.", "Allura meta tittieħed proprjeta' u wieħed jiġi kkumpensat tagħha ma napplikawx regoli, per eżempju, ta' l-1993 u bil-prezzijiet ta' dak iż-żmien.", "Din hija xi ħaġa ma tagħmilx sens u żgur li wieħed irid jaġġorna ruħu.", "Apparti dawn l- aspetti, nafu li huwa diffiċli li l-gvern jagħmel proġetti soċjali fis- sitwazzjoni finanzjarja li jinsab fiha.", "Allura r-riżors ta' din l-art pubblika tista' tkun il-kontribut governattiv għal proġetti soċjali minflok kontribut finanzjarju moneywise.", "Bħalma jaf kulħadd, il-Gvern Laburista preċedenti kien qed jaħdem ħafna biex din il-mentalita' tibda tiġi aċċettata, u dan mhux għaliex ma jkollokx fiduċja fil-ħaddiema tal-gvern.", "Anzi naħseb li l-proġetti ta' Buġibba, ta' Marsascala u ta' Birżebbuġa juru kemm il-ħaddiema tal-gvern huma kapaċi jlestu xogħlijiet malajr meta jkunu mmexxijin b'mod tajjeb u anke bl-inqas spejjeż pubbliċi.", "Jiena ngħid ukoll li għandna nagħtu wisa' lis-settur privat lokali u anke dak internazzjonali għaliex ma jistax ikun li nibqgħu nduru fl-istess ċirku bl-istess erba' min-nies jinvestu f'kull proġett.", "Kulħadd jaf x'ġara fil-kwestjoni tal-Kottonera u s-sea passenger terminal.", "Sfortunatament issa ħafna ditti tilfu l-interess f'dawn il-proġetti għaliex qegħdin jibżgħu li l-gvern se jidħol bin-nies tiegħu u bil-finanzi tiegħu u huma jibqgħalhom spazju żgħir fejn jimxu 'l quddiem.", "Huwa ħażin li naħsbu li jekk il-gvern ma jinvestix finanzjarjament allura l-proġett ma jsirx.", "Anzi l-mentalita' għandha tkun li trid tagħti spazju biżżejjed lis-settur privat biex jinvesti, isaħħaħ l-ekonomija tal-pajjiż u jkabbar il-fiduċja ta' l-investituri barranin.", "Min-naħa l-oħra l-aspett li l-gvern joffri l- art bħala l-kontribut finanzjarju żgur li ma jistax jiġi eliminat u, partikolarment fis-sitwazzjoni ta' pajjiżna, aktar tikber l-importanza tiegħu.", "Nixtieq insemmi wkoll punt ieħor li għandu x'jaqsam ma' artijiet li ngħataw lill-għaqdiet volontarji u għaqdiet sportivi.", "Jiena kburi li l- amministrazzjoni Laburista preċedenti għall-ewwel darba f'dan il-pajjiż għaddiet lil mill-inqas 25 għaqda sportiva titli fuq faċilitajiet sportivi.", "Per eżempju, l-MFA nafu li over the years ħarġet miljuni ta' liri u l- Gvern Laburista rrikonoxxa dan l-investiment u għenhom biex ikomplu dan it- tkabbir.", "Jien nieħu pjaċir inkun preżenti għall-ftuħ ta' grounds ġodda ġewwa Ta' Qali - allavolja mhux fil-kariga li kelli - u nara t-tinda ssir realta' wara għexieren ta' snin.", "Dawn ix-xogħlijiet qatt ma saru għax ħadd ma kellu t-titlu tal-proprjeta'.", "Jien ċert li saru ċerti passi biex ikun hemm policy għal għaqdiet volontarji u sportivi, bħall-moviment ta' l- iscouts li ftehemna miegħu u għaddejnilu xi proprjeta', u għaqdiet oħrajn li qed jagħmlu kontribut qawwi ġewwa pajjiżna.", "Jiena dejjem ngħid li kieku wieħed kellu jagħti valur lix-xogħol volontarju li jsir ġewwa pajjiżna, il- gvern kien ikollu joħroġ ferm u ferm iktar milli joħroġ għall-ħaddiema tiegħu.", "Mela l-Istat għandu d-dmir jirrikonoxxi l-ġid u l-kontribut soċjali li qegħdin jagħtu dawn l-għaqdiet, anke f'dak li jirrigwardja l- prevenzjoni kontra vizzji soċjali oħrajn, u jaħseb għal policy adattata għal dawn it-tip ta' trasferimenti.", "Jiena persważ li kienu bdew isiru preparamenti biex ikun hemm dawn it-tip ta' policies sabiex dawn l-għaqdiet stess ikunu jafu fejn jistgħu jimxu u nħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli jimxi fuq dawn il-linji.", "Finalment semmejna anke problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' dubji dwar lil min tappartjeni l-proprjeta'.", "Sfortunatament is-sistema ta' reġistrazzjoni li għandna f'pajjiżna, dik tar-reġistru pubbliku, m'hijiex qiegħda fuq il-proprjeta' imma fuq l-individwu.", "Jekk wieħed ifittex isem \"X\", jara l-parentela x'inhi u jekk hux veru jew le għandu dik il- proprjeta'.", "Imma wieħed li jkun irid jixtri post li jkun vojt ma jistax imur fir-reġistru pubbliku biex jara ta' min hu dak li-post.", "Is-sistema li għandna ma tadattax ruħha għal dan ħlief f'dawk li ngħidulhom land registration areas.", "Fl-1981 Gvern Laburista kien introduċa liġi li biha kien sar ħafna xogħol f'dan l-aspett.", "Xi tfisser land registration?", "Din tfisser li minflok tfittex fuq il-persuna tfittex fuq l-art.", "Mela jekk inti mort u ndikajt site partikolari, fuq il-computer mall-ewwel se joħroġlok ta' min hi, x'kondizzjonijiet hemm marbuta magħha u fejn għandek tmur biex issib iktar dettalji dwarha.", "Din hija sistema ħafna iktar faċli u ħafna iktar prattika pero' hija sfortuna li fil-pajjiż ħarġu diversi land registration areas u issa għal diversi snin waqfu.", "Land registration area tfisser biss li meta proprjeta' se tiġi ttrasferita għandha tiġi rreġistrata mal-land registry office.", "Din m'hijiex iktar kwestjoni ta' l- insinwa għax għandek iċ-ċertifikat maħruġ minn dan il-post.", "Jiena nħeġġeġ lill-gvern preżenti biex jaħseb iktar ħalli jkomplu jsiru dawn il-land registration areas sabiex gradwalment pajjiżna xi darba jasal fi stat li jkollna dan l-uffiċċju li jiġbor kollox fih according to site u mhux according to person.", "Jiena nemmen li b'dan il-mod jiġu eliminati ħafna dubji li jinqalgħu dwar ta' min tkun il-proprjeta'.", "Huwa veru li mbagħad hemm ċerti kwestjonijiet ta' spejjeż u naturalment din m'hijiex xi proċedura faċli imma hija a one-time event, hija xi ħaġa li tirreġistraha darba u ġaladarba jsiru r-riċerki neċessarji biex jiġi stabilit darba għal dejjem min se jkunu sidien, b'hekk telimina ħafna dubji li jistgħu jiġu evitati.", "Nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li jekk wieħed iżewweġ l-aspetti ekonomiċi u soċjali flimkien, jasal biex ikollu kompromess li jagħmel ġid lil kwalunkwe ċittadin Malti ġewwa pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, nixtieq nagħmel punt dwar il- mozzjoni li għandna quddiemna, liema mozzjoni tiġi mġedda kull tliet snin u tolqot mill-viċin ħafna l-interessi tal-poplu Malti minħabba li f'pajjiżna l-art hija riżors imprezzabbli peress li hija limitata.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għal subparagrafu (b) ta' artiklu 3 ta' din il- mozzjoni li jgħid hekk:", "''Art tal-gvern tista' tinbiegħ jekk tikkonsisti f'art li tmiss ma' art oħra diġa' żviluppata fejn din l-art isservi għall-espansjoni ta' l-intrapriża diġa' eżistenti u b'dan li l-uniku espansjoni ta' din l- intrapriża jista' jsir biss fuq art tal-gvern, wara li l-applikant ikun issodisfa lill-gvern dwar il-benefiċċju li din l-espansjoni tagħti lill-ekonomija tal-pajjiż.''.", "Jien qed nagħmel riferenza għal dan l-artiklu għaliex minn informazzjoni li rrnexxieli nikseb dan l-aħħar meta kont qed nagħmel riċerka dwar din il- mozzjoni sibt illi għal kull metru kwadru kubu li l-gvern ibigħ - u hawnhekk irrid nenfasizza li l-art tal-gvern tista' tinbiegħ - il-gvern jitlob biss Lm55.", "Issa fl-opinjoni tiegħi Lm55 huwa prezz baxx ħafna, anzi kważi nista' nsejjaħlu redikolu, meta f'pajjiżna l-art hija tant limitata u għalhekk il-gvern għandu jikkonsidra li din l-art tinbiegħ bi prezzijiet iktar raġunevoli.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax jien ma nistax nifhem kif il-gvern jivvaluta l-art kollha l-istess.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif art f'San Ġiljan, f'Pembroke jew f'Buġibba tiġi vvalutata daqs art illi hemm fil-qalba tar-raħal u għalhekk naħseb illi kieku l-gvern jiddiversifika l-art skond il-lokalita' u skond il-valur ta' l-art innifisha, ikun jista' jintroduċi prezzijiet iktar kummerċjali għal kull metru kwadru kubu.", "Biex insostni dan li qed ngħid se nsemmi l-fatt li bħalissa hemm applikazzjoni pendenti ta' waħda mill-lukandi prinċipali f'San Ġorġ għal art biswit il-lukanda.", "Issa jekk din l-art tingħata jien inħoss illi jkun verament redikolu li peress li l-gvern ibigħ l-art bil-prezz ta' Lm55 għal kull metru kubu - jiġifieri jekk ix-xerrejja jieħdu tomna, iħallsu biss is- somma ta' Lm500,000 - għax naħseb li tomna art f'San Ġiljan, f'San Ġorġ u f'Pembroke, bil-permessi tal- bini u lesta, tiswa ħafna iktar minn Lm0.5 miljun.", "Inħoss li r-rati għandhom jiġu riveduti, fis-sens li artijiet bħal dawn jinbiegħu bi prezzijiet aktar raġonevoli.", "Hawnhekk nissuġġerixxi li fejn investituri juru l-ħsieb li jakkwistaw biċċa art mingħand il-gvern biex ikomplu jiżviluppaw fuqha, il-gvern jista' jbigħhielhom b'rata kummerċjali u mhux bir-rata li hemm illum; imbagħad biex imexxu l-proġett tagħhom 'il quddiem - għax inti ma tridx tagħfashom meta jkunu se jinvestu - jagħtihom perijodu ta' numru ta' snin jew numru ta' xhur tax free.", "Mr Speaker, irrid nirriferi wkoll għall-proġett li se jsir f'Tas-Sliema mad-dawra tal-promenade.", "Dan il-proġett qed jiġi mħejji mis-Sliema embellishment steering committee, flimkien mal-kunsill lokali kif ukoll mal- Malta Hotels & Restaurants Association.", "Hawnhekk ta' min isemmi li dan il- proġett qabad it-triq taħt Gvern Laburista u, apparti l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema u l-kumitati li semmejt, ħadmu ħafna fuqu l-Onor.", "Charles Buhagiar u anke l-Onor.", "Karmenu Vella bħala ministru tal-kostruzzjoni u ministru tat-turiżmu rispettivament.", "Jidher li anke l-gvern preżenti qed juri interess f'dan il-proġett u kemm il-Ministru Zammit Dimech u kemm il- Ministru Refalo diġa` kellhom laqgħat ma' dan il-kumitat.", "Il-ħsebijiet ta' dan il-kumitat biex isebbaħ Tas-Sliema huma verament sbieħ u interessanti.", "Per eżempju, għandhom il-ħsieb li jagħmlu blue flag beach, xi ħaġa li f'pajjiżna għadha ma ġietx introdotta.", "Għandhom ukoll il-ħsieb li joħolqu conveniences għall-pubbliku, jiġifieri toilets u showers ħdejn il-baħar, jintroduċu gabbani bi ftehim mal-gvern, kjosk konformi ma' l-istil Malti, jiżviluppaw ix-Chalet l-antik, kif ukoll jagħmlu parking area taħt ix- Chalet.", "Għandhom propost ukoll parking area taħt l-art, taħt Qui-si-Sana u breakwater ħdejn is-Sliema pitch.", "Apparti hekk għandhom proġett ta' Bisazza Street u Tower Road, jiġifieri huma proġetti verament sbieħ.", "Pero' jekk se jmexxi 'l quddiem dan il-proġett, nixtieq nistaqsi huwiex l- ħsieb tal-gvern li jara li jkun hemm ċertu kuntatt bejn il-kumitat imsemmi, il-gvern ċentrali li se jagħmel il-proġett ta' San Ġiljan u, jekk se jsir il-proġett ta' Tigne`, il-MIDI, biex il-proġett ikun wieħed uniformi f'area sħiħa bejn Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Jekk dan il-proġett se jimxi 'l quddiem se jsiru sejħiet għal offerti biex jinkrew jew jinxtraw il- partijiet kummerċjali ta' dan il-proġett?", "Inżid li l-gvern għandu jgħin biex fil-proġetti ta' Tigne` u l-promenade ta' San Ġiljan ikunu nvoluti u kkonsultati l-kunsilli lokali wkoll.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ikolli ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession, jekk jogħġbok?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIER: Se nikkonkludi, Mr Speaker.", "Nerġa' ngħid li fix- xogħol li jsir għandhom ikunu kkonsultati l-kunsilli lokali ħalli ma jinħolqux problemi.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa li jekk il-gvern se jmexxi 'l quddiem dan il-proġett ikun tajjeb li jgħidilna jekk l-art hijiex se tingħata b'titolu ta' enfitewsi, b'titolu ta' kiri, b'encroachments jew jekk din hijiex se tinbiegħ.", "Dan huwa importanti li nkunu nafuh ħalli wara ma jkun hemmx kwestjonijiet, bħalma qalgħu huma fuq il-Kottonera.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jien kulma għad fadalli xi ngħid huwa li hu importanti li dan il-proġett isir għax lili u lill-poplu Slimiż jogħġobna ħafna dan il-proġett, basta ma jintmessx ċentimetru wieħed mill-aċċess pubbliku.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru għall- Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati biex iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "u xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, xtaqt nieħu żewġ minuti biex insellem lil wieħed mill-ħaddiema li ilhom jaħdmu f'dan il-parlament għal numru ta' snin.", "Hawnhekk qed nirriferi għal wieħed mill-messaġġiera, is-Sur Charles Grech, li wasal għaż-żmien ta' l-irtirar mix-xogħol f'dan il-parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ilkoll kemm aħna ilna nafu lil dan il-ħaddiem mill-viċin hawnhekk, partikolarment jien peress li għamilt perijodu ta' żmien nokkupa s-Sedja.", "Is-Sur Grech kien wieħed mill-messaġġiera li dejjem qeda d-dmirijiet tiegħu bl-aħjar mod possibbli u dejjem kien iddedikat u ħa x-xogħol ta' din il-Kamra bl-ikbar serjeta'.", "Minn hawnhekk, f'isem iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, nixtieq insellem lis-Sur Grech, nawguralu minn qalbi li jibqa' attiv fl-eta' li issa wasslitu għall-pensjoni, filwaqt li nirringrazzjah għall-attenzjoni li ta lejn ix-xogħol ta' din il-Kamra tul is-snin twal li għamel jagħti s-servizz tiegħu hawnhekk.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lin-naħa tal-gvern li tatni dawn il-ftit sekondi biex ningħaqad ma' l-Onor.", "Gonzi - aħna t-tnejn inzertajna ħdimna fl-istess żmien u ma' l-istess staff, jiġifieri dak li qed jgħid hu nista' nikkonfermah jien - u filwaqt li nawgura b'ferħ lis-Sur Grech għall-fatt li issa jista' jqatta' l-ħajja li fadallu b'iktar trankwillita', min-naħa l-oħra għandi xi ftit dispjaċir minħabba li aħna konna drajnieh hawnhekk.", "Kif diġa' ntqal, is-Sur Grech kien wieħed milli kien jistinka u minkejja li kien ikollu ħafna x'jagħmel, kien jaħdem bl-aħjar mod li jista'.", "Għalhekk jien, f'isem in-naħa ta' l-oppożizzjoni u flimkien man-naħa tal- gvern, nawguralu li jgħix kuntent.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, jien ukoll xtaqt nawguralu lis-Sur Grech.", "Fil-fatt jien ili naf lil dan il-messaġġier mill-1987 u naf li dejjem serva ta' għajnuna kbira għad-deputati kollha, kemm ta' naħa kif ukoll ta' oħra.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-fatt li dan l-aħħar innotajt li fuq il-gazzetti dehret ċerta kritika kif ukoll saru diversi kummenti u suġġerimenti dwar l- Awtorita' tax-Xandir.", "Fil-fatt ta' min jgħid li dan l-aħħar l-Awtorita' tax-Xandir ikkritikat programm - jekk m'iniex sejjer żball din qatt m'għamlet pass bħal dan - li kien qed jagħmel il-kuntrattur tagħha stess, ċioe' l-Public Broadcasting Services.", "Ħaġa stramba li rajt kienet li ma tantx kien hemm kummenti dwar din il-materja, sempliċement kienet fuq il- gazzetti bħal aħbarijiet oħrajn li ma tantx jagħtu fil-għajn u baqqgħu għaddejjin.", "Pero' ħalli niġi għas-suġġett mill-ewwel.", "Nafu li l-PBS huwa l-kuntrattur prinċipali tal-Broadcasting Authority li permezz tiegħu jixxandru l-aħbarijiet matul is-sena kollha.", "Nafu wkoll li l-Awtorita` tax-Xandir hija stabilita permezz ta' artiklu 118 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, pero' nafu wkoll li subartiklu (1) ta' artiklu 119 tal-Kostituzzjoni jgħid li:", "\"Tkun funzjoni ta' l-Awtorita` tax-Xandir li tiżgura illi, safejn hu possibbli, f'dawk is-servizzi ta' xandir ta' smigħ u televiżjoni li jistgħu jkunu provduti f'Malta, tiġi miżmuma imparzjalita` xierqa dwar ħwejjeġ ta' kontroversja politika jew industrijali jew li jirriferixxu għal policy pubblika korrenti u illi l-faċilitajiet u l-ħin tax-xandir huma mqassma b'mod xieraq bejn persuni li jkunu ta' partiti politiċi differenti.\"", "Illum il-ġurnata dan l-artiklu, li nkiteb fl-1964, u wara l- liberalizzazzjoni tax-xandir bl-Att ta' l-1991, m'għandux dik is-sustanza u l-ispirtu li għalih inkiteb.", "Ngħid dan għax issa wasalna fl-assurdita` li l-Broadcasting Authority tikkritika wkoll lill-kuntrattur tagħha, il-PBS.", "B'riferenza għall-programm \"Xarabank\" li jidher fuq it-television kull nhar ta' Ġimgħa, fi stqarrija Nru. 59 ta' din is-sena l-Awtorita` tax-Xandir qalet hekk:", "\"Iżda diskussjonijiet ta' din ix-xorta jridu jsiru f'atmosfera sobrja li tirrifletti s-serjeta` tas-suġġett.\"", "U iktar 'il quddiem tgħid li ma tqisx li:", "\"...il-programm \"Xarabank\", li huwa intiż prinċipalment bħala mezz ta' divertiment, bħala l-pjattaforma xierqa biex jilħaq dan l-għan.\"", "Jiġifieri hawnhekk l-Awtorita` tax-Xandir qed tikkritika b'mod l-iktar qawwi lill-kumpannija PBS u saħansitra fl-aħħar paragrafu tkompli tgħid li \"twaqqa' problema nazzjonali għal livell trivjali.\"", "Hawnhekk kienet qed tirriferi għar-rave parties.", "Mr Speaker, kulħadd jaf il-problema tar-rave parties li hawn f'Malta u l- promoturi tal-programm \"Xarabank\" ħatfu l-okkażjoni tas-suġġett li l- pubbliku kien qed jitħaddet dwaru u għamlu dak il-progamm.", "Jien ftit rajt minn dan il-progamm imma naħseb li qajjem kontroversja mhux ħażin.", "Wara li l-promoturi ta' dan il-programm irrispondew lill-Awtorita` tax-Xandir, f'dikjarazzjoni oħra l-Awtorita` tax-Xandir qalet:", "\"Għaldaqstant l-Awtorita` reġgħet ħarġet avviż kontra xandir nieqes mis-sens ta' responsabbilta`.\"", "Jiġifieri qed tgħid li dan il-programm \"Xarabank\" dwar ir-rave parties ma ġiex trattat b'sens ta' responsabbilta`.", "L-Awtorita` tax-Xandir qalet ukoll li l-istazzjonijiet jew preżentaturi se jiġu mmultati kull darba li jkun hemm ksur ta' l-istruzzjonijiet ta' l-Awtorita` tax-Xandir.", "Aktar minn hekk imbagħad kompliet tgħid:", "\"L-Awtorita` tax-Xandir ikkundannat ix-xandir ta' ittri anonimi.\"", "Jiġifieri qed isiru abbużi kbar fix-xandir minn diversi stazzjonijiet - hawnhekk forsi ssemma s-Super 1 radio - u l-Awtorita` qed tesiġi li ittri anonimi m'għandhomx jixxandru u lesta timponi multa għal kull okkażjoni li tinkludi x-xandir ta' xi wieħed jew aktar minn dawn il-fatturi; per eżempju, akkużi jew allegazzjonijiet, xniegħat malizzjużi u tgħajjir jew tkeskis.", "Illum il-ġurnata l-pluraliżmu fix-xandir tista' tgħid li ġie f'idejn il- partiti politiċi.", "Fil-fatt f'Malta llum, grazzi għall-Partit Nazzjonalista li lliberalizza x-xandir, hawn diversi stazzjonijet radjofoniċi u televisivi.", "Pero' jiena nistaqsi: Għandna imparzjalita' fix-xandir skond ma tgħid il-Kostituzzjoni?", "Jiena m'inix se noqgħod nidħol fil-mertu ta' battibekki li jsiru, fejn il-Partit Nazzjonalista jgħid li l-PBS huwa estensjoni tal-makna Laburista u l-Partit Laburista jgħid li l-PBS saret makna ta' ngann favur il-Gvern Nazzjonalista.", "Mela f'mument ngħidu li l- PBS hija estensjoni tal-makna Laburista u meta jinqaleb il-gvern ngħidu li l-PBS saret makna ta' ngann favur il-Gvern Nazzjonalista!", "Mr Speaker, dawn huma affarijiet verament tad-daħk, imma affarijiet li wieħed għandu jeħodhom bl-ikbar serjeta'.", "Ma jistax ikun li l-Awtorita' tax-Xandir tikkritika lill-kuntrattur tagħha stess, jiġru affarijiet sfaċċati quddiemha u forsi ma teħux dawk il- prekawzjonijiet kollha li għandha tieħu skond il-Kostituzzjoni.", "M'inix qed ngħid li ma tieħu l-ebda passi, u fil-fatt diġa' semmejt ir-rapporti li toħroġ u kemm isiru seminars u taħriġ għal dawk li jaħdmu fl-istazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radju, kemm tippromwovi programmi bil-Malti u programmi oħra li joriġinaw lokalment.", "Nemmen ukoll li l-istazzjonijiet tat- televiżjoni - minkejja l-limitazzjonijiet għaliex il-finanzi biex tħaddem stazzjon tat-televiżjoni huma kbar - qegħdin jagħmlu kull sforz possibbli.", "Huwa veru li l-PBS qiegħda taħdem bi flus il-poplu imma l-istazzjonijiet privati - is-Super 1 TV, in-NET TV, il-Cable TV u l-iSmash TV - huma sors ta' informazzjoni kbira għall-poplu Malti.", "Qabel nagħlaq fuq dan il-punt infakkar ukoll fl-istqarrija li ħarġet il-kurja fejn ikkritikat il-programm \"Xarabank\" li ttratta r-rave parties u qalet li dan m'huwiex programm fejn hija tista' tieħu sehem.", "Tajjeb infakkar ukoll li l-Awtorita' tax-Xandir ikkompilat kodiċi ta' etika li jekk tarah tgħid: Prosit!", "Per eżempju, paġna 130 ta' dan il-kodiċi ta' etika titkellem dwar l-imparzjalita' u fit-tielet taqsima li titkellem dwar liċenzji għax-xandir insibu li l-awtorita' taċċetta - u fl-istess ħin tgħaddi fuq ħaddieħor - id-dmir tagħha li tiżgura li l-aħbarijiet kollha mxandra fil-programmi jiġu ppreżentati b'dik l-imparzjalita' li jixirqilhom.", "Fl-aħħarnett tgħid li min jirrapporta la jrid iħares lejn naħa u lanqas lejn oħra.", "Issa aħna nafu lejn min ixaqilbu l-aħbarijiet li jixxandru, speċjalment fuq l-istazzjonijiet tas-Super 1 TV u n-NET TV, imma nappella hawnhekk biex kemm jista' jkun ma nkomplux nidħku bil-poplu.", "L- elezzjoni ilha kważi xahrejn li għaddiet imma għadna nitkellmu fuq ir- riżultat tagħha sal-lum.", "Sur President, hemm bżonn li l-poplu Malti jibda jirrealizza x'għandu jemmen u x'm'għandux jemmen f'dak li jingħad fil-programmi tax-xandir.", "Jien naf li dan l-aħħar l-elezzjonijiet ġenerali kienu fattur importanti għal dawk il-programmi li xxandru fuq id-diversi stazzjonijiet tat- television.", "Pero' peress li issa sar il-ħin u nixtieq li qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nagħmel punt ieħor, għal-lum se nieqaf hawnhekk fuq dan is-suġġett u nkompli nitkellem fuqu għada jew pitgħada waqt il-ħin ta' l- aġġornament jew inkella nikteb xi artiklu f'dan ir-rigward.", "Issa ħalli ngħaddi biex nagħmel l-aħħar punt tiegħi li jirrigwarda l-finanzi ta' l- Awtorita' tax-Xandir.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li filwaqt li hawnhekk jiġu dibattuti l- finanzi ta' diversi korporazzjonijiet u awtoritajiet, jiddispjaċini ngħid li għal xi raġuni jew oħra - jien għadni ma nafx għaliex - il-finanzi tal- PBS ma jiġux diskussi f'dan il-Parlament.", "Għalhekk nappella lill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex jiddiskuti u jgħarbel sew il-finanzi tal- PBS, l-istazzjon televiżiv li huwa ffondat mill-poplu Malti permezz tat- taxxi li jħallas, għaliex għalkemm fuq dan l-istazzjon sar ħafna progress f'dik li hija kwalita' ta' programmi, sfortunatament huwa fatt li f'ċerti żmenijiet il-PBS kien Lm0.75 miljun minn taħt u skond informazzjoni li għandi llum qiegħed Lm0.5 miljun minn taħt, jiġifieri hawnhekk għandna żbilanċ konsiderevoli.", "Ma rridux ninsew li dawn huma flus il-poplu u għalhekk m'huwiex aċċettat li dan l-istazzjon televiżiv jitlef daqstant flus minkejja l-kompetizzjoni kbira ta' reklami li għandu.", "Mr Speaker, ġaladarba semmejt ir-reklami rrid nenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-PBS jara jekk ir-reklami li jġib humiex kollha ġenwini għax wisq nibża' li qed ikun hemm każi fejn wara li dak li jkun jixtri xi prodott li jkun ġie rreklamat fuq dan l-istazzjon, qed joħroġ diżappuntat minħabba li l-prodott ikun ferm inferjuri minn dak li jkun qed jiġi rreklamat.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għal dawk il-promozzjonijiet li jsiru waqt dawk il-programmi ta' matul il-ġurnata li huma mmirati lejn in- nisa, li ta' min ifaħħarhom għax huma programmi divertenti u edukattivi fl- istess ħin.", "Jien naf li kemm-il darba ġew organizzati seminars u diskussjonijiet oħra f'dan is-sens, u fil-fatt hawnhekk irrid infaħħar in- numru sabiħ ta' parteċipanti li ħadu sehem f'dawn it-tip ta' attivitajiet filwaqt li nħeġġeġ lil min hu konċernat biex jorganizza iktar attivitajiet ta' dan it-tip.", "Jekk wieħed jara l-programm annwali ta' l-Awtorita' tax- Xandir jinduna kemm jiġu organizzati seminars u jsiru diskussjonijiet kull sena fuq dan il-qasam u jien naf li anke l-iStrickland Foundation qed tagħmel diversi programmi ta' interess għal min huwa involut b'xi mod jew ieħor fix-xandir.", "Imma, Mr Speaker, madanakollu wieħed ma jistax jinjora l-problema ta' finanzi u jeħtieġ li naraw x'qed isir mill-flus li qed joħroġ il-poplu Malti għall-PBS mill-iktar fis possibbli.", "Jien naf li l-financial controller ta' din l-awtorita' jagħmel dak kollu li jista' biex inaqqas dan l-iżbilanċ, pero' din il-problema żgur li ma tistax tissolva jekk kemm-il darba lill-barranin se nibqgħu nagħtuhom il-belli liri għall-programmi li jagħmlu u l-Maltin jibqgħu ma jieħdu xejn ħdejn dak li jieħdu huma, kif ġie rrapportat fuq il-gazzetti stess.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix każ ta' persuna - m'iniex se nsemmi isimha għax jien ma nħobbx noqgħod insemmi ismijiet - li tagħti servizz kbir ħafna billi tqatta' xi tliet sigħat fil-ġimgħa tieħu ħsieb il-librerija tad- diski, pero' minn ftit taż-żmien 'l hawn dan il-ftit overtime ma baqax jingħatalha, biex taparsi ssir l-ekonomija.", "Allura ngħid jien, issir l- ekonomija ma' persuna li qed tagħti daqshekk servizz?", "Issir l-ekonomija meta kulħadd jaf li filwaqt li l-Maltin qed jitħallsu bis-soldi, il- barranin qed jitħallsu dawk il-liri kollha?", "Ċertament hemm bżonn li ssir investigazzjoni serja u immedjata f'dan il-qasam u hawnhekk irrid nerġa' nieħu l-okkażjoni li nappella lill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex jiddiskuti l-finanzi tal-PBS mill-iktar fis possibbli għall-ġid ta' kulħadd.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, nhar il-Ġimgħa li għaddiet il-Kap ta' l- Oppożizzjoni mid-dehra qam xi naqra mdejjaq u mar l-Imġarr fejn allega affarijiet fuqi li ma kenux minnhom; fi kliem ieħor gideb.", "Huwa allega li jien mort waqqaft kuntratturi milli jagħmlu ċerti xogħlijiet.", "U qed nerġa' ngħid li dan huwa gideb għax l-istess Membru Parlamentari bl-ikbar mod mhux etiku pprova jinsinwa affarijiet fuqi li ma ġrawx.", "Huwa veru li jien qed nirsisti għal nies li qed titteħdilhom art sabiex dawn jiġu kkompensati b'mod raġonevoli - għax imbagħad il-Ħadd ipprova jdawwarha li jien qed nirsisti għan-nies imma mort kontra l-interess nazzjonali - pero' nerġa' ngħid li assolutament mhux veru li jien kellimt lil xi kuntrattur u lanqas biss naf min hu l-kuntrattur li, skond l-istess Onor. Alfred Sant, kellu jibda xi xogħlijiet l-Imġarr u li, skond l-istess Alfred Sant, jien waqqaftu.", "Minn hawn jien nagħti avviż lill-Onor.", "Sant li l-ġimgħa d-dieħla se nagħmillu libell għax jien irrid nipproteġi wkoll il- pożizzjoni tiegħi, fir-relazzjoni mal-kostitwenti tiegħi, fejn lest li ntella' xhud lil dan il-kuntrattur - wara li nsir naf min hu - sabiex dan ikun jista' jgħidlu li hu gideb, li mhux veru li jien waqqaft lil xi ħadd milli jaħdem.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni pprova jagħmel mhux a storm in a teacup imma pprova jagħmel muntanja minn ħofra fuq il-kwestjoni ta' din l-iskola.", "L- istess art li skond hu u skond l-Onor.", "Evarist Bartolo għandha tittieħed għall-iskola, tista' effettivament tiġi sostitwita billi jsir bini fit- tieni sular ta' l-iskola eżistenti; u allura l-gvern ma jkollux joqgħod jikkumpensa lin-nies ta' din l-art bi prezz raġunat tas-suq.", "Il-gvern jista' jimxi skond il-memo li ħareġ fit-8 ta' Frar ta' l-1990 il-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak inhar, illum l-E.T. il-President tar-Repubblika, fejn qal fost affarijiet oħrajn li fl-iskola primarja ta' l-Imġarr kien hemm klassi mhux użata u jekk tiżdied il-popolazzjoni, barra din il-klassi jistgħu jinbnew żewġ klassijiet oħra fil-pjan terren u ripetizzjoni tal- klassijiet kollha tal-lum fl-ewwel pjan.", "Ma nimmaġinax li l-Imġarr se jkollu żieda demografika li titlob iżjed minn hekk.", "L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici kien qal ukoll li din l-iskola diġa' kellha sala, għandha ġnien adegwat u diġa` sar ħajt li jifred l-arja li fuqha kiteb l-Onor.", "Sant mill-bqija tal-ġnien ta' din l-iskola.", "Hawnhekk naraw li anke fl-isfond ta' dak li qed jiġi diskuss fil-parlament dawn il-ġranet, il-gvern għandu joqgħod attent jekk hemmx il-ħtieġa li jesproprja u jekk jibqa' jara li għandu bżonn jesproprija, possibilment qabel ma jibdew xogħlijiet - mhux qed ngħid li bilfors għax il-gvern għandu d-drittijiet tiegħu - dawn in-nies jiġu kkompensati b'mod li jingħataw market price ta' l-art li titteħdilhom jew art oħra u mhux jingħataw il-miżerja ta' Lm8,000 kull plot fabbrikabbli li jiġi offrut lilhom mill-gvern.", "Hawnhekk irrid ngħid li ma jagħmilx sens li meta l-gvern jiġi biex iħallas hu joffri prezz bħal dan u, wara li jsiru l-kuntratti, meta jmur il-perit tal-gvern, l- istess plot identika fi triq adjacent magħha, il-gvern jistmaha Lm25,000.", "Il-prezz għandu jkun like for like, inkella minħabba l-aġir tal-gvern il- bniedem jispiċċa jkollu jmur għand l-Ombudsman biex jingħatawlu d- drittijiet tiegħu.", "Mr Speaker, apparti li wieħed jista' jiddiskuti jekk din l-iskola għandhiex tinbena jew le, huwa fatt attwali li hemm bżonn li l-Partit Laburista jipprova għallinqas ikun kredibbli f'dak li jagħmel u f'dak li jgħid.", "Hawnhekk qed insemmi eżempju żgħir li jikkonċerna raħal pittoresk ta' Malta, eżempju żgħir fejn ipprova jitfa' dell ikrah fuqi.", "U bil-mod biex jagħmilli dell Alfred Sant lili!", "Id-dell tiegħi ġie rifless fl- elezzjoni, bħalma t-tmexxija tiegħu ġiet riflessa fl-elezzjoni; għax jien żidt il-voti u hu naqqas xi 20,000 vot, mhux hu personali, imma bħala partit li kien qed imexxi hu.", "Mr Speaker, irridu noqogħdu iktar attenti li ma nweġġgħux nies fl-istess lokalita` u anke f'lokalitajiet oħrajn li huma ta' fehmiet politiċi differenti u nassigurah lill-Onor.", "Sant li n-nies involuti u n-nies li se jiġu mweġġa' huma nies ta' fehma politika differenti.", "Effettivament qabel il-ħolma ta' Alfred Sant, li jien mort waqqaft xi kuntrattur - li mhux veru - jien kont diġa` ktibt lill-President, lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, lill-Ministru ta' l-Intern u lis-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u lid-Direttur ta' l-Artijiet fejn tlabthom jirrikonsidraw il-pożizzjoni tagħhom u tlabthom li jekk l-istess art se tittieħed lil dawn in-nies, dawn għandhom jiġu kkompensati b'ammont raġonevoli li konna qed nitkellmu - mill-inqas Lm20,000 għal kull biċċa art - jew jingħataw biċċa art like for like ta' dik li l-gvern qed jeħdilhom.", "Hawn irridu nikkonsidraw il-fatt li għal dawn in-nies li se jiġu affettwati, din hija l-unika biċċa art li għandhom u li xtaqu jagħtuha lil uliedhom jew jiżviluppawha.", "Hemm erbatax-il familja li se jiġu affettwati u jien naħseb li tista' tinstab soluzzjoni tajba għal kulħadd mingħajr il- bżonn li jsir il-gideb fuq ħadd.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li xtaqt nitkellem fuqha llejla huwa l-fatt li f'diversi interventi u anke f'domandi parlamentari li għamilt, anke lill- ministru preċedenti li kellu x'jaqsam ma' proġetti ta' public works, jien kont tlabt lill-ministru - dak iż-żmien kien l-Onor.", "Charles Buhagiar - biex jara jekk hux possibbli li f'post żgħir bħall-Manikata, naqra 'l bogħod mill-Imġarr, taħt ir-riħ tal-Mellieħa, isir bħal pilot project ta' kif għandhom isiru t-toroq, kif jitranġaw u kif isir street lighting.", "Il- Manikata jikkonsisti f'seba' tmien toroq kollox, għax hemm popolazzjoni żgħira, u ftit xogħol hemm bżonn sabiex jitranġa u jsiru żewġ toroq li waħda minnhom tagħti minn Manikata Road għall-Mejjiesa Road, li titla' minn nofs l-għelieqi u llum diġa' hija triq imħarbta.", "Hemm triq oħra f'nofs Manikata Road li tiġi għal Triq il-Fuħħar li hija estensjoni tagħha stess, u mbagħad hemm bżonn li jsir ftit embellishment fi Triq il-Knisja l-Qadima, Triq l-Għasafar u dawk in-naħat.", "Dan huwa utli mhux biss biex inwasslu messaġġ lin-nies tal-lokalita` - in-nies tal-lokalita` rridu nieħdu ħsiebhom bħalma nippretendu li huma jħallsu t-taxxi - imma anke lil kull turist biex ikun jaf li l-gvern tal-ġurnata - u dan mhux il-Gvern Nazzjonalista jew il-Gvern Laburista - se jieħu x-xogħol ta' l- infrastruttura ta' Malta bis-serjeta`.", "It-turisti li jmorru Għajn Tuffieħa, fejn għal grazzja t'Alla hemm waħda mill-aqwa lukandi ta' Malta, kollha jitilgħu ħin jew ieħor passiġġata l-Manikata u t-toroq tal-Manikata jintużaw anke mill-Maltin li jmorru l-Mellieħa.", "Allura jkun utli li dawn l- inħawi jitranġaw darba għal dejjem bi ftit spejjeż.", "Jiena naħseb li b'ġimgħatejn xogħol ta' ammont sostanzjali ta' nies fil-ministeru tat- trasport, dan ix-xogħol jista' jsir minnufih bħal xogħol utli li qiegħed isir fl-Imġarr, fejn qed jingħataw it-tarmac diversi toroq.", "Mr Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi, f'ġieħ id-diċenza u f'ġieħ ir-rispett li għandna nuru aħna li qegħdin hawn ġew, nitlob li meta bniedem jikkummenta u jipprova jsawwat membru tan-naħa l-oħra għallinqas ikollu d-diċenza li jivverifika l-affarijiet u mhux li jfettillu f'moħħu mal-lejl jmur jgħidu matul il-ġurnata.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Novembru 1998, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "38.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu t- talbiet pendenti quddiem l-Awtorita' tad-Djar u tad-Direttorat ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali, għall-akkomodazzjoni soċjali matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "Kemm minn dawn it-talbiet ġew onorati mill- imsemmija awtoritajiet f'kull sena matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar ma żżomx lista ta' talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Meta l-Awtorita' tad-Djar ikollu postijiet għall-allokazzjoni tinħareg sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Il-lista ta' applikanti li jkollhom l-applikazzjoni valida tibqa' valida għal sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din il-lista.", "Jekk xi postijiet ma jkunux allokati f'dan il-perijodu, dawn jerġa jinħarġu f'harġa oħra.", "Dwar id-Dipartiment ta' Akkomodazzjoni Soċjali, l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "39.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rġiel miżżewġa u żgħażagħ li fil-mument jinsabu jieħdu l-għajnuna soċjali minħabba li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Kemm minn dawn qed jieħdu l-għajnuna tar-relief ukoll?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li r-relief mhux ħlief għajnuna soċjali.", "In-numru ta' rġiel miżżewġa u żgħażagħ li fl-aħħar ta' Settembru 1998 kienu jinsabu jieħdu l-għajnuna soċjali minħabba li qed jirreġistraw għax- xogħol kien ta' 3,871.", "SIGURTA SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "40.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji Maltin u Għawdxin li jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali taċ- Children's Allowance?", "X'kien in-numru ta' dawn il-familji matul dawn l- aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-benefiċċjarji ta' l-allowance tat-rfal għas-snin 1988 sa 1997 kienu kif jidher hawn taħt:", "Diċembru 1988 - 49,941 * Diċembru 1989 - 50,004 * Diċembru 1990 - 51,184 * Diċembru 1991 - 52,070 * Diċembru 1992 - 52,648 *", "Diċembru 1993 - 52,856 * Diċembru l994 - 52,731 * Diċembru 1995 - 52,440 *", "Diċembru 1996 - 47,864 ** Diċembru 1997 - 44,067 **", "* L-ammonti hekk indikati jirriferu għall-benefiċċjarji taħt l-iskema li ntużat l-aħħar fil-pagament ta' April 1996, jiġifieri mħallsa b'rata fissa.", "** L-ammonti hekk indikati jirriferu għall-benefiċċjarji taħt l-iskema l- ġdida, jiġifieri b'rata li tirriżulta wara li jitqies id-dħul tal-ġenituri għas-sena preċedenti.", "SIGURTA SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "41.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' romol li f'pajjiżna jibbenefikaw mill-pensjoni tar-romol?", "Kemm minnhom huma taħt is-60 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant, li n-numru ta' romol li jirċievu pensjoni tas-sigurta' soċjali huwa ta' 12,927.", "Minn dawn, 1,917 huma romol li għadhom taħt is-60 sena.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "42.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni f'pajjiżna li jieħdu l-benefiċċji soċjali ta' l-SKA?", "Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?", "Kemm minn dawn huma 'l fuq min 60 sena jekk nisa, u aktar minn 61 sena jekk irġiel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni f'pajjiżna li jieħdu l- għajnuna medika, magħrufa bħala l-SKA huwa ta' 14,091.", "Minn dawn 7,300 huma nisa, filwaqt li 6,791 huma irġiel.", "In-numru ta' benefiċċjarji 'il fuq minn 60 sena huwa kif ġej:", "6052 nisa 5046 irġiel", "Ma tinħassx il-ħtieġa li għandha tinżamm statistika separata ta' l-irġiel li għandhom aktar minn 61 sena.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - DIRETTURI", "90.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Dan il-ministeru m`għandux kumpanniji li jaqgħu taħt it-treġija tiegħu u għalhekk it-tweġiba għall-ewwel parti tal- mistoqsija hi fin-negattiv.", "Madankollu, jekk l-Onor Membru qed jirreferi għal membri fuq bordijiet u/jew organizzazzjonijiet statutorji, nirriferih għall-avviżi li dehru fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru, 1998.", "Dawn il-persuni nħatru a bażi ta' l-integrita' tagħhom u l-esperjenza li għandhom fil-qasam turistiku.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U PORTIJIET - DIRETTURI", "91.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid- dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn, ma` nħatru l-ebda diretturi fil-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - DIRETTURI", "92.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fid-dekasteru tiegħi nħatru:", "Fil-Malta International Airport:", "Mr. Lawrence Zammit B.A.(Hons) Econ., M.A. (Econ) Chairman", "Dr. Saviour P.Gauci M.A.,ACIS,CPA,ACIM,Ph.D - Direttur", "Dr. Sandra Sladden ADV.TRIB.ECCL.MELIT.,LL.D - Direttur", "Mr. J.R. Darmanin -Direttur", "Mr. Jean Depasquale - Direttur", "Fil-Malta Drydocks:", "Fil-Malta Drydocks il-Gvern kkonferma lic-Chairman Profs.", "Noel Zarb Adami u ħatar żewġ diretturi ġodda li huma:", "Mr. Lawrence Ciantar - Direttur", "Mr.Carmel Baldacchino - Direttur", "Fil-Bank of Valletta:", "Is-Sur Joseph F X Zahra B.A.(Hons) Econ.,M.A.(Econ) MICM ġie maħtur Chairman.", "Il-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta ġie rikonfermat.", "Id-diretturi ġodda kuif ukoll dawk li ġew rikonfermati ġew maħtura fuq il- kapaċita' personali tagħhom.", "MINISTERU TA' L-INTERN - DIRETTURI", "93.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta'Settembru, 1998 'il hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn, ma nħatar l-ebda direttur fid-dekasteru tal-Ministru ta' l-Intern.", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD - DIRETTURI", "94.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nħatar ebda direttur fid-dekasteru li jaqa taħt il- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd mill-5 ta Settembru, 1998 'il hawn.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - DIRETTURI", "95.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liemq kriterju ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma nħatar l-ebda Direttur fil-Ministeru għal Għawdex mill-5 ta' Settembru 'l hawn.", "QRATI TAL-ĠUSTIZZJA - SKRIVANI", "164.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm skrivani u/jew messaġġiera li jaħdmu fil-Qrati tal- Ġustizzja li huma seconded jew transfered ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern?", "Jista' jagħti breakdown tan-numru skond il- ministeri/dipartimenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nippreżumi li l-Interpellant qed jirriferi għal uffiċjali li ġew trasferiti/seconded mill-Qorti minn wara l-elezzjoni tal- 5 ta` Settembru, 1998 'l hawn.", "F'dak il-każ, ninsab informat li kien hemm tliet impjegati tal-Qorti li ġew trasferiti: uffiċjal prinċipali anzjan li ġie ttrasferit fis-Segretarjat tal-Ministeru tal-Finanzi; Prinċipal fil-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin Segretarjat Privat tas- Segretarju Parlamentari u Court Recorder li ġie trasferit fl-Uffiċċju tal- Kabinet.", "ETC - GAINFULLY OCCUPIED", "165.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ (ETC) se tissoktax il-proċess ta' reviżjoni tal- gainfully occupied li ġiet mibdija mill-amministrazzjoni preċedenti fl- 1997?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ se tkompli l- process ta' reviżjoni tal-gainfully occupied.", "SKEJJEL - SUPPORT STAFF", "178.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min hemm fuq il-working group biex jeżamina l- kwestjoni tas-Support Staff fl-iskejjel?", "Meta mistenni jtemm ix-xogħol tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-working group li qed jeżamina l-bżonnijiet ta' support staff fl-iskejjel ta' l-Istat hu magħmul minn:", "Is-Sur Paul A Attard, Assistent Direttur, Chairman;", "Ms Yvonne Pulis, Kap ta' Skola Post-Sekondarja, tirrappreżenta d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni;", "Ms Marilyn Sciortino, Kap ta' Skola Sekondarja, tirrappreżenta lill-Malta Union of Teachers|;", "Is-Sur Emanuel Zahra, Kap ta' Skola tas-Snajja, nominat mid-Direttur Ġenerali;", "Ms Lydia Chetcuti, Kap ta' Skola Primarja, nominata mill-Malta Union of Teachers;", "Is-Sur Karl Farrugia Wismayer, jirrappreżenta l-Management and Personnel Office.", "Hu maħsub li l-Grupp ilesti x-xogħol tiegħu din is-sena.", "SKEJJEL - TINDIF", "179.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel jinħass in-nuqqas ta' persuni biex inaddfu?", "F'liema skejjel kellhom jitqabbdu kuntratturi privati biex inaddfu b'mod regolari l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li n-nuqqas ta' persuni biex inaddfu jinħass f'dawn l-iskejjel:", "Attard Primary Ħamrun A Naxxar Primary Paola B San Ġwann A San Ġwann B Sliema Primary St Venera A St Venera B Mosta GSS Sandhurst GJL Tarxien GSS St Lucia GJL Lija Primary St Julians Prim.", "St Paul's Bay Prim.", "Mrieħel GJL Żebbuġ BSS M'Assumpta GSS Adelaide Ċini GSS Corradino BJL Żejtun A", "SETTUR POST SEKONDARJU", "a) L-iskejjel li fihom jinħass in-nuqqas ta' persuni biex inaddfu huma:", "* Sir Hannibal Scicluna Secretarial School, Paola; * Sir Mikielanġ Sapiano Technical Institute, Paola.", "b) S'issa f'ebda skola ma jitqabbdu kuntratturi privati biex inaddfu b'mod regolari.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "Jinħass in-nuqqas ta' persuni biex inaddfu f'dawn l-iskejjel:", "* Guardian Angel School, Ħamrun; * Dun Manwel Attard, Wardija; * Santa Marija Day School, Msida.", "ii) Fl-Iskola tal-Mosta GSS, ġew imqabbda kuntratturi privati sabiex inaddfu b'mod regolari l-iskola sakemm l-iskola tkun ingaġġat purtinara part-time li s-sejħa għall-ingaġġ tagħhom għandha tiġi publikata fil-futur qarib.", "SKEJJEL:JUNIOR COLLEGE - STAFF AKKADEMIKU", "180.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Veru li l-Ministeru nforma lill-istaff akkademiku tal-Junior College li ġie rreġistrat progress fuq il-kwestjoni tad-drittijiet għall-pensjoni ta' dawk li kienu jgħallmu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qabel Jannar 1979 u issa huma mpjegati ta' l-Universita' jgħallmu l-Junior College?", "X'arranġamenti saru biex din il-problema ġiet solvuta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl- affermattiv.", "Dettalji dwar l-arranġamenti jingħataw 'il quddiem meta jiġu ffinalizzati d-dettalji.", "SKEJJEL - KURRIKULU NAZZJONALI ĠDID", "181.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif se jkompli x-xogħol li fadal isir qabel jitfassal dokument finali dwar il-kurrikulu nazzjonali ġdid?", "Meta se jitħejja dan id-dokument finali?", "Meta se jidħol fis-seħħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol li fadal biex jitfassal id-dokument finali qiegħed jitkompla b'aktar konsultazzjoni u b'analisi tal-feedback li daħal diġa'.", "Id-dokument finali maħsub li jkun ippubblikat f'Marzu 1999 u jibda jseħħ mis-sena skolastika 1999/2000.", "SKEJJEL - SILLABI", "182.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitqassmu lill-ġenituri tal-klassijiet 4, 5 u 6 il-kopji tas-sillabu tal-primarji biex ikunu nformati aħjar x'qed jitgħallmu wliedhom fl-iskejjel?", "X'sens jagħmel li dawk l-eluf ta' kopji ta' sillabi rivedut jibqgħu maħżuna x'imkien u ma jitqassmux?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt mogħti l-parir li kopji ta' dan is-sillabu jitqiegħdu għall-bejgħ fl-uffiċċju tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni għal prezz nominali.", "Għaliex dan jiggarantixxi li l-pubbliku kollu interessat ikun jista' jakkwista kopja u dan isir mingħajr biża' ta' ħela b'kopji li ma jintużawx.", "Lest ngħaddi kopja tal-parir rilevanti lill-Onor.", "Membru.", "SKEJJEL - QRENDI", "183.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li wara l-elezzjoni l-bitħa ta' skola primarja (Qrendi) tal-gvern tħalliet tintuża biex tiġi ċċelebrata r-rebħa tal-Partit Nazzjonalista u hekk inkiser l-avviż legali dwar l-użu ta' skejjel li jipprojbixxi attivitajiet partiġġjani fl-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-iskejjel se jibdew jitħallew jintużaw għal attivitajiet partiġġjani?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemm ebda ħsieb li jinbidel ir-regolament fl-Avviż Legali msemmi li għandu jiġi nforzat mill-awtoritajiet kompetenti.", "PULIZIJA - KSUR TAR-REGOLAMENTI TAL-KAĊĊA", "233.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi jiksru r-regolamenti tal-kaċċa mill- 5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Fejn inqabdu?", "X'kien ir-regolament li allegatament ġie miksur?", "Kemm minn dawn ingħataw l-arma lura mill-pulizija qabel ma ttellgħu il-Qorti fl-istess żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u it- 28 ta' Ottubru, 1998, kien hemm 12-il persuna li kisru r-regolamenti tal- kaċċa.", "Il-postijiet fejn inqabdu kienu kif ġej :", "Numru ta' Persuni Post", "4 Xorb l-Ghagin, Delimara 1 Girgenti, Siggiewi 3 Ġonna tal-Buskett 1 Fuq il-bahar vicin Wied il-Ghajn 2 Fuq il-bahar vicin ir- Ramla, Zejtun 1 Fuq il-bahar vicin Delimara", "Ir-regolamenti miksura kienu kif jidher hawn taħt :", "(1) Erba' persuni kisru r-regolament 9 (2) (a), ta' l-A.L. 146/1993 kif emendata bir-regolament 3 (1) (f) ta' l-A.L. 23/97 u r-regolament 9 (2), (b), (c), (e) ta' l-A.L. 146/1993.", "(2) Żewġ persuni kisru r-regolament 9 (3) ta' l-A.L. 146/1993.", "(3) Żewġ persuni kisru r-regolament 9 (3) u 9 (5) ta' l-A.L. 146/1993.", "(4) Persuna kisret ir-regolament 9 (5) ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2(a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997.", "(5) Persuna kisret ir-regolamenti 7 (2), 9 (5) u 10 ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997.", "(6) Persuna kisret ir-regolament 21 (1) (a) ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997.", "(7) Persuna kisret ir-regolament 7 (2) u 10 ta' l-A.L. 146/1993 u regolament 2 (a) (iii) ta' l-A.L. 23/1997.", "Ninsab informat ukoll li l-ebda persuna minn dawn it-12 ma ngħatat l-arma lura mill-pulizija qabel ma tressqu l-Qorti.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "234.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li huma residenti l-ħabs illum?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "Kemm minnhom huma barranin?", "Kemm hemm persuni ġġustizzjati u kemm hemm fuq arrest preventiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel u t-tielet parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 159 fis-Seduta Nru. 6.", "Rigward il-kumplament tat-tagħrif mitlub, ninsab informat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, dan kien kif ġej : -", "|Nisa |12 | |Irġiel |256 | |Barranin |75 | |Jiskontaw sentenza |171 | |Jistennew sentenza |97 | |definittiva | |", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "235.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni irġiel u nisa li qattgħu xi żmien il-ħabs din is-sena?", "Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?", "Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Kemm kienu ssentenzjati u kemm kienu fuq arrest preventiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena, sas-27 ta' Ottubru, in-numru ta' persuni li għamlu xi żmien fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u ħarġu, kien ta' 218.", "Dan kien imqassam kif ġej : -", "Maltin 140 Nisa 28 Sentenzjati 84 Barranin 78 Irġiel 190 Taħt arrest preventiv 134", "PULIZIJA - QBID TA' DROGA", "236.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena?", "X'tip kienet, x'kienet il-kwantita' u t-tip ta' droga maqbuda mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI MIŻMUMA FIL-LOCK-UPS", "237.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni miżmuma fil-lock-ups tal- pulizija din is-sena?", "Għaliex ġew miżmuma?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar persuni miżmuma fil-lock-ups tal-Pulizija din is-sena kien kif ġej : -", "LOCK-UP VALLETTA", "01.01.98 - 28.10.98", "Rġiel 1131 (Maltin 817 Barranin 314)", "Nisa 161 (Maltin 82 Barranin 79) Total 1292", "LOCK-UP TA' KANDJA", "01.01.98 - 31.10.98", "Rġiel 914 (Kollha ta' nazzjonalita barranija) Nisa xejn", "Dawn il-persuni ġew miżmuma in konnessjoni ma' diversi reati kriminali inklużi dawk ta' immigrazzjoni llegali.", "PULIZIJA - GĦASES TAL-PULIZIJA", "238.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għases tal-pulizija li kienu magħluqa u mingħajr pulizija għal aktar minn ġurnata mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn il-5 ta' Settembru u s-26 ta' Ottubru, 1998, l-Għases tal-Pulizija li kienu magħluqa għal aktar minn ġurnata kienu dawk ta' Għar Lapsi f'Malta u Għasri, San Lawrenz, Żebbuġ, Kerċem, Fontana, Ta' Pinu u Ramla f'Għawdex.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - TRASFERIMENTI", "284.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numriuta' trasferimenti li saru fid- dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6 ta' Settembru sa l-24 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din id-domanda tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - TRASFERIMENTI", "285.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trasferimenti li saru fid- dekasteru, entitajiet etc. li jaqgħu taħtu mis-6 ta' Settembru sa l-24 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti li diġa' tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 412 u 413.", "Rigward trasferimenti minn u lejn dipartimenti li jaqgħu taħt ministeri oħrajn, ninsab informat li għadu ma ġie fformalizzat l-ebda trasferiment.", "Inkun f`pożizzjoni li nwieġeb għal din il-parti tal-mistoqsija f`xi seduta oħra wara li jiġu ffinalizzati l-proċeduri uffiċjali kollha.", "SEGRETARJAT TA' L-INTERN - STAFF", "298.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas- segretarjat privat tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma l-istaff li għandu s-segretarjat parlamenti fl-uffiċċju tiegħu?", "X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk il-persuni mpjegati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftehim m'għadu ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall- mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81/9/l.", "SEGRETARJAT TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - STAFF", "299.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l- istaff tas-segretarjat privat tiegħu?", "X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għar-rigward tas-segretarjat privat ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftehim m`għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b`risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81.", "SEGRETARJAT GĦAL GĦAWDEX - STAFF", "300.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas- segretarjat privat tagħha?", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien nformata li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsija magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81.", "SEGRETARJAT TAS-SAĦĦA - STAFF", "301.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu?", "X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, benefiċċji u allowances oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi ghas-Segretarjat Privat.", "Ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftheim ma ghadu gie ffirmat ma l- individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81/9/1.", "B'KARA:TRIQ F. GENESTE - MANUTENZJONI", "329.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir xi xogħol ta' manuntenzjoni fi Triq F. Geneste, Birkirkara peress li preżentement din it- triq tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li l-parti l-kbira tat-triq F. Geneste kienet ġiet asfaltata u għalhekk il-kunsill lokali jieħu ħsieb il- manutenzjoni tagħha.", "Baqa' biċċa f'din it-triq li għadha mhix asfaltata u x-xogħol f'din il- parti irid isir mid-Dipartiment tat-Toroq skond il-prijoritajiet li għandu.", "TARZNA TA' MALTA - BAĊIR NRU.", "1", "341.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern għar-rigward l-użu ta' Baċir Nru. 1?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-użu tal-Baċir Nru 1 għada qed tiġi kkonsidrata.", "KOTTONERA - BINI TA' KUMPLESS SPORTIV", "342.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress illi f'diskors li ġie rrapportat f'sezzjoni ta' l-Istampa li l-gvern għandu l-ħsieb li jibni tlett kumplessi sportivi madwar Malta, jaħseb il- Ministru li jkun xieraq li wieħed minn dawn jinbena fin-naħat tal- Kottonera, peress li għal numru ta' snin Ministri Nazzjonalisti preċedenti kienu wiegħdu li kellu jinbena kumpless sportiv quddiem il-Kulleġġ De La Salle?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-gvern qed jimpenja ruħu li jassigura faċilitajiet sportivi adegwati fi tliet reġjuni f'Malta fit-tramuntana, fiċ-ċentru u fin- nofs in-nhar ta' Malta.", "L-għaqal jitlob konsultazzjoni sħiħa ma' kull min hu involut biex id-deċiżjoni mwettqa tkun fl-aħjar interessi tal- komunitajiet konċernati u ta' l-isport Malti.", "L-għażla fuq il-lokalitajiet issir wara studju u wara analiżi ta' siti vojta, proprjeta' tal-Gvern, li jkunu jistgħu jiġu żviluppati għal dan il- għan.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "343.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mis-7 ta' Settembru, 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 141.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - SUR SCHIAVONE", "368.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tas-Sur Schiavone li ġie trasferit mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wara l-elezzjoni li għaddiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li r-rwol ta' Hermann Schiavone, wara li dan ġie ttrasferit mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, huwa ta' Works Manager fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.", "MOSTA:TRIQ DURUMBLAT - KAROZZA ABBANDUNATA", "369.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li jitneħħa x-chassis tal-karozza tip Fiat li ilu abbandunat għal ħafna xhur fi Triq Durumblat (in-naħa ta' Ta' Qali) fejn il-kapppella, l/o Mosta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ingombru li għalih irrifera l- Onor. Interpellant tneħħa.", "TAXXI INTERNI - SUSPECTED UNDER-DECLARATIONS OF INCOME", "400.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill- elezzjoni 'il hawn sabiex jinvestiga każi ta' suspected under-declarations of income, fejn jirriżulta li d-dipartiment għandu data f'idejh dwar sidien ta' karozzi b'ċilindratura għolja kif ukoll dwar sidien reġistrati ta' yachts?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-dipartiment għadu għaddej bl-istess programm ta` stħarriġ bħalma kien qabel l-elezzjoni.", "TASK FORCE - MEMBRI", "401.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri tat-Task Force li qed taħdem fuq l- għażliet dwar tassazzjoni ġdida indiretta?", "Hemm fosthom nies mis-settur privat?", "Jekk iva, min huma?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm numru ta` uffiċjali pubbliċi għolja megħjuna minn numru iżgħar ta` konsulenti mis-settur privat li qed jagħtu pariri dwar l- introduzzjoni ta` sistema tassazzjoni indiretta ġdida.", "L-uffiċjali pubbliċi huma:", "|Is-Sur |Permanent |Ministry of| |Joseph |Secretary |Finance | |Portelli | | | |Is-Sur |Director |Ministry of| |Edwin |General |Finance | |Muscat | | | |Is-Sur |Director |Customs | |Joseph |General |andExcise | |Portelli | |Tax | | | |Department | |Is-Sur |Senior |Customs and| |Paul |Principal |Excise Tax | |Barbara |Officer |Department | |Is-Sur |Senior |Customs and| |James |Principal |Excise Tax | |Farrugia |Officer |Department | |Is-Sur |Director |Customs | |Alfred | |Department | |Pace | | | |Is-Sur |Senior |Customs | |John |Principal |Department | |Mifsud |Officer | | |Is-Sur |A\\Head |Economic | |Paul | |Planning | |Zahra | | | |Is-Sur |Senior |Ministry of| |Frans |Principal |Finance | |Attard |Officer | |", "Il-konsulenti huma:", "Profs.", "Maurice Mullard Consultant Ministry of Finance Profs.", "Edward Scicluna Chairman Malta FinancialServices Centre Dr Antoine Fiott Legal Adviser Is-Sur Joe Galea Accountant Is-Sur Andre` Zarb Accountant Is-Sur Simon Camilleri Executive MITTS", "YEAR 2000 AWARENESS - TASK FORCE", "402.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Il-gvern għandu xi ħsieb li jwaqqaf Task Force dwar il-Year 2000 Awareness kif għamlu diġa' bosta gvernijiet oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li n-National Commission for Information Technology (NCIT) li twaqqfet mill-gvern ta' qabel kellha fost responsabbiltajiet oħra li tieħu ħsieb fuq livell nazzjonali li jinħoloq għarfien tal-problema tas-sena 2000 fl-informatika.", "Ninsab informat ukoll li wieħed mis-sotto kumitati tal-Kummissjoni Nazzjonali sa qabel l- elezzjoni kien qed jaħdem fuq din il-problema.", "Għadha ma twaqqfitx il-Year 2000 Awareness Task Force.", "DIPARTIMENT TAT-TEŻOR - TRASFERIMENTI", "403.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru transfers minn u lejn id-Dipartiment tat-Teżor mill-elezzjoni 'il hawn?", "F'liema karigi kienu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-transfers li saru, minn u lejn id-Dipartiment tat- Teżor mill-elezzjoni `l hawn kienu kif jidher hawn taħt:", "|Grad |Minn |Lejn | |General Hand |Tezor |Ministeru| | | |tal-Polit| | | |ika | | | |Socjali | |Ufficjal |Ministeru|Tezor | |Principali |tal-Finan| | |Anzjan |zi | | |Ufficjal fi |Ministeru|Tezor | |Grad 5 |tal-Finan| | | |zi | | |Skrivan |Tezor |Istitut | | | |ghall-Ist| | | |udji | | | |Turistici| |Ufficjal |Tezor |Ministeru| |Principali | |ghas | |Anzjan | |Servizzi | | | |Ekonomici| |Ufficjal |Tezor |Dipartime| |Principali | |nti | |Anzjan | |tat-Taxxi| | | |Interni | |Ufficjal |Tezor |Ministeru| |Principali | |tat | |Anzjan | |Trasport | | | |u | | | |Telekomun| | | |ikazzjoni| |Ufficjal |Tezor |Ministeru| |Principali | |tat-Turiz| |Anzjan | |mu | |Skrivan |Dipartime|Tezor | | |nt | | | |tad-Dwana| | | |u Sisa | | | | | | |Skrivana |Dipartime|Tezor | | |nt | | | |tal-Kuntr| | | |atti | |", "Ir-raġuni għal biċċa l-kbira ta` dawn it-transfers ingħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 282.", "U.E. - SĦUBIJA TA' MALTA", "404.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kuntatti kien hemm mal-gvern Franċiż u l-gvern Ġermaniż mill-elezzjoni 'il hawn dwar l- applikazzjoni Maltija għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma rapporti li ma ġewx miċħuda u li dehru fl-istampa lokali, mhux Laburista, li dawn iż-żewġ gvernijiet huma xettiċi dwar l-applikazzjoni Maltija?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: M'għandi ebda rapport fis-sens imsemmi mill-Onor.", "Interpellant dwar iż-żewġ pajjiżi konċernati.", "Għal kuntrarju, r-rapporti li għandi huma f'kontest pożittiv.", "Għal dak li jirrigwardja l-ewwel parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant, diġa' hemm kontatti mal-gvern Franċiż dwar inkontru bilaterali.", "Għal dak li jirrigwardja l-gvern Ġermaniż hu maħsub li jsiru kuntatti neċessarji fi żmien xieraq.", "FOUNDATION FOR SOCIAL WELFARE SERVICES - MEMBRI", "405.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jaħtar lill-membri ġodda tal-Foundation for Social Welfare Services u l- Kummissjoni Konsultattiva kontra l-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-membri tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ko-ordinattiva kontra l-Abbuż mill-Alkoħol u d-Droga offrew ir-riżenja tagħhom kif inhi l-konswetudni wara bidla fl-Amministrazzjoni.", "Qabel ma nikkonsidra l-possibbilta' tal-ħatra mill-ġdid tal-membri tal- fondazzjoni u l-kummissjoni jenħtieġ li ssir evalwazzjoni serja ta' l- għanijiet u ta' kif iffunzjonaw s'issa dawn iż-żewġ organiżżazzjonijiet.", "MMA - IMPJEGATI", "422.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma' l-Awtorita' Marittima ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li l-Awtorita' Marittima ta' Malta mpjegat tliet ħaddiema ġodda bejn is-16 ta' Settembru sat 28 ta' Settembru, 1998.", "L-applikazzjonijiet li ħarġu l-ewwel darba fis-26 t'Awissu, 1998 kienu għal:", "2 Draughtsmen/surveyors/site supervisors 1 port officer", "Il-port officer irrapporta għax-xogħol l-ewwel darba fit-12 t'Ottubru 1998, filwaqt li d-draughtsmen bdew l-impjieg tagħhom ma' l-awtorita' fis- 26 t'Ottubru, 1998.", "Ma ġie mpjegat ħadd mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet.", "PORT ĦIELES - IMPJEGATI", "423.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis- 6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Port Ħieles ta' Malta?", "Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li:", "Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ġew impjegati tliet ħaddiema mal-Freeport Terminal (Malta) plc.", "L-applikazzjonijiet għal dawn l- impjiegi saru kollha mill-ETC, fis-17 ta' Ġunju 1997 u ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet.", "Ma' Malta Freeport Corporation Ltd ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema fil- perijodu msemmi.", "MALTACOM PLC - IMPJEGATI", "424.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis- 6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Maltacom plc?", "Jista' l- Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom plc., mhux fl-interess tal-kumpannija li tingħata l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant.", "PA - IMPJEGATI", "425.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998, ġew impjegati 15-il Assistant Planning Technician u erba' Data Capture Technicians wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fl-10 ta' Settembru, 1998.", "Bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, dawn kienu qed jiġu mħarrġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kienu mpjegati bħala trainees ma' l-istess awtorita'.", "MALTA SHIPBUILDING - IMPJEGATI", "426.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis- 6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Malta Shipbuilding?", "Jista' l- Ministeru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-perijodu bejn is-6 ta` Settembru, 1998 u t-28 ta` Ottubru, 1998 ma ġew ingaġġati l-ebda impjegati ġodda mal-Malta Shipbuilding Co. Ltd.", "PTA - IMPJEGATI", "427.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Awtorita' dwar it- Tasport Pubbliku?", "Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li mis-6 ta` Settembru sal-lum, ma` kien ingaġġat l-ebda mpjegat ġdid ma` l-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku.", "WSC - SCHOLARSHIPS", "495.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li bbenefikaw minn scholarships, kemm ħarġet flus il-Water Services Corporation għal kull individwu u taħt liema policy ingħataw mill-1992 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "WSC - CHIEF INTERNAL AUDITOR", "496.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-Chief Internal Auditor tal-Water Services Corporation?", "Jista' l- Ministru jgħid taħt liema sejħa ta' applikazzjonijet saret din il-ħatra u jista' jgħid meta ġie ffirmat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qiegħed nippreżenta l-kuntratt taċ-Chief Internal Auditor tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif mgħoddi lili mill- korporazzjoni.Dan il-kuntratt kien ġie ffirmat nhar is-26 ta' Marzu, 1997 u emendat fil-31 ta' Lulju, 1998.", "Dak iż-żmien il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddeċidiet li ċ-Chief Internal Auditor għandu jiġi mpjegat għal żmien definit f'pożizzjoni meqjusa bħala Special Trust taħt Sezzjoni 15, paragrafu 2(1) tal-att tal-1990 tas-Servizzi tal-Impjiegi u Taħriġ, ma kenitx inħarget sejħa għall-applikazzjonijiet.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KAŻ TA' PERSUNA", "497.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'salarju kienet tieħu l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bejn l-1996 u l-1998 meta kien jaħdem fil-Ministeru tas- Saħħa?", "Fuq kemm-il bord kien membru?X'allowances kien jieħu?", "X'benefiċċji oħra kellu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuna msemmija rceviet dan li gej matul is- snin imsemmija:", "Basic Pay", "Novembru –Dicembru'96 Lm 759 Jannar-Marzu'97 Lm1190 April-Dicembru'97 Lm3579 Jannar-Awissu'98 Lm3234", "Allowances", "Qualification allowance wef 1.1.96 – Lm150 per annum", "Novembru – Dicembru'96 Lm 25 1997 Lm150 1998 Lm100", "Allowances in liue of overtime", "Novembru & Dicembru'96 Lm 80 Jannar to Dicembru'97 Lm490", "Boards", "1997 Lm208.34 1998 Lm 62.52", "Overtime", "Jannar-Awissu'98 Lm587", "Member of management Committee – Zammit Clapp Hospital Lm1000 per annum", "SPTAR SAN LUQA - WARD CLERKS", "498.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu overtime il-Ward Clerks ġewwa l-iSptar San Luqa matul l-1997 u l-1998?", "Kemm ħadet overtime il-persuna li, isimha qed jintbagħat separatamenti, matul l-1997 u l-1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Ward Clerks gewwa l-iSptar San Luqa ghamlu Lm2030.05 f'overtime fl-1997 u Lm1995.42 fl-1998.", "Il-persuna msemmija ma ħadmitx overtime fl-1997.", "Matul l-1998 hi għamlet Lm56.57 f'overtime.", "SEGRETARJAT TAL-MINISTRU TAS-SAĦĦA - INFERMIERA", "500.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu infermiera jaħdmu fis-segretarjat tiegħu?", "Jekk ir-risposta hi li m'hemmx, għaliex din l-għażla?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm infermiera jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministru tas-Saħħa bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hemmx infermiera jaħdmu fis-segretarjat tiegħi għax inħoss li l-infermiera għandhom jagħmlu xogħol relatat mal-professjoni tagħhom.", "Bejn Novenbru 1996 u April 1998 kien hemm tliet infermiera jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministru tas-Saħħa Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal- Familja, filwaqt li bejn l-1 ta' Mejju 1998 u Awissu 1998 kien hemm tnejn.", "UNIVERSITA' - STUDENTI LI WEĦLU MIR-RE-SIT", "504.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jikkonferma li studenti Universitarji li weħlu minn xi re-sit, ma ngħatawx ċans ieħor u qed jiġu mitluba jitilqu mill- kors?", "Billi din qatt ma kienet il-prattika qabel, jaħseb il-Ministru li din is- sena dawn l-istudenti ġew żvantaġġjati?", "X'wasal lill-Universita' biex tieħu din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li studenti jkunu mitluba li jitilqu mill-kors normalment meta ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jgħaddu għas- sena ta' wara u jekk huma jkunu diġa' weħlu u rrepetew xi sena fil-kors.", "Ma kien hemm l-ebda deċiżjoni biex dan il-provvediment li jinsab fir- regolamenti tal-korsijiet kollha jinbidel.", "SPTARIJIET - INFERMIERA", "507.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid fiex waslet ir-riorganizzazzjoni tan-nurses li taħt il-Gvern Laburista baqgħet lura sew?", "Jaħseb il-Ministru li meta wieħed iqis in-nuqqas ta' nurses li hawn u l- pressjoni ta' xogħol li għandhom hu ta' detriment li din ir- riorganizzazzjoni tħalliet daqstant lura?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat illi s-sitwazzjoni hija illi l- Management and Personnel Office fuq direzzjoni tal-gvern precidenti kien qiegħed jiddiskuti mad-Dipartiment tas-Saħħa u ma' l-MUMN, eżerċizzju korrettorju biex jiġu ndirizzati certi anomaliji li hemm fil-ftehim eżistenti bejn il-gvern u l-infermiera li kien gie ffinalizzat fl-1993.", "Għadhom ma fetħux negozjati għal reviżjoni mill-ġdid tal-ftehim eżistenti.", "Ħafna mill-provvedimenti tal-ftehim eżistenti kienu ġew implimentati sa l- 1996.", "Baqa' biss xi promozzjonijiet ta' Nursing Officers u Deputy Nursing Officers li ġew miżmuma bħala riżultat ta' mandat ta' inebizzjoni li sar.", "Naħseb illi l-problema hi in parti waħda ta' deployment u kif giet indirizzata l-Isptar Boffa, irridu nkomplu nifirxuha fis-servizzi kollha biex naċċertaw ruħna li kemm jista' l-infermiera jagħmlu dak li hu verament xoghlhom.", "SAĦĦA - KORS TA' NURSING AIDES", "508.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta beda għall-ewwel darba il-kors ta' nursing aides?", "Kemm ġew trained nursing aides s'issa?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown għal kull sena għan-nursing aides li ġew trained?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwel kors ta' Nursing Aides inbeda fit-28 ta' Novembru, 1994 u s'issa gew ittrenjati 809 (200 student dirett minn barra u 609 Health Assistants skond il-ftheim milhuq mal-Unions).", "Il-breakdown għal kull sena għan-nursing aides li gew ittrenjati hu hekk: 1994 – 26 student 1995 – 181 student 1996 – 381 student 1997 – 81 student 1998 – 140 student", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "509.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi l-grad ta' nursing aides qed jgħin bis-sħiħ biex itaffi l-pressjoni minn fuq in- nurses, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu trained aktar nursing aides fix-xhur li ġejjin?", "Jaħseb il-Ministru li billi l-livell ta' taħriġ ta' dawn in-nursing aides hu ta' ċertu livell, dan il-kors għandu jkompli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - WARD CLERKS", "510.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk minn Ottubru 1996 sa Settembru 1998 daħlux ward clerks ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, meta ħarġu l-applikazzjonijiet, meta saru l-interviews, kemm applikaw u kemm intgħażlu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn Ottubru 1996 sa Settembru 1998 daħlu 106 Ward Clerical Assistants mad-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Is-sejħa għall- applikazzjonijiet kienet saret fil-Gazzetta tal-Gvern fl-4 t'April, 1995.", "L- intervisti kienu saru bejn it-22 ta' Lulju, 1996 u l-14 ta' Ottubrum 1996.", "Kienu applikaw 1239 persuna li minnhom 571 kienu għaddew."]} {"filename": "20000301_254d_par.doc", "date": "2000-03-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 254 L-Erbgħa, 1 ta' Marzu, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 254", "L-Erbgħa, 1 ta' Marzu, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "254", "L-Erbgħa, 1 ta' Marzu, 2000", "WERREJ MINUTI 559", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 559", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI) BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 564", "AĠĠORNAMENT 577", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 582", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 253 li saret fl-1 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MSCL - IMPJEGATI ĠODDA", "12606.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MSCL mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi): It-twegiba hija fin-negattiv.", "DWANA - IMPJEGATI ĠODDA", "12607.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dwana mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.", "ĦARSIEN TA' L-ANZJANI - IMPJEGATI ĠODDA", "12608.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fid-djar ta' l- anzjani mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000 id- dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani mpjega casual enrolled nurse waħda fid-djar ta' l-anzjani.", "Din ma ġietx impjegata wara li saret sejħa għal applikazzjonijiet iżda wara li temmet b'suċċess il-kors tagħha.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' xi ħadd jikkonfermalna jekk hemmx nuqqas ta' SRNs u SENs f'St Vincent de Paule?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk hemmx nuqqas ta' fattigi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, għandna nuqqas ta' nurses kullimkien u għalkemm dan l-aħħar il-pożizzjoni f'St Vincent de Paule tjiebet xi ftit - għax daħlu SENs u anke SRNs ġodda - għadna ma lħaqniex il-full complement.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Is-Segretarju Parlamentari daqsi jaf kemm hemm bżonn ta' social workers fil-qasam ta' l-anzjani.", "Jista' jgħid bħalissa hemmx social workers f'St Vincent de Paule?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani għandu pool ta' seba' social workers u wieħed minn dawn jiġi assenjat b'xogħol f'St. Vincent de Paule.", "Hija l-intenzjoni tagħna li 'l quddiem ikun hemm social worker assenjat speċifikament ma' din ir-residenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna jekk hemmx pjan biex fil-futur jinfetħu aktar djar ta' l-anzjani?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Biex jaqdi d-domanda l-gvern qed jistudja jekk jiftaħx djar ta' l-anzjani waħdu jew inkella flimkien mas-settur privat u mal-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, nispera li mhux il-ħsieb tal-gvern li jgħaddi kollox fuq il-kunsilli lokali!", "Meta nafu bil-problema kbira li għandhom diġa' l-kunsilli lokali sabiex ilaħħqu ma' l-ispejjeż, kif se nippruvaw indaħħluhom f'aktar spejjeż?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Per eżempju, bħalissa għandna quddiemna l- proġett tad-dar tal-Mellieħa.", "Lill-Onor.", "Interpellant nista' ngħidlu li għamilna kumitat li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-ministeru, tas- segretarjat parlamentari, tal-kunsill lokali tal-Mellieħa u naturalment hemm perit ukoll.", "Dawn qed jistudjaw l-aktar mod feasible kif dan il- proġett jista' jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien inħass il-bżonn li tinħadem skema ta' night wardens biex jieħdu ħsieb l-anzjani, u nistgħu ngħidu li wara l-qtil brutali taż-żewġ anzjani f'Santa Luċija dan il-bżonn qed jinħass aktar.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan il-proġett jitkompla?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li dan il-proġett mhux jitkompla jrid imma jinbeda!", "Mhux billi dan l-aħħar kien hemm xi ftit korrispondenza fil-gazzetti, għax jien nista' ngħid li fittixt fil-files u ma sibt assolutament xejn.", "Jiġifieri għalkemm is-segretarju parlamentari ta' qabli kien għamel statement fejn kien qal li l-gvern kien qed jistudja din il-kwestjoni - u kien qal ukoll li l-anzjani jridu jikkontribwixxu għal din l-iskema - fil-fatt ma kien sar xejn.", "Naturalment il-gvern qed jara jekk ikunx aħjar li jiftaħ ċentri ta' bil-lejl jew li jagħmel din l-iskema.", "Biss diġa' sar progress għax il-wardens tal-kunsilli lokali diġa' qed jiffunzjonaw matul il-lejl.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jiġifieri s-Segretarju Parlamentari qed jgħid li taħt gvern Laburista ma kien sar xejn dwar in-night wardens.", "Allura lanqas ambulanza ma kien hemm?", "Jew forsi dik l-ambulanza qed tintuża fl- Isptar San Luqa?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li mill-files tad-dipartiment m'hemm xejn x'jindika li kien hemm xi ambulanza speċifikament għall-iskema tan-night wardens.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jiena lest li noffri t-tagħrif kollu li għandi dwar dak li kien beda jaħdem fuqu gvern Laburista dwar in-night wardens, biex jieħdu ħsieb l-anzjani, u lest li noffri l-għajnuna tiegħi biex dan il- proġett iseħħ.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Jiena naċċetta kull offerta li tkun għall- ġid ta' l-anzjani.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Saru taħdidiet mal-ministeru jew mad-dipartiment tas-saħħa dwar l-użu ta' l-Isptar San Luqa hekk kif l-isptar il-ġdid f'Tal- Qroqq jibda jopera?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Nikkonferma li qed nikkonsidraw li aktar 'il quddiem jiġi utilizzat l-Isptar San Luqa, biex inkunu f'pożizzjoni li nissodisfaw id-domanda li qed ikollna għad-djar ta' l-anzjani.", "ITS - TRASFERIMENTI", "12609.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-ITS?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita ebda persuna mill-ITS.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jivverifika għala l-istudenti qed jinżammu f'anzjeta' kbira sakemm joħorġu r-riżultati ta' l-eżamijiet li jkunu resqu għalihom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifikali għal liema eżamijiet qed jirriferi, jiġifieri jagħtini s-sena u l-kors, ħalli nkun nista' nivverifika.", "POLIKLINIĊI - TRASFERIMENTI", "12610.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-polikliniċi?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 saru żewġ trasferimenti lill-ħaddiema tal-polikliniċi.", "Dawn intalbu mill- impjegati stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, domanda supplimentari", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Dan l-aħħar kelli xi lmenti minn numru ta' health assistants li llum saru nursing aides.", "Jista' l-Ministru jikkonferma meta dawn se jieħdu l-arretrati u meta se jingħataw l-uniformi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini imma ma nistax nagħti risposta offhand.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidilna jekk hemmx pjani li jinfetħu polikliniċi ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qabel ma nibdew nitkellmu dwar jekk hux se jinfetħu iżjed polikliniċi, aħjar ikollna quddiem għajnejna pjan ċar kif irid ikompli jiżviluppa s-servizz tas-saħħa fil-komunita'.", "Irrid nirrimarka li għad għandna żewġ health centres ġodda, f'Birkirkara u Bormla, li sal-lum huma miftuħin b'sigħat ridotti minħabba nuqqas ta' personnel.", "Fl-idea tiegħi inutli li nibqgħu nespandu s-servizz mingħajr ma jkollna l- infrastruttura f'postha, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' professjonisti.", "Qabel ma nissuperaw din il-problema, li issa ilha magħna għal snin twal, ikun inutli li wieħed joqgħod ifassal u joħlom biex jiftaħ health centres ġodda.", "Malli dan isir l-ewwel prijorita' tkun li dawn iż- żewġ health centres li semmejt ikunu jistgħu joffru s-servizz kollu lill- poplu tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Peress li f'Raħal Ġdid is-sular li kien tal-public works issa ngħata lill-poliklinika, jista' l-Ministru jikkonferma meta se jibda x-xogħol ta' rranġar?", "Hemm il-ħsieb li jinfetħu negozjati mal- kunsill lokali biex meta tkun se ssir l-estensjoni jsir ċertu tibdil biex għallinqas il-kunsill lokali jkun jista' jokkupa l-post t'isfel bi bdil maċ- ċentru tas-saħħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-1995, meta d-dipartiment kien informat li l- public works department f'Raħal Ġdid kien se joħroġ mis-sular ta' fuq, konna għamilna talba lil-lands biex dan is-sular nużawh aħna bħala ċentru tas-saħħa, peress li minħabba limitazzjonijiet kbar dan kien waqa' lura fil- firxa ta' servizzi li joffri.", "Il-pjani tlestew u kien mistenni li x-xogħol fuq dan il-health centre jibda din is-sena stess, kif fil-fatt ħabbarna meta ftaħna l-health centre ta' Bormla.", "Dan il-bini irid isir xogħol estensiv fuqu u saħansitra jridu jinbidlu s-soqfa, peress li dawk attwali ma jifilħux għal ċertu piż, bħalma għandu l-apparat ta' l-X-rays.", "Dwar dan, safejn naf jien, għaddejja konsultazzjoni bejn id-diviżjoni tas-saħħa u l-kunsill lokali.", "Dwar il-possibbilta' li wieħed joffri faċilita' lill-kunsill lokali li jokkupa parti mill-health centre rridu naraw x'tinvolvi eżattament din l- estensjoni u x'area trid tiġi covered.", "Naħseb li l-aħjar mod ikun li f'dan l-istadju l-kunsill lokali jitkellem mad-diviżjoni tas-saħħa minn kmieni, qabel ma jibdew ix-xogħlijiet, biex jesprimi x-xewqat tiegħu.", "Ma naħsibx li nkun ġust, la mal-kunsill lokali u lanqas mad-diviżjoni, jekk nagħmel xi commitment ladarba ma nafx xi bżonnijiet hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Filwaqt li nifhem li dan il-proġett se jiġi jiswa mal-Lm1 miljun, naħseb li ma tkunx idea ħażina jekk isiru diskussjonijiet maċ-ċentru ċiviku li hemm f'Raħal Ġdid - fejn anke hemm il-posta u l-water services corporation - biex forsi dawn jingħaqdu flimkien qabel ma jintefqu dawn il-flus kollha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament wieħed jista' jsegwi dan is-suġġeriment.", "Li naf żgur hu li diġa' hemm diffikultajiet biex fl-estensjoni tal-health centre li se ssir jiġi allokat l-uffiċċju tal-public health.", "Pero', kif diġa' għedt, naħseb li l-aħjar approach hu li l-kunsill lokali jiddiskuti mad-diviżjoni biex isir pjan li minnu jibbenifika kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Naf li f'Bormla, fejn jeżistu problemi soċjali kbar, diġa' hemm kamra ppreparata għas-social workers.", "Hemm il-ħsieb li dawn ikunu wkoll fiċ-ċentri tas-saħħa l-oħra jew għallinqas f'wieħed minnhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, kif qed jgħid l-Onor.", "Membru, fiċ-ċentru tas- saħħa ta' Bormla diġa' hemm post maħsub għas-social workers.", "Din hija idea tajba li l-gvern se jimplimenta u waħda mill-affarijiet li rridu nenfasizzaw hi li jekk aħna verament irridu nespandu s-servizzi fil- komunita', irid ikun hemm aktar kordinament fil-ħidma tagħna ma' ministeri oħra, partikolarment mal-ministeru għall-politika soċjali.", "Dawn il-pjani diġa' saru u l-ħsieb hu li ċerti servizzi nifirxuhom, speċjalment fil-każ ta' persuni li huma morda mentalment - fil-fatt qegħdin inkomplu fuq dak li kien nbeda mill-amministrazzjoni ta' qabel - u noffru spettru aħjar u fl- istess ħin innaqqsu l-bżonn li ħafna pazjenti jiġu riferuti l-isptar.", "TARZNA - IMPJEGATI ĠODDA", "12611.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mat-tarzna mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 ta' Frar, 2000 ġew impjegati seba' persuni mat-tarzna.", "Żewg persuni ġew ingaġġati bħala diagnosticians, wieħed gie reinstated bħala external grit blaster u erbgħa bħala female data entry operators.", "L-ingaġġ sar permezz tal-korporazzjoni tax-xogħol u taħrig minbarra f`kaz wieħed fejn il-persuna involuta giet reinstated skond il-policy ta` l-azjenda.", "VAT - TELEKOMUNIKAZZJONI", "14285.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern mill- VAT fuq il-kontijiet tat-telekomunikazzjoni fix-xahar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul net mill- VAT f`Jannar 2000 minn operaturi tat-telekomunikazzjoni kien ta` Lm668,622.67.", "VAT - FUEL", "14286.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal VAT il-gvern fuq konsum tal-fuel għax-xahar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul tal-gvern mill-VAT fuq il-konsum tal-fuel għax-xahar ta` Jannar 2000 kien ta` Lm102,181.05.", "MAJJAL - LEVY", "14287.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l- importazzjoni tal-majjal?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Il- programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis - magħruf bħala \"the national programme for the adoption of the acquis\" - identifika dawk l- aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi.", "Hekk kif jitlestew dawn l-istudji, l-NPAA jiġi kkompletat u jittieħdu d- deċiżjonijiet relattivi.", "M'huwiex għaqli li tingħata informazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il- waqt, jew li jitqiegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew, jew li tingħata informazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea, ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall- pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.", "Minkejja dan kollu l-gvern lest li jsib mod kif iżomm l-oppożizzjoni informata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil- proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-1 ta' Marzu, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, se nkompli ftit fejn ħallejt dalgħodu, meta kont qed nitkellem fuq il-kuntratt li ngħata l-bieraħ u fuq l-istorja ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "Jien nista' nikkonferma li konna ddiskutejna mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u ma' Skanska l-idea ta' kuntratt design and build, u nista' ngħid ukoll li kien jidher ċar li ma jista' jkun qatt fl-interess tal-gvern u tal-pubbliku li l-proġett ta' l- isptar f'Tal-Qroqq jitmexxa 'l quddiem b'dan il-mod.", "Ċertament li min jieħu ħsieb id-disinn tal-proġett kellu jkun separat u distint minn dak li jieħu ħsieb li jibni l-proġett, għax jekk id-disinjatur ikun separat mill- kuntrattur qatt ma jista' jkun hemm vested interests.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-Kamra għal dan il-permess.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa biex inneħħi kull dell li stajt tfajt fuq ċerti persuni.", "Wara nofsinhar ingħatajt l-informazzjoni li ħadd mit-taqsima tal- public relations tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u ħadd mill-uffiċjali fil-ministeru tas-saħħa ma ta informazzjoni ħażina lill-ġurnalisti.", "Sfortunatament kien l-istess ministru li ta informazzjoni ħażina fil- press conference tal-bieraħ u dan m'huwiex sew meta l-istess ministru jaf l-affarijiet kif inhuma.", "Issa nixtieq insemmi xi punti importanti oħrajn.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Laburista kien hemm ħafna apparat ordnat u llum ħadt pjaċir naqra li l-MRI qiegħed Malta.", "Fil-fatt it-tender għal- leasing ta' dan l-apparat kienet ħarġet fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, eżattament f'Lulju ta' l-1998.", "Bħalissa qed niftakar f'apparat ieħor li ftit tal-jiem ilu għalaq sena magħluq fil-kaxxi, dak li jgħidulu l-isleep laboratory - kieku kien baby probabbilment konna nagħmlulu l-quċċija! - li jassessja t-taħbit tal-qalb u n-nifs waqt l-irqad u jintuża għal diversi testijiet.", "Dan l-apparat kapaċi jħaddmuh speċjalista u żewġ technicians, pero' donnu li ma jriduhomx li jħaddmuh f'St. Luke's!", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq iċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa, li saru diversi wegħdiet u diskussjonijiet fuqha.", "Per eżempju, il-bieraħ erġajna smajna li biex iħaddmu din iċ-ċumnija se tintgħażel is-sistema tal- microwaving, l-aktar sistema li tiswa flus, meta fil-fatt hemm sistemi aktar effiċjenti u irħas biex wieħed ikun jista' jeħles mill-iskart ta' l- isptarijiet.", "Mhux billi ilna niddiskutu ħafna hawnhekk dwar il-miżuri li l- gvern għoġbu jdaħħal biex jintaxxa aktar lill-poplu Malti - il-Viċi Prim Ministru qalilna li s'issa ħadna madwar ħdax-il seduta - imma rridu naraw ukoll li l-infiq tal-gvern ikun kontrollat b'tali mod li ma jkunx hemm tberbiq ta' flus.", "Per eżempju, dalgħodu kont qed nispjega li Tal-Qroqq ġej jiswa Lm12 miljun aktar milli kien ippjanat mill-amministrazzjoni Laburista.", "Mr Speaker, issa xtaqt niġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-risposti li qegħdin ningħataw għal mistoqsijiet parlamenti mhux l-ewwel darba li qed ikunu misleading.", "Qed ngħid dan għax ftit tal-jiem ilu qalulna li l-itwal waiting time li hemm biex wieħed jagħmel operazzjoni ta' l-irkoppa jew ta' l-ingropp huwa ta' 20 xahar.", "Fil-fatt nhar it-Tnejn ġiet pazjenta tiegħi għandi - wara li semgħet lill-ministru jgħid dan il-kliem - u qaltli li hi ilha 30 xahar tistenna biex jagħmlulha operazzjoni ta' l-ingropp.", "Għalhekk mhux sew li hawn ġew joqogħdu jgħadduna biż-żmien, bħalma pprovaw jgħaddu biż-żmien ukoll lill-ġurnalisti.", "Ikun interessanti li xi darba jkollna ċ- ċans nitkellmu aktar fuq dawn il-punti.", "Issa nixtieq naċċenna ftit għal xi affarijiet li għaddejjin ġewwa l- pajjiż u nikkundanna lil dawk kollha li qed jagħmlu għagħa sħiħa u jiskandalizzaw ruħhom għax inħarqet bandiera - li fuq kollox hija proprjetà ta' l-istess individwu - biex jippruvaw jaljenaw lill-poplu Malti mit- tbatijiet u mill-effetti tad-deċiżjonijiet li ttieħdu f'dawn l-aħħar 19-il xahar, kemm ilu li reġa' tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Dan huwa l-importanti għalina r-rappreżentanti tal-poplu, dak li għaddej fil-pajjiż.", "Bir-rispett kollu jien la nagħti kas l-istatistika li toħroġ il-union u lanqas l-istatistika li joħroġ il-gvern - għax l-istatistika tista' tilgħab biha kif trid - imma lili jinteressani dak li qed jiltaqgħu miegħu l- familji Maltin.", "L-istatistika li taparsi kultant joħroġ biha l-gvern biex mingħalih juri li l-affarijiet mexjin tajjeb, li ma jonqosna xejn, li kważi m'hawnx pajjiż ieħor aħjar minn Malta ma naħsibx li għada timpressjona lin- nies.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek!", "Fil-bidu tas-snin tmenin, meta kien hawn il-wage freeze, il-Partit Nazzjonalista tgħidx xi propaganda kien jagħmel.", "Allura x'imissu jagħmel il-poplu Malti u l-Partit Laburista meta għall-ewwel darba numru konsiderevoli ta' ħaddiema qegħdin jirċievu paga mnaqqsa, biex ma nsemmix affarijiet oħra li qed jaffettwaw lill-poplu Malti fil-ħajja tiegħu ta' kuljum!", "Dawn huma affarijiet li jolqtu fil-laħam il-ħaj.", "Ma jistax ikun li nagħmlu bħaż-żwiemel, nilbsu l-blinkers u nibqgħu għaddejjin għad-dritt mingħajr ma jinteressana minn ħadd!", "Wieħed irid jirrealizza li lil dawk li qed ibatu għandna nagħtuhom solliev.", "Jien għalhekk għandi stima u rispett lejn il-mexxej Laburista għax meta kien tressaq l-aħħar budget tal- gvern Laburista, l-Onor.", "Alfred Sant kien qal ċar u tond li jekk dawk il- miżuri mħabbra ma jilħqux l-iskop tagħhom u ċ-ċittadini jintlaqtu ħażin, il- gvern Laburista kien lest li jirrevedi d-deċiżjonijiet li kienu ttieħdu.", "Dik irġulija imma għax Dr Sant qal hekk xorta kien hemm min jipprova jżebilħu.", "Dan il-bniedem għandu jkollu kull stima għax mhuwiex supperv u l-poter ma jitlagħlux għal rasu.", "Il-poter jitla' għal ras min jieħu ċerti deċiżjonijiet u jgħid li jiġi jaqa' u jqum mill-effett tad- deċiżjonijiet li jieħu għax mhux lest li jerġa' jiddiskuti xejn.", "M'hemmx kelma oħra imma supperv dak li jiddikjara li mhux lest jiddiskuti kwalunkwe deċiżjoni li tkun ittieħdet.", "Ir-rispett għandu jingħata lil min ikun lest li jevalwa l-effett tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu u jekk ikun hemm bżonn jaġġustahom.", "Min tikbirlu rasu ma jistax jasal imkien imma kulma jkun qed jagħmel hu li joħloq reazzjoni.", "Kien hemm xi ħadd li b'riferenza għall-GWU kiteb li hija għarukaża li qed nerġgħu lura għaż-żmien meta l-ħaddiema kienu joħorġu jipprotestaw fit- toroq.", "Issa jien mhux qiegħed hawnhekk biex nitkellem għall-GWU imma wieħed irid jifhem għalfejn ikun hemm ċerta reazzjoni.", "Ma rridux ninsew li l-gvern kien għamel pjan biex fuq firxa ta' ħames snin iniżżel id- deficit għal 4% jew 5% tal-GDP, imma f'daqqa waħda donnu li nesa kollox u beda jitkellem f'termini li possibilment, sal-bidu tas-sena 2003, inkunu f'pożizzjoni li pajjiżna mhux biss jiġi kkonsidrat għal sħubija fl-Unjoni Ewropea imma jekk jista' jkun inkunu dħalna fis-sistema ta' l-EMU, u allura d-deficit irid jinżel għal 3%.", "Mela fejn qabel konna qed ngħidu li d-deficit irid jinżel għal 4% jew 5% tal-GDP sas-sena 2004 jew 2005, f'daqqa waħda qed ngħidu li sal-bidu tas-sena 2003 dan irid jinżel għal 3%.", "Mela mhux ta' b'xejn li l-poplu Malti qed jitgħabba b'dawn il-piżijiet kollha, u ma tagħti tort lil ħadd li hawn din ir-reazzjoni negattiva.", "Probabbilment in-nies qed tinduna li l-gvern mhux hu qed imexxi imma qed jitmexxa minn postijiet oħra.", "Huwa ħafna evidenti għalfejn il-gvern qed ikollu jieħu ċerti deċiżjonijiet iebsa biex forsi jaqta' xewqtu u jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Kieku l-gvern kellu bandiera li tissimboleġġah kieku ta' min jaħraqha għax dan jara biss direzzjoni waħda u qed jiġi jaqa' u jqum mill-konsegwenzi li qed ikollu jgħaddi minnhom il-poplu Malti.", "Din hi r-raġuni li l-ministru tal-finanzi qed jgħid li l-budget mhuwiex diskutibbli.", "Jien ngħid li la l-budget m'hu diskutibbli u lanqas l- affarijiet li jsiru bejn budget u ieħor.", "Iċ-ċittadin rari, jekk mhux qatt, ma jingħata leħen ħalli jkun jista' jsemma leħnu u juri kif qed jiġi affettwat.", "Jien nista' ngħid li dan l-aħħar saret konferenza ta' tlett ijiem dwar jekk is-servizz tas-saħħa għadux iktar sostenibbli hawn Malta, pero' jidher li l-iskop primarju, apparti l-kliem fl-ajru li beda jingħad, kien sabiex jikkonvinċu lill-poplu Malti li issa huwa about time li l-amministrazzjoni tad-dipartiment tas-saħħa tispiċċa darba għal dejjem u tieħu over il- fondazzjoni għas-servizzi mediċi - dan ħareġ ċar minn kampanja ta' għaxart ijiem sħaħ li kien hemm fil-ġurnali, b'mod speċjali fil-ġurnali bl-Ingliż, fejn l-artikli li kien hemm kienu qed jiġu fed minn ċerti postijiet, għax id-diskors kien simili l-ħin kollu u kont tista' taqra between the lines li hu l-istess persuna li qed jieħu ħsieb dik il-kitba - u li jdeffsu f'moħħ il-poplu Malti li l-gvern m'għadux jaffordja jipprovdi servizz tas-saħħa b'xejn għal kulħadd u allura hemm bżonn li jiddaħħal xi forma ta' ħlas.", "Fil-fatt fil-budget li għadda smajniha ċċaqċaq meta ntqal li jekk ikun hemm xi ħadd li jkollu accident u jkun inxurjat privatament, l-insurance privata tiegħu tintalab tħallas l-ispejjeż.", "L-inġustizzja hija li lil dak li qed iħallas it-taxxa dovuta u lil dak li qed iħallas l-NI contributions issa qegħdin ngħidulu li biex jingħata servizz b'xejn mill-isptar irid ikun privately insurance ħalli l-ispejjeż tibda tagħmel tajjeb għalihom l- insurance.", "Imma jien naraha inġustizzja kbira li jiddaħħal dan it-tip ta' kunċett.", "Hemm sistemi oħra li jistgħu jiddaħħlu u li wieħed jista' jikkonsidrahom pero' din hija sistema ħażina.", "Jien ma nippretendix li fuq deċiżjonijiet iebsa tipprova ddaħħal lill-oppożizzjoni - bħal, per eżempju, jekk is-saħħa għadhiex aktar sostenibbli - imbagħad fuq deċiżjonijiet li jaffettwaw lil kull gvern, bħal meta tnaqqas 200 sodda minn Tal-Qroqq - jew bħal meta tagħti direct order ta' Lm38 miljun, jeħodhom il-gvern waħdu.", "Jien ma nippretendix li l-għadma għandha teħodha l-oppożizzjoni u l-laħam jieħdu ħaddieħor!", "Mhux sew li l-gvern ta' Fenech Adami qed ikompli jagħfas lill-poplu Malti b'liġijiet u deċiżjonijiet amministrattivi meta hemm għaddejjin ċerti affarijiet oħrajn li ħadd ma jagħtihom importanza.", "Per eżempju, sa ftit taż-żmien ilu kien ikun id-dipartiment tas-saħħa li joħroġ it-tenders u jixtri l-apparat għall-isptarijiet, pero' f'daqqa waħda mhux biss bdejna nimpjegaw individwi b'eluf ta' liri mal-fondazzjoni għas- servizzi mediċi imma bdejna naraw ukoll li din l-imbierka fondazzjoni tagħmel parti mix-xogħol li qabel kien jagħmel id-dipartiment tas-saħħa u effettivament bdiet tagħmel l-ordnijiet għall-apparat hi.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fil-kwestjoni tal-farsa li saret fuq it-tender ta' l-ikel li ħarġet il-fondazzjoni - u wara qabeż fuqha d-dipartiment tal-kuntratti u qalilha li t-tenders seta' joħroġhom hu biss - iżda qed nirriferi għall- Lm105,000 li ntnefqu fuq l-apparat tat-tindif ta' St. Luke's. Fil-fatt kien hemm tliet quotations u nxtara apparat li milli jidher kien se jinxtara minn xi ħaddieħor li kellu interess li jagħmel it-tindif ta' l-airport, pero' mbagħad dan l-apparat inxtara mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi f'isem id-dipartiment tas-saħħa.", "Lanqas ma jien se noqgħod nidħol fil- kwestjoni tal-filters għal dan l-apparat tat-tindif imma li qed nipprova ngħid huwa li tajjeb li żżid id-dħul tal-gvern, imma l-gvern irid joqgħod attent ħafna kif jonfoq flus il-poplu li jiġbir mit-taxxi.", "Għax meta nitkellmu fuq id-dħul tal-gvern irridu nitkellmu wkoll fuq kif qed jintnefqu l-flus, bħal meta wieħed jixtri sett ta' ambulanzi second-hand mill-Ingilterra li l-l-engine number tagħhom ma jkunx jaqbel ma' dak li hemm fil-logbook.", "Dan ħareġ minn tweġiba għall-mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Karl Chircop.", "Din x'serjetà hi!", "Min hu responabbli u min se jagħmel tajjeb għal dawn l-affarijiet?", "Per eżempju, fis-seduta ta' l-Erbgħa filgħodu kien hemm min ħa għalih għax waqt konferenza nazzjonali jien għedt li meta nħtart ministru u staqsejt fejn qed jintnefqu l-flus, ħadd ma kien kapaċi jweġibni.", "X'fiha ħażin li wieħed isemmi dawn l-affarijiet?", "Ma nafx għalfejn qalu li jien tkellimt politikament għax kont qed ngħid x'kienet qed tagħmel l- amministrazzjoni Laburista biex mis-settur tas-saħħa ma jkomplux ħerġin aktar flus bla bżonn u biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet ta' tmexxija, ta' accountability u ta' responsabilità, ħalli jiġu ffrankati flus li jistgħu jiġu investiti f'affarijiet oħra.", "Din hija parti mis-sostenibilità tas- settur tas-saħħa.", "Irridu naraw li l-ministru tas-saħħa mhux biss imur fuq il-ministru tal-finanzi u jgħidlu biex jagħtih aktar flus ħalli jkompli jmexxi imma, flimkien man-nies kollha fid-dipartiment li jaqgħu taħtu, għandu jara li ma jsirx abbuż mill-infiq li jsir ħalli s-servizzi li kienu jingħataw qabel jibqgħu jingħataw bi spiża inqas.", "Iva, jien tkellimt kif tkellimt għax il-gvern ta' Fenech Adami fil-budget li għadda fajjar lista ta' taxxi li kulħadd jaf l-effett soċjali tagħhom x'inhu.", "Wieħed irid jara fejn hu sejjer l-infiq tal-gvern ħalli dak li jista' jiġi ffrankat jiġi ffrankat.", "B'hekk biss nistgħu mmexxu l-pajjiż 'il quddiem.", "Irridu nagħmluha ċara li din il-fissazzjoni li għandu l-gvern qed tħalli r-riperkussjonijiet tagħha fuq il-poplu Malti.", "Jekk il-gvern ineħħi din il-fissazzjoni li għandu ma jkunx hemm għalfejn li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Ma jfissirx li nistgħu nkomplu mexjin bil-ħofra li bejn l- 1996 u l-1998 il-Partit Nazzjonalista b'mod komdu mill-oppożizzjoni kien jgħid li din hija ħrafa, biex imbagħad fil-budget il-ministru tal-finanzi ħareġ jgħid li din m'hi ħrafa xejn imma ilha ġejja s-snin u pprova jiġġustifikaha billi qal li fl-1987 daħħlu numru ta' nies żejda mal-gvern, bħallikieku bejn l-1987 u l-1996 il-ħaddiema tal-gvern ma żdedux fin-numru.", "Jekk l-affarijiet isiru bil-għaqal u bil-galbu ħadd ma jbati u ma jkunx hawn reazzjonijiet għad-deċiżjonijiet ħżiena li jittieħdu.", "Minn hawnhekk jien nerġa' nħeġġeġ lill-gvern biex ineħħi l-ebusija tar-ras, is- suppervja u jkun raġel u ma jħarisx lejn l-istatistika li tista' tgħawwiġha kif trid jew jipprova jagħmel storja sħiħa minn ħruq ta' bandiera.", "Wara kollox dik il-bandiera kienet proprjeta' ta' l-istess individwu li qalu li ħaraq il-bandiera.", "Dan ma marx jispara fuq proprjetà ta' ħaddieħor, kif għamlu partitarji Nazzjonalisti.", "Ara hemmhekk m'għamilna l- ebda investigazzjonijiet biex naraw min spara!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Aħna nafuhom l-affarijiet għax anke fl-1998 kien hemm sparar, tkissir u ħruq.", "Fil-fatt persuna prominenti fil-Partit Nazzjonalista waqt mass meeting kienet qalet hekk: \"L-elezzjoni mmorru għaliha, nirbħuha u wara naħarqulhom kollox!\"", "Dan il-kliem huwa rrekordjat.", "Minkejja li dik il-persuna ma kkontestatx l-elezzjoni li għaddiet, tat palata sew fil-kampanja elettorali u saħansitra ħeġġet lin-nies biex imorru jkissru u jaħarqu l-posters 'l hinn u 'l hawn, u wara ta' dan irringrazzjawha.", "Ta' min igħid li l-posters mhux biss kissruhom u ħarquhom imma sparaw fuqhom ukoll, pero' dakinhar ma kienx hemm tan-Net Television jiġbdu l-filmat biex jagħtuh lill-pulizija!", "Jekk iridu li nibdew nitkellmu nitkellmu, imma mhux sew li nipprovaw innessu minn xiex għaddejjin u nipprovaw naljenaw bil-ħruq tal-bandiera.", "Għal darb'oħra nerġa' nitlob lill-gvern biex ikun raġel, ineħħi s-suppervja u jkun lest li jiddiskuti l-affarijiet kollha u mhux jagħmel bħal dak it-tifel li jgħidlek biex tagħtih alternattiva u jekk togħġbu jagħmilha, meta f'moħħu għandu li m'hu se jagħmel xejn għax xejn m'hu se jogħġbu.", "Dik mhix serjetà u jekk verament irridu nimxu 'l quddiem, din il-politika tat-tfal hemm bżonn li tispiċċa għall-ġid tal-poplu Malti kollu.", "Mr Speaker, wisq nibża' li jista' jkollna problemi aktar gravi milli għandna llum.", "Qed ngħid dan għax il-kelliema tan-naħa tal-gvern qed igħidu li dak li sar għadu mhux biżżejjed u hemm it-theddida tat-tnaqqir tal- welfare state.", "Ħadd m'għandu għalfejn iħares lejn pajjiżi oħrajn u joqgħod jitkaża b'dak li qed jiġri hemmhekk għax sfortunatament il-gwaj qed jistiednu l-gvern stess.", "L-affarijiet irridu narawhom bis-serjetà ħalli l- poplu Malti ma jkomplix ibati t-tbatija li qed ibati.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, ngħidha mill-ewwel li nħossni persważ li d-diskorsi li qed nagħmlu minn din in-naħa qed jintlaqgħu tajjeb.", "Anzi meta nara lil tan-naħa l-oħra jidħku nikkonferma li dak li qed ngħid jien huwa tajjeb.", "Per eżempju, meta fi żmienna n-nies kienu jirċievu kont ta' Lm70 għad-dawl u l-ilma tan-naħa l-oħra kienu jgħidu li dik kienet arroganza, imma issa għax jirċievu kont ta' Lm130 ma jgħidux l-istess ħaġa.", "Pero' aħna nħallu f'idejn il-poplu biex jiġġudika hu dwar dak li għaddej fil-pajjiż.", "Kulma jridu jagħmlu sħabna ta' faċċata tagħna huwa li jħabbtu l- bibien u jidħlu fid-djar tan-nies ħalli jaraw kif minn dak li wiegħdu ma taw xejn.", "Huwa fatt li t-taxxi jinġabru mingħand kulħadd, mingħand iż-żgħir u mingħand il-kbir, pero' huwa ż-żgħir li jrid jiddikjara sa l-inqas ċenteżmu.", "Għalhekk hemm bżonn li t-taxxi li jinġabru jintużaw b'mod ġust.", "Per eżempju, esponenti min-naħa tal-gvern igħidu li l-gvern qed idaħħal aktar flus mill-VAT pero' l-poplu li jinteressah huwa kif qed jintnefqu l- flus u fejn qed imorru.", "Issa billi qed niġbru aktar?", "Hawn xi ħadd li jista' jgħid li l-problemi li għandna fil-pajjiż qegħdin jiġu kkombattuti aktar biex ma ngħidx li għadna lanqas bdejna?", "Per eżempju, filwaqt li ftit taż-żmien ilu Dr Sant kien igħid li fil-pajjiż hawn ħofra finanzjarja - dak iż-żmien jien ma kontx fil-parlament pero' kont insegwi dak li kien jiġri hawnhekk - Dr Fenech Adami mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni kien igħid li l-ħofra hija ħrafa.", "Imma ara llum m'għadhomx ta' l-istess fehma!", "'Il quddiem ngħid ukoll kif il-poplu ġie ngannat bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, bid-dħul tal-VAT, bil-petrol u d-diesel u bl-għoli tal-ħobż.", "Mhux talli dak li ġie mwiegħed ma ngħatax talli l-gvern impona ħafna taxxi fuq il-poplu.", "Ara kieku l-flus li jiġbor mit-taxxi jintużaw tajjeb, kieku t-toroq ta' pajjiżna m'humiex fl-istat li huma.", "Per eżempju, bħalissa għaddejja tindifa ġenerali u kulħadd jista' jara ruxmata ħaddiema tal-gvern jirranġaw it-toroq minfejn se jgħaddi Romano Prodi.", "Il-bieraħ jew il-bieraħt lura kien hawn mistoqsija parlamentari dwar kemm dan kollu qed jiswa lill-pajjiż.", "Minkejja li tan-naħa l-oħra jgħidu li huwa normali li jsir dan ix-xogħol, jien ngħid li kull meta jkun ġej xi ħadd importanti dejjem naraw li nnaddfu u nirranġaw it-toroq.", "Issa jien nemmen li jekk irridu li l-poplu jibni fiduċja fil-gvern, dan il-logħob bin-nies irid jispiċċa.", "Niftakar li meta kienet ġiet ir-Reġina St Vincent de Paule - dak iż-żmien kont naħdem hemm - Triq l-Imgieret kienet ingħatat it-tarmac.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nistħix ngħid li l-flus li nġabru mit-taxxi over the years ma ntużawx tajjeb biex pajjiżna jieħu dehra aħjar.", "Mr Speaker, bħalissa kulħadd jitkellem dwar jekk Malta għandhiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jew le.", "Issa ħadd m'għandu jaħseb li l-Partit Laburista huwa kontra l-progress, anzi dan kien il-partit ewlieni li daħħal ħafna riformi u għamel l-akbar infrastruttura li kien hawn fil- pajjjiż, bħat-toroq u l-housing, affarijiet li jagħmlu unur lill-Partit Laburista.", "Jien ngħid li għall-flus kbar li jħallas il-poplu f'taxxi, f'insurance premiums u f'affarijiet oħra, il-poplu jistenna ħafna aħjar.", "Per eżempju, minkejja li daħħalna l-VRT t-toroq għadhom fi stat ħażin u karozza tkissirha.", "Min isiefer bil-karozza jara d-differenza.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli imma qed nipprova nwassal leħen il-poplu fuq dak li jkun għaddej minnu l-istess poplu.", "Kulħadd jgħid li t-toroq għandhom isiru sew mill-ewwel u mhux wara li nagħmluhom nerġgħu naqlgħuhom.", "Min kien sindku jew kunsillier jaf kemm trid flejjes biex tagħmel triq sewwa.", "Hekk kien qed jagħmel gvern Laburista minkejja t-tfixkil kollu li sab.", "Mr Speaker, għadni kemm għamilt riferenza għall-kunsilli lokali u tajjeb li lil dawn nagħtuhom aktar għajnuna.", "Għalkemm tan-naħa l-oħra jgħajruna li aħna lil dawn naqqasnilhom il-fondi, ikun tajjeb li wieħed igħid li l- fondi li żiedilhom il-gvern Nazzjonalista reġa' ħadhomlhom lura permezz tal-VAT.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix kif gvern Laburista pprova jara kif jagħmel u jibdel wiċċ Malta.", "Per eżempju, niftakar li qabel l- elezzjoni ta' l-1996 kienet inqalgħet polemika bejn il-kunsill lokali tal-Fgura u l-gvern Nazzjonalista dwar Zabbar Road.", "Fil-fatt anke l- kunsill lokali tal-Fgura kien inqasam għax il-kunsilliera li kienu jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista riedu li Zabbar Road tingħata lagħqa tarmac, waqt li l-kunsilliera indipendenti riedu li l-ewwel għandhom jinbidlu s-sistemi tad-drenaġġ u ta' l-ilma u tidħol l-earth electrode f'kull dar.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru tal-finanzi qed igħidli miskin!", "Jien ngħid li miskin min wera fiduċja fil-partit tagħkom, u partikolarment fik, speċjalment issa bil-budget li għamiltu!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Parnis, kompli bid-diskors tiegħek u indirizza lis- Sedja.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Dażgur li nsemmi d-dawl u l-ilma!", "Int ma tridx li nsemmu d-dawl u l-ilma għax ma jaqbillekx!", "Kif diġà għedt, il-parlament għandu jkun leħen il-poplu, dak il-poplu li intom ingannajtuh.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed isemmi d-deficit.", "Hawnhekk ta' min igħid li meta tan-naħa l-oħra kienu fl-oppożizzjoni kienu jgħidu li l-ħofra li għamlu fid-disa' snin li għamlu fil-gvern kienet ħrafa.", "Ara issa li qegħdin fil-gvern qed igħidu li din hija realtà!", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed indur mal-lewża imma qed inwieġeb għal dak li qed tgħid int. (Interruzzjonijiet) Ma konna mitlufin xejn!", "Aħna konna qed nippruvaw naslu biex nimbokkaw it-triq id-dritta.", "(Interruzzjonijiet) Issa qed tgħidu li d-deficit għamilnih aħna - peress li konna daħħalna 8,000 ħaddiem mal-gvern - pero' d-deficit sar meta gvern Laburista sab ma' wiċċu 'l fuq minn Lm11 miljun dejn mal-kuntratturi tat-tarmac u tat-toroq, meta kontu ġejjin u sejrin barra, u meta kontu lesti tonfqu Lm25 kuljum għal karozza tal-kiri!", "Imbagħad lill-ħaddiem tibagħtulu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-kontijiet tat-taxxa.", "Illum anke dawk li ma jaħdmux qed jirċievu kont tat- taxxa!", "Jien naf persuna li ma taħdimx li rċeviet kont ta' Lm109.", "Dawn in- nies Allaħares ma jsibux lid-deputati, kemm min-naħa tagħna kif ukoll min- naħa tagħhom, li jgħidulhom biex imorru jivverifikaw.", "Miskin min huwa dgħajjef u min ma jitkellimx għaliex ikollu jħallas!", "Kulħadd għandu dritt igħid li jrid, imma meta l-poplu jibda jirċievi l-kontijiet tad-dawl u l- ilma u l-kontijiet tat-telephone, meta jmur jieħu l-petrol jew id-diesel, u meta jmur jixtri l-ħobż, ma jgħidx li dan huwa gvern li għandu kuxjenza soċjali, kif jgħidu huma.", "Illum il-ġurnata mhux ħofra biss hawn imma hawn staġnar sħiħ u l-qgħad dejjem jiżdied.", "Mr Speaker, hemm bżonn li l-ftit li għandna nibżgħu għalih.", "Per eżempju, kemm ilni f'dan il-parlament għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari dwar Wied Blandun u meta kont sindku ta' Raħal Ġdid konna bdejna diskussjonijiet ma' l-Onor.", "Noel Farrugia u ma' l-Onor.", "Charles Buhagiar biex naraw kif dan il-wied nagħtuh dehra aħjar.", "Jista' jkun li min m'huwiex midħla tan-naħat tagħna ma jistax japprezza s-sabiħ ta' Wied Blandun.", "Gvern Laburista kien qiegħed jipprova jagħti spinta 'l quddiem lin-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Fil-fatt fit-tielet fażi ta' rranġar ta' toroq konna diġa' rranġajna d-daħla ta' ħdejn iċ-ċimiterju, imbagħad irranġajna fejn hemm Sare', u wara konna wasalna biex nieħdu ħsieb ir- roundabout li hemm ħdejn il-knisja ta' Sant'Antnin, u kien se jsir pont fuq Wied Blandun li jgħaqqad in-naħat ta' Raħal Ġdid mal-Kottonera.", "Minn hawnhekk nixtieq insellem lill-għaqdiet ambjentalisti, li f'dawn l-aħħar ġranet qed jerġgħu jipprovaw iqajmu kuxjenza dwar Wied Blandun, għax illum jekk tmur hemm issib affarijiet li ma jagħmlulniex unur.", "Ta' min igħid li dwar dan il-wied kienet inħolqot kuxjenza mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid u mill-kunsill lokali tal-Fgura, peress li llum il-ġurnata parti minn Wied Blandun jagħmel parti mill-Fgura.", "Minkejja li llum kulħadd jitkellem dwar l-ambjent qed naraw li dan mhux qed jinżamm kif suppost.", "Per eżempju, din il-ġimgħa ġew ikellmuni koppja miżżewġin friski minn Ħal Tarxien u qaluli li maġenb id-dar tagħhom, li bnew b'tant tbatija u b'sagrifiċċji kbar, hemm żewġ plots oħra li għadhom ma nbigħux u li qed iħassru l-ambjent tal-post.", "Fil-fatt dawn minflok jitkellmu dwar kemm huma kuntenti li qed igħixu f'dan il-post jitkellmu dwar l-eyesore li għandhom maġenbhom.", "Veru li l-kunsilli lokali jsibu ħafna problemi, imma ma nafx kif m'aħniex kapaċi nsolvuhom meta niġbru miljuni kbar ta' liri mit- taxxi - mhux qed ngħid li tort tal-gvern li dawn il-problemi ma nistgħux insolvuhom - u għalhekk huwa importanti li l-kunsilli lokali jkunu magħqudin, aktar u aktar issa li l-partiti politiċi għandhom il- kunsilliera tagħhom.", "Hemm bżonn li tinżamm l-armonija ħalli ma jkomplix jiġri l-iżball, li ilu jiġri għal tant żmien, li t-taxxi li jinġabru mingħand il-poplu ma jħallux ir-riżultat mixtieq.", "Jista' jkun li hemm min ma jużax il-flus tal-kunsill lokali b'mod tajjeb għax nafu, per eżempju, li saru bankini li tkissru wara tliet snin għax ma sarux tajjeb.", "Ġieli tidħol f'estates u fi djar kbar u sbieħ li minjaf il-ħaddiema kemm ikunu batew biex ikunu bnewhom imbagħad madwarhom issib ġungla.", "Per eżempju, jien inħobb indur id-distrett tiegħi bil-karozza u llum fettilli ngħaddi minn Albertown biex nara l-ħmieġ li hemm f'dik l-area.", "Minkejja li wieħed mid-dmirijiet tal-kunsilli lokali huwa li jieħu ħsieb l- ambjent, żgur li l-kunsill lokali tal-Marsa ma jistax inaddaf dik l-area minn butu minħabba l-ispejjeż kbar involuti, u apparti minn hekk, dan ma jistax jonfoq kollox fuq dik l-area u jinsa lil ħaddieħor.", "Jien nista' ngħid li f'dik l-area joqogħdu nies li jipprovaw jilqgħuk mill-aħjar li jistgħu, minkejja d-diffikultajiet enormi li huma mdawrin bihom.", "Hemm bżonn naraw li dawn in-nies, li jammontaw għal madwar 150, ikollhom l-istess drittijiet li għandu kulħadd, ikollhom ambjent nadif u jkollhom toroq u bankini diċenti.", "Ċertament li lill-kunsilli lokali hemm bżonn nagħtuhom daqsxejn imbuttatura u ngħinuhom mill-aħjar li nistgħu jekk irridu li l- poplu verament ikollu fiduċja fihom u joħroġ jivvota.", "Il-Partit Laburista jrid li l-kunsilli lokali jitmexxew b'galbu u b'rieda tajba, u nittama li kulmin jitla' jkun kapaċi, dedikat u jħares biss l-interess tal-lokal.", "Mr Speaker, qed nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi u ma nistax ma nsemmix ftit il-qasam tas-saħħa.", "Hawnhekk nixtieq insellem lis-Sur Charles Messina, bniedem dedikat ħafna li wasal biex jirtira.", "Jien nittama li l-ministru tas-saħħa jieħu ħsieb li jsib persuna bħalu għax dan huwa bniedem dedikat ħafna mal-marid u ma jħares lejn ħadd mil- lenti politika.", "Lis-Sur Messina, li ilni nafu ħafna, dejjem ammirajtu u ħdimt miegħu meta kont sindku u għadni naħdem miegħu sal-lum.", "Jien persważ li kulmin jitolbu xi servizz dan jaqdih għax l-interess tiegħu huwa l- marid.", "Nittama li min jimla l-vojt tas-Sur Messina jaħdem kif ħadem hu, għax min jidħol l-isptar għal xi operazzjoni b'nofs qalbu maqtugħa jixraqlu li jsib nies bħas-Sur Messina.", "Per eżempju, meta ġieli mort l- isptar nara xi kostitwenti tiegħi ġieli rajt lis-Sur Messina hemmhekk, jiġifieri kien idum hemm ħinijiet twal wara l-ħin tax-xogħol.", "Mr Speaker, f'pajjiżna għad għandna sitwazzjoni fejn pazjent, li jista' jkun muġugħ, idum jistenna ħafna biex jagħmlulu operazzjoni għax qablu jkun hemm lista twila ta' nies.", "Dawn huma problemi li jeżistu imma jien dejjem nipprova naħseb kif nista' noħroġ minn dawn id-diffikultajiet, għax il-ħajja ma timxix mingħajr problemi.", "Per eżempju, meta fil-ħajja jiġi perijodu li fih inkun xi ftit kwiet tagħtini ferneżija u nara x'nivvinta biex ma nibqax kwiet għax ngħid li żgur li hemm xi ħaġa li mhijiex sejra tajjeb.", "Kultant in-nies taħseb li l-akbar premju li jista' jkollok hu li tkun fil-politika, imma naħseb li l-politika hija l-akbar missjoni għax trid titgħallem tisma' fuq kull tip ta' problema.", "Per eżempju, fejn jidħlu l-morda u l-persuni b'diżabilità m'għandniex naraw jekk dawn humiex Laburisti jew Nazzjonalisti.", "Jekk tara bniedem marid quddiemek, li jkollu bżonn l-għajnuna, u jkun hemm bżonn tkellimlu lil xi ħadd, ma tistax toqgħod tara x'politika jħaddan.", "Naħseb li llum il-ġurnata spiċċa dak iż- żmien u lanqas jidħlulek f'moħħok dawn l-affarijiet.", "Illum fil-ħin tal-mistoqsijiet, meta konna qed nitkellmu fuq in-nuqqas ta' tobba, fuq in-nuqqas ta' nurses u social workers, u fuq il-proġett tan- night warden għall-anzjani, is-Sedja ma tantx tatna ċans niftħu fuq dan is- suġġett.", "Jiddispjaċini li din qed tiġri ta' sikwit u jekk ma nippersistux, l-iSpeaker dalwaqt lanqas iħallina niftħu ħalqna!", "Per eżempju, sieħbi l- Onor. Carmelo Abela staqsa jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jinfetħu aktar polikliniċi, u l-ministru tas-saħħa wieġeb li l-ewwel irridu naraw kif il-poliklinika ta' Bormla u l-poliklinika ta' Birkirkara jinfetħu twenty-four hours.", "Hawnhekk nixtieq ngħid prosit lill-Partit Laburista li lill-kunsilliera Laburisti ta' Birkirkara qalilhom biex jiftħu diskussjoni aktar wiesgħa u aktar ċara mal-gvern biex iċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara jinfetaħ għal aktar ħin.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Parnis, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Parnis ikompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Sur President, kont qed ngħid fuq in-nuqqas ta' tobba.", "Jien għamilt żmien naħdem fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u nista' ngħid li qabel ma tara kif tagħmel u ġġib aktar tobba jaħdmu fil-polikliniċi trid tibża' għal dawk li għandek.", "Dan l-aħħar qgħadt nitkellem ma' tabib ħabib tiegħi fuq din il-problema u wasalna għall-konklużjoni li dawn it-tobba jixtiequ kondizzjonijiet aħjar u jixtiequ li jkunu aktar stmati.", "Jien mhux qed ngħid li dan il-gvern mhux qed jistmahom - għax nerġa' ngħid li fejn jidħlu l-morda u persuni b'diżabilità ma tistax iddaħħal politika - imma rridu naraw li l-miljuni kbar li jinġabru permezz tat-taxxi minn fuq il- ħaddiem, minn fuq il-pensjonant, minn fuq l-anzjan, minn fuq iż-żagħżugħ li jkun għadu kemm beda d-dinja, minn fuq is-self-employed u minn fuq kulħadd, jibdew jintużaw tajjeb.", "Il-poplu għandu dritt jinqeda tajjeb meta jmur ġo poliklinika.", "Pero' dan kemm qiegħed jinqeda tajjeb?", "Jien mhux qed ngħid li l-istaff mhux qed jagħmel xogħlu, u minn hawnhekk nixtieq insellem lill-istaff tad- dipartiment tas-saħħa għall-paċenzja kbira tagħhom, dawn li jaħdmu taħt stress kontinwu għal ħinijiet twal.", "Naħseb li tkun ħaġa tajba li minn dan il-parlament insellmulhom u ngħidulhom grazzi lil dawn in-nies għas-servizz li jagħtu lill-morda, lill-moribondi u lill-anzjani, għax mhux kulħadd huwa kapaċi għal dan ix-xogħol.", "Naħseb li biex lill-poplu tagħna nagħtuh servizz aħjar hemm bżonn li nirreklamaw li hemm bżonn aktar physiotherapists, aktar occupational therapists, aktar tobba, aktar nurses u aktar social workers.", "Jien għadni niftakar li meta Gvern Laburista kien introduċa l-50c fuq ir- riċetti għal mediċini b'xejn tan-naħa l-oħra kienu għamlu plejtu sħiħ li din mhijiex ġustizzja u ma nafx min ma qamx jitkellem.", "Pero' lill- poplu tagħna li qed jismagħna ngħidlu li kien Gvern Laburista li ħadem biex ikollna l-mediċini u l-isptarijiet b'xejn.", "Dawn ir-rivoluzzjonijiet kbar li għamlu gvernijiet Laburisti aħna ma lħaqnihomx pero' wassluhomlna missirijietna.", "Għalhekk aħna obbligati li nsemmu ż-żmien glorjuż tal- Partit Laburista meta lill-ħaddiem tellgħu fuq pedestall, lill-anzjan beda jagħtih il-pensjoni u ma ħallihx tallab, u lil dawk b'diżabilità ħariġhom minn ġo darhom għax qabel nieshom dawn kienu jistħu joħorġuhom mid-dar.", "Huwa veru li l-gvern Nazzjonalista neħħa l-50c minn fuq ir-riċetti, pero' ma nistgħux ma nsemmux li dan neħħa wkoll l-iskimmed milk.", "Kieku għamilniha aħna din minjaf x'kienu jgħidulna!", "Għajruna li aħna bla kuxjenza soċjali u naħseb li kieku kienu jgħajruna xjaten!", "Sur President, illum għadek tara bereġ antiki ħafna u naħseb li wasal iż- żmien li nagħmlu xi ħaġa dwarhom.", "Per eżempju, jien ħadt pjaċir li l- ministru tas-saħħa tkellem fuq l-estensjoni tal-poliklinika ta' Raħal Ġdid pero' ta' min igħid li fi żmien gvern Laburista wkoll kienu bdew xi diskussjonijiet f'dan ir-rigward.", "Naħseb li wasal iż-żmien ukoll li l- bereġ żgħar li għandna mxerrdin fl-irħula jkunu ta' skala li tixraq lill- poplu tagħna.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll is-servizz li jagħtu n-nurses ta' l-MMDNA.", "Jien m'għandix ċans noqgħod ngħid l-istorja ta' l-MMDNA pero' ta' min igħid li b'fee ta' darba fis-sena, li m'hijiex obbligatorja, jingħata servizz lil ħafna anzjani u persuni b'diżabilità.", "Sa din il- ġimgħa stess kont qiegħed għand persuna li għaddiet minn trawma fil-ħajja tagħha - għax minħabba mard taz-zokkor u ċirkolazzjoni batuta qatgħulha saqajha - u fejn qabel din kienet tmur iċ-ċentru tas-saħħa biex tagħmel it- test tad-demm jew biex jagħtuha l-insulina, llum qed tingħata servizz min- nurses ta' l-MMDNA.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu nkomplu nsaħħu bit- taxxi li niġbru minn flus il-poplu.", "Sur President, f'pajjiżna għandna numru għoli ta' diabetiċi pero' ma jistax ikun li l-finanzi tal-gvern ma jippermettux li jinxtraw affarijiet bħal siringi u sticks biex dak li jkun jittestja jekk għandux glucose, per eżempju.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix it-talba li ilha tagħmel għal żmien twil l-għaqda għal persuni diabetiċi.", "Meta l-gvern Laburista daħħal it-taxxa tal-50c fuq ir-riċetti, tan-naħa l-oħra kienu ħarġu jgħidu li aħna kattivi u bla kuxjenza soċjali, imma kulmin għandu kuxjenza jaf li dan għamilnieh biex nipprovaw inrażżnu l-abbuż u l-ħela, għalkemm jien ngħid li ma tantx irnexxielna għax il-poplu xorta baqa' jaħli.", "Per eżempju, sal-lum stess jien mort għand waħda anzjana - għadha kemm romlot - biex tagħtini ruxxmata pilloli lura.", "Issa jien irrid nara jekk dawn humiex skaduti u jekk insib li għadhom tajbin nirritornahom f'xi ċentru tas-saħħa jew inkella nagħtihom lil xi ħadd li m'għandux il-kartuna s-safra biex forsi jiffranka xi ftit spejjeż.", "Dak li kien qed jipprova jagħmel il- Partit Laburista, li filwaqt li jagħti lil kulħadd dak li ħaqqu jara li ma jkunx hawn ħela.", "Naħseb li kull wieħed minna jixtieq jara l-poplu tagħna miexi 'l quddiem, pero' l-agħar ħaġa li tista' tagħmel hi li ma tagħtix dak li twiegħed.", "Per eżempju, fl-opinjoni tiegħi, kif inħadmu s-sistema tal-mediċini mhijiex tajba għax hawn min jonfoq ħafna flus f'mediċini li ma ssibhomx l- isptar.", "Apparti minn hekk, min għandu dħul, per eżempju, ta' Lm30,000 fis- sena għandu dritt għall-kartuna s-safra daqs wieħed li hu kennies biex ngħid hekk.", "Issa jekk dak li jkun taqbdu marda u l-gvern ma jkollux mediċini għaliha, min jista' jaffordja jixtrihom mingħajr problema ta' xejn u min hu bil-paga minima ma jaffordjax.", "Dawn huma każi li ltqajna magħhom fi żmien gvern Laburista u li għadhom jeżistu sal-lum.", "Jien nemmen li l- poplu jgħallmek.", "Per eżempju, ġieli tidħol għand xi ħadd li kważi jistordik daqskemm jibda jgħid, pero' l-affarijiet li jkun qed jgħid ikunu validi u ta' ċertu valur.", "Naħseb li wasal iż-żmien li liż-żgħir nagħtu kasu aktar u x-xewqa tiegħi f'dan il-parlament hi li liż-żgħir niddefenduh, għax kultant ma tantx issib min jiddefendih.", "Sur President, ippermettili nerġa' lura għall-anzjani, għalkemm fl-aġġornament tas-seduta ta' dalgħodu u waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tal-lejla tkellimt ħafna fuq dan is-suġġett.", "Per eżempju, din il-ġimgħa kont għand wieħed anzjan li fi żmienu kien bennej u dan qalli li qabel tgħidx kemm kienu jbatu, għax il-ġebla ma kenux itellgħuha kif itellgħuha llum, u lanqas ma kellhom drittijiet, għax jekk tkun ix-xita l-imgħallem kien jibgħathom id-dar u ma jħallashomx.", "Kien il-gvern Laburista li rranġahom dawn l-affarijiet u jkun tajjeb li xi darba niktbu l-istorja tal-ħaddiem Malti - fil-każ il-Partit Laburista jkollu għalxiex jixxala għax lill-ħaddiem tellgħu tarġa - pero' dan l- anzjan qalli wkoll li minkejja t-tbatija li għaddew minnha, llum qed igawdu għax għandhom il-pensjoni u għandhom iċ-ċans li jidħlu f'dar ta' l-anzjani, ilwaqt li aħna ma nafux jekk hux se ngawdu minn dawn il-benefiċċji soċjali.", "Hemm bżonn naraw kif se niffaċċjawhom dawn il-problemi ħalli l- anzjani tal-futur igħixu ħajja diċenti u jgawdu daw li jkunu ħadmu għalih.", "Jien ngħid li l-università hija n-nies għax dawn igħallmuk u jagħtuk eżempji tajbin.", "Per eżempju, jien naf il-koki li hemm f'St Vincent de Paule u nista' ngħid li l-ikel jipprovaw jagħmluh tajjeb, pero' minħabba n-nuqqas ta' nurses - mhux qed ngħid li n-nurses mhux qed jagħmlu xogħolhom tajjeb - is-servizz mhux qed jingħata kif suppost.", "Hawn min hu muġugħ b'dawn l- affarijiet għax għall-anzjan ir-residenza St Vincent de Paule saret id-dar tiegħu u dan għandu dritt li jiekol fuq mejda ma' sħabu.", "Illum l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici qal li din il-problema qed jipprovaw isolvuha u aħna bħala gvern Laburista alternattiv irridu noħorġu bil-proposti u bl-ideat tagħna biex l-anzjani jkunu jistgħu jgħixu ħajja aktar diċenti.", "Ngħid għalija jien dejjem emmint fil-volontarjat u naħseb li llum reġa' wasal iż- żmien li dan nagħtuh spinta 'l quddiem, għall-ġid ta' min hu fil-bżonn.", "Hawnhekk nixtieq insemmi lill-friends of St Vincent de Paule, li jagħtu kontribut kbir f'din ir-residenza.", "Fil-fatt mill-ġbir li jagħmlu dawn bidlu l-purtieri tas-swali u rranġaw ftit l-ambjent.", "Hawnhekk ma nistax ma ngħidx prosit ukoll lill-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Louis Buhagiar, li kien segretarju parlamentari għall-anzjani, li ħadem ħafna biex il-flus li jintnefqu mill-welfare fund jintużaw biex jinxtraw affarijiet utli għas- swali.", "Sur President, imma rrid ngħid li minħabba nuqqas ta' nurses f'St Vincent de Paule għadek tara anzjani li ma jkollhomx min iniżżilhom mis-sodda u dawn ma jifhmux li forsi jkun hemm min seta' ħareġ bis-sick leave jew bil- leave u forsi tispiċċa nurse waħda ddur ma' dawk l-anzjani kollha.", "Dan iwassal biex l-anzjani jispiċċaw jagħmlu xi ġurnata fis-sodda u għandhom raġun jiddejqu għax kieku lili tagħtini ferneżija.", "Għalhekk hemm bżonn naraw x'nagħmlu biex bil-flus li jiġbor il-gvern nagħtu l-aħjar servizz lill-poplu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għal ktieb li għandi d-dar, li kien ħarġu t-Tabib Ċensu Moran, li tgħallimt ħafna minnu, bl-isema \"Poplu b'Saħħtu\".", "Dan il-ktieb jitkellem fuq il-bidla radikali li saret fl- Imgieret fi żmien gvern Laburista u kif is-swali li kienu tal-Medju Evu nbidlu fi swali sbieħ u attraenti li jagħmlu unur lil dawk li tant ħadmu qabilna.", "Kif diġa' għedt, ta' qabilna batew biex illum għandna dak li għandna llum.", "L-affarijiet ma ġewx mis-sema, kellhom ibatu u kellhom ibatu ta' qabilna.", "Hekk jintnefqu tajjeb flus il-poplu, bħalma ntnefqu tajjeb, per eżempju, fuq id-dar ta' l-anzjani ġewwa Bormla, li kien bdiha l-gvern Laburista u kompliha l-gvern Nazzjonalista.", "Dawn l-affarijiet għandna ninkoraġġuhom ħalli l-poplu tagħna jimxi 'l quddiem.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix li f'pajjiżna għandna anzjani li huma abbandunati f'darhom għax m'hemmx post għalihom f'St Vincent de Paule, bil- konsegwenza li dawn qed imutu indannati għax spiċċaw waħedhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor Parnis, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Nirringrazzja lill-Kamra għall-indulġenza tagħha.", "Kont qed ngħid kif għad għandna anzjani li qed imutu abbandunati meta suppost ilu li daħal il-kunċett li wieħed għandu min jikkurah, jieħu ħsiebu, jgħinu u ma jħallihx lill-għajru waħdu.", "Sur President, nixtieq insellem ukoll lil kulmin ħadem fil-qasam ta' l- edukazzjoni għax aħna ta' din in-naħa kienu jpinġuna qisna xi xjaten matul is-sena u nofs li għamilna fil-gvern.", "Ma nafx għalfejn ipinġuna hekk għax fid-diskorsi tagħna nkunu pożittivi u dak li hu tajjeb ngħidulu tajjeb u dak li hu ħażin ngħidulu ħażin.", "Pero' dak li qed iweġġa' lill-poplu rridu nsemmuh ukoll u minn hawnhekk irrid ngħid prosit lill-union għall-ħidma li qed tagħmel favur il-ħaddiem.", "(Interruzzjonijiet) Mela ma ngħidilhiex prosit lill-union!", "U kemm irridu nsemmu affarijiet!", "Iva, anke l-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea li ħraqna rridu nsemmu.", "(Interruzzjonijiet) Aħna ma ħraqniex familji!", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, on a point of clarification.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Sur President, peress li l-Onor.", "Parnis uża l-kelma \"ħraqna\", nixtieq nistaqsi jekk kienx involut huwa wkoll.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Tgħid ma ħraqthiex jien!", "(Interruzzjonijiet) Mur staqsi lil tan-NET min kien hemm u min ma kienx hemm, għax huma jħobbu jispjunaw fuq il-poplu!", "Intom fis-snin sittin familji sħaħ ħraqtu u kissirtu!", "(Interruzzjonijiet) Intom anke lil Pietru Pawl Saydon ridtu tkissru - dak li qaleb il-Bibbja mill-Ebrajk għall-Malti - għax ipprova jimxi fuq it-tagħlim ta' Kristu.", "(Interruzzjonijiet) Intom se toqogħdu tiskruplaw għax inħarqet bandiera meta farraktu kullimkien u kissirtu poplu sħiħ?", "Intom dmugħ tal-kukkudrilli tibku!", "(Interruzzjonijiet) Kieku xi ħadd ħaraq il-bandiera ta' Malta lanqas kontu tagħmlu dan il-plejtu kollu!", "Dak imisskom tgħidu!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Parnis, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS:Jien qed inqanqal dawn l-affarijiet għax l-unika tama li għandkom intom hija fuq il-bandiera, għax hekk tagħmluha l-propaganda intom.", "Araw in-Net television!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Parnis, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jien lis-Sedja qed nindirizza, Sur President, imma jekk jinterrompuni rrid nirrispondihom ukoll.", "(Interruzzjonijiet) (Interruzzjonijiet) Tan-naħa l-oħra aħjar jaraw l-inkwiet ta' bejniethom għax hemm min huwa mdejjaq u ma jistax jiftaħ ħalqu.", "Aħna għaddejna mill-passatur diġa'!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: No cross- debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Billi għandkom ħames deputati iżjed minna mhux se tgħaddu minn fuqna!", "Qatt m'għandkom ċans tagħmluh dan!", "Hemm ħafna modi kif tweġġgħuh u toqtluh lill-poplu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Dawn saħansitra kienu niżżlu l-bandiera Maltija u tellgħu l-bandiera tal-Partit Nazzjonalista minflokha!", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Kemm tfarrku familji fis-snin sittin minħabba t- twemmin politiku!", "Kemm intefgħu nies fil-miżbla!", "Minjaf kemm għaddew minn affarijiet il-Laburisti minħabba t-twemmin tagħhom!", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: U għadhom jgħaddu sal-lum!", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Imbagħad għax inħarqet bandiera għamlu plejtu!", "Naħseb li jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea jgħidu li ma dħalniex minħabba l-bandiera li nħarqet!", "Issa tara kif hekk se jgħidu dawn!", "(Interruzzjonijiet) Lili dan it-tbaqbiq jagħtini s-saħħa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Parnis, kompli bid-diskors tiegħek u indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa fuq l-edukazzjoni li tant hija għall-qalb il-Partit Laburista għax kien il-Partit Laburista li daħħal l-edukazzjoni obbligatorja u l-kunċett tat-tagħlim b'xejn.", "Ta' min igħid li tan-naħa l-oħra kienu kontra dawn l-affarijiet u għamilna kruċjati u dimostrazzjonijet sħaħ.", "Kull meta l-Partit Laburista ried jagħmel riforma ma nafx x'ma vvintawx.", "Huwa importanti li ngħidu wkoll li minkejja li l-gvern impona dawn it-taxxi kollha fuq il-poplu, naqqas is- somma fuq l-edukazzjoni.", "Illum f'pajjiżna għad hawn nies li ma jafux jaqraw u jiktbu u naħseb li rridu naraw kif nagħmlu biex noħorġu minn din il-pjaga soċjali.", "Sur President, il-qgħad riesaq lejn it-8,000 meta llum impossibbli li familja tgħix bir-relief jew li żagħżugħ ma jaħdimx.", "Per eżempju, bħalissa n-negozju huwa ġġamjat u l-ħwienet baħħ.", "Fil-fatt jekk tmur f'xi ħanut f'xi l-5.00 p.m. u ma jkollokx arloġġ fuqek taħseb li jkunu saru xi s-7.00 p.m. għax sid il-ħanut jgħidlek li se jkollu jagħlaq għax m'għandu 'l ħadd.", "Il-Partit Laburista qiegħed jagħmel sew li jitkellem ma' dawn n- nies.", "Per eżempju, permezz tal-ħabib tagħna l-Onor.", "Joe Cilia għandna informazzjoni li Nazzjonalisti kbar qed igergru għax qatt ma jiftakru negozju ġġamjat daqs l-1999 u daqs din is-sena, speċjalment fi żmenijiet ta' festi.", "X'qed isir biex pajjiżna jerġa' jqajjem l-ekonomija?", "Wasal iż- żmien li nerġgħu noħorġu b'ideat ġodda.", "Meta ż-żgħażagħ ma jaħdmux iħossuhom sfruttati u mingħajr futur u ħafna drabi jaqgħu f'ħafna vizzji, fosthom il-vizzju tad-droga.", "Sur President, illum f'din il-Kamra ġibt miegħi pakkett siringi li ġbarthom dalgħodu minn landa taż-żibel li hemm fi Ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid.", "Dan għamiltu biex nuri li fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż hawn deputati li jagħtu kas din il-problema.", "Aħna l-membri ta' din in-naħa tal- Kamra dejjem ħadniha bis-serjetà din il-problema.", "Għalhekk il-flus li niġbru mit-taxxi għandna nużawhom għal affarijiet utli għax pajjiżna ma jiflaħx jara iktar imwiet ta' żgħażagħ.", "Jien qed nitkellem f'isem il- ġenituri u f'isem dawk il-familji li tilfu lil xi ħadd minħabba d-droga.", "Liż-żgħażagħ tagħna għandna noffrulhom futur sabiħ u għandna nimpenjaw ruħna lkoll flimkien f'dan il-parlament biex niġġieldu lill-barunijiet tad- droga bis-serjetà.", "Qed ngħid dan għaliex din il-ġlieda tista' tkun qed tidher li qed tiġġelidha u ma tkun qed tiġġelidha xejn.", "Din il-problema tad-droga ma teżistix biss in-naħat tagħna.", "Qabel konna ngħidu li din il- problema teżisti biss fil-Kottonera u n-naħat ta' Raħal Ġdid u Ħal Tarxien, pero' llum nafu li din il-problema teżisti kullimkien.", "Meta jmutlek xi ħadd tkun taf kemm hi kiefra din il-problema.", "Ta' min igħid ukoll li aħna qed inkunu sharks fuq dawn in-nies li qed joqtlu liż-żgħażagħ tagħna u żgur li qatt m'hu se nkunu kompliċi magħhom.", "Per eżempju, l-ġimgħa l-oħra mort għand familja minn Santa Luċija fejn il-missier kien miet bid-droga u ħalla warajh żewġt itfal.", "Ikun tajjeb li nsemmuhom hawnhekk dawn l- affarijiet.", "Sur President, ikun tajjeb li nitkellmu ftit ukoll dwar x'qed jikkawża l- istaġnar li hawn fil-pajjiż.", "Jien naħseb li l-awtorità ta' l-ippjanar, li għandha t-tajjeb tagħha wkoll, qed tkun il-kaġun li tiġġamja ħafna mill- ekonomija tal-pajjiż, u għalhekk huwa importanti li din tħaffef l- applikazzjonijiet pendenti li għandha quddiemha biex forsi nibdew nimxu.", "Importanti wkoll li l-qasam tat-turiżmu nieħdu ħsiebu bis-serjetà għax dan huwa importanti ħafna għal pajjiżna.", "Per eżempju, fit-18-il xahar li għamel fil-gvern il-Partit Laburista ħa ħsieb din l-industrija bis- serjetà.", "Niftakru kemm ħadem biex Buġibba, Birżebbuġa, Marsaxlokk u Wied il-Għajn, li fis-sajf ikunu mimlijin bil-Maltin u bit-turisti, ikollhom dehra aħjar.", "Pero' l-affarijiet irridu nibżgħu għalihom u jekk hemm bżonn nagħmlu l-manutenzjoni meħtieġa.", "Jekk dan il-gvern ikompli fuq dak li għamel gvern Laburista jkun għamel tajjeb.", "Per eżempju, Buġibba qatt ma rat infrastruttura qabel ma rranġaha gvern Laburista għax il-kunsilli lokali m'għandhomx fondi biżżejjed biex jagħmlu proġetti bħal dawk.", "Il- gvern ċentrali biss seta' jagħmilhom dawk l-affarijiet u minkejja li l- gvern Laburista sab problemi finanzjarji kbar iddeċieda li jinvesti fit- turiżmu għax dan iħalli ħafna qliegħ.", "Jien ma tantx jien midħla tat- turiżmu pero' l-lukandiera jgħidulek li t-turisti li qed jiġu ma tantx qed jonfqu flus.", "Għalhekk hemm bżonn li nattiraw turisti ta' kwalità u dak li għandna nkabbruh.", "Kif qal tajjeb il-bieraħ l-Onor.", "Karmenu Vella, importanti li nħeġġu lit-turist Malti jmur Għawdex, ħalli l-flus tal-poplu Malti ma jintnefqux barra minn Malta imma jibqgħu hawnhekk u dan iwassal biex intaffu xi ftit mill-pjaga kbira tad-deficit.", "Per eżempju, hawnhekk ma nistax ma nistaqsix meta se jinfetaħ il-hypogeum f'Raħal Ġdid.", "Nies ta' kultura kbira f'pajjiżna li ma jissimpatizzawx mal- Partit Laburista jiskruplaw b'dawn l-affarijiet.", "Ilna niġu mwegħdin ħafna li dan se jinfetaħ għall-millennju l-ġdid pero' s'issa għadu ma nfetaħx.", "Dawn huma affarijiet li rridu neħduhom bis-serjetà, speċjalment meta ntnefqu eluf kbar ta' flus, li ħafna minnhom ġew mill-UNESCO.", "Per eżempju, meta kont sindku konna bdejna naħdmu fuqha din il-ħaġa, għax fil- kunsill lokali kienu jiġu nies ikellmuna li verament iħobbu l-kultura ta' pajjiżna u r-raħal tagħna.", "Jien naf li kienu jiġu turisti mill-Ġermanja, minn Franza u mill-Ingilterra li kienu jiġu biex jaraw il-hypogeum imbagħad isibuh magħluq!", "Għalhekk jekk verament irridu nsaħħu l-industrija tat- turiżmu rridu naraw li dak li għandna nibżgħu għalih.", "Għal pajjiżna t- turiżmu jfisser ġid u prosperità u b'hekk igawdi l-ħaddiem ukoll.", "Sur President, qabel nagħlaq ma nistax ma nsemmix il-problema tal- housing.", "Il-Partit Laburista għamel dak li seta' biex isolvi din il- problema.", "Per eżempju, jien ġieli nidħol għand nies bi problema kbira ta' housing li ma jistgħu jagħmlu xejn għax igħixu bil-paga minima.", "Għalhekk nerġa' ntenni li l-flus li niġbru mit-taxxi nużawhom bil-għaqal ħalli forsi dawn in-nies ikollhom xi tama li xi darba jkollhom dar diċenti.", "Ovvjament ma tistax tikkuntenta lill-poplu kollu imma għallinqas għandek turih li qed tagħmel minn kollox biex tgħinu.", "L-aktar ħaġa li ddejjaq il-poplu hija li qed jaqa' s-saqaf fuqu u ħaddieħor qed jidħaq bih.", "MR SPEAKER: Onor. Parnis, ippermettili nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ministru ta' l-intern jista' jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Marzu, 2000 fil-11.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Indirizz lill-Parlament mill-Eċċellenza Tiegħu, il-Professur Romano Prodi, President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks- Tieni Qari;", "U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "Mr Speaker, infakkar lill-Kamra li kif miftiehem fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li saret fid-29 ta' Frar 2000, fis- seduta ta' filgħodu ta' nhar it-Tnejn 6 ta' Marzu mhux se jkun hemm interpellanzi imma jsir biss l-indirizz minn Romano Prodi u wara jsir diskors mill-Prim Ministru u diskors ieħor mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Is- seduta għandha tixxandar dirett fuq it-televiżjoni fuq il-PBS.", "Il-minuti tas-seduta tal-lum u l-minuti tas-seduta tat-Tnejn filgħodu jiġu kkonfermati fis-seduta ta' dakinhar filgħaxija, waqt li fl-aħħar tas- seduta ta' nhar it-Tnejn l-iSpeaker mill-ewwel jaġġorna l-Kamra għas-6.00 p.m. bl-aġenda li għadni kif ikkomunikajt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, qegħdin fl-ewwel ġranet ta' Marzu u fi ftit ġranet oħra se mmorru għall-elezzjonijiet, li fihom se jipparteċipaw terz tal-kunsilli lokali jew aħjar kważi nofs il-popolazzjoni ta' pajjiżna.", "Waħda mill-lokalitajiet interessati hija proprju Tas-Sliema; u nista' ngħid li xi ħaġa li laqtitni hija li aktar ma javviċinaw l-elezzjonijiet, aktar wieħed jista' jara li fil-media qed tidher ċerta korrispondenza fejn isiru mistoqsijiet - xi kultant sfortunatament isiru anke statements infondati - dwar il-pjan tat-traffiku għal Tas-Sliema.", "Ngħidha mill-ewwel li m'hemm l-ebda deċiżjoni finali dwar dan il-pjan ta' traffiku.", "Mr Speaker, naħseb li tajjeb li wieħed ikun jaf li fl-1995 l-awtorita' ta' l-ippjanar qalet li kien se jinbeda x-xogħol fuq il-pjan lokali tan- naħa ta' fuq ta' Malta u fost l-ideat għad-diskussjoni kien hemm proposta - ċertament li kienet in draft form u nista' ngħid ukoll li saret bl-iskop li naraw x'se tkun ir-reazzjoni tal-pubbliku - dwar dak li għandu x'jaqsam mat-traffiku f'Tas-Sliema.", "Dakinhar ma kien hemm xejn li sar bil-moħbi - il-pjanta kienet ġiet anke riprodotta fil-gazzetta \"The Times\" - u kien hemm ħafna kummenti negattivi dwar dak li konna qegħdin nagħmlu, u aktar ma għadda ż-żmien dawn il-kummenti negattivi aktar żdiedu.", "Irrid ngħid li anke jiena għandi dubji serji dwar dan il-pjan, li tajjeb wieħed jerġa' jgħid li għadu f'forma embrjonika.", "L-opinjoni tiegħi fil-fatt esprimejtha anke bil-miktub fil-gazzetta \"The Sunday Times\", fejn għedt li dan anke jmur kontra l-loġika ta' l-ippjanar.", "L-idea kienet li t-traffiku minn San Ġiljan għan-naħa tax-xatt ta' Tas- Sliema, minflok ma jibqa' għaddej minn Triq it-Torri, jitla' minn Dingli Street u meta jasal fil-junction li aħna ngħidulha \"tat-tliet siġriet\", imur lejn Triq il-Kbira jew inkella lejn Triq Santa Marija.", "Kien hemm proposta oħra li minflok jibqa' sejjer lejn ix-xatt, it-traffiku li jkun ġej min-naħa tal-Gżira jitla' minn Triq Manwel Dimech.", "Mingħajr tlaqliq ngħid li ma naqbilx ma din il-proposta għax b'hekk il-problema ta' l-ammont qawwi ta' exhaust u fumes li llum għandek fil-periferija jkun qed jintefa' fil-parti interna ta' Tas-Sliema.", "Ċertament li wħud mit-toroq ta' Tas- Sliema m'humiex wesgħin u m'humiex ideali biex jieħdu dak il-volum qawwi ta' exhaust, u għalhekk ikun aħjar li l-exhaust u l-fumes ġenerati mill- ħafna karozzi li jgħaddu jibqa' fin-naħat tal-periferija, fejn għandek ventilazzjoni ferm aktar qawwija, anke għax għandek il-promontorju ta' Tas- Sliema li jaħkmuh irjiħat qawwija.", "Din il-ventilazzjoni tippermetti li ma jkunx hemm konċentrazzjoni ta' exhaust, kif jispiċċa jkun hemm fil-parti interna ta' Tas-Sliema kieku dan il-pjan kellu jidħol fis-seħħ.", "Mr. Speaker, raġuni oħra għaliex fl-opinjoni tiegħi dan it-traffic plan ma jagħmilx sens hija minħabba li jitfa' volum qawwi ta' traffiku fuq junctions li diġa' huma mgħobbijin ħafna - uħud minnhom huma wkoll junctions perikolużi - u ma nistax nifhem kif wieħed jista' jgħabbihom b'volum ikbar ta' traffiku.", "Għal dawn ir-raġunijiet - u anke għar- raġunijiet imsemmijin f'laqgħat li jiena kelli bħala segretarju parlamentari mal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema u anke ma' uffiċjali ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar - jien tlabt biex jiġi studjat fil-fond l-impatt ta' dik il-proposta fuq l-ambjent ta' Tas-Sliema, kif ukoll fuq ir- residenti, u tlabt ukoll biex tiġi rikonsidrata dik il-proposta li kienu għamlu fl-1995.", "Jiena naf li din il-proposta qed tiġi rikonsidrata.", "Ir- riżultat ta' din ir-rikonsidrazzjoni ma jistgħux jgħiduh illum imma joħroġ biss min-north harbour local plan, jiġifieri l-pjan lokali għan-naħa ta' fuq tal-port, li suppost għandu joħroġ lejn l-aħħar ta' Marzu.", "Fil-fatt l-awtorita' ta' l-ippjanar diġa' tat lill-kunsilli lokali d-dati li fihom se ssir il-preżentazzjoni ta' dan il-pjan lokali kif ukoll se jsiru sessjonijiet pubbliċi fuqu.", "Huwa hemmhekk li wieħed irid jara jekk dik l-idea embrjonika li kien hemm fl-1995 fil-fatt hijiex se tkun fil-pjan lokali.", "Qed ngħid dan għax ċerti kittieba fil-gazzetti għamluha kważi fatta li dan se jkun hekk.", "M'huwa veru xejn li dan bilfors se jkun hekk.", "Wieħed irid jistenna l-pjan lokali u, jekk stess din il-proposta tkun fil- pjan lokali, se jkun hemm perijodu ta' diskussjoni pubblika, ta' konfront ta' ideat fuq livell pubbliku, ta' konsultazzjoni pubblika u rappreżentazzjonijiet, u jkun biss wara dak il-perijodu li l-awtorita' ta' l-ippjanar tifformola l-verżjoni finali ta' dan il-pjan lokali.", "Irrid ngħid ukoll li wara li l-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar jifformola l- verżjoni finali, imbagħad il-gvern għandu wkoll il-possibilita' li jagħmel proposti ta' tibdil u jissottomettihom lill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dan kollu jkompli juri li għadna proprju fil-bidu ta' dan il-proċess u ċertament li ħadd m'għandu jieħu idea embrjonika li ntefgħet fl-1995 bħala xi fatt kompjut.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li pjan lokali jorbot għal perijodu ta' mill-inqas ' ħames snin u allura m'huwiex ġust li jkun hemm min jikteb u kważi jdaħħal id-dubbju li jista' jkun hemm xi hidden agenda.", "Illum fil- media lokali hemm ittra li kważi tagħti wieħed x'jifhem li dan il-pjan intefa' fuq xkaffa sakemm jgħaddu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u mbagħad wara li dawn jgħaddu nerġgħu naqilgħuh u nimplimentawh.", "Dan assolutament m'huwiex il-każ.", "Hemm proċess definit sabiex isir pjan lokali u wieħed għad irid jara f'dak il-proċess x'se jsir.", "Jiena nixtieq nassigura lil dan il-kittieb - u mhux lilu biss - li m'hemm assolutament xejn definit u iktar minn hekk m'hemm l-ebda aġenda moħbija.", "Qed ngħid dan ukoll għax naħseb li hu importanti li r-residenti ta' Tas- Sliema jifhmu li ħafna mill-iżvilupp li sar fl-area ta' Tas-Sliema - u jien ngħid ukoll fl-areas kollha ta' Malta - huwa dovut għall-ħidma intensiva tal-kunsilli lokali.", "Jekk kellna żvilupp importanti matul l-aħħar snin kien proprju dovut għall-kontribut li taw il-kunsilli lokali, bid-diversi persuni li taw il-ħin tagħhom b'mod volontarju biex jikkontribwixxu għal- lokalita' proprja tagħhom.", "U naħseb li anke għall-elezzjoni tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema hemm bżonn wieħed japprezza wkoll dan il-pass qawwi li ra pajjiżna.", "Jien nista' ngħid li llum nieħu gost nisma' kandidati għall- kunsill lokali jgħiduli li huma u jduru d-djar isemmulhom problemi partikolari li jolqtu lil dak u lill-ieħor.", "Dan huwa atteġġament ħafna differenti minn meta sa ftit snin ilu kienu jgħidulna li n-nies kważi qatgħu qalbhom li Tas-Sliema tista' tkun aħjar għax hija totalment minsija.", "Hekk kienu jgħidulna.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għax naħseb li l-kunsill lokal ta' Tas-Sliema ta kontribut.", "Wieħed jista' jiddiskuti jekk setax jagħmel iktar - dik dejjem, bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja - imma naħseb li l-kunsill kien effettiv bil-flus li kellu.", "Interessanti li wieħed jifhem li l-ammont ta' flus li kellu l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema matul l-aħħar snin varja.", "Kellek il-perijodu ta' l-amministrazzjoni ta' gvern Laburista, fejn l- ammont ta' flus li kellu l-kunsill naqas, u huwa biss issa li l-kunsilli lokali qed ikollhom aktar flus biex ikunu jistgħu jagħmlu l-proġetti tagħhom.", "Kien hemm mumenti fejn il-kunsilli lokali lanqas biss kellhom flus biżżejjed biex ilaħħqu ma' l-infiq bażiku.", "Mr. Speaker, l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jridu jagħtu żewġ messaġġi u l-ewwel messaġġ huwa lill- kandidati.", "Jiena nawgura li r-residenti jagħtu r-rispons tagħhom dwar jekk il-kunsill kienx effettiv fil-lokalita'.", "It-tieni messaġġ li jrid jgħaddi kważi nofs il-poplu ta' Malta fil-11 ta' Marzu huwa wkoll rispons nazzjonali anke għas-sitwazzjoni in ġenerali.", "Jiena naħseb li hu importanti li jingħata rispons mill-pubbliku bl-aktar mod ċar dwar jekk it-triq li qbadna matul l-aħħar xhur għandhiex titkompla.", "Id-deċiżjonijiet li kellu jieħu dan il-gvern ħadhom b'responsabbilta' għax tagħna huwa gvern serju u gvern responsabbli.", "Kieku llum m'aħniex naġixxu b'responsabbilta', kieku l-problemi li għada pitgħada jkollna ma' wiċċna jkunu ħafna akbar minn dak li qiegħed jaffaċċja llum il- poplu Malti.", "Irridu nassiguraw li l-popolazzjoni Maltija ssostni lilha nnifisha sew mhux biss għal-lum imma anke għall-esiġenzi ta' għada, u jiena ngħid li fil-11 ta' Marzu l-poplu Malti se jkun mitlub jgħaddi messaġ dwar jekk jaqbilx mat-triq li qabad il-gvern biex jirranġa l-finanzi tal- pajjiż.", "Ngħid ukoll li l-poplu se jkun mitlub jgħaddi messaġġ lill-oppożizzjoni wkoll.", "Sfortunatament naħseb li l-oppożizzjoni għadha ma sabitx saqajha wara t-telfa elettorali, u aktar milli tutilizza l-ħin li għandha sabiex tkun oppożizzjoni kostruttiva, bi proposti ġodda, qed tkun oppożizzjoni li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed tingħalaq fiha nnifisha.", "Hija oppożizzjoni li m'hijiex qegħda tipprova tindirizza l-problemi reali imma kważi kważi qiegħda tgħix f'dinja għaliha.", "Qed ngħid hekk għax waħda mill- affarijiet li tissorprendini hija kif qegħdin jiġu ttollerati ċerti atteġġamenti.", "Ma nistax nifhem kif f'dan il-pajjiż hawn min jipprova jgħid: U iva, imbilli l-GWU tieħu l-pożizzjoni li qed tieħu!", "Jiena ma neħodhiex bi kbira li l-union tagħmel id-dover tagħha u tiġġieled għal kondizzjonijiet ta' xogħol aħjar favur il-ħaddiema li tirrappreżenta.", "Il- ħażin hu li l-union tattakka lill-gvern fuq kull front mingħajr ma toħroġ bi proposti alternattivi.", "Agħar minn hekk kien l-aġir tal-GWU fil-każ tal- ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet)", "Insemmih dan l-inċident għax kuntrarjament għal xi wħud, anke min-naħa l- oħra tal-Kamra, jiena ma ngħidx li dan kien sempliċement inċident żgħir.", "Jien ngħid li dan inċident sinifikattiv ħafna mhux biss għax inħarqet il- bandiera imma anke għall-mod kif inħarqet.", "Konna ilna żmien twil ma naraw nies mgħammda bil-barnuża f'rashom.", "L-aħħar li dehru nies ta' dan it-tip kien f'Tal-Barrani qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Hemmhekk l-aħħar li rajna nies bil-barnuża, li jiena ngħid tgħatti l-wiċċ tal-mistħija.", "Issa fil-każ tal-ħruq tal-bandiera tant ma felaħx jesponi ruħu min għamel dak l-att, li għatta wiċċu mill-mistħija.", "Jiena l-lejla hawnhekk qomt fuq point of clarification għax l-Onor.", "Parnis qal: Imbilli ħraqna l-bandiera ta' l- Unjoni Ewropea!", "Naturalment jien m'għamiltx hekk b'kapriċċ imma biex nagħti ċans lill-Onor.", "Membru li jekk għamel żball, allura jgħid li għamel żball.", "Iżda meta mistoqsi minni jekk bil-kelma \"ħraqna\" jfissirx li hu jikkondividi dak li sar u kienx ukoll ko-responsabbli għal dak li sar, l- Onor. Membru lanqas kellu d-diċenza jqum u jgħid li kien għamel żball jew li ma riedx jgħid hekk.", "Huwa baqa' jsostni l-punt tiegħu u jien naħseb li dak huwa punt ta' min jikkundannah għax il-ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea m'huwiex biss diżrispett lejn il-Maltin li jemmnu li postna huwa fl- Ewropea, imma huwa wkoll diżrispett kbir lejn iċ-ċittadini kollha ta' l- Unjoni.", "Mr Speaker, hija ħaġa serja ħafna li taħraq bandiera.", "Tant hija serja li min jaħraq il-bandiera ta' Malta jista' anke jeħel il-ħabs.", "Li taħraq il- bandiera ta' l-Unjoni Ewropea huwa daqstant ieħor sinifikattiv.", "Jiena ngħid ukoll li hija ħaġa serja politikament li kemm il-GWU kif ukoll il-Partit Laburista ma joħorġux jikkundannaw azzjoni bħal din.", "Aktar serju minn hekk huwa l-fatt li deputat f'din il-Kamra jgħid \"ħraqna\" u ma jiskużax ruħu u jammetti li żbalja.", "(Interruzzjonijiet) Jiena m'inix se nirrispondi għal dak li qed jgħidu n-naħa l-oħra.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiena niftakar ukoll il-ħruq ta' \"The Times\"!", "Hemm ħafna eżempji oħrajn pero' llum qed nitkellem fuq il-ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea, u l-poplu Malti fil-11 ta' Marzu naħseb li se jagħti wkoll risposta għall-politika irresponsabbli u bla ħsieb li qed tagħmel l- oppożizzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, is-soltu ma nitkellimx fuq l-investigazzjonijiet tal-pulizija - nemmen li dawn għandna nħalluhom f'idejn il-pulizija, li huma attrezzati u għandhom esperjenza ħafna iktar minn kwalunkwe membru f'din il-Kamra, inkluż il-ministru - iżda peress li tqajmu diversi mistoqsijiet f'dan il-parlament, u anke barra minn dan il-parlament, ħassejt li għandi ngħid xi ħaġa dwar każ partikolari.", "Qed nirreferi għas-sejba b'suċċess ta' pitturi li kienu nsterqu minn Ħ'Attard.", "F'operazzjoni maħsuba, maħduma u ppjanata tajjeb, il-pulizija rnexxielha tirkupra dawn il-pitturi.", "Jiena mhux se ngħid aktar minn hekk għaliex ma nħobbx nindaħal fil-proċess tal-ġustizzja, pero' llum hemm proċess għaddej fil-konfront ta' żewġ akkużati wara investigazzjoni intensiva mid- dipartiment ta' l-investigazzjoni kriminali mmexxija mill-Assistent Kummissarju John Rizzo.", "Mr. Speaker, meta tqajjem il-punt dwar jekk kienx hemm xi persuna oħra involuta f'dan ir-reat, mill-ewwel tlabt lill-pulizija biex jinformawni dwar din il-ħaġa.", "Naturalment jien ma nkunx involut fl-investigazzjonijiet.", "Huwa veru li nkun naf x'ġara imma ma nkunx involut fil-kwestjoni dwar lil min jinterrogaw jew jintervistaw.", "Qed nuża verbi differenti għaliex il- pulizija jista' jkollha l-provi kontra xi ħadd u ttellgħu, jew jista' jkollha suspett raġonevoli fuq xi ħadd, tarrestah u mbagħad jirriżulta li hemm provi jew inkella li m'hemmx provi jew li l-persuna tkun innoċenti.", "Il- pulizija tista' wkoll la tarresta u lanqas ittella' l-qorti imma sempliċement tistaqsi xi domandi biex tiġbor l-informazzjoni.", "Jekk imbagħad jidhrilha li hemm suspett raġonevoli tista' tarresta u jekk jidhrilha li hemm il-provi tista' ttella lil dak li jkun il-qorti.", "Mr Speaker, issa Allaħares jiena kelli nagħti dettalji dwar min jiġi intervistat jew investigat mill-pulizija.", "Huwa inġust illi jsir hekk, għaliex li kieku kellu jsir hekk nispiċċaw kif spiċċaw ċerti proċessi fl- Italja - bil-famuż avviso di garanzia - għax jgħidulek li qegħdin jindagaw u minflok isir l-att ta' akkuża, jispiċċaw iħammġu lil dawk innoċenti.", "Barra minn hekk, huwa stabilit li xi terz tan-nies li jiġu arrestati mill- pulizija jkunu innoċenti u lanqas jittellgħu l-qorti.", "Oħrajn jistgħu jkunu ħatja pero' ma jkunx hemm il-provi kontrihom, waqt li oħrajn ikun hemm il- provi kontrihom.", "Issa jiena ġejt sfidat f'din il-Kamra biex ngħid jekk Mr X ġiex intervistat jew interrogat.", "Jien mhux se naqa' f'din il-logħba politika u lanqas se naqa' f'din it-trappola, għax jekk nibda nagħti din it-tip ta' informazzjoni...", "(Interruzzjonijiet) Jekk nagħmel hekk jista', per eżempju, jiġi xi ħadd u jisfidani ngħidlu min ġie interrogat fuq il- qtil ta' Karen Grech.", "(Interruzzjonijiet) Qed insemmi dan il-każ għax kienu ġew interrogati u intervistati diversi nies u sfortunatament kien hemm leaking ta' ismijiet fil-gazzetti.", "Din hija ħaġa ħażin, issir minn liema gazzetta ssir.", "Mr. Speaker, jiena jkolli tentazzjoni kbira li ngħid min kien suspettat pero' mhux sew li jsiru dawn l-affarijiet, la fuq reat X, la fuq reat Y u lanqas fuq reat Z Li nista' nassigura lill-Kamra hu li abbażi ta' investigazzjoni sħiħa qabel ir-reat, waqt ir-reat u immedjatament wara r- reat – u qed noqgħod attent x'ngħid – ma rriżulta li hemm l-ebda persuna oħra ħlief iż-żewġ persuni li ttellgħu li jista' jkollhom konnessjoni mar- reat.", "Qed ngħid \"jista' jkollhom\" għax jien m'inix l-imħallef tagħhom.", "Ix- xogħol tiegħi m'huwiex ta' imħallef imma xogħli huwa ta' ministru.", "Jiena politikament responsabbli b'mod ġenerali mill-intern u nsostni l-istqarrija tad-dipartiment ta' l-investigazzjoni kriminali għax m'għandix għalfejn niddubita minnha.", "L-istqarrija hi bbażata fuq diversi raġunijiet u jekk xi ħadd m'huwiex kuntent bl-istqarrija u jidhirlu li għandu xi provi oħrajn li m'għandhiex il-pulizija, hemm iċ-channels ta' informazzjoni kif għandha tgħaddi għand l-awtorita' kompetenti u tiġi eżaminata.", "Tista' tkun informazzjoni tajba, tista' tkun informazzjoni ħażina, tista' tkun informazzjoni tajba li ma tkun tfisser xejn u tista' tkun tfisser ħafna.", "Mr. Speaker, f'dan l-istadju jiena nappella mhux biss lill-Onor.", "Cuschieri imma lil kull persuna li jkollha informazzjoni biex tgħaddiha.", "M'hemmx għalfejn ngħidu bħat-tfal: Ara, l-informazzjoni qiegħda hawnhekk u issa ejja għaliha inti!", "Hemm proċedura kif dan jista' jsir.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Meta għamilt id-diskors tiegħi, jien fl-ebda ħin ma tlabt lill-ministru biex jagħti spjegazzjoni dwar min kien ġie interrogat.", "Meta ridt insemmi lil xi ħadd semmejtu b'ismu.", "Fuq kollox jien darbtejn offrejt li nagħti d-dettalji lill-pulizija u ħadd ma bagħat għalija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Marzu 2000 fil-11.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TJUR - LEVY", "14288.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru f'mistoqsija parlamentari numru 14005, ma poġġiex fuq il-Mejda r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l-importazzjoni tat-tjur, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-programm nazzjonali għall-adozjoni ta' l-acquis, magħruf bħala \"In-National Programme for the Adoption of the Acquis\" (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi.", "Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi.", "Mhux għaqli li tingħata informazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal- Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas- sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.", "Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil- proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.", "AGRO-INDUSTRIJA - LEVY", "14289.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru f'mistoqsija parlamentari numru 14007, ma poġġiex fuq il-Mejda r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l-importzzjoni ta' l-agro-industrija, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir- rapport?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-programm nazzjonali għall-adozjoni ta' l-acquis, magħruf bħala \"In-National Programme for the Adoption of the Acquis (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi.", "Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi.", "Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal- Kamra wara li jitlestew jew li tingħata informazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas- sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.", "Minkejja dan kollu l-gvern lest li jsib mod kif iżomm l-oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil- proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET TAL-KATARETTI", "14290.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Peress li l-Ministru kkonferma li l-preparazzjonijiet li qed isiru mid-dipartiment tas-saħħa biex jitnaqqsu l-listi kbar li għandhom pendenti l-pazjenti Maltin u Għawdxin sabiex jagħmlu l-operazzjonijiet tal-kataretti, xorta mhux se jindirizzaw l-problema fl-immedjat, jista' l-Ministru jikkonsidra li jinġieb team mediku barranin sabiex f'perijodu mmedjat jagħmel dawn l- operazzjonijiet ta' l-għajnejn li qed jikkawżaw problemi kbar lill- popolazzjoni anzjana tas-soċjeta' tagħna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sabiex niffokaw fuq il-waiting list tal-kataretti fl- għajnejn, minn Awissu 1999 beda jintuża esklussivament għal operazzjonijiet ta' l-għajnejn, teatru fl-Isptar Karen Grech.", "Fil-preżent qed isiru operazzjonijiet ta' l-għajnejn kuljum filgħodu, u wara nofsinhar ukoll f'ċertu ġranet.", "Qed nesploraw jekk nistgħux nagħmlu sessjonijiet wara nofsinhar fil-jiem kollha tal-ġimgħa biex b'hekk titnaqqas il-waiting list preżenti."]} {"filename": "19920623_030d_par.doc", "date": "1992-06-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 30 It-Tlieta, 23 ta' Ġunju, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 30", "It-Tlieta, 23 ta' Ġunju, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "30", "It-Tlieta, 23 ta' Ġunju, 1992", "WERREJ", "MINUTI ....................................................", "689", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ............................", "689", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ............................", "698", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "Kumitat ...............................................", "699", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU", "PUBLIC TRANSPORT AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ........................................", "717", "AĠĠORNAMENT .............................................", "733", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ........................", "739", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 29 li saret fit-22 ta' Ġunju, 1992, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦABS ĊIVILI - BORD TAL-VIŻITATURI", "1047.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jidhirlu l-Ministru illi fil-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs għandu jkun hemm żagħżugħ nominat mill-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Filwaqt li l-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ ma għamel ebda talba fis-sens ta' dak li staqsa l-Onor.", "Membru, tajjeb jingħad li mhix il-funzjoni tal-Bord tal- Viżitaturi tal-Ħabs li jkun rappreżentattiv ta' diversi sezzjonijiet tas- soċjeta' Maltija.", "Il-persuni fuq dan il-Bord jintgħażlu minħabba l- kompetenza individwali tagħhom.", "Il-funzjonijiet tal-Bord tal-Viżitaturi se jinbidlu ma' l-introduzzjoni tar-regolamenti l-ġodda biex iservi funzjonijiet aktar wiesgħa.", "REVIŻJONI TAL-KARTI TA' L-EŻAMI", "1048.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jikkonferma illi biex student fil-Liceo Superjuri jagħmel revision of papers dan irid iħallas Lm15?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-eżaminaturi tar- revision ikunux l-istess eżaminaturi li kkoreġu l-karta oriġinarjament?", "Għaliex l-istudent li ta l-karta tiegħu ma jkunx preżenti meta tkun qed issir reviżjoni?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-eżamijiet ta' l-Universita':", "Għat-talbiet għar-reviżjoni tal-karti ta' l-Eżamijiet tal-Matrikola u għaċ-ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja hemm ħlas nominali ta' Lm15 għal kull suġġett.", "Jekk il-marka tinbidel f'sens pożittiv dawn il-flus jingħataw lura lill-kandidat.", "Il-karta jew karti ta' l-eżami jiġu miflija mill-ġdid mill-Bord ta' l- Eżaminaturi oriġinali flimkien ma' eżaminatur ieħor maħtur għal dan l-iskop mis-Senat ta' l-Universita'.", "L-Universita' tirregola hi l-metodu ta' l-eżami, pero' jiena favur tal- metodi kollha li jagħtu sodisfazzjoni sħiħ lil min jiġi eżaminat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk fl-aħħar eżami li sar għall-coxswains kienx hemm xi tbagħbis fil-karti ta' l-eżami u kienx hemm ukoll xi ħadd li kellu l-karti ta' l-eżami minn qabel?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Din hija l-ewwel darba kemm ilni Ministru jien li qed nisma' allegazzjoni simili u biex ngħidlek il-verita' din li qed issemmi int qiegħed naraha bi kbira, għaliex jekk kemm-il darba l-karta ta' l-eżami titla' bil-polza dak inhar stess, allura jkun difficli ħafna li f'dik il-ġurnata jkun hemm l-istess karta ta' eżami f'idejn xi ħadd ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nixtieq nitlob lill-Ministru biex jinvestiga sewwa dan il-każ u nitolbu wkoll li meta jkollu risposta jiġi hawn fil-Parlament u jgħidilna eżattament x'ġara.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nipprometti ruħi li se nistaqsi aktar fuq dan il-każ, pero' naraha diffiċli li wieħed jieħu l-karti maħdumin diġa' meta d- domandi jkunu se jitilgħu bix-xorti dak inhar stess ta' l-eżami.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Philip Muscat.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Mr Speaker għar-rigward ta' l-aħħar parti tad- domanda li għadu kif għamel l-Onor.", "Interpellant, nixtieq ngħid li l- Ministru ma rrispondihiex, specjalment meta dan staqsih jekk l-istudent ikunx mistieden biex ikun preżenti waqt li tkun qed issir ir-reviżjoni.", "Illum il-ġurnata t-trasparenza saret moda ta' kuljum u jien ma jidhirlix li fuq din il-ħaġa l-Ministru m'għandux jirrispondi iva jew le.", "Naturalment jien favur li l-istudent għandu jkun preżenti waqt ir-reviżjoni tal-karti ta' l-eżami.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nixtieq nfakkar lill-Onor.", "Philip Muscat li meta huwa kien Ministru ta' l-Edukazzjoni ma kien hemm l-ebda preżenza ta' ħadd għax proprju jien kont introducejt it-trasparenza u l-preżenza ta' xi nies fl-eżamijiet kollha, barra minn dawk ta' l-Universita' li fihom ma nikkmandax direttament jien.", "Nixtieq ngħid li għalkemm naqbel li l- Universita' għamlet pass lejn aktar trasparenza, għaliex din taħtar bniedem ieħor li mhuwiex membru oriġinali tal-panel biex jeżamina l-karta, kuntrarjament għal dak li kien isir qabel fejn kienu jibqgħu l-istess eżaminaturi, jien favur li jsir iktar minn hekk.", "Jien favur li għandu jsir kif isir fl-eżamijiet l-oħra kollha fejn jikkmanda r-Reġistratur ta' l-Eżamijiet, jiġifieri meta titlob revision of papers għas-sodisfazzjon tiegħek, jew tieħu lil xi ħadd miegħek biex jara l-karta li trid int - kif isir fl-eżamijiet ta' l-entrance tal-Liċeo u fl-eżamijiet l-oħrajn kollha - jew b'xi mod jew ieħor tinagħta sodisfazzjon ħalli tkun konvint li l- korrezzjoni tal-karta tiegħek tkun saret tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jaċċertani li l-karta ta' l-eżami għall-coxswains telgħet bil-polza?", "Jista' jagħtini informazzjoni - jekk hu possibbli għada - dwar meta telgħet bil-polza, quddiem min telgħet u jikkonfermali li kien hemm min ġab il-karta ta' l-eżami lesta u dan ġie sospiż u ma ħallewhx jagħmel l-eżami?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Li nista' nikkonferma hu li l-istanding order li hemm dwar l-eżamijiet hu li l-karta titla' dak inhar li jsir l-eżami.", "Jien ma nsegwix x'inhu jsir f'kull eżami. u allaħares nagħmilha ta' reġistratur ta' l-eżamijiet u mhux ta' Ministru.", "Jien konvint li sal-lum - għax dejjem irriżultali hekk - l-eżamijiet dejjem saru skond dak li għidt jien, jiġifieri li l-karta ta' l-eżami titla' dak inhar stess li jsir l- eżami.", "Pero' se niċċekkja dak li qed jiġi allegat u naħseb li kif ma kontx hemm jien, lanqas l-Onor.", "Interpellant li qed jagħmel il-mistoqsija supplimentari ma kien hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Muscat.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Mr Speaker, jiddispjaċini li se nkompli nistaqsi lill-Ministru, pero' mhuwiex sewwa li kull darba noqgħodu nirreferu għal dak li kien isir qabel, għax inkella nistgħu mmorru lura għas-sittinijiet meta saret inkjesta dwar xi karti ta' l-eżami li kienu magħrufin minn numru ta' kandidati.", "Dan il-Ministru jafu għax fi żmien is-sittinijiet huma kienu fil-gvern.", "Barra minn hekk pero' nixtieq ngħid li fi żmien l- Amministrazzjoni Laburista qatt ma kien hemm abbużi.", "MR SPEAKER: Point of order.", "L-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li aħna qegħdin fil-question time u l-Onor.", "Muscat qed jagħmel statement u mhux domanda.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Mela nsejt meta jien ġejt bil-karta ta' l- eżami ta' dak inhar stess fl-ufficcju tiegħek u għidtlek li dik il-karta ta' l-eżami suppost kellha toħroġ dakinhar.", "U kienet diġa' ħarġet.", "Dak inhar kien hemm miegħu l-Onor.", "Louis Galea.", "FTUĦ TAL-BOOKSHOP FIL-LIĊEO SUPERJURI", "1049.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżori Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta qatt xi darba jkun miftuħ il-bookshop fil-Liċeo Superjuri għall-użu ta' l- istudenti?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-iskop tal-bookshop huwa li jixtri kotba għad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "B'danakollu l-bookshop xorta waħda jieħu ħsieb iġib il-kotba għall- istudenti ta' l-Upper Lyceums.", "Għalhekk dan ikun miftuħ kuljum u matul il- ħin ta' l-iskola bejn Ottubru u Diċembru.", "Għalkemm wara dan iż-żmien il- bookshop ikun ħafna drabi magħluq. l-istudenti xorta jkunu jistgħu jinqdew mill-uffiċċju ta' l-istess bookshop li jinsab fl-iskola.", "TAGĦLIM TAL-LIFE SKILLS", "1050.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Għaliex l-edukazzjoni aktar bħala istruzzjoni, u b'enfasi fuq il-life skills għadha fqira wisq fil- kurrikulu fl-iskejjel tagħna?", "X'rimedji se jkollna?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Hija regola politika li sakemm ma tagħmel xejn, ftit jindunaw li hemm bżonn isir xi ħaġa, iżda malli taġixxi f'xi qasam bosta jibdew jitolbu iktar.", "Għalhekk ma nistax naqbel, għal dak li jirrigwarda l-perjodu mill- 1987 'l quddiem li l-edukazzjoni hi l-iktar istruzzjoni, u mhijiex qed tingħata biżżejjed formazzjoni.", "Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għal-Liġi ta' l- Edukazzjoni (Att.", "Nru. XXIV ta' l-1988), għar-Regolamenti ta' l-1988 dwar Kodiċi ta' Etika ta' l-Għalliema (AL 81 ta l-1988), kif ukoll għall- Kurrikulu Minimu Nazzjonali (AL 76 ta' l-1988, AL 73 ta' l-1989, AL 103 ta' l-1990, AL 56 ta' l-1991).", "Minn dawn id-dokumenti, l-Onor.", "Interpellant jara li l-edukazzjoni f'Malta hi issa mibnija fuq il-prinċipju li l- iskejjel \"ikunu jipprovdu għall-iżvilupp sħiħ tal-persuna\" (Att Nru. XXIV ta' l-1988, Taqsima 1, para 2, (b).", "Dan il-prinċipju żgur ma jħallix li l- edukazzjoni ssir aktar istruzzjoni.", "Lanqas ma nista' naqbel li l-enfasi fuq il-Life Skills għadha fqira wisq fil-kurrikulu ta' l-iskejjel tagħna.", "Anzi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena skolastika prezenti, kull student fil-Form 1 ta' l-iskejjel sekondarji għandu żewġ lezzjonijiet fil-ġimgħa ta' \"Personal and Social Education\" u s-sena d-dieħla, dan is-suġġett se jkun mogħti wkoll fil-Form II.", "Fil-klassijiet l-oħra jiġifieri fil-Forms III,IV, u V, il-\"Personal and Social Education\" tingħata fuq bażi ta' seminars.", "Ngħarraf ukoll lill- Onor. Interpellant li fil-qasam post-sekondarju wkoll qed isiru tħejjijiet biex tidħol il-\"Personal and Social Education\".", "Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li saru u qed ikomplu jsiru korsijiet ta' taħriġ għall-għalliema tal-\"Personal and Social Education\".", "Fil-laqgħat li saru għall-ġenituri li uliedhom qed jieħdu l-\"Personal and Social Education\", dawn il-ġenituri kollha wrew sodisfazzjon u apprezzament għal dan is-suġġett ġdid.", "Meta għalhekk l-Onor.", "Interpellant isir jaf li l-Ministeru ta' l- Edukazzjoni miexi fuq din il-linja politika, naħseb li jaqbel miegħi li għandna d-dritt insostnu li kuntrarjament għan-nomenklatura fl-Italja, dan il-Ministeru għandu jibqa' jiġi magħruf u bir-raġun bħala Ministeru ta' l- Edukazzjoni (u mhux Istruzzjoni Pubblika) u (issa ukoll) tar-Riżorsi Umani.", "AMNESTIJA LILL-ĦABSIN", "1051.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata l-amnestija lill-ħabsin, liema amnestija s-soltu tingħata bħala grazzja ta' l-elezzjonijiet ġenerali?", "Għaliex dan id-dewmien kollu?", "ONOR LOUIS GALEA: Ma jirriżultax li wara kull elezzjoni ġenerali tingħata amnestija.", "Meta wieħed jikkonsidra li jirrakkommanda li tingħata amnestija wieħed għandu jara u jeżamina avvenimenti oħra.", "Wara l-amnestija li għadha kif ngħatat in konnessjoni mal-50 anniversarju ta' l-għoti tal-George Cross lill-poplu Malti, il-Gvern m'għandux il-ħsieb li jagħti amnestija oħra.", "CARETAKERS FIL-LIĊEO SUPERJURI", "1066.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hemm caretakers fil- kumpless Liceo Superjuri billi ħafna studenti qed igergru minn nuqqas ta' ndafa fl-iskejjel?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fl-iskola Liceo Superjuri Gan Frangisk Abela ta' l-Imsida hemm għaxar caretakers li tlieta minnhom huma messaġiera, iżda li xorta jagħmlu xogħol ta' caretakers.", "LIVELL TAL-ĠIBJUNI", "2006.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-figuri tal-livelli tal-ġibjuni prinċipali ta' l-ilma għax-xahar ta' Mejju?", "X'kienet ir-riserva medja ta' l-ilma li kellu l-Gvern fix-xahar ta' Mejju?", "Huwa minnu li l-impjegati tad-Dipartiment ta' l-Ilma li jkollhom x'jaqsmu mal-pubbliku ġew mogħtija struzzjonijiet biex anke f'każi fejn ikun hemm qtugħ ta' l-ilma jgħidu lin-nies li dan kien dovut għall-ħsarat u mhux għall-qtugħ predeterminat?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Ambjent): L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli x'xogħol sar dwar l-ilma li jingħata lix-Xgħajra?", "Jista' jgħidli meta beħsiebu jitkompla x-xogħol l- ieħor biex in-naħa tax-Xgħajra jkun hemm servizz ta' ilma normali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Membru jaf li fix-Xgħajra għamilna booster pump direttament fis-sistema.", "Teknikament din mhix the right thing to do pero' fiċ-ċirkostanzi preżenti kellna naqagħu għal dawn il-metodi.", "Pero' f'dawn il-ġranet suppost li jibda dalwaqt ix-xogħol tal-main il-ġdid li se nagħmlu mill-Qrendi għas-South kollu ta' Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jista' l-Ministru jara li x-Xgħajra tiġi servuta almenu bil-bowsers regolarment u b'mod intensiv sakemm ix-shortage li hemm jiġi magħmul tajjeb għalih bil-pipe l-ġdid sabiex in-nies ma jbatux daqskemm batew s'issa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt minn mindu għamilna dan il-boosting, l- informazzjoni li għandi hi li issa n-nies tax-Xgħajra huma moqdijin ħafna aħjar milli kienu u m'hemmx bżonn servizz kontinwu ta' bowsers kif kien il- każ sa ftit żmien ilu.", "EXTENSIONS TA' MAINS ĠODDA", "2007.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Billi jidher li mhumiex isiru extensions ta' mains ġodda ta' l-ilma, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal dan?", "Huwa l-każ li ġew eżawriti l-finanzi allokati għalihom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-kuntratti l-ġodda qegħdin jingħataw f'dawn il-ġranet.", "Kien hemm xi dewmien minħabba li riedu jsiru xi kjarifi dwar l-offerti.", "FLATS BLA LIĊENZJA", "2008.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fiex waslu l-proċeduri tal- Pulizija dwar il-112-il każ li fl-1991 ġew mressqa lilhom dwar nies li nqabdu joperaw flats għat-turisti bla liċenzja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li sal-lum 16-il kawża minn dawn ġew deċiżi, filwaqt li oħrajn huma każi li se jinstemgħu.", "DIRETTIVI TAL-KOMUNITA' EWROPEA", "2009.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru għall-benefiċċju tal- Kamra jispeċifika u jelabora dwar id-direttivi tal-Komunita' Ewropea li jolqtu lis-settur turistiku u li se jiġu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1993?", "Min huma u minn fejn ġejjin l-esperti li se jiġu mistiedna mill-Gvern biex jindirizzaw is-settur f'aktar dettall dwar dawn id-direttivi?", "Meta se jsiru dawn it-taħdidiet?", "Dawn id-direttivi f'Malta se jingħataw is-saħħa ta' liġi?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekono-miċi): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Direttivi tal-Komunita' Ewropea dwar l-Ivvjaġġar, u dan għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Membri.", "Peress li dawn id-direttivi japplikaw kull fejn jingħata s-servizz li jkun inkluż fil-pakkett, is-settur turistiku Malti hu direttament involut.", "Huwa l-ħsieb li matul din is-sena jiġu mistiedna kelliema/ esperti miż- żewġt iswieq ewlenin, cioe' dak Ingliż u dak Ġermaniż, biex jindirizzaw l- operaturi fis-settur turistiku.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant qed jiġi żgurat li l-leġislazzjoni li titressaq quddiem din il-Kamra tkun f'armonija ma' dik proposta u mħaddma mill-Komunita' Ewropea.", "L-emendi neċessarji għall-liġijiet jiġu mressqa, jekk ikun il-każ, minn żmien għal żmien.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA", "2010.", "L-ONOR GEORGE VELLA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Huwa minnu li l-Awtorita' ta' l-ilma diġa' ngaġġat xi uffiċjali minn barra s-settur pubbliku?", "F'liema karigi huma?", "Saru reklami fil-media għall-mili ta' dawn il- postijiet?", "Kien hemm xi reazzjoni minn xi trade unions dwar dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li s'issa l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma ma ngaġġat ebda uffiċjal minn barra s-servizz pubbliku, ħlief għac-Chief Executive.", "Dan huwa impjegat ta' Enemalta Corporation, iżda ilu jaħdem fil-qasam ta' l-ilma sa minn qabel l-1981.", "Dak iż-żmien kollox sar skond il-liġi u jidhirli li +ma kien hemm xi reazzjoni kuntrarja minn imkien.", "ALLOKAZZJONIJIET FIL-MENSIJA U TA' L-IMSIERAĦ F'TAŻ-ŻWEJT", "2020.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Binja tal- Mensija u Binja ta' l-Imsieraħ f'Taż-Żwejt ġewx allokati?", "Jekk iva, dawn inħarġu għall-bejgħ jew għall-kiri?", "Jekk le, meta mistennija li jiġu allokati u meta mistennija li jidħlu n- nies fihom?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): L-appartamenti ta' Binja Mensija u Binja Msieraħ f'San Gwann ġew kollha allokati.", "Waqt li l-apartamenti ta' Binja Mensija ġew allokati b'kiri dawk ta' Binja Msieraħ ġew mibjugħa.", "Hu ttamat li f'qasir żmien dawn l-appartamenti jkunu jistgħu jiġu okkupati.", "RELIĠJUŻI FL-UNIVERSITA'", "2306.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA (f'Isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista l-Ministru jgħid kemm hemm qassisin jew reliġjużi oħra li jaħdmu fl-Universita' ta' Malta?", "Liema kariga għandhom u meta daħlu jaħdmu l-Universita'?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Lista ta' qassisin u reliġjużi li jaħdmu fl- Universita' ta' Malta:", "|Isem |Grad |Daħlu | | | |jaħdmu | | | | | |Rev. Dr. A.|Lettur |7.11.86 | |Abela* | | | |Rev. A. | \" | 1.02.92 | |Abela | | | |Rev. Dr. E.| \" | 5.10.90 | |Agius * | | | |Rev. Dr. J.|\" |30.04.82 | |Bajada * | | | |Rev. Dr. J.|\" | 1.03.91 | |Bezzina* | | | |Mgr.", "Prof. |Professu| 1.10.65 | |V. Borg |r | | |Rev. Dr. J.| Lettur |1.02.89 | |Calleja * | | | |Rev. Dr. R.| \" | 1.10.88 | |Camilleri *| | | |Mgr.", "Prof. |Professu| 1.10.66 | |C. Cassar *|r | | |Rev. Dr. S.| Lettur |1.06.90 | |Chircop | | | |Rev. Dr. A.|Lettur | 1.10.87 | |Darmanin |Anzjan | | |Mgr.", "Prof. |Professu| 1.11.68 | |A. |r | | |Depasquale*| | | |Rev. Dr. N.| | | |Debono | | | |Montebello |Lettur | 9.12.67 | | |Anzjan | | |Rev. J. | Lettur | 1.10.91 | |Farrugia * | | | |Rev. Prof. | |18.10.68 | |E. Fenech |Professu| | | |r | | | |Assoċjat| | |Rev. Prof. | \" |11.03.82 | |JA Frendo | | | |OP* | | | |Rev. Prof. |Professu|1.10.75 | |G. Grima * |r | | |Rev. Dr. |Lettur | 6.09.90 | |J.Inguanez | | | |Rev. E. | \" | 15.03.71 | |Mizzi* | | | |Rev. P. | \" |1.11.91 | |Pace SJ* | | | |Rev. Prof. |Professu|1.10.68 | |A.Sammut |r | | |Rev. Prof. | | | |P.Serracino| | | |Inglott | |27.01.64 | | |Professu| | | |r/Rettur| | |Rev. Dr. |Lettur |19.03.87 | |C.Tabone | | | |Rev. J. |Admin. |21.05.92 | |Vella |Officer | | |Rev. R. |Univ. | 1.01.92 | |Wirth |Chaplain| | |Rev. G. |Asst. |19.03.92 | |Deguara * |Lettur | | |* |- | | | |Part-tim| | | |ers. | |", "NEFQA TA' L-UNIVERSITA'", "2307.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA (f'Isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus kull dipartiment ta' l-Universita' ta' Malta mill-1 ta' Jannar sa l-21 ta' Mejju 1992?", "Kemm għandu commitments kull dipartiment tul l-istess żmien?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "STUDENTI TA' L-UNIVERSITA' LI WEĦLU", "2308.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA (f'Isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma għaddewx minn xi eżami/test ta' xi suġġġett jew unit fl- ewwel semester ta' din is-sena akkademika fl-Universita' ta' Malta?", "L-ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LINJI TAT-TELEPHONES", "2309.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA (f'Isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il linja ta' telephone hawn bħalissa?", "Kemm-il linja hemm f'kull lokal?", "Kemm-il household għandha aktar minn telephone wieħed?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni): In-numru ta' linji tat-telefon li hawn ikkonnettjati sa' l-aħħar ta' Mejju 1992 huwa ta' 142,018.", "Dawn huma mqassmin f'kull lokal kif jider fil-lista hawn mehmuża.", "Peress li l-informazzjoni rigward households li għandhom aktar minn telephone wieħed s'issa għadha mhux kompjuterizzata, mhux possibbli li jingħata dan it-tagħrif.", "LINJI TAT-TELEFON F'KULL LOKAL", "MALTA:", "|LOKALITA' |LINJI SA | | |L-AĦĦAR TA' | | |MEJJU | | | | |Floriana | 2,086 | |G'Mangia | 1,109 | |Hamrun | 4,496 | |Marsa |3,303 | |Pieta' | 1,061 | |Valletta | 7,346 | |Gżira |3,496 | |Msida |3,219 | |Sliema | 8,168 | |Ta' Xbiex |1,012 | |Baħar | 57 | |iċ-Ċagħaq | | |Ibraġġ | 187 | |Madliena | 262 | |Paceville |953 | |San Gwann |3,575 | |St. | 1,049 | |Andrew's | | |Siġġiewi | 1,821 | |St. | 3,531 | |Julian's | | |Swieqi |94 | |Buġibba |3,283 | |Mġarr |672 | |St. Paul's| 2,381 | |Bay | | |Mellieħa | 2,302 | |Mtarfa | 266 | |Rabat |4,170 | |Cospicua | 2,295 | |Fgura |3,309 | |Għaxaq | 1,125 | |Gudja |869 | |Kalkara |901 | |Luqa | 2,094 | |Paola |3,606 | |Sta.", "Lucia| 984 | |Senglea |1,231 | |Tarxien |2,445 | |Vittoriosa| 940 | |Zabbar | 4,077 | |Zejtun | 3,532 | |Balzan | 1,710 | |B'Kara | 7,524 | |Qormi |5,707 | |St. Venera| 2,297 | |Attard | 2,583 | |Gharghur | 585 | |Lija | 1,344 | |Mosta |5,314 | |Naxxar | 2,292 | |Dingli | 793 | |Mdina |161 | |Mtaħleb | 42 | |San Pawl | 343 | |tat-Tarġa | | |Żebbuġ | 3,121 | |Kirkop | 607 | |Mqabba | 787 | |Qrendi | 731 | |Safi | 512 | |Żurrieq |2,500 | |B'Bugia |2,726 | |M'Xlokk |872 | |M'Scala |1,991 | |Ħal Far |280 | | | -------- | |TOTAL |133,069 |", "GOZO", "|Fontana | 32 | |Għajnsiele|613 | |m | | |Għarb |300 | |Għasri | 116 | |Kerċem | 418 | |Marsalforn| 461 | |Mġarr | 64 | |Munxar | 125 | |Nadur |1,133 | |Qala | 462 | |SanLawrenz|16 | |Sannat | 389 | |St. Lucia | 27 | |Victoria | 2,513 | |Xagħra | 988 | |Xewkija |809 | |Xlendi |73 | |Zebbug | 269 | | |------ | |TOTAL |8,943 |", "GRAND TOTAL 142,018", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Financial Report għas-sena 1991.", "Kopja ta' dan ir-rapport diġa' tqassmet lill-Onorevoli Membri.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIĠURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mis-17 ta' Ġunju, 1992.", "Klawsola 24 - Żieda ta' artikolu ġdid 78A ma' l-Att prinċipali (Kont.)", "Clause 24 - Addition of new Section 78A to the principal Act (Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-aħħar darba kont ressaqt emenda għaliex il- klawsola kif inhi tista' tiftiehem ħażin.", "Fl-Abbozz hemm il-kliem \"persuna mhux miżżewġa jew armla\" li tista' tiftiehem li qed tirreferi għal persuna mhux miżżewġa jew mhux armla.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Veru li konna wasalna biex nikkonkludu pero' l- aħħar darba jien kont irrimarkajt jekk hux il-każ li l-Ministru għandu jagħti il-go ahead, jekk xi ħadd ħandikappat jaqax taħt din il-klawsola.", "Din għandna nirranġawha għax hemm diskriminazzjoni kbira.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fost il-kummenti li saru, aħna konna qbilna fuq ħafna affarijiet pero' ma konniex f'pożizzjoni li nirranġaw xi affarijiet.", "Kif wegħedt, ħafna mir-rimarki li saru, aħna se neħduhom in konsiderazzjoni u meta jasal il-mument, nirranġaw ċerti affarijiet biex nimpruwvjaw.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi emenda \"C\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 24 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Emenda ta' l-artikolu 79 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 25 - Amendment to Section 79 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 25 qed temenda artiklu 79 ta' l-Att principali li jitkellem dwar l-għoti ta' allowance għall-orfni u allowance supplimetari għall-orfni.", "L-għan ewlieni wara dawn l-emendi li jidhru f'din il-klawsola hu sabiex jogħlew ir-rati ta' dawn iż-żewġ benefiċċji.", "L- ewwel rata għoliet b'50ċ fil-ġimgħa u ġiet Lm8.50ċ filwaqt li t-tieni rata għoliet b'Lm1.00 fil-ġimgħa u ġiet Lm17.95.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 - Emenda ta' l-artikolu 80 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 26 - Amendment to Section 80 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din il-klawsola qed temenda artiklu 80 ta' l-Att prinċipali li jittratta dwar il-ħlas ta' l-għotja għaż-żwieġ.", "Qabel din kienet tammonta għal Lm60.50 u issa qed togħla għal Lm63.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Emenda ta' l-artiklu 82 ta' l-Att principali.", "Clause 27 - Amendment to section 82 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din il-klawsola wkoll qed issir bil-għan li tingħata żieda, din id-darba fir-rata ta' beneficcju għall-maternita' li titħallas bis-saħħa ta' artiklu 82 ta' l-Att prinċipali.", "Din ir-rata qed togħla b'25c fil-ġimgħa, jiġifieri minn Lm6.05 għal Lm6.30 fil-ġimgħa.", "Ta' min ifakkar li dan il-beneficcju jitħallas għal perjodu ta' 13-il ġimgħa, tmien ġimgħat qabel it-twelid tat-tarbija u ħames ġimgħat wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: L-uniku kumment tiegħi hu li din xorta baqgħet baxxa ħafna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 - Emenda ta' l-artikolu 82A ta' l-Att principali.", "Clause 28 - Amendment to section 82A of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: F'din il-klawsola hemm propost li jogħla l-limitu tad-dħul li jista' jkollha koppja biex ma titlifx id-dritt li tirċievi l- allowance tal-ġenitur.", "Din l-emenda qed taffettwa artiklu 82A ta' l-Att prinċipali u l-iskop hu biex dan il-limitu jiżdied bl-ammont ta' increase in the cost of living li ngħata b'mod ġenerali fil-pagi matul is-sena 1991, għax dan il-limitu huwa marbut mad-dħul tas-sena ta' qabel li fiha titħallas din l-allowance.", "Hawn qed nimxu fuq l-allowance tas-sena ta' qabel.", "Dan qed iseħħ ħalli ħadd ma jitlef id-dritt li jirċievi din l- allowance wara żieda ġenerali fil-paga.", "Dan ifisser li l-limitu għola b'Lm65 fis-sena għal Lm2,730.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, din hija l-parental allowance u jien mhux l-ewwel darba li kkummentajt dwarha.", "Issa diġa' ilna xi erba' snin inċaqilqu dan il-limit.", "Jidhirli li konna bdejna bl-Lm2400, tlajna għal Lm2665, u issa tlajna għal Lm2730.", "Mr Chairman, nappella lill-Ministru biex din l-allowance jeħodha in konsiderazzjoni għar-raġuni li ħafna nies illi għandhom tlett itfal taħt il-11 il-sena u jaqbżu s-somma - per eżempju, b'Lm10 - għax jinzertaw jaħdmu mal-Gvern jew anke mal-privat ma jikkwalifikawx.", "Imbagħad għandek kwantita' kbira ta' nies self-employed li jiddikjaraw ħarira inqas u jirnexxilhom jgħadduhom u qegħdin jieħdu din l-allowance.", "Din mhux l-ewwel darba li għidna dan.", "Għidtu fit-Tieni Qari wkoll u jidhirli li din il- kwestjoni ta min jikkonsidraha għax hemm diskriminazzjoni kbira.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nixtieq naċċertah li qegħdin nikkonsidrawha u ngħidlu wkoll li naqbel ħafna miegħu f'din il-biċċa xogħol tas-self- employed.", "Hemm ħafna nies li qed jiddikjaraw income baxx u mbagħad jibbenifikaw minn din il-ħaġa.", "Għalhekk qegħdin neħduha bis-serjeta'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, int taf li meta nidħlu fid-djar ġieli jsemmuhielek u ma jkollokx risposta għalihom.", "Il-Ministru jaf bħali li hemm min jieħu l-allowance u hemm min ma jeħodhiex.", "Jiġifieri dan juri li l-politika tal-Gvern hija żbaljata f'dan il-qasam.", "Għax din mhux bħaċ- children's allowance jeħodha kulħadd, imma din l-allowance hija marbuta ma' somma li llum hija ta' Lm2730 u ma' tlett itfal.", "Veru li jkollhom tlett itfal imma jilgħabu bis-somma tal-flus kif iridu.", "Jien ma nistax nifhem għaliex tħalliet hekk dawn is-snin kollha, meta fl-ewwel sena għamilna l-istess rimarki u kien hemm il-wegħda min-naħa l-oħra li din wieħed jista' jirranġaha.", "Issa spiċċajna biex dħalna f'Leġislatura oħra u ma ġie rranġat xejn.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nixtieq nipprova nifhem lill-Onor.", "Membru.", "Hu qiegħed jara li l-ammont ta' Lm2,730 huma baxx, għoli, jew li wieħed għandu jikkonsidrah?", "Irrid nagħmilha ċara li din mhux iċ-children's allowance.", "Dawn jingħataw Lm2 mhux għal kull tifel, imma lil kull familja basta jkun hemm tifel jew tifla taħt il-11-sena.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Dan l-ammont iffisah il-Gvern.", "Aħna qed ngħidu li l-apprezzament lejn ix-xogħol li tagħmel il-mara fid-dar kienet wegħda fil-programm elettorali.", "Issa aħna qed ngħidu li ladarba int trid tapprezza x-xogħol tal-mara fid-dar allura m'għandekx torbot lilek innifsek la mas-somma ta' l-allowance u lanqas ma' l-ammont tat-tfal.", "X'inhi r- raġuni li wieħed ma jikkwalifikax għax jinzerta jaħdem fejn jirrapportawlu bl-eżatt, imbagħad għandek kwantita' kbira ta' ħaddiema li qed jirranġaw baxx baxx biex ma tinqabiżx din is-somma.", "Din il-liġi qegħda magħmula b'tali mod li bilfors tagħti lok għall-abbuż u qed jiġri li min jimmeritah mhux qed jeħodha.", "F'dan il-każ jidher li m'aħniex napprezzaw ix-xogħol tal- mara fid-dar u aktar minn hekk qed jagħti lok għall-ħolqien ta' diskriminazzjoni bejn nisa oħrajn.", "Infakkar li dan il-Gvern sikwit kien jgħajjat bl-ugwaljanza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Preżentement naħseb li l-ammont ta' Lm2,730 huwa limitu mhux ħażin.", "Aħna dejjem napprezzaw ix-xogħol li qed tagħmel il-mara fid-dar, imma jien naħseb li dan il-limitu qiegħed mhux ħażin għax qed jingħataw lil familja waħda, u mhux għal kull tifel jew tifla, imbasta t- tfal jkunu għadhom taħt il-11-il sena.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Dan li qed ngħid huwa ċar daqs il-kristall.", "Id-domanda orġinali li għamilna aħna kienet: Għaliex wara l-wegħdiet kollha li għamilna fejn urejna li se napprezzaw ix-xogħol tal-mara fid-dar - u kien hemm ukoll il-wegħda tal-Lm5 - xorta baqa' ma sar xejn?", "Niftakar l-ewwel kritika li kienet saret u li kien irrisponda għaliha l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, fejn qal li l-affarijiet mixjin bil-mod għax din għadha l-ewwel sena.", "Issa għaddew erba' snin, dħalna f'Leġislatura oħra u kollox baqa' l-istess, jiġifieri l-allowance hija marbuta mas-somma u hija wkoll marbuta man-numru ta' tfal.", "Pero' dan xorta waħda baqa' jagħti lok għall-abbuż.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li Lm2,730 huwa ammont baxx jew għoli.", "Aħna qed nistaqsu biss Għaliex għandu jkun hemm dawn il- limitazzjonijiet?", "Żgur huwa fatt li hemm min hu kapaċi ma jaqbiżx l-ammont mentri min-naħa l-oħra hemm min li għal ftit liri ma jeħodhiex.", "THE DPEUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 - Emenda ta' l-artikolu 83A ta' l-Att Prinċipali.", "Clause 29 - Amendment to Section 83A of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 29 tbiddel il-provvedimenti ta' artiklu 83 A ta' l-Att prinċipali, u qed jitkellem dwar allowance li tammonta għall- Lm3 fil-ġimgħa li għandha tingħata lit-tfal ħandikappati kollha li jirċievu din l-allowance, minħabba il-fatt li huma jkunu għalqu s-16-il sena, fil- każ ta' dawk li jkunu fiżikament jew mentalment ħandikappati, u 14-il sena fil-każ ta' dawk li jkunu għomja u li għal xi raġuni jew oħra ma jikkwalifikawx għall-pensjoni tal-ħandikapati li titħallas taħt l-Att prinċipali.", "Allura dawn qed jingħataw id-dritt li jibqgħu intitolati għal din l-allowance, minkejja li huma jkunu għalqu l-eta' hawn fuq msemmija, dejjem jekk kemm-il darba huma ma jkunux qegħdin jaħdmu jew inkella jkunu għadhom jirċievu full-time education f'xi istituzzjoni governattiva u ma jkunux qed jieħdu xi ebda forma ta' remunerazzjoni jew allowance, bħalma huma stipendju ta' l-istudenti jew ħlas għall-apprendisti, mingħand min ikun qed iħaddimhom jew l-ispecial allowance li jitħallas taħt l-Att prinċipali li naturalment tkun qed titħallas lilhom matul dan l-istess żmien.", "Hawn qegħdin nitkellmu biex lilhom nestendulhom l-perjodu ta' żmien ħalli huma jkunu jistgħu jieħdu din l-allowance.", "Din l-allowance taffettwa ħafna lit-tfal torox li għadhom taħt l-eta' ta' 16-il sena.", "Iżda meta dawn it- tfal jagħlqu 16-il sena, dawn ma jkunux aktar intitolati għal din l- allowance li tammonta għal Lm17.75c fil-ġimgħa, iżda jibqgħu jeħduha biss dawk li jkunu torox u muti.", "Meta din l-emenda tgħaddi mill-Parlament, allura dawk it-tfal kollha li jkunu torox biss, qed jingħatalhom ċ-ċans li huma jieħdu l-allowance sakemm huma ma jgħalqux it-18-il sena jew jibdew jaħdmu u jieħdu xi stipendji oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Ma l-abnormalita' mentali severa qegħdin nżidu tip ieħor ta' handicap u fl-opinjoni tiegħi din hija ħaġa tajba ferm.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 - Emenda ta' l-artikolu 87 ta' l-Att Principali.", "Clause 30 - Amendment to Section 87 of Principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 30 qed temenda artiklu 87 ta' l-Att prinċipali u tittratta dwar persuna li tkun skwalifikata milli tirċievi l- allowance tat-tfal.", "Hawn kienet nħasset il-ħtieġa biex din l-emenda titqanqal għar-raġuni li kienu tqanqlu xi dubji mill-arbitru dwar jekk il- provvedimenti - ta' kif saru sa' mill-bidunett ta' din l-allowance - kenux ċari biżżejjed dwar il-fatt li persuna effettivament titlifx id-dritt ta' l- allowance jekk matul iż-żmien li fih hija tkun qed tgħix barra minn Malta dan id-dritt titilfux b'mod li jkun irrevokabbli.", "Infatti l-arbitru ħass li bil-mod ta' kif inhu msawwar dan l-artiklu ta' l-Att principali jista' jħalli lok li persuna li tiġi lura Malta wara xi żmien - hu kemm hu dan iż- żmien - titlob li dak li qatt ma ħadet meta kienet barra minn Malta jingħatalha kollu f'daqqa appena din tiġi lura.", "Peress li dan qatt ma kien il-ħsieb, ġie deciż li ssir din l-emenda għal dan l-artiklu bl-iskop li jiġi ċċarat darba għal dejjem li d-dritt fih innifsu għal din l-allowance ma jibqax jeżisti matul iż-żmien li persuna tkun qed tgħix barra minn Malta.", "Naturalment għal dawn il-provvedimenti hemm xi eċċezzjonijiet bħalma hemm dwar provvedimenti oħra li jirrigwardaw l-għoti ta' din l-allowance, liema eċċezzjonijiet joħorġu mir-regolamenti ad hoc li hemm dwar dan is-suġġett li jidhru fl-Avviż Legali Nru. 14 u Nru 61 ta' l-1987.", "Aħna qegħdin ngħidu li min ma jkunx għex f'Malta ma jistax meta jiġi lura jikklejmja l-allowance tat-tfal.", "Issa qed ngħidu li:", "\"Kap ta' familja impjegat mal-Gvern ta' Malta għandu jitqies li jirrisjedi f'Malta għal kull perijodu li matulu jkun qed jirrisjedi barra minn Malta jekk -", "(a) ir-residenza tiegħu barra minn Malta tkun konsegwenza ta' l-impieg tiegħu mal-Gvern ta' Malta; (b) kien jirrisjedi f'Malta qabel l-imsemmi impieg tiegħu.\".", "Hemm ukoll imbagħad il-kwestjoni ta' membri ta' l-ekwipaġġ.", "U hawnhekk se nikkwota mill-Legal Notice 14 ta' l-1987 li tgħid:", "\"Kap ta' familja li jkun impjegat bħala membru ta' l-ekwipaġġ ta' xi bastiment għandu jitqies li jirrisjedi f'Malta matul kull perijodu li jkun barra minn Malta għall-finijiet ta' l-impieg tiegħu jekk it-tfal li dwarhom tkun qed tintalab allowance jirrisjedu f'Malta u jkunu ilhom hekk jirrisjedu kontinwament matul l-aħħar tliet xhur minnufih qabel id-data għat-talba.\"", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: B'din il-Klawsola għandi nifhem li apparti l- Legal Notice u apparti li kien hemm iċ-ċans li jista' jsir abbuż minn min ikun emigra għaliex jitlob li jkollu backdating ta' l-allowance, kollox baqa' l-istess?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-Legal Notice baqgħet tapplika għal dawk li huma mpjegati mal-Gvern Malti u qegħdin ...", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jekk ċittadin Malti li qed jaħdem il-Libja b'familja ta' tlett itfal hawnhekk juri li mhux qed jaqla' aktar minn Lm2,730, allura bil-klawsola kif illum qegħda dan ma jikkwalifikax?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Le, jekk tippermettili dik il-klawsola spiċċat.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-allowance tat-tfal.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Il-Liġi originali qegħda tirreferi għal artikli 83, 84 u 85, jiġifieri dwar dawk il-benefiċjari li jaqgħu taħt dawk it- tliet klawżoli ....", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Aħna qed niddiskutu klawsola 30 ta' l-Abbozz li qegħda temenda artiklu 87 ta' l-Att prinċipali.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Subartiklu 87(2) ta' l-Att prinċipali jgħid:", "\"Ħlief kif jista' jiġi preskritt \"allowance\" imħallsa taħt l-artikoli 83, 84 u 85 ta' dan l-Att ...\".", "Jiġifieri hawnhekk qed nirreferu għal dawn l-artikli.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Aħna qed nitkellmu dwar skwalifika għall-allowance tat-tfal jekk il-missier ma jkunx qed jgħix hawn Malta.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Aħna kulma qegħdin ngħidu f'din l-emenda hu li min ikun emigra ma jistax jiġi lura u jgħidilna li ta' dak il-perjodu li ma kienx hawn irid jitħallas.", "Imma dan isir kemm jekk issiefer il-familja u kif ukoll jekk isiefer l-missier biss?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jekk il-missier jemigra.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jekk wieħed jemigra lejn l-Awstralja jew il- Kanada waħdu għal sitt xhur u ma jaħdimx u jħalli tlett itfal hawnhekk, allura dan jitlef id-dritt għall-allowance?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Le, jien naħseb li tal-perjodu li jagħmel hemmhekk it-tfal xorta qegħdin jieħdu c-children's allowance u anke l-allowances li konna qed insemmu qabel.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mela l-emenda proprju għalxiex qed issir, Mr Chairman?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Hawnhekk qegħdin nirreferu għal xi persuna li meta tiġi lura Malta titlob li t-tfal tagħha jirċievu c-childrens' allowance kollha f'daqqa tal-perjodu waqt li hi kienet imsiefra kollha f'daqqa.", "Aħna mhux qed nitkellmu fuq parental allowance, allura l-figura ta' Lm2,730 mhux issa tidħol.", "Aħna bħalissa qed nitkellmu fuq iċ-children's allowance.", "Il-parental allowance tidħol fi klawsola 83A.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Aħna qegħdin ngħidu li fis-subartiklu 87 (2) ta' l-Att principali minflok il-kliem \"m'għandhiex titħallas\" għandhom jidħlu l-kliem \"la għandha titħallas u lanqas tkun dovuta\".", "Din l-emenda tkopri dak kollu li hemm f'dawk it-tliet klawsoli li kont qed nirreferi għalihom.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jekk f'dak il-perjodu jkun imsiefer, meta jiġi lura ma jistax jitlobhomlna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Id-domanda tiegħi kienet dwar xi ħadd li jsiefer waħdu.", "Biex ma niżvijjahx, ngħidlu li c-children's allowance ma jitlifhomx.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jekk l-omm u tfal jibqgħu hawn Malta, it-tfal jibqgħu jeħduha c-children's allowance.", "Ma naħsibx li xi ħadd li jkun mar barra minn Malta jippretendi li jieħu c-children's allowance tat-tfal ta' dak il-perjodu li jkun nieqes.", "Dik hi l-idea tagħna.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Safejn naf jien is-sena precedenti ta' meta l- individwu japplika għal dan il-beneficcju, trid tkun imħallsa.", "Jiġifieri jekk wieħed japplika fl-1991 jrid japprova li l-bolol ta' l-1990 huma mħallsa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Hawn qed nitklellmu fuq l-istess ħaġa.", "Kif diġa' għidt, f'każ li t-tfal ikunu hawn Malta u l-missier imur l-Awstralja biex jara kif imur, jagħmel sitt xhur hemmhekk u mbagħad jiġi lura, dik ma tidħolx, għax it-tfal xorta jibqgħu jieħdu c-children's allowance.", "Jekk dan jitlaq bit-tfal, jagħmel tant xhur u mbagħad jiġi lura, ma jistax jitlob il-flus tac-children's allowance għal dak il-perjodu li t-tfal ma kenux hawn.", "Fil-fatt, l-arbitru deherlu li kien hemm xi dubju dwar dan u aħna qed niċċarawha permezz ta' din l-emenda.", "Jiġifieri m'hu se jinbidel xejn milli kien hemm qabel, imma sempliċement qed nagħmluha aktar ċara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Skond il-liġi, min japplika għaċ-children's allowance ma jfittxulux il-bolol ta' dik is-sena li jkun qed japplika fiha u ta' qabel, imma jekk japplika llum jaraw il-bolol li jkollu għall-1990.", "Allura kif tista' ċċaħdu minnhom jekk skond il-liġi dan għandu dritt għalihom?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-Onor.", "Membru għandu raġun iċaqlaq rasu għax qed jara li kwazi ma kienx hemm għalfejn issir, imma din l-emenda saret apposta biex niċċaraw il-punt li qajjem l-arbitru, li jekk wieħed jiġi lura Malta wara li jagħmel perjodu qasir imsiefer flimkien mat-tfal u jitlobna l-flus tac-children's allowance għall-perjodu li ma kienx hawnhekk, dan ma jkollux dritt għalihom.", "Għalhekk qed nagħmluha ċara li ma jkollux dritt għalihom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Memrbi: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31 - Emenda ta' l-artikolu 94 ta' l-Att principali.", "Clause 31 - Amendment to section 94 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din il-klawsola qed issir bl-iskop li jiżdied il- proviso għall-provvedimenti attwali ta' artiklu 94 ta' l-Att prinċipali li jipprovdi li minkejja li jkun hemm żieda fil-pensjoni tas-servizz, il- pensjoni tas-sigurta' soċjali ma tonqosx.", "B'din l-emenda qed ngħidu li mhux biss ma tistax tonqos, iżda bilfors għandha tiżdied b'mhux anqas minn żewġ terzi taż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 - Emenda ta' l-artikolu 95 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 32 - Amendment to section 95 of the principle Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Bi klawsola 32 qed nemendaw artiklu 95 ta' l-Att prinċipali li jitkellem dwar drittijiet għal aktar minn benefiċċju wieħed taħt l-Att prinċipali, u hija konsegwenzjali għall-introduzzjoni tal- pensjoni għall-wens.", "Din l-emenda tfisser li bħal fil-każ ta' benefiċċji oħra mħallsa taħt l-Att prinċipali, din il-pensjoni tkun tista' titħallas flimkien ma' xi pensjonijiet jew benefiċċji oħra basta bejn dawn ma tinqabiżx l-għola rata li persuna tkun tista' tirċievi minn xi pensjoni minnhom li kieku kienet tirċievi lilha biss.", "Nagħtu każ li armla tkun qed tirċievi a reduced pension ta' Lm10 fil- ġimgħa.", "Allura meta din tapplika għall-pensjoni għall-wens li hija ta' Lm17.95 fil-ġimgħa, hija tirċievi d-differenza ta' Lm7.95 biex b'kollox jammontawlha għal Lm17.95, li hija also means tested.", "Dan hu l-iskop ta' din l-emenda.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, f'dan l-artiklu ta' l-Att prinċipali nitkellmu wkoll fuq il-kwestjoni ta' l-għajnuna soċjali flimkien mal-pensjoni ta' l-eta'.", "Issa l-pensjoni ta' l-eta' ma tistax tkun kontributorja taħt dan l-Att imma dejjem taħt l-għajnuna soċjali.", "Allura din il-parti għaliex qegħdin inħalluha?", "(Interruzzjonijiet) Le, dan l-artiklu jittratta dwar għajnuna soċjali u pensjoni ta' l-eta' mħallsa taħt dan l-Att, jiġifieri meta persuna jkollha dritt għal żewġ pensjonijiet.", "Hawn ma tidħolx il-pensjoni għall-wens.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-ewwelnett aħna konna qegħdin ngħidu li din il-klawsola hija konsegwenzjali u qegħdin naraw hijiex konnessa mal-pensjoni għall-wens.", "Aħna qegħdin ngħidu:", "\"F'każ ta' xi benefiċċji oħra mħallsa taħt l-Att prinċipali, din il- pensjoni tkun tista' titħallas flimkien ma' xi pensjonijiet oħrajn, jew għajnuniet oħrajn, basta bejn dawn il-pensjonijiet ma tinqabisx l-ogħla rata li persuna tkun tista' tirċievi minn xi pensjoni minnhom.\"", "Jiġifieri hawnhekk qed nirreferu għall-iktar pensjoni għolja.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mela l-pensjoni għall-wens jeħodha minn ikollu l- għajnuna soċjali?", "Din jeħodha min ikun qed jieħu ħsieb lill-moribond.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Aħna qegħdin nemendaw l-artiklu 95 ta' l-Att prinċipali.", "Issa fejn hi d-diffikulta' tiegħek, Onor. Micallef?", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Klawsola 32 tgħid:", "\"Fl-Artiklu 95 ta' l-Att prinċipali, minflok il-kliem \"Pensjoni ta' l-Eta'\" għandhom jidħlu l-kliem \"Pensjoni ta' l-Eta' u Pensjoni għall-Wens\".\"", "Issa, kif qed igħid il-Ministru jekk biż-żewġ pensjonijiet flimkien ma tinqabisx it-tali rata ...", "(Interruzzjonijiet) Le, dan l-argument ma jreġix għax dawn il-pensjonijiet ma jeħodhomx l-istess individwu.", "L- għajnuna soċjali jeħodha l- moribond u l-pensjoni għall-wens jeħodha min idur bih.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq min idur bil-moribond jew fuq il-moribond?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien nifhem li hawnhekk qed nitkellmu fuq min idur bil-moribond.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiġifieri jekk jiena, per eżempju, waqaft mix- xogħol u għandi ċertu pensjoni għax ħallast 30 sena bolol, se nikkwalifika għall-pensjoni għall-wens ukoll?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jekk dik li tirċievi l-pensjoni għall-wens tkun armla, din ma tirċevix Lm17.95 plus Lm10, imma tirċievi d-differenza ta' Lm7.95 biex tilħaq l-ammont ta' Lm17.95.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Imma hawnhekk m'għandiex x'taqsam l-armla.", "Il- pensjoni għall-wens mhux għall-ġenitur qegħda?", "Allura hawn fejn jidħol il- ġenitur?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Hawn fuq min idur bil-ġenitur qed nitkellmu.", "Mr Chairman, naħseb li aħjar nissospendu l-Kumitat għal ħames minuti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat huwa sospiż.", "Il-Kumitat ġie sospiż fis-7.06 p.m. u rriżuma fis-7.11 p.m.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, kif għadu kemm ġie spjegat lili u anke lill-Ministru, nifhem li jista' jkun hemm każijiet bħal dawn.", "Din il-kwestjoni rrid nispjegaha kif naħseb li jixtieq il-Ministru wkoll.", "Meta armla terġa' tirritorna lura għand ommha jew għand missierha li jkunu fis-sodda u żewġha ma jkunx ħallas biżżejjed bolol biex jieħu l-ogħla rata, meta tibda tieħu l-pensjoni għall-wens ikollha ċ-ċans li tieħu d- differenza biex tilħaq l-ogħla rata li qed nagħtu llum.", "Din hija eċċezzjoni, imma tista' tiġri.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din ipprovajt nispjegaha billi għidt li dik l-armla li, per eżempju, għandha pensjoni ta' Lm10 jew Lm12 għaliex għandha l-iktar rata baxxa tieħu d-differenza sakemm tirċievi Lm17.95 tal-pensjoni għall- wens.", "Din tolqot dawk il-każijiet fejn armla jkollha 'l missierha jgħix magħha u dan ikun qiegħed ġo sodda.", "Dawn mhumiex każijiet li tiltaqa' magħhom kuljum, imma jekk ma nagħmluhiex hekk, f'xi każijiet ikollok tagħti aktar minn pensjoni waħda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 32.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 32 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 33 - Tħassir ta' l-artikolu 96 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 33 - Repeal of section 96 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 33 qed tħassar artiklu 96 li kien jiġbor fih provvediment dwar it-telfien tad-dritt għal xi pensjoni minħabba li jkollha xi liċenzja li tkun maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija biex tmexxi xi negozju.", "Bis-saħħa ta' din l-emenda, persuna mhix se tibqa' titlef id-dritt għall-pensjoni tagħha sempliċement għax ikollha xi liċenzja fil-pussess tagħha.", "Persuna tista' żżomm f'isimha xi liċenzja u d-dritt tagħha għall-pensjoni jkun irregolat skond il-qliegħ li, b'eċezzjoni tar- romol li għandhom it-tfal li aħna konna għidna li jistgħu jaqilgħu kemm iridu, m'għandux ikun aktar mill-paga minima nazzjonali ta' Lm35.63 fil- ġimgħa.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ikollu xi liċenzja u ma jkunx qed jaqla' aktar minn Lm35.63 fil-ġimgħa, dan ikun jista' jżomm dik il-liċenzja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Artiklu 96 kien jitkellem dwar diversi affarijiet.", "Aħna m'aħniex kontra li fil-każijiet fejn kien hemm liċenzja dak li jkun ġieli jiġi qisu rikattat, imma qegħdin inkunu bold meta qed inneħħu l-artiklu kollu.", "Jiġifieri naħseb li hawnhekk qegħdin noħolqu lok għal abbuż.", "Nerġa' ngħid li aħna m'aħniex kontra dawn il-każijiet għax ġieli kien hawn min kellu liċenzja li jekk ineħħiha jitlef anke fejn joqgħod.", "Imma x'inhi r-raġuni li għamilna clean sweep kompletament?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, jien anke bħala tabib kont niltaqa' ma' dawn il-każijiet fejn wieħed għax ikollu liċenzja ma jkunx jista' jieħu l- pensjoni.", "Issa qed ngħidu li sakemm ma jaqlax iktar mill-minimum wage, ikun jista' jżomm il-liċenzja.", "Jiġifieri anzjan li jkollu xi ħanut ckejken qed nagħtuh iċ-ċans li jibqa' jżommu - għax ħafna drabi dan ikun marbut ma' qalbu - u sakemm jaqla' sa Lm35.63 ikun jista' jibqa' jieħu l- pensjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 33.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 33 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 - Emenda ta' l-artikolu 101 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 34 - Amendment to section 101 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: B'din il-klawsola qed jiġi emendat artiklu 101 li jitkellem dwar il-mod kif wieħed jagħmel talba għal xi benefiċċju u ż-żmien li fih għandha ssir it-talba biex ma jintilifx id-dritt jew xi parti mill- benefiċċju li jkun mitlub.", "Hemm żewġ għanijiet wara l-emenda proposta.", "Bis-saħħa ta' subklawsola (a) qed jingħad li t-talba għall-pensjoni għall- wens tkun trid issir fi żmien ħamest ijiem minn meta persuna tippretendi li għandha tirċievi din il-pensjoni.", "Dan huwa limitu identiku għall- pensjonijiet oħra mhux kontributorji u l-għajnunijiet kollha li huma mibnija fuq eżami tal-mezzi finanzjari ta' l-individwu jew tal-familja.", "Jekk jilħqu jgħaddu dawn il-ħamest ijiem, it-talba relattiva tibda tgħodd biss mill-jum li fih tasal fil-Head Office tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Bis-saħħa tas-subklawsola (b) qed jiġi ċċarat li meta persuna tiġi skwalifikata milli tirċievi xi benefiċċju, din l-iskwalifika fiha nnifisha titterminalha d-dritt tal-benefiċċju konċernat, u allura tkun trid terġa' tapplika għalih mill-ġdid bl-istess mod u fl-istess żmien kif imsemmi qabel.", "Din l-emenda qed issir għax l-arbitru ġibed l-attenzjoni tad- Direttur li għalih ma kenitx ċara biżżejjed li dik il-persuna li tiġi skwalifikata milli tirċievi benefiċċju tkun trid terġa' tapplika mill-ġdid.", "L-arbitru attiralna l-attenzjoni li skond hu d-Dipartiment kien ikollu diversi snin ta' benefiċċju f'arretrati.", "Per eżempju, jekk xi ħadd ifettilu jqanqal il-każ li d-Dipartiment kellu jkun hu li jerġa' joqgħod jibgħat għalih regolarment biex jara jekk jikkwalifikax, biż-żieda ta' subartiklu (4) ġdid mal-provvediment eżistenti kif propost fis-subklawsola (b) ta' din il-klawsola, din il-biża' issa ġiet eleminata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, paragrafu (b) ta' klawsola 34 jgħid hekk:", "\"Kemm-il darba ma jkunx jingħad xort'oħra fid-dispożizzjonijiet relat-tivi ta' dan l-Att, meta persuna tkun b'xi mod skwalifikata milli tirċievi benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna taħt dan l-Att, din ma terġax issir intitolata għal dak il-benefiċċju, pensjoni, allowance, jew għajnuna taħt u skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att kemm-il darba ma tagħmilx talba għalhekk mil-ġdid skond id-dispożizzjonijiet ta' qabel dan ta' dan l- artikolu u għal dan il-fini, il-limitazzjoni taż-żmien rispettivi stabbi- liti fis-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu għandhom, f'kull każ partikolri, jibdew igħoddu mid-data li fiha dik l-iskwalifika msemmija qabel f'dan l-artikolu tieqaf.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Meta wieħed jiġi skwalifikat dan jiġi avżat immedjatament.", "L-importanti huwa li meta jiġi skwalifikat ikun irid jerġa' japplika mingħajr ma jibgħat għalih id-Dipartiment.", "B'hekk ma jkunx qiegħed jitfa' l-onus kollu fuqna.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nixtieq inkun naf dan wara kemm qiegħed jiġi nformat.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien naħseb li skond ma jkun il-każ.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: U kif jiġi informat?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien naħseb li jiġi informat permezz ta' ittra.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Imma, nerġa' nistaqsi, wara kemm jiġi nformat?", "Għax jien għandi każijiet li qegħdin idumu ġimgħat ma jiġu informati.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jekk hemm xi każijiet speċjali li inti tixtieq ...", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mhux xi każijiet spċejali.", "Ma nixtieqx ntawwal għax anke r-rapportaġġ li ntqal hawnhekk huwa zero, imma dawn il-kummenti rridu nagħmluhom.", "Kif għidt fit-Tieni Qari, għal xi raġuni qed jiġu avżati anke ġimgħat wara.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici b'mod sarkastiku qal li minħabba l-computer.", "Din mhix kwestjoni tal-computer, anzi meta jkun hemm il-computer inkunu nistgħu nagħmluhom iktar malajr.", "Il-punt hu li għandhom isiru as soon as possible, u jien naccertak li ma neħdux ġost li xi ħadd ikollu joqgħod jistenna u mbagħad jieħu r-risposta li hu skwalifikat.", "Jekk hemm xi każijiet li jixtieq li aħna nivverefikawhom, jien naċċetta bil-qalb kollha, imma in ġenerali qed ngħidu li għandhom isiru as soon as possible.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Illejla, per eżempju, iddawwart ftit biex ġejt hawn minħabba każ bħal dan ta' armla.", "F'dawn l-affarijiet qed ikun hemm wisq dewmien u kieku mhux għax ikollhom min igħinhom, bħalma ngħinuhom aħna, dawn idumu x-xhur mingħajr dawn il-beneficcji.", "Dan hu li qed nara ħażin meta fl-istess ħin qed nillimitaw iż-żmien ...", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien m'inix kuntent, imma naccertak li qed nagħmlu min kollox biex iż-żmien ikun qasir kemm jista' jkun.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No).", "Il-mistoqsija hija klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34 għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 35 - Emenda ta' l-artikoli 102 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 35 - Amendment to section 102 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-emendi li qed jidħlu b'din il-klawsola huma intiżi biex ibiddlu diversi provvedimenti li jinsabu f'artiklu 102 ta' l-Att principali li jitkellem dwar il-ħlas tal-beneficcji.", "Fil-fatt semplicement qed issir kjarifika ta' diversi aspetti ta' provvedimenti li ilhom jeżistu s-snin imma li dejjem kellhom l-istess interpretazzjoni.", "Dawn qed nagħmluhom biex inneħħu kull diffikulta' ta' interpretazzjoni.", "Dan l-aħħar tqajjem xi dubju fuq xi interpretazzjoni ta' dawn il-provvedimenti u għalhekk qed issir din l-emenda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien naħseb li jeħtieġ li l-Ministru jispjega dik il-parti fejn qed ngħidu li f'subartiklu (2) ta' Artiklu 102 minflok il- kliem \"il-ħlas għandu jsir biss\" jew \"ir-rata l-ġdida għandha sseħħ biss\" għandhom jidħlu l-kliem \"b'seħħ mill-15 ta' Ottubru 1977\".", "Id-dritt għal din il-pensjoni, allowance jew għajnuna flimkien mar-rata l-ġdida - naturalment din tar-romol - jidhirli li għandhom jiġu spjegati sewwa aktar u aktar fuq din id-data.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Niftakar sewwa li mill-15 ta' Ottubru 1977 kienu bdew jitħallsu xi benefiċċji u pensjonijiet mill-ewwel Sibt wara li jkun inkiseb id-dritt ta' dik il-pensjoni jew benefiċċju u niftakar ukoll li fil- Qorti kienu nqalgħu xi problemi dwar dan.", "Ftit xhur ilu kien hemm kawża miġjuba l-Qorti u meta din il-kawża nġiebet quddiem l-arbitru din kienet ntrebħet mid-Dipartiment.", "Naturalment l-individwu appella mill-kawża quddiem il-Qorti ta' l-Appell u hemmhekk il-Qorti ta' l-Appell qatgħetha kontra d-Dipartiment u b'hekk id-Dipartiment ġie skopert dwar talbiet ta' arretrati mitlubin minn pensjonanti jew il-werrieta tagħhom għal bejn ġurnata u sitt ijiem dwar kull pensjoni li ħarġet mill-15 ta' Ottubru 1977 'l hawn.", "Issa int taf li mill-15 ta' Ottubru 1977 'l quddiem il- pensjonijiet bdew jingħataw minn ċertu data u din naturalment qelgħet kwestjoni-jiet għax xi ħadd qal li l-pensjoni tiegħu kellha tibda f'xi ġurnata oħra, għax ma setgħetx toħroġ fil-ġurnata tas-Sibt.", "Dik kienet ir- raġuni.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien nerġa' ngħid li m'għandi xejn dwar id-data iżda kulma nixtieq hu li jkun hemm spjegazzjoni għaliex ingħażlet dik id- data għax fl-Artiklu 102 ta' l-Att prinċipali din ma kenitx tidher u naħseb li għall-benefiċċju ta' kulħadd aħna għandna jkollna spjegazzjoni għaliex qed nintrabtu ma' dik iċ-ċertu data.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fin-notamenti li għandi quddiemi hawn miktub li l-benefiċċji u l-pensjonijiet bdew jitħallsu fil-15 ta' Ottubru 1977.", "Allura ġara li benefiċċju u l- pensjonijiet jibdew jitħallsu mill-ewwel Sibt wara li jinkiseb id-dritt tal- pensjoni jew benefiċċju.", "Naturalment minn dik id-data bdew jagħtuhom iċ- ċekkijiet biex jissarfu mill-ewwel Sibt.", "Jekk ma nagħmluhiex allura dawn jistgħu jiġru lura fid-Dipartiment u jitolbuna l-ħlas b'lura, u dan il-każ ma tistax tgħid kemm se jkollok każijiet.", "Hawn qed nitkellmu fuq in-numru ta' ġranet għax din tista' taffettwa ħafna nies.", "Jekk din tinzertalek il- Ħadd trid tistenna sitt ijiem u jekk tinzertalek il-Ġimgħa trid tistenna ġurnata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk qed nifhem sew li qed isir fil-liġi huwa li l- prattika li kienet tintuża mid-dipartiment qabel il-Qorti tat is-sentenza tagħha qed tiġi issa legalizzata permezz ta' din il-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din il-prattika ilha tintuża mill-15 ta' Ottubru 1977 u qatt ma kien hemm problema.", "Peress li kien inqala' każ, kien jaqbel li ma jkunx hemm każijiet oħra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 35.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 36 - Emenda ta' l-artikolu 105 ta' l-Att principali.", "Clause 36 - Amendment to Section 105 of the principal Act.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din il-klawsola qed tbiddel artiklu 105 ta' l-Att prinċipali li jittratta dwar il-ħlas lura lid-dipartiment ta' kwalunkwe benefiċċju li jkun tħallas bla mistħoqq lil xi individwu.", "Dan huwa wkoll riżultat dirett ta' kawża li d-dipartiment rebaħ quddiem l-arbitru, iżda mbagħad intilfet quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "Is-sena l-oħra kienet saret emenda estensiva għal dan l-istess artiklu bil-għan li l-flus meħuda żejda, tort ta' l-individwu, jkunu jridu jintraddu lura lid-dipartiment.", "Fil-każ li ma jkunx tort ta' l-individwu - jiġifieri jagħtuh iż-żejjed - jintraddu lura biss il-flus imħallsa żejda matul l-aħħar sentejn.", "Il-Ministru Galea kien għamilha ċara li din ma kienet qed tbiddel xejn minn dak li dejjem isir mid-Dipartiment, minn meta ġie magħluq uffiċjalment il-Fond tas-Sigurta' Soċjali fl-1 ta' April ta' l-1978 permezz ta' emenda ad hoc fil-liġi.", "Minflok dan il-fond kienu ddaħħlu provvedimenti ġodda sabiex il-ġbir mill-kontribuzzjonijiet jibda jidħol direttament fil-Fond Konsolidat u l-ħruġ tal-benefiċċji, eċċ, jibda jsir mill-Fond Konsolidat ukoll.", "Jigifieri kollox beda jsir skond kif hemm indikat fil-Financial Administration and Audit Act u fil-Financial Regulations.", "Għalhekk l-iskop prinċipali ta' l-emenda li tressqet fl-1991 kien sempliċement biex tiċċara l-affarijiet u tinġieb konsonanza sħiħa fil- provvedimenti tal-liġi li kienu relatati b'mod intimu mat-tibdil li sar fl- 1978, xi ħaġa li kif kien spjega wkoll il-Ministru Galea kien imissa saret mill-ewwel u mhux wara daqstant żmien, allavolja d-Dipartiment xorta waħda żamm mal-konsolenza interrottament.", "Jiġifieri l-prattika kienet din, imma din l-emenda ma kenitx hemm.", "Il-Qorti ta' l-Appell iddeċiediet li ġaladarba din l-emenda tas-sena l- oħra ma ngħatatx effett ċar retroattiv - minkejja ukoll l-ispjega u espożizzjoni tal-Ministru Galea fil-Parlament - ma kellux jaċċetta bħala valida kull talba li saret mid-Dipartiment għal xi rifużjoni tal-benefiċċji mħallsa bla mistħoqq sal-5 ta' Jannar tas-sena l-oħra f'każ fejn dan ma kienx tort ta' l-individwu u li d-Dipartiment kellu jirrifondi lura lill- persuna in kwestjoni dak kollu li kienet laħqet rendiet lura lilu.", "Għal din ir-raġuni, inħasset il-ħtieġa li dak li sar is-sena l-oħra jissaħħaħ bl- introduzzjoni ta' dati relevanti fil-kontenut tal-provvedimenti eżistenti bil-għan li tiġi rranġata s-sitwazzjoni.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu ftit l- istorja ta' x'ġara u x'ma ġarax biex nevitaw li jkollna repetizzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jidhirli li meta xi persuna tirċievi xi somma bħala benefiċċju li ma kellhiex dritt għalih għaliex tkun tat informazzjoni ħażina, id-Direttur għandu jiġbor lura din is-somma b'rata ta' mhux inqas minn 30% minn xi benefiċċju ieħor li l-persuna jkollha dritt għaliha, u meta jkun tort ta' xi nuqqas tad-Dipartiment, ir-rata tal-ġbir għandha tkun mhux aktar minn 10%.", "Jiġifieri minn dan m'hu qed jinbidel xejn.", "Issa x'inhi r-raġuni li f'każijiet fejn individwu li jkun ħa xi flus - issa jekk huwiex tort tiegħu jew le huwa immaterjali - u jitlaq minn Malta, qegħdin iduru anke għall-benefiċċju li tkun ħadet ommu jew ħa missieru?", "Jiġifieri l-ġenituri qegħdin jiġu mitluba mid-Dipartiment biex jagħmlu tajjeb għal dak il-benefiċċju li jkun ħa binhom.", "Għadhom kemm ċempluli fuq każ mill- Belt fejn persuna ħadet l-benefiċċju, siefret u issa qegħdin iduru għall- ġenituri tagħha.", "Id-Dipartiment jaf b'dan il-każ?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien ma nafx bih, imma se nieħu nota tagħha u nistaqsi lid-Dipartiment għax fejn għandu x'jaqsam beneficjarju personali m'għandhomx jidħlu qrabatu.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Qabel kien hemm aktar każi minn barra dan.", "X'jiġifieri jaqbdu u jduru fuq l-omm?", "Dan ma ħalliex prokura għax qabad u telaq.", "Mr Chairman, qed ngħid dan biex nerġa' nenfasizza l-ħtieġa li ċerti affarijiet għandhom jiġu spjegati sewwa peress li meta nkunu qed niddiskutu hawnhekk xi kultant lanqas inkunu nafu x'qed ngħidu, aħseb u ara l-poplu li ma jaf xejn dwar dan.", "Illum għandna bżonn ta' spjegazzjoni ta' dawn l- affarijiet.", "Għaliex għandu jeħel bniedem li m'għandu l-ebda tort u ma gawda xejn minn dak il-benefiċċju?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Kif qed igħid l-Onor.", "Membru, din hija liġi antipatika u komplikata b'ħafna provisos u eċċezzjonijiet.", "Aħna qed nisperaw li fi ftit ġranet oħra noħorġu pamphlets li jispjegaw id- drittijiet taċ-ċittadin biex il-pubbliku jkun jista' jifhimhom u jkun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu.", "Biss il-każijiet li qed isemmi l-Onor.", "Membru fejn xi ħadd li kien msiefer intalab li jrodd lura il-flus żejda li kienu ngħatawlu minn għand il- -familjari tiegħu, naħseb li jkunu rari.", "Jiġifieri ma naħsibx li hemm kwantita' ta' każijiet bħal dawn imma jekk il- familjari tiegħu ma jkollhomx xi prokura aħna naraw il-każ x'ikun.", "Kif diġa' spjegajt imbagħad trid iddur fuq l-aġent jew l-eredi ta' l-individwu.", "Jien u l-kap tad-Dipartiment ma nafux li hemm każijiet ta' benefiċċji mħallsa li qed jintalbu mingħand ir-relatives.", "Jekk inti taf b'każ, għaddihuli għax mhux sew li ddur fuq ta' madwaru u titlobhom l-flus li jkun ħa ħaddieħor.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 36.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 36 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.Klawsola 37 -Emenda ta' l-artikolu 109 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 37 -Amendment Section 109 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Hawn qed nipproponu emenda żgħira konsegwenzjali għall-intro-duzzjoni tal-pensjoni tal-wens.", "Dan l-artiklu jittratta dwar l- aċċettazzjoni u n-negazzjoni tat-talba għall-benefiċċju li fost affarijiet oħrajn igħid li jekk it-talba tkun konnessa ma' xi mard fiżiku jew mentali, id-Direttur m'għandux jagħti deċiżjoni finali qabel ma jikkonsulta ruħu dwar l-aspetti mediċi tal-każ ma' xi tabib jew bord ta' tobba li jkun appuntat għal dan il-għan mill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.", "Mindu ntroduċejna din l-emenda għal dan l-artiklu 109 ta' l-Att prinċipali, l-għoti tal-pensjoni għall-wens, se tkun soġġetta għal dan ukoll.", "THE DEPUTY CHIARMAN: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, hawn id-Direttur qiegħed jintrabat li ma jistax jimxi fuq din il-pensjoni qabel ma jkollu l-goahead tal-bord mediku li jkun qiegħed jeżamina l-pensjonanti.", "Kif għidt diġa' fl-ewwel sitt xhur kellna 18-il każ u għaddejna sitta biss.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 37.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 37 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 38 - Emenda ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 38 - Amendment to the First Schedule of the principal Act.", "Nipproponi lil-Kamra biex din il-klawsola nħalluha għal għada.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 38 ġiet posposta.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jekk aħna se nipposponu din il-klawsola, naħseb li għandna nipposponux ukoll l-iskedi u l-kumplament u nħallu kollox għal għada għax kull ma hawn huma biss l-iskedi u allura nixtieq li ma mmorrux nqarrqu bina nfusna għax għada stess nistgħu niġu b'xi problema oħra.", "Mr Chairman, il-bieraħ tkellimt mal-Ministru tal-Biedja u sibna li għad hemm xi affarijiet u għad irridu jirranġaw ruħhom.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Allura f'dan il-każ inħallu għal għada minn klawsola 38 sa klawsola 48 u l-ewwel klawsola għall-ewwel darba li nidiskutu din il-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Vici President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU", "PUBLIC TRANSPORT AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: It-tieni item fuq l-aġenda huwa l-kontinwazzjoni tat-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Dwar it- Trasport Pubbliku.", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Ġunju, 1992.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħ-det.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech kien in possession.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, fl-aħħar seduta kont qed nindika l-iskopijiet principali ta' l-Abbozz ta' Liġi li għandha quddiemha din il-Kamra biex ikun emendat l-Att ta' l-1989 dwar it-trasport pubbliku u kont qed nispjega li d-diversi emendi li għandna quddiemna huma emendi fid- dawl ta' l-esperjenzi prattiċi li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ħadet kemm ilha mwaqqfa.", "Tkellimt fir-rigward ta' diversi artikli li hemm fil-liġi u mingħajr naturalment il-bżonn li wieħed jerġa' jirrepeti l- argumenti li saru s'issa, infakkar li hemm emenda sabiex l-Awtorita' tkun tista' tirregola wkoll il-karozzi self-drive u mhux biss dawk li jinkrew minn garage ta' servizz pubbliku.", "Tkellimt ukoll dwar il-bżonn li titneħħa l-projbizzjoni li l-membri ta' l- advisory executive committees l-Awtorita' ma jistax ikollhom interess vestit fis-settur.", "Għaliex?", "Għaliex filwaqt li dak il-principju jreġi għall-Awtorita' nnifisha għaliex hija l-Awtorita' li trid tikkordina x- xogħol kollu tat-trasport pubbliku u allura huwa tajjeb li ma jkun hemm ħadd fl-Awtorita' li jkollu interess f'xi settur partikolari tat-trasport u dan għas-semplici raġuni li jista' jkollok konflitt ta' interessi bejn settur u ieħor - u tajt l-eżempju fl-aħħar seduta - il-kumitati eżekuttivi li jridu jagħtu pariri lill-Awtorita' dwar qasam jew ieħor, by definition iridu jaħdmu bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tas-settur in kwestjoni.", "Jekk int tagħmel executive committee biex jirregola d-diversi aspetti tal-karozzi tal-linja, ikun xieraq illi jkollok delegat mill- assoċjazzjoni tat-trassport pubbliku li hija l-Għaqda tas-Sidien tal- Karozzi tal-Linja.", "Jekk int tagħmel kumitat biex jagħmel policies dwar il- white taxis, huwa tajjeb illi jkollok rappreżentant tal-White Taxi Amalgamated.", "Jekk tagħmel kumitat dwar l-unscheduled bus service, huwa tajjeb illi jkollok rappreżentant ta' dak is-settur.", "Fil-Liġi kif redatta s'issa, filwaqt illi kien hemm il-prinċipju tat-twaqqif ta' dawn il- kumitati, kien hemm il-provvediment ta' żewġ tipi ta' skwalifika li kienu jgħoddu mhux biss għall-membri ta' l-Awtorita', imma anke għall-membri ta' dawn il-kumitati.", "Kien hemm l-iskwalifika ta' min huwa deputat, segretarju parlamentari jew ministru, li se tibqa' tgħodd anke għall-kumitati eżekuttivi, u l-iskwalifika l-oħra għal min ikollu xi interess f'settur partikolari li se tibqa' valida għall-Awtorita' imma mhux għall-kumitati maħtura taħt l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għar-raġunijiet illi diġa' spjegajt.", "Pero' fuq dan tkellimt aktar fit-tul fl-aħħar seduta.", "Irrid ngħid xi ħaġa rigward il-klawsoli l-oħra ta' l-Abbozz illi għandna quddiemna li għalkemm fil-fatt huma tlieta, nistgħu ngħidu li huma tnejn għax klawsola minnhom hija biss emenda fit-test Malti għax kien hemm żball ta' l-istampar.", "Fil-fatt it-test Ingliż kien tajjeb u t-test Malti kien ħażin, u allura se nemendaw it-test Malti ħalli jkun konformi mal-mod kif fil-fatt imxejna.", "Klawsola 4 titkellem dwar il-fatt illi l-Estimi ta' l- Awtorita' bħal ta' diversi awtoritajiet oħrajn, għandhom jitressqu wkoll quddiem din il-Kamra għall-approvazzjoni tal-Parlament.", "Mr Speaker, huwa fatt illi llum ħafna mill-operat tal-Gvern, il-Parlament għandu opportunitajiet addizzjonali kif iħares lejn dak l-operat milli kien hemm qabel.", "Għaliex filwaqt li tradizzjonalment l-operat tal-Gvern kollu - apparti proċeduri parlamentari partikolari ta' aġġornament jew diskussjoni fuq leġislazzjoni partikolari - huwa diskuss matul il-budget nazzjonali li, kif nafu, matulu jkun hemm il-ħin allokat għal kull ministeru għad- diskussjoni li normalment anke bi qbil ikun ta' massimu ta' seduta waħda għal ministeru - għaliex ġieli jkollok żewġ mministeri li jkunu diskussi f'seduta waħda - illum għandna l-possibilita' li friegħi partikolari mill- operat tal-Gvern issir diskussjoni partikolari fuqhom.", "Għaliex anke l- estimi ta' awtoritajiet pubblici jew korporazzjonijiet pubblici jiġu quddiem il-Parlament.", "Din hija lista pjuttost twila li normalment tinkludi wkoll entijiet li kollha għandhom l-istess sena finanzjarja jiġifieri mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru.", "U għalkemm il-liġi ma tipprovdix li dawn bilfors niddiskutihom bejn Ottubru u Diċembru fil- Parlament - għaliex il-liġi normalment tistipula t-terminu massimu li fi żmienu ministru jrid iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-estimi relattivi imbagħad id-diskussjoni ssir f'data sussegwenti - il-prattika normali hi li wieħed jipprova jipprogramma serjament id-diskussjonijiet kollha li jkun hemm fil-Parlament ħalli dawn l-estimi jitressqu qabel dawk nazzjonali.", "Allura l-Parlament, fi żmien pjuttost qasir, jiġifieri mill-bidu ta' Ottubru sa meta jitressaq il-budget nazzjonali, irid isib il-ħin biex jiddiskuti numru ta' korpi parastatali u awtoritajiet.", "Hawnhekk jiġu f'moħħi l-Housing Authority, l-Universita', Telemalta Corporation, Enemalta u naturalment anke l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "U allura huwa tajjeb li wieħed jibda jirregola l-ħin mogħti għal diskussjoni bħal din.", "Permezz ta' l-emenda proposta fi klawsola 4 ta' dan l-Abbozz, qegħdin ngħidu li l-ħin li għandu jingħata għad-diskussjoni ta' l-estimi dwar l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, għandu jkun ta' mhux aktar minn seduta waħda.", "Meta wieħed iħares lejn it-totalita ta' dawn l-awtoritajiet pubbliċi fid-dawl realistiku anke ta' diskussjoni li ssir fil-livell tal- budget nazzjonali, fejn il-ħin ta' seduta waħda huwa normalment il-ħin mogħti għal ministeru sħiħ - jekk ikun l-istess Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni jkun ikopri naturalment is-suġġetti u l-mansjonijiet l- oħrajn kollha, apparti l-istess Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - allura huwa loġiku li diviżjoni partikolari li taqa' taħt ministeru, m'għandux ikollha aktar ħin mogħti lilha mill-ħin mogħti lil ministeru sħiħ fl-allokazzjoni tas-seduti matul il-budget nazzjonali.", "Dan hu l-iskop ta' l-emenda fi klawsola 4 - skop ta' programmar aħjar li permezz ta' l-itess Awtorita' il-Parlament qiegħed jiddiskuti l-mansjonijiet tagħha b'mod regolari.", "Din l-opportunita' ma kenitx teżisti qabel ma twaqqfet l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, pero' huwa tajjeb li dan ikun regolat skond il-prinċipji li elenkajt.", "L-emenda proposta permezz ta' klawsola 5, Mr Speaker, hija l-emenda rigward l-effikaċja li tingħata lir-regolamenti li jsiru skond il-Liġi dwar l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Din hija emenda għal paragrafu (p) ta' subartiklu 27 (2) li jistipula l-poter biex l-Awtorita' bil-kunsens tal-ministru responsabbli, tista' tagħmel numru ta' regolamenti ħalli tirregola aħjar oqsma differenti tat-trasport pubbliku f'Malta.", "Kif nafu dawn huma regolamenti li jistgħu jipprovdu għal materji konnessi ma' transfers ta' vetturi pubbliċi, regolamenti dwar id-drivers ta' dawn il- vetturi u dwar il-kondutturi li jkun hemm fuqhom.", "Barra minn hekk, insibu regolamenti li jipprovdu dwar il-manjiera li biha wieħed għandu japplika għal-liċenzja jew liċenzji konnessi ma' vetturi tat-trasport pubbliku; regolamenti rigward il-validita' ta' dawn l- istess liċenzji u anke regolamenti li jirregolaw it-termini ta' dawn il- liċenzji u kemm jibqgħu in vigore.", "Mr Speaker, irrid insemmi wkoll ir- regolamenti dwar servizzi provduti minn vetturi tat-trasport pubbliku u regolamenti dwar il-manjiera, il-ħin, u l-kondizzjonijiet li bihom dawn is- servizzi jridu joperaw.", "Il-liġi tipprovdi wkoll regolamenti rigward kif għandhom jinżammu l-istess vetturi, il-klassifika tagħhom, x'informazzjoni li jrid ikun hemm fuq dawn il-vetturi u regolamenti rigward reġistri li jkunu jridu jinżammu b'dettalji ta' liċenzji u informazzjoni oħra li l- Awtorita' tat-Trasport Pubbliku jkollha bżonn.", "Insibu regolamenti dwar immaniġġjar u superviżjoni aħjar ta' servizzi tat-trasport pubbliku, regolamenti dwar enforcement tad-dixxiplina, regolamenti dwar kondizzjonijiet tax-xogħol, tal-ħaddiema konnessi ma' dan is-settur u regolamenti biex wieħed jistabbilixxi wkoll dawk il-fees li jistgħu jkunu pagabbli bħala liċenzji jew materji oħra konnessi ma' ħruġ ta' regolamenti taħt din l-Awtorita'.", "Imbagħad f'dan l-artiklu hemm ukoll ipprovdut li l-piena li wieħed jista' jeħel meta jinkisru regolamenti bħal dawn - u kull regolament min-natura tiegħu huwa regolament li jistabbilixxi wkoll x'inhi l-piena massima li wieħed jeħel jekk dak ir-regolament ma josservahx - m'għandha tkun qatt akbar minn dik stabbilita fil-Kodiċi Kriminali għar-rigward tal- kontravenzjonijiet.", "Aħna qed ngħidu li filwaqt li għar-rigward ta' ħafna regolamenti, wieħed jista' jgħid li l-ksur ta' regolament partikolari m'għandux jimporta piena akbar minn dik imposta għal kontravenzjoni, m'għandux ikun hemm din ir-regola ġenerali b'mod daqsehkk assolut li ma tippermettix li għar-rigward ta' dawk ir-regolamenti li trid l-akbar inforzar tagħhom naturalament billi tipprovdi anke l-pieni relattivi li jaqblu ma' l-utilita' pubblika tar-regolament li inti tkun qed tagħmel - u dan ifisser ukoll li ma jista' jkun hemm qatt sitwazzjoni fejn bniedem anke finanzjarjament jaqbillu aktar li r-regolament ma josservahx milli josservah ...", "Biex nagħti eżempju, jista' jkollna sitwazzjoni ta' regolament dwar roster ta' karozzi tal-linja ta' servizzi li jridu joperaw u jkollok ukoll il-piena stabbilita bħala l-massimu għall- kontravvenzjonijiet.", "Mela jekk bniedem ikollu t-tentazzjoni li flok servizz ta' l-iskeda jagħmel xi xogħol privat li se jitħallas ferm aktar tiegħu, ma jkunx jagħmel sens li r-regolament ikun inforzabbli b'piena li f'ċirkostanzi partikolari tkun ferm anqas fil-portata tagħha jekk stess bniedem jinstab ħati u jeħel milli jekk dak l-istess bniedem ma jiksirx dak ir-regolament.", "Allura qegħdin ngħidu li l-massimu huwa l-multa ta' Lm5,000 jew priġunerija għal terminu ta' sitt xhur jew it-tnejn flimkien.", "Naturalment imbagħad hemm il-massimu ta' dan il-livell mhux għaliex ir-regolamenti kollha li jridu jsiru mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku b'xi mod immaġinabbli għandhom jimportaw piena ta' din in-natura, imma għaliex meta inti qed tagħmel massimu għar-regolmenti kollha immaġinabbli li l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jista' jkollha l-ħtieġa li tagħmel f'ċirkostanza jew oħra, trid tagħmel l-aktar massimu wiesa' possibbli biex imbagħad fil-limitu tiegħu - inkluż il-limitu ta' dak stabbilit għall- kontravvenzjonijiet - inti tistipola l-piena ġusta skond ir-regolament in kwestjoni li jkun qed jinħareġ f'okkażjoni jew oħra.", "Imbagħad għar-rigward ta' klawsola 6, diġa' spjegajt li hawnhekk qed nitkellmu fuq emenda fit-test Malti biex fejn hemm miktub il-kliem \"fi żmien xahrejn\" jiddaħħal minflok il-kliem \"fi żmien sitt xhur\" kif hemm miktub fit-test Ingliż.", "Mr Speaker, huwa evidenti li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tissorvelja settur mill-iktar delikat fil-ħajja pubblika tal-pajjiż, settur li m'huwiex nieqes mid-diffikultajiet tiegħu.", "F'dan is-settur għandek karratteristika ewlenija ta' Malta li lilna, bħala pajjiż, tagħtina numru ta' vantaġġi konsiderevoli, imma ħafna drabi tikkaġuna wkoll numru ta' diffikultajiet.", "Il-karatteristika li qed nirreferi għaliha, Mr Speaker, hija li s-servizzi kollha tat-trasport pubbliku f'pajjiżna huma mogħtija biex il-pubbliku jkun moqdi aħjar imma huma kollha provduti mis-settur privat.", "F'Malta m'hawnx sistema ta' buses pubbliċi li huma proprjeta' tal- Gvern, ta' xi kumpannija parastatali jew ta' xi kumpannija pubblika, imma huma kollha servizzi provduti minn assoċjazzjonijiet privati jew ħafna drabi minn numru ta' sidien privati li jkunu organizzati flimkien.", "Jekk nieħdu l-aktar settur li wieħed jitkellem dwaru meta jsemmi t-trasport pubbliku, jiġifieri s-servizz tal-karozzi tal-linja, naraw li minn mindu twieled f'dan il-pajjiż, fil-bidu ta' dan is-seklu, dan is-servizz kien provdut minn kumpannija privata li eventwalment kienet biegħet il-karozzi tal-linja lill-istess sidien.", "Matul is-snin bqajna b'din is-sistema, u fiha nnifisha din hija tradizzjoni sabiħa u punt pożittiv, anke ta' policy - u l-Gvern preżenti dan żgur li jaqbel miegħu - għaliex għandek identifikazzjoni ferm aktar viċina bejn is-sid ta' karozza tat-trasport pubbliku u l-commuters li jużaw dak is-servizz bil-vantaġġi kollha li wieħed jista' jifhem li dan ikollu, bħalma huwa l-vantaġġ li s-sidien stess jieħdu ħsieb il-karozzi tagħhom.", "Għax it-truck, kif isejħulu huma, huwa verament l-għożża ta' ħafna minnhom u jitkellmu fuqu qishom qed jitkellmu dwar membru tal-familja, u xi kultant anke b'għożża akbar.", "Allura dawn huma nies li fiżikament jipprovdu x-xogħol meħtieġ għall-manutenzjoni, għat- tiswija u għall-operat tas-servizz billi s-sid innifsu jopera t-truck li jkollu jew se mai jimpjega persuna oħra hu.", "Naħseb li din fiha nnifisha hija karatteristika pożittiva.", "Naturalment, dan il-prinċipju, li xi ħadd li ma jkunx jaf bis-sistema tagħna isibu tassew sorprendenti, japplika wkoll għal kwalunkwe forma ta' trasport pubbliku f'Malta, jiġifieri japplika kemm għall-coaches tat- turisti, kemm għall-minibuses il-ħomor kemm għall-white taxis, kemm għall- karozzi s-suwed li huma chauffeur driven, kemm għal-laneċ, u kif ukoll għall-karozzini.", "Dan il-prinċipju fih innifsu jistipula l-bżonnn ta' regolamentazzjoni min-naħa ta' l-Awtorita' pubblika li fil-parti l-kbira tagħha trid issir permezz ta' proċess kontinwu ta' djalogu mas-setturi u n- nies kollha involuti.", "F'dan il-proċess twil - u ħafna drabi diffiċli - ta' persważjoni trid tapprezza bl-akbar realta' anke d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom in-nies li jaħdmu f'dan il-qasam għaliex ix-xogħol f'dan is- settur mhuwiex xi xogħol faċli.", "Pero' mbagħad trid tirregola aħjar dan is- settur għaliex il-mansjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku naturalment mhijiex limitata għall-mansjoni li tara x'inhuma l-aħjar kondizzjonijiet ta' xogħol għal min jipprovdi servizz jew ieħor tat- trasport pubbliku.", "Dan l-Awtorita' hija kburija li għamlitu u l-Gvern huwa kburi li fehem lill-providers ta' dawn is-servizzi kollha li prattikament jiddedikaw ħajjithom f'dan il-kamp ta' servizz lill-pubbliku Malti kollu.", "Pero' kif kont qed ngħid, il-mansjoni ta' l-Awtorita' hija wkoll waħda ta' obblgu u ta' doveri lejn il-pubbliku in ġenerali, lejn il-commuters.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna konxji ugwalment tad-diffikultajiet li jkollhom il-commuters f'cikostanzi partikolari fuq il-karozzi tal-linja, speċjalment jekk il-commuters ikunu ta' eta' avvanzata jew inkella ta' eta' żgħira.", "Irridu wkoll nirrispettaw id-drittijiet kollha tat-turisti li jżuruna u li jużaw is-servizzi tat-trasport pubbliku, li huma ntitolati għall-istess livell ta' servizz u għall-istess trattament ġust daqs kwalunkwe commuter Malti.", "Aħna konxji tad-doveri tagħna fil-konfront tal- ġenituri tat-tfal żgħar illi ta' kuljum iridu jrikkbu lil dawn it-tfal żgħar f'minibuses illi jġorruhom għall-iskejjel rispettivi tagħhom, konxji wkoll tat-titjib illi jrid isir fil-qasam tal-white taxis u konxji ta' dak kollu li jrid isir biex minbarra li wieħed ikun irrispetta bl-aktar mod sinċier, bl-aktar mod apert u bl-aktar mod ta' diskussjoni meħtieġa u miftuħa man-nies kollha li jipprovdu servizz jew ieħor f'dan il-qasam, daqstant ieħor irridu nkunu konxji tad-doveri tagħna lejn dawk illi jridu jagħmlu użu minn dawn is-servizzi.", "Aħna għalhekk nitkellmu fuq trasport pubbliku.", "Min jopera karozza tal-linja, jagħmel xogħol diffiċli u għalkemm jaħdem ġurnata iva u ġurnata le, fil-ġurnata li jaħdem, jaħdem 16-il siegħa.", "Huwa veru illi ċ-ċirkostanzi tax-xogħol mhumiex dejjem l-aktar faċli u huwa veru wkoll illi għal żmien twil kien hemm id-dubju li l-qliegħ kollu li jinġabar permezz tal-bejgħ tal-biljetti fis-servizzi tat-trasport pubbliku, ma kienx qed ikun biżżejjed biex jipprovdi l-għajxien diċenti li min isuq karozza tal-linja u l-familjari tagħhom huma ntitolati għalih bħal kull ħaddiem u bniedem ieħor.", "Minkejja l-kritika li qala' u li baqa' jaqla' l-Gvern anke sal-lum, ma qagħdx lura milli jasal fi ftehim u jipprovdi dak illi hu ġust għal dawn il-ħaddiema wkoll.", "Pero' filwaqt illi aħna kburin illi dan għamilnih għax m'għandu jkun hawn ebda settur ta' ħaddiema fil-pajjiż illi ma jeħdux dak illi huwa l-ħaqq tagħhom u ma jeħdux l-għajxien bażiku tagħhom f'ċirkostanzi ta' xogħol mill-aktar diffiċli, daqstant ieħor irridu nfiehmu lin-nies kollha li huma fis-setturi tat-trasport pubbliku, illi dan huwa settur fejn għandek il-ħtieġa tad-dixxiplina u fejn għandek il-ħtieġa li wieħed jifhem li huwa qiegħed f'mansjoni ta' servizz għall-poplu.", "Is- servizz huwa provdut mill-privat imma huwa provdut b'sistema waħda mhux bħala xi business li tista' tużah u tista' ma tużahx jew inkella għandek ħafna choices.", "U dik is-sistema hija sistema li kontinwament trid tagħmel dawk l-ameljoramenti u dak it-titjib li huma rikjesti minn kwalunkwe servizz li jkun mogħti bil-public orientation.", "Aħna nħobbu nużaw l- espressjoni customer orientation, imma f'dan il-każ nistgħu ngħidu commuter orientation.", "Min jaħdem f'dan is-settur irid jifhem li r-riga finali kif aħna nistgħu nkejlu s-suċċess tax-xogħol li hu jkun qiegħed jagħmel, hija r- riga tas-sodisfazzjon li jħoss commuter regolari li juża karozza tal-linja, li jħoss ġenitur li jrid igħabbi t-tfal tiegħu ġo minibus kuljum, li jħoss turist li jrid juża taxi meta wasal fl-airport ta' Malta, jew turist li rikeb lanċa biex għamel harbour cruise madwar il-portijiet ta' pajjiżna jew li mar Wied iż-Żurrieq.", "U meta ngħid dan ma rridx nilludi ruħi u naħseb li m'hemmx lok għal aktar titjib minn qasam daqshekk sensittiv u delikat, anzi rrid nafferma l-impenn totali permezz tal-Gvern, permezz ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u permezz ta' miżuri ogħla ta' enforecement - li wħud minnhom kelli diġa' l- okkażjoni li nirreferi għalihom - li kif diġa' għidna tista' tieħu l-forma li mill-1 ta' Lulju l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku jkollha taħt il- kontroll tagħha settur vitali għal organizzazzjoni aħjar tat-trasport pubbliku.", "Hawnhekk qed nirreferi għad-despatchers tal-karozzi tal-linja li se jgħaddu minn taħt il-Pulizija għall-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "L-impenn jista' jkun ukoll permezz ta' dixxiplina iktar stretta, dixxiplina li aħna dejjem nappellaw li f'parti u f'miżura kbira għandha wkoll teżisti fil-livell tas-settur innifsu.", "Irrid ngħid li s-suċċess li kellna fis-snin li għaddew kien meta rnexxielna nikkonvinċu l-għaqdiet tat- trasport pubbliku, bħall-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja, biex jaħtru fi ħdanhom stess bord ta' dixxiplina li jkun effettiv, li jiltaqa' regolarment, li jkun kompost minn bniedem legali u li jiddispensa minn ħafna proċeduri li kieku f'Qorti normali jkollok per neċessita' tadotta biex bord ta' dixxiplina awtorizzat mill-istess membri tiegħu u ġestit fi ħdan l-istess assoċjazzjoni tal-membri tiegħu, jkun jista' jiffunzjona.", "Fil-fatt, dan il-bord ta' dixxiplina, bi ftehim ma' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, twaqqaf u qed jagħmel xogħol utli ħafna ħafna biex jirregola u jiddixiplina aħjar dan is-settur.", "Pero' jibqa' lok għal miżuri akbar ta' dixxiplina għaliex bħal f'ħafna oqsma oħrajn, Mr Speaker, m'hemmx dubju li f'dan is-settur għandek tipi differenti ta' nies li joffru dan is-servizz tat-trasport pubbliku.", "Per eżempju, għandek dawk il-ħaddiema li ilhom minn ċkunithom fil-qasam tat- trasport pubbliku u allura lill-poplu verament jagħtuh is-servizz b'dedikazzjoni, imbagħad għandek xi oħrajn li jew għax ilhom inqas jew inkella għaliex ilhom u xebgħu, bil-manjieri u bl-aġir tagħhom jagħtu fama ħażina lis-settur kollu anke lil dawk li jagħmlu tant sforzi biex lill- poplu jagħtuh dan is-servizz b'dedikazzjoni, b'ħila u b'ħeġġa u li wieħed jagħti b'dik l-imħabba lejn dak il-mistjier li jkun immexxi mill-istess sidien li jipprovduh.", "Allura huwa evidenti li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku hi kuntenta bil-miżuri ta' titjib li saru fis-snin li għaddew, titjib li jinkludi mhux inqas minn 16-il rotta ġdida fit-trasport pubbliku tal-karozzi tal-linja u titjib li jinkludi l-ftehim ta' dixxiplina mas-sidien tal-karozzi tal- linja li diġa' spjegajt.", "Dan qed isir bil-għan li l-pubbliku jkun moqdi aħjar.", "U hawn żgur tinnota d-differenzi li għandek bejn qasam u ieħor ta' dan is-settur għaliex xi kultant jekk inti tagħmel titjib ta' servizz ta' karozzi tal-linja, jista' jkun li jkollok settur ieħor li jara dak it- titjib bħala xi theddida għall-għajxien tiegħu.", "Per eżempju riċentement l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għamlet ftehim ma' l-Assoċjazzjoni tas- Sidien tal-Karozzi tal-Linja biex ikun hemm servizz ta' karozzi tal-linja li jgħaddi minn ħdejn l-airport.", "Għax minħabba li l-airport għandu dawk l- impjegati kollha u huwa wkoll użat minn tant nies huwa evident li ma setax jonqos li jkun hemm servizz ta' karozza tal-linja li jgħaddi minn hemm regolarment.", "Pero' ġara li tat-taxis qalulna li aħjar jekk il-karozza tal-linja ma tgħaddix minn hemmhekk għaliex ix-xogħol jistgħu jagħmluh kollu huma.", "U hija din it-tip ta' mentalita', xi kultant antikwata, li l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ħafna drabi trid tiġġieled kontra tagħha bil-proċess ta' djalogu li jkun hemm bżonn, pero' wkoll bil-mira li jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha necessarji biex il-pubbliku jkun moqdi aħjar.", "Il-kollega tiegħi responsabbli għat-turiżmu iktar 'il quddiem jista' jkun li jgħid xi ħaġa rigward is-servizz mogħti mill-blue coaches.", "Illum qed naraw li dawn il-coaches huma organizzati b'air-conditioning u bit-two-way radio system.", "L-uffiċċju tagħhom ukoll huwa organizzat b'sistema ferm aħjar minn qabel u dan ukoll huwa sforz ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, għalkemm dan il-qasam forsi ma jikkoncernax direttament lill- pubbliku.", "Dan huwa qasam fejn għad hemm ħafna xogħol li jrid isir u qasam li fix-xhur li ġejjin se jinvolvi aktar diskussjoni mas-setturi kollha li jidħlu fih.", "Kif igħid dan l-Abbozz, irridu li din id-diskussjoni tieħu l-forma ta' l-involviment dirett tan-nies li jipprovdu t-trasport pubbliku anke fil-proċess ta' decision making u ta' monitoring ta' deċiżjonijiet relevanti għas-setturi validi.", "Pero' huwa evidenti wkoll li f'dan il-proċess irid ikun wasal il-messaġġ ċar min-naħa tal-Gvern minn din il-Kamra, li l-abbużi, jiġu minn fejn jiġu, ma jistgħux ikunu tollerati.", "Aħna, li fhimna d-diffikultajiet ta' min jagħti dan ix-xogħol u li ħdimna wkoll għal għajxien aħjar għalihom, daqstant ieħor determinati li nipproteġu b'kull mezz li jkun hemm bżonn, id-drittijiet tal-commuters u tal-users kollha ta' l-istess servizzi tat- trasport pubbliku.", "Min qiegħed fi kwalunkwe settur pubbliku, qiegħed hemm għas-servizz tal-pubbliku, u min qiegħed hemm b'xi skop ieħor, allura mhux qiegħed fis-settur it-tajjeb.", "L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se tieħu l-miżuri li jkun hemm bżonn biex is-servizz jaqdi lill-pubbliku dejjem aħjar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra mingħalija l- Ministru qam jitkellem fl-aħħar għaxar minuti tas-seduta rigward l-emendi proposti f'dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Minn dak inhar 'l hawn m'għaddewx ħafna ġranet, imma b'danakollu ħass il-ħtieġa li jagħmel press conference dwar dan u meta rajt x'ġie rapportat ma stajtx nifhem x'kienet il-ħtieġa tagħha.", "Meta sirt naf li saret konferenza stampa ħsibt li kellna xi bidla kbira f'xi deċiżjonijiet rigward dan il-qasam, pero' minn dan kollu ma rriżulta xejn.", "Forsi l-aktar ħaġa li għaliha saret il- konferenza stampa kienet sabiex jiġi ntrodott iċ-chairman il-ġdid ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Meta rajt ir-rapport tal-konferenza stampa, bilfors kelli ngħid li din hi l-proċedura ta' Gvern li jagħmel ħafna show, u meta tfittex ma ssib xejn.", "Nerġa' ngħid li ma nistax nifhem x'kienet ir-raġuni għal din il-konferenza stampa meta konna nafu li l- istess Ministru - bħalma għamel illejla, bir-rapportaġġ kollu tal-media - kien se jerġa' jkollu ċ-ċans li jiġi hawn u jgħidilna x'sar u ma sarx dwar dan il-qasam li, bħalma qal huwa stess, huwa importanti ħafna għal pajjiżna.", "Issa la fl-għaxar minuti ta' meta aġġornajna u lanqas fl-40 minuta li fihom tkellem il-Ministru ma ntqal li l-Gvern għandu xi pjan xi jwettaq f'dan is-settur ħalli almenu l-poplu jifhem l-ispejjeż li ntnefqu, ma ntnefqux għal xejn.", "Illejla smajna lill-Ministru jitkellem b'mod qisu qed jagħmel l-imħabba ma' kull parti minn dan is-settur, commuters, sewwieqa, huma min huma.", "Jien ma nistax nifhem għaliex għandna niġu hawn u noqogħdu ngħidu kemm hu diffiċli x-xogħol ta' dak u x-xogħol ta' l-ieħor, għaliex kull xogħol huwa diffiċli.", "Ta' pajjiż ċivilizzat li aħna, kull min qiegħed jagħmel xi xogħol jew jagħti servizz, għandna nagħtuh dak li ħaqqu.", "Naħseb li bil- liġijiet li saru, kemm taħt Gvern Laburista u kemm taħt il-Gvern preżenti - li aġġornahom - ħadna ħsieb illi ħadd ma jbati xi diskriminazzjoni f'dawk li huma salarji u f'dawk li huma sigħat ta' xogħol.", "B'hekk ma jkollniex għalfejn noqogħdu ngħidu kemm ibatu tal-barriera, kemm ibati min jaħdem fuq vapur u kemm ibati min iservi lit-turisti għax il-ħinijiet ikunu ambigwi.", "Dan qed ngħidu għax f'dan il-qasam ma sar xejn.", "Dan il-Gvern jibqa' rinomat u mfakkar talli għamel ministeru kważi għal kull settur fl-ekonomija tagħna, għaliex għandna 19 bejn ministri u segretarji parlamenti.", "Qabel l-elezzjoni, dan is-settur kien jaqa' taħt segretarju parlamentari u issa wara l-elezzjoni dan il-qasam tal- kommunikazzjonijiet tajnih f'idejn ir-responsabilita' ta' ministru.", "Jiġifieri wara li ħadna xi ħames seduti biex għaddejna l-Att Nru. IX xi tliet snin ilu, tkellimna bl-aktar mod eżawrjenti dwar in-nuqqasijiet kollha f'dan il-qasam, għamilna l-proposti tagħna u waqqafna l-Awtorita', konna nippretendu li jekk almenu ma kienx hemm programm qabel issa għandna niġu bil-programm quddiem dan il-Parlament.", "Imma b'danakollu qed jitressaq l-Abbozz Nru. 11 fejn il-Ministru permezz ta' klawsola minnhom, qed iwessa' daqsxejn ir-responsabilita' tiegħu għaliex min jikri l-karozzi se jiġi meqjus bħala impjegat ma' l-Awtorita' tat-Trasport ukoll u allura se jibdew jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha.", "Għandna emenda oħra biex jiġi rranġat dak li hemm li ma jħallix min ikollu parti f'dan il-qasam li jkun jagħmel parti mill-Bord - li ma fiha xejn ta' sugu ħlief li qed inwessgħu.", "Ir- raba' klawsola tgħid li minflok il-kliem \"ma jkollniex anqas minn seduta waħda\" jidħlu l-kliem \"ma jkollniex aktar minn seduta waħda\" sabiex nillimitaw id-diskussjoni fuq dan il-qasam hekk importanti għal seduta waħda.", "Il-ħames klawsola - li għamel referenza twila għaliha l-Ministru - titkellem dwar il-Kodiċi Kriminali u l-multi li qed ngħidu li għandna nagħtuhom parametri sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu applikati skond ir- regolamenti li tagħmel l-Awtorita'.", "L-aħħar klawsola qegħda tirranġa l- kliem \"fi żmien xahrejn\" u ddaħħal minflok il-kliem \"fi żmien sitt xhur\".", "Jien kont nippretendi, Mr Speaker, li l-Ministru, wara li għaddew tliet snin, igħid lill-poplu permezz ta' dan il-Parlament dwar dak li sar f'dan il-qasam.", "Jien nistaqsi lill-Ministru bl-akbar onesta: Timmaġina li minkejja dak kollu li nkiteb fir-rapporti ta' kull sena li l-Gver Laburista ħalla ejna dan il-qasam fi żbandament sħiħ u issa li għandna ministru responsabbli minn dan il-qasam, li għandna Awtorita' li ta' kull sena qed ikollha spejjeż ta' madwar Lm200000, li għandna madwar 56 enforcement officers, qegħdin armati b'dak kollu li nirrikjedu sabiex inkunu aġġornati maż-żmenijiet ħalli nkunu nistgħu nagħtu lill-poplu u lil dawk li jżuruna trasport effiċjenti?", "Jien nistaqsi lill-Ministru: Fejn hi l-effiċjenza li wieħed kien jippretendi li għandu jsib issa li għaddew tliet snin, jew x'passi 'l quddiem għamilna wara li għaddejna l-Att Nru IX ta' l-1989 u wara li saru dawk l-ispejjeż kollha biex twaqqfet l-Awtorita' u ġew impjegati dawk il-ħaddiema kollha?", "Konna kapaċi nikkontrollaw l-itlajjar tas-servizz pubbliku jew il-mod kif jaġixxu d-drivers tal-buses?", "Jien mhux se ngħid li kollha huma hekk u nnotajt li l-Ministru llejla qagħad attent meta kien qed jitkellem u qal li dawn jimmeritahom li jkunu rispettati.", "(Interruzzjonijiet) F'kull qasam hemm min jimmeritah li ngħidulu prosit tas-servizz li jagħti u hemm min ma jimmeritaħ.", "Pero' jien qed nitkellem fuq affarijiet li narawhom b'għajnejna.", "Issa hawnhekk jien qed nillimita ruħi u qed nitkellem fuq l-aktar servizz pubbliku mportanti, li huwa s- servizz tal-karozzi tal-linja.", "Il-Ministru fl-40 minuta li ħa llejla, fil- konferenza stampa li għamel u fl-għaxar minuti li ħa fis-seduta l-oħra, tana indikazzjoni prattika bis-serjeta' ta' fejn saru dawn l-avvanzi?", "Jien m'inix se nerġa' nirrimarka li l-ewwel pass għamilnieh meta tajnihom 2c żieda għaliex jien jidhirli li t-2c, żieda skond ma konna kkonkludejna d- darba l-oħra, jammontaw għal xi Lm1 miljun fis-sena in addition ma' dawk li kienu jieħdu.", "Imma lill-poplu bdejna nroddulu xi ħaġa?", "Imbagħad xi ngħidu għad-dħaħen li joħorġu minn dawn il-karozzi?", "Illejla stess waqt li kont ġej hawn kważi weħilna l-Bombi - u kont mgħaġġel għax ridna nibdew il-Liġi tas-Sigurta' Soċjali fis-6.30 p.m. - għax kont tiela' wara karozza tal- linja li kienet fin-nofs, bil-kemm tiċċaqlaq u la taf jekk hux se igħaddi minn taħt il-mina tiela' minn tal-Pieta' u lanqas jekk hux sejjer lejn il- Belt.", "Allura l-enforcement officers mhux qed jarawhom dawn l-affarijiet?", "Jiġifieri erġajna ġejna għal li konna.", "Għadna lanqas wettaqna l-ewwel pass li l-bus despatchers li kienu jaqgħu taħt il-Pulizija effettivament jibdew jaqgħu taħt il-kontroll u d-direzzjoni ta' l-Awtorita' - jidhirli li minnhom hemm xi 70 għaliex qaluli li daħlu xi oħrjn.", "Jien, nerġa' ngħid, nhar il-Ħadd in-nies damu jistennew għal tliet kwarti sħaħ fuq l-istage, Mr Speaker.", "Għaliex għandu jiġri dan?", "Jien ma rridx inkun parrokjali, imma n- nies tgħidtx kemm qegħdin igergru rigward it-tneħħija tal-buses fis-sajf mill-bus terminus tal-Mosta.", "Il-Ministru Gatt ikkomplejnja miegħek dwar dan u kkomplejnjaw miegħek ħafna nies għax ilhom jinkitbu ittri fil- gazzetti.", "Nerġa' ngħid, illum in-nies qegħdin idumu jistennew tliet kwarti fix-xemx għaliex lanqas ikun hemm karozza tal-linja fiex jistkennu mix- xemx.", "Issa, jien mhux qed nagħti t-tort lis-sidien tal-karozzi tal-linja jew lil xi ħadd li dan ma jiddependix minnu.", "Il-Ministru għadu kif semma l-white taxi service u qal li s-sidien ta' dawn ikkomplenjaw għax qed tgħaddi karozza tal-linja minn ħdejn l-airport.", "Jien ngħid li din hija xi ħaġa sewwa, pero' dawn in-nies ġew ikkonsultati?", "Dawn in-nies li qegħdin jaqilgħu l-biċċa tal-ħobż ta' kuljum bix-xogħol ta' taxi drivers, kitbu kemm-il darba dwar din il-kwestjoni u dwar taxi stands, pero' ħadd ma jikkonsulta magħhom.", "Għax jekk inti trid li f'dan is-settur ikunu jistgħu jagħmlu pass 'il quddiem ...", "Dawn in-nies ukoll qegħdin jaqilgħu l-għajxien tagħhom tradizzjonalment, pero' jien mhux qiegħed ngħid għad-drivers tat-taxis biss imma għal kull settur li għandu x'jaqsam f'din l-organizzazzjoni sofistikata li waqqafna.", "Għaliex dawn lanqas rappreżentant ma kellhom u issa qegħdin tgħidu li f'Awissu li ġej se jkollhom rappreżantant.", "Allura sewwa ngħidu aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li intom m'għandkomx programm.", "Intom għamiltu dinastia għala kull sezzjoni għaliex il-flus mhumiex problema għalikom.", "Wara li tħallsu dawk is-salarji biex jibda jitħaddem programm, issib li m'hemmx programm.", "U dan la hu tort ta' l- Awtorita' u lanqas tort tal-commuters, imma tort biss tal-Gvern, għaliex il- Gvern qal li dan il-qasam hemm bżonn li nfarfruh minn fuq spallejna, bħalma qed jiġri f'kull settur, u ma tahx programm fuq xiex jaħdem.", "Fejn hu dan il-pjan?", "Ħalli ngħidu li meta għaddejna Att IX ta' l-1989 ma kellniex pjan.", "Imma allura l-Ministru lanqas issa ma jitkellem dwar xi pjan?", "Kellna indikazzjoni dwar x'inhu n-numru ta' buses li neħtieġu llum?", "Sal- lum din l-informazzjoni għadha qatt ma ħarġet, Mr Speaker.", "L-ewwel ma kellhom jagħmlu huwa studju bis-serjeta' dwar kemm neħtieġu buses, ħalli nassiguraw li l-poplu Malti - u issa nitkellem dwar it-turisti - ikun moqdi.", "Illum hawn mijiet ta' familji li ilhom ħafna jibku sabiex jiġu provduti bis-servizz tat-trasport pubbliku.", "Issa dawn jammontaw għan-numru ta' nies li hemm jaħdmu fl-airport.", "Ir-residenti tal-Housing Estate tal-Mosta tgħidx kemm jistaqsuni għaliex kienu għamlu karozza li tgħaddi minn hemm u mbagħad waqqfuha.", "Għaliex?", "Donnhom l-awtoritajiet imbagħad jippretendu li mingħahjr ma wieħed jagħti ċ- ċans lill-poplu biex jidra s-sistema, jagħmlu prova u jekk jidhrilhom li ma rnexxietx iwaqqfu kollox.", "Issa dan huwa pjan?!", "Issa qed igħidu li se jintroduċu sistema ta' buses li jitilqu minn San Pawl il-Baħar, igħaddu mill-Mosta u jibqgħu sejrin sar-Rabat.", "Għaliex se ssir fis-sajf biss u għaliex minn hemm biss għandhom jgħaddu l-karozzi, meta llum hemm oqsma kbar tal-bini bħalma huma taż-Żokrija, li għandhom tliet kwarti ta' mil sabiex jinżlu għal dik it-triq li qed jingħad li l-karozzi se jgħaddu minnha?", "Għaliex m'għandux ikun hemm servizz ta' karozzi tal-linja għar- Rabat is-sena kollha f'ċerti ħinijiet?", "Dan hu l-pjan li konna nippretendu aħna.", "Għaliex kull x'ħin inkun sejjer lejn id-dar għandi nara nies jistennew għal sigħat sħaħ biex imorru l-Imġarr?", "Issa għall-Imġarr qed ngħid u mhux għal xi qasam tad-djar b'400 familja.", "Għaliex għadhom iridu jistennew siegħa jew sagħtejn sabiex jirkbu karozza?", "Jien noqgħod it-triq ta' l-Imġarr u meta nkun ħiereġ, ġieli jgħaddi xi ħadd u jgħidli: Sur Freddie, l-istess bqajna aħna.", "Jien qed nitkellem fuq il-prattika u mhux in arja.", "Għaliex raħal bħall-Imġarr, illum jinstab f'dak l-istat rigward dak li għandu x'jaqsam mat-trasport pubbliku?", "Illum il-popolazzjoni ta' l- Imġarr tlaħħaq madwar 3,400 ruħ, hemm madwar 1,800 vot u madwar 716-il household.", "Issa postijiet ferm iżgħar huma moqdijin aħjar bit-trasport pubbliku.", "Qed ngħid dan biex wieħed jirrealizza li m'hawn pjani ta' xejn.", "Il-Gvern għamel l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, daħħal xi rappreżentanti u ma tax kas jekk hux se jiġi milqut kulħadd.", "Dan qegħdin narawh mill-emendi li għandna quddiemna.", "Naħseb li tan-naħa l-oħra jaħsbu li min se jmur hemm, se jagħti daqqa bil-bastun maġiku u jirranġa l- affarijiet.", "Per eżempju c-chairman li kien hemm inbidel wara tliet snin u se jidħol ieħor.", "Issa dan x'instructions għandu?", "Fuq liema pjan se jaħdem?", "Dan se jagħmel mirakli aktar minn dak ta' qablu?", "Dawn huma l- affarijiet li wieħed irid ikun jaf!", "Il-Gvern iddeċieda xi ħaġa fuq in- numru u l-kwalita' ta' karozzi tal-linja?", "Il-kwalita' tal-karozzi tal- linja hija tajba għall-klima tagħna?", "Il-karozzi li kienu nġabu kienu jidhru sbieħ imma peress li l-ħġieġ tagħhom ma jinfetaħx, kienu qalu li dawn il-karozzi mhumiex adatti għal Malta u kienu għamlu żball li ġabuhom.", "Imma issa wara li għidna dan kollu u wara li għadda dan iż-żmien kollu, il- Gvern iddeċieda jekk dawn il-karozzi jistgħux isiru hawn Malta?", "Lis- sidien tal-karozzi tal-linja, il-Ministru kien qalilhom hekk:", "\"Din l-offerta ta' l-inċentivi jew sussidji hija opportunita' storika għalikom, jekk il-ftehim jintlaħaq ma' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku.", "Issa l-mument storiku tagħkom, titilfuhx.", "Titilfux din l-opportunita' storika għall-għajxien tagħkom u għal servizz aħjar għall-poplu Malti.\".", "Allura wara li hawn ġew il-Ministru għamel siegħa jitkel-lem u għamel ukoll konferenza stampa, ma kellux ikollna indikazzjoni x'immaterjalizza minn din l-offerta storika?", "Mela għalfejn niġu hawn, Mr Speaker?", "Qalilhom li kellhom offerta storika biex ma jitilfuhiex.", "Issa jekk hija storika żgur li mhux se jtejjeb fuqha l-Gvern.", "Fejn wasalna fuqha din?", "Għaliex il- Ministru waqt li qiegħed jitkellem u jmelles 'l hemm u 'l hawn ma qalilniex fiex wasalna fuq din?", "Dan huwa importanti għaliex tista' tiġi hawn u titkellem fuq kull ħaġa li trid ...", "Jiena qiegħed nillimita ruħi għall- buses li llum qed jiġu wżati minn madwar 45 miljun ruħ, pero' l-iskop tagħna hu li jkun hawn aktar użu ta' dan it-trasport ħalli nnaqqsu ċerti vetturi mit-toroq.", "Dawn kellha tingħatalhom il-priorita' għax dan hu l- qofol ta' kollox u bih jiġu eliminati ħafna problemi oħra.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li l-Ministru seta' qalilna u fil-fatt ma qalilniex hija dwar il-bus terminus prinċipali.", "Fejn hu l-pjan biex ikollna bus terminus organizzat li jixraq lil dawn li qed ngħidulhom kemm ibatu u nmellsuhom?", "Veru li dawn ibatu, imma bid-diskors biss ma jsir xejn.", "Fejn hu dan il-bus terminus biex xufiera waqt il-ħin tal-mistrieħ tagħhom ikollhom il-kumditajiet meħtieġa?", "Fejn hu dan il-bus terminus tant bżonnjuż għal dan il-qasam - u l-Ministru jaf li dan huwa bżonnjuz - ħalli dawk li qiegħed igħid li għandhom ħinijiet twal ikollhom post fejn ikunu jistgħu jistrieħu ftit waqt li ma jkunux qegħdin joperaw?", "Dan li konna qed nistennew aħna.", "U sal-lum la għad għandna bus terminus la rajna l- kwantita' li għandna bżonn u lanqas nafu t-tip ta' karozzi.", "Kulma għamilna kien li żidna żewġ ċenteżmi fin-noll u llum qegħdin nerġgħu niddefenduha billi ngħidu li dawk kien jixirqilhom għax iridu jaqilgħu l- għajxien tagħhom.", "Aħna naqblu magħhom li kulħadd għandu jkollu d-dritt għall-għajxien tiegħhu - u dan għamilnih b'ħafna liġijiet - imma mbagħad irid joħroġ riżultat.", "Inti għabbejt lill-poplu bi spejjeż akbar; wegħedt lill-poplu li qed tagħmel awtorita' u qiegħed tagħmel enforcement officers sabiex ma jkunx hemm l-abbużi li kien hemm qabel.", "Fil-fatt inti għidt illi aħna ħallejna dan is-settur abbandunat għal kollox.", "Per eżempju, nhar il- Ħadd, jien u bniedem ieħor għamilna mill-10.00 a.m. sa 12.00 p.m. fil-każin tal-Labour tal-Mosta.", "Minn hemmhekk stajt nara li s-service lane fejn suppost jidħlu buses ħalli jniżżlu l-passiġġieri kienet imbullata bi 12-il karozza pparkjati u min ikun ġej min-naħa ta' San Pawl il-Baħar ma jkunx jista' jidħol fis-service lane.", "Dan ikun ta' periklu għan-nies specjalment jekk xi ħadd jipprova jaqla' xi karozza minn dawk li jkun hemm ipparkjati.", "Barra minn hekk, it-traffiku jkun kollu mblukkat.", "Nixtieq ngħid ukoll li issa anke taħt in-\"no parking\" sign tal-Każin Nazzjonalista tal-Mosta qed jipparkjaw, pero' ma jipparkjawx taħt il-każin l-ieħor għax hemmhekk kien sar record ta' cittazzjonijiet.", "Fi kliem ieħor hemm rebus sħiħ.", "Għaliex għandu jkun dan?", "Meta wieħed jinżel mill-karozza tal-linja għaliex għandu jsib ruħu fil-periklu meta dan suppost jinżel bit-trankwilita' kollha?", "Issa jien qed insemmi l-aktar affarijiet elementari.", "Mela x'niġu nagħmlu hawn nitkellmu in arja u ma nagħmlu xejn konkret ħalli lil dan il- Parlament, u lill-poplu ngħidulu li għamilna passi 'l quddiem?", "Id-dħaħen tal-karozzi baqgħu l-istess.", "Meta l-karozzi jaslu quddiem xi għassa tal- pulizija jaraw kif jagħmlu u forsi jnaqqsu xi ftit mid-duħħan pero' mbagħad trid tagħlaq it-tieqa għaliex inkella timtela bid-duħħan.", "Dan ifisser li dawn mhux qed jobdu r-regolamenti li inti tkellimt fuqhom u li suppost hemm il-multi għalihom.", "Il-Ministru għamel referenza għal dan?", "Meta aħna naraw dawn l-affarijiet, bilfors inqumu nitkellmu b'dan il-mod.", "Ma nafx għalfejn din l-organizzazzjoni kollha li qabel ma kienx hemm biex ir-riżultat huwa zero.", "Il-Ministru tkellem fuq il-blue coaches u fuq is-sewwieqa tal-karozzi tal- linja kif ukoll tal-minibuses.", "Dawn jafu li jien għandi x'naqsam ftit ma' dan is-settur u jafu wkoll li m'hemmx dik is-serjeta' biex kulħadd joqgħod għar-regolamenti li daħal għalihom.", "Sal-ġimgħa l-oħra stess, ċempluli wħud minnhom u qaluli li ħabta u sabta jridu jmorru għat-turisti għax tal-blue coaches li għandhom id-dmir li huma jmorru huma għat-turisti jonqsu li jmorru.", "Issa din mhux darba u tnejn ġrat.", "Imbagħad xi ngħidu għal ta' l- unscheduled bus service li jwasslu lit-tfal ta' l-iskejjel?", "Jien kemm-il darba ċempilt biex nirrapporta fuq it-trasport li jwassal lit-tifla tiegħi stess li tattendi l-Iskola Sekondarja Kanonku Pullicino fir-Rabat.", "Allura dan għandu jiġri tliet darbiet fil-ġimgħa?", "Issa dan barra l-fatt li driver minnhom jiġi għalihom fis-6.55 a.m. u l-ieħor jiġi fit-7.55 a.m. u ma tafx min minnhom ġej għalihom.", "Ġieli tkun il-kesħa u x- xita u jkolli nwassalha jien.", "Jien qed ngħidlek dawn l-affarijiet biex tkun tista' tiċċekkja għaliex dawn huma fatti.", "Issa mhux qed ngħid biss għall-każ tat-tifla tiegħi, imma għal tat-triq kollha, u għal tal-Housing Estate li tgħidx kemm idumu jistennew barra.", "Issa dak id-driver illi jiġi fit-8.00 a.m. li donnu huwa marbut b'xi xogħol ieħor, darbtejn fil-ġimgħa ma jiġix.", "U kemm se ddum iċċempel?", "Fl-aħħar tispiċċa - bħal dak il-każ illi qajmulek waqt il-konferenza stampa - li jkollok taqbad u twassalhom int. Jien qed nitkellem fuq affarijiet fattwali li niltaqa' magħhom kuljum u ma nippretendix li dawn ma jibqgħux jiġru għax inċidenti jinqalgħu dejjem, imma mhux jibqgħu jiġru bir-rata li kienu jiġru!", "Issa ma rridux ninsew li l-Ministru kien igħid illi aħna ħallejna dan is-settur fi stat tal-biki u Alla jbierek illum qed nonfqu dawn il-flus kollha, waqqafna l- Awtorita', impjegajna l-enforcement officers u ma sar progress ta' xejn!", "Id-drivers tal-minibuses ilhom żmien jitolbu biex jitkellmu ma' l-Awtorita' biex isolvu d-diffikultajiet tagħhom.", "Allura għalfejn għamilna dawn l- affarijiet?", "Mhux bħalma għidt fil-bidu, biex infarfru r-responsabilita' u ninħbew wara l-Awtorita'?", "Dawn huma l-affarijiet illi jweġġgħuk, Mr Speaker.", "Issa nerġa' niġi għall-bus despatchers.", "X'inhi r-raġuni li għalkemm għadda dan iż-żmien kollu, sal-lum il-bus despatchers għadhom ma jaqgħux taħt ir-responsabilita' diretta ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?", "U malli jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-Awtorita' se jkollna duplication ma' l-enforcement officers?", "Għax enforcement officers għandna madwar 60 u hemm numru konsiderevoli ta' bus despatchers, jiġifieri dawn żgur li se jagħmlu l-istess xogħol.", "Allura għalfejn daħħalna l- enforcement officers?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qed jiġbidli l- attenzjoni li llejla saret mistoqsija parlamentari mill-Onor.", "Reno Calleja proprju dwar dan l-argument u għadu kemm għaddieli kopja tagħha - ma lħaqtx rajtha qabel għax kont il-ħin kollu okkupat bid-debate.", "Ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tgħid: \"L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ma setgħetx tieħu taħt ir-responsabilita' tagħha d-despatchers għax kien għad m'għandhiex amministrazzjoni meħtieġa biex tmexxi numru hekk kbir ta' mpjegati.\".", "Mela jekk l-Awtorita' ma kellhiex orginizzazzjoni biżżejjed biex tmexxi numru hekk kbir ta' mpjegati, allura għaliex daħħalna dawk l-impjegati kollha?", "Għax safejn naf jien, l-aħħar darba li ddiskutejna l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, diġa' kellha 56 impjegat.", "Mela kemm-il 56 impjegat hemm?", "Ir-risposta tkompli tgħid:", "\"L-Awtorita' se tibda tamministrahom f'dak ix-xogħol li hu xogħol ta' kuljum b'seħħ mill-1 ta' Lulju li ġej u se jaqgħu taħt ir-responsabilita' totali tagħha fl-1 ta' Settembru, 1992.", "Matul dawn ix-xahrejn huma se jibqgħu jitħallsu mid-Dipartiment tal-Pulizija.\".", "Mela dawn xi nies sfrattati u wieħed irid jikkorreġihom?!", "Għaliex se jaqgħu taħt ir-responsabilita' parzjali ta' l-Awtorita' b'seħħ mill-1 ta' Lulju u mbagħad se jaqgħu taħt ir-responsabilita' totali tagħha mill-1 ta' Settembru?", "Mela l-Gvern m'hu kapaċi jasal għal xejn?", "Nerġa' ngħid, din mhix xi ħaġa li nħolqot il-bieraħ, Mr Speaker, għax dawn kienu hemm meta saret il-liġi, meta twaqqfet l-Awtorita' u meta rġajna ġejna nitkellmu dwarhom sena ilu u disa' xhur ilu.", "Imbagħad tistaqsi domanda parlamentari u jirrisponduk li mill-1 ta' Lulju se jaqgħu taħt l-amministrazzjoni ta' l- Awtorita' u mill-1 ta' Settembru se jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l- istess Awtorita'.", "Jien ma nistax nifhem kif qed ningħataw din il-kwalita' ta' risposti minn Gvern li suppost għandu programm!", "Dan kollu jirrifletti dak li għidt jien f'dawn l-aħħar tliet kwarti, li l-Gvern m'għandu pjan għal xejn u daħħal lill-poplu fi spejjeż illi r-riżultat tagħhom m'huwiex dak li wieħed kien jippretendi li għandu jieħu.", "U dan qed jiġri kontinwament.", "Waqt li kont qiegħed nitkellem u għidt li dawn ma ġewx regolati filwaqt li l-enforcement officers qed jiġu regolati, jien ma kontx naf b'din ir-risposta għax ma kontx lħaqt rajtha.", "Għaliex qed ikollna risposti ta' din ix-xorta meta l-Ministru llejla stess tkellem fuq nies illi jistgħu jagħtu kontribut kbir għax ħafna minnhom jafu l-affarijiet tagħhom sew imma ilhom żmien - u jidher li għax-xhur li ġejjin hekk se jibqgħu - imdendlin għax la jagħmlu ma' naħa u lanqas m'oħra?", "Mr Speaker, jien tkellimt dwar l-aktar affarijiet essenzjali, dawk li kellha tħabbat wiċċha magħhom l-Awtorita' f'dawn l-aħħar xhur u dawk li wieħed kien jistenna illi għandna naslu fuqhom.", "Jien kont nippretendi illi waqt li l-Ministru kien qed jagħmel introduzzjoni hekk twila għal dawn l- erba' emendi, kellu jitkellem almenu dwar l-aktar affarijiet essenzjali.", "Fost affarijiet oħra jmissu qalilna x'sar dwar il-bus terminus, u jekk wara dawk l-inċentivi kollha li ftaħarna bihom wasalniex biex inkunu nafu l- kwalita' u n-numru ta' karozzi li neħtieġu f'pajjiżna.", "Jekk wasalna dwar xi ħaġa minn dawn, x'inhi r-raġuni li qagħad jistenna sal-winding up biex igħidilna?", "Għax jien nippretendi li gvern serju b'ministru serju, għandu jiġi hawn, u minflok ma jħallina nikkummentaw fuq dawn l-affarijiet li meta tfittex ma ssib xejn, jekk veru jrid jillimita li jkollna debate ta' seduta waħda, il-Ministru għandu jkun l-ewwel wieħed li jgħidilna xi progress sar minn meta ressaqna l-Estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "Apparti mill-fatt li kellna l-bidla tac-chairman, jien nerġa' nistaqsi jekk fil-55 minuta li tkellem il-Ministru - jiġifieri llum, fl-aħħar seduta u fil-konferenza stampa - ħarġitx xi ħaġa ta' sustanza li biha l-poplu Malti jgħid li l-Gvern ma daħalx għal dan l-infiq ta' flus bla bżonn imma almenu għamel xi progress.", "Dawn huma l-mistoqsijiet li qed jistaqsi l-poplu.", "Aħna naqblu li dawk li jgħixu minn fuq it-Trasport Pubbliku jogħlilhom l- istandard of living bħalma għola ta' kulħadd, imma wara dawn iż-żidiet sostanzjali fuq dak li kien hemm - għax qatt fl-istorja tat-trasport pubbliku ma kellna żidiet daqstant qawwijin - għallinqas konna nippretendu li toħroġ xi ħaġa bis-serjeta'.", "Dawn id-domandi li qed nagħmel illejla - u se nagħlaq bihom għax ma rridx nibqa' in possession - naħseb li kellhom jieħdu priorita' fuq l-emendi li għandna fuq it-trasport minn Marsamxet għal Belt u fuq affarijiet oħra.", "Allura la dawn id-domandi ma ħadux priorita', jien nikkonkludi - bħalma kkonkludew ħafna li tkellimt magħhom - li la l-Gvern daħħal lill-poplu Malti fl-ispejjeż, kellu joħroġ xi ħaġa ta' sugu, pero' fil-fatt ma ħareġ xejn konkret.", "Dan huwa nuqqas kbir u qed jiġri f'kull settur, u mhux il- każ li l-Gvern għadu qed jieħu over minn għandna.", "Tan-naħa l-oħra ma jistgħux igħidu li aħna ħallejna dan is-settur in shambles - ħalli nuża l- kelma li dejjem jużaw - għax issa ilhom hemm biżżejjed biex jibdew jirrendu.", "Fil-fatt ħolqu organizzazzjoni li kellha tagħti l-frott.", "In- nuqqas huwa tan-naħa l-oħra għaliex l-affarijiet li għamlu m'għamluhomx għaliex kellhom programm xi jlaħħqu, imma għax ma kellhomx programm u ideat.", "Dawn qed iserrħu fuq ħaddieħor u dan il-ħaddieħor irid il-gwida tagħhom biex jagħmel l-ewwel pass 'il quddiem.", "Dan li qed jippretendi l- poplu minn għandkom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Micallef ikkonkluda d-diskors tiegħu.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jressaq Aġġornament.", "Fid-9.00p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 24 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, illum xtaqt nesprimi ruħi fuq dak li qal Il-Ministru tal-Ġustizzja meta bejn it-8 u t-12 ta' Ġunju, 1992 tkellem f'konferenza tal-ministri Ewropej tal-ġustizzja li saret f'Nicosia.", "Hemmhekk huwa tkellem dwar it-tisħiħ ta' l-istat ibbażat fuq is-saltna tad-dritt, fuq ir-rule of law.", "U r-rapport huwa diskors interessanti, imma huwa mimli ipokresija għaliex jekk taqra dan id-diskors issib li l-Ministru qiegħed jipprova jagħti x'jifhem li tul il-medda ta' ħames snin ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista, kien hawn il-ġustizzja u kien hawn id- dritt.", "Pero' l-verita' hi li kellna l-istorpjament ta' dak li huwa dritt.", "Rajna li l-id tqila tal-Gvern saret dejjem aktar kattiva u rajna żieda kontinwa fid-doża tad-diskriminazzjonijiet.", "Fl-istess ħin rajna dejjem aktar it-theddid u l-abbuż min-naħa ta' dawk 'il fuq fil-piramida soċjali.", "Rajna wkoll qrati li mhux verament qegħdin jagħtu l-protezzjoni liċ- ċittadin kif tixtieq is-socjeta' tagħna.", "Sur President, rajna vjolenza morali u fiżika.", "Kien hemm it-tkissir ta' djar ta' Laburisti bħad-dar ta' l-Onor.", "Joe Debono Grech.", "Trid tkun vermanet inġust quddiem dawk in-nies li kien qed ikellem il-Ministru tal-Ġustizzja f'Nicosia meta qalilhom affarijiet li mhux minnhom.", "L-iktar li nixtieq ngħid huwa dwar il-qrati għaliex dawn huma l-iktar importanti meta tkun qed titkellem dwar is-saħħa tad-dritt.", "Fuq il-Qrati l-Ministru Fenech ħareġ bl-isfida li jrid itejjibhom.", "Qal li l-qrati se jagħtihom aktar serjeta' u hu qal li għandu xahar żmien, jew ma nafx kemm, biex jipprova jara l-qrati jiffunzjonaw b'mod tajjeb.", "Illum għaddew ix-xhur u l-Qrati għadhom fl-istess sitwazzjoni, jekk mhux agħar.", "It-tgergir qed ikompli jsir u l-poplu huwa frustrat għaliex irid jieħu l- ġustizzja imma din qed tieħu wisq fit-tul.", "Aħna ngħidu li meta l-ġustizzja ma tagħtihiex iż-żmien raġjonevoli u ma tagħmilx dak li verament jistenna c-cittadin, ma tkun qed issir ġustizzja xejn.", "Aħna nemmnu li hemm bżonn illi jsiru mezzi effettivi u serji kif iħarsu lic-cittadin ħalli dan jieħu d-drittijiet li ħaqqu fil-qorti.", "Biex wieħed jieħu r-rimedju sħiħ u effettiv huwa forsi rikjest li jkollna nagħmlu anke tibdiliet fis-sistema procedurali tagħna.", "Dawn l-affarijiet li nixtiequ li jsiru f'pajjiżna huma importanti ħafna biex il-qorti taħdem b'mod tajjeb.", "Meta nħarsu lejn il-qorti rridu ngħidu li fil-qorti m'hemmx biss l- imħallfin u l-maġistrati li aħna nirrispettawhom, imma hemm ukoll il-klassi ta' l-avukati u l-prokuraturi legali, kif ukoll il-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk li jixtiequ kondizzjonijiet aħjar.", "Dan id-dipartiment għandu jkun tipo specjalizzat u forsi hemm bżonn li jkun a closed department u nkomplu naraw kif il-ħaddiema tagħna jkunu tassew vokati.", "Kif qegħdin fuq il-parametri tal-qorti nixtieq nsemmi wkoll illi hemm bżonn illi wieħed jara l-fees li qegħdin jiġu ċċarġjati.", "Irridu nistabbilixxu kriterji u rridu naraw anke t-tariffi tal-klassi legali.", "Irridu naraw kif is-sistema tal-liġi f'pajjiżna nistudjawha flimkien u jekk hemm bżonn, anke man-naħa l-oħra naraw kif aħna nistgħu nibdlu l-liġi.", "Jiena jekk għandi bżonn assistenza legali m'għandix immur biss għand l- avukati li jipprovdili l-gvern.", "Jiena nemmen li jekk l-aħjar avukat huwa t-tali, jiena għandi dritt immur għandu u mbagħad iħallsu l-Gvern.", "Din hija l-opinjoni esklussiva tiegħi.", "Forsi l-Gvern ma jħallsux il-prezz kollu li jiccarġja hu.", "Wieħed forsi jista' jasal f'forma ta' ftehim anke dwar prezz socjali.", "Jien nemmen ukoll illi għandu jkun hemm dak li jien qed insejjaħlu a citizen's advice bureau illi permezz tiegħu naraw kif ic- cittadin ikun jista' jara x'inhuma verament id-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu fil-konfront tal-liġi.", "Irridu naraw dawn l-affarijiet, Sur President, u jien inħares ukoll lejn ir-riforma tas- sistema penali ta' pajjiżna.", "Aħna llum adottajna sistema tan-non-custodial u għandek ukoll sistemi oħrajn u rridu naraw jekk dawn is-sistemi penali mhumiex qed jagħtu l- frott.", "Irridu naraw jekk is-sistemi penali llum humiex retributtivi u verament ta' detterrent.", "Irridu naraw illi jekk min qiegħed igawdi minn din is-sistema hux qiegħed verament jieħu r-riforma.", "Jiena għamilt diversi mistoqsijiet lill-Minstru tal-Ġustizzja u tlabtu jgħidilna, per eżempju, kif se taħdem din tas-sentenza sospiża, li tant ftaħar biha. imma ma qalilna xejn.", "Dawn huma affarijiet illi l-poplu jmissu jkun jafhom.", "Irrid ngħid illi mhux sew illi aħna nagħmlu mistoqsijiet biex nipprovaw niksbu informazzjoni u mbagħad nieħdu risposti xotti, jekk ma jkunux risposti biex jippruvaw iwaqqgħuna għac-cajt ukoll.", "Irrid niġbed l-attenzjoni tiegħek, Mr Speaker, biex fil-kapaċita' tiegħek tara x'tista' tagħmel ħalli meta nagħmlu mistoqsijiet fuq il-qrati u fuq l-areas kollha tagħna, nieħdu risposti tajbin.", "Irrid ngħid ukoll, Sur President, illi l-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed illi se jagħmel l-ombudsman.", "F'risposta li ħadt qaluli li issa minflok l-ombudsman qed jikkonsidraw li jagħmlu l-qrati amministrattivi.", "X'tip ta' qrati amministrattivi se nagħmlu?", "Il-Qrati amministrattivi kif jeżistu fi Franza?", "Aħna rridu nkunu nafu wkoll kif se nagħmlu qrati aktar speċjalizzati.", "Jien nemmen illi huwa mportanti li jkollna l-family court u l-Qorti Marittima, u nemmen ukoll illi għandu jkollna ġudikanti li jkunu vokati, li jkunu jafu sew il-materja tagħhom.", "Jien niftakar lill-Imħallef George Schembri li kien fuq l-affarijiet tal-kummerċ, u kien bniedem vokat ħafna u kien jaf il-liġi sew.", "Huwa kien bniedem illi ġej minn familja ta' kummerċjanti u allura bilfors kellu dik il-ġibda lejn dik il-parti tal- liġi.", "Irridu naraw kif intejbu u mmexxu 'l quddiem dan il-qasam.", "Imma l- poplu xi jrid?", "Il-poplu jrid verament ġustizzja.", "L-għajta tagħhom qabel l- elezzjoni kienet il-ġustizzja u hemm bżonn illi l-qrati wkoll jagħmlu ġustizzja.", "Aħna nemmnu fil-qrati, u għandna fiducja fil-ġudikanti, imma jekk hemm bżonn nistudjaw is-sistema ħalli l-ġustizzja ssir u tidher illi qed issir.", "Jien nemmen illi dan huwa marbut ma' l-argument tal-qrati għax jekk int m'għandekx qrati effettivi ma jistax ikollok is-saltna tad-dritt.", "Jien inħares ukoll lejn korp tal-Pulizija sod li jista' jagħmel dmiru u jemmen illi hu qiegħed hemm biex ikun jista' jservi liċ-ċittadin.", "Jiena nemmen illi għandna naraw kif ngħinu permezz ta' dawk li ngħidulhom in- neighbourhood watches li jeżistu f'pajjiżi oħra u fl-istess ħin naraw kif intejbu l-kondizzjonijiet tal-pulizija għaliex dawn huma esposti għal ħafna dangers.", "F'pajjiżi oħra dawn jieħdu d-danger money u meta tlabt lill-Ministru jgħidli x'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-Gvern dwar dan, ma qal xejn.", "Aħna niltaqgħu mal-pulizija u dawn jgħidu li dawn iridu għamla ta' difiża f'sitwazzjonijiet fejn jiltaqgħu ma' theddid u diffikultajiet fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom.", "Il-pulizija tagħna rriduhom dejjem aktar vokati u rridu li aktar nies jagħtu sehemhom.", "Jekk verament inħobbu l-korp tal-Pulizija hemm lok ta' polza ta' assigurazzjoni mill-Gvern.", "Jiena bdejt, Sur President, billi tkellimt dwar is-saltna tad-dritt li l- Ministru tal-Ġustizzja tkellem dwarha f'konferenza barra.", "Jiena nawgura li l-Gvern Nazzjonalista jagħmel ix-xogħol tiegħu sew biex f'pajjiżna verament ikun hawn il-ġustizzja, s-serjeta' u dawk l-affarijiet li ċ- ċittadin Malti qed jistenna f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Nirringrazzajak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Mr Speaker, tkellimt ġimagħtejn ilu fuq il-każ tal- mewt traġika ta' James Tabone mill-Gżira.", "Il-prudenza titlob li ma titkellimx fuq mewt traġika ta' żagħżugħ, minħabba li l-familjari tiegħu għaddew minn martirju.", "Iżda nista' nikkonferma li għandi l-kunsens tal- familjari tiegħu, għalkemm ma kellix kuntatt personali dirett mal- familja tiegħu, imma ħabib komuni kemm għalija u kemm għall-familjari taż- żagħżugħ mejjet, għaddieli l-kunsens tagħhom biex nerġa' nitkellem f'dan il-Parlament fuq dan il-misteru tal-mewt traġika ta' dan iż-żagħżugħ.", "Mill-ewwel inkisser l-argumenti li pprova jġib il-Ministru Louis Galea li qed nieħdu vantaġġ politiku minn dan il-każ.", "Il-Partit Laburista jitkellem għax fil-kuxjenza jħoss li għandu jitkellem, u mhux biex jiggwadanja xi vantaġġ politiku.", "Kieku ridna l-Partit Laburista qatt ma kien jagħmel dawk il-ġlidiet nobbli li għamel fl-imgħoddi li tellfulna ħafna voti, imma l-kuxjenza kienet tgħidilna li qegħdin fit-triq it-tajba, u għalhekk illum se nerġa' nqajjem il-każ ta' James Tabone.", "Il-mewt tiegħu f'ċella tal-pulizija f'inqas minn 24 siegħa wara li daħal fil-headquarters tal-Pulizija qajmet numru kbir ta' mistoqsijiet li l- Gvern, minkejja l-press releases li ħareġ il-Ministru Galea f'dawn l-aħħar ġimgħatejn, għadu ma weġibx għalihom.", "Huwa d-dmir tal-Gvern, jekk mhux lejn l-Oppożizzjoni, lejn il-familjari ta' dan iż-żagħżugħ li jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet.", "Jien nista' nikkonferma li sal-lum, 18-il ġurnata wara li miet, lill-familjari tiegħu għadhom lanqas tawhom informazzjoni dwar il-ħin eżatt meta miet dan iż-żagħżugħ.", "U għalhekk jien qed ngħid lill-Ministru Galea li huwa d-dmir tiegħu li jwieġeb għall-mistoqsijiet dwar dan il-każ.", "Hawnhekk għandna każ ta' bniedem li daħal fid-Depot, skond il-familjari tiegħu kien ibigħ is-saħħa, u f'inqas minn 24 siegħa wara li ġie arrestat u nterrogat, instab mejjet.", "Dan iddaħħal tliet darbiet fid-detox centre ta' St. Lukes fi żmien sitt sigħat u ma nżammx l- isptar minkejja li kien hemm sinjali ċari ħafna li dan iż-żagħżugħ kellu jinżamm l-isptar.", "Meta xi ħadd jitlob għall-kura u jitlob li jiddaħħal fid- detox centre, huwa ovvju li jkollu bżonn il-kura.", "Minkejja li dan talab u ddaħħal fid-detox centre tliet darbiet, ma nżammx l-isptar.", "U l-Ministru Galea jaf kemm-il kriminal hawn li għax ikollu għajnejh blu jgħaddi x-xhur sħaħ fl-isptar.", "Din hi d-diskriminazzjoni fil-ġustizzja li jemmen biha l- Ministru Louis Galea!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hi l-ġustizzja li jemmen biha dan il-Ministru effiċjenti!", "Fl-Aġġornament il-Ministru Galea weġibni - u qed nikkwota - li: Il-Gvern mexa b'mod responsabbli u korrett.", "U jien nitolbu biex jibgħat għall- familjari taż-żagħżugħ u jistaqsihom jekk il-Gvern mexiex b'mod korrett u b'mod responsabbli.", "Dawn sal-lum għadhom ma jafux fi x'ħin miet.", "Jien għandi konferma uffiċjali mill-familjari li ż-żagħżugħ ma kellux marki ta' l-eroina fuq idejh, minkejja li l-Gvern ipprova jdaħħal f'moħħ il-poplu li dan kien xi drug addict.", "Fl-istqarrijiet li l-Kummissarju tal-Pulizija ta lill-ġurnali ta x'jifhem li dan iż-żagħżugħ kien iddrogat.", "Jien infakkar lill-Onor.", "Louis Galea biex jara min daħħal lil dan iż-żagħżugħ jaħdem f'Zammit Clapp Hospital għaliex dan iż-żagħżugħ kien għadu kemm sab impieg f'dak l-isptar u kien hemm sinjali ċari li ż-żagħżugħ ma kienx vittma tad- droga, mentri l-Pulizija qed tipprova tinsinwa li kien iddrogat.", "Issa jien qed nagħmel il-mistoqsijiet tiegħi skond il-press releases li l-Kummissarju tal-Pulizija ta lill-ġurnali.", "Dawn il-press releases igħidu li l-ewwel darba li ddaħħal l-isptar ingħata l-kura meħtieġa, it-tieni darba li ddaħħal fis-1.45 p.m. ingħatatlu l-kura meħtieġa u meta ddaħħal fis-6.30 p.m. iż-żagħżugħ ingħata l-methadone.", "Jien għan-nom tal-familjari ta' dan iż-żagħżugħ, nistaqsi lill-Ministru Louis Galea: X'kura ngħata l-ewwel darba?", "ONOR.", "JOHN VELLA: Point of explanation, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Bil-permess ta' l-Onor.", "Nicholl, l-Onor.", "Vella jista' jagħmel il-point of explanation.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Jien imkien ma smajtha li fis-6.30 p.m. James Tabone ngħata l-methadone.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Qed nirreferi għall-press release.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Jien ma rajthiex il-press release, imma jekk qed igħid li din hija hekk, naċċetta l-kelma tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se nikkwota mill-istqarrija għall-Istampa u għax- Xandir li ħarġet fil-5 ta' Ġunju fis-12.45 p.m.", "\"Fis-6.30 p.m. James Tabone reġa' talab lill-Pulizja biex jieħduh fl-isptar San Luqa biex juża s-servizzi taċ-centru detox, fejn fil-fatt ittieħed akkumpanjat mill-pulizija u reġa' ngħata l-kura meħtieġa ta' methadone.\".", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Mr Speaker, l-ewwel darba li ssemmiet il-methadone, kienet it-tielet darba li James Tabone daħal għall-kura fid-detox centre.", "U jien nistaqsi lill-Ministru Galea: X'kienet il-kura li ngħata James Tabone fis-12.45 p.m.?", "Min kien responsabbli għal dik il-kura?", "Veru li ngħata xi pilloli?", "Veru li ngħataw xi pilloli lill-pulizija biex huma jagħtuhomlu fid-Depot?", "X'kienet id-doża ta' methadone li ngħatatlu t- tielet darba li daħal fid-detox centre?", "Min kien responsabbli biex jagħtih dik id-doża?", "Il-familjari ta' James Tabone għandhom kull dritt sagrosant li jkunu jafu dawn l-affarijiet.", "Dawn li tant jiftaħru bid-demokrażija!", "L-ikbar ipokrita huwa l-Ministru Galea!", "Ili tmien xhur niġri warajh biex jikkonferma li qed titkabbar id-droga fl-isptar tal-Gvern.", "Imma issa kellu jaċċetta u jammetti li fl-isptar tal-Gvern - u m'inix qed insemmi liema sptar hu dan biex ma jgħidx li aħna irresponsabbli, iżda qed nitkellem b'mod oġġettiv u kostruttiv - qed titkabbar kwantita' kbira ta' droga.", "Jien nakkużah ukoll b'diskriminazzjoni u b'indħil fil-korp tal- Pulizija.", "Hemm indikazzjonijiet ċari li f'ċerti każi fejn jidħlu ċerti bażużli, l-investigazzjoni ma tkomplietx għax il-Pulizija għandha indħil u ma tistax tinvestiga.", "Nerġa ngħid, hemm każijiet ċarissimi li fi sptar tal- Gvern titkabbar id-droga u Alla jbierek ħadd ma jinqabad!", "Dik effiċjenza tal-Kummissarju tal-Pulizija!", "Hemm każ ieħor fejn l-indħil politiku fil- korp tal-Pulizija huwa car u għalhekk il-fiduċja tal-poplu fil-Pulizija sejra lura.", "Ħalli nsemmi każ ieħor ta' sieħbu li kien responsabbli mill- Edukazzjoni u mill-Pulizija, jiġifieri l-Ministru Ugo Mifsud Bonnici.", "Fi żmienu dan insterqu Lm27,000 mis-safe tad-Dipartiment tiegħu u kull meta nistaqsuhom, iweġbuna li qed issir invetigazzjoni.", "Għaddew is-snin u ma nqabad ħadd!", "Dak kien Ministru effiċjenti!", "Hemm indikazzjonijiet cari li fejn jidħlu certi bażużli l-investigazzjonijiet jieqfu u l-Pulizija ma teħux il-passi meħtieġa.", "Rigward il-każ ta' James Tabone, il-Ministru issa qed jistaħba - għax dawn huma avukati professuri li dejjem ħawdu l- imħuħ tal-poplu - wara l-proċeduri tal-qrati.", "Nisperaw li issa ma jiġrix bħalma ġara fil-każ ta' dak il-kostitwent tiegħi Eddie Borg li qalu li miet b'overdose tad-droga, għaddew xhur sħaħ u l-investigazzjoni għadha ma tlestietx.", "Il-ġenituri ta' Eddie Borg għadhom sal-lum ma jafux x'ġara mill- każ ta' binhom u nerġa' ngħid li fil-każ ta' James Tabone m'għandux jiġri bħalma ġara f'każijiet oħra fejn l-investigazzjonijiet ma jispiċċaw qatt.", "Il-Ministru għandu d-dmir li jgħaġġel din l-investigazzjoni għax dan huwa każ serju.", "Jew il-Pulizija jew id-Dipartiment tas-Saħħa, li jaqgħu taħt l- istess Ministru, huma responsabbli għal dan il-każ.", "Qed nieħu gost li daħal il-Ministru Ugo Mifsud Bonnici jxejjer u jiżżufjetta, għax il-korp tal-Pulizija qatt ma kien f'qagħda daqshekk ħażina daqskemm kien meta kien responsabbli għalih hu.", "Inti għandek l-isbaħ record għax fi żmienek insterqu l-flus mid-Dipartiment tiegħek stess.", "Jien irrid nikkonferma u nenfasizza li l-Oppożizzjoni ma tridx tieħu mileage politiku mill-każ serjissimu ta' James Tabone.", "Jien qed nitkellem fuqu bil-kunsens tal-familjari tal-vittma għax kieku ma nitkellimx.", "Naħseb li kull min huwa missier jista' jifhem xi jfisser li titlef lil ibnek u qed nitkellem b'kuxjenza, għax kieku ma kontx nerġa' nqajjem dan il-każ.", "Dan tistgħu tikkonformawh mal-familjari tal-vittma.", "Lill-korp tal-Pulizija dawn iridu jfarrkuh.", "Għalkemm dan huwa gvern tal-hi-tech u aħna konna gvern tas-second-hand, il-Gvern Laburista kien għamel dipartiment tal-forensika biex fejn jidħlu l- investigazzjonijiet dawn ikunu full proof.", "Illum il-Kummissarju tal- Pulizija kisser dan id-dipartiment.", "Veru li hemm kwestjoni ma' l-avukati difensuri biex dan id-dipartiment jinqala' mill-korp tal-Pulizija u jitpoġġa fl-Universita' biex jittħaffu ħafna problemi legali, li ma rridx nidħol fihom, imma qatt ma kellna Kummissarju li għamel minn kollox biex ikisser dan id-dipartiment.", "Għalkemm dawn jiftaħru bil-hi-tech, għandhom Lm250 miljun dejn u l-iscanning electro-microscope, li huwa apparat fundamentali biex jiġu konklużi ċerti investigazzjonijiet, ilu bil-ħsara sentejn u għadu ma ssewwiex.", "U hemm diversi talbiet mid-direttur tad- dipartiment biex dan l-apparat jissewwa jew jinxtara wieħed ġdid.", "Dan il- Gvern li jiftaħar bil-hi-tech, neħħa t-trasport lid-direttur u lill-korp tal-Pulizija ġabu jieħu l-petrol bir-ration.", "L-Awditur qed jiġbdilkom l- attenzjoni għall-miljuni ta' liri li qed tonfqu fuq it-trasport u intom qed tagħtuhom il-petrol bir-ration.", "Mhux ta' b'xejn li qed tirrenja l- kriminalita'!", "Għandna direttur li qed issir diskriminazzjoni kontrih għax missieru kien ministru Laburista.", "F'kull dipartiment, f'Air Malta u anke fl-MDC, jekk tkun Laburist iwarrbuk.", "U għalhekk il-korp tal-Pulizija ma jistax jieħu r-ruħ għax qatt ma kien hawn daqshekk diskriminazzjoni u ndħil politiku daqskemm hemm issa taħt il-Ministru Galea.", "Jien nittama li l-Ministru Galea jweġibni jekk mhux b'rispett lejn l- Oppożizzjoni, b'rispett lejn il-familjari tal-vittma.", "Il-Ministri m'għandhom l-ebda rispett lejn l-Oppożizzjoni u dan jidher ċar mill- arroganza li biha qed iwieġbu l-interpellanzi.", "Nittama li fl-ewwel opportunita', l-Ministru responsabbli mill-Pulizija jwieġeb għall-ħafna mistoqsijiet illi qajmet l-Oppożizzjoni fuq dan il-każ u li għadhom ma ġewx imwieġba sal-ġurnata mqaddsa tal-lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 24 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "STĦARRIĠ FUQ L-INFIQ TAL-FAMILJA", "2310.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta se jkun imxandar il-Household Budgetary Survey li fuqu qed jinħadem il-Price Index?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Informat li r-Retail Index Management Board qed iħejji biex ir-rapport finali jixxandar ma jdumx.", "DJAR", "2311.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm huwa kkalkolat li hawn households hawn Malta?", "Kif inhuma mqassma fil-lokalitajiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Normalment in-numru ta' households ikun stabbilit biss fic-Censiment tal-Popolazzjoni li jsir kull għaxar snin.", "Qed nehmeż hawn, iżda kalkolu tan-numru ta' households ibbażat fuq l- update tal-popolazzjoni tal-Gżejjer Maltin fl-aħħar t'April 1992, li kienet 360018.", "| | FIT-30 T'APRIL | | |1992 | |LOKALITA'|HOUSEHOLDS | | | | |MALTA, | 109,096 | |GĦAWDEX U| | |KEMUNA | | |MALTA | 101,107 | |GĦAWDEX U| 7,989 | |KEMUNA | |", "I MALTA", "| Valletta| 2,820 | | Floriana| 987 | | Sliema | 4,151 | | |3,205 | |Gzira/Ta'| | |Xbiex | | | Msida |1,881 | | |1,367 | |G'Manġia/| | |Pieta' | | | Ħamrun | 4,198 | | Marsa |2,450 | | Paola |3,651 | | Cospicua| 2,420 | | Senglea |1,295 | | | 1,085 | |Vittorios| | |a | | | Kalkara |652 | | St. | 1,026 | |Lucija | | | St. |3,153 | |Julians | | | San |2,610 | |Gwann | | | | 6,504 | |Birkirkar| | |a | | | Sta. |2,483 | |Venera | | | Qormi |5,925 | | Luqa | 1,727 | | Tarxien |2,173 | | Fgura |2,780 | | Żabbar | 4,210 | | Qrendi | 711 | | Mqabba | 720 | | Żurrieq |2,586 | | Safi | 423 | | Kirkop | 534 | | Gudja |716 | | Għaxaq | 1,178 | | B'Buġia |1,833 | | M'Xlokk |778 | | Żejtun | 3,664 | | M'Scala |662 | | Dingli | 661 | | Rabat |4,044 | | Mdina |127 | | Siġġiewi| 1,904 | | Żebbuġ | 3,165 | | Attard | 1,863 | | Lija | 983 | | Balzan | 1,476 | | Mellieħa| 1,422 | | St. | 1,448 | |Paul's | | |BAy | | | Mġarr |716 | | Mosta |3,927 | | Naxxar | 2,091 | | Għargħur| 733 |", "II GĦAWDEX U KEMUNA", "San |Lawrenz |166 | | Għarb |301 | | Għasri | 104 | | Kercem | 447 | | Munxar | 164 | | Fontana |258 | | Victoria | 1,887 | | Żebbuġ | 364 | | Xagħra | 990 | | Xewkija |882 | | Sannat | 422 | | Għ'Sielem| 560 | |and Comino| | | Nadur |1,061 | | Qala | 393 |", "FURA - BEJJIEGĦA TAL-ĦAXIX", "2365.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li dawk li jkunu jbiegħu l-ħaxixi madwar il-mina ta' Hompesch, il-Fgura, ma jitħallewx hemm għaliex huma ta' periklu kontinwu għat-traffiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li dan il-bejjiegħ ġie mħarrek talli qed ibiegħ minn post fis mingħajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-każ għadu pendenti.", "PEMBROKE - ĦSEJJES MIR-REVERSE OSMOSIS", "2369.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu xi passi u fil-każ meta, biex ineħħi l-ħsejjes li għadhom ibatu r-residenti mill-impjeant tar-reverse osmosis ta' Pembroke?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-passi li ttieħdu dwar il-ħsejjes mill-impjant tar-reverse osmosis f'Pembroke kienu li saru xogħlijiet fuq l-impjant innifsu (fuq il-muturi u gearbox), twaħħlu acoustic doors, u nbnew ilqugħ ta' ħamrija u materjal ieħor.", "L-effett imkejjel wera tnaqqis fil-ħoss li hemm fl-impjant.", "Hemm ħsieb li jintalbu rakkomandazzjonijiet minn esperti biex il- korporazzjoni tkun certa li l-livell tal-ħoss ma jaqbiżx dak accettat fi standards Ewropej.", "PEMBROKE - BINI TAL-FORZI ARMATI TA' MALTA", "2370.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Tista' l-AFM tuża aħjar il-bini kollu li għandha f'Pembroke u mhux tħalli partijiet minnu jitfarrak mill-vandali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-bini li jaqa' taħt ir- responsabbilta' tal-Forzi Armati ta' Malta fil-lokalita' msemmija mill- Onor. Membru huwa dak li jinsab imdawwar b'fence u mgħasses mis-suldati.", "Bini ieħor li jinsab barra minn din il-fence preżentament ma jaqax taħt ir- responsabbilta' ta' l-Armata.", "Għalkemm parti mill-bini li għadu f'idejn l-Armata mhux f'xi kondizzjoni tajba ħafna, jien informat li l-Armata tagħmel mill-aħjar, fid-dawl tar- riżorsi li għandha u ta' prijoritajiet oħra, biex dan il-bini ssirlu l- manutenzjoni meħtieġa.", "PEMBROKE - SCRAPYARD", "2371.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Korp tal-Pulizija ineħħi l-iscrapyard li għandu f'Pembroke u li qed jingombra u jkerraħ l-ambjent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidirlux li teżisti xi scrapyard tal-Pulizija f'Pembroke.", "Il-Pulizija għandha compound f'St. Andrews fejn iżżomm vetturi maqbudin jew esibiti il-Qorti.", "Ħafna mill-vetturi huma msakkra u magħluqa ġo hangers kbar u ma jidhrux minn barra.", "Qed isiru sforzi sabiex jinstab post aktar addattat.", "KON-KATIDRAL TA' SAN GWANN", "2372.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Saru xi rapporti mill-Italja dwar il-qagħda ħażina tal- mużajk fil-Kon-Kattidral ta' San Gwann?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Ma saru ebda rapporti mill-Italja dwar il- kondizzjoni preżenti tal-lapidi ta' l-irħam interżjat, fil-paviment ta' San Gwann.", "Ngħarraf pero' lill-Onor.", "Interpellant, li waqt il-Konferenza tal- Ministri Ewropej, responsabbli għall-wirt kulturali li saret hawn Malta f'Novembru tas-sena l-oħra, ntwera interess kbir minn ufficjali għolja fit- Taqsima għall-Wirt Kulturali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, għall-preservazzjoni tal-paviment ta' San Gwann.", "Hemm prospetti li tintbagħat Malta missjoni għall-assistenza teknika minn din it-taqsima sabiex jintlaħaq dan l-iskop.", "MUŻEW TA' L-ARTI", "2373.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Mużew tal-Fine Arts jingħata l-ħaddiema li għandu bżonn biex jinżamm nadif, biex il-kap innifsu ma jkollux għalfejn joqgħod inaddaf hu stess?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Bħala Ministru responsabbli naf illi kultant f'xi dipartiment jkun hemm nuqqas ta' ħaddiema li jnaddfu.", "Nitlob għalhekk l-għajnuna ta' kulħadd.", "Nammira lill-ufficjali għolja li huma stess jgħinu ħalli tinżamm l-indafa.", "BORG EDDIE - INKJESTA MAĠISTERJALI", "2374.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: L- inkjesta tal-Maġistrat Apap Bologna dwar il-mewt taż-żagħżugħ Eddie Borg mill-Gżira, li kien instab mejjet f'Villa Bonnici f'Tas-Sliema, ingħalqet?", "X'kienet il-kawża tal-mewt?", "Għaliex wara dan iż-żmien kollu, l-anqas il-ġenituri ta' Borg, ma ingħataw imqar ħjiel tal-kawża tal-mewt ta' binhom?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-Inkjesta dwar il-mewt taż-żagħżugħ Eddie Borg għadha mhux magħluqa.", "Aktar informazzjoni tkun tista' tingħata wara li tingħalaq l-inkjesta.", "ITALJA - KAŻ TA' TANGENTI", "2427.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Liema kienu d- ditti Taljani li dawn l-aħħar snin kienu imdaħħlin f'kuntratti tal-Gvern jew tal-Korpi Parastatali?", "Hemm xi wħud minnhom li qed jiġu nvestigati fil-każi tat-tangenti li qam dan l-aħħar fl-Italja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dwar l-ewwel parti tad-domanda ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull sitt xhur toħroġ lista tat-tenders kollha li jingħataw fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Ma ġejniex informati mill-Awtoritajiet kompetenti dwar xi kumpannija involuta.", "SKEJJEL - PROGRAMM SPORTIV", "2470.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kordinament regolari bejn id- dipartiment tiegħu u dak ta' l-Edukazzjoni għar-rigward tal-programm tas- syallbus sportiv li jiġi organizzat matul is-sena skolastika?", "Jekk iva minn huma dawn l-ufficjali responsabbli minn dawn ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Qed jiġi ppjanat ko-ordinament aktar mill-qrib bejn dawn il-Ministeri fi ħdan politika nazzjonali dwar l-isport.", "GĦAQDIET SPORTIVI NAZZJONALI", "2471.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn Għaqdiet Nazzjonali biex dawn jtejbu l-facilitajiet sportivi tagħhom?", "Kemm minn dawn qed jiġu trattati u kemm minn dawn huma pendenti?", "Kemm diġa' ntnefqu flus matul din is-sena u fejn, f'dan l-eżercizzju tad- dipartiment?", "Fuq liema bażi tiġi preferuta għaqda minn oħrajn u min jiddeciedi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-tagħrif qed jinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦADIRA - CARAVANS", "2472.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-veduti tiegħu dwar l-estenzjonijiet li saru minn diversi sidien tal-caravans fl-Għadira l-Mellieħa?", "Billi dawn l-estenzjonijiet għalqu ħafna passaġġi, jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax periklu aktar f'każ ta' indicenti?", "Jekk iva x'prekawzjonijiet se jittieħdu sabiex fis-sajf li ġej ir- residenti jkunu protetti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id-Dipartiment ta' l-Artijiet qed jinvestiga l- estensjonijiet li saru u fejn hu ndikat se jittieħdu l-passi necessarji.", "Fil-fatt id-Dipartiment tax-Xogħlijiet fuq struzzjonijiet tal-Kummissarju ta' l-Artijiet diġa' waqqa' xi strutturi.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI FIŻIKA", "2473.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-għalliema li kellhom l-opportunita' li jattendu korsijiet specjali sabiex jaġġornaw u jakwistaw livell aħjar fis-suġġett tal-P.E. mill-1987 'l hawn?", "Kemm minn dawn ġew gradwati f'dan is-suġġett?", "Kemm huma dawk l-għalliema tad-dipartiment ikwalifikati sal-lum f'dan is- suġġett?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-perjodu msemmi saru dawn il-korsijiet ta' aġġornament tal-PE:-", "Physical Education in the Primary School; Physical Education and Movement; Health and Physical Education in Secondary Schools; In-Service PE Course for PE Instructors/Instructresses.", "Għal dawn il-korsijiet setgħu jattendu l-għalliema kollha tal-PE.", "Min jattendi kors ta' aġġornament jingħata certifikat ta' attendenza u mhux grad.", "70 mill-għalliema li jgħallmu l-PE huma għalliema kkwalifikati.", "20 għalliema-studenti għażlu l-PE bħala s-suġġett ta' specjalizzazzjoni mill- 1987 'il hawn.", "RABAT - PROĠETT TA' SANTO SPIRITO", "2474.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'bini qed issir fil-preżent f'Santo Spirto, Rabat?", "X'bini se jkompli jsir fil-futur u għal-liema skop se jservi?", "X'inhuwa l-proġett tal-Gvern għal Santo Spirito?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fil-preżent m'hu tiela' ebda bini f'Santo Spirito, ir-Rabat.", "Iżda f'Ottubru li għadda f'waħda mis-swali nbniet struttura semi-permanenti, magħmula bit-travi u l-injam, biex jiġi utilizzat l-ispazju kollu possibbli għall-ħażna ta' dokumenti.", "Dalwaqt jingħata bl-offerta l-bini ta' strutturi simili fiż-żewġ swali l- oħra tas-sular ta' fuq biex fihom ukoll jiżdied l-ispazju għall-ħażna ta' dokumenti.", "F'Santo Spirito l-Gvern waqqaf l-Arkivju Nazzjonali.", "Il-Gvern beħsiebu joħloq ambjent adattat biex ikunu jistgħu jinżammu bl-aħjar mod possibbli d- dokument ta' natura pubblika li ma jkunux għadhom fl-użu għall-iskop ta' amministrazzjoni.", "Dawn id-dokumenti jkunu accessibbli għal skopijiet ta' studju u ricerka.", "GĦAQDIET SPORTIVI NAZZJONALI", "2475.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet mill-għaqdiet Sportivi Nazzjonali għall-eżenzjoni tad-dazju minn fuq necessitajiet, makkinarju, facilitajiet, ilbies sportiv ecc, mill-1987 'l hawn?", "Kemm minn dawn ġew approvati?", "Kemm minn dawn hemm pendenti?", "Kemm minn dawn ma ġewx milqugħa?", "Minn huma l-persuni ufficjali li jiddeciedu lil min jirrikonoxxu u fuq liema bażi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministeru tal-Finanzi li huwa responsabbli għal din il- materja.", "PULIZIJA - OFFERTA TA' FLUS GĦAL INFORMAZZJONI", "2513.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhi r-raġuni li għal min iwassal informazzjoni biex isiru arresti ta' dawk li wettqu ll-hold-up mill-Cargo Shed ta' l-ajruport il- Kummissarju u l-Gvern qed joffru riġal ta' Lm30,000 u ma ġie offrut l-ebda riġal ta' flus bħal min iwassal xi informazzjoni biex isiru arresti fil-kas fejn cittadini Maltin sfaw maqtula jew għebu f'dawn l-aħħar ħames snin u qabel ukoll?", "B'dan jista' jiġi miftieħem li tużżana xkejjer li allegatament kien fihom xi Lm100,000 li nsterqu mill-Cargo Shed ta' l-ajruport huma aktar importanti minn ħajja ta' bniedem?", "Fid-dawl ta' l-offerta li l-Gvern għamel lest li jagħmel l-istess biex forsi jinqabdu l-qattiela u jinstabu l-persuni li għebu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li l-konklużjonijiet li qed jipprova jimplika fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru huma għal kollox infondati u gratuwiti, nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2176 ta' l-10 ta' Ġunju 1992.", "SPTARIJIET - SECURITY GUARDS", "2535.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' kemm hemm nies impjegati fuq xogħol kull tip ta' security f'kull sptar tal-Gvern?", "Kemm hi l-eta' ta' dawn l-impjegati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2390 tal-15 ta' Ġunju 1992, ninformah li l-eta' ta' dawn l-impjegati tvarja bejn 18 u 55 sena.", "TA' L-IBRAĠĠ - PROVVISTA TA' ILMA", "2536.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti n-numru ta' incidenti u x'kienet il-kawza fejn il-provvista tad-dawl ġiet interotta fl-area tas-Swieqi, St. Andrew's u l-Ibraġġ minn Settembru 1991 sal-lum?", "Din hi area fejn ingħatat attenzjoni mill-ewwel fl-1987 u l- interruzzjonijiet baqgħu jsiru ta' spiss?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li mir-records tal-Korporazzjoni Enemalta l-interruzzjonijiet tal-provvista ta' l-elettriku fil-lokalitajiet imsemmija u fil-perjodu indikat huwa hekk:", "|Swieqi |5 incidenti, 2 | | |ħsarat overhead line| | |circuits, 2 ħsarat | | |cables u darba load | | |shodding | |St. | -Inċident wieħed | |Andrew's |kawża ta' shara | | |f'underground cable.| |Ta' | -4 incidenti, 3 | |l-Ibraġġ |ħsarat f'over-head | | |line circuits u | | |wieħed f'underground| | |cable. |", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - MEWT TA' PAZJENT", "2537.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2029 dwar il-każ ta' Pawlu Aquilina anzjan ta' 86 sena li kien resident fil- kumpless ta' San Vincent de Paule u nstab mejjet fl-istess post għaxart ijiem wara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-residenti tal-Kumpless San Vincenz De Paule, minbarra dawk fil-Psycho-Geriatric Wards għandhom il-fakulta' li jmorru fejn iridu u joħorġu mir-Residenza x'ħin iridu.", "Meta jiġi innotat li xi resident ma jkunx jew ma tkunx fis-sala, in- Nursing Officer ta' din is-sala jagħmel tfittxija għal din il-persuna fir- residenza u jekk din tibqa' ma tinstabx, jiġu nformati l-familjari tagħha u jsir rapport lill-Pulizija.", "Din hija l-procedura normali, għax jista' jiġri li l-persuna nieqsa tkun ħarġet barra r-Residenza; min-naħa l-oħra, il-Kumpless San Vincenz De Paule huwa kbir ħafna, u huwa mdawwar bl- egħlieqi.", "Meta irriżulta li s-Sur Pawlu Aquilina kien nieqes, saret tfittxija intensiva mill-Pulizija fi kwalunkwe rokna ta' dan il-kumpless.", "Il-kadavru ta' Pawlu Aquilina nstab f'waħda mill-partijiet remoti tal-Kumpless.", "L- aċċess għal dan il-post huwa difficli u ħadd ma jgħaddi minnu għax ma jagħti għal imkien.", "Il-post fejn instab il-katavru kien difficli ferm biex tinduna biha u dan instab, mhux minħabbar ż-żjara tar-Reġina, imma permezz ta' riħa tinten li bdiet ġejja minn dik in-naħa fejn instab, li xammewha xi impjegati li kienu qrib dawk l-inħawi.", "Il-kadavru tas-Sur Aquilina mbagħad ittieħed l-Isptar San Luqa fejn saret awtopsja sabiex tiġi stabblita' l-kawża tal-mewt.", "Jien informat li l- kawża tal-mewt kien attakk tal-qalb.", "AMBJENT - KONFERENZA DINJIJA", "2575.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li huwa għamel fil- konferenza Earth Summit ġewwa Rio?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed nehmeż kopja tal-Press Release maħruġa mid- Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-12 ta' Ġunju 1992 li fiha kien hemm id- diskors sħiħ li għamel referenza għalih l-Onor.", "Interpellant.", "DEPARTMENT OF INFORMATION - MALTA", "PRESS RELEASE", "STATEMENT", "BY", "DR EDWARD FENECH ADAMI", "PRIME MINISTER OF MALTA", "AT THE UNITED NATIONS CONFERENCE ON ENVIRONMENT AND DEVELOPMENT", "RIO DE JANEIRO, BRAZIL", "FRIDAY, 12TH JUNE 1992", "Mr President", "To Brazil, its Government and people, has fallen the privilege and responsibility to host this major United Nations Conference on Environment and Development.", "You have risen grandly to the occasion, Mr President.", "We owe you, your Government and people, especially the citizens of Rio, a sincere expression of thanks and congratulations for the most impressive and highly successful organisation, combined with warm and generous hospitality.", "We all bring to this Conference a different mix of national concerns and aspirations.", "For many the major preoccupations relate to the basic issues of development - poverty, malnutrition, disease, illiteracy - issues of human suffering and degradation at their most fundamental, immediate and urgent levels - especially as they affect the most vulnerable members of society, including women and children.", "For others the predominant concern is to safeguard a hardwon level of development which, in its present form, maked disproportionate demands on global resources and well-being.", "Malta has played its own part in the process leading to Rio.", "At the 43rd Session of the United Nations General Assembly, its initiative resulted in the definition of Climate Change as a Common Concern of Mankind.", "This has led to the adoption of the Framework Convention on Climate change, which so many of us are signing here at Rio.", "Small states, particularly small island states, are in a position to uniquely experience the intimate relationship between a healthy environment and sustained development.", "The message that humanity inhabits the same, destructible, global village, is therefore one which they can very credibly bring to the attention of the international community as a whole.", "Mr President", "The decisions being taken by UNCED have their clear limitations.", "Nevertheless they will provide the first comprehensive programme for effective action at the global, regional and national levels.", "The Rio Declaration creates the right perspective, by affirming at the very outset that Human beings are at the centre of concerns for sustainable development.", "The conventions of Climate Change and on Biological Diversity, are confirmation of our collective determination to take urgent and effective action.", "Encouraging understanding has also been reached on the further work required in relation to the Oceans, to Desertification and to Forests.", "Malta welcomes the positive role which is being played by the European Community.", "At UNCED the Community is a participant in its own right and we attach particular significance to the reaffirmation of its commitments on Greenhouse Gas Emissions: commitments which go beyond those enshrined in the Framework Convention on Climate Change.", "Malta has already applied to become a member of the European Community, and it is our expectation that our membership will become a reality within the next few years.", "In an important sense, therefore, we consider that the commitments undertaken by the Community are also our commitments.", "Mr President", "The agreements being reached as part of Agenda 21 relating to new and additional financial resources, as well as to concessionary and preferential transfer of technology, are of special importance.", "There may be, broadly speaking, a certain restraint in the way in which some of the commitments of Agenda 21 are formulated.", "This should be seen as a reflection of the complexity and range of the diverse issues involved, rather than as a sign of lack of fundamental commitment.", "Agenda 21 provides the inspirations for the further action which needs to be taken, especially at the national and the regional levels.", "At the national level Malta has already taken concrete steps to integrate environmental and developmental concerns in its national development process.", "At the institutional level we have placed our environment ministry at the centre of national planning.", "Our recently enacted Environment and Planning Acts provide the comprehensive framework for this purpose.", "Parliament is currently considering a detailed Structure Plan which lays down the development policies for all parts of the Maltese islands.", "Ongoing projects provide for half of our solid domestic waste and 10% of our sewerage to be recycled by 1993.", "In compliance with our commitments under the Montreal Protocol we have already reduced our CFC consumption to 26% of 1989 levels.", "At the European level Malta is actively supporting the propostal to draw up a European Charter and Convention on the Environment and Sustainable Development.", "In the Mediterranean the Action Plan arising from the 1976 Barcelona Convention has long been regarded as a successful model for tackling the inter-relationship of environmental and developmental concerns at the regional level.", "Mr President", "Among the important decisions reached in Rio is that of establishing a High Level Commission on Sustainable Development, which is to play a vital role in pursuing the work launched by UNCED.", "What we still lack is an institution which could be entrusted with our collective concerns for our common heritage which is Planet Earth.", "An organ with the potentioal to become this institution may already exist within the UN system.", "This is the Trusteeship Council whose task as a trustee of erstwhile subject people is now almost completely accomplished.", "By just adding to its institutional mandate we could give this Council a new lease of life - a role as trustee of our most precious common heritage.", "Mr President", "The essential task of UNCED has been one of reconciliation - a reconciliation of different perspectives not only among nations but also among generations, a reconciliation of competing demands on limited resources, a reconciliation of high idealism with enforced pragmatism.", "It is up to future generations to take the full measure of the process started in Rio, but it is for each one of us to prove by our actions that we want the process to works.", "FORZI ARMATI TA' MALTA - COLONEL TRIGONA", "2576.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jitħallas l-ex Lt.", "Colonel Trigona li dan l-aħħar instab li tkecca minn xogħolu inġustament?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għalkemm l-ammont preciż li se jitħallas l-ex-Logutenent Kurunell Trigona bħala riżultat ta' deciżjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għadu ma ġiex stabbilit, dan se jkun ta' madwar Lm14,000.", "Dan l-ammont jirrappreżenta parti mid-differenza bejn is-salarju li tilef u dak li fil-fatt qala' minn sorsi oħrajn sad-data li kien ikollu jirtira fiha li kieku ma tkecciex fl-1974, kif ukoll il-pensjoni tat-Teżor mill- 1979 'l hawn.", "Inżid ngħid li l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji mhux biss sabet li r-rikorrent kien ġie mneħħi inġustament mill-forzi Armati ta' Malta fl-1974, iżda tħalli hu kien ġie wkoll imcaħħad minn pensjoni li kien intitolat għaliha.", "REĠINA ELIŻABETTA II - ŻJARA STATALI", "2577.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Għalkemm tammonta l-ispiża tax-xogħlijiet li saru relatati mal-preparamenti u c- celebrazzjonijiet taż-żjara tar-Reġina f'Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun specifiku dwar liema xogħlijiet qed jirreferi għalihom.", "QRATI - MACHINE OPERATORS", "2578.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-mili ta' postijiet ta' machine operators ġewwa l-Qorti li saret qabel l-elezzjoni għadhiex valida?", "Jekk fl-affermattiv, x'sejjer isir minn dawk li applikaw?", "ONOR.", "JOE FENECH: Avviż dwar ir-riżultat ta' l-intervista għall- postijiet ta' machine operators, ġie ppubblikat ricentement fil-Gazzetta tal-Gvern fit-12 ta' Ġunju, 1992.", "Ir-riżultat għandu validita' ta' sena mid-data ta' l-approvazzjoni mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, cioe' huwa validu sad-9 ta' Ġunju, 1993.", "Fir-rigward ta' l-aħħar parti ta' l-interpellanza, nixtieq ngħarrfek illi billi qegħda tiġi kkonsidrata l-adozzjoni ta' sistema ta' Computer Assisted Transcript għat-tehid tax-xhieda, kif hemm fl-Amerika, ma jidhirlix li jkun opportun, pendenti din id-decizjoni, li jiġu nominati aktar machine operators sakemm dan ma jkunx strettament necessarju biex ma jaqax lura x-xogħol tal-Qrati.", "DJAR - SUSSIDJU", "2579.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Kemm hu l-ammont tal-vot ta' l-għajnuna li se tingħata lis-sidien li għandhom djar li nbnew qabel l-1960 sabiex jirranġaw darhom?", "Kemm hu l-ammont minn dan il-vot li diġa' ntuża?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SIĠĠIEWI - TINDIF PUBBLIKU", "2580.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li fi Triq Enrico Vassallo, Siġġiewi jintbagħat kennies regolarment għax għal ħafna żmien l-ebda kennies ma deher f'din it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ninsab informat illi triq imsemmija mill-Onor.", "Membru nkinset erba' darbiet f'dawn l-aħħar ġimgħatejn.", "Tajt struzzjonijiet biex it-tindif f'din it-triq isir iżjed spiss.", "PIETA' - SUBSTATION TA' L-ELETTRIKU", "2630.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru koncernat jara illi s-substation ta' l-elettriku li qegħda f'nofs il-Housing Estate, Pieta' titħaddem f'ħinijiet normali u mhux bejn l-10.00 p.m. u t-3.00 a.m. kif qed jiġri peress li dan qed jagħmel ħsejjes kbar u ma jħallix lil min jistrieħ aktar u aktar issa żmien is-sajf fejn wieħed jiftaħ it-twieqi tal-flats minħabba s-sħana?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf li s-substation titħaddem fuq bażi ta' 24 siegħa.", "Il-ħsejjes imsemmija huma dovuti għal ventilation fan li jikkontrolla t- temperatura tat-transformer.", "Il-Korporazzjoni Enemalta qed tieħu passi meħtieġa biex jitnaqqas l-inkonvenjent.", "SANTA VENERA - TINDIF PUBBLIKU", "2631.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jitnaddaf it-terrapien, ġebel u materjal ieħor li hemm taħt l-arkati ta' l-Akwadot fi Triq il-Kbira, Santa Venera (fejn hemm l- iskola Umberto Colosso) peress li dan ilu hemm ix-xhur u qed ikun ta' inkonvenjent kemm għar-residenti kif ukoll għal mijiet ta' tfal li jattendu l-iskola?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Inżid ngħid li x-xogħol fuq il-post għadu għaddej.", "ĦANDIKAPPATI - IMPIEGI", "2637.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'miżuri jieħu d-dipartiment sabiex jassigura it-twettiq ta' l-Art 15 tad-Disabled Persons (Employment) Act, 1969 (Cap 210)?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Id-Dipartiment tax-Xogħol għamel arranġamenti mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Tarħiġ biex perjodikament jircievi lista ta' ditti li jimpjegaw 'l fuq minn 20 persuna.", "Din il-lista tiġi mqabbla mar- rekords tad-Dipartiment biex jiġi stabbilit liema ditti qed jonqsu mill- kwota rikjesta mill-liġi.", "Fejn xi ditta tonqos mill-kwota stabbilita mill-liġi l-każ jiġi nvestigat u jittieħdu passi biex il-liġi tiġi applikata.", "Id-Disablement Resettlement Officer jagħmel żjarat fi stabbilimenti biex jara li l-liġi tiġi mħarsa.", "Barra minn dan id-dipartiment qed jara li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tieħu numru ta' persuni inkapacitati disimpjegati fil-korsijiet ta' taħriġ li tmexxi minn żmien għal żmien.", "DJAR - DEKONTROLL", "2638.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet tad-Dekontroll:-", "(a) taħt l-emenda ġdida favur min okkupa d-dar tiegħu bħala residenza għal għaxar snin;", "(b) taħt l-emenda ġdida favur min jixtri d-dar taħt skema maħruġa mill- Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "JOE FENECH: B'refer-enza għall-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru dwar applikazzjonijiet tad-dekon-troll li ġew approvati jingħad li sa l-aħħar ta' Mejju, 1992, taħt l-ittra (a) ta' l-interpellanza ġew approvati 1163 applikazzjoni, filwaqt li taħt l-ittra (b) in-numru huwa 110.", "BANEK - LOHOMBUS", "2642.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm ilaħħaq illum l-ammont ta' flus mislufa mill-Lohombus Corporation Limited lil miżżewġin, għarajjes u individwi għall-xiri jew bini ta' proprjeta'?", "Kemm minn din is-somma qed igawdu persuni?", "Kemm minn dawn qed igawdu imgħax sussidjat mill-Gvern?", "Minn dawk li qed igawdu sussidju mill-Gvern fuq l-imgħax, hemm persuni separati b'deciżjoni tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili jew b'separazzjoni barranija jew b'xi forma oħra ta' separazzjoni mir-raġel u/jew mill-mara?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-ammont ta' self approvat mill-Lohombus Corporation Ltd lil miżżewġin, għarajjes u individwi għal xiri jew bini ta' proprjeta' huwa Lm104,148,774.", "Din is-somma igawdu minnha 16,759 klijent.", "Minn dawn il-klijenti 5,147 qed igawdu sussidju taħt l-iskema ta' l- Awtorita' tad-Djar, u 7,084 taħt l-iskema ta' Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Socjali.", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nissuġġerixxi li din l-informazzjoni tiġi riferita lid-Dipartiment ta' Social Housing kif ukoll lil Awtorita' tad-Djar.", "INDUSTRIJI - BEJGĦ TA' ISHMA TAL-GVERN", "2648.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Huwa l-ħsieb tal-Gvern li matul iż-żmien li ġej ibiegħ kumpanniji li fihom, permess tal-Malta Government Investment (MGI) għandu ishma?", "Jekk fl- affermattiv, liema huma l-kumpanniji li l-Gvern qed jipprova jbiegħ, bdew xi taħdidiet, dwar liema kumpanniji bdew dawn it-taħdidiet u fiex waslu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Bħalissa l-MIMCOL, li hija l-kumpannijia ewlenija li tħares l-interessi li l-Gvern għandu f'diversi kumpanniji parastatali, qegħda tagħmel reviżjoni sħiħa ta' kull kumpannija bil-għan li dan jagħmel parti minn pjan għal tlett snin li ġejjin.", "Għaldaqstant mhuwiex possibbli li jingħataw aktar dettalji sakemm dawn il- pjanijiet għadhom mhumiex finalizzati.", "STAZZJONIJIET TAR-RADJU", "2649.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Kemm-il stazzjon tar-radju ingħataw licenzja u qed ixandru?", "L-istazzjonijiet kollha li qed ixandru qegħdin jobdu l-kondizzjonijiet imposti lilhom mill-liġi tax- xandir, u jekk fin-negattiv, liema huma dawk l-istazzjonijiet li mhumiex joqogħdu għal-liġi u x'passi qed jieħu l-Gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Minn dawk l-istazzjonijiet li huma licenzjati taħt il-Wireless Telegraphy Ordinance, li huma erbgħa, is-Super 1 Radio għadu m'attemporax mal-kondizzjonijiet tal-licenzja iżda s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Labour Party wiegħed permezz ta' ittra datata 18 ta' Mejju, 1992 li l-istazzjoni ikun konformi mal-licenzja fi żmien qasir", "POSTERS", "2650.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2483, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk mill- pubblikazzjoni ta' l-istqarrija msemmija intalbux permessi għat-twaħħil ta' posters etc, ingħatawx permessi u lil min, taħt liema kondizzjonijiet minbarra dawk imsemmija fl-istess stqarrija, u qed issir superviżjoni biex ikun żgurat li l-posters li jitwaħħlu jkollhom in-numru mitlub u li jinqalgħu?", "Ħarġu struzzjonijiet biex jinqalgħu posters li twaħħlu bla permess, u x'azzjoni oħra ttieħdet f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "MICAHEL FALZON: Kif kien spjegat fl-avviż għall-istampa maħruġ mid- Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-3 ta' Ġunju 1992, biex wieħed iwaħħal posters, riklami jew avviżi oħra ma' arbli ecc., jenħtieġ il-permess bil- miktub mingħand il-Pulizija.", "Għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu direttament lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija.", "ŻABBAR - TELEVISION RECEPTION", "2652.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Prim Ministru: X'inhi r-raġuni li t-TV reception f'inħawi f'Ħaż-Żabbar, bħan-naħa ta' wara l-iskola l- kbira qed jkun orrur?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa' rrispondejt diversi drabi għall- mistoqsijiet parlamentari, bħal dan iż-żmien, it-trasmissjonijiet tat- television isofru minn taqlib fl-arja kkaġunat l-aktar mill-bidla minn staġun għall-ieħor.", "Ninsab informat li mis-17 ta' Mejju, sal-lum it-Taqsima tal-Wireless Telegraphy ta' l-Ufficcju tiegħi ma rceviet ebda ilment mill-inħawi msemmija.", "Għaldaqstant jekk hemm minn għandu xi tfixkil fir-recizzjoni tat- television, dan għandu jagħmel l-ilment tiegħu lit-taqsima fuq il-formola preskritta li tinkiseb mill-istess taqsima.", "PROVVISTA TA' ILMA", "2658.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Ġejt imgħarraf li f'diversi nħawi ta' Malta qegħda tiġi mnaqqsa apposta l-pressa ta' l-ilma billi l-provvista mhix adegwata.", "Ġejt mgħarraf li, għall-istess raġuni, l-provvista ġieli tiġi maqtugħa għal jiem sħaħ.", "Għaliex isir dan meta, per eżempju bit-tnaqqis tal-pressa biss, jiġu kkawżati diffikultajiet u anke ħsarat?", "Kif jistgħu jiġu rikonciljati dawn il-miżuri ta' restrizzjoni fil-provvista ta' l-ilma - li m'għandhomx x'jaqsmu mas-sistema tad-distribuzzjoni - ma' l-insistenza li issa l-problema tal-provvista ta' l-ilma ġiet solvuta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-provvista ta' l-ilma f'Malta fejn 55% ta' l- ilma hu prodott mill-ilma baħar, mhix bażata fuq ħażna ta' l-ilma, iżda fuq sistema ta' produzzjoni kontinwa, bi ftit ħażna għal meta jinqalgħu xi ħsarat jew jitwaqqfu l-impjanti għal xi raġuni oħra.", "Management tajjeb għalhekk jitlob attenzjoni u miżuri biex din il-ħażna ma titnaqqasx.", "Kulħadd jaf bl-investiment kbir li sar minn dan il-Gvern għal żieda fil- produzzjoni, tant li l-produzzjoni bl-impjant tar-reverse osmosis żiedet b'madwar 10.5 miljun gallun kuljum, iżda kulħadd jaf wkoll li sfortunatmaent qed isir ħafna ħela u użu żejjed ta' l-ilma, għax ftit japprezzaw il-valur ta' l-ilma, kemm jiswa u x'sussidju qed jagħti l-Gvern lil dan is-settur.", "Donnu li kulħadd jaħseb li jista' juża ilma kemm irid għax jaħseb li l-Gvern jista' jibqa' jżid l-impjanti ta' desalinazzjoni.", "Din il-mentalita' trid tispicca.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, b'koperazzjon ma' UNEP fasslet programm intensiv ta' Water Conservation li jaħseb f'kull m'hu necessarju għall-użu xieraq ta' l-ilma - minn tagħlim u edukazzjoni tal-konsumatur sa mezzi teknici għal iffrankar u użu ta' second class water.", "ILMA - TQASSIM BIL-BOWSER", "2663.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li Pinco Ltd għandha l-kuntratt mingħand id- Dipartiment ta' l-ilma biex tqassam l-ilma bil-bowsers f'areas fejn ma jkunx hemm ilma?", "Jista' jgħid f'liema sena jew snin din il-kumpannija ħadet dan il- kuntratt?", "Jista' jgħid kemm irceviet flus kull sena li kellha l-kuntratt Pinco Ltd?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "FUNTANI", "2664.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il funtana nbniet mill-Gvern u f'liema irħula minn Ġunju ta' l-1987?", "Jista' jgħid minn fejn jinxtraw il-pompi li jtellgħu l- ilma ta' dawn il-funtani?", "Jista' jgħid jekk inħarġux offerti biex jinxtraw dawn il-pompi?", "Jista' jagħti lista ta' ditti li akkwistaw din l-offerta jekk ħarġu offerti?", "Jista' jgħid kemm sar ħlas lid-ditta jew ditti li pprovdew dawn il-pompi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ANZJANI - DAR MERĦBA BIK", "2669.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għar-risposta li tajt lil sieħbi l-Onor.", "Reno Calleja għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 1328 dwar il-flus li jircievu s-sorijiet ta' Merħba Bik, jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jkun hemm xi mara rikoverata hemmhekk u tkun qed tieħu l-għajnuna socjali, tkun mistennija li tagħti parti minn dawn il-flus lil Merħba Bik?", "Din hija ħaġa regolari li forsi l-Ministeru jaf biha jew qed isir pressjoni mis- sorijiet imsemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li meta mara tkun rikoverata \"Merħba Bik\", u tkun qed tieħu l-għajnuna socjali, naturalment il-Gvern ma jħallasx il-per capita grant (daily subsistence) għal dik il-persuna lill-Good Shepherd Agency.", "Għalhekk min hu nkarigat mill-hostel ta' \"Merħba Bik\" jieħu Lm7 fil-ġimgħa mingħand kull min jkun qiegħed jircievi Lm49 Għajnuna Socjali kull erba' ġimgħat.", "Jekk mara jkollha t-tfal magħha din ma tagħti l-ebda kontribut għall-ikel u spejjeż oħra tat-tfal.", "SIĠĠIEWI - TQATTIGĦ TA' BLAT", "2672.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- Dipartiment ta' l-Ambjent jieħu passi sabiex ma jkomplix jinqata' blat f'barrieri vicin wisq it-triq, kif qed jiġri fl-inħawi Tal-Ħandaq, f'Ta' Kircippu, Siġġiewi, ħdejn is-sub-station ta' Enemalta, b'mod li diġa' bdiet iccedi it-triq u dehru konsentuni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li minn spezzjoni fuq il-post irriżulta li ħdejn is-substation f'Ta' Kircippu m'hu qed isir l-ebda qtugħ ta' blat għal barrieri, filwaqt li fiż-żona Tal-Ħandaq hemm tlett barrieri li waqfu joperaw.", "Inżid ngħid li bħalissa l-Ministeru ta' l-Ambjent qed jikkonsidra l- kwestjoni kollha tar-reviżjoni tal-kondizzjonijiet għat-tħaddim tal- barrieri.", "BANEK - LOHOMBUS", "2681.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-Lohombus Corporation tinsab f'negozjati jew ikkonkludiet negozjati mal-Gvern għall-akkwist ta' Premises ġodda ġewwa l-Marsa qrib il-Power Station?", "Jekk fl-affermattiv, jaħseb il-Ministru li dan il-lokal ikun aktar accessibbli għall-pubbliku mill-inħawi tal-Furjana fejn jinsab il-Lohombus Corporation bħalissa u jekk hux appellabbli bħala ambjent?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Peress li n-numru ta' impjegati ttriplika ruħu minn meta nħolqot il-Corporation sal-lum, ilha tinħass il-ħtieġa li jinsabu premises aktar spazjużi għall-istaff.", "Wara tfittxija intensiva, issa nstab lokal fil-Blata l-Bajda, li hu proprjeta' tal-Gvern li fuqhom diġa' saru n-negozjati meħtieġa.", "Jien persważ li dan il-post hu accessibbli għall-pubbliku u se jkun f'ambjent tajjeb.", "RAĦAL ĠDID - PROVVISTA TA' ILMA", "2682.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jindaga x'inhi l-kawża ta' ħruġ/ħela ta' ħafna ilma tax-xorb minn kanna li tagħti għal ġot-triq fi Triq il-Kampannella, Raħal il-Ġdid quddiem il-ġnien ta' Wied Blandun u quddiem Belleview Court?", "Dan l-ilma ilu ħiereġ ix-xhur sħaħ minkejja ilmenti tar-residenti u qiegħed joqgħod fit-triq fejn qed ikun hemm għadira kontinwa ta' ilma li qed tiġbor ħafna nemus u tikkawża ħafna problemi għar-residenti meta joqgħod.", "Jista' l-Ministru jassigura darba għal dejjem li ma jibqax isir ħela ta' ilma tajjeb għax- xorb u nkonvenjenza kbira għar-residenti tal-lokal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Skond informazzjoni li għandi, ssewwiet xi ħsara f'dan il-lokal u l-ilma m'għadux ħiereġ.", "Dan l-ilma dam ħafna ħiereġ għax il-ħsara kienet difficli ħafna biex tinstab.", "BALZAN - PITCH TAL-BOCCI", "2686.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jiġi innotat is-suġġeriment sabiex l-area riservata għall-logħob tal-bocci fil- pjazza ta' Ħal Balzan wara l-Knisja, li ma jużaha ħadd għax żgħira wisq, tiġi mkabbra għal pitch regolari tal-bocci bħalma hemm fi rħula oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li biex titkabbar din il-pitch tal- bocci, jenħtieġ li titkisser parti mill-playing field, li tintuża ħafna mit- tfal ta' Ħal Balzan, meta ftit 'il bogħod minn din il-pitch, hemm oħra full- size li tista' tintuża minn kulħadd.", "DIP TAR-REĠISTRU PUBBLIKU - ATTI INSINWATI", "2687.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm ġew insinwati atti sena b'sena fir-Reġistru Pubbliku mill-1980 sal-lum?", "ONOR.", "JOE FENECH: In-numru ta' noti ta' Insinwa ta' atti reġistrati fir- Reġistru Pubbliku matul il-perjodu msemmi huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt.", "SENA NUMRU", "1980 16,003", "1981 15,031", "1982 13,927", "1983 10,234", "1984 13,961", "1985 13,436", "1986 13,559", "1987 13,469", "1988 17,637", "1989 17,923", "1990 17,676", "1991 18,279", "1992 (sa 18/6/1992) 8,748", "Wieħed irid iżid li din l-istatistika naturalment ma tinkludix reġistrazzjoni ta' ipoteka, Ipoteka legali, referenzi u renovi.", "QORMI - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "2688.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu jżomm li jitwaħħlu s-sinjali meħtieġa biex Triq Dun Mario, Ħal Qormi ssir one-way, minkejja li t-talba tar-residenti u tiegħi ilha ħafna li, fl-aħħar, ġiet approvata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Saret talba oħra lid-Dipartiment ta' l-Ambjent sabiex dan ix-xogħol isir malajr.", "QORMI - SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "2689.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jingħata s- servizz tat-telefon lil Polidano (Ref:5991/87) li ħallas il-kontribuzzjoni xahrejn ilu wara ħames snin jistenna?", "Billi jirriżulta li fl-istess inħawi, qrib il-Wied ta' Ħal Qormi n-naħa ta' San Ġorġ, hemm każi oħra simili, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm li issa dawn l-applikanti jiġu mogħtija s-servizz?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-referenza tas-Sur Polidano minn Ħal Qormi hija AT/5491/87 u mhux AT/ 5991/87.", "Jien informat li dan l-applikant flimkien ma' oħrajn ġewwa l-istess raħal sejrin jingħataw is-servizz tat-telefon sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' dan ix-xahar.", "MINTOFF L - ĦLAS GĦAL KORRIMENT", "2690.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jirriżulta li hemm talba pendenti għal ħlas dwar korriment li ġarrab L. Mintoff, ID No.256536(M), li ġie certifikat li weġġa' f'siequ l-leminija f'Ottubru ta' l-1990?", "Jista' jgħid x'inhi l-qagħda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-Beneficcjarju msemmi li għandu l-ID No. 256536 (M) tħallas Beneficcju tal-Korriment bejn is-17 ta' Ottubru 1990 u l-4 ta' Ottubru, 1991.", "L-aħħar pagament sar fit-12 ta' Ottubru 1991.", "Naħseb l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal xi Gratifikazzjoni għal Inkapacita'/Pensjoni għall-Inkapacita' aktar milli għal Beneficcju tal- Korriment.", "Il-Gratifikazzjoni/Pensjoni msem-mija għadha ma ġietx assessjata għax it-tobba maħtura taħt l-Att dwar is-Sigurta' Socjali kien għadhom mhumiex f'pożizzjoni li jiddeciedu meta raw il-persuna msemmija fis- 26 ta' Mejju 1992.", "Huma taw parir biex il-persuna terġa' tiġi eżaminata wara erba' ġimgħat u taw parir ukoll li fil-Bord li għandu jerġa' jeżamina l-każ din id-darba għandu jiġi nkluż specjalista fl-Ortopedija.", "PULIZIJA IMĦARRĠA BIEX JIKKUMBATTU D-DROGA", "2697.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru ta' Pulizija li għandhom taħriġ specifiku biex jikkumbattu d-droga?", "Ta' liema rank huma?", "Kemm minnhom huma nisa?", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1543, jista' l- Ministru jgħid għaliex m'hemmx membru tal-Korp mħarreġ f'din il-ħaġa li hu stazzjonat f'Għawdex?", "Peress li fix-xhur tas-sajf jkun hemm numru ħafna akbar ta' nies li joqogħdu u/jew iżuru Għawdex anke għal ftit jiem, li jkun tajjeb li jirrimedja dan biex jkun hemm pulizija minn din it-taqsima li tkun stazzjonata hemm, almenu għas-sajf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-membri tal-Korp tal-Pulizija hemm 25 li huma mħarrġa specifikament fuq id-droga.", "Dawn huma mqassmin hekk:", "Superintendent - 1", "Spetturi - 4", "Surgent (Rġiel) - 6", "Kuntistabbli (Rġiel) - 11", "Surgent (Mara) - 1", "Kuntistabbli (Nisa) - 3", "Il-Pulizija tħoss li għalkemm m'hemmx pulizija mħarrġa fid-droga stazzjonati Għawdex, il-ħteġijiet ta' din il-Gżira huma kkonsidrati li huma moqdija mill-Pulizija f'Malta.", "Tajt struzzjonijiet biex is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru fl-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu jiġi konsidrat.", "TOBBA LI JIKKURAW LID-DROGATI", "2698.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru ta' tobba li bħalissa għandhom taħriġ specjali biex jikkuraw lil dawk li jabbużaw mid-droga?", "X'inhu n-numru ta' staff mediku ieħor li huma mħarrġa apposta biex jgħinu fil-kura tad-drogati?", "Kif inhuma mqassma - fiż-żewġ każi - bejn Għawdex, Santa Marija u d- Detox?", "Fid-Detox f'Malta jkun hemm tabib għassa il-ħin kollu?", "F'Għawdex hemm xi tabib li joqgħod f'din il-gżira li huwa/hija mħarreġ/mħarrġa biex jiġu ikkurati d-drogati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nifhem li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għas-servizzi li jipprovdi l-Istat fil-qasam tal-kura lill-vittmi tad-droga.", "Dawn jinkludu d-Detox Centre ta' Malta, id-Detox Centre ta' Għawdex, id-Drug Dependene Unit ta' Santa Marija u s-servizz għal nisa bi problema ta' droga li dalwaqt jerġa' lura ġewwa Dar Gubbio, f'Santa Venera, li bħalissa qed tiġi rinovata.", "Għal dawn is-servizzi kollha, bħalissa hemm erba' tobba, tliet għas- servizzi f'Malta u wieħed għas-servizz f'Għawdex.", "Mill-1 ta' Lulju, se jingħaqad tabib ieħor mat-team li jaħdem fis-servizzi f'Malta.", "It-tobba kollha huma imħarrġa f'dan il-qasam.", "Fosthom, hemm tlieta li ħadu taħriġ specjali barra minn Malta fil-kura ta' abbuż mid-droga.", "Ma nafx eżatt x'qed jifhem l-Onor.", "Membru bi Staff Mediku ieħor.", "Fis- servizzi li joffri l-Istat, hemm staff paramediku u staff professjonali ieħor li kollha ħadu taħriġ fil-qasam socjali inġenerali u fil-qasam tad- droga b'mod partikolari.", "Tajjeb ngħid li dawn is-servizzi, għal dawn l- aħħar disa' xhur, għandhom terapista full-time bl-inkarigu specifiku li tipprovdi taħriġ kontinwu għall-istaff kollu, resident trainer.", "Din il- professjonista hija Amerikana u qegħda Malta permezz tal-Peace Corps.", "L-istaff kollu li għandu x'jaqsam mal-kura ta' persuni bi problema ta' droga huwa dan:", "- 6 nurses fid-Detox Centre ta' Malta", "- 5 nurses fid-Drug Dependece Unit ta' Santa Marija.", "Minbarra nurses, għax tajjeb ngħid li l-parti medika hija biss bicca mill- programm ta' kura u riabilitazzjoni mid-droga, hemm staff ieħor li jaħdmu fis-servizzi kollha:", "- 2 social workers, wieħed full-time u l-ieħor part-time", "- occupational therapist part-time", "- 4 social work assistants fuq bażi part-time", "- 6 care workers fuq bażi part-time fis-servizzi għan-nisa", "Hemm ukoll 6 tradesman li jgħallmu diversi snajja' lil min ikun fis- servizz residenzjali.", "Dawn kollha ħadu taħriġ fil-qasam tad-droga, kulħadd skond ir- responsabilitajiet tiegħu.", "Fost in-nurses, hemm wieħed li ħa taħriġ specjalizzat barra minn Malta.", "F'Għawdex, minbarra t-tabib psikjatra, hemm dan l-istaff:", "- 2 nurses", "- 1 social work assistant fuq bażi part-time", "- 3 health assistants fuq bażi part-time", "Id-Detox Centre hu bħal kull dipartiment ieħor ġewwa l-Isptar San Luqa u għalhekk għandu s-servizz ta' tobba 24 siegħa kuljum.", "Minbarra dan, żewġ tobba, specjalizzati fil-qasam ta' l-abbuż mid-droga, qegħdin on call 24 siegħa kuljum għal kull problema li tista' tinqala' fid-Detox Centre, fil- Casualty, f'Santa Marija u fil-Ħabs, liema problemi jkollhom x'jaqsmu mad- droga.", "F'Għawdex, kif diġa' għidt, hemm Konsulent Psikjatra li hu responsabbli mix-xogħol ta' kura għal persuni bi problema ta' droga.", "DROGI", "2699.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta jinqabdu d-drogi mill-pulizija u l-Qorti tordna li dawn jiġu meqruda, jista' l-Ministru jgħid kif dan isir u taħt liema sorveljanza?", "Kemm inqerdet droga matul l-1991 u matul l-ewwel ħames xhur ta' din is- sena - dejjem separatament u x'tip ta' droga kienet?", "Qatt kien hemm diskrepanza bejn dak li ordnat il-Qorti biex jinqered u li fil-fatt jkun inqered għax jinstab li jkun hemm anqas fl-ammont minn meta l- persuna tkun tressqet il-Qorti sakemm tinqered id-droga?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "PARTIT KOMUNISTA SOVJETIKU", "2704.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Wara li nfetħu għall-pubbliku l-bicca l-kbira ta' l- arkivji ta' l-ex Partit Komunista Sovjetiku, il-Gvern Malti beħsiebu jindaga biex jara jekk fl-imgħoddi dan il-Partit għaddhiex flus lil xi partiti politici Maltin kif għamel lil partiti politici fl-Ewropa?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "KAROZZI TAL-LINJA SKRAPPJATI", "2705.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2469, jista' l-Ministru jweġibni kemm ġew skrappjati karozzi tal-linja mill-1987 'l hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li mill-1987 'l hawn ġew skrappjati 25 karozza tal-linja.", "TRASPORT PUBBLIKU - DESPATCHERS", "2712.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Meta l-Awtorita' tat-Trasport suppost li ħadet l-aspetti kollha tat-trasport f'idejha?", "Kif ħalliet id-despatchers taħt ir- responsabilita' tal-pulizija?", "Meta d-despatchers se jiġu f'idejn l-Awtorita' tat-Trasport?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ma setgħetx tieħu taħt ir-responsabbilta' tagħha d-desptachers għax kien għad m'għandhiex l-amministrazzjoni meħtieġa biex tmexxi numru hekk kbira ta' impjegati.", "L-Awtorita' se tibda tamministrahom f'dak li hu xogħol ta' kuljum b'seħħ mill-1 ta' Lulju li ġej u se jaqgħu taħt ir-responsabbilta' totali tagħha fl-1 ta' Settembru, 1992.", "Matul dawn ix-xahrejn huma se jibqgħu jitħallsu mid-Dipartiment tal-Pulizija.", "GROUP 4 2713.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jaf li kumpanniji li fihom hemm flus il-poplu, banek, organizzazzjonijiet, u għaqdiet kummercjali li ġew imwaqqfa' minn flus il-poplu, qed jagħtu b'eluf kbar ta' liri xogħol ta' sigurta' lill-kumpannija Group 4 meta hemm numru ta' pulizija li lesti jagħmlu dan ix-xogħol basta jitħallsu extra tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel id- domanda tiegħu lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomici.", "BANEK: BANEK OF VALLETTA - GROUP 4", "2714.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi jidher li wara s-serqa kbira li allegatament tammonta għal Lm1,000,000 għad-dannu tal-Bank of Valletta qabel l-elezzjoni minn ħallelin armati, il-mexxejja tal-Bank reġgħu ma pprovdrewx pulizija armati meta waslu l-flus nhar il- Ħamis 20 ta' April li nsertqu minn ġo l-ajruport il-qadim minn nies armati wkoll, jaħseb il-Ministru li għandu jagħmel inkjesta ħalli jara kienx hemm efficjenza biżżejjed mill-BOV?", "Jaf il-Ministru li jumejn qabel is-serqa msemmija waslu Malta ammont ta' valueables fuq ajruplan ieħor u dawn ġew mgħassa sewwa min nies armati ta' l-SAG?", "Jaħseb il-Ministru li mil-lum 'il quddiem il-Banek, li wara kollox flushom huma tal-poplu, għandhom jipprovdu sigurta' b'nies armati u mħarrġa sewwa?", "Jaħseb il-Ministru li mhux sewwa li nies tal-Grupp 4 jiġu fdati fuq xogħol hekk importanti meta mhumiex armati?", "X'verifiki dwar l-integrita' isiru/saru mill-Banek qabel iqabbdu kumpanniji privati għal xogħol ta' sigurta'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda tiegħu lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomici."]} {"filename": "20010515_538d_par.doc", "date": "2001-05-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 538 It-Tlieta, 15 ta' Mejju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 538", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "538", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju, 2001", "WERREJ MINUTI 704", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 704", "TQEGĦID TA' KARTI 707", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA TA' RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA (IT-TIENI QARI)", "CODE OF CONDUCT FOR COMPUTERISED RESERVATION SYSTEMS BILL (SECOND READING) 708", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTU ARTIJIET (IT-TIENI QARI)", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL (SECOND READING) 710", "AĠĠORNAMENT 727", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 731", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 537 li saret fl-14 ta' Mejju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "RABAT – SAURA HOME - PARKING", "24935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana xi żviluppi kien hemm dwar il- parking sign quddiem id-dar ta' l-anzjani ta' Saura, fir-Rabat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-bord għall-kontroll tat-traffiku talab lill-kunsill lokali tar-Rabat biex jistalla sinjal fil-junction ta` Triq San Franġisk ma' Triq Borġ Olivier biex wieħed mill-parking bays li diġa' hemm immarkati f'dan is- sit jiġi riservat għad-dar ta` l-anzjani.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, possibbli li l-kunsill qabel ma' dan il-proponiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien nista' ngħid li saru diskussjonijiet bejn it-traffic control board u l-kunsill lokali dwar numru ta' affarijiet li jolqtu r-Rabat, u ma jirriżultalix li kien hemm xi oġġezzjoni partikolari għal dan li għadni kemm għedt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, ftit ilu kont qiegħed il-Furjana fuq stop sign u quddiemi kien hemm karozza tal-linja wieqfa.", "Meta din ġiet biex taqla', tgħidx x'daħna sewda ħalliet fuq grupp ta' turisti li kienu qed jaqsmu t-triq!", "X'qed jagħmel id-dipartiment biex jikkontrolla dan it- tip ta' daħq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma naħsibx li l-gvern għandu jieħu passi biex jikkontrolla d-daħq, se mai għandu jara kif jagħmel biex jinstiga aktar daħq!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien il-mistoqsija għamiltha bl-akbar sinċerita'.", "Qed ngħid hekk għax meta għola l-fare, suppost li s-servizz tal-linja kellu jitjieb.", "Dik hija d-daħqa, Ministru!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru bħali jaf li fis-settur tat-trasport pubbliku jeżistu ħafna diffikultajiet li mhux se ssolvihom billi taqbad u żżid in-noll.", "Meta kellna din iż-żieda fin-noll, ma kien hemm l-ebda rabta mas-sidien li kien se jkollna xi titjib.", "Ma jfissirx li m'humiex għaddejjin diskussjonijiet biex issir bidla sostanzjali f'dan is- settur, pero' din il-problema ma tistax tittrattaha b'mod superfiċjali.", "Dawn l-ewwel kienu maqsumin fi tliet kumpanniji u mbagħad saru kumpannija waħda.", "Forsi hemmhekk kienet l-akbar farsa li qatt kellna f'dan il-qasam!", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Mizzi qed isemmi l-ħruġ ta' tender għar-rigward tal-bus ticketing machines.", "Veru, għax permezz ta' dik il-miżura kien se jkollna l-ewwel bidla radikali f'dan il-qasam, iżda l-oppożizzjoni għamlet ħilitha kollha biex tkisser dik il-miżura.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien ma qomtx biex nitkellem dwar il- problema tat-trasport kollu imma dwar id-duħħan, u l-Ministru bid-duħħan irrispondieni għax ma qal xejn!", "Jien staqsejtu ċar x'passi qed jittieħdu b'mod attiv dwar din il-ħaġa, jiġifieri d-duħħan li joħroġ mill-karozzi tal- linja.", "Żgur ma semmejtlux il-ħmieġ li fihom dawn il-karozzi jew jekk dawn iżommux il-ħin kif suppost, jew il-mod kif jiġu ttrattati l-passiġġieri.", "Naf li anke hawn għandna problemi kbar.", "Ma nafx għaliex kull darba li b'mod sinċier nistaqsu xi ħaġa li tkun fl- interess tal-poplu, niġu b'ħafna paroli vojt.", "Jien kulma staqsejtu kien biex bl-akbar sinċerita' jgħidilna jekk il-ministeru tiegħu hux qed jagħmel xi ħaġa b'mod attiv kontra dawk li ma jista' għalihom ħadd.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, għal darba oħra kont qed nipprova nirrispondi, pero' l-oppożizzjoni qed tagħmel ħafna storbju u m'hijiex qed tħallini nitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Miskin xejn, għax m'għandix bżonn min jgħidli miskin!", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien kont qed ngħid li kienet ħarġet tender ġdida għal bus ticketing machines u din għalqet fi Frar li għadda.", "Id- dipartiment tal-kuntratti għaddej bl-ipproċessar u nisperaw li ma ndumux ma nistallaw dawn il-makni li tant kien hemm kwestjonijiet fuqhom fil-passat, avolja għaddew kważi sitt snin minn mindu sar il-ftehim oriġinali.", "Kuntrarjament għal dak li għamlu tan-naħa l-oħra meta għal sentejn sħaħ kienu fil-gvern - l-unika diskussjoni suret in-nies li kienet saret fi żmienhom kien fis-26 ta' Awissu, 1998, ġimgħa qabel l-elezzjoni, meta kienet ħarġet stqarrija malajr malajr biex jgħidulna li kienu waslu jikkonkludu mas-sidien tal-karozzi tal-linja - aħna bqajna għaddejjin bid- diskussjonijiet - u wasalna fil-pożizzjoni li s-sidien tal-karozzi tal- linja, permezz ta' l-agreement li kienu għamlu dak iż-żmien u bl-għajnuna tal-gvern, se jkollhom 142 karozza tal-linja ġdida biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Carmelo Abela qal li m'huwiex biżżejjed li jkollna karozzi tal-linja ġodda.", "Jien naqbel miegħu, imma almenu se nkunu nistgħu nikkontrollaw b'mod aħjar dak id-duħħan li qed joħroġ kontinwament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Donnu li l-Ministru plaċidu u kwiet li meta jkollna l-karozzi tal-linja l-ġodda mhux se jibqa' joħroġ duħħan, imma sadanittant ma jimpurtax jekk il-karozzi fil-preżent idaħħnu!", "Jiddispjaċini, Sur President, imma l-Ministru ma rrispondiex għad-domanda li għamiltlu.", "Jien staqsejtu x'qed jagħmel biex jikkontrolla dawn id-dħaħen esaġerati u hu qalli li qed jistenna l-karozzi l-ġodda, imma sadanittant qiegħed jieħu xi passi?", "Qiegħed jibgħat il-wardens biex iħarrku lil dawn in-nies?", "Ma nafx għalfejn kelli nagħmel din id-domanda tliet darbiet!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, veru li xi kultant titkellem mod u kulħadd jifhmek kif irid hu!", "Il-karozzi tal-linja l-ġodda huma biss parti mill-affarijiet li se nagħmlu.", "Illum kulħadd jaf li l-użu tal-pitrolju fil- karozzi tal-linja prattikament inqata' għal kollox.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Mizzi qed jgħid li jien biss ma nafx!", "MR SPEAKER: M'hemmx cross debate.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Mizzi jaf b'xi ħadd li għadu qed juża l- pitrolju bħala fuel nistiednu jgħidli min hu.", "Inutli nibqgħu ngħidu li kulħadd jaf.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, dawn m'humiex affarijiet li jinxtammu imma affarijiet li jidhru!", "Iva, nispera li nkunu f'pożizzjoni li mhux biss ma nibqgħux nużaw il-pitrolju jew id-diesel imma li possibbilment ngħaddu wkoll għall-użu ta' gassijiet oħrajn.", "Pero' anke hawnhekk mhux għalkemm naqbdu u ngħidu li l-karozzi tal-linja se jibdew jitħaddmu b'dawn il-gasses għax nafu li matul is-snin ġew imposti numru ta' regolamenti li prattikament jillimitaw jew ma jħallux l-użu ta' gassijiet oħrajn.", "Nispera wkoll li meta niġu f'pożizzjoni li l-karozzi tal-linja jibdew jużaw il-gass minflok id-diesel, ma niġux ngħidu li l-Enemalta m'għadhiex taqla' flus daqs kemm kienet taqla' qabel!", "Jekk irridu nitrattaw l-affarijiet bis-serjeta', mhux nagħmlu domandi bħal dawn imma nitkellmu b'saqajna ma' l-art biex verament il-problemi li jistgħu jolqtu l-ambjent, insolvuhom b'sensiela ta' passi li għandhom ikunu maqbula lejn iż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-Ministru issa minbarra d-duħħan daħħal ukoll il-gass!", "Jien m'għamiltx il-mistoqsija biex nisma' lecture dwar x'irid isir u x'ma jridx isir.", "Il-mistoqsija tiegħi kienet ċara u tonda.", "Teżisti xi sistema biex l-awtorita' għat-trasport tagħmel spezzjonijiet?", "Hemm xi abbokkamenti għaddejjin magħhom dwar x'miżuri għandhom jittieħdu kontra min jinqabad jagħmel dawn l-affarijiet?", "Qed issir xi ħaġa fattwali biex dan id-diżastru fit-toroq ma jkomplix isir?", "Din m'hijiex biss kwestjoni li d-duħħan tarah u jdejqek, għax nafu li dan qed jagħmel ħafna ħsara lill-ambjent u qed jagħmel ukoll ħafna ħsara fuq is- saħħa.", "Jekk il-Ministru jafu dan għaliex m'huwiex qed jirrispondini?", "Għaliex m'hu qed jagħmel xejn ħlief jgħid ħafna paroli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien se nsemmi ħaġa waħda biss, il-vehicle roadworthiness test.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-Onor.", "Vella qed jagħmel allegazzjoni infondata għall-aħħar.", "Minkejja d-diffikultajiet kollha, minkejja l-bsaten fir-roti kollha li għamlet l-oppożizzjoni, kellna l-kuraġġ li nibqgħu mexjin bl-introduzzjoni tal-VRT u għedna meta dan it-test kien se jiġi implimentat.", "Aħna konna nafu li din il-miżura mhux se tkun popolari magħna l-Maltin, pero' xorta waħda bqajna għaddejjin u introduċejniha.", "Għedna li meta se jkun hemm il-fażijiet kollha tal-VRT in place, se nkunu nafu x'inhi l-pożizzjoni.", "Xi ħadd semma l-wardens, Mr Speaker.", "Ara ma taħsbux li l-wardens ma tawx ċitazzjonijiet lis-sidien tal-karozzi tal-linja minħabba d-duħħan!", "Fil-fatt dawn taw numru konsiderevoli ta' ċitazzjonijiet, pero' filwaqt li ppruvajna nrewħu biex il-wardens jagħtu aktar ċitazzjonijiet, meta ppruvajna ndaħħlu miżura oħra żgħira fid- direzzjoni ta' ambjent aħjar, sibna l-oppożizzjoni tagħmel dak kollu possibbli biex tfixkel, ittellef u xxewwex lin-nies kontra l-introduzzjoni tal-VRT.", "Dik hija d-differenza bejn naħa u oħra fejn għandu x'jaqsam ma' direzzjoni politika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien għandi dritt ninsisti biex il- Ministru jagħtini risposta għax għadu ma tanix.", "U issa tani lecture dwar il-VRT ukoll!", "Jien qed nassumi li l-Ministru jinsab kuntent għax il- karozzi tal-linja li qed inittnu t-toroq għaddew mill-VRT.", "Hekk wasalna issa li naraw b'għajnejna stess u nmeru l-verita'!", "Taf x'jonqosni nagħmel issa, nagħtih ftit numri ta' karozzi li nara fit-triq u ngħidlu jiċċekkja jekk għaddewx mill-VRT jew le!", "Hekk irid allura spoonfeeding, għax għandu dipartiment ma jagħmel xejn!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, donnu li ċerti kliem qiegħed f'ħalq l- oppożizzjoni!", "(Interruzzjonijiet) F'dawn is-sentejn u nofs ittieħdu diversi passi li juru li meta dan il-gvern ikollu target li jrid jasal għalih, anke jekk jaf li mhux se jkun popolari, jibqa' għaddej fit-triq li jkun qabad.", "U dan ma jagħmlux fl-interess ta' xi gwadann f'mument partikolari, imma għax jaf li in the long run dawk il-miżuri jwasslu biex il-pajjiż ikun f'qagħda aħjar fil-qasam ambjentali.", "Nistgħu ngħidu ħafna diskors, pero' fl-aħħar mill-aħħar il-parti l-kbira tal-miżuri konkreti, anke fil-qasam ta' l-ambjent, ma tteħdux minn min qiegħed fl-oppożizzjoni imma minn min illum qiegħed fuq in-naħa tal-gvern.", "U ma naħsibx li għandna għalfejn noqogħdu nitkellmu fuq inħawi partikolari.", "Per eżempju, lill-Ministru ta' ħdejja llum qed jgħajruh bil-Magħtab pero' tajjeb ukoll li niftakru f'min ħolom u oriġina l-Magħtab.", "(Interruzzjonijiet) Nistgħu nibqgħu sejrin pass wara l-ieħor f'dan ir- rigward u naraw x'passi ttieħdu, pożittivi u negattivi, min ħadhom u fejn ittieħdu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ministru, għandek idea f'dawn l-aħħar tliet xhur kemm tħarrku sewwieqa ta' karozzi tal-linja minħabba ħruġ ta' duħħan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naħseb li l-ebda ministru m'hu f'pożizzjoni li jirrispondi għal din id-domanda.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Vella m'għandux jippretendi li hawn xi ministru fid-dinja li jkun jaf kemm-il ċittazzjoni tkun ħarġet matul il-lejl ta' qabel, avolja jekk m'iniex sejjer żball saret xi domanda parlamentari simili u anke ġiet imwieġba.", "(Interruzzjonijiet) Il-filibustering min-naħa ta' l- oppożizzjoni ġej!", "MR SPEAKER: Ministru, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, il-filibustering min-naħa ta' l- oppożizzjoni jiġi għax l-interess tan-naħa tal-gvern hu li nimxu 'l quddiem bl-aġenda li għandna quddiema.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-istaff complement fl-iskejjel speċjali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25641; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' omiċidju volontarju bejn l-1976 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25659.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA TA' RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA", "CODE OF CONDUCT FOR COMPUTERISED RESERVATION SYSTEMS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Mejju 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea huwa in possession.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-bieraħ kont bdjet nirrispondi għal uħud mill-kummenti li saru mill-ħames kelliema tan-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Kont qed ngħid ̧ per eżempju, kif l-oppożizzjoni trid tipprova tiskorja l- ħin kollu għax filwaqt li kontinwament tgħid kemm huwa importanti li jkollna liġijiet li jiċċentraw madwar il-konsumatur, issa li qed nippreżentaw dan l-abbozz ta' liġi qalulna li dan għamilnieh bil-għaġġla mingħajr ma rajna x'inhuma l-implikazzjonijiet.", "Qalulna li dan l-abbozz ta' liġi qegħdin inressquh għax m'għandniex affarijiet oħra x'niddiskutu u qalulna wkoll li dan stajna għamilnieh b'legal notice.", "Madankollu dan l- abbozz ta' liġi qed ipoġġi lill-konsumatur fiċ-ċentru ta' attivita' meta jiġi biex jagħmel użu mis-servizz ta' trasport fejn għalkemm l-ewwel parti tal-vjaġġ tkun toriġina minn Malta, titkompla permezz tal-ferrovija barra minn Malta.", "Per eżempju ̧ kien hemm min qalilna li ma jafx għalfejn hemm riferenza għall-ferrovija pero', kif diġa' għidt, dan huwa abbozz ta' liġi li jolqot lill-Maltin li jsiefru barra minn Malta u jużaw dan il-mezz ta' trasport.", "Naturalment kien hemm numru ta' kummenti oħrajn dwar mezzi oħrajn ta' trasport.", "Ovvjament hemm lok għal ħafna titjib fil-qasam tat- trasport pubbliku, pero' dan il-qasam ma tmexxihx 'il quddiem billi tittratta l-problema b'mod superfiċjali.", "Kien hemm riferenzi wkoll għall-istat tat-toroq pero' dan m'għandux x'jaqsam ma' dan is-suġġett, sakemm ma taħbatx ma' xi central strip u tispiċċa ttir!", "Li rrid ngħid dwar dan il-qasam huwa li aħna qed nipprovaw insewwu dak li nbena ħażin kif għamilna ̧ per eżempju, fil-bypass ta' Birkirkara fejn kien hemm ħafna bends.", "Fost affarijiet oħra dan qed nagħmluh biex innaqqsu l-periklu fit-toroq.", "Minkejja li jista' jkun hemm min iħossu kuntent jara l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, aħna determinati li f'dan il-qasam inkomplu mmexxu biex inbiddlu dak li hemm ħażin.", "Anke ssemmiet ukoll il-white paper dwar it-trasport pubbliku li ̧ kif diġa' għidt ̧ din ilha li ġiet ppubblikata numru ta' snin.", "Kien hemm iċ-ċans li wieħed jipprova jiddiskuti u jitkellem u wasalna fl-istadju li mill-kliem naslu għall-fatti.", "Hawnhekk qed niddiskutu abbozz ta' liġi li jitkellem dwar pakketti ta' l- ivvjaġġar bl-ajru u bil-ferrovija.", "Aħna pprovajna naslu biex inkunu fuq l-istess bażi ta' regolamenti li mhumiex applikati fuq xi kondizzjonijiet imposti mill-Unjoni Ewropea - bħalma pprovat tagħti l-impressjoni l- oppożizzjoni l-bieraħ filgħaxija - imma modi ta' kontroll u ta' assigurazzjoni ta' servizz aħjar lill-konsumatur li huma miftiehma u maqbula minn organizazzjonijiet ta' l-avjazzjoni ċivili, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk internazzjonali.", "Jien ma nistax nifhem kif meta niġu biex nittrattaw suġġetti li permezz tagħhom ikun se jgawdi l-poplu, ikun hawn min jagħmel ħiltu kollha biex idaħħal id-dubji u jipprova jagħti xi indikazzjoni li l-affarijiet mhux qed nagħmluhom fl-interess tal-poplu Malti imma fl-interess ta' xi ħadd li huwa barra minn din il-Kamra.", "Hawnhekk wieħed jibda jistaqsi: Min se jgawdi mill-pożizzjoni li persuna li tkun se ssiefer ikollha l-informazzjoni kollha neċessarja biex tara jekk ikollhiex il-possibilita' tmurx filgħodu, wara nofsinhar jew filgħaxija jew inkella tmurx fuq titjira diretta jew le?", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qegħdin nipproponu li persuna li tkun se ssiefer bl-ajru u mbagħad tkompli l-vjaġġ permezz tal-ferrovija, ikollha l-informazzjoni kollha available dwar dak li tkun tista' tagħżel.", "Hemm min jagħżel li jmur distanza qasira bl-ajru u mbagħad ikompli bil- ferrovija, hemm min jagħżel li jsiefer fuq titjira diretta u hemm min jagħżel li ma jsifirx fuq titjira diretta.", "Il-bieraħ kien hawn min staqsa x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk il-Maltin li jagħtu s-servizz tagħhom lill-konsumatur bl-informazzjoni kollha neċessarja.", "Li nista' ngħid hu li dawn se jkomplu mexjin 'il quddiem.", "Naturalment jista' jkun hemm persuni - nispera li ma jkunx hemm minnhom – li minflok jagħtuk l-informazzjoni dwar il-possibbiltajiet kollha li tista' tuża biex tmur minn post għall-ieħor, jagħtuk informazzjoni biex jibbenefikaw minn dik it-transazzjoni li jkunu qed jagħmlu.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li jekk jeżistu minn dawn il-persuni, trid issir bidla radikali fil-mod kif dawn jittrattaw ma' dawn in-nies għax il-konsumatur se jibqa' ċ-ċentru ta' din il-liġi.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għal dak li qal b'mod partikolari l-kap ta' l-oppożizzjoni meta qal li qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi dwar kodiċi ta' kondotta għal sistema ta' riservazzjoni komputerizzata u ħadd ma tkellem dwar il-linja ta' l-ajru nazzjonali.", "Saru wkoll ħafna riferenzi lejn l-għasafar taċ-ċomb pero' hawnhekk qed niddiskutu abbozz ta' liġi li jiggarantixxi li dawk li qed jagħtu servizz tajjeb - jien konvint li l-Air Malta tat u qed tkompli tagħti servizz tajjeb lill-Maltin u lil tant miljuni ta' barranin li jiġu jżuruna minn ħin għall-ieħor – ikomplu jtejbu dan is-servizz.", "Jien konvint li dawk li jmexxu l-Air Malta huma konxji mill-kompetizzjoni li qegħdin jiffaċċjaw u allura għandhom iżommu quddiem għajnejhom x'inhuma l-obbligazzjonijiet li għandha din il-kumpannija.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni donnu ried jagħti x'wieħed jifhem li jekk din il-kumpannija tkun taħt dekasteru partikolari jista' jkun li taħdem u jekk ma tkunx taħt dak id-dekasteru partikolari probabbilment ma taħdimx.", "Pero' jien nemmen li din mhijiex kwestjoni taħt liema dekasteru tkun il-kumpannija Air Malta u mhijiex kwestjoni ta' min ikun imexxi l-kumpannija mil-lat politiku, imma l-kwestjoni prinċipali li tiffaċċja din il-kumpannija hija l-kompetizzjoni li hawn.", "Saret riferenza wkoll għall-kwestjoni tat-tariffa kif inhi definita fl- abbozz ta' liġi.", "Peress li f'dan l-abbozz ta' liġi hemm tifsira tal-kelma \"tariffa\", saru diversi mistoqsijiet jekk dan ifissirx li għada pitgħada l- ministru jistax jiddeċiedi li l-airfares jogħlew meta mkien m'hemm riferenza li dawn se jogħlew.", "Filwaqt li kellna kelliema li bdew jiddefendu l-Air Malta u għamlu sewwa għax din hija waħda mill- organizzazzjonijiet li qed taqdi funzjoni importanti f'dan il-pajjiż, kellna kelliema oħrajn mill-oppożizzjoni li qalu li hija għarukaża li jekk tiġi biex issiefer trid tħallas id-doppju u t-tripplu.", "Mela minn banda nistaqsu x'tip ta' diskussjonijiet saru biex nipproteġu lill-Air Malta, iżda mill-banda l-oħra kelliema mill-istess naħa jikkritikaw lill-gvern li l-Air Malta qed iġġiegħel lil dak li jkun biex iħallas aktar.", "Naturalment l-implikazzjoni ta' min jitkellem b'dan il-mod hija li suppost il-gvern għandu jintervjeni billi jġiegħel lill-Air Malta tnaqqas il-prezzijiet, pero' mbagħad naqgħu fiċ-ċirku vizzjuż li jekk innaqqsu l-fares din il- kumpannija tibda tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji u ekonomiċi, bil- konsegwenza li l-oppożizzjoni jkollha l-ħatab f'idejha biex tipprova tattakka lill-gvern.", "Jien nemmen li min isegwi dak li ngħidu f'dan il-parlament jifhem li fl- aħħar mill-aħħar ma tistax tikkritika lill-gvern u tgħid li dan huwa insensittiv għall-konsumatur, imbagħad illum li qed niddiskutu dan l- abbozz ta' liġi toqgħod tgħid li mhux se nagħtu kas lil min qed jagħti s- servizz.", "Din hija kontradizzjoni politika ta' l-oppożizzjoni, għax jekk irridu nittrattaw il-problemi bis-serjeta' ma jistax ikun li nintgħoġbu ma' kulħadd il-ħin kollu għax jekk tagħmel hekk taqlagħha minn naħa u minn oħra.", "Dan huwa importanti li nifhmuh għaliex l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna bl-ebda mod m'għandu jwassal biex ikun hemm xi theddida għal min joffri s-servizz ̧ kemm jekk inhu linja ta' l-ajru ̧ kemm jekk inhu travel agent kif ukoll jekk inhu wieħed li jissupplixxi l-informazzjoni lit- travel agent.", "Sur President, il-bieraħ l-Onor.", "Debono Grech beda jitkellem qal li n-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi u allura jien ħsibt li se nisimgħu diskors qasir.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, l-ebda membru min-naħa ta' l- oppożizzjoni ma qal li aħna ma naqblux ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Kull wieħed minna wera x'inhi l-preokkupazzjoni tiegħu, pero' dan ma jfissirx li aħna ma naqblux.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Huwa veru li l-parti l-kbira tad-diskussjoni kienet favur dan l-abbozz ta' liġi, pero' mbagħad bdew jipprovaw idaħħlu ċerti suspetti.", "Sur President, qabel nagħlaq nixtieq ngħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jagħti numru ta' garanziji lil dawk il-persuni li jkunu se jivvjaġġaw u li jkunu se jagħmlu użu minn dawn is-servizzi partikolari.", "Ċertament nawgura li wara li dan l-abbozz jgħaddi minn dan il-parlament, jissarraf f'interess għall-poplu Malti.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jipprovdi dwar kodiċi ta' kondotta għal sistema ta' riservazzjoni komputerizzata'', ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi li dan l-istess Abbozz ta' Liġi jintbagħat quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata\", jiġi trattat fil-Kumitat Permenanti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTU ARTIJIET", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed qasir pero' importanti u qabel nibda nixtieq ngħid għalfejn inħasset il-ħtieġa li jiġi propost.", "Irridu niftakru li fl-1983 kienet għaddiet il-liġi dwar il- BDAs, li kienet daqsxejn kontroversjali ̧ li biha l-ministru responsabbli mix-xogħlijiet pubbliċi kellu d-dritt li jiddikjara ċapep ta' artijiet bħala building development areas.", "Dawn iċ-ċapep ta' artijiet bħala building development areas ma kenux ġewwa l-ischemes jew inkella deskritti bħala built-up areas.", "Tant hu hekk li l-kumpens li bil-liġi seta' jiġi offrut lis-sidien li jeħdulhom l-art għax huma nklużi fil-building development areas, kellu jkun dak ta' art agrikola jew xagħri.", "X'kien l- iskop tal-gvern u x'kienu l-effetti ta' din il-liġi?", "L-effett tal-liġi kien li malli l-ministru jressaq quddiem il-parlament u l- parlament japprova dawn il-building development areas, jiġru żewġ affarijiet.", "L-ewwel ħaġa hija li awtomatikament il-proprjeta' ta' dik iż- żona kollha ta' dawn iċ-ċapep kbar ta' artijiet, bis-saħħa tal-liġi u mingħajr il-bżonn ta' ebda formalita' oħra, jsiru proprjeta' assoluta tal- gvern.", "Mela jekk inti għandek art li tinqabad fil-BDA li jiddikjara l- ministru bl-approvazzjoni tal-parlament, inti b'daqqa ta' pinna tiġi svestit mill-proprjeta' li għandek f'dik l-art li tinqabad fix-xibka tal- BDA.", "Jista' jkun li jkollok dritt ta' proprjeta' u dik il-proprjeta' tintilef.", "Jista' jkollok l-art b'ċens u dak iċ-ċens jispiċċa.", "Jista' jkun li jkollok titolu ta' qbiela fuq art u l-qbiela tispiċċa u l-kirja tiġi terminata.", "Għalhekk il-gvern isir sid ta' dik l-art li tinqabad fil- BDA mingħajr il-ħtieġa ta' kuntratt.", "Issa s-soltu meta l-gvern jieħu artijiet għal skop pubbliku għandu l-Land Acquistion Public Purpose Ordinance, joħroġ id-dikjarazzjoni tal-President u wara 14-il ġurnata jista' juża l-art, pero' din ma ssirx tiegħu.", "Imbagħad tinħareġ l-ittra uffiċjali tan-notice to treat li fiha l-gvern joffri l-kumpens.", "Hawnhekk jekk l-individwu jaċċettah allura jsir il- kuntratt u jekk ma jaċċettahx il-gvern jirriferi l-każ lill-bord dwar l- arbitraġġ ta' l-artijiet.", "Ikun biss wara din il-proċedura sħiħa, wara li ssir il-kontestazzjoni fuq il-kumpens, wara li l-bord jiddeċiedi kemm hu l- kumpens li mbagħad isir il-kuntratt.", "Tant hemm bżonn li jsir il-kuntratt li jekk l-individwu ma jersaqx għalih, dan isir bis-saħħa ta' kuratur li jiġi nnominat mill-qorti.", "Fil-BDA kien hemm short cut għal din il- proċedura normali għat-teħid ta' l-artijiet.", "Biżżejjed igergru n-nies li bis-sistema tal-Land Acquistion Public Purpose Ordinance, il-prezz mhuwiex adegwat u li l-affarijiet idumu.", "Aħseb u ara x'effett kellu l-Att Nru. 1 ta' l-1983 li b'daqqa ta' pinna l-ministru, bl-approvazzjoni tal-parlament ̧ seta' jibda jesproprja ċapep kbar ta' artijiet.", "It-tieni effett kien li l-permessi kollha tal-bini li mhumiex pendenti ġew iffrizati.", "Fil-fatt jekk xi ħadd kien beda l-kostruzzjoni qabel it-18 ta' Frar ta' l-1983 seta' jkompli jibni, pero' l-bqija setgħu jinħarġu biss permessi tal-bini fuq dawn il-building development areas.", "L-intenzjoni kienet li wieħed jiffriża u jikkontrolla l-prezz tas-suq ta' l-artijiet jiġifieri mhux qed ngħid li kien hemm xi intenzjoni ħażina.", "Wieħed jista' jgħid li l-intenzjoni kienet in bona fide pero' din ma laħqitx l-iskop li għaliha saret.", "Fl-Att Nru. I ta' l-1983 mhux biss inqabdu artijiet li mbagħad wara tqassmu fi plots u nbnew, imma f'dawn il-building development areas kellu jkun hemm il-famuża green belt ta' mill-inqas 100 metru li fiha ma jkunx jista' jsir bini.", "Naħseb li dan kien espriment li ma tantx irnexxa.", "Naturalment min irnexxielu jieħu art jgħid kemm kienu tajbin il-BDAs, pero' dik il-liġi ħolqot ċertu ribbon development għaliex filwaqt li kienet neħħiet l-ischemes kollha ħlief il-BDAs, ħolqot ċerti eċċezzjonijiet li allura l-effett li wieħed jiffriża l-prezz tas-suq ta' l-art lanqas intlaħaq.", "Per eżempju, il-permessi tal-bini li setgħu jinħarġu barra l- BDAs setgħu jinħarġu biss għal skopijiet industrijali ̧ agrikoli, kummerċjali ̧ reliġjużi, kulturali jew filantropiċi u bejn żewġ binijiet diġa' eżistenti, allura setgħu joħorġu permessi tal-bini ovvjament jekk il- bini li jkun se jiġi kostruwit barra l-BDA ikun ġewwa building site.", "Issa mbagħad f'artiklu 4 tal-liġi għandna definizzjoni ta' x'inhi ''building site''.", "Din tgħid hekk:", "''Land shall be deemed to be a building site for the purposes of this Act if it has a frontage on an existing street and is situated within a built-up area or subject to paragraph 2 of this section, within a distance of not more than 100 yards of a built-up area along the axis of the street.''", "Din hija l-istess definizzjoni li teżisti fil-Land Acquisiton Public Purpose Ordinance.", "Il-konsegwenza kienet li wieħed jiffriża l-prezz tas- suq u jikkontrolla ċertu żvilupp, pero' nħolqu wkoll żewġ difetti prinċipali għax l-ewwelnett l-eċċezzjonijiet tant kienu vasti li nħolqu ribbon developments li għadna narawhom sal-lum u t-tieni nett dawn il-BDAs ħafna drabi kienu fuq art agrikola.", "Wara ċertu żmien inħasset il-ħtieġa li l-Att Nru. 1 ta' l-1983 jiġi abolit.", "Fil-fatt fl-1988 din il-liġi kienet tħassret bl-Att Nru. X ta' l-1988 li kien il-Building Permits Temporary Provisions Act u li permezz tiegħu reġgħu bdew isiru l-iskemi tal-bini bil-proċedura li hemm indikata f'dan l- Att.", "Naturalment biex ma jinħoloqx chaos hemm saving provision fil-liġi nnifisha - issa qed nikkwota mil-liġi ta' l-1988 - li fiha, minkejja li tħassret il-liġi tal-BDA ta' l-1988, kwalunkwe ħaġa li laħqet saret waqt il- BDA kienet titqies xorta waħda bħala valida għax inkella n-nies li bnew id- djar tagħhom fuq dawk l-artijiet kienu jispiċċaw mingħajr titolu.", "Ġara li kien hemm artijiet li għalkemm inqabdu fil-BDA ma ġewx żviluppati, il- gvern ma kellux bżonnhom aktar u allura ried jagħtihom lura lis-sidien privati tagħhom.", "Għalhekk inħolqot l-ewwel diffikulta'.", "Ġaladarba dawn saru proprjeta' tal-gvern, biex il-gvern jagħtihom lura huwa marbut bid- Disposal of Government Land Act ta' l-1976, jiġifieri biex jagħtihom lura jrid joħroġhom b'tender.", "Ovvjament ladarba art tkun tal-gvern ma tistax taqbad u tagħtiha lil xi ħadd partikolari, sakemm ma tiġix approvata xi rizoluzzjoni parlamentari jew inkella ma tosservax il-parliamentary policy fejn il-gvern huwa eżentat li joħroġ art b'tender.", "Mela fl-1983 kellna liġi li tagħti d-dritt lill-ministru li jiddikjara kwalunkwe area f'Malta bħala BDA soġġetta għall-approvazzjoni tal-parlament u mbagħad fl-1988 il-gvern iddeċieda li din il-liġi ma ħallietx l-effetti mixtieqa u ħassarha pero' salva dak kollu li laħaq sar taħtha.", "Għalhekk il- gvern ma kellux aktar poter li joħloq BDAs ġodda u mbagħad biex jipprova jsolvi l-problema ta' dawn in-nies li kien se jagħtihom lura l-artijiet pero' ma setax jagħtihomlhom direttament lil min kellu l-art, għax ġaladarba l-art tkun saret proprjeta' tal-gvern kien marbut bil-liġi li joħroġha bit-tender, fit-8 ta' Lulju ta' l-1992 għaddiet riżoluzzjoni minn dan il-parlament li qalet li l-gvern jista' jagħti lura dawn l-artijiet mingħajr il-bżonn ta' tender direttament lill-persuni li kienu s-sidien ta' dik il-proprjeta' basta dawn jirrinunzjaw għall-kumpens li kellhom li kieku l-esproprjazzjoni kompliet għaddejja.", "Illum din għadha teżisti u qiegħda fil-policy parlamentari.", "Fil-fatt il-lands jista' jagħti dawn il- proprjetajiet lura lill-ex-sidien mingħajr il-ħtieġa ta' ħruġ ta' tender.", "Jien nixtieq nikkwota policy No. 16 tal-policy parlamentari li ġiet introdotta fit-8 ta' Lulju ta' l-1992 u li tgħid hekk:", "\"... l-artijiet kompriżi f'dawk l-arei għall-iżvilupp tal-bini inklużi anke dawk l-artijiet f'areas għall-iżvilupp tal-bini li ġew revokati u li ma ġewx utilizzati u/jew ma jidhirx li għalihom hemm xi użu għal skop pubbliku ̧ jistgħu jiġu trasferiti b'titlu ta' tpartit lis-sidien tal-jeddijiet għall-kumpens ...\"", "- din il-parti qed tirriferi għal dawk is-sidien li kellhom id-dritt jieħdu l-kumpens għall-art li ħadulhom taħt il-BDA Act –", "\"... relattivi għal kull biċċa art li tiġi hekk trasferita u li jkunu applikaw għaliha bil-ko-rispettiv għal kull biċċa art tal-jeddijiet għal kumpens relattiv għall-istess art.\"", "Mela huma jirrinunzjaw għall-kumpens u bi tpartit tingħatalhom lura l-art li jkunu ħadulhom.", "B'hekk ma jkunx hemm bżonn li joħorġu tenders.", "\"Fejn il-persuna li lilha tkun se tiġi trasferita l-art ma kenitx is- sid assolut ta' l-art ...\".", "- per eżempju ̧ kellha t-titlu ta' ċens fuq l-art –", "\"... qabel ma ttieħdet mill-gvern bil-ko-rispettiv ukoll ta' somma ekwivalenti għal kull jedd għal kumpens ieħor li jkollu x'jaqsam ma' dik l-art, libri u franki minn kull piż, ipoteka jew privileġġ kif ukoll kull dritt għall-interessi jew danni oħra li jistgħu jkunu dovuti.\".", "Irrid ngħid li meta l-gvern kien għadda l-Att Nru. 1 ta' l-1983 esproprja ċ- ċens, il-proprjeta', il-kirjiet u jekk kien hemm xi ipoteki fuq l-art – dawn ikunu ipoteki speċjali li jkollhom aktar saħħa minn ipoteki, jiġifieri tkun charge fuq l-art; per eżempju, xi ħadd jagħti xi ħaġa b'ċens, dan iżomm il-privileġġ fuq l-art bħala garanzija għall-ħlas ta' dak iċ-ċens u dawn uħud minnhom joħorġu bil-liġi oħrajn jistgħu jsiru b'kuntratt - u xi ħadd ikun issellef fuq l-art u jagħti garanzija ta' dik l-art għas-self li jkun għamel, jekk jinzerta li kien hemm xi art li kienet iġġorr magħha dawn l-ipoteki u nqabdet fil-building development area allura f'dak il-każ l-ipoteki kienu jispiċċaw ukoll ħalli l-gvern jakkwista l-artijiet fil-building development area b'titlu assolut, ħieles minn kwalunkwe dritt ta' ipoteka u minn kwalunkwe privileġġ.", "L-ipoteka u privileġġ kien minflok jiġi ttrasferit fuq il-kumpens li jkun se jingħata lis-sidien.", "Minkejja li fl-1992 il-gvern għamel din il-policy biex ma jkunx hemm bżonn li jinħarġu tenders għar-restituzzjoni ta' l-art, il-kuntratt xorta waħda kellu jsir għax ġaladrba l-Att Nru. 1 ta' l-1983 akkwista awtomatikament ex lege il-proprjeta', meta l-gvern emenda din il-policy ̧ solva biss il- kwestjoni tat-tender pero' l-kwestjoni tal-kuntratt ma solvihiex.", "Għalhekk bdejna l-mixja burokratika biex wieħed jieħu l-art lura.", "Din tiġi kkomplikata aktar meta min kien intitolat għall- kumpens għax kienu ħadulu l-art fl-1983 miet, kellu t-tfal u mbagħad jekk ma kellux tfal tkompli tikkomplika aktar għax jidħlu kwestjonijiet ta' l-eredi, dokumenti u riċerki biex naraw jekk huwiex veru li t-tali art kienet tat-tali persuna.", "Naturalment il-gvern kien għamel l-Att Nru. 1 ta' l-1983 biex jevita dawn il-problemi u ma joqgħodx ifittex, kif aħna obbligati nagħmlu bil-Land Acquistion Ordinance, ta' min hi l-art, lil min irid jibgħat in-notice to treat imbagħad joqgħod attent li ma jħalli lil ħadd barra u jara li n-nies li joqgħodu l-Awstralja jinkludihom bil-prokura.", "Għalhekk l-intenzjoni ta' l-Att Nru. 1 ta' l-1983 kienet li l-art kien hemm bżonnha għal skop soċjali – issa nistgħu nargumentaw jekk kienx verament għal skop soċjali jew le – u allura ried jeħodha ex lege.", "Meta ġejna biex nagħtu lura, is-sidien iffaċċjaw il-problemi kollha li kien jiffaċċja l-gvern kieku uża l-proċedura normali.", "Kif diġa' għedt, il-kwestjoni tat-tender solvejniha bil-paragrafu16 tal- policy dwar it-trasferiment ta' l-artijiet approvati mill-parlament.", "Kull tliet snin aħna napprovaw din il-policy li dejjem ġiet rinovata, pero' l- problema tal-kuntratt ma ġietx solvuta u allura biex tiġi restitwita art li ttieħdet mill-BDA, dak li jkun irid jagħmel ir-riċerki u aħna rridu nagħmlu l-investigazzjonijiet tagħna.", "B'hekk naraw min kienu s-sidien li kellhom l-art fl-1983 jew xi dritt reali kellhom fuq il-proprjeta' bil-konsegwenza li saret nightmare li tagħti lura dawn l-artijiet lis-sidien tagħhom.", "Id- domanda sempliċi li tqum hija din: Jekk il-gvern għoġbu jieħu l-artijiet tan-nies b'daqqa ta' pinna ̧ għalfejn m'għandux iroddha lura b'daqqa ta' pinna wkoll?", "Fil-fatt dan hu li qed ngħidu b'dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-ministru responsabbli mil-lands jista', b'avviż legali, jiddikjara art li naturalment ikun iċċekkja mad-dipartimenti l-oħra li la tkun ġiet żviluppata u lanqas ikollu bżonnha l-gvern - naturalment l- intenzjoni tagħna hija li nagħmlu l-pjanti ta' dik l-art biex żgur ma jkunx hemm ekwivoku – u jroddha lura.", "Imbagħad jekk ikun hemm kwestjonijiet bejn l-eredi u bejn is-sidien, dawn għandhom jarawhom għax il-gvern ikun żvesta ruħu minn dik il-proprjeta'.", "B'hekk inkunu qed indawru l-arloġġ lura għal kif kien fl-1983.", "Min kien proprjetarju fl-1983 jerġa' jsir proprjetarju fl-2001, min kien ċenswalist fl-1983 jerġa' jsir ċenswalist fl- 2001 u min kien kerrej fl-1983 jerġa' jsir kerrej fl-2001.", "Dan ifisser li anke s-suċċessuri ta' dak li jmut se jgawdu minn dan id-dritt.", "Aħna qed ngħidu li kulmin jipprova li kellu dritt għal kumpens f'livelli differenti, kemm bħala proprjetarju, kemm bħala ċenswalist kif ukoll bħala kerrej, se jerġa' jiġi jingħataw mill-ġdid id-drittijiet li kellhom.", "(Interruzzjonijiet) Aħna mhux se ngħidu li t-tali art se nagħtuha lil \"Mr 'X'\" għax allura se nerġgħu naqgħu fl-istess trappola legali li kellna qabel.", "Jekk jien se nitlob l-identita' ta' persuni ̧ trid tipprovali t- titolu ̧ trid tqabbad avukat, trid iġġibli d-dokumenti kollha, trid tagħmel ir-riċerki kollha eċċ.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qed ngħidu li l-proprjeta' m'hijiex aktar tal-gvern u allura min għandu interess bis-saħħa ta' din il-liġi li jikklejmja li huwa hu il-proprjetajru ̧ irid jirreġistra t-titolu tiegħu fil-lands registry.", "Fil-fatt qed nagħmluha li meta dawn l-artijiet jingħataw lura jistgħu jiġu reġistrati fil-lands registry anke jekk ma jkunux f'registration area pero' rrid ngħid li meta l-gvern kien għamel l-Att Nru. 1 ta' l-1983 kien qal li kellu jirreġistra l-BDAs kollha fil-lands registry u allura diġa' huma parti mis-sistema ta' reġistru ta' artijiet.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hemm litigazzjoni, dik il-litigazzjoni tkompli.", "(Interruzzjonijiet) Il-litigazzjoni mal-gvern se tispiċċa.", "Il- kwestjonijiet li jkun hemm bejn l-individwi se jiddeċidihom il-land registrar.", "Per eżempju ̧ jekk imorru tnejn min-nies jgħidu li dik l-art issa saret tagħhom ̧ hu għandu jara min għandu raġun u peress li l-gvern ikun żvesta ruħu minn dik il-proprjeta' tal-BDA, meta effettivament xi ħadd minnhom jirbaħ, ma jkunx hemm bżonn li l-gvern jagħmel kuntratt miegħu.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Iżda ġaladarba jkun hemm xi litigazzjoni, il-pussess ma jistax jgħaddi għand terzi imma jibqa' f'idejn il-gvern, hux hekk?", "ONOR.", "TONIO BORG: Le ̧ illum il-gvern għandu pussess daqskemm għandu titolu pero' malli jispiċċalu t-titolu ma jibqagħlux pussess, lanqas materjali, ta' dik l-art jiġifieri se jiżvestu ruħu minn kollox.", "Fil-fatt fi klawsola 3 insibu hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att kull art fil-limiti ta' area għall-iżvilupp tal-bini akkwistata bi proprjeta' assoluta taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Att kif hemm provdut fl-artikolu 5 tiegħu, mal-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta' avviż legali li tkun tistabilixxi li l-gvern ikun qiegħed jitlaq il-proprjeta' ta' l- imsemmija art, għandha b'seħħ mid-data meta dik l-art tkun ġiet akkwistata kif hawn qabel imsemmi, u bis-saħħa ta' dan l-Att mingħajr ebda formalita' oħra meħtieġa bil-liġi, terġa' lura għand il- persuna jew persuni li lilhom kienet tappartjeni l-art, sew bi proprjeta' assoluta sew b'titlu ta' proprjeta' diretta jew nuda, dirett jew utili dominju, użufrutt , użu jew abitazzjoni bħallikieku l- akkwist bis-saħħa ta' l-artikolu 5 ta' l-Att ma jkun seħħ qatt.", "Malli ssir dik ir-restituzzjoni, kull ħlas, ipoteka jew privileġġ u kull dritt ieħor mhux imsemmi fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu kif ukoll kull kiri li dik l-art kienet suġġetta għalih, għandhom jerġgħu jibdew iseħħu bħallikieku qatt ma temmew milli jeżistu u għandhom ikomplu jkunu operattivi, bla ħsara għal waqfien jew estinzjoni ta' dak id-dritt li kien kieku dan ikun ġie mwaqqaf jew estint qabel dik ir-reviżjoni jew skond xi ftehim jew bl-operat tal- liġi li kieku l-akkwist kontemplat bl-Att ma kienx seħħ.''.", "Dan ifisser li kieku fl-1983 il-gvern ma ħax l-art u ċ-ċens kien jagħlaq, allura dan id-dritt għaċ-ċens ma jerġax jieħu ħajja ġdida.", "Imbagħad subklawsola (3) tgħid hekk:", "''Is-sidien ta' l-art għandhom jirreġistraw it-titolu tagħhom fir- reġistru ta' l-artijiet skond l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet, fi żmien tliet xhur minn dik ir-restituzzjoni.''.", "Issa hawnhekk tista' tqum il-problema li semma l-Onor.", "Gulia, li forsi jkun hemm tnejn min-nies li jgħidu li huma t-tnejn proprjetarji .....", "(Interruzzjonijiet) Kollox se jerġa' lura għal li kien.", "Dan ifisser li l- pubbliku li se jibbenefika minn dan il-Att, la se jkollu għalfejn jagħmel kuntratti u lanqas jordna dokumenti għax b'daqqa ta' pinna se jerġa' jsir is-sid hu u se jerġa' jibda jgawdi minn dawk id-drittijiet reali u personali li kellu qabel ma tteħditlu l-proprjeta' fl-1983.", "Mr Speaker, issa x'jiġri f'każ li bejn l-1983 u s-sena 2001 min kien intitolat għall- kumpens ikun miet jew inkella jkun ittrasferixxa d-drittijiet tiegħu ta' kumpens b'att inter vivos?", "F'każ li xi ħadd kien intitolat għal Lm1,000 ta' l-art li jkunu ħadulu miet u għandu l-eredi jew inkella jkun ittrasferixxa d-dritt tiegħu ta' Lm1,000 u biegħu lil ħaddieħor bi Lm800 għax ikun xeba' jistenna, il-persuna li tkun xtrat dak id-dritt ta' kumpens jew wirtet dak id-drit ta' kumpens, se tkun il-persuna intitolata li jiġi ttrasferit fuq isimha quddiem il-land registrar it-trasferiment ta' l-artijiet.", "Għalhekk fi klawsola 5 għedna hekk:", "''Meta l-persuni li mingħandhom l-art in kwestjoni tkun ġiet akkwistata jkunu ttrasferew id-drittijiet tagħhom għal kumpens lil xi persuna oħra sew b'att inter vivos jew causa mortis, it-trasferiment għandu, kemm-il darba ma jiġix xort'oħra miftiehem fl-att ta' trasferiment, jitqies li jkun it-trasferiment ta' art jew ta' interess ieħor fiha rappreżentat minn dawk id-drittijiet.''.", "Malli ssir din ir-restituzzjoni kwalunkwe kumpens li kien dovut lis-sidien in virtu' ta' dan l-Att jispiċċa.", "Ma rridux ninsew li meta fit-8 ta' Lulju ta' l-1992 għaddiet il-policy, it- tpartit kien se jsir mal-kumpens u allura qed nisirqu dak il-kunċett mill- parliamentary policy ta' l-1982 u qed nagħmluh fil-liġi biex nagħtu lura, mingħajr il-ħtieġa ta' kuntratt, dawk l-artijiet li l-gvern ma utilizzax u m'għandux skop pubbliku għalihom fi ħdan il-building development area.", "Għalhekk fi klawsola 4 qegħdin ngħidu li:", "''Malli ssir ir-restituzzjoni hawn qabel imsemmija, kull kumpens li titħallas bis-saħħa ta' l-Att, jew kull liġi oħra, lil xi persuna li tkun qegħda tippretendi xi dritt jew interess fuq jew f'xi art akkwistata bis-saħħa ta' l-artikolu 5 ta' l-Att, inkluż kull kumpens bi pretensjoni għal xi perjodu li matulu dik l-art ma kienitx fil- pussess tiegħu jew meta xi dritt fuqha ma kienx eserċitabbli, għandu jtemm milli jkun jista' jiġi mħallas.''.", "Dan ifisser li dik il-persuna ma tibqax tippretendi kumpens la għall- valur ta' l-art u lanqas għall-perijodu li fih l-art kienet f'idejn il- gvern.", "Issa jista' jinqala' każ rari li xi ħadd jgħid illi kieku ngħata kumpens kien jieħu aktar valur milli ngħata l-art lura.", "F'dak il-każ dik il- persuna jkollha dritt tissostitwixxi kawża fi żmien sena minn mindu tgħaddi din il-liġi biex tikklejmja differenza bejn il-valur ta' l-art u l-valur tal-kumpens.", "Dan huwa regolat mill-proviso ta' subklawsola 4(1) li jgħid hekk:", "''Iżda meta, dwar xi art, dritt jew interess, persuna tkun tista' turi għas-sodisfazzjon tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla, illi li kieku dik l-art jew dak id-dritt ma ġietx restitwita għandha kif hemm provdut fl- artikolu 3 ta' dan l-Att, il-kumpens li kien ikollha jedd għalih kien ikun akbar mill-valur ta' l-art, tad-dritt jew ta' l-interess imsemmija qabel fil-waqt tar-restituzzjoni, dik il-persuna jkollha jedd li titħallas id-differenza fil-valur, u fejn ebda art, dritt jew interess ma jkunu jistgħu jiġu restitwiti bis-saħħa ta' dak l- artikolu, il-kumpens li jitħallas bis-saħħa ta' dan l-Att, jew kull liġi oħra, għandu jibqa' jkun jista' jitħallas.''.", "Dan ifisser li jekk hemm il-possibilita' li l-valur ta' l-art huwa inqas mill-kumpens li kien se jsir, allura f'dak il-każ din il-persuna tkun tista' titlob id-differenza u tagħmel il-kawża.", "Naħseb li b'dan l-abbozz ta' liġi se nsolvu problema oħra ta' nies li ilhom 18-il sena jitolbu li ladarba l-gvern ma utilizzax l-artijiet tagħhom allura dawn għandhom jeħduhom lura.", "Dan il-proċess se jiġi ffaċilitat permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Ġieli jiġri li tkun se tinfetaħ triq jew ikun se jsir xi proġett u l-gvern joħroġ dikjarazzjoni tal-President.", "Malli toħroġ id-dikjarazzjoni tal-President, wara 14-il ġurnata , kif diġa' spjegajt, il-gvern ikun jista' jidħol fuq dik l-art u jkun jista' jibni dik it-triq imbagħad joħroġ in-notice to treat fejn joffri l-kumpens lill- persuni li l-art tagħhom tkun ġiet esproprjata - jien mhux qed ngħid x'jiġri fil-BDA Act imma x'jiġri taħt il-Land Acquisition Ordinance - imbagħad wara proċess li jista' jkun twil, anke għax l-ammont ta' kumpens jiġi kontestat, allura l-gvern isir il-proprjetarju.", "Per eżempju, is-sena li għaddiet qassamna ħafna kumpens pero' jekk wieħed iqis l-ammonti li għad għandu jagħti l-gvern isib li dawn huma ħafna aktar.", "Huwa veru li Lm5 miljun huma aktar minn Lm0.25 miljun jew Lm0.3 miljun li l-gvern kien jagħti madwar għaxar snin ilu, imma ħdejn l-ammont li għandu jagħti ta' artijiet li ilhom li ttieħdu għexieren ta' snin, dan xorta jibqa' ammont relattivament żgħir.", "Jiena kburi li żidtu għal Lm5 miljun u nisperaw li nagħmel l-isforzi kollha biex jibqa' ammont għoli pero' xorta waħda jibqa' ammont żgħir ħdejn dak li għandu jagħti l-gvern.", "Pero' ġieli jinqala' l-każ fejn il-gvern ikun ħa biċċa art, ikun ħareġ id- dikjarazzjoni tal-President u mbagħad ir-roads department jgħid li min kien se jagħmel dak il-proġett fl-interess pubbliku ma jkollux bżonn aktar dik l-art.", "Hemmhekk is-soluzzjoni hija faċli għax ġaladarba l-gvern għadu ma akkwistax il-proprjeta', kulma jagħmel huwa li jerġa' jibgħat il- karti lura lill-ministru u l-ministru jibgħathom lura lill-President ta' Malta.", "U bħalma l-President ta' Malta jkun iffirma li jieħu l-art, dan jirrilaxxa l-art mingħajr ebda komplikazzjonijiet.", "Il-komplikazzjonijiet iqumu meta bil-liġi tkun ħadt il-proprjeta' u trid tagħtiha lura b'kuntratt.", "Issa aħna hawnhekk qed ngħidu li ladarba l-gvern ħa l-art b'faċilita' kbira, għandu jagħtiha lura b'faċilita' kbira wkoll.", "Mr Speaker, m'hawnx xi ammont kbir ta' nies li nistgħu nirrilaxxawlhom l- art imma hemm ammont ta' nies biżżejjed li jiġġustifika li nagħmlu dan l- abbozz ta' liġi.", "Jidhirli li ladarba ilhom jistennew 18-il sena, l-inqas li nistgħu nagħmlu huwa li ngħaddu dan l-abbozz ta' biex il-proprjeta' tingħatalhom lura mingħajr ħafna hassle u dewmien burokratiku.", "Issa jekk ikun hemm xi kwestjoni bejniethom dwar ta' min hi dik l-art, dik għandhom isolvuha bejniethom għax il-gvern mhux se joqgħod jaħli l-ħin fuq kwestjonijiet ta' bejn l-aħwa u bejn nies li jista' jkollhom pretensjonijeit differenti fuq dik l-art.", "Wara kollox hu jkun żvesta ruħu minn dik il-proprjeta'.", "Mr Speaker, nispera li din is-sena stess nipproponi abbozzi ta' liġi oħra biex insolvu problemi li ilu jiffaċċja kull ministru li jkun responsabbli mil-lands.", "Nista' ngħid li għadna kemm għaddejna abbozz ta' liġi dwar l- amministrazjzoni ta' ċerti fondazzjonijiet biex art amministrata mill-gvern u li ilha amministrata minn żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann jeħodha over ħalli fejn inbnew housing estates inkunu nistgħu nittrasferixxu l-proprjeta' lill-inkwilini tal-flats.", "Qed nagħmlu wkoll dan l-abbozz ta' liġi biex dawn in-nies li ilhom snin twal jistennew li jieħdu lura l-proprjeta' tagħhom li ma ġietx utilizzata għal skop pubbliku, jeħduha lura bl-istess mod kif itteħditilhom.", "Imbagħad jibqa' kwestjonijiet oħra ta' proprjeta' li ġiet esproprijata mill-gvern fis-sens li ħarġet id-dikjarazzjoni tal-President u allura l-gvern qed jużaha għal skop pubbliku pero' minħabba problemi legali u kontestatazzjoni min-naħa tas-sidien, għadu m'akkwistax dik il-proprjeta'.", "Il-gvern, jidhirli fl-1989, kien emenda l-liġi biex ikun jista' jiddepożita l-flus il-qorti u jsir proprjetarju ta' l-artijiet, jiġifieri jagħmel ċedola ta' depożitu, jiddepożita l-flus il-qorti u jsir is-sid ta dik il-proprjeta' mingħajr preġudizzju għal pretenzjonjiet tas-sidien li jitolbu ammont akbar.", "Pero' għallinqas il-gvern ikun akkwista l- proprejta'.", "Din is-sistema għandha d-difett li biex tagħmel iċ-ċedola trid tagħmel in-notice to treat.", "Ma tistax tpoġġi l-flus il-qorti qabel ma tkun ħriġt in-notice to treat u toffri l-kumpens lill-individwi.", "Issa biex toħroġ in-notice to treat trid tkun taf l-ismijiet tas-sidien kollha għax malli tħalli lil wieħed barra, x'jiġri?", "Dak il-wieħed jgħid li ma ġiex notifikat bin-notice to treat u mbagħad igħaddu s-snin u l-liġi tgħidlek li l-valur jiġi ffriżat biss bil-ħruġ tan-notice to treat.", "Ejja ngħidu li ħarġet notice to treat fl-1980 u tħalla wieħed barra li jiskopruh wara 15- il sena.", "F'dan il-każ, lil din il-persuna jinnotifikawha bin-notice to treat pero' din tista' titlob kumpens bil-prezzijiet ta' l-1995 mhux bil- prezzijiet ta' l-1980.", "Għalhekk kulmin għandu ftit sens legali, biex ma ngħidx sens komun, jipprova jagħmel minn kollox biex in-notice to treat iwaqqagħha għax jekk jagħmel hekk wara 20 sena jkun iggwadanja l- inflazzjoni fil-valur ta' dik l-art għal 20 sena.", "X'ġara minħabba l-kwestjoni tan-notice to treat, Sur President?", "Ġara li għandna ċapep kbar ta' artijiet li ebda gvern ma tgħaddilu minn moħħu li jitlaqhom minn idejh għax illum fuqhom inbnew housing estates u infetħu toroq.", "Teknikament għalkemm il-gvern jista' juża dawn l-artijiet kif irid u għandu l-vantaġġi u d-drittijiet fuqhom – jista' jikrihom, jista' jibni madwarhom, jista' jiftaħ toroq ̧ jista' jiftaħ ġonna u jħawwel siġar – mhuwiex il-proprjetarju u allura ma jistax jittrasferixxi għax ħadd ma jista' jittrasferixxi xi ħaġa li m'għandux.", "Nispera li din il-problema nsolvuha billi nibbilanċjaw iż-żewġ drittijiet jiġifieri d-dritt ta' dak li jkun jikkontesta l-ammont ta' kumpens u jkun jista' jikkontesta jekk art itteħditx fl-interess pubbliku pero' fl-istess ħin il-gvern ikun irid isir is-sid partikolarment ta' proġetti ta' housing.", "Huwa hemmhekk fejn għandna problema kbira għax billi l-gvern ma jkunx għadu sar proprjetarju ta' ġnien, il-ġnien mhux se jittrasferih bi proprjeta' lil ħaddieħor.", "Per eżempju, fuq il-housing estates hemm ċerti skemi u l-intenzjoni ta' kull gvern hija li numru akbar ta' nies isiru sidien ta' darhom.", "In-nies ma jkunux jafu b'dawn l-intriċċi legali kollha fejn ikollok blokk bini f'housing estate li għax inzerta nbena fuq art tal-gvern ma jkunx hemm problemi u l-inkwilini jistgħu jsiru s-sidien ta' l-appartamenti tagħhom u mbagħad ftit metri 'l bogħod ikun hemm blokk ieħor li jkun inbena fuq art esproprjata mill-privat u għax il-gvern ikun għadu ma akkwistax il- proprjeta' ta' dak il-blokk, l-inkwilini ma jkunux jistgħu jsiru sid ta' darhom.", "Uġigħ ta' ras oħra hija l-miżura tal-possession and use.", "Fl-1987 dan il- gvern kien iddeċieda li possession and use ma jinħarġux iktar u fil-fatt dawk li ħarġu – kien hemm xi waħda jew tnejn - qlibnihom għal absolute purchase.", "Kien hemm każ wieħed partikolari ̧ jidhirli ta' Santa Liena ta' Bormla, fejn il-gvern kellu bżonn li jibni dak il-proġett malajr u peress li kellu bżonn li jieħu l-pussess malajr, ħareġ il-possession and use.", "Pero' l-gvern kien qal li għalkemm għandu dritt legali li joħroġ il- possession and use m'għandhomx jibqgħu joħroġu l-possession and use għax b'hekk tkun qed tieħu l-pussess tal-proprjeta' u ma tkunx qed tħallsu tagħha daqslikieku tkun ħadtha bl-absolute purchase.", "Issa l-gvern ma jistax idawwar l-arloġġ lura u jirrevoka l-possession and use jew jaqlibhom kollha bl-absolute purchase għax saru ħafna minn dawn, fosthom il-proġett kollu tal-Laqxija u t-triq kollha tal-Marsa li nbniet fl-1973.", "Għalhekk huwa impossibbli li l-gvern jirrinunzja b'lura għal possession and use li ħarġu.", "Legalment il-gvern għandu kull dritt li joħroġ possession and use imma bħala policy mhux se joħroġ possession and use aktar u fejn inħarġu ̧ se jaqlibhom għal absolute purchase.", "Per eżempju, każ ta' possession and use minnhom kienet soġġetta għal kawża li marret lura għall-1958.", "Allura f'dan il-każ inħallsu l-valur ta' dak il-possession and use ta' 44 sena?", "Naħseb li l-ebda gvern ma jista' jsolvi din il-problema faċilment.", "Se nipprovaw naraw x'nistgħu nagħmlu billi forsi nħajru lin-nies jifdu l-possession and use b'xi kondizzjonijiet pero' din hija problema għax hemm housing estates li nbnew fuq art tal- possession and use li għalihom m'hemm ebda soluzzjoni ħlief li l-gvern jakkwisa l-art biex imbagħad jittrasferixxi l-proprjeta' lill-inkwilini.", "Dawk li jkunu ħaduhom by absolute purchase il-problema hija jekk għandhomx iħallsu \"X\" jew \"X\" plus 2 bħala kumpens u mbagħad ikollok il-problema tad-dewmien.", "Mr Speaker, għalkemm il-possession and use jagħti ħafna drittijiet lill- gvern, ma jagħtix id-dritt tal-proprjeta' u allura l-gvern ma jkunx jista' jgħaddi l-proprjeta' lil ħaddieħor.", "Fil-fatt ħafna inkwilini li bnew fuq dawn l-artijiet għadhom bil-konvenju għax il-gvern ma jistax jagħmel il- kuntratt ladarba l-proprjeta' m'hijiex tiegħu.", "Per eżempju, jien iltqajt ma' nies li ilhom 20 sena bil-konvenju u dawn bnew huma stess a spejjes tagħhom u allura lanqas biss tgħaddilhom minn moħħhom li l-art mhijiex tagħhom.", "Ovvjament dawn in-nies huma protetti fis-sens li ħadd ma jista' jaqlagħhom 'il barra għax il-gven għandu titolu ta' pussess fuq dik l-art li toħroġ mill-ordni tal-President imam peress li l-gvern ikun għadu ma akkwistax l-art allura ma jistgħux isiru proprjetarji mija fil-mija.", "Din hija uġigħ ta' ras għal kull ministru li jkun responsabbli mill-artijiet u naħseb li wasal iż-żmien li jkollna l-kuraġġ li niffaċċjaw dawn il- problemi.", "Nittama li fl-iqsar żmien possibbli nkun nista' nressaq abbozz ta' liġi f'dan is-sens kif għamilna kemm għar-rigward tal-fondazzjonijiet kif ukoll dwar ir-restituzzjoni ta' artijiet li kienu meħuda mill-building development areas.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-oppożizzjoni taqbel li l-problemi li għadu kif semma l-ministru nsolvuhom, pero' ma jfissirx li għax naqblu ma nistgħux nagħmlu ċerta kritika biex l-affarijiet isiru kif suppost.", "Per eżempju ̧ huwa tajjeb li dawk l-artijiet tal-BDA jgħaddu għand is-sidien oriġinali tagħhom bl-istess proċedura li kienu għaddew għand il-gvern, imma naħseb li wieħed irid joqgħod attent minn ċerti affarijiet.", "Qed ngħid dan għax illum il-ġurnata qed isiru l-pjani lokali u allura wieħed irid joqgħod attent jekk fuq ċerti artijiet ikunx se jsir żvilupp ta' interess nazzjonali.", "Jien ma nafx jekk dan itteħidx in konsiderazzjoni, pero' mill-ftit li naf jidher li dawn l-affarijiet ma kenux qed jagħtu kashom.", "Tajjeb ukoll li nistaqsu jekk fuq dawn l- artijiet li se jingħataw lura lis-sidien jistax isir żvilupp.", "Qed ngħid dan għax jekk skond il-pjani lokali fuqhom ma jistax isir żvilupp, żgur li se jkun hemm konflitt.", "Filwaqt li huwa tajjeb li dawn il-pjani lokali ma jeħdux fit-tul, min-naħa l-oħra lanqas huwa sewwa li ngħaġġlu u nagħmlu ċerti żbalji.", "Fir-realta' ħafna minnhom dawn mhumiex pjani lokali imma huma pjani reġjonali għax jinkorporaw aktar minn lokal wieħed.", "Ngħid għalija jien ma nistax nifhem kif il-gvern qed jaqta' barra l-pjani reġjonali.", "Jista' jkun li qed jagħmel hekk biex forsi jnessi li kien gvern Laburista li għamel l-ewwel pjan reġjonali għan-naħa ta' isfel ta' Malta, pjan li kien qabel miegħu kulħadd, kemm il-partiti politiċi, kemm entitajiet mhux governattivi kif ukoll għaqdiet oħra li m'humiex fil-politika.", "Minkejja li l-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li jekk jitla' fil-gvern dan il-pjan se jwettqu, fir-realta' dan il-pjan warrbuh fil-ġenb u minnu m'huma qed jipprovaw iwettqu xejn, allavolja li l-gvern jaf li dak li hemm f'dak il- pjan huwa tajjeb għan-naħa ta' isfel ta' Malta u huwa l-aħjar soluzzjoni biex jiġu solvuti ċerti problemi soċjo-ekonomiċi.", "Jien persważ li l-Onor.", "Charles Mangion li għal xi żmien kien responsabbli minnu jista' jitkellem dwar dan ukoll.", "F'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ngħidu li l-gvern se jagħti lura l-artijiet lis-sidien tagħhom, pero' issa l-gvern irid joqgħod attent li l-artijiet li għandu jiġu utilizzati fl-aħjar interess tal-pajjiż speċjalment illum il-ġurnata meta l-art dejjem qed tonqos.", "L- aspett ambjentali jista' jiġi affettwat mill-iżvilupp li qed isir u allura huwa importanti li l-gvern jara kif jikkontrolla ħalli ma jkunx hemm impatt negattiv fuq l-ambjent.", "F'ħafna każi huwa l-gvern stess li jagħti l- artijiet għall-iżvilupp.", "Sa hemmhekk m'hemm xejn ħażin speċjalment jekk l- art li jkun se jagħti tkun se tiġi utilizzata għal żvilupp industrijali u allura jinħolqu l-impjiegi, pero' l-gvern għandu jieħu ħsieb ukoll l- aspett ambjentali u x'effett dan se jkollu fuq iċ-ċittadini.", "Ladarba l- gvern ġie mtella' mill-poplu għandu jara x'inhu jgħid u x'inhu jħoss il- poplu dwar żvilupp li jkun se jsir fuq art tal-gvern.", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq insemmi l-impjant li jridu jibnu f'Ħal Kirkop.", "Kif jaf kulħadd, iċ-ċittadini ta' Ħal Kirkop ma jridux li dak l-impjant isir hemmhekk għax jemmnu li se jintlaqtu negattivament, u allura l-gvern għandu jara jsibx alternattiva oħra li ma tħallix impatt negattiv fuq iċ- ċittadini tagħna.", "Huwa veru li l-permess toħorġu l-awtorita' ta' l- ippjanar, imma l-art hija tal-gvern u allura l-art hija taċ-ċittadin.", "Fil-każ ta' Ħal Kirkop nista' ngħid li kien hemm sites alternattivi oħrajn.", "Għalhekk irridu noqgħodu attenti li ma nibqgħux mexjin bis-sistema li għax l-awtorita' ta' l-ippjanar tkun ħarġet permess, il-gvern ma jagħmel xejn meta l-art tkun tiegħu.", "Eżempju ieħor huwa l-permess li ħarġet l-awtorita' ta' l-ippjanar biex fil- Mellieħa tinbena pompa tal-petrol meta hemm alternattivi oħra fejn wieħed jista' jagħmel din il-pompa.", "Ladarba l-maġġoranza taċ-ċittadini din ma jriduhiex għax se tkun ta' detriment għalihom, il-gvern għandu jikkonsidra area oħra li tkun aċċettabbli.", "Il-gvern għandu kontroll assolut fuq l-art tiegħu mhux billi jkun inħareġ il-permess.", "Jien qed nitkellem fuq dawn l-affarijiet għax aktar ma jgħaddi żmien aktar qed tonqos l-art.", "Jidher evidenti li llum qed issir pressjoni biex artijiet li fuqhom ġie deċiż li ma jsirx bini, fil-fatt jingħataw għall-bini.", "Din il-pressjoni qed tħalli riżultati negattivi mill-aspett ambjentali u allura wieħed irid joqgħod attent.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-kwestjoni tal-wied tal-Kalkara li bdiet fl-1994 meta beda x-xogħol fuq il-Grand Harbour local plan.", "Niftakar li fl-1995 kien hemm xi rapporti li kien hemm xi kwestjonijiet ukoll mid-dipartiment tad-drenaġġ, għax aktar tard irriżulta li minn hemmhekk jgħaddi d-drenaġġ kollu li jibqa' sejjer għal Wied Għammieq, pero' minkejja dan fl-istructure plan kien hemm indikat li hemmhekk kien se jsir żvilupp tal-bini.", "Min-naħa l-oħra fl-1996 kienet ħarġet call għall- owners biex jindikaw min għandu interess f'dik is-site u fil-fatt hekk kienu għamlu, imbagħad aktar tard kompla sar l-istudju.", "Biex ma ntawwalx, fl-1997 kien ġie deċiż li fil-Grand Harbour local plan ma jsirx l- iżvilupp li kien indikat li jsir.", "Pero' għadda ż-żmien u erġajna ġejna taħt gvern Nazzjonalista u f'daqqa waħda irriżulta li kien hemm xi spekulatur li kellu interess li jagħmel xi żvilupp u dan applika għall- permessi.", "Issa jien kont għamiltha ċara fl-awtorita' ta' l-ippjanar li l- applikazzjonijiet li saru meta kien hemm indikat li fil-parti fejn hemm il- mina tal-Kalkara seta' jsir bini, għandna nikkonsidrawhom għax hemmhekk in- nies kienu xtraw il-plots biex jibnu meta kien hemm il-permess għall-bini - mingħalija dawn kienu ħamsa b'kollox - pero' s-sena li għaddiet waslet applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar u filwaqt li ħadd ma kien qed jgħid xejn fuq dan it-tibdil li se jsir fil-Grand Harbour local plan, f'daqqa waħda kienet qed tinħema xi ħaġa f'dan il-pjan u kien se jsir xi tibdil fil-wied tal-Kalkara.", "Fil-fatt hekk kien għax irriżulta li fl-1999 il-gvern Nazzjonalista kien qed jitlob biex hemmhekk jerġgħu joħorġu l-permessi għall-iżvilupp u ġara li dawk li kellhom interess għax kienu xtraw xi plots u li kienu applikaw, ġew informati b'dan kollu pero' l- kunsill lokali tal-Kalkara ma ġiex ikkonsultat.", "Ovvjament meta l-kunsill lokali sar jaf b'dan mill-ewwel kien ċempel lill- awtorita' ta' l-ippjanar biex jara għalfejn ma ġiex ikkonsultat pero' wara li għamel pressjoni beda jiġi konsultat.", "Pero' jidher ċar li minkejja li dik l-area hija ta' ċertu valur ambjentali u minkejja li kien hemm ħafna oġġezzjonijiet biex fil-wied tal-Kalkara ma jsirx żvilupp, il-gvern qed iwebbes rasu u jidher determinat li l-iżvilupp se jagħmlu u allura dawk il- konsultazzjonijiet li se jkun hemm se jkunu finta.", "Nixtieq infakkar ukoll dak li kien qal l-Onor.", "Ninu Zammit fiż-Żurrieq meta kien qal li dawk l-artijiet li s'issa ma kienx seta' jsir bini fihom, se jkunu jistgħu jiġu żviluppati.", "Dakinhar kienet qamet għagħa u anke jien kont irrispondejtu pero' hu pprova jdawwar id-diskors.", "Fil-fatt wara li l- istudju li kienet għamlet l-awtorita' ta' l-ippjanar kien jindika li għandna art li hija tajba għall-bini għal 20 sena oħra - hawnhekk l- awtorita' ma ħaditx in konsiderazjzoni d-djar vojta li hemm mhux okkupati - is-segretarju parlamentari kien qal li mhux se joħorġu aktar artijiet għall-bini; jiġifieri kkonferma dak li qalet l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Pero' minkejja dan illum qed naraw li bil-pjani lokali anke green areas se jiġu żviluppati u hawnhekk wieħed bilfors jistaqsi għalfejn qed jiġri hekk.", "Għalhekk intenni li d-dipartiment ta' l-artijiet għandu jara li l- artijiet li għad fadlilna, nieħdu ħsiebhom u nutilizzawhom u mhux isir żvilupp bl-addoċċ fihom li jħassar l-ambjent.", "Barra minn hekk id- dipartiment ta' l-artijiet, li kif qal il-ministru m'għandux flus biżżejjed, għandu jara li l-flus li huma dovuti lilu jdaħħalhom u mhux ikun hu stess li jagħti skandlu.", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq insemmi l-każ speċifiku ta' workshop li hemm barra mill-mina ta' Lascaris Wharf li minkejja li qiegħed b'kera ta' Lm1,230 lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, dan fil-fatt qiegħed għand xi ħadd privat li ma jħallas l-ebda kera.", "Barra minn hekk id-dawl li jintuża hemmhekk mhuwiex bil-meter.", "Dawn l-affarijiet jafuhom l- awtoritajiet pero' ma jitteħdux passi.", "Għalhekk id-diskors li jingħad min- naħa tal-gvern ma jistax jittieħed bis-serjeta'.", "Kif jista' jkun li temmen li qed iddaħħal l-accountability u l-effiċjenza u mbagħad tara każi bħal dawn?", "Għalhekk wieħed irid jara li dak li hu dovut lid-dipartiment jidħol u ċ-ċittadin jieħu dak li huwa dovut lilu mhux imbagħad liċ- ċittadini l-oħra nsalbuhom.", "Ma jistax ikun li lil ċerti nies inħallihom jagħmlu li jridu.", "Ma jistax ikun li nimxu b'dan il-mod.", "Qabel nagħlaq nixtieq intenni li hemm bżonn li nsibu bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp għax minkejja li jsir ħafna diskors fir-realta' ma jsir xejn.", "Barra minn hekk irridu noqgħodu attenti li meta art tal-gvern tkun se tittieħed għall-iżvilupp iċ-ċittadin għandu dritt isemma' leħnu u jinstema'.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, bħalissa din il-Kamra qed titkellem fuq riżors li huwa limitat u mfittex ħafna f'pajjiżna u allura fih innifsu joħloq ċerti restrizzjonijiet.", "Jien nifhem l-ispirtu ta' dan l-abbozz ta' liġi li dik l-art li ma ntużatx tingħata lura lis-sidien oriġinali, pero' meta titkellem fuq art hawn Malta bla ma trid titkellem fuq l-iżvilupp.", "Issa meta nitkellmu fuq żvilupp pjuttost inkunu qegħdin nitkellmu fuq żvilupp ta' bini forsi minħabba l-fenomenu, li ma nafx nispjegah, li f'dawn l-aħħar snin il-prezz tal-proprjeta' sploda 'l barra minn kull propozzjon u allura sar suq li jħajjar lil dak li jkun jidħol fih għax ovvjament jekk tiġik tajba - u ħafna drabi tiġik tajba - tagħmel sold malajr.", "Il- punt li nixtieq nagħmel jien forsi jmur aktar 'il bogħod minn sempliċement l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, pero' ovvjament għandu x'jaqsam ukoll mal-kwestjoni ta' l-art f'pajjiżna.", "Niftakar li meta kien hemm l-ewwel structure plan, minn din in-naħa konna kkritikajna l-fatt li filwaqt li dan jitkellem fuq pjani ta' żvilupp - u llum nafu li ħafna minn dawn il-local plans u pjani aktar estiżi qegħdin jitħaffu ħalli jkunu lesti - kien hemm ftit kien diskors fuq art imħollija għal dak li huwa social housing.", "Illum il-pajjiż żviluppa u filwaqt li jibqa l-bżonn ta' social housing, m'hemmx dubju li min jiltaqa' man-nies jaf kemm sfortunatament għad hawn min mhuwiex kapaċi jkollu d-dar tiegħu.", "Pero' jibqa' l-fatt li aktar importanti mill-provvista ta' djar mill-gvern għal dawk li ma jistgħux ikollhom id-dar tagħhom, żviluppa fenomenu wkoll tax-xiri ta' proprejta' u djar minn dawk li llum qegħdin fil-middle income group, in-nies li għall-grazzja ta' Alla telgħu kemm kemm 'il fuq mill- minimum wage earning u minn dak li huwa l-grad soċjali u jfittxu li jkollhom id-dar tagħhom, il-flat tagħhom jew il-maisonette tagħhom ħalli jkunu indipendenti.", "Dan huwa fenomenu pożittiv u ta' min jinkoraġġieh għar- raġuni li dawn qegħdin imorru 'l bogħod milli jibqgħu piż fuq dahar il- gvern biex jipprovdilhom is-social housing.", "Pero' meta mbagħad dan l-iżvilupp soċjo-ekonomiku jaħbat ma' l-l-iżvilupp, jekk tgħidlu żvilupp, tan-nuqqas ta' availability ta' art li dejjem qed tonqos u mal-prezzijiet ta' l-art jew tal-bini li dejjem qed jogħlew, hemmhekk tinħoloqlok problema oħra għax għalkemm tkun irranġajt il-klassi soċjali tiegħek, il-qligħ tiegħek u l-istandard of living tiegħek, tiġi ffaċċjat b'dawn il-prezzijiet.", "Jien m'iniex kompetenti biex ngħid jekk il- prezzijiet humiex inflated jew le pero' huwa fatt li llum il-prezzijiet huma xi ħaġa straordinarja.", "Dan jista' jsegwi mil-liġi sempliċi tas-suq fejn għandek il-provvista u għandek it-talba.", "Jekk għandek oġġett li ħafna jriduh, il-prezz tiegħu se jitla' u min-naħa l-oħra jekk għandek ħafna oġġetti li ħadd ma jridhom, il-prezz tagħhom se jinżel.", "Dan huwa abbozz ta' liġi sempliċi ħafna u għalhekk fil-bidu jien għidt li l-ammont ta' l-art f'pajjiżna huwa limitat u mhux se jikber jekk ma niddeċidux, fl-aħħar mill- aħħar, li bil-materjal tal-Magħtab nagħmlu xi gżira oħra jew inkabbru x- xtut tagħna.", "Pero' dik hija xi ħaġa oħra.", "Li rrid ngħid jien huwa li għalkemm aħna qegħdin nitkellmu fuq sitwazzjoni preżenti, nafu li skond dan il-gvern, pajjiżna miexi għal sitwazzjoni fejn irid jadotta liġijiet oħra u biex ikun hemm żviluppi kostituzzjonali li żgur se jkollhom impatt fuq dan il-bilanċ, jekk tgħidlu bilanċ, li jeżisti fuq it-talba u l-provvista, fuq il-prezzijiet li jirriżultaw minn din it- talba u provvista minn din il-liġi tas-suq.", "Illum għandek gvern li miexi lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea li għandha ċerti regoli li tiddisturbalek u tħarbatlek dan il-bilanċ kollu.", "Jien nifhem li l-ministru u l-gvern suppost għamlu studji dwar x'se jkun l-impatt ta' deċiżjonijeit bħal dawn fuq is-suq tal-proprjeta' u fuq is-suq ta' l-art Maltija u jien nixtieq li għallinqas ikollna ftit informazzjoni dwar x'irriżulta.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax wieħed mill-prinċipji fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li dan il-gvern qed jgħid li se nkunu hemmhekk ma ndumux, kull persuna li tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea għandha d-dritt li tixtri u tinnegozja proprjeta' fil-pajjiżi kollha li jiffurmaw parti minn dik l-Unjoni Ewropea.", "Jien nista' nibgħat flusi f'liema pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea rrid, nista' ninvesti f'liema pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea li rrid u nista' nixtri u ninnegozja proprjeta' fejn irrid fl-Unjoni Ewropea.", "Dan il-kunċett kien ilu hemmhekk mill-bidu nett, mit-trattat ta' Ruma u huwa mniżżel bħala wieħed mill-erba' libertajiet funadamentali, il-four fundamental freedoms, li fuqhom huwa mibni s-suq komuni ta' l-Unjoni Ewropea għax hemm ċerti implikazzjonijiet.", "Il-fatt jibqa' li sal-lum f'pajjiżna, ix-xiri ta' proprjeta' mill-barranin huwa kkontrollat u jien għalhekk għamilt enfasi li bix-xenarju ta' sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea li jrid il- gvern tal-ġurnata, kull ċittadin ta' l-Unjoni Ewopea għandu d-dritt jixtri l-proprjeta' hawn Malta, ikollu d-dritt li jiġi joqgħod hawn Malta, ikollu d-dritt li jinnegozja l-proprjeta' hawn Malta u jkollu dritt li jixtri biex jikri l-proprejta' hawn Malta.", "Din hija parti essenzjali mill-kunċett tal- libertajiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sal-lum aħna għandna liġijiet fosthom l-Immovable Property Act, Kap 246 tal-Liġijiet ta' Malta, li l-investiment dirett fir-real estate, fil- proprjeta', fl-art u fil-bini hawn Malta minn min mhuwiex resident hawn Malta, huwa regolat b'dan l-Att.", "Din hija liġi amministrata mill-ministeru tal-finanzi u l-iskop tagħha huwa li ma jkunx hemm spekulazzjoni fl-art, fil-proprjeta' u fil-bejgħ u fix-xiri tal-proprjeta'.", "Taħt din il-liġi, non-residents barranin - issa hawnhekk ma rridx ninftiehem li aħna nibżgħu mill-barranin jew inkella aħna nobogħduhom jew ma rrirriduhomx fostna imma hemm dak li hu Malti u dak li hu barrani - jistgħu jixtru proprjeta' taħt numru ta' ċirkostanzi fosthom li jrid ikollhom il-permess tal-ministru, li jużaw dik il-proprjeta' bħala residenza personali jew inkella jkun hemm xi proġett approvat mill-gvern biex jagħmlu proġett turistiku jew industrijali skond il-pjanijiet tal-gvern jew taħt ċerti ċirkostanzi li jkunu stipulati mil-minisru tal-finanzi.", "Dan huwa l-kontroll li pajjiż sovran bħal Malta jagħmel fuq il-barranin biex jissalvagwarda l- proprjeta' tal-bini minn barranin ħalli dawn ma jiġux hawn Malta jispekulaw il-proprjeta' u jużawha b'mod differenti.", "Nerġa' ntenni li sal-lum għad għandek id-dritt li tiddistingwi bejn dak li hu Malti u dak li mhux Malti pero' bi sħubija fl-Unjoni Ewropea teoretikament, kull ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea - Svediż, Fillandiż, Ingliż, Taljan, Franċiż u għada pitgħada forsi anke Pollakk, Ungeriż u Ċek - ikollu dritt, skond it-trattat, li jiġi f'pajjiżek biex jixtri l- proprjeta' u jinnegozjaha.", "Jien m'iniex qed ngħid li din hija xi ħaġa li l-gvern tal-ġurnata ma tax kasha għax aħna kemm-il darba konna ngħidu li waħda mill-affarijiet li aħna ma naqblux ma' sħubija fl-Unjoni Ewropea hija għaliex hemm ċerti obbligazzjonijiet li meta nimplimentawhom fuqna se jkollhom effett negativ fuq pajjiżna.", "Fil-fatt il-qasam tax-xiri tal- proprjeta' mill-barranin huwa wieħed mill-oqsma li lilna jinkwetana fix- xenarju ta' sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt jien nixtieq nagħmel reviżjoni żgħira ta' x'intqal mill-Gvern Malti u fir- rapporti rigward din il-kwestjoni ħalli nagħti stampa ċara ta' x'kien qed jiġri, Sur President.", "Jekk immorru għall-ewwel rapport ta' l-updating ta' l-avis - hawnhekk qed nirriferi għar-rapport li jmur lura għall-Frar ta' l-1999 - insibu li hemmhekk il-Kummissjoni Ewropea tinnota li l-Gvern Malti għadu qed iċaħħad, bil-liġijiet tiegħu, lil min mhux residenti, li jixtri real estate u qed tgħidlu li hemm bżonn li dan jinfetaħ ħalli jkun hemm dan il- potenzjal.", "Fil-fatt f'dan ir-rapport jingħad li Malta għandha tadotta kalendarju ċar u timbarka b'aktar determinazzjoni fuq il-liberalizzazzjoni ta' dan is-suq billi tibda tneħħi r-restrizzjonijiet li jeżistu fuq inward and outward capital flows.", "F'Ottubru ta' l-1999, fil-composite paper li għamlet l-Unjoni Ewropea bħala rapport ta' x'kien qed jiġri, intqal hekk: \"There has been little progress in the adoption of key internal market legislation.\".", "- u fost ħwejjeġ oħra jissemma l-free movement of capital.", "Issa jekk immorru għal kif inhu mqassam f'moħħ l-Unjoni Ewropea, il-moviment tal- kapital, insibu li dan qiegħed f'erba' kategoriji.", "Fl-ewwel kategorija nsibu b'mod partikolari d-direct investments li dwarhom aħna m'għandniex problema għax aktar ma jiġu flus, aktar ikun hawn investiment hawn Malta.", "Imbagħad jissemmew l-investments in real estate, jiġifieri investiment fil- proprjeta' fejn jista' jkollok l-ispekulazzjoni.", "Fil-fatt għalhekk il- kummissjoni kull darba tenfasizza li qegħdin lura f'din il-kwestjoni kollha.", "F'Ottubru ta' l-1999 fl-accession partnership, rigward free movement of capital, lill-Gvern Malti l-Kummissjoni Ewropea qaltlu biex jadotta kalendarju preċiż ħalli jkollu free movement tal-kapital.", "Imbagħad bħala medium term qaltlu biex ineħħi r-restrizzjonijiet li jkun fadal fuq inward and outward capital flows biex ikollu liberalizzazzjoni kompleta.", "Jekk immorru aktar tard u niġu għal Ottubru ta' l-1999 fl- enlargement strategy paper - dawn huma kollha dokumenti li ħarġu kemm ilna għaddejjin b'din il-kwestjoni kollha ta' l-Unjoni Ewropea - insibu li l- Kummissjoni Ewropea kkummentat li minkejja ftit progress fuq il-moviment liberu tal-kapital u servizzi, \"much remains to be done to align Maltese legislation in these areas\".", "Jiġifieri fadal ħafna x'isir biex il-liġijiet Maltin jiġu konformi ma' din il-kwestjoni.", "Malli l-Gvern Malti beda jagħmel l-iscreening, jiġifieri dak l-eżerċizzju li fih ikunu jistgħu jqabblu l-liġijiet ta' Malta mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, fis-17 ta' Diċembru ta' l-1999 il-Gvern Malti ħareġ press release li se nikkwota minnha.", "Dan qal li:", "\"Fost il-punti ewlenin li ġew diskussi matul din is-sessjoni kien hemm il-kwestjoni tax-xiri ta' proprjeta', li skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea huwa settur li għandu jiġi lliberalizzat.", "Dwar dan, id- delegazzjoni Maltija spjegat li l-Gvern Malti bħalissa qed jistudja s- sitwazzjoni fid-dawl tan-negozjati li se jibdew is-sena d-dieħla.\".", "F'Jannar tas-sena 2000, fir-regular report 2000, min-naħa tal-kummissjoni intqal li:", "\"The acquisition of certain types of real estate by non-residents and inward direct investments in certain sectors remain issues of concern as regards the adoption of the acquis.\".", "Mela l-Unjoni Ewropea qed tgħid li l-akkwist ta' ċerti tipi ta' proprjeta' hawn Malta minn dawk li m'humiex residenti huwa inkwetanti għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-adozzjoni tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewroepa.", "Meta ġejna għall-pubblikazzjoni ta' l-ewwel programm nazzjonali għall- adozzjoni ta' l-acquis mill-Gvern Malti, fejn ingħata programm ta' pjan kif se jadotta r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea - dan ħareġ fi Frar tas- sena 2000 pero' domna ma ddiskutejnieh - sibna li l-gvern qal hekk:", "''Special arrangements may be required ...\"", "- ta' min jinnota li hawnhekk mhux ''will be required'' għandna imma ''may be required''; jiġifieri mhux hemm bżonn imma jista' jkun hemm bżonn -", "\"...... as regards acquisition of immovable property in view of the specific domestic characteristics.\".", "Hawnhekk qed jingħad li jista' jkun hemm il-bżonn li nitolbu arranġamenti speċjali bħala Malta mill-Unjoni Ewropea dwar l-akkwist ta' proprjeta' immobiljarja minħabba karatteristiċi domestiċi ta' pajjiżna.", "Hawnhekk ingħad ukoll li bħala medium term, kull kontroll li jkun hemm fuq il- kambju jitneħħa sa l-aħħar tas-sena 2002, minbarra restrizzjonijiet fuq ownership ta' l-art by non-residents.", "Irridu noqgħodu attenti għall- iżvilupp li sar fil-mod kif il-gvern beda jirreaġixxi.", "Fil-fatt ingħad li:", "\"All remaining exchange controls will be removed by the year 2002, save restrictions on land ownership by non-residents.\"", "Issa fir-regolamenti ta' kapitlu 4, li huwa l-kapitlu li taħtu jaqa' l- free movement tal-kapital, m'hemm l-ebda riferenza għal xi tibdil li jista' jaffettwa x-xiri ta' bini, ta' residenzi jew art mill-barranin.", "Ma kien hemm xejn dwar dan.", "Tant hu hekk li meta ġejna għat-tieni draft tal-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis ta' Settembru tas-sena 2000, kien hemm xi ħaġa li ssorprendeit lil kulħadd għax s'issa l-Gvern Malti kien qed iżomm lura d-dritt li jinnegozja li ma jkunx hemm xiri ta' proprjeta' mill-barranin.", "Din hija xi ħaġa diffiċli u iebsa għax, kif spjegajt fil-bidu, dan huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali li fuqhom huwa bbażat is-single market ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' meta rajna t- tieni draft tal-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis ta' Settembru sibna hekk:", "\"Malta will require a permanent derogation with respect to the free movement of capital for a secondary residence purposes and for the acquisition of real estate for speculative purposes.\"", "Mela hawnhekk il-gvern diġa' telaq ħafna affarijiet minn idejh għax hawnhekk jingħad li Malta jkollha l-bżonn ta' deroga permanenti - ta' min jinnota li hawnhekk il-''may'' saret ''will'', pero' din niġi għaliha aktar tard - rigward dak li għandu x'jaqsam mal-moviment liberu tal- kapital għat-tieni residenza u għal dak li għandu x'jaqsam ma' akkwist ta' art real estate għall-skopijiet ta' spekulazzjoni.", "Dan ifisser li l-gvern mhux qed jeskludi li wieħed jiġi hawn, jixtri biċċa art u jżommha hemmhekk biex għada pitgħada jiġi hawn u jibni fuqha.", "F'Settembru tas-sena l-oħra, meta n-negozjati kienu bdew diġa', qrajna hekk dwar il-pożizzjoni tal-gvern:", "''Malta requests a permanent derogation with respect to the free movement of capital for secondary residence purposes and for the acquistion of real estate for speculative purposes.", "Malta will phase out current applicable restrictions on real estate acquisition by the date of accession except where derogations are being requested.", "This request is dictated by the size of the country, the density of the population and the social effects that a substantial increase in demand for property would cause.''", "Hawnhekk qed jingħad dak li għidt jien fil-bidu li meta pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea, l-barrani se jkollu d-dritt li jixtri u jispekula l-art u li jkollu l-proprjeta' bħalma jkollu l-Malti.", "U kif qal dan il-gvern dan se jikkawża effetti soċjali għax it-talba għal xiri ta' proprjeta', tiżdied.", "Għalhekk il-gvern talab li jkun hemm deroga permanenti biex ma nħallux lill-barranin li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, jixtru l-art hawn Malta għal secondary residence purposes and for the acquistion of real estate for speculative purposes.", "Issa jien se nieqaf hawn għax sfortunatament il-poplu Malti sa hawnhekk huwa informat.", "Nafu x'talab il-gvern pero' ma nafux x'irrispondietu l- Unjoni Ewropea.", "Dik hija prerogattiva tal-ministru, tal-gvern u ta' dawk li jaħsbu li huma jmexxu lil Malta mingħajr parlament.", "Pero' dan il- parlament m'għandu l-ebda idea dwar x'irrispondiet l-Unjoni Ewropea.", "Issa jien naf - dan mhux għax għandna l-ispjuni imma għax naqraw - li bħalissa l-Unjoni Ewropea mhijiex f'burdata li taċċetta d-derogi permanenti, fejn dak li tirregola għal kulħadd ma jkunx japplika għalik ukoll.", "Nafu wkoll li l-perijodi ta' tranżazzjonijiet jiġifieri ż-żmien li inti tieħu nifs biex tadatta ċ-ċirkostanzi tiegħek għar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, huma, kif jgħidu, exceptional u limited in time and scope.", "Fil-fatt dawn iridu jkunu akkumpanjati bi pjan fejn lill-Unjoni Ewropea trid turiha kif eventwalment se tassumi r-responsabbiltajiet ta' dawk il-liġijiet.", "L- Unjoni Ewropea tagħtik perijodu ta' ħames snin biex tadatta ruħek imma mbagħad trid tgħidilha x'inti tagħmel f'dawk l-ħames snin biex fl-aħħar inti terfa' r-responsabbiltajiet li joħorġu minn dawk ir-regolamenti.", "Kif diġa' għidt, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq wieħed mill-prinċipji bażilari ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk jien nixtieq nistaqsi x'wieġbet l-Unjoni Ewropea dwar it-talba tal-Gvern Malti rigward id-deroga permanenti li l-barranin ma jixtrux it-tieni dar hawn Malta u ma jispekulawx il-proprjeta'.", "Jien qed nissuspetta li din wieġbet le għax aħna m'għandniex nemex speċjali aktar minn ħaddieħor.", "Għamel studju l- gvern fuq x'jiġri jekk aħna ma nkunux nistgħu nżommu l-bieb magħluq biex pajjiżna ma jiġix invadut mill-barranin li jixtru l-proprjeta' hawn Malta?", "Jien naħseb li l-gvern għamlu dan l-istudju imma dan ikun fil-kexxun u jkunu jafu bih il-ħbieb tal-qalba u s-17-il membru li hemm fil-core group tal-MEUSAC.", "Il-parlament u l-poplu Malti m'għandhomx ikunu jafuhom dawn l- affarijiet?", "Per eżempju, l-planning authority qed tagħmel l-istructural plan u l-proposti bla ma qed tivvixwalizza x'se tkun is-sitwazzjoni erba', ħamsa jew sitt snin oħra.", "Qegħdin neħduha in konsiderazzjoni din?", "X'se jkun l-impatt u kif jista' jitbiddel ix-xenarju f'pajjiżna għallinqas fuq il-macro level?", "Issa niġi għall-micro level li jolqot lill-individwu, lill-but, lill-ħaddiem u lil dawk li semmejt fil-bidu li għollew ftit rashom u qegħdin jgħixu kemm kemm aħjar u allura jridu jixtru d-dar tagħhom.", "Din diġa' qiegħda out of reach għal ħafna nies aħseb u ara f'dawn iċ-ċirkostanzi!", "Għalhekk lill-gvern nerġa' nistaqsih x'qalulu l- esperti li għamlulu r-rapport u x'se jkun l-impatt taħt xenarju wieħed jew ieħor.", "Jekk jaċċettaw id-derogi x'se jkun ir-riżultat?", "U min-naħa l-oħra jekk ma jaċċettawx id-derogi x'se jkun ir-riżultat?", "Jekk imbagħad joffru xi ħaġa fin-nofs x'se jkun ir-riżultat?", "X'inhuma r-riżultati ta' dawn l- istudji?", "Il-poplu x'jaf fuqhom dawn?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq dawk l- artijiet li l-gvern se jerġa' jagħtihom lura lis-sidien tagħhom imma min għandu l-art u qed jużaha biex jagħmel in-negozju biha u jispekula biha, kif se jintlaqat?", "Ladarba l-gvern ma għoġbux jinforma la lill-parlament Malti u lill-poplu rridu nispekulaw.", "Pero' jien nixtieq ngħaddi għall- fatti.", "Proprju f'dawn il-ġranet smajna li kien hemm pajjiżi oħra li wkoll talbu li jiġu eżentati milli japplikaw ir-regolamenti eżatti ta' l-Unjoni Ewropea rigward ix-xiri tal-proprjeta' minn membri oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju ̧ xi ħadd daqq it-trombi u qal li lil Ċipru li wkoll huwa pajjiż żgħir bħalna, li wkoll għandu ċerti restrizzjonijiet ta' l-art u wkoll qed jimmira li jidħol membru ta' l-Unjoni Ewropea, se jagħtuh iċ-ċans li jkollu ċerti eċċezzjonijiet.", "Pero' ejja nkunu ċari.", "Filwaqt li l-gvern Malti talab li jkollu d-deroga permanenti, jiġifieri li jkollu għal dejjem id-dritt li ma jimplimentax dik il-liġi, liċ-Ċiprijotti għallinqas ̧ skond ma qrajna, se jagħtuhom żmien ħames snin biex fihom min mhux residenti ma jkunx jista' jixtri t-tieni proprjeta' ġewwa Ċipru u jispekula fil- proprjeta'.", "Ma qalux li ma tistax tixtri l-ewwel proprjeta' imma li ma tistax tixtri t-tieni proprjeta'.", "Hawnhekk I stand to be corrected, ħalli ma niġix miżinterpretat.", "Jien ma nafx jekk din tfissirx li kulħadd jista' jixtri l-ewwel proprjeta' pero' mbagħad hemm restrizzjoni fuq it- tieni proprjeta'.", "Pero' ejja ninsew Ċipru.", "Apparentement l-aktar li ċaqalqet lill- Kummissjoni Ewropea kienet il-Polonja.", "Il-Polonja għandha stigma kontra l- Ġermanja, jammettuha jew ma jammettuhiex.", "L-aħħar gwerra kbira għadha tweġġa' u dawn ma jistgħux jaċċettaw li meta jsiru membri, min ħarathom fl- aħħar gwerra ̧ jkun jista' jixtri, għax għandu ħafna flus fil-but, l-art tal-Pollakki li tiġi irħisa għall-Ġermaniżi jew għall-Awstrijaċi.", "Dawn qegħdin jgħidu: Aħna ma rridux li wara li lliberajna ruħna wara l-gwerra ̧ jixtruna b'mod legali u bil-flus.", "Per eżempju ̧ mhux se tqabbel il-prezz ta' l-art fil-Ġermanja mal-prezz ta' l-art ġewwa l-Polonja.", "Jekk nagħmlu l- istess analoġija nsibu li għalkemm il-prezz ta' l-art hawn Malta huwa għoli ħafna għall-Maltin, huwa ħafna irħas minn dak li hemm fil-Ġermanja u f'partijiet ta' Franza.", "Allura dawn il-pajjiżi minn xiex qed jippruvaw jissalvagwardaw ruħhom?", "Qed jippruvaw jissalvagwardaw biex arthom – dan huwa s-suġġett ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna - ma tinxtarax mill-barrani?", "Jekk dan japplika għall-Pollakki li għandhom eluf ta' kilometri kwadri ta' art, kemm tapplika aktar għal din il-biċċa qoxra ta' gżira żgħira li qed ngħixu fuqha?", "Peress li dan il-gvern irid idaħħal ir- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea – aħna xbajna ngħidulu li dawk ma japplikawx għal Malta - lest li jdaħħal anke dawk ir-regolamenti f'pajjiżna come what may.", "Jien ma nafx x'hemm fir-rapporti u ma nafx x'hemm f'dak li għandu f'idejh il-ministru.", "Lanqas naf jekk il-ministru hux se jgħaddas rasu u jibqa' għaddej.", "Dik hija affari tiegħu.", "Pero' jien nista' nimmaġina li jekk xi ħadd b'xi mod iżid ftit il-pressure li hawn diġa' fuq l-akkwist ta' l-art hawn Malta, li diġa' hija out of reach għal ħafna, kemm se ssir aktar diffiċli għaċ-ċittadin Malti jekk xi ħadd li għandu ħafna aktar flus minnu, jibda jixtri l-proprjeta' u l-art hu!", "Meta l-Unjoni Ewropea ċċaqalqet bit- talba tal-Polonja, l-kummissjoni ddeċidiet li tagħti kemm kemm nifs u rrakkmandat li x-xiri ta' l-art agrikola u secondary residences ma jsirx fil-pajjiżi li jsiru membri għall-perijodu ta' bejn ħamsa u seba' snin.", "Din mhijiex xi deroga permanenti kif talab il-gvern Malti imma hija rakkmandazzjoni għal perijodu ta' transizzjoni ta' bejn ħamsa u seba' snin u wara xi sentejn jew tlieta wieħed irid jirrevedi s-sitwazzjoni biex jekk kemm-il darba jiġi approvat li mhux qed issir ħsara soċjali, mhux qed isir żbilanċ soċjo-ekonomiku fil-pajjiż allura mbagħad wieħed jiddeċiedi jekk jirrevedix is-sitwazzjoni jew le.", "Dan l-aħħar il-kummissjoni pproponiet perijodu ta' tranżizzjoni - mhux deroga kif talab il-gvern Malti - ta' seba' snin għal dik li hija art agrikola.", "Issa hawnhekk il-kummissjoni spjegat aħjar il-pożizzjoni tagħha.", "Fejn hemm residenzi sekondarji, il-kummissjoni qed tipproponi li l- pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jħallu lill-kandidati membri jillimitaw ix-xiri minn non-resident community citizens - membri ta' l-Unjoni Ewropea li mhumiex residenti fil-pajjiż, għax min ikun residenti għandu dritt daqsi u daqsek jagħmel dak kollu li għandek dritt tagħmel int bħala Malti – u se jagħtuhom ċans ta' ħames snin wara li jsiru membri ̧ li fih iżommu dan id- dritt.", "Wara dawk il-ħames snin irrid jaqa' kollox, iridu jinfetħu l- bibien kollha u kulħadd ikollu dritt jagħmel dak kollu li jagħmel kull ċittadin ieħor.", "Nerġa' ntenni li r-risposta ta' l-Unjoni Ewropea dwar id- deroga li talab li jkollu għadna ma nafuhiex.", "Issa jien qed nassumi li din qaltlu biex imur jagħmel il-homework tiegħu għax dan il-gvern qal li sas-sena 2003 se jkun kapaċi jimplimenta r-regolamenti.", "U għalhekk il- kapitlu għadu miftuħ.", "Jien ngħid li dan se jibqa' miftuħ għax il- kummissjoni qed titkellem b'dan il-mod mal-membri kollha.", "Sur President, forsi wieħed jista' jgħid: Imma dan dejjem fuq l-Unjoni Ewropea jitkellem!", "Ma nistax ma nsemmix l-Unjoni Ewropea għax din hija r- realta' li mexjin lejha skond dan il-gvern.", "Ma nistax nitkellem fuq dan l- abbozz ta' liġi mingħajr ma ngħid li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea mhux se nibqgħu nilgħabu l-logħba waħedna.", "Ma' dawn it-380,000 ruħ li hawn fil- pajjiż u ma' dawk il-Maltin li jgħixu f'postijiet barranin bħall-Awstralja u l-Kanada li għandhom passaport Malti ̧ issa se jiżdiedu 400 miljun Ewropew ieħor, apparti dawk li deħlin fl-Unjoni Ewropea issa.", "Meta nidħlu fl- Unjoni Ewropea ̧ wieħed jista' jiġi hawnhekk bi dritt - għalkemm forsi fl- ewwel ħames snin ikollu ftit restrizzjoni – u jixtri biċċa bini, proprjeta' jew villa għax il-paga tiegħu tkun erba' darbiet aktar minn tagħna.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel riflessjoni bħala membru parlamentari f'isem il- partit tal-ħaddiema.", "Quddiem din is-sitwazzjoni kollha, il-ħaddiem Malti x'se jkollu jiddefendih minn dan l-iżvilupp kbir li qatt ma ġara f'pajjiżna?", "Fil-fatt xi ħaġa simili pero' fuq skala iċken kienet ġrat fis- snin sittin meta kien hemm il-boom tal-bini, meta ġew ir-residenti wara l- Indipendenza u bdew jissetiljaw.", "Dak iż-żmien kulħadd kien jaf iċ-choice properties min xtrahom u kulħadd jaf li hemmhekk kien hemm qabża fil-valur ta' l-art u tal-bini.", "Ħafna drabi anke min kien imur irkant kien jinduna li l-barranin kienu għadhom ġejjin bi bwiethom mimlijin u li l- Malti ta' klassi medja – hawn mhux qed insemmi l-big guns li għandna minnhom għall-grazzja ta' Alla – ma kienx ilaħħaq magħhom.", "Qabel nagħlaq irrid ngħid li aħna nkwetati fuq din il-kwestjoni għax aħna niftaħru mad-dinja kollha li Malta għandha waħda mill-ogħla rati perċentwali fejn in-nies huma sidien ta' darhom.", "Il-Malti jistinka u jagħmel ħiltu kollha biex ikollu d-dar tiegħu.", "Fil-fatt illum għandna ħafna koppji żgħażagħ li huma marbutin b'ċertu dejn - jien pjuttost ngħidlu investiment pero' dan jagħmluh b'ħafna sagrifiċċji – għax il-prezzijiet huma esaġerati.", "Issa jekk għada dan il-gvern jogħġbu jilloppja lill-poplu biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u allura r-regolamenti ma jibqax jagħmilhom il-gvern imma jsiru mill-Unjoni Ewropea ̧ the man in the street kif se jiffaċċja t-trasferimenti ta' kapital u x-xiri, in-negozju u l- kiri tal-proprjeta'?", "Min illum għandu biex jixtri proprjeta' għada jsib li l-prezz tagħha reġgħet splodiet.", "F'dan il-każ imur tajjeb min għandu l-proprjeta'.", "Dan bħall-gwerra.", "Kien hawn ħafna min sar sinjur imma kemm batew il-maġġoranza tan-nies!", "Issa din hija l-istess ħaġa.", "Jekk aħna se naraw l-interess settorali ta' min għandu l-proprjeta', ta' min jinnegozja l-proprjeta', ta' min għandu l-artijiet, allura nagħlaq hawn u ngħidlek li mhux qed nitkellmu l-istess lingwa.", "Jien jinteressani nitkellem fuq kif tintlaqat il-maġġoranza tal-poplu; iż-żgħażagħ, uliedna u ulied uliedna li għada pitgħada jimmiraw li jaħdmu u jħabirku ħalli jkollhom biċċa proprjeta' tagħhom.", "Jien qed nitkellem fuq fatti u dokumenti ħalli ħadd ma jaħseb li qed nivvinta.", "Għalhekk huwa obbligu tagħna li nispjegaw lill- poplu x'ifissru dawn il-liġijiet u naħseb li din hija okkażjoni opportuna biex niftħu għajnejn il-poplu ħalli jkun jaf x'inhu jiġri.", "Jien se nagħlaq fuq dan il-punt, Sur President.", "Hija irresponsabbilta' li min huwa miexi lejn din id-direzzjoni ̧ jaf x'inhuma l-implikazzjonijiet tagħha u ma jgħid xejn lil-poplu Malti għax għada pitgħada dan kollu se jġib ħafna tbatij lill-klassi medja u lil min ikun irid jakkwista l-proprjeta'.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Tonio Borg biex ̧ jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Mejju, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, se nieħu din l-okkażjoni biex nitkellem fuq żjara storika li ġrat ftit jiem ilu.", "Ngħidilha ġrajja sabiħa għax kellna l-okkażjoni naraw għat-tielet darba f'pajjiżna lill-Qdusija Tiegħu l- Papa Ġwanni Pawlu II.", "Kulħadd iħares lejha bħala ġrajja sabiħa għax bħala pajjiż kattoliku naraw fil-papa mexxej politiku u spiritwali.", "Bla ma nipprova nidher qaddis ma nistħix nistqarr li kienet ġrajja emozzjonali għal kulħadd.", "Il-papa nassoċjawh mal-Vatikan u kulħadd iħobbu.", "Huwa l-Papa li tajjar il-konfini tal-Vatikan għax prattikament ġera mad-dinja kollha.", "Infakkar li f'dan il-kuntest il-papa żarna uffiċjalment darbtejn fi żmien ħdax-il sena u din hija xi ħaġa li għandna nkunu kburin biha u nibqgħu nsemmuha mat-tfal u t-tfal taghhom.", "Hija pożittiva ħafna li tisma' t-tfal jifirħu li l-papa ġie bil-helicopter u marru jilqgħuh bil-bnadar.", "Kienet ġrajja sabiħa u okkażjoni fejn rajna kemm hu magħqud il-poplu Malti.", "Lanqas fit-tazza tad-dinja ma jkollna dan l-ispirtu u l-maġġoranza tal- Maltin għamlu li setgħu biex marru jaraw lill-papa fiżikament.", "Oħrajn rawh għaddej mit-toroq u oħrajn segwewh fuq il-mezzi tax-xandir.", "Il-poplu daħal fl-ispirtu, ġie involut u kien emozzjonat speċjalment dawk li kienu fuq il- fosos.", "Hija emozzjonanti li tara figura daqshekk importanti fil-kuntest taċ- ċerimonji li saru.", "Forsi hawn min ma jaqbilx maċ-ċerimonji iżda fl-aħħar mill-aħħar nistgħu ngħidu li ż-żjara telgħet għal-livell spiritwali.", "Mr. Speaker, jiena nkun l-aħħar wieħed li nippolitiċizza ż-żjara tal-papa peroż rrid ngħid li xxokkjajt ruħi meta rajt poster li kien fih madwar 20 pied bi kliem kbir \"Għax Nemmnu fil-Bniedem Dejjem Warajk - Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista\".", "Huwa veru li ma qalu xejn ħażin iżda li tara poster partiġġjan ineħħi ħafna mill-kuntest.", "Ħadt gost li kien hemm xi ħadd probabbilment minn tan-naħa l-oħra u ħa responsabbilta' biex ineħħiha min hemm.", "Barra dan kien hemm xi ħaġa oħra li nixtieq nispjega.", "Kien hemm ammont ta' nies wara ż-żjara li avviċinawna u staqsewna fejn konna aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni.", "In-nies raw lill-President, lill-Prim Ministru, lill- ministri, lis-segretarji parlamentari u l-familji tagħhom u lilna kien hemm min qalilna li missna nistħu għax ma morniex narawh.", "Inħoss li hu fid-dover tiegħi li nispjega x'inhu protocol u ngħid lin-nies fejn konna aħna.", "Ma nixtieqx li n-nies jaħsbu li Dr.Sant ma ltaqax mal-Papa jew li aħna ma morniex l-ajruport u postijiet oħrajn.", "Irrid ngħid li aħna konna mistednin biss bħala partit għaċ-ċerimonja tad- dikjarazzjoni tal-Beatifikazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca, Nazju Falzon u Adeodata Pisani fuq il-fosos.", "Aħna bħala parlamentari konna mistednin għal dik l-okkażjoni biss.", "Hawnhekk irrid ngħid li ħafna minn sħabi huma diżappuntati ħafna - u hawnhekk qed nindirizza lis-Sedja u anke lill- iSkrivan tal-Kamra – minħabba li l-inviti li ħarġu l-ewwelnett ġew fil- Parlment u mhux fid-djar tagħna.", "Meta l-President jogħġbu jistedinni għall- ikel jiġi l-messaġġier bil-mutur mal-pulizija u jġibli l-invit id-dar.", "F'dan il-kaz ma kienx hemm iċ-ċans li l-inviti jaslu fid-djar tal-membri tal-parlament.", "Kull m'hawn huwa 65 membru.", "M'għandix ngħid li l-Papa inqas importanti mill-President, imma l-inviti intbagħtu hawn u ma nafx ta' min hu t-tort.", "Min ma resaqx għal-ġurnata jew tnejn l-invit ma ħadux.", "Informat ukoll – u din ngħidha b'dispjaċir - li l-membri ġew informati mill- uffiċċju tal-iskrivan li l-inviti li ma nġabrux intbagħtu lura biex ħarġu għal xi ħaddieħor biex ma jinħeliex spazju.", "Jekk żbaljat ikkoreġuni.", "Din hija irregolari ħafna.", "Naf membru min-naħa tagħna li xtaq jieħu lil missieru ta' eta rispettabbli u għax ma ġabarx l-invit qalulu li bagħtuh lura.", "L-invit imbagħad intbagħtlu bil-fax u ovvjament il-pulizija ma jkunx jista' jdaħħlu għax ma kellux sticker.", "Dan imbagħad kellu jgħid lil missieru jarah fuq it-televiżjoni.", "Qed nara lill-iskrivan jinkwieta, imma dan mhux qed ngħidu biex nipponta subgħajja iżda biex nispjega lin-nies għaliex ma deherniex f'ċerti ċerimonji.", "Kien hemm min laħaq ġie fuq il- fosos u kien hemm min ġabar l-invit fl-aħħar.", "Anke l-mara tiegħi staqsietni jekk aħniex mistednin.", "Sa dakinhar ma kontx naf u kien hemm uħud min-nisa tagħna li ċemplu lil xulxin biex jaraw jekk humiex mistednin.", "Fl-aħħar ġranet ġbarna l-invit min hawnhekk u nixtieq inserraħ ras in-nies li ħafna membri parlamentari kienu fuq il-fosos.", "Irrid ngħid ukoll li ma konniex l-ajruport fl-inżul jew it-tluq tal-Papa għax il-protocol ma jippermettix.", "Aħna m'aħniex ministri, segretarji parlamentari jew ambaxxaturi u l-protocol jagħti permess għal dawn.", "M'inix xi espert tal-protocol pero' kont nistenna li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jippreżenta nofs l-elettorat jiġi mistieden biex jilqa' l-Papa mal- funzjonari l-oħra.", "Kien hemm anke kapijiet tad-dipartimenti u jien nistenna li jiġi mistieden il-Kap tal-Oppożizzjoni wkoll.", "Jaf iqum xi ħadd li jifhem fil-protocol u jgħidli li l-affarijiet huma mod ieħor.", "Ħafna mill-protocol huwa użanza u loġika u mhux il-ħdax il-kmandament imniżżel minn Mose fuq Sinai.", "Ħafna minnu għamilnieh aħna, pperfezzjonajnieh u kkupjajnieh.", "Dan bħal meta jkollna viżta minn kap ta' stat u l-Papa barra kap ta' stat huwa wkoll kap spiritwali.", "Kien hemm min ried jaħtaf l-okkażjoni u għamilha viżita uffiċjali ta' kap ta' stat iktar milli viżita pastorali ta' kap ta' Knisja.", "Dak affari tiegħu u għamel li ried.", "Inħalli f'idejn in-nies biex jiddeċiedu iżda dik storja oħra.", "Ikun ġej f'pajjiżna kap tar-reliġjon, kap ta' stat u kap spiritwali u ma nindenjawx ruħna nistiednu lill-Kap tal- Oppożizzjoni biex għallinqas ikun wara s-segretarji parlamentari u jiġi ntrodott għar-rwol li għandu fil-pajjiż.", "Naf li Dr.Sant jiddejjaq biċ- ċerimonji għax ili 9 snin naħdem miegħu, iżda jiena qed nitkellem fuq rappreżentanza.", "Min ħaseb li Dr.Sant ma kienx hemm għandu jkun jaf li hu ma kienx mistieden.", "Issa jekk il-protocol huwa hekk għandu jinbidel għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jirrappreżenta kważi nofs il-poplu Malti.", "Dan anke jekk inkunu fil-gvern aħna, ma naħsibx li hawn għandna noqogħdu naraw min hu magħna u kontra tagħna.", "It-tieni punt li semmew in-nies u anke min kien qiegħed jikkummenta huwa l- fatt li l-unika laqgħa li kellu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mal-Qdusija Tiegħu tħassret.", "Mhux se noqgħod nirrepeti x'qal Dr Sant stess għax spjega fuq il- gazzetti x'ġara pero' tajjeb insemmu li dak li kellu jseħħ skond il- protocol ma seħħ xejn minnu.", "Min jistaqsina x'ġara dakinhar ngħidulu jistaqsi lil min għaffeġ u ħawwad.", "Donnu minn din in-naħa ħadd ma kien dehen li jkun hemmhekk meta l-Papa għamel id-diskors tiegħu mal-President u mal-Prim Ministru.", "Hawnhekk ngħid li qalbi tuġgħani.", "Nistaqsi x'hemm ħażin kieku l-papa ra liż-żewġ naħat jirrappreżentaw lill-poplu.", "Naf li s-saħħa tal-Papa ma ppermettietx u din hija raġuni valida biex jiltaqgħa maż-żewġ naħat f'daqqa.", "Meta l-Papa kien qed jiffunzjona bħala kap ta' stat huwa ġie milqugħ mill-President u mhux mill-Arċisqof u kulma kellu hemmhekk kienet in-naħa tal-gvern biss.", "In-nies għandhom ikunu jafuh dan.", "Nerġa' ngħid ma rridx indaħħal motivi partiġġjani politiċi imma dawn huma fatti li ġraw.", "Kien hemm min seta' jidħol bil-familja u t-tfal u s'hawnhekk naqbel, iżda li teskludi kompletament in-naħa l-oħra qisu għandek pajjiż b'mexxej wieħed ma naqbilx.", "Din mhux id-demokrazija li nemmnu fiha.", "Anke n-nies ħassu li hemm xi ħaġa nieqsa.", "Nerġa' ngħid li jekk hemm xi ħaġa ħażina fil- protocol trid tiġi riveduta.", "Mr. Speaker, nixtieq nispjega wkoll kif ġiet imgerfxa l-unika okkażjoni għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jitkellem ftit mal-Papa.", "Jiena ma kontx preżenti, imma l-verżjoni ta' Dr Sant hija li meta kienu ppreżentawh lil kulħadd bis-segretarju parlmentari kollha, fl-aħħar xi ħadd qallu biex jgħaddi hu wkoll.", "Wieħed jippretendi li kien ikollhom ċans jitkellmu fil- privat.", "Skond il-protocol seta' jagħmel ħames minuti u lanqas dan ma ġara'.", "Imbagħad qalulna li lanqas kien hemm ċans li jidħlu l-fotografi.", "Dan daħal, ħadlu b'idejh kif għamlu ta' qablu kollha u l-mama tiegħu bilkemm kellha ċans teħodlu b'idejh.", "Hawnhekk ma jidhirx li kien hemm intenzjonijiet tajbin.", "Wieħed seta' jarmi l-protocol u jgħid li la ma kellux ċans jiltaqa' miegħu missu ħareġ fil-gallarija għax il-papa ġie għall-poplu kollu mhux għal ta' kulur jew ieħor.", "Ma kien ikun hemm xejn ħażin li jkollok il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru, il-President u l-Arċisqof flimkien mal-Papa.", "F'dan il-kuntest ma jinteressanix mill- protocol.", "Li jimpurtani hu li n-nies kienu jieħdu gost jaraw lill-papa mdawwar bl-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.", "Issa jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni m'għadux meqjus bħala wieħed mill-ogħla awtoritajiet ma nafx, li naf hu li hemm bżonn li l-affarijiet jirranġaw ruħhom.", "Kap ta' stat suppost jintlaqa' minn kap ta' stat u dan qed ngħidu bl-akbar rispett lejn il-Prim Ministru.", "Il-Papa tant kien komdu li minflok ma dar u xejjer biss qasam għan-naħa l-oħra tal-pjattaforma biex ikollu veduta aħjar u sellem lin-nies li kien hemm.", "Bir-rispett kollu dan ma ġiex la għall-president u lanqas għall-prim ministru.", "Meta min kien responsabbli ra x'ġara fil-palazz u nqabżet anke tal-gallarija missu stieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ma jinteressanix mill-protocol, li jinteressani hu li aħna ma niġux vittmi taċ- ċirkostanzi.", "Dan kollu qed ngħidu fuq il-kuxjenza tiegħi u mhux biex noħloq polemika.", "Irrid nigħid ukoll li meta kien hemm iċ-ċerimonja tal-mużew il- Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienu mistednin.", "Mr. Speaker, xi ħaġa li n-nies ma jafux hi li Dr Sant suppost kellu jieħu parti f'konferenza internazzjonali tal-kapijiet tal-partiti soċjalisti ta' l-Ewropa ġewwa Berlin pero' għax din il-konferenza ħabtet maż-żjara tal- Papa, bl-iktar dover rett ma marx għaliha.", "Dan kollu biex imbagħad fejn jidħol il-protocol bil-kemm kien jeżisti.", "Nixtieq ngħid prosit lil min kien responsabbli għax l-organizzazzjoni kienet tajba ħafna - u dan għidtu wkoll fil-gazzetti - iżda mil-lenti nazzjonali, l-interpretazzjoni ta' l- affarijiet kif ġraw fejn tidħol l-Oppożizzjoni ma tagħtix impressjoni tajba.", "Il-pulizija għamlet id-doveri tagħha u n-nies kienu dixxiplinati.", "Waħda mir-riflessjonijiet li għamilt dakinhar fuq il-fosos kienet li min jaf kemm il-darba marru nies ixejru l-bnadar u jisimgħuna ngħidu kontra l- partit ta' kontrina.", "Għal grazzja t'Alla dakinhar kulħadd kien magħqud u min jaf kemm kien hemm nies miż-żewġ partiti li ssoltu jkunu hemm b'xi bandiera.", "F'dan il-kuntest ngħid li ma nistgħux nitilfu okkażjonijiet fejn il-poplu jingħaqad u minn hawn nappella lill-gazzetti biex okkazjonijiet bħal dawn iħarsu lejhom ukoll mingħajr ma jkabbru l-affarijiet.", "Jien assolutament ma rridx li l-affarijiet jikbru u nixtieq ninftiehem sewwa għaliex qed nitkellem fuqhom.", "Inħoss li l-poplu għandu jkun jaf għaliex l-Oppożizzjoni ma kenitx hemm.", "Lil Alfred Sant qed ipinġuh li qisu ma riedx imur.", "Kieku ma riedx kellu skuża tajba għax kien hemm il-kungress il-Ġermanja fejn kellu d- dover li jmur.", "Hu għażel li jibqa' hawnhekk minflok jitla' ma Dr. Joe Brincat.", "Lanqas jien ma ridt immur għax ma ridtx nitlef okkażjoni bħal din.", "Hawnhekk inqabbel mal-mod korrett li saru l-affarijiet u l-inviti minn tal- mużew.", "Kienet ċerimonja sempliċi u hawnhekk Dr.Sant mar u ma nqala' xejn.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel kumment żgħir.", "Dun Ġorġ kien l-aktar li deher u qishom il-beati l-oħrajn ma jeżistux.", "Forsi dan ġara għax wara Dun Ġorġ hemm xi ħaġa fattwali, jiġifieri soċjeta' li baqgħet.", "Nagħlaq billi nawgura u nifraħ lil min organizza anke mil-lat loġistiku.", "Ngħid prosit lill-pulizija u ngħid li rajt tobba u nurses jiġru 'l hemm u 'l hawn.", "Kienet xi ħaġa verament impressjonanti u interessanti.", "Fuq livell internazzjonali ngħid li tajna dehra tajba u wrejna attendenza kbira pero' min-naħa l-oħra meta nħarsu lejn livell ta' protocol naħseb li fadal ħafna u ħafna fejn naħdmu.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr.Speaker, nixtieq nitkellem fuq is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Dan l-aħħar smajna b'inċident fuq il-post tax-xogħol fejn anke l-UHM kienet avżat li kien hemm periklu.", "Tajjeb li nfakkru li ftit xhur ilu din il-Kamra ddedikat numru ta' seduti fuq il-liġi li tirregola s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Għadda ferm iktar żmien biex ġiet maħtura u mwaqqfa' l-kummissjoni tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol u allura ntilef ċertu żmien.", "Issa li ġiet maħtura wieħed jistenna li l-affarijiet jimxu b'iktar ħeffa u iktar serjeta'.", "Mr. Speaker, din il-kummissjoni trid taħdem biex ikun hemm bidla fil- mentalita' ta' min iħaddem.", "Huwa importanti li min iħaddem ikollu mentalita' differenti ta' kif iħares lejn il-ħaddiem fuq il-post tax- xogħol.", "Il-ħaddiem m'huwiex sempliċiment numru li jqallgħu l-flus, imma persuna li għandu d-drittijiet tiegħu li għandhom jiġu mħarsa.", "Hemm ukoll bżonn bidla fil-mentalita' tal-ħaddiema biex jibdew jilbsu l-ilbies protettiv.", "Jista' jkun li ma jilbsuhx minħabba l-klima ta' Malta u jista' jkun minħabba mentalita'.", "L-appell tiegħi hu biex kemm jista' jkun nagħmlu sforz biex iż-żewġ naħat tal-Kamra, il-unions u min iħaddem jagħtu kaz aktar u jieħdu dan is-suġġett bis-serjeta'.", "Ma nistgħux nibqgħu nisimgħu b'iktar ġrajjiet fejn ħaddiema jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol b'detriment għal ħajjithom u bil-kumplikazzjonijiet li din iġġib magħha.", "Tajjeb li wieħed jgħaddi liġijiet pero' importanti iktar li dawn il-liġijiet jiġu mħarsa fl-interess tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 16 ta' Mejju 2001, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦALIB XKUMAT", "24977.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkunsidra li jerġa jirrevedi d-deċiżjoni li ħa dwar il-ħalib xkumat peress liċ-ċittadini qed isibu inkonvenjent kbir?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 24777.", "XOGĦLIJIET", "24986.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ix-xogħlijiet f'Santa Margerita, l-Mosta bħal fil-każ ta' toroq Il-Qalbiena Mostin, Ġanniveda u Dun Mikiel Azzopardi ma tkomplewx?", "Jista' jara li x-xogħlijiet jitkomplew minnufih sabiex jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fuq il-lantijiet imsemmija għadu għaddej u nispera li jkun jista' jitħaffef matul ix-xhur li ġejjien.", "Dwar Triq Dun Mikiel Azzopardi jidher li qatt ma kien hemm tenders għax- xogħol, filwaqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali Triq Ġanniveda f'liema parti tal-Mosta qiegħda.", "AWTORITA' MALTIJA TAT-TURIŻMU", "25143.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu f'Londra, jew ma xi ħidma tal-Ministeru tat-Turiżmu f'Londra?", "Min huma?", "Kemm ilhom f'dan l-impjieg?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju ta' l-Awtorita' tat- Turiżmu ta' Malta f'Londra hemm jaħdmu seba' persuni.", "Dawn huma:- ·John Montague, b'effett mill-1 ta' Settembru 1999.", "·Marie Anne Barthet Brown, b'effett mit-2 ta' Jannar 1997.", "·Vicky Williams, b'effett mill-1 ta' Novembru 2000.", "·Christina Refalo*, b'effett mill-1 ta' Marzu 1999.", "·Adriana Cacciottolo, b'effett mill-1 ta' Novembru 2000.", "·Victor Bonnet, b'effett mill-1 ta' Lulju 1997.", "·Tiziana Mavilio **, b'effett mill-5 ta' Mejju 1998.", "*Din il-persuna tat avviż ta' tmiem ta' impjieg fil-5 ta' April 2001.", "**Taħdem fuq bażi part-time", "GOZO CHANNEL CO LTD", "25144.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'sistemi jeżistu fuq il-vapuri Gozo Channel Co Ltd biex fuq kull vjaġġ ikun magħruf kemm qed jivvjaġġaw passiġġieri?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Gozo Channel tuża tlitt sistemi biex jingħaddu l-passiġġieri li jitilgħu abbord.", "Dawn huma:", "1.", "Il-Kaptan jew Officer li jkun fuq ir-rampa jgħodd permezz ta' hand counter kull passiġġier li jitla'.", "2.", "It-Terminal Assistants jagħtu boarding cards lil kull passiġġier.", "Qabel ma jitqassmu dawn il-cards, jinħareġ l-ammont mitlub skond il-kapaċita' tal-vapur.", "3.", "Mill-ġbir tal-biljetti li jingħataw il-passiġġieri.", "Dan isir fl- Imġarr biss.", "GOZO CHANNEL", "25145.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm lifeboats fuq il-vapuri li joperaw bejn Malta u Għawdex, vapur b'vapur?", "Huma meqjusa biżżejjed u għandhom ekwipaġġ adekwat f'każ ta' evakwazzjoni b'emerġenza?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-apparat kollu ta' sigurta', li ovvjament jinkludi l-lifeboats jew liferafts, li hemm fuq il-vapuri kollha jikkonferma mar- regolamenti tas-SOLAS.", "Dan l-apparat jiġi ċertifikat mil-Klassi tal-vapur (Classification Society) u mis-surveyor ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta u wara jinħareġ is-Certificate of Seaworthiness tal-vapur min-naħa ta' l- imsemmija Awtorita'.", "Tajjeb jingħad li l-vapur ma jistax jopera mingħajr dan iċ-ċertifikat, li l- Awtorita' Marittima ta' Malta iġġedded kull sena wara li l-Klassi u s- Surveyor ta' l-imsemmija Awtorita' jkunu vverifikaw li kollox huwa konformi mal-liġijiet applikabbli, inkluż is-SOLAS.", "Waħda mill-kundizzjonijiet tal-Klassi hija li fuq il-vapur irid ikun hemm biżżejjed tagħmir ta' sigurta', inkluż lifeboats/liferafts, f'każ ta' evakwazzjoni waqt emerġenza.", "GOZO CHANNEL", "25146.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tagħmir ta' salvataġġ fuq il- vapuri tal-Gozo Channel Co Ltd huma skond ir-rekwiżiti SOLAS fil-kwantita u kwalita meħtieġa?", "Fuq kull vapur jinġarr manwal tat-taħriġ SOLAS?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li t-tagħmir ta' salvataġġ fuq il- vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel huma skond ir-rekwiżiti SOLAS, kemm fil- kwalita' kif ukoll fil-kwantita'.", "Il-Kumpanija mhijiex obbligata li żżomm manwali tat-taħriġ SOLAS fuq il-vapuri, partikularment dawk li joperaw f'ibħra lokali.", "Fil-fatt dawn il-manwali jinżammu fl-uffiċini tal- Kumpanija.", "Madanakollu, skond is-Safety Management System tal-Kumpanija, manwali dwar proċeduri relatati mas-sigurta' jinħarġu lil kull Kaptan u Chief Engineers li jaħdmu fuq il-vapuri kollha tal-Kumpanija.", "GOZO CHANNEL", "25147.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fejn jinżamm l-emergency fire pumps fuq il-vapuri tal-Gozo Channel Co Ltd, vapur b'vapur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li kull vapur għandu s-sistemi ta' Emergency Fire Pumps li jiġu ċċekkjati mis-surveyors tal-Klassi qabel ma l- vapur jiġi ċċertifikat.", "Dan l-apparat huwa speċifikament għall-vapuri u meta jkun il-bżonn jitħaddem mill-baħrin u mhux mill-passiġġieri abbord.", "Skond ir-regolamenti SOLAS, biex jiġi żgurat li f'każ ta' emerġenza kollox ikun f'postu, fuq kull vapur isiru emergency drills b'mod regolari u hekk jiġi aċċertat li f'każ ta' bżonn il-proċeduri kollha, kemm dwar tifi ta' nar kif ukoll dwar inċidenti oħra, jittieħdu minnufih u bl-akbar effiċjenza possibbli.", "BUNKERING", "25148.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Awtoritajiet konċernati dwar ilment serju mressaq mill-kaptan tal-vapur m/v Maasdiep nhar it-22 ta' Mejju 2000 li daħal għas-servizz tal-bunkering dwar it- tipjip u l-ħmieġ fuq il-banker boat mġt Vemaoil ta' Falzon Service Station Ltd?", "Matul is-sena 2000 l-awtoritajiet konċernati kemm irċevew ilmenti simili u x'passi ttieħdu dwarhom ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima nvestigat l- ilment imsemmi u ħadet il-passi neċessarji skond ir-Regolamenti ta' l-1996 dwar Bastimenti ta' Tagħbijiet Perikolużi, Terminals u Faċilitajiet Marittimi u Bunkering sabiex inċidenti simili ma jirrepetux ruħhom wara li rċeviet ilment fid-9 ta' Gunju 2000.", "Fil-fatt il-persuna nvoluta ġiet imwiddba serjament.", "Jien infurmat ukoll li matul l-2000, l-Awtorita' Marittima għamlet 53 spezzjoni waqt operazzjonijiet ta' bunkering.", "Dawn isiru biex jiġi żgurat li l-miżuri ta' sigurta' stabbiliti bl-istess regolamenti tal-1996 ikunu qed jiġu osservati.", "Ta' min isemmi li l-Bunker Barge M V Vemaoil VI hi operata mill- Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd, u mhix propjeta tal-kumpanija ndikata fid-domanda.", "RABAT SCOUT GROUP", "25153.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas-segretarjat privat tiegħu u jew ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal-iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l- problema tal-premises tar-Rabat Scout Group?", "Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal?", "Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar- Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal- lum?", "Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l- passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni għall-mistoqsija simili ta' dik li saret lili.", "RABAT SCOUT GROUP", "25154.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas- segretarjat privat tiegħu u jew ta' d-Dipartiment konċernat fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal-iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l-problema tal-premises tar-Rabat Scout Group?", "Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal?", "Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar- Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal- lum?", "Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l- passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien personalment kelli l-opportunita` niltaqa' ma' delegazzjoni tal-Boy Scouts, Rabat, fejn iddiskutejt il-proposti għal sit ta' uffiċċju adattat.", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Jesmond Mugliett ukoll qed jagħti attenzjoni lit-talbiet tal-Boy Scouts.", "Informat li l-problema ta' nuqqas ta' premises tar-Rabat Scout Group ilha tinħass.", "Fil-fatt talbiet għal premises għal dan il-grupp saru anke fi żmien il-Gvern preċedenti u jidher li f'dawk is-sentejn ma sar ebda progress.", "Aħna konxji mill-ħtieġa ta' premises adegwati għal gruppi ta' l-iscouts fid- diversi lokalitajiet u fil-fatt f'dawn l-aħħar sentejn anke ġew allokati faċilitajiet adegwati lil diversi gruppi meta dan kien possibbli.", "Saru laqgħat mar-rappreżentanti tar-Rabat Scout Group fejn dawn setgħu jenfasizzaw il-problemi li qed jiltaqgħu magħhom u anke ressqu proposti għal siti biex jiġu żviluppati għall-użu tagħhom.", "Ser inkomplu ninvestigaw dawn is-siti biex jekk ikun possibbli l-ħtiġijiet tar-Rabat Scout Group jiġu milqugħa.", "RABAT SCOUT GROUP", "25155.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas-segretarjat privat tiegħu u jew ta' d-Dipartiment konċernat fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal- iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l-problema tal-premises tar-Rabat Scout Group?", "Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal?", "Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar- Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal- lum?", "Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l- passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal- Ministru ta' l-Edukazzjoni għall-mistoqsija simili ta' dik li saret lili.", "INKJESTI MAĠISTERJALI", "25200.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk inkjesti maġisterjali dwar il-mewt tal- persuna li qed insemmi separatament tlestewx u jekk iva, jista' l-Ministru jara illi l-qraba jingħataw kopja jew titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-inkjesta Maġisterjali dwar il-mewt tal-persuna li għaliha qed tirreferixxi din il-mistoqsija giet magħluqa u mibgħuta lill- Ufficcju ta` l-Avukat Ġenerali fl-1 ta` Lulju 1992.", "Il-proċess Verbal rega' ntbgħat lura lill-Mangistrat Inkwerenti mill-Avukat Ġenerali u fil-15 ta' Mejju, 1995 l-istess proċess verbal rega' ntbgħat lill-Avukat Ġenerali b`rapport addizzjonali.", "Kopja tal-Proċess Verbal tista` tintalab mill-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali.", "ELEZZJONI LOKALI", "25201.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li ivvotaw f'kull elezzjoni lokali minn mindu dawn bdew isiru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li mhux possibli li jingħata t- tagħrif mitlub mill-Onorevoli Membru dwar kemm persuni barranin ivvutaw f'kull elezzjoni li saret għall-Kunsilli Lokali minħabba li kull dokumentazzjoni stampata jew miktuba li jkollhom l-assistenti kummissjonarji elettorali fl-elezzjonijiet tiġi ssiġillata u tkun tista' tinfetaħ biss b'ordni tal-Qorti skond ir-Regolamenti 46(1) u 116 tat-Tielet Skeda ta' l-Att XV ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "SENTENZA TA' ĦABS", "25202.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu sentenza ta' ħabs sospiża is-sena l-oħra u x'kien ir-reat li wettqu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 445 persuna li ġew mogħtija sentenza sospiża wara li ġew dikjarati ħatja ta` reati kriminali.", "PLEDGE", "25203.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn persuni barra fuq pledge illum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi skond ir-records miżmuma mill- Pulizija, hemm 830 persuna li ġew mogħtija l-liberta` provisorja mill- Qorti.", "QRATI", "25204.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn persuni li kienu barra fuq sentenza ta' ħabs sospiża u li reġgħaw ittelgħu l-qorti s-sena l-oħra għall-reat ieħor?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 65 persuna li kienu ingħataw sentenza ta` ħabs sospiża.", "R.D.L.", "25205.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx transferiti xi ħaddiema mill-R.D.L. għad- dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex jaħdmu bħala watchmen din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' ħaddiema involvuh?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jispjega għal liema dipartiment qed jirreferi bħala R.D.L.", "DONAZZJONIJIET", "25335.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sakemm ma tingħatax raġuni l'għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25336.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id- donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "JOE BORG: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni ddettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25337.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id- donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "DONAZZJONIJIET", "25338.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25339.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25340.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "ETC", "25637.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrġa nies b'diżabilita mill-ETC f'dan l-aħħar 10 snin sena b'sena.", "2) Kemm minn dawn kienu nies b'diżabilita fizika u kemm kienu b'diżabilita' neutrali?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn wieħed u ieħor hu ikkalkolat li qam kull persuna trained b'diżabilita fizika u jista' l-Ministru jgħid wkoll separatament kemm ġie jiswa bejn wieħed u ieħor kull persuna b'diżabilita mentali imħarrġa mill-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "ETC", "25638.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawk trained mill-ETC li kellhom diżabilta' fiżika jew mentali f'dawn l-aħħar 10 snin instabulhom xogħol part-time jew full-time, kull sena partikolari?", "Kemm minn dawn għadhom sal-lum fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "SKOLA SPEĊJALI", "25639.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali f'kull skola speċjali u kif hi maqsuma din l-ispiża f' pagi, allowances, maintenance, trasport, educational appliances u aids", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "25640.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel speċjali u fejn huma?", "Kemm hemm tfal f'kull skola u x'inhi l-eta tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm sitt Skejjel Speċjali u Ċentru wieħed f'Għawdex kif ġej:", "|Skejjel |Numru |Eta` ta' | |Speċjali |ta' |l-istudenti | | |Student| | | |i | | | | | | |Guardian Angel,|60 |5 - 20 | |Ħamrun | | | |Helen Keller, |24 |4 - 20 | |Qrendi | | | |San Miguel, St |44 |4 - 20 | |Andrews | | | |Mater Dei, |7 |13 - 16 | |Msida | | | |Dun M. Attard, |50 |10 - 20 | |Wardija | | | |Santa Marija, |32 |10 - 19 | |Msida | | | |Ċentru |16 |4 - 18 | |Speċjali, | | | |Sannat | | |", "STAFF COMPLEMENT", "25641.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istaff complement f'kull skola speċjali u jista l- Ministru jispeċifika l-gradi differenti tal-membri ta' l-istaff?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "BANK ĊENTRALI", "25642.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu il-bilanċi pendenti bejn il-Gvern u il-Bank Ċentrali fi tmien l-ewwel tliet xhur tas-sena tul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar ċar fid-domanda tiegħu.", "TREASURY CLEARANCE FUND", "25643.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'sar mit-treasury clearance fund minn tmiem Settembru sal- lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li statement tat- Treasury Clearance Fund għas-sena 2000 jinsab fid-dokument Annual Financial Statements 2000 - in terms of section 65 of the Financial Administration and Audit Act 1962, li ser jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra u jiġi ppublikat fil-jiem li ġejjin.", "BUSINESS PROMOTION ACT", "25644.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jitressqu il-legal notices relevanti biex il-business promotion act tkun tista' tiġi effettivament fis- seħħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li meta l-Business Promotion Act (BPA) ġiet diskussa fil-Parlament, tqassam ukoll abbozz ta' l-avviż legali li għandu jistabbilixxi fid-dettal il-pakkett ġdid ta' inċentivi għall- iżvilupp industrijali.", "Minn dakinhar ma kienx hemm bidliet ta' sustanza fil-ħsieb dwar l-inċentivi proposti f'dak l-abbozz, pero' l-proċess biex dawn il-provvedimenti jiġu finalizzati fid-dettal u bl-użu tat-terminoloġija legali meħtieġa, ħa aktar żmien milli oriġinarjament kien antiċipat.", "Dan il-proċess dalwaqt jitlesta u fi żmien qasir mistenni jiġi ppubblikat l-avviż legali relattiv.", "Iż-żmien li għadda minn mindu sar id-dibattitu fil-Parlament dwar il- Business Promotion Act intuża' b'mod produttiv billi nżammu diversi seminars dwar l-inċentivi ġodda.", "Dawn is-seminars, intiżi għall- industrijalisti u għall-kumplament tal-komunita' kummerċjali, ġew organizzati kemm mill-M.D.C. u mill-M.E.T.C.O. kif ukoll mis-settur privat.", "ACTION PLAN", "25645.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi f'Kapitlu 4 tan-negozjati mal-UE dwar free movement of capital jingħad li \"The State Will Relinquish, by the date of accession, special rights in both already privatised companies as well as in companies that are to be privatised in future\" jista' l-Ministru jgħati aktar dettalji dwar l-action plan li għandu l-Gvern f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il- mistoqsija lill-E.U. Directorate li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "MFSC", "25646.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kien hemm xi żviluppi dan l-aħħar biex il-MFSC issir is-sole regulator fil-qasam finanzjarju kif kien originarjament ħaseb li jagħmel dal Gvern sa mis-sena 1994 - kontra il-parir tal-IMF.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru laqgħat bejn l-entitajiet konċernati biex jiġi stabbilit il-pjan u l- programm ta' trasferiment tal-funzjoni ta' superviżjoni mill-Bank Ċentrali għall-MFSC, li kif qal l-Onorevoli Membru ila ppjanata mis-sena 1994.", "Ma jirriżultalix li l-IMF taw xi pariri kuntrarji.", "Ta' min jgħid li dan hu proċess li sar u qed isir fil-pajjiżi b'setturi finanzjarji żviluppati.", "KONTROLL TAL-KAMBJU", "25647.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma li minkejja l-liberalizzazzjoni sħiħa li mistennija jkun hemm fil-qasam tal-kontroll tal-kambju il-Gvern biħsiebu jemeda l-liġi b'mod li jkun jista' jilqa xi kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti li tista' tiżviluppa fil-ġejjieni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda proċess ta' liberalizzazzjoni ma hu assolut.", "Għalhekk, bħala parti mill-proċess tat- tneħijja tal-kontrolli minn fuq il-kambju, qed jiġi mistħarreġ kif tista' tinbidel il-liġi sabiex jiddaħħlu miżuri li jkunu jistgħu jittieħdu f'każ ta' kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti.", "INTERPOL", "25658.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena min huma l-persuni rrapurtati nieqsa mill-pajjiż ħareġ avviz dwarhom permezz tal-Interpol?", "Meta dawn il- persuni kienu rrapurtati nieqsa?", "Hemm persuni li kienu rrapurtati nieqsa li nstabu?", "Fejn instabu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant mhux disponibbli.", "OMIĊIDJU VOLONTARJU", "25659.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena, kemm-il omiċidju volontarju seħħ f'Malta u Għawdex?", "Min huma l-vittmi?", "Min kienet jew kienu l-persuni akkużati b'dawn l-omiċidji?", "Meta kienu akkużati fil-qorti?", "Liema każijiet għadhom mhux solvuti mill-pulizija?", "Jekk persuna kienet akkużata fil-qorti dwar l-omiċidju volontarju x'kien l-eżitu tal-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "HOLD UPS", "25660.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena liema kienu s-serqiet bil- vjolenza (hold ups) li l-ammont tal-valur misruq kien ilaħħaq aktar minn Lm 25,000?", "Fejn saru dwar is-serqiet?", "Meta saru?", "Jekk il-każ kien solvut mill- pulizija, meta persuna jew persuni tressqu quddiem il-qorti?", "X'kienu l- eżita tal-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.", "BIGAMIJA", "25661.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħidx'passi ittieħdu kontra l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament inkonnessjoni ma' bigamija ma' ċittadina Griega?", "X'kien l- eżitu fil-qorti dwar il-każ?", "U x'passi ttieħdu wara deċiżjonijiet tal-qorti tal-appell kriminali inkonnessjoni ma' dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kaz gie deciz fis-6 t'April, 1996 mill-Qorti tal- Magistrati; l-akkuzat gie kundannat sentejn habs, izda appella.", "Il-Qorti ta' l-Appell hassret is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti, u baghtet il-kaz lura lill-Qorti tal-Magistrati bil-kondizzjoni li jinfethu proceduri civili.", "Dawn il-proceduri inbdew u meta dawn il-proceduri civili jintemmu, ikun jista' jitkompla l-kaz kriminali.", "ESTRADIZZJONI", "25662.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi Malta għandha trattat dwar estradizzjoni?", "Meta kien iffirmat dan it-trattat?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNDANNATI", "25663.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena min kienu l-persuni ikkundannati barra minn Malta u kienu trasferiti biex ikomplu s-sentenza tagħhom f'Malta?", "Meta nqata' l-każ kontrihom barra minn Malta u x'kienet il- piena.", "Meta waslu Malta?", "Kemm kien baqalhom biex jiskontaw mill-piena tagħhom fil-ħabs ta' Malta?", "Meta ħarġu lura fis-soċjeta mill-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fl-ahhar hamsa u ghoxrin sena kien hemm tmien 8 persuni li kienu kkundanati barra minn Malta li kienu trasferiti biex jkomplu jiskontaw is-sentenza taghhom f'Malta.", "It-taghrif mitlub dwarhom hu kif gej:-", "|Isem |Piena |Data |Trasfe|Kumplame|Rilaxx| | | | |riti |nt |ati | | | | | | | | |J. |Sena u 4 |22/6/93|8/12/9|48 jum |25/1/9| |Debattis|xhur | |3 | |4 | |ta | | | | | | |L. |Sentejn u |18/11/8|23/6/8|414-il |27/7/8| |Attard |9 xhur |2 |3 |jum |3* | |T.Attard|Sentejn u |18/11/8|23/6/8|414-il |27/7/8| | |9 xhur |2 |3 |jum |3* | |A. |Sentejn u |18/11/8|23/6/8|414-il |27/7/8| |Bartolo |9 xhur |2 |3 |jum |3* | |R. |Sentejn u |18/11/8|23/6/8|414-il |27/7/8| |Sullivan|9 xhur |2 |3 |jum |3* | |V. |Sentejn u |18/11/8|23/6/8|414-il |27/7/8| |Farrugia|9 xhur |2 |3 |jum |3* | |S. |Sentejn u |18/11/8|23/6/8|414-il |27/7/8| |Mercieca|9 xhur |2 |3 |jum |3* | |A. Borg |18-il |17/3/83|23/6/8|269-il |27/7/8| | |xahar | |3 |jum |3* |", "* Rilaxxati qabel it-terminu tas-sentenza wara li nghataw amnestija mill- Gvern Libjan.", "BOREHOLES", "25671.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' ilma li hu kklakulat li jiġi ippumpjat kull sena min boreholes privati kollha, inkluż dawk imħafrin illegalment?", "Għal kemm jammonta t-telf ta' revenue tal-KSi minħabba dan l-aġir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li m'hemm l-ebda permess biex jinġibed ilma minn boreholes privati, anke jekk dawn ġew irreġistrati fl-1997.", "Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'għandha l- ebda figuri ta kemm qiegħed jiġi ppumpjat ilma kull sena mill-boreholes privati kollha, inklużi dawk illegali.", "Għaldaqstant il-Korporazzjoni ma tistax tkun taf kemm jammonta t-telf ta' revenue minħabba dan l-ippumpjar.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "25672.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapurtati inċidenti tat-traffiku madwar ir- roundabout tal-Kappara (fejn it-tankijiet tal-gas) minn Settembru 2000 sal- lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru 2000, u l- 11 ta' Mejju 2001, gew irrappurtati lill-Pulizija 74 l-incident stradali hdejn ir-roundabout li rrefera ghaliha l-Onorevoli Interpellant.", "KSI", "25674.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur ta' l-ilma li jintilef minħabba serq u leakages mis-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-ilma tat- tieni klassi ta' l-impjat tad-drenaġġ?", "X'inhu t-telf ta' revenue għal -KSI minħabba din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma għandiex informazzjoni dwar kemm huwa l-valur ta' l-ilma li jintilef b'riżultat ta' serq u leakages mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma tat-tieni klassi ta' l-impjanta tad-drenaġġ.", "Madanakollu, minn kalkoli li saru bejn dak li joħroġ mill-impjant u dak li qed jasal fil-ġibjuni biex imbagħad jiġi distribwit, jirriżulta li hemm partijiet mis-sistema fejn it-telf ilaħħaq il-ħamsa u sittin fil-mija.", "Ma' dan irid jiżdied it-telf ta' ilma li jirriżulta fil-parti tas-sistema bejn il-ġibjuni u l-għelieqi.", "Din il-parti tas-sistema hija magħmula minn kanali miftuħa li ħafna drabi jfuru.", "Din is-sitwazzjoni qed tiġi kkunsidrata fl-istess rapport li saret riferenza għalih fit-tweġiba għall- mistoqsija numru 25668 waqt is-", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET", "25676.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara għalfejn id-dipartiment tal-Mużewijiet mhux jattendi ħafna mil-laqgħat iffissati u mifthema minn qabel mal-PA fuq il-permess nru.", "7205/97 bil-konsegwenza li l-individwu daħal fi spejjeż kbar u għalissa ma jista' jsir xejn?", "Għax il-PA qed tgħid li ma tistax tiddeċiedi fuq dan il-permess minħabba li qed tistenna r-risposta tad-Dipatiment tal-Mużewijiet?", "Billi dan il-permess jikkonċerna restawr ta' Wilġa Battery ta' żmien il- Gwerra li qed taqa' ftit ftit u spiċċat anke qed tintuża minn terzi persuni għal ċerti abbuż għax ġieli instabu siringi fiha u billi s-sid irrid jiranġa din il-batterija u lest jintrabat li x-xogħol isir taħt is- dupervizzjoni tad-dipartiment tal-mużewijiet, possibli l-Ministru jintervjeni biex id-dipartiment tal-mużewijiet jikkopera u s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ir-rappreżentant tad-Dipartiment tal- Mużewijiet xhed quddiem dan il-Bord ta' l-Apelli tal-Awtorita` ta' l- Ippjanar darbtejn f'Frar u f'Settembru tal-2000 fuq il-każ tal-Batterija tal-Wilġa, Marsaxlokk PA 7205/97.", "F' każ wieħed biss ir-rappreżentant tal-Mużewijiet ma setgħax jattendi għas- seduta tal-Bord ta' l-Appelli – jiġifieri għas-seduta ta' l-4 ta' Mejju 2001.", "Din l-assenza kientet kaġunata minn impenji marbuta ma' l-emerġenza u r-restawr ta' l-iMnajdra.", "Ta' minn jinnota li fl-istess seduta tal-Bord tal-Appelli ta' l-4 ta' Mejju il-każ in kwistjoni ġie differit għal deċiżjoni.", "Jidher ċar li din l- assenza ta' l-4 ta' Mejju ma setgħetx titqies bħala kaġun ta' dewmien għad- deċiżjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-pożizzjoni negattiva tad-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar din l- applikazzjoni ġiet spjegata b' mod ċar kemm il-darba lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, kemm bil-miktub lid-Direttorat tal-Ippjanar kif wkoll fix-xhieda li saret darbtejn quddiem il-Bord ta' l-Appelli.", "Jien infurmat illi din id- deċiżjoni tad-Dipartiment tal-Mużewijiet hija finali.", "Din l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-Batterija tal-Wilġa, Marsaxlokk kienet fil-fatt ġiet irrifjutata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "L-art in kwistjoni hija propjeta' pubblika u l-applikant qed jipprova jakkwistha mill-Gvern għal skopijiet ta' żvilupp privat.", "Dan l-iżvilupp qed jissejjah 'restawr' mill-applikant.", "Id-Dipartiment tal-Mużewijiet - wara konsultazjonijiet ma' l-Unita` tar- Restawr tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet – oġġezzjona għad-definizzjoni ta' dan ix-xogħol bħala 'restawr'.", "Dak li qed jipproponi l-applikant huwa żvilupp u bini mill-ġdid li konsegwentement jinkludi l-qirda tar-rovini storiċi li baqa` minn din il-Batterija storika.", "Dan mhux biss ma jistax jitqies bħala restawr, iżda jammonta għal qirda ta' dan il-monument storiku u l-informazzjoni li għadha tista' tinqara minnu.", "PASS MALTIN", "25690.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25301 li oriġinarjament kienet lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid fejn jistgħu jittrakkaw sabiex jgħabbu t-turisti, d-dgħajjes tal-Pass Maltin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Numru 25689.", "WSC", "25691.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni x'inhi r-raġuni għaliex żewġ anzjani li joqgħodu f'appartament f'Bormla u li għandhom account no. 690445700-8 tad-dawl u ilma, irċevew kont ta' Lm 114 ilma għal perjodu ta' 3 xhur bejn 2 Mejju 2000 sa 29 Awissu 2000 u Lm 101 għal 4 xhur bejn 29 Awissu 2000 sa 4 ta' Jannar 2001 peress li dan l-ammont hu esaġerat għal żewġ anzjani u allura żgur li hemm xi ħaġa mhux regolari", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "KOTTONERA", "25692.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li t-tfal tal-Kottonera li jattendu l-iskola Ġuże D'Amato, isirilhom xi mezz ta' trasport lejn l-iskola u lura d-dar?", "Kemm hu n-numru ta' studenti mill-lokalitajiet tal-Kottonera, lokal b' lokal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li żewġt itfal minn Bormla jattendu l-iskola sekondarja Ġuże` D'Amato tar-Raħal il-Ġdid.", "Huma qegħdin jattendu barra mill-catchment area tagħhom fuq talba tal-ġenituri.", "Meta saret din il-konċessjoni ġew infurmati li qed jingħatalhom dan il- permess fuq il-kundizzjoni li t-trasport ikun responsabbilta` tagħhom.", "Minkejja dan iżda, dawn it-tfal ġew provduti b'pass għal tariffi mraħħsa fuq il-karozzi tal-linja, u l-flus li jonfqu jiġu mħallsa lura lill- ġenituri mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "INVESTIGAZZJONIJIET", "25693.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti li nstabu xi armi tan-nar waqt logħob tal-football?", "Jista' jgħid x'logħba kienet qed tintlagħab u jekk sarux rapporti u allura aktar investigazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000, u t-30 ta` April 2001, instabet arma waħda.", "Dan kien nhar il-11 ta` Frar 2001 waqt logħba li kienet qed tintlagħab fil-ground tal-Mosta bejn is-St.", "George`s u San Ġwann.", "Ta` min jgħid li din l-arma (senter) instabet ġo vettura li kienet ipparkjata viċin l-istess ground.", "Sid din il-karozza ser jitressaq il-Qorti.", "EMPLOYMENT COMMISSION", "25694.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet li l-employment commission għandha quddiemha?", "Jista' jgħid kemm kien hemm każi s-sena l-oħra, kemm inqatgħu u kif inqatgħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.", "ENEMALTA", "25695.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bozza li hemm fuq il-bieb 107, Triq P.P. Caruana.", "Bormla, għaliex minkejja li persuni tal-Enemalta marru fuq il-post, għadha ma tixgħalx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PA", "25716.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra sid ta' l-art li hemm fi Triq il-Gradilja c/w Triq il-Pitkali f'Ħ'Attard peress li jidher li qiegħed jikser il-kundizzjonijiet tal-permess ta' l- iżvilupp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 95/01, datat 31 ta` Jannar 2001, talli sar żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti fi twaqqiegħ ta` kamra u bini ta` kamra akbar u 'boundary wall' għoli aktar minn kif approvat fil-permess PA 6988/97.", "Billi ma saret l-ebda applikazzjoni sanatorja jew appell mill-Avviż ta` Twettieq, il-file relatat ġie riferut għall-azzjoni diretta.", "REĠISTRAZZJONI TAR-RABA", "25717.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tar-raba?", "Meta hu previst li jintemm dan ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-applikazzjonijiet ghar-registrazzjoni tar-raba, li kif jaf l-Onor.", "Membru jlahqu aktar minn hdax-il elf, tqassmu skond il- lokalitajiet u beda x-xoghol fuq id-digitising u d-data entry.", "Malli tkun lesta l-ewwel lokalita', l-informazzjoni tohrog ghall-public screening kif avzat aktar qabel.", "Mhux possibli f'dan l-istadju li jigi previst meta ser jitlesta x-xoghol kollu.", "ILMA", "25718.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-konsum ta' l-ilma fil-lukandi matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, jekk hu possibli kull kategorija ta' lukanda separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul is-sena 2000 il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bagħtet kontijiet għal konsum ta' 1,409,670 metri kubi ilma fil-lukandi.", "Il-Korporazzjoni ma żżommx rekord dwar il-kategorija tal-lukandi.", "AL ZABI", "25772.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-ħarba ta' Al Zabi?", "F'hiex waslu l-investigazjonijiet tal-Pulizija?", "Jista' jgħid hux minnu li dan jinsab ġo l-Italja?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'ghandi xejn x'inzid mat-twegiba li jien tajt ghall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 9873.", "PULIZIJA", "25773.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħa l-Kap tal-Pulizija kontra diversi sidien ta' ħwienet li qiegħdin jingumbraw Triq ix-Xatt, l-Msida (faċċata tal-Monument tal-Ħaddiema)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi s-sidien tal-hwienet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, gew imtella quddiem il-Qorti diversi drabi.", "Il-pulizija ser tkompli tara li ma jkunx hemm ksur ta' ligi.", "ECG SECTION", "25774.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ma' l-ECG Section f'St Vincent de Paule tintbagħat taħdem nurse mara minħabba l-pazjenti nisa li qed jiddejjqu li jieħdu servizz min- nurse raġel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-suġġeriment ta' l-Onor Interpellant ser jiġi kkunsidrat fid-dawl tar-riżorsi disponibbli meta tiġi rimpjazzata n-nurse li kienet taħdem fil-post indikat u li rtirat dan l-aħħar bl-eta'.", "CRASH BARRIER", "25775.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir xi tip ta' crash barrier bħala safeguard fuq il-parti ta' barra taċ-ċint li jifred Imdin Road, Ħal Qormi, minn Guże Duca Street, Ħal Qormi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol imsemmi ser isir max-xogħol l-ieħor li għaddej għall-bini tal-bankini.", "TIME OFF", "25776.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li dawk li ħadmu fil-ħin tax-xogħol tagħhom fil-ġurnata ta' l-elezzjonijiet lokali se jingħataw s-siegħat li ħadmu bħala time off in lieu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor Interpellanti qed tirreferi għall- impjegati tal-Gvern, nitlobha tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru.", "ST VINCENT DE PAULE", "25777.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l- complement stabbilit għal St Vincent de Paule?", "Kemm hemm ħaddiema nieqsa u f'liema kategoriji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor Interpellanti biex tispeċifika għal liema kategorija ta' staff qed tirreferi.", "AIR MALTA", "25778.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew impjegati ma' l-Air Malta bħala cleaners u min fejn huma matul dawn l-aħħar ġimgħat?", "Kien hemm minn għadda mill-interview, ngħata r-roaster u l-uniformi iżda imbagħad ma ġiex ingaġġat?", "Kemm kien hemm minn dawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ġew impjegati bħala cleaners ma' l-Air Malta kien ta' mija wieħed u tletin.", "Ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l-ismijiet ta' dawn il-persuni li ġejjin minn diversi lokalitajiet ta' Malta.", "Jiena nfurmat ukoll li peress li tnejn minn dawn il-persuni ma ġewx mogħtija pass mill-Office Manager Airport Secuirty, l-impjieg tagħhom kellu jiġi terminat.", "Dan kien applikat skond il-kundizzjonijiet li kellhom fl- ittra tal-ħatra li kienu ingħataw.", "SLEEPING POLICEMAN", "25779.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru s-sleeping policeman fi Triq Ġuże Duca f'Ħal Qormi li kienu jeżistu qabel ma saret it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma kien hemm ebda sleeping policeman fil-parti ta' Triq Guże Duca li hija triq arterjali.", "Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali u lid- Dipartiment tat-Toroq biex jiġu restitwiti s-sleeping policeman li kien hemm fuq is-service road biswit din it-triq hekk kif ix-xogħolijiet li qed isiru fuq dawn it-toroq jitlestew."]} {"filename": "20011210_665d_par.doc", "date": "2001-12-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 665 It-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 665", "It-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "665", "It-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 151", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 151", "TQEGĦID TA' KARTI 157", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "L-GĦAXAR JUM STABBILIT", "MINISTERU TAT-TURIŻMU 158", "AĠĠORNAMENT 185", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 186", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 664 li saret fis-7 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "MOBILE PHONES", "30140.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta' mobile phones fil-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-ispiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-intern): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l- artijiet investigax is-sitwazzjoni li qed tkun ta' detriment għall-bdiewa?", "Qed nirriferi għal dik l-art li minħabba problemi ta' wirt tkun ġiet abbandunata u tħalliet tinqered.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Onor.", "Interpellant jgħidli jekk huwiex qed jirriferi għal xi każ speċifiku?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien kont qed nirriferi għall-każ li ġara riċentement fl-inħawi ta' l-Aħrax tal-Mellieħa pero` hemm diversi ċirkostanzi simili li qed joriġinaw minħabba dan ir-rigward.", "Hemm ħafna bdiewa li ma jkunux jistgħu jaħdmu r-raba' tagħhom minħabba kwestjonijiet ta' wirt u allura jiġi dikjarat - anke mill-istess dipartiment ta' l- artijiet – li dik ir-raba' m'hijiex maħduma u mbagħad titħalla tintuża għal skopijiet oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-liġi tal-kirjiet tal-raba' hija regolata mill-kapitlu li hemm fil-Liġijiet ta' Malta u din bl-ebda mod ma tgħidlek li jekk imut xi ħadd, ir-raba' ma tistax tkompli tinħadem, anzi ssemmi min huma dawk il-persuni li għandhom dan it-titolu.", "Jiġifieri jekk imut il- kerrej, tkompli l-armla jew id-dixxendent tiegħu – li jrid ikun jew it- tifel jew it-tfal tat-tfal li kienu qed jaħdmu r-raba' mal-kerrej li fuqu kienet il-qbiela jew kienu jgħixu fl-istess dar miegħu – u allura mhux suppost qatt ikun hemm dan il-vojt.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet, anke nies li ma kenux jidħlu f'din id- definizzjoni tħallihom jaħdmu r-raba' għal żmien twil taħt amministrazzjonijiet differenti u allura ma nara l-ebda raġuni għalfejn raba' għandha ma tinħadimx minħabba wirt.", "Anzi l-liġi tagħti dritt lil dawk li jkunu dixxendenti tal-kerrej li miegħu kienu qed jaħdmu r-raba'.", "Issa jekk ma jkun hemm ħadd li qed jaħdem ir-raba' fil-mument li dan imut, allura hemm lista sħiħa fil-liġi ta' l-1967 li turi min għandu jiritha.", "Forsi l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal meta jkun hemm l-aħwa miġġieldin bejniethom u allura ħadd minnhom ma jkun qed jaħdimha.", "Imma l-fatt li d- dipartiment għadu ma rrikonoxxiex lil min huwa ntitolat biex jaħdem dik ir- raba' ma jfissirx li dak li huwa ntitolat m'għandux dritt jaħdimha għax imbagħad meta jiġi rikonoxxut jiġi rikonoxxut b'lura wkoll.", "Il-liġi hija ċara u tgħid li mill-mument tal-mewt ta' dak li jkun, it- titolu jgħaddi fuq ħaddieħor.", "Pero' jekk id-dipartiment irid ikun serju irid jipproċessa d-dokumenti, isib it-testmenti u jġib prova li dak huwa t- tifel ta' dak li miet.", "U naturalment dan il-proċess jieħu ċertu żmien pero' dan ma jfissirx li dik il-persuna m'għandhiex dritt taħdem dik ir-raba'.", "Jista' jkun li qed nirriferu għal nies oħrajn li huma membri tal-familja imma skond il-liġi ma jitqisux li jirtu l-kirja, bħan-neputi tal-kerrej, li fil-każ li s-sid huwa l-privat żgur li m'huwiex se jirrikonoxxih.", "Imma l- gvern bl-iskema li ħareġ is-sena li għaddiet u li għalqet fi Frar ta' din is-sena, iddeċieda li anke dawk li bil-liġi tal-qbiela m'humiex intitolati li tiġi trasferita lilhom il-qbiela, għandhom japplikaw biex il-qbiela ddur fuqhom ukoll.", "Fil-fatt kien hemm madwar 10,000 ruħ li applikaw.", "Mela għalija fuq dik m'hemmx problema.", "Issa jekk fl-interess pubbliku jkun se jsir xi proġett partikolari tal- gvern, il-kirja tiġi terminata u dan huwa provdut anke fil-liġi stess.", "Wara kollox hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq proprjeta` li hija tal-gvern u mhux tal-bdiewa, fejn il-bdiewa għandhom titolu ta' kera fuq dak il-post.", "Kien hemm ħafna każijiet simili fejn meta kien se jinbena sptar, meta kienet se tinfetaħ triq jew kien hemm xi raġuni oħra, il-gvern tal-ġurnata ddeċida li jittermina t-titolu ta' qbiela.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma fid-dawl tal-fatti kif ġraw u cioe` li kien hemm raba' saqwi magħrufa minn ġenerazzjoni għal oħra u nqerdet, f'dawn iċ- ċirkostanzi d-dipartiment ma jikkonsidrax li għandu jsir sforz biex din it- tip ta' raba' tiġi protetta?", "Qed ngħid hekk mhux bil-għan li ma jsirux dawn il-proġetti imma li ma jinqeridx ir-raba', kif fil-fatt irriżulta li ġara u li m'għandix dubju li l-ministru huwa nformat dwarha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt naf li l-Onor.", "Interpellant kemm-il darba għamel domandi f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk għandna kwestjoni ta' camping site.", "Taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm tentattivi - li aħna komplejnihom għax huma fid-direzzjoni t-tajba - biex tingħata art tal- gvern lil persuna partikolari sabiex tiżviluppaha bħala camping site.", "Jien qrajt fil-gazzetti dwar kif din il-persuna bdiet il-pjan biex din l-art, li kienet kompletament abbandunata u anke kien jintefa' l-iskart tal-bini fuqha, jiżviluppaha ħalli n-nies ikollhom post partikolari fejn jagħmlu camping.", "Din bdiet taħt l-amministrazzjoni Laburista, kompliet taħt din l- amministrazzjoni, kien hemm proċess twil sakemm ħareġ il-permess mill- Awtorita` ta' l-Ippjanar u issa din l-area ġiet definita kemm mill- Awtorita` ta' l-Ippjanar kif ukoll mil-Land Department.", "Qamet kwestjoni jekk hemmhekk hux qed jinħadem jew le pero` it-tender ħarġet, ġiet awarded u kollox sar b'mod pubbliku.", "Issa min għandu t-tender f'idejh għandu dritt jokkupa dik l-art b'kera u l-gvern irid jesegwixxi l-obbligi kontrattwali tiegħu, li jagħmel camping site hemmhekk.", "Nerġa' ngħid li dan il-ħsieb kien ilu ġej u saret ħafna pressure mill-gazzetti biex ikun hemm dan l- official camping site.", "Issa nisperaw li dan isir sabiex in-nies ikollhom fejn imorru u mhux jagħmlu camping kif ġie ġie.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ħadd m'hu qed jiddikjara kontra l- ispirtu u l-iskop li jiġu żviluppati camping sites imma jista' l-Ministru jikkonsidra li ċirkostanzi bħal dawn almenu jekk ma jiġux investigati jiġu evalwati aktar bir-reqqa biex ma tkompliex tinqered bla bżonn ir-raba' saqwi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, m'hemm l-ebda intenzjoni, la daparti tal- Land Department u lanqas ta' ħadd, li r-raba' saqwi jinqered iżda f'dan il- każ partikolari saru diversi dikjarazzjonijiet mid-dipartiment ta' l- artijiet li għal xi raġuni jew oħra fil-mument li saru l-pjanti ma kienx hemm din ir-raba' maħduma.", "Fil-fatt naf li anke l-Awtorita` ta' l-Ippjanar hija fitta fuq dawn l-affarijiet u huwa diffiċli għaliha li tagħti permess biex isiru proġetti simili fuq raba' saqwi.", "Filwaqt li m'iniex ngħid li dan il-permess qatt ma jista' jingħata, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li r-regola hi li kemm jista' jkun ir-raba' saqwi jibqa' għal skop agrikolu, jiġifieri bl-ebda mod m'hemm xi policy min-naħa tal-lands li ma tagħtix kas ta' dawn l-affarijiet.", "MOBILE PHONES", "30141.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad- Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li l-ispiża kienet tammonta: 1997 Lm7027.41 1998 Lm8399.17 1999 Lm7879.40 2000 Lm10857.74 2001 (sa Novembru) Lm7035.37", "MOBILE PHONES", "30142.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta' mobile phones fil- ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-ispiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab infurmat li l-ispiża fuq telephones ċellulari wżati fil-ministeru u d-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, sena b'sena bejn l-1997 u l-2000, hija kif ġej:", "1997 Lm3,836 1998 Lm1,725 1999 Lm8,561 2000 Lm1,810", "MOBILE PHONES", "30143.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta' mobile phones fil-ministeru u fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-ispiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:", "1997 Lm 8,125.", "1998 Lm 7,367.", "1999 Lm10,175.", "2000 Lm16,846.", "2001.", "Lm10,114.25.", "(Bejn Jannar u Settembru)", "(Il-kontijiet ta' Ottubru u Novembru qegħdin jinħadmu).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li fil-budget tħabbar li se jsiru proġetti ta' landscaping tal-pajsaġġ, jista' l-Ministru jagħti ftit dettalji dwar kif se jiġu kkordinati l-ħaddiema li se jkunu nvoluti f'dawn il-proġetti?", "Saru diskussjonijiet mal-unions qabel il-gvern fassal dawn il-proġetti u juża lill-ħaddiema f'dan ix-xogħol ġdid li hu previst għas-sena d-dieħla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, il-proġett ta' landscaping li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa kkoordinat mill- ministeru għall-agrikoltura u naħseb li d-domanda trid issir lilu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-ministru jagħti daqsxejn feedback jekk sarux laqgħat inter-ministerjali bejn id-dipartiment ta' l-agrikoltura u ż- żewġ ministri partikolari bil-għan li l-iskop jintlaħaq bl-aktar mod sostenibbli u forsi mingħajr diffikultajiet li normalment proġetti ta' din ix-xorta jġibu magħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nista' ngħid li kien hemm diskussjoni ġenerali bejni u bejn il-ministru għall-agrikoltura.", "S'issa kien hemm is-sejħa għal min jesprimi interess għax l-iskop tal-ministeru għall-ambjent hu – mhux biss f'dan il-proġett – li jinvolvi interess mis- settur privat, għal dak li jista' jkun finanzjament, għal kunċetti ta' tmexxija, għall-idea li wieħed jiġbor ir-riżorsi aktar flimkien u li ħaddiema tal-gvern jistgħu jkunu allokati fuq proġetti bħal dawn bis- salvagwardji kollha meħtieġa, speċjalment għas-safety tagħhom.", "Naħseb li dan is-suġġett għandu jkun diskuss b'mod aktar speċifiku u huwa ndikat bħala li jaqa' taħt l-iskema ta' public/private partnership.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta saru dawn il-laqgħat li qiegħed jirriferi għalihom il-Ministru, ġew identifikati xi sites?", "Fil-każ jista' jagħti ħjiel liema huma dawn is-siti fejn se jsiru dawn il-proġetti u min għandu pussess li jagħmel użu minn din it-tip ta' art?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-laqgħat miegħi kienu fuq livell konċentwali u jirrigwardjaw siti speċifiċi.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda bil-miktub biex inkun nista' nirrispondih.", "MOBILE PHONES", "30144.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta' mobile phones fil-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-ispiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "IMPORTAZZJONI TA' ĦALIB FRISK", "30160.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li f'mistoqsija parlamentari nru.", "29866 l-informazzjoni mogħtija hija globali, jista' l-Ministru ġentilment jwieġeb u jipprovdi d-dettalji tal-mistoqsija parlamentari nru.", "29957?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "30130 f'seduta 663.", "TRANSFERIMENT TA' ART", "30299.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba parlamentari mogħtija fl-14 ta' Lulju, 1999 għall-interpellanza 8356, jista' jgħid lil liema għaqdiet imsemmija sar it-trasferiment ta' art u faċilitajiet tal- gvern u lil liema għaqdiet ma sarx u għaliex?", "Dawn għallinqas jistgħu jkunu assigurati mill-użu ta' l-art jew il-faċilita` li qed jużaw illum?", "Hemm għaqdiet sportivi oħra li se jsirilhom transferiment ta' art u faċilitajiet u min huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru għas-Saħħa) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni): L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: Onor. Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li din il-mistoqsija titqajjem regolarment mill-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-file għandux indikazzjonijiet meta l-gvern se jimplimenta dawn it-trasferimenti tal-faċilitajiet ta' l-art tal-gvern lill-għaqdiet, f'dan il-każ sportivi u kulturali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini imma fil-file m'għandix id-dettalji li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant u għalhekk se ngħaddi din id-domanda lill-Ministru inkarigat.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR", "30300.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi prijorita` qed jagħti d-dipartiment tat-toroq lill-bini ta' Triq il-Palazz l-Aħmar f'Santa Venera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li d-dipartiment tat-toroq qed jaħdem biex tinstab soluzzjoni għall-problema li joħloq l-ilma tax-xita li jinġabar f'din it-triq u li trid tiġi risolta biex it-triq tkun tista' tinbena mill- ġdid.", "Tlesta survey ta' din iż-żona u qegħdin isiru pjanti biex jinbena ġibjun faċċata ta' Triq il-Batterija u meta jinbena dan il-ġibjun, Triq il-Palazz l-Aħmar tkun tista' tinbena mill-ġdid.", "FGURA - TRIQ SANT'ANTNIN", "30314.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għad-domanda parlamentari nru.", "29752 dwar Triq Sant'Antnin fil-Fgura, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'irriżulta lid-dipartiment li hemm bżonn li jsir u meta dan jista' jsir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mill-informazzjoni li ġabar id-dipartiment jirriżulta li Triq Sant'Antnin innifisha m'għandhiex bżonn tiġi resurfaced.", "Hemm wesgħa li tmiss ma Triq Sant'Antnin u Triq W. Levanzin, li l-art tagħha trid tiġi esproprjata biex ikun jista' jsir żvilupp fil-pjazza.", "Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment biex dan ix-xogħol ta' esproprjazzjoni jkun jista' jibda.", "BERĠA TAL-BIRGU", "30315.", "L-ONOR.", "ATNHONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għad-domanda parlamentari nru.", "3539, jista' l-Ministru jara li jsir xogħol ta' manutenzjoni esterna billi l- imsemmija berġa tal-Birgu tista' tagħti l-impressjoni li hija abbandunata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-manutenzjoni ssir fil-bereġ kollha b'mod regolari.", "Peress li l-post imsemmi hu antik ħafna, umduż u l- ġebla hija mielħa, ix-xogħol li qed isir fuq dan il-post iservi biss għal ftit xhur.", "L-aħjar soluzzjoni tkun li għall-berġa jinstab post ieħor ġdid flok dak eżistenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li sfortunatament iċ-ċentri tas-saħħa m'għadhomx jestendu s-servizz tagħhom fuq bażi ta' 24 siegħa, jista' l- Ministru jgħid jekk l-andament ta' dawn il-laqgħat huwiex se jkun trattat b'aktar għaġla bil-għan li forsi s-sena d-dieħla dawn is-servizzi jerġgħu jibdew jingħataw lura lill-komunitajiet, partikolarment ta' Bormla, Ħal Qormi u r-Rabat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, saru kontro-proposti min-naħa tad-diviżjoni tas-saħħa li qed jiġu evalwati minn grupp ta' tobba li xtaqu jifformaw il-koperattiva u qegħdin nagħmlu minn kollox biex inkunu nistgħu naslu għall-konklużjoni dwar din il- problema.", "SKOLA GIROLAMO CASSAR", "30316.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 1000, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm attendew studenti fl- iskola Girolamo Cassar fis-sena 1999, 2000 u 2001 u jekk huwiex possibbli jiġi ndikat kemm minnhom ġew offruti xogħol mal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-istudenti li attendew l-iskola tal-Bini Ġirolamo Cassar fis-sena 1999, 2000 u 2001 kienu:", "Sekondarji ESTS 1998/1999 82 1 1999/2000 66 1 2000/2001 71 Nil", "Minn Settembru ta' 2001 l-iskola Ġirolamo Cassar ġiet amalgamata ma' l- iskola Kurunell Manche` u hemm 22 student fl-ewwel sena u 31 fit-tieni sena.", "L-istudenti li kienu jattendu l-iskola Ġirolamo Cassar huma taħt is-16-il sena u għalhekk ma jingħatawx xogħol.", "LOWER ST.", "ELMO", "30317.", "L-ONOR.", "TONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 15283, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol sar fuq Lower St. Elmo, il-Belt u x'hemm ippjanat għall-futur?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li ftit taż-żmien ilu sar xogħol ta' tindif f'Lower St. Elmo bl- għajnuna ta' diversi dipartimenti oħra tal-gvern u għaqdiet volontarji.", "Ninsab informat ukoll li peress li l-pjanijiet għall-futur ta' din il-parti tal-fortizza jiddependu fuq il-bini tal-propost villaġġ tal-Karnival, biex allura dan il-post ikun jista' jiġi vakant, m'huwiex possibbli li tingħata risposta minn issa għat-tieni parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant.", "IMDINA - PALAZZ TA' VILHENA", "30318.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 11595, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar ix-xogħol li sar fil-palazz ta' Vilhena fl-Imdina fis-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm intnefqu flus?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li d-dipartiment tal-mużewijiet ma kienx involut fix-xogħol ta' restawr ġewwa l-Palazz ta' Vilhena.", "Dan ix-xogħol kienu qegħdin jieħdu ħsiebu l-Imdina Rehabilitation Project u r-Restoration Unit tal-Minsteru għall-Ambjent.", "KOTTONERA - KAPPELLA", "30319.", "L-ONOR.", "ATNHONY ABELA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 29750, jista' l-Ministru jara jekk il-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors tistax tgħaddi f'idejn l-Awtorita tat-Turiżmu sabiex issir post ta' informazzjoni għat-turisti li fil-Kottonera qegħdin il-ħin kollu jiżdiedu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se nitlob lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex jikkonsidra l-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant.", "PLANNING AUTHORITY - APPLIKAZZJONI", "30326.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija numru 30202, jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' l-applikazzjoni li saret lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar l-iżvilupp ta' Dock No. 1?", "Minn min saret l-applikazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li n-numru ta' l-applikazzjoni kienet PA 3428/2001 u l-applikant kien is-Sur John Cassar White, Chairman Malta Drydocks.", "CREMATION - PJANIJIET", "30329.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi pjani dwar l-introduzzjoni tal-cremation?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-dipartiment tas-saħħa pubblika m'għandux il-ħsieb li jibni xi crematorium.", "Madankollu, dan id-dipartiment diġa` qed jaħseb li meta jiġi estiż iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, titħalla żona apposta għal twaqqif ta' crematorium, għall-eventwalita` li jkun hemm xi interess mill-privat.", "Qabel wasalna għal din il-konklużjoni ħadna l- parir ta' l-Awtoritajiet Ekklesjastiċi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar spiża fuq mobile phones użati fil-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi bejn l-1997 u l- 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "L-GĦAXAR JUM STABBILIT", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru 2001, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru għat-Turiżmu ̧ jekk jogħġbu ̧ iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Sur President ̧ nipproponi:", "VOT 32 - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,694,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 32 - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT VI - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 9,248,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, se nipproponi illi:", "VOT 32 – MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Personal Emoluments", "Item 11 Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm13,769\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm13,768\".", "Delete the figure \"Lm13,769\" and substitute therefor the figure \"Lm 13,768\".", "Sur President, reġgħet għaddiet sena oħra u qed nerġgħu niddiskutu l-voti tat-turiżmu.", "Jien nixtieq nibda billi mmur lura għas-sena li għaddiet.", "Nhar is-Sibt kont qed naqra l-editorjal tal-ġurnal \"The Times\" u dan kien qed jirriferi għad-diskors li kien qed għamel il-ministru fl-annual general meeting ta' l-MHRA.", "Skond dan l-editorjal ̧ il-ministru kien qed jassigura lil kulħadd li dan il-budget se jkun l-ispringboard for recovery tas-settur turistiku.", "Ingħad li jekk dan imur żmerċ, kliem il-ministru żgur li mhux se jintesa.", "Donnu li dan il-ġurnal mhux qed jafda dak li qed jikteb huwa stess u forsi hawnhekk għandu raġun.", "Qed ngħid hekk għax jekk wieħed ifakkar x'ġara s-sena l-oħra, meta l-ministru kien qed igħid li l- industrija tat-turiżmu laħqet il-quċċati bħal qatt qabel u li konna lħaqna records ġodda ̧ fil-fatt spiċċajna f'sitwazzjoni fejn fis-sena 2000 il- bednights kienu niżlu b'xi 11% ̧ ir-revenue naqas b'1% u l-cruise passengers naqsu b'9%.", "Fil-fatt wara tliet snin ta' żidiet konna erġajna qbadna n- niżla u sfortunatament – din mhux għal xi propaganda – kompla għaddejjin f'din it-triq anke din is-sena.", "Nisperaw li l-pronostiku tal-ministru din is-sena jkun aħjar minn dak tas-sena li għaddiet.", "Jien qed insemmi dan kollu għax is-sena l-oħra konna ddiskutejna sa Settembru u mhux is-sena sħiħa sa l-aħħar ta' Diċembru.", "Sur President ̧ iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuq l-importanza tat-turiżmu u naħseb li ma nkunu qed ngħidu xejn ġdid meta nfakkru li dan is-settur huwa importanti ħafna għal dawk li huma impjiegi, għal dawk li huma foreign exchange earnings u għal dak li huwa tax source għall-gvern bħala settur li jagħti ħafna openings għal investiment mhux biss barrani imma aktar u aktar lokali.", "Wieħed irid ifakkar li kważi l-investiment f'dan is-settur huwa kollu investiment tal-Maltin.", "Dan huwa mportanti wkoll minħabba l- multiplier effect fuq l-ekonomija tagħna u l-linkages ma' setturi oħrajn bħar-retailing ̧ trasport u manifattura.", "Sur President ̧ jien se nsemmi xi figuri biex nuri li għalina l-qasam tat- turiżmu huwa ħafna aktar importanti milli huwa għal pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju ̧ jekk inħarsu lejn il-persentaġġ tal-GDP li għandu t-turiżmu bħala medja fl-Unjoni Ewropea nsibu li hemmhekk dan il-qasam jikkontribwixxi għal madwar 4.5% tal-GDP.", "Insibu li fil-Ġermanja jikkontribwixxi biss għal 0.7% ̧ fl-Ingilterra jikkontribwixxi għal 1.5% u fi Spanja jikkontribwixxi għal 5.2% imma f'pajjiżna dan jikkontribwixxi għal aktar minn 25% tal-GDP.", "Hawnhekk qed naraw li l-importanza ta' dan is-settur għal pajjiżna huwa wisq akbar mill-importanza li għandu f'pajjiżi oħrajn.", "Qabel ma ngħid kif morna aħna fil-qasam tat-turiżmu nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq il-budget as a whole.", "Jien inqis li pajjiż jimxi fuq erba' pilastri; il-pilastru politiku ̧ il-pilastru finanzjarju, il-pilastru ekonomiku u l-pilastru soċjali.", "Aktar ma dawn l-erba' pilastri jimxu 'l quddiem flimkien aktar il-pajjiż ikun sejjer tajjeb.", "Jekk jimxu tajjeb tnejn biss u l-oħrajn jibdew jaqgħu lura jkun ifisser li jkun hemm xi ħaġa ħażina.", "Issa jien naħseb li dan huwa eżattament dak li qed jiġri f'pajjiżna.", "Ma nkun qed ngħid l-ebda sigriet jekk ngħid li l-prijorità tal- gvern Nazzjonalista huwa l-pilastru politiku u li jdaħħal lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox.", "Prijorità oħra li għandu dan il-gvern hija l-prijorità finanzjarja u li jsolvi l-problemi tad-djun u deficit li daħal fihom huwa stess.", "Issa s- soluzzjoni li sab dan il-gvern hija s-soluzzjoni ta' taxxi, privitisation eċċ. Sfortunatament dawn iż-żewġ prijoritajiet – il-fissazzjoni politika u l-qagħda mwiegħra finanzjarja – qed ikollhom riżultat negattiv fuq iż-żewġ pilastri l-oħrajn li huma l-pilastru ekonomiku u l-pilastru soċjali.", "Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar tliet budgets ta' gvern Nazzjonalista jsib li dawn it-tlieta kellhom l-istess direzzjoni u l-istess riżultat.", "Fil- fatt ir-riżultat kien li l-ekonomija ċkienet ̧ il-kummerċ staġna, l- investiment nixef u l-performance fuq it-turiżmu u fuq l-esportazzjoni ma kenitx kif xtaqna aħna.", "Din id-direzzjoni li għażel il-gvern Nazzjonalista ma kenitx direzzjoni li għażilha hu imma aktar kienet xi ħaġa li kellu jagħmilha bilfors minħabba l-problemi li kien daħal fihom.", "Sur President ̧ wieħed ma jistax igħid minn issa fejn se tieqaf din id- direzzjoni.", "Li tista' tgħid huwa li ma nistgħux nibqgħu nissikkaw qisna qed nissikkaw skorfina għax għandek il-costs telgħin f'kull settur, il- kompetittività qed tonqos, l-investiment qed jitgerrex u l-morsa tat- taxxa dejjem qed tagħfas fuq l-istess nies.", "Inutli noqgħodu ngħidu li minn sena għal sena se nipprovaw naqtgħu l-evażjoni tat-taxxi u mbagħad inżidu aktar taxxi bil-konsegwenza li l-istess faxxa ta' nies qed tkompli tħallas aktar.", "Dawn huma l-istess nies li kulma jieħdu mingħand dan il-gvern huwa l-għajta li xejn mhu b'xejn, qisu għal dawk it-taxxi li qed iħallsu m'għandhom jippretendu xejn u mbagħad biex jieħdu xi ħaġa jridu jħallsu t- taxxi.", "L-istaġnar ekonomiku li semmejna u r-riżultat soċjali jiġi mill-fatt li t- taxxi li qed jinġabru mhumiex qed jintużaw f'investiment fuq l-ambjent u fuq it-toroq imma qed jintużaw biex naqtgħu l-interessi tad-dejn.", "Jekk imbagħad jibqa' xi ħaġa wara li naqtgħu parti minn dawn l-interessi, din nitfgħuha fuq l-awtoritajiet, fuq jobs for the boys u fuq propaganda għall- Unjoni Ewropea.", "Ma jimportax jekk il- kuntratturi u s-suppliers ma jitħallsux jew inkella ma jkollniex flus għall-benefiċċji soċjali.", "Dan qed ikollu effett ħażin mhux biss fuq l-ekonomija u fuq it-turiżmu imma qed ikollu wkoll effett ħażin fuq il-fibra soċjali.", "Sur President ̧ il-problemi dejjem qed jiżdiedu imma m'għandniex ir-riżorsi finanzjarji biex insolvuhom.", "Donnu qed jidher li dan il-gvern kien kapaċi joħloq ħafna problemi imma ma kienx kapaċi biżżejjed biex isolvihom.", "Minkejja dan, il-gvern jibqa' jiftaħar li kollox miexi tajjeb u kif ippjanat.", "Jien din ma nistax nifhimha għax meta tara r-riżultati tibda tistaqsi lilek innifsek u tgħid: Imma dawn ir-riżultati qegħdin kif qed nippjanawhom?", "Issa qed nippjanaw li l-ekonomija tagħna tiċkien?", "Issa qed nippjanaw li r-riżultati tat-turiżmu jinżlu?", "Issa qed nippjanaw li investiment ġdid ma jiġi xejn?", "Issa qed nippjanaw li d-dejn jibqa' tiela' u t-taxxi lanqas ilaħħqu ma' l-interessi?", "Dan qed nippjanaw jew wasalna f'sitwazzjoni li se jkollna nbigħu l-ftit oġġetti li baqgħalna bħall-Bank of Valletta, l-MIA, il-Maltapost, il-freeport u l-grain terminal.", "Naturalment dawn se nbigħuhom bl-iskuża li għandna bżonn strategic partner għalihom.", "Issa jien nifhem li dan l-istrategic partner iddaħħlu biex jagħtik incremental business.", "Sur President, nixtieq nistaqsi wkoll: Issa qed nippjanaw li nżidu dawn it-taxxi kollha meta l-ekonomija tagħna mhijiex qed tiffjorixxi u meta in real terms il-GDP niżel b'0.3% u t-taxxi qed inżiduhom b'10%?", "Qed nippjanaw li niġbru Lm60 miljun taxxi ġodda mingħajr ma nifhmu li dawn huma Lm60 miljun inqas f'investimenti u f'kummerċ?", "Hekk qed nippjanaw?", "Safejn naf jien meta jkollok ekonomija għandek tara kif se tqajjimha u mhux tkompli traqqadha.", "Dik kienet parentesi fuq il-budget in ġenerali.", "Issa nixtieq ngħaddi għal dak li ġara sa Settembru ta' din is-sena fuq it-turiżmu billi nagħti ftit ċifri biex dak li jkun ikun jaf fejn aħna sejrin.", "Jien se nibda bin- numru ta' turisti li ġew hawn Malta.", "Fil-fatt in-numru ta' turisti li ġew f'pajjiżna sa Settembru fuq is-sena li għaddiet naqas bi 13, 000 jew b'1.3%.", "Bħala numru dan mhuwiex xi numru kbir ħafna imma l-fatt jibqa' li wara sentejn, tlieta donnu qed nerġgħu naqbdu n-niżla.", "Qed ngħid hekk għax fl- 1999 it-turiżmu ħa xejra 'l fuq u kien dawwar id-downward trend ta' l- 1995/96 'il fuq pero' din is-sena erġajna dawwarna din it-trend.", "Sur President, issa rrid nitkellem ftit fuq il-bednights li fuqu kellna riżultat tajjeb.", "Fil-fatt din is-sena n-numru ta' bednights tela' bi 11.5%.", "Dan huwa numru sostanzjali imma sfortunatament ̧ peress li fis-sena 2000 kien niżel bi 12.5% - għalkemm din is-sena erġajna tlajna - xorta għadna ma ġejniex level mas-sena 1999.", "Hawnhekk irrid niċċara xi ħaġa żgħira li l-bednights żdiedu mhux għax kien hawn żieda ta' turisti imma għax l-average length of stay ta' kull turist ̧ skond l-istatistika tas- Central Office of Statistics ̧ telgħet b'ġurnata.", "Dan ifisser li fejn qabel kull turist kien qed joqgħod 8.4 days, din is-sena kull turist qagħad 9.5 days.", "Jien qed nissuspetta wkoll li n-numru tal-bednights tela' daqshekk għax kif nafu, kellna żieda qawwija ta' studenti minn barra u normalment il-length of stay ikun ħafna itwal minn dawk tat-turisti normali.", "Ġeneralment fejn turist joqgħod ġimgħa jew ftit aktar, student dejjem joqgħod 15-il ġurnata jew tliet ġimgħat.", "Meta tara kemm żdiedu l-bednights u tqabbilhom mar-revenue ssib li l- pożizzjoni tibda tidher bħala waħda inkwetanti.", "Filwaqt li qed ngħidu li żidna l-bednights bi 11.5%, it-total revenue minn fuq it-turiżmu sa Settembru ta' din is-sena niżel b'Lm1.2 miljun jew b'0.6%.", "Minn dawn iż- żewġ figuri wieħed jista' joħroġ kemm nefaq kull turist fil-vaganza tiegħu hawn Malta.", "Fil-fatt dik li ngħidulha l-ispend per capita telgħet b'Lm2.", "Is-sena l-oħra kull turist kien jonfoq Lm211 għall-vaganza tiegħu u din is- sena kull turist kien qed jonfoq Lm213.", "Issa t-turist qed jonfoq aktar mhux għax qed inġibu turist aħjar.", "Ma rridux ninsew li qabel turist kien qed jonfoq Lm211 u kien joqgħod tmint ijiem imma llum b'Lm2 oħra qed joqgħod disat ijiem u din tagħmel id-differenza kollha.", "Wieħed irid isemmi wkoll li minn sena għal sena pajjiż ikollu l-inflazzjoni.", "Meta wieħed iqis li l-inflazzjoni għal din is-sena kienet xi 2.5% mela allura ż-Lm2 żieda per capita spending lanqas biss tkopri t-2.5% increase li kellna fl- inflazzjoni.", "Issa ħalli nħarsu lejn kemm qed jonfoq kull turist kuljum.", "Irrid ngħid li l-ispend per day niżlet għax kif diġà għidt ̧ is-sena l-oħra kull turist kien qed jonfoq Lm211 għal 8.5 days u din is-sena kien qed jonfoq Lm213 għal 9.5 days.", "Dan ifisser li s-sena l-oħra turist kien qed jonfoq Lm25 kuljum u din is-sena qed jonfoq Lm22 kuljum.", "Għalhekk l-ispend per day niżlet b'madwar 10.5% u dan meta kellna inflazzjoni ta' 2.5%.", "Qed ngħid dan għax bl-inflazzjoni ta' 2.5% biss, il-pakkett turistiku missu tela' b'xi Lm5.50c u mhux b'Lm2.", "Fil-fatt wara li għamilt daqsxejn ta' eżerċizzju sibt illi kieku t-turist kellu jħallas l-istess prezzijiet għall-istess valur tas-sena l-oħra ̧ kieku kien ikollu jħallas Lm34 aktar.", "Dan ifisser li llum it-turist qed jieħu dak li kien qed jieħu s-sena l-oħra imma qed iħallas għalih Lm34 inqas.", "L-istess ngħid fuq ir-revenue li fis-sena 2000 kien jammonta għal Lm208 ̧ 000,000 u bi 2.5% inflazzjoni ̧ dan kien jitla' għal Lm214 ̧ 000 ̧000.", "Jekk tikkalkola li fil-bednights kellna żieda ta' 11.5% ̧ suppost li r-revenue kollu ̧ kieku bqajna sejrin bl-istess prezzijiet u bl-istess rati tas-sena l- oħra, kien jitla' għal Lm238 ̧000, 000.", "Bl-istess argument nista' ngħid li għandna shortfall ta' Lm30,000, 000 fit-total revenue.", "Jien qed insemmi dawn l-affarijiet mhux biex noqgħod nidħol f'ħafna figuri imma biex nuri li dawn huma indikazzjonijiet ċari li l-kwalità tat-turiżmu tagħna qed tonqos.", "Issa dan meta suppost qed nimmiraw li jkollna turisti ta' kwalità akbar u meta suppost qed nimmiraw biex nirripożizzjonaw lil pajjiżna ma' destinazzjonijiet aktar attraenti u li jistgħu jġibu rati aħjar.", "Jien naħseb li riflessjoni żgħira fuq il-kwalità tat-turiżmu joħroġ ukoll mill-fatt li din is-sena l-5-star hotels naqsu l-market share mit-total arrivals.", "Is-sena l-oħra l-5-star hotels kellhom market share ta' 8.5% u din is-sena kellhom market share ta' 8%.", "Irrid ngħid ukoll li fuq cruise passengers morna tajjeb u jekk m'iniex sejjer żball ir-rata telgħet b'xi 50%.", "Dan huwa settur li bħas-snin ta' qabel baqa' jiffjorixxi għalkemm bħala employment bqajna kważi l-istess daqs is-sena l-oħra.", "Issa se nitkellem ftit fuq kemm qed isiefru u kemm jonfqu l-Maltin meta jmorru barra minn Malta.", "Jien naħseb li huwa mportanti li bħalma nimmoniterjaw lit-turist barrani li ġej hawn Malta huwa mportanti wkoll li nimmoniterjaw lit-turist Malti li qed isiefer 'il barra għax minn hawnhekk inkunu nistgħu nieħdu indikazzjoni tal-performance ekonomika totali tal- pajjiż.", "Iċ-ċifri li joħroġ is-COS huma li n-numru ta' Maltin li vvjaġġaw barra din is-sena naqas bi 13,500 jew b'8.6%.", "L-expenditure ̧ jiġifieri kemm nefqu l-Maltin fil-holidays tagħhom barra minn Malta ̧ niżel bi kważi Lm4.3 miljun.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li sa Settembru ta' din is-sena, il-Maltin siefru inqas u nefqu inqas, jista' jkun li qed jirrifletti fuq il-qagħda ekonomika ta' pajjiżna.", "Qed ngħid sa Settembru biex ma nidħlux fil-kwestjoni ta' x'kienu l-effetti tat-traġedja li ġrat fi New York fil-11 ta' Settembru.", "Jiena naf li hawn ħafna nies inkwetati bl-effetti ta' ġara fl-Amerika fil- 11 ta' Settembru.", "Jien naħseb li dak l-inċident kellu żewġ riperkussjonijiet prinċipali, bl-ewwel waħda tkun dik psikoloġika, fejn tnisslet ħafna biża' u nuqqas ta' fiduċja f'min ried imur bl-ajru f'pajjiżi oħra.", "Dan l-effett kien wieħed enormi, li nfirex mal-pajjiżi kollha, u xejn inqas f'Malta.", "Riżultat ta' dan kien l-iskoss ekonomiku internazzjonali, fejn ħafna kumpanniji naqqsu l-infiq, naqqsu n-numru ta' mpjegati, waqqfu l- expansions u żammew lura mir-reinvestments.", "Dawn huma miżuri li bosta kumpanniji kbar kienu ilhom jixtiequ li jieħdu, u b'dak li ġara fil-11 ta' Settembru, ħadu l-opportunita` biex jagħmlu dan kollu issa.", "Riperkussjoni oħra ta' l-inċidenti tal-11 ta' Settembru kienet dik ekonomika, fejn inħolqu ħafna inċertezzi, għax ħadd ma jaf kemm se ddum din il-gwerra, kif u fejn se tinfirex.", "L-opinjonijiet tan-nies huma mħallta, min jaħseb ħaġa u min jaħseb oħra.", "Min jgħid li jridu jgħaddu x-xhur biex il-qasam ta' l-ivjaġġar jerġa' jirkupra, u min jgħid li jridu jgħaddu s- snin biex dik il-kunfidenza li ntilfet, terġa' tiġi rkuprata.", "Kif għedt, l-opinjonijiet huma diversi, min jgħid li ċerti destinazzjonijiet m'humiex se jiġu affettwali u min jgħid bil-kontra.", "Fir- rigward ta' Malta, jien naħseb li m'għandniex għalfejn nibżgħu li se jiġru xi affarijiet kbar.", "Sfortunatament, fil-perjodu short term, l-impatt fuq it- turiżmu kien wieħed negattiv, mhux biss f'pajjiżna imma kullimkien.", "Pero', ladarba terġa' tibda tikber il-kunfidenza fl-ivjaġġar, aħna se nkunu ta' l- ewwel li se niggwadanjaw, għax ovvjament, it-turisti se jibdew jagħżlu li jmorru f'pajjiżi safe, bl-iktar airlines safe, u għalhekk, fil-medium term u fil-long term, aħna se niggwadanjaw bil-bosta.", "Sur President, jien m'iniex wieħed minn dawk li nħares lejn il-futur ta' pajjiżna b'ħafna pessimiżmu u ngħid li l-effetti ta' dak li ġara fl-Amerika fil-11 ta' Settembru se jkunu biss ħżiena.", "Jien nemmen ukoll li minn dak li ġara, l-iktar li għandhom x'jitilfu huma l-pajjiżi islamiċik ġirien tagħna, li qed jikkompetu magħna fir-reġjun tal-Mediterran.", "Għalkemm qed ngħid li hemm ċans kbir li niggwadanjaw minn dak li ġara, min-naħa l-oħra nibża' li jekk kull darba li fid-dinja tinqala' xi gwerra, aħna nispiċċaw niggwadanjaw, fl-aħħar mill-aħħar se nispiċċaw biex nibdew nieħdu kollox for granted.", "Sfortunatament għad m'għandniex statistika uffiċjali tas-COS.", "L-unika indikazzjoni li għandna huma l-figuri tal-passenger movements ta' l-MIA, fejn juru li fix-xahar ta' Ottubru, dawn naqsu b'madwar 12%.", "L-esperjenza dejjem urietna li kull meta l-kompetituri tagħna jonqsu minħabba gwerer, eċċ, aħna bħala destinazzjoni dejjem irbaħna.", "Ovvjament, b'daqshekkk m'għandniex għalfejn indoqqu t-trombi, għax hemm differenza kbira bejn it- turisti li jiġu hawn Malta għax verament jixtiequ li jżuru pajjiżna, u dawk it-turisti li jippreferi jiġu hawn Malta għax jibżgħu jmorru f'xi pajjiż ieħor.", "Sur President, jien dejjem ngħid li jekk niġu hawnhekk biex inqabblu sena ma' oħra, ma naslu mkien.", "Jien nemmen li l-performance ta' kull sena m'għandhiex titqabbel ma' dik tas-sena ta' qabel.", "Għalkemm dan il-paragun jista' jagħti indikazzjonijiet tajbin, l-iktar sodisfazzjon jinkiseb meta wieħed iqabbel il-performance ta' dik is-sena mat-targets li jkun għamel għall-istess sena, u fil-fatt, huwa dan li jien ippruvajt nagħmel.", "Il-Malta Tourism Authority kienet għamlet tajjeb li fformolat strategic plan.", "Għamlet tajjeb ukoll li fasslet it-targets tagħha.", "Hawnhekk jien m'iniex se nidħol fil-ħafna diskors ta' dan l-istrategic plan, diskors li għalkemm qiegħed imniżżel, huwa diffiċli li jiġi mplimentat, bħal per eżempju li jrid isir repositioning, trid tiġi rranġata l-kompetittivita`, trid tittejjeb id-diversification, irid ikun hemm a wider spread of arrivals matul is-sena, irid jingħata value and customer satisfaction lit- turisti eċċ. Nerġa' ngħid li dawn m'humiex targets ħżiena, imma jekk ma navvanzawx fuqhom, ma jkunu jiswew xejn.", "It-targets ta' dan l-istrategic plan li minn sena għal sena jistgħu jitkejjlu huma l- arrivals, fejn kienet ippjanata żieda ta' 3% kull sena, u r-revenue, fejn il-pjan kien li kull sena jkun hemm żieda ta' 4%.", "Ikolli nammetti li l-ewwel darba li rajt dawn it-targets, għedt li huma wisq baxxi, għax konna għadna kemm ħriġna minn sentejn fejn l-arrivals kienu żdiedu b'5.5% u f'sena minnhom, jekk m'iniex sejjer żball fl-1999, ir- revenue kien tela' b'7.75%.", "Jekk inqabblu l-arrivals u r-revenue ta' din is-sena mal-performance, insibu li hemm qabża kbira.", "Jien bdejt nikkalkula żieda ta' 3% mill- actuals ta' l-1999, u suppost, sa sa Settembru ta' din is-sena kellu jkun hawn 1.032 miljun arrival, imma l-actual għas-sena 2001 kien ta' 960,000, jiġifieri skond it-targets tagħna stess, għandna shortfall ta' iktar minn 70,000 turist.", "Fir-rigward tal-bednights, bl-istess argument kellna shortfall ta' kważi 800,000 u bħala revenue, li suppost li kellu jitla' b'4% kull sena, sa Settembru ta' din is-sena kien hawn shortfall ta' Lm20.5 miljun.", "Sur President, qed insemmi dawn iċ-ċifri mhux biex nikkritika lill-gvern, għax kieku kien hawn ħaddieħor fil-gvern, biċ-ċirkostanzi tas-sentejn li għaddew, forsi dawn it-targets xorta ma kienux jintlaħqu.", "Jien qed insemmihom biex sempliċiment nuri li l-performance tagħna marret ftit ħażin meta mqabbla ta' dik tas-sena li għaddiet u meta mqabbla mat-targets li kienu tfasslu għal din l-istess sena.", "Huwa għalhekk li fil-bidu ta' dan l- intervent, għamilt riferenza għar-raġunament ta' l-editorjal tal-gazzetta \"The Times\", għaliex huwa veru li aħna ma nagħtux każ tal-performaces u tar- riżultati tal-passat, u nitkellmu biss dwar x'se nagħmlu, x'se jiġri fil- futur, mingħajr ma nieqfu ftit biex naraw jekk dak li għedna li se jsir huwiex verament qed isir.", "Jiena ġeneralment ma nibbażax biss fuq l-istatistika li jagħtu s-COS u l- MIA, għax nemmen li l-aħjar statistika li jista' jkollu pajjiż hija r- reazzjoni tal-poplu.", "Ir-riżultati li qed nikkwota huma riflessi wkoll fuq il-poplu u fuq min investa fis-settur turistiku.", "Ovvjament, l-achievements fil-qasam tat-turiżmu jidhru iktar malajr minn dawk f'oqsma oħra.", "Ir- riżultati li joħorġu mill-ħidma tal-ministeri differenti, mhux kollha jinħassu daqshekk malajr daqs kemm jinħass ir-riżultat tat-turiżmu.", "Nista' ngħid dan mill-esperjenza li kelli fi tliet ministeri differenti.", "Per eżempju fid-dipartiment tal-public works, isir kemm isir xogħol, ir- riżultat ma jidher qatt.", "Fil-qasam ta' l-industrija, ir-riżultati jidhru sentejn jew tliet snin wara li jkun sar ix-xogħol, għax biex fabbrika tinġieb f'pajjiżna, issir il-promotion, isir ix-xogħol, jiġi esportat u jsir il-ħlas, iridu jgħaddu ċerti snin.", "Fit-turiżmu, ir-riżultat jinħass iktar malajr u huwa iktar tanġibbli, għax il-flus tat-turist jmorru direttament għand iċ-ċittadin, jiċċirkolaw mill- ewwel fit-toroq u jolqtu a wider spectrum, għax kważi kulħadd jintlaqat mir- riżultati pożittivi miksuba f'dan is-settur.", "Meta t-turiżmu jkun sejjer tajjeb, kważi kważi ma jkollniex għalfejn niġu hawn biex inħabbru r- riżultati lill-poplu, għax meta dan is-settur ikun sejjer tajjeb, in-nies stess jibdew jgħidu dan, qabel ma tinħareġ l-istatistika.", "Imbagħad li nagħmlu aħna hu li nqabblu ċ-ċifri li jippubblika s-COS mal-feedback li nieħdu mingħand in-nies ta' l-industrija.", "Sur President, ikolli ngħid li b'daqshekk jien m'iniex kuntent.", "Lanqas meta kont jien il-ministru għat-turiżmu ma kont inkun sodisfatt bil- performances li kienu jintlaqħu.", "Fl-opinjoni tiegħi, ministru ta' l-affari tiegħu ma jistax ikun dejjem kuntent għax kollox ikun sejjer tajjeb.", "Ninsab persważ li la jien u lanqas l-Onor.", "Michael Refalo m'aħna minn dak it-tip.", "Aħna nifirħu bir-riżultati pożittivi sa ċertu punt, għax imbagħad lit-tnejn li aħna ssibna dejjem neqirdu għax irridu iktar, u sa ċertu punt, dan huwa tajjeb.", "Meta nitkellem jien dejjem inżomm dan f'moħħi.", "Jien m'iniex qed nenfassizza fuq l-affarijiet il-koroh biex ngħatti l-progress jew is- suċċess, imma qed ngħid hekk għax bħala ex-ministru naf li f'dan is-settur, ħadd qatt ma jista' jkun kuntent, għax jibqa' dejjem irid iktar.", "Dan qed ngħidu issa u kont ngħidu qabel, bid-differenza li qabel stajt nagħmel xi ħaġa biex fejn ma kontx kuntent, nirranġa s-sitwazzjoni, u llum ma nista' nagħmel xejn iżjed milli nikkritika u niġbed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet li jkunu qed isiru.", "Jien naħseb li fis-settur turistiku, hemm bżonn ta' bidla radikali.", "Irridu nibdew naħsbu b'mentalita` ġdida, u hemm bżonn li naġġornaw ruħna iktar ma' dak li jiġri madwarna .", "Xi kultant qed nintilfu fl-irqaqat u ninqatgħu minn dak li jkun qed jiġri barra minn xtutna.", "Fit-turiżmu dan ma jistax isir, għax it-turiżmu jinbidel kontinwament u jekk wieħed ma jaġġornax ruħu, jispiċċa biex jinqata` lura.", "Fit-turiżmu dejjem hemm trends u demands ġodda, tastes ġodda, motivations u patterns ġodda ta' l-ivjaġġar, u riżultat ta' dan, destinazzjonijiet oħra qegħdin kontinwament joffru servizzi ġodda, jirrevedu l-costs tagħhom, ibiddlu l-mod ta' kif jippreżentaw il-pakkett tagħhom u joffru esperjenzi ġodda.", "Fi ftit kliem, destinazzjonijiet barranin kontinwament jaħdmu biex jippreżentaw operazzjonijiet iktar professjonali u iktar kompetittivi.", "Kif jidher ċar, il-pakkett li joffru ħafna destinazzjonijiet qiegħed jinbidel biex jirrifletti iktar il-ħtiġijiet ġodda tat-turisti.", "Jien naħseb li pakkett li ma jieħux in konsiderazzjoni l-ħtiġijiet ġodda tat-turist, huwa diffiċli ħafna biex jinbiegħ.", "Niftakar li konna nitkellmu ħafna dwar id-differenza bejn selling u marketing, fejn is-selling huwa iktar product- focused filwaqt li l-marketing għandu jkun iktar customer-oriented.", "Jien naf li din il-bidla qed issir, pero' rridu nibqgħu nistinkaw fuqha, u quddiem id-demands li qegħdin kontinwament jinbidlu, il-mistoqsijiet li għandna nistaqsu lilna nfusna huma dwar jekk il-prodott Malti huwiex qed jinbidel skond iż-żminijiet tal-lum.", "Irridu nistaqsu jekk il-prodott li qed noffru llum huwiex l-istess prodott li konna noffru 30 jew 40 sena ilu, jekk il-prodott tal-lum huwiex qec jirrifletti l-bidliet u l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħna fi swieq differenti.", "Huwa inutli dak li naħsbu aħna fuq il-prodott tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-importanti hu x'jaħseb it-turist.", "Jien ngħid li hemm bżonn li nibdew nirrispondu dawn il-mistoqsijiet u fir- rigward ta' ċerti aspetti, naħsbu b'perspettiva ġdida u jekk jista' jkun ninqatgħu mill-passat.", "Il-prodott li noffru aħna, fir-realta' kemm inbidel f'dawn l-aħħar 40 sena?", "Kultant huwa tajjeb li ninqatgħu mill-micro u nidħlu fil-macro, jiġifieri ninqatgħu mid-dettalji ta' kuljum u nħarsu lejn dan is-settur mill-bogħod, with a broader mind.", "Jien ma niċħadx li f'dan il-qasam , sar ħafna progress f'dawn l-40 sena, u Alla ħares ma kienx hekk.", "Jekk nibda nsemmi dak li sar f'dan iż-żmien, għandi sa għada biex nieqaf, imma dan kollu li sar kien biżżejjed?", "Dak li sar, sar skond pjan jew sar għax iċ-ċirkostanzi kienu jirrikjedu li jsir hekk?", "Illum il-ġurnata, min qed imexxi lil min, aħna qed immexxu lit-turiżmu jew it-turiżmu qiegħed jiġri bina?", "Hemm bżonn li naraw eżattament min mexxa lil min tul dawn l-aħħar 40 sena.", "Qed ngħid hekk għax mill-istudji li saru tul is-snin, dejjem irriżultaw l-istess tliet problemi.", "Fl-1963, il-grupp Italconsult kien ħejja l-Masterplan for Malta tourism, u kien wissiena li f'pajjiżna kien hawn tliet problemi kbar, u ċioe` l-over-dependance on the UK market, il-problema ta' seasonality u d-diffikulta` biex nattiraw a higher-spending tourist.", "Fl-1989, jiġifieri 25 sena wara, kien sar development plan tat-turiżmu li fih kienu reġgħu ġew identifikati l-istess tliet problemi.", "Anke fl-1999, meta sar strategic plan mill-MTA, kienu reġgħu ġew identifikat l-istess tliet problemi.", "Meta wieħed iħares with a macro lens lejn dawn l-40 sena li għaddew u lejn dawn it-tliet diffikultajiet, li tul iż-żmien baqgħu ma nbidlux, mill-ewwel jirrealizza li iva, tul dawn l-40 sena, minkejja l-progress li sar, kien hemm bżonn li jsir ħafna iktar.", "Jien m'iniex qed ngħid li dwar dawn it-tliet problemi qatt ma sar xejn, għax huwa ovvju li l-gravita` tagħhom naqset, pero` għadhom ma ġewx solvuti għal kollox.", "Sur President, se ngħaddi issa biex nitkellem dwar dawn it-tliet problemi b'mod individwali, u nibda proprju bl-over-dependance li għandna fuq is-suq Ingliż, li m'hijiex xi ħaġa ġdida.", "Kulmin jaħdem f'dan is-settur jaf bid- dipendenza qawwija tagħna fuq is-suq Ingliż.", "Għalkemm biż-żmien, din naqset, dan ma sarx għax it-turisti Ingliżi li jiġu f'pajjiżna naqsu, anzi baqgħu dejjem jiżdiedu, imma għax matul dawn l-40 sena ftaħna fuq swieq oħrajn.", "F'din is-sena, id-dipendenza tagħna fuq is-suq Ingliż telgħet għal 38%, li huwa persentaġġ pjuttost għoli meta mqabbel mad-dipendenza tal- Ġermanja, li titla' għal 13%, dik ta' Franza, li hi ta' 7%, dik ta' l- Italja, li hi ta' 8.5% u dik ta' l-Olanda li titla' għal 4.5%. għalkemm is- suq Ingliż jibqa' dejjem is-suq prinċipali, kif diġa' għedt, id-dipendenza tagħna minnu naqset, għax ġieli kienet hemm żmien fejn din kienet titla' għal 55% u 65%, pero' xorta rridu noqogħdu attenti għax ladarba l-problema għadha hekk, allura trid tiġi indirizzata.", "Jekk hemm xi ħaġa li jiena naqbel li għandha ssir, u li tul dan il-perjodu ta' żmien, sfortunatament ma saritx, hija d-diversification.", "Għal ħafna nies din tfisser li nnaqqsu t-turisti minn suq, f'dan il-każ mill- Ingilterra, u nżidu minn suq ieħor.", "Jien naħseb li nistgħu nagħmlu diversification anke within the UK market, billi per eżempju niddiversifikaw il-kwalita` tat-turist li nġibu u nagħmlu enfasi fuq dak higher-spending.", "Nistgħu niddiversifikaw ukoll billi lit-turisti Ingliżi nġibuhom f'pajjiżna fix-xitwa iktar milli fis-sajf.", "Bħalissa forsi hawn min qed jgħid bejn u bejn ruħu li dak li qed ngħid jien m'huwiex ġdid għal widnejh.", "Iva, dak li qed ngħid jien, jafu kulħadd, imma minkejja dan, ir- riżultati mixtieqa għadhom ma ntlaħqux.", "Sur President, irrid ngħid li fir-rigward ta' swieq oħra minbarra dak Ingliż, matul din is-sena kien hemm fejn żidna u kien hemm fejn naqqasna.", "Iva, kien hemm żieda ta' turisti mill-Ingilterra, mill-Italja u minn Franza, pero' din iż-żieda xorta ma kinetx biżżejjed biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' turisti mill-Ġermanja u mill-Olanda.", "Għalhekk, ir-riżultat aħħari jindika li kellna nuqqas ta' madwar 13,000 turist.", "Dan juri li m'aħniex sejrin tajjeb daqs kemm nixtiequ mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantita`, imma anke fir-rigward ta' kwalita`.", "Nerġa' ngħid li fil-qasam tat-turiżmu Malti għad għandna ħafna short-falls.", "Waħda minnhom hija dik li aħna dejjem ħarisna l-iktar lejn is-swieq Ewropej.", "Jien naħseb li m'aħniex qed nagħmlu tajjeb billi nittraskuraw is- swieq tal-Middle East, tal-Gulf, Spanja u l-Portugall u l-Asja.", "Jien m'iniex qed ngħid li m'aħniex nippruvaw nattiraw turisti mill-Amerika, mill- Kanada u mill-Ġappun, imma l-progress f'dawn is-swieq miexi bil-mod ħafna.", "Jien nemmen li din m'hijiex xi ħaġa li tista' tiġi tackled mill-ministeru biss jew mill-MTA biss, imma trid tiġi tackled mill-MIA, mill-airlines eċċ., għaliex jekk ma jiftħux l-aċċess l-airlines u l-MIA inutli tmur toqgħod tirreklama f'dawn il-postijiet għax tkun qed tagħżaq fl-ilma u tarmi flusek.", "Raġuni oħra għaliex bqajna daqshekk dipendenti fuq is-suq Ingliż huwa l- prodott tagħna.", "Jien nemmen li tul dawn l-40 sena l-prodott tagħna baqa' predominantly British.", "Meta fetaħ it-turiżmu 40 sena ilu aħna fassalna prodott għall-Ingliżi, u fortunatament u sfortunatament il-pakkett tagħna fassluhulna huma.", "Qed ngħid fortunatament għax naħseb li kieku ma kenux l- Ingliżi t-take-off għat-turiżmu ma kienx jibda 40 sena ilu.", "Forsi kieku ma twebblux l-Ingliżi b'Malta bħala destinazzjoni turistika kieku domna iktar ma bdejna.", "U qed ngħid sfortunatament għax il-pakkett tagħna sawwarnieh b'mod li spiċċajna bi prodott purament Ingliż.", "Mhux faċli tipprova tbigħ prodott Ingliż fis-swieq ta' l-Awstrija, tal-Ġermanja, ta' l-Isvezja, ta' Franza eċċ.", "Jekk m'iniex sejjer żball dan li qed ngħid jien ħareġ anke minn studji li saru dan l-aħħar mill-MTA.", "Saru studji dwar il-perception ta' destination Malta tat-turisti mill-Italja u mill-Ġermanja.", "Dawn kienu żewġ studji tajbin ħafna u qbilt ħafna magħhom.", "Però ma stajtx naqbel mal-mod kif dawn iż-żewġ studji ntefgħu fuq l-internet għall-aċċess anke tal-kompetituri tagħna.", "Jien naħseb li studji bħal dawk joffru informazzjoni valida ħafna li għandu jkollha a closed circulation lill-operaturi lokali, imma mhix xi ħaġa li titfagħha fuq l-internet.", "Għaliex jien naħseb li jekk destinazzjonijiet bħat-Tuneżija, Ċipru u oħrajn jieħdu dawn l-istudji se jgawdu minnhom daqskemm nistgħu ngawdu aħna.", "Il-punt li rrid nagħmel huwa li anke meta titkellem mat-turisti joħroġ il-fatt li we have a predominantly UK product li rridu nagħtu kasu wkoll.", "Ladarba qed insemmu s-suq Ingliż ejja nħarsu lejn il-performance tagħna f'dan is-suq.", "Jekk m'iniex sejjer żball kien il-Ministru Josef Bonnici li qal li qabel ma Malta tidħol membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea t-turisti Ingliżi ma jistgħux jiżdiedu minħabba l-Stg20 ta' l-airport tax li l-gvern Ingliż kien tefa' fuq it-turisti Ingliżi.", "U jekk kien hawn sena li l- Ministru Josef Bonnici was proven wrong kienet appuntu din is-sena għax, għalkemm ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, mill-Ingilterra żidna 8%.", "Sfortunatament, nerġa' ngħid, ma kienx biżżejjed biex ipatti għat-24% loss mill-German market, imma għallinqas żidna.", "Irridu ngħidu li l-kampanja estensiva li kellna swiet għax dan huwa riżultat ta' kampanja ta' reklamar fil-fieri, fuq it-televisions, gazzetti Ingliżi u kien hemm l-intervent ta' l-Air Malta li poġġiet iktar flights.", "Però naħseb li - u hawnhekk qed niżbaljaw xi ftit - dan kien l-aktar riżultat tal-prezzijiet baxxi li tfajna fis-suq Ingliż.", "Din mhix xi ħaġa li tista' tikkontrolla l-MTA jew il-ministeru, però l- Malti għandu dnub kbir li meta jħossu panicked l-ewwel soluzzjoni li tiġih f'moħħu hija li jnaqqas il-prezzijiet.", "Ma jistax jifhem li din is- soluzzjoni mhux biss qed tkisser lilu imma qed tkisser id-destinazzjoni Malta.", "Din hija sitwazzjoni li rridu nindirizzawha wkoll.", "Wieħed irid jara x'se jiġri fis-suq Ingliż is-sena d-dieħla meta toħroġ l-inċentiva tat- tour operator support scheme.", "Din kienet l-opinjoni tiegħi dwar id- dipendenza tagħna fuq is-suq Ingliż.", "Ħalli niġi għat-tieni issue li ilha tissemma 40 sena wkoll, is-seasonality problem.", "Din hija problema kbira għaliex l-istaġjonalità toħloq diffikultà fuq ir-riżorsi tas-settur, tkisser is-set-up tal-human resources, tkisser l- infrastruttura u l-investiment għax f'ċerti xhur wieħed ikun over stressed u ma jsibx nies biex jaħdmu, l-infrastruttura tiegħu tkun mgħobbija u jkollu return tajjeb, imbagħad f'xhur oħra jkollu under utilization ta' l- investiment u tal-human resources bir-riżultat li l-ħafna profitti li jkun għamel matul ix-xhur tas-sajf, jitlifhom fix-shoulder months u fil-winter months.", "Fl-aħħar għaxar snin il-gaps bejn il-winter, ix-shoulder u s-summer months baqgħu l-istess.", "Jekk wieħed jara l-average monthly arrivals tax-shoulder months u tas-sajf isib li għal kull turist li jiġi fix-xitwa jiġu tnejn fix-shoulder months u jiġu tnejn u nofs fis-sajf.", "Ir-ratio qiegħed l:1.9:2.6 u ilu hekk għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Jiġifieri għalkemm qed inżidu fix-xitwa, inżidu fix-shoulder months u nżidu fis-sajf, il-gap bejn is-seasons m'aħniex qed nindirizzawha.", "Hawn ħafna min jitkellem fuq il-carrying capacity, allura għamilt eżerċizzju żgħir fejn kkalkulajt il-peak li nifilħu fis-sajf, u rajt kemm nistgħu ntellgħu kull xahar fix-xitwa u fix-shoulder months biex naraw x'inhu l-peak li nistgħu nġibu bl-infrastruttura li għandna llum.", "Nerġa' ngħid, assuming a capacity of 150,000 per month insibu li - kieku kellna mmorru tant tajjeb li l-occupancies tax-xitwa nġibuhom daqs tas-sajf, jiġifieri qed nesaġera - fix-xitwa għandna underutilization ta' 400,000 u fix-shoulder months għandna underutilization ta' 250,000.", "Jekk nimlew il- winter u x-shoulder months daqs is-sajf nistgħu nżidu 650,000 oħra, jiġifieri jekk ikollna l-istess occupancy is-sena kollha nistgħu nitilgħu sa 1.85 million tourists fis-sena.", "It-tielet issue hija li konna u għadna qed insibuha diffiċli biex nattiraw il-higher spending tourist.", "Jien diġà semmejt li din is-sena is a case in point fejn it-total revenue naqas b'Lm1.2 miljun u l-infiq ta' kull turist kuljum niżel ukoll, minkejja li żidna l-bednights bi 11.5%.", "Diġà għedt kemm huwa x-shortfall u dan żgur ma jawgurax li din is-sena se mmorru għal turist ta' kwalità ħafna aħjar.", "U dan japplika mhux biss għal dawn l-aħħar sentejn, tlieta, ħames snin, imma qed nitkellem fuq span ta' 40 sena.", "U biex insaħħaħ dan l-argument ġbidt xi figuri għax normalment meta żżid il- bednights tistenna li żżid ir-revenue.", "Dejjem hekk ġara; jekk naqsu l- bednights naqas ir-revenue, u meta żdiedu l-bednights żdied ir-revenue, barra din is-sena.", "Per eżempju, fl-1995 il-bednights naqsu b'8.6% u r- revenue naqas bi 3.7%.", "Fl-1996 il-bednights naqsu b'2.3% u r-revenue naqas bi 1.7%.", "Fl-1997 il-bednights telgħu b'2.6% u r-revenue tela' b'9%.", "Fl- 1998 il-bednights telgħu bi 3.5% u r-revenue tela' b'1.9%.", "Fl-1999 il- bednights telgħu bi 2.9% u r-revenue tela' b'6.6%.", "Fis-sena 2000 ħadna l- ewwel majnata għax il-bednights naqsu b'11.9% u r-revenue naqas b'l.1%.", "Is- snin 2000 u 2001 kienu differenti għaliex filwaqt li fis-sena 2000 naqsu kemm il-bednights u kemm ir-revenue, din is-sena kellna dan il-fenomenu fejn filwaqt li żidna l-bednights b'11.6% naqqasna r-revenue b'0.6%.", "Qed insemmi dawn il-figuri biex nuri li mill-1995 'l hawn fi tliet snin biss żidna kemm il-bidnights u kemm ir-revenue, jiġifieri fl-1997, fl-1998 u fl- 1999.", "Semmejt dawn it-tliet issues biex wieħed ikun jista' jħares lejn l-istampa tat-turiżmu daqsxejn mill-bogħod u ma noqogħdux nintilfu dwar kemm qed nirbħu, kemm qed nogħlew jew ninżlu minn sena għal sena, imma kultant irridu ninqatgħu minn performance ta' sena sena biex inħarsu lejn stampa iktar fit-tul.", "Jien nemmen li ma tistax tagħmel strategic plan fuq performance ta' sena sena, imma trid tagħmel l-istrateġija fuq id-difetti li ilhom ġejjin magħna mill-bidu nett.", "Mr Chairman, fejn jidħlu strateġiji jibdew ħerġin id-differenzi li hemm bejnietna.", "Hemm ħafna affarijiet li ma naqblux fuqhom, fosthom l- atteġġjament tagħna fuq il-prodott in ġenerali.", "Jien ma naqbilx mal-mod kif dan il-gvern qed jittekilja l-problemi ta' koordinazzjoni ma' ministeri oħrajn li jeffettwaw ħafna l-ministeru tat-turiżmu imma ma jaqgħux taħt id- dekasteru tiegħu.", "Per eżempju jien ma nistax naqbel mal-mod kif dan il- gvern qed jittratta l-issue ta' l-ambjent, tat-trasport, il-biedja u r- rural development strategy, il-kultura, u n-nuqqas ta' serjetà li qed juri fejn jidħlu zoni turistiċi u proġetti turistiċi.", "Ma nistax naqbel kif l- issue ta' l-Unjoni Ewropea tista' teffettwa lit-turiżmu u l-kompetittività tagħna.", "Ma nistax naqbel fuq issues ta' repositioning, value for money u kompetittività.", "M'iniex qed ngħid li ma naqbilx magħhom, imma ma naqbilx mal-mod kif qed nindirizzawhom.", "Per eżempju, ma nistax naqbel fuq nuqqas ta' deċiżjonijiet li dejjem iridu jittieħdu imma nispiċċaw ma neħduhom qatt, sew gvern u kemm ieħor.", "Qed nitkellem dwar issues ta' carrying capacity, issues tal-volum li nifilħu, issues dwar x'policy għandna nagħmlu fuq iż-żieda ta' l-akkomodazzjoni.", "Fil-qosor, dawn l-affarijiet kollha li semmejt kważi kważi tista' tiġborhom fi tliet differenzi prinċipali.", "Hemm differenza bejnietna dwar il-mod kif inħarsu lejn l-overall strategy, hemm differenza bejnietna fil-commitment min-naħa tal-gvern lejn dan is-settur u hemm differenza bejnietna fuq il- prijoritajiet li gvern u ieħor jagħti.", "Fejn tidħol overall strategy prinċipalment qed ngħid li l-istrateġija ta' gvern Laburista dejjem kienet li l-ewwel tindirizza l-prodott, tindirizza l-kompetittività u mbagħad meta jkollok prodott kompetittiv you can embark on a promotional campaign.", "L-ewwel soluzzjoni ta' dan il-gvern dejjem tkun żid il-promozzjoni, żid il- promozzjoni, żid il-promozzjoni u ma jindirizzax il-prodott.", "Jien m'iniex qed ngħid li tort tal-ministeru għax jien nemmen li l-ebda ministru tat- turiżmu ma jieħu gost meta jara li l-prodott Malti mhux qed jiġi indirizzat.", "Però l-gvern Nazzjonalista mhuwiex qed jagħti l-istess enfasi fuq il-prodott li kien jagħti jagħti gvern Laburista.", "Jien nitkellem fuq dak li jiġri fil-prattika għax on paper iż-żewġ gvernijiet jagħtu ħafna importanza lill-prodott.", "Imma fl-opinjoni tiegħi, jekk inti għandek prodott ħażin qatt ma tista' tbigħu sempliċement għax qed tirreklamah iktar.", "Se mai, jekk bir-reklamar tiegħek jirnexxilek taqbad iktar turisti, meta dawn jiġu Malta u jsibu li l-prodott mhuwiex kif deher fil-brochure, dan se jiswielna agħar.", "Jien naħseb li mhux ta' b'xejn li l-prodott tagħna, nipprovaw kemm nipprovaw, qatt m'hu qed jirnexxilna nbigħuh bħala an up-market product.", "Fl-overall strategy irridu nħarsu wkoll lejn kif se nirranġaw il-value for money u l-kompetittività tagħna.", "Fir-rigward tal-commitment jien nemmen li l-gvern Laburista kien kommess iktar lejn it-turiżmu.", "Nerġa' ngħid li mhux qed nipparaguna ministeru ma' ministeru, imma gvern ma' gvern għaliex il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien daħħal il-konċett li t-turiżmu m'huwiex ir-responsabbiltà tal- ministeru tat-turiżmu, imma r-responsabbiltà ta' kull ministru li hemm fil- gvern.", "Jammettiha jew ma jammettihiex il-Ministru Refalo, jien inħossha u naraha u bħali qed jarawha ħafna nies fis-settur.", "Illum il-ministeru tat- turiżmu m'għandux dak l-appoġġ mill-ministri l-oħrajn li kellu l-ministeru tat-turiżmu taħt gvern Laburista.", "Issa ħalli niġi għall-priorities.", "Kif diġà semmejt, huwa ċar li l-gvern Nazzjonalista priority waħda għandu, dik li Malta tidħol bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox.", "Donnu fl-Unjoni Ewropea qed jara s- soluzzjonijiet eterni, li dak li m'aħniex kapaċi nsolvu aħna se ssolvihulna l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li din hija politika li sfortunatament qed tiġi qabel il-prijoritajiet ekonomiċi tal-pajjiż.", "Jien nemmen li hemm żewġ lentijiet kif wieħed jista' jħares lejn l-Unjoni Ewropea.", "Hemm min qed iħares lejn l-Unjoni Ewropea mil-lenti politika, whatever the economic repercussions, u hemm min iħares lejn l-Unjoni Ewropea mil-lenti ekonomika u mbagħad jiddeċiedi fuq il-politika.", "S'issa semmejt l-overall strategy, il-commitment u l-prijoritajiet.", "Ħalli nibdew mill-overall strategy u l-problema tal-prodott in ġenerali.", "Aħna dejjem nitkellmu fuq il-prodott u r-reklamar u jien nemmen li t-tnejn huma importanti.", "Ma tistax tgħid li bil-prodott biss timxi u m'għandekx bżonn ir-reklamar, imma lanqas tista' tgħid li bir-reklamar timxi, hu x'inhu l- prodott.", "Naħseb li d-differenza hija li fil-prattika aħna tfajna l-prodott qabel il- promotion.", "U tmur fejn tmur, titkellem ma' min titkellem, kulħadd jeqred fuq il-prodott u s-soluzzjoni dejjem tkun li jitolbu iktar finanzjament biex jagħmlu iktar promotion.", "Din l-istrateġija ssir, imma it has very short term results.", "Jekk aħna m'aħniex se niffokaw iktar fuq il-prodott se jkollna dejjem nirrikorru għas-soluzzjoni ta' iktar flus għall-promotion għax, kif diġà għedt, is-soluzzjoni tar-reklamar hija short term.", "Il- miljuni li tinvesti f'reklamar qed tinvestihom għal ftit xhur, filwaqt li s- soluzzjoni li tindirizza l-prodott hija iktar long term u dak li tinvesti llum fil-prodott qed tinvestih iktar long term.", "Fuq il-karta din tidher differenza żgħira, però nerġa' ngħid li fil-fatt id-differenza hija ħafna ikbar.", "Meta wieħed ikollu prodott tajjeb, bl-istess flus ta' reklamar se jieħu mileage ikbar.", "Jekk wieħed se jirreklama prodott medjokri se jġib tant mileage, imma jekk bl-istess flus ta' reklamar jirreklama prodott tajjeb se jieħu iktar mileage.", "Apparti minn hekk, jekk wieħed jimmira li jżid in-numru ta' turisti biss - għax b'ħafna promotion jien nemmen li tista' żżid in-numru ta' turisti, imma b'ħafna promotion mingħajr prodott tajjeb m'intix se żżid il-kwalità tat-turiżmu - allura nagħmlu kif qed isir, il-privat iraħħas u nżidu r- reklamar.", "Imma jekk irridu ntellgħu l-kwalità bilfors irridu mmorru għal prodott aħjar.", "Rigward ir-rates li jġibu l-lukandiera, dawn daħħluha f'rashom li meta jagħmlu upgrading tal-lukanda u jġibuha 5-Star allura jistgħu jitolbu r-rates li jridu.", "Jien nemmen li r-rates ma ġġibhomx il- lukanda, imma ġġibhom id-destinazzjoni.", "Illum l-aħjar 5-Star hotel li hemm f'Londra, ir-Ritz, iġġib Lm250 ta' kull lejl għax qiegħda f'Londra.", "Iżda jekk taqbad ir-Ritz Hotel u titfagħha f'San Ġiljan se ġġib il-Lm250 li ġġib f'Londra?", "Din iġġib Lm50 daqskemm iġibu l-5-Star hotels l-oħra.", "Allavolja tkun l-istess hotel, imma d-destinazzjoni hija differenti.", "U ħafna drabi d- destinazzjoni tiddetermina r-rate u mhux il-hotel.", "Jekk terġa' taqbad l- istess Ritz Hotel u titfagħha f'nofs id-deżert se terġa' tbaxxilha r-rate.", "Qed ngħid dan ħalli iktar nagħtu importanza lill-prodott tad-destinazzjoni għax inkella jibqgħu jgħidulna, kif ilhom jgħidulna ħafna, li għandna ħafna 5-Star hotels sitting in a 3-Star destination.", "Hawnhekk jien nipponta subgħajja lejn il-gvern għax meta niġu fuq kwalità u servizz il-privat miexi u qed jagħmel ħiltu, imma ħafna mill-ministri ta' dan il-gvern lanqas biss qed jindirizzaw il-bżonnijiet bażiċi ta' toroq, ta' ħmieġ, ta' bajjiet kontaminati, u ta' l-ambjent.", "U hawnhekk wieħed jista' jgħid li għandna a quality gap kbira bejn ir-responsabbiltà tal- privat u r-responsabbiltà tal-gvern.", "Meta nibdew nindirizzaw il-prodott inkunu nistgħu nitkellmu fuq repositioning għax ħafna drabi inti tagħmel ħiltek imma mbagħad inti tiddependi mill-klijent.", "Inutli li minn għada nibdew ngħidu li Malta hija destinazzjoni fuq l-istess livell ta' Pariġi.", "Aħna nistgħu ngħiduha, imma jekk fil-perception tiegħu t-turist ma tellagħniex hemmhekk, ħanqa ta' ħmar qatt ma telgħet is-sema!", "Jiġifieri rrridu nifhmu li fejn jidħol repositioning inkunu qisna qed napplikaw biex nitilgħu, imma jrid ikun it-turist li jagħtina l-approval.", "Mela hu se jtellagħna, mhux aħna se nitilgħu.", "Aħna rridu nagħmlu ħilitna għaliex inkella dan m'hu se jtellagħna qatt.", "Għalhekk qed nistaqsi x'repositioning qed nindirizzaw.", "Se nagħmlu repositioning bil-marketing biss?", "Se mmorru għal repositioning mingħajr ma ntejbu l-prodott?", "Jekk m'aħniex se ntejbu l-prodott ir-repositioning tagħna sejjer lura.", "Jekk f'Malta nimxu pass 'il quddiem u l-kompetituri tagħna jkunu mxew tlieta, automatically aħna mxejna 'l quddiem, imma ġejna repositioned żewġ passi lura għax mal-pass tagħna l-kompetituri tagħna għamlu tlieta.", "Hawnhekk fejn m'aħniex naqblu biżżejjed fuq dak li huwa repositioning.", "Aħna ma rridux li jkollna repositioning tal-brochure biss.", "Aħna ma rridux nagħmlu brochure li fih noffru beaches sbieħ fuq l-istampa u mbagħad jiġi t- turist hawnhekk u jara n-notices li hawn ma jistax jgħum u hemmhekk ikkontaminat!", "Ma jien qed ngħid xejn ġdid.", "Infatti dalgħodu ħadt gost naqra l-artiklu ta' John Grech f'waħda mill-gazzetti, u ħadt gost ukoll nisma' lill-ministru jitkellem fuq l-istess suġġett, jiġifieri m'iniex qed ngħid affarijiet li ma naqblux fuqhom.", "Imma flimkien irridu nagħmlu iktar pressjoni ma' min hu responsabbli minn dawn l-affarijiet, inkella se nibqgħu narmu l-flus il-baħar u nagħżqu fl-ilma.", "L-istess ħaġa fuq storja u kultura.", "X'jiswa li noqogħdu niffanfraw kemm għandna storja u kultura hawn Malta u mbagħad, meta nħajru lit-turist jiġi permezz tal-bochures sbieħ, isib dik it-telqa kollha li għandna f'dak li jirrigwardja l-historical sites!", "Naħseb li kulħadd jaqbel li anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' value for money u l-kompetittività, again jidħol il-prodott għax m'hijiex kwestjoni ta' prezz biss, imma hija kwestjoni ta' kwalità u prezz.", "Hemmhekk joħroġ il-value for money.", "Jien nista' nbigħ prodott medju bi prezz baxx u ngħid li għandu value for money.", "U veru jkollu value for money għax il-prezz baxx u l-kwalità hija medja.", "Imbagħad nista' nbigħ prodott tajjeb ħafna bi prezz għoli u xorta jinbiegħ għax imbagħad ikollu value for money tajjeb ukoll.", "Jien naħseb li fejn jidħol value for money ma nafux fejn qegħdin f'pajjiżna.", "Aktar qabel semmejt Londra u t-Tuneżija, allura ejja nieħdu 5- Star hotel ġewwa Londra u r-rates tagħha.", "Il-kwalità hija tajba u r-rata għolja u dik għandha value for money.", "Issa nieħdu hotel ġewwa t-Tuneżija li toffri prodott medju imma l-prezz huwa baxx ħafna; anke dik għandha value for money.", "Allura Malta fejn qegħdin?", "Jien inħoss li qegħdin sieq waħda fuq naħa u sieq fuq in-naħa l-oħra.", "Jekk ma noqogħdux attenti se nispiċċaw bil-prodott tat-Tuneżija u nippretendu li nbigħuh bil-prezz ta' Londra.", "Sur President, dwar l-issue tal-kompetittivita` rrid ngħid li jiena nemmen li Malta għandu jkollna competitive index tas-settur turistiku biex wieħed jikkalkula jekk il-kompetittivita` hijiex tiela` jew nieżla.", "Jiena niftakar li darba konna tkellimna fuqu u konna tlabna li jsir imma safejn naf jien, jekk m'iniex sejjer żbaljat, sal-lum għadu ma sarx.", "Huwa importanti li dan isir għax dan jagħtik żewġ indikazzjonijiet.", "Jagħtik indikazzjoni jekk il- kompetittivita` interna tiegħek stess hijiex qed tonqos jew tiżdied u jurik l-kompetittivita` esterna tiegħek kif komparata mal-kompetituri tiegħek.", "Jiena naħseb li MTA għandha nies biżżejjed biex dan tagħmlu u tagħmel update tiegħu kull tliet xhur jew kull sitt xhur.", "Naħseb li dan jista' ikun biċċa għodda tajba ħafna f'idejna.", "Sur President, l-Economic Survey ta` din is-sena jirreferi għall-MTA u jgħid li l-MTA is ensuring that Malta maintains a competitive position.", "L- istess, ngħiduha fuq il-karta u ma jsir xejn.", "Jiena nixtieq forsi xi ħadd jgħidli jispjegali x'qed nagħmlu li juri that we are maintaining our competitive position.", "Nixtieq ukoll xi ħadd jgħidli x'riżultati qegħdin niksbu.", "Sur President, dwar il-policy ta` l-akkomodazzjoni.", "Jiena nemmen li m'hijiex ħaġa faċli li tgħid li għandna nżidu s-sodod jew li m'għandniex inżiduhom.", "Imma għandna nibdew infasslu ftit guidelines u nagħtu ftit indikazzjonijiet x'irridu biex is-settur tagħna jkun sostenibbli.", "Meta aħna nitkellmu fuq sustainable tourism aħna dejjem neħduha bħala sustainable tourism mil-lat ta' environment.", "Imma xi darba rridu nibdew inħarsu lejn sustainable tourism mil-lat ekonomiku.", "Huwa sostenibbli li nibqgħu nżidu iktar in-numru ta` sodod meta qed innaqqsu l-volum tax-xogħol u ta' business li ġej?", "Huwa sostenibbli meta mill-1998 sa din is-sena il- bed-stock tela` b'9% u l-bed-nights niżlu b'0.5%?", "Se nibqgħu sejrin hekk u deċiżjoni ma neħdux?", "Jiena mhux qed ngħid li jekk tittieħed deċiżjoni din tittieħed in eternum.", "Qed ngħidu li t-turiżmu jinbidel minn sena għal sena għaliex għandna noqogħdu nibżgħu li ngħidu li se jkun hemm moratorium ta` tliet snin, ta' ħames snin jew ta` għaxar snin?", "Jekk ikun il-business jibda tiela` nibdluhom.", "Jien mhux qed ngħid li nieħdu deċiżjoni issa u nżommuha bħala vanġelu.", "Sur President, hija preokkupanti ħafna li l-bed-nights li ġibna għal kull sodda, din is-sena minn 243 waqa` għal 224.", "Jiġifieri s-sena l-oħra għal kull sodda kellna 243 bed-night.", "Din is-sena dan niżel għal 224 kull sodda.", "Hija ċara li qed ikollna a larger supply ta` sodod with a lower demand ta` turisti.", "Dan jista` jwassal biex innaqqsu r-rati, inċekknu l- profitti a skapitu li nitilfu anke mis-servizz.", "U jekk se nagħmlu hekk, bi prezzijiet baxxi, profitti jiċkienu u jonqos is-servizz, se nkunu qed nattiraw iktar turist down market li iktar ikun qed jitfagħna lura.", "Dan la hu tajjeb għall-pajjiż u lanqas għal min investa flusu f'dan is-settur.", "Fl-opinjoni tiegħi s-sodod nistgħu nżiduhom basta jkollok sodod ġodda li se jirriplejsjaw sodod qodma ta` kategorija iktar baxxa, basta dawn is-sodod jistgħu jkunu marbutin ma' incremental business – u aħna għandna ways and means to secure that - irridu nkunu nafu li se nżidu s-sodod imma kapaċi wkoll li nżidu l-volum u iktar importanti nżidu l-kwalita` u rridu nżommu quddiem għajnejna li ma rridx mmorru għal kategorija waħda ta` sodod.", "Jiena nemmen li Malta għandna bżonn taħlita` ta` turisti.", "Hawn Malta qatt ma tista` tmur għal upmarket biss.", "F'Malta rridu l-volum.", "L-airlines iridu l- volum.", "Jekk aħna mhux se nipprovdu biżejjed volum ta` turisti biex l- airlines ikunu vijabbli li jtiru allura trid tinsa anke l-upmarket.", "Aħna ma nistgħux ngħidu li dħalna in an either or situation, jew għat-tour operators jew għall-upmarket.", "Le, aħna dik iċ-choice ma nistgħux nagħmluha.", "We cannot choose between one and the other.", "Irridu nsibu modus vivendi fejn aħna nipplannjaw, nimmaniġġjaw u nippromowtjaw għat-tnejn għax jekk inti m'intix se ġġib il-volum tat-tour operator tista` taqa` jiesek għax inti mhux se jkollok ajruplani xi ttajjar biex iġġib it-turist upmarket.", "Irridu noqgħodu attenti għax illum it-turist tat-tour operator m'għadux dak ta` qabel.", "Illum t-tour operator m'għadux dak li jġib it-turist one-star u t-two-star biss.", "Għandek tour operators li għandhom erba` u ħames kategoriji ta` turisti u jgħidulek: Id- destination tagħkom m'hijiex tajba għall-kategorija tiegħi.", "Jiġifieri nistgħu mmorru għall-tour operator u għall-kategorija tajba tiegħu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, fil-ħin li għandi nixtieq nitkellem dwar il-punt li qajjem l-Onor.", "Karmenu Vella meta qal li ma jaqbilx mal-mod ta` kif il-ministeru qiegħed jaħdem ma` ministeri oħrajn.", "Fil-fatt jiena kont ippreparat biex nitkellem fuq kif il-Ministeru tat-Turiżmu u s-Segretarjat tiegħi qegħdin naħdmu flimkien.", "Fl-aħħar ftit żmien li l-Onor.", "Vella għamel ministru kien responsabbli wkoll għas-self- employed u huwa minħabba dan is-suġġett li qomt nitkellem.", "Sur President, ma jistax ikollna żvilupp sostenibbli, żvilupp ta` upgrading u kompetittivita` fil-qasam tat-turiżmu jekk kemm-il darba ma jkollniex dik il-kordinazzjoni li semma l-Onor.", "Vella.", "Pero` lill-Onor.", "Vella rrid nserraħlu moħħu li bejn il-Ministeru tat- Turiżmu u s-Segretarjat tiegħi, li huwa responsabbli min-negozji ż-żgħar u s-self-employed li fil-maġġor parti l-operaturi tagħhom huma involuti f'din l-industrija teżisti kordinazzjoni kbira u qegħdin naħdmu tajjeb ħafna.", "Veru li qatt ma kellna okkażjoni li nitkellmu dwar dan u l-kummenti li għadda l-Onor.", "Vella iġibu aktar fil-milja tiegħu s-sehem li proprju se nkun qed nagħti f'dan id-dibattitu.", "Sur President, sa ftit tal-ġranet ilu konna attendejna konferenza flimkien jiena u l-Ministru.", "Mur għid lil min kien qiegħed preżenti f'dik il- konferenza li ftit ta` żmien ieħor kien se jiġri xi ħaġa x'imkien fid-dinja li kellha taffettwa b'mod globali lis-settur turistiku.", "Qed ngħid hekk mhux mhux biex ninħeba wara din l-iskuża, imma qed ngħid hekk biex infiehem xi tfisser globalizzazzjoni lil min għadu ma fehemx.", "Illum m'għadniex nitkellmu fuq suq internazzjonali imma fuq globalizzazzjoni.", "Dan ifisser li kif jiġri xi ħaġa x'imkien, kif ġara dan l-aħħar fi New York, taffettwa wkoll lil dan il-pajjiż.", "Dan qed ngħidu għax ma jistax ikun li jibqa` jkollna operaturi f'dan il-qasam, anke jekk ikun negozjaturi żgħar li m'humiex involuti direttament imma li qegħdin jieklu minn fuq dan i-settur b'mod indirett, li jaħsbu li n-negozju tagħhom jista` jiġi effettwat biss minn x'jiġri f'dan il-pajjiż.", "M'huwiex hekk.", "Dak li seħħ fil-11 ta` Settembru fi New York huwa prova ta` dan.", "Jekk il-globalizzazzjoni konna qed narawha bħala xi ħaġa li ma tantx jimportana minnha, proprju f'dan il-qasam għandna eżempju ħaj kif dak li jiġri madwarna jaffettwana.", "Allura l-politika Maltija trid tkun relattiva mal-politika globali.", "Ma jistax ikun li aħna mmorru f'direzzjoni meta l- kumplament tal-pajjiżi sejrin f'direzzjoni oħra.", "L-Onor.", "Vella qal li l- kompetituri tagħna jistgħu qed jagħmlu tliet passi 'l quddiem u aħna, skond hu, għamilna pass wieħed.", "Jekk irridu nibqgħu kompetittivi jrid ikollna l- aħjar informazzjoni fuq x'inhu jagħmel ħaddieħor, x'inhuma jagħmlu ta' madwarna, biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu dik il-qabża ta' kwalita` li nkunu neħtieġu nagħmlu għax ħafna drabi hija l-kompetittivita` li tpoġġik f'postok fin-negozju.", "Illum il-ġurnata rridu nifhmu li aħna mhux biss qed nikkompeti bejnietna, lukandier ma' ieħor, restaurant ma` ieħor f'lokalitajiet differenti jew suq lokali ma` ieħor, imma qed nikkompetu wkoll destinazzjoni ma` destinazzjoni.", "Qegħdin nikkompetu wkoll mhux biss bħala pajjiż imma anke fuq ħsieb politiku.", "Importanti li bħala ħsieb politiku aħna ma jkollniex dawk id- differenzi ma` pajjiżi li nkunu qed nikkompetu magħhom.", "Hawnhekk tidħol il- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan b'relazzjoni man-negozji ż- żgħar u mhux b'relazzjoni mal-lukandiera l-kbar li wkoll ħafna minnhom huma negozji tal-familja, imma to a greater extent.", "Tan-naħa l-oħra qed jgħidu li l-fissazzjoni li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern isieħeb lil Malta fl- Unjoni Ewropea hija l-unika triq li għandu.", "Aħna mhux qed ngħidu li din hija l-unika triq u m'hemmx salvazzjoni mod ieħor.", "Imma jekk verament irridu nikkompetu u ma nħallux lil ta` madwarna jilħquna aħna rridu nagħmlu pass 'il quddiem li forsi aħna nistgħu nagħmluh u, per eżempju, Tunes, l- Eġittu u l-Libja ma jistgħux.", "U dan il-pass 'il quddiem m'huwiex a free trade agreement biss bħalma jistgħu jagħmlu Tunes, il-Libja u l-Eġittu u bħalma qed jipproponu li għandna nagħmlu n-naħa ta` l-oppożizzjoni għax inkella f'dan il-qasam inkunu bl-istess competitive edge bħalma għandha Tunes u bħalma għandhom il-pajjiżi ta` l-Afrika ta` Fuq.", "Mela m'hijiex fissazzjoni l-priorita` li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Hija l-mod ta` kif aħna jista` jkollna abbilta` kompetittiva iktar milli għandhom dawn il- pajjiżi ġirien tagħna.", "Sur President, min għandu lukanda jew restaurant illum mhux biss irid jara kif jagħmel biex jidħol flimkien mal-franchise li se tagħtih isem iktar importanti u tagħtih ukoll l-istandard ta` kif se jmexxi m-negozju tiegħu, l-istandard tal-behaviour tiegħu u kif il-ħaddiema tiegħu se jikkomparaw tajjeb, like with like, ma` negozji f'pajjiżi oħrajn.", "Dan huwa biss eżempju ta` x'jiġri f'lukanda jew restaurant.", "Immaġina bħala pajjiż kemm ikunu kapaċi ntejbu l-kompetittivita` tagħna jekk l-istandards ta` l- ambjent u tal-baħar tagħna jkunu kkomparati fuq l-istess għodod li qed jaħdmu fuqhom u jikkomparaw lilhom infushom pajjiżi li diġa` huma membri fl- Unjoni Ewropea.", "Din hija l-fissazzjoni tagħna.", "M'hijiex fissazzjoni biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, imma hija fissazzjoni biex inkomplu ntejbu l- kompetittivita` tagħna.", "Ħażin dan?", "Ma naħsibx li huwa ħażin u hawn fejn aħna ma naqblux ma` l-oppożizzjoni u għalhekk għandna r-raġun kollu li naħdmu biex f'kull qasam ngħollu l-livell ta` l-istandards ħalli naraw li din il-competitive edge ma tintilifx.", "Sur President, ma jistax ikollok biss policies maħdumin tajbin li jolqtu settur, wasal iż-żmien li tara dawk il-policies tajbin kif se jolqtu lil min se jkunu qed jikkonċernaw, kif se jolqtu lill-operaturi li se jkunu qed jużaw dawk il-policies.", "Naħseb li spiċċa dak iż-żmien li jkollok gvern li jaħseb kif se jagħmel policy pero` ma jimportahx mill-operat ta` dik il- policy, se jagħmel skema u ma jimportahx lil min se tolqot dik l-iskema.", "Għax dan il-gvern jemmen li spiċċa dak iż-żmien mhux qed jaħdem hekk.", "Imma qiegħed jaħdem bil-kuntrarju.", "Irridu naraw – u għalhekk jeżisti s- segretarjat tiegħi biex naħdmu għal dan l-għan – li filwaqt li ministeri oħra jkunu qegħdin jagħmlu l-policies aħna nagħtuhom il-feedback ta` kif dawk il-policies jistgħu ikunu qed jolqtu fit-triq.", "Jiena naqbel li waħda mill-aħjar statistika hija t-triq, imma l-common base ta` l-istatistika tat- triq hija l-individwaliżmu u l-egoiżmu li trid toqgħod attent għalihom.", "Jiena nifhem li meta qed niżviluppaw il-politika imprenditorjali, meta trid tpoġġi fil-priorita` lill-individwu u mhux lid-ditta, trid tara kif il- policy tiegħek se tolqot lil dak l-individwu li tkun qed tapplikaha għalih.", "Din l-evalwazzjoni aħna nipprovaw nagħmluha anke bil-konsultazzjoni kontinwa li jkollna ma` diversi rappreżentanti u għaqdiet tan-negozji fosthom rappreżentanti tal-coaches, tal-karozzini, tal-furnara u ħafna oħrajn li indirettament qegħdin joffru parti sostanzjali minn dan il- prodott li jissejjaħ \"destinazzjoni Malta\".", "Dan il-prodott m'huwiex magħmul biss mil-lukandiera li fl-aħħar mill-aħħar uħud minnhom jikkomparaw mal- SMEs jekk immorru fuq l-iskala tat-tifsira ta' SMEs għall-Unjoni Ewropea.", "Allura biex inkunu iktar kompetittivi u jkollna l-value for money huwa importanti li jkollna din it-tip ta` kordinazzjoni li semma l-Onor.", "Vella.", "Din it-tip ta` kordinazzjoni nxebbaħha ma` logħba football.", "Kieku konna qegħdin nilagħbu logħba football il-Ministru Refalo jtella` l-ballun lejn il-lasti u jqassmu lil sħabu, ma jibqax iżommu sakemm jiskorja hu għax inkella jeħduhulu l-players tat-team l-ieħor.", "Ma jistax ikun li jaqbad il- ballun u jibqa` tiela` waħdu u jiskorja.", "Illum il-ġurnata l-iscore irid isir b'sinerġija u b'teamwork ma jistax ikun naħsbu li l-iscore jrid isir minn wieħed individwali.", "Sur President, matul din is-sena jiena kelli laqgħat f'49 komunita` mas- setturi tan-negozji ż-żgħar.", "Mort f'diversi lokalitajiet u wħud minnhom huma lokalitajiet turistiċi.", "Kull ġimgħa kellimt grupp ta` nies dwar kif se ntejbu l-kwalita` kompetittivita` li dik il-lokalita` toffri.", "Anke jekk morna Ħal Qormi jew Ħal Safi dejjem tkellimna dwar kif nistgħu nagħmlu dik il-komunita` iktar attrajenti għat-turisti u mhux sempliċiment jeħduhom hemm biex forsi jaraw xi knisja bħalma jagħmlu l-Mosta u wara jirkbu fil- coaches u jitilqu 'l hemm, lanqas ikollhom ċans jidħlu f'ħanut fil-pjazza.", "Lanqas għandhom ċans jixtru xi ħaġa għax kemm daħħluhom l-knisja u ħarġu.", "Biex inkabbru dan is-settur għandna bżonn li nkomplu niżviluppaw il- heritage tourism.", "Imma importanti li nfehmu għax dan ma jsirx billi xi ħadd ifaqqa` subajgh u jgħid: Min għada se jkollna l-heritage tourism.", "Mhux billi jkollok il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Awtorita` dwar it-Turiżmu, irid ikollok ukoll il-kunsilli lokali li jifhmu l-priorita` tas-settur kummerċjali u flimkien jaslu li jaqblu x'għandu jsir għall-ġid ta` dan il- qasam.", "Għalhekk aħna żviluppajna l-politika kummerċjali li tagħtina l- opportunita` li mmorru f'kull komunita` u naraw kif għandna naħdmu flimkien.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li dan il-gvern li qiegħed fittielet sena tiegħu waqqaf ukoll il-Kunsill Malti għall-Artiġġjanat.", "Dan il-kunsill twaqqaf b'kordinazzjoni sħiħa ma' diversi ministeri.", "Aħna qegħdin naħdmu ħafna fuq dan il-qasam.", "In-nefqa tal-konsum żdiedet f'dan il-pajjiż.", "Mela la żdiedet in-nefqa tal-konsum żdied ukoll is-sehem li nefaq it-turist.", "Allura huwa imporanti li nfehmu lil kull min qiegħed fin-negozju, anke dak li jarma fuq il-monti, li jekk qed nitkellmu fuq kif jista` jkollna prodott ta' kwalita` aħjar u fuq kif nistgħu norganizzaw is-swieq inkunu qegħdin nagħmlu hekk ħalli jkollna din il-kordinazzjoni li twassal biex anke t- turist, mar fejn mar, ikun qed jara xi ħaġa organizzata.", "Sur President, ħaġa oħra li rrid ngħid huwa li ma kienx fair meta ftit tal- ġranet ilu waqt id-diskussjoni fuq il-patrimonju kulturali l-Onor.", "Evarist Bartolo qal li l-Kunsill Malti għall-Atriġġjant mhux qed jaħdem.", "Dan huwa kunsill li fl-ewwel sentejn tal-gvern tagħna wassalnih biex jibda u huma fis-sentejn li għamlu fil-gvern kienu għadhom lanqas biss bdew.", "Fit-tielet sena tagħna ħriġna pjan dettaljat ta` x'se jkunu l-inizjattivi li se nieħdu, imbagħad jiġi xi ħadd min-naħa l-oħra li meta kellu ċ-ċans hu jagħmel xi ħaġa m'għamilhiex u jgħidilna li dan il-kunsill mhux qed jaħdem.", "Sur President, l-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija fuq l-iżvilupp tal-crafts village f'ta` Ta` Qali.", "Wara li kważi għalaqna d-diskussjoni ma` dawk li qegħdin jaħdmu f'ta` Ta` Qali u rajna x'inhuma l-preokupazzjonijiet tagħhom u wara li ddiskutejna ma` l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u ħriġna d-development brief, lestejna wkoll id-diskussjonijiet mal-Land Department.", "Kieku ridna stajna ħriġna l-kuntratti.", "M'għamilnix dan minħabba l-preokupazzjoni tan- tenants li bdew jgħidu ma jafx x'se jiġri minnhom fil-fażi tat- transizzjoni, fil-perjodu meta jinħatt dan il-crafts village biex jinbena ieħor, u x'se jiġri jekk kemm-il darba jkun hemm sub-leasing, għax id- Dipartiment ta` l-Artijiet qalillhom li dan jista` jsir.", "Issa infetħu l- konsultazzjonijiet mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet li taħtu jaqa` l- kordinament kollu tal-formal gardens.", "Allura rridu naraw li l-pjanti tal- villaġġ ikunu kompatibbli mad-disinji maħsuba għall-formal gardens.", "Allura biex aħna nkunu nistgħu naslu għall-aħjar riżultati posibbli bħalissa qed isiru l-pjanti biex meta jintgħażel il-kuntrattur li se jaħdem dan il- villaġġ ikun hemm diġa` l-pjanti ta` x'se jkun qed jagħmel u b'hekk kulħadd ikollu moħħu mistrieħ.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru tat-Turiżmu.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, l-ewwel kelma tiegħi rrid ngħidha b'dover u bi pjaċir.", "Nixtieq nirringrazzja lil kull min tkellem f'dan id- dibattitu.", "Din mhux sempliċiment grazzi formali, imma nixtieq nifraħ lil min tkellem f'dan id-dibattitu.", "Għaliex?", "Għax illum din il-Kamra s'issa rat – u nispera li nkompli hekk jiena wkoll – mod kif wieħed jispjega u mod kif bniedem jagħti l-punto di vista tiegħu u allavolja l-għamla tal-Kamra hija li għandna gvern fuq naħa u oppożizzjoni fuq oħra, irrid ngħid li dibattitu daqhekk importanti dwar industrija daqshekk importanti meta naslu biex nagħmlu d-division f'moħħna fil-fatt ikollna ż-żewġ voti favur għalkemm meta niġu fil-prattika wieħed jgħid iva u l-ieħor jgħid le.", "Għalhekk jiena nista` naqbel ħafna u nista` nifhem dak li qal l-Onor.", "Vella u anke l-Onor.", "Vassallo, pero` ovvjament l-istatistika ħafna drabi, kif dejjem ngħid jien, qisha plasticine u tagħtiha l-forma li trid.", "Ħaġa hemm ċerta li l- konsistenza ta` dik is-sustanza tista` tagħmel biha li trid u tibqa` konsistenza waħda f'id wieħed u l-oħra f'id ieħor.", "Din l-istess ħaġa bħall- istatistika.", "Jiena llum stajt ukoll ninbarka biex immeri dik l-istatistika, imma ma nistax immeri l-istatistika fattwali.", "L-Onor.", "Vella qagħad fuq l- istatistika fattwali, pero` imbagħad għamel l-interpretazzjoni tiegħu u jiena wkoll nista` nagħmel l-interpretazzjoni tiegħi dwraha.", "Pero` xtaqt li llum ma neħux dik il-linja, għalkemm fuq punt wieħed żgur ma nistax naqbel miegħu għax kif għedt is-sena li għaddiet ma tistax tagħmel paraguni bejn il-bed-nights ta` l-1999 u sena 2000.", "Il-paraguni tista` tagħmilhom bejn is-sena 2000 u sena 2001 għax bejn l-1999 u sena 2000 kienet tbiddlet is-sistema ta` l-għadd u tal-kalkolu tal-bed-nights.", "Sur President, jiena naħseb li l-aktar punt kruċjali li għamel l-Onor.", "Vella huwa li saħaq ħafna fuq il-kordinament bejn il-ministeri, u għandu raġun.", "Jiena, bi pjaċir, nixtieq ngħid li l-kordinazzjoni teżisti.", "Ma rridx ngħid li jiena sodisfatt għall-aħħar.", "Fil-fatt jien ma nkun sadisfatt qatt mhux sempliċiment għall-kordinazzjoni jew għar-riżultati għax la darba f'dan il-pajjiż tgħid li int sodisfatt, kważi kważi, kulħadd imur jorqod u l-ġurnata ta` wara jeħodha leave.", "Jiġifieri ma jaqbillek qatt li tgħid li inti sodisfatt.", "Tgħid li għamilna progress, imma dan il- progress irid jikber u jkompli iktar fit-tul.", "Għalhekk apparti milli nuri li teżisti din il-kordinazzjoni, li kif qal l-Onor.", "Vella hija tant importanti, illum jiena se nitkellem fuq linja wiesgħa mhux ħażin.", "Se ndaħħal l-ministeru u l-MTA li hija parti mill-ministeru, pero` m'iniex se nikkonċentra ħafna fuq l-awtorita` allavolja din għamlet ħafna u għad trid tagħmel ħafna.", "Imma dalwaqt ikollna d-debate dwar l-estimi ta` l- awtorita` u allura inkun nista` nikkonċentra fuq l-awtorita` f'dak id- debate li normalment isir fi Frar.", "Pero` d-dibattitu tat-turiżmu ma jieqafx hawnhekk.", "Id-dibattitu tat-turiżmu huwa dibatittu li jibqa' sejjer matul is-sena kollha u dan id-dibattitu, anke f'din il-Kamra, m'huwiex dak id-dibattitu li kellna s'issa.", "F'din il-Kamra, qabel kien hawn min tkellem dwar it-turiżmu u ovvjament jiena ma nistax inħalli ċerti kummenti li għaddew, liema kummenti ma kenux bħal ta` l-Onor.", "Vella li kellu bażi fuq hiex jitkellem.", "Sfortunatament ħafna drabi jkun hawn min jitkellem, mhux l- inqas il-Kap ta` l-Oppożizzjoni li jaqbad jitfa` xi ħaġa bl-iktar mod assolut imbagħad meta inti tgħarbilha u tistħarreġ sew x'ikun qed jgħid tinduna li dan il-bniedem, almenu f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu, qiegħed ftit 'il bogħod mir-realta` u ħafna drabi jagħtini l-impressjoni li ma jkunx jaf eżatt x'qed jiġri madwaru.", "Għalkemm jiena diġa` rrispondejt għal dawn il-kummenti barra minn din il-Kamra nħoss li għandi nerġa` nirrispondi għalihom ħalli jiġu recorded f`din il-Kamra wkoll.", "Sur President, nibda biex ngħid li dan huwa budget tajjeb għat-turiżmu, aktar 'il quddiem nispjega daqsxejn għaliex, u nifhem ukoll li wieħed jipprova jċekken il-fatt li dan huwa budget tajjeb għat-turiżmu.", "Ħafna drabi l-iktar mod intelliġenti li wieħed jċekken huwa li ma ssemmi xejn.", "Pero` meta tiġi biex issemmi u meta ssemmi tagħmel l-iżblaji, imbagħad ovvjament tieħu reazzjoni, kif qed nirreaġixxi jien illum, u l-konklużjoni tiegħi, nerġa' ngħid, tkun li ċerti kummenti li saru hawnhekk juru li bniedem ma jsegwix jew inkella ma jifhimx.", "Jiena ma naħsibx li l-Kap ta` l- Oppożizzjoni ma jifhimx imma naħseb li ma jsegwix.", "Per eżempju, qalilna li neħħejjna l-iskema tat-tour operator support scheme meta skond hu – u fil- fatt huwa veru – aħna wegħedna li se nifirxuha ma swieq oħra.", "L-ewwelnett mhux veru li aħna neħħejna t-TOSS.", "Kulħadd jaf, u l-Kap ta` l-Oppożizzjoni messu jaf ukoll, li tneħħiet biss l-iskema tas-sussidju fuq ir-rata tal- kambju għas-suq Ingliż.", "It-TOSS m'hijiex skema waħda, imma hemm diversi skemi u dik hija l-iskema li tneħħiet.", "It-TOSS fil-fatt għadha qed titħaddem.", "Għadna nippremjawh lis-suq Ingliż, payment on performance, u biex naqdu l-impenn tagħna elettorali din l-iskema offrejniha wkoll lill- ooperaturi Ġermaniżi u għal swieq oħra hemm inizjattivi ta` joint promotion.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni daħak għax fil-budget jissemma li r-rata ta` 5% VAT fil-fatt m'hijiex se tinbidel.", "L-Onor.", "Sant messu jaf li hemm impenn da parti tal-gvern ma` l-operaturi f'dan is-settur li jekk aħna nkunu se ngħollu r-rata tal-VAT nagħtu pre-avviż ta` tmintax-il xahar ħalli l- operaturi jkunu jistgħu jippjanaw bil-quddiem.", "Naħseb li dan juri wkoll kif teżisti koperazzjoni bejn ministeru u ieħor, f'dan il-każ bejn il- Ministeru tal-Finanzi u l-ministeru tiegħi.", "Dan il-pre-avviż huwa importanti għax il-forward planning huwa neċessarju, kif ġara s-sena li għaddiet meta ftehmna dwar finanzjament għal erba` snin bil-quddiem biex l- MTA tkun tista` tiffinanzja l-miżuri tal-pjan li skond il-Kap ta` l- Oppożizzjoni, u mhux skond l-Onor.", "Vella li jsegwi, ma jeżistix.", "Irrid infakkar li skond il-Kap ta` l-Oppożizzjoni t-turiżmu miexi bla pjan u bla viżjoni.", "Issa dan huwa pjan li huwa ppubblikat, pjan li ssemma f'din il- Kamra, pjan li ssemma barra minn din il-Kamra, pjan li tista` tniżżlu mill- internet u pjan li jafu bih l-operaturi imma l-Onor.", "Sant jgħid li ma jafx li jeżisti dan il-pjan.", "Irrid ngħid ukoll li dan huwa pjan li, ġimgħa qabel ma tkellem l-Onor.", "Sant, kien is-suġġett tal-konferenza annwali ta` l- awtorita` bil-ħsieb li jiġi aġġornat.", "Jien naċċetta li l-Kap ta` l-Oppożizzjoni ma jaqbilx mal-pjan jew jikkritikah jew jgħid li mhux se jintlaħqu l-miri tal-pjan imma żgur li qatt ma jista` jgħid li m'hemmx viżjoni u lanqas pjan.", "Għalhekk jiena ngħid: Nistgħu nieħdu kummenti bħal dawn tal-Kap ta` l-Opożizzjoni bis- serjeta`?", "Jiġi hawnhekk u jgħidilna li down turn mis-suq Ingliż huwa riżultat ħażin ħafna għax Malta nefqet iktar minn Lm1 miljun biex tieħu sehem fl-Expo ta' Hanover.", "Issa l-Expo ta' Hanover ftit kellu x'jaqsam mat- turiżmu, tant li meta l-ministeru tiegħi u l-MTA ġew mitluba biex jagħtu kontribut jiena opponejt li għandu jsir kontribut għax ridt niżgura li l- flus li jiġu mogħtija lil MTA jiġu wżati bl-iktar mod cost effective u ma deherlix li fl-Expo ta` Hanover kienu se jagħtuna riżultati.", "Barra minnhekk kulħadd jaf li n-nuqqas ta` turiżmu mill-Ġermanja ġej mill- problemi ta` l-operatur FTI jew il-Frosch li kellu 50% tas-suq Malti.", "Dan falla, nxtara mill-air tours li għamlu l-ekonomija u r-restructuring u ħassru ħafna mill-programmi li kellhom madwar id-dinja, fosthom 50% għas- suq Malti.", "Dawn huma affarijiet li donnu jafhom kulħadd ħlief l-editur ta` \"Il- KullĦadd\", il-Kap ta` l-Oppożizzjoni u l-gazzetti tal-GWU li kollha jgħidu l-istess affarijiet.", "Dawn huma ċirkostanċi u fatti li ħsiebna għalihom kif fil-fatt ħsiebna, fil-pjani ta` l-MTA, għan-nuqqas li kien se jkun hemm mil- Libja għax tneħħew is-sansjonijiet tal-United Nations u għan-nuqqas li kien se jkun hemm mill-Olanda wara li falla operatur u hekk minn dawk is-swieq naqset l-air seat capacity.", "Jiena ma kellix il-kapaċita` li nżomm lil Frosch jew lill-operatur Olandiż milli jfallu jew lill-United Nations li jneħħu s-sansjonijiet u x'kien se jagħmel ħaddieħor, li forsi huwa ikbar minni, ma nafx.", "Pero` ċertament dawn kienu fatti li aħna kellna niddiljaw bihom.", "Minn dawn is-swieq konna bassarna telf ta' 80,000 turist.", "L-idea kienet li nirpiljawhom minn swieq oħra u sa Settembru, qabel seħħet it- traġedja tat-terroriżmu fl-Amerika li minħabba fiha matul dak ix-xahar u x- xhur ta` wara ġarrabna telf ta` eluf ta` turisti l-aktar li kienu bbukkjati għall-konferenzi u għal-laqgħat f'Malta, l-operaturi Maltin u l-awtorita` u forsi xi ftit mertu jista` jieħdu l-ministeru wkoll irnexxielna li flok nitilfu bejn 3% jew 4%, kif kien imbassar, nitilfu biss 1%.", "Minn telf imbassar ta` 80,000 it-tnaqqis kien ta` 13,000, il-figura li semma l-Onor.", "Vella.", "Dan fisser żidiet mill-Ingilterra, minn Franza, mill-Italja u għadd kbir ta` swieq oħra.", "Żidiet li fil-fatt ma ġewx mill-ajru imma b'ħidma min- naħa ta` kulħadd.", "Iżda l-ikbar żieda u l-iktar waħda li tgħodd kienet dik ta` 900,000 lejl aktar li t-turisti damu Malta meta mqabbel ma` l-ewwel disa` xhur tas-sena 2000.", "Sur President, jiena għamilt kumment li ma rridx inħallih mhux issustanzjat meta għedt li dan huwa budget tajjeb għat-turiżmu.", "Fil-fatt dan huwa budget li qed jibni fuq is-sisien sodi tal-budget tas-sena li għaddiet.", "B'dan il- budget il-gvern qed jikkonferma l-impenn tiegħu favur it-turiżmu u qed jirrikonoxxi s-siwi ekonomiku tas-settur u l-apprezzament sħiħ tal-gvern li t-turiżmu huwa mezz li minnu fil-fatt jiekol u jgawdi kulħadd.", "Fil-fehma tiegħi l-budget tas-sena 2002, kif għedt pubblikament barra, hu platform tajjeb għat-tisħiħ u għar-recovery ta' l-industrija u fil-fatt jagħti wkoll spinta lit-turiżmu biex jirpilja mill-effetti ta` l-istraġi tal-11 ta` Settembru.", "Il-gvern konxju li għaddejjin minn żmien mhux normali, u żmenijiet mhux normali jitolbu finanzjament u anke miżuri mhux normali.", "Jitolbu aktar flus biex jissaħħaħ ir-riklamar titwassal il-kelma u jitfasslu strateġiji li jitlob il-mument.", "Għalhekk bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi u wara diversi laqgħat mal- Ministru Josef Bonnici - hawnhekk ukoll tidher il-koperazzjoni – apparti dak li joħroġ mill-estimi ġejt mogħti l-assigurazzjoni u l-impenn li t- turiżmu jingħata aktar flus għan-nefqa matul is-sena.", "Għamilna żmien ma konniex qegħdin inħabbru dan l-ammont, għax ovvjament meta wieħed ikollu xi flus għar-reklamar ikun hemm ħafna nies li jippretendu li għandhom jieħdu sehemhom meta ħafna drabi ma jkunx mistħoqq, pero` issa la darba l-pjani tfasslu u ġie deċiż kif se tiġi allokata n-nefqa addizzjonali nista` nisvela li l-gvern poġġa għad-dispożizzjoni tal-qasam tat-turiżmu, over and above minn dak li hemm fl-estimi, Lm1 miljun oħra.", "Sur President, biex jinċentiva l-industrija l-budget iniedi skema ġdida ta` self sussidjat għar-refurbishment li jutilizzawh ħafna lukandi li huma ta` kategorija medja u inqas.", "Kif qal l-Onor.", "Vassallo dan is-settur huwa miżgħud bl-SMEs, l-iżjed fil-qasam tal-provvista ta` servizzi u għalhekk it- turiżmu jgawdi wkoll minn dawn l-iskemi ta` nuqqas ta` burokrazija li huma aktar streamlined ukoll.", "Barra minn hekk kulħadd jaf li żdied il-prezz tad- diesel internazzjonalment, pero` nħadmet formola biex il-prezz tiegħu flimkien ma` dak tal-pitrolju jiġi ssussidjat u hekk jiġu kkontrollati tajjeb u aħjar l-ispejjeż tal-heating tal-laundry u tat-trasport fil- lukandi.", "Sur President, miżura oħra li l-budget qiegħed jintroduċi li hija ta` vantaġġ ukoll għat-turiżmu kif inhija wkoll ta` vantaġġ għal kull negozju hija l-mod ta` kif jiġi kkalkulat id-deprezzament.", "Irrid ngħid ukoll li l- liġi ta` l-income tax se tiġi emendata wkoll biex l-industriji, inkluża dik tat-turiżmu, igawdu l-benefiċċji għat-tnaqqis ta` spejjeż ta` pre-trading u ovvjament fl-industrija tat-turiżmu jkun hemm spejjeż fit-taħriġ tal- ħaddiema li jiġu eżentati wkoll.", "Il-budget isemmi wkoll il-proġett pilota ta` private/public partnership għat-tisħiħ tal-Bajja ta` San Ġorġ - u hawnhekk qed nitkellmu wkoll dwar il-prodott turistiku – u barra minnhekk għandna wkoll diversi inizjattivi ta` ministeri oħra, bħalma huma afforestation u żvilupp tal-kultivazzjoni tal-fjuri fuq is-central strips u roundabouts.", "Fil-budget jingħad ukoll li mhux se tiżdied ir-rata tal-VAT u hemm prevista wkoll is-somma ta` Lm1 miljun biex ikomplu l-proġetti ta` tisħiħ f'żoni turistiċi.", "Ma` dan irridu nżidu wkoll numru ta` proġetti li qegħdin f'idejn il-ministeru bħalma huwa l-marine park u dawk li qed tħejji u tmexxi l- awtorita` stess bħalma huma t-tisbiħ ta` nħawi u ġonna kif ukoll proġetti oħra ta` xejra ambjentali u kulturali.", "Dwar dan nixtieq nagħmel enfasi għax fil-fatt l-awtorita` llum m'għadhiex biss titkellem dwar il- promozzjoni u l-marketing biss, daħlet f'diversi oqsma oħra u rrid ngħid li jiena se nirriserva li nitkellem dwar dan l-aspett meta nkunu qed niddiskutu l-estimi ta` l-awtorita` għax f'dawn l-oqsma l-awtorita` għamelt ħafna xogħol sostanzjali.", "Sur President, kantaliena oħra li tiġi ripetuta mill-kelliema ta` l- oppożizzjoni hija li l-gvern m'għamel xejn għajr li ħela ż-żmien.", "Il-Kap ta` l-Oppożizzjoni allega kemm-il darba t-telqa u n-nuqqas ta` viżjoni u jiena nħalli għal din il-Kamra u għal min qed jismagħna fuq il-mezzi tax- xandir biex jiġġudika kemm hemm verita` f'din l-allegazzjoni li jagħmlu l- kelliema ta` l-oppożizzjoni.", "Għalhekk se nitkellem dwar it-tagħlim u taħriġ li huma ċ-ċavetta għas-suċċess għal min jagħżel karriera fit-turiżmu.", "Jien mill-bidunett ridt nagħti l-attenzjoni speċjali lill-ITS u rnexxieli nerġa' ngħolli l-istandards f'istitut ta` importanza strateġika għall- industrija tat-turiżmu.", "Fil-fatt kien hawn min allega, f'din il-Kamra stess, li ridna nċaħħdu liż-żgħażagħ u nillimitawlhom l-aċċess għat- tagħlim, pero` dak li rnexxielna nagħmlu huwa prova ta` kemm kienu żbaljati.", "Per eżempju, fl-ITS qatt qabel is-sena 2000/2001 ma ngħata taħriġ lil madwar elf student.", "Mhux talli ma llimitajnihx l-aċċess talli kabbarnih.", "Kontrarjament għal dak li qal l-Onor.", "Abela u warajh l-Onor.", "Bartolo, meta tkellmu fid-dibattitu dwar l-edukazzjoni, m'huwiex veru li din is-sena tħallew barra kważi nofs iż-żgħażagħ li applikaw biex jidħlu fl- ITS.", "Jien hawnhekk għandi tabella li apparti li turi li kabbarna l- faċilitajiet li kien hemm fi żmien gvern Laburista, li dak iż-żmien kienu jsejħulu ġdid, turi wkoll li kienu xi tletin l-istudenti li ma kienx hemm post għalihom u mhux il-200 li ssemmew f'din il-Kamra.", "Fil-fatt din is-sena daħal numru tajjeb ta` studenti ukoll u dawk li ma daħlux fl-institute, ma daħlux għax ħafna minnhom bidlu l-idea, oħrajn ma marrux għall-interview u oħrajn ma kellhomx kwalifiki.", "Għal din is-sena fl-ITS ġew introdotti foundation courses ġodda li jikkumplimentaw il-courses li diġa` kellna u fis-sajf 213-il student ħadmu f'lukandi Maltin filwaqt li 130 student marru jaħdmu għal sena f'lukandi fl- Ingilterra, l-Irlanda, l-Italja, Franza u l-Olanda.", "Fl-istess ħin l- awtorita` b'finanzjament ta` l-Unjoni Ewropea batgħet 120 ħaddiem mill- industrija tat-turiżmu fuq placement edukattiv taħt il-programm Leonardo u mill-84 midalja tad-deheb li ntrebħu madwar id-dinja fis-City and Guilds erba` ntrebħu mill-istudenti ta` l-ITS u b'hekk l-ITS reġa` rnexxielu jikseb ir-rikonoxximent tal-HCIMA li kien tilef snin ilu u issa ġie rikonoxxut ukoll mir-Royal Society for the Promotion of Health.", "Bi pjaċir irrid inħabbar li bi ftehim bejn l-ITS u l-Universita` tfassal kors u daħlu għalih ħmistax-il għalliem ta` l-ITS.", "12 mill-għalliema li attendew għal dan il-kors, għax tnejn minnhom marru jaħdmu band'oħra u l-ieħor siefer jew qaleb il-professjoni, ma nafx eżatt, temmewh b'suċċess u kisbu Certificate in Tourism Education.", "Fl-istess ħin sar ħafna xogħol ta` refurbishment fl-ITS u ġie stallat ukoll computer LAN.", "F'dawn is-sentejn saret riċerka biex jiġi stabbilit kemm minn dawn l-istudenti ta` l-ITS baqgħu jaħdmu fl-industrija.", "Din kienet riċerka neċessarja u għalkemm sfortunatament damet ħafna ma tlestiet, fl-aħħar tlestiet u bi pjaċir inħabbar li 77.6% mill-istudenti li daħlu fl-ITS għadhom isegwu l-vokazzjoni tagħhom, li hija perċentwali għolja ħafna.", "Ta' min jgħid li se ssir riċerka biex jiġi stabilit x'ġara mit-22.4% li ma baqgħux isegwu l-vokazzjoni tagħhom.", "Jista' jkun li żżewġu, jista' jkun li emigraw, jista' jkun li ma baqgħux jaħdmu u jista' jkun ukoll li qed jaħdmu f'xi industrija oħra li għandha x'taqsam mat- turiżmu, pero` huwa importanti li wieħed ikun jaf eżattament x'inhuma r- raġunijiet li għalihom dawn l-istudenti ma baqgħux isegwu l-vokazzjoni tagħhom, anke biex wieħed jara jekk dak l-investiment li qed jagħmel il- poplu fit-tagħlim u fit-taħriġ huwiex qed jagħti r-riżultati mixtieqa.", "Ta' min jgħid li fl-ITS daħħalna policy ġdida fejn l-istudenti Maltin u Għawdxin qed igawdu minn diversi opportunitajiet meta jmorru f'chain hotels barra minn Malta.", "Naturalment l-istess qed isir fir-rigward ta' studenti barranin li jżuru Malta għax aħna ħassejna li it's only fair li lil dawn l- istudenti nagħtuhom l-istess opportunitajiet li qed jingħataw l-istudenti Maltin u Għawdxin.", "Fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, il-gvern kiseb ftehim eċċellenti dwar il-ħaddiema Maltin u Għawdxin li jixtiequ jaħdmu fl- Ewropa, u dan minkejja li kif taf il-Kamra, għal xi żmien hawn Malta mhux se joħorġu iktar work permits għall-ħaddiema barranin.", "Fl-Unjoni Ewropea hemm nuqqas ta' ħaddiema mħarrġa fis-snajja' tat-turiżmu u għalhekk m'hemmx theddida ta' invażjoni ta' ħaddiema barranin li jieħdu xogħol il-Maltin fil- qasam tat-turiżmu - fil-fatt ħadt pjaċir meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-fatt li mhux se jkun hemm invażjoni f'dan il-każ - kif ħafna drabi bdiet tbeżża' l-Oppożizzjoni.", "Biex żgur ix-xogħol tal-Maltin u l-Għawdxin jiġi assigurat, fl-ITS qegħdin noffru taħriġ b'xejn, liema taħriġ huwa skond il-quality service training programme, għal min diġa' qed jaħdem fil- qasam ta' l-industrija iżda qatt ma kellu l-opportunita` għat-taħriġ.", "Il- mira hi li sas-sena 2004 kull ħaddiem fil-lukandi u fir-ristoranti jkun segwa kors ta' taħriġ.", "Sur President, din kienet sena ta' xogħol u ta' mpenn kbir għall-qasam tat- turiżmu u għalhekk ċertament ma ġietx moħlija, kif qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid li matul din is-sena aħna rnexxielna nsolvu l-problema li kellhom ċerti studenti fejn dawk l- istudenti li setgħux imorru jagħmlu l-kors tal-B.Com. fl-Universita` minħabba li matul is-snin 1997 u 1998 kien hemm xi tibdil fl-ITS, issa dawn ingħataw il-possibbilta` li jagħmlu dan.", "Bi pjaċir irrid infakkar ukoll li permezz ta' ftehim ma' l-Universita` ta' Malta, l-ITS u l-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu iffinanzjaw kors universitarju ġdid li jwassal għal BA.", "Hons. in tourism studies biex dawk li jiksbu gradi professjonali fil- qasam tat-turiżmu jkunu jistgħu jingħataw taħriġ aħjar u iktar ta' livell għoli.", "Min jiddeletta bil-paraguni ma jistax ma jindunax li matul din is- sena l-gvern ma qagħadx b'idejh fuq żaqqu.", "Kif għedt diġa', din is-sena kienet waħda intensiva ħafna għall-qasam tat-turiżmu.", "Issa ta' min jgħid xi ħaġa dwar il-qasam tat-turiżmu vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea m'hijiex the be and end all tal-qasam tat-turiżmu, pero` bla ebda dubju, is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija importanti ħafna għal dan il-qasam.", "Fil-fatt ftit ilu tlesta rapport dwar l-impatt li jkollha s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fuq it-tmexxija ta' postijiet għal akkomodazzjoni u aġenziji ta' l-ivvjaġġar.", "Ta' min jgħid li dan ir- rapport jikkonkludi li tali sħubija tfisser ħafna ġid u vantaġġi għall- industrija tat-turiżmu.", "Wara li tlesta dan ir-rapport, aħna emendajna ċerti avviżi legali li daħlu fis-seħħ dwar il-package travel, dwar il- package holidays u dwar it-timeshare.", "Ġaladarba qed insemmi t-timeshare, irrid ngħid li dwar it-timeshare tlestiet leġislazzjoni li kienet ilha mwiegħda 15-il sena, liema leġislazzjoni għalkemm tirregola lill- industrija, primarjament tiddefendi u tipproteġi lill-konsumatur.", "Meta kont qed naqra l-gazzetti dalgħodu, kien hemm rapport li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni qal li minħabba l-Unjoni Ewropea, se nitilfu l-flessibbilta` li nkunu nistgħu niffissaw rata ta' kambju kif irridu.", "L-ewwelnett hawnhekk qed nitkellmu fuq xenarju kompletament differenti.", "Fil-fatt dan li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien jiġri meta kull pajjiż kellu l- currency tiegħu, pero` mill-1 ta' Jannar li ġej se jkun hemm currency komuni fi 12-il pajjiż Ewropew u fi żmien sena jew sentejn x'aktarx li l- Ingilterra se tingħaqad ma' dawn it-12-il pajjiż hija wkoll.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li hija kontra r-regoli ta' l-International Monetary Fund li toqgħod tilgħab bil-currency.", "Wieħed irid jikkonsidra li llum aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq operatur Ingliż, fuq operatur Ġermaniż jew fuq operatur Franċiż imma qed nitkellmu fuq operaturi li huma trans-frontiers, jiġifieri jekk tirranġa xi ħaġa ma' wieħed, kulħadd se jkun jaf b'dan u għalhekk ma tkunx tista' tagħmel eċċezzjonijiet.", "Minn dan ir-rapport li deher fuq il-gazzetti, jien fhimt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kważi kważi kien qed jissuġġerixxi li ssir xi żvalutazzjoni parzjali, pero` aħna nafu li l-Euro għandha 56% mil-lira Maltija u għalhekk ma naħsibx li hija soluzzjoni li biex ittejjeb l-industrija tat-turiżmu, toqgħod tagħmel l- iżvalutazzjonijiet.", "Matul dan id-dibattitu ssemmew ukoll il-coaches.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li diġa' sar ftehim biex ikunu jistgħu jiġu coaches minn barra minn Malta.", "Biżżejjed insemmi l-ftehim li sar ma' l-Italja f'dan ir-rigward, liema ftehim sar minn Gvern Laburista fi żmien Dom Mintoff.", "Issa jien ma nafx jekk sarx użu minn dan il-ftehim jew le, pero` naħseb li sal-lum għadu ma sar l-ebda użu minnu, u għalhekk il-biża' li wriet in-naħa ta' l- Oppożizzjoni fuq il-possibbilta` li jkunu jistgħu jiġu coaches minn barra minn Malta ma tantx hija waħda reali.", "Sur President, ma rridx ninsa nsemmi li bħalissa qegħdin f'taħdidiet ma' l- union tal-gwidi u ma' partijiet oħra li huma interessati biex niffinalizzaw leġislazzjoni li tirregola l-professjoni tal-gwida turistika.", "Jien nittama li għall-bidu tas-sena d-dieħla nkunu nistgħu noħorġu l-avviż legali ħalli b'hekk kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.", "Fil-laqgħa ta' Bruges, li saret għall-ministri ta' l-Unjoni Ewropea u għall-pajjiżi kandidati, kien hemm ftehim dwar politika li timmira għal btajjel għal kulħadd, u għalhekk bi tħejjija għas-sena 2003, li se tkun iddedikata għal min għandu bżonnijiet speċjali, qed issir riċerka mill-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu dwar dan il-qasam biex wieħed ikun jista' jfassal politika fuqha.", "Matul din is-sena aħna għenna lill-Malta Hoteliers' and Restaurants' Association torganizza żewġ seminars.", "Aħna nagħtu din l-għajnuna lil kull assoċjazzjoni li titlob l-għajnuna tagħna, imbasta din l-attivita` tkun miftuħa u ta' ġid għal kulħadd.", "Fil-fatt f'Jannar 2002 se nerġgħu nagħtu għajnuna finanzjarja lill-MHRA biex ittella' seminar dwar food hygiene.", "Irrid ngħid ukoll li wasalna fi ftehim mal-gvern Grieg biex jiġu esperti minn dak il-pajjiż ħalli jaqsmu magħna l-esperjenzi li kellhom vis-a-vis l- Unjoni Ewropea u f'għadd ta' oqsma oħra.", "Aħna qed nimmiraw li naslu fi ftehim ma' pajjiż ieħor li m'huwiex Mediterranju biex allura jkun hemm firxa ta' esperjenza ħalli t-tagħrif ikun iktar komplet u b'hekk inkunu nistgħu nitgħallmu mill-esperjenzi ta' kulħadd.", "M'huwiex minnu dak li kienet tgħid l-Oppożizzjoni, jiġifieri li l-Unjoni Ewropea ma tħallikx tagħmel pakkett ta' inċentivi.", "Fil-fatt dan il-budget isemmi skema ta' inċentivi u matul is-sena jkollna l-opportunita` li nvaraw iktar inċentivi.", "Meta jisimgħuna nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea, il-Membri tan-naħa l-oħra dejjem jirripetu ad nauseam li aħna rridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox.", "Issa hawn ta' min jgħid li matul il-laqgħa annwali ta' l- awtorita`, ma ġew featured bl-ebda mod il-kliem \"Unjoni Ewropea\", lanqas fid-diskorsi li saru.", "Dan ma kienx xi nuqqas imma kien rikonoxximent li kemm bis-sħubija kif ukoll mingħajrha, hija meħtieġa ħidma biex jitjiebu l- istandards tas-servizz.", "Fil-fatt teżisti differenza waħda biss; filwaqt li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea tagħtik l-għajnuna u tagħtik il-kuntatti, jekk ma tisseħibx f'din l- unjoni, tibqa' kemm mingħajr għajnuna kif ukoll mingħajr kuntatti.", "Sur President, matul din is-sena ttieħdu diversi inizjattivi b'risq l- industrija tat-turiżmu.", "Per eżempju, sar ftehim maċ-Ċina f'dan ir-rigward, u jien naħseb li ma ndumux wisq ma naħsdu l-frott ta' dan il-ftehim.", "Peress li s-sena 2002 hija s-sena internazzjonali ta' l-eko-turiżmu, il- Ministeru għat-Turiżmu ġie nkarigat jikkoordina l-programm kollu tal-gvern.", "Fil-fatt in-non-governmental organisations u r-rappreżentanti tal- ministeri kif ukoll tas-settur privat qed jaħdmu ħafna f'dan ir-rigward u dalwaqt ikollna l-opportunita` li nxandru dak li għandna f'moħħna.", "Il-mira tagħna ma tikkonsistix f'xi bidla li se sseħħ mil-lejl għan-nhar imma tikkonsisti f'li fit-tmiem tas-sena 2000, il-qagħda ambjentali f'Malta u Għawdex tkun ftit aħjar minn dik li se tkun fil-bidu tas-sena u jkompli jsir titjib anke fis-snin ta' wara.", "Rigward Għawdex, irrid ngħid li flimkien mal-Gozo Tourism Association, l- awtorita` nazzjonali għat-turiżmu għamlet diversi proposti għal din il- gżira.", "Mill-informazzjoni li għandi, jirriżulta li din kienet l-aħjar sena għal Għawdex f'dak li hu turiżmu għax l-occupancy levels kienu ogħla minn dawk tas-snin preċedenti.", "Dan kien riżultat ukoll ta' l-iskema preferenzjali li tfasslet mill-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu għas-suq Ingliż, li minnha gawda Għawdex ukoll.", "Ġaladarba qed insemmu lil Għawdex, wieħed ma jistax ma jsemmix li l-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu fetħet fergħa f'Għawdex biex b'hekk tkun tista' ssir iktar sorveljanza fuq il- qasam turistiku Għawdxi.", "Bi pjaċir ngħid ukoll li f'Mejju li għadda l- awtorita` nazzjonali għat-turiżmu organizzat seminar f'Għawdex fejn ġew mistħarrġa u mgħarbla l-opportunitajiet u l-isfidi li tiffaċċja l- industrija turistika fil-gżira Għawdxija.", "Bħas-soltu, matul din is-sena aħna kellna relazzjonijiet tajbin ħafna ma' l- organizzazzjoni dinjija tat-turiżmu.", "Biżżejjed ngħid li ġiet addottata l- kodiċi ta' etika ta' din l-organizzazzjoni u jien, flimkien ma' sieħbi l- Onor. Vassallo, attendejna laqgħa li saret f'Budapest fejn ġie diskuss ir- rwol ta' l-ismall and medium enterprises fil-qasam tat-turiżmu.", "Malta pparteċipat ukoll fl-assemblea ġenerali u jien ħadt sehem fil-kumitat li waqqfet il-World Trade Organisation biex flimkien nipprovaw insibu ċerti soluzzjonijiet għall-problemi li nħolqu b'riżultat ta' l-istraġi li saret fil-11 ta' Settembru.", "Jien, flimkien m'uffiċjali tal-Ministeru għat-Turiżmu kif ukoll iċ-chairman u ċ-chief executive ta' l-awtorita`, laqqajna d-diriġenti ta' dawn l- iskejjel darbtejn.", "Is-sena 2001 kienet sena tajba għal dan il-qasam, u minn dak li qed nisma' llum jidher li anke s-sena d-dieħla, għal dan il- qasam se tkun sena tajba.", "Matul dawn il-laqgħat ġiet diskussa l-ħtieġa ta' iktar dixxiplina u iktar organizzazzjoni, b'mod speċjali fis-settur ta' l- akkomodazzjoni, fis-servizz u fil-kumpens li jingħataw il-host families.", "Fil-fatt l-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu qed tfassal regolamenti ġodda għal liċenzjar ta' postijiet ta' akkomodazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta' host families, u dawn ir-regolamenti jinkludu wkoll kondizzjonijiet li huma ġodda, fosthom dik dwar il-kondotta ta' sid id-dar u tal-membri tal-familja tiegħu.", "Ta' min jgħid li din il-proposta kien ressaqha l-Onor.", "Evarist Bartolo permezz ta' domanda.", "Bħalissa ninsabu fi stat avvanzat ukoll fl- abbozzar ta' diversi regolamenti għal għadd ta' attivitajiet oħra li mis- sena d-dieħla se jaqgħu taħt il-kontroll ta' l-awtorita` nazzjonali għat- turiżmu.", "Issa se ngħid kelmtejn dwar id-dixxiplina fis-settur turistiku.", "Jien naħseb li għandna nkunu onesti magħna nfusna u nammettu li parti mill- ħsara li tiġi kkawżata lill-ambjent iwettquha dawk il-ftit operaturi li jaħsbu li ħadd ma jista' għalihom.", "Hawnhekk qed nirriferi għal dawk in- negozjanti li jiftħu negozju mingħajr permess u għal dawk li b'periklu għas- saħħa u għall-ambjent ma joqogħdux għal-liġijiet ta' l-iskart, sew għaliex jagħmlu użu minn sistemi li m'għandhomx jużaw kif ukoll għaliex jiddisponu mill-iskart li jkollhom b'mod li jkerraħ u jħammeġ l-ambjent.", "Huwa veru li hemm ħafna komplikazzjonijiet f'dak li hu liċenzjar ta' negozji tant li ħafna talbiet jintilfu f'taħwida burokratika.", "Dan jien nirrikonoxxih u fil- fatt għalhekk il-ministeru għat-turiżmu, permezz tad-dipartiment għat- turiżmu, mexxa skema li tgħin lil min isib ruħu f'din is-sitwazzjoni.", "Aħna sibna għajnuna minn diversi dipartimenti biex nintroduċu skema bħal din, u bi pjaċir ngħid li minn mindu ġiet introdotta din l-iskema kienu ħafna dawk l-applikazzjonijiet li mxew u ttieħdet deċiżjoni dwarhom.", "Madanakollu hemm negozjanti li lanqas jindenjaw ruħhom jitolbu permess, u dawn il-każijiet qed jikkaġunaw ħafna problemi kemm lill-industrija tat- turiżmu kif ukoll lill-ambjent.", "Għalhekk jien nisħaq u ninsisti li f'dan il-pajjiż għandha tidħol il-kultura li ħadd ma jista' jiftaħ negozju mingħajr permess.", "Fil-fatt biex inkompli ngħin lil dawn it-talbiet jimxu, dik l-iskema għalkemm suppost tagħlaq f'Novembru jien se nħalliha miftuħa biex inkun nista' ngħin lil kulmin juri li jrid jagħmel l-affarijiet skond il-liġi.", "Aħna lesti li nagħlqu n-negozji ta' dawk li m'għandhomx permess li joperaw għax lil dawn ma nistgħux inħalluhom jikkompetu ma' min joqgħod mal-liġi.", "Ta' min jgħid li permezz ta' din l-iskema li introduċejna u li kif għedt, se tibqa' miftuħa, kulmin isib ruħu ostakolat mis-sistema li teżisti, jista' jsib l-għajnuna billi jingħata pariri mid-dipartiment tat- turiżmu.", "Għalhekk nixtieq nappella li kulmin fetaħ in-negozju tiegħu bla liċenzja biex jaġġorna l-qagħda tiegħu kemm jista' jkun malajr.", "Aħna lesti li nagħtu l-għajnuna lil dawn in-negozjanti, pero` min-naħa l-oħra min ma jersaqx lejna m'għandux jippretendi li nħennu għalih u nħallu l-affarijiet għaddejjin.", "Nerġa' nenfasizza li mis-sena 2002 l-ebda negozju li jservi l- ikel m'hu se jibda jitħalla jiftaħ għan-negozju jekk ma jagħtix prova li għandu arranġamenti speċjali mal-kuntrattur għat-tneħħija ta' l-iskart.", "Jien kelli l-okkażjoni nara l-abbozz ta' regolamenti li ħerġin f'dan il- qasam u rrid ngħid li l-penalitajiet huma ħorox ħafna.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid li l-inqas multa li jista' jeħel hija Lm500, liema multa togħla għal Lm1,000 u saħansitra għal Lm2,000, u allura wieħed irid joqgħod attent ħafna qabel ma jieħu r-riskji.", "Jien inħeġġeġ lill-operaturi, speċjalment lil dawk tal-catering, biex ma jkomplux jużaw is-sistema domestika biex jiffrankaw xi ħaġa żgħira għax b'hekk ikunu qed iġibu fuqhom infushom penalitajiet sostanzjali.", "L-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu wkoll qed tfassal ir-regolamenti tagħha, u anke f'dan il-każ, il-penalitajiet huma sostanzjali.", "Matul din is-sena l-liġi tal-hotels and catering establishments board se jitneħħa minn fuq l-istatute book għax dak kollu li kien qed jagħmel l-HCEB se tibda tagħmlu l-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar sentejn aħna segwejna proċess biex il-ħidma ta' l- HCEB tgħaddi gradatament għand l-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu.", "Ta' min jgħid li dawk l-uffiċjali u l-ħaddiema ta' l-HCEB li ma sabux posthom ma' l-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu se jibqgħu jagħmlu xogħol amministrattiv mad-dipartiment jew ma' l-ispettorat tal-ministeru għat- turiżmu.", "Fi ftit ġimgħat oħra se jiġu ppubblikati l-avviżi legali li se jwaqqfu lill-bord ta' l-appell.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni billi nirringrazzja lil kulmin ħadem ma' l-HCEB minn kemm ilu mwaqqaf, li mingħalija ilu mwaqqaf mill-1967.", "Issa se ngħaddi biex nitkellem dwar il- politika ġdida għall-iżvilupp fil-qasam tat-turiżmu.", "Sur President, l-Onor.", "Vella tkellem dwar is-settur ta' l-akkomodazzjoni u qal li għandhom jittieħdu ċerti deċiżjonijiet f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt jien ngħidlu li dawn iċ-ċerti deċiżjonijiet ittieħdu u minkejja li l-Membri tan-naħa l-oħra qalulna li din is-sena kienet sena moħlija, irrid ngħid li apparti mix-xogħol kollu li għadni kif semmejt, din is-sena rnexxielna nfasslu politika ġdida għall-iżvilupp fit-turiżmu, liema politika hija konformi ma' l-istrateġija li għażilna frott ta' l-istudju li stħarreġ il- kapaċita` riċettiva tal-gżejjer Maltin.", "Issa hawn irrid ngħid li l-idea oriġinali ta' din il-politika nibtet meta l-Onor.", "Vella kien ministru, u fil-fatt għandi l-pjaċir ngħid li l-ewwel kopja tar-rapport li se nqassam pubblikament, liema rapport huwa intitolat \"Carrying capacity assessments for tourism in the Maltese Islands\", se ngħaddiha lill-Onor.", "Vella.", "Ta' min jgħid li din il-politika, li hija kkonfermata u approvata mill- Kabinett, issegwi ftehim li ntlaħaq ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar dwar l- ipproċessar għal talbiet ta' l-iżvilupp tat-turiżmu.", "F'dan ir-rapport tidher ċar il-kooperazzjoni li għandna ma' ministeri oħrajn, fosthom mal- Ministeru ta' l-Intern.", "Issa hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex ngħid li huwa veru li l-awtorita` ta' l-ippjanar għandha nuqqasijiet ta' manpower, pero` fejn ikun hemm ċerti proġetti ta' ċerta entita` - l-iktar dawk il-proġetti li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu minħabba li l-awtorita` ta' l-ippjanar tifhem li mit-turiżmu jiekol kulħadd - hija tipprova tagħtihom prijorita` u ma toqgħodx tkaxkar saqajha.", "Madanakollu jien xorta waħda ninsisti lil din l-awtorita` ta' l-ippjanar biex filwaqt li tibqa' tagħmel ix-xogħol tagħha b'mod serju, fl-istess ħin ma tikkawżax dewmien żejjed.", "Il-politika ġdida tal-gvern dwar l-iżvilupp fit-turiżmu tirrifletti d- deċiżjoni li l-iżvilupp fit-turiżmu, l-iktar fil-qasam ta' l- akkomodazzjoni, għandu jiġi kkontrollat.", "L-Onor.", "Vella beda jitkellem dwar il-moratorium.", "Aħna tkellimna dwar din l-option ukoll, imma ma qbilniex dwarha.", "Huwa l-għan ta' dan il-gvern li kemm jista' jkun in-numru ta' sodod fil-lukandi ma jiżdiedx.", "Dan ma jfissirx freeze fuq l-iżvilupp iżda jfisser tħaddim ta' parametri iktar stretti kif ukoll politika li tidderieġi l-investiment f'oqsma li jikkaġunaw l-inqas telf ambjentali, soċjali u ekonomiku.", "Jien smajt lill-Onor.", "Vella jitkellem fuq id- differenza li teżisti bejn dak li jsir fuq il-karta u dak li jsir fil- prattika, u nispera li dak li aħna fassalna bħala gvern u qiegħed fuq il- karta, jiġi implimentat.", "Il-politika l-ġdida dwar l-iżvilupp fis-settur tat-turiżmu hija msejsa fuq il-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli u fil- qasam ambjentali, apparti mill-ħidma li għamilna minħabba li kif għedt diġa', is-sena 2002 se tkun iddedikata lill-eko-turiżmu, bejn Lulju u Settembru l-estensjoni ta' projbizzjoni ta' xogħlijiet tal-gvern f'żoni turistiċi wasslet lill-industrija tal-bini biex volontarjament tagħmel użu minn ċerti bricks li bihom ma tikkaġunax storbju u skart matul ix-xhur tas- sajf.", "Ħafna drabi, meta xi ħaġa ssir fuq bażi volontarja, ma tantx ikollha suċċess, pero` f'dan il-każ kien hemm ċertu titjib, għalkemm hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita` biex nerġa' nappella lil min jaħdem fl- industrija tal-bini biex dejjem iżomm f'moħħu li huwa qed jagħmel xogħol li huwa konness mat-turiżmu u jekk tkun qed tiekol xi ħaġa mit-turiżmu, trid trodd xi ħaġa lura.", "Għalhekk wieħed għandu joqgħod attent iktar dwar il- mod kif jibni, dwar il-ħsejjes li jagħmel u dwar il-ħinijiet li fihom ikun qed jagħmel ċertu storbju.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk il-kuntratturi u kulmin jaħdem fl-industrija tal-bini jagħti ftit kontribut, huma stess se jgawdu.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq l-industrija tal-bini, irrid ngħid ukoll li aħna beħsiebna nkomplu ninkoraġġixxu l-bini tal-golf courses, kif fil-fatt qal iċ-chairman ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar f'intervista li saritlu mil- \"l-orizzont\".", "Din m'hijiex policy ta' dan il-gvern biss imma hija policy tal-gvernijiet li mexxew lil pajjiżna tul dawn l-aħħar għaxar snin.", "Fil- fatt din il-policy hija kkonfermata miż-żewġ naħat tal-Kamra, pero` aħna qed nipprovaw naddottaw din il-policy mingħajr ma nxellfu l-prinċipji tagħna.", "Jien ma noqgħodx immur ngħid lill-awtorita` ta' l-ippjanar x'applikazzjonijiet għandha tapprova u x'applikazzjonijiet m'għandhiex tapprova.", "Il-prinċipju hu li jkollna korsa tal-golf, imma l-awtorita` ta' l-ippjanar trid tagħmel l-istudji tagħha qabel ma toħroġ il-permess u mhux taqbad u tmexxi l-applikazzjoni 'l quddiem b'għajnejha magħluqa.", "Sfortunatament il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħass li kellu joħroġ kontra wieħed mill-proġetti.", "Ngħid għalija, jien nibqa' lura minn dawn l-affarijiet għax din hija kwestjoni ta' prinċipju u m'hijiex kwestjoni ta' xi ħaġa oħra.", "Irrid infakkar ukoll li dak il-proġett li llum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal kontra tiegħu, meta huwa kien prim ministru, il-ministeru li dak iż- żmien kien ikkappeġġjat mill-Onor.", "Vella kien irrikmandah bħala l-ewwel proġett li għandu jsir.", "Sur President, nixtieq nieħu l-okkażjoni li nfaħħar il-ħidma tad-direttorat ta' l-ippjanar u ta' l-iżvilupp li hemm fi ħdan l-awtorita` nazzjonali għat- turiżmu għax-xogħol bla heda li qed jagħmel.", "Fil-fatt ta' min jgħid li dan id-direttorat mhux biss qed ifassal ir-regolamenti ta' l-inforzar u jħaddem il-liġijiet imma qed iwettaq ukoll ħafna proġetti u inizjattivi innovattivi għat-titjib u għat-tisħiħ fiżiku u ambjentali li Malta toffri lit-turist.", "Għall-bidu tas-sena 2002, meta niddiskutu l-estimi ta' l-awtorita` nazzjonali għat-turiżmu, ikolli ċans nidħol fid-dettal dwar il-ħidma kollha li qed tagħmel din l-awtorita` u għalhekk illejla llimitajt ruħi għall- essenzjal, pero` nixtieq ngħid kelmtejn dwar xi proġetti li għandu f'idejh il-ministeru bħalissa.", "Fil-fatt bi pjaċir ngħid li dwar il-proġett tal-White Rocks intlaħaq ftehim, ġie abbozzat il-kuntratt u hekk kif l-awtorita` ta' l-ippjanar tapprova l-outline development permit titressaq il-mozzjoni għad- diskussjoni f'din il-Kamra.", "Il-proġett dwar it-tisħiħ tar-Ramla ta' San Ġorġ issemma speċifikament fil-budget u nittama li ma nsibu ostakli mingħand ħadd biex dan il-proġett jitwettaq.", "Dwar il-proġett tal-marine aquarium irrid ngħid li issa l-fażi ta' konsultazzjoni għalqet u aħna ġejna informati li ma kien hemm ħadd li kkummenta negattivament dwar dan il- proġett, imma issa hemm bżonn li ngħaddu għall-fażi tat-twettiq.", "Waqt li kien qed jitkellem l-Onor.", "Vella aċċenna għal żewġ surveys li saru biex isir magħruf kif jarawna t-tour operators barranin.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li fil-fatt saru iktar surveys minn dawk it-tnejn li semma l- Onor. Vella, anke fi swieq oħrajn.", "Jien naħseb li kulħadd sema' li dawn is- surveys qegħdin fuq l-internet, pero` l-importanti huwa li dak li l-Onor.", "Vella kien ippropona li jsir f'dan il-qasam, fil-fatt qed isir għax b'dan il-mod inkunu qegħdin nagħmlu pass 'il quddiem.", "Għalkemm irrid ngħid li llum l-Onor.", "Vella tkellem b'mod kostruttiv ħafna, sfortunatament huwa ftit tana x'nifhmu x'alternattivi toffri l-Oppożizzjoni f'dan il-qasam.", "Jien kelli mmur infittex ftit ħalli nara nsibx x'imkien x'alternattivi qed toffri l-Oppożizzjoni f'dan il-qasam, pero` ftit li xejn sibt dak li kont qed infittex għax għalkemm issemmew diversi pjani u wegħdiet min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, meta tagħsar ma ssibx wisq.", "Jien xtaqt li kieku llum, jew qabel illum, xi kelliem min-naħa ta' l- Oppożizzjoni jillumina lill-Kamra dwar x'taħseb li għandu jsir l- Oppożizzjoni f'dan il-qasam, pero` għalkemm il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni, inkluż l-Onor.", "Vella, tkellmu dwar il-prinċipji, meta ġew għad-dettal ħallewni bil-kurżita`.", "Fil-fatt l-unika ħaġa li tista' tilluminani dwar x'għandha f'moħħha l-Oppożizzjoni għall-ġejjieni, dan huwa l-update li ġie ppubblikat fis-sajf, li rrid nikkwalifikah kif kien ikkwalifikah ħaddieħor li mhuwiex minn din in-naħa tal-Kama.", "Naħseb li dan huwa daqsxejn ta' wish- list għax m'għandu l-ebda miżura prattika msemmija fih.", "Fil-fatt fih jitkellmu dwar seasonality, dwar diversification u dwar l-ilmenti li ressaq it-turist imma dwar miżuri prattiċi kif se ssaħħaħ is-seasonality jew dwar kif se tkabbar id-diversifikazzjoni ̧ m'hemm xejn definit.", "Sur President, meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni wieġeb għall-budget semma politika ġdida għat-turiżmu u qal li gvern Laburista jġib turisti mill- Amerika u r-Russja.", "Sakemm wieħed jista' jġib turisti mill-Amerika f'dawn iż-żmenijiet jew fis-snin li ġejjin hija mistoqsija pero' jien kont naħseb li xi ħadd igħid lill-Onor.", "Sant li l-Malta Tourism Authority diġà għandha uffiċċju fl-Amerika u fir-Russja.", "Fil-fatt is-suq Amerikan infetaħ formalment fl-1990 - l-Amerikani kienu jiġu qabel ukoll - u dak Russu nfetaħ fl-1993 u b'kumbinazzjoni dawn it-tnejn infetħu fi żmieni.", "Jien ma nafx jekk il-prime minister in-waiting jafx li qabel ma jkollna titjira diretta lejn il-USA ma nistgħux nirreġistraw titjib sostanzjali u li sakemm ma jiġix mibdul l-air services agreement mar-Russja biex l-Aeroflot ma topponix għat-titjiriet charter mir-Russja, id-daqs tas-suq se jkompli jiddependi mill-kapaċità ta' l-Air Malta u xi ftit mill-kapaċità ta' l- Aeroflot.", "Irrid ngħid ukoll li l-kritika ta' l-Onor.", "Sant kienet li aħna ma konniex ippreparati għal dak li ġara fil-11 ta' Settembru ta' din is-sena.", "Jien ma nafx min kien ippreparat għal dak li ġara fil-11 ta' Settembru ta' din is- sena.", "Naħseb li l-unika persuna li kienet taf b'dak li kien se jiġri kienet Osama Bin Laden.", "Sur President, il-politika ta' l-oppożizzjoni ma naħsibx li hija kredibbli u alternattiva.", "Per eżempju, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Sant qal li l- partit Laburista qed jiddikjara li jinvolvi bis-serjetà lis-settur privat fit-tfassil u t-tħaddim tal-politika nazzjonali dwar it-turiżmu.", "Issa jien lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nfakkru li l-liġi tat-turiżmu stess ̧ li għaddiet minn din il-Kamra fl-1999 u li ilha titħaddem minn dak iż-żmien ̧ tgħid proprju dan.", "Fil-fatt min jara l-kompożizzjoni tal-bordijiet tat- turiżmu jsib li dawn kollha ġejjin mis-settur privat, li dawn jamministraw il-fondi, li jagħmlu proposti dwar il-politika u li jħaddmu l-programmi wkoll.", "Nixtieq ngħid ukoll kelmtejn dwar kif kienet l-industrija fl-2001.", "Irrid ngħid li m'hemmx diverġenzi dwar l-interpretazzjoni tiegħi u ta' l-Onor.", "Vella dwar dak li ġara matul din is-sena li hija maqsuma fi tnejn.", "Fil- fatt sax-xahar ta' Awissu, li għalih għandna statistika kważi kompleta, il-performance ta' l-industrija kienet kif mistennija u minkejja l-ġrajja tal-11 ta' Settembru ̧ jidher li anke f'Settembru u f'Ottubru żammejna r- ritmu aċċettabbli tat-turiżmu.", "Per eżempju ̧ tal-BBC qed igħidu li f'Settembru u f'Ottubru l-Ingilterra tilfet 31% u jien naħseb li Malta tilfet bejn 2% u 3% f'dawk ix-xhur.", "Pero` jkun tajjeb li naraw ukoll l- ewwel indikazzjonijiet għal Novembru.", "L-ewwel indikazzjonijiet għal Novembru jixhdu li minkejja li ma baqgħetx tapplika r-rata sussidjata ta' kambju skond waħda mill-iskemi tat-TOSS u minkejja t-telfa ta' għadd ta' gruppi u konferenzi kif ukoll il-biżgħa mis-safar u l-effetti negattivi tal- 11 ta' Settembru ̧ irnexxielna nżommu livell tajjeb ħafna fis-suq Ingliż.", "Jien naħseb li f'dawn iċ-ċirkostanzi dan huwa riżultat tajjeb u ngħid ukoll li hemm swieq oħra li ħassew l-impatt aktar minn oħrajn fosthom is-suq Ġermaniż.", "Fil-fatt wara t-trawma ta' l-FTI stennejnieh jirpilja u kien hemm min tefa' charters ġodda pero' wara l-11 ta' Settembru ħafna minn dawk iċ-charters tneħħew u tnaqqset ukoll is-seat capacity.", "Pero` rrid ngħid li hawnhekk se jkollna xi problemi wkoll.", "Sur President ̧ jien ngħid li minħabba d-diffikultajiet li bdejna bihom ̧ jidher li sa l-aħħar tas-sena nkunu viċin ħafna dak tas-sena 2000.", "Nerġa' ngħid li fiċ-ċirkostanzi dan huwa riżultat tajjeb u nkoraġġanti u allura nixtieq nifraħ pubblikament liċ-chairman u lill-bord ta' l-MTA ̧ lid- direttorati u lil kull min jaħdem fl-awtorità għax kulħadd għandu parti minn dan il-mertu.", "Sur President, qabel nagħlaq nixtieq nagħmel xi kummenti oħrajn.", "Naħseb li smajna biżżejjed x'ġara f'Settembru u ċ-ċansijiet huma li Malta ma tbatix daqs ħaddieħor.", "Nixtieq nikkoreġi impressjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni billi ngħid li f'affari ta' ġranet, wara d-diżgrazzja li ġrat f'Settembru, twaqqaf kumitat kompost mill-MTA ̧ l-Air Malta, l-MHRA u l- FATTA li għadu jimmoniterja l-qagħda sal-ġurnata tal-lum.", "Aħna żammejna l- Kabinett informat u jien kelli laqgħat separati ma' sħabi l-Onor.", "John Dalli u l-Onor.", "Josef Bonnici.", "Din turi kooperazzjoni li wasslitna għall- ftehim dwar żieda u finanzjament fil-budget li għadni kif semmejt.", "Fil- fatt fit-2 ta' Ottubru laqqajt lill-kumitat u kkonsultajna mal-unions u ma' l-employers u dan kien kollu magħruf fil-pubbliku u mogħti pubbliċità.", "Pero' mbagħad fl-24 ta' Ottubru, f'artiklu fil-ġurnal \"The Times\", il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kiteb hekk:", "\"Typically the Tourism Authority started to discuss with hotel owners and other operators the impact of the war on the crisis only last week or so.", "Little wonder that mini-hoteliers were extremely angry at such nonchalance.", "No way would this have happened under a Labour government.\".", "Nistgħu ngħidu li no way did it happen under a Nationalist government għax fl- 24 ta' Ottubru diġà konna ftehemna kollox ̧ diġà konna ġibna finanzjament ̧ diġà konna tkellimna ma' l-MHRA u diġà konna rbatna kollox imma l-Onor.", "Sant donnu li aktar qagħad fuq dak li kien hemm miktub fil- ġurnal \"KulĦadd\" mir-realtà tal-fatti.", "Sur President, l-aktar ħaġa importanti li għandna quddiemna bħalissa, speċjalment wara l-istraġi tal-11 ta' Settembru ̧ hija li nipperswadu lill- operaturi taċ-charter iżommu l-air seat capacity.", "Irrid ngħid li l-MTA, b'timing ta' min ifaħħru ̧ qabel ma kellha ebda talba ̧ emendat l- arranġamenti li kellha ma' l-operaturi Ingliżi u jien informat li għal din ix-xitwa, l-air seat capacity hija viċin ħafna dik li kellna s-sena li għaddiet jiġifieri ma kienx hemm telf.", "Ma nistax ngħid l-istess għas-suq Ġermaniż u pero' fi swieq oħra qed inbassru qawmien żgħir minn Marzu 'l quddiem.", "Jidher li s'issa Jannar u Frar mhumiex xhur li jidhru b'saħħithom pero' l-mira hija li bejn April u Ottubru jkollna staġun tajjeb.", "Bħalissa huwa veru li deħlin ħafna enquiries għall-gruppi u konferenzi u wieħed jittama li jkun hemm il-bookings.", "Dwar il-leisure side huwa importanti li l-booking situation tas-sajf tkun tidher tajba minn kmieni, preferibbilment minn Jannar.", "Għalhekk l- awtorità, sforz il-finanzjament li qed jagħtiha l-gvern, se tibda tintensifika l-kampanja ta' reklamar u pubbliċità.", "Nixtieq insemmi wkoll il-website ġdida ta' l-awtorità li tifrex informazzjoni fuq il-gżejjer Maltin u din hija għodda tajba.", "Barra minn hekk, bl-għajnuna tas-settur privat kif ukoll ta' sieħbi l-Onor.", "Louis Galea – hawnhekk nixtieq nenfasizza l-kooperazzjoni li nsib mingħand sħabi tal-Kabinett u tad-dipartiment tal-mużewijiet – l-awtorità se toffri premju lil kull min jibbukkja btala f'Jannar għall-perijodu ta' bejn April u Ottubru.", "Il-premju jkollu valur ta' bejn wieħed u ieħor Euro 100 jew Stg 60 f'servizzi u oġġetti li jingħataw direttament lill-konsumatur.", "Jien naf li l-kompetituri tagħna qed jagħmlu affarijiet bħal dawn kullimkien pero' l- unika destinazzjoni li se tagħmel offerta diretta lill-konsumatur fil-fatt hija Malta.", "Sur President ̧ ħadd ma jista' jbassar x'se jiġri jew kif se jiżviluppaw l- affarijiet għax donnu li wara li nkunu għamilna erba' passi 'l quddiem tiġri xi diżgrazzja fl-ajru u mmorru ħames passi lura.", "Għalkemm hemm operaturi li qed jagħmlu discounting qawwi għal Spanja u ħafna postijiet oħra ̧ il-parir tiegħi u ta' l-Onor.", "Vella huwa li nkomplu nżommu sod ̧ ma noħolqux paniku u naħdmu bil-ħsieb kif fil-fatt qed tagħmel l-awtorità tat- turiżmu.", "Il-prezz huwa fattur importanti imma mhuwiex kollox.", "L-isfida għas-sena 2002 hija akbar meta niftakru li minn Jannar tidħol fis-seħħ l- Euro li tfisser roħs ̧ trasparenza u aktar comparability ma' destinazzjonijiet kompetituri tagħna bħal Spanja, Portugall ̧ Franza, Italja u Greċja.", "Għalhekk biex nagħlaq irrid ngħid li fis-sena 2002 se jkollna nħabbtu wiċċna ma' sfida kbira u kompetizzjoni aktar qawwija għax fis-suq ikun hemm nuqqas ta' turisti u destinazzjonijiet li jmorru għalihom.", "Din hija l- isfida li għandna quddiemna u hemm bżonn li negħlbuha.", "Pero' bħas-soltu jien fiduċjuż u konvint fil-kapaċità u fil-ħidma tal-poplu Malti u ta' l- operaturi fit-turiżmu.", "Nemmen li l-operaturi turistiċi ̧ kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex ̧ għal darb'oħra se jirnexxilhom jiksbu riżultati tajbin kemm għall-ġid tagħhom kif ukoll għall-ġid tagħhom u tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear ̧ hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa skada l-ħin tad-diskussjoni fil- Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-vot 328 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "Billi ntalbet votazzjoni il-Kumitat kien sospiż fid-9.30 u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-vot 32, kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "335", "FAVUR : 27", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | | | | |", "KONTRA: 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Frendo Michael | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq il- voti tal-Ministeru għat-Turiżmu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 32 - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,694,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 32 - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 32 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VI - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 9,248,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot VI għaddiet", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 32 u VI tal-Ministeru għat-Turiżmu kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tnejn ̧ 10 ta' Diċembru ̧ 2001, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2002", "Il-Ħdax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għal Għawdex", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla ̧ it-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001 ̧ fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru skond il-Mozzjoni ta' Proċedura numru 258 tas-26 ta' Novembru.", "Fis-12.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Numru 258.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SUĠĠETTI - SKILL-BASED COMPONENT", "30330.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema suġġetti għandhom skill-based component li jsir għall-eżamijiet Sec, Intermediate u Advanced tal-Matsec?", "X'marki għandhom mit-total dawn il-components f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm ħin biżżejjed biex it-tagħrif jasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI - BORD", "30331.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-Bord u/jew impjegati tal- Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?", "F'kull każ xi ħlasijiet għandhom dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet għall- Misotqsijiet Parlamentari Numri 25917, 25740 u 28322.", "Informat li apparti l-persunal imsemmi fit-tweġiba 28332 hemm Deputy National Programme Co-ordinator (Scale 8) u 7 għalliema li jitħallsu bis- siegħa bir-rata ta' supply teacher.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA - KIRI TA' UFFIĊINI", "30332.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada qed tikri xi uffiċini f'bini privat mnejn topera?", "Kemm huwa l-kiri tal-posta?", "Fejn jinsab?", "Kif intgħażel dan il-post?", "Ħarġet sejħa għall-offerti meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kriet uffiċini minn fejn qiegħda topera.", "Il-kirja hija għal żmien definit ta' sitt xhur li fihom ser isir tiftix għal post alternattiv tal-Gvern u tittieħed deċiżjoni definittiva.", "Il-kera hu ta' Lm530.83 fix-xahar.", "Il-post hu mgħammar b'kollox u ma kien hemm bżonn ebda spiża biex jibda jintuża.", "Il-prezz jinkludi servizz ta' sigurta`, ta' reception u l-istallazzjoni ta' l-infrastruttura għall-IT.", "L-indirizz huwa: 52, Mediterranean Buildings, Triq Abate Rigord, Ta' Xbiex.", "L-uffiċċju nkera wara li l-Fondazzjoni evalwat diversi possibilitajiet wara li ġew ikkuntattjati diversi estate agents u wara li żaret diversi uffiċini.", "PA - PERMESSI GĦALL-ĦWIENET KUMMERĊJALI", "30333.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid matul is-sena 2000 u 2001 kemm kien hemm każi fejn l- Awtorita ta' l-Ippjanar tat permessi għall-ftuħ ta' ħwienet kummerċjali u shopping complexes fis-Swieqi?", "F'kull każ x'kienet il-pożizzjoni tal-Kunsill Lokali fuq dawn l- applikazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-perijodu msemmi, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat 3 permessi għal ftuħ ta` ħwienet kummerċjali fis-Swieqi.", "Ma kienx hemm permessi għal shopping complexes.", "Ma jidhirlix li għandi ngħid x`ikunu l-oġġezzjonijiet għal iżvilupp, jekk ikun hemm, li jsiru minn terzi persuni.", "PBS - PROGRAMM ''TISTA' TKUN INT''", "30334.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jsir il-programm 'Tista' tkun int' fuq il- PBS?", "F'kull każ kemm ingħataw flus bħala għotja f'dan il-programm, programm, programm?", "Kif jiġi deċiż li fi programm jingħata ammont u fi programm ieħor jingħata ammont ferm iżjed jew ferm inqas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-programm \"Tista' Tkun Int\" ilu jsir fuq l-Istazzjoni Televiżiv tal-PBS minn Ottubru 2000.", "Informat ukoll li fl- edizzjonijiet tal-programm imsemmi ma ngħatawx flus bħala għotja.", "SKEJJEL - FOTOKOPPJI TA' KTIEB", "30335.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-ktieb Master IT ta' Victor Agius ikun jintuża fl-iskejjel tal-gvern iżda mbagħad fotokoppji tiegħu qed jintużaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qatt ma ngħataw istruzzjonijiet jew permessi biex isiru fotokopji tal-ktieb imsemmi.", "PA - ANNUAL REPORT", "30336.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'referenza għal dak li hemm fl-Annual Report għas-sena 2001 ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar f'paġna 14, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tar-rapport Leisure and Recreation?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Leisure and Recreation Report.", "Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill- webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).", "UNACCOUNTED FOR WATER - PERĊENTAĠĠ", "30342.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija nru.", "30233 x'inhu l- perċentaġġ ta' l-unaccounted for water matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?", "Kemm minn dan il-perċentaġġ kien ilma mitluf minħabba serq, undermetering u leakages?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba dwar l-unaccounted for water għas-sena finanzjarja 2000-2001, f'miljuni metri kubi, hija kif ġej:", "Produzzjoni 33.37 Billing 18.00 Unaccounted for water 46.05 fil-mija.", "Tajjeb jingħad li l-ġbir ta' informazzjoni ta' unaccounted for water ta' persentaġġi mhix daqstant preċiza u lanqas ma hija spjegazzjoni ċara tal- kundizzjoni u t-telf ta' l-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "PENDER PLACE - TENDER", "30343.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija nru.", "30234 jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tad-dokument maħruġ mill- MIMCOL tas-sejħa għall-offerti għal Pender Place?", "Min tefa din l-offerta u min rebaħ din it-tender?", "B'liema kundizzjonijiet intebaħ dan it-tender?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "ITALJA - PROTOKOLLI", "30344.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 30151?", "ONOR.", "JOE BORG: Malta gawdiet minn erba' protokolli finanzjarji f'għoxrin sena ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Italja, fil-perjodu ta' bejn l-1980 u s-sena 2000.", "L-Ewwel Protokoll Finanzjarju kien ta' LM 33 miljun tul medda ta' ħames snin bejn l-1979 u l-1983.", "Dawn kienu jikkonsistu fi LM 28 miljun bħala għotja u LM 5 miljuni bħala self.", "It-Tieni Protokoll kien ikopri l-perjodu bejn l-1987 u l-1990.", "Dan kien jammonta għal LM 47.5 miljuni tul medda ta' erba' snin u dawn kienu maqsuma f'LM 37.5 miljuni bħala għotja u LM 10 miljuni bħala self.", "It-Tielet protokoll Finanzjarju kien jamonta għal LM 66 miljun li ngħataw tul medda ta' ħames snin bejn l-1990 u l-1994.", "Dawn kienu jikkonsistu fi LM 53 miljun bħala għotja biex jiġu ffinanzjati diversi proġetti u LM 13-il miljun bħala self.", "Barra minn hekk, l-Italja tat ukoll tliet patrol boats u żewġ helikopters biex jgħinu lil Malta tikkumbatti t-traffikar tad-droga.", "Ir-Raba' Protokoll kien ikopri l-perjodu bejn l-1995 u s-sena 2000.", "Dan il- ftehim kien ipprovda Lm 60 miljun bħala għotja fuq perjodu ta' sitt snin għal għajnuna fi proġetti u tagħmir.", "Peress li l-Protokolli jiġu amministrati mill-Ministeru tal-Finanzi, nirreferi l-Onorevoli Interpellant lill-Ministru konċernat, għal aktar dettalji ulterjuri.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "30345.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament bid-dettalji kollha mhux qiegħed jiġi allokat akkomodazzjoni soċjali xierqa minkejja diversi tentattivi min naħa tiegħu u minkejja li bħalissa huwa u l-familja tiegħu qegħdin jgħixu f'kamra waħda fid-dar tal-kunjata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant qed jingħata l-konsiderazzjoni li jistħoqqlu flimkien ma' każijiet oħra simili.", "PULIZIJA - APTITUDE TEST", "30346.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid qiegħedx isir aptitude test qabel membri ġodda jiġu aċċettati fil-korp tal-pulizija?", "Jekk le hemmx il-ħsieb li jsir?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi dan diġa` qed isir.", "B'KARA - FLEUR-DE-LYS", "30347.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx maħsub xi forma ta' regolazzjoni tat-traffiku fejn Psaila Street tmiss ma Fleur-de-Lys road ġo B'Kara?", "Hemm maħsub li il-biċċa triq f'din il-parti ta' Triq Fleur-de-Lys tiġi irranġata għaliex hija ħażina ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-junction bejn Triq Salvu Psaila, Triq Fleur-de-Lys u l-Istazzjon tkun ikkontrollata permezz ta' traffic lights.", "Il-parti ta' Triq Fleur-de-Lys bejn Triq Salvu Psaila u l-Istazzjon ser tiġi rranġata bħala parti mill-kuntratt eżistenti ta' xogħol fuq Triq Salvu Psaila."]} {"filename": "20001128_437d_par.doc", "date": "2000-11-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 437 It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 437", "It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "437", "It-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 674", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 674", "TQEGĦID TA' KARTI 677", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA 2000/2001 677", "AĠĠORNAMENT 699", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 704", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 436 li saret fis-27 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIĊĊERIJA - BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM", "21139.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani x'passi ttieħdu mill-Ministru dwar l-ilment ta' nuqqas ta' wash-hand basin fil- biċċerija li tressaq mill-meat sellers association nhar il-21 ta' Settembru, 2000?", "X'inhija s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "21134.", "ENEMALTA - QTUGĦ TA' DAWL", "21140.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l- qtugħ tal-provvista tad-dawl nhar is-Sibt, 11 ta' Novembru, 2000 filgħaxija u t-Tnejn, 13 ta' Novembru, 2000 filgħodu f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex?", "Kemm kienet tiswa l-ħsara kkawżata u kif affetwat lis-sidien ta' stabilimenti kummerċjali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-11 u t-13 ta' Novembru, 2000 ġiet ikkawżata minn splużjoni ta' circuit breaker ta' 33KV, bil-konsegwenza li wieħed mis-switchboards kellu jintefa' għal kollox.", "Peress li ċerti nħawi ta' Malta jieħdu l-parti l-kbira tal-provvista minn dan is-switchboard, ma kienx possibbli li dawn l-inħawi titwasslilhom il- provvista sħiħa u għalhekk id-dawl kellu jiġi sospiż f'xi ħinijiet meta d- domanda kienet qawwija wisq.", "Għadu ma ġiex stabilit bl-eżatt kemm ġiet tiswa din il-ħsara.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Peress li fl-24 ta' Ġunju, 2000 kienet saret ħsara fl-istess switchgear u l-Ministru kien ikkummissjona inkjesta biex tistudja x'kien il-kaġun tal-qtugħ tad-dawl, jista' jgħidlna x'irriżulta minn dik l- inkjesta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn dik l-inkjesta irriżulta li kien ikun aħjar kieku wieħed jisspezzjona dawn is-circuit breakers biex jara hemmx xi evidenza ta' wear and tear u fil-każ isir ċertu tibdil fihom, għalkemm dawn m'humiex intiżi li jispiċċaw qabel 15-il sena, li hu bejn wieħed u ieħor iż- żmien tagħhom.", "Fil-fatt kien beda programm ta' refurbishment u programm ta' maintenance li wassal biex dawn is-circuit breakers jintbagħtu l- Ingilterra u jiġu serviced minn kumpannija li tispeċjalizza f'dan it-tip ta' xogħol.", "Dawn it-tip ta' circuit breakers m'għadhomx jiġu mmanifatturati fl-Ingilterra u minħabba li d-domanda għalihom hija kbira, speċjalment minħabba l-għargħar li kellhom dan l-aħħar fl-Ingilterra, hemm nuqqas kbir tagħhom.", "Kien dan li wassal biex jinqala' circuit breaker li kien qed jaħdem normali biex fuqu jsiru spezzjonijiet skond il-pariri li ngħatajna u minfloku jitqiegħed circuit breaker ieħor li kien għadu kif wasal mill- Ingilterra.", "Meta dan is-circuit breaker iddaħħal f'postu b'mod awtomatiku permezz ta' makni li jimbuttawh 'il fuq, ma kien hemm l-ebda evidenza ta' xi ħaġa ħażina.", "Issa għaddejja inkjesta oħra u mill-evidenza jidher li dan is-circuit breaker seta' ġie difettuż minn barra, pero' għad m'għandix ir- rapport konklussiv f'idejja.", "Dan wassal għal ċertu arcing fis-circuit breaker stess u din għamlet ħsara kbira li sal-lum għadha qed tissewwa.", "Dawn l-iswitchrooms huma parti essenzjali ħafna, bħal meta jkollok switchboard fid-dar li biha tikkonnettja d-dawl ta' barra mas-circuit ta' ġewwa.", "Għalkemm is-sistema għandha back-up, dan ta' l-aħħar tħassar ukoll u wassal għal sitwazzjoni fejn ma stajniex nagħtu d-dawl għal kullimkien.", "Filwaqt li l-Ħadd konna f'pożizzjoni li nipprovdu provvista parzjali ta' dawl lill-Belt Valletta, li normalment tieħu s-supply minn ħames feeders, li ġara kien li tnejn biss minn dawn il-feeders kienu qed joperaw.", "B'riżultat ta' dan, meta d-domanda bdiet tiela' ma kienx hemm biżżejjed power biex naqdu l-area kollha tal-Belt - aħna appellajna lil tal-ħwienet u lil min jaħdem il-Belt biex inaqqas d-domanda - u għaldaqstant partijiet minnha kellhom jintfew.", "Għaldaqstant l-ewwel miżura ta' emerġenza kienet biex is-switchroom terġa' tidħol in operation.", "Din l-operazzjoni ħadet 24 siegħa round the clock, mis-Sibt sat-Tnejn, b'gangs ta' nies jaħdmu b'periklu mhux ħażin.", "Jien qattajt ħafna sigħat hemm - kemm waqt li kien qed jaħkem in-nar kif ukoll waqt li kien għaddej ix-xogħol ta' tiswija - u stagħġibt bl-abbilta' tal-ħaddiema.", "Minn mindu ġara dan il-każ m'aħniex kuntenti bis-suppliers għax m'humiex qegħdin jirrispondu malajr biżżejjed u m'humiex jagħtuna s-servizz li qed nistennew.", "Din kienet xi ħaġa li t-task force li waqqaft proprju kienet inkarigata biex tħares lejha.", "Allura l-inġiniera u l-fitters tagħna kellhom jagħmlu x-xogħol kollu huma u kellhom jerġgħu jibnu l-busbars għax it-tnejn li kien hemm kienu out of action, bir-riżultat li waqt li sat- Tnejn filgħaxija saru ċerti tiswijiet, kellna problema li l-uniku mod kif seta' jingħata d-dawl f'dik il-parti tal-pajjiż li taqbad ma' Pembroke, kien billi nħaddmu l-back-up system tal-gas turbine fil-Marsa.", "Jiġifieri ġejna bla flessibbilta' li kienet tipprovdi din is-switchroom.", "Ir-raġuni kienet, u għadha sal-lum, illi s-switchroom kienet qed tipprovdi mod kif wieħed jista' jagħmel shifting tad-dawl minn makna għal oħra u jagħti n- network lill-makni li għandu bżonn.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, peress li l- panel fejn jidħol dan is-circuit breaker inħaraq u ma kienx faċli li ssib spare parts għalih, ma stajniex nagħmlu mod ieħor.", "Ilna minn dakinhar bil-gas turbine għaddejja 24 hours a day, sistema li hija ntiża biex tintuża f'każ li jkun hemm bżonn, tiffoka fuq area waħda u jekk din is-sistema jiġrilha xi ħaġa, bħalma fil-fatt ġara, u jkollok sempliċement panel li jrid jinbidel, din tintefa' u ma tistax tissostitwiha b'xi ħaġa oħra.", "Din m'hijiex xi sitwazzjoni feliċi u minn dak iż-żmien 'l hawn ix-xogħol baqa' għaddej 24 hours a day biex issir bypass fil-power station stess.", "Jiġifieri l-linja li tagħti lil Ħal Far fuq dan is- switchboard se tinqala' u tintefa' fuq switchboard ieħor u l-linja li kienet ilha maħruqa fejn kien qiegħed jintuża dan is-circuit breaker tkun tista' tieħu post l-oħra.", "U jekk il-Bambin irid aktar tard din il-ġimgħa se sseħħ.", "B'hekk inkunu ġejna f'sitwazzjoni normali.", "Qed ngħid dan kollu għax din il-kriżi bl-implikazzjonijiet serji tagħha laqtet lill-pajjiż fejn għalkemm wieħed jista' jieħu l-prekawzjonijiet kollha, ma tistax tagħmel mod ieħor.", "Dan bħal meta sajjetta tolqot is- sistema tad-dawl u tagħmillek ħafna ħsara.", "F'dan il-każ m'hemmx x'tagħmel ħlief tara kif tista' tirranġa s-sitwazzjoni.", "Jiena smajt ħafna kummenti u kien hemm min qal li ta' Delimara ma kenitx qed tissupplixxi biżżejjed.", "Dan m'hu veru xejn.", "Kien hemm ħinijiet meta l-pajjiż kollu kien qed jieħu s-supply tad-dawl minn Delimara biss imma naturalment din għandha l- limitazzjonijiet tagħha.", "Ħafna mill-argumenti tqajmu għax ingħad li bnejna power station ġdida u xorta qed jinqata' d-dawl.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ donnu beda jagħmel enfasi fuq dan il-fatt u jiena skandalizzajt ruħi bil-mod kif tkellem.", "Għax din hija kriżi naturali, sitwazzjoni li m'hi tort ta' ħadd.", "Għadna qegħdin nikkumbattu magħha sal-lum u mbagħad xi ħadd jitfagħlek lixka li m'għandha x'taqsam xejn u jgħidlek li fil-power station ta' Delimara donnu sar investiment għal xejn.", "F'ħafna ħin il-pajjiż kien fed mill-power station ta' Delimara, imma huwa veru li din il-power station m'hijiex kapaċi tlaħħaq mal-peak demand ta' 350MW.", "Fil-power station ta' Delimara, bir-riżerva kollha ta' power li hemm, bil-gas turbines li suppost qegħdin back-up, ma tlaħħaqx daqshekk.", "It-tieni, għandek il- limitazzjonijiet fid-distribuzzjoni, u to add insult to injury dawn twaqqfu mill-gvern preċedenti.", "Kien ippjanat li tinbena tunnel u l-preparamenti kellhom jibdew fl-1996, imbagħad tela' l-gvern ta' Alfred Sant u għamel l- ekonomija u waqqaf kollox.", "Malli tlajna fil-gvern aħna kellna nerġgħu nibdew bil-pjan tal-planning authority u għall-grazzja t'Alla l-permess ħareġ u x-xogħol għandu jibda f'Jannar.", "Jekk irridu nkunu partiġġjani, nafu nkunu partiġġjani u bla tlaqliq ngħid li mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kontx nistenna dan it-tip ta' argument, anzi kont nistenna aktar serjeta'.", "Minbarra li huwa ppjanat li jsir ċertu żvilupp fl-infrastruttura - fil- Mosta distribution centre, fil-Valletta distribution centre u d- distribution centres oħra - id-domanda baqgħet tiela'.", "Per eżempju, fil- provvista ta' l-ilma kkontrollajna l-ħela li kienet isir permezz ta' leakages u spiċċajna within excess supply of production, għalkemm mhux mija fil-mija.", "F'dan il-każ id-domanda tas-supply tad-dawl baqgħet dejjem tiżdied u se tkompli tiżdied u allura qegħdin naħdmu biex niżviluppaw anke combined cycle oħra fis-sit ta' Delimara.", "Għandna sitwazzjoni ta' impatt ekonomiku, impatt fuq il-qligħ tan-nies, fuq il-konvenjenza u fuq l-użu tad- dawl li llum sar neċessita' u mhux lussu, imma għad għandek problemi li għandhom x'jaqsmu kemm mas-sistema tad-distribuzzjoni kif ukoll mas-sistema ta' ġenerazzjoni fis-sens li din hija bbażata bażikament fuq il-Marsa u dan il-link li jrid isir min-naħa ta' Delimara huwa hemm.", "Pero' biex nerġa' mmur għall-mistoqsija orġinali ta' l-Onor.", "Farrugia, ir-raġuni għala t- Tnejn filgħodu kien hemm qtugħ ta' dawl f'diversi lokalitajiet, primarjament fil-Belt, kien kaġun ta' din il-ħsara li għadna nħossu sal-lum imma jekk il-Bambin irid, din il-ġimgħa stess nkunu nistgħu ngħelbu din il- problema.", "Pero' jibqa' ħafna mistoqsijiet dwar x'wieħed jista' jagħmel.", "Il-bieraħ kelli l-aħħar laqgħa ma' tat-task force u jidher li rridu naraw kif nagħmlu replacement mhux tal-Marsa biss.", "Jirriżulta li din is-sistema ta' circuit breakers hija wżata wkoll fid-distribution centre tal-Mellieħa, li hija wkoll parti essenzjali fl-infrastruttura ta' Għawdex.", "Allura jekk aħna ffaċjati b'circuit breakers li għal raġunijiet differenti they failed u kkaġunaw ħruq li seta' nfirex u seta' tefagħna fi kriżi akbar minn dik li konna fiha, wieħed irid jara x'irid jagħmel f'sitwazzjoni serja bħal din.", "L-ewwelnett trid tissewwa l-ħsara li saret, imbagħad naraw nistgħux inġibu spares, għall-grazzja t'Alla kellna ċertu spare capacity fl-iswitchroom tal- Mellieħa li parti minnha qed tintuża għall-Marsa biex inkunu nistgħu nagħmlu dan kollu, pero' peress li konna se nordnaw switchboard għad- domanda ta' l-ST Microelectronics ta' Ħal Kirkop, l-ordni se nirdoppjawha biex inkunu nistgħu nġibu switchboard oħra minflok dik tal-Mellieħa.", "Għallinqas tal-Mellieħa tagħtina solljev li għandna ftit spare parts biex jekk jinqala' xi ħaġa nsibu x'nistgħu nużaw u nibdew bl-ippjanar biex is- switchboard tal-Marsa tiġi replaced.", "Din hija aktar komplessa, aktar massiva u se tieħu aktar ħin.", "Dawn l-affarijiet ma tistax tagħmilhom mil- lum għal għada, pero' trid tippjanahom.", "Ma tridx wisq biex tal-Marsa tieħu sena jew sentejn.", "Is-security of supply tirrikjedi li aħna nkunu f'pożizzjoni li kemm jista' jkun innaqsu l-periklu ta' xi ħsara oħra li rajna bħalha darbtejn din is-sena.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar membri fuq bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Prim Ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21466.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA GĦAS-SENA 2000/2001", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi:", "''Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2000 sat-30 ta' Settembru 2001 skond l-Att XVI ta' l-1977 dwar il-Korporazzjoni Enemalta.''.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nixtieq infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq il- mozzjoni għandha tieħu żewġ seduti bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni u bil-winding up għall-gvern.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jien diġa' tajt spjegazzjoni tal-ħsara li saret u tal-kriżi li ffaċċja dan il-pajjiż.", "Meta inti jkollok sistema ta' l-elettriku li hija iżolata mill-bqija tas-sistemi ta' madwarha jkollok ċerti riskji.", "Kull pajjiż għandu ċertu riskju imma meta jkollok alternattiva dejjem tkun qiegħed f'pożizzjoni aktar żgura.", "Issa llum, għall-grazzja ta' Alla, għandna power station oħra li tissupplixxi ħafna mid-domanda pero' dib għadha qed tiżviluppa u l-pjanijiet huma li nerġgħu nibnu combined cycle oħra fiha biex il-power station tal-Marsa tkun tista' tintefa' darba għall-dejjem.", "Aħna rridu li dik il-parti li inċidentalment l-aktar li tħammeġ l-arja kemm jista' jkun nużawha mill-inqas pero' jrid ikollok il-flessibilita' fis-sistema.", "Għalhekk aħna qegħdin naħdmu biex inkunu nistgħu niżviluppaw mhux biss aktar generating capacity ħalli nkunu nistgħu nnaqqsu mill-użu ta' l-impjant l-aktar antik fil-power station tal- Marsa imma biex inkunu f'pożizzjoni li nissupplixxu lill-pajjiż b'distribuzzjoni aħjar.", "Meta l-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fetaħ id-diskors tiegħu semma d- diskors tal-President ta' l-1987 u qal li waħda mill-prioritajiet kienet li titwaqqaf power station ġdida x'imkien ieħor.", "Dan qal li dan jieħu ż- żmien imma l-gvern kien beħsiebu jissoda provvista mill-aktar fis u jippjana biex ikun jista' jissodisfa d-domanda skond ma kien ikkalkulat li din se tikber sa tmiem is-seklu u aktar 'il quddiem.", "Jien ngħid li dan imn'Alla kien ħareġ b'din id-direzzjoni għax id-direzzjoni tal-gvernijiet ta' l-ex-prim ministri Dom Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici kienet li jiddubbaw bis-second-hand.", "Barra minn hekk fil-qasam tad-dawl dawn ma kenux qed jinvestu biżżejjed.", "U llum wara li sar dak l-investiment kollu qed inħossu l-ħtieġa li biex nibdew innaqqsu mill-użu tal-power station tal- Marsa jrid isir investiment akbar għaliex naturalment l-iżvilupp ekonomiku huwa marbut mill-qrib ma' l-iżvilupp ta' l-elettriku.", "Għalhekk il-bieraħ jien iddejjaqt meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni beda jgħid li aħna qisna ma żammejniex mal-wegħda li għamilna għax kellna xi qtugħ fid-dawl.", "Mela jekk tinqala' ħsara naturali għandek tgħid dawn l-affarijiet aktar u aktar meta aħna writtna sitwazzjoni tal-biki fejn il-qtugħ ta' dawl kien ipprogrammat għax ma kienx hawn supply biżżejjed!", "Il-bieraħ il-Kap ta' l- Oppożizzjoni pprova jżeffen fin-nofs lill-Enemalta aktar minn darba u pprova juża l-argumenti politiċi kollha, kultant anke b'mod politikament diżonest, biex jipprova jitfa' feles u jkollu xi ħaġa x'jgħid dwar il- budget.", "Il-verita' hija li dan ipprova jgħid li l-ħsara li kien hemm ħalliet konsegwenzi serji pero' l-ħsara kienet f'parti mid-distribuzzjoni li ma kellha xejn x'taqsam mal-power station il-ġdida.", "Fil-fehma tiegħi meta wieħed jipprova jitfa' quddiem il-poplu tagħna din it-tip ta' kick mill-ġenb biex jipprova jikkritika lill-gvern ma jkunx qed jikkritika b'mod onest.", "Din mhijiex tip ta' politika li jien inħossni komdu fiha.", "Jien ma naħsibx li dan ma kienx informat biżżejjed għax fil-fatt iddobba kopja tal- minuti tal-bord ta' l-Enemalta.", "Naħseb li la rnexxielu jiddobba kopja tal- minuti dwar x'qalet l-Enemalta kien infurmat tajjeb ħafna dwar il-ħsara li saret u ma kellux jimplika li dan il-gvern ma wettaqx il-wegħdiet tiegħu għax kien hawn ħsara fid-dawl fl-aħħar ġimgħatejn jew tlieta.", "Meta wieħed jagħsar il-kummenti tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsib li jew ma joħroġ l-ebda sugu minnhom jew inkella dak li joħroġ ikun imbażwar u ma jkunx ibbażat fuq il-verita'.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li fiċ-ċifri ta' l-Enemalta kien hemm xi tbagħbis għax il-bord kien qed jara kif jista' jnaqqas it-telf.", "U jien weġibtu fil-pront fuq il-media li fil-fatt l-Enemalta kienet qed tħares lejn il-metodi ta' kif tista' tiffinanzja l-iżbilanċ li seħħ minħabba ż- żieda fil-prezz taż-żejt.", "Dwar iż-żieda fil-prezz taż-żejt nitkellem aktar tard pero' dan ukoll huwa żvilupp internazzjonali u li kien għall- oppożizzjoni l-gvern jiżolah għall-dejjem b'sistemi raġonevoli.", "Huwa importanti li dan il-pajjiż jagħraf kif wieħed jasal għal ċerti deċiżjonijiet.", "Meta xi ministru bħali jew xi ħadd bħaċ-chairman ta' l- Enemalta jieħu deċiżjoni, dan irid jeħodha fuq l-informazzjoni li jkollu u fuq is-sitwazzjoni kif jaraha dakinhar.", "Il-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra jafuha din għax huma kienu fil-gvern ukoll.", "Pero' issa qegħdin fl- oppożizzjoni u qed jimxu mod ieħor.", "Kif diġa' għidt, il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li sar xi tbagħbis fiċ-ċifri u qisu għamel xi trovatura kbira.", "Issa hawnhekk jien nixtieq nistaqsi: Meta dan kien prim ministru kien jaċċetta kulma jġibulu quddiemu ċ-chairmen?", "Jekk dan kien jaċċetta kollox allura nista' nifhem l- iżball li ħa fit-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma li se nitkellem fuqhom aktar tard.", "Meta xi ħadd jiġi quddiemu bir-riżultati li jkunu qed jintlaħqu dan jaqbad u jaċċettahom qisu ma ġara xejn jew inkella jara x'jista' jsir biex jegħleb dawn l-isfidi?", "Id-diżonesta' politika hija li dan jafu biżżejjed il-Kap ta' l-Oppożizzjoni pero' minflok ma jgħid li l-gvern qed igħin lill- Enemalta, qed igħid li kien hemm xi tbagħbis - din hija l-aħħar catchword tagħhom - fiċ-ċifri.", "Kien hemm tant diskussjoni fuq it-tbagħbis ta' voti u mhux voti u fuq voti fittizji li ntefgħu f'kaxxa minflok voti ta' ħaddieħor!", "Mela allura l-partit tan-naħa l-oħra huwa ffissat fuq it- tbagħbis!", "Minkejja li meta telgħu fil-gvern ma sabux evidenza ta' tbagħbis, meta marru fl-oppożizzjoni baqgħu bl-istess diska.", "Kultant dawn jikkritikaw l-istess ċifri li kienu jużaw huma stess u li jafu li m'hemmx tbagħbis fihom.", "Hemm min jgħid li l-ispiżjar milli jkollu jagħtik u kultant jien nibda naħseb li hekk hu f'dan il-każ.", "Kif diġa' semmejt, dan l-aħħar kien hemm diskussjoni fuq il-media fuq xi tbagħbis pero' dan ma kienx tbagħbis ta' xi ħaġa uffiċjali imma tbagħbis dwar xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-partit tan-naħa l-oħra u din li jipprovaw jitfgħu l-affarijiet tagħhom fuqna ma naċċettahiex.", "Jekk hemm xi ħaġa li tiddinstingwi l- bniedem mill-annimal hija r-raġuni u allura wieħed m'għandux jaqa' għal ċerti konklużjonijiet ħżiena biex jipprova jimmiżlijdja.", "Din hija diżonesta' kbira.", "Tan-naħa l-oħra għandhom nies kapaċi biżżejjed biex jindunaw li kultant il-verita' jinjorawha.", "Per eżempju, din tal-minuti hija waħda minnhom.", "Jien mhux se noqgħod nistaqsi lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni minn fejn ġabhom dawn - ma nafx jekk kienx hemm xi ħadd li kiser il-konfidenzjalita' - pero' jien ma niddejjaqx li dawn qegħdin quddiemna.", "Issa meta wieħed iħares lejhom x'isib?", "Wieħed isib li jekk ma jitteħdux passi l-iżbilanċ ta' l-Enemalta għas-sena d-dieħla se jkun ta' Lm10.5 miljun.", "Dwar dan jien u ċ-chairman tkellimna diversi drabi; naħseb li konna naraw lil xulxin kull jumejn jew tlieta għaliex il-liġi dwar l-Enemalta tpoġġi ċertu piż fuq il-ministru wkoll, inkluż fuq kif jinxtara ż-żejt.", "Jien ma nistax naħrab minn din ir-responsabilita'.", "Fil- media kien hemm min staqsa għalfejn jien qgħadt nindaħal fuq dawn l- affarijiet pero' jien ngħid li mhux talli għandi nidħol f'ċerti deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-pajjiż kollu talli l-liġi dwar l-Enemalta stess timponi dak id-dover fuqi.", "Għalhekk m'għandix niġi kkritikat li qed nosserva l-liġi b'mod skrupluż.", "Pero' tan-naħa l-oħra jridu jsallbu lill- Onor. Josef Bonnici.", "Huwa t-tort ta' l-Onor.", "Bonnici li ġraw ċerti affarijiet fiċ-ċirkostanzi internazzjonali li ħadd ma kien jobsorhom għax dan indaħal fejn ma wesgħux.", "Dan mhuwiex il-każ pero' l-gazzetti tan-naħa l-oħra hekk qed ipinġuhom l-affarijiet.", "Pero' ħalli mmur lura għal dawn id-draft estimates.", "Huwa veru li fiċ- ċirkostanzi l-ministru rranġa laqgħa mal-Prim Ministru u mal-ministru tal- finanzi li matulha ġie propost li l-prezz tal-petrol jiżdied b'2 ċenteżmi kull litru biex jitħassar id-deficit imma ovvjament dwar dan kellhom isiru diskussjonijiet oħrajn biex naraw jekk hemmx miżuri oħra.", "Fil-fatt instabu miżuri oħra kif wieħed jista' jegħlibha din.", "Jien li ngħallem fl- universita' nista' ngħid li jekk hemm xi ħaġa li trid tiġi analizzata sewwa hija meta jkollok kriżi taż-żejt għaliex din tikkawża dak li jsejħulu xokk fuq l-ekonomija li jkun ġej mill-produzzjoni tal-prodotti li l- enerġija tifforma parti essenzjali minnhom.", "L-aħjar ħaġa kif tegħlibha din, speċjalment meta jkun jidher li din hija problema temporanja, hija li wieħed jara jekk il-gvern jistax jerfa' parti mill-piż.", "Din qegħda f'kull textbook ta' l-ekonomija ta' l-ewwel sena u tat-tieni sena u hija mgħallma bħala a standard tool.", "Kultant ċerti pajjiżi li jipproduċu ż-żejt jagħmlu blackmail lill-oil consuming countries li jgħollu l-prezz u allura dawn il- pajjiżi, biex jirrispondu, b'xi mod inaqqsu t-taxxi bil-konsegwenza li l- flow of funds imorru għand l-oil producing countries jiġifieri din hija logħba internazzjonali.", "Pero' aħna pajjiż żgħir u nistgħu niddeċiedu l- affarijiet tagħna.", "Huwa żgur li jekk il-gvern jiddeċiedi li jnaqqas id- dazju jew jgħin fl-ispiża ta' l-Enemalta din mhux se tiġi interpretata bħalma tiġi interpretata f'pajjiżi akbar.", "Aħna jibqa' jkollna l-abbilta' li nkunu nistgħu nkomplu f'din it-tip ta' politika.", "Għalhekk dan is-sotto- kumitat tal-kabinett, biex insejħulu hekk, li kien magħmul mill-prim ministru, mill-ministru tal-finanzi, minni, miċ-chairman ta' l-Enemalta preżenti u minn uffiċjali oħra ddeċieda li ma jkunx hemm żieda fil-prezz taż-żejt, tal-petrol, tad-diesel u tad-dawl, għalkemm konna qed nissuġġerixxu li jkun hemm żieda ta' madwar 2 ċenteżmi fuq il-prezz tal- petrol biss biex kemm jista' jkun nevitaw li nagħtu dan it-tip ta' xokk lill-ekonomija tagħna.", "Pero' d-deċiżjoni kienet li minħabba l-fatt li f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta l-prezz tal-fuel żdied kull sena ridna li jekk huwa possibbli nevitaw dan l-impatt fuq l-ekonomija tagħna.", "Deċiżjonijiet oħra kienu li l-gvern isib mezz kif jista' jgħin lill- Enemalta minħabba bidliet li konna se nagħmlu.", "Waħda minn dawn il- bidliet kienet li l-gvern jieħu fuq spallejh - kif kien jiġri qabel l-1992, biex ngħid kollox - l-ispiża tad-dwal fit-toroq ta' Malta u Għawdex u din tinvolvi somma sinifikanti.", "Per eżempju, kien hemm żmien meta l-Enemalta kienet qed tħallas id-dazju fuq id-diesel li timporta biex tużah fil-power station u din ħolqot problema.", "Peress li fl-impjanti moderni tal-gas turbines, li normalment jaħdmu f'emerġenza, u fis-sistema ta' combined cycle jintuża d-diesel li jħammeġ inqas, dan qed ikun aktar expensive għax għandu aktar dazju fuqu.", "Dan qed iwassal biex l-Enemalta tħallas madwar Lm1.9 miljun fis-sena f'dazju u jien ilni nargumenta li dan għandu jitnaqqas għaliex bir-regola ta' l-Unjoni Ewropea, meta tipprovdi l- enerġija għandek dritt li tneħħi d-dazju minn fuq dak il-fuel li jkun qed jiġi wżat għall-enerġija speċjalment imbagħad meta dan ikun a cleaner fuel, kif inhu l-gas oil jew id-diesel li jintuża f'dawn l-impjanti.", "Għalhekk dan kien mezz ieħor kif wieħed inaqqas l-ispejjeż ta' l-Enemalta.", "Dan juri kemm l-affarijiet qed jimxu b'mod strett u dritt u li qed naslu għal ċerti konklużjonijiet.", "Xi ħaġa oħra li se żżid xi ftit l-ispiża ta' l-Enemalta hija li jiġi provdut kwalita' ta' diesel Ewropew li għandu sulphur content ħafna inqas.", "Fil-fatt it-tekniċi jgħidulek li dan id-diesel inaqqas il-problema tad- dħaħen li ovvjament joħorġu mill-karozzi li jaħdmu b'makni diesel u barra minn hekk il-karozzi jaħdmu aħjar.", "Dan se jfisser spiża aktar għall- Enemalta imma aħna tant ma ridniex inċaqilqu l-prezz tal-fuel li ddeċidejna li din l-ispiża extra tiġi assorbita mill-Enemalta fil-programm tagħna ta' ħidma li nagħmlu update ta' l-ambjent eċċ. b'mod li jkollna aktar approach mhux biss lejn ir-requirements ta' l-Unjoni Ewropea imma wkoll lejn ir- requirements tas-saħħa u ta' l-enviromental protection neċessarju.", "Is-self li kienet għamlet l-Enemalta mingħand il-gvern u li kellu jitħallas se jiġi pospost u dan se jgħin is-sitwazzjoni għas-sena d- dieħla.", "Deċiżjoni oħra li ħadna u li ilna nikkonsidraw minn mindu sar dak il-famuż hedging agreement hija li s-sistema li għandu jaddotta pajjiżna hija li għandu jkun hemm ċertu flessibilita' fil-prezz tal-fuel li jkollu jħallas il-konsumatur.", "Wara kollox ikun għaqli li jekk il-prezz minn barra jogħla, il-prezz jogħla u jekk il-prezz minn barra jitbaxxa, jkun hemm ċertu tnaqqis fil-prezz.", "B'hekk il-konsumatur ikollu aktar indikazzjoni ta' x'inhu l-prezz reali ta' dak li jkun qed jikkonsma.", "Aħna konna qed naħdmu b'sistema fejn konna qisna pajjiż li nipproduċu ż-żejt u allura konna naffordjaw li nżommu l-prezz ta' l-enerġija, speċjalment tal-fuel, kostanti.", "Ovvjament aħna m'għandniex żejt minn tagħna imma din hija s- sistema li tħaddmet matul is-snin taħt gvernijiet differenti.", "Din is- sistema kellha vantaġġ wieħed u wieħed ma jridx jagħtiha fuq rasha għal kollox għax żammet ċerta stabilita'.", "Permezz ta' din is-sistema l-Enemalta kienet f'sitwazzjoni li meta l-prezz jogħla tassorbi l-prezz hi u meta l- prezz jorħos - jista' jkun snin wara - tagħmel profitt għal meta jogħla l- prezz.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi għalfejn u kif inbidlet din is-sistema.", "Jien rajt x'hemm fil-files biex nara x'wassal għal dan it-tibdil pero' jien għandi dubji serji dwar kif imxew l-affarijiet.", "Li nista' ngħid hu li aħna sibna l-pajjiż f'sitwazzjoni tal-biki u allura jien ngħid li din kienet deċiżjoni irresponsabbli u dan joħroġ anke mill-files.", "Sur President, aħna ridna nsibu mezz kif intaffu l-piż u fil-minuti m'hawn xejn kontra dak li qed ngħid jien.", "Allura għax aħna ħadna ċerti miżuri jfisser li bagħbasna ċ-ċifri?", "Aħna bagħbasna ċ-ċifri jew għamilna eżerċizzju serju ta' kif nittrattaw problema nazzjonali?", "Qed ngħid dan għax wara li għamilna eżerċizzju serju jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jimplika li dan huwa gvern tat-tbagħbis u li din hija irresponsabilita' kbira.", "Issa dan jaf li aħna għamilna eżerċizzju serju.", "Għax ma jsemmix l- ispekulazzjoni li kien hawn fuq voti fittizji li ntefgħu f'kaxxa minflok voti ta' xi ħaddieħor!", "Per eżempju, l-bieraħ jien iddiżgustajt ruħi meta din il-muntatura bdiet tingħad ukoll fuq iċ-ċifri ta' l-istatistika.", "L- istess ċifri li kien jiftaħar bihom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni saru ċifri mbagħbsa!", "Issa minn dak iż-żmien ma nbidel xejn għax l-istess nies għadhom hemm, l-istess diretturi għadhom hemm u l-istess sistema għadha hemm.", "Allura b'min qed nidħku?", "X'ġid qed nagħmlu lill-politika tagħna?", "Ejja nkunu onesti u nargumentaw fuq different view points u different strategies kif għandhom isiru l-affarijiet u ma nippruvawx nimmanipulaw il-fatti b'dan il-mod!", "Saħansitra sar anke attakk fuq ir-retail price manegment board u skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni anke hawnhekk sar it-tbagħbis.", "Dan qal li l-gvern iddieħak bir-retail price management board fil-mod kif ittratta l- issue tar-retail price index.", "Kieku ried dan seta' jagħmilli mistoqsija fuq hekk.", "Jagħmlu tant mistoqsijiet fuq il-ħmerijiet dawn!", "Per eżempju, l- bieraħ għamluli mistoqsija fuq it-toilets tal-biċċerija.", "Dawn staqsew x'għamel il-ministru biex jara li t-toilets tal-biċċerija għadhomx maħmuġin.", "Hekk isiru ħafna mill-mistoqsijiet!", "Pero' fejn irid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni minflok jagħmel mistoqsija jgħid li kien hemm it-tbagħbis u bil-Malti dan qed jitmellaħ bil-kumitat li hemm.", "Issa din hija akkuża serjissima għax hawnhekk qed nitkellmu fuq kumitat indipendenti li kont waqqaftu jien u li ilu jaħdem għal dawn l-aħħar għaxar snin li neħħa l- kontroversja dwar ir-retail price index.", "Għalhekk dan huwa strument importanti li ġie aċċettat minn tliet partijiet soċjali.", "Pero' hawnhekk il- Kap ta' l-Oppożizzjoni tefagħlna feles ieħor biex jipprova jkisser dan it- tip ta' qbil li kien hemm li użah hu stess meta kien fil-gvern.", "Din hija kritika distruttiva u jien nistenna aħjar mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax issa l-kilba tal-poter diġa' għadda minnha u jaf x'jiġifieri li jkollok ċerti responsabbiltajiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf li dan it-tip ta' atteġġjament ħsara jagħmel.", "Pero' issa għandna l-magna ta' propaganda - din kien ikkritikaha xi ħadd min-naħa tiegħu stess - li hija determinata li tiddistruġġi u tinsa l-kuxjenza, l-aqwa li tikkritika b'mod infondat!", "Kif diġa' għidt, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa politikament diżonest għax ipprova jpinġi li kien hemm xi tbagħbis fiċ-ċifri.", "Għax aħna qed nieħdu l-miżuri biex ikollna riżultati differenti qed inbagħbsu ċ-ċifri meta l-miżuri qegħdin spjegati u elenkati hawnhekk waħda wara l-oħra!", "Hawnhekk għandna x'se jagħmel il-gvern biex għal din is-sena li ġejja l- Enemalta tibqa' tassorbi l-piż hi, u l-gvern iġorr magħha, ħalli jkollna sistema aktar flessibbli tal-prezzijiet tal-fuel.", "Dan kollu jelimina l- ispekulazzjoni grassa li kien hemm.", "Ladarba d-diskussjoni żviluppat b'dan il-mod nixtieq ngħid xi ħaġa fil- qosor dwar l-indiċi tal-prezzijiet.", "Jien m'għandix diffikulta' li nuri l- informazzjoni kollha dwar il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma ħalli min irid jarahom.", "Fil-fatt il-membri ta' l-oppożizzjoni ġieli marru jieħdu xi informazzjoni jew jiffamiljarizzaw ruħhom magħhom.", "Jien hawnhekk għandi spreadsheets sħaħ u informazzjoni li tiġbor summary tal-konsumaturi kollha li jħallsu d-dawl u l-ilma - naturalment hawnhekk m'hawnx l-affarijiet kunfidenzjali - bis-cycles differenti.", "B'hekk wieħed jista' jqabbel kemm kien jiġi l-kont bit-tariffi l-qodma ta' qabel l-1997, kemm kien jiġi l- kont bit-tariffi tal-gvern preċedenti - donnu li dawn ma jeżistux għalihom illum - u kemm jiġi l-kont bit-tariffi tal-lum.", "Għal kull cycle għandek average consumption tad-dawl u average consumption ta' l-ilma u għandek l- istart date ta' meta l-kont jibda jopera.", "Għalhekk tista' tikkalkula kemm għandu jiġi l-kont on average għall-konsumaturi tagħna fid-different household bands.", "Din l-informazzjoni se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra wara li nitkellem fuq dan is-suġġett.", "Per eżempju, l-ewwel kont ħareġ fl- 1998 u l-istart date tiegħu kienet madwar Lulju ta' l-1997.", "Wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni l-average days in cycle, għax din tagħmel differenza, u n-number of accounts with electricity consumption - bħalissa għandi quddiemi tabella dwar id-dawl - li hemm f'kull kategorija.", "Per eżempju, l-ogħla kategorija li hemm f'dan il-każ hija kategorija ta' erba' persuni.", "Insibu, per eżempju, li fil-kontijiet ta' Novembru, 1997 in- numru ta' jiem huwa ferm inqas minn ta' kontijiet oħrajn.", "Fil-fatt dawn ikopru 90 ġurnata filwaqt li n-numru tas-cycle preċedenti kien ikopri madwar 120 ġurnata.", "Imbagħad għandek ukoll l-average consumption of electricity, il-low tariff kif kienet qabel l-1997 u t-tariffa kif kienet se tiġi taħt il-gvern preċedenti wara l-ftehim ma' l-unions.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li l-ftehim mal-unions kien qiegħed jifrex iż-żieda tal- kontijiet fuq tliet snin pero' din insewha d-deputati tan-naħa l-oħra.", "Dawn insew li l-ftehim mal-unions kien li l-prezzijiet tad-dawl u ta' l- ilma se jiżdiedu fuq tliet snin.", "Fil-fatt aħna daħħalna s-sistema tar- rebates biex inżommu kostanti kemm jista' jkun is-sistema li kienu għamlu huma.", "Din is-sena, din is-sistema ta' rebates ġiet posposta u se tkompli mis-sena d-dieħla jiġifieri estendejna b'sena r-rebates li kien hemm ta' tliet snin, imbagħad bil-wiċċ tost kollu jiġi l-Onor.", "Cuschieri jgħid li minn Jannar se jogħla l-ilma.", "L-ilma se jogħla biss b'xi 50c kull persuna għal min għandu household ta' aktar minn erba' persuni għax dawn kellhom rebate aktar qawwija.", "Dan kollu qed nagħmluh biex il-prezzijiet li kien għamel il-gvern preċedenti nżommuhom taħt ċertu ammont.", "F'din it-tabella li għandi quddiemi hawn li fil-kont ta' bejn Lulju 1997 u Novembru 1998 l-average consumption ta' household ta' żewġ persuni - dawn huma bbażati fuq il-fatti u mhux fuq stimi, jiġifieri ħadna l-ammont ta' nies li kien hemm - huwa ta' Lm20 pero' bit-tariffi tal-gvern preċedenti dan kien jitla' għal Lm27.18c fl-ewwel sena u bit-tariffa l- ġdida kien se jitla' biss għal Lm20.15c.", "Issa hawn qed nieħu l-average tal- households kollha ta' żewġ persuni.", "Naturalment hemm biċċiet minnhom li huma ftit aktar u biċċiet minnhom li huma ftit anqas; dejjem jiddependi mill-konsum.", "Is-sistema li daħħalna - jista' jkun li din ma spjegajnihiex biżżejjed - hija waħda li għandha ammont minimu ta' average consumption għax huwa ammont sussidjat, imbagħad għandek ammonti oħra li jistgħu jkunu aktar, aktar ma wieħed jikkonsma u hemmhekk tidħol tariffa ġdida.", "U huwa hemmhekk fejn xi kultant il-kontijiet ta' ċertu nies jiġu aktar għoljin.", "Issa hemm aktar penali għal min jikkonsma aktar għax is-sussidju se jonqos pero' naħseb li soċjalment dik hija xi ħaġa ġusta.", "Għalhekk jekk inħarsu lejn ċerti kontijiet tad-dawl biss insibu li ċerti kontijiet diġa' qed jiġu marġinalment irħas.", "Jekk inħarsu lejn l-average bill ta' household ta' tliet persuni nsibu li dan kien ta' Lm25.78 u bit-tariffi l-ġodda niżel għal Lm25.60.", "Jekk immorru għal household ta' erba' persuni għal din is-cycle insibu li bit- tariffi l-qodma l-average bill kien ta' Lm30.54, bit-tariffi ta' l-Onor.", "Alfred Sant kien se jitla' għal Lm40 u aħna erġajna naqqsnih għal Lm28.69.", "Dan qed jirrifletti l-price index tad-dawl.", "Pero' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma qalilniex li aħna normalment inħarsu lejn id-dawl u l-ilma.", "Huwa veru li meta taħdem it-tariffi bbażati fuq il-load system, speċjalment għall- kategoriji li jidhru fil-price index, kien hemm tnaqqis marġinali fil- kontijiet ta' l-1998 pero' wara daħlu r-rebates.", "Issa jekk bdew jonqsu r- rebates, speċjalment ta' l-1999, il-kont tela' ftit aktar pero' dan huwa ferm 'il bogħod milli kien se jitla' bis-sistema ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu ċ-ċans jitlob l-informazzjoni mingħandi, mingħand id-direttur ta' l-istatistika u mingħand l-awditur pero' dan ħareġ bl-akkuża ta' tbagħbis .", "Il-verita' hi li ma kien hemm l-ebda tbagħbis u din hija xi ħaġa li daħal fiha l-kumitat tat-tliet partijiet soċjali.", "Jien insostni li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jmissu jagħmel xogħlu aktar serju għaliex ma jistax jitfa' dawn it-tip ta' akkużi b'dan il-mod meta kulma kellu jagħmel huwa li jiċċara l-affarijiet.", "Dan m'għandux ikisser l- aktar struttura fundamentali li għandna bejn it-tliet partijiet soċjali li ilha topera għal dawn l-aħħar għaxar u li bħala struttura ħarġet mill- MCED.", "Illum din hija waħda mill-istrutturi bażiċi tal-pajjiż għax neħħiet l-issue ta' kif wieħed ikejjel il-cost of living minn issue ta' kontroversja għal issue ta' qbil.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kompla jitkellem fuq ċifri, li jien ma fhimtx kif għamilhom, u li ċertament mhumiex korretti għaliex l-indiċi qegħdin juru li fil-fatt għas-cycle ta' l-1998 hemm marginal decline.", "Aħna ma qgħadniex noħorġu niftaħru li fl-elettriku kien hemm xi decline kbira imma kien hemm marginal decline.", "Tan-naħa l-oħra tgħidx kemm ilhom jgħajruni li jien kont għidt li prattikament il-prezzijiet kellhom jiġu kif kienu qabel pero' jien għadni kemm tajt eżempju ċar biċ-ċifri reali kemm hija l- average consumption u kemm aħna mxejna mal-wegħda elettorali.", "Għalhekk niddeplora bil-qawwa kollha dan l-attentat ta' tkissir u tfarrik għax dan qed jikkawża disservice għal pajjiżna.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn is-cycles l-oħra jsib li r-rebates tad-dawl - hawnhekk qed nirriferi għal tad-dawl biss għax ir-rebates ta' l- ilma żdiedu marġinalment - naqsu u dan hu li qed juri l-indiċi.", "Nista' ngħid ukoll li ta' l-IMF kważi kkritikaw lili talli naqqast il-prezzijiet tad-dawl inqas milli kienu qabel.", "Din kienet is-sitwazzjoni pero' jien ma qgħadx niftaħar li raħħasna l-prezzijiet aktar l-ewwelnett għax ma rridux noqogħdu nintilfu fuq ftit ċenteżmi u t-tieni nett għax imxejna b'mod tajjeb.", "Naħseb li fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għidt biżżejjed.", "Nispera li l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jieħdu in konsiderazzjoni dak li għidna llum u mhux jiġu with a prepared text għax ħafna drabi jiġri li f'dawn id-dibattiti ma jkollokx ħafna membri preżenti, għalkemm jista' jkun li jkunu qed jisimgħu dak li jkun qed jingħad hawn ġew.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq l-issue tal-hedging taż-żejt.", "Meta jien tlabt il-files biex nara l-istorja sew x'kienet sibt li wara li fit-2 ta' Jannar is-Sur Martin Bonello Cole inħatar chairman ġdid ta' l-Enemalta, fl- 14 ta' Jannar inħarġet ittra minn din il-korporazzjoni u ntbagħtet lil sitt banek differenti kbar għall- proposti.", "L-ittra tgħid li peress li nħatar chairman ġdid għall-Enemalta u peress li dan huwa interessat ħafna fil- futures ??? dawn il-banek qed jintalbu biex forsi jissottomettu xi possibbiltajiet dwar dan.", "Issa din qatt ma kienet saret qabel għax l- Enemalta dejjem kienet tuża s-sistema li jekk il-prezz jogħla tassorbih hi għal ċertu perijodu u meta l-prezz jinżel tagħmel tajjeb għal dak li tkun assorbiet.", "Ovvjament din is-sistema kienet titħaddem fis-snin tmenin u disgħin għax fis-snin sebgħin il-prezz tal-petrol kien għola bi tliet darbiet imbagħad b'erba' darbiet u baqa' b'dak il-prezz.", "Issa ċ-chairman il-ġdid ta' l-Enemalta din ried ibiddilha għax għandu r-raġunijiet tiegħu.", "Dan huwa accountant, ra li fil-budget estimates kien hemm ċertu ammont ta' assumptions u allura ried isib mod kif jegħleb din il-problema.", "Jien ipprovajt infittex ukoll jekk sarx xi studju bir-reqqa fuq xi ħaġa li ilha taħdem 20 sena jew x'se nagħmlu minflok din is-sistema pero' ma sibt xejn.", "Li sibt huwa li dawn ftiehmu ma' organizzazzjoni serja Franċiża u għażlu l-aktar triq riskjuża.", "Dawn raw xi prezzijiet kienu qegħdin jiġi offruti, raw li hemm differenza favorevoli u fil-bidu ta' Frar iffissaw prezz biex fuq il-fuel oil jiffrankaw USD 5.1 miljun, fuq il-gas oil jiffrankaw USD 6.9 miljun u fuq il-jet aviation fuel jiffrankaw USD 3.1 miljun.", "Fil-fatt hemm nota li tgħid li għal perijodu ta' bejn Frar u Diċembru dawn kellhom jiffrankaw USD 15.1 miljun.", "Dawn huma l-analiżi li saru!", "Dawn qabblu l-prezzijiet li offrewlhom mal-prezzijiet li kienu assumew.", "Pero' mbagħad x'ġara?", "Ġara li fl-14 ta' Frar iffirmaw il-kuntratt u fl-aħħar ta' Frar ta' l-istess sena irċevew kont ta' USD 637,390 għax il- prezz kien niżel anqas minn dan l-ammont miftiehem u l-agreement kien jgħid li f'dan il-każ id-differenza trid tħallasha l-Enemalta.", "Kien hemm options oħra imma dawn m'għażluhomx.", "Dan ifisser li kieku l- Enemalta m'għamlitx dan l-agreement, meta kellna sitwazzjoni fejn it- tariffi tad-dawl u ta' l-ilma kienu qed jiġu ttripplikati, din il- korporazzjoni kienet tiffaċċja cost savings tremendi.", "L-ewwelnett kieku din ma kenitx tibda tħallas dawn is-USD 600,000 mill-ewwel tliet ġimgħat.", "Per eżempju, kien hawn min staqsa kif fl-ewwel ġimgħat, wara li ffirmaw dan l-agreement, il-korporazzjoni tilfet USD 637,000.", "Mhux talli hekk talli x-xahar ta' wara irċeviet kont ta' USD 659,000, f'April irċeviet kont ta' USD 406,000, f'Mejju rċeviet kont ta' USD 624,000, f'Ġunju rċeviet kont ta' USD 902,000, f'Lulju rċeviet kont ta' USD 1 miljun u f'Awissu rċeviet kont ta' USD 1,100,000.", "Jidher ċar li b'din is- sistema konna qed immorru ħażin għaliex sa Awissu konna diġa' tlifna USD 5 miljun u l-prim ministru ta' dak iż-żmien kien ħareġ jgħid li l-Enemalta tista' tkun qiegħda f'pożizzjoni li traħħas id-dawl u l-ilma għax il-prezz taż-żejt niżel.", "Dan qalu preċiżament qabel l-elezzjoni.", "Imbagħad x'ġara?", "F'daqqa waħda beda l-kuntatt ma' bank differenti u l- ewwel riferenza li stajt insib kienet ta' l-14 ta' Ġunju.", "Issa jien naħseb li ma saritx investigazzjoni dwar x'isarraf dan il-bank.", "L- investigazzjoni saret meta kien tard wisq u meta kien hemm problemi finanzjarji.", "Pero' f'daqqa waħda irriżulta li din il-kumpannija kellha r- rappreżentanti hawn Malti.", "Per eżempju, jien mhux se niddejjaq insemmi li dak li kien jirrappreżentaha kien is-Sur Patrick Spiteri li inċidentalment kien l-advisor tal-prim ministru fuq is-sistema ta' tassazzjoni.", "Inċidentalment ukoll illum ma' din il-kumpannija jaħdmu diversi uffiċjali tal-partit Laburista.", "Meta tlajna fil-gvern dan l-individwu ġie jarani b'ħeġġa kbira biex inkomplu fuq din is-sistema jiġifieri b'hekk nafu dan.", "Fil-files hemm xi ittra 'l hawn u 'l hinn lil din il-kumpannija pero' din kienet is-sitwazzjoni.", "Nixtieq ngħid ukoll li mingħajr ma wieħed qagħad jevalwa x'ġara u x'ma ġarax mill-hedging agreement dawn daħlu f'agreement ieħor għas-sena kollha ta' l-1999.", "Issa hawnhekk nixtieq insemmi ittra li tgħid li din il-kumpannija kienet lesta li tagħmilha ta' advisor u fl- istess ħin tkun tista' tbigħ il-prodotti li hi tagħti l-pariri fuqhom. interessati ukoll li nbiegħulkom il-prodotti li aħna nagħtukom parir fuqhom.", "Mela hawn xi ħadd fid-dinja li jieħu parir minn kumpanija imbagħad jixtri l-istess prodotti mingħandha?!", "Għandu jkun hemm ċerta separazzjoni f'dawn l-aspetti kummerċjali għax hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq Lm10,000, Lm20,000 jew Lm50,000 imma qed nitkellmu fuq miljun kbar ta' liri li jaffettwaw lill-pajjiż kollu.", "Meta wieħed jibda jara dawn l-affarijiet bilfors li jistaqsi x'kien għaddej.", "Imbagħad, kif diġa' għidt, fl-14 ta' Awissu dawn daħlu f'agreement li jorbot is-sena kollha bi prezzijiet aktar għoljin minn ta' dakinhar.", "Per eżempju, l-prezz li kien contracted għall- fuel oil għall-1999 kien ta' madwar USD 66.50 bi prezz aktar għoli minn USD 53.70.", "Meta jien flejt il-pariri ta' din il-kumpannija sibt li hemm x'tikkritikalhom għaliex min jifhem f'dan is-settur jgħidlek - hemm min jifhem ferm aktar minni - li l-futures m'għandekx teħodhom neċessarjament bħala l-prezz li s-suq verament qed jistenna għax dawn jistgħu jkunu riżultat ta' ċerti nies li bilfors iridu jixtru in the future.", "Is- sitwazzjoni attwali taf tkun ferm differenti minn dawk il-futures u fil- fatt jien fl-aħħar ta' l-1998 kont għamilt eżerċizzju - dan diġa' tkellmit fuqu f'dan il-parlament - li permezz tiegħu għamilna 20 simulation.", "Aħna għidna: Jekk, per eżempju, aħna dħalna f'dan it-tip ta' kuntratt f'Marzu ta' l-1997 għal sena bil-quddiem, x'kien ikun l-eżitu?", "Dan l-eżerċizzju jagħtik idea ta' x'tip ta' eżerċizzju trid tagħmel biex tħares 'il quddiem u x'tip ta' affarijiet tista' tagħżel.", "Insibu, per eżempju, li l-loss from forward transactions ta' l-ewwel kuntratt li sar kien ta' 33%.", "Jekk nieħdu Marzu ta' l-1997 insibu li l-loss kien ta' 12% u dak ta' April ta' l- 1997 il-loss kien ta' 26%.", "L-informazzjoni kienet available dak iż- żmien; kulma kellek bżonn huwa laptop li l-bieraħ tgħidx kemm ikkritikah il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Naf li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma tantx jieħu pjaċir jaqra ħafna rapporti imma jippreferi jaqra kollox f'sheet waħda - għallinqas hekk qalu l-advisors li kellu - pero' kultant riżultat ta' sheet waħda tieħu, kif ġralu fil-kwestjoni tat-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Għalhekk minn dan l-eżerċizzju sibna li l-20 simulation li għamilna kollha rriżultaw f'telf li jvarja minn 12% għal 64%.", "F'każ wieħed biss minn 20 laqa' l-likk għax mar 'il quddiem b'10%.", "Alllura l-odds kontra hawnhekk huma inkredibbli.", "U jekk wieħed jaqra l-pariri ta' din il- kumpannija jsib li din tara meta l-prezz ikun irħis u ma jkunx se jitbaxxa aktar u tissuġġerixxi li dak ikun żmien tajjeb ...", "Dan bħal meta tmur għand car dealer biex tieħu parir dwar liema karozza għandek tixtri u dan ovvjament jgħidlek biex tixtri waħda mill-karozzi li jġib hu.", "Hekk ġara hawnhekk.", "Jien ma naħsibx li l-affarijiet saru b'xi studju u b'xi analiżi profonda għax f'daqqa waħda out of the blue l-ħames kumpanniji serji li kien hemm fl-ewwel tas-sena twarrbu - naħseb li r-riżultat ma bedix jogħġbhom u kien hemm panic station - u daħlet kumpanija oħra.", "Issa din ma nafux kif daħlet u f'liema ċirkostanzi daħlet.", "Li nista' ngħid hu li l-kuntratt il-ġdid li ġie ffirmat kellu klawsola fih li tgħid li jekk it- telf fuq il-kuntratt ta' sena jiġi antiċipat li se jkun aktar minn USD 2 miljun, l-Enemalta trid tagħmel deposit bil-quddiem - qishom ma jafdawhiex - biex jagħmel tajjeb għal dak it-telf antiċipat.", "Dan ma kienx fl-ewwel kuntratt biss imma daħal fit-tieni kuntratt, u kkrea problemi tal-ġenn, li ġie ffirmat fl-14 ta' Awissu.", "Issa anke hawnhekk ma nafx kif dan ġie ffirmat ġimgħatejn qabel l-elezzjoni.", "Per eżempju, l-ewwel ħaġa li qalli ċ- chairman, is-Sur Bonello Cole, meta ġie jarani kienet li l-Onor.", "Sant ma tantx seta' jgħid li se jraħħas id-dawl għaliex raħas iż-żejt għax dawn kienu marbutin b'kuntratt.", "Din kienet l-ewwel kelma li qalli.", "Għalhekk hawnhekk tara l-qerq li kien hemm qabel l-elezzjoni.", "Issa dan mhux talli ma kienx possibbli talli fl-4 ta' Settembru, ġurnata qabel l-elezzjoni, minħabba kuntratt li ġie ffirmat ġimgħatejn qabel, l-Enemalta irċeviet ittra - din se npoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra - mingħand kumpannija barranija li qalet li l-exposure ta' l-Enemalta fuq dan il- kuntratt tela' għal USD 2.5 miljun u peress li l-agreement li semmejt kien ta' USD 2 miljun, l-Enemalta kellha tibgħat USD 0.5 miljun biex iżommuhom just in case għaliex kien jidher telf kbir.", "Imbagħad wara l-elezzjoni bdew ġejjin ħafna ittri oħra ta' dan it-tip.", "Per eżempju, ittra tat-12 ta' Novembru kienet tgħid hekk:", "\"The exposure reached USD 1.5 million.", "Could you please send us USD 3 million?\".", "Imbagħad fl-20 ta' Novembru irċevejna ittra oħra li tgħid:", "''The exposure reached USD 6.4 million.", "Could you please send us USD 1.5 million?''.", "Jekk wieħed jaqra l-minuti li hemm fil-file jibqa' mistagħġeb.", "Ta' min igħid li meta l-gvern Nazzjonalista reġa' ħa l-poter f'idejh sab li l- kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma kienu ilhom ma joħorġu żmien u l-Enemalta kellha cashflow problem kbira għax minħabba l-kuntratt li kien daħal għalih il-gvern l-ieħor, din kienet qed tintalab ħlas bil-quddiem.", "Dan il- kuntratt kien qed juri telf kbir u din il-korporazzjoni ma kellhiex flus biex tħallas.", "U jekk wieħed jara l-file isib kummenti bħal ''here we go again'' eċċ. Fl-aħħar din is-somma tant telgħet li sa Diċembru ta' l- 1998 l-exposure tela' għal USD 8.6 miljun.", "L-Enemalta kienet qed tintalab deposit ta' USD 2.1 miljun u ma kellhiex minn fejn tagħti.", "Imbagħad din kellha tmur għand il-Mid-Med Bank biex ikun hemm back-to-back guarantee imma dan qalilha li biex jaċċetta li jagħmlilha back-to-back loan ibbażat fuq l-ammonti li qed tħallas, irid jara jekk il-bank jiswiex biżżejjed.", "U għaġeb ta' l-għeġubijiet, meta l-Mid-Med Bank għamel l- analiżi tiegħu qal li r-riskju huwa kbir wisq għax dan il-bank huwa żgħir ħafna u ma kienx lest li jidħol għalih.", "Allura hawnhekk jien nixtieq nistaqsi: X'ġara minn dawk il-ħames banek li kien hemm qabel li kollha huma ta' daqs internazzjonali u li jien għandi isimhom?", "Jien hawnhekk għandi d-dokumenti u l-provi kollha u lest li nurihom għax l-attakk li qed isir min-naħa l-oħra kontrija li qed igħidu li jien messni dħalt għall-hedging agreement ieħor f'dawn iċ-ċirkostanzi mhux biss huwa attakk irresponsabbli imma huwa attakk li lili jġegħelni naħseb ħażin.", "Jien kelli pressjoni kbira mill-individwu li semmejt qabel biex nidħlu f'dan it-tip ta' kuntratt għas-sena ta' wara meta hemm dan it-telf kollu pero' dan ma jagħmilx sens.", "Lil kull min tgħidu dan jidħak bik!", "Ma jistax ikun li tidħol f'dan it-tip ta' kuntratt meta sa Diċembru konna tlifna USD 9 miljun u kellna USD 8 miljun maqbudin fil-kuntratt tas-sena d-dieħla!", "U għax jien ġarrejt ir-responsabbilta' kollha qed niġi kkritikat li ma kellix viżjoni.", "X'viżjoni kien hemm f'dawn l-affarijiet?", "X'analiżi u linkages kien hemm?", "Jien qtajt ħafna tentacles f'dawn l- affarijiet għax f'sena kellhom kellhom USD 9 miljun telf u USD 8 miljun bil- quddiem bħala telf tal-futur.", "Ma tridx tkun għaref biex tinduna li dawn it-tranżazzjonijiet għandhom implikazzjonijiet kbar għall-middlemen.", "U jien għalhekk ma bdejtx naċċetta l-pariri li kont qed ningħata mingħand iċ- chairman ta' dak iż-żmien u mingħand il-kumpannija Maltija.", "Mr Speaker, jien irrid ngħid li xejn ma nħossni komdu kif ġraw l- affarijiet.", "Ta' min igħid li ftit xhur ilu ċ-ċentru finanzjarju ma tax permess li din il-persuna toħroġ għall-bord tad-diretturi tal-bank għax ma kenitx meqjusa bħala persuna idonea fiċ-ċirku finanzjarju minħabba xi affarijiet li ġr=aw fil-passat li jien mhux se nidħol fihom.", "Allura hawnhekk fuqhiex qed nitkellmu?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħadd li kien qiegħed iħokk spalla ma' spalla ma' l-ogħla uffiċjali tal-partit Laburista u ma' l-Onor.", "Sant innifsu.", "Dan huwa xi ħadd li wassalna f'sitwazzjoni fejn lanqas il-Mid-Med Bank ma ried jidħol għal back-to-back guarantee ma' dan il-bank.", "Nista' ngħid ukoll li lili ġew ikellmuni tfal minn barra li kienu għadhom ħerġin mill-universita'.", "Dawn igħidulek, per eżempju, li għandek tħares lejn il-future market li qed jistenna ...", "Jekk tagħmel eżerċizzju dwar dan issib li 99% se jkollok żball fuqu.", "Issa jien se nibbaża l-investiment tal-pajjiż fuq dawk il-futures!", "Mela aħna tfal!", "U kieku mhux għax l-OPEC għamlu li għamlu, dawn kienu jitilfu madwar USD 8 imma ġara dak li ma kienx mistenni.", "Nista' ngħid, per eżempju, li f'Marzu, jien tajt instructions lill-Enemalta biex isibu mezz kif innaqqsu t-telf għax dak iż- żmien konna qed nitilfu madwar USD 1 miljun fix-xahar.", "Pero' meta kitbulhom dawn, il-proposti ma kenux aċċettabbli.", "Per eżempju, dawn qalulna li jekk inħallsu USD 6 miljun oħra inkunu nistgħu noħorġu mill- kuntratt sa l-aħħar tas-sena pero' jien dan ma aċċettajtux għax ladarba aħna dħalna fil-kuntratt, għandna nibqgħu fih sa l-aħħar.", "Imbagħad għaddew tliet xhur, l-OPEC żied il-prezz u rċevejna ittra oħra fejn reġgħu qalulna li jekk noħorġu mill-kuntratt iħallsulna USD 5 miljun.", "Jien dan ma aċċettajtux lanqas għax la dħalna għall-kuntratt u għamilna telf ta' USD 13 miljun, għallinqas għandna nirkupraw dak it-telf għall-ġid ta' Malta.", "U hekk ġara fiċ-ċirkostanzi li kien hemm.", "Dan kollu jfisser li dan ma kienx proċess li stajna nibqgħu mexjin fuqu u dan ma kienx proċess ibbażat fuq ix-xjenza imma kien proċess li naħseb li fih kien hemm imdaħħlin xi bażużuli.", "Id-dubji tiegħi huma kbar hawnhekk.", "U lil tan-naħa l-oħra ngħidilhom li qabel ma jirrispondu u jiddefendu dan it-tip ta' aġir għandhom joqgħodu attenti u għandhom jara liema interessi qed jiddefendu.", "Qed ngħid dan għax jien xejn m'jien sodisfatt li l-pariri li ngħataw u l- mod kif imxew l-afffarijiet kienu raġonevoli.", "Tan-naħa l-oħra għandhom joqgħodu attenti li ma jimbuttawx karru ta' ħaddieħor u għandhom jistaqsu x'kien qed jiġri dak iż-żmien lil nies ta' fiduċja.", "Illum il-ġurnata s-sitwazzjoni hi li se mmorru għal sistema fejn se jkollna prezzijiet aktar flessibbli u sakemm naslu, l-gvern u l-Enemalta flimkien se jġorru l-piż biex il-konsumatur ma jiġix affettwat negattivament.", "Jien staqsejt ħafna mistoqsijiet lil tan-naħa l-oħra fuq dawn il-kuntratti pero' ħadd ma weġibhom.", "Li għamlu kien li b'mod pappagallesk irrepetew dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Per eżempju, f'Diċembru ta' l-1998 lanqas kellna faċilitajiet finanzjarji biex nagħmlu kuntratt ieħor.", "Din hija l-verita'.", "L-Enemalta tant kienet nixfet illi kieku jien f'Novembru aċċettajt li nidħlu għall-kuntratt għas-sena 2000 kien ikollna problemi finanzjarji għax kienu jiġu bil-kondizzjoni li trid tħallas it-telf bil-quddiem bħala collateral u ma kienx ikollna minn fejn.", "Imbagħad jiġu tan-naħa l-oħra jgħiduli li kieku ħadt dak il-parir kien isir hekk, hekk u hekk fis-sena 2000.", "Skużi, trid timxi bl-affarijiet li tista' toqgħod fuqhom, fiċ-ċirkostanzi ta' dak iż-żmien u fuq l-abbilta' li l-istituzzjoni tkun tista' tħallas il-kuntratti li kellha.", "U l- kuntratti li kellna kienu onerużi wisq tant li l-korporazzjoni kienet qegħda tifga u lanqas kien hemm il-possibbilta' - infatti jien lanqas kelli offerta bil-miktub mingħand iċ-chairman - biex nidħol f'kuntratt għas-sena 2000.", "Jien naf x'ġara hawn.", "Dawn għamlu esperiment, ingidmu, reġgħu daħlu għalih biex jgħattu u mbagħad riedu lili biex inkompli ngħatti.", "No way!", "Jien mhux qiegħed hawnhekk biex niġi wżat bħala tapit ta' xi ħaddieħor.", "Jien għandi biżżejjed sens tekniku pero' xorta ħadt il-pariri u fil-fatt se nerġgħu mmorru lura għas-sistema ta' qabel b'arranġament mal-Libjani.", "Fil-fatt dawn qed jagħtuna żejt b'mod li qed innaqqsu l- volatilita'.", "Pero' t-trends in ġenerali tas-suq ma nistgħux negħlbuhom b'dan il-mod ma' nies li spiċċaw biex qaxxruna.", "Nista' ngħid li sa l-aħħar tas-sena ġbarna ġieħna u ġejna pressappoco fejn konna qabel.", "Biex ngħid kollox, ġejna pressappoco fejn konna qabel għax ġara dak li ma kienx mistenni - ma jistax ikun li wieħed jippjana għal dak li mhux mistenni kontinwament - fejn ingħaqdu l-pajjiżi ta' l-OPEC.", "Fuq dan riedu jsallbuni lili!", "Pero' jien ngħidilhom biex ikomplu jattakkaw ħalli jien inkun nista' nkompli noħroġ l-affarijiet għax hemm aktar xi tgħid fuq dan il-kuntratt.", "Jien hawnhekk qed nagħti warning li tan-naħa l-oħra aħjar joqgħodu attenti x'qed tiddefendu għax l-analiżi ta' x'ġara u ma ġarax għadha sejra u l-affarijiet xejn m'huma sbieħ.", "Qabel nagħlaq nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Spreadsheet li tindika l-medja tal-konsum tad-dawl u l-ilma għall- perjodu bejn Lulju 1997 u Awissu 2000; u", "Simulation exercise in konnessjoni mal-forward buying of oil.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, il-qasam ta' l-enerġija huwa wieħed serju ħafna u l-poplu dan jafu għax matul dawn il-15-il ġurnata bata l- konsegwenza ta' l-effett ta' sistema ta' l-enerġija difettuża.", "Id-diskors li għamel il-ministru dalgħodu xejn ma kien diskors serju u xejn ma rrifletta s-serjeta' tas-suġġett li qed nitkellmu fuqu.", "Il- ministru pprova jkun difensiv għax mingħajr ma ttratta l-problemi f'dan is- settur, ipprova jfittex li jgħatti l-iżbalji personali li għamel hu u li għamlet il-korporazzjoni.", "Illum il-poplu qed jara r-riżultati ta' dawn l- iżbalji.", "Per eżempju, jien ma kontx nistenna li l-ministru jagħmel diskors ta' siegħa u 10 minuti biex sempliċement jittratta l-affarijiet b'mod superfiċjali ħafna mingħajr ma jidħol fil-fond ta' dan is-suġġett.", "Il-ministru ttratta s-suġġett tal-hedging agreement - irrid nidħol fid- dettall ta' x'effett kellu dan il-ftehim fuq il-pajjiż u fuq il- korporazzjoni - u pprova jagħti l-impressjoni li l-problemi tal- korporazzjoni u l-problemi li ġab dan is-settur ta' l-enerġija fuq il- pajjiż ġew bħal sajjetta fil-bnazzi.", "Il-ministru pprova jeħles minn dawk is-swaba' li l-poplu qed jipponta lejh u lejn il-korporazzjoni minħabba dawn in-nuqqasijiet.", "Dawn ma kenux xi nuqqasijiet li ġew inċidentalment imma ġew riżultat ta' problemi politiċi kbar, problemi kbar fit-tmexxija tal-korporazzjoni, problemi tekniċi kbar u problemi finanzjarji.", "Pero' l- ministru ma semma xejn dwar dawn il-problemi.", "Matul l-aħħar sena s-settur industrijali ntlaqat ħażin ħafna mill- inkompetenza, tmexxija ħażina u riżultati ħżiena li kellna min-naħa tal- korporazzjoni.", "Issa din il-korporazzjoni hija marbuta skond il-liġi li kemm jista' jkun tipprovdi lil dan il-pajjiż b'sistema ta' enerġija li tkun dipendibbli u effiċjenti pero' din is-sena rajna li din ma kenitx kapaċi tagħmel dan.", "Per eżempju, din is-sena rajna industriji kbar, bħalma hija l-ST Microelectronics tilmenta fil-miftuħ li jekk fil-qasam ta' l- enerġija l-affarijiet se jibqgħu sejrin hekk, mhux se tibqa' tkun kompetittiva u kredibbli barra minn Malta u mhux se tibqa' żżomm il- produzzjoni importanti tagħha.", "Aħna nafu x'kontribut kbir qed tagħti din l- industrija lill-ekonomija tal-pajjiż.", "Ovvjament l-industriji ż-żgħar qed jgħaddu mill-istess problemi imma peress li dawn m'għandhomx dak il-power għaliex il-kontribut tagħom huwa iżgħar, dawn ma kellhomx dik il-vuċi biex jilmentaw bil-qawwa kollha minħabba dan in-nuqqas ta' serjeta' fil-qasam ta' l-enerġija.", "Dan l-aħħar il-poplu spiċċa mingħajr dawl u ilma minħabba n-nuqqasijiet tal-korporazzjoni.", "Kif diġa' għidt, fid-diskors tiegħu l-ministru pprova jagħti l-impressjoni li dak kollu li ġara kien bħal sajjetta fil-bnazzi u din żgur li mhux se terġa' tiġri pero' aktar 'il quddiem jien se nidħol fid- dettall biex nuri li dak li ġara kien previst u ma kienx jiġri kieku l- affarijiet ittieħdu bis-serjeta'.", "Pero' l-korporazzjoni, minħabba t- tmexxija mhux iffokata tagħha, ma ndunatx bl-affarijiet, mhux qed tagħti l- kontribut tagħha u mhux qed ikollha pjanijiet serji fis-settur ta' l- enerġija biex il-poplu jkollu s-serħan tal-moħħ.", "Sur President, aħna ngħixu fuq gżira żgħira li hija differenti minn pajjiżi oħrajn.", "L-idea tal-gvern li jipprova jpinġina bħala xi pajjiż Ewropew f'dan is-settur u f'setturi oħrajn hija żbaljata.", "Aħna għandna l- karatteristiċi u ċ-ċirkostazi partikolari tagħna.", "Aħna m'għandniex xmajjar kbar biex inkunu nistgħu nipproduċu l-enerġija b'mod relattivament irħis, m'għandniex enerġija atomika - bid-difetti kollha tagħha - u faċilitajiet oħrajn.", "Aħna ngħixu fuq gżira maqtugħa fejn irridu nimpurtaw l-enerġija kollha tagħna u rridu nixtru l-fuel kollu tagħna.", "Aħna lanqas m'għandna r- riżorsi taż-żejt naturali biex inkunu nipproduċu enerġija.", "Fl-istess ħin għandna ekonomija vivaċi li qed tikber u li kważi tiddependi totalment fuq il-qasam ta' l-enerġija.", "Il-punt li qed nipprova nagħmel jien huwa li meta għandek gżira iżolata bħal tagħna fejn kollox jiddependi fuq settur ta' enerġija uniku, l-affarijiet bilfors iridu jittieħdu b'mod professjonali.", "Id-deċiżjonijiet iridu jkunu għaqlin mingħajr indħil politiku.", "F'dawn l-affarijiet ma jridux jidħlu nies li ma jkunux jifhmu professjonalment fis-suġġett u li jdeffsu subgħajhom fejn ma jesagħhomx, kif, per eżempu, għamel l-Onor.", "Josef Bonnici.", "Il-poplu baqa' skantat b'dak li ġara fis-settur ta' l-enerġija għax kienu ilhom jgħidu li f'dan is- settur mexjin 'il quddiem u għandna investimenti kbar.", "Il-poplu ma ppretendix li fiż-żmien tal-lum nerġgħu nisimgħlu ilmenti fis-setturi kbar ta' l-industrija, fi-setturi kbar tan-negozji u fis-setturi kbar domestiċi.", "Jien nerġa' ntenni li l-kawża ta' dan kollu ma kenitx xi ħaġa aċċidentali jew xi sajjetta fil-bnazzi, kif ipprova jinsinwa l-Ministru Josef Bonnici.", "Issa ħalli niġi għal xi ħaġa li qegħda fuq fomm kulħadd.", "Veru li d-dawl inqata' għax kien hemm short circuit fis-switchgear jew fit-transformer?", "Jien issa se ngħid għalfejn l-affarijiet ma kenux inċidentali.", "F'Jannar ta' din is-sena lokalitajiet kbar bħas-Siġġiewi, Ħal Qormi u l-Imqabba spiċċaw mingħajr dawl għal perijodi twal ta' ħin.", "Ir-raġuni kienet li kien hemm xi problemi fis-sistema ta' distribuzzjoni.", "Fil-fatt minn sitt cables kien hemm tlieta maqtugħin.", "Fis-16 ta' Ġunju kien hemm qtugħ ta' dawl kbir li rriżulta f'nuqqas ta' produzzjoni fil-kumpannija ST Microelectronics.", "Ovvjament mhux dik il-kumpannija biss ġiet affettwata imma l-areas ta' madwarha wkoll imma din dehret fil-gazzetti sempliċement għax ilmentat li minħabba nuqqas ta' enerġija kellha problemi fil- produzzjoni.", "Imbagħad kellna l-problema l-kbira tat-23 ta' Ġunju meta fl- 10.30am l-iswitchgear fil-power station tal-Marsa kellu short circut bil- konsegwenza li kien hemm qtugħ kbir fis-settur ta' l-enerġija fil-pajjiż.", "Minkejja li dakinhar l-uffiċjali ta' l-Enemalta qalu li din kienet xi ħaġa serja ħafna, il-ministru ġie hawnhekk u l-ewwel impressjoni li pprova jagħti lil dan il-parlament kienet li dak kollu li ġara kien tort ta' gvern Laburista għax dan ma kompliex jinvesti fis-sistema tad-distribuzzjoni u fil-connection li kellha ssir bejn il-power station ta' Delimara u l-power station tal-Marsa.", "Pero' mbagħad l-ex-segretarju parlamentari fis-settur ta' l-enerġija, l-Onor.", "Ninu Zammit li qiegħed hawnhekk, qallu li mhux gvern Laburista kien li waqqaf dik il-connection imma kien preċiżament iċ- chairman ta' l-Enemalta meta kien responsabbli minn dan il-qasam hu.", "Bħalma qed naraw illum, l-ewwel reazzjoni tal-Ministru Josef Bonnici kienet reazzjoni difensiva u politika.", "Meta l-Onor.", "Bonnici kien qal fil- parlament li parti mit-tort kien ta' gvern Laburista, l-poplu staqsih għalfejn ma kompliex ix-xogħol fuq il-connection bejn il-power station ta' Delimara u l-power station tal-Marsa, ladarba kien ilu fil-gvern sentejn.", "Kif diġa' għidt, fit-23 ta' Ġunju l-power station tal-Marsa waqfet minħabba short circuit fl-iswitchgear u għaġeb ta' l-għeġubijiet il- power station ta' Delimara waqfet ukoll għax ma kienx hemm il-connections kif suppost.", "Allura wara dak l-investiment kollu li sar biex għamlu l- power station ta' Delimara u wara l-isfreġju ambjentali li kkaġunaw f'Delimara l-poplu mhux bilfors jibqa' skantat li jerġa' jiffaċċja l- istess problemi li kien hawn qabel l-1987 li tan-naħa l-oħra tant jikkritikaw lill-gvern Laburista bihom?", "Allura mhux veru li l-problemi fil-qtugħ tad-dawl spiċċaw.", "Barra minn hekk fis-7 ta' Settembru reġa' kien hemm qtugħ tad-dawl li affettwa lin-naħa ta' isfel ta' Malta u fil-11 ta' Novembru reġa' kien hemm xi qtugħ ta' dawl ieħor.", "Għalhekk mhux veru li l-affarijiet ġraw kaġun ta' xi problema inċidentali jew din hija xi ħaġa li jekk Alla jrid mhux se terġa' tiġri.", "Jien nispera li dawn l- affarijiet ma jerġgħux jiġru imma mill-mod ta' kif inhuma sejrin l- affarijiet jidher li din hija problema rikorrenti.", "U dak li ġara fil-11 ta' Novembru juri nuqqas ta' serjeta' mhux biss fit-tmexxija ta' din il- korporazzjoni imma wkoll fit-tmexxija ta' gvernijiet Nazzjonalisti tul ħafna snin.", "Kif tista' tinvesti dawk il-flus kollha biex tibni l-power station ta' Delimara imbagħad ma tagħmilx investiment biex int ittejjeb il-qasam tad-distribuzzjoni?", "Kif jista' jkun li tħalli popli jistaqsik għalfejn il-power station ta' Delimara qed tieqaf ukoll? li f'ċirkostanzi bħal dawn tispiċċa ma taħdimx jew tieqaf ukoll?", "Jekk ikun hemm is-serjeta' dawn l-affarijiet mhux suppost li jiġru.", "Il-qtugħ tad-dawl naqqas il-fiduċja totali tal-poplu Malti u tas-settur industrijali fil-korporazzjoni Enemalta u fil-mod kif qiegħed jitmexxa dan is-settur.", "Pero' kien hemm xi ħaġa oħra li naqqset il-fiduċja totali ta' kif jitmexxew l-affarijiet f'dan il-pajjiż, xi ħaġa li l-Ministru Josef Bonnici dalgħodu pprova jiddefendi b' ħeġġa kbira f'dan il- parlament.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-imbierek hedging agreement.", "Din hija xi ħaġa li wriet kemm dan is-settur trid tħallih f'idejn nies professjonisti u kemm il-politiċi m'għandhomx jitħallew ideffsu subgħajhom biex taparsi juru lil kulħadd li huma qegħdin fit-tmun tal-pajjiż u ta' dawn l-affarijiet.", "Issa dalgħodu l-Onor.", "Bonnici pprova jagħti ħafna figuri, jagħmel ħafna statements, jikkwota ħafna affarijiet u jsemmi ħafna banek.", "Fil-fatt ħafna mill-figuri li semma diġa' semmihom hawnhekk imma r-risposta ta' dak kollu li qal qegħda fil-proverbju Ingliż li jgħid ''the proof of the pudding is in the eating''.", "Lill-ministru ngħidlu li r- risposta hija sempliċi għax bħala riżultat tal-ftehim li sar taħt gvern Laburista, l-poplu Malti u l-pajjiż Malti ffranka.", "Wara l-ittri kollha li bagħtulu l-banek barranin u wara dak it-telf kollu li semma, ir-riżultat kien li l-poplu Malti ffranka s-somma ta' USD 4 miljun.", "Wara li l-Onor.", "Bonnici u l-Prim Ministru deffsu subgħajhom u daħlu f'deċiżjonijiet li ma kellhomx jidħlu fihom, issa qed jippruvaw jagħtu l-impressjoni lill-poplu li huma ma kellhomx x'jaqsmu mad-deċiżjoni li ma jerġax jiġi mġedded il-hedging agreement.", "U r-riżultat li l- hedging agreement ma ġġeddidx huwa li llum il-korporazzjoni għandha problemi finanzjarji kbar.", "Filwaqt li fis-snin l-imgħoddija l- korporazzjoni kienet timxi skond il-liġi u kienet tagħmel il-qliegħ biex tgħin lis-setturi l-oħra tas-servizzi, llum qegħdin naraw korporazzjoni li qegħda tiġġieled, qegħda tiġġebbed u qegħda tara x'tagħmel biex tkopri t- telf kbir li daħħala fih il-gvern Nazzjonalista.", "Il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem fuq il-minuti li rċeva minn membru tal-bord jew min-nies li huma qrib dan il-bord tal-korporazzjoni.", "Dawn qegħdin jgħidu li huma nkwetati ħafna għax minħabba d-deċiżjoni ħażina li ttieħdet li ma jġeddux il-hedging agreement, daħlu f'deficit enormi ta' Lm10.5 miljun.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici on a point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Buhagiar qed jimplika li fil-minuti konfidenzjali ta' l-Enemalta hemm li dan id-deficit kollu jeżisti għaliex ma ġġeddidx il-hedging agreement.", "Għalhekk għandu jgħidli fejn qed jaqra dan ħalli ma jimmiżlijdjax lill-Kamra.", "Dan huwa l-point of order tiegħi u jien irrid risposta għalih.", "THE DEPUTY SPEAKER: Huwa importanti li nkunu korretti f'dak li nikkwotaw.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Dan m'huwiex point of order.", "THE DEPUTY SPEAKER: Dan huwa point of order.", "Kompli, Onor. Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Dan id-dokument ġie mqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra jiġifieri jien qed naqra x'hemm miktub.", "Iċ-chairman qal li għal diversi ġimgħat, akkumpanjat mid-direttur Simon Vella, kien żamm numru ta' laqgħat regolari mal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi fuq l-abbozz ippreżentat mill-manager finanzjarju biex jinstabu mezzi kif l-estimi jispiċċaw f'bilanċ minflok juru deficit ta' Lm10.5 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Le, dak qed ngħidu jien.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici on a point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Buhagiar għadu kif ikkonferma li dak li qal ftit ilu ma kienx korrett.", "Jekk jikkwota għandu jikkwota b'mod fidil u mhux jipprova jimplika affarijiet fil-minuti li m'humiex hemm għax dik hija diżonesta' politika.", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli, Onor. Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien se nispjega ftit il-pożizzjoni tiegħi.", "Il- korporazzjoni qed tgħid li se tispiċċa b'deficit ta' Lm10.5 miljun.", "Issa jekk dan huwiex minħabba x-xiri taż-żejt niġi għaliha aktar 'il quddiem.", "Pero' ħalli nħarsu lejn l-estimi ta' din is-sena.", "(Interruzzjonijiet) Issa jien qgħadt bi kwieti biex bil-paċenzja kollha nisma' lill-ministru jitkellem u allura ma nistenniex li dan joqgħod jinterrpompini.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici on a point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-Sedja qalet li dan irid jikkwota dak li hemm miktub.", "Issa l-Onor.", "Buhagiar minflok qiegħed jaċċetta li żbalja għax implika xi ħaġa li f'dawk il-minuti ma kenitx hemm, qiegħed jipprova jdur mal-lewża u dan mhuwiex fair.", "Dan tilef il-point of order u qiegħed jipprova jkompli jsostni fuq il-punt li qisu fil-minuti kien hemm li t-telf li sar kien minħabba l-hedging agreement.", "Dan mhuwiex il-każ u għalhekk irridu nkunu leali lejn il-poplu tagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-każ ġie nnotat.", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Il-ministru fehemni ħażin.", "Jien għidt li l- korporazzjoni kienet qed tgħid li għas-sena d-dieħla kienet se tispiċċa b'deficit ta' Lm10.5 miljun.", "L-argument li dan huwa riżultat ta' xiri għoli minħabba l-prezz taż-żejt joħroġ mill-estimi pero' dwar dan nitkellem iżjed 'il quddiem.", "Il-punt tiegħi huwa li fejn qabel kellek korporazzjoni li kienet tagħmel qliegħ regolarment u kienet qed tgħin lil servizzi oħrajn ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien nifhem li l-ministru joqmos meta ssemmilu l- hedging agreement u nifhem ukoll għalfejn jagħmel nofs id-diskors tiegħu jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu dwar dan is-suġġett.", "Pero' dan ma daħalx fid-dettall ta' kif timxi l-korporazzjoni.", "Din nifhimha u issa se nidħollu iżjed fid-dettal fejn mar ħażin imma issa għandu joqgħod bi kwietu u jismagħni kif għamilt jien.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Il- kelliemi għandu dritt jitkellem mingħajr interruzzjonijiet.", "Il-Ministru Bonnici, point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Buhagiar irid joqgħod għar-regoli.", "Ir- regoli jgħidu li dan ma jistax jimplika xi ħaġa u jimmiżlijdja lill-Kamra.", "Kif diġa' għidt, l-Onor.", "Buhagiar minflok qed jaċċetta li żbalja u implika xi ħaġa li m'hemmx fil-minuti, qed jipprova jimplika bil-kontra.", "Għalhekk jien nitlob il-protezzjoni tas-Sedja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-membri kollha jkunu korretti fid-diskors tagħhom.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, ħadd ma qal li fil-minuti ssemma l- hedging agreement.", "(Interruzzjonijiet) Mela fhimt ħażin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Buhagiar qed jgħid li fhimt ħażin pero' dan huwa recorded.", "Ftit ilu dan kien qed jaqra mill-minuti u qal li minħabba l- hedging agreement il-korporazzjoni tilfet Lm10.5 miljun.", "Dan huwa skorrett.", "L-Onor.", "Buhagiar għandu jara l-minuti u t-tape u jekk dan igħid li mhux hekk qed igħidu, jien inkun kuntent.", "Pero' dan m'għandux jimplika li l-minuti qed igħidu hekk.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nerġa' ntenni li fid-diskors u kwotazzjonijiet li nagħmlu nkunu korretti.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Fil-minuti hemm li s-sena d-dieħla l-korporazzjoni kienet se titlef Lm10.5 miljun u ċ-chairman kien qed ifittex numru ta' alternattivi biex dik iċ-ċifra tad-deficit inaqqasha.", "(Interruzzjonijiet) Jien onest.", "Jien fl-affarijiet u fl-argumenti tiegħi nipprova nkun dritt kemm jista' jkun.", "Kont qed ngħid li ċ-chairman tal-korporazzjoni kien qed jagħmel ħafna attentati biex jipprova jnaqqas kemm jista' jkun dik il-figura għas-sena d- dieħla pero' l-alternattivi kollha huma nebulużi.", "Ara f'liema stat ġabuha lil din il-korporazzjoni!", "Issa jien aktar 'il quddiem se ngħid kif dan id-deficit huwa riżultat tal-hedging agreement.", "Min kien il-kaġun ta' din is-sitwazzjoni kollha?", "Jien se mmur lura biex nispjega lil min qed jismagħna x'kienu ċ-ċirkostanzi fix-xiri taż-żjut fi żmien gvern Laburista.", "Kien hemm żmien - mingħalija fl-aħħar ta' l-1997 - meta l-pajjżi Ażjatiċi kienu qed isofru minn riċessjoni.", "Bħala riżultat ta' dan dawn ma kenux qed jixtru ż-żejt bir-rata li kienu jixtru qabel bil- konsegwenza li kien hemm glut fis-sistema tal-produzzjoni taż-żejt.", "Għalhekk il-pajjiżi ta' l-OPEC spiċċaw jipproduċu aktar żejt milli kien hemm domanda u bħala riżultat ta' dan, il-prezz taż-żejt beda nieżel għal xahar wara l-ieħor.", "Meta tħares lejn l-għaxar snin ta' qabel issib li l- average price taż-żejt kien ta' USD 20 kull barmil.", "Imbagħad gvern Laburista nduna li l-prezz beda nieżel u laħaq livelli ta' madwar - jekk m'inix sejjer żball - USD 14 kull barmil.", "Għalhekk il-prezz kien inqas mill-average ta' l-aħħar għaxar snin.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Bonnici, ħalli lill-poplu jismagħna ħalli jifhem lilek u jifhem lili u jara daqxejn min għandu raġun.", "Issa min ikollu moħħu tajjeb u min ikun intiż f'dawn l- affarijiet jara li kien hemm żewġ vantaġġi partikolari.", "L-ewwel vantaġġ huwa li wieħed jista' juża l-prezz baxx biex jixtri żejt bi prezz baxx u l- ieħor huwa li jekk jagħmel agreement fit-tul, jistabbilixxi l-prezzijiet u jkollu stabbilta' fil-prezz taż-żejt għal ħafna u ħafna xhur, xi kultant anke snin.", "Issa dan ir-raġunar ma kienx xi ħaġa li sempliċement ġie f'moħħ iċ-chairman tal-korporazzjoni ta' qabel imma dan ingħata pariri internazzjonali.", "Meta s-sena l-oħra l-Ministru Josef Bonnici - u hawnhekk hija d-diżonesta' - ħareġ jikkritika dan il-ftehim, qal li dawn ġiethom din l-idea f'moħħhom u għamlu hekk għax fettlilhom jagħmlu hekk.", "Pero' llum biex il-Ministru Bonnici jgħatti xturu, l-iżbalji kbar li għamel u d-diffikultajiet kbar li tefa' l-pajjiż u l-korporazzjoni fihom qed jipprova jitfa' l-ħtija u d-dubji fuq nies integri, nies li għamlu l-almu tagħhom kollu biex lill-pajjiż jagħtuh l-aħjar li jistgħu.", "Hawnhekk qegħda d-diżonesta' politika.", "Mhux sew li niġu f'dan il-parlament u għax għandna l- protezzjoni parlamentari nsemmu nies forsi mhux b'isimhom imma kulħadd jaf għal min qed ngħidu, u nippruvaw noskurawhom b'dan il-mod biex ngħattu xturna.", "Mela l-ex-chairman tal-korporazzjoni ingħata pariri minn sorsi internazzjonali - illum il-ministru stess semma min kienu dawn in-nies - dwar meta kien l-aħjar żmien li jaħżen iż-żejt bi prezz baxx.", "Issa kulħadd jaf li hawn Malta m'hawnx post fejn taħżen iż-żejt u lanqas il- korporazzjoni ma kellha l-flus biex tixtri kwantitajiet kbar ta' żejt biex taħżnu.", "Għalhekk kellna l-hedging agreement, Onor. Bonnici.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, qed ittellfu lil xulxin.", "Ikompli l- Onor. Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien hawnhekk mhux biss qed nitkellem ma' ministru responsabbli mill-qasam tas-servizzi ekonomiċi imma suppost qed nitkellem ma' professur ta' l-ekonomija li dawn l-affarijiet jafhom.", "Dan jaf li kien hemm żewġ intenzjonijiet; waħda li gvern Laburista ta' dak iż-żmien, fuq il-pariri professjonali, ingħata l-parir li jixtri ż-żejt bi prezz baxx u l- oħra li anke kieku kellu jkompli jinżel, għallinqas ikun hemm stabbilta' fil-prezz li bih l-Enemalta tixtri ż-żejt.", "Issa hawnhekk nixtieq infakkar li l-Enemalta tbigħ il-prodotti tagħha bi prezz stabbilit jiġifieri l-prezz taż-żejt, il-prezz tal-petrol u l-prezz tal-pitrolju hawn Malta, minħabba l- proċedura li s-soltu nużaw, huma relattivament stabbli.", "Il-pagi wkoll huma previdibbli jiġifieri fuq dawn iż-żewġ affarijiet għandek fixed costs.", "Għalhekk inti tista' tippjana għall-futur.", "Pero' mbagħad il-prezz taż-żejt u l-prezz tad-dollaru huma variable costs u l-gvern m'għandux kontroll fuqhom jew ma kienx ikollu kontroll fuqhom.", "U hawnhekk l-Onor.", "Bonnici staqsa: Għaliex ma bqajniex sejrin bis-sistema antika ta' qabel meta konna nixtru mis-suq internazzjonali, imbagħad il-gvern jew jagħmel profitt jew inkella jagħmel it-telf?", "Dan qed jistaqsi: Ladarba dejjem għamilna hekk għaliex gvern Laburista ħaseb mod ieħor?", "Imma sa hawn tasal l-intelliġenza tal-Ministru Bonnici?", "Allura għalfejn m'għandniex ningħataw l-opportunita' f'dan il-pajjiż li nużaw l-intelliġenza tagħna u l-pariri li ningħataw għall-ġid tal-pajjiż?", "Jien nerġa' nfakkar li dak kollu li qed ngħid jien u dak kollu li qal l-Onor.", "Bonnici tista' tisiltu f'din il-frażi: ''The proof of the pudding is in the eating''.", "Bħala riżultat tal-hedging agreement fi żmien gvern Laburista l-pajjiż għamel qliegħ ta' USD 4 miljun.", "Dan kollu l-Onor.", "Bonnici ma semmihx.", "U għax ma ġeddidx il-hedging agreement il-pajjiż daħal fi spiża ta' aktar ta' Lm25 miljun bil- konsegwenza li l-korporazzjoni qed tbati l-konsegwenza.", "Dan joħroġ preċiżament minn dawn il-minuti li semmejt.", "Pero' ħalli nkompli daqxejn fuq il-hedging agreement.", "At one stage il- gvern Laburista ntrabat bil-hedging agreement li jixtri l-prezz taż-żejt bl- USD 14 dollaru kull barmil.", "L-affarijiet komplew billi l-prezz taż-żejt kompla jonqos imma dan jiġri, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici bil-permess ta' l-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inti taf li mkien fil-files li hemm m'hemm li ż-żejt jinxtara bil-prezz ta' USD 14 kull barmil għax iż-żejt kien qed jiġi kkwotat per metric ton.", "Dan kien qed jiġi kkwotat bil-quddiem u allura kien dejjem aktar għoli minn dak preżent.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Dawn l-interventi huma intenzjonati biex ifixklu u biex ineħħu l-pressjoni minn fuq il-ministru.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk sejjer żball igħidli.", "Wara li sar il-ftehim il-prezz taż-żejt kompla jinżel.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Buhagiar qed jiżbalja li qed jagħmel analiżi ta' kif mexa l-prezz taż-żejt on the spot market.", "Il-kuntratt kien fuq forward rates li kienu ferm aktar ogħla u allura ma tistax tasal għall- konklużjoni li qed jagħmel hu.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, l-Onor.", "Bonnici għandu kull dritt jagħmel point of order imma mhux beħsiebni nagħtih permess biex jagħmel point of personal explanation għax dan qed ikompli jħawwad.", "Jien qed nipprova nispjega kemm il-Ministru Bonnici żbalja f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, meta l-prezz taż-żejt kompla nieżel il-ministru ġie f'dan il- parlament u ra biss il-vantaġġ politiku.", "Dan qal, per eżempju, li aħna qegħdin nilgħabu l-logħob ta' l-azzard bi flus il-poplu, li aħna qegħdin nispekulaw u lill-ex chairman tal-korporazzjoni għajru miġnun u cuckoo.", "Issa dan kien bniedem li sempliċiment ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici on a point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien qatt ma għajjart xejn lil ħadd.", "Li għidt huwa jekk l-ex-chairman kienx qed jaħsibni miġnun.", "Irridu noqgħodu attenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien hawnhekk għandi artiklu ta' x'kiteb Mr. Martin Bonello Cole.", "Issa jekk hemm xi ħadd li rrid nemmen huwa lil dan. x'għidt fuqu int. U dan qal hekk:", "\"In his numerous articles that went on ad nauseam for months on end, Professor Bonnici set out to convince the public at large that it was sheer madness and irresponsible on Labour's part to support such a policy.", "He defined the hedging agreement as speculation, a gamble with the people's money and went so far to call the person entering into such agreement cuckoo.", "(That's me)\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru on a point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Buhagiar għandu jgħidilna fejn jien għajjart liċ-chairman preċedenti cuckoo.", "Jien għidtlu: Mela lili qed taħsibni miġnun biex nidħol għal dawn l-affarijiet!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Il-ministru ġie f'din il-Kamra jattakka nies bħal dawn.", "Issa anke kieku dawn għamlu żball, li m'għamlux, dan xorta m'għandux jipprova jiddegradahom mal-poplu għax dawn salvaw lill-poplu Malti miljuni kbar ta' dollari.", "Din hija s-serjeta' u d-diżonesta' ta' dan il-gvern speċjalment tal-Ministru Josef Bonnici!", "Jien nerġa' ntenni li dan inutli jiddedika nofs id-diskors tiegħu biex jgħatti t-tort kbir tiegħu fil-każ tal-hedging agreement.", "Fi Frar ta' l-1999 il-prezz taż-żejt kien għadu nieżel taħt il-valur li kienet qed tixtrih il-korporazzjoni Enemalta pero' l-ministru nesa kollox u ra l-opportunita' politika biss.", "Issa biex inkunu fair, f'Novembru ta' l- 1998 l-ex-chairman, is-Sur Martin Bonello Cole kien mar għand il-ministru biex igħidlu li hu kellu l-parir li jerġgħu jġeddu l-hedging agreement.", "U dan il-ministru mingħajr ma ħa pariri professjonali qallu: ''Do you think I am mad?", "The price of oil is still going down.''", "Imma l-ministru għalfejn għandu jindaħal fl-affarijiet li tagħmel il-korporazzjoni, speċjalment meta din ikollha pariri professjonali minn barra?", "Daqshekk jipproteġuha l-awtonomija tal-korporazzjoni dawn?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debates.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sewwa qalulek fil-gazzetti li f'dan il-pajjiż għandna s-saħta li l-politiċi jidhrilhom li jifhmu f'kollox u jdeffsu subgħajhom f'kollox!", "Hawnhekk għandna ministru li tant jaħseb li jaf li f'kollox irid idaħħal subgħajh u jrid jinfluwenza dak kollu li jiġri mingħajr ma jkollu pariri professjonali.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Cuschieri, jekk jogħġbok, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Dan huwa n-nuqqas kbir tal-Ministru Josef Bonnici.", "Dan kellu ħafna nunqqasijiet imma l-akbar wieħed huwa li bħala bniedem politiku m'għandux għalfejn idaħħal subgħajh fit-teknikalitajiet ta' l- amministrazzjoni tal-korporazzjonijiet li qed insemmgħu.", "U r-riżultati qegħdin narawhom iswed fuq l-abjad.", "Ir-riżultati m'humiex dawk il-figuri li pprova jikkwota l-Onor.", "Bonnici xahar wara xahar meta pprova jagħti l- impressjoni li l-affarijiet se jibqgħu sejrin ħażin.", "Ir-riżultati huma li bħala riżultat tal-hedging agreement il-poplu Malti ffranka USD 4 miljun u bħala riżultat li dan il-ftehim ma ġġeddidx ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iċ-ċifra ta' USD 4 miljun hija skorretta u dan ktibtu kemm-il darba fuq il-gazzetti.", "Li hemm huma savings ta' USD 1 miljun u jekk tieħu l-costs anke dawk jisparixxu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Dan m'huwiex point of order imma hija l- impressjoni tal-ministru.", "Aħna l-kalkolazzjonijiet li għandna ta' din in- naħa huma ta' USD 4 miljun dollaru u bħala riżultat tal-fatt li ma ġeddux il-hedging agreement din is-sena l-korporazzjoni se tidħol fi problema akbar ta' Lm25 miljun li trid tara minn fejn se ġġibhom.", "Per eżempju, mill- minuti jidher li għandna bord li ma jafx x'se jaqbad jagħmel to make ends meet kif jgħidu bl-Ingliż.", "Dak huwa r-riżultat ta' l-indħil politiku u dan huwa ħażin.", "Issa jien ma kontx nistenna li bniedem intiż fl-ekonomija jirraġuna bil-mod kif irraġuna għax jaf li hawn Malta hawn ħafna nies li jixtru x-shares.", "Issa meta tixtri share anke fl-advertisment jgħidlek li l-valur ta' l-investiment tiegħek jista' jitla' u jista' jinżel u dan il- Ministru Bonnici jafu.", "Ma jistax ikun li min jixtri xi shares u dawn ikunu niżlu dak li jkun tagħtih rasu.", "Naħseb li kieku l-Ministru Bonnici kien wieħed minn dawk l-investituri, dan kien jaqbad dak ix-share bi prezz baxx u jbigħu u joħroġ igħajjat fit-triq: X'għamilt b'idejja!", "Dan kollu juri nuqqas ta' professjonalita' u serjeta'.", "Dawn l-affarijiet nistennihom minn kulħadd pero' ma nistennihomx minn professur ta' l- ekonomija.", "Il-fatt li l-prezz taż-żejt kien iżjed baxx mill-average ta inċentiv lill- korporazzjoni li tiddeċiedi li tinvesti b'dak il-mod at that price għax apparti li tieħu prezz tajjeb, din ikollha ċerta stabilita' fil- prezzijiet għal ħafna snin.", "Pero' kieku l-korporazjzoni għamlet bħalma riedha tagħmel il-Ministru Bonnici kienet taqbad u tbigħ kollox u tneħħi l- agreement u dawk l-USD 4 miljun li ffrankat kienet titlifhom ukoll.", "Hawnhekk għandna noħorġu konklużjoni waħda.", "Il-politiċi li m'għandhomx ċerta esperjenza teknikament m'għandhomx jiddaħħlu fl-affarijiet ta' korporazzjoni bħal din għax imbagħad nispiċċaw bil-problemi li qed naraw illum.", "Dan għandu jagħtina tagħlima.", "Jien naf li f'dan il-parlament se nibqgħu nitkellmu fuq dan l-imbierek hedging agreement imma l-fatti jibqgħu hemm.", "Il-Ministru Bonnici ndaħal meta ma kellux għalfejn jindaħal u apparti d-deċiżjoni ħażina tiegħu għamel u għadu jagħmel kalunji kontra nies li l-uniku intenzjoni tagħhom - dan jirriżulta mill-figuri - hija sempliċement li jgħinu lill-korporazzjoni u lill-pajjiż.", "Illum qed indaħħlu l-politika f'kollox għax qabel ħadd ma kien isemmih il-hedging agreement.", "Din hija xi ħaġa teknika u minjaf il-banek, bħall-HSBC u l-BOV, kemm jagħmlu affarijiet bħal dawn.", "Min jaf dawn kemm jidħlu f'investimenti jew f'garanziji li jistgħu jmorrulhom ħażin.", "Allaħares il-ministru joqgħod jindaħal x'deċiżjonijiet u x'garanziji fuq l-investimenti jieħdu dawn l- istituzzjonijiet.", "Allaħares naslu f'dawn is-sitwazzjonijiet imma l- Ministru Bonnici deherlu li m'għandux jirreżisti t-tentazzjoni li jdaħħal subgħajh f'kollox pero' hawnhekk daħħal subgħajh u ġietu ħażina.", "U tant ġietu ħażina li wara li ġie jitkellem f'dan il-parlament donnu Alla ma ħamilx għax il-pajjiżi ta' l-OPEC qalu li ma jistax ikun li l-prezz taż- żejt jibqa' nieżel u allura ftiehmu li jnaqqsu l-produzzjoni bil- konsegwenza li l-prezz taż-żejt beda tiela'.", "Minjaf il-Ministru Bonnici kemm inkwieta li dak kollu li qal fil-parlament se jiswielu suf!", "Jista' jkun li dan forsi niggżitu l-kuxjenza u ħa pjaċir li l-korporazzjoni mhux se titlef daqshekk flus.", "Fil-fatt f'Diċembru l-korporazzjoni spiċċat bi profott bħala riżultat ta' dak il-ftehim.", "Pero' mbagħad bħala riżultat li l-ftehim ma ġġeddix l-affarijiet għall-korporazzjoni ġew ħażin ħafna.", "Jien ma nixtieqx intawwal fuq dan imma ta' min jgħid li kulħadd huwa nkwetat fuq x'ġara u ma ġarax.", "Per eżempju, f'Settembru fil-gazzetti dehret biċċa quotation tal-Prim Ministru li tgħid hekk: \"Fuel prices very worrying\".", "Anke l-korpi kostitwiti qalu li l-prezz taż-żejt qed jinkwieta lil kulħadd u li Allaħares il-gvern jgħaddi dan l-għoli lill-pajjiż għax l-ekonomija ma tiflaħx għal dawn l-affarijiet.", "Dan kollu juri kemm l-indħil jista' jikkawża problemi kbar lill-pajjiż.", "Il-ministru għandu jagħti direzzjoni politika imma qatt m'għandu jwarrabhom min-nofs u jaqbad u jiddeċiedi hu għax imbagħad jiġi kkritikat.", "Imbagħad inutli tiġi hawnhekk f'dan il- parlament u tiddedika nofs id-diskors tiegħek sempliċiment biex tiddefendi the indefensible.", "Ma tistax tiddefendi sitwazzjoni bħal din.", "The proof of the pudding is in the eating u investimenti bħal dawn ma jsirux għal xahar jew għal xahrejn imma jsiru għal tul ta' żmien.", "Jekk kull darba toqgħod tgħid, per eżempju, li tlift investitur ġdid tkun qed tagħmel bħal dak li jibda jinvesti u hekk kif jara x-share tiegħu nieżel, joqgħod jgħodd il-flus u jinkwieta bil-konsegwenza li jdabbar xi ulċera fl-istonku!", "Għalhekk huwa inutli li l-Ministru Bonnici jiġi hawnhekk u joqgħod jipprova jiddefendi the indefensible u nispera li issa jdaħħal f'moħħu li għamel żball.", "Jien ma nafx ekonomija imma naħseb li kulħadd jaf iħaddem ftit moħħu.", "Per eżempju, meta l-mara tiegħi tixtri t-tadam biex taħżnu għax-xitwa meta jkun għoli, din ma tixtrihx fix-xitwa imma tixtrih fis-sajf meta jkun irħis.", "U hekk għamel il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien u r- riżultati wrew li dawn kellhom raġun.", "Illum ir-riżultati juru li l-korporazzjoni qegħda f'diffikultajiet kbar minħabba d-deċiżjoni ħażina li ħa l-ministru.", "Jien nispera li fuq il- hedging agreement ma jingħadx kliem iżjed li ma jkunx iffokat fuq il- verita' pero' ma nistax ma ngħidx li minħabba dak kollu li ġara ma jistax ikun hawn għoli fil-prezzijiet tad-dawl, ilma u fuel.", "Inutli li l-gvern u l-korporazzjoni jiddeċiedu flimkien li ma jkun hemm ebda żieda fil-prodotti tal-pitrolju mibjugħ fis-suq lokali għax fl-aħħar mill-aħħar il-pajjiż xorta se jitgħabba bil-piż.", "U jekk il-gvern ma jgħaddix id-deficit fuq il- konsumatur dan se jitgħabba bih hu.", "Dawn l-affarijiet irridu nifhmuhom.", "Per eżempju, fl-editorjal ta' ''The Times'' ta' l-24 ta' Settembru kien hemm li inutli jittieħdu deċiżjonijiet li ma jgħaddux għand il-konsumatur għax il-pajjiż xorta se jitgħabba b'dawn l-affarijiet u bl-iżbalji li għamel il-Ministru Bonnici.", "Din hija l-verita'.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq affarijiet oħra.", "Il-gvern preżenti nvesta f'power station ġdida.", "Aħna nsostnu li kien hemm bżonn li jkun hemm power station ġdida u gvern Laburista ta' qabel l-1987 qatt ma qal li m'hemmx bżonnha din.", "Pero' bħalma ġara fil-qasam ta' l-ilma, l-qasam tad- distribuzzjoni ma ngħatax importanza biżżejjed.", "Per eżempju, jien diġa' rriferejt għall-kwestjoni tat-tunnel bejn il-power station ta' Delimara u l- power station tal-Marsa u l-gvern Nazzjonalista, fi żmien meta l-Onor.", "Ninu Zammit kien responsabbli minn dan il-qasam, ġietu l-idea li jagħmel sistema ta' komunikazzjoni bejn iż-żewġ power stations.", "Huwa importanti li jkollok sistema ta' distribuzzjoni li tkun networked biex wieħed ikun jista' jitfa' l-load minn power station għal oħra b'mod faċli ħalli jekk ikollok problema jew tkun trid tagħmel xi tiswijiet f'power station minnhom, il- load tkun tista' ddawwarha u tkun tista' tgħabbi power station minnhom skond il-bżonnijiet.", "Allura wieħed jistaqsi: Sar investiment serju jew sempliċement investejna miljuni kbar ta' liri fil-power station ta' Delimara u ma tajniex importanza biżżejjed lis-sistema tad-distribuzzjoni?", "Jien ngħid li ma tajniex importanza biżżejjed lill-qasam tad- distribuzzjoni.", "U inutli jiġi l-Ministru Bonnici jiddefendi dak li ġara.", "Meta tmur xi ħaġa ħażin il-Ministru Bonnici jaqbdu panic, jibda jiddefendi personalment u jispiċċa jgħid nuqqas ta' veritajiet.", "Per eżempju, fit-23 ta' Ġunju dan qal li dak kollu li ġara kien kollu tort ta' gvern Laburista għax dan m'għamilx it-tunnel pero' l-verita' hi li dan ix-xogħol ġie pospost taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, kif qal l-Onor.", "Ninu Zammit, u mbagħad meta reġgħu telgħu fil-gvern ma komplewhx.", "Issa qed naraw ukoll problemi kbar u nuqqas ta' serjeta' fis-sistema tad- distribuzzjoni.", "Qed ngħid dan għax wara li ħaffirna tunnel mill-power station tal-Marsa għall-Mosta - din ilha lesta żmien - il-problemi ta' stallazzjonijiet ta' transformers, switchgear u linji ta' komunikazzjoni għadhom lura ħafna.", "Għalhekk hawnhekk nixtieq nitlob lill-ministru biex jispjega lill-poplu għalfejn wara li nfaqna miljuni kbar ta' liri biex għamilna tunnel mill-power station tal-Marsa għall-Mosta ma kienx hemm żvilupp fil-qasam tad-distribuzzjoni bil-konsegwenza li n-naħa ta' fuq ta' Malta għadha ssofri minn qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku.", "Għalfejn hawn dan in-nuqqas ta' serjeta' fil-qasam tad-distribuzzjoni?", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li ntqalet kienet li s-sistema tad-distribuzzjoni m'hijiex geared biżżejjed biex jekk ikun hemm xi ħaġa ħażina fil-power stations tal-Marsa jew ta' Delimara t-tqassim tad-dawl ikun jista' jsir b'mod li Malta ma tispiċċax kif spiċċat għal xi tliet darbiet jew erba' darbiet din is-sena.", "Dan huwa nuqqas ta' serjeta', nuqqas ta' viżjoni, nuqqas ta' tmexxija tajba u problemi tekniċi.", "U bħalissa l-qasam tad- distribuzzjoni huwa sore point tal-korporazzjoni għax f'Delimara għandna power station oħra, l-combined cycle infetaħ u jaħdem tajjeb u t-turbini antiki li ġab gvern Laburista, li tan-naħa l-oħra tant kienu jgħidu li huma raċanċ, Allaħares ma kenux huma għax meta kien hemm din il-problema, l- provvista ta' l-elettriku kienet geared bihom.", "Ovvjament sar investiment u jien m'inix inġib dan l-argument bħala xi kontro-argument għall-power station ta' Delimara.", "L-argument tiegħi huwa li issa nafu li issa għandna żewġ power stations u la nistgħu ngħaddu mingħajr waħda u lanqas mingħajr oħra pero' ma sarx investiment serju biex dawn inkunu nistgħu namalgamawhom flimkien u biex ikollna ċerta leeway kif nagħmlu l- affarijiet ħalli ma nispiċċawx bil-problemi li spiċċajna bihom din is- sena.", "Jien l-informazzjoni li għandi hija li dan m'huwiex riżultat ta' nuqqas ta' finanzi jew għax fil-Mosta ma tpoġġietx sistema ta' distribuzzjoni imma huwa riżultat tat-telqa tal-korporazzjoni f'dan is- settur.", "Problema oħra hija l-ħsara li ssir fil-qasam tad-distribuzzjoni mill- kuntratturi.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż ikollna rapport wara l- ieħor ta' dawn it-tip ta' ħsarat.", "Per eżempju, fit-3 ta' Frar kuntrattur għamel il-ħsara fis-sistema tad-distribuzzjoni f'Marsaxlokk, fis-6 ta' Lulju kuntrattur ieħor għamel ħsara fis-sistema ta' distribuzzjoni ta' Ta Qali, fil-25 ta' Lulju, kuntrattur ieħor għamel ħsara fis-sistema tad- distribuzzjoni ta' Ħal Qormi u ieħor għamel ħsara fis-sistema tad- distribuzzjoni ta' Ħal Far bil-konsegwenza li għal ħafna ħin nofs il-qasam industrijali ta' Ħal Far spiċċa mingħajr ilma.", "Għalhekk wasal iż-żmien li l-korporazzjoni flimkien mad-dipartiment tat-toroq u ma' dawn l-istess kuntratturi għandhom jaraw li affarijiet bħal dawn ma jsirux.", "Dawn l- affarijiet m'għandhomx jibqgħu jiġu tollerati.", "Dan kollu juri kemm l- affarijiet mhux qed jittieħdu bis-serjeta'.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-ministru ttrattaha wkoll.", "Kull darba niġu hawnhekk u nisimgħu lill-ministru jipprova jqabbel il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma' kif għamilhom il-gvern Laburista.", "Jien ngħid li jekk dan irid ikun serju u ma jridx ikun diżonest mal-poplu u ma' l-eletturi li tellgħu fil-gvern, dan irid iqabbel il- kontijiet kif għamilhom hu mal-kontijiet kif wiegħed li se jagħmluhom qabel l-elezzjoni.", "Ir-riżultat kulħadd jafu.", "Staqsu lill-poplu x'qed iħoss dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma!", "Inutli niġu hawnhekk naqraw il-figuri u ngħidu li hemm differenza ta' ftit ċenteżmi, għax jekk tħares lejn ir- rapport li għamlet il-water services corporation issib numru ta' lmenti li saru miċ-ċittadini.", "Ta' min isemmi li din is-sena l-ilmenti żdiedu b'mod fenomenali u inutli jiġi l-ministru jgħidilna li r-raġuni għal dan hija li kien hemm iżjed kontijiet.", "Dawn l-ilmenti saru minħabba l-kontijiet għoljin tad-dawl u l-ilma.", "Ta' min igħid li s-sena d-dieħla l-kontijiet tad-dawl se jerġgħu jogħlew.", "Għalhekk inutli l-ministru jgħidilna li kieku baqa' gvern laburista l-kontijiet kienu jogħlew xorta, għax huma, qabel l-elezzjoni ta' l-1998, fuq dan iż-żiemel rikbu.", "Dawn fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma rikbu, irrispettivament minn dak li għandu bżonn il-pajjiż u minn dak li tgħid l-IMF.", "Illum il-ministru stess qalilna li l-IMF marret tiġbidlu l- barbetti u qaltu li l-kontijiet ma missux għamilhom b'dak il-mod jekk irid ikun serju.", "Il-gvern Laburista kien serju għax indirizza l-problemi tal-pajjiż.", "Jekk lill-poplu tidħak bih u twiegħdu li tbaxxilu l-kontijiet dan jivvotalek pero' jekk meta tiġi biex tmexxi ma twettaqx dak li tkun wegħedt, dawn il- wegħdiet jaħdmu kontrik u l-poplu jdur lejk u jgħidlek li wegħedtu mod u tajtu mod ieħor.", "Jekk il-Ministru Bonnici jrid ikun serju l-paraguni jrid jagħmilhom bejn kif għamel il-kontijiet tad-dawl u l-ilma issa u kif se jkunu s-sena d-dieħla u ta' wara meta se jkomplu jogħlew.", "Per eżempju, din il-ġimgħa ġie l-Ministru Dalli bid-daħka fuq wiċċu, qisu rebaħ il- lotterija, u qal li fil-budget m'hemmx taxxi.", "Is-sena d-dieħla l-poplu se jbati minn dawn iż-żidiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma pero' dawn l- affarijiet m'humiex imniżżlin fil-budget.", "Ħadd ma sema' fuqhom dawn imma s- sena d-dieħla l-poplu se jerġa' jingidem u dan kontra l-wegħda li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni li l-kontijiet se jġibhom lura għal kif kienu fl-1996.", "Mr Speaker, jiena nerġa' ngħid li l-iktar diżonesta' li saret f'dan il- qasam tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma kixifha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l- bieraħ u tkellem fuqha l-Ministru Josef Bonnici dalgħodu.", "Issa għalkemm tkellem dwarha dan ma taniex spjegazzjoni.", "Dalgħodu ma taniex spjegazzjoni għall-allegazzjoni serja ħafna li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni il- bieraħ li l-indiċi tal-prezzijiet ma ġewx aġġustati minkejja li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għolew.", "Minħabba f'hekk il-poplu Malti ġie misruq bejn Lm1 u Lm1.25c fil-ġimgħa.", "Din hija d-diżonesta' politika ta' dan il-gvern.", "Dawn mhux talli wegħdu mod u għamlu ieħor talli meta ġew għall-indiċi tal- prezzijiet dawn warrbu, injoraw u daħku bil-poplu.", "Il-bieraħ il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ppreżenta l-figuri, il-Ministru Josef Bonnici kellu kull opportunita' dalgħodu li jispjegahom imma hu ma spjega xejn.", "Dan ifisser li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu raġun.", "Għal darb' oħra tan naħa l-oħra ngannaw lill-poplu.", "U ngannaw lill-poplu mhux biss għax wegħduh mod u għamlu ieħor imma wkoll għax m'applikawx b'mod tajjeb il-mekkaniżmi normali biex il-poplu jieħu s-solliev fuq dawn il-kontijiet.", "Mr. Speaker, hawnhekk ta' min igħid li għalkemm veru kien għolla l- kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-Partit Laburista għamel aġġustament fl- indiċi tal-prezzijiet biex din iż-żieda tiġi riflessa wkoll.", "Aħna lill- poplu ma konniex se neħdulu u ma nagħtuh xejn.", "Aħna konna ħdimna din il- ħaġa b'mod li l-poplu jieħu ż-żieda li jistħoqqlu għal dik li hi żieda fl- għoli tal-ħajja.", "Mr. Speaker, dan il-gvern mhux talli l-kontijiet tad- dawl u l-ilma ma ġabhomx kif kienu fl-1996, mhux talli l-aġġustament m'għamilhomx kif suppost talli l-indiċi tal-prezzijiet juri li dawn il- kontijiet ġew inqas milli kienu qabel l-1997, jiġifieri qabel ma għolew fi żmien gvern preċedenti.", "Dan ifisser li l-poplu ġie misruq darbtejn, darba għax qabel l-elezzjoni ġie mwiegħed mod imbagħad sar mod ieħor u t-tieni darba għax l-indiċi tal-prezzijiet juri li l-kontijiet raħsu aktar milli kienu fl-1997 biex il-poplu ma jingħatax dak li huwa dovut lilu għall-għoli tal-ħajja.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ qal li l-gvern qed jisraq lil kull familja Maltija u kull pensjonant is-somma ta' bejn Lm1 u Lm1.25 fil-ġimgħa Il-Ministru Bonnici dalgħodu qal li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġab dawn it- tip ta' argumenti biex iġib diżgwid fost is-sħab soċjali.", "Dan m'hu veru xejn.", "Kieku l-Ministru Josef Bonnici kellu l-iċken ħjiel ta' serjeta' kien jiġi hawnhekk u jispjega għaliex l-argumenti tan-naħa tagħna huma żbaljati.", "Hu m'għamel xejn minn dan, sempliċiment qal li kieku aħna ridna nkunu nafu xi ħaġa kien messna nistaqsu lilu.", "Dan m'huwiex argument.", "Akkuża bħal din hija serja ħafna, hija fondata anke mill-karti li poġġejna fuq il-mejda tal- Kamra u allura konna nistennew spjegazzjoni mill-ministru li apparti li hu responsabbli mill-qasam ta' l-enerġija huwa responsabbli wkoll mill-qasam ta' l-istatistika.", "Minn dan kollu ma kellna xejn.", "Mr. Speaker, in-nuqqas ta' serjeta' min-naħa tal-korporazzjoni Enemalta tinħass anke minn affarijiet oħrajn.", "Ejjew naraw daqsxejn x'inhuma r- relazzjonijiet tal-korporazzjoni mal-kunsilli lokali.", "Issa jekk hemm xi ħaġa li l-Ministru Austin Gatt ħadem għaliha kienet biex ikun hemm allaċċjament aħjar bejn il-korporazzjoni Enemalta u l-kunsilli lokali.", "Din kienet xi ħaġa li rnexxiet fil-kas tal-Water Services Corporation, imma meta tiġi għall-qasam ta' l-enerġija, jiddispjaċini ngħid li l-affarijiet sejrin ħażin ħafna.", "Wieħed mill-kunsilliera mill-kunsill lokali ta' Ħ'Attard ittratta r-relazzjoni bejn il-kunsilli lokali u entijiet bħall- water services corporation, il-local councils department, il-Maltacom, ir- roads department u l-works department u meta ġie għall-Enemalta, dan qal hekk:", "\"This corporation works in fits and start.", "Street bulbs are changed regularly for a week and then nothing for three or four months\"", "Jiġifieri dawn tagħtihom ferneżija u f'daqqa waħda jibdew ibiddlu l-bozoz tat-toroq għax ikollhom ħafna pressjoni mill-ilmenti.", "Wara li jerġa' jikkwieta kollox dawn jerġgħu jorqdu għal xi tlieta jew erba' xhur.", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Corporation staff have a bag of excuses.", "It is either 'sorry we're short of labour force' or 'we have no lamps in stock' or ' we were not informed'\".", "Dawn huma l-iskużi li l-korporazzjoni qed iġġib lill-kunsilli lokali.", "U hija ħaġa serja ħafna li jkollok korporazzjoni li tiġi deskritta b'dan il- mod minn kunsillier.", "Din hija xi ħaġa li għandha tħammar wiċċ il- korporazzjoni.", "Jiena nispera li l-korporazzjoni tieħu dawn l-affarijiet bis- serjeta' ħalli s-sena d-dieħla għallinqas isir xi titjib.", "U l-iskużi jkomplu sejrin:", "\"The lamp was changed yesterday\" or \"we have no chokes in stock\" or \"the person in charge is on leave\".", "Skużi banali bħal dawn sfortunatament ibatu ħafna minnhom mhux il- kunsillieri biss imma l-poplu kollu għax l-ilmenti narawhom fuq il- gazzetti.", "Mr Speaker, jien nispera li l-korporazzjoni taħdem iżjed fil-qrib mal- kunsilli lokali biex l-ilmenti taċ-ċittadini - għax dan m'huwiex ilment tal- kunsillier, dawn huma l-ilment taċ-ċittadini - jittieħdu bis-serjeta'.", "Bħalissa l-korporazzjoni m'hijiex tieħu l-ilmenti taċ-ċittadini bis- serjeta'.", "Jiena naf li bil-pressjoni finanzjarja li tefa' fuqha dan il- gvern din il-korporazzjoni qed issibha aktar diffiċli biex tissodisfa dawn l-ilmenti.", "Hawnhekk hija s-serjeta' tal-gvern fit-tmexxija, għax kull żball li jsir għandu a ripple effect fuq iċ-ċittadini.", "Mr. Speaker, ta' min igħid ukoll li l-Enemalta għandha fost l-ogħla rata ta' ilmenti ma' l-ombudsman.", "(Interruzzjonijiet) Il-planning authority heads the list, taħtha hemm il-health department pero' l-korporazzjoni Enemalta hija msemmija dwar kemm għandha lmenti ma' l-ombudsman.", "Jien nispera li dawn l-ilmenti jitnaqqsu billi jkun hemm attenzjoni iżjed mill- amministrazzjoni tal-korporazzjoni.", "Niġi għad-dawl fit-toroq.", "Il-kwestjoni tad-dawl fit-toroq hija topika minħabba li l-Enemalta tagħmel complaints u tgħid li din l-ispiża m'għandhiex tbatiha hi.", "Eventwalment din is-sena fil-budget hemm ivvotata somma ta' flus biex parti mid-dwal fit-toroq jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u parti minnhom jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Jien naħseb li għalkemm din hija deċiżjoni tajba, pero' trid tiġi tackled b'mod aħjar.", "Dan qed ngħidu għax il-kunsilli lokali diġa' qed jagħmlu complaints li jekk sistema bħal din ma tinħadimx b'mod tajjeb huma jispiċċaw ibatu ċerti konsegwenzi.", "Bir-regolamenti kif inhuma, il-kunsilli lokali qed jaħsbu li se tiġihom spiża ta' Lm30 għal kull bozza li tinbidel.", "Din hija sitwazzjoni li trid tiġi rranġata.", "Mr. Speaker, nispera wkoll li meta jiġi għall-winding up l-ministru jagħtina spjegazzjoni għaliex l-ispiża tad-dawl fit-toroq fl-estimi tnaqqset minn Lm2.1 miljun għal Lm1.58 miljun.", "Jiena ma nafx għaliex sar hekk.", "Jista' jirriżulta li tant kien hemm qtugħ fid-dawl fit-toroq li kien hemm spiża inqas, pero' għalkemm kien hemm problema ta' qtugħ ta' dawl ma naħsibx li kienet daqshekk serja li għandha tnaqqas l-ispiża tal-konsum minn Lm2.15 miljun għal Lm1.58 miljun.", "Ma nafx lanqas li kien hemm xi żieda fl-effiċjenza min-naħa tal-korporazzjoni f'dak li huma bozoz b'mod li tnaqqas l-ispiża b'dan il-mod u allura nistenna li l-ministru jagħtini spjegazzjoni għaliex kien hemm dan it-tnaqqis.", "Mr Speaker, fil-bidu jiena għedt ukoll li hemm problemi fit-tmexxija għal ħafna raġunijiet.", "Raġuni minnhom hi li għandna sistema politika li dejjem tindaħal fejn ma jesagħhiex u tipprova tagħti direzzjoni li imbagħad tirriżulta li tkun direzzjoni ħażina.", "Imma imbagħad hemm problemi oħrajn.", "Per eżempju jien nistaqsi min huwa ċ-chief executive jew il-general manager tal-korporazzjoni Enemalta.", "Huwa l-bord li jiddeċiedi jew inkella l-bord jagħti struzzjonijiet lil diretturi oħra?", "Għalkemm fil-Water Services Corporation l-affarijiet m'humiex sejrin tajjeb, imma għallinqas hemmhekk hemm chief executive li jieħu ħsieb li jikkordina l-korporazzjoni kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Buhagiar, sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Iva nibqa' in possession.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Onor.", "Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla t- Tlieta, 28 ta' Novembru fis-6.00 pm, b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2000-2001 – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anglu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirringrazzjak, nhar il-ġimgħa li għaddiet tressqu f'dan il-parlament żewġ petizzjonijiet mill-Onor.", "Helena Dalli u mill-Onor.", "Karl Chircop li jirrigwardaw l-istess suġġett.", "Il-firmatarji talbu biex jitneħħew antennas tal-mobile telephones fl-inħawi ta' Spadaro Street Ħaż- Żabbar u minn fuq każin fi Triq Raymond Caruana ġewwa l-Gudja.", "Mhux se nitkellem fuq dawn iż-żewġ antennas per se għax naħseb li m'għandix għalfejn nitkellem fuq każi individwali, pero' se nitkellem b'mod ġenerali dwar l-antennas u anki dwar il-fatt li minn dan il-parlament ġieli tingħata l-impressjoni li donnu l-awtoritajiet Maltin m'għamlu xejn dwar dan is- suġġett.", "Hawn min jitkellem b'mod qisu li f'pajjiżna qegħdin naċċettaw xi affarijiet li m'humiex aċċettati f'pajjiżi oħra u li m'humiex parti mill- ħajja ta' kuljum li qed jgħaddi minnhom pajjiż li qed jiżviluppa fil-qasam tat-telefonija ċelullari.", "Sur President, dan is-settur kif nafu qed jiżviluppa mhux biss f'pajjiżna imma wkoll f'diversi pajjiżi oħra b'pass imgħaġġel u wieħed jista' jgħid li hu diffiċli li tlaħħaq mal-bidliet li jkunu għaddejjin f'dan is-settur.", "Jiena m'inix se nenfasizza fuq l-iżviluppi li qed isiru fis-settur tal- mobile telephony imma dwar il-fatt li d-dipartiment tal-wireless telegraphy u d-dipartiment tas-saħħa f'pajjiżna ftit tax- xhur ilu qabbdu numru ta' persuni li huma parti integrali mill-iżvilupp li qed iseħħ biex taħt il- kappa tad-direttur tal-wireless telegraphy ta' dak iż-żmien u wkoll b'nies mill-qasam tas-saħħa jaraw x'inhi s-sitwazzjoni tat-telegrafija f'pajjiżna u dwar jekk hemmx xi hazard li jista' juġġustifika xi azzjoni li b'xi mod iwaqqaf l-iżviluppi li kienu qegħdin isiru f'pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għax diversi drabi fil-ġurnali f'pajjiżna ngħatat l- impressjoni li donnu f'dan il-pajjiż qegħdin nimxu b'mod mhux korrett u b'mod li pajjiżi oħrajn ma jimxux bih.", "Fil-fatt dan kien wieħed mill- kompiti li kellu quddiemu l-board li kien ikkummissjonat biex jagħmel l- istudji dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "Il-board kien magħmul mir- rappreżentanti tal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni, dak tas-Saħħa u dak tal-Politika Soċjali.", "Il-kumitat kien iffurmat mis-sur Nikol Scicluna bħala d-direttur tal-wireless telegraphy, is-Sur Martin Spiteri assistent direttur fl-istess dipartiment - dawn it-tnejn illum biddlu l- pożizzjoni tagħhom, fis-sens li s-Sur Nikol Scicluna m'għadux direttur u s- Sur Martin Spiteri attwalment laħaq direttur - Dr Noel Vella kien jirrappreżenta l-occupational health and safety unit, is-Sur Charles Bonnici, li hu assistant principal health inspector fid-Dipartiment tas- Saħħa, is-Sur Martin Pirotta radiotherapy-physicist mill-Isptar Boffa u s- Sur Adrian Galea, li kien is-segretarju ta' dan il-board.", "Dan il-board kellu diversi laqgħat fejn ra x'inhi s-sitwazzjoni f'pajjiżna u ċċekkja x'kienet il-prassi f'pajjiżi oħrajn f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Il-ministru tas-saħħa poġġa dan ir-rapport fuq il-Mejda tal- Kamra u fih jidher ċar li l-proċedura ta' ċertifikazzjoni li qed tintuża f'pajjiżna rigward l-istallazzjoni ta' dawn l-antennas hija l-proċedura li wieħed jistenna li tkun applikata fit-twaqqif ta' dawn l-antennas.", "Wieħed jista' jgħid li mill-analisi li saret s'issa - analisi mhux biss lokali imma analisi li saret f'diversi pajjiżi oħrajn - sal-lum mhu qed jirriżulta mkien li hemm xi periklu għas-saħħa naturalment jekk kemm-il darba jittieħdu l-miżuri neċessarji.", "Ir-rapport li qed nirriferi għalih għamel diversi rakkomandazzjonijiet dwar x'għandu jsir waqt li tkun qed tiġi stallata xi antenna x'imkien u jiena infurmat li dawn ir- rakkmandazzjonijiet qed jiġu segwiti.", "Dan apparti li hemm ukoll l- approvazzjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Naf li s-suġġett ta' l-antennas, bħal f'tant pajjiżi oħrajn, huwa suġġett li qanqal ċerta diskussjoni f'pajjiżna b'mod partikolari meta beda jkun magħruf li se jkun hawn istallati f'pajjiżna numru ferm ikbar ta' antennas milli kellna.", "Dan ġara b'riżultat li min-nhar il-ġimgħa li ġejjin se jkollna t-tieni operatur fil-mobile telephony u dan ried ikollu wkoll l- antennas tiegħu li huma l-postijiet minn fejn jittrasmetti l-messaġġi li kull wieħed u waħda minna tant niftaħru li nibagħtu meta nużaw is-sistema tal-mobiles.", "Fl-aħħar ta' l-intervent se nerġa' npoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal- Kamra biex kulmin irid jara u jsegwi r-rakkomandazzjonijiet li hemm ikun jista'.", "Jista' jkun li hemm min fil-pubbliku li għandu xi biża' - li tista' tkun ukoll biża' ġenwina - minn dak li jkun qed jingħad u allura nemmen li kull membru ta' din il-Kamra għandu l-obbligu li jekk ikollu talbiet biex iressaq petizzjonijiet huwa għandu jinforma lill-kostitwenti li qed jittieħdu l-miżuri ta' sigurta' li wieħed normalment jistenna meta jkunu qed isiru stallazzjonjiet bħal dawn.", "Se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport il-ġdid biex kull min irid ikun jista' jsegwi x'inhuma r-rakkomandazzjonijiet li saru.", "Irrid ngħid ukoll li jiena ġejt assigurati li d-dipartimenti konċernat għadhom isegwu l-każi li jistgħu jirriżultaw.", "Irrid ngħid li t-tendenza madwar id-dinja hi li qed ikomplu jiġu monitored is-sitwazzjonijiet li jiżviluppaw f'dan is- settur.", "Dan minħabba li f'dan il-qasam qed isir żvilupp kontinwu u allura wieħed irid jiżgura li jekk tiġi ntrodotta xi tip ta' teknoloġija ġdida, din tkun ippruvata.", "L-informazzjoni li għandi jien hi li dan it-tip ta' monitoring qed isir kontinwament mid-diversi entitajiet li semmejt.", "Sur President, hawn min iġebbed l-argument u jgħid li t-trasmissjoni tad- diversi messaġġi li nirċievu permezz ta' makkinarju ta' informatika li kull wieħed u waħda minna llum sar juża kontinwament bħal computer u t- televiżjoni għandhom riskju daqs, jekk mhux iktar, minn xi tip ta' operazzjoni oħra.", "Issa ta' min igħid li dawn l-affarijiet saru parti integrali minn ħajjitna.", "Per eżempju llum żgur li ħadd ma joħlom li jkisser it-televiżjoni jew jarmi l-computer għax ikun qed jibża' minn xi riskju partikolari.", "Hawnhekk irridu kontinwament insibu l-bilanċ, u dan ma jgħoddx għal pajjiżna biss imma għall-kumplament tad-dinja.", "Ngħaddi għal suġġett ieħor li qed jiġi diskuss ta' spiss f'dan il- parlament.", "Jekk wieħed isegwi l-ġurnali ta' spiss isib riferenza għall-age bracket tal-vetturi li għandna f'pajjiżna.", "Jien infurmat li kien hemm anke domanda parlamentari li saret fuq l-istess suġġett.", "L-eta' tal-vettura li kull wieħed minna jkun qed isuq bilfors li twassalna biex nagħmlu riflessjoni dwar il-vettura li kull wieħed minna jaħseb li ma jistax igħaddi mingħajrha.", "Irridu naraw x'relazzjoni hemm bejn dak li huwa rendiment li tagħti l-karozza li jkun qed juża kull wieħed minna u naraw f'dan il-konfront x'inhuma l-iżviluppi li qegħdin iseħħu f'dawk li huma karozzi li għandna f'pajjiżna.", "Naħseb li l-ewwel riflessjoni li għandha tkun ċara hi li 140,000 karozza minn total ta' bejn wieħed u ieħor 247,000 huma ta' eta' inqas minn għaxar snin u allura għandhom istallati l-iktar żviluppi teknoloġiċi fis-settur tal-manifattura tal-vetturi.", "Dan ifisser li l-eta' tal-karozzi li għandna fit-toroq tagħna hi pjuttost baxxa u naqset b'mod sostanzjali.", "Minn dawn il-140,000 karozza għandek 77,000 vettura li għandhom inqas minn ħames snin u 63,000 vettura li għandhom iktar minn ħames snin pero' inqas minn għaxar snin.", "Imbagħad nibdew naraw il-qabżiet kbar f'dawk li huma karozzi aktar antiki.", "Karozzi ta' iktar minn għaxar snin imma inqas minn 15-il sena għandek 41,000.", "Karozzi li għandhom inqas minn għoxrin sena pero' iktar minn ħmistax-il sena għandek 26,000 vettura, minn 21 sa 25 sena għandek 16,000 u bejn 26 sena u 30 sena għandek 11,000.", "Jekk wieħed jiġbor il- vetturi kollha ta' iktar minn tletin sena, jsib li għandna bejn wieħed u ieħor 12,000 vettura.", "Għalkemm għad fadal xi vetturi li għandhom iktar minn 30 sena li qegħdin fit-toroq ta' pajjiżna b'mod regolari fil-ħajja ta' kuljum, parti sostanzjali minnhom qegħdin għand dilettanti tal-vetturi.", "Dan ifisser li parti sostanzjali mill-vetturi li jintużaw kontinwament huma vetturi li nafu li għandhom stallat fihom diversi miżuri ta' sigurta' kemm f'dak li huwa fuel emissions kif ukoll f'dawk li huma safety features.", "Sur President, hawnhekk kull wieħed għandu jagħmel analiżi żgħira ta' x'ifissru dawn in-numri li għandna quddiemna.", "Huwa veru li l-vettura tagħtina ċerta kumdita' għax twassalna fejn irridu aħna madankollu kull wieħed minna jrid jirrifletti dwar il-fatt li hemm diversi lmenti u problemi konnessi ma dawn in-numri.", "Per eżempju fil-prattika għandna iktar minn vettura waħda għal kull persuna li hija able bodied u li għandha iktar minn tmintax-il sena.", "Hu żgur li rridu nirriflettu dwar il-fatt li dan in- numru kbir ta' vetturi f'pajjiżna jfisser ukoll il-problemi li kull wieħed minna jiltaqa' magħhom fit-toroq ta' pajjiżna.", "M'inix se nitkellem fuq l- istat tat-toroq ta' pajjiżna, madankollu rridu niftakru li n-numru ta' vetturi li għandna fit-toroq tagħna fil-ħin bejn is-7.00 u s-7.30 a.m. u fil-ħin ta' wara x-xogħol ikunu qed jikkawżaw diversi konġestjonijiet tat- traffiku f'diversi lokalitajiet.", "Irridu naraw ukoll il-problema l-oħra li hija dik tal-parking f'pajjiżna.", "Kull wieħed minna jrid jagħraf u jifhem li hu wkoll jista' jikkontribwixxi biex dawn il-problemi jonqsu.", "U ta' min igħid li kieku l-kontribuzzjonijiet tal-kitba u ta' l-ilsien jissarrfu f'realta', ħafna mill-problemi ta' konġestjoni tat-traffiku li għandna fil- pajjiż żgur li ma jibqgħux magħna.", "Sur President, kull wieħed minna jista' jnaqqas ftit mill-użu tal-vettura tiegħu, mhux fis-sens li ma jmurx minn raħal għall-ieħor jew li ma joħroġx.", "Per eżempju 60% jew 70% tal-vetturi li kull filgħodu niltaqgħu magħhom aħna u deħlin il-Belt, iġorru persuna waħda li tkun ix-xufier.", "Żgur li dawn il- persuni kollha differenti li jkunu sejrin fid-direzzjonijiet tax-xogħol filgħodu, mhux se jmorru jaħdmu f'post fejn m'hemm ħadd ħliefhom.", "Hu żgur li meta tasal fuq il-post tax-xogħol se tiltaqa' ma' nies oħrajn li jew joqogħdu fl-istess raħal inkella joqogħdu f'xi raħal li huwa bejn id-dar li tlaqt minnha u l-post tax-xogħol.", "Dan jista' jfisser li kull wieħed minna jista' jikkontribwixxi billi b'xi mod jista' jsib xi mezz kif jaqsam dik il- karozza u jwassal mhux lilu nniffsu biss imma wkoll lill-oħrajn.", "Nafu li f'xi pajjiżi barra minn Malta qed tinħoloq il-kuxjenza li int ma tkunx iktar is-sid ta' dik il-vettura li twasslek fil-post tax-xogħol tiegħek jew li tkun qed iġġorrok min-naħa għall-oħra.", "Qegħdin jinħolqu postijiet fejn il-karozzi jiġu pparkjati filgħodu, f'xi ħin tal-ġurnata, u persuni oħrajn ikunu jistgħu jużawha bħala part-ownership.", "B'dan il-mod teżisti l-possibbilta' li nnaqqsu n-numru ta' vetturi li jidħlu f'lokal li jipparkjaw filgħodu u jibqgħu hemmhekk ipparkjati għal tmienja jew għaxar siegħat skond kemm hi twila l-ġurnata tax-xogħol.", "Hawn min jargumenta li hemm bżonn ta' titjib qawwi f'dak li huwa s-servizz tat-trasport pubbliku biex dan jibda jaqdi l-ħtiġijiet tal-poplu Malti u tat-turisti li jiġu jżuruna.", "Aħna nafu li l-bżonnijiet tagħna l-Maltin inbidlu f'pajjiżna, u allura rridu naraw li l-ħtiġijiet tal-lum f'dan is-settur ikunu wkoll qegħdin jiġu kontinwament aġġornati skond il-ħtieġa.", "Jiena niskanta kif ikun hemm min b'xi mod jispekula u jivvinta xi storja mhux ibbażata fuq ir-realta' li mbagħad tispiċċa front page.", "Per eżempju, nibdew ngħidu li t-tali settur ta' trasport huwa mhedded min-naħa ta' l- awtoritajiet pero' jekk tagħsar kollox issib li l-veru theddida tiġi biss fil-fatt li ma jkunx hemm l-aġġornament meħtieġ f'dan is-settur.", "Il-veru theddida għat-trasport pubbliku f'pajjiżna ma tinsabx fl-awtorita' tat- trasport, ma tinstabx fil-gvern tal-ġurnata, ma tinstabx lanqas fil- maġġoranza assoluta tas-sidien li jipprovdu dan is-servizz, imma tinstab fil-fatt li jekk kemm-il darba ma jsirux il-bidliet neċessarji li l-poplu Malti qed jistenna jkun hemm riskju qawwi li għall-poplu Malti u għat- turisti li jiġu f'pajjiżna dan is-servizz isir servizz iktar irrilevanti milli hu sal-lum.", "Sur President, irridu inħarsu lejn iż-żmien li ġej fuq l-oqsma li semmejt, fil-qasam tat-telefonija, fil-qasam tan-numru ta' karozzi f'pajjiżna u fil-qasam tat-trasport pubbliku f'dan il-pajjiż.", "Irridu nħarsu lejn dawn is-setturi li għandhom rabta qawwija bejniethom fid-dawl tal-kuxjenza dejjem tikber dwar l-inkwinament u dwar il-ħsarat ambjentali li jistgħu jsiru.", "Għandna nkomplu niddiskutu bis-serjeta' dawn l-oqsma differenti minħabba li dawn huma setturi rilevanti ħafna ma' xulxin u għall- ħajja ta' kull wieħed u waħda minna fil-bogħod li fih nistgħu nkunu qegħdin noqogħdu jew inkella fil-qrib li nkunu nistgħu noqogħdu bejn raħal u ieħor.", "Dan huwa importanti li nifhmuh għaliex kull wieħed minna għandu responsabbiltajiet u doveri li huma ċari lejh innifsu, lejn dawk li huma fil-konfini qrib tiegħu ħafna u wkoll lejn dawk li forsi lanqas biss ikun jafhom.", "Jiena konvint li dawn it-tlitt setturi huma marbutin flimkien u huma setturi li jinfluwenzawna fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Huma setturi li minbarra li nitkellmu u niddiskutu dwarhom, kull wieħed minna jrid jibda jagħraf u jifhem li l-passi li jkunu qegħdin jittieħdu jkunu għall-ġid ta' kull wieħed u waħda minna u fl-interess ta' dawk li diġa' jagħtu s-servizz u wkoll fl-interess ta' dawk li jirċievu s-servizz.", "Sur President, jiena ċert li l-poplu Malti kollu flimkien kapaċi jkompli jtejjeb dawn it-tliet oqsma li semmejt.", "Nistgħu nkomplu ntejbu wkoll ir- riżultati li nakkwistaw bħala żviluppi f'dan is-settur.", "Jiena ċert li dawn huma wkoll tliet setturi li 'l quddiem, irridu u ma rridux, nibqgħu ngħixu magħhom u rridu nibqgħu niġu nfluwenzati bir-riżultati pożittivi li jikkawżaw.", "Minħabba f'hekk l-impenn tagħna lkoll għandu jkun dak li mhux biss nitkellmu fuq in-negattiv imma li nitkellmu fuq ir-realta' kif tolqotna u kif tolqot lill-kumplament tas-soċjeta'.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex il-Ministru jqiegħed dan ir- rapport fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' report on recommendations for limiting human exposure to time-varying electric, magnetic and electromagnetic fields in the frequency range from 0Hz to 300GHz.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 28 ta' Novembru, 2000, fis- 6.00 pm, bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TAXXI U KONTRIBUZZJONIJIET TAL-BOLLA", "21141.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li jridu jitħallsu f'taxxi u kontribuzzjonijiet tal-bolla tas-Sigurta' Nazzjonali abbażi tal- commitment ta' din is-sena li qegħdin fiha, mill-negozjanti u kumpaniji privati?", "Jista' jinfurmani bis-sitwazzjoni tal-kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem fihom ?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li l-ammonti mitluba huma taħt.", "Il-fiġuri għas-sena 2000 jirrapresentaw id-dħul (revenue) ta' bejn Janar u Ottubru 2000 mis-sorsi indikati.", "Kategorija ta' taxpayer Kontrubuzzjonijiet tas-Sigurta Socjali Corporate/Income Tax Taxxa F.S.S. 1.", "Kumpaniji Parastatali", "1999 Lm5,820,000 Lm1,495,425 Lm5,906,958 2000 Lm5,579,871 Lm7,698,566 Lm5,212,765", "2.", "Kumpaniji Privati 1999 Lm35,212,243 Lm41,563,818 Lm24,339,005 2000 Lm33,575,939 Lm40,574,202 Lm24,199,777 3.", "Impjegati għal rashom 1999 Lm16,298,569 Lm5,332,321 Lm7,893,440 *2000 Lm14,722,120 Lm5,132,919 Lm8,092,911", "NOTA: * L-ammonti għas-sena 2000 juru d-dħul (revenue) attwali għall- perjodu Jannar/Ottubru 2000.", "MEATS SELLERS ASSOCIATION", "21142.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani kemm saru laqgħat bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru responsabbli mill-interessi tal-Meat Sellers Association u tal-konsumaturi dwar l-ilment li l-Meat Sellers Association ressqet nhar il-21.09.00 lill-awtoritajiet konċernati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Meat Sellers Association ma ressqet l-ebda ilment lill-Ministeru tiegħi fil-21 ta' Settembru 2000.", "Pero' ninsab infurmat li l-ilmenti li tressqu lill-Ministru ieħor, ġew mgħoddija reċentiment lill- uffiċjali tal-Minsteru tiegħi li wara li nvestigaw iltaqgħu ma din l- Assoċjazzjoni.", "F'din il-laqgħa ġew trattati u diskussi il-materji kollha għas-sodisfazzjon taż-żewġ naħat.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21143.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmani x'follow up saret dwar l-ilment ta' LM 2 li skond il-Meat Sellers Association huma żejda u ta' piż fuq il-membri tagħha?X'inhija l-pożizzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION - BIĊĊERIJA - PARKING", "21144.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti tal-Meat Sellers Association li tressaq fil-21.09.2000 dwar l-inkonvenjent tal- parking li jsibu xi xerrejja fil-Biċċerija?", "X'inhija s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA - SIRINGI", "21392.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 20802, jista' l-Ministru jgħid jekk il-figura mogħtija - jiġifieri 119,197 f'għaxar (10) xhur ta' siringi b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa hijiex ikkonsidrata bħala figura għolja ħafna?", "Kif dawn il-figuri jipparagunaw mal-figuri tas-sena li għaddiet?", "Fl-istess żmien ingħataw siringi b'xejn f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għall-figura ta' 119,197 siringi mqassma, mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20802, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-figura għall-istess perjodu fl- 1999 kienet ta' 122, 293.", "Dawn il-figuri jirriflettu li hemm konkorrenza min-numru konsiderevoli ta' drogati li jirrikorru għal siringi ndaf flok jaqsmu s-siringi ma' drogati oħrajn.", "Dan huwa l-iskop tat-tqassim ta' siringi; cioe' li jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni ta' mard infettiv.", "Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tiġborx figuri ta' kemm jitqassmu siringi f'Għawdex u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ĦLASIJIET MILL-GVERN", "21394.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "21089 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilek u cioe: jgħid jekk sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000 kienx hemm xi pendenzi fil- ħlasijiet li jsiru mill-gvern lill-Knisja dwar it-tmexxija ta' l-iskejjel tagħha li jitħallsu mill-Vot tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni 16-4024?", "Jekk iva, kemm huma dawn il-pendenzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għas-sena finanzjarja 1999 jonqos ħlas li jammonta għall-Lm274,750 li jrid jingħata mill-Gvern lill-Knisja għat- tmexxija ta' l-iskejjel tagħha u li jitħallsu mill-vot tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni 17 - 4024.", "Għas-sena finanzjarja 2000, hu stmat li l-ispiża tkun tammonta għall- Lm264,091 aktar mis-somma totali ta' Lm7,680,000 approvati s'issa mill- Ministeru tal-Finanzi.", "Ta' minn jirrileva li pendenzi bħal dawn jirriżultaw wara verifika perjodika li ssir min-naħa tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "SKEJJEL - ISTITUT TEKNIKU MIKILANĠ SAPIANO - GĦALLIEM", "21411.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex malajr kemm jista' jkun jinstab min jgħallem il-Control Systems & Applications lili dawk li qed isegwu l-kors ATD fl-Istitut Tekniku Mikilanġ Sapiano?", "Għaliex mhux qed jinstab għalliem f'dan il-qasam?", "Peress li hemm studenti li għandhom eżami kruċjali f'Ġunju, jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikollhom l-għalliem meħtieġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-bidu tas-sena skolastika l-istudenti kellhom għalliem tal-'Control Systems & Applications'.", "Wara ftit li bdiet is-sena skolastika, dan l-għalliem irriżenja.", "Saru l-interviews għall-għalliema temporanji f'dan is-suġġett, u ġiet identifikata persuna biex tgħallmu.", "Meta din il-persuna ġiet ikkuntattjata, qalet li ma tistax tibda qabel Jannar, għax għandha impenji oħra.", "Bħalissa qegħdin fil-proċess biex jiġi kkuntrattat għalliem għal dan is-suġġett.", "SAN VINĊENŻ DE PAULE", "21420.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibilita' hemm li l-persuna anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tiddaħħal f'San Vinċenż de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-anzjana li d- dettalji tagħha intbagħtu separatament ġiet ammessa f'San Vinċenz de Paule fit-22 ta' Novembru 2000.", "SERVIZZ ĊIVILI", "21460.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni fiċ-ċivil li telqu qabel iż-żmien ta' irtirar din is-sena?", "Kemm ġew boarded out, kemm irriżenjaw u kemm ġew imkeċċija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar sat-23 ta' Novembru ta' din is-sena, kien hemm 237 persuna li rriżenjaw minn mas- Servizz Pubbliku, 80 li għaddew bord mediku, u 9 li tkeċċew.", "REĠISTRAR GĦAX-XOGĦOL", "21462.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: REPLYHERE", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "MEUSAC", "21464.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħalsu l-membri li hemm fuq il- MEUSAC fuq il-Euro-assistance co-ordinating Task Force u l-MIC?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-membri tal-MEUSAC ma jirċievu ebda ħlas b'eċċezzjoni ta' sitt membri nominati a bażi ta' fiduċja li jirċievu honorarium ta' Lm2000 fis-sena.", "Il-membri tal-Euro Assistance (Funding and Programme) Coordinating Task Force ma' jirċievu ebda ħlas b'eċċezzjoni taċ-Chairman li jitħallas Lm5,000 fis-sena kif ukoll car allowance ta' Lm1,250 fis-sena u free telephone service.", "Dwar il-MIC, ma hemmx membri per se iżda hemm erbatax-il persuna jaħdmu full-time a bażi ta' kuntratt.", "OPM - BOARDIJIET", "21466.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm boardijiet differenti mwaqqfa fi ħdan id- dekasteru tiegħu?", "Min huma l-membri fuq kull board u kemm jitħallsu kull wieħed?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' bordijiet li huma mwaqqfa taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-ismijiet tal- membri li jiffirmaw dawn il-bordijiet kif ukoll il-ħlas li jirċievu.", "TOROQ - EU STANDARD", "21471.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm jaħseb li tkun l-ispiża għall- gvern biex iġib it-toroq ta' pajjiżna up to EU standard?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-Masterplan li ħejjew il-konsulenti Ġermaniżi (Volume 3) li kopja tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fejn hemm breakdown dettaljat ta' l-istimi biex jitjiebu t-toroq arterjali.", "VETTURI - ŻMIEN", "21472.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi fuq it-triq illum?", "Jista' jagħti breakdown taż-żmien li għandhom dawn il-vetturi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta' vetturi liċenzjati sat- 22 ta' Novembru 2000 kien 246,484.", "Dawn huma maqsumin kif ġej:", "vetturi li għandhom 5 snin jew anqas - 77,237", "vetturi li għandhom minn 6 sa 10 snin -62,764", "vetturi li għandhom minn 11 sa 15sena-41,037", "vetturi li għandhom 16 sa 20 sena -25,864", "vetturi li għandhom 21 sa 25 sena - 16,113", "vetturi li għandhom 26 sa 30 sena - 10,752", "vetturi li għandhom 31 sena sa 35 sena - 7,661", "vetturi li għandhom 36 sena sa 40 sena - 2,695", "vetturi li għandhom 'l fuq minn 41 sena - 2,361", "ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-MILLENJU - KONTIJIET PENDENTI", "21475.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Issa li kważi għaddiet sena mill-1 ta' Jannar, 2000, jista' l-Ministru jikkonferma li ma fadalx kontijiet pendenti x'jitħallsu lil dawk li ħadu sehem fiċ- ċelebrazzjonijiet tal-millenju?", "Jekk fil-fatt fadal min jitħallas, min huma dawn u kemm hu l-ħlas dovut lilhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kontijiet pendenti konnessi maċ- ċelebrazzjonijiet tal-Millennju jammontaw b'kollox għal Lm47,600 maqsumin hekk:", "Sign It Lm41,345 Ligh Sound Vision Lm 6,255.", "VAT - SPETTURI", "21476.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Issa wara li ġie ppubblikat ir-riżultat għall-pożizzjoni ta' spetturi tal-VAT, jista' l- Ministru jgħid kemm se jingaġġa spetturi ġodda?", "Meta se jiġi ngaġġati?", "X'benefiċċji dawn se jgawdu minnhom ġaladarba jkunu qed iservu bħala spetturi tal-VAT?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- kundizzjonijiet ta' l-ingaġġ ta' l-Ispetturi tal-VAT huma kif imniżżla fiċ- Ċirkulari ta' l-MPO Numru 43/2000 tal-25 ta' Mejju 2000.", "Huwa ippjanat li jiġu ingaġġati madwar tletin spetturi ġodda fi tlett gruppi separati matul din is-sena u s-sena d-dieħla skond l-order of merit, iżda dan in-numru jista' jinbidel skond esiġenzi ġodda li jistgħu jinqalgħu.", "SERVIZZ PUBBLIKU - UNIONS", "21478.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Wara li f'Lulju ta' din is-sena kien ġie mħabbar mill-Prim Ministru li l-ftehim bejn il-gvern u l-unions dwar il-General Service dalwaqt kien se jiġi konkluż u llum Novembru u għadu ma ġie konkluż xejn, nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru meta se jiġu fi tmiemhom it-trattattivi u jiġi ffirmat il-ftehim tal- general service grades?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ftehim kollettiv intlaħaq ma' l-Unions f'Diċembru 1998 u t-taħdidiet dwar ftehim kollettiv ġdid jibdew, kif miftiehem ma' l-istess Unions, f'Ġunju 2001.", "Ninsab infurmat, li d- diskussjonijiet li għaddejjin huma fil-qafas ta' eżerċizzju korrettorju u mhux għal ftehim ġdid tal-\"General Service Grades\".", "Huwa ttamat li dawn id-diskussjonijiet ikunu finalizzati ma jdumux.", "SPTAR MONTE CARMELI - TOBBA", "21485.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid u jispjega għaliex meta t-tobba fl-Isptar Monte Carmeli jirriferu pazjent \"b'urġenza\" fl-Isptar San Luqa, dawn ġieli jdumu anke sa sitt (6) sigħat?", "Jaf li kull darba li jiġri hekk qed jinħoloq inkonvenjent kemm lil pazjent u kemm lin-nurse li jkun mal-marid?", "Jaf li minħabba f'hekk, ħafna drabi, speċjalment bil-lejl, is-sala minn fejn ikun intbagħat il-pazjent tibqa' b'nurse waħdu ma' xi 30 pazjent?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata fil-futur qarib.", "SPTAR MONTE CARMELI", "21487.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-ħaxix, frott, ħoż u laħam li jfornu l- Isptar Monte Carmeli?", "Kemm ilhom jingħataw dawn il-kuntratti lill-istess kuntrattur f'kull każ?", "Kull meta joħorġu t-tenders?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MONTE CARMELI", "21490.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il porzjon ta' ikel joħroġ kuljum għall-impjegati mill-kċina ta' l-IsptarMonte Carmeli?", "Kemm hi l-ispiża ta' dan l-ikel kull sena?", "Kemm minn dawk li jieklu jikkontribwixxu għal dan l-ikel?", "Kemm minn dawk li jieklu ma jikkontribwixxux għal dan l-ikel?", "Veru li l-porzjon ta' dawk li huma ntitolati għall-ikel ġie mnaqqas biex jagħmel tajjeb għal dawk li mhux intitolati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'seduta oħra.", "VRT", "21491.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament reġgħu bagħtu għaliha għal vehicle roadworthiness test meta kif jindika ċ-ċertifikat (li qed jintbagħat separatament) diġa' għamel dan it-test fi Frar li għadda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet jibgħat javża individwalment lil dawk is-sidien li l-vettura tagħhom ikun imissha li tagħmel il-Vehicle Roadworthiness Test qabel tiġġeddilha l-liċenzja.", "F'dan il-każ partikolari, il-vettura msemmija trid tiġi ttestjata qabel ma tiġġedded il-liċenzja f'Jannar tas-sena 2001.", "Għaldaqstant sidha għamel it- test fi Frar ta' din is-sena mingħajr ma kien mitlub jagħmel dan.", "MARSA - POWER STATION", "21492.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura fit- task force biex tistudja d-diffikultajiet li nqalgħu fil-produzzjoni tad- dawl tal-power station tal-Marsa?", "Fuq liema kriterji ġew maħtura?", "X'xogħol għamlet s'issa din it-task force?", "Meta se tlesti x-xogħol tagħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill- Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għat-tieni parti tal-mistoqsija numru 21493 waqt is-Seduta numru 435.", "Dawn il-persuni ġew maħtura a bażi tal-kwalifiki u esperjenza li jippossjedu.", "Din it-Task Force studjat u qed tistudja x'hemm bżonn isir fix-short, medium u long terms.", "Is-soluzzjoni fix-short term diġa' qed tiġi mplimentata, waqt li x-xogħol fuq is-soluzzjonijiet tal-medium u long terms għadu għaddej.", "Bħalissa għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar data speċifika meta hu mistenni li t-Task Force tiffinalizza l-inkarigu li ngħatat.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - TENDERS U QUOTAZZJONIJIET", "21557.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm inħarġu tenders u kwotazzjonijiet f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha mill-1 ta' Jannar, 1998 sa Ottubru 2000?", "Għal liema servizzi eċċ inħarġu, kemm kien il-prezz ta' kull waħda?", "Lil min ingħataw jew ġew offruti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra", "TENDERS - DIRECT ORDER", "21560.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħd kemm ingħataw tenders b'direct order minn Jannar ta' din is- sena sal-lum?", "Lil min ingħataw u kemm ġiet tiswa kull tender?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill­Onorevoli Interpellant jippreċiża x'informazzjoni għandu bżonn.", "GĦAWDEX - IMĠARR - MOLL - TINDA", "21562.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm f'kera kuljum qiegħda tiswa t-tinda li saret fuq il-moll ta' l-Imġarr f'Għawdex biex isservi ta' shelter għall- passiġġieri?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li din it-tinda hija proprjeta' tal- Kumpanija Gozo Channel u nxtara wara sejħa għall-offerti li saret fit-30 ta' Marzu li għadda.", "Għaldaqstant mhi qed titħallas ebda kera fuq l-imsemmija tinda.", "GĦAWDEX - ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-MILLENJU", "21563.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tikkonferma li ma baqa' l-ebda pagament in konnessjoni maċ- ċelebrazzjonijiet tal-Millenju f'Għawdex li għadu ma tħallasx?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li għad baqa' kontijiet in konnessjoni maċ­ċelebrazzjonijiet tal­Millennju li għadhom ma tħallsux."]} {"filename": "20001211_456d_par.doc", "date": "2000-12-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 456 It-Tnejn, 11 ta' Diċembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 456", "It-Tnejn, 11 ta' Diċembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-2.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "456", "It-Tnejn, 11 ta' Diċembru, 2000", "WERREJ", "MINUTI 617", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI 617", "AĠĠORNAMENT 642", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 455 li saret fil-11 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Skond il-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, għal din is-seduta se naqbżu l-ħin tal-mistoqsijiet u ngħaddu mill-ewwel għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Grazzi.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 172 tas-17 ta' Novembru 2000, il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl- aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, nipproponi:", "VOT 33 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,881,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 34 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 762,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 34 - Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 35 - TOROQ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 744,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 35 - Toroq, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 36 - LIĊENZJI U TESTJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 845,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Liċenzji u Testjar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT VII - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,660,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VII - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 33 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 13,691\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 13,690\".", "Delete the figure \"Lm 13,691\" and substitute therefor the figure \"Lm 13,690\".", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, għal darba oħra dan il-ministeru kien il-qofol ta' ħafna diskussjonijiet minħabba l-liberalizzazzjoni tas- settur tat-telekomunikazzjoni.", "L-effett ta' din il-liberalizzazzjoni huwa suġġett topiku ħafna, madanakollu llum beħsiebni nanalizza biss l-estimi li qed jiġu proposti għal dan il-ministeru, jiġifieri l-aspett finanzjarju.", "Ma nistax ma nenfasizzax li dan huwa ministeru importanti ħafna, ministeru li jinkorpora fiha ħafna setturi oħra fosthom l-awtorita' marittima, ir-regolatur tat-telekommunikazzjonijiet, l-avjazzjoni ċivili, id-dipartiment tal-liċenzji u testing u d-dipartiment tat-toroq.", "L-aktar setturi b'saħħithom huma l-awtorita' marittima u d-dipartiment tal-liċenzji u t-testing pero' dan il-ministeru jħaddem ukoll id-dipartiment tat-toroq u allura l-problema ta' l-istat ħażin ħafna tat-toroq tagħna u aktar 'il quddiem nikkummenta fuq dan il-fatt ukoll.", "Id-dħul ġenerali għas-sena 2000/2001 jammonta għal madwar Lm46 miljun, li jfisser żieda ta' madwar Lm4.5 miljun jew 10.7%.", "Kull meta tkellimt f'dan ir-rigward dejjem ikkritikajt il-mod kif qed jiġu kkalkolati l-estimi.", "Għaliex?", "Għaliex l-estimi kif ippreżentati jkunu baxxi ħafna bl-iskop li meta jiġu biex janalizzaw il-performance jgħidu li stmaw li se jkollhom tant iżda fl-aħħar l-ammont ikun ferm aktar.", "Fil-fatt kemm fl-1998 u kemm fl-1999 ħadt din il-pożizzjoni u kkritikajt li l-estimi kienu baxxi ħafna u l-figuri ppreżentati mill-ministru għall-1999 jagħtuni raġun għaliex hemm diskrepanza ta' kważi Lm6 miljun.", "Sur President, din is-sena wkoll qed nerġa' nirrimarka u nikkritika li l- estimi huma baxxi ħafna pero' ċert li l-ministru tal-finanzi qed jippretendi prosit għaliex jista' jgħid li qabeż it-targets.", "Imma jekk int jkollok targets baxxi ħafna faċilment taqbiżhom u allura din ukoll ta' min jikkritikaha.", "Il-ministru qed jgħidilna li bħala stima ta' l-ispiża totali għandna s-somma ta' Lm12,892,000, somma li jiena naraha żgħira meta wieħed jikkonsidra l-istat ħażin tat-toroq tagħna.", "Fil-fatt il-ministru qed jalloka biss is-somma ta' Lm6,650,000 bħala spiża kapitali fuq it-toroq.", "Minn analiżi ħafifa ta' l-ispejjeż naraw li l-parti kbira ta' l-ispiża rikorrenti, cioe' Lm2,881,000 hija allokata għall-ministeru nnifsu.", "Insibu wkoll li Lm845,000 huma allokati għal-liċenzji u testing, Lm762,000 għall- avjazzjoni ċivili u Lm744,000 għad-dipartiment tat-toroq.", "Bħala spiża kapitali għall-ministeru mbagħad insibu s-somma ta' Lm1 miljun.", "Minn kalkolu ħafif naraw li dan il-ministeru ikkontribbwixxa madwar Lm38.5 miljun lejn il-Kaxxa ta' Malta pero' għandu jiġi puntwalizzat li l-parti l- kbira ta' dan l-ammont hija magħmula minn fees u taxxi li jħallsu dawk kollha li jużaw it-toroq tagħna.", "Għal dak li huwa dħul tal-ministeru, kif diġa' għedt huwa stmat li dan il- ministeru jiġġenera dħul ta' aktar minn Lm46 miljun.", "Ta min jinnota li l- ministeru jirċievi parti sostanzjali tad-dħul tiegħu f'forma ta' liċenzji li jagħti lil diversi entitajiet u awtoritajiet.", "Fost dawn il-liċenzji nsibu dik tal-Maltapost plc li din is-sena se tikkontribwixxi Lm172,000 filwaqt li s-sena l-oħra kkontribwiet Lm200,000 u għalhekk forsi l-ministru jiċċaralna għaliex huwa previst anqas dħul.", "L-istess ħaġa ġrat fl- awtorita' marittima.", "Waqt li s-sena l-oħra din ikkontribwiet is-somma ta' Lm1,900,000 din is-sena se tikkontribwixxi Lm1 miljun biss.", "Din naraha daqxejn stramba speċjalment meta s-sena l-oħra konna enfasizzajna l- importanza li l-Malta maritime authorty tikkontribwixxi aktar u dan fid- dawl tal-profitti sostanzjali ġenerati minnha.", "Sur President, tnaqqis eħor huwa mistenni mid-dħul mill-liċenzji tal- cable television.", "Waqt li s-sena l-oħra l-estimi kienu Lm345,000 din is- sena huma mistennija dħul ta' Lm320,000.", "Għalhekk ikun interessanti jekk jiġi spjegat dan it-tnaqqis fl-estimi għaliex anke dan huwa tnaqqis li ma jagħmilx sens.", "Huwa stmat li d-dħul mid-dipartiment tal-wireless telegraphy se jiżdied.", "Naturalment iż-żieda ta' kumpanija oħra tal-mobile telephones ġegħlet id-dħul minn dawn il-liċenzji jispara 'l fuq.", "Fil-fatt filwaqt li s-sena l-oħra kien stmat li d-dħul minn dawn il-liċenzji jammonta għal Lm81,000 din is-sena huwa stmat li d-dħul jitla' għal madwar Lm2.5 miljun.", "Anke d-dħul mil-liċenzja għall-fixed telephony huwa mistenni li jitla' minn Lm470,000 għal Lm530,000.", "Id-dħul mill-avjazzjoni ċivili huwa mistenni jkun ta' Lm2,100,000 pero' ta min jgħid li l-parti l-kbira ta' dan l-ammont, cioe' Lm1.9 miljun, huwa mistenni mill-airport tax.", "Għalhekk ma jidhirlux il-ministru li din il- figura tiġi aġġustata, speċjalment meta wieħed iqis li l-airport tax hija fost l-ogħla fl-Ewropa?", "Wieħed ma jridx jinsa' t-taxxi ġodda fuq vjaġġaturi li daħlu fis-seħħ f'dan il-budget li m'humiex inklużi f'din is- somma, jiġifieri s-somma se tiżdied.", "Bħas-soltu, dan il-ministeru jistenna li jdaħħal parti kbira mid-dħul tiegħu mid-dipartiment tal-liċenzji u testing.", "Fil-fatt huwa mistenni dħul ta' aktar minn Lm38 miljun li Lm25,800,000 huwa mistenni mir-reġistrazzjoni tal-karozzi ġodda u Lm4,800,000 minn bejgħ ta' number plates ġodda.", "Sar kumment anke dwar l- ammont ta' karozzi ġodda fit-toroq li huwa ammont li qed jisplodi u din se tkompli tikkrea problemi.", "Meta wieħed janalizza l-ispiża allokata għall-ministeru mill-ewwel jinnota li l-ispiża rikorrenti żdiedet b'Lm555,000 għal Lm2,881,000, li jfisser żieda ta' 25%.", "L-aktar li ġew allokati flus kien għall-personal emoluments li minn Lm633,000 telgħu għal Lm719,000.", "Din hija żieda ta' Lm70,000, somma li ċertament ma tirriflettix iż-żieda ta' Lm1.50 li ta l- ministru f'dan il-budget.", "Jista' allura l-ministru jispjega u jikkjarifika ftit din iż-żieda fiex tikkonsisti.", "Insibu żidiet simili fl-operational and maintenance expenses ta' madwar Lm50,000.", "Nafu wkoll Ii l-ministeru qed iħallas kera ta' madwar Lm13,000 fis-sena u bħalma għamilt is-sena l- oħra nistaqsi din il-kera ta' xiex qed titħallas u jkunx jagħmel aktar sens ekonomiku li minflok inħallsu daqshekk kera nixtru proprjeta' idonea.", "Insibu wkoll li s-somma ta' Lm176,000 hija allokata għall-international memberships.", "Hawnhekk ukoll is-sena l-oħra kont staqsejt eżatt liema huma dawn l-international memberships għax dan huwa ammont sostanzjali u forsi l- ministru jagħtina ftit dawl fuq dan is-suġġett.", "Insibu ukoll li dan il- ministeru qed jalloka s-somma ta' Lm275,000 għall-adozzjoni ta' l-acquis u hawnhekk hawn x'wieħed jikkritika.", "Nafu li l-gvern qed jonfoq madwar Lm10 miljun fid-diversi ministeri biex huwa jiġi in line ma' l-acquis communautaire, nefqa li jiena nsejħilha nefqa burokratika u amministrattiva.", "Dwar dan kienet saret kritika anke fil-kumitat ta' l- affarijiet barranin.", "Sur President, il-ministru ta' l-affarijiet barranin kien ġie ppressat biex jispjega attwalment kemm konna se nibbenefikaw minn dawk li li jissejħu pre-accession funds u l-ministru qalilna li se nieħdu ftit aktar minn Lm2 miljun fis-sena.", "Għalhekk aħna konna kkritikajna li l-ispiża li se jagħmel il-gvern biex jimplimeta l-acquis kienet se tkun ferm aktar minn dik il-ftit għajnuna mill-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-każ għandna spiża ta' aktar minn Lm0.25 miljun u f'ministeri oħrajn is-somom huma ferm aktar konsiderevoli u allura l-ispiża amministrattiva u burokratika f'dan ir- rispett hija għaxar darbiet aktar mill-għajnuna li rċevejna mill-Unjoni Ewropea.", "Din hija kritika valida li qed nagħmlu aħna ta' l-oppożizzjoni għaliex dawn tgħidx kemm kienu jiftħru li kif nirriattivaw l-aplikazzjoni tagħna mmoru aħjar għaliex ikollna l-għajnuna biex nirristrutturaw.", "Imbagħad dik l-għajnuna ma ġietx; ġiet ħmerija ta' għajnuna u minn fuq aħna twikkejna bi spiżi kbar amministrattivi li forsi mingħajr għajnuna ma naffordjawhomx daqstant.", "U hemm x'tonfoq meta qed titkellem fuq dan il- ministeru, speċjalment fit-toroq.", "Twaqqfu diversi kumitati regolatorji li wkoll se jkollhom l-effett tagħhom fuq l-ispiża tal-ministeru.", "Fil-fatt insibu allokazzjoni ta' Lm150,000 għall-communications authority.", "Id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili huwa dipartiment ieħor importanti.", "Madanakollu r-rwol ta' l-avjazzjoni ċivili llum naqas minħabba li d-doveri marru fuq l-MIA.", "Minkejja dan iżda t-trasferiment ta' doveri f'organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-ECAC, ICAO u Euro Control jitolbu li d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili jwettaq xogħol regolatorju f'dak li għandu x'jaqsam ma' standards ta' sigurta' u l-membership tagħna fil-JAA tirrikjedi li jsiru audits interni mill-awtorita'.", "Dan il-fatt kompla żied ir-reputazzjoni internazzjonali ta' l-aircrafts Maltin, u din hija kritika posittiva.", "Insibu li għal din is-sena ġiet allokata s-somma ta' Lm762,000 li tfisser żieda ta' Lm81,000 jew 12%.", "Pero' meta wieħed jeżamina din l-ispiża jsib li Lm65,000 minnhom ġew allokati għall-programm nazzjonali għall-addozzjoni ta' l-acquis u għalhekk iż-żieda fl-ispiża hija biss ta' Lm16,000.", "Fl-opinjoni tiegħi dan id-dipartiment jistħoqqlu tifħir talli rnexxielu jnaqqas l-allokazzjoni għall-operational and maintenance expenses.", "Anke ż-żieda għall-allokazzjoni tal-personal emoluments hija waħda raġonevoli għaleix l-ammont ta' Lm32,000 jinkludi wkoll il- kontribuzzjoni għas-sigurta' nazzjonali.", "Rigward id-dipartiment tat-toroq, insibu li dan qed jippreżenta żieda sostanzjali fl-estimi tiegħu.", "Fil-fatt l-estimi għas-sena l-oħra kienu ta' Lm257,000 u l-estimi għal din is-sena huma ta' Lm744,000.", "Insibu pero' li Lm388,000 minnhom huma għall-programmi u inizjattivi li jinkludu żewġ items prinċipali, il-programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis u manutenzjoni, tindif, sinjali u marki fit-toroq.", "Fil-fatt Lm80,000 huma allokati għall-programm nazzjonali għall-addozzjoni ta' l-acquis u Lm300,000 għall-manutenzjoni, tindif, sinjali u marki fit-toroq.", "Din hija somma fenominali meta wieħed jikkonsidra li l-emolument totali tad- dipartiment tat-toroq jammonta għal Lm257,000.", "Għalhekk ikun interessanti li nkunu nafu fhiex se jintnefqu dawn il-flus.", "Barra minn hekk għandna wkoll Lm364,000 oħra li huma allokati għad-diaprtiment għall-personal emoluments u operational expenses.", "Sur President, aktar kmieni semmejt id-dipartimet tal-liċenzji u testing.", "Dan id-dipartiment huwa l-aktar wieħed li jrendi flus f'dan il-ministeru u qed jistma li jdaħħal aktar minn Lm38 miljun.", "Dan huwa dipartiment ieħor li qed jiġi affettwat mill-insistenza tal-gvern li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dan id-dipartiment ġie allokat Lm160,000 żejda biex ikun jista' jaġġorna ruħu mar-rekwiżiti ta' l-acquis.", "L-ispiża totali ta' dan id- dipartiment qed tiġi stmata għal Lm845,000, li jfisser żieda ta' Lm295,000 jew 54%.", "Ninnotaw ukoll li hemm tnaqqis għall-personal emoluments minn Lm440,000 is-sena l-oħra għall-figura ta' Lm425,000 din is-sena.", "Ta' min għalhekk nistaqsu kemm din il-figura hija realistika, aktar u aktar meta l- figura attwali għas-sena li għaddiet kienet ta' Lm350,000.", "Jista' għalhekk il-ministru jispjega ż-żieda ta' Lm90,000 fi żmien sentejn?", "Fattur kurjuż ieħor fir-rigward ta' dan id-dipartiment hija l-ispiża ta' Lm160,000 għal new vehicle registration plates.", "Meta wieħed jara l-estimi għas-sena li għaddiet jinnota li din l-allokazzjoni kienet ta' Lm5,000 biss.", "Għalhekk kif jispjega l-ministru ż-żieda ta' Lm155,000 jew żieda ta' 320%?", "Ħalli nerġa' niġi issa għas-suġġett tat-toroq.", "Xi żmien ilu ġibna esperti Ġermaniżi biex jaraw l-istat tat-toroq tagħna u dawn għamlu x- xogħol tagħhom kif suppost.", "Kienu evalwaw 390 kilometru ta' toroq u saru 15,848 test li minnhom rriżulta li 64 kilometru - jiġifieri kważi terz minn dawn it-toroq - huma fi stat diżastruż.", "Dawn l-esperti kienu qalu wkoll li biex pajjiżna jieħu r-ruħ f'dak li jikkonċerna t-toroq jirrikjedi nefqa kapitali fuq medda ta' bejn sentejn u ħames snin ta' aktar minn Lm32 miljun, u dan apparti l-ispiża rikorrenti li trid biex tmantni t-toroq.", "Meta tkellimna s-sena l-oħra konna għedna li rridu nimxu fuq dan ir-rapport u allura ġie ssuġġerit li fil-budget nivvotaw ammont speċifikament biex nirranġaw it-toroq iżda minn dan kollu ma sar xejn.", "L-unika spiża żejda li qed tissema hija l-ispiża biex nimplimentaw l-acquis communautaire pero' kif għedt qabel din hija spiża amministrattiva u burokratika u mhux se tirranġa t-toroq.", "Sur President, meta wieħed janalizza kemm il-gvern idaħħal minn min iħallas il-liċenzja tas-sewqan, min iħallas ir-reġistrazzjoni tal-karozza, min iħallas it-taxxa fuq il-karozza u affarijiet simili naraw li l-gvern idaħħal aktar minn Lm36 miljun lira pero' bħala ammont kapitali fuq it- toroq se jonfoq biss Lm6,600,000.", "Jiġifieri inutli li wieħed juża ħafna kliem fieragħ, inutli wieħed jagħmel eżerċizzju propagandesk u jġib l- esperti biex juri li qed jagħmel xi ħaġa - fil-fatt aħna nikkritikaw ħafna li jħobbu jiddilettaw bir-rapporti u l-esperti - jekk imbagħad mill-kliem ma ngħaddux għall-fatti.", "Wasal iż-żmien li wieħed jippuntwalizza fejn hi l- akbar problema fi ħdan dan il-ministeru u m'hemmx dubju li l-akbar problema huma t-toroq diżastrużi tagħna.", "Jekk nibqgħu ma nirranġawx l- infrastruttura tat-toroq tagħna se mmorru lura anke fit-turiżmu u jgħid x'jgħid il-gvern mill-estimi kif ippreżentati m'huwiex qed juri li beħsiebu jibda jittekilja l-problema tat-toroq bis-serjeta'.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, ħalli nkompli fejn ħalla l-kollega tiegħi l-Onor.", "Herrera fejn semma t-toroq.", "Ftit tal-ġranet ilu f'Malta kellna seminar li kien qiegħed iħares lejn l-ambjent u n-nature trust ta' Malta ġabet kelliema tajbin li daħlu f'diversi aspetti dwar l-ambjent ta' Malta.", "Wieħed mill-kummenti li laqtuni kien proprjament dwar il-problemi li jiffaċċjaw it-turisti meta jiġu hawn Malta.", "Waqt da is-seminar lukandiera qalet li m'huwiex sewwa li l-hoteliers qegħdin jagħmlu minn kollox biex il- lukandi tagħhom dejjem itejbu l-istandards u mbagħad meta t-turisti joħorġu barra jsibu diżastru ta' toroq.", "Gvernijiet Nazzjonalisti għal sena wara l- oħra dejjem jgħidu li se jirranġaw it-toroq imma Alla jbierek dawn it-toroq jibqgħu ma jiġux irranġati.", "Ħalli nieħdu eżempju.", "Jekk nieħdu Triq Hompesch fil-Fgura mhux talli gvern Nazzjonalista ma komplihiex talli lanqas biss inbdiet u lanqas ħadd ma jaf x'sar minnhom il- flejjes li ġew allokati għal dan ix-xogħol.", "Jien la jien mill-Fgura ovvjament tinterresani ħafna din it-triq.", "Minn risposta għal mistoqsija parlamentari nafu li f'din it-triq kellu jintnefaq l-ammont ta' Lm50,000 imma kif diġa' għedt lanqas ħadd ma jaf x'sar minnhom dawn il-flus.", "X'serjeta' hi din ta' dan il-gvern?", "Eżempju ieħor li huwa ta' mistħija għall-Gvern Nazzjonalista hija t-triq ta' Ħal Qormi li ilha kważi sentejn biex tinbeda.", "Min-naħa l-oħra nafu li fi żmien gvern Laburista, taħt l- Onor. Charles Buhagiar, mhux talli tlestiet Żabbar Road u l-area ta' madwarha fi ftit xhur, talli għamilna r-roundabout ta' ħdejn iċ-ċimiterju, Paceville u M'Scala.", "Sur President, niddejjaq ukoll meta nibda nara ċerti stqarrijiet tal- gvern Nazzjonalista.", "Fil-programm elettorali ta' l-1996 dwar it-trasport qalilna li se jagħmlu tibdil kuraġġuż billi jiġu introdotti karozzi tal- linja ġodda li jkollhom sistemi mekkanizzati fil-ħruġ tal-biljetti b'vantaġġi għal min juża ta' spiss dan is-servizz.", "Imma Alla jbierek għadna ma rajna xejn minnhom.", "Fejn huwa l-vantaġġ mela?", "Għalfejn dawn l- inganni?", "Għaliex ma ngħidux il-verita'?", "Ħaġa oħra li weġġgħatni hija li ilni sena sħiħa nagħmel mistoqsija parlamentari biex inkun naf min hemm fuq it-traffic control board, għax għal aktar minn sena sħiħa qisu dan il-bord ma eżistiex.", "Għal xhur sħaħ jipprovaw jidħku b'din il-Kamra, jipprovaw jingannaw bl-istatistika u bil-poplu Malti.", "Fl-1996 jiena kont fit-traffic control board u naf kemm hu bżonjuż u kemm ħdimna imma dan kollu llum spiċċa.", "Kull meta jsemmu dan il-bord kienu jgħidulna li t-traffic control board iddeċieda so and so.", "Imbagħad f'Lulju ta' din is-sena b'risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamilt tawni l-lista tal-membri l-antiki.", "Din hija għarukaża!", "Barra minn hekk, naf li issa l-piż enormi li dan il-bord kien iġorr qed jintefa' fuq bniedem wieħed.", "Jiddispjaċini ngħid iżda li din il-persuna wkoll kultant tiġi maqbuża mill-ilmenti li nisma', anke fid-distrett tiegħi, u ġieli joħorġu permessi li ma nafx kif joħorġu bħal min jingħata permess li jsirulu disabled parking lines quddiem id-dar mingħajr ma jkunu ntitolati għalihom.", "Għalhekk ngħid li jeħtieġ li t-traffic control board jerġa' jibda jiffunzjona ħalli dawn l-affarijiet isiru bil-permess u kif suppost.", "Jiddispjaċini pero' li dan il-gvern daħaq bil-poplu għal sena u nofs sħaħ.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor biex nuri l-arroganza ta' dan il- gvern.", "Nirreferi għall-istat tat-toroq f'pajjiżna.", "Nafu kemm il-poplu jħallas taxxi imma nafu wkoll li bl-istat tat-toroq f'pajjiżna jkollok karozza u tkissirha u s-sabiħa hi li meta nistaqsu meta se jsiru xi xogħlijiet ma teħux sodisfazzjon jew inkella jgħidulek li m'hemmx flus.", "Din hi l- arroganza ta' dan il-gvern.", "Mela qegħdin jammettu li l-ħofra kienet hemm imma issa naħseb li saret crater!", "Din il-ġimgħa l-ministru ħareġ karta li ġiet imqassma fil-kunsilli lokali ta' ċerta lokalitajiet f'Malta fejn informahom dwar xogħlijiet li jridu jsiru fil-lokal.", "Jiena nieħu gost nara li l-bżonnijiet tal-pajjiż qegħdin jiġu nnotati u rranġati pero' mhux sewwa li dawn isiru għaliex ikun ġej xi ħadd minn barra u jkun se jgħaddi minn dawn it-toroq.", "Din in-naħa tal-Kamra ma taċċetahomx dawn l-affarijiet għaliex Malta għandha tkun gawduta dejjem mhux meta jkun ġej xi ħadd minn barra biss.", "Għaliex?", "X'ġara?", "Kif qed ngħid, il-minsitru qal lil dawn il-kunsilli lokali biex tal- Pieta', Triq Sant'Anna u Triq Giacomo Cassar fil-Furjana u Misraħ Kastilja jsir xi tindif u xogħol ieħor fihom.", "Għalhekk jiena ngħidlu: Għaliex ma jgħadduhx minn Hompesch Road fil-Fgura jew minn Ħal Qormi?", "Qed noħorġu ordni biex insewwu t-toroq, innaddfu u nagħmlu l-bozoz ġodda għaliex ġej xi ħadd minn barra!", "Mela aħna bħala Maltin m'aħna xejn?", "Meta se jsir dak li jiġi mwiegħed hawnhekk?", "U kemm se nibqu noħorġu flus u ma jsiru xejn?", "Din għarukaża u l-poplu Malti ddejjaq jgħix f'pajjiż b'din l-arroganza u ddejjaq iħallas it-taxxi u jibqa' b'dan id-diżastru ta' toroq.", "Sur President, jiena għandi kull rispett lejn il-ministru għaliex naf kemm dan huwa ministeru iebes, naf ukoll li għal ħafna snin it-toroq ġew traskurati, pero' nweġġa' meta jkolli xi diskussjoni ma' familjari tiegħi mill-Ingilterra li jgħiduli li marru f'pajjiżi illi huma ferm agħar minn Malta iżda sabu li t-toroq tagħhom huma aħjar minn tagħna.", "F'ċerti postijiet lanqas biss neħodhom għaliex naqlgħalhom l-istonku tagħhom.", "Nixtieq illi nikkwota issa mill-ktejjeb ''Fid-direzzjoni t-tajba'' li ħareġ il-ministru għat-trasport u komunikazzjoni fl-1998/99.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal illi fuq din il-problema tat-traffiku se jimxi full speed ahead.", "Imma fejn morna bil-full speed ahead!", "Ġol-ħajt morna, Sur President, għaliex ma konniex mexjien fid-direzzjoni t-tajba.", "Ħalli niġi issa għal punt ieħor qabel nagħlaq.", "Jekk nieħdu l-ammonti kbar ta' karozzi illi deħlin f'pajjiżna - naturalment il-gvern ma jimpurtahx, l-aqwa li jdaħħal id-dazju fuqhom - nafu x'impatt soċjali u ambjentali dan qed ikollu?", "Meta għamilt interpellanza fil-parlament biex nistaqsi lill-minstru dan x'impatt qed ikollu fuq l-arja, huwa qalli li l-istudju għadu lanqas biss beda.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li għandna nieħdu l-affarijiet bis-serjeta', għandna nindirizzaw il-problemi li għandna, għandna naraw flusna fejn qegħdin jintnefqu ħalli nkunu nistgħu verament niftaħru li aħna Maltin.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, nibda billi naqra kwotazzjoni ta' editorjal ta' gazzetta li jgħid:", "\"Il-pajjiż ma jistax ma jkollux sistema moderna ta' toroq.", "Jekk le, id-dehra ta' Malta qatt mhi se tkun dik li kulħadd jixtieq.", "Mingħajr toroq moderni ma jistax ikollna pajjiż modern.\"", "Din hija kwotazzjoni mill-gazzetta ''in-nazzjon'' tat-22 ta' Mejju ta' din is-sena.", "Il-ministru tal-finanzi qal ħafna affarijiet sbieħ fuq it-toroq meta ressaq l-estimi tas-sena li għaddiet, affarijiet li anke rreferiet għalihom l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Rita Law.", "Fost affarijiet oħra huwa kien qal li qed jipproponu nefqa ta' Lm7 miljun li hija waħda mill-akbar somom li qatt ġiet allokata għal ta' dan il-qasam.", "Kien qalilna li diġa' kienu ħarġu ħafna offerti u kuntratti għal titjib u fost dawn il-proġetti ġodda li kienu mistennija jibdew din is-sena hemm it-tkomplija tat-triq tal- Fgura u l-link road tal-Gżira.", "Imma ħalli naraw dak li fil-fatt sar.", "Sur President, minn mistoqsijiet li għamilt kemm jiena kif ukoll sħabi fil-parlament insibu li effettivament lanqas frazzjoni mill-ammont ta' Lm7 miljun ma ntnefaq fuq toroq ġodda din is-sena.", "B'risposta għal mistoqsija li għamiltlu jien fl-24 tax-xahar li għadda, il-ministru qalli:", "''Jien informat li l-ammont ta' flus li tħallas sa Ottubru ta' din is- sena fuq ix-xogħol ta' toroq jammonta għal Lm2.3 miljun.''", "Mela l-ministru bl-ebda mod ma jista' jgħid li laħaq it-target li għamel.", "Jekk imbagħad naraw l-ammont ta' kuntratti li ħarġu għal toroq ġodda nsibu li bejn wieħed u ieħor ħarġu kuntratti għal madwar 50 triq.", "Issa jekk dan tikkomparah ma' l-ammont ta' toroq li saru fi żmien gvern Laburista fi 22 xahar tara differenza kbira fir-rendiment ta' dan il-ministeru tant importanti għal pajjiżna għaliex kif intqal tajjeb fl-editorjal tal- gazzetta ''in-nazzjon'' jekk aħna m'aħniex se ntejbu t-toroq tagħna ma nistgħux verament ngħidu li aħna pajjiż modern.", "Kif kont qed ngħid, Sur President, fi żmien l-amministrazzjoni Laburista - nittama li waqt li qed ngħid dan ma jkollniex il-battibekkji li jkollna s-soltu fuq dawn in-numri ta' toroq - x-xogħol kien isir kif se ngħid.", "Meta kienet tidħol talba sabiex issir triq ġdida kemm jekk din tkun ġejja mill-gvern ċentrali kif ukoll min-naħa tal-kunsill lokali li dak iż-żmien kellhom special funds għat-toroq, l-ewwel ħaġa li kienet issir kienet kordinazzjoni ta' dawn it-toroq.", "Ħalli nagħti issa statistika preċiża tax- xogħol li wettaq il-co-ordination unit f'dawn it-22 xahar.", "Bejn is-26 ta' Ottubru 1996 u l-5 ta' Settembru 1998 ġew ippjanati u kkordinati 675 triq u għalhekk ma jerġax jiġi darb'oħra l-ministru u jgħid li dan mhux veru.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek fejn qegħdin dawn it-toroq.", "Huwa veru li minn dawn it-toroq saru 490 triq ....", "(Interruzzjonijiet) Issa nispjegalek, mhux lilek biss imma lill-poplu Malti u lil kulħadd!", "Sal-5 ta' Settembru ta' l-1998 kien hemm 675 triq li ġew ikkordinati u 490 kienu f'fażi ta' kostruzzjoni.", "Issa l-ministru qed jgħidilna li għandu 800 triq x'jagħmel.", "Mela aħna fi 22 xahar jew inqas għamilna iktar minn nofshom u int kemm għamilt?", "F'sentejn kemm għamilt?", "(Interruzzjonijiet) U ma jistaqsinix il-ministru fejn huma dawn it-toroq.", "Hawn għandi lista lokal b'lokal li jista' jiċċekkjaha għall-affari tiegħu, lista li tindika t-toroq li ġew ikkordinati u t-toroq li saru.", "U din nista' npoġġiha fuq il- Mejda tal-Kamra ħalli din il-kwestjoni tinqata' darba għal dejjem.", "Biss biss f'Buġibba saru 60 triq u ma jiġix il-ministru jgħidilna li dawn huma toroq żgħar għaliex b'dan l-argument ngħidlu li tliet kwarti mit-toroq li semma hu huma toroq żgħar.", "Imma ħalli nara x'intqal iżjed fil-budget tas- sena li għaddiet.", "Issemmiet, per eżempju, il-link road tal-Gżira li hija t-triq li trid tgħaqqad Manoel Island mal-junction li trid issir fejn it-tankijiet tal- gass.", "Din mhux talli ma nbdietx talli lanqas ġie deċiż kif se tgħaddi.", "Għandi hawnhekk risposta li ngħatat lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Adrian Vassallo ftit ta' żmien ilu meta kien tkellem fuq din il-link road u fiha nsibu li kulma sar s'issa hija outline application lill-planning authority meta s-sena li għaddiet qalu li se jibdewha.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Rita Law irriferiet għal Hompesch Road fil-Fgura.", "Din hija triq li ssemmiet b'isimha, jiġifieri ssemiet speċifikament li kellha ssir din is- sena imma tant ma sar xejn li qed terġa' tissemma l-istess bħalma qiegħda terġa' tissemma l-link road tal-Gżira.", "Hawn hi n-nuqqas ta' ħeġġa u rieda fil-mod kif qed jitmexxew l-affarijiet f'dan id-dipartiment.", "Sur President, irrid nagħmel riferenza żgħira għax-xogħol li qed isir fi Mdina Road, Ħal Qormi.", "Din ma tantx hemm xi tgħid fuqha imma kulħadd jaf kemm deadlines kellna għal Mdina Road.", "Qalulna li se jlestuha f'Awissu li għadda u meta staqsejnihom x'jiġri jekk ma jlestuhiex sa Awissu qalulna li fil-każ jitkellmu mal-kuntrattur.", "Għalhekk lill-ministru nistaqsih: Il- penalitajiet li għandek fil-kuntratt qed timponihomlu lill-kuntrattur?", "Naf li issa qabbdu żewġ kuntratturi oħrajn li jekk m'iniex sejjer żball huma Asfaltar Ltd u Polidano Group.", "Naf li dawn huma żewġ kuntratturi ta' l- affari tagħhom u x-xogħol diġa' miexi iżda kieku jiena kont il-ministru nkarigat mit-toroq kieku rriżentajt għaliex din it-triq ielna sentejn fiha.", "Kif jista' jkun li triq indumu nġebbdu fija sentejn u lanqas għadna għamilna nofsha?!", "Dan barra t-taħwid li hemm, jgħaddu trinka, jagħtuha l- asfalt u l-għada jerġgħu jagħmlu trinka ħdejha!", "Sur President, dawn qegħdin jikkritikaw ukoll lill-co-ordination unit.", "Imma x'qed jiġri fin-nuqqas ta' din il-kordinazzjoni?", "Pattikament kulħadd qed jerġa' jagħmel li jrid pero' ġara li c-chairman tal-water services corporation ħareġ bl-idea li jagħti l-inkarigu għax-xogħol ta' reinstatement tat-trinek f'idejn il-kunsilli lokali biex dan ix-xogħol isir taħt is-superviżjoni tagħhom.", "Imma allura ma jafux li din m'hijiex kwestjoni ta' reinstatement ta' trinek u ma jifhmux li jekk inti triq tagħmlilha trinka taqtagħlha 40% mil-lifetime tagħha?", "U dan mhux qed ngħidu jien imma qaluh l-esperti Ġermaniżi li konna ġibna fi żmienna.", "Il- ministru għamel sewwa li żammhom dawn l-esperti u dawn ukoll qalulu biex ma jagħmilx dawn l-affarijiet għaliex dawn huma ħmerijiet.", "Xi ngħidu mbagħad għall-famużi tenders li ħarġu matul din is-sena għal dawn il-ħames toroq twal li jekk m'iniex sejjer żball imorru minn Burmarrad sa Ħaż-Żebbuġ?", "Jiena ngħid Alla ħares dawn it-tenders kellhom joħorġu għaliex mill-esperjenza nafu li dawn mhux Lm5.5 miljun jiġu jiswew kif stmahom id-dipartiment imma Lm10 miljun.", "Kieku lanqas flus għal dawn it- toroq m'għandu vvotati dan id-dipartiment!", "Imma dawn x'sar minnhom?", "Dawn ilhom xhur biex jaġġudikawhom u l-ministru jgħidilna li issa qegħdin joqogħdu attenti kif jingħataw il-kuntratti.", "Qalilna li l-kuntratti mhux se jagħtuhom aktar lil min jiġi bl-irħas offerta, qalilna li se jaraw ukoll il-kapaċitajiet tal-kuntrattur u l-kwalita' tax-xogħol.", "Jiena naqbel miegħu perfettament u hekk għandna nagħmlu, pero' ejjew mmexxu mhux nieħdu x-xhur u s-snin biex niddeċiedu.", "Mela pajjiżna jista' jistenna s-snin u t- toroq dejjem jiddeterjoraw?", "Mhux ta' b'xejn il-ministru tal-finanzi s-sena li għaddiet ftaħar li se nonfqu Lm7 miljun, l-ikbar vot li qatt kellna għat- toroq!", "Huwa veru li dan kien l-ikbar vot li qatt kellna imma fraction żgħira biss minnu ntnefaq.", "Imma mhux bilfors jekk biex naġġudikaw tender nikkomplikaw id-dinja u nispiċċaw qatt ma naġġudikawhom?", "Tant indumu biex naġġudikawhom li l-kuntratturi qed jiddejqu jġeddu l-bid bonds u meta d- dipartiment jgħidilhom biex iġedduhom jgħidulhom: Mela aħna se noqogħdu nagħmlu bid bond ta' mijiet ta' eluf ta' liri u nħalluhom rieqda?", "Hekk qalulu l-kuntratturi lill-ministru fil-każ ta' dawn il-ħames tenders kbar tat-toroq arterjali.", "M'hemmx serjeta' fil-mod kif qed isiru l-affarijiet.", "Nieħu pjaċir nisma' li issa Psaila Street qsamniha f'phases.", "Imma l- ewwel fażi tlestiet?", "Taf kemm hi twila l-ewwel fażi ta' Psaila Street, Sur President?", "Hija twila 40 metru u l-kuntrattur diġa' ilu madwar erbgħa xhur jaħdem hemmhekk.", "Tajjeb wieħed jgħid li dan huwa l-istess kuntrattur li ħa l-kuntratt għal Mdina Raod f'Ħal Qormi.", "Xtaqt ngħaddi issa biexnagħmel żewġ kummenti qosra.", "Din is-sena minn dan il-parlament għaddejna liġi dwar it-transport authority imma mkien fl-estimi ma sibt li ġew ivvotati xi flus għaliha.", "Jista' l-ministru jispjegalna ftit x'se jiġri?", "Sur President, dan huwa qasam importanti ħafna imma ma jeħtieġx biss li naraw li jkollna toroq ta' kwalita' tajba.", "Jeħtieġ ukoll li meta nagħmlu dawn it-toroq nagħmluhom bl-inqas inkonvenjent lin-nies.", "Għalhekk nistaqsi lill-ministru: Meta tagħmlu toroq f'areas abitabbli u kummerċjali qegħdin tikkordinaw mas-settur kummerċjali u mar-residenti?", "Qegħdin tagħmlu meetings mal-kunsilli u mal-pubbliku li joqgħod fi Mdina Road Ħal Qormi fejn hemm attivita' kummerċjali kbira?", "Għaliex jekk se nagħmlu sentejn oħra bil-kaos li hemm fi Mdina Road, min se jmur jixtri minn hemm?", "Min jieqaf hemm jieqaf għax bilfors.", "Barra minn hekk, qegħdin nieħdu ħsieb li ma jkunx hemm periklu waqt ix-xogħlijiet?", "Kemm rajna xogħlijiet isiru bla dawl jew trinek miftuħin mingħajr barriers!", "Punt ieħor li nixtieq inqajjem qabel nagħlaa huwa dwar l-istormwater.", "Qegħdin nieħdu ħsieb l-ilma tax-xita li qed jaqa' fit-toroq?", "Alla jbierek dan il-gvern l-istormwater unit neħħih u għalhekk ma nafx x'se jiġri mill- istormwater master plan.", "Staqsejt ukoll x'se jiġri minn Psaila Street.", "Kulma qaluli kien li se jibnu retention basins fejn jinġabar l-ilma li jaqa' f'din it-triq.", "Imma dawn huma l-affarijiet li għandna bżonn naraw jekk irridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem għaleix illum ġejna f'sitwazzjoni fejn l-iżvilupp f'dan il-pajjiż huwa mxekkel mill-istat tat-toroq li għanda.", "Huwa veru li dan m'huwiex kawża tal-gvern Nazzjonalista imma huwa fir-responsabilita' tiegħu li jara li dawn it-toroq jirranġahom.", "Sur President, nispiċċa bi kwotazzjoni oħra mill-editorjal ta' \"The Times\" ta' Settembru li tgħid:", "\"The roads and the environment give Malta the image of a third world country.", "When are we going to tackle both seriously?\"", "Meta se nittakiljaw it-toroq bis-serjeta'?", "Nitlob issa l-permess tal-Kamra biex inqiegħed id-dokument li rreferejt għalih aktar kmieni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar toroq ippjanati u kkordinati matul l-amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, jiena smajt kważi d-diskorsi kollha li saru u ħabib tiegħi min-naħa tal-gvern li dejjem joħroġ b'xi waħda - bħal meta jgħid li min ma jaħdimx m'għandux dritt jiekol - qal li gvern Laburista f'16-il sena qatt m'għamel xejn fuq l-ambjent.", "Lil dan ngħidlu: Int ilek mejjet minn qabel ma ġie Kristu fid-dinja!", "Ma nafx għaliex dan kull darba jgħid affarijiet li ma jeżistux.", "Meta tela' gvern Laburista fl-1971 ma sab xejn.", "X'ambjent ridnih jieħu ħsieb meta l-ħaddiem lanqas fejn joqgħod ma kellu?", "Fil-fatt dak iż-żmien bniedem li llum huwa ministru tal-partit nazzjonasita kien ħareġ jipprotesta ma' l-istudenti ta' l-universita' u żgħażagħ nazzjonalisti fit-toroq tal-Belt għaliex il-Partit Nazzjonlista f'disa' snin lanqas biss kellu l-ħila jibni unit wieħed għall- ħaddiema.", "Sur President, fl-1971 l-prijorita' ma kenitx li nieħdu ħsieb l-ambjent imma li nibnu flats ħali noħorġu n-nies mill-kerrejiet li kellna fl-irħula tagħna.", "Birkirkara, per eżempju, kellna kerrejjiet fejn kienu joqogħdu seba' familji b'toilet wieħed.", "Dawn lanqas fejn jinħaslu ma kellhom għaliex kulma kellhom huwa vit wieħed.", "U jekk konna mmorru ngħidulhom li se nirranġaw l-ambjent u s-siġar bir-raġun kienu jgħidulna biex l-ewwel insibulhom fejn joqogħdu u mbagħad nieħdu ħsieb l-ambjent.", "Dan hu li għamel gvern Laburista u lill-ħabib tiegħi li qal li fi 17-il sena m'għamilna xejn ngħidlu li jew għama jew għandu bżonn jara għajnejh.", "Dan qatt ma mar lejn il-Vitorja, wara l-knisja ta' Birkirkara?", "Qatt ma mar Ta' Paris?", "Qatt ma mar fil-housing estates ta' Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ta' Ġiorni, Ta' Xbiex, Santa Luċija?", "Dawn kollha gvern laburista għamilhom.", "Jaf li meta tela' gvern laburista lanqas skejjel ma kien hawn?", "Allura nieħdu ħsieb l-ambjent jew ngħallmu l-edukazzoni?", "Jaf li lanqas teachers ma sibna?", "Kelliem ieħor qalilna li fil-Kottonera m'għamilna xejn.", "Min tellagħhom il-housing estates fil-Kottonera?", "Min naddaf kullma hemm wara l-gwerra fill-Kottonera?", "Għaliex ma waqqajniex il-ħajt tad-dockyard m'għamilna xejn?", "Allura kieku waqqajna l-ħajt tad-dockyard u m'għamilna xejn iktar fil-Kottonera konna nkunu għamilna biżżejjed?", "U l-housing estate tal-Birgu mhux gvern laburista tellgħu?", "Mela niġu nparlaw hawn u ħadd ma jkun jaf x'inhu jgħid!", "Min qal dan ngħidlu li dak iż-żmien jew kien rieqed jew lanqas kien jgħix Malta.", "Dawn kollha gvern laburista għamilhom.", "Ħalli niġi issa għas-sitwazzjoni tat-toroq, Sur President.", "F'Baħar iċ-Ċagħaq saru xogħlijiet biex inwessgħu t-triq imma hemm partijiet fejn iċ-ċnut huma baxxi wisq b'mod li m'hemmx ilqugħ għal-ħamrija jekk għada pitgħada tagħmel ix-xita.", "Allura dan ma rajnihx?", "Ma nafux li x- xogħol sar nofs lejħa?", "Min kien responsabbli mar jara x-xogħol kienx lest f'Baħar iċ-Ċagħaq jew le?", "Hemm imbagħad Mdina Road f'Ħal Qormi li qalu li se jagħmluha għall-millennju bħal meta qalu li St James Cavalier fetħuh biex ifakkru l-millennju biex jgħidu li l-millennju l-ġdid huwa millennju għall-paċi.", "Ħalliha li mbagħad kien hemm min ħa xokk u baqa' mejjet hemmhekk imma jiena ngħid il-millennju għall-paċi tiffesteġġjah fl-istess waqt li fil-Port il-Kbir kellek żewġ aircraft carriers u żewġ destroyers tal-gwerra?", "Sur Pesident, tan-naħa l-oħra dejjem jgħidulna li aħna l-programm elettorali tagħhom ma nifhmuhx.", "Meta kont nistudja l-Latin kien hemm proverbju li nixba nsemmih.", "Meta kienu jibagħtu lil uliedhom għall-gwerra, l-ommijiet kienu jmorru jsibu lill-oraklu, jiġifieri l-qassis il-kbir tar- Rumani, u kienu jgħidulu: Ibni sejjer għall-gwerra, jiġi lura?", "U dan kien jgħidilhom: Jekk imur u ma jiġix imut; jekk imur u jiġi ma jmutx!", "U billi fil-Latin din tinftiehem b'żewġ modi, lil dawk l-ommijiet li kienu jmorru lura għandu kien jgħidilhom: Jien hekk għedtlek, li jekk imur u ma jiġix imut!", "Hekk ukoll il-programm tal-Partit Nazzjonalista u hekk ukoll il-kwestjoni ta' l-istipendji li qalulna li kienet misprint, u hawnhekk nammirah lill-Partit Nazzjonalista għaliex tiġi kif tiġi huma jifhmu u inti ma tifhimx!", "Ħalli niġi issa għal Psaila Street.", "Din it-triq ilha għal snin kbar u qatt ma jsir xejn u allura aħjar ma nsemmuha xejn.", "Meta tiġi ħażin ngħidu li hu tort tal-kunsilli u meta tiġi tajba jieħu l-prosit il-gvern!", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Buhagiar din fiha 40 metru u kieku kull sena għamilna 40 metru xogħol kienu konna nlestu Malta kollha!", "L-istess nistgħu ngħidu għal Burmarrad Road f'San Pawl il-Baħar u ma tistax tmerihom għaliex la qed jgħidu li se tiġi rranġata, allura se tiġi rranġata!", "Jekk nieħdu l-bypass ta' Birkirkara nista' ngħid li din qed iżżomm ilma iktar minn kemm kienet iżżomm qabel.", "Forsi jgħidulna li din saret fi żmien gvern Laburista imma dan mhux veru.", "Din saret fi żmien gvern Nazzjonalista u ġiet qisha banju imma qisu ma ġara xejn.", "Hemm imbagħad Main Street fil-Mosta li meta nistaqsu dwarha jgħidulna li hija responsabbilta' tal-kunsill lokali meta din hija arterja prinċipali.", "Mela lilna kienu jgħajruna li m'għamilna xejn u ppretendew li f'sena u tmien xhur nagħmlu kollox .....", "Se jsiru l-culverts biex meta tagħmel ix-xita ma jkollniex diżastru?", "Dawn kolha kienu mniżżlin fil-programm elettorali u fiż-żewġ budgets li kellna qabel dan imma s'issa ma sar xejn minnhom u nispera li l-ministru jispjega daqsxejn dwarhom.", "Sur President, nixtieq nirriferi wkoll għall-MIA li kemm il-ministru kif ukoll iċ-chairman ftaħru kemm qalgħet flus.", "Huwa veru li mill-MIA qalgħu l- flus.", "Imissha ma taqlax tant kemm ħdimna!", "Aħna l-kumpanniji kollha sibnihom imkissrin u min hu onest u jaħdem fil-ministeru dan jafu.", "Meta kont nara ċ-chairman ġej il-ministeru kont ngħid ''Ġejja oħra!'', għaliex it-taħwid li sibt fil-kuntratti tal-ħwienet Alla biss seta' jirranġahom.", "Min kien hemm b'direct order, min kellu r-right of first refusal eċċ. Iżda l-bord ta' l-MIA ħadem ħafna u ġabha 'l quddiem u llum tista' tiftaħar b'dan id-dħul ta' Lm1.7 miljun bix-xogħol li għamel gvern Laburista meta rranġa t-tariffi.", "Irrid ngħid ukoll li jiena ma naqbilx ma' min jgħid - jistgħu jkunu fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra għax jiena dak li għandi fl- istonku tiegħi ngħidu - li l-gvern jekk ma jipprivatizzax ma jmurx 'il quddiem.", "Dan m'hu veru xejn għaliex jekk fil-bordijiet ikollok nies sinċiera, serji u nies li verament iridu jaħdmu kull kumpannija tal-gvern tmur 'il quddiem.", "Nistgħu nieħdu wkoll il-każ tal-posta.", "Ilkoll nafu kemm din kellha taħwid imma għaliex kien hemm erbgħa min-nies li riedu jġibuha 'l quddiem it-taħwid li kien hemm kollu ranġawh u meta ħadet over il-Maltapost ħaditha bil-qligħ u marret tajjeb.", "Għalhekk ngħid li meta jkun hemm nies sinċieri u nies li jridu jaħdmu allura jaħdmu imma meta jkun hemm nies li ma jinteressahomx allura aħjar ma jsir xejn.", "Meta ġejna biex nagħmlu l- privatisation - għax jgħidu x'jgħidu l-Partit Laburista jaqbel mal- privatisation imma mhux privatisation totali .....", "Fil-programm elettorali tagħna aħna ngħidu li naqblu li l-privatisation issir sa 40% għaliex nemmnu li l-arterja u l-vini prinċipali tal-pajjiż għandhom jibqgħu f'idejn il- poplu Malti.", "Ħalli l-gvern jipprivatizza biċċiet minnhom imma ma rridux li jiġrilna bħalma ġralna fil-banek fejn għada pitgħada se niġu lħitna f'idejn in-nies.", "Sur President, qabel konna nsemmu l-kapitaliżmu imma llum din spiċċat.", "Imbagħad bdejna nsemmu l-market economy fejn nifhmu li min hu b'saħħtu jimxi u min m'huwiex jibqa' wara iżda jiena ngħid li fil-ġungla jgħixu hekk.", "Illum qegħdin ngħidu globalizzazzjoni u nafu x'inhu jiġri; il- ħaddiem qed jinduna li kull pajjiż se jiġi rajh f'idejn erbgħa min-nies.", "Kemm kienu jgħallmuna l-Amerikani li huma l-ikbar demokrazija imma għadhom sal-lum bla president.", "Kemm għajruh lil Milosevich bit-tbagħbis u t-taħwid u jridu jgħidu lil ħaddieħor kif jimxi!", "Issa qed jgħidu li għandna bżonn il-globalizzazzjoni imma qed jgħidu hekk għaliex il-multi-national companies bħall-Coca Cola Co u oħrajn hekk jaqblilhom biex ikollhom aċċess għal kullimkien.", "Imma allura aħna rridu niġu rajna f'idejn erbgħa min- nies?", "Għalhekk aħna ma naqblux li l-privatizzazjoni għandha ssir totali.", "Aħna naqblu li 60% għandhom jibqgħu f'idejn il-gvern u jekk ikun hemm bordijiet tajbin u kapaċi jmexxu allura nimxu bħalma rajna fl-MIA li llum qiegħda turi profitt.", "Hemm xi ħaġa oħra li nixtieq insemmi fuq l-MIA.", "Jiena ma naħsibx li l-ministru jaf b'dan li se ngħid għaliex ma jixraqlux pero' naħseb li ma jafx li l-MIA saret każin Nazzjonalista.", "Jaf il- ministru li min qed jagħmel l-interviews lin-nies l-ewwel ħaġa li jistaqsu hija ta' liema kulur politiku huma?", "U jista' jgħidli kif tinxtara karozza biex tużaha l-mara tat-tali?", "Jaf bl-ammont ta' petrol li qed jintnefaq biex kulħadd joħroġiidur mas-sinjura jew mas-sinjur filgħodu u jmorru anke Għawdex u dan kollu għas-skapitu ta' l-MIA?", "Issa nispera li ma nirċevix xi ittra ta' theddida bl-avukat u jgħidli bix nitkellem barra.", "Jiena hawn ġew nitkellem u mhux barra u għandi dritt nitkellem hawn ġew għaliex jiena għandu l-immunita' u l-qorti tista' tgħidli li trid.", "Aħna bħala oppożizzjni u anke l-gvern niġu hawn biex nipproteġu l-affarijiet tal-poplu u għalhekk irrid inkun naf għalfejn inxtrat din il-karozza Alfa Romeo għaliex din ma kienx hemm bżonnha.", "Meta spiċċajt jiena karozzi tajbin ħallejt u f'sentejn m'għandhiex tispiċċa karozza!", "Rigward il-MISCO xtaqt inkun naf min huma d-diretturi tagħha u jekk ma jgħidulix meta nerġgħu nidħlu ngħid min huma jiena għaliex jien naf min huma imma rridu nkunu rġiel u ngħidu jekk hemm diretturi fl-MIA li għandhom interess fil-MISCO.", "Niġu issa għall-kwestjoni tat-transport authority li dwarha għaddejna liġi u li ż-żewġ naħat naqblu magħha.", "Fil-fatt, nerġa' ngħid, Dr Micallef Stafrace din ħadem ħafna fuqha imma issa ma nafux x'sar minnha għaliex fil-budget ma tissemmiex.", "Il-liċenzji se jogħlew jew inkella mmur inħallas il-liċenzja u nsib li għoliet?", "U hemm flus ivvotati għaliha ħalli meta jkollna kollox taħt kappa waħda tkun vijabbli u tkun ta' l-affari tagħha bħalma kienet il-public transort authority bil- limitazzjonijiet kollha tagħha?", "U minn fejn ġejjin il-flus?", "Sur President, jiena nieħu pjaċir li fil-budget speech issemma li l-gvern qabel li l-karozzi tal-linja għandhom jinbidlu u li hu se joħroġ Lm22,000 u l-owners joħorġu Lm13,000.", "Imma meta jiena sirt ministru ma sibt xejn minn dan.", "Ġew biss ħames karozzi li kienu ordnati minn qabel u meta kont nistaqsi dwar l-oħrajn kienu jgħiduli li m'hemmx flus.", "Għalhekk konna bdejna diskussjonijiet mal-kumitat tax-xufiera tal-karozzi tal-linja li qablu li għandhom iġibuhom huma u l-gvern ma jindaħlilhomx.", "Saru wkoll taħdidiet ma' ħafna importaturi dejjem biex naraw li dawn ikunu skond l- ispecifications li naturalment mill-1965 sal-lum inbidlu.", "Niftakru li l- ewwel għedna li se nġibuhom l-low floor imbagħad għedna li se nġibuhom super low floor iżda billi l-kuntratt kien diġa' sar ma stajniex inġibuhom super low floor.", "Saru xi taħdidiet ukoll ma' l-għaqdiet tal-handicapped.", "Kien hemm ukoll min staqsa jistgħux iġibu karozzi second-hand u qbilna li dawn iridu jitilgħu jarawhom mechanic min-naħa tagħhom u ieħor min-naħa tal- gvern u jekk jiċċetifikawha bejniethom allura kollox sewwa.", "Imbagħad kienu rabtulna jdejna għaliex qalulna li rridu nagħtu ċans anke lil dawk li ma kenux laħqu applikaw.", "Għalhekk jiena tkellimt mal-prim ministru u qbilna li nagħtu ċans lil kull min irid jibdel il-karozza tal-linja pero' l-ewwel jinbidlu dawk il-145 li konna ftehemna fuqhom.", "Ftehemna wkoll li l-gvern kellu joħroġ Lm1 miljun fis-sena għal erbgħa snin jiġifieri Lm4 miljun b'kollox biex jgħinhom ħalli jibdlu dawn il-karozzi u dan l-agreement ġie ffirmat.", "Issa llum sibt li se jinbidlu 148 u kien hemm ukoll min talab li ma jibdilx il-karozza tal-linja għaliex kienet għadha ġdida u jiena ħassejt li tkun vendikazzjoni li nisfurzawh jibdilha.", "Sirna nafu wkoll li l-gvern issa ntrabat li minflok jibdlu kollox jibdlu partijiet minnhom.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa dwar l-agreement mas-sidien tal- vannijiet il-ħomor fejn ftiehmna li jżidu s-seats basta l-vannijiet ikunu air-conditioned għaliex mhux sewwa li t-turisti ngħabbuhom f'kaxxa fis- sajf.", "Jiena nemmen li dan l-agreement għandu jibqa' jgħodd pero' avviċinawni xi erbgħa min-nies li qaluli li dan l-agreement spiċċa.", "Għalhekk għedtilhom biex jitkellmu mal-ministru għaliex min qalilhom hekk forsi din qalha fuq ir-responsabbilta' tiegħu mhux għax dan l-agreement spiċċa verament.", "Ħalli niġi issa għal kwestjoni oħra.", "ll-ministru staqsiena jekk naqblux mal-liberalizzazzjoni jew le u jiena spjegajtlu li Għawdex huwa mod u Malta mod ieħor.", "Imma x'irridu nfissru bil-liberalizzazzjoni?", "Jekk dan ifisser li għada filgħodu kulħadd se jġib karozza tal-linja allura aħna ma naqblux magħha għax konfużjoni għandna u iktar ikollna.", "J'Alla m'huwiex hekk imma bħalma konna ftiehmna li l- coaches f'Malta - mhux il-karozzi tal-linja għalkemm f'Għawdex coach u karozza tal-linja hija l-istess -għandhom jinbidlu sa l-aħħar tas-sena 2000, hekk ukoll konna ftiehma ma' l-Għawdxin.", "Naf ukoll li diġa' qed isiru tentattivi biex jogħlew il-fares tal- karozzi tal-linja u meta s-sena l-oħra staqsejna lill-gvern jekk iż-żieda ta' Lm1 hijiex se jżidha wara li għoliet l-4c qalilna le.", "Għalhekk mil- Lm1.50 żieda li ta l-gvern, lill-ħaddiem li juża l-karozzi tal-linja diġa' qed neħdulu minnhom, u dan barra li għollejna l-karozzi l-ħomor tat-tfal u anke l-privates.", "Nispera għalhekk li ma nibdewx issa ngħollu anke l- vannijiet il-bojod u l-coaches għaliex inkella nerġgħu niġu back to square one.", "Jekk il-gvern kellu l-ħsieb jgħolli dawn il-fares imissu ħasibha qabel.", "Sur President, aktar kmieni semmejt il-posta u jiddispjaċini nara li l- bolli qegħdin jistampawhom il-Ġermaniżi għaliex hekk la nafu x'inhu jsir u lanqas kemm qegħdin jinbiegħu jew ma jinbiegħux bolol.", "Qabel nagħlaq, Sur President, insemmi l-ħaddiema tax-xatt għaliex meta l- aħħar darba qajjimt il-kwestjoni tagħhom hawnhekk ma ħadt l-ebda risposta.", "Il-ministru assigurani pero' li dawn m'huma se jitilfu xejn u hekk għandu jkun għaliex dawn il-ħaddiema għadhom jibqgħu jgawdu l-istess privileġġi.", "Jiena ma naqbilx li biex immorru 'l quddiem għandna nitilfu dak li diġa' għandna u nixtieq li ma niġux sena oħra hawnhekk u jerġa' jkollna kwestjonijiet fuq il-karozzi tal-linja u t-toroq għalkemm huwa veru li dan huwa ministeru ta' uġiegħ ta' ras kbira.", "Nagħlaq billi nixtieq il-Milied it-Tajjeb u Sena Ġdida mimlija risq lill- ħaddiema kollha li jaħdmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-ministeru u wkoll lill-familji tagħhom.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin għad-dispożizzjoni ta' l-oppożizzjoni issa skada u l-ħin li fadal huwa kollu għan-naħat tal-gvern.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, se nagħmel żewġ punti fil-qosor.", "L- ewwel punt li xtaqt nitkellem fuqu huwa r-responsabbilta' tal-kuntratturi li jkunu qegħdin jagħmlu xi xogħol tat-toroq.", "Nifhem li dawn jaħdmu f'ċirkostanzi diffiċli, huma esposti għax-xita, għax-xemx u għat-traffiku imma naħseb li importanti li dawn jifhmu r-responsabbilta' li għandhom.", "L-ewwel kumment li xtaqt nagħmel huwa dwar l-importanza li jkun hemm signs.", "Naf li s-sitwazzjoni hija ħafna aħjar minn qabel u naf kemm sar sforz biex ikun hemm signs imma minkejja dan fadal ħafna x'isir.", "Għadek tara nies jaħdmu f'toroq prinċipali u jippretendu li javżaw li jkun qed isir xogħol jew ikun hemm traffic deviation eżatt kif tasal fuqhom.", "Jekk ma ssibx ukoll xi cone tal-plastic biss li jindikalek li qed isir xi xogħol kif kien hemm fil-mina ta' Ħal Kirkop ftit ġranet ilu!", "Mela għaddejjin fi triq two-way u kulma kien hemm kienu cones.", "Naf li dan m'huwiex xi xogħol li jaqa' taħt dani l-ministeru għaliex huwa xogħol ta' l-Enemalta imma Alla jbierek il-pulizija tat-traffic kien hemm wieqaf jitkellem ma' ħaddieħor u l-karozzi .....", "Rajt sewwieqa li kienet għaddejja wrong way għaliex lanqas indunat li kien hemm traffic deviation u li l-mina dak il-ħin kienet two-way.", "Imma ħalli nsemmi eżempju li jikkonċerna dan id-dipartiment għalkemm bl-ebda mod m'hu qed ngħid li dan huwa l-uniku post fejn hemm dawn in-nuqqasijiet imma huwa każ li rajtu personalment u naf bih.", "Qed nirriferi, Sur President, għat-triq ta' Ħal Far.", "Dan huwa proġett kbir u bla dubju ta' xejn hemm bżonnu.", "Is-Sibt li għadda kont għaddej minn hemm min-naħa ta' Birżebbuġa sejjer għan-naħa ta' l-airport.", "Safejn naf jien kien hemm żewġ lanes qabel, hemm lane mar-runway biex jgħaddi minnha min ikun ġej min-naħa ta' Birżebbuġa għan-naħa ta' l-airport u hemm lane oħra biex jgħaddi minnha min ikun ġej min-naħa ta' l-airport għal Birżebbuġa.", "Nhar is-Sibt filgħodu tant ma kienx hemm sinjali ċari li kien hemm konfużjoni, min għaddej mil-lane ta' fuq u min għaddej mil-lane t'isfel.", "Kulma kien hemm hija tabella żgħira li tindika one-way imma ma kienx x'jindika li trid tgħaddi mil-lane ta' fuq jekk baqgħet hekk u ma ddawritx u allura ġiet two-way.", "Dak li qed nipprova ngħid huwa li għandu jkun hemm tabelli li juru li hemm traffic deviation għaliex fin-nuqqas ta' dan il-konsegwenzi jistgħu jkunu kbar.", "Sur President, jiena ma nafx min hu l-kuntrattur jew kuntratturi u ma jimpurtanix u din ngħidha bl-akbar sinċerita' imma xahar ilu kont għaddej minn din it-triq u nnotajt diżlivell ta' tmien pulzieri fejn jaqta' t- tarmac u minħabba li minn hemmhekk jgħaddu anke trailers naħseb li l- konsegwenzi ta' dislivell ta' tmien pulzieri jistgħu jkunu verament koroh speċjalment jekk ikun hemm min isuq aktar milli suppost.", "Jiena kellimt lill-Ministru Ċensu Galea u l-ministru dak il-ħin quddiemi stess ċempel lid- direttur tad-dipartiment tat-toroq, il-Perit Zammit, u naf li dan ħa passi.", "Fil-fatt jumejn wara għaddejt minn hemm u d-diżlivell ma kienx hemm.", "Nhar is-Sibt li għadda pero' erġajt għaddejt minn hemm u reġa' kien hemm diżlivell nobiss.", "Allura rridu kull darba ngħidu lid-direttur tar-roads department iċempel lill-kuntrattur biex jgħidlu li hemm diżlivell?", "Nerġa' ngħid, dan qed insemmih bħala eżempju għaliex min jaf kemm hawn toroq oħra li għandhom problemi.", "Jiena f'żewġ każi ma ndunajtx li kien hemm dan id- diżlivell u billi kelli f'moħħi li nsemmiha hawnhekk is-Sibt filgħaxija erġajt mort niċċekkja biex inkun ċert u l-istess baqgħet.", "Li qed nipprova ngħid, Sur President, huwa li importanti li l-kuntratturi jifhmu r-responsabilita' tagħhom u jifhmu wkoll il-konsegwenzi ta' dak li jagħmlu jew dak li jonqsu li jagħmlu.", "U f'każ li ma jkollhomx alternattiva u dan id-diżlivell jibqa' allura għandu jkun hemm sinjali ċari li juru li hemm diżlivell jew xi gandott li tarah biss meta tasal fuqu.", "Jeħtieġ li l- kuntratturi jkunu accountable u jekk ma jkunux accountable allura xi ħadd irid jagħmel superviżjoni.", "Jiena naf li d-dipartiment tat-toroq m'għandux biżżejjed nies biex jara li dawn l-affarijiet ma jsirux pero' fl-aħħar mill- aħħar il-kuntratturi jridu jġorru r-responsabbilta' li daħlu għaliha.", "Barra minn hekk iċ-ċittadin bir-raġun jippretendi li jkun stmat u rispettat u naħseb li affarijiet bħal dawn juru nuqqas ta' rispett u agħar minn hekk jistgħu jkolhom konsegwenzi serji għax hemm riskju li jkun hemm xi inċident tat-traffiku.", "Ħaġa oħra li ddejjaqni li pero' m'għandha x'taqsam xejn mad-dipartiment tat-toroq hija t-traffic management.", "Donnha daħlet moda f'dan il-pajjiż li l-kunsilli lokali f'daqqa waħda saru jifhmu fit-traffic management.", "Kulħadd jagħmel il-one-ways u n-no-parking signs fejn ifetlilhom jew inkella jneħħuhom.", "Il-Ministru Austin Gatt diġa' tkellem dwar dan u nista' ngħid li salib storiku fi pjazza partikolari - għalissa m'iniex se nsemmi fejn - ġabuh qisu parker għax dawruh bil-parking, u dan biex jaqdu lil xi ħadd.", "U naf x'jiena ngħid u min irid jifhem ħa jifhem.", "Imbagħad f'postijiet oħran biex jaqbdu ma' xi ħadd imlewh b'no-parking signs.", "Hawn preżenti s-Sur Ripard li qed insemmih għax se nsemmih fit-tajjeb u li jiena naħseb li jifhem iktar minna u mill-kunsilli lokali fit-traffic management u kull min talab l-għajnuna tiegħu dejjem sabha.", "Is-Sur Ripard huwa bniedem li għandu esperjenza u għandu ċertu know-how f'din il-ħaġa u għalhekk ma nistax nifhem kif ladarba sirt kunsillier f'daqqa waħda - u m'iniex qed ngħid għal xi kunsill partikolari għax biex inkun iktar blunt u jien magħruf li jien żbukkat ngħid li hemm kunsilli lokali li huma fil- maġġoranza tagħhom Nazzjonalsiti li qed ibagħbsu fit-traffic u hemm oħrajn li m'humiex - sirt espert tat-traffku.", "Hija ħaġa ċara li t-traffic management m'huwiex responsabbilta' tal-kunsilli iżda filwaqt li qabel forsi kienu jagħmlu kollox baxx baxx issa qegħdin jiftaħru.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "M'ilux qrajt ittra ta' kunsillier li kien qed jiftaħar li triq għamilha one-way u f'oħrajn għamel traffic signs eċċ. Jiena ngħid li anke jekk qed jagħmel ħaġa tajba u anke jekk taqbel magħha, xorta m'għandux dritt jagħmilha.", "Kellna kunsill lokali ieħor li għamel traffic island tal- concrete f'post li lanqas jaqa' taħt il-kunsill tiegħu.", "Nerġa' ngħid, ma jfissirx li billi ġejt elett kunsillier jew kunsilliera allura f'daqqa waħda sirt espert tat-traffiku.", "Jekk għandek pressjoni min-nies biex it- tali triq issir one-way li trid tagħmel huwa li tikkuntattja lill-esperti u mbagħad jiddeċiedu huma mhux sirna qisna ġungla.", "Aħna bħala deputati m'għandniex dritt naqbdu u mmorru nagħmlu xi triq one-way u mn'Alla m'għandniex dak id-dritt għaliex ma nifhmux.", "Jiena ma nifhimx f'dan u meta jiġi xi ħadd għandi jew nagħmel mistoqsija parlamentari jew nikteb lis-Sur Ripard u dejjem sibna l-għajnuna tiegħu.", "Biex inkun onest, issa xbajt niġi hawn u nagħmel supplementary questions u jgħiduli li mhux suppost li l- kunsilli lokali qed jieħdu inizjattivi bħal dawn.", "Imma jekk mhux suppost jagħmlu hekk, ejja nwaqqfuhom mhux issa qed jiftaħru u jsiru anke news item.", "Mela għax issir kunsillier f'daqqa waħda issir espert tat-traffiku?", "Bl-istess argument nista' ngħid li jiena sirt professur tat-traffic management għax ieli tmien snin f'dan il-Parlament!", "Imma jiena m'għandi l- ebda dritt niddeċiedi u jeħtieġ li dawn inwaqqfuhom għaliex qed jilagħbu logħba perikoluża li l-konsegwenzi tagħha jistgħu jkunu kbar.", "Sur President, nagħlaq billi nirringrazzja l-kollega tiegħi għax billi jiena l-whip irrid nagħti eżempju u ma neħux iktar mill-ħin allokat għalija.", "Nirringrazzja l-kollega tiegħi l-Ministru Ċensu Galea tal-ħin li tani u bħalma għamel l-Onor.", "Debono Grech nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha li jaqgħu taħt dan il-ministeru u nawguralhom il-Milied u s-Sena t- Tajba lilhom u lill-familji tagħhom.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nikkonċentra ftit fuq tliet punti li jaqgħu taħt dan il-ministeru u xtaqt nibda dwar il-barklora.", "Kif taf, Sur President, aħna qegħdin nipprovaw nerġgħu nagħtu l-ħajja lil din is-sengħa antika li kienu mpjiegati fiha kemm nies mill-Belt kif ukoll mill-Birgu, l-Isla u Bormla.", "Jiena nemmen li wieħed għandu jitkellem iktar f'dan il-parlament biex dan is-settur jingħata l-importanza li jixraqlu.", "Li qegħdin nagħmlu huwa li nieħdu ħsieb li n-numru kbir ta' nies li jgħixu f'dawn l-akwati jkollhom ċertu xogħol garantit f'dak li għandu x'jaqsam ma' trasport ta' nies min-naħa għall-oħra tax-xatt kif ukoll xogħol ieħor marbut mal-manutenzjoni ta' l-istess dgħajjes.", "Jekk wieħed jara dawn in- nies x'qegħdin jiffaċċjaw fix-xogħol tagħhom ta' kuljum u l-problemi li għandhom allura wieħed iktar ikun jista' jassigura x-xogħol tagħhom fil- futur kif ukoll li iktar nies jiġu mpjegati f'din il-linja.", "F'dawn l-aħħar snin il-barklora ħadu ferm iktar xogħol għaliex iktar operaturi tat-turiżmu qegħdin jagħmlu użu minnhom.", "U apparti milli dan huwa mezz tajjeb ta' trasport li fih il-karatteristiċi sħaħ tagħna l-Maltin jagħti wkoll idea tal-ħajja ġewwa l-Port il-Kbir u n-naħa tal-Kottonera.", "Meta konna qegħdin niddiskutu l-proġett tal-Kottonera, dan kien wieħed mill-punti importanti li ġie diskuss.", "Fil-fatt minn din in-naħa tal-Kamra ħadna ħsieb li naraw li x-xogħol tal-barklori jibqa' garantit anke matul l- operazzjoni sħiħa tal-proġett tal-Kottonera, anzi tajna enfasi biex naraw li dawn in-nies ikollhom ċertu vantaġġ.", "Jiena kull sena fid-diskors tiegħi ndur għal dan is-settur għaliex inħoss li huwa vitali għall-Kottonera kif ukoll għall-pajjiż.", "Din is-sengħa antika m'għandniex nitilfuha u għanda bżonn li jkollna iktar affarijiet li jiġbdu t-turisti lejn din in-naħa tal- gżira.", "Kif taf din il-Kamra, meta jidħlu bastimenti minn barra, billi dawn ma jagħmlux użu mill-barklora biex iwasslu n-nies sax-xatt allura jħallsu ċertu ammont ta' flus skond kemm ikollhom passiġġieri abbord.", "Għalhekk tajjeb li wieħed ikollu moħħu mistrieħ li dawn l-ammonti qegħdin jitħallsu u qegħdin jiġu distribwiti lill-barklora.", "Wieħed japprezza li x-xogħol tal- barklora jiddependi ħafna mill-istaġuni.", "Matul is-sajf ikollhom xogħol mhux ħażin pero' meta tiġi x-xitwa ħafna minnhom ma jibqgħux jaħdmu jew ma jkollhomx biżżejjed biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom u f'dan is-sens tajjeb li ngħinuhom ikabbru fix-xogħol tagħhom.", "Nixtieq niġi issa għas-suġġett tat-toroq.", "Jiena niskanta kif in-naħa l- oħra qishom m'humiex mgħarrfa biżżejjed bix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' toroq li sar fit-tieni distrett.", "Fil-Fgura, per eżempju, infaqna 'l fuq minn Lm100,000 f'xogħlijiet ta' toroq, fosthom Triq l-Għarnuq, Triq il- Velleran, Triq id-Dejma, Triq Scicluna, Triq l-Iskola u Triq San Ġwann.", "Xogħol importanti sar ukoll fix-Xgħajra fejn infaqna Lm52,000 u ta' dan nirringrazzja kemm lill-Ministru Ċensu Galea kif ukoll lill-Onor.", "Zammit Dimech li bl-għajnuna li tana biex issir clearance ta' ħafna debris fi Triq Orlando din illum saret waħda mill-isbaħ toroq f'dan ir-raħal żgħir.", "L-istess jista' jingħad għal dak li għandu x'jaqsam ma' Ħaż-Żabbar fejn fuq Triq Bieb is-Sultan u Triq Bonavia u anke xi toroq oħra nfaqna 'l fuq minn Lm0.25 miljun.", "Dawn huma kollha flejjes li nħarġu mill-gvern ċentrali u li wieħed jifhem li jinvolvu l-ħin u x-xogħol.", "Aħna lkoll nafu li hawn proċedura stabbilita li wieħed irid joqgħod għaliha, u din il-proċedura hi li toħroġ l-offerta għat-tenders u wara ssir l-aġudikazzjoni.", "U allavolja ssir l-aġudikazzjoni jkun hemm mumenti meta l-kuntrattur jirrifjuta li jagħmel ix-xogħol.", "Każ tipiku huwa dak ta' Hompesch Road li ħarġet b'mod ċar f'din il-Kamra.", "Jien għamilt domandi parlamentari dwar Hompesch Road u mill-aħħar domanda li għamilt irriżulta li minkejja li kienet ingħatat it- tender, il-kuntrattur m'għamilx ix-xogħol u allura kellha terġa' toħroġ is- sejħa u terġa' ssir l-aġudikazzjoni.", "Jiġifieri fl-ebda mument ma kienet ir- responsabbilta` tal-gvern ċentrali għal dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol f'Hompesch Road.", "Nisperaw li min jingħata t-tender biex jagħmel dan ix- xogħol jidħol u jagħmlu sew ħalli jkollniex aktar problemi.", "Wieħed jinnota wkoll li diġa` hemm ivvotati Lm400,000 għal din it-triq.", "Sur President, kieku wieħed kellu jaqbad il-flejjes li nfaqna u li għandna vvotati fuq proġetti ta' toroq fit-tieni distrett isib li dawn jammontaw għal madwar Lm1 miljun.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif xi ħadd jista' jiġi hawnhekk u jgħid li kien hemm xi traskuraġni jew nuqqas min-naħa tal-gvern.", "Jien diġa` għedt li fil-Kottonera l-Partit Laburista m'għamel xejn fis-sentejn li għamel fil-gvern.", "Din hija l-verita`.", "Jiena niddejjaq ngħid dan għaliex nixtieq li sar ħafna xogħol fil-Kottonera u nixtieq ukoll li jibqa' jsir, jagħmlu min jagħmlu, pero` sfortunatament din hija l-verita`.", "Aħna ma noqogħdux niftaħru bix-xogħol li nagħmlu, pero` dawn id-dibattiti jservu biex dak li wieħed forsi ma jarax b'għajnejh almenu jisma' bih.", "U l-fatti juru li fit-tieni distrett elettorali qed isir ħafna xogħol siewi.", "Xtaqt issa ngħid xi ħaġa wkoll dwar id- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Dan huwa dipartiment li jilħaq diversi għanijiet; jirregola s-servizzi tat-trasport bl-ajru, jiċċertifika l-operazzjonijiet ta' l-ajruplani, jara li dawk l-ajruplani jkunu tajbin għat-titjir, jiċċertifika l-operaturi tal- linji ta' l-ajru, joħroġ liċenzji ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajruplani, jiddetermina l-obbligi internazzjonali tan-navigazzjoni u jagħmel superviżjoni fuq ix-xogħol fl-ajruport ta' Malta.", "Wieħed irid jgħid li dan id-dipartiment huwa mmexxi tajjeb ħafna u ta' min wieħed jagħti kredtu kbir għax-xogħol li sar.", "Jiena nieħu pjaċir nara li fost affarijiet oħra, fir- rapport ippreżentat mill-ministru, jissemmew l-istandards għoljin li lħaqna, tant li diversi pajjiżi oħraj jsibu diffikulta` biex b'xi mod iżommuna milli nkomplu navvanzaw.", "Nieħu pjaċir naqra wkoll li fir- relazzjonijiet li kellna mal-federal aviation authority mhux biss bdew isiru titjiriet għall-Istati Uniti imma ġejna wkoll kklassifikati fl-ewwel kategorija.", "L-istess jista' jingħad rigward l-iscreening li qed isir mill-Unjoni Ewropea, liema screening qed isir b'mod regolari għaliex dan il-gvern huwa determinat li dak li jgħid iwettqu.", "Wieħed jinnota wkoll b'sodisfazzjon li f'dak li għandu x'jaqsam mad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili ġew impjegati uffiċjali bi speċjaliżżazzjoni fosthom avukat.", "Jien naħseb li kien jixraq li jkun hemm persuna legali f'dan id-dipartiment aktar ma dan jikber fl-importanza u aktar ma jingħata ġieħ.", "Jien minn qalbi nagħti prosit lil dan id-dipartiment għaliex il-figuri li ġew ippreżentati jindikaw li l-affarijiet qed isir b'ċertu għaqal u effiċjenza li jawgura tajjeb ħafna.", "Fl-aħħar mill-aħħar iktar ma pajjiżna jkollu setturi ta' nies speċjaliżżati, serji u ta' l-affari tagħhom iktar nimxu 'l quddiem.", "Sur President, jien nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li nispera li dak li tkellimt fuqu jasal fil-meżżi tax-xandir speċjalment fejn jirrigwarda l-barklora.", "Nerġa' ngħid li aħna se nibqgħu nagħtu importanza kbira lil dan is-settur tal-popolazzjoni biex nassiguraw li jibqgħu għaddejjin bix-xogħol tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, quddiemna għandna għad-diskussjoni l- voti tal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni u wara sagħtejn ta' diskussjoni dwar dan il-ministeru, kulmin b'xi mod kellu l-paċenzja li jsegwi dak li kien qed jintqal, sar jaf liema huma s-setturi li b'xi mod jew ieħor jiġu amministrati minn dan il-ministeru u allura mill-istaff kollu li jaqa' taħtu li b'xi mod għandhom konnessjoni ma' l-iżviluppi jew le li jkunu qegħdin iseħħu f'dawn id-dipartimenti.", "Jien xtaqt nibda d-diskors tiegħi billi nirringrazzja - għaliex forsi fl- aħħar ħin tad-dibattitu, anke minħabba l-ħin, ma nilħaqx nagħmel dan - lil dawk kollha, mill-permanent secretary 'l isfel, li b'xi mod taw, qegħdin jagħtu u se jibqgħu jagħtu sehemhom biex bis-serjeta` imexxu 'l quddiem lil dawn id-dipartimenti.", "Nirringrazzja lil dawn in-nies anke jekk mhux dejjem u mhux kulħadd jiġbed il-ħabel kif wieħed jistenna u nispera li dawk li sal- lum għadhom ma fehmux li jridu jiġbdu l-ħabel bis-serjeta`, jibdew jagħmlu dan.", "Hawnhekk għandna ministeru li jolqot disa' sezzjonijiet differenti li dwar uħud bħal, per eżempju, it-traffic control board, l-uffiċċju tar- regolatur tal-posta u d-dipartiment tat-toroq saret riferenza, pero` dwar oħrajn ma saret ebda riferenza speċjalment min-naħa tal-kelliema ta' l- oppożizzjoni.", "Fost dawk id-dipartimenti li ma saret ebda riferenza għalihom hemm id-dipartiment tal-wireless telegraphy, l-awtorita` marittima, l- awtorita` għat-trasport pubbliku, ir-regolatur dwar it- telekomunikazzjonijiet, id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili u d- dipartiment tal-liċenzjar u l-ittestjar.", "Nasal biex ngħid li nifhem għalfejn dwar uħud mid-dipartimenti li għandna għad-diskussjoni quddiemna ma sar ebda kumment min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Għaliex kif tista' l-oppożizzjoni titkellem, per eżempju, dwar is-settur tar-regolatur tat-telekomunikazzjonijiet meta erba' xhur ilu konna qegħdin f'dan il-parlament niddibattu żviluppi li kellhom jiġru fit- telekomunikazzjonijiet ta' pajjiżna u hi kienet kontra?", "Ma naħsibx li wara li tkellmet hekk dakinhar, l-oppożizzjoni tista' tiġi hawnhekk illum u wara li tara r-riżultati li kien hemm titkellem fuq ir-regolatur tat- telekomunikazzjonijiet!", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici tkellem dwar id- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili u iktar 'il quddiem inkompli ngħid xi ħaġa dwaru jiena wkoll, pero` ridt l-ewwelnett nagħmel din l-introduzzjoni ħalli kulħadd ikun jaf x'inhuma s-sezzjonijiet li jaqgħu taħt dan il- ministeru.", "Xtaqt ukoll li qabel nibda nitkellem dwar il-pożizzjoni tal- gvern fuq ix-xogħol li għadda u dak li ġej, nagħmel ukoll riferenza għal xi punti li ssemmew minn diversi kelliema, li wħud minnhom kienu ġustifikati u oħrajn li kien ikun aħjar li kieku ma ssemmew xejn.", "L-Onor.", "Jose` Herrera beda d-diskors tiegħu billi għamel analisi taċ- ċifri li jaqgħu taħt dan il-ministeru u qal li kien hemm dħul ta' Lm46 miljun, kien hemm ħruġ ta' Lm12 miljun u allura kien hemm Lm34 miljun qligħ.", "Kif jaf l-Onor.", "Herrera u l-Kamra kollha, m'hawn l-ebda ministeru li jaħdem għal rasu u jagħmel l-accounts tiegħu għalih innifsu għaliex inkella nispiċċaw biex ikollna bilanċ fl-accounts ta' dan il-ministeru u żbilanċ fl-accounts ta' numru ferm akbar ta' ministeri li żgur li jagħmel il-ħajja tagħna bħala Maltin ferm aktar diffiċli u problematika milli hi llum.", "U nsemmi tnejn minn dawn il-ministeri mingħajr ma nidħol fid- dettall; il-ministeru tas-saħħa li żgur ma jagħmilx qligħ fl- operazzjonijiet tiegħu imma nħallsu miljuni kbar kull sena għall- amministrazzjoni ta' l-isptar u l-ministeru tal-politika soċjali li wkoll huwa ministeru li żgur ma jagħmilx qligħ.", "U allura l-argument li l- ministeri li jagħmlu l-qligħ għandhom jaraw kif jagħmlu biex dawk il-flus jonfquhom, fl-opinjoni tiegħi ma jagħmilx sens għal diversi raġunijiet.", "L-Onor.", "Herrera semma wkoll numru ta' dipartimenti li suppost kellhom ċertu qligħ din is-sena u fil-fatt kellhom inqas u qalilna li l-gvern tal- ġurnata qed jagħmel estimi baxxi f'dak li huwa dħul apposta biex fl-aħħar tas-sena jiġi jgħid li mar aħjar milli pproġetta.", "Jien naħseb li proprju fi żmenijiet meta l-gvern qed jagħmel sforz biex l-iżbilanċ kemm jista' jkun jonqos aktar kien ikun floku kieku l-Onor.", "Herrera akkuża l-gvern bil- maqlub, jiġifieri li qed jipprova jgħolli d-dħul li jiddikjara imbagħad ikollu inqas għaliex nafu li wieħed mit-targets prinċipali li għandu l- gvern tal-ġurnata huwa proprju li kemm jista' jkun innaqqsu d-deficit u allura żgur li s-sens komun jgħidlek biex tonfoħ id-dħul u taqqas l-infiq u mhux viċi versa.", "Imma l-Onor.", "Herrera dan ma fehmux u qal li ma jistax jifhem kif l-MMA is-soltu tagħti Lm1.9 miljun u s-sena li ġejja se tagħti biss Lm1 miljun.", "Ftit tal-ġranet ilu f'dan il-parlament iddiskutejna l-estimi ta' l-MMA u dakinhar kont tajt spjegazzjoni u għedt għalfejn din is-sena se jkun hemm għotja ta' Lm1 miljun minflok Lm1.9 miljun.", "Kont għedt li dan se jiġri għaliex l-MMA qiegħda timbarka hi nnifisha fuq proġetti kapitali ta' dimensjoni kbira, fosthom il-proġett taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr Għawdex li se jiswew aktar minn Lm10 miljun u li l-finanzjament għalihom irid jiġi mill-awtorita` innifisha.", "Għar-rigward tal-liċenzji tal-wireless telegraphy irrid ngħid li filwaqt li s-sena li għaddiet kellna dħul ta' Lm81,000 mil-liċenzji, din is-sena huwa stmat li jkollna Lm2.5 miljun.", "Dan huwa wieħed mill-effetti diretti li qed jinħassu għall-Kaxxa ta' Malta bħala riżultat tal-bidliet li kien hemm fil-mod ta' kif jingħataw u jiġu mħallsa l-liċenzji għall-operazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet.", "Mr Chairman, issemmew numru ta' punti oħrajn, fosthom it-Lm13,000 kera li jħallas dan il-ministeru fil-forom differenti tiegħu bħala kirjiet għall- postijiet li juża.", "Ftit tal-ġimgħat ilu saritli domanda parlamentari fejn fiha ġejt mistoqsi kemm iħallas u lil min iħallas id-dipartiment tat-toroq tal-fatt li juża il-post li għandu fit-telgħa ta' Sa Maison.", "Fil-fatt għal dak il-post partikolari d-dipartiment iħallas Lm10,000 lid-dipartiment ta' l-artijiet - allura mhux il-każ li l-gvern iħallas jew ma jħallasx iktar kera - u allura Lm10,000 mit-Lm13,000 li l-ministeru għandu bħala kirjiet joħorġu mill-but tad-dipartiment tat-toroq u jmorru ġol-but tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Din is-sistema m'hijiex qed tintuża llum għall-ewwel darba imma hija sistema li ilha tintuża s-snin twal.", "Issemmew ukoll il-Lm176,000 fi ħlas ta' l-international membership fees.", "Diversi organiżżazzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-ministeru huma membri ta' organiżżazzjonijiet internazzjonali, li kif nafu, biex tkun membru tagħhom trid tħallas membership fee ta' kull sena.", "L-Onor.", "Herrera semma wkoll in-nefqa fuq in-number plates.", "L-Onor.", "Herrera staqsiena għalfejn din is-sena kellna nefqa ta' Lm160,000 meta s- sena li għaddiet in-nefqa kienet ta' Lm5,000.", "Diġa` kien hemm spjegazzjoni għal dan fil-passat u nerġa' nagħti spjegazzjoni llum.", "It-tender għan- number plates f'pajjiżna jingħata b'mod li l-kuntrattur ikollu t-tender f'idejh għal numru ta' snin u allura l-materjal li jrid jixtri jrid jitħallas kollu fis-sena li jkun ġie mpurtat.", "Allura din hija r-raġuni għaliex is-sena li għaddiet kien hemm nefqa ta' Lm5,000 biss filwaqt li għas-sena li ġejja qegħdin nipproġettaw li jkun hemm nefqa ferm ikbar .", "L-Onor.", "Rita Law għamlet riferenza għat-toroq, b'mod partikolari għal Hompesch Road.", "Aktar 'il quddiem meta nitkellem dwar it-toroq ikolli ċans nitkellem fuq dan il-punt, madankollu ma nistax nifhem x'kien il-kumment li għaddiet l-Onor.", "Law meta għal tlieta jew erba' darbiet qalet li l-Lm50,000 ivvotati għal Triq Hompesch ma nafux fejn marru.", "Mr Chairman, lill-Onor.", "Law ngħidilha li hemm mod ta' kif tiġi recorded in-nefqa ta' kull triq tista' tibqa' ċerta li jekk il-Lm50,000 ma ntnefqux fuq Triq Hompesch żgur li ntnefqu fuq triq San Ġwann jew fuq xi triq oħra fil-Fgura stess, pero` bl-ebda mod ma tista' tiġi l-Onor.", "Law jew xi membru ieħor ta' din il-Kamra jagħtu l-impressjoni li dawn il-flus taru, spiċċaw jew ġew sparpaljati.", "(Interruzzjonijiet) Meta titgħallem xi ħaġa fuq kif jimxi dan il-parlament tkun tista' titkellem, Onor. Cuschieri!", "L-Onor.", "Law semmiet it-ticketing machines u staqsiet kif għedna li se jkunu hawn fl-1996 u sal-lum għadhom m'humiex hawn.", "Nispera li l-Onor.", "Membru taf li sa ftit xhur ilu l-Partit Laburista kien qed jipprova jagħmel kapital politiku kbir minn din il-famuża tender tat-ticketing machines.", "Nispera li taf ukoll li dawn it-tenders ħarġu mill-ġdid xahar u nofs ilu, jekk m'iniex sejjer żball fl-aħħar ta' Ottubru.", "Din l-offerta tagħlaq għall-ħabta ta' l-aħħar ta' Jannar u għalhekk nispera li fis-sena 2001 inkunu f'qagħda li ninstallaw dawn it-ticketing machines fuq il-karozzi tal- linja u ma jkunx hemm iktar min jipprova jieħu kapital politiku minn sitwazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar irriżultat minħabba l-kritika xejn flokha li saret min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Law semmiet ukoll it-traffic control board u qaltilna li meta staqsiet min huma l-membri fuq dan il-bord tajniha l-lista tal-membri ta' sena u nofs ilu.", "Għalhekk nistieden lill-Onor.", "Membru tiċċekkja x'kienet tgħid sewwa d-domanda għaliex id-domanda kienet tistaqsi min kienu l-aħħar membri ta' dan il-bord u jiena tajtha l-lista tal-membri l-aħħar darba li dan kien ifformat b'mod formali.", "Jekk tistaqsini min kienu l-membri tal- bord partikolari fl-1995 ma nistax nagħtik lista tal-membri ta' l-1999 ma nistax nagħtik l-ismijiet tal-membri tas-sena 2000!", "Għal darb'oħra l-Onor.", "Law ipprovat tagħti l-impressjoni li fejn jidħlu l- għoti ta' permessi għal reserved parking għall-persuni b'diżabilita' s-Sur Ripard qed jinqabeż.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Membru li qatt u fl-ebda mument il-ministeru jew xi ħadd mill-ministeru ntervjena biex jingħataw permessi għal reserved parking lil persuni li m'humiex intitolati għalihom skond il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Jiena kemm-il darba jkolli lmenti minn kunsilli lokali, individwi u anke membri parlamentari li jgħiduli li persuna mhux bilfors jkollha dritt għal permess għal reserved parking minkejja l-kriterji tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' iżda t-traffic control board kif rappreżentat illum mis-Sur Ripard ma jistax joqgħod jiċċekkja jekk iċ-ċertifikazzjoni li għandu mill- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' hijiex korretta jew le u jrid jimxi fuq dak li tgħid din il-kummissjoni.", "Dan għidtu wkoll fuq it- televiżjoni pero' nerġa' nagħmel l-appell lill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex jekk b'xi mod qiegħda tagħti permessi lil nies li m'għandhomx dritt għalihom allura ma tibqax għaddejja b'din is-sistema għalkemm nemmen li m'huwiex il-każ li l-kummissjoni qiegħda tagħmel dan.", "Sur President, l-Onor.", "Law qalet ukoll - ma nafx din minn fejn ivvintatha - li l-ministru responsabbli mis-settur tat-trasport u komunikazzjonijiet ħareġ ċirkolari fejn ta ordni lil ċerti kunsilli lokali biex inaddfu xi toroq.", "Jiena nerġa' ngħid pero' li x-xogħol fit-toroq ta' pajjiżna u ż- żamma ta' l-indafa fihom isiru għalina l-Maltin biss u għalhekk id- dipartiment tat-toroq jippjana fit-tul biex ikun jista' jfassal il-ħidma tiegħu bis-serjeta'.", "Semmiet ukoll il-kwestjoni tal-konġestjoni tat- traffiku, kwestjoni illi jiena ngħid li rridu nipprovaw insolvuha b'mod kollettiv u bis-serjeta' jekk irridu li nagħtu lil pajjiżna d-denn li kull wieħed minna jiftaħar li jrid jagħtih.", "L-Onor.", "Law qalet ukoll li l-gvern jinteressah biss li jkun hemm reġistrazzjonijiet ta' karozzi ġodda ħalli jkollu dħul.", "Fil-fatt kull sena jkollna madwar 16,000 reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda.", "Din hija r-realta' pero' ħadd m'għandu jipprova jieħu xi vantaġġ politiku minnha għaliex hija xi ħaġa li għandha konsegwenzi kemm fuq it-toroq tagħna kif ukoll fuq l-arja ta' madwarna.", "Ħalli niġi issa għall-kritika li għamel l-Onor.", "Charles Buhagiar.", "L-Onor.", "Buhagiar staqsa x'ġara mill-Malta transport authority.", "Nista' ngħid li bħalissa qegħdin fl-istadju li nidentifikaw il-persuni li jridu jmexxu din l-awtorita' u konvint li matul is-sena li ġejja din l-awtorita' tkun fil-pożizzjoni li tieħu over id-dipartiment tat-toroq, id-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar, it-traffic control board u dik li sal-lum hija l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku.", "Pero' din m'hijiex ħaġa faċli u hija rresponsabbilta' min-naħa ta' l-oppożizzjoni li tgħid li se npoġġu nies u nagħtuhom mpjieg biex nagħmlulhom xi pjaċir.", "L-Onor.", "Buhagiar semma l-famuża lista tas-600 triq li jridu jbellgħu lill- poplu Malti li saru matul is-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista.", "Jiena kont qed nistenna din il-lista sabiex nara kemm kienu żbaljati fil-mod kif kienu jittrattaw il-problema tat-toroq fis-sentejn li damu fil-gvern u kemm huma aktar żbaljati llum meta jgħidu li kien qed jagħmlu l-affarijiet bis- serjeta'.", "Għaliex qed ngħid dan?", "L-Onor.", "Buhagiar poġġa fuq il-Mejda tal- Kamra żewġ listi ta' 675 triq li qed jgħidilna li saru bejn is-26 ta' Ottubru 1996 u l-5 ta' Settembru 1998.", "Qabel ngħaddi xi kummenti dwar dak illi qal l-Onor.", "Buhagiar, se naqra dak li qed jingħad bħala introduzzjoni għal dawn iż-żewġ listi, għaliex anke hawn issib l-ingann li tant hija magħrufa għalih l-oppożizzjoni.", "Qed jingħad hawnhekk li bejn is-26 ta' Ottubru 1996 u l-5 ta' Settembru 1998 ġew ippjanati u kkordinati 'l fuq minn 675 triq u meta nibda nsemmi l- ismijiet ta' dawn it-toroq naraw kemm uħud minnhom huma redikoli.", "Qalulna li fiż-Żurrieq, per eżempju, saru 490 triq li 21 minnhom huma sqaqien u li fosthom hemm Sqaq il-Ħaddiema, Sqaq il-Ħelu, Sqaq il-Fniek, Sqaq il-Karmnu, Sqaq l-Imdawwar, Sqaq San Ġakbu, Sqaq San Ġwann, Sqaq San Anard, Sqaq San Bartilmew II, Sqaq San Kristofru, Sqaq Sant'Antnin, Sqaq il-Warda, Sqaq il- Bizzilla, Sqaq il-Karmnu I u nibqgħu sejrin.", "Jiena naħseb li n-nies li joqogħdu f'dawn l-isqaqien jafu li ma sar l-ebda xogħol fihom f'dawk is- sentejn għaliex f'dan il-pajjiż ilhom ma jinbnew sqaqien snin twal!", "Qalulna li fil-Mellieħa saru 16-il triq fosthom Triq il-Kappillan Magri, Triq San Ġusepp, Triq il-Midħna l-Qadima, Triq San Pupulju, Triq is- Santwarju, Triq il-Wied, Triq it-Tonn, Triq in-Nofsinhar, Triq Santa Marija, Triq Francis Zahra u Triq Santa Liena.", "Imma dawn huma toroq li ilhom jeżistu fil-Mellieħa għal mijiet ta' snin.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek x'għandu x'jaqsam.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok, Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-oppożizzjoni qiegħda tistaqsi dan x'għandu x'jaqsam.", "Għaliex meta l-Onor.", "Charles Buhagiar tkellem fuq dan il-punt qal li x-xogħol infrastrutturali laħaq beda u fil-maġġoranza tal-każi anke spiċċa u l-kuntratturi tħallsu.", "Infatti fil-kategorija ta' toroq lesti hemm 490 triq.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Meta l-ministru qara parti mill-introduzzjoni ta' din il-lista ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar ħalla barra l-parti li tgħid: ''Infatti f'din il-kategorija nsibu madwar 490 triq li ġew asfaltati - mhux mibnija mill-ġdid ħalli nkunu qegħdin niftiehmu - minn gvern Laburista.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fuq dak kont se nitkellem iktar fid-dettall, Mr Chairman.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Cuschieri, jiena napprezza li int tixtieq tagħmel il- punt tiegħek pero' jekk jogħġbok kun konċiż.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, li qed ngħidu aħna huwa li dawn it-toroq ġew asfaltati mhux mibnija u l-Ministru Ċensu Galea m'għandux għalfejn joqgħod jgħid li dawn it-toroq għadhom jeżistu għaliex kulħadd jaf li għadhom jeżistu!", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-verita' jistgħu jgħiduhielek ir- residenti ta' dawk it-toroq li semmejt.", "(Interruzzjonijiet) F'din l- istess lista, fuq in-naħa l-oħra tagħha qed jingħad li madwar 185 triq ġew ikkordinati u fil-parti l-kbira tagħhom anke nħarġu t-tender documents sabiex ikun jista' jinbeda x-xogħol.", "Lista ta' dawn it-toroq insibuha fit- tabella B li għandi wkoll u li ssemmi toroq bħal Ta' Xlejli fil-Gudja.", "Għalhekk ma neħodhiex bi kbira li jiġu tal-kunsilli lokali u jgħiduli li qabel l-elezzjoni li għaddiet qalulhom li kienu ħarġu t-tenders għal Ta' Xlejli imma l-verita' hi li sal-lum dawn it-tenders għadhom ma ħarġux.", "Ma neħodhiex bi kbira lanqas meta jiġi l-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn u jgħidli li qabel l-elezzjoni li għaddiet ngħataw tenders b'valur ta' Lm300,000.", "Jiena fittixt mhux darba jew tnejn biex nara meta ħarġu dawn it- tenders imma anke hawnhekk il-verita' hi li ma ħarġu l-ebda tender.", "Sur President, il-problema tat-toroq f'pajjiżna hija problema li fi żmien gvern laburista kienet ittrattata b'mod artifiċjali, b'mod li ma jagħmilx sens u b'mod li pprovaw jingannaw bil-poplu Malti.", "Għaliex ngħid dan?", "Għaliex issa dawk il-kunsilli lokali li kienu qalulhom li ċertu tenders ħarġu u anke ngħataw qegħdin isibu ma' wiċċhom ...", "(Interruzzjonijiet) Din bħal tat-telephones iva!", "Forsi xi ħadd ieħor jispjegali sqaqien I, II u III fi Triq Santa Marija Ħal Balzan meta saru.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, meta rajt lill-Onor.", "Cuschieri preżenti fis-sala stajt nobsor x'inhu ġej u mhux qed neħodha bi kbira li ġara dak li ġara!", "Hawnhekk ukoll qegħdin jipprovaw jagħtu l-impressjoni li l-affarijiet m'humiex sejrin fid-direzzjoni t-tajba.", "Staqsewna għalfejn semmejna Triq Hompesch fil-Fgura meta din għadha ma tlestietx.", "Allura x'iridu ta' l-oppożizzjoni?", "Iridu li akkost ta' kollox it-tender li ħarġet fi Frar jew Marzu ta' din is-sena tiġi allokata?", "Din it-tender kien hemm kuntrattur wieħed li tefa' applikazzjoni għaliha u meta ġejna għas-si u n- no anke wara xhur sħaħ ta' diskussjoni mal-kunsill lokali tal-Fgura ....", "Fid-diskors tagħha l-Onor.", "Rita Law pprovat tagħti l-impressjoni li ma saret l-ebda konsultazzjoni dwar dan.", "Jien naħseb li m'huwiex daqstant diffiċli għall-Onor.", "Law li titkellem mal-kunsill lokali u tara jekk saritx konsultazzjoni jew le.", "Fil-fatt biex nipprovaw nakkomodaw it-talbiet tal- kunsill lokali tal-Fgura aħna bqajna niltaqgħu biex niddiskutu t-tibdil fil- pjanti.", "Irrid ngħid ukoll li normalment l-Onor.", "Joe Debono Grech ma jagħmilx it- tip ta' żbalji li għamel fid-diskors li għamel.", "Dalgħodu l-Onor.", "Debono Grech qalilna: X'għarukaża, il-Maltapost għamlet ftehim ma' organizzazzjoni Ġermaniża, iżda jien nista' ngħid li dan il-ftehim ma ġiex iffirmat min dan il-gvern.", "Fil-verita` l-ftehim ma' din l-organizzazzjoni Ġermaniża ġie ffirmat fl-1 ta' Settembru, 1998, jiġifieri ħamest ijiem qabel l-elezzjoni.", "Biex inkun onest - u l-permanent secretary jista' jixhed dan - jien ma kont kuntent xejn b'dan il-ftehim, mhux minħabba d- dettalji tiegħu imma minħabba li dan l-agreement kien jesiġi li fin-naħa t'isfel ta' kull bolla jiġi mniżżel l-isem ta' din l-organizzazzjoni.", "Fil- fatt jekk inħarsu lejn il-bolli li joħorġu f'pajjiżna llum, insibu li isfel qed ikun hemm l-isem ta' din l-organizzazzjoni Ġermaniża li qed tistampa dawn il-bolli.", "Hawnhekk hawn nies li jistgħu jixhdu li jien ma kont kuntent xejn b'dan l-agreement, pero` ma stajtx inħassru.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kieku ried, il-Ministru Ċensu Galea seta' jħassar dak l-agreement.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Togħġobni din!", "Mela għax fi żmienhom kien imqar jgħaddilhom minn moħħhom li se jagħmlu xi ħaġa, jgħidu li dik kienet idea tagħhom; u f'dan il-każ, meta l-ftehim kien diġa' lest u ffirmat, jgħidulna li stajna ħassarna kollox!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dak stajt tħassru kif ħassart wieħed mill- kuntratti tal-Maltapost, li kien jiswa Lm2 miljun!", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dan l-agreement li qed nirriferi għalih jien ġie ffirmat fi żmien il-gvern Laburista.", "Forsi veru li fil-ferneżija ta' lejliet l-elezzjoni mhux kulħadd kien jaf x'inhu jagħmel ...", "(Interruzzjonijiet) Dan l-agreement jagħlaq fl-aħħar ta' Diċembru tas-sena 2002.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dak il-ftehim iffirmajnieh fis-26 ta' Settembru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, dan l-agreement jagħlaq fl-aħħar ta' Diċembru tas-sena 2002, u nispera li min ikun responsabbli mit-tmexxija tal- Maltapost dakinhar ikun f'pożizzjoni li jakkwista agreement aħjar.", "Jien m'għandix dubju li meta kien ġie ffirmat dak l-agreement, aħna konna ħsibna li se nakkwistaw l-aħjar benefiċċju, pero` ż-żmien qed jurina mod ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Jien nifhem li inti forsi ma taqbilx ma' dak il- ftehim, Onor. Debono Grech, imma jien ma nistax niġi kkritikat għal xi ħaġa li għamiltu intom stess!", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici): Ministru, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ġaladarba qegħdin naqblu li ma naqblux ma' dan l- agreement, fis-sena 2002 nerġgħu nirreveduh!", "Sur President, l-Onor.", "Charles Buhagiar jista' jserraħ moħħu li l-multi li għandhom iħallsu l-kuntratturi qed jinqatgħulhom mill-ħlasijiet dovuti lilhom biex jiġi assigurat li l-agreements li jiġu ffirmati jkunu osservati.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li t-toroq kollha li saru matul is-sentejn t'amministrazzjoni Laburista ma sarux permezz ta' ħruġ ta' tenders, pero` permezz ta' diviżjoni ta' xogħol bejn il- kuntratturi.", "Illum hemm min qed jgħidilna li qegħdin niftaħru għax biddilna s-sistema tat-tenders.", "Iva, aħna niftaħru li biddilna s-sistema tat-tenders għax irridu li jkollna assigurazzjoni li x-xogħol isir bl-aħjar mod u li jkun jista' jitgawda għal ħafna u ħafna snin.", "Ta' min jgħid li, per eżempju, meta ħarġet tender għad-daħla ta' Buġibba, eżattament fejn it- traffic lights, filwaqt li din kienet tiswa Lm170,000, fil-verita` meta tħallas il-kont malajr malajr qabel l-elezzjoni, din iċ-ċifra telgħet għal Lm350,000.", "Dawn huma realtajiet li għandna nsemmuhom.", "Sur President, ħadd ma jista' jiċħad il-fatt li numru kbir ta' toroq kienu mmankati mit-twelid tagħhom.", "Biżżejjed insemmi t-triq ta' Wied il-Għajn, it-triq ta' l-Imtarfa, Mdina Road u l-bypass ta' San Pawl il-Baħar.", "Sfortunatament dawn it-toroq kollha saru bil-għaġġla.", "L-aqwa li waddabna ftit tarmac fil-wiċċ!", "Imsieken huma dawk ix-xufiera u l-pedestrians li jkollhom jgħaddu minn dawn it-toroq.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll it-triq ta' Ħaż-Żebbuġ li tagħti għar-Rabat.", "Fil-fatt din it-triq saret fuq il- ħamrija.", "Imbagħad xi ngħidu għal dik it-triq li mir-roundabout tar-Rabat tieħdok lejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi?", "Illum qed nistennew il-permess ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar joħroġ biex nirranġaw it-triq ta' l-Imtarfa.", "Jien naħseb li huma ħafna dawk li jiftakru kif saret it-triq ta' l- Imtarfa.", "Din saret billi ġew żewġ bulldozers, qalgħu l-ħamrija li kien hemm, anke fejn kienet miżrugħa il-patata, u tefgħu t-tafal fil-wiċċ.", "Dak iż-żmien li saret din it-triq, jien kont għadni student ħaddiem u d- direttur li dak iż-żmien kien responsabbli mid-dipartiment tat-toroq kien bagħat għalija biex niffirma li sa xahrejn wara dik it-triq tkun lesta.", "Naturalment jien ma ffirmajtx għax kont naf li din it-triq kienet qed tinbena b'mod żbaljat.", "Il-ġimgħa li għaddiet f'din il-Kamra qam pandemonju sħiħ fuq it-toroq tal- Manikata.", "Jien nista' nasal biex nifhem għaliex illum hemm min qed jeħodha bi kbira li qed isiru t-toroq tal-Manikata; għax kien hemm min kien ilu żmien twil jgħid lill-poplu Malti li m'hemmx ċans li dawn it-toroq isiru.", "Bħalissa qed niftakar fil-petizzjoni li tressqet quddiem dan il-parlament fuq it-toroq ta' Ħal Tarxien.", "Fil-fatt din il-petizzjoni tressqet wara li kienet ilha sitt xhur li nħarġet it-tender u wara li kienet ilha xahar li ġiet allokata lill-kuntrattur.", "Dan l-aħħar wieħed mid-deputati ta' din il- Kamra, megħjun mil-kunsill Lokali tal-post partikolari, ġie jgħidilna li hu jispera li t-toroq ta' Ħal Tarxien isiru.", "Jien ngħidlu: Dażgur li se jsiru t-toroq ta' Ħal Tarxien!", "Pero` żgur li dawn it-toroq m'humiex se jsiru bis-saħħa tal-petizzjoni!", "Dan l-aħħar ukoll, f'wieħed mill- aġġornamenti ssemma l-istat ħażin li jinsabu fihom it-toroq ta' Ta' Paris.", "U tafu għaliex issemmew dawn it-toroq?", "Għax diġa' kienet ħarġet it-tender u l-kuntrattur kien diġa' beda x-xogħol biex nipprovaw nieħdu l-mertu li kien id-diskors tagħna li wassal biex isiru dawn it-toroq.", "Sur President, l-Onor.", "Buhagiar għalaq l-intervent tiegħu billi qal li huwa meta nittrattaw il-problema tat-toroq u ta' l-ambjent li nkunu qed nimxu b'mod serju.", "Mela aħna żgur li qed nimxu b'mod serju!", "Madanakollu l- oppożizzjoni m'hijiex tieħu pjaċir tarana mexjin b'mod serju u tieħu pjaċir biss meta tisma' lin-nies jilmentaw li x-xogħlijiet li qed isiru fit-toroq qed jieħdu fit-tul.", "Jien nifhem dawn l-ilmenti tan-nies, pero` min-naħa l- oħra n-nies iridu jifhmu wkoll li jekk irridu xogħol sew u riżultati aħjar, ma nistgħux ngħaġġlu.", "Sur President, issa nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira dwar l-awtorita` marittima.", "Wara li kien hemm xi ħadd li pprova jressaq mozzjoni fil- parlament biex jgħaddiha mill-Kunsill Ewropew, f'\"It-Torċa\" tal-Ħadd, 3 ta' Diċembru, 2000 ipprovat tingħata l-impressjoni li jekk kemm-il darba din il- mozzjoni tgħaddi, ċerti tip ta' vapuri ma jkunux jistgħu jidħlu fil- portijiet Ewropej u allura dan ikun ifisser it-tmiem tan-negozju tat- tbaħħir f'pajjiżna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Biex nippreċiża, just for the record, li din il- mozzjoni ma kenux qed jipprovaw jgħadduha mill-kunsill Ewropew imma mill- Parlament Ewropew.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma naħsibx li l-Onor Vella hu l-editur ta' \"It- Torċa\"!", "X'messaġġ ried iwassal l-editur ta' \"It-Torċa\"?", "L-editur ta' \"It- Torċa\" ried iwassal il-messaġġ li Malta fl-Unjoni Ewropea tkun tfisser it- tmiem tan-negozju tat-tbaħħir f'pajjiżna.", "Huwa pprova jwassal dan il- messaġġ mingħajr ma fiehem lill-qarrejja tiegħu li jkun ferm iktar serju għal pajjiżna jekk kemm-il darba aħna nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ministru, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja u kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Wara l-ħarġa tal-Ħadd, 3 ta' Diċembru, 2000 kien hemm il-ħarġa tal-bieraħ, u għalhekk il-Partit Laburista, kieku ried, kellu ċ- ċans kollu jiġbed l-attenzjoni ta' l-editur ta' \"It-Torċa\" għal dan u jipprova jbiddillu l-pożizzjoni tiegħu.", "Rigward it-trasport pubbliku rrid ngħid li minbarra li ħarġet it-tender għat-ticketing machines, li għamilt riferenza għalihom iktar kmieni, nhar il-Ħamis li għadda ħarġet tender ukoll għal bdil ta' 142 karozza tal-linja, li jridu jkunu tat-tip low floor.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li llum il-mod ta' kif issir riferenza għal-low floor u għas-super low floor inbidel, u qed ngħid dan biex ma jkunx hemm min jgħidilna li qabel konna nsemmu s-super low floor u issa qed insemmu l-low floor biss.", "Il-142 sid li nhar il-Ħamis li għadda, jiġifieri meta ħarġet it-tender, tefgħu l-applikazzjoni tagħhom biex iġibu karozza tal-linja ġdida, huma għandhom kull dritt li jimportaw u jibnu din il-karozza tal- linja f'pajjiżna, imbasta tkun tissodisfa l-ispecifications li ħriġna.", "Wieħed mill-aħħar punti li nixtieq nagħmel jirrigwarda d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Fil-fatt din is-sena kienet importanti ferm għal dan id-dipartiment għaliex minbarra li f'Marzu rnexxielna nidħlu fil-JAA Ewropea, iktar tard matul din is-sena konna fil-pożizzjoni li nsiru membri ta' l-FAA grade 1.", "Meta tkellmu l-membri ta' l-oppożizzjoni, innotajt li huma m'għamlu l- ebda riferenza għas-settur tat-telekomunikazzjoni.", "Il-bidliet u r- rivoluzzjonijiet li qed isiru madwar id-dinja fis-settur tat- telekomunikazzjoni huma kbar u qed jiffaċilitaw il-kuntatti bejn in-nies, kemm f'dawk li huma affarijiet soċjali kif ukoll f'dawk li huma affarijiet ta' negozju.", "Sa ftit tax-xhur ilu ma stajniex nieħdu dawk il-benefiċċji li kienu qegħdin iseħħu madwar id-dinja għaliex konna imxekkla b'diversi modi biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Huwa tajjeb li fl-għeluq tas-sena 2000, li hija marbuta mal-bidliet radikali li seħħew f'pajjiżna fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, nagħtu rendikont żgħir ta' dak li seħħ sal-lum f'dan il-qasam.", "Per eżempju, xi ngħidu għaż-żieda li kellna f'dawk li huma mobile phones, minħabba r-roħs li qed ikun hemm f'dan is-servizz?", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li bdejna s- sena 2000 bi ftit iktar min 25,000 abbonat, qegħdin nagħlqu s-sena b'madwar 90,000 persuna li għandha l-mobile phone.", "Dan ifisser żieda ta' 300%.", "Imbagħad xi ngħidu għall-internet?", "Filwaqt li bdejna s-sena bi 13,000 persuna li kellha s-servizz ta' l-internet, qegħdin nagħlqu s-sena bi 30,000 abbonat.", "Meta jisimgħuna nsemmu dawn il-figuri, il-membri ta' l- oppożizzjoni jgħidulna: Allura ta' dan irid jieħu mertu l-gvern tal- ġurnata?", "Jien ngħidilhom: Żgur li dan m'huwiex mertu ta' l-oppożizzjoni tal-ġurnata għax kull darba li ġejna biex niddiskutu l-bidliet ta' dan is- settur, l-oppożizzjoni kienet kontra dawn il-bidliet.", "Aħna, bħala gvern ta' pajjiż żgħir, nistgħu nibqgħu kif konna; b'monopolju f'kull settur?", "Il-gvern tal-ġurnata, b'determinazzjoni sħiħa, emmen u wera fiduċja fil-poplu Malti u Għawdxi għax fehem li dan il-poplu m'għandu xejn inqas minn ħaddieħor., anzi huwa aħjar minn ħaddieħor f'diversi oqsma.", "Sfortunatament matul is-sena ltqajna wkoll m'operaturi li dehrilhom li għandhom jibqgħu jimxu bl-istess mod li kienu jimxu bih għal snin twal mingħajr ma jbiddlu xejn.", "Dawn huma nies li għadhom ma fehmux illi fil- qasam ta' l-informatika trid issir bidla radikali.", "Matul is-sena li għaddejna aħna qgħadna lura milli nagħtu tort jew raġun lil dak u lill- ieħor, pero` fl-istess ħin qgħadna attenti li nfasslu l-bidliet meħtieġa biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem.", "Biżżejjed ngħid li meta f'Lulju li għadda ġejna hawnhekk biex ngħaddu l-bidliet minn dan il-parlament, ġibna magħna pjan li ried iwassal biex dan is-settur jinqaleb rasu 'l isfel.", "Forsi wħud minna lanqas biss fehmu li konna sejrin inwasslu biex ikun hawn dawn il-bidliet filwaqt li oħrajn, għalkemm fehmu dan, dehrilhom li jkun aħjar jekk itellfu u jxekklu l-pass tal-bidla li kien qed jiġi imfassal mil- gvern tal-ġurnata.", "Madanakollu l-bidliet li rnexxielu jagħmel il-gvern tal- ġurnata wasslu wkoll għal bdil fil-kultura tagħna.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li bħalma fis-sena 2000 il-poplu ra diversi bidliet iseħħu, fis-sena 2001 il-poplu se jkun jista' jmiss b'idejh ir-riżultati.", "Jien persważ li meta sena oħra nerġgħu niġu f'dan il-parlament biex nitkellmu fuq dan il-ministeru nsibu li wħud mill-kummenti li saru llum min-naħa ta' l-oppożizzjoni jkunu saru irrilevanti.", "Fl-aħħarnett nixtieq nappella lill-ħaddiema tad-dipartiment tat-toroq biex ikomplu jagħtu s-sehem tagħhom ħalli r-riżultati mhux biss inkunu nistgħu narawhom u mmissuhom imma saħansitra nibbenifikaw minnhom.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil- Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor Debono Grech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra, skond il-mozzjoni ta' proċedura.", "Il-kumitat ġie sospiż fil-5.00 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 33 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Debono Grech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "287", "FAVUR : 29 L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA: 34 L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 33 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,881,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 33 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 34 - AVJAZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 762,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 34 - Avjazzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 34 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 35 - TOROQ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 744,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 35 - Toroq, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 35 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 36 - LIĊENZJI U TESTJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 845,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Liċenzji u Testjar, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 36 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VII - MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,660,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VII - Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot VII għaddiet.", "Fil-5.08 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 33, 34, 35, 36 u VII ġew approvati mill- Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum it- Tnejn, 11 ta' Diċembru 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Kumitat ta' Provvista", "Estimi Ġenerali 2001", "It-Tlettax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum it-Tnejn 11 ta' Diċembru 2000 bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fil-5.10 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 172."]} {"filename": "20001206_450d_par.doc", "date": "2000-12-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 450 L-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 450", "L-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "450", "L-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2000", "WERREJ", "MINUTI 400", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 400", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT 404", "AĠĠORNAMENT 434", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 435", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 449 li saret fl-5 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR MONTE CARMELI - OVERDOSE", "21145.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' overdose kien hemm fis-sala nru.", "2 ta' l-irġiel fl-isptar Monte Carmeli mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum?", "X'kienu l-każi ta' overdose?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Informat li mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum kien hemm sitt individwi fis-sala numru 2 ta' l-irġiel fl- isptar Monte Carmeli illi bejniethom kienu involuti fi 12-il inċident ta' overdose.", "Biex wieħed jistabilixxi x'kienu l-każi ta' overdose, ikollna niflu l-files tal-pazjenti kemm ta' l-isptar Monte Carmeli kif ukoll ta' l- isptar San Luqa.", "Dan jinvolvi xogħol u ħin illi forsi jista' jintuża aħjar għall-benefiċċju tal-pazjenti, iżda jekk ikun neċessarju niġbru din l- informazzjoni aktar 'il quddiem.", "Il-każi kollha ntbagħtu fl-isptar San Luqa għall-kura neċessarja.", "SPTAR MONTE CARMELI - TOBBA", "21485.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li meta t- tobba fl-isptar Monte Carmeli jirriferu pazjent b'urġenza fl-isptar San Luqa, dan ġieli jdum xi sitt sigħat jistenna?", "Jaf li kull darba li jiġri hekk jinħoloq inkonvenjent kemm għall-pazjent kif ukoll għan-nurse li jkun mal-marid?", "Jaf li minħabba f'hekk ħafna drabi, speċjalment bil-lejl, is- sala minn fejn ikun intbagħat il-pazjent tibqa' b'nurse wieħed ma' xi 30 pazjent?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li seta` kien hemm każi fejn pazjenti li ntbagħtu l-isptar San Luqa damu ftit jistennew.", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li fil-casualty department teżisti sistema ta' triage u allura d-dewmien jiddependi minn kemm ikun urġenti l-każ.", "Barra minn hekk, id-dewmien jiddependi wkoll mill-ammont ta' xogħol li jkun hemm fil-casualty department.", "Seta` kien hemm xi każ rari fejn nurse baqgħet waħedha minħabba xi trasferiment ta` pazjent lejn l-isptar San Luqa, pero' l-amministrazzjoni ta` l-isptar dejjem tagħmel l-almu tagħha biex dan l-inkonvenjent jiġi evitat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-għeluq ta' numru ta' polikliniċi kkawża ċerti problemi u dewmien, il-Ministru ma jħossx li għandu jimplimenta miżuri aktar effettivi biex dan id-dewmien jiġi rrimedjat u ma jikkawżax diżappunt kbir fost iċ-ċittadini?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid nerġa' nirrepeti li dawk il- pazjenti li jiġu bżonn jirrikorru f'ċentri tas-saħħa li jaħdmu b'servizzi ridotti m'għandhomx imorru direttament l-isptar imma għandhom imorru fil- health centre l-aktar viċina.", "Fil-fatt in-nies li jattendu fil-health centre tar-Rabat ġew mogħtija l-parir li jmorru fiċ-ċentru tas-saħħa tal- Mosta.", "Sur President, nista' ngħid ukoll li l-aktar li jkollna nies jistennew fil-casualty department huwa bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar u bejn is-1.30 p.m. u l-5.00 p.m., u cioe' meta ċ-ċentri tas-saħħa kollha jkunu qegħdin jagħtu s-servizzi kif kienu jagħtu qabel ma ttieħdu dawn il-miżuri temporanji.", "Ġbarna wkoll statistika ta' kemm nies jinqdew bejn il-5.00 p.m. u t-8.00 a.m. ta' l-għada - ħadna ċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat bħala specimen - u sibna li jmorru minn żewġ pazjenti sa tlieta.", "Naħseb li aktar ċar minn hekk ma nistax inkun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ladarba għoġbu jwieġeb fir-rigward taċ- ċentru tas-saħħa tar-Rabat - għalkemm jien staqsejtu dwar id-dewmien li qed ikun hemm fl-emerġenza - il-Ministru għandu jirrealizza li bejn il- 5.00 p.m u s-6.00 a.m. ta' l-għada jkun hemm numru ta' attivitajiet għaddejjin, u peress li ċ-ċentru tas-saħħa qed ikun magħluq f'dawk il- ħinijiet, in-nies qed ikollha tfittex tabib privat.", "Iżda xorta waħda ma naċċettax li jkun hemm minn żewġ każi sa tlieta minn filgħaxija sa filgħodu, meta biss biss għandek il-bdiewa li f'dawk il-ħinijiet biss ikunu jistgħu jaraw tabib.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-ħabib tiegħi jista' ma jaċċettax dan li għedt jien imma żgur li dik hija l-istatistika li ġbarna.", "L-Onor.", "Membru għamel rimarka interessanti u semma' l-bdiewa li jmorru wara l-ħin tax-xogħol.", "Naħseb li dan juri l-bżonn - kif beħsiebna nagħmlu u kif kienet beħsiebha tagħmel l-amministrazzjoni preċedenti - li ndaħħlu sistema ta' appuntamenti.", "Mela l-ewwel dak li jkun jagħmel ġurnata xogħol - anke xogħol iebes jekk ikun hemm bżonn - u mbagħad wara l-5.00 p.m. imur jittestja l-pressjoni jew jara għandux zokkor!", "Jien nista' ngħid ukoll, Sur President, li minn studju li għamilna sibna li t-tqassim tat-tobba ma jirriflettix il-workload.", "Per eżempju, hija ħaġa interessanti kif 65% mill-ħin tat-tobba fil-health centres jiġi wżat meta jkun hemm l-inqas bżonn tagħhom.", "Mill-istatistika joħroġ li 27% tal-ħin ta' kull tabib ġewwa l-health centres jintuża biex jimtlew ir-riċetti.", "Għalkemm dan l-aħħar sar improvement u r-riċetti bdew isiru kull xahrejn minflok kull xahar, dan il-fatt ma jistax jibqa' jiġi aċċettat.", "Barra minn hekk, kif diġa' għedt, it-tqassim ta' tobba ma jirriflettix il-workload li hemm.", "Minkejja li l-complement tat-tobba huwa nieqes, hemm affarijiet x'wieħed jirranġa biex niżguraw li t-tobba ma jkunux qed jagħmlu xogħol li jista' jagħmlu ħaddieħor.", "(Interruzzjonijiet) Meta jkun hemm każi urġenti jew house calls u ċ-ċentru tas-saħħa jkun qed jaħdem b'ħinijiet ridotti, dawn jintbagħtu fil-health centre l-aktar viċina.", "Jekk irridu li l-health centres jibdew jaħdmu suret in-nies, hemm bżonn li mhux biss nanalizzaw il-ħin tat-tobba kif qiegħed jintuża, imma anke li jkollna wkoll tqassim ta' tobba li jirrifletti meta jkun hemm l-iktar bżonn tagħhom.", "Per eżempju, mit-8.00 p.m. sat-8.00 a.m ta' l-għada tista' tgħid li minkejja li jkun hemm complement relattivament aktar għoli minn dak li jkun hemm matul il-ġurnata, huwa l-perijodu fejn ikun hemm l- anqas xogħol.", "Meta ħdimna l-persentaġġ tal-workload sibna li f'ċerti health centres it-tobba matul il-lejl jikkontribwixxu 0.7% tal-workload.", "Din ma tagħmilx sens.", "Jiġifieri apparti li għandna nuqqas ta' tobba, u apparti li qegħdin nesploraw miżuri differenti kif nistgħu negħlbu din il- problema, anke jekk nilħqu l-complement tat-tobba kollu, hemm bżonn li ndaħħlu sistemi ġodda biex niżguraw l-iktar użu effiċjenti tan-nies tagħna ġol-health centres.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, lill-Ministru nerġa' ngħidlu li wara l- 5.00 p.m. fir-Rabat ikun hemm diversi attivitajiet għaddejjin - id-Depiro, il-Kerygma, il-każini tal-baned, il-football, l-isports kollu, in-nies li jaħdmu part-time wara l-ħin normali tax-xogħol, il-bdiewa, ir-raħħala, eċċ. - u dawn huma kollha sitwazzjonijiet li jimmarkaw il-bżonn li l-komunita' tar-Rabat mill-5.00 p.m. 'l hemm ikollha l-assigurazzjoni li ċ-ċentru tas- saħħa jista' jipprovdi servizz mediku b'urġenza.", "Lill-Ministru nista' nlaqqgħu ma' diversi nies li weġġgħu waqt li kienu jaħdmu f'xi garaxx jew forsi għax ikun daħlilhom xi bexx f'għajnejhom, biex jekk inhu l-każ li ngħata statistika skorretta allura jkun jaf l-affarijiet aħjar.", "Għax mhux in-nies biss qed jilmentaw imma anke t-tobba.", "It-tobba tar-raħal tiegħi kkonfermawli x'load ikollhom mill-5.00 p.m. 'il quddiem.", "Issa jekk lill-Ministru dan ma jirriżultalux, nistiednu biex immorru u niltaqgħu ma' dawn in-nies u naqsmu din l-esperjenza flimkien.", "Nifhimha li l-Ministru għandu joqgħod fuq il-kejl li jagħtuh, pero' nitolbu biex dak li qed ngħid jien ukoll jieħdu in konsiderazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Point taken u m'hemmx għalfejn nagħmlu priedki!", "Naħseb li l-kollega tiegħi qed iħallat l-urġenza mal-konvenjenza.", "Għall- każi ta' urġenza hemm il-health centre tal-Mosta li hija miftuħa 24 siegħa.", "Mela ma tibqax kwestjoni ta' urġenza għax la s-servizz huwa pprovdut żewġ mili 'l bogħod, ma tibqax kwestjoni ta' urġenza u ssir kwestjoni ta' konvenjenza.", "U wieħed irrid jagħmel din id-distinzjoni.", "Il-kunsilli lokali wkoll jgħidulek li huma jkollhom ħafna complaints, iżda meta dawn tanalizzahom issib li min ikun għamilhom mhux dejjem ikollu raġun.", "Per eżempju, nhar is-Sibt fil-11.30 p.m. ħabbat il-bieb u sibt raġel li qalli li għall-ewwel kien sejjer l-isptar għax kellu problema iżda meta ra li kelli d-dawl mixgħul iddeċieda li jiġi għandi minflok.", "Dan kien mindud fis- sodda, għoġbu joqgħod imesmes żaqqu, ħass boċċa jew tnejn u allarma ruħu.", "Meta invistajtu sibt li l-boċċa li kien qed iħoss ma kienet xejn ħlief il- kustilja li ilha għandu 40 sena!", "Mela rridu noqogħdu attenti li ma nħalltux il-konvenjenza ma' l-urġenza.", "Aħna nafu x'qegħdin nagħmlu, Sur President.", "Nafu li din hija xi ħaġa temporanja u qegħdin nipprovaw nieħdu l-miżuri kollha biex nsolvuha.", "Mill-ewwel ġurnata li kellna nirrestrinġu dan is- servizz għedna li l-għan aħħari tagħna hu li fiċ-ċentri tas-saħħa kollha nerġgħu nagħtu servizz għal 24 siegħa, u dak hu li qegħdin nagħmlu.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jaf li minkejja r-restrizzjonijiet kollha li għandna - il-bieraħ irrispondejt mistoqsija parlamentari dwar dan - qed nippruvaw nespandu s-servizzi li qed noffru.", "Fil-fatt kelli domanda parlamentari li tikkonferma li se nibdew inwasslu ċerti servizzi ġewwa l- Imtarfa wkoll.", "Pero', f'ġieħ is-sens komun, irridu nifhmu li l-urġenza u l-konvenjenza huma żewġ affarijiet kompletament differenti!", "SPTAR MONTE CARMELI - IKEL - KUNTRATTURI", "21487.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal- ħaxix, tal-frott, tal-ħobż u tal-laħam li jfornu l-isptar Monte Carmeli?", "Kemm ilhom jingħataw dawn il-kuntratti lill-istess kuntrattur?", "Kull meta joħorġu t-tenders?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-ismijiet tal-kuntratturi mitluba huma kif ġej:-", "|Anthony Borg |Ħaxix |(1998-2000)| |Raymond |Frott |(1990-2000)| |Abdilla | | | |Anthony Borg |Laħam |(1997-2000)| |George Muscat |Ħobż |(1995-2000)|", "Sejħa għal offerti tiġi ppubblikata darba kull sena.", "SPTAR MONTE CARMELI - KĊINA", "21490.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il porzjon ta' ikel joħroġ kuljum għall-impjegati mill-kċina ta' l-isptar Monte Carmeli?", "Kemm hi l- ispiża ta' dan l-ikel kull sena?", "Kemm minn dawk li jieklu jikkontribwixxu għal dan l-ikel?", "Kemm minn dawk li jieklu ma jikkontribwixxux għal dan l- ikel?", "Veru li l-porzjon ta' dawk li huma intitolati għall-ikel ġie mnaqqas biex jagħmel tajjeb għal dawk li mhux intitolati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li mill-kċina ta' l-isptar Monte Carmeli joħorgu madwar 150 porzjon ta' ikel kuljum, li f'sena jiġu jiswew madwar Lm25,000.", "Hadd minn dawk li jieklu ma jintalab iħallas għal dan l-ikel.", "Matul dan l-aħħar żmien il-porzjonijiet żdiedu kemm fid-daqs kif ukoll fil-varjeta'.", "BANK ĊENTRALI - DEPOŻITI", "21793.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid mill-1995 sal-lum kemm kienu jammontaw id-depożiti fissi, il-kontijiet ta' tifdil u l-kontijiet kurrenti f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici)(f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li jixtieq tigi ppublikata kull tliet xhur mill-bank ċentrali fil-quarterly review.", "Din l-informazzjoni tinsab fit-tabella 1.2 f'pagna 78 tal-quarterly review ta' Settembru 2000.", "EU - TARIC", "21737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani kemm huma t-tariffi tat-TARIC - l-integrated tariffs of the European communities - li fil-ġejjieni Malta trid tkun suġġetta għalihom wara li nsiru membri ta' l-EU?", "Jista' l-Ministru jinformani kemm fil-mument huma dawn it-tariffi li qed iħallsu f'taxxi l- pajjiżi ta' l-EU?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-TARIC hija skeda li tigbor fiha informazzjoni dwar it-tariffi kollha li japplikaw fil-każ ta' importazzjoni fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi minn barra l-istess Unjoni.", "Din tinkludi wkoll riferenza għal kull ftehim kummerċjali partikolari li jinsab fis-seħħ, bħalma tista' tkun zona ta' kummerċ ħieles ma' l-istess Ewropa bid-dettalji tal-pajjiżi koncernati.", "Din l-iskeda tinkludi għexieren ta' mijiet ta' prodotti.", "Ta' min jinnota li t-tariffi indikati fl-imsemmija skeda jitħallsu mill- importaturi fuq bażi individwali u mhux mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' l-impact assessments li kienu qegħdin jiġu mħejjija matul dawn l-aħħar sentejn, jista' l-Ministru jinformani x'se jkun l-impatt ta' dawn it-tariffi fuq il-konsumatur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-impatt fuq prodotti industrijali huwa minimu.", "Fil-fatt minn eżerċizzju li sar, anke f'industriji li huma ta' ċerta importanza, nistgħu ngħidu li l-impatt huwa kważi negliġibbli.", "Wieħed irid jifhem ukoll li meta inti jkollok ċerti kondizzjonijiet, wieħed dejjem jista' jagħmel sourcing differenti li allura ma jħallix daqshekk impatt fuq is-sitwazzjoni.", "Bħalissa qed issir analisi fuq ċerti prodotti agrikoli u għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid sewwa sew x'se tkun is-sitwazzjoni fil-konklużjoni ta' dawn in-negozjati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru. 172 tas-17 ta' Novembru 2000 il-ħin tad-diskussjoni għal matul din is-seduta għandu jinqasam indaqs bejn iż- żewġ naħat, bl-ewwel nofs għall-oppożizzjoni u bit-tieni nofs għall-gvern.", "Nistieden lill-Ministru għall-Ambjent sabiex jintroduċi l-voti tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Sur President, nipproponi:", "VOT 30 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 20,920,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 31 - PROTEZZJONI TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,991,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 - Protezzjoni ta' l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT V - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,547,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qabel ma nressaq l-emenda tas-soltu, Sur President, nagħmel appell sabiex il-gvern verament jagħti kas tal-polz tal-poplu Malti u Għawdxi u jaġixxi kif jixtieq il-poplu Malti u Għawdxi, jiġifieri li jneħħi lill-ministru għall-ambjent għax falla!", "Inressaq din l-emenda:", "VOT 30 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 13,691\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 13,690\".", "Delete the figure \"Lm 13,691\" and substitute therefor the figure \"Lm 13,690\".", "Mr Chairman, iva jkun tajjeb kieku l-gvern Nazzjonalista jagħti kas tal- polz tal-poplu Malti u jneħħi l-ministru għall-ambjent forsi nibdew nimxu daqsxejn 'il quddiem.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax minkejja dan iż-żmien kollu fil-gvern - naturalment plus iż-żmien ta' qabel it-22 xahar li konna aħna fil-gvern - dan il-partit fil-gvern wera li falla bil-kbir fejn jidħol l-ambjent.", "Għax kien hemm pressjoni kbira kontra l-gvern u kontra l- ministru responsabbli mill-ambjent, issa qegħdin naraw ċaqliqa pożittiva, u fil-budget ingħad li se jibda jingħata inċentiv biex dak li jkun jibda juża l-enerġija alternattiva li ma tikkontaminax.", "Din hija xi ħaġa li anke aħna konna pproponejniha u, għad li hemm din l-inizjattiva pożittiva, il- gvern mhu se jimpressjona lil ħadd b'dan u mhu se jbellagħha lil ħadd li wasal biex isolvi l-problema ta' l-ambjent u li l-affarijiet mexjin sew.", "Dan m'hu minnu xejn u jekk wieħed jara l-gazzetta \"The Malta Independent\" - issa din m'hijiex xi gazzetta tal-Partit Laburista - isib li dwar l- ambjent intqal li: \"The environmental measures announced are not enough.\"", "Dan qed ngħidu biex nuri li min għandu rasu fuq għonqu qed jinduna li għalkemm f'dan il-budget saret ħaġa pożittiva, dan ma jfissirx li bdejna nsolvu l-problema ta' l-ambjent.", "Jekk tan-naħa l-oħra jridu li wieħed jeħodhom bis-serjeta' għandhom ineħħu ċerti ostakoli li hemm fil-liġi dwar ċerti tipi ta' gassijiet li wieħed ma jistax jużahom minħabba li fil- karozzi m'huwiex permess li jitwaħħlu ċ-ċilindri.", "Tajjeb ukoll li ċertu tip ta' gass ikun jista' jiġi supplied lokalment, għax s'issa għandna sitwazzjoni li ma nistgħux nissupplixxuh.", "Min-naħa l-oħra l-gvern naqas bil-kbir li jeduka, u responsabbli għal dan huwa l-ministru għall-ambjent.", "Lill-poplu ma rnexxilux ifiehmu li wara kollox l-ambjent huwa xi ħaġa li taffettwalu saħħtu u saħħet dawk li ġejjin għada u pitgħada.", "Għaliex?", "Dwar dan m'hemmx impenn.", "Hemm ħafna paroli u ftaħir u fatti m'hemm xejn.", "Huwa importanti li ċ-ċittadin jifhem li hija responsabbilta' tiegħu wkoll li jagħti sehmu fejn jidħol l-ambjent, imma min qiegħed imexxi l-pajjiż għandu jġib liċ-ċittadin konxju ta' dan.", "Barra minn hekk, min imexxi fil-pajjiż għandu jkun kredibbli fejn jidħol l- ambjent.", "U milli rajna dan l-aħħar fil-gazzetti jidher li l-gvern tilef il-kredibilita' fejn jidħol l-ambjent.", "Jidher biċ-ċar li l-poplu Malti u Għawdxi, l-iktar il-partitarji Nazzjonalisti, m'humiex jemmnu lill-ministru u m'humiex jemmnu lill-gvern Nazzjonalista meta jgħidu li hemm impenn serju favur l-ambjent.", "Dan il-gvern wiegħed li fi żmien tliet xhur se jnaddaf lil Malta miż-żibel kollu li hawn, pero' mhux talli m'għamilx hekk talli f'inqas minn tliet xhur irnexxielu jħammeġ id-dipartiment ta' l-ambjent!", "U t-tip ta' ħmieġ li qed nirriferi għalih żgur ma jawgurax tajjeb li l- ambjent f'pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Qed ngħid hekk għax jekk wieħed jidħol fid-dipartiment ta' l-ambjent, li suppost huwa l-mutur li se jagħti direzzjoni lill-poplu Malti u Għawdxi favur l-ambjent, jidher li hemmhekk hemm aktar minn klikka waħda.", "Hemm klikka Nazzjonalista ferventi, iżda mbagħad hemm Nazzjonalisti oħra li huma mdejqin b'din il-klikka.", "Meta jaraw dawn l-inġustizzji, nies bi kwalifiki fil-qasam ta' l-ambjent ma jistgħux imorru biex jagħtu sehemhom f'dan id-dipartiment.", "Per eżempju, hemm uffiċjal li għandu l-B.Sc. u anke l-M.Sc., iżda lil dan tefgħuh fi skala 10.", "Min-naħa l-oħra, konsulent li l- ministru għoġbu jdaħħlu miegħu biex taparsi jissorvelja l-immaniġġar ta' l- oil spills qed jitħallas ta' skala 5, meta lanqas biss għandu \"O\" level wieħed u fil-fatt jitħallas aktar mill-head tiegħu!", "Alla jbierek dan jagħmel li jrid, ibiddel ordnijiet hu kif jaqbillu, jonfoq flus il-poplu u jikkmanda kif l-apparat jiġi wżat.", "Issa dan minkejja li qiegħed hemm b'sempliċi kuntratt.", "Għal ġieħna l-awdituri jafu b'dawn l-affarijiet iżda lanqas biss jidħlu fihom.", "Taf fuq liema kriterji dan intgħażel biex ikun konsulent mal-ministru, Sur President?", "Dan ma ntgħażilx għax huwa kapaċi fil-qasam ta' l-ambjent imma għax kien jorganizza l-istreet parties f'isem il-ministru f'Tas- Sliema.", "Dan huwa kunsillier u fl-istess ħin jgħin lill-ministru.", "Is-sabiħa hi li dan dejjem jgħid iċ-ċuċati u jdaħħak in-nies bih, imma minkejja dan il-ministru jħallih hemmhekk.", "L-isbaħ waħda hi li dan il-konsulent qed jidher uffiċjalment bħala operational focal point tar-RAMPEC, ħaġa li ma titwemminx.", "U biex nurikom kemm kienu redikoli meta tawh din il-kariga, nista' ngħidilkom li kien hemm meeting li sar mir-RAMPEC f'Ottubru li għadda iżda ma marx għalih hu imma ħaddieħor, għax inkella kien iħammar wiċċ pajjiżna u wiċċ id-dipartiment ta' l-ambjent!", "Mr Chairman, anke l-module taż-żejt hija immexxija minn persuna mhux professjonista li lanqas biss għandha standard ta' \"O\" level fl- edukazzjoni.", "Dan kif jista' jkun jifhem kif jista' jkejjel il-vectors tar- riħ u affarijiet oħra bħal dawn?", "Jien ma nistax nifhem kif dan il-bniedem, li ma jifhem xejn u assolutament mhux kwalifikat, ġie nominat bħala scheme co-ordinator għall-pjan ta' kontinġenza.", "Dan ifisser li jekk ikollna xi diżastru ambjentali, li jista' jfalli lil pajjiżna, din il- persuna trid tmexxi lid-direttur tal-portijiet, lid-direttur ta' l-armed forces u lis-civil protection.", "Din hija xi ħaġa tal-biki.", "Ma jistax ikun li f'pajjiżna naċċettaw dawn l-affarijiet, u meta l-poplu Malti u Għawdxi jara dawn l-affarijiet fid-dipartiment ta' l-ambjent, bilfors ikollu raġun jitlob għar-riżenja tal-ministru għall-ambjent.", "Mr Chairman, il-PCC unit, li taħt gvern Laburista tajnieh pedamenti sodi u tajnieh is-saħħa, spiċċa mferrex.", "Sabiex isir il-proġett tal- Kottonera, l-annexe li kellhom il-Birgu spiċċa nxteħet Kordin għal riħu.", "Imma mbagħad ara d-direttur, lil dak nagħmlulu post sabiħ u lussuż f'Ħal Qormi!", "Lil dan nittrattawh b'dan il-mod għax tal-qalba.", "U anke f'din is- sezzjoni, is-sitwazzjoni hija tal-biki.", "Per eżempju, hemm laneċ li lanqas biss għandhom kaptan u baħri wieħed.", "Għandna opri tal-baħar u affarijiet oħra li qegħdin hemmhekk biex inħarsu lejhom.", "Minkejja dan, tan-naħa l- oħra jiġu jiftaħru li l-affarijiet mexjin sew.", "Din hija xi ħaġa li ma titwemminx, Sur President.", "L-istess fil-laboratorju, u jekk tippermettuli ngħidilkom x'ġara.", "Equipment li huwa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u li jiswa' l-eluf tal- liri u li ġie minn barra taħt il-programm MEDPOL, qiegħed mitluq u żdingat.", "Imma l-iktar tmexxija ħażina u diżonesta' li hemm fid-dipartiment ta' l-ambjent hija t-tmexxija fejn jidħlu l-finanzi, minkejja l-ħabi tal- ministru u tal-gvern.", "Hawnhekk nistaqsi lill-ministru: Min għamel tajjeb għall-eluf ta' liri kbar li ġew esproprjati minn persuna meta kien direttur ta' l-ambjent?", "Saret inkjesta biex naraw għaliex l-Unjoni Ewropea - dan li għandhom jgħidu lill-poplu - kkundannat lill-Gvern Malti li abbuża mill-flus tal-LIFE project biex taparsi sar state of the environment report.", "Hawn mhux qed nirriferi għall-istate of the environment report li nieda l-gvern Laburista, imma għal dak li flimkien mal-barranin kien nieda l-Gvern Nazzjonalista.", "Lid-direttur tad-dipartiment dak iż-żmien, wara dawk il-ħneżrijiet kollha, illum erġajna ġibnieh magħna.", "U la l-PSC ma ħadu passi dixxiplinari kontrih - u lanqas ma l-poplu Malti u Għawdxi ġie informat b'din il-ħneżrija, la mid-dipartiment ta' l-ambjent, la mill-ministru għall- ambjent u lanqas mill-information centre ta' l-EU.", "U hawnhekk nistaqsi jekk kienx hemm xi multa li kellu joħroġha l-poplu Malti.", "Importanti li l- poplu Malti jkun jaf b'dawn l-affarijiet, għax din hija xi ħaġa tal- mistħija li ħammritilna wiċċna.", "Xi ngħidu mbagħad għas-sezzjoni ta' l-ispetturi u l-uffiċjali ta' l- ambjent?", "Hawnhekk qed jintefqu ħafna flus pero' mbagħad wieħed meta jirrapporta lid-dipartiment biex jittieħdu passi jgħidulu biex iċempel lill- pulizija.", "Fid-dipartiment hemm xi ħaġa ħażina u l-affarijiet m'humiex qed jimxu sew.", "U din ix-xi ħaġa ħażina hi li hemmhekk hemm ħafna preferenzi.", "Din kulħadd jafha.", "Hemm preferenzi, per eżempju, mad-direttur.", "Dawn huma affarijiet li juru biċ-ċar li mhux talli fi tliet xhur il-gvern ma naddafx lil pajjiżna ta' taħt fuq, talli f'inqas minn tliet xhur ħammeġ lid- dipartiment ta' l-ambjent u ħammeġ isem pajjiżna.", "Imbagħad il-ministru jiġi jiftaħar li pajjiżna sejjer fid-direzzjoni t-tajba!", "Jiftaħar ukoll li l-Unjoni Ewropea qed jgħidulu li miexi fid-direzzjoni t- tajba.", "Imbagħad ir-regulatory report ta' din is-sena maħruġ mill-Unjoni Ewropea juri biċ-ċar li mhux kif qed jgħid il-ministru jew kif qed jgħid il- Partit Nazzjonalista fejn jidħol l-ambjent.", "U mhux l-Unjoni Ewropea biss qed tgħidlu li falla, imma anke NGOs u min iħobb l-ambjent.", "Min għandu rasu fuq għonqu qed jgħidlu li falla u li hemm nuqqasijiet kbar.", "Nista' anke nikkwota gazzetti li jiffavorixxu l-Partit Nazzjonalista.", "Per eżempju, heading ta' artiklu minnhom jgħid: \"Din l-Art Ħelwa concerned about progress on environmental issues.\"", "Ieħor f'\"The Malta Independent\" jgħid: \"Environmental priorities have not been met\".", "Ieħor jgħid: \"No progress in areas of the environment\".", "Issa jien qed insemmi biss ftit minnhom, headings ta' artikoli f'gazzetti lokali.", "Issa ta' l- Unjoni Ewropea qed jgħidu biċ-ċar li: \"No legislative progress can be reported concerning nature protection\".", "U hawnhekk tajjeb li nagħmel kumment fejn tidħol is-sezzjoni ta' l-abitat fid-dipartiment ta' l-ambjent.", "Niġbed l-attenzjoni li f'dik is-sezzjoni hemm ġlied kbir bejn l-uffiċjali fit-taqsima tad-diversita' u t-taqsima ta' l-abitat, tant li l-ministru jaf li kellha tidħol l-union.", "Tajjeb li ngħid ukoll li hemm ġlied bejn il- planning authority u d-dipartiment fuq min għandu jkollu l-awtorita' li jagħmel marine research.", "Sadanittant lill-poplu ngħidulu li kollox miexi sew u li qegħdin fid-direzzjoni t-tajba.", "Dawn huma l-ħneżrijiet li l-poplu ma jafx bihom u l-oppożizzjoni hija fid-dover li tgħidhom biex tinbidel id- direzzjoni ħażina li qed tkisser lil pajjiżna.", "Sur President, ir-rapport ta' l-EU jgħidilna wkoll li lanqas fejn jidħol il-water quality m'għamilna progress.", "Din hija d-direzzjoni t-tajba li qed jingħad li qbadna!", "L-air quality l-istess.", "Ir-rapport jgħid li no progress can be reported.", "Insibu li l-gvern Nazzjonalista, permezz tal- ministru, jiftaħar li wessa' l-programm tal-kwalita' ta' l-arja, imbagħad insibu li ma żied l-ebda uffiċjali.", "Għal żmien twil, meta kienu fil-gvern huma, m'għamlu xejn.", "Qegħdin biss jiddandnu bil-mobile air pollution unit li kien ġie kkummissjonat fi żmien il-gvern Laburista.", "Hawnhekk jien nistaqsi għaliex il-programm ta' diffusion tubes ma bediex kif suppost fl- 1999 flok fis-sena 2000.", "Qed ngħid hekk għax il-flus kienu diġa' vvotati fl-1999.", "Għaliex il- mobile unit kellu jieqaf mingħajr spare parts?", "Veru li ġew fondi ta' $25,000 mill-UNDP biex isir programm fuq il-climate change xhur ilu u d- direttur baqa' ma għamel xejn?", "Veru li l-livelli tan-nugrufun fl-arja li jġibu l-kanċer fil-pulmun huma allarmanti f'pajjiżna u jeċċedu l-livell tad- WHO u l-Unjoni Ewropea?", "X'se jagħmel il-gvern Nazzjonalista dwar dan?", "Jekk jagħmel bħalma għamel fil-każ tan-nugrufun tan-naħa t'isfel ta' Malta, forsi tliet snin oħra nibdew nagħmlu xi ħaġa!", "Kif qed insemmi t-tinġiż ta' l-arja bin-nugrufun in-naħa t'isfel ta' Malta, tajjeb li ngħid li l-ministru ma tax kas ta' l-informazzjoni li diġa' kien hemm available.", "Il-ministru għamel rapport u qal li se jsolvi l-problema.", "Hu qal li s-soluzzjoni għal din il-problema tista' tiswielna l- miljuni, pero' mbagħad insibu li kien hemm espert Malti fejn qal u ta parir li din tiġi tiswa' biss xi Lm200,000.", "Meta jiena semmejt dan fil- parlament tan-naħa l-oħra bdew jidħku u qalu li dan ma jistax ikun.", "Meta rajt hekk jiena ġibt l-informazzjoni mir-rapporti tekniċi fejn jingħad li għandu jidħol precipitator għal kull ċertu ammont ta' megawatts.", "Imbagħad il-ministru qal li l-ispiża għal dawn il-precipitators titla' għal ammont ikbar.", "Jien ngħidlu li fejn tidħol is-saħħa taċ-ċittadin m'għandux x'jaqsam fejn jidħlu flus.", "L-ironija hi li l-Enemalta kienu jafu li l-precipitators ma kenux qed jaħdmu u minħabba f'hekk kien hemm perċentwal kbir ta' pollution fl-arja.", "U issa biex nidħku biċ-ċittadini rranġajna żewġ precipitators, pero' dawn ma jkoprux dak kollu li jiġi ġenerat mill-power station biex ma jkunx hemm pollution.", "Issa se ġġib skuża li m'għandekx flus?", "Il-ministru għandu jgħidilna fejn huma l-flus ivvutati ħalli nkunu nafu fejn u meta se jsiru l-precipitators l-oħrajn li wiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi solennement fuq Super One Television.", "L-istess fejn jidħol il-waste, ir-rapport ta' l-EU jgħid li \"No legislative progress can be reported.\"", "Tista' tgħid li anke fl-immaniġar ta' l-iskart ma sar xejn.", "Imma l-ironija ta' dan il-gvern hija li saru żewġ rapporti fuq waste management, wieħed tal-gvern u l-ieħor ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jien ma nistax nifhem dan it-taħwid.", "Tajna wkoll ad intendere li se ssir konsultazzjoni mal-pubbliku, imbagħad nerġgħu nitkellmu, pero' f'daqqa waħda, waqt li dan il-proċess suppost miexi ...", "Tajjeb li ngħid hawnhekk li f'dan ir-rapport ma kien hemm xejn dwar land reclamation.", "Kellha tkun l-oppożizzjoni fl-awtorita' ta' l-ippjanar li speċifikament qalet li għandu jkun hemm ....", "(Interruzzjonijiet) Iva, inti qed tirriferi għal fejn tpoġġi ż-żejt u mhux riklamazzjoni mill-baħar.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma kien hemm xejn speċifikat fuq hekk.", "Infatti nista' nurik il-minuti ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar fejn ġiet aċċettata din u fejn qablu.", "Jiġifieri m'inix nivvinta u għandi l-provi, għax nista' nurik il-minuti, imma ħalli nkomplu.", "Il-ministru qal ukoll li tkellem ma' tal-barrieri u rranġa biex l-iskart tal-bini jibda jintefa' hemm temporanjament.", "Tal-barrieri qalulu li m'hu veru xejn.", "Hemm ħafna taħwid minn dan.", "Kien biss gvern Laburista li ħa passi konkreti meta ddikjara li l-Magħtab kellu jagħlaq.", "L-isfortuna hi li ġiet l-elezzjoni u ġara dak li ġara.", "Issa dwar din il-kwestjoni suppost li l-affarijiet mexjin bil-konsultazzjonijiet.", "Ġie wkoll espert mill-Unjoni Ewropea li kkonsulta anke ma' l-oppożizzjoni għax qal - u għandu raġun - li l-istrateġija dwar il-waste management trid tkun għal ċertu tul ta' żmien u jista' jagħti każ li jkun hemm tibdil tal-gvern.", "Minħabba f'hekk ikun importanti li meta nfasslu l-policy ta' waste management ikun hemm kulħadd imdaħħal fiha, inkella ma tirnexxiex.", "Dan tkellem miegħi u fil- fatt se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' korrispondenza mibgħuta lili mill-ministru ta' l-affarijiet barranin, fejn informani mid-direttorat ta' l-Unjoni Ewropea li dan kellu jiġi biex jerġa' jitkellem miegħi.", "Dan tani punti li jaħseb li għandna niddiskutu biex inkunu nistgħu nagħmlu strateġija vera.", "Din l-ittra se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra biex il- poplu Malti u Għawdxi jkun jaf li l-oppożizzjoni qed tagħti s-sehem tagħha f'dawn l-affarijiet.", "Imma x'ġara?", "Waqt li anke l-espert ta' l-Unjoni Ewropea qed jgħid li għandhom isiru d- diskussjonijiet biex l-affarijiet ma jsirux fuq bażi short-term, f'daqqa waħda issa niġu ngħidu li ħarġet sejħa għal proposta u hemm xi mitt applikant.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Aħna se nimxu ma' pjan ta' strateġija biex nagħmlu l-affarijiet sew, jew f'daqqa waħda bdilna d-direzzjoni biex taparsi qed nagħmlu xi ħaġa?", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb li jkun hemm il- privat imdaħħal fihom, mela le, imma skond kif qed jindika l-gvern, il- privat se jieħu kollox f'idejh, u allura m'hu veru xejn li tal-privat se jagħmel flus biżżejjed mill-iskart li jiġbor, jirriċiklah jew jesportah.", "Mhux veru; minn x'imkien irid iġibhom il-flus.", "U minn fejn?", "Billi lil kull ċittadin Malti u Għawdxi jagħmillu taxxa bil-pulit fuq l-iskart.", "Kemm tkun din il-gate money ħadd ma jaf.", "M'inix qed ngħid li min iħammeġ u min jiġġenera l-iskart m'għandux iħallas, imma ċ-ċittadin ta' taħt biżżejjed huwa magħfus u meta qed insemmu proġett ta' Lm400 miljun, il-gvern se jipprova jara kif jagħmel biex idaħħal il-flus.", "U żgur li l-immaniġġjar ta' l-iskart mhux biżżejjed biex idaħħal dawn il-flus.", "Iktar sabiħa issa fejn jidħlu l-inċineraturi.", "Ejja nitkellmu ċar u tond.", "Il-Partit Laburista jemmen bis-serjeta' li għandna nagħmlu minn kollox biex l-inċineraturi ma ndaħħluhomx minħabba l-impatt negattiv li jkollhom fuq l- ambjent, imma l-gvern huwa mpenjat li jdaħħal l-inċineraturi, u dan l- impenn huwa ddikjarat f'dan il-parlament.", "L-Onor.", "Ninu Zammit f'dan il- parlament, f'mistoqsija supplimentari li għamiltlu jien, qal li kemm id- dipartiment tas-saħħa, kemm id-dipartiment ta' l-ambjent, kif ukoll il- ministeru tal-biedja u sajd qegħdin jaħdmu flimkien biex f'pajjiżna nibnu u nikkummissjonaw inċineratur li jaqdi l-ħteġijiet kollha tal-pajjiż.", "Din hija ipokresija grassa min-naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Imbagħad jiġu jgħidu li din ta' l-inċineraturi hija l-aħħar soluzzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Mela dak mhux wieħed mill-kabinett tagħkom?", "(Interruzzjonijiet)", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar it-taqsima tal-kimika perikoluża.", "Fejn imxiet 'il quddiem din it-taqsima?", "Ċerti nies hemmhekk ma jridu jagħmlu xejn għax iħossu li huma impotenti.", "Kemm sar iċċekkjar biex jaraw kemm abbuzi saru minn pestiċidi?", "Kemm sar iċċekkjar biex jara jekk sarux abbużi fil-fertilizzanti?", "Il-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna bi dritt li jkun jafhom dawn l-affarijiet.", "Sur President, il-gvern lill-poplu għandu jgħidlu pubblikament li l- ambjent huwa f'sitwazzjoni allarmanti.", "Dan jgħiduhulna wkoll il-barranin.", "Jiena qatt ma rajt daqshekk kritika dwar l-ambjent kemm ili fil-politika.", "Il-gazzetti, u l-iktar dawk li jissapportjaw il-Partit Nazzjonalista jikkritikaw lill-gvern u lill-ministru dwar l-ambjent.", "Jaslu biex jgħidulek: \"Let us stop the talking and do something about waste\".", "Jgħidu ċar u tond ukoll: \"Why Zammit Dimech has to go\".", "Dawn m'humiex laburisti.", "Jgħidu wkoll: \"Environment situation getting worse\", \"SOS for Maltese Flora\", \"A Disgraceful situation\", \"Filthy environment\", \"Environmental degradation irreversible\", \"Government should appoint Minister for Environment\", għax falla u li tal-hotels jinsabu allarmati bin-neglect li hawn fl-environment.", "Alla ħares nibqa' sejjer u nsemmi l-kritika li ġejja mill-poplu.", "Il-vili hu li mbagħad jiġi l-Ministru u jgħid li sejrin fid-direzzjoni t- tajba.", "Mela kieku sejrin fid-direzzjoni ħażin x'konna nagħmlu?", "Kulħadd dieħel u ħiereġ l-isptar!", "Din hija s-sitwazzjoni f'pajjiżna u għandna nkunu rġiel maċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u ngħidu l-verita'.", "Is- sitwazzjoni ta' l-ambjent f'pajjiżna hija allarmanti u qed taffettwa s- saħħa taċ-ċittadin Malti u Għawdxi.", "Ma noqogħdux inparlaw; dak li nista' nagħmlu għandna nagħmluh qabel ikun tard wisq.", "M'għandniex ninfexxu fit- teoriji u fir-rapporti.", "Dawk issa saru u hemm bżonn nieħdu passi u nieħdu azzjoni.", "Nagħlaq billi ngħid li r-re-use u r-recycle sar fid-dipartiment ta' l- ambjent u fil-gvern għax ħlief taqlib u taħwid m'huwiex isir!", "Minkejja dan tan-naħa l-oħra jgħidu li sejrin fid-direzzjoni t-tajba.", "Li kieku sejrin fid-direzzjoni t-tajba naċċerta lill-ministru li l-gazzetti li huma favur il-gvern żgur li jfaħħruh, u mhux jikkritikaw kollox kif qed jagħmlu bħalissa.", "Ara l-gazzetti li jissapportjaw lill-Partit Nazzjonalista, dawk lilna ta' l-oppożizzjoni joskurawna.", "Anke l-kritika kostruttiva u l- proposti li nagħmlu joskuraw.", "(Interruzzjonijiet) Il-gazzetti qegħdin mafja magħkom.", "U jien ngħid lill-gazzetti li m'humiex qed jgħinu l-ambjent meta qed jagħmlu hekk, għax biex ittejjeb l-ambjent hemm bżonn il-kritika, proposti kostruttivi, u hemm bżonn li wieħed jagħmilha ċara u jgħid fejn sejjer ħażin.", "Għandu jissemma wkoll l-leħen ta' kulħadd, kemm it-tajjeb u kemm il-ħażin.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn permess biex l-Onor.", "Mizzi jqiegħed id- dokumenti msemmija fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport imħejji mis-Sur Mike Betts b'riferenza għall- immaniġjar ta' l-iskart.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, għall-aħħar tas-sena li għaddiet il-Ministru Zammit Dimech, preċiżament fis-27 ta' Diċembru kien kiteb fil- gazzetta \"The Times\" u qal: \"I have a dream\".", "Din il-ħolma kienet tikkonċerna x-xogħlijiet ta' St. James Cavalier.", "F'dan l-artiklu l-Ministru Zammit Dimech qal:", "\"On New Year's eve the Prime Minister will inaugurate St James Cavalier as a centre for creativity.", "A light installation by renowned international artist John David Mooney will commemorate this event.\".", "Fil-fatt ġiet l-aħħar tas-sena, pero' meta l-Prim Ministru mar biex jinawgura St. James Cavalier dan sab problema waħda.", "Minn kumpless ta' ma nafx ta' kemm-il kamra kulma kienu lesti sa l-aħħar tas-sena kien biss żewġt ikmamar.", "Għalhekk naħseb li l-ħolma li kellu l-Ministru Zammit Dimech kienet daqsxejn imċajpra meta mqabbla mar-realta'.", "Aktar minn hekk, il-famuż dawl li ssemma ma konniex kapaċi nagħmluh aħna hawn Malta.", "Infaqna Lm43,627 biex ġibna lil dan l-Amerikan biex għamel ftit dawl ma' St. James Cavalier.", "Fuq kollox, kif jaf kulmin kien preżenti, dan m'għamilx dak li kien mistenni.", "Dan ifisser li l-ħolma li kellu l-Ministru Zammit Dimech fuq St. James Cavalier donnha ma tantx kienet sabiħa ħafna u forsi aktar tista' tiġi definita bħala nightmare!", "Tant St. James Cavalier ma kienx lest dakinhar li inawgurajnih fl-aħħar tas-sena li għaddiet - imma din is-sena sejjaħnielu l-millennium project ta' Malta - li sussegwentement wara li nkixfet l-irħama saru diversi mistoqsijiet fil-parlament dwar meta se jitlesta St. James Cavalier.", "Wara li inawgurajnih b'tant pompa, f'dan il- parlament staqsejna meta verament se jitlesta x-xogħol.", "Fil-fatt f'mistoqsija numru 15923 l-ministru rrispondieni li dan se jkun lest f'Mejju, ħlief għal xi xogħol konness ma' materjal li dam ma jasal minn barra, li se jkun lest f'Ġunju.", "Issa din il-mistoqsija kienet saret f'Mejju.", "Effettivament kulħadd jaf li St. James Cavalier la tlesta f'Mejju u lanqas f'Ġunju, u għall-ewwel darba f'Malta inawgurajna proġett għal aktar minn darba għax f'Settembru erġajna inawgurajnih.", "Forsi bħalissa ma tantx hawn x'nawguraw, u għalhekk noqogħdu ninawguraw l-istess affarijiet.", "Mr Chairman, irrid nagħmel riferenza wkoll għall-flus li qam St. James Cavalier.", "Fid-diskors tal-budget li għadda l-ministru tal-finanzi kien qal li x-xogħol taċ-ċentru ta' l-arti - għax dak iż-żmien kien ċentru ta' l- arti u ma kienx għadu kkwalifika għal ċentru ta' kreattivita' kif insejħulu dan iż-żmien - se jkun jiswa' Lm3 miljun.", "Effettivament issa sirna nafu li l-proġett se jqum Lm4.8 miljun, u din kienet risposta li ngħatat minn uffiċjal tad-dipartiment tal-kontijiet pubbliċi, meta ġie mistoqsi dwar dan fil-public accounts committee.", "Issa dan minkejja li f'Ottubru li għadda l- Ministru Zammit Dimech kien qiegħed jgħid fil-parlament li dan iċ-ċentru kien se jqum ftit iktar minn Lm3.2 miljun.", "Issa hemm differenza kbira bejn il-proġett li jqum Lm4.8 miljun għal proġett li jqum Lm3.2 miljun.", "Jien ma nafx liema hija l-figura korretta, probabbilment il-figura ta' Lm4.8 miljun hi iktar preċiża.", "Meta mbagħad staqsejna lill-ministru dwar kemm tħallas minn dan il- proġett s'issa - u din mistoqsija li saret riċenti - qalilna li s'issa tħallsu madwar Lm3 miljun.", "Jiena mort fuq l-estimi li għandna din is-sena u stennejt li nsib differenza li miżerjament tkun ta' Lm1 miljun.", "U infatti sibt li s-somma bbaġitjata għas-sena d-dieħla fuq xogħlijiet li qed jitħallsu għal St. James Cavalier hija Lm170,000.", "Issa jien ma nistax nifhem kif meta hemm aktar minn Lm1 miljun x'jitħallsu fuq St. James Cavalier, nagħmlu budgeting ta' Lm170,000!", "Forsi r-risposta li ta l- ministru lill-kollega tiegħi Evarist Bartolo f'mistoqsija parlamentari li saret dan l-aħħar, meta qallu li meta jkollna cost overruns fuq proġetti jittieħdu fondi minn fuq proġetti oħrajn li ma jkunux saru.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma meta ma jkunux previsti, imma f'dan il-każ huwa previst li fuq St. James Cavalier trid tħallas aktar minn Lm170,000 li għandek smat fl-estimi.", "(Interruzzjonijiet) U hekk se tagħmel is-sena d- dieħla.", "Jien ċert li hekk se jsir, kif ċert li għamilt din is-sena fuq ċerti xogħlijiet li ġew proposti fil-bidu tas-sena li għaddiet u li ma sarux biex stajt tħallas lil St. James Cavalier.", "Dan il-proġett sar mażżra m'għonq il-finanzi tad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, għax ħafna mill- flus li qed nonfqu fih qed jittieħdu minn voti oħrajn.", "Hekk se nagħmlu s- sena d-dieħla, għax bil-Lm170,000 mhux se jitħallsu l-kuntratturi.", "Il- kuntratturi għamlu xogħolhom, ħafna minnhom għamlu xogħol tajjeb u għandhom jitħallsu.", "Fejn huma l-flus li jrid ikollok biex tħallashom?", "Mr Chairman, l-istess perit li tajnih ma nafx kemm-il Lm100,000 biex jagħmlilna St James Cavalier, il-Perit Richard England, qabbadnih ukoll biex jagħmlilna x-xogħol ta' City Gate, jiġifieri tal-proġett tat-teatru, ta' Freedom Square, tad-daħla ta' Bieb il-Belt, ta' St James Ditch u tal- bus terminus.", "S'issa fuq dan il-proġett, li għadu ma bediex, kull m'għamilna ħriġna t-tender, u lil dan il-perit diġa' tajnih probabilment aktar minn Lm66,000 fuq xogħol li għadu ma bediex.", "Ibqa' ċert li dan huwa l- iktar bniedem li għamel flus minn dan il-proġett.", "Il-gvern Laburista kien ippropona proġett simili bid-differenza li issa żidnielu miegħu City Gate, li hija oxxenita' kbira ta' żmien amministrazzjoni Nazzjonalista tas-snin 60.", "Din hija binja faxxista li bħalha qatt ma rajna bħalha u li llum il- Partit Nazzjonalista fil-gvern qed jammetti li ma tixraqx lil belt barokka bħal m'hija l-Belt Valletta, u allura ddeċieda li għandha tinbidel u magħha daħħlu wkoll il-bus terminus.", "Meta għamel il-launching tal-proġett, il-ministru qal li se jqum Lm40.25 miljun.", "Issa għamel talba biex jara jekk hemmx interess mill-privat għal dan il-proġett u qal ukoll li applikajna lill-European Investment Bank, u għamilna talba għal 103 miljun Euro għal dan il-proġett.", "Biex inkun fair miegħu ma qalx li dawn il-flus se jiġu żgur.", "Jiena ngħid li l-parti kbira minnhom mhux se jiġu, għax l-EIB ma tagħtix finanzjament għal dawn it-tip ta' proġetti.", "Il-Ministru qal li l-iżviluppaturi qed jaraw kif se jiffinanzjaw dan il-proġett.", "Qal ukoll li jekk l-iżviluppaturi mhux se jagħmluh huma, il-gvern jagħtihom fakulta' li jagħmluh magħna.", "Dawn l- iżviluppaturi bilfors jagħmluh magħkom, għax ċerti faċilitajiet ma jrendulhomx.", "City Gate ġdida ma trendilux lill-iżviluppatur, lanqas teatru ta' l-opra u lanqas bus terminus; allura dan bilfors se jgħidlek li huwa nteressat biss mill-parti tal-proġett li se trendilu, li hija l-parti kummerċjali, u xi ftit il-car parks, li ma jħallux return kbir.", "Jekk se tagħmilha inti kif se tiffinanzjaha?", "Jiena rajt l-estimi ta' din is-sena u fuq dan il-proġett m'hemm xejn.", "Nittama li l-ministru m'huwiex qed jippretendi li l-privat jagħmlu kollu b'xejn, għax fil-każ nista' ngħidlu biex jinsiha, għax jekk il-privat se jonfoq dawk l-Lm40 miljun irid jara x'return se jieħu.", "J'Alla l-proġett isir għax huwa eyesore għal pajjiżna li għandna dak it-tip ta' City Gate u l-Opera House, imma naħseb li l-mod kif inhu abbozzat il-proġett għad irid jgħaddi ħafna żmien biex narawh jibda jitwettaq.", "Ladarba qed insemmu l-Belt, rrid ngħid li l-ministru jitkellem ħafna fuq il-bżonnijiet li għandha l-Belt.", "Wieħed mill-proġetti li kien ippropona gvern Laburista, u kompla bil-proċess taħt dan il-gvern, kien proprju s-sea passenger terminal tal-cruise liners.", "F'Mejju ta' l-1999 il-Ministru diġa' kien qed jgħid li hu jaħseb li s-sena d-dieħla, jiġifieri din is-sena, għandu jibda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-proġett tat-terminal għall- passiġġieri tal-cruise liners.", "F'\"in-nazzjon\" tas-27 ta' Mejju 1999, il- ministru kien rapportat li qal li s-sena d-dieħla żgur jibda x-xogħol fuq dan il-proġett u mhux talli jibda, talli skond hu l-ewwel fażi għandha titlesta s-sena d-dieħla.", "Dan kien fl-1999, u issa qegħdin fl-2000.", "Fil- fatt x'insibu?", "Li sal-lum lanqas biss wasalna biex nagħmlu l-kuntratt finali ma' dawn in-nies, għax mid-dehra hemm ħafna problemi.", "Hawnhekk il- Ministru Zammit Dimech kien qal li dalwaqt naslu biex niffirmaw il-kuntrat u sal-lum ma smajna xejn aktar.", "Issa dan huwa proġett importanti għal pajjiżna.", "Aħna nafu kemm qed jikber it-turiżmu bil-cruise liners, u allura hemm bżonn li nipprovdu l-faċilitajiet.", "X'qed iżomm verament biex dan il-proġett jimxi 'l quddiem?", "X'qiegħed iżomm biex dan il-kuntratt jiġi ffirmat?", "Hemm bżonn ir-rieda min-naħa tal-gvern ħalli dan il-proġett jimxi 'l quddiem.", "Issa ilna sentejn inparlaw u ngħidu li hemm bżonn nagħmlu dan il-proġett.", "Madankollu suppost iffirmajna l-ewwel parti imma lanqas il-kuntratt m'għadna għamilna.", "Kemm se ndumu sejrin hekk?", "Hemm bżonn li dan il-proġett naqbduh u nlestuh bis-serjeta', għax jekk mhux se nagħmlu hekk il- kompetituri tagħna fl-industrija tat-turiżimu, li qegħdin itejbu l- faċilitajiet tagħhom, se jeħdulna s-suq.", "Din ma tgħoddx biss għall-cruise liner passengers li jiġu hawnhekk, imma għal kull tip ta' turiżmu, imma fuq dan nitkellem aktar 'il quddiem meta nitkellem fuq l-ambjent.", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet intemmuhom kemm jista' jkun malajr, ħalli din l- industrija, li hija tant importanti għal pajjiżna, nagħtuha l-faċilitajiet neċessarji.", "Nixtieq ngħid kelma wkoll fuq il-proġett tal-Kottonera.", "Dan kien proġett - kulħadd jaf, mhux imbilli qal il-ministru - propost minn gvern Laburista, u se jibqa' sinonimu mal-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "(Interruzzjonijiet) For the wrong reasons qal il-ministru.", "Iva, jista' jkun ukoll.", "Kien proġett ta' gvern Laburista, inbidel il-gvern, tela' gvern Nazzjonalista u bidel il-proġett.", "Fi żmien amministrazzjoni Laburista dan il-proġett kien ta' ċertu daqs pero' issa kabbarnih, żidnilu casino, lukanda, 200 appartament, tfajna l-marina fuq in-naħa ta' l-Isla, se nagħmlu boatyard ir-Rinella u lanqas naf x'ma żidnilux.", "Ovvjament il- ministru u l-gvern Nazzjonalista riedu jikkuntentaw liż-żewġ consortia, għalhekk kellhom bilfors ikabbru l-proġett għax ma setax jinqasam fi tnejn.", "Naturalment il-consortia ġew bix-shopping list u qalulu b'dak li riedu jagħmlu.", "Dawn ukoll kienu ġew għandna meta konna fil-gvern u dawn l- affarijiet talbuhomlna.", "Talbuna biex nagħmlu casino, lukanda u appartamenti, imma aħna rrifjutajna għax dehrilna li proġett f'area sensittiva bħal m'hija l-Kottonera, ma jridx ikun ta' ċerta skala massiva għax seta' joħloq problemi ta' overdevelopment.", "Minkejja dan tan-naħa l- oħra ma tawx każ u baqgħu għaddejjin bil-proġett.", "Ovvjament b'ħames siġġijiet maġġoranza tkun tista' tagħmel li trid, u għaddewh mill- parlament.", "Il-kuntratt ġie iffirmat u qalu li issa se nibdew nibnu.", "Il-ministru qal li din is-sena li qegħdin fiha se jinbeda l-proġett, u fil-fatt hekk ġara.", "Fl-aħħar ta' Ġunju nbeda l-proġett u l-ministru mar hemmhekk - dakinhar wasal daqsxejn tard għax inqabad hawnhekk - u kixef irħama għax inbeda l-proġett.", "Issa normalment l-irħam jinkixef meta jispiċċa l-proġett u mhux meta jinbeda, imma forsi l-Ministru għamel hekk għax jaf li mhux se jkun hu li jinawgurah meta jitlesta, għax dan il- proġett qed jieħu ħafna żmien biex isir.", "U x'inawgura l-ministru?", "Inawgura li kien hemm bini storiku qadim u waqqgħuh.", "Dak li inawgura l-ministru.", "Naħseb din l-ewwel darba fl-istorja ta' Malta li kellna ministru li inawgura proġett fil-bidu tiegħu u mhux fl-aħħar tiegħu, meta tlesta jew kważi tlesta.", "Hekk inbeda l-proġett, bit-twaqqiegħ ta' bini storiku.", "U konna għidnilu fid-debate li kellna hawnhekk u anke fil-kumitat meta tkellimna fuq dan il-proġett biex joqgħod attent kif tittratta ma' dik l- area għax tista' ssir ħafna ħsara.", "Minkejja hekk il-ministru webbes rasu u baqa' għaddej u llum wasalna f'dan l-istat.", "U minn dakinhar sal-lum għadu ma sar xejn aktar ħlief waqqa' dak il-bini u kixef l-irħama.", "Dan l-aħħar qalulna għax il-permessi mill-awtorita' ta' l-ippjanar għadhom ma ħarġux u hemm 13-il applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Grazzi!", "Allura kif tgħid li se tibda l-proġett meta m'hemmx permessi?", "L-uniku permess li kien hemm kien għat-twaqqiegħ ta' bini stroriku li twaqqa' bil-barka ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ta' min ngħid ukoll li anke jekk ikun hemm il-permessi, il-proġett mhux se jibda.", "Ħafna mill-problemi kbar li hemm hemmhekk - u l-ministru jafhom, għax qalulu n-nies - jirrelataw mat-traffiku.", "Issa l-gvern huwa mpjenjat li jagħmel studju fuq l-impatt tat-traffiku hemmhekk.", "Fil-fatt jidhirli li dan l-istudju diġa' ġie kummissjonat.", "Jiena ngħid li mhux l-istudju jrid isir imma jridu jittieħdu l-miżuri neċessarji biex id-dħul fil-Kottonera jiġi faċilitat u biex in-nies fil-Kottonera jsibu fejn jipparkjaw.", "Hemmhekk m'hemmx parkeġġ.", "Din hija l-problema fundamentali fuq dan il-proġett.", "U billi nagħmlu l-istudju mhux biżżejjed imma rridu nagħmlu budget biex nagħmlu dak li hemm bżonn.", "U jekk rajt tajjeb fl-estimi ta' din is-sena m'għandna xejn minn dan ħlief xi ħaġa biex nagħmlu upgrading tas-servizzi strutturali li bihom fhimt id-drenaġġ.", "Jekk l-investituri mhux se jaraw dawn l-affarijiet m'humiex se jibdew il-proġett tal-Kottonera, ħlief forsi min se jibni l-appartamenti, għax dawk naħseb jagħmluhom għax ħasbu biex jagħmlu garaging space taħt l-appartamenti.", "Il-bqija xejn ma jsir hemmhekk.", "Fil-fatt qed iġibu l-iskużi għaliex il-proġett għadu ma nbediex.", "Per eżempju l-marina ma nbdietx mhux għar-raġuni uffiċjali li qed jagħtu l- iżviluppaturi, imma għax bħalissa għaddejjin bl-istudju ambjentali fuq din il-marina u qabel ma nlestu l-istudju u nagħtuh lill-awtorita' ta' l- ippjanar ma nistgħux nibdew għax m'hemmx permessi.", "L-istudju jidhirli li qed isir minn Prof. Scicluna - u jiena ma nafx kif qed jagħmel l-istudju, għax jidhirli li huwa parti minn consortium - u għalih qed jiċċarġja Lm17,000.", "Imma dawn huma affarijiet tagħhom, iħallsu huma, jien ma jimpurtanix.", "Li jimpurtani hu li spiċċajna nwaqqgħu bini storiku u ma jsir xejn aktar.", "U ma nistgħux nifhmu r-raġuni għaliex il-proġett ma jistax jimxi 'l quddiem.", "Irrid ngħid ukoll li l-ministru qed ikun dgħajjef ħafna meta qed jiddilja ma' dawn il-consortia u qed jagħtihom kulma jitolbuh biex forsi jibda dan il-proġett.", "Saħansitra kien hemm problema fuq l-irmiġġi għax jidhirli li l- kuntratt ipprovda li jkun hemm 150 irmiġġ għad-dgħajjes li kien hemm f'Dockyard Creek li m'humiex biżżejjed.", "Meta l-Ministru mar għand il- consortia u qalilhom li rridu nagħmlu aktar irmiġġi, għax 150 huma ftit, dawn aċċettaw iżda talbuh il-ħlas.", "Jien naf kemm se jħallashom u jekk mhux se jgħidha llum se ngħidlu jien.", "Kemm se tħallsu fis-sena lill-consortia biex tagħmel l-irmiġġi żejda li hemm bżonn f'Dockyard Creek?", "Kemm se jitħallsu l-consortia?", "Jiġifieri dan il-consortium li suppost qed iħallas hu se nispiċċaw inħallsu lilu fis-sena biex nipprovdu dawn l-irmiġġi.", "Meta qed nagħmel din il-kritika m'inix qed ngħid xi ħaġa kontra l-barklora t'hemmhekk.", "Dawk għamlu sewwa li marru għand il-gvern u talbuh jipprovdilhom l-irmiġġi.", "Jiena ridt biss nuri d-dgħjufija tal-gvern meta jinnegozja ma' dawn il-consortia.", "Ma' dan il-proġett tal-Kottonera hemm naturalment dak tal-baċir numru wieħed, proġett li s'issa għadna ma għamilna xejn fuqu.", "Kellna proposti u studju mid-dockyard imma s'issa bil-proposti bqajna.", "Kulma għamilna, biex inkun korrett, kien li waqqajna ħajt li biex waqqajnih qamilna Lm100,000.", "Daqshekk infaqna, u ma nafx kemm-il darba marru jittawlu lil dan il-ħajt nieżel il-Ministru Josef Bonnici u l-Ministru Zammit Dimech.", "Basta infaqna Lm100,000 biex waqqajna ħajt u mexxejnih lura.", "In-nies ta' Bormla mhux iwaqqgħu l-ħajt u jagħmlu ħajt ieħor minfloku jridu imma jneħħu l-attivita' kummerċjali tat-tarzna minn ġo nofshom.", "Mid-dehra hemmhekk għadna mwaħħlin ukoll bħal ma aħna mwaħħlin fuq il-proġett ta' Manoel Island.", "Fuq dan il-proġett il-ministru qal li din is-sena għandu jibda żgur.", "Qal li l-iżviluppaturi għandhom jagħmlu ħofra kbira in-naħa ta' Tigne' bħala l- ewwel parti mix-xogħol biex minnha jgħaddu t-triq.", "Issa jien ma tantx jien midħla ta' dawk l-akkwati imma jidhirli li l-ħofra għadha ma bdietx issir.", "Suppost li bdiet issir din is-sena, u safejn naf jien dawn għadhom jitkellmu dwar il-materjal li se jaqilgħu minn din il-ħofra.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar korrettament rabtithom b'ċerti kundizzjonijiet x'jagħmlu bil- materjal li jeskavaw minn hemm, pero' dwar dan għadhom għaddejjin bid- diskussjonijiet.", "Jiġifieri minkejja li dan il-proġett għadda mill-parlament u li partijiet minnu diġa' huma approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar, dan huwa proġett ieħor li lanqas għadu nbeda.", "Sadanittant bħalma qed jagħmel fuq il-proġett tal-Kottonera, il-gvern qiegħed jonfoq ħafna flus biex jagħti spinta u jipprova jibdieh.", "Per eżempju qiegħed jonfoq nefqa kbira biex jirriloka lil min kien inħareġ minn Manoel Island.", "Hawnhekk għandna stimi kemm tan-nies li nħarġu minn hemmhekk kif ukoll ta' ażjendi kummerċjali, u nsibu li ntefqu 'l fuq minn Lm1 miljun biex dawn in-nies u l- ażjendi nħarġu minn hemmhekk.", "U anke jekk tara l-budget ta' din is-sena ssib li l-gvern se jonfoq ħafna flus ukoll biex jibda x-xogħol tal-Gżira link road.", "Madankollu min-naħa tal-consortium ma beda xejn.", "Jien nifhem għaliex il-gvern qiegħed għarrkobbtejh quddiem il-consortia biex forsi jibdew, għax kull gvern jaf li jekk tmexxi l-industrija tal-bini f'dan il-pajjiż tiġġenera l-ekonomija 'l quddiem.", "Minkejja dan l-isforz kollu li qed jagħmel il-gvern, għaliex mhux qed jibdew ix-xogħol?", "U meta tistaqsi din id-domanda mill-ewwel tinduna li hemm xi ħaġa li mhux qed taħdem tajjeb.", "Per eżempju proġett konness mal-proġett tal-Kottonera u li kien importantissimu li jsir huwa l-proġett tal-Connections.", "Dan il-gvern lanqas biss qed jitkellem fuqu.", "Permezz tiegħu l-aċċess għall-Kottonera kien se jkun ukoll mill-baħar u mhux mill-art biss.", "Għaliex kien importanti dan?", "Għax peress li l-aċċess għall-Kottonera huwa diffiċli u ristrett ħafna min-naħa ta' l-art konna se nipprovdu mod ieħor kif tasal hemm, u konna se norbtu tas-Sliema u l-Belt mal-Kottonera.", "Dan il-gvern ma fehem xejn, u dan il-proġett ma nafux x'sar minnu.", "Forsi issa l-ministru jgħidilna xi ħaġa dwaru meta jkun qed jagħmel id-diskors tiegħu.", "Hawnhekk naraw in-nuqqas ta' viżjoni li hemm fi ħdan dan il-gvern fejn jidħlu dawn it-tip ta' proġetti.", "Il-gvern ma jistax jifhem li biex tagħmel proġetti ta' urban regeneration ma tridx tarahom piecemeal, imma trid tara l-area sħiħa u x'hemm bżonn li jsir fiha.", "U waħda mill-affarijiet importanti hija appuntu l-aċċessibilta' ta' dawn il-postijiet, li ħafna drabi tkun ristetta.", "Hemm il-problemi tal- parkeġġ u oħrajn infrastrutturali u hemm bżonn li dan il-gvern ikollu viżjoni aktar wiesa'.", "L-affarijiet m'għandux jarahom proġett proġett.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar l-embellishment.", "Kien gvern Laburista li beda jonfoq ħafna u ħafna flus sabiex nagħmlu upgrading taż-żoni turistiċi f'pajjiżna, mhux biss dawk popolari mat-turisti imma anke postijiet fejn imorru l-Maltin.", "Fuq il-proġett ta' Buġibba nfaqna Lm3 miljun.", "Għamilna wkoll il-proġett tas-south ta' Malta, jiġifieri dawk ta' Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa, u konna se nibdew ukoll l-area ta' San Ġiljan, Paceville u Tas-Sliema.", "Inqalbet il-folja, tela' gvern Nazzjonalista, inbidel l-isem, ma bqajniex insejħulu upgrading of major tourist areas imma bdejna nsejħulu embellishment.", "U għall-bidu għidt imma għaliex embellishment u mhux upgrading?", "Imbagħad fhimt għaliex.", "Għax dak li qed nagħmlu huwa kosmetiku.", "Per eżempju f'Tas-Sliema qed nibdlu r-railing u nagħmlu madum ġdid.", "Dak hu tibdil kożmetiku u mhux upgrading.", "Veru li qed tagħmel embellishment, imma mhux qed tagħmel upgrading, għax upgrading ifisser li tieħu area sħiħa f'raħal u tara x'inhuma l-problemi li hemm fiha.", "Fosthom insibu problemi ta' aċċess, ta' parkeġġ, ta' trasport pubbliku u problemi fit-toroq u dawn jiġu ttrarttati as a whole u mhux sempliċement taqbad il-promenade u tittrattah.", "Anke hawnhekk jidher li kien hemm nuqqas ta' viżjoni.", "Fejn aħna konna qed nitkellmu fuq xi ħaġa wiesgħa, li għandna bżonnha fil- pajjiż, li biha jgawdi l-ambjent b'mod partikolari ta' dawn l-areas tant imfittxija, issa bdejna nirtukkaw l'hawn u l'hemm.", "Mhux hekk biss, proġetti li nbdew taħt amministrazzjoni Laburista sal-lum, sentejn wara, għadhom ma tlestewx minkejja l-wegħdi li kelli mill-ministru li se jitlestew.", "Per eżempju matul din is-sena kellna nagħmlu x-xogħol fuq il- ħajt ta' Portobello f'Buġibba pero' ma sar xejn u lanqas is-sena d-dieħla m'hu se jsir, għax m'hemmx budget għalih.", "Hemmhekk kien tela' ħajt bħala retaining wall għat-triq ta' fuq, lill-ministru m'għoġbux u mar u qalgħu minn hemmhekk.", "Issa għandna diżastru sħiħ hemmhekk għax baqa' biss construction site.", "Ilna diġa' sentejn f'din is-sitwazzjoni, u deħlin fit- tielet sena u se tibqa' hekk minkejja l-wegħdiet tal-ministru li din is- sena, skond mistoqsija parlamentari, kellu jsir ix-xogħol.", "L-istess fit-tkomplija tat-twaħħil tar-railings fil-promenade li hemm il- Qawra taħt it-triq.", "Lanqas dawn ma saru.", "U dawn huma affarijiet li nbdew sentejn ilu u lanqas ma se jsiru s-sena d-dieħla.", "L-istess fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, Birżebbuġa, Marsascala u Marsaxlokk.", "Per eżempju kienet inbniet public convenience ġdida ġewwa l-bajja ta' San Ġorġ biex titwaqqa' l-qadima li ambjentalment kienet tistona pero' jidhirli li l-qadima għadha ma twaqqgħetx sal-lum.", "Dawn huma affarijiet li juru nuqqas ta' ħeġġa, ta' rieda, ta' mpenn u ta' viżjoni ta' dak li rridu nagħmlu biex il-pajjiż nagħmluh sabiħ.", "Jien dejjem ngħid f'dan il-parlament li għandna ġawhra, ministru, u fuq din taqbel miegħi żgur.", "Għandna ġawhra f'dan il-pajjiż, imma għandna bżonn nagħtuha l-polish, nieħdu ħsiebha u nagħmlu dak li hemm bżonn ħalli nġibuha sabiħa u tleqq.", "Dan mhux qed nagħmluh.", "Dwar Tas-Sliema rrid ngħid li l-ministru l-ewwel qal li se jonfoq Lm800,000, imbagħad nefaq somma ħafna iżgħar minn hekk, jidhirli madwar in- nofs.", "Probabbilment parti minn dik is-somma ttieħdet biex għamlu St. James Cavalier, għax milli nista' nifhem ma kellhomx flus għalih.", "Fil-fatt għallinqas skond l-aħħar figuri li għandi hawnhekk fuq Tas-Sliema nefqu Lm434,000.", "Imbagħad, Sur President, qalulna se nkomplu biex ix-xogħol is- sena d-dieħla jitlesta.", "Veru li l-promenade ta' Tas-Sliema għandu bżonn ix- xogħol, imma naħseb li l-aktar post li għandu bżonn ix-xogħol huwa San Ġiljan, u b'mod partikolari Paceville.", "Qalulna li dalwaqt se nibdew bix-xogħol ta' Paceville.", "Hemmhekk, flimkien mal-proġett ta' Bay Street, kellna nagħmlu l-embellishment ta' l-area.", "Jien m'inix midħla ħafna t'hemmhekk, imma sar dak ix-xogħol ta' embellishment li kellu jsir din is-sena f'St. Augustine Street, Paceville?", "Skond il- ministru dan ix-xogħol kellu jsir u jitlesta din is-sena.", "Il-ministru qal li din is-sena li qegħdin fiha, jiġifieri s-sena 2000, kellhom jintefqu Lm5 miljun oħra fuq xogħol ta' restawr u ta' embellishment.", "U nistaqsih fejn intefqu dawn?", "Kull ma nfaqtu din is-sena kienu Lm434,000 fuq Tas-Sliema.", "Nimmaġina li tħallsu xi kontijiet b'lura fuq in-naħa tas-south ta' Malta u fuq restawr imma fuq restawr żgur li ma ntefqux kważi Lm5 miljun.", "Allura dawn il-Lm5 miljun fejn marru?", "Forsi dawn ukoll marru għal St. James Cavalier, għax mid-dehra dan hu drain kbir fuq il-pajjiż.", "Anke fil-gazzetta llum hemm il-kritika li qiegħed jagħmel il-persuna li ġie inkarigat minn St. James Cavalier.", "Dan staqsa lill-gvern dwar x'jista' jagħmel bi Lm30,000 budget għar-running costs ta' St. James Cavalier.", "Dan qalilhom li biex imexxi St. James Cavalier irid Lm0.25 miljun.", "La semmejt ir-restawr, nieħu pjaċir li r-restoration unit li kien twaqqaf minn amministrazzjoni Laburista tħalla hemm u qed jagħmel xogħol siewi u fih hemm periti u nies li huma mħeġġin ħafna, iddedikati fuq dan ix-xogħol u għandhom ħafna impenn.", "Insemmi lil Claude Borg, Norbert Gatt u sħabhom kollha.", "Jiena nieħu pjaċir bix-xogħol li jagħmlu.", "Lil dawn n-nies għandna bżonn nagħtuhom il-fondi, ir-riżorsi biex jaħdmu, bħalma għandna bżonn nagħtu l-fondi u r-riżorsi lir-rehabilitation committees.", "Issa anke hawnhekk għandna kordinatur lis-Sur Ray Bondin, li jagħmel mill-aħjar li jista' fir-rehabilitation committees li għandna biex imexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "U nieħu pjaċir ukoll li fl-aħħar, wara sentejn, tlesta u nxtegħel id-dawl ta' Republic Street.", "Għallinqas għamilna pass ieħor 'il quddiem fit-tisbiħ tal-Belt tagħna.", "F'dan il-kas ukoll ngħid li għandna bżonn nagħtu il-fondi lil dawn il-kumitati u lil dan ir-restoration unit ħalli jmorru 'il quddiem.", "Żgur li dawn jistgħu jagħmlu ħafna aktar jekk aħna nipprovdulhom il-fondi u n-nies biex jaħdmu.", "Insemmi issa proġetti oħrajn li ġew abbandunati minn dan il-gvern.", "X'sar fuq il-proġett tal-park nazzjonali din is-sena?", "Kulma naf li sar fuq il- park nazzjonali din is-sena kienet li l-ministru kellu okkażjoni biex jieħu żewġ ritratti meta mar ġewwa Ta' Qali u nstalla 20 mejda ta' l-injam u ftit siġġijiet.", "Dik l-unika ħaġa li saret fuq il-park nazzjonali.", "U lanqas fil- budget tas-sena d-dieħla ma jidher li se jsir.", "Intesew il-parks nazzjonali li kien ippropona gvern Laburista?", "X'sar minnhom il-park ġewwa Ta' Qali, ġewwa Burmarrad, ġewwa Delimara u l-heritage park ġewwa l-Kottonera, li jinkludi ukoll ir-regional park ta' Ħaż Żabbar?", "Se jieqfu, se nkompluhom, x'se nagħmlu?", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-bżonn li nieħdu ħsieb pajjiżna bilfors li rrid insemmi l-ambjent.", "Tkellem tajjeb ħafna qabli l-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Mizzi fuq l- ambjent, imma naħseb li għandna bżonn mhux nitkellmu biss imma naraw x'se nagħmlu fuq din il-ħaġa.", "Kulħadd jikkritika l-istat ambjentali ta' pajjiżna.", "Għandna l-Ambaxxatur Franċiż jikkritika lill-gvern fuq il- progress li sar fuq l-ambjent.", "Il-ministru għat-turiżmu qiegħed jgħid:", "\"Tourism depends on the care of the environment\".", "L-Unjoni Ewropea tgħidilna li fuq l-ambjent m'aħna qed nagħmlu l-ebda progress.", "Kulħadd ħlief il-Ministru Zammit Dimech qed jgħidilna li għandna stat ambjentali diżastruż f'dan il-pajjiż.", "Dan qal:", "\"Il-futur għall-ambjent Malti qatt ma kien isbaħ\".", "Dan qalu f'Ġunju li għadda.", "Issa jien ma nafx x'qed jara, pero' naħseb li mhux qed jgħix f'Malta!", "Naħseb li jien u hu m'aħniex qed ngħixu fl-istess postijiet bħall-bqija tal-poplu Malti!", "Għax meta qed jgħid li qatt ma kellna futur ambjentali daqshekk sabiħ, ifisser li jew l-affarijiet ma jarahomx bl-istess lenti jew ma nafx.", "L-unika ħaġa li saret fuq l-ambjent din is-sena kienu ħafna studji.", "Iffirmajna biss ħafna konvenzjonijiet għax ma jqumux flus fosthom il- konvenzjoni ma' l-universita' ta' Basle.", "Meta jkollna problema ambjentali l- ministru jgħid li se nagħmlu studju.", "Sieħbi Joe Mizzi qal li meta kellna l- problema tat-trab iswed f'dan il-pajjiż il-ministru ried li nagħmlu studju, meta kulħadd kien jaf minn fejn hu ġej dan it-trab.", "Bl-istudju ma ssolvix il-problemi, trid issolvi bl-azzjoni.", "U biex issolvi l-problemi ambjentali, Mr. Chairman, għandek bżonn flus kbar.", "Fil-fatt, f'laqgħa li kellu l- ministru tal-finanzi ma' l-għaqdiet ambjentali qal li għandna bżonn miljuni kbar biex nieħdu ħsieb l-ambjent f'pajjiżna.", "U ssolvi l-problemi tiegħek meta dak li tgħid tibda tagħmlu.", "Biex timxi trid tieħu l-azzjoni.", "Jiena se nsemmi żewġ aspetti tal-problemi ambjentali li tkellem dwarhom ukoll sieħbi l-Onor.", "Mizzi u nibda biex ngħid xi ħaġa fuq is-solid waste.", "Matul is-sena li għaddiet x'sar fuq l-iskart?", "Din hija problema li ilna ħafna għaddejjin biha.", "Gvern Laburista preċedenti kien għamel studju fuq l- iskart; konna għamilna waste management strategy u bdejna nimplimentawha.", "Konna għamilna ċerti regolamenti fuq kif għandu jiġi trattat l-iskart ta' l- industrija tal-kostruzzjoni u konna bdejna mexjin minn hemm.", "Inbidel il- gvern u waqaf kollox ħesrem.", "Imbagħad x'ġara din is-sena?", "Kif qal il- ministru fid-diskors tal-budget tas-sena li għaddiet, il-ministeru tiegħu jew id-dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent ippubblika waste management strategy, dokument li kien ħareġ biex jgħidilna xi strateġija għandu jkollu l-pajjiż fuq l-iskart.", "Dan kien fi Frar.", "F'April l-awtorita' ta' l- ippjanar għamlet waste management subject plan, studju ieħor.", "Mela diġa' għandna żewġ studji.", "U dan l-istudju li għamlet l-awtorita' ta' l-ippjanar ma nafx kemm-il mitt elf lira qam.", "Imbagħad x'sibna aktar?", "F'Awissu ta' din is-sena ħriġna policies ġodda ħalli nieħdu ħsieb l- iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni.", "U x'kienu dawn il-policies ġodda?", "Li l-iskart jitwaddab fil-barrieri.", "Din hija xi ħaġa li bdejna nagħmlu aħna meta kien fil-gvern il-Partit Laburista.", "Ma nafx x'policy ġdida hi!", "Allura dan il-gvern kellu bżonn sentejn biex jasal għall-istess konklużjonijiet li kien wasal għalihom il-gvern ta' qabel?!", "U sieħbi l-Onor.", "Mizzi kellu raġun meta qal li fuq l-ambjent hemm bżonn li jkollna policies maqbula minn kulħadd.", "Ma jistax ikun li meta jkun hemm bidla fil-gvern noqogħdu kull darba nibdew mill-bidu.", "B'dan il-mod qatt m'aħna se naslu.", "U issa spiċċajna billi dan l-aħħar jiem inħarġet is-sejħa għall-proposti għat-trattament ta' l-iskart fil-pajjiż.", "U lill-ministru, li jħobb isemmi ħafna l-miljuni, bħalma semma l-Lm40 miljun ta' City Gate...", "U f'dan il-kas min għamel il- kalkoli għamilhom ħżiena, għax dak il-proġett se jqum ħafna aktar minn Lm40 miljun.", "Il-ministru qal li dan ta' l-iskart se jqum ma' l-Lm400 miljun.", "Qal: Tafu kemm għandna interess!", "Tafu kemm ġew ikellmuni nies u kumpanniji!", "U ma nafx x'ma qalx li ġew, u mill-Ġermanja, mill-Ġapan, mill-Amerka u minn kullimkien.", "Meta kont ministru jien kienu jiġu jkellmuni wkoll.", "Dawn mhux kollha jiġu jkellmuk jekk ikunu jridu x-xogħol?", "Mhux kulħadd interessat jieħu x-xogħol mill-pajjiż?", "Imma biex il-proġett ikun serju kif se tiffinanzjah?", "Kif se tiffinanzja proġett ta' Lm400 miljun?", "Jaqaw il- ministru qed jippretendi li se jiffinanzjahulu l-privat?", "Ma naħsibx li qed ngħixu fl-istess dinja jekk jippretendi li l-privat se jinvesti Lm400 miljun lira meta jaf li r-return minn din l-industrija huwa żgħir.", "Jekk, per eżempju, tieħu l-figuri uffiċjali li għandna għal din is-sena għallinqas, tara li matul din is-sena mill-Magħtab il-gvern qed jistma li se jdaħħal xi Lm270,000 u mill-bejgħ tal-compost xi Lm15,000.", "Mela biex jagħmel management ta' l-iskart il-gvern qed jonfoq Lm1.55 miljun fis-sena u qed idaħħal lura anqas minn Lm300,000.", "Allura kif jippretendi li xi ħadd se jinvesti Lm400 miljun biex idaħħal Lm300,000?", "Jekk naħsbu hekk ma nafux x'qed ngħidu.", "Veru li t-tariffi għal min idaħħal l-iskart ġewwa l-Magħtab qed tgħollihom.", "Din is-sena kienu 38c it-tunnellata u s-sena d-dieħla se jkunu 46c it-tunnellata.", "Ara din m'għidnihiex fil-budget.", "M'għidniex li t-tariffi biex indaħħlu l-iskart ġewwa l-Magħtab se jogħlew bi 20% s-sena d-dieħla u se jiġu 46c it-tunnellata minn 38c.", "Hawn irrid ngħid ukoll li d- dipartiment għandu jieħu kważi Lm1 miljun u ma nafx jekk jiġborhomx minn dawn in-nies li jdaħħlu l-iskart ġewwa l-Magħtab.", "Issa dan il-gvern jekk irid jista' faċilment jiġborhom billi jgħid li min ma jħallasx ma jidħolx imbagħad tikkontrolla fejn qed imorru u żżommilhom il-liċenzji.", "Forsi l- gvern jippretendi li għax dawn se jżidhom għal 46c se jħajjar lill-privat jidħol għal dan ix-xogħol?", "Jien ngħidlek li se jkollu ħafna proposti fuq dan, imma fl-aħħar kollha se jistaqsuk dwar kif se jagħmlu funding biex inaddfu l-Magħtab u l-landfills l-oħra li għandna fil-pajjiż?", "Kif se niffinanzjaw dan ix-xogħol?", "Hekk se jistaqsu dawn u minkejja li l-ministru mhux qed jammettiha, bilfors se jkollu jdaħħal taxxa fuq din il-ħaġa.", "Issa jekk hux diretta jew indiretta mbagħad naraw.", "M'inix qed nikkritika jekk għandhomx jidħlu taxxi bażati fuq il-polluter pays principle, lanqas xejn, konna proprju aħna li daħħalnihom dawn it-tip ta' taxxi minkejja l-kritika ipokrita tan-naħa l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Għax ikkritikajtuhom, l-aktar waħda tad-drenaġġ, biex mingħalikom tieħdu vantaġġ politiku.", "U għadkom sal- lum tikkritikawha din.", "Intom ikkritikajtu taxxa bażata fuq il-polluter place principle imma minkejja dan kollu lin-nies mhux qed tgħidilhom li biex tkun tista' tagħmel dawn l-affarijiet hemm bżonn li ddaħħal taxxa jew li jiżdiedu t-taxxi.", "Issa meta jingħalqu l-proposti naraw x'se jgħid min se jagħmel il-proposti.", "Jien konvint li kollha se jistaqsuh dwar minn fejn se jiġi d-dħul tagħna.", "L-Onor.", "Mizzi qal li dan il-ministru wiegħed li fi żmien tliet xhur kellu jnaddaf Malta kollha.", "Issa matul din is-sena ukoll kellna xi ħaġa simili.", "Kulħadd jiftakar li ġie jżurna Romano Prodi hawn Malta.", "U meta kien ġie jżurna Prodi konna bdejna nagħmlu ħafna tindif l'hawn u l'hemm.", "U meta tal- gazzetti lill-ministru staqsewh jekk dan it-tindif huwiex qed isir għax kien ġej Romano Prodi, lil ta' \"The Times\" weġibhom li le.", "Ħalli nikkwota x'qal:", "\"We intend to show we mean business.", "We want a cleaner and more lively Malta than ever and we intend to maintain this pace of work\".", "Romano Prodi ġie u telaq u niftakar li The Times, fit-22 ta' Lulju qaltlu:", "\"Romano Prodi, please come back!\"", "Dan l-editorjal tat-Times qal li addio Prodi u addio l-pass li semma l- ministru li jrid jibqa' għaddej bih.", "Spiċċa kollox!", "Ħares madwarek u tara ħmieġ kullimkien.", "Anke affarijiet li kienu nbdew taħt amministrazzjoni Laburista preċedenti twaqqfu.", "Per eżempju, għaliex twaqqaf l-eżerċizzju tat-tneħħija tat-tankijiet u ta' l-appliances domestiċi, washing machines, refrigerators minn ġo l- għelieqi?", "Kien inbeda proġett biex jitneħħew minn kullimkien u taħt dan il- gvern twaqqaf.", "Mhux talli twaqqaf talli issa ġie reversed u reġa' qed jimtela kullimkien bit-tankijiet.", "U ma neħodhiex bi kbira.", "F'Mejju li għadda l-ministru mar id-Dwejra flimkien mal-ministru għal Għawdex Giovanna Debono u mas-sindku t'hemmhekk marru biex jaraw xi xogħol li kien qed isir fuq xi wirt storiku u l-ministru ma nnutax li fid-Dwejra stess kellu muntanja kbira ta' skart quddiemu.", "Kellha tkun \"The Times\" fl-istess jiem li ġibditlu l-attenzjoni.", "Issa mhux qed nitkellmu fuq Londra; qed nitkellmu fuq id-Dwejra Għawdex li huwa post żgħir.", "U kellha tkun proprju \"The Times\", gazzetta lokali, li ttendiet li għandna muntanja ta' skart ġewwa Għawdex.", "U meta qalulu biha, il-ministru qalilhom li se nagħmlu studju.", "U nagħmlu studju biex ineħħu l-iskart minn Għawdex?", "Għaliex ma qabbadtx gaffa u żewġ trakkijiet u neħħejtu, kif fil-fatt qed tagħmel issa?", "Kellna bżonn noħorġu tender biex inqabbdu gaffa u żewġ trakkijiet biex ineħħu l-iskart minn hemmhekk?", "M'għandux inġenji l-gvern?", "U meta se jitlesta x-xogħol biex ineħħu dan l-iskart minn ġod-Dwejra?", "Meta, għax naħseb dan huwa xogħol open ended.", "U kemm qed inħallsu għalih dan ix- xogħol?", "Kemm qed inħallsu għall-inġenji li nkrew?", "Għax naħseb għall-ammont ta' żmien li hemm biex inneħħu l-iskart dawn aħjar inxtraw flok ħarġet tender.", "Mr Chairman, ir-realta' fil-pajjiż hi li dejjem ngħidu li rridu nagħmlu l-affarijiet, imbagħad insibu li l-aktar soluzzjoni faċli biex nippruvaw nevitaw li l-affarijiet isiru hi li nagħmlu l-istudji.", "L-istess fejn jidħol id-drenaġġ.", "Hawnhekk ukoll, suppost għandna commitment mill-ministru li sas-sena 2005 għandhom jinbnew l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ li hemm bżonn ħalli d-drenaġġ kollu f'pajjiżna jiġi trattat.", "Din is-sena ma sar xejn.", "(Interruzzjonijiet) Skużani saru l-istudji, dawk isiru dejjem.", "Dawk huma l- aktar ħaġa faċli, saru u qed isiru.", "Imma apparti l-istudji ma sar xejn.", "Jekk tara l-budget tas-sena d-dieħla, tara li m'hemm xejn budgeted bħal ma hemm xejn ukoll għall-composting plant ta' Sant'Antnin.", "Naħseb li m'hemm xejn budgeted għax il-gvern għandu l-intenzjoni li din jipprivatizzaha.", "U naħseb li se jiżbalja, għax biex jipprivatizza l-impjant ta' Sant'Antnin se jkollu jħallas bħalma ħallset amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l- 1996, u kien proprju gvern Laburista li waqqaf dak il-kuntratt għax deherilha li bin-nies tal-gvern li għandna żejda konna kapaċi nħaddmuh.", "U ħaddimnih, u sibna wkoll soluzzjoni għall-problema ta' l-irwejjaħ ta' l- impjant.", "U issa mid-dehra l-gvern reġa' dieħel f'dak l-isqaq.", "Imma fuq id- drenaġġ meta se nibdew dawn l-impjanti jekk irridu nlestuhom fi żmien erba' snin?", "Erba' snin fadal, meta se nibdewhom dawn?", "Biex toħroġilhom it-tenders u jinbdew dawn iridu s-snin.", "U l-funding ta' dawn l-impjanti minn fejn ġej?", "Hawn qed titkellem fuq nefqa ta' 'l fuq minn Lm20 miljun.", "Minn fejn se ġġibu l-funding għalihom dawn l-impjanti?", "Mhux billi nitkellmu x'irridu nagħmlu.", "Jien ma nistax nikkritikak jekk tgħidli li hemm bżonn nittrattaw id-drenaġġ.", "Ngħidlek bravu, hekk għandna nagħmlu, imma mbagħad trid tgħidli minn fejn se ġġib il-flus biex tagħmel dan il-proġett tat-treatment plants li l-pajjiż verament għandu bżonn.", "U la qed insemmu d-drenaġġ, Sur President, irrid ngħid li dan qasam jinkwetani għax aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin naraw li ħafna mill- infrastruttura eżistenti qed titkisser f'ħafna postijiet u mhux qed tiġi mibdula u upgraded.", "Suppost li din is-sena għamilna 16-il kilometru ta' extensions tad-drenaġġ.", "Taf kemm għamilna?", "Mhux aktar minn tliet kilometri, u dan skond risposta li tani l-Ministru fil-parlament ftit tal-ġimgħat ilu.", "Mhux aktar minn tliet kilometri extensions meta suppost għamilna aktar minn 15-il kilometru.", "Nistaqsi x'sar minn dak il-proġett li huwa skond il-master plan tal-reliever main bejn Ħ'Attard u r-Rabat?", "L-ewwel fażi kienet ingħatat fi żmien il-gvern Laburista, u għadha mhux lesta meta suppost li ilha lesta.", "Ġiet ikkummissjonata?", "U t-tieni fażi li kienet ingħatat ukoll inbdiet?", "Mhux tlestiet!", "Int qed tgħid li din is-sena suppost tlestiet dik il-fażi minn Ħ'Attard sar-Rabat.", "Inbdiet dik il-fażi?", "Mhux tlestietx, jekk inbdietx għidli lili.", "U dawn l-affarijiet ma jsirux għax fost affarijiet oħrajn għandna bżonn il-flus għal St. James Cavalier, allura qed neħduhom minn hawn u minn hemm.", "U sadanittant l-infrastruttura qed tbati basta issa għandna l-St.", "James Cavalier.", "Imma l-aktar ħaġa li tinkwetani m'hijiex din, Sur President, imma xi ħaġa li toħroġ mill-estimi.", "Jekk aħna naraw l-estimi ta' din is-sena għad- dipartiment tad-drenaġġ - u jien jidhirli li din hija xi ħaġa li s'issa ħadd għadu ma rrelevaha waqt dan id-dibattitu - aħna s-soltu nikkalkulaw x'kontribut se jagħtu l-ħaddiema tal-gvern fuq proġetti kapitali u ndaħħluh lura bħala dħul għall-gvern.", "Issa dan normalment fil-ministeru ta' l- ambjent, id-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, ma jaqbiżx il-Lm 1 miljun.", "Din is-sena għamilna stima li l-gvern mid-dipartimenti kollha se jieħu lura Lm2.55 miljun meta s-sena ta' qabel - jiġifieri din is-sena li qegħdin fiha - kienet budgeted li l-gvern se jieħu lura bħala kontribut tan-nies tal- gvern fuq il-proġetti kapitali Lm940,000.", "Jiġifieri din is-sena hemm Lm1.5 miljun u nofs aktar budgeted li l-gvern se jieħu lura.", "Jien għidt li forsi l-gvern se jagħmel ħafna xogħol bin-nies tiegħu?", "Fittixt u sibt li, per eżempju, fejn jidħlu l-kunsilli lokali, għax fejn jidħlu n-nies ta' d- dipartiment ta' l-ambjent jagħmlu ħafna xogħol għall-kunsilli lokali, effettivament il-kontribut naqas.", "Minn Lm1 miljun in-nies tal-gvern se jagħmlu xogħol ta' Lm700,000 fil-kunsilli lokali.", "Minn Lm900,000 stmati li se jintefqu fuq proġetti ta' l-embellishment il-gvern qed jikkalkula li n- nies tiegħu se jagħmlu biss Lm100,000 minn Lm900,000.", "U meta analizzajt il- figuri sibt figura stramba.", "Sibt li l-clawback fejn jidħol id-dipartiment tad-drenaġġ, li n-nies minn hemmhekk jieħdu Lm1,977,000 bħala salarji, il- gvern se jieħu lura Lm1,907,000.", "Din hija stramba ħafna, u rrid li l- ministru jispjegali din il-figura għax hija figura serja ħafna, minkejja li ħadd ma tkellem fuqha qabel.", "Dan żgur li huwa xi żball fl-accounts tad- dipartiment, għax ma jistax ikun li dawn il-figuri huma korretti.", "Terġa' u tgħid dawn il-ħaddiema huma l-anqas li għandhom input li int tista' tieħu clawback minnhom għax ħafna minn dawn huma jew pump attendants jew engine drivers jew watchmen, jiġifieri tip ta' nies li ma jagħmlux xogħol produttiv.", "Din il-figura hija stramba ħafna.", "L-unika spjegazzjoni li sibt - u nittama li m'inix korrett - qiegħda fil-fatt li jekk tara d-diskors li għamel il-ministru tal-finanzi f'dan il-budget issib li fost affarijiet oħrajn il-ministru qal li s-sena d-dieħla l-gvern se jidħol biex jagħmel private public partnerships.", "Qal li fejn hemm ħaddiema underemployed mal- gvern dawn se jitfgħuhom mal-privat.", "Issa l-uniku mezz kif dawn il-figuri li hemm fid-dipartiment tad-drenaġġ jistgħu jagħmlu sens, huwa li l- ministru għandu l-ħsieb - u din tajjeb li jirrapurtawha l-media li qed jisimgħuna u jinnotawha wkoll il-unions - li l-ħaddiema fid-dipartiment tad- drenaġġ iwaddabhom kollha mal-privat.", "U jekk mhux se tagħtini raġuni sodisfaċenti fuq dawn il-figuri, li huma serji ħafna, hekk nibqa' nsostni.", "Lill-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ għidtulhom li se tibgħatuhom mal- kuntratturi?", "Għax il-figuri li għandek hawnhekk hekk juru.", "Għidtulhom lill- unions?", "Lill-GWU għidtulha?", "Hemm qbil ma' l-unions fuq din il-ħaġa?", "Din il- ħaġa qegħda budgeted għal din is-sena.", "In-nies jafu biha din?", "Għax jien naħseb li qed tippruvaw tagħmluha bil-ħabi forsi ma jinduna ħadd.", "Inkella ngħid li allura tridu tiffalsifikaw anke l-budget.", "Għax jekk trid iżżid id- dħul li se jkun hemm mill-ħidma tan-nies tal-gvern, dħul li m'huwiex reali se tbaxxi l-expenditure meta fil-fatt se jkun aktar għoli.", "U allura tkun qed tagħmel xi ħaġa falza, li ma naħsibx li hu l-każ anyway.", "Lill-ministru ngħidlu biex iserraħ l-imħuħ tan-nies tad-dipartiment tad-drenaġġ u tar- rappreżentanti tagħhom billi jagħti spjega ċara ta' kif il-gvern wasal għal din il-figura, li kważi daqs kemm għandek salarji fid-dipartiment tad- drenaġġ int se teħodhom lura.", "Inkella l-unika raġuni li tista' tkun valida f'dan il-każ hija dik li semmejt jien, li int għandek xi ħsieb li dawn in- nies tibgħathom mal-privat.", "Mr. Chairman, waħda mill-affarijiet li xtaqt insemmi hija l-problemi li joħloq l-ilma tax-xita u x'qed jagħmel id-dipartiment biex jiġu evitati dawnil-problemi.", "Naf li hemmhekk hemm nies ta' l-affari tagħhom.", "Hemm is- Sur Joe Farrugia, li jmexxi l-unit f'dawn ix-xogħlijiet, hemm il-Perit George Buhagiar li jmexxi l-unit ta' environment tal-planning u jieħu ħsieb il-widien imma lil dawn m'aħniex qed nagħtuhom riżorsi u fondi biżżejjed biex ix-xogħol jagħmluh.", "Naf li huma nies tajbin, bħalma naf li hemm nies tajbin oħrajn fid-dipartiment, imma mhux qed nagħtuhom il-fondi neċessarji.", "U din iġġibni għall-konklużjoni li nies tajbin hemm u m'hemmx għalfejn nibgħatuhom mal-privat biex jaħdmu.", "Dawn huma nies li kapaċi jagħtuk is- sehem tagħhom, imma biex jagħmlu dan il-ministru mhux ħolm irid ikollu, imma viżjoni.", "Meta għandek viżjoni tkun taf x'direzzjoni trid tieħu, mill- bqija l-ħolm li għandu l-ministru jista' jirriżulta bħala nightmare kerha ħafna għall-pajjiż kollu.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin allokat għall-oppożizzjoni issa skada u l-ħin li għad fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Chairman, meta wieħed jara l-mod ta' kif nitrattaw lil din l-art tagħna, kważi kważi jibda jaħseb li għandna xi Malta oħra spare fuq xiex induru wara li nirrovinaw dik li għandna.", "F'dan id-dibattitu ssemma' l-impatt negattiv li jista' jkollu l-ambjent xejn sabiħ Malti fuq it-turiżmu.", "Mhux għax il-poplu Malti ma jiġix affettwat mit-tinġiż, pero' huwa fatt magħruf li t-tfal huma aktar suġġettibli għat- tinġiż ambjentali, għax jieklu, jixorbu u jieħdu n-nifs b'rata aktar għolja minn dik ta' l-adulti, jiġifieri t-tinġiż se jaffettwa lit-tfal tagħna b'mod drastiku.", "Lili tinteressani ħafna s-saħħa tal-Maltin, speċjalment tat-tfal, u għalhekk, meta nara din l-attitudni li ħadd ma jimpurtah minn xejn, ninkwieta tassew.", "Nittama li anke l-poplu Malti għandu għal qalbu l- ġid tat-tfal.", "Jekk wieħed jara kemm it-tinġiż fil-fatt jikkawża mard fostna l-Maltin, liema mard ikabbar l-ispiża kapitali tas-servizzi tas-saħħa ta' pajjiżna, jirrealizza li anke mill-aspett ekonomiku, jagħmel sens li nieħdu ħsieb l- ambjent.", "Jien nikkonfondi meta xi drabi nisma' lill-kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra jikkonċentraw l-aktar fuq proġetti kapitali ta' miljuni kbar ta' liri, imbagħad ma jagħtux każ ta' affarijiet iktar sempliċi.", "Nikkonfondi wkoll meta nara li minn mindu spiċċat it-tieni gwerra dinjija, l-ebda partit politiku ma ndenja ruħu imqar iwitti t-teatru rjal biex jitneħħa dak l-isfreġju mill-belt kapitali tagħna.", "Imissna nistħu li f'iktar minn 50 sena ma konniex kapaċi nieħdu deċiżjoni biex inwittu dik l- area u nagħmlu ftit paving sura ta' nies.", "Għat-twettiq tal-proġett ta' Bieb il-Belt, issemmiet iċ-ċifra ta' Lm40 miljun.", "Nistgħu minflok nonfqu dawn l-ispejjeż kollha fuq proġett wieħed, nonfqu ħafna u ħafna inqas billi per eżempju nagħmlu l-filters tal-power station?", "Ma jistax ikun nibqgħu nonfqu l-miljuni fuq proġetti kbar u ma nagħtux każ ta' ċerti affarijiet li minkejja li ma jkunux jinvolvu ħafna spejjeż, ikunu importanti daqs il-proġetti l-kbar.", "Jien naħseb li wasal iż- żmien li nibdew naraw x'inhuma l-prioritajiet, għax naħseb huwa ovvju li l- filters tal-power station ikunu ta' iktar benefiċċju mill-opera house.", "Mr Chairman, naħseb li lkoll ħadna pjaċir meta l-Enemalta bdiet timporta fuel ħafna iktar nadif.", "Għalkemm nagħti prosit lil min ħa din l- inizjattiva, jien naħseb li kieku l-Enemalta għamiltha qabel din il-biċċa xogħol, kienet tiffrankalna ħafna iktar tinġiż.", "Kulħadd jaf li l-livell ta' tinġiż fl-arja tagħna m'huwiex aċċettabbli, u għalhekk jidhirli li l- Enemalta missha ilha li bdiet timporta dan it-tip ta' fuel.", "It-tort jien ma nagħtihx lill-ministri jew lill-partiti politiċi, imma lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Per eżempju, jekk it-trasport pubbliku jiġi rranġat bis-serjeta', il- poplu Malti lest li jibda jużah avolja jkollu jimxi dawk l-erba' passi żejda, jew issa drajna bil-kumdita'?", "Huwa faċli li tikkritika, u kulħadd huwa kapaċi jagħmel dan, pero' lesti li nibdew nużaw it-trasport pubbliku, jew issa drajna bil-karozza wara l-bieb?", "La qed insemmi t-trasport pubbliku tajjeb li nsemmi proġett kapitali li kieku jsir, anke jekk bil- parteċipazzjoni tal-privat, ikun siewi ħafna.", "Qed nirriferi għas-sistema ta' underground li f'ċerti pajjiżi ilha li iktar minn 100 sena li saret u li kieku ssir hawn Malta żgur li niffrankaw iktar tinġiż.", "Sur President, aħna nafu li l-power stations tal-Marsa u ta' Delimara m'humiex biżżejjed u li fil-futur qarib dawn se jkollhom jiġu upgraded biex ilaħħqu mar-ritmu mgħaġġel ta' l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "F'dan il- proċess ta' upgrading, qegħdin nikkonsidraw li nimportaw l-enerġija mill- pajjiżi ġirien tagħna?", "Jeżistu bosta pajjiżi madwar id-dinja li jagħtu jew jieħdu l-enerġija lill-pajjiżi ġirien tagħhom, u saħansitra anke l- Unjoni Ewropea ħadet deċiżjoni li jinħoloq single energy market biex ikun hemm iktar aċċess għall-gas pipelines u l-electricity networks tal-pajjiżi kollha Ewropew.", "Għalhekk minn hawnhekk inħeġġeġ lill-Onor.", "Joe Mizzi biex jekk hu tant jisħaq fuq l-importanza li anke f'pajjiżna jibda jintuża l- gass, fir-referendum jivvota \"iva\" ħalli anke pajjiżna jkollu aċċess għal dan is-single energy market.", "Sur President, ma nistax ma nfaħħarx il-miżuri li ħa l-gvern, permezz ta' dan il-budget, biex jiġi nkoraġġut l-użu ta' enerġija alternattiva miċ- ċittadini Maltin.", "Imma per eżempju, qegħdin nikkonsidraw l-użu tal-wind energy, sors ta' enerġija nadifa u vijabbli?", "Ta' min jgħid li pajjiżi bħall-Italja, l-Ingilterra, u l-Olanda ilhom li bdew jagħmlu użu minn din it-tip ta' enerġija, għax it-turbinil-ġodda jistgħu saħansitra jipprovdu sa 500 kilowatts per unit.", "Jien naħseb li għandna nibdew nikkonsidraw din is- sistema ta' ġenerazzjoni ta' l-enerġija mill-aktar fis.", "Fir-rigward ta' l-ambjent, xejn ma jista' jimxi 'l quddiem mingħajr il- parteċipazzjoni ta' kull wieħed u waħda minna.", "Huwa importanti li fis- sistema edukattiva tagħna ndaħħlu t-temi ambjentali biex kemm jista' jkun ninstigaw fit-tfal tagħna dik l-imħabba lejn l-ambjent Malti.", "Hija ħasra li għandna pajjiż daqstant sabiħ u ta' min jiftaħar bih, imbagħad m'aħniex kapaċi nieħdu ħsiebu.", "Jien ma naħsibx li l-ħmieġ li hawn fil-pajjiż qed jiġi kkaġunat minna l-membri parlamentari, imma minn dak il-persentaġġ żgħir tal-poplu Malti li għandu bżonn jiġi edukat jew saħansitra jittieħdu miżuri kontrih biex ma jkomplix jabbuża.", "Illum il-ġurnata spiss qed nisimgħu bil-possibilita' ta' riċiklaġġ, xi ħaġa li l-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien ħa l-ewwel passi favuriha.", "Biex nibdew inħaddmu din is-sistema, naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hi li nipprojbixxu l-użu tal-fliexken tal-plastik.", "Illum kważi kważi huwa bżonn li biex wieħed iserraħ rasu mill-kwalita', jixtri l- ilma tal-fliexken, pero' l-eluf ta' fliexken li qed jiġu użati kull sena, m'humiex bio-degradable u qed jikkawża ħsara ambjentali kbira.", "Għalhekk, jekk ninkoraġġixxu l-użu tar-returnable bottles tal-ħġieġ, inkunu nistgħu nsolvu parti sostanzjali mill-problema ambjentali.", "Mr Chairman, f'diskussjoni dwar l-ambjent ma tistax ma tissemmiex il- problema tal-forn velenuż tal-Magħtab li ilha magħna sa mis-snin sebgħin meta rajna splużjoni fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Hawn Malta, minflok rajna kif nistgħu nerġa' nużaw l-unika materja prima li għandu pajjiżna, jiġifieri l-ġebla Maltija, ħlisna ħafif billi bdejna narmu l-iskart industrijali fil-miżbla tal-Magħtab.", "Jien naħseb li kien ikun ferm iktar għaqli kieku b'dan l-iskart industrijali kienu jiġu riklamati biċċiet ta' art madwar il-gżira, bħalma kien sar wara t-tieni gwerra dinjija meta t- terrapien li rriżulta mit-tiġrif tal-Belt u ta' Tas-Sliema intefgħu fl- Imsida u f'Tigne'.", "Jista' jkun li din il-possibilita' qatt ma ġiet fis- seħħ minħabba l-fatt li qatt ma ġew imponuti miżati għoljin fuq min juża l- miżbla tal-Magħtab.", "Pero' fid-dinja qatt m'hu tard wisq, u għalhekk jien naħseb li jkun għaqli li l-privat jingħata l-possibilita' li jirreklama biċċiet ta' art permezz ta' dan l-iskart, anke jekk imbagħad dik l-art issir proprjeta' ta' l-istess privat.", "B'hekk pajjiżna jkun qed jiffranka wkoll ħafna flus, riżors li sfortunatament huwa limitat.", "Mr Chairman, rigward l-ilma xtaqt ngħid li għalkemm s'issa, id-drenaġġ għadu m'huwiex qed jiġi ppurifikat, hemm il-ħsieb li dan iseħħ sas-sena 2005.", "Il-purifikazzjoni tad-drenaġġ hija inizjattiva mportanti ħafna, speċjalment il-bdiewa li jiddependu ħafna mill-ilma ta' taħt l-art.", "Sfortunatament m'għandix iċ-ċans li nelabora iktar fuq dan il-punt, u għalhekk nagħlaq billi ngħid li aħna dipendenti mill-ambjent ta' dan il- pajjiż daqs kemm tarbija fil-ġuf hi dipendenti minn Għalhekk huwa xieraq li nieħdu ħsieb lil din Malta tagħna, u kif jgħid il-Malti, ma ndardrux l- għajn li rridu nixorbu minnha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li l-livell ta' protezzjoni ta' l-ambjent f'pajjiżna xejn ma hu sodisfaċenti.", "Għaldaqstant, il-ministeru ta' l-ambjent qed jaħdem biex primarjament isib bilanċ bejn l-iżvilupp fil-pajjiż u l-esiġenzi ambjentali.", "Meta wieħed jitkellem fuq l-esiġenzi ambjentali jrid jitkellem dwar id-diversi aspetti ta' l-ambjent, jiġifieri fuq l-iżvilupp u t-tinġiż biss imma anke dwar l-aspett ekoloġiku.", "Mr Chairman, jiddispjaċini ngħid li l-oppożizzjoni titkellem qisha qatt ma kienet fil-gvern.", "Għalkemm bħala pressure group, xogħolha qed tagħmlu tajjeb, jibqa' l-fatt li kemm fis-sebgħinijiet kif ukoll fit-tmeninijiet, għamlet żmien twil fil-gvern.", "Għalhekk m'huwiex ġust li jingħad li l- problemi kollha li hawn illum huma tort ta' dan il-gvern, bħalma qal l- Onor. Joe Mizzi, għax wieħed irid jara wkoll x'kienet l-attitudni ta' l- oppożizzjoni lejn il-problemi ta' l-ambjent ta' żmien il-partit Labusita kien fil-gvern.", "Jien m'iniex ngħid li l-gvern preżenti m'għandux ir- responsabbilta' li jirranġa s-sitwazzjoni.", "Qed ngħid li għalkemm il-Partit Laburista ma joqgħodx lura milli jitfa' t-tajn, meta mbagħad wieħed ifittex x'sar fi żmien amministrazzjoni Laburista żgur li jkun sorpriż u deluż bl- ammont ta' inazzjoni li kien hemm.", "L-ikbar daqqa ta' ħarta li l-Partit Laburista ta lill-ambjent kienet meta fl-1996 irtira l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, fejn minbarra li tlifna ċ-ċans li nsiru membri fl-Unjoni u jkollna aċċess għall-fondi li hi tagħti biex il-gvern Malti ma jerfax il-piżijiet finanzjarji waħdu, is-sensibilita' għall-problema ambjentali tal-pajjiż tnaqqset bil-bosta.", "Fil-fatt meta fil-bidu tas-snin 90 kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, is-sensibilita' fil-konfront ta' din il-problema kienet ferm ikbar.", "Il-ministru għall-ambjent ta' dak iż-żmien, Dr. Ugo Mifsud Bonnici permezz tal-liġi dwar l-ambjent għamel passi kbar, u warajh, kemm it-tabib Stanley Zammit kif ukoll il-ministru preżenti, l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, għamlu ħafna proġetti ambjentali, fosthom il- composting, biex l-ambjent ta' pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Mr Chairman, fortunatament, issa li erġajna applikajna biex nissieħbu fl- Unjoni Ewropea, qegħdin f'pożizzjoni aħjar biex insolvu s-sitwazzjoni li writna.", "Jekk wieħed iħares lejn il-budget ta' din is-sena jinnota li l- ambjent mhux biss ingħata profil ogħla bit-tħabbir tar-reduzzjoni tad-dazju u s-sisa fuq is-solar panels u fuq il-karozzi elettriċi, imma jekk wieħed iħares lejn l-estimi tal-ministeru għall-ambjent jinnota li hemm vot ta' Lm200,000 biex in-national plan for the adoption of the acquis jiġi assoċjat iktar mal-ħidma tal-ministeru għall-ambjent, vot ta' Lm230,000 għall-improvement tal-waste management u vot ta' Lm70,000 għaż-żieda fl- infrastruttura fid-dipartiment tal-protezzjoni ta' l-ambjent.", "Dawn minbarra voti oħra bħall-Cottonera infrastructure u l-family resource centre.", "Rigward il-mod ta' kif se jintefaq dan il-kapital, naraw li l-Unjoni Ewropea qed tixpruna lill-gvern fid-direzzjoni t-tajba u tgħinu jsaħħaħ l- ambjent Malti.", "Fost l-oħrajn, dawn il-voti se jintefqu fuq training ta' personnel, premises ġodda għall-environment protection department, programmi fuq bio-diversita', li sal-lum ftit li xejn smajna dwarhom imma li issa l-Unjoni Ewropea qed tesiġi li dawn jiddaħħlu f'pajjiżna wkoll.", "Sur President, problemi oħra ambjentali huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-pollution control unit.", "Rigward dan, l-Onor.", "Mizzi qal li l- particulate matter fil-pollution ta' l-arja huwa għoli.", "Jien naqbel miegħu, pero' l-kunsilli lokali ta' Birkirkara ilu li kejjel il-pollution ta' l-arja ferm qabel il-call for tenders li kien ħareġ il-gvern Laburista biex dan il-kejl jibda jsir mill-gvern nazzjonali, u anke f'dak iż-żmien, l- indikazzjonijiet diġa' kienu juru li l-livelli se jkunu għoljin.", "Issa li l- gvern qed ikejjel il-pollution fl-arja b'mod regolari, jien nappella lill- ministeru għall-ambjent biex jibda jippubblika dawn ir-riżultati ħalli l- poplu Malti jkun jaf f'liema ambjent qed jgħix.", "Għalkemm m'għandix dubju li ċerti riżultati huma allarmanti, l-ikbar inkwiet m'huwiex dwar il- gassijiet, in-nitrous oxide u s-sulphur dioxide, li huma bi-products tal- karozzi, imma dwar il-particulate matter, li huwa trab fin kompost minn gassijiet u carbon li joħorġu mill-power station.", "Irridu nżommu f'moħħna l- fatt li dan il-particulate matter ma jżidx il-morbidita', imma l- mortalita'.", "Huwa tajjeb li l-Onor.", "Mizzi jagħmel aċċenn għal dan il-fattur qerriedi, pero' l-Onor.", "Mizzi jrid jgħid ukoll x'se nagħmlu wara li jkollna konferma li dan il-particulate matter huwa għoli.", "Il-Partit Laburista fil-gvern, x'għamel biex inaqqas il-particulate matter?", "Fi żmien amministrazzjoni Laburista, il-power station bil-faħam kienet taħdem u kellu jkun gvern Nazzjonalista biex għamilha taħdem biż- żejt u issa se nibdew nintroduċu wkoll il-liquid petroleum gas, il-low sulphur fuels u l-precipitators biex inkomplu nnaqqsu l-particulate matter.", "Dwar il-power station ta' Delimara, m'hemmx għalfejn ngħid li Allaħares ma kienx gvern Nazzjonalista li bniha biex b'hekk seta' jitnaqqas ftit mit- tniġġis li tiġġenera l-power station tal-Marsa.", "Jiġifieri l-konkretezza ta' l-azzjoni politika qed issir issa u f'dawk iż-żminijiet ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, għax il-Partit Laburista fil-gvern baqa' dejjem jitkellem u jiddiskuti l-ideali tiegħu u m'għamel xejn konkret.", "Mr Chairman, bis-saħħa ta' l-Unjoni Ewropea, il-water and protection u t- tniġġis fil-qasam ta' l-industrija qed jingħataw iktar attenzjoni għax meta fil-gvern kien hemm il-partit Laburista, dawn il-proġetti waqgħu sekondarji.", "Rigward il-miżbliet tal-Magħtab, tax-Xagħra Għawdex u tad- Dwejra, l-Onor.", "Mizzi ħaseb li se joħroġ bl-unuri meta kien qal li l-partit Laburista ddeċieda li jneħħihom.", "Li ma qalx l-Onor.", "Mizzi hu x'se jsir minflokhom, għax kwalunkwe sistema ta' waste disposal li ssir, se tikkaġuna l-problemi.", "Ma teżisti l-ebda sistema li ma ġġorrx magħha problemi ta' gases, ta' run-off u ta' residue.", "Issa dan il-gvern ħa l-inizjattiva li jikkummissjona studju biex imbagħad isir waste management plan li jkun aktar nadif u effiċjenti.", "Jien nispera li l-Unjoni Ewropea tagħti l- għajnuna tagħha biex inkunu nistgħu nimplimentaw dan il-pjan li la jirrigwardja s-saħħa, se jsir żgur, avolja jiswa ħafna flus.", "Bażikament jeżistu tliet sistemi ta' waste disposal, l-inċinerazzjoni, li l-partit Nazzjonalista jaħseb li m'hijiex l-aħjar sistema għal pajjiżna, il- controlled land filling, jiġifieri li l-iskart li jintrema' jitgħatta jew jiġi sealed, u l-composting li diġa' qed titħaddem fl-impjant ta' Sant'Antnin.", "Metodu ieħor li s'issa għadu ma ssemmiex huwa l-pyrolysis, sistema kompletament magħluqa li la tiġġenera gassijiet u lanqas għandha run-off.", "Permezz ta' din is-sistema, minn 100 kilogramm ta' waste jibqa' biss ħames kilogrammi, jiġifieri din is-sistema tnaqqas 95% mill-volum ta' waste.", "Għall-benefiċċju ta' min hu nteressat, se npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-pros and cons tas-sistemi ta' waste disposal kollha, jiġifieri l- incineration, il-pyrolysis, il-controlled land filling u l-composting, biex meta niġu biex niddiskutu fuq dawn l-affarijiet, ikollna background tagħhom u mhux nibdew nitkellmu bl-addoċċ.", "Jien m'għandix dubju li l-gvern Nazzjonalista, kif għamel fil-passat, se jħares lejn l-ambjent b'mod serju, kemm mill-aspett ta' saħħa kif ukoll mill-aspett ta' l-ekoloġija u ta' l-iżvilupp.", "Pero' mhux se jħares waħdu, għax bl-għajnuna tal-European environment agency u bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea nnifisha, speċjalment bl-NPAA, se jgħolli l-livell ta' l-għixien tal-poplu Malti fi żmien qasir, liema livell, kieku m'applikajniex biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, konna ngħolluh f'mhux inqas minn 20 sena oħra.", "Għalhekk inħeġġeġ lil dan il-gvern biex id f'id ma' l-Unjoni Ewropea, ikompli jaħdem fuq l-NPAA u fuq it-tisħiħ ta' l-iżvilupp ambjentali Malti.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex l-Onor.", "Asciak iqiegħed id-dokument imsemmi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn Clay's Handbook of Environmental Health, b'riferenza għal waste disposal and treatment.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, f'dan id-dibattitu xtaqt nenfasizza l-importanza tax-xogħol li qed isir mill-Cottonera rehabilitation committee.", "Irrid nuri l-apprezzment tiegħi għax-xogħol tant siewi li qed jagħmel dan il-kumitat, immexxi mid-direttur eżekuttiv, is-Sur Ray Bondin.", "Mr Chairmna, irrid infakkar ukoll ix-xogħol siewi li sar matul din is- sena fil-Kalkara, fil-Birgu u fl-Isla, fejn ġew irranġati l-Berġa ta' Franza, il-famuża statwa ta' San Mikiel, il-mina ta' Sant'Anna u diversi pavimenti tat-toroq.", "F'Bormla imbagħad sar xi xogħol fuq l-istatwa tal- Madonna tas-Sokkors u nbeda x'xogħol fuq il-mina ta' Santa Liena.", "Nistqarr li kemm ili membru f'din il-Kamra, wieħed mill-għanjiet tiegħi dejjem kien li dawn iż-żewġ postijiet jiġu rranġati, u issa, permezz tal-Cottonera rehabilitation committee taħt id-direzzjoni tal-ministeru ta' l-ambjent, dan ix-xogħol beda jsir.", "Biex tiġi rranġata l-mina ta' Santa Liena biss, se jkunu nvoluti madwar Lm40,000 u x-xogħol meħtieġ se jieħu madwar 14-il ġimgħa.", "Pero' hekk kif titlesta, żgur li din il-mina se tagħmel id-dħul għal Bormla post mill-isbaħ.", "Infakkar li fi żmenijiet oħra, din il-mina kienet l-uniku aċċess għal Bormla, u l-Bormliżi li għandhom ċerta eta' jiftakru li biex idaħħlu lill-bhejjem minn din il-mina, kien ikollhom iżarmawhom it-tagħbija peress li l-mina kienet dejqa, jiġifieri r-restawr ta' din il-mina għandu jkun xi ħaġa fenomenali.", "Ix-xogħol kollu li qed isir fil-Kottonera juri b'mod mill-iktar ċar l- intenzjoni ta' dan il-gvern li jagħmel l-affarijiet b'mod serju.", "Aħna ma nirranġawx biss dawk il-postijiet li jkollhom fond speċifiku vvotat għalihom, imma nirranġaw ukoll dawk il-postijiet li ma jkollhom fondi vvotati għalihom.", "Jien ippretendejt li l-membri ta' l-oppożizzjoni jagħmlu aċċenn għax-xogħol tant siewi li qed isir fil-Kottonera, pero' ormai issa drajna li l-oppożizzjoni qatt ma tikkummenta fuq it-tajjeb li qed jagħmel dan il-gvern.", "Mr Chairman, it-twaqqigħ tal-ħajt tal-baċir nru.", "1, proġett tant importanti għal Bormla u li f'sentejn sħaħ, il-Partit Laburista fil-gvern ma rnexxilux jagħmel, huwa inizjattiva oħra tal-ministeru għall-ambjent.", "Il- Partit Laburista, lejn l-aħħar ta' l-amministrazzjoni qasira tiegħu u meta kien jaf diġa' li ġejja elezzjoni, għamel talba biex il-ħajt jitbaxxa b'żewġ filati, waqt li aħna, wara biss erba' xhur mindu tlajna fil-gvern, għamilna l-proġett tal-Kottonera u għamilna talba biex il-ħajt jitneħħa kompletament, xi ħaġa li se tiġi tiswa madwar Lm100,000.", "Il-partit Laburista x'nefaq ġo Bormla?", "Ma nefaq assolutament xejn.", "F'Bormla, il-post minn fejn il-partit Laburista l-aktar li jirbaħ voti, m'għamel assolutament xejn waqt li aħna diġa' għamilna ħafna xogħol u nfaqna ħafna flus, minkejja l-ostakli li kellna biex il-ħajt tal-baċir nru.", "1 ma jitwaqqax.", "Issa li dan il-ħajt diġa' beda jitwaqqa', il-Bormliżi qed japprezzaw ix-xogħol li qed isir, u fil-fatt kien bosta dawk il-Laburisti li qaluli prosit għax-xogħol li qed jagħmel dan il-gvern.", "Il-prosit aħna qlajnih għax naħdmu bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Għall-kuntrarju, il- Partit Laburista għamel sentejn iparla u jwiegħed lin-nies li se jagħmel ħafna affarijiet, imbagħad bil-fatti ma sar xejn, waqt li issa, f'inqas minn sentejn ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, ir-riżultati diġa' qed jidhru, u dan kollu mertu tax-xogħol li qed isir minn dan il-ministeru.", "Mr Chairman, nagħlaq billi ngħid li għalkemm bejn il-kliem u l-fatti, hemm baħar jikkumbatti, dan il-gvern qed juri lill-poplu, speċjalment lir- residenti tal-Kottonera, li l-intenzjoni tiegħu hi li jagħmel l-affarijiet tajbin u b'mod serju.", "Min hawn jien nista' ngħid li rnexxielu, għax ir- riżultati diġa' bdew jidhru, u la jitlesta r-restawr fuq il-mina ta' Santa Liena u jitlesta l-proġett kollu tal-Kottonera, dawn ir-riżultati jkunu jistgħu jidhru aħjar.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS DIMECH ZAMMIT: Sur President, huwa l-pjaċir tiegħi li għal darb'oħra nagħmel il-winding-up fuq il-ministeru għall-ambjent għax evidentement meta niddiskutu l-estimi ta' dan il-ministeru nkunu qed nitkellmu fuq tliet oqsma li jagħmlu differenza kbira fil-pajjiż.", "L-ewwelnett ta' min isemmi x-xogħlijiet ta' l-infrastruttura, li fl-antik konna nsibuhom bħala l-public works.", "Ix-xogħol ta' l-infrastruttura jinkludi wkoll ix-xogħol ta' drenaġġ.", "Sfortunatament ħafna mis-suċċessi li niksbu f'dan il-qasam ma jidhirx.", "Per eżempju, jekk is-sistema tad-drenaġġ tkun qed taħdem tajjeb, ħadd m'hu se joqgħod jikteb u jgħid li qiegħda taħdem tajjeb.", "Ara meta mbagħad tinħoloq l-iċken problema f'dan il-qasam, din nisimgħu dwarha mal-ewwel.", "It-tieni qasam li jinkludi fih il-ministeru għall-ambjent huwa marbut ma' proġetti kapitali, liema proġetti mhux bilfors ikunu qed isiru mill-gvern imma jistgħu jsiru flimkien mal-privat.", "Per eżempju, fost dawn il-proġetti nistgħu nsemmu l-proġett tal-Kottonera, il-proġett ta' Manoel Island, il- proġett ta' Tigne`, il-proġett fuq il-cruise liner passenger terminal u dak ta' Bieb il-Belt.", "It-tielet qasam li jinkludi dan il-ministeru huwa l-ambjent, u ma nistgħux nitkellmu fuq l-ambjent jekk ma nsemmux it-tindif u l-istrateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni li nirringrazzja lill-Onor.", "Charles Buhagiar u lill-kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra għad-diskorsi li għamlu fuq il-ministeru għall-ambjent.", "Sur President, l-ewwelnett ta' min jgħid li kien il-gvern preżenti li fassal master plan biex naraw kif għandna nippjanaw il-ħteġijiet li għandu pajjiżna fil-qasam tad-drenaġġ.", "Illum hemm ukoll is-sewage master plan implementation unit, li qed jagħti prijorita` assoluta lill- implimentazzjoni ta' l-infrastruttura neċessarja biex f'pajjiżna jkollna sistemi ta' drenaġġ adegwati.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li titkellem dwar l-urban waste water treatment għax kif qal l-Onor.", "Charles Buhagiar, aħna rridu li s-sistema tad-drenaġġ tkun trattata kollha kemm hi f'dan il-pajjiż.", "L-Onor.", "Buhagiar qalilna li saru biss studji.", "Il-ħsieb huwa li jsiru tliet impjanti ta' trattament ta' drenaġġ, wieħed fin-naħa ta' fuq ta' Malta, l-ieħor fin-naħa t'isfel ta' Malta u l-ieħor f'Għawdex.", "Għalhekk jien naħseb li l-Onor.", "Buhagiar jista' jifhem għaliex hemm bżonn li jsiru ċerti studji, fosthom biex naraw x'impatti ambjentali se jħallu dawn l- impjanti.", "Iridu joħorġu wkoll il-permessi meħtieġa permezz ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Aħna qed nippjanaw li sas-sena 2005 dawn l-impjanti jkunu qed jaħdmu.", "Huwa veru li għall-pajjiż din hija spiża ta' Lm40 miljun oħra, pero` aħna qatt ma qagħdna lura milli nagħmlu l-investiment meħtieġ fis- sistema ta' l-infrastruttura tal-pajjiż.", "Idealment dawn it-tipi ta' impjanti jitħaddmu bl-involviment tas-settur privat.", "Safejn naf jien, matul is-sentejn ta' l-amministrazzjoni preċedenti l-pjani kienu li nikkummissjonaw lil dawn l-impjanti kollha f'salt.", "B'hekk ikollna il- vantaġġ ta' sistema integrata.", "L-Onor.", "Buhagiar staqsieni dwar ir-reliever mains li hemm bejn ir-Rabat u Ħ'Attard.", "Jien ninforma lill-Onor.", "Membru li filwaqt li l-ewwel fażi se tkun lesta dalwaqt, il-kuntratt għat-tieni fażi tal-proġett, li jinvolvi 4.2 kilometri f'reliever mains, ingħata fi Frar ta' din is-sena u l-proġett huwa mistenni li jibda fi żmien qasir.", "Jien ma nistax nifhem għaliex qed issir din il-kritika kollha min-naħa l- oħra tal-Kamra, speċjalment meta naf li jekk dan il-qasam kien indirizzat minn xi ħadd verament bis-serjeta`, dan kien mill-gvern preżenti.", "Ma nistax ma nagħmilx ukoll aċċenn għall-fatt li din is-sena ma stajniex ma nagħtux prijorita` lil qasam ieħor li ilu traskurat għal ħafna snin, u hawn qed nirriferi għas-safety equipment.", "Għalkemm s'issa għadu ma ssemma xejn dwar dan, matul is-sena li għaddiet aħna għamilna l-investiment meħtieġ biex inkunu fornuti b'safety equipment.", "Kif niftakru lkoll, is-sena l-oħra bdiet bi traġedja, li żgur tibqa' fil-memorja tagħna bħala aspett xejn pjaċevoli, u għalhekk għamilna investiment ta' madwar Lm1 miljun sabiex dak id-dipartiment ikun fornut bl-apparat kollu meħtieġ għas-safety tal- ħaddiema.", "Ma nistax ma nesprimix is-sodisfazzjon tiegħi dwar in-numru ta' proġetti ta' tisbiħ li għamilna.", "Biżżejjed insemmi x-xogħol ta' asfaltar li sar fi Triq il-Buttar ġewwa Marsascala, il-kontinwazzjoni tal-promenade matul it- triq tax-xatt, il-kontinwazzjoni tal-promenade ta' Triq iż-Żonqor, il- pedestrian zone ta' Triq San Ġorġ, f'Birżebbuġa, il-car parks ġodda li saru fi Triq il-Fossili ġewwa l-Qajjenza u fil-bajja ta' San Ġorġ u x-xogħol ta' tisbiħ li sar madwar l-area ta' Pretty bay f'Birżebbuġa.", "F'Marsaxlokk ukoll saru diversi xogħlijiet, fosthom ix-xogħol ta' asfaltar fi Triq il- Kavallerizza, fi Triq it-Trunċiera, f'parti minn Triq ix-Xatt, il- pavimentar li sar fil-pjazza tal-paroċċa u xogħlijiet oħra in konnessjoni mal-bini tal-bord tal-kooperativi li hemm hemmhekk.", "Dan ix-xogħol sar b'mod estensiv fin-naħa t'isfel ta' Malta mingħajr ħafna daqq ta' trombi.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll ix-xogħol ta' embellishment li sar ġewwa Tas-Sliema.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li għal hemmhekk kien hemm ippjanat li jsir upgrading u mhux embellishment, pero` l-embellishment huwa kosmetiku filwaqt li l-upgrading huwa li ttejjeb is-sistema kollha.", "Bir-rispett kollu, Onor. Buhagiar, pero` nixtieq li tippreżentalna xi pjani kellek mill- perit li inti kont iżżomm rabtiet viċini ħafna miegħu u li għandu interessi kbar f'Tas-Sliema.", "Għidilna xi pjani kellu dan il-perit għal Tas-Sliema ħalli nkunu nistgħu nipparagunaw dawk il-pjani ma' dak li aħna mhux biss ippjanajna imma għamilna bis-serjeta` f'Tas-Sliema għax aħna rajna l- ħtieġijiet kollha li kien hemm hemmhekk.", "Biżżejjed ngħid li aħna żiedna l-pedestrian area b'madwar 50%, għamilna galleriji ġodda, għamilna l-pavimentar ġdid, għamilna r-railings u għamilna wkoll sistema ġdida ta' dawl dekorattiv.", "Saru wkoll ġibjun għas-sistema tar-run-off water u sistema ta' irrigazzjoni mal-planters li qed jitqiegħdu biex isebbħu l-ambjent.", "Darba minnhom jien għedt li nfaqna inqas milli għedna li se nonfqu, pero` dan jiddependi dejjem minn kif wieħed iħares lejn iċ-ċifri.", "Għedna diversi drabi li l-istima totali tal-proġett hija ta' madwar Lm800,000, li minnhom s'issa nfaqna madwar Lm400,000.", "Hawnhekk qed niftakar fl-istorja tal-ġlekk; meta nonfoq inqas qed niġi kkritikat li nfaqt inqas u meta nonfoq iżjed qed niġi kkritikat ukoll, jiġifieri l- kritika ssir dejjem, nagħmel x'nagħmel!", "Bir-rispett kollu, jekk kien hemm xi flus ivvotati għall-embellishment ta' Tas-Sliema, u dawn marru għal St James Cavalier ...", "Jien niftakar li meta l-Onor.", "Charles Buhagiar kien ministru, kien sar bil-maqlub għax il-flus li kien hemm ivvotati għal St James Cavalier u li ma kenux intnefqu, kienu marru għall-proġett ta' Buġibba.", "Ara aħna f'dan il-każ ma għamilniex hekk.", "Aħna għamilna dak kollu meħtieġ, u għamilnieh bl-ikbar serjeta`.", "Jien kburi b'dan u nagħti prosit lil kulmin huwa involut għax ix-xogħol li qed isir huwa ta' ċertu livell.", "Huwa faċli li naqbdu lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-public works, nitfgħuhom kollha Buġibba u ngħidulhom: Ejjew naħdmu fuq dan il-proġett, jiġri x'jiġri.", "Aħna ninsabu mpenjati li nagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fuq dawk il- proġetti kollha li qed jinħolqu mill-gvern, fosthom fuq il-proġett ta' Tas- Sliema, fuq il-proġett ta' San Ġiljan, li qiegħed fl-inħawi ta' Paceville, fuq il-proġett ta' Buġibba, li l-parti l-kbira minnu twettaq mill-gvern preċedenti, fuq il-proġett ta' Marsaxlokk, ta' Birżebbuġa u fuq sensiela ta' proġetti oħra.", "Ta' min jgħid ukoll li jien iddiskutejt ma' l-uffiċjali nkarigati mit-taqsima tax-xogħlijiet, b'mod partikolari mad-direttur ġenerali, u ħadna l-passi meħtieġa biex titwaqqaf immedjatament sezzjoni ġdida.", "Il-perit George Buhagiar se jkun il-bniedem inkarigat minn din is- sezzjoni li fost units oħra, se jkollha unit li jkun responsabbli mill- manutenzjoni regolari tal-proġetti.", "L-Onor.", "Buhagiar semma x-xogħol ta' restawr.", "Fost dawn nistgħu nsemmu r- restawr tat-torri ta' San Tumas, f'Marsaskala, il-proġett ta' konservazzjoni f'tas-Simblu, limiti ta' Ħad-Dingli u proġetti oħra.", "Sur President, settur ieħor fejn qed issir ħafna ħidma huwa l-qasam tal- building industry consultive council, il-BICC, fejn qed ikun hawn struttura ta' konsultazzjoni kontinwa, anke ma' l-industrija privata, biex din taġġorna ruħha dwar is-sistemi ta' sigurta` ġodda u moderni fil- kostruzzjoni tal-bini, u dan sabiex anke lil dan il-qasam, nippreparawh għall-isfida ta' l-Unjoni Ewropea.", "Inċidentalment irrid ngħid li dan il- kumitat ipprepara rapport li ġie ppreżentat lili dwar il-konċett ta' public private partnerships, għax parti mid-direzzjoni kif dan il-pajjiż irid jimxi 'l quddiem, b'mod partikolari fill-qasam ta' l-industrija tal-bini u tal-proġetti kapitali, huwa preċiżament bil-kunċett ta' public partnerships.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan diġa' qed jitħaddem b'suċċess.", "Per eżempju, ġieli l-gvern jibni dar ta' l-anzjani u mbagħad it-tmexxija tagħha tkun dejjem għand is-settur privat, 'Il quddiem nagħmel riferenza wkoll għall-kwestjoni ta' paraguni fuq infiq ta' flus, għax naħseb li din hija interessanti wkoll.", "Nistgħu nsemmu wkoll proġetti oħra, li jinkludu dak li semma l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, dwar il-ħajt ta' madwar il-baċir numru 1 f'Bormla.", "L-ewwelnett irriduh il-proġett tal-baċir numru 1?", "Dażgur li rriduh, iżda meta n-naħa l-oħra tal-Kamra kienet fil-gvern qatt ma qalet li dak se tagħmlu ma' l-ewwel fażi jew mal-proġett tal-Kottonera, anzi mhux biss qatt ma qalet dan, imma meta ġabet hawnhekk il-kuntratt għall- approvazzjoni - li kien, biex ngħid hekk, l-aħħar sintomu li wera li dak il- gvern ma kienx qed jimxi tajjeb - imkien ma kien hemm indikat li se jsir il-proġett tal-baċir numru 1, u lanqas l-Onor Buhagiar, biex inkun korrett miegħu, m'hu qiegħed jgħid hekk illum.", "Anzi - u se niġi għal proġetti oħra, għax se nipprova nikklassifika l-ewwel dawk ix-xogħlijiet li jaqgħu taħt it-taqsima xogħlijiet, wara l-proġetti kapitali u mbagħad l- aspett ta' l-ambjent - il-kritika hija bil-maqlub, li aħna kabbarna l- proġett minn kif kien ippjanat.", "Mela lilna li kabbarna l-proġett minn kif kien ippjanat żgur issa ħadd ma jista' jgħidilna li kellna baċir numru 1 inkluż u kien se jsir.", "Le, meta aħna kabbarnih, il-proġett, u se nitkellem fuq hekk ukoll, aħna għidna li dwar baċir numru 1, fejn hemm interess qawwi tat-tarzna, nagħmlu l-ikbar inkoraġġiment min-naħa tagħna, biex il-konsorzja jiddiskutu ma' l-istess amministrazzjoni tat-tarzna ħalli naraw jekk jaslux fil-ftehim bejniethom għall-iżvilupp tal-baċir, imma jekk għal xi raġuni, tkun xi tkun, dak il- ftehim ma jintlaħaqx, nagħtu l-fakulta` kollha lit-tarzna li ssib xi investituri oħra u jagħmlu żvilupp li jirrispetta l-ħtiġijiet tagħhom imma li jħares ukoll l-interess tat-tarzna.", "Dak li qed nagħmlu aħna, u fil-fatt it-tarzna, b'konsultazzjoni mal- ministeru tiegħi u mal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi bħala ministeru responsabbli mit-tarzna, qablu magħna li jagħmlu proċess ta' konsultazzjoni dwar tipi diversi ta' żvilupp.", "Infatti huma qabbdu kumpanija ta' konsulenza barranija, ġie ppubblikat rapport u dan ir-rapport ġie kkomunikat lilna bħala ministri, lill-kunsilli lokali fil-Kottonera, u lill- pubbliku in ġenerali permezz ta' esebizzjoni li saret dwaru.", "Ġaladarba naqblu dwar il-konċett li wieħed għandu jsegwi, it-tarzna tagħmel is-sejħa u tfittex hi l-investituri meħtieġa biex isir l-iżvilupp ta' baċir numru 1.", "Pero` aħna ma nistgħux ma nkunux kburin li verament għamilna x-xogħol kollu li kien meħtieġ.", "Issa qegħdin niġu kkritikati talli għamilna dak li xtaqu jagħmlu n-naħa l- oħra, u li qabel l-elezzjoni taparsi kienu se jagħmluh meta, kif qal il- kollega tiegħi, kulma għamlu kien permess biex iwaqqgħu żewġ filati.", "Jien ma naħsibx li hemm bżonn nagħti iktar eżempji fuq il-Kottonera għax diġa' ngħataw diversi; pero` rrid ngħid ukoll li għandna proġetti ta' riabilitazzjoni fil-Belt Valletta.", "L-Onor.", "Buhagiar irrikonoxxa x-xogħol siewi dwar is-sistema ta' dawl fi Triq ir-Repubblika.", "Nista' nsemmi wkoll il-kontinwazzjoni ta' proġetti ta' restawr konnessi mal-konkattidral ta' San Ġwann, tal-frescos ta' Paladini, tal-Knisja tal-Ġiżwiti, ta' Santa Barbara, tal-frescos tal-knisja tal-Vittorja, ir-restawr tal-monument ta' Vilhena - għax issa qed nersqu lejn il-ġnien King George V - u x-xogħol li qed isir fuq is-Salinos ground.", "Dan apparti t-titjib li qed isir fl-area ta' Bieb il-Belt.", "Fuq il-Kottonera diġa' saret riferenza fit-tul.", "Dwar l-Imdina wkoll hemm il-ħtieġa li nippreparaw master plan.", "Proġett li żgur li jagħmel differenza kbira huwa meta jitneħħew dak il-patafjun ta' wires li hemm f'ċerti toroq ġewwa l-Belt Valletta, li żgur ma jixirqux lill-belt kapitali ta' pajjiżna, apparti li wieħed irid itejjeb ukoll l-area ta' madwar il- Palazz ta' Vilhena.", "Ġaladarba qed insemmi l-Palazz ta' Vilhena ma nistax ma ngħidx li jekk hawn sfida kbira quddiemna fil-qasam ta' restawr ta' postijiet storiċi, hija li naraw b'mod xjentifiku x'qiegħed jikkaġuna ċ- ċaqliq taħt dak il-palazz u tal-bini ta' madwaru, li huwa ta' periklu kbir.", "Dan huwa proċess li qiegħed jiżdied b'mod allarmanti, u se nqabbdu d-ditti li jkunu meħtieġa mhux biss biex jagħtuna rapport imma biex iwassluna għall- implimentazzjoni ta' dak kollu li jkollna nagħmlu.", "Niġi għall-proġetti kapitali, u ma nistax ma nibdiex billi nsemmi xi ħaġa li semma b'enfasi l-Onor.", "Buhagiar, il-bini tal-Kavallier ta' San Ġakbu.", "Naħseb li fost il-proġetti kapitali li għandna nħossuna kburin bihom, hemm proprju dak tal-bini tal-Kavallier ta' San Ġakbu.", "M'hu minnu xejn li - u din l-Onor.", "Buhagiar qalha kemm barra kif ukoll fuq ir-radio u waqt xi konferenzi politiċi - dan il-bini ġie inawgurat xi darbtejn jew tliet darbiet u se jerġa' jiġi inawgurat.", "Aħna xtaqna li f'dak il-mument storiku li jiġi darba kull 1,000 sena, il-bidu ta' millenju ġdid, ninawguraw dan il-bini - li kien makna tal-gwerra meta kien sar fi żmien il-Kavallieri - bħala ċentru għall-kreattivita` billi nagħmlu statement arkitettoniku tal- bidla kbira li diġa' konna għamilna fih.", "Imkien m'għedna, lanqas dakinhar li inawgurajnieh, li dan iċ-ċentru se jibda jiffunzjona mill-ewwel.", "Bir-rispett kollu, dan iċ-ċentru ma jikkonsistix biss f'żewġt ikmamar lanqas.", "Huwa veru li meta kont għadni fl-oppożizzjoni u kienu saru xi attivitajiet biex nibdew inqisu lill-belt Valletta bħala belt kulturali kien hemm biss żewġt ikmamar lesti f'St James Cavalier, pero` l-Onor.", "Buhagiar jaf x'bidla kbira saret hemmhekk.", "Biżżejjed ngħid li wieħed miż- żewġ ġibjuni li ġew miżjuda fi żmien l-Ingliżi, ħaffirnieh 'l isfel u nħoloq atrium.", "Dan ix-xogħol sar taħt id-direzzjoni tal-Perit Richard England, li jien nirringrazzjah tax-xogħol li għamel u li se jkompli jagħmel fid-daħla kollha ta' Bieb il-Belt.", "Il-ġibjun l-ieħor tħalla fl- istat li kien, pero` ġiet imdaħħla ġo fih struttura biex tospita theatre in the round, li fil-fatt diġa' qed jintuża għal diversi avvenimenti.", "Huwa veru li sa l-ewwel tas-sena li għaddiet dan ma setax jintuża, pero` mil-lat arkitettoniku kien diġa' lest.", "Issemmew ukoll id-dwal li kien tana David Mooney, li għalih personalment ma kienx żamm flus u ċ-ċifra li kkwota kienet minħabba l-ġarr ta' dik is- sistema tad-dwal mill-Amerka.", "Dakinhar, minħabba xi diffikultajiet li kien hemm, li ma naħsibx li kienu fil-kontroll dirett tal-gvern, ma kenitx l- iktar ċerimonja li rnexxiet, biex niftiehmu.", "Per eżempju, jien ridt li l- fireworks jaħdmu aħjar milli ħadmu, u s-sound system ukoll, pero` almenu rnexxielna nagħmlu l-parti tagħna fl-okkażjoni tal-millennju l-ġdid.", "Jekk naraw x'ġara f'pajjiżi oħra nsibu li dawn kellhom diversi millennium projects, pero` filwaqt li kien hemm min irnexxielu jagħmel kollox, kien hemm ukoll min ma rnexxilux jagħmel kollox u għadu sal-lum jara kif jista' jirranġa xi struttura partikolari.", "Fit-22 ta' Settembru mbagħad dan il- post beda jiffunzjona.", "Għad fadal xi affarijiet li wieħed jista' jdur, biex niftiehmu, imma bħala ċentru li jinfetaħ kuljum diġa' marru fih madwar 30,000 ruħ.", "Huwa importanti ħafna li t-tfal jittieħdu jżuru dan il-post għax huwa hemmhekk fejn irridu nagħtu l-ikbar messaġġ ta' kreattivita`.", "Ta' min jgħid li dan il-bini żaruh uħud mill-aqwa esponenti ta' l-arti viżiva u tal- performing arts u wħud mill-aqwa kritiċi tad-dinja, li anke jiktbu f'ġurnali barranin, u dawn kollha qalulna li għamilna ġawhra li għandna nkunu kburin biha.", "Illum prattikament dan il-proġett nistgħu nqisuh bħala komplut ħlief għal dettalji verament żgħar.", "Jien kont nippretendi li jekk ma nisimgħux kliem ta' tifħir, almenu konna se nisimgħu kliem ta' inkoraġġiment mill-kollega tagħna.", "Ta' min jgħid li f'dan l-istadju n- nefqa fuq St James Cavalier telgħet għal Lm3.7 miljun.", "Aħna nikkalkolaw li probabbli għad fadal xi Lm300,000 oħra, jiġifieri ċ-ċifra vera - u għandu jkun il-gvern li jagħti ċ-ċifra vera, bir-rispett kollu, u dik li jikkwota ħaddieħor ma tistax tgħid li hija preċiża - hija ta' xi Lm4 miljun.", "Jekk naraw kif intnefqu l-flus insibu li, per eżempju, filwaqt li l- provvediment li sar għas-sena 2000 kien ta' Lm1,600,000, minn dak il-vot ħriġna Lm1,400,000.", "L-ikbar spiża li għamilna fuq dan il-bini kien fis- sena 1999 fejn konna qbilna mal-ministeru tal-finanzi li ssir allokazzjoni addizzjonali ta' Lm1,200,000.", "Issa bir-rispett kollu, jien ma nistax nifhem għaliex qisha l-iktar ħaġa stramba fid-dinja li tagħmel variation.", "Lill-Onor. kollega Buhagiar jien ngħidlu: Fl-1997, meta kien hemm il-gvern tiegħek, m'għamiltux bħalma għamilna aħna f'Settembru ta' l-1998.", "Meta erġajna ħadna l-gvern aħna għedna mal-ewwel li l-budget se jiġi ppreżentat f'Novembru, u fil-fatt f'Novembru ġie ppreżentat, jiġifieri ma qgħadniex invarjaw.", "Ara intom kontu għedtu li se ddumu kemm hemm bżonn biex tippreparaw il- budget, u fil-fatt ippreżentajtuh f'Jannar, l-ewwel darba li l-budget dam iżjed biex ikun ippreżentat.", "Jekk kellkom bżonn iktar żmien, affari tagħkom, pero` meta ppreżentajtu l-budget għall-1997 ma kontux tafu li hemm bżonn isir il-proġett ta' Buġibba.", "Ara mbagħad bdejtu tniżżluh fil-voti u fl-1998, minkejja li skond vot 17 kellkom tonfqu Lm500,000, infaqtu Lm750,000, jiġifieri varjazzjoni ta' Lm.25 miljun, ta' 50%.", "Imbagħad fl- istess sena kellkom vot ieħor fuq upgrading tal-main tourist areas, fejn ivvotajtu Lm1,250,000 u nfaqtu Lm1,468,821, jiġifieri differenza ta' 18%.", "Din hi r-realta`.", "Jien nista' nħares lejn il-variations tagħna wkoll, biex niftiehmu.", "Upgrading of main tourist areas fin-1999 aħna għamilna variation minn dak li kellna kkwotat ta' 5%, xi daqsxejn inqas minn 50%, taqta' z-zero; imma dik qisha bħal tal-ġenerazzjoni ta' l-impjieg, hemm gvern jgħid xi 44 u gvern ieħor 4,400, jiġifieri żżid zero 'l hawn u 'l hemm x'jimporta?!", "Ara s-sena li għaddiet kellna variation ta' 10%, imma aħna kburin b'dak li għamilna u bil-Perit Richard England, li l-kollega tiegħu ma nafx għaliex iħobb isemmih regolarment.", "Ngħidlu biss li dan jitħallas skond it-tariffa stabilita għall-periti kollha, u ma naħsibx li nistgħu niġu f'dan il-pajjiż u nibdew nikkritikaw lil min jitħallas it-tariffa skond dak li tipprovdi l- liġi.", "Hija kontra l-etika u kontra l-liġi li tħallas b'rati orħos.", "Jien nistaqsi: Għall-proġett kbir li ġej hemm komponenti mix-xogħol tiegħek li jistgħu jsiru in-house mit-taqsima tax-xogħlijiet?", "Per eżempju, hemm il- preparazzjoni ta' survey sheets.", "Hemm xi xogħol ieħor li jista' jsir?", "Naraw, u jekk naslu niftiehmu fuq ċifri li naturalment il-pajjiżi jiflaħ għalihom, u ma' min ikun inkarigat mix-xogħol, jista' jkun perit jew ikun xi ħaddieħor, inkunu wasalna fi ftehim li jkun ukoll etiku u korrett.", "Mela issa la bdejna fuq il-proġetti kapitali, se nitkellem dwar is-sejħa għar-rigward tad-daħla ta' Bieb il-Belt.", "Naturalment ma stajtx ma ninnotax il-kelma ta' awgurju li ngħatajna.", "Nista' ngħid l-ewwelnett li meta qed nitkellmu fuq proġett ta' Lm40 miljun bħala stima preliminari, ma neskludix li din l-istima tista' tvarja, bħalma jistgħu jvarjaw il-proġetti kollha ta' dan id-daqs.", "Lid-developer privat m'aħniex ngħidulu biex joħroġ dawk il-flus kollha u jagħtina rigal.", "Naħseb li lanqas jekk tmur għand ċerti foundations ma jagħmluhielek, imma qed ngħidu: Ejjew niddistingwu l- komponent li jirrendi għalik, li bejn wieħed u ieħor, nikkalkolaw li huwa ta' Lm10 miljun u dawk trid tħallashom int filwaqt li t-Lm30 miljun l-oħra jitħallsu mill-gvern.", "Li qed nagħmlu differenti hawnhekk hu li qed ngħidu li tista' tagħżel żewġ sistemi ta' finanzjament.", "Għall-mument ħalli nillimita ruħi għat-teatru biex nagħmel id-diskussjoni iktar faċli għax f'din l-equation nista' ninkludi Bieb il-Belt, li m'hijiex attivita` kummerċjali.", "Ara l-bus terminus, jekk nagħmluha taħt l-art inkunu qed inżidu xi attivita` kummerċjali magħha, u Freedom Square hija l-iktar parti kummerċjali, speċjalment taħt l-art, imma Bieb il-Belt u t-teatru żgur li m'humiex kummerċjali.", "Mela d-developer jista' jgħid lill-gvern: Dawn jiswew Lm30 miljun, jew inkella niddiskutu l-varjazzjonijiet u rrid nitħallas bħalma jitħallas kull kuntrattur ieħor.", "Mela l-aħjar ħaġa hi li niftiehmu li jew ikollna nġibu l-financing aħna permezz ta' l-EIB, jew inkella nġibu l-financing minn banek kummerċjali - għax nagħmlu struttura ta' kumpannija - biex ikollna dritt nużaw dawk ukoll u nħallsuh upfront.", "Inkella d-developer jista' jgħid: Jien, bħala developer, ...", "U jien nixtieq li dan il-ħsieb ikun ċar f'moħħ kulħadd.", "Id-developer, fl-aħħar mill-aħħar, x'jagħmel?", "Jekk se jiftaħ ħanut tal-ħwejjeġ jew xi ħanut ieħor li jkun leisure related - nippreferu li jkun hawn iktar minnhom dawn - bħalma hu ċ-ċinema jew post ta' divertiment għaż-żgħażagħ, normalment hu se jikkalkola l-introjtu tiegħu mir-rental value ta' dak il-unit li jkun ħoloq, li mbagħad jgħaddih lil ħaddieħor sakemm ma jagħmilx kollox hu, li huwa rari.", "Mela aħna qed ngħidu: Ikkalkola r-rental value tat-teatru u itlobna kemm trid biex tikrilna lura t-teatru.", "Tinstema' bħala xi ħaġa sempliċi, pero` m'hijiex.", "Xejn m'hu daqshekk sempliċi fi proġetti ta' dan id-daqs, imma aħna qed noffru din l-għażla bid-differenza li qed insejħulha leaseback għax mill-esperjenza li ħadna ta' pajjiżi oħrajn tgħallimna li ma' dik il-formola nistgħu nżidu l-konċett li mbagħad, wara numru ta' snin, dan it-teatru jsir proprjeta` assoluta tiegħek u ma tibqax tinżammlek il- kera.", "Hawnhekk qed nuru options ġodda ta' financing li jeżistu fid-dinja tal-lum.", "Irrid ngħid ukoll li hawn min qed jieħu interess f'dan ir- rigward.", "Ikollna nammettu li dan m'huwiex proġett faċli għal min se jagħmlu.", "Bla ebda dubju, żgur li rridu ninnegozjaw ħafna dwar id-dettalji ta' dan il-proġett, pero` ninsab informat li sal-bieraħ filgħaxija diġa' kienu nġabru tmien kopji tad-dokument.", "Issa forsi hawn wieħed jistaqsi: Se japplikaw kollha dawk it-tmienja?", "Ngħid għalija, aħjar japplikaw tnejn jew tlieta tajbin ħalli l-għażla tagħna nkunu nistgħu niffokawha iktar malajr u ma' min jintgħażel ninnegozjaw iktar malajr.", "Jien m'għandix interess li jkun hemm ħafna applikanti imma għandi interess li jkun hemm interess.", "Kif jaf l-Onor.", "Buhagiar, l-applikanti jħallsu Lm200 għall-kopja li jiġbru, jiġifieri dawn m'humiex nies li jiġu jkellmuk u tiftiehmu jew ma tiftehmux ma ġara xejn.", "Issa ħalli niġi għall-proġett ta' Manoel Island.", "L-ewwelnett irrid inserraħ moħħ l-ex-Ministru Buhagiar li dan il-proġett se jibda din is- sena.", "Fil-fatt aħna għandna assigurazzjoni mill-konsorzju li sa qabel l- aħħar tas-sena x-xogħlijiet fuq il-proġett ta' Manoel Island u ta' Tigne` se jinbdew.", "Jien kont għedt li l-ewwel sintomu tal-bidu tax-xogħlijiet tkun il-ħofra l-kbira, pero` qabel ma jagħmel din il-ħofra l-konsorzju jista' jibda bix-xogħlijiet ta' twaqqigħ tal-barracks li hemm f'Tigne` u xi twaqqigħ ieħor.", "It-tender diġa' nħarġet u aħna ninsabu assigurati li x- xogħlijiet se jinbdew.", "Jien naħseb li ma nistgħux ma nkunux kburin li l- wegħda li għamilna li naraw ix-xogħlijiet ta' dan il-proġett mibdija sas- sena 2000, liema proġett ilna noħolmuh mis-snin 60 u ilu jiġi diskuss fil- forma preżenti tiegħu matul dawn l-aħħar għaxar snin, inkunu wettaqnieha.", "Naturalment dan għadu biss il-bidu.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq Manoel Island u Tigne`, ikun tajjeb jekk ngħid li fil-post sar site office.", "Saru wkoll outline construction management plan u outline environmental management plan li ntbagħtu għand l-awtorita` ta' l-ippjanar u saret ukoll l-applikazzjoni għal dismantling and demolition of Tigne` barracks.", "Fil- fatt bħalissa qed nistennew li jinħareġ il-permess għal din l-applikazzjoni għax hemm rakkmandazzjoni li dan il-proġett jinħareġ qabel l-aħħar tas- sena.", "Saret ukoll applikazzjoni għax-xogħol li jrid isir biex ir-residenti ta' Tigne` jkunu jistgħu jerġgħu jgħixu hemmhekk.", "Issa niġi biex nitkellem fuq il-proġett tal-Kottonera.", "L-ewwelnett jien niskanta kif nibqa' nisma', anke sal-ġurnata tal-lum, lil min jagħmel il- kritika li dan il-proġett kabbarnielu l-iskop tiegħu.", "Kif nistgħu nibqgħu ngħidu lin-nies tal-Kottonera: Huwa tajjeb li fil-Kottonera jiġu nies iżuru l-palazzi storiċi, jaraw xi esibizzjonijiet u jipparteċipaw fil- proġett, imma ara ma jkunx hemm xi ħadd li jorqod hemm bil-lejl.", "Illum din it-tip ta' kritika għadni ma smajthiex, pero` matul id-dibattitu li kellna proprju dwar il-proġett tal-Kottonera smajna li fil-Kottonera l-lukanda li se tinbena se tikkaġuna problemi soċjali, se tikkaġuna ċerti perikli u ħafna kliem bħal .", "Jekk irridu tassew ir-riġenerazzjoni tal-Kottonera jrid ikollna proġett li l-ewwelnett jestendi fuq footprint ikbar - u aħna għalhekk insistejna li anke l-Isla tkun inkluża fil-proġett u mhux biss in- naħa tal-Birgu - u li jiġġenera xogħol ta' natura iktar permanenti fil- Kottonera.", "Il-verita` hi li x-xogħol fuq il-proġett tal-Kottonera nbeda minn wieħed mill-consortia.", "Naturalment wieħed jista' joħroġ b'teoriji differenti dwar jekk għandhiex issir irħama għax inbdew ix-xogħlijiet.", "Hemm min jixtieq li ssir irħama meta titqiegħed l-ewwel ġebla.", "Dan huwa proġett li konna ilna nistennew il-bidu tiegħu.", "Illum tlabna lill- Cottonera waterfront group biex ma jkomplix għaddej b'ċertu xogħol għax peress se jsir seminar importanti mill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann, huma talbuna biex ma jkunx hemm disturb ħdejhom.", "Is-seminar se jsir il- ġimgħa d-dieħla u għalhekk aħna tlabna lil dan il-konsorzju li sat-18 ta' Diċembru x-xogħlijiet jimxu b'pass inqas mgħaġġel u mbagħad wara dik id- data x-xogħlijiet jitħaffu.", "Nista' ngħid ukoll li l-intenzjoni tal-Port Cottonera hi li fi żmien qasir jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-lukanda.", "Kif nafu, il-Cottonera waterfront group kellu diskussjonijiet ma' Campers and Nicholson biex ix-xogħol tal-marina jagħmlu hu, pero` hawn ma nistax ma nirreferix għal min qalli biex ngħid kemm se nħallsuhom ta' l-irmiġġi addizzjonali.", "L-oppożizzjoni trid toqgħod attenta - u hawnhekk qed nagħmel appell sinċier - li ma tintużax politikament biex issir pressjoni fuq il- gvern fejn il-gvern ikun qed jgħid \"le\", jew \"mhux hekk\".", "Għaliex?", "Għax il-consortium, u llum anke Campers and Nicholson, qed jgħidulna: Jekk intom se tagħmlu iktar minn 150 irmiġġ, u dawn m'humiex fil-kuntratt, mela dawk tridu tħallsu għalihom intom bħala gvern, jew jiġu mħallsa minn xi ħaddieħor, pero` żgur li mhux minna.", "Ħalli ngħid l-istorja ta' dawn l- irmiġġi malajr malajr.", "Fi żmien il-gvern preċedenti 150 tniżżlu, ma tniżżlux 151 jew 152; mela fuq dan il-kuntratti jaqblu, anzi b'differenza importanti; li aħna għedna li dak ikun il-minimu u li allura nistgħu niddiskutu biex nagħmlu iżjed, u l-parti l-oħra ma kienet qalet xejn fuq dan.", "Mela n-numru dak kien; imma issa ħalli ma nidħolx f'din id-differenza.", "Meta dawn ġew biex jiddiskutu miegħi, għidtilhom li l-prinċipju li dan niddiskutih naċċettah - fil-fatt dan il-kliem huwa rekordjat - imma meta mbagħad bdew jirrikmandaw ċerti prezzijiet għall-irmiġġi, jien għedtilhom li ma naqbilx ma' dawk it-tipi ta' prezzijiet.", "Ma jistax ikun li għal kull ħaġa li jitlob il-konsorzju, il-gvern jgħidlu \"iva\" mingħajr ma jaqbad il-miżien u jikkalkola ħaġa kontra l-oħra.", "Issa jekk l-Onor.", "Buhagiar jaf xi ħaġa iktar milli naf jien, għandu jgħidli bil-qalb kollha.", "L-Onor.", "Buhagiar qalli: Jekk ma tagħtinix iċ-ċifra ngħidhielek jien.", "Jien ngħidlu li le, il-gvern m'aċċetta l-ebda ċifra imma aċċetta biss il-prinċipju li jekk ikun hemm ħlas jagħmlu.", "U tafu għaliex refgħu dan il-prinċipju l-gvern?", "Għax irid iżomm bis-serjeta` l-impenn soċjali tiegħu lejn dawk il-barklora li għandhom dgħajjes mhux kummerċjali imma dgħajjes li ħafna drabi jużawhom għax-xogħol tagħhom, ġewwa l-Isla u l-Birgu.", "Lil dawn il-barklora l-gvern qalilhom: Jien nagħmel kulma hemm bżonn biex l-irmiġġi li intom tridu jkunu għandkom, u fil-fatt dawn l-irmiġġi se nagħtuhomlhom, anke jekk dan ikun ifisser piż għall-gvern, għax ma nippretendix li xi ħadd li qed jagħmel proġett kummerċjali jerfa' fuq spallejh piż soċjali.", "Il-gvern jerfa' l-parti li għandu bżonn jerfa', imma fil-limiti li jiddiskuti u jiftiehem dwarhom.", "Għalhekk nappella lill-oppożizzjoni biex ma tintużax biex tagħmel xi forma ta' pressjoni kummerċjali, konxjament jew le, minn consortium jew ieħor fuq il-gvern.", "Kif qal l-Onor.", "Buhagiar, aħna vvotajna Lm300,000 biex nagħmlu t-titjib meħtieġ ta' l-infrastruttura.", "Naturalment dan se jkun għadu biss il-bidu għax se jkollna nonfqu ferm iktar minn hekk.", "Per eżempju, wara li tkellimna ma' l-Enemalta sibna li se jsir kuntratt ta' Lm0.25 miljun biex ikun hemm provvista adegwata ta' elettriku għall-Kottonera.", "Aħna ddiskutejna mal-Maltacom fuq il-linji tat-telephone ta' dawk l-inħawi u ddiskutejna wkoll mal-Melita cable television fuq il-provvista tas-servizz tal-cable television fil-Kottonera.", "Rigward il-cruise liner passenger terminal irrid ngħid li xejn ma kellna diskussjonijiet faċli għax il-gvern preċedenti ħareġ development brief u qalilhom: Hawn tridu tiżviluppaw lil min se jieħu l-proġett, u indikalhom l-area bil-highlighter.", "Kemm hu faċli li tagħmel hekk!", "Kemm hu faċli għalija li xi ħadd iġibli pjanta quddiemi u jien naqbad il-highlighter u ngħid: Dawn, dawn u dawn se jiġu żviluppati mill-privat!", "Imma mbagħad skoprejna wkoll li fl-area indikata mill-gvern preċedenti mhux biss kellek tenants tal-gvern - diġa' hija problema kif tittrattaha b'mod uman, jekk ma rridux noqogħdu nimxu bix-xabla tal-liġi qisu xejn m'hu xejn - imma kellek min hu sid tal-post.", "Aħna daħħalna l-consortium li hu indikat li jagħmel il-proġett fl-obbligu li jipprovdi alternattiva tajba.", "Fil-fatt issa dan diġa' ġie konkluż u ġimgħa ilu bagħtna lill-consortium il-kuntratt finali kif qed jarah il-gvern.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll - u rrid ngħidha pubblikament - li jekk il-konsorzju fadallu xi dettal partikolari li huwa verament minuri aħna lesti li naraw x'għandu xi jgħid, pero` ma jistax ikun li nibqgħu dejjem naraw x'se jiżdied għax il-consortium joħlom b'xi ħaġa oħra.", "Aħna bagħtna l-kuntratt finali; issa jew niffirmawh jew, jekk hemm bżonn, niddiskutuh ma' ħaddieħor.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bil-permess tal- Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-mistoqsija hija din: Ir-repair u l-maintenance tal-quays tal-Birgu qegħdin f'idejn il-gvern jew f'idejn il-konsorzju?", "Għax l-informazzjoni li għandi hija li l-consortium qed jinsisti li l-gvern jieħu l-inkarigu li over the 99 year period ikun hu li jmantni l-quays, isewwihom u jieħu ħsiebhom.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba hija faċli.", "Il-gvern preċedenti kien webbes rasu li l-moll jagħtih lill-privat.", "Aħna nsistejna li dak jibqa' proprjeta' tal-gvern, u ladarba jibqa' proprjeta` tal-gvern ifisser li għal dik li hija tiswija straordinarja skond il-liġijiet normali tal- pajjiż se ssir min-naħa ....", "(Interruzzjonijiet) Mill-Kottonera diġa' għaddejna għall-cruise liner passenger terminal.", "Issa jkollok opportunita` li tagħmel id-domandi fil-mument opportun.", "Rigward il-Connections, jien ninsab informat miċ-chairman ta' l-adjudication board li fil-ġranet li ġejjin se jkollna rakkmandazzonijiet dwar dak il-bord.", "Naturalment issa ma nistax ma nirriferix għat-tielet qasam, li huwa dak ta' l-ambjent.", "Hawnhekk ma nistax ma nerġax ngħid dak li ilna ninsistu ħafna drabi fuqu; ċioe` li jekk ma nitilqux mill-prinċipju li Malta darna lkoll ma nkunu wasalna mkien.", "Ħafna drabi aħna nieqfu fuq l-argument billi ngħidu mill-bieb 'il barra aħna ma nagħtux l-istess attenzjoni daqskemm mill-bieb 'il ġewwa, imma mhux hekk biss: Aħna f'darna x'nagħmlu?", "Nagħmlu lil xi ħadd skjav inaddaf wara kulħadd jew nagħmlu lkoll il-parti tagħna?", "Meta ngħidu li Malta hi darna lkoll, ma nistgħux naqsmu lill- pajjiż bejn min għandu l-inkarigu li jnaddaf regolarment u bejn min iħoss li jista' jwaddab kull oġġetti li jkollu fil-karozza u li ma jkollux bżonnu 'l barra.", "Imbagħad xi ngħidu għall-kuntratturi?", "Dawn jgħidulek: Għalfejn noqogħdu mmorru l-Magħtab biex narmu t-terrapien?", "Immorru f'xi wied u nwaddbu kollox hemm!", "L-Onor.", "Buhagiar irrifera għal Joe Farrugia, li jmexxi l-unit għal ambjent nadif.", "Illum dan il-unit iħaddem 20 ruħ - fil- fatt ġieli kelli l-okkażjoni li nżurhom waqt li huma jkunu għaddejjin b'ħidmiethom - li xogħolhom huwa li jnaddfu l-mini filwaqt li jnaddfu toroq arterjali u distributorji oħra, b'koordinazzjoni mad-dipartiment tat-toroq.", "Dawn il-ħaddiema jagħmlu wkoll xogħol ta' tindif ieħor, fosthom fuq areas li jkunu abbandunati, bħalma hemm viċin il-Marsa sports club.", "Fil-fatt ta' min jgħid li tnaddfu 3.3 kilometri minn din l-area u ħarġu minn hemm 300 trakk.", "Imbagħad wara li jkun sar sforz biex dak il-post jitnaddaf, mill- għada stess jerġa' jibda jitħammeġ.", "Fil-ftit ħin li għad fadalli ma nistax ma nirriferix għas-sejħa li għamilna dwar is-sistema integrata ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "L-Onor.", "Buhagiar, bir-rispett kollu lejh, qed jagħmel argument vizzjuż fejn qed jgħid - u din qalha wkoll f'It-Torċa\" l-għada li ħabbarna dan id-dokument - dan bilfors irid ifisser li jsiru taxxi fuq l-iskart jew inkella l-gvern joħroġ il-flus hu mbagħad jiġborhom mingħand in-nies.", "Aħna li qed nipprovaw nagħmlu hu proġett li kemm jista' jkun hu stess ikollu inbuilt ir- revenues tal-financing tiegħu.", "B'hekk ma jkunx hemm il-ħtieġa li noħolqu xi sistema ta' tassazzjoni oħra fuq il-poplu jew fuq il-pajjiż.", "Sur President, se nagħlaq dan id-diskors billi nwieġeb għal domanda li għamilli l-Onor.", "Buhagiar.", "Fl-ewwel jumejn kien hemm għaxar kumpanniji li ġabru d-dokument.", "Rigward l-aħħar mistoqsija li għamilli jien ngħidlu sempliċement li le, m'għandna l-ebda ħsieb li naqbdu lill-ħaddiema tal- gvern u nitfgħuhom mal-privat, jekk kemm-il darba ma nkunux qegħdin f'partnership ma' xi ħadd u jkun hemm xi settur mill-privat li jeħodlok parti mill-impjegati bi ftehim mal-unions, ma' l-impjegati stess u bil- garanziji soċjali kollha.", "Din hija mira across the board.", "Fil-fatt jien niċħad bl-iktar mod kategoriku li hemm xi pjan ta' dan it-tip, pero` ngħid li għandna l-mira ġenerali li dan il-pajjiż jitmexxa verament b'mod ħafna iktar effiċjenti u serju milli kien jitmexxa qabel.", "Grazzi, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra, skond il-mozzjoni ta' proċedura.", "Il-Kumitat ġie sospiż fin-12.31 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Mizzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "282 FAVUR : 28", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | | | |", "KONTRA: 33", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-voti tal- ministeru għall-ambjent, u se nibda minn vot 30.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 30 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 20,920,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 30 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 31 - PROTEZZJONI TA' L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,991,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 - Protezzjoni ta' l-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 31 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT V - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,547,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot V għaddiet.", "Fis-12.39 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 30, 31 u V ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2001", "It-Tmien Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2000, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.41 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 172.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SIGURTA' SOĊJALI", "21738.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara kemm huwa n-numru ta' kumpanniji li tressqu l-qorti mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali għaliex ma ħallsux il-pagamenti dovuti għall-ħlas tas-sigurta nazzjonali (il-bolla/tal-ħaddiema tagħhom?)", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li l-bolli tagħhom ma ġewx imħallsa mill- kumpanniji tagħhom u kemm hija ċ-ċifra fi flus li fuqha qed jieħu l-passi legali id-dipartiment sabiex jiġbru dawn il-pagamenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- dipartiment tas-sigurta' soċjali m'għadux id-dipartiment responsabbli għall- ġbir u l-infurzar tal-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Din il-funzjoni għaddiet f'idejn il-kummissarju tat-taxxi interni f'Jannar 1998.", "Matul din is-sena d-dipartiment tas-sigurta' soċjali ħareġ 89 ittri uffiċċjali (għal ammont ta' 'l fuq minn Lm610,000), 26 sekwestri u 9 mandati ta' qbid għal flus li għadhom dovuti għall-perijodi ta' qabel Jannar 1998.", "Peress li d-dipartiment iħarrek kumpanija u mhux persuna, l-ammont ta' ħaddiema mpjegati f'kull kumpanija ma jkunx indikat.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21739.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmani x'ġara mill-investigazzjonijiet ta' l-ilmenti tal-bejjiegħa tal-laħam li rriferejt għalihom fid-domanda tiegħi nru.", "21152?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-ilmenti kollha li qed issir riferenza għalihom jirriferu speċifikament għall-operat tal-biċċerija, u peress li kif għedt fit-tweġiba għal mistoqsija nru.", "21152 kopja ta' l-istess ġiet mgħoddija lill-ministeru ta' l-agrikoltura, nissuġġerixxu li din il- mistoqsija ssir lill-ministeru ta' l-agrikultura.", "ENEMALTA - QTUGĦ TAD-DAWL", "21822.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani, b'aktar dettal ta' informazzjoni, skond it-talba ta' mistoqsija parlamentari nru.", "21140?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- aħħar parti ta' mistoqsija parlamentari nru.", "21140, peress li l-ewwel parti ġiet imwieġba fid-detal.", "Jekk dan huwa l-każ, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' ħsara f'termini ta' flus għadu ma ġiex stabilit bl-eżatt u għalhekk ma jkunx prudenti li wieħed isemmi ċifri.", "Dwar kif ġew affetwati s-sidien ta' stabilimenti kummerċjali, huwa diffiċli li wieħed jikkwantifika għaliex jiddependi minn diversi fatturi, fosthom il-ġeneru tan-negozju.", "PA - WARDIJA - WIED QANNOTA,", "21868.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "21355, nixtieq ninforma lill-Ministru li l-lokalita' hi fil-Wardija.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-indikazzjonijiet ta` l-Onor.", "Interpellant, kemm f'mistoqsija parlamentari nru.", "21355 u kemm f'mistoqsija parlamentari nru.", "21868 m`humiex speċifiċi biżżejjed għaliex l-areas indikati huma ta` daqs sostanzjali.", "Għalhekk nerġa` nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħti dettalji speċifiċi, idealment permezz ta` site plan, sabiex tkun tista` tingħata risposta xierqa għal mistoqsija tiegħu.", "MTARFA - BARRACK BLOCKS - DAWL", "21869.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani fiex waslet il-kwestjoni tal-landscaping lighting around barrack blocks fl-Imtarfa li qed iqajjem il-kunsill ta' l-Imtarfa?", "Jista' jinfurmani kemm hija l-ispiża nvoluta u meta se jsiru x-xogħlijiet ħalli jiġi evitat il-periklu għar-residenti, inkluż it-tfal ta' l-Imtarfa?", "Jista' jirrimedja l-każ HAA 6/2000 kemm jista' jkun malajr ħalli l-familji konċernati jqattgħu Milied bla periklu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kwestjoni tad-dawl madwar il-barrack blocks fl- Imtarfa ġiet diskussa waqt laqgħa li saret fil-25 ta' Settembru 2000 fejn kien hemm preżenti l-kunsill lokali ta' l-Imtarfa, rappreżentanti ta' l- awtorita' tad-djar u l-Enemalta.", "Kulħadd qabel li ġaladarba sistemi bħal dawn ma jitqisux mill-Enemalta bħala dwal pubbliċi, u minħabba l-fatt li saru ħsarat konsiderevoli fid-dwal minn meta ġew installati sitt snin ilu, l-aħjar soluzzjoni kienet li tiġi nstallata sistema ġdida mill-Enemalta stess.", "B'hekk id-dwal ikun jista' jitqies bħala parti minn street lighting, u ma jkunx hemm għalfejn il-kunsill iħallas għall-konsum u għall- manutenzjoni.", "L-awtorita' għamlet talba formali lill-Enemalta biex issir stima tax-xogħlijiet meħtieġa.", "L-awtorita' qed tistenna li tirċievi din l- istima.", "Sadanittant, minħabba l-ħsarat li saru fis-sistemi tad-dawl eżistenti, dawn ġew mitfija mill-kunsill stess sabiex jiġi evitat kwalunkwe periklu għar-residenti."]} {"filename": "20010706_573d_par.doc", "date": "2001-07-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 573 Il-Ġimgħa, 6 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 573", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "573", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 417", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 418", "TQEGĦID TA' KARTI 421", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROBATION (IT-TIENI QARI)", "PROBATION BILL (SECOND READING) 422", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 431", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ngħaddu mill-ewwel għall-konferma tal- Minuti.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nitolbok biex jekk hemm bżonn tagħti ruling u tgħid eżatt x'ħin suppost tibda s-seduta.", "Safejn naf jien, suppost li nibdew fis-6.00 p.m. imma huwa fatt li qatt ma nibdew fil-ħin.", "MR SPEAKER: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Membru, issa ilna għal dawn l-aħħar sentejn nibdew fis-6.10 p.m. Din hija s-sitwazzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma tlabtekx tgħidli x'inhi s-sitwazzjoni imma tlabtek ruling, anke jekk is-sitwazzjoni mhix eżatt kif għedtha int għax kellna seduti li bdew qabel is-6.10 p.m. u kellna oħrajn li bdew wara, bħalma ġara din il-ġimgħa stess meta s-seduta bdiet fis-6.15 p.m. Għalhekk nerġa' nitlob lis-Sedja tgħid fi x'ħin suppost li nibdew.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Rigward dan il-punt ta' l-Onor.", "Mizzi, jidhirli li s-Sedja diġa' iddikjarat ruħha.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membru jdaħħakni lili għax jekk nibdew fis-6.00 p.m. isejjaħ quorum.", "Anke jekk nibdew fis-6.05 p.m. isejjaħ quorum u jekk nibdew fis-6.10 p.m. isejjaħ quorum ukoll!", "Kull darba jivvinta xi skuża biex isejjaħ quorum.", "Spiċċa biex anke sejjaħ quorum f'seduta ddedikata għall-oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Qegħdin nirredikolaw il-parlament b'dan il-mod.", "Is-Sedja tatu r-ruling tagħha.", "Is- seduta tibda x'ħin joħroġ l-iSpeaker.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Mizzi jaf li kien hawn żmien meta s-seduta kienet tibda fis-6.30 p.m..", "Qed ngħid għal meta xi żmien ilu l- oppożizzjoni tal-lum kienet fil-gvern.", "(Interruzzjonijiet) MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma tlabtx ruling mingħand l-Onor.", "Gonzi imma mingħand is-Sedja.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas ma kellu għalfejn jaċċenna għas-seduta tal-bieraħ għax jien ma ppruvajt nisfratta xejn.", "Allura bl- argument tiegħu, il-Viċi Prim Ministru qed jgħid li meta ma jkunx hawn 15- il membru min-naħa tal-gvern, dan isir biex jisfrattaw is-seduta.", "Dan x'argument bażwi hu!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kieku l-bieraħ ridna nilagħbu tat-tfal, konna nitilqu 'l barra kif tħobbu tagħmlu intom u ma kienx ikun hawn quorum.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, mhux billi qed jgħid li l-mozzjoni kienet tiġi diskussa llum.", "Dik tal-bieraħ kienet mozzjoni ta' l-oppożizzjoni u biex terġa' titla għad-diskussjoni, kien ikollhom jgħaddu mill-inqas ħmistax-il ġurnata u kien ikollna nistennew sakemm ikun imiss Ħamis ieħor.", "U Ħamis ieħor mhux bilfors jasal wara ħmistax-il ġurnata, ġaladarba l-istanding orders jgħidu li kull alternative Thursday ikun hemm xogħol tal-gvern.", "Jiġifieri ħmistax wara kien ikun imiss xogħol tal-gvern u allura kien ikollhom jgħaddu iżjed minn ġimgħatejn sakemm dik il-mozzjoni kienet terġa' tiġi quddiem il-Kamra.", "Having said that, Sur President, l-idea m'hijiex li nirrendu l-parlament bħala post fejn nilagħbu tat-tfal.", "Hawnhekk irridu s-serjeta' u kien għalhekk li l-bieraħ il-membri kollha tal-gvern baqgħu fil-Kamra sabiex niddiskutu l-mozzjoni mressqa min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, dak li qed jgħid il-Viċi Prim Ministru mhuwiex korrett għax din in-naħa tista' ssostni l-quorum u tista' wkoll ma ssotniehx.", "Fil-fatt kien hemm każi fejn din in-naħa tal-Kamra ma sostnietx il-quorum.", "Imma nerġa' nitlob lis-Sedja biex tgħid jekk tatx ruling jew le, ħalli l-affarijiet ikunu ċari.", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni hija kif spjegajt iktar qabel u għal darb'oħra nitlob għall-konferma tal-Minuti.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 572 li saret fis-6 ta' Lulju ̧ 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ST.", "LUKE'S – MRI - ACCELERATED INVESTIGATIONS", "26979.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Francis Agius) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' dawk li qegħdin jistennew investigazzjoni ta' l-MRI?", "Jista' jagħti informazzjoni rigward accelerated investigations f'każ urġenti ta' bżonn għall-MRI?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li hemm 348 pazjent li jinsabu fuq il-waiting list għall-MRI.", "Ta` min jirrimarka li filwaqt li meta konna nixtru s-servizz mill-privat kienu jsiru 30 MRI fix-xahar, illum qegħdin isiru 240 MRI fix-xahar u minkejja dan m'aħniex inlaħħqu mat-talbiet li hemm.", "Issa sabiex jiġi assigurat li s-servizz ta` l-MRI ma jiġix abbużat, it-talbiet għall-istess MRI huma kollha vetted u jiġu maqsuma fi tliet kategoriji - immedjati, urġenti jew elettivi - skond l-informazzjoni klinika li jgħaddi l-konsulent li jitlob l-MRI.", "L-aktar appuntament fil-bogħod għall-MRI elettiv huwa għall-ewwel ġimgħa ta` Settembru 2001.", "Għal każi urġenti, id-data li jmiss hi ta' l-14 ta` Lulju 2001.", "Għal każi immedjati m'hemmx waiting list u dawn isiru jew filgħodu kmieni, qabel tibda s-sessjoni normali, jiġifieri fis-7.15 a.m., jew inkella fit-tarf tas-sessjoni, li normalment ikun kmieni wara nofsinhar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Issa li ggradwaw numru ta' tobba, jista' il- Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-pożizzjoni tal-poliklinika ta' Bormla u jgħid meta se jkun possibbli li din tiftaħ fuq bażi ta' 24 siegħa?", "Fir-rigward ta' l-MRI, kemm huwa possibbli li wieħed jieħu ħsieb il- problema b'aktar impenn minħabba l-backlog ta' appuntamenti li hemm?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tifhimha li kull meta niġu biex noffru servizz ġdid bilfors li se tikkrea waiting list, Mr Speaker.", "Jien niftakar li meta ftaħna l-MRI konna għedna li konna qegħdin nintrabtu li nagħmlu 30 MRI fix-xahar, pero' konna għidna wkoll li se jkun hemm waiting list.", "Fil-fatt minkejja li tests qegħdin nagħmlu tmien darbiet iktar minn dak li konna nagħmlu qabel, il-waiting list għadha tiela' - kif għedt fir-risposta li tajt, waiting list għal każi urġenti ma teżistix - anke jekk ħafna drabi jkollna talbiet li mhux dejjem ikunu ġustifikati.", "Nerġa' ngħid li meta jkun hemm investigazzjoni sofisfikata bħalma hi l-MRI se toħloq domanda qawwija, pero' it-talba tal-pazjent mhux dejjem tkun ġustifikata.", "Ta' min jirrimarka li qabel April tas-sena 2000, talbiet li kienu mniżżlin bħala elettivi ma kienu jsiru qatt u llum dawn qegħdin isiru wkoll.", "Sfortunatament ħafna nies għandhom ftit misconceptions dwar l-MRI.", "Hemm testijiet oħrajn, bħas-CT scan, li għal ċerti affarijiet speċifiċi jagħtu riżultati aħjar milli jista' jagħti l-MRI.", "Imma peress li dan ta' l-aħħar huwa iktar modern, il-pazjenti kollha jippretendu li jagħmlu dan it-test.", "Aħna ninsabu konxji minn din il-problema u b'arranġament mad-dipartiment tar-radjografija konna qed naraw – naħseb li se naslu - nistgħux nagħmlu sessions formali wara nofsinhar.", "Minkejja dan, nafu li l-waiting list mhix se tonqos għax iżjed ma tipprovdi servizz aktar jitwalu l-waiting lists.", "Rigward l-ewwel domanda ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici, nista' ngħid li din il- ġimgħa kelli okkażjoni nitkellem dwar il-problema tan-nuqqas ta' tobba.", "Malli gradwaw it–tobba l-ġodda, bgħatna disa' tobba oħra mill-isptar San Luqa biex jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa ħalli nagħmlu tajjeb għat-30 tabib li hemm nieqsa f'dawn iċ-ċentri.", "Ħafna nies jinterpretaw il-fatt li ggradwaw numru sabiħ ta' tobba bħala li issa awtomatikament nistgħu mmorru lura għan- normal.", "Le, mhux hekk.", "Dawn huma tobba li qabel ma jintbagħtu jaħdmu fil- health centres, iridu jagħmlu sentejn jaħdmu under supervision fl- isptarijiet u allura m'huwiex possibbli li jintbagħtu jaħdmu mill-ewwel fiċ- ċentri tas-saħħa.", "Ovvjament dejjem se jkollok numru ieħor ta' tobba li jkunu għadhom kemm għalqu s-sentejn jaħdmu mal-gvern u allura jistgħu jintbagħtu fil-health centres, pero' dejjem jekk dawn ma jiddeċedux li jmorru jaħdmu fil-privat jew imorru barra biex jispeċjalizzaw.", "Żgur li l- ewwel ħaġa li rridu naraw hi kemm se jibqgħalna tobba fis-servizz tas- saħħa, Sur President.", "Kif kelli okkażjoni ngħid, hemm nuqqas ta' tobba fil-junior grades f'San Luqa u minkejja li nirrikonoxxu l-importanza taċ-ċentri tas-saħħa, xorta l- priorita' assoluta tibqa' s-servizz li jingħata minn St Luke's. Qabel ma nippruvaw insolvu dik il-problema b'dawn it-tobba ġodda, irridu nkunu ċerti li m'hemmx nuqqas ta' tobba fl-isptar San luqa.", "Fl-istess ħin għadna għaddejjin bit-trattattivi dwar il-proposta li kellna mingħand grupp ta' tobba li riedu jwaqqfu koperativa.", "Id-diskussjonijiet għaddejjin b'ritmu mgħaġġel u nispera li fil-futur qarib inkunu nistgħu nħabbru li se nerġgħu niftħu l-health centres.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor meta hemm il-ħsieb li l-poliklinika ta' Bormla tinfetaħ regolarment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Meta nkun solvejt dawn il-problemi kollha li għandi kemm semmejt!", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Għad fadal tliet snin żgur biex jinbidel il-gvern, anzi probabbli fadal tmienja!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Filwaqt li nifhem li minn mindu ġie pprovdut is- servizz, id-domanda għat-test ta' l-MRI telgħet mas-sema, jaħseb li parti mis-soluzzjoni hi li jkollok aktar radiographers li jiġu trained biex jitgħallmu jagħmlu dawn it-tests?", "Jien naf ukoll li min-naħa tad-diviżjoni tas-saħħa u min-naħa tal-gvern hemm il-commitment li dawn it-tests jibdew isiru wara nofsinhar, pero' sfortunatament kif jaf il-Ministru, qed jiġri dak li jiġri fit-theatre fejn hemm demand kbira għall-ħinijiet ta' filgħodu iżda wara nofsinhar għandek numru ta' theatres vojta.", "Probabbli l-kwestjoni ta' l-MRI hi l-istess.", "X'inhi din ir-reżistenza ladarba hemm il-commitment tal-gvern u tad- diviżjoni tas-saħħa biex dawn it-tests jibdew isiru wara nofsinhar?", "Forsi din ir-reżistenza ġejja min-naħa tal-unions?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-problemi huma tnejn; l-ewwel waħda hi dwar kif se jaħdem l-istaff.", "Għandna uħud li qegħdin jistudjaw barra biex ikunu jistgħu jispeċjalizzaw f'dawn it-tip ta' investigazzjonijiet.", "Bħalissa qegħdin nagħmlu assesment u auditing tax-xogħol li jsir f'sezzjonijiet differenti ta' l-isptar biex inkunu nistgħu nsiru iktar effiċjenti.", "Fil- fatt kien minħabba dan l-eżerċizzju u minħabba kordinament aħjar li naqqasna l-waiting list tal-mammografija minn madwar sitt xhur għal madwar ġimgħatejn.", "Ċertament in-nuqqas ta' staff li hemm fid-dipartiment tar- radjografija jrid jiġi indirizzat bit-training ta' iktar nies, Sur President.", "B'mod pożittiv ngħid li ġie lura minn barra konsulent speċjalizzat fl-MRI u dan ovvjament se jkun strumentali biex inkunu nistgħu nżidu l-workload.", "Pero' naħseb li l-iktar ħaġa importanti hi li jsir assessment ta' x'inhu jiġri fis-setturi differenti għax meta jsir l-auditing jibdew ħerġin bosta affarijiet interessanti.", "Min ibati minn anorexia, per eżempju, se jibda' jintbagħat fit-treatment rooms tat-theatres għax jirriżulta li kull ġurnata, it-theatre nurses jieklu madwar 50 ħobża kuljum!", "Jirriżulta wkoll li fil-kċina ta' San Luqa, minkejja li suppost ikun hemm provvista ta' ġurnata bil-quddiem biss, hemm maħżuna provvista għal madwar ħames xhur.", "Dawn l-abbużi qegħdin jinkixfu għax qed isir assessment ta' x'qiegħed jiġri.", "Fir-rigward ta' data tentattiva ta' meta se jerġa' jinfetaħ iċ-ċentru tas- saħħa ta' Bormla għal 24 siegħa kuljum, infakkar lill-Onor.", "Mizzi li fis- sentejn li l-partit tiegħu dam fil-gvern kellu ċ-ċans jiftaħ diversi polikliniċi imma baqa' ma fetaħhomx.", "M'iniex qed nirriferi biss għal dik ta' Bormla imma anke għall-health centre ta' Birkirkara, li kien ilu lest sentejn sħaħ u ma nfetaħ qatt, lanqas temporanjament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Aħna nafu li t-tests ta' l-MRI isiru b'xejn f'St Luke's u nafu wkoll kemm jiġu jiswew kieku kellhom isiru privatament.", "Meta persuna tkun għamlet vista privata u l-konsulent li jkun raha jirrakkomandaha li tmur l-isptar biex tagħmel dan it-test, isir xi assessment finanzjarju?", "Meta pazjent jitlob kopja ta' l-MRI biex jgħaddiha lill-konsulent privat li jkun mar għandu, din kemm tista' tingħata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ġeneralment jekk xi ħadd imur għand konsulent privat u dan jordnalu MRI, il-prassi hi li dak l-istess konsulent jagħmel appuntament lill-pazjent tiegħu fl-outpatients ta' l-isptar.", "Nistgħu ngħidu li kważi l-konsulenti kollha f'pajjiżna jaħdmu f'St Luke's u jekk il- konsulent ma jkunx jaħdem mal-gvern, ġeneralment jirriferi lill-pazjent għand konsulent ieħor li jkun jaħdem St Luke's, imbagħad sta għall- konsulent jekk jiddikjarax li l-każ huwa immedjat, urġenti jew inkella elettiv.", "S'issa pero' m'hemm l-ebda ħsieb li jiġi introdott xi tip ta' ħlas għal dawn is-servizzi.", "Dwar il-kopja ta' l-MRI, li naf żgur hu li meta konsulent jitlob riżultati ta' xi investigazzjonijiet, anke ta' X-rays, jistgħu jsiru kopji tagħhom.", "Ma nara l-ebda raġuni għala jekk konsulent jitlob kopja ta' l-MRI, din m'għandhiex tingħatalu.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membru qed jirriferi għal konsulent privat li jrid li l-pazjent imur jieħu MRI fil-privat.", "Malli pazjent jirfes l-għatba ta' l-isptar San Luqa, huwa intitolat li jagħmel dan it-test mingħajr ħlas.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' nies li bdew xogħol ġdid matul is-snin bejn l-1994 u l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27097.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' applikazzjonijiet għal żvilupp approvati wara rikonsiderazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentri 27120.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt għall-kiri ta' Mangion House mill-FMS, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27138.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROBATION", "PROBATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Lulju, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għandna quddiemna abbozz ta' liġi li jindika b'mod ċar li l-istitut tal-probation u l-uffiċjali involuti qegħdin hemm biex jippruvaw jirriformaw lil dak li jkun u fl-istess ħin jikkontrollaw il-movimenti tiegħu.", "GĦalkemm forsi ssib min jgħidlek li dak jew l-ieħor ikun irnexxielu jeħlisha għax ħa l-probation, dan żgur mhux il- każ.", "Il-probation officer huwa dak il-bniedem li għandu f'idejh il- kontroll tal-persuna li tkun ikkommettiet id-delitt.", "Preżentement il- probation officer qiegħed f'pożizzjoni li jiżviluppa u jikber aktar u bil-mod il-mod qed jifhem aktar ix-xogħol li hu mistenni minnu.", "Fil-fatt il-liġi qiegħda tindika b'mod ċar id-dmirijiet tal-probation officer x'inhuma, Sur President.", "Naturalment wieħed irid iżomm lilu nnifsu aġġornat ma' dak kollu li jkun għaddej fl-Ewropa u fid-dinja, pero' żgur li m'aħniex qegħdin inressqu din il-liġi minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju ̧ jekk wieħed iħares lejn dak li ġara fl-Ingilterra meta fl-1993 inqatel James Bulger, isib li barra minn Malta l-istitut tal-probation huwa avvanzat ħafna.", "Min jaf ftit il-fatti jaf li għalkemm fis-sentenza tiegħu l-imħallef kien ikkundanna liż-żewġ minorenni akkużati bil-qtil ta' Bulger għal tmien snin ħabs, il-home secretary sussegwentement qaleb is-sentenza u waħħalhom 15- il sena.", "Fuq dan il-każ kien qam kjass kbir fil-qorti Ewropea għad- drittijiet tal-bniedem.", "Fil-fatt il-qorti qalet li l-home secretary ma setax jieħu dik id-deċiżjoni li ħa u allura s-sentenza reġgħet niżlet għal tmien snin u l-każ reġa' mar quddiem il-qrati Ingliżi.", "Iċ-chief justice qal li piena tingħata abbażi ta' erba' affarijiet importanti - u ta' min isemmihom hawnhekk – u ċioe' il-kunċett ta' deterrent, il-kunċett ta' riparazzjoni, il-kunċett ta' riabilitazzjoni u l-kunċett ta' retribuzzjoni.", "Dawn huma l-erba' elementi li l-ġudikant għandu jżomm quddiem għajnejh.", "Huwa interessanti ħafna li l-qorti qalet li sentenza fuq dawn it-tfal m'għandhiex tingħata minn xi ħadd politiku imma għandha tingħata - u semmiet dan il-kliem - minn independent specialists.", "Wara dak li qal iċ-chief justice, riċentement il-parole board fl-Ingilterra ddeċieda li jaqbel mas-sentenza li ta l-Imħallef Woolf, u hekk is-sentenza baqgħet dik ta' tmien snin.", "Interessanti li l-parole board iddeċieda li dawn it-tfal jibqgħu jiġu miżmuma taħt probation officer.", "Barra minn hekk fl-Ingilterra l-kunċett żviluppa tant li jippermetti li l-identità ta' dawn it-tfal tintilef.", "Dan ifisser li sabiex dawn iż-żewġt itfal li kkommettew id-delitt jerġgħu jiġu nseriti fis-soċjetà, irid jinbidlilhom kollox.", "Fil- fatt il-parole board qal li dawn se jingħataw passaport ġdid, national insurance ġdida u social security documents ġodda.", "Ingħad ukoll li:", "\"Each will have a detailed invented past thoroughly researched and crafted.\"", "Dan huwa interessanti ħafna għax minkejja li dawn se jkunu qegħdin barra se jingħataw identità differenti u qed jingħad ukoll li:", "\"They will face almost daily supervision involving some of the most experienced probation officers in Britain.\".", "Qed insemmi dan il-kunċett għaliex huwa tajjeb li wieħed jara ftit x'qed nagħmlu f'din il-liġi.", "S'issa dejjem imxejna bis-sistema li l-ewwel tingħata s-sentenza u wara jiġi appuntat probation officer.", "Dak tajjeb, pero' mill-esperjenza qegħdin nirrealizzaw li hemm bżonn li jkun hemm probation officer li jibda jara l-każ qabel ma tingħata s-sentenza.", "Fil-fatt qegħdin nistabilixxu b'mod legali dak li diġà beda jsir bħala fatt. Fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi qed nagħtu l-possibbiltà li jsiru rapporti minn qabel fuq il-bżonn jew le li wieħed jagħti probation.", "Li huwa interessanti huwa li qegħdin indaħħlu wkoll il-kunċett li taħt is-suspended sentence jista' ukoll isir rapport u fuq dan xtaqt nitkellem ukoll.", "Fil- fatt ikun interessanti ħafna li wieħed jara kif żviluppajna l-kunċett tal- probation u dak tas-suspended sentence.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hemm klawsola li titlob li jkun hemm dak li jissejjaħ supervision order li ssir taħt l-id tal-probation officer.", "Dan ifisser li fil-liġi qegħdin ngħidu li anke wara li tingħata sentenza ta' ħabs u dik is-sentenza tiġi sospiża ̧ il-qorti hemmhekk għandha l- possibbiltà li tinnomina probation officer.", "Għalhekk jidher ċar li l- kunċett ta' probation officer li daħħalna fis-suspended sentence fl-1990 ma ġiex imħaddem.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nistaqsi: Xi skrutinju qegħdin nagħmlu min-naħa tal-parlament biex naraw x'ikun ġara mil-liġijiet li ddedikajna ħafna ħin għalihom?", "Wieħed irid jgħid li l-artiklu partikolari li tagħmel probation officer fis-suspended sentence ftit li xejn ġie applikat.", "Il-liġi dwar il-probation ma torbotx biżżejjed dak li hemm f'dan l-artiklu tas-suspended sentence ma' dak li hemm fil-probation.", "L-idea tal-probation m'għandhiex tkun waħda limitata jew marbuta, fis-sens li ssir biss wara li tingħata s-sentenza.", "Pero' l-kunċett tal-probation officer għandu jkun kunċett li jista' jiġi applikat kemm qabel is-sentenza u kemm wara.", "Huwa importanti wkoll li meta tingħata sentenza ta' ħabs, wieħed jagħti l-possibbiltà li jiġi nnominat probation officer sabiex jagħmel monitoring ta' dak il-bniedem li jkun qiegħed il-ħabs.", "Barra minn Malta dan il-kunċett daħħluh indirettament permezz tal-kunċett tal-parole.", "Il-kunċett tal-parole hu li wieħed iġib ruħu tajjeb fil-ħabs u allura jkun jista' joħroġ mill-ħabs għall-weekends jew għal ċertu ħin jew żmien.", "Fl-Ingilterra għandhom parole board magħmul minn imħallef, psikjatra u persuna indipendenti.", "Dawn jaraw jekk kemm-il darba l-bniedem li jkun instab ħati u jkun qiegħed il-ħabs, għandux jingħata l-possibbiltà li joħroġ mill-ħabs u jerġa' jintegra ruħu fis-soċjetà.", "Jien ngħid li hemm bżonn li wieħed jidħol aktar fil-fond u jara li jkun hemm rabta aktar bejn l-istituti tas-suspended sentence u tal-probation.", "Il-pożizzjoni tal- probation officer hija determinanti għax dan ma jridx ikun sempliċement gwida jew għalliem biss u min ikun għamel id-delitt imur għandu, jisma l- lezzjoni u jerġa' jmur id-dar.", "Il-probation officer irid jagħmel sorveljanza ta' dan il-bniedem, jara fejn u ma' min ikun qed joqgħod u jara wkoll x'xogħol ikun qed jagħmel.", "Apparti minn hekk, il-probation officer irid jingħata l-possibbiltà li dak il-bniedem li jkun ingħata l-probation joqgħod għall-ordnijiet li jagħtih.", "Fil-fatt klawsola 5 qed tagħti ċerti drittijiet limitati lill-bord ta' sorveljanza u allura naħseb li għandna nibdlu ftit is-sitwazzjoni tal- probation officer li jmur il-qorti u jagħmel ħafna ħin jistenna biex ikellem maġistrat jew imħallef ħalli jirrapportalu fuq kull każ.", "Ħafna drabi l-maġistrati u l-imħallfin fil-qorti jkunu mgħobbija b'ħafna xogħol.", "Ladarba każ jinqata', ikun ftit odjuż li wara terġa' toqgħod tmur tinforma lill-imħallef jew lill-maġistrat bl-operat ta' bniedem li jkun ingħata l- probation.", "Għalhekk wieħed jew għandu jittrasferixxi l-poteri tal-kontroll tal-probation orders fuq maġistrat wieħed jew inkella jittrasferihom fuq bord li jkun semi-ġudizzjarju.", "Dan fih il-vantaġġ li jkollok nies li jkunu speċjalizzati fuq il-linja tal-probation u li jkunu jafu x'inhu għaddej fid-dinja inġenerali f'dak li għandu x'jaqsam mal-probation.", "Barra minn hekk dan ikun bniedem li jiltaqa' regolarment mal-probation officers jew man-nies li jkunu involuti u allura wieħed ikollu aċċess dirett u aktar malajr għall-inforzar ta' l-ordni tal-probation.", "Dawn l- affarijiet huma importanti ħafna għax minkejja li kultant ikollok bniedem li jibda jġib ruħu tajjeb, jekk dan isib it-tentazzjoni u inti ma tkunx on the ball u ma tintervenix mill-ewwel, dak li jkun jerġa' jaqa'.", "Għalhekk il-pass jew id-deċiżjoni li jieħu l-probation officer huwa mportanti ħafna għax dan ikollu l-kontroll ta' dak il-bniedem u dan hu li trid il-liġi.", "Aħna qegħdin nagħmlu l-probation mhux biex ikollna l-probation bħalma għandhom diversi pajjiżi oħrajn, imma sabiex wieħed jagħti saħħa vera u proprja lill-probation officer u jkun hemm tħaddim aħjar tagħha.", "Għalhekk jien nissuġġerixxi li l-bord ta' sorveljanza għandna nagħtuh dimensjoni akbar sabiex ikun jista' jieħu konsiderazzjoni ta' din is-sitwazzjoni.", "L-istess irrid ngħid rigward il-probation li tingħata wara li xi ħadd jingħata sentenza.", "Dan hu l-kunċett li tirriabilita lil dak li jkun u li terġa' tipprova ddaħħlu lura biex jintegra ruħu fis-soċjetà.", "Fil-fatt il- probation issir mhux biss biex lil dak li jkun terġa' tagħtih ċans imma biex tieħu ħsieb li dan jimxi 'l quddiem.", "Huwa importanti li min ikun instab ħati u ntbagħat il-ħabs u jkollu perijodu twil quddiemu, ikollu xi ħaġa li jrid jaħdem għaliha u mhux sempliċement jistenna l-arloġġ idur.", "Dan huwa inċentiv biex dak li jkun jaħdem ħalli jintegra ruħu fis-soċjetà.", "Dawk li għandhom intenzjonijiet tajba żgur li jidħlu għal ħaġa bħal din imma dawk li mhumiex u jerġgħu jikkommettu xi delitt ieħor, jerġgħgu jispiċċaw il-ħabs.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel u li fl-opinjoni tiegħi l-liġi ma daħlitx biżżejjed fil-fond dwaru huwa dwar il-kwestjoni tal-ħlas tad-danni.", "Ilna ħafna nilagħbu b'dan il-kunċett li oriġinarjament bdejnieh taħt il- Probation Act.", "Fil-fatt jekk m'inix sejjer żball minn Lm200 konna għollejnih għal Lm500.", "Barra minn hekk taħt is-suspended sentence konna daħħalna artiklu li bih tajna aktar far-reaching powers fejn mill-kriminal il-qorti tkun tista' tikkundanna wkoll għaċ-ċivil, pero' din fiha ċerta diffikultà biex tħaddimha.", "Per eżempju ̧ jien kelli każ fejn bniedem ġie kkundannat iħallas multa jew danni u l-parti l-oħra qalet li dak l-ammont ta' flus kien over and above dak li kellha tieħu.", "Fil-fatt il-liġi ma tgħidx li dak li se jitħallas ikun parti mid-danni li wieħed ikollu jagħti.", "Dan ifisser li kien hemm min interpreta l-artiklu tal-liġi fis-sens li dawk huma over and above.", "Dan hu perikoluż u l-aktar perikoluż hu li llum qed naċċettaw is- sitwazzjoni fejn il-proċess kriminali u l-proċess ċivili jibqgħu jsiru separati u distinti.", "Fi żmenijiet oħra kien hemm raġuni għala kien isir dan.", "Fil-fatt dan kien isir għaliex ħafna drabi l-kawżi tal-maġistrati kienu jsiru isfel u l-kawżi tad-danni kienu jsiru mill-imħallfin.", "Pero' llum bit-tibdil fil-kompetenzi u affarijiet oħra se niġu fil-pożizzjoni fejn l-istess maġistrat li se jiddeċiedi kawża ta' collision, se jkun l- istess maġistrat li quddiemu se tiġi l-kawża ċivili biex jiddeċiedi kemm irid iħallas wieħed lill-ieħor.", "Naħseb li wasal iż-żmien li fejn ikun hemm kawża li minnha jista' jkollok kemm azzjoni kriminali kif ukoll azzjoni ċivili, dawn isiru f'daqqa quddiem l-istess maġistrat.", "Din is-sistema fiha ħafna vantaġġi, fosthom li ma jkollokx ħafna konflitti fis-sentenzi.", "Jien darba kelli każ fejn sar rapport mill-inkjesta maġisterjali u ddeċidew li wieħed għandu tort u l-ieħor m'għandux.", "Imbagħad sar rapport mill-perit legali fil-kawża kriminali u ddeċieda l-kontra - jiġifieri ngħatat sentenza bil-maġistrat, qasamhom nofs bin-nofs, ġiet appellata u reġa' qasam ir- responsabbiltà – u wara saret il-kawża ċivili fejn reġgħu bidlu kollox kompletament.", "Dan ifisser li l-kunċett ta' l-uniformità tal-liġijiet u l- kunċett ta' l-uniformità fl-applikazzjoni tal-liġijiet qed jiġi stultifikat.", "Dan apparti l-problema l-oħra li fil-kriminal, ix-xhieda kollha li jinġiebu fiċ-ċivil ma tistax iġġibhom awtomatikament jekk il-parti l-oħra ma taċċettax.", "Dan ifisser li fiċ-ċivil trid terġa' ttella' x-xhieda kollha li jkunu telgħu fil-kriminal.", "B'hekk tkun qiegħed terġa' tħawwad kollox, apparti mid-diffikultà li l-imputat ikollu kopja tax-xhieda filwaqt li l- parti l-oħra, li hija l-vittma, ma jkollux, għalkemm forsi issa bl-emenda li se nagħmlu se jkollu.", "Għalhekk kien hemm il-possibbiltà li x-xhieda jbiddlu l-verżjoni tagħhom u jgħidu li nsew.", "Barra minn hekk trid terġa' ttellagħhom wieħed wieħed quddiem il-qorti.", "Dan iwassal għal inkonvenjenza kbira.", "Jien naħseb li m'għandniex inkomplu nilagħbu din il-logħba aktar.", "Illum għandna nieħdu deċiżjoni li l-kawżi ċivili u kriminali jiġu deċiżi f'daqqa.", "Dan jagħmel ħafna aktar sens għax niffrankaw ħafna ħin u żmien fil-qorti.", "Mr Speaker, fis-suspended sentence għandek li min ikun seraq irid jirrestitwixxi l-affarijiet.", "Fil-fatt artiklu 28 H tal-Kodiċi Kriminali jgħid hekk:", "\"...", "The court may enter in such order a direction obliging the offender to make restitution to the injured party of anything stolen or knowingly received or obtained by fraud or by other unlawful gain.\".", "Issa hawnhekk qegħdin inħarsu biss lejn id-danni.", "Naħseb li f'dan id-dawl wieħed ta' min jiftaħ ftit iktar il-kunċett ta' artiklu 28 H u jikkoreġieh ukoll, jekk kemm-il darba mhuwiex possibbli li ngħaqqdu ż-żewġ kawżi taċ- ċivil u tal-kriminal f'daqqa kif għandu jkun.", "Għalhekk min iħallas flus taħt il-probation ikun qed iħallashom bħala instalments jew bħala advanced payment mill-ammont li jista' jkun ikkundannat iħallas fiċ-ċivil.", "Hemm ukoll il-possibbiltà li fil-kriminal ikollok sentenza li tikkundanna lil xi ħadd li jħallas ammont ta' danni għaċ-ċivil, imbagħad fiċ-ċivil ikollok sentenza li tgħid li m'għandhomx jitħallsu danni.", "Hemmhekk għandek il- problema ta' restitutio in integrum għax jiġi li dan il-bniedem tħallas danni ta' xi ħaġa li m'għandux jitħallas tagħha.", "Dan huwa kunċett li għadu ma qamx pero' ċert li tant hemm kawżi l-qorti li llum jew għada se jerġa' jqum.", "F'din id-dimensjoni sħiħa, il-kunċett tal-probation irid jiġi rfinat ftit.", "Jien ħadt pjaċir ħafna b'subklawsola (5) ta' klawsola 7 fejn daħħalna l- kunċett ta' nies li għaddejjin mill-problema tad-droga.", "Dan huwa kunċett tajjeb għax wieħed li jkun taħt probation u jkollu bżonn xi kura f'xi sptar jew f'xi post bħal San Blas, ikun jista' jieħu l-kura.", "Pero' tkun ħaġa tajba li wieħed jagħti l-probation mhux wara li tingħata s-sentenza imma anke qabel u tgħid li hija a temporary provision u għalhekk ma tkunx qed tgħid li dan il-bniedem għandu ħtija.", "Liġi li saret fil-Malasja tagħti l- possibbiltà lill-Istat li ċerti nies li huma ddrogati jiġbruhom u jeħduhom għall-kura.", "Din fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha u hemm difiża ta' kif din issir.", "Pero' din għandna bżonnha għax kultant bniedem jidher quddiem maġistrat u dan ma jkunx jaf x'se jagħmel bih, għax jekk ikollu każ ta' droga ma jkunx jista' jagħtih il-libertà proviżorja u ma jkunx jista' jordnalu biex imur għall-kura.", "Jekk wieħed ikun il-ħabs ma jfissirx li dan se jingħata l-kura biex joħroġ mill-problema tad-droga.", "Għalhekk din naraha bħala waħda miċ-ċwievet vitali biex lil dawn in-nies li għandhom problema ta' droga nimbuttawhom biex jagħmlu din il-ħaġa.", "Huwa fl-interess tagħhom li jikkoperaw mal-probation officers.", "Mr Speaker, fis-suspended sentence konna għidna li wieħed jista' jagħmel probation officer, pero' fil-qorti din qatt ma ġiet applikata għax hemm il- mentalità li jekk tkun tajt sentenza sospiża, m'għandekx tagħti probation.", "Issa din il-liġi mhux biss qed iddaħħal il-kunċett li l-probation officer jikber imma qed iddaħħal il-kunċett li tagħti pieni alternattivi.", "Din il- liġi qed tagħti wkoll pieni lil nies li jagħmlu xogħol fil-komunità, li l- kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra tkellmu ħafna fuqhom.", "Ix-xogħol fil- komunità huwa importanti ħafna.", "Per eżempju, dan l-aħħar kelli żewġ każi ta' persuni li kellhom inċident tat-traffiku, bil-konsegwenza li kisru saqajhom.", "Peress li dawn ma jaħdmux l-insurance, ma ħallsithomx imma tathom xi ħaġa żgħira u allura dawn se jkunu qed jiddependu fuq il- familjari tagħhom.", "Qabel dawn kienu indipendenti, kienu jmorru jixtru, kienu jmorru l-quddies u kienu jgħixu ħajjithom imma issa dawn ma jistgħux jagħmlu dan.", "Għalhekk importanti li ndaħħlu l-kunċett li min hu irresponsabbli - dan jista' jkun irresponsabbli għal ġurnata waħda biss u tista' tkun attitudini tiegħu ta' irresponsabbiltà - iġġibu lura biex jaġixxi b'mod responsabbli lejn is-soċjetà.", "Jien rajt li f'dan ir- rigward għamilna ċerti parametri ta' limitazzjoni li aktar 'il quddiem ikollna l-possibbiltà li niddiskutuhom fi stadju ta' Kumitat, fejn nisimgħu ftit aktar fid-dettall għaliex saru hekk.", "Jien ngħid li m'għandux ikun hemm limitazzjoni ta' 240 siegħa.", "Jista' jkun li għandi tort fuq din il- ħaġa imma kultant ikun hemm nies li jkollhom bżonn ftit aktar biex jiġu f'posthom.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li fl-artiklu tas-sentenza sospiża tajna l-possibbiltà lil min hu probation officer li jista' jmur il-qorti u jitlob lill-qorti li l-ordni tal-probation li l-qorti tkun tat, tiġi estiża għal iktar żmien għax dak li jkun ikun għadu ma wasalx fejn għandu jasal.", "Għalhekk lill-probation officers għandna nagħtuhom aktar saħħa għax dawn huma waħda miċ-ċwievet sabiex nieħdu ħsieb li jkollna riabilitazzjoni sħiħa.", "Ħafna minn dawn in-nies ikunu motivati u jkunu ħadmu fil-kamp soċjali u allura jkollhom għal qalbhom il-problemi tan-nies u jkunu jaħdmu b'dedikazzjoni kbira.", "Per eżempju, jien nibqa' skantat bil-ħin kbir li jiddedikaw dawn il-probation officers għal kull bniedem li jingħata probation.", "Fil-fatt m'hemmx wieħed li jingħata probation li ma jkunx importanti għal dawn in-nies.", "Pero' hemm bżonn li wieħed ikun iktar rapidu fuq il-probation u fuq kif wieħed jirreaġixxi ma' dawk li ma jridux jikkoperaw.", "Il-messaġġ li għandna nagħtu bil-probation hu li għandu jkun hemm grupp ta' nies speċjalizzati f'dan il-qasam.", "F'din il- liġi aħna m'għidniex li wieħed għandu jagħżel bejn probation jew community service imma tajna l-possibbiltà li wieħed jista' jgħaqqadhom.", "Il-fatt li bniedem li jingħata probation tagħtih ukoll il-possibbiltà li jagħmel xogħol fil-komunità fih aktar u aktar sens.", "Wara kollox l-intenzjoni tagħna hija li wieħed jirriabilita ruħu u jerġa' jintegra ruħu fis-soċjetà.", "Importanti li wieħed isemmi wkoll li d-delinkwenza mhijiex biss kwestjoni ta' nies illitterati għax kultant issib li dawn forsi ma jkunux tgħallmu.", "L-aktar ħaġa perikoluża hija li jkollok nies intelliġenti li jagħmlu ċerti affarjiiet, nies li kultant ikunu saħansitra ggradwaw mill-università.", "Hawnhekk il-problema tkun ferm u ferm aktar serja għax ikun diffiċli biex imbagħad lil dawn in-nies terġa' tintegrahom fis-soċjetà speċjalment fejn jidħlu każi ta' frodi.", "Per eżempju, ġieli jkun hemm każi ta' impjegati li tkun għamilt żmien twil tafdahom u mbagħad tinduna li jkunu ħadu l-flus minn taħt imnieħrek.", "Għalhekk dawn huma każi li jimmeritaw attenzjoni akbar.", "Jidher ċar li l-istituzzjonijiet qegħdin nissodawhom.", "Fil-fatt aħna żammejna l-istess linja li jżommu l-Ingliżi, li d-dipartiment tal- probation ikun dipartiment governattiv.", "Tant hu hekk li klawsola 3 tgħid b'mod mill-aktar ċar li għandu jitwaqqaf dipartiment għas-servizzi ta' probation, li għandu jkun dipartiment tal-gvern u jitmexxa minn uffiċjal pubbliku li jissejjaħ id-direttur għas-servizzi ta' probation.", "Dan ifisser li l-eżami tal-piena se jsir min-naħa tal-gvern u mhux minn xi ħaġa differenti jew indipendenti.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li fi stadju ta' Kumitat għandna nkomplu nirfinaw din il-liġi għax din hija waħda minn dawk il-liġijiet li tiġi applikata kuljum.", "Jekk din il-liġi titħaddem tajjeb, il-ġudikant ikollu aktar moħħu mistrieħ meta jagħti sentenza ta' probation.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, qegħdin niddiskutu aġġornament ta' liġi li f'pajjiżna kienet ġiet introdotta kważi ħamsin sena ilu.", "Fil-fatt fl-introduzzjoni tiegħu, il-Ministru għamel riferenza għall-mibki Ġuże' Flores li fiż-żmien li għamel fix-xena politika kien viċi kap tal-Partit Laburista u anke Speaker tal-Kamra tad-Deputati.", "Hawnhekk ikun importanti li wieħed jgħid li dak iż-żmien meta kienet ġiet introdotta l- liġi, diġà konna qegħdin nitkellmu fuq sentenza ta' ħabs ta' perijodu massimu sa għaxar snin, iżda minflok ma tingħata l-piena karċerarja, fejn wieħed jintbagħat il-ħabs u taqflu hemm, jista' jkun li tiġi applikata l- probation.", "Naturalment din trid tiġi applikata b'kawtela u wieħed irid jgħid x'għandhom ikunu l-kondizzjonijiet tas-superviżjoni.", "Huwa fatt li minn meta fl-1957 kien beda jitħaddem dan l-Att, rajna ħafna żviluppi fil- kamp kriminali u sa ċertu punt dan seħħ ukoll fil-proċedura ċivili u infatti l-probation ġiet applikata f'diversi ġurijiet.", "Ta' min isemmi wkoll li Ġuże' Flores, Alla jagħtih il-glorja tal-ġenna, tant kien iħares 'il quddiem li kien introduċa sistema fejn il-ġudikant, apparti milli japplika sentenza ta' probation, seta' jordna li jitħallsu d-danni lill-vittma.", "Dak iż-żmien dawn id-danni ma kenux jeċċedu l-Lm100, liema somma mbagħad telgħet għal Lm200.", "Dan il-kunċett kien importanti ħafna.", "Fil-fatt maż-żmien Ġuże' Flores sar wieħed mill-imħallfin rispettabbli fil-qrati tagħna u kien ukoll ippreseda ġurijiet bħala ġudikant fejn kien qed imiss b'idejh il-frott ta' dan l-Att.", "Jien qed insemmi lil Ġuże' Flores għax hu kien il-bniedem li kien beda x-xogħol fuq din il-liġi.", "Illum għandna lill-Ministru Tonio Borg li qed jippilota dan l- abbozz ta' liġi u nawguralu li meta jixba' mill-politika jsir imħallef!", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru għaliex il- ħajja trid tkompli.", "L-importanti hu li kulħadd ikollu intenzjonijiet tajba, fl-interess tas-soċjeta'.", "Wara kollox aħna għalhekk qed niddiskutu dan l-Att, Sur President.", "Punt li nixtieq nagħmel huwa li hija ħasra li fil-kors tal-liġi fl- università ma tantx jagħmlu riferenza għall-Kap.", "152.", "Dan iwassal biex studenti universitarji li jilħqu avukati kważi ma jkunu jafu xejn u dan mhuwiex sew.", "Dan qed ngħidu biex il-kors tal-liġi jibda jinkorpora fih kollox u mhux il-Kodiċi Kriminali biss.", "Fil-fatt kull ħaġa li se nibdew nitkellmu dwarha għandha x'taqsam mal-proċedura quddiem il-qorti tal- maġistrati, il-qorti kriminali u l-qorti ta' appell kriminali.", "Fil-fatt klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid mill-ewwel li min ikun ġie ddikjarat ħati ta' reat, jinkludi wkoll dikjarazzjoni ta' ħtija mill-qorti ta' appell kriminali.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq il-qrati superjuri, speċifikament il-qorti ta' appell.", "Meta sar dan l-Att fl-1957 ma kienx hemm xi dipartiment partikolari imma llum se jitwaqqaf id-dipartiment għas-servizzi tal-probation.", "Għalhekk hawnhekk tqum il-mistoqsija: Għandna norganizzaw dipartiment ad hoc jew nistgħu naħdmu bis-servizzi li qed jingħataw bħalissa?", "Jien qed nagħmel din il-mistoqsija biex il-Ministru jispjegalna aħjar x'wassal lill-gvern li joħloq dipartiment ieħor għas-servizzi tal-probation.", "Ta' min jgħid li llum, tajjeb jew ħażin, xorta qed isir ħafna xogħol minkejja l- limitazzjonijiet li hemm u minn hawnhekk nixtieq insellem lil kulmin qed jaħdem fil-qasam tal-probation.", "Ma jidhirx li kien hemm xi problema fid- dipartiment eżistenti u allura wieħed irid jispjega għalfejn se noħolqu dipartiment ieħor.", "Sur President, huwa importanti li ngħidu li fl-università hemm korsijiet apposta għal diploma studies in probation services.", "Dan huwa kors importanti għal kulmin jitħajjar jagħmel xogħol ta' probation officer.", "Jien naf nies li ħadmu fi professjoni oħra li jixtiequ jagħmlu xogħol ta' probation officers.", "X'hemm ħażin li prokuratur legali, per eżempju, li jkun għejja jew ma jkunx irid jaħdem aktar fil-qrati, imur jaħdem fil-qasam tal-probation?", "Personalment naħseb li jista' jsir ħafna u ħafna aktar ġid lis-soċjetà li dak li jkun ikollu diġà l-expertise fil-qasam legali, pero' din hija xi ħaġa li wieħed jista' jaraha 'l quddiem.", "Skond klawsola 3 id-dmirijiet tad-dipartiment il-ġdid jinkludi ż-żamma ta' reġistru.", "Nafu illi kieku jkollok tistaqsi xi kwalità ta' rapporti saru fil-konfront ta' wieħed u fil-konfront ta' l-ieħor, jew kemm-il darba saru rapporti u saret riċerka fuq persuni li kienu bi probation ...", "Waħda mill- affarijiet li dejjem xtaqt li nkun naf hija jekk jinżammx record ta' dawk li jieħdu interess speċjali f'dan il-qasam.", "Hawnhekk nixtieq insellem lil dawk li għamlu ħafna xogħol u li huma anzjani f'dan il-kamp.", "Per eżempju, is-Sur Cassar Naudi kien wieħed mill-antiki li għamel ħafna xogħol u naħseb li dan kien l-ewwel wieħed f'dan il-qasam, biex ma ngħidx li kważi kien waħdu.", "Min jaf kemm fejjaq nies mill-mard kriminali bil- kelma tiegħu u llum dawn in-nies jirringrazzjawh ta' dak kollu li għamel magħhom.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna record tar-rapporti li jkunu saru, kemm qabel u kemm wara s-sentenza.", "Dan ifisser li hija xi ħaġa pożittiva li fi klawsola 3 qed ngħidu li d-dipartiment għas-servizzi tal- probation ikollu dan ir-reġistru ta' rapporti.", "Ġeneralment meta l-qorti titlob li jsir ir-rapport ta' qabel is-sentenza, din tqabbad persuna biex tippreparalha rapport.", "Per eżempju, tqabbad lili bħala probation officer biex nagħmlilha rapport fuq l-Onor.", "Jose' Herrera jew fuq l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Għalhekk il-qorti tidentifika persuna.", "S'issa dejjem hekk kienet imma issa jidher li l-qorti trid titlob lid- direttur, wara konsultazzjoni magħha ̧ biex dan jassenja lil xi ħadd.", "Ovvjament dan ikollu lista sħiħa ta' nies.", "Jien ngħid li j'Alla jkun hemm ħafna minn dawn in-nies għax importanti li jkun hemm aktar żgħażagħ maturi li jagħmlu xi ħaġa għas-soċjetà u ma jibżgħux jidħlu għal dawn il-korsijiet fl-università, mhux kulħadd irid imur avukat, perit jew tabib.", "Hemm bżonn li professjonijiet nobbli oħrajn ninkoraġġuhom u nħallsu tajjeb lil min jidħol għal dawn l-affarijiet, Sur President.", "Xi ħaġa li nixtieq insemmi hija li meta l-qorti titlob pre-sentencing report biex jiġi ppreżentat quddiemha u l-probation officer imur jitlob kopja tal-proċess, dan jintalab iħallas 50c għal kull paġna tal-proċess.", "Dan biex ma nsemmix li ġieli jiġri li r-rapport ma jkunx tlesta għax dwar dan ikun hemm kwestjoni bejn il-qorti u d-dipartiment tal-probation officer.", "Dawn huma affarijiet tal-ġenn u ma jistax ikun li fil-qorti tagħna jsiru dawn l-affarijiet.", "Li l-imputat jixtri l-proċess u jkollu jħallas tifhimha, imma li l-qorti stess titlob il-pre-sentencing report u min irid jagħmel dan ir-rapport jispiċċa bi problema ma' l-istess qorti li tkun qabbditu għax jintalab iħallas tal-kopji hija xi ħaġa tal-ġenn.", "Għalhekk hemm bżonn li min ivvinta dan il-ġenn fir-reġistru tal-qorti kriminali jirtiraha kemm jista' jkun malajr.", "Punt interessanti li nixtieq inqajjem huwa li fi klawsola 6 qed nirriferu għall-pre-sentencing report.", "Pero' fil-każ ta' meta għandek każ quddiem il- qorti ta' l-appell ma tistax tagħmel it-talba qabel ma tagħti t-tieni sentenza.", "Għalhekk huwa mportanti li din nikkonsidrawha ftit.", "Qed ngħid hekk għaliex qed ikun hemm każi fejn meta jkun hemm sentenza ta' ħabs isir appell proprju fuq is-sentenza.", "F'dak il-każ il-qorti ta' l-appell tkun trid titlob pre-sentencing report - ġieli lanqas ikun hemm oppożizzjoni min-naħa ta' l-attorney general għax ikun każ ċar jew għax ikun hemm qbil mad-difiża li s-sentenza tiġi konvertita minn waħda ta' ħabs għal waħda ta' probation - biex terġa' tifformula fehma dwar jekk ikunx aktar adattat li tapplika sentenza li ma tkunx waħda ta' priġunerija.", "Dan huwa punt li xtaqt nagħmlu ċar għaliex ġieli jiġri li għal xi raġuni jew oħra l-qorti ma tkunx daħlet fl-ambjent ta' l-akkużat.", "Għalhekk trid tipprova tfiehem lill-qorti biex meta din tasal għad-deċiżjoni tagħha, tieħu inkonsiderazzjoni l-ambjent fid-dar ta' l-akkużat jew inkella ċirkostanzi oħra li jkunu jimmeritaw li ma jkunx hemm sentenza ta' priġunerija jew inkella ma jkunx hemm sentenza oħra oltre dik ta' probation.", "F'dan il-każ, skond klawsola 6, il-qorti tista' tqabbad lid- dipartiment biex jipprepara rapport u jekk kemm-il darba r-rapport ikun wieħed pożittiv, wara li l-qorti tkun tat kopja lill-akkużat u lill- prosekutur biex dawn jidħlu fih, hi tkun tista' tagħti l-ordni.", "Rigward l-ordni tal-probation nixtieq ngħid li din ma tistax tkun inqas minn sena u mhux aktar minn tliet snin.", "Nifhem li din hija riprodotta minn Kap. 157.", "Paragrafu (a) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 7 jgħid hekk:", "\"Persuna tiġi dikjarata ħatja ta' reat punibbli bi priġunerija għal żmien mhux iktar minn seba' snin.\".", "Issa hawnhekk wieħed irid jistaqsi x'inhu jiġri u għalfejn qegħdin ninżlu minn għaxar snin għal seba' snin.", "Imbagħad l-ewwel proviso ta' din il- klawsola jgħid hekk:", "\"Iżda meta fil-fehma tal-qorti jkunu jeżistu ċirkostanzi ̧ li għandhom jiġu dikjarati b'mod ċar fl-ordni ̧ li jkunu jimmeritaw li l-ħati jitqiegħed taħt ordni ta' probation fil-każ ta' reat li minbarra xi żjieda fil-piena minħabba fit-tkomplija tar-reat jew ta' xi dikjarazzjoni ta' ħtija preċedenti, ikun punibbli bi priġunerija għal żmien li jeċċedi seba' snin iżda mhux għaxar snin ̧il-qorti ta' tagħmel ordni ta' probation.\".", "Mela issa qed ngħidu li qed inġiegħlu lill-qorti li sa seba' snin il- ġudikant m'għandux għalfejn jgħid ir-raġuni meta jagħti probation.", "Jekk kemm-il darba jkun hemm każ ta' attentat ta' omiċidju li jkun jimmerita tmien snin ħabs u mhux seba' snin - qed nagħti eżempju għax ovvjament imbagħad ikun hemm il-parametri - wieħed irid jagħti r-raġunijiet għalfejn ikun wasal għal dan.", "Din wieħed jifhimha pero' l-aktar ħaġa interessanti hija f'dak li għandu x'jaqsam ma' każi ta' droga.", "Jekk kemm-il darba dan hu l-każ, allura wieħed jifhimha.", "Jiena għamilt aċċenn għaliha għaliex tidher ċara.", "Pero' l-aktar interessanti hi fuq il-każi tad-droga u aktar 'il quddiem nixtieq nitkellem ftit fuq dan.", "Issa meta l-qorti jidhrilha li minħabba raġunijiet ta' saħħa jew minħabba raġunijiet mentali l-ħati jkollu bżonn il-kura l-isptar jew inkella f'xi istituzzjoni, bl-ebda mod ma tkun qed tinkludi persuna li jkollha x'taqsam ma' traffikar tad-droga.", "(Interruzzjonijiet) Rigward pussess tad- drogi qegħdin ngħidu li l-attorney general għandu l-poter li lil wieħed jibagħtu quddiem maġistrat u għalhekk ikun jista' jieħu piena inqas, u lil xi ħaddieħor jista' jibagħtu fil-qorti ta' fuq quddiem ġuri u ovvjament il- piena tista' titlagħlu sa għaxar snin.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq pussess sempliċi u mhux fuq pussess mhux sempliċi, fejn wieħed jeħel life imprisonment.", "Issa ladarba l-piena tkun taqbeż is-seba' snin u ma tkunx taqbeż l-għaxar snin, il-ġudikant irid igħid għaliex mhux se jagħtih il- ħabs, jispjega ċ-ċirkostanzi kollha u jissospendi d-deċiżjoni sakemm ikollu l-pre-sentencing report.", "(Interruzzjonijiet)", "F'każ li dak li jkun ma jkunx taħt it-18-il sena u jsir il-pre-sentencing report ̧ il-ġudikant irid jissospendi s-sentenza.", "Dan qed ngħidu mill- esperjenza.", "Il-verità hi li meta l-liġi tibda titħaddem issib li mhijiex daqshekk faċli biex tapplikaha.", "Immaġina wieħed ta' 18-il sena u nofs li jidher quddiem imħallef għall-ewwel darba u wara li jgħaddi ġuri, isibuh ħati ta' pussess sempliċi.", "L-imħallef jibda jħares lejh u lanqas ikun jaf x'se jaqbad jagħmel bih.", "Għalhekk wieħed irid jidħol f'każ bħal dan sew ̧ għalkemm hemm min jeħodha mod u hemm min jeħodha mod ieħor.", "Per eżempju, ikun hemm min jistaqsi għalfejn dak li jkun ma ammettiex mill- ewwel.", "Pero' bniedem li jħoss li ma jkunx ħati għandu dritt li jara li l-ġustizzja tiġi ppruvata.", "Dan huwa dritt fundamentali tal-bniedem u huwa importanti li wieħed jimxi b'kawtela.", "Huwa żgur li aħna f'dan il- parlament nemmnu li kulmin imiss mad-droga u jirriżulta li kien f'pussess, importanti li joħroġ minn din il-problema kemm fl-interess tiegħu kif ukoll fl-interess tas-soċjetà.", "Ta' min isemmi wkoll li fil-probation jista' jkun li jkun hemm ordni biex dak li jkun jieħu kura f'istituzzjoni adattata.", "Illum għandna ħafna istituzzjonijiet volontarji, fosthom il-Caritas u s-Sedqa, l- istituzzjonijiet ta' San Blas u ta' Santa Marija kif ukoll is-SATU li qiegħda fil-faċilità korrettiva ta' Kordin.", "Dawn l-istituzzjonijiet għandhom jiġu nkoraġġiti għax jagħmlu ġid kbir u kull wieħed minna f'dan il- parlament għandu jsellmilhom u jirringrazzjahom tax-xogħol kbir li qed isir għall-ġid tas-soċjetà Maltija biex kull persuna toħroġ mill-problema tad- droga.", "Jien ngħid li meta jkun ippruvat li wieħed ikollu pussess sempliċi ta' droga għandu jingħata kull faċilità possibbli biex minbarra li jingħata l-kura li jkollu bżonn, ma jkunx mgħobbi bil-piż tal-priġunerija u b'sentenza drakonjana li kultant ma tkunx timmerita lil persuna li tkun vittma.", "Fuq l-istess binarju, meta l-qorti tagħmel ordni ta' probation u tagħti kopja ta' dik l-ordni lil min ikun taħt il-probation, id-direttur għandu d- diskrezzjoni lil min jassenja.", "Jien mhux qed ngħid hekk minħabba l-fatt li tajna din id-diskrezzjoni għax jien għandi fiduċja f'kulħadd, imma importanti li xi ħadd jagħmel superviżjoni fuq id-diskrezzjoni.", "Allaħares ikollna sistema fejn meta l-qorti tagħmel ordni ta' probation, id-direttur dejjem jassenja lil ċertu uffiċjal u oħrajn ma narawhom qatt jew ma jingħatawx daqshekk wisa' sabiex jieħdu l-esperjenza.", "Jien mhu qed nagħmel l-ebda kritika ta' x'qiegħed isir għax ġieli jiġri bil-maqlub.", "(Interruzzjonijiet) Il-konsultazzjoni hija tajba u jien mhux qed ngħid li wieħed m'għandux ikollu diskrezzjoni, pero' tajjeb li din nifluha ftit għax hawnhekk aħna rridu li jkollna l-aħjar sistema.", "Sur President, għal dik li hija ordni tas-servizz fil-komunità, dan huwa kunċett innovattiv u importanti li l-ġudikanti jibdew iħaddmuh.", "Per eżempju, s'issa fil-kamp kriminali qatt ma kellna ordni biex wieħed jagħmel servizz fil-komunità.", "Hemm ġudikanti li jixtiequ jippruvawh dan u kien hemm min ipprova jagħmel xi ħaġa wkoll.", "Fl-Amerika kelli x-xorti naħdem u nitkellem ma' persuna li għamlet ħafna xogħol f'dan il-qasam.", "Hawnhekk qed nirriferi għal Amerikan Daniel Van Ness li għamel żmien l-Università ta' Malta u ħareġ xi pubblikazzjonijiet ukoll.", "Prof. Van Ness jgħid li idealment meta lill-vittma tressqu b'mod intelliġenti lejn persuna li tkun għamlet id-delitt u dak li jkun jifhem li jrid jagħti lill-ieħor tal-ħsara li jkun għamel, wieħed ikun jista' jtejjeb is-soċjetà.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għal klawsola 24 li titkellem fuq ħlas ta' danni u nixtieq nirriferi għal xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hija oxxena u min jaħdem fil-kamp kriminali jaf x'qed ngħid.", "Per eżempju ̧ jien ma nafx kif lil wieħed tagħtih suspended sentence u tgħidlu li jrid iħallas Lm20,000 meta tkun taf li dan mhux se jasal u mbagħad isir rikors u jispiċċa ġewwa.", "GĦalfejn nidħku bin-nies!", "Jien qed ngħid dan biex niġbdu linja.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dak li qed igħid l-Onor.", "Farrugia huwa tajjeb u nistgħu niddiskutuh fi stadju ta' Kumitat.", "Jekk pero' min-naħa l-oħra jkun hemm xi ħadd li, per eżempju, ikun iffroda lil ħaddieħor b'Lm10 ̧000 u jkun jista' jħallashom, allura tgħidlu li jew imur il-ħabs jew inkella jħallas lura dawk il-flus lill-vittma.", "Naħseb li din ħaġa tajba.", "L-Onor.", "Farrugia semma wkoll l-abbuż ̧ fejn xi ħadd ̧ qisu għax jistħi, minflok jibagħtu l-ħabs, jagħmillu kondizzjoni li tant tkun impossibbli li jesegwiha li mbagħad jispiċċa l-ħabs.", "Pero' l-abbuż mhuwiex fil-liġi imma fl-esekuzzjoni tagħha.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva ̧ li rrid ngħid hu li qabel kellna ammont ta' Lm500 u issa f'daqqa waħda se ngħaddu għal xi ħaġa aktar miftuħa, pero' naħseb li din ma taħdimx.", "Jien ċert li issa l-ġudikanti se jkollhom bieb miftuħ li ħadd ma jista' jikkontrolla u dan mhux sew.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u jekk ma jimpurtax, nitolbok tikkonkludi.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Kemm baqagħli x'ingħid, Sur President!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli bid-diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Anġlu jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, b'turija li mhux qed naqblu ma' din is- sistema ta' giljottina, qed insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għall-quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-7.50 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Kulħadd jieħu postu.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: GĦaddew il-ħames minuti u għadna bla quorum, Sur President.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra jgħodd in-numru ta' dawk preżenti.", "Il-Membri preżenti ġew magħduda.", "Preżenti kienu:", "L-Onor.", "Jason Azzopardi Michael Bonnici Tonio Borg Mario Galea Austin Gatt Lawrence Gonzi Joe Mizzi Michael Refalo Edwin Vassallo Ninu Zammit Francis Zammit Dimech MR SPEAKER: M'hawnx in-numru legali kif rikjest mill-ordnijiet permanenti u għaldaqstant naġġorna l-Kamra għal nhar it-Tnejn 9 ta' Lulju, 2001 bl- istess aġenda.", "Fis-7.50 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBJENT – SAFAR UFFIĊJALI", "26812.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru bookings u kemm inħarġu biljetti ta' l-ajru għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il-biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l- informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li din tinġabar.", "FINANZI – SAFAR UFFIĊJALI", "26813.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru bookings u kemm inħarġu biljetti ta' l-ajru għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il-biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li din tinġabar.", "EDUKAZZJONI – SAFAR UFFIĊJALI", "26814.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru bookings u kemm inħarġu biljetti ta' l- ajru għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit- 22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il-biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'iniex sodisfatt li l-utilita` ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara ebda skop li din tinġabar.", "OPM – SAFAR UFFIĊJALI", "26815.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bookings u kemm inħarġu biljetti ta' l-ajru għall- ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il-biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nifhimx x'inhi l-utilita' li tinġabar l- informazzjoni dettaljata mitluba u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li din tinġabar.", "POLITIKA SOĊJALI – SAFAR UFFIĊJALI", "26816.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru bookings u kemm inħarġu biljetti ta' l-ajru għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il-biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l- informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li din tinġabar.", "SERVIZZI EKONOMIĊI – SAFAR UFFIĊJALI", "26817.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru bookings u kemm inħarġu biljetti ta' l-ajru għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il-biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: M'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba f'din il-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li din tinġabar.", "L-AĦRAX TAL-MELLIEĦA – PA2893/01", "27010.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jinforma lill-Kamra fejn wasal l-ilment b'affidavit li għamel wieħed bidwi lid-dipartiment ta' l-artijiet u lill-avukat ġenerali dwar il- permess PA 02893/01, fl-inħawi ta' Daħlet ix-Xmajjar fl-Aħrax tal-Mellieħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li ninsab informat illi d-dipartiment ta' l- artijiet ma rċeva l-ebda lment b'affidavit dwar l-imsemmija applikazzjoni, nista' nikkonferma li fil-25 ta' Ġunju, 2001 l-awtorita` ta' l-ippjanar irċeviet oġġezzjoni kontra applikazzjoni PA2893/01, liema applikazzjoni tirriferi għal access improvement to diving site.", "Tingħata konsiderazzjoni lil din l-oġġezzjoni skond il-proċedura stabilita.", "MOSTA: TAZ-ZOKKRIJA - LMENT", "27011.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga u jirrimedja għat-telqa li hemm fl-inħawi taz-Zokkrija fil-Mosta?", "Jista' jinformana għaliex f'binja Bidnija l-Isperanza hemm żewġ ground floor flats vojta bla bibien, tant li spiċċaw jintużaw bħala latrina għad-detriment ta' u b'inkonvenjent kbir għar-residenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-ilment fl-ewwel parti tal-mistoqsija jikkonċerna lill-kunsill lokali, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi t- talba tiegħu lill-ministru konċernat.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li m'hemm l-ebda ground floor flat miftuħ fil-binja indikata.", "Iżda jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-ħwienet bin-numri l sa 5, dawn huma mikrija lill-kunsill lokali tal-Mosta għall-perijodu ta' għaxar snin, b'seħħ mill-21 ta' Ottubru 1999.", "MOSTA: TAZ-ZOKKRIJA - TINDIF", "27012.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jara li jitnaddfu mill-ħaxix ħażin l-inħawi ta' Triq il-Katakombi ta' Bistra f'taz-Zokkrija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25000.", "MOSTA: TAZ-ZOKKRIJA - UPGRADING", "27013.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jara li d-dipartiment ta' l-ambjent jikkordina programm ta' upgrading tat-toroq fl-inħawi taz-Zokkrija fil-Mosta, sabiex din l-area residenzjali jkollha ambjent aħjar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25000.", "LUKANDA VERDALA – PAGAMENTI DOVUTI", "27014.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Issa li l-MDC biegħet il-Verdala, jista' il-Ministru jara li jsiru l- pagamenti dovuti lil ex-ħaddiema tal-lukanda?", "Billi l-GWU għandha talba pendenti, jista' il-Ministru jara li l-MDC tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex isiru l-pagamenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-kredituri ipotekarji tal- kumpannija li kienet is-sid tal-lukanda Verdala qabel ma xtratha l- korporazzjoni għall-iżvilupp, tħallsu kollha.", "BIĊĊERIJA - POWER WASHER", "27015.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jara li tissewwa jew tinxtara power washer ġdida sabiex ir-raħħala jkollhom biex jaħslu t-trakkijiet meta jieħdu l-majjal għall-qatla fil-biċċerija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-power washer diġa ssewwiet u tpoġġiet f'postha.", "Fin-nuqqas tal-pressure washer, xorta waħda sar it-tindif tat-trakkijiet.", "TRAPJANTI TA' ORGANI - FTEHIM MA' L-ITALJA", "27075.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' ftehim ma' l-Italja f'dak li għandu x'jaqsam ma' trapjanti ta' organi?", "X'jgħid il-ftehim?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li jeżisti ftehim dwar trapjanti ta` organi mal-policlinica ta' Ruma Umberto Primo.", "Dan il-ftehim jaħseb biex testijiet ta` crossmatching fuq demm ta` pazjenti li jagħtu jew jirċievu l- organi isir bla ħlas fil-laboratorji tagħhom, biex dakinhar stess isiru l- operazzjonijiet ta` trapjanti tal-kliewi f'Malta.", "Dawk l-organi bħall-fwied li ma jintużawx fuq pazjenti Maltin jingħataw lil dan l-isptar ta` Ruma.", "KUMPANNIJI LOKALI TAL-MEDIĊINI", "27094.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24223, jista' il- Ministru jgħid jekk inħarġux iżjed liċenzji lill-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali?", "Lil min inħarġu dawn il-liċenzji u minn min?", "Minn irrakkomanda l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji u fuq liema bażi jew kriterji saru dawn ir-rakkomandazzjonijiet?", "Hemm xi kumpannija ta' prodotti mediċinali li f'April 2001 kienet u għadha qed topera mingħajr il-liċenzji meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li din is-sena ġew illiċenzjati erba` kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali.", "Dawn il-liċenzji nħarġu mis-superintendent tas-saħħa pubblika wara li l-kumpanniji għamlu t- tibdiliet neċessarji kif rikjest mid-dipartiment tas-saħħa, wara konsultazzjoni mal-medicine control agency ta' l-Ingilterra.", "Il- kumpanniji huma pharmamed ltd, pharmamed parenterals ltd, regenera ltd u eurocosmetics ltd.", "ETC – KAŻ PENDENTI", "27095.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26096?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-każ tal-persuna konċernata m'hux pendenti iżda ġie deċiż skond proċeduri stabiliti fil-ftehim kollettiv.", "Il-persuna irriżenjat fil-21 ta' Ottubru 2000 wara li tlestew il-proceduri.", "KALKARA - VILLA PORTELLI", "27096.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Villa Portelli fil-Kalkara tingħata – jekk mhux diġa' ingħatat - b'kera jew ċens?", "ONOR.", "TONIO BORG: Hemm decizjoni sabiex Villa Portelli tinghata lill- kunsill ghall-arti, xjenza u teknologija, b'titolu minn sena ghal sena.", "ETC – XOGĦOL ĠDID", "27097.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' nies li bdew xogħol ġdid fis-snin 1994, 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "UE – INFLUSS TA' ĦADDIEMA", "27098.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jagħti definizzjoni ta' x'qed jifhem meta jingħad influss kbir ta' ħaddiema minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid ukoll jekk din tapplikax bl-istess mod għal setturi u oqsma differenti?", "Jista' jgħid ukoll min se jiddeċiedi fuq l-entita' ta' l- influss?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-ftehim li ntlaħaq ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema jgħid li mid-data ta' sħubija, Malta se żżomm is- sistema eżistenti tal-permessi tax-xogħol.", "Il-permessi se jinħarġu awtomatikament għall-ħaddiema li huma ċittadini ta' pajjiżi membri ta' l- Unjoni.", "Madankollu, għall-perjodu ta' seba' snin żmien wara sħubija, il- Gvern Malti se jżomm id-dritt li japplika salvagwardji jew limiti fuq id- dritt ta' ċittadini ta' l-Unjoni li jaħdmu Malta.", "F'każi ta' influss jew biża ta' influss ta' ħaddiema minn pajjiżi ta' l- Unjoni sew jekk ġejjin mill-ħmistax il-pajjiż membru eżistenti jew minn dawk ġodda, li jista joħloq effett negattiv ta' natura urġenti jew eċċezzjonali fuq is-suq tax-xogħol f'Malta, il-Gvern Malti jkollu d-dritt kollu li jdaħħal dawn is-salvagwardji billi jissospendi l-applikazzjoni ta' l-acquis u ma' joħroġx permessi tax-xogħol.", "Huwa biss wara li jkun ħa din l-azzjoni ta' salvagwardja li l-gvern jinnotifika lill-kummissjoni bl- azzjoni li jkun ħa.", "Din is-salvagwardja tista tiġi applikata għal settur partikolari jew għas- suq tax-xogħol kollu skond il-bżonn.", "Huwa l-Gvern Malti illi, minn jeddu, jiddetermina meta u kif għandha tiġi applikata s-salvagwardja.", "Huwa l- Gvern Malti li waħdu jiddetermina jekk influss joħloqx problemi jew le.", "Dan jagħmlu skond il-ħtiġijiet u ċirkostanzi tal-mument.", "Meta jieħu din it- tip ta' azzjoni, kuntrarjament għal dak li ntqal minn xi wħud, il-Gvern Malti ma' jkunx jista' jittieħed quddiem il-Qorti Ewropea minn xi ħadd li jrid jikkontesta d-deċiżjoni tiegħu.", "Dan għaliex l-azzjoni tal-Gvern Malti tkun koperta bl-arranġament negozjat kif imsemmi hawn fuq.", "Wara li jintemm dan il-perjodu transitorju ta' seba' snin, f'każ li jinqalgħu diffikultajiet fil-futur bil-moviment ħieles tal-ħaddiema, il- Gvern Malti xorta se jkun jista' iressaq din il-kwistjoni quddiem l- istituzzjonijiet ta' l-Unjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni.", "F'dak il- każ, il-gvern u l-Unjoni Ewropea jfittxu flimkien soluzzjoni fil-qafas ta' l-istituzzjonijiet ta' l-istess Unjoni.", "Hija l-fehma tal-gvern li bit-tisħih tal-ekonomija li ġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropea, is-suq tax-xogħol Malti se jkollu l-kapaċita li jassorbi mingħajr problemi il-ħaddiema li jiġu mill-Unjoni.", "Madankollu, minħabba l- biżgħat li seta kien hemm f'dan ir-rigward, il-gvern ħass li kellu jindirizza din il-kwistjoni.", "Bir-riżultat miksub, il-bażi ta' dawn il- biżgħat m'għadhiex teżisti.", "Il-fatt li l-arranġament negozjat jippermettielna nieħdu azzjoni kemm b'mod ġenerali kif ukoll b'mod settorjali jfisser ukoll li nistgħu nħallu ħaddiema barranin jidħlu f'dawk is-setturi fejn għandna bżonnhom, filwaqt li nżommu l-kontrolli, skond il- bżonn, f'setturi oħra.", "Għandu jingħad ukoll li l-kontrolli eżistenti fuq ħaddiema li jiġu minn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni jibqgħu fis-seħħ anke wara sħubija u ma jiġux affettwati bl-ebda mod bi sħubija.", "Dak li ġie nnegozjat japplika biss għall-ħaddiema minn pajjiżi ta' l-Unjoni u mhux għall-ħaddiema minn barra l-Unjoni.", "Inoltre', ta' min ifakkar li l-ftehim li ntlaħaq jagħti wkoll lok għall- Maltin u l-Għawdxin li jmorru għal esperjenza ta' xogħol, studju jew taħriġ fi kwalunkwe pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea sa mill-ewwel ġurnata tas- sħubija.", "Dan japplika wkoll għall-pajjiżi l-ġodda li se jissieħbu fl- Unjoni, kif ukoll għan-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein u l-Isvizzera (fir-rigward ta' din ta' l-aħħar, ladarba jidħlu fis-seħħ l-arrangamenti li l-iSvizzera għadha kif għamlet ma' l-Unjoni Ewropea).", "Din hija l-faċċata l-oħra ta' dan il-ftehim u hija kisba kbira għaliex ċittadini Maltin ser jingħataw dritt li s'issa ma' kellhomx.", "L-ebda pajjiż kandidat ieħor ma talab u akkwista arranġament simili għal Malta.", "Dan ikompli juri kemm il-gvern qed jinnegozja bis-serjeta' skond l-interessi ta' Malta u kemm in-negozjati jistgħu jsiru skond iċ-ċirkustanzi u l- ħtiġijiet ta' kull pajjiż individwali.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IL-GARDIEL – BDIL TA' LAMPI", "27099.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Enemalta tieħu passi biex jiġu mibdula tliet lampi li hemm maqtugħa fi Triq il-Gardiel, Wied il- Għajn, peress li din it-triq hi ferm mudlama u mhux l-ewwel darba li jkun hemm żgħażagħ li jaqilgħu l-inkwiet wara li joħorġu mid-disco li hemm fil- vicinanzi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed azzjoni.", "MUŻEWIJIET – ESEBIZZJONI F'SAN MARINO", "27100.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26291, jista' il-Ministru jgħid kemm telgħu mpjegati tad-dipartiment tal-mużewijiet ma' l-esebizzjoni u min kienu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-impjegati tad-dipartiment tal-mużewijiet involuti fit-twettiq ta' l-esebizzjoni ġewwa San Marino kienu Pierre Bonello, responsabbli mill-esebizzjoni f'isem id-dipartiment u mid-disinn ta' l-esebizzjoni, inkluż l-armar u ż-żarmar; Michael Spiteri li għen fl- armar; u Mario Coleiro li għen fiż-żarmar.", "Hawn taħt hawn kif sar ix-xogħol:", "14 ta' Mejju - Vjaġġar Malta-Ruma-San Marino u superviżjoni fuq ir- runway.", "15 ta' Mejju - Spakkjar, dwana u verifika li l-materjal ma sostniex danni.", "16-18 ta' Mejju - Armar ta' l-esebizzjoni u superviżjoni tad-dawl.", "17 ta' Mejju - Amministrazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali.", "19 ta' Mejju - Ftuħ għall-pubbliku ta' l-esebizzjoni u superviżjoni.", "20 ta' Mejju - Vjaġġar San Marino-Ruma-Malta.", "15 ta' Lulju - Vjaġġar Malta-Ruma-San Marino", "16-17 ta' Lulju- Dwana, spezzjoni mill-belle arti, żarmar ta' l- esebizzjoni, ippakkjar ta' l-oġġetti arkeoloġiċi.", "18 ta' Lulju - Ippakkjar tal-panelli, siġillar tal-kaxxi, vjaġġar San Marino-Ruma u dwana ġewwa Fiumicino.", "19 ta' Lulju - Superviżjoni fuq ir-runway u vjaġġar Ruma-Malta.", "It-tliet ħaddiema involuti huma uffiċjali tal-mużew ta' l-arkeoloġija u huma nies ta' esperjenza fuq dan it-tip ta' xogħol u fuq immaniġjar ta' oġġetti arkeoloġiċi.", "FORZI ARMATI - REINSTATEMENT", "27101.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 25588, jista' il-Prim Ministru jgħid kif il- persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b'mod separat, reġgħet daħlet fil-forzi armati mingħajr eżami?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-persuna msemmija, qabel ma reġgħet daħlet bħala suldat fil-forzi armati, għaddiet kemm it-test fiżiku kif ukoll l-eżami mediku.", "INDUSTRIJA TAL-BINI - KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL", "27102.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qattx sar studju dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li preżentement qed toffri l- industrija tal-bini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Informat li għalkemm ma sarx studju dwar il- kondizzjonijiet tax-xogħol li preżentament qed toffri l-industrija tal- bini, uffiċjali tad-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l- impjieg jagħmlu spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol biex jaraw li l- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema relatati max-xogħol tal-bini huma konformi mal-liġi, apparti li saru diskussjonijiet dettaljati bejn l-ETC u l-FOBC dwar dan il-qasam.", "PIXXINA NAZZJONALI - XOGĦLIJIET", "27103.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26963?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li biex seta' sar ix-xogħol għall-manutenzjoni fuq l-olympic diving stand, saru tliet sejħiet għal offerti.", "Għas-sejħa għal alterazzjonijiet strutturali ta' l-Olympic diving stand kien hemm offerta waħda.", "Din l-offerta ma setgħetx tiġi aċċettata għaliex kienet 38% ogħla mill-istima tad-dipartiment u anke wara li ġiet riveduta fuq talba tal-bord baqgħet 33% ogħla mill-istima.", "Għalhekk il-kumpannija Kalaxlokk ġiet mitluba jagħmlu offerta għal dan ix-xogħol.", "Din l-offerta kienet tammonta għal Lm3468.40 u ġiet aċċettata wara li nkisbet l-approvazzjoni tal-ministeru tal-finanzi.", "Fil-każ tar-refurbishment ta' l-Olympic diving stand, għal din is-sejħa kien hemm żewġ offerti u ntgħażlet dik ta' Kalaxlokk Co. Ltd għall-ammont totali ta' Lm1357.", "L-offerta l-oħra kienet ta' Bayswater Eng Co. Ltd li kienet tammonta għal Lm2332.", "Għas-sejħa għax-xiri u stallazzjoni ta' diving boards kien hemm offerta mingħand M. Malmsten AB, li kienet tammonta għal Lm17,674 u oħra mingħand A. Flister Ltd. li kienet tammonta għal Lm18,113.", "Ġiet aċċettata l-orħos offerta ta' M. Malmsten AB.", "Il-prezz jinkludi 6% dazju.", "AFM – ŻJARA UFFIĊJALI F'LONDRA", "27105.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm swiet iz-zjara li uffiċjali mill-forzi armati għamlu f'Londra għal-laqgħa ta' l-international maritime organisation bejn l-10 u l-15 ta' Diċembru 2000?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għal-laqgħa tal-COMSAR li l-IMO torganizza kull sena f'Londra.", "Il-forzi armati dejjem jibagħtu rappreżentant għal dan il-meeting, peress li matulu jiġu diskussi temi importanti dwar tfittxija u salvataġġ fuq il- baħar.", "L-ispejjeż li nefqu l-forzi armati għal din il-laqgħa kienu ta' Lm630.64, li jinkludi vjaġġi bl-ajru u bit-tren, subsistence allowances u assigurazzjoni.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – KAŻ MERITEVOLI", "27106.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r- raġunijiet li għalihom il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tingħata marki baxxi meta għandha tifla b'diżabilita' u toqgħod f'post żgur mhux adegwat?", "Kif jista' jkun li dawn il-marki huma iżjed baxxi minn qabel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Informat li l-familja li għamel riferenza għaliha l- Onor.Interpellant applikat għal appartament taħt avviż 65.", "Skond dan l- avviż, l-awtorita' tad-djar ippubblikat list provviżorja ta' l- applikazzjonijiet validi u invalidi u jekk l-applikant ma jaqbilx ma' l- informazzjoni ppubblikata, jista' joġġezzjona bil-miktub lill-bord ta' appell ta' l-istess awtorita'.", "Informat ukoll li l-familja inkwestjoni oġġezzjonat u l-każ qiegħed għall- konsiderazzjoni ta' l-imsemmi bord.", "WIRELESS TELEGRAPHY – ŻJARA UFFIĊJALI F'LONDRA", "27107.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm swiet iż-żjara li uffiċjali mill-wireless telegraphy għamlu f'Londra għal-laqgħa ta' l-international maritime organisation bejn l-10 u l-15 ta' Diċembru 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-nefqa totali taż-żjara uffiċjali f`Londra li saret mill-uffiċjali tal-wireless telegraphy bejn l-10 u l-15 ta` Diċembru 2000 ammontat għal Lm898.03.", "SKEJJEL PRIMARJI - STUDENTI", "27108.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kellna studenti fl-aħħar sena tal-primarja fl- iskejjel tal-gvern f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti fl-aħħar sena tal- primarja (year 6) fl-iskejjel tal-gvern fis-sena skolastika 2000/2001 kien hekk:", "| |Bniet |Subien|Total | |Malta |1667 |1965 |3632 | |Għawdex|153 |151 |304 | |Total |1820 |2116 |3936 |", "MMA – ŻJARA UFFIĊJALI F'LONDRA", "27109.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm swiet iż-żjara li uffiċjali mill-maritime authority għamlu f'Londra għal-laqgħa ta' l-international maritime organisation bejn l-10 u l-15 ta' Diċembru 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ż-żjara f'Londra għal-laqgħa ta' l-IMO ġiet tiswa Lm855.", "BDIEWA U SAJJIEDA - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "27110.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "26863?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul is-sena 2000 ingħatat b'kollox is-somma ta' Lm90,945 bħala għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u sajjieda Maltin kemm bħala għotja kif ukoll bħala sussidju fuq interessi fuq self minn banek lokali.", "L-għajnuna mogħtija bħala għotja tkopri xiri ta' tractors, apparat tat-tisqija, bini ta' ġwiebi, xiri ta' bastimenti tas-sajd kif ukoll xiri ta' apparat tas-sajd.", "Ingħata wkoll sussidju fuq razza tal- baqra Maltija kif ukoll bħala assistenza lill-bdiewa fuq il-kontroll bioloġiku tal-mard għall-istaġun 1999-2000.", "Minn dawn l-għotjiet ibbenefikaw madwar 35 bidwi/sajjied lokali.", "Mill- iskema self għall-agrikoltura ibbenefikaw b'kollox madwar 266 individwu.", "Dawn ingħataw sussidju fuq l-interessi tal-bank meta ssellfu fuq diversi proġetti agrikoli/tas-sajd.", "Għal dan il-għan hemm maħtur bord taħt it- termini ta' l-Att ta' l-Industrija ta' l-Agrikoltura u Sajd (assistenza finanzjarja) (Kap. 146), sabiex jikkonsidra talbiet għal għajnuna finanzjarja u jgħaddili r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-approvazzjoni finali tiegħi.", "Dan il-bord hu magħmul mid-direttur ġenerali ta' l-agrikoltura bħala chairman kif ukoll minn rappreżentant tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd, tal-ministeru għal Għawdex, tal-ministeru tal-finanzi, ta' l-avukat ġenerali kif ukoll tal-bord tal-koperativi.", "KALKARA – PROPRJETA' TAL-GVERN", "27111.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk itteħditx xi deċizjoni mill-kabinett dwar artijiet u proprjeta' tal-gvern fil-Kalkara?", "Liema huma l-artijiet, għalxiex ingħataw u se jkomplu jingħataw u lil min?", "X'inhuma r-raġunijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonferma li l-kabinett iddeċieda li l- proprjeta' u art tal-gvern fil-Kalkara li fuqha hemm l-auxiliary hospital u ċ-chaplain's house għandhom jinkrew lill-kulleġġ Malti għall-arti, xjenza u teknoloġija sabiex wara restawr xieraq, il-proprjeta' issir is-sit permanenti ta' l-istitut għall-istudji marittimi li twaqqaf fi ħdan il- kulleġġ, wara taħditiet ma' l-awtorita' marittima.", "Ġie deciż ukoll li proprjeta oħra tal-gvern fil-Kalkara, Villa Portelli, tinkera lill-MCAST biex tintuża bħala bażi temporanja ta' l-istitut il-ġdid sakemm jitlesta s-sit permanenti li għandu l-vantaġġ li qiegħed mal- baħar.", "PA – TUNA PENNING", "27112.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jikkonferma li qed isir tkabbir tat-tonn fl-ibħra territorjali mingħajr il-permess meħtieġ ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Hemm sit wiehed permess ghat-tkabbir tat-tonn li jinsab 'il barra minn San Pawl il-Bahar.", "Hemm ukoll fl-ibhra territorjali tragitt ta' gagga li tintuza fl-akwakultura li jehtigielha xi tiswija ta' hsarat ikkagunati mill-maltemp.", "Saret talba ghal post temporanju sabiex tissewwa l-gagga, liema talba l- awtorita' ta' l-ippjanar accettat sakemm ix-xoghol fuqha isir kif specifikat mill-awtorita` marittima.", "SKEJJEL – STUDENTI B'DIŻABILITA'", "27113.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26864 dwar studenti b'diżabilita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub qed jinġabar mill-iskejjel diversi, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - DWAL PUBBLIĊI", "27114.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'sens jagħmel li d-dwal pubbliċi bħalissa jintfew fis-6.15 a.m., meta jistgħu jintfew siegħa qabel peress li jkun diġa' sebaħ?", "Kemm huwa stmat li tiswa lill-korporazzjoni siegħa dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-mistoqsija hija ġenerika u sabiex l- Enemalta tkun f'pożizzjoni aħjar biex tagħti l-attenzjoni meħtieġa għal dan l-ilment, ikun aħjar jekk tingħata informazzjoni aktar preċiża, bħal per eżempju l-lokalita' fejn ġie nnotat li d-dawl qiegħed jintefa' fis-6.15 a.m.", "MMA – REGOLAMENTI TAL-PORT", "27115.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'permess tenħtieġ biex fil-port issorġi lanċa tas-sajd?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bħal kull vapur ieħor, il-laneċ tas- sajd jagħmlu talba lill-awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jidħlu f'portijiet Maltin.", "L-awtorita' marittima tassigura li meta dawn jidħlu fil-port, jikkonformaw mal-proċeduri u formalitajiet rikjesti mir-regolamenti tal-port ta' l-1960 u jħallsu drittijiet kif stabiliti fir-regolamenti tad-drittijiet tal-port.", "SAJJIEDA TALJANI - PERMESSI", "27116.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'permessi għandhom is-sajjieda Taljani biex isorġu max-xatt ta' Pinto?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27115.", "PETROL STATIONS – SERVIZZ WARA L-ĦIN TA' L-GĦELUQ", "27117.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħidli jekk petrol stations li ma jagħtux servizz awtomatiku wara l-ħin imma jingħata servizz permess ta' attendant, humiex qed jiksru il- liġi jew xi regolamenti?", "Jista' jgħidli jekk petrol station li tagħti servizz awtomatiku wara l-ħin permess ta' ħlas awtomatiku, tkunx qed tikser xi liġi jew xi regolament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-hinijiet tal-ftuh tal-petrol stations huwa rregolat minn Kap 155 tal-Ligijiet ta' Malta.", "ART MAĦDUMA GĦAT-TKABBIR TAL-PATATA", "27118.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il ettaru t'art huwa ntiż għat-tkabbir ta' l- għeneb u l-patata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Huwa kkalkulat li f'Malta u Għawdex hawn madwar 300 ettaru għat-tkabbir tad-dwieli għall-produzzjoni ta' l-għeneb u madwar 1,700 ettaru għat-tkabbir tal-patata.", "KOPERATIVI – APPLIKAZZJONIJIET ĠODDA", "27119.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk daħlux applikazzjonijiet ġodda għat-twaqqif ta' koperativi b'ħames membri fundaturi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm kien hemm diversi mistoqsijiet mill-pubbliku inġenerali dwar il-possibbilta' ta' twaqqif ta' koperativi b'ħames fundaturi, l-emendi fil-liġi għad iridu jiġu approvati mill-parlament.", "PA – PERMESSI MAĦRUĠA WARA RIKONSIDERAZZJONI", "27120.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid minn kemm ilha mwaqqfa l-awtorita' ta' l-ippjanar sal-lum, kemm il-każ kien hawn fejn applikazzjoni tkun ġiet rifjutata mill-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u wara li tintalab reconsideration, jinħareġ il- permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi minn meta giet imwaqqfa l-awtorita' ta' l-ippjanar kien hemm 11,272 –il applikazzjoni li gew rifjutati.", "Minn dawn l-applikazzjonijiet 1,586 applikazzjoni kellhom rikonsiderazzjoni li giet approvata.", "It-tabella annessa turi n-numru ta' kull applikazzjoni approvata wara rikonsiderazzjoni.", "QORMI: TRIQ MARCO MONTEBELLO - ASFALTAR", "27121.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb Triq Marco Montebello f'Ħal Qormi forsi ma tibqax fl-istat diżastruż li hi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej, din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.", "Xogħlijiet fiha jkunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta u s-servizzi jkunu tqiegħdu b'mod permanenti.", "PA – DEEMED APPROVALS", "27122.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid kemm il-permess ħareġ deemed approved mill-awtorita' ta' l- ippjanar minn kemm ila mwaqqfa sal-lum?", "Jista' jagħti d-dettalji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kull applikazzjoni li jinhareg permess ghaliha tigi ppubblikata fuq agenda u diskussa waqt il-bord tal-kontroll ta' l-izvilupp, skond il-policies tal-pjan ta' struttura, anke jekk jaf ikun kaz ta' deemed approved minhabba li jkun ghadda z-zmien stipulat.", "Ma tinzammx statistika tal-kazi fejn l-applikant jippretendi li l- applikazzjoni tieghu tkun deemed approved.", "QORMI: TRIQ IN-NASSAB - ASFALTAR", "27123.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb Triq in-Nassab, f'Ħal Qormi forsi ma tibqax fl-istat diżastruż li hi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.", "Xogħlijiet fiha jkunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta u s-servizzi jkunu tqegħdu b'mod permanenti.", "TALBA GĦAL BOARDING OUT", "27124.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mara li kienet taħdem għal madwar sitt snin qabel u wara li sseparat fl-1988, tistax tapplika biex toħroġ boarded out peress illi qegħdha ssoffri minn kondizzjoni li ma tippermettilhiex li taħdem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil-mistoqsija tiegħu m'hemmx biżżejjed informazzjoni biex id-dipartiment tas-sigurta' soċjali jkun f'pożizzjoni li jistabilixxi jekk il-persuna konċernata għandiex dritt għall-pensjoni ta' invalidita'.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jikkuntattja lid-direttur tas-sigurta' soċjali biex il-persuna konċernata tagħmel appuntament ma' xi uffiċjal tat-taqsima tal-pensjonijiet biex il-każ tagħha jiġi ttrattat personalment.", "QORMI: TRIQ IL-FURNAR - ASFALTAR", "27125.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb Triq il-Furnar f'Ħal Qormi, forsi ma tibqax fl-istat diżastruż li hi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej, din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.", "Xogħlijiet ikunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta u s-servizzi jkunu tqiegħdu b`mod permanenti.", "QORMI: TRIQ IL-BELT VALLETTA - ASFALTAR", "27126.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb biex Triq il-Belt Valletta f'Ħal Qormi ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq Valletta hija waħda mit-toroq antiki u asfaltati f'Ħal Qormi u għalhekk il-kunsill lokali huwa responsabbli mill-manutenzjoni tagħha.", "QORMI: TRIQ IR-RAGĦAJ - ASFALTAR", "27127.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb biex Triq ir-Ragħaj f'Ħal Qormi ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn spezzjoni li għamel id- dipartiment jirriżulta li għad hemm ħafna bini in shell form li għadu qiegħed jiġi iffinixjat u għaldaqstant ix-xogħol ta' asfalt f'din it-triq ma jistax isir għalissa.", "ĦAL TARXIEN – ĠNIEN JOANNE", "27129.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jara li jsir l-upkeep ta' Ġnien Joanne f'Ħal Tarxien?", "Jaf li l- kunsill lokali qed jgħid li dan mhux xogħlu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25000.", "LOCAL PLAN - GRAND HARBOUR AREA", "27131.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid fiex wasal it-tfassil tal-local plan tal-Grand Harbour area?", "Meta nbeda dan il-proċess u meta huwa maħsub li jiġi konkluż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pjan lokali tal-Port il-Kbir qieghed ghand il-gvern ghall-approvazzjoni wara li fl-1994 kien inbeda l-ewwel xoghol fuqu.", "Fl- 1997 hareg ghall-konsultazzjoni pubblika u fl-1998 kien approvat mill- awtorita` u kien mghoddi lill-gvern f'Novembru 1998.", "F'Ottubru ta' l-1999 il-gvern ta r-risposta tieghu ghall-pjan u f'April ta' l-2000 l-awtorita` ta' l-ippjanar tat ir-risposta taghha.", "Wara dan saru diversi laqghat biex ikun inkorporat it-tibdil mitlub mill- gvern, liema xoghol kien konkluz f'April ta' din is-sena.", "RAPPORT TAT-TEMP – UV INDEX", "27132.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jogħġbu l- Ministru jixtarr il-possibbilta' li l-indiċi UV jibda jixxandar flimkien mar-rapport tat-temp?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda lill-ministru kkonċernat.", "PA – PJANI LOKALI", "27134.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid kemm il-local plan hemm maħsub li jiġi konkluż mill- awtorita' ta' l-ippjanar?", "Dwar liema nħawi u meta hija t-target date biex dawn jiġu konklużi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt hemm mahsuba seba' pjani lokali li jkopru t- territorju Malti u Ghawdxi.", "Il-pjan tal-bajja ta' Marsaxlokk ilu approvat minn Mejju ta' l-1995, waqt li l-pjan tal-Port il-Kbir qieghed ghand il- gvern ghall-approvazzjoni.", "Fil-każ tal-pjan ghall-portijiet tat-tramuntana qed isir it-tibdil mehtieg wara l-konsultazzjoni pubblika, waqt li l-pjan ghall-majjistral ta' Malta wasal biex johrog ghal konsultazzjoni pubblika.", "Il-pjan lokali ghal Ghawdex huwa fi stadju avanzat u huwa mistenni li jkun ipprezentat lill-bord ta' l-awtorita' lejn tmiem Ottubru ta' din is-sena, biex immedjatament wara tkun tista' issir konsultazzjoni pubblika.", "Il-pjan lokali ghaċ-ċentru ta' Malta huwa maħsub li jkun ipprezentat lill- bord ta' l-awtorita' lejn tmiem Novembru ta' din is-sena u immedjatament wara tkun tista' issir konsultazzjoni pubblika.", "Ix-xogħol fuq il-pjan lokali ghan-nofsinhar ta' Malta nbeda.", "Ingabret hafna informazzjoni mehtiega ghall-pjan u huwa mahsub li l-pjan ikun ipprezentat lill-bord ta' l-awtorita` qabel tmiem is-sena.", "SLIEMA LOCAL COUNCIL - LMENT", "27135.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-dipartiment tal- kunsilli lokali dwar ilment li rċieva mill-kumitat distrettwali Laburista ta' l-għaxar distrett dwar l-aġir tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal kull allegazzjoni oħra, id-dipartiment talab il- kummenti tal-kunsill lokali rigward il-kontenut ta' l-istqarrija.", "Dawn il- kummenti waslu u qed jiġu evalwati.", "FMS – KIRI TA' MANGION HOUSE", "27138.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt għall-kiri ta' Mangion House mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għall-kiri ta` Mangion House mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "SAĦĦA: SAJF 2001 – INGAĠĠ TA' STUDENTI", "27139.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26865, jista' il- Ministru jgħid xi kwalita' ta' xogħol u kemm studenti qed ikunu mpjegati f'kull każ għall-perijodu tas-sajf 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta` studenti li qed ikunu mpjegati fid-diviżjoni tas-saħħa għall-perjodu tas-sajf 2001 huwa kif ġej: M.D. 164 B.Pharm 100 B.Ch.D 25 Nurses 224 Midwives 3 Radiographers 9 Speech Therapist 6 Occupational Therapist 26 Medical Laboratory Technologist 14 Physiotherapist 29 600", "Dawn l-istudenti ser ikunu allokati fuq xogħol li għandu x'jaqsam mal-kors ta` studju li qed jagħmlu, taħt superviżjoni tal-kapijiet tas-sezzjoni relattiva fejn se jkunu qed jaħdmu.", "FMS – XIRI TA' KAROZZI", "27140.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi minn Settembru 1998 sal-lum?", "X'tip ta' karozzi huma?", "Minn fejn inxtraw?", "Kemm tiswa kull karozza?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li minn Settembru 1998 sal-lum, il- fondazzjoni għas-servizzi mediċi xtrat seba' karozzi.", "Id-dettalji huma kif ġej:", "|Data |Tip ta' |Aġenzija |Valur(L| | |karozza | |m) | |April |Alfa |UCIM Co. |12,800 | |1999 |Romeo |Ltd. | | | |156 | | | |Lulju |Fiat |UCIM Co. |7,400 | |1999 |Brava |Ltd. | | | |1.9TD | | | |Lulju |Fiat |UCIM Co. |7,400 | |1999 |Brava |Ltd. | | | |1.9TD | | | |Frar |Citroen |Cont Cars|6,580 | |2000 |Berlingo|Ltd. | | |April |VW Golf |Cont Cars|8,335 | |2000 |1.9 SDI |Ltd. | | |April |VW |Cont. |12,500 | |2000 |Passat |Cars Ltd.| | |Frar |Peugoet |Michael |7,115 | |2001 |206 |Attard | | | | |Ltd. | | | | |TOTAL |62,130 |", "MAGĦTAB – ILMA BAĦAR KONTAMINAT", "27141.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi fuq Tas-Safra, eżattament taħt il-Magħtab, bowsers ta' l-ilma jkunu ta' kuljum jimlew ilma mill-baħar biex imbagħad jintuża fis-swimming pools, u billi issa huwa fatt magħruf li dan l-ilma baħar huwa kontaminat, jista' il- Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern biex dan l-abbuż jitwaqqaf?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat illi d-dipartiment tas-saħħa ħareġ diversi avviżi għall-istampa biex jinforma lill-pubbliku fir-rigward.", "Anke twaħħlu numru ta` tabelli temporanji fiż-żoni kollha li ġew identifikati bħala zoni mhux irrakommandati għall-għawm.", "Din il-miżura ttieħdet sakemm tabelli oħra jitwaħħlu f'dawn il-postijiet b'mod permanenti.", "Fir-rigward tal-bowsers ta` l-ilma, peress li dawn huma suġġetti għar- regolamenti maħruġa taħt l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- Ilma, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ST.", "LUKE'S – MEWT TA' PAZJENTA", "27142.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment tas-saħħa wara li pazjenta ta' 75 sena mietet f'sala tal-mediċina fl-isptar San Luqa, kawża ta' peritonite, minkejja li kienet fl-imsemmija sala għal diversi jiem mingħajr ma ntalbet konsulta ma' kirurgu fl-istess sptar u minkejja li kemm- il darba nġibdet l-attenzjoni mill-qraba ta' din il-pazjenta li żaqqa kienet qed tintefah?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27142 qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DERMATOLOĠIJA - OUTPATIENTS", "27143.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid fuq l-ordni ta' min qed jitħallew riklami fuq l-imwejjed tal- waiting room ta' l-outpatients tad-dermatoloġija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-waiting room ta` l-outpatients tad-dermatoloġija hemm diversi fuljetti u posters illi l- mira tagħhom hija waħda ta` health education, sabiex jedukaw il-pazjenti dwar prevenzjoni u kura ta` mard tal-ġilda kif ukoll mard sesswali.", "Ħafna minn dawn il-pubblikazzjonijiet huma sponsorjati minn kumpanniji farmaċewtiċi.", "Għalkemm xi pubblikazzjonijiet minn dawn ikun fihom il-logo ta' l-isponsor, l-awtoritajiet ta` l-isptar joqogħdu attenti illi fejn id-disinn tal- pubblikazzjoni jista` jservi ta` reklam b'tali mod li l-health education message huwa dilwit, dawn il-pubblikazzjonijiet ma jitħallewx jiġu esebiti fil-waiting areas."]} {"filename": "20011206_661d_par.doc", "date": "2001-12-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 661 Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 661", "Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.06 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "661", "Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 1", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI 6", "AĠĠORNAMENT 28", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI BIL-MIKTUB 28", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 660 li saret fil-5 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TALBA PENDENTI", "30109.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinvestiga jekk huwiex possibbli li tiġi rimedjata t-talba pendenti TL/G/10/01?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li din l-applikazzjoni tkun tista` tiġi konkluża meta l-applikant jagħmel ix-xogħol rikjest mill-konsulent inkarigat minnu stess.", "TALBA PENDENTI", "30110.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinvestiga jekk huwiex possibbli li tiġi rimedata t-talba pendenti TL/V/16/01?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li din l-applikazzjoni ġiet ipproċessata u l-liċenzja ilha lesta sabiex tinġabar sa mid-19 ta' Ottubru, 2001 pero` l-applikant naqas li jmur jiġborha mill-għassa ta' San Ġiljan.", "TARIFF QUOTA", "30111.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u ta' materja prima li l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Awstralja?", "X'kondizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx impact assessment bil-għan li nsiru nafu x'inhu l-impatt tal-kondizzjonijiet li l- poplu tagħna jrid jitgħabba bihom - qed nirriferi għall-kwoti u t-tariffi fuq l-importazzjoni ta' ċertu ikel u fuq l-industrija tat-turiżmu - meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, id-deċiżjonijiet kollha li jieħu l- gvern huma bbażati fuq studji u assessments li jkunu saru fil-konfront ta' dak is-settur partikolari li nkunu qegħdin nitkellmu dwaru.", "Per eżempju, bejn l-1999 u l-2000 kien sar impact assessment fil-qasam tal-politika soċjali mhux biss min-naħa tal-gvern imma anke mis-settur privat.", "Żgur li s-suġġetti ta' dawn l-istudji mbagħad ikunu parti importanti mill-għodda li l-gvern juża fil-proċess tan-negozjati u jkunu kruċjali biex il-gvern ikun jista' jifhem hu stess l-impatt li jista' jkun hemm fuq ċerti miżuri.", "Ħafna drabi jirriżulta li rridu noqogħdu attenti u li rridu nużaw din l- informazzjoni fil-proċess tan-negozjati.", "M'għandix l-iċken dubju li dan hu l-każ ukoll fil-konfront tas-suġġett li qed jistaqsi dwaru l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri dwar miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' kwoti u tariffi.", "TARIFF QUOTA", "30112.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u ta' materja prima li l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Brażil?", "X'kondizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TARIFF QUOTA", "30113.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u ta' materja prima li l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Amerika?", "X'kondizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern Malti f'każ li dawn in-negozjati ma jiġux milqugħa meta nafu li abbażi tagħhom diġa` qed nimponu fuq l-agro-industrjia u fuq settur ta' l-agrikoltura partikolari li jiġġenera attivita` ekonomika ta' madwar Lm70 miljun fis-sena?", "Il-gvern s'issa ma ddikjarax li m'huwiex se jintrabat bil-kwoti li timponi l-Unjoni Ewropea u qed jgħid li se jkun soġġett għalihom.", "Allura in vista li fin-negozjati l-oħra li qed jipprepara, dawn il-kwoti se jkunu problema, kemm għall-industrija tat-turiżmu kif ukoll għall-kompetittivita` f'dik li hija l-agro-industrija, x'se tkun il-pożizzjoni peress li dawn l-impjiegi bla dubju ta' xejn jappartjenu bażi importanti fil-qafas tal-politika soċjali tal-gżejjer tagħna?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, hemm bżonn nagħmlu prinċipju wieħed importanti.", "L-Unjoni Ewropea trid li Malta timxi 'l quddiem mhux lura.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea trid li l-membri tagħha - sija dawk li għandha llum kif ukoll dawk li se jkollha 'l quddiem - javvanzaw, itejbu l- kwalita` tal-ħajja tagħhom u jkollhom suċċess ekonomiku biex hi, bħala forza ekonomika, politika u soċjali, tissaħħaħ u mhux tidgħajjef.", "Mela ejja nitilqu minn dan il-punt.", "Naturalment fid-diskussjonijiet li aħna nkunu qegħdin nagħmlu, nittrattaw ta' nies raġjonevoli u b'sens komun u fejn ikollna nispjegaw id- diffikultajiet taċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna nispjegawhom u niġġustifikawhom.", "S'issa li nista' ngħid hu li kull darba li għamilna hekk, dan il-punt ġie apprezzat mill-Unjoni Ewropea u ċerti konċessjonijiet ingħataw lil Malta u ma ngħatawx lil pajjiżi oħra.", "U allura meta l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi x'nieħdu aħna jekk l-Unjoni Ewropea tgħidilna le, ikun qed jagħmel mistoqsija ipotetika.", "Jiena nippreferi ma nitkellimx fuq ipotesi ta' sitwazzjoni bħal din.", "S'issa għaddejna fi proċess ta' negozjati fit-tul u nista' ngħid li dawn kultant ikunu iebsin ħafna.", "Meta l-kummissarju Diamantopoulou kienet ġiet Malta u jien personalment kelli laqgħat magħha, il-pożizzjoni ġiet spjegata, aċċettata u wasalna fi ftehim bejnietna dwar dak li konna qegħdin nitolbu.", "Dak li qed niddeċiedu huwa finalment ta' ġid biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Din hija l-premessa.", "Kultant nieħu l-impressjoni – naturalment mhux mill-Onor.", "Farrugia imma min-naħa ta' l-Oppożizzjoni in ġenerali – li dan il-proċess huwa mmirat biex lil Malta nagħmlulha x-xkiel f'saqajha u biex minflok timxi 'l quddiem, timxi lura.", "Irridu nifhmu li l-Unjoni Ewropea daqsna trid li pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Dan huwa l-konċett.", "U allura x'jiġri f'każ li xi punt partikolari ma jiġix aċċettat mill-Unjoni Ewropea, hija ipotesi.", "Jien naċċerta lil din il- Kamra – mhux għax qed ngħidha jien imma għax ix-xhur li għaddew jippruvaw kemm hu veru dak li se ngħid – li dan il-gvern jinnegozja sal-massimu possibbli biex dejjem ifittex l-aħjar interessi tal-pajjiż u finalment ikollna pakkett ġenerali u kondizzjoni sħiħa.", "Aħna konvinti, bħala gvern f'isem il-poplu Malti, li b'Malta membru fl-Unjoni Ewropea, dan il-pakkett se jfisser qabża kbira 'l quddiem għal pajjiżna.", "Dan jgħodd ukoll għas- suġġett partikolari li qed jistaqsi dwaru l-Onor.", "Farrugia.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Ladarba qegħdin nitkellmu dwar l-Unjoni Ewropea u qed jirrispondi l-Viċi Prim Ministru, jista' jgħidilna dwar il-perijodu ta' tranżizzjoni li Malta kisbet fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, huwa interessanti ħafna li din wieħed jispjegaha għax torbot ukoll maż-żewġ mistoqsijiet supplimentari li għamel l-Onor.", "Farrugia.", "Kien proprju r-riżultat ta' l-impact assessment li kien sar, ta' konsultazzjonijiet ma' l-imsieħba soċjali, inklużi ma' l-employers, u ta' l- istudji li saru fid-dettall li mad-daqqa t'għajn setgħu taw stampa pożittiva għalkemm meta terġa' tfittex l-irqaqat tibda tinduna li hemm setturi speċjalizzati li jista' jkollhom bżonnijiet partikolari.", "Kien minħabba f'hekk li rriżultalna li teżisti direttiva li hija mportanti għas- saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema tagħna, bħal dik tal-qasam tal-ħoss, li torbot lill-pajjiżi membri biex il-livell ta' ħoss fuq il-post tax-xogħol, ma jaqbiżx ċertu limitu li jista' jipperikola s-smiegħ tal-ħaddiema.", "Ovvjament din hija xi ħaġa kruċjali u importantissima li rridu ndaħħlu f'pajjiżna malajr kemm jista' jkun, pero` biex nagħmlu dan għandna bżonn żewġ affarijiet.", "Waħda minn dawn hija li jkollna l-equipment neċessarju biex ikejjel sewwa l-livell ta' ħoss għax aħna la rridu nidħqu bil- ħaddiema, la bil-poplu Malti u lanqas bl-Unjoni Ewropea.", "U sakemm inġibu dan l-equipment u aktar minn hekk sakemm tħarreġ lill-esperti tiegħek u jkollok l-enforcement structure li għandek bżonn, trid tistenna perijodu ta' żmien.", "Jien konvint li naslu biex nilħqu l-livell li għandna bżonn anke qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u nemmen li għandna bżonn anke sentejn żmien.", "Aħna pproduċejna l-argumenti u d-dokumentazzjoni neċessarja u din ingħatat.", "Imbagħad hemm direttiva oħra fuq il-mobile construction sites li tolqot dak il-post fejn tkun għaddejja l-kostruzzjoni, li prattikament trid iżżarmaha min-naħa u ċċaqlaqha min-naħa l-oħra.", "Għandna bżonn ukoll il-famuża direttiva dwar il-working time, jiġifieri tal-ħinijiet tax-xogħol.", "Teżisti wkoll direttiva importantissima li tgħid li preferibbilment, għall-ġid tal- ħaddiema stess, dawn m'għandhomx jaħdmu iżjed minn 48 siegħa u jekk jintalbu jaħdmu iżjed minn daqshekk iridu jagħżlu huma.", "Jekk huma jaċċettaw allura kollox sew imma jekk le, ma tista' tagħmlilhom xejn.", "Kif inhi l-liġi llum, l-employer jista' jġiegħel ħaddiem jaħdem overtime u jekk dan ma jaċċettax jista' jitkeċċa għax ikun qiegħed jikser il- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Din id-direttiva tmur 'il hinn minn hekk u tgħid li anke jekk ikun hemm ftehim kollettiv fuq il-post tax-xogħol - jiġifieri ikun ftehim bejn il-union u l-employer – li l-ħaddiema jridu jaħdmu għal 50 jew 60 siegħa, l-impjegat xorta għandu dritt jgħid li hu jrid jaħdem il-massimu ta' 48 siegħa.", "Issa aħna nafu li bħalissa għaddej ftehim kollettiv, li huwa validu għal tliet snin u allura m'huwiex fair li f'daqqa waħda nimponu xi ħaġa ġdida wara li jkunu ġew innegozjati kondizzjonijiet bejn il-union u l-employer.", "Dan spjegajnih lill-Unjoni Ewropea u staqsejniha kif f'każ li jkollok ftehim kollettiv, il-gvern jista' jilleġisla b'mod retroattiv u jkun hemm impatt negattiv imbagħad fuq il-kondizzjonijiet li jkunu ġew miftehma.", "It-tieni nett, l-ekonomija Maltija, forsi iżjed mill-ekonomija ta' pajjiżi oħrajn fuq il-kontinent Ewropew, tiddependi minn tibdiliet matul l-istaġun u nafu li massa ta' turisti jiġu jżuruna f'ċertu perijodu tas-sena imbagħad dik il-massa tonqos.", "Dan jiġri wkoll f'setturi oħra, per eżempju fil- fabbriki li jipproduċu l-minerali.", "Il-produzzjoni tagħhom dawn tisplodilhom fix-xhur tas-sajf imma mbagħad tonqos fix-xitwa.", "Issa l- analisi wrietna li filwaqt li fil-maġġoranza qawwija din id-direttiva ta' 48 siegħa ma tikkrea ebda problema, hemm setturi partikolari, speċifikament dawk tal-manifattura u tat-turiżmu – li jinkludu l-catering u t-travel – fejn din id-direttiva jkollha ċerti riżultati.", "Għalhekk intlaħaq qbil li jkun hemm perijodu ta' tranżizzjoni biex fih isiru negozjati biżżejjed bejn l-employers, il-unions u l-ħaddiema ħalli jorganizzaw il-ħin tax-xogħol tagħhom u jintlaħqu ż-żewġ għanijiet ewlenin; l-ewwelnett li tiġi protetta s-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema tagħna, u t-tieni li l-effiċjenza, il- produttivita` u s-suċċess finanzjarju ta' l-intrapriżi tagħna, tal- manifattura, ta' l-industrija u tas-servizzi, sija pubbliċi kif ukoll privati, ikunu jistgħu jkomplu jitjiebu.", "U allura t-transition periods fil- qasam tal-politika soċjali saru b'dan il-għan u b'konsultazzjoni fonda, twila u dettaljata ħafna ma' l-imsieħba soċjali.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' dak li qal il-Viċi Prim Ministru u cioe` li ma kien se jkun hemm l-ebda diffikulta` biex il-gvern Malti jadotta dawn il-bidliet fil-liġijiet tagħna biex iħares il-kondizzjonijiet tax-xogħol u allura li l-mistoqsija tiegħi kienet waħda ipotetika, għandi nifhem li dawn it-tariff quotas se jkunu mposti lill-konsumatur Malti fuq prodotti li minħabba ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna la nipproduċu u lanqas nistgħu nipproduċu imma nimportaw?", "Jekk kemm-il darba l-gvern m'għamilx l-istudji ċari dwar dawn il-kwoti u l- protezzjonijiet filwaqt li pajjiżna se jismantella u se jkollu jagħti, l- impatt li qed jerfgħu l-industriji, in-nies tal-mistier, il-ħaddiema li jaħdmu magħhom u naturalment l-investiment li dawn prattikament iridu jagħmlu biex isir 'l hekk imsejjaħ ristrutturar, jista' xi ħadd jispjega minn fejn se jiġu s-sorsi, jekk hux minn xi fondi partikolari jew mit-taxxi tal-poplu?", "Dan huwa punt li bir-rispett kollu n-naħa tal-gvern m'hijiex tiċċarah biżżejjed.", "Per eżempju, is-supply measures ma ntalbux fuq il-laħam aħmar kollu imma fuq il-beef u allura hemm numru ta' kwalita` oħra li mhux se jkunu soġġetti għas-supply measure imma għall-kwota.", "F'pajjiżna għandna l-industrija tat- turiżmu li tiġġenera dak li tiġġenera imbagħad għandek il-konsumatur li wkoll irid ikun soġġett għal dawn il-kwoti li semai sal-lum ma esperjenza qatt u m'għandux x'jambihom għax m'hijiex il-karetteristika ta' l- industrija tagħna li tipproduċi dawn il-prodotti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nerġa' intenni dak li weġibt qabel għall- mistoqsija supplimentari.", "Nistieden lill-oppożizzjoni biex iżżomm dejjem quddiem għajnejha li l-proċess tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea – bħall-proċess ta' sħubija tal-pajjiżi l-oħrajn kollha li jridu jsiru membri fl-Unjoni Ewropea – m'huwiex proċess ta' l-imġienen.", "(Interruzzjonijiet) Qed insemmi dan il-punt għax kultant dak li hu ovvju ma ngħiduhx imbagħad nindunaw li għax ma nkunux għednih qisna mmisjajna xi ħaġa importanti.", "Il-punt tat-tluq hu li l-Unjoni Ewropea trid li l-membri tagħha - dawk li għandha ġewwa u dawk li għad iridu jidħlu - jimxu 'l quddiem.", "Dan qisu bħal meta taf li mejda għandha erba' saqajn u xorta trid tgħid li mejda għandha erba' saqajn.", "Jekk hawn xi ħadd qed jaħseb li l-Unjoni Ewropea trid li lil Malta tpoġġiha lura, tagħmlilha l-ostakoli u toħolqilha d-diżastri fl-ekonomija tagħha, allura m'aħniex niftehmu!", "L-Unjoni Ewropea tridna membri tagħha u tridna membri b'saħħitna, trid poplu Malti li javvanza ħafna u trid poplu Malti li jilħaq il-livell ta' pajjiżi oħrajn li huma aktar avvanzati minna.", "U għandha sistemi li bihom jekk poplu baqa' lura ħdejn popli oħrajn, tagħtihom l-għajnuna kollha biex iġġibhom daqs dawn il-popli l-oħra kollha.", "Nispera li ftehemna dwar dan għax għandi d-dubji tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma l-Viċi Prim Ministru jaf daqsi li r-regoli tal- mejda huma li jkollha wiċċ fuq erba' saqajn u l-Unjoni Ewropea għandha dawn ir-regoli.", "Allura fuq il-parametri ta' dawn ir-regoli hemm economy of scales kbar.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm bżonn li dan il-punt niċċarawh.", "Naqblu li l- Unjoni Ewropea tridna nimxu 'l quddiem u mhux lura u allura meta qiegħed tinnegozja m'intix tinnegozja ma' xi ħadd li jrid jagħtik gambetta, li jrid iwaħħallek xi stallett f'dahrek jew li jrid joqtlok bil-ġuħ!", "Qed tinnegozja ma' xi ħadd li jridek timxi 'l quddiem, li jridek tagħmel passi ta' ġgant 'il quddiem u qed jgħidlek li ladarba tidħol membru fl-Unjoni Ewropea, se jgħinek biex jekk hemm poplu ieħor li hu aħjar minnek, inti tiġi tajjeb daqsu.", "U dan il-prinċipju ġenerali huwa importanti għaliex imbagħad dan se tapplikah fid-dettalji kollha tan-negozjati kollha u tal- qasam kollu, inkluż dak tal-biedja u tat-tariffi.", "Jiena nsegwi ħafna l-mistoqsijiet li jsiru lill-ministru responsabbli mill- agrikoltura u anke lil ministri oħrajn.", "Naqblu jew ma naqblux li l- konsumatur għandu ċerti drittijiet li rridu nipproteġuhomlu?", "Naqblu.", "Allura la naqblu fuq dak u naqblu li l-konsumatur huwa punt kardinali ...", "(Interruzzjonijiet) Ħalliha l-Unjoni Ewropea għalissa.", "Aħna fl-aħħar mill- aħħar qegħdin hawnhekk biex naraw li dan il-poplu kollu jimxi 'l quddiem u bħala konsumatur jirċievi prodott tajjeb u bl-irħas prezz possibbli.", "Madanakollu huwa importanti li min qed jipproduċi tipprova tgħinu kemm tiflaħ biex isir effiċjenti, biex jipproduċi iżjed, u biex jipproduċi b'inqas u bi kwalita` aħjar.", "Issa eventwalment bit-tneħħija tal-levies il-konsumaturi Maltin u Għawdxin se jieħdu l-prodott tagħhom bi prezz irħas minn dak li qed jeħduh illum u se tiġi kwota stabbilita bl-istess prinċipju li kont qed insemmi qabel, jiġifieri għall-bżonnijiet ta' Malta biex tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jaħseb li l-Unjoni Ewropea jew il-gvern Malti se jaċċettaw xi ħaġa li titfagħna lura minflok tmexxija 'l quddiem, naċċertah li hu żbaljat kompletament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IS-SEBA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru 2001, il-ħin tad-diskussjoni li huwa maqsum fuq żewġ seduti, għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta` l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President ̧ nipproponi:", "VOT 35 - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 44,958,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 35 - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2002.", "VOT 36 - POLITIKA EKONOMIKA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,296,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Politika Ekonomika, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT 37 - KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,308,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Kummerċ, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT 38 - KONSUMATUR U KOMPETIZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 458,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Konsumatur u Kompetizzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT VIII - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 18,281,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2002.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President ̧ nipproponi din l-emenda:", "VOT 35 - MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 40,069\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 40,068\".", "Delete the figure \"Lm 40, 069\" and substitute therefor the figure \"Lm 40,068\".", "Il-ministru għadu kemm qara l-ammonti li se jiġu dedikati għal dan il- ministeru u jekk m'inix sejjer żball ̧ wara l-oqsma tas-servizzi ekonomiċi, l-edukazzjoni u s-saħħa, din hija r-raba' l-akbar ċifra u dan juri l- importanza tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "Wieħed irid japprezza li dan huwa ministeru enormi li jkopri taħtu diversi attivitajiet ta' natura ekonomika u amministrattiva imma l-għan huwa fid- direzzjoni tas-servizzi ekonomiċi.", "Forsi wieħed igħid li dan il-ministeru huwa kbir wisq imma min-naħa l-oħra hemm ċerta koordinazzjoni dwar l-oqsma differenti tiegħu.", "Dan huwa ministeru ta' responsabbiltà kbira u din ħadd ma jista' jinnegaha għax kulħadd japprezza li l-ekonomija hija waħda mill- aktar pilastri mportanti ta' kull pajjiż.", "L-ekonomija tħoll u torbot il-politika kollha tal-pajjiż.", "Jekk għandek ekonomija b'saħħitha u għandek ċerti prinċipji ̧ se jkollok servizzi soċjali u sistemi ta' edukazzjoni u ta' saħħa b'saħħithom.", "Jekk is-sistema ta' l- ekonomija hija mbażwra ̧ dan se jirrifletti bħal mewġ fuq l-andament kollu tal-pajjiż.", "Għaldaqstant irridu napprezzaw l-importanza għal pajjiżna li jkollna ekonomija b'saħħitha speċjalment meta nafu li s'issa m'għandniex riżorsi naturali ̧ ħlief melħ u ġebel.", "Nisperaw li 'l quddiem f'pajjiżna nsibu xi materja prima, bħall-gass jew bħaż-żejt, biex isolvu ħafna mill- problemi ekonomiċi li għandna.", "Sur President ̧ iżjed ma nagħrfu malajr li pajjiżna għandu problemi ekonomiċi aktar inkunu nistgħu nitkellmu u niddjalogaw biex nipprovaw insolvuhom.", "Malta huwa pajjiż wieħed u mhuwiex maqsum fi tnejn allavolja ħafna drabi hekk jidher.", "Jekk aħna bħala gvern alternattiv nitilgħu fil- gvern, aħna rridu niffaċċjaw il-problemi li għandna.", "Għalhekk jien ma neħux gost meta nara ċerti indizji li mhumiex sejrin tajjeb għax illum il- problema hija tal-kollega tiegħi u għada tista' tkun tiegħi jew ta' xi ħaddieħor minn din in-naħa tal-Kamra.", "Sur President, nafu li fl-aħħar xhur naqset l-esportazzjoni u dan mhuwiex indikatur tajjeb għax aħna qegħdin fil-proċess li nkabbru l-ekonomija tagħna.", "Dan mhuwiex sinjal tajjeb għax jindika li meta tiġi żiffa riħ fuq qasam ta' l-ekonomija, il-pajjiż m'għandux tarka biex jilqa' għaliha.", "Kif jaf kulħadd l-esportazzjoni naqset għax naqsu l-ordnijiet u allura ma tistax tgħid li – ħlief għall-ST Microelectronics - l-ekonomija kibret b'tant.", "L-ST Microelectronics hija parti mil-landscape ekonomiku ta' Malta u ma tistax titkellem fuq il-muntanji mingħajr ma titkellem fuq l- Everest.", "Għalhekk ma nistgħux nitkellmu fuq l-ekonomija Maltija mingħajr ma nitkellmu fuq l-ST Microelectronics.", "Din hija l-akbar fabbrika u l- aktar fabbrika li tesporta u hija wkoll fundamentali għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Fil-fatt din tħaddem madwar 2,000 ruħ ̧ tesporta, tħarreġ lin- nies u hija l-akbar kumpannija Ewropea fil-microelectronics.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix li kien hemm nuqqas ta' importazzjoni ta' materjal industrijali.", "Aħna bħall-Ġappun; nimportaw kollox u nesportaw ukoll u din hija kapaċità għax mix-xejn nagħmlu l-qligħ.", "Bħala poplu aħna għandna tradizzjoni ta' negozjanti li nġibu xi ħaġa, nirranġawha u nerġgħu nbigħuha.", "Din qiegħda fid-demm tagħna u kienet fid-demm tal-Feniċi.", "Min- naħa l-oħra nsibu li l-industrijalisti Maltin – mhux qed nirriferi għall- barranin li jkunu nvestew f'pajjiżna – tista' tgħoddhom fuq subgħajk.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ukoll il-qasam tal-manifattura li jifforma aktar minn 25% tal-gross domestic product.", "Meta nqisu li mill-manifattura inti ħloqt 26% bħala kontribut għall-gross domestic product, meta tapprezza li l-ammont ta' impjiegi direttament involuti jeċċedi it-30,000 u meta tara l-ammont ta' esportazzjoni għal pajjiż tant ċkejken li jirnexxilu jagħmel ̧ tinduna kemm il-qasam tal-manifattura huwa essenzjali għall- progress ta' pajjiżna.", "Din mhijiex kwestjoni biss ta' twemmin għax forsi l- partit tiegħi huwa aktar assoċjat ma' l-industrija u mal-manifattura mill- partit Nazzjonalista.", "Illum il-partit Nazzjonalista qed jintebaħ li l- pajjiż ma jistax jimxi bis-servizzi biss.", "Għalkemm is-servizzi jidhru aktar adattati għal pajjiżna ̧ il-jigsaw puzzle ta' kif inhi komposta s- soċjetà Maltija ̧ bil-livelli ta' edukazzjoni, bit-training u bl-iskills tal-Maltin, hija waħda li trid tipprovdi xogħol għal kull qasam u kull livell.", "Il-livell tas-servizzi jipprovdi xogħol għal ċerta kategorija tas- soċjetà u l-livell ta' l-industrija jipprovdi xogħol għal ċertu qasam tal- popolazzjoni Maltija.", "Sur President, huwa importanti li issa naraw kif se nġibu l-investiment f'pajjiżna.", "L-investiment jista' jkun investiment lokali fejn ikollok nies li jkollhom flus barra minn Malta.", "Lil dawn irridu nħajruhom jinvestu f'Malta billi jiftħu fabbriki u lukandi u rridu nħajruhom ukoll jinvestu f'oqsma produttivi.", "Jekk lil dawn in-nies tħajjarhom jinvestu f'oqsma mhux produttivi ma tkunx qed tgħin direttament lill-ekonomija Maltija.", "Sur President ̧ ta' importanza ugwali hija kif se nerġgħu ninkoraġġixxu l- investiment barrani.", "Ovvjament din mhijiex xi ħaġa faċli u meta jien kont responsabbli minn dan il-qasam ma kontx kuntent u sodisfatt bl-ammont ta' investiment li kien ġej f'pajjiżna.", "Meta jien kont ministru responsabbli minn dan il-qasam ma kontx noqgħod ngħid li fit-tali sena daħal daqstant investiment jew li qatt ma daħal investiment daqskemm meta kont ministru jien.", "Ir-raġuni għalfejn jien ma kontx sodisfatt hija li meta wieħed jikkompara l-ekonomija ta' pajjiżna ma' l-ekonomiji ta' pajjiżi oħrajn ̧ Malta ma kenitx qed tattira l-fair share tagħha.", "Aħna kellna kompetizzjoni qawwija imma Malta meta ma kellhiex kompetizzjoni qawwija?", "Fis-snin sittin, sebgħin u tmenin mhux dejjem kien hemm kompetizzjoni?", "Qabel il- kompetizzjoni kienet tiġi minn ċerti pajjiżi u llum qed tiġi minn pajjiżi oħrajn.", "Allura għalxejn noqgħodu ngħidu għax waqa' l-ħajt ta' Berlin u għalxejn insemmu l-purtiera tal-ħadid jew li issa l-pajjiżi ex-komunisti li għandhom tradizzjoni ta' ċerta inġinerija u fabbriki ta' l-armamenti qed imissu ma' l-Ewropa.", "Hemm ħafna raġunijiet għalfejn ċerti pajjiżi għandhom ċerti vantaġġi imma hemm bżonn li naraw għalfejn mhux ġej investiment lejn Malta.", "Huwa faċli li tkun fl-oppożizzjoni u toqgħod tikkritika.", "Meta tkun fil-gvern trid tigdem bi snienek biex tipprova dak kollu possibbli għal pajjiżek!", "Min jerfa' din ir-responsabbiltà b'mod onest ma tantx se jsib min igħidlu grazzi u allura s-sodisfazzjon irid ikun li jagħmel xi ħaġa għal pajjiżu.", "Dak hu s-sodisfazzjon li tieħu u meta tikber u tħares lura tgħid li sehemek tajtu.", "Għalhekk lill-ministru li qed jgħid li l-investiment qed jespandi u li r- rata hija ogħla milli kellna aħna ngħidlu biex imiss qalbu u jgħid il- verità.", "Possibbli dan huwa sodisfatt?", "L-investiment f'pajjiżna huwa tali li jinkoraġġixxi lil dan in-nazzjon daqskemm suppost?", "Jien ngħid li le.", "Jekk tgħid li l-investiment huwa sodisfaċenti allura m'għandek bżonn tagħmel xejn għax tkun għamilt il-Business Promotion Act u ħafna affarijiet oħra u tkompli bl-istess ritmu.", "Pero' jekk inti tirrikonoxxi u tgħid li l-investiment li ġej mhuwiex biżżejjed biex jilqa' għall-mewġ kbir li jridu jolqtu ċerti setturi huwa mod ieħor.", "Issa kif għandna nbigħu lil pajjiżna?", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l- pajjiż jinbiegħ bħala pakkett.", "Għandna wisq oqsma differenti li jipprovaw ibigħu lill-pajjiż, kemm fil-qasam tat-trasport, kemm fil-qasam tat- turiżmu kif ukoll fil-qasam ta' l-industrija.", "Ir-riżorsi tagħna mhumiex tali li nistgħu nikkompetu mal-marketing ta' pajjiżi li għandhom ħafna aktar riżorsi minna.", "Għaldaqstant irid ikun hemm mhux biss kollaborazzjoni imma jrid ikun hemm mod kif Malta tiġi mibjugħa bħala pakkett b'integrazzjoni bejn oqsma differenti tan-nies jew oqsma prinċipali bħall-MFSC, l-MDC u oħrajn.", "Kif se ninċentivaw foreign direct investment f'Malta?", "Din hija l-iżjed domanda diffiċli għax inti tipprova u tistenna imma tista' tikkrea atmosfera fejn persuna li trid tinvesti jew tespandi tiġi attirata lejn pajjiżna.", "Issa aħna qed nagħmlu minn kollox?", "Il-korporazzjonijiet tagħna qed jiffunzjonaw effiċjentement jew hemm min qed jiffunzjona u hemm min sar dinosawru u baqa' bl-istess mentalità antika u ma ndunax li d-dinja inbidlet u hu ma nbidilx magħha?", "Għandna partijiet u oqsma li jeħtieġu tibdil drastiku jekk aħna rridu nġibu aktar investiment barrani f'pajjiżna.", "Sur President, il-kompetittività tlifniha?", "Hawn min igħidlek li ma tlifnihiex pero' jien naħseb li qed nitilfuha.", "Il-pajjiż m'għadux kompetittiv daqskemm kien u jekk m'intix daqshekk kompetittiv ma tistax tattira l-investiment.", "Jekk il-prodotti li tipproduċi ma jikkompetux, kemm fl-istandard kif ukoll fil-prezz ̧ inti ma tistax iġġib min jinvestilek f'pajjiżek.", "Għalhekk irridu naraw għaliex il-kompetittività tagħna matul is-snin ġiet eroded.", "X'ġara?", "Fejn morna ħażin?", "Jien ma nikkomparax lil Malta ma' Franza, mal-Ġermanja jew mal-Gran Brittanja għax dawn huma ħmerijiet.", "Kif tista' tikkompara t-tifla tiegħi li għandha sena ̧ miegħi?", "F'dan li qed ngħid m'hemmx nuqqas ta' rispett għal dan in-nazzjon li huwa l- mimmi ta' għajnejja imma r-realtà hija hekk.", "Aħna rridu nikkomparaw ruħna ma' Ċipru, ma' Singapore, u ma' pajjiżi żgħar li għandhom il- limitazzjonijiet ta' pajjiż ċkejken.", "Irridu naraw kif dawn għamlu vantaġġi miċ-ċokon tagħhom – anke ċ-ċokon fih vantaġġ – u għandna nieħdu vantaġġ aħna.", "Li tkun kbir fih vantaġġi kbar imma li tkun ċkejken ukoll għandu ċerti vantaġġi u dawn irridu niżviluppawhom.", "Ħaġa li rridu nagħrfu hija li dan il-pajjiż jimporta kważi kollox u fil- qasam industrijali jimporta l-materja prima minn kullimkien bl-aħjar prezz.", "Aħna nimportaw il-komponenti u l-makkinarju u f'pajjiż li jimporta kollox bilfors irid ikollok sistema li tħajjar lill-manifattur.", "Is-sitwazzjoni preżenti ta' pajjiżna hija li min jimporta u jesporta għandu ċerti vantaġġi fiskali.", "Għaldaqstant jekk aħna naraw id-direzzjoni li l-pajjiż għandu jieħu, irridu naraw kif dan se jaffettwa l-esportazzjoni tagħna aktar u aktar fejn jidħlu d-dazji.", "Nistgħu nkomplu nesportaw u ma nżommux dazju fuq il-materja prima jekk nieħdu ċerta direzzjoni?", "Nistgħu nkomplu nimportaw il-materja prima minn fejn hija l-irħas jekk naqbdu d-direzzjoni li nibqgħu kif aħna?", "Dawn il-mistoqsijiet mhumiex ta' natura politika imma r-risposti tagħhom iridu jiġu b'mod tekniku.", "Aħna kkalkolajna li l-effett mhux se jkun fuq l-erarju tal-pajjiż imma fuq l-industrija u fuq il-kompetittività.", "Għalhekk hawnhekk bilfors li jqumu ċerti mistoqsijiet bħal, per eżempju ̧ jekk ċerti industriji hux se jibqgħu hawnhekk jekk jiġri dan jew inkella jekk l-eżenzjonijiet li qed jingħataw illum hux se jingħataw għal ċerti tipi ta' industriji bħall- microelectronics.", "Dawn l-eżenzjonijiet se jibqgħu għal dawk li se jiġu mill-Ġappun jew se jiġi impost dazju u l-fabbrika tagħna tispiċċa l-Marokk?", "Ma rridux ninsew li l-fabbrika tal-microelectronics ta' Malta ġiet meta ma konniex parti mill-Ewropa u safejn jien informat, din hija l-akbar waħda li għadha teżisti fl-Ewropa ta' dik il-kumpannija.", "Għalhekk ma tistax taqbad u tgħid li ċerti fatti tarmihom għax ġejjin minn hawn jew minn hemm.", "Wieħed irid jevalwahom b'mod sieket u mhux b'mod politiku għax l- importanti huwa li naraw x'jaqbel għal Malta.", "Hemm ċerti oqsma li ma nistgħux ma nagħtux kashom.", "Per eżempju, irridu naraw kemm huwa l-cost of trade u x'irridu nagħmlu biex dan inniżżluh.", "Jista' jkun li dan diġà huwa adegwat u allura hemmhekk m'għandniex problemi jew inkella li l-metodi li qed jintużaw huma adegwati għall-industrija Maltija?", "Imbagħad hemm il-qasam tal-port handling.", "Il-port costs huma realistiċi jew wieħed irid jarahom biex isib soluzzjoni għalihom mingħajr ma jkollu mewġ?", "Din mhijiex xi ħaġa faċli anzi hija diffiċli ħafna imma wieħed irid jegħleb dak li hu diffiċli.", "Dak li huwa diffiċli trid tikkonfrontah u dan tagħmlu mhux b'mod aggressiv imma bil-persważjoni u billi tgħid lil min hu involut li milli għandek mhu se jitlef xejn bħala dħul imma d-dħul minflok se jiġi minn post ̧ se jiġi minn post ieħor.", "Huwa faċli li tgħid li trid tirriforma u lil dak li jkun teħodlu minn dak li għandu imma meta tiġi biex tattwa ma jirnexxilekx għax issib ħajt ma' wiċċek.", "Allura biex tagħmel ristrutturar ta' l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- port irid ikollok il-kollaborazzjoni, il-fehma u l-persważjoni tal-players kollha.", "Ma tistax tgħid li lil dak il-player trid tagħmillu ġlieda għax tant huwa qasam sensittiv li l-uniku mod kif inti tista' tasal għal soluzzjoni huwa bil-persważjoni u billi ma tnaqqas xejn minn dak li jkun qed jieħu kemm l-individwu kif ukoll il-kumpanniji li għandhom x'jaqsmu mal- port.", "Dan huwa possibbli.", "Għalhekk huwa importanti li tinstab soluzzjoni mingħajr ma tnaqqas id-dħul ta' xi ħadd u b'mod volontarju ssib soluzzjonijiet.", "Irid ikollok stabilità industrijali fl-arterji tal-pajjiż.", "Jekk inti pajjiż esportattiv irid ikollok stabilità industrijali billi jkollok postijiet minn fejn toħroġ il-merkanzija.", "Hawnhekk qed nirriferi kemm għall-airports, kemm għall-portijiet u l-aktar għall-freeport.", "Illum il-freeport huwa magħqud ma' aktar minn 100 port mad-dinja kollha.", "Din hija xi ħaġa pożittiva f'pajjiżna u li għandna niftaħru biha biex nattiraw l-investiment dirett barrani għax ftit huma l-pajjiżi li għandhom dan il-vantaġġ.", "Fil-fatt il-freights mhumiex għoljin anzi hemm battalja sħiħa fuqhom.", "Barra minn hekk nistgħu noffru servizz tajjeb imma l- esportatur u l-importatur irid ikollhom moħħhom mistrieħ minn ċerta stabilità industrijali.", "Din tista' sseħħ biss billi jkollok relazzjonijiet tajbin u mill-aqwa mat-trade unions.", "Għalhekk huwa importanti li t-trade unions isiru parti mill-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Il-pajjiż huwa ċkejken u rridu napprezzaw ċerti affarijiet.", "Per eżempju ̧ jekk il-GRTU jew il-UĦM jaqbdu u jagħmlu azzjoni ̧ se jaffettwaw il-pajjiż kollu.", "Aħna m'għandniex xi ħames portijiet fejn jekk jagħlaqlek wieħed tkun tista' tesporta minn postijiet oħra.", "Kulħadd irid jerfa' din ir-responsabilità.", "Irridu napprezzaw li llum m'għadux iż-żmien ta' intom u aħna.", "Illum kulħadd huwa aħna.", "Illum we must pull our socks up, kif igħidu bl-Ingliż ̧ għax inkella negħrqu u mbagħad meta jibda l-gwaj tant ikun ikrah li lanqas niftakru ż-żmenijiet tal-ġid.", "Issa rrid ngħid xi ħaġa fuq it-tip ta' ħaddiema li għandna.", "Aħna l-Maltin niftaħru li għandna ħaddiema ta' kwalità u ngħidu li din hija l-akbar riżorsa naturali tagħna.", "Dan huwa veru imma jekk tikkompara l-ħaddiem Malti ma' dak ta' pajjiżi oħrajn f'ċerti oqsma ssib li dan għandu bżonn jiġi mgħallem u jerfa' aktar responsabilità.", "Per eżempju ̧ il-ħaddiema li jaħdmu fil-privat u l-ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku jerfgħu piż indaqs?", "Jien ngħid li s-settur pubbliku trid taqsmu għax fih għandek impjegati li jerfgħu aktar mir-responsabbiltajiet li għandhom u huma heavily overworked pero` fih hemm ukoll sezzjonijiet fejn l-għażż trabba' u indera u l-produttività hija baxxa u intollerabbli.", "F'ċerti oqsma tal-gvern tirrenja l-anarkija u mhux id-dixxiplina.", "Jien mhux qed ngħid għax dak li jkun imur ħames minuti tard imma ħafna drabi jkun hemm min ma jagħmilx dak li għandu jagħmel bir-riżultat li l- affarijiet isiru b'mod traskurat, il-gvern isir laughing stock u l-poplu jitlef il-fiduċja fil-ħaddiema tal-gvern.", "Imbagħad aħna fil-politika minflok nikkonfrontaw u nammettu ̧ naraw kif infaħħru għax kull ħames snin tiġi l-elezzjoni ġenerali.", "Issa ta' min igħid li bejn iż-żewġ partiti ftit eluf ta' voti hemm.", "Ma nistgħux nibqgħu bil-mentalità li l-ħaddiem fil- privat iġorr piż ta' tliet kwarti u l-ħaddiem fil-qasam pubbliku – għalkemm hemm madwar 15% minnhom li jġorru piż kbir ukoll – joqgħod ipappiha.", "Sakemm jiġu nies li jibqgħu jgħidulna biex insibulhom post mal-freeport, f'xi bank u f'oqsma oħra jkun ifisser li hemmhekk ikun hemm l-għasel.", "Sur President, jien nemmen ħafna fil-privatizzazzjoni għax kemm jekk tagħmel privatizzazzjoni partikolari jew parzjali kif ukoll jekk tagħmel tip ta' privatizzazzjoni fl-operat ̧ jekk għada pitgħada jiġi xi ħadd jgħidli biex indaħħlu l-Casino ̧ per eżempju ̧ ngħidlu ċar u tond li l-Casino huwa entità kif inhuma l-entitajiet privati.", "Aħna n-nies tal-politika hekk irridu nagħmlu u dan huwa importanti għax b'hekk aħna stess inkunu qed nagħtu direzzjoni.", "Sur President, hawnhekk wieħed jista' jgħid li l-ex-prim ministru Karmenu Mifsud Bonnici daħħal madwar 8,000 ruħ mal-gvern biex jirbaħ il-voti.", "Jien dan ma ninsihx pero' naf li dan kien jemmen li kulħadd għandu jaħdem.", "Huwa veru li dak iż-żmien kienet ġejja l-elezzjoni, huwa veru li daħlu l- ħaddiema mal-gvern u huwa veru li din se jkollha effett imma huwa veru wkoll li mill-1987 sal-lum, l-ammont ta' nies fis-settur pubbliku minflok naqas żdied jew baqa' kif kien.", "Mela filwaqt li l-partit Laburista għamel dan il-pass, il-partit Nazzjonalista baqa' jdaħħal u jirriplejsja dawk kollha li ħarġu.", "Allura naqbdu u nagħtu prosit lil xulxin u ngħidu li l- problema li għandna settur pubbliku b'aktar nies milli hemm bżonn ̧ irridu nerfgħuha t-tnejn li aħna.", "Issa jekk tan-naħa l-oħra mhumiex lesti li jerfgħu l-piż, allura dawk ikunu qed jitkellmu b'mod politiku pero' jien qed nitkellem b'mod sinċier.", "Dik hija d-differenza u għalhekk il-poplu ma jkollux fiduċja fin-nies tal-politika.", "Sur President, jekk jien ngħid li n-Nazzjonalisti biss kissruh is-settur pubbliku għax f'dawn is-snin kollha baqgħu jdaħħlu lill-pampaluni tagħhom minflok għamlu natural redundancy ma nkunx kredibbli.", "Dawn jaħsbu li jien ma nafx nagħmel dawn it-tipi ta' diskorsi?", "Kemm naf inqajjem nies!", "Imma hawn ġew jien ma rridx nitkellem għall-udjenza imma rrid nitkellem b'mod kredibbli.", "Il-kredibilità mhux jien inqisha jew l-avversarji tiegħi imma jqisuha dawk in-nies li la huma Laburisti u lanqas Nazzjonalisti.", "Din iqisuha dawk in-nies li mhumiex marbutin mal-karrijiet politiċi li jgħidu li dak li qed ngħid jien huwa tajjeb għax hemm bżonn li jkun hemm trażżin sħiħ fuq id-dħul ta' nies fis-settur pubbliku.", "Ma jistax ikun li s-settur privat jibqa' jġorr il-piż hu.", "Sur President ̧ meta fl-1996 tlajna fil-gvern it-teżi tagħna kienet li l- ekonomija għandha tkun f'idejn il-privat.", "Jien nista' ngħid li kont l- avukat ta' din it-teżi għax il-gvern mhux qiegħed hemm biex imexxi l-Casino jew biex ikollu kumpannija kif kienet il-Medserv.", "U għalhekk jien meta kont ministru ġibt lejn il-Kabinett affarijiet li n-Nazzjonalisti kienu jaħsbu li aħna ma nagħmluhomx.", "Aħna pprivatizzajna ċerti entitajiet 100% u mhux 40%.", "L-ekonomija trid tkun immexxija mill-privat għax il-gvern qiegħed hemm biex joħloq atmosfera ħalli jsir l-investiment ̧ biex il-privat iħossu sigur u jkun jaf li se jaqla' l-flus.", "Meta niġu għall-privatizzazzjoni nemmnu li hemm oqsma li huma klassifikati bħala sensittivi u allura minflok nipprivatizzawhom kollha kemm huma ̧ nipprivatizzaw parti sostanzjali minnhom ħalli wieħed jieħu l-vantaġġi kollha tal-privatizzazzjoni u fl-istess ħin ikollu ċerta tieqa miftuħa għal dak li jista' jinqala'.", "Pero' dwar il-prinċipju tal-privatizzazzjoni l- partit tiegħi ta eżempju.", "Il-partit l-ieħor jemmen fiha u jaf ukoll li l- ekonomija trid tiġi mmexxija mis-settur privat.", "U għalhekk aħna għamilna minn kollox biex lis-settur privat inkattrulu fiduċja fl-amministrazzjoni Laburista u nuruh li l-partit Laburista jemmen fl-industrija.", "Sur President ̧ minkejja li l-biċċa l-kbira ta' l-industrijalisti u kummerċjanti ma jaqsmux l-istess prinċipji politiċi tal-partit tiegħi, jien konvint li f'ħames snin konna nipperswaduhom li l-gvern tagħhom m'għadux il-gvern tradizzjonali u konservattiv u li l-amministrazzjoni li jistgħu jafdaw fiha hija dik Laburista.", "Pero' din trid tibniha f'medda ta' żmien u mhux f'sentejn.", "Ħabib tiegħi li huwa ministru Nazzjonalista jgħidli li dan il-pajjiż tiggvernah għall-ewwel sentejn.", "Wara l-ewwel sentejn il-poplu jiggvernak għax inti tibda tagħmel l-affarijiet mhux kif jixraq u kif tixtieq imma kif hemm bżonn ħalli tibda taħseb għal meta jitkellmu l-voti.", "Dan huwa veru imma rridu naslu f'sitwazzjoni fejn meta tiġi elezzjoni mhux qisu jieqaf il-pajjiż.", "Irridu niġu f'sitwazzjoni - u dan ikun induċenti għal investiment dirett barrani - fejn ħadd ma jinduna li tkun ġiet elezzjoni.", "L-elezzjoni għandha tiġi ̧ l-partit ikun rebaħ, u l-pajjiż għandu jibqa' miexi 'l quddiem.", "Pero' dan m'għandux isir billi fejn għandha x'taqsam ċerta ekonomija jkollna żewġ roti on the fast track u fejn għandha x'taqsam ċerta ekonomija jkollna żewġ roti on the slow track.", "Lill-gvern hawnhekk ngħidlu li l-manifattura mhijiex on the fast track.", "Issa dan se jgħidli li l-manifattura għalih hija prijorità pero' mhijiex.", "L-industrija għall- partit Nazzjonalista fil-gvern mhijiex indispensabbli.", "Illum minħabba l- ekonomija l-industrija hija indispensabbli għax ma jistgħux jagħmlu xejn mingħajrha imma fil-futur it-target huwa li Malta tipprovdi servizzi.", "Issa l-manifattura nistgħu ngħidu li hija dispensabbli.", "Dan bħal meta jkollok tieġ u kemm jekk tmur kif ukoll jekk ma tmurx ̧ ħadd ma jinduna bik.", "Hekk iridu jġibuha l-industrija.", "Illum jekk taqa' l-industrija jbati l-pajjiż għax l-ekonomija tiegħu tisfrondi imma xi 20 sena oħra l- industrija ma tkunx għadha indispensabbli.", "Pero' għall-partit Laburista l-industrija tibqa' indispensabbli.", "Aħna rridu nbiddlu ċerti industriji, irridu nirraffinaw u rridu nattiraw ċertu tip ta' industrija partikolari għax b'hekk ikollok ċerti vantaġġi imma min-naħa l-oħra rridu nagħrfu li aħna, jew nemmnu jew ma nemmnux.", "Aħna nemmnu fl-industrija u fil- manifattura.", "Aħna l-manifattura nħobbuha għax hija parti mid-demm tagħna u trid tibqa' parti minn pajjiżna sakemm pajjiżna jibqa' dak li hu.", "Issa nixtieq nitkellem ukoll fuq il-fabbriki.", "Smajna li l-gvern għandu l- intenzjoni li jagħmel kumpannija sussidjarja biex tkun il-manager jew l- owner ta' l-industrial estates.", "Pero' wieħed irid jara li jista' jkollok industrial estates f'pajjiż li jkunu tal-pubbliku u jista' jkollok industrial estates li jkunu tal-privat.", "Lill-gvern ngħidlu li waħda mill- aħjar affarijiet li għandna fil-pajjiż biex nattiraw l-industrija – hawnhekk qed infisser li għandna nattiraw kemm industrija ġdida kif ukoll għandna nżommu dak li għandna - ...", "Per eżempju, għalxejn inġibu industrija u titlaqilna l-Brandstatter.", "Qed insemmi l-Brandstatter għax minbarra li l- idea li nagħmlu complex ta' fabbriki kienet tagħna ̧ konna aħna li bdejniha u għandi pjaċir li dan il-gvern kompliha.", "Issa dan il-gvern ipprova jagħmilha tiegħu wkoll imma ma jimpurtax.", "(Interruzzjonijiet) Intom ridtu tagħtuha l-għelieqi li għadhom mhux żviluppati f'Bulebel u din jien waqqafha għax wara li għamilnielkom gwerra dwar l-iżvilupp ta' art agrikola għall-industrija ̧ ma stajniex nagħtuhom parti minnhom li diġà huma tal- gvern.", "Imma ħalli ma nidħlux f'battibekki.", "Jien naħseb li waħda mill-affarijiet l-aktar attraenti f'pajjiżna huwa l- cost ta' factory space.", "Fil-fatt hawn Malta għandna fost l-irħas costs ta' factory spaces li hawn available.", "Aħna napprezzaw li l-art tqum ħafna aktar imma din hija tip ta' għajnuna lill-industrija.", "Jekk illum industrijalist jikrilek fabbrika b'Lm6,000 meta nafu li fuq is-suq din il- fabbrika għandha tinkera b'Lm100 ̧000 ̧ jekk nagħmlu dak li għandu f'moħħu l- gvern żgur li se jkun detrimentali biex nattiraw industriji ġodda u ma nafx dawk li għandna preżenti kemm se jieħdu pjaċir b'dan.", "Għalhekk jekk se tagħmel kumpannija ġdida biex tirristruttura l-factory rents ̧ għandek toqgħod attent.", "Il-fabbrika hija l-bottleneck biex inti tattira l-investiment jew biex l- investiment li tkun attirajt tattwah.", "Per eżempju ̧ jekk jiġi bniedem hawnhekk u jgħid li jrid iwaqqaf il-produzzjoni tal-manifattura tal- banjijiet fl-Awstrija biex jiġi Malta dan mhux se tagħtih fabbrika xi sena wara għax jitlef is-suq.", "Dan ikun irid il-fabbrika fi tliet xhur għax f'dan il-perijodu jkun irid jibda jaħdem.", "Meta sirt ministru ż-żmien ta' bejn meta wieħed japplika għal meta wieħed jingħata l-fabbrika kien sena u tliet xhur u aħna niżżilna ż-żmien b'iżjed min-nofs imma jien ma kontx sodisfatt.", "Illum bniedem għandu jkollu l-fabbrika topera fi żmien tliet xhur.", "Hekk isiru l-affarijiet bis-serjetà u l-MDC trid tagħraf li mhijiex gvern fi gvern u lanqas hija in isolation.", "Huwa veru li kif qal il- ministru ̧ il-kredu tagħha huwa li tattira investiment, fabbriki u manifattura imma min-naħa l-oħra ma tridx iżżomm il-karti ma' sidirha.", "Meta kont ministru jien kont nistaqsi kemm għandna fabbriki vojta pero' ma kenux jirrisponduni għax bla fabbrika ma tista' tagħmel xejn.", "Niftakar li meta kont ministru, ta' l-MDC lanqas kienu juruni l-minuti u kienu jgħiduli li ladarba ħadu l-ġurament, ma setgħux jagħmlu hekk.", "Pero' lanqas l-aġenda ma kienu jibgħatuli għax kienu jgħidu li huma indipendenti u kważi awtonomi.", "Per eżempju, ħafna drabi jien kont inservi biex nibni l- public relations ħalli nġib l-industrijalist f'Malta.", "Pero' wara li nkun ħajjartu u wara li nkun għamilt id-djalogi kollha neċessarji biex lil dan nipperswadih ̧ kont ngħaddih lill-MDC u lanqas inkun naf x'ġara għax dak kien sigriet.", "Niftakar ukoll li darba kien ġie wieħed jirringrazzjani u meta jien kont għidtlu li dik kienet xi ħaġa żgħira, qalli: X'ħaġa żgħira, għadni fejn kont!", "Ovvjament jien ma kontx naf l-affarijiet u dik hija l-verità.", "Jekk inti tkun integrat mad-direzzjoni amministrattiva tal-mument kif għandu jkun allura jrid ikun hemm aktar affjatament u fiduċja.", "Mhux sew li messaġġier li jagħmel il-photocopies kien ikun jaf ċerti affarijiet imbagħad qasam ta' l-MDC ma jkunx jaf x'qed jiġri f'qasam ieħor ta' l- istess MDC.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-one-stop-shop li aħna emminna fiha.", "Fil- fatt l-ewwel ħaġa li għamilna kważi erba' xhur wara li ħadna l-gvern - għalkemm il-gvern preċedenti kien beda din it-triq – kienet l-IPSE għax kien essenzjali li dan jiġi żviluppat għall-industrijalist iż-żgħir li kien iħossu skomdu fl-MDC.", "Jien ma ngħidx li aħna għamilna l-meravilji f'dik is- sena u nofs imma ngħid li għamilna ħafna iżjed milli sar f'dawn it-tliet snin u tan-naħa l-oħra sabu l-pedament lest.", "Almenu f'Ħal-Luqa qassamna l- plots u kellna l-pjanta u kienu se jibbenefikaw in-nies.", "Per eżempju ̧ minkejja li f'Ħal Far qassamna l-plots, ma sar xejn.", "Konna ppjanajna wkoll il-crafts village ta' Ta' Qali u konna għamilna door-to-door stocktaking tan-nies li hemm biex naraw dawn x'kienu se jieħdu pero' x'ġara?", "Il-crafts village li hemm f'Għawdex bdejnieh u spiċċajnieh bħala trial project imma l-gvern irid l-industrija għas-servizz taż-żgħir?", "Il- gvern irid joħroġ lin-nies tax-xogħol li jagħmlu l-ħoss miċ-ċentri ta' l- irħula u jpoġġihom f'postijiet aktar addattati fejn jistgħu jiżviluppaw it- talent tagħhom jew ma jridx?", "Meta tagħsar dak li qed igħidu ma ssib xejn.", "Ministru ieħor li huwa ħabib tiegħi – jien għandi ħafna ħbieb min-naħa l- oħra u dan ma nistħix ngħidu, anzi bil-maqlub – staqsieni jekk tkellimx tajjeb pero' jien għidtlu li dan biex jitkellem biss huwa tajjeb għax minkejja li jitkellem b'mod brillanti ̧ meta tara x'għamel ma ssib xejn.", "Dik hija l-problema li għandu dan il-gvern.", "Il-frott ta' tliet snin ta' dan il-gvern irid jidher u l-affarijiet imisshom diġà huma lesti.", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll il-cruise terminal li minkejja li kien ippjanat ̧ għaddew tliet snin u għadu ma nbediex.", "Il-proġett tal-Kottonera waqqfuna milli nagħmluh u s'issa għamlu marina u Casino.", "Huwa veru li dan huwa sabiħ – jien ma mortx imma qalu li huwa sabiħ – imma dan għandna wara tliet snin?!", "Kien hemm proġetti oħrajn li kienu se jikkreaw xogħol għan-nies li se jiġu bla xogħol u hawnhekk qed nirriferi għall-każ tat-tarzna.", "L-ewwel għandek tikkrea l-opportunitajiet u mbagħad tirristruttura mhux tirristruttura ̧ tagħtihom somma, jiekluha u mbagħad forsi ma jsibux xogħol.", "L-affarijiet qed isiru l-oppost.", "L-ewwel għandek tikkrea x-xogħol u mbagħad tirristruttura biex inti lil dak li rristrutturajt tkun assorbejtu, ħarriġtu u tajtu s-somma.", "Dan m'għandux isir biex dak li jkun ma jidħolx fis-servizz pubbliku imma biex isib xogħol mill-ewwel.", "Din mhijiex paparata bħal tal-containers fejn il-ħadid qabel ma jinħadem kien jiġi jiswa iżjed minn container lest fiċ-Ċina!", "Per eżempju, hawnhekk ma nistax ma nsemmix meta għidna li se nagħmlu l-fabbrika ta' l-MGM li tagħmel il- cranes biex nieħdu n-nies tax-shipbuilding u l-fabbrika biex tagħmel trid tkun kbira daqs Ħal Far!", "Niftakar li meta ġie Taljan li huwa l-kompetitur ewlieni ta' l-MGM qalilna li din il-fabbrika hija sabiħa imma biex tagħmel is-servicing u qalilna li wieħed ma jibnix crane crane.", "Qalilna wkoll li jekk irridu, rridu nħallsuh biex jixtri din il-fabbrika u biex jieħu l- ħaddiema u mhux iħallas biex jixtriha.", "Għalhekk l-affarijiet iridu jsiru bil-għaqal.", "M'hemmx dubju li l-intenzjoni tkun tajba imma mbagħad din trid tiġi sfruttata tajba.", "Ħaġa oħra li nixtieq nitkellem dwarha hija l-free trade agreements li huma problema.", "Meta kont ministru kien jirnexxili mmur f'ċerti pajjiżi u nħajjarhom biex jibdew jimportaw prodotti Maltin u kien hemm okkażjonijiet li dawn irnexxew.", "Per eżempju, l-Eġittu beda jimporta l-gallettini Maltin u t-Tuneżija bdiet timporta l-bottles tal-plastic żgħar li nixorbu l- ilma minnhom u mbagħad jonfħuhom hemmhekk.", "Pero' meta dawn jindunaw li f'daqqa waħda nkunu ppenetrajna s-suq tagħhom jibdew jagħmlu dazji ̧ levies u affarijiet biex ikissruk.", "Issa jien ngħid li biex l-amministrazzjoni Laburista tagħmel il-free trade agreement ma' l-Ewropa, trid tinsisti li t- trade agreements li għandha l-Ewropa jkunu japplikaw għal Malta wkoll.", "Din għandha tkun waħda mill-politika kardinali tal-Malta Labour Party f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjoni tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid hekk għax l-Unjoni Ewropea għandha 45 trattat ma' pajjiżi li mhumiex membri fl- Unjoni Ewropea u jekk tkun membru fl-Unjoni Ewropea inti tkun tista' tesporta lejn dawn il-pajjiżi.", "Mela dan huwa vantaġġ li tkun fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk il-partit Laburista li qed jgħid li għandna nkunu viċin l-Unjoni Ewropea imma mhux membri sħaħ irid jinnegozja li l-prodotti tagħna mhux biss jidħlu fl-Unjoni Ewropea imma jidħlu wkoll f'dawk il-pajjiżi u aħna nimportaw minn dawn il-pajjiżi wkoll mingħajr id-dazju ta' dawk il-pajjiżi li għandhom trade agreements ma' l-Unjoni Ewropea biex l-opportunità ta' l- esportazzjoni ma tkunx biss lejn l-Unjoni Ewropea.", "Illum lejn l-Unjoni Ewropea l-opportunità hija l-istess.", "Illum nesportaw bla dazju u ħlief għal xi affarijiet agrikoli ̧ ħut u affarijiet simili, nesportaw li rridu.", "L-importanti huwa li nibdew nesportaw lil pajjiżi bħal Thailand mingħajr ma din timponi d-dazji fuq il-prodotti Maltin.", "Għalhekk filwaqt li qed ninnegozjaw il-free trade agreement ma' l-Unjoni Ewropea, irridu ninsistu li l-agreements l-oħra jiġu applikati għalina wkoll.", "B'hekk aħna jkollna vantaġġ inkella nibqgħu fejn aħna.", "L-importanti huwa li aħna nesportaw mhux biss lejn dawk il-pajjiżi li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea, bħall- Polonja, imma li nesportaw ukoll lejn pajjiżi 'l barra mill-borders ta' l- Unjoni Ewropea u dawk it-trade agreements jiġu applikabbli għal Malta wkoll.", "Hemmhekk tkun il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni li tinnegozja kif imissu jinnegozja l-gvern fuq in-newtralità ta' Malta.", "Illum wara t-traġedja li ġrat fil-11 ta' Settembru, li wieħed ma jistax jiddeskrivi l-kruha tagħha ̧ aktar nafu xi tfisser li Malta tkun newtrali.", "Wara din id-data d-dinja nbidlet.", "Irridu napprezzaw li meta fl-1979 konna nitkellmu fuq in- newtralità kien hemm min kien ċiniku fuqha imma llum qed naraw kemm il- poplu Malti kien qed iħares 'il quddiem u 'l bogħod.", "Jien nistqarr li m'aħniex pajjiż newtrali fil-konfront tat-terroriżmu.", "Fil-konfront tat- terroriżmu m'hemmx newtralità imma fil-konfronti li jistgħu jinħolqu bejn il-pajjiżi, ikun għaqli li pajjiż bħal tagħna ̧ mingħajr armata ̧ ikollu n- newtralità.", "Ikun għaqli għall-gvern Nazzjonalista li lill-Ewropej jgħidilhom li jekk iridu lil Malta bħala l-parti viċin l-Afrika ̧ dawn iridu jiggarantulna n-newtralità u mhux jaċċettawha.", "Dawn aċċettaw in-newtralità ta' l-Awstrija u ta' l-Irlanda għax din m'hemm xejn fiha.", "Dawn jgħidulek iva u jagħmlu huma.", "Jekk dawn iridu jġibu xi ħaġa għall-pajjiż iridu jġibu lill-Unjoni Ewropea tiggarantixxi n-newtralità ta' Malta.", "Din tkun kapaċità tan-negotiating team imma s'issa l-Partit Nazzjonalista fil-gvern din l-idea skartaha.", "Din il-ħaġa misshom semmewha fil-bidu nett u misshom qalulhom li biex nidħlu membri fl-Unjoni Ewropea jridu jiggarantulna n- newtralità.", "Kif diġà għidt, din ma trid xejn biex taċċettaha.", "X'għamlu billi aċċettaw lill-Awstrija u lill-Irlanda?", "Jinqala' xi ħaġa u jħalluhom barra!", "Għalhekk huwa importanti li jagħtuna garanzija.", "Ħadd m'għandu jaħseb li dawn l-affarijiet ma jistgħux isiru għax meta l- gvern Laburista kien ipperswada lill-Italja u pajjiżi oħrajn jiggarantixxu n-newtralità ta' Malta kien qalilhom li dan ma kienx biss fl-interess tal- Maltin imma kien ukoll fl-interess tagħhom.", "Sur President ̧ nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nitkellem fuq il- qasam tal-freeport.", "Jien spjegajt ir-relazzjoni li għandu l-freeport ma' l-industrija imma naf li hemm ristrutturazzjoni biex il-qasam regolatorju u l-qasam operattiv jinbidlu.", "Hemm sussidjarji bħall-warehousing li ma nafx għaliex, tliet snin wara ̧ għadhom ma ġewx żviluppati meta dawn huma kollha mimlijin u għandek talba kbira għalihom.", "Dan huwa qasam li jrid jiġi żviluppat.", "Qalulna li l-oil tanking mar tajjeb u jien nawguralhom imma ma rridux ninsew li minkejja li t-throughput tal-freeport żdied ̧ dan għadu baxx.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-ammont ta' containers li jiġu handled kull siegħa.", "Jien ma rridx nikkompara lilna nfusna ma' l-Eġittu imma rrid nikkompara lilna nfusna ma' Hong Kong u Singapore.", "Fis-snin sittin aħna konna fil-livell tagħhom f'ċerti oqsma pero` huma sparaw u aħna tlaqna bil- mod.", "Dan mhuwiex mod li nissodisfaw lilna nfusna u ngħidu li qed intellgħu madwar 17-il container.", "Illum jekk iddawwar 17-il container f'siegħa, l-operator nagħtuh bonus żgħir biex nattirawh imma hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq l-ammonti ta' containers li jdawru fi freeports barra l- Mediterran.", "Barra l-Mediterran idawru madwar 32 container fis-siegħa u dik għandha tkun il-produzzjoni li għandna nimmiraw għaliha.", "Aħna niftaħru li l-Maltin huma kapaċi u li bħalhom ma nsibux pero' mbagħad meta niġu għal ċerti fatti nsibu li m'hemmx ir-rieda li nagħmlu aktar.", "Per eżempju, jekk aħna ntellgħu 17-il container fis-siegħa – għalkemm l- average huwa ta' xi 10 jew 12 - nagħtuhom bonus ta' xi 50c jew Lm1.", "Aħna għandna nammiraw għal 25 container jew għal 30 container fis-siegħa biex inkunu l-aktar freeport effiċjenti fil-Mediterran.", "Għaliex m'għandniex inkunu hekk?", "Aħna għandna makkinarju u cranes bħal ta' Singapore li huma i tal-kumpannija OMG li kienet reġistrata Malta.", "Allura dawn għandhom xi ħaġa aktar minna?", "Dawn għandhom etika ta' xogħol differenti?", "Fil-ħaddiema tagħna għandna ndaħħlu l-mentalità li aħna għandna nkunu l-ewlenin f'dan ix- xogħol.", "Sur President ̧ jien naħseb li l-freeport għandu potenzjal ħafna aktar milli qed jintuża.", "Meta konna fil-gvern ftaħarna li qlibna l-1 miljun TEU – dawn huma container turnarounds fis-sena – pero' għalkemm ħadt pjaċir b'dan, ma kontx sodisfatt.", "Biex il-freeport jiġi profitable irid ikollu bejn 1.7 miljun u 2 miljun TEUs fis-sena għax inkella dak l-investiment enormi li sar – forsi l-akbar investiment li qatt sar f'pajjiżna – ma jissarrafx.", "Issa hawnhekk hawn min jistaqsi: Il-portijiet jagħmlu l-qligħ?", "Huwa veru li dan il-proġett ekonomiku laqqagħna ma' 100 port mad-dinja kollha u allura l-esportazzjoni tal-prodotti Maltin u l-importazzjoni ta' ċerta materja prima ġiet faċilitata imma dan mhuwiex biżżejjed.", "Dak il-post irid ikun boost għall-ekonomija u mhux viċi-versa.", "Forsi jkun hawn min igħid li dawn issellfu mill-banek u kienu jagħmlu hekk anke fl-imgħoddi imma dan huwa sodisfazzjon?", "Is-sodisfazzjon ikun meta jkollok entitajiet u dawn jibdew jikkontribwixxu lill-pajjiż.", "Dawn suppost huma entitajiet li għandhom work ethics ġodda għax inbnew mill-qiegħ.", "Aħna ġibna fost l-aħjar linji, fosthom il-Hapag Lloyd u l-NYK pero' dawn irridu nkunu kapaċi nżommuhom u noffrulhom prodott aħjar ̧ iżjed effiċjenti u rridu nkunu kapaċi ndawrulhom il-vapuri tagħhom f'inqas milli jippretendu.", "Dawn huma l-affarijiet li naħseb li rridu nikkonċentraw fuqhom.", "Għalhekk ikun żball jekk il-freeport jiġi privatizzat issa għax dan il-mument mhuwiex idoneu.", "Qabel ma jsir dan il-pass għandhom jistudjaw il-parametri li jista' jkun hemm.", "Ta' min igħid ukoll li jekk se jintrabtu ma' linja ta' vapuri se jagħmlu żball għax jekk dik il-linja ta' vapuri tegħreq, il-freeport tagħna jegħreq magħha.", "Li tipparteċipa ma' linja ta' vapuri li jużaw linji differenti, jagħmel sens.", "Li tagħmel alleanza strateġika - bħalma kien se jsir meta konna fil-gvern aħna - ma' l-awtorità ta' Singapore u din għamlet ftehim ma' port fil-Jemen ̧ mal-port tagħna u ma' portijiet oħra jagħmel sens ukoll għax toffri servizz globali li l-ebda freeport illum ma joffrih.", "Dik kienet is-sbuħija ta' dak li konna qed nagħmlu għax konna se nidħlu f'alleanza u konna se noffru servizz globali li l-ebda freeport ma kien qed joffri.", "Illum il-kumpanniji tal-vapuri ngħaqdu ma' xulxin biex illum għandek ħames players ewlenin u l-freeports tad-dinja hekk iridu jiġu.", "Min ma jingħaqadx globalment ma jistax jilgħab.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li aħna ma konniex se nbigħuh imma konna se nikruh.", "Fil-fatt it-taħdidiet kienu għal żmien konsiderevoli u t-talba kienet li l-kera titħallas kollha bil-quddiem ̧ kif sar ma' port ieħor.", "Dan ifisser li l-post kien se jibqa' tagħna, konna se ndaħħlu flus aktar milli l-gvern se jdaħħal biċ-ċifra tal-privatisation ̧ konna se noffru servizz globali li ħadd ma kien se joffrih u fl-istess ħin konna se nikkreaw madwar 300 impjieg għax l-intenzjoni kienet li jkollna 2 miljun TEUs.", "Jien nawgura li l-gvern ikompli fuq il-passi li bdejna aħna għax il-kontinwità f'dan il-qasam ekonomiku hija mportanti ħafna.", "Huwa aktar diffiċli għal partit politiku biex ikompli fuq il-passi ta' l-avversarju tiegħu milli biex ibiddel.", "Meta tieħu l-poter f'idejk, kulħadd ikun iridek tbiddel pero' jien ngħid li hawnhekk wieħed għandu jara x'inhu tajjeb u jkompli fuqu u jara x'inhu ħażin u jbiddlu.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman ̧ l-għada li sar id-diskors tal-budget f'dan il-parlament, ħafna nies ġew mistoqsija x'jidhrilhom minnu u kulħadd beda jgħid li dan kien budget kosmetiku.", "Fil-fatt fil-wiċċ deher li dan il-budget kien qed jagħmel xi ħaġa pożittiva pero' fil-fatt ma kienx qed jindirizza l-problemi reali ta' dan il-pajjiż.", "Dan bħal tabib li jmur iżur pazjent marid b'marda gravi u minflok jara x'għandu u jagħtih il-kura li jkollu bżonn ̧ jagħmillu ftit blusher ħalli jħammarlu l-wardiet ta' wiċċu ħalli l-qraba tiegħu jgħidu kemm huwa tabib bravu.", "Għalhekk kellhom raġun dawk in-nies li ddeskrivew dan il-budget bħala wieħed kosmetiku.", "Waħda mill-akbar problemi li dan il-pajjiż qed jiffaċċja bħalissa huwa n- nuqqas ta' investiment ̧ kemm dak barrani kif ukoll dak lokali u ż-żewġ naħat tal-Kamra jafu li din hija problema kbira.", "In-nuqqas ta' investiment f'dan il-pajjiż ġej minħabba ħafna raġunijiet.", "Waħda mir-raġunijiet kbar li hawn dan in-nuqqas ta' investiment – dan igħiduh l-industrijalisti stess – hija li m'hawnx politika ċara dwar il-futur ta' dan il-pajjiż.", "Dan huwa tort tal-gvern Nazzjonalista għax lill-gvern aħna ftaħnielu għajnejh li l- politika dwar l-Unjoni Ewropea hija politika mgħaġġla u mhijiex adattata għal dan il-pajjiż.", "Lil dan il-gvern l-Ewropej igħidulu li qed jimxi tajjeb imma l-esiġenzi ta' dan il-pajjiż qed jiġu injorati minn dan il- gvern u minn fuq jattakkana li anke partiti soċjalisti huma favur l- Ewropa għax huma hekk jaqblilhom f'pajjiżhom.", "Problema oħra hija li l- fiduċja f'dan il-pajjiż naqset minħabba dawn ir-raġunijiet li semmejt.", "Raġuni oħra għalfejn dan il-budget ġie deskritt bħala kosmetiku kien minħabba li dan il-gvern qed jipprova jżid id-dħul tiegħu mhux billi jħeġġeġ l-ekonomija imma billi jagħmel miżuri ta' tassazzjoni iżjed effiċjenti.", "Huwa veru li din hija xi ħaġa effiċjenti pero' ma tridx issaħħaħ id-dħul tal-gvern billi tintaxxa liċ-ċittadini biss.", "Insejna kemm kienu jikkritikaw lill-gvernijiet Laburisti għax kienu jieħdu miżuri biex jindirizzaw din il-problema!", "Dawn mhumiex jiġġeneraw l-ekonomija u jaraw li d-dħul tal-gvern ikun ibbażat fuq ekonomija iżjed attiva.", "Din is-sena x'rajna?", "Din is-sena rajna l-esportazzjoni, l-importazzjoni u d-dħul minnhom jonqos.", "Dan ifisser li dak ix-shortfall li dan il-gvern mhux qed idaħħal minħabba li l-ekonomija qed tieħu nosedive għal isfel u l- gvern qed jipprova jġibu billi jagħmel xibka iżjed effiċjenti biex ħadd ma jiskappa mit-taxxi f'dan il-pajjiż.", "Dan huwa ħażin għax għalkemm tista' tiġi f'dan il-parlament u tiftaħar li qed iddaħħal iżjed taxxi ̧ mingħajr ma trid tkun qed tistaġna l-ekonomija.", "Jekk tibbaża d-dħul tat-taxxi tiegħek billi tagħfas liċ-ċittadin iżjed tkun qed tirranka biex l-ekonomija tieħu n- niżla għal isfel.", "Ħaġa oħra li n-nies ilmentaw dwarha – u għalhekk qalu li dan huwa budget kosmetiku - hija l-attitudni fuq l-għajnuna minn barra.", "Kulħadd jaf li l- unika direzzjoni ta' dan il-gvern hija dik ta' l-Unjoni Ewropea u minn din in-naħa tal-Kamra kemm-il darba ġbidna l-attenzjoni li minkejja li wiegħdu lill-poplu Malti li se jgħinu lill-ekonomija Maltija billi se jġibu f'Malta madwar Lm100 miljun – hekk kienu wegħduhom ta' l-Unjoni Ewropea – sibna li l-gvern Malti iżjed jonfoq flus biex jaderixxi ma' dak li jgħidulu l- Ewropej milli kien kapaċi jinnegozja biex iġib għajnuna minn barra.", "Din hija xi ħaġa ta' l-iskantament u tal-mistħija u dan ma jawgurax tajjeb għan- negozjar li hemm bżonn isir f'kull settur partikolari biex aħna nieħdu l- aħjar negozjati meta niġu biex nittrattaw ma' l-Ewropa.", "Qed nagħmlu iżjed taxxi fuq iċ-ċittadini biex imbagħad niftaħru li qed innaqqsu d- deficit finanzjarju.", "Din hija introduzzjoni ta' x'ħasbu n-nies fuq il-budget imma jekk wieħed jara kemm ivvota jew ma vvotax flus il-gvern fuq il-Maltacom, il-Water Services Corporation u l-Enemalta li jaqgħu taħt dan il-ministeru ̧ isib mera ta' l-ineffiċjenza u nuqqas ta' fokazzjoni fuq il-problemi reali ta' dan il-pajjiż u ta' dawn is-setturi.", "Jien se nibda billi nitkellem ftit fuq il-Maltacom li 60% ta' l-ishma tagħha huma tal-gvern.", "Il-gvern issa ma jistax ikompli jittraskura u jinjora r-responsabbiltajiet, ħżiena jew tajbin, ta' din il-korporazzjoni aktar u aktar meta din toffri servizz importanti għal dan il-pajjiż.", "Issa ħalli naraw daqsxejn x'qed jiġri fil-Maltacom u jekk dan li qed jiġri huwiex eżempju ta' kemm sejrin ħażin l-affarijiet f'dan il-pajjiż.", "Fl- aħħar ta' dan ix-xahar ħarġu r-riżultati tal-Maltacom u f'artiklu li kien hemm f' \"The Times\", li naħseb li rah kulħadd ̧ kien hemm li t-turnover tal- korporazzjoni żdied imma l-qligħ niżel – meta kkomparat mal-qligħ tas-sena l-oħra - minn Lm7.76 miljun għal Lm6.6 miljun jew għamel qabża 'l isfel ta' 15.3%.", "Il-profitti, qabel it-taxxa, għal dan il-perijodu niżlu bi 17.4%.", "Issa meta d-diriġenti tal-Maltacom ipprovaw ibenġluha biex jispjegaw għalfejn din il-korporazzjoni kbira importanti għal dan il-pajjiż ħadet din in-nosedive 'l isfel ma kenux konsistenti.", "Fil-fatt f'wieħed mill-ispjegazzjonijiet qalu li n-nuqqas ta' profitt kien minħabba investiment akbar fis-settur tal-go mobile jew fis-settur tat- telekomunikazzjoni mingħajr fili pero' mbagħad iżjed tard issib li waħda mir-raġunijiet kienet din:", "\"The group succeeded in increasing revenue, in containing certain costs and in yielding a higher return on financial fixed assets, the report says.", "However the increase in group administrative and distribution costs outweigh these positive results and a decrease of 4.4% was registered in profit from direct operations.", "Earnings per share went down from 7c7m to 6c5m.\".", "Filli qed igħidu li s-sena l-oħra sar investiment fil-go mobile u filli qed igħidu li l-costs ta' l-amministrazzjoni żdiedulhom.", "Din hija s- sitwazzjoni li għaddejja llum fil-Maltacom ̧ kumpannija li timpjega madwar 1, 000 ruħ.", "Minħabba l-politika ta' dan il-gvern li jilliberalizza b'pass mgħaġġel - hekk qed igħidulu ta' l-Unjoni Ewropea - kif tela' fil-gvern fl-1998 iddeċieda li minflok ineħħi l-monopolju sas-sena 2010 kif kien ippjana gvern Laburista, dan iddeċieda li l-monopolju jitneħħa sas-sena 2003 u allura daħħal il-kompetizzjoni kmieni.", "Għalhekk fost il-ħaddiema daħħal inċertezza kbira.", "Fil-fatt lil dawn il-ħaddiema qed igħidulhom li biex il- korporazzjoni tkun iżjed kompetittiva bilfors iridu jnaqqsuhom.", "Ovvjament dan mhux qed igħiduh lil kulħadd u issa niġi għal kif qed jaġixxu mal-ħaddiema li jippreferu huma u li jridu jmexxu 'l quddiem at all costs.", "Pero' lill-maġġor parti tal-ħaddiema qed igħidulhom biex jekk iridu jitilqu kmieni, jagħtuhom is-somma, irrispettivament jekk humiex ta' ċerta professjonalità jew le.", "Fil-fatt lil ħafna ħaddiema li għandhom esperjenza kbira qed iħeġġuhom biex jitilqu minn din il-korporazzjoni.", "Għalhekk jekk wieħed iħares lejn il-Maltacom bħalissa jsib li hemm inċertezza kbira u ħadd ma jaf x'se jiġri u dan huwa kollu tort tal- politika tal-gvern u tad-deċiżjonijiet bla sens u mgħaġġlin li jieħu.", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni wieġeb għall-budget wera l-fatti dwar kif hemm il- ħsieb li din il-korporazzjoni titkisser u tinqasam f'miljun biċċa.", "Quddiemi għandi ittra li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni diġà poġġiha fuq il- Mejda tal-Kamra u nħoss li huwa d-dmir tiegħi li nenfasizza dak li ried.", "Jekk wieħed jara l-flowsheet ta' kif riedu jaqsmu din il-kumpannija li għada pitgħada trid tikkompeti minħabba l-liberalizzazzjoni, jsib li dawn qed jipprovaw jagħmlu dissection sperimentali mingħajr esperjenza u proprju f'dan il-mument ta' inċertezza u nuqqas ta' fiduċja.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fil-mertu ta' jekk din hija xi ħaġa tajba għax lanqas huma ma jafu imma apparti minn dan.", "Jien niskanta kif dawn qed jipprovaw jagħmlu dan l- esperiment issa ̧ meta din il-korporazzjoni trid tikkompeti ma' lpup oħra li minflok isibu tfixkil, isibu l-għajnuna tal-gvern proprju biex jikkompetu ma' din il-korporazzjoni.", "Dan kollu qed joħloq ħafna inċertezza fost il- ħaddiema u dan kollu juri nuqqas ta' professjonalità fil-mod kif isiru l- affarijiet.", "Sur President ̧ filwaqt li l-maġġor parti tal-ħaddiema huma inċerti, mkissra u inkwetati dwar il-futur tagħhom ̧ hemm ħaddiema oħrajn li mhumiex.", "Qed ngħid hekk għax ħaddiema oħrajn ̧ b'daqqa ta' pinna, ingħataw pagi esaġerati, oxxeni u bla limitu.", "Hawnhekk għandi isem ta' wieħed li minn Novembru tas-sena l-oħra sa Mejju ta' din is-sena li qegħdin fiha ngħata erba' promozzjonijiet.", "Jekk irid il-ministru jien lest li nagħtih ismu imma naħseb li jaf għal min qed ngħid.", "Dan ingħata promozzjoni fit-8 ta' Novembru, promozzjoni oħra fl-1 ta' Jannar ̧ - l-awgurju għal din is-sena – ngħata promozzjoni oħra fl-10 ta' Jannar, jiġifieri għaxart ijiem wara u ingħata promozzjoni oħra fit-2 ta' Mejju.", "Ladarba dan ingħata żewġ promozzjonijiet fi żmien għaxart ijiem ma nafx għalfejn ma tawhx waħda u qabbżuh il-gradi l-oħra kollha!", "Membru minn din in-naħa tal-Kamra lill- ministru staqsieh jekk jistax jagħti spjegazzjonijiet għal dawn il- promozzjonijiet kollha pero' kulma qallu l-ministru huwa li din hija kumpannija privata – s'issa mhi privata xejn għax 40% biss ta' l-ishma huma privatizzati – u evita li jirrispondi.", "Sur President ̧ iċ-chairman tal-Maltacom qal li waħda mill-affarijiet li ġegħlithom jitilfu l-profitti hija l-administrative costs.", "Issa l- promozzjonijiet lin-nies li jaqblu magħhom u li għenu lill-partit biex jitla' fil-gvern ukoll jagħmlu parti minn dawn l-ispejjeż.", "Ikun tajjeb li l-investituri privati ta' dawk l-40% jkunu jafu x'qed jiġri fil-Maltacom, fejn huma l-administrative costs u għalfejn il-profitti huma neżlin 'l isfel.", "Nixtieq insemmi wkoll promozzjonijiet oħrajn ta' nies li f'daqqa waħda qed jitilgħu minn grad għal ieħor u li l-paga tagħhom titla' minn Lm6 ̧000 għal Lm9,000.", "Ikun tajjeb li nsemmi wkoll nies oħrajn mingħajr kwalifiki li jieħdu promozzjonijiet li ħaddieħor li għandu aktar kwalifiki, ma jxommhomx.", "Lil dawn jagħtuhom pagi fenomenali ̧ iżjed minn żewġ ministri f'daqqa.", "Mhux hekk biss, imma meta ministru ma jkunx fil-gvern jew il-prim ministru jneħħih ̧ dan ikollu jitlaq u jmur lura għax-xogħol li kien jagħmel qabel imma jekk xi ħadd jazzarda jneħħi lil dan il-bniedem li semmejt qabel mill-kariga, il-Maltacom trid tagħtih Lm70,000 għax hija marbuta b'kuntratt.", "Dan huwa l-mod kif jimxi dan il-gvern.", "Qed inġib dan l-eżempju mhux biss biex nuri kemm huma mexjin ħażin l- affarijiet fil-Maltacom imma biex nuri l-mod li bih huwa miexi dan il-gvern u biex nuri li dan huwa budget kosmetiku li jipprova jqarraq bil-poplu u jurih wiċċ b'ieħor.", "Issa dan il-bniedem li qed insemmi bħalissa x'għamel għall-Maltacom?", "Fil-bidu ta' din is-sena dan mar jiffirma ftehim mal- Priceclub mingħajr biss ma ra l-audited accounts tal-kumpannija, iffirmah bl-amment biex imbagħad meta l-kumpannija falliet, il-Maltacom daħlet f'bad debts ta' Lm860,000.", "Fil-fatt filwaqt li l-bad debts tal-Maltacom fl- ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra kien ta' Lm40,000 biss ̧ f'daqqa waħda tela' għall-figura eżorbitanti ta' iżjed minn Lm0.75 miljun.", "Huwa importanti li dan ikunu jafuh ix-shareholders privati.", "Imbagħad nipprovaw inkeċċu lill-ħaddiema 'l barra u ngħidulhom li l-kumpannija trid tkun kompetittiva u streamlined u allura min jista', għandu jitlaq u jwarrab allavolja jkollu l-kwalifiki.", "Dan il-gvern qed jipprova jmexxi lill-pajjiż mingħajr loġika u b'mod li ma jixraqx lill-poplu tagħna.", "Mhux ta' b'xejn li l-ishma ta' din il-korporazzjoni huma neżlin u kulħadd qed jisħet il-mument li xtara dawn l-ishma.", "Issa din il-korporazzjoni kienet fost l-aħjar f'dan il-pajjiż u kienet tikkontribwixxi ħafna.", "Jekk ngħinu l- kompetizzjoni u nkissru l-Maltacom is-settur tat-telekomunikazzjoni jista' jisfaxxa u jekk jiġri dan tbati l-ekonomija.", "Sur President ̧ nixtieq insemmi wkoll il-Malta Communications Authority li kienet ħaġa tajba.", "Ċerti miżuri ta' dik l-awtorità kienu tajbin għax li tipprova tifred il-funzjoni regolatorja mill-funzjoni operattiva hija xi ħaġa tajba imma din ma tagħmilhiex b'dak il-mod.", "Fil-fatt minn din in-naħa tal-Kamra kkritikajna l-mod kif saret dik l-awtorità.", "Ma kienx hemm għalfejn tagħmel dik il-hierarchy kollha biex imbagħad ̧ għal sena wara sena, tivvota l-flus għal dawn l-awtoritajiet.", "F'dan il-budget il-gvern qed jivvota Lm200 ̧000 għall-Malta Communications Authority meta qabel, għar- regolatur ̧ kien jonfoq is-somma ta' Lm30, 000.", "Mela huwa veru li kif għidna minn din in-naħa tal-Kamra li dawn l-awtoritajiet se jkunu ta' piżijiet kbar u sproporzjonati tal-funzjoni li jagħmlu f'dan il-pajjiż.", "Kellha raġun l-oppożizzjoni li tiġbed dan il-punt.", "Il-mod kif qed isiru l-affarijiet fil-Maltacom ma jawgurax tajjeb għall- mod kif dan il-gvern irid jipprivatizza jew ibigħ is-setturi ta' dan il- pajjiż u ta eżempju ħażin.", "Dan il-gvern għandu record ikrah ħafna fis- settur tal-privatizzazzjoni għax bil-mod mgħaġġel tiegħu qed jispiċċa biex ibigħ il-ġojjelli ta' dan il-pajjiż.", "Sur President, hawnhekk ma nistax ma nsemmix l-eżempju ikrah u s-sagrileġġ tal-Mid-Med Bank.", "Jien mhux se noqgħod nidħol f'dan is-suġġett għax il- poplu kollu jaf li sar żball kbir.", "Anke l-gvern jaf li sar żball kbir.", "Ħafna huma dawk li staqsew jekk issa huwiex żmien tajjeb li tipprivatizza b'dak il-mod jew jekk l-MIA hux se tiġi privatizzata bl-istess mod li bih ġie privatizzat il-Mid-Med Bank.", "Issa se nitkellem ftit fuq l-Enemalta.", "Waħda mill-miżuri li ħa dan il- gvern f'dan il-budget kienet li għolla ċertu tip ta' fuel u raħħas oħrajn.", "F'dan il-budget il-gvern iddeċieda li jgħolli d-diesel u l-leaded petrol u jraħħas l-unleaded petrol.", "Hija ħaġa tajba li raħas il-prezz ta' l- unleaded petrol u dan il-pass huwa eżattament il-kontra li ħa l-istess gvern sentejn ilu.", "Sentejn ilu dan il-gvern kien ħa l-pass bla sens li jgħolli l-unleaded petrol u jraħħas il-leaded petrol pero` aħna ta' din in- naħa tal-Kamra konna għidna li dan kien pass bla sens għax imur kontra l- ambjent u kontra dak li qaltlu l-Unjoni Ewropea.", "Pero` minn fuq il- ministru ta' l-ambjent ta' dak iż-żmien kien ġie jiddefendi dak il-pass.", "Mela llum il-pass li ħa dan il-gvern huwa ċertifikat ta' kemm kien żbaljat il-gvern Nazzjonalista sentejn ilu u kemm kien żbaljat il-ministru ta' l- ambjent stess.", "Illum is-settur ta' l-ambjent sejjer ħażin – qed niġu kkritikati anke mill-Unjoni Ewropea dwar dan - għax għandna ministru ta' l-ambjent li ma jafx jagħżel it-tajjeb mill-ħażin.", "Il-pass li tgħolli l-leaded petrol u traħħas l-unleaded petrol kien tajjeb minħabba l-effett ħażin li jagħmel iċ-ċomb fuq l-ambjent.", "Sur President, jekk imbagħad tħares lejn x'effett se jkollhom il-miżuri tal- budget issib li dawn m'humiex neutral.", "Qed ngħid dan għax minn dawn il- miżuri li ttieħdu, il-gvern se jiġbor iżjed taxxi b'detriment mhux biss għaċ-ċittadini nfushom imma wkoll għall-ekonomija.", "Ma rridux ninsew li l- aktar nies li jużaw id-diesel huma l-imprendituri ż-żgħar u huwa żgur li dawn il-miżuri se jolqtuhom ħażin.", "F'dan il-budget il-ministru tal-finanzi qal li mil-lum 'il quddiem ̧ il- gvern mhux se jiggarantixxi l-prezzijiet tal-fuel imma dawn se jkunu riflessjonijiet awtomatiċi mingħajr ilqugħ tal-prezzijiet fis-suq internazzjonali.", "Issa ta' min igħid li hemm żewġ fatturi li jaffettwaw dan il-prezz; il-prezz taż-żejt innifsu u kif jiġi mibjugħ mill-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt u l-valur tad-dollaru.", "Il-fatt li l-prezz tal-fuel ivarja minn ġurnata għal oħra skond dawn iż-żewġ fatturi insibuh f'pajjiżi kbar bħall-Italja u l-Ingilterra.", "Għal dawn il-pajjiżi jagħmel sens u ma jistgħux jagħmlu mod ieħor għax dawn tant huma pajjiżi kbar u tant ikun hemm kumpanniji differenti li jinnegozjaw fix-xiri u l-bejgħ tal-fuel li ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.", "Dan il-gvern ma jistax jifhem li fiċ-ċokon tagħna u fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha mhux bilfors huwa tajjeb li jikkopja dak li jiġri f'pajjiżi oħrajn.", "Ma jistax ikun li għax fl- Ingilterra hemm din il-miżura ̧ għandna ndaħħluha f'Malta.", "Wieħed ma jridx jinsa li aħna pajjiż żgħir – jien ngħid li aħna fortunati wkoll għax għandna korporazzjoni waħda li tixtri l-fuel u tbigħu – fejn il-gvern jistabbilizza l-prezz tal-fuel.", "Din tista' tkun xi ħaġa pożittiva għax ikollok ċerta sigurtà fil-prezzijiet u n-negozjanti u l-investituri jistgħu jserrħu rashom.", "L-investituri u n-negozjanti dan japprezzawh imma peress li dan il-gvern irid bilfors jikkopja lill-kbar u jrid jagħmel bħalhom ̧ daħħal din il-miżura.", "Din hija miżura li lill-gvern isserraħlu moħħu għax ifarfar ir-responsabilità u jekk il-prezz tal-fuel jogħla ̧ ngħadduh direttament fuq iċ-ċittadini u jekk il-prezz tal-fuel jorħos, noqogħdu nġibu mitt skuża għalfejn inkomplu jbigħuh bil-għoli.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-gvern u l-Enemalta jaraw li dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Il-gvern irid jara li l-konsumatur ikun protett b'mod immedjat u mhux jiġi tal-fuel jgħidli x'għandu jorħos u mbagħad il-konsumatur u n- negozjant jispiċċaw always taking the wrong end of the stick!", "Issa x'ġiegħel lil dan il-gvern jieħu din il-miżura?", "Jista' jkun li dan ħa xi tbeżbiża kbira għax iddeċieda li ma jkomplix fuq il-ftehim li għamel gvern Laburista?", "Il-gvern Laburista pprova jara kif jista' jġib l-aħjar kondizzjonijiet u l-aħjar prezzijiet biex tirbaħ Malta u ċ-ċittadini jkunu protetti.", "Dan il-ministru partikolari ddeċieda li jimxi mod ieħor bil- konsegwenza li daħal fi spejjeż kbar.", "Għalhekk ikun tajjeb li at this stage nistaqsi biex il-ministru, meta jiġi għall-winding up ta' din id- diskussjoni ̧ jagħti ftit spjegazzjoni dwar dan.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif f'paġna 253 f'daqqa waħda l-capital programme ta' l- electricity division se jitla' minn approved estimate ta' Lm7.8 miljun tas- sena l-oħra għal Lm19 miljun.", "Jien ngħid li bħala riżultat tat-tneħħija tal-hedging agreement il-gvern daħal fi spejjeż kbar u kull ċaqliq fil- prezzijiet għaddihom fuq il-konsumatur.", "Nixtieq ngħid ukoll li hija diżgrazzja kbira li nippretendu li nivvotaw fuq dawn l-estimi li jirrigwardaw il-Korporazzjoni Enemalta meta lanqas biss l- estimi tal-korporazzjoni għadhom ma tressqu f'dan il-parlament.", "Hija ħaġa tal-mistħija li jasal il-budget ̧ nitkellmu fuq miljuni kbar ta' liri li l- gvern irid jiddedika lil dan is-settur mingħajr ma rajna r-rapport tal- Korporazzjoni Enemalta fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa hawnhekk nixtieq infakkar li skond il-liġi dan ir-rapport suppost li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sa l-aħħar ta' Settembru għall-iskrutinju tal-membri biex imbagħad meta nitkellmu għallinqas inkunu nafu x'aħna ngħidu.", "Pero' l- gvern lanqas dik il-fakultà mhu qed jagħti lill-membri ta' din il-Kamra u kważi qed nitkellmu fl-għama.", "Għalhekk huwa tajjeb li nistaqsi lill- ministru x'qed jiġri fix-xogħol ta' l-Enemalta.", "Nixtieq nistaqsi wkoll x'qed jiġri mit-tunnel li suppost li qed issir bejn il-power station ta' Delimara u l-power station tal-Marsa biex meta jkun hemm qtugħ ta' dawl ̧ Malta ma tispiċċax bla dawl.", "Naħseb li x-xogħol miexi bil-mod wisq.", "Per eżempju, din is-sena ma kenitx inqas mis-sena l-oħra f'dawk li huma power cuts.", "Jekk wieħed iħares lejn il-gazzetti jsib li din kienet sena oħra li fiha anke l-industrijalisti lmentaw minn qtugħ ta' dawl.", "Kulħadd jaqbel li din hija xi ħaġa li għandna nirranġaw mill-iżjed żmien possibbli.", "Għalhekk nispera li fi żmien qasir il-ministru jpoġġi r-rapport ta' l- Enemalta fuq il-Mejda tal-Kamra biex inkunu nistgħu nidħlu iżjed fid- dettall fuq din il-korporazzjoni għax huwa żgur li fil-power station u fil- qasam tad-distribuzzjoni, l-affarijiet mhumiex mexjin sew.", "L-istess ngħid dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "L-estimi ta' din il- korporazzjoni diġà tressqu fuq il-Mejda tal-Kamra u d-diskussjoni diġà saret imma jkun tajjeb li nsemmu ċerti punti li ma tqajmux dakinhar.", "L-ewwel u qabel kollox iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li fil-qasam tad- distribuzzjoni ta' l-ilma ̧ il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet passi ta' gġant 'il quddiem mill-1996 'il hawn għax l-ilma li nipproduċu ma ħallietux jinħela, għalkemm għadna lura milli nilħqu t- targets tagħna.", "Fil-fatt kulħadd igħid li s-sistema tad-distribuzzjoni trid titjieb ̧ mhux biss biex ikollna inqas ħela ta' ilma imma biex ikollna flessibilità fid-distribuzzjoni ħalli wieħed ikun jista' jħallat l-ilma li nipproduċu mir-reverse osmosis ma' l-ilma ta' l-acquifer.", "Pero' f'dan il- budget x'qed naraw?", "Qed naraw li għal sena wara l-oħra ̧ il-vot fuq il- qasam tad-distribuzzjoni qed jonqos.", "Jien dan il-punt diġà qajjimtu meta ddiskutejna l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Il- ministru qalli li fir-rapport qed jingħad li l-affarijiet sejrin tajjeb imma meta naraw il-figuri nsibu li l-affarijiet mhux sejrin tajjeb u inqas flus qed jiġu dedikati għad-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "Jekk naraw x'kien approvat fil-budget tas-sena l-oħra nsibu li l- korporazzjoni nefqet is-somma ta' Lm1,675 ̧900.", "Dak kien l-estimu li suppost intnefaq pero' fil-qasam tad-distribuzzjoni ntnefaq inqas.", "Fil- fatt l-estimu għal din is-sena huwa inqas milli ntnefaq din is-sena.", "Din is-sitwazzjoni mhijiex tajba.", "Qalulna wkoll li m'hemmx flus u li ma jistgħux jagħmlu kollox f'daqqa.", "Meta l-gvern u l-poplu qed japprovalek li tonfoq ċertu ammont ta' flus u inti qed tonfoq inqas ̧ kif imbagħad tista' ġġib l-iskuża li l-affarijiet ma tistax tagħmilhom jew li m'għandekx flus biex tagħmilhom meta l-poplu qed jagħtik il-flus u inti ma tonfoqhomx?", "Din hija s-sitwazzjoni u meta wieħed jara x'extensions ta' mains qed isiru wieħed isib li għal sena wara oħra dawn qed jonqsu.", "Din il-kritika ma stajtx nagħmilha meta tkellimna fuq l-estimi tal-Water Services Corporation għax il-ministru nesa jpoġġi l-estimi nfushom fuq il-Mejda tal-Kamra u mbagħad kellna nirriferu għall-figuri tal-budget.", "Dik kienet ir-raġuni.", "Irrid insemmi wkoll in-nitrati u s-sadid fl-ilma u l-ħsara li dawn jagħmlu lill-bniedem.", "Ovvjament biex tattwa ċerti affarijiet irid ikollok il-flus ivvotati u dawn trid tonfoqhom pero' dan il-gvern mhuwiex qed jagħmel dan.", "Nixtieq nitkellem ftit ukoll fuq l-istorm water management.", "Fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra kien hemm kelliema jgħidu li f'dan il-pajjiż irridu nittrattaw l-istorm water li jinżel mix-xita u kemm huwa importanti li dan nużawh tajjeb u ma naħluhx.", "Għalhekk anke min-naħa l-oħra tal-Kamra jaqblu li fil-qasam ta' l-ilma jrid ikollok pjan komprensiv.", "Jekk wieħed iħares lejn dan il-budget isib li l-management tad-drenaġġ u l-management ta' l- ilma huwa mqassam fuq tliet ministeri.", "Pero' jekk wieħed iħares lejn x'se jintnefaq fuq l-istorm water management ma jsib xejn u allura nispera li l-ministru jwieġeb ftit fuq dan.", "Sur President, ma nixtieqx nieħu l-ħin ta' sieħbi pero' ma nistax nagħlaq jekk ma nsemmix każ ieħor dwar kif dan il-gvern imexxi l-korporazzjonijiet.", "Meta jien tkellimt fuq l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kont tajt prosit liċ-chairman ta' din il-korporazzjoni dwar il-mod li kien qed jittratta ma' kuntrattur tal-korporazzjoni li minkejja li huwa attivist Nazzjonalista u kien anke waddab ġebel fuq il-Laburisti, żammlu l-ħabel għax kien qed jisraq.", "Dan il-kuntrattur kien qed jagħmel xogħol bl- addoċċ, kien qed jitħallas iżjed u kellu ċertifikati ħżiena u meta mar biex jitħallas u talbuh ċertifikat biex jaraw jekk għamilx it-tarmac tat-toroq tajjeb, dan iffalsifika ċertifikat biex jitħallas.", "Pero' tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ndunaw u ma ħallsuhx u qalulu li jew iġib ċertifikat suret in-nies jew inkella ma kenux se jħallsuh.", "Imma peress li dan huwa bully Nazzjonalista minn Ħaż-Żebbuġ, dan sfronda l-bieb taċ-chairman ̧ tah xebgħa u saħansitra ndaħlet il-pulizija.", "Għalhekk meta jien ġejt hawnhekk kont għidt li minkejja li politikament ma naqblux, dan kien ħaqqu prosit għax kien qed jieqaf għall-ingann u għas-serq.", "Dan kien xi għaxart ijiem ilu.", "Minn dakinhar sal-lum lil dan il-kuntrattur bagħtulu ittra ̧ ħafrulu kollox u qalulu biex ikompli jagħmel dak li qed jagħmel u jħallsuh xorta.", "Din hija s-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż u nagħlaq hawnhekk.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President ̧ aktar kmieni din il-ġimgħa ̧ proprjament nhar is-Sibt li għadda meta konna qed niddiskutu l-voti tal-ministeru tal- finanzi spjegajt kif dan il-gvern qed iżid aktar taxxi fuq il-poplu.", "Tant hu hekk li fis-sena li ġejja dawn għandhom jiżdiedu b'madwar Lm60 miljun.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li at this point in time ̧ iż-żieda kollha li se jdaħħal il-gvern mit-tassazzjoni se tmur kollha biex jitħallsu l-interessi fuq id-dejn.", "Din hija s-sitwazzjoni li qegħdin fiha.", "Pero' donnu li fl-aħħar budget il-gvern qam mir-raqda u beda jirrealizza f'liema stat qegħdin u kif jista' jipprova jinċentiva s-settur tan-negozju.", "Ikun tajjeb li ngħidu li llum il-GDP naqset b'0.3% u dan meta l-Prim Ministru, fil-bidu ta' Settembru li għadda, qal li l-GDP kellu jikber b'4%.", "Mela mhux talli ma wasalniex għal dan it-tkabbir talli ċ-ċifri li għandna juruna li kellna tnaqqis ta' darbtejn wara xulxin fuq il-GDP.", "Nafu x'qed nagħmlu jew ma nafux?", "Il-kontribut tal-GDP bħala persentaġġ lejn in-nefqa pubblika żdied minn 40.6% għal 42.1% u nispera li mhux din hija d-direzzjoni t-tajba li wegħduna tan-naħa l-oħra.", "Sur President ̧ jien nixtieq indur dawra mal-miżuri li qed jieħu l-gvern ħalli naraw jekk dawn hux se jwassluna għal dak li qed nimmiraw għalih.", "Fl-opinjoni tiegħi ̧ dawn il-miżuri huma ftit wisq u saru tard ħafna u jekk wieħed janalizzahom isib li dawn huma soġġetti għal xi forma jew oħra ta' threshold.", "Barra minn hekk dawn ma jgħoddux għal kulħadd iżda jgħoddu biss għal dawk li jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-miżuri.", "Jien se nibda billi nitkellem ftit fuq it-tneħħija tal-kontijiet verifikati.", "F'dan il-budget qed jingħad li l-ewwelnett din se tapplika għall-kumpanniji b'turnover ta' mhux aktar minn 40%.", "Meta jien ipprovajt nara ftit kemm hawn kumpanniji li għandhom dan it-tip ta' turnover sibt li sa l-aħħar statistika li kien hemm ta' Diċembru ta' l-1997 kien hawn madwar 17,530.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jagħmel il-punt li din il- kondizzjoni mhi marbuta bl-ebda mod mal-profitti.", "Per eżempju ̧ jekk kumpannija b'turnover ta' Lm40 ̧000 tbigħ prodott li jħalli qligħ diċenti ta' 20% fuq il-bejgħ li jkollha, din tiġi li taqla' Lm8, 000.", "It-tieni kondizzjoni biex inti tikkwalifika ħalli ma toqgħodx tagħmel l- audited accounts hija li fil-balance sheet irid ikollok valur globali ta' mhux aktar minn Lm20, 000.", "Allura din se tkun tinkludi l-istock u l-assi tal-ħanut innifsu?", "Jekk inhu hekk ma nistax nimmaġina min se jibbenefika minn dawn l-iskemi.", "It-tielet kondizzjoni biex wieħed jibbenefika minn din il-miżura hija li wieħed irid ikollu medja ta' żewġ ħaddiema.", "Mela jekk negozju jkollu turnover ta' Lm40,000 bi qligħ ta' 20% fuq il-kummerċ tiegħu, b'żewġ impjegati b'paga ta' Lm4,000 kull wieħed, il-qligħ ta' 20% jispiċċa fix- xejn.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li ngħidu li biex tikkwalifika għal din il- miżura jrid ikollok mhux waħda minn dawn il-kriterji iżda t-tlieta f'daqqa.", "Allura min se jikkwalifika minn din il-miżura?", "Dawk li ngħidulhom dead companies, jiġifieri li għal xi raġuni jew oħra ma jridux jespandu jew ma jistgħux jimxu 'l quddiem?", "Ħafna drabi meta l-ministru tal-finanzi jelenka xi miżura ġdida jgħid kemm nies se jikkwalifikaw għaliha imma Alla jbierek fid-diskors ta' din is-sena ma nstema' xejn.", "Għalhekk ikun tajjeb li llum nistaqsi kemm se jkunu dawk li se jintlaqtu b'din il-miżura.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li jien m'inix kontra li jkun hemm relazzjoni bejn turnover u numru ta' impjiegi għax din hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil- fatt il-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, bi qbil mal-fond Ewropew ta' l- investiment, tieħu erba' temi mid-definizzjoni ta' l-SMEs.", "Dawn huma t- turnover ̧ l-impjiegi ̧ il-balance sheet u l-ammont ta' indipendenza u awtonomija li jista' jkollha l-kumpannija.", "Pero' l-enfasi hija dejjem fuq l-impjiegi.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent li l-miżuri ma jorbothomx biss mat-turnover.", "Sur President ̧ smajna li għal tliet snin bil-quddiem, negozjant jista' jasal fi qbil mad-dipartimenti tal-VAT u ta' l-income tax dwar kemm se jħallas VAT u kemm se jħallas income tax f'dawk is-snin.", "Dan il-ftehim huwa fuq id-dħul taxxabbli u t-taxxa dovuta fuqu.", "Jien l-ewwelnett ngħid li din hija ammissjoni indiretta tal-gvern tal-ġurnata u burokrazija kkawżata ̧ ħafna drabi, minnu u mill-introduzzjoni tal-VAT.", "F'dan il- parlament konna semmejna d-diffikultajiet li ġġib magħha s-sistema tal-VAT għax apparti l-burokrazija għandek l-element tal-compliance costs li jrid iġorrhom in-negozjant iż-żgħar.", "Issa hawnhekk wieħed bilfors ikollu jistaqsi: X'inhuma l-kriterji għal dan it-tip ta' ftehim għal tliet snin?", "Il-gvern qalilna b'dan?", "Xi ħadd jaf f'din il-Kamra?", "Sal-lum għadna ma nafu b'xejn.", "Jien ngħid li l- kriterju se jkun il-famuż benchmarking exercise li l-gvern kulma semma dwaru f'dan il-budget huwa Ii matul din is-sena għandu 19-il wieħed ippreparat.", "Jekk ikun hemm differenza bejn dak li jkun ġie miftiehem u dak li attwalment jinġabar, jidher li mhu se jiġri xejn.", "Pero' xorta trid tibgħat ir-return fl-aħħar tas-sena u nafu li ħafna azjendi diġà huma fil- pożizzjoni li jibgħatu l-VAT return fl-aħħar tas-sena.", "Peress li mhux qed jiġu mpoġġija l-cards on the table għal kulħadd naħseb li se jkun hemm il-periklu li jkun hemm ħafna diskrezzjoni f'idejn is-CIR.", "Aħna dejjem emminna li din hija perikoluża u dejjem ipprovajna neliminawha.", "Allura jista' jkun li sejrin lura għal xi pass simili?", "Sur President, kulmin hu fin-negozju jaf li jekk ix-xogħol amministrattiv mhux se tagħmlu eħfef ̧ mela l-burokrazija xorta hemm se tibqa' għax finalment kull return trid tintbagħat xorta waħda.", "Li se jiffrankaw ċerti nies huwa li minflok joqgħodu jibgħatu r-return kull erba' xhur, jibgħatuha fl-aħħar tas-sena.", "Pero' naħseb li ħafna nies xorta jippreferu li jibgħatuha on a quarterly basis.", "Sur President, qed jingħad li dak li ddaħħal aktar, trid tiddikjarah.", "Sa hawnhekk m'hawn xejn ħażin pero' mhuwiex ċar jekk tħallasx aktar taxxa fuqu jew le.", "Pero' r-return u x-xogħol marbut magħha xorta jrid isir.", "Allura huwa veru li dawn il-miżuri huma mmirati biex inneħħu l-burokrazija?", "Jekk ma ddaħħalx daqskemm tkun ftehemt mas-CIR ̧ x'jiġri?", "Se tieħu l-flus lura?", "Se jkun hemm miżuri ta' dan it-tip?", "Naħseb li huwa mportanti li jkollna ħafna aktar dettalji.", "Nixtieq nitkellem ftit ukoll fuq il-famużi thresholds u l-kwalifiki li jrid ikollok.", "L-ewwelnett ikun tajjeb li ngħidu li madwar 40% ta' l- intrapriżi qed taqtagħhom 'il barra mill-ewwel minn din is-sistema għax mhumiex fil-qasam tas-servizzi.", "Jien ngħid li din hija aktar immirata lejn il-professjonisti u dawk li jipprattikaw xi sengħa għal rashom.", "Per eżempju, dawk li għandhom x'jaqsmu ma' retail outlets u jbigħu xi prodott donnu li qed jiġu minsija kompetament u naħseb li għad irid ikun hemm ħafna affarijiet x'jiġu ċċarati dwar min xogħlu jikkonsisti kemm fil- bejgħ ta' prodott kif ukoll fuq servizzi u tiswijiet.", "Issa se niġi għall-miżura ta' l-eżenzjoni mill-income tax fuq investiment mill-ġdid ta' profitti fin-negozju.", "Din hija xi ħaġa li ilha tintalab mill- GRTU u min-nies oħra fil-qasam tan-negozju u mhijiex miżura għan-negozji ż- żgħar u s-self-employed kollha.", "Allura min se jibbenefika?", "Għandna li wieħed irid iħaddem medja ta' ħamsa min-nies biex f'każ li jrid jerġa' jinvesti ikun eżenti mill-income tax.", "Issa meta jien ipprovajt nara ftit statistika ħalli nara din xi tfisser eżattament sibt li madwar 95% ta' l- impriżi ż-żgħar f'pajjiżna jħaddmu inqas minn ħamsa min-nies jiġifieri dawn huma esklużi minn din il-miżura li suppost għandha toffri xi stimolu għall- ekonomija.", "Kriterju ieħor huwa li jrid ikollok turnover li ma jaqbiżx il-Lm100 ̧000 u hawnhekk jien se nerġa' norbot l-impjiegi mat-turnover.", "Jekk wieħed ikun jimpjega ħames impjegati b'medja ta' Lm4 ̧500 kull wieħed, ikollu Lm22,500 pagi biss.", "Issa jekk dan lill-gvern jagħtih 20% mill-profit margin, fuq Lm100 ̧000 għandu profitti daqs il-pagi.", "Mela fejn se jkun l-inċentiv kollu għal dawn in-nies?", "Meta tibqa' torbot mat-turnover u ma tħarisx lejn il-qligħ, ikollok dan il-periklu.", "Issa ejja nagħmlu mod li jirnexxielek tasal sa hawnhekk.", "F'dan il-każ qed jingħad li dak li se terġa' tinvesti fil-business trid tonfqu fl- informatika u tista' tnaqqsu mill-qligħ fl-istess sena.", "Finalment illum bniedem li jinvesti fl-informatika għandu depreciation over a period of years b'mod partikolari fuq computers diġà eżistenti.", "Issa hawnhek minflok għandek sistema ta' depreciation – hekk hu xieraq għax iż-żmenijiet inbidlu u f'sitt xhur computer jista' ma jkunx addattat għal dak li għandek bżonn fin-negozju – dak li tinvesti se jiġi mnaqqas at a point.", "Iżda biex tieħu l-eżenzjoni mill-income tax fuq reinvestment trid tissodisfa wkoll żewġ kondizzjonijiet oħra.", "Sur President, għandna wkoll li l-investiment irid isir fi tliet snin minn meta jsir il-bejgħ u din tifhimha u taċċettaha.", "L-ammont ta' spejjeż minfuq fuq makkinarju jrid jiġi ċċertifikat li se jkabbar u jiżviluppa n- negozju pero' hawnhekk jien nistaqsi: Minn min se jsir dan it-tip ta' ċertifikat?", "Se jkollna ħafna diskrezzjoni u ta' min jiġi aċċettat u ta' min ma jiġix?", "L-icing fuq il-cake qiegħda għas-self-employed għax f'dan il- budget għidna li biex inti tkun eżenti milli tibgħat kontijiet verifikati jrid ikollok il-kriterji li semmejna.", "Pero' hawnhekk lis-self-employed qed ngħidulhom li biex jikkwalifikaw għal din l-iskema jridu jibgħatu l- kontijiet verifikati.", "Allura aħna qed nipprovaw innaqqsu l-burokrazija jew inżiduha?", "Dawn l-affarijiet kollha juru li l-homework ma sarx bil- għaqal għax dawn lanqas huma stess ma jafu x'riżultati se jkollna.", "Sur President ̧ issemma li se jkun hemm is-set-offs bejn flus li għandhom x'jieħdu s-self-employed u l-impriżi ż-żgħar u flus li għandhom jagħtu lill- gvern.", "Kemm-il darba smajniha fid-diskors tal-budget din il-miżura?", "Din il-miżura tħaddmet diġà jiġifieri ma nafx għalfejn f'daqqa waħda qisna skoprejna dak li għidna li se nagħmlu madwar tliet snin ilu u ma seħħx.", "Allura b'din il-miżura se neliminaw il-burokrazija b'mod sistematiku?", "Liema huma d-dipartimenti li se jkunu nvoluti?", "Hemm xi koordinament li se jagħmel dan possibbli?", "Huwa tajjeb li forsi jkun hemm xi tentattiv biex dawn il-punti jiġu spjegati.", "Sur President, f'dan il-budget kellna l-miżura esklussiva li biex innaqqsu l-burokrazija tas-self-employed se nneħħu r-raba' kopja tad- dokumenti tad-dwana li tipprovdi għal ħlasijiet f'munita barranija.", "Jien ngħid li hija xi ħaġa tad-daħk li f'budget speech nirrapportaw oġġett li jista' jsir b'daqqa ta' pinna amministrattiva matul is-sena fost ħafna u ħafna affarijiet oħra biex innaqqsu l-burokrazija f'pajjiżna.", "Il-gvern qal li biex innaqqsu l-burokrazija se nibdew nagħmlu impatt amministrattiv u finanzjarju ta' xi jkunu l-liġijiet u r-regolamenti li jidħlu fil-pajjiż pero' dan missu għamlu qabel, partikolarment meta beda jimxi fid-direzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura dan il-gvern m'għamilx l- arranġamenti neċessarji dwar dak kollu li sar sal-lum f'dan is-sens?", "Imbagħad hemm miżuri oħrajn dwar dak li għandu x'jaqsam mal-Malta Enterprise Board li daħal fihom l-Onor.", "John Attard Montalto.", "Jien ngħid li din ma fiha xejn ħażin u hawnhekk nistgħu niġbru organizzazzjonijiet oħrajn bħall-METCO ̧ l-IPSE ̧ il-MIMCOL u l-MFSC.", "Jien ngħid li huwa importanti li jkun hemm il-koordinament imma rridu noqgħodu attenti għax mat-tibdil tal-gvern - partikolarment fejn kien hemm l-IPSE - kien hemm tentattivi biex din il-ħaġa taqbeż l-MDC u tispiċċa bħala eredità.", "Irridu noqgħodu attenti li l-miri jkunu li aħna nkunu effettivi aktar u li nolqtu fejn irridu imma l-identità ta' dawn l-istituzzjonijiet huma importanti li jibqgħu hemm.", "Issa se nitkellem fuq il-kwestjoni tat-tħajjir ta' investiment.", "Qed ngħidu li n-negozji ż-żgħar se jibdew jieħdu r-refunds lura fi żmien 30 jum mid- data tad-dikjarazzjoni ̧ basta din tkun saret fil-ħin.", "Pero' dan huwa dritt ta' dawn in-nies mhux qisu l-gvern se jagħtihom xi ħaġa.", "La jħallsu fiż- żmien stipulat inti se tagħtihom lura dak li huwa tagħhom fiż-żmien.", "Meta qed ngħidu 30 jum mhu qed ngħidu xejn ta' barra minn hawn.", "Taf x'ma għidniex?", "Fuq ir-refunds li qed idumu tant u tant xhur għal dawn in-nies u li ġarrbu t-tbatija li ġarrbu f'hekk u n-nuqqas ta' investiment ̧ min se jagħmel tajjeb għalih illum?", "X'garanzija għandhom li din il-miżura se tinżamm?", "Se jkun hemm imgħaxijiet meta jaqbżu t-30 ġurnata fuq dawn ir- refunds?", "M'għandna xejn hawnhekk il-ministru tal-finanzi u tajjeb li ngħidu li fl-introduzzjoni ta' l-income tax u fuq dak kollu marbut mat- tassazzjoni ̧ it-tendenza kienet li jingħataw l-imgħaxijiet meta l-gvern ikun tard.", "Allura hawnhekk se jsir l-istess?", "Għandna xi garanzija li l- gvern se jżomm din il-wegħda?", "Qed igħidu li se jħaffu l-appelli li hemm taħt il-VAT.", "Qed igħidulna li l- VAT fuq it-turiżmu se tibqa' l-istess pero' din ma nafx kif tista' telenkaha bħala xi miżura li se tħajjar l-investiment.", "Issemma wkoll il-punt tat-technology venture fund u li se jkun hemm Lm1 miljun li se jkunu marbutin għal dan it-tip ta' investiment.", "Ikun tajjeb li wieħed igħid li l-banek f'pajjiżna ilhom ħafna jersqu lejn dan għax illum mhux is-sigurtà biss hija importanti imma wkoll il-vijabilità.", "Ikun tajjeb li ngħidu wkoll li din il-miżura hija limitata biss għall-qasam tat-teknoloġija pero' jien nixtieq nistaqsi: Għalfejn għandna din il- limitazzjoni?", "Setturi oħrajn ma jimmeritawx l-istess trattament?", "Għandna wkoll it-tneħħija ta' 2.6% fuq l-assenjament ta' ċerti drittijiet li qed jgħidu li mhumiex drittijiet reali.", "Għalfejn qed isir dan?", "Dawn huma ftehim privat li llum it-tassazzjoni fuqhom qed tiġi evitata.", "Se ngħid xi ħaġa wkoll fuq is-sussidju fuq l-imgħax tal-banek għar- refurbishment tal-lukandi.", "Bħalissa dan huwa li rridu fis-settur tat- turiżmu?", "Nafu li bħalissa lanqas 50% ta' l-accommodation li għandna fil- pajjiż mhi qed tiġi mimlija minn sena għall-oħra?", "It-turisti mhux qed jiġu għax l-akkommodazzjoni mhijiex attraenti jew għax mhijiex refurbished biżżejjed?", "Jien ngħid li l-attenzjoni tmur fuq kif se nkunu aktar kompetittivi fuq il-pakkett li qed nippreżentaw u ċertament li dan irid jiġi dibattut taħt il-voti tal-ministeru tat-turiżmu.", "Qabel ma nikkonkludi nixtieq nitkellem fuq il-kumpanniji ta' ship management li għall-finijiet tat-taxxa jiġu trattati bħala international trading companies.", "Nixtieq insemmi wkoll it-tneħħija ta' l-underlying tax relief għall-kumpanniji internazzjonali u l-possibilità ta' istituzzjonijiet finanzjarji barranin li joperaw il-foreign income accounts.", "Dan mhuwiex ħażin imma kemm se tolqot nies minn din il-miżura mill-qasam tas-self-employed?", "Sur President ̧ mhux ta' b'xejn li minn Diċembru ta' l-1997 sa Settembru li għadda rajna tnaqqis ta' madwar 600 persuna fil-qasam tas-self-employed.", "Jien ngħid li dan kien tentattiv fjakk ta' dan il-gvern biex jistimula l- ekonomija li mhux biss hija staġnata imma hija wkoll rigressiva.", "Il-gvern għadu qed jibbaża wisq fuq il-ġbir aktar tat-taxxa mingħand l-istess setturi u ma jridx inaqqas jew jikkontrolla bis-serjetà l-infiq tiegħu u donnu li nduna li dak li ngħidulu aħna jagħmel sens.", "Jekk tkabbar l- ekonomija awtomatikament jikber il-ġid nazzjonali, jikber id-dħul tal- gvern u titnaqqas il-ħofra li ħafna minnha ħoloqha l-gvern preżenti.", "Finalment jikber il-ġid fost il-poplu.", "Dak li qed jagħmel il-gvern illum huwa ftit wisq pero' nemmen li bil-għaqal u bis-serjetà ta' gvern responsabbli ̧ is-sitwazzjoni tista' tiddawwar.", "Fil-preżent gvern Laburista ġdid biss jista' jkun li jdaħħal ħeġġa ̧ ideat u inizjattivi fis- settur tal-kummerċ u l-businesses iż-żgħar f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, fil-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nikkonċentra fuq il-qasam tal-konsumaturi.", "Naturalment dan il-ministeru jkopri aspetti li jolqtu bl-aktar mod dirett lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin u nista' ngħid li anke f'din il-parti ta' l-estimi finanzjarji nħossni diżappuntata ferm għaliex il-qasam tal- konsumaturi bl-ebda mod mhu qed jiġi indirizzat anzi pjuttost ngħid li hemm affarijiet moħbijin li għad irridu niskopruhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin u li se jaffettwaw bl-aktar mod ħażin lill-konsumaturi.", "Jien mhux se noqgħod ngħid li issa Malta għandha consumer policy mill-aqwa għax sa ċertu punt dak li enfasizzaw minn Brussels addottajnih kollox lock ̧ stock and barrel.", "Pero' jien se nitlaq mill-aktar punt bażiku li jġib fuq quddiem id-drittijiet tal-konsumaturi.", "Il-konsumaturi li huma ristretti finanzjarjament huma konsumaturi bla drittijiet u jien għalhekk se nitlaq minn dan il-punt bażiku.", "Fost il-prinċipji internazzjonali tal- moviment tal-konsumaturi internazzjonalment hemm the right to satisfaction of basic needs jiġifieri d-dritt li tissodisfa n-neċessitajiet bażiċi.", "Issa n-neċessitajiet bażiċi huma l-aċċess għall-ikel ta' kwalità u li jkun safe, l-aċċess li jkollok housing diċenti ̧ l-aċċess li jkollok edukazzjoni kif suppost u l-aċċess li jkollok mezzi tas-saħħa li jistgħu jikkurawk u li joffrulek edukazzjoni għall-prevenzjoni eċċ. Jien se nitkellem fuq dawn l-erba' pilastri u se nitlaq mill-punt ta' x'ġara matul din is-sena.", "Jien se nitkellem fuq analiżi li għamilt fuq dak li huwa retail price index u din ġibtha minn statistika maħruġa mill-gvern.", "Ovvjament dan ġie a konoxxenza tagħna ̧ għalkemm sfortunatament ċerta statistika ma tistax toqgħod fuqha għax jekk tħares lejn l-economic indicators li ħarġu ssib li hemm tabelli li qed jagħtu statistika ta' l-istess ħaġa li ma jaqblux ma' xulxin.", "Pero' jien iċċekkjajat l-istatistika li ġiet identifikata lili bħala l-waħda l-korretta u għamilt din l-analiżi biex inressaq għall- attenzjoni kemm attwalment il-konsumaturi Maltin għandhom verament id- dritt sagrosant tagħhom imħares mill-politika tal-gvern Nazzjonalista.", "Fir-retail price index ta' bejn Jannar u Settembru li għadda ssib affarijiet li verament għandhom għalfejn jinkwetawna.", "Naturalment dawn huma affarijiet li ma jissemmewx kull meta titħabbar l-istatistika.", "Kull meta r-retail price index joħroġ għall-pubbliku, fil-media nisimgħu – partikolarment il-media li hija forċina tal-gvern – kemm qed torħos il- ħajja u naturalment jikkwotaw biss l-average.", "Pero' biex tkun taf eżattament kif qed ikunu milqutin faxex sħaħ ta' konsumaturi li jaqgħu fil- faxex ta' isfel u l-faxex tan-nofs trid tanalizza anke l-commodity groups.", "Jien se nibda minn dak li għandu x'jaqsam ma' l-ikel.", "Fil-fatt kif hemm ikkalkolat fir-retail price index, il-commodity group jaqbad ġo fih 30% tax-xirja tagħna jiġifieri għal kull Lm100 li nonfqu ̧ 29.92% imorru fuq ikel.", "Mill-istatisitika tar-retail price index sibt li jekk aħna f'Diċembru tas-sena l-oħra konna qed nonfqu Lm1 fl-ikel, f'Settembru ta' din is-sena bdejna nonfqu Lm1.09c jiġifieri fuq xirja ta' ikel ta' Lm30 illum nonfqu – almenu sa Settembru li għadda – Lm32.76c ̧ żieda ta' Lm2.76c.", "Issa aħna nafu li f'familja normali b'żewġt itfal, Lm30 ikel fil-ġimgħa hija r-radda tas-salib.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet tal-merċa ̧ ħaxix u laħam.", "Issa se niġu għall-parti li għandha x'taqsam mal-housing.", "Mill-analiżi li għamilt sibt li jekk sa Diċembru konna nonfqu Lm1 f'housing ̧ sa Settembru ta' din is-sena konna qed nonfqu 0.16% aktar jiġifieri għal kull Lm100 housing qed inħallsu Lm1.60c aktar.", "Fuq appartament tal-gvern bi Lm300 kera qed inħallsu Lm4.50 aktar jiġifieri l-ħajja qed togħla daqshekk.", "Dan ifisser li l-konsumaturi Maltin kienu qed ikomplu jagħfsu u jirrestrinġu l-but tagħhom.", "Issa ħalli nieħdu l-edukazzjoni.", "Fuq kull Lm1 fl-edukazzjoni u f'rikreazzjoni li konna nonfqu sa Diċembru tas-sena l-oħra ̧ sa Settembru ta' din is-sena konna qed inħallsu sa 0.25% iżjed.", "L-istess ngħid għas-servizzi mediċi u mediċini.", "Kull Lm1 li konna nonfqu sa Diċembru tas-sena l-oħra, sa Settembru telgħet għal 0.19%.", "Naturalment jien qed insemmi dawn l-erba' oqsma bażiċi li mingħajrhom ma tistax tgħix b'mod diċenti jiġifieri meta inti tgħodd dawn l-erba' commodity groups issib li dawn jagħmlu 65.97% tar-retail price index u meta inti tikkalkula kollox issib li fuq 66% tax-xirja tagħna ̧ sa Settembru tas-sena li għaddiet ̧ il-ħajja żdieditilna bi Lm3.84c.", "Issa hawnhekk mhux qed ninkludu l-għafsa tal-piżijiet tat-taxxi eċċ. imma qed nieħdu biss dawn l- erba' commodity groups essenzjali biex in-nies ikunu jistgħu jgħixu b'mod dinjituż u b'livell ta' għajxien aċċettabbli.", "Allura meta tagħmel paragun mal-Lm1.50c żieda li ngħatat, hija farsa li tgħid li ħadd mhu qed igorr f'dan il-pajjiż jew li l-maġġoranza tan-nies mhux qed igorru.", "Naturalment tan-naħa l-oħra se jgħidulna li l-kalkolu taż-żieda li tingħata tmur fuq is- sena ta' qabel.", "Dan m'għandux x'jaqsam għax in-nies qed igħixu llum u din hija s-sitwazzjoni tagħhom tal-lum.", "Issa x'se jiġri din is-sena ̧ Sur President?", "L-ewwelnett through l-budget nafu li hemm madwar Lm60 miljun piżijiet ġodda ta' taxxi.", "Per eżempju, mid-driving licences se jkun hemm revenue ta' Lm900 ̧000 ̧ mill-passaporti se jkun hemm żieda ta' Lm80 ̧000 ̧ mit-tariffi fuq kuntratti notarili li jaffettwaw liż-żgħażagħ bil-kbir se jkun hemm madwar Lm60,000 żieda u mit- tariffi tal-qorti se jkun hemm madwar Lm800 ̧000 żieda.", "Hemm ukoll il- kwestjoni tal-patent and trademark fees fejn se jkun hemm żieda ta' madwar Lm104, 000.", "Imbagħad hemm id-deposit tal-waste u r-rubble li tela' b'Lm250, 000.", "Jien qed insemmi ftit affarijiet li se jkomplu jiżdiedu u m'hemmx dubju li dawn iż-żidiet se jgħaddu fuq il-konsumatur.", "Sur President ̧ jien ma semmejtx it-trasport u l-komunikazzjoni li żdiedu bi 3% ̧ minn Diċembru tas-sena l-oħra sa Settembru ta' din is-sena.", "Min għandu familja bit-tfal u ż-żgħażagħ li jmorru l-iskola jaf li t-trasport iridu jħallsuh u dan ikopri wkoll il-petrol eċċ.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-liberalizzazzjoni taż-żejt li tkellem fuqha fid- dettall l-Onor.", "Louis Buhagiar li għandha l-implikazzjonijiet tagħha wkoll.", "Fid-diskors tal-budget il-Ministru Dalli qal li issa l-kwestjoni tad-dawl u l-ilma mhux se tkun affettwata.", "Pero' dan kemm se jkun fit-tul?", "Jista' jkun li kif ġara matul is-snin li għaddew ̧ minn ġimgħa għal ġimgħa nistennew xi ħaġa ġdida?", "Barra minn hekk m'għandna xejn dwar meta rridu nikkonformaw kollox ma' l- Unjoni Ewropea.", "Per eżempju ̧ f'paġna 47 tar-regular report li ġie ppreżentat lill-Prim Ministru xi ħmistax ilu hemm miktub ċar u tond li:", "\"Although some progress has also been made in the field of VAT, further substantive challenges remain in this area.", "The main discrepancies between the Maltese VAT legislation and that of the Community relate to the application of rate and scope of exempt transactions.\".", "Dan x'ifisser?", "Dan ifisser li hemmhekk għad għandna grey area u li minkejja dak kollu li jgħid il-gvern, f'kull dokument li ssib ta' l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw taxxi diretti u indiretti, dejjem issib li l-Unjoni Ewropea dejjem qed timxi fit-triq li tarmonizza t-tax system tagħha.", "Għalhekk nixtieq inwissi lill-ministru biex fil-winding up igħidilna jekk meta niġu f'din il-qagħda hux se jkollna nagħmlu bħall-Irlandiżi, per eżempju ̧ u ngħollu r-rata tal-VAT.", "Fl-Irlanda li jħobbu jsemmuh ħafna, ir-rata tal-VAT hija ta' 21%.", "Per eżempju, fil-Portugall li huwa wieħed mill-inqas pajjiżi li pprogressaw fl-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-VAT hija ta' 17%.", "Dawn huma affarijiet li l-gvern jafhom tajjeb imma qatt ma jitkellem fuqhom.", "Ta' min igħid ukoll li f'ħafna mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, ħlief għal xi tnejn, il-VAT qiegħda wkoll fuq l-ikel u fuq il- mediċini.", "Issa ħalliha li darba smajna u darba anke rajniha miktuba fuq rapport li l-gvern se jitlob a transition period imma meta dan il-perijodu jgħaddi, x'se jiġri?", "Bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea ̧ it-taxxa tal-VAT trid tidħol ukoll fuq il-mediċini u l-ikel.", "Jien nixtieq ukoll li l-ministru, fil-winding up tiegħu, jgħidilna kif se tkun milquta l-kwestjoni tal-housing affordability f'pajjiżna.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-edukazzjoni.", "Jien hawnhekk ġibt miegħi kopja ta' x'kitbu l-MIC f'\"The Times\" fil-11 ta' Lulju tas-sena 2001 dwar l-università ta' Malta.", "Hawnhekk ingħad li:", "\"Another could be to introduce a tuition fee but this is difficult because the fees would also have to be applied to Maltese students.", "So a decision would need to be taken depending on the likely inflow of students.\".", "Dan l-artiklu li qed ninċita qed jagħti spjega sħiħa kemm Malta tista' tkun attraenti għall-istudenti barranin.", "Dan ifisser li l-gvern se jiddeċiedi li jdaħħal xi miżata għall-università biex tibbilanċja l-ispejjeż minħabba influss ta' studenti barranin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Din hija għafsa oħra fuq il-konsumaturi partikolarment dawk li jaqgħu taħt il-faxex iż-żgħar u l-faxex tan-nofs.", "Nisimgħu ħafna l-gvern jitkellem fuq il-kwalità eċċ. pero' jien ngħid li din hija daħka fil-wiċċ.", "Jekk ma neħdux ħsieb bis-serjetà l-interessi tal- konsumaturi biex verament ikollhom aċċess għal dak li huwa bażiku mhuwiex possibbli li nagħtuhom id-drittijiet tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Issa l-ħin għad-dispożizzjoni ta' l-oppożizzjoni skada u l- ħin li għad fadal huwa kollu allokat għall-gvern u jsir f'seduta oħra.", "Id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Bonnici sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla ̧ il-Ħamis, 6 ta' Diċembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2002", "Is-Seba' Jum Stabbilit (Kontinwazzjoni)", "Voti tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal- lejla, il-Ħamis, 6 ta' Diċembru ̧ 2001 ̧ fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Bonnici.", "Fin-12.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI BIL-MIKTUB", "UE - TARIFF QUOTA", "30114.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal- materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il- pajjiżi membri ta' l-UE mill-New Zealand?", "X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "F.A.M. - KORSIJIET", "30212.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa flus lill-forzi armati il-kors li attenda l-maġġur li qed insemmi separatament, ġo l-Ingilterra?", "Min liema vot ittieħdu dawn il-flus u kemm baqa flus għall-kumplament tal- fizjjali u membri tal-F.A.M. għal taħriġ barra min Malta wara li ntefqu dawn il-flus fuq il-persuna msemmija?", "Fuq liema kriterji intgħażel dan l-uffiċjal?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "UFFIĊJALI - KORS", "30213.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali li intbagħtu Sand Hurst għall-kors bażiku f'dawn l-aħħar 3 snin?", "Kemm hemm li inbgħatu aktar minn darba u kemm hemm li weħħlu jew ma spiccawx dan il-kors?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li fl-aħħar tliet snin b'kollox intbagħtu ħames uffiċjali tal-Forzi Armati.", "Minn dawn wieħed irritorna minħabba raġunijiet mediċi, u dan ma reġax intbagħat Sandhurst.", "FORZI ARMATI - FUEL", "30214.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm flus ivvotati għal fuel tal-ajruplani u il- helicopters tal-armata din is-sena?", "Kemm kien l-ammont ivvutat kull sena għall-aħħar 4 snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus ivvutati għall-helicopters u ajruplani tal-Forzi Armati (inklużi l-helicopters tal- Missjoni Militari Taljana) għal din is-sena kien ta' Lm124,055.", "L-ammonti vvutati għall-istess għan matul it-tliet snin ta' qabel kienu kif ġej:", "|2000 |Lm81,105 | |1999 |Lm86,430 | |1998 |Lm84,680 |", "FIZJALI TAL-ARMATA - KORS L-ITALJA", "30215.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm fizjjali tal-armata li qegħdin fuq kors ġewwa l- Italja illum?", "Kif intgħażlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li fil-preżent hemm fizzjal jattendi kors fl-Italja.", "L-għażla saret fuq dawn il-kriterji:-", "Kwalifiki u anzjanita`", "Il-Kariga li kien jokkupa meta saret l-għażla", "L-avvanzament tal-karriera militari", "Korsijiet militari li kien attenda sa dak iż-żmien Il-livell ta' edukazzjoni partikolarment fil-Lingwa Taljana", "SKWADRA MARITTIMA TAL-ARMATA - FUEL", "30216.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intuża fuel mil-iskwadra marittima tal-armata din is- sena?", "Kemm intuża mill-helicopter tal-armata u kemm sewa?", "Kemm intuża fuel mill-iskwadra tal-ajru tal-F.A.M. u kemm inħela mill- kumplament tal-karozzi u veikoli tal-FAM?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-użu ta' \"fuel\" sat-30 ta' Novembru 2001 kien:-", "|Skwadra Marittima |Lm145,729.3| | |9c | | | | |Skwadra ta' l-Ajru |Lm97,862.00| |inkluż il-helicopters|c | |Tal-Missjoni Militari| | |Taljana | | | | | | Vetturi |Lm66,000.00| |tal-Forzi Armati |c |", "ARMATA - UFFIĊJAL FI BRUSSELS", "30217.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażel l-uffiċjal tal-armata li ntbgħat Brussels?", "Ħarġu applikazzjonijiet għall dan il-post?", "Jekk iva kemm applikaw persuni?", "Kemm hija il-paga ta' l-uffiċjal li intbagħat u kemm tħallas flus f'allowances u għaliex, is-sena l-oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20010709_574d_par.doc", "date": "2001-07-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 574 It-Tnejn, 9 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 574", "It-Tnejn, 9 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "574", "It-Tnejn, 9 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 445", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 445", "TQEGĦID TA' KARTI 449", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROBATION (IT-TIENI QARI)", "PROBATION BILL (SECOND READING) 450", "AĠĠORNAMENT 469", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 474", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 573 li saret fis-6 ta' Lulju 2001, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĠUZTIZZJA U GVERN LOKALI – SAFAR UFFIĊJALI", "26818.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment kemm inħarġu biljetti għas-safar għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal- lum?", "Jista' jgħid ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il-biljetti ta' l-ajru?", "Kemm tħallset kull aġenzija għal dawn il- biljetti?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata mitluba fil- mistoqsija parlamentari 26818 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, din mhix risposta.", "Ma nistgħux naċċettaw li ma ningħtawx risposta għall-mistoqsijiet li nagħmlu.", "Qed nipprotesta bl- aktar mod formali kontra din ix-xejra ta' arroganza u qed insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Hawn sejħa għall-quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-6.10 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-Seduta tkompli.", "Ngħaddu għad-domanda li jmiss.", "L-Onor.", "Mizzi.", "TURIŻMU – SAFAR UFFIĊJALI", "26819.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment kemm inħarġu biljetti għas-safar għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Jista' jgħid ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il- biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija għal dawn il-biljetti?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Jien m'iniex sodisfatt li l-utilità ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba f'din il-mistoqsija tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – SAFAR UFFIĊJALI", "26820.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru bookings u kemm eventwalment inħarġu biljetti ta' l-ajru għall-ministeru u entitajiet li jqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju, 1999 sal- lum?", "Jista' jgħid ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il-biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija għal dawn il-biljetti?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien m'iniex sodisfatt li l-utilità ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil- mistoqsija parlamentari 26820 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar.", "MTARFA - DAR TA' L-ANZJANI", "26821.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25530?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Id-dar ta' l-Imtarfa ġiet mibnija f'żewġ fażijiet u l-ispiża rispettiva għamel tajjeb għaliha l-kumitat tal-welfare.", "Peress li preżentement il-files relatati ma' dan il-proġett jinsabu għand id-direttur tal-verifika, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti d-dettalji ta' l-ispiża totali f'dan l-istadju.", "In-numru ta' residenti attwali ġod-dar ta' l-Imtarfa huwa ta' 110.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jaf il-Viċi Prim Ministru – bil-permess tiegħu, peress li din il-mistoqsija m'hijiex relatata direttament mas-suġġett inkwestjoni - li f'April kien hemm xi applikazzjonijiet ta' single parents li sal-lum għadhom ma ġewx ipproċessati?", "Dawn il-persuni, ħafna minnhom ommijiet ....", "(Interruzzjonijiet) Jien għalhekk għedt bil-permess għax jekk jogħġbu ma jirrispondinix, ma ninsistix.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kieku min-naħa tagħna kellna napplikaw l-istanding orders bir-riga ta' l-Onor.", "Mizzi, naħseb li tliet kwarti tal-mistoqsijiet li nirċievu bil-miktub ma jkunux strettament in order!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Sta għall-Viċi Prim Ministru jekk jirrispondix jew le ladarba d-domanda m'hijiex relatata mad-domanda oriġinali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Mizzi qed joġġezzjona li nirrispondi għall-mistoqsija supplimentari li saritli, kulma jrid jagħmel hu li jgħidli biex fil-każ ngħid lill-Onor.", "Abela li hawn oġġezzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Toqgħodx iddawwar diskors!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, ma ndawwar xejn.", "MR SPEAKER: Inżommu l-ordni u nżommu s-serjetà, jekk jogħġobkom.", "Ikompli l-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, żgur li din in-naħa tal-Kamra trid li hawn ġew isiru l-affarijiet bis-serjetà.", "Issa biex inwieġeb għall- mistoqsija li qed jagħmel l-Onor.", "Abela, jekk fhimtu tajjeb, hu qed jirriferi probabbilment għall-applikazzjonijiet taċ-children allowance għax minn Marzu 'l quddiem jibda l-proċess biex kulħadd jerġa' japplika mill-ġdid għall-allowance.", "L-informazzjoni li għandi jien hi li ma kien hemm ebda dewmien fil-każ ta' processing ta' applikazzjonijiet taċ-children allowance, naturalment sakemm l-applikant ikun ta l-informazzjoni kollha li hija mitluba fil-formula.", "Naturalment jista' jkollok individwu li għandu negozju jew li huwa self- employed u dan ikun mistenni li jissottemetti lid-dipartiment ċerta informazzjoni, inkluż balance sheet jew rapport ta' profitti li jkunu ġew dikjarati matul is-sena ta' qabel, dawk ikunu jridu ċertu żmien biex jiġu vverifikati.", "Però su due piedi ma jirriżultalix li kien hemm xi dewmien partikolari fl-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet taċ-children allowance fil-kategorija ta' nies li semma' hu speċifikament.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każ partikolari nitolbu biex ma jiddejjaq xejn u jgħaddili l-informazzjoni ħalli nkun nista' nivverifika.", "GĦAWDEX – SAFAR UFFIĊJALI", "26822.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm saru bookings u kemm eventwalment inħarġu biljetti ta' l-ajru għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Tista' tgħid ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u minn fejn inxtraw il- biljetti?", "Kemm tħallset kull aġenzija għal dawn il-biljetti?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Jien m'iniex sodisfatta li l-utilità ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija parlamentari 26822 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, x'inhuma l-kummenti tal-Ministru dwar il- fatt li ħarġet enforcement notice fuq il-passaġġi li kienu saru fil-wied ta' San Blas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sur President, dawn l-insinwazzjonijiet l-Onor.", "Mizzi għamilhom anke fuq il-mezzi tax-xandir u nieħu gost li għandi l- opportunità li nwieġeb.", "L-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-passaġġ fir- raba' għall-bdiewa ta' San Blas.", "Il-passaġġ kien hemmhekk diġà u kulma għamilna kien li fuq talba tal-bdiewa irranġajna l-wiċċ.", "Naħseb li ma sar xejn ħażin għax b'dak li għamilna, il-passaġġ sar aktar aċċessibbli għall- bdiewa li jagħmlu użu minnu.", "Jien ma nara li m'għamilna xejn illegali għax tajna wiċċ biex il-passaġġ ikun aktar komdu għall-użu tal-bdiewa.", "Din kienet xi ħaġa li l-bdiewa kienu ilhom jistennewha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed tgħid li m'hemm xejn kontra l- liġi u kontra r-regolamenti, meta l-istess awtorità ta' l-ippjanar ħarġet kundanna u enforcement notice b'direct action?", "Kif tista' il-Ministru tasal biex tiġġustifika xogħol illegali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Biex inkunu aktar korretti, l-awtorità ta' l- ippjanar ma kkundannatx lill-ministeru għax m'huwiex il-ministeru li għamel l-applikazzjoni imma d-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi ġewwa Għawdex.", "Dak kollox!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-kundanna qiegħda fuq il-ministeru għal GĦawdex li ħa ħsieb li jagħmel ix-xogħol.", "Id-dokumentazzjoni kollha jien poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra biex il-Ministru tkun tista' taraha.", "Allura kif tibqa' tinsisti li tmur kontra l-liġi u tiġġustifika ruħha u tgħid li ma sar xejn ħażin meta l-awtorità ta' l-ippjanar diġà ħarġet enforcement notice, li issa qiegħda għad-direct action biex l-affarijiet jitreġġgħu lura?", "Kemm hija konxju l-Ministru li l-enforcement notice tgħid li hemm ħafna aktar ksur tal-liġi milli qed tgħid hi?", "Saħansitra anke l-ilma li jgħaddi minn ġol-widien ġie interrott u jingħad li diġa' saret ħsara kbira ambjentali li tirrikjedi ċertu expertise biex is-sitwazzjoni terġa' tiġi kif kienet.", "Tista' il-Ministru tgħidilna jekk tafx b'dan kollu u jekk hijiex qed tgħid li taqbel ma' l-affarijiet kif saru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Aħna nħallu lill-awtorità ta' l-ippjanar tieħu l- passi li jidhrilha xierqa u m'aħniex se nfixkluha milli tipproċedi fi triqtha.", "Pero' nassigura lill-Kamra u lil kull min qiegħed jismagħna li din l-esaġerazzjoni li qed ipinġi l-Onor.", "Mizzi hija kollha fantasija ta' moħħu u m'għandha x'taqsam xejn ma' xi villa li bena xi ħadd!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kwalunkwe irregolarita' l-oppożizzjoni tikkundannaha bla riżerva, imma jidher li min-naħa tal-gvern meta ssir xi ħaġa li tmur kontra l-liġi, jingħad li tkun saret sewwa.", "X'differenza!", "Ma jien qed nesaġera xejn għax mill-enforcement notice li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra joħroġ ċar li l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tesiġi li l-affarijiet jitreġġgħu lura.", "Allura l-Ministru se tibqa' ssostni li l-awtorità ta' l- ippjanar hija żbaljata?", "Kif tiġġustifika l-fatt li hi marret konta l-liġi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sur President, m'għandi xejn x'inżid ħlief nirrepeti li aħna m'aħniex se nfixklu lill-awtorità ta' l-ippjanar milli tipproċedi bil-mod li tħoss li għandha tipproċedi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru ma jidhrilhiex li fejn hemm ksur tal-liġi, speċjalment fejn jidħol l-ambjent, huwa fl-interess nazzjonali li nħallu li jsiru l-mistoqsijiet u mhux nippruvaw infixklu?", "Tikkundanna bla riżerva l- fatt li sar ksur tal-liġi u li sar xogħol kontra r-regolamenti ta' l- awtorità ta' l-ippjanar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien naħseb li qegħdin nirrepetu, però nżid ngħid biss li dak li sar huwa fl-interess nazzjonali għax il-bdiewa huma wkoll ċittadini ta' dan il-pajjiż.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'redikolaġni!", "INTERN – SAFAR UFFIĊJALI", "26823.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru bookings u kemm eventwalment inħarġu biljetti ta' l-ajru għall-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?", "Jista' jgħid ma' liema aġenzija saru dawn il-bookings u mingħand min inxtraw il- biljetti ta' l-ajru?", "Kemm tħallset kull aġenzija għal dawn il-biljetti?", "Għal liema destinazzjoni nħarġu l-biljetti?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Jien m`iniex sodisfatt li l- utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija parlamentari 26823 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar u sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar.", "RABAT/MOSTA: TRIQ ALAN FENECH - XOGĦLIJIET", "27017.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsir il- kordinament meħtieġ sabiex tiġi rranġata l-bankina zdingata li hemm fi Triq Alan Fenech?", "Peress li r-residenti qed jiffaċċjaw inkonvenjent kbir, jista' jara li l-awtoritajiet konċernati jwettqu x-xogħlijiet meħtieġa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol indikat jaqa` taħt ir- responsabbiltà tal-kunsill lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn il-każi jkunx hemm xi tip ta' komunikazzjoni bejn id-dipartiment u l-kunsill lokali konċernat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma nafx x'tip ta' komunikazzjoni qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Abela u ma nafx jekk fil-każ ta' Triq Alan Fenech kienx hemm xi komunikazzjoni partikolari, però naħseb li kull deputat ta' din il-Kamra għandu jkun jaf ukoll x'inhuma l-parametri tar- responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali.", "Nassumi li kull deputat ta' din il-Kamra jaf li l-bankini jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali u allura flok jagħmel domanda parlamentari biex ikollu x'jibgħat lill- kostitwenti tiegħu, jagħmel sew jekk ikellem lill-kunsilli lokali!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru qed jgħid li kull deputat għandu jgħaddi l-ilment tiegħu direttament lill-kunsill lokali.", "Forsi hekk għandu jsir, però xorta waħda jibqa' ma jħossx il-ħtieġa li jiġbed l-attenzjoni tal- kunsill partikolari u fl-istess ħin jindaga jekk hemmx xi problema partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Lill-Onor.", "Interpellant nassigurah li hemm kuntatt ma jaqta' qatt bejn id-dipartiment tat-toroq u l-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech, fil-qosor jekk jogħġbu.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, jien nieħu pjaċir bir-risposta tal-Ministru.", "Jaf li f'Birkirkara hemm triq li ilha sentejn maqlugħa u donnu ħadd mhu responsabbli?", "Issa nispera li meta jkunu lesti t-toroq, f'daqqa waħda ma jitfaċċax xi deputat jew ministru Nazzjonalista!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naħseb li jekk għandi niġu akkużat b'xi ħaġa għandi niġi akkużat bil-fatt li lanqas inkun preżenti fejn il-gvern ċentrali ikun qed jagħmel ix-xogħol, aħseb u ara kemm immur nidher fejn jagħmel ix-xogħol il-kunsill lokali!", "Veru li għandna diversi kunsilli lokali, b'mod partikolari fejn hemm maġġoranza Laburista, li ma jiddejqux jiffanfraw b'ħafna xogħol li jkun għamel il-gvern ċentrali!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar overtime maħdum bejn l-1997 u l-2001 minn draughtsmen fid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 27155;", "Tagħrif dwar overtime maħdum bejn l-1997 u l-2001 minn impjegati fis- segretarjat fid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 27158;", "Tagħrif dwar skema 7 ta' l-awtorita' tad-djar, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 27175; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol bejn Jannar u Mejju 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27219;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 163 ta' l-2001 - dangerous substances and preparations regulations, 2001;", "Avviż Legali Nru 165 ta' l-2001 - fertilisers regulations, 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 164 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jemendaw regolamenti dwar il-kontroll ta' xogħlijiet tan-nar u esplussivi oħra (emenda nru 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROBATION", "PROBATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Lulju, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, qed nieħu pjaċir li qed ningħata l- opportunita` li ngħaddi l-kummenti tiegħi dwar dan l-abbozz ta' liġi, anke għax xtaqt nagħmel xi suġġerimenti għall-konsiderazzjoni tal-Ministru.", "Hawn min iħares lejn abbozz ta' liġi bħal dan mil-lat leġislattiv pero` jien se nitkellem dwaru mil-lat soċjali.", "Hawn qegħdin nittrattaw is- sitwazzjoni ta' ċerti persuni li jkunu nstabu ħatja ta' xi reat li jkunu kkommettew u mbagħad sta għall-qorti fid-diskrezzjoni tagħha li tagħżel jekk dik il-persuna tintbagħatx il-ħabs jew inkella tingħatax probation, jiġifieri tingħata ċ-ċans li tirriforma ruħha filwaqt li tkun qed tagħti servizz lill-komunita`.", "Ħafna mill-każi li jitressqu quddiem il-qrati jkunu jikkonċernaw żgħażagħ li jew minħabba nuqqas ta' għaqal jew minħabba li jkunu għamluha ma' kumpannija ħażina jew inkella minħabba xi problemi fil-familja, ma jkunux assorbew dik l-edukazzjoni soċjali li jkunu ngħataw huma u jikbru sabiex jitilgħu ċittadini onesti.", "Naħseb li dan l-abbozz ta' liġi se jagħmel ħafna ġid, partikolarment fost iż-żgħażagħ li qed insemmi li ġieli jkunu għadhom taħt l-eta'.", "Fil-fatt ta' min jgħid ukoll li dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti importanza kbira għall-eta` ta' l-akkużat u l-leġislatur qed jagħmel dan sabiex lil dawk in-nies li fl-eta` bikrija tagħhom ikunu kkommettew xi reat u jinstabu ħatja, għallinqas jingħataw iċ-ċans li jirriformaw ruħhom.", "Minn dak li smajt s'issa, anke minn ċerti kummenti li ntqalu fuq ir-radju, jidher li r-reazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi għal dan l-abbozz ta' liġi ma tantx hija xi waħda pożittiva.", "Donnu li n-nies temmen li min jikkommetti ċertu tip ta' reat assoċjat mad-droga jkun qed joffendi lis- soċjeta` u għalhekk għandu jiġi kkastigat.", "Madanakollu jien ngħid li trid tkun ġenitur u tara lil xi wieħed minn uliedek jew lil xi ħadd mill-familja tiegħek isib ruħu kkundannat għal ċertu tul ta' żmien, biex tkun tista' tifhem verament xi tfisser kundanna ta' ħabs.", "Huwa veru li l-ħabs huwa wkoll faċilita` korrettiva - fil-fatt il-ħabs illum insibuh bħala l- faċilita` korrettiva ta' Kordin – u min ikun qiegħed hemmhekk suppost li ma jkunx qiegħed hemmhekk b'kastig imma jkun qiegħed hemmhekk biex jitrawwem ħalli meta joħroġ ma jerġax joffendi lis-soċjeta`.", "Jien wisq nibża' li l- poplu m'huwiex qiegħed jikkonsidra minn xiex ikollhom jgħaddu dawn il- persuni minħabba n-nuqqas ta' liberta` li jkollhom, Sur President.", "Fil-fatt il-poplu tant ma jikkonsidrahiex ħaġa bħal din li mhux l-ewwel darba li nisimgħu lin-nies jgħidu, per eżempju: Dak sentejn biss weħel?", "Imissu weħel għomru l-ħabs!", "Jew inkella: Illum Lm100 multa x'inhi?", "Dak imessu weħel il-ħabs!", "Ċertament dan m'huwiex raġunar ġust.", "Irridu nifhmu li riforma jew korrezzjoni mhux bilfors trid tingħata bejn l-erba' ħitan tal-ħabs.", "Jien naf li f'pajjiżna hemm imwaqqfa organizzazzjoni li qed tgħin ħafna lil dawk li jkunu jeħtieġu korrezzjoni, b'mod speċjali lil dawk li jkunu nstabu ħatja ta' pussess jew traffikar ta' droga, u dan qed tagħmlu billi qed tagħtihom kura u torganizzalhom ukoll numru ta' lectures biex tbegħidhom minn dak kollu li għandu x'jaqsam mad-droga.", "Madanakollu jien naħseb li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru għall-priġunieri tal- ħabs biss imma anke għal dawk li jkunu qegħdin taħt probation.", "Ħafna drabi s-serq qed ikun relatat mad-droga għax ġeneralment dawk iż-żgħażagħ li jkunu jabbużaw mid-droga, peress li din tiswa ħafna flus, jispiċċaw biex ikollhom jisirqu, speċjalment jekk ikunu ddejnu biex jakkwistaw id-droga.", "Li kieku ż-żgħażagħ iżommu f'moħħhom it-tagħlim li jkunu tawhom il-ġenituri u n-numru kbir ta' edukaturi li għandna fil-pajjiż - u hawn qed nirriferi kemm għall-edukaturi ta' l-iskola, kemm għall-edukaturi ta' l-għaqdiet kif ukoll għall-edukaturi li jitkellmu fuq il-media - bla dubju ta' xejn dawn jikbru b'valuri iktar sodi.", "Imma kif għedt diġa', ħafna żgħażagħ, forsi minħabba kumpannija ħażina u anke minħabba li jkunu ġejjin minn broken families u għalhekk ħajjithom tkun tirrifletti l-ambjent li jkunu trabbew fih, jagħżlu triq li xejn m'hi tajba, la għalihom u lanqas għal dawk ta' madwarhom.", "Għalhekk huwa importanti li l-ġenituri jkunu l-ewwel edukaturi ta' wliedhom.", "Kif għedt diġa', ġieli jkun hemm każi fejn il-ġenituri jkunu rabbew lil uliedhom bl-ikbar għożża u tawhom l-edukazzjoni kollha li għandhom bżonn u mbagħad f'daqqa waħda xi wieħed minn uliedhom jitlef il-boxxla jew inkella jiġi mġiegħel minn ħbiebu biex jikkommetti xi reat.", "F'każi bħal dawn il- ġenituri jgħaddu minn trawma.", "Terġa' billi aħna l-Maltin u l-Għawdxin nafu ħafna lil xulxin, nafu kemm ikun hawn għajdut u kemm isir tqasqis fil- pjazez u fil-ħwienet tax-xorb fuq dak u fuq l-ieħor.", "Bħallikieku dawk il- Maltin u l-Għawdxin li joqogħdu jitkażaw b'dak u bl-ieħor ma jafux li għada pitgħada wliedhom jistgħu jagħmlu l-istess ħaġa u allura anke huma jkollhom jgħaddu minn din it-trawma!", "F'Malta għandna r-rule of law u kulħadd irid iħallas ta' għemilu.", "F'għajnejn il-liġi kulħadd huwa ndaqs u kulmin jikkommetti xi reat għandu jiġi kkastigat, għalkemm il-kastig mhux neċessarjament jirriforma lil dak li jkun u jġiegħlu jindem għal dak li jkun għamel.", "Mr Speaker, fost affarijiet oħrajn l-abbozz ta' liġi se jwaqqaf dipartiment ġdid dwar il-probation, se jaħtar għadd suffiċjenti ta' persuni kkwalifikati bħala probation officers u se jwaqqaf ukoll bord ta' sorveljanza.", "Pero` l-iktar li se niffoka jien huwa fuq l-għadd ta' persuni kkwalifikati li jinħatru bħala probation officers.", "Ċertament biex persuna tiġi fdata li tieħu ħsieb lil xi ħadd li jkun ikkommetta reat, ikun x'ikun ir-reat, din il-persuna għandha tkun kwalifikata ħalli tkun kapaċi tirriforma lil dak l-individwu billi tagħtih pariri siewja.", "Għall-grazzja t'Alla, illum in-numru ta' social workers li għandna ġewwa l-pajjiż żdied, u dan grazzi għall-ħidma kbira li għamel Prof. John Rizzo Naudi, li ħadem kemm felaħ biex l-universita` ta' Malta tipprovdi korsijiet għal social workers.", "Fil-fatt pajjiżna għandu bżonn li jkollu korp ta' social workers li jkun kbir daqs kemm hu kbir il-korp tal-pulizija llum, mhux biss biex dawk in-nies jikkoreġu l-attitudni ta' dawk iż-żgħażagħ jew ta' dawk li jinstabu ħatja ta' xi reat, imma anke biex jagħtu counselling lill-anzjani u lil min iħoss ruħu waħdu.", "Issa l-importanti hu li naraw illi dawk li jinħatru bħala probation officers ikunu mħarrġin sew, anke billi dawn jingħataw korsijiet regolari fuq ix-xogħol tagħhom.", "L-Onor.", "Anglu Farrugia, li għamel diskors tajjeb ħafna, semma lis-Sur Cassar Naudi.", "Jien niftakar meta kont żgħir kienu jgħidulna li s-Sur Cassar Naudi huwa probation officer responsabbli minn xi 100 żagħżugħ u donnu hu biss kien kapaċi jagħmel dak ix-xogħol.", "Imma kif jista' jkun li persuna waħda tirriforma dan in-numru kbir ta' nies?", "Lil dan il-bniedem jien nammirah ħafna u nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjah ta' kemm ħadem u ta' kemm irriforma żgħażagħ.", "Fil-fatt illum il-ġurnata, is-Sur Cassar Naudi għandu jkun verament kburi għaliex ta kontribut kbir lis- soċjeta` Maltija.", "Naħseb li kulmin ġie fdat f'idejh ħadd minnhom ma ddispjaċih għax il-counselling tiegħu ħalla l-frott.", "Imma issa ħalli niġi għas-suġġerimenti li nixtieq nagħmel, Mr Speaker.", "Klawsola 6 tgħid illi jekk il-qorti jidhrilha li fiċ-ċirkostanzi ppreżentati lilha l-akkużat jinstab ħati, partikolarment jekk l-akkużat ikun taħt it-18-il sena, qabel tagħti s-sentenza tagħha ta' priġunerija, il- qorti tista' tqabbad lid-dipartiment dwar il-probation li se jitwaqqaf biex jipprepara rapport dwar dan l-akkużat.", "Pero` f'dan l-abbozz ta' liġi ma jistabilixxi mkien il-perijodu li għandu jittieħed biex isir dak ir- rapport.", "Fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk għandu jiġi stabilit perijodu ta' żmien, iktar u iktar meta l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jgħid li sakemm isir ir-rapport, il-qorti trid iżżomm lill-akkużat il-ħabs taħt arrest jew inkella tilliberah għal dak il-perijodu ta' żmien b'garanzija.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-garanzija, Sur President.", "Mhux kull min jinstab ħati jaffordja jew isib lil min iħallaslu l-pleġġ u huma ħafna li jkollhom jissellfu.", "Forsi min qed jismagħni jista' jgħid li qed inħenn iżżejjed għal dawn in-nies, pero` hawn min ma jidħolx f'piż żgħir biex ikun jista' jħallas il-pleġġ jew inkella l-garanzija, apparti l-ispejjeż l-oħra li jkollhom ta' l-avukati.", "Subklawsola (5) u l-proviso tagħha qed jgħidu wkoll li r-rapport li jsir dwar l-akkużat b'ordni tal-qorti għandu jiġi mgħoddi għand l-akkużat ukoll, u f'każ li l-akkużat ikollu inqas minn 16-il sena, dan ir-rapport irid jiġi kkomunikat lill-ġenituri tiegħu jew inkella lit-tutur tiegħu.", "Mr Speaker, klawsola 7 qed tgħid li meta l-ħati jinżamm taħt probation, dan għandu jiġi ssorveljat minn probation officer għal mhux inqas minn sena u għal mhux iktar minn tliet snin, pero` jekk persuna jkollha l-vizzju tad- droga mhux dejjem jirnexxielha teħles minn dan il-vizzju fi żmien tliet snin, lanqas jekk tidħol f'post ta' riabilitazzjoni.", "Huwa veru li r- riabilitazzjoni ta' persuna bil-vizzju tad-droga hija ta' sentejn, filwaqt li hawnhekk dan il-perijodu żdied għal tliet snin.", "Jien nissuġġerixxi biex wara kull sena matul dawn it-tliet snin, il-probation officer jagħmel rapport lill-qorti dwar il-ħati, speċjalment jekk dan ikun instab li jabbuża mid-droga jew inkella jkun instab li jkun ikkommetta reat relatat indirettament mad-droga, ħalli b'hekk il-qorti tinżamm informata dwaru.", "Il- liġi tgħid li meta tkun meħtieġa din is-sorveljanza, il-ħati ma jistax jibqa' residenti f'xi istituzzjoni għal iktar minn 12-il xahar.", "Pero` jien naħseb li dan ta' min wieħed jerġa' jikkonsidrah għax normalment il- korsijiet li jipprovdu dawk l-istituzzjonijiet li jirriabilitaw persuni li jkunu jabbużaw mid-droga jdumu sentejn.", "Paragrafu (b) ta' subklawsola (5) ta' klawsola 7 jgħid hekk:", "\"...", "Ordni ta' probation tista' tinkludi l-ħtieġa li l-ħati għandu jagħmel dik il-kura li ma tkunx għal żmien itwal minn dak ta' l-ordni jew taħt id-direttivi ta' xi persuna kwalifikati għaldaqshekk bil-għan li titjieb il-kondizzjoni mentali tal-ħati jew bil-għan li l-ħati jinħeles mill-vizzju tad-droga.\".", "Fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk m'għandux jissemma biss il-vizzju tad-droga imma anke għandna ndaħħlu l-vizzji ta' l-alkoħol u ta' l-azzard għax dawn komuni daqs il-vizzju tad-droga.", "Jekk wieħed iħares lejn subklawsola (6) ta' klawsola 7 jsib li din tgħid illi:", "\"Meta l-qorti tkun tqis li dik l-ordni tista' tgħin fir- riabilitazzjoni tal-ħati, hija tista' bħala kondizzjoni fl-ordni tal- probation tinkludi ordni li għal dak il-perjodu li ma jkunx jeċċedi sitt ġimgħat, min ikun taħt probation għandu, meta ma jkunx meħtieġ li jkun barra jaħdem jew jistudja, jippreżenta lilu nnifsu u jibqa' f'dawk l-istituzzjonijiet residenzjali hekk kif jistgħu jiġu approvati mill-ministru għal dak l-għan, b'dan li dik il-ħtieġa tista' tkun ristretta mill-qorti għas-Sibtijiet u l-vakanzi pubbliċi, u għall-ħin li jibda wara s-7.00 p.m. lejliet xi Sibt u btala pubblika.\".", "Min għamel id-drafting ta' dan l-abbozz ta' liġi daħal verament fil-fond tal-kunċett u ta kas l-aspett soċjali li ż-żgħażagħ jiltaqgħu l-iktar biex jorganizzaw reat fil-weekend.", "Pero` min-naħa l-oħra fl-opinjoni tiegħi m'għandniex inkunu restrittivi żżejjed u nesiġu li dan l-individwu ma jkun jista' joħroġ qatt is-Sibtijiet filgħaxija jew lejliet xi btala pubblika għal xi tliet snin sħaħ.", "Ma nafx iniex qed nissimpatizza żżejjed ma' dawn in-nies, pero` fl-opinjoni tiegħu għandna nagħtuhom ftit tal-liberta`, anke biex naraw kif iġibu ruħhom meta jkollhom ċerta liberta`.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 8 tgħid li:", "\"Ikun ukoll id-dmir ta' uffiċjal tal-probation li jistħarreġ, skond kull direttiva tal-qorti, x'ikunu ċ-ċirkostanzi jew l-ambjent domestiku ta' min ikun taħt probation, bil-għan li jgħin lill-qorti tistabilixxi l-iktar metodu adatt kif tittratta l-każ.\".", "Issa hawnhekk jien nixtieq nissuġġerixxi li tiżdied xi ħaġa oħra ma' din is- subklawsola, dik li l-probation officer jagħti l-għajnuna tiegħu lil dawk li jikkommettu reat meta jkunu għadhom taħt is-16-il sena, fosthom billi jitlob lis-surmast ta' l-iskola li jkunu jattendu biex jagħtih rapporti regolari dwarhom.", "Jien nemmen li dawk l-istudenti li jkollhom inqas minn 16-il sena u li jkunu kkommettew xi reat, m'għandhomx jiġu emarġinati fi skejjel apposta imma għandhom jitħalltu ma' studenti oħra u wara li jagħlqu s-16-il sena għandhom ikomplu jistudjaw, anke billi jsegwu xi kors minn dawk li toffri l-ETC jew inkella billi jattendu xi extended skill training scheme.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk probation officer ma jkollux biss dan ix- xogħol imma jkollu xogħlijiet oħra u allura jkollu iktar doveri u responsabbiltajiet x'jaqdi, m'għandux ikollu iktar minn tliet persuni taħt il-kustodja tiegħu, Sur President.", "Irridu ngħidu wkoll li sfortunatament, minkejja li dawk li jkollhom il- kondotta mċappsa jistgħu jkunu nies kapaċi u tas-sengħa, dawn ma jiġux impjegati malajr.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li jiġi ċċarat illi meta xi dipartiment tal-gvern jassenja lil xi persuna li tkun qiegħda taħt probation biex tagħti servizz fil-komunita`, din il-persuna għalkemm tkun qed taħdem mal-gvern, ma tkunx ġiet impjegata mal-gvern.", "Jiġifieri min jaħseb hekk ikun sejjer żbaljat.", "Jien nittama anke l-kunsilli lokali jibdew jieħdu l-briga li jiltaqgħu ma' dawn in-nies u jaraw x'abbiltajiet għandhom biex wara li jitkellmu mal-probation officers li jkunu qed jagħmlu monitoring tagħhom, jassenjawlhom xogħol li jkun adatt għalihom.", "Klawsola 24 tittratta dwar il-ħlas ta' danni.", "Fil-fatt l-avukati diġa` taw il-parir tagħhom fuq dan il-kunċett, li huwa kunċett ġdid għal pajjiżna.", "Fost affarijiet oħra din il-klawsola tgħid li:", "\"Meta l-qorti tagħmel ordni ta' probation, ordni ta' servizz fil- komunita`, ordni ta' probation u servizz, ordni għal liberazzjoni kondizzjonata jew meta tilibera lil xi ħati għal kollox, tista' mingħajr preġudizzju għall-poter li għandha dwar l-ispejjeż taħt l- artikoli 380 u 533 tal-Kodiċi Kriminali, tordna lill-ħati jħallas dawk id-danni għal xi feriment jew b'kumpens għal xi telfien hekk kif il- qorti jkun jidhrilha li jkun l-aktar raġonevoli.\".", "Hawnhekk il-gvern laqa' t-talba tal-poplu Malti u Għawdxi, li dejjem jisħaq illi kulmin jikkaġuna l-ħsara għandu jħallas għad-danni li jkun għamel lis- soċjeta`.", "Ikun tajjeb jekk il-poplu jifhem li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex qiegħed jissimpatizza jew inkella jaħfer lil dawk li jikkommettu xi reat imma qiegħed sempliċement jagħti ċans lil dawn il- persuni jirriformaw ruħhom f'ambjent 'il barra minn dak tal-ħabs.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nawgura lil dawk li xi darba jew oħra kkommettew xi reat u tpoġġew taħt probation biex jirriformaw ruħhom malajr kemm jista' jkun.", "Naturalment huma jridu jpattu għad-danni li kkawżaw lis-soċjeta` u l-gvern qiegħed jara li dawn ikunu taħt sorveljanza kontinwa għall-ġid tagħhom stess; għax b'hekk biss jistgħu jindmu mill-iżbalji li jkunu għamlu, jirriformaw ruħhom u jerġgħu jibdew ħajja ġdida mal-kumplament tas-soċjeta`.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, l-ewwelnett nibda biex ngħid bla ebda tlaqliq li għalkemm dan l-abbozz ta' liġi għandu ċerti toqob li wieħed jista' jevitahom, on the whole nistgħu ngħidu li huwa magħmul b'mod tajjeb, huwa komprensiv u jidher li qed iżomm l-elementi bażiċi ta' probation.", "Ta' min ifakkar li l-probation hija l-frott ta' ħsieb ġuridiku ġdid ta' x'għandha tkun piena jew x'għandu jkun l-iskop ġudizzjarju ta' piena f'soċjeta` moderna.", "Tradizzjonalment il-piena kellha żewġ għanijiet, l-għan retributtiv, jiġifieri li min jagħmel il-ħsara u jweġġa' lis-soċjeta` jiġi punit, u l- għan li l-piena sservi ta' deterrent biex in-nies ma jikkommettux reati.", "Pero` maż-żmien is-soċjetajiet moderni evolvew dan il-kunċett ta' piena u ddaħħal element ġdid, dak ta' riabilitazzjoni ta' min ikun instab ħati.", "Naturalment din ir-riabilitazzjoni għandha ssir mingħajr ma jitnaqqas l- element ta' deterrent.", "Jiġifieri l-Istat irid iżomm bilanċ biex filwaqt li jara li l-liġi tkun ħarxa biżżejjed biex tbeżża' lil dak li jkun milli jikkommetti reati, fl-istess ħin il-qrati għandhom jagħtu spazju biżżejjed biex min jinstab ħati, jingħata ċans jirriforma ruħu u jkun f'pożizzjoni li jerġa` jintegra ruħu fis-soċjeta`.", "B'hekk ikun qed isir ġid doppju għax ikun qed isir ġid lill-individwu u jkun qed isir ukoll ġid lis-soċjeta`, u fil-fatt dan huwa l-għan tal-probation.", "Ta' min ifakkar li l-Partit Laburista kien avant-garde f'kunċetti bħal dawn.", "Biżżejjed ngħid li kien il-gvern Laburista ta' l-1957, fiż-żmien li Ġuże` Cassar kien il-ministru tal-ġustizzja, li l-liġi tal-probation ġiet ippilotata għall-ewwel darba.", "Fil-fatt il-qrati tagħna ilhom minn dak iż- żmien jimplimentaw il-probation u jippruvaw jirriformaw lill-kriminali.", "Inħoss li nkun qed nonqos ukoll jekk hawnhekk ma nsemmix lill-mibki Mħallef Ġuże` Flores, li kien jippresjedi l-qorti kriminali ta' dak iż-żmien u li kien wieħed mill-ewwel imħallfin li kien jieħu l-inizjattiva li jipprova jirriforma lil dak li jkun.", "Fil-fatt għalkemm dak iż-żmien l-ex-imħallef Ġuże` Flores ma kellux l-għodda legali li teżisti llum, kien juri kompassjoni billi fost l-oħrajn kien jitkellem mal-kappillan, mat-teacher jew mal-persuna di fiducia ta' min jinstab ħati biex jekk jista' jkun dan jiġi megħjun jirriforma ruħu, iktar u iktar meta l-ħati jkun għadu żagħżugħ.", "L-Imħallef Flores baqa' rinomat sal-lum għall-approach ġdida li kien ħa fil-qorti kriminali.", "Naturalment wara Flores kien hemm bosta mħallfin oħra li għalkemm ma kellhomx il-liġi favur tagħhom minħabba li l-liġi kienet għadha riġida, ippruvaw esperimenti ġodda b'ċerta responsabbilta`.", "Fil-fatt sa ftit snin ilu l-maġistrati u l-imħallfin tal-qorti kriminali u tal-qorti ta' l-appell kienu għadhom qed jesperimentaw u dawn ma qagħdux lura milli jirrikmandaw lill-gvern u lil dan il-parlament biex il-liġi li titkellem dwar servizzi fil-komunita` tiġi emendata.", "Ċertament ta' min ifaħħar lil dawk il- maġistrati li ħassew il-bżonn li jkollhom dan il-poter ta' community service biex ikunu jistgħu jagħmlu ġustizzja verament.", "Saħansitra wħud mill-maġistrati kienu bold enough li bdew idaħħlu dan il-kunċett mingħajr ma kellhom l-ebda qafas legali biex jagħmlu dan, Sur President.", "Il-verita' hi li l-parlament qed jiġi mħajjar u nkoraġġit mill-organu ġudizzjarju biex jirriforma l-liġijiet - ħaġa tajba li jkollok il-qafas ġudizzjarju u l-qafas leġislattiv li jikkoperaw flimkien, għax il-parlament huwa l-organu li jgħaddi l-liġijiet u l-qorti tagħna hija l-organu li timplimenta dawn il-liġijiet fil-prattika - u tajjeb ukoll li dan il- parlament jagħti widen għall-komunikati u l-messaġġi li jibagħtu l-qrati tagħna.", "Fil-fatt il-qrati kemm-il darba jibagħtu messaġġi u komunikati lill-parlament fuq diversi aspetti tal-liġi, imma sfortunatament ħafna drabi l-parlament ma jagħtix kashom.", "Darba minnhom waqt li kont qed nitkellem f'aġġornament, kont irrikkmandajt li jitwaqqaf kumitat tal-Kamra biex jissindika d-deċiżjonijiet kostituzzjonali li jingħataw ħalli b'hekk il-parlament ikun jista' jikkonforma ruħu mingħajr dewmien, u kont irrikkmandajt ukoll li meta l-qrati tagħna jagħtu xi pariri, xi suġġerimenti jew xi sentenzi, dan il-kumitat jieħu nota tagħhom u jġibhom għad-diskussjoni quddiem il-Kamra.", "Mr Speaker, dak il-qafas tal-liġi li jikkonċerna l-probation ma tantx inbidel u dan għaliex dak li qegħdin inniżżlu fil-liġi llum, fil-prattika diġa` qed iseħħ mingħajr l-ebda qafas legali.", "Per eżempju, illum il-qrati tagħna diġa` qed jagħmlu l-pre-sentencing reports.", "Ċertament li din l-idea tal-pre-sentencing reports m'hijiex xi innovazzjoni u kulma għandna innovattiv illum huwa li qed nagħtuh qafas legali.", "Fil-fatt illum qed nemendaw il-liġi biex il-qorti titlob a pre-sentencing report u sakemm isir ir-rapport il-qorti żżomm lill-akkużat arrestat jew inkella tpoġġih taħt garanzija.", "L-Onor.", "Bonnici qal li l-garanzija tista' tikkaġuna problema finanzjarja, pero` l-garanzija mhux neċessarjament tkun waħda finanzjarja imma tista' tkun ukoll garanzija personali.", "Fl-opinjoni tiegħi, il- garanzija hija importanti għax fil-qorti kostituzzjonali ngħataw sentenzi - liema sentenzi ġew injorati minn dan il-parlament - li stabilew li meta l- qrati jiġu biex jagħtu garanzija pekunjarja, iridu jżommu f'moħħhom iċ- ċirkostanzi finanzjarji ta' dak li jkun.", "Sfortunatament ħafna drabi jingħataw is-sentenzi, jgħaddi ż-żmien u l-qrati jinsewhom, u għalkemm mhux bniedem legali, dak li qal l-Onor.", "Michael Bonnici li at some point għandna nsaħħu l-liġi għal dak li għandu x'jaqsam ma' garanziji ġudizzjarji waqt il-bail u affarijiet simili, jien naqbel miegħu assolutament.", "Subklawsola (5) ta' klawsola 7 tgħid li:", "\"Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita` ta' subartikolu (2) ta' dan l- artikolum, meta fil-fehma tal-qorti il-kondizzjoni mentali tal-ħati tkun tali li teħtieġ u li tista' tkun suxxettibbli għall-kura imma ma tkunx tali li tiġġustifika li jittieħdu xi miżuri jew proċeduri ...\",", "il-qorti tista' tordna li minflok ma l-ħati jingħata probation, jintbagħat għall-kura f'xi sptar jew f'xi istituzzjoni oħra.", "Jien naħseb li hawnhekk m'aħniex qed napprezzaw biżżejjed l-import ġuridiku u mingħajr ma jaf, il- Ministru Tonio Borg qiegħed kważi jdaħħal il-kunċett ta' diminished responsibility.", "Kif qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, hija sfortuna li fil-liġi tagħna l-konċett ta' diminished responsibility ma jeżistix, u għalhekk bis- sistema tagħna meta l-akkużat ikollu problema mentali, l-avukat difensur jiġi ffaċċjat minn problema serja.", "Għaliex?", "Għax jekk l-avukat jissottometti li l-klijent tiegħu hu miġnun jew inkella m'huwiex f'sensih, jekk il-qorti tagħtih raġun, dan jispiċċa l-isptar Monte Carmeli at the pleasure ta' l-Istat u dan jista' jdum hemm is-snin.", "Għalhekk ħafna drabi l-avukat difensur ikun jaqbillu ma jammettix l-istat mentali ta' l-akkużat.", "Darba kelli każ f'idejja ta' surġent li ovvjament m'iniex se nsemmi ismu.", "Fil-fatt niftakar li l-Onor.", "Jason Azzopardi kien responsabbli mill-appell ta' dan il-każ, li kien f'idejn l-Imħallef David Scicluna, li dak iż-żmien kien għadu maġistrat u kien wieħed mill-aqwa maġistrati li qatt kellna għaliex kien iħobb jieħu l-affarijiet mill-aspett uman.", "F'dan il-każ is- surġent, għalkemm kellu breakdown kbir, ma kienx miġnun u għalhekk il- maġistrat kien daħħal għall-ewwel darba l-kunċett tad-diminished responsabilty.", "Madanakollu l-qorti ta' l-appell kriminali, li kienet imxiet kelma b'kelma mal-liġi, kienet irrevokat dik is-sentenza b'tali mod li dan spiċċa biex tilef il-job u ma nafx jekk kienx ġie kkarċerat u rrovina ruħu.", "Veru li l-leġislatur hawnhekk m'huwiex qed idaħħal il- kunċett tad-diminished responsibility li jeżisti f'ħafna pajjiżi, imma qiegħed jagħti diskrezzjoni lill-qorti biex jekk jidhrilha li wieħed għandu verament problemi psikoloġiċi jew mentali, hija tkun tista' tieħu konoxxenza ta' dan il-fatt.", "L-avukat difensur ma jistax jgħid li l-klijent tiegħu m'huwiex ħati minħabba li għandu problema mentali, iżda wara s- sentenza, jiġifieri fit-trattazzjoni tal-piena, jista' jġib provi biex juri lill-ġudikant li l-ħati għandu problemi mentali.", "Il-ġudikant qiegħed jingħata wkoll il-poter li jqegħdu fuq probation, pero` dan jagħmlu b'ċerti kondizzjonijiet, fosthom per eżempju, bil-kondizzjoni li jagħmel ċertu perijodu ta' żmien fl-isptar Monte Carmeli.", "Nistgħu ngħidu li b'din il-klawsola l-Parlament qiegħed isodd toqba li teżisti fil-liġi tagħna indirettament, u din hija xi ħaġa li naqbel magħha.", "Li ma naqbilx huwa mal-perijodu taż-żmien tal-probation.", "S'issa dan il- perijodu ta' żmien dejjem kien sa tliet snin, u ma nistax nifhem għaliex m'għandux ikun itwal u m'għandux ikun, per eżempju, estiż għal ħames snin.", "Fil-fatt fl-Italja dan il-perijodu ta' żmien huwa ta' ħames snin.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Bonnici, persuna li jkollha problema ta' dipendenza fuq id- droga mhux dejjem jirnexxielha tegħleb din il-problema fi tliet snin, allavolja tkun qed issegwi xi programm ta' riabilitazzjoni, u għalhekk nirrikmanda lill-Ministru bil-qawwa kollha biex din il-klawsola tiġi emendata ħalli l-perijodu ta' tliet snin jiżdied.", "Dan huwa importanti li jsir, anke għaliex issa min jaf kemm għad irid jgħaddi żmien biex nerġgħu nemendaw il-liġijiet li jikkonċernaw lil dan il-qasam.", "Jien ma naqbilx lanqas ma' paragrafu (b) ta' subklawsola (4) ta' klawsola 7, li jgħid illi meta l-ħati jintbagħat jirrisjedi f'xi istituzzjoni, il-perijodu li huwa jista' jagħmel hemmhekk ma jridx ikun itul iktar minn 12-il xahar, għax fil- fehma tiegħi anke f'dan il-każ, dan il-perijodu għandu jiġi estiż għal tliet snin.", "Mr Speaker, kif nafu, ħafna drabi l-iktar ħaġa diffiċli m'hijiex li nilleġislaw imma li nwettqu dak li nkunu qed nilleġislaw fil-prattika, u hawn qed nirriferi partikolarment għall-kunċett tal-community service, li għadu konċett ġdid għaliha.", "Dan huwa kunċett tajjeb għax ġieli jkun hemm każi fejn ma jinħassx il-bżonn li jkun hemm probation officer fuq il-ħati, pero` mill-banda l-oħra lanqas ikun tajjeb li tagħtih conditional discharge għax inkella dan jista' jieħu l-impressjoni li ma jkun weħel xejn għall- ħsara li jkun għamel.", "Ara, bis-saħħa tal-community service, lil dak li jkun tkun qed tagħtih tagħlima li kulmin jagħmel xi forma ta' ħsara lis- soċjeta` jrid ipatti għaliha, pero` inti tkun qed tagħtih din it-tagħlima mingħajr ma tkun qed iċċappsu b'sentenza ta' ħabs.", "Fil-fatt iktar 'il quddiem se naraw li meta wieħed jingħata l-ordni li jagħmel xi community service, lanqas il-kondotta tiegħu ma titħammeġ, u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Imbagħad jekk dak li jkun jikser dik l-ordni ta' servizz li jingħata, huwa jista' jitressaq quddiem il-qorti u jeħel tar-reat li jkun għamel.", "Subklawsola (3) ta' klawsola 12 tgħid li jekk wieħed ikun diġa' qiegħed arrestat bla pleġġ jew ikun qiegħed b'detenzjoni, din l-ordni ta' servizz issir wara.", "Biex niftehmu, bniedem ma jistax ma jkunx affidabbli u fl- istess ħin tordnalu l-community service.", "Għalhekk jien naqbel li dawk li jkunu għadhom taħt arrest preventiv jew inkella li dawk li jkunu l-ħabs fuq xi reat li ma jkunx ta' ċerta portata, jingħataw l-ordni biex jagħmlu community service.", "Ara f'każ ta' bniedem li jkun qiegħed il-ħabs fuq reat serju u jkun baqagħlu snin il-ħabs, ma naħsibx li l-qrati għandhom jingħataw is-saħħa li jordnaw lil dan il-bniedem biex meta joħroġ mill-ħabs jagħmel numru ta' sigħat community service.", "Naturalment il-qorti tista' tagħti wkoll ordni ta' probation u ta' community service fl-istess ħin.", "Hawn ta' min jgħid li għalkemm l-ordni tal-probation ilha teżisti f'pajjiżna mill-1957, għal żmien twil ma kellniex probation officers.", "Imbagħad kien hemm żmien fejn bħala probation officer kellna biss bniedem wieħed: Joe Cassar Naudi - kien referee u ftit ilu kien anke s-sindku ta' l-Imsida - pero` għalkemm dan kien jaqdi dmiru sew bħala probation officer, kellu workload qawwija għax ħliefu ma kienx hemm bħala probation officer.", "Fil-fatt jien naħseb li l-liġi li għaddiet fl-1957 saret qabel żmienha għax wara li din il-liġi għaddiet u kien hemm żmien fejn kien hemm ċertu entużjażmu dwarha, imbagħad maż-żmien din bdiet tintesa tant li sa l-aħħar tas-snin sittin, sas-sebgħinijiet u l-bidu tas-snin tmenin, ftit kienu jiġu nnominati bħala probation officers.", "Sa ftit taż-żmien ilu, minkejja li l- imħallfin kienu jagħtu conditional discharge jew ordni ta' probation, ma kienx jinħass il-bżonn li l-ħatjin ikollhom probation officers fuqhom, sakemm imbagħad għamilna pass 'il quddiem billi rriformajna l-kariga ta' probation officer u ta' welfare officer, u minn dak iż-żmien 'il hawn iktar nies bdew jitħajru jilħqu bħala probation officers jew welfare officers.", "Fil-fatt illum nistgħu ngħidu li f'pajjiżna għandna diversi probation officers li huma nies ta' min ifaħħarhom għaliex huma professjonali u jagħmlu xogħolhom bis-serjeta`.", "L-Onor.", "Farrugia semma' l-victim-aggressor reconciliatory meetings fejn permezz ta' dawn il-laqgħat wieħed jipprova jlaqqa' u javviċina lill-vittma ma' l-aggressur.", "Fil-fatt l-iskop wara dawn il-meetings huwa li l- aggressur jibda jirrealizza u jirrikonoxxi l-ħażen tiegħu filwaqt li mill- banda l-oħra, il-fatt li l-vittma tiltaqa' ma' l-aggressur tagħha għandu jgħinha sabiex toħroġ mit-trawma li tkun għaddiet minnha.", "Bi pjaċir ngħid li llum tant għandna probation officers li jieħdu x-xogħol tagħhom bis- serjeta` li hemm uħud minnhom illi ħadu l-briga li jlaqqgħu lill-vittmi ma' l-aggressuri tagħhom mingħajr ma kellhom qafas legali ta' xejn.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq il-probation officers, ta' min jgħid li r- rapporti li jagħmlu dawn l-uffiċjali jkunu twal u dettaljati ferm.", "Fil- fatt il-probation officers jiltaqgħu ma' kulmin b'xi mod jew ieħor ikun involut fil-każ, anke jekk mhux direttament.", "Jiġifieri dawn ma jkellmux lill-vittmi biss imma anke lill-ġenituri tal-vittmi, lil qrabathom l-oħra u saħansitra lill-avukati tagħhom.", "Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li x-xogħol li jagħmlu l-probation officers huwa wieħed professjonali u għalhekk tajjeb li nagħtuhom iktar stima.", "Fil-fatt permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se jitwaqqaf ukoll dipartiment ġdid għas-servizzi tal-probation, bżonn li nħass fost l-oħrajn minħabba li llum il-probation officers m'humiex qegħdin iħossuhom stmati.", "Ma ninsewx li x-xogħol tal-probation officers huwa xogħol ta' responsabbilta` kbira.", "Fil-fatt biex wieħed jilħaq probation officer ikun irid jagħmel xi tliet snin jew erbgħa l-universita`, pero` minkejja dan kollu s'issa din il-kariga dejjem ġiet meqjusa bħala tas- second division - anke s-salary scale tagħhom hija baxxa ferm - u għalhekk illum qed jinħass il-bżonn li dawn l-uffiċjali jiġu apprezzati iktar mill- gvern.", "Wieħed jispera biss li dan l-abbozz ta' liġi jgħin sabiex il-kariga ta' probation officer tingħata rikonoxximent daqs professjonijiet oħra.", "Mr Speaker, lil dawk il-persuni li ma jkunux fdati l-qorti ma tagħtihomx biss ordni ta' probation, jiġifieri tordnalu li jkollu probation officer fuqu, imma tagħtihom ukoll ordni ta' servizz.", "Li ma naqbilx hawnhekk huwa li qed ngħidu li minflok ma l-maġistrat se jibda jinnomina lill-probation officer direttament, se jibda jinnomina lid-direttur.", "Intrinsikament probation officer huwa uffiċjal tal-qorti u għalhekk, fl-opinjoni tiegħi il- ġudikant għandu jkun liberu li jagħżel minn fost il-probation officers kollha dik il-persuna li l-iktar għandu fiduċja fiha.", "Jien naħseb li tkun qed tħaddem sistema żbaljata jekk il-leġislatur lill-qorti jimponilha lil min għandha tqabbad bħala probation officer.", "Wara kollox il-qorti hija organu ġudizzjarju indipendenti mill-Istat u fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħha, m'għandux ikollha ndħil minn xi dipartiment tal-gvern.", "Jekk qed nifhem sew, subklawsola (3) ta' klawsola 23 qed tgħid li min ikun taħt probation u jinġieb quddiem il-qorti b'offiża involontarja jew inkella bi ħsara involontarja, m'għandux jiġi akkużat bi ksur tal-probation.", "Jien naqbel ma' dan għax għalkemm min ikun qiegħed taħt probation għandu l- obbligu li ma jiksirx dik il-probation, min-naħa l-oħra jekk jikser il- probation b'reat involontarju, dan ir-reat m'għandux ikun meqjus bħala ksur tal-probation.", "Anzi jien kont immur oltre minn hekk u nispjega għaliex qed ngħid dan.", "Ħafna drabi l-maġistrati jiġu daharhom mal-ħajt għax minkejja li ġieli jkun hemm każi fejn iħossu l-bżonn li jagħtu probation oħra, il-liġi ma tippermettix li tingħata probation fuq oħra u allura l- maġistrat ikollu japplika klawsola 21 u lil dik il-persuna jwaħħalha multa.", "Jien ma narax li hu sew li l-liġi kważi qiegħda torbot idejn il-ġudikant billi filwaqt li dan ikun jixtieq jagħti lil dik il-persuna piena iktar ħarxa minn dik li jkun diġa' taha, il-liġi qed tillimitalu dan il-poter billi qed timponilu li jagħti piena inqas ħarxa.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk wieħed jingħata probation u jiksirha, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u speċjali, il-maġistrat jew l-imħallef għandu jkollu d-diskrezzjoni li jerġa' jagħmel ordni ta' probation oħra.", "L-aħħar aspett li nixtieq nitkellem dwaru jirrigwarda klawsola 24, li titkellem fuq il-kwestjoni ta' kumpens.", "Illum lil min jingħata probation, il-ġudikant jista' jġiegħlu jħallas kumpens sa massimu ta' Lm500.", "Qabel il- massimu ta' kumpens li ġudikant seta' jġiegħlu jħallas kien ta' Lm200 jew Lm300.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qegħdin indaħħlu kunċett ġdid imma qegħdin nestenduh.", "Fil-passat il-ġudikant ma kellux limitu ta' kemm jista' jordna bħala kumpens f'kawżi fejn tingħata sentenza sospiża, u għalhekk il- qorti ma setgħetx tagħti xi sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin lil bniedem li kien ħaqqu l-ħabs imma setgħet tordnalu biss li jħallas lura l- ħsara kollha li jkun ikkaġuna lill-parti l-oħra jew inkella li, per eżempju, iħallas lura dak li jkun seraq.", "Kif qiegħda l-liġi qisha l-istess bħal tas-suspended sentence.", "Issa l-Onor.", "Anġlu Farrugia, li jaħdem fil- kriminal, ħareġ bl-idea li l-parlament għandu jiffissa limitu ta' kemm il- qorti għandu jkollha poter tordna li jsir kumpens.", "Huwa qal li tkun esaġerata jekk biex tagħti probation, il-qorti tkun trid iġġiegħel lill- ħati jħallas lura, per eżempju, Lm10,000 għall-ħsara li jkun għamel, anke għaliex ħafna drabi l-ħati ma jkunx f'pożizzjoni li jħallas dawn il-flejjes kbar u għalhekk il-kollega tiegħi qal li l-aħjar ħaġa għandha tkun li jiġi ffissat limitu ta' Lm1,000 jew ta' Lm2,000.", "Jien ma naqbilx ma' dan għax nemmen li l-qrati għandu jkollhom poter bla limitu u jekk, per eżempju, bniedem jisraq b'Lm40,000 f'affarijiet, il-maġistrat għandu jingħata l- poter li lil dak li jkun, biex jagħtih il-probation, jordnalu li jħallas Lm40,000.", "Naturalment il-maġistrat mhux neċessarjament jagħti ordni ta' probation lill-ħati għax huwa jagħti ordni ta' probation biss meta jħoss il-bżonn.", "Ta' min jgħid ukoll li jekk id-difiża tirrileva li l-ħati m'għandux mezzi u l-maġistrat iħossu moralment konvint li għal dak il-każ għandu jagħti ordni ta' probation, huwa jista' jagħti ordni ta' probation xorta waħda mingħajr ma jagħti ordni ta' kumpens.", "Madanakollu jekk il-ħati jkun għamel xi serqa kbira, anke jekk il-maġistrat ma jkunx jaf jekk dan għandux mezzi jew le, għandu jkollu l-poter li jagħti ordni ta' probation mingħajr l-ebda limitu, u dan wara li jisma' s-sottomissjonijiet taż-żewġ partijiet, jiġifieri kemm tal-prosekuzzjoni kif ukoll tad-difiża.", "Hemm iktar affarijiet x'wieħed jista' jikkonsidra, bħal per eżempju, il-mod kif jiġu esegwiti s-sentenzi, u jien ma naqbel xejn mal-Ministru li dan għandu jkun debitu ċivili.", "Fil-fatt jekk dan ikun debitu ċivili, inkunu qed innaqqsu mill-iskop ta' l-istess abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Veru li l-Ministru Tonio Borg għandu esperjenza f'kawżi kostituzzjonali u kawżi taċ-ċivil, pero` fil-qasam kriminali m'huwiex daqstant prattikanti u m'għandux daqstant esperjenza.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia awguralu li wara li jagħmel karriera twila bħala ministru, għada pitgħada jsir imħallef.", "Darba kien hawn prim ministru li wara ftit kien appunta lilu nnifsu bħala mħallef, u hawn qed nirriferi għal Howard, pero` minn dakinhar 'il hawn għadda żmien mhux ħażin.", "Mr Speaker, il-punt li rrid nagħmel jien hu li normalment min iwettaq ċerti reati, bħal serq, frodi u forgery, mhux se jkollu assi fuq ismu.", "Min jiffroda u jinganna lin-nies żgur li mhux se jpoġġi l-flus ġo bank account jew imur għand broker biex jinvestihomlu imma jaħbihom.", "Għalhekk jekk isir debitu ċivili jkun ifisser li l-ġudikant jordna lill-ħati biex iħallas lura l-Lm10,000 li jkun iffroda lit-tali fi żmien sitt xhur - biex inġib eżempju - u jieqaf hemmhekk.", "Jiġifieri filwaqt li huwa veru li l-vittma tkun ingħatat flusha lura, min-naħa l-oħra l-ħati jkun iffranka l-ħabs.", "Fl- opinjoni tiegħi, dan m'hu xejn għajr daħk fil-wiċċ.", "Għalhekk jien nirrikmanda lill-Ministru bil-qawwa kollha li jerġa` jikkonsidra l-klawsola li titkellem dwar debitu ċivili u jemendaha b'mod li min jikser dak il- provvediment tal-qorti, ikun jista' jerġa' jidher quddiem il-maġistrat biex jekk il-maġistrat, wara li jara ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, iħoss li l- ordni li jkun ta ma tkunx ġiet aderita, ikollu d-dritt li jerġa' jirrikonsidra l-piena u jibagħtu l-ħabs.", "Bla ebda dubju, x'imkien irid ikun hemm sanzjoni kriminali għax inkella dik il-klawsola se tkun a dead letter.", "MR SPEAKER: Onor. Herrera, niġbidlek l-attenzjoni li l-40 minuta skadewlek u biex tkompli bl-intervent tiegħek għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nipproponi li l-Onor.", "Herrera jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Herrera jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fit-7.45 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, illum qed niddiskutu abbozz ta' liġi li fost affarijiet oħra jirrigwarda x-xogħol tal-probation officers.", "Jien niddeskrivi xogħol il-probation officers bħala vokazzjoni għax xogħolhom huwa vokazzjonali aktar minn ħaġa oħra.", "Din hija l-missjoni ta' nies dedikati li l-uniku għan tagħhom huwa li jaraw kif jagħmlu biex joħorġu t- tajjeb f'min ikun ikkundannat u jġorr ċerta stigma.", "Fil-fatt li kieku ma kienx għall-probation officers dawn in-nies jibqgħu jħammlu l-qiegħ.", "Niftakar f'każ li kelli ftit tax-xhur ilu ta' individwu li kien wasal fil- qiegħ tal-ħajja tiegħu fil-veru sens tal-kelma.", "Dan kien tiela' u nieżel il-qorti b'akkużi serji ħafna, sakemm fl-aħħar, wara li fetaħ qalbu miegħi u rrakkontali l-passat tiegħu, laqqajtu ma' probation officer.", "Ta' min jgħid li l-bidla li saret f'dan l-individwu minn meta beda jieħu ħsiebu dan il-probation officer kienet kbira u niftakru jgħidli li sakemm iltaqa' ma' dan il-probation officer, ma kien jara l-ebda skop għal ħajtu.", "Illum għall-mijiet ta' nies li jitressqu l-qorti akkużati fuq reati kriminali, hemm għaxar probation officers.", "Kull sena qed jiggradwaw numru ta' studenti f'dan il-qasam, u għalhekk tajjeb li nħeġġu u ninċentivaw ħafna iktar nies biex jidħlu għal dan il-kors għax iktar ma jilħqu probation officers, il-work load li dawn ikollhom iktar ikun jista' jitqassam aħjar.", "Għadni niftakarni qed nistudja appell kriminali ta' l- 1982 li kien deher quddiem l-Imħallef Gulia, wara li persuna kienet instabet ħatja mill-qorti tal-maġistrati u ġiet ikkundannata l-ħabs.", "Meta l-każ ġie quddiem il-qorti ta' l-appell, l-Imħallef Gulia kien qal - dan il- kliem jien nikkwotah f'kull kawża li jkolli ta' dan it-tip biex nuri kemm bniedem għandu jibbenefika mill-applikabilita` tal-liġi tal-probation - dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Persuna li tħabbat difrejha mal-liġi għall-ewwel darba għandha tingħata l-benefiċċju tal-Probation Act kważi bi dritt\".", "Sfortunatament mhux kull maġistrat jew imħallef segwa l-istess teorija, pero` ma jagħmlux ħażin il-qrati li jaraw li jagħtu l-benefiċċji li tipprovdi l-Probation Act lil kulmin iħabbat difru mal-liġi għall-ewwel darba.", "Is-sena l-oħra kelli f'idejja każ ta' tliet persuni li kienu ġew akkużati b'serqa aggravata, u lil dawn it-tliet persuni l-qorti tal-maġistrati sabithom ħatja u kkundannathom il-ħabs.", "Għalhekk aħna morna quddiem il- qorti ta' l-appell u b'xorti tajba l-imħallef kien laqa' mall-ewwel it- talba tagħna, li għandu jsir pre-sentencing inquiry report mill-probation officer konċernat fuq dawn it-tliet imputati.", "Fil-fatt il-probation officer li ġiet appuntata kienet litteralment daħlet b'ruħha u b'ġisimha f'dan il-każ fejn fost l-oħrajn kienet iltaqgħet ma' l-imputati, mal- ġenituri, ma' ħuthom, ma' l-għarajjes ma' min iħaddimhom u ma' l-extended families ta' dawn l-imputati sakemm finalment kienet għamlet rapport dwarhom fuq medda ta' xhur.", "Ta' min jgħid li l-imħallef tal-qorti ta' l- appell kien laqa' r-rikkmandazzjoni tagħha u biddel is-sentenza ta' ħabs għal waħda ta' tliet snin probation, u hawnhekk wieħed seta' jara l-bidla enormi li sseħħ fi bniedem li jkun ġie wiċċ imb'wiċċ mal-ġustizzja, liema bidla ġġiegħel lil dak li jkun jgħid \"daqshekk\" lill-kriminalita` u f'daqqa waħda jifhem li jrid itejjeb ħajtu, anke biex ma jkomplix jinkwieta lill- ġenituri, lil martu u lil ulied.", "Dan il-każ li semmejt għadu mpressjonat f'moħħi sal-lum għaliex dan kien eżempju ċar ta' kemm probation officer li jieħu xogħlu bis-serjeta` jista' jbiddel il-ħajja ta' dak li jkun.", "Fil-fatt li kieku ma kienx għal din il-probation officer u għall-perseveranza tagħha, ma kenitx issir dik il-bidla kollha f'dan l-individwu.", "Ta' min jgħid li din il-probation officer kienet saħansitra ħadet il-briga minn jeddha li tibqa' ssegwi lil dan l-individwu, anke wara li nqatgħet is- sentenza tal-qorti ta' l-appell.", "Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi tajjeb ħafna li wieħed jieħu gost jaqrah, u hawnhekk nixtieq nikkummenta fuq ċerti klawsoli li fil-fehma tiegħi għandhom bżonn jiġu mirquma xi ftit.", "Per eżempju, nixtieq nipproponi xi ħaġa dwar l-ammont ta' żmien ta' probation.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li mill-1952 sal-lum, il-perijodu operattiv ta' probation dejjem kien ta' massimu ta' tliet snin.", "Wieħed seta' jingħata jew probation għal mhux iktar minn tliet snin jew inkella jingħata conditional discharge, jiġifieri jiġi lliberat bil-kondizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor, dejjem għal mhux iktar minn tliet snin.", "Fl-1990 dan il-parlament introduċa s- suspended sentence fejn bniedem jingħata piena ta' ħabs li tkun sospiża, jiġifieri qisu b'mannara fuq rasu, u artiklu 28 tal-Kodiċi Kriminali jgħidlek li s-sentenza tista' tkun sospiża għal mhux iktar minn erba' snin.", "Fil-fatt jien naħseb li wasal iż-żmien illi anke l-perijodu ta' probation ma jibqax ta' tliet snin imma jiġi estiż għal erba' snin, anke għax dan ikun ifisser li l-probation officer ikollu medda itwal ta' snin biex isegwi l-andament tal-persuna li tkun fil-kustodja tiegħu.", "Ta' min jgħid li l- frekwenza tal-laqgħat bejn il-probationer u l-probation officer se jkunu iktar frekwenti fil-bidu tal-probation period, jiġifieri fl-ewwel sena jew fl-ewwel sitt xhur, milli fit-tielet u fir-raba' sena, u għalhekk naħseb li iktar u iktar ikun għaqli li nestendu l-probation period minn tlieta għal erba' snin.", "Matul dan id-dibattitu ssemma wkoll il-victim compensation.", "Għadni niftakar li meta fl-1998 kont ġejt elett fil-parlament, proprjament fit- tieni aġġornament li għamilt kont ipproponejt li f'Malta nintroduċu kemm il- community work kif ukoll il-kumpens għall-vittma.", "Statistika m'għandix imma naħseb li kont l-ewwel wieħed li pproponejt dawn iż-żewġ kunċetti matul din il-leġislatura, anke għax nemmen ħafna fihom.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jispjega kif se jsir ix-xogħol ta' supervision b'mod pjuttost dettaljat, u hawnhekk ta' min jgħid li pajjiżi bħad-Danimarka u l- Ingilterra, għandhom qafas dettaljat ħafna u b'saħħtu immens dwar il- community work.", "Il-qorti qed tingħata d-dritt", "li tordna community service u dan l-abbozz ta' liġi qed jispeċifika wkoll l- ammont ta' sigħat ta' community service.", "Fil-fatt klawsola 11 tgħid li l- community service m'għandux itul inqas minn 40 siegħa jew iktar minn 240 siegħa, pero` mill-banda l-oħra m'hijiex qed tispeċifika f'liema istituzzjonijiet għandu jsir dan ix-xogħol u għalhekk naħseb li ma' dan l- abbozz ta' liġi għandha tkun annessa skeda li tagħti indikazzjoni ta' wħud minn dawk l-istituzzjonijiet, fosthom istituti, djar għall-anzjani u ċentri oħra, li perjodikament jitolbu lill-ministru jew inkella lid-direttur tal- probation services biex isir xogħol mill-probationers.", "Naturalment din l- iskeda għandha tiġi updated b'mod regolari u l-għaqdiet inkwestjoni għandhom jiktbu lill-ministru jew inkella lid-direttur tal-probation services regolament dwar ix-xogħol li jkun meħtieġ li jsir fl-istituzzjoni konċernata għax ikun inutli li l-qorti tibgħat lil xi ħadd biex jagħmel community service f'istitut, post jew ċentru li ma jkollux bżonn li jsir xogħol fih.", "Mr Speaker, il-victim compensation huwa kunċett li joħloq bilanċ bejn l- interess tal-vittma u l-interess ta' l-akkużat.", "Ħalli nispjega x'irrid ngħid.", "Jekk jien niġi akkużat li għarraqt il-proprjeta` ta' ħaddieħor billi, per eżempju, tfajt iż-żebgħa mal-bieb ta' barra ta' dak li jkun, jekk jien ikun għad għandi eta` pjuttost żgħira u tkun l-ewwel darba li għamilt reat, probabbilment jew ningħata conditional discharge, jew probation jew inkella xi piena pekunjarja, imma tista' tgħid li bniedem qatt ma jintbagħat il-ħabs fuq reat bħal dak.", "Madanakollu l-vittma xorta waħda jkun irid jerġa' jiżbogħ il-bieb u jerġa' jirranġa l-faċċata.", "Ara bil-kunċett ta' victim compensation, il-qorti tista' tordna lill-imputat biex jagħmel tajjeb għall-ħsara li jkun ikkaġuna u jekk ma jagħmilx hekk jintbagħat il-ħabs.", "Il-qorti tagħtih ukoll perijodu ta' żmien li fih irid jagħmel ix-xogħol, u fil-fatt klawsola 14 tispeċifika li:", "\"...", "The work to be performed under a community service order shall be performed in the period of not less than three months and not more than one year beginning on the date of the order but, unless revoked, the order shall remain in force until the offender has worked under it for the number of hours specified in it.\".", "Jien ngħid li jekk il-ħati ma jsewwix il-ħsara li jkun għamel fil-perijodu li jkun ġie speċifikat lilu, il-qorti għandha tordnalu li jerġa` jidher quddiemha, pero` din id-darba timxi miegħu mod ieħor.", "B'hekk il-qorti tibda timxi miegħu b'għajn għal għajn u sinna għal sinna u mhux b'mod ħanin jew riabilitattiv.", "Klawsola 3, li titkellem dwar id-direttur tal-probation services, ma tispeċifikax xi kwalifiki għandu bżonn ikollu.", "Fl-opinjoni tiegħi, id- direttur tal-probation services għandu jkun bniedem imħarreġ sew, kwalifikat u ta' ċerta esperjenza.", "M'hemmx għalfejn nidħlu fid-dettal tat- taħriġ li għandu jkollu d-direttur, pero` naħseb li jkun tajjeb jekk dan l- abbozz ta' liġi jagħti guideline dwar il-kwalifiki li għandu jkollha l- persuna konċernata.", "Klawsola 5 qed tispeċifika li s-supervisory board għandu jkun jikkonsisti minn chairman u minn żewġ persuni oħra li jiġu appuntati mill-ministru, pero` m'hijiex qiegħda ssemmi min iridu jkunu jew inkella minn liema qasam ikunu ġejjin dawn it-tliet persuni, u għalhekk naħseb li jkun tajjeb jekk dan l-abbozz ta' liġi jesiġi li wieħed minn dawn il-persuni għandu jkun senior probation officer jew inkella bniedem b'background legali, forsi xi maġistrat jew imħallef irtirat.", "Mr Speaker, minkejja li klawsola 9 qed tħaddem kunċett importanti, ma naħsibx li dan jista' jitħaddem b'mod prattiku.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax klawsola 9 qed tintroduċi l-possibbilta` li jkun hemm iktar minn probation officer wieħed assenjat ma' l-istess probationer.", "Jien naħseb li jekk xejn dan jista' joħloq ċerti diffikultajiet loġistiċi għax probation officer jista' jidħol fl-area ta' l-ieħor.", "Mill-bqija, wieħed għandu jfaħħar il-fatt li din hija klawsola kompletament ġdida fil-qafas leġislattiv ta' Malta.", "Permezz ta' subklawsola (6) ta' klawsola 7, issa l-qorti se jibda jkollha d- dritt li tordna li offender jirrisjedi f'residential institution għall- weekend.", "Fil-fatt din is-subklawsola tgħid hekk:", "\"Where the court deems that such an order may help in the rehabilitation of the offender, it may include as a condition in the probation order an order that for a period not exceeding six weeks, the probationer shall, when not required to be out to work or study, present himself and remain at such residential institution as may be approved by the Minister for the purpose, provided that such requirement may be restricted by the court to Saturdays and public holidays and the period after seven in the evening on the eve of Saturdays and public holidays.\".", "Mr Speaker, klawsola 24, li titkellem dwar il-victim compensation, qed tagħti l-poter lill-qorti li din tordna lill-probationer biex iħallas kumpens għad-danni li jkun għamel, pero` la qed tispeċifika - u hawn la qed ngħid li qed tagħmel tajjeb u lanqas qed ngħid li qed tagħmel ħażin - u lanqas qed tispeċifika kemm hu l-ammont massimu ta' danni jew ta' kumpens li wieħed jista' jiġi ordnat iħallas, jew inkella l-perijodu ta' żmien li fih wieħed irid ikun obbligat iħallas għal dak il-kumpens jew għal dak id- dannu.", "Ara paragrafu (h) t'artiklu 28 tal-Kodiċi Kriminali, li jitkellem fuq is-suspended sentence, hemmhekk il-qorti għandha l-poter li flimkien mas-suspended sentence, tordna lill-ħati jħallas jew jagħmel tajjeb għall- ammont li jkun seraq jew iffroda fi żmien ta' mhux iktar minn sitt xhur.", "Madanakollu jien naħseb li klawsola 24 ta' dan l-abbozz ta' liġi hija ħafna aħjar minn artiklu 28 tal-Kodiċi Kriminali għax jekk se nintroduċu t- thresholds, wisq nibża' li minflok għall-aħjar se mmorru għall-agħar.", "Għaliex?", "Għax jekk wieħed jisraq Lm10,000, Lm5,000 jew Lm1,000 u mbagħad meta dan jinstab ħati, jiġi mġiegħel iħallas dak l-ammont fi żmien sitt xhur, fi kliem ieħor il-qorti tkun qed tibgħatlu l-messaġġ li għandu jew imur jisraq biex ikun jista' jħallas dak l-ammont jew inkella jipprepara ruħek għal xi sitt xhur oħra ħabs.", "Fl-opinjoni tiegħi, wieħed mhux biss għandu jagħti kas l-ammont ta' flus li jkunu nsterqu imma anke l-mezzi finanzjarji ta' dak li jkun.", "Għalhekk qed ngħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa tajjeb ħafna għaliex m'huwiex qed jispeċifika ż-żmien li fih wieħed irid iħallas id-danni imma qed iħalli f'idejn il-ġudikant biex jagħmel dan.", "Ara jekk imbagħad il-probationer jibqa' ma jħallasx, huwa jerġa' jitressaq quddiem il-qorti u mbagħad din tiġġudikah skond iċ-ċirkostanzi ta' dakinhar.", "Jien naħseb li ġaladarba l- liġi tal-probation ta' l-1952 tgħid li l-ħati jista' jħallas sa massimu ta' Lm500 bħala kumpens għad-danni li jkun għamel, ma tkunx idea ħażina jekk nestendu din it-threshold għal Lm1,000.", "Ta' min jgħid li meta l-ammont misruq jew iffrodat ikun taħt l-Lm1,000, il-qorti tkun obbligata li tagħti perijodu ta' żmien lill-ħati biex ikun jista' jħallas u jekk l-ammont ta' dannu jkun jissupera l-Lm1,000, tkun fid-diskrezzjoni tal- qorti li tesiġi jekk tagħtix dak il-perijodu ta' żmien lil dak li jkun biex ikun jista' jħallas fih.", "Subklawsola (6) ta' klawsola 11 titkellem dwar il-community service order.", "Id-direttur se jkollu poter pjuttost kbir f'dan il-qasam u daqstant ieħor se tkun kbira r-responsabbilta` li jkollu jġorr.", "Fil-fatt fost id-doveri li se jkollu, id-direttur se jkollu d-dover li jassenja x-xogħol lill- probationer in accordance with the community service order.", "Naħseb li kieku din il-klawsola tiġi mirquma ftit b'tali mod li nirregolaw iktar il- guidelines li jrid jimxi fuqhom id-direttur, filwaqt li ssir riferenza għall-iskeda li semmejt qabel, cioe` ta' dawk l-istituzzjonijiet li jkun jeħtieġ isir xi xogħol fihom, is-sistema tkun iktar effiċjenti.", "Klawsola 18, li titkellem dwar il-combination order, hija importanti ħafna.", "Fil-fatt permezz ta' din il-klawsola, il-qorti se tkun tista' tagħti ordni ta' probation flimkien ma' ordni ta' community service għall-ewwel darba u f'dan il-każ il-qorti se tkun tista' tordna lill-probationer jagħmel mhux inqas minn 40 siegħa u mhux iktar minn 100 siegħa xogħol.", "Klawsola 22 titkellem dwar l-absolute or conditional discharge.", "Ftit tas- snin ilu kien sar dibattitu qawwi ġewwa l-qorti dwar jekk absolute or conditional discharge jammontawx għall-conviction jew le.", "Kien hemm ċerti spetturi li bdew jinterpretaw dik is-sentenza bħala waħda ta' conviction, u allura meta kienu jakkużaw lill-istess persuna għat-tieni jew għat-tielet darba, kienu jagħmlu riferenza għas-sentenza ta' qabel u jgħidu li hu kien reċediv.", "Fil-fatt dan il-każ kien spiċċa anke quddiem il-qorti kostituzzjonali, liema qorti kienet iddeċidiet li absolute or conditional discharge m'hijiex conviction imma tipprevali għal-liberatorja, u għalhekk jekk wieħed jingħata absolute or conditional discharge u jikkommetti xi reat ieħor, ħadd ma jista' jakkużah li hu reċediv.", "Għal dak li huwa perijodu operattiv, klawsola 22 hija in line mal-liġi ta' l-1952 u tgħid li jekk il-qorti tħoss il-ħtieġa, tista' tagħti an absolute or conditional discharge għal kull reat li ma jkunx punishable with imprisonment for a term exceeding seven years.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-perijodu operattiv għandu jiġi estiż minn tliet snin għal erba' snin.", "Fil-fatt il-kelliem preċedenti, l-Onor.", "Herrera, semma saħansitra li fl-Italja l-perijodu operattiv huwa ta' ħames snin.", "Xi ħaġa li nixtieq nipproponi peress li dan l-abbozz ta' liġi ma jitkellimx dwarha huwa l-kunċett tal-bail supervision.", "Fil-fatt jien naħseb li b'dan l-abbozz ta' liġi għandna opportunita` tad-deheb li f'pajjiżna nintroduċu għall-ewwel darba l-konċett tal-bail supervision.", "Kif nafu, ġieli ċ-ċirkostanzi tal-persuni li jkunu tressqu l-qorti jinbidlu fuq medda ta' xhur jew ta' snin, u jinbidlu għal diversi raġunijiet.", "Per eżempju, filwaqt li hemm min, wara li jkun tressaq il-qorti, isir iktar close tal- familja minħabba li jkun ra li f'ċirkostanzi diffiċli din tkun tatu s- support li kien jeħtieġ, min-naħa l-oħra hemm min jitkisser mit-trawma li jkun għadda minnha.", "Fil-fatt ġieli kien hemm għarajjes, miżżewġin u ġenituri li tkissru wara li għaddew mit-trawma tal-qorti, u f'dan il-każ ikun iktar faċli għal dak li jkun li jerġa` jikkommetti xi reat ieħor.", "Issa jekk dak li jkun jerġa` jikkommetti xi reat ieħor, apparti d-dannu li jerġa' joħloq lis-soċjeta`, il-persuna konċernata tiġi akkużata b'konnessjoni ta' reat waqt li kienet qiegħda fuq bail u għalhekk filwaqt li l-bail tiġi rtirata, il-persuna tiġi arrestata għax skond il-liġi tagħna, il-bail tingħata darba waħda biss u ma tkunx tista' terġa` tingħata.", "Għalhekk diversi probation officers jitolbu lill-qorti biex jingħataw il-possibbilta` li jagħmlu supervision fuq probationer anke meta dan ikun qiegħed fuq bail, u meta l-qorti tagħti ordni li bniedem għandu jitqiegħed taħt probation għal tliet snin, immedjatament jiġi mgħarraf il- probation officer u jibda l-kuntatt għal perijodu ta' tliet snin.", "Ta' min jgħid li fost id-dmirijiet li jkollu probationer, huwa jkollu d- dmir li jagħti sample ta' l-urina, li jirrapporta ċertu ammont ta' drabi kull ġimgħa jew kull xahar u li jirrapporta dwar il-progress tiegħu meta jkun qed ifittex ix-xogħol, l-iktar jekk dan ikun drug addict.", "Irridu niftakru li minn meta persuna titressaq il-qorti sakemm tinqata' s-sentenza ħafna drabi jgħaddu x-xhur u ġieli anke s-snin, speċjalment jekk ikun hemm appell, u għalhekk ma naħsibx li huwa healthy li l-persuna konċernata tkun għamlet dan iż-żmien kollu mingħajr l-ebda supervision fuqha.", "Per eżempju, meta persuna tkun qiegħda fuq bail minħabba reat ta' abbuż ta' drogi, il- pulizija jkunu jridu jkunu jafu jekk din il-persuna għadhiex tabbuża mid- drogi, anke waqt li tkun qiegħda fuq bail, u jekk jinstab li din il-persuna tkun qed terġa` tabbuża mid-droga, il-pulizija terġa` tressaq lil din il- persuna l-qorti fejn imbagħad titlef il-bail.", "Madanakollu l-pulizija ma jkunux jafu b'kulma jkun hemm taħt il-kappa tax-xemx, u naturalment jista' jkollok faċilment lil min jikser il-kondizzjoni tal-bail u l-pulizija jibqgħu ma jsirux jafu b'dan.", "Ara jekk il-probation officer jibda l- kuntatt tiegħu ma' l-imputat qabel ma tingħata s-sentenza u jagħmel s- supervision meħtieġ fuqu, id-drafting tal-pre-sentencing inquiry report ikun ħafna aħjar għax il-probation officer ikun studja lill-imputat fuq medda itwal ta' żmien, u għalhekk naħseb li jkun ta' ġid jekk nintroduċu l- konċett tal-bail supervision.", "Mr Speaker, subklawsola (5) ta' klawsola 7 tgħid li:", "\"Where in the opinion of the court the mental condition of the offender is such as requires and as may be susceptible to treatment but not such as to justify other measures or procedures ... , a probation order may include a requirement that the offender shall submit to treatment not exceeding the length of the order.\"", "Hawnhekk din il-klawsola qed tgħid li l-qorti tista' tingħata d-dritt li tordna lill-imputat jissottometti ruħu għal programm ta' riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga not exceeding the length of the order.", "Jiġifieri jekk l-ordni ta' probation hija ta' tliet snin, l-akkużat irid jissottometti ruħu għat-treatment għal żmien ta' mhux iktar minn tliet snin.", "Dan il-kunċett importanti ħafna, ifakkarni fil-każ li kelli f'idejja ftit tas-snin ilu ta' individwu li kien jabbuża mid-droga b'mod esaġerat.", "Fil-fatt dan l-individwu tant kien jabbuża mill-kokaina li din spiċċat biex effettwatlu moħħu, u għalhekk l-unika alternattiva li kellha l-qorti kienet li dan jintbagħat il-ħabs għax inkella jkun ta' periklu għas-soċjeta`.", "Dan l-individwu kien kważi sar kleptomaniac għax minħabba l-habit li kellu, ma setax jgħaddi mingħajr ma jisraq.", "Madanakollu l-qorti, minkejja li ma kellha l-ebda qafas legali biex tieħu din id-deċiżjoni, kienet ordnat b'mod informali li dan jirrisjedi għal perijodu ta' żmien fl-isptar Monte Carmeli biex jieħu ċerta kura, pero` issa din il-klawsola qed tagħti lill-qorti d- dritt legali li tieħu deċiżjoni ta' dan it-tip.", "Issa nixtieq nipproponi xi ħaġa dwar il-halfway houses u l-halfway institutions, li huma bżonjużi ħafna f'pajjiżna, Sur President.", "Għal min ma jafx, il-halfway houses huma istituzzjonijiet li jmorru fihom dawk in-nies li jkunu kkundannati l-ħabs imma li l-aħjar soluzzjoni għalihom la tkun dik li jmorru l-ħabs u lanqas li jmorru l-isptar Monte Carmeli, u dan għaliex ġieli jkun hemm nies - fil- fatt ħafna drabi dawn ikunu nstabu ħatja mill-qorti fuq reati konnessi mad- droga - li tant ikunu abbużaw mid-droga li titfagħhom kemm titfagħhom fil- ħabs, tkun taf li dawn se joħorġu l-istess, jekk mhux agħar, u għalhekk meta nkunu bgħatna lil dawn il-persuni l-ħabs, inkunu sempliċement tfajna t- trab taħt it-tapit.", "Illum qegħdin ngħixu f'soċjeta` inklussiva li qed tagħraf illi m'huwiex tajjeb li tbiegħed lin-nies mis-soċjeta` meta dawn ikunu jistgħu jgħixu fis-soċjeta`, ikunu min ikunu dawn in-nies.", "Kif għedt diġa`, ġieli jkun hemm każi ta' persuni li billi titfagħhom il-ħabs jew l- Isptar Monte Carmeli ma tkun qed issolvi xejn, u allura hawn qegħdin nipprovdu li minn issa 'l quddiem, persuni bħal dawn jistgħu jintbagħtu ġo xi halfway house.", "Ta' min jgħid li halfway institution la hija ħabs u lanqas hija sptar tal-moħħ, imma hija istituzzjoni li fiha wieħed ikun jista' jingħata l-kura li jkollu bżonn għal perijodu ta' żmien definit, daqs li kieku ntbagħat b'sentenza ta' priġunerija.", "Mr Speaker, wieħed ma jistax ma jinnotax kemm dan l-abbozz ta' liġi jagħti importanza lill-qasam tal-ġustizzja.", "Per eżempju, il-fatt li issa l-vittma se tkun tista' tiġi reimbursed għall-ħsara li tkun sofriet huwa pass pożittiv ħafna.", "Hawn ta' min isemmi wkoll li l-aġenzija Sedqa għandha cubicle fil-ground floor tal-qorti biex dawk il-persuni li jiġu referred mill-qorti għand probation officer jew inkella għal xi kura oħra ta' dan it-tip, dan ir-referral ikun jista' jsir ġewwa l-qorti stess.", "Jien ngħid li jkun tajjeb ukoll jekk fil-qorti jkun hemm uffiċċju għall-probation officers biex dawn ikunu jistgħu jikkordinaw aħjar l-ammont ta' xogħol li jkollhom matul il-ġurnata, iktar u iktar meta nikkonsidraw li l-ammont ta' xogħol li għandhom il-probation officers jiżdied biss jista' u mhux jonqos, għalkemm fortunatament il-vokazzjoni u s-sens ta' missjoni ta' dawn il- probation officers hija tali li għandu jimlina b'kuraġġ.", "M'iniex qed nitkellem b'dan il-mod fuq il-probation officers biex ninċensahom.", "I'm not paying a compliment at the expense of truth.", "Jien qed nitkellem b'dan il- mod għax fl-opinjoni tiegħi, il-probation officers li għandna f'pajjiżna huma verament nies kapaċi u għandhom f'idejhom il-possibilta` li jbiddlu bniedem mil-lejl għan-nhar.", "Fil-fatt l-iktar mumenti ta' sodisfazzjon fil- professjoni tiegħi hu meta nara bniedem li jibda l-proċess ġudizzjarju fil- qorti mkisser u li mbagħad, kemm bir-rieda tiegħu kif ukoll bil-għajnuna kbira li jagħtuh il-probation officers, dan jinbidel.", "Per eżempju, bħalissa qed jiġini f'moħħi każ ta' persuna li bl-għajnuna tiegħi, imma b'mod speċjali bl-għajnuna ta' wieħed mill-probation officers li għandna, din reġgħet ingħaqdet m'ommha u missierha wara li kienet għamlet erba' snin mifruda minnhom, sabet impjieg u llum hija persuna eżemplari.", "Il-probation officer huwa bniedem li mix-xewk huwa kapaċi joħroġ l-għasel.", "Wara kollox x'hemm isbaħ milli aħna mhux biss niġġieldu biex issir ġustizzja skond il-liġi imma li fuq kollox nistinkaw biex il- liġi tiġi applikata b'ġustizzja?", "U fil-fatt huwa proprju dan li qed jagħmel l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax qed jagħmel pass fid- direzzjoni t-tajba biex il-liġi tkun applikata b'aktar ġustizzja umana.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, nixtieq nibda dan id-diskors billi ningħaqad ma' l-Onor.", "Jason Azzopardi u nfaħħar ix-xogħol kbir u importanti li jagħmlu l-probation officers.", "Fil-fatt jien stajt nara b'għajnejja stess diversi probation officers jippruvaw jgħinu lil dawk li jkunu tilfu t- triq, billi b'paċenzja kbira jippruvaw iressquhom lejn dik it-triq li twassalhom biex jerġgħu jibdew jifformaw parti mis-soċjeta` li fiha ngħixu.", "Min jiżvija minn aġir aċċettabbli f'soċjeta` ċivilizzata jaf ikun problema għax dan jista' jweġġa' hu u jista' wkoll iweġġa' lil ħaddieħor.", "Għedniha kemm-il darba li huwa iktar faċli li tagħmel id-drafting tal-liġi milli li tħaddimha u tinforzaha.", "Sur President, hemm diversi teoriji li jispjegaw b'mod fiżjoloġiku għala persuna tasal biex tiżvija mill-bqija tas-soċjeta`.", "Hemm min jgħid li wieħed jasal biex isir kriminal minħabba li jkun twieled b'xi difett jew inkella matul ħajtu jkun jiżviluppa xi difett li jġiegħlu jiddevja min- norma.", "Uħud jgħidu wkoll li huwa l-moħħ u mhux il-ġisem li jwassal lil dak li jkun għall-kriminalita` u dan billi l-iżbilanċ mentali tant jinfluwenza l-imġiba ta' dak li jkun, li jaqbeż saħansitra l-boundaries li tkun stabilixxiet l-istess soċjeta`.", "Dan l-aħħar ġie f'idejja \"A Mind to Crime\", fejn l-awturi eżaminaw diversi teoriji li jgħaqqdu l-bioloġija tal- moħħ mal-kriminalita`.", "Fil-fatt waħda mill-konklużjonijiet li ħarġu biha dawn l-awturi hi li l-livell ta' intelliġenza baxxa jintiret u dan jaf iwassal għal aġir impulsiv, tant li dawn il-kriminali lanqas biss jaħsbu fuq il-konsegwenzi ta' l-azzjonijiet tagħhom u allura jkunu aktar prone li jwettqu atti kriminali.", "Dan l-istadju jeżamina wkoll l-effett ta' l-ormoni u d-differenzi bioloġiċi bejn l-irġiel u n-nisa, fejn fost affarijiet oħra jasal għall-konklużjoni li l-irġiel huma iktar prone għall-kriminalita` min- nisa, għalkemm ikun hemm ċerti perijodi fejn in-nisa jkunu iktar prone li jwettqu ċerti atti kriminali.", "Naħseb li dan l-aħħar kulħadd sema' b'dak il-każ li seħħ fl-Amerka, fejn omm waslet biex qatlet lil ħames uliedha minħabba li kienet qed tbati minn post-natal depression.", "Dan il-każ juri kemm depression tista' twassal għal konsegwenzi fatali u għalhekk importanti li nifhmu kemm hemm bżonn li n- nisa li jbatu minn din il-kondizzjoni, jiġu megħjuna bis-serjeta`.", "Bla dubju ta' xejn, li toqtol lil uliedek hija traġedja kbira, pero` xi kultant inkunu pronti biex niġġudikaw u nikkundannaw lil dak li jkun mingħajr ma nifhmu minn xiex ikun għaddej il-bniedem.", "Niftehmu, jiena bl-ebda mod ma rrid niġġustifika aġir bħal dan u li qed ngħid huwa li qabel ma nippontaw subgħajna lejn dak u l-ieħor, għandna naraw l-affarijiet fil-kuntest tagħhom.", "Riċentement fl-Italja seħħ każ ieħor simili fejn omm żagħżugħa li kienet qed tbati minn depression, qatlet liż-żewġ uliedha ta' erba' u sitt snin.", "Qed insemmi dawn l-eżempji biex issa niġu biex naraw x'iġiegħel lil dak li jkun iwettaq atti kriminali bħal dawn.", "Ċerti studji juru li l-element ta' kriminalita` jista' jintiret u minn studju li sar ġewwa d-Danimarka, jirriżulta li dawk it-tfal li jkunu adottati mit-twelid għandhom ċans ikbar li jsiru kriminali jekk il-missier bioloġiku jkun kriminal.", "Fil-fatt nofs is-subien li ġew adottati mit- twelid u li kellhom missierhom kriminal, meta kibru saru kriminali minkejja li qatt ma għexu l-ebda parti minn ħajjithom mal-missier.", "Ara mbagħad, mill-istess studju jirriżulta li f'dawk il-każi fejn il-kriminali jkunu l- ġenituri adottivi u mhux il-ġenituri bioloġiċi, il-korrelazzjoni ma tkunx daqstant b'saħħitha, li allura jfisser li l-bioloġija taffettwa lill- individwu iktar mill-ambjent li jkun trabba fih.", "Ta' min jgħid li hemm min ħareġ jikkritika r-riżultati li ħareġ bihom dan il-ktieb għar-raġuni li dan l-istudju ma jagħtix kas tal-fattur soċjali u dak kulturali biżżejjed.", "Mir-riċerka li għamilt kif ukoll minn dak li qrajt fuq dan is-suġġett - u qrajt mhux ħażin - jiena personalment naħseb li din hija kritika kostruttiva għaliex importanti li wieħed iħares lejn l-istampa kollha qabel ma jasal għal ċerti konklużjonijiet.", "Jekk wieħed iħares lejn dan li qed nitkellem fuqu mil-lat soċjoloġiku jsib li dawk it-tfal li jkunu ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema jew inkella mil-lower working class, meta jikbru ftit ikunu iktar prone li jsiru kriminali.", "Naturalment hawnhekk m'iniex qed ngħid li meta wieħed jitrabba f'ċertu ambjent bilfors se jsir kriminal, pero` l-ambjent li wieħed jitrabba fih jista' jiġġenera problemi bioloġiċi, kemm minħabba dak li jiekol, kemm minħabba x-xogħol li jitqabbad jagħmel meta jkun għadu ta' eta' żgħira, kemm minħabba problemi ta' saħħa, kemm minħabba problemi ta' indafa kif ukoll minħabba problemi oħra.", "Il-probation officers jgħidu li huma dawk iż-żgħażagħ ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema li huma l-iktar żgħażagħ li jiġu bżonnhom, u dan għaliex għalkemm anke t-tfal tas-sinjuri jabbużaw mid-droga, ħafna drabi huma jsibu flus biex jixtruha u għalhekk, billi ma jkollhomx għalfejn imorru jisirqu biex jixtru d-droga, ma jkollhomx għalfejn jolqtu difrejhom mal-liġi mal- ewwel.", "Fil-fatt minħabba f'hekk teżisti rabta kbira bejn il-kriminalita` u l-ambjent soċjali.", "Ngħid għalija m'hemmx dubju li l-problema tal- kriminalita` trid tibda tiġi attakkata b'mod ħafna iktar komprensiv milli qed tiġi attakkata llum.", "Dan għandu jsir billi fost affarijiet oħra, inħarsu lejn il-kriminal kemm mil-lat ta' saħħa, kemm mil-lat ta' edukazzjoni kif ukoll mil-lat ta' social welfare.", "Irridu nagħmlu studju wkoll fuq il-korrelazzjoni li nsibu bejn tfal ġejjin minn familji mkissrin u l-bullying fl-iskejjel - għax tfal ta' 11 jew 12-il sena li llum huma bullies għada jistgħu jsiru kriminali - u għalhekk irridu nilqgħu għal dawn it-tip ta' problemi mil-lum.", "Sur President, hemm diversi fatturi li huma assoċjati mad-delinkwenza.", "Per eżempju, studenti b'perfomance ħażina fl-iskola jew dawk ġejjin mil- lower income jew broken families, dawk huma assoċjati mad-delinkwenza.", "Ir- relazzjoni bejn il-klassi soċjali u d-delinkwenza hija realta`.", "Fil-fatt huwa interessanti li minn studju li sar fl-Ingilterra jirriżulta li l- missirijiet tal-maġġoranza l-kbira taż-żgħażagħ li jinstabu ħatja ta' offiża huma ħaddiema ta' l-id.", "Jiġifieri dawk iż-żgħażagħ ġejjin mill- middle-class għandhom inqas ċans li jiġu charged b'offiża għax il- background tagħhom ma jiffittjax fl-istampa tat-typical delinquent.", "Ta' min jgħid ukoll li meta żgħażagħ ġejjin mill-middle-class jinstabu ħatja ta' offiża, ħafna drabi l-ġenituri jikkoperaw ma' l-uffiċjali u jgħinu lil uliedhom biex jirriformaw ruħhom u b'hekk ħafna minn dawn id-delinkwenti jeħilsuha ħafif.", "Dan l-istudju huwa ntitolat \"The social organisation of juvenile justice\".", "Ċertament aħna favur li nagħtu iktar empowerment lill- probation officers, pero` hemm ċerti affarijiet li ma naqblux magħhom u nispera li fl-istadju ta' kumitat dawn l-affarijiet jiġu rranġati.", "Per eżempju, aħna ma naqblux li d-direttur tad-dipartiment tas-servizzi ta' probation għandu jkun l-istess direttur tal-ħabs.", "Ir-raġuni hi li filwaqt li d-direttur tal-ħabs ikun trained f'aspetti penali, id-direttur tad- dipartiment tas-servizzi ta' probation iktar ikun trained f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi korrettivi u riabilitattivi.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jipprovdi biex dawk li jinstabu ħatja jistgħu jintbagħtu jqattgħu l-weekend f'xi istituzzjoni, sakemm dik l-istituzzjoni tkun approvata mill-ministru bħala li tista' tilqa' fiha dawn il-persuni.", "Pero` imbagħad lanqas biss jagħtuna l-iċken ħjiel dwar għal liema istituzzjonijiet qegħdin jirriferu.", "Issa bir-rispett kollu, il- mistoqsija li nixtieq nagħmel hawnhekk - u din hija xi ħaġa li tippreokkupa lil ħafna - hija liema istituzzjonijiet huma lesti li jaċċettaw lil dawn il- persuni.", "Għax jekk m'hemmx istituzzjonijiet li huma lesti li jaċċettawhom, x'se tagħmel bihom dawn in-nies?", "Se tibgħathom il-ħabs?", "Għax safejn naf jien, sal-lum hija biss l-istituzzjoni tal-ħabs li taċċetta li dawn in-nies imorru hemmhekk fil-weekend.", "Per eżempju, id-dar \"Osanna Pia\" lanqas għadha taċċetta drogati meta ħafna minn dawk li qegħdin fuq probation għandhom problema tad-droga.", "Għalhekk, kif għedt diġa`, huwa ħafna iktar faċli li tilleġisla milli twettaq dak li tkun illeġislajt dwaru.", "Jien naħseb li billi tibgħat lil dawn in-nies il-ħabs fil-weekend ma tkun qed tagħmlilhom l-ebda ġid u allura sinċerament ma nifhimx kif fil-liġi qed indaħħlu kunċett bħal dan meta nafu li m'aħniex se nkunu nistgħu nwettquh.", "Sur President, jiddispjaċini ngħid li għalkemm is-sena l-oħra ggradwaw erba' studenti bħala probation officers, dawn ma sabux xogħol.", "Issa meta din is-sena l-gvern ġie bżonn numru ta' probation officers, lil dawn l- erba' probation officers ma sabhomx għax kienu laħqu sabu mpjieg ieħor.", "Jien ma nagħtihomx tort lil dawn li sabu mpjieg ieħor għax naturalment ma setgħux jaffordjaw li jibqgħu ma jaħdmux sakemm jitfaċċa xi post ta' probation officer.", "Imma allura possibbli li d-dipartimenti tal-gvern lanqas huma kapaċi jikkomunikaw bejniethom biex ħaġa bħal din ma tiġrix?", "Lanqas ħaqq ir-riżorsi li taħli biex tinvesti fi bniedem biex imbagħad meta tiġi bżonnu, tmur tfittxu u ma ssibux.", "Veru li bħalissa f'pajjiżna għandna għaxar probation officers, imma kif dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi mill- parlament se niġu bżonn ta' iktar probation officers, sakemm ma nkunux irridu li l-liġi tibqa' fuq il-karta biss u ma nħaddmuhiex!", "Hawn irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li hemm bżonn jinstab post aħjar minn fejn jaħdmu dawn il-probation officers.", "Ċertament li l-post li għandhom illum m'huwiex spazzjuż biżżejjed, bil-konsegwenza li m'humiex qed ikunu jistgħu jaħdmu b'mod effiċjenti.", "Il-Ministru jaf b'din il-problema.", "Jien nissuġġerixxi wkoll li jkun hemm nies apposta li jassiguraw li l- investiment li jsir fir-riżorsi umani, ma jinħeliex bħalma ġara s-sena l- oħra fejn, wara li ggradwaw erbgħa bħala probation officers, dawn spiċċaw kellhom jagħmlu xogħol ieħor minħabba li ma ngħatawx ix-xogħol li studjaw għalih.", "Naturalment il-problema tal-kriminalita` ma tiġix solvuta sempliċement billi nżidu n-numru ta' probation officers jew in-numru ta' pulizija.", "Jien nemmen li waħda mill-għeruq ta' din il-problema qiegħda fil-ġustizzja soċjali.", "Jekk l-inegwaljanzi soċjali ma jonqsux, il-problema tal- kriminalita` m'hijiex se tonqos.", "Irridu nieħdu ħsieb ukoll li nwaqqfu iktar faċilitajiet fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jirrekreaw ruħhom, speċjalment faċilitajiet sportivi, ħalli b'hekk dawn ikollhom fejn jiltaqgħu u jieħdu gost mingħajr ma jirrikorru għall-kriminalita`.", "Hemm bżonn anke li tiġi mtejba s-sistema edukattiva tagħna.", "Fil-ktieb \"Juvenile Thieves\" ta' John Bowlby, l-awtur jenfasizza kemm it- tfal għandhom bżonn ta' sigurta` emozzjonali fl-ewwel seba' snin ta' ħajjithom.", "Għalhekk irridu nieħdu ħsieb l-element ta' soċjalizzazzjoni fi tfal ta' eta` żgħira, kemm fl-iskola u kif ukoll fil-familja, għaliex dan huwa stadju mportanti ħafna fil-formazzjoni tal-karattru tat-tfal.", "L- interventi jridu jsiru minn kmieni għaliex il-kriminalita` u l-kontroll tal- kriminalita` ma tistax tistudjahom independentement minn xulxin.", "Irridu naħdmu biex ngħollu l-livell ta' l-għajxien tal-familji, innaqqsu l-qagħad u nżidu l-prospetti ta' xogħol, intejbu l-ambjent u nipprovdu faċilitajiet komunitarji li jkattru sens ta' għaqda u sense of belonging li għandu jkollu kull membru li jifforma parti minn soċjeta`.", "Kif qed naraw, il- problema tal-kriminalita` nistgħu ntaffuha billi nkunu proattivi u mhux billi noqogħdu ninkwetaw fuq kemm għandna rata għolja ta' kriminalita`.", "Ktieb ieħor li qrajt dan l-aħħar - \"The Political Economy of Crime\" - jgħid illi l-kriminalita` m'hijiex konnessa biss mal-qgħad imma anke ma' l- inegwaljanza moderna li għandhom is-soċjetajiet tal-lum.", "Fil-fatt f'kapitlu minnhom, l-awtur jitkellem anke fuq l-Unjoni Ewropea, u fost affarijiet oħra jgħid li:", "\"In Europe, the emphasis on the market is leaving little space for the development of public and state institutions and for their consequent production of social cohesion and social justice.", "Instead it has become dominated by corporations, monopolies and oligarchies.", "In particular there is discourse which identifies the viewer or the listener as a consumer of goods and which glorifies the idea of choice across a range of different market places.", "This has become increasingly influential and has had a profound impact on crime\".", "L-awtur jgħid ukoll li rridu nindirizzaw the issues of the realities of market society, with all its social and cultural effects, fosthom \"joblessness, homelessness, poverty and depravation at the heart of civil society, the massive subversion of institutions, the whole apparatus of welfare state provision with respect to health and income support education, that up to not long ago were working, however imperfectly, in the public interest.\"", "Naturalment hawnhekk l-awtur m'huwiex qed jgħid li għandna mmorru lura għall-passat imma qed jgħid li hemm bżonn \"that we re-invent the lost sense of community, public civility and a sense of shared citizenship that characterised life before this experiment.\"", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta l-Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Abbozz Nru 105 - mgħoddi mill-kumitat b'emenda.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Issa nitlob lill-Ministru ta' l-Intern biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 10 ta' Lulju, 2001, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata -Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, dan l-aħħar f'pajjiżna nżammet konferenza organizzata mill-world food safety organisation on the impact of food safety control.", "Naħseb din kienet waħda mill-iktar konferenzi ta' interess, l-ewwelnett għaliex kienet l-ewwel konferenza ta' din ix-xorta li nżammet f'pajjiżna u t-tieni għaliex nistgħu ngħidu li tikkonċerna lil kulħadd.", "Nafu li ħajjet il-bniedem hija kontinwament mhedda b'kull forma ta' attakk minn kull ħaġa li teżisti madwaru.", "Nafu li lill-bniedem anke dubbiena jew nemusa tista' tagħmillu l-ħsara għaliex jekk tniggsu jew tigdmu tista' tinfettah.", "L-insetti jistgħu jkunu carriers ta' ċerti mikrobi li mbagħad jittrasmettuhom lill-bniedem meta dan jiekol l-ikel li fuqu jkun poġġa xi insett.", "Ix-xemx tista' wkoll tkebbes mikrobi li jkunu reqdin fil- ġisem u għalhekk min jesponi ruħu wisq għax-xemx ma jagħmilx tajjeb.", "Il-bniedem huwa mhedded ukoll minn nuqqas ta' ndafa jew inkella mill- ambjent maħmuġ li jista' jkollu madwaru.", "GĦalkemm il-gvern qiegħed juża l- mezzi kollha possibbli biex iżomm l-ambjent nadif, irridu niftakru li mhux il-gvern biss huwa responsabbli biex tinżamm l-indafa u jinżamm l-ambjent kif għandu jkun.", "Huwa obbligu u huwa dover tal-pubbliku inġenerali li josserva r-regolamenti fuq l-indafa, aktar u aktar meta nafu li d- dipartiment ta' l-ambjent jonfoq flejjes kbar biex jara li s-sistema taħdem.", "Jiddispjaċik meta tara persuni irresponsabbli li jitfgħu materjal fit-toroq u f'postijiet oħra mhux awtorizzati.", "Dawn huma affarijiet li jistgħu jġibu l-mard, Sur President.", "Ma nkun qed ngħid xejn ġdid jekk ngħid li l-gvern beħsiebu jressaq abbozz ta' liġi fuq food safety.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jkun qed jissostitwixxi l-Food, Drugs and Drinking Water Act, liema liġi bħalissa qegħda in vigore imma li sfortuntament mhux dejjem narawha tiġi nforzata.", "Pero` l-gvern huwa determinat li jara li l-liġijiet u r-regolamenti fejn jidħol l-aspett ta' food safety jiġu nfurzati, jekk hemm bżonn anke permezz ta' aktar health inspectors.", "Fil-fatt dawn qegħdin iduru l-istabilimenti fejn jiġi pproċessat l-ikel - u anke fejn jinbiegħ l-ikel - biex jaċċertaw ruħhom li dawn il-postijiet jikkonformaw mal-livell ta' indafa kif mitlub bil- liġi.", "Dawn qegħdin ukoll jaċċertaw irwieħhom mill-kontenut tal-prodott qabel jiġi ssiġillat u qabel ma jiġi kkonsmat ħalli żgur ma jkun hemm ebda periklu għas-saħħa tal-pubbliku.", "Ftit ilu, meta kien hawn il-foot and mouth disease, il-Maltin beżgħu li jista' jiġrilhom xi ħsara mill-konsum ta' ċertu laħam importat minn pajjiżi fejn kien hemm din il-marda.", "Id- dipartiment ta' l-agrikoltura u d-dipartiment tas-saħħa ħadmu bla heda biex ikollna moħħna mistrieħ li l-kwalita` ta' laħam preżenti f'pajjiżna tkun disease-free.", "Minkejja l-assigurazzjoni li kien hawn mill-entitajiet konċernati kemm governattivi u kemm non-governmental, il-poplu Malti xorta waħda ħa l- prekawzjonijiet kollha tant li l-bejjiegħa tal-laħam irreġistraw l-inqas bejgħ li qatt kellhom f'dawn l-aħħar snin minħabba l-biża' tal-mad cow disease.", "Il-poplu Malti jaf jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji għal saħħtu.", "Kulħadd jaf kemm il-Malti jaf iżomm daru nadifa u kemm għandna nisa tad-dar li jafu jsajru.", "Għandna restaurants li jiftħu l-ġimgħa kollha, bis-Sibtijiet u l-Ħdud, ħalli jippreparaw ikel bnin u jattiraw lill-Malti biex imur jiekol hemmhekk.", "Din hija ħaġa sabiħa li turi li għandna ċertu standard of living.", "Hawnhekk irrid infaħħar lill-awtoritajiet tas-saħħa għall-prekawzjonijiet kbar li qed jieħdu biex l-ikel li jiġi offrut fil-lukandi u r-restaurants u postijiet oħra minn fejn jinbiegħ, ikun ta' standard għoli.", "Wieħed irid ukoll joqgħod attent li r- restrizzjonijiet li jsiru u l-obbligi li jirrikjedi d-dipartiment tas-saħħa fuq dawk li jimmanifatturaw, jippakkjaw jew jipproċessaw l-ikel, ikunu ta' livell biex dawk li jaħdmu fl-industrija ta' l-ikel u kif ukoll il-poplu Malti, ikollhom moħħhom mistrieħ li dan is-servizz isir bl-iktar mod iġeniku u ma jkunx ta' detriment għas-saħħa tal-pubbliku.", "Nagħmel appell minn hawnhekk lid-dipartiment tas-saħħa u lid-diversi sezzjonijiet li jaqgħu taħtu biex ikomplu jagħtu dan is-servizz mhux biss matul is-sajf, imma matul is-sena kollha u jħeġġu lin-nies biex joqogħdu dejjem attenti x'jieklu u x'jiġu offruti.", "Nieħu pjaċir, per eżempju, nara health inspectors iduru restaurants, supermarkets u ħwienet tal-merċa biex jaraw li d-dairy products ikunu kkonservati sew fi fridge, b'ċerta temperatura kif għandha tkun.", "Nifhem li dak li qed jagħmel id-dipartiment tas-saħħa m'huwiex biex jagħmel xi ostakli lil tal-ħwienet, għalkemm xorta waħda tisma' ħafna tgergir bħal, per eżempju: Għandi jiġu jiċċekkjaw tad- dipartiment tas-saħħa?", "Fil-każ tiegħi jiġu jaraw jekk għandix indafa jew le?", "Għandi jiġu biex jaraw jekk għandix fridge jew inkella jekk it- temperatura hijiex tajba jew le?", "Iva, il-health inspectors imorru għand kulħadd għaliex id-dritt li l-konsumatur jikkonsma ikel bnin jappartjeni lil kulħadd.", "Immaġina jkollna xi diżgrazzja, per eżempju, ta' xi avvellinament fl-ikel!", "Nafu mill-esperjenza li għall-aħħar ta' Awissu u għall-aħħar ta' Settembru, dejjem ikollna xi avvellenament fl-ikel.", "Dan għaliex jkun hawn diversi frott li jbexxuh b'ċerti pestiċidi u ġieli ma jinħasilx qabel jiġi kkonsmat.", "L-għeneb wkoll ibexxuh b'ċerti pestiċidi li jista' jekk ma jinħasilx tajjeb, jagħmel ħafna ħsara u għalhekk l-appell li għandu jsir kontinwament huwa biex il-pubbliku jaħsel il-frott li jiekol.", "Jiġi minn barra jew le, il-frott qabel ma jittiekel għandu dejjem jinħasel.", "Hawn anke ċerta kimika li tiddiżinfetta kemm il-ħaxix u kemm l-ikel.", "Aħna l- parlamentari li għandna għal qalbna s-saħħa tal-poplu Malti, għandna l- obbligu li ninformaw lill-poplu biex jieħu l-prekawzjonijiet kollha.", "Per eżempju, wieħed ma għandux jixtri l-ħxejjex u jqegħedhom fil-fridge mingħajr ma jaħsilhom.", "Nagħmel appell biex din il-kampanja tibqa' għaddejja.", "Nafu bil-kampanja li kellna għaddejja u bil-prekawzjonijiet li ħadu d- dipartiment tas-saħħa u l-ministeru tat-turiżmu dwar it-tinġis tal-bajjiet.", "Din id-darba, kif appena kien se jibda s-sajf u n-nies bdew imorru jgħumu, id-dipartiment ħa l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex ħadd ma jkun jista' jgħum f'bajjiet imniġġsa.", "Kien hemm tabelli wkoll li jgħidu li ma jistax isir sajd, iżda l-oppożizzjoni ħatfet l-opportunita` u qajmet plejtu għaliex ma twaħħlux it-tabelli fejn suppost u kif għandhom ikunu.", "Nifhem li hemm ħafna x'tirranġa fil-bajjiet fejn immorru ngħumu, imma l- gvern qiegħed jagħmel dak li huwa possibbli.", "Forsi nqasna milli nwaħħlu t- tabelli mill-ewwel, imma m'għandniex nallarmaw lill-pubbliku b'dan il-mod.", "Il-gvern u l-oppożizzjoni jridu jaħdmu flimkien fejn tidħol is-saħħa tal- pubbliku.", "F'dan il-parlament u f'ċerti liġijiet li qed ngħaddu qegħdin naqblu għaliex nafu li huma ta' ġid għall-poplu tagħna.", "II-gvern, per eżempju, ħadem biex jipproteġi lill-konsumatur u għadda l-l- liġi tal-consumer protection.", "Issa l-konsumatur qed jiġi mħares permezz ta' liġi mibnija fuq ir-regoli li jużaw pajjiżi Ewropej.", "Allura din kienet xi ħaġa ħażina li naraw li l-konsumatur ma jiġix imqarraq min-negozjant jew minn tal-ħanut meta jmur jixtri?", "Dan l-aħħar tqiegħdet fuq il-Mejda tal- Kamra lista ta' dawk in-nies - din toħroġ kull xahar - li marru għand il- consumer protection department u talbu rimedju.", "Fejn kien ġustifikat, mingħajr ma kellhom għalfejn imorru l-qorti u mingħajr ma kellhom għalfejn iqabbdu l-avukati, instabitilhom soluzzjoni.", "Sempliċement għamilna liġi li tistabilixxi li l-complaints tal-konsumatur jiġu investigati ħalli jinstab rimedju li jista' jiġi nfurzat.", "Mil-lista li tqiegħdet fuq il-Mejda tal- Kamra ftit tal-ġranet ilu, nafu kemm nies sfaw imqarqa u ngħataw prodott inferjuri jew difettuż u ħadu rimedju u anke ngħataw xi flus lura.", "Kien hemm anke pieni ħorox għal dawk tal-ħwienet, in-negozjanti u l-wholesalers li ma kenux konformi ma' dak li titlob il-liġi.", "GĦamilna kontroll fuq il-pestiċidi biex nipproteġu l-konsumatur.", "Se jkollna l-Food Safety Act biex dak li jikkonsma l-pubbliku jkun ta' l-aħjar kwalita` mingħajr ma jagħmel ħsara lill-ġisem.", "Iċ-ċertifikat li kellna dan l-aħħar mid-WHO, fejn Malta ġiet imqiegħda fil-ħames post fid-dinja kollha in matters of healthcare services, juri x-xogħol siewi li qiegħed jagħmel il-gvern.", "Il-healthcare services ma jikkonsistix biss fis-servizzi li nagħtu mill-isptarijiet, m'huwiex biss il-medical care li nagħtu fil- primary health, m'huwiex biss is-servizz tat-tobba li għandna, m'huwiex biss is-servizz farmaċewtiku, inkluż il-pariri li jagħtu l-ispiżjara lil kulmin jirrikorri għandhom, imma għandna wkoll dak li huwa safety of food biex inkunu minn ta' quddiem li nieklu l-aħjar ikel għall-ġid ta' saħħitna.", "Ma nistax ma nilmentax fuq ċerti surveys li jsiru mid-dipartiment tas-saħħa dwar is-supermarkets, il-local grocery stores u postijiet oħra fejn jiġi mmanifatturat u pproċessat l-ikel.", "Pero` x'aħna nagħmlu għal dawn l-open markets li jiġu organizzati f'diversi rħula f'Malta u Għawdex, fejn ikollna dak l-ammont kbir ta' ħut li minkejja li forsi jkun ilu maqbud jumejn jew tlieta ipoġġuh ġo kaxxi bis-silġ u joħorġuh għall-bejgħ?", "Din issejħilha iġene?", "Għandu jkollna protezzjoni jew regoli li bħalma l-ħalib irid jinġarr il-ħin kollu fi trucks li jkunu mgħammra b'refrigerators - minn dak il-ħin li jitlaq mill-fabbrika sakemm jasal għand tal-ħanut, fejn dan imbagħad ipoġġuh direttament fil-fridge - nagħmlu l-istess għall-ħut?", "Qegħdin nibagħtu l-health insepctors fl-open markets biex jaraw li l-ikel li jinbiegħ minn hemmhekk ikun taħt l-osservanza tal-liġijiet sanitarji?", "Mela għandna ħwienet u supermarkets li jiġu spezzjonati kull ħin - u hekk għandu jkun - imbagħad għandna dawn l-open markets, fejn jinbiegħ kull kwalita` ta' ikel, u inspections ma jsirux, partikolarment fil-festi fejn ikun hemm il-kiosks li jbigħu ħafna ikel magħmul mil-laħam.", "Qegħdin iduruhom lil dawn?", "Qegħdin naraw fil-ġranet tal-festi li min jikkonsma l- ikel jieħu l-prekawzjonijiet kollha?", "Jiena nagħmel appell speċjali.", "GĦandi fiduċja kbira fix-chefs li jippreparaw l-ikel fir-restaurants u fil- lukandi.", "Naħseb li huma l-aħjar kokijiet u jippreparaw l-ikel bl-aħjar preżentazzjoni u bl-aqwa togħma, imma nispera li dawn jieħdu l- prekawzjonijiet kollha biex dak li joffru ma jagħmilx ħsara lill-ġisem.", "Nagħmel appell kif qegħdin f'dawn il-ġranet tal-festi, biex nagħmlu kull mezz possibbli biex partikolarment id-dipartiment tas-saħħa jara li dawn ir- retail outlets li jkun hemm fil-festi jkunu konformi mal-liġijiet sanitarji.", "Biex dak li qegħdin joffru jkun qiegħed jiġi ppreparat kif għandu jkun, li l-food processing jinżamm tajjeb il-ħin kollu u jekk wieħed jarma b'mobile kiosk, l-ikel maħżun għandu jinżamm f'ambjent tassew nadif u b'temperatura tajba biex ikun ta' ġid għas-saħħa tal-poplu Malti.", "Qiegħed nagħmel dan l-appell u nispera li jinstema' bl-ikbar kuxjenza għax verament inħoss li hemm bżonn li nieħdu iktar prekawzjonijiet għas-saħħa tal- bniedem, b'mod partikolari issa li qegħdin fis-sajf u l-mikrobi jiġġeneraw ruħhom iktar.", "Fil-biology konna nitgħallmu li ċerti bacteria tirreżisti għan-nar u għalhekk affarijiet ta' l-ikel li jkunu esposti għax-xemx għal tul ta' ħin u ma jinbigħux dakinhar stess, m'għandhomx jiġu refrigerated u mibjugħa l- għada jew il-pitgħada.", "M'għandix dubju li kulmin qiegħed ibiegħ qiegħed jieħu l-prekawzjonijiet kollha, pero` b'danakollu xorta għandu jkun hemm sorveljanza stretta biex dak li qed tagħmel id-WHO u dak li beħsiebna nagħmlu iktar 'il quddiem bil-Food Safety Act, nibdew nippreparaw għalih minn issa u nibdew nieħdu l-prekawzjonijiet kollha minn issa biex saħħitna tiġi mħarsa.", "Nafu li ċertu mard jista' jkun ilu jiġġenera ġewwa ġisimna u mbagħad ifaqqa' f'salt.", "Naħseb li fuq din il-materja għedt biżżejjed, Mr Speaker.", "Xtaqt nagħmel osservazzjoni fuq dak li deher fuq il-Malta Independent on Sunday tal-bieraħ, 8 ta' Lulju, fejn fl-artiklu tagħha f'paġna 23, Daphne qalet li jiena meta kont qed nippresjedi ma wrejtx ħniena ma' dawk il-283 persuna li tilfu ħajjithom fl-għarqa li kienet seħħet bejn Malta u Sqallija.", "M'għandix dubju li fl-artiklu hemm ħafna veritajiet dwar dik it- traġedja u lanqas m'għandi dubju li l-awtoratijiet Taljani u dawk Maltin ħadu l-passi kollha neċessarji.", "Pero` ma naħsibx li Daphne kienet ġusta meta għajritni li ma tajtx ċans li ssir minuta silenzju, kif ippropona l- Onor. Joseph Cuschieri.", "Naħseb li Daphne kienet daqsxejn ingrata għaliex l- Onor. Cuschieri kien ilu jitkellem xi kwarta jew għoxrin minuta – nistqarr li ħadt pjaċir bid-diskors tiegħu għax beda jikkwota b'ċerta preċiżjoni – u meta skada l-ħin u laħqu saru d-9.30 p.m., talab minuta silenzju!", "Kont nistenna li l-Onor.", "Membru jieqaf minuta qabel u jgħid li se jieqaf minuta qabel fid-diskors tiegħu bħala rispett għal dawk in-nies.", "Nissimpatizza miegħu f'dik il-ħaġa, pero` allaħares kull rappreżentant f'dan il-parlament jispiċċa jitlob minuta silenzju!", "Nerġa' nsostni li jiddispjaċini għal dawk in-nies li mietu f'dik it- traġedja, jiddispjaċini għal dak l-olokawst, jiddispjaċini għan-nies li qed imutu fl-Etjopja, jiddispjaċini għan-nies li qed imutu fl-Afghanistan, jiddispjaċini għan-nies li mietu fil-Kroazja, fil-Bosnia u fil-Herzegovina.", "Jiddispjaċini għas-Serbi li tilfu ħajjithom fil-Jugoslavja.", "Jiddispjaċini għall-Alġerini li qed jispiċċaw imħanxra f'darhom.", "Dawn min qiegħed jitlob minuta silenzju għalihom( Min qiegħed jgħolli leħnu għal dawn in-nies innoċenti li qegħdin jitilfu ħajjithom( Narawhom fuq it-television, tfal imutu bil-ġuħ, tfal maqtulin u truċidati kulfejn iddawwar wiċċek.", "Il-poplu Malti forsi jista' joqgħod ħalqu magħluq u sieket f'daru, pero` aħna l- parlamentari ma nistgħux nibqgħu siekta għal dan kollu.", "Irridu nagħmlu mhux biss minuta silenzju imma rridu nuru l-għadab tagħna għal dak li qiegħed jiġri.", "Kemm il-Ġnus Magħquda u kemm kull organizzazzjoni oħra dinjija għandhom jaraw x'jagħmlu biex traġedji bħal dawn ma jseħħux.", "Mr Speaker, nittama li l-parlament mhux biss għal dawn in-nies li mietu f'din id-diżgrazzja josserva minuta silenzju, imma għal dawk kollha li qed imutu bil-ġuħ u għal dawk kollha ppersegwitati.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta 10 ta' Lulju, 2001, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MOSTA: TRIQ IL-BISTRA - TINDIF", "27019.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex isir it-tindif meħtieġ fi Triq il-Bistra, fil-Mosta, fejn hemm plot li fiha qed jintrema skart li qed jikkawża ntejjen u periklu għar-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25000, nixtieq inżid li l-plot li qed jirriferi għaliha hija proprjeta` privata.", "MOSTA: TRIQ IL-BISTRA – INFESTAZZJONI TA' ĠRIEDEN", "27020.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jinvestiga l-ilment li Triq il-Bistra, fil-Mosta, qed tkun infestata bil-ġrieden?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għalkemm ma jirriżultax li kellna rapporti simili, ħaddiema mis-sezzjoni tal-pest control fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa pubblika għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fil-lok indikat.", "Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.", "MOSTA:TRIQ IL-BISTRA – TFIGĦ TA' SKART", "27021.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi neċessarji sabiex fl-inħawi ta' Triq il-Bistra, fil-Mosta, ma jibqax jintefa' skart b'dannu għar-residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa.", "MOSTA: TRIQ PATRI ĠUŻE DELIA - ASFALTAR", "27022.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata Triq Patri Ġuże' Delia, fil-Mosta – din issa ilha żmien twil fi stat ħażin - ħalli jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol indikat jaqa` taħt ir- responsabbilta` tal-kunsill lokali.", "PENSJONI", "27023.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li waħda armla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tilmenta li suppost tieħu aktar bħala pensjoni wara l-aħħar reviżjoni, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l- każ tagħha jiġi mistħarreġ mill-ġdid?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-każ tal- persuna indikata ġie investigat u l-istess persuna ġiet informata bil- miktub.", "MARSA – XOGĦLIJIET CT 41/ 2001", "27104.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26965?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm erba' offerti għal xogħlijiet fil-Marsa - avviż CT 41/2001 - talba li għadha qed tiġi aġġudikata u għaldaqstant mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba.", "QORMI: TRIQ MANWEL DIMECH - BANKINA", "27128.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina fi Triq Manwel Dimech, f'Ħal Qormi, minħabba l-istat diżastruż li tinsab fih u anke minħabba li hemm għadd ta' spralli maqlugħin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex issir spezzjoni fit-triq ħalli jiġi stabilit x'għandu jsir.", "QORMI: TRIQ MANWEL DIMECH - TINDIF", "27130.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm min-naħa tal-unit ambjent nadif għat-tindif ta' Triq Manwel Dimech, f'Ħal Qormi?", "Japprezza l- Ministru li hemm bżonn ta' arranġamenti aktar xierqa biex din it-triq tinżamm fi stat aċċettabbli ta' indafa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-unit għall-ambjent nadif biex jara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.", "BORD KONSULTATTIV DWAR TFAL U ŻGĦAŻAGĦ", "27136.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26966?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-terms of reference tal-bord konsultattiv dwar tfal u żgħażagħ huma elenkati f'subartiklu (3) ta' artiklu 11 ta' l-Att XVIII ta' l-1980 - Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien).", "Dawn huma li l-bord jagħti pariri lill-ministru dwar l-aħjar metodi kif kull tifel jew kull żagħżugħ li jitqiegħed jew jittieħed taħt il-kura tal-bord tiegħu jiġi ttrattat; li jeżerċita sorveljanza ġenerali dwar dawn it-tfal u żgħażagħ; u li b'mod ġenerali jieħu ħsieb li tittejjeb il-qagħda tagħhom.", "Matul din is-sena, il-bord iltaqa' 19-il darba u anke żamm diversi laqgħat miegħi.", "Il-bord attwali introduċa sistema li careplans għal dawn it-tfal u żgħażagħ jiġu diskussi u riveduti ta' l-anqas kull sitt xhur u anke jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "MARSA SPORTS COMPLEX - PASSI KRIMINALI", "27137.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26967?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-kumpless sportiv tal-Marsa tad- dipartiment taż-żgħażagħ u sport hemm tmien persuni li qegħdin jittieħdu passi kriminali mill-pulizija kontrihom – u dan wara li ttieħdu passi dixxiplinari kontra dawn l-istess individwi skond il-proċeduri taċ-ċivil – fuq parir ta' l-avukat ġenerali.", "Fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hemm disa' persuni li qed jittieħdu passi kriminali mill-pulizija kontrihom u fil-każi kollha l-proċeduri kriminali nbdew mill-pulizija.", "Fid-dipartiment tal-mużewijiet bħalissa hemm tliet ħaddiema li qegħdin jittieħdu passi kriminali kontrihom.", "Fil-każ imsemmi, il-passi kriminali bdew mill-pulizija wara li dawn għamlu investigazzjoni indipendenti mid-dipartiment.", "Kif jitolbu l-proċeduri tad-dixxiplina tal-PSC, ebda azzjoni dixxiplinarja ma tista' tittieħed mid-diviżjoni sakemm jiġi konkluż il-każ quddiem il- qorti.", "Wara l-konklużjoni tal-każ, kopja tas-sentenza tintbagħat lill- kummissjoni tas-servizz pubbliku għall- konsiderazzjoni tagħha u għal xi rakkmandazzjonijiet li tkun tixtieq tagħmel.", "SAĦĦA - SENIOR REGISTRARS", "27144.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għas-sejħa li saret għall-postijiet ta' senior registrar (academic) fil-general medicine, fil-pedjatrija u fl- ostatreġija u fil-ginekoloġija?", "Jidhirlu l-Ministru li dawn is-sejħiet kellhom isiru u jitħallsu mill-vot ta' l-universita` u mhux mid-dipartiment tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-ħtieġa li jinħolqu l-postijiet li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ilha tinħass.", "Fil-fatt dawn il- postijiet kienu nklużi fil-human resources plan tad-diviżjoni tas-saħħa għall-perijodu 1998-2000 sabiex fl-isptar ikun jista' jinbeda eżerċizzju ta' clinical audit u quality assurance.", "GPS – SAFAR UFFIĊJALI", "27145.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jagħti rendikont tas-safar kollu li sar matul is-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 minn impjegati tal-government pharmaceutical services?", "Minn min sar dan is-safar u għal liema skop?", "Minn liema sorsi ġew il-flus għal dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GPS – PROVVISTA TA' PRODOTTI MEDIĊINALI", "27146.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni preżenti bejn id-dipartiment tas- servizzi farmaċewtiċi u dak tas-servizzi veterinarji, rigward l-adozzjoni ta' l-acquis għal dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali?", "Qegħdin jiġu adottati l-istess policies f'dan ir-rigward?", "Xi pjani hemm għall- futur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "GPS - KONSULENZA", "27147.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk intalbitx jew jekk hix se tintalab konsulenza għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-adozzjoni ta' l-acquis fil-qasam farmaċewtiku?", "Mingħand min intalbet din l-għajnuna?", "Fiex waslu t-trattattivi?", "Min ser jagħmel tajjeb għall-ispiża involuta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "GPS – LIĊENZJA GĦALL-IMPORTATURI TA' MEDIĊINI", "27148.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24225, jista' il- Ministru jgħid f'liema sena ħarġu l-aħħar liċenzji lill-importaturi tal- mediċini?", "Jista' jikkonferma jekk dawk l-importaturi li ma nħarġitilhomx liċenzja humiex jitħallew joperaw?", "X'tibdil qed isir fil-conditions of licence?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27148 u anke għar-risposta li ngħatat aktar qabel għall-mistoqsija parlamentari 24225, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-aħħar sena li nħarġu liċenzji lill-importaturi tal-mediċini kien fis-sena 1999.", "Għaldaqstant tali importaturi qed jiġu rreġistrati qabel ma jitħallew joperaw.", "Dwar it-tibdil li hemm maħsub fil-conditions of licence, ma nħossx li jkun opportun li nagħti informazzjoni peress li xejn għadu ma ġie ffinalizzat.", "GPS – LIVELL TA' GMP PRACTICE", "27149.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24224, jista' il- Ministru jikkonferma li l-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali u li ngħataw liċenzja jilħqu l-livelli ta' GMP practices skond kif stabilit mid-WHO u mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Huwa kkonfermat li l-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali u li ngħataw liċenzja jilħqu l-livelli ta' GMP practices skond kif stabilit mid-WHO u mill-Unjoni Ewropea.", "PULIZIJA NISA FIL-KORP", "27153.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' pulizija nisa fil-korp?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond il-grad li għandhom dawn il-pulizija nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-persentaġġ ta' membri nisa fil- korp tal-pulizija hu ta' 13%.", "Għandna 1% li huma surġenti u 12% li huma kuntistabbli.", "PULIZIJA - VJOLENZA DOMESTIKA", "27154.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' vjolenza domestika rrapportati s- sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm tressqu l-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn l-1 ta' Jannar 2000 u t-30 ta' Ġunju 2001 kien hemm 259 rapport lill-pulizija dwar każi li b'xi mod jistgħu jinkwadraw ruħhom taħt vjolenza domestika.", "Informat ukoll illi fl-istess perijodu tressqu l-qorti 194 persuna.", "BINI U TISWIJA TA' DJAR - DRAUGHTSMEN", "27155.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Fil-każ tad-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm draughtsmen mad- dipartiment?", "X'inhi r-responsabbilta' tagħhom?", "X'ħinijiet jaħdmu?", "Kemm tħallsu f'overtime matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-preżent hemm erba' draughtsmen fid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar.", "Dawn huma responsabbli mit-tħejjija ta' pjanti, li allura jinkludu proposti dwar proġetti ġodda ta' djar jew ta' rikostruzzjoni, proposti ta' proġetti ġodda ta' ġonna pubbliċi jew landscaping, kejl ta' bini affettwat minn proġetti ta' slum clearance u kejl tal-bini as carried out għal skop ta' records.", "Il-ħinijiet tax-xogħol tad-draughtsmen huma bħal dawk ta' l-impjegati tekniċi mal-gvern, jiġifieri fix-xitwa bejn is-7.00 a.m. u n-12.30 p.m. u bejn is-1.15 p.m. u l-4.30 p.m u bejn is-6.30 a.m. u n-12.30 p.m. fis- sajf.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kumplament ta' l- informazzjoni mitluba.", "QRATI – KAŻI TA' STUPRU", "27156.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid f'kemm mill-każi ta' stupru fuq nisa li tressqu l-qorti din is-sena u s-sena l-oħra, l-allegat aggressur instab ħati?", "Jista' jgħid x'kienet il-piena f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - KAŻI TA' STRUPRU", "27157.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru fuq nisa rrapportati din is- sena u s-sena l-oħra?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar in-numru ta' każi ta' stupru li ġew irrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000 nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari 20076 u 23047, filwaqt li matul is-sena 2001 sat-30 ta' Ġunju ġew irrapportati tliet każi.", "Dwar il-każi li ġew irrapportati li seħħew bejn l-1 ta' Jannar 2000 u t-30 ta' Ġunju 2001 ninsab informat li n-numru ta' persuni mtella' il-qorti kien ta' ħamsa.", "BINI U TISWIJA TA' DJAR - OVERTIME TAS-SEGRETARJAT", "27158.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Fir-rigward tas-segretarji ngaġġati mad-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm sigħat ta' overtime dawn ħadmu f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm nefaq flus id-dipartiment għall-ħlas ta' dan l-overtime?", "Xi kriterji ntużaw sabiex jidħlu overtime dawn l-impjegati?", "Taħt ir-responsabbilta ta' min jaqgħu dawn is-segretarji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-impjegati fis-segretarjat fid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar jaqgħu taħt ir-responsabbilta` diretta tad-direttur, filwaqt li l-kriterji wżati dwar min jaħdem l- overtime huma dawk ta' l-esiġenzi tax-xogħol fl-istess dipartiment.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kumplament ta' l- informazzjoni mitluba.", "TARXIEN – PILLOLI DIBENYLINE", "27159.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jara li l-pilloli Dibenyline 10mg ordnati mill-professur jaslu għand wieħed anzjan – id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - peress li dan għamel applikazzjoni għalihom fuq shedule V u għadu ma rċieva xejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali u għalhekk għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13567.", "DOOR NUMBERING", "27160.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' door numbering?", "Kemm-il lokalita` tlestiet s'issa?", "Meta hu maħsub li jitlesta l-proċess kollu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-lokalitajiet li ġew ittrattati s'issa huma: Ħ'Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, Birżebbuga, il-Fgura, Ħal Għaxaq, il- Gudja, il-Gżira, il-Ħamrun, l-Iklin, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, il- Marsa, il-Mellieħa, l-Imsida, l-Imqabba, in-Naxxar (part 1),Tal-Pieta', Ħal Qormi, il-Qrendi, Raħal Ġdid, San Gwann, Santa Luċija, Santa Venera, is- Siġġiewi, is-Swieqi, Ħal Tarxien, Ta' Xbiex, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Wied il-Għajn u ż-Żejtun, apparti li qed jitkompla x-xogħol fuq in-Naxxar, (part 2), Ħal Safi kif ukoll il-Mosta.", "Huwa diffiċli li wieħed jgħid bi preċiżjoni x'baqa' isir minħabba li dan joħroġ waqt li jkun qiegħed isir l-eżerċizzju attwali tar-renumbering, lokalita' b'lokalita'.", "TRIQ TA' BURMARRAD - RIKOSTRUZZJONI", "27161.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tat-tender tat-triq ta' Burmarrad li qegħda ssir bħalissa?", "Min rebaħ it-tender?", "Xi kemm se tieħu żmien it-tender u meta se titlesta?", "Min hu l-perit tal-kuntrattur inkarigat minn dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-valur tat-tender li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant jammonta għal Lm1,347,647 u l-kuntratt ġie mogħti lid-ditta Penza Tarmac Ltd., b'completion period ta' 52 gimgħa.", "Il-kuntrattur hu responsabbli mid-disinn tat-triq u għal dan il-għan ħatar lid-ditta design resources biex tagħmel id-disinn u tkun responsabbli mix- xogħol.", "MOSTA: VALLETTA ROAD - XOGĦLIJIET", "27162.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol li qiegħed isir bħalissa f'Valletta Road, Mosta?", "Meta hu previst li jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-valur tax-xogħol huwa ta' Lm257,000 u x-xogħol hu mistenni li jitlesta f'Awissu.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "27163.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandhom jinġabru flus mill- kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "Kemm minn dawn huma residenzjali, kummerċjali jew ta' xi azjenda governattiva?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Rigward il-perjodu minn April sa Settembru 2000, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 23188.", "L-informazzjoni li tkopri l-perjodu minn Ottubru 2000 'il quddiem għadha qed tinġabar.", "TAS-SLIEMA : GĦAR ID-DUD - CHALET U CARPARKS", "27164.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid min tefa' offerta għax-chalet u ż-żewġ carparks f'Tas- Sliema?", "X'kienet kull offerta rispettiva li ntefgħet?", "F'liema stadju wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni u meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi nħarġu tliet sejħiet għal offerti kif ġej, bl-offerti mitfugħin għall-Avviż nru.", "202 jingħataw preferenza fuq offerti mitfugħin għall-Avviż nru.", "204:", "* Avviż nru.", "202 - chalet u sit għal carpark f`GĦar id-Dud;", "* Avviż nru.", "203 - sit għal carpark f`Qui-Si-Sana; u", "* Avviż nru.", "204 - sit għal carpark f`GĦar id-Dud.", "Għall-avviż nru.", "202 ntefgħu erba` offerti, u cioe`:", "C&F Building Cont.", "Ltd li offrew Lm152,000 fis-sena;", "Polidano Brothers Ltd li offrew Lm 55,000 fis-sena;", "Preluna (Chalet) Ltd li offrew Lm 23,000 fis-sena; u", "Blokrete Ltd, Francesco Fenech Ltd, Falzon Trading, A. M. Mangion Ltd li offrew żewġ options: jew moratorium ta` sentejn u wara Lm10,000 fis-sena; jew moratorium ta` sentejn u wara Lm 20,000 fis-sena bejn it-tielet u l- ħames sena, u Lm20,000 fis-sena u 20% tal-profitti wara l-ħames sena.", "Għall-avviż nru.", "203 intefgħu żewġ offerti, u cioe`:", "W&M Zammit Tabone Ltd li offrew Lm15,500 fis-sena u b`valur ta` Lm47,000 fi spazju ta` parkeġġ ta` karozzi; u", "• W&M Zammit Tabone Ltd li offrew Lm10,500 fis-sena u b`valur ta` Lm47,000 fi spazju ta` parkeġġ ta` karozzi.", "Għall-avviż nru.", "204 intefgħet offerta waħda minn: * Preluna (Chalet) Ltd li offrew Lm17,000 fis-sena.", "Fil-każ ta` avviż nru.", "202 għall-għotja ta` chalet u sit għall-carpark f`GĦar id-Dud, it-technical offer ta` l-ogħla offerent, C&F Building Contractors Ltd, għadha qed tiġi kkonsidrata mill-awtorita` ta` l-ippjanar.", "Fil-każ ta` avviż nru.", "203 għall-għoti ta` sit f`Qui-Si-Sana, iż-żewġ technical offers taż-żewġ offerti magħmula mill-istess kumpannija ma ġewx aċċettati mill-awtorita` ta` l-ippjanar.", "ĦLAS LILL-PERIT RICHARD ENGLAND", "27165.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li tħallas il-Perit Richard England sal-lum għax-xogħol li għamel f'St James Cavalier u Bieb il-Belt separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ammont ta' flus li tħallas lill-Perit Richard England sal-lum għax-xogħol li għamel f'St. James Cavalier huwa ta' Lm203,138; waqt li l-ammont li tħallas għax-xogħol li għamel fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt huwa ta' Lm69,000.", "Dawn l-ammonti jinkludu t-taxxa tal-VAT jew l-ETS.", "GĦAWDEX – SOCIAL SECURITY DISTRICT MANAGERS", "27168.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sal-ġurnata tal-lum għadu ma ġiex ippubblikat ir-riżultat tad-district managers fid-dipartiment tas-social security f'Għawdex - l- applikazzjonijiet ħarġu f'Novembru 2000 - meta l-interviews saru f'April ta' din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li r-riżultat ta' l-intervisti għall-postijiet ta' managers fl-uffiċċji distrettwali tad-dipartiment tas- sigurta' soċjali ntbagħat lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku f'April 2001.", "Fl-4 ta' Lulju 2001 il-kummissjoni talbet lill-bord ta' l-għażla jikkonferma jekk dawk il-kandidati li ġiebu l-istess marka, kenux imniżżla fl-ordni tal-meritu kif stabilit f'ċirkolari B1 tal-11 ta' Jannar 1995.", "Il- bord bagħat ir-risposta tiegħu permezz ta' ittra li ġġib id-data tas-6 ta' Lulju 2001.", "Id-dipartiment issa qed jistenna l-awtorizzazzjoni mill-kummissjoni biex jiġi ppubblikat ir-riżultat.", "FMS - VETTURI", "27169.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26997?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biegħet vettura waħda bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-31 ta` Mejju 2001, u cioe` Toyota Carina 20D li nbiegħet għall-prezz ta` Lm3,100.00 lil Emanuel Attard ta' 23, Gioia, Triq l-Andar, Ħ'Attard.", "Dan seħħ skond il-policy imfassla u approvata mill-bord tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi, li tgħid li mpjegat tal-fondazzjoni jista` jixtri l- karozza li kien juża huwa meta din tasal biex tinbiegħ.", "L-impjegat ikun jista` jixtri l-karozza wara li toħroġ sejħa għal offerti, basta jkun lest li jħallas daqs l-ogħla offerta mitfugħa.", "MARSA: SKOLA FRA DIEGO BONANNO – STUDENTA TA' L-EWWEL SENA", "27170.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Tista' l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament, tingħata ċ- ċertifikat ta' l-ewwel sena fl-iskola Fra Diego Bonanno, Marsa, kif ingħataw studenti oħra li temmew l-ewwel sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn stħarriġ li sar fl-iskola, ma jidhirx li qatt ingħataw ċertifikati lil studenti meta temmew l-ewwel sena.", "SKEJJEL – POST TA' SUPPLY KINDERGARTEN ASSISTANT", "27171.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d- dettalji qed jintbagħtu separatament, ma ġietx magħżula għall-post ta' supply kindergarten assistant minkejja l-kwalifiki li għandha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSENTEIŻMU FL-ISKEJJEL", "27172.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kellna studenti matul din is- sena li qatt ma attendew skola sekondarja ġenerali tal-gvern jew junior lyceum kif suppost?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill- iskejjel, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "XOGĦOL TA' STAMPAR MILL-PRIVAT", "27173.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li xogħol ta' stampar li qed isir mill- gvern fi stamperiji privati u li jista' jsir fl-istamperija tal-gvern, mhux fil-fatt qed jingħata lill-istamperija tal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li meta xogħol ta' stampar ma jkunx jista' jsir mill-istamperija tal-gvern minħabba raġunijiet tekniċi jew għax ma jkunx jista' jitwettaq fiż-żmien mitlub minħabba pressjoni ta' xogħol, jingħata permess isir mill-privat.", "INĊIDENTI BEJN SAJJIEDA MALTIN U DAWK TALJANI", "27174.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-kummissarju tal-pulizija talab videos u ritratti mingħand il-media biex jgħinuh fl-investigazzjoni dwar inċidenti li nqalgħu bejn sajjieda Maltin u dawk Taljani fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju fuq il-kwestjoni tat-tonn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi din hija l-proċedura normalment segwita f`inċidenti simili.", "XOGĦOL TA' TITJIB FID-DJAR TA' PERSUNI B'DIŻABILITA'", "27175.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti d- dettalji kollha relatati ma' skema 7 ta' l-awtorita' tad-djar dwar għajnuna finanzjarja għal persuni b'diżabilita', għal xogħlijiet ta' titjib relatati mad-diżabilita' tagħhom f'residenzi okkupati minnhom?", "Jista' jgħid jekk kif ġie avżat fil-gazzetta tal-gvern b'avviż maħruġ fis-17 ta' April 2001, din l-iskema ġietx estiża għal sitt xhur oħra?", "X'inhuma r- raġunijiet u xi skemi ta' għajnuna oħra hemm għal persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-iskema 7 ta' l-awtorita' tad-djar hi skema ta' għajnuna finanzjarja biex isiru xogħlijiet ta' titjib fi djar okkupati minn persuni b'diżabilita' - l-għajnuna għal xogħlijiet approvati taħt din l- iskema tilħaq massimu ta' Lm2,300 - bl-għajnuna tiġi approvata mill- awtorita' tad-djar fuq rakkmandazzjoni minn kumitat li fuqu hemm rappreżentant mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-provvedimenti u kondizzjonijiet dwar din l-iskema li ħarġet fit-8 ta' Ottubru 1999 u ġiet imġedda sat-8 ta' Ottubru 2001.", "Wara din id-data, l-awtorita' tista' jew iġġeddidha jew toħroġ skema oħra ġdida.", "Skema oħra relatata ma' persuni b'diżabilita' hi skema 5, li tirrigwarda l- istallar ta' lift fi blokki residenzjali tal-gvern li fihom jgħixu persuni bi problema ta' mobilita'.", "DIMOSTRAZZJONI MINN ĦADDIEMA TAT-TARZNA", "27176.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Fid-dawl tal- konklużjonijiet tal-proċeduri fil-qorti kontra tliet ħaddiema tat-tarzna, akkużati li kienu attakkaw tliet ġurnalisti waqt il-qadi ta' dmirijiethom, f'dimostrazzjoni li saret mill-ħaddiema tat-tarzna fil-Belt f'Lulju tas- sena li għaddiet, jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex għaddejja investigazzjoni mill-pulizija sabiex jiġi stabilit jekk l-uffiċjali prosekuturi mexxewx skond dmirijiethom il-proċeduri min-naħa tagħhom?", "Jikkonferma l-Ministru li l-vittmi ta' dan ir-reat qatt ma ttellgħu l-qorti mill-prosekuzzjoni biex jixhdu?", "Jikkonferma li l-uffiċjali prosekuturi lanqas biss ressqu bħala prova, dikjarazzjonijiet ġuramentati min-naħa ta' dawk akkużati li fihom jammettu l-involviment tagħhom f'dawn l-inċidenti?", "Jikkonferma li minkejja li kellha l-filmat ta' l-inċidenti, il-pulizija lanqas dawn ma ressqet bħala prova?", "Qed jiġi stabilit jekk kienx hemm nuqqasijiet min-naħa ta' l-uffiċjali tal- pulizija li mexxew il-prosekuzzjoni?", "Jekk jirriżultaw nuqqasijiet, se jittieħdu passi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-proċeduri kriminali msemmija għadhom fi stadju ta` appell u għaldaqstant ma nħossx li huwa prudenti li wieħed jikkummenta f`dan l-istadju.", "TAGĦLIM TA' L-ISTORJA TA' MALTA", "27177.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li fi skola privata – isem din l-iskola qed jintbagħat separatament – l-għalliema ta' l-istorja ta' Malta huwa wieħed Ingliż li ma jafx bil-Malti?", "Jista' jgħid jekk dan l-għalliem li jgħallem tfal tal-form III u tal-form IV għandux il-permess li jgħallem?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti f'dan is-sens?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22899, tlabt lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tassigura li l-iskola konċernata qed tottempora ruħha mal-permessi maħruġa.", "SKOLASPORT", "27178.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'tibdil se jsir fit-tmexxija u fl-organizzazzjoni ta' l-iskolasport?", "Min qed jaħdem fuq dan il-pjan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-programm ta' skolasport joffri tagħlim fi tliet skemi, u ċioe' il-fondazzjoni għat-tfal ta' bejn il-ħames snin u s-seba' snin; il-parteċipazzjoni għat-tfal bejn it-tmien snin u l-għaxar snin; u performance għat-tfal bejn il-ħdax u s-16-il sena.", "It-tfal li japplikaw għall-programmi tal-fondazzjoni u l-parteċipazzjoni se jkunu segwiti minn għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika, filwaqt li tfal li japplikaw għall-program ta' performance ikunu mgħallma minn coaches kwalifikati u rrakkomandati mill-assoċjazzjoni sportiva relevanti.", "L-għalliema ta' l-ewwel żewġ programmi se jkollhom programm skematiku dettaljat fil-ġinnastika edukattiva, fl-għawm u fl-atletika - jew aħjar attivita` motorja - filwaqt li l-coaches tal-programm ta' performance għandhom skema mħejjija mill-assoċjazzjoni sportiva tagħhom.", "Barra minn hekk, it-tfal ta' bejn it-tmien snin u l-għaxar snin se jkollhom il- possibilita` li jipparteċipaw f'kull tip ta' sport ieħor offrut minn skolasport.", "Dan il-pjan ġie mfassal minn uffiċjali tad-dipartiment taż-żgħażagħ u sport.", "STUDENTI UNIVERSITARJI – XOGĦOL TAS-SAJF", "27180.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27044, jista' il-Ministru jikkonsidra li jbiddel il-prassi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- minuti tal-bord tal-manteniment lill-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li għandi nbiddel il-prassi, wisq anqas meta l-istudenti għandhom ir-rappreżentant tagħhom fuq il-bord.", "SKEJJEL – DĦUL FIL-KINDERGARTEN", "27211.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kif tifel li jagħlaq tliet snin fl- ewwel jiem ta' Ottubru 2001, mhux se jitħalla jidħol fil-kindergarten f'Ottubru li ġej iżda se jdaħħluh f'Jannar 2002?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tfal jidħlu l-iskola b'dan il-mod:", "* dawk li jkunu twieldu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 1998 jidħlu f'Ottubru 2001; * dawk li jkunu twieldu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 jidħlu f'Jannar 2002; u * dawk li jkunu twieldu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 1999 jidħlu f'April 2002.", "ĦLAS TAL-LIĊENZJI TAT-TV SETS", "27213.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il liċenzja tat-televizjoni tal- kulur u black and white tħallset mill-1996 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se ninvestiga t-tagħrif li jinġabar u nagħti tweġiba f'seduta oħra.", "ŻABBAR: TRIQ IL-FARFETT TAL-FEJĠEL – SEWER MAINS", "27214.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jara x'jista jsir sabiex il-problema tad-drenaġġ li hemm fl- indirizz li qed jintbagħat separatament tkun tista' tissolva, peress li kull meta tagħmel ħalba xita d-drenaġġ jidħol ġewwa u dan minbarra l- intejjen ta' kuljum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-tender biex jinbidel il-main tad-drenaġġ fit-triq imsemmija ġiet ippubblikata u x-xogħlijiet se jibdew dalwaqt.", "AFM - PROMOZZJONIJIET", "27215.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il- Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' dawk li applikaw għal promozzjoni fl- armata f'Jannar 2001, l-ordni tal-mertu kif ġew ikklassifikati u l- kriterji li ntużaw biex ingħataw promozzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 23483, ninformaha li mhux proċedura li fil-forzi armati tinħareġ sejħa għal applikazzjonijiet sabiex wieħed japplika għal promozzjoni u għaldaqstant ma teżistix lista kif mitluba.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - XOGĦLIJIET", "27216.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 24008 u għat-tweġiba mogħtija, jista' il-Ministru jgħid jekk minn dakinhar 'il hawn kienx hemm kuntratturi oħra li ntalbu mid-dipartiment tat-toroq biex jaqilgħu xogħol li kienu għamlu?", "Min kienu l-kuntratturi u fejn kienu qed jaħdmu?", "Min kienu dawk il-kuntratturi li mill-1994 'il hawn qalgħu partijiet mix- xogħol li kienu għamlu għax ma kienx ta' livell?", "Fejn kienu qed jaħdmu u meta sar dan?", "Min kienu dawk il-kuntratturi li mill-1994 'il hawn qalgħu xogħol li għamlu jew li kienu qed jagħmlu, din id-darba għall-kunsilli lokali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn Frar 'il hawn kien hemm xi xogħlijiet f'Ħal Qormi u f'Ħ'Attard li saru mid-ditta Polidano Bros. u li d- dipartiment tat-toroq ħass il-bżonn li x-xogħol jiġi rrimedjat minħabba li ma laħaqx il-kwalita' meħtieġa.", "Id-dipartiment tat-toroq m'għandux informazzjoni dwar ix-xogħol li setgħu qalgħu l-kunsilli.", "ABBONATI FL-INTERNET", "27217.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il abbonat ta' l-internet hawn?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni b'lura għall-1996?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li qabel it-twaqqif tal-Malta communications authority ma kenitx tinżamm l-informazzjoni kif mitluba b'mod regolari.", "Madankollu nista' nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22502.", "Jien informat ukoll li abbonati fl-internet sal-31 ta' Mejju kien hemm 40,000.", "GŻIRA – PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA", "27218.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tibda tirċievi l-pensjoni mhux kontributorja?", "Din kienet tieħu r-relief imma dan twaqqaf snin ilu - meta kienet wirtet xi ħaġa - u llum għandha 64 sena u qatt ma ħadet pensjoni minn mindu għalqet is-60 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL", "27219.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26872?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-bidu ta' Jannar 2001 sa l-aħħar ta' Mejju 2001.", "MTARFA HOME", "27220.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li skrivana li taħdem f'Mtarfa Home, qed tieħu tarbija ta' ftit ġimgħat magħha għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - ARRETRATI", "27221.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il- ħsieb li jinħarġu l-arretrati li għandha tirċievi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna msemmija la qed tirċievi pensjoni kontributorja u lanqas għamlet xi talba għal xi pensjoni kontributorja.", "PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "27222.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata li tirċievi l-pensjoni tad-DSS, anke jekk għadha ma għalqetx il-61 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-persuna indikata diġa' qegħda tirċievi pensjoni taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li l-pensjoni kontributorja ta' l- irtirar titħallas biss meta l-persuna tkun għalqet il-61 sena u tkun waqfet mix-xogħol.", "NATIONAL COMMISSION FOR WELFARE REFORM", "27223.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx jew hux qed isir gender impact assesment fuq ir-rapport tan-national commission for welfare reform?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sal-lum il-kummissjoni għadha ma ppreżentatx rapport finali lill-gvern.", "Dak li deher fil-media jidher li hu l-kontenut ta' abbozz ta' rapport li tqassam lill-membri tal-kummissjoni b'mod kunfidenzjali u li għadu qiegħed ikun diskuss mill-membri.", "Meta jkun hemm rapport finali ppreżentat lill-gvern, allura bla dubju tkun trid issir analisi minn kull min huwa interessat.", "Tajjeb jingħad ukoll li l-kummissjoni rċeviet il-proposti li saru mill- kummissjoni għall-avvanz tal-mara numru ta' xhur ilu.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR VJOLENZA DOMESTIKA", "27224.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Issa li għaddiet sena minn meta ntqal li l-abbozz ta' liġi li jagħti protezzjoni lill-vittmi tal-vjolenza domestika kellu jitressaq f'dan il-parlament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta attwalment se jitressaq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-abbozz ta' liġi dwar vjolenza domestika tlesta s- sena li għaddiet u fil-fatt qed jiġi rivedut mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Malli dan l-uffiċċju jlesti xogħlu u wara li l-abbozz jiġi approvat mill-kabinett, l-abbozz jitressaq quddiem il-parlament.", "PA – BINI OUTSIDE THE DEVELOPMENT ZONE", "27227.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-applikazzjonijiet għall- bini ta' djar outside the development zone, kif approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "ENEMALTA BLOOD DONORS", "27229.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' kemm kien hemm impjegati tal-korporazzjoni Enemalta li talbu u ngħataw permess imorru jagħtu d-demm waqt il-ħin tax-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA – INGAĠĠ TA' PERIT", "27230.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' kif ġie mpjegat perit ġdid mal-korporazzjoni Enemalta?", "Kien hemm sejħa nterna qabel ma ġie mpjegat?", "Xi grad ingħata u fuq liema bażi ngħata l-grad?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SANTA VENERA – TWAĦĦIL TA' LAMPI ĠODDA", "27231.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il lampa ġdida saret f'Santa Venera mill-1994 'il hawn?", "F'liema triq saru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN ĠWANN: TRIQ R. CARUANA DINGLI – STREET LIGHTING", "27232.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Tista' titwaħħal bozza qrib 34 u 24, R. Caruana Dingli Street, San Gwann billi m'hemm ebda street lighting f'din in-naħa tat-triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra."]} {"filename": "19991020_162d_par.doc", "date": "1999-10-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 162 L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 162", "L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "162", "L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ MINUTI 16", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 16", "TQEGĦID TA' KARTI 21", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI", "PERIKOLUŻI (IT-TIENI QARI)", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 21", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROPRJETA' TA' L-GĦADU (IT-TIENI QARI)", "ENEMY PROPERTY (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 39", "AĠĠORNAMENT 47", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 54", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 161 li saret fl-20 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET 1999", "5696.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali s-Sibt 13 ta' Marzu, 1999?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li l- informazzjoni dwar l-ispejjeż li ntefqu fl-organizzazzjoni ta' l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu, 1999 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għall-informazzjoni ta' kulħadd it-total kien ta' Lm215,000.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din id-domanda m'għandha x'taqsam xejn mad- domanda oriġinali.", "Barra minn hekk m'hijiex responsabbilta' ministerjali tiegħi u allura m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Prim Ministru jispjegali kif lejliet l-aħħar elezzjonijiet għall-kunsilli lokali, fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista u fil-gazzetti kien jingħad u jinkiteb li s-sejba taż-żejt kienet imminenti u mbagħad malli għaddew l-elezzjonijiet ħarġu jgħidu li m'hemmx żejt?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Diġa' rrispondejt domandi simili.", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li dwar is-sejba taż-żejt kien l-Onor.", "Mizzi stess li meta kien ministru responsabbli, qabel l-elezzjonijiet ġenerali ta' l- 1998, kien għamel dikjarazzjoni fis-sens li qed jgħid hu.", "Min-naħa tiegħi m'għandix xi nżid ma' dak li ntqal f'seduta riċenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi l-evidenza ta' dan fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Il-Prim Ministru lest li jagħti nkarigu lid- dipartiment ta' l-informazzjoni biex jiġbor l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mat-tiftix taż-żejt - anke d-diskorsi li saru u kulma deher fil-gazzetti - ħalli l-poplu jkun jaf kulma ntqal u jekk hemm xi gideb dan joħroġ ukoll?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Membru jridni niġbor informazzjoni diġa' ppubblikata biex nerġa' nippublikaha, kontradizzjoni prima klassi.", "L- informazzjoni li qed jitlobni, skond hu stess, hija ppubblikata u m'iniex dispost li ninkariga lid-dipartiment ta' l-informazzjoni biex jagħmel dan l- eżerċizzju bla bżonn.", "Bħala kap tal-Partit Nazzjonalista, jekk l-Onor.", "Membru jaċċetta, nista' nirriferih lill-uffiċju tagħna ta' l-informazzjoni u jagħtuh l- informazzjoni readily available mil-librerija tal-partit, basta jħallas għaliha!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli l-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena għedt illi l-Onor.", "Mizzi talabni nippubblika lista billi ngħid lid-DOI ifittxu dak kollu li diġa' ġie ppubblikat.", "Dak li hu ppubblikat huwa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u allura hemm kontradizzjoni f'dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "Jiġifieri ddawwarx kliem, jekk jogħġbok!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nistaqsi lill-Prim Ministru jekk hijiex kontradizzjoni li filwaqt li qabel l-elezzjonijiet ġenerali ta' Settembru 1998, bħala kap ta' l-oppożizzjoni dak iż-żmien u mexxej tal-Partit Nazzjonalista, f'mass meeting kien qal li f'Kerċem m'hemmx żejt u kien anke wasal biex akkużana li aħna ridna nqarrqu, imbagħad ftit sigħat wara li laħaq prim ministru ħarġet l-ordni biex it-tħaffir jitkompla.", "Jista' l- Prim Ministru, jekk jogħġbu, jgħidilna jekk għallinqas f'dik id- dikjarazzjoni li kien għamel kienx żbaljat jew le?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien niskanta kif l-Onor.", "Membru qed ipoġġi din id-domanda u jistaqsini jekk kontx żbaljat jew le.", "Hu jaf daqsi u taf Malta kollha li ż-żejt ma nstabx.", "Allura jiena ma kontx żbaljat, għalkemm nixtieq ħafna li kont żbaljat!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Prim Ministru qal li dak li hu ppublikat m'hemmx għalfejn terġa' tippublikah - fil-fatt dan m'hu veru xejn li ġie ppubblikat u jien qatt m'għedt dak li l-Prim Ministru qed jgħid li jien għedt - u nista' ngħid li tlabtu biex jiġbor l-informazzjoni kollha u jippubblikaha ħalli jsib li dak li akkużani bih mhux veru li jien għedtu u allura m'hemmx kontradizzjoni.", "Il-kontradizzjoni l-Prim Ministru qalha mhux jien!", "Ladarba l-Prim Ministru hu tant persważ li jien għedt dak id- diskors li qed jgħid hu - jien ninnega li għedt dak id-diskors u m'hu veru xejn li dan ġie ppubblikat - nitolbu jiġbor l-informazzjoni kollha li ħarġet ħalli l-poplu jkun jaf il-verita', ikun jaf min qiegħed jigdeb u min qal mod qabel l-elezzjoni u min qal mod ieħor wara l-elezzjoni.", "Il-poplu għandu jkun jafha l-verita'.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, ma jistax ikun li dan il- parlament jibqa' sejjer b'akkużi ta' gideb.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi qed jakkużani li jiena gdibt irid jirtirha.", "Ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin b'dan il-livell ta' dibattitu, fejn min-naħa ta' l-oppożizzjoni kontinwament isiru insinwazzjonijiet u jintefa' kliem bħal dan.", "Jiena noġġezzjona bil-qawwa kollha.", "Jekk qed jgħid li jien gdibt, jgħid li jien gdibt imma jrid jippruvaha.", "Jekk ma jippruvahiex nibqa' ninsisti biex ikun hawn l-ordni u inti, Mr Speaker, min-naħa tiegħek tieħu l-passi kollha skond l-istanding orders.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nistaqsi lill-Prim Ministru jekk din tgħoddx għalih peress li hu qalli li jien kont gdibt dakinhar!", "Se nerġa' nistaqsih illum jekk dak kienx gideb meta qabel l-elezzjoni ntqal illi kien qed jintrema' materjal tossiku ġo barriera - fil-fatt wara rriżulta li ma kien veru xejn lanqas - u kien intqal ukoll li kien hemm pressjoni biex aħna nkomplu mexjin bix-xogħol, imqar sa l-elezzjoni.", "Dak li qed jgħid hu jgħodd għalih stess u nitolbu biex jirrispondini.", "MR SPEAKER: Nappella għall-bonsens ta' l-Onor.", "Membri biex joqogħdu attenti xi kliem jużaw.", "Aħna hawn ġew obbligati li nuru rispett lejn xulxin u hekk għandu jkun.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'għandix xi nżid mar-risposti li tajt lill- Onor. Membru f'seduta riċenti.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: La l-Prim Ministru qabel l-elezzjoni kien daqshekk ċert illi f'Għawdex ma kienx hemm żejt u llum qed jgħid illi hu kellu raġun, x'wasslu mela li jieħu deċiżjoni li jitkompla t-tħaffir meta din l-operazzjoni lill-poplu swietu miljuni kbar ta' liri?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk ifittex sew x'għedt jien qabel l- elezzjoni, jinduna li dak li qed jallega issa m'huwiex minnu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri l-Prim Ministru qed jiċħad li hu qabel l-elezzjoni qal li f'Kerċem m'hemmx żejt?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dak li għedt jien huwa reġistrat u l-Onor.", "Membru jista` jfittxu.", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "5835.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew finanzjarjament l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 5696.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, kif nafu, se terġa' ssir elezzjoni għall-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid - u fil-kunsill lokali ta' Ħal Qormi ukoll jeżistu xi problemi - u għalhekk nixtieq inkun naf jekk huwiex il- ħsieb tal-gvern li fejn ikun hemm maġġoranza Nazzjonalista jew maġġoranza Laburista, is-sindku jew il-viċi sindku jibdew jintgħażlu mill-partit, u dan biex nevitaw li jsiru elezzjonijiet ġodda u b'hekk niffrankaw eluf kbar ta' liri.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naqbel ma' l-Onor.", "Membru li kien sindku ta' Raħal Ġdid u qeda dmirijietu b'mod lodevoli.", "Jiddispjaċini li f'Raħal Ġdid - fejn kien hemm erba' kunsilliera msejħa indipendenti pero' kulħadd jaf li dawn kienu jappoġġjaw lill-Partit Laburista - is-sindku kellu jirriżenja minħabba ostakoli li sarulu u, minkejja t-tentattivi li saru f'kull livell bejn il-kunsilliera nfushom u ż-żewġ segretarji ġenerali tal- partiti, baqa' ma ntlaħaqx ftehim u għal xhur sħaħ il-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid ma kienx qed jaħdem.", "Dan ifisser li se jsiru elezzjonijiet qabel iż-żmien, bil-konsegwenza ta' ħafna ħela ta' flus.", "Din m'hijiex ħaġa flokha u, bħala kap tal-Partit Nazzjonalista, nista` ngħid li min-naħa tal-Partit Nazzjonalista saret offerta lis-segretarju ġenerali ...", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Prim Ministru jirrispondi bħala prim ministru u mhux bħala kap tal-Partit Nazzjonalista?", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, m'huwiex qiegħed hawn biex jirrispondi għall-Partit Nazzjonalista!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu raġun pero' d-domanda li saritli kienet tirriferi jekk fuq livell politiku, fejn ikun hemm maġġoranza ta' partit, għandux ikun hemm ftehim li s-sindku jkun elett minn dawk li jirrappreżentaw lill-maġġoranza.", "Bħala prim ministru naf - għax saru laqgħat mas-segretarju ġenerali tal-Partit Laburista - li l- Partit Nazzjonalista offra li jintrabat li kull fejn hemm maġġoranza, kemm ta' partit u kemm ta' ieħor, ikun hemm ftehim ta' rġulija li s-sindku jiġi elett min-naħa tal-maġġoranza.", "Din l-offerta saret ukoll fil-każ ta' Raħal Ġdid u t-tliet membri li jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista kienu disposti li jivvutaw favur dak li jkunu għażlu l-kunsilliera indipendenti.", "Pero' dan ma sarx għax l-erba' membri indipendenti ma kenux kapaċi jiftehmu bejniethom lil min riedu jeleġġu bħala sindku.", "Minħabba f'hekk sar ix- xoljiment u se ssir l-elezzjoni.", "Jien nista' ngħid li kelli okkażjoni nitkellem fuq hekk u kont ħabbart li nstabet soluzzjoni għax kienet ġiet indikata persuna minn fost il-membri eletti indipendenti li l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista kienu lesti jivvotaw għalih bħala sindku.", "Fhimna li hu kien se jaċċetta u kien hemm il-qbil pero' meta ġejna għall-fatti u kien hemm is-seduta tal-kunsill lokali, il-persuna li kienet ġiet magħżula biex tkun sindku u jkollha wkoll il-voti tal-Partit Nazzjonalista informathom li ma setgħetx għax kellha ordni mill-partit li ma taċċettax.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li kontra r-rieda tal-kunsill lokali tar- Rabat se jitwaqqaf il-kunsill ta' l-Imtarfa, xtaqt li xi ħadd jinformani jekk eventwalment hux se ssir elezzjoni bikrija u fil-fatt b'kemm se jiġu miżjuda l-voti sabiex dan il-kunsill ikun jista' jibda jopera.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, jekk tilħaq tgħaddi l-emenda neċessarja minn dan il-parlament, l-elezzjoni tal-kunsill lokali ta' l-Imtarfa - kif propost li jitwaqqaf fil-white paper - hija scheduled għal Marzu li ġej.", "Filwaqt li l-kunsill lokali tar-Rabat xtaq iżomm din il-parti li qiegħda fil-konfini tiegħu, jirrikonoxxi wkoll li llum hemm komunita' ġdida fl-Imtarfa.", "Ċertament it-twaqqif ta' dan il-kunsill lokali se jilħaq ħafna l- aspettativi tal-komunita' ta' l-Imtarfa u nispera li l-Onor.", "Membru, li jiġi minn dak id-distrett, jappoġġa din il-move li se toħloq kunsill lokali ġdid fid-distrett tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Naqbel u ma naqbilx imma dak li naf żgur hu li hemm numru ta' problemi li se joħolqu diffikultajiet liż-żewġ komunitajiet - per eżempju, numru ta' għaqdiet tal-volontarjat għadhom jagħmlu użu minn faċilitajiet sportivi ġewwa l-Imtarfa - u xtaqt li l-Ministru jgħidli almenu jekk din is-sitwazzjoni ġietx diskussa?", "X'inhi l-pożizzjoni ta' dawk l-għaqdiet li għal numru ta' snin issa ilhom jużaw dawn il- faċilitajiet, bi ftehim mal-kunsill tar-Rabat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħala membru prominenti ta' dak id-distrett u ex- ministru, l-Onor.", "Farrugia jmissu jaf li wieħed ma jistenniex li l-poplu ta' l-Imtarfa jgħid jekk jaqbilx jew le imma li jieħu pożizzjoni favur jew kontra t-twaqqif ta' kunsill lokali għall-Imtarfa.", "Din in-naħa jidhrilha li hemm raġunijiet demografiċi u soċjoloġiċi biżżejjed biex jitwaqqaf kunsill - nassigura lill-Onor.", "Membru li ma ttieħdu l-ebda konsiderazzjonijiet politiċi f'dan ir-rigward - u naħseb li bħala politiċi serji għandna nieħdu pożizzjoni aħniex favur jew kontra t-twaqqif ta' dan il-kunsill.", "Il-Partit Laburista għadu ma esprimiex ruħu, kif lanqas ma esprima ruħu l-Onor.", "Interpellant.", "Dwar l-użu tal-faċilitajiet minn għaqdiet volontarji ma nipprevedi assolutament l-ebda problema.", "Hemm numru ta' għaqdiet volontarji f'kunsilli lokali oħra li jużaw faċilitajiet, kemm jekk huma tal-gvern kif ukoll jekk huma tal-kunsilli lokali, b'arranġamenti li jsiru.", "L-istess arranġamenti li huma in vigore f'kull kunsill ieħor ikunu in vigore wkoll fil-kunsill lokali ta' l-Imtarfa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jikkonferma l-Ministru li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi bħalissa m'huwiex jiffunzjona?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien ma rċevejt ebda rapport f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiddispjaċini imma minn dak li qal il- Ministru għadni ma nafx jekk il-kunsill il-ġdid ta' l-Imtarfa huwiex se jirrikonoxxi jew jiddeċiedi mod ieħor dwar dawk l-għaqdiet li jokkupaw il- gymnasium, il-ground tal-football u faċilitajiet oħra.", "X'se tkun is- sitwazzjoni?", "Jekk jippretendi li jien nasal għal deċiżjoni, min-naħa tiegħu l-Ministru jrid jirrispetta li l-etika u s-serjeta' jitolbu li jien inkun informat bid-dettalji kollha.", "Jiena mhux il-ministru u ma naf bl- ebda minuti u bl-ebda laqgħat uffiċjali li hu seta' kellu f'dan ir-rigward mal-kunsill lokali tar-Rabat, u forsi anke ma' membri parlamentari min-naħa tagħhom li jirrappreżentaw dan il-lokal.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-deċiżjoni dwar it-twaqqif o meno tal-kunsill m'għandha x'taqsam assolutament xejn mal-faċilitajiet.", "L-użu tal- faċilitajiet huwa regolat minn jekk il-gvern ikunx ta kuntratt jew le lill- għaqdiet lokali, imma ad ogni caso l-kunsilli lokali m'għandhom ebda titolu ta' gymnasiums jew football grounds.", "Jiġifieri, anke bil-liġi stess, kif qiegħda, il-kunsill lokali tal-Belt, per eżempju, m'għandux titlu fuq il-football ground tal-Valletta FC jew fuq il-boċċi pitch li hemm Marsamxett.", "L-isports facilities m'għandhom x'jaqsmu xejn f'dan ir-rigward mal-mod kif jiġi kostitwit kunsill lokali jew ma' l-amministrazzjoni tal- kunsill lokali.", "Hemm titoli partikolari li ngħataw xi kunsilli lokali - per eżempju, xi playing field 'l hawn u 'l hemm - pero' billi inti tikkostitwixxi kunsill lokali b'ebda mod ma tkun qed tgħaddilu xi titolu legali fuq xi artijiet jew faċilitajiet li jista' jkun hemm.", "Jiġifieri jekk illum il-gymnasium huwa tal-gvern, se jibqa' tal-gvern jekk isir kunsill lokali ġdid.", "Naturalment 'il quddiem wieħed jikkonsidra jgħaddix it-titlu tal-gymnasium lill-kunsill lokali, fil-kuntest sħiħ tal-politika ta' dan il-gvern dwar l-użu ta' faċilitajiet sportivi.", "Jiena nerġa' nsostni li d-deċiżjoni li ttieħdet dwar il-kunsill lokali ta' l-Imtarfa m'għandha x'taqsam xejn ma' l-utilizzar jew l-użu ta' xi faċilitajiet li jista' jkun hemm.", "Il-kunsill lokali jitwaqqaf fl-ambitu tal-liġi tal-kunsilli lokali ta' l-1993 u għalhekk nerġa' nirrepeti li l- Onor. Interpellant, kif ukoll il-Malta Labour Party, għandhom ikunu ċari jaqblux jew le mat-twaqqif tal-kunsill lokali ta' l-Imtarfa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jikkonferma għallinqas dak li deher fil-ġurnali li l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi m'huwiex qiegħed jiltaqa' b'mod regolari, anzi ilu ma jiltaqa' għal dawn l-aħħar ġimgħat minħabba nuqqas ta' quorum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena bħala ministru nista' naġixxi biss meta jkolli l-informazzjoni b'mod uffiċjali - allaħares nibda naġixxi fuq informazzjoni li m'hijiex uffiċjali! - għalkemm nista' ngħid b'mod mhux uffiċjali li naf li jeżistu problemi fil-kunsill lokali ta' Ħal Qormi.", "Imma ma jidhirlix li ma' l-ewwel problema li tqum għandu jindaħal il-ministru.", "Jien kontra din l-attitudni u minn dak li smajt nemmen illi l-problemi huma minuri - irrid ngħid li smajt second-hand u mhux first-hand - fuq xi ħaġa li nkitbet fil- gazzetti u jidhirli li l-kunsilli lokali huma maturi biżżejjed biex dawn il- problemi jsolvuhom waħedhom.", "Bħala ministru nippreferi nidħol meta l-problemi jkunu tant iggravaw li jinneċessitaw intervent ministerjali u sinċerament nemmen li l-kunsilli lokali m'humiex se jimmaturaw jekk jibqgħu taħt il-gwida ministerjali.", "Il- kunsilli lokali joperaw sew meta l-kunsilliera jaħdmu b'sens ta' maturita', mingħajr ma jieħdu pożizzjonijiet riġidi, waqt li jipprattikaw l-idea tal- give and take neċessarju biex jistgħu jaħdmu flimkien.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-grad ta' persuni fis-servizz pubbliku fid- 9 ta' Ottubru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10043; u", "Tabella li tagħti l-għadd u l-grad ta' persuni fiċ-ċivil li temmew l- impieg tagħhom bejn Settembru 1998 u Settembru 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10195.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' persuni li ġew boarded out bejn l-1989 u l- 1999 u qed jirċievu pensjoni ta' l-invalidita', bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10089.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-20 ta' Ottubru, 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg huwa in possession bil-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, dalgħodu kont bdejt insemmi l-opinjonijiet differenti li ħarġu matul din id-diskussjoni, partikolarment l-atteġġjament ta' l-oppożizzjoni lejn dan l-abbozz ta' liġi.", "Ċertament ċħadt bil-qawwa kollha dak li xi ħadd qal li b'din il- liġi se tkun permissibbli l-importazzjoni tad-droga.", "Dan m'hu veru xejn!", "Dak li kien reat qabel se jibqa' u m'hemm xejn li qabel ma kienx permessibbli fil-liġi li issa se jsir permessibbli.", "Jiġifieri dan m'hu xejn għajr tgħawwiġ tal-verità u min jaf x'fih l-abbozz jaf li hekk hija s- sitwazzjoni.", "M'hemm l-ebda att jew aġir li qabel kien reat u issa mhux se jkun reat.", "Il-verita' hi li tant tkellimna out of subject li nsejna x'fiha l-liġi u meta sfidajt lil ċerti nies biex jgħiduli fejn qiegħda fil-liġi din li qed jallegaw, baqgħu jħarsu lejja qishom ma kenux qraw il-liġi jew jekk qrawha nsew x'tgħid!", "F'dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi propost li f'każ li persuna tinqabad bid- droga, li l-ammont u ċ-ċirkostanzi fl-opinjoni tal-qorti jindikaw li dak il- pussess huwa għall-użu personali, anke jekk l-inċident jinqala' fl- ajruport, fil-mument ta' l-importazzjoni napplikaw ir-regoli tas-soltu.", "U x'inhuma r-regoli tas-soltu?", "Li dak l-aġir huwa reat ikkastigat bi priġunerija wkoll però mhux bi priġunerija bilfors.", "Dan huwa l-punt kollu ta' l-abbozz u mhux li xi ħaġa li kienet illegali issa se ssir legali, jew dik li għaliha qabel kien hemm il-kastig tal-ħabs issa mhux se jkun hemm il- kastig tal-ħabs, xejn minn dan kollu!", "Li se nbiddlu huwa li qabel kien hemm kastig ta' sitt xhur ħabs bilfors, anke f'dawk il-każi fejn il-qorti tkun konvinta li dak li nqabad fl-ajruport b'pussess ta' droga jkun każ ta' użu personali, u issa qed ngħidu li se nħalluha fid-diskrezzjoni tal-qorti.", "L-argument huwa - għalija argument konvinċenti - li aħna diġà napplikaw dan il-kriterju f'dawk il-każi li mhumiex ta' importazzjoni.", "Dan il-kriterju jeżisti diġà għaliex maż-żmien dan il-parlament emenda l- liġi biex jgħid li hemm ċertu pussess li jammonta għal traffikar - mhux faċli tipprova l-intenzjoni tal-persuna li tittraffikaha, imma l-ammont, it- tip ta' ħbieb li tagħmilha magħhom u l-ammissjoni ta' dik il-persuna jikxfu l-vera intenzjonijiet tagħha u allura nħoloq ir-reat ta' pussess mhux għall-użu personali - u meta l-pussess ma jkunx għall-użu personali, dan il- parlament ta diskrezzjoni lill-qorti biex tgħid li f'dak il-każ trid tibagħtu l-ħabs bilfors, imma jekk fid-diskrezzjoni tagħha l-qorti temmen li l-pussess m'huwiex għall-użu personali, allura l-karċerazzjoni hija waħda minn diversi options.", "Issa dan il-kriterju li diġà jeżisti f'każi ta' pussess ta' droga barra mill-kontest ta' l-importazzjoni se nibdew napplikawh fil-kontest ta' l-importazzjoni wkoll.", "Din hija l-unika emenda li qiegħda ssir.", "Issa din l-emenda ġiet proposta - apparti li diversi nies ħadu l- inizjattivi li jiktbu fuq dan is-suġġett u apparti inċidenti oħrajn li nqalgħu - mhux biss fil-kontront ta' barranin, kif xi ħadd prova jagħti l- impressjoni, imma anke fil-konfront tal-Maltin, għax il-liġi kif inhi llum ma tagħmilx differenza bejn Maltin u barranin.", "Malti li jkun dieħel f'Malta b'ammont tant żgħir f'ċirkostanzi li jkunu jindikaw li huwa għall- użu personali, xorta waħda jeħel sitt xhur priġunerija.", "Allura l- kummissjoni kontra d-droga u l-abbuż ta' l-alkoħol irrikkmandat li l- korruzzjoni m'għandhiex tibqa' tassattiva u mandatorja f'każ ta' importazzjoni ta' droga, fejn iċ-ċirkostanzi jindikaw li m'hijiex għal traffikar imma għall-użu personali.", "Fil-fatt din il-kummissjoni ppreseduta mill-Maġistrat David Scicluna - illum imħallef - u li fiha kien hemm rappreżentanti minn diversi għaqdiet ukoll, għamlet rapport f'dan is-sens, jidhirli fis-sajf ta' l-1997.", "Dan ir-rapport kien ġie ċċirkolat mill-gvern anke lill-Caritas.", "Issa dan qed ngħidu għax il-membri ta' l-oppożizzjoni bdew jistaqsuni jekk il-Caritas jaqblux ma' din l-emenda.", "Meta oriġinarjament saret din il-proposta, li hija identika għall-emenda li qegħdin nagħmlu llum f'dan l-abbozz li jemenda l-Ordinanza dwar il- Mediċini Perikolużi, fl-4 ta' Awissu ta' l-1997 il-Caritas wieġbet li taqbel ma' dan id-dokument, taqbel ma' dan il-memorandum, ħlief fuq żewġ affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' din l-emenda li qed nipproponu.", "Jiġifieri huma ma qablux fuq kwestjonijiet oħrajn u mhux fuq din il- kwestjoni li nneħħu l-priġunerija ta' sitt xhur bilfors, anke f'każ ta' pussess ta' ammonti minimi ta' droga.", "Allura meta ħareġ ir-rapport ta' din il-kummissjoni - nerġa' nirrepeti li ġie ċċirkolat lill-Caritas, li għandha esperjenza twila f'dan il-qasam - il-Caritas qablet li għandu jkun hemm alternattiva għall-piena ta' priġunerija f'każ ta' importazzjoni tad-droga li miċ-ċirkostanzi jindika li m'hijiex għat-traffikar.", "U nerġa' ngħid \"miċ- ċirkostanzi\" għax il-qorti mhux se tara biss l-ammont biex tiddeċiedi jekk kienx hemm skop ta' traffikar fl-importazzjoni.", "Jista' jkun li ċ- ċirkostanzi jindikaw li anke jekk l-ammont huwa żgħir, jekk dak l-ammont kien destinat għal persuna oħra, allura m'huwiex għall-użu personali.", "Allura f'dak il-każ tibqa' l-piena karċerarja li hemm illum.", "Jiena skantajt ukoll li wara dik il-kritika ħarxa li aħna qed nagħmlu xi ħaġa li biha se niftħu l-importazzjoni tad-droga, li m'hija xejn ħlief gidba u tgħawwiġ tal-verità, min-naħa ta' l-oppożizzjoni kien hemm ukoll min qalilna: Allura jekk se tagħmlu din, għax ma tagħmlux li jispiċċa r- reat tat-traffikar meta tnejn min-nies jaqsmu d-droga bejniethom?", "Għax, kif inhi l-liġi llum, dak it-tqassim tad-droga, anke f'ammonti minimi bejn tnejn min-nies, jammonta għal traffikar.", "Dan l-argument jissorprendini għaliex juri d-diverġenza ta' opinjoni li hemm fuq dan l-abbozz ta' liġi min-naħa ta' l-oppożizzjoni stess.", "Li huwa żgur hu li l-oppożizzjoni mhijiex kapaċi tgħid: Ara aħna naqblu li għandu jkun hemm distinzjoni f'każi ta' importazzjoni bejn traffikar u użu personali, però jidhrilna li għandhom isiru ċertu emendi għal dan l-abbozz.", "Kien hemm min qal hekk, għalkemm mhux ċar u tond, għax trid toqgħod tifhem sew kif jingħad il- kliem, imma ftit kienu dawk li qalu hekk.", "Però fit-13 ta' Lulju x-shadow minister ta' l-intern, fuq domanda speċifika tiegħi jekk jaqbilx ma' din id- distinzjoni - it-12 u t-13 ta' Lulju kienu żewġ seduti maratona fejn tkellimna għal seduta sħiħa kull wieħed, jien u l-Onor.", "Gulia - l-Onor.", "Gulia kien qal:", "\"Dawn lilna għamlulna sarima għax qalulna li jew jagħmlu distinzjoni bejn pussess u traffikar tad-droga jew xejn!\"", "Issa jiena li għedt huwa li aħna lesti naċċettaw emendi basta ma jippreġudikawx id-distinzjoni bejn traffikar u użu personali għax ma jistax ikun li n-naħa tal-gvern tressaq abbozz favur din id-distinzjoni u mbagħad isiru emendi fejn din id-distinzjoni tispiċċa fix-xejn!", "Sakemm ma jmorrux kontra dan il-prinċipju ta' distinzjoni bejn traffikar u użu personali, konna lesti u għadna lesti li naċċettaw kwalunkwe emenda, basta tibqa' dik id-distinzjoni.", "U meta għedtlu hekk - dejjem qed nikkwota mis-seduta ta' dakinhar - kien hemm xi interruzzjonijiet u l-Onor.", "Gulia ddikjara li:", "\"Aħna ma naqblux ma' din id-distinzjoni u għedna li se nivvotaw kontra.\"", "Issa din hija pożizzjoni differenti minn dik li ħadu membri oħrajn ta' l- oppożizzjoni.", "Mela hawnhekk hawn dikjarazzjoni kategorika li l-oppożizzjoni ma taqbilx ma' distinzjoni bejn pussess u traffikar fil-kuntest ta' importazzjoni, li jfisser li l-oppożizzjoni hija favur li kulmin jinqabad anke bl-iċken ammont ta' droga fuqu hu u dieħel minn barra minn Malta, anke jekk il-qorti jidhrilha li huwa għall-użu personali, dak imur il-ħabs bilfors.", "Issa aħna mhux qed neskludu l-piena tal-ħabs għax hawnhekk qegħdin ngħidu li jekk miċ-ċirkostanzi ma jkunx hemm prova li dak huwa traffikar però xorta jibqa' dak id-dubju, permezz ta' din l-emenda l-qorti xorta waħda tkun tista' tibagħtu l-ħabs.", "U fil-fatt kien hemm każi ta' nies li nstabu ħatja biss ta' pussess, lanqas ta' pussess għal skop ta' traffikar, u xorta waħda ntbagħtu l-ħabs.", "Jiġifieri dik id-diskrezzjoni baqgħet u l-piena karċerarja baqgħet ukoll, anke għall-każi ta' pussess biss.", "Li qed inneħħu huwa din il-kontradizzjoni li hemm fil-liġi li ħolqot problemi lill-gvern, u li ħolqot problemi l-aktar lil nies li inġustament intbagħtu l-ħabs meta setgħu ngħataw piena oħra, sempliċement għax f'kuntest ta' importazzjoni.", "Jien mhux se noqgħod ngħid min kien favur u min kiteb kontra però nsemmi biss l-artiklu fil-ġurnal \"l-orizzont\" li, proprju ftit wara li nkiteb, donnha nbidlet l-attitudni ta' l-oppożizzjoni.", "Qed nirriferi għall-artiklu li nkiteb fil-21 ta' Ġunju minn Joe Mifsud fejn qal:", "\"L-emendi li qed jipproponi l-gvern għal-liġi kontra d-droga fejn tidħol l-importazzjoni tad-droga għandna nifhmuhom sew ...\"", "- kemm nixtieq li kulmin tkellem fehem sew dak li qed jiġi propost b'din il- liġi! -", "\"... u naraw x'qed jiġi propost u mhux noqogħdu nitkellmu għall- gallarija mingħajr ma naraw x'ġara fil-passat.\"", "U dan l-appell nerġa' nagħmlu jiena fil-winding-up.", "Ejja naċċettaw il- prinċipju tad-distinzjoni.", "Aħna fit-Tieni Qari ma niddiskutux id-dettalji imma niddiskutu l-iskop tal-liġi.", "U hawn għandna liġi li qed tipproponi li l-pulizija tkun tista', bil-permess tal-qorti, tissospendi l-liċenzji tan- negozji tat-traffikanti tad-droga meta dawn imexxu d-droga minn post liċenzjat li jkun f'isimhom - fuq din ħadd ma tkellem kontra - imbagħad għandna l-prinċipju l-ieħor fejn qed nintroduċu din id-distinzjoni.", "Kif tiġi applikata dik id-distinzjoni mill-qorti nistgħu niddiskutuh fi stadju ta' Kumitat, imma fl-istadju tat-Tieni Qari rridu niddikjaraw, kull wieħed minna, jekk aħniex favur din l-inġustizzja li qiegħda ssir fil-konfront ta' Maltin u barranin.", "Jekk aħna favur nivvotaw kontra din l-emenda; jekk aħna kontra din l-inġustizzja rridu nivvotaw favur li l-liġi tinbidel, sabiex tiġi ntrodotta din id-distinzjoni li biha se nafdaw lill-qrati, li diġà huma fdati f'din il-materja f'każi simili imma mhux ta' importazzjoni.", "M'aħna qed nintroduċu xejn ġdid.", "Din id-distinzjoni bejn pussess għal skopijiet ta' traffikar u pussess għall-użu personali diġà teżisti u qed tiġi applikata mill-qrati fil-kuntest ta' każi barra l-kuntest ta' importazzjoni.", "Qegħdin nestendu id-diskrezzjoni tal-qorti sabiex tibda tapplika wkoll fil-każi ta' importazzjoni tad-droga.", "Mr Speaker, f'dan id-dibattitu kien hemm ukoll min ma qal xejn għax kien hemm min qal li huwa kontra d-distinzjoni; kien hawn min qal li huwa favur id-distinzjoni, b'ċerti emendi; u kien hemm min ma qal xejn għaliex kien qal ċerti affarijiet qabel li kienu jimplikaw li din il-liġi għandha tinbidel u issa għax hemm il-party whip id-diska inbidlet.", "Jien infakkar lill-Kamra li kien hemm proposti fil-ġurnali li kkritikaw id-diskrezzjoni li kont użajt jiena - mhux qed ngħid għall-Onor.", "Anġlu Farrugia, għax naf li l-Onor.", "Membru kien tkellem fuqha wkoll - meta f'Diċembru tas-sena l- oħra l-gvern keċċa tnejn min-nies li kienu f'din is-sitwazzjoni.", "Kienet ċara daqs il-kristall, bil-miktub, min-naħa tal-pulizija, li f'dak il-każ il-pussess ma kienx għal skop ta' traffikar u jien erfajtha fuqi li nkeċċihom minn Malta.", "Dakinhar kien hemm min ikkritika - u kien hemm ċertu sens f'dik il-kritika, mela le! - u qal: X'jiġifieri jiddeċidiha l- ministru biss?", "U jien ma ridtx li nibqa' neżerċita din id-diskrezzjoni u għalhekk ipproponejna din l-emenda biex dik id-diskrezzjoni tibda teżerċitaha l-qorti u jsir il-proċess xorta waħda.", "Għaliex bid- deportazzjoni għandek il-vantaġġ li tkun ħlist mill-problema imma l- iżvantaġġ huwa li dawn ma jkunux għaddew minn proċess kriminali.", "Issa kulħadd se jgħaddi mill-proċess kriminali u allura din l-emenda hija aħjar minn dak li kien ġie propost fl-1997 mill-gvern Laburista, fejn kien qal li fuq l-embarkation card nagħmlu dikjarazzjoni li min jidħol f'Malta u jdaħħal id-droga anke għall-użu personali ikun qed jikser il-liġi.", "L-ewwelnett fuq l-embarkation card ma jgħidlekx li tmur il-ħabs bilfors imma jgħidlek that you are \"liable to prosecution\".", "Apparti l-fatt li taħt dik il-liġi ħadd qatt ma resaq 'il quddiem u qal li għandu xi droga x'jiddikjara fil-mument ta' l-importazzjoni, dik kellha wkoll l-iżvantaġġ li jekk tagħmel hekk xorta waħda teħles minn kull responsabbiltà kriminali, jiġifieri kienet kważi tammonta għal maħfra mogħtija permanentement mil- liġi lil min jiddikjara d-droga fil-mument ta' l-importazzjoni.", "Hawn mhux qed ngħidu hekk imma qed ngħidu li l-proċess isir xorta waħda u l-qorti tista' tibgħat lil dawk in-nies il-ħabs ukoll però m'hemmx għalfejn tibgħathom il-ħabs bilfors, però iva ħabs bilfors meta jkun hemm pussess għal skop ta' traffikar jew prova li kien hemm it-traffikar.", "U bi traffikar mhux qed nifhmu skop ta' profitt biss imma anke sempliċement li wieħed ixerred id-droga mal-ħbieb tiegħu, anke b'xejn, dak se jibqa' reat kkastigat b'ħabs bilfors.", "Li qegħdin nilliberalizzaw ftit huwa f'dak il- kuntest ta' importazzjoni - għaliex wara kollox għandu jkollna sens ta' ġustizzja, li nipproponu affarijiet tajbin, minkejja li sfortunatament f'Malta l-problema tad-droga saret ballun politiku, kulħadd jipprova jiskorja, u f'dan id-duħħan li jiġi kkreat ninsew il-verità tal-fatti - fejn se nintroduċu l-istess distinzjoni li teżisti barra l-kuntest ta' importazzjoni.", "Mr Speaker, jiena smajt b'attenzjoni l-kummenti li għamlu l-membri ta' l- oppożizzjoni.", "Huwa impossibbli li nirrispondi lil kulħadd f'salt għaliex saru ħafna kummenti u wħud minnhom m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-suġġett, però l-Onor.", "Evarist Bartolo semma l-kwestjoni tal-konvenzjoni ta' l- illicit traffic by sea.", "Din hija konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa li tespandi fuq artiklu partikolari tal-Konvenzjoni ta' Vjenna ta' l-1988 kontra d-droga.", "Il-Konvenzjoni ta' Vjenna ġiet ratifikata mill-gvern fi Frar ta' l-1996 u konna għamilna emendi biex nagħtu d-dritt mhux biss lill- pulizija Maltija imma anke lill-pulizija barranin li jkunu jistgħu, bil- permess maħruġ mill-prim ministru, jitilgħu fuq vapuri li jtajru l-bandiera Maltija meta jkun hemm suspett ta' traffikar tad-droga.", "U dik il- konvenzjoni aħna ffirmajnieha u rratifikajnieha.", "Fl-1995 il-Kunsill ta' l- Ewropa bena konvenzjoni ġdida abbażi ta' din il-Konvenzjoni ta' Vjenna.", "Il- Konvenzjoni ta' Vjenna kienet tan-Nazzjonijiet Uniti u din hija konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li biha l-Istati firmatarji jobbligaw ruħhom li jeżerċitaw ġurisdizzjoni mhux biss fuq il-vapuri tal-bandiera tagħhom, mhux biss fuq il-vapuri ta' kull nazzjonalità fl-ibħra territorjali tagħhom, imma jekk ikun hemm suspett ta' traffikar tad-droga, il-pulizija ta' Malta u l-qrati Maltin, jekk pajjiżna jiffirma din il-konvenzjoni....", "MR SPEAKER: Ministru, ippermettili għax skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nirringrazzja lill-Kamra kollha għall- indulġenza li wriet miegħi.", "Mela l-konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1995, jiġifieri pjuttost riċenti, qabdet artiklu wieħed tal- konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti - klu 17, li jittratta n-negozju li jsir fit-traffikar tad-droga fuq il-baħar - u amplifikat dak l-artiklu.", "U l-firmatarji f'din il-konvenzjoni jridu jeżerċitaw ġurisdizzjoni fuq kull vapur, hu fejn hu, anke jekk barra l-ibħra territorjali tagħhom, basta jkun involut fit-traffikar tad-droga.", "Dan ifisser li jekk vapur ikun għaddej on the high seas, jiġifieri ma jidħolx Malta, anke jekk m'għandux l-iskop li jġorr droga għal Malta imma jkun se jġorr droga għal pajjiż ieħor, il- pulizija u l-qrati jkollhom ġurisdizzjoni fuq dak il-vapur li sal-lum m'għandhomx.", "Għaliex?", "Għax il-ġurisdizzjoni kriminali tal-pajjiżi kollha hija bbażata fuq it-territorju.", "Mela jekk Malti jisraq fl-Ingilterra, il- qrati Maltin m'għandhomx ġurisdizzjoni fuq dak is-serq; u jekk Ingliż jisraq fl-Ingilterra m'għandniex ġurisdizzjoni fuqu.", "Hemm ċerti eċċezzjonijiet żgħar, per eżempju, f'każ ta' konfoffa kontra l-Gvern ta' Malta bi skop illegali, dak anke jekk isir Ruma jew Pariġi, dak huwa reat.", "L-istess, f'każ ta' konfoffa biex wieħed jittraffika d-droga lejn Malta, anke jekk isir fi Sqallija, aħna għandna ġurisdizzjoni f'dak il-każ, fis- sens li jew nistgħu nitolbu l-estradizzjoni ta' dik il-persuna jew jekk dik il-persuna mbagħad tgħaddi minn Malta nistgħu narrestawha u ntellgħuha l- qorti, anke jekk ir-reat ma jkunx sar ġewwa Malta.", "Però dawn huma eċċezzjonijiet u issa f'din il-convention qed jiġi propost li jkollna ġurisdizzjoni kullimkien.", "Dan huwa prinċipju tant ġdid li mill-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, li kollha kemm huma huma wkoll membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, iffirmaw tnejn biss.", "Jiġifieri ma nallarmawx ruħna għax Malta għadha ma ffirmatx l-agreement on iIllicit traffic by sea tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1995 għax beħsiebna nirratifikawha - naturalment l-ewwel niffirmawha mbagħad nirratifikawha - però rridu nagħmlu ċerti emendi għal artiklu 5 tal- Kodiċi Kriminali sabiex il-qrati tagħna jingħataw il-ġurisdizzjoni b'dan il- mod estensiv ħafna.", "U huwa propost li jsiru emendi proprju għal din il- liġi sabiex inkunu nistgħu nallineaw il-pożizzjoni tagħna ma' din il- konvenzjoni u se nkunu fost l-ewwel firmatarji ta' din il-konvenzjoni, għax l-informazzjoni li għandi jiena hija li pajjiżi li aċċettaw li jkunu marbutin b'din il-konvenzjoni u rratifikawha huma ftit ħafna anke minn fost il-membri ta' l-Unjoni Ewropea, għalkemm tissemma fil-progress reports tal- European Union.", "Huwa veru li ġaladarba Malta hija gżira għandha interess li tiffirma l- konvenzjoni aktar mill-postijiet li m'għandhomx aċċess għall-baħar, però nfakkar li hemm diversi pajjiżi Ewropej li għandhom aċċess għall-baħar, uħud minnhom anke huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, li għadhom ma ffirmawx din il-konvenzjoni, proprju għax din il-konvenzjoni se tagħmel eċċezzjoni kbira għar-regola, issa li l-ġlieda internazzjonali kontra d-droga dejjem qed tassumi dimensjonijiet ġodda.", "Jiġifieri l-Konvenzjoni ta' Vjenna diġà żiedet il-koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda tad-droga sal-punt li l- konvenzjoni nnifisha hija an extradition treaty.", "Jiġifieri jekk żewġ pajjiżi bħal Malta u l-Libja m'għandhomx trattat ta' estradizzjoni bejniethom però t-tnejn huma firmatarji tal-Konvenzjoni ta' Vjenna, fil-każ tat-traffikar tad-droga qisu jeżisti trattat ta' estradizzjoni bejn Malta u l-Libja.", "Fil-fatt f'każ partikolari kienu ġew applikati r-regoli normali ta' l-estradizzjoni proprju għax konna ffirmajna l-Konvenzjoni ta' Vjenna u r-reat li dwaru ntalbet l-estradizzjoni kien jolqot it-traffikar tad-droga.", "Però llum il-ġurnata l-koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra d- droga tirrikjedi li kulħadd ikollu f'kull ħin ġurisdizzjoni fuq kull vapur li jkun involut f'traffikar ta' droga, anke jekk ma jkunx reġistrat fil- pajjiż li jkun u anke jekk dak it-traffikar ma jkunx se jsir għall-pajjiż firmatarju nnifsu.", "Jekk niffirmaw din il-konvenzjoni - u kulmin jiffirmaha jrid jemenda l-liġi - Malta tkun tista' teżerċita ġurisdizzjoni fuq vapur li la jkun fl-ibħra territorjali, la huwa tal-bandiera Maltija u anke jekk ma jkunx se jittraffika d-droga lejn Malta però jkun hemm suspett li se tiġi traffikata d-droga fil-konfront ta' pajjiż ieħor.", "Naturalment aħna ma nistgħux inkunu daqshekk organizzati bħal pajjiżi kbar oħra li ninterċettaw lil kulmin ikun għaddej minn barra l-ibħra territorjali tagħna għal skopijiet ta' traffikar ta' droga.", "Però fil- convention stess hemm dikjarat li jsiru konċessjonijiet għal min għandu mezzi limitati, bħalma għandna aħna, imma sabiex inkomplu nuru d- determinazzjoni tagħna fil-ġlieda anke internazzjonali kontra d-droga, se niffirmaw dan it-trattat.", "Irrid ngħid li Malta, flimkien ma' pajjiżi oħrajn, għenet ħafna fil- ġlieda internazzjonali kontra d-droga.", "Kien hemm qabdiet tad-droga li kienu destinati għal pajjiżi oħrajn li aħna interċettajnihom hawn Malta stess; u bil-maqlub ikollna informazzjoni minn pajjiżi li aħna ffirmajna trattati magħhom sabiex nikkoperaw fil-ġlieda kontra d-droga u, kif jaf kulħadd, l-ikbar arma fil-ġlieda internazzjonali kontra d-droga hija l- informazzjoni.", "Għaliex ma tistax tiftaħ il-bagalji ta' kulħadd, ma tistax tiċċekkja lil kulmin jidħol f'Malta, speċjalment meta Malta hija orjentata lejn l-industrija tat-turiżmu, imma l-importanti hu li jkollok intelligence unit li jkun organizzat biżżejjed ma' pajjiżi oħrajn li jistgħu jgħinuk ukoll.", "Din hija xi ħaġa li bdiet taħt il-gvern Nazzjonalista, kompliet taħt gvern Laburista, li ffirma wkoll akkordji, trattati ma' l-Eġittu, ma' Franza u ma' Spanja, u kemm ilni ministru jien iffirmajna wieħed ma' Ċipru wkoll għall-koperazzjoni fil-ġlieda kontra d-droga u dalwaqt se jiġi ffirmat wieħed ma' l-Ungerija u nittamaw ukoll li wara li jispiċċaw id- diskussjonijiet niffirmaw ieħor mat-Tuneżija.", "L-intenzjoni tal-gvern hija li permezz tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin u l-ministeru ta' l- intern inkomplu niffirmaw akkordji, trattati ma' pajjiżi li magħhom l-iktar għandna kuntatt u li allura iktar hemm ċans li jkun hemm inċidenti ta' importazzjoni tad-droga minn dawn il-pajjiżi.", "Jiġifieri l-fatt li Malta għadha ma ffirmatx din il-konvenzjoni bl-ebda mod m'huwa xi tebgħa fuq il- ġlieda li pajjiżna jagħmel kontra t-traffikar tad-droga.", "Mr Speaker, matul dan id-dibattitu ntqalu ħafna affarijiet li ma xtaqtx nidħol fihom imma ladarba tqanqlu bilfors ikolli nirrispondihom.", "Waħda minnhom hija dik ta' l-ex-ministru bla portafoll, li kellu responsabbiltajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-intern, li qalilna li fuq il- każ tat-tneħħija tas-sigurtà minn ma' Richard Cachia Caruana f'Ġunju ta' l- 1998, liema każ tilef quddiem l-ombudsman, kellu informazzjoni li ma setax jikxef għax kien marbut bl-Official Secrets Act, però issa m'għadux ministru u allura din l-informazzjoni jista' jikxifha.", "Din hija kontradizzjoni fiha nnifisha għaliex l-Official Secrets Act tapplika mhux biss għal meta tkun ministru imma għal kwalunkwe ħaġa li inti tkun ġbart bħala informazzjoni meta tkun ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien mhux hekk għedt.", "Jien għedt li meta kont marbut bl-Official Secrets Act ma stajtx nitkellem barra imma f'dan il-parlament nista' nitkellem.", "U għalhekk tkellimt.", "M'għedtx li meta kont ministru ma stajtx u issa stajt.", "Le, mhux hekk għedt, biex tkun ċara.", "MR SPEAKER: Kompli Ministru, u indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Skużi, tajba din!", "Allura għax qiegħed fil-parlament taqbad u tikxef is-sigriet!", "(Interruzzjonijiet) Jew tista' tikxifhom jew ma tistax tikxifhom!", "L-Onor.", "Mizzi qed jgħid hekk għaliex mid-dokumenti li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ipprova jimplika li l-irtirar tas-sigurtà minn ma' l-assistent personali tal-Prim Ministru saret fuq inizjattiva tal- pulizija.", "Dan m'hu veru xejn.", "Veru li ftit qabel f'Jannar kien hemm eżerċizzju li bih ġew riveduti l-fixed points - jiġifieri dawk il-pulizija jew il-membri tal-forzi ta' l-ordni li jkunu għassa permanentement f'xi ħinijiet tal-ġurnata ma' residenzi partikolari - u l-ex-ministru, Alla jbierek, għoġbu jirregalana bl-indirizzi tan-nies li kellhom fixed point!", "Hemmhekk il-pulizija ssuġġeriet ċertu tibdil però ma ssuġġeriet l-ebda tibdil f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà li kellu s-Sur Richard Cachia Caruana u l-inizjattiva, kuntrarjament għal dak li qal l-Onor.", "Membru, ittieħdet biss mill-Onor.", "Mizzi stess.", "U issa se nikkwota x'qal l-Onor.", "Membru ħalli ma jgħidx li kkwotajtu ħażin.", "L-Onor.", "Mizzi qal:", "\"B'responsabbiltà kont ħadt id-deċiżjoni.", "Il-kummissarju kien hu stess irrikkmandali l-ewwel darba biex innaqqsu ...\",", "pero' mhux biex innaqqsu s-sigurtà minn ma' Richard Cachia Caruana.", "Imbagħad iktar tard fid-dibattitu l-Onor.", "Mizzi qal:", "\"Mr. Speaker, is-sabiħa hi li ...\"", "- din is-sentenza ma tagħmilx sens imma hekk hija miktuba -", "\" ...", "Richard Cachia Caruana, meta jien kont qbilt mad-deċiżjoni ...\",", "ċioe' mad-deċiżjoni li tiġi rtirata s-sigurtà minn miegħu.", "X'jiġifieri taqbel mad-deċiżjoni?", "Inti d-deċiżjoni ħadtha inti stess, kif tista' ma taqbilx mad-deċiżjoni tiegħek stess!", "Kienet deċiżjoni esklussiva ta' l- Onor. Mizzi u kien hu li ta ordni lill-kummissarju tal-pulizija biex inaqqas il-pulizija mill-fixed points - peress li kien hemm bżonn pulizija band'oħra - u mill-pulizija kollha li tnaqqsu kellhom jitnaqqsu wkoll dawk li kienu ma' l-assistent personali tal-Prim Ministru.", "Jiġifieri m'għandux jipprova jitfagħha fuq ħaddieħor billi jgħid \"jien qbilt mad-deċiżjoni\", meta d-deċiżjoni ħadha hu stess kontra l-parir tal-kummissarju tal- pulizija.", "Mr Speaker, jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjoni li għamel l-Onor.", "Mizzi stess fit-2 ta' Ġunju ta' l-1998, li turi li kien hu li ħa din id-deċiżjoni, ħalli issa forsi jkun irid ibiddel dak li qal qabel. 'din id-dikjarazzjoni kien qal:", "\"Nhar it-Tlieta, 26 ta' Mejju, informajt lill-kummissarju ...\"", "- mhux il-kummissarju informa lilu iżda hu informa lill-kummissarju -", "\"... biex jibgħat il-ħames membri tal-korp tal-pulizija mal-Caritas.", "Jien tlabtu biex jiġu replaced dawn il-ħamsa mill-iskorti li hemm ma' Eddie Fenech Adami, Guido de Marco u Richard Cachia Caruana.\"", "Mela hawn id-deċiżjoni, bil-firma tiegħu stess, ħadha biss l-Onor.", "Mizzi.", "Is-sabiħa hi li din saret minkejja l-oġġezzjoni tal-kummissarju tal- pulizija.", "Tant hu veru li l-ombudsman iddeċieda li dak l-irtirar tas- sigurtà minn ma' l-assistent personali kien jammonta għal deċiżjoni ħażina u deċiżjoni żbaljata.", "Hawn għandna d-dikjarazzjoni bil-miktub li tmur kontra dak li qal l-Onor.", "Membru.", "(Interruzzjonijiet)", "Nista' nkompli nuri fejn, fl-opinjoni tiegħi, l-Onor.", "Mizzi kien żbaljat meta tkellem f'dan id-dibattitu fuq dan is-suġġett u qal :", "\"Jien kont qbilt mad-deċiżjoni ...\" - u issa skoprejna li qabel mad-deċiżjoni tiegħu stess! -", "\"... imma d-deċiżjoni kienet ittieħdet qabel li jnaqqsulu l-pulizija.\"", "Mhux veru!", "Ma kien hemm l-ebda deċiżjoni li jnaqqsu l-pulizija minn ma' Richard Cachia Caruana u hawn għandna d-dikjarazzjoni li dan m'huwiex minnu.", "Anzi nkompli naqra mid-dikjarazzjoni li se npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "L-Onor.", "Mizzi jkompli jgħid :", "\"Ġurnata wara l-kummissarju staqsieni: ... \"", "- meta qallu biex ineħħi s-security ta' Eddie Fenech Adami, Guido de Marco u Richard Cachia Caruana -", "\"...", "Ta' Richard Cachia Caruana wkoll?", "U jien staqsejtu kemm kienu jammontaw bejniethom is-security kollha u hu qalli: Ħamsa ta' dawn it- tlieta min-nies.", "Jien għedtlu: Mela nieħdu l-ħamsa li huma!", "Ġurnata wara l-kummissarju reġa' ċempilli u staqsieni jekk jinformahomx.", "U jien għedtlu biex jinformahom li se titneħħielhom l-iskorta.", "L-għada reġa' ċempel il-kummissarju u qalli li ċempillu missier Richard Cachia Caruana u talbu biex lil ibnu jħallilu l-iskorta.", "Jien għedtlu: Għalissa ibqa' miexi kif għedtlek.\".", "Jiġifieri mhux talli kienet deċiżjoni tiegħu u tiegħu biss u mhux tal- pulizija, talli kellu oġġezzjoni dak il-ħin stess - hawn l-Onor.", "Mizzi ma jaqbilx li kellu oġġezzjoni mill-kummissarju tal-pulizija - u kellu oġġezzjoni wkoll minn nies oħrajn li tkellmu mal-kummissarju tal-pulizija, u l-kummissarju din l-azzjoni għaddiha lill-Onor.", "Mizzi.", "Issa dawn jgħidulna li huma qatt ma kienu jindaħlu fl-affarijiet tas-security u kienu jħallu l-ħabs jimxi waħdu u l-pulizija timxi waħedha, mentri hawnhekk għandna l-isbaħ prova bil-miktub li l-pulizija ta' l-iskorta ta' Richard Cachia Caruana ġew irtirati b'ordni diretta tal-ministru ta' bla portafoll ta' dak iż-żmien!", "L-Onor.", "Mizzi poġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra korrispondenza bejn il- kummissarju tal-pulizija u l-ombudsman fuq dan il-każ.", "U meta nstema' l- każ quddiem l-ombudsman, minħabba l-ordni ta' l-Onor.", "Mizzi kontestata mill-kummissarju dakinhar - mhux illum, dakinhar kienet ġiet kontestata - kemm l-attorney general kif ukoll il-kummissarju tal-pulizija pprovaw jiddefenduh lill-ministru, kif għandhom l-obbligu li jagħmlu l-impjegati ċivili kollha.", "Dawn għandhom l-obbligu li jipprovaw jużaw kull mezz legali biex jipproteġu lill-ministru jew lis-segretarju parlamentari li jiġi fuqhom.", "U fil-korrispondenza li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm argument sħiħ bejn il-kummissarju tal-pulizija fuq il-parir ta' l-attorney general u l-ombudsman dwar jekk l-ombudsman jistax jindaga każi ta' security.", "Għaliex?", "Għaliex jekk il-membri ta' l-iskorta kienu membri tas- servizz tas-sigurtà, is-servizz tas-sigurtà u l-liġi tas-servizz tas- sigurtà u l-applikazzjoni tagħha ma jistax jindaħal fihom l-ombudsman.", "Allura l-kummissarju, biex jiddefendi lill-ministru tiegħu stess, ipprova jagħmel l-argument - imbagħad spiċċa l-qorti għaliex l-ombudsman ma qabilx miegħu - li ma jistax jistaqsih domandi fuq nies u fuq skorta li kien hemm ma' l-assistent personali tal-prim ministru.", "Mela hawnhekk għandna lill- kummissarju tal-pulizija, li kien kontra li titneħħa l-iskorta minn ma' Richard Cachia Caruana, li xorta waħda qiegħed jiddefendi lill-ministru tiegħu kontra rapport li sar lill-ombudsman.", "U minflok, qed iġib din bħala prova li l-ordni ma ġietx mingħandu imma ġiet mingħand il-pulizija!", "U minflok, nesebixxu dawn l-ittri biex wieħed jikkritika lil uffiċjal pubbliku li l-uniku reat tiegħu huwa li ddefenda lill-ministru tiegħu stess!", "Din bħall-istorja tal-Vanġelu ta' meta fejjaq għaxra u mar wieħed jirringrazzjah!", "Dan lanqas lil wieħed ma jrid jirringrazzja, imma lil wieħed li pprova jiddefendih ukoll qed jipprova jagħtih bis-sieq, aħseb u ara x'jagħmel lin-nies li ma jiddefenduhx!", "Anke lin-nies li ddefendewh qiegħed jipprova jikkritika f'dan il-parlament!", "Issa jien b'dan id-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra qiegħed nuri bi prova ċara, għaliex iffirmat mill-ex-ministru stess, li dawn li ma jindaħlux fil-pulizija kienu taw ordni biex titneħħa s-sigurtà minn ma' persuna li kienet vittma ta' attentat ta' qtil.", "Għaliex filwaqt li s- sigurtà tat-tnejn min-nies l-oħra kienet relatata mal-kariga tagħhom, is- security li kien hemm ma' Richard Cachia Caruana ma kenitx għaliex kien l- assistent personali tal-prim ministru - għaliex ma kienx assistent personali meta konna fl-oppożizzjoni - imma minħabba li kien vittma ta' dan l-attentat.", "Imma dawn qabdu u neħħew is-security ta' kulħadd u ħalltu l- każ speċifiku ta' Richard Cachia Caruana ma' każijiet oħra li m'għandhom x'jaqsmu xejn miegħu.", "Jien eżaminajt il-karti kollha li l-Onor.", "Mizzi poġġa fuq il-Mejda tal- Kamra, partikolarment dawk li hu jgħid li huma prova li tteppjawlu t- telefon.", "Issa apparti li hawn m'hawn l-ebda prova li ġie tteppjat it- telefon tiegħu, jien ħsibt li qiegħed jgħid għal-lum jew għall-bieraħ jew għal sena ilu.", "Tafu għal meta jirriferu dawn id-dokumenti?", "Għal ħdax-il sena ilu!", "Mela llum f'dan il-parlament l-Onor.", "Mizzi qed iqajjem każ fejn qed jissuspetta li tteppjawlu t-telefon ħdax-il sena ilu!", "Hu kien ministru għal sentejn sħaħ responsabbli wkoll mill-pulizija, allura ma setax jindaga hu u jasal għall-konklużjonijiet hu u jekk jidhirlu li hemm xi ksur tal-liġi, u bi provi, iressaq lil xi ħadd il-qorti?", "Mela jiġi llum fl-1999 iqajjem każ fejn jgħid li tteppjawlu t-telefon fl-1988, meta mbagħad fil-karti li esebixxa m'hawn ebda prova li ġie tteppjat it-telefon tiegħu!", "Hawn jingħad ukoll li fl-1993 - issa jien ma nafx jekk hawnx xi żball imma qed naqra mid-dokument li ġie esebit - kienu saru rapporti mill-Onor.", "Mizzi li qed jirċievi telefonati anonimi.", "Sfortunatament hawn nies li jieħdu gost jagħmlu telefonati anonimi - u f'pajjiż żgħir bħal tagħna għandu jkun xi ħaġa bħal din hija iktar popolari - u jqajmu ħafna nkwiet għal dak li jkun, partikolarment meta jsiru għal xi skop li jista' jkun politiku u flok jirrispondi l-politiku jirrispondi xi ħadd tal-familja, li naturalmnet joħloq ċertu diżgwid u ċertu inkwiet fil-familja stess. ssa fil-każ ta' din l-ittra tal-5 ta' Frar 1993, fejn ipprovaw jittrejsjaw telefonati anonimi ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'dik l-ittra m'hemmx li jien għamilt complaint li dawk in-numri li ġew activated bil-computer....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.TONIO BORG: Ħalli naqraha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Rigward dawk li ġew activated bil-computer jien irrapportajt speċifikament fuq kwestjoni ta' ħin biss; it-tnejn l-oħra kont għafastu fuqhom biex inkun naf li qed taħdem is-sistema.", "Għalhekk qegħdin imniżżlin hemmhekk dawk in-numri, biex nispjega ruħi sew, għax fuq wieħed biss għamilt complaint.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed ngħidlek hekk għaliex f'dan id-dokument hawn miktub:", "\"Please refer to your letter dated 17th November, 1992 regarding anonymous calls ....\"", "U wieħed minnhom ġie traced għall-MLP headquaters il-Maċina, Senglea!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jien m'għamiltx dak il-complaint.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux qed inqarraq imma qed ngħidlek li f'dan id- dokument li inti esibejt ...", "Forsi ma tajtekx ċans biex tispjegaha imma hawnhekk m'hijiex spjegata hekk (Interruzzjonijiet) Waħda mit-telefonati anonimi, li r rapport dwarha lill-kummissarju tal-pulizija kienet , kif hawn miktub hawn:", "\"Please refer to your letter dated 17th November regarding anonymous phone calls received by Joe Mizzi M.P. on exchange line 690366.", "We would like to inform you that the following calls have been traced.\".", "Waħda minnhom hija ta' l-exchange li għedt, oħra lil persuna oħra - mhux se noqgħod insemmiha għaliex m'għandha x'taqsam xejn ma' din il-Kamra - u l- oħra:", "\"... pertains to the MLP headquarters, Macina, Senglea.\".", "Issa jien ma nafx jekk saritx telefonata anonima lilek mill-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista però jekk sar hekk sar ħażin!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ir-riferenza għamiltha għan-numru l-ieħor għal tapposta għax imbagħad hemm korrispondenza li turi li l-complaint kien fuq kwestjoni ta' ħin biss, għal numru minnhom, għaliex dwar l-oħrajn hemm spjegazzjoni ċara fuq korrispondenza oħra li dawk saru biex inkun naf li s-sistema qed taħdem.", "Jiġifieri fuq dawk ma kienx hemm complaints li kienu anonymous calls imma peress li daħlu fil-computer ġew rapportati wkoll.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan jirriferi għall-każ ta' sitt snin ilu!", "(Interruzzjonijiet) Imma inti m'għedtx li wieħed kien ta' ħdax-il sena ilu u l-ieħor ta' sitt snin ilu!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Irriferi għad-diskors u ssib!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Il-Ministru jkompli bid-diskors u jindirizza lis-Sedja, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "TONIO BORG: (Interruzzjonijiet) Dan qed ngħidu biex ma jmurx jaħseb li jien qed nippermetti li ssir xi ħaġa li m'hijiex permissibbli skond il-liġi, jew li jien mhux qed ninvestiga xi ħaġa li saret illum.", "(Interruzzjonijiet) Int qed tqajjem każ ta' ħdax-il sena ilu, qajjimtu f'seduti oħra tal-parlament u minn dak li esebejt m'hemm l-ebda prova li fil-fatt saret xi interċettazzjoni mat-telefon tiegħek.", "Għaliex il-mod kif inti ħabbartha u ħafna gazzetti ġabuha, qisu jien bħala ministru tal- pulizija ordnajt xi tapping ta' xi membru parlamentari, għaliex hekk fil- fatt ġejt interpretat.", "(Interruzzjonijiet) Hekk ġejt interpretat.", "L- ewwel m'għedt xejn, imbagħad f'dan id-dibattitu għedtilna li mhux il- ministru u lanqas il-prim ministru u issa jirriżulta li lanqas il-pulizija!", "Jiġifieri m'hemm l-ebda allegazzjoni u lanqas prova li b'xi mod xi ministru jew xi pulizija pprovaw jinterċettaw it-telephone ta' xi ħadd.", "U l-liġi tas-servizz tas-sigurtà tagħti l-poter li jiġu interċettati konverżazzjonijiet telefoniċi bl-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-ministru jew tal-prim ministru.", "(Interruzzjonijiet) M'iniex se noqgħod ngħid jekk użajnihx jew le.", "Hemm il-poter li jista' jintuża u jista' ma jintużax, bħalma seta' ntuża u seta' ma ntużax għal skopijiet speċifiċi minn gvern Laburista, li kien ivvota kontra din il-liġi u l-bieraħ skoprejna li uża din il-liġi xorta waħda biex jagħmel interċettazzjoni telefonika.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed jgħidu l-ministru li kien responsabbli in parti ta' l-intern ukoll għar-rigward ta' interċetazzjonijiet telefoniċi.", "Meta jien għamilt domanda dwar kemm qed isiru warrants, dak iż- żmien il-prim ministru qal li lanqas in-numru m'hu se jagħti.", "U niftakar li meta konna fl-oppożizzjoni anke l-Onor.", "Michael Bonnici kien għamel domanda parlamentari dwar dan.", "U issa jien qbilt ma' din il-linja li ma nirrispondix fuq jekk ħarġux warrants.", "Naf li hemm il-liġi li tagħti dan il-poter lill-prim ministru jew lill-ministru li meta jrid, fuq parir tal- head tas-security service u għal raġunijiet speċifikati fil-liġi stess jinterċetta konverżazzjoni telefonika - irid ikun reat serju u ma jridx ikun hemm alternattiva faċli oħra; jiġifieri mhux sempliċement biex wieħed ma jmurx jippedonah bniedem - u t-tielet requirement stabilit mil-liġi stess huwa li jrid ikun hemm salvagwardji biex dik l-informazzjoni li tinġabar tintuża biss għal skopijiet ta' investigazzjoni u tiġi meqruda meta ma jkunx hemm bżonnha iktar.", "Ir-reati li għalihom tapplika din il- liġi huma reati serji, inkużi wkoll reati ta' traffikar tad-droga.", "Mr Speaker, il-bieraħt lura smajna għadd ta' akkużi moqrijin mill-Onor.", "Mizzi li din in-naħa hija mċappsa bid-droga.", "Meta mbagħad għafasnieh biex jgħid min, biddel id-diska u qal: \"Jien nemmen li huwa hekk\", u ma qalx li huwa hekk.", "Qabel kellna min jgħid li għandu \"konvinzjoni morali\" - tiftakruha dik? - u issa għandna min qed jgħid: \"Jien nemmen li huwa hekk\"!", "U meta erġajna staqsejnieh biex jgħid min huġa' waqa' kompletament fil- muta.", "(Interruzzjonijiet) Din it-tattika hija żbaljata on two counts.", "Hija żbaljata għaliex li inti tipprova tpinġi lilek innifsek bħala mingħajr tebgħa u ħtija u tipprova tħammeġ lil ħaddieħor billi titfa' t-tajn għaliex temmen li fl-aħħar forsi jeħel xi ħaġa, dik tnaqqas il-kredibilità ta' l- oppożizzjoni stess.", "It-tieni ħaġa li tagħmel din l-attitudni hija li ddgħajjef il-ġlieda kontra d-droga mill-forzi ta' l-ordni.", "(Interruzzjonijiet) Ma jistax ikun li f'mument minnhom il-membri ta' l- oppożizzjoni jappellaw li jsir front komuni u fl-istess nifs iqum xi ħaddieħor li jgħid li l-gvern huwa mċappas bid-droga, mitfugħa hekk din!", "Aħna ngħarrquha r-reputazzjoni tan-nies meta nitfgħu d-diskors hekk.", "X'inhu sew!", "U fl-istess nifs jgħidu li jridu jagħmlu front komuni mal- gvern li skond huma huwa mċappas bid-droga!", "Tant jafu li dan mhux veru li jridu jagħmlu front komuni mal-gvern biex niġġieldu d-droga flimkien!", "Mr Speaker, jien noqgħod attentissimu li ma nagħmlux ballun politiku mill- ġlieda kontra d-droga, għax dan itellef lill-forzi ta' l-ordni, partikolarment lill-pulizija fil-ġlieda kontra d-droga.", "Għaliex jekk dawn jaraw li flok qegħdin niġġieldu din il-problema flimkien qegħdin nipprovaw inħammġu lil xulxin ...", "Altru kritika u altru tħammeġ!", "Jien nieħu gost li jikkritikawni, fis-sens li jgħiduli li hemmhekk m'hemmx pulizija biżżejjed, jew inkella xi ħadd jipproponi li jsir iktar investiment f'qasam partikolari fil-ġlieda kontra d-droga.", "Dak huwa x-xogħol ta' l- oppożizzjoni, anzi mhux biss ta' l-oppożizzjoni, imma anke tan-naħa tal- gvern, jiġifieri għandna skop komuni u wieħed qiegħed jiġġieled kif l-aħjar naslu għal dak l-iskop.", "Però meta inti tagħmel il-problema tad-droga ballun politiku, sal-punt li tipprova tħammeġ lill-avversarju tiegħek biex titkellem għall-gallerija, inti tkun qed tkisser il-moral ta' dawk li qed jiġġieldu kontra d-droga, għax flok jaraw parlament magħqud jaraw oppożizzjoni taqsam il-parlament fuq liġi li mhux se tivvota favuriha imma ndaħħlu issues oħrajn u nipprovaw inħammġu n-naħa tal-gvern.", "Dan huwa żball li l-oppożizzjoni għamlitu diġà fil-leġislatura li spiċċat qabel l- elezzjoni ta' l-1996 u żball li qed terġa' tagħmlu llum.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nuri kemm huwa żball li wieħed jagħmel dan l- argument.", "Jien niftakar li f'Awissu 1996, li nzerta kien żmien il-kampanja elettorali, il-pulizija kienet għamlet operazzjoni tajba ħafna fil- freeport, fejn inqabdet kwantità kbira ta' kimika li tintuża għall- produzzjoni tal-pilloli ecstasy.", "Din donnha ma kenitx diretta għall-konsum f'Malta imma kienet se tgħaddi mill-freeport biex tmur f'destinazzjoni oħra, u l-pulizija qabdu din il-konsenja kbira, li hija waħda mill-ikbar qabdiet ta' droga li qatt saret f'pajjiżna, u naturalment il-pulizija kienu kuntenti.", "Tafu x'kien qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dak iż-żmien?", "Qal li din il-qabda jista' jkun li saret biex taljena lin-nies mill-problemi l- oħra tal-pajjiż!", "Tistgħu tmorru tfittxu l-gazzetti u ssibuha.", "Jien meta kont fl-oppożizzjoni qatt m'għamilt dikjarazzjonijiet simili, anzi kont għedt li kull darba li ssir qabda ta' droga jew kull darba li l-iskwadra ta' kontra d-droga tagħmel hit aħna nieħdu pjaċir.", "Ħaddieħor donnu ma jeħux pjaċir daqsna.", "Issa dan huwa t-tip ta' żball li wieħed jaqa' fih meta mill-problema tad-droga jagħmlu ballun politiku, li kważi tiġik l- għira għaliex ħaddieħor jirreġistra suċċess.", "Issa li kieku aħna rridu nagħmlu din il-battalja politika ma nafux nagħmluha forsi?", "(Interruzzjonijiet) Taħseb li ma nafux nagħmluha?", "Issa jien se noqgħod infakkar meta fl-elezzjoni ta' l-1992 kien hemm proposta mill-kap tal- Partit Laburista ta' dak iż-żmien li d-droga tiġi legalizzata!", "(Interruzzjonijiet)", "Intom hawnhekk qegħdin tagħmlu din il-battalja maratona fuq din il- liġi, li ilha għaddejja minn qabel ir-recess tas-sajf, għaliex se nagħmlu din id-distinzjoni li teżisti diġà barra l-qasam ta' l-importazzjoni u se issa nagħmluha applikabbli għall-qasam ta' l-importazzjoni, meta l-Partit Laburista kien pubblikament favur li d-droga tkun tista' tixtriha liberament.", "Issa ħalli nkun fair ma' kulħadd għax din hija attitudni li ssib il-kunsens ta' numru ta' persuni, jiġifieri mhux qed ngħid li hija xi ħaġa li m'għandha s-support ta' ħadd.", "U jidher li qed jiżdiedu n-nies li jaqblu ma' din il-pożizzjoni.", "Imma aħna qatt m'għedna dawn l-affarijiet.", "Ara kemm jikkritikawna, aħna qatt m'għedna dawn l-affarijiet, anzi dejjem għedna li l-ġlieda vera kontra d-droga tfisser li ma jkun hemm l-ebda tolleranza.", "Però li ma jkun hemm l-ebda tolleranza ma jfissirx li jekk xi ħadd idaħħal ammonti żgħar ta' droga għall-użu personali tiegħu bilfors imur il-ħabs.", "Ħalli l-qorti tiddeċiedi li tibagħtu l-ħabs. imma li bilfors tibagħtu l-ħabs, meta l-qorti stess ma tkunx trid ...", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jiddikjaraha!", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhijiex kwestjoni ta' dikjarazzjoni, Onor. Dalli.", "Intom għamiltu dik il-liġi - li ma ġiet applikata fil-konfront ta' ħadd, għax ħadd ma ddikjara xejn; u l-embarkation card lanqas tgħid li tmur il- ħabs bilfors imma tgħid li wieħed ikun \"liable to prosecution\" - u dik il- liġi teżenta minn responsabilità kriminali lil min jiddikjara li fuqu għandu d-droga.", "Hawnhekk m'aħna se neżentaw lil ħadd imma qed ngħidu li jekk jinqabad anke b'ammont żgħir jittella' l-qorti u tiddeċiedi l-qorti.", "Forsi l-qorti tiddeċiedi li tibagħtu l-ħabs.", "(Interruzzjonijiet) Mhux kollox fid-diskrezzjoni ta' l-imħallef!", "Onor. Dalli, ma jistax ikun li meta taqbel ma' sentenza tal-qorti tgħid li għandek fiduċja fil-qrati u fis- sistema, imbagħad meta ma taqbilx ma' sentenza oħra tal-qorti ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma rridx interruzzjoniiet, Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-fiduċja trid tkun konsistenti.", "Meta l-Imħallef Caruana Colombo għamel l-inkjesta dwar il-bus ticketing machine u qal li ma kien hemm l-ebda responsabbiltà min-naħa ta' l-Onor.", "Michael Frendo għal dak li kien ġara qalu li dak kien cover-up, u hemmhekk ma kellhomx fiduċja fil-qrati, imbagħad meta l-qrati taw sentenzi oħrajn li għoġbu lill- oppożizzjoni mbagħad feġġet il-fiduċja fil-qrati!", "(Interruzzjonijiet) Aħna għandna fiduċja fil-qorti dejjem imma ma jfissirx li inti bilfors taqbel mas-sentenzi tal-qorti.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Dalli.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-fiduċja fil-qorti hija kwestjoni mod u jekk taqbilx ma' sentenza tal-qorti hija kwestjoni oħra.", "Jien jista' jkolli fiduċja fil- qorti u ma naqbilx ma' ċerti sentenzi.", "Dan ma jfissirx li m'għandix fiduċja fil-qorti jew li ma ngħidx li din is-sistema ħadmet jew li sistema oħra ħadmet ħażin u allura għandna naraw kif inbiddluha.", "Imma mhux naħarqu l-qorti!", "Se jiddefendu l-qorti dawn li kienu qalulna li l-aristokrazija tal-ħaddiema tmattret fl-attak fuq il-bini tal-qorti!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gulia, on a point of order.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, il-ministru qed jgħid li huma għandhom fiduċja fil-qrati imma jista' jkun li ma jaqblux ma' xi sentenzi.", "Il-fatt huwa li qalu kemm-il darba, u qalha l-Prim Ministru stess, li jenħtieġ li naraw nistgħux inbiddlu s-sistema tal-ġurija.", "Fi kliem ieħor qed jattakka s-sistema tal-ġurija.", "Dak li qal u m'għandux jipprova jiżvija.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan m'hu point of order xejn imma skuża biex jinterrompi b'mod taparsi legali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, l-Onor.", "Borg għamel riferenza għar- riżultat ta' l-inkjesta li kienet immexxija mill-Imħallef Caruana Curran.", "Dik ma kenitx sentenza, biex inkunu eżatti.", "(Interruzzjonijiet) Is- sorpriża kienet ta' l-Onor.", "Fenech Adami wara sentenza tal-qorti.", "MR SPEAKER: Dan m'huwiex point of order.", "Point of order għandu jkun verament point of order.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, issa għandna min qed jagħmel distinzjoni bejn imħallef meta jagħti sentenza u l-istess imħallef meta jagħmel inkjesta, jiġifieri jkollu fiduċja fih meta jagħti sentenza tal-qorti però ma jkollux fiduċja fih meta jagħmel inkjesta!", "(Interruzzjonijiet) Bħallikieku hemm differenza bejn meta mħallef jagħmel inkjesta u meta jagħti sentenza!", "L-istess imħallef ikun meta jbiddel il-kappell imma meta tkun inkjesta jgħidu li għamel cover-up u meta jkun qed imexxi ġuri jgħidu kemm huwa bravu!", "Ma jistax ikun li l-fiduċja tiddependi min-natura tas- sentenza nnifisha, trid tkun fiduċja kontinwa.", "Anzi huma kienu jgħajruna li aħna l-partit ta' favur il-qorti u huma l-partit li jgħidu kontra l- qrati.", "Dawn kienu jbiddlu l-imħallfin waqt li qed jisimgħu kawża.", "Meta kissru l-qorti minflok ikundannawhom qalu għax \"tmattru l-aristokratiċi tal- ħaddiema\", u mbagħad meta kien hemm ġuri li fih spiċċa ġie lliberat Cachia Zammit kitbu mal-ħitan \"ġurati mixtrija,\" dawn li issa għandhom fiduċja fil- qorti, fiduċja à la carte, skond is-sentenza li tingħata!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Gulia qed jistaqsini jekk naqbilx mas-sistema tal-ġuri.", "Iva, jiena naqbel mas-sistema tal-ġuri.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-fatt li naqbel mas-sistema tal-ġuri ma jfissirx li ma naqbilx li jsiru riformi għas-sistema.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri inti se tqum u tgħid li s-sistema tal-ġuri trid tibqa' dejjem l-istess?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Kulħadd kellu ċ- ċans jitkellem, issa qed jagħmel il-winding-up il-Ministru ta' l-Intern.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hu staqsieni jekk iniex favur is-sistema tal-ġuri.", "Iva, jien favur is-sistema tal-ġuri.", "Dan ma jfissirx li jekk hemm ċerti difetti fis-sistema nibqgħu nħarsu lejhom u ngħidu li tibqa' l-istess għax l- Ingliżi daħħluha 150 sena ilu.", "(Interruzzjonijiet) Veru li intom kontu favur l-integration imma ma naħsibx li intom favur l-Ingliżi daqshekk li jekk huma biddlu s-sistema tagħhom, aħna għandna nibqgħu bis-sistema kif tawhielna 150 sena ilu!", "Allura huma biddluha u aħna minflok nimxu magħhom fit-tibdil li għamlu, nibqgħu bis-sistema li tawna huma 150 sena ilu!", "(Interruzzjonijiet) Inti hekk għedt, li ilha l-istess minn żmien l- Ingliżi.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx iktar interruzzjonijiet.", "Onor. Cuschieri, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Jekk jogħġbok, Ministru, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-interruzzjonijiet ma jdejqunix imma meta jsiru f'salt diffiċli tismagħhom kollha biex tweġibhom!", "Kieku jsiru b'ċerta ordni, bil-queue, wieħed ikun jista' jirrispondi aħjar!", "Is- sistema tal-ġuri mhijiex xi ħaġa statika.", "Diversi pajjiżi li jħaddmu s- sistema tal-ġuri matul iż-żmien għamlu ċertu tibdil, inkella veru trid tkun partit konservattiv biex tgħid li s-sistema tal-ġuri tibqa' hekk għal dejjem għaliex introduċejnieha hekk 150 sena ilu!", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħidlek l-opinjoni personali tiegħi.", "Inti staqsejtni l-opinjoni personali tiegħi, mhux l-opinjoni tal-gvern, u jien għedtlek l-opinjoni personali tiegħi x'inhi.", "Ħadd ma qal li s-sistema tal-ġuri se titneħħa imma li tgħidli li qatt ma tiġi riformata lanqas int m'int kapaċi tgħidha.", "Qum għid li qatt ma tiġi riformata s-sistema tal-ġuri!", "Naf li m'intix se tqum u tgħidha għax trid tkun bla ebda sens politiku biex tgħidha, jekk qed taspira li xi darba tkun ministru.", "Mr Speaker, f'din id-diskussjoni ftit tkellmu fuq il-liġi jew affarijiet konnessi mal-liġi però mbagħad kien hemm ċerti interventi li ma nistax ma nsemmihomx.", "Niddikjara li se nkun out of order imma ma nistax ma nweġibhomx ladarba ntqalu għax ġew irrapportati fil-gazzetti, qishom xi verità evanġelika.", "L-ewwel waħda hija dwar l-Unjoni.", "Bħal dak li qallu jekk nidħlu fl-Unjoni se nitilfu l-protezzjoni li għandna tal-liġijiet kontra d-droga!", "Saħansitra kien hemm min qal li jekk nidħlu fl-Unjoni jkollna nippermettu lill-bdiewa jkabbru l-ħaxixa, u dan għaliex hemm pajjiżi membri ta' l-Unjoni li jippermettu dan.", "Din m'għandha x'taqsam xejn ma' l-Unjoni.", "(Interruzzjonijiet) Aħna llum x'hemm x'iżommna milli f'dan il-parlament ngħidu li l-koltivazzjoni tal-ħaxixa hija pprojbita però jekk tikseb permess mingħand xi ħadd tkun tista' tagħmel din il- koltivazzjoni?", "Hawn xi liġi li ma tippermettihx dan?", "Niġu hawn fil- parlament u jekk irridu nagħmlu dik il-liġi nagħmluha!Interruzzjonijiet) Qegħdin inbeżżgħu lin-nies li jekk nidħlu fl-Unjoni se jkun possibbli li l- bdiewa - u jingħataw sussidju wkoll! - jikkoltivaw il-ħaxixa.", "Din m'hi verità xejn u bl-ebda mod m'hu se jiġri hekk.", "Il-liġijiet tagħna se jibqgħu l-istess u l-koltivazzjoni ta' ammonti żgħar jew ammonti kbar se jibqa' reat u l-Unjoni ma tindaħal f'xejn.", "Jekk ikun min irid jagħmel hekk, ngħidu aħna bħall-Olandiżi, jistgħu f'pajjiżhom jagħmlu hekka dak jibqa' mhux permess.", "It-tieni intervent li ġie reġistrat ukoll mill-gazzetti kien li jekk nidħlu fl-Unjoni jkollna naċċettaw 52 regolament fuq il-kontraċettivi u li dan iġibna f'konflitt mal-Knisja f'Malta.", "Issa din lanqas m'għandha x'taqsam, la ma' l-Unjoni u lanqas ma' dan l-abbozz.", "Mhux se nikteb l- istorja tal-kontraċettivi f'Malta però safejn naf jien dawn dejjem kienu permessi f'Malta.", "Hija kwestjoni morali li kulħadd jiddeċiedi għalih waħdu u qatt ma kien hawn liġi li l-użu ta' dawn il-kontraċettivi kienet tagħmlu reat kriminali.", "Ċerti stati fl-Amerika dan kienu jipprojbixxuh bħala reat kriminali, ħalliha li ħafna drabi dak ir-reat kriminali ma kienx jiġi applikat.", "Veru li l-oppożizzjoni ma tixtieqx li nidħlu fl-Unjoni imma hija esaġerazzjoni li tbeżża' lin-nies sal-punt li tgħid li jekk aħna nidħlu fl-Unjoni se jiżdied jew se jinxtered l-użu tal-kontraċettivi, qishom il-kontraċettivi jipproduċuhom l-Ewropej u jużawhom biss l-Ewropej, b'mod partikolari l-Ewropej membri ta' l-Unjoni!", "Qabel kienu jbeżżgħuhom li jekk nidħlu fl-Unjoni jkollna l-AIDS u issa qegħdin ibeżżgħuhom bl-użu tal-kontraċettivi, ftit kontraditorja!", "(Interruzzjonijiet) Din turi kemm il-kritika kontra l-Unjoni Ewropea - u din mhijiex limitata għal xi membru partikolari - issa waslet f'livelli ta' isteriżmu għax issa anke jekk ma tagħmilx ix-xita naħseb li teħel l-Unjoni, u jekk tagħmel wisq xita se teħel l-Unjoni wkoll.", "Anke xerrdu l-gidba fil-gazzetti - u din jiddelitta l-iktar biha Remiġ Sacco - li jekk nidħlu fl-Unjoni jidħol id-divorzju.", "Issa apparti li din il-kritika tinstema' ftit stramba minn partit li għamel kummissjoni biex idaħħal id-divorzju - għax din il-kummissjoni għalhekk saret u allura nippretendi li b'dan l-argument jivvotaw favur li nidħlu fl-Unjoni......!", "(Interruzzjonijiet) X'mhux veru!", "Kummissjoni biex minflok iddaħħluh intom iddaħħlu l-kummissjoni!", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Dik il-kummissjoni l-Partit Laburista fil-gvern ma waqqafhiex biex jidħol id-divorzju f'Malta imma biex jesplora dak kollu li hemm bżonn biex jiġi protett id-dritt tal-familja.", "Jekk kemm-il darba daħal fuq il-kwestjoni tad-divorzju ma qalx li d-divorzju dieħel f'Malta, biex inkunu ċari.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-membri tal-kummissjoni tant kienu magħżula b'mod rappreżentattiv mis-soċjetà Maltija li ġew sebgħa favur u tnejn kontra, jiġifieri f'Malta l-popolazzjoni qiegħda sebgħa kontra tnejn favur id- divorzju!", "Onor. Farrugia, taf daqsi li dik kienet tattika biex wieħed jipprova jdaħħal xi ħaġa li ma kenitx ġiet imwiegħda fil-programm elettorali, jiġifieri m'hu veru xejn li għax nidħlu fl-Ewropa jidħol id- divorzju.", "L-ewwelnett id-divorzju jeżisti tista' tgħid fid-dinja kollha, inti fl-Unjoni Ewropea jew m'intix, jiġifieri m'għandha x'taqsam xejn ma' l- Unjoni.", "Prova ta' dan hija li pajjiż membru ta' l-Unjoni għal żmien twil ma kienx daħħal id-divorzju f'pajjiżu.", "(Interruzzjonijiet) Imma meta intom tagħmlu dawk l-argumenti, nista' ma nirrispondihomx?", "Anzi ħadt l- opportunità biex nirrispondihom.", "Fil-każ ta' l-Irlanda dawn daħħlu d- divorzju fl-1997 għax riedu li jdaħħlu d-divorzju.", "U f'Malta l-istess, meta trid iddaħħlu d-divorzju u jekk ma tridx ma ddaħħlux.", "M'għandha x'taqsam xejn l-Unjoni u tħalltux iż-żewġ issues flimkien.", "M'għandhom x'jaqsmu xejn flimkien għax bl-istess argument tista' tgħid li jekk Malta tibqa' barra ....", "(Interruzzjonijiet) Meta l-Maltin iridu jdaħħlu d- divorzju jdaħħluh, u jekk ma jriduhx ma jdaħħluhx.", "Ma nħawdux l- affarijiet.", "Dan semmejtu biex nuri li anke f'dibattitu bħal dan kellna nużaw argumenti biex inbeżżgħu n-nies bil-babaw ta' l-Unjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Ministru, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, skużani imma diffiċli li jinterrompuni u nibqa' nħares lejk waqt li nwieġeb l-interruzzjonijiet min-naħa l-oħra!", "Waqt id-diskors tiegħu l-Onor.", "Cuschieri tkellem dwar l-investiment li jmissu jsir fil-korp tal-pulizija, qalilna li l-għassa ta' San Ġiljan għandha tissaħħaħ u li għandhom jiżdiedu l-pulizija f'Paceville.", "Jaf li l- investiment fil-korp tal-pulizija fiż-żmien meta kien hemm il-gvern Laburista naqas b'40%?", "Ħalli nagħtih iċ-ċifri.", "Fl-1996 l-ispiża kapitali kienet tammonta għal Lm600,000, din naqset għal Lm500,000 fl-1997 u fl- 1998 reġgħet naqset għal LM350,000.", "Issa l-parti l-kbira ta' dawk il- Lm350,000 kienet għall-kontinwazzjoni tal-proġett ġewwa d-depot, fejn qed jibnu kumpless ġdid fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija, ħalli jkun hemm lock-up aħjar u jkun hemm uffiċini ta' l-iskwadri li jaħdmu f'kondizzjonijiet aħjar.", "Jekk fl-1998 dak l-ammont kollu nxtorob għal dak il-proġett, dan il-famuż investiment li jridna nagħmlu l-Onor.", "Cuschieri l hawn u 'l hemm, biex kien se jagħmlu l-gvern Laburista?", "Mela meta jkollok proġett bħal dak għaddej, kif tista' b'Lm350,000 tagħmel xi investiment ieħor f'tagħmir, partikolarment tagħmir fl-uffiċċju tal-forensika?", "Kont nagħmel domandi dwaru u kienu jgħiduli li qed jaħdem - veru għax kien jaħdem u jerġa' jieqaf - imbagħad kont nistaqsi domanda oħra, jgħiduli li qed jaħdem u jerġa' jieqaf.", "Imbagħad meta sirt ministru sibt li dak it- tagħmir importanti fl-uffiċċju tal-forensika ma kien qed jaħdem xejn u ma setax jiġi sostitwit għax il-gvern ma nvestiex fih.", "(Interruzzjonijiet) Issa ħareġ it-tender biex isir.", "(Interruzzjonijiet) Nista' ngħidlek li żidna l-ispiża kapitali b'40% biex tkopri l-ispiża biex jinxtara dan it- tagħmir fl-uffiċċju tal-forensika.", "Sfortunatament se jkollu jittieħed minn proġetti oħrajn imma naturalment trid timxi skond il-lista tal- prijoritajiet tiegħek.", "Dan kien l-ewwel wieħed bħala prijorità u fil-fatt se jinxtara.", "Jiġifieri mhux imbilli tgħid li tagħmel l-investiment jekk ma tivvotax il-flus għalih.", "(Interruzzjoniiet) L-istess dwar il-pulizija.", "Int ikkritikajt li m'hemmx pulizija biżżejjed f'Paceville meta kien gvern Laburista li fis-sajf ta' l-1998 naqqas l-ammont ta' pulizija allokati għal Paceville.", "Fil-fatt fis-sajf ta' din is-sena żidna l-pulizija f'Paceville.", "Issa inti tista' tgħid li jmisshom jiżdiedu aktar, imma skużi, qabel ma tagħmel dik il-kritika ara x'kien isir taħt il-gvern tiegħek, għax ma jistax ikun li inti tikkritika s-sitwazzjoni tal-lum meta aħna tejjibna s- sitwazzjoni li sibna f'Paceville.", "Anke r-regolamenti tal-postijiet tad- divertiment kienu improvement għax kellna l-kuraġġ nagħmluhom,", "Nista' ngħidlek li ġew konsultati diversi għaqdiet, li għamlu lista ħafna itwal minn dik li fil-fatt għamilna fir-regolamenti imma l-appell tagħna, partikolarment lis-Sedqa u lill-pulizija, kien li flok nagħmlu lista twila li nafu li minnha ma jiġi nfurzat xejn, nikkonċentraw fuq erba' affarijiet u nagħmluhom.", "Waħda minnhom kienet li parties li jsiru barra minn postijiet tad-divertiment ikollhom bżonn liċenzja u kondizzjonijiet speċjali.", "It-tieni waħda kienet il-ħin ta' l-għeluq, kwestjoni li qajmet kontroversja kbira.", "U jien m'iniex daqshekk naive li ngħid li b'daqshekk solvejna l-problema ta' Paceville imma għallinqas daħħlet ċertu ordni fejn qabel jidher li ma kienx hemm.", "U regola oħra - u din kienet saret fuq suġġeriment ta' deputati kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa ta' l- oppożizzjoni - li biha l-piena għal min jinqabad jippermetti li jidħlu tfal taħt is-16-il sena f'postijiet ta' divertiment ma tkunx limitata għal somma waħda imma tkun relatata man-numru ta' persuni taħt l-età li jinstabu f'dak il-post ta' diveriment.", "(Interruzzjonijiet) Iva, Onor. Cuschieri, din is- sena l-iktar li nqabdu.", "Jekk tistaqsini jekk iniex kuntent ngħidlek: Le, m'iniex kuntent, però fl-1999 l-iktar li saru raids u l-iktar li nqabdu nies taħt is-16-il sena.", "Hemm il-problema l-oħra ta' persuni taħt is-16-il sena li jitħallew jixtru xorb alkoħoliku.", "Niftakar li dan il-punt kont qajjimtu anke meta kont kelliem ta' l-oppożizzjoni.", "Hemm ċerti diffikultajiet kif tinfurzaha għax kif inhi l-liġi llum tipprojbixxi li xi ħadd mill-bar jagħti alkoħol lill-persuna taħt is-16-il sena, però donnu m'hemm l-ebda liġi li ma tippermettilhomx jidħlu f'bar.", "Allura tinħoloq din il-famuża kontradizzjoni tal-pulizija, li trid tipprova li dak mhux biss kien fil- bar imma kien fil-bar bl-iskop li jixrob.", "Nisperaw li anke din il-lakuna li hemm fil-liġi nkunu nistgħu nsolvuha biex persuni taħt is-16-il sena mhux biss ma jkunux jistgħu jidħlu f'postijiet ta' divertiment imma lanqas ikunu jistgħu jidħlu f'postijiet fejn jieħdu alkoħol.", "Id-diffikultà hija kif tagħmel din il-liġi għax dak ifisser li ħadd taħt is-16-il sena ma jista' jidħol f'każin soċjali jew f'każin tal-football.", "Għax peress li hemm issib bar, kif se tiddistingwi bejn dak li daħal f'każin għal skop politiku, għal skop soċjali, għax iħobb il-football, jew bl-iskop li jmur fil-bar?", "Tista' tgħid li f'dawn il-każini kollha hemm bars u l-bars huma importanti, anke biex iħallu l-każini ħajjin.", "Jiġifieri kieku kellna nneħħu l-bars mill-każini politiċi u mill-każini soċjali jmutu, imma mill- banda l-oħra hemm il-periklu li xi ħadd taħt l-età jista' jidħol f'każin u jingħata x-xorb.", "(Interruzzjonijiet) Il-club registration dan ma jippermettihx però dawk japplikaw għall-liċenzja biex ikunu jistgħu jbiegħu wines and spirits.", "Ma nafx jekk hijiex tal-club jew tal-wines and spirits, però li huwa żgur huwa li hemm din il-kontradizzjoni.", "Mhux faċli li ssib soluzzjoni għaliha però importanti ħafna li wieħed jikkonċentra mhux biss fuq il-problema tad-droga imma wkoll fuq il-problema ta' l-alkoħol li ħafna nies iqisuha perikoluża daqs id-droga.", "M'għandhiex l-effetti drastiċi u immedjati li ħafna drabi jista' jkollu l-vizzju tad-droga, però huwa proċess li bil-mod il-mod iwassal għall-mewt, forsi mhux daqshekk b'mod sensazzjonali u drammatiku imma hija problema li wħud iqisuha iktar gravi mill-problema konnessa mad-droga.", "Mr Speaker, jiena nerġa' niddikjara li l-intenzjoni tal-gvern li jipproponi din il-liġi m'hijiex biex jilgħaq lill-barranin, kif qal xi ħadd.", "Għax l-Onor.", "Vella f'ħin minnhom interrompieni u qal li aħna keċċejna lil dawk it-turisti Ġermaniżi għax f'Jannar kienet se tibda l- presidenza Ġermaniża ta' l-Unjoni u allura din għamilnieha apposta.", "Naħseb li lanqas hu stess ma jemminha din il-ħaġa għax dak l-inċident kien inqala' malajr u sibna soluzzjoni ta' malajr, però anke dak iż-żmien stess meta intervistawni fuq it-televiżjoni għedtilhom li kienet soluzzjoni temporanja u li ridna nbiddlu l-liġi.", "Ma jistax ikun li biex nagħmlu distinzjoni bejn traffikar u użu personali, il-ministru ta' l-imigrazzjoni joqgħod kull darba jiffirma għat-tkeċċija tat-turisti li jiġu f'pajjiżna taħt l-Immigration Act ta' l-1970.", "U kieku ħallejt dik is-sitwazjzoni kienet tkun inġusta fuq il-Maltin - għax lill-Maltin ma nistax inkeċċihom minn Malta għax jimportaw ftit droga għall-użu personali tagħhom - u kienet tinħoloq diskriminazzjoni għax il-barranin jitkeċċew u ma jeħlu xejn, u l-Maltin li jidħlu bi ftit droga fuqhom imorru sitt xhur ħabs!", "Allura ġiet drafted din il-liġi biex din id-diskrezzjoni li wżajt darba jien f'Diċembru ta' l-1998 ma tibqax f'idejn il-ministru.", "Se tibqa' taħt l- Immigration Act għal affarijiet oħrajn imma ma tintużax għal dan l-iskop partikolari iżda tintuża mill-qorti li jkollha din id-diskrezzjoni.", "Ma jistax ikun li xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni jargumenta li għandu fiduċja fil-qorti meta tiddistingwi bejn pussess u traffikar u pussess għall-użu personali barra mill-kuntest ta' l-importazzjoni, però m'għandux fiduċja fil-qorti meta l-istess ħaġa tagħmilha fil-kuntest ta' l- importazzjoni, qisu se jinbidel l-imħallef jew qisu se jinbidel il- maġistrat.", "Mhux l-istess imħallef u mhux l-istess maġistrat se jkun!", "Mr Speaker, jekk l-oppożizzjoni trid li niddiskutu emendi dwar kif ikun hemm iktar accountability mill-ġudikant niddiskutuhom imma mhux l-ewwel ngħidu li naqblu fuq distinzjoni mbagħad fl-istess ħin, biex naħbu l- irtirata minn dik il-pożizzjoni, li forsi tkun nqalet sforz l-emozzjoni biex nakkużaw lill-gvern li mhux qed jiġġieled kontra d-droga, nipprovaw naħbuha billi nagħmlu xi emendi.", "Dak li ma rridx jiena u appellajt qabel is-sajf lill-oppożizzjoni meta għedt: Ejja naqblu li għandu jkun hemm dik id-distinzjoni imbagħad niftehmu li tridu.", "Minkejja li l-oppożizzjoni m'għamlitx dan l-istatement, fl-istadju ta' kumitat, quddiem il-kumitat għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi, aħna lesti li nikkonsidraw kull emenda li ssir min-naħa ta' l-oppożizzjoni, basta ma jitkissirx il- prinċipju tad-distinzjoni.", "Jekk tridu li meta ssir din id-distinzjoni l- qorti tkun trid tniżżel ir-raġunijiet għaliex tkun waslet għal dik id- deċiżjoni, dik għandha tkun emenda tajba.", "Jekk tridu li nillimitaw, mhux neqirdu, id-diskrezzjoni tal-qorti meta tiġi biex tapplika l-pieni, lesti li nikkonsidrawha.", "Imma li wieħed jgħid li nagħmlu emendi li bihom inkissru dik id-distinzjoni, dawk l-emendi ma nistgħux naċċettawhom għax iinkella nkunu qegħdin inkissru l-istess skop ta' din il-liġi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra d-dokument li għamel riferenza għalih aktar kmieni?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l- 1999 biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi'' jkun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fis-7.58 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1999 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "182", "FAVUR : 32", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles| |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian| |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi jiġi kkonsidrat fil-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGURA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1999 biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi\" jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fit-8.24 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1999 biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi\" jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "183 FAVUR : 32", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores|Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 29", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROPRJETA' TA' L-GĦADU", "ENEMY PROPERTY (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Nistgħu ngħaddu għat-Tieni item fuq l-agenda.", "Għal darba oħra l-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' ta' l-Għadu\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din il-liġi ilha li tfasslet pero' qatt ma kien hemm l-opportunita' kemm taħt din l-amministrazzjoni u kif ukoll taħt l-amministrazzjoni l-oħra li tiġi ppreżentata u fil-fatt qed tiġi ppreżentata iktar minn 50 sena wara li ntemmet it-tieni gwerra dinjija.", "L-iskop huwa li nillikwidaw l-amministrazzjoni ta' ċerta proprjeta' li tinsab f'idejn il-kustodju tal-proprjeta' ta' l-għadu, liema amministrazzjoni kienet bdiet fl-eqqel tat-tieni gwerra dinjija u għadha sejra sal-lum.", "F'Malta għandna l-Att dwar il-Proprjeta' ta' l-Għadu, Kap 179 tal-Liġijiet ta' Malta, u għalkemm forsi huwa ftit anakronistiku li titkellem dwar l-għadu 50 sena wara li spiċċat it-tieni gwerra dinjija, bilfors kellna nemendaw din il-liġi u nużaw it-titolu tal-liġi li huwa l- Att dwar il-Proprjeta' ta' l-Għadu.", "Mr Speaker, f'din il-liġi qiegħed jiġi propost illi minkejja kulma hemm provdut fl-Att, kull persuna li jkollha pretensjoni li tkun sid ta' proprjeta' mobbli jew immobbli, li tkun amministrata mill-kustodju tal- proprjeta' ta' l-għadu, għandha mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru, 2002 - fil-fatt hawnhekk għandna żball għaliex fit-test Ingliż qiegħda s-sena 2001 u fit-test Malti qiegħda s-sena 2000, peress li dan l-abbozz ilu li ġie ppreparat u l-iżball baqa' fit-test Malti bid-data l-antika, pero' fl- istadju tal-Kumitat se nressqu emenda għal klawsola 2 li qed temenda artiklu 4 biex id-data ssir 31 ta' Diċembru, 2002 - tissottometti talba lilll-kustodju f'dan il-perijodu li permezz tagħha turi li hi tkun l-għadu li għan-nom tagħha l-proprjeta' tkun qiegħda tiġi amministrata jew li tkun il-persuna li jkollha l-jedd tagħmel it-talba f'isimha.", "Jiġifieri hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn persuna li hija sid ta' proprjeta' ta' l- għadu trid tipprova li hija l-għadu, u tipprova wkoll li għandha titolu għal dik il-proprjeta', jew inkella li hija s-successor in title ta' dik il-persuna.", "Issa meta qed insemmu l-għadu qegħdin nitkellmu dwar dawk il-pajjiżi li kienu fi stat ta' gwerra ma' l-Alleati u mhux qed nirriferu biss għal the Axis powers li kienu l-Ġappun, l-Italja u l-Ġermanja, imma qed nirriferu wkoll għal dawk it-territorji li ġew okkupati minnhom.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-iskeda jsib li fi żmien il-gwerra kienu ġew sekwestrati titoli li kienu jappartjenu lill-Awstrijaċi, iċ-Ċekoslovakki - u ma ninsewx li ċ-Ċekoslovakkja wara l-1993 inqasmet bejn ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakka - l-Olandiżi, il-Franċiżi, il-Polakki u l-Jugoslavi.", "Għalkemm oriġinarjament dawn il-pajjiżi ma kenux kontra l-Alleati imma mbagħad l-avvenimenti tal-gwerra ġabuhom fi stat ta' gwerra ma' l-Alleati u allura l-proprjeta' fi flus jew proprjeta' immobbli f'Malta taċ-ċittadini ta' dawk il-pajjiżi kienu ġew sekwestrati matul il-gwerra.", "Imbagħad dan l- istat ta' fatt kien ġie kkonfermat b'din il-liġi li qed insemmi.", "Issa qegħdin ngħidu li sal-31 ta' Diċembru, 2002 min għandu titolu għal din il- proprjeta' ta' l-għadu jrid jinforma lill-kustodju.", "Mr Speaker, irrid ngħid li preżentement il-kustodju tal-proprjeta' ta' l- għadu huwa r-reġistratur ta' l-artijiet mhux għaliex ex officio huwa hekk imma amministrattivament il-ġestjoni ta' dawn l-accounts ngħatat lill- persuna li tokkupa l-kariga tal-land registrar u m'hemm l-ebda rekwiżit legali li jkun hekk imma fil-prattika dak li jsir.", "Se jitwaqqaf bord kompost mill-kustodju tal-proprjeta' dwar l-għadu, il-kummissarju ta' l- artijiet, li kif nafu aħna skond il-liġi għandu l-ġestjoni u l- amministrazzjoni tal-proprjeta' kollha tal-gvern, l-accountant general, is- segretarju permanenti fil-ministeru għall-affarijiet barranin u d-direttur ta' l-audit - hawnhekk trid titressaq emenda għax minn dak inhar li tfasslet il-liġi d-director of audit sar l-awditur ġenerali bl-emendi kostituzzjonjali wara qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra - u dan il-bord jeżamina il-claims li jsiru minn dawn in-nies u jiddeċiedi jekk hux veru li l-għadu jew l-eredi ta' l-għadu huwa dak li qed jagħmel il-pretensjoni quddiem il-bord u jara jekk hux veru għandu t-titolu fuq dik il-proprjeta' ta' l-għadu, tkun xi tkun.", "Malli tittieħed id-deċiżjoni milll-bord tiġi notifikata l-persuna konċernata b'att ġudizzjarju u man-notifika ta' l-att ġudizzjarju jiskatta l-mekkaniżmu ta' appell quddiem il-Qorti ta' l-Appell f'Malta, daqslikieku l-att ġudizzjarju li jirċievi dak li jkun għamel il-pretensjoni tkun sentenza tal-Qorti Ċivili ta' Malta.", "Jiġifieri d-deċiżjoni tal-bord, debitament notifikata lill-persuna li tagħmel il-claim permezz ta' att ġudizzjarju, tiġi meqjusa bħala sentenza tal-Qorti Ċivili u japplikaw ir- regoli kollha tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li għandhom x'jaqsmu ma' appelli minn sentenza tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Għalhekk se jkun dan il-bord amministrattiv u mhux il-qorti li jiddeċiedi fi prima stanza, pero' f'każ ta' appell dak l-appell imur quddiem il- Qorti ta' l-Appell f'Malta.", "Meta l-bord jew il-Qorti ta' l-Appell, skond il-każ, jiddeċiedu favur il-persuna in kwestjoni, allura l-kustodju jkollu l-obbligu li jagħti dik il-proprjeta' lil min ikun ipprova l-claim tiegħu quddiem il-bord jew jekk ikun hemm kontestazzjoni fl-appell b'sentenza tal- Qorti ta' l-Appell.", "Pero' l-kustodju jkollu d-dritt li jnaqqas kwalunkwe dritt jew spiża li kellha x'taqsam ma' l-amministrazzjoni mit-tieni gwerra dinjija 'l hawn u anke spejjeż oħra konnessi mal-konsenja lura ta' dik il- proprjeta'.", "F'din il-liġi qed ngħidu wkoll li l-prim ministru jista' jagħmel regolamenti biex jistabilixxi d-drittijiet li wieħed irid iħallas għall- proċeduri quddiem il-bord.", "Issa meta l-bord jirregola l-proċeduri tiegħu jrid jiggarantixxi li min jagħmel il-pretensjoni quddiem il-bord ikollu opportunita' adegwata li jinstema' jew li għallinqas jagħmel il-pretensjoni tiegħu bil-miktub.", "Issa x'jiġri f'każ li din il-proprjeta' ma tiġi claimed minn ħadd quddiem il-bord?", "F'każ li ħadd ma jagħmel claim b'effett mill- 1 ta' Jannar 2003 - fl-abbozz qiegħda 2002 pero' se nagħmlu emenda biex nestenduha sa l-2003 - kwalunkwe proprjeta' li tkun ġiet amministrata mill- kustodju li għaliha ma tkunx saret l-ebda talba, kif imsemmi qabel, jew jekk tkun saret xi talba tkun ġiet miċħuda, tgħaddi għand il-Gvern ta' Malta.", "Jiġifieri qed nagħtu perijodu ta' tliet snin sħaħ li fihom persuna tista' tressaq il-claim tagħha pero' jekk ma tressaqx il-claim tagħha f'dan il-perijodu allura l-proprjeta' tgħaddi għand il-Gvern ta' Malta.", "Qed ngħid il-proprjeta' ta' l-għadu għax dik il-proprjeta' tista' tkun soġġetta għal drittijiet reali jew personali fejn ikun hemm għaddej xi kuntratt ta' ċens jew xi kuntratt ta' allokazzjoni.", "Dawn it-tip ta' drittijiet ma jiġux preġudikati b'din il-liġi, jiġifieri l-liġi titkellem biss dwar proprjetarji ta' proprjeta' ta' l-għadu u l-gvern isir proprjetarju mingħajr ebda preġudizzju għad-drittijiet li terzi persuni jkollhom fuq dik il-proprjeta'.", "Imbagħad hemm l-iskeda li tirriferi għal din il-proprjeta' ta' l-għadu.", "M'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall fiha u ngħid biss li hemm flus li huma miġburin u qed jiġu amministrati mill-kustodju tal-proprjeta' ta' l- għadu u hemm proprjeta' immobbli wkoll.", "Fil-fatt il-proprjeta' li hemm tikkonsisti f'bini u xi erba' biċċiet art.", "S'issa minn sena għal oħra r- riferenza dejjem saret bil-mod kif inhuma deskritti hawnhekk u forsi fl- istadju ta' Kumitat wieħed jara jekk nistgħux inkunu iktar speċifiċi dwar l- artijiet ġaladarba qegħdin ngħidu li tista' tgħaddi għand il-Gvern.", "Fil- każ tal-bini huma deskritti u għandna, per eżempju, 90A Old Theatre Street, Valletta u 435/4 St Paul's Building, West Street.", "Huwa veru wkoll li l- art ta' l-Inginier f'Delimara u l-art Taċ-Ċawla f'Marsascala dejjem ġew deskritti fl-iskeda li tinkludi fiha accounts wkoll u li kull sena tiġi ffirmata mill-awditur ġenerali li jiddikjara li:", "\"Eżaminajt din id-dikjarazzjoni skond m'hemm fl-Att dwar il- Proprjeta' ta' l-Għadu u skond standards ta' verifika regolari.", "Fl- opinjoni tiegħi, din id-dikjarazzjoni turi biċ-ċar l-qagħda tal- kustodja tal-proprjeta' ta' l-għadu għas-sena li għalqet fl-31 ta' Diċembru, 1997.\".", "Pero' fl-istadju ta' Kumitat naraw jekk huwiex possibbli li b'mod partikolari dik il-proprjeta' li m'hijiex żviluppata tiġi deskritta b'mod aħjar, ġaladarba din il-liġi se timplika li se jkun hemm trasferiment ta' proprjeta' f'idejn il-gvern.", "Jien naħseb li b'din il-liġi se nkunu llikwidajna xi ħaġa li ilha tperper madwar 50 sena u min għandu d-dritt għal din il-proprjeta' jista' jeħodha u min ma jagħmilx claim wara dawn is-snin kollha tgħaddi għand il-gvern li mbagħad jużaha skond il-liġi tal-pajjiż.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, segwejt b'attenzjoni l-intervent introduttiv tal-ministru u nista' ngħid li dan m'huwiex abbozz ta' liġi b'kontenut politiku imma pjuttost nistgħu nsejħulu amministrattiv u għalhekk ċertament m'huwiex se jqajjem kontroversja għaliex hemm qbil dwaru minn din in-naħa tal-Kamra.", "Dan l-abbozz ta' liġi ilu ġej snin twal pero' donnu qatt ma nstab il-ħin jew l-ispazju sabiex jgħaddi mill- istadji kollha ta' diskussjoni u milli jidher issa fl-aħħar se jkollna din l-opportunita'.", "Kif diġa' għedt, din il-liġi m'hijiex kontroversjali u forsi din kienet ir-raġuni għalfejn baqgħet dejjem on the backburner u dejjem kellha tiġi sagrifikata sabiex tagħmel spazju għal liġijiet oħra iktar importanti, allavolja dan huwa abbozz ta' liġi li minnu nnifsu huwa finanzjarju.", "Jien m'iniex se noqgħod nirripeti dak li qal il-ministru imma ngħid biss li bis-saħħa tiegħu prattikament se tingħalaq sitwazzjoni li ilha teżisti minn żmien it-tieni gwerra dinjija.", "Mr Speaker, il-mistoqsija tqum b'mod naturali: Possibbli kellhom jgħaddu 50 sena sabiex nagħmlu din il-biċċa xogħol?", "Jiġifieri għaddew dawn is- snin kollha u l-Gvern Malti xorta waħda baqa' jamministra din il- proprjeta', li tissarraf sija fi flus kontanti, sija fi proprjeta' mobbli u kif ukoll fi proprjeta' immobbli.", "Pero' fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi qiegħed joħloq il-mekkaniżmu li niddisponu minn dik il-proprjeta' b'xi mod jew ieħor - għaliex Kap 179 li jittratta din il-materja m'għandux il- mekkaniżmu li permezz tiegħu wieħed seta' jiddisponi minn din il-proprjeta' - u allura jista' jkun hemm persuni li għandhom jedd għal din il-proprjeta' pero' ma kellhomx il-mekkaniżmu legali sabiex ikunu jistgħu jitolbu li tintradd lura lilhom din il-proprjeta' għalihom allavolja jkunu s-sidien leġittimi tagħhom.", "Kulma kienet tikkontempla l-liġi prinċipali - u nispera li llum Kap 179 huwa sorpassat - kienet iċ-ċirkostanza meta l-gvern fil- gwerra kien ħa proprjeta' fil-pussess tiegħu, sabiex jamministra huwa l- proprjeta' ta' l-għadu, imma mbagħad skopra li dik il-proprjeta' ma kienet ta' l-għadu xejn u allura l-persuna privata li kellha jedd għaliha kellha l- mekkaniżmu bil-Kap 179 sabiex titlob li dik il-proprjeta' tintradd lura lilha.", "Jekk m'iniex sejjer żball dak kien l-uniku rimedju li kien jipprovdi Kap 179 u dak kien bi dritt għaliex jekk xi ħadd fi żmien il-gwerra kellu proprjeta' f'Malta - u hawnhekk mhux qed nitkellmu għall-Maltin biss imma seta' kien Ingliż jew xi persuna oħra li ma kellhiex ċ-ċittadinanza tal- pajjiżi li dak iż-żmien kienu jifformaw the Axis powers jew pajjiżi okkupati minnhom - kellu jedd għaliha.", "Jista' jkun li l-gvern kolonjali bi żball dak iż-żmien seta' ssekwestra l-flus, il-proprjeta' mobbli u immobbli tiegħi u allura l-liġi dak iż-żmien ħasbet għall-mekkaniżmu sabiex min ma kienx l-għadu seta' jitlob lura dik il-proprjeta'.", "Pero' spiċċat il-gwerra u issa ilna 50 sena fi stat ta' paċi dinjija relattiva u fil-fatt il-gvern kolonjali sa l-1964 - u l-Gvern Malti wara dik id-data - baqa' fil-pussess ta' madwar Lm38,640 li m'hijiex xi somma eżorbitanti u fil-pussess ta' xi ftit bini u xi erba' biċċiet art.", "Għalkemm wara l- gwerra kien hemm il-jedd li wieħed jitlobha lura, ġaladarba l-għadu ma baqax jeżisti xorta ma kienx hemm il-mekkaniżmu legali sabiex wieħed jista' jitlobha.", "U dan li se tagħmel din il-liġi.", "Allura issa l-persuni privati li dak iż-żmien kienu kkonsidrati bħala l-għadu jistgħu jitolbu lura din il- proprjeta' u se jingħata benefiċċju ta' perijodu ta' żmien ta' tliet snin sabiex din it-talba ssir fil-modalita' li hemm proposta fl-abbozz ta' liġi.", "Pero' jekk ma ssirx it-talba f'dan it-time limit imbagħad b'mod ċar u inekwivoku din il-proprjeta' ssir proprjeta' assoluta tal-Gvern ta' Malta.", "Ċertament aħna naqblu ma' dawn l-għanijiet.", "Se nsemmi xi punti li wieħed jista' jarahom fl-istadju ta' Kumitat u naraw jekk ikunx il-każ li wieħed jipprova jtejjibhom.", "Per eżempju, subklawsola (3) ta' klawsola 2 tipproponi li:", "\"Id-deċiżjoni tal-Bord għandha tiġi notifikata lil min jagħmel it- talba permezz ta' att ġudizzjarju, u tista' tiġi appellata quddiem il- Qorti ta' l-Appell daqslikieku l-att ġudizzjarju kien sentenza tal- Qorti Ċivili, Prim'Awla mogħtija fil-jum li fih l-att ġudizzjarju jkun ġie notifikat.\".", "Pero' f'din il-klawsola m'aħniex ngħidu jekk il-gvern jistax jappella minn deċiżjoni tal-bord quddiem il-Qorti ta' l-Appell, bħalma tista' tappella l- parti privata li tkun qed tagħmel it-talba.", "Jiġifieri skond din is-section il-persuna privata għandha jedd għall-appell pero' ma nafux jekk il-gvern għandux dritt jappella quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "Wieħed irid jiftakar li l-bord huwa tribunal kważi ġudizzjarju u m'huwiex eżattament rappreżentattiv tal-gvern, allavolja se jkun kompost mill-kummissarju ta' l-artijiet, mis-segretarju permanenti fil-ministeru għall-affarijiet barranin u kif ukoll mill-awditur ġenerali, pero' jista' jagħti l-każ li l-gvern ma jaqbilx mad-deċiżjoni li jkun ħa dan il-bord, għaliex ikun jemmen li l-persuna li tkun ġiet allokata art lilha ma jkollhiex titolu fuq din il-biċċa proprjeta'.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-gvern għandu jkollu d- dritt li jappella wkoll u huwa fl-interess tiegħu li jitħalla jappella għaliex il-liġi stess tgħid li jekk ma ssirx talba għal xi proprjeta' sa ċertu data minn xi persuna privata, din il-proprjeta' tgħaddi għand il- Gvern ta' Malta.", "Jiġifieri l-Gvern ta' Malta għandu interess vestit f'dan l-abbozz ta' liġi u ġaladarba l-gvern qiegħed jirriserva li jkollu dan l- interess vestit għandu jaħseb għalih innifsu sabiex jekk iħoss li l-bord m'huwiex se jagħti deċiżjoni tajba u l-art tkun se tiġi allokata lil min m'għandux titolu għaliha, speċjalment jekk din l-art tkun se tgħaddi lill- persuni barranin, allura l-gvern għandu jkollu wkoll id-dritt li jappella minn dik id-deċiżjoni tal-bord quddiem il-Qorti ta' l-Appell, imbagħad jekk il-Qorti ta' l-Appell tiddeċiedi finalment li d-deċiżjoni tal-bord kienet tajba, allura l-art tgħaddi kif ikun iddeċieda l-bord.", "F'subklawsola (4) ta' klawsola 2 qed ngħidu li:", "''Meta l-Bord jew il-Qorti ta' l-Appell, skond il-każ, jagħti deċiżjoni favur min jagħmel it-talba, il-Kustodju jkollu l-jedd li jagħti l-proprjeta' lil min jagħmel it-talba wara li jnaqqas minnha d-drittijiet u l-ispejjeż li l-Kustodju jkun ħallas fl- amministrazzjoni tal-proprjeta' u r-radd tagħha lura.''.", "Li qed nara stramba hija l-kelma ''jedd'' fit-test Malti u fit-test Ingliż fejn qed ngħidu li:", "''... the board or the Court of Appeal, as the case may be, shall be entitled to deliver the property to the claimant...''.", "Issa jista' jkun hemm xi skop speċifiku għalfejn hawn dan l-element fakultattiv, li l-bord jista' jrodd lura l-art, il-proprjeta' jew il-flus lil din il-persuna.", "Jien naħseb li ġaladarba l-bord jiddeċiedi li dawk il- flus, proprjeta' mobbli jew immobbli jappartjenu lil xi persuna privata - u dan huwa l-ispirtu unanimu ta' dan l-abbozz ta' liġi - allura huwa l-każ li l-bord ikun obbligat u mhux ikollu l-jedd li jgħaddi l-proprjeta' lil min jagħmel it-talba.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, naħseb li fl-istadju ta' Kumitat trid titressaq emenda biex titneħħa l-kelma ''jedd'' mit-test Malti - u mit-test Ingliż il-kliem ''shall be entitled'' - għaliex ġaladarba jkun hemm deċiżjoni tal-bord allura jinkombi fuqu li jassenja l- proprjeta' lil terzi persuni.", "Minn hawnhekk toħroġ ukoll il-kwestjoni min verament għandu l-obbligu li jassenja, għaliex se mai għandna ngħidu li l-bord jagħti deċiżjoni.", "Naħseb li jassenja skond il-proprjeta' xi tkun, għaliex jekk tkun biċċa art nimmaġina li se jassenjaha l-kummissarju ta' l-artijiet; jekk huma flus ma nafx jekk jinkombix obbligu fuq il-banek, għalkemm ma nafux jekk il- flus imsemmija fl-iskeda humiex depożiti jew securities jew bonds.", "Ma nafx kemm il-bord jista' legalment ikollu l-jedd li jassenja, sakemm m'aħniex se nvestu lill-bord bil-poter li huwa stess ikollu s-saħħa li jgħaddi l-proprjeta', tkun xi tkun.", "Pero' mhijiex idoqqli il-jedd'' fit- test Malti u ''shall be entitled'' fit-test Ingliż għaliex ġaladarba jkun hemm deċiżjoni regolari mill-bord - iktar u iktar jekk ikun hemm deċiżjoni mill-Qorti ta' l-Appell - ċertament li l-bord għandu jkun obbligat li jgħaddi dik il-proprjeta'.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid ukoll li ma nafx għalfejn għandu jkun il-prim ministru li permezz ta' regolamenti jista' jistabilixxi d-drittijiet li għandhom jitħallsu in konnessjoni ma' talbiet quddiem il-bord.", "Jien ma naħsibx li din hija liġi daqshekk importanti li għandu jkun il-prim ministru li jara jekk joħroġx ir-regolamenti imma naħseb li tkun iktar f'lokha jekk ikun il-ministru ta' l-intern - u ma jfissirx li jekk se nagħtuha lill-ministru ta' l-intern huwa inqas importanti! - li jista' jagħmel dawn ir-regolamenti.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra meta konna qegħdin niddibattu l-liġi dwar il-protezzjoni ċivili, li hija iktar importanti minn din il-liġi, rajna li l-ministru jista' jagħmel ċerti regolamenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' xi emerġenza li tista' tinqala' fil-pajjiż.", "Għalhekk ma nistax nimmaġina kif il-ministru ma jistax jiġi fdat biex jagħmel ir-regolamenti f'dan il-qasam.", "Jien qed nissuġġerixxi li fl- istadju ta' Kumitat il-prim ministru ikun eżonorat milli joqgħod jagħmel dawn ir-regolamenti u minflok jagħmilhom il-ministru responsabbli mill- qasam ta' l-intern, jew inkella minn xi ministru ieħor li taħtu jkun jaqa' dan il-qasam.", "F'subklawsola (6) ta' klawsola 2 qed ngħidu li:", "''Il-Bord għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu, madankollu l- Bord għandu jassigura li min jagħmel it-talba jkollu opportunita' xierqa li jissottometti t-talba tiegħu bil-miktub jew verbalment skond kif il-Bord jista' jiddeċiedi.''", "Personalment naqbel li m'għandniex ngħabbu lill-bord b'ħafna formalitajiet jew b'ċerta solennita' fil-proċeduri u nemmen ukoll li l-bord għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu, pero' ma naqbilx li talba tista' tiġi sottomessa verbalment.", "Nemmen li l-aħjar tkun a written submission.", "Nippresumi li meta tidħol talba trid tiġi reġistrata u ma nistax nara kif talba verbali tista' tiġi reġistrata.", "Għalhekk fl-istadju ta' Kumitat għandna naraw kif intejbuha billi ngħidu li jkun hemm written submissions biss li jiġu entertained u deċiżi mill-bord.", "F'subklawsola (7) ta' klawsola 2 qed ngħidu li :", "''B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2002 ...\",", "- fl-intervent tiegħu l-ministru qal li se ssir emenda biex din id-data tiġi estiża sal-1 ta' Jannar, 2003 -", "\"... kull proprjeta' amministrata mill-Kustodju li dwarha ma tkunx saret l-ebda talba kif imsemmi qabel, jew jekk tkun saret talba minn din tkun ġiet miċħuda, għandha tgħaddi għand il-Gvern ta' Malta.''.", "Dan huwa ġust.", "L-unika inġustizzja li forsi tista' ssir hija ma' dawk l- eredi ta' min kellu proprjeta' fi żmien il-gwerra u llum forsi jinsabu barra minn Malta.", "Aħna l-membri nafu b'din il-liġi li se tgħaddi minn dan il-parlament - naħseb li nkun qed nesaġera xi ftit jekk ngħid li nofs il- poplu Malti se jkun jaf biha - imma ma nafx kemm se jkunu jafu biha eredi barra minn Malta.", "Jien naqbel li t-talbiet iridu jsiru fil-perijodu stabilit mil-liġi, għaliex x'imkien trid taqtagħha, iżda nixtieq nistaqsi xi ħaġa li ma tissemmiex f'dan l-abbozz ta' liġi.", "X'se jiġri f'każ li l-proprjeta' tiġi allokata erronjament jew bi frodi, anke b'deċiżjoni tal-bord jew b'deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Appell?", "Per eżempju, jekk xi ħadd jagħmel talba frivola u kemm il-bord u kif ukoll il- Qorti ta' l-Appell jabbokkaw, naturalment il-persuna privata m'hijiex se tappella sakemm ma jkunx hemm il-fakulta' li l-gvern jista' jappella; u għalhekk għedt li l-gvern għandu jkollu d-dritt ta' l-appell ukoll għaliex għandu interess vestit li se jakkwista proprjeta' huwa stess.", "Huwa veru li jistgħu japplikaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi u forsi tista' tmur quddiem il-Prim'Awla, imma forsi jista' jiskatta mekkaniżmu stess fil-liġi li permezz tiegħu wieħed jista' jagħmel forma ta' ritrattazzjoni quddiem il-bord stess u ma jkollniex għalfejn noqogħdu mmorru l-qorti.", "Irrid nenfasizza li probabbilment wieħed imur il-qorti fuq dawn l-affarijiet, anke f'każ li erronjament jew bi frodi l-art tiġi assenjata lil ħaddieħor, imma forsi wieħed jista' jikkontempla l-possibbilta' li f'każ li xi ħadd jagħmel talba frivola u l-bord jabbokka, imbagħad jekk ikun hemm xi ħadd li jiġi wara u jagħmel talba li tidher li tkun leġittima jkollu d-dritt ta' ritrattazzjoni mhux quddiem il-Prim'Awla imma quddiem il-bord stess.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien naħseb li hija implied li meta tmur quddiem il- Qorti ta' l-Appell tapplika l-liġi li tirregola l-Qorti ta' l-Appell jew il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, li jagħti dritt għar- ritrattazzjoni.", "Forsi l-Onor.", "Gulia jgħidli li din ma tkoprix is- sitwazzjoni tal-bord, imma jien ngħid li hemm rimedji oħrajn għaliex qabel ma tagħmel ritrattazzjoni għandek obbligu li tagħmel appell.", "Barra minn hekk, skond ir-regoli ta' ritrattazzjoni, ma tistax tagħmel ritrattazzjoni jekk ma tkunx għamilt l-appell, ħlief f'dawk il-każi meta ma stajtx tappella għax ma kontx taf bin-notifika.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Barra n-notifika hemm ukoll il-kwestjoni tal-qerq.", "Jien qed ngħid li taħt il-prinċipji ġenerali tal-liġi u taħt il-proċedura normali għandi dritt għar-ritrattazzjoni jekk is-sentenza tkun ittieħdet b'qerq u allura moħħi mistrieħ li taħt il-proċedura għandi rimedju.", "Issa jien qed nissuġġerixxi li dak ir-rimedju m'għandniex għalfejn nużawh quddiem il-Prim'Awla imma noħolqu ritrattazzjoni quddiem dan il-bord stess li, f'każ li jiġi pprovat li fil-fatt dik l-art ngħatat b'mod erronju, il- bord ikollu l-jedd li taħt applikazzjoni speċjali, min qiegħed jgħid li għandu titolu għaliha u jipprova li fil-fatt dik l-art ġiet mogħtija b'qerq, ikun jista' jismagħha l-bord stess.", "This is a long shot - nittama li ma jinqalax il-każ - imma aħjar taħseb fil-ħażin ħalli t-tajjeb ma jonqosx!", "Mr Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li aħna naqblu ma' din il-liġi u nittama li l-proposti li għamilt jien nistgħu neżaminawhom fl- istadju ta' Kumitat flimkien ma' proposti oħra li forsi jistgħu jersqu quddiemna.", "Nirringrazzjakom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, dan l-Att huwa parti mill- closing acts tat-tieni gwerra dinjija u kulħadd jiftakar mill-qari ta' l- atti ta' l-istorja li fl-1939 il-Gvern Malti kien iddeċieda li jieħu l- proprjeta' kollha li kienet tappartjeni lil xi persuna ta' nazzjonalita' barranija li magħha Malta kienet fi stat ta' gwerra.", "Pero' l-proprjeta' li ġiet konfiskata dak iż-żmien ma saritx awtomatikament proprjeta' tal- gvern u fil-fatt jirriżulta li dawn il-proprjetajiet baqgħu jiġu amministrati mill-gvern għan-nom ta' dawn il-persuni għal dan iż-żmien kollu.", "Fil-fatt il-konċett fl-Att oriġinali kien li l-proprjeta' ta' l-għadu tinżamm f'idejn il-gvern u jibqa' jamministraha f'isem dawn in- nies.", "Għalhekk wieħed irid jagħti ukoll ġieħ lil missierijietna għaliex minkejja li Malta kienet fi stat ta' gwerra ma' pajjiżi oħra, ma redux li ċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi jbatu billi Malta tikkonfiskalhom u teħodilhom dawn il-proprjetajiet.", "Pero' s-sitwazzjoni llum inbidlet u l- gvern irid jara x'se jagħmel bil-proprjetajiet li għandu f'idejh.", "Kif diġa' aċċenna l-ministru, l-proprjetajiet immobbli huma ftit, ħlief għal xi numru żgħir ta' djar u ftit għelieqi, pero' għar-rigward ta' proprjeta' immobbli u ta' flus hemm numru ta' kontijiet li tajjeb li wieħed jidħol fil-fond fihom.", "Għalhekk b'din il-liġi qed nistabilixxu mekkaniżmu biex nagħtu lura lil dawn il-persuni flus u proprjeta' li huma tagħhom.", "Ovvjament wieħed japprezza d-diffikulta' biex din il-ħaġa tkun tista' ssir - iktar tard fid-diskors tiegħi nixtieq nagħmel xi suġġerimenti - pero' l- liġi kif inhi proposta hawnhekk se tistabilixxi mekkaniżmu effiċjenti ħafna li permezz tiegħu persuna li tagħmel talba ...", "Jien naħseb li talba trid issir dejjem bil-miktub u m'huwiex kontemplat li t-talba ssir b'mod verbali.", "Infatti subklawsola (6) tal-klawsola tgħid li ''jissottometti t- talba tiegħu bil-miktub jew verbalment, skond kif il-bord jiddeċiedi'', u jien qiegħed nikkonsidra li dan ikun fl-istadju meta bniedem ikun diġa' għamel it-talba biex jiġi rikonoxxut bħala proprjetarju ta' proprjeta' immobbli jew mobbli u mbagħad f'dak l-istadju li jidher quddiem il-bord jiġi mitlub jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu bil-miktub jew verbalment.", "Jiġifieri din hija l-istess sitwazzjoni kif għandna fil-qrati tagħna pero' hawnhekk qegħdin nagħtu liberta' iktar lill-bord għax naħseb li dan se jkun każ fejn il-prova bil-miktub tirbaħ fuq dik verbali pero' ħadd m'hu profeta għax jista' jkollna każi ta' nies li l-unika prova tagħhom ma tkunx waħda dokumentata u allura wieħed irid joqgħod fuq ix-xhieda viva voce tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li l-konċett f'din il-liġi huwa estensjoni tal-konċett tad-Dritt Ruman, kif aċċettat fil-liġi tagħna tal- kważi kuntratt, dak li jissejjaħ negotiorium gestior, li permezz tiegħu wieħed jiġi appuntat biex jieħu ħsieb il-proprjeta' ta' ħaddieħor fl- asssenza ta' dan il-ħaddieħor.", "Fil-fatt il-liġi tipprovdi mekkaniżmu sabiex l-ispejjeż li l-gvern ikun nefaq jitħallsu lura.", "Mr Speaker, ladarba qegħdin nitkellmu fuq it-tieni gwerra mondjali nixtieq nesprimi ħsieb żgħir għar-rigward tal-problemi li l-Lhud sabu ma' wiċċhom wara l-gwerra u li għadhom jiffaċċjaw fid-dinja sal-ġurnata tal- lum.", "Dan qiegħed ngħidu b'mod partikolari għall-aħbarijiet li smajna dan l-aħħar dwar diversi kontijiet ta' nies ta' oriġini Lhudija li ġew depożitati f'kontijiet barra minn Malta, fl-Isvizzera u pajjiżi oħrajn u d- diffikultajiet kbar biex il-familjari jirnexxielhom jagħtu prova ta' min huma dawn il-kontijiet u tar-rabtiet tal-familja magħhom.", "Qrajna diversi drabi fuq din il-ħaġa u wieħed ma jistax ma jesprimix is-solidarjeta' ma' din ir-razza ta' nies li tant batiet u biżżejjed wieħed isemmi s-sitt miljun ruħ li ġew maqtula b'atroċitajiet min-Nazisti u mill-Faxxisti.", "Sfortunatament wara li dawn in-nies għaddew minn din it-tortura kollha, wara l-gwerra sabu ostaklu ieħor biex jipprovaw iġibu xi farka ta' prova biex jkunu jistgħu jieħdu lura flus li ġew depożitati min-nies li spiċċaw sterminati fil-kampijiet tal-konċentrament ta' Auschwitz, eċċ. Semmejt dan il-punt mhux biss biex infakkar din l-atroċita' li saret matul it-tieni gwerra dinjija, ħaġa li hija verament ta' mistħija, pero' nixtieq nissuġġerixxi wkoll li ta' min wieħed jara wkoll xi proċeduri ġew segwiti barra minn Malta għar-rigward ta' l-identifikazzjoni ta' dawn il-persuni.", "U dan qiegħed ngħidu għaliex meta wieħed jara l-lista ta' l-affarijiet kif preżentati fl-iskeda insibu diversi kredituri ta' l-għadu, fosthom Awstrijaċi, Ċekoslovakki, Olandiżi, Franċiżi, Ġermaniżi, Taljani, Ġappuniżi, Polakki, Jugoslavi u ħafna oħrajn u għalhekk għandna nagħmluha aktar faċli għal dawn in-nies li jekk kemm-il darba għadhom ħajjin jew jekk kemm-il darba hemm nies tal-familja tagħhom li għadhom ħajjin, ikunu jistgħu jiġu jieħdu dawn il-flus lura.", "Jien nissuġġerixxi li jekk huwa possibbli l-ismijiet ta' dawn in-nies nagħmluhom fuq l-internet jew b'xi mod aċċessibbli għall-ambaxxati li għandna f'pajjiżna sabiex jekk huwa possibbli jsir kuntatt ma' dawn il-persuni li hemm barra minn Malta jew mal-werrieta tagħhom u wieħed jagħmilha iktar faċli biex dawn jieħdu flushom lura.", "Mr Speaker, l-intenzjoni tal-gvern meta ressaq din il-liġi kienet li jagħlaq Kap 179, u fil-fatt jingħad li jekk sal-bidu tas-sena 2002 ħadd ma jkun għamel talba għal xi proprjeta' - pero' din se tiġi emendata biex tiġi estiża sas-sena 2003 - allura awtomatikament din il-proprjeta' ssir tal-gvern.", "Pero' naħseb li hija wkoll l-intenzjoni tal-gvern li dawk in- nies li hemm barra minn Malta jerġgħu jiġu jieħdu flushom lura u allura jien nissuġġerixxi li din il-ħaġa tingħata iktar pubbliċita' billi l- proprjetajiet immobbli msemmija fl-iskeda jiġu ppubblikati hawn Malta u wieħed jipprova jagħmel kuntatt mal-persuni barra minn Malta li jista' jkollhom xi allaċċjament magħhom.", "Jidher ukoll li l-ammonti tal-flus li hawn dikjarati huma kif kienu oriġinarjament u nixtieq li l-ministru fil- winding-up jgħidilna jekk hux qed jikkonsidra xi forma ta' imgħax fuqhom.", "Jien nemmen li ċ-ċittadini ta' kull pajjiż m'għandhomx ibatu minn deċiżjonijiet li ħadu l-mexxejja tagħhom f'dak il-perijodu tal-gwerra - meta ttieħdet id-deċiżjoni ħażina mill-Ġermanja u mill-Italja li jiftħu t- tieni gwerra dinjija - u allura f'dan l-ispirtu, u tenut kont wkoll tal- problemi kbar li bħalissa qed jiffaċċjaw il-Lhud fid-dinja biex jirnexxielhom jipprovaw il-każi tagħhom, ta' min wieħed jara kif nistgħu nagħmluhielhom aktar faċli biex jagħmlu t-talbiet tagħhom, anke permezz ta' mezzi elettroniċi, għaliex wieħed irid ikun prattiku u ma jippretendix li jekk, per eżempju, Ċekoslovakk jmissu xi ħaġa żgħira mis- somma oriġinali ta' Lm1,376 li hawn taħt iċ-Ċekoslovakki joqgħod jonfoq passaġġ li jiġih ferm ogħla minn dak li jkun se jmissu hawn biex joqgħod jiġi jagħmel claim għal xi Lm200 jew Lm300!", "Jien naħseb li pajjiżna jista' jisserva b'dawn il-mezzi moderni biex jagħmel reklam ta' kortesija barra minn Malta li aħna kkomportajna ruħna b'mod differenti minn ħaddieħor.", "Punt ieħor li messni semmejt fil-bidu huwa dwar in-numru kbir ta' barranin li kienu jgħixu f'pajjiżna.", "Għaliex wieħed ma jridx jinsa li għal perijodu ta' żmien ir-relazzjonijiet tagħna mal-Ġermanja, meta konna għadna kolonja Ingliża, kienu tajbin ħafna u ma nistax ma nsemmix li at the turn of the century kien ġie addirittura l-Kaiser f'Malta.", "In-numru ta' persuni barranin li kienu joqogħdu hawn Malta, kemm minħabba s-servizzi Ingliżi u kif ukoll minħabba l-kummerċ li nħoloq mill-istess servizzi Ingliżi, huma xhieda ta' dawn il-kontijiet fuq isem dawn il-persuni barranin.", "(Interruzzjonijiet) Forsi l-ministru fil-winding-up jista' jispjegalna t-titolu ta' \"kredituri esterni mhux ta' l-għadu\" u \"kredituri lokali\" kif imniżżel fil-liġi.", "Jien naħseb li din il-liġi qiegħda ssir b'għaqal kbir għaliex minbarra li qed nagħmluha iktar sempliċi għan-nies li jagħmlu l-claim tagħhom quddiem dan il-bord - m'għandhomx għalfejn imorru quddiem il-Prim'Awla tal- Qorti Ċivili, bil-konsegwenza li se jiffrankaw l-ispejjeż tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili f'ċitazzjonijiet u elf ħaġa oħra - is-sentenza li tingħata mill-bord wara li jisma' l-każ se jkollha validita' legali daqs kwalunkwe sentenza tal-qorti.", "Jiġifieri abbażi ta' dik is-sentenza ċittadin se jkollu titolu legali.", "Ovvjament jekk dak li jkun ma jaqbilx mas-sentenza għandu d-dritt li jappella quddiem il-Qorti ta' l-Appell, li tagħti d-deċiżjoni finali, u jien qed nifhem hawnhekk li l-appell huwa miftuħ sija għall-kustodju u sija għal min ikun għamel it-talba.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li għalkemm din il-liġi forsi jmissha ilha li saret, pero' ladarba qed issir ta' min wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-fatturi kollha li semmejt u jżomm f'moħħu wkoll dak li għadda minnu l-poplu Lhudi matul il-gwerra u nirrispettaw ukoll il-prinċipju li l-bniedem huwa aqwa minn kwalunkwe ħaġa oħra.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici):Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.40 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr. Speaker, nipproproni l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Ottubru, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tielet Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, minn mindu Malta applikat għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri mill-1990, l-Unjoni ħarġet tliet rapporti - fl-1993 ħarġet l-avis; fi Frar ta' din is-sena ħarġet l-avis aġġornat; u issa għandna f'idejna r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea u l- proposti ta' l-istess kummissjoni lill-kunsill għal dak li jissejjaħ 1999 accession partnership - u naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed iqabbel dawn it-tliet rapporti flimkien għaliex, minkejja li ġejjin ilkoll mill-istess sors, inħoss li meta wieħed jaqrahom u jiflihom bir-reqqa jsib li hemm differenza fundamentali bejniethom.", "Għax aktar ma beda għaddej iż-żmien u iktar ma l-affarijiet daħlu 'l ġewwa, iktar bdejna naraw lill-Unjoni tissikka l-morsa tagħha fuq il-Gvern Malti, b'kondizzjonijiet iktar speċifiċi u ffokati.", "Issa dan m'iniex qed ngħidu b'xi sens ta' partiġjaniżmu imma qed ngħidu minħabba li dan huwa rifless anke fit-test attwali wżat mill-Unjoni.", "Wieħed jinnota li d-differenza fundamentali bejn dan ir-rapport u l-avis aġġornat li ħareġ fi Frar li għadda hija li din id- darba l-kummissjoni qed tesiġi li ċertu tibdil isir b'sens iktar qawwi ta' urġenza u b'mod iktar aċċellerat.", "Sur President, kemm fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll fil- proposti ta' l-istess kummissjoni lill-kunsill għan-1999 accession partnership hemm ruxmata obbligi u impożizzjonijiet fuq pajjiżna mingħajr ma dawn joffru l-ebda xaqq dawl ta' konċessjonijiet favur tagħna.", "Ta' min jinnota wkoll li apparti milli jindika t-tħejjijiet li aħna obbligati nagħmlu lejn il-kisba ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni, in-1999 accession partnership qed jagħmilha ċara li huwa meħtieġ li pajjiżna jinkorpora r- regoli ta' l-Unjoni fil-liġijiet tiegħu bl-istess mod kif qed jagħmlu l- pajjiżi li huma diġa' membri jew imsieħba fl-Unjoni.", "Terġa' r-rapport imur oltre minn hekk għax jgħid li l-Gvern Malti qed jiġi mgħobbi bir- responsabbilta` - u jien ngħid li qed jiġi mgħobbi anke bil-piż - li jimplimenta l-miżuri kollha identifikati minn Brussels b'mod kredibbli u effettiv billi jinforza l-acquis ta' l-Unjoni.", "Biex inkun iktar fattwali se nikkwota xi siltiet minn dan ir-rapport għax b'hekk inkun nista' nuri kif dan id-dokument mhux biss qed jgħabbi lill-Gvern Malti bl-obbligu li jbiddel il-liġijiet imma li jġib dawn il-liġijiet fis-seħħ, kif qed jagħmlu l-pajjiżi li diġa' huma membri ta' l-Unjoni u, kif għedt iktar kmieni, dan irid isir b'mod kredibbli u effettiv.", "Ċertament dawn m'humiex lesti li jaċċettaw any monkey business min-naħa tal-Gvern Malti imma jridu li dan il-gvern ikun beda jħaddem dawn il-liġijiet b'mod effettiv li jista' jarah kulħadd.", "Ħalli nikkwota x'qalet fost affarijiet oħrajn in-1999 accession partnership.", "Fil-fatt din qalet hekk:", "\"It should be recalled that incorporation of the acquis into legislation is not in itself sufficient.", "It will also be necessary to ensure that it is actually applied to the same standards as those which apply within the Union.", "In all of the areas listed below ...\"", "- li iktar tard se nirriferi għalihom -", "\"... there is a need for credible and effective implementation and enforcement of the acquis.\".", "Jien naħseb li meta wieħed jifli dan kollu jkun jista' jintebaħ kemm huwa tqil il-piż li qed jiġi mgħobbi bih il-Gvern Malti - u minn hawn joħroġ bl- iktar mod ċar il-kuntrast bejn il-politika tal-gvern Nazzjonalista, li jrid li pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni, mal-politika tal-gvern Laburista, li għalkemm il-politika tagħna riedet tqarribna iktar lejn l-Unjoni, żgur li ma kellhiex dawn il-piżijiet u dawn l-obbligi li l-gvern preżenti qed isib imposti fuqu min-naħa ta' Brussels - għax it-tibdiliet li qed jiġu proposti fil-biċċa l-kbira tagħhom mhux biss jesiġu prezz ekonomiku imma wkoll prezz soċjali għoli.", "Sur President, naturalment fil-ħin limitat li għandi ma jistax ikun li nidħol fid-dettalji ta' kollox, pero` se naċċenna għat- tibdiliet ewlenin.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li filwaqt li r-rapport jagħmilha ċara li d- dejn u d-deficit strutturali ta' pajjiżna huma l-ikbar żewġ problemi fir- rigward ta' sħubija prospettiva, fil-fehma tiegħi ħafna mil-liġijiet li qed jiġu proposti u jitressqu quddiem il-Parlament Malti huma ntiżi l-iktar biex iħarsu l-interessi ta' l-Unjoni.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Issa hawnhekk ma rrid li jkun hemm ħadd li jaħseb li jien naqbel mal-piraterija tas-CDs, tad-diski u ta' affarijiet bħal dawn - anzi nemmen li f'dan il-qasam qed isiru diversi abbużi li għandhom jiġu regolati mill-iktar fis possibbli u għalhekk jien favur li jinbidlu l-liġijiet ta' pajjiżna li jirrigwardaw il- copyright - pero` jekk imbagħad wieħed jara min jaqbillu l-iktar li jsiru dawn it-tibdiliet isib li filwaqt li aħna jaqblilna wkoll li dan isir għax b'hekk niġu in regola ma' standards internazzjonali, fl-istess ħin dawn huma iktar intiżi biex iħarsu l-interessi tal-pajjiżi ta' l-Unjoni milli biex iħarsu l-interessi ta' Malta nnifisha.", "Jien naħseb li m'hemmx għalfejn ngħidu li dan kollu se jħalli ċertu impatt fuq azjendi kbar bħall-Malta Shipbuilding u l-Malta Drydocks, fejn il-Gvern Malti qed jiġi mgħobbi bid-dmir li mhux biss jirrevedi s-sussidji kbar li qed jagħti lil dawn iż-żewġ azjendi imma jekk wieħed jifli d- dokument isib li sabiex l-għajnuna ta' l-Istat tiġi kkontrollata b'mod effettiv, obbligat ukoll li jħejji rapport annwali dwar l-għajnuna pubblika li tkun ingħatat lil dawn l-azjendi.", "Jiġifieri dan il-gvern qed jorbot lilu nnifsu li kull sena jagħti rendikont tas-sussidju li jkun qed jagħti lill-azjendi tiegħu.", "Dawn l-affarijiet li qed ngħid huma miktubin iswed fuq l-abjad, jiġifieri m'humiex affarijiet li wieħed irid jistudjahom iktar biex japprofondihom imma huma affarijiet li wieħed jifhimhom mal- ewwel, u għalhekk jien naħseb li hawnhekk kemm it-tarznari, kemm ir- rappreżentanti tagħhom kif ukoll it-trade unions li jirrappreżentawhom għandhom jiftħu għajnejnhom sewwa għax jidher li qed iberraq - u qed iberraq sew - kemm għall-Malta Shipbuilding kif ukoll għall-Malta Drydocks.", "Sur President, l-Unjoni laqtitni ħafna meta tkellmet dwar ir- ristrutturazzjoni industrijali.", "Kull meta aħna kkritikajna lill-gvern, kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra minn dan il-parlament, li ma kienx qed jaħdem biżżejjed fuq il-politika ta' ristrutturazzjoni industrijali, il- kelliema tal-gvern, b'mod partikolari l-Ministru Josef Bonnici, dejjem qalu li huma għandhom politika industrijali ċara li qed tiġi attwata.", "Illum mhux aħna, bħala oppożizzjoni, qed ingiddbu lill-gvern tal-ġurnata imma l- Kummissjoni Ewropea stess, li minflok ma qiegħda tfaħħar lill-gvern għall- isforzi li qed jagħmel fir-ristrutturazzjoni industrijali qed tgħid li:", "\"Government needs in the short term ...\"", "- jiġifieri immedjatament, sa tmiem is-sena 2000 -", "\"... to define an industrial restructuring policy.\".", "Ovvjament meta inti għandek lill-Unjoni li qed tgħidlek illi hemm bżonn li tiddefenixxi l-politika tiegħek ta' ristrutturazzjoni industrijali, dan ifisser li lanqas biss għandek definizzjoni ċara ta' din il-politika, aħseb u ara kemm għandek politika organika, politika ħajja u politika li effettivament qed tiġi attwata, kif qed jinsinwa l-gvern tal-ġurnata.", "Għalhekk jien ngħid li meta l-Unjoni qed tlissen dawn l-erba' kelmiet, \"define an industrial restructuring policy\", qed tikkonferma li l-Gvern Malti qed jonqos milli jattwa din il-politika minkejja dak kollu li qed jgħid.", "Punt ieħor li nixtieq nenfasizza mingħajr ma ntawwal wisq jirrigwarda l- VAT.", "Huwa veru li l-gvern jirrikonoxxi li hemm bżonn li l-liġi tal-VAT tiġi emendata, pero` kull meta l-Ministru Dalli rrifera għal din il-bidla fil-liġi tal-VAT dejjem qal li din hija xi ħaġa kosmetika.", "Madanakollu jekk imbagħad wieħed iħares lejn ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jsib li l-kummissjoni m'hijiex qed tuża dan il-lingwaġġ imma qed tgħid li huma meħtieġa tibdiliet sinifikanti - u nenfasizza l-kliem \"tibdiliet sinifikanti\" - sabiex il-liġi tal-VAT tiġi allineata mal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni.", "Allura hawn jien nistaqsi: Kien worth it li l-gvern iġib fis- seħħ il-liġi tal-VAT b'dik l-għaġġla kollha?", "Kien worth it li għamilna dawk is-seduti kollha qabel il-Milied u mbagħad spiċċajna għaddejna liġi li diġa' konna nafu bil-quddiem li trid terġa' titressaq quddiem dan il- parlament wara biss ftit ġimgħat jew xhur biex tiġi emendata mill-ġdid, imbasta din tiġi fis-seħħ fl-1 ta' Jannar?", "Diġa' kien hemm diversi korpi kostitwiti li qalulna li m'huwiex fair li nibqgħu nbiddlu l-liġi tat- tassazzjoni meta konna neħħejna l-VAT u daħħalna s-CET, u mbagħad il-gvern reġa' neħħa s-CET u daħħal il-VAT, aħseb u ara kemm dawn il-korpi kostitwiti se jilmentaw illum li dalwaqt ngħaddu mill-VAT 2 għall-VAT 3!", "Qed ngħid dan għax, kif għedt diġa', jidher li l-gvern se jkollu jerġa' jemenda l-liġi li għadda f'Jannar li għadda b'mod sinifikanti biex jakkomoda t-tibdiliet ta' l-Unjoni u kollox jindika li l-Gvern Malti se jkollu jerġa' jbaxxi r-rati ta' l-imgħax biex iqarreb iktar ir-rati ta' interessi ta' pajjiżna ma' dawk li qegħdin fil-Euro zone.", "Sur President, huwa interessanti li wieħed jinnota li l-gvern qed jiġi ammonit li x-xejriet fin-nefqa pubblika qed juru li t-targets għat-tnaqqis tad-deficit tal-gvern għaddejjin minn ċertu riskju, u hawnhekk irrid nippreċiża xi ħaġa li qalet l-Unjoni u li fil-fehma tiegħi kienet żbaljata.", "M'huwiex minnu dak li allegat l-Unjoni, jiġifieri li l-Partit Laburista qed jagħmel xi pressjoni fuq il-membri individwali tat-task force tal- privatizzazzjoni tal-gvern.", "L-ewwelnett aħna għamilna dik il-kritika minħabba li dan il-kumitat qed jaħdem bil-moħbi u bla trasparenza; u t- tieni nett minħabba li nħossu li wħud mill-membri qatt ma messhom ġew appuntati min-naħa tal-gvern minħabba l-prospetti u anke l-possibbilta` ta' ċertu konflitt ta' interess li jista' jkollhom.", "Ikun interessanti jekk wieħed jinnota li l-Unjoni fir-rapport tagħha stess ikkonfermat li bħalissa l-ekonomija Maltija hija staġnata għax filwaqt li qalet li l-impjiegi fil- produzzjoni diretta ta' pajjiżna staġnaw, qalet ukoll li l-għadd ta' ħaddiema self-employed naqas.", "Kompliet tgħid li d-deficit fil-kummerċ u fil-kont kurrenti tal-gvern ma naqasx minħabba xejriet pożittivi imma minħabba domanda domestika batuta.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa li l-Unjoni għamlitha ċara li l-gvern għandu jneħħi l-kontrolli li baqa' fuq il-ħruġ tal-kapital mill-pajjiż minħabba fl-obbligi tas-sħubija.", "Jien jidhirli li l-mod kif il-gvern qed jiġi mwiddeb mill-Unjoni biex jaċċellera l-freedom of movement ta' l- oġġetti u tas-servizzi kif ukoll il-mixja lejn suq waħdieni intern imur kemm kontra l-interessi tal-ħaddiema Maltin kif ukoll kontra l-industrija lokali.", "Sur President, qabel ma nikkonkludi dan id-diskors nixtieq nikkritika lill-ministru għall-affarijiet barranin li f'\"IN-NAZZJON\" ġie kkwotat li qal illi l-gvern jinsab lest li jkompli jiddiskuti fuq il-levies ma' l- Unjoni.", "Jien m'iniex qed ngħid li jagħmel ħażin jekk jagħmel dan imma filwaqt li l-ministru qal dan il-kliem, il-Gvern Malti rrifjuta li jiddiskuti dan is-suġġett ma' l-assoċjazzjoni ta' l-imprendituri Maltin.", "Jien ngħid li hekk kif il-Gvern Malti se jsib ħin jiddiskuti l-levies ma' l- Unjoni, hekk ukoll imessu jiddiskuti din il-materja ma' l-assoċjazzjoni ta' l-imprendituri Maltin.", "Fil-fehma tiegħi dan juri ċertu serviliżmu, b'riħa ta' neo-kolonjaliżmu, fir-relazzjonijiet barranin ta' pajjiżna.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid illi l- Gvern Malti tant jidher li nqabad f'morsa li filwaqt li l-ġimgħa li għaddiet l-Onor.", "Fenech Adami ftaħar li rridu naraw li filwaqt li nkunu mexjin b'ritmu mgħaġġel kulħadd ikun qed ilaħħaq mal-pass tal-gvern, ġimgħa qabel l-istess Prim Ministru qal lill-\"Financial Times\" li hu jippreferi jnaqqas ir-ritmu ta' riformi ekonomiċi minflok jara l-qgħad ikompli jispara 'l fuq.", "Hawn nistaqsi: Min qiegħed jgħaddi lil min biż-żmien?", "L-Unjoni lill-Gvern Malti, il-Gvern Malti lill-Unjoni jew il-Gvern Malti lill-poplu Malti?", "Jien se nħalli lill-poplu Malti u Għawdxi jirrispondi din il- mistoqsija billi jqabbel dan il-programm iebes u intensiv li għandu quddiemu l-Gvern Malti u jqabblu mal-manifest elettorali ta' l-1998.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel daqsxejn ta' analisi dwar l-ewwel sena u xahar ta' gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "Bħalissa l-poplu Malti qed jiġi bbumbardjat kemm mill-gvern kif ukoll l- oppożizzjoni għaliex filwaqt li l-gvern qed iressaq ir-rapporti annwali ta' l-ewwel sena ta' ħidma tiegħu, l-oppożizzjoni qed tirreaġixxi u tirrispondi għal dawn ir-rapporti.", "Ta' min jgħid li l-Partit Laburista ħareġ slogan bħala risposta għall-ewwel sena u xahar ta' ħidma minn gvern Nazzjonalista, gvern ta' ngann, liema slogan żgur li wieħed jaqbel li jixraq ħafna lill- gvern Nazzjonalista meta jqabbel id-diskors li kien jingħad ftit qabel l- elezzjoni ta' sena u xahar ilu mad-diskors li beda jingħad wara li għaddiet l-elezzjoni.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax filwaqt li l-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista wiegħed mod, hekk kif għaddiet l-elezzjoni l- affarijet bdew mexjin mod ieħor.", "Biżżejjed insemmi bħala eżempju t-tiftix għaż-żejt, liema suġġett kumbinazzjoni llum tqajjem fil-ħin tal- mistoqsijiet.", "Naħseb li kulħadd jiftakar li fl-aħħar ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni, fuq il-fosos ta' Furjana, dak li kien il-kap ta' l-oppożizzjoni dak iż-żmien insista li l-gvern Laburista kien qed ikompli jħaffer għaż-żejt biex iqajjem l-aspettativa tan-nies, jiġifieri bħala mileage politiku, u beda jgħid li hu għandu informazzjoni li żejt m'hemmx u li allura dan huwa kollu ingann.", "Għalhekk il-poplu Malti kien skanta mhux ftit meta, eżattament wara li l-Onor.", "Fenech Adami ħa l-ħatra ta' prim ministru, kien hu stess li ta l-go-ahead biex it-tħaffir u t-tiftix għaż-żejt jitkompla.", "Fil-fatt hu stess ammetta li din kienet waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa abbażi ta' dak li qalulu l-esperti hekk kif inħatar prim ministru.", "Hawn jien nistaqsi: Ġaladarba qabel l-elezzjoni lill-Onor.", "Fenech Adami ngħatatlu l- informazzjoni li żejt ma kienx hemm u li allura l-Gvern Laburista kien qed iqarraq bil-poplu, wara li nħatar prim ministru għal liema raġuni ma mexiex fuq dak li kienu qalulu qabel l-elezzjoni imma mexa fuq dak li qalulu wara l-elezzjoni?", "Dan kollu juri kemm tabilħaqq qabel l-aħħar elezzjoni l- Partit Nazzjonalista, b'mod speċjali l-Prim Ministru attwali, kien qed jipprova jqarraq u jilgħab għall-gallerija biex jirbaħ xi ftit voti, kif fil-fatt ġara.", "Sur President, wieħed jista' jsemmi lista sħiħa ta' wegħdiet li ma nżammux u li meta wieħed jistaqsi fuqhom ir-risposta dejjem tkun li għad fadal x'isir f'dak il-qasam, imma jien naħseb li hawnhekk wieħed mhux biss għandu jagħmel riferenza għall-wegħdiet li nsibu miktuba fil-manifest elettorali imma anke għall-wegħdiet personali li bosta kandidati, uħud minnhom deputati tal-Partit Nazzjonalista, kienu jagħmlu liċ-ċittadini li kienu jmorru għandhom qabel l-aħħar elezzjoni u li mbagħad dawn ma nżammewx.", "Għalhekk il-poplu Malti u Għawdxi għandu raġun jgħid li dan huwa gvern ta' ngann, anke meta wieħed iqis li minkejja li kien jaf bid- diffikultajiet li kienu jeżistu, u minkejja li aħna bħala partit fil-gvern konna nsemmu dawn id-diffikultajiet, biex jidher ħelu mal-poplu qabel l- aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien jitkellem b'mod differenti u ma kienx jaqbel ma' dak li kien jgħid il-gvern Laburista dak iż-żmien u, fost affarijiet oħra, wiegħed kollox lil kulħadd, kemm fil-manifest elettorali kif ukoll fuq bażi personali, permezz tal-kandidati.", "Biżżejjed li wieħed jgħid li hekk kif il-gvern Laburista kien isemmi l- problema finanzjarja, l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kienet kważi twaqqa' dan is-suġġett għar-redikolu għax kienet tgħid li din hija invenzjoni jew inkella li jekk din il-problema finanzjarja teżisti tassew, din ġiet ikkaġunata mill-gvern Laburista, peress li l-gvern Nazzjonalista preċedenti kien ħalla kollox sew.", "Ara wara l-aħħar elezzjoni d-diska nbidlet u jekk dan ma qaluhx direttament l-esponenti ewlenin tal-gvern Nazzjonalista - għalkemm wara dawn bdew jagħmlu riferenza għal dan fid- diskorsi tagħhom ukoll - ħarġu spallejn oħrajn li normalment jerfgħu lill- gvern Nazzjonalista, bħad-diversi għaqdiet li nsibu f'pajjiżna, li bdew jokorbu li pajjiżna għandu problema finanzjarja u li għalhekk irridu naraw x'nagħmlu.", "Allura lill-gvern Nazzjonalista mhux gvern ta' ngann tista' tgħidlu meta, filwaqt li qabel l-elezzjoni għamel ħafna wegħdiet fiergħa li jiswew miljuni kbar ta' flus minkejja li kien jaf bid-diffikultajiet finanzjarji li għandna, wara l-elezzjoni ma żammx dawn il-wegħdiet u beda jokrob huwa stess bid-diffikultajiet finanzjarji li għandu l-pajjiż?", "Sur President, eżempju ieħor ta' ngann min-naħa tal-gvern Nazzjonalista għandu x'jaqsam mal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Żgur li kulħadd jiftakar li qabel l-aħħar elezzjoni l-esponenti ewlenin fil-qasam ta' l-affarijiet barranin bdew jgħidu li malli l-gvern Nazzjonalista jirriattiva l- applikazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni se jiġu Lm60 miljun, Lm80 miljun u saħansitra Lm100 miljun, għax in-numri bdew telgħin qisna konna qed nilagħbu xi lotterija!", "Issa dan kien kollu diskors ta' ngann għax s'issa għadhom ma waslu l-ebda fondi mill-Unjoni u fil-fatt dejjem nistennew bil-ħerqa dan l-imbierek cheque li se jsolvielna l- problemi kollha!", "Almenu qabel l-aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista hekk kien jgħidilna, li dawn il-fondi se jsolvulna l-problemi kollha.", "(Interruzzjonijiet) Fil-ftit ħin li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l- Onor. Brincat semma xi affarijiet milli l-gvern Nazzjonalista huwa marbut li jwettaq biex ikun jista' jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni, anzi hawnhekk jien nixtieq nagħmel korrezzjoni żgħira billi ngħid li proprjament il-gvern Nazzjonalista m'huwiex marbut imma huwa stess intrabat ġaladarba għażel it- triq ta' sħubija sħiħa sħiħa fl-Unjoni.", "Issa hawnhekk jien nixtieq nagħmel l-istess mistoqsija li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ngħid: Ġaladarba llum il-gvern Nazzjonalista diġa' qed jagħmel ċertu tibdil, liema tibdil huwa kbir u jrid isir fi ftit żmien jekk kemm-il darba l-gvern preżenti jrid li ta' l-Unjoni jeħduh bis- serjeta` - għalkemm jien sinċerament ma nistax nifhem kif jistgħu jeħduh bis-serjeta` meta hu qatt ma żamm it-targets li kien wiegħed lill-Unjoni - xi skop se jibqagħlu r-referendum?", "Ta' min jgħid li hemm lista sħiħa ta' affarijiet li jridu jinbidlu fi żmien qasir - fil-fatt din il-lista jien personalment nistħajjilha xi shopping list! - la l-gvern Nazzjonalista jrid ikompli jibqa' jsegwi l-politika tiegħu ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni, u dan mingħajr ma għandu l-ebda garanzija li fil-fatt se jsir membru sħiħ.", "Jiġifieri, fi kliem ieħor, l-ewwel il-gvern preżenti qed jagħmel it-tibdil li qed timponielu l-Unjoni u mbagħad jara jekk fil-fatt huwiex se jissieħeb fl-Unjoni.", "Mistoqsija oħra li rrid nagħmel hija din: Jekk hemm xi affarijiet pożittivi fl-Unjoni, u jien nemmen li hemm, u aħna bħala Partit Laburista qatt m'għidna li l-Unjoni hija kollha sewda, mhux bħall-Partit Nazzjonalista, li qal ħafna drabi li din l-unjoni hija kollha bajda - fosthom anke liġijiet li f'pajjiżna ma jeżistux, x'inhu jżommna milli ndaħħlu dawn il-liġijiet?", "Hemm għalfejn indaħħluhom għax niġu mġiegħlin nagħmlu dan?", "Jekk inhuma tajbin għaliex ma ndaħħluhomx ġaladarba l-poplu Malti eleġġa parlament biex iħares l-interessi tal-poplu tiegħu?", "Sieħbi l- Onor. Leo Brincat għadu kemm semma l-liġijiet li jirrigwardaw il-copyright.", "Allura jekk aħna nħossu li wħud mil-liġijiet tagħna huma antikwati, bħal ngħidu aħna dawk li jirrigwardaw is-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax- xogħol jew inkella dawk li jirrigwardaw is-saħħa ambjentali, u jidhrilna li l-liġijiet ta' l-Unjoni li jirrigwardaw dawn l-oqsma huma aħjar, x'inhu jżomm lil dan il-parlament milli jiddeċiedi li jemenda dawn il-liġijiet?", "Wara kollox jien naħseb li l-ewwel u qabel kollox għandna nemendaw liġi jekk naħsbu li dan se jkun fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u mhux nagħmlu hekk għal wiċċ ħaddieħor.", "Sur President, fil-fatt din hija d-differenza bażika u ewlenija bejn il- Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista għax il-Partit Laburista jħares l-ewwel lejn l-interess ta' pajjiżna u għalhekk jgħid li teżisti triq oħra minbarra l-għażla ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Jien ngħid li jekk kemm-il darba l-gvern Nazzjonalista beħsiebu jwettaq dawk l-affarijiet kollha li qed jiġu imposti fuqu mill-Unjoni Ewropea, il-poplu tagħna se jbati.", "Din is-sena kulħadd seta' jara b'għajnejh it-tentattiv tal-gvern imexxi mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami sabiex jiġi mnaqqar anke d-dritt li ħaddiem jistrajkja.", "Issa li ħaddiem jistrajkja huwa dritt bażiku u fundamentali, imma sfortunatament xi ftit xhur ilu stajna naraw lill-ħaddiema li kienu qed jistrajkjaw jiġu mhedda, jiġu ttorturati psikoloġikament, jitressqu l- qorti u jiġu sospiżi.", "Fil-fatt anke jekk dawn se jibqgħu jitħallsu, xorta jibqa' l-fatt li d-dannu psikoloġiku għad dawn il-ħaddiema se jibqa' hemmhekk, u hawnhekk jien qed nirriferi b'mod partikolari għal dak li ġara fil-Malta international airport.", "Hawn jien nistaqsi lill-gvern Nazzjonalista: Mela issa spiċċat is-solidarjeta`?", "Qed nagħmel din il- mistoqsija għax dawn qalu li huma ma strajkjawx minħabba li għandhom xi problemi huma imma minħabba ħaddieħor.", "Mela nsejniehom l-istrajkijiet ta' simpatija?", "Mela nsejniehom id-diskorsi sbieħ fuq is-solidarjeta` meta konna ngħidu li aħna nieħdu ħsieb anke l-interessi ta' ħaddieħor u mhux biss l-interessi tagħna?", "Sur President, ta' min isemmi wkoll li matul din is-sena, taħt it- tmexxija ta' gvern Nazzjonalista beda jidher ukoll l-indħil tal-gvern anke fil-qasam ġudizzjarju.", "Minkejja l-ħafna diskors sabiħ fuq l-awtonomija tal- qrati u fuq li l-qrati m'għandu jindaħlilhom ħadd ...", "Fil-fatt hekk għandu jkun għax fl-aħħar mill-aħħar il-ġustizzja hekk titlob u anke d-demokrazija tgħidilna li hemm bżonn li jkun hemm separazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, pero` matul din is-sena l-poplu Malti u Għawdxi ra li meta jingħataw ċerti sentenzi, il-gvern, jew direttament jew inkella permezz ta' ħaddieħor, jagħmel attakk sħiħ fuq dawk is-sentenzi li jkunu ngħataw, bħalma ġara fil- każ tal-ġuri ta' Żeppi l-Ħafi.", "Allura hawn jien nagħmel mistoqsija oħra u ngħid: X'ġara llum mill-ġid, mill-fiduċja u mid-direzzjoni li kien tant iħobb isemmi l-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni?", "Issa ħalli ngħaddi biex nagħmel l-aħħar punt għal-lejla għax qed nara li sar il-ħin billi nirriferi b'mod speċjali għaż-żgħażagħ.", "Sur President, mill-istatistika uffiċċjali li joħroġ il-gvern jirriżulta li 3,256 mit-8,126 persuna li qed jirreġistraw, jiġifieri 40.6% minnhom, huma żgħażagħ.", "Jien nixtieq li jkun hemm xi ħadd min-naħa l-oħra li jgħidilna x'qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Onor.", "Fenech Adami sabiex dawn iż-żgħażagħ isibu mpjieg.", "Jien naħseb li kulħadd jista' jimmaġina mil-liema żmien diffiċli jgħaddu dawn iż-żgħażagħ meta ma jkunux jistgħu jsibu mpjieg għax dawn quddiemhom ma tantx jibdew jaraw futur sabiħ.", "Madanakollu jidher li l-gvern preżenti ma tantx huwa mħasseb fuq din il-ħaġa u għalkemm forsi l-membri tan-naħa l-oħra jammettu li din il- figura hija allarmanti u jgħidu li huma jinsabu mħassbin fuqha, fil-verita` jidher ċar li ma tantx qed jagħtu kas ta' din il-problema.", "Per eżempju, jien tħassibt mhux ftit meta ftit ilu waqt il-ħin tal-mistoqsijiet il-Viċi Prim Ministru kien qal li jeżistu diversi opportunitajiet ta' xogħol u li huma l-persuni li qed jirreġistraw li jirrifjutaw dan ix-xogħol.", "Sfortunatament il-verita` hi li minħabba li n-numru ta' persuni li jirreġistraw qiegħed dejjem jogħla, dawk li jħaddmu qed japprofittaw ruħhom billi joffru kondizzjonijiet ħżiena ta' xogħol, u għalhekk il-gvern huwa fid-dmir li mhux biss jara li jkun hemm opportunitajiet ta' xogħol imma li jara li dawn l-opportunitajiet ta' xogħol ma jkunu qed inaqqsu mill-ebda dritt li għandu l-ħaddiem.", "Wara kollox jien naħseb li huwa d-dmir sagrosant tal-gvern li jiżgura li l-ħaddiem ma jiġix sfruttat.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li iktar ma jgħaddi ż-żmien il-poplu Malti iktar qed jintebaħ bl-ingann tal-gvern immexxi mill-Onor.", "Fenech Adami, li iktar moħħu biex imexxi fl-interess tal- barunijiet u tal-klikka ta' madwaru milli biex imexxi fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Ottubru fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Tonio Borg.", "Fl-10.10 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - INFIQ TA' FLUS", "5995.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-organizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-13 ta' Marzu, 1999?", "Jista' jagħti breakdown ta' kif sar l-infiq?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 5696 aktar kmieni fis-seduta tal-lum.", "AFM - MEMBRI", "9704.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum?", "X'inhu r-rank tagħhom?", "Kemm hemm minnhom li qed jagħmlu xogħol mhux konness mat-trade li għandhom.", "Min ikun bit-trade jieħu xi allowance jekk juża it-trade waqt xogħolu?", "Hemm xi suldati li m'humiex jagħmlu xogħol konness mat-trade tagħhom u qed jieħdu l-allowance xorta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li n-numru ta' membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum huwa kif gej:", "Rank Numru ta' Membri Warrant Officer I 5 Warrant Officer II 34 Staff Sergeant 53 Sergeant 95 Bombardier 174 Lance Bombardier 223 Gunner 619 TOTAL 1203 Uħud minn dawn għandhom aktar minn trade waħda.", "58 persuna qed jagħmlu xogħol li mhux konness mat-trade/s tagħhom.", "Dan ġeneralment hu meħtieġ skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Normalment din is- sitwazzjoni tkun waħda temporanja, sakemm l-individwu kkonċernat jingħata taħrig f'dik it-trade li jkun meħtieg jaħdem biha.", "Min ikun qed jaħdem bit-trade, jieħu l-allowance dovuta għat-trade u l- kategorija li jkun ikkwalifikat fiha.", "Ma jingħata ebda ħlas lill-individwi b'rank ogħla minn dak ta' staff sergeant.", "SERVIZZ ĊIVILI - PROMOZZJONIJIET", "10043.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid matul is-sena 1998 u 1999 kemm: (a) ingħataw promotions fis-Servizz Ċivili fil-gradi kollha tas-Servizz Ċivili; u (b) kemm kien ir- reklutaġġ fil-gradi kollha fis-Servizz Ċivili?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu fil-preżent in-numru ta' persuni f'kull grad fis-Servizz Ċivili u kemm hu n-numru ta' vacancies f'kull każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi (a) matul is-sena 1998 sar reklutaġġ ta' 918-il persuna u promozzjoni ta' 1,010 impjegat; u (b) bejn Jannar u Settembru 1999 daħlu mal-Gvern 821 u ġew promossi 1139.", "Ninsab informat ukoll illi t-total ta' persuni f'kull grad fis-Servizz Pubbliku fid- 9 ta' Ottubru, 1999 kien ta' 29,087.", "Skeda li tagħti d- dettalji kif mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Din l-iskeda ma tinkludix membri tal-Forzi Armati u ħaddiema mpjegati fuq bażi casual u part-time.", "In-numru ta' postijiet fis-Servizz Pubbliku u għaldaqstant ukoll in- numru ta' vakanzi jinbidel kontinwament skond l-esiġenzi tas-servizz.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "10195.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li temmew l-impjieg tagħhom minn maċ-Ċivil mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru 1999?", "Jista' jgħid ukoll kemm kellhom eta' u f'liema dipartiment kienu jaħdmu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi fil-perjodu msemmi, kien hemm 920 impjegat fulltime li temmew l-impjieg tagħhom mal-Gvern.", "Id-dettalji, kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant, qegħdin fi skeda li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "9128.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tresqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi stupru matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkunndannati priġunerija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "9129.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi traffikar tad-drogi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "9130.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tresqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'attentat ta' qtil matil is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.", "IMPJIEGI - BARRANIN", "9131.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni barranin li nqabdu jaħdmu bla permess mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn Settembru 1998 sa Ġunju 1999, in-numru ta' barranin li nqabbdu jaħdmu Malta meta ma kellhomx la liċenzja ta' impjieg u lanqas engagement form kien kif indikat fit-tabella hawn isfel:", "Barranin li nqabbdu Barranin li nqabbdu jaħdmu Malta mingħajr jaħdmu Malta mingħajr 'Engagement Form' u 'Engagement Form' mingħajr liċenzja ta' iżda li kellhom l-impieg liċenzja ta' l-impieg", "Settembru 1998 05 01 6 Ottubru 1998 11 13 24 Novembru 1998 07 16 23 Diċembru 1998 01 09 10 Jannar 1999 02 05 7 Frar 1999 04 02 6 Marzu 1999 17 12 29 April 1999 14 14 28 Mejju 1999 12 04 16 Ġunju 1999 09 07 16", "TOTALS 82 83 165", "SERVIZZ ĊIVILI - DIRETTUR TA' L-INFORMAZZJONI", "9132.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fuq liema mertu u fuq liema kriterji nħatar id-Direttur ta' l-Informazzjoni?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l- kondizzjonijiet, is-salarju u benefiċċji oħra li ngħatawlu ma' din il- ħatra?", "Jista' jgħid jekk ingħatax l-użu ta' mobile phone li jħallas għalih il-Gvern kif ukoll karozza tal-Gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi l-kriterji li ntużaw fl- għazla ta' Direttur ta' l-Informazzjoni huma dawk li huma fis-seħħ għal postijiet ta' dan il-livell.", "Il-post imtela' wara sejħa għall-applikazzjoni li saret permezz ta' Ċirkolari ta' l-OPM Nru 3/99.", "Il-mertu mistenni minn uffiċjali li jimlew dawn il-karigi għolja mhuwiex biss wieħed ta' kwalifiki fuq il-karta, imma wkoll ta' kompetenza biex wieħed jimla l-kariga li jkun applika għaliha.", "Is-salarju, benefiċċji u kondizzjonijiet oħra huma dawk normalment marbuta ma' ħatra ta' Direttur fuq Skala 4 fuq performance agreement.", "Fost il-perkwiżiti hemm l-użu ta' karozza.", "Mobile phone li jħallas għalih il- gvern jingħata fejn dan huwa neċessarju.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGAT", "9133.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'tip ta' impjieg ingħatat u x'xogħol qiegħda tagħmel Kastilja l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament?", "Jista' jgħid jekk għall-imsemmi mpjieg ħarġitx call for applications?", "Jista' jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet, is-salarju u l-benefiċċji l-oħra li ngħataw ma' dan l-impjieg?", "Tista' din il-persuna tagħmel użu minn mobile phone li jħallas għalih il-Gvern kif ukoll minn karozza tal-Gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9064 fis-seduta ta' nhar is-27 ta' Settembru, 1999.", "ĦOBŻA TRADIZZJONALI MALTIJA", "9371.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-ħobża tradizzjonali Maltija ssir bil-qamħ Amerikan u li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE l-importazzjoni f'pajjiżna ta' din il-materja prima tkun suġġett għal-levy, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din il- levy fuq dan il-qamħ importat mill-Amerika?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-ħobż tal-Malti qiegħed, preżentament, jinħadem minn taħlita ta' qamħ li tinkludi perċentwali għolja ta' qamħ hekk imsejjaħ 'iebes' li bħalissa qed jiġi importat mill-istati Uniti tal-Amerka.", "Din it- taħlita ta' qamħ tirrifletti sitwazzjoni tal-mument iżda mhux l-unika taħlita li biha jista' jinħadem il-ħobż tal-Malti.", "Biżżejjed wieħed jiftakar li tradizzjonalment (qabel it-tieni gwerra) il-ħobż Malti kien jitħaddem esklusivament minn qamħ importat minn Sqallija u minn postijiet oħra fil-Mediterran.", "Wieħed jenħtieġ ukoll isemmi li l-Organizzazzjoni għall-Kummerċ Dinji (World Trade Organisation) qiegħda taħdem sabiex il-liberallizzazzjoni fil- kummerċ tiġi estiża ukoll għall-prodotti agrikoli, filwaqt li l-istess Unjoni Ewropea qiegħda tirrevedi il-politika agrikola tagħha.", "Minħabba f'dawn id-diversi konsiderazzjonijiet, għadu kmieni wisq sabiex wieħed jantiċipa jekk u kemm ser titħallas taxxa tal-importazzjoni fuq qamħ għall-produzzjoni tal-ħobż.", "INDUSTRIJA TAĊ-ĊIKKULATA - LAQGĦAT", "9372.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ma' l-Industrija taċ- Ċikkulata, gallettini u ħlewwiet sabiex jiġi spjegat lilhom kemm se togħla l-materja prima bħaz-zokkor, trab tal-ħalib, eċċ wara li jispiċċaw l- inċentivi ta' sussidji li din l-industrija lokali għandha fuq materja prima mportata mill-pajjiżi ta' l-UE?", "Jista' l-Ministru jgħid kif se taffettwa l-levy il-ġdida li l-gvern se jkollu jimponi fuq din il-materja prima kemm-il darba l-industrija lokali timporta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-gvern kellu ħafna laqgħat mal-korpi kostitwiti li jirrapreżentaw is-settur industrijali f'Malta iżda dawn il-lagħat kienu ta' xeħta ġenerali b'diskussjoni li tolqot firxa wiesgħa tal-industrija f'pajjiżna.", "Fil-mistoqsija tiegħu, l-Onor.", "Interpellant irrifera speċifikament għall- produzzjoni ta' ċikkulata, ta' ħlewwiet u ta' gallettini.", "Fil-verita il- produzzjoni ta' ċikkulata f'Malta llum hija minima għall-aħħar bi ftit produzzjoni biss marbuta ma żmien il-Għid.", "Ta' daqs żgħir ukoll il- produzzjoni ta' ħlewwiet, tip il-perlini.", "Iktar sostanzjali il-produzzjoni ta' gallettini li tinkludi ukoll ammont sinifikattiv ta' esportazzjoni.", "F'dan il-każ, is-sħubija fl-Unjoni Ewropea mistennija iġġib opportunitajiet ġodda għall-esportazzjoni lejn is-suq Ewropew.", "PTA - TRASPORT GĦAL GĦAR BARKA", "9373.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku se tipprovdi trasport lir-residenti ta' Għar Barka?", "Għaliex fit-tibdil li sar bi prova fir-Rabat fejn anke iċċaqilqet il- venda, Għar Barka ma kenitx inkluża?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s'issa dan is-servizz għadu mhux possibbli li jingħata.", "RABAT - VENDA", "9374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min fil-fatt talab sabiex tiċċaqlaq il-venda tar-Rabat minn fejn kienet?", "X'kien l-iskop u min ġie kkonsultata dwar dan it-tibdil?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku qablet mat-trasferiment tal-venda tar-Rabat għas-Saqqajja wara ftehim li sar f`dan is-sens bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l- Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - FORMOLI", "9392.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' formoli ta' l-income tax li għadhom ma ntbagħtux lid-dipartiment?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma ta' mpjegati, self-employed u/jew kumpanniji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta` formoli tal-Income Tax li għadhom ma ntbagħtux hu ta` 39,629 li minnhom 12,116 huma ta` impjegati, 2,461 self- employed, 5,639 ta` persuni mhux residenti f`Malta u ta` barranin, u 19,413 ta` kumpanniji.", "RABAT - TRIQ GUSMANA NAVARRA - DAWL", "9393.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li r-residenti anzjani fi Triq Gusmana Navarra, Rabat jilmentaw mid-dlam li fiha din it-triq, jista' l-Ministru jara li tiżdied bozza u jiżdied il-vultaġġ tal-bozza eżistenti?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2744.", "It-talba sabiex jiżdied id-dawl fl-imsemmija triq qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DJAR - KERA", "10085.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' familji li għandhom housing soċjali jew ta' l-Awtorita' tad-Djar li kellhom il-kera riveduta din is-sena?", "Kemm hemm familji illi għolitilhom il-kera u b'kemm, u kemm hemm li tnaqqsitilhom u b'kemm?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta definittiva tkun tista' tingħata iżjed 'il quddiem.", "Sal-lum, nista' ngħid li r-reviżjoni tas-sussidju tal-kera ta' madwar 1,800 inkwilin li kien imisshom din is-sena għadha sejra għax hemm numru sostanzjali li għad ma bagħtux id-dokumenti meħtieġa.", "QRATI - ANZJANI", "10086.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-Qorti din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.", "FABBRIKI", "10087.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu fabbriki ġodda u/jew espandew din is-sena u kemm impjegaw nies dawk li fetħu u kemm impjegaw nies ġodda dawk li espandew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul din is-sena seba` kumpanniji ġodda bdew l-operat tagħhom.", "Tnejn minn dawn il-kumpanniji assumew l- operat ta` kumpanniji oħra.", "Dawn is-seba` kumpanniji bejniethom jimpjegaw 209 persuni.", "Bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena, 71 kumpannija żiedu n-numru ta` ħaddiema.", "It-total ta` ħaddiema ġodda f`dawn l-ażjendi kien ta` 464.", "Tajjeb jingħad ukoll li matul l-istess perijodu 132 ażjenda għamlu investiment ġdid f`impjant u makkinarju.", "Dan l-investiment kien jammonta għal Lm17,710,929.", "QRATI - PERSUNI TAĦT IS-16-IL SENA", "10088.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni ta' taħt is-16-il sena din is-sena l-Qorti?", "X'allegatament għamlu dawn it-tfal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena tressqu quddiem il- Qorti 125 persuna taħt is-16-il sena.", "Fost l-offiżi li dwarhom tressqu quddiem il-Qorti hemm ksur tar-regolamenti tat-traffiku, ksur ta` bon ordni, offiżi fuq il-persuna, kliem oxxen, insulti, dħul f`postijiet ta` divertiment u droga.", "SIGURTA' SOĊJALI - NIES LI ĠEW BOARDED OUT", "10089.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded-out mix- xogħol persuni minn Malta u minn Għawdex separatament, sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin u kemm kellhom żmien dawk li għaddew din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabelli dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZI SOĊJALI - ABBUŻ", "10090.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mid-dipartiment tas-servizzi soċjali illi abbużaw min xi forma ta' għajnuna mogħtija mid-dipartiment f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "X'ammont ta' flus igwadanjat kull persuna?", "X'servizz ġie abbużat u x'kien l-istatus tal-persuni in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, taħt l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali jitħallsu 'l fuq minn 30 benefiċċju, f'pensjonijiet, benefiċċji, assistenza u allowances.", "Uħud minn dawn il-benefiċċji jitħallsu lil eluf ta' Maltin u Għawdxin, bi spiża rikorrenti li għal din is-sena hi stmata li ser tlaħħaq Lm180 miljun.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux possibbli li tinżamm statistika li tkun tinkludi dik l-informazzjoni kif mitluba.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bl-għan li jonqos kemm jista' jkun dan it-tip ta' abbuż, din l-amministrazzjoni approvat it-twaqqif ta' sezzjoni li se jkollha l- kompitu li tagħmel investigazzjonijiet aktar fil-fond dwar l-għoti ta' benefiċċju.", "Minbarra r-riżorsi umani meħtieġa, din it-taqsima ser tkun mgħammra b'apparat modern meħtieġ biex jiġu faċilitati investigazzjonijiet b'forma aktar wiesgħa, u biex jiġi assigurat aktar ko-ordinazzjoni ma' dipartimenti u entitajiet oħra f'dan il-qasam.", "AMBJENT - DĦAĦEN FL-ARJA", "10370.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Minstru jgħid x'inhu jsir mid-Dipartiment ta' l-Ambjent biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dħaħen velenużi minn vetturi, ċmieni, eċċ. fl-arja?", "X'kontrolli jsiru u x'passi jittieħdu biex dan jiġi mrażżan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi mhux fil-poter legali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent li jiġi żgurat li ma jkunx hemm dħaħen velenużi minn vetturi, ċmieni, eċċ fl-arja.", "Madankollu, d-dipartiment jinvestiga kull ilment li jkollu f'dan ir- rigward u jgħaddi l-ilment għall-attenzjoni tal-Pulizija u d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika skond il-ħtieġa.", "Kien hemm każijiet fejn dan irriżulta f'persuni li ttellgħu l-Qorti.", "PULIZIJA - PROSTITUZZJONI", "10371.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm inqabdu nies jitlajjaw għal skop ta' prostituzzjoni?", "F'liema lokalitajiet?", "Kien hemm persuni taħt it-18-il sena li nqabdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-ewwel disa` xhur ta` din is- sena l-Pulizija qabdu 278 persuna, li tnejn minnhom kienu taħt it-18-il sena, f`ċirkostanzi li setgħu jagħtu wieħed x`jifhem li kienu jitlajjaw għal skop ta` prostituzzjoni.", "Dawn inqabdu f`dawn il-lokalitajiet : Ħal Qormi, Gżira, Msida, Ta` Xbiex, Marsa, Qala.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET - TIPJIP", "10372.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet minħabba tipjip fl- isptarijiet, xarabanks u swali tat-teatru fl-ewwel disa' xhur ta' din is- sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-ewwel disa` xhur ta` din is-sena inqabdet persuna waħda li kienet qed tpejjep fuq xarabank.", "LIJA - VILLA FRANCIA", "10373.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9941 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' manutenzjoni li qed isir f'Villa Francia?", "Peress li s-sid li ħalla l-villa lill-Istat wera x-xewqa li tintuża bħala residenza tal-Prim Ministru, jista' jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar kif se tintuża l-villa mill-Istat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li qed isir programm ta' xogħol ta' restawr fuq l-aperturi ta' l-injam f'Villa Francia kif ukoll tindif ġenerali fil-ġonna tagħha.", "Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor membru li għad m'hemmx deċiżjoni finali dwar użu tal-villa.", "Għalkemm jien fil- preżent m'għandix l-intenzjoni li nabita fil-villa nifhem pero' li forsi wasal iż-żmien li l-Prim Ministru Malti jkollu residenza uffiċjali.", "TA'QALI - PARKING SIGNS", "10374.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9862, għalkemm ingħata permess tat-Traffic Control Board biex it-triq ħdejn is-Centenary Stadium issir \"No Parking\" dan qed joħloq inkonvenjent kbir għal dawk li jmorru għal-logħob fl-Istadium Nazzjonali u fis-Centenary Stadium stess, għaliex ma sarux \"No Parking\" signs fuq naħa waħda biss ta' din it-triq u b'hekk tittaffa l-problema.", "Jista' l-Ministru jitlob il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jerġa' jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu ħalli l-pubbliku in ġenerali jkun moqdi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma jaqax taħt il- Ministeru ta` l-Intern, u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi t-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - IMWIET FL-ISPTAR SAN FILEP", "10393.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux x'investigazzjonijiet dwar imwiet li seħħew fl-Isptar San Filep tul ix-xahar ta' Ottubru 1999?", "F'kull każ saru investigazzjonijiet dwar jekk il-katavru tal-persuna mejta ċċaqlaqx mnejn instab qabel waslu l-pulizija?", "X'investigazzjonijiet qed isiru wara r- riżultati ta' l-awtopsja ta' l-imwiet fl-iSptar San Filep?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-isptar li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant, il-Pulizija kellha rapport wieħed ta` mewt li ġara fl-4 ta` Ottubru, 1999.", "Kien ġie nformat il-maġistrat tal-għassa u l-inkjesta dwar il-każ għadha mhix konkluża."]} {"filename": "20011204_658d_par.doc", "date": "2001-12-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 658 It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 658", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "658", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 696", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 696", "TQEGĦID TA' KARTI 703", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IR-RABA' JUM STABBILIT 703", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI 703", "AĠĠORNAMENT 737", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 737", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 657 li saret fl-4 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "INKJESTI", "28969.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Jose` Herrera) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l- maġistrati li kienu qed jikkonduċu inkjesti fis-snin 2000 u 2001?", "Kemm għamel għassa kull maġistrat f'dan il-perijodu u kemm daħlu inkjesti għal kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "LANDSCAPING", "30040.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Issa li l-gvern ħabbar fil-budget li se jsir landscaping aħjar tal-pajsaġġ, jista' l-Ministru jara li mill-flus ivvotati jsir il-ġnien fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed, fir-Rabat, li l- gvern preċedenti kien se jikkordina bejn id-dipartiment ta' l-urban and rural landscaping, id-dipartiment tal-housing u l-kunsill lokali tar-Rabat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministri konċernati.", "Min-naħa tiegħi lest li nikkonsidra s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant meta r-riżorsi meħtieġa jiġu pprovduti u ssir talba uffiċjali mill-kunsill lokali konċernat.", "BAĦRIJA - DAWL FIT-TOROQ", "30041.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Ġie nnotat b'sodisfazzjon li matul din is- sena il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi wettaq ix-xogħlijiet mitluba f'mistoqsijiet li jiena kont ili nagħmel għal dawn l-aħħar tliet snin sabiex jiġu stallati l-arbli tad-dawl fit-triq tal-Baħrija.", "Issa li ġew approvati l-estimi tal-budget, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet meħtieġa jsiru matul is-sena d-dieħla sabiex din it-triq tinxtegħel?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li x-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.", "MOSTA - LANDSCAPING", "30042.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Issa li l-gvern ħabbar fil-budget li se jsir landscaping aħjar tal-pajsaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvotati għal dan il-għan imorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ fil- qasam tad-djar Ta' Mlit fil-Mosta?", "Peress li matul dawn l-aħħar tmien snin il-kunsill lokali tal-Mosta ħalla l-embellishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l- Ministru ġentilment jawtorizza li jsiru dawn ix-xogħlijiet immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MOSTA - LANDSCAPING", "30043.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Issa li l-gvern ħabbar fil-budget li se jsir landscaping aħjar tal-pajsaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvotati għal dan il-għan imorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ fil- qasam tad-djar Ta' Zokrija fil-Mosta?", "Peress li matul dawn l-aħħar tmien snin il-kunsill lokali tal-Mosta ħalla l-embellishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l- Ministru ġentilment jawtorizza li dawn ix-xogħlijiet isiru immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "30042.", "MTARFA/DINGLI - STREET LIGHTING", "30044.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Fid-dawl li huwa nnotat b'sodisfazzjon li saru xogħlijiet fil-parti mudlama ta' bejn Għajn Qajjed u d-daħla ta' l- Imtarfa sabiex tinxtegħel din il-parti tat-triq, jista' l-Ministru ġentilment japprova wkoll it-talba pendenti tiegħu sabiex il-bypass ta' l- Imtarfa, Dingli Road u Vjal il-Ħaddiem, fir-Rabat, ma jibqgħux mudlama?", "Jista' jara li d-dawl li jitpoġġa fi Vjal il-Ħaddiem ikun kompatibbli ma' l- embellishment ta' street lighting peress li din hija triq residenzjali u traffikuża ħafna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li t-talbiet biex jiddawlu t-toroq imsemmija qed jiġu kkonsidrati flimkien ma' talbiet simili oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Xi żmien ilu kien tħabbar li kien se jkun hemm ċerta delegation of duties dwar street lighting lill-kunsilli lokali.", "Jista' l- Ministru jgħarrafna fiex waslu dawn l-arranġamenti u jekk ġew fis-seħħ x'kien l-eżitu tagħhom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kien sar ħafna xogħol ta' preparazzjoni biex dan ikun jista' jseħħ u fil-fatt diversi kunsilli lokali kienu ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol.", "Peress li f'dan ir-rigward sar ħafna progress, wieħed jistenna li l-kunsilli lokali jkunu qegħdin imexxu l-istallazzjoni u r- repair tad-dwal fi żmien qasir.", "Ma nafx jekk il-Ministru nkarigat mill- kunsilli lokali jridx iżid xi ħaġa dwar din il-materja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kunsilli lokali jiffurmaw sitt gruppi bejniethom, ħamsa f'Malta u wieħed f'Għawdex.", "Tlieta minnhom diġa` ffirmaw l- association agreement ta' bejniethom u tnejn diġa` ħarġu s-sejħa għall- kuntratturi.", "Waħda minn dawn is-sejħiet għalqet u t-tender qiegħed fi proċess ta' adjudication.", "Il-pjan hu li sa Marzu l-kunsilli kollha jkunu ħarġu u kkompletaw il-proċeduri u malli tiġi awarded it-tender minn kull kumitat, tkun tista' ssir id-delega effettiva.", "Qed jiġi nnotat li xi gruppi ta' kunsilli qegħdin ikaxkru saqajhom biex joħorġu t-tenders.", "Jiena għandi suspett – dan huwa suspett biss – li dan qed jagħmluh għax fil-preżent qed jieħdu l-flus li kienu qed jiġu ffinanzjati s-sena l-oħra.", "Jiena diġa` kelli okkażjoni ngħid li min mhux se joħorġ it-tender sa Marzu li ġej u jidħol għad-delega, is-sena d-dieħla m'huwiex se jieħu l-flus għal street lighting.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-gvern min-naħa tiegħu għamel xi forma ta' deadline għal dawn il-proġetti pilota biex imbagħad ikun jista' jifrixhom fuq medda aktar wiesa`?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, l-award tat-tender trid tkun ingħatat sa l-aħħar ta' April.", "MOSTA - LANDSCAPING", "30045.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Issa li l-gvern ħabbar fil-budget li se jsir landscaping aħjar tal-pajsaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvotati għal dan il-għan imorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ fil- qasam tad-djar ta' Santa Margherita fil-Mosta?", "Peress li matul dawn l- aħħar tmien snin il-kunsill lokali tal-Mosta ħalla l-embellishment f'dawn l- inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza li dawn ix-xogħlijiet isiru immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30042.", "ALLOWANCE", "30170.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li persuna li tieħu ħsieb żewġ anzjani toħroġilha l-allowance li hi ntitolata għaliha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- persuna ndikata minnu se tiġi avviċinata personalment dwar il-każ tagħha.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - GĦAJNUNA", "30171.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tbati minn kondizzjoni kronika ta' ulcerative colitis u li qiegħda fuq dieta partikolari, li tinkludi tip ta' ħalib partikolari, tingħatax xi għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa billi dawn il-prodotti tad-dieta huma ħafna għolja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar- risposta li tajt għal domanda nru.", "30095 f'seduta 653.", "FLORIANA - SUB-POST OFFICE", "30172.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fil-Floriana hemm persentaġġ qawwi ta' anzjani, hemm il-ħsieb li tiġi miftuħa sub-post office fil-lokalita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li s'issa għadu ma nħassx il-bżonn li jinfetaħ sub-post office fil- Furjana.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Huwa veru li bħalissa d-dipartiment qiegħed jikkonsidra l-option li jiftaħ sub-post offices f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex?", "Jekk iva, jista' jagħti indikazzjoni liema huma dawk li qegħdin under consideration?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, aħna bħala regolatur - b'mod partikolari kemm ilha li daħlet fis-seħħ id-diviżjoni bejn l-operatur u r-regolatur - inkunu nafu jekk ikunx hemm xi talbiet partikolari li jkunu fi stat avvanzat fejn imbagħad ikun hemm il-ħtieġa li napprovaw il-ftuħ ta' postijiet simili.", "Bħalissa m'iniex informat li waslu talbiet simili għand ir-regolatur.", "SKEJJEL - TUCK SHOPS", "30174.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm skejjel tal-gvern u tal-knisja jimplimentaw health food policy fit-tuck shops tagħhom?", "Liema huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Dawn id- direttivi japplikaw għall-iskejjel kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Napprezza t-tweġiba li ngħatat mill-Ministru pero` nixtiequ jagħti indikazzjoni jekk kienx hemm xi każi speċifiċi ta' skejjel tal-gvern, skejjel tal-knisja jew skejjel tal-privat li effettivament instabu li ma kenux qed jaderixxu ma' dawn it-tip ta' direttivi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini ninforma lill-kollega tiegħi li m'għandix dawn it-tip ta' dettalji.", "Jekk ikun aktar speċifiku nista' ngħaddi d-domanda lill-Ministru konċernat biex jagħtih risposta f'seduta oħra.", "CHILDREN'S ALLOWANCE", "30175.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jivverifika għala qiegħed ikun hemm id-dewmien fil-ħlas taċ-children's allowance lill-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata biċ-ċirkostanzi tal-każ tagħha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aktar milli mistoqsija nixtieq nagħmel suġġeriment.", "Id-dipartiment tal-politika soċjali qed jagħmel ċerta verifika biex jara li ċertu tagħrif li jingħata fl-applikazzjoni għaċ-children's allowance ikun korrett.", "Biex dan isir qed isir ċertu dewmien u ċ-children's allowance ġieli ddum xahrejn biex tingħata.", "Filwaqt li napprezza li d-dipartiment għandu jagħmel dawn il-verifiki, nappella biex dan it-tip ta' dewmien, iżjed u iżjed fil-każ ta' dawk li jirriżultaw li jkunu in bona fede u jkunu taw it-tagħrif lid-dipartiment konċernat kif suppost, jitnaqqas kemm jista' jkun possibbli.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-kollega tiegħi li se npoġġi dan is- suġġeriment għall-attenzjoni tal-Ministru konċernat.", "PUBLIC SERVICE COMMISSION – KAŻIJIET PENDENTI", "30176.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu każijiet mill-public service commission din is-sena?", "Jista' jgħid kemm hemm każijiet pendenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - ANOREXIA", "30178.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti ġew riferuti fl- isptar jew fiċ-ċentri tas-saħħa bl-anorexia?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond is-sess u l-eta` tal-persuni riferuti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-Onor.", "Interpellant ma ndikax il- perijodu li għalih qed tirriferi d-domanda, l-informazzjoni mogħtija hija minn Jannar 2000 sa Ottubru 2001.", "Ninsab informat li din l-informazzjoni hi miġbura permezz tal-hospital activity analysis li turi n-numru ta` nies li ddaħħlu fl-isptar San Luqa minħabba anorexia nervosa (ICD-10 codes F50.0 u F50.1).", "Sena 2000", "|Etajiet |Irġi|Nisa|Tota| |(snin) |el | |l | |25-34 |- |1 |1 | |45-54 |- |1 |1 | |Total |- |2 |2 |", "Jannar-Ottubru 2001", "|Etajiet |Irġi|Nisa|Tota| |(snin) |el | |l | |<15 | 1| -| 1| |15-24 | -| 3 | 3| |45-54 | -| 1 | 1| |Total | 1 | 4 | 5|", "Fiċ-ċentri tas-saħħa ma tinżammx statistika dwar kemm jattendu pazjenti b'anorexia nervosa.", "WIRES ŻEJDA", "30179.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li wires żejda tat- telephone li qegħdin ikerħħu l-ambjent fi Sqajjaq Street, Tarxien jitneħħew immedjatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minn stħarriġ li għamlet il- Maltacom jirriżulta li xi wires u cables tat-telefon li hemm fit-triq imsemmija jistgħu jitneħħew filwaqt li oħrajn jistgħu jitpoġġew b'mod aktar organizzat.", "Peress li din it-triq hija twila, il-manutenzjoni meħtieġa ma tistax issir immedjatament.", "Madanakollu x-xogħol għandu jsir fil-futur mhux 'il bogħod.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Frankament ma nafx x'inhi l-pożizzjoni f'Ħal Tarxien imma naf li kien hemm problema simili f'postijiet ċentrali fil-Belt li huma rinomati bħala shopping areas.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk waslulux dawn it-tip ta' lmenti?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu min-naħa tal- Maltacom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt kmieni din is-sena l-Maltacom bdiet programm ta' tneħħija u irranġar ta' ħafna mill-wires tat-telephone li hemm ġewwa l-Belt.", "F'dawn l-aħħar 30 sena kienet il-prattika li jitwaħħlu numru ta' wires ġodda fuq dawk diġa` eżistenti.", "Qed isir tibdil radikali ta' dawn il-wires u qegħdin jiġu organizzati b'mod li fejn ikun possibbli jiddaħħlu minn ġol- btieħi nterni u minn hemmhekk issir distribuzzjoni għall-appartamenti u l- uffiċini.", "F'Old Bakery Street, per eżempju, sar xogħol intensiv u numru ta' wires li kienu qed jagħtu dehra kerha lill-Belt ġew irranġati.", "Fil- fatt uħud minn dawn kienu ilhom hemm minn żmien ir-Rediffusion.", "F'xi postijiet dawn il-wires ġew miġbura ġo wire wieħed biex ikun jista' jagħti feeding lis-central point f'diversi blocks.", "Naturalment l-akbar problema hi l-limitazzjoni ta' ħin għax ħafna drabi dan ix-xogħol jinvolvi l-użu ta' apparat li jimblokka t-traffiku u allura mhux dejjem ikun jista' jsir, speċjalment fil-ħinijiet tax-xogħol.", "Madanakollu nista' ngħid li sar progress kbir.", "Dan ix-xogħol se jitkompla f'diversi toroq oħra tal-Belt kif ukoll f'xi toroq fil-Furjana.", "Hemm partijiet oħra ta' Malta li wkoll qegħdin jiġu kkonsidrati li jsirilhom dan it-tip ta' xogħol.", "CHILD CARE CENTRE - CHILD CARERS", "30180.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm child carers fiċ- child care centre ta' l-isptar St. Luke's?", "Jista' jgħid x'inhu l-grad tagħhom?", "Jista' jgħid kemm hemm tfal jattendu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li fl-Isptar San Luqa hemm 20 child carer.", "Tlieta huma enrolled nurses, tnejn nursing aides, 14 care workers u assistant care worker.", "Informat ukoll li bejn wieħed u ieħor in-numru ta' tfal li jattendu fiċ- child care centre hu ta' bejn 15 u 18 kuljum.", "SERVIZZ PUBBLIKU - DIRETTURI", "30181.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi, u assistenti diretturi mas-servizz pubbliku maqsumin skond is-sess u skond id-dipartimenti li għandhom taħthom jew li qegħdin fihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI", "30182.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm intnefaq s'issa fuq fuel mill-pixxina nazzjonali biex jissaħħan l-ilma?", "X'fuel qed jintuża?", "Kemm mis-somma totali tħallset?", "Għal kemm-il sena sar il-kuntratt biex il-pixxina nazzjonali tingħata l-fuel?", "Meta ħarġet l- aħħar sejħa għall-offerti?", "Min qed jissupplixxi l-fuel lill-pixxina?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li n- nefqa li saret matul din is-sena fuq fuel mill-pixxina nazzjonali s'issa ammontat għal Lm43,483.", "Minn dan l-ammont tħallsu Lm11,255.", "Il-fuel li qiegħed jintuża huwa pitrolju.", "Il-kuntrattur huwa Mark Cassar Fuel Supplies.", "L-aħħar sejħa għall-offerti saret f'April 2000.", "Il-kuntratt kien għal perijodu ta' sena li jiġġedded għal perijodu ieħor ta' l-istess żmien bi ftehim miż-żewġ naħat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jindika x'inhi r-raġuni li ninsabu fl-aħħar xahar tas-sena finanzjarja u jirriżulta li tħallas biss kwart ta' l-ammont dovut lis-supplier għall-ammont ta' fuel li ntnefaq fuq il-pixxina nazzjonali?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, hawnhekk m'għandix l-informazzjoni partikolari fuq dan il-każ, pero` m'hijiex xi ħaġa unusual li jsiru l- kjarifiki biex wieħed jiżgura li l-ammonti dovuti huma dawk attwali u naturalment dan jieħu ċertu żmien.", "SERVIZZ PUBBLIKU - WORKSHOPS", "30183.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mistiedna u kemm attendew ħaddiema fis-servizz pubbliku għall- workshops fuq gender awareness li kienu mmexxija minn Dr. Williams u mtellgħin bl-għajnuna tal-Commonwealth matul dan ix-xahar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjail): In-numru ta' ħaddiema fis-servizz pubbliku li ġew mistiedna għall-workshops dwar gender awareness immexxija minn Dr. Williams kienu 409 u minnhom attendew 145.", "Dawn il-workshops bdew fid-19 ta' Novembru u se jintemmu fis-7 ta' Diċembru, 2001.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm workshops oħra simili dwar gender awareness li ġew organizzati f'dati preċedenti għal dawk indikati fit-tweġiba u jekk iva, kif tipparaguna l-attendenza in relation ma' l-għadd ta' nies li ġew mistiedna?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini imma fil-file m'għandix din l- informazzjoni.", "MALTACOM", "30184.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jitħallas kont tat-telefon bil-posta, fl-envelope mibgħut mill-Maltacom stess, ma tintbagħatx irċevuta lill-abbonat?", "Xi jkollu x'juri l-abbonat li l-ħlas jkun sar minbarra ċ-cheque li jkun bagħat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-forma tal-kont tat-telefon, li ilu jintbagħat lill-abbonati mill-1999, juri jekk il-kont ikunx tħallas sad- data li fiha kellu jsir il-ħlas.", "Dan huwa minnu nnifsu riċevuta.", "Minn meta ġiet introdotta din is-sistema sal-lum, ftit li xejn kien hemm ilmenti mill-abbonati dwar dan u meta kien hemm bżonn xi kjarifika, din kienet għax l-abbonat ma ħallasx fiż-żmien stipulat, liema ħlas, imbagħad, intwera fil- kont ta' wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk il-Ministru jippermettili nixtieq inġebbed il- mistoqsija supplimentari sal-punt tal-privatisation.", "Naf li din taqa' taħt il-privatisation unit u hija responsabbilta` ta' ministeru ieħor imma peress li diġa` ġew identifikati xi kumpanniji li se jagħmlu privatisation fuq short and medium term bejn Jannar u ż-żmenijiet ta' l-Għid, u fl-istess ħin fil-budget kien hemm riferenza għall-pjani tal-gvern li tiġi privatizzata wkoll il-Maltacom, jista' l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jagħti xi indikazzjoni tal-medda ta' żmien li fiha mistennija sseħħ il- kumplament tal-privatizzazzjoni tal-Maltacom?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk m'iniex sejjer żball il-budget isemmi b'mod ġenerali li l-Maltacom tista' tiġi kkonsidrata li tiġi privatizzata s-sena d-dieħla pero` tajjeb jingħad li bħalissa fil-programm ta' privatizzazzjoni diġa` hemm aġenda twila mhux ħażin, fosthom l-MIA, il-lottu pubbliku u diversi azjendi oħra.", "Fil-każ tal-Maltacom wieħed irid jara mhux biss il- privatizzazzjoni per se imma l-għan tal-privatizzazzjoni.", "F'dan il-każ l- għan hu żgur li wieħed isib mod kif jipprova jifrex aħjar ix-xogħol tal- Maltacom, li jsaħħu forsi b'interessi anke li jista' jkollna mhux f'pajjiżna biss u allura dan huwa wieħed mill-parametri li qed jiġi segwit u kkonsidrat, pero` naħseb li f'dan l-istadju għadu kmieni biex wieħed jagħti aktar dettalji milli ntqal dan l-aħħar mill-Ministru tal-Finanzi fil- budget.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Napprezza t-tweġiba tal-Ministru, biss fid-dawl tal- fatt li l-Maltacom qiegħda fl-ispot light tal-gvern bħala kandidat prospettiv tal-privatisation, ma jaħsibx il-Ministru li jagħmel sens - għallinqas skond diversi rapporti mhux miċħuda li kien hemm fil-media, li jidher li qed ikun hemm ingaġġ pjuttost sostanzjali f'diversi kumpanniji sussidjarji tal-Maltacom - li jekk dan verament jirriżulta li huwa minnu, li jkun hemm din it-tip ta' politika min-naħa tad-diriġenza tal-Maltacom meta din il-kumpannija tista' tkun identifikata jew ikkonsidrata serjament għal privatisation fil-ġejjieni qarib?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien inbeda l-early retirement package u llum hemm madwar 500 ruħ li ddeċidew li jipparteċipaw fih, jiġifieri if anything kien hemm tnaqqis sostanzjali ta' ħaddiema tal-Maltacom innifisha.", "Pero` l-operat tal-Maltacom involva attivitajiet ġodda u l-aktar waħda magħrufa hija dik tal-Go Mobile.", "Din naturalment involviet ingaġġ ta' numru ta' nies biex tkun tista' toffri servizz kompetittiv mal-pajjiż kollu.", "Jien ċert li l-Onor.", "Interpellant jaqbel li l-privatizzazzjoni eventwali tal-Maltacom ma tistax isseħħ b'mod adattat jekk ma tkunx qed titmexxa b'mod li l-abbilta` tagħha li tikkompeti f'diversi oqsma jkun qed jissaħħaħ.", "U allura din m'hijiex kwestjoni li toqgħod tistenna sakemm tiġi privatizzata qabel ma tieħu xi pass imma wieħed irid jiżviluppa permezz ta' sussidjarju jew permezz ta' tisħiħ fil-Maltacom stess biex hi tkun f'pożizzjoni mill-aktar ippreparata u ġġib valur aħjar meta tiġi privatizzata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Listi li juru l-etajiet tal-persuni fuq bordijiet, kummissjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30188; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' studenti li kienu assenti mill-iskejjel matul is-sena skolastika 2000/2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30196.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "IR-RABA' JUM STABBILIT", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Chairman, qabel ma nibda bid-diskors proprju tiegħi irrid nagħmel riferenza għal-laqgħa li tinsab għaddejja bħalissa fil- Kamra tal-Kumitati dwar il-persuni b'diżabilita`.", "Minn hawnhekk nixtieq nifraħ u nirringrazzja lil dawk li organizzaw din il-laqgħa u lil dawk li qasmu magħna l-esperjenzi tagħhom dwar il-qasam tal-persuni b'diżabilita`.", "Quddiemna llum għandna l-estimi tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, li rridu narawhom fl-isfond tal-budget as a whole, budget imsejjes fuq tliet pilastri, budget li huwa pro-business, li jinkoraġġixxi lil dawk li jridu jiġġeneraw il-ġid f'pajjiżna, budget immirat l-iktar lejn is-smal u l- medium sized enterprises.", "Dan il-fattur ġie anke rikonoxxut mill-GRTU, li ddeskriviet lill-budget ta' din is-sena bħala wieħed differenti minn tas- soltu għax proprju qed jagħti kas ta' l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.", "Iva, Sur President, aħna nagħtu kas ta' kulħadd.", "Il-mira tal-budget ta' din is-sena hija li jkompli jitnaqqas l-iżbilanċ u fil-fatt, sena wara l-oħra lil dan l-iżbilanċ qed narawh jonqos, u skond il- pjan imfassal, dak li kien maħsub li jintlaħaq fis-2004, se jintlaħaq fis- sena d-dieħla.", "Sur President, filwaqt li qed naħdmu fuq dawn iż-żewġ oqsma, m'aħniex qed nixxaħħu ma' min jiflaħ l-anqas.", "Dan narawh rifless mhux biss f'dawn l- estimi tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, imma anke fl-oqsma ta' l- edukazzjoni, tas-saħħa u oħrajn.", "Il-miri tagħna m'aħniex nilħquhom a skapitu tan-nefqa soċjali, għax kull sena din qiegħda dejjem tiżdied, għall- kuntrarju ta' dak li taw lil wieħed x'jifhem dalgħodu l-membri ta' l- oppożizzjoni.", "Mr Chairman, fil-politika ma nistgħux inkunu fatalisti, bħalma kienu d- diskorsi ta' dalgħodu tal-membri ta' l-oppożizzjoni, imma jinħtieġ li nkunu l-ħin kollu b'saqajna ma' l-art u konxji ta' x'inhuma l-bżonnijiet ta' dawk li jistgħu jkunu qed jaqgħu lura.", "Hemm bżonn li nipprovdu servizzi personalizzati, iżda li fl-istess ħin m'għandniex inkunu individwalisti.", "Irridu nipprovdu servizzi li jkunu verament jirrispondu għall-bżonnijiet reali ta' kull individwu.", "Aħna nemmnu fis-solidarjeta`, u nemmnu wkoll li kull wieħed u waħda minna huwa responsabbli għal xulxin.", "Proprju għalhekk irridu nkomplu naħdmu bla heda biex niżguraw li jinqatgħu l-abbużi mit-taxxa, mill-VAT u mill-benefiċċji soċjali.", "Il-mentalita` li l- benefiċċji soċjali qegħdin hemm biex jieħu minnhom kulħadd, trid tinqata'.", "Il-benefiċċji soċjali qiegħdin hemm għal min għandu tassew bżonnhom, għax inkella, jekk kulħadd jieħu indaqs, kemm min għandu bżonn kif ukoll min m'għandux, x'benefiċċju soċjali jkun?", "Min jabbuża mill-benefiċċji soċjali jkun qed jiekol minn ħalq dawk li l-aktar għandhom bżonn ta' l-għajnuna tagħna, u jkunu qed inaqqsu l-possibilita` li jittieħdu miżuri oħra ta' appoġġ.", "Sur President, l-oppożizzjoni lil dan il-budget tatu ħafna aġġettivi, fosthom li dan kien budget vojt, budget ta' traxxix tal-bżar u budget ta' elezzjoni.", "Issa wieħed irid jiddeċiedi dan x'budget hu, jekk hux vojt jew inkella ta' elezzjoni.", "Kif jista' l-partit Laburista jgħid li dan huwa budget ta' l-elezzjoni meta l-iktar qasam li qed jittieħed bis-serjeta` huwa proprju l-qasam ta' dawk li m'għandhomx vot, jiġifieri it-tfal, b'mod partikolari dawk li tabilħaqq għandhom bżonn ta' appoġġ soċjali.", "Hawnhekk qed nirriferi għal dawk it-tfal li intortament isibu ruħhom mingħajr is- sostenn tal-familja tagħhom, jiġifieri t-tfal li jgħixu f'istituzzjonijiet u dawk li huma in foster care.", "Permezz ta' dan il-budget, se tingħata allowance ta' Lm12 fil-ġimgħa għat-tfal li huma fostered u għal dawk li jgħixu fl-istituzzjonijiet.", "Pero' aħna nemmnu li l-cash hand-out biss m'huwiex biżżejjed, u kien proprju għalhekk li ttieħdu inizjattivi oħra, anke permezz ta' l-Aġenzija Appoġġ.", "La qed insemmi lil din l-aġenzija, tajjeb li ngħid li din kienet twaqqfet mill-Partit Nazzjonalista, u tliet snin ilu, meta l-poplu kien reġa' fdalna f'idejna t-tmexxija tal-pajjiż, nistgħu ngħidu li sibna aġenzija moribonda, għax minkejja li l-għan ta' din l-aġenzija hu li taħdem ma' familji u ma' tfal l-aktar fil-bżonn, gvern Laburista mhux talli ma kienx żidilha l-fondi biex tkompli tifrex il-ħidma tagħha, talli kien naqqashomlha b'Lm100,000 biex minn ftit inqas minn Lm400,000 spiċċat b'Lm290,000 biss.", "Dan kien ġara minħabba li l-order of the day tal-gvern Laburista kienet li jqaċċat minn kullimkien, irrispettivament minn fejn.", "Għalhekk aħna fost l-oħrajn konna għedna li l-budget għall-1998 kien wieħed anti-soċjali.", "Fil-fatt, membri fi ħdan l-istess gvern Laburista kienu qalu li l-gvern tagħhom kien tilef il-boxxla soċjali.", "Sur President, l-aġenzija li sibna hekk kif aħna erġajna tlajna fil-gvern ma kellhiex fondi biżżejjed biex tħallas il-pagi tal-ħaddiema, u minkejja li kellha ħafna xogħol x'tagħmel, ma setgħetx timpjega social worker, biex is-social workers li kienu ggradwaw mill-Universita` f'dik is-sena, kellhom ifittxu xogħol differenti mil-linja tagħhom.", "Fl-1998, sibna aġenzija b'ħafna pjanijiet fuq il-karta li iżda ma setgħux jiġu esegwiti għall- benefiċċju ta' dawk l-aktar fil-bżonn.", "Bi pjaċir ngħid li llum, is-sitwazzjoni hija differenti ferm.", "Għas-sena li għaddiet, l-Aġenzija Appoġġ ingħatat Lm700,000 u f'din is-sena, dan l- ammont qed jiġi sostnut.", "Permezz taż-żieda fil-fondi, l-Aġenzija Appoġġ setgħet timpjega iktar social workers u b'hekk wessgħet il-firxa tas- servizz tagħha f'kull qasam, fosthom fil-qasam tal-fostering.", "Tliet snin ilu l-Aġenzija Appoġġ kellha biss social worker wieħed biex jaħdem f'dan il- qasam.", "Dan kien ifisser li din il-persuna, minkejja li kellha ħafna ħeġġa, ma setgħetx tiżviluppa dan is-servizz.", "Iktar kmieni għedt li m'huwiex biżżejjed li wieħed jagħti cash hand-outs, imma tajjeb li ngħid ukoll li għalkemm il-foster carers għandhom bżonn ta' sostenn finanzjarju, huma ma jagħmlux foster care biex jingħataw xi allowance.", "Tajjeb li ngħid li l-foster carers għandhom bżonn it-taħriġ u l- appoġġ, kemm għas-serħan tal-moħħ tagħhom stess kif ukoll għall-benefiċċju tat-tfal li jkunu qed jiġu fostered.", "Illum, is-social workers f'dan il- qasam żdiedu minn wieħed għal ħamsa, u b'hekk anke n-numru ta' tfal li jiġu fostered żdied.", "Fejn fl-1996, kienu 26 dawk it-tfal li kienu qed jiġu fostered, illum dan in-numru tela' għal 71.", "Jien nittama li sa l-aħħar ta' din is-sena, dan in-numru jerġa' jiżdied.", "Sur President, dan il-gvern qed jippjana wkoll biex itejjeb u jassigura li jiġu miżmuma l-istandards ta' appoġġ, biex in-numru ta' tfal li jgħixu f'familja minflok f'xi istituzzjoni, jiżdied.", "Hawnhekk ma rridx ninftiehem li qed nuri xi disrispett lejn min imexxi d-djar tat-tfal, anzi minn hawnhekk nirringrazzjahom tas-servizz tajjeb li jagħtu, pero' jkunu huma stess l-ewwel nies li jgħidu li jkun aħjar li t-tfal ikunu in foster care milli jgħixu f'xi istituzzjoni.", "Din il-biċċa xogħol tqum ħafna flus, u għalhekk il-gvern qed jivvota l-fondi għal dan il-għan.", "Servizz ieħor li se jibda' jingħata mis-sena li ġejja, u li l-għan tiegħu hu li l-kwalita' tas-servizzi fid-djar tat-tfal togħla, huwa t-taħriġ li se jibda' jingħata, bi qbil mad-djar tal-knisja, lill-carers u lir-reliġjużi li jieħdu ħsieb lit-tfal.", "Barra minn hekk se jingħata wkoll appoġġ professjonali, minn team ta' social workers, lit-tfal li jgħixu fl- istituzzjonijiet.", "Għar-rigward ta' dawk it-tfal li jinqabdu f'nofs konflitt bejn il-ġenituri tagħhom li jkun għaddejjin minn każ ta' separazzjoni, permezz taż-żieda fil-fondi, l-Aġenzija Appoġġ setgħet tkompli tifrex il-ħidma tagħha permezz taċ-child protection services u permezz tas-social workers, u l-każijiet pendenti li kien hemm, issa qed jiġu tackled.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li f'dan ir-rigward twaqqfu l-court services, li jagħtu għajnuna lil dawk it-tfal li jkollhom jixhdu fil-qorti.", "Qed jingħata wkoll servizz ta' supervised visit, fejn f'każijiet delikati u diffiċli, u kultant anke b'mandat tal-qorti, meta t-tfal ikollhom kuntatt mal-ġenitur li ma jkollux il-kustodja tagħhom, ikunu akkumpanjati.", "La qed insemmi l-Aġenzija Appoġġ, tajjeb li nagħmel riferenza għall-ftuħ mill-ġdid ta' Frate Francesco f'Birkirkara, fejn l-Aġenzija Appoġġ daħlet f'partnership mal-patrijiet Franġiskani biex jingħata servizz residenzjali ta' day-care għas-subien bi problema ta' mġieba ta' bejn it-13 u t-18-il sena.", "Għal dak li jirrigwardja t-tfajliet, kien tnieda l-programm \"Fejda\" u qed ikompli jiġi sostnut.", "Dan is-servizz li beda jingħata ftit tal- ġranet ilu lis-subien, iġib l-isem ta' \"Formula 1\".", "Dan is-servizz seta jingħata proprju għal il-gvern żied il-fondi li jagħti lill-Aġenzija Appoġġ.", "Kieku ma sarx dan, żgur li ma kienx ikun possibbli li dan is- servizz jingħata.", "Illum, bl-inizjattivi li qed jittieħdu, il-ħidma qed tkun immirata iktar lejn servizz kemm jista' jkun personalizzat.", "Sur President, nixtieq li għandi ħin biżżejjed biex nelabora iktar dwar il- ħidma fejjieda li qed tagħmel l-Aġenzija Appoġġ, u dan grazzi għal gvern Nazzjonalista li żied il-fondi ta' din l-aġenzija.", "Jekk dan il-ġest m'huwiex kuxjenza soċjali u ġustizzja soċjali, allura naħseb li hawn min għandu bżonn jixtri dizzjunarju ġdid!", "Mr Chairman, inizjattiva oħra li qed tittieħed f'dan il-budget hija dik li minnha se jgawdu dawk bi problemi ta' saħħa mentali.", "Permezz ta' din l- inizzjattiva, persuni bi problemi ta' saħħa mentali li jirċievu benefiċċju soċjali, issa jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time, biex b'hekk, bil-flus li jaqilgħu u bil-benefiċċju soċjali li jinagħtalhom, almenu jlaħħqu sal- minimum wage.", "Qabel, dawn il-persuni ma kienux joħorġu jaħdmu għax jekk jagħmlu hekk kienu jitilfu l-benefiċċji soċjali, jiġifieri dawn in-nies kienu qed jinżammu lura.", "Issa, permezz ta' din il-miżura, persuni b'dan it- tip ta' problemi se jkunu jistgħu jaħdmu kemm jifilħu, filwaqt li jibqgħu jingħataw il-benefiċċju soċjali.", "B'hekk, il-kwalita` tal-ħajja tagħhom se titjieb u l-piż fuq il-familji tagħhom se jonqos.", "Minbarra dan, ix-xogħol se jservihom ukoll bħala terapija u jkun ta' sodisfazzjon personali, għax minflok iqisu ruħhom bħala piż fuq is-soċjeta`, ikunu qed jagħtu l- kontribut tagħhom.", "Għalkemm hemm numru ta' nies li se jgawdu b'mod dirett minn din l- inizjattiva, ma nistgħux ma nsemmux is-sostenn li l-gvern jagħti lir- Richmond Foundation, biex din tagħti s-servizzi tagħha fil-komunita`.", "Grazzi għall-partnership li hemm ma' l-ETC, il-persuni bi problemi ta' saħħa mentali qed jinstabilhom xogħol u iktar minn hekk, qed jirnexxielhom iżommu dak l-impjieg, filwaqt li l-partnership li hemm mal-housing authority qed jgħin biex jipprovdi lil dawn in-nies akkomodazzjoni fil- komunita`, biex dawn jgħixu ħajja kemm jista' jkun indipendenti, anke bl- għajnuna tas-social workers.", "Dawn l-inizjattivi ma jinkludux il-Lm75,000 li ġew ivvotati għall-ministeru tas-saħħa biex dan min-naħa tiegħu jagħti taħriġ f'forma ta' xogħol bi ħlas lil dawk li qegħdin għall-kura fl-isptar Mount Carmel.", "Sur President, nixtieq issa nagħti ħarsa lejn is-servizzi li qed tagħti l- aġenzija Sedqa fil-qasam tad-dipendenzi li jinkludu l-alkoħol, id-drogi u l- logħob ta' l-azzard.", "Tajjeb li ngħidu li l-ispiża tal-gvern għas-sena 2001, jiġifieri l-fondi li jingħataw lis-Sedqa, lill-Caritas, lill-kummissjoni nazzjonali dwar l-abbuż mid-drogi, mill-alkoħol u dipendenzi oħra, u lill- OASI, telgħet għal iktar minn Lm1 miljun, imma minkejja dan, dawn il-flus xorta se jibqgħu jiġu sostnuti.", "Nistgħu ngħidu li f'dawn l-aħħar snin, permezz taż-żieda fil-fondi li ngħatat, l-aġenzija Sedqa setgħet tkompli tikkonsolida u tifrex il-ħidma tagħha f'oqsma fejn ma kien qed jilħaqhom ħadd.", "Per eżempju fil-junior college, fejn jattendu żgħażagħ ta' bejn is- 16 u t-18-il sena, ma kien hemm xejn iffokat fuqhom.", "Illum l-aġenzija sedqa qed tagħmel dan, u fis-sena li ġejja, minbarra li tkompli ssostni l- ħidma tagħha, se tiffoka wkoll fuq it-tisħiħ ta' żewġ inizjattivi oħra, u ċioe` s-servizz ta' outreach f'postijiet ta' divertiment u postijiet li jistgħu jippreżentaw riskju kbir liż-żgħażagħ, u s-servizz għal dawk bil- vizzju tal-logħob u li riżultat ta' dan iħallu sfreġju kbir fost il-familji tagħhom.", "La qed nitkellem dwar il-qasam tad-dipendenti tajjeb li nagħmel riferenza għall-kummissjoni nazzjonali dwar l-abbuż minn droga, alkoħol u dipendenzi oħra.", "Il-mira li rnexxielha tilħaq din il-kummissjoni matul l-aħħar sena kienet li għall-ewwel darba f'diversi snin, l-aġenziji kollha, kemm dawk governattivi kif ukoll l-NGOs, bdew jikkooperaw u taw l-istatistika tagħhom lill-kummissjoni, biex b'hekk din tkun tista' tagħti stampa reali ta' x'qed jiġri f'dan il-qasam.", "F'pajjiżna kien hawn snin twal fejn kulħadd kien itella' u jniżżel iċ-ċifri skond kif jaqbillu, u għalhekk issa, b'dan li sar, nistgħu nippjanaw u nilqgħu għal dak li verament ikun qed jiġri f'dan il-qasam.", "Il-kummissjoni qed tniedi wkoll studju xjentifiku dwar in-natura u l-firxa ta' din il- problema, u din il-ħidma trid tkompli tixprunana biex inkunu dejjem iktar effiċjenti u effettivi f'dak li nagħmlu.", "Mr Chairman, se mmur ftit ġimgħat lura fejn f'din l-istess Kamra assistejna għall-kritika li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-konfront tal-gvern, fejn skond hu, fi żmien amministrazzjoni Laburista kien hemm min jieħu ħsieb lil dawn l-aġenziji, u allura dan il-gvern qed jirdoppja x-xogħol.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-gvern ma jistax jabdika mid-dmir li jipprovdi servizz ta' kwalita` għal dawk li jsibu ruħhom f'ċerti diffikultajiet, pero' m'hemmx dubju li l-gvern jemmen li l-għaqdiet volontarji huma element kruċjali fl-iżvilupp tas-soċjeta` tagħna.", "M'hemmx dubju li f'ċerti każi, dak li jistgħu jagħmlu l-NGOs ma jistax jagħmlu l-gvern.", "Huwa proprju għalhekk li mis-sena li ġejja, il-gvern se jżid il-fondi li jingħataw lill-NGOs.", "Huwa qarrieq li wieħed isemmi NGO waħda li ma ħaditx daqs kemm talbet u fl-istess ħin ma jgħidx li dan il-vot kważi rdoppja fuq dak ta' gvern Laburista.", "B'dan li ntqal setgħet ingħatat l-impressjoni li dan il-gvern jiġi jaqa' u jqum mill-NGOs, meta il-verita' hija ħafna 'il bogħod minn hekk.", "Matul din l-aħħar sena kienu vvotati iktar minn Lm700,000, u dan minbarra li l-gvern baqa' jgħin finanzjarjament tramite sorsi oħra, bħalma huma l- ministeru tal-finanzi, il-ministeru ta' l-edukazzjoni, il-ministeru ta' l- intern u l-ministeru tas-saħħa.", "Barra minn hekk, dan li semmejt ma jinkludix l-għajnuna li ħadu l-NGOs permezz ta' partnerships għax-xogħol li għamlu magħhom l-ETC u l-housing department fost oħrajn.", "Jekk insemmi l-ETC biss nista' ngħid li din qiegħda f'partnership ma' l-Eden Foundation, mal- Fondazzjoni Arka, mar-Richmond Foundation, mal-Caritas u ma' l-Istituto Paolo Frier fiż-Żejtun.", "Sur President, dawn huma kollha flus li għalkemm ma jingħatawx direttament mill-ministeru għall-politika soċjali, xorta huwa l-gvern li qed joħroġhom.", "Allura lil dawn għaliex ma nsemmuhomx?", "Għalfejn għandna nagħtu stampa sewda tas-sitwazzjoni reali?", "Mr Chairman, mod ieħor ta' kif il-gvern jgħin lill-NGOs huwa billi jipprovdi ħaddiema tas-servizz pubbliku biex jgħinu lil dawn l-NGOs fix- xogħol tagħhom.", "Din hija wkoll għajnuna li ma tidhirx, pero' li xorta qed tingħata mill-gvern.", "Irrid nagħmilha ċara li r-relazzjoni bejn il-gvern u l- NGOs trid tkun waħda ta' sħubija u mhux waħda ta' dipendenza, għax jekk l- NGOs isiru dipendenti fuq il-gvern, allura ma jibqgħux NGOs.", "L-NGO għandha isimha magħha, u ċioe` organizzazzjoni li trid tibqa' bl-indipendenza u bil- kariżma tagħha.", "Anke f'dan ir-rigward, għaliex il-gvern għandu għal qalbu lil dan is- settur, imur oltre mill-cash hand-outs.", "Per eżempju l-ministeru għall- politika soċjali qed jinvolvi lill-NGOs f'diversi bordijiet, kummissjonijiet u awtoritajiet pubbliċi bil-għan li filwaqt li dawn l-NGOs, kif għedt, iżommu l-indipendenza u l-kariżma tagħhom, fl-istess ħin ikollhom iċ-ċans li jikkontribwixxu b'mod dirett fit-teħid tad- deċiżjonijiet.", "Kien proprju dan li ispira lill-gvern biex iwaqqaf il- kummissjoni tas-soċjeta` ċivili fi ħdan il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "Ħidma oħra siekta li ma tantx nisimgħu dwarha hija dik li l-Ministeru għall- Politika Soċjali għamel ma' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika, u ċioe` ix-xogħol intensiv li sar biex jitlesta l-ewwel inventarju tas-settur tal-volontarjat soċjali, li se jkun pubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.", "M'hemmx dubju li dan l- inventarju se jkun utli ferm meta naslu biex nippreżentaw u nibdew inħaddmu l-leġislazzjoni li tirregola l-għaqdiet volontarji u għaqdiet oħra.", "Jien nittama li din il-liġi ma ddumx ma tibda tiġi diskussa f'dan il-parlament.", "Mr Chairman, f'dan l-intervent xtaqt insemmi ħafna affarijiet oħra imma l- ħin ma jippermettix.", "Nagħlaq billi nsellem lil kull min qed jagħti sehmu fil-qasam ta' l-appoġġ soċjali, jiġifieri d-dipartiment, l-aġenziji, l- NGOs, il-Knisja.", "Jien nemmen li f'qasam daqshekk importanti, kulħadd irid jagħti sehmu.", "Irrid nirrikonoxxi li l-ħidma li qed issir, li hija mmirata lejn it-tisħiħ tal-bniedem bis-solidarjeta`, hija intensa ħafna u trid tibqa' tiġi aġġornata kuljum.", "Sur President, b'wiċċna minn quddiem ngħidu li dan il-budget huwa tassew maħsub biex isaħħaħ lill-bniedem, isaħħaħ ir-rabtiet ta' bejnietna u b'hekk isaħħaħ ukoll lil pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, bħalma qalet il-kelliema ta' qabli, jien ukoll dalgħodu għaddejt tliet sigħat nisma' lill-membri ta' l- oppożizzjoni jitkellmu dwar il-vot tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, u nista' ngħid li mhux \"L'Inferno\" ta' Dante biss smajna, imma anke \"Paradise Lost\" ta' Milton, għax ix-xenarju li pinġew għall-perijodu ta' wara l-1998 kien wieħed bla dawl u bla nifs, imma meta ġew biex jitkellmu fuq dak li \"għamlu\" bejn l-1996 u l-1998, qalu li kull ħsieb, kull xewqa u kull pjan kienu ġew imwettqa.", "Illum il-ġurnata aħna drajna li min-naħa ta' l-oppożizzjoni, rari naqilgħu xi prosit.", "Fil-fatt, fir-rigward tal-vot għall-Ministeru għall-Politika Soċjali, l-unika ħaġa pożittiva li ssemmiet mill-oppożizzjoni kienet l- allowance għall-foster carers.", "Minbarra dan, ma ntqal xejn li jista' jittieħed bħala kumment pożittiv.", "Xi kultant iżżellqet ukoll il-frażi \"ġustizzja soċjali\", u naħseb li hawn ta' min naraw eżattament x'qed nifhmu b'din il-frażi, li nitkellmu ħafna dwarha.", "Għalkemm aħna ngħidu li kull bniedem għandu dritt għall-ġustizzja soċjali, irridu nifhmu li biex kull bniedem realment, u mhux biss bil-paroli, ikollu dan id-dritt, kulħadd irid iwettaq id-dmirijiet tiegħu.", "Kull wieħed u waħda ngħixu f'soċjeta`, u għalhekk għandna obbligi u dmirijiet lejn kulħadd, li jekk nonqsu milli nwettquhom, inkunu qed inpoġġu d-drittijiet ta' ħaddieħor f'riskju li jiġu abbużati.", "Min-naħa l-oħra hemm l-istat, li l-istess bħalna, għandu d-dmir li jara li l-ġid tal-pajjiż jitqassam b'ġustizzja soċjali u fuq kollox jiżgura li dan il-ġid jitqassam fost min l-iktar li għandu bżonn, u li ma jintefax piż fuq xi ħadd li ma jkunx jiflaħ iġorru.", "Mr Chairman, irridu nagħrfu wkoll li kull abbuż mill-benefiċċji soċjali m'hu xejn għajr serq.", "Aħna nużaw il-kelma \"abbuż\" pero` fil-verita`, dak li jsir huwa serq, għax litteralment ikun qed jinsteraq dak li jista' jingħata lil min jinsab f'qagħda li tkun batuta jew imwiegħra għax ikun qed jerfa' piż ikbar minn dak li jiflaħ iġorr.", "Jien naħseb li kultant aħna ninsew x'inhu l-iskop tas-sistema tas-sigurta` soċjali.", "L-għan ewlieni tas-sigurta` soċjali hu l-ħolqien ta' xibka li tipproteġi lil dawk li huma l-iktar vulnerabbli jew li qegħdin f'qagħda mwiegħra, ibatu minn xi mard, għandhom bżonnijiet speċjali, huma kbar fl- eta`, għandhom nuqqas ta' finanzi jew għandhom problemi soċjali u familjari li jnaqqsulha mill-kwalita` tal-ħajja li jgħixu.", "Is-sigurta` soċjali, kif qalet tajjeb l-Onor.", "D'Amato, ma tingħatax biss f'forma ta' għajnuna finanzjarja imma tingħata wkoll taħt il-forma ta' servizzi u appoġġ biex kemm jista' jkun ma jkunx hawn min jaqa' 'l isfel mil-linja tal-faqar, li hija relattiva u tvarja mhux biss minn parti għal oħra tad-dinja imma anke bejn żew pajjiżi ġirien.", "In-nefqa tal-pajjiżi fis- sistema tas-sigurta' soċjali tvarja minn wieħed għall-ieħor.", "Per eżempju l- pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jallokaw madwar 25% tal-GDP annwali tagħhom għas-settur tal-protezzjoni soċjali, li jinkorpora fih bosta oqsma.", "Sa ftit ilu, f'Malta kien hawn sistema ta' servizzi soċjali pjuttost frammentata, mifruxa fuq bosta ministeri u dipartimenti, fejn dipartiment ma kienx ikun jaf x'kien qed jagħmel id-dipartiment l-ieħor.", "Kien madwar sentejn ilu, preċiżament bejn l-1999 u l-2000, meta s-social security review f'daqqa waħda ħarġet fil-beraħ il-fatt li ċerti abbużi kienu rampanti.", "Per eżempju bosta nies kienu qed igawdu minn numru esaġerat ta' benefiċċji soċjali.", "Ir-review wera li kien hawn madwar 3,600 persuna li kienu qed igawdu minn ħames benefiċċji soċjali, aktar minn 230 persuna li kienu qed jingħataw sitt benefiċċji soċjali differenti u saħansitra kien hemm numru żgħir ta' niex li kienu jgawdu minn tmien benefiċċji soċjali, u għalhekk id-dħul tagħhom kien qed ikun ħafna ikbar mil-livell aċċettabbli.", "Għalkemm dawk il-persuni li kienu jgawdu minn numru esaġerat ta' benefiċċji soċjali ma kienux intitolati għalihom kollha, kien faċli għalihom li jagħmlu dan għax fis-sistema kien hemm ħafna loop holes u kif għadni kif għedt, dipartiment ma kienx ikun jaf x'qed jagħmel dipartiment ieħor.", "Ir-review uriet ukoll l-ironija li toħroġ minn sistema tajba ta' sigurta` soċjali, u ngħidu x'ngħidu, is-sistema ta' pajjiżna hija pjuttost tajba, speċjalment meta wieħed iqis li s-servizzi mediċi u edukattivi jingħataw bla ħlas.", "Pero' dejjem tibqa' l-ironija – u din dehret anke f'pajjiżi li għandhom sistema ta' sigurta` soċjali tajba – li l-benefiċċji soċjali jafu jservu ta' disinċentiv biex iċ-ċittadini joħorġu jaħdmu, għax per eżempju kap ta' familja bit-tfal kważi kważi jaqbillu jgħix minn fuq il-benefiċċji soċjali milli jmur jaħdem b'paga minima.", "Fil-fatt f'Malta kien hawn bosta familji li skoprew li kien jaqblilhom jagħmlu hekk.", "Is-sistema tas-sigurta` soċjali ta' pajjiżna ma toffrix biss għajnuna biex ittejjeb il-ħajja ta' dawk li jsibu ruħhom f'ċirkostanzi koroh, imma qiegħda hemm ukoll biex ittejjeb l-istandard of living ta' familji li bl- ebda mod ma huma viċin il-poverty line.", "Per eżempju ċ-children allowance tingħata lil familji li d-dħul tagħhom bl-ebda mod ma jista' jissejjaħ baxx, għax is-ceiling ta' Lm10,000 huwa relattivament għoli, u fil-fatt, fis-sena 200 kien hawn aktar minn 40,000 familja li bbenefikaw miċ-children allowance.", "Il-konsulent finanzjarju li kien ġie f'Malta bejn l-1997 u l-2000, kien ta parir lill-gvernijiet biex jaqtgħu l-abbuż, għax il-frodi fis-sistema tas- sigurta` soċjali kienu rampanti, u biex jissikkaw il-parametri ta' l- eliġibilita`, per eżempju għall-benefiċċji soċjali bħalma huma ċ-children allowance.", "Mr Chairman, f'din il-Kamra spiss nitkellmu dwar welfare sostenibbli, dwar kif pajjiżna se jibqa' jiflaħ jagħti benefiċċji soċjali fis-snin li ġejjin, f'ċirkostanzi li kulħadd jaf x'inhuma, u b'welfare gap kbir.", "Il-gvern Nazzjonalista jagħraf li f'pajjiżna teżisti problema ta' sostenibilita`.", "Ħaddieħor, ftit tas-snin ilu, insista li l-problema ta' pensjonijiet m'għandniex għalfejn inħarsu lejha llum.", "Rajna wkoll, sfortunatament, headlines, għalija oxxeni, f'gazzetti li mill-ewwel ħarġu bl-għajta li l- pensjonijiet kienu se jitnaqqsu, artikli li nkitbu biex idaħħlu biża' f'settur tal-popolazzjoni li huwa vulnerabbli.", "Għalija dan huwa aġir assolutament inaċċettabbli.", "Jekk inħarsu lejn ir-rapport interim li ppubblikat il-kummissjoni għar- riforma tal-ħarsien soċjali aktar kmieni din is-sena, naraw li għalkemm il- pensjonijiet jirrappreżentaw 60% tal-welfare gap, hemm fatturi u benefiċċji oħra li qed jikkontribwixxu għall-welfare gap eżistenti.", "Dan ir-rapport jgħid li s-sitwazzjoni titlob, fost ħwejjeġ oħra, ġlieda kontra l-abbuż tal- benefiċċji soċjali u ġlieda kontra l-ekonomija sewda.", "Fil-fatt il-ġlieda bdiet.", "Tajjeb li nagħmluha ċara mill-ewwel li min kellu dritt għall-benefiċċju, id- dritt baqa' hemm, u fil-vot għal din is-sena hemm biżżejjed għal kull min għandu dritt għall-benefiċċju.", "Pero' f'Jannar li għadda bdew isiru l- investigazzjonijiet.", "Nirrepeti li dan ma sarx biex il-gvern jtiffranka l- flus billi jnaqqas in-numru ta' benefiċċjarji, imma sar biex jiżgura li l- benefiċċji jingħataw lil dawk li l-iktar li għandhom bżonnhom.", "Niftakru l- kritika li kienet saret mill-oppożizzjoni Laburista għat-tħaddim ta' din is- sistema ta' investigazzjonijiet.", "Kien hemm min qal li l-gvern ħa dan il- pass biex jiċħad lil ċerti persuni minn benefiċċji li għandhom dritt għalihom.", "Għalkemm kulħadd jaf li dan m'huwiex minnu, intqal hekk biex isir kapital politiku mill-eżerċizzju li kien qed jagħmel il-gvern.", "Sur President, dalgħodu smajna lill-membri ta' l-oppożizzjoni jgħidu li huma bl-ebda mod ma jaqblu ma' l-abbuż.", "Jien m'għandi l-ebda dubju dwar dan. hawn ġew ħadd ma jaqbel ma' l-abbuż, pero' mbagħad wieħed irid juri dan bil-fatti, mhux biss bil-paroli.", "Sfortunatament, ċerta kritika li saret minn membri tal-partit Laburista naqqset il-kredibilita` ta' l- oppożizzjoni dwar kemm din hija verament kontra l-abbuż.", "Aħna lkoll ngħidu li aħna favur it-tqassim ġust tar-riżorsi li għandna, u nirrepeti li dwar dan m'għandi l-ebda dubju, imma meta l-gvern beda dan l-eżerċizzju ta' investigazzjonijiet, kienu qamu l-irwiefen kollha.", "Niftakru l- allegazzjonijiet u l-kummenti li kienu saru bl-intenzjoni li jitfu l-lat pożittiv ta' dan l-eżerċizzju.", "L-Onor.", "Gonzi darba kien qal li hu bl-ebda mod ma kien qed jagħmel xi witch- hunting, imma kien sempliċiment qed jagħmel eżerċizzju biex jara li s- sistema taħdem b'mod ġust.", "U s-sistema x'urietna?", "Mill-istudji kollha li saru sibna li eluf kbar ta' nies kienu qed jinsew iniżżlu d-dħul ta' l- interessi mill-flus li kellhom fil-bank.", "Madwar 10,000 applikant, jiġifieri 25% ta' dawk kollha li kienu jibbenefikaw miċ-children allowance, taw dikjarazzjonijiet inkompleti.", "Fil-fatt dawn kienu naqsu milli jiddikjaraw iktar minn Lm5 miljun f'interessi, jiġifieri naqsu milli jgħidu li bejniethom kollha kellhom madwar Lm100 miljun fil-bank, u ċioe` medja ta' Lm10,000 kull wieħed.", "Jien naħseb li mhux ta' b'xejn li l-Ministru qal Ii kellu jibgħat iċ-ċifri kollha lura għal double checking għax ma setax jemmen li kienu korretti!", "Biex ngħid il-verita`, jien naċċetta li kien hemm min ġenwinament ma kienx jaf li fl-applikazzjoni għaċ-children allowance, kellu jniżżel l-interessi li jieħu mill-flus li kellu fil-bank għax ħaseb li peress li kien iħallas 15% witholding tax, kien awtomatikament eliġibbli għal din l-allowance, imma li kienu 10,000 dawk li ma kienux jafu li kellhom jagħmlu dan, meta l- applikazzjoni tagħmilha ċara li jrid jitniżżel kull dħul, hija daqsxejn diffiċli biex wieħed jemminha.", "14% minn dawn kienu jibbenefikaw mill-allowance supplimentari, li suppost tingħata lil dawk li jkun qed imissu mal-poverty line, pero` dawn dawn ukoll ma ddikjarawx l-interessi li jdaħħlu mill-flus li għandhom il-bank, għal total ta' Lm1,600,000, jiġifieri bejniethom, dawn in-nies li suppost qegħdin imissu mal-poverty line, kellhom madwar Lm33 fil-bank.", "Minbarra l- allowance supplimentari, kważi 2,000 minn dawn il-benefiċċjarji jieħdu l- għajnuna tal-mard, 250 minnhom jieħdu l-għajnuna tad-diżimpjieg, aktar minn 200 li jieħdu pensjoni ta' l-eta`, 186 jingħataw assistenza soċjali u 40 persuna jieħdu l-benefiċċji tal-qagħad speċjali.", "Iċ-ċifra globali ta' dawk li għamlu dikjarazzjonijiet inkompleti qabżet l-Lm14,000,000, li m'huwiex ammont żgħir.", "L-investigazzjonijiet, kif għedt, bdew f'Jannar tas-sena li għaddiet u l- ewwel li ġew investigati kienu dawk li kellhom l-ogħla somma ta' dħul mhux iddikjarat, u għalhekk intalbu jroddu lura l-flus żejda li kienu ħadu.", "Dawk li ma kienux ħadu iżjed minn Lm100 żejda, ma ntalbu xejn lura, waqt li dawk li kienu jingħataw allowance supplimentari meta ma kellhom dritt għaliha, iridu jroddu lura 30% taż-żejjed li ħadu mill-1998 'l hawn.", "It-total savings ta' dan l-eżerċizzju huwa ta' madwar Lm2,500,000, pero' ċ-ċifra li nġabret lura għadha ferm iżgħar minn din.", "Mr Chairman, ħadd ma jista' jgħid li dawn il-flus qed jiġu ffrankati, għax qed jintużaw f'servizzi u f'benefiċċji oħra, bħal per eżempju l-benefiċċju li se jingħata lill-foster carers.", "Fis-seduta ta' dalgħodu smajt lill-membri ta' l-oppożizzjoni jitkellmu dwar persuni li tilfu xi benefiċċji soċjali, bħal dawk li nqatgħu minn fuq ir- reġistru tax-xogħol meta ma kellhomx għalfejn jinqatgħu għax ma kienux jifilħu għax-xogħol li kienu jingħataw.", "Id-diskors min-naħa ta' l- oppożizzjoni sar b'ċerta aggressivita`, qisu l-gvern irid isallab lil xi ħadd.", "Jien nista' nifhem li lkoll kemm aħna jiddispjaċina għal dawk in- nies li ntlaqtu ħażin u kienu border line, imma sfortunatament, kull eżerċizzju li juża s-sistema ta' cut-off dejjem jolqot ħażin faxxa dejqa ta' nies.", "Din bħal kwestjoni tad-dħul għall-ewwel darba fl-iskejjel primarji, fejn il-cut-off day hija l-31 ta' Diċembru, u għalhekk min twieled fl-1 ta' Jannar ikollu jistenna sena oħra biex jibda jmur fl- iskola.", "Imma sistemi bħal dawn dejjem se jolqtu ħażin li xi nies, u ma jistax ikun li per eżempju, biex min twieled fl-1 ta' Jannar jibda l-iskola ma' min twieled sal-31 ta' Diċembru, il-cut-off day tiġi estiża sal-15 ta' Jannar, għax imbagħad, flok igerger min twieled fl-1 ta' Jannar se jibda jgerger min twieled fis-16 ta' Jannar.", "Irrid ngħid li iva, jien iltqajt ma' bosta nies li kienu border line u nqatgħulhom xi benefiċċji soċjali, u ppruvajt nara nistgħux insibu mezz kif naraw dawn il-każi b'mod individwali u nsibu rimedju, pero` intqal lili li mal-liġi ħadd ma jista' jiċċajta, għax jekk tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta' persuna partikolari u ta' persuna oħra le, il-problemi se jkomplu jiżdiedu.", "Mr Chairman, wasalt biex nagħlaq dan l-intervent pero' xtaqt nappella biex noqogħdu attenti lil min ngħidu \"miskin\" u \"jaħasra\", għax dawk in-nies li ma ddikjarawx l-interessi kbar li kienu qed idaħħlu mill-flus li kellhom il- bank u dawk li d-dħul annwali tagħhom huwa ta' iktar minn Lm10,000, ma naħsibx li huma wisq imsieken u fuq kollox qegħdin ħafna u ħafna 'il bogħod mill-poverty line.", "Jiena nammetti li meta persuna tintalab trodd lura somma ta' flus, din tieħu xokk u jinħolqulha ħafna diffikultajiet.", "Hawnhekk m'iniex se nidħol fl-argument ta' jekk id-dikjarazzjonijiet inkompleti li saru kienu intenzjonati jew le, pero` ma nemminx li l-gvern kellu jħalli kollox għaddej u ma jagħmel xejn dwar il-flus żejda li kienu ngħataw.", "Kieku sar hekk, dawk in-nies li kienu qed jiksru l-liġi kienu jkomplu jagħmlu hekk mingħajr xkiel ta' xejn, għad-detriment ta' min ikun jobdi l- liġi.", "Hija sfortuna li aħna nħarsu lejn min ikun kiser il-liġi bħala l-vittma, għax fir-realta`, il-vittma veru huwa dak li jħares il-liġi u minħabba f'hekk iġorr il-piż ta' ħaddieħor.", "Per eżempju dalgħodu l-oppożizzjoni tkellmet dwar il-każ ta' armla li ntalbet biex trodd lura Lm6,000, u jiena ngħid iva, Lm6,000 m'hijiex somma żgħira, u barra minn hekk huwa veru li d- dipartiment żbalja għax dam ħafna biex irranġa s-sitwazzjoni, pero' l- persuna in kwestjoni la hi timidi u lanqas stupida, ma tistħix u kapaċi tiġġieled għad-drittijiet tagħha.", "Din il-persuna sa mill-bidu kienet taf li qed tieħu ammont ta' flus li ma kinetx intitolata għalih, allura setgħet tirrimedja s-sitwazzjoni mill- ewwel.", "Din l-armla kienet taf mill-ewwel li xi darba jew oħra, kien se jkollha trodd lura somma flus, allura issa tard wisq biex toqgħod tilagħbha tal-vittma.", "Mr Chairman, issa nistgħu ngħidu li kulħadd jaf li spiċċa ż-żmien fejn nistgħu nilagħbu mad-dipartiment tas-servizzi soċjali.", "Il-fondi qegħdin hemm biex kif diġa' għedna kemm-il darba, imorru għand min għandu l-iktar bżonnhom.", "Barra minn hekk, irridu naraw li l-ħidma li ssir tkun mill-iktar effiċjenti, biex żbalji bħal dak li sar fil-konfront ta' din l-armla, jiġu eliminati.", "Fil-fatt, il-mission statement tad-dipartiment jgħid li l- benefiċċji soċjali għandhom jinħadmu kemm jista' jkun malajr, għax ma jistax ikun li l-benefiċċjarji jgħaddu xahrejn jew tliet xhur mingħajr dħul u jispiċċaw jittallbu u jissellfu mingħand ħaddieħor.", "Forsi għal ħafna minnha, huwa diffiċli biex nemmnu li f'Malta hawn nies li ma jkollhomx għaxja ta' lelja fil-but, pero' iva, minn dawn in-nies hawn ħafna, u huwa għalhekk li d-dipartiment se jibda jagħti servizz iktar effiċjenti.", "Sur President, irridu naraw ukoll li meta jsiru xi żbalji, dawn jiġu rimedjati malajr kemm jista' jkun, biex is-somom li jkunu jridu jingħataw lura ma jkunux daqshekk kbar.", "Barra minn hekk irid isir monitoring u evalwazzjoni, u għaldaqstant huwa maħsub li minn Jannar li ġej, jitwaqqaf audit team biex jiċċekkja li l-assessments ikunu nħadmu tajjeb.", "Nistgħu ngħidu li issa, b'sistema kompjuterizzata, suppost li l-iżbalji jkunu ħafna inqas.", "Mill-bidu tas-sena se ssir ukoll amalgamazzjoni bejn iż-żewġ sistemi ewlenin, eżerċizzju li se jiġi jiswa madwar Lm0.25 miljun, li l- għan tiegħu hu li jiġu evitati problemi ta' ħlas żejjed, bil-konsegwenzi negattivi kollha li dan iġib miegħu.", "Dan l-aħħar smajna jingħad li l-kunsilli lokali se jibdew joffru servizzi lir-residenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-benefiċċji soċjali, speċjalment f'dawk il-lokalitajiet fejn m'hemmx uffiċju tas-sigurta` soċjali.", "Id- dokumenti neċessarji għal dawk li jkunu se jirtiraw mix-xogħol se jibdew jintbagħtu tliet xhur qabel, biex sad-data tat-tmiem ta' l-impjieg kollok ikun lest ħalli l-ewwel benefiċċju jinagħtalhom mill-ewwel.", "Mr Chairman, irrid ngħid li se jitwaqqaf call centre fejn persuna tista' ċċempel 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, mingħajr ħlas, biex issib l- informazzjoni kollha personali li tkun tinħtieġ.", "L-inizjattivi biex il- pubbliku jinqeda aħjar se jitkomplew, u grazzi għall-manutenzjoni li saret f'bosta uffiċċji, is-servizz li jingħata lill-pubbliku se jkun dejjem aħjar.", "Il-maġġoranza tan-nies li jirrikorru għand id-dipartiment tas-sigurta` soċjali jkun nies fil-bżonn, nies li jkunu qed jgħixu f'sitwazzjonijiet xejn sbieħ, u għalhekk żgur li l-inqas ħaġa li jkun jonqoshom hija li xi buli li jaħdem fid-dipartiment ikellimhom bl-addoċċ u mingħajr rispett.", "Qed ngħid dan għax ftit taż-żmien ilu kien hemm każ ta' persuna li meta marret f'dan id-dipartiment, kien hemm min qalilha li għal gvern, hi kienet mejta.", "Dan l-aġir huwa assolutament inaċċettabbli, u fil-fatt jien kellimt lil ministru konċernat dwar dan l-inċident u ttieħdu l-passi neċessarji.", "Jien nittama li bħalma għamel id-dipartiment tas-sigurta` soċjali, id- dipartimenti u l-ministeri l-oħra jieħdu l-inizjattiva u jagħtu t-training meħtieġ lil dawk il-ħaddiema li jkollhom kuntatt kontinwu u dirett mal- pubbliku.", "B'hekk is-servizz li jingħata jkun mill-aqwa.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Chairman, f'dan id-dibattitu tal-lejla għadhom kemm tkellmu żewġ membri parlamentari nisa, li kienu ppreparati tajjeb u għamlu diskors studjat.", "Jekk inħarsu madwarna naraw li l- assistant clerk of the House hija mara u waħda mill-kap tad-dipartiment, li qiegħda fost l-esperti, hija mara wkoll.", "Dan huwa ta' sodisfazzjon kbir, għax juri biċ-ċar li l-ugwaljanza bejn is-sessi qed tingħata iktar importanza.", "Fil-fatt huwa tajjeb li wieħed jgħid li l-abbozz ta' liġi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tlesta, u għandu jgħaddi minn dan il-parlament matul is-sena li ġejja.", "Il-politika ta' gender mainstreaming tista' tiġi definita b'dan il-mod:", "\"The European commission communication on mainstreaming states that mainstreaming involves mobilising all general policies and measures specifically for the purpose of achieving equality by actively and openly taking into account, at the planning stage, their possible effects on the respective situations of women and men.\"", "Il-key words ta' din il-frażi huma \"at the planning stage\".", "Jekk wieħed iħares ftit lejn dak li ġara f'dawn l-aħħar xhur isib li iva, saru sforzi kbar fir-rigward tal-gender awareness fis-settur pubbliku, fejn ingħata taħriġ dwar gender awareness u gender equality lill-uffiċċjali għolja tas-servizz pubbliku.", "Kien hemm gender targets fil-performance management program tas-segretarji permanenti fid-diversi ministeri u ttieħed ukoll pjan ta' azzjoni biex ikompli jsaħħaħ il-pożizzoni tal-gender focal points, li kienu ġew diskussi u deċiżi minn qabel.", "Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, insibu li tul dawn l-aħħar żminijiet, din żdiedet b'mod qawwi.", "Fil-fatt, minn Diċembru ta' l-1998 sal-lum, l-impjiegi f'pajjiżna żdiedu bi 3,000, li żewġ terzi minnhom huma okkupati minn nisa.", "Filwaqt li f'Diċembru ta' l-1999, ir- rata ta' nisa fil-gainfully occupied population kienet ta' 28%, f'Diċembru tas-sena 2000 din telgħet għal 29%.", "Iktar minn hekk, fir-rigward tal-part- time employment bħala l-okkupazzjoni primarja, f'diċembru ta' l-1994 kien hawn kważi 5,000 mara waqt li f'Diċembru tas-sena 2000, din iċ-ċifra telgħet għal iktar minn 11,000.", "Iktar importanti minn hekk huma l-figuri li jirriżultaw mill-Universita`, fejn filwaqt li fl-1988 kien hemm madwar 1,000 mara jattendu l-Universita`, sas-sena li għaddiet din iċ-ċifra kienet taqbeż l-4,000 mara.", "Anke bħala gradwati, filwaqt li fl-1995 iggradwaw madwar 600 mara, fl-1999 kienu iktar minn 1,000 dawk in-nies li ggradwaw.", "Dawn iċ-ċifri juru li llum il- ġurnata, in-nisa qed jipparteċipaw iktar fis-soċjeta` u saħansitra qed jiksbu pożizzjonijiet determinanti.", "Jekk wieħed iħares lejn l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fis- sena li għaddiet isib li ġew eletti 32 mara.", "Iktar minn hekk, il- persentaġġ tan-nisa li għandhom post f'bordijiet u kumitati governattivi, minn 17% fl-1999, fis-sena 2000 dan tela' għal 18%.", "Ovvjament, dan il- proċess huwa gradwali, pero' l-indikaturi kollha juru li kollox miexi sew.", "Fir-rigward tal-bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet fuq il-post tax-xogħol u fil-familja, tajjeb li ngħid li l-liġi taċ-CERA ġiet riveduta u sar ċertu tibdil li żgur se jgħin ħafna f'dan ir-rigward.", "Per eżempju l-uffiċċjali pubbliċi li jikkwalifikaw għal ħatra f'xi pożizzjoni waqt li jkunu fuq leave ta' maternita` jew parental leave, xorta se jingħataw il-ħatra tagħhom, anke jekk ma jkunux f'pożizzjoni li jerġgħu lura għax-xogħol fil- perjodu ta' validita` tal-ħatra.", "Dan huwa mportanti għax waħda mir- raġunijiet għaliex jiġi argumentat li f'pajjiżna, in-nisa jitħallsu inqas mill-irġiel, għall-istess xogħol, hija propju dik li minħabba n-natura tagħhom, in-nisa jridu jwelldu t-tfal ġewwa familja.", "Sfortunatament għad hawn ukoll min jaħseb li t-trobbija tat-tfal hija kompitu tan-nisa, meta fil-fatt din taqa' taħt ir-responsabbilta` taż-żewġ ġenituri.", "Mr Chairman, qed nikkwota l-labour force survey ta' Marzu ta' din is-sena, li jgħid li b'mod ġenerali, il-paga medja għall-irġiel hija ta' Lm5,027 filwaqt li dik tan-nisa hija ta' madwar Lm3,972.", "Għalhekk huwa mportanti li iva, meta n-nisa joħorġu fuq parental leave, il-promozzjonijiet li jkun jistħoqqilhom xorta jingħatawlhom.", "Tajjeb li ngħid li wieħed irid jinċentiva lill-irġiel biex huma wkoll jerfgħu r-responsabbilta`tat-trobbija ta' uliedhom, għalhekk, anke l-irġiel li joħorġu fuq parental leave m'humiex se jiġu żvantaġġati f'dak li għandu x'jaqsam mal-promozzjonijiet.", "Matul is-sena 2000, kien hemm madwar 246 mara u 8 irġiel li għamlu użu mill- benefiċċju tas-sigħat imnaqqsa u r-responsibility leave.", "Proprju dan l- aħħar fil-gazzetti rajna, wara d-diversi taħdidiet li kien hemm bejn il- gvern u l-UĦM fir-rigward tal-maternity leave, li filwaqt li qabel in-nisa kellhom bilfors jieħdu tmien ġimgħat maternity leave qabel it-twelid tat- tarbija u sitt ġimgħat wara, illum, dawk it-tmien ġimgħat ta' qabel it- twelid ma jridux neċessarjament jittieħdu eżattament qabel il-ħlas.", "Barra minn hekk, peress li waqt it-tqala u wara l-ħlas, in-nisa jkun esposti għal xi forma ta' riskju għal saħħithom jew għat-tarbija, jistgħu jingħataw xogħol alternattiv.", "Mr Chairman, kien hemm rivisti, bħal \"Miżuri fis-servizz pubbliku Malti favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u favur I-familja\" li ġew pubblikati biex il-ħaddiema jkunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom, u naħseb li dan kien pass interessanti.", "Saret ħidma intensiva fir-rigward tat-tfassil ta' policy dwar il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol biex din tidħol fil- liġi l-ġdida minflok iċ-CERA.", "Fir-rigward taċ-child care jien naħseb li hawnhekk ukoll qed isir ċertu progress.", "Per eżempju l-ETC toffri kors proprju dwar dan, u barra minn hekk, din il-korporazzjoni pparteċipat fiċ-child care task force.", "Tajjeb li ngħid ukoll li għall- programm li jġib l-isem \"Int ibda negozju tiegħek\", hemm child care facilities biex dawk il-persuni li għadhom it-tfal ikunu jistgħu jattendu għal dan il-kors.", "Sur President, rigward il-vjolenza domestika sar ħafna xogħol, fejn infetaħ ċentru residenzjali ġdid li joffri servizz ta' emerġenza għan-nisa li jisfaw vittmi ta' vjolenza domestika u għat-tfal tagħhom.", "Barra minn hekk jingħata wkoll servizz ta' social worker.", "Ta' min jgħid li dan is-servizz residenzjali huwa intiż għal perjodu qasir, pero' hemm servizz residenzjali ieħor, li sar anke bi ftehim mal-Knisja, li huwa intiż għal perjodi itwal.", "Rigward il-liġi dwar il-vjolenza domestika nnifisha, sar ħafna xogħol biex tiġi finalizzata u ppreżentata f'din il-Kamra, pero' tajjeb li ngħid li din il-liġi ma tistax tiġi mħaddma bl-iktar mod effettiv jekk ma titwaqqafx qorti tal-familja.", "Minn Settembru 2000 sa Awwissu li għadda, ġew rapportati madwar 340 każ ġdid lid-domestic violence unit, u dan minbarra l-157 każ rikorrenti.", "Jien ngħid li huwa tajjeb li l-Aġenzija Appoġġ qed tagħti servizz lill-irġiel li għandhom il-problema li jkunu vjolenti, għax huma inutli li jingħata kenn lill-mara u lit-tfal imbagħad ma jsir xejn biex ir-raġel jiġi mgħejjun jegħleb dan il-vizzju ikrah.", "Fl-opinjoni tiegħi, ix-xogħol li qed tagħmel din l-aġenzija fost l-irġiel b'dan it-tip ta' problemi huwa essenzjali.", "Mr Chairman, se ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-qasam tal-housing, fejn hemm bżonn li niffokaw ftit fuq is-social housing.", "Fl-aħħar mill-aħħar, pajjiżna huwa żgħir, u minħabba l-limitazzjoni ta' l-art, ma nistgħux nagħmlu bħal pajjiżi ikbar minna.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa l-argument prinċipali f'din il-kwestjoni, għax minkejja li f'pajjiżi barranin it- tendenza hi li ma tantx jinbnew postijiet ġodda biex jingħataw għall-kiri lil persuni bi problemi soċjali, aħna rridu noqogħdu attenti.", "Fil-fatt hekk qed nagħmlu, u sa l-aħħar ta' Ottubru kienu nbnew madwar 58 unit li ngħataw lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex dan jgħaddihom lil dawk bl-iktar każijiet soċjali serji.", "F'Novembru imbagħad reġgħu ingħataw 24 unit oħra.", "Dan huwa pass importanti, pero' l-iktar ħaġa mportanti hi li nifhmu li s-social housing qiegħed hemm għall-iktar każi serji.", "Is-social housing ma jistax ikun hemm għal min jiflaħ iħallas.", "Jekk inqabblu pajjiżna ma' Singapore naraw li minkejja li bħala land area, għandu d-doppju tagħna, il-population density hija ħames darbiet iktar għolja minn ta' pajjiżna.", "Filwaqt li f'Singapore, il-gvern jalloka 4% tan- nefqa totali għall-housing, il-gvern Malti jonfoq 8% tan-nefqa tiegħu għal dan il-qasam.", "Irridu ngħidu wkoll Ii filwaqt li f'Singapore, 90% tal- popolazzjoni hija sid ta' darha, f'Malta dan il-persentaġġ huwa ta' 68%.", "Dan ifisser li rridu naħdmu iktar fuq dan il-qasam.", "Jien nemmen li d- differenza ta' 37% bejn li wieħed jixtri post mingħand l-awtorita` tad-djar bi prezz sussidjat u li wieħed jixtri post mingħand il-privat m'hijiex kbira biżżejjed.", "Naħseb li l-pajjiż irid jinvesti iktar biex in-numru ta' nies li jkunu jistgħu jixtru postijiet ġodda u għalhekk ikunu sidien ta' darhom, jiżdied.", "Qed ngħid hekk mhux biss għax nemmen fil-home ownership, kif wara jemmnu ż-żewġ naħat tal-Kamra, imma anke għax nemmen li dan huwa importanti biex bil-mod il-mod jibda jitnaqqas il-bżonn ta' social housing.", "Tajjeb li ngħidu li d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali jikkonċentra fuq l-iktar każi serji.", "Fil-fatt l-income naqas u sar Lm4,000 għal koppja u Lm3,000 għal persuna waħedha, u dan apposta biex wieħed ikun jista' jikkonċentra fuq l-iktar każi serji.", "Minn mindu tneħħew ir-requisitions, kulma għandu x'joffri d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali huma 250 post, pero' minbarra l-kwestjoni tad-dħul finanzjarju rridu nirreferu għal fatturi oħra.", "Illum, minbarra l-faqar finanzjarju jeżistu problemi oħra, problemi soċjali li jistgħu jnaqqsu ċ-ċans li persuna tkun kapaċi tixtri dar.", "Biżżejjed insemmu l-persuni b'diżabilita`, li huma vantaġġjati anke fis-sistema tal-punti li jagħti d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Ovvjament hemm fatturi oħra, fosthom iż-żieda ta' single parent families u ż-żieda fin-numru ta' anzjani, li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed ikunu ta' piż.", "Dan kollu jfisser li fil-futur, il-faqar se jiżdied u l-affordability li persuna tixtri d-dar tagħha jew li tikri b'rati għoljin, se jonqsu.", "Għalhekk huwa tajjeb li nenfasizzaw l-importanza tal-public/private partnership, jiġifieri li jkun hemm programmi fejn flimkien mal-gvern u mal- kunsilli lokali, sidien ta' postijiet vojta jew qodma jkunu jistgħu jirriabilitaw lil dawn il-postijiet biex ikunu available għal min ikun l- iktar fil-bżonn.", "Mr Chairman, il-Ministru għall-Politika Soċjali ħabbar li r-rapport tal- kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-kera ġie finalizzat, u dan bla dubju għandu jgħin biex il-kirjiet l-antiki, li jammontaw għal 80% tal-kirjiet kollha fil-pajjiż, ma jibqgħux taħt il-Lm100 waqt li l-kirjiet ġodda li ġew liberalizzati fl-1996 ma jibgħux għoljin tant li saħansitra jaqbżu n-nofs tad-disposable income ta' familja medja.", "Għalhekk huwa tajjeb li issa li din il-kummissjoni lestiet ir-rapport tagħha, il-proprjetajiet vojta li hawn f'pajjiżna jkunu jistgħu jiġu użati.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, il-partit Nazzjonalista jemmen dak li jgħid u jgħid dak li jemmen.", "Qed ngħid dan għax il-programm elettorali ta' dan il-gvern għall-aħħar elezzjoni kien qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-bniedem jilħaq il-milja tiegħu meta jsib l-opportunita` li jħaddem it-talenti tiegħu b'xogħol li jagħtih sodisfazzjon u li jagħtih livell ta' għajxien għoli kemm jista' jkun.", "Dan il-partit jemmen fid- dinjita` tal-ħaddiem u għalhekk jara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ikunu mhux biss xierqa għalih, iżda jgħinuh jiżviluppa l-potenzjal kollu tiegħu bħala bniedem.", "Bi pjaċir u b'ċertu sens ta' kburija naħseb li bħala partit nistgħu ngħidu li dan il-kredu wettaqnih, b'mod partikolari fil-ministeru tal-politika soċjali, matul dawn l-aħħar 12-il xahar.", "Qed ngħid dan għax il-Viċi Prim Ministru tani l-fakulta` u l-awtorizzazzjoni li nħabbar li l-gvern, proprju bħalissa qed jistampa l-white paper, li se tiġi allura pubblikata fi ftit ġranet oħra, possibilment anke din il-ġimgħa stess, dwar l-att ta' relazzjonijiet ta' l-impjieg f'pajjiżna.", "Ilna nisimgħu u nħambqu snin kbar dwar il-bżonn immedjat ta' bidla fiċ-CERA u fl-industrial relations act.", "Wasal il-mument tal-prova, u naħseb li din il-white paper, li hija voluminuża, se jkun fiha emendi importanti u radikali għall-qafas leġislattiv kif nafuh sal-lum.", "Fost oħrajn, l-iskop hu li jkun hemm żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, ikun hemm użu sħiħ tar-riżorsi umani kollha u jiġu mwettqa d-diversi drittijiet li joħorġu mid-49 direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, li jitrattaw intimament il-varjeta` sħiħa ta' aspetti tal-leġislazzjoni tax-xogħol, fosthom is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "X'inhu ħaddiem jekk is-sigurta` fuq il-post tax-xogħol tiegħu ma tkunx imħarsa?", "Għalfejn l-Unjoni Ewropea?", "Għalfejn din l-għajn li minnha qed nixorbu aħna bħala partit?", "Għax hija l-kejl soċjali li dan il-gvern huwa determinat li jilħaq fl-interess tan-nazzjon kollu.", "Huwa hemmhekk biss li t-titjib politiku, ekonomiku u soċjali tagħna jilħaq il-milja tiegħu.", "Din il-white paper tindirizza miżuri favur il-familja, li jagħtu lok li r- riżorsi umani Maltin jibqgħu fis-suq tax-xogħol mingħajr ma jippreġudikaw ir-responsabbiltajiet lejn il-familji tagħhom.", "B'din il-liġi, Malta se timplimenta l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-leġislazzjoni relatata max-xogħol, se tiffirma u tirratifika revised European social charter u tirratifika wkoll il-konvenzjonijiet ta' l-ILO dwar il-protezzjoni tal- maternita`, ix-xogħol mid-dar, ix-xogħol ta' bil-lejl, it-tmiem ta' l- impjieg u l-protezzjoni tat-talbiet tal-ħaddiema.", "L-innovazzjonijiet prinċipali ta' dan l-abbozz huma li l-ewwelnett, it- tribunal industrijali se jkollu ġurisdizzjoni u kompetenza ferm ikbar u usa milli qatt kellu.", "Se jkun kompetenti li jisma' każijiet dwar diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, diskriminazzjoni fil-konfront tal- ħaddiem part-time, vittimizzazzjoni kontra min jeżerċita d-drittijiet tiegħu, harassment u sexual harassment.", "Se jkun hemm definizzjonijiet ġodda dwar x'inhu ftehim kollettiv, x'inhu trattament diskriminatorju, x'inhu prinċipal, x'inhu impjegat part-time u min hu r-rappreżentant tal- ħaddiema.", "Iktar minn hekk, se jkun hemm kodifikat il-massimu ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, u allura b'hekk se nkunu qed nimplimentaw id- direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-ħin tax-xogħol.", "Rigward is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, qed jiġi propost li l- att dwar l-awtorita` tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol ikun kunsidrat bħala parti mill-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegat, anke jekk ma jkunx imniżżel direttament fil-kundizzjonijiet.", "Se jkun hemm dritt kodifikat tal-leave tal-maternita`, leave tal-ġenituri u leave għal raġunijiet urġenti tal-familja, kif ukoll regolamenti dwar il-protezzjoni għan-nisa fuq il-post tax-xogħol u leave minħabba ċirkostanzi mhux previsti.", "Fi ftit kliem, dawn huma miżuri favur il-familja u huma aspetti ta' politika fejn kulħadd se joħroġ rebbieħ.", "Rigward il-pagi u l-privileġġ tal-pagi, se jkun propost li minn massimu ta' Lm200 se tinbidel għall-massimu ta' 5 xhur tal-paga kurrenti, flimkien mal- leave li ma jkunx ġie utilizzat u mal-ħlas marbut mat-tmiem ta' l-impjieg u ma' l-avviż tat-tmiem ta' l-impjieg.", "Se nintroduċu wkoll il-fond ta' garanzija, li ilna nisimgħu ħafna dwaru u li issa se jiddaħħal b'obbligu leġislattiv.", "F'każ ta' falliment ta' min iħaddem, l-impjegati se jkunu protetti u mħarsa.", "Skond dan il-guarantee fund, it-talba massima ta' persuna waħda ma tistax tkun ta' iktar mill-ekwivalenti għas-somma ta' 16- il ġimgħa paga minima nazzjonali, wara li jitnaqqas l-ekwivalenti tal-ħlas li jkun sar f'benefiċċju ta' diżimpjieg jew assistenza soċjali.", "Dwar l-impjegati full-time li jaħdmu sigħat imnaqqsa, fenomenu pjuttost riċenti, l-impjegat se jkollu d-dritt għal parti pro-rata tal-leave annwali, leave tal-maternita`, leave tal-ġenituri, leave urġenti għal raġunijiet tal-familja u leave f'każ ta' korriment.", "Ta' min jgħid li dawn huma kollha drittijiet ġodda.", "Fir-rigward tal-ħaddiema part-time, dawn se jkunu protetti minn trattament diskriminatorju u li jintitolahom anke għal drittijiet ferm ikbar milli għandhom illum.", "Il-ħaddiema m'huma se jkunu soġġetti għall-ebda trattament inqas favorevoli mill-impjegati full-time li huma komparabbli magħhom.", "Se jkun hemm ukoll protezzjoni minn diskriminazzjoni fl-impjieg.", "Ebda diskriminazzjoni, kemm fil-proċess ta' reklutaġġ kif ukoll matul il- perijodu ta' l-impjieg, m'hi se tkun aċċettata.", "Sur President, din il-white paper qed tikkodifika wkoll li m'għandu jkun hemm l-ebda xogħol ta' valur inqas, jiġifieri għandu jingħata l-istess ħlas għall-istess xogħol.", "Il-vittimizzazzjoni, li hija kunċett ġdid, ukoll qed tiġi indirizzata u qed jingħad li meta persuna tiġi vittimizzata għax teżerċita d-drittijiet mogħtija mil-liġi, din se tkun tista' tirrikorri għand it-tribunal industrijali għal rimedju.", "Fastidju jew fastidju sesswali, kunċett ġdid ukoll, se jiġi ntrodott fl- employment relations act li se nipproponu.", "Se jkun hemm regolamenti dwar ħaddiema barranin f'Malta, biex prattiċi diskriminatorji fl-impjieg jew fil- kundizzjonijiet ta' impjieg ta' kull persuna jew klassi ta' persuna barranija jiġu eliminati.", "Għalhekk se jkun hemm regolamenti kontra l-abbuż tal-barrani, definizzjoni ta' x'inhu ħaddiem barranin u deskrizzjoni ta' dak li huwa intitolat għalih ħaddiem barrani.", "F'din il-liġi se jkun hemm ukoll proviso għal trattament ugwali ta' dawk li jaħdmu b'kuntratt definit tax-xogħol, li llum nistgħu ngħidu li huwa ferm iktar komuni minn qatt qabel.", "Għalhekk qed nimplimentaw il-prinċipju li ħaddiem fuq kuntratt definit ma jistax ikun trattat b'mod inqas favorevoli minn impjegat permanenti li jista' jitqabbel miegħu fl-istess post tax- xogħol.", "Qed ngħidu li min iħaddem se jkun obbligat li jinforma lill- ħaddiem b'kuntratt definit dwar pożizzjonijiet permanenti vakanti, b'kuntratt indefinit, li jinqalgħu fuq il-post tax-xogħol.", "Hawnhekk, it- tribunal industrijali se jkollu l-kompetenza li jisma' ilmenti dwar dan il- fattur.", "Barra minn hekk se jkun hemm id-dritt kodifikat ta' l-impjegat għal-livell minimu ta' l-informazzjoni.", "Again, l-ixprun ta' l-Unjoni Ewropea, fejn allura se jkun hemm proviso għal dan l-iskop.", "Rigward il-probation, bħala regola ġenerali qed nipproponi li din tkun ta' sitt xhur, pero' għal karigi tekniċi, amministrattivi u eżekuttivi qed nipproponu perjodu ta' sena.", "Dwar good and sufficient cause biex ħaddiem jitkeċċa mix-xogħol, il-liġi preżenti CERA tagħti lista ta' dawk ir-raġunijiet li ma jikkwalifikawx bħala \"good and sufficient cause\".", "Issa, permezz ta' dan l-abbozz il-ġdid li qed jiġi stampat proprju bħalissa, se nintroduċu tliet aspetti ġodda.", "Persuna li tkun għaddiet informazzjoni lil awtorita` pubblika dwar allegati attivitajiet illegali jew ta' korruzzjoni kommessi minn min iħaddimha, ma tistax titkeċċa għax dik m'hijiex a good and sufficient cause.", "Terminazzjoni riżultat ta' għaqda bejn il-kumpanniji lanqas ma hi se tkun a good and sufficient cause.", "B'hekk il-protezzjoni tal-ħaddiem qed tiġi mwessgħa u d-dinjita` tal-ħaddiem qed tiġi iktar imħarsa.", "Din il-white paper tindirizza l-kwestjoni ta' sensji kollettivi.", "Dawk il- ħaddiema li potenzjalment ikunu se jiġu effettwati, iridu jiġu mgħarrfa kif jixraq dwar il-qagħda u kkonsultati, bil-għan li jintlaħaq ftehim li jnaqqas l-effett tas-sensji kollettivi fuqhom.", "Għalhekk fil-liġi se jkun hemm definizzjoni ta' kif għandha ssir din il-konsultazzjoni.", "Il-white paper qed tindirizza wkoll it-trasferiment ta' negozju, u qed tgħid li l-impjegati għandhom jinżammu infurmati dwar dak li jkun qed jiġri meta kumpannija tkun qed tingħaqad jew meta negozju jkun qed jiġi trasferit.", "Il-konklużjoni ta' din il-white paper allura hi li l-gvern impenja ruħu biex jilħaq bilanċ ġust bejn l-interessi ta' l-imsieħba soċjali kollha, mingħajr ma jilgħab ma' dawk il-prinċipji li jikkunsidra bħala fundamentali biex il-post tax-xogħol ikun wieħed ġust u uman, bħalma huma l-aspetti tal-fastidju u tad-diskriminazzjoni.", "F'din il-white paper qegħdin ninnotaw, frott anke tal-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan dak li qabel kien l-MCED, kemm il-proposti ta' l- istess MCED kienu taken on board waqt li oħrajn li ġew imtejjba ferm iktar milli pproponiet l-MCED.", "Għalhekk se jkun hemm qabża kbira 'l quddiem fil- kwalita` tar-relazzjonijiet ta' l-impjieg, u allura, fil-fehma umli tiegħi inħoss li se jiġi żgurat il-progress ekonomiku u soċjali f'dan il-pajjiż.", "Sur President, il-white paper dwar l-employment relations act kienet l- ewwel punt li xtaqt nitratta f'dan l-intervent, u għalhekk ngħaddi issa biex nitkellem dwar l-ETC.", "Din it-tielet sena ta' ħidma ta' gvern Nazzjonalista taħbat ma' l-għaxar anniversarju mit-twaqqif ta' l-ETC, u matul din is-sena sar enfasi ferm ikbar minn qatt qabel fuq l-active employment measures.", "Se nsemmi briefly xi inizjattivi ġodda li ħadet u li għadha qed tieħu l-ETC f'din id-direzzjoni, biex tgħin liż-żgħażagħ isibu mpjieg.", "L-ewwel inizjattiva kienet dik bl-isem ta' \"job start youth initiative\", inizjattiva mmirata biex f'qasir żmien iż-żagħżugħ isib xogħol billi jingħata pjan ta' 13-il ġimgħa fejn darba fil-ġimgħa jkun obbligat iżur job centre ta' l-ETC fejn minn hemmhekk jagħżel ix-xogħol li jrid hu.", "Kull 4 ġimgħat iż-żagħżugħ se jkun qed jiltaqa' ma l-employment advisor tiegħu u jekk jibqa' ma jsibx impjieg, jiġi riferut għal taħriġ.", "Tajjeb li ngħid li minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena, jiġifieri f'medda ta' tmien xhur, saru 761 pjan għal żgħażagħ qiegħda.", "It-tieni inizjattiva hija l-job experience scheme, li bdiet f'April ta' din is-sena u li s'issa diġa' daħlu fiha 56 persuna.", "Din l-iskema qed tagħti esperjenza ta' xogħol lil dawk iż-żgħażagħ li qatt ma missew mal-bank tax- xogħol.", "It-tielet inizjattiva hija l-basic employment passport scheme, li bdiet f'Lulju ta' din is-sena u li hija mmirata għal dawk iż-żgħażagħ li spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja.", "Din l-iskema hija bbażata fuq memorandum tal- life long learning tal-kummissjoni Ewropea, u permezz tagħha dawn iż- żgħażagħ qed jiġu offruti tagħlim u taħriġ dwar ħiliet bażiċi.", "Din l- iskema tinkludi kors qasir f'thinking skills, fil-fondazzjoni Edward Debono, u diversi żjarat f'postijiet tax-xogħol.", "Id-durata hi ta' 16-il ġimgħa.", "Ir-raba' programm huwa dak imsejjaħ \"Youth Outreach\", fejn l-ETC qed toħroġ mill-uffiċini tagħha u tmur tinforma liż-żgħażagħ bis-servizzi li hi toffri b'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, l-għaqdiet taż-żgħażagħ, l-NGOs eċċ.", "Pero' l-ETC ma taħdimx biss għaż-żgħażagħ.", "Kulħadd jaf li hawn bosta nies ta' 40 sena jew aktar li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "X'qed tagħmel l-ETC fil-konfront ta' dawn?", "L-ewwelnett, il-community work scheme, li bdiet f'Lulju ta' din is-sena, qed toffri mpjieg u taħriġ għal sena lil dawk li ilhom iktar minn sena jirreġistraw u li għandhom 'il fuq minn 40 sena.", "80% tal-ħin huwa dedikat għax-xogħol u 20% għat-taħriġ, fost l-oħrajn fl-IT u fit-trade.", "Dawn in-nies qiegħda jaħdmu fuq proġetti approvati mill-ETC, proposti u mmexxija mill-kunsilli lokali u mill-NGOs.", "F'din l-iskema, dawn qed jaħdmu għal 32 siegħa fil-ġimgħa, imqassmin fuq erbat ijiem.", "Il-pagi li jingħataw huma maqsumin hekk: Lm25 jitħallsu mill-ETC u d-differenza bejn il-Lm25 u l-paga minima jitħallsu mill-isponsor.", "Inizjattiva oħra hija l-\"Employment Training Placement Scheme\", fejn kumpannija timpjega persuna qiegħda u tipprovdilha taħriġ programmat fuq il- post tax-xogħol, u talli tagħmel hekk tikkwalifika għal sussidju ta' 50% tal-paga minima waqt il-perjodu li l-impjegat ikun għaddej mit-taħriġ vokazzjonali.", "S'issa diġa bbenefikaw 25 employer minn din l-iskema.", "L-iskema \"Inċentiv Speċjali għal Taħriġ\" bdiet ftit tax-xhur ilu.", "Matul din is-sena tnidiet forma ta' apprentistat ġdid li jdum madwar sena u li fih elementi ta' studju u esperjenza ta' tagħlim fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk il-persuna jkollha iktar minn 40 sena, l-ETC, minflok 25%, tissussidja 40% tal-paga.", "Nistgħu ngħidu li s'issa hemm ħames persuni, ta' eta` ikbar minn 40 sena, li bdew dan l-apprentistat.", "Sur President, f'dan l-intervent xtaqt nitkellem ukoll dwar il-joint assessment policy paper, li b'wiċċi minn quddiem ngħid li kien il-Ministeru għall-Politika Soċjali li fis-26 ta' Ottubru ta' din is-sena, iffirma din il-paper flimkien ma' Anna Diamantopoulou, li hija l-kummissarju responsabbli mill-qasam soċjali tal-kummissjoni Ewropea.", "Din il-joint assessment policy paper se tagħmel joint assessment tal-medium term employment and labour market policy priorities, filwaqt li l-objettivi tal- qasam tax-xogħol u l-impjiegi maqbula bejn il-gvern Malti u l-Unjoni Ewropea se jiġu trattati.", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa ċertifikat ieħor tal- fiduċja li tgawdi Malta u juri kemm fil-fatt pajjiżna hu avvanzat.", "Din il- policy paper hija l-għodda li se tgħin lill-gvern Malti biex jipprepara ruħu għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ewropea ta' l-impjiegi, pero` mhux biss.", "Permezz ta' dan il-ftehim, qiegħdna l-pedament biex Malta tkun tista' tibbenefika mill-European social funds, fondi li nistgħu neħduhom bi dritt wara li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Din il-paper hija employment policy review, teżamina jekk is-suq tax-xogħol huwiex żviluppat biżżejjed biex il-European employment strategy tkun tista' tiġi mplimentata, u b'kollox fiha erba' taqsimiet.", "Fl-ewwel taqsima hemm overview ġenerali tal-qagħda ekonomika ta' pajjiżna, ċertifikat tal-prima klassi ta' kemm l-andament ekonomiku f'pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Fil-fatt il-kummissjoni Ewropea kellha kliem ta' tifħir għall-qagħda ekonomika u għall-andament ekonomiku ta' pajjiżna.", "It-tieni taqsima titratta l-labour market situation.", "Bejn l-1996 u l-1999, in-numru ta' nisa mpjegati żdied b'medja ta' 3% kull sena.", "Fi tmiem is- sena 2000, l-employment rate f'pajjiżna kienet ta' 54%, imma fl-Unjoni Ewropea din hija ferm ogħla minn hekk.", "L-employment rate tan-nisa żdiedet minn 27% fl-1994 għal 32% fis-sena 2000.", "Din il-paper irrikonoxxiet il-ħidma kbira li l-VAT għamlet fl-1995 biex inkixfu eluf ta' mpjiegi moħbija.", "Tgħid ukoll li 51.9% tal-working age population Maltija ma komplietx l-iskola sekondarja.", "Fl-Unjoni Ewropea, din il-medja hi ta' 40%.", "Din il-paper faħħret l-inizjattiva biex jitwaqqaf inter-agency community resource centre fil-Kottonera, li se jipprovdi servizzi ta' social work, ta' housing u ta' employment biex in-nies ta' l- inner harbour region jiġu empowered.", "Irrikonoxxiet ukoll il-fatt li x- xogħol u l-familja ġew mogħtija daqqa t'id permezz tal-parental leave u r- responsibility breaks li offra l-gvern lill-ħaddiema taċ-ċivil.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna, imma qed tgħidu Anna Diamantopoulou.", "Rigward l-isfidi fil-labour market, din il-paper innotat li 52% tal- popolazzjoni universitarja hija komposta minn studenti nisa, waqt li 9% tal- popolazzjoni ġenerali hija illitterata.", "Dawn id-9% jirrappreżentaw 19% ta' dawk li huma qiegħda.", "Din il-paper irrikonoxxiet l-isforzi kbar li qed jagħmel il-gvern Malti biex jindirizza din il-problema, u qalet li t- twaqqif ta' l-MCAST kien pass fid-direzzjoni t-tajba biex tiġi miġġielda din il-lakuna, fejn Malta qed tonfoq 8% tal-GDP fuq l-edukazzjoni, imma ferm inqas fuq il-vocational educational training.", "L-MCAST, tgħid Anna Diamantopoulou, huwa pass fid-direzzjoni biex din il-lakuna tiġi indirizzata.", "Il-joint assessment policy paper tagħmel riferenza wkoll għall-fatt li l- ETC għamlet a national human resources development policy and strategy proprju f'din is-sena.", "Innotat l-inizjattivi li ħadet l-ETC biex jiġu mgħejjuna l-long term unemployed.", "Innotat ukoll li s-self-employment għadu baxx, u ċioe` 5% biss.", "Il-paper qalet u nnotat li qed jiġi abbozzat – fil- fatt nistgħu ngħidu li se jiġi pubblikat proprju fis-sena li ġejja – gender equality act mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, biex id- diskriminazzjoni tiġi miġġielda.", "Fil-kumment finali tagħha din il-paper innotat li hemm a special preparatory committee, ippresedut mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, b'rappreżentanza mill-ETC u mill-SDO, li se jgħin biex pajjiżna jipprepara bis-serjeta', b'mod attiv u effettiv, il-kapaċita` amministrattiva biex b'wiċċna minn quddiem inkunu nistgħu ngħidu li qegħdin niżviluppaw strateġija nazzjonali ħalli nkunu nistgħu nimplimentaw il-fondi strutturali li se ningħataw bi dritt wara li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, ma rridx ninsa ngħid li dan il-gvern qed jiżviluppa national action plan għall-employment f'pajjiżna, u din hija l-ewwel darba li qatt saret xi ħaġa bħal din.", "Punt ieħor li ma xtaqtx ninsa huwa l-fatt li matul din is-sena sar it- twinning agreement bejn l-awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax- xogħol Maltija u dik tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda.", "Dan il-ftehim ġie ffirmat f'din is-sena u se jiġi launched f'Jannar li ġej.", "Dan il-ftehim se jippermetti \"the institutional building and resourcing thereof and awareness building amongst the social partners\".", "Tajjeb li f'dan l-istadju ngħid li tliet kwarti ta' dan il-proġett ġew iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea tatna Euro 700,000,", "Jiġifieri Lm400,000, biex pajjiżna jkun jista' jenforza leġislazzjoni ta' l- istess Unjoni dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Dan m'huwiex kapriċċ, imma huwa obbligu.", "Dan huwa dmir tagħna, huwa dritt tal- ħaddiem li aħna qed nagħtuhulu proprju sforz il-ħidma li qed inwettqu.", "F'dan it-twinning agreement ġew identifikati 13-il objettiv speċifiku bħal cost benefit assessment tan-national policies, developing awareness tal- health and safety, introduction to risk assessment, intensive training and risk assessment, eċċ.", "Sur President, fir-rigward ta' l-occupational health and safety irrid ngħid li bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena, il-health and safety inspectors għamlu 817-il żjara fuq postijiet differenti tax-xogħol.", "Dawn qed jispjegaw li l-inspection m'hijiex kastig imma hija mezz ta' informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ.", "Huwa veru li t-trend hi li l-occupational injuries qegħdin dejjem jonqsu, pero` xorta għadna m'aħniex kuntenti.", "Aħna rridu iktar minn hekk.", "Fil-fatt l-inspectors ipproċessaw 219-il ċertifikat ta' cranes li jintużaw fl-industrija tal-kostruzzjoni f'pajjiżna.", "Xi ħaġa ġdida wkoll kienet l-introduzzjoni tas-\"safety buzz\", li m'hi xejn għajr żjara preparata minn qabel fejn il-health inspectors iżuru construction sites, akkumpanjati minn cameraman, u jiffilmjaw lill-ħaddiema waqt li jkunu qed jagħmlu xogħolhom.", "Wara, il-health inspectors jitkellmu mal- ħaddiema u juruhom fejn naqsu u ma naqsux, fir-rigward tas-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol, waqt li kienu qed jiġu filmed.", "Sur President, tajjeb li ngħidu li Malta, din id-daqsxejn ta' gżira, intagħżlet bħala mudell mill-European agency for safety and health,\"to be emulated by all the other candidate countries\".", "Din hija xi ħaġa li timliena b'aktar kuraġġ u ovvjament tagħmlilna unur għax it-tisħiħ li qed nagħmlu f'pajjiżna qed ikun rikonoxxut.", "Aħna qed insaħħu lil pajjiżna mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' finanzi imma anke f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet u mad-dinjita` tal-ħaddiem.", "Fis-seduta ta' dalgħodu smajt lill-oppożizzjoni tipproponi mozzjoni ta' tnaqqis ta' Lm1 mill-paga tal-Ministru Gonzi bħala nuqqas ta' fiduċja fl- andament tal-ħidma tiegħu.", "Jien naħseb ta' min nipproponu mozzjoni ta' żieda ta' Lm1 fil-paga tal-Ministru Gonzi, biex nuru li aħna verament napprezzaw il-ħidma ta' dan il-gvern u tal-Ministeru għall-Politika Soċjali li qed tiżgura Ii aħna nippreżentaw politika b'wiċċ uman.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, f'dan l-intervent xtaqt nitkellem dwar l-anzjani u persuni b'diżabilita`, u nibda billi nitkellem dwar dawn ta' l-aħħar, anke għaliex qegħdin fil-ġimgħa ta' attivitajiet li jikkommemoraw il-ġurnata tal-persuni b'diżabilita`, it-3 ta' Diċembru.", "Għalhekk nieħu din l-okkażjoni biex insellem lill-persuni kollha b'diżabilita`, lill-ġenituri u lill-familji tagħhom, lill-carers u lil kull min jgħin u jaħdem ma' dawn iċ-ċittadini.", "Ir-raġuni għaliex iddeċidejt li nitkellem dwar il-qasam tad-diżabilita' hija proprju għaliex l-akbar kritika, għalija inġusta, ta' l-oppożizzjoni għall-budget ta' din is-sena, saret għal dan il-qasam.", "Tajjeb li nfakkar lill-oppożizzjoni li d-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita` jinkorpora fih mhux biss lill-anzjani iżda anke lill- persuni b'diżabilita`, fatt li l-oppożizzjoni donnu ma fehmitux għax waslet għal ċerti konklużjonijiet żbaljati meta elenkat kemm naqsu voti għal dan il-qasam fil-budget li għadu kif tressaq.", "Sur President, aħna nemmnu li s-soċjeta` tagħna għandha tkun soċjeta` li tħaddan fiha, mingħajr ebda distinzjoni jew diskriminazzjoni, kull settur tal-popolazzjoni.", "Aħna rridu soċjeta` inklussiva u mhux esklużiva, soċjeta` li fiha ħadd ma jibqa' lura.", "B'dan it-twemmin impenjajna ruħna biex l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilita` fis-soċjeta` tagħna tkun sħiħa, anke permezz ta' ħidma biex jitneħħa kull ostaklu li jfixkel il- parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali tal-pajjiż.", "Il- persuni b'diżabilita` għandhom id-dritt li jiffurmaw parti integrali mill- mekkaniżmu tat-teħid tad-deċiżjonijiet, f'kull livell u f'kull settur tal- ħajja Maltija.", "Matul din is-sena ġiet implimentata aktar bis-sħiħ il-liġi dwar l- opportunitajiet indaqs, li kienet ġiet fis-seħħ fis-sena 2000.", "Il- kummissjoni nazzjonali għall-persuni b'diżabilita` ħadmet ħafna u f'diversi modi biex ir-regoli kollha fil-qasam ta' l-aċċess ikunu mħarsa.", "F'din l- ewwel sena, il-kummissjoni rċeviet total ta' 92 ilment minn persuni b'diżabilita`, li minnhom 48 kienu jirrigwardaw l-aċċess.", "Barra minn hekk ġew investigati u trattati diversi allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuni b'diżabilita` f'diversi setturi.", "Il-kummissjoni kellha diversi diskussjonijiet ma' numru ta' entitajiet biex tilħaq ftehim ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-liġi opportunitajiet indaqs.", "Il-gvern żgur irid li l-kummissjoni tkompli bix-xogħol siewi tagħha, u għalhekk f'dan il-budget reġa' vvota kontribuzzjoni ta' Lm240,000 lill-kummissjoni.", "Dan jikkonferma li dak li qalu l-membri ta' l- oppożizzjoni fis-seduta ta' dalgħodu m'huwiex minnu.", "Rigward l-operat taċ-ċentri tal-persuni b'diżabilita`, magħrufa bħala adult training centres, li minnhom hawn 5 u fihom jattendu 370 persuna b'diżabilita`, inħass il-bżonn li l-programmi ta' dawn iċ-ċentri jinbidlu.", "Bl-għajnuna ta' l-isteering committee li twaqqaf fil-ministeru u bl- għajnuna wkoll ta' l-għaqda nazzjonali ġenituri tal-persuni b'diżabilita` u tal-konsulenti barranin, ittieħdu deċiżjonijiet drastiċi biex dawn iċ- ċentri jitmexxew b'mod iktar professjonali.", "Minkejja li jista' jidher li f'dan il-budget hemm xi tnaqqis f'xi voti, dan ma jfissirx li l-impenn tagħna f'dan il-qasam se jonqos.", "Fil-fatt bdejna nwaqqfu ċentri żgħar, magħrufa bħala resource centres, fil-qalba tal-komunita`, minflok ma nkomplu nonfqu ħafna flus mill-fondi kapitali biex nibnu ċentri kbar 'il bogħod mill-komunita`.", "Għal dan il-gvern, il-fatti jitkellmu ħafna iktar mill-paroli fil-vojt.", "Fil-fatt, l-ewwel wieħed minn dawn iċ-ċentri li għadni kif semmejt se jinfetaħ nhar il-ħadd li ġej fl-Imtarfa, u hemm ippjanat li jinfetħu ċentri simili fil-parroċċa ta' Pembroke, bl-għajnuna tal-kappillan, u f'Bormla bl- għajnuna ta' l-Aġenzija Appoġġ.", "Diversi entitajiet, bħall-Aġenzija Appoġġ, il-parroċċi u l-awtorita` tad-djar qed jikkooperaw fit-twettiq ta' dawn il- proġetti.", "Il-gvern Nazzjonalista kien ħa d-deċiżjoni li s-servizzi tad-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita` u dawk li tagħti l-Aġenzija Appoġġ jiġi estiżi għall-persuni b'diżabilita`.", "B'hekk, iċ-ċentri ta' matul il- jum li qabel kienu miftuħa biss għall-anzjani, issa huma miftuħa wkoll għall-persuni b'diżabilita`.", "B'hekk dawn in-nies ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom f'attivitajiet soċjali u rikreattivi.", "Tajjeb li ngħid li nbeda proċess biex kull klijent f'dawn ir-resource centres ikollu individual care plant ibbażat fuq il-person centre approach, jiġifieri qed jiġi mistoqsi lill-persuni b'diżabilita` x'jixtiequ jagħmlu matul il-ġurnata, u dan minflok ma jiġi ddettat kollox minn min imexxi lil dawn iċ-ċentri.", "Proċess ieħor li nbeda huwa l-ftuħ ta' supported employment unit fl- Imtarfa, biex numru ta' persuni b'diżabilita` jiġu mgħejjuna biex isibu xogħol produttiv, bis-support kontinwu tal-care workers.", "Din hija skema ġdida li trid titħejja bl-għajnuna ta' l-ETC.", "Biex nilħqu l-iskopijiet tagħna, ridna nżidu t-taħriġ lill-impjegati, u kien għalhekk li ġiet ingaġġata full-time training consultant, li għandha esperjenza vasta fil-qasam tal-persuni b'diżabilita`.", "Fil-fatt, numru ta' impjegati qed jattendu kors ta' taħriġ bażiku fuq id-diżabilita`, bil- kollaborazzjoni ta' l-ETC.", "Barra minn hekk se jsir kors ta' taħriġ għal dawk li jixtiequ jsiru support workers.", "Bl-għajnuna tal-programm Leonardo, fis-sena li ġejja hemm ippjanat li numru ta' care workers jintbagħtu għal korsijiet ta' taħriġ f'pajjiżi barranin, għax irridu li fis-sena li ġejja jkollna aktar support workers bit-taħriġ neċessarju u b'livell ta' edukazzjoni adegwat.", "Irridu li jingħata service training lill-care workers kollha, taħriġ professjonali lill-kapijiet taċ-ċentri, u involviment ikbar tal-klijenti u l-ġenituri fid- diskussjonijiet u fit-tmexxija ta' dawn iċ-ċentri.", "Matul din is-sena, is-servizzi ta' support fil-komunita` ġew utilizzati wkoll minn persuni b'diżabilita`.", "Is-servizzi tal-home help, it-telecare, l-incontinence service, il-handymen, is-social workers u d-day centres li kienu ġew żviluppati primarjament għall-anzjani, ingħataw ukoll lill- persuni b'diżabilita`.", "B'hekk dawn setgħu jgħixu bħall-membri l-oħra fil- komunita`.", "Irrid ngħid li f'dan il-budget hemm maħsub biex dawn is- servizzi jkomplu jingħataw anke matul is-sena li ġejja.", "Sur President, f'dan il-budget nistgħu naraw li reġgħet ġiet ivvotata somma ta' Lm85,000 għall-iskema ta' supported living, li l-għan ewlieni tagħha hu li persuni b'diżabilita` severa jiġu pprovduti b'servizzi residenzjali, biex ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunita` meta għal xi raġuni jew oħra jinfirdu mill-familja tagħhom.", "Qed isir xogħol biex iċ-ċentru f'Wied il-Għajn ikun jista' jintuża biex persuni b'diżabilita` severa jkollhom is- support neċessarju biex jgħixu fih.", "Hemm ippjanata wkoll rinovazzjoni ta' dar fl-Imtarfa biex din tintuża bħala dar residenzjali fil-komunita` għal persuni b'diżabilita` severa intelletwali.", "Tajjeb li f'dan l-istadju ngħid li d-deċiżjoni li anke l-persuni b'diżabilita` jkunu eliġibbli għas-servizzi residenzjali għall-anzjani kienet deċiżjoni f'waqtha, u fil-fatt, matul dawn l-aħħar tliet snin, kien hemm numru ta' persuni b'diżabilita` li ġew rikoverati f'xi dar ta' l- anzjani jew f'San Vinċenz De Paule.", "Fil-pjanijiet li għandu d-dipartiment ta' l-anzjani għas-sena li ġejja, għar-rigward tas-servizzi residenzjali li joffri, hemm maħsub li tingħata priorita` għad-domanda li tista' tkun hemm mill-persuni b'diżabilita`.", "Huwa tajjeb li wieħed ifakkar li numru ta' persuni b'diżabilita` gawdew mill-miżura li ħa dan il-gvern - li l-effett tagħha żgur li jinħass iktar 'il quddiem – u ċioe` li jiġu stallati lifts f'dawk l-appartamenti fejn joqogħdu anzjani u persuni b'diżabilita`, dejjem sa fejn hu possibbli.", "Barra minn hekk, l-emendi li saru fil-liġi tal-kondominju irrendew iktar faċli għall-persuni b'diżabilita` li jinstallaw lifts f'partijiet li jkunu komuni ma' residenti oħra.", "Fis-sena li ġejja, il-gvern se jkompli jimpenja ruħu biex jiffaċilita` l- ħajja tal-persuni b'diżabilita` bil-modi kollha possibbli, u b'hekk tintrebaħ l-isfida li għandna quddiemna li jkollna soċjeta' miftuħa għal kulħadd.", "Il-prioritajiet għas-sena d-dieħla jinkludu t-tħaddim tas-sistema ta' supported living, il-ftuħ ta' resource centre fil-komunita` u l- konsolidament tal-ħidma biex tiġi mħarsa l-liġi ta' l-opportunitajiet indaqs.", "Trid titkompla wkoll il-ħidma mill-qrib bejn il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` u l-ETC, bl-għan li iktar persuni b'diżabilita` jkollhom aċċess għad-dinja tax-xogħol.", "B'hekk biss nistgħu nressqu lill-persuni b'diżabilita` lejn iċ-ċentru tal-ħajja soċjali u ekonomika ta' pajjiżna.", "Sur President, se ngħaddi issa biex nitkellem dwar l-anzjani.", "Il-kwalita` ta' l-għixien ta' kull persuna hija l-kejl ta' kemm hi effettiva politika soċjali sana.", "L-anzjani jixirqilhom post speċjali fis-soċjeta`.", "Dan għaliex aħna nagħrfu u nirrispettaw il-kontribut li taw l-anzjani.", "Għalhekk irridu niżgurawlhom l-ogħla livell ta' għixien.", "Il-progress ġab miegħu prospetti ta' ħajja itwal.", "Quddiem ir-realta` ta' popolazzjoni li qiegħda dejjem tikber, il-gvern jirrikonoxxi l-bżonn ta' parteċipazzjoni akbar ta' l-anzjani fl-attivita` ekonomika u soċjali tal-pajjiż.", "L-anzjani huma ħolqa mportanti fl-ekonomija nazzjonali.", "L-anzjani għandhom ħafna x'jistgħu joffru għall-ħolqien u t-tkabbir tal-ġid komuni.", "Għalhekk, sa fejn hu possibbli, l-anzjani għandhom jibqgħu jgħixu fl-ambjent tagħhom, fiċ-ċentru ta' l-attivita` soċjali u fi djalogu kontinwu ma' ġenerazzjonijiet oħra.", "Il-politika tal-gvern Nazzjonalista dwar l-anzjani hi bbażata fuq it- twemmin li l-aħjar post għal persuna anzjana huwa f'darha stess.", "Huwa għalhekk li l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ta' bejn l-1987 u l-1996 ħolqu diversi servizzi għall-anzjani fil-komunita`, proprju biex jgħinu lill-anzjani jibqgħu jgħixu f'darhom.", "Huwa għalhekk ukoll li ddeċidejna li nestendu u ntejjbu lil dawn is-servizzi, billi għamilnihom eliġibbli wkoll għal persuni bi ħtiġijiet speċjali.", "Pero' gvern Nazzjonalista dejjem żamm quddiem għajnejh - u biħsiebu ikompli jagħmel dan - li bosta anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħdehom f'darhom stess, l-aktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom.", "Għaldaqstant il-gvern, permezz tad- dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita`, irid jaħseb ukoll f'dawn il-persuni billi jipprovdi servizzi residenzjali li jissodisfaw il- ħtiġijiet ta' dawk li jagħżlu jew li jkollhom bilfors jirrikorru għal din l- alternattiva.", "Sur President, id-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil-komunita`, matul din is-sena espanda fix-xogħol kif ukoll fir-riżorsi umani tiegħu, anke għaliex mill-bidu ta' din is-sena, l-operat tas-servizzi ta' matul il-jum għall-persuni b'diżabilita` ġie inkorporat ma' dan id-dipartiment.", "L-għan ta' dan id-dipartiment hu li jkompli jtejjeb il-livell ta' ħajja, kemm ta' min hu kbir fl-eta` kif ukoll ta' min ibati minn xi diżabilita`.", "X'wettaqna f'dan il-qasam matul din is-sena?", "X'beħsiebna nagħmlu fis-sena li ġejja?", "Tajjeb li ngħid li f'dan il-budget, il-gvern qed jipprovdi s- somma ta' Lm12,717,000, u ċioe` Lm800,000 iktar mis-sena li għaddiet, bħala spejjeż rikorrenti għad-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita`.", "Għalhekk jien nistagħġeb kif dalgħodu, l-oppożizzjoni kellha l-ħila tgħid li aħna naqqasna l-voti kollha.", "Sur President, ħadd ma jista' jiċħad li fattur importanti fil-kwalita` ta' ħajja li qed jgħixu l-anzjani llum huwa dak finanzjarju, jiġifieri l- pensjonijiet li qed igawdu l-anzjani llum u li aħna min-naħa tagħna rridu nkunu żguri li se jkomplu jgawduhom fil-futur.", "L-istess nistgħu ngħidu għal diversi benefiċċji soċjali li jingħataw ħafna anzjani u li żgur jgħinuhom biex jgħixu ħajja aktar komda u bla skossi.", "Aħna rridu nkunu żguri li l-pensjoni tal-ġurnata jibqa' jkollha l-valur tagħha meta meqjusa fil-qafas ekonomiku u soċjali tal-pajjiż kollu.", "Il-gvern jemmen li biex inpoġġu l-pensjonijiet fuq bażi soda, hemm bżonn li jkollna ekonomija b'saħħitha u soda.", "Il-pensjoni ta' l-istat għandha tkun l-ewwel pedament fundamentali għall- pensjonant, iżda m'hemmx dubju li l-kwalita` għolja ta' ħajja li qed jgħixu l-anzjani llum ma tiddependix biss mill-fattur finanzjarju u ekonomiku.", "Hemm raġunijiet oħra li qed jikkontribwixxu biex illum, l-anzjani, kemm dawk li għadhom kapaċi jgħixu fil-komunita` kif ukoll dawk li għal xi raġuni jew oħra kellhom jiġu istituzzjonalizzati, qed igawdu kwalita` għolja ta' ħajja.", "Issa kulħadd huwa konvint li s-servizzi għall-anzjani li għadhom jgħixu f'darhom, servizzi li bdew jiġu ntrodotti fil-pajjiż fl- 1987, taħt gvern Nazzjonalista, jgħinu ħafna biex dawn l-anzjani jgħixu ħajja aħjar.", "Dawn is-servizzi, li kif diġa' għedt, jagħmlu użu minnhom anke l-persuni b'diżabilita`, jinkludu l-home help care u s-servizz ta' kura u għajnuna fid-dar, li huwa servizz personalizzat , fejn persuni anzjani u bi bżonnijiet speċjali jingħataw support fi djarhom stess.", "Minn din is-sena qed isir assessment professjonali minn social workers biex is-servizz li jingħata jitfassal skond il-bżonnijiet partikolari ta' dik il- persuna li tkun qed tirċevih.", "Sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena kien hemm 2,762 benefiċċjarju li minnhom, 165 kienu taħt is-60 sena u l- maġġoranza ta' dawn kienu persuni b'diżabilita`.", "F'dan il-budget hemm ivvotati fondi biex dan is-servizz ikompli jingħata", "F'dan il-budget hemm allokati flus biex inkomplu nagħtu dan is-servizzi siewi, pero' rrid nagħmilha ċara li se noqogħdu iktar attenti biex dan is- servizz jingħata min verament għandu bżonn.", "Mhux kull min hu anzjan jikkwalifika għal dan is-servizz.", "Is-servizz tat-telecare huwa servizzi ta' 24 siegħa, immirat għall-anzjani u l-persuni bi bżonnijiet speċjali, b'rispons għal kull tip ta' emerġenza.", "Dan is-servizz huwa pprovdut b'kollaborazzjoni mal-Maltacom, u dawk il-persuni li għandhom il-karta r- roża ma jħallsux kera tat-telecare.", "Ta' min jgħid li sa l-aħħar ta' Novembru, kien hemm 8,453 benefiċċjarju.", "Il-handyman service jassigura li ċertu tip ta' xogħol manwali fid-dar isir permezz ta' nies apposta, u bi spejjeż minimi.", "L-anzjani li għandhom il- karta r-roża u dawk il-persuni li għandhom il-karta speċjali, isirilhom xogħol b'xejn u jħallsu biss tal-materjal użat, filwaqt li l-anzjani l-oħra jingħataw dan is-servizzi bi prezz sussidjat.", "Matul din is-sena saru 875 biċċa xogħol, li 564 minnhom saru fi djar ta' persuni bil-karta r-roża.", "Is-servizz tal-meals on wheels ukoll kompla żied fil-popolarita` tiegħu, u sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena tqassmu madwar 43,431 ikla.", "Dan huwa servizz soċjali li qed jinħadem b'kollaborazzjoni mal-Maltese Cross u mad-dipartiment ta' l-anzjani, u l-vot tiegħu f'dan il-budget tela' għal Lm30,000.", "L-incontinence service jikkonsisti f'żewġ skemi, skema A għall-persuni b'diżabilita` li għandhom il-karta ta' l-identita` speċjali, u għalhekk jingħata b'xejn, u skema B li tipprovdi ħrieqi għall-anzjani bi prezz sussidjat.", "Matul din is-sena kien hemm 646 persuna li bbenefikaw minn skema A u 1,339 persuna li bbenefikaw minn skema B. Fis-seduta ta' dalgħodu ġejna kkritikati li dan il-vot naqas b'Lm5,000.", "Huwa veru li naqas b'Lm5,000 u issa qiegħed Lm90,000, pero' huwa veru wkoll – u dan l- oppożizzjoni ma tafux – li t-tender il-ġdid huwa irħas minn dak ta' qabel u huwa għalhekk li l-gvern seta' jiffranka dawn il-Lm5,000.", "L-intake unit, li toffri servizz ta' social workers, hija sezzjoni ġdida li ġiet imwaqqfa biex tipprovdi servizz ta' ħidma soċjali komprensiva, u tkopri s-servizzi kollha fil-komunita`.", "L-iskop ta' din il-unit, li hi magħmula minn numru ta' social workers hu li tagħmel studju tal-bżonnijiet ta' dawk il-persuni li japplikaw għal xi servizz, biex jiġi stabbilit il- bżonnijiet reali ta' dik il-persuna u b'hekk jingħatalha s-servizz li tkun tinħtieġ.", "Is-servizz ta' domiciliary nursing huwa servizz ta' nursing fid-djar ipprovdut mill-gvern permezz ta' l-MMDNA.", "L-anzjani jiffurmaw il- maġġoranza kbira tal-każi ttrattati kuljum minn dawn in-nurses.", "Servizz eċċellenti huwa dak mogħti minn Zammit Clapp hospital, li jaqa' direttament taħt il-Ministeru tas-Saħħa, bħad-domiciliary nursing.", "Dan is- servizz qed iservi bħala mezz importanti ta' riabilitazzjoni għal tant anzjani, biex dawn ikunu kapaċi jirritornaw jgħixu f'darhom.", "Servizz ieħor fil-komunita`, li qiegħed hemm għall-benefiċċju ta' l-anzjani u l-persuni b'diżabilita` li għadhom jgħixu fil-komunita`, hija l-iskema tal-housing authority li ntroduċa dan il-gvern, u li permezz tagħha, appartamenti li fihom jabitaw anzjani u persuni b'diżabilita` qed jiġu pprovduti b'lifts, dejjem sa fejn hu possibbli.", "Iċ-ċentri ta' matul il-jum huma servizz ieħor introdott f'pajjiżna minn gvern Nazzjonalista, servizz li fil-bidu tiegħu kienu eliġibbli għalih l- anzjani biss, iżda sussegwentement ġie miftuħ ukoll għall-persuni b'diżabilita` jew bi ħtiġijiet speċjali.", "L-għan ta' dawn id-day centres hu li jgħinu lill-anzjani li nqatgħu mill-ħajja tal-komunita`, biex jerġgħu jintegraw mal-bqija tas-soċjeta` u jirnexxielhom jiġġieldu s-solitudni.", "Dawn iċ-ċentri jgħinu lill-anzjani jżommu ruħhom attivi fil-komunita` u fl- istess ħin huma mezz ta' serħan għal dawk il-persuni li jieħdu ħsieb lill- anzjani.", "Matul din is-sena l-gvern kompla bl-impenn tiegħu biex flimkien mal-kunsilli lokali jinfetħu day centres ġodda.", "Fil-fatt infetħu ċentri ġodda f'Ħal Luqa u f'San Pawl il-Baħar.", "F'dawn l-aħħar tliet snin infetħu wkoll day centres fl-Imtarfa, f'Bormla u f'Birkirkara.", "B'kollox fil- preżent hawn 11-il ċentru f'Malta u 3 oħra f'Għawdex.", "Sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena, f'dawn iċ-ċentri attendew b'kollox madwar 900 persuna, li minnhom 45 kienu persuni bi bżonnijiet speċjali.", "F'dawn il- ċentri jsiru ħafna attivitajiet kemm soċjali kif ukoll edukattivi, bħal per eżempju żjajjar minn studenti ta' skejjel sekondarji.", "Is-segretarjat parlamentari u d-dipartiment ta' l-anzjani se jkomplu bl- impenn tagħhom biex fis-sena li ġejja jkomplu jikkollaboraw mal-kunsilli lokali ħalli jinfetħu iktar ċentri f'diversi lokalitajiet.", "M'hemmx dubju li s-suċċess ta' dawn l-inizjattivi jiddependi ħafna mill-kooperazzjoni u mill-involviment tal-kunsilli lokali.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li ċerti kunsilli lokali jifhmu li huwa wkoll għandhom responsabbilta` x'jerfgħu fil-qasam soċjali.", "Waqt li fil-maġġoranza tal-każi, fejn kien possibbli li jinfetaħ day centre, il-kunsilli lokali kienu strumentali, għaliex jew xtraw il-post jew daħlu għall-piż tal-kera, sfortunatament għadna niltaqgħu ma' ċerti kunsilli lokali li lanqas biss iridu jidħlu għall-piż ta' l-ispejjeż tat-trasport ta' l-anzjani tal-lokal tagħhom għaċ- ċentru u lura lejn darhom.", "Dan m'huwiex sew, u d-dipartiment se jkollu kontra qalbu jieħu ċerti deċiżjonijiet fil-konfron ta' dawk il-kunsilli li m'humiex lesti li jgħinu lill-anzjani tal-lokal tagħhom.", "Rigward is-servizzi residenzjali, aħna konxji mill-fatt li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom f'darhom stess, l-iktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom.", "Għalkemm in-numru ta' anzjani li huma istituzzjonalizzati huwa żgħir ħafna bħala persentaġġ, meta pparagunat man-numru totali ta' anzjani, ir-riżultat juri li l-gvern għad għandu d-dmir li jtejjeb il-livell ta' l-għixien u l-kwalita` tal-ħajja ta' dawk l-anzjani rikoverati f'xi dar għall-anzjani jew f'San Vinċenz De Paule.", "F'dawn l-aħħar snin inbnew djar residenzjali ta' l-ogħla livell, filwaqt li San Vinċenz De Paule qatt ma ra daqstant titjib u progress, kemm mill-aspett strutturali u infrastrutturali tal-wards kif ukoll fis-servizz kontinwu li jingħata lir-residenti.", "Dawn l-aħħar tliet snin huma l-isbaħ ċertifikat tal-qabża fil-kwalita` li rnexxielu jġib dan il-gvern fis- servizzi residenzjali għall-anzjani u persuni b'diżabilita`, kemm dawk rikoverati f'xi dar residenzjali statali kif ukoll dawk li jgħixu f'San Vinċenz De Paule.", "La qed nitkellem dwar San Vinċenz De Paule, irrid ngħid li m'hemmx dubju li din is-sena kienet waħda memorabbli għal din ir-residenza.", "F'din ir- residenza preżentement hemm 1,030 resident, u fl-aħħar tliet snin ġew ammessi madwar 40 persuna b'diżabilita` f'San Vinċenz De Paule.", "Fit-3 ta' Marzu ta' din is-sena ġie inawgurat l-hekk imsejjaħ \"Il-Proġett tal- Millennju\", li jikkonsisti fil-bini ta' blokk ta' tliet sulari, b'40 sodda f'kull sular, jiġifieri 120 sodda.", "Dan il-blokk qed jissejjaħ serenity wards, u huwa mgħammar bil-kumditajiet u l-faċilitajiet kollha neċessarji għaż-żminijiet tal-lum.", "Dawn il-wards jirriflettu l-qabża fil-kwalita` li dan il-gvern irnexxielu jdaħħal fil-ħajja tar-residenti ta' San Vinċenz De Paule.", "Sur President, f'dan l-istadju xtaqt nagħmel parentesi żgħira biex ngħid kemm dalgħodu ħassejtni sodisfatt, mhux b'mod personali imma bħala gvern, li fi tliet sigħat ta' kritika li saret mill-oppożizzjoni, San Vinċenz De Paule ma ssemmiex ħlief fir-rigward ta' l-arloġġ.", "Fil-fatt kien l-Onor.", "Karl Chircop li qal li bil-lejl, l-arloġġ qed ikun ta' nuisance għall- anzjani.", "Jien għedtlu li dan m'hu veru xejn, għax l-arloġġ jieqaf idoqq fis-7 ta' filgħaxija u jerġa' jibda fis-7.30 ta' filgħodu, jiġifieri din il- ħaġa żgur li kien hemm xi ħadd li bellagħhielu lill-Onor.", "Membru.", "Għalhekk jien nappella lill-oppożizzjoni biex tivverifika qabel ma tiġi f'din il- Kamra u tgħid ħmerijiet bħal dawn.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li fi tliet sigħat ta' kritika kontiwa, San Vinċenz De Paule issemma' biss minħabba l-arloġġ, huwa l-ikbar ċertifikat ta' bravura li tista' tagħmel oppożizzjoni lil gvern.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karl Chircop on a point of order.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jiena li għedt hu li l-arloġġ qed ikollu jintefa' bil-lejl għax qed jagħmel ħafna storbju, u fil-fatt l-Onor.", "Segretarju Parlamentari qed jikkonferma dak li għedt jien.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, dan m'hu veru xejn, u nitlob lill-Onor.", "Chircop biex ma joqgħodx idawwar id-diskors.", "Dak li qal dalgħodu kienet ħmerija, u fil-fatt jien staqsejtu min kien li bellagħhielu, imma ma riedx jgħidli.", "Qalli biss li nfurmawh hekk.", "Sas- sena l-oħra, ħlief fuq il-ġrieden u fuq l-ikel ħażin li qed nagħtu lill- anzjani ma kienux jikkritikawna.", "Issa għandu jkun il-ġrieden qbadnihom kollha, u l-ikel qed ikun tajjeb ukoll.", "Lura għal San Vinċenz De Paule, irrid ngħid li fil-bidu ta' Novembru ġew inawgurawti s-St.", "Francis wards 5 u 6, wara li saritilhom ristrutturazzjoni u modernizzar radikali biex issa qegħdin fuq l-istess livell tas-serenity wards.", "Avveniment importanti ieħor fl-istorja ta' San Vinċenz De Paule se jseħħ ftit ġranet oħra, preċiżament fl-14 ta' dan ix-xahar, bl- inawgurazzjoni ta' żewġ clinics ġodda, il-podology u l-ispeech therapy clinics.", "Il-ftuħ ta' dawn huwa xhieda oħra tal-qabża fil-kwalita` tal-kura u t-trattament li qed jirċievu r-residenti llum, u dan minbarra s-servizz ta' physiotherapy, occupational therapy, dental clinic u x-ray clinic, li ilhom li bdew jingħataw.", "Barra minn hekk qed jingħata wkoll servizz regolari minn social workers.", "Matul din is-sena wkoll, in-nursing care ta' l-anzjani żdied, grazzi għall- kontribut tal-care workers ġodda li ġew impjegati.", "Mil-lat soċjali, matul din is-sena rajna l-ftuħ tar-radio SVPR.", "Ta' min ifakkar li minbarra l- proġetti li saru matul din is-sena, f'dawn l-aħħar tliet snin ta' tmexxija Nazzjonalista twettqu diversi xogħlijiet oħra f'San Vinċenz De Paule, fosthom refurbishment u immodernizzar tal-female wards 7 u 8 u tal-male wards 5 u 6, il-ftuħ ta' customer care unit u r-refurbishment ta' diversi wards oħra, biex issa l-wards kollha huma mgħammra bl-air conditioning system.", "Sur President, fis-seduta ta' dalgħodu sar aċċenn għall-fatt li l-vot fuq San Vinċenz De Paule naqas.", "Huwa veru li l-vot kapitali naqas b'Lm25,000, imma għall-informazzjoni tal-membri ta' l-oppożizzjoni, il-progress li dejjem sar f'San Vinċenz De Paule taħt gvern Nazzjonalista se jkompli, u b'ritmu iktar mgħaġġel.", "Fi ftit ġranet oħra se jingħata bidu għal proġett kbir ieħor li se jkun maqsum f'żewġ fażijiet.", "L-ewwel fażi tikkonsisti fit-twaqqigħ u bini mill- ġdid ta' blokk ta' tliet sulari tal-male wards 1, 2, 3 u 4.", "Se jitkompla r- refurbishment u l-immodernizzar ta' swali oħra.", "Se jitkompla wkoll il- proċess ta' kompjuterizzazzjoni.", "Se titlesta s-sistema l-ġdida tat- telephones.", "Se jiżdied in-nursing u l-caring staff.", "Se jissaħħu s- servizzi edukattivi, dawk ta' social work u t-taħriġ lill-customer care.", "Se tinfetaħ librerija għall-użu ta' l-anzjani u ta' l-impjegati.", "Se jiżiedu l-attivitajiet soċjo-kulturali.", "Hemm ippjanat titjib fit-trasport tar-residenza, anke bix-xiri ta' coaches ġodda.", "Qiegħda tiġi studjata – u din hija mportanti ħafna – il-possibilita` ta' bini ta' wing ta' flatlets li jkunu aċċessibbli kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b'diżabilita`, f'parti mir-residenza fejn diġa' saret l-iskavazzjoni ta' l- art.", "Jien naħseb li ħadd ma jista' jgħid li l-fondi tal-welfare committee m'humiex qed jiġu utilizzati tajjeb, għall-ġid ta' l-istess anzjani.", "Wara kollox, anke l-akbar kontribuzzjoni li jista' jħallas resident f'San Vinċenz De Paule hija ferm 'il bogħod minn kemm qed jiswa lill-gvern kull anzjan f'din ir-residenza, u ċioe` madwar Lm19 kull jum.", "Qabel ma nieqaf nitkellem dwar San Vinċenz De Paule, ma rridx ninsa nsemmi l-għaqda \"Friends of St. Vincent De Paule\", li l-membri tagħha jagħmlu xogħol volontarju, anke kuljum, u b'sagrifiċċju personali, biex jaraw li din ir- residenza tkompli miexja fit-triq tal-progress.", "Rigward id-djar residenzjali fil-komunita`, fil-preżent hemm 460 persuna li jabitaw fis-sebat idjar li l-gvern għandu f'Malta.", "Matul din is-sena, is- servizzi offruti f'dawn id-djar żammew il-livell għoli li huma magħrufa għalih.", "Ġew impjegati numru ta' care workers u assistant care workers biex b'hekk, l-attenzjoni li tingħata lill-anzjani tkompli tiżdied u tmur għall- aħjar.", "L-anzjani residenti f'dawn id-djar qed jibbenefikaw mis-servizzi ta' physiotherapy u occupational therapy.", "F'din is-sena, l-occupancy tad- dar ta' l-Imsida żdiedet b'10, billi fejn qabel kien hemm id-dining room inbnew 5 kmamar ġodda.", "Rigward id-dar tal-Gżira, hemmhekk kellu jsir xogħol strutturali, upgrading u refurbishment.", "Id-dipartiment ta' l-anzjani għandu quddiemu waiting list ta' madwar 700 persuna, u din qiegħda dejjem jiżdied.", "Għalhekk ridna naraw kif nistgħu almenu ntaffu din il-problema.", "Wara ħafna taħdidiet u evalwazzjoni ta' l- options kollha, wasalna għall-konklużjoni li triq waħda tista' tkun li l- gvern jidħol f'partnership mas-settur privat biex iżid is-servizzi residenzjali tiegħu.", "Fil-fatt, għall-ewwel darba fl-estimi ta' dan il- budget, taħt vot 14 rikorrenti, il-paragrafu \"Programs and Initiatives\", item 5029, jgħid \"residential care in private homes: Lm150,000\" .", "Permezz ta' dan il-vot, id-dipartiment ta' l-anzjani se jkun jista' jixtri sodod fis-settur privat, wara li jara li l-kundizzjonijiet li jagħmel għas- salvagwardja tad-dinjita` u l-indipendenza ta' l-anzjani jkunu milqugħa.", "Id-dipartiment bħalissa qiegħed jagħmel assessment tat-talbiet li kellu wara li ġiet ippubblikata expression of interest.", "Fil-fatt f'din il-ġimgħa għandha ssir laqgħa ta' informazzjoni ma' dawk li pprofessaw l-interessi tagħhom.", "Hemm ħafna aspetti li jridu jiġu studjati u evalwati qabel ma tittieħed deċiżjoni finali.", "Jiena fiduċjuż li din it-triq ġdida li se naqbdu se tkun suċċess u permezz tagħha se nkunu nistgħu almenu ntaffu l- problema tal-waiting list eżistenti.", "Jekk din it-triq tirnexxi, żgur li jinfetħu orizzonti ġodda fil-kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u s- settur privat fil-qasam ta' l-anzjani u l-persuni b'diżabilita`.", "Matul din is-sena rajna jekk huwiex possibbli li nżidu n-numru ta' sodod residenzjali fid-djar eżistenti.", "Wasalna għall-konklużjoni li fid-dar ta' Bormla nistgħu nżidu numru sostanzjali ta' sodod mingħajr ma ntellfu xejn mis-sbuħija u l-kumdita` ta' din id-dar.", "Ix-xogħol meħtieġ diġa' beda u qiegħed fi stadju avvanzat ħafna, tant li sa l-aħħar ta' dan ix-xahar ikun lest.", "B'hekk, mill-bidu tas-sena l-ġdida, id-dar ta' Bormla se tkun tista' tilqa' fiha numru akbar ta' anzjani.", "Dan huwa rifless fl-estimi wkoll, fejn insibu żieda ta' Lm100,000 fuq is-sena ta' qabel.", "Huwa ttamat li s-servizz residenzjali jkompli jikber anke fis-sena 2003, meta għandha titlesta r- residenza tal-Mellieħa, li se tkun immirata biex tilqa' fiha anke persuni b'diżabilita`.", "Il-pjanti relattivi qegħdin quddiem il-planning authority waqt li l-ispiża tal-bini ta' din id-dar se tkun għall-karigu tal-welfare committee.", "Aħna rridu nieħdu kull triq li tista' tgħinna biex inżidu s-servizzi residenzjali, kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b'diżabilita`, iżda f'kull każ se noqogħdu attenti biex kull servizz ta' akkomodazzjoni għall-anzjani u persuni b'diżabilita`, ikun min ikun qed jipprovdih, ikun jiggarantixxi kura kwalitattiva li tħares fost affarijiet oħra id-dinjita`, il-privatezza u d-dritt ta' l-għażla tal-persuna konċernata.", "Huwa għalhekk li dalwaqt toħroġ white paper dwar liġi li tirregola s-servizzi fid-djar ta' l-anzjani u persuni b'diżabilta`, magħrufa bħala r-residential care act.", "Sur President, naħseb li hawn qbil ġenerali li l-kwalita` ta' ħajja li qed jgħixu l-anzjani llum hija ferm ogħla minn dik li kienu jgħixu 15-il sena ilu.", "Sa dak iż-żmien, fil-pajjiż kienet għadha tipprevali l-mentalita` li kien biżżejjed li lill-anzjani tingħatalhom pensjoni tajba biex jgħixu ħajjithom fil-kumdita`.", "Għall-grazza t'Alla din il-mentalita` ġiet kważi eradikata u rnexxielna ndaħħlu kultura ġdida dwar l-anzjani li fiha hemm imsawwar il-kunċett tat-tisħiħ tad-dinjita` u tal-prestiġju ta' l-anzjani, biex b'hekk intejjbu l-image ta' l-anzjan u tax-xjuħija.", "Fil-bidu ta' dan il-millennju, l-anzjani se jkunu l-ikbar protagonisti fil- pajjiżi tad-dinja kollha, għax se jikkaġunaw il-bidla demografika globali li se sseħħ.", "Anke pajjiżna se jesperjenza din il-qabża kbira fil- popolazzjoni ta' l-anzjani, u allura lkoll flimkien irridu naraw li l- kwalita` tal-ħajja ta' l-anzjani tagħna tkompli titjieb biex f'pajjiżna verament ikollna dik is-soċjeta` għal kull eta` li lkoll nixtiequ, soċjeta` Maltija li rridu li fiha ħadd ma jibqa' lura, soċjeta` inklussiva u mhux esklużiva.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, huwa pjaċir tiegħi li nagħlaq dan id-dibattitu li nfirex fuq żewġ seduti, u li qed jitratta l-estimi tal- Ministeru għall-Politika Soċjali, estimi mportanti ħafna għax kulħadd jaqbel li l-qasam tal-politika soċjali huwa l-fus ta' l-attivita` tagħna, huwa dak iċ-ċentru li madwaru aħna nieħdu pjaċir nirrikonoxxu l-vantaġġi jew l-avvanzi li nkunu qed nagħmlu fl-ekonomija, fil-ħolqien tal-ġid, fl- opportunitajiet, biex imbagħad naraw il-ġid li jissarraf mal-familji tagħna, mal-ħaddiema, ma' dawk li jsibu ruħhom fi żvantaġġ jew f'diffikulta`.", "Xtaqt nibda dan id-diskors billi l-ewwelnett nirringrazzja lill-kelliema kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra għall-kontribut li huma taw biex f'dan id- dibattitu stajna nagħtu ħarsa lejn il-qasam tal-politika soċjali, lejn x'sar matul it-12-il xahar li għaddew, filwaqt li nagħmlu analiżi tal-flus li dan il-parlament qiegħed jiġi mitlub jivvota ħalli fit-12-il xahar li ġejjin inkunu nistgħu nkomplu nagħmlu l-qabża ta' kwalita` fil-ħajja tal- poplu Malti.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq affarijiet żgħar.", "Jien dejjem nenfasizza l-fatt li per eżempju għas-sena d-dieħla, mingħajr ma ninkludu l-vot kapitali, qegħdin nitkellmu fuq spiża rikorrenti ta' Lm278 miljun, jiġifieri ftit inqas minn nofs l-ispiża totali ta' dan il-pajjiż.", "Fl-aħħar ta' dan id-dibattitu se nkunu qed nivvutaw għal kważi nofs l- ispiża totali ta' dan il-pajjiż.", "Dan il-fattur jikkonferma kiemm dan huwa ministeru importanti, mill-aspetti kollha, kemm mid-dimensjoni umana kif ukoll minn dik ekonomika u soċjali.", "Ir-ringrazzjament tiegħi allura jmur għall-kelliema li ħadu sehem f'din id- diskussjoni, b'mod speċjali s-segretarju parlamentari l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, mhux għall-intervent tiegħu tal-lejla imma għax-xogħol kollu li għamel matul it-12-il xahar li għaddew u għall-impenn li wera flimkien ma' tant nies oħrajn, fosthom ukoll deputati f'din il-Kamra.", "Bis- saħħa tal-ħidma tagħhom, għamilna bidla, u matul is-sena li ġejja se nkomplu nagħmlu l-qabża fil-kwalita` li tant nixtiequ.", "Ringrazzjament speċjali jmur għall-ħaddiema kollha li direttament jew indirettament, jaqgħu taħt dan il-ministeru, u li mingħajr ix-xogħol tagħhom żgur li ma konniex inkunu nistgħu naslu fejn wasalna.", "Bħala introduzzjoni għal dan l-għeluq min-naħa tiegħi, nixtieq nitkellem dwar il-budget per se.", "Aħna fassalna dan il-budget fuq il-messaġġ \"insaħħu lil pajjiżna\", għax aħna nemmnu li qegħdin fil-politika proprju għal dan l- iskop.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawnhekk biex kulħadd ipinġi kollox ileqq jew kollox iswed.", "M'aħniex qegħdin hawnhekk biex ngħidu li lħaqna l- perfezzjoni jew biex ngħidu li solvejna l-problemi kollha tad-dinja.", "Le, aħna qegħdin fil-qasam tal-politika biex ġenwinament infittxu dak li hu fl- aħjar interess tal-pajjiż, inwarrbu dak li hu ta' interess partiġġjan u naraw kif lil pajjiżna nistgħu nsaħħuħ, speċjalment fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu llum, fejn din il-gżira ċkejkna, trid jew ma tridx, ikollha tikkumbatti kontra l-mewġ, kontra dak kollu li jiġri madwarna.", "Illum, dak kollu li jseħħ fid-dinja moderna, b'xi mod jew ieħor se jaffetwana, kemm is- sitwazzjoni tal-Palestina kif ukoll il-gwerra fl-Afganistan, it-traġedja li seħħet fi New York u l-kriżi ekonomika f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti setturi elettroniċi li ħakmet lill-Asja u lill-pajjiż ta' madwarha ftit tax- xhur ilu.", "Kieku kellna nagħsru dan il-budget naraw li l-messaġġ tiegħu hu li aħna qed nagħmlu ħilitna biex insaħħu lil dan il-pajjiż, għax jekk insaħħuħ ikun jista' jirkeb l-opportunitajiet u l-isfidi kollha li qed jiffaċċja llum u li jrid jiffaċċja bilfors fix-xhur li ġejjin.", "Sur President, mill-bidu nett spjegajna x'kienet il-formula ta' dan il- gvern, mhux għal dan il-budget biss.", "Tajjeb li nenfasizzaw il-fatt li wieħed m'għandux iħares lejn dan il-budget bħala xi ħaġa maqtugħha minn dak li għamilna fis-sentejn ta' qabel.", "Dan il-budget huwa ġebla oħra fil-bini tal-proċess li aħna addottajna biex lil dan il-pajjiż nibnuh u nkomplu nsaħħuħ.", "Għalhekk, l-ewwel budget ta' dan il-gvern kien importanti, it- tieni budget kien importanti wkoll, u dan it-tielet budget huwa importantissimu, għax ikompli jikkonferma l-mixja li tlaqna biha tliet snin ilu, u ċioe` li nsaħħu l-qasam finanzjarju ta' pajjiżna, nindirizzaw id- deficit u nkunu ċerti li l-finanzi tal-pajjiż qed jintefqu skond il- prioritajiet tagħna, qed imorru fil-bwiet li nixtiequ aħna, u b'mod partikolari fil-qasam soċjali, qed nattakkaw l-abbużi u ndaħħlu l-kultura li kulħadd għandu jħallas dak li għandu jħallas, biex il-pajjiż ikun jista' jwieżen lil min hu batut u dgħajjef.", "Dan huwa budget qed ikompli jibni fuq dan kollu, qed ikompli jinvesti biex jixpruna l-ekonomija ta' pajjiżna, ħalli din tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Għamel sew il-Ministru tal-Finanzi li spjega li dan huwa budget, fost affarijiet oħra, pro-business, huwa budget li jgħin lill-qasam tan-negozju u lis-self-employed iż-żgħir, proprju għax jemmen li huwa mportanti li l- ekonomija tal-pajjiż timxi 'l quddiem.", "Jien norbot dan il-fatt mal- politika soċjali, għax inkunu qegħdin noħolmu jekk mingħalina li nistgħu nsaħħu l-qasam soċjali mingħajr ma fl-istess ħin naraw li l-qasam ekonomiku ta' pajjiżna jkun qed jimxi 'l quddiem.", "Allura, tisħiħ fl-ekonomija jissarraf fit-tisħiħ tal-politika soċjali, u viċi-versa.", "Dan il-punt partikolari żviluppah tajjeb ħafna l-Onor.", "Jason Azzopardi meta spjega dak li se nkunu qed nippubblikaw fil-ġranet li ġejjinu ċioe` l- bidliet li se jsiru fil-qasam tal-liġijiet tax-xogħol, proprju bil- filosofija li tisħiħ fil-qasam soċjali jissarraf f'tisħiħ ekonomiku u tisħiħ fil-qasam ekonomiku jissarraf imbagħad f'tisħiħ fil-qasam soċjali.", "Din hija l-politika tagħna, il-filosofija tagħna, u forsi din hija wkoll id- differenza bejn din in-naħa u n-naħa l-oħra tal-Kamra, għax il-partit Laburista, meta tliet snin ilu, mhux tletin sena ilu, kien fil-gvern, dan kien l-iżball kbir li għamel, u ċioe` li ma rrealizzax li wieħed ma jistax idgħajjef lill-qasam soċjali, jitlef il-kuxjenza soċjali u jsaħħaħ l- ekonomija, għax dawn iż-żewġ affarijiet imorru ma xulxin.", "Sur President, dan huwa budget li se jkompli jinvesti biex jinħolqu opportunitajiet tax-xogħol, se jkompli jinvesti fl-edukazzjoni ta' uliedna u se jżomm il-politika soċjali fiċ-ċentru ta' l-attenzjoni.", "X'inhu wara kollox eżerċizzju ta' budget?", "X'qegħdin nagħmlu flimkien f'din il-Kamra?", "Qegħdin nagħtu ħarsa lura lejn dak li għamilna fit-12-il xahar li għaddew, mifrux pero' fuq it-tliet snin li għaddew u fuq is-sentejn li għandna quddiemna.", "Dan l-eżerċizzju jgħinna nħarsu 'l quddiem biex infasslu aħjar il-futur ta' pajjiżna.", "Minkejja li qed infasslu t-12-il xahar li ġejjin, żgur li qed ifasslu ħafna iżjed minn hekk, għax bid-deċiżjonijiet li qed nieħdu u bil-bidliet li nagħmlu fil-liġijiet tagħna, qegħdin infasslu l- ġejjieni ta' pajjiżna.", "Għalhekk dan huwa budget importanti, għax bid- deċiżjonijiet u bil-flus li qed nivvutaw illum, se nagħmlu differenza fil- ġejjini ta' pajjiżna.", "Jien segwejt il-kritika tal-membri ta' l-oppożizzjoni, u l-ewwelnett irrid ngħid li din il-kritika jien napprezzaha, għax fl-eżerċizzju demokratiku, il-kritika ta' l-oppożizzjoni hija neċessarja.", "Aħna nikkompetu ma' xulxin pero' nisimgħu lil xulxin, u l-valur li nagħtu jiddependi minn ħafna ċirkostanzi.", "Kif kont qed ngħid, dalgħodu segwejt il-kritika ta' sitt kelliema, u innutajt li għalkemm ħadu sehem sitt kelliema, setturi sħaħ minn dan il-ministeru tal-politika soċjali lanqas biss issemmew.", "'Il quddiem ngħid liema huma, pero' ladarba dawn ma ssemmewx, jien nassumi li kritika fil-konfront tagħhom m'hemmx, li dawn is-setturi mexjin 'il quddiem, u allura dan hu ċertifikat pożittiv għall-ħidma tal-gvern.", "Imma għal mument, qabel ma ngħaddi għal dan, se niffoka ftit fuq il-punti ta' kritika li ssemmew mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni, u kemm jista' jkun nipprova nolqot ħafna mill-punti li saru, b'mod speċjali dawk li ma ġewx imwieġba mill-kelliema ta' qabli jew dawn li minkejja li ġew imwieġba, jien nista' nżid xi ħaġa oħra.", "Nibda' per eżempju b'punt li sar mill-kap ta' l-oppożizzjoni meta wieġeb għad-diskors tal-budget fil-ġimgħa li għaddiet, fejn meta kien qed jitkellem dwar il-qagħad f'pajjiżna, qal li 40% ta' dawk li m'humiex qegħdin jaħdmu huma żgħażagħ.", "Jiena hawnhekk għal darb'oħra ngħid li jekk se nikkritikaw, ejjew nagħmlu dan b'onesta' lejn xulxin.", "Il-kap ta' l- oppożizzjoni ħa din iċ-ċifra mil-labour force survey.", "Aħna kemm-il darba għedna, pero' se nerġa' ngħidha, forsi tidħol f'moħħ min għandha tidħol, li l-labour force survey jistaqsi lil dawk li għandhom 15-il sena u iktar, jiġifieri l-labour force survey jikkwotaha ċ-ċifra ta' 40% għal dawk li huma bejn il-15 u l-24 sena.", "Din il-Kamra taf, anzi, il-poplu Malti jaf, li żagħżagħ ta' 15-il sena ma jitħallewx jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC.", "Mhux talli hekk, talli skond il-liġi lanqas dawn lanqas biss jistgħu jaħdmu.", "Allura din hija d- differenza bejn il-labour force survey u ċ-ċifri tal-qagħad ta' l-ETC.", "Barra minn hekk, il-labour force survey huwa bbażat fuq sample ta' 6,000 persuna.", "Alla jbierek, l-oppożizzjoni tibbaża fuq il-labour force survey imma ma tagħtix każ tas-survey li sar mill-programm \"Xarabank\", li juri li dan il-gvern kaxkar lill-oppożizzjoni Laburista f'dik li hi popolarita`.", "Is-survey tal-gazzetta \"The Malta Independent\" jgħid li dan il-budget kellu popolarita` ma' 63% tal-poplu Malti, imma għall-partit Laburista, f'dan is- survey hemm it-tbagħbis.", "Għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-aqwa wieħed huwa l-labour force.", "B'daqshekk ma ġara xejn, għax wara kollox, aħna nieħdu in konsiderazzjoni anke ta' dan il-labour force survey, pero' ejjew nirraġunaw, u meta nqabblu ngħidu like with like.", "Iċ-ċifra ta' 40% qagħad ma tistax tiġi kkwotata għax kif diġa' għedt, min għandu 15-il sena ma jistax jirreġistra għax- xogħol ma' l-ETC.", "Din iċ-ċifra m'hijiex waħda realistika għall-analiżi u għall-argument li qed isir.", "Il-perċentwali ta' żgħażagħ qiegħda li tirriżulta mill-ETC hija ta' 28%.", "Jekk wieħed jinnota ftit l-istatistika, tul dawn l-aħħar 10 snin dan il- persentaġġ dejjem kien bejn 27% u 30%, jiddependi minn meta ssir il- mistoqsija.", "Jekk din issir f'Lulju jew f'Awissu, in-numru se jkun ftit ikbar, għax f'dawk ix-xhur ikun hemm ħafna żgħażagħ li spiċċaw mill-iskola sekondarja u bdew jirreġistraw għax-xogħol.", "Jekk din il-mistoqsija ssir f'Jannar jew fi Frar, in-numru ta' żgħażagħ qiegħda jkun baxx.", "Pero' l- medja hi ta' 28%.", "Sur President, il-membri ta' l-oppożizzjoni il-ħin kollu jakkużawna bi tbagħbis fiċ-ċifri u bid-differenza bejn iċ-ċifri tal-labour force survey u dawk ta' l-ETC. f'dan il-pajjiż m'hijiex qed issir xi bravura.", "Aħna qed nagħmlu l-istess bħalma jagħmlu pajjiżi oħra.", "Hawnhekk għandi dokument, u nitlob il-permess biex inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, li juri li f'pajjiżi oħra li għandhom sistema ta' reġistrazzjoni bħalma għandna aħna, ukoll hemm differenza bejn il-labour force survey li jagħmlu u l- istatistika li toħroġ mill-employment corporation tagħhom.", "Skond l-ETC, dawk li qed jirreġistraw jilħqu l-persentaġġ ta' 4.8%, waqt li l-labour force survey juri li n-nies qiegħda jammontaw għal 6.5% tal-popolazzjoni, jiġifieri hemm differenza ta' 1.7%. hawnhekk m'iniex se nsemmi l-pajjiżi kollha, imma se nsemmi biss pajjiż wieħed li għandu l-istess sistema bħal tagħna, u ċioe` l-Isvizzera.", "Fl-Isvizzera ta' veru, mhux f'dik fil-Mediterran, skond is-sistema tagħhom, 2% tal-popolazzjoni huma unemployed, waqt li skond il-labour force survey tagħhom, din iċ-ċifra hi ta' 7.6%.", "Allura issa x'se nagħmlu?", "Se ngħidu lill-Isvizzeri li għandhom it-tbagħbis fl-istatistika?", "Allura fl- Isvizzera, li tant irridu nikkupjaw u li skond l-oppożizzjoni, għandha tkun ta' mudell għalina, għaliex hemm diskrepanza ta 5.6% bejn il-labour force survey u s-sistema tar-reġistrazzjoni?", "Aħna kemm-il darba spjegajna li rridu noqogħdu attenti kif nagħmlu l-paraguni, għax iż-żewġ sistemi m'humiex bħal xulxin, imma huma żewġ biċċiet għodda differenti li jgħinuna niksbu stampa kemm jista' jkun preċiża ta' x'inhi s-sitwazzjoni tal-qagħad f'pajjiżna.", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni qalulna li aħna għamilna reviżjoni taċ-ċifri kollha li kellna fl-unemployment.", "Jien se nirrepeti dak li qal diġa' il- Prim Ministru, u ċioe` li meta fil-gvern, tliet snin ilu kien hemm il- partit Laburista, u Ministru minfloki, responsabbli għal dan il-qasam, kien hemm il-professur Edwin Grech, dan ukoll kien għamel eżerċizzju ta' reviżjoni.", "Anke hawn, ejjew inkunu onesti ma' xulxin.", "Fl-eżerċizzju ta' reviżjoni, il-professur Edwin Grech, bl-għajnuna ta' Alfred Grixti, membru ta' l-ETC, kien għamel reviżjoni taċ-ċifri mill-1997 lura sa l-1994.", "Dak iż-żmien jien niftakarni nikkritika lill-professur Grech għax għamel din ir- reviżjoni fuq firxa ta' 4 snin.", "Issa kulma għamilna aħna hu l-istess eżerċizzju li kien beda l-professur Edwin Grech imma bid-differenza li morna lura sa l-1983, għax il-kotba tax-xogħol li hemm stored kienu kollha jaslu sa l-1983. aħna ħadna d-data kollha, daħħalnihom fil-computer, u llum għandna stampa preċiża, għax naddafna s-sistema min-nies li mietu, minn dawk li kien spiċċaw mix-xogħol u m'avżawniex.", "Jien nittama li din is- sistema tibqa' tinżamm nadifa.", "Hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex nappella lill-employers kollha, kemm dawk tas-settur pubbliku kif ukoll dawk tas- settur privat, biex meta jimpjegaw lil xi ħadd, javzaw lid-dipartiment immedjatament, biex ma jirrovinawx ix-xogħol kollu li sar.", "Sur President, kritika oħra saret fir-rigward tat-tnaqqis tal-voti fil- qasam soċjali, fl-old age pension u fiċ-children allowance.", "L-ewwelnett, fil-budget tas-sena li għaddiet, jiġifieri l-budget għas-sena li qegħdin fiha, il-vot approvat għall-qasam kollu tal-politika soċjali kien ta' Lm274 miljun.", "Għas-sena d-dieħla, dan il-gvern qed jivvota Lm278 miljun, jiġifieri l-vot żdied u mhux naqas.", "L-oppożizzjoni għamlet ċerti mistoqsijiet għax mid-dehra ma setgħetx tifhem.", "Jiena hawnhekk nappella biex l-analisi taċ-ċifri ma tkunx superfiċjali.", "Parti mill-kritika ta' l-oppożizzjoni kienet tirrigwardja l-pensjoni mhux kontributorja, jiġifieri dik il-pensjoni li tingħata lil min qatt ma jkun ħallas bolla, u allura ma jkunx intitolat għall-pensjoni kontributorja, imma li jkun jikkwalifika għall-means test.", "Il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Chircop kienet kif minkejja li l-gvern għolla s-ceiling, in-numru ta' nies intitolati għal din il-pensjoni naqas.", "Kieku l-Onor.", "Chircop jieqaf u jaħseb ftit jirrealizza mill-ewwel li n-numru ta' nies li huma intitolati għall-old age pension, tul is-snin bilfors irid jonqos u mhux jiżdied, (Interruzzjonijiet) Arah Sur President, l-Onor.", "Chircop ma jissaportix li xi ħadd jgħidlu li għamel żball!", "Sur President, iċ-ċittadini Malti iħallsu l-bolla, u allura, peress li n- numru ta' nies li jikkwalifika għall-pensjoni kontributorja qiegħed jikber u mhux jiċkien, awtomatikament, in-numru ta' nies intitolati għall-old age pension bilfors li jonqos.", "Peress li aħna attakkajna l-abbużi u skoprejna li hemm numru ta' nies li kienu jirċievu l-old age pension, imma għax qed jaqbżu l-massimu stabbilit bil-liġi bi ftit mijiet jew ftit eluf, qed jitilfu din il-pensjoni, dehrilna Ii dan m'huwiex ġust, u għalhekk naħsbu li wasal iż-żmien li nagħmlu xi ħaġa dwar din il-kwestjoni.", "Fil-fatt f'dan il-budget ittieħdet id-deċiżjoni li s-ceiling għall-koppji miżżewġin, minn Lm7,000 jitla' għal Lm10,000, u dak għal persuna single, minn Lm4,000 jitla' għal Lm6,000.", "Sur President, ikolli ngħid li meta tkellem dwar iċ-children allowance, l- Onor. Chircop reġa' żelaq.", "Hu argumenta li n-numru ta' familji li huma ntitolati għal din l-allowance qiegħed jonqos minħabba ż-żidiet sostanzjali fil-pagi li ngħataw permezz tal-ftehim kollettiv li dan il-gvern iffirma mal-ħaddiema tas-settur pubbliku u mal-unions.", "Jien ma naħsibx li l-Onor.", "Chircop kien qed jgħidilna li jmissna nistħu li tajna dawn iż-żidiet!", "Li ma jafx l-Onor.Chircop – u huwa għalhekk li qed jitkaża għax in-numru ta' benefiċċjarji naqas – hu li minħabba l-mod ta' kif taħdem is-sistema taċ- children allowance, l-effett taż-żidiet fil-pagi li ngħataw la nħass fis- sena li għaddiet u lanqas f'din is-sena, imma se jibda' jinħass mis-sena d- dieħla.", "I", "Il-kalkolu taċ-children allowance jinbena fuq id-dħul dikjarat għas-sena ta' qabel, jiġifieri jekk mill-1 ta' Jannar 2001, kap ta' familja beda jieħu żieda fil-paga tiegħu, l-impatt fuq iċ-children allowance se jinħass fis-sena d-dieħla, u allura l-argument kollu ta' l-Onor.", "Chircop jaqa'.", "Ir- raġuni għaliex in-numru ta' benefiċċjarji taċ-children allowance qiegħed jonqos hija marbuta mal-kompożizzjoni tal-familja Maltija u hija dovuta għal din iċ-ċirkostanza ewlenija.", "Fid-diskors tal-budget intqal li mis- sena li għaddiet għal din is-sena kien hemm qabża fil-medja tad-dħul tal- ħaddiema, qabża li allura tindika li dan il-pajjiż m'huwiex għaddej minn xi diżastru, li f'dan l-pajjiż m'huwiex veru li kollox sejjer ħażin, li kulħadd qed imut bil-ġuħ u li l-kundizzjonijiet qed imorru lura.", "Jekk il- kundizzjonijiet qed jitjiebu, allura huwa ovvju li d-dritt għaċ-children allowance qiegħed jonqos.", "Quddiem dan kollu allura l-oppożizzjoni trid tiddeċiedi dwar jekk tridx li s-sistema taċ-children allowance tibqa' kif inhi, jiġifieri tkun l-ogħla ammont ta' children allowance jingħata lil dik il-familja li għandha l- inqas dħul, u l-inqas ammont jingħata lil dik il-familja li għandha l-ogħla dħul, jew inkella tridx li nbiddlu s-sistema.", "Jien nixtieq li l- oppożizzjoni tgħidilna jekk tridx li lil min jaqla' Lm18,000 jew Lm20,000 fis-sena, nagħtuh iċ-children allowance.", "(Interruzzjonijiet) Issa point of order?", "Sur President, jien lil kulħadd ħallejt jitkellem u ma nterrompejt lil ħadd.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karl Chircop, on a point of order.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, il-punt tiegħi kien.....", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela jekk se titkellem dwar il-punt tiegħek, allura m'intix se tagħmel point of order, u għalhekk jien nirrifjuta.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, l-oppożizzjoni trid tifhem li l-kwestjoni tal-benefiċċji kontributorji m'hijiex dwar jekk il-gvern jivvutax jew le somma flus....", "L- approprjazzjoni tal-voti għall-benefiċċji kollha li jaqgħu taħt id- dipartiment tas-sigurta` soċjali, prattikament issir b'mod awtomatiku, jiġifieri aħna ma niddeċidux li nirrifjutaw lil ċerti applikanti, għax kull min hu intitolat għal xi benefiċċju, għandu d-dritt li jieħdu.", "Il-verita` hi li aħna nafu preċiż xi nfaqna fl-2001, mhux x'ivvutajna għal din is- sena, imma x'se jkun tħallas sa l-aħħar ta' Diċembru, u għalhekk ma nagħmlux l-iżball li nkejjlu ma' dak li ġie vvutat fil-bidu tas-sena.", "Il- kejl irid ikun bejn dak li attwalment tħallas bħala benefiċċju.", "Aħna naraw xi tħallas matul din is-sena f'dawk li huma benefiċċji, jiġifieri l- pensjonijiet, iċ-children allowance u benefiċċji oħra, u nikkalkolaw il-vot tagħna għas-sena d-dieħla fuq is-somma li tirriżulta.", "Jekk imbagħad, f'daqqa waħda, in-numru ta' persuni ntitolati għal xi benefiċċju jiżdied, l- approprjazzjoni, skond il-liġi tas-sigurta` soċjali, bilfors ikollha tħallas.", "Sur President, żball ieħor li għamel l-Onor.", "Chircop kien meta rrimarka li l-foster carers se jingħataw Lm1,000.", "L-ewwelnett, hawnhekk kien qed jikkwota vot li m'għandu x'jaqsam xejn mas-sigurta` soċjali, għax jaqa' taħt id-dipartiment tal-family welfare.", "Dan il-vot jingħata lil dan id- dipartiment biex ikunu jistgħu jitħallsu dawk l-esperti li jiġu ngaġġati biex jagħmlu home study reports.", "Il-flus li se jingħataw bħala allowance lill-foster carers u ż-żieda li se tingħata lil dawk l-istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb lit-tfal b'care orders, ma jaqgħux taħt dak il-vot imma taħt il-vot sħiħ tas-social security, jiġifieri hawnhekk l-Onor.", "Chircop għamel żball.", "Bħalissa f'pajjiżna hawn 400 tifel u tifla b'care order, filwaqt li hawn 82 familja li daħlu għar-responsabbilta` ta' foster care, li tfisser li qed jagħtu ċans lil tifel jew tifla li minflok jgħix fi stitut, jgħixu f'ambjent ta' familja.", "Dan huwa breakthrough kbir, u għalhekk għandna nkunu kburin li ħadna dan il-pass.", "Sur President, ta' min jgħid li jien ġejt ikkritikat anke fir-rigward tal- persuni b'diżabilita`, pero' ddispjaċini l-iktar meta lbieraħ, waqt id- diskussjoni dwar il-vot għall-edukazzjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo qal li minflok noqgħod jikkritika lill-Onor.", "Alfred Sant, ikun aħjar kieku mmur naħli l-enerġija tiegħi fil-qasam tal-persuni b'diżabilita`.", "L-ewwelnett jien mhux għall-Onor.", "Alfred Sant bħala persuna kont qed nirriferi imma għall-politika li titressaq min-naħa tiegħu bħala Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "U jien nittama li kemm jista' jkun nibqa' dejjem b'dan il-kunċett f'moħħi u mhux nirriferi għall-individwu, imma lanqas huwa sew li jiġu hawnhekk il- kelliema ta' l-oppożizzjoni u jagħmlu statements bl-addoċċ.", "Per eżempju, dawn qalulna li naqqasna l-flus ivvotati lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita` u lill-adult training centres bi Lm30,000.", "U r-risposta tiegħi hi li kieku kelli nqabbel l-ispiża rikorrenti għall- adult training centres bejn l-1997 u llum insib li filwaqt li fl-1997 l- Amministrazzjoni Laburista kienet ivvotat Lm561,000 u fl-1998 kienet ivvotat Lm700,000, din is-sena aħna vvutajna Lm893,000 u għas-sena li ġejja qegħdin nivvutaw Lm882,000.", "Bħala kapital lill-kummissjoni gvern Laburista kien ivvutalha Lm195,000, filwaqt li aħna qegħdin nivvutaw lill-istess kummissjoni Lm240,000.", "Għas-supported living imbagħad gvern Laburista ma kien ivvota xejn filwaqt li aħna qegħdin nivvutaw Lm85,000.", "Jiġifieri t-total li qegħdin nivvutaw aħna għal dan il-qasam huwa ta' Lm1,287,000.", "Barra minn hekk irrid niġbed l-attenzjoni li hemm vot ta' Lm150,000 li din is-sena ma ntnefaqx u li hemm l-awtorizzazzjoni li dan jiġi carried forward għas-sena 2002.", "Dan ifisser li kuntrarju għal dak li qed jakkużawna bih l-oppożizzjoni, aħna qegħdin nivvutaw somma record ta' Lm1,437,700 lill-qasam tal-persuni b'diżabilita`, liema somma tiġi tammonta għal żieda ta' 31% fuq dak li kien ivvota l- Partit Laburista fl-aħħar sena li għamel fil-gvern.", "Sur President, dan minbarra l-proġetti ta' l-istallazzjoni ta' lifts fil- housing estates tal-gvern fejn mhux biss tajna prijorita` lill-Belt, lill- Furjana u lill-Kottonera, imma għedna li fejn fil-housing estates hemm joqogħdu persuni b'diżabilita` u jkun possibbli, nistallaw il-lifts.", "Kieku dawn kellna nagħmluhom kollha s-sena d-dieħla jiġu jiswewlna Lm1 miljun.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern ma kien ivvota xejn għal dan il- qasam - qalu ħafna affarijiet imma ma vvutaw xejn - filwaqt li s-sena d- dieħla l-housing authority se tkun qed tonfoq madwar Lm1 miljun għal dan il- qasam waħdu.", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni ma semmewli xejn lanqas dwar il-fatt li l- ġimgħa li għaddiet inawgurajt erba' area offices tad-dipartiment tas- sigurta` soċjali u li fihom nfaqna madwar Lm70,000 biex għamilnihom fiżikament aċċessibbli.", "Semmewli mbagħad l-Arka Foundation.", "Dwar dan jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ftehim li ġie ffirmat bejn l-ETC u l-Arka Foundation fil-11 ta' Lulju 2001, b'liema ftehim l-ETC intrabtet li tagħmel tajjeb għat-taħriġ ta' 24 persuna, bil-patt li dan it-taħriġ isir skond il-kriterji li hemm imsemmijin fl-istess ftehim.", "Ma rridx ngħid iżjed fuq hekk, ngħid biss li jiena kommess li ngħin, pero` l-għajnuna trid tingħata fl-affarijiet li nkun konvint li qed isiru kif għandhom isiru għall-aħjar interess ta' lejn min huma indirrizzati u bil-prijoritajiet li għandna.", "Semmewli lil Josephine Cuomo u lil Marcelle Pisani.", "Bir-rispett kollu din il-mistoqsija rrispondejtha ma nafx kemm-il darba u reġa' għamilhieli l- Onor. Chircop mingħajr ma nduna li f'Lulju li għadda u fix-xhur l-oħrajn din il-mistoqsija saritli minn deputati oħrajn min-naħa ta' l-oppożizzjoni, liema domandi jien weġibthom u llum se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istess tweġibiet li jien kont tajt u li fihom jingħad ċar li kien hemm call for applications regolari li d-dokumenti relattivi kont poġġejthom ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien nappella lill-Onor.", "Chircop sabiex qabel jiġi jitkellem fid-diskors tal-budget jipprepara ruħu u jivverifika l- fatti u mhux jiġi hawn u jitkellem mingħajr ma jkun ippreparat.", "Dwar il-health and safety wkoll kellna froġa oħra; żelqa oħra fuq qoxra ta' banana.", "L-Onor.", "Chircop qalilna li hija għarukaża li għamilna dan il- plejtu kollu fuq il-health and safety imbagħad ivvutajnhielha biss Lm190,000.", "U jien ngħidlu li għal darb'oħra għandu żball; janalizza sew iċ- ċifri u mhux jiġi hawn u jitkellem mingħajr ma jkun ipprepara ruħu sew!", "Veru li hemm is-somma ta' Lm190,000 ivvotata għall-health and safety, pero` kieku fittex ftit u studja ftit l-estimi kien jinduna li fl-item li hemm imniżżel taħt l-NPAA hemm ivvota Lm330,000 oħra speċifikament għall-health and safety.", "Irrid insemmi wkoll li - din semmiha wkoll l-Onor.", "Jason Azzopardi - li hemm somma oħra ta' Euro700,000, li jammontaw għal kważi Lm300,000, ivvutata għall-Awtorita` tas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax- Xogħol biex b'esperti li ġejjin mill-Unjoni Ewropea nħarġu lill-inspectors tagħna u nagħtuhom l-għodda li għandhom bżonn biex ikunu effettivi ħalli din l-awtorita` jkollha pjan ta' ħidma effettiv minbarra għajnuniet oħrajn.", "U allura kieku l-Onor.", "Chircop kellu jgħodd Lm190,000, Lm330,000 u Lm300,000 jara li dawn jammontaw għal somma record li qatt ġiet ivvotata fl- istorja ta' pajjiżna għal dan il-qasam.", "Ma kien hemm ebda gvern li vvota somma bħal din għall-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Qalilna mbagħad li għamilna chief executive biss.", "Mela ma jafx li f'Mejju li għadda ppubblikajna fil-gazzetta tal-gvern il-bord kollu tal-health and safety authority biċ-chief executive officer, biċ-chairperson li hija mara, bil-parteċipazzjoni tas-social partners, bir-rappreżentanti tal-unions u bir-rappreżentanti ta' l-employers.", "M'intomx qed issegwu x'inhu jiġri; qed jiġru affarijiet f'pajjiżna u m'intomx qed tindunaw li qegħdin jiġru!", "Tafu min ħlihom dawn it-tliet snin( Min qiegħed bi kwietu hemmhekk u lanqas biss qed jinduna li l-affarijiet qegħdin jinbidlu!", "Semmewli wkoll il-kummissjoni tal-welfare u fuq din jien ngħidilhom li f'dan il-budget ittieħdet id-deċiżjoni li għandha tgħin lill-kummissjoni tal-welfare biex tasal għal soluzzjoni.", "Kieku kellna nisimgħu mill- oppożizzjoni u ma nagħmlu xejn jiġri li s-sistema taż-żewġ terzi li skond il-liġi għandha ceiling massimu xi tħallas, jasal iż-żmien li kulħadd jilħaq dak il-massimu u l-pensjonijiet tagħna jittieklu awtomatikament.", "U dan għax ma nkunu għamilna xejn u ħallejna kollox kif kien bis-sistema li għandna llum.", "Sur President ma xtaqtx nagħlaq dan id-diskors u ma nsemmix ftit mill-baħar ta' affarijiet oħrajn li għamilna u li dwarhom il-kelliema ta' l- oppożizzjoni ma semmewli xejn.", "Per eżempju, ma semmewli xejn fuq l- aġenzija Appoġġ.", "Din hija aġenzija ċentrali li tittratta l-qasam soċjali l- iktar batut fejn għandek vjolenza domestika, child abuse u familji mkissrin.", "Imma taf għaliex ma semmewli xejn( Għax fl-aħħar sena ta' gvern Laburista lanqas biss kien hemm flus biżżejjed biex inkopru l-pagi tal- ħaddiema ta' din l-istess aġenzija.", "Illum il-ġurnata il-Lm290,000 saru Lm800,000 imma mhux dak huwa l-iktar importanti, l-iktar importanti huwa li llum in-numru ta' social workers impjegati ma' l-aġenzija Appoġġ huwa tliet darbiet iżjed minn kemm kien hemm tliet snin ilu.", "Dik hija l-iktar importanti u dik hija l-effettivita` ta' min verament huwa impenjat f'dan il-qasam!", "Sur President, ma semmewli xejn lanqas fuq is-Sedqa li hija l-aġenzija li tittratta l-qasam tad-drogi u li fuqha jiddependu servizzi ta' prevenzjoni, edukazzjoni u awareness f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li l-fatt li l- kelliema ta' l-oppożizzjoni ma semmewli xejn dwar dan ifisser li kollox miexi tajjeb u li huma wkoll jaqblu mal-politika tal-gvern u qed jagħtuna l- isbaħ ċertifikat f'dan il-qasam!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni ma semmew xejn dwar is-sħubija tagħna ma' l- għaqdiet volontarji.", "L-Onor.", "Helen D'Amato tathom lista sħiħa ta' ftehim li ġew iffirmati din is-sena mill-Awtorita` tad-Djar u l-ETC ma' għaqdiet volontarji.", "Erba' ġimgħat ilu kien sar plejtu għax Dar Frate Francesco kienet se tagħlaq minħabba li l-patrijiet hemmhekk ma kellhomx minn fejn ikomplu jagħtu s-servizz li kienu qed jagħtu liż-żgħażagħ li jkollhom problemi.", "Aħna dħalna fi ftehim magħhom, ħriġna eluf ta' liri biex irranġajna l-post u fil-fatt inawgurajnih 15-il ġurnata ilu.", "Imma Alla jbierek minn dan kollu ma ssemma xejn.", "Tafu x'qalu minflok?", "Qalu li hija għarukaża li naqqasna l-flus ta' l-għaqdiet għall-persuni b'diżabilita` u semmewli Dar il-Wens.", "Aħna aqqasna l-fus għal Dar il-Wens( Lil Dar il- Wens din is-sena l-Awtorita` tad-Djar tatha Lm25,000 biex tkun tista' tixtri dar oħra ġewwa l-Kalkara.", "Mhux hekk biss talli tathom flat ġdid f'Għajn Dwieli biex tlieta mir- residenti li kienu f'istituzzjonijiet, ħarġu minn hemmhekk u issa qegħdin jgħixu b'mod indipendenti ġewwa dan l-istess flat.", "Din ġrat din is-sena u ma ndunajtux, qed taħlu l-ħin; għaddej iż-żmien u m'intomx qed tindunaw bil- bidliet kbar li qegħdin nagħmlu.", "Ma semmejtuli xejn fuq il-qasam tal- familja u l-miżuri li għamilna f'dan il-budget fosthom li koppja miżżewġa li llum taqla' sa Lm8,000 se tibda tiffranka Lm145 mill-income tax tagħha.", "Ma semmejtu xejn lanqas fuq it-titjib li għamilna fil-qasam tal-maternity leave, fuq il-bidliet li għamilna biex nipproteġu lin-nisa tqal fuq il-post tax-xogħol u fuq il-programm kollu li għamilna li ssarraf f'rata għolja ta' parteċipazzjoni tal-mara Maltija fil-ħolqien tal-ġid ta' dan il-pajjiż.", "Sur President, ma semmewli xejn fuq id-dipartiment tar-relazzjonjiet industrijali, liema dipartiment għandu rwol tant kruċjali, fuq id-djaolgu soċjali u fuq il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.", "Dwar dan ma semmew xejn jew jekk semmew, semmewh billi wasslu messaġġ verament ħażin.", "Lill-oppożizzjoni jien ngħidilha li għandna bżonn l-appoġġ tagħha; l-attakk li qegħdin nagħmlu fuq l-abbużi ma nistgħux nagħmluh mingħajr l- appoġġ tagħha.", "Jien għamilt eżerċizzju fejn rajt l-aħħar 100 mistoqsija li saruli minn deputati ta' l-oppożizzjoni fuq nies li waqqafnilhom il-benefiċċju soċjali u sibt li 27 minnhom kienu fuq nies li waqqafnilhom il-benefiċċju soċjali għax qbadnihom jiddikjaraw falz.", "U jien ġenwinament nistenna li meta jiġu n-nies igorru għandkom bħalma jiġu għandna mhux tispiċċaw tagħtuhom raġun u tgħidu li li dan il-gvern huwa kattiv.", "Kieku jien m'iniex marbut bil- konfidenzjalita` nagħti aktar dettalji, imma kulħadd jaf li mill-eżerċizzju li għamilna sibna li kien hemm Lm100 miljun f'depożiti li ma kenux iddikjarati u issa minn hawn u ftit ġranet oħra nkun nista' ngħid ukoll ċerta informazzjoni oħra.", "Sur President, kulħadd sema' lill-oppożizzjoni tgħid li ħadd m'hu għar- rimi.", "U jien se nagħlaq billi nagħmel serje ta' mistoqsijiet.", "Per eżempju, x'ngħidlu lill-Professur Kenneth Wain?", "Insejna li lil dan, għax kien esprima ruħu, ridna nqaċċtulu rasu( U lil Dr. Simon Busuttil ngħidulu wkoll?", "U lil dawk kollha li ma jaqblux mal-politika tal-Partit Laburista se ngħidulhom li ħadd m'hu għar-rimi?", "Jew inkella din ngħiduha skond id- daqqa?", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jgħidulna li jridu jdaħħlu l-inizjattiva f'dan il-pajjiż.", "Mela le, indaħħlu l-inizjattiva, imma x'ngħidulu lin-negozjant li ma jafx jekk intomx se żżommu l-VAT jew jekk intomx se ddaħħlu sistema oħra minflokha?", "X'inizjattiva jista' jkollu dan jekk lanqas jaf x'sistema ta' tassazzjoni intom, bħala oppożizzjoni, tridu jew ma tridux għal dan il-pajjiż( X'inizjattiva qed tgħidu li tridu ddaħħlu( Tgħidu wkoll li tridu l-wens.", "X'nagħmel allura?", "Ngħid lill-anzjani li kienu vittma tal-politika tal- Partit Laburista tliet snin ilu – mhux 30 sena ilu - bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li dawn in-nies ivvintawlhom( X'nagħmel?", "Ngħid liż-żgħażagħ li l-wens tagħhom mingħajr il-futur li aħna qegħdin niggarantulhom( L- oppożizzjoni tgħidilna li jridu jagħmlu koalizzjoni soċjali.", "Nispera li din il-koalizzjoni soċjali m'hijiex ma' min qiegħed jabbuża jew m'hijiex ma' min qed nipprovaw indaħħlulu f'rasu li l-affarijiet għadhom isiru kif għandhom isiru.", "Aħna wegħedna li lil dan il-pajjiż insaħħuh, qegħdin insaħħuh u hekk se nkomplu nagħmlu.", "Sur President, qabel nagħlaq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rreferejt għalihom iktar kmieni fid- diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-ħatra ta' training consultant in the disability field mal-Foundation for Social Welfare Services (FSWS), li saru lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali;", "Tagħrif dwar rati ta' qgħad f'pajjiżi Ewropej f'Diċembru 2000 li deher f'rapport intitolat \"Employed Population Revision Exercise Report\" ta' Awissu 2001; u", "Kopja ta' ftehim ta' sħubija bejn il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u l-Fondazzjoni Arka datat 11 ta' Lulju 2001.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda għal Vot 10 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Coleiro.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat kien sospiż fid-9:31p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 10 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Coleiro.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "329 FAVUR: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA: 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 10 - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,352,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 - Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 10 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 11 - SIGURTA` SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 66,836,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 - Sigurta' Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 11 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 13 - FAMILJA U ĦARSIEN SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 643,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Familja u Ħarsien Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 13 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 14 - KURA TA' L-ANZJANI U SERVIZZI FIL-KOMUNITA'", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 12,717,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Kura ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita', kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 14 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 16 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 741,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 16 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT II - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,442,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot II għaddiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Ispeaker.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 10, 11, 13, 14, 15, 16 u II tal-Ministeru għall- Politika Soċjali kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2002", "Il-Ħames Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd; u", "2.", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Tielet Qari.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001 fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.43 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AKKADEMJA TAL-PULIZIJA", "30185.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "29018, jista' jgħid il- Ministru jekk sarux l-intervisti ta' dawk li applikaw biex jidħlu fil-Korp tal-Pulizija?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm daħlu?", "Minn dawk li daħlu kemm għandhom bejn it-18 u 21 sena?", "Minn liema lokalita' ġejjin ir-rekluti l- ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-intervisti ta` dawk li applikaw biex jidħlu fil-Korp tal-Pulizija saru bejn il-25 ta` Ottubru 2001 u s-6 ta` Novembru 2001.", "In-numru ta` applikanti biex jidħlu bħala kuntistabbli fil-Korp tal- Pulizija kien ta` 229, 122 irġiel u 107 nisa.", "Minn dawn : 55 raġel u 41 mara għaddew mill-intervista.", "27 raġel u 34 mara m`għaddewx mill-intervista.", "20 raġel u 22 mara kienu assenti.", "12-il raġel u 7 nisa ma kienux eliġibbli.", "8 irġiel u 3 nisa ma baqgħux interessati u rtiraw l-applikazzjoni.", "B`kollox 72 applikant kienu assenti, jew instabu mhux eliġibbli, jew ma baqgħux interessati.", "Bħalissa dawk li għaddew qed jagħmlu l-eżami mediku.", "Minn dawk li għaddew mill-intervista hemm 45 raġel u 29 mara li għandhom bejn it-18 u l-21 sena.", "Il-lokalitajiet li ġejjin minnhom l-applikanti li għaddew huma kif ġej:", "| | | | |Lokalita` |Irġiel |Nisa | |Attard |1 |2 | |B`Bugia |2 |0 | |B`Kara |6 |4 | |Fgura |2 |0 | |Floriana |1 |0 | |Għargħur |1 |0 | |Kerċem |1 |0 | |(Għawdex) | | | |Victoria |3 |1 | |(Għawdex) | | | |Xagħra |1 |0 | |(Għawdex) | | | |Nadur |3 |0 | |(Għawdex) | | | |Għajnsielem|1 |0 | |(Għawdex) | | | |Kalkara |1 |1 | |Luqa |1 |1 | |Mosta |1 |3 | |Mqabba |1 |0 | |Paola |2 |2 | |Pembroke |1 |0 | |Pieta` |2 |0 | |Qormi |3 |3 | |Safi |2 |0 | |San Ġwann |3 |1 | |Siġġiewi |2 |2 | |San Ġiljan |1 |0 | |San Pawl |1 |0 | |il-Baħar | | | |Santa |2 |0 | |Luċija | | | |Santa |1 |0 | |Venera | | | |Tarxien |1 |1 | |Żabbar |1 |3 | |Żebbuġ |3 |0 | |Żejtun |2 |0 | |Żurrieq |2 |0 | |Dingli |0 |1 | |Żebbuġ |0 |1 | |(Għawdex) | | | |San Lawrenz|0 |1 | |(Għawdex) | | | |Gżira |0 |1 | |Marsascala |0 |1 | |Naxxar |0 |2 | |Rabat |0 |5 | |Senglea |0 |1 | |Sliema |0 |2 | |Valletta |0 |1 | |Xgħajra |0 |1 | |TOTAL |55 |41 |", "IMĠARR - XOGĦOL F'GARAXX", "30186.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk waslux rapporti l-għassa ta' l-Imġarr dwar xogħol li qed isir f'garaxx bejn Triq Romeo Cali u Triq San Pietru l-Imġarr (Malta)?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha xi rapporti anonimi li kien qed isir xi xogħol kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Dawn l-ilmenti ġew investigati, fejn irriżulta li kien qed isir xogħol fuq xi vetturi ta` sid il-garaxx stess.", "Peress illi l-identita` ta` min ċempel ma kienitx magħrufa, il-Pulizija ma setgħatx tistwixxi passi quddiem il- Qorti kontra s-sid talli dejjaq lill-ġirien.", "PULIZIJA - SEDQA", "30187.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Nirreferi l-Ministru għat-tweġiba tal-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari nru.", "29517?", "La l-aġenzija SEDQA sabet li l-akbar problema fiż- żona ta' Paceville hi l-konsum eċċessiv ta' alkohol minn żagħżagħ taħt l- eta' ta' sittax (16) il-sena, jista' jgħid jekk huwiex sodisfatt bix-xogħol tal-pulizija li ma qabdux biżżejjed sidien tal-ħwienet tax-xorb f'din l- aħħar sena li qed jbiegħu ix-xorb alkoholiku lil tfal taħt l-eta'?", "X'qed isir mill-pulizija meta jaraw dawn iż-żgħażagħ taħt l-eta' fis-sakra fit- triqat ta' Paceville u fit-triqat ta' postijiet oħra ta' divertiment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħal ma jista` japprezza l-Onor.", "Interpellant, fix- xogħol tal-Pulizija, wieħed qatt ma jista` jistrieħ u joqgħod fuq ix-xogħol li jkun sar biss.", "Ghalhekk ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tagħmel spezzjonijiet fil-ħwienet sabiex ma jkunx hemm abbużi.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, hija l-proċedura stabbilita, illi fejn il- Pulizija tosserva persuna li ma tkunx fi stat li tieħu kura tagħha nnifisha minħabba li tkun taħt l-influwenza ta` xorb spirituż, din il-persuna tittieħed fl-eqreb għassa tal-Pulizija u jiġi mogħti l-assistenza meħtieġa.", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "30188.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall- mistoqsija numru 28318, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom, maqsuma f'dawk li għandha anqas minn 29 sena, dawk li għandhom bejn it-30 u l-45 sena u dawk li għandhom il fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma lista li turi l-etajiet tal-membri, nisa u rġiel, tal-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "FLORIANA F. C. - RETURFING", "30189.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jistax il-gvern jikkonsidra jgħin lill-Floriana F. C. sabiex isir ir-returfing tal-11-a side ground fl-Arena tal-Indipendenza peress li s'issa dan għadu ma setax isir mill-għaqda fuq imsemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Segretarju Parlamentari kellu laqgħa mal-Kumitat il-ġdid tal-Floriana F.C. Fost affarijiet oħra ġiet diskussa l- possibilita` ta' għajnuna biex il-ground 11-a-side tal-Furjana jiġi reseeded.", "Il-Gvern se jagħti għajnuna biex tinxtara ż-żerriegħa kif ukoll biex jiġu rranġati d-dressing rooms.", "PERITI PRIVATI", "30190.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 11588?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tagħrif li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 195 għal Mistoqsija Parlamentari Numru 11588.", "SKEJJEL - CLEANERS/HANDYMEN", "30192.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 7079?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20056 f'Seduta 396.", "SKEJJEL - EQUIPMENT AND FURNITURE IN SCHOOLS VOTE", "30193.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-PQ 17420, jista' jagħti t-tagħrif mitlub aġġornat għas- sena skolastiku 2000 - 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-Misotqsija waslet il-Ministeru l-bieraħ, it-tagħrif mitlub ma setgħax jinġabar fil-ħin u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "REFUND TAT-TAXXA", "30194.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-possibilta li l-persuna minn Ħal-Tarxien li dettalji dwarha jidhru under separate cover, tingħata r-refund tat-taxxa peress li trid tagħmel operazzjoni u allura r-refund jgħinha ttaffi mill- ispejjeż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali.", "Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.", "FGURA - TRIQ HOMPESCH", "30195.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu pprogrammat li jitlesta x- xogħol fi Triq Hompesch, Fgura?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li skond it-termini tal-kuntratt oriġinali x-xogħol kellu jieħu tletin ġimgħa u b'hekk kellu ppjanat li jitlesta' fl-1 ta' April 2002.", "Minħabba l-azzjonijiet ġudizzjarji li ttieħdu mill-Kunsill Lokali tal-Fgura x-xogħol waqaf għal diversi ġimgħat.", "Dan ser ifisser li x-xogħol jitlesta f'xi żmien wara d-data oriġinali.", "Dan iż-żmien ser jiddependi wkoll dwar meta jiġi deċiż li tinbeda t-tieni fażi tax-xogħol, billi issa hu mistenni li x-xogħol jieqaf għall-perjodu tal-Milied.", "SKEJJEL - STUDENTI", "30196.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-2001 kemm kien hemm studenti li qatt ma attendew l-iskola, minkejja li huma obbligati jagħmlu dan?", "X'inhuma l-etajiet ta' dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni dwar in-numru ta' studenti li assentew ruħhom fit-tul mill-iskola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "BORMLA - TRIQ SAN MARK", "30197.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fit-tarf ta' Triq l- Irlandiżi kantuniera ma' Triq San Mark, Bormla li ilha maqtugħa ħafna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "30198.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika dwar ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-iskejjel sekondarji tas-subien u bniet ta' Malta u Għawdex, skola bi skola, għas-sena skolastika 2000 - 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif għadu qed jiġi kompilat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SKRIVANI MAL-GVERN - SEJĦA", "30199.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu skrivani mal-Gvern wara l-aħħar sejħa?", "Kemm għadhom ma' daħlux minn dawk li għaddew?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn jidħlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "MALTA COMMUNITY COUNCIL", "30200.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jilqa' t-talba li għamillu l-Maltese Community Council of NSW Inc. permezz ta' ittra bid-data tat-22 ta' Settembru, 1999 biex jingħataw għajnuna ta' kotba, dizzjunarji u materjal edukattiv ieħor li huma indispensabbli għalihom għall-programmi edukattivi li għandhom biex ixerrdu t-tagħlim u l-kultura Maltija?", "Meta se jilqa' din it-talba?", "X'għajnuna se tintbagħat?", "X'għajnuna lest jagħti għat-tmexxija tal-ilsien Malti fl-Awstralja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li, b'risposta għall-ittra msemmija mill- Onor. Membru, u wara laqgħat li membri ta' N.S.W. Inc. tal-Maltese Community Council kellhom ma' uffiċċjali tal-Ministeru tiegħi matul il- konferenza ta' Emigranti Maltin li saret f'Malta fil-bidu tas-sena 2000, intbagħtu kotba u CD's lill-Maltese Community of N.S.W. Inc, kif se nsemmi:", "|Titlu |Kwantita` | |Ħolma tal-Milied |4 | |Erba' Drammi |4 | |L-Isqaq |4 | |Nadriet 1-4 |4 | |Ix-Xhud li ma |4 | |deherx | | |Stejjer għal |4 | |qabel jidlam | | |Fit-Teatru |4 | |Nimxu Flimkien |4 | |1-12 | | |Denfil 1-6 |4 | |Noli Noli 1-2 |4 | |Ilsien Pajjiżi |4 | |Grammatika |4 | |Maltija 1 | | |Grammatika |4 | |Maltija 2 | | |Fra Martin |4 | |Stejjer minn tarf|4 | |ir-raħal | | |Meta jaqa' ċ-Ċpar|4 | |Nies bla Sabar |4 | |Malta - An |50 | |intimate Survey | | |CD \"Mid-Djarju |30 | |ta' Trevor Żahra | |", "Informat ukoll li ntbagħtu għadd ta' kotba u CD's lil komunitajiet ta' Maltin oħra li jgħixu fl-Awstralja.", "Dan barra r-Roots Programme li twaqqaf mill-Ministeri tat-Turiżmu u ta' l-Edukazzjoni.", "Għajnuna oħra tingħata minn żmien għal żmien.", "REFUND TAT-TAXXA", "30201.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara li l-persuna mill-Belt hawn taħt indikata tingħata r-refund tat-taxxa bejn 1993 u 1-1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali.", "Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET", "30202.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk kienxu hemm xi applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għal xi xogħol f'Baċir No. 1?", "X'kien dan ix-xogħol u x'kien l- eżitu għal kull applikazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni għal Master Plan għall-iżvilupp ta` Dock No. 1.", "L- iżvilupp jikkonsisti f`\"Conversion and Rehabilitation\" tal-bini eżistenti f`appartamenti u anke lokali kummerċjali.", "L-applikazzjoni għadha pendenti u għalhekk sa issa għad ma kienx hemm deċiżjoni.", "B'KARA - TELEPHONE BOX", "30204.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra it-tqegħid ta' kaxxa ta' l- ittri u telephone box fl-area tal-Qattus f'B'Kara għaliex ma hemmx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fl-inħawi tal-Qattus diġa hemm kaxxa ta' l-ittri fi Triq iż-Żernieq kantuniera ma' Triq Ġanni Vella u oħra qrib l-iskola ta' St. Martin fis-Swatar.", "Għalhekk mhux jinħass il-bżonn li jiżdiedu kaxxi ta' l-ittri f'din il- lokalita'.", "ENEMALTA", "30205.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għaliex għadhom jintbagħtu kontijiet tad-dawl u l- ilma ta' kamra li ilha li waqgħet 6 snin u l-partikularijiet dwarha jinsabu annessi separatament ma din il-mistoqsija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja."]} {"filename": "19951106_468d_par.doc", "date": "1995-11-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 468 It-Tnejn, 6 ta' Novembru, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 468", "It-Tnejn, 6 ta' Novembru, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.08 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 468", "It-Tnejn, 6 ta' Novembru, 1995", "WERREJ", "MINUTI 379", "MISTOQSIJIET TWEĠIBIET ORALI 379", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 385", "MOZZJONIJIET 386", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA", "FUQ L-INCOME (EMENDA NRU 2)", "(L-Ewwel Qari) 386", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-", "REĠISTRAZZJONI TA' ARTIJIET (EMENDA NRU 2)", "(L-Ewwel Qari) 386", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1995/96 TAL-", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA 387", "AĠĠORNAMENT 411", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 416", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 467 li saret fl-1 ta' Novembru, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - KAWŻA TA' MR & MRS DAVIES", "28119.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm aktar iridu jistennew Mr & Mrs Davies (nee' Micallef) ta' 20, Conservatory Street, Floriana biex tinqata' l-kawża Micallef vs Galea?", "Għaliex dan id- dewmien?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Possibbli li l-Onor.", "Membru għadu ma tgħallimx li mistoqsijiet bħal dawn ikun qed jagħmilhom għal xejn!", "Anke kieku setgħet tingħata tweġiba l-informazzjoni mogħtija lanqas twassal biex isir l-istħarriġ meħtieġ.", "RAĦAL ĠDID - GĦAJN DWIELI - ĊUMNIJA", "28120.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm proġettat biex darba għal dejjem titneħħa ċ-ċumnija li hemm Għajn Dwieli, Raħal Ġdid li qed tikkawża ħsara lir-residenti f'Għajn Dwieli minħabba irwejjaħ u dħaħen?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Skond investigazzjoni li saret mill-uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent, iċ-ċumnija li hemm Għajn Dwieli isservi impjant tat-Tarzna ta' Malta.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, minbarra din iċ-ċumnija, f'dawn l-akkwati hemm ukoll il-grit blasting li qed jagħmel ħsara lill-ambjent.", "Jista' l- Ministru jgħidli - jemm mhux il-Ministru għall-Ambjent jgħidli l-Ministru ta' l-Intern - x'passi ttieħdu wara li l-bieraħ f'xi 8.30 p.m. ġie mitlub sabiex min hu responsabbli mill-pulizija jara li jittieħdu passi kontra l- grit blasting li qed isir minħabba li qed jinkisru liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent?", "Jista' l-Ministru għall-Ambjent jgħidli x'passi legali ħa s'issa biex jara li dawk il-liġijiet ta' l-ambjent li qed jinkissru ma jibqgħux jinkissru u jittieħdu passi kontra min qed jiksirhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment meta jkun hemm rapporti in konnessjoni mal-grit blasting mhux l-ewwel darba li l-uffiċjali għall- ħarsien ta' l-ambjent jagħmlu wkoll kuntatt ma' uffiċjali tat-Tarzna biex wieħed jara kif dan ix-xogħol l-aħjar ikun koordinat.", "Qed nuża' din il- frażi \"kif ix-xogħol l-aħjar ikun koordinat\" għaliex kif kelli okkażjoni diversi drabi oħra nispjega hawnhekk qed nitkellmu fuq xogħol li jifforma parti mill-core business tat-Tarzna, xogħol li minkejja l-inkonvenjent li jikkaġuna ħadd ma jista' jippretendi li jitwaqqaf għal kollox.", "Pero' wieħed naturalment dejjem jitlob li safejn huwa possibbli jkun hemm aktar prudenza u aktar ħarsien ta' ċerti regoli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru ta' l-Intern jieħu passi biex skond il-liġi dwar l-ambjent, il-pulizija jieħdu passi kontra min qed jagħmel grit blasting b'mod irresponsabbli u jara li r-rapport li sar l-għassa l- bieraħ jitmexxa?", "Ngħid lill-Ministru wkoll li hemm metodu kif wieħed ma jħallix dak il-grit blasting imur għand in-nies.", "Dan diġa' semmejtu aktar kmieni u jiddispjaċini li l-Ministru għall-Ambjent li huwa responsabbli minn dan ma ħax passi biex dak li għidt jien jitwettaq.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, jiena ma nkunx naf bir-rapporti kollha li jidħlu fis-67 għassa tal-pulizija.", "Jekk sar rapport skond il-liġi u jekk hemm bażi fuqxiex jitmexxa, jitmexxa.", "Naturalment, dejjem fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, ma nistax nagħti wegħda li nkisret il-liġi meta ma nafx il-fatti dwar il-każ, pero' l-Onor.", "Interpellant japprezza li jien ma nkunx naf bir-rapporti kollha li jidħlu fl-għases, aktar u aktar meta qed jgħidli li dan ir-rapport daħal il-bieraħ fil-għaxija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, wieħed irid jifhem li l-kwestjoni tal- grit blasting għandha ħafna faċċati.", "Jiena napprezza u nagħder lin-nies tal-Kottonera li huma milqutin bil-grit blasting fl-istess ħin kif qed jgħid il-Ministru - jiena għamilt seba' snin tabib it-Tarzna u għalhekk naf x'qed ngħid - dan huwa parti mill-ħobż ta' kuljum tat-Tarzna.", "Li rrid inkun naf jien huwa li meta għandna sitwazzjoni bħal din fejn għandna xi ħaġa li hija neċessarja għaliex qed iġġib il-flus pero' fl-istess ħin in- nies ta' dawk in-naħat għandhom miljun raġun li huma imdejqin b'din is- sitwazzjoni, jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-set-up eżatt u x'inhi l- proċedura li qed tiġi osservata biex il-Ministeru tiegħu għallinqas jara li dawk il-miżuri li huma l-essenzjali tal-prevenzjoni jittieħdu biex ikun hemm inqas inkonvenjent għan-nies tal-Kottonera u fl-istess ħin - ejja ngħiduha - inqas periklu għas-saħħa tan-nies.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa s-set-up li hemm?", "Jien naf li fitTarzna hemm is-safety officers li daqqa jkunu on the spot qabel isir l-oġġett u ġieli jkunu wara, imma x'koordinazzjoni hemm mas- Safety Unit tal-Gvern u x'inhi l-proċedura li biha jikkontrolla x'qed isir.", "Fi kliem ieħor jien qed nistaqsi: Jekk ikun hemm vapur għall-grit blasting, il-Ministeru jkun informat bil-quddiem biex jissorvelja x'qed isir jew jistenna li jsir ir-rapport imbagħad imur jara x'ġara meta imbagħad ikun tard wisq?", "Jien nifhem u nerġa' nagħmel enfasi li hemm żewġ aspetti importanti ħafna għal din il-problema u diġa' għidt drabi oħra li jien nikkonsidra li l-iktar ħaġa importanti hija li wieħed isib post differenti - mhux taħt l-Isla - fejn dan jista' jsir, pero' short of that tajjeb li wieħed ikun jaf x'inhi l-proċedura li qed tiġi followed biex kemm jista' jkun l-iskomdu jitnaqqas.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-ewwelnett napprezza li l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu qed jirrifletti d-diversi aspetti tal- problema.", "Li nista' ngħid huwa li d-Direttur tad-Dipartiment għal Protezzjoni ta' l-Ambjent u anke s-segretarju privat tal-kollega tiegħi l- Onor. Stanley Zammit diversi drabi ħadu interess dirett f'din il-materja u kellhom diskussjonijiet u anke rappreżentazzjonijiet ma' uffiċjali tat- Tarzna dwar x'jista' jsir f'dan ir-rigward.", "Dwar jekk kull meta jkun se jsir il-grit blasting ikunux informati minn qabel jew le, taħt korrezzjoni ngħid li ma naħsibx li nkunu informati kull darba minn qabel u aktarx li nsiru nafu wara li jidħlu rapporti, pero' li jkun hemm ċerti rappreżentazzjonijiet ongoing li allura m'humiex limitati għar-rapporti imma li wieħed jiddiskuti x'set-up aħjar jista' jkun hemm għar-rigward ta' din il-materja dak iva.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar xi studju ta' liema naħat l-iktar huma milquta f'dik li hija 'il fejn itajjar ir-riħ dan il-grit blasting?", "Jiena konvint li hemm area partikolari li hija milquta iktar minn areas oħra.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar xi studju dettaljat forsi mit-Tarzna jew mit-Tarzna in conjunction mal-Ministeru tiegħu jew mill-Ministeru tiegħu waħdu li fih jingħad kemm jintuża minn dan il-grit blasting, xi kwalita' ta' grit qed jintuża - għaliex hemm kwalitjiet differenti li anke jvarjaw kemm itir trab minnhom skond id-daqs tagħhom - u jekk sarx xi studju jew inkella hemmx xi opinjonijiet ta' esperti li jistgħu jirrakkomandaw jew li jitbiddel il-lok kif semmejt jien fejn isir il-grit blasting jew li jintuża grit differenti jew li jintuża makkinarju differenti.", "Jien naf li hemm makkinarju li ilu hemmhekk snin twal u kif qal sieħbi aktar qabel jien konvint li ma kienx hemm modernizzazzjoni ta' dan l-apparat għall-mezzi li hawn illum.", "Irrid inżid ukoll li ħafna dockyards ma jaċċettawhx u għalhekk fil-bidu għidt li napprezza li dan huwa introjtu għaliex taċċetta dak li dockyards oħra ma jaċċettawx.", "Dan mhux kawża biżżejjed biex tgħid se nwaqqfu imma jekk inti tista' tagħmel mezz biex tipprova tirranġa s-sitwazzjoni naħseb li jkun apprezzat minn kulħadd.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett nifhem li ġieli jkun hemm ċertu apparat - naturalment hemm in-naħa l-oħra tal-munita - u tkun trid tara jekk dan jikkaġunax inkonvenjent min-naħa tal-ħaddiema tat-tarzna u naf li ġieli kien hemm diffikultajiet f'dan is-sens.", "Jidhirli li ma' l- Onor. Mizzi tkellimna anke għar-rigward ta' dawn it-tip ta' dettalji b'mod mhux kunfidenzjali, imma tkellimna Ovvjament wieħed irid iħares lejn l- aspetti kollha ta' din il-problema kif qed jappella l-Onor.", "Vella.", "Wieħed irid jagħmel ukoll l-istudji meħtieġa u jara wkoll fl-iżvilupp tat-Tarzna x'konsiderazzjonijiet jistgħu jittieħdu ta' dawn il-fatturi.", "Imma naħseb li dan jirrikjedi se mai li wieħed iħares lejn dan is-suġġett b'mod ad hoc u li nindirizzaw il-problema mill-aspetti varji kollha tagħha - soċjali, ekonomiċi, tar-relazzjonijiet industrijali u anke naturalment ta' l-impatt kollu fuq il-pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Manuel Borda.", "ONOR.", "MANUEL BORDA: Mr Speaker, il-ħaddiema tat-Tarzna meta jagħmlu l- grit blasting jilbsu l-protective clothing.", "Nistgħu aħna b'xi mod nagħtu pariri lill-pubbliku li qegħdin viċin ħafna tat-Tarzna biex dawn jieħdu prekawzjonijiet għal saħħithom.", "Kif qal l-Onor.", "Vella mhux tajjeb li din tkun daqshekk viċin in-nies, pero' in-nies mhux qed ikollhom inkonvenjent mill-grit blasting biss; għax fuq il-ħsejjes ħadd ma semma xejn.", "Jena naf - kont qajjimt dan il-punt f'dan il-Parlament darb'oħra - li n-nies għandhom bżonn prekawzjonijiet oħra minħabba l-ħsejjes kbar li hemm.", "It- tiswijiet fuq il-vapuri jsiru lejl u nhar u dan qed ikun ta' inkonvenjenza kbira għan-nies tant li ħafna nies qed ikollhom joħorġu minn djarhom biex imorru għand nieshom barra mill-Kottonera.", "X'jista' jsir biex insolvu dawn il-problemi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-mistoqsijiet ta' l-Onor.", "Borda jirriferu wkoll għall-istess materji li qed niddiskutu u ma naħsibx li f'dan l-istadju għandi x'inżid aktar ma' dak li diġa' għidt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jiena qed nidħak għar-raġuni li meta qed jgħid li n-nies għandhom jilbsu protective clothing dan ifisser li lanqas biss jaf x'jilbsu l-ħaddiema.", "Dawn jilbsu qishom bugħaddasa; ikollhom ras tal-plastik bl-arja tippompja ġo fihom huma u jaħdmu fuq ix-xogħol biex ikunu jistgħu jieħdu n-nifs.", "Li tgħid lill-mara tad-dar ta' l-Isla li titla' tonxor b'dak il-protective clothing ġo rasha ...!", "(Interruzzjonijiet) Mela x'inti tgħid?", "Jien fuq dan il-punt nixtieq nagħlaq billi nistaqsi lill-Ministru jekk jistax iwiegħed li jsir studju u jitressaq rapport f'dan il-Parlament fuq is-sitwazzjoni kif inhi u jintrabat bi żmien ta' forsi tliet xhur ħalli jkollna fuqiex nitkellmu u jkollna fuqiex nimxu għaliex dan is-suġġett qam hawnhekk kemm-il darba u kull darba nipposponuh u ma naslu mkien u sadanittant in-nies qed ibatu.", "Jien norbot anke ma' dak li qal l-Onor.", "Borda dwar l-ilbies protettiv li jilbsu l-ħaddiema waqt li qed isir il-grit blasting.", "Hawnhekk ta' min wieħed jara jekk aħniex nagħtu lill-ħaddiema l-iktar clothing protettiv modern li jeżisti għaliex lanqas trid tara annimal liebes dak il-clothing fl-eqqel tas-sajf imdendel ma' ġenb ta' bastiment.", "Jien naf li ħafna minn dawn il-ħaddiema minkejja l-kappott li jilbsu xorta qed jimlew il-pulmun tagħhom bil-materjal li joħroġ mill-grit blasting u dan huwa perikoluż.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jiena nifhem l-argumenti varji li jsiru fuq suġġett li ilu magħna snin twal.", "Naturalment ikun aktar prudenti jekk materja ta' kumplessita' bħal din li qed nitkellmu fuqha u li tolqot parti sostanzjali mill-introjtu tat-Tarzna ta' Malta, wieħed jirriferi din ir-rakkommandazzjoni lill-istess Kunsill tat-Tarzna li fid- diskussjonijiet lil jagħmlu mal-Gvern jikkonsidraw dan l-aspett.", "Li b'xi mod, nippruvaw nimponu soluzzjonijiet naħseb li ma jkunx prudenti f'dan l- istadju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, ma jaħsibx il-Ministru meta qed jitfa' l- onus fuq il-management tat-Tarzna - bħama qal tajjeb il-Ministru dan huwa wieħed mill-introjti kbar għat-Tarzna - dawn bilfors jagħmlu rapport li se jkun slanted b'tali mod - bir-rispett kollu lejn il-management - li dak it-tip ta' introjtu jibqa' jinżamm u allura l-grit blasting jibqa' jsir?", "Jien naħseb li f'dan il-pajjiż mhux il-management tat-Tarzna u l- awtoritajiet u l-kunsilli lokali huma responsabbli imma l-Gvern u dan għandu jara li jsir rapport serju ...", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri intom m'intomx responsabbli għas-saħħa tan-nies barra mit-Tarzna!", "MR SPEAKER: Tiddibattux bejnietkom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien ma qed nitlob xejn kontroversjali imma sempliċement li ma titfgħux fuq spallejn kumpannija biex tagħmel rapport hi.", "(Interruzzjonijiet) Dik tagħmel rapport min-naħa tagħha imma jien ngħid li l-Ministru għandu jkun responsabbli u jara li d-Dipartiment ta' l- Ambjent - li allura qed ibati minn dan il-fenomenu - ikun hu li jagħmel studju biex jitressaq f'dan il-Parlment ħalli jiġi diskuss u nkunu nafu eżatt x'inhu jiġri hemmhekk.", "Mela jqabbad lit-Tarzna!", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, bħala l-Ministru responsabbli, ikun xieraq li fuq dan id-debate dwar it-Tarzna ...", "MR SPEAKER: Dan mhux ħin tad-dibattitu.", "Tistgħu tagħmlu biss mistoqsijiet u tingħataw tweġiba.", "Il-Ministru tal-Finanzi se jwieġeb għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien se nirrispondi fuq dawn l-aħħar kummenti li saru.", "Kull kumpannija u kull korporazzjoni hija responsabbli lejn il-komunita' sħiħa għall-azzjonijiet tagħha.", "Ma tistax lil dik il-korporazzjoni, hi x'inhi u hi liema hi, li b'xi mod tkun qed tinkwina u tkun qed iddejjaq - m'iniex qed nitkellem fuq it-Tarzna hawnhekk imma qed nitkellem fuq kull kumpannija - tiskolpaha għax hekk konvenjenti u tiskolpa lill-management tagħha u lil min hu responsabbli li b'ħafna ħalli ngħid għira - fis-sens ta' awtonomija - iżomm li jrid u jieħu d-deċiżjonijiet kollha hemm ġew hu u mbagħad għaliex jiġi ffaċċjat bi problemi dawn jgħaddihom fuq spallejn ħaddieħor.", "L-azjenda tat-Tarzna sal-lum hija mmexxija mill- Kunsill tat-Tarzna.", "Jekk it-Tarzna qed toħloq problema ta' inkonvenjent għall-pubbliku ta' madwarha dawn irid jerfagħhom il-Kunsill tat-Tarzna, jagħraf li hemm il-problema l-Kunsill tat-Tarzna u jipprova jsolvihom il- Kunsill tat-Tarzna.", "Dik hija l-ewwel linja li għandha tittieħed.", "Iktar u iktar il-Gvern għandu jkun is-supervisor fuq il-Kunsill tat- Tarzna biex jiċċensurah - mhux jagħmel ir-rapporti minfloku - jekk l- affarijiet m'hux qed jagħmilhom sew.", "Dan qed ngħidu biex noqogħdu attenti dwar x'aħna ngħidu għaliex huwa faċli li tipprova tgħaddi l-ħtija minn wieħed għal ieħor, dak li ngħidulu passing the buck.", "Kull management ta' azjenda jew korporazzjoni huwa responsabbli għal dak li jsir fil- korporazzjoni u ma nistgħux ngħidu li imsieken mhux huma responsabbli imma ħaddieħor!", "M'hemmx dubju li qed joħolqu inkonvenjent lin-nies ta' l-Isla.", "Il-bieraħ bil-lejl il-Ħadd tal-Bambin ċempluli nies mill-Isla.", "(Interruzzjonijiet) Issa jċemplu lilek ukoll ħalli tieħu erba' voti inti wkoll!", "Dawn ċemplu lili minħabba l-inkonvenjent kbir li hemm.", "Jien ninvestiga, mela le!", "Ninvestiga jekk il-Kunsill tat-Tarzna huwiex qed jaqdi dmiru li jara li l-inkonvenjent jekk jista' ma joħolquhx jew li jara li l-inkonvenjent ikun mill-inqas u x'alternattivi qed jieħdu.", "Jiena l- oġġezzjoni li nsib hija li ngħidu li dan mhuwiex it-tort tal-Kunsill tat- Tarzna imma tort tal-Gvern.", "Tort tal-Gvern x'jiġifieri!", "(Interruzzjonijiet) Issa qed nitkellmu fuq problemi li jeżistu llum u ma noqogħdux immorru fil-fantasija tal-passat.", "Jien qed ngħid dwar problemi li jeżistu llum u min irid verament jitgħabba bir-responsabilita' ejja ngħabbuh bir-responsabilita'.", "Jien għandi r-responsabilita' - u nieħu responsabilita' bħala Ministru responsabbli mit-Tarzna - li nara li l- Kunsill tat-Tarzna jaqdi d-dmir li għandu jaqdi u li hu responsabbli li jaqdi u niċċensurah jekk mhux qed jaqdih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru li qed jgħid li jiċċensura lill- Kunsill tat-Tarzna jekk mhux jagħmel xogħlu kif suppost iwiegħed li fi żmien tliet xhur iġib rapport hawnhekk biex jgħid x'passi, x'miżuri u xi studji qed jagħmel il-Kunsill tat-Tarzna biex hu jkun sodisfatt li s- sitwazzjoni qed jittrattaha tajjeb?", "Għaliex fl-aħħar mill-aħħar hu l- Ministru.", "Allura ġej għal dak li għidt jien.", "Għandek il-Kunsill tat- Tarzna responsabbli għall-management - hemm ġew pero' ultimately hu stess ammetta li hu l-Ministru responsabbli li jara li l-affarjiet isiru kif għandhom isiru.", "Lest li fi żmien tliet xhur il-Ministru jagħtina l- pożizzjoni ta' kif inhi qiegħda, x'għamel il-Kunsill tat-Tarzna u x'miżuri se jittieħdu ħalli din is-sitwazzjoni ma tibqax?", "Jien naħseb li bħali inti qed taqsam il-concern ġenwin għas-saħħa u għad- dwejjaq tan-nies u għall-ambjent polluted li hemm.", "Aħna m'aħniex qed niddibattu xi ħaġa li ma naqblux fuqha.", "Forsi m'aħniex naqblu fuq min hu responsabbli safejn tibda u tispiċċa r-responsabilita' imma ejja nkunu responsabbli lkoll kemm aħna u ngħidu li n-nies - u l-industrija li rridu nipproteġu sa ċertu punt - li qed ibatu minn dan l-inkonvenjent għandu jkollhom sodisfazzjon li xi ħadd qed jinkwieta fuqhom u li xi ħaġa qed issir.", "Jien naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel ma' l-Onor.", "Vella u nikkondividi l- concern għall-problema li qed jiffaċċja kulħadd.", "Dażgur li nikkondiviha!", "Jien illum nistaqsi per eżempju din kif qamet illum u f'dawn is-snin kollha f'dak il-post partikolari ...", "(Interruzzjonijiet) Imma f'dawk il- postijiet partikolari l-problemi ma kenux vociferi kif inhuma llum.", "Fin- naħa tan-No.", "1 Dock dejjem kellna problemi enormi pero' fin-naħat l-oħra ...", "(Interruzzjonijiet) Jien naf li fuq in-No.", "1 Dock - bħalissa dan m'hu qed jintuża għal xejn - kien hemm problema kbira, pero' fuq il-bnadi l- oħra ma kellniex - almenu jien qatt ma smajt, ħalli ma nkunx kategoriku - protesti voċiferi bħalma hemm din id-darba.", "Issa għalfejn hemm dawn il-protest voċiferi?", "Forsi hemm xi job speċjali?", "(Interruzzjonijiet) Iva, l-ħsejjes u hemm ħafna affarijiet oħra, pero' li qed ngħid huwa li rridu nidħlu fil-problematika tas-sitwazzjoni.", "Illum għandna heavy industry - li hija t-tarzna - f'nofs post abitat magħluq u dik hija l-problematika kollha u rridu ngħamlu l-għażliet f'dan il-pajjiż tal-livelli ta' kwalita' ta' ħajja li man mano dejjem jilħaq il-poplu Malti ma' xiex huwa lest li jittollera u dak li llum m'huwiex lest jittollera.", "U dan huwa l-iżvilupp kollu li globalment irridu nħarsu lejh.", "Din hija l- verita' għaliex forsi l-istess ammont ta' ħoss għaxar snin ilu l-poplu Malti kien jittollerah - hawn m'iniex ngħid speċifikament għaxar snin ilu, imma 20, 30, 40 sena ilu - u llum ma jittollerahx minħabba l-perceptions ta' affarijiet oħra li jkunu qed jiżviluppaw madwaru.", "U hemmhekk fejn irridu mhux biss nittekiljaw din il-problema speċifika u sempliċement nagħmlu rapport fuq x'qed jagħmel il-Kunsill tat-Tarzna fuq dawn il-ħsejjes li hemm illum, imma wkoll is-setturi ekonomiċi kollha vijabbli u sostenibbli f'pajjiżna 'l quddiem u affarijiet oħra li rridu nistudjaw bis- serjeta' f'dan il-pajjiż.", "Jiġifieri din hija parti mill-viżjoni kollha futuristika li jrid ikollna għal pajjiżna.", "L-aspettattiva tal-poplu tagħna bir-raġun tinbidel u aħna bħala politiċi rridu naraw li dawn l-aspettattivi nilħquhom.", "Jien fuq dan m'iniex se nwiegħed lill-Onor.", "Vella li fi żmien tliet xhur inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapporti fuq dawn l-affarijiet, pero' nwiegħdu li se nidħol fil-problema attivament u nagħti l- informazzjoni kollha, anke pubblikament, fuq x'inhi s-sitwazzjoni preżenti ta' kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Infakkar lill-Ministru li f'mistoqsija parlamentari sena u nofs ilu kien qalli li qed isir studju bejn nies tat-tarzna responsabbli u l-universita' u għamiltlu diversi domandi biex jgħidli fiex wasal dan ir-rapport u bqajt mingħajr risposta.", "Jiġifieri jiena kont nistenna li wara sena u nofs kelli ningħata risposta għallinqas dwar xiex wasal dan ir-rapport u jiġi ppubblikat ħalli n-nies ta' dawk l-akkwati jkunu jafu fuq dawn il-problemi.", "Lill-Ministru kont staqsejtu wkoll jekk hijiex se tinstab alternattiva bħala blasting li huwa l-water injection u kien qalli li se jiġu jippruvaw jagħmlu provi hawnhekk biex taraw jekk tistgħux tużaw dawn.", "Mill-mistoqsijiet li komplejt nagħmillu u mit- tweġibiet li tani jidher li dawn għadhom ma sarux u dan meta diġa' għaddew madwar sentejn.", "Jidher ukoll li l-interessi kemm tat-tarzna kif ukoll ta' ħaddieħor qed jiġu preservati imma l-interessi tan-nies ta' dawk l-akkwati m'hu qed jagħti kashom ħadd u ma jistax ikun nibqgħu sejrin b'din is- sitwazzjoni.", "Lill-Ministru għall-Ambjent jiena kont għidtlu kif jagħmlu l- grid blasting barra u dan għidtulu minn dak li kont rajt jien meta kont fuq il-baħar.", "Dan jista' jsir billi tingħalaq temporanjament area fejn ikun qed isir il-grid blasting u jkun hemm apparat apposta biex jiġbor l-arja bil-frak kollu li jkun qed itir u għallinqas ma jkunx hemm konsegwenzi għan- nies ta' hemmhekk.", "Imma jidher li l-Ministru għall-Ambjent lanqas din ma għamel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru semma \"l-interess tat- Tarzna u ta' xi ħaddieħor\".", "Nerġa' ngħid li jien dan ix-\"xi ħaddieħor\" ma nafx min hu.", "Dan ix-\"xi ħaddieħor\" min hu?", "Lanqas jien ma naf.", "Jiġifieri x'inhu l-interess ta' ħaddieħor?", "(Interruzzjonijiet) Issa spjegalna l- ieħor min hu.", "(Interruzzjonijiet) Mela issa nafu li l-ieħor huma l- kumpanniji tal-bastimenti ta' barra.", "(Interruzzjonijiet) Grazzi ħafna.", "Rigward l-istudju li kellu jsir nista' ngħid li rajt ukoll il- mistoqsijiet riċenti li għamel l-Onor.", "Membru - jiġifieri mhux għax ma għamilhomx qabel - u r-risposti ma nafx għadhomx ġew hawnhekk pero' naf li jien għaddejthom.", "(Interruzzjonijiet) Hawn jidher li n-nies tat-Tarzna ma kellhomx is-support li kienu qed jistennew mill-Universita' għal dan l- istudju li kienu qed jagħmlu.", "Issa jekk qgħadniex bil-qiegħda nistennew lil dawn in-nies jiġu minflok ma qgħadna niġru warajhom aħna, jien ma nafx lanqas.", "Nerġa' ngħid li niddejjaq noqgħod inwiegħed studji meta ma tkunx ir-responsabilita' tiegħi li nagħmilhom għax ikolli niddependi minn ħaddieħor biex jagħmilhom hu.", "Anke rigward l-istudju ta' ilma, it-Tarzna qed tgħid li għadha ma għamlitx dan l-istudju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' skejjel jew għaqdiet li jressqu kandidati f'isimhom ma' universitajiet u istituzzjonijiet barranin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 28781; u", "Informazzjoni dwar suġġetti tal-Matric Certificate Examination li jikkwalifikaw għad-dħul fl-Universita', bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 28782.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-Accounts ta' l-Awtorita' tad-Djar, għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1995; u", "Rapport Amministrattiv u Finanzjarju ta' l-Awtorita' tad-Djar għall- perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 1994 u t-30 ta' Settembru 1995, u l- Estimi ta' Nfiq u Dħul ta' l-Awtorita' tad-Djar għall-perijodu bejn l- 1 ta' Ottubru 1995 u t-30 ta' Settembru 1996.", "Kopja ta' dan ir-rapport tqassmet lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' ħsarat pendenti fil-linji tat-telephones sa l-1 ta' Novembru 1995, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 29352.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru tal-Finanzi.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME (EMENDA NRU 2)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA' ARTIJIET (EMENDA NRU 2)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att dwar ir- Reġistrazzjoni ta' l-Artijiet\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1995/96 TAL- KORPORAZZJONI GĦAS- SERVIZZI TA' L-ILMA", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nipproponi:", "illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 1995 sat-30 ta' Settembru 1996, skond l-Att XXIII ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, huwa ta' unur għalija li nressaq l-Estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma quddiem dan il- Parlament għas-sena finanzjarja li jmiss u naturalment b'rifless ukoll tal- ħidma ta' din il-korporazzjoni matul is-sena li għaddiet għaliex bla dubju ta' xejn s-sena li għaddiet għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet waħda mill-iktar importanti, ta' suċċessi u kienet ukoll waħda fejn għall-ewwel darba stabbilejna li l-pajjiż ma jkollu ebda problema fil- livell tal-produzzjoni ta' l-ilma u li mhux biss ma jkollniex dik il- problema imma li jkollna wkoll produzzjoni spare li teċċedi d-domanda li jkun hemm fil-pajjiż.", "Dan huwa rifless fost oħrajn meta wieħed iħares lejn ir-rapport ta' din il-korporazzjoni u nsibu anke l-kummenti taċ-chairman ta' din il-korporazzjoni jirrimarka li din kienet l-ewwel sena fil-ħajja tal-korporazzjoni li fiha ssolviet il-problema tad-domanda ta' l-ilma.", "Kontra dak li ġara fis-snin ta' qabel il-korporazzjoni qassmet biżżejjed ilma b'mod konsistenti u effiċjenti fl-inħawi kollha tal-gżejjer Maltin.", "Wieħed mill-akbar żviluppi li għamlet il-korporazzjoni kien ukoll l- introduzzjoni ta' bidla fis-sistema ta' tariffi li issa nirriferi għaliha iktar tard.", "Kien ukoll matul din is-sena li l-korporazzjoni biddlet numru kbir ta' arloġġi ta' l-ilma qodma u li ma kenux jaħdmu tajjeb ma' mudelli ġodda li jassiguraw li l-konsumatur jintalab iħallas għall-kwantita' ta' ilma li jkun fil-fatt uża.", "Dan l-aħħar il-korporazzjoni bdiet twettaq programm li bih se tibda tibdel il-kanen galvanizzati b'kanen tal- polyethylene fejn għandhom x'jaqsmu l-kanen li jissupplixxu l-ilma lill- konsumatur.", "Ir-rifless minn dan kollu jrid ikun li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tkun minn ta' quddiem ma' korporazzjonijiet pubbliċi oħra li tipprovdi lill-klijenti tagħha wkoll il-benefiċċji ta' sistema ta' teknoloġija komputerizzata illi llum hija indipendenti u superjuri għas- sistemi li kienet tuża qabel.", "Naturalment fuq dawn id-diversi aspetti tal- ħidma tal-korporazzjoni nirriferi kemm nista' fid-dettall f'din l- introduzzjoni li qed nagħmel hawnhekk.", "Meta nħarsu lejn dan kollu huwa evidenti li l-ewwel riferenza li għandna nagħmlu hija preċiżament lejn l-aspett tal-produzzjoni ta' l-ilma u meta naraw x'hawn indikat fir-rapport annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nsibu li minn Ottubru ta' l-1994 sa Awissu ta' l-1995 din laħqet għal madwar l45,970 metru kubu jew il-kapaċita' ta' 32.1 miljun gallun ilma kuljum.", "Kif indikat fir-rapport huwa interessanti wkoll li l- kontribuzzjoni rispettiva ta' ilma minn taħt l-art u dak desalinat kienet ta' 39% ilma minn taħt l-art u 61% f'dak li jiġi mill-impjanti tar-reverse osmosis.", "Dan huwa interessanti meta wieħed jipparagunah ukoll mas- sitwazzjoni fis-sena preċedenti fejn insibu li l-perċentaġġi kienu ta' 42% ilma ta' taħt l-art u 58% ilma minn impjanti tar-reverse osmosis.", "Jiġifieri wieħed jara li t-taħlita f'livell nazzjonali - naturalment dan wieħed ma jistax jgħidu neċessarjament b'riferenza għal kull lokalita' partikolari - qiegħda xxaqleb aktar lejn l-ilma li jkun prodott minn impjanti tar-reverse osmosis.", "Dan ma nistgħux nagħmluh b'mod assolut.", "Iktar tard ikolli l-opportunita' nispjega li l-prezz ta' l-ilma mill- impjanti tar-reverse osmosis huwa wieħed li bħala unit rate huwa ferm iktar għoli minn dak li huwa prodott minn sorsi taħt l-art.", "Irrid ngħid ukoll li mill-Impjant ta' Desalinazzjoni taċ-Ċirkewwa fix-xahar ta' Awissu 1995 ġew mgħoddija għal GĦawdex 82,210 metru kubu ta' ilma.", "Anke dan huwa fattur sinifikanti għaliex naraw taħdem is-sistema minn Malta għal GĦawdex fis- sens ta' provvista li verament taqdi l-funzjoni b'dak il-mod flok u mhux kif ġieli ġara fil-passat bil-maqlub, ċioe' li l-ilma jinġieb minn Għawdex u Għawdex ma nibagħtu xejn.", "Fl-opinjoni tiegħi dan fih innifsu huwa interessanti għaliex jirrifletti l-iżvilupp fil-produzzjoni ta' l-ilma bħala riżultat ta' miżuri diversi li ttieħdu mill-1985 'l hawn.", "Meta nħarsu lejn l-iżvilupp f'dan il-qasam matul dan il-perjodu nirrealizzaw li kien hemm żvilupp mgħaġġel f'dan il-qasam u dan biex jitwettaq titjib fil-kwalita' u fil-kwantita' tal-provvista ta' l-ilma.", "Kulħadd jagħraf il-benefiċċji minn dan l-iżvilupp u kien intqal li dan is- sajf għall-ewwel darba fl-istorja l-kapaċita' ta' produzzjoni kienet ikbar mid-domanda.", "Dan rifless bl-aktar mod faċli anke mill-fatt li fl-għeqqel tas-sajf stajna nħaddmu l-Impjant tar-Reverse Osmosis ta' Pembroke b'żewġ trains ta' produzzjoni mitfija għax il-prova li jkollok l-ispare capacity toħroġ ukoll mill-fatt li tkun tista' tħalli parti mill-impjant mitfija.", "Għalhekk għandek spare capacity potential u għandek ukoll il-possibbilta' li jekk ikun hemm bżonn ta' tiswijiet u manutenzjoni huwa daqstant faċli li taqleb minn train ta' produzzjoni għal ieħor minflok li taħdem dejjem bl-impjant kollu li jfisser li ma' kull ħsara awtomatikament x'imkien se jsofri minn nuqqas ta' ilma prodott.", "Jekk inħarsu lejn l-iżviluppi li saru f'dawn l-aħħar snin wieħed jista' jitkellem mingħajr tlaqliq dwar numru ta' landmarks li kull sena jikkaratterizzaw fuq dan li qed nitkellmu.", "Jekk inħarsu lejn l-1988 insibu li din kienet is-sena meta beda jitħaddem l-impjant taċ-Ċirkewwa sabiex ikun jista' jlaħħaq mad-domanda minħabba l- iżvilupp mgħaġġel li sar fil-qasam tat-turiżmu fit-Tramuntana ta' Malta.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn is-sena ta' wara, jiġifieri l-1989, insibu li kien sar survey tar-riżorsi ta' l-ilma ta' taħt l-art sabiex ikun hemm l- aħjar astrazzjoni u tiġi żviluppata strateġija ta' immaniġġar għall-futur.", "Fl-1990 id-Dipartiment ta' l-Ilma ħareġ talba għall-offerti għax-xiri ta' apparat biex jistudja l-idroloġija - dan l-apparat kien iffinanzjat mill- Komunita' Ewropea taħt it-Tieni Protokol Finanzjarju.", "Fl-1991 bdew jitħaddmu erba' trains fl-Impjant ta' Pembroke, imbagħad fl-1992 bdew jitħaddmu żewġ trains oħra.", "Fl-1993 sar bdil ta' permeators f'Tigne' u fl-1994 ġew stallati sitt trains ġodda f'Pembroke - apparti dawk li diġa' tkellimt dwarhom - kull wieħed b'kapaċita' ta' 4,600 metru kubu kuljum.", "It-trains kellhom sistema ġdida ta' pompi ta' l-h.p. direct drive biex jitnaqqas il-ħoss.", "Nistgħu nibqgħu sejrin hekk anke għas-snin sussegwenti.", "Naturalment il-pjani tagħna għall-futur juru impenn kostanti u kontinwu min-naħa tal-Gvern sabiex jassigura li l-pajjiż ikollu l-livell adegwat ta' provvista ta' l-ilma.", "Huwa evidenti li bħalma nitkellmu dwar oqsma oħra li fihom infushom jiggarantixxu l-iżvilupp fil-pajjiż, daqstant ieħor huwa evidentement importanti li niggarantixxu l-iżvilupp b'dak li huwa forsi l-iktar essenzjali għall-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Hawnhekk mingħajr dubju ta' xejn qed nirriferi għall-qasam tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Fil-fatt matul l- aħħar sena l-produzzjoni żdiedet b'5.5 miljun gallun ilma kuljum li jfisser żieda ta' madwar 20% fuq il-produzzjoni li kellna s-sena ta' qabel.", "Rigward il-produzzjoni ta' l-ilma nista' ngħid li llum il-pajjiż għandu d- doppju tal-produzzjoni li kellu fl-1986.", "Iċ-ċifri juru li filwaqt li fl- 1986 il-pajjiż kellu produzzjoni totali ta' madwar 17 jew 18 miljun gallun ilma, illum din telgħet għal-livelli li diġa' tkellimna dwarhom, jiġifieri ta' 35 miljun gallun kuljum.", "Fil-fatt nistgħu nużaw inqas minn din il- kapaċita' totali preċiżament għaliex qed nitkellmu dwar kapaċita' totali li hija ogħla mid-domanda li qed nirriferu għaliha.", "Mr Speaker, dan ifisser li kellna r-riżervi ta' l-ilma fl-ogħla livelli tagħhom u biżżejjed tħares lejn Lulju li għadu kemm għadda.", "Dan kien possibbli b'riżultat tal-ħidma li għamilna biex il-pajjiż ikollu l-livell ta' produzzjoni ta' ilma li jixraqlu.", "Meta nħarsu lejn dawn l-aspetti kollha huwa interessanti li wieħed iħares ukoll lejn il-qabżiet kbar li saru b'mod partikolari fl-impjanti tar-reverse osmosis u allura kemm ikollna astrazzjoni ta' ilma permezz tagħhom.", "Hawnhekk wieħed jista' jirriferi wkoll għall-istorja ta' suċċess ta' din il-korporazzjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn it-tabella ta' produzzjoni ta' l-ilma u jagħmel il- paraguni bejn l-1987 u l-1994 isib qabżiet kostanti fl-ammont ta' ilma li huwa prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis.", "Fil-fatt waħda mit- tabelli li għandna quddiemna turina li filwaqt li fl-1987 il-livell ta' produzzjoni ta' ilma minn impjanti tar-reverse osmosis kien ta madwar 11 miljun metru kubu, fl-1994 qbiżna għal 30 miljun metru kubu.", "Mr Speaker, hawn se nerġa' nsemmi li wieħed ma jistax ma jirriflettix fuq l-ammont - in percentage terms - ta' produzzjoni mill-ilma ta' taħt l- art għall-ammont li jiġi minn desalinazzjoni jew minn impjanti ta' reverese osmosis.", "Jekk immorru lura għas-sena 1987 insibu li l-perċentaġġ ta' ilma li konna ntellgħu minn taħt l-art kien ta' 63.3% ta' l-ilma kollu.", "Jekk imbagħad nibqgħu sejrin għall-1994, apparti ċifri li diġa' tajna, nsibu li l-perċentaġġ sa l-1994 niżel għal 40.7%.", "Jekk imbagħad bil-maqlub inħarsu lejn il-perċentaġġ mill-proċess ta' distillazzjoni minn impjanti tar- reverse osmosis insibu li fl-1987 il-perċentaġġ kien ta' 36.7% u fl-1994 dan tela' għal 59.3%.", "Naturalment l-aspett tal-produzzjoni għandu jkun l- ewwel parti ta' l-istorja meta nitkellmu dwar il-qasam ta' l-ilma fil- pajjiż.", "Għaliex huwa l-ewwel parti ta' l-istorja tagħna f'dan ir-rigward?", "Aktar ma wieħed iħares lejn il-qasam kollu ta' l-ilma allura huwa evidenti li hemm argumenti oħra li jridu jsiru u li jridu jkunu studjati.", "Dawn jinkludu s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma, kemm din tkun effiċjenti u kemm tlaħħaq mhux biss bħala kwantita' ta' produzzjoni fid- diversi impjanti tagħna tar-reverse osmosis - apparti minn dak kollu li bqajna niġbru mir-riżervi ta' l-ilma taħt l-art - imma x'ifisser dan fir- rigward tad-diversi djar, diversi stabbilimenti kummerċjali, ta' l- industrija li naturalment tiddependi għall-provvista adegwata ta' l-ilma mhux biss minn kemm ikollok livell suffiċjenti ta' produzzjoni imma tiddependi wkoll minn kemm ikollok sistema ta' distribuzzjoni adegwata.", "Nistgħu nitkellmu wkoll l-argument tal-kwalita' ta' l-ilma li nixorbu.", "Nistgħu nitkellmu wkoll argumenti rigward il-kwalita' tas-servizzi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mal-konsumatur u mal-pubbliku Malti b'mod ġenerali.", "Pero' filwaqt li dawn l-argumenti kollha huma interessanti u naturalment huwa interessanti anke li nirriferu għal dawn l-oqsma kollha, huwa fatt li meta nagħmlu l-preżentazzjoni tagħna fuq l-aspetti tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma rridu bilfors nitilqu mill-aspett tal-produzzjoni.", "Tista' titkellem aktar dwar id-distribuzzjoni ta' l-ilma, dwar il-kwalita' ta' l-ilma, dwar kemm is-servizzi b'mod ġenerali tal- korporazzjoni huma effiċjenti lejn il-pubbliku wara li tkun irrisolvejt l- aspett tal-produzzjoni.", "Għaliex jekk inti m'intix qiegħed tipproduċi ilma biżżejjed ikun akkademiku l-argument li titkellem dwar kemm tista' tqassmu biżżejjed.", "Inti tista' tqassam u tiddistribwixxi preċiżament dak li tipproduċi.", "Inti tista' ttejjeb il-kwalita' meta inti tkun irrisolvejt l- aspett importanti tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma nistgħu nagħmluha orjentata dejjem aktar lejn il- pubbliku wara li nkunu rrisolvejna l-ewwel u l-aktar problema fundamentali f'dan il-qasam.", "Għalhekk ridt nibda mill-aktar aspett importanti għaliex nemmen li l-fatt li llum ħafna mid-diskussjoni - kif m'għandi ebda dubbju li se jirriżulta anke fid-dibattitu li se jkollna fuq dan is-suġġett f'dawn il-jumejn - tittratta aktar lejn l-aspetti ta' distribuzzjoni u lejn aspetti ta' kwalita' u lejn is-servizzi li toffri l-korporazzjoni b'mod ġenerali.", "Għalija dan fih innifsu huwa diġa' wieħed miċ-ċertifikati ta' suċċess favur il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Il-fatt li llum nistgħu ngħaddu minn diskussjoni fuq il-kwantita' għal diskussjoni fuq il- kwalita' ta' l-ilma, il-fatt li nistgħu mmexxu diskussjoni mil-lat tal- produzzjoni għal lat tad-distribuzzjoni u t-tqassim, il-fatt li nistgħu mmexxu diskussjoni minn provvista adegwata ta' dak li huwa l-aktar essenzjali fil-ħajja għal diskussjoni fuq is-servizz u l-kwalita' tas- servizz b'mod ġenerali tal-korporazzjoni hu fih innifsu wieħed mill-akbar ċertifikati ta' suċċess għall-korporazzjoni u għall-Gvern f'dan il-qasam.", "Tajjeb li wieħed isemmi ukoll li meta nitkellmu dwar aspetti ta' distribuzzjoni rridu nitkellmu wkoll dwar il-kwestjoni ta' l-unaccounted for water.", "L-ewwel mistoqsija kbira f'dan ir-rigward hija li nkunu nafu x'inhuma l-fatturi li jikkaġunaw dak li nirriferu għalih bħala unaccounted for water.", "Din hi materja li mhux l-ewwel darba li hawn ġew tkellimna dwarha u ġieli tajna wkoll il-perċentaġġi anke jekk huma approssimattivi ta' x'jikkaġuna dan il-fattur u b'mod regolari wieħed isib li jista' jitkellem anke b'mod ġenerali dwar dawn il-perċentaġġi li se nerġa' nsemmi.", "Meta nitkellmu dwar ilma unaccounted for li huwa stmat fil-livell ta' 60% - issa nispjega wkoll x'qed jiġri hawn - wieħed jista' jaqsam dawn is-60% mill-produzzjoni kollha ta' l-ilma bħala dovuti b'dan il-mod.", "Huwa kkalkolat li l- leakages jammontaw għal 20%; il-parti minn serq tammonta għal 9%; u l-parti li ġejja mill-fatt ta' meters eżistenti li m'humiex sensittivi biżżejjed biex jaqraw il-konsum tammonta għal 31%.", "Mela huwa evidenti, Mr Speaker, li meta wieħed jitkellem għar-rigward tal-fattur ta' l-unaccounted for water wieħed irid jieħu miżuri li jolqtu fost fatturi oħrajn dawn it-tliet fatturi, il-fattur ta' leakages, il-fattur ta' meter under-registration - li huwa kkalkolat minn studji kollha li rriferejna għalihom qabel bħala l-ikbar perċentaġġ - u naturalment wieħed għandu dejjem anke jekk huwa l-inqas perċentaġġ jieħu wkoll il-miżuri meħtieġa għar-rigward tal-perċentaġġ li ġej mis-serq.", "Pero' apparti dawn l-aspetti kollha huwa xieraq ukoll li nirriferu wkoll għall-fatt li meta nitkellmu dwar id-distribuzzjoni ta' l-ilma ħadna wkoll miżuri oħrajn.", "Dawn il-miżuri jinkludu li pajjiżna ġie maqsum f'żoni fejn f'kull żona jkun hemm ġibjun li jkollu riżerva, jiġifieri li jkollu storage.", "Dan huwa proġett li rridu nkomplu għaddejjin bih u rridu li minbarra l-ġibjuni eżistenti jsiru ġibjuni oħrajn u kif nafu saret ukoll applikazzjoni biex jinbena l-ġibjun fl-area tal-Xwieki, fil-limiti tan- Naxxar.", "Naturalment meta nitkellmu dwar l-aspett tad-distribuzzjoni ta' l- ilma, wieħed jista' wkoll jagħmel l-argument dejjem totali dwar x'sar fil- qasam ta' żieda ta' mains, ta' bdil ta' mains u lejn anke l-estensjoni tas- servizz.", "Forsi tajjeb wieħed ifakkar li meta fl-1994 mill-ġibjun tal- Qrendi bdejna nagħtu provvista ta' aktar ilma konna ħriġna numru ta' mains biex minn hemmhekk wieħed jirrisolvi darba għal dejjem il-problema ta' l- ilma f'diversi inħawi fil-pajjiż b'mod partikolari n-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Allura sar il-proġett magħruf bħala l-Qrendi Phase II għaliex ridna li nħawi kbar u sostanzjali f'pajjiżna - speċjalment l-inħawi tan- naħa t'isfel tal-pajjiż li kellhom problemi pjuttost kroniċi ta' nuqqas ta' ilma matul diversi snin - jkunu jistgħu jħarsu lejn il-problema tal- provvista ta' ilma bħala problema tal-passat.", "F'dan ir-rigward nista' ngħid li t-tieni parti tal-proġett magħruf preċiżament bħala Qrendi Phase II tkompla matul is-sena li qegħdin fiha.", "Din hija l-aħħar parti ta' sistema u proġett importanti ħafna fid- distribuzzjoni ta' l-ilma li hu ppjanat prinċipalment biex jassigura tqassim aħjar ta' l-ilma fl-inħawi tan-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Meta dan il-proġett jitlesta ser jiggarantixxi provvista aħjar ta' ilma fl-areas ta' Hal Luqa, il-Fgura, Hal Tarxien, Santa Lucia u Raħal Ġdid.", "Dawn kollha jifformaw parti mis-sistema ta' gravita' tal-Qrendi u għalhekk wieħed jistenna li din is-sistema awtomatikament titjieb permezz tal-Qrendi Phase II bħala parti mix-xogħol tagħna ta' distribuzzjoni.", "Din il-parti tal-proġett tikkonsisti f'4.5 kilometri ta' mains li jvarjaw fid-dijametru minn 250 millimetru sa 600 millimetru u li jestendu minn Ħal Luqa għal Ħaż- Żabbar ħdejn il-Mina ta' Hompesch.", "Dan huwa proġett li kien beda f'Ġunju.", "Konna rajna alternattivi varji, kienu saru studji li jikkonsidraw ukoll l- aspett ta' l-impatt tat-traffiku u ridna li jkun hemm l-inqas inkonvenjent possibbli lill-pubbliku b'mod ġenerali.", "Nista' ngħid li sa l-aħħar ta' Ottubru madwar nofs dan il-proġett kien lest u issa mistenni jitkompla fl- ewwel xhur tas-sena li ġejja.", "Aħna rridu li dan il-proġett essenzjali ħafna għas-sistema tad-distribuzzjoni fil-pajjiż jitkompla bir-ritmu li qabad ħalli fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla t-titjib fid-distribuzzjoni ta' l-ilma fid-diversi nħawi fin-naħa t'isfel ta' Malta jkompli jingħata l- prijorita' li ndikajna fil-postijiet fejn nafu li kien hemm problemi.", "Apparti l-ispjega dwar estensjoni fis-sistema tad-distribuzzjoni, ma nistax ma niġbidx l-attenzjoni ta' din il-Kamra għal dak li hemm indikat f'dan ir-rigward fir-Rapport Annwali li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Meta nħarsu lejn ix-xogħol fuq is-sistema ta' distribuzzjoni, insibu li sar tqegħid ta' aktar minn 44 kilometru ta' kanen b'dijametri li jvarjaw f'diversi lokalitajiet f'pajjiżna.", "It-tabella li tkopri dan ix-xogħol kollu qiegħda f'paġna 19 tar-rapport.", "Se nillimita ruħi għall-eżempji fejn it-tqegħid jeċċedi aktar minn kilometru ta' mains ġodda fil-proġetti varji ta' distribuzzjoni ħalli dejjem nassiguraw mhux biss livelli ogħla fil- produzzjoni imma distribuzzjoni aktar effiċjenti ta' l-ilma madwar diversi nħawi fil-pajjż.", "Nista' nsemmi, per eżempju, Bormla fejn qegħidna 1.4 kilometru, Delimara fejn qegħidna 3.4 kilometri, il-Fgura fejn qegħidna 3.3 kilometri, Ħal Far fejn qegħidna 1.8 kilometru, fil-Kalkara fejn qegħidna aktar minn kilometru, Ħal Kirkop fejn qegħidna 1.7 kilometru, Ħal Qormi fejn qegħidna 4.9 kilometri, il-Qrendi Phase fejn qegħidna 1.1 kilometru, iż-Żebbiegħ fejn qegħidna 3.5 kilometri u Ħaż-Żebbuġ fejn qegħidna 5.5 kilometri.", "Dawn huma eżempji għar-rigward ta' Malta.", "Jekk nieħdu eżempji minn GĦawdex u dejjem nillimita ruħi għal fejn kellna aktar minn kilometru, nista' nsemmi xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni f'Marsalforn fejn qegħidna 2.8 kilometri, l-area ta' Ta' Ċenċ f'Victoria, qegħidna 1.6 kilometru u fl-area tar-Rabat proprju qegħidna wkoll iżjed minn kilometru.", "Dan ifisser total ta' 36.5 kilometru għal Malta u total ta' 7.4 kilometri għal GĦawdex li b'kollox iġib total li jaqbeż l-44 kilometru fis-sistema ta' distribuzzjoni bejn Malta u GĦawdex.", "Kif għidt qabel, Mr Speaker, meta nitkellmu dwar is-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-ilma naturalment huwa dejjem rilevanti li nħarsu lejn dak li qiegħed isir fuq il-fatturi li jwasslu għall-unaccounted for water.", "Jien dawn diġa' semmejthom, semmejt il-perċentaġġ ta' serq, semmejt il- perċentaġġ fuq il-meters u indikajt l-ogħla perċentaġġ - jiġifieri 31% minn dawn is-60% - u semmejt ukoll il-perċentaġġ l-ieħor fuq il-kwestjoni tal- leakages.", "Niġu mela għall-aspett tal-meters.", "Naraw li f'dan ir-rigward inbidlu aktar minn 66,000 arloġġ ta' l-ilma fil-perjodu li qegħdin nitkellmu dwaru.", "GĦalija huwa interessanti li fost dawn is-66,000 arloġġ ta' l-ilma li nbidlu kważi 23,000 minnhom kellhom aktar minn 20 sena fuqhom.", "Imma x'kien l-effett tal-bdil ta' dawn il-meters ta' l-ilma?", "Qabel xejn irrid nifraħ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li naħseb li din is-sena tatna mhux biss rapport li jirrispetta l-lingwa Maltija daqs dik Ingliża għaliex tatna r-rapport fiż-żewġ lingwi pero' tatna wkoll rapport verament studjat, rapport li ma joqgħodx lura mid- dettalji tekniċi kollha, rapport li jagħtina analisi profonda u rapport li jagħmel faċli anke għal dan il-Parlament li jidħol f'diskussjoni u japprofondixxi s-suġġett mill-angoli kollha tiegħu għaliex għandna materjal li huwa dettaljat ħafna.", "Fost id-dettalji nsibu preċiżament x'kien l- effett fit-titjib tal-qari ta' l-arloġġi meta sar il-bdil tagħhom.", "Insibu li fil-każ tat-tip ta' arloġġi tal-klassi \"Ċ\" ta' l-1983 - dejjem biex nillimita ruħi għal numru ta' eżempji għaliex inkella nista' nikkwota t- tabella kollha - kien hemm żieda fil-qari ta' 42%.", "Jekk inħarsu lejn arloġġi ta' l-1980 dejjem tal-klassi \"Ċ\" insibu titjib fil-qari ta' 40%.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Fil-każ tal-meters tal-klassi \"Ċ\" ta' l-1986 sibna titjib fil-qari ta' 38% li huwa l-istess perċentaġġ ta' titjib fil- każ ta' meters li nbidlu mill-1973 - kemm tal-klassi \"B\" u tal-klassi \"Ċ\" - jiġifieri, biex niftiehmu, dawk il-meters li għandhom aktar minn 20 sena fuqhom.", "X'ifisser dan kollu?", "Dan kollu jfisser li fejn qabel fl-analisi tagħna konna nindikaw unaccounted for water - matul is-snin dan il-pajjiż għal raġunijiet varji kien mifni b'meters li kienu jagħmlu under- registration ta' l-ilma attwalment ikkonsmat - illum huwa pprovat li mill- bdil ta' meters qodma għal meters ġodda u mir-readings attwali u bir- responsabbilta' kollha aspirata minn prinċipji ta' ġustizzja - f'pajjiż inti ma tista' qatt tħalli sistema fejn tgħid li min jikkonsma l-ilma għandu jkollu meter li jirreġistra iżjed minn dak li attwalment jikkonsma imma lanqas m'għandu jkollu meter li jirreġistra inqas minn dak li jkun ikkonsma - il-programm tal-bdil tal-meters f'dan ir-rigward qed jagħti riżultat mill-aktar sodisfaċenti, riżultat li jgħid li l-analisi tat- tagħrif dwar kontijiet għall-aħħar żewġ ċikli sħaħ tikkonferma li l- parametri tat-tariffa fil-fatt kienu deċiżi sew anke meta ġejna biex niffissaw it-tariffa l-ġdida.", "Dan huwa argument ieħor li rrid nagħmel.", "Naħseb li huwa importanti li ngħid li l-konsum veru reġistrat bl-arloġġi l- ġodda li tqiegħdu flok dawk li ma jaħdmux juri d-doppju ta' l-istima li kienet issir qabel filwaqt li l-konsum reġistrat fuq arloġġi ġodda hu on average, 30% u iżjed ogħla mill-medja tal-konsum reġistrat qabel.", "Jien tajt ukoll ċifri partikolari anke għar-rigward ta' klassi partikolari ta' meters li fil-fatt kienu mibdula.", "Fattur ieħor li jikkaġuna l-unaccounted for huwa l-aspett tal-leakages.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jħarisx b'sodisfazzjon konsiderevoli lejn ix- xogħol li qiegħed isir mill-korporazzjoni f'dan ir-rigward li tħares lejn inħawi diversi fil-pajjiż u tara l-problema tal-leakages b'mod studjat u b'mod li ttejjeb is-sistema tal-ħsara u tiswijiet.", "Fit-tqassim tax-xogħol fost il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadna numru ta' miżuri li fil-fatt wasslu, bl-aktar mod konkret, biex ikun hemm tiswijiet iktar malajr ta' ħsarat li jkunu rrapportati u biex ikollna wkoll analisi aħjar ta' fejn l-iktar ikun hemm leakages f'diversi partijiet tal-pajjiż.", "Ir-rapport annwali jagħti wkoll indikazzjoni ta' paragun bħala bażi fuq dak li jissejjaħ il-minimum night flow għax naturalment kif jafu wkoll Membri ta' l-Oppożizzjoni mod wieħed kif inti tkun tista' tkejjel b'mod xjentifiku u b'mod oġġettiv il-ħidma li tkun qed tagħmel rigward il-leakages huwa billi qabel ma tagħmel it-tiswijiet tagħmel paragun bejn l-ammont ta' ilma li jkun għaddej fil-ħin li l-inqas tippretendi li għandek konsum ta' l-ilma - jiġifieri matul il-lejl, madwar is-2.00 a.m. - u naturalment wara li tkun għamilt l-istess tiswijiet.", "F'dan ir-rigward hawn diversi eżempji fir-rapport li juru kif fl-Isla u f'postijiet bħal Ħal Kirkop u l-Gudja l- intervent ta' tiswijiet biex ikunu eliminati l-leakages wera riżultati mill- iktar pożittivi.", "Ir-rapport juri wkoll li ma tistax titkellem dwar dan ir- riżultat pożittiv fir-rigward ta' Buġibba.", "F'Buġibba għad hemm il-bżonn tal-bdil ta' ħafna kanen ta' l-ilma għax is-sistema ta' dawn il-kanen żgur m'hijiex l-iktar sistema feliċi.", "Qed ngħid dan għax hemmhekk hemm sistema ta' kanen irqaq imġonġijin ma' xulxin, sistema li tagħmel id-distribuzzjoni ta' l-ilma f'inħawi sensittivi bħal dawn waħda vulnerabbli u waħda li żgur li rridu ninvestu fiha minkejja l-ispiża kbira biex titjieb fis-snin li ġejjin.", "Apparti minn dak li hemm indikat fir-rapport tlabt lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tagħtini ftit ċifri aġġornati f'dan ir-rigward.", "Nista' ngħid b'sodisfazzjon li r-riżultati qed ikomplu juru bl-iktar mod konsistenti l-effett ta' l-interventi li qed tagħmel il-korporazzjoni biex neliminaw il-leakages f'inħawi differenti.", "Hawnhekk għandi rapport li jitkellem dwar ir-riduzzjoni, preċiżament bil-kejl xjentifiku tal-minimum night flows, f'żoni varji bħala riżultat ta' leakage detection u ta' tiswijiet.", "Jien għandi r-riżultati ta' paragun bejn l-1 ta' Ġunju ta' din is-sena u l-31 ta' Ottubru ta' din is-sena jiġifieri ftit ġranet ilu.", "Jekk nillimita ruħi - għaliex jekk nispiċċaw naqraw it-tabelli kollha nieħdu ħafna ħin ta' din il-Kamra - għal fejn ir-riduzzjoni m'hijiex inqas minn 10 metri kubi fis-siegħa bħala riżultat fil-varjazzjoni tal- minimum night flow nista' nagħti mill-ewwel dawn l-eżempji.", "Per eżempju, fil-Marfa wara intervent ta' tiswijiet nistgħu ngħidu li kull siegħa qed niffrankaw - issa aktar tard ngħid din xi tfisser fi glalen ta' ilma kuljum - 10 metri kubi kull siegħa.", "Fl-Għadira l-istess, qed niffrankaw 10 metri kubi fis-siegħa.", "Fil-Mellieħa - qed naqbeż dawk kollha li huma inqas minn 10 metri kubi li naturalment minnhom hawn diversi - qed niffrankaw 15-il metru kubu fis-siegħa li jirrifletti tnaqqis fil-minimum nightflow fiż-żona li qed nitkellmu dwarha wara spezzjonijiet aħjar ta' leakage detection u tiswijiet meħtieġa.", "F'San Pawl il-Baħar qed niffrankaw 10 metri kubi fis-siegħa, f'Ħal Kirkop 29 metru kubu fis-siegħa, fil-Gudja 21 metru kubu fis-siegħa u fiż-Żejtun - dan huwa l-ogħla - 30 metru kubu fis-siegħa apparagun dejjem tal-minimum nightflow.", "Iż-Żejtun fl-anqas ħin ta' konsum kien jirreġistra 80 metru kubu fis-siegħa bil-lejl u mbagħad wara l-ispezzjonijiet u wara t-tiswijiet kollha meħtieġa kif ukoll wara l- bdil ta' mains u ta' kanen il-konsum niżel għal 50 metru kubu fis-siegħa.", "F'Wied il-Għajn qed innaqqsu il-minimum nightflow għal 19-il metru kubu fis- siegħa, fl-Isla 13-il metru kubu fis-siegħa, fl-area ta' Santa Marija 11-il metru kubu fis-siegħa, u fl-area ta' Ħ'Attard 15-il metru kubu fis-siegħa.", "X'inhu t-total ta' dan kollu?", "X'inhu t-total li sa l-aħħar ta' Ottubru nistgħu ngħidu li eliminajna b'kalkolu xjentifiku u oġġettiv ta' tnaqqis fil-minimum nightflow f'dawn iż-żoni varji?", "Qed niffrankaw 236 metru kubu fis-siegħa u naturalment irridu naħdmu aktar fuq din il-ħaġa.", "Dan ifisser - biex wieħed forsi jikkalkola f'termini li jiftehmu iżjed - li jekk taqleb dak li hu kull siegħa għal x'tiffranka fuq bażi ta' ġurnata u jekk wieħed jagħmel ukoll conversion in terms of gallons of water, nistgħu ngħidu li minn sors ieħor ta' l-unaccounted for water illum qed niffrankaw 1.25 miljun gallun ilma kuljum bejn dawn iż-żoni kollha.", "Ma nistax ma nifraħx lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'dan ir-rigward u ma nistax naturalment ma nawgurax lill-korporazzjoni li tkompli preċiżament b'dan it- tip ta' programm u b'dan it-tip ta' impenn għall-futur fil-pajjiż u f'żoni oħra.", "Allura x'nosservaw b'mod ġenerali minn dan kollu?", "Nosservaw li meta nagħmlu paraguni dwar id-differenza fl-ammont ta' ilma li qed jispiċċa fis-sistema ta' distribuzzjoni tagħna, din is-sena mill- ewwel ġimgħa ta' Awissu sa issa - hawnhekk għandi tabella li turini sat- tieni ġimgħa ta' Ottubru - u b'eċċezzjoni biss tat-tieni ġimgħa ta' Awissu nistgħu ngħidu li qed imur anqas ilma fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Jiġifieri meta tikkalkola l-ammont ta' ilma prodott u tnaqqas minnu dak l- ilma li jkun għadu fil-ġibjuni - u allura jkun għadu ma daħalx fis-sistema ta' distribuzzjoni - u tagħmel paragun ġimgħa b'ġimgħa bejn dawn l-aħħar għaxar ġimgħat u l-corresponding weeks ta' l-1994 issib b'mod konsistenti - b'eċċezzjoni ta' ġimgħa waħda - li anqas ilma sejjer fis-sistema tad- distribuzzjoni.", "Pero' ara ma naħsbux - u dan iddiskutejtu personalment ma' l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma - li dan ifisser anqas konsum ta' ilma għax jekk imbagħad tieħu l-metering ta' l-ilma bħala konsum issib li dan ma naqasx.", "Li qed jiġri huwa li bil-fatti qed tonqos il- ħela u bil-fatti nsibu li l-perċentaġġ fl-ewwel ġimgħa t'Ottubru per eżempju, tela' in average daily consumption għal differenza inqas fis- sistema tad-distribuzzjoni ta' kważi 3.5 miljun gallun ilma.", "Naturalment din ma rridx norbotha kollha mas-sistema ta' tiswijiet - dawn se mai huma ċifri separati - imma dan huwa ilma inqas li qed imur fis- sistema tad-distribuzzjoni preċiżament minħabba miżuri varji li qed tieħu l- korporazzjoni u allura naraw li fit-tieni ġimgħa ta' Ottubru, per eżempju, stajna nitkellmu fuq 10% inqas ilma fis-sistema tad-distribuzzjoni bħala riżultat ta' diversi miżuri li ħadet il-korporazzjoni.", "Anke hawn naturalment wieħed ma jistax ma jifraħx u ma jawgurax f'dan ir-rigward u jara kif il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wara li bilfors kellha tagħti prijorita' lejn il-qasam tal-produzzjoni u wara li ma qagħdetx lura milli tagħmel l-impenji kollha meħtieġa fir-rigward ta' distribuzzjoni llum qiegħda pass wara l-ieħor tolqot oqsma oħra ta' l-operat tagħha.", "Tkellimna dwar il-qasam tal-produzzjoni, dwar il-qasam ta' distribuzzjoni aħjar, dwar il-qasam li tattakka l-problema ta' l-unaccounted for, dwar il- qasam li torganizza dejjem aħjar id-diversi servizzi tagħha b'mod effiċjenti u dwar oqsma varji li fit-totalita' tagħhom ifissru mingħajr ebda dubju li hija korporazzjoni mpenjata f'dawn l-oqsma kollha.", "Mr Speaker, forsi huwa interessanti nispjega wkoll, biex nagħti eżempju tal-konsum, li jekk nagħmel fuqi nnifsi limitazzjoni ta' paraguni ta' konsum f'termini ta' metri kubi - issa m'iniex se nagħmel paragun abbażi ta' kontijiet - naraw li fir-realta' l-konsum fil-qasam tal-lukandi żdid sostanzjalment u dan għal kwalunkwe kategorija ta' lukandi.", "Fil-livell terzjarju tal-qasam turistiku kien hemm qabża wkoll fil-konsum.", "Fl-istess nifs ta' dawn il-paraguni ta' cycles sostanzjali nistgħu nitkellmu wkoll dwar sistema aħjar ta' distribuzzjoni ta' l-ilma kemm f'dik li hija produzzjoni u kemm f'dik li hija riserva fil-ġibjuni li tgħaddi għas- sistema tal-mains tagħna.", "Issa ħalli nagħti ftit eżempji ta' din iż-żieda fil-konsum tal-lukandi u nerġa' ngħid li qed nirriferi għal-lukandi kollha.", "Nibda billi ngħid li l-konsum ta' one month cycle bejn it-30 ta' Lulju 1994 u l-1 ta' Settembru 1994 - jiġifieri għandna x-xahar ta' Awissu kollu nkluż - kien ta' 16,715-il metru kubu.", "Issa jekk nieħdu kważi l-istess perijodu, jiġifieri mill-1 ta' Awissu sa l-1 ta' Settembru ta' din is-sena - allavolja hawn għandna jumejn anqas - insibu li kien hemm qabża kbira għax tlajna sa 47,227 metru kubu.", "Il-konsum tal-lukandi għax-xahrejn ta' Settembru - Ottubru 1993 kien ta' 54,907 metru kubu waqt li għall-istess xahrejn ta' l-1994 kien ta' 56,467 metru kubu.", "F'Lulju - Awissu 1994 il- konsum tal-lukandi kien 69,597 metru kubu u f'Lulju - Settembru 1995 dan tela' għal 79,395 metru kubu.", "Naturalment dan fih is-sinifikat tiegħu u f'dan il-każ jirrifletti l-aspett ta' registration permezz ta' meters b'mod iktar korrett u jirrifletti wkoll dak li trid il-korporazzjoni u dan huwa li jkollha l-għodda kollha meħtieġa f'idejha biex tkun tista' tkejjel dejjem aħjar is-servizz tagħha fid- diversi oqsma.", "Mr Speaker, f'din l-okkażjoni ta' dibattitu ngħid ukoll xi ħaġa dwar il- kwestjoni tat-tariffi.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ir-rapport qed jagħmel analisi korretta u tajba għaliex issa it-tariffi huma fuq fatti u mhux fuq każi drammatiċi ta' min kellu żball fil-kont, ta' min għandu żball fil- komputerizzazzjoni, ta' min il-każ tiegħu jispiċċa jew jiddomina permezz ta' ittra f'gazzetta u ta' min il-każ tiegħu jissemma fil-Parlament.", "Hemm modi aħjar kif wieħed jista' jiġbed l-attenzjoni għal dan ir-rigward.", "F'paġna 14 ta' dan ir-rapport insibu l-analisi tal-kont medju tal-perijodu ta' erba' xhur li qed joħroġ issa pparagunat ma' dak li kien joħroġ bis- sistema tat-tariffi qabel.", "F'każ ta' dar vojta li forsi qed tiġi użata biss għas-sajf, bejn il-kont ta' erba' xhur bis-sistema tat-tariffi l-ġodda u l-kont ta' erba' xhur bis-sistema tat-tariffi ta' qabel insibu li hemm żieda ta' Lm4.58ċ - dan huwa l-average.", "Jekk nagħmlu analisi tat-tabella li għandna ppreżentata hawnhekk insibu li s-sussidju li jagħti l-Gvern huwa korrettement sussidju li qiegħed dejjem jikber aktar m'għandek persuni joqogħdu fid-dar.", "Hawn irrid ngħid li ma tkunx miżura ta' ġustizzja soċjali li flat jingħata sussidju irrispettivament minn kemm jgħixu nies fih.", "Jekk aħna naqblu mal-prinċipju li għandu jkun hemm kalkolu tal-konsum regolari ta' ilma għal kull persuna, allura evidentement dak il-konsum tkun trid tikkalkolah fuq kemm hemm persuni joqogħdu ġewwa dar u allura s- sussidju tal-Gvern ivarja jew jogħla skond kemm hemm persuni jgħixu fl- istess dar.", "Jiġifieri b'mod konsistenti f'din it-tabella għandna li aktar m'hemm persuni jgħixu f'dar waħda anqas se tkun id-differenza fil-livell tal-kont għal dik il-familja li kienet tħallas qabel milli tħallas illum.", "Fl-opinjoni tagħna - kif kellna l-opportunita' li nispjegaw f'diversi okkażjonijiet - hija miżura ta' ġustizzja soċjali fil-prattika li tiddistingwi bejn djar fejn jgħixu ħafna persuni għal djar fejn tgħix persuna waħda jew ftit persuni għaliex huwa evidenti li inti ma tistax tagħti l-istess sussidju rrispettivament mill-għadd ta' nies li jgħixu fl- istess post.", "F'dan ir-rigward irrid ngħid ukoll li meta bdew joħorġu l-kontijiet il- ġodda kien hemm xi diffikultajiet inizjali fejn is-sistema ta' komputerizzazzjoni mhux dejjem indikat b'mod preċiż - u dan għal raġunijiet magħrufa fi kwalunkwe sistema ta' komputerizzazzjoni madwar id-dinja - l- għadd preċiż ta' persuni li jkunu jgħixu f'dar.", "L-ewwelnett ikollok familji li huma stess u b'ebda tort ta' ħadd - żgur m'hux tort tal-Gvern, żgur m'hux tort tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, żgur m'hux tort ta' xi ħadd fis-settur pubbliku - iħossu li għandu jkollhom membri ta' l- istess familja reġistrati taħt indirizzi varji anke jekk qed jgħixu taħt l- istess saqaf.", "Raġunijiet għal dan hemm ħafna u ma naħsibx li għandna għalfejn nidħlu fihom hawnhekk.", "Li rrid ngħid huwa li sistema ta' komputerizzazzjoni marbuta direttament fuq il-karta ta' l-identita' naturalment se timmarka dak li jidher skond is-sistema tar-reġistru elettorali.", "Irridu nammettu wkoll li s-sistema ta' komputerizzazzjoni ġieli tvarjalek għaliex dak li forsi l-għajn umana tinduna bih mill-ewwel is-sistema komputerizzata tarah b'mod differenti.", "L-aktar eżempju ovvju hu meta membri ta' l-istess familja jġibu indirizz differenti.", "Per eżempju, membru tal-familja jġib l-isem tad-dar \"Rose\" u membru ieħor iġib l-isem tad-dar bħala \"Rose Hse.\"", "Din il-kompjuter jirreġistraha bħala informazzjoni li tvarja u allura jindikalek żewġ households flok household waħda.", "Pero' dawn kienu aktar diffikultajiet inizjali milli diffikultajiet li tkomplew għaliex kif nafu l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tat kull opportunita' lill-persuni li riedu jimlew formoli, li riedu jindikaw korrezzjonijiet partikolari u li riedu jaġġustaw is-sistema biex dan jagħmluh.", "Allura dawn id-diffikultajiet inizjali fil-parti l-kbira tagħhom kienu eliminati.", "Irrid ngħid li proġett kbir tal-korporazzjoni li fil-fatt nistgħu ngħidu li qegħdin fl-ewwel ġranet tiegħu - u se nitkellem aktar dwaru fl-aħħar - huwa li l-korporazzjoni jkollha sistema ta' komputerizzazzjoni sofistikata u adegwata li tkun sistema in-house, sistema tailor-made għall-ħtiġijiet kollha tagħha u għall-ħtiġijiet kollha tal-konsumaturi tagħha.", "Din m'hix se tkun sistema li tiddependi fuq waħda ċentralizzata u li llum għaddew ħafna snin fuqha bħalma hija s-sistema tas-Swatar.", "Is-sistema tas-Swatar ma jista' qatt ikollha l-istess livell mhux biss ta' effiċjenza imma ta' response time effiċjenti u fast daqs sistema li tkun tailor-made għal korporazzjoni partikolari kif se jkollha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u li se tibda tuża minn dan ix-xahar stess.", "Dan se jkompli jtejjeb ukoll is-servizz tagħna f'dan ir-rigward.", "Meta nsemmu l-kwestjoni tat-tariffi l-ġodda naħseb li l-ikbar argument li ma nistgħux ma nagħmlux huwa li bit-tariffi l-ġodda fl-aħħar mill-aħħar dak li ridna nagħmlu kien li nikkalkolaw prezz għall-konsum ta' l-ilma li kemm jista' jkun ikun ġust u dan ikkalkolajnieh fil-livell ta' 75c kull metru kubu ta' ilma.", "Mhux qed ngħid li dan huwa dejjem il-prezz tal- produzzjoni ta' l-ilma għax jekk regolarment tara x'inhu l-prezz tal- produzzjoni ta' l-ilma nista' ngħid li għandek diversi okkażjonijiet fejn il-prezz ikun ogħla minn hekk.", "Imma almenu ridna nistabbilixxu gwida li hija korretta biex lil dak li jkun tgħidlu li l-ilma jiswa daqshekk.", "Biex wasalna għal-livell ta' produzzjoni li ridna u biex inkomplu ntejbu d- distribuzzjoni u biex nassiguraw li l-ilma jasal f'kull dar tal-familji Maltin - faċli li tieħu s-soluzzjoni li tipproduċi inqas u daqqa tagħlaq naħa u daqqa tagħlaq naħa oħra u naraw kif inġaħġħu bl-iktar komodita' essenzjali tal-ħajja - l-ilma għandu dan il-prezz u kull min jirċievi kont jara l-kont b'dak il-prezz.", "Pero' mbagħad jara linja oħra li għall-konsum l-iktar bażiku u l-iktar li għandu bżonn għandu s-sussidju tal-Gvern u jara r-riduzzjoni awtomatika fil-kont.", "Naturalment huwa jħallas il-prezz ta' l- ilma kif qed nikkalkolaw li għandu jiswa, tnaqqas is-sussidju u l- individwu jħallas biss id-differenza lill-korporazzjoni.", "Imma wieħed forsi jista' jistaqsi, dan is-sussidju tal-gvern xi jfisser f'termini reali?", "Dan is-sussidju tal-gvern f'termini reali jfisser iċ- ċifri li se nagħti hawnhekk.", "Dan ma nistgħux ma nenfasizzawhx biżżejjed għax forsi jkun hawn min jaħseb li aħna b'xi mod ridna nkunu kattivi mal- poplu u dawn il-ħafna aġġettivi oħra li soltu nisimgħu u li ridna nagħmlu tariffi biex issa niġbru lura kull ċenteżmu li nonfqu fuq is-sistema ta' l-ilma fil-pajjiż.", "Dan m'hu assolutament veru xejn għaliex jekk inħarsu kemm lejn il-perijodu qabel it-tariffi l-ġodda sew lejn il-perijodu ta' wara naraw l-istess livell konsistenti ta' sussidju mill-gvern lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Pero' ejjew narawhom ftit kif kienu matul is-snin.", "Mill-1992 sa l-1993 meta konna ħadna perijodu ta' accounting għal darba biss, peress li l-korporazzjoni kienet għadha ilha li twaqqfet 20 xahar, insibu li s-subvention tal-gvern kienet telgħet għal Lm14.1 miljun, it-telf li xorta waħda għamlet il-korporazzjoni anke wara dak is-subvention - telf li m'għamilx tajjeb għalih il-konsumatur imma telf fl-accounts li l-korporazzjoni tmur tissellfu mill-banek u ġeneralment jagħmel tajjeb anke l-Gvern b'xi garanzija - kien ta' Lm6.31 miljun.", "Mela f'dawk l-20 xahar nistgħu nitkellmu dwar subvention totali ta' Lm20.41 miljun.", "Jekk imbagħad immur għas-sena finanzjarja 1993/1994 - issa qed immorru fuq sena regolari ta' 12-il xahar - is-sussidju tal-Gvern kien ta' Lm10.5 miljun u t-telf kien ta' Lm720,000, jiġifieri nistgħu ngħidu li s- subvention totali mill-Gvern b'mod jew ieħor dirett jew indirett kien ta' Lm11.22 miljun net.", "Jekk inħarsu lejn l-1994/1995, l-aħħar sena finanzjarja, insibu li s-subvention mill-Gvern kienet ta' Lm9.5 miljun u t- telf kien ta' Lm1.8 miljun, jiġifieri s-subvention totali - dirett jew indirett - kienet ta' Lm11.3 miljun.", "Is-sena finanzjarja li għadha kif bdiet, 1995/1996 - fejn żgur għandek l-effett kollu tat-tariffi l-ġodda - il-Gvern xorta se jerġa' jagħti subvention ugwali u kemm kemm iżjed minn dik tas-sena finanzjarja li għaddiet għax minflok Lm9.5 miljun qed jiggarantixxi subvention ta' Lm10 miljun, nikkalkolaw li jkun hemm telf ta' Lm170,000 u allura qed nitkellmu dwar totali - apparti s-subvention diretta - ta' Lm10.17 miljun.", "Mela jekk nara l-impenn ta' sussidju mill-Gvern kemm biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tagħmel l-investiment kollu meħtieġ tagħha fis-setturi varji biex tagħti s-servizzi li hemm bżonn lill- pubbliku Malti, kemm biex ir-rata li l-poplu jħallas ta' l-ilma li jkollu fil-vit ma tkun qatt viċin ir-rata realistika li dak l-ilma jiswielna biex inwassluh fil-vit tal-poplu, qed nitkellem fuq subvention ta' aktar minn Lm53 miljun.", "Dan il-kalkolu mhux qed nagħmlu fuq tmien snin imma mill-1992 sa l-aħħar tas-sena finanzjarja li qed niddiskutu bħalissa.", "Allura min jista' b'xi mod jakkuża lill-Gvern li b'xi mod ma tax l-impenn totali tiegħu mil-lat kapitali, mil-lat ta' investiment meħtieġ lil din il- korporazzjoni u mil-lat biex l-element veru u soċjali anke fit-tariffa jibqa' rispettat?", "Mr Speaker, nista' ngħid ukoll li matul l-istess żmien ma qgħadniex lura milli nħarsu wkoll lejn il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Nista' ngħid li filwaqt li l-average earnings fl- 1987, dejjem meta niddividu t-total tal-wage bill bin-numru ta' ħaddiema - it-total imħallas kien ta' Lm2,967,833 maqsumin fuq 1,592 impjegat - kienu ta' Lm35.85, fil-ġimgħa, fl-1995 dawn telgħu għal Lm67.27c, li jiġu kważi d-doppju paragunati ma' l-1987 - l-emoluments totali għas-sena finanzjarja 1994/1995 kienu Lm4,827,204 u staff kien hemm 1,380.", "Meta nħarsu lejn il-qasam tal-ħaddiema, li fl-aħħar mill-aħħar jibqgħu dejjem l- akbar riżors tal-korporazzjoni, insibu li anke hawn għandna l-impenn tat- taħriġ.", "Tajjeb li nagħmlu riferenza għall-courses li saru f'livelli varji ta' taħriġ fil-management, courses bażiċi, courses li jingħataw lil ħafna kategoriji varji ta' ħaddiema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u courses immirati biex it-twemmin tagħna fl-akbar riżors tal-korporazzjoni jkun wieħed ippruvat bil-fatt li aħna nagħtu wkoll it-taħriġ kollu meħtieġ.", "It-twaqqif ta' l-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Ilma f'dan ir-rigward kien pass mill-iktar importanti.", "Irrid ngħid ukoll, Mr Speaker, li l-korporazzjoni trid dejjem tattrezza ruħha biex hi tkun tista' tagħti l-kwalita' ta' servizz meħtieġ minnha anke permezz tas-sistemi li tadotta internament biex is-servizz ikun wieħed effiċjenti.", "Għalkemm wieħed ikun irid jirriferi għal diversi oqsma oħrajn, ma nistax ma nagħmilx aċċenn għall-impenn li għandha l-korporazzjoni fir- rigward tal-komputerizzazzjoni.", "Irrid ngħid li din it-taqsima tal- korporazzjoni akkwistat is-software meħtieġ sabiex minn dan ix-xahar b'sistema in house tibda tiġġenera wkoll il-kontijiet b'mod li jkunu aktar spjegati u b'mod li nassiguraw li fejn persuna għandha lment, l-ilment ikun wieħed mistħarreġ aktar malajr.", "Irridu eventwalment ukoll sistema li tkun on line fid-diversi uffiċini tal-korporazzjoni li hija maqbuda b'network mas-sistema ċentrali sabiex nassiguraw li l-informazzjoni qiegħda tgħaddi minn post għal ieħor u nistgħu nivverifikawha.", "Irridu wkoll li dan is- software jagħtina possibbiltajiet ta' analisi li hija korretta, analisi li aħna nagħmlu dwar diversi aspetti tal-ħidma tal-korporazzjoni, mhux l-inqas fuq is-suġġett ta' l-unaccounted for water li tkellimna dwaru qabel.", "Iva nista' ngħid mingħajr ebda tlaqliq li anke hawn il-korporazzjoni qed turi l-viżjoni u l-kuraġġ meħtieġ u jien naf li l-ħsieb tal-korporazzjoni huwa li minn dan ix-xahar tibda tuża dawn is-sistemi l-ġodda.", "Mr Speaker, meta nħares lejn dawn id-diversi oqsma tal-korporazzjoni u nara l-ħidma bla heda li din qed twettaq biex lill-pubbliku Malti tagħtih kwalita' aħjar fix-xogħol tagħha ma nistax ma nosservax li huwa preċiżament ir-riżultat tal-viżjoni li wera l-Gvern u li qed turi l-istess korporazzjoni li llum fil-pajjiż nistgħu nagħmlu dak li pprevedejt li se nagħmlu f'dan id-dibattitu.", "Jien ma għandi l-ebda dubju li dan se jikkaratterizza l-kumplament tad-diskussjoni, jiġifieri se jkun hemm ċaqliqa minn diskussjoni fuq kwantita' ta' l-ilma għal diskussjoni iktar wiesgħa.", "Fil-fatt jien ridt nidħol fid-diversi oqsma tagħha minn dan il- livell ta' distribuzzjoni ta' l-ilma, tal-kwalita' ta' l-ilma u tal- kwalita' tas-servizzi tal-korporazzjoni għax din hija korporazzjoni li bl- impenn totali tal-Gvern warajha llum qed tagħti riżultati li lanqas għadek tista' tipparagunahom mas-sitwazzjoni li konna fiha qabel, jiġifieri ma' fejn tlaqna tmien snin ilu.", "Minn sitwazzjoni ta' problema ta' nuqqas ta' ilma fil-vit wasalna għal ilma daqskemm hemm bżonn u anke bl-ispare capacity.", "Minn problema ta' nuqqas ta' tqassim f'diversi nħawi sensittivi tan-naħa t'isfel ta' Malta wasalna għal impenn totali - liema impenn irridu nkomplu - favur networking u distribuzzjoni aħjar fl-iktar arei fejn kien hemm bżonn dan l-intervent.", "Minn sitwazzjoni bbażata bla studju adegwat wasalna għal studju ta' kull aspett tal-ħidma tagħna li llum huwa ferm iktar fuq bażi xjentifika, ferm iktar studjat u miftuħ.", "U minn sistema dipartimentali wasalna għal sistema ta' korporazzjoni b'metodi moderni ta' management li għandha viżjoni ċara għall-futur.", "B'dan kollu quddiem għajnejna u konxji wkoll ta' kull diffikulta' li meta inti jkollok quddiemek xi kultant tista' tikkaġuna wkoll bħala parti mis-suċċess ...", "Ma nistax ninsa meta rajt għall-ewwel darba l-eżempju ta' fejn iktar produzzjoni ta' ilma kkaġunat ukoll ferm iktar leakages minħabba li kien hemm kanen antiki li kienu djiequ ħafna - se nagħlaq b'dan l-aneddotu - imma għalkemm kienu msadda kienu effiċjenti ħafna, sakemm ma kenitx tgħaddi xi qatra ilma minnhom!", "Pero' dawn ħarġu d-difetti kollha mmaġinabbli tagħhom meta l-produzzjoni ta' l-ilma waslet għal-livell meħtieġ.", "Dak is-suċċess imbagħad wassal biex tkompli tagħmel l-investiment ulterjuri li hemm bżonn għaliex suċċess wieħed iwassal biex inti tieħu ħsieb oqsma oħra li jkunu traskurati wkoll pero' li jidhru inqas meta jkollok l-ineffiċjenza li tkun tlaqt minnha.", "Il-korporazzjoni mhux biss hi konxja mill-isfidi li għandha quddiemha imma wkoll mill-isfidi li f'ċertu sens ħolqot ħafna minnhom hi stess bi kburija, għaliha nnifisha u għall- futur tagħha.", "Jien ninsab ferm fiduċjuż li l-korporazzjoni għandha viżjoni ċara.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-Bord, liċ-Chairman, liċ-Chief Executive, lid-Diretturi kollha, lil-livelli kollha ta' management, lill- inġiniera, lill-ħaddiema kif ukoll lill-kuntratturi li jaħdmu ma' din il- korporazzjoni għaliex huwa permezz tal-ħidma dedikata tagħhom li dawn is- suċċessi kienu possibbli u ugwalment ikunu possibbli s-suċċessi fil-futur ta' l-istess korporazzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, għal darb'oħra erġajna smajna lill- Ministru jikkwota ħafna ċifri liema ċifri jien naħseb li ħafna min-nies diġa' nsew x'kienu.", "Fil-fatt waqt li kien qed jitkellem il-Ministru jien ma tantx ħadt noti għax deherli li dak li qal ma tantx huwa rilevanti għas- sitwazzjoni li qegħdin fiha llum.", "Il-Ministru ftaħar ħafna bil-viżjoni li għandu l-Gvern għall-qasam ta' l-ilma f'Malta.", "Jien naħseb li jekk il- viżjoni tal-Gvern hija dik li qal hu dan għandu viżjoni verament anakronista għall-aħħar li tmur lura ħafna.", "Per eżempju, ħadt nota x'ħin il-Ministru qal li jinsab ċert li din id-diskussjoni mhux se tevolvi fuq il- produzzjoni imma fuq id-distribuzzjoni, fuq il-kwalita' u fuq is-servizz li l-korporazzjoni tagħti liċ-ċittadin.", "Jien ngħidlu li dawn huma l-inqas affarijiet li se nsemmi.", "Mr Speaker, nixtieq nibda billi ngħid li d-diskors tiegħi se naqsmu fi tnejn; fl-ewwel parti se nikkonċentra l-iktar fuq x'inhi l-politika tal- Gvern f'dan il-qasam u x'inhuma l-alternattivi li l-Partit Laburista qiegħed joffri u fit-tieni parti se nitkellem ftit dwar il-performance li biha l-korporazzjoni qed twettaq il-politika ta' dan il-Gvern.", "Naħseb li jekk wieħed irid jitkellem fuq il-politika tal-Gvern l-ewwelnett għandu jara x'kien l-iskop li għalih saret il-korporazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi dan wieħed ikun jista' jarah bl-aħjar mod jekk isib l-Att Nru. XXIII ta' l- 1991 u jara x'inhuma l-funzjonijiet ta' din il-korporazzjoni.", "Fil-fatt skond l-Att li permezz tiegħu ġiet ifformata l-korporazzjoni, il- funzjonijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma huma dawn:", "\"li takkwista, tipproduċi, taħżen, tqassam, tbiegħ, tesporta jew xort'oħra tiddisponi minn ilma (barra minn ilma tax-xorb fil-flixkun) għall-finijiet domestiċi, kummerċjali, industrijali jew oħrajn;", "li tikkonserva, iżżid u tħaddem ir-riżorsi u l-egħjun tal-provvista' ta' l-ilma;", "li tassumi u taqdi dmirijiet oħra dwar il-konservazzjoni, provvista u distribuzzjoni ta' l-ilma kif jidhrilha xieraq;", "li tipprovdi għat-trattament u għar-rimi u, fejn meħtieġ, għar- riċiklaġġ tad-drenaġġ u ta' l-ilma mhux tax-xorb;", "li tipprovdi għall-użu ta' l-ilma tax-xita mill-arei urbani u rurali kif ikun xieraq;", "li tiżviluppa, iżżomm u tippromwovi sistema tajba u effiċjenti għal produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-ilma biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet kollha raġonevoli, bl-akbar mod ekonomiku possibbli; li tiddetermina l-għanijiet tal-korporazzjoni fi żmien qrib u mbiegħed dwar il-provvista ta' l-ilma, rimi u riċiklaġġ u biex tiżviluppa t- tfassil u l-ħsieb meħtieġa biex tilħaq dawn l-għanijiet;", "li tipprovdi, ittejjeb u tkabbar dik is-sistema ta' drenaġġ pubbliku u li tnaddaf u li żżomm fi stat tajjeb din is-sistema sabiex tassigura li din topera u tibqa' topera mingħajr perikolu u b'mod effiċjenti;", "li tagħmel provvedimenti għall-ħdim tas-sistema tad-drenaġġ u provvedimenti oħra li jkunu meħtieġa minn żmien għall-ieħor sabiex il- materjal ta' dan id-drenaġġ jiġi trattat effettivament permezz ta' riċiklaġġ u xogħlijiet ta' rimi jew xort'oħra; ......", ".... li tippromwovi l-użu xieraq ta' l-ilma mhux tax-xorb u tax-xita;", "li tikkonsidra u tagħti pariri lil kull Ministru fuq kull kwistjoni dwar il-formulazzjoni ta' politika nazzjonali dwar l-ilma u fuq il- kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' xi funzjoni tagħha skond dan l-Att;", "li tmexxi u tħaddem l-impriżi kollha u stallazzjonijiet oħra u l- proprjeta' kollha, trasferiti lill-korporazzjoni u vestiti fiha bis- saħħa ta' dan l-Att akkwistati mill-bord għall-għanijiet ta' xi funzjoni tagħha;", "li żżomm u tamministra, u kif u meta jidhrilha xieraq, tbiegħ assi li jista' jkollha minn żmien għall-ieħor;", "li tippromwovi l-użu raġonevoli ta' l-ilma u li tinkoraġġixxi l- konservazzjoni u riċiklaġġ xieraq tar-riżorsi ta' l-ilma;", "li tagħmel stħarriġ u regolamenti dwar fittings ta' l-ilma biex ma jsirx ħela, konsum żejjed, użu u kejl ħażin jew kontaminazzjoni ta' l- ilma;", "li tipprovdi korsijiet ta' taħriġ u skemi oħra bil-għan li tkabbar ix- xjenza u t-teknoloġija ta' l-amministrazzjoni ta' l-ilma; ...\"", "u hawn xi tnejn jew tliet funzjonijiet oħra.", "Mr Speaker, dan kollu qed tagħmlu l-korporazzjoni?", "Dan huwa kollu inkluż fil-politika tal-Gvern?", "Jekk wieħed janalizza ftit dawk il-ħafna affarijiet li qrajt f'daqqa jsib li f'dan il-pajjiż is-sorsi ta' l-ilma jistgħu jinqasmu f'erbgħa.", "GĦandek l-ilma li nġibu mill-aquifer u mill- boreholes; l-ilma li nġibu permezz tar-reverse osmosis; l-ilma tax-xita; u l-ilma li qed jiġi permezz tat-trattament tad-drenaġġ.", "Issa jekk inti verament trid tħares b'mod kostruttiv lejn il-qasam ta' l-ilma u jekk aħna verament nemmnu li dan il-pajjiż għandu jkollu żvilupp sostenibbli din bilfors timplika li jrid ikollok management tajjeb tar-riżorsi kollha ta' l-ilma li għandek fil-pajjiż.", "Jien naħseb li l-ħabib tiegħi Amadeo Mifsud f'artiklu li kiteb f'\"The Times\" dan l-argument poġġieh tajjeb ħafna meta qal li \"we can hope to find a solution to the water problem only if we look at the water problem as one of resource management rather than mere water production\".", "Aħna hekk irridu nħarsu lejha l-problema.", "Irridu nħarsu lejn il-problema ta' l-ilma bħala kif aħna rridu nimmaniġġjaw ir-riżorsi ta' l- ilma f'dan il-pajjiż ħalli nieħdu l-ikbar benefiċċju.", "Hawnhekk se nerġa' mmur lura ħalli r-riżorsi li semmejt qabel nikkonsidrahom wieħed wieħed.", "Mr Speaker, ħalli nibdew bir-riżors ta' l-ilma li nġibu mill-aquifer.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru qal li percentagewise, iktar ma jgħaddi żmien qed nużaw dejjem inqas ilma mill-aquifer u iktar qed nużaw ilma li ġej mir- reverse osmosis.", "Mhux bilfors, jekk inti qed iżżid tar-reverse osmosis u ta' l-aquifer qed tħallih l-istess!", "Mhux bilfors li l-persentaġġ qed jonqos!", "Dan joħroġ ċar mill-istess rapport tal-korporazzjoni.", "Ejjew ma nitkellmux fuq persentaġġi!", "Fuq il-volum għandna nitkellmu.", "X'inhu l-volum ta' ilma li nippompjaw mill-boreholes tagħna?", "Skond paġna 6 tar-rapport tal-korporazzjoni matul is-sena li għaddiet konna qed nippompjaw mill-art 47,816 metri kubi ta' ilma kuljum, jiġifieri 10.5 miljun gallun.", "Is-sena ta' qabel din il-figura kienet ta' 48,319, jiġifieri din is-sena kien hemm nuqqas nominali ta' inqas minn 1%.", "GĦalhekk l-ippompjar mill-ground water naqas b'xi ħaġa inqas minn 1%.", "Ħalli ngħid għaliex qed nagħmel dan l- enfasi kollu f'dan ir-rigward.", "Qabel meta kienet issir kritika fuq dak li kien jiġri kienu jgħidu li l-Gvern Laburista fil-passat tant ippompja ilma mill-aquifer li f'dan l-ilma tkabbret is-salinita' u kważi kważi ma għadux tajjeb għax-xorb.", "Hekk kienu jgħidulna qabel!", "Imma llum qegħdin f'pożizzjoni fejn qed niftaħru li l-volum ta' l-ilma żidnih b'tant u xorta għadna nippompjaw l-istess ammont ta' ilma mill-aquifer.", "Mr Speaker, issa ħalli nitkellem fuq ir-reverse osmosis.", "X'qalulna fuq ir-reverse osmosis?", "Meta tkellem fuq dan ir-rigward il-Ministru qal li għall-ewwel darba f'ma nafx kemm-il sena s-sajf li għadda kellna spare capacity ta' tliet trains li għandhom tliet miljun gallun ilma kull wieħed.", "Allura jien nistaqsi: Jekk intom tafu li dan l-ilma li qed intellgħu mill- art huwa tant ħażin għaliex ma tużawx dawn it-tliet trains li fihom għandkom spare capacity biex dawn jieħdu post dak l-ilma li intom qed tgħidu li huwa ħażin għax qed ittellgħuh mill-art?", "GĦax jien kieku s-sens komun jgħidli li jekk il-volum ta' ilma ta' 10.5 miljun gallun li qed intella' mill-art m'huwiex ta' kwalita' tajba u għandi kapaċita' li nipproduċi tliet miljun gallun ta' ilma tajjeb permezz tar-reverse osmosis, l-ispare capacity nnaqqasha mill-ground water u nuża r-reverse osmosis ħalli lill-pajjiż nagħtuh kwalita' ta' ilma aħjar.", "Imma dawn mhux hekk għamlu.", "Minkejja li kellna spare capacity u dawn kellhom iċ-ċans - jekk verament kellna din l-ispare capacity - li jagħmlu din il-ħaġa, minflok ma qabdu u qalu li issa la għandna daqstant kapaċita' għandna nnaqqsu, kif qalulhom l-esperti Franċiżi ...", "GĦax għall-Gvern fejn jidħlu l-esperti, jimlina bir-rapporti!", "Dawn ġabu esperti Franċiżi u qalulhom li jridu jnaqqsu b'mod drastiku l-ammont ta' ppompjar li qed jagħmlu mill-ground water, imma minflok ma ħadu l-parir ta' dawn l-esperti u ma' l-ewwel ċans naqqsu dan l-ammont ta' ppompjar u marru għal fuq ir-reverse osmosis dawn ma għamlu xejn minn dan u xorta baqgħu jużawh.", "Basta niġu hawnhekk u niftaħru li għandna spare capacity għax għandna tliet trains li m'aħniex qed inħaddmuhom!", "Issa biex niftiehmu hawnhekk qed nitkellmu fuq 3 miljun gallun ta' ilma - għax daqshekk jipproduċu dawn it-trains - paragunat ma' l- 10.5 miljun gallun li ntellgħu mill-art.", "Dan ifisser li bejn wieħed u ieħor 30% ta' l-ilma li ntellgħu mill-art kieku ma konniex intellgħuh u konna nagħtu ċans li jiċċarġja l-aquifer.", "Imma fis-sapjenza tagħhom dawn dehrilhom li kien aħjar li noqogħdu niftaħru kemm għandna spare capacity minflok nipprovaw intejbu l-kwalita' b'dan il-mod.", "Mr Speaker, ngħaddu għat-tielet sors ta' ilma, l-ilma tax-xita li l- Ministru ma qal xejn fuq dan.", "Jien qrajt il-preamblu u l-funzjonijiet ta' din il-korporazzjoni u safejn naf jien suppost qed tieħu ħsiebu.", "Kieku ilna nisimgħu ħafna kemm il-Gvern għandu ħsebijiet x'irid jagħmel bl-ilma tax-xita!", "Nista' ngħid, per eżempju, li fl-aħħar ftit jiem kien hemm diversi artikli fil-gazzetti u anke mistoqsijiet parlamentari fejn il- Ministru rrisponda u rrifera kemm-il darba għal pjan serju.", "F' waħda minnhom, per eżempju, l-Ministru qal: \"Il-Gvern huwa deċiż li jagħmel pjan serju u komprensiv dwar l-aspetti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-ilma tax-xita.\"", "Id-darba ta' wara imbagħad qal: \"Il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma qed twettaq survey ta' catchment areas madwar Malta u Għawdex.", "Dan qed isir b'tħejjija għal pjan nazzjonali għall-użu ta' l- Ilma.\"", "B'risposta għall-mistoqsija oħra qal: \"Il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma diġa' ħadet ħsieb biex sakemm il-Master Plan isir jitnaddfu l-widien\".", "X'kien ir-riżultat ta' dan id-diskors kollu?", "Nafu x'jiġri għax jagħmel ftit ilma u jinfaqa kullimkien.", "Imbagħad nibdew naqraw fil-gazzetti ...", "Per eżempju, fl-24 ta' Ottubru l-Perit Cacopardo tkellem fuq l-ilma tax-xita, jumejn wara kien hemm editorjal f'\"In- Nazzjon\" intitolat \"Ħela ta' Ilma\" u fit-28 ta' Ottubru f'\"The Times\" kien hemm editorjal ieħor \"Serving Rain Water\".", "Sfortuntament meta tiġi xi maltempa kbira fuqna u jinżel ħafna ilma f'daqqa donnu kulħadd jistenbaħ li għandna riżors li mhux qegħdin nużawh.", "Jien jidhirli li dawn huma affarijiet li m'għandhomx isiru b'dan il-mod.", "L-ewwelnett meta aħna mhux qed nużaw dan ir-riżors qegħdin nippermettu li apparti l-ħela ta' ilma - nitkellem fuq hekk aktar tard - qed jinħolqu ħafna nkonvenjenti.", "Aħna nafu li ġejna f'sitwazzjoni llum il-ġurnata li ma' kull qatra ilma li tagħmel - anke nhar il-Ħamis li għadda stess - nofs Malta tieqaf.", "Noħorġu l-membri tal-forzi armati, l-SAG, l-pulizija, l-ambulanzi u l-fire engines għax jagħmel ftit ilma!", "Dan minn pajjiż li jippretendi li hu modern u li se jidħol fl-Ewropa!", "Allaħares l-Ewropej jagħmlu bħalna u meta jkollhom qatra ilma joħorġu l-forzi armati tagħhom fit-toroq!", "Mr Speaker, qegħdin f'sitwazzjoni tal-biki f'din il-ħaġa - anzi ngħid tal-mistħija - għax minħabba nuqqas serju min-naħa tal-Gvern li jaħseb sabiex dan ir-riżors tax-xita li jiġi fuqna b'mod naturali minflok naraw kif se nagħmlu użu minnu ma nagħtux kasu.", "Mhux talli ma nagħtux kasu imma dawk l-affarijiet kollha li għamlu gvernijiet ta' qabel nabbandunawhom.", "Qed ngħid hekk mhux għax qed nirriferi biss għall-Proġett ta' Risq il- Widien li kien għamel il-Partit Laburista billi kien bena lqugħ fil-widien biex b'hekk l-ilma ma jibqax sejjer fil-baħar.", "Mhux qed nirriferi għall- proġett li kien għamel il-Partit Laburista fejn inbnew il-ġibjuni mal-ġnub tat-toroq biex jieħdu l-ilma tat-toroq.", "Mhux qed nirriferi għal ħafna culverts li saru ma' Malta kollha - dawn ma sarux mill-Partit Laburista biss għax għad għandna minnhom minn żmien il-Kavallieri -li qatt ħadd ma ħa ħsiebhom u llum huma mblokkati bil-konsegwenza allura li jkollok widien u culverts imblokkati.", "Allura fejn tridu jmur l-ilma jekk mhux fit-toroq!", "Mhux hekk biss, imma qed jiġu kkawżati ħafna danni u d-danni mhux qed jiġu kkawżati biss lill-proprjeta' u lin-nies - sfortunatament kellna traġedji u anke mietu n-nies - imma anke lill-istess ilma qed nikkawżaw ħsara.", "Meta l-ilma mhux qed tilqagħlu u qed imur fit-toroq u fid-drenaġġ qed jikkawża fawran tad-drenaġġ u qiegħed ħafna drabi jikkontamina l- boreholes.", "Aħna nafu, per eżempju, li fl-aħħar xita li għamlet nofs il- boreholes ma kenux qed jintużaw għax kienu kontaminati u kienu qed jiġu washed out.", "Mela apparti l-fatt li inti qed tikkaġuna ħsara lin-nies, jekk mhux ukoll xi mwiet, qed tikkawża ħsara lill-istess ilma li rridu nixorbu.", "Ara kemm qegħda tajba din!", "Mhux hekk biss, imma dak l-istess ilma li tista' tilqa' milli jmurlek fil-baħar, imbagħad trid toqgħod terġa' ttellgħu u ssaffih permezz tar-reverse osmosis - aħna nafu kemm hu għoli dan il-proċess biex issaffi l-ilma permezz tar-reverse osmosis - biex imbagħad tużah għax-xorb.", "Jidhirli li f'dan il-qasam hemm nuqqas kbir ħafna min-naħa tal-Gvern.", "Il-Gvern mhux qiegħed jagħti kas biżżejjed ta' dan ir-riżors meta aħna nafu kemm hu għoli l-ilma f'pajjiżna u li qed jiġri huwa li kull meta jkollu bżonn iżid il-produzzjoni ta' l-ilma l- Gvern jibni aktar impjanti ta' reverse osmosis.", "Ma naħsibx li nistgħu nibqgħu nibnu reverse osmosis ad infinitum.", "Diġa' qegħdin f'sitwazzjoni fejn minħabba r-reverse osmosis li għandna dawn bejniethom bejn wieħed u ieħor jikkonsmaw xi 90 MW f'elettriku - daqs tliet turbini ta' 30 MW - jiġifieri għandek bżonn power station żgħira biex tiffidjahom kollha.", "Dan ma jistax ikun li kull darba nibqgħu sejrin inżidu u inżidu r-reverse osmosis imma rridu naħsbu għal alternattivi oħrajn.", "Pero' jidher ċar kemm mir-rapport tal-korporazzjoni kif ukoll mill-politika tal-Gvern kif dikjarata, li l-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb kif se jżid il-produzzjoni ta' l-ilma mingħajr ma jirrikorri aktar għar-reverse osmosis.", "Din hija l- verita' u jien għalhekk għidt meta bdejt nitkellem li dan id-diskors li ntqal bħalu smajna ħafna drabi qabel.", "Jien kont nippretendi li wara l-public outcry li kien hawn fuq dawn l- affarijiet u wara d-diskors kollu li sar fil-gazzetti fuq l-ilma tax-xita l-Ministru kien se jiġi hawn b'xi ħaġa naqra immaġinattiva u jgħidilna: Iva se nagħmlu xi ħaġa li għallinqas l-ilma tax-xita nibdew nilqgħuh.", "Donnu li din kienet xi ħaġa li m'għaddietx minn moħħ il-Gvern jew minn moħħ il-korporazzjoni u qabżitilhom.", "Aħna għandna liġijiet kif suppost nieħdu ħsieb l-ilma tax-xita u għandna liġijiet li jgħidu, per eżempju, li kull dar għandu jkollha bir.", "Aħna nafu - forsi bħala perit dan nista' ngħidu iktar minn ħaddieħor - li ħafna mid-djar li qed jinbnew m'għandhomx bir.", "Mhux id-djar tal-privat biss m'għandhomx bir imma lanqas id-djar u l-flats tal-gvern m'huma qed jipprovdulhom il-bjar.", "Din hija redikola meta huwa l- istess gvern u meta l-Ministru stess għadu kemm qal li l-gvern qed joħroġ ħafna flus għax jekk fhimt tajjeb fi tliet snin ħareġ Lm53 miljun.", "Għalhekk huwa fl-interess tiegħu li jaċċerta li għallinqas l-ilma li jaqa' fuq il-bjut tal-bini tiegħu bħal ministeri, dipartimenti tal-gvern u bini ieħor tal-gvern jinġabar.", "Pero' fuq dan ma hu qed isir xejn.", "Jien immur iktar minn hekk u ngħid li qabel il-liġi kienet tgħid li jekk tibni dar hemm bżonn li jkollok bir u llum bil-liġijiet li għandna tal-Planning Authority mhux qed ngħidu li din tapplika meta tibni dar, imma llum qed ngħidu li din tapplika għall-iżvilupp.", "Ta' min jgħid li bi \"żvilupp\" kollox huwa meqjus bħala żvilupp, anke jekk tagħmel triq.", "Għalhekk nixtieq nagħmel suġġeriment li l-liġi tkun emendata u ma nibqgħux ngħidu li meta nibnu dar irridu nagħmlu bir imma nġibuha li meta nagħmlu kwalunkwe żvilupp f'dan il-pajjiż, sew jekk tkun dar, fabbrika jew lukanda għandu jsir xi forma ta' lqugħ għall-ilma tax-xita li jaqa'.", "Jekk irridu li nittekiljaw din il-problema bis-serjeta' hekk għandu jsir u mhux inħallu kollox għaddej għal riħu u l-ilma tax-xita jaqa' u jibqa' sejjer il- baħar imbagħad nerġgħu ntellgħuh u nittrattawh permezz ta' l-impjanti tar- reverse osmosis u nagħtuh lin-nies biex imbagħad niġu hawnhekk u ngħidu li qed nonfqu ħafna flus biex nipproduċu l-ilma.", "Mhux bilfors li tonfoq ħafna flus jekk il-politika tiegħek minnha nnifisha qed tħajjar lin-nies jaħlu l-ilma!", "Il-Ministru tkellem fuq il-ħela.", "Mela din mhux ħela ssejħilha!", "Mr Speaker, niġi issa għal sors ieħor ta' ilma li huwa s-sors li ġej mit- trattament tad-drenaġġ.", "Kulħadd jaf li sors importanti ta' second class water jista' jkun it-trattament tad-drenaġġ u dan għaliex fil-parti l-kbira tiegħu d-drenaġġ - jidhirli iktar minn 90% tal-volum tad-drenaġġ - huwa magħmul minn ilma li faċilment jista' jiġi riċiklat.", "Fil-fatt kien Gvern Laburista li wara li ffirma l-Konvenzjoni ta' Barcelona bena l-ewwel impjant għat-tisfija ta' l-ilma tad-drenaġġ, pero' minn dak inhar 'l hawn ma sar xejn iktar.", "Anke hawnhekk jidher ċar li l-Gvern mhux qed iħares lejn it-tisfija tad-drenaġġ bħala mezz ta' kif iġib is-second class water - jista' jkun ilma tajjeb ħafna minn hekk imma ejjew ngħidulu second class water - u mhux qed iħares biex jibni dawn l-impjanti li ilu jgħid li se jibni.", "Bil-konvenzjoni li ffirmajna sas-sena 2000 id-drenaġġ kollu li nipproduċu f'Malta jrid jiġi imsoffi u jiġi ttrattat qabel ma jintrema l- baħar.", "Pero' hawnhekk jidher ċar li mhux qed jagħti kas din il-ħaġa u se ngħid għaliex.", "Kieku l-Gvern verament qed jagħti kasu u kieku għandu f'moħħu li dan l-ilma jista' jiġi wżat bħala second class water għal min l- aktar li jikkonsma l-ilma ....", "U min l-aktar li jikkonsma l-ilma?", "L-iktar li jikkonsmaw l-ilma huma s-servizzi domestiċi.", "Minn interpellanza li kelli llum irriżulta li kważi 70% ta' l-ilma huwa kkonsmat minn servizzi domestiċi, jiġifieri mid-djar.", "Meta se nibnu impjant li jittratta madwar 60% - jekk mhux aktar - ġewwa Wied Għammieq jew f'dawk in-naħat, tal- Kalkara, kif se tuża dan l-impjant biex tagħti s-second class water lin- nies li joqogħdu, per eżempju, ġewwa Birkirkara?", "Mr Speaker, mir-reazzjoni tal-Ministru jidher ċar li lanqas biss fehem l- argument u għalhekk se nipprova nispjega aħjar.", "Aħna nafu li llum fid-djar tagħna nużaw ħafna ilma li faċilment jista' jkun second class water, bħal per eżempju, l-ilma tal-flushings.", "Mela biex tifflaxxja hemm bżonn li tuża ilma li jkun ġej mir-reverse osmosis meta dan iqum tant flus!", "Biex taħsel l-art jew biex taħsel il-karozza hemm bżonn li tuża ilma prodott permezz tar-reverse osmosis li jqum tant flus!", "Jien naħseb - din hija parti mill-policy tagħna - li għandu jsir masterplan għall-ilma second class; għandna nagħmlu masterplan ta' kif nużaw ilma second hand f'dan il- pajjiż.", "Anzi jien ċerti li jekk l-ilma second class jintuża bil-għaqal inkunu nistgħu verament għal darba ngħidu li naqqasna l-ispiża tal- produzzjoni u se ngħid għaliex.", "Jekk għal ċerti funzjonijiet illum qed nużaw ilma tar-reverse osmosis li jqum tant flus, ma nistgħux nużaw ilma li aħna nġibu permezz tat-trattament ta' l-ilma tad-drenaġġ jew inkella billi nilqgħu l-ilma tax-xita li jqum ħafna inqas flus biex b'hekk il- cost għall-korporazzjoni jiġi ħafna inqas?", "Mr Speaker, aħna ninkoraġġixxu s- second class water pero' jiddispjaċini ngħid li jidher ċar li fil-politika tal-gvern ma hemm xejn x'jindika li qed jaħseb kif se jintuża s-second class water.", "Sa issa imkien ma għandna l-ebda indikazzjoni minkejja li sa erba' snin oħra fil-pajjiż suppost li se jkollna volum kbir ta' ilma li nipproduċu mit-trattament tad-drenaġġ; imkien ma għandna kif se nużaw dan l-ilma.", "Anke din għandha tkun waħda mill-funzjonijiet li tagħmel il- korporazzjoni.", "Erba' snin jgħaddu u jekk mhux se nibdew nippjanaw minn issa dwar x'se nagħmlu b'dak l-ilma ma nafx meta se nibdew nippjanaw.", "Mr Speaker, jidher ċar li l-Gvern mhux qiegħed jara bis-serjeta' kif nistgħu nimmaniġjaw ir-riżorsi ta' l-ilma li għandna għaliex ir-riżorsi tas-second class water li jistgħu jkunu importanti ħafna għalina - imbagħad iktar 'il quddiem ngħid għaliex - mhux qed jagħti kashom u mhux qed jagħmel pjan kif dawn jista' jużahom.", "Minn Gvern li dejjem jippriedka li rridu nagħmlu żvilupp sostenibbli jien kont nippretendi li lir-riżors naturali tant importanti bħall-ilma u li jiswa tant flus jagħtih ħafna iktar attenzjoni minn hekk.", "Fil-politika aġġornata u ġdida tal-Malta Labour Party aħna dan kollu qed ngħiduh.", "Il-viżjoni tagħna - li hija differenti minn dik tal-Gvern - m'hijiex li aħna nipproduċu iktar ilma permezz tar-reverse osmosis plants.", "Jien nistaqsi: Qatt sar environmental audit fuq dawn ir-reverse osmosis plants ħalli naraw ftit x'inhu l-effett ambjentali ta' dawn l-impjanti?", "Jien mhux qed nirreferi għall-effett tagħhom short-term imma għall-effett tagħhom long-term, jiġifieri meta wieħed jikkonsidra l-ammont ta' enerġija li jaħlu biex jipproduċu l-ilma.", "L-ewwel meta għidt li għandna nużaw is-second-class water biex nifflaxxjaw it-toilets il-Ministru donnu ħadha bi kbira u donnu ma jafx li f'pajjiżi barranin li huma moderni ħafna iktar minna - sħabu ta' l-Ewropa stess - ilhom jużaw din is-sistema għal ħafna żmien.", "Għalfejn għandu jeħodha bi kbira meta ngħidu dawn l-affarijiet?", "Jekk verament nemmnu li rridu nużaw l- ilma tal-pajjiż bl-aħjar mod u li għandna nibqgħu nirriċiklawh u nużawh kemm jista' jkun u mhux nużawh darba u narmuh il-baħar kif qed nagħmlu bħalissa jew inkella ma naqbduh xejn u nħalluh sejjer il-baħar għandna nsibu sistemi bħal dawn.", "Dak li qed jiġri bħalissa.", "Il-viżjoni tal-Partit Laburista hija li nużaw bl-aħjar mod ir-riżorsi ta' l-ilma li għandna.", "Dan irid isir billi dan il-pajjiż għandu jkollu sistema ta' second class water li tkun parallel mas-sistema ta' l-ilma l-oħra li nipproduċu pemezz tar- reverse osmosis plants u tal-boreholes.", "Għaliex le?", "Wieħed għaliex m'għandux ikollu dritt iqabbad ma' din is-sistema biex jieħu ilma li jista' juża għal affarijiet li s-second class water hu tajjeb għalihom?", "Għaliex m'għandux ikollna din is-sistema?", "Dan huwa li qed ngħidu.", "Fil- pajjiż għandu jsir studju ta' kif għandu jinġabar is-second class water - kemm jekk jiġi mix-xita kif ukoll jekk jiġi mid-drenaġġ - u niżviluppaw sistema kif nistgħu nutilizzawh.", "Jekk nagħmlu hekk verament inkunu nistgħu nimxu lejn pożizzjoni fejn il-korporazzjoni tista' tnaqqas l-infiq tagħha fil-produzzjoni ta' l-ilma u nkunu qed nużaw l-ilma b'mod effiċjenti għax inkunu qed nirriċiklawh.", "Teoritikament jekk tagħmel hekk kważi kważi l-ilma tista' tipproduċih darba u daqshekk imma fil-prattika ma jiġrix hekk għax ikollok ħafna telf mil-leakages - fuq il-leakages nilħqu nitkellmu - evaporation u affarijiet oħrajn.", "Pero' din żgur li hija sistema iktar effiċjenti minn dik li għandna llum.", "Issa ħalli nagħti daqqa ta' għajn lejn il-performance tal-korporazzjoni.", "Jien naħseb li l-aħjar mod kif nistgħu nagħtu daqqa ta' għajn lejn il- performance hija billi l-ewwelnett naraw x'intqal is-sena li għaddiet.", "Fil-winding up li għamel l-Onor.", "Ninu Zammit is-sena l-oħra qal li s- sistema tal-produzzjoni se ntejbuha billi se nsibu sistema ġdida ta' kif nipproduċu l-ilma.", "Dan qal:", "\"Il-Water Services Corporation flimkien ma' l-Enemalta qed taħseb biex tagħmel distillation plant biex nirranġaw il-kwalita' ta' l-ilma.\".", "Issa jien nixtieq inkun naf x'sar minnha din id-distillation plant li kellha tagħmel il-Water Services Corporation flimkien ma' l-Enemalta.", "X'qalet aktar li kellha tagħmel il-korporazzjoni?", "L-ewwelnett x'suppost tagħmel il-korporazzjoni?", "Meta twaqqfet il-korporazzjoni, l-Ministru Falzon - dak iż-żmien kien hu l-Ministru responsabbli - kien qal li din il- korporazzjoni kellha bżonn titwaqqaf sabiex iddaħħal l-effiċjenza - allura qed jammetti li ma kienx hemm effiċjenza fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Ilma - u biex taħdem b'mod modern u kummerċjali.", "Fil-fatt il-mission statement tal-korporazzjoni jgħid:", "\"The mission of the new corporation is to achieve a more rational and economical use of water in the Maltese islands through the maintenance of an equilibrium between supply and demand and to support the general, social and economic development effort while protecting and preserving the environment.\".", "X'suppost għamlet il-korporazzjoni skond il-programm tagħha matul is-sena li għaddiet?", "Jekk wieħed jara l-annual report tas-sena l-oħra fuq nett insibu li:", "\"Major projects include commencement of the construction of a new reverse osmosis plant on the south coast of Malta.\".", "Issa jekk naraw x'qalet il-korporazzjoni fil-progamm tagħha ta' xogħol tas- sena ta' qabel, jiġifieri ta' l-1993, insibu li l-ewwel ħaġa li qalet kienet:", "\"Increase of capacity of desalination facilities including a start to a narrow plant in the south of Malta.\".", "Jekk naraw x'qal il-Ministru Falzon - dak iż-żmien il-Ministru Francis Zammit Dimech kien għadu ma kienx responsabbli minn dan il-qasam - f'Novembru ta' l-1993 insibu hekk:", "\"Żieda fil-produzzjoni permezz ta' estensjoni ta' l-impjant ġdid tar- reverse osmosis fin-nofs inhar ta' Malta fl-1994.\".", "Fl-1993 l-istess Ministru Falzon kien qal hekk waqt diskors hawnhekk:", "\"Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li matul din is-sena\" - kien qed jirriferi għall-1994 - \"se jinbeda xogħol strutturali għall-bini ta' impjant ieħor tar-reverse osmosis fin-nofs inhar tal-pajjiż.\".", "Dan huwa kollu diskors fuq impjant li kellu jinbena fin-naħa ta' isfel tal- pajjiż.", "Għalkemm dan l-impjant bdejna nsemmuh fl-1993 u anke qabel, sal- lum għad m'għandna xejn.", "Kulma nafu huwa li sal-lum saret outline application sabiex jinbena dan l-impjant.", "Issa jien ma nafx għalfejn kellhom idumu iktar minn sentejn sabiex jagħmlu outline application lill- korporazzjoni; jista' jkun għax l-impjant se jsir fin-naħa ta' isfel ta' Malta u allura jista' joħloq xi problemi, il-bqija ma nistax nifhem kienx hemm xi raġuni oħra.", "Imma fil-verita' l-impjant li qed jissuġġerixxu hu ftit differenti minn oħrajn fis-sens li mid-dehra l-korporazzjoni kellha diffikulta' li ssib area adattata fejn setgħet tibnih u tagħmel il-feed- wells - dawn il-wells itellgħu l-ilma li mbagħad jiġi msaffi - ħalli jkun żgurat li dawn itellgħu ilma li mhux kontaminat.", "Sfortunatament, kif jaf kulħadd ir-raġuni hija li f'dik il-parti fejn irid isir l-impjant hemm il-main outfall tas-sewage tal-pajjiż, Wied Għammieq.", "Allura milli nista' nifhem se jibnu impjant f'post u se jagħmlu l-feed wells ftit 'il bogħod, jiġifieri mhux eżattament fejn l-impjant.", "Għalhekk se jippumpjaw l-ilma li se jtellgħu min-naħa taż-Żonqor għall- impjant li se jinbena aktar lejn il-Fortizza ta' San Anard.", "Minħabba li l- impjant ikkawża ċertu inkonvenjent riedu jbiegħduh kemm jista' jkun min- nies - sewwa għamlu - u l-feed-wells li riedu jbiegħduhom kemm jista' jkun lejn Wied Għammieq tefgħuhom in-naħa l-oħra.", "Allura spiċċaw b'sistema fejn il-wells se jtellgħu l-ilma u minn hemmhekk jippumpjawh għall-impjant.", "B'kumbinazzjoni l-area li għażlu għall-impjant hija kważi kollha tal-Gvern imma fejn għażlu kienet tal-familja Vella.", "Dawn kitbu lill-Kummissarju ta' l-Artijiet u staqsewh għaliex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se tibni l-impjant hemmhekk meta hemm daqstant art tal-Gvern.", "Jien hawnhekk għandi kopja ta' ittra li kitbu s-sinjuri Vella li huma s-sidien ta' l-art fejn se jinbena l-impjant.", "Din l-ittra bagħtuha lill-Kummissarju ta' l-Artijiet fejn qalulu li għalihom dak il-post huwa l-uniku post ta' żvog tagħhom u fejn imorru jqattgħu l-ħin liberu tagħhom.", "Meta qed ngħid familja mhux qed ngħid familja waħda għax hemm diversi familji li huma kollha Vella.", "Li qed jgħidu dawn huwa biex jekk jista' jkun iċaqilqu ftit dan l-impjant għax għandhom fejn jagħmluh jekk iridu.", "Dawn qed jgħidu li l-impjant m'għandux isir bilfors fuq l-art tagħhom speċjalment jekk m'humiex marbutin mal-wells għax meta tippompja minn post għal post ieħor, il-location ta' l-impjant faċilment jiċċaqlaq.", "Żgur li m'hemmx raġunijiet ġeoloġiċi sabiex ma jiċċaqlaqx dan l-impjant.", "Jien hawnhekk f'isem din il-familja nappella lill-korporazzjoni u lill-Gvern biex jerġgħu jaħsbu dwar il-location ta' dan l-impjant għax fejn se jsir - hawnhekk għandi t-testment ta' kif ġiet għandhom din l-art fejn qed jipproponu li jsir l-impjant - sfortunatament se jolqot l-uniku żvog li għandhom dawn in-nies.", "Mela dik hija waħda mill-affarijiet li qalulna li se jagħmlu.", "X'qalulna li se jagħmlu iktar?", "Is-Segretarju Parlamentari Zammit meta kien qiegħed jagħmel il-winding up qal:", "\"Nista' ngħid ukoll li ħarġet tender għax-xiri ta' dan l-apparat ...\"", "- hawnhekk kien qed jitkellem fuq apparat li jipproteġi d-diversi reverse osmosis plants -", "\"... u fil-preżent qed issir adjudication ta' dan ix-xiri.\".", "- jiġifieri x-xiri ta' apparat li jipproteġi r-reverse osmosis plants u l- bajjiet f'każ li jkun hemm xi spill taż-żejt.", "Jien fittixt fir-rapport tal-korporazzjoni ta' din is-sena ħalli nara x'sar minnu dan l-apparat u ma sibtux, jiġifieri ma nafx jekk inxtarax jew le.", "(Interruzzjonijiet) Meta għidt is-Segretarju Parlamentari Zammit għalik kont qed nirriferi u mhux għall-Onor.", "Stanley Zammit.", "Inti għidtu dan id- diskors.", "Mela issa rrispondini fil-winding up u għidilna ftit x'sar minnu.", "Fil-merger projects qalulna wkoll:", "\"Start of construction of a new reservoir at Xwieki.\".", "Din semmiha llum il-Ministru.", "Suppost kellhom jibdew jagħmlu ġibjun ġdid fix-Xwieki.", "Issa dan il-ġibjun verament hemm bżonnu - biex ngħidu li hu - għax dan huwa ġibjun li jrid isir f'post fejn qiegħed ikun hemm ħafna ilma ta' l-impjant ta' Pembroke u l-ġibjun fejn qed jinġabar l-ilma ta' Pembroke, li qiegħed f'Misraħ Lewża, huwa żgħir ħafna.", "GĦalhekk se jagħmlu wieħed ġdid ix-Xwieki għaliex verament hemm bżonnu.", "Issa jien kont nippretendi li dan il-ġibjun li suppost inbeda u li huwa tant urġenti jagħtuh ħafna aktar importanza milli sempliċement f'sena waħda kulma jagħmlu hija li jpoġġu applikazzjoni quddiem il-Planning Authority.", "Mela dawn huma l-ftit mill-proġetti li suppost kellhom jagħmlu.", "X'sar minnhom?", "Mela kellhom jagħmlu reverse osmosis plant li kieku bdewh u naħseb li llum huwa lest, kellhom jagħmlu ġibjun fix-Xwieki li għadu ma bediex jinbena u kellhom jixtru xi apparat li ma smajna xejn aktar dwaru.", "Barra minn dan kollu kellhom jagħmlu xi affarijiet oħrajn ukoll.", "Niġu issa għas-sistema ta' distribuzzjoni li qalu li kellhom itejbuha.", "Hawnhekk niġi għal dak li qal il-Ministru qabel.", "Ilna ħafna nisimgħu li s- sistema ta' distribuzzjoni għandha bżonn titjieb ħalli nnaqqsu l-ammont ta' unaccounted for water li kif qal il-Ministru jammonta għal madwar 60%.", "Il-Ministru ta breakdown tal-figuri u qal li 20% minn dan l-unaccounted for water huwa mitluf permezz ta' leakages, 9% huwa serq u 31% huwa dovut għal metering ħażin jew inkella meters li ma jinqrawx tajjeb.", "Fir-rapport tas- sena li għaddiet qalu li hemm bżonn li jinbidlu ammont ta' mains biex inkunu nistgħu nnaqqsu l-leakages u neħilsu l-partijiet li huma dgħajfa.", "Fil-fatt fl-istess rapport taħt \"major projects\" insibu dan l-item, \"improvement and extension of the distribution system by undertaking approximately 60 km of pipe laying works\".", "Meta tkellem l-Onor.", "Ninu Zammit fil-winding up, dan raha naqra akbar milli għandna fir-rapport hawnhekk u qal li għas-sena li qegħdin fiha, jiġifieri għas-sena 1994/95, huwa kalkolat li skond it-target tagħhom jagħmlu bejn 77 u 100 kilometru.", "Issa jien rajt ir-rapport u rajt kemm fil-fatt saru minn dawn il-kilometri kollha ta' mains li kellhom isiru.", "Fir-rapport jgħidu \"a total of 44 km of pipes with diameters varying between 80 and 600 mm were laid between October and July\".", "Jien nistaqsi: Jekk intom tant intom konvinti li huwa importanti ħafna li jinbidlu l-mains għaliex f'ċertu partijiet huma antiki u apparti li m'humiex qegħdin ilaħħqu qed ikun hemm ħafna leakages, għaliex m'għamiltux sforz akbar biex għallinqas dak li għandkom jew li kellkom fil- programm tagħkom - fejn għidtu li kellkom tbiddlu 60 kilometru ta' mains - kontu tlaħħquh?", "Il-programm għamlu bejn wieħed u ieħor terz minnu.", "Għal min ma jafx għalkemm 44 kilometri ta' mains jistemgħu xi tul kbir ħafna, jien irrid ngħid - għaliex hawn f'daqqa waħda qisu skoprejna d-dinja - li fi żmien Amministrazzjoni Laburista fil-bidu tat-tmeninijiet ma kienx hemm sena waħda bejn l-1981 u l-1987 li ma bdilniex anqas minn 44 kilometri ta' mains, jiġifieri taħsbux li din hija xi figura kbira.", "Barra minn hekk qalu wkoll li biex itejbu s-sistema ta' distribuzzjoni se jagħmlu xi ħaġa oħra.", "Qalu \"plastic piping will be used to replace at least 10,000 house service connections to reduce incidents of leakage from the water network.\".", "Hawnhekk ipprovajt immur ukoll għar-Rapport Annwali sabiex nara dan it-target intlaħaqx.", "Fittixt ħafna - forsi xi ħadd jista' jilluminani - imma ma sibt imkien x'inhu l-ammont ta' house service connections li nbidlu.", "Ma nafx jekk huwiex qiegħed fir-rapport imma jien jidhirli li m'hawn xejn imniżżel dwar dan.", "Jien nistaqsi: Kemm inbidlu minn dawn l-10,000 house service connections bil-polyethylene?", "Jekk verament intom temmnu li dawn huma a major cause tal-leakages, ta' l- unaccounted for water, għidulna kemm inbidlu minn dawn il-house service connections għaliex fir-rapport tagħkom ma jidher imkien.", "Pero' fuq dan ix-xogħol li qed jagħmlu l-kuntratturi, jiġifieri fuq it-tibdil ta' pajpijiet li jġonġu l-main għal mal-meter irrid ngħid xi ħaġa oħra.", "Ħafna drabi n-nies stess qegħdin jirrapportaw lill-korporazzjoni meta jkollhom leakages sabiex jiġu jirranġawlhom il-pajpijiet.", "Issa qed jirriżulta li meta l-ħsara tkun appunti f'din il-parti tal-main, jiġifieri f'dik il-parti li tgħaqqad il-main għal mal-meter, in-nies tal-korporazzjoni qegħdin jaqlgħulhom li jkollhom u jġonġulhom permezz ta' galvanised piping.", "Imbagħad tlett ijiem wara jew erbat ijiem wara jiġi l-kuntrattur, jaqlagħlhom dak kollu li jkunu għamlu n-nies tal-Korporazzjoni u jagħmilulhom tal-polyenthylene.", "Jien jidhirli li dawn m'humiex affarijiet serji.", "Din hija ħela ta' riżorsi.", "X'jiġifieri l-ewwel jiġu n-nies tal- korporazzjoni, jagħmluli l-galvanised piping u tlett ijiem wara dan jiġi replaced mill-kuntrattur bil-pajpijiet tal-polyethylene?", "GĦaliex in-nies tal-korporazzjoni m'għandhomx ikollhom il-faċilita' huma wkoll li jbiddlu l- pajpijiet mill-ewwel u jagħmluhom tal-polyethylene?", "Jiena jidhirli li dan huwa double handling, u dan m'hux qed jiġri f'xi każ wieħed imma fil- każijiet kollha qiegħed jiġri hekk.", "Jiena naħseb li din għadna nħarsu naqra lejha għaliex jiena ċert li din qed tqumilha ħafna flus lill- korporazzjoni.", "Il-korporazzjoni qegħda tħallas ħafna flus lill-kuntrattur sabiex jagħmlilha x-xogħol u naturalment qegħda tħallas ħafna flus lin-nies tagħha, u allura għandna naraw kif insolvu dan it-tip ta' double handling.", "Punt ieħor li nixtieq inqajjem hawnhekk huwa dan.", "Safejn naf jien darba kien hemm speċifikat il-ħlasijiet li kellhom isiru lill-kuntratturi għax- xogħlijiet li jagħmlu.", "F'risposta għal parliamentary question tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Leo Brincat fil-31 ta' Mejju 1994, il-Ministru kien ta lista tar-rati applikabbli.", "Din kienet tgħid hekk:", "\"Service replacement works - ¥2.75 per m length Trenching works (including backfill and reinstatement) - ¥3.35 per m length Galvanised pipes - 75c per m length Sockets - 15c each Plugs - 12c each Tees - 20c each Stopcocks - ¥1.85c each.\".", "Jiġifieri kien hemm lista stabbilita ta' kemm il-kuntrattur jista' jiċċarġja għax-xogħlijiet li jagħmel.", "Il-mistoqsija tiegħi hija din: Dawn ir-rati għadhom l-istess kif kienu f'Mejju ta' l-1994 jew inbidlu?", "Jidher ċar li ċerti kuntratturi li qegħda tqabbad il-korporazzjoni qegħdin jiċċarġjaw rati ħafna differenti minn dawn li semmejt jien.", "Jiena nħoss li tkun ħaġa tajba kieku l-korporazzjoni tinforma lill-konsumaturi kemm huma r-rati li suppost jiċċarġja l-kuntrattur għaliex meta l-kuntratturi jiċċarġjaw tax-xogħlijiet li qegħdin jagħmlu qegħdin isiru l-abbużi .", "Niġi għal kwestjoni oħra li għandha x'taqsam ma' dan ukoll.", "Jien ma nafx għalfejn meta jsir ċertu xogħol u meta l-konsumaturi jkunu lesti li parti minn dan ix-xogħol jagħmluh huma - m'hux qed nitkellem fuq xogħol tekniku imma fuq concreting jew inkella li jissupplixxu l-istopcocks huma - dan m'hux qed jiġi aċċettat mill-kuntrattur.", "Jiena naf każijiet fejn il- kuntrattur mar biex jagħmel ċertu xogħol fis-sistema ta' ċertu nies, dawn kienu lesti jixtrulu l-istopcocks u dawn l-affarijiet huma u jagħmlu l- concrete huma imma dawn ma tħallewx.", "GĦaliex dan?", "Tafu li ħafna drabi meta l-kuntrattur imur jagħmel dan ix-xogħol qed jintbagħtu kontijiet ta' 'l fuq minn ¥100?", "Jien rajt anke kontijiet ta' ¥175.", "Allura jekk hemm konsumatur li kapaċi jgħin lilu nniffsu f'din il-ħaġa għaliex m'hux qed inħalluh jagħmel hekk?", "GĦaliex m'għandhiex inħalluh?", "Jien jidhirli li m'hemmx raġuni għaliex m'għandux ikun hemm iċ-ċans li jekk hemm bniedem li lest li joffri li jagħmel parti mix-xogħol lil dan m'għandniex inħalluh.", "Inkella kien hemm każ ta' familja Mercieca miż-Żurrieq li għamlu parti żgħira mix-xogħol huma u dehrilhom li ladarba għamluh huma l-kuntrattur ma kellux jiċċarġjahom imma fil-fatt bagħtulhom kont xorta waħda bix-xogħol li għamlu huma b'kollox.", "Jiġifieri dawn spiċċaw weħlu darbtejn għaliex għamlu x-xogħol huma u ċċarġjahom ukoll il-kuntrattur.", "Jien jidhirli li dan m'huwiex ġust.", "Meta qed nitkellmu fuq somom ta' flus 'il fuq minn ¥100 għal ħafna nies dawn huma ħafna flus u din irridu nifhmuha.", "U jekk dan il- bniedem jista' jiffranka lira jipprova jiffrankaha u aħna għandna nħalluh jiffrankaha u m'hux nagħmluhielu impossibbli li jiffrankaha.", "Jien m'hux qed ngħid li lill-konsumatur għandna nħalluh jagħmel il-connections hu jew iqabbad mal-meter hu imma ċertu xogħol ieħor żgur li jista' jagħmlu hu.", "GĦaldaqstant jien hawnhekk nagħmel appell lill-Ministru u lin-nies tal- korporazzjoni - jien naf li fosthom hemm ħafna nies li huma ta' l-affari tagħhom u dawn l-affarijiet jifhmuhom - sabiex jagħmlu mill-aħjar li jistgħu ħalli jekk bniedem bix-xogħol li jagħmel jista' jiffranka l-flus inħalluh jifrrankahom.", "Kwestjoni oħra li qed niltaqa' magħha sikwit hija din.", "Ħafna drabi meta jsir dan ix-xogħol mill-kuntrattur fuq postijiet li jkunu mikrija qed ikun hemm ċertu argumenti.", "Il-korporazzjoni ħafna drabi tgħarraf lill- konsumatur meta jkun se jsir ċertu xogħol, imma jien - għaliex din irrid niċċaraha; m'iniex bniedem legali u ma nafhiex - irrid nistaqsi hawnhekk: Legalment ta' min hija r-responsabbilta' finali għax-xogħol ta' twaħħil tal- house service mal-main, tas-sid tal-post jew tal-konsumatur?", "Legalment ta' min hija?", "Il-kont jintbagħat lill-konsumatur.", "Issib nies li qed iħallsu Lm8 fis-sena lis-sid u mbagħad meta dawn jirċievu xi kont ta' Lm170 għax- xogħol li tagħmel il-korporazzjoni fuq is-sistema jippretendu li dan għandu jħallsu s-sid ukoll.", "Naħseb li din hemm bżonn narawha ftit għax qed toħloq ħafna diżgwid bejn in-nies.", "Il-Ministru huwa bniedem legali u forsi waqt il-winding up jista' jispjegaha ħalli jserraħ l-irjus ta' ħafna nies.", "Din qed toħloq ħafna problemi u jekk hu ma ltaqax ma' dawn il-problemi nassigurah li jien iltqajt magħhom.", "Mr Speaker, ħalli nerġa' ndur fuq l-unaccounted for water.", "Tkellimna fuq il-leakages u qalulna wkoll li 9% ta' l-ilma qiegħed jinsteraq.", "Issa anke hawnhekk jidhirli li l-Gvern għandu jagħmel l-almu tiegħu ħalli dan is-serq ma jħallihx isir.", "Forsi n-nies ma japprezzawx xi tfisser li tisraq 9% ta' l-ilma li jipproduċi l-Gvern meta biex jipproduċih jiġi jiswielu xi Lm18 miljun.", "Meta qed ngħidu li għandna serq ta' 9% qed ngħidu li n-nies qed jisirqu b'Lm1.5 miljun ilma - daqshekk qed iqumlu lill-Gvern.", "Jiena għamilt mistoqsija parlamentari fejn lill-Ministru staqsejtu kemm inqabdu nies jisirqu l-ilma.", "Issa s-serq ta' l-ilma jista' jsir b'żewġ metodi; jista' jsir serq ta' ilma bħala riżors, jiġifieri jittella mill-art minn spiera llegali ...", "Meta lill-Ministru staqsejtu kemm inqabdu nies jħafru spieri illegali qalli li ma nqabad ħadd.", "Imbagħad staqsejtu kemm inqabdu nies jisirqu l-ilma minn fuq il-meters u qalli li nqabdu 66 persuna.", "Mela f'sena qbadna 66 persuna li bejniethom serqu b'Lm1.5 miljun ilma.", "Din hija redikola għax mhux 66 persuna biss hemm involuti imma evidentement hemm ħafna iktar.", "Fejn qiegħda l-ħeġġa tal-Gvern biex jaqbad lil min qed jisraq l-ilma?", "Ma jidhirlux li l-figura ta' 66 persuna f'sena hija redikola meta nafu li s-serq huwa ħafna iktar widespread minn hekk!", "Ħalli niġu għat-tielet parti ta' l-unaccounted for water, cioe' dawk il- meters li jaqraw ħażin.", "Skond il-Ministru u skond l-informazzjoni li għandna huwa maħsub li 31% tal-meters jaqraw ħażin, jiġifieri aktar minn nofs ta' l-unaccounted for water ġej mill-fatt li għandna meters jaqraw ħażin.", "Jiena rajt kemm biddilna meters matul is-sena li għaddiet u bħalma qal il-Ministru fid-diskors tiegħu by the end of September around 66,000 meters are expected to have been changed.", "Issa aħna nafu li bejn wieħed u ieħor hawn 201,000 meter.", "Mela jekk inbidlu 66,000 meter inbidlu biss terz tal-meters li hawn fil-pajjiż.", "Mela jekk inti għandek telf ta' 31% due to meters li jaqraw ħażin u issa qed tagħmel meters li tant jaqraw tajjeb li anke l-arja jaqraw, ta' l-inqas suppost naqqast l-unaccounted for water b'10%, jiġifieri terz ta' 31%.", "Jiena rajt l-aħħar figuri ta' l- unaccounted for water u rriżulta li għal sitt xhur ipproduċejna 24.5 miljun metri kubi ta' ilma, ġew billed 9.9 miljun metri kubi u unaccounted for hemm 14.6 miljun metri kubi ta' ilma.", "Meta taħdem 14.6 miljun ma' 24.5 miljun metri kubi ta' ilma prodott issib li l-unaccounted for water huwa 60%.", "Mela bdilna terz tal-meters ta' Malta - l-aħħar ċifra li għandna hija ta' Marzu 1995 - li suppost tana saving ta' 10% fuq l-unaccounted for water, il-Ministru ftit ilu ftaħar kemm huma effettivi l-leakage detections u kemm qed innaqsu telf ta' ilma minħabba fihom, qed jiftaħar kemm inqabdu nies jisirqu l-ilma u kemm inbidlu pajpijiet u kulma kellna tibdil fiċ- ċifra ta' l-unaccounted for water hija xi 2%.", "Mr Speaker, dan juri biċ-ċar li hemm xi ħaġa ħażina għax anke kieku kellek tieħu l-meters biss - apparti affarijiet oħra li saru u li kellhom bżonn isiru - l-unaccounted for water kellu jirriżulta li jonqos b'10%.", "Allura x'inhu r-riżultat ta' dan kollu?", "Jew l-analiżi li għamlet il- korporazzjoni m'hijiex tajba ...", "Dan bilfors, għax jekk inti diġa' bdilt terz tal-meters u dawn issa huma tajbin ħafna għax jaqraw anke l-arja u l- unaccounted for water suppost naqas b'10%, kif tispjega l-fatt li dan naqas biss b'2% jew 3%?", "Bilfors li l-analiżi li għamlet il-korporazzjoni fuq l- unaccounted for water m'hijiex tajba u ċ-ċifra ta' 60% m'hjiex dovuta b'mod maqsum kif qed tgħid il-korporazzjoni imma hemm xi subdivisions oħrajn.", "Jiena m'għandix il-materjal u l-informazzjoni f'idejja biex inkun nista' ngħid kif inhi pero' skond il-ċifri kollha li għandna quddiemna minn kif il- korporazzjoni qed tgħid li għandu jinqasam l-unaccounted for water l- indications m'humiex tajba għax kieku huma tajbin diġa' naqqasna b'mod drastiku l-ammont ta' ilma li qegħdin nitilfu.", "Issa meta qed ngħidu li għandna 60% unaccounted for water irrid infakkar li din iċ-ċifra fir- realta' tfisser li l-Gvern qiegħed b'mod dirett jitlef b'madwar Lm12 miljun.", "Jiġifieri jekk tara l-production costs u tara x'inhuma is-60% tal- production costs tiġi għal Lm12 miljun.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq figuri żgħar imma qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta' liri.", "Il-Ministru tkellem fuq ir-rati l-ġodda ta' l-ilma bħala miżura oħra li ħa l-Gvern biex itaffi l-ħela ta' ilma u għamel eloġju sħiħ u qal li mhux veru li l-ilma qed jogħla.", "Qal li l-ilma qed jogħla biss b'Lm4 per quarter per unit.", "Ħalli ngħidilkom xi jfissru r-rati l-ġodda ta' l-ilma.", "Dawn huma meħudin mill-istess estimi tal-korporazzjoni.", "Fil-perjodu October 1993 - September 1994 it-turnover tal-korporazzjoni mis-sale of water kien jammonta għal Lm4.4 miljun u bir-rati l-ġodda huwa stmat li għal October 1995 - September 1996 il-korporazzjoni se ddaħħal Lm8.8 miljun, jiġifieri eżatt id-doppju.", "Meta inti se ddaħħal id-doppju ta' dak li daħħalt sentejn ilu kif tista' by any stretch of the imagination tgħid li l-ilma m'għoliex jew li għola ftit!", "Jidher ċar li hawnhekk il-Gvern m'huwiex qed jgħid il-verita' u iktar minn hekk mhux qed jagħmel xejn sabiex il-korporazzjoni tkun minn ta' l- ewwel li tnaqqas il-ħela ta' ilma tagħha billi tnaqqas l-unaccounted for water.", "Aħna kulma qegħdin nagħmlu huwa li jkollna l-figuri tagħna u nipprovaw nilħquhom billi nilagħbu bir-rati.", "Dan mhux sewwa.", "Għandna nipprovaw nibbilanċjaw il-kotba tagħna jew nuru l-figuri tajbin mhux billi ngħollu l-prezzijiet imma billi nkunu aktar effiċjenti għax fl-aħħar mill- aħħar dak huwa l-mission statement tal-korporazzjoni.", "Irrid infakkar ukoll li lanqas m'hija politika tajba li biex tnaqqas il- ħela tgħolli l-prezzijiet.", "Kieku din kienet politika tajba li jekk tgħolli l-prezzijiet tnaqqas il-ħela, kieku bl-istess argument, per eżempju, f'dan il-pajjiż fejn kulħadd igerger li għandna ħafna karozzi fit-triq u joħolqu ħafna pollution ma jinxtrawx karozzi biex jitnaqqas it-tniġġis ta' l-arja, imma xorta jinxtraw allavolja l-karozzi għoljin.", "Din l-istess ħaġa u għaddejna minnha fil-passat.", "Meta kien għola l-petrol veru għal xi żmien in-nies kienu jużaw il-karozzi inqas iżda mbagħad bdew jużawhom bħal qabel.", "Ma tistax issib it-tarf tal-problema billi tgħolli l-prezzijiet.", "Fil-fatt Professor Michael Sculos li ġie hawn Malta biex jagħti lecture qal ċar li fil-water management:", "\"... our policies on water cannot be addressed only to the economy of water because there is a limit there.\"", "Inti ma tistax tipprova timmaniġġja l-ilma bħala riżors billi toqgħod tilgħab bil-prezzijiet.", "Ma taħdimx għax jindraw.", "Allura din terġa' ġġibni lura għal dak li bdejt bih.", "Is-soluzzjonijiet tal-Gvern u dak li qed jipproponi l-Gvern mhux qed jagħtina management tajjeb ta' dan ir-riżors li huwa tant vitali għal pajjiżna.", "Pero' qabel ma ninsa nixtieq nagħmel żewġ punti żgħar fuq ir-rati l-ġodda wkoll.", "L-ewwel punt huwa dan: Jidhirli li kif inhuma structured ir-rati m'humiex fair għal min qiegħed persuna waħda fid-dar.", "M'huwiex fair għax jekk hemm persuna waħda toqgħod fid-dar, hemm tlieta jew ħamsa, ċerti affarijiet li jsiru fid-dar iridu jsiru xorta waħda, irrispettivament minn kemm hemm nies joqogħdu fil-post.", "Jekk trid tinħasel l-art tad-dar trid tinħasel, issa jekk hemmx wieħed, tlieta u sitta ...", "Forsi tgħidli li jekk ikun hemm ħafna jħammġu aktar.", "Jista' jkun, imma ċerti affarijiet li huma bażiċi jsiru xorta.", "Naħseb kif inhuma r-rati llum qegħdin jimmilitaw kontra min ikun persuna waħda f'household.", "It-tieni punt: Ir-rati l-ġodda qegħdin ukoll jimmilitaw kontra min għandu l-villeġġjatura.", "Safejn naf jien għadna ma solvejnihiex din il- problema.", "Min ikollu villeġġjatura qegħdin nibagħtulu l-kontijiet bir-rati kummerċjali.", "Għaliex għandu jkun hekk?", "Minflok qiegħed juża l-ilma fil- post fejn ikun joqgħod qiegħed juża l-ilma f'post ieħor imma sal-lum għadna nippersistu li fejn tidħol villeġġjatura nibagħtulhom il-kont bir-rata kummerċjali.", "Ma nafx għaliex.", "Jien niġbed l-attenzjoni tal-korporazzjoni għal dawn l-affarijiet biex jiġu rranġati.", "It-tielet punt: Jekk verament nemmnu li l-ilma għandu valur soċjali m'għandniex naħsbu aħna li ċerta sezzjoni tal-popolazzjoni tagħna, speċjalment l-anzjani, għandna nagħtuhom rata preferenzjali għall-ilma, speċjalment ħafna minn dawn l-anzjani li jkunu joqogħdu waħedhom f'dar?", "Allura terġa' ġġibni għall-ewwel punt li semmejt l-ewwel.", "Jien naħseb li f'dawn ir-rati hemm ħafna affarijiet li wieħed irid jaħseb fuqhom għax ġew introdotti bl-għaġġla u jidher ċar li sal-lum għad hemm ħafna affarijiet li jridu jiġu rranġati fuqhom għax żgur m'humiex fair.", "L- ewwel u qabel kollox m'humiex fair għall-fatt li bl-ebda mod m'huma qegħdin jimmilitaw ħalli l-korporazzjoni tkabbar l-effiċjenza tagħha, anzi bil- kontra, qegħdin jimmilitaw sabiex jagħmlu lill-korporazzjoni anqas effiċjenti għax jinħeba kollox fir-riżultat finali mbagħad.", "Barra minn hekk qegħdin jimmilitaw ukoll kontra li ntejbu l-kwalita' tal-ħajja.", "Il- Gvern iħobb jiftaħar tant li rridu ntejbu l-kwalita' tal-ħajja!", "Inti kif tista' ttejjeb il-kwalita' tal-ħajja tiegħek meta qed tillimita l-użu ta' l- ilma?", "Kif tista'?", "Meta l-Gvern qed jissussidja ċertu ammont ta' ilma rrid ngħid jien - ħalli ma jmurx xi ħadd jaħseb li meta l-Gvern jissussidjalu 20 gallun ilma qed jissussidjalu xi ammont esaġerat ta' ilma taf! - li kulma qed jissussidjalu huwa li jekk juża l-flushing tliet darbiet u jieħu banju diġa' ħlihom 20 gallun ilma.", "Jidhirli li dawn l-affarijiet mhux qed isiru bis-serjeta'.", "Mr Speaker, biex nagħlaq xtaqt nagħti daqqa t'għajn lejn xi figuri li rajt fl-estimi tal-korporazzjoni u xtaqt li forsi jkollna spjegazzjoni tagħhom għax dehru ftit kurjużi.", "L-ewwel figura li rajt hija paġna 2 ta' l- Estimates of Revenue & Expenditure fid-distribution costs fejn hemm item jismu repairs and maintenance.", "Fl-1993-1994 fuq actual repairs and maintenance kienu ntnefqu Lm86,780 u huwa stmat li għas-sena d-dieħla, Ottubru 1995 sa Settembru 1996, se jintnefqu Lm1,024,000.", "Jien nistaqsi għaliex din il-qabża f'daqqa, minn Lm86,000 sentejn ilu għall-figura ta' 'l fuq minn Lml miljun għas-sena d-dieħla?", "Paġna 3 ta' l-Estimi taħt administration costs f'October 1993 sa September 1994 sundry expenses kienu jammontaw għal Lm19,331; għas-sena li għaddiet suppost li kienu jammontaw għal Lm44,000 filwaqt li għas-sena d-dieħla Lm302,000, jiġifieri minn Lm19,000 sentejn ilu għal Lm302,000.", "Ma nafx għaliex għandhom jisplodu b'dan il-mod!", "Pero' l-aktar figura li rajt li lili nkwetatni kienet il- figura li hemm f'paġna 1 tal-balance sheet fejn suppost is-sena li għaddiet fl-approved estimates October 1994 sa Settembru 1995, il-korporazzjoni kellu jkollha profitt ta' Lm1,260,000 u spiċċat b'telf ta' Lm1,880,000 - jiġifieri sgarrat b'madwar Lm3 miljun.", "Nixtieq inkun naf għaliex ġara dan.", "Is-sena d-dieħla huwa smat li se jkollha loss żgħira ta' Lm169,000.", "Fil- fatt raġuni waħda għala l-korporazzjoni kellha telf ta' Lm1,880,000 - kważi Lm2 miljun - minflok qligħ ta' Lm1,260,000 kienet minħabba li l-finance charges tal-korporazzjoni qegħdin dejjem jogħlew.", "Per eżempju, il- finance charges ta' sentejn ilu kienu Lm616,000 u tas-sena d-dieħla huma stmati li jilħqu Lm1,761,000.", "Jiġifieri ċ-charges fuq l-interessi li l- korporazzjoni tħallas lill-banek minħabba self qed jesplodu u r-raġuni ta' dan hija għaliex il-korporazzjoni m'hijiex qed taħdem b'mod effiċjenti - jiġifieri din l-effiċjenza tal-korporazzjoni titqies billi sempliċement inħarsu lejn il-figuri.", "Mela għandna korporazzjoni li minkejja dak kollu li qal il-Ministru - din qed taħdem bis-sulluzzu għax mill-gazzetti naraw kemm-il darba tiġi sospiża l-provvista ta' l-elettriku - u minkejja li l- kwota ta' l-ilma ma tjibitx u dan għaliex l-extra trains ma ħadmithomx imma kellha l-ispare capacity u setgħet naqqset il-pumping mill-aquifer u żiedet l-ilma permezz tar-reverse osmosis, jiġifieri minkejja dawn l- eżerċizzji kollha fuq l-unaccounted for water u minkejja kollox, xorta m'hijiex qed taħdem b'mod effiċjenti.", "Barra minn hekk, is-set-up tagħha mhux qed jaħdem kif suppost u dan għaliex il-policy tal-Gvern, il-politika tal-Gvern fejn għandha x'taqsam ma' l-ilma m'hijiex politika tajba u m'hijiex politika li qed toffri alternattivi serji f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, din in-naħa tal-Malta Labour Party temmen li jekk f'dan il- pajjiż m'aħniex se ndaħħlu konċett ġdid fil-provvista ta' l-ilma u nagħmlu użu tas-second class water fuq bażi nazzjonali u mhux nużawh biss għall- agrikoltura u għall-industrija, allura m'aħna qatt se naslu f'pożizzjoni fejn inkunu nistgħu verament intejbu l-performance tal-korporazzjoni u żgur m'aħna qatt se naslu f'pożizzjoni fejn inkunu nistgħu ngħidu li verament dan ir-risors li tant huwa importanti għal pajjiżna qed nimmaniġjawh b'mod tajjeb.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada, it-Tlieta 7 ta' Novembru fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas- sena finanzjarja 1995/1996 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Kiri ta' Djar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istampa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien xtaqt nagħmel xi osservazzjonijiet fuq ir- rimarki li saru f'din il-Kamra daqs ġimgħa ilu mill-Onor.", "Carmelo Borg għan- naħa ta' l-Oppożizzjoni li beda biex qal li l-Gvern jagħmel biss politika tax-xenxilli u qal ukoll li l-problemi l-kbar qed jibqa' ma jindirizzahomx.", "Skond l-Onor.", "Membru s-settur tal-biedja u sajd mar għall-agħar minħabba l-importazzjoni, minħabba l-value added tax u minħabba wkoll il-marda tad- deni irqiq.", "Issa ħalli nagħmel l-osservazzjonijiet tiegħi fuq dak li esprima fl-opinjoni tiegħu l-Onor.", "Membru.", "Nibda biex ngħid li meta wieħed jiddikjara li s-settur tal-biedja u sajd mar għall-agħar allura jrid jissostanzja dak li qed jgħid.", "Naħseb biex wieħed jissostanzja jkun irid ukoll jikkwantifika fejn u b'kemm mar lura dan is-settur.", "Quddiemi għandi lista tal-prodotti li nbiegħu fit-Pitkalija ta' Għawdex u anke fil-Pitkalija ta' Malta dawn l-aħħar tmien snin.", "Fil- fatt minn hawn jidher il-maqlub ta' dak li qal l-Onor.", "Membru għax insibu li fl-1986 - se jkolli nagħmel ftit paraguni - li kienet l-aħħar sena sħiħa ta' Amministrazzjoni Soċjalista, il-bejgħ tal-prodotti agrikoli mill- Pitkalija Għawdxija kien ta' Lm121,280 waqt li minn Jannar 1994 sa Diċembru 1994 il-bejgħ kien ta' Lm224,398 - kważi Lm0.25 miljun.", "Issa jekk inħarsu lejn il-bejgħ ta' prodotti agrikoli mill-Pitkalija ta' Malta, insibu li fl-1986 kien Lm331,098 u fl-1994 dan tela' għal Lm695,000.", "Minn hawn jidher li l-figuri rdoppjaw fil-Pitkalija ta' Għawdex u anke fil- Pitkalija ta' Malta.", "Issa jekk nieħdu t-total ta' bejgħ tal-prodotti kollha kemm ta' Malta kif ukoll ta' Għawdex nsibu li fl-1986 dan kien ta' Lm452,000 filwaqt li fl-1994 it-total kien ta' Lm920,000.", "Dan ifisser li l-prodotti GĦawdxin mill-pitkaliji ta' GĦawdex u ta' Malta kważi rdoppjaw f'dawn l-aħħar tmien snin.", "Jiena naħseb li dan huwa l-kejl li wieħed irid jara u jagħmel biex ikun jista' verament jgħid kif mar is-settur ta' l- agrikoltura, jekk hux għall-agħar jew għall-aħjar.", "Dawn iċ-ċifri li qed insemmi huma ċifri li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti fil- pitkaliji u hawnhekk mhux qed ninkludi l-bejgħ ta' dawn l-istess prodotti f'areas oħrajn barra l-pitkaliji.", "L-Onor.", "Membru qal li l-agrikoltura u s-sajd marru għall-agħar anke minħabba l-VAT meta kulħadd jaf li fuq prodotti agrikoli m'hemmx VAT u jekk kemm-il darba l-bidwi u s-sajjied jixtru x'irkaptu jew xi equipment ieħor dawn għandhom il-fakulta' li jagħmlu claim for refund fuq dik il-parti li għandha x'taqsam mal-VAT.", "Allura anke f'dak il-kontest ma nafx kif daħlet il-VAT fl-argumenti ta' l-Onor.", "Membru.", "Semmilna wkoll il-marda li kien hawn tad-deni irqiq.", "Hawnhekk l-Onor.", "Membru għadda kumment li l-Gvern mhux qed jieħu l-affarijiet b'ċerta serjeta' u lanqas m'hu qed jagħti kas biex jara li jingħata sussidju jew xi għajnuna oħra lil dan il-qasam.", "Nibda biex ngħid li dan l-episodju tal- marda tad-deni irqiq kien episodju sfortunat ħafna li ħoloq problemi fl- industrija speċjalment għal prodotti tal-ġbejniet, iżda wieħed żgur li ma jistax jgħid kif qal l-Onor.", "Membru li l-awtoritajiet konċernati ma ndirizzawx l-isforzi kollha tagħhom mill-ewwel lejn din il-problema.", "F'Awissu li għadda fuq inizjattiva tal-Ministeru għal GĦawdex twaqqaf bord biex jara x'jista' jsir ħalli mill-iktar fis possibbli wieħed jistabbilixxi mill-ġdid din l-industrija li hija importanti ħafna għall- pajjiż kollu u b'mod partikolari għall-gżira t'GĦawdex.", "Dan il-bord kellu terms of reference speċifiċi biex jistudja s-sitwazzjoni preżenti fir- rigward tal-promozzjoni ta' dawn il-ġbejniet li ġejjin minn GĦawdex għas- suq Malti.", "Kellu jistudja wkoll il-mod u l-mezzi ta' kif jista' jammeljora s-suq ta' dawn il-prodotti taħt kondizzjonijiet iġeniċi u fuq rakkomandazzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Kellu jistudja u jirrakkomanda wkoll sistema ta' packaging u ta' labelling ta' dawn il- prodotti biex jikkonformaw mar-regolamenti attwali.", "Kellu wkoll jara u jirrakkomanda x'jista' jisr bħala packaging and labelling station u jara li dan il-unit ikun jista' jimxi u jara wkoll x'assistenza finanzjarja tista' tingħata jekk ikun hemm bżonn.", "Jiena informat li dan il-bord iltaqa' xi tmienja jew disa' darbiet għal ħinijiet twal u kien kompost min-nies minn diversi dipartimenti.", "Dan il- bord wasal biex jiffinalizza r-rapport tiegħu u allura dan juri l-impenn li kien hemm mill-bidu nett biex wieħed isib l-iktar mod effettiv u ta' malajr ħalli kif għidt diġa' l-prodotti tradizzjonali li huma marbutin mal-gżira tagħna jkunu jistgħu jżommu l-isem li għandhom.", "Jiena nemmen li dan diġa' qed isir għax illum il-ġurnata l-ġbejniet ta' Għawdex reġgħu qegħdin fis- suq.", "Jiena nifhem li dak li ġara ħoloq problemi u jrid jgħaddi ċertu żmien biex dawn il-prodotti jerġgħu jirkupraw il-livell li kellhom qabel, imma naturalment irridu nagħmlu l-parti tagħna biex dak iż-żmien ikun qasir kemm jista' jkun.", "Hawnhekk nagħmel osservazzjoni oħra dwar il-fatt li dan il-prodott - u ma' dan il-prodott ninkludi l-prodotti kollha tal-biedja - sar iktar popolari f'dawn iż-żmenijiet għax illum il-purchasing power tal-konsumatur Malti u GĦawdxi huwa ħafna iktar minn qatt qabel u allura l-prodott agrikolu huwa mfittex u mixtri iktar b'abbundanza minn qatt qabel.", "Ma' dan wieħed irid isemmi li matul is-sena kollha kemm f'Malta kif ukoll f'GĦawdex jiġu ħafna turisti u dawn ikomplu jżidu mad-domanda għal dawn il- prodotti agrikoli.", "Il-prodotti agrikoli li jiġu minn GĦawdex jaslu wkoll fis-suq ta' Malta u allura l-bejgħ tagħhom huwa kważi ggarantit.", "GĦalhekk wieħed irid jara dan l-aspett u jagħmel din l-osservazzjoni għax importanti li mhux biss ikollok il-prodott imma jkollok prodott li jinbiegħ.", "L-Onor.", "Membru semma' problema oħra li mhix \"xinxilli\", cioe' l-isbroff tad-drenaġġ u semma' postijiet f'GĦawdex.", "Hu ta l-impressjoni li minkejja x-xogħol li qed isir mill-ħaddiema konċernati s-sistema baqgħet antikwata u mhix qed tlaħħaq mal-flow li hemm.", "Irrid infakkar lill-Onor.", "Membru li l- Gvern qed jaħdem fuq is-sewage master plan għal Malta u għal GĦawdex u rrid ngħid li GĦawdex qiegħed fuq quddiem biex il-proġett ikun jista' jitlaq kif wieħed jixtieq.", "GĦas-sena li ġejja huwa previst li n-nefqa fit-twettiq tal- master plan tad-drenaġġ għal GĦawdex tkun ta' Lm395,000.", "Naturalment din in-nefqa tkun kondizzjonata ma' permessi li jridu joħorġu mill-Planning Authority.", "Nista' ngħid ukoll li qed isir an impact assessment fuq it-treatment plant li għandu jsir f'GĦajnsielem, dwar fejn għandu jiġi dan l-impjant u kif għandu jiġi u għalhekk dan il-proġett ħafna drabi qed ikun ikkondizzjonat fil-ħin u fiż-żmien minn ċerti ħwejjeġ li m'għandniex kontroll fuqhom.", "Imma meta l-Gvern qed jipproponi din in-nefqa għal master plan għal GĦawdex għas-sena li ġejja żgur li b'dan ikun qed juri l-impenn u l-volonta' tiegħu biex l-affarijiet ma jħallihomx antikwati imma jpoġġihom f'sitwazzjoni fejn ikun hemm l-iktar teknoloġija avvanzata fit-twettiq ta' dan il-proġett.", "GĦalkemm wieħed irid jirranġa dak li jsib irrid ngħid li f'dik li hija amministrazzjoni ordinarja matul is-sajf li għadda ma kien hemm ebda avviż mis-Sanita' - qed nitkellem għal GĦawdex - li żamm lin-nies milli jgħumu fil-postijiet li normalment jgħumu fihom minħabba xi kontaminazzjoni ta' drenaġġ fil-baħar.", "Dan qed ngħidu għas-sajf kollu u ma kien hemm ebda avviż mis-Sanita' għar-raġuni li assolutament ma kienx neċessarju li joħroġ avviż.", "Naħseb li dan l-istat ta' fatt jispjega ħafna u jagħti lil dak li jkun x'jifhem li l-affarijiet mhux veru li m'humiex kontrollati.", "L- isforz li jsir kontinwament min-naħa tal-Gvern huwa indirizzat biex nammeljoraw dejjem is-sitwazzjoni f'xi ħaġa li hija daqshekk importanti, bħal m'hija s-sistema ta' drenaġġ fil-gżira t'GĦawdex.", "L-Onor.", "Membru qal ukoll li hemm ħafna toroq li m'humiex asfaltati u rrifera għal żewġ postijiet partikolari u jidhirli li semma' Dun Anton Housing Estate fix-Xagħra u Ta' Kenuna fin-Nadur.", "Biex wieħed ikun informat, illum kelli domanda parlamentari fuq asfaltar u rranġar ta' toroq f'GĦawdex u r-risposta li tajt kienet li mill-1988 sa l-aħħar ta' din is- sena se jkunu ntnefqu Lm4.2 miljun fuq it-toroq f'GĦawdex li minnhom iktar minn Lm1 miljun kienu fuq il-programm ta' kisi ta' toroq bit-tarmac.", "Irrid ngħid li għalkemm nirrikonoxxi li hemm ħafna x'isir u li rridu norganizzaw rwieħna dejjem aħjar, f'dawn l-aħħar snin kien hemm sforz kbir f'dan il- qasam biex wieħed ikun jista' jaqdi lill-pubbliku in ġenerali fil- lokalitajiet kollha t'GĦawdex.", "Naturalment dejjem trid tagħmel lista ta' prijoritajiet għax ħafna drabi ma tistax tilħaq kull imkien f'daqqa, imma ċertament li qatt daqskemm sar f'dawn l-aħħar snin fit-toroq ma kien isir qabel.", "Wieħed irid jirrikonoxxi li qabel kien hemm stat ta' traskuraġni mill-iktar evidenti u allura wieħed irid jagħmel tajjeb għal dak li ma sarx qabel.", "Pero' fuq dak li ġie msemmi hawnhekk speċifikament - u qed ngħid għall- Housing Estate ta' Dun Anton fix-Xagħra - wieħed għandu jkun jaf - u naħseb li l-Onor.", "Carmelo Borg jaf - li f'dak il-housing estate li nbena fi żmien dan il-Gvern saru ħafna xogħlijiet fosthom l-ilma u l-elettriku li twasslu sal-post, il-bini ta' substation ġdid mill-Enemalta, it-telephones li twasslu fid-djar kollha ta' dak il-housing estate kif ukoll id-drenaġġ li twassal f'partijiet sostanzjali ta dak il-post.", "Huwa veru li kien hemm xi diffikultajiet f'dawk li huma livelli għaliex il-livelli kif ingħataw mid- Dipartiment tal-Bini ma kenux jaqblu ma' dawk li effettivament hemm.", "Jien informat li x-xogħlijiet huma weqfin f'dan il-mument għaliex hemm xi mandat tal-qorti biex dawn jieqfu sakemm jiġi stabbilit aħjar il-livell li wieħed irid jistabbilixxi f'ċerti nħawi ta' dan il-housing estate.", "Jiġifieri hawnhekk ukoll l-Onor.", "Membru jrid jifhem x'kienu r-raġunijiet li ma wasslux għall-konklużjoni tax-xogħlijiet kollha f'dak il-post.", "Semma wkoll Ta' Kenuna u hawn l-istess, għax l-informazzjoni li għandi hija li s-servizzi kollha twasslu.", "Wieħed irid jara wkoll is-servizzi, irid jara l-postijiet asfaltati kif jixtieq jarahom kulħadd, imma jrid jifhem ukoll li qabel ma tibda tasfalta u tagħti t-tarmac trid iddaħħal is- servizzi kollha neċessarji għaliex ma jistax ikun li l-ewwel tagħmel ħaġa imbagħad trid taqla' kollox biex tagħmel ħaġa oħra.", "Kemm jista' jkun irridu nevitaw dak l-aspett ta' l-operazzjonijiet fit-toroq u hemmhekk jien l-informazzjoni li għandi wkoll hija li dawn is-servizzi twasslu kollha.", "Jekk jien informat tajjeb anke llum stess beda x-xogħol biex jiġu asfaltati dawn it-toroq li semma l-Onor.", "Membru ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien naħseb li koprejt dawk is-suġġetti li semma hu u nixtieq nassigurah u nassigura lill-Kamra li l-impenn tal-Gvern huwa wieħed li jagħti l-aħjar servizzi lill-pajjiż.", "Meta ngħid il-pajjiż inkun qed ngħid il-pajjiż kollu kemm hu, jiġifieri Malta u Għawdex.", "Dan huwa fenomenu u din hija esperjenza li qegħdin ngħixu f'dawn l-aħħar snin b'sodisfazzjon kbir għal kulħadd u b'riżultat t'hekk Għawdex dejjem riesaq lejn iċ-ċentru tal- pajjiż.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, jien bniedem li kultant daqsxejn sensittiv dwar dak li jiġi ppubblikat fil-gazzetti, b'mod partikolari l- ittri lill-editur.", "Jien inħobb naqrahom għax minn hemmhekk ħafna drabi wieħed ikun jaf ħafna l-polz tal-poplu.", "Ċerti kummenti li jgħaddi l-poplu jesprimihom bl-aktar mod demokratiku u miftuħ u b'mod speċjali meta wieħed ma jiddejjaqx juri ismu jkun qed jesprimi l-opinjoni personali tiegħu fuq dak l-ilment jew suġġeriment li jkun irid jagħmel bl-aktar mezz effikaċi.", "Mr Speaker, illum partikolarment xtaqt nitkellem dwar is-sentenza sospiża.", "Ħafna drabi waħda mill-affarijiet li l-aktar qed ninnota mill- korrispondenza li tidher fil-gazzetti hija preċiżament dwar is-sentenza sospiża.", "Nista' ngħid li jeżistu diversi opinjonijiet iżda m'hemmx dubju li l-kritika kontra s-sentenza sospiża li tingħata mill-qrati tagħna qegħda tiżdied.", "Pero' ta' min jgħid li sentenza sospiża wieħed irid jikkonsidraha minn diversi angoli.", "Wieħed irid jifhem li bħal kull żmien ieħor min-naħa l-waħda għandek żieda fil-kriminalita', sew ta' serq kif ukoll ta' drogi, u mill-banda l-oħra rridu nħarsu lejn is-suċċess tal- pulizija u dwar kemm qed taqbad mir-reati li jsiru.", "Qegħdin naraw iktar sentenzi u qegħdin nisimgħu b'aktar deċiżjonijiet tal-qrati għaliex il- pulizija qed taħdem ħafna biex taqbad dawn in-nies li jikkommettu reat.", "Għalhekk wieħed irid jara dawn iż-żewġ aspetti qabel kollox.", "Ma rridux ninsew ukoll li fl-1990 permezz ta' l-Att XXIX dan il-Parlament stess introduċa s-sentenza sospiża.", "GĦaliex dan il-Parlament illeġisla dwar is- sentenza sospiża?", "Mr Speaker, il-qorti għandha l-fakulta' li bħalma qabel kien hemm il-liġi tal-probation għall-ħatjin - jekk m'iniex sejjer żball hemm xi żewġ liġijiet oħrajn - illum daħal l-aspett modern li wieħed jagħti sentenza sospiża.", "Meta l-qorti tagħti sentenza sospiża tispjega lill-ħati bi kliem ċar ir-responsabbilta' tiegħu matul il-perjodu operattiv tas-sentenza u jekk jikkommetti reat, għalih hemm piena ta' priġunerija.", "Jiġifieri meta l- qorti tagħti sentenza sospiża tagħti wkoll twissija għax hi stess tkun qegħda twissi lill-ħati dwar il-konsegwenzi li jiġu wara jekk dan jerġa' jikkommetti każ ieħor meta jkollu sentenza sospiża.", "Il-poplu għandu jkun jaf ukoll li sentenza sospiża ma tingħatax lil dawk li jkunu qed jiskontaw sentenza ta' priġunerija.", "Jekk wieħed diġa' ġie ssentenzjat u qiegħed il- ħabs u jkollu każ ieħor ma tistax tingħata s-sentenza sospiża .", "Sentenza sospiża ma tistax tingħata lanqas meta il-kundannat ikun reċidiv - jiġifieri meta jkun diġa' kkommetta xi reat ieħor u jkun weħel il-ħabs - allavolja jkun ħareġ mill-ħabs u lanqas meta r-reat ikun sar fil-perjodu li l-individwu jkun taħt kondizzjoni skond l-liġi dwar il-probation tal- ħatjin.", "Allura mhux billi wieħed jgħid li l-imħallfin jew il-maġistrati qed jaqbdu u jagħtu sentenza sospiża.qisu li hija xi ħaġa daqshekk faċli.", "Jien naħseb li fid-deċiżjoni l-qorti - din trid tkun deċiżjoni tagħha tal- qorti u mhux xi verdett tal-ġurnali f'xi ġuri - trid tikkonsidra wkoll li meta tagħti sentenza sospiża tista' tammonixxi lil dak il-ħati li jkun taħt superviżjoni.", "Għalhekk il-poplu jrid jifhem ukoll li mhux billi wieħed jagħti sentenza sospiża, imma l-maġistrat jew l-imħallef irid jordna li dik il-persuna li għandha sentenza sospiża tiġi sorveljata f'dak li qed tagħmel.", "Irrid ngħid li wieħed għandu jifhem li hemm differenza kbira bejn dak li l-poplu jaqra fil-gazzetti u dak li qed jiġri verament fl-awla tal-qorti - jiġifieri jista' jkun hemm daqsxejn ta' konflitt hawnhekk.", "Għalkemm forsi l-law reporters tal-gazzetti jkunu qed jagħmlu ħlitihom kollha biex ikun hemm rapporti tajbin, pero' dan ma jfissirx li bilfors ikun qed jingħad fedelment dak li proprju jkun sar fil-qorti - forsi għalhekk il- poplu ma jkunx qed jifhem sew.", "Dan nista' nikkonfermah għaliex jien kemm- il darba għamilta ta' ġurat u meta ġieli naqra x'ġie rrapportat fil- gazzetti dwaru u nsib diskrepanzi koroh.", "Mela hawn il-poplu għandu jifhem li mhux bilfors dak li jaqra fil-gazzetti jirrifletti dak li jkun ġara verament fil-qorti.", "Infatti dan l-aħħar l-Imħallef Said Pullicino qal li għandu jkun hemm rapporti eżatti u mhux informazzjoni falza jew inkorretta ta' dak li attwalment jiġri fil-qorti.", "Jenħtieġ li l-poplu jkollu fiduċja f'dak li qed jagħmlu l-imħallfin u rridu nifhmu li l-qorti jkollha idejha marbuta wkoll meta tagħti sentenza sospiża.", "Is-sentenza sospiża tingħata lil dak l-individwu li jkun instab ħati ta' l-ewwel reat tiegħu u titneħħa jekk l-istess individwu jikkommetti reat ieħor waqt l- operati tas-sentenza sospiża.", "Jekk wieħed jikkommetti reat ieħor f'dawk is- sentejn jew iktar li jkun qiegħed taħt sentenza sopiża, din titneħħa u mbagħad s'intendi jeħel skond ir-reat li jkun għamel l-ewwel darba u anke t- tieni darba u allura jiġi kkonsidrat reċidiv u t-tieni sentenza tkun aktar ħarxa.", "Il-preokkupazzjoni tiegħi hija waħda u din hija l-kritika inġusta li jagħmel il-poplu għax ma jkunx qed jirrealizza x'inhija proprja s- sitwazzjoni ta' dak il-każ partikolari u għaldaqstant wieħed għandu jara x'inhija l-evidenza preċiża fil-qorti u mbagħad jara dak li jiġi rrapportat fil-gazzetti.", "Il-poplu jħoss li l-qrati għandhom ikunu iebsa u severi ma' min jikser il- liġi u hawn nixtieq nagħmel enfasi fuq din il-ħaġa.", "Fil-fatt illum il- ġurnata l-poplu jħoss ruħu urtata għaliex min jinqabad mill-pulizija fuq serq jew fuq droga u jingħata sentenza sospiża nista' nifhem li din il- poplu sejħilha maħfra għalkemm ma tkun maħfra xejn għax jekk dak li jkun jikkommetti reat ieħor allura jeħel sentenza ta' priġunerija skond kif jiddeċiedi l-imħallef jew il-maġistrat.", "Il-maġistrati u l-imħaffin għandhom ikunu severi f'ċerti sentenzi li jiġu mogħtija għar-reati li jkunu kontra l-umanita', speċjalment dawk li għandhom x'jaqsmu ma' maltrattament ta' l-anzjani waqt li jkunu qed jiġu misruqa u f'dawk il-każi ta' traffikar ta' droga fejn ikunu mdaħħla persuni ta' eta' żgħira.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell speċjali biex l-imħallfin jagħtu kemm jista' jkun l-iktar pieni ħorox possibbli bil-liġi.", "Mill-banda l-oħra jista' jkun li ma tkun qed tieħu assolutament xejn billi tibgħat il-ħabs u twaħħal multa lill- individwu li jkun ikkommetta reat għall-ewwel darba għaliex tkun qed tagħtih il-kastig biss.", "Imma hawnhekk il-kastig m'huwiex biżżejjed għax kultant wieħed ikollu bżonn ta' rijabilitazzjoni fis-sens li jekk il- maġistrat jew l-imħallef ipoġġih taħt superviżjoni jkun jista' jagħmillu iktar ġid milli kieku jpoġġih taħt priġunerija.", "Aħna nafu li fil-ħabs qed issir riforma biex dawk li jikkommettu reat jew aħjar dawk li l-qorti tikkundanna għal xi reat għall-ewwel darba jiġu mifrudin mill-ħabsin l-oħra għax jista' jagħti l-każ li l-ħabsin jamalgamaw ruħhom.", "Per eżempju, wieħed li jkun għadu kemm wettaq l-ewwel reat tiegħu ma tpoġġihx ma' wieħed li jkun reċidiv għal elf darba għax nafuha l-istorja - dan jitħassar bħalma tuffieħa mħassra tħassar lill-oħrajn.", "GĦalhekk wieħed irid jara li ċ-ċans ta' riforma ta' individwu għandu jkun aċċettat anke mill-poplu.", "Mr Speaker, aħna rridu nkunu severi fid-deċiżjonijiet tagħna, pero' mill- banda l-oħra ma rridux nitilfu r-rispett li għandu jkollu l-poplu lejn il- qrati tagħna.", "Jien nifhem li jkun hawn ħafna għajdut.", "Per eżempju, jiddispjaċini ngħid li dan l-aħħar anke min-naħa ta' l-Oppożizzjoni kien hawn min pprova jgħid li hemm speċi ta' xibka bejn l-avukati, l- amministrazzjoni u l-ġudikatura stess.", "Dan id-diskors huwa ħażin ħafna għax mhux sew li nagħmlu ġudizzju fuq il-ġudikatura b'dan il-mod u dan qed ngħidu sew għal meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-Oppożizzjoni - jekk forsi xi darba għidna hekk - kif ukoll għal-lum meta l-Partit Laburista qiegħed fl-Oppożizzjoni.", "Dan huwa kliem assolutament barra minn loku.", "Mhux veru li teżisti għaġna bejn l-avukati, bejn l-amministrazzjoni u bejn il-ġudikatura.", "Dawn l-ideat irridu nneħħuhom għax inkella jtellfu l- fiduċja tal-poplu fil-qrati tagħna meta aħna għandu jkollna kull stima lejhom.", "Jien nifhem li justice must be done and must be seen to be done.", "Mr Speaker, jien naħseb li kull interferenza li jista' jkun hemm bejn il- ġustizzja, l-amministrazzjoni u l-qrati għandna nneħħuha minn moħħna għax aħna nafu li l-qrati dejjem imxew tajjeb u taw sentenzi tajbin ħafna fl- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "GĦalhekk jien nawgura li l-poplu jifhem din il-pożizzjoni tant delikata u jkollu fiduċja f'dak li jiddeċiedu l- qrati u fis-sentenzi li huma jagħtu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 7 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru għall-Ambjent.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FURJANA - ĠNIEN TAL-MALL - TISWIJA TA' ART", "28121.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta l-art tal-ġnien tal-Mall se tiġi rranġata?", "Kemm aktar se nħallu tfal jaqgħu u jkorru fuq l-art mfarrka?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FORZI ARMATI - KAŻ TA' ALFRED EBEJER", "28122.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' Alfred Ebejer 43, Farsons Street, Ħamrun li kien fl-armata, għadda bord u spiċċa biex qatgħulu sitt snin li kien għamel fil-korp?", "Hemm xi ċans li jsir xi ħaġa dwar dan biex jieħu tas- snin li tilef?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-individwu msemmi kien għamel tmien snin fil-Korpi tax-Xogħol bejn l-1972 u l-1980 u wara ġie maħtur \"Labourer\" Grupp A fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, fejn serva għal kważi erbatax-il sena.", "Il-\"policy\" stabbilita mill-Amministrazzjoni ta' dak iż-żmien li nħolqu l- Korpi tax-Xogħol kienet dikjarata ċara fl-1977 u kienet tgħid li servizz fil-Korpi tax-Xogħol u fid-Dirgħajn il-Maltin ma kienx pensjonabbli.", "ĦAMRUN - 42, TRIQ FARSONS - RAILINGS", "28123.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li quddiem No. 42, Farsons Street, Ħamrun isir railing - liema railing l-Public Works diġa' lestew biex isir, iżda qatt ma twaħħal - għaliex dan jgħin biex karozzi ma joħolqux problemi għat-tfal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-kunsilli lokali tal-lokalita' in kwestjoni peress li mill-bidu ta' April, dan ix-xogħol jaqa' direttament taħt ir-responsabbilta' ta' l-istess kunsill lokali.", "ĦAMRUN - TRIQ PAWLU SALIBA - ASFALTAR", "28124.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li d-daħla li hemm f'Pawlu Saliba Street, Ħamrun tiġi asfaltata?", "Kif u meta se tkun fost prioritajiet ta' l-awtoritajiet konpetenti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-prijoritajiet ta' l-asfaltar ta' toroq ġodda jiġi mogħtija mill-Kunsill Lokali, flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq u jsiru skond il-fondi disponibbli.", "SKEJJEL - TA' L-ISTAT - INSTRUCTORS", "28778.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' instructors impjegati ma' l-Istat?", "Kif inhuma mqassmin skola b'skola?", "X'inhuma s-suġġetti li jgħallmu u kemm hemm instructors għal kull suġġett?", "Hemm vakanzi f'dan il-grad bħalissa u f'liema snajja'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SKEJJEL - TA' L-ISTAT - KINDERGARTEN ASSISTANTS", "28779.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Kindergarten Assistants impjegati ma' l-Istat?", "Jeżistu vakanzi bħalissa u jekk iva f'liema skejjel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infourmat li fil-preżent hemm 715 Kindergarten Assistants impjegati ma' l-Istat.", "Il-gruppi kollha għandhom Kindergarten Assistant, iżda hemm disa' (9) skejjel li qed jitolb s-servizz ta' Kindergarten Assistant għal ma' tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Dawn huma:", "Rabat Primary B'Buġia Primary Floriana Primary Ħamrun (School Str) Żabbar 'B' Qormi (San Ġorġ) 'A' Gżira Primary 'A' St. Venera Primary 'A' Qormi Boys Sec", "PULIZIJA - FORENSIKU DR ABELA MEDICI", "28780.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta kien qed jixhed fil-Qorti il-ġimgħa li għaddiet l-espert forensiku Dr Abela Medici qal li ma setax jagħmel eżami tal-marki tas-swaba ta' imputat għaliex kien hemm ħsara fl-apparat li jintuża għal dan il-għan?", "Kemm ilu bil-ħsara dan l-apparat?", "Dan jista' jissewwa f'Malta?", "Kemm-il każ kien hemm li l-esperti riedu jagħmlu eżami tal-marki tas- swaba u ma setgħux minħabba li l-apparat kien bil-ħsara?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-espert Forensiku Dr. Abela Medici qatt ma xehed li l- apparat tal-marki tas-swaba kien bil-ħsara u għalhekk ma kien hemm l-ebda każ fejn l-esperti riedu jagħmlu eżami tal-marki tas-swaba u dawn ma setgħux jagħmluh.", "UNIVERSITAJIET BARRANIN/ISTITUZZJONIJIET - EŻAMIJIET", "28781.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-eżamijiet ta' universitajiet barranin li huma reġistrati u aċċettati f'Malta?", "Liema huma dawk l-iskejjel u/jew għaqdiet li f'isimhom huma reġistrati dawn l-eżamijiet?", "Hemm xi eżamijiet minnhom li se jispiċċaw dalwaqt?", "Meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-eżamijiet ta' universitajiet u istituzzjonijiet barranin li huma reġistrati u aċċettati f'Malta s'issa huma:", "i) Universita' ta' Londra ii) Universita' ta' Oxford iii) City & Guilds ta' Londra iv) Associated Examining Board v) London Chamber of Commerce & Industry vi) Royal Society of Arts vii) Institute of Data Processing Management viii) numru ta' bordijiet u universitajiet oħra li magħhom jersqu numru żgħir ta' kandidati privatament.", "Lista ta' l-iskejjel jew għaqdiet li jressqu kandidati f'isimhom ma' l- ewwel erba' Universitajiet u Istituzzjonijiet tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra..", "UNIVERSITA' - KWALIFIKAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL", "28782.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta fl-1997 se jidħol fis-seħħ li biex student jidħol fl-Universita' se jkun meħtieġ il-Matric Certificate Examinations f'diversi livelli f'sitt suġġetti, dan jkun ifisser li min għandu s-suġġetti rikjesti f'eżamijiet ta' Universitajiet barranin bħalma huma Londra, Oxford u l-IGCSE ma jikkwalifikawx?", "Is-suġġetti f'livelli Avvanzati u f'dak Ordinarju minn Universitajiet barranin se jibqgħu jgħoddu għall-istudenti Maltin li jridu jidħlu għal kors fl-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Preżentament ir-Regolamenti tad-dħul fl-Universita' jirreferu għal ċertifikati fis-suġġetti approvati fil-livelli diversi ta' l- Eżami tal-Matrikola u ta' l-eżami għaċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja ta' l-Universita' ta' Malta.", "Il-Bord tad-Dħul iżda jaċċetta wkoll ċertifikati ta' Bordijiet oħra li jistgħu jkunu kkonsidrati bħala ekwivalenti.", "Dan hu konformi ma' dak li jiġri f'kull Universita' oħra fejn il-kwalifiki tad-dħul huma primarjament kwalifiki miksuba f'eżamijiet lokali.", "Meta fl-1997 jidħol fis-seħħ ir-regolament li d-dħul fl-Universita' jkun permezz taċ-ċertifikat il-ġdid tal-matrikola, se tibqa' l-possibilita' li kandidat joffri ċertifikati minn Bordijiet ta' Eżaminaturi oħra u dawn jistgħu jkunu aċċettati sakemm il-Bord tad-Dħul ikun sodisfatt li l-livell, il-firxa tas-suġġetti u l-kondizzjonijiet għall-għoti taċ-ċertifikat huma komparabbli għaċ-ċertifikat sħiħ tal-Matrikola.", "Ktejjeb ta' informazzjoni li l-Universita' ippubblikat u qassmet fl- iskejjel f'Ġunju 1994 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinstab f'paragrafi 11.3, 11.4, 11.5 u 12.", "DIPARTIMENT TAL-POSTA - IMPUSTAR TA' ITTRI", "28783.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jassigura li ittri li jiġu mpustati qabel is-7.00 a.m. fl-irħula u qabel id-9.00 a.m. fil-Belt Valletta jaslu dak inhar stess kif kien isir qabel?", "Numru ta' kostitwenti ilmentaw li ittri qegħdin idumu anke jumejn biex jaslu.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-\"istandard\" ta' tqassim t'oġġetti postali f'Malta ma' nbidilx.", "Madankollu, matul is-sajf li għadda, biex il-pustiera titnaqqsilhom ftit mit-tbatija tas-sħana tas-sajf, it-tqassim kien jibda kmieni u dan kien jinvolvi li persentaġġ żgħir t'oġġetti postali mpustati f'ġurnata kienu jitqassmu l-għada fil-għodu kmieni.", "Mill-1 t'Ottubru, is-sistema reġgħet ġiet għan-normal kif indikat fil- mistoqsija.", "F'każijiet eċċezzjonali, iżda, qiegħed jiġri li peress li Posta Ltd. qiegħda fil-proċess li timpjega kwantita' ta' pustiera ġodda minflok dawk li għażlu li jibqgħu mal-Gvern, u dawn ikunu jridu perjodu sostanzjali ta' \"training\" għax il-maġġoranza kbira ta' bini f' Malta u Għawdex mhumiex innumerati, temporanjament jista' jinħoloq xi ftit ta' dewmien fit-tqassim.", "CHADWICK LAKES - TINDIF", "28821.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li Chadwick Lakes jitnaddaf sewwa mill-boroz tal-plastic, flieken tal-plastic, terrapien u ħmieġ ieħor li qed iħallu l-eluf ta' nies li jmorru hemm?", "Jista' l-Ministru jara li bħala l-ewwel pass jipprojbixxi karozzi milli jinżlu hemmhekk peress li dan il-post tant sabiħ qed isir miżbla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iċ-Chadwick Lakes jitnaddfu ta' lanqas darba fis-sena, fejn isiru ukoll interventi biex isir xogħol fis- sezzjonijiet magħżula mhux biss ta' tindif imma ukoll ta' tħammil tal-wied, tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ, qtugħ ta' siġar mejta eċċ.", "Isiru ukoll interventi kważi wara kull maltempata, kif fil-fatt qed isir fil-preżent, xogħol li beda wara l-maltempata qawwija ta' Ottubru.", "Ngħid ukoll li huwa validu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant li għandu jsir xi ħaġa biex ikun kontrollat aħjar it-traffiku li għandu jitħalla jinżel għat-triq li tgħaddi mal-ġemb tal-wied.", "CHADWICK LAKES - BEBBUX", "28822.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi protett il-bebbux uniku Malti li jinsab fin-naħat taċ-Chadwick Lakes?", "Jista' l-Ministru jara li jintbagħtu l-Pulizija fil-Ħdud u l-festi hemmhekk biex it-tfal ma jibqgħux jeqirdu ż-żringijiet kollha?", "Jistgħu jitwaħħlu tabelli attraenti biex jħajjru lin-nies iżommu il-post nadif u biex in-nies tkun infakkra kontinwament dwar ir-responsabilitajiet tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rapporti li jaslu fil-Ministeru rigward ksur ta' liġi tal-ħarsien tal-Fawna u l-Flora, jiġu mgħoddija kollha lill- Pulizija.", "Anki fil-każi ta' qbid illegali ta' żrinġijiet, dawn ir-rapporti jiġu mgħoddija lill-Pulizija.", "Il-Ministeru permezz tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent waħħal numru ta' tabelli dwar il-ħarsien tal-Flora u l-Fawna, iżda dawn kollha ġew vandalizzati.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li hemm il-ħsieb li jitwaħħlu tabelli oħra għal dan il-għan.", "Bħalissa hemm ukoll studji għaddejjin dwar il-ħarsien ta' speċi oħra, kemm ta' flora kif ukoll ta' fawna biex ikun jista' jiġi deċiż jekk dawn għandhomx jiġu mħarsa.", "TA' QALI - TEATRU GRIEG - KAROZZI", "28823.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi l- Interpellant innota li fit-triq biswit it-Teatru Grieg, f'Ta' Qali qed jidħlu l-karozzi, jista' l-Ministru jara li almenu din n-naħa tkun ipprojbita għall-karozzi biex il-familjji li jmorru jistrieħu bit-tfal hemmhekk ikunu ħielsa mill-periklu tat-traffiku?", "Meta Malta hija tant nieqsa minn parks u ġonna fejn dak li jkun jistrieħ ftit mill-ħajja storbjuża Maltija, jista' l-Ministru jilqa' dan is-suġġeriment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "TA' QALI - PARKING AREA", "28824.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li ssir area mdaqqsa f'Ta' Qali li fiha ma jidħlux karozzi biex in-nies bit-tfal tistrieħ mingħajr il-perikli tal-karozzi?", "Jistgħu l- aċċess għall-areas fejn hemm qatgħat ta' ħaxix jiġu pprojbiti għal kollox għat-traffiku billi jimbnew barriers għaliex xorta hemm il-periklu minn karozzi jsuqu f'dawk it-toroq wesgħin ta' din l-area tant sabiħa?", "Jistgħu f'kelma waħda jsiru pedestrian areas kbar fejn it-traffiku jkun projbit għal kollox?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'Ta' Qali, qrib tal-Park Nazzjonali, diġa' teżisti wita mdaqqsa kollha ħaxix fejn l-aċċess tal-karozzi huwa projbit.", "Is-sena li għaddiet inżergħu siġar u arbuxelli u sar xogħol ieħor ta' landscaping mad-dawra ta' din il-wita.", "Preżentement l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed taħdem fuq pjan lokali li jinkorpora l-inħawi kollha ta' Ta' Qali.", "Hi x-xewqa tas-Segretarjat għall- Ambjent li jinstabu wesgħat oħra fejn dawn ukoll ikunu jistgħu jiġu allokati għall-mistrieħ tal-familji mingħajr il-periklu u l-inkonvenjent ta' vetturi.", "ĦAL FAR - BINI TA' AREA BĦALA PARK ŻGĦIR", "28825.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li dik l-area f'Ħal Far fejn hemm ħafna kanen ta' l-ilma u tad-drenaġġ maħżuna tinbidel f'area ta' mistrieħ, billi jsir speċi ta' park żgħir ħalli n-nies tas-South ikollhom fejn jistrieħu ftit mill-istorbju u l- ħajja mgħaġġla ta' kuljum?", "Għalkemm l-Interpellant huwa konxju li din saret area industrijali billi hemm qatgħat kbar bil-ħaxix li m'humiex utilizzati, jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa f'dan is-sens?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Pjan Lokali tal-Bajja ta' Marsaxlokk, li issa huwa addottat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jiddentifika din l- area għal skopijiet ta' rikreazzjoni.", "Dan huwa mfisser f'policy MH02, p.33 li tgħid li dan is-sit irid ikopri aktar minn 9 ettari ta' art.", "Huwa għandu jinkludi mgħodijiet b'bankijiet u garden furniture adegwat, kif ukoll area miftuħa ta' ħaxix biex isservi għal rikreazzjoni informali.", "Irid isir ukoll landscaping madwar is-sit, flimkien ma' parking area kif muri fil- Pjan Lokali.", "Il-Pjan ukoll isemmi li din il-policy għandha tiġi mwettqa kemm jista' jkun malajr, jiġifieri fi żmien ħames snin mill-approvazzjoni ta' dan il- Pjan Lokali.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - SEZZJONI TAN-NON URBAN AREAS", "28826.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi twaqqfet is-sezzjoni għan-Non Urban Areas bl-iskop li tagħmel interventi f'lokalitajiet ta' importanza naturali, jista' l-Ministru jgħidli fejn saru dawn l-interventi s'issa min mindu twaqqfet din is-sezzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-Sezzjoni tan-Non Urban Areas tinkorpora fiha diversi tipi ta' xogħlijiet, bħal tħawwil ta' siġar, ħitan tas-sejjieħ, tindif ġenerali, tneħħija ta' terrapien u skart kif ukoll interventi f'lokalitajiet ta' importanza naturali bħal:", "Widien - bħal Wied il-Ħemsija, Chadwick Lakes, Girgenti, Wied il-Luq, Wied Baqqija, Wied Babu, Wied iż-Żurrieq, Wied il-Kbir, Wied tal-Marsa u oħrajn.", "Arei miftuħin fil-kampanja li għandhom ambjent ta' sbuħija naturali bħal Girgenti, Dingli Cliffs, taħt l-Imdina, il-Baħrija u oħrajn.", "Proġetti ta' xogħol bħal ftuħ ta' aċċess għal madwar il-Victoria Lines, Dwejra Lines, Wied Anġlu limiti tal-Għargħur.", "F'ħafna minn dan ix-xogħol fl-ewwel fażi kellhom jitneħħew kwantitajiet kbar ta' materjal li jarmu n-nies, kif ukoll fdalijiet ta' karozzi u tankijiet.", "SPTAR KAREN GRECH - SUFFETTI", "28891.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jġib għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti dwar l-istat tas-suffetti fl-Isptar Karen Grech peress li ħafna minn dawn qed jaqgħu u għal xi raġuni jew oħra mhux qed jiġu nbiddlin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru li peress li dawn is-suffetti saru snin ilu u informat li qed ikun hemm diffikulta' biex jinstabu 'panels' jaqblu ma dawk eżistenti.", "Fejn ikun possibbli 'panels' miksura jew nieqsa qed jinbidlu ma' 'panels' oħrajn.", "SPTAR SAN LUQA - AMBULANZI", "28892.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għad-dewmien biex l-ambulanzi fl-Isptar San Luqa jiġu attrezzati b'contact radios?", "Veru li dawn l- apparati kienu ordnati tliet snin ilu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-preżent hemm numru ta' ambulanzi li ilhom attrezzati b'apparat ta' komunikazzjoni bir-radju.", "Bħalissa qed jittieħdu passi biex is-sistema tiġi kompletament immodernizzata għall-bżonnijiet tad-dipartiment u din se tinkludi kuntatt bejn iċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Casualty ukoll.", "Ma jirriżultalix li l-apparati kienu ordnati tliet snin ilu.", "SPTAR SAN LUQA - TABIBA MARIA SCIBERRAS", "28893.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni tokkupa it-Tabiba Maria Sciberras fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "Fejn qed taħdem bħalissa u x'inhu x- xogħol tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-Tabiba Marija Sciberras tokkupa l-kariga ta' Principal Medical Officer.", "Hija bħalissa qed tagħmel xogħol fuq problemi speċifiċi assenjati lilha mid-dipartiment u tassisti fl-Uffiċċji ta' l- Amministrazzjoni Medika ta' l-Isptar San Luqa.", "DROGA - PERSUNI BIL-VIZZJU TAD-DROGA", "28894.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni maħkuma mill-vizzju tad- droga li mhumiex priġunieri għadhom jiddaħħlu fl-Isptar Monte Carmeli biex jiġu ditossifikati minflok jinżammu f'postijiet li huma taħt ir- responsabbilta' tas-SEDQA?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minbarra li tiddisintossika persuni bi problema ta' droga fuq livell ta' out-patients, l-Aġenzija Sedqa tiddisintossika numru ta' persuni fuq livell ta' in-patients f'Dar Impenn.", "Minn dawn il- pazjenti, li jkunu ammessi f'din id-Dar diversi, jkollhom ukoll problemi psikjatriċi li ma jkunux akuti.", "Huwa kontra indikat li persuni bi problema psikjatrika akuta jiddaħħlu f'Dar Impenn immexxija minn Sedqa.", "Dawk li jiġu ammessi ġewwa l-Isptar Monte Carmeli jidħlu għal raġuni li: - jkollhom problema psikjatrika akuta; - każijiet bi problemi akuti jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tas-Saħħa u mhux ta' Sedqa; - huwa ġewwa l-Isptar Monte Carmeli li hemm il-psikjatri u l-kompetenzi biex jitrattaw persuni bi problemi psikjatriċi akuti u li jkollhom ukoll problemi ta' drogi; - ikun hemm ukoll xi każijiet fejn individwi bi problema ta' droga jagħżlu minn rajhom li jidħlu ġewwa l-Isptar Monte Carmeli għall-kura.", "SPTAR SAN LUQA - INFEZZJONI MRSA", "28895.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx ikkontrollata l-infezzjoni MRSA fl-Isptar San Luqa?", "X'miżuri qed jittieħdu mill-Amministrazzjoni ta' l-isptar biex din l-infezzjoni tiġi evitata fil-futur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-outbreak ta' MRSA ġiet kompletament ikkontrollata permezz tal-miżuri meħuda mill-Amministrazzjoni u mill-Infection Control Unit.", "Il-miżuri li jittieħdu huma dawk li huma rikonoxxuti bħala standard practice f'każijiet bħal dawn.", "SPTAR SAN LUQA - ĦADDIEM R. MICALLEF", "28901.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li ħaddiem fl-Isptar San Luqa bl- isem ta' R. Micallef kien ġie promoss għal grad ta' Supervisor?", "Jista' l- Ministru jinvestiga għaliex din il-persuna titħalla taħdem bħala parker barra l-isptar u waqt il-ħin tax-xogħol, jasal l-isptar għal ħabta ta' 15.45 hrs u jitlaq fl-16.30 hrs wara li jsarraf il-flus li jkun ġabar mill- parking fil-Canteen?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-impjegat imsemmi mill-Onor.", "Interpellant jokkupa l-grad ta' Hospital Auxilliary.", "Tajt struzzjonijiet biex dak li qed jallega l-Onor.", "Interpellant jiġi investigat.", "DJAR - KAŻ TAS-SINJURA TEMPLEMAN", "29060.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' housing ta' Ms. Templeman ta' 12, Joe Flats, E. Galizia Str, Gżira billi din hija persuna anzjana li apparti milli għandha rekord mediku ma tiflaħx titla' dak it-taraġ kollu għall-appartament tagħha?", "ONOR.", "CENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li diġa' tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 15704 (Seduta Nru. 226).", "GŻIRA - TRIQ G. CALI/TRIQ MITROVIC - TINDIF TA' GĦALQA", "29061.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li titnaddaf l-għalqa li hemm bejn G. Cali Str u Mitrovic Str, Gżira billi din iddawwret f'rubbish dump?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tip ta' intervent issuġġerit mill- Onor. Interpellant illum jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Anki fejn dan ix-xogħol jenħtieġ jitwettaq minn ħaddiema tal-Gvern, dan xorta jsir fuq talba tal-kunsill lokali konċernat.", "DJAR - KAŻ TAL-FAMILJA GATT REF.", "H 09737", "29062.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba ta' l-inkwilini Gatt (Gżira) H09737 sabiex jibdlu l-fond tagħhom ma wieħed f'Ta' Ġiorni għal raġunijiet familjari on file?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-applikazzjoni H 09737 f'isem il-familja Gatt qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet oħra simili.", "Madanakollu skond ir-records tad-dipartiment ma jidhirx li kien hemm talba għall-bdil, bejn il-familja Gatt u xi ħaddieħor.", "MSIDA - TRIQ IL-MAKNA TAS-SERRAR - PROVVISTA TA' ILMA", "29158.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinvestiga l-problema ta' nuqqas ta' ilma f'diversi partijiet ta' Sawmill Str, Msida b'mod partikolari f'Tagliaferro Mansions fejn spiss jirrikorru għall-bowser?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat mill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma li l-provvista ta' l-ilma f'Sawmill Street, Msida hija tajba u sodisfaċenti.", "Minn Lulju sal-lum irriżulta li l-konsumaturi fl- inħawi talbu għas-servizz tal-bowser f'okkażjoni waħda, waqt li bejn l-10 u l-11 ta' Ottubru kien hemm xogħlijiet ta' tiswijiet fuq main ta' l-ilma f'Ta' Xbiex Sea Front, kantuniera ma' Antonio Bosio Street, Msida.", "MSIDA - TRIQ IL-MAKNA TAS-SERRAR - DAWL", "29159.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara jistax isir street lighting aktar adegwat f'Sawmill Str, Msida b'mod partikolari f'dik il-parti li tieħu lejn Ta' Xbiex H.E.?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett biex isir dawl adegwat f'dik il-parti ta' Sawmill Street li tagħti għall-Housing Estate ta' Ta' Xbiex qed ikun kkonsidrat flimkien ma' proġetti oħra.", "TA' XBIEX - TRIQ A. RIGORD - TISWIJA", "29160.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara tistax tiġi rranġata dik il-parti ta' A. Rigord Str, Ta' Xbiex parallela ma' Block E2 fil-Housing Estate tal-lokal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MELLIEĦA - TRIQ IL-WIDIEN SANTA MARIA - ILMENTI MIR-RESIDENTI", "29172.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-ilment tar-residenti ta' Triq il-Widien Santa Maria Estate, il-Mellieħa ċioe' dwar bini li qed jiġi żviluppat fl-inħawi li qed iħassar l-estetika, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi u l- investigazzjoniet li saru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar li l-imsemmi bini fi Triq il-Widien, Santa Maria Estate, Mellieħa huwa kopert bil-permess, riferenza PA 6298/94 maħruġ fit-22 ta' Frar, 1995.", "Wara spezzjoni mill-Enforcement Officer ta' l-area, kien konfermat li l- istat tal-bini preżenti huwa skond il-pjanta approvata fl-imsemmi permess.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - LEVY FUQ GĦAMARA MPORTATA", "29173.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 28844 dwar levy fuq l- għamara, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-levy li ġiet imħallsa fuq id-diversi tipi ta' għamara u ta' materjal li ġie mportat matul dawn l- ewwel xhur tas-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Ottubru ta' l-1995 inġabret is-somma ta' Lm457,647 bħala levy fuq għamara li ġiet importata.", "MTAĦLEB - XOGĦLIJIET FI ĠNIEN", "29174.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi u l-konsiderazzjonijiet tal- mistoqsija parlamentari numru 28849 dwar il-ħtieġa ta' xogħlijiet fil-ġnien ta' l-Imtaħleb l/o Rabat?", "Billi x-xogħol huwa meħtieġ urġentement, jista' l-Ministru jinformani meta se jibdew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-dipartiment konċernat jinvestiga dawn it-talbiet.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - IMPORTAZZJONI TA' \"METAL DETECTOR\"", "29180.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jara li toħroġ no objection mid-Dipartiment tal- Mużewijiet għall-importazzjoni ta' metal detector minn Alfred Vassallo ta' 26, Curate Calleja Street, Mosta biex jintuża biss bħala delizzju fuq xtajtiet peress li dan għandu żewġ metal detectors miżmumin id-dwana mhux minħabba xi ħtieġa ta' import licence imma minħabba oġġezzjoni min-naħa tad- Dipartiment tal-Mużewijiet minħabba biża' t'abbuż fuq siti arkeoloġiċi?", "Jista' l-individwu jagħti xi forma t'undertaking jew garanzija lid- dipartiment li jużah biss fuq xtajtiet u skond kondizzjonijiet li jista' jimponi l-istess dipartiment, partikolarment meta hija xi ħaġa normali li naraw turisti fuq ix-xtajtiet tagħna jagħmlu użu minn metal detectors?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ dwar l-importazzjoni ta' metal detectors mis-Sur Vassallo dħalt fih personalment u mill-indaġini li għamilt jirriżultali l-oġġezzjoni tad- Dipartiment tal-Mużewijiet hi ġustifikata.", "Nagħmel riferenza wkoll għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25356.", "MEDIĊINI - PREZZ TAL-\"MOTILIUM\"", "29181.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega kif suppożitorji tas-60mg \"Motilium\" inxtraw minn spiżerija f'Raħal Ġdid nhar il-ġimgħa 20 ta' Ottubru, 1995 bil-prezz ta' Lm4.17,6 meta fl-istess ġurnata il-prezz ta' l-istess \"item\" skond is- sistema tat-Teletext kien ta' Lm3.93,0?", "Peress li l-ispiżerija kkonċernata kkonformat ma' l-aġent li l-prezz kellu jkun ta' Lm4.27,6 kif attwalment mixtri, dan ifisser li l-prezzijiet tat-Teletext mhumiex qed jiġu aġġornati b'konsegwenzi għall-konsumatur?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant ġentilment mitlub jirreferi d- domanda lill-Ministru Għas-Servizzi Ekonomiċi.", "MARSA - ALBERTOWN - ŻVILUPP INDUSTRIJALI", "29196.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk Albertown, fil-limiti tal-Marsa hijiex area mmarkata għal depopulation minħabba ħtieġa ta' żvilupp industrijali?", "Jekk fl- affermattiv, meta hu maħsub li n-nies jiġu evakwati mill-inħawi u mogħtija akkomodazzjoni alternattiva?", "Jista' l-Ministru jneħħi dan it-tħassib minn moħħ ir-residenti ta' l- inħawi u jgħid x'intenzjonijiet għandu l-Gvern għall-istess Albertown?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Albertown jaqa' taħt iż-żona li qed tiġi studjata bħala parti mill-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir.", "Dan il-pjan għadu qed jiġi ppreparat u se jkun suġġett għall-proċess ta diskussjoni u konsultazzjoni pubblika qabel ma tittieħed azzjoni.", "Għalhekk ebda deċiżjoni għadha ma ttieħdet fir-rigward tal-futur ta' Albertown.", "Konsiderazzjoni preliminari ingħatat lil din iż-żona f'termini ta' ppjanar strateġiku fix-xogħol li għadu kemm sar.", "Qed jiġi suġġerit li erba' għanijiet strateġiċi għandhom ikunu adottati sabiex jiġu implimentati matul il-perjodu ta' għaxar snin.", "Dawn huma:", "* li ninkoraġġixxu espansjoni ta' industrija u kummerċ relatat", "* li jkun hemm titjib fl-ambjent ġenerali", "* li jiġu protetti żoni residenzjali", "* u li jiġu kkonsidrati riallokazzjoni ta' housing fuq medda ta' żmien.", "Għalhekk m'hemm ebda proposta immedjata għar-riallokazzjoni ta' xi residenti, għalkemm ikun tajjeb li tiġi eżaminata l-possibbilta' tar- riallokazzjoni tal-housing fil-ġejjieni.", "Fuq perjodu iqsar, il-Pjan huwa maħsub li jipproponi miżuri għal titjib fl-ambjent u kontroll tat-traffiku biex inaqqas il-problemi li jeżistu għar- residenti.", "Ir-riallokazzjoni ta' djar tkun tiddependi fuq konsultazzjoni u diskussjonijiet mar-residenti sabiex jiġu iddentifikati alternattivi vijabbli u l-kondizzjonijiet meħtieġa.", "Ebda deċiżjoni ma tittieħed mingħajr dawn id-diskussjonijiet u konsultazzjoni sħiħa bejn iż-żewġ naħat.", "Matul dan il-perjodu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mhux bi ħsiebha taċċetta ebda applikazzjoni jew proġett għall-iżvilupp li jbaxxi l-livell ta' l-inħawi residenzjali u li jiddeterjora l-għixien tar-residenti.", "LIĠI DWAR REGULATION FIT-TELEKOMMUNIKAZZJONI", "29216.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Huwa minnu li biex tħejji l-Liġi ġdida dwar Regulation fit-Telekommunikazzjoni tqabbad avukat Amerikan?", "Għal liema raġuni ġara dan?", "Kemm tħallas?", "Il-Gvern jinsab sodisfatt bix-xogħol li sar?", "L-Abbozz li ġie mħejji b'dan il-mod jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma tqabbdu ebda avukati Amerikani biex iħejju l- liġi dwar ir-\"regulation\" fit-telekommunikazzjonijiet.", "Id-ditta t'Avukati \"Reid & Priest\" tqabbdet tagħti pariri dwar tfassil tal-liċenzja li trid toħroġ lill-Korporazzjoni Telemalta wara li l- Parlament jiddiskuti u japprova l-liġi dwar it-Telekomunikazzjoni.", "Dan ix- xogħol hu wiehed speċjalizzat ħafna u f'pajjiżna m'hawnx avukati li għandhom din l-ispeċjalizzazzjoni.", "Il-kumpannija \"Reid & Priest għamlet dan ix-xogħol għas-somma ta' 35,000 dollaru Amerikan u kienet irħas minn kumpannija oħra li talbet Stg48,000 għall-istess xogħol.", "Din il-kumpannija magħrufa għamlet xogħol tajjeb kif kien mistenni.", "Il- proposti tagħha qed jiġu studjati mill-Gvern u mill-Korporazzjoni Telemalta.", "Mhux għaqli li f'dan l-istadju jitpoġġew xi dokumenti mitluba fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Naturalment fi żmien opportun l-abbozz ta' Liġi dwar it- Telemokomunikazzjoni jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u wara dan inkunu f'qagħda li npoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra anke il-liċenżja proposta li toħroġ lit-Telemalta", "TELECOM '95", "29217.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għad-Delegazzjoni tiegħek u ta' Telemalta li telgħet Ġinevra dan l-aħħar għall-Konferenza/fiera fuq it- Telekommunikazzjoni, tista' jekk jogħġbok:-", "a) tagħti l-ismijiet ta' dawk kollha li telgħu u tgħid f'liema kariga telgħu?", "b) tgħid kemm damu f'Ġinevra kull membru tad-Delegazzjoni?", "c) tikkjarifika jekk tlajtx darbtejn Ġinevra f'din l-okkażjoni?", "d) tagħti rendikont ta' l-ispiża kollha għal din id-Delegazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Għat-\"Telecom 95\" attendiet delegazzjoni Ministerjali u delegazzjoni oħra mill-Korporazzjoni Telemalta.", "Il-parteċipazzjoni tiegħi kienet limitata għal jumejn biss u ġurnata fl- aħħar, minħabba mpenji oħra ta' xogħol parlamentari, billi l-ftehim tal- \"pairing\" twaqqaf.", "F'dan iż-żmien limitat indirizzajt lill-Forum u kelli laqgħat u taħdidiet bilaterali mal-Ministru Tuneżin tat-Telemomunikazzjoni, mas-Segretaru Generali ta' lTU u personalitajiet oħra mportanti fil-qasam tat-Telekomunikazzjoni.", "Il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni Ministerjali kienet kif ġej:-", "Isem Kariga Data Data ta' tluq tal-wasla", "Dr Michael Ministru 01/10/95 04/10/95 Frendo 10/10/95 12/10/95", "Mr Robert Segretarju 01/10/95 04/10/95 Engerer Privat", "Jiena nfurmat li d-Delegazzjoni tat-Telemalta kienet kif ġej :-", "Isem Kariga Data Data ta' tluq tal-wasla", "Mr John Chairman 01/10/95 05/10/95 Camilleri 08/10/95 12/10/95", "Mr Louis Dep.", "Chairman 01/10/95 04/10/95 Padovani 10/10/95 12/10/95", "Mr Anthony Chief 01/10/95 12/10/95 De Bono Executive", "Eng.Joe Bugeja A.G.M. 01/10/95 07/10/95 Networks", "Eng.Joe Pace Head Central 07/10/95 12/10/95 Eng.", "Serv.", "Eng.", "Paul Head Operations 01/10/95 07/10/95 Montanaro & Maintenance (Ext.", "Plant)", "Eng.", "Charles Trans.", "Dept 07/10/95 12/10/95 Mifsud", "Eng.", "Charles AXE Exchanges 07/10/95 12/10/95 Farrugia (Planning)", "Eng.", "Noel Parnis Consultant 06/10/95 09/10/95 Engineer (Strategic Planning)", "Mr Guido Head Cable 01/10/95 07/10/95 Bartolo Network (Planning and Design)", "Mr Maurice Stand Director 29/09/95 05/10/95 Tanti Burlo'", "Mr Jesmond Stand 13/09/95 16/09/95 Camilleri Co Ordinator 29/09/95 12/10/95", "Ms Yvette Stand 01/10/95 12/10/95 Borg Co Ordinator", "Mr Alfred Head 01/10/95 12/10/95 Scicluna Maintenance & Cardphone Network", "Mr Anthony Stand Attendant 01/10/95 12/10/95 Aguis", "Jiena nformat li l-ispiża kienet ta' Lm78,364.39 maqsuma kif gej:", "Lm Biljetti ta' l-Ajru 6618.37 Akkomodazzjoni u Allowances 33957.36 Trasport 8045.00 Spejjeż konnessi ma' li 21782.30 \"Stand tat-Telemalta\" Ospitalitajiet 2425.32 Registrazzjonijiet għall-Forum 5536.04", "SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMI TA' MESSENGER I", "29218.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-eżami ta' Messenger I applikabbli għaċ-Ċivil kollu, li sar f'Awissu, 1995 u li r-riżultat tiegħu ħareġ f'Ottubru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li l-50 impjegat li għaddew kollha jingħataw il- promotion imsemmija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KALKARA - ĊIMITERJU \"TAL-ĠERMANIŻI\"", "29221.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli jekk qed jintlaħqux applikazzjonijiet għall-oqbra fil-Kalkara?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed jiġu aċċettati dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru ċ-Ċimiterju magħruf \"Tal- Ġermaniżi\" qed jiġi mnaddaf u riabilitat biex iservi l-bżonnijiet tal-poplu tal-Kalkara.", "KALKARA - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL XIRI TA' OQBRA", "29222.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux applikazzjonijiet biex jinxtraw oqbra fil-Kalkara?", "Jekk fl-affermattiv, fejn hi l-area u meta ħarġu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 29221.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - KAŻ B'FILE NO.", "PAPB 467/88", "29223.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il-file No. PAPB 467/88 kull meta qed jiġi mgħajjat il-Qorti quddiem il-Maġistrat Cuschieri dan l-imsemmi file mhux jidher?", "Jista' l-Ministru jieħu passi biex meta għandu jerġa' jidher quddiem il- Maġistrat Cuschieri f'Jannar 1996 ma jerġax jiġri l-istess, ċioe' li min hu responsabbli jtella' l-file l-Qorti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex isir kull sforz mill-Enforcement Officer biex il-file PA 467/88 jittella' quddiem il-Maġistrat Cuschieri fis-seduta li jmiss f'Jannar 1996.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SUR DENNIS TANTI", "29224.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu u jekk fl-affermattiv kienx hemm il-kunsens tiegħu għad-direttivi mogħtija nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru, 1995, lill-uffiċjali nkarigati mis-sorveljanza fl-Isptar San Luqa mill-kap tagħhom is-Sur Paul Miruzzi biex:", "a) Is-Sur Dennis Tanti li huwa impjegat bħala Nursing Officer mad- Diviżjoni tas-Saħħa ma jitħalliex jidħol mill-bieb 'il ġewwa ta' l-Isptar San Luqa; u", "b) F'każ li s-Sur Tanti ma jobdiex l-ordni tagħhom biex ma jidħolx kellhom jiġu msejħa l-pulizija biex jieħdu l-każ f'idejhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Amministrazzjoni ta' l-Isptar San Luqa ħadet miżuri biex l-aċċess tas-Sur Dennis Tanti fl-Isptar San Luqa jkun regolat kif inhu dak ta' viżitaturi oħra.", "SPTAR SAN LUQA - SUR DENNIS TANTI", "29225.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ordni biex is-Sur Dennis Tanti, uffiċjal pubbliku jkun prekluż milli jidħol fl-Isptar San Luqa u fuq liema bażi ħarġet din l-ordni?", "Minn min oriġinat?", "Jekk ikun fl-affermattiv, jista' l-Ministru jispjega din iċ-ċaħda tad-dritt leġittimu tas-Sur Dennis Tanti li bħala ċittadin Malti ieħor, jidħol fl-Isptar San Luqa għall- ħtiġijiet tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 29224.", "SPTAR SAN LUQA - SUR DENNIS TANTI", "29226.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'raġunijiet kien hemm li għalihom is-Sur Dennis Tanti ngħata żewġ transfers f'inqas minn xahar, wieħed minnhom mill-Isptar San Luqa għar-Residenza tal-Lebbrużi fil-Għargħur magħrufa bħala Tal- Fergħha u l-ieħor minn din ir-residenza għall-Isptar Sir Paul Boffa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi s-sur Tanti fetaħ kawża fil-Qorti fuq dan is- suġġett m'iniex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba għax il-każ huwa sub judice.", "AMBAXXATA MALTIJA FI FRANZA", "29228.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid bħalissa min huwa x-xufier ta' l-Ambaxxatur Malti fi Franza, x'jismu, kemm għandu żmien u kemm ilu mpjegat f'din il-kariga (data ta' mpieg)?", "Min hija s-Segretarja Franċiża (bi-lingual) li hemm bħalissa fl- Ambaxxata?", "X'isimha, kemm għandha żmien u meta ġiet impjegata f'dan il-job?", "Kif intgħażlet u minn kemm applikanti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ix-xufier fl-Ambaxxata Parigi huwa Oliver Martinez ta' 27 sena li gie impjegat f'Gunju ta' l-1994.", "Hemm zewg segretarji mpjegati fl-ambaxxata:", "1.", "Mrs Maria Stella Assimakopoulos ta' 23 sena, li ilha mpjegata mis-16 ta' Settembru, 1991.", "Taf bil-Franciz, Ingliz, Grieg u tifhem l-Ispanjol u t-Taljan.", "2.", "Catherine Pintout ta' 24 sena li ilha tahdem ma' l-ambaxxata minn Novembru ta' l-1994.", "Is-Sinjorina Pintout minbarra li taf bil-Franciz, taf bl-Ingliz u ghandha kwalifiki tajba f'xoghol ta' segretarja u taf thaddem tajjeb il-Microsoft Excel.", "AMBAXXATA MALTIJA FI FRANZA - DR JOSEPH LICARI", "29229.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid eżattament x'kienet ir-raġuni għaliex l-Ambaxxatur Malti fi Franza Dr Joseph Licari, b'ittra tas-26 ta' Marzu, 1993 temm l-impieg ta' Madame Marie France Carzon, li kienet ilha mpjegata ma' l-Ambaxxata 12-il sena kif ukoll dak ta' Mons. Bernard Basso li kien ilu xufier ta' l-Ambaxxatur għal seba' snin?", "Kif jispjega l-fatt li tlett ijiem wara li tkeċċiet Mde.", "Carzon għaliex il-post tagħha ġie abbolit (le poste que vous occupiez a l'ambasade a `ete` supprime`), deher avviż f'gazzetta Franċiża biex l-Ambaxxata timpjega persuna għall-istess xogħol bid-differenza li issa ntalbet persuna ta' eta'iżgħar jiġifieri 20-23 sena u mhux ta' 48 sena bħal ma kellha Md.", "Carzon?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Fl-1993 l-Ambaxxatur ta' Malta fi Franza ħass il- bżonn li jagħmel tibdil radikali fl-istaff li l-ambaxxata kienet timpjega bħala locally engaged.", "Dan ħassu kemm minħabba esiġenzi ġodda tas-servizz kif ukoll għal raġunijiet finanzjarji.", "Fir-rapport li għamel fuq l- Ambaxxata ta' Malta fi Franza is-sena l-oħra, meta eżamina it-tibdil li sar fil-locally engaged staff fl-1993 l-awditur osserva li \"L-ambaxxata f'Parigi tħallas lill-Locally Engaged Personnel skond ir-rati applikabbli hemmhekk.", "Din l-inizjattiva (jiġifieri it-tibdil li sar fl-1993) kellha riżultat li ħalla savings ta' Lm 16000 matul l-1993 fuq il-vot tal-personal emoluments\".", "AMBAXXATA MALTIJA FI FRANZA - TKEĊĊIJA TA' SEGRETARJA/XUFIER", "29230.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- investigazzjoni tal-ministeru dwar il-każ ta' tkeċċija mill-impieg ta' segretarja u xufier mill-Ambaxxata Franċiża wara li kemm il-Qorti Franċiża (Le Conseil de Prud'Hommes de Paris) kif ukoll l-appell kkundannaw il-Gvern Malti jħallas id-danni ta' dawn it-tkeċċijiet ikkonsidrati mhux ġustifikati?", "Jekk intlaħaq ftehim, kemm tħallsu u rebħu danni Mde Carzon u Mons Basso ta' l-inġustizzja li saret magħhom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-impieg tal-persuni imsemmija ġie terminat fis-26 ta' Marzu, 1993.", "Iz-żewġ impjegati tħallsu s-salarju kollu dovut lilhom sat-30 ta' Gunju 1993.", "UNIVERSITA' - KUMPLESS SPORTIV", "29231.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li x-xogħol fuq il-kumpless sportiv li qed jinbena fl-Univerista' jinsab wieqaf?", "Jekk fl-affermattiv, kemm ilu wieqaf?", "Minħabba li m'hemmx biżżejjed fondi fil-budget ta' l-Universita'?", "It-tender għal dan ix-xogħol ġie allokat lil min u b'liema spiża?", "Ingħata xi time frame biex jitlesta dan ix-xogħol?", "Din hija l-ewwel tender li ħarġet jew le?", "Jekk le, lil min kienet ingħatat it-tender preċedenti u x'ġara?", "Meta huwa mistenni li l-kumpless sportiv ikun lest minn kollox u kemm huwa maħsub li tilħaq l-ispiża?", "Min eventwalment huwa maħsub li se jagħmel użu minn dan il-kumpless malli jitlesta?", "Il-fondi għal dan il- proġett qed toħroġhom kollha l-Universita'?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jagħmel il- mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.", "MALTA SHIPBUILDING - BINI TA' CATAMARANS", "29232.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħi spjegazzjoni dwar rapporti li dehru, fil-ħarġa tal-\"Lloyd's List\" tal-21 ta' Awissu, 1995 fil-magazine \"NEW SHIPS\" numru 35 tat-28 ta' Awissu, 1995 u fil-gazzetta \"THE MALTESE HERALD\" li toħroġ ġewwa l- Awstralja tad-19 ta' Settembru, 1995 dwar negozjati li qed isiru bejn kumpannija Awstraljana \"THE AUSTRALIAN YARD INTERNATIONAL CATAMARANS (INCAT)\" u l-MALTA SHIPBUILDING CO.", "Ltd., rigward bini ta' \"Catamaran\" li jġorr kemm passiġġieri kif ukoll karozzi?", "Jista' l-Ministru jispjgalna wkoll li jekk dan il-ftehim jirnexxi, dawn it-tip ta' \"Catamarans\" hux se jinbnew fit-Tarnza tal-Marsa, jew jekk hux se tinfetaħ xi kumpannija oħra f'xi post ieħor f'Malta biex b'hekk dan il- Gvern ikompli jisparpalja l-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern qiegħed jistudja l-possibbilta' ta' attivitajiet industrijali li jistgħu jgħinu fid- divesifikazzjoni tat-Tarznari.", "Dan hu wieħed mill-proġetti li qegħdin jiġu studjati.", "MANOEL ISLAND - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "29233.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 28986 ċioe' jgħid ċar u tond x'se jiġri mill-faċilitajiet li jeżistu f'Manoel Island u Tigne' minħabba l-iżvilupp f'dawn l-inħawi?", "Qed isir xi studju jew passi konkreti biex din il-problema tittaffa jew titwarrab għal kollox?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Il-Gvern jagħmel ħiltu biex min juża l- faċilitajiet sportivi f'Manoel Island u Tigne', liema faċilitajiet huma effetwati mill-proġett kemm jista' jkun jiġi moqdi mod ieħor.", "TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA - KAŻ B'REF.", "AT 6208/94", "29252.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta l-applikanta għall-għoti tas-servizz tat-telephone bir-Ref.", "No. AT 6208/94 minn Marsascala se tingħata dan is-servizz li għaliha hu meħtieġ ħafna?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li fil-preżent il-Korporazzjoni Telemalta qiegħda tesegwixxi xogħlijiet ta' estensjoni tal-\"cable network\" fl-inħawi imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Huwa ippjanat li l- applikazzjonijiet kollha pendenti f'Wied il-Għajn u San Tumas (inkluża dik ta' l-applikanta bir-riferenza AT 6208/94) mistennija jiġu moqdija fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - PROSPETT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "29253.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' d-dipartiment konċernat fuq il-\"prospett għall-finijiet ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123)\" f'Taqsima 1 fejn hemm \"Stat Ċivili\" tiżdied il-kelma u l-kaxxa \"DIVORZJAT/A peress li ltqajt ma' każi ta' nies li huma divorzjati li jsibu diffikultajiet minħabba r-records tal-computer tad-dipartiment?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba f'Taqsima I fejn hemm \"Stat Civili\" tintuża għal skop ta' statistika u biex jiġi determinat jekk it-taxpayer ikunx intitolat għal \"rebate\" ta' persuna waħedha jew ta' miżżewġa u għalhekk m'għandiex toħloq xi diffikultajiet lit-taxpayer.", "Ma nħossx l-bżonn li tiġi nkluża wkoll il-kelma \"Divorzjat/a\", għall finijiet tat-taxxa, din terġa' tieħu l-istat ta' persuna waħedha u għalhekk għandha timmarka l-kaxxa relattiva.", "FORZI ARMATI - MEMBRI GĦASSA FIL-ĦABS ĊIVILI", "29254.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Prim Ministru: Peress illi fis-17 ta' Novembru, 1994 - meta ħarbu xi priġunieri mill-Ħabs Ċivili ta' Kordin - l-Armata ntbagħtet il-ħabs għall-perijodu qasir ta' xi tliet xhur, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-Armata se tagħlaq sena fil-Ħabs?", "Veru li f'ebda pajjiż fid-dinja m'hemm ebda Armata \"static\" fl-istess post?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - KORSIJIET GĦALL-INDUSTRIJA TAT-TESSUTI", "29255.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ torganizza korsijiet għall-Industrija tat-Tessuti, fosthom machine operators, pressors u packers?", "F'każ affermattiv, meta saru u meta se jerġgħu jsiru?", "Id- dipartiment konċernat kellu talbiet mill-Industrija tat-Tessuti għall- pressors?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma torganizzax korsijiet fil-qasam tat-tessuti.", "Minn diskussjonijiet li kellha ma' industrijalisti f'dan il-qasam jirriżulta li dawn jaqblu li l-aħjar taħriġ għal persuni li qed jagħmlu xogħol ta' machine operators, pressors u packers huwa dak li jingħata fuq il-post tax-xogħol mill-employer stess.", "Dan ġie anke konfermat minn diversi surveys li għamlet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fost l-industrijalisti fejn il-maġġoranza tagħhom qalu li jippreferu jipprovdu taħriġ huma fuq il-post tax-xogħol milli jibagħtu persuni għal taħriġ barra mill-kumpannija.", "Taħriġ ipprovdut fuq il-post tax-xogħol huwa aktar effettiv biex persuna tikseb il-ħiliet li għandha bżonn biex twettaq ħidmietha.", "Għalhekk il-Gvern ħaseb biex jissussidja t-taħriġ ta' ħaddiema mpjegati fl-industrija tal- manifattura, fosthom l-industrija tat-tessuti, permezz ta' għotjiet għat- taħriġ taħt Sezzjoni 19 (1) ta' l-Att ta' l-1988 dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Mill-1987 sa l-1994, il-Gvern ħareġ is-somma ta' Lm1.46 miljuni biex l- industrija tat-tessuti tipprovdi taħriġ fuq il-post tax-xogħol għal 13,767 impjegat.", "DJAR - REVIŻJONI TAL-KERA TAS-SINJURA ĠEMMA MONTEBELLO", "29256.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsalill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Peress li s-Sinjura armla pensjonanta Ġemma Montebello li minn Kalafrana fejn kellha Lm75 kera fis-sena ntbagħtet fil- Flat 13, Blk 3, Binja Minzel, Ġebel San Martin, iż-Żejtun, u l-kera tagħha saritilha Lm140 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid meta se jkun l-ewwel pagament ta' kera orħos għaliha permezz tar-reviżjoni?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Il-persuna msemmija għandha tieħu jew tibgħat id- dipartiment id-dħul tagħha matul l-1994 biex is-sussidju jiġu rivedut skond dan.", "DJAR - TAL-GVERN - REVIŻJONI TAL-KERA", "29257.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi r- reviżjoni fuq is-sussidju tal-kera fuq postijiet tal-Gvern ma saritx, speċjalment ta' dawk li sfaw bla impieg jew ta' dawk li huma pensjonanti u b'hekk id-dħul annwali tagħhom naqas?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Kif għidt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 28940, qed jiġi studjat kif is-sussidji fuq il-kera taħt il-ħargiet kollha jinġabru taħt skema waħda, bl-istess kondizzjonijiet.", "Kien għalhekk li r-revizzjoni ma saritx.", "Dawk li d-dħul tagħhom taqas, pero' jistgħu jitolbu li ssirilhom revizzjoni u din issir.", "PULIZIJA - KAŻ TA' MR PIP SPENCER", "29259.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ċertu Mr Pip Spencer, persuna ta' ċittadinanza Ingliża li ilu jaħdem hawn Malta għal aktar minn sitt xhur ġol-Malta Island Dog Santuary c/o Int.", "Animal Rescue għandux permess?", "Jekk fl-affermattiv, meta nħariġlu l-permess meħtieġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kaz qed jigi nvestigat u jekk jirrizulta ksur ta' ligi, jittieħdu passi kriminali.", "ŻEBBUĠ - TRIQ IL-KBIRA - TNIXXIJA TA' DRENAĠĠ", "29277.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-Dipartiment tad-Drenaġġ dwar il-problema ta' tnixxija fil-kantini ta' diversi persuni fl-inħawi ta' Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ?", "Id-Dipartiment tad-Drenaġġ huwa obbligat li jbattal il-kantina tar- residenti minn dan id-drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jagħti ordni biex ir-rimedju għal din il-problema jittieħed b'mod ta' urġenza?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-istoppage fl-inħawi ta' Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ infetaħ u ma jirriżultax li bħalissa dieħel xi drenaġġ fil-kantina ta' xi persuni.", "Id-dipartiment dejjem ħa ħsieb li jbattal il-kantini li jiġu kontaminati bid-drenaġġ kawża ta' xi ħsara jew stoppage fis-sistema tal-Gvern.", "ŻEBBUĠ - TRIQ L-IMDINA", "29278.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 28721 kif jista' jiġi spjegat il-fatt li waqt li d-Dipartiment ta' l-Art jikteb uffiċjalment li l-art in kwestjoni hija proprjeta' assoluta ta' l-istat, l- ordni ta' inibizzjoni ma ġietx ikkontestata fuq din l-evidenza?", "Minħabba l-urġenza tal-materja meta hija appuntata l-kawża fil-Qorti?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jista l-Onor.", "Membru jagħti aktar dettalji dwar il-kawża jiġifieri:", "1.l-ismijiet tal-partijiet 2. meta ġiet preżentata 3.quddiem min hi appuntata", "VAT - VAT FUQ IMPORTAZZJONI TA'FILM 16MM", "29279.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jiġi mportat Film 16MM għal użu privat ta' individwu qiegħed jiġi mpost kemm \"Dazju\" kif ukoll \"VAT\" fuqu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond is-Sezzjoni 11 (c) tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar il-VAT, il-VAT fuq l-importazzjoni ta' oġġetti għal użu personali jew bħala rigali inkluż films 16mm ma titħallasx jekk l-ammont ma jaqbiżx il-Lm50, jekk jaqbeż il-VAT dovuta tonqos b'Lm7.50", "Intant l-importazzjoni ta' film 16mm hija suġġetta għad-dazju taħt it- Tariffa Nru. 3706.90.99.00 meta dan ikun prodott jew manufatturat f'pajjiżna li mhux fil-Kommunita' Ewropea.", "Barra dan trid titħallas ukoll il-VAT.", "Iżda meta tali oġġett jiġi bħala parti mill-luggage ta'passiġġier ma jiħallasx dazju u VAT jekk ikun parti minn valur li ma jaqbiżx il-Lm50.", "Fil-każ li tali oġġett ikun rigal \"bone fide\" ta' natura mhux kummerċjali mingħand persuna li toqgħod barra minn Malta ma jitħallasx dazju jekk il- valur CIF ma jaqbiżx il- Lm25.", "POMPI TAL-PETROL - \"NO SMOKING AREAS\"", "29280.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsalill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26403, jista' l-Ministru jgħid meta it-tabelli ta' \"No Smoking Areas\" fejn hemm pompi tal-Petrol se jiġu mwaħħla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa hemm \"No Smoking\" stickers imwaħħlin mal-pompi.", "It-taqsima tal-Petroleum qiegħda tipprepara stickers ġodda li se jingħataw lill-istations waqt li jkun qiegħed isir ix-xogħol ta' twaħħil tal-pompi l-ġodda.", "QORTI F'GĦAWDEX - RAPPORT MIR-REĠISTRATUR", "29281.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsalill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jikkonferma li f'idejh għandu rapport mir-Reġistratur tal-Qorti ta' Għawdex li jiġbidlu l-attenzjoni għall-fatt li f'Għawdex l- amministrazzjoni tal-Ġustizzja sejra mill-ħażin għall-agħar?", "Jekk dan huwa minnu, x'passi rimedjali diġa' ttieħdu u x'hemm ippjanat li jsir fil-futur?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: M`għandi l-ebda rapport mill-Assistent Registratur tal-Qorti ta` Għawdex li b`xi mod jindika li l-amministrazzjoni tal-Gustizzja f`Għawdex sejra mill-ħażin għall-agħar.", "Għall-kuntrarju għandi informazzjoni li din sejra mit-tajjeb għall-aħjar.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI LILL-GĦAWDXIN", "29282.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown u juri f'dawn l-aħħar tliet snin (3) xahar b'xahar, in-numru ta' individwi Għawdxin fid-diversi kategoriji li ngħataw pensjonijiet taħt skemi kontributorji u benefiċċji soċjali (bħal SA u SKA) taħt skemi mhux kontributorji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-istatistika li jippubblika d- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fir-Rapport Annwali hi skond it-tip ta' benefiċċju, pensjoni jew allowance li titħallas u mhux skond il-lokalita'.", "Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika fil-format li qed jitlob l- Onor. Interpellant.", "GĦAWDEX - IRRANĠAR TA' TOROQ", "29283.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid meta se jibda l-programm li ġie mħabbar diversi drabi għal irranġar tat-toroq f'Għawdex permezz ta' hot asphalt?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza l- investiment kbir li sar fit-toroq f'Għawdex f'dawn l-aħħar tmien snin, wara snin kbar ta' traskuraġġni.", "Fil-fatt mill-1988 sa l-1995 se jkunu ntefqu mal-Lm4,200,000 fuq it-toroq f'Għawdex li minnhom iktar minn Lm1,000,000 kienu fuq il-programm ta' kisi ta' toroq bit-tarmac.", "PROPRJETA' - PROPRJETA' IMMOBBLI", "29284.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsalill-Ministru tal-Finanzi: Din is- sena kemm persuni ottenew il-permess tal-AIP biex jakkwistaw proprjeta' immobbli f'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm non-resident persons akkwistaw proprjeta' immobbli f'Għawdex sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 28116 .", "L-informazzjoni mitluba toħroġ minn listi li jiġu ppubblikati kull tliet xhur fil-Gazzetta tal-Gvern.", "L- aħħar lista ġiet ppubblikata fis-17 t'Ottubru, 1995, Notice No 645.", "GĦAWDEX - GĦOTI TA' TENDERS", "29285.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid f'Għawdex f'din is-sena kemm ingħataw tenders xahar b'xahar mill-(a) Korpi Parastatali u (b) Dipartimenti tal-Gvern?", "Minn ħa l-istess tenders?", "Kemm kienet tiswa kull tender?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi informazzjoni diġa' ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "GĦAWDEX - MĠARR - DRENAĠĠ FIL-BAJJA", "29286.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-drenaġġ qiegħed jitħalla jiskula ġol- bajja ta' l-Imġarr, f'Għawdex eżattament fil-parti inti u sejjer lejn iż- Żewwieqa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li hemm ħsara fil-main tad- drenaġġ fit-Triq ta' l-Imġarr u fi Triq Sant'Antnin l-Imġarr.", "Qed jittieħdu l-passi biex dawn il-ħsarat jissewwew fl-iqsar żmien possibbli.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "29288.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jiġi ffaċilitat il-qsim tat-triq tar-Rabat l/o Ħ'Attard fejn il-Corinthia Hotel peress li din hi triq traffikuża ħafna u ta' periklu kbir għal min irrid jaqsam min- naħa għall-oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Id-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel is- sottomissjonijiet tiegħu u se jgħaddihom lill-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku għall-approvazzjoni tiegħu.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI TA' ART - KAŻ TAL-FAMILJA CILIA", "29289.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għall-kumpens ta' esproprjazzjoni li saret mill-familja Cilia għal art meħudha f'Ħad Dingli (Land File 332/88)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi minn stħarriġ preliminari jidher li s-sidien ta' l-art esproprjata huma persuni oħra, il-familja Cilia hi mitluba li tmur id-Dipartiment ta' l-Artijiet biex tipprova t-titolu tagħha.", "ILMA - UŻU TA' L-ILMA", "29290.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-mod kif jintuża l-ilma f'Malta, minn konsumaturi, donaturi, fl-industriji u fit-turiżmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma taqsam l-użu ta' l-ilma f'dawn il-kategoriji:", "Domestiku - 66.7% Kummerċjali - 9.15% Industrijali - 9.60% Turistiku - 7.42% Agrikolu - 3.34% Governattiv - 3.79%", "ATTARD - TRIQ L-IMDINA - ASFALTAR", "29291.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li min hu responsabbli ħalli jara l-kwalita' ta' xogħol ta' surfacing bit-tarmac li sar f'Imdina Road, Ħ'Attard, liema xogħol hu ta' kwalita' mill-aktar inferjuri?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li x-xogħol ta' \"tarmac\" f'Mdina Road kien jikkonsisti f'żewġ partijiet, livellar ta' toroq u ħofor tat-triq b'dak li jsejħulu \"regulating course\", u fuqu mbagħad jitqiegħed it- \"tarmac\" finali jiġifieri \"wearing course\" li jibqa' jidher fil-wiċċ.", "Ix- xogħol li sar sa ftit ġranet ilu kien ir-\"regulating course\" u issa qiegħed jingħata l-\"wearing course\" kif titlob is-sengħa.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - KAŻ PA 1445/81", "29292.L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat waslet l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar PA 1445/81 għal xogħlijiet f'Buġibba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar li l-permess relattiv sejjer ikun impustat.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TINDIF TAL-BYPASS", "29293.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-Bypass ta' San Pawl il-Baħar u t-triq li tagħti mix-Xewkija għal Għajn Tuffieħa jitnaddfu mill-ħmieġ u t-terrapien li ġarret magħha x-xita tal-maltemp li għamel xi ġimgħat ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għar-rigward tal-Bypass ta' San Pawl il- Baħar peress li din hija kklassifikata bħala arterial road nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "Triqat oħra (inkluż dik li mix-Xemxija tagħti għal Għajn Tuffieħa) jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali konċernati.", "Ħafna interventi ta' tindif u xogħol ieħor simili għadhom isiru minn ħaddiema tad- Dipartimenti tal-Gvern iżda dejjem fuq bażi ta' prijoritajiet iddentifikati mill-kunsilli.", "LUQA - CULVERTS TA' L-ILMA", "29295.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li f'Alley 4, f'Carmel Street, New Street, u Tragance Street ġewwa Ħal-Luqa isiru culverts sabiex ir-residenti f'dawn it- toroq ma jibqgħux ibatu kull meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25712 Seduta Nru 409.", "SANTA VENERA - ARBLI FIL-BYPASS", "29296.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi deċiż x'se jiġri mill-arbli li hemm mwaħħla fil-Bypass il-ġdida ta' Santa Venera jiġifieri hux se jitwaħħlu l-istreet lighting jew jitneħħew l- arbli?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li x-xogħol biex dawn l-arbli jinxtegħlu inbeda, u r-\"roundabout\" ta' Psaila Street diġa' nxtegħlet.", "Bħalissa qed jitwaħħlu l-fanali fuq il-bqija ta' l-arbli.", "TELEPHONES - PUBLIC PHONES", "29297.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Tikkonsidra t-Telemalta li tintroduċi public phones li minnhom tkun tista' iċċempel b'visa card kif jeżistu f'diversi pajjiżi barranin?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Telemalta lliberalizzat is-suq għal \"payphones\" li jiġu operati kemm bil-flus kif ukoll bil-\"credit card\" (eż: \"Visa Card\").", "It-Telemalta tissupplixxi biss \"payphones\" li jiġu operati bit- \"Telecard\".", "ENEMALTA - TARIFFI TAL-KONSUM TA' L-ELETTRIKU", "29298.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Billi diversi drabi ġie allegat li l-Korporazzjoni Enemalta għoliet l-elettriku (fosthom fil-ġurnal it-Torċa 15/10/95 paġna 5), jista' l-Ministru jiċħad uffiċjalment din l-allegazzjoni jiġifieri li taħt l-amministrazzjoni preżenti l-elettriku qatt ma għola?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nikkonferma li t-tariffi għall-konsum ta' l-elettriku qatt ma għolew mill-1987 'il hawn, jiġifieri taħt l- amministrazzjoni preżenti.", "Mhux hekk biss iżda ċerti industriji kbar kellhom ir-rati tagħhom imnaqqsin fl-1991 u fl-1994 għal sena waħda ngħatat riduzzjoni ta' Lm12.00 fuq il-kontijiet ta' l-elettriku.", "SKEJJEL - LABORATORJI TAL-KOMPJUTERS", "29299.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji tal-computers (a) fl-iskejjel sekondarji u (b) fl-iskejjel post sekondarji?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fl-iskejjel sekondarji hemm 38 laboratorju tal-kompjuters.", "Fl-iskejjel Post-Sekondarji hemm tmien laboratorji tal-kompjuters.", "Dawn ma jinkludux laboratorji fil-Junior College, li llum huwa entita' mmexxija mill-Universita'.", "UNIVERSITA' - XIRI TA' KOMPJUTERS", "29300.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-Universita' mill-1987 'il hawn fuq xiri ta' computers u tagħmir ieħor relatat miegħu?", "Xi flus oħra intnefqu fuq bini ta' computer labs fl-Universita' fl-istess żmien?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SKEJJEL - XIRI TA' KOMPJUTERS", "29301.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-1987 'il hawn fuq (a) xiri ta' computers fl-iskejjel sekondarji u (b) skejjel post sekondarji?", "Kemm hu maħsub li se jintnefqu flus fuq xiri ta' computers fl-iskejjel primarji?", "Kemm hu proġettat li jintnefqu flus sena b'sena għall-ħames snin li ġejjin fuq xiri ta' computers fl-iskejjel tal-Gvern?", "Kemm intnefqu flus s'issa fuq il-proġett ta' computer education fuq għamara, mezzi ta' sigurta' u adattament tas-sistema elettriku għall-proġett ta' computer education?", "Kemm hemm għalliema li jgħallmu l-computers (a) fl-iskejjel sekondarji u (b) information technology fil-post sekondarji (c) computer science fil-post sekondarji?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "VAT - DĦUL MILL-VAT", "29307.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern mill-VAT mill-1 ta' Jannar, 1995?", "Kemm minn dawn huma rifondibbli?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-somma ta' Lm61,603,155 kienet miġbura sa l-aħħar ta' Settembru 1995.", "Ma tistax tgħid preċiż kemm minn din iċ-ċifra se tkun tifforma parti mill-Input Tax mitlub fir-\"returns\" li għad iridu jidħlu.", "PULIZIJA - TRAFFIKANTI TAD-DROGA", "29309.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu traffikanti tad-droga matul 1994-1995?", "Min huma dawn?", "Kemm minnhom huma users wkoll apparti li huma traffikanti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fis-snin mitluba mill-Onor.", "Interpelaant ġew imressqa l-Qorti 78 persuna.", "Dwar kemm minn dawn huma \"users\" l-Onor.", "Interpellant japprezza illi dan huwa difficli jigi stabbilit peress illi hafna mill- informazzjoni dwar dan jiddependi biss minn allegazzjoni tal-persuna kkonċernata.", "Hemm aġenziji ohra tal-gvern li jieħdu ħsieb il-kura ta' persuni li jieħdu d-droga u dwar dan l-Onor.", "Interpellant jista' jistaqsi lilhom.", "Dwar l-ismijiet tal-persuni akkużati ma jiidhirlix li hu prudenti li dan isir fil-konfront ta'dawk li l-każ tagħhom għadu mhux deċiż.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - POST TA' CONSULTANT UROLOGIST", "29310.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari numru 29080 u r-risposta mogħtija, jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru ta' applikanti għal din is-sejħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻ TA' VETTURA MISRUQA", "29337.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk hux minnu li nsterqet vettura ġdida volkswagen Golf mill-Bonded Stores tal-Gvern madwar xi tliet xhur ilu?", "Jekk iva saret xi nkjesta?", "Meta tlestiet?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' din l-inkjesta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija qed tagħmel investigazzjonijiet dwar dan il-każ.", "F'dan l-istadju mhux prudenti li nikkumenta iżjed.", "MANIKATA - PUMPING STATION", "29338.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani kemm-il darba ġie rrapportat il-fawran tad- drenaġġ mill-pumping station tal-Manikata matul din is-sena?", "X'miżuri ttieħdu sabiex issir il-manutenzjoni u x'qed jikkawża dawn il- ħsarat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li din is-sena ma ġie rrapportat ebda fawran tad-drenaġġ mill-Pumping Station tal-Manikata.", "Fil- fatt, l-aħħar talba għall-kumpens mill-bdiewa ta' l-inħawi saret f'Novembru ta' l-1994.", "Jista' jagħti l-każ li żviluppaw xi ħsarat tekniċi, minn żmien għal żmien; dawn ta' l-aħħar dejjem ġew irranġati mill-ħaddiema tad-dipartiment mill-aktar fis possibbli.", "Ta' min jgħid li fix-xhur li ġejjin id-dipartiment beħsiebu jinstalla erba' pompi ġodda fil-pumping station tal-Manikata biex jitjieb is-servizz u l-funzjoni ta' din il-pumping station.", "RABAT - WIED TAL-GĦERIEXEM - FAWRAN TAD-DRENAĠĠ", "29339.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm-il darba ġie rrapportat il- fawran tad-drenaġġ fil-Wied ta' l-Għeriexem, ir-Rabat?", "Jista' l-Ministru jara li l-fawran preżenti jiġi rimedjat?", "X'qed jikkawża dan il-fawran?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi l-fawran tad-drenaġġ fil-Wied ta' l-Għeriexem, ir-Rabat sar darbtejn, mill-ewwel ta' Jannar sa l- aħħar ta' Ottubru 1995.", "Id-dati kienu is-27 ta' Frar u t-30 ta' Ottubru.", "Il-kawża tal-fawran kien minn xi ġebel kbir flimkien ma xi qasab u biċċiet tas-siġar li jinġarru u jispiċċaw ġos-sistema tad-drenaġġ u li nstabu fil-main kawża ta' xi ilmijiet tax-xita.", "Ta' min isemmi illi barra f'dawn iż-żewġ dati, saru spezzjonijiet minn naħa tal-ħaddiema tad-dipartiment f'dawn id-dati:", "16 ta' Jannar 1995 16 ta' Marzu 1995 10 ta' Lulju 1995 9 ta' Awissu 1995 28 ta' Awissu 1995", "MELLIEĦA - DAR GĦALL-ANZJANI", "29340.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Billi ntqal matul dawn l-aħħar snin li se tinbena dar għall-anzjani fil- Mellieħa, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex dan il-proġett baqa' pendenti?", "Jista' l-Ministru jara li jħejji l-preparamenti u ċioe' l-flus meħtieġa sabiex fil-Budget li ġej ikun hemm flus għal dan il-proġett hekk meħtieġ u mistenni mill-kommunita' tal-Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn x'inżid ma li għidt fl-aħħar parti tat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28413.", "GUDJA - SALA FL-ISKOLA", "29351.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi l-lokal tal-Gudja hemm lok fejn jikber bħala raħal u billi l-iskola tal-Gvern m'hemmx sala li tista' taqdi l-ħtiġijiet ta' l- istess skola, dawk tal-kunsill u xi attivitajiet oħra tan-nies ta' dan il- lokal, jista' l-Ministru jara li ma' l-istess skola ssir sala għal dan l- iskop?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-preżent hemm bżonnijiet ta' nefqa kapitali f'bini ta' skejjel ġodda jew ta' estensjonijiet ta' skejjel, liema bżonnijiet huma kkonsidrati ta' aktar prijorita' mill-bżonn ta' swali li hemm neqsin f'diversi skejjel inkluż dik tal-Gudja.", "TELEMALTA - ĦSARAT FIL-LINJI TAT-TELEPHONES", "29352.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha pendenti tiswijiet ta' ħsarat tat-telephones, it-Telemalta f'kull raħal u belt ta' Malta u Għawdex u kemm ilhom li ġew rraportati bil-ħsara dawk it- telephones li l-aktar ilhom jistennew u fejn?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Lista ta' ħsarat pendenti ta' linji tat- telephones sa l-1 ta' Novembru 1995, f'kull belt u raħal f'Malta u Għawdex.", "Kif talab l-Onor.", "Interpellant, il-lista hija maqsuma fi tliet kategoriji li huma", "a) ħsarat irrapportati f'anqas minn ħames t'ijiem b) ħsarat irrapportati bejn 6 u 10 t'ijiem c) ħsarat irrapportati f'aktar minn 11-il ġurnata", "SKEJJEL - TALENTI TA' HANDCRAFTS/SOUVENIRS", "29353.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li hija l-policy ta' dan il-Gvern (bħalma kienet l- istess tal-Gvern Laburista) li talenti ta' tfal Maltin jiġu żviluppati sabiex jikkreaw u jaħdmu \"handcrafts\" u souvenirs Maltin, jidhirlu l- Ministru li huwa sewwa li kwantita' enormi ta' souvenirs \"Maltin\" qed jiġu mportati mill-pajjiżi tal-Lvant imbiegħed?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nikkonferma li l-iżvilupp tal-kapaċitajiet taż- żgħażagħ Maltin f'dak li hu xogħol artiġjanali jingħata importanza xierqa fis-sistema edukattiva ta' Malta kif jidher minn dak li jsir fl-iskola ta' l-Artiġjanat Salvatore Dimech, Tarġa Gap, Mosta u l-iskola Arts & Design Centre, il-Belt Valletta.", "Il-kwestjoni ta' l-importazzjoni ma tikkonċernax dan il-Ministeru u għaldaqstant, minn dan il-lat, il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.", "ETC - IMPIEGI", "29354.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jindika fejn (ditta, kumpanniji, etc) ġew impjegati mill-ETC dawk li ġew impjegati ma' ditti privati fl-1994 u fl- 1995 sal-lum?", "Jista' jagħti il-kategorija, jiġifieri sengħa jew professjoni li permezz ta' dawn il-kwalifiki dawn il-ħaddiema ġew impjegati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TURIŻMU - TURISTI", "29355.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsalill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Matul l-1994, jista' l-Ministru jagħti dawn il-figuri:", "In-numru ta' turisti li żaru Malta u Għawdex kemm minnhom ġew (a) bl-ajru u (b) bil-baħar?", "Kemm kienu t-total ta' ġranet li dam kull turist?", "Jista' l-Ministru jagħti dawn l-istess figuri min Jannar 1995 sa Ottubru 1995?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant li tista` tingħata s`issa hi kif ġej:", "In-numru ta` turisti li żaru Malta u Għawdex:", "Matul 1994:", "( i) Ajru - 1090548 (ii) Bil-Baħar - 85675", "TOTAL: 1176223", "Matul 1995: (bejn Jannar u Awissu)", "( i) Ajru - 723256 (ii) Bil-Baħar - 57116", "TOTAL: 780372", "Dawn iċ-ċifri ma jinkludux l-passiġġieri tal-`Cruise Liner` .", "It-total medja ta` ġranet li dam kull turist:", "Matul 1994 medja ta` 10.17 il-ġurnata.", "Matul 1995 medja (bejn Jannar u Marzu) ta` 9.7 il-ġurnata.", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - RESIDENTI", "29357.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu residenti jew pazjenti fl-Isptar San Vinċenz de Paule mill-bidu ta' din is-sena (1995)?", "Minn fejn iddaħħlu dawn it-talin, u hawn qiegħed nirreferi għall-post minn fejn ġew immedjatament qabel?", "Kemm minnhom ġew mill-isptar San Luqa, Zammit Clapp, djar ta' l-anzjani oħra jew mid-dar?", "Nixtieq nistaqsi fl-istess sens tal-mistoqsija dwar dawk li ġew ammessi fl-isptar Zammit Clapp?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li mill-bidu ta' din is-sena (1995) sa l-aħħar ta' Ottubru, fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule ġew ammessi 316 anzjan mid-djar li ġew minn dawn il-lokalitajiet:- |Attard |2 |Mqabba |2 | |Balzan |5 |Naxxar |8 | |B'Bugia |4 |Paola |17 | |B'Kara |14 |Qormi |15 | |Blata |1 |Qrendi |1 | |l-Bajda | | | | |Cospicua |12 |Rabat |10 | |Fgura |3 |Pieta' |2 | |Floriana |2 |Sta. |1 | | | |Lucia | | |Gharghur |1 |Sliema |18 | |G'Mangia |3 |St. |12 | | | |Julians | | |Gzira |13 |San Gwann|3 | |Gudja |6 |Senglea |8 | |Ghaxaq |2 |Siggiewi |6 | |Hamrun |24 |St Paul's|4 | | | |Bay | | |Kirkop |1 |St Venera|8 | |Kalkara |2 |Tarxien |10 | |Luqa |13 |Valletta |11 | |M'Xlokk |2 |Vittorios|5 | | | |a | | |M'Scala |2 |Zabbar |10 | |Marsa |11 |Zejtun |17 | |Msida |7 |Zurrieq |4 | |Mellieħa |3 |Zebbug |6 | |Mosta |5 | | |", "Dawn ġew ammessi hekk minn:", "|St Luke's Hospital |159 | |Zammit Clapp |16 | |Hospital | | |Komunita' |132 | |Djar ta' l-Anzjani |5 | |Mt.", "Carmel Hospital |2 | |Ħaż-Żmien |1 | |Pax et Bonum |1 |", "Ninsab informat ukoll li l-pazjenti li ġew ammessi fl-Isptar Zammit Clapp mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru, 1995 kien ta' 827.", "Dawn kienu mqassma hekk: |Mill-Isptar San Luqa|395 | |Mill-Isptar Boffa |1 | |Mill-Isptar ta' |1 | |Għawde | | |Mid-dar |398 | |Mid-Djar ta' | | |l-Anzjani: | | |tal-Gvern |2 | |tal-Knisja |27 | |tal-Privat |3 | |Total: |827 |", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - WARD MANAGERS/NURSING OFFICERS", "29358.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn dawk l-applikanti li ġew promossi għall-Ward Managers/Nursing Officers f'San Vincenz de Paule, jista' l- Ministru jgħid kemm-il sena esperjenza wara l-kwalifikazzjoni oriġinali tagħhom huma għandhom wieħed b'wieħed?", "Xi kwalifikazzjonijiet extra (post kwalifikazzjoni) huma għandhom wieħed b'wieħed?", "Biex inkun ċar iżjed qiegħed nitlob informazjzoni fuq dawk kollha li dan l-aħħar, il-ġimgħa l-oħra ngħataw l-appointment.", "Fl-istess mistoqsija nitlob il-Ministru jgħid separatament l-istess dettalji dwar dawk li ma ngħatawx il-promozzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li jien informat li hemm talbiet quddiem il- Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku għal reviżjoni ta' dan il-każ, m'inix f'pożizzjoni nagħti tweġiba f'din is-seduta.", "SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - NUMRU TA' SWALI", "29359.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sala hemm fl-Isptar San Vincenz de Paule?", "X'jisimhom dawn is-swali?", "Min huma in-Nursing Officers (Ward Managers) li jieħdu ħsieb dawn is-swali?", "Kemm ilhom fil-kariga wieħed b'wieħed?", "Kemm hemm departmental managers?", "X'inhu xogħolhom wieħed b'wieħed?", "Min huma il-Hospital Nursing Managers ta' dan l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VETTURI - PJANĊI ĠODDA", "29360.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi sejħa pubblika għall-pjanċi ġodda tal-vetturi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-offerti kollha kif ukoll il- prezzijiet?", "It-tender meta ħarġet?", "Meta għalqet?", "Min kienu l-membri tal-Bord li waslu għad-deċiżjoni finali?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nhar il-Ġimgħa 9 ta' Settembru, 1994, ħarġet sejħa pubblika għall-offerti tal-pjanċi ġodda tal-vetturi.", "Din is-sejħa għalqet nhar il-Ħamis 20 t'Ottubru 1994.", "Bħalma jiġri s-soltu, f'din l-istess ġurnata l-offerti miftuħa nfetħu fid- Dipartiment tal-Kuntratti fil-preżenza tal-pubbliku.", "Fl-istess ġurnata wkoll, ġiet imwaħħla fin-\"notice board\" tad-Dipartiment tal-Kuntratti skeda li tista' tiġi mitluba lid-Direttur tal-Kuntratti sal-ġurnata tal-lum.", "Din it-\"tender\" ġiet aġġudikata skond proċeduri stabbiliti, jiġifieri, l- offerti kollha ġew eżaminati bir-reqqa minn bord dipartimentali li għamel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kumitat tal-Kuntratti.", "Dan il-Kumitat laqa' r-rakkomandazzjoni tal-bord dipartimentali.", "DJAR - QASAM TAD-DJAR TA' FARSINA - MRS MAGRO", "29389.", "L-ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li ċerta Mrs Magro qabdet u żgassat flat tal-Gvern f'Ta' Farsina HE, Qormi meta għal dan il- flat kien hemm talbiet minn diversi familji oħra?", "Veru li dan il-flat kien diġa' ġie allokat lil familja oħra?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Diġa' ttieħdu l-passi neċessarji mal-pulizija biex il-persuna msemmija tiġi mneħħija minn fejn daħlet.", "Dan minkejja t-theddid tagħha.", "PULIZIJA - KAŻ TA' ESTHER MAGRI", "29391.", "L-ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jispjega jekk hemmx xi bażi għaliex Esther Magri min Ħal Safi qed tiġi kontinwament \"harassed\" mill-pulizija meta hemm suspett serju li l-pulizija qed tiċievi informazzjoni anonima minħabba problemi matrimonjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jirriżultax mir-riċerka li saret fl-okkorenza għal dawn l-aħħar tmien xhur li kien hemm xi rapporti anonimi jew ta' xorta oħra kontra il-persuna imsemmija.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħaddili aktar informazzjoni inkun f'pożizzjoni aħjar li nagħti tweġiba."]} {"filename": "20001130_440d_par.doc", "date": "2000-11-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 440 Il-Ħamis, 30 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 440", "Il-Ħamis, 30 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.13 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "440", "Il-Ħamis, 30 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 793", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 793", "TQEGĦID TA' KARTI 797", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' MARITTIMA GĦAS-SENA 2000-2001 798", "AĠĠORNAMENT 823", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 829", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 439 li saret fid-29 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET TA' L-INGLIŻ", "21287.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani bl-aħħar żviluppi wara l-mistoqsija parlamentari nru.", "20016?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-persuna li isimha ntbagħat separatament tinsab l-għaxar waħda fuq il-waiting list u għalhekk ma tantx għandha ċans tidħol fil-klassi li għażlet hi. pero' d- dipartiment offrielha post fi klassi oħra fl-istess skola.", "SIĠAR - DONAZZJONIJIET", "21291.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kemm inġiebu siġar b'donazzjoni mill-Libja - jew minn xi pajjiż ieħor - matul l- 1999 u 2000?", "Jista' jgħid fejn tħawlu dawn is-siġar u x'tip ta' siġar kienu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd): Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat illi matul l- 1999 u l-2000 ma rċevejna l-ebda siġar b'donazzjoni mil-Libja.", "AGRIKOLTURA - PRODUZZJONI ORGANIKA", "21293.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: X'inhi l-policy tal-gvern dwar il- produzzjoni agrikola organika?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sa issa ma jidhirx li qatt ġiet ifformulata policy dwar l-organic farming.", "Pero' l-pass li qiegħed jieħu dan il-gvern f'dan ir-rigward huwa li jinkoraġġixxi lill-bdiewa jadottaw kontrol aktar meqjus fl-użu tal- pestiċidi.", "Sadanittant il-gvern qiegħed joffri sussidju lil dawk il-bdiewa li jagħżlu li jipproteġu l-uċuħ tagħhom b'sistema ta' biological control, u cioe' permezz ta' insetti li ma jagħmlu l-ebda ħsara, anzi jeliminaw dawk l- insetti li jagħmlu ħsara, u b'hekk jonqos l-użu ta' kimika velenuża fuq prodotti ta' l-ikel.", "Dwar l-organic farming, il-ministeru joffri assistenza lil kulmin irid ikabbar xi prodott taħt din is-sistema bill jagħti t-tagħrif u pariri meħtieġa.", "ORGANIC FARMING", "21296.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bil-policy tal-gvern dwar l-organic farming?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "21293.", "UE - CAP", "21303.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-bdiewa u raħħala matul l-1999 u 2000, sabiex il-ministeru għall- biedja u sajd ikun jista' jispjegalhom aktar dwar il-politika komuni tal- biedja ta' l-Unjoni Ewropea?", "Fejn saru dawn il-laqgħat u kemm bdiewa attendew għalihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Saru diversi laqgħat mal-bdiewa u raħħala, kemm formali kif ukoll informali.", "Dawn il-laqgħat ġew organizzati kemm mill-ministeru kif ukoll minn għaqdiet diversi, li attendew għalihom uffiċjali ta' dan il-ministeru.", "Ma nżammietx statistika ta' dawn il-laqgħat kollha u lanqas rassenja ta' l-attendenza.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li ma nżammietx statistika tal-laqgħat kollha.", "Għallinqas għandu tagħrif dwar xi ftit mil- laqgħat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini imma fil-file ma jidhirx li hawn din l-informazzjoni, pero' ovvjament nista' ngħaddi din id-domanda lill- ministru għall-agrikoltura u sajd.", "TAXXI INTERNI - OĠĠEZZJONIJIET", "21309.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet li għandu pendenti d-dipartiment tat-taxxi interni fil- preżent?", "Kemm minnhom saru minn ħaddiema bil-paga u kemm mis-self- employed?", "Kemm huwa l-ammont fiż-żewġ kategoriji separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' oġġezzjonijiet li għandu pendenti d-dipartiment tat-taxxi interni fil- preżent huwa ta' 52,464.", "In-numru ta' oġġezzjonijiet pendenti minn individwi jammonta għal 44,505, filwaqt li dak minn kumpanniji huwa ta' 7,959.", "Ma teżisti l-ebda statistika li tiddisdingwi bejn in-numru ta' oġġezzjonijiet magħmulin minn ħaddiema impjegati u dawk self-employed.", "Lanqas ma teżisti statistika li turi totali separati ta' taxxa in kwestjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li ma teżistix ċifra li turi totali separati.", "Imma teżisti xi ċifra għat-total sħiħ almenu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, jiena m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb għal din id-domanda, madanakollu bil-mod kif inhi miktuba r-risposta jidher li hemm it-total kollu u m'hemmx totali separati.", "GĦAWDEX - IMPJEGATI ĠODDA", "21525.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji jew benefiċċji qed jieħdu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Jien nformat li ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda matul is­sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-ministeru għal Għawdex.", "SAĦĦA - IMPJEGATI ĠODDA", "21526.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji jew benefiċċji qed jieħdu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - IMPJEGATI ĠODDA", "21527.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji jew benefiċċji qed jieħdu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpllant li l-informazzjoni għadha qed tingabar u risposta tingħata f'xi seduta ohra.", "TROBBIJA TA' FNIEK B'KONTRAVENZJONI", "21530.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex kontravenzjoni kriminali jew ċivili t-trobbija ta' fniek jew annimali oħrajn fi bliet u nħawi abitati?", "Dawn kif jiġu rregolati mill-pulizija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab infurmat illi t-trobbija ta` ċertu annimali f`diversi lokalitajiet huwa rregolat bil- Liġijiet tal-Pulizija, (Kap. 10).", "Meta l-pulizija jkollha rapport dwar din l-attivita`, jiġi investigat u tittieħed azzjoni skond ma jirriżulta mill- investigazzjonijiet.", "TARXIEN - SLEEPING POLICEMAN", "21531.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir sleeping policeman ħdejn l-stop-sign f'tarf Triq il-Pellikani, int u dieħel fi Triq l-Isqof Tumas Gargallo Tarxien, peress li hemmhekk il-vetturi jibqgħu ħerġin b'veloċita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-bord għall-kontroll tat-traffiku biex jara x'jista' jsir.", "TARXIEN - MANUTENZJONI", "21532.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jitneħħa t-terrapien u ħmieġ li akkumula quddiem id-dar \"God Bless\" fi Triq il-Wilġa, Tarxien peress illi l-art ta' faċċata m'hijiex għall-kostruzzjoni u tinsab żdingata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Miniistru għall-Ambjent): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922.", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "21551.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istrateġija għad-dipartiment tal-farmaċija fl-universita' għas-snin li ġejjin?", "Kif qed iħejji għaliha l-kap tad- dipartiment tal-farmaċija?", "Ma' min qed jikkonsulta?", "F'liema areas tal- farmaċija hemm bżonn jikber id-dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istrateġija stabilita mid-dipartiment tal-farmaċija ta' l-Universita` ta' Malta hija li jipprepara lill-ispiżjar għad-dinja tax- xogħol f'ambitu li jippromwovi saħħa aħjar għall-poplu fosthom fir-rwol ta' l-ispiżjar fis-saħħa primarja u klinika.", "Il-kap tad-dipartiment qed jinkoraġġixxi l-istaff tiegħu, kemm akkademiku u non-akkademiku biex ikompli l-istudji tiegħu f'Malta u barra.", "Dan seta' jsir minħabba l-appoġġ u s-sagrifiċċju tal-kap u l-istaff kollu tiegħu b'koperazzjoni, biex waqt li wieħed qed jagħmel ir-riċerka, staff ieħor jagħmel ix-xogħol ta' tagħlim u xogħol ieħor tad-dipartiment.", "Il-kap tad-dipartiment jikkonsulta ma' l-aqwa awtoritajiet farmaċewtiċi internazzjonali u juża l-kuntatti kollha possibbli li kellu l-opportunita` jagħmel f'dawn l-aħħar 30 sena ta' ħidma fil-farmaċija.", "Id-dipartiment jara li hemm bżonn jikber fil-farmaċija prattika u dik klinika.", "Qiegħed ukoll jistabilixxi kuntatt ma' l-industrija farmaċewtika u ma' l-ispiżjara fil-komunita` f'Malta.", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "21552.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kull meta jsiru departmental meetings fid- dipartiment tal-farmaċija fl-universita'?", "Min jattendi għal dawn il- meetings?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-meetings tad-dipartiment isiru meta jkun hemm bżonn u jattendi l-istaff kollu akkademiku.", "Isiru ukoll meetings ma' l-istudenti kemm formali u informali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru għandu indikazzjoni kemm saru minn dawn il-meetings?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-file m'għandix din l-informazzjoni, pero' dejjem nista' niċċekja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed nagħmel dawn id-domandi għax għandi l- impressjoni li ma tantx hemm relazzjoni u klima tajba fid-dipartiment tal- farmaċija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, peress li saru sensiela ta' domandi dwar dan id-dipartiment, bilfors ikun hemm raġuni partikolari għaliex dawn isiru.", "L-universita' nnifisha wkoll tkun qiegħda tagħti piż meta jsiru dawn it-tip ta' domandi, speċjalment meta jkunu saru mix-shadow minister tas-suġġett in partikolari.", "Naturalment it-tweġibiet jittieħdu abbażi tal-briefs li jingħataw mill- persuni responsabbli u wieħed ma jkollux raġuni għax jaħseb li l- informazzjoni li tingħata ma tkunx oġġettiva u tajba.", "Imma naturalment wieħed jirriserva wkoll b'mod ta' analisi kritika dak li jkun qed isir f'dak il-kamp.", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "21553.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-kap tad-dipartiment tal- farmaċija fl-universita' matul din is-sena?", "Kemm swew dawn iż-żjarat?", "Minn liema sorsi ġew il-flus biex tkopri din l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub hu kif ġej:", "i) 9-14 ta' Mejju 2000, Iceland ESCP spring clinical pharmacy conference on clinical pharmacy: clinical pharmacy skills for the new therapeutic horizons Mistieden ta' ESCP biex jitkellem fil-konferenza ESCP: Lm498.80", "Academic Work Resources Fund: Lm360", "ii) 20-26 ta' Ġunju 2000, UK, Viżta lil Royal Pharmaceutical Society of Great Britain - mistieden tal-president ta' din is-soċjeta` - u lil Dr Sam Salek ta' l-Universita` ta' Wales.", "International Office: Lm350.", "iii) 26 ta' Awissu - 2 ta' Settembru 2000, Austria, international pharmaceutical federation pharmacy world congress: pharmacy in the 21st century - the way forward Academic Work Resources Fund: Lm650", "iv) 10-16 ta' Ottubru 2000, Basel ESCP annual conference: new technologies, pharmacists and patients Mistieden ta' ESCP biex jitkellem fil-konferenza ESCP: Lm334.34", "Academic Work Resources Fund: Lm280", "v) 9-12 ta' Novembru 2000, Brussels European conference on health promotion in general practice and community pharmacy: experiences and perspectives Mistieden bħala espert Socrates Office: Lm250", "EU Project: Lm100 - no registration fee paid.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni rigwardanti l-għadd ta' persuni li ntgħażlu biex imorru l- Indja bejn l-1994 - 1996, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 21630.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Ċensu Galea.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' MARITTIMA GĦAS-SENA 2000-2001", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorità Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2000 sat- 30 ta' Settembru 2001 skond l-Att XVII ta' l-1991 dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta, Kap. 352 tal-Liġijiet ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-winding up għan-naħa tal-gvern.", "Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, bi pjaċir li nibda d-diskussjoni dwar l- estimi ta' dħul u nfiq ta' l-awtorità marittima għaliex nemmen li din hija waħda minn dawk l-organizzazzjonijiet li, minkejja d-diffikultajiet li jkollha tiffaċċja fil-qasam li tmexxi, wieħed jista' jgħid li x'ħin tiġbor il-ħidma totali tagħha fl-aħħar tas-sena, xorta waħda tkun tista' titkellem fuq progress, kultant anke progress sostanzjali.", "Fil-ħidma ta' kuljum din l-organizzazzjoni mhux biss trid tara xi jkun qed jiġri fil-qasam lokali, fejn għandha wkoll responsabbiltajiet kbar, iżda minħabba l-mod kif żviluppaw l-affarijiet f'pajjiżna matul dawn l- aħħar snin vis-à-vis r-reġistrazzjoni ta' vapuri barranin taħt il-bandiera Maltija, għandha wkoll responsabbiltajiet ferm 'il bogħod miċ-ċokon tal- gżejjer Maltin.", "Din ir-responsabbiltà hija mifruxa f'kull parti tad-dinja, kull fejn jinstab xi vapur reġistrat taħt il-bandiera Maltija.", "Għalhekk din l-organizzazzjoni għandha r-responsabbiltà li tkun rappreżentata b'mod serju barra minn pajjiżna minn dawn il-vapuri li jtajru l-bandiera Maltija.", "Kważi kważi nasal biex ngħid li wara l-istat din hija l-iktar organizzazzjoni li l-preżenza tagħha tinħass madwar id-dinja, għaliex kull fejn ikun hemm vapur li jtajjar il-bandiera Maltija jkun hemm ukoll l- implikazzjonijiet pożittivi jew negattivi, skond kif ikun il-każ, dwar l- istat ta' pajjiżna.", "Forsi, iktar minn qatt qabel, nistgħu u kellna opportunità li nirrealizzaw dan matul ix-xhur li għaddew meta kellna attakk fuq il- bandiera Maltija proprju minħabba inċident li nqala', li nitkellem dwaru iktar 'il quddiem.", "Għalhekk wara l-esperjenza ta' din is-sena iktar nistgħu nirrealizzaw u napprezzaw kemm għandna responsabbiltajiet li huma iktar vasti milli wieħed jista' jaħseb ma' l-ewwel daqqa t'għajn.", "Jien ikolli ngħid, hemm diversi punti li dwarhom il-pubbliku in ġenerali ftit li xejn ikun informat dwarhom.", "Allura jkun iktar faċli li jkun hemm attentat ta' manipulazzjoni tal-fatti preċiżi li jkunu seħħew.", "Sfortunatament huwa rari li nitkellmu dwar il-qasam marittimu, b'mod partikolari dwar il-qasam internazzjonali.", "Normalment ma nitkellmux dwar is-civil aviation, ma nitkellmux dwar il-maritime affairs, però mbagħad nitkellmu kif ifettlilna, kif jiġina f'moħħna dak il-ħin mingħajr ma nkunu nafu preċiżament x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dak li jkun qed jiġri.", "Dan nagħmluh propju għaliex fil-ħajja ta' kuljum ma jkollniex l-opportunità li nanalizzaw u nifhmu verament xi jkun għaddej verament f'dan il-qasam.", "Fl-introduzzjoni tiegħi se nagħti daqqa t'għajn lejn id-diversi direttorati li għandha din l-awtorità u x-xogħol tagħhom.", "Hawnhekk irridu nifhmu li biex l-awtorità marittima tħares l-interessi tal-qasam marittimu f'pajjiżna u r-responsabbiltajiet internazzjonali li semmejt iktar qabel, jeħtieġ li d-direttorati kollha jimxu 'l quddiem kemm individwalment, kif ukoll b'mod kollettiv, ħalli l-organizzazzjoni kollha tibqa' miexja 'l quddiem.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-mod kif inhija strutturata din l-awtorità nsibu li għandna l-yachting centres directorate, il-merchant shipping directorate u l-ports directorate, imbagħad hemm il- corporate office li taħtu jaqa' d-dipartiment tal-proġetti kapitali li jsiru mill-awtorità marittima.", "Nista' ngħid li l-ħidma kollettiva ta' dawn id-direttorati wasslet biex l-awtorità marittima għal darba oħra, minkejja d-diffikultajiet li għaddejna minnhom matul is-sena finanzjarja li qegħdin nitkellmu dwarha, kellha riżultati pożittivi li huma fuq il-linja li kellna matul is-snin li għaddew.", "Naturalment, irridu nkomplu naħdmu biex dawn ir- riżultati mhux biss inżommuhom matul is-snin li ġejjin, imma jekk jista' jkun, intejbuhom.", "Se nagħmel riferenza għal diversi attivitajiet li saru mid-direttorati matul is-sena li għaddiet u nibda mill-yachting centres directorate, l-iktar direttorat li wieħed jista' jgħid li jimxi mingħajr diffikultajiet kbar.", "Għall-grazzja tal-ħidma li saret mid-direttur matul is-snin li għaddew biex ġie żviluppat dan id-direttorat, wieħed jista' jgħid li llum għandna direttorat tal-yachting li huwa stabbilit b'mod li jamministra diversi sites importanti fil-qasam tal-yachting f'pajjiżna.", "Hawnhekk qed ikun iktar evidenti li, minbarra li jieħu ħsieb it-tnejn jew tliet yacht marinas li huma amministrati direttament min-naħa ta' l-awtorità, jiġifieri ta' l- Imsida, ta' Ta' Xbiex u ta' Għawdex - u forsi jasal iż-żmien ukoll li dawn il-yacht marinas ma jibqgħux jiġu amminsitrati b'mod dirett mill-awtorità marittima - dan id-direttorat dieħel fil-fażi l-oħra li minbarra li nservu ta' operatur, inservu wkoll ta' regolatur f'marinas oħrajn li diġà nbnew, jew qegħdin fil-fażi ta' ppjanar, jew fi stadju ta' kostruzzjoni.", "Irridu niftakru li diġà nbniet yacht marina ta' numru mhux kbir ħafna ta' yachts fejn il-proġett ta' Portomaso.", "Hemm imfassla wkoll numru ta' siti ta' berthing facilities fil-Kottonera kif ukoll numru ta' berthing facilities marbutin mal-proġett ta' Manoel Island.", "Dawn il-berthing facilities u żgur se jkunu amministrati minn organizzazzjonijiet privati, imma hawnhekk id- direttorat tal-yachting se jkollu l-funzjoni ta' regolamentazzjoni.", "Iktar kmieni semmejt il-yacht marinas li hemm f'Ta' Xbiex, fl-Imsida u fil-port ta' l-Imġarr, Għawdex.", "Bil-mod kif żviluppa l-qasam tal-yachting f'pajjiżna matul is-snin stajna nirrealizzaw li dawn il-marinas, għalkemm għandhom numru ta' faċilitajiet li huma ferm superjuri għal dawk li kellna sa ftit snin ilu, id-direttorat responsabbli mill-yachting qed ikollu pressjoni kontinwa biex dawn il-faċilitajiet ikabbarhom u jsaħħaħhom.", "Dan irid isir bl-iskop li fix-xhur tas-sajf, meta l-pressjoni ta' l-industrija tal-yachting tkun ikbar, ikun hawn faċilitajiet biżżejjed biex jinqdew ukoll in-numru ta' viżitaturi li jkunu f'pajjiżna u eventwalment jitħajru jibdew jużaw lil pajjiżna bħala port li jorbtu fih għall-parti l-kbira tas- sena.", "Għandna mijiet ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem id-direttorat tal-yachting għal faċilitajiet oħra li jingħataw b'mod permanenti lill- aplikanti li għandhom xi tip ta' opra tal-baħar li jixtiequ li tintrabat fil-portijiet tagħna, fil-marinas tagħna.", "Imma sfortunatament l-awtorità marittima m'għandhiex biżżejjed berthing facilities.", "Dan ifisser li l- awtorità marittima qiegħda titlef ħafna flus minħabba l-fatt li m'għandniex biżżejjed faċilitajiet li nistgħu noffru lil dawk li qegħdin jitolbuhom.", "L-awgurju tiegħi huwa li minbarra l-iżvilupp li se jsir mill-privat li għad irridu naraw kif se jiġi ffinalizzat, l-awtorità marittima għandha tiżviluppa jew tħajjar lil ħaddieħor jiżviluppa iktar berthing facilities għax jidher ċar li hemm domanda kbira għalihom kemm mill-Maltin u anke mill- barranin.", "Niġi issa għall-merchant shipping directorate.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li matul is-sena li qegħdin nikkonsidraw, jiġifieri minn Ottubru ta' l-1999 sa Settembru 2000, minn dan il-parlament għaddew żewġ leġislazzjonijiet f'Lulju u f'Diċembru, li bihom dan id-direttorat għandu għodda ferm iktar moderna, li biha jista' jaħdem b'mod uffiċjali għaliex parti sostanzjali mill-emendi li għaddew diġà kienu qegħdin jiġu attwati minn dan id-direttorat.", "Dawn iż-żewġ leġislazzjonijiet, kemm l-emendi għall-Oil Pollution (Liability and Compensation) Act li għaddiet f'Diċembru li għadda, kif ukoll l-emendi għall-Merchant Shipping Act, huma għodda leġislattiva li permezz tagħhom l-awtoirtà marittima kompliet issaħħaħ il- pożizzjoni tagħha fis-settur tal-merchant shipping.", "Ma nistax nitkellem fuq id-direttorat tal-merchant shipping mingħajr ma nagħmel riferenza għall-inċident ta' l-Erika li seħħ fit-12 ta' Diċembru 1999.", "Kien inċident li matul is-sena li għaddiet tefa' lenti qawwija fuq ir-reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija.", "Organizzazzjonijiet internazzjonali kienu qegħdin josservaw l-iżviluppi tax-shipping madwar id- dinja, b'mod partikolari fl-Ewropa.", "Għalhekk aħna ridna nkunu nafu preċiż x'wassal għal dak l-inċident, li bilfors kellu jħalli marka fuq ir- reġistrazzjoni ta' vapuri ma' l-awtorità marittima ta' pajjiżna.", "Imbagħad ridna naraw preċiż x'jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet ta' inċident bħal dan, allura d-direttorat tal-merchant shipping għamel investigazzjonijiet intensivi biex jiġi stabbilit preċiżament ta' min kienu r- responsabbiltajiet.", "Mr Speaker, għal darb'oħra għandi l-okkażjoni ngħid li għall-grazzja ta' Alla, wara li saru l-investigazzjonijiet kollha li kienu mistennija li jsiru mill-organizzazzjoni lokali u minn organizzazzjonijiet ta' pajjiżi barranin li jiftaħru li huma stabiliti b'mod iktar qawwi milli hija stabilita l-awtorità marittima, jidher ċar li l-fatt li dan il-vapur kien reġistrat taħt il-bandiera Maltija ma kellu assolutament l-ebda influenza fuq l-inċident li ġara.", "Qed ngħid dan illum, kważi sena wara l-inċident, għax tajjeb li wieħed jiftakar li fl-ewwel ftit ġimgħat ta' wara dak l- inċident kien hemm organizzazzjonijiet barranin, u sfortunatament anke organizzazzjonijiet lokali, li ppretendew li l-awtorità marittima toħroġ tgħid: \"Mea culpa, mea culpa.", "Dak iż-żmien ħdimna b'responsabbiltà kbira.", "Konna nkunu irresponsabbli li kieku għedna li dan kollu ġara għax l- awtorità marittima m'għamlitx dak u m'għamlitx dak!", "Hawnhekk irrid ngħid li dak iż-żmien jien apprezzajt il-pożizzjoni li ħadet l-oppożizzjoni dwar dak il-każ partikolari, li kienet il-kontra ta' dak li normalment jiġri f'pajjiżna.", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni, minkejja li kellhom opinjonijiet fuq ċerti aspetti li ma kenux jaqblu preċiżament ma' dak li kien qed jgħid il-gvern, b'mod responsabbli qalu li l-gvern qed jagħmel sewwa li jimxi bil-mod li kien qed jimxi.", "U l- oppożizzjoni għadha tirrepeti dan sal-lum proprju għax f'dan il-każ ridna nkunu pajjiż magħqud biex naraw li jekk għandna responsabbiltà nġorruha, però rriżulta b'mod ċar li ma kellniex responsabbiltajiet kbar.", "Dik il- pożizzjoni jien apprezzajtha għax kien faċli li f'mument ta' kriżi l- oppożizzjoni toħroġ tattakka u titfa' r-responsabbiltajiet fuq il-gvern, fuq il-ministru u fuq l-awtorità.", "Mr Speaker, issa għaddew ix-xhur, saru investigazzjonijiet minn organizzazzjonijiet oħrajn, barra l-awtorità marittima ta' Malta, li riedu jistabilixxu - u hawnhekk kellna responsabiltà li nistabilixxu flimkien - x'seta' wassal għal dak l-inċident.", "U iktar importanti rridu naraw x'nistgħu nagħmlu lkoll kemm aħna biex inċidenti bħal dak ta' l-Erika ma jirrepetux ruħhom.", "Kulħadd jaf li dan ma kienx l-ewwel inċident li ġara f'dak il-post, u lanqas kien l-aħħar inċident għax nafu li ftit tal-ġimgħat ilu ġraw inċidenti oħrajn fl-istess inħawi.", "Nafu wkoll li dan ma kienx l- ewwel inċident li kellu konsegwenzi ambjentali ħżiena ħafna.", "Bilfors irridu nammettu li kien hemm ħsara ambjentali kbira, però forsi kien l- ewwel inċident li warajh bdew mhux biss isiru investigazzjoijiet fuq il- karta, imma bdew jiġu ppjanati azzjonijiet li permezz tagħhom jiġi stabbilit min kien responsabbli minn xi inċident simili.", "Jiena għandi ċerta fiduċja li dan l-inċident ta' l-Erika se jwassal biex ikun hemm bidliet fid-direzzjoni t-tajba, marbutin mar-responsabbiltajiet ta' kull organizzazzjoni, classification society, sid, operatur jew pajjiż li taħt il-bandiera tiegħu jkun reġistrat il-vapur.", "Jidher ċar li qegħdin jittieħdu ċerti miżuri biex ir-responsabbiltajiet differenti jiġu identifikati b'mod ċar.", "F'dan il-qasam għandna responsabbiltajiet li huma ċari u kif għedt diversi drabi, inutli tiftaħar li int ir-raba' l-iktar stat importanti fir-reġistrazzjoni ta' vapuri fid-dinja, ikun inutli tgħid li Malta rnexxielha tasal f'din il-pożizzjoni jekk imbagħad ma tkunx f'qagħda li tattwa r-responsabbiltajiet internazzjonali li huma kbar.", "Matul is-snin li għaddew l-awtorità marittima dejjem ħarset ir- responsabbiltajiet internazzjonali tagħha, marbuta mal-fatt li għandna dawk l-eluf ta' vapuri, xi 28 miljun tunnellata li huma reġistrati taħt il- bandiera Maltija.", "Minkejja li għad jonqosna l-flag state inspectors - u qegħdin nagħmlu ħilitna kollha biex jekk ma nsibux mis-suq lokali insibu mis-suq barrani persuni li jaħdmu bħala flag state inspectors - aħna dejjem ipprovajna nerfgħu r-responsabbiltà tagħna u iktar ma jgħaddi żmien iktar qed jidher ċar li l-awtorità marittima ta' Malta qed tosserva l-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet li għandna ffirmati, u li joħorġu mil- leġislazzjoni li għandna f'pajjiżna.", "Id-direttorat tal-merchant shipping se jkompli jaħdem biex inkunu f'qagħda li l-affarijiet jinbidlu fid- direzzjoni t-tajba, però jinbidlu b'mod li jagħmel sens u mhux bħala reazzjoni għal xi inċident partikolari.", "L-iżviluppi għandhom isiru b'mod maħsub wara li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji.", "Ngħaddi biex nitkellem ftit fuq id-direttorat tal-portijiet li għandu numru kbir ta' responsabbiltajiet marbuta mal-mod kif jiġu amministrati l- portijiet.", "Kulmin jaħdem fil-portijiet għandu interess li jara li li l- għajxien tiegħu mhux biss jiġi aċċertat imma jkompli jissaħħaħ.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li filwaqt li nieħdu dawk il-passi neċessarji, li kull wieħed minna jaqbel li hemm bżonn jittieħdu, biex jitwettqu l-bidliet fil-mod kif jiġu amministrati l-portijiet, fl-istess ħin irridu naraw li ma jiġux affettwati ħażin id-diversi impjiegi li għandna.", "Illum tant hemm kategoriji ta' impjiegi fil-portijiet li kultant titfixkel għal liema settur ta' ħaddiema tkun qed issir riferenza.", "Dan ma jfissirx li hemm xi theddida li xi ħaddiema jistgħu jitilfu l-impjieg, imma jfisser - u dan irridu naqblu fuqu għax ilna snin twal ngħidu li hemm bżonn isir ċertu tibdil - li mhux biss hemm bżonn isiru emendi għal-leġislazzjoni imma jeħtieġ inbiddlu l-mod kif namministraw il-portijiet fil-ħajja ta' kuljum.", "Irridu naraw li fil-Port il-Kbir, b'mod partikolari, imma anke fil- portijiet l-oħrajn fejn tidħol il-merkanzija, kemm għall-użu lokali u kemm biex terġa' tiġi esportata, jinbidlu ċerti prattiċi ta' xogħol li llum nafu li m'għadhomx jagħmlu sens.", "Nafu li hemm il-ħtieġa li jinbidlu dawn il- prattiċi għax hemm agreement across the board.", "Din mhix xi ħaġa li qed tgħidha l-maritime authority, jew qed jgħidha l-ministru jew dawk li huma interessati f'dak it-tip ta' negozju, imma kulħadd jaqbel dwar il-ħtieġa li jkun hemm bidla f'ċerti prattiċi ta' xogħol li huma mdorrijin bihom id- diversi kategoriji ta' ħaddiema, inklużi d-diversi unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema li hemm fil-portijiet.", "Allura l-pass li jmiss huwa li mid-diskors ngħaddu għall-fatti u dak li jaqbel fuqu kulħadd issa nwettquh fil-prattika mingħajr ma ntellfu l-impjiegi jew innaqqsu d- dħul tal-ħaddiema fil-portijiet.", "Matul is-snin li għaddew pajjiżna għadda minn diversi sfidi li jew ibiddel u jimxi 'l quddiem jew inkella jibqa' kif kien għal snin twal u jispiċċa jmur lura.", "Kellna setturi f'pajjiżna fejn it-taparsi protezzjoni wasslet biex flok ipproteġejna kellna telf sostanzjali ta' dħul f'dawk l- oqsma.", "F'dan il-qasam tal-portijiet ta' pajjiżna għandna sfida oħra.", "U hawnhekk, għall-grazzja ta' Alla, jidher li hemm agreement ġenerali li hemm bżonn li nbiddlu l-affarijiet.", "Dan joħroġ mir-rapport ta' l-awtorità fejn hemm riferenza għar-rapport li ġie kkummissjonat u mfassal minn organizzazzzjoni internazzjonali li rat il-prattiċi kollha li hemm fil- port, iltaqgħet mal-kategoriji kollha ta' ħaddiema u ma' dawk kollha li joperaw mill-port u kien hemm agreement ġenerali li hemm bżonn inbiddlu ċerti affarijiet ħalli nimxu 'l quddiem għall- ġid ta' kulħadd.", "Id-direttorat tal-portijiet huwa responsabbli wkoll mill-qasam tal-cruise industry u anke l-qasam tal-ferries fejn is-sena li għaddiet komplew jidhru żviluppi interessanti.", "L-ewwelnett jekk nagħtu daqqa t'għajn lejn in-numru ta' cruise liners li daħlu f'pajjiżna nsibu li kien hemm tnaqqis żgħir ta' madwar 10,000 passiġġier.", "Però dak li ġara f'dan il-qasam irridu npoġġuh fil-perspettiva korretta.", "Kif nafu, fis-sena 1998/1999 kien hemm ħafna problemi fin-naħa tal-Jugoslavja u fl-area kollha ta' l-Adriatiku.", "Minħabba l-gwerer li kienu għaddejjin f'dawk in-naħat, numru sostanzjali ta' cruise liners iddeċidew li ma jagħmlux calls fil-portijiet milquta.", "Meta wieħed iqis li t-tnaqqis tas-sena li għaddiet kien biss ta' madwar 5% nirrealizzaw li attwalment mhux tnaqqis kien hemm, imma stabilizzazzjoni tal-cruise line industry f'pajjiżna.", "Jiena konvint li anke f'dan il-qasam se nkomplu nżidu u nkabbru n-numru ta' cuise liners li jiġu Malta.", "Is-sena li għaddiet kien hemm ukoll tnaqqis fl-attività tal-ferry terminals.", "Dan ġara minħabba t-tneħħija tad-diversi embargoes fuq il- vjaġġi bl-ajru li kien hemm fil-konfront tal-Libya, iktar kmieni matul is- sena.", "Dan wassal biex numru ta' vapuri li kienu qegħdin iwasslu lejn Malta u lura lejn il-Libya ħafna passiġġieri minn dak il-pajjiż, ma baqgħux joperaw bl-istess frekwenza u kien hemm tnaqqis sostanzjali ta' passiġieri, madwar 25%, li ġew permezz tal-ferries minn dak il-pajjiż.", "Matul is-sena li għaddiet inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf security committee għall-inħawi tal-Port il-Kbir, ibbażat fuq is-security committee ġewwa l-ajruport, biex jiġi assigurat li kemm jista' jkun dawk il-miżuri ta' sigurtà fil- konfront ta' passiġġieri li jistgħu jidħlu jew joħorġu minn pajjiżna mingħajr ma jgħaddu minn kontrolli.", "Dan il-kumitat ta' sigurtà għall- inħawi tal-Port il-Kbir iltaqa' darbtejn jew tliet darbiet matul il- ġimgħat li għaddew.", "Dan huwa mmexxi mill-ministeru għat-trasport u mill- ministeru ta' l-intern flimkien u fih hemm membri tal-pulizija, tad-dwana u kulmin għandu x'jaqsam b'xi mod.", "Dan qegħdin nagħmluh biex nassiguraw li jkun hemm kontroll strett fil-port u ma jkunx hemm operazzjonijiet li m'humiex mixtieqa fl-interess ta' pajjiżna.", "Qabel ma nagħlaq din l-introduzzjoni nagħmel riferenza għall-corporate office li l-funzjoni tiegħu hija li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' kuljum tat-tliet direttorati u ta' l-awtorità marittima kollha.", "Dan l- uffiċċju huwa responsabbli wkoll mill-capital projects department.", "Fir- rapport hemm riferenza għal diversi proġetti kapitali li huma mifruxin f'diversi lokalitajiet.", "Iżda l-proġett li ilna nitkellmu dwaru għal ħamsa, sitt snin u kien għadu ma bediex jimmaterjalizza huwa l-proġett taċ- Ċirkewwa u tal-Port ta' l-Imġarr.", "Wara diversi diskussjonijiet li mhux dejjem kienu kalmi, din is-sena l-awtorità ta' l-ippjanar ħarġet il- permessi neċessarji biex ikun jista' jinbeda x-xogħol fiċ-Ċirkewwa u parti mix-xogħol fl-Imġarr.", "Illum wieħed jista' jara l-progress li sar fix- xogħol li qed isir fiċ-Ċirkewwa, bl-iskop li jitjieb is-servizz tal-ferries bejn Malta u Għawdex.", "Ma kienx faċli biex ħarġu l-permessi għax kien hemm diversi diffikultajiet li kultant kienu jagħmlu sens u kultant ma kenux jagħmlu daqshekk sens, però finalment għandna permess f'idejna biex issir l-ewwel parti tal-marshalling area li fuqha jrid jinbena t-terminal u l- parking għat-tliet kwarti ta' miljun karozza li jgħaddu bejn Malta u Għawdex.", "Dan huwa wieħed mill-iktar postijiet frekwentati mill-Maltin u mill-barranin minħabba l-fatt li xi tliet miljun persuna jaqsmu bejn iż- żewġ gżejjer kull sena.", "B'riżultat tad-diversi inizjattivi li ttieħdu matul is-sentejn li għaddew issa jidher sew il-progress fix-xogħlijiet li qegħdin isiru hemmhekk.", "Dan il-proġett mistenni li jiġi ffinalizzat lejn l-aħħar tas-sena 2002 jew il- bidu tas-sena 2003 għax il-parti l-oħra ta' l-extension tal-breakwater, extension ta' 300 pied, bejn wieħed u ieħor, u l-bini tat-tieni berth fiċ- Ċirkewwa jridu jsiru fis-sajf.", "Allura bilfors irridu nistennew is-sajf tas- sena li ġejja u mbagħad tas-sena ta' wara biex jitlesta dan ix-xogħol fuq il-moll taċ-Ċirkewwa, ħalli s-servizz tal-ferries ikun available is-sena kollha u ma jkollux għalfejn jiġi sospiż fix-xitwa minħabba l-maltemp.", "Din hija problema kbira, speċjalment għall-Għawdxin li jaħdmu Malta, u anke n- negozju li normalment isir permezz tat-turisti u l-Maltin li jżuru lil Għawdex issa jkun jista' jibqa' għaddej mingħajr xkiel.", "Kien hemm min tkellem u kiteb fil-gazzetti li qegħdin naqilgħu parti minn dak il-concrete għax ma kienx tajjeb.", "Hawnhekk ukoll, tal-mistħija l-fatt li jipprovaw ifixklu biex ċerti, proġetti ma jsirux.", "Din ma naċċettahiex li jgħidu li hemm id-deni meta m'hemmx!", "Saħansitra kien hemm min beda jgħid darba wara l-oħra fuq it-televiżjoni u fuq il-gazzetti li nqala' hawn u tkisser hemm u li x-xogħol mhux tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Nitkellmu meta x-xogħol ikun lest.", "Mhux biss għandna quddiemna l-pjanti biex ngħidu li se nagħmlu hekk u nagħmlu hekk, imma hemm ix-xogħol li diġa' beda jidher.", "L-Għawdxin u l-Maltin li jaqsmu bejn Malta u Għawdex jistgħu jaraw ix-xogħol għaddej u kulħadd jista' jara li x-xogħol hemmhekk se jkompli miexi sakemm ikollna l-faċilitajiet meħtieġa f'dan il-qasam.", "Nagħlaq hawnhekk ħalli nisma' l-kummenti ta' l-oppożizzjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, sfortunatament l-awtorità marittima din is-sena rreġistrat sena finanzjarja relattivament inqas pożittiva.", "Iċ- ċifri li ppubblikat l-awtorità jridu jiġu mqabbla mas-snin preċedenti u fid-dawl ta' dak li qed jiġri fix-xenarju internazzjonali fejn jidħol dan is-settur.", "Wieħed irid japprezza li l-awtorità hija entità li tiġġenera dħul sostanzjali għall-ekonomija Maltija u l-qagħda ġeografika ta' pajjiżna tikkontribwixxi ħafna għal dan il-fatt.", "B'xorti ħażina l-awtorità marittima ta' Malta - u hawn naqbel mal- ministru - intortament sofriet ir-riperkussjonijiet tad-diżastru ta' l- Erika.", "L-ammont ta' pubbliċità negattiva li dan id-diżastru ħalla fuq Malta kellu l-effett tiegħu fuq l-awtorità, speċjalment fir-rigward tar- reġistrazzjoni ta' bastimenti.", "Dan l-inċident ta' l-Erika ħonoq ħafna x- xogħol tajjeb li kien sar mill-awtorità ħalli tippromwovi r-reġistru Malti.", "Dan għen bil-bosta lil dawk li riedu - għax jaqbel lilhom - ipinġu lir- reġistru Malti bħala wieħed li jattira bastimenti li ma jilħqux ma' l- istandards internazzjonali, u allura jirregistra l-hekk imsejħa ships of shame.", "Issa se nanalizza ftit il-performance u nibda mill-merchant shipping directorate.", "Għandu jiġi apprezzat li waħda mill-ikbar taqsimiet ta' l-awtorità marittima ta' Malta huwa d-direttorat tal-bastimenti merkantili.", "Il- funzjoni ta' dan id-direttorat hija li jirregola, jikkontrolla u jamministra dak kollu li għandu x'jaqsam ma' reġistrazzjoni ta' bastimenti merkantili taħt il-bandiera Maltija.", "Fil-fatt it-taqsima ta' reġistrazzjoni ta' bastimenti hija meqjusa bħala waħda mill-iktar taqsimiet importanti, jekk mhux l-iktar, fi ħdan l-awtorità.", "Wieħed jinnota b'dispjaċir l-effet negattiv li kellu l-inċident ta' l-Erika fuq dan id- direttorat.", "It-tunnellaġġ gross fit-30 ta' Settembru 2000 kien jammonta għal iktar minn 28 miljun.", "Dan ifisser żieda ta' 740,000 tunnellaġġ gross.", "Dan l-ammont għall-ewwel forsi jidher sinifikanti iżda meta wieħed janalizza l-figuri tas-sena ta' qabel japprezza l-gravità tas-sitwazzjoni.", "Fil-fatt iċ-ċifra ekwivalenti tas-sena ta' qabel kienet turi żieda ta' 2.5 miljun tunnellaġġ gross.", "Hawn joħorġu biċ-ċar ir-riperkussjonijiet negattivi tad-diżastru Erika.", "Fil-fatt fejn is-sena ta' qabel rajna żieda ta' 10%, din is-sena rajna żieda ta' 2.7% biss, jiġifieri morna lura.", "Is- sitwazzjoni tidher ferm iktar gravi meta wieħed janalizza n-numru ta' bastimenti reġistrati.", "Waqt li f'Settembru 1999 in-numru ta' bastimenti reġistrati taħt il- bandiera Maltija kien ta' 3,249, f'Settembru ta' din is-sena dan kien ta' 3,082.", "Għalhekk f'dan il-każ mhux talli ma kellniex żieda talli l- bastimenti reġistrati naqsu b'5%.", "Meta wieħed jara l-figuri tas-sena ta' qabel jara li kellna żieda ta' 202 bastimenti jew żieda perċentwali ta' 7%.", "In-nuqqas ta' din is-sena huwa verament ħasra, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li jrid imur lura għall-1979 biex insibu tnaqqis ieħor fin- numru ta' bastimenti reġistrati taħt il-bandiera Maltija.", "Jiġifieri għall- ewwel darba f'iktar minn 20 sena l-ammont ta' bastimenti minflok ma żdied, naqas.", "Dan huwa allarmanti.", "Eżerċizzju ieħor importanti li jieħu ħsieb dan id-direttorat huwa s- sigurtà marittima jew aħjar jaċċerta li l-bastiment ikun konformi ma' dawk ir-regoli u l-istandards internazzjonali.", "Il-funzjoni tagħha hija li tagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda fuq bastimenti reġistrati Malta.", "Huwa minnu li din id-diviżjoni kompliet tespandi minn meta twaqqfet fl- 1993.", "Fil-fatt fis-sena 2000 saru 612-il spezzjoni li jammontaw għal 11-il miljun tunnellaġġ gross.", "Għalkemm saru 37 spezzjoni iktar mis-sena ta' qabel, fl-opinjoni tiegħi dan l-ammont xorta waħda m'huwiex sodisfaċenti meta wieħed iqis il-ħsara li għamel lir-reġistru Malti d-diżastru ta' l- Erika li semmejt qabel.", "Għalhekk dan id-diretorat missu ħadem ferm iktar ħalli jagħti dawk l-assigurazzjonijiet neċessarji lil dawk interessati f'dan is-settur internazzjonali u jaċċertahom li r-reġistru Malti huwa wieħed li jitmexxa b'ċerta serjetà u huwa wieħed rispettabbli.", "Direttorat ieħor fi ħdan l-awtorità marittima ta' Malta huwa l-yachting centres directorate li għandu l-funzjoni li jirregola, jikkontrolla , jiżviluppa u jippromwovi ċ-ċentri tal-yachting hawn Malta.", "Hawnhekk jerġgħu joħorġu l-istess problemi tas-sena l-oħra.", "L-ikbar problema li għandu dan id-direttorat hija n-nuqqas ta' postijiet ta' l-irmiġġ.", "Inutli wieħed jgħid li hemm Portomaso - li għamlitu kumpannija privata - u hemm ċentri oħra proġettati għax meta wieħed jikkritika, naturalment jikkritika l-performance tas-sena li għaddiet.", "U meta wieħed jagħmel dawn ir- riflessjonjiet jara li din il-problema ta' l-irmiġġ is-sena l-oħra baqgħet hemm, minkejja li l-gvern ilu hemmhekk għal iktar minn sentejn.", "Kien hemm min kien jippretendi li l-Partit Laburista f'19-il xahar jagħmel il- mirakli, però f'sentejn u xahar il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel inqas mirakli milli għamel il-Partit Laburista.", "B'diżappunt kbir naraw li l-istatistika turi li n-numru ta' postijiet ta' irmiġġ naqas u mhux żdied għax waqt li f'Settembru 1999 kellna 1,119-il irmiġġ, f'Settembru tas-sena 2000 kellna biss 1,077.", "Għalkemm nuqqas ta' 42 irmiġġ forsi jidher insinifikanti, dan jirrappreżenta kważi 4% tal- postijiet ta' l-irmiġġ li għandna Malta.", "Dan huwa iktar gravi meta wieħed jikkonsidra li d-domanda għall-irmiġġ żdiedet fuq is-sena ta' qabel.", "In- nuqqas ta' żvilupp fil-Birgu, li dejjem ngħidu li se niżviluppawh u qatt ma jiġi żviluppat, u f'areas oħra bħal Għawdex, qed ikollu riperkussjonijiet peress li l-iżvilupp ta' dan id-direttorat huwa dipendenti fuq postijiet ta' l-irmiġġ li jkunu disponibbli.", "Jiġifieri weħilna f'dan il-qasam għax hemm domanda ikbar milli qed noffru.", "Ladarba għandna domanda ikbar mis- supply ta' irmiġġi naħseb li l-awtorità kienet tkun iktar għaqlija kieku f'dawn is-sentejn ipprovdiet għad-domanda li kellha għax konna naqilgħu iktar flus.", "Din hija l-kritika.", "Dan id-direttorat esperjenza żieda fil-profitt ta' ¥4,000 jew 0.5% fuq is-sena ta' qabel, żieda insinifikanti.", "Verament dan id-direttorat jiddependi minn dak li jiddeċiedi l-gvern fuq id-disponibilità tal- postijiet ta' l-irmiġġ.", "Bl-attitudni ta' l-awtoritajiet u n-nuqqas ta' areas ġodda li kellna s-sena l-oħra qed jiġi reġistrat ferm inqas progress fil-potenzjalità ta' dan id-direttorat.", "Daqqa t'għajn ħafifa turi li naqset l-ispiża ta' dan id-direttorat.", "Għalkemm hija ħaġa tajba meta tkun tista' tiffranka, naraw li kien hemm żidiet fis-salaries and staff costs u fil-promotion and representation.", "Possibbli li żieda ta' Lm30,000 tirrappreżenta ż-żieda li ta l-ministru fil-budget tas-sena l-oħra f'salaries and staff costs?", "Jista' l-yachting directorate jgħidilna għalfejn qed jagħmel promotion għall-berthing facilities meta hawn nuqqas ta' postijiet ta' irmiġġ u meta għandna waiting list ta' madwar 383?", "Importanti li wieħed jikkjarifikaha xi ftit din.", "Naħseb il-promotion trid issir meta jkollok il-postijiet available, ħaġa li m'għandniex.", "Hemm irridu nagħfsu.", "Fuq nota \"pożittiva\" ngħid li dan id-direttorat irnexxielu jrażżan in- nefqa.", "Fil-fatt minn ¥480,000 inżilna għal ¥450,000, tnaqqis ta' ¥30,000 jew 6%.", "Jiġifieri rnexxielna nirreġistraw nefqa iżgħar mingħajr ma konna kapaċi nżidu x-xogħol jew il-kummerċ, performance li fl-opinjoni tiegħi mhijiex ħaġa daqstant tajba.", "Mhux qed ngħid li sejrin ħażin, iżda ċertament hemm potenzjal kbir u l-gvern forsi mhux qed jindirizza din il- problema bl-emerġenza li jistħoqqilha.", "Id-direttorat ewlieni l-ieħor fi ħdan l-awtorità marittima huwa d- direttorat tal-portijiet.", "Dan għandu rwol importanti fil-management tal- portijiet lokali.", "Sfortunatament, meta wieħed janalizza l-figuri jsib li anke dan id-direttorat ma tantx mar tajjeb daqs is-snin preċedenti.", "Fil- fatt naraw li għal dak li għandu x'jaqsam ma' cruise passengers fis-sena 2000 kellna nuqqas ta' 9,000 passiġġier, kif ukoll nuqqas ta' 24 cruise liner fuq is-sena l-oħra.", "Naturalment għandu jiġi apprezzat li minħabba l- kriżi li kien hemm fil-Kosovo, il-cruises li kienu destinati għall- Adriatiku ġew fil-Mediterran.", "Allura wieħed kien jistenna li kellna nżidu u mhux innaqqsu ladarba kien hemm kriżi f'naħa u ma kienx hemm kriżi f'naħa oħra.", "Però għal xi raġuni jew oħra morna ftit lura hemm ukoll.", "Qasam ieħor li jaqa' taħt il-kontroll ta' dan id-direttorat huwa s- servizz tal- ferry li jinkludi lil Malta.", "Hawnhekk ukoll wieħed jinnota nuqqas ieħor.", "Għalkemm it-tneħħija tas-sanzjonijiet kontra l-Libja kellu l- effett tiegħu - m'hemmx dubju - dan in-nuqqas ma jistax jiġi attribwit biss għal dan.", "Hija idea żbaljata li nuqqas ta' madwar 95,000 ferry passenger jiġi attribwit biss għat-tneħħija ta' dawn is-sanzjonijiet.", "Li kieku kien hekk, wieħed kien jinnota żieda ekwivalenti fin-numru ta' passiġġieri bl- ajru minn Tripli li, minn riċerki li għamilt, ma jirriżultax li huwa l-każ.", "Qasam ieħor importanti f'dan id-direttorat huwa l-marine department.", "L- għan ta' dan id-dipartiment huwa li jsiru l-ispezzjonijiet biex jiġu evitati kriżijiet serji ta' pollution.", "Hawn ukoll naraw li għalkemm fl- 1999 saru 1,900 spezzjoni, fis-sena 2000 saru 1,500 spezzjoni biss.", "Mr Speaker, ta' min janalizza r-rapport finanzjarju li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rigward l-awtorità in ġenerali.", "Għalkemm nammetti li l- awtorità tikkompara tajjeb ma' korporazzjonijiet u entitajit oħra għax hemm minnhom li jimxu b'telf, għad baqa' ħafna x'isir speċjalment meta r- riżultati li ġabet l-awtorità għal din is-sena, meta jiġu mqabbla ma' dawk tas-snin preċedenti u ma' dawk li drajna nistennew minn din l-awtorità, kważi taken for granted li kull sena jirreġistraw progress.", "Din is-sena m'humiex sodisfaċenti għax minflok irreġistrajna progress f'ċerti areas bqajna l-istess, allura huwa rigress, u f'ċerti areas għamilna rigress fid- dħul b'mod dirett.", "Qabel nanalizza ċ-ċifri li għandna quddiemna, ngħid li kuntrarjament għal snin oħra, din is-sena ma ġewx preżentati estimi għas-sena d-dieħla.", "Kien ikun ta' benefiċċju li wieħed janalizza l-estimi għas-sena d-dieħla, speċjalment wara r-riżultati relattivament negattivi li kellha l-awtorità din is-sena, u speċjalment issa li l-ministru qed jgħid li se jkollna l- berthing facilities f'diversi postijiet.", "Kieku wieħed ipproġetta, is-sena d-dieħla forsi konna nkunu f'pożizzjoni aħjar biex nanalizzaw u nikkritikaw.", "Imma l-pożizzjoni hi li hi.", "L-ewwelnett għandu jingħad li minkejja li l-awtorità ilha ttejjeb il- performance tagħha sena wara l-oħra, din is-sena rajna tnaqqis fis-surplus.", "Fil-fatt is-sena l-oħra l-awtorità ġġenerat surplus ta' Lm2,800,000 waqt li din is-sena s-surplus kien ta' Lm2,400 000.", "B'hekk insibu tnaqqis ta' kważi Lm375,000.", "Wieħed ma jistax ma jenfasizzax il-gravità tas- sitwazzjoni meta jikkonsidra li dan l-ammont jirrappreżenta tnaqqis perċentwali ta' 13%.", "Analisi ħafifa taċ-ċifri ppreżentati turi li qed ikun hemm tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet magħmula mid-direttorati kollha.", "Dan il-fatt huwa allarmanti meta wieħed iqis li l-ispejjeż dejjem qed jiżdiedu.", "Jekk wieħed janalizza d-direttorati separatament, wieħed jinnota li dak tal-portijiet mar verament ħażin meta kkomparat mas-sena li għaddiet.", "Però ħaġa ta' l-iskantament, jekk wieħed jagħmel l-istess eżerċizzju bl-estimi tad-direttorat, wieħed ikollu stampa differenti għal kollox għax ikun jidher li dan id-direttorat mar tajjeb ħafna meta mqabbel ma' l-estimi tiegħu stess.", "Jiġifieri s-sena l-oħra għamilna ċerti estimi baxxi ħalli din is-sena, peress li ma morniex ħażin, il-gvern ikun jista' jgħid: Ara kif kienu l-estimi tagħna!", "Però nfakkar li s-sena l-oħra jien indunajt b'dan u kont ikkritikajt l-estimi bħala mhux realistiċi, u ż-żmien naturalment tani raġun.", "Wieħed jagħmel estimi baxxi biex jekk imur ħażin, jgħid li mar tajjeb għax kien qed jippretendi inqas.'", "Però l-estimi tas- sena l-oħra kienu kif kont ikkritikajthom jien, ma kenux kif kellhom ikunu.", "Il-ports directorate esperjenza tnaqqis ta' Lm339,000 fl-operating income, minn Lm2.2 miljun naqas għal Lm1.8 miljun fi kliem ieħor tnaqqis ta' 16%.", "Huwa veru li dan it-tnaqqis huwa dovut prinċiparjament għat- tnaqqis ta' income mill-passenger services.", "Fil-fatt minn Lm860,000 dan id- dħul naqas għal Lm600,000.", "Dak li għandu x'jaqsam ma' port and laid up dues u storage and heavy lifts kien hemm titjib żgħir li ngħidlu insinifikanti, però f'diviżjonijiet oħra naraw kemm mar lura dan id-direttorat.", "U wieħed irid janalizza l-performance skond id-dħul għax l-iskop ta' l-awtorità marittima hu li tiġġenera l-flus.", "Jiġifieri jekk tibda tmur ħażin hawnhekk, trid tikkritika.", "Dan id-direttorat għamel xi ftit progress billi naqqas l-ispiża.", "Fil- fatt naraw li filwaqt li kien hemm tnaqqis fl-operating expenses u l- administration expenses kien hemm żidiet sinifikanti fl-ispejjeż allokati għas-salaries and staff costs u promotion and representation.", "Waqt li wieħed ma jista' qatt jikkritika l-ispejjeż minfuqa fuq promotion and representation f'settur li dejjem qed jikber, ma nistax nifhem il-bżonn li salaries and staff costs jiżdiedu b'Lm44,000, speċjalment meta wieħed iżomm quddiem għajnejh il-fatt li s-sena l-oħra kienet proġettata spiża inqas għal training costs.", "Fil-fatt kien proġettat li matul is-sena 2000 jintnefqu Lm5,800 għal staff training, meta fl-1999 kienu ntnefqu Lm6,188.", "Is-sena l-oħra jiena kont għedt li jekk l-awtorità trid tiffranka l-flus dan m'għandhiex tagħmlu billi tnaqqas l-ispejjeż fuq it-training.", "Fil-fatt hawn reġa' kellna raġun għax l-ispiża minfuqa fuq salaries and staff reġgħet żdiedet.", "Ngħaddi issa għall-merchant shipping directorate.", "B'xorti ħażina r- riżultati ta' dan id-direttorat ma tantx huma tajbin, u dan huwa rifless fl- istatistika finanzjarja.", "Fil-fatt l-introjtu minn dan id-direttorat għas- sena 2000 jammonta għal Lm3,200,000, jiġifieri żieda ta' madwar Lm170,000 li tirrappreżenta żieda perċentwali ta' 5.5% prima facie.", "Jidher li għalhekk id-direttorat laħaq l-oġġettiv tiegħu li ġie stabbilit għalih fil- budget tas-sena l-oħra.", "Madankollu jien insostni li meta l-projections ikunu baxxi ħafna wieħed joħloq sens ta' insigurtà li ma tantx tgħin ħalli jiżdied ix-xogħol f'dan is-settur.", "Għalhekk l-oġġettivi tagħna għandhom ikunu konformi ma' dawk li jagħmlu ċentri barranin ħalli dawn ikunu realistiċi, kif ukoll joħolqu ċerta sens ta' inizjattiva f'dan is-settur.", "Wieħed irid jgħid li dan il-qligħ jispiċċa fix-xejn meta wieħed iqis kemm żdiedet l-ispiża għal dan id-direttorat għal din is-sena.", "Fil-fatt l- ispiża għas-sena 2000 tammonta għal Lm1.2 million, jiġifieri żieda ta' madwar Lm265,000 fuq is-sena l-oħra li tirrappreżenta żieda perċentwali ta' 31%.", "Dan huwa dovut għal żieda fl-ispiża fejn jidħlu salaries and staff costs u administration expenses.", "Is-salaries and staff costs żdiedu għal Lm280,000 jiġifieri żieda ta' Lm61,000, li tirrappreżenta żieda perċentwali ta' 28%.", "Aktar preokkupanti hija ż-żieda fl-administration expenses li żdiedet għal Lm191,000 jiġifieri żieda ta' Lm100 000 li tirrappreżenta żieda perċentwali ta' 115%.", "Jidher biċ-ċar li din iż-żieda ta' 115% fl- administration expenses ma tista' qatt tkun ġustifikata minn direttorat li għal din is-sena għamel żieda fil-qligħ ta' 5% biss.", "Wieħed irid jgħid ukoll li ż-żieda għall-għanijiet ta' promotion ta' l- istess reġistru tal-merchant shipping kienet ta' Lm45,000, jiġifiera żieda perċentwali ta' 59%.", "Din il-figura, fl-opinjoni tiegħi, hi ġustifikabbli meta wieħed iqis li r-reġistru bilfors kellu jżid dawn l-ispejjeż wara d- diżastru ta' l-Erika ħalli jipprova jtaffi naqra mill-ħasra li saritlu.", "Madankollu, għalkemm m'għandix id-dettalji, nittama li din iż-żieda ntnefqet fejn kellha tintnefaq u mhux fi spejjeż inutli.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-corporate office expenses.", "Hija sfortuna li din is-sena l-figuri ma jagħtuniex breakdown dettaljat ta' l-ispejjeż li kien hemm, kif kellna s-sena l-oħra.", "Salaries and staff costs żdiedu b'madwar Lm6,000, waqt li promotion and representation żiedu madwar Lm35,000.", "Jiena sinċerament nispera li dawn ta' l-aħħar intnefqu f'affarijiet kostruttivi bħal promotion, exhibition u konferenzi u mhux fuq safar.", "Naturalment m'għandniex il-breakdown, filwaqt li s-sena l-oħra kellna u stajna ngħidu kif intnefqu u jekk intnefqux tajjeb.", "Iżda din is- sena ma nafux!", "U qed nikkritika għax ma nafux.", "Aħjar konna nafu għaliex il-kritika kienet issir b'mod aktar kostruttiv, u jekk kien hemm x'tikkritika, wieħed kien ikun jista' jikkritika.", "Kif ġie mogħti t-tagħrif wieħed ma tantx jista' jikkritika, ħlief li jikkritika li m'hemmx it- tagħrif rikjest.", "Issa xtaqt nitkellem fuq il-kwestjoni ta' consular business.", "Kif jaf kulħadd 65% jew 70% tar-reġistrazzjoni tagħna jiġi mill-Greċja u bosta kienu n-nies li jaħdmu fix-shipping li avviċinawni u ressquli ċerti ilmenti fuq il-kwestjoni tal-konsulat jew konsulati li għanda fil-Greċja.", "Se nagħti daqsxejn ta' history qasira u nidħol ħalli nikkritika.", "Wieħed irid jinnota li l-liġi li tirregola l-bastimenti merkantili saret fl-1975 u kien bi sforz u inizjattiva ta' intraprendituri Maltin li bdejna nidħlu fis-suq Grieg u nirreġistraw il-bastimenti merkantili hawn Malta.", "Eventwalment bl-emendi li ddaħħlu fl-1987 ir-reġistru Malti sar wieħed aktar attraenti, speċjalment minħabba l-mortgages tal-bank għaliex il-bank qabel kien qiegħed baxx ħafna, u allura setgħu jattiraw aktar investiment.", "Dan wassal għal żieda kbira fit-tunnellaġġ tar-reġistru Malti.", "Fil-fatt l- ewwel vapur li ġie reġistrat kien fl-1978.", "Però sa l-1987 kellna diġà kważi 3 miljun tunnellaġġ fir-reġistru tal-merchant shipping Malti.", "Jiġifieri kien beda ġej ix-xogħol b'mod regolari.", "Wieħed jinnota wkoll li dak iż-żmien kellna konslu li għal xi raġuni jew oħra ma baqax konslu hemmhekk.", "Mhux se nsemmi għaliex, mhux affari tiegħi, però hemm min jgħid li kien hemm xi irregolaritajiet ukoll.", "Jien mhux qed ngħid fuq il-konslu preċedenti, imma fuq il-konslu ta' qabel.", "Għal xi raġuni jew oħra dan il-konslu kien tneħħa u tqiegħed konslu ieħor.", "Dan il- konslu l-ġdid - għax wieħed irid japprezza meta daħal dan il-konslu l-ġdid - daħal meta diġà kellek moviment fejn vapuri ġejjin mill-Greċja qed jiġu reġistrati Malta, diġà kellek bidu ta' splużjoni fix-xogħol tar- reġistrazzjoni f'Malta u diġà kellek l-emendi leġislattivi rikjesti.", "Però dan il-konslu l-ġdid irnexxielu jimpressjona ħafna lill-awtoritajiet, impressjona lilkom, impressjona lill-gvernijiet li x-xogħol li ġej mill- Greċja - u biex taħdem f'dan is-settur ix-xogħol irid jiġi mill-Greċja - qed jiġi għaliex qed jieħu ħsieb kollox hu.", "Insejna li x-xogħol kien diġà ġej u kien se jisplodi minħabba l-emendi li saru.", "Però dan il-konslu rnexxielu jgħid li kollox kien qed isir bis-saħħa tiegħu, u allura kkapparra l-influwenza kollha hemmhekk u qisu ġab lill- gvern Malti u l-awtoritajiet t'hawnhekk sottomessi għalih.", "Qisu qed jagħmlilna l-ikbar pjaċir u qisna aħna inkompetenti li mmexxu mingħajr dan il-konslu, peress li x-xogħol ġej kollu mill-Greċja.", "Spiċċajna totalment dipendenti fuqu.", "Dan huwa l-image li qed jirnexxilu jpinġi b'detriment għal ħafna.", "Irrid ngħid ukoll li tant għandu influwenza dan li f'daqqa waħda l-mara tiegħu saret konslu, konslu onorarju għal Ateni.", "Hemm min jgħid, ma nafx, qed nistaqsi jien.", "Hemm min jgħid li issa z-ziju tiegħu sar ukoll il-konslu onorarju għal Malta f'Thessaloniki, allura wieħed jara li l-familja ta' dan il-konslu ħadet f'idejha ċertu influwenza.", "Issa ħalli ngħid x'inhi l-kritika tiegħi.", "Dan il-konslu beda jintroduċi charges żejda li m'humiex awtorizzati mill- awtorità u lanqas mill-ministru.", "Għandi d-dokumenti u l-irċevuti u jekk xi ħadd jistaqsini jien lest biex nesebixxhom.", "Dawn huma charges esaġerati biex inti tawtentika ċerti dokumenti bħal provisional certificates, extension, certificate of registration, renewals ...", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Herrera.", "Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma rridx ninterrompi lill-Onor.", "Herrera, però ladarba qed jikkwota minn dokumenti nitlob li, kif jitolbu r-regolamenti tal-Kamra, dawn iqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex ovvjament qed jagħmel allegazzjonijiet li nkun irrid ninvestigahom ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mela nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument imħejji minni fuq informazzjoni mogħtija lili, b'dettallji approssimattivi, għalkemm inkun f'pożizzjoni li nagħtihom aktar fid-dettall.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor.Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rċevuta maħruġa mill-konsolat ġenerali fil-Greċja għas- somma ta' 8000 drachmas; u", "Estimi tad-dħul annwali tal-konsolat ġenerali fil-Greċja, maħduma mill- Onor Jose' Herrera.", "Din hija riċerka tiegħi li turi dawn it-tip ta' dokument, l-estimi tiegħi ta' kemm ġew ċertifikati dokumenti, il-persentaġġ ta' kemm jiġi xogħol mill- Greċja li huwa 65% to 70% u l-ammont.", "Qed nesebixxi wkoll irċevuta li turi li fuq certification of authenticity jiċċarġja 8,000 drachmas u hemm oħrajn ta' 12,000 drachmas, li jiġu bejn Lm11 u Lm14, u f'Malta tqum biss Lm1.50 jew Lm2.", "Minn dawn id-dokumenti li se nesebixxi jirriżulta li dawn id- drittijiet kollha jammontaw, bejn wieħed u ieħor, għal Lm113,000 fis-sena qligħ biex inti tawtentika dawn id-dokumenti.", "Mela għandna konslu li qala' kważi Lm120,000 u minn dawn il-Lm120,000 Malta ma ħaditx one penny, huwa kollu qligħ għal din il-persuna.", "Apparti dawn il-Lm120,000 qlig, hemm ukoll is-servizzi anċillari li jagħti.", "Ikolli okkażjonijiet oħra nsemmi wkoll ċertu qligħ ieħor li jagħmel, ċerti affiljazzjoni li jista' jkun li għandu ma' ċerti ditti tax-shipping hawn Malta wkoll.", "Ma rridx insemmi ismijiet, pero' meta jiġi l-mument jien inkun nista' nsemmi anke l- ismijiet.", "Din il-kritika qed issir għaliex mhux sew li wara li pajjiżna ħadem bil- għaqal, iż-żewġ naħat ħadmu bil-għaqal, u l-iktar li ħadmu kienu l- intraprendituri Maltin fis-sebgħinijiet u fit-tmeninijiet biex bnew mix- xejn reġistru merkantili, u issa spiċċaw dipendenti, qishom poodles f'idejn persuna waħda li meta ra li l-affarijiet ġejjin tajjeb, ikkapparra kollox hu, spiċċa qisu l-missier etern u kulħadd jiddependi fuqu!", "U jekk ma tkunx fil-good books tiegħu inti titlef ix-xogħol!", "Il-progress li sar, sar grazzi għal min jamministra dan ix-xogħol f'Malta u għal ħadd iżjed.", "Din hija l-kritika li jien xtaqt nagħmel fuq il-kwestjoni tal-konsli.", "Ikolli okkażjoni li nsemmi irregolaritajiet oħrajn ukoll, imma għalissa forsi ngħidhom b'mod konfidenzjali lill-ministru konċernat.", "Xtaqt nikkonkludi billi ngħid li wasal iż-żmien ukoll li jkollna twaqqif ta' damage limitation committee li jaħdem id f'id ma' international crisis committee, jiġifieri jkollna żewġ kumitati - għax biżżejjed inċident wieħed biex ikkissirlek is-suq kollu - biex jekk jerġa' jinqala' dak li nqala' fil- każ ta' l-Erika, minflok ma jirrispondi l-gvern u nirrispondu aħna u tirrispondu intom, ikun hemm dawn il-kumitati speċi li jaħdmu b'mod kważi awtonomu li jirrispondu huma.", "Dawn ikunu damage limitation committee kif għandek barra minn Malta u international crisis management committee.", "Issa li għandna anke ambaxxata fil-Greċja - m'għandniex biss il-konsli, imma għandna wkoll ambaxxatur li qed iqumilna flus daqskemm il-konsolat qed jaqla' flus - u meta wieħed jara li s-suq tagħna jiddependi kollu kemm hu mill-Greċja, huwa importanti li fi ħdan l-istess ambaxxata jkollna persuna jew persuni professjonali biex jieħdu ħsieb dan ix-xogħol ta' reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera tagħna fil-Greċja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Illum aħna qegħdin niddiskutu l-awtorità marittima li ma tantx nieħu pjaċir nikkritikaha u mmaqdarha għaliex din hija xi ħaġa li teffettwa l-image ta' pajjiżna barra minn Malta.", "Il- kritika li għamel l-Onor.", "Herrera ma kenitx distruttiva imma kostruttiva biex dak li għandna tajjeb inkomplu ntejbuh u dak li hemm bżonn nirranġaw, nirranġawh.", "Jien ma nemminx li kollox tajjeb għax kieku kollox tajjeb inkunu lħaqna ta' wara Alla u Dak biss jagħmel kollox tajjeb.", "Jien jiddispjaċini li fuq il-kwestjoni ta' l-Erika, il-maġġoranza tal- media Maltija kissritna.", "Kien hemm ċerta media li ħarġet tgħajjar lill- Oppożizzjoni li jmissha tistħi fuq l-inċident li kien hemm ta' l-Erika.", "Aħna ħriġna nappoġġjaw lill-gvern u għedna li l-kritika tal-media kienet qed tagħti image ħażin lil pajjiżna.", "Meta qrajt din il-kritika tqażżist għax anke kieku l-gvern Malti, li f'din il-kwestjoni huwa l-poplu Malti, kellu tort, qatt ma kont nippretendi li ċerta media Maltija toħroġ kontra l- gvern.", "Anke meta ħriġna l-istqarrijiet b'appoġġ lill-gvern, fejn għedna li dak li ġara ma kellux tort il-gvern Malti, ma kellhiex tort l-awtorità marittima, aħna qatt ma ppretendejna li l-media kienet se toħroġ għalina hekk!", "Dak iż-żmien jien u l-Onor.", "Francis Agius, li qegħdin fuq il-kumitat tal- fishing, konna għadna ġejjin minn Franza, u dawn kienu ħaduna f'ċentru li qalu li huma u l-Kanadiżi biss għandhom bħalu.", "Dawn qalulna li permezz ta' dan iċ-ċentru jekk jiġri xi ħaġa bħalma ġara, f'nofs siegħa jirrimedjaw kollox.", "Kienu wrewna film dwar dan iċ-ċentru u qalulna li jekk il-pajjiżi tal-Mediterran jiġu bżonnu huma lesti li jgħinu għax dan qiegħed għall- Ewropa.", "Imbagħad ħmistax wara, meta ġara l-każ ta' l-Erika, dawn ma kellhom xejn ippreparat.", "Bil-kemm kemm ma ridux jitfgħu kollox fuq il- gvern Malti.", "Din qed ngħidha għaliex mhux sewwa jeħel il-gvern Malti u jeħel il-poplu Malti b'affarijiet li ma kellux x'jaqsam magħhom Baqgħu jgħidu li se jġibuha fil-kunsill tal-Ewropa.", "U meta ġie d-dibattitu fuq il- kwestjoni ta' l-Erika jien u l-Onor.", "John Vella għednielhom ċar u tond li jekk Malta se tiġi kkritikata, aħna se noħorġulhom il-fatti u nuru li l- affarijiet ma sarux sew mhux min-naħa tal-gvern Malti jew min-naħa ta' l- awtorità marittima.", "Il-gvern Malti għandu s-serjetà, għandu l-inspectorates, saru l-affarijet kif kellhom isiru, u ma kienx tort tagħna, imma dawn ma fdawx lilna u riedu jagħmlu l-affarijet huma.", "Iżda l-gazzetti xorta ħarġu kontra tagħna li sar hekk.", "Ħarġu kontra tagħna l-għaliex l-oppożizzjoni, dak iż-żmien, qablet mal-gvern li ma kellu xejn x'jaqsam f'din it-traġedja.", "Meta fl-aħħar laqgħa urewna films fuq l-Erika qatt ma ssemma li Malta kellha xi tort.", "Kulma qalu kien li kien vapur rreġistrat Malta, imma wara li spjegajnielhom ċar u tond li aħna m'għamilniex it-testijiet ma ssemmietx iżjed Malta.", "Dakinhar, meta rajna l-film, aħna ħsibna li se jgħidu kif irranġaw l- affarijiet, għax hekk jagħmlu pajjiżi oħra, imma kulma sar kienet saret propaganda li jekk jinqala' każ bħal dan, huma għandhom il-faċilitajiet li jirrimedjaw.", "Wara li ħadna dik it-tkaxkira u dak it-tgħajjir kollu mill-gazzetti Maltin fuq il-każ ta' l-Erika, kont nippretendi li jagħmlu l-istess fuq il- każ tal-vapur Taljan li kien qed iġorr il-merkanzijagħ wara li kien diġà miżmum l-Olanda.", "Dan kienu krewh il-Ġermaniżi u ġralu l-istess, tfarrak.", "Imma ma rajna xejn ħlief xi erba' artikli fuq il-gazzetti Maltin.", "Ma qalux li l-istess ditta li kienet iċċertifikat lill-Erika iċċertifikatu li tajjeb, wara li dan kien ġie miżmum l-Olanda u ma ħallewhx joħroġ għax ma kienx tajjeb.", "Din kellna naqrawha fuq gazzetti barranin għax fuq il- gazzetti Maltin ma ġabux li dawn huma l-istess nies li reġgħu għamlu l- istess vroma!'", "Mhux talli hekk, talli l-media Taljana wriet lill-kaptan jiskuża ruħu u l-Ġermaniżi u kulħadd appoġġjahom.", "Imma meta nqala' l- inċident ta' l-Erika l-gazzetti Maltin, flok ħarġu jappoġġjaw lill-awtorità marittima Maltija, ħarġu kontra tagħha.", "Dan mhux sewwa għax, kif qal il- Ministru Ċensu Galea, din xi ħaġa li tagħmlilna ħafna ħsara!", "Jiena nemmen li l-awtorità marittima tagħna hija serja u rnexxielha tiżviluppa ħafna u kabbret diversi oqsma.", "Mhuxqed ngħid li ma jsirux żbalji, għaliex kulħadd uman.", "Imma meta jiġri każ bħal dan, missha tistħi l-media Maltija toħroġ tattakka lill-awtorità meta taf li Allaħares ħadna t- tort il-għaliex dan kien jiswielu l-miljuni tal-liri lill-pajjiż!", "Fuq din il-kwestjoni se nagħlaq hawn, imma jiena tkellimt għax ħassejtni ddispjaċut.", "Kont nippretendi li meta tinqala' problema li teffettwa lill- pajjiż, il-poplu Malti għandu jkun magħqud u l-media jmissha ħarġet tfaħħar lill-awtorità marittima u tgħid li l-poplu Malti rnexxielu jkabbarha, u mhux tmaqdarha għax l-oppożizzjoni fl-istqarrijiet tagħha qalet li l-poplu Malti ma kellux tort f'dan l-inċident.", "Wara kollox il-flus la kien se jeħilhom il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u lanqas il-Partit Laburista fl- oppożizzjoni.", "Dawn kien se jeħilhom il-poplu Malti kollu u kieku weħilhom il-poplu Malti konna niftaqru.", "Dawn huma affarijiet li ma naqbilx magħhom jien.", "Waħda mill-affarijiet li semma l-ministru li nkwetatni daqsxejn hija l- kwestjoni tat-tibdiliet li se jsiru f'ċerti prattiċi ta' xogħol fix-xatt.", "Jiena naqbel ħafna li jsiru ċertu t-tibdil.", "Imma jien għamilt tliet mistoqsijiet parlamentari fejn tlabt lill-ministru jgħidli meta se jinbidlu l-affarijiet fix-xatt u x'se jiġri minnhom il-ħaddiema tax-xatt u bqajt bla risposta.", "Fl-aħħar joint committee li kien hemm ġo Brussels, il-gvern aċċetta li nagħmlu t-tibdiliet li se jsiru fuq affarijiet marittimi min- naħa tal-Ewropa.", "Jiġifieri ejja nagħmluha ċara u għidulna ċar u tond jekk il-ħaddiema tax-xatt humiex se jitilfu xogħolhom u d-dritt li x-xogħol tax- xatt jintiret mill-iben wara li jispiċċa l-missier.", "Mhux se mmorru 'l quddiem, se mmorru lura!", "Mr Speaker, nixtieq nistaqsi x'se jiġri issa.", "Ġejja s-sistema l-antika, li jikkmanda l-aġent u l-foreman?", "Jiena kont naħdem ix-xatt u naf x'kien isir.", "Min jaqra l-istorja tal-ħaddiema tax-xatt jara li dawn batew ħafna biex waslu fejn waslu u ħadu li ħadu llum.", "Din qed nagħmilha ċara għax hemm ħafna ħaddiema tax-xatt li għadhom żgħar, li għandhom għajnejhom mgħottijin minħabba l-politika li jħaddnu.", "Dawn ma jafux kemm batew missirijiethom u n-nanniet tagħhom biex qed igawdu dak li għandhom illum.", "Dawn se jispiċċalhom kollox?", "Ejja nkunu ċari u ngħidulhom li l-għada li nidħlu fl-Ewropa jispiċċa d-dritt li wieħed jiret l-impjieg tax-xatt ta' missieru għax fl-Ewropa dan ma jeżistix.", "Hawn min jargumenta għax dawn il-ħaddiema lil jirtu l-impjieg ta' missierhom għandhom dritt aktar min ħaddieħor għal dak ix-xogħol.", "Dak kien dritt li tahulhom il-gvern Laburista, dritt li rebħuh wara ħafna tbatija.", "Jekk it-tibdil li se jsir ifisser li aħna se nerġgħu mmorru għas-sistema li jiġi l-aġent tal-vapur u l-foreman tiegħu jagħżel min jaħdem fuq ix-xatt, dak mhux progress se jkun imma rigress.", "Dan ifisser li l-burdnara li għandhom il-liċenzja, kull min għandu x'jaqsam max-xatt se jispiċċa at the mercy ta' l-aġent u nerġgħu niġu għas-sistema li kellna qabel l-1947, l- 1949 u l-1950?", "Hekk konna naħdmu x-xatt dak iż-żmien.", "Min qegħed jagħti l- pariri li dan għandu jsir, ma jifhimx fix-xogħol tax-xatt.", "Ma jafx kemm batew il-ħaddiema tax-xatt biex waslu fejn waslu.", "Kienu gvernijiet Laburisti konsekuttivi li taw lill-ħaddiema tax-xatt id- drittijiet li jgawdu llum.", "Imma llum qed ngħidu lill-ħaddiema tax-xatt li jridu jkunu jafu jsuqu l-crane u jridu jkunu jafu jsuqu l-forklifter.", "Għaliex?", "Għax in-National Cargo kissirnieha u qtilna x-xatt għal tapposta!", "Ix-xatt qtilnieh meta sar agreement li l-vapuri li jkollhom il-merkanzija għal Malta riedu jħottu x-xatt, imbagħad bdejna bl-iskużi li dawn huma vapuri kbar u ma joqogħdux ix-xatt!", "U kellhom isiru l-cranes u baqgħu ma sarux.", "Tort ta' min ma sarux?", "Tort tal-ħaddiema tax-xatt ma sarux?", "Meta kont ministru kien hemm wieħed li qalli li dawn huma vapuri kbar ħafna biex jidħlu x-xatt.", "Possibbli hemm ikbar mill-aircraft carriers li qed jidħlu llum?", "Kien hemm ieħor qalli li vapur kbir tal-merkanzija ma jpixkax fil-Port il-Kbir.", "Pixka l-Ark Royal, ma jpixkax vapur tal- merkanzija u vapur tal-containers?", "Għaliex?", "Għax kien hemm l-interess li noqtlu x-xatt, u lill-ħaddiema tax-xatt qed nagħmluhielhom impossibbli li jaħdmu fil-freeport .", "Qed jipprovaw jidħqu bihom għax il-gvern Laburista ta' bejn l-1947 u l-1955 għamel liġi biex jipproteġi lin-nies tax-xatt - u hawn ngħid lill-ħaddiema tax-xatt biex joqogħdu attenti – fis-sens li n- nies tax-xatt jistgħu jaħdmu fil-portijiet tad-dawra ta' Malta, inkluż il- freeport .", "Wara li neħħejnielhom id-dritt li x-xogħol tax-xatt jintiret, imbagħad taparsi tajniehom wieħed minn kull għaxra u għednielhom li fil-freeport se ndaħħlu n-nies.", "Daħħalna n-nies il-freeport imma l-ħaddiem tax-xatt inqala' barra, u issa qed jgħidulu li biex jaħdem hemmhekk, irid ikun jaf isuq il-crane u anke l-forklifter.", "Mhux veru għax ħafna mix-xogħol kien jagħmlu ħaddieħor.", "Qed ngħidulhom hekk biex il-ħaddiema tax-xatt jgħidu ''le'', u nkeċċuhom.", "Mhux veru li l-ħaddiema tax-xatt - u min jaħdem ix- xatt jifhem – jaħdmu bil-ħin, jidħlu fis-7.00 a.m. u joħorġu fil-5.00 p.m. Min qalha din?", "Mela jekk jidħol vapur x-xatt fis-6.00 ta' filgħodu se tgħidlu: ''Issa inti se tibda tħott fis-7.00 a.m.\"?", "Ma kenux hekk.", "Neħħejnielhom kollox lill-ħaddiema tax-xatt bl-iskuża ta' dawn l-affarijiet u ma tajniehom xejn.", "Jiġifieri biex immorru 'l quddiem issa se neħħulu l- paga garantita lill-ħaddiem tax-xatt, li kien tahielu gvern Laburista?", "Dawn l-affarijiet qed ngħiduhomlhom lill-ħaddiema tax-xatt?", "Mr Speaker, nixtieq nistaqsi wkoll x'se jiġri mill-flus tal-ħaddiema tax- xatt li hemm imġemmgħin.", "Meta kont ministru jien sibt l-oppożizzjoni kollha biex tajthom id-dritt li ta' kull sena li jkunu ilhom jaħdmu x-xatt jieħdu Lm250, għax bdew jgħidulhom li dawk il-flus mhux tagħhom!", "Iva, dawk tagħhom!", "Jiena kont naħdem ix-xatt meta saret din.", "Dawn kienu għamlu sistema li biha l-aġenti tal-vapuri u n-nies tax-xatt iħallsu skond il-port work scheme.", "Imbagħad din il-port work scheme spiċċat u għedna li din tiġi taħt l-awtorità.", "Dak kien żball u kieku bqajna fil-gvern aħna, kont se nneħħiha din għax ma naqbilx magħha.", "Il-ħaddiema tax-xatt kellhom is-sistema tax-xogħol tagħhom u kienu jmexxu sew u mhux fair noqogħdu nwaħħlu fihom dwar ċerti affarijiet li ġraw.", "Kien ikun hemm ftehim bejn in-nies tax-xatt u l-aġent dwar kif jaħdmu u kif jitħallsu għax il-vapur jaqbillu li jitlaq sagħtejn, tliet siegħat qabel u mhux veru li kienu jogħlew it-tariffi minħabba l-mod kif jaħdmu l-ħaddiema tax-xatt.", "Jien niftakar meta fl-1971, fi żmien Bertu Hyzler, Alla jaħfirlu, ix-xatt ġie f'idejn il-ħaddiem, l-aġenti kienu qalulu li biex ikunu jistgħu jmexxu x-xatt ried iżidhom żewġ xelini-it tunnellata, jiġifieri ten cents.", "U Hyzler kien qalilhom le.", "Mhux il-ħaddiema talbuha ten cents, imma talbuha l-aġenti.", "Riedu jżidu ten cents-it tunnellata u qalilhom le.", "Kien twaqqaf bord biex imexxi x-xatt u kien miexi tajjeb.", "Issa jekk inti trid tagħmlilhom oppożizzjoni lin-nies tax-xatt, tagħmilhielhom!", "Il-benefiċċji soċjali kollha u pensjonijiet li għandhom in-nies li jaħdmu mal-gvern u fil- fabbriki saru bis-saħħa kemm tan-nies tad-dockyard u kemm tan-nies tax-xatt li dak iż-żmien kienu organizzati f'unions.", "Il-ħaddiema tal-fabbriki ma kenux organizzati f'unions, u n-nies tax-xatt kienu jieqfu b'solidarjetà mal-ħaddiema biex illum kull impjegat għandu l-leave, għandu s-sick leave, u għandu paga diċenti.", "L-impjegati kollha għandhom ikunu rikonoxxenti lejn il-ħaddiema tax-xatt.", "L-ebda tabib u avukat mill-università ma ġie jiġġieled biex il-ħaddiem illum għandu l-pensjonijiet.", "Il-ħaddiema tax- xatt u l-ħaddiema tad-dockyard, permezz tal-GWU iġġieldu biex llum il- ħaddiem qed igawdi dawn il-benefiċċji soċjali.", "Allura issa biex immorru 'l quddiem, kif qal il-ministru - għax hawnhekk inkwetani – se jispiċċaw il-ħaddiema kollha?", "Jien ma jimpurtanix x'għamel Brussels.", "Jiġifieri issa se niġu bħal Brussels, li x-xatt u l-mollijiet tagħna jitmexxew mill-aġenti?", "Għax hemmhekk l-aġenti jmexxu, mhux il-gvern u huma jiddeċiedu.", "B'dan il-mod se mmorru 'l quddiem?", "Se nerġgħu mmorru għal kif konna qabel l-1947, meta l-ħaddiem tax-xatt kien jiddependi mill- foreman?", "Dak iż-żmien min jaħdem ix-xatt ried jagħti lill-foreman tiġieġa fil-Milied, iħallas sold tad-duluri, sold tal-kelb u sold ta' l-inċirata?", "Dawn huma l-affarijiet li rridu naraw?", "Jien iddispjaċieni wkoll nisma' lill-ministru jgħid li llum qed naraw ix- xogħol isir fiċ-Ċirkewwa.", "Veru li llum qed naraw ix-xogħol miexi fiċ- Ċirkewwa, imma lili ma tistax tagħtini tort għax jien naf it-tbatija li batejt - u inti taf x'jiġifieri – biex f'sena u tmien xhur nipprova nġib il- permessi.", "L-ewwelnett ridt nerġa' nipprova nġib il-Gozo Channel Co. vijabbli, għalkemm din ma kenitx taqa' taħti.", "Il-Gozo Channel kellha b'Lm1.75 miljun dejn dak iż-żmien.", "Lanqas il-kontribuzzjonijiet tan- national insurance tal-ħaddiema tagħha ma kienu mħallsin.", "Anke l-arloġġ tad-diesel kien ħażin u ħadd ma jaf x'inhu jimla u jieħu l-vapur.", "Ridt nara minn fejn il-gvern se jġib il-Lm50 miljun biex nibnu tliet vapuri ġodda.", "Il-kumpannija kienet qed titlef Lm1000 kuljum mis-servizz tal- catamaran li llum waqqfuh.", "Apparti dan kollu, in-nies tiegħek jistgħu jgħidulek kemm kont nagħmel laqgħat u kważi kuljum bil-ġlied biex forsi l-planning authority toħroġilna l-permess biex jibda x-xogħol fuq il-moll taċ-Ċirkewwa.", "Inti daqsi domt għax ilek sentejn biex iġġib il-permess mingħand il-planning authority.", "Lili qalgħetli l-kwestjoni li hemmhekk jgħix speċi ta' dud li ma ssibu mkien iktar, allura ma ridetx toħroġ il-permess biex isir dan il-proġett.", "Issa lilek ma nafx x'intopp qalgħetlek.", "Staqsi lill-perit involut fil- proġett kemm ħabbtuna dawk li jmorru jgħoddsu hemmhekk il-għaliex se nkissru l-area fejn imorru jogħdsu!", "Kemm kelli niġġieled biex forsi jibda x-xogħol!", "Meta ħarġu t-tenders għal dak il-proġett, ingħata x-xogħol lill- kuntrattur li tefa' l-irħas offerta, imma wara ġie jgħidli li ma kellux l- apparat u r-riżorsi biex ikompli l-proġett sa l-aħħar.", "Għaldaqstant żammejtlu l-garanzija.", "Ma nafx jekk lilkom tellagħkomx il-qorti għaliex lili kien tellagħni l-qorti għaliex ried il-garanzija.", "Jekk huwa ma wasalx!", "Issa inti xortik tajba għax m'għamillekx maltemp, imma lili għamilli l-maltemp.", "Imma hemmhekk jien ħdimt ħafna biex jibda l-proġett.", "Mela tiġi tgħidli li kollox kien baqa' fuq biċċa karta!", "Anzi int perit, Onor. Ċensu Galea, u taf li ħadd ma jista' jmur jibni mingħajr ma jagħmel il-pjanta.", "Mhux bilfors iridu juruni l-pjanta.", "Jien rajt il-pjanta u approvajtha u llum se intom qed timxu fuq l-istess pjanta.", "Forsi hemm varjazzjoni żgħira imma l-istess xogħol se tagħmlu.", "X'ippretendejt f'sena u tmien xhur?", "Kieku f'sena u tmien xhur jien għamilt dak kollu kien ikun miraklu!", "Però f'sena u tmien xhur il-kumpanniji li blajt jien ħallejthom kollha b'saħħithom, taf!", "Issa meta niġu għall-estimi ta' l-awtorità tat-trasport ngħidlek kemm ħallejthom b'saħħithom il-kumpanniji li sibt kważi falluti, u mhux tiġi tgħidli li kollox baqa' fuq il-karti!", "Mhux kollox fuq il-karti jibda, meta jsiru l-pjanti!", "Jekk tmur tara dak il-monument kbir ta' San Pietru fuq karta beda wkoll.", "Anke dar fuq karta tibda għax l-ewwel pass huwa li ssir il-pjanta.", "Jien jiddispjaċini meta nisimgħek tgħid dawn l-affarijiet għax taf kemm dan il-ministeru huwa skifuż.", "Anzi, fost il-ħafna responsabbiltajiet diffiċli li għandu l-ministru, għallinqas hemm l-awtorità marittima fejn hemm nies li jien kont ħadt pjaċir naħdem magħhom.", "Safejn naf jien qatt ma daħku bija u meta ġejna biex nagħmlu l-proġetti kemm taċ-Ċirkewwa u kemm ta' l-Imġarr, ħadmu miegħi fid-diffikultajiet li kellna u la kien tort tiegħi u lanqas ta' l-awtorità marittima li ma mxejniex iktar.", "Imma l-planning authority qalgħet il- kwestjoni li jekk id-dud tar-ramel li hemm fiċ-Ċirkewwa se nħalltuh mad-dud ta' l-Għadira se jispiċċa u jiġi dudu wieħed.", "Jiddispjaċini ma ġibthiex miegħi l-kopja ta' l-ittra li kienu bagħtuli, imma tista' tistaqsi lill- perit kenitx waħda mill-intoppi li kellna.", "Imbagħad inqalgħet kwestjoni oħra ma' dawn li jmorru underwater fishing, li għamluli ħajti infern għax ma ridux li noħorġu l-moll li se tagħmel inti biex jorbtu l-vapuri miegħu.", "U l-esperti kienu jgħiduli li jekk ma jsirx il-moll, il-vapur ma jorbotx.", "Jien għandi d-dokumenti li juru dan kollu.", "Jiddispjaċini li kien hemm min daħak bija għax illum qed jorbot il-vapur.", "Kienu jgħiduli li m'għandniex għaġġla li jitlesta l-vapur għax qabel ma nlestu l-moll ma jkunx jista' jorbot.", "Imma llum qed jorbot il-vapur!", "U jien għamilt waħda kif naf nagħmel jien, u mort sibt lil dak l-espert li kien qalli li l-vapur ma jkunx jista' jorbot u għedtlu: ''Għaliex dħakt bija?", "Imma mhux bija dħakt taf, dħakt bin-nies.''", "Dan hu l-martirju li għaddejt minnu jien hemmhekk u qed insemmih għax iddispjaċieni meta qal li aħna ħallejna kollox fuq il-karti.", "Issa niġu għall-yacht marina t'Għawdex.", "X'sar minnha?", "Daħket bina l- ministru t'Għawdex meta qalet li ma tistax issir!", "Se tmeri lill-periti li ġibna - li huma kapaċi daqs ta' barra - li dik il-yacht marina kienu se jagħmluha?", "Iva, konna se nagħmluha!", "Kieku rnexxieli nagħmel kollox f'sena u tmien xhur kien ikun hawn il-Papa tall-llum jgħid: ''Isma' hemm Alla wieħed, imma dan ta' warajh!''", "Il-gvern ma telax għal sena u tmien xhur, imma tela' għal ħames snin.", "U kieku għamel il-ħames snin kieku dawn l- affarijiet saru għax fl-aħħar kont nibqa' għaddej minn fuq il-planning authority, jgħidu kemm jgħidu li jien salvaġġ!", "Kieku smajt mill-planning authority lanqas Posta m'hemm.", "Dawn huma nies irresponsabbli, jiġu jaqgħu u jqumu jekk il-pajjiż imurx 'il quddiem jew le.", "Fejn jidħol il-qasam tal-berthing facilities qed nirraġunaw bħal meta jien ngħidlek tiġi tpoġġi l-karrozza tiegħek fil-garaxx tiegħi meta fil- garaxx tiegħi bilkemm toqgħod il-karrozza tiegħi, aħseb u ara kemm toqgħod tiegħek!", "Qegħdin nirreklamaw il-berthing facilities meta m'għandniex available.", "Jien mhux qed ngħid li d-direttorat tal-yachting m'huwiex tajjeb.", "Dażgur li tajjeb, imma kemm se ndumu ngħidu li għandna l-berthing facilities meta ma żidnihomx.", "Issa nixtieq nistaqsi x'ġara mis-sea passenger terminal.", "Aħna kellna kważi kollox lest u konna ħriġna anke t-tenders.", "X'sar minnu?", "Issemmulix il-moll ta' Għawdex għax jaqbadni d-daħk meta nkun l-Imġarr, għax jien ġej u sejjer Għawdex.", "Tidħku bin-nies, imma bija mhux se tidħku.", "Ix-xogħol fl-Imġarr kien beda fi żmien Dr Borg Olivier, Alla jaħfirlu, għamlu erba' ġebliet u waqaf.", "Meta tela' l-gvern Laburista tefa' n-nies il-ħabs għax kien hemm il-ħmieġ tas-SOCOMAR u ma kien sar xejn.", "Imbagħad il-gvern Laburista beda x-xogħol u meta reġa' tela' l-gvern Nazzjonalista ta' l-1987 kien baqa' erba' ċnagen biex jitlesta l-moll.", "Tlesta u waħħaltu tabella li x-xogħol fuq il-moll beda fl-1971 u spiċċa fl-1987.", "Mhux veru għamlu gvern Nazzjonalista, imma kien il-gvern Laburista li għamlu.", "Jekk niġu f'dan, kulma qed isir issa kollu gvern Laburista għamlu għax aħna bdejnieh.", "Dan bħal meta ġiet ir-Reġina u poġġejtu l-ewwel ġebla ta' l-isptar f'Għawdex u għamiltu ħafna festi u ċerimonji, imma kieku ma kienx gvern laburista lanqas sar l-isptar t'Għawdex!", "Kieku ma kienx għall-gvern Laburista f'Għawdex la hemm housing estates, la hemm fabbrika tal-ħalib u lanqas vapuri m'hemm.", "Issa għamilna l-vapur u diġà qed jagħtina l-inkwiet l-vapur il-kbir.", "Hija ħaġa tad-daħk li tara riklami fuq il-gazzetti li jgħidulek biex tmur Għawdex bil-vapuri tal-Gozo Channel!", "Biex trid tmur Għawdex?", "Bil-għawm jew timxi fuq l-ilma?", "Għalfejn qed nagħmluhom dawn ir-riklami?", "Il-bieraħ il-Viċi Prim Ministru qal li rridu nagħmlu saqajna fl-art u ngħidu jekk il-partit Laburista huwiex favur il-privatizzazzjoni.", "Biex jifhmuna n-nies ngħidulhom li l-privatisation tfisser li l-entitajiet tal- gvern li jagħmlu profitt nagħtuhom lill-erba' bażużli.", "Veru li l-ħaddiem jista' jidħol shareholder, imma l-ħaddiem m'għandux mezzi finanzjarji biex ikollu shares daqs Ċikku u daqs Peppu.", "Forsi jkollu b'Lm500 shares.", "Le, ma naqblux li nagħtuhom lill-privat.", "Qed nagħmilha ċara li l-gvern Laburista ma jaqbilx ma' privatisation totali.", "Onor. Gonzi, fil-programm elettorali l-partit Laburista qal li l-azjendi tal-gvern li jaqilgħu l-flus għandhom jiġu privatizzati 40% tagħhom.", "L-azjendi li jaqilgħu il-flus kulħadd irid jidħol għalihom.", "Għidilhom jidħlu għad-dockyard, għidilhom jidħlu għax-shipbuilding!", "Ara llum kulħadd iridha l-Air Malta, imma dak iż- żmien ħadd ma riedha l-Air Malta.", "Erbat ijiem oħra ngħidu li l-Gozo Channel se nipprivatizzawha, u kulħadd ikun iridha.", "Mr Speaker, issa ħadd ma ġie jgħid li l-prezz tal-biljetti tal-vapur t'Għawdex m'humiex prezzijiet soċjali, minkejja li ħallejniehom kif kienu.", "Mr Speaker, x'ġara mill-yacht marina tal-Birgu li issa tlifna erba' snin u mhux sentjen?", "In-nies li kienu inkarigati mill-maritime authority kienu ħadmu man-nies li kien hemm u qalulhom x'irridu u ma rridux.", "Hemmhekk hemm nies ta' l-affari tagħhom, kemm periti u kemm nies li huma tekniċi li jafu x'irridu.", "X'ġara minnha?", "Se nibdew il-bini fejn joqogħdu n-nies.", "Dik yacht marina?", "Yacht marina hija fejn jidħlu l-yachts.", "Dawk li ħadu l- kuntratt kienu ġew għandi u jien mill-ewwel kont għedt li dawk ma jaslux.", "Imma intom tajtuh il-kuntratt tal-yacht marina u bqajna fejn konna.", "J'Alla ssir għax il-poplu jdaħħal il-flus minnha.", "Dak iż-żmien konna ġibna l- ostakoli kollha minħabba dik il-biċċa tax-xatt li ngħatat bħala parti mill- proġett b'ċens għal 99 sena, għax kienu qalu li ħadd ma jista' jmur jgħum jew jistad u lanqas jagħmel barbecues.", "Imma kien hemm min kellu interess li jkisser kollox, u llum kissirnieh u m'għandna xejn.", "Mhux wara sentejn, imma wara erba' snin għax konna bdejna aħna.", "Jien kont nisma' li l- passenger sea terminal lest u ħafna postijiet kienu lesti, allura kont nippretendi li wara li titilgħu fil-gvern jibdew dawn l-affarijiet.", "Jekk kollox kien lest għalfejn qgħadtu tistennew biex tibdew?", "Imma mhux imbagħad taparsi għamilthom int!", "Issa x'se jiġri jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea?", "L-awtorità marittima trid timxi skond kif tgħid hi?", "Jiġifieri fix-shipping se niġu kmandati mill- Ingliżi u mill-Franċiżi għax qed jgħiru għal Malta peress li għandha dak it-tunnellaġġ reġistrat taħt il-bandiera tagħha?", "Din biċċa ħobż tagħna, bnejnieha mix-xejn, mingħajr l-għajnuna ta' l-Ewropa għax din inbniet min- nies li hemm illum u li kien hemm qabel fl-awtorità marittima, bix-xogħol u bl-għaraq tagħhom.", "Dan ix-xogħol se narmuh kollu u nagħmlu li jgħidulna huma?", "Aħna se niġu nagħmlu parti mill-awtorità marittima Ewropea?", "L-aħħar darba li kont Strasbourg, jien kont qajjimt dan il-punt u dawn għamluhielna ċara li hemm leġislazzjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-vapuri li se jwasslu biex 'il quddiem jiġi kollox taħt Brussels.", "Tiġix tgħidli li din forsi ssir għaxar snin oħra għax għaxar snin x'inhuma f'ħajja ta' nazzjon?", "Ix-xogħol li qed jagħmlu dawn in-nies u l-qligħ li qed iġibu lejn Malta se narmuh?", "Ejja nitkellmuha ċar u tond.", "X'se jiġri mix-shipping register?", "Naf li l-ministru se jgħid li kollox se jibqa' kif inhu.", "Kollox hekk ngħidu anke fuq il-qasam tal-biedja smajna li kollox se jibqa' kif inhu, però biddlu kollox.", "Anke fuq il-kwestjoni tal-kaċċa qalulna li kollox se jibqa' kif inhu, imma kif jista' jibqa' kollox kif inhu?", "Jekk inti dieħel membru fi club trid timxi mar-regoli tiegħu.", "Ma tistax tgħid li ma taqbilx ma' ċerti affarijiet għax ikeċċuk 'il barra.", "Ma nidħkux bina nfusna, jekk deħlin fil-club Ewropew irridu noqogħdu għal dawn ir-regoli.", "X'se jiġri mill-ħaddiema li jaħdmu mal-Gozo Channel?", "Dawn se jkollhom bżonn bilfors iċ-ċertifikati ta' kaptani u baħrin li tesiġi l-Ewropa, għax f'dak il-każ ħafna minnhom se jitilfu l-job.", "J'Alla mhux hekk.", "Jien mhux qed nitkellem sempliċement biex nikkritika, imma rrid inkun naf x'se jiġri minn dawn in-nies, bħalma rrid inkun naf x'se jiġri mill-ħaddiema tax-xatt u l- ħaddiema li għandhom x'jaqsmu ma' dan id-direttorat.", "Fatt ieħor li jiddispjaċini nsemmi huwa l-fatt li meta kien hawn aircraft carrier Amerikana l-baħrin Amerikani bdew ifittxu fuq il-karozzi ta' l- impjegati ta' l-awtorità marittima qabel iħalluhom jgħaddu mix-xatt.", "Jiddispjaċini li wasalna fl-estremità li l-pulizija u l-uffiċjali tad-dwana tagħna ġew obsolete u jikkmandani biċċa baħri Amerikan.", "Dak kien jikkmandani qabel ma Malta saret ħielsa, qabel ma Malta saret indipendenti, imma mhux illum jiġi jfittixli biex nitla'.", "X'jiġifieri biċċa baħri Amerikan jgħid lill-impjegati ta' l-awtorità fejn jipparkjaw il-karozza?", "Fiex wasalna?", "Biċċa baħri Amerikan jgħidli biex ma nidħolx fuq il-moll għax hawn aircraft carrier?", "Fiex wasalna?", "X'passi ħa l-ministru għall- affarijiet barranin u l-ministru ta' l-intern?", "X'ġara fuqhom dawn?", "Dan sewwa?", "Dan rajtu b'għajnejja jien stess waqt li kont ma' żewġ Ingliżi u stħajt!", "Min qallu biex jiġi Malta dan?", "Aħjar jiġi biċċa vapur tat-turisti!", "U waħda mill-affarijiet li qed tinkwetahom lill-cruise liners hija l-fatt li jaraw dawk il-biċċiet tal-gwerra hawnhekk!", "Ma noqogħdux ngħidu għaliex kien hawn ħafna inkwiet fil-Mediterran.", "Allura jistgħu ma jiġu qatt it- turisti għax minn dejjem kien hawn l-inkwiet fil-Mediterran!", "L-inkwiet ilu mindu ġew il-Feniċi, daqqa fl-Eġittu, daqqa bejn il-Lhud u l-Palestinjani, u f'ħafna bnadi.", "Se nisimgħu mill-Amerikani, dawn iridu jgħallmuna d- demokrazija lilna?", "X'demokrazija!", "Għadhom lanqas jafu jekk telax jew le l-president Amerikan!", "Milosevic aħjar minnu għaliex tela' qabel.", "Dawn se jikkmandawna?!", "Jien nagħmel appell lill-ministru biex ma terġax tiġi xi biċċa frejgata oħra, biċċa imbarazz u jerġgħu jagħmlu hekk lill-Maltin għaliex wara l-1964 ma baqgħux imdorrijin hekk!", "F'pajjiżna la se tikkmandana l-Amerika u lanqas l-Ewropa.", "Veru m'għandniex is-saħħa li għandha l-Amerka u s-saħħa li għandna l-Ewropa, imma l-unur u l-affarijiet li għandna aħna ma jista' jmisshomlna ħadd.", "Jien nissimpatizza ma' dawk in-nies li pprotestaw u ma daħlux fuq il-moll, u għamlu sewwa, għaliex aħna Maltin u m'hu se jikkmandana ħadd.", "Mela jiġi biċċa baħri Amerikan ifittixli fil-karozza!", "Min qallu jiġi hawn?", "Din x'serjetà hi!", "Ix-xatt huwa ta' l-awtorità marittima u dak li tgħid hi għandu jgħodd u l-ebda baħri Amerikan, Ingliż, Taljan jew Libjan li jiġi hawn ma jikkmandana.", "Dawn l-affarijiet ma jagħmlux unur lill-poplu Malti.", "Nerġa' nagħmel appell lill-ministru biex meta tiġi biċċa frejgata oħra, hi ta' min hi, ma jerġax jiġri dak li ġara.", "Jekk iridu jiġu, jiġu u jekk ma jridux jiġu, ma jiġux.", "Aħna hawnhekk m'għandniex dawn it-teatrini ta' sigurtà.", "Aħna la għandna xi ngħidu ma' l-Amerikani, la għandna xi ngħidu mal-Libjani, m'għandna xi ngħidu ma' ħadd.", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux unur lill-poplu Mati, imma jġibuh, skużi, lagħqi.", "U jien nissimpatizza u nappoġġa lil dawk in-nies li ma ħallewx dawn l-affarijiet isiru.", "Hawnhekk issemma wkoll ir-rapport li għamlet il-kummissjoni Ewropea fuq Malta li fih qalulna x'għandna nagħmlu u ma nagħmlux biex niġu in line ma' dak li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna m'għandniex bżonn lill-Ewropa biex tgħidilna x'għandna nagħmlu.", "L-awtorità marittima bnejnieha waħedna mingħajr l-għajnuna ta' ħadd, imbagħad se nħallu lill-Ewropa tgħidilna li n- nies tax-xatt iridu jispiċċaw kollha għax fl-Ewropa mhux aċċettat li ġox- xatt ikun hemm il-burdnara u l-port workers!", "Issa, skond ir-Rapport Hyder, in-nies tax-xatt m'għandhomx dritt jaħdmu hemmhekk u l-awtorità marittima ta' Malta, bl-impjegati kollha li hemm illum, trid timxi skond kif tgħidilna l-Ewropa.", "Dawn huma l-fatti.", "Meta nsiefer jien dejjem nistaqsi fuq dawn l-affarijiet għaliex jinteressani x'se jiġri mill-ħaddiem tax-xatt u kulmin għandu x'jaqsam max- xatt.", "Mhux imbilli jiġu mill-Ewropa jgħidulna x'irridu nnaqqsu u x'irridu nżidu, fi żmien ħamsa jew sitt snin dawn il-ħaddiema kollha jispiċċaw.", "Min qed jagħti l-parir lill-ministru llum li mhux se jiġri hekk, qed jidħak bih.", "Mhux veru.", "Kollha jridu jispiċċaw dawn għax fl-Ewropa mkien m'hemm ħaddiema tal-port.", "U jekk ma jeżistux fl-Ewropa, lanqas se jħalluhom jeżistu hawn.", "Se jiġri bħalma ġara fil-kwestjoni tal-kaċċaturi, li wegħedniehom li jistgħu jagħmlu ċerti affarijiet u ma kien veru xejn.", "Illum qed noqogħdu ngħidu lin-nies tax-xatt li mhux se jiġri hekk, imma hekk se jiġri.", "Diġà bdejnielhom it-triq biex jispiċċaw għax imbagħad kollox jiġi mill-Ewropa.", "Jien m'għandi xejn kontra l-Ewropa, imma aħna waqqafna l-awtorità marittima mingħajr l-għajnuna ta' l-Ewropa, b'nies esperti Maltin, bis- sagrifiċċji li għamlu l-ħaddiema kollha.", "Jien nieħu pjaċir ngħid - u kullimkien għedtha - li l-maġġoranza tal-ħaddiema li hemm fl-awotirtà huma nies dedikati li bnew xi ħaġa li llum ferħanin biha.", "Bis-saħħa ta' dawk il- ħaddiema ma waqajniex wiċċna l-art meta ġara l-inċident ta' l-Erika.", "F'xejn ma waqqgħulna wiċċna l-art għax fl-aħħar irriżulta li n-nies tagħna kellhom raġun u mhux kif qalet Franza li hi ikbar minna u li għandha esperti iktar minna.", "Mela aħna m'għandniex bżonn ta' l-Ewropa.", "Tgħidli: Allura aħna se niġu iżolati?", "Mhux hekk qed ngħid.", "Imma ladarba aħna kapaċi nieqfu fuq saqajna, m'għandniex bżonn min jiġi joqgħod jagħtina pariri biex inkeċċu n-nies.", "Fejn se jaħdmu dawn in-nies tax-xatt?", "Għiduli fejn se jaħdmu l-ħaddiema kollha konnessi max-xatt, il-burdnara, il-cargo handlers, u l-oħrajn.", "Dawn se jiġu f'idejn l-aġenti tax-shipping bħalma trid tiġi 'l quddiem l-Air Malta meta jibdew deħlin il-linji l-oħra u din tkun trid tikkompeti ma' l-oħrajn.", "Diġà qed naraw x'inhu jiġri fuq il-Port Ħieles.", "L-ewwel lestejna t-triq biex il-ħaddiem tax-xatt ġibnieh dahru mal-ħajt u ma jkollux il-possibilità li jmur jaħdem fil-freeport, u issa qed ngħidu li se nipprivatizzawh.", "Imissek l-ewwel neħħejtlu x-xkiel kollu lill-ħaddiem għax jekk inti trid, taf iddaħħlu jaħdem hemm.", "U għalhekk ngħid lill-ħaddiem biex joqgħod attent għax dan li tfisser il-privatizzazzjoni.", "Diġà kellna l-eżempju tal- privatizzazzjoni ta' l-HSBC.", "Kemm kien hemm wegħdi li se jibqa' kollox kif inhu, u kemm ixxejru karti li għandna l-ftehim?", "Għalhekk il-partit Laburista qed jgħid li jaqbel mal-privatizzazzjoni, imma sa 40% ta' l-ishma u l-maġġoranza jibqgħu f'idejn il-gvern għax aħna rridu nipproteġu lill- ħaddiem Malti u mhux inkissruh!", "Meta konna se nipprivatizzaw lill-MIA hekk konna se nagħmlu, 40% ta' l- ishma għall-privat u 60% jieħdu l-gvern.", "U hekk irridu nagħmlu fi kwalunkwe ħaġa u qabel ma nipprivatizzaw l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il- ministeru rridu nkunu żguri li l-ħaddiem se jiġi salvagwardat.", "Mhux l- ewwel inkissru lil dawn il-korporazzjonijiet u ngħidu li m'aħniex qed naqilgħu flus għax fihom l-ispejjeż, biex imbagħad min ikun imexxihom, ikun hu l-ewwel li jieħu share fihom.", "'Il quddiem ngħid ukoll kif se tiġi privatizzata bil-mod il-mod il-Gozo Channel Co. L-ewwel infarrkuha u mbagħad, wara l-gvern iħallas il- miljuni kollha tal-vapuri li jkollu jħallas, nipprivatizzawha.", "Dan mhux qed ngħidu biex nikkritika lill-ministru, imma jien kont ħaddiem u naf x'jiġifieri taħdem mal-privat.", "Naf kemm batew il-ħaddiema tax-xatt biex waslu fejn waslu llum, biex qed igawdu dak li qed igawdu llum.", "Il- gvernijiet, kemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti, ħadmu ħafna biex l- awtorità marittima timxi 'l quddiem.", "Il-ministri kollha ħadmu biex tibqa' miexja 'l quddiem.", "Jien ma tantx ħdimt għax sena u tmien xhur għamilt imma kont kuntent li ħdimt ma' dawn in-nies li lili, safejn naf jien, qatt ma tawni pariri ħżiena.", "Imma jien nemmen li dawn l-affarijiet għandhom isiru bis-serjetà, mhux billi noqogħdu ngħidu li se jsir hekk u se jsir hekk.", "Allaħares ma jsirux dawn l-affarijiet.", "Il-kollega tiegħi semma kemm irridu noqogħdu attenti min-nies li taparsi jkunu qed jgħinu lill-awtorità u mbagħad issib li dawn m'huma qed jgħinuha xejn, għax ikunu qed jagħmlu iktar ħsara milli ġid.", "Irridu noqogħdu attenti biex ma jkollniex tip ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija bħal dak il-vapur li nqabad bid-droga.", "Ara dik, kemm ġabuha malajr il-gazzetti Maltin li nqabad bid-droga vapur reġistrat taħt il-bandiera Maltija!", "Bħallikieku l-awtorità marittima marret għabbietu!", "Veru li b'hekk il-bandiera Maltija ħadet xi ftit name ħażin, imma m'għandna qatt naċċettaw li tiġi msejħa l-bandiera tal-konvenjenza.", "Meta nkunu fil-Kunsill ta' l-Ewropa u fil-kumitati Ewropej, kemm jiena u kemm sħabi qatt ma aċċettajna li l-bandiera Maltija hija bandiera tal- konvenjenza.", "Ikun hemm min jabbuża, imma ma jkunx tort ta' l-awtorità għax meta qabdithom din qatgħethom mir-reġistru.", "Kif jaf il-ministru, jien kont naqta' tlieta jew erbgħa kuljum kważi.", "Jekk ikun hemm vapur li jinqabad bid-droga ma jfissirx li huwa mdaħħal il-ministru jew l-awtorità marittima.", "Allaħares!", "Imma l-media Maltija - u wara llum tgħidx kemm se jgħajruni imma jiena niġi naqa' u nqum - m'għandhiex toqgħod iġġibha headlines li nqabad vapur reġistrat taħt il-bandiera Maltija bid-droga.", "Din hija kollha ħsara għal Malta; la hija ħsara għall-partit Nazzjonalsita u lanqas għall-partit Laburista imma ħsara għall-poplu Malti.", "Awtorità b'saħħitha bħalma hija l-awtorità marittima li lill-poplu Malti ġabitlu l-flus, għaliex għandek tkissirha?", "Nagħmel appell lill-media biex joqogħdu attenti u ma jġibux affarijiet fil-gazzetti li jagħmlu ħsara lill- poplu Malti u lil Malta bħala nazzjon li għandu bandiera b'saħħitha.", "Huwa l-għira tan-nazzjonijiet għax fi żmien qasir tlajna r-raba' post fost dawk il-pajjiżi li għandhom l-aktar vapuri rreġistrati taħt il-bandiera tagħhom.", "Din hija l-għira li għandhom il-pajjiżi li għandhom storja marittima kbira bħall-Ingilterra u Franza.", "Dawn jgħiru għaliex Malta, li hija daqshekk żgħira, għandha l-awtorità marittima daqshekk b'saħħitha.", "Jien nawgura li x-xogħol li għamlet l-awtorità marittima tkompli tagħmlu u tibqa' miexja 'l quddiem għall-ġid tal-poplu Malti.", "Hawnhekk nitlob lill- media biex meta jkun hemm xi ħaġa li teffettwa lil Malta bħala nazzjon, l- ewwel isiru jafu xi tkun il-verità mingħand min hu responsabbli u mbagħad iġibu dak li għandhom iġibu fil-gazzetti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il- Ministru bil-winding-up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nibda l-konklużjoni ta' dan id- dibattitu proprju billi nagħmel riferenza għal xi affarijiet li ta' min jiċċarahom mal-ewwel.", "Nibda dwar l-allegazzjoni li għamel l-Onor.", "Jose' Herrera dwar il- pożizzjoni ta' charges żejda mill-konsulat tagħna ġewwa Ateni.", "Kif għedt dak il-ħin stess meta smajtu, jien nista' biss ninvestiga għax din hija l- ewwel darba li smajtha u jekk kellu xi affarijiet oħra li qal li se jgħidhom darba oħra, aħjar jaqbad u jgħidhom għaliex jekk qed jiġru affarijiet kif qed jallega hu, kull wieħed mid-deputati ta' din il-Kamra għandu obbligu li dak li jkun jaf jgħidu mal-ewwel u mhux iżommu fil-komma u mbagħad jużah meta jfettillu.", "Issemmiet il-kwestjoni ta' ċappa karti in konnessjoni mal-proġett taċ- Ċirkewwa.", "Jien ma jidhirlix li għamilt riferenza għal ċapep ta' karti, imma għedt li issa l-affarijiet m'għadhomx fuq il-karta u beda x-xogħol li wieħed jista' jarah b'għajnejh għaliex wasal iż-żmien li l-poplu Malti llum jara progress fix-xogħol biex jemmen li l-proġett tassew inbeda.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-Onor.", "Joe Debono Grech ma kellux għalfejn jieħu għalih għax hija pożizzjoni li qed nieħu fil-konfront ta' pożizzjonijiet li huma iktar diffiċli mill-proġett taċ-Ċirkewwa.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech jaf li din hija l-istess pożizzjoni li ħadt fir-rigward ta' proġetti iktar kbar li jien responsabbli tagħhom, bħal fil-każ tat-toroq ta' pajjiżna.", "Wasalna fil-pożizzjoni li llum il-poplu Malti jista' jmiss b'idejh dawn il-proġetti li ilhom biex isiru.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech għamel riferenza għal ħafna proġetti li kien se jagħmel u li m'għamilx, in parti għaliex għamel biss għoxrin xahar responsabbli minn dan is-settur, u in parti għaliex ħadd qatt ma tkellem fuqhom.", "Ir-riferenza għall-proġett tal-yacht marina ġewwa Għawdex hija daħka tal- gvern preċedenti li lejliet l-elezzjoni, jumejn qabel l-elezzjoni l-prim ministru ta' dak iż-żmien mar Għawdex u qal li kellu ħafna karti f'idejh - ara dawk, veru kienu ċapep ta' karti - li jitkellmu dwar l-industrial estate tax-Xewkija jew x'imkien fil-qrib, fejn kellhom jingħataw numru ta' garaxxijiet.", "Kellu ċappa karti li titkellem dwar il-proġett tal-yacht marina ġewwa Għawdex, li ħadd qatt ma kien tkellem fuqhom, ħlief forsi xi ħadd li ħażżeż - illum bil-computer malajr tista' tiddisinja xi ħaġa - visual impression li fil-fatt ma tfisser xejn.", "Dan huwa l-mod li jien żgur ma naqbilx miegħu.", "Jien ma rridx li nittrattaw id-diffikultajiet li jista' jkollna f'dan is-settur b'dan il-mod.", "Kemm l-Onor.", "Grech kif ukoll l-Onor.", "Herrera reġgħu kkonfermaw li meta niġu biex nitkellmu dwar punti ta' sustanza li jolqtu lil pajjiżna rridu nkunu magħqudin u qabel ma nlabalbu rridu nkunu f'pożizzjoni li nitkellmu fuq il-fatti bis-serjertà.", "U għal darba oħra ngħid li dan huwa aspett li rridu neħduh b'ċerta serjetà.", "Saret riferenza wkoll għall-problemi li kienu nqalgħu biex il-planning authority toħroġ il-permessi għall-proġett taċ-Ċirkewwa, fosthom il- kwestjoni li jekk id-dud tar-ramel li hemm fiċ-Ċirkewwa se nħalltuh mad-dud ta' l-Għadira se jispiċċa u jiġi dudu wieħed.", "Allura issa ma nistgħux niġu nitkellmu fuq iż-żewġ dudiet li jsiru wieħed mingħajr ma ndaħħlu l-Unjoni Ewropea.", "U għal darba oħra, kif kien mistenni, l-Onor.", "Debono Grech u l- Onor. Herrera għamlu riferenza għal dak li \"msieken aħna\" se jiġrilna meta Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk ukoll f'dan il-pajjiż irridu nibdew nifhmu li l-affarijiet jew ngħiduhom sewwa inkella ma ngħiduhom xejn.", "L-Onor.", "Debono Grech irrifera għal dak li hemm fir-rapport annwali u għal dak li għamilt riferenza għalih jien ukoll, tal-Hyder report.", "Naħseb li l- Onor. Debono Grech jiftakar li x-xogħol preliminari kollu ma' l- allokazzjoni ta' dan l-istudju lill-Hyder organisation kien sar proprju qabel l-elezzjoni li għaddiet meta, safejn naf jien, il-Labour party kien u għadu kontra l-membership ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-Hyder report, kulma għamilt jien kien li kkummissjonajt dak li kien ippreparat biex jiġi kkummissjonat.", "L-istudji saru fi żmien din l-amministrazzjoni, ġew konklużi ftit tax-xhur ilu u nisperaw li 'l quddiem ikollna ċ-ċans li niddiskutu bis-serjetà l-kontenut ta' dan ir-rapport, u mhux noqogħdu nispekolaw x'hemm u m'hemmx, min se jinqered u min se jispiċċa.", "Irridu nkunu fil-pożizzjoni li niddiskutu bis-serjetà l-kontenut tar-rapport li m'huwiex riżultat ta' xi awtorità.", "Ir-rapport Hyder huwa riżultat ta' diskussjonijiet, ta' l-analiżi li saret mhux minn xi ħadd barrani imma minn xi ħadd li ġie kkummissjonat hawn Malta flimkien mal-unions tal-ħaddiema li jaħdmu fil-port, mal-piloti kollha li jaħdmu fil-port u ma' l- organizzazzjonijiet kollha li jmissu mal-port.", "Għalhekk għandna studju komprensiv dwar il-qagħda fil-port u x'inhuma l- bidliet li hemm bżonn isiru fl-amministrazzjoni tal-port ta' pajjiżna.", "M'hijiex kwestjoni ta' x'tagħmel Malta meta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, imma hija kwestjoni ta' jekk nagħmlux jew le l-bidliet li għandna bżonn biex dawk li jużaw il-port jieħdu l-aħjar riżultat fl-attività kummerċjali tagħhom.", "Qed ngħid dan għaliex naf li huwa faċli li tipprova tolqot l-emozzjonijiet tal-poplu, naf li huwa faċli li tipprova tnessi lin- nies il-fatti kif inhuma.", "L-Onor.", "Debono Grech għamel riferenza għall-famuż dritt tal-wirt tax- xogħol tal-ħaddiema tax-xatt.", "Naħseb li huwa jaf li attwalment la kien dan il-gvern u lanqas kienet l-Unjoni Ewropea li neħħiet dan id-dritt lill- ħaddiema tax-xatt.", "Dan id-dritt tneħħa b'mod totali fl-1973, meta kien responsabbli minn dan is-settur l-Onor.", "Bertu Hyzler, Alla jaħfirlu.", "Tajjeb jew ħażin fl-1992 reġa' ġie reinstated id-dritt tal-wirt limitatament għall-wild biss ta' dawk il-persuni li kienu jaħdmu x-xatt f'dak iż-żmien, u għal darba biss.", "Jiġifieri fl-1992 reġa' ġie introdott id-dritt tal-wirt għal ulied il-ħaddiema li fl-1992 kienu qegħdin jaħdmu fix-xatt, limitat għal darba biss.", "Il-ħaddiema tax-xatt dan jafuh u lili qaluli - probabbilment anke lill- Onor. Debono Grech u lil ministri oħrajn - li huma jixtiequ li xi darba jerġa' jkollhom id-dritt tal-wirt tax-xogħol.", "Però mhijiex il-verità meta ngħidu li dan id-dritt se jitneħħa llum minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Id- dritt tal-wirt tax-xogħol għal din il-kategorija ta' ħaddiema tneħħa fl- 1973, jiġifieri 27 sena ilu.", "Fl-1992 reġa' ġie introdott in parti, imma m'hemm l-ebda ħsieb li jerġa' jiġi introdott dan id-dritt.", "Irrid ngħid ukoll li fil-passat l-Onor.", "Debono Grech ġie kemm-il darba hawnhekk jagħmel storbju sħiħ fuq kif u għaliex il-ħaddiema tal-Gozo Channel m'għandhomx ċertifikati internazzjonali u llum qed jistaqsina jekk issa l-ħaddiema tal-Gozo Channel hux se jkollhom bżonn bilfors ċertifikat internazzjonali.", "L-ewwelnett irridu niddeċiedu x'irridu; aħna favur jew kontra li l-ħaddiema tal-Gozo Channel ikollhom ċeritikati internazzjonali?", "Pero` għas-serħan tar-ras tan-numru kbir ta' ħaddiema li qegħdin jaħdmu f'dan il-post partikolari nistgħu ngħidu li hemm sistemi li jgħidulhom local certification li bihom dawn il-ħaddiema tal-Gozo Channel ikunu jistgħu jibqgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "Jien m'iniex se noqgħod nitkellem fuq id-dejn li kellha din il-kumpannija fil-passat għaliex hawnhekk qegħdin niddiskutu l-estimi ta' l-awtorita` marittima.", "Din l- awtorita` kulma tagħmel vis-a-vis il-Gozo Channel hu li tara li l-ħidma kollha ta' din il-kumpannija tkun qiegħda ssir fuq il-livell rikjest ta' sigurta`, ta' tagħlim ta' ħaddiema u ta' mod komplet u ċar li kull wieħed minna għandna l-obbligu li nagħmlu.", "U dawn l-obbligi li kull wieħed minna jaf x'inhuma, m'humiex se jinbidlu ladarba Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-miżuri li attwalment ittieħdu u qed ikomplu jittieħdu mill-awtorita` marittima bħala rappreżentanta tal-gvern tal-ġurnata jridu jkunu fid- direzzjoni tal-protezzjoni, fid-direzzjoni tal-ħolqien tax-xogħol, fid- direzzjoni taċ-ċertezza li l-ħaddiema kollha li b'xi mod imissu mal- portijiet ta' pajjiżna jkunu qegħdin jagħmlu dan bl-aħjar mod u bl-aħjar equipment.", "U għandna problema kbira ta' equipment fil-portijiet ta' pajjiżna, b'mod partikolari fil-Port il-Kbir fejn hemm il-ħtieġa ta' aktar investiment.", "U l-Onor.", "Debono Grech probabbli jaf li saru u għadhom qegħdin isiru rappreżentazzjonijiet serji dwar is-sigurta` fuq il-post tax- xogħol, f'dan il-każ fuq is-sigurta` tal-ħaddiema li jaħdmu x-xatt.", "Jien konvint li l-ħaddiema jagħrfu li meta l-awtorita` marittima u l-gvern tal- ġurnata jieħdu bis-serjeta` id-dover tagħhom u jwasslu għal tibdliet fil- post tax-xogħol ikunu qed jagħmlu dan fl-interess ta' l-istess ħaddiema tax- xatt u fl-interess tas-sigurta` fuq il-post tax-xogħol għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja ta' kulmin imur għax-xogħol hija li fejn ikun qed jaħdem ikollu l-aħjar kondizzjonijiet mhux biss fis- sens ta' paga imma anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurta`.", "Issemmew diversi drabi l-ħaddiema tax-xatt pero` dawn il-ħaddiema jafu li matul is-sena li għaddiet l-awtorita` marittima permezz tad-diversi bordijiet li reġgħu ġew imwaqqfa fuq sisien sodi qegħdin jieħdu l- benefiċċji li huma dritt tagħhom.", "Dawn jafu li qegħdin jiġu trattati aħjar - mhux aħjar minn meta kien responsabbli mis-settur l-Onor.", "Debono Grech - għaliex illum l-amministratturi ta' l-awtorita` marittima u l-politiċi ta' pajjiżna qegħdin jifhmu wkoll ir-responsabbiltajiet li għandu kull wieħed minna fil-konfront ta' dan is-settur.", "U nagħmlu ħażin jekk kemm-il darba ngħidu li huma l-ħaddiema tax-xatt biss li qegħdin iwasslu biex ikun hemm ċerti żidiet fil-ħlasijiet tat-tariffi u huwa ħażin ukoll li ngħidu li huwa xi settur partikolari biss li attwalment qiegħed iġiegħel li jiġu mħallsa ċerti pagamenti għaliex nafu li hemm snowballing effect riżultat ta' diversi problemi.", "Issemma wkoll il-pensions and contingency fund li hemm marbut mal-ħaddiema li jaħdmu f'din il-kategorija.", "Id-drittijiet kollha li għandhom jew jista' jkollhom il-ħaddiema tax-xatt vis-a-vis dan il-fond ħadd m'hu se jmissulhom, la l-awtorita` marittima u lanqas il-gvern tal-ġurnata; dak li huwa dritt tagħhom ħadd m'hu se jmissulhom.", "Madanakollu rridu noqogħdu attenti li naraw li l-amministrazzjoni ta' fond bħal dan li jilħaq miljuni kbar ta' flus issir bl-aħjar mod possibbli.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi Lm10,000 ...", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Debono Grech qed jgħid Lm9 miljun.", "Fil-fatt hekk hu; qegħdin nitkellmu fuq madwar Lm9 miljun li ġew akkumulati matul is-snin u rridu naraw li jsir l-aħjar użu tagħhom fl-interess tal-ħaddiema kollha tax-xatt.", "Hawnhekk ukoll l-obbligu m'huwiex biss ta' l-awtorita` marittima jew tal- ħaddiema tax-xatt imma huwa ta' diversi organizzazzjonijiet oħrajn bħax- ship agent, il-cargo handling u diversi nies oħra li kontinwament qegħdin hemmhekk u għandhom ir-responsabbilta` li jaqdu l-ħin kollu d-doveri tagħhom bl-aħjar mod possibbli, l-ewwel u qabel kollox fl-interess tal- grupp ta' ħaddiema partikolari, pero` anke - u forsi b'enfasi ikbar - fl- interess ta' pajjiżna.", "U rridu hawnhekk inħarsu lejn il-ħidma li għaddejja fis-setturi li qegħdin nitkellmu dwarhom.", "Issemma aktar minn darba l-fatt li fis-sena li qegħdin nitkellmu fuqha kien hemm tnaqqis fin-numru ta' cruise liners u ferry boats li daħlu fil- Port il-Kbir.", "Jien fil-bidu diġa` tajt spjegazzjoni għal dan u għedt li kien hemm xi problemi f'pajjiżi oħra li llum ġew solvuti u allura wħud minn dawk il-vapuri li ġew Malta iktar minn darba s-sena li għaddiet, naqsu jew inkella qatgħu għal kollox il-call tagħhom fil-portijiet ta' pajjiżna.", "Madanakollu aħna ma bqajniex b'idejna u żaqqna imma għamilna ħilitna biex nattiraw lejn pajjiżna xogħlijiet ġodda.", "Aħna qed naħdmu mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' calls ta' xi ftit sigħat fil-Port il-Kbir imma qed ngħidu li wasal iż-żmien li bi sforz kollettiv inkunu f'qagħda li nagħmlu mill-port ta' pajjiżna port of call fejn jibdew u jispiċċaw il-cruises.", "Jien ċert li se jirnexxilna nżidu din l-attivita` matul is-sena d-dieħla mhux għaliex issa f'daqqa waħda hemm xi bidliet kbar fil-mod ta' kif inħarsu lejn pajjiżna imma għaliex qegħdin isiru sforzi kbar mill-awtorita` marittima biex nuru l-benefiċċji li hemm fil-fatt li tuża l-Port il-Kbir bħala port li fih tista' tagħmel din l-operazzjoni.", "U din l-operazzjoni m'aħniex qegħdin nagħmluha biss għall-ġid ta' l- awtorita` marittima jew biex jiżdidu l-vapuri li jidħlu fil-Port il-Kbir, imma qegħdin nagħmluha għaliex nafu li jekk it-turn-around concept jiġi imwessa' inkunu fil-pożizzjoni li nħajru lil dak in-numru kbir ta' barranin li jiġu jżuruna sabiex joqogħdu xi ġurnata jew tnejn qabel ma jitilqu jew inkella wara li jispiċċaw il-criuse tagħhom.", "B'dan il-mod il-kunċett ta' cruise harbour fil-Port il-Kbir ikun qed jitwessa' biex jgħin ukoll lis- settur turistiku, liema settur huwa wieħed mill-elementi l-oħra importanti li għandna fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Imma hawnhekk ġieli donnu li nkunu rridu ninqatgħu mir-realta` u minn dak li nkunu għaddejjin minnu u minflok nibqgħu naraw il-fatti kif inhuma, il-vista tagħna tibda tiċċajpar u tibda tirbaħ il-politika partiġġjana, għalkemm irrid ngħid li b'mod ġenerali l- andament tad-diskussjoni ma kienx hekk.", "U kien forsi b'dan it-tip ta' ton li ntqal li fis-sena li qegħdin nitkellmu dwarha kellna nuqqas fir-reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il- bandiera Maltija.", "Huwa veru li kien hemm xi tnaqqis fir-reġistrazzjoni tal- vapuri - fil-fatt fir-rapport hemm riferenza għal dan - pero` xorta waħda kellna żieda netta ta' 720,000 tunnellata.", "U rrid ngħid hawnhekk li l- aktar li jinteressana aħna m'huwiex daqstant il-mod ta' kemm tikber u ma tikbirx ir-reġistrazzjoni tal-vapuri taħt il-bandiera Maltija - ma rridx ninftiehem li qed ngħid li m'aħna se nagħmlu xejn biex inżidu l-ammont ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija; dak l-isforz se nibqgħu nagħmluh - imma li l-vapuri li fil-fatt jirreġistraw magħna - dan huwa l- messaġġ li qed joħroġ loud and clear mill-awtorita` marittima mhux illum wara l-esperjenza ta' l-Erika imma minn dejjem - jkunu vapuri ta' l-aħjar kwalita` li jkomplu jgħinu l-isem tal-bandiera Maltija u mhux iħammġuh.", "Dan fil-fatt huwa l-obbligu primarju li għandha l-awtorita` marittima u li naf li kontinwament ħadmet fuqu matul is-snin li għaddew, liema obbligu mexxiena sabiex f'Diċembru tas-sena li għaddiet għaddejna l-liġi dwar l-oil pollution u emendajna wkoll il-Merchant Shipping Act.", "Mr Speaker, dawn kienu l-punti ta' riferiment li mxejna fuqhom meta biddilna l-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Dan għamilnih għaliex konxji mir- responsabbiltajiet li għandna mhux biss fil-qasam lokali imma anke fil- qasam internazzjonali.", "U din m'hijiex kwestjoni li ngħidu li għandna żieda jew tnaqqis ta' tant perċentwali imma hija kwestjoni ta' kif inġorru bis- serjeta` ir-responsabbiltajiet internazzjonali li għandna, liema responsabbiltajiet ilna nġorruhom u qegħdin fuq quddiem nett biex nosservawhom meta nkunu fl-international maritime organisation li huwa l- post fejn tiġi kkontrollata l-leġislazzjoni f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-yacht marinas u qalulna li għaddew erba' snin u l-yachting area li kellu jkun hemm fil-proġett tal- Kottonera għadha ma bdietx tidher.", "Qalulna li mhux billi noqogħdu niftaħru li hemm il-privat li qiegħed jinvesti għaliex xorta rridu nattakkaw il-fatt li kien hemm tnaqqis fin-numru ta' berths li għandha x'toffri l-awtorita` marittima lil dawk li jistgħu jkollhom l-intenzjoni li jużaw lil pajjiżna bħala post fejn iqiegħdu l-yacht tagħhom temporanjament jew għat-tul.", "Aħna għamilniha ċara kemm-il darba li se tibqa' il-funzjoni ta' l- awtorita` marittima li tagħżel kemm jista' jkun postijiet li bis-serjeta' jkunu jistgħu jintużaw għal skop ta' berthing facilities imma mhux li noqogħdu nxejru l-biċċiet ta' karti jumejn qabel l-elezzjoni li ma jkunu jfissru xejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech, on a point of order.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, il-Partit Laburista tela' fil-gvern għal erba' snin, u ma joqgħodx jiġi jgħidli li jien għamilt xi ħaġa jumejn qabel l-elezzjoni.", "Inti ma kontx taf jekk hux se jitla' il-Partit Laburista.", "Jien ma nagħmilx l-affarijiet għall-propaganda u ma joqgħodx jiġi jgħidli dawn l-affarijiet.", "Il-gvern Laburista tela' għal ħames snin.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-ewwel darba li xi ħadd sema' bil-yacht marina ta' Għawdex kienet l-Erbgħa jew il-Hamis ta' qabel l-elezzjoni li għaddiet meta l-prim ministru ta' dak iż-żmien kien mar Għawdex iferfer biċċa karta!", "Ħadd fl-awtorita` marittima ma kien qatt sema' b'xi proġett ta' yacht marina ġewwa Għawdex.", "(Interruzzjonijiet) Sa dalgħodu stess kellna din l-assigurazzjoni.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: M'hu veru xejn li ħadd ma kien sema' b'dan il- proġett.", "Jien ma' l-awtorita` marittima ma bdejtx nitkellem fl-aħħar jumejn dwar dan u min qallek hekk ma qallekx il-verita`.", "Jien f'idejja għandi l- provi ta' dan li qed ngħid u meta trid nurihomlok privatament biex lil min daħak bik tgħidlu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, meta jrid l-Onor.", "Debono Grech iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li għandu.", "(Interruzzjonijiet) Lili mhux hekk qaluhomli l-affarijiet.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Imma min qallek?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Qalli hekk iċ-chairman ta' qabel u qalli hekk ukoll iċ-chairman ta' qablu.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, fil-bidu tad- diskors tiegħi għamilt riferenza għall-fatt li qed isir xogħol differenti minn erba' direttorati b'mod li kull wieħed minnhom jimxi u jiżviluppa 'l quddiem.", "Irridu nkunu ċerti li kull persuna li b'xi mod hija f'kuntatt ma' dawn id-direttorati jew li b'xi mod taqla' l-għajxien tagħha mill-ħidma li jagħmlu dawn id-direttorati, mhux biss tibqa' tieħu dak li qed tiegħu llum imma li ttejjeb il-pożizzjoni tagħha.", "Aktar kmieni fid-diskussjoni ssemma il-pilotage board u b'ċertu unur ngħid li n-numru ta' piloti li għandna fil-Port il-Kbir huma professjonali u nispera li l-professjonalita` ta' dawn in-nies twassal aktar nies li jsiru aktar professjonali fil-ħidma tagħhom.", "Semmejt il-fatt li hemm il- ħtieġa li nkomplu ntejbu d-diversi regolamentazzjonijiet li jamministraw dan is-settur f'pajjiżna u naf ukoll li d-direttorat responsabbli mill- yachting matul is-sena li għaddiet fassal numru ta' regolamenti dwar is- small crafts li għandhom ikunu ppubblikati u jidħlu fis-seħħ qabel is-sajf li ġej biex nassiguraw li jkun hemm l-osservazzjoni tar-regolamenti.", "Mr Speaker, fir-rapport hemm riferenza wkoll għall-ħidma li qed tagħmel l- awtorita` marittima marbuta rigward il-kwestjoni tar-regolamentazzjoni u ta' preparazzjoni aħjar lil kulmin jamministra opra tal-baħar.", "Hawnhekk ukoll irridu nassiguraw li permezz ta' dik li sal-lum hija l-iskola nawtika - li wettqet ħidma pjuttost wiesgħa matul iż-żmien li għadda - u permezz ta' l-istitut ta' l-MCAST li qed jitwaqqaf, is-settur ta' l-edukazzjoni marittima jkompli jiġi rappreżentat b'mod aħjar mill-awtorita` marittima jew b'kollaborazzjoni bejn ż-żewġ naħat.", "Jien ċert li l-awtorita` marittima u l-iskola nawtika flimkien kapaċi jaslu biex ifasslu programm għal tagħrif aħjar tar-regolamenti biex permezz tagħhom l-eluf ta' Maltin li matul ix-xhur tas-sajf jużaw l-opri tal-baħar tagħhom for pleasure purposes ikunu f'qagħda li jinnavigaw b'inqas periklu l-craft tagħhom.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Jose` Herrera qal li din is-sena tpoġġew biss żewġ dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għall-informazzjoni tiegħu u ta' kulħadd ngħid li fil-fatt tpoġġew tliet dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra; l- estimates of revenue and expenditure 2000/2001, l-audited accounts tas-sena li qegħdin nagħlqu u r-rapport finanzjarju.", "Forsi l-Onor.", "Herrera minflok tlieta qara tnejn.", "Fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk qegħdin niddiskutu l-estimi ta' awtorita` li għandha diversi obbligi x'taqdi f'dawk l-oqsma li huma marbutin mal-yachting u li huma marbutin mal-mod kif jopera s-settur marittimu.", "Din l-awtorita` hija wkoll responsabbli mill-kontroll ta' l- attivita` tal-Gozo Channel bħala regolatur, pero` iktar minn ħaġa oħra u b'enfasi iktar kbira din l-awtorita` tirrappreżenta lil pajjiżna barra.", "U l-obbligu li għandhom il-persuni li jmexxu l-awtorita` marittima - u rrid nirringrazzajahom għall-mod kif ħadmu dawk li mexxew l-awtorita` fil-passat u nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kważi kollha li jaħdmu fl-awtorita` marittima - u aħna lkoll huwa li nagħrfu li għandna r-responsabbilta` li naraw li din l-organizzazzjoni tkompli miexja 'l quddiem.", "Jiena ċert li dan huwa l-mod kif qed tħares l-obbligi tagħha l-awtorita` marittima u ċert li dan huwa l-mod ta' kif se nkomplu naħdmu flimkien għal futur aħjar ta' din l-istess organizzazzjoni.", "B'hekk il-poplu Malti żgur li se jieħu riżultati pożittivi tal-flus li qegħdin ninvestu fid-diversi setturi li jaqgħu taħt l-awtorita` marittima.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Kamra tapprova l-Wstimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas- sena 2000-2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Il-Kamra ġiet sospiża f'nofsinhar u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita` Marittima ta' Malta għas- sena 2000-2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "265", "FAVUR: 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 26", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Law Rita | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja 2000-2001 ġew approvati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għas-Sena 2000-2001.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anglu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, matul din il-ġimgħa qed isiru diversi attivitajiet mill-għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' biex jiġbdu l- attenzjoni tal-poplu Malti dwar il-bżonnijiet tagħhom.", "Dawn għamlu wkoll talba lill-gvern biex iħares il-bżonnijiet tagħhom u fl-istess ħin iġibu l- pubbliku aware minn dak li għaddejjin minnu.", "Nafu li hemm tliet kategoriji ta' persuni b'diżabilita'.", "Hemm il-kategorija ta' dawk il-persuni li jitwieldu b'diżabilita', hemm dawk li jiżviluppaw diżabilita' matul il- ħajja u hemm dik id-diżabilita' li kważi nġibuha b'idejna stess fis-sens li tkun konsegwenza ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol jew ta' xi diżgrazzja.", "Nhar is-Sibt li ġej forsi għall-ewwel darba, l-għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' ngħaqdu kollha flimkien u għamlu dimostrazzjoni ġewwa l-Belt.", "Naturalment is-Sibt hi l-ġurnata meta l-iktar li jkun hemm min joħroġ u dawn imxew minn bieb il-Belt għal dan il-palazz.", "Jiena, Mr Speaker, f'ismek irċevejt memorandum mingħandhom l-istess bħalma rċevew l-Aġent Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u t-tlieta li aħna għamilna diskorsi qosra, pero' l-iktar li jiena ħadt pjaċir biha kienet li dawn l-għaqdiet kollha ta' persuni b'diżabilita' ingħaqdu kollha flimkien, ħadmu għal tliet xhur sħaħ u għamlu din l-attivita'.", "Mr. Speaker, hawn madwar 40 għaqda differenti li għandhom x'jaqsmu ma' persuni b'diżabilita'.", "Kull għaqda għandha l-funzjonijiet u l-inizjattivi tagħha u ma tistax tgħaqqadhom flimkien.", "Wieħed ma jistax jgħaqqad l- attivitajiet li jagħmlu dawk neqsin mis-smiegħ ma l-attivitajiet ta' dawk li huma għomja jew persuni li għandhom diżabbilita', pero' naħseb li wasal iż-żmien li l-għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' jingħaqdu taħt umbrella waħda għal skop ta' fondi.", "Jiena nittama li dan isir anke permezz tal- kummissjoni għal persuni b'diżabilita' li twaqqfet issa permezz ta' l- ewwel liġi li għaddiet minn dan il-parlament din is-sena.", "Bħala bżonnijiet tagħhom, l-iktar li jikkonċernawhom kollettivament huwa li s-servizzi kollha jkunu miftuħa għal kulħadd inklużi persuni b'diżabilita'.", "Jiena naħseb li s-servizzi kollha diġa' huma miftuħin għal persuni b'diżabilita', pero' nifhem li għad jonqos ħafna x'isir biex dawn in-nies verament jiġu inklużi biżżejjed fis-soċjeta'.", "Punt ieħor li tqajjem fil-memorandum kien li r-riżorsi li fil-preżent qed jintużaw għas-servizzi verament ikunu qed jaqdu l-bżonnijiet tagħhom.", "Naħseb li hawnhekk il-gvern għamel ħafna bħalma għamlu wkoll gvernijiet oħra.", "Dan qed ngħidu għax kulħadd ħadem u ssimpatizza ma' dawn in-nies.", "Kulħadd ta dak li seta' jagħti mill-fondi disponibbli.", "L-ikbar bżonn li wieħed jista' jara huwa x'jiġri minn dawn il-persuni b'diżabilita' meta jmutu l-ġenituri tagħhom u ma jkollhom lil ħadd min idur bihom.", "Bniedem b'diżabilita' jista' jsib ruħu f'sitwazzjonijiet fejn ma jista' jagħmel xejn, kważi lanqas ikun jista' jamministra l-proprjeta' li titħallielu bħala wirt mill-ġenituri jew mill-aħwa.", "Dan jgħodd l-aktar għal dawk li jkollhom diżabilita' mentali.", "X'se jiġri minn dawn in-nies?", "Nifhem li din hija ċirkostanza li l-poplu Malti kollu jrid verament jaħdem fuqha minn issa.", "Din bħal fil-każ tal-pensjonijiet.", "Nafu li għada pitgħada se jkollna problemi fil-finanzjament tal-pensjonijiet.", "Għalkemm illum il- ġurnata qegħdin nagħtu dawk is-servizzi kollha possibbli kemm fid-djar kemm permezz ta' day centres kif ukoll f'affarijiet oħra lill-persuni b'diżabilita', irridu naħsbu x'se jiġri fil-futur meta dawn jilħqu ċerta eta' u ma jkollhom lil ħadd min idur bihom.", "Jiena naf li hawn xi żewġ postijiet jew tlieta li dawn jistgħu jmorru fihom imma biex jagħmlu hekk ikollhom jinqatgħu minn dak l-ambjent li jkunu trabbew fih kemm fid-dar kif ukoll fir-raħal jew fil-belt tagħhom.", "Għad jiġi żmien li lanqas qraba ma jkollhom min iżurhom.", "Hawnhekk qiegħda l-problema kollha, u minn dan il-memorandum jidher li se tkun problema kbira fil-futur ġejjieni.", "Mr. Speaker, jiena nixtieq nagħmel żewġ suġġerimenti.", "Nafu kemm-il poplu Malti huwa ġeneruż pero' nerġa' nagħmel appell biex dawn l-40 għaqda jaraw kif jagħmlu u jingħaqdu flimkien b'mod speċjali dwar il-fondi.", "Irrid ngħid ukoll li mhux biżżejjed li nirringrazzjaw lil Alla li aħna qegħdin b'saħħitna, imma rridu nħarsu lejn min hu inqas fortunat minna.", "Jiena nagħmel appell biex niġbru taħt kappa waħda u il-flus jitqasmu bl-iktar mod ġust u onest dawn lil dawn l-għaqdiet li tant ikollhom bżonn biex imexxu l- attivitajiet tagħhom.", "L-appell tiegħi huwa biex il-poplu Malti jkun ġeneruż bħal dejjem lejn dawn l-għaqdiet kollha.", "M'hemmx waħda jew l-oħra, kollha għandhom bżonn l-għajnuna, għax biex tagħmel attivita' trid l-ispejjeż.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija dwar il-facilitators.", "Bħalma għedt, dawn il-persuni b'diżabilita' se jkollhom problemi iktar 'il quddiem u bħal m'għamilna fil kas tal-facilitators għal dawk it-tfal jew nies oħra li għandhom bżonn l-għajnuna għandna bżonn inżidu n-numru ta' dawk il- facilitators li jridu jaħdmu mal-persuni b'diżabilita'.", "Irridu nqajmu kuxjenza nazzjonali partikolarment għal dawn in-nies għax verament irid ikollok vokazzjoni biex tagħmel dan it-tip ta' xogħol.", "Jiena nammira ħafna lill-ġenituri u l-helpers li jiddedikaw ħafna mill-ħin liberu tagħhom u jinjoraw forsi r-rikreazzjoni tagħhom biex jgħinu lil dawn il-persuni b'diżabilita'.", "Għandna bżonn ħafna minn dawn in-nies.", "Għandna nies li b'qalbhom ġeneruża, qalbhom tajba li qegħdin jagħtu dan is-servizz pero' hemm bżonn ta' servizz iktar professjonali u allura l-gvern kif ukoll l- għaqdiet għandhom jikkontribwixxu billi iħajru iżjed nies biex jgħinu lil dawn il-persuni b'diżabilita' fix-xogħol li għandhom, mhux issa biss imma anke fil-futur qarib meta jkollna bżonn djar u community services għal persuni b'diżabilita' li għada pitgħada mhux se jsibu lil tal-familja jgħinuhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nirringrazzja lil sħabi li tawni ħames minuti ċans biex nitkellem dwar transfer ta' barriera.", "Il-ġimgħa l-oħra ġejt informat minn kostitwenti tiegħi li fin-naħa ta' bejn iż-Żurrieq u Ħal Far hemm raba' ta' kwalita' tajjeb li kienet se tiġi meħuda biex tinfetaħ barriera.", "Irrid ngħid li anke fil-gazzetti lokali ta' din il-ġimgħa inkiteb bi prominenza li rich agricultural land se tittieħed għal skop ta' ftuħ ta' barriera.", "Mhux biss mil-lat ta' l-agrikoltura imma anke mil-lat tekniku dan it-trasferiment ma jistax isir, u se ngħid għaliex.", "Mr. Speaker, din il-barriera li ssemmiet hija barriera tal-qawwi.", "Meta smajt dawn l-affarijiet ovvjament jiena ċċekkjajt mil-lat tekniku billi qbadt il-geological map of Malta, rajt is-site fejn qiegħda, u ċċekkjajt ma' inġiniera li jafu l-pożizzjonijiet tal-boreholes ta' l-ilma f'dawk l- akkwati.", "Qed insemmi l-boreholes għax minnhom wieħed jista' jkun jaf dwar il-kwalita' tal-ġebla.", "Irrid ngħid ukoll li tkellimt ma sħabi l-Ministru Tonio Borg u mas-Segretarju Parlamentari George Pullicino - u dan qabel ma dehru dawn l-affarijiet fuq il-gazzetti - biex naraw kif u fejn l-aħjar tiġi trasferita din il-barriera li sa ftit ta' snin ilu kienet topera bejn Ħaġar Qim u Lapsi.", "Mr. Speaker, mir-riċerka li għamilt fuq il-geological map kif ukoll mill indikazzjoni li ħadt mill-boreholes jidher li din l-area li ġiet imsemmija biex tingħata għal barriera tal-qawwi - u tal-qawwi hija barriera fejn għandek il-blat li jiġi mkisser bl-isplussivi mbagħad jiġi mfarrak u magħmul żrar u ramel - għandha l-ewwel 50 pied jew 60 pied materjal tal- franka.", "Minħabba f'hekk m'hijiex ideali biex fiha tinfetaħ barriera tal- qawwi għax il-loġika tgħidlek li jekk għandek barriera tal-qawwi trid teħodha f'area fejn hemm indikat li l-wiċċ ikun tal-qawwi.", "Minħabba f'hekk din l-area teknikament ma tistax tiġi użata għal skop li tinfetaħ barriera tal-qawwi.", "Inkompli ngħid li f'din l-area ta' Ħal Far, jekk wieħed jersaq iżjed lejn ix-xifer isib li l-blat ma jibqax tal-franka u jaqleb għal qawwi.", "Il-qawwi li hemm in-naħa tax-xifer mhux f'din l-area indikata - li jgħidulha Taz-Ziju u Tal-Mejdiet - imma n-naħa tax-xifer wieħed isib il- blat tal-qawwi u jsib is-saff l-ieħor li huwa magħruf bħala s-saff tal- mamara.", "Hemm is-saff tal-qawwi li huwa magħruf Tax-Xlendi u hemm is-saff l- ieħor li huwa magħruf bħala s-Saff ta' Ħ'Attard.", "Dan kollu qed ngħidu biex nagħmilha ċara li din l-art li ġiet indikata biex tingħata għal skop li fiha tinfetaħ barriera tal-qawwi m'hijiex tajba teknikament u għaldaqstant il-ġimgħa l-oħra kellimt lil sħabi l-Ministru Tonio Borg u s- Segretarju Parlamentari George Pullicino u qbilna li għandha tiġi identifikata site oħra alternattiva.", "Irrid ngħid li r-riżorsi ta' pajjiżna fejn għandek il-qawwi fil-wiċċ huma limitati ħafna minħabba ċ-ċokon tagħna u minħabba l-ġeoloġija ta' pajjiżna u allura, kif tkellimt mal-Ministru Tonio Borg u mas-Segretarju Parlamentari George Pullicino din l-area ta' Ħal Far għandha tiġi skartata u minflok tinsab area iktar l-isfel minn Ħal Far fejn hemm il-fortizza ta' San Pietru.", "F'dan il-post fil-passat kien hemm il-barrieri u hemmhekk hemm blat li hu ta' kwalita' tal-qawwi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, fid-diskors tal-budget kif ukoll meta tkellmu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Aġent Prim Ministru kien hawn il- media fil-parlament.", "Dan huwa ritwal li jsir ta' kull sena pero' wieħed kultant jiġi f'dilemma.", "Illum ġie f'idejja l-ktieb tal-Prof.", "Henry Frendo dwar l-ex President Dr Ċensu Tabone.", "Fih wieħed jara b'liema mod eżemplari kienu jġibu ruħhom il-politiċi f'pajjiżna u allura wieħed bilfors irid jagħmel sforz kbir biex iżomm din il-kultura u din it-tradizzjoni.", "Wieħed irid jgħid ukoll li ż-żmenijiet jinbidlu wkoll u l-body language tal-lum anke tal-politiku mhux neċessarjament jibqa' l-istess bħalma kien għaxra, għoxrin jew tletin sena ilu.", "Dan qed ngħidu għax jiena nsertajt qiegħed wara l-ministru tal-finanzi meta kien qed jaqra l-budget u allura kont on air il-ħin kollu.", "Ovvjament il-ministru kellu d-difikulta' li joqgħod jaqra l-budget f'sagħtejn u tliet kwarti, imma anke min ikun fil-background tiegħu jkun il-ħin kollu on air u jrid jagħmel sforz iktar minn uman biex ma jiċċaqlaqx f'dawk is-sagħtejn u tliet kwarti.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan mhux għax il-programm \"Xarabank\", li hu tant popolari, ġabni qed nomgħod chewing gum bl-iktar mod indiskret, għax dik hija ċajta u wieħed jeħodha ta' li hi - u tajjeb li jkun hemm ċajt fuq politiċi - imma rrid ngħid li f'\"The Times\" ta' nhar il- Ħadd, fir-\"Roamer\" - u tnejn kienu n-nies li ġibduli l-attenzjoni dwarha għax sfortunatament dan il-column ma naħsibx li għadu jinqara daqs żmenijiet oħra - dan il-korrispondent anonimu ħela tliet paragrafi sħaħ biex jiddeskrivi l-mod kif jien ġibt ruħi.", "Irrid ngħid li kieku waqaf maċ- chewing gum jew mal-fatt li forsi kont restless nifhimha, imma dan daħal f'ħafna dettalji dwar li jiena kont qed niċċaqlaq min-naħa għall-oħra u kont qiegħed exchanging banalities.", "Kif jaf x'kont qed ngħid mal-kollegi tiegħi waqt id-diskors tal-budget?", "Waqt id-diskors tal-budget għandna kull dritt li niddiskutu l-istess budget.", "Barra minn hekk li wieħed jgħaddi xi kummenti 'l hawn u 'lhemm f'sagħtejn u tliet kwarti huwa mistenni anke minn parlamentari.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li l-parlament huwa l-post tax-xogħol tagħna.", "Barra minn hekk f'dawn l-aħħar 25 xahar kellna xejn inqas minn 439 seduta, li huwa record assolut u wieħed irid japrezza l-impenn tal-parlamentari.", "Il- parlamentari m'humiex tfal ta' l-iskola kif ipprova jpinġihom \"Roamer\", li għax hawn il-media se jġibu ruħhom b'xi mod differenti mis-soltu.", "Naħseb aħna lkoll hawnhekk maturi biżżejjed.", "Wara kollox il-poplu jkun ivvutalek anke għall-maturita' tiegħek biex inti, media u mhux media, television u mhux television, tkun taf kif għandek iġġib ruħek.", "Hawnhekk mhux qed ngħidu fuq li inti ma tiċċaqlaqx imma iktar qed nitkellem fuq kwestjoni ta' political correctness li sfortunatament \"Roamer\" lanqas biss għamel riferenza għaliha.", "Irrid ngħid ukoll li l-fatt li wieħed jagħti din l-importanza kollha lil dawn l-affarijiet tant trivjali fl-opinjoni juri nuqqas ta' serjeta' min- naħa tal-media miktuba.", "Jiena ma ssemmejtx b'ismi imma min ra t-television kien jaf għal-min qed jirreferi, għax il-cameraman lanqas iċċaqlaq wisq minn fuq il-ministru tal-finanzi.", "Irrid ngħid ukoll li jiena stajt għamilt breach of privilege imma ma nħossx li għadu ż-żmien li wieħed jagħmel dawn l-affarijiet.", "Mr. Speaker, aħna għandna xogħol bħal ħaddieħor, li wara kollox jirrikjedi li nattendu għal dan il-parlament anke meta jkollna impenji oħra politiċi.", "Inzertajt li jiena president tal-kumitat eżekuttiv tal- Partit Nazzjonalista u l-ġimgħa li għaddiet, din il-ġimgħa u anke l-ġimgħa d-dieħla kelli laqgħa ġenerali annwali tal-fergħat tal-Partit Nazzjonalista. lllum, bl-istatut kif ġie mibdul tal-Partit Nazzjonalista jiena responsabbli għalihom, pero' ma stajtx nattendi għal dawn il-laqgħat ġenerali annwali għax propju ħabtu waqt il-ħinijiet tal-parlament.", "Mr. Speaker, qed ngħid dan għax ma nippretendix li wieħed jagħmel ħiltu kollha biex ikun preżenti hawnhekk għal dawn is-seduti imbagħad jiġi ttrattat b'dan il-mod.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li \"The Times\" tibqa' waħda mill-iktar gazzetti serji li għandna f'dan il-pajjiż.", "Nhar il-Ġimgħa kien hemm artiklu verament interessanti ta' Ranier Fsadni intitolat \"Faith in politicians - Nil\" Nikkwota verbatim: \"Politicians, all of them, are denounced as incompetent, bumbling, corrupt, ingratiating and presumptuous.\"", "- Ranier Fsadni qed jgħid li din hija l-perception li għandhom in-nies tal- politiċi llum, li hija sfortuna kbira -", "\"With the current high earnings of lawyers, doctors and other professionals, a career in politics comes at a significant loss in earnings for the honest politician.\"", "Dan ovvjament qed jirriferi l-iktar għal min hu ministru li jitlaq il- professjoni tiegħu biex iservi pajjiżu, imma qed jirriferi wkoll għall- backbenchers li biex ikunu preżenti għal dawn is-seduti kollha jiddedikaw ħafna ħin saħansitra anke ħin li ssoltu jqattgħu fil-professjoni tagħhom.", "Fsadni jargumenta wkoll li hawn min jgħid li huwa tajjeb li jkun hemm consensus, imma li l-consensus f'kollox huwa perikoluż u dan ukoll huwa importanti.", "Jiena wieħed minn dawk li ngħid li l-istazzjonijiet b'mod partikolari r-radjijiet tal-partiti huma partiġġjani wisq.", "Dan l-aħħar kien hemm programm, jekk m'inix sejjer żball mhux il-ġimgħa li għaddiet imma ta' qabel fuq il-Max Plus TV propju fuq hekk.", "Biex il-partiti politiċi jkunu iktar kredibbli l-media tagħhom trid tkun inqas partiġġjana u iktar fattwali, imma li jkun hemm nuqqas ta' qbil fuq ċerti issues bejn partiti hija ħaġa healthy.", "Illum sfortunatament bil-waqa' tal-komunżmu reali għandek inqas differenzi imma xorta hemm differenzi.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li l-ministru tal-finanzi kkonsulta mal-membri tal-gvern u ovvjament ikkonsulta mal-kabinett u mas-sħab soċjali biex iressaq il-budget.", "Jiena m'għandix dubju li kulħadd ikkontribwixxa.", "Meta ltqajt personalment ma' l-Onor.", "John Dalli, waħda mill-proposti li għamilt kienet fuq il-kwestjoni tas-solar energy.", "M'għandix dubju li l-ministru għall-ambjent għamel il-proposta tiegħu dwar dan imma jien u oħrajn bħall- Onor. Michael Asciak għamilnilu proposta biex sistemi ta' solar energy jkunu jistgħu jinxtraw bi prezz raġonevoli.", "Għamilna dan is-suġġeriment għax kulħadd jaf li llum sistema solari tiswa ċertu ammont ta' flus u għaldaqstant kulħadd jibqa' 'l bogħod minnha, għalkemm in the long run meta tiġi għal recurrent costs jiġu ffrankati ħafna flus.", "Dan huwa l-uniku mod kif jonqsu l-kontijiet tad-dawl u għalhekk fid-diskors tal-budget il- ministru tal-finanzi ppropona li min jixtri sistema ta' solar heating għall- kamra tal-banju, li tista' titqabbad ukoll ma' washing-machine u ma' dishwasher, minflok 15% VAT iħallas 5% VAT.", "Jiena kont wieħed fost dawk li lill-Ministru Dalli pproponejtlu wkoll sabiex il-karozzi ma jibqgħux iniġġsu b'dan il-mod.", "Forsi llejla jkolli l- opportunita' li nitkellem fuq it-tniġġiż fl-arja minħabba t-trasport, imma tajjeb li wieħed jgħid li huwa impossibbli li f'pajjiżna d-diesel jogħla, għax dan huwa marbut ħafna mal-kummerċ f'pajiżna u malli tmiss id-diesel jogħlew ħafna servizzi u allura togħla l-ħajja.", "Meta l-ministru tal-finanzi kkonsulta mad-diversi membri parlamentari tan-naħa tal-gvern u fuq kollox mal-ministru għall-ambjent, wasal ukoll biex ikollna sistema li biha karozzi li jaħdmu bil-batterija se titnaqqsilhom it-taxxa tar- reġistrazzjoni b'mod sostanzjali.", "Din ukoll hija miżura importanti bħal m'hi importanti wkoll il-miżura l-oħra li jien u oħrajn fosthom l-Onor.", "Tony Abela pproponejna li jingħata sussidju lil dawk li qed jibagħtu lit- tfal tagħhom fl-iskejjel privati.", "Din ukoll ġiet imniżla fil-budget speech.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan biex wieħed jifhem li fl-aħħar mill- aħħar aħna l-backbenchers m'aħniex qegħdin hawn biss biex forsi kultant xi \"Roamer\" jaqbad miegħek u jimsaħ l-art bik, imma aħna qegħdin hawn biex nagħmlu l-proposti.", "Mr. Speaker, ovvjament aħna għandna wkoll il-kostitwenza tagħna u allura rrid ngħid xi ħaġa dwar il-postijiet li nirrappreżenta jien.", "Li l-wires fi Triq ir-Repubblika l-Belt jibdew jitneħħew huma affarijiet pożittivi, imma aħna ma nieqfux hemm.", "Ovvjament irridu li l-Belt tkun mixgħula aħjar mingħajr ma nagħmlu ħsara lill-ambjent.", "Jinteressana wkoll li l-Belt tiġi mtejba għal dak li jirrigwarda iktar sigħat filgħaxija.", "Per eżempju, minn mistoqsija li saret dan l-aħħar irriżulta li għal dak li jirrigwarda l- mużewijiet, dawk li hemm fil-belt iġibu 27% ta' l-income tal-gvern mill- entraturi fil-mużewijiet li jammonta għal madwar Lm880,000.", "Imbagħad fejn jidħlu gwidi fil-mużewijiet tal-Belt għandek biss madwar għaxar gwidi.", "Għas-sena d-dieħla hemm żieda fin-nefqa għal dak li jirrigwarda gwidi fil- mużewijiet.", "Din m'hijiex żieda qawwija imma lanqas hemm għalfejn tkun żieda qawwija.", "Nagħlaq billi ngħid li dan huwa l-post tax-xogħol tagħna u ma jaħdmux biss membri parlamentari hawnhekk.", "Hawnhekk jaħdmu wkoll skrivani u messaġġiera.", "U kien propju wieħed mill-messaġġiera li jaħdem hawn li ilu diversi ġimgħat jilmenta li fejn joqgħod hu fil-Belt - għax il-Belt m'hijiex biss tan-nies li jidħlu biex jixtru jew tat-turisti imma hija wkoll tar-residenti.", "Dan ir-resident li joqgħod ħdejn id-Dar tal-Mediterran ilu jilmenta flimkien mal-ġara tiegħu li l-caterers iżarmaw ħafna flixken u tilari bil- lejl wara xi function f'Dar il-Mediterran.", "Minkejja li għamilt mistoqsija parlamentari u minkejja li suppost ittieħdu miżuri biex dawn l-affarijiet isiru l-għada filgħodu s-sitwazzjoni għadha l-istess.", "Jiddispjaċini li minkejja li l-ministru u l-kunsill lokali pprovaw iġiegħlu lill- Mediterranean conference centre jirranġawha, din is-sitwazzjoni xorta baqgħet l-istess.", "Irrid ngħid ukoll li l-Ministru Louis Galea stess insista li l-mużika ma tindaqqx qawwija wara l-11.00 ta' bil-lejl pero' dan baqa' jiġri.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid nerġa' ngħid li dan huwa l-post tax-xogħol tagħna, niddedikaw ħafna sigħat kuljum fih u nittama li filwaqt li wieħed jirrispetta anke x-xogħol ta' ħaddieħor, wieħed jirrispetta wkoll ix-xogħol ta' dan il-parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, il-Ħamis 30 ta' Novembru 2000, fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-12.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET TA' L-INGLIŻ", "21287.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari nru.", "20016?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna li isimha ntbagħat separatament qiegħda l-għaxar waħda fuq il-waiting list u għalhekk ma tantx hemm ċans li jmissha li tidħol fil-klassi li għażlet.", "Id-dipartiment offra lil din il- persuna post fi klassi oħra, f'ġurnata differenti fl-istess skola.", "DONAZZJONI TA' SIĠAR", "21291.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani kemm inġiebu siġar b'donazzjonijiet mill- Libja u/jew pajjiżi oħra matul l-1999 u 2000?", "Jista' jgħid fejn tħawwlu dawn is-siġar u x'tip ta' siġar kienu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi matul l- 1999 u l-2000 ma rċevejna l-ebda siġra b'donazzjoni mill-Libja.", "PRODUZZJONI AGRIKOLA ORGANIKA", "21293.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani bil-policy tal-Gvern dwar il-produzzjoni agrikola organika?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sa issa ma jidirx li qatt ġiet formulata policy dwar l-organic farming.", "Pero l-passi li qiegħed jieħu dan il-gvern f'dan ir- rigward huwa li jinkoraġġixxi li bdiewa li jaddottaw kontrol aktar meqjus fl-użu ta' pestiċidi.", "Sa dan it-tant il-Gvern qiegħed joffri sussidju lil dawk il-bdiewa li jagħżlu li jipproteġu l-uċuħ tagħhom b'sistema ta' Biological Control fejn insetti bioloġiċi u ta' l-ebda ħsara għal prodott jeliminaw dawk l-insetti li jagħmlu ħsara u b'hekk jonqos l-użu tal-kimika valenuża fuq prodotti ta' l-ikel.", "Dwar l-\"Organic Farming\" il-Ministeru joffri assistenza lil kull min irid ikabbar xi prodott taħt din is-sistema bill jagħti it-tgħarif u pariri meħtieġa.", "ORGANIC FARMING", "21296.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani bil-policy tal-Gvern dwar l-organic farming?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 21293.", "UE - CAP", "21303.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-bdiewa u raħħala matul l-1999 u 2000 sabiex il-Ministeru tal-Biedja u Sajd jfehemhom aktar dwar il- politika komuni tal-biedja tal-UE, il-CAP?", "Fejn saru dawn il-laqgħat u kemm kien in-numru ta' bdiewa li attendew għalihom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Saru diversi laqgħat mal-bdiewa u raħħala, kemm formali kif ukoll informali.", "Dawn il-laqgħat ġew organizzati kemm mill- Ministeru kif ukoll minn għaqdiet diversi u li xorta attendew għalihom uffiċjali ta' dan il-Ministeru.", "Ma nżammitx statistika ta' dawn il-laqgħat kollha u lanqas rassenja ta' l-attendenza.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - OĠĠEZZJONIJIET", "21309.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet li għandu pendenti d- dipartiment tat-taxxi interni fil-preżent?", "Kemm minnhom saru minn ħaddiema bil-pagi u kemm saru min self-employed?", "Kemm huma l-ammonti f'ċifra ta' flus separatament taż-żewġ kategoriji li qed jitlob li jiġu eżentati li jħallsu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' oġġezzjonijiet li għandu pendenti d-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil- preżent huwa 52,464.", "In-numru ta' oġġezzjonijiet pendenti minn individwi jammonta għal 44,505 filwaqt li dak minn kumpaniji huwa 7,959.", "Ma teżisti l-ebda statistika li tiddisdingwi bejn in-numru ta' oġġezzjonijiet magħmulin minn ħaddiema impjegati u minn ħaddiema self- employed.", "Lanqas ma teżisti statistika li turi totali separati ta' taxxa li hija in kwistjoni.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - IMPJEGATI ĠODDA", "21525.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tagħha?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li ma ġie mpjegat l­ebda ħaddiema ġdid matul is­sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir­responsabbilta' tal­Ministeru għal Għawdex.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI ĠODDA", "21526.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - IMPJEGATI ĠODDA", "21527.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is- sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta ohra.", "PULIZIJA - TROBBIJA TA' FNIEK U ANNIMALI OĦRAJN", "21530.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hijiex kontravenzjoni kriminali u/jew ċivili t-trobbija ta' fniek jew annimali oħrajn fi bliet u nħawi abitati?", "Dawn kif jiġu regulati mill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-trobbija ta` ċertu annimali f`diversi lokalitajiet, huwa rregolat bil-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10).", "Meta l-Pulizija ikollha rapport dwar din l-attivita`, dan jiġi nvestigat u tittieħed azzjoni skond ma jirriżulta mill-investigazzjonijiet.", "TOROQ - SLEEPING POLICEMAN", "21531.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir sleeping policeman ħdejn l- stop sign f'tarf Triq il-Pellikani int u dieħel għal Triq l-Isqof Tumas Gargallo, Tarxien peress illi hemm hekk ħafna jibqgħu ħerġin b'veloċita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.", "TARXIEN - MANUTENZJONI", "21532.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jitneħħa t-terrapien u ħmieġ li akkumula quddiem id-dar God Bless fi Triq il-Wilġa, Tarxien peress illi l-art ta' faċċata mhijiex għall-kostruzzjoni u tinsab żdingata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21551.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istrateġija għad-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' għas-snin li ġejjin?", "Il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija kif qed iħejji għaliha?", "Ma' min qed jikkonsulta?", "F'liema speċjalizzazzjonijiet (areas) tal-farmaċija jara li hemm bżonn jikber id- dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istrateġija stabbilita mid-Dipartiment tal-Farmaċija ta' l-Universita` ta' Malta hija li jipprepara lill-ispiżjar għad-dinja tax- xogħol f'ambitu li jippromwovi saħħa aħjar għall-poplu fosthom fir-rwol ta' l-ispiżjar fis-saħħa primarja u klinika.", "Il-Kap tad-Dipartiment qed jinkoraġġixxi l-istaff tiegħu, kemm akkademiku, u non-akkademiku biex ikompli l-istudji tiegħu kemm Malta u kemm barra.", "Dan seta' jsir minħabba s-support u anke s-sagrifiċċju tal-Kap u l-istaff kollu tiegħu b'koperazzjoni biex waqt li wieħed qed jagħmel ir-riċerka staff l-ieħor jagħmel ix-xogħol ta' tagħlim u xogħol ieħor tad-Dipartiment.", "Il-Kap tad-dipartiment jikkonsulta ma' l-aqwa awtoritajiet farmaċewtiċi internazzjonali u juża l-kuntatti kollha possibli li kellu l-opportunita` jagħmel f'dawn l-aħħar 30 sena ta' ħidma fil-farmaċija.", "Id-Dipartiment jara li hemm bżonn jikber fil-farmaċija prattika u dik klinika.", "Qiegħed ukoll jistabbilixxi kuntatt ma' l-industrija farmaċewtika u ma' l-ispiżjara fil-komunita` f'Malta.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21552.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kull meta jsiru departmental meetings fid- dipartiment tal-farmaċija fl-Universita'?", "Min jattendi għal dawn il- meetings?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-meetings tad-Dipartiment isiru meta jkun hemm bżonn u jattendi l-istaff kollu akkademiku.", "Isiru ukoll meetings ma' l-istudenti kemm formali u informali.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21553.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-kap tad-dipartiment tal- farmaċija fl-Universita' matul din is-sena?", "Kemm swew dawn iż-żjarat?", "Minn liema sorsi ġew il-flus biex tkopri din l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub hu kif ġej:", "9-14 ta' Mejju 2000, Iceland ESCP Spring Clinical Pharmacy Conference on Clinical Pharmacy: Clinical Pharmacy Skills for the New Therapeutic Horizons", "Mistieden ta' European Society of Clinical Pharmacy (ESCP) biex jitkellem fil-konferenza ESCP: Lm498.80 Academic WOrk REsources Fund: Lm360", "20-26 ta' Ġunju 2000, UK", "Viżta lil Royal Pharmaceutical Society of Great Britain, mistieden tal- President ta' din is-Soċjeta` u lil Dr Sam Salek ta' l-Universita` ta' Wales.", "International Office: Lm350.", "26 ta' Awissu - 2 ta' Settembru 2000, Austria International Pharmaceutical Federation Pharmacy World Congress: Pharmacy in the 21st Century - the way forward", "Academic Work Resources Fund: Lm650", "10-16 ta' Ottubru 2000, Basel ESCP Annual Conference: New Tecnologies, Pharmacists and Patients Mistieden ta' European Society of Clinical Pharmacy (ESCP) biex jitkellem fil-konferenza ESCP: Lm334.34", "Academic Work Resources Fund: Lm280", "9-12 ta' Novembru 2000, Brussels European Conference on Health Promotion in General Practice and Community Pharmacy: Experiences and Perspectives Mistieden bħala espert Socrates Office: Lm250", "EU Project: Lm100 no registration fee mħallsa.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21554.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet akkademiċi fid-dipartiment tal- farmaċija fl-Universita' li huma vakanti u kemm inħolqu postijiet ġodda tul it-tmexxija tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma hemm ebda post fid-Dipartiment tal- Farmaċija li huwa vakanti.", "Il-postijiet akkademiċi li mtlew huma 2 full-time lecturers, 3 part-time lecturers u lectuer ieħor li jagħti terz mill-ħin lid-dipartiment.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "21578.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk hemmx ħsieb li f'Jannar li ġej joħorġu promozzjonijiet oħra għal grad ta' supritendent?", "ONOR.", "TONIO BORG: Promozzjonijiet għal kull grad joħorġu meta jkun hemm vakanzi fil-grad.", "BUDGET - ŻIDIET", "21579.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk b'effett tal-miżuri tal-budget, u cioe' ż-żieda fid- dazju fuq is-sigaretti u t-tabakk, is-sigaretti u t-tabakk impurtat huwiex se jgħola bir-rata biss kif imħabbra fil-budget?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li fil-kaz ta' sigaretti maħduma lokalment, il-prezz għall-konsumatur hu magħruf u stabbilit u d-dażju li qed jitħallas jirrifletti dak li hemm fl-Abbozz ta' Liġi.", "Il-prezz bl-imnut tas-sigaretti impurtati jistabbilixxih l-impurtatur wara li jieħu in kunsiderazzjoni l-ispejjeż u t-taxxi inkluz f'dal-kaz id-dazju tas-sisa li jrid jit]allas a bazi tal-prezz bl-imnut li jkun wasal għalih hu.", "Dwar tabakk wieħed jista' jgħid ukoll li huwa l-impurtatur li jrid jidditermina jekk ikunx hemm bżonn ta' ċaqliq fil-prezz għall-konsumatur.", "BUDGET", "21580.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex minnu jew le li l-ħaddiema nvoluti fil- preparazzjoni tal-budget ġew ipprovduti bl-ikel u x-xorb għas-spejjeż tal- Ministeru tal-Finanzi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm-il darba dan sar matul il-ġurnata u għal kemm ġranet?", "Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l- ispiża ta' dan kollu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li ma nħosx li għandi nirispondi mistoqsijiet frivoli bħal dawn.", "UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L-ARKITETTURA", "21589.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istat tal-laboratorju ta' l-inġinerija fil- Fakulta' ta' l-Arkitettura fl-Universita'?", "It-tagħmir li fih kemm għandu żmien?", "Xi pjani hemm biex il-laboratorju jiġi mgħammra kif meħtieġ fiż- żmenijiet tal-lum?", "Kemm huwa stmat li tilħaq in-nefqa f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-laboratorju ta' l-Inġinerija Ċivili tal- Fakulta` ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili għandu nuqqasijiet serji billi ħafna mit-tagħmir li hemm fih huwa qadim u jeħtieġ li jinbidel.", "Tħejja rapport mid-Dekan tal-Fakulta` fejn ġie elenkat dak it-tagħmir li hu meħtieġ għall-korsijiet undergraduate, u huwa stmat li biex jinxtara dan it- tagħmir hemm bżonn mill-inqas Lm50,000.", "UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L-ARKITETTURA", "21591.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex il-Fakulta' ta' l-Arkitettura, l- inġinerija ċivili ta' l-Universita' jiġu mgħammra b'computer lab biex l- istudenti jitgħallmu b'teknoloġiji aġġornati?", "Kemm huwa stmat li jiswa laboratorju ta' dan it-tip b'tagħmir bażiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Fakulta` ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili għandha computer laboratory żgħir, iżda li mhux mgħammar biżżejjed għal ħteġijiet tal-lum.", "Din is-sena ġie maħtur lecturer part-time fil- Fakulta` biex jgħallem Computer Applications u dan bħalissa qiegħed iħejji skema għall-ħteġijiet immedjati tal-Fakulta` biex ikollha computer laboratory mgħammar aħjar.", "Għadha ma nħadmitx stima dettaljata ta' kemm dan ġej jiswa, iżda x'aktarx in-nefqa tkun ta' madwar Lm30,000.", "FINANZI - RIĊEVIMENT", "21629.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet l-okkażjoni li għaliha ġie organizzat il-festin li sar mill-Ministeru tal-Finanzi nhar il-Ġimgħa 24 ta' Novembru, 2000?", "Jista' jgħid kemm kien jammontaw il-mestidnin u r-raġuni li għalih ġew mistiedna?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm laħqet b'kollox l-ispiża ta' dan ir-riċeviment u fiex kienet tikkonsisti?", "Jista' jgħid mingħand min saru l-ordnijiet ta' l-ikel u xorb u affarijet oħra u sarux b'direct order jew jinġabrux quotations?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li dan hu x'isir kull sena għal dawn l-aħħar ħmistax il-sena bħala rikonaxxciment għal kull min ikkontribuixxu fil-proċess tal-Budget.", "TURIŻMU - SAFAR", "21630.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "21235, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm individwi, studenti, jew oħrajn li ġew magħżula mill- Ministeru tat-Turiżmu, id-Dipartiment tat-Turiżmu jew entita' oħra li kienet taqa' jew taqa' llum taħt id-dekasteru tal-Ministeru, li intbagħt jew intbgħatet għal xi raġuni l-Indja fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija parlamentari nru.", "19937?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-risposti li rċevejt mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-risponsabilta' tiegħi."]} {"filename": "19981208_024d_par.doc", "date": "1998-12-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 24 L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 24", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.05 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "24", "L-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 171", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 171", "TQEGĦID TA' KARTI 176", "RIŻOLUZZJONI BIEX JITFAKKAR IL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU TAD-DIKJARAZZJONI UNIVERSALI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM 177", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1999 L-EWWEL JUM STABBILIT MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI 184", "AĠĠORNAMENT 220", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 220", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 23 li saret fis-7 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET KAŻWALI", "1529.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru elezzjonijiet każwali għal kunsilli lokali mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "F'liema belt jew raħal saru?", "F'kemm-il każ ma kienx hemm nominazzjonijiet?", "Ġew co-opted membri fejn ma kienx hemm nominazzjonijiet f'xi belt jew raħal?", "Kemm minn dawn kienu maħtura minn kandidati li kienu ħadu sehem fl-elezzjonijiet oriġinali?", "F'liema bliet jew irħula mistennija jsiru l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali s-sena d-dieħla?", "Meta se jsiru?", "Kemm huwa stmat li jqumu dawn l-elezzjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li mill-5 ta' Settembru sas-16 ta' Novembru, 1998 saru 13-il sejħa għal nominazzjonijiet biex jimtlew vakanzi ta' kunsilliera f'dawn il-lokalitajiet: Paola (2), Fgura, Rabat Għawdex (2), Marsascala, Qormi, Lija, Birkirkara (2), Swieqi, Nadur u Siġġiewi.", "Ma kienx hemm nominazzjonijiet għal-lokalitajiet tal-Fgura, Lija, Marsascala u Paola.", "S'issa ġew co-opted tliet membri fil-lokalitajiet tal- Fgura, Marsa u Paola rispettivament.", "Minn dawn il-membri wieħed biss, tal- Fgura, ħa sehem bħala kandidat fl-elezzjonijiet ta' qabel.", "Fl-14 ta' Marzu 1999 se jsiru elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fil- lokalitajiet tal-Belt Valletta, l-Isla, Żebbuġ (Malta), Żejtun, Balzan, Dingli, Fontana, Għajnsielem, Għasri, Iklin, Kirkop, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Nadur, Pembroke, Qrendi, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta' Xbiex, Xewkija u Żurrieq.", "Huwa stmat li l-ispiża ta' dawn l-elezzjonijiet titla' għal ¥300,000.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi dan l-aħħar l-Onor.", "Austin Gatt ġie kkwotat li qal li l-intenzjoni tal-gvern hija li jkun hemm aktar diċentralizzazzjoni u li aktar responsabbiltajiet jgħaddu lil kunsilli lokali, jista' s- segretarju parlamentari jinforma lill-Kamra liema poteri u responsabbiltajiet se jgħaddu lil kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Segretarju Parlamentari): Il-gvern qiegħed jimxi fuq diversi toroq li kollha huma maħsuba biex matul is-sena d-dieħla nżidu l- ammont ta' poteri, kemm ġenerali lil kull kunsill, kif ukoll poteri partikolari lil xi kunsilli speċifiċi, sabiex inwettqu l-politika tagħna li nagħtu iktar responsabbiltajiet lil kunsilli lokali, b'mod li jkunu f'qagħda aħjar li jimmaniġjaw dak li għandu x'jaqsam mal-lokalita' tagħhom.", "Barra minn hekk, b'mod iktar viċin qegħdin naħdmu fuq żewġ inizjattivi.", "L- ewwel inizjattiva tittratta d-delega mill-Water Services Corporation lil kunsilli lokali għal dak li jissejjaħ re-instatement of roads.", "Kif nafu, Sur President, problema li ilha għaddejja bejn wieħed u ieħor għal din l-aħħar sena u nofs, hija li l-Water Services Corporation ma tħallix it-toroq u l-bankini fi stat tajjeb wara li tkun għamlet xi xogħol.", "Minkejja d-diversi protesti li saru kemm mid-dipartiment tal-kunsilli lokali kif ukoll minn kunsilli lokali - saħansitra kellhom jieħdu lill- Water Services Corporation il-qorti fuq diversi talbiet - jidher li l- korporazzjoni hija lacking ħafna f'dan ix-xogħol partikolari.", "Għalhekk hemm il-ħsieb li jsir kuntratt pilota fejn il-korporazzjoni tgħaddi r- responsabbilta' tagħha għar-re-instatement of roads lil kull kunsill - jew lil dawk il-kunsilli individwali li jixtiequ jieħdu din ir-responsabbilta' - bl-ispejjeż jitħallsu mill-Water Services Corporation u l-kunsilli lokali jitħallsu 5% bħala management fee.", "Dan għandu jkun pass 'il quddiem biex niżguraw li wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji; għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma, ir-re-instatement tat-toroq u l-bankini jsir bi kwalita' tajba.", "Irrid ngħid li sibna koperazzjoni kbira min-naħa tal-Water Services Corporation biex isir dan il-kuntratt u fil-fatt qegħdin fil-fażi finali.", "Dan il-kuntratt ġie approvat ukoll mid-dipartiment tat-toroq, li legalment huwa responsabbli mit-toroq, u għalhekk nisperaw li fi żmien ftit ġimgħat inkunu nistgħu ninizjalaw din id-devoluzzjoni.", "Bdew ukoll diskussjonijiet mal-Korporazzjoni Enemalta biex matul is-sena d-dieħla ssir delega biex il-kunsilli lokali jkunu f'pożizzjoni li jbiddlu l-bozoz li jinħarqu u l-fittings li jeħżienu.", "Kont naf li dawn id- diskussjonijiet bdew madwar tliet snin ilu fuq talba tal-kunsill lokali ta' l-Imdina, imma sfortunatament id-diskussjonijiet ikkomplikaw ruħhom immensament għaliex daħlu wkoll is-substations, bdil ta' high tension wires u dawn il-ħafna affarijiet.", "Jiena ma nistax nifhem kif kunsill lokali jista' qatt ikun f'pożizzjoni li jieħu daqshekk responsabbilta'!", "Għalhekk madwar tliet ġimgħat ilu jiena u l-Ministru Josef Bonnici kellna laqgħa ma' uffiċjali ta' l-Enemalta u uffiċjali mid-dipartiment tal-kunsilli lokali fejn informajniehom bil-policy tal-gvern li s-sempliċi tibdil ta' bozoz eżistenti u l-maintenance ta' fittings eżistenti għandhom jgħaddu f'idejn il-kunsilli lokali bl-ispejjeż jibqgħu jitħallsu mill-Enemalta.", "Għalhekk ħeġġiġna biex uffiċjali taż-żewġ naħat jiltaqgħu ħalli jlestu d-dettalji.", "Nisperaw li din tkun waħda mill-ewwel delegi li nkunu nistgħu nagħtu matul is-sena d-dieħla.", "Forsi aktar importanti minn hekk fuq livell nazzjonali hemm l- introduzzjoni tas-sistema tal-local wardens u t-tribunali, u allura matul is-sena d-dieħla rridu nippreparaw amministrattivament lil kunsilli lokali u s-sistemi ċentrali neċessarji sabiex lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla nintroduċu l-local wardens f'kull lokalita' f'Malta u Għawdex.", "Qed nagħmluha ċara li l-management u l-impjieg tal-local wardens se jsir - kif kien il-ħsieb ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti - mill- kunsilli lokali u mhux minn xi enti ċentrali, u se nħallu totalment f'idejn kull kunsill lokali jridx jaġixxi waħdu jew ma' ħaddieħor.", "Ovvjament hemm ippjanata fażi ta' training kemm għal local wardens kif ukoll għall-aġenziji li se jimpjegawhom, sabiex niżguraw li min jiġi mpjegat mhux biss għandu l-liċenzja neċessarja mill-kummissarju tal- pulizija iżda qiegħed f'pożizzjoni biex effettivament jara li l-liġi tiġi osservata.", "Barra l-introduzzjoni tal-local wardens irridu wkoll indaħħlu t-tribunali lokali.", "Dan il-gvern m'huwiex se jimponi r-reġjonalita' kif xtaq jagħmel il-gvern preċedenti.", "Aħna m'aħniex se ngħidu li se jkun hemm ħames tribunali jew sitta f'Malta u Għawdex.", "Il-linja tagħna hija li kull kunsill lokali jiddeċiedi hu jaqbillux jaħdem waħdu jew jaqbillux jingħaqad ma' ħaddieħor biex jagħti servizz anke fil-livell tat-tribunali.", "Min-naħa tagħna se nimpenjaw ruħna biex qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni kull kunsill ikun informat kemm se jkollu spejjeż sabiex jamministra tribunal u kemm huwa possibbli, fuq statistika tal-passat, li jiġbor flus bħala multi.", "Għalhekk se nħallu dik l-istatistika f'idejhom u se nħallu lil kull kunsill jiddeċiedi x'jagħmel.", "Fl-opinjoni tiegħi, mil-lat finanzjarju numru ta' kunsilli se jkun jaqblilhom li jingħaqdu ma' ħaddieħor biex jagħtu l-istess servizz, pero' jidhrilna li fuq bażi ta' prinċipju għandna napplikaw il-liġi kif inhi llum.", "Jidhrilna li dan huwa każ tipiku fejn għandha tiġi applikata din il-liġi u m'hemmx lok li b'xi mod nimponu xi deċiżjoni fuq il-kunsilli lokali.", "It-tielet prinċipju li qed napplikaw - u li jiddipartixxi wkoll minn dak li ried jagħmel il-gvern immexxi mill-Partit Laburista - huwa li l-introjtu li jkun hemm mill-multi jmur għand il-kunsilli lokali u mhux jinżamm mill- gvern ċentrali.", "Din hija inizjattiva li amministrattivament trid ħafna mpenn.", "Diġa' hemm team żgħir min-naħa tal-gvern li qed jaħdem fuqha u nixtiequ li meta tidħol, jiġifieri sa l-aħħar tas-sena d-dieħla, mhux biss isir it-training ta' kull persuna li għandha x'taqsam magħha iżda jkollna wkoll apparat amministrattiv up and running.", "Irridu li meta jibdew jaħdmu l-wardens u t-tribunali lokali jiġri bħalma meta twaqqfu l-kunsilli lokali, li ma' kull elezzjoni daħlu f'uffiċċju mgħammar u uffiċċju bi proċeduri up and running, u għalhekk ma jkollniex problemi li wieħed jista' jsib meta jkollu sistema ġdida.", "Inizjattiva oħra għal matul is-sena d-dieħla hija dik li aħna qed insejħu l-politika tad-devoluzzjoni lokali.", "Dan il-gvern jifhem li kważi f'kull lokalita' f'Malta u Għawdex hemm siti jew proprjetajiet tal-gvern li m'humiex jiġu utilizzati tajjeb jew li jistgħu jiġu utilizzati aħjar kemm- il darba jiġu amministrati mill-kunsilli lokali.", "Nista' nġib żewġ eżempji, l-eżempju tal-Ġnien Ċiniż ta' Santa Luċija u l-eżempju tal-Gardjola fl- Isla, li t-tnejn huma proprjeta' tal-gvern, għalkemm qed jieħdu ħsiebhom il- kunsill lokali rispettivi.", "Fil-fatt il-kunsill lokali ta' Santa Luċija għadu kemm ħareġ madwar ¥1,500 fi spejjeż biex jagħmel manutenzjoni fil- Ġnien Ċiniż pero' m'għandux titolu legali fuqu u allura ma jistax jisfruttah kummerċjalment.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-Gardjola fl-Isla.", "Barra minn hekk hemm il-possibbilta' li l-kunsill lokali ta' l-Isla jkun jista' juża kamra li qed tiġi wżata minn xi dipartiment biex jistorja ftit għodda bħala souvenir shop jew xi ħaġa oħra u allura se tinħareġ tender u l- income li jkun hemm imbagħad imur għall-kunsilli lokali.", "Għalhekk ittieħdet policy decision li dawn it-tip ta' postijiet jgħaddu f'idejn il-kunsilli lokali rispettivi, jiġifieri l-kunsill ta' Santa Luċija u l-kunsill ta' l-Isla.", "Dan kważi jista' jsir ma' kull kunsill għaliex bħal dawn is-siti hawn ħafna oħrajn f'pajjiżna u aħna nafu li jekk jgħaddu fir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali mhux biss ikollna amministrazzjoni aħjar imma jkollna wkoll sors ieħor differenti u indipendenti mill-budget tal-gvern għall-kunsilli lokali.", "Għalhekk aħna mpenjati biex dawn id- devoluzzjonijiet isiru.", "Sfortuntament hemm aktar minn 100 talba quddiem il- land department minn diversi kunsilli lokali fuq din it-tip ta' devoluzzjoni imma f'dawn is-sentejn dejjem weħlu għall-istess raġuni, għar- raġuni li l-Gvern Laburista preċedenti qatt ma ħa policy decision.", "L- informazzjoni li għandi hija li kien qed iħallihom fuq l-ixkaffa għax kien kuntrarju li jgħaddihom lil kunsilli lokali.", "Aħna ma naqblux ma' din id- deċiżjoni u matul is-sena d-dieħla se nkunu mpenjati biex nidentifikaw items ta' evoluzzjoni lokali fejn nistgħu ngħaddu dan il-management lill- kunsill lokali partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Barotolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jkompli l-iskema ta' xogħol fl-iskejjel primarji ta' Malta u Għawdex, b'kordinament bejn id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u l-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta hija iva, u ma semmejthiex qabel għaliex id-domanda oriġinali kienet tirriferi għal inizjattivi ġodda.", "Din kienet waħda miż-żewġ inizjattivi tajbin li ħa l-Gvern Laburista fir-rigward tal- kunsilli lokali fis-sentejn li dam fil-gvern.", "Bħala prinċipju ħadmet pero' ovvjament għandha bżonn xi ftit raffinar, speċjalment fejn għandu x'jaqsam kif wieħed jiċċekkja l-affarijiet.", "Barra minn hekk hemm learning curve, li wieħed irid jidħol fiha bejn il- kunsilli u l-kapijiet ta' l-iskola biex dak li jiġi ppjanat, jiġi ppjanat bejniethom u mhux jiġi mpost min-naħa jew oħra.", "Nerġa' ngħid pero' li din kienet inizjattiva tajba li se tkompli din is-sena u lis e nibnu fuqha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhi l-policy tal-gvern rigward il-pjan soċjo- ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta li n-naħa tal-gvern qablet li għandu jitwettaq u jimxi 'l quddiem, anke meta kienet fl-oppożizzjoni?", "Il- ministru għall-politika soċjali attwali pubblikament ġewwa Bormla qal li dan huwa pjan serju u huwa tajjeb li jitwettaq u f'laqgħa li saret fil- kulleġġ de La Salle wara l-elezzjoni ħareġ ċar li għandu jinħatar kumitat ħalli jwettaq dak li hemm fil-pjan.", "F'din il-laqgħa kien hemm ukoll indikazzjoni li l-membri ta' dan il-kumitat kellhom ikunu dawk li ħadu ħsieb li dan il-pjan isir.", "Għalhekk jiena nistaqsi: Għaliex wara li l- ministru għall-politika soċjali pubblikament qal li dan il-pjan għandu jimxi 'l quddiem, il-membri ta' l-action committee ntalbu jirriżenjaw?", "Jista' l-gvern jgħid ċar u tond x'se jiġri u jekk dak li hemm rakkmandat huwiex se jiġi mwettaq skond, nerġa' ngħid, kif qablu ż-żewġ naħat tal- Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Il-policy tagħna hija li nkomplu b'dan il-pjan.", "Naturalment l-Onor.", "Mizzi qed jirriferi speċjalment għall-inizjattivi ta' embellishment li jolqtu dak ir-reġjun, imma hemm il-pjan soċjo-ekonomiku wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Iva, kollox sew imma għandek ukoll l-aspett ta' embellishment ta' l-area kollha.", "Kif diversi drabi kellna l-okkażjoni ngħidu, il-prinċipju huwa li jkollok l- inizjattivi kollha ta' riġenerazzjoni soċjo-ekonomika fl-area kollha.", "Rigward il-kompożizzjoni preċiża tal-kumitati li twaqqfu, naturalment wieħed irid iħares lejn il-membri li fformaw dak il-kumitat sal-lum u jew jikkonfermahom kollha jew isiru xi tibdiliet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Jista' s-Segretarju Parlamentari jindikalna jekk il-ħaddiema tal-gvern li qegħdin mislufin lil kunsilli lokali humiex se jibqgħu bl-istess kondizzjonijiet ta' management jew humiex se jkollhom kondizzjonijiet ġodda?", "Jista' l-gvern jara li proġetti partikolari ta' tibdil strutturali jew pjanijiet li jista' jkollhom eku fl-ekonomija nazzjonali mill-kunsilli lokali jikkonsidrahom bħala pjanijiet taħt il- fondi speċjali?", "Hawnhekk qed nirriferi anke għal proġetti ta' entitajiet turistiċi għaliex ħafna kunsilli lokali jkunu jixtiequ jmexxu 'l quddiem pjanijiet bħal dawn imma ma jkunux jaffordjawhom mill-fondi tagħhom.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, dan il-gvern jaqbel ma' din it-tieni inizjattiva tajba li ttieħdet mill-gvern preċedenti, li jkun hemm ħaddiema tal-gvern li jagħmlu xogħol għall- kunsilli lokali, u deċiżi li din inkompluha.", "Il-problema hi li waqt li f'ċerti kunsilli ħamdet, f'ħafna kunsilli oħrajn ma ħadmitx.", "Naħseb li m'hu tort ta' ebda gvern li ma ntlaqtitx tajjeb minn xi ħaddiema li ġew avviċinati u waqt li l-kunsilli lokali jridu jitgħallmu ftit kif ħadmu l- ftit kunsilli fejn dik l-inizjattiva irnexxiet - għaliex hemm instances fejn verament irnexxiet tajjeb u ffrankat ukoll ċertu flus lil dawk il- kunsill lokali u barra minn hekk tat response time f'ċertu livell ta' complaints li kien eċċellenti - ma naħsibx li hija kwestjoni sempliċi ta' dixxiplina.", "Forsi hija iktar kwestjoni ta' kif il-kunsill irid jitgħallem jaħdem ma' dawn il-ħaddiema.", "Fuq il-kwestjoni ta' l-ispecial funds żgur li matul is-sena d-dieħla rridu li ssir diskussjoni ġdida kif għandha ssir l-allokazzjoni ta' special funds.", "Għal dan il-gvern hemm ħaġa li hija inderogabbli fl-ispecial funds.", "M'għandna nidħlu f'ebda sistema li b'xi mod tagħti diskrezzjoni lil ministru li jagħżel proġett minn ieħor.", "Il-proġetti jridu jsiru wara diskussjonijiet sħaħ ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u ma jkunux jiddependu minn deċiżjoni tal-ministru imma tkun formola awtomatika.", "Jien assolutament kontra li ministru jiddeċiedi liema proġett huwa tajjeb u liema le u jekk iqassamx lill-kunsill lokali \"X\" jew iqassamx lill-kunsill lokali \"Y\".", "Għal dak li jixtieq l-Onor.", "Asciak, jien iktar nara possibbilta' ta' inizjattivi li għandhom x'jaqsmu mal-kamp turistiku - ovvjament ma nafx għal liema każ partikolari qed jistaqsi - pero' iktar huwa possibbli li wieħed iħares lejn din il-ħaġa mill-lenti tal-politika tad-devoluzzjoni lokali li semmejt.", "Jekk hemm ideat li huma kummerċjalment vijabbli u soċjalment jagħmlu sens ukoll, jien ċert li wieħed jista' jħares lejn il- finanzjament u l-management ta' dik it-tip ta' inizjattiva mhux bħala xi proġett kapitali imma bħala proġett kummerċjali li jistgħu jkunu nvoluti fih kemm partijiet differenti tal-gvern kif ukoll il-kunsill lokali fih innifsu.", "Naħseb li dan huwa proprju l-breakthrough li trid issir fil-qasam tal- kunsilli lokali, għax iżżid kemm iżżid il-fondi ċentralment fl-aħħar mill- aħħar l-impatt fuq kull kunsill lokali ma tantx jista' jkun kbir.", "Jiġifieri għal kull Lm1 miljun li tista' żżid, kunsill lokali jista' jieħu forsi Lm4,000, Lm5,000 jew Lm6,000.", "Naħseb li issa iktar irridu nħarsu lejn metodi alternattivi ta' funding, fejn ikollna iktar inizjattivi geared mhux biss biex jipprovdu fondi indipendenti mill-kunsilli lokali pero' biex jinvolvu iktar lill-kunsilli lokali fl-amministrazzjoni lokali.", "Jien ma naħsibx li rridu nibqgħu nħarsu lejn il-kunsilli lokali bħala mezz kif is-servizzi lokali jiġu delivered aħjar imma rridu nħarsu lejn il- kunsilli lokali bħala l-mezz kif nistgħu nieħdu inizjattivi iktar favur il- lokal billi nidħlu f'linji ġodda, anke f'lokalitajiet fejn m'għandhomx dawn l-esperjenzi.", "Naħseb li b'din it-tip ta' politika biss nistgħu nagħmlu l- breakthrough li nixtiequ naraw fil-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, l-aħħar mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi lill-Onor.", "Gatt jekk il-gvern hux se jkompli jadotta s-sistema tal-kalendarju agro-turistiku, li kien nieda d- dipartiment ta' l-agrikoltura bil-għan li l-kunsilli lokali jikkordinaw il- ħidma tagħhom aħjar.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, fil-qosor jekk jogħġbok.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk m'iniex sejjer żball, din it-tip ta' attivita' kienet taħt ir-responsabbilta' tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u mhux tal- kunsilli lokali u allura naħseb li jkun aħjar jekk jirrispondi l-ministru responsabbli mill-agrikoltura.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit, fil-qosor jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, fil- fatt ma' din hemm mistoqsija oħra - mistoqsija parlamentari numru 681 fis- seduta ta' dalgħodu - u r-risposta hija li l-kalendarju ta' attivitajiet agrikoli kif ukoll tas-sajd għas-sena d-dieħla qed jiġi ffinalizzat mill- istess unit li twaqqaf aktar kmieni din is-sena, meta l-Onor.", "Interpellant stess kien għadu ministru ta' l-agrikoltura.", "(Interruzzjonijiet) Laqgħat ma' l-għaqdiet involuti jsiru regolarment.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kuntratti mogħtija b'direct order mid-dikasteru tal-Prim Ministru bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1260;", "Kopja ta' programm ta' azzjoni mħejji mill-Management Efficiency Unit, maħruġ fit-30 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1790; u", "Lista li turi l-gradi ta' impjegati fil-Qrati ta' Għawdex bejn Diċembru 1996 u Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar aġenziji ta' reklamar użati mid-dikasteru tal-Ministru għall-Politika Soċjali bejn l-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentai numru 1256.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar aġenziji ta' reklamar użati mid-dikasteru tal-Ministru ta' l-Intern bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1258.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' steroid cards li jintużaw fl-Isptar San Luqa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1946; u", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "RIŻOLUZZJONI BIEX JITFAKKAR IL-ĦAMSIN ANNIVERSARJU TAD-DIKJARAZZJONI UNIVERSALI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM", "ONOR.", "GUIDO de MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, f'ismi u flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella nixtieq inressaq din il-mozzjoni li se naqra:", "Dan il-Parlament:", "Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qegħdin isiru madwar id-dinja biex jitfakkar il-Ħamsin Anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad- Drittijiet tal-Bniedem addottata mill-Assemblea Ġeneralil tan- Nazzjonijiet Uniti, f'Pariġi, fl-10 ta' Diċembru 1948;", "Waqt li jirrikonoxxi li d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal- Bniedem bħala objettiv komuni ta' akkwist għall-popli kollha u għan- nazzjonijiet kollha u wkoll bħala fonti ta' ispirazzjoni u bażi ta' progress kontinwu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;", "Waqt li jenfasizza l-bżonn li jsiru aktar sforzi fuq livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali bil-għan li jissaħħu l- promozzjoni u l-inkoraġġiment ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd mingħajr distinzjoni ta' razza, sess, lingwa jew reliġjon;", "Jiddikjara mill-ġdid li dawn id-Drittijiet kollha huma universali u indiviżibbli;", "Iġedded f'isem il-Maltin u l-Għawdxin kollha t-twemmin tiegħu fid- drittijiet fundamentali tal-bniedem, fid-dinjita' u l-valur tal- persuna umana, fid-drittijiet ugwali għal irġiel u nisa u għal nazzjonijiet kbar u żgħar;", "Jikkonferma solennement il-wegħda magħmula minn Malta meta saret Membru ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, biex id- Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem issir l-objettiv komuni ta' akkwist għall-popli kollha u għan-nazzjonijiet kollha u bħala fonti ta' ispirazzjoni għall-promozzjoni u protezzjoni tad- drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali - ċivili, kulturali, ekonomiċi, politiċi u soċjali - inkluż id-dritt għall-iżvilupp.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, jien u l-kollega tiegħi, l- Onor. George Vella, ridna nressqu din il-mozzjoni bi skop preċiż, li kif inhu xieraq dan il-parlament iħares lejn id-dikjarazzjoni tad-drittijiet universali tal-bniedem - li qed tagħlaq ħamsin sena mill-eżistenza tagħha - bħala wieħed minn dawk id-dokumenti li fl-istorja tal-bniedem isaħħu r- rikonoxximent tas-supremazija tal-bniedem fuq kollox.", "Il-bniedem għandu drittijiet tiegħu li huma inaljenabbli, kemm jekk jgħix f'pajjiż Ewropew, kemm jekk jgħix f'pajjiż Asjatiku, kemm jekk jgħix fl-Afrika, kemm jekk jgħix fil-kontinent Amerikan, kemm jekk ġej minn pajjiż kbir u kemm jekk ġej minn pajjiż żgħir.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa dak il-konċett universali li Leonardo da Vinċi kien wettaq fl-interpretazzjoni artistika tiegħu tal- bniedem bħala ċ-ċentru ta' l-univers.", "Naturalment dan huwa l-ħsieb tal-karta tad-drittijiet tal-bniedem, li b'għaqal u b'mod li tittraxxendi anke l-kulturi u ċ-ċivilatajiet diversi, dikjarazzjoni li tapplika għal kulħadd.", "Din mhix kwestjoni li wieħed jgħid li dawk għandhom ċivilita' li forsi xi ħadd jikkonsidraha iktar avvanzata, waqt li ħaddieħor għandu ċivilita' li wieħed jikkonsidraha mhux daqshekk avvanzata; wieħed ġej minn pajjiż industrijalizzat u l-ieħor ġej minn pajjiż fqir; wieħed ġej minn pajjiż kbir li għandu mezzi awtonomi ta' difiża u affarijiet oħra, waqt li ieħor ġej minn pajjiż żgħir u ħafna drabi jkollu jistenna d-dritt ta' l-iżvilupp.", "Id-drittijiet fundamentali tal- bniedem - id-dritt li jgħix, id-dritt għall-opinjoni tiegħu, id-dritt għar- reliġjon tiegħu, id-dritt li ma jiġix mgħakkes, id-dritt tal-liberta' tiegħu - huma drittijiet li l-popli kollha għandhom jgħożżuhom għax jappartjenu lilhom ilkoll.", "F'dan il-kontest, Sur President, li aħna qegħdin nikkommemoraw dan il-ħamsin anniversarju.", "Naturalment dawn il- kommemorazzjonijiet għandhom id-diffikultajiet tagħhom, għandhom dik ir- rabta bejn l-ideal u r-realta'.", "Kemm qed jiġi osservat verament dak li aħna nipproklamaw?", "Proprju qabel ma ġejt hawn kont qed insegwi s-sitwazzjoni ta' dawk in- nies li jinġabu Malta riżultat tal-pożizzjoni diffiċli f'pajjiżhom.", "Meta tibda tara s-sitwazzjoni ta' dawn il-boat people tad-dinja tal-lum, nies li jaħarbu minn pajjiżhom biex ifittxu x-xogħol, biex ifittxu ħajja aħjar u biex ifittxu dar, tibda tistaqsi kemm hi vera l-karta tad-drittijiet tal- bniedem, kemm hi attwabbli d-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal- bniedem.", "U ma nagħmlu xejn ħażin, Sur President, li kull poplu, kull bniedem jidħol daqxejn fih innifsu u f'ċirkostanzi storiċi bħalma huwa l- ħamsin anniversarju tad-dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, iħares lejn din is-sitwazzjoni u jgħid: Kif tista' tħares lejn id-dritt tal-kelma jekk m'għandekx ukoll id-dritt għall-kenn ta' darek, kemm tista' tħares lejn id-dritt ta' l-opinjoni meta lanqas għandek il-flus biex tixtri ġurnal ħalli inti tkun tista' tifforma opinjoni?", "Dan huwa l-konflitt li ħafna drabi naraw bejn it-teorija u r-realta'.", "Dan huwa l-konflitt li ħafna drabi naraw bejn ix-xewqa tal-bniedem u d-drittijiet ġuridiċi tal-bniedem.", "Jekk dawn id-drittijiet ġuridiċi tal-bniedem ma jkunux id f'id mad-drittijiet soċjali tal-bniedem ħafna drabi waħda tagħmel kummiedja mill-oħra, biex ngħid hekk, għax id-drittijiet ġuridiċi tant importanti, tant essenzjali, tant bażiċi tal-ħajja tagħna għandhom valur jekk inti torbothom mad- drittiijiet soċjali tal-bniedem.", "Id-dritt għall-għajxien, id-dritt għall- kenn, id-dritt għax-xogħol huma drittijiet daqstant fundamentali bħad- drittijiet ta' l-opinjoni, bħad-drittijiet ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, bħad-drittijiet għar-reliġjon, bħad-drittijiet li wieħed ikun tolleranti lejn l-ieħor, anke dawn huma drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "U llum f'din l-okkażjoni aħna ridna nitkellmu fuqhom.", "Sur President, wara l-inkontru f'Malta ta' Bush u Gorbachev f'Diċembru ta' l-1989 jien kont għidt li kienet spiċċat il-purtiera tal-ħadid u b'hekk sar ħafna ġid għad-dinja.", "Dan il-fatt kien fundamentali ħafna għar-ritorn tal-liberta' ta' popli sħaħ li l-kelma \"liberta`\" kienet biss xewqa u qatt attwalita`.", "Kien mument kbir li tara l-ħajt ta' Berlin jaqa', kien mument kbir li tara regime wara l-ieħor ta' dittatura jispiċċa fix-xejn u l-ideali tad-demokrazija ta' parlament pluripartitiku jsiru realta' għal tant pajjiżi, fejn il-kelma \"demokrazija\" kienu jużawha iżjed bħala xewqa għal ħafna minnhom u daħk fil-wiċċ meta tiġi wżata fil-konfront tagħhom stess.", "Għall-ewwel darba fl-istorja Ilum qegħdin ngħixu f'sitwazzjoni fejn il- maġġoranza tal-popli għandhom sistema demokratika.", "U din hija bidla kbira meta wieħed jiftakar li sa ftit snin ilu l-maġġoranza tal-poplu ma kellhomx sistema demokratika.", "U f'dan il-kontest il-waqgħa tal-purtiera tal-ħadid kellu effett pożittiv ħafna fil-ħajja ta' tant miljuni ta' nies.", "Pero' jekk aħna naħsbu li s-suċċess tad-dinja qiegħed hemm għax spiċċat il- purtiera tal-ħadid biss u ma niftakrux li hemm purtiera iktar permanenti li hija l-purtiera tal-faqar, il-purtiera tas-sottożvilupp, li qed tifred il- popli b'mod iktar krudil kważi minn dik is-sitwazzjoni li kellna qabel bil- purtiera tal-ħadid, allura aħna nkunu qegħdin nagħtu lip service, kif jgħidu l-Ingliżi, lid-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem għaliex inkunu qegħdin nonqsu milli nħarsu lejn l-iktar ħaġa essenzjali, id- dritt għall-ħajja u għall-għajxien tal-bniedem.", "Sur President, l-aspetti ġuridiċi ta' din id-dikjarazzjoni huma fundamentali ħafna u forsi huwa tajjeb li hawnhekk niddikjaraw bħala poplu Malti kemm aħna ilna nitħabtu għal dawn id-drittijiet.", "Ġiet f'idejja dikjarazzjoni li kienu għamlu missierijietna fl-1802 - wara li spiċċat il- preżenza Franċiża minn gżiritna u l-Maltin kienu qegħdin jaraw il-preżenza Ingliża ġejja fuqhom - dikjarazzjoni fundamentali ta' prinċipji fejn il- poplu Malti, permezz tar-rappreżentanti tiegħu, stabilixxa ċerti prinċipji li huma tant importanti - niċċita tnejn minnhom - li: \"Free men have a right to choose their own religion\".", "Hawn qed nitkellmu fl-1802 meta, anke f'dawk iż-żmenijiet, forsi ħafna iżjed mil-lum, il-predominanza u l- ħsieb reliġjuż kellu ċertu fundamentaliżmu magħqud miegħu.", "Tajjeb li nirrikonoxxu li missierijitna fl-1802 qalu bl-iktar mod ċar li:", "\"Freemen have a right to choose their own religion.", "Tolerance of other religions is therefore established as a right.\"", "Mhux sempliċement kwesjtoni ta' tolleranza iżda tolleranza fis-sens li kulħadd għandu dritt għal reliġjonijiet oħrajn.", "Imbagħad ikompli jgħid ukoll l-artiklu 9:", "\"That no man whatsoever has any personal authority over the lives, property or liberty of another.", "Power resides only in law and restraint or punishment can only be exercised in obedience to law\".", "Is-saltna tad-dritt, id-dritt tal-bniedem li huwa liberu, id-dritt tal- bniedem li ma jkunx soġġett għall-arrest arbitrarju, id-dritt tal-bniedem li ma jintefax f'ħabs mingħajr akkuża.", "Dawn id-drittijiet ta' prinċipji fundamentali li qed nitkellem fuqhom ma ġewx stabiliti fl-1948 wara żewġ gwerer mondjali imma l-poplu Malti stabilixxa dan il-prinċipju fundamentali meta ħareġ minn dak il-kalvarju li kellu fir-rivolużżjoni kontra l-ħakma Franċiża u kien qed jara ġejja l-ħakma Ingliża.", "Kien ġie stabilit mhux biss id-dritt tal-liberta' tar-reliġjon u l-osservanza tar-reliġjon u r- rispett tar-reliġjon ta' kull wieħed u waħda minna imma d-dritt li kull bniedem għandu l-ħarsien tiegħu fil-liġi.", "Ciceru kien jgħid li aħna servi tal-liġi biex nistgħu nkunu liberi.", "Dan il-valur li rridu nkunu servi tal- liġi jekk aħna rridu nkunu liberi joħroġ ukoll mill-karta universali tad- drittijiet tal-bniedem.", "Niftakar li bejn żewġ imħallfin kbar Maltin, l-Imħallef Flores u l- Imħallef Caruana Curran, kien hemm polemika importanti ħafna li kienet: Ġustizzja skond il-liġi jew il-liġi skond il-ġustizzja?", "U niftakar kont għidt: Imma din għaliex inħarsu lejha f'kontest ta' kuntrast bejn waħda u oħra?", "It-tnejn m'huma xejn ħlief manifestazzjoni taż-żewġ bnadi ta' l- istess munita; il-liġi trid tkun skond il-ġustizzja u l-ġustizzja trid issir skond il-liġi.", "Dan huwa l-istat tad-dritt li d-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem tenunzja bl-iktar mod importanti.", "Pero' x'razza ta' ġustizzja skond il-liġi tkun jekk il-bniedem jiġi miċħud mid-dritt tiegħu għall-edukazzjoni?", "Fil-fehma tiegħi l-edukazzjoni hija l- iktar ħaġa li twassal il-popli 'l quddiem.", "Hija l-edukazzjoni li tagħtik it-tolleranza, hija l-edukazzjoni li tagħtik ir-rispett tal-fehma ta' ħaddieħor, hija l-edukazzjoni li tiftaħlek il-ħsieb tiegħek fix-xjenza, fl- arti, fil-kultura u f'ċivilta' veru.", "Sur President, naħseb dawn huma l- impenji li dan il-parlament għandu jieħu llum biex verament nikkommemoraw id-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem.", "Ħadt pjaċir nara lil Kofi Annan, flimkien mal-President tal-Parlament Franċiż, Fabius, jagħmel diskors tant importanti lid-deputati Franċiżi - fil-fatt id-dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kienet ġiet l-ewwel enunzjata f'Parigi fl-1948 - wara ħamsin sena li raw rivoluzzjoni fost il- popli.", "F'dik il-ħabta kulma kien hemm membri tan-Nazzjonijiet Uniti, jekk ma niżbaljax, kienu 55 u llum hemm 185.", "Dan għaliex?", "Għaliex inħolqu xi popli?", "Il-popli kienu jeżistu, in-nazzjonijiet kienu jeżistu imma kienu popli soġġetti għal imperi kolonjali jew, fl-aħjar ipotesi, popli li kienu qegħdin taħt it-Trusteeship Council tan-Nazzjonijiet Uniti.", "X'mixja kbira din kienet!", "X'mixja kbira fejn qabel li jkollok drittijiet kien jiddependi l-ġilda tiegħek hijiex bajda jew hijiex sewda, jekk inti tappartjenix għal reliġjon jew oħra, drittijiet li toqgħod bil-qiegħda fi ġnien jiddependi minn liema grupp tappartjeni għalih.", "Saret mixja 'l quddiem f'dawn il- ħamsin sena, Sur President, u aħna għandna nħossuna kburin li nikkommemorawhom.", "Pero' din il-kommemorazzjoni m'għandhiex biss tkun flashback, jew throwback għax għalkemm huwa tajjeb tgħid kemm imxejt 'il quddiem pero' daqstant ieħor għandek tgħid fejn huma n-nuqqasijiet tiegħek.", "Jien naħseb li l-poplu Malti llum huwa konxju ħafna mhux biss tad- drittijiet li għandu u d-drittijiet soċjali li għandu jkompli jirbaħ u jipproteġi imma konxju wkoll tas-sens ta' solidarjeta' tiegħu mal-popli l- oħra.", "Is-sens ta' solidarjeta' li l-karta universali tad-drittijiet tal- bniedem għandha valur jekk flimkien mad-drittijiet enunzjati u osservati jkun hemm konservat u mwettaq id-dritt ta' l-iżvilupp, id-dritt li l- bniedem mhux biss ikollu drittijiet ġuridiċi imma drittijiet soċjali li jagħmluh verament bniedem fl-interezza kollha tiegħu, li jista' jgħix b'dik id-dinjita' li ħalqu Alla u li għandu dritt jgħix fiha.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Grazzi, Sur President.", "Huwa pjaċir tiegħi li flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor. de Marco nikkommemoraw il-ħamsin sena mill-adozzjoni tad-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem, li ġiet iffirmata f'Pariġi proprju fl-10 ta' Diċembru ta' l-1948.", "Wieħed irid jiftakar li dan kien biss tliet snin wara li kienet ġiet ifformata l-Ġnus Magħquda fl-1945 u, kif semma l-kollega tiegħi, il-blockade ta' Berlin kien għadu għaddej, kien diġa' beda l-inkwiet bejn il-Lhud u l-Għarab u kien anke nqatel il-medjatur tal-Ġnus Magħquda ġewwa Gerusalem, Count Bernardotte.", "Dan kien juri li l-affarijiet kienu għadhom m'humiex issettiljati għal kollox.", "Interessanti wkoll li wieħed jinnota li dan kien sitt xhur qabel ma eventwalment imbagħad ġie fformat anke l-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Mr Speaker, wieħed irid jifhem li dawk iż-żmenijiet, wara gwerra mondjali li kienet ċaħħdet lill-popli minn tant affarijiet, kien hemm yearning, kien hemm tfittxija għal-libertajiet u għall-kuntentizza li n-nies kienet ilha nieqsa minnhom għal madwar ħames snin sitta.", "Dawn kienu drittijiet bażiċi li l-bniedem kien ħass iċ-ċaħda tagħhom u ried b'xi mod jassigura li jkollu dritt li jerġa' jeħodhom lura u jassigurahom fil-futur tiegħu.", "Dan ifakkarni meta l-famuż Thomas Jefferson kien qed jikteb id-Dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza Amerikana fl-1776, jiġifieri ħafna snin qabel, fejn kien qal bl-iktar mod ċar li l-bniedem għandu ċerti drittijiet inaljenabbli u dawn ġabarhom fi tliet kelmiet: id-dritt għall-ħajja, il-liberta' u t- tfittxija għall-kuntentizza.", "Dawn kienu tliet kelmiet li ġabru prattikament dak kollu li hemm fid-dikjarazzjoni tad-drittijiet tal- bniedem.", "U ovvjament kellhom imbagħad anke eku tlettax-il sena wara, anke minħabba r-relazzjonijiet li kellu Jefferson stess ma' Franza, bħala ambaxxatur f'dawk iż-żmenijiet, fir-Revoluzzjoni Franċiża, li ovvjament imbagħad ġiet żgwidata u marret żmerċ, 'il hinn mill-ideali li kien hemm fil-bidu.", "Pero', Sur President, wieħed irid jifhem li l-liberta' hija bbażata fuq demokrazija politika effettiva u anke fuq l-aċċettazzjoni minn kulħadd tal- konċett tad-drittijiet tal-bniedem.", "Jekk dan ma jiġix aċċettat minn kulħadd ma jistax ikollok liberta', u mhux biss lip service, mhux biss li tiġi aċċettata imma anke li jkollok l-osservanza ta' dawk il-commitments li wieħed ikun għamel.", "U għalhekk huwa importanti li wieħed jiddikjara f'isem il-poplu Malti - bħalma ddikjara l-kollega tiegħi, u ovvjament anke jien min-naħa tiegħi f'isem din in-naħa tal-Kamra - l-importanza li pajjiż jintrabat u josserva li jirrispetta dawn il-konċetti.", "Pero' wieħed irid jifhem li meta jiġi aċċettat il-konċett tal-ħarsien tad-drittijiet tal- bniedem, dan ma jfissirx, bħalma fil-bidu kien hemm min jargumenta, li dawn huma materji interni għal kull pajjiż individwalment.", "U jasal iż-żmien li jekk hemm body internazzjonali, bħall-Ġnus Magħquda, li jenunzja dawn l- affarijiet, u jissorvelja dawn l-affarijiet, irridu mmorru oltre din l-idea li dawn huma affarijiet interni u allura jkunu jikkonċernaw biss pajjiż partikolari.", "Jien ngħid li ċertu ksur tad-drittijiet tal-bniedem jikkonċerna lid-dinja kollha, jikkonċerna lill-popli kollha, jikkonċerna addirittura d-dinjita' tal-bniedem uman li jeżisti f'din id-dinja.", "Sur President, ħafna nies forsi ma jafux x'inhi din id-dikjarazzjoni.", "Din id-dikjarazzjoni hija xi ħaġa komplessa u llum għandha żewġ covenants li ġew adottati ormai iktar minn tletin sena ilu u għandha konvenzjonijiet ukoll partikolari fuq ċerti diskriminazzjonijiet li b'dawn id-deċiżjonijiet qegħdin jipprovaw jiġu mneħħija, per eżempju, id-diskriminazzjoni razzjali, kif semma l-kollega tiegħi, id-diskriminazzjoni kontra n-nisa, it-tortura, id-diskriminazzjoni kontra t-tfal.", "Pero' għad fadal ħafna u ħafna oqsma li għadhom m'humiex minsusa u li għadhom m'humiex qegħdin jiġu attwati għaliex m'hemmx biżżejjed mekkaniżmi fl-istruttura tal-Ġnus Magħquda - inkun kritiku - biex jimplimentaw id-dikjarazzjoni u l-programm favur il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.", "Huma neqsin ukoll il-mekkaniżmi li hemm bżonn biex wieħed jagħmel il-monitoring ħalli jkun jaf kemm il-pajjiżi qegħdin jimxu ma' dak li ffirmaw fuq dik il-biċċa karta li għamluha forsi b'mod ċerimonjali pero' m'humiex qegħdin josservawha.", "Ir-riżorsi fil-Ġnus Magħquda li jridu jiġu kkanalizzati biex jimmoniterjaw dan ix-xogħol m'humiex available.", "U għalhekk huwa importanti li apparti li jkun hemm mezz kif il-Ġnus Magħquda jsibu iktar riżorzsi umani u finanzjarji ħalli dawn l-affarjiet jagħmluhom, importanti wkoll li jingħataw aktar opportunitajiet lill-għaqdiet li m'humiex governattivi, dawk li nsejħulhom NGOs, għax dawn jistgħu jgħinu.", "Dawn huma organizzazzjonijiet interressati ħafna f'dawn l-oqsma li jagħtu kontribut kbir u li prattikament ma jqumu xejn lill-Ġnus Magħquda biex jagħmlu x-xogħol tagħhom.", "U anke llum qegħdin naraw ħafna organizzazzjonijiet tal-vittmi stess, ta' min ikun qed jinkisrulu d-drittijiet umani tiegħu.", "Fi kliem ieħor l-isfidi huma ħafna imma r-riżorsi huma neqsin ħafna.", "Sur President, hawnhekk naħseb li huwa d-dover tagħna li nfakkru li, apparti d-dikjarazzjoni universali, fl-1953 iddaħħlet ukoll il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li hija, biex ngħid hekk, traspożizzjoni ta' din id-dikjarazzjoni pero' iktar f'kontest reġjonali, f'kontest Ewropew, illi mbagħad magħha żdied il-konċett tad-dritt ta' l-individwu li japplika għad-drittijiet tiegħu quddiemha.", "U għalkemm l-affarijiet jimxu bil-mod - għaliex wieħed irid jifhem illi kien biss madwar erba' snin ilu li nħatar kummissarju għoli għad-drittijiet tal-bniedem - li naħseb illi huwa bażiku u li għamel aċċenn għalih anke l-kollega tiegħi l-Viċi Prim Ministru, huwa l-fatt illi l-konċett tad-drittijiet tal-bniedem m'huwiex xi konċett statiku.", "Din m'hijiex xi ħaġa li bdiet fl-1948, jew fi żmien Jefferson jew fi żmien l-illuminati tas-seklu 18 u waqfet hemmhekk.", "Dan huwa konċett illi huwa dinamiku, konċett li jevolvi mas-soċjeta', jevolvi mal-konċetti u ma' l-aspirazzjonijiet tas-soċjeta', jevolvi mal-politika li tkun qed tevolvi fil-pajjiż.", "U l-fatt illi hemm dan id-dinamiżmu jitlob minna li anke aħna .....", "Din hija xi ħaġa li nqasna li nagħmlu sal-lum u għalhekk nappella li nedukaw lit-tfal tagħna u ndaħħlu fl-iskejjel il- konċett ta' l-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem.", "Huwa importanti li lit-tfal tagħna ngħallmuhom x'inhuma d-drittijiet fundamentali tagħhom u tal-popli l-oħra ħalli meta jikbru jkunu jafu li dawk illi hemm in-naħa l-oħra għandhom id-drittijiet tagħhom, għandhom l- aspirazzjonijiet tagħhom, għandhom dak illi għandhom dritt assolut għalih u mhux tolleranza.", "Il-kelma \"tolleranza\" jiena ma naċċettaha qatt għaliex din tippressupponi li inti aħjar minn ħaddieħor u qed tagħmel sagrifiċċju u taċċettah.", "It-tolleranza m'għandhiex teżisti imma għandha teżisti l- aċċettazzjoni ta' dak illi hu ħaddieħor, ta' dak illi jemmen u ta' dak illi huwa magħmul bih.", "Hemm ħafna punti x'wieħed jiddiskuti f'dan is-sens.", "Per eżempju, il-konċett tad-drittijiet tal-bniedem japplika l-istess madwar id- dinja?", "Hemm differenzi reġjonali, differenzi kulturali, differenzi ta' reliġjonijiet?", "Tagħmel differenza fuq soċjetajiet differenti?", "Hemm drittijiet relattivi jew drittijiet assoluti?", "Sur President, dawn huma mistoqsijiet li l-kollega tiegħi, li huwa ħafna iktar abbli minni mil-lat legali - għaliex m'hemmx dubju li dawn ħadu diskussjonijiet twal f'konferenzi u b'laqgħat interminabbli - forsi jista' jweġibhom aħjar minni.", "Pero' huwa tajjeb illi jkollna l-okkażjoni li anke hawnhekk nesprimu l-għarfien tagħna ta' l-eżistenza ta' dawn il-problemi, nitkellmu fuqhom u niddeċiedu fuqhom.", "Per eżempju, hemm differenzi bbażati fuq kultura, fuq reliġjonijiet, fuq twemmin?", "Dawn ibiddlu dak illi hemm imniżżel fid-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem?", "Min jaqbillu fiċ-ċirkostanzi tad-dinja llum se jgħid \"iva\" pero', kif qal Jefferson, hemm drittijiet li huma inaljenabbli, jiġifieri ma jista' jibdilhom ħadd, u ma jistgħux jinbidlu sempliċement għaliex ikollok regime jew dittatur li jaqbillu jagħmel hekk.", "Nikkwota hawnhekk dak illi qalet Amnesty International fl-1977 meta din l-organizzazzjoni ngħatat il-premju Nobel għall-paċi.", "Qalet hekk:", "''Sfortunatament gvernijiet jivvotaw favur id-drittijiet tal-bniedem fil-laqgħat internazzjonali filwaqt illi jifgawhom f'pajjiżhom.\"", "Mela jmorru lura u jifgaw dawn id-drittijiet f'pajjiżhom!", "Huwa veru li jsir ħafna diskors fuq drittijiet, illi verament huma importanti, bħad- dritt għal informazzjoni, id-dritt għal espressjoni, id-dritt għal ħajja privata, id-dritt għal ħajja familjari, id-dritt għal opportunitajiet indaqs u d-dritt tax-xogħol imma - u hawn norbot ma' dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor. de Marco - u dawn kollha huma drittijiet bażiċi.", "Imma hemm drittijiet iktar fundamentali li joħorġu mir-realtajiet soċjali, kulturali u ekonomiċi tal-pajjiż u saħansitra jeżistu pajjiżi li mhux biss qegħdin iċaħħdu dawn id-drittijiet lil ċertu popli iżda lanqas biss jikkonċepixxu jew jaslu biex jibdew jaħsbu li dawn għandhom drittijiet oħrajn.", "Nerġa' ngħid, Sur President, hemm oqsma importantissimi li huma ttraskurati, l- ewwel u qabel kollox, id-dritt tal-ħajja.", "Jum wara l-ieħor naraw eluf ta' nies jiġru 'l hawn u 'l hemm fid-dinja, għadma u ġilda, u ma tafx x'se jsir minnhom.", "Allura kif nitkellmu dwar id- dritt ta' l-espressjoni, id-dritt ta' l-edukazzjoni u d-dritt illi jkunu magħqudin f'union?", "X'unions huma!", "Xi dritt ta' assoċjazzjoni hu dan!", "Nerġa' ngħid, dawn lanqas l-iktar drittijiet bażiċi m'għandhom, la għandhom x'jieklu, la jsibu ilma nadif biżżejjed biex jixorbu minnu, la għandhom l- iktar kura medika bażika u lanqas saqaf fuq rashom kemm ma jkunux esposti għall-elementi.", "Għad hawn miljuni fid-dinja mċaħħdin minn dawn id- drittijiet bażiċi u nkunu qed ninjoraw lilna nfusna jekk naħsbu li għaliex għalina huma xi ħaġa li neħduha for granted - għandna dipartiment tal- housing li jekk dar ma jkollhiex żewġ kmamar tal-banju u tliet kmamar tas- sodda ma jaċċettahiex ....", "M'inix qed ngħid illi m'għandniex nagħmlu hekk għaliex la wasalna f'dan il-livell ta' żvilupp j'Alla nkomplu, pero' ma rridux ninsew li f'ċerti pajjiżi d-drittijiet fundamentali għadhom imċaħħdin sal-lum.", "Għalhekk irridu nuru ċertu mistħija, mhux għax tort tagħna imma nemmen li għandna parti mill-ħtija li dawn il-miljuni għadhom jiġġerrew madwar id-dinja bil-ġuħ, għarwenin, bla saqaf fuq rashom, bla faraġ u bla tama fil-futur.", "Sur President, dawn it-tfal ma jafux x'se jkun il-futur tagħhom.", "Probabbilment lanqas jaħsbu li hemm futur għaliex għalihom l-immedjat, li jieklu llum u jaraw ix-xemx tiela' għada li huwa importanti.", "U dan kollu għaliex minkejja d-diskors fuq id-demokrazija u d-drittijiet ta' l- individwu, m'għandhom l-ebda kontroll fuq id-destin tagħhom.", "Dawn huma biss partiċelli fuq chessboard illi jiġġerrew minn hawn u minn hemm skond l- opinjonijiet u d-deċiżjonijiet ta' xi ħadd ikbar minnhom.", "Għalhekk bl- iktar mod responsabbli, mil-lat soċjali, mil-lat morali u mil-lat legali ma nistgħux ninjoraw dawn ir-realtajiet.", "Hawn tajjeb li nsemmu wkoll xi ħaġa li hija iktar qrib in-naħa tagħna.", "Qed nirriferi għad-drittijiet ta' l- immigranti, tar-refuġjati u tal-minoranzi, u dawn huma sfidi li jeħtieġ li l-Kamra tirrealizza li hemm bżonn illi niddiskutu iktar fit-tul dwarhom, forsi anke fil-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin jew fil-Kumitat ta' l- Affarijiet Soċjali.", "Xi ħaġa forsi aktar pożittiva minn dan illi kont qed ngħid, Sur President, huwa l-fatt illi bil-mod il-mod il-konċett tad-drittijiet tal- bniedem sab postu wkoll f'dik li hija d-diplomazija internazzjonali.", "Huwa ta' sodisfazzjon li wieħed isemmi li l-Att Finali ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u s-Sigurta' fl-Ewropa ta' Helsinki.", "Jekk m'iniex sejjer żball, Kap. 7 jitkellem ċar fuq il-bżonn li wieħed jirrikkonoxxi l- prinċipji bażiċi tad-drittijiet tal-bniedem bħala mezz kif naslu biex inġibu aktar koperazzjoni u iktar sigurta' fl-Ewropa.", "Dan il-konċett jirrispekkja ruħu wkoll fid-dikjarazzjoni Ewro-Mediterranja ta' Barcelona u eventwalment anke ta' Malta, fid-dikjarazzjonijiet mhux waħda u tnejn tal- Moviment Mhux Allinejat u anke fix-xogħol ta' l-Unjoni Inter-Parlamentari.", "Irrid nagħlaq, Sur President, b'żewġ noti forsi kemm kemm negattivi imma nħoss illi għandi nagħmilhom.", "Filwaqt illi qegħdin nitkellmu fuq organizzazzjoni li għamlet dan il-ġid kollu, li qajment din il-kuxjenza kollha u li żergħet il-bżonn illi wieħed jinduna li kull individwu għandu d- drittijiet tiegħu, inħoss illi huwa ironiku ħafna li proprju din l-istess organizzazzjoni tista' tikkontribwixxi kemm direttament jew inkella indirettament biex ikomplu jinkisru dawk id-drittijiet l-aktar bażiċi, u naf x'jien ngħid, Sur President.", "Qed nirriferi hawnhekk għal meta l- Kunsill tas-Sigurta' tal-Ġnus Magħquda, bħalma ġara proprju f'dawn il- ġranet, jimponi sanzjonijiet ta' natura ekonomika fuq ċerti pajjiżi għar- raġunijiet tiegħu u bla ma jagħmel monitoring bis-serjeta', bla ma jara x'inhuma l-effetti eżatti fuq il-poplu ta' dak il-pajjiż u bla ma jagħmel kalkolu kemm dawk il-miżuri li qed jieħu humiex qegħdin jolqtu verament lir- regime illi ried jolqot u mhux lill-poplu li jkun qed jiġi ppenalizzat doppjament; qed jiġi ppenalizzat għaliex min qed imexxih m'huwiex demokratiku u m'huwiex jirrispetta l-valuri tiegħu u tad-drittijiet tiegħu, u minn fuq imbagħad is-sanzjonijiet ekonomiċi jġibu fuqu, fuq it-trabi, fuq ix-xjuħ, fuq dawk il-minoranzi, iktar hardship u iktar tbatija b'nuqqas ta' ikel u nuqqas ta' mediċini.", "Kif diġa' għidt, Sur President, hawnhekk nara anakroniżmu u ironija kif titħaddem il-Ġnus Magħquda.", "Pero' m'iniex qed nikkritika għaliex is-sanzjonijiet b'xi mod iridu jsiru u xi miżuri biex wieħed jikkontrolla jridu jittieħdu.", "Jiena naf li din l-aħħar sena jew sena u nofs qam moviment kbir illi qiegħed jgħajjat ħalli jkun hemm iktar monitoring ta' x'qed jiġri f'dawn l-affarijiet għaliex din hija sitwazzjoni li trid tiġi rrimedjata kemm jista' jkun malajr.", "Aktar qrib xtutna nħoss illi għandi ngħid ukoll illi minkejja li hawnhekk niddiskutu d-drittijiet tal-bniedem u nappoġġjaw dak kollu li jipproteġġi u jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, dan il-pajjiż ikun qed jonqos - bla ma nipponta subgħajja lejn ħadd - meta għal raġunijiet ta' twemmin politiku, nies validi, nies kapaċi li jkunu qed jagħmlu dmirhom, speċjalment fiċ-ċivil, isibu ruħhom imwarrbin u mitluqa qishom kriminali.", "Dan ukoll huwa tnaqqir tad-drittijiet tal-bniedem.", "Jiena nawgura lill-organizzazzjonijiet kollha nvoluti f'dan ix-xogħol madwar id-dinja l-akbar suċċess.", "M'għandix dubju li pajjiżna se jibqa' josserva mill-aħjar illi jista' dawn id-doveri tiegħu u wieħed jawgura wkoll firxa iktar effettiva tal-ħarsien ta' dawn id-drittijiet.", "Dan għaliex fuq il-ħarsien tagħhom bis-serjeta' jiddependu l-paċi u l- prosperita' fid-dinja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tassoċja ruħha mas-sentimenti nobbli espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1999", "L-EWWEL JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl- aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru Louis Galea, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi:", "VOT 20 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥22,926,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 21 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥39,187,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 22 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥710,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 23 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥1,106,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 - Mużewijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 24 - ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥886,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 - Żgħażagħ u Sport, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 25 - KULTURA U ARTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥1,147,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 - Kultura u Arti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT IV - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ¥9,290,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 20 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"¥20,510\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"¥20,509\".", "Delete the figure \"¥20,510\" and substitute therefor the figure \"¥20,509\".", "Sur President, xtaqt kieku b'din l-emenda, li tgħaddi fil-parlament bħala prassi normali, innaqqas is-somma kollha, naturalment bl-ebda disrispett lejn il-ministru, u aktar 'il quddiem ikolli ċans nispjega ruħi.", "Meta wieħed jifli daqsxejn fil-fond id-diskors tal-budget li ressaq xi ftit tal-jiem ilu l-ministru tal-finanzi, isib li f'dan id-diskors ma jingħad xejn dwar iż-żgħażagħ u l-isport, iż-żewġ suġġetti li se nittratta jien fil-ħin li għandi.", "Minbarra li fittixt fid-diskors tal-budget, li suppost jagħti linja ċara ta' l-impenn tal-gvern u l-ħidma tiegħu għas-sena 1999, fittixt ukoll fl-estimi taħt objectives and programmes fejn ikollna b'mod aktar dettaljat il-miri li kull ministeru u kull dipartiment li jaqa' taħtu se jkollu għas-sena 1999.", "U rrid ngħid li bqajt xi ftit sorpriż meta sibt li fejn jidħol il-qasam taż-żgħażagħ u l-isport hemm ripetizzjoni ta' l-aħħar budget li tressaq minn Gvern Laburista.", "Qed ngħid dan għaliex il-kritika li konna nirċievu min-naħa l-oħra u l- impressjoni li kienu jipprovaw jagħtu kienet li bħala Partit Laburista konna gvern bla ideat u gvern li konna nagħtu mill-inqas importanza lis- settur taż-żgħażagħ u l-isport.", "Għalhekk jiena stennejt xi ħaġa aktar kbira u aktar fenominali min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista, hekk imsejjaħ ġdid, li ġie elett wara l-5 ta' Settembru ta' din is-sena.", "Fil-fatt l- unika ħaġa differenti li sibt fil-qasam ta' l-isport hija l-konċett tar- regional sports centres, bħal dak li hemm ġewwa Għawdex, li hija waħda mill- wegħdiet elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Huwa interessanti pero' li mid-dehra la l-ministru u lanqas is-segretarju parlamentari ma jafu x'inhu jiġri eżatt fil-ministeru u fis-segretarjat.", "Qed ngħid dan għaliex f'diskors li għamel is-segretarju parlamentari dwar it-tħejjijiet għall-bini ta' dawn it-tliet ċentri sportivi - kif ġie kkwotat mill-gazzetta \"in-nazzjon\" tas-Sibt 17 t'Ottubru - huwa qal:", "\"It-tħejjijiet preliminari għall-bini tat-tliet ċentri sportivi f'Malta bdew bit-twaqqif ta' kumitat ad hoc biex jinvestiga xi ħteġijiet hemm u janalizza l-faċilitajiet sportivi eżistenti\".", "Mela hawnhekk l-Onor.", "Jesmond Mugliett qiegħed jagħti l-impressjoni li diġa' twaqqaf il-kumitat li kellu jibda t-tħejjijiet biex dawn it-tliet ċentri sportivi, li kienu fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista, jagħmlu l-preparamenti tal-bidu.", "Iżda xahar wara preċiżament fis-17 ta' Ottubru u fis-17 ta' Novembru, nagħmel mistoqsija parlamentari lill- Ministru Louis Galea biex jgħidli min huma l-persuni li se jagħmlu l- istudji u l-analisi dwar il-bini tat-tliet kumplessi sportivi li l-gvern qal li se jibni fit-tliet reġjuni ta' Malta u t-tweġiba tal-ministru tkun tgħid hekk:", "''Se jitwaqqaf kumitat li se jagħmel analisi tal-faċilitajiet sportivi eżistenti sabiex ikunu ddentifikati l-ħteġijiet fid-diversi dixxiplini sportivi.''.", "Mela xahar qabel is-segretarju parlamentari ħareġ jgħidilna li l-kumitat kien diġa' twaqqaf biex jieħu ħsieb dawn it-tliet ċentri kif ukoll jistudja aktar fid-detall affarijiet oħra relatati ma' l-isport, u xahar wara l- ministru, qalilna li dan il-kumitat għadu ma twaqqafx u għadu se jitwaqqaf.", "Mr Chairman, f'dan ir-rigward din hija nuqqas ta' serjeta u jidher evidenti li s-settur ta' l-isport mhux se jingħata dik il-prijorita' mistħarrġa għax, kif semmejt fil-bidu, kemm fid-diskors tal-budget u kemm fl-estimi ftit li xejn insibu affarijiet ġodda.", "Mr Chairman, tajjeb li f'dan l-ewwel budget ippreżentat min Gvern Nazzjonalista insemmu x'għamel Gvern Laburista fil ftit xhur li dam fil-gvern.", "Tajjeb li wieħed jiftakar li Gvern Laburista ittrasferixxa numru ta' artijiet u faċilitajiet sportivi lil 25 għaqda sportiva sabiex dawn l- għaqdiet jibbenefikaw mill-użu u mid-dritt ta' l-art u b'hekk ikunu jistgħu jiżviluppaw aktar il-faċilitajiet tagħhom, b'mod speċjali, iż-żgħażagħ li jattendu f'dawn il-faċilitajiet ikollhom opportunita' aktar sabiex jiżviluppaw l-attivita' sportiva tagħhom.", "It-tieni ħaġa li nixtieq insemmi hija t-tisħiħ ta' l-iskola sport li anke din is-sena kompliet tissaħħaħ fin-numru, kemm bħala preżenza u anke bħala parteċipazzjoni, u dan huwa tajjeb li jsir u ta min jinkoraġġih.", "Pero' tajjeb ukoll li wieħed jirrikonoxxi l-mertu li kellu Gvern Laburista, anke fis-suċċess li jidher li għandha din l-iskola sport minħabba li, apparti li żdied in-numru ta' tfal li pparteċipaw, żdiedu wkoll id-dixxiplini ġodda u anke nbdew attivitajiet għal ġenituri biex kemm jista' jkun inwessgħu l- kultura sportiva u ma nibqgħux bl-impressjoni li l-isport qiegħed għaż- żgħażagħ u għat tfal u allura l-ġenituri u nies anke aktar anzjani huma esklużi minnu.", "Għalhekk huwa tajjeb li dawn l-attivitajiet jidher li se jiitkomplew ukoll u j'Alla jkomplu jissaħħu, għax issemmew anke fil- programmes and objectives tal-budget.", "It-tielet ħaġa li xtaqt insemmi, Mr Chairman, huwa l-Kunsill Malti għall- Isport fejn dan il-kunsill ingħata leħen li qatt ma kellu.", "Jiġifieri f'dan il-kunsill ġew imdaħlin nies sabiex isemmgħu leħinhom ħalli huma wkoll jgħidu tagħhom, fosthom persuni b'diżabilita'.", "Tajjeb hawnhekk nagħmel punt, Mr Chairman fejn f'din l-aħħar nofs siegħa tkellimna wkoll dwar il-50 sena minn mindu tniedet il-karta tad-drittijiet tal-bniedem - kellna lill- Onor. Guido de Marco kif ukoll lill-Onor.", "George Vella li tkellmu tant tajjeb fuq dan is-suġġett - pero' anke f'pajjiżna rridu naraw xi drittijiet għandhom persuni b'diżabilita'.", "Hawn qed nitkellmu fuq opportunitajiet indaqs u tajjeb li kellna l-ewwel qari ta' dan l-abbozz ta' liġi hawnhekk fil-parlament.", "Importanti anke f'dawn l-oqsma, fil-qasam ta' l-isport u fil-qasam taż-żgħażagħ li naħdmu sabiex dawn in-nies jingħataw aktar spazju.", "Imma biex jingħata aktar spazju lil dawn il-persuni b'diżabilita' hemm bżonn ta' aktar ħsieb kif fl-aħħar mill-aħħar dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jippratikaw dawn l-attivitajiet, ikollhom l-ispazju u l-post fejn jipprattikawhom.", "Aħna ħafna drabi nitkellmu wkoll fuq li m'għandniex biżżejjed faċilitajiet sportivi għal min huwa hekk imsejjaħ normali.", "Nistgħu għalhekk nimmaġinaw kemm għandna faċilitajiet sportivi li huma aċċessibbli u available għal persuni b'diżabilita'!", "Għalhekk tajjeb li dawn id-drittijiet bażiċi ta' persuni b'diżabilita' li jridu u jixtiequ jipparteċipaw aktar f'attivitajiet sportivi għandna noħolquhom u għalhekk tajjeb li persuni b'diżabilita' jsemmgħu leħinhom fil-Kunsill Malti għall- Isport.", "Importanti wkoll li dak li għamel Gvern Laburista f'dan il-qasam inkomplu nżidu fuqu u nsaħħuħ.", "Mr Chairman, ingħata bidu wkoll għall-upgrading fil-kumpless sportiv tal- Marsa u anke aktar għajnuna finanzjarja lill-Kumitat Olimpiku Malti.", "Flimkien ma' dawn Mr Chairman, nixtieq insemmi wkoll in-numru ta' skejjel li ġew imtejba u b'konsegwenza ta' dan kien hemm numru ta' faċilitajiet li nsibu fl-iskejjel, faċilitajiet sportivi eżistenti li dawn ukoll ġew imtejba mhux ħażin u allura huwa kollu frott tal-ħidma li Gvern Laburista wettaq f'dan il-qasam.", "Pero' hawnhekk tqum il-mistoqsija: Dan biżżejjed?", "U ċertament it-tweġiba tiġi spontanja wkoll: Le, dan mhux biżżejjed.", "Tagħmel kemm tagħmel fil-qasam ta' l-isports dejjem jibqa' x'tagħmel, aktar u aktar meta nħarsu lejn il-perspettiva internazzjonali u mhux biss bejn dik lokali, għax forsi ninsew li aħna qegħdin f'soċjeta' fejn irridu nikkompetu u nikkompetu b'mod tajjeb u san ma' pajjiżi barranin.", "Jekk aħna naraw fejn pajjiżi barranin waslu allura ċertament li aħna għandna ħafna u ħafna aktar x'nagħmlu sabiex inkunu nistgħu nikkompetu aħjar.", "M'iniex qed ngħid biex niksbu riżultati fl-oqsma kollha.", "Kellna dixxiplini sportivi fejn ksibna riżultati tajjeb ħafna u morna tajjeb ħafna pero' b'mod ġenerali għad fadalna ħafna x'naqdfu.", "Għalhekk hemm bżonn ta' aktar impenn.", "Naturalment aktar impenn ifisser aktar mezzi finanzjarji, iżda jidher li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern naqqas Lm150,000 mill-vot kapitali għax għal din is-sena li qegħdin fiha Gvern Laburista kien ivvota Lm270,000 mentri għas-sena li ġejja Gvern Nazzjonalista dan se jnaqqsu għal Lm125,000 .", "Ċertament jekk hemm aktar impenn il-gvern irid jispjegahulna għax, kif għidt fil-bidu xejn ma nsibu fid-diskors tal-budget fuq sport, jiġifieri anke l-impenn tiegħu favur l-isport irid jispjega l-gvern.", "Imma ċertament l-impenn tiegħu finanzjarju mhux qiegħed hemmhekk.", "Dan ukoll imur kontra l- wegħda elettorali Nru. 77.", "Infakkar li l-Gvern Nazzjonalista hu marbut bil- programm elettorali tiegħu li 1% tan-nefqa totali tkun ivvotata fuq l- isport, iżda bejn bejn il-kliem u l-fatti hemm differenza kbira.", "Mhux talli ma żammewx l-istess somma ivvotata għal din is-sena, talli għas-sena 1999 hemm nuqqas ta' Lm150,000 fil-vot kapitali u dan juri nuqqas ta' serjeta', Mr Chairman.", "Ngħaddi issa għal settur delikat ieħor, li spiss is-soċjeta' tagħna titkellem dwaru, ċioe' l-qasam taż-żgħażagħ, li b'mod speċjali dan l-aħħar żmien kien ibbumbardjat ħafna.", "Naturalment mhux biss dan l-aħħar żmien imma, kif għidt, dan huwa suġġett li s-soċjeta' tagħna tħobb titratta ta' spiss minħabba l-problemi li minn żmien għall-ieħor jiffaċċjaw iż-żgħażagħ.", "Pero' l-istess, meta wieħed jibda jfittex fil-budget speech fuq dan is- settur taż-żgħażagħ jew inkella b'mod ġenerali kif iż-żgħażagħ se jiġu affetwati b'mod pożittiv - għax b'mod negattiv, kif nispjega aktar 'il quddiem, ġew milqutin - insibu ftit li xejn ħlief fejn hemm referenza għall- istipendji - u hemmhekk il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo jkollu ċans aktar fit-tul jitkellem hu, u anke fuq l-universita' - pero' meta nitkellmu fuq is-settur taż-żgħażagħ ma nkunux qed nirriferu biss għal dawk iż- żgħażagħ li jmorru l-universita' għax, għalkemm għandha tingħata kull importanza liż-żgħażagħ li jmorru l-universita', dan is-settur huwa ferm iktar wiesa' minn hekk.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-estimi, fejn hemm imniżżla l- oġġettivi u l-programmi li l-gvern qed jippjana għas-sena d-dieħla, insibu kontinwazzjoni ta' l-aħħar budget li kien ressaq il-Gvern Laburista.", "Jiġifieri minkejja l-kritika li kienet tagħmel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, fejn kienet issostni li l-Gvern Laburista huwa gvern bla ideat u nieqes mill-kuxjenza favur iż-żgħażagħ u l-isport, illum jidher li ma baqgħux jaħsbuha l-istess għax il-gvern preżenti miexi eżattament fid- direzzjoni li kien miexi biha l-Gvern Laburista u m'hu qed jipproponi xejn ġdid.", "Biżżejjed ngħid li meta qallibt ftit il-programm elettorali tal- Partit Nazzjonalista - minħabba li ħassejt li la d-diskors tal-budget u lanqas l-estimi ma kienu mlaħħma biżżejjed biex wieħed jikkonvinċi ruħu li ġaladarba l-Partit Nazzjonalista jitla' fil-gvern dan se jimpenja ruħu biex iżomm il-wegħdiet tiegħu - sibt li għalkemm wegħda Nru. 198 tgħid ċar u tond li Gvern Nazzjonalista jrid ikabbar l-għajnuna li jingħata l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, m'hemm l-ebda differenza fis-somma vvotata għal dan il-kunsill bejn l-aħħar budget li ressaq Gvern Laburista u dan li qed iressaq Gvern Nazzjonalista; fil-fatt is-somma vvotata baqgħet dik ta' Lm6,000.", "Jien ħsibt li peress li fil-programm elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista qal li se jkabbar l-għajnuna li jingħata l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, dan kien se jkabbar anke l-għajnuna finanzjarja.", "Pero' anke din l-għajnuna finanzjarja hija nieqsa mill-ewwel budget ta' Gvern Nazzjonalista.", "Sur President, qasam li bla ebda dubju jolqot mill-qrib ħafna liż- żgħażagħ huwa x-xogħol, pero' sfortunatament f'dan il-budget m'aħna qed insibu l-ebda inizjattiva għal dawk iż-żgħażagħ li minħabba xi raġuni jew oħra huwa diffiċli ħafna għalihom li jsibu x-xogħol fid-dinja kompetittiva ta' llum, fosthom minħabba l-illitteraliżmu.", "Għal darb'oħra hawnhekk nixtieq nikkwota silta minn \"The Malta Independent\" ta' llum, fejn ġie rrapportat x'qal is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Jesmond Mugliett, waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista:", "\"Speaking about youth, Parliamentary Secretary Jesmond Mugliett asked: When are we going to start speaking about how to employ youth workers who are currently graduating?", "How are we going to employ those graduates?\"", "Jien naqbel miegħu li wieħed għandu juri t-tħassib tiegħu rigward il-fatt li wara li ħafna miż-żgħażagħ qed jiggradwaw mill-universita', qed isibuha diffiċli ħafna li jsibu x-xogħol.", "Pero' jien ngħid: Fuq dawn iż-żgħażagħ biss għandna nuru t-tħassib tagħna?", "Ma rridux ninsew li dawn iż-żgħażagħ diġa' għandhom vantaġġ fuq iż-żgħażagħ l-oħra għax huma gradwati u għalhekk żgur li rnexxew fil-kamp edukattiv tagħhom.", "Hawnhekk ta' min jirriferi ftit għal mistoqsija parlamentari Nru. 1104, li saret lill-Ministru Lawrence Gonzi, fejn ir-risposta kienet li sa l- aħħar ta' Awissu kien hawn 7,111-il persuna jirreġistraw għax-xogħol u 2,812 minnhom kellhom taħt it-30-il sena.", "Għalhekk kif għidt diġa', għalkemm huwa tajjeb li l-Onor.", "Mugliett juri t-tħassib tiegħu għal dawk is- 57 gradwat li mhux qed isibu xogħol, min-naħa l-oħra ma rridux ninsew lil dawk l-2,812 li għandhom taħt it-30-il sena u li huma wkoll għandhom dritt li jsibu xogħol.", "Nerġa' nirripeti li fil-budget preżentat minn Gvern Nazzjonalista m'aħna qed insibu xejn ġdid fuq dan is-suġġett tant importanti għaż-żgħażagħ u allura hawnhekk tqum il-mistoqsija dwar x'kien se jagħmel Gvern Laburista kieku kellu ċ-ċans li jippreżenta l-budget għas- sena 1999.", "Fil-fatt ikun tajjeb li wieħed ikun jaf li l-Gvern Laburista kien se jiddedika parti mill-20% tal-privatizzazzjoni biex jinċentiva lil dawk iż- żgħażagħ li ma jistgħux isibu mpjieg u għalhekk bla ebda dubju kieku kien il-Gvern Laburista li ppreżenta l-budget għas-sena d-dieħla dawk l-2,812-il żagħżugħ jew żagħżugħa li semma l-Onor.", "Lawrence Gonzi kienu se jiġu megħjuna jidħlu fid-dinja tax-xogħol kemm jista' jkun malajr.", "Sur President, issa se nitkellem ftit dwar qasam ieħor fejn bosta żgħażagħ qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar, u hawn qed nirriferi għall-qasam tal- housing.", "Hawnhekk ukoll, sfortunatament, nistgħu ngħidu li fil-budget li ppreżenta l-Gvern Nazzjonalista mhux talli m'hemm l-ebda ħjiel ta' għajnuna mmirata lejn iż-żgħażagħ bħalma, per eżempju, kien għamel Gvern Laburista meta kien introduċa l-iskema ta' sussidju fuq l-imgħax li kien ikollhom iħallsu ż- żgħażagħ għal-loan li kienu jkunu ħadu, imma talli l-vot għall-housing naqas.", "Ċertament anke sħabi li huma nvoluti fil-qasam soċjali se jikkritikaw din il-miżura li ħa l-Gvern Nazzjonalista għax hawnhekk jidher ċar li, kif għidt diġa', mhux talli l-gvern preżenti ma ħoloq l-ebda inizjattiva ġdida mmirata direttament għaż-żgħażagħ imma talli qed iħalli liż-żgħażagħ jaraw huma minn fejn se jġibu dawk l-eluf kollha ta' flus minkejja l-eta' żgħira tagħhom, u din hija esperjenza li għaddejt minnha, anzi għadni għaddej minnha jien personalment bħala żagħżugħ.", "Issa ħalli nkompli naċċenna għal miżuri oħra li ttieħdu f'dan il-budget ippreżentat minn Gvern Nazzjonalista u li laqat ħażin liż-żgħażagħ.", "Per eżempju, Sur President, hawnhekk wieħed bilfors ikollu jsemmi n- national insurance, li se tnaqqar parti mill-income tal-ħaddiema żgħażagħ, bħalma ovvjament se tnaqqar parti mill-income tal-bqija tal-ħaddiema.", "Miżura oħra li ta' min isemmiha hija ż-żieda fuq il-petrol, u dan meta qed nitkellmu fi żmien fejn il-prezz taż-żejt raħas.", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien għadu fl-oppożizzjoni konna nisimgħu ħafna kritika min- naħa tiegħu, u dan mhux biss kien jiddeskrievi t-tariffi tad-dawl u l-ilma bħala tariffi inġusti, tariffi bla qalb u tariffi bla kuxjenza imma anke l- petrol kien jgħid li għandu jorħos.", "Pero' ironikament waħda mill-miżuri ewlenin tal-Gvern Nazzjonalista fl-ewwel budget tiegħu, wara r-rebħa elettorali tal-5 ta' Settembru ta' din is-sena, kienet proprjament dik li għolla l-petrol.", "Wieħed ma jistax jonqos milli jsemmi wkoll is-sigaretti, u filwaqt li jien nisħaq li s-sigaretti jagħmlu ħafna ħsara lis-saħħa, partikolarment lis-saħħa taż-żgħażagħ, u nsostni li huwa tajjeb li wieħed jara li jibqgħu jsiru programmi serji ta' edukazzjoni kontra t-tipjip, ikolli nikkritika l- fatt li min mhux se jaqta' dan il-vizzju se jintlaqat finanzjarjament ħażin ħafna biż-żieda li kien hemm fil-prezz tas-sigaretti, u din il-kritika qed nindirizzaha kemm lil min ipejjep, għax ovvjament is-sigaretti jagħmlu ħafna ħsara lis-saħħa tal-bniedem, kif ukoll lill-gvern, minħabba li l- miżura li ħa se tolqot il-but ta' min se jibqa' b'dan il-vizzju.", "Hawn ta' min wieħed isemmi wkoll id-dħul mill-ġdid tal-VAT li tolqot lis-settur taż- żgħażagħ b'mod wiesa' u nittamaw li qabel ma tiġi introdotta l-VAT fl-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla wieħed ikollu ċ-ċans li jispjega lill-gvern, kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi kif l-introduzzjoni tal-VAT se tolqot lil oqsma differenti, fosthom lill-qasam taż-żgħażagħ.", "Sur President, qasam ieħor li nixtieq insemmi u li għandu x'jaqsam maż- żgħażagħ direttament huwa dak li jirrigwarda t-talenti taż-żgħażagħ, u f'dan il-każ jien se norbot ukoll mal-qasam tad-divertiment.", "Ovvjament wieħed ma jistax ma jikkundannax it-tneħħija tas-sezzjoni magħrufa bħala dik tan-newcomers, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li bosta talenti ġodda ġew stabiliti proprjament permezz ta' din is-sezzjoni, bħal fil-każ tal-kantanta li rrappreżentat lil pajjiżna b'mod eċċellenti fil-Eurovision song contest.", "Bis-saħħa tas-sezzjoni tan-newcomers fil-festival ta' Kanzunetta għall-Ewropa, liema festival huwa ta' livell għoli ħafna, iż- żgħażagħ kellhom spazju fejn ikunu jistgħu jesprimu t-talent tagħhom b'mod kompetittiv, imma minkejja dan kollu l-ewwel deċiżjoni li ħa l-kumitat li ġie mwaqqaf mill-ministru ta' l-edukazzjoni dan l-aħħar kienet proprju li din is-sezzjoni tiġi mneħħija u, skond kif ġie kkwotat, il-ministru qal li dan sar minħabba l-bżonn li jiddaħħlu ''new and fresh ideas''.", "Jekk l- ideat ġodda u friski ta' dan il-gvern huma proprjament li nneħħu l- parteċipazzjoni taż-żgħażagħ mill-festival tal-Kanzunetta għall-Ewropa, jien ma nafx x'jistgħu jkunu l-ideat qodma.", "Sur President, punt ieħor li nixtieq insemmi u li huwa marbut direttament mad-divertiment huwa li kemm jista' jkun iż-żgħażagħ jiddevertu mingħajr periklu, u jidher ċar li l-periklu ewlieni għas-soċjeta' ta' llum hija d- droga.", "Pero', kif jaf kulħadd, mhux min jittraffika d-droga biss qed jisfrutta liż-żgħażagħ imma anke min qed iżommilhom prezzijiet esaġerati f'bosta postijiet ta' divertiment.", "Għalhekk minn hawn jien nappella liż- żgħażagħ biex joqogħdu attenti qabel ma joqogħdu jonfqu l-flus u, jekk hemm bżonn, ikun tajjeb jekk jaraw li min qed japprofitta ruħu minnhom ma jonfqu l-ebda flus għandu, b'sinjal ta' protesta għal min qed jisfruttahom.", "Meta wieħed isemmi l-isfruttament taż-żgħażagħ ħafna minna jiġina f'moħħna Paceville, pero' mhux l-istabilimenti li hemm ġewwa Paceville biss qed jisfruttaw liż-żgħażagħ għax iż-żgħażagħ qed jiġu sfruttati kontinwament.", "Jien niskanta kif il-kummissjoni li kienet twaqqfet minn Gvern Laburista, li kienet magħmula mill-Caritas, mill-OASI u mis-Sedqa, donnu li spiċċat fix-xejn.", "Hawn nixtieq nieħu l-opportunita' li nistaqsi x'sar minnha din il-kummissjoni li wieħed mill-oqsma li kienet qed tieħu ħsieb kien proprju dak tad-divertiment taż-żgħażagħ.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Caritas u l-OASI tħallew barra mid- diskussjonijiet li saru dan l-aħħar bejn il-ministeri konċernati fuq ir- rave parties.", "Fil-fatt anke l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tħalla barra, meta dan suppost li kellu jkun involut direttament f'dawn id- diskussjonijiet.", "Hawnhekk jien irrid nirriferi għal wegħda elettorali oħra li għamel il-Partit Nazzjonalista qabel ma tela' fil-gvern, il-wegħda Nru. 200, li tgħid ċar u tond li ż-żgħażagħ għandhom ikunu preżenti meta jkunu se jittieħdu deċiżjonijiet li jikkonċernawhom.", "Ġaladarba l-kwestjoni tad- divertiment, partikolarment dik tar-rave parties, tikkonċernahom direttament, wieħed jista' jgħid bla tlaqliq li l-fatt li l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tħalla barra minn dawn id-diskussjonijiet juri li hawnhekk ukoll il-Partit Nazzjonalista mar kontra wegħda oħra li għamel fl- aħħar elezzjoni.", "Sur President, l-aħħar punt li rrid nagħmel jirrigwarda l-Unjoni Ewropea.", "Sfortunatament il-Partit Nazzjonalista dejjem pinġa l-Unjoni Ewropea bħala xi ħaġa li tlellex u li fiha biss it-tajjeb minkejja li kif nafu - u nafu għaliex aħna ż-żgħażagħ nisimgħu u naqraw - fl-Unjoni jeżistu problemi kbar.", "Għalhekk hawn jien inħeġġeġ lill-gvern biex jippreżenta stampa ċara dwar l-Unjoni Ewropea u jammetti l-fatt li għalkemm veru li hemm ċerti affarijiet tajbin u li jlellxu, madanakollu mbagħad hemm ukoll problemi kbar.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem isemmi programmi bħal Leonardo u Socrates, li għalkemm huwa veru li dawn il-programmi huma importanti huma ftit dawk iż-żgħażagħ li se jgawdu minnhom.", "Hawn wieħed irid jgħid li l- Gvern Laburista, allavolja kien jaf li, kif għidt diġa', numru limitat ta' żgħażagħ igawdu minn dawn il-programmi, ħadem ħafna sabiex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ukoll ikunu jistgħu jgawdu minn dawn il-programmi li toffri l-Unjoni.", "Pero' hemm bżonn li nkunu ċari maż-żgħażagħ u nippreżentaw stampa vera ta' l-Unjoni Ewropea minflok ma noqogħdu nipprovaw nagħtu l-impressjoni li ż-żgħażagħ se jgawdu biss u kemm-il darba nidħlu m'aħniex se niltaqgħu ma' ċerti problemi u sfidi.", "Jien nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li dan il-budget huwa bla kuxjenza soċjali, kif spjega tajjeb ħafna l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, l-Onor.", "Alfred Sant, u huwa partikolarment nieqes mill- kuxjenza soċjali favur iż-żgħażagħ u l-isport.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, diskussjoni dwar il-budget huwa mument importanti ħafna sabiex wieħed ikun jista' jirrifletti ftit fuq kif pajjiż, hu liema hu, għandu jqassam ir-riżorsi tiegħu fuq il-passat, fuq il- preżent u fuq il-futur.", "U jien inħoss li wieħed mill-ikbar difetti tal- kultura ta' pajjiżna, kemm tal-kultura soċjali kif ukoll tal-kultura politika, hija li diżgrazzjatament ħafna drabi iktar nehdew u naħlu l- enerġija tagħna fuq il-passat milli fuq il-futur.", "Ċertament għandna naqtgħu din it-tip ta' kultura.", "Dan m'għandniex nagħmluh biss għaliex ninsabu f'xifer ta' seklu u ta' millennju ġdid imma għaliex hemm bżonn li l- poplu li jgħix f'dawn il-gżejjer jibqa' jtejjeb l-għajxien tiegħu ħalli jkun kapaċi jiffaċċja l-isfidi u l-opportunitajiet tal-futur.", "Jekk hemm qasam li huwa kapaċi jgħin lil pajjiżna jiffaċċja l-futur, dan huwa proprjament il-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Pero' wieħed ma jistax janalizza dan il-budget li għandna quddiemna mill-qasam edukattiv biss imma minn oqsma differenti, ħalli nkunu nistgħu naraw kemm mir-riżorsi tal-pajjiż qed nitfgħu fil-passat, kemm qed nitfgħu fil-preżent u kemm qed nitfgħu fil- futur.", "Sur President, jien naħseb li waħda mill-iktar affarijiet inkwetanti li toħroġ minn riflessjoni bħal din hi li pajjiżna mhux biss qed jaħli l-enerġija tiegħu jehda fuq il-kalendarju ta' l-imgħoddi imma wkoll qed jonfoq ħafna mir-riżorsi tiegħu fuq il-passat, għaliex imbagħad mal- budget jispiċċa d-diskors, fis-sens li nistgħu nużaw kliem sabiħ ħafna imma jekk ma jkollokx flus biżżejjed biex tappoġġja dak il-kliem li tkun qed tgħid dan jevapora fix-xejn.", "Fil-fatt jekk wieħed ikollu jagħmel analisi ta' dan il-budget u jara kemm minn dawn il-flus qed imorru għall-passat, kemm minnhom qed imorru għall-preżent u kemm minnhom qed imorru għall-futur, isib li ħafna mir- riżorsi qed imorru għall-passat, parti mir-riżorsi qed imorru għall-preżent u huma ftit dawk ir-riżorsi li qed imorru għall-futur, u din hija xi ħaġa li għandha tinkwetana lkoll.", "Hawn ta' min jgħid li dan il-kliem mhux jien biss qed ngħidu, għaliex kieku qed ngħidu jien biss wieħed jista' jgħid: Minn kelliem ta' l-oppożizzjoni x'tistenna.", "Madanakollu jien nixtieq infakkarkom ftit f'diskors li għamel il-ministru tal-finanzi nnifsu meta ppreżenta l-budget ftit ilu.", "Fil-fatt dan qalilna li s-sena d-dieħla pajjiżna jrid jonfoq mill-inqas Lm50 miljun f'imgħaxijiet, jiġifieri aħna m'aħniex qed niddejnu biex inħallsu d-dejn proprju li sar imma qed niddejnu biex inħallsu l-imgħaxijiet.", "Ta' min jgħid ukoll li l-ministru tal-finanzi nnifsu qal li dawn il-flus nistgħu nużawhom aħjar biex ngħallmu lin-nies, jiġifieri kull lira minfuqa f'imgħaxijiet ta' dejn li m'huwiex produttiv, li m'huwiex investiment ...", "Għaliex filwaqt li hemm dejn li huwa investiment, imbagħad hemm dejn li huwa konsum u li huwa marbut biss mal- passat u mhux mal-futur.", "Kif qal il-ministru tal-finanzi stess, aħna qed niddejnu u se jħallsu għal dan id-dejn ta' warajna.", "Kieku aħna niddejnu biex nagħmlu xi tip ta' investiment u nkunu nafu li minn dak l-investiment se jgawdu ta' warajna, kif qed isir fir-rigward tal-power station, kieku iva.", "M'hemm xejn ħażin li meta jikbru t-tfal tiegħi jħallsu t-taxxi għal dik il-power station, ġaladarba jkunu għadhom qed jagħmlu użu minnha, pero' li jpatti għall- irresponsabbilta' tal-ġenerazzjonijiet ta' qabilhom ikun ifisser li lil uliedna ma nkunux tajniehom testment ta' ġid, testment ta' futur imma testment ta' dejn, bil-konsegwenza li ħafna mill-ġid li jkunu qed jiġġeneraw ma jkunx qed imur biex itejjeb il-ħajja tagħhom, ma jkunx qed imur biex itejjeb l-iskejjel tagħhom, ma jkunx qed imur biex ikun hemm kura medika tajba fil-pajjiż, ma jkunx qed imur biex ikun hemm servizzi soċjali tajbin fil-pajjiż imma jkun qed imur biex jitħallsu dawk l-iżbalji li jkunu għamlu ta' qabilhom.", "Kif għidt diġa', dan il-kliem mhux jien biss qed ngħidu għax il-ministru tal-finanzi stess, meta tkellem fuq l-iżbilanċ rikorrenti, f'din il-Kamra qal: Din hija problema kbira u dan ifisser li qed nissellfu biex nieklu.", "Mela skond il-ministru stess, aħna m'aħniex qed nissellfu għall-futur imma biex inħallsu għall-iżbalji li għamlu ta' qabilna u għall-preżent.", "Nerġa' ngħid li jekk wieħed jagħmel auditing serju ta' dan il-budget isib li parti żgħira ħafna minnu huwa indirizzat għall-inizjattivi tal-futur għax ħafna minnu huwa indirizzat għall-iżbalji tal-passat u tal-preżent.", "Sur President, madanakollu jekk wieħed janalizza ftit il-budgets li saru mill-1992 sa l-1996 isib li hemmhekk ingħad diskors differenti għax kull sena kienet tinħeba l-problema tad-dejn nazzjonali u ta' l-iżbilanċ fil- budget billi kienu jsiru ħafna slogans sbieħ u kienu jingħadu ħafna diskorsi bombastiċi.", "Per eżempju, biżżejjed wieħed isemmi l-fatt li fl-24 ta' Novembru, 1993 il-Ministru John Dalli kien qal f'din il-Kamra li għall- ħames snin ta' wara, jiġifieri mill-1993 sa l-1997, se nżommu l-iżbilanċ għal inqas minn 3%.", "Issa aħna nafu li sa l-1996, meta l-Onor.", "Dalli kien diġa' ilu erba' snin ministru tal-finanzi, l-iżbilanċ ittriplalu u minn 3% tela' għal 9%, għax biss biss id-dejn kien tela' għal Lm1,000 miljun.", "Kieku ma kellniex din il-problema quddiemna r-riżorsi konna nkunu nistgħu nużawhom għall-futur, konna nkunu nistgħu nużawhom għall-qasam edukattiv u m'hemmx dubju li pajjiżna għandu bżonn jonfoq iktar milli qed jonfoq fil- qasam edukattiv.", "Għalhekk meta għandna problema bħal din quddiemna dan ifisser li qed inċaħħdu lill-qasam ta' l-edukazzjoni minn dawk ir-riżorsi li għandu bżonn biex jiżviluppa minħabba li nkunu qed nitfgħu l-ġid tagħna biex inħallsu dak id-dejn u biex nipprovaw infejqu dak l-iżbilanċ strutturali li, kif għidt diġa', il-Gvern Nazzjonalista ħeba.", "Fil-fatt jekk wieħed janalizza x'ġara fis-sajf ta' l-1996 hemmhekk isib prova ċara ta' kemm il-Gvern Nazzjonalista kien qed jaħbi l-problema kbira li kien qed joħloq għall-futur tal-pajjiż.", "Issa bħalma jaf kulħadd, min jhedded il-futur tal-pajjiż ikun qed jhedded ukoll il-futur taż-żgħażagħ tagħna u ta' wliedna għaliex imbagħad, jekk ħafna mir-riżorsi tal-pajjiż ma jibqgħux imorru biex jiżviluppa l-pajjiż billi titkabbar l-ekonomija u jiżdied in-numru ta' mpjiegi imma jibqgħu jmorru biex jitħallsu l- imgħaxijiet u d-dejn, lill-pajjiż tkun qed iżżommu mgħarraq fil-passat u ma tkunx qed tilliberah u tagħtih dik l-ispinta neċessarja biex jiffaċċja l- futur.", "F'nofs is-sajf ta' l-1996 il-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "John Dalli, kien qabdu paniku għaliex sab li minkejja li kien qed jgħid li l- iżbilanċ ta' l-1996 kien se jkun jammonta għal Lm39 miljun, fil-fatt dan kien se jkun id-doppju għax kien se jlaħħaq iktar minn Lm68 miljun.", "Għalhekk huwa kien kiteb mill-ewwel memorandum lil sħabu tal-kabinett fejn għarrafhom bis-sitwazzjoni kerha li pajjiżna kien jinsab fiha, filwaqt li nsistielhom li jridu jaraw x'se jagħmlu biex jikkontrollaw in-nefqa tal- gvern, x'jistgħu jbiegħu mill-proprjeta' tal-gvern u x'miżuri se jittieħdu, għax terġa' s-sena 1997 se tkun agħar milli kienet l-1996.", "Issa hawn irrid nerġa' nfakkar li fl-1992 il-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "John Dalli, kien ġie f'din il-Kamra u qalilna bl-ikbar solennita' li sa l-1997 l-iżbilanċ se jkun jammonta għal inqas minn 3% tal-prodott gross domestiku.", "Imma issa ħalli nkompli ngħid x'ġara fis-sajf ta' l-1996.", "Minflok ma l-Partit Nazzjonalista ffaċċja dik is-sitwazzjoni bil-kuraġġ, dan twerwer minnha u ħarab minnha - kliem li nsibu f'dan il-budget għaliex il-ministru tal-finanzi stess qalilna: X'se nagħmlu issa quddiem il- problema kbira tal-budget u tad-dejn nazzjonali li għandna?", "Nistgħu naħarbu u nitwerwru? - imma issa ma jistgħux jaħarbu u jitwerwru għaliex biex jagħmlu hekk iridu jerġgħu jsejħu elezzjoni oħra.", "Madanakollu f'Awissu ta' l-1996 dawn hekk għamlu għax ħarbu u twerwru u għalhekk sejħu elezzjoni kmieni u ġiethom tajba għaliex tilfu l-elezzjoni.", "Qed ngħid \"ġiethom tajba\" għax imbagħad kellu jkun il-Partit Laburista biex jidħol iġorr dan is-salib.", "Ikun interessanti jekk wieħed iqabbel x'kien qed jingħad fil-magħluq ġewwa l-Partit Nazzjonalista, jiġifieri li hemm problema kbira fil-budget u li hemm żbilanċ kbar, ma' dak li kien qed jingħad fil-miftuħ.", "Fil-fatt, jekk wieħed janalizza l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, li ġie miktub f'dawk l-istess jiem, jiġifieri meta huma kienu jafu bil-problema kbira tad-dejn u ta' l-iżbilanċ, imbagħad hemmhekk isib il-gidba pubblika.", "Jiġifieri l-verita' kienet tinżamm fil-privat, kienet tinżamm fil-magħluq, u mbagħad fil-pubbliku, fid-dawl tal- pubbliċita' u fid-dawl tal-kampanja elettorali, ingħadet gidba, u l-gidba hi li fil-programm elettorali m'hemm l-ebda riferenza għall-iżbilanċ, m'hemm l-ebda riferenza għad-dejn, anzi hemm li l-iżbilanċ fil-budget \"ma jwerwirniex\".", "Dan il-kliem qed nikkwotah mill-programm elettorali ta' l- 1996.", "Jiġifieri huma kienu jafu li din il-problema serja qiegħda thedded il-futur tal-pajjiż u ħarbu minnha billi sejħu elezzjoni bikrija ħalli ma jkollhomx jippreżentaw budget iebes.", "Din hi l-irresponsabbilta' ta' kif tmexxew il-finanzi pubbliċi tal-pajjiż.", "Jekk wieħed janalizza din l-irresponsabbilta' flimkien ma kif kienet qed issir in-nefqa pubblika u ta' kif kienu qed idaħħlu t-taxxi jsib li dawn l- affarijiet ma kenux marbutin maċ-ċiklu ekonomiku tal-pajjiż imma maċ-ċiklu elettorali, fis-sens li toqrob l-elezzjoni tnaqqas it-taxxi u żżid in-nefqa pubblika, tgħaddi l-elezzjoni tnaqqas in-nefqa pubblika u żżid it-taxxi.", "Hekk sar bejn l-1992 u l-1996 u milli jidher hekk se terġa' tkun it-trend mill-1998 'il quddiem, anzi tista' tkun iktar kerha għaliex issa għandna figuri oħrajn li ressaq il-ministru tal-finanzi fuq dak li se jiġri sas- sena 2004.", "Il-gvern qed jgħidilna li jekk sas-sena 2004 l-ekonomija mhux se tikber bir-rata li qiegħed jipproġetta - j'Alla tikber, kemm sabiex meta ż-żgħażagħ joħorġu mis-sistema edukattiva tagħna jsibu fejn jaħdmu, għaliex ikun inutli li noqogħdu nedukaw liż-żgħażagħ tagħna jekk imbagħad dawn ma jsibux impjiegi, kif ukoll sabiex il-gvern ikollu iktar dħul u b'hekk ikollna iktar x'nonfqu fuq l-edukazzjoni għaliex, kif għidt diġa', hemm bżonn li fil-qasam edukattiv nonfqu ħafna iktar milli qed nonfqu.", "Sur President, j'Alla wkoll il-gvern jirnexxielu jiġġieled l-evażjoni tat- taxxa.", "Ta' min jgħid li suppost li fil-ħames snin li ġejjin il-gvern se jiġbor Lm124 miljun minn dak li huwa kontroll fuq l-evażjoni tat-taxxa biss.", "Jien nawgura li jkollu iktar suċċess milli kellu bejn l-1992 u l- 1996 għaliex sfortunatament dak iż-żmien il-gvern kull sena kien iħabbar fil-parlament li matul is-sena ta' wara se jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa, is-sena ta' wara jgħid li kellu suċċess f'dan ir-rigward, imbagħad is-sena ta' wara jerġa' jgħid li se jerġa' jiġġieled kontra l-evażjoni tat-taxxa u jibqa' sejjer hekk sena wara l-oħra u, minkejja dan kollu, il-problema ta' l-evażjoni tat-taxxa għadha hemm u jidher li se tibqa' hemm sakemm ma jkunx hemm mezzi iktar effettivi biex wieħed jiġġieled din il-problema.", "Sur President, hawn irrid nerġa' nisħaq li jekk il-Gvern ma jiġġilidx din il- problema se jkollu jdaħħal taxxi ġodda u għal darb'oħra ngħid li dawn it- taxxi mhux se jkunu indirizzati biex ikollna sistema edukattiva aħjar imma biex infejqu l-ferita kbira tad-dejn u ta' l-iżbilanċ nazzjonali.", "Wieħed irid isemmi wkoll il-fatt li minħabba l-problemi finanzjarji li għandu, il-pajjiż qed ikollu jnaqqas in-nefqa tiegħu mill-qasam edukattiv, mill-qasam sportiv, mill-qasam kulturali kif ukoll mill-qasam storiku.", "Hawnhekk ta' min jikkwota parti mid-diskors li kien għamel il-ministru tal- finanzi, l-Onor.", "John Dalli fit-22 ta' Novembru, 1995 fejn kien qalilna dan il-kliem dwar il-kultura u l-isport: \"Aktar ma tonqos il-preokkupazzjoni għal ħobżna ta' kuljum, aktar tikber ix-xenqa ta' żvilupp u parteċipazzjoni kulturali u sportiva.", "F'dawn is-setturi bil-mod il-mod nibdew inżidu l-allokazzjonijiet fil- futur biex inkunu nistgħu ngħinu fl-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet mixtieqa.\",", "imma fil-fatt illum minflok ma l-ministru qed iżid l-allokazzjonijiet qed inaqqashom, u dan kollu qed jagħmlu biex ipatti għall-irresponsabbilta' li mexa biha l-Gvern Nazzjonalista bejn l-1992 u l-1996 meta ma kienx joqgħod jeżamina jekk huwiex qed ikollu biżżejjed dħul biex jagħmel tajjeb għan- nefqiet li kien jagħmel.", "Sur President, kemm il-Gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1992 u l-1996 kif ukoll il-gvern preżenti dejjem sostnew li ma jistax ikun li l-kumpanniji pubbliċi, il-korporazzjonijiet u l-kumpanniji parastatali jgħixu biss bis- sussidji li jagħtihom il-gvern u fil-fatt il-gvern iħobb isejħilhom \"xkejjer imtaqqba\", minħabba l-fatt li l-ineffiċjenza tagħhom - u f'dan il- każ issemmew il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, it-Tarzna u l- Enemalta - ikollhom iġġorruha t-taxpayers.", "Pero' jien naħseb li l-aħjar mod kif dawn il-korporazzjonijiet ikunu jistgħu jitmexxew b'mod serju u ma jkunux ta' piż fuq it-taxpayers huwa billi ...", "Insomma, jien naħseb li fl- aħħar mill-aħħar dawn ma jkunux ta' piż fuq it-taxpayers daqskemm ikunu ta' piż fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni għax irridu nżommu quddiem għajnejna li kull lira li tingħata f'sussidju lil xi korporazzjoni jew lil xi kumpannija ineffiċjenti tkun lira misruqa mill-qasam ta' l-edukazzjoni, liema qasam għandu bżonn ħafna flus biex ikun jista' jkompli jiżviluppa.", "Sur President, kont qed ngħid li fl-opinjoni tiegħi dawn il- korporazzjonijiet u l-kumpanniji ma jistgħux jitmexxew bis-serjeta' biss billi wieħed jappellalhom biex ikunu serji imma wkoll billi jingħataw eżempju tajjeb.", "Jekk il-gvern innifsu mexa bil-loġika ta' l-ixkora mtaqqba, li t-taxxi li jħallsu n-nies jintefgħu f'din l-ixkora biex jagħmlu tajjeb għad-dejn u għall-iżbilanċ li sar bejn l-1992 u l-1996, allura minnha nnifisha tkun qed tiddaħħal ċerta laxkezza fost dawk li jkunu qed imexxu dawn il-kumpanniji u l-korporazzjonijiet għax tkun qed tiddaħħal il- mentalita' li m'hemmx għalfejn joqgħod isir bilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ għax xi darba jew oħra xi ħadd iħallas.", "Meta nimxu bil-loġika ta' \"xi darba jew oħra xi ħadd iħallas\", aħna nafu li huwa l-qasam ta' l- edukazzjoni li jintlaqat l-ewwel u huwa proprju għalhekk li qed ngħid li sfortunatament ħafna mir-riżorsi ta' dan il-budget m'humiex qed imorru għall-futur imma qed imorru għall-passat.", "Ovvjament aħna għandna bżonn immorru għall-futur għax anke jekk nanalizzaw ftit kemm nonfqu fl- edukazzjoni mingħajr ma nanalizzaw il-budget proprju għal dan il-qasam insibu li qed nilħqu livelli ta' 12%, jiġifieri minn kull lira li jonfoq il- gvern 12c qed imorru għall-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Hawn jien nistaqsi: Dan biżżejjed?", "Forsi jekk wieħed iħares lejn ċerti pajjiżi jgħid: Dażgur li biżżejjed!", "Imma jien ma nafx, għax anke Burkina Faso tonfoq 11%, jiġifieri minn kull lira li jonfoq il-gvern t'hemmhekk 11c imorru għall-edukazzjoni.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn Singapore insibu li n-nefqa fuq il-qasam ta' l- edukazzjoni tirrappreżenta 23% tan-nefqa totali, jiġifieri minn kull Lm100 li jonfoq il-gvern Lm23 imorru fuq dan il-qasam.", "Biex inserrħu ftit rasna rrid ngħid li mhux il-Gvern Malti biss jiddedika 12% tan-nefqa tiegħu għall- qasam ta' l-edukazzjoni imma anke d-Danimarka u l-Islanda - u hemm min jiddedika persentaġġ inqas minna wkoll, bħall-Italja li 8% biss min-nefqa totali tal-gvern tmur għall-qasam ta' l-edukazzjoni - imbagħad hemm l- Isvizzera u n-Norveġja li jonfqu 15% tan-nefqa totali tal-gvern fil-qasam ta' l-edukazzjoni u hemm ukoll l-Estonja li tonfoq 25%, jiġifieri kwart tan- nefqa totali tal-gvern tmur kollha f'dan il-qasam.", "Jien ngħid li għandna bżonn nonfqu iżjed milli qed nonfqu fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni mhux għaliex nemmen li l-livell ta' edukazzjoni jista' jitkejjel minn kemm jintnefqu flus f'dan il-qasam imma għaliex kieku kellna nanalizzaw fejn qed imorru dawk ir-riżorsi nsibu li ftit mir-riżorsi imorru fejn għandhom imorru f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp fl-edukazzjoni.", "Fil-fatt minn analisi li saret irriżulta li minn kull lira li tmur għall- qasam ta' l-edukazzjoni, wara li taqta' barra s-salarji li jingħataw lill- għalliema u l-flus li jintnefqu fit-trasport, fuq is-servizzi tad-dawl, ta' l-ilma, tat-telephone u fuq il-ħalib li jitqassam lill-istudenti b'xejn, jibqa' biss 9c li jmorru proprju għall-iżvilupp u għall-inizjattivi edukattivi.", "Hawnhekk ma rridux ninsew ukoll dawk il-miljuni kbar ta' liri li jittieħdu mill-budget għall-istipendji kif ukoll ammonti ta' flus oħra li l-istudenti ma jgawdux minnhom direttament.", "Għall-kuntrarju, pajjiżi oħra, bħall-Isvezja, irnexxielhom itellgħu l-persentaġġ li jmur għall- iżvilupp u għall-inizjattivi edukattivi għal 30%.", "Għalhekk issa wieħed jista' jifhem iktar għaliex l-ewwel jien għidt li mhux biss għandu jikber il-vot ta' l-edukazzjoni imma li wieħed għandu jara sewwa sew fejn qed imorru dawk il-flus li jiġu vvotati għal dan il-qasam.", "Il-futur juri li n- nefqa fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni bilfors trid tikber jekk irridu nlaħħqu ma' l-iżviluppi li qed isiru llum il-ġurnata.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-qasam ta' l-informatika fejn l-ispiża qed titla' sena wara l-oħra u minkejja li lkoll nafu li minn hawn u ftit snin oħra rridu nerġgħu nbiddlu l-apparat li għandna f'dan il-qasam u minkejja li nafu wkoll li issa dieħel l-internet ukoll - u dan iġib spiża oħra miegħu - hawnhekk il-gvern qed inaqqas il-budget tiegħu.", "Jien nixtieq nerġa' nfakkar x'kien qal il-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "John Dalli, fit- 23 ta' Novembru, 1994 meta kien qed iressaq il-budget għall-1995.", "Fil-fatt dakinhar huwa kien ħabbar li:", "\"Mis-sena d-dieħla se tidħol l-informatika fil-primarja.", "Dan huwa proġett ambizzjuż kbir li għandu jirriżulta f'qabża kbira fil-kwalita' għal pajjiżna.", "Dan huwa proġett li fuq medda ta' ħames snin għandu jqum madwar Lm25 miljun.\".", "Issa ta' min wieħed iqabbel dawn it-tip ta' dikjarazzjonijiet bombastiċi ma' dak li fil-fatt qed jiġri sena wara l-oħra, u aħna lkoll nafu li sas- sena 2000 żgur li mhux se jkunu ntnefqu Lm25 miljun f'dan il-qasam.", "Diżgrazzjatament ħafna drabi jsiru ċerti dikjarazzjonijiet li meta jitħabbru għall-pubbliċita' jinstemgħu grandjużi imma l-fatti juru li dawn il-Lm25 miljun mhux talli mhux se jintnefqu imma talli din is-sena l-gvern qed inaqqas in-nefqa tiegħu fuq l-informatika fl-iskejjel.", "Hawn irrid infakkar ukoll li matul il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, partikolarment waqt d-diskorsi li kienu jsiru mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami, kienu vvintaw li b'xi mod jew ieħor fit-22 xahar li għamilna aħna fil-gvern il-programm ta' l-informatika fl-edukazzjoni primarja \"instaram\" - din hi l-kelma li ġiet użata - qisna aħna konna naqqasna l-importanza tiegħu, meta l-ikbar ironija hi li hu l-Gvern Nazzjonalista preżenti li qed inaqqas in-nefqa fil-qasam ta' l-informatika.", "Dan minkejja li, kif għidt diġa', illum fl-iskejjel tagħna diġa' beda dieħel l-internet u għalhekk jekk il-gvern mhux se jżid in-nefqa għall-informatika lill-qasam ta' l- edukazzjoni se nkunu qed neħdulu riżorsi importanti.", "Filwaqt li l-informatika fl-iskejjel tagħna hija importanti, ara ma nagħmlux l-iżball li nitgħammxu b'dak li ħafna drabi l-pajjiżi li jkunu qed jiżviluppaw isejħulu bħala \"meżmeriżmu teknoloġiku\", fejn għax ikollok personal computer fuq id-desk tiegħek allura inti taħseb li tkun immodernizzajt biżżejjed u tinsab fix-xefaq avvanzat ta' dan il-qasam.", "Le, l-informatika hija importanti fl-edukazzjoni imma hija importanti ma' ħafna affarijiet oħra, u fost il-ħafna affarijiet oħra li pajjiżna se jiffaċċja fl-edukazzjoni fis-snin li ġejjin - u għalhekk in-nefqa għal dan il-qasam trid tiżdied u jien qed ngħid li jekk din m'hijiex se tiżdied se jkollna problemi serji - hija proprjament it-taħriġ ta' l-għalliema.", "Aħna nistennew ħafna affarijiet mill-għalliema.", "Kulħadd jippriedka x'għandhom jagħmlu l-għalliema u x'inhuwa mistenni minnhom, kulħadd jippriedka x'għandhom jagħmlu l-kapijiet u l-assistenti kapijiet ta' l- iskejjel, kulħadd jippriedka x'għandhom jagħmlu l-uffiċjali għolja tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni, pero' l-mistoqsija hija: Kemm ħarriġna u kemm qed inkomplu nħarrġu għalliema għad-dmirijiet il-ġodda li nistennew minnhom?", "L-istess nistgħu ngħidu għall-uffiċjali għolja, għall-kapijiet u għall-assistenti kapijiet ta' l-iskejjel għax dawn kollha qed jidħlu kontinwament f'responsabbiltajiet ġodda.", "Għalhekk m'huwiex ġust li nippretendu affarijiet ġodda mingħand l-għalliema, mingħand il-kapijiet, mingħand l-assistenti kapijiet, mingħand l-uffiċjali edukattivi, mingħand id-diretturi u mingħand l-assistenti diretturi mingħajr ma nagħtuhom it- taħriġ u l-edukazzjoni li għandhom bżonn.", "Sur President, ħadt gost li din is-sena l-vot għat-taħriġ ta' l-għalliema qed jiżdied bi ftit u huwa sinjal tajjeb li qed jiżdied, anke jekk bi ftit, għax għallinqas permezz tagħhom se jkun jista' jibda l-kors għall-għalliema tat-tfal li huma neqsin mis-smiegħ, pero' sfortunatament dan il-kors se jibla' l-budget kollu li hemm ivvotat għat-taħriġ ta' l-għalliema għax biss biss madwar Lm30,000 minnhom se jmorru għal hemm biss.", "Jiġifieri mmaġinaw x'se jibqa' mill-bqija ta' l-għalliema l-oħra li wkoll iridu jitħarrġu biex ikunu kapaċi jmexxu lit-tfal bl-abilitajiet u bid-diżabilitajiet differenti tagħhom, speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li mis-sena d-dieħla, jew mis- sena ta' wara, se jkollna kurrikulu nazzjonali ġdid, għax naturalment ma tistax tbiddel is-syllabus u tibda kurrikulu jekk ma ddaħħalx materjal edukattiv ġdid, biex ma ngħidx kotba ġodda, u llum mexjin f'direzzjoni fejn iktar qed nagħżlu l-produzzjoni ta' materjal edukattiv ġdid biex inkomplu niżviluppaw u naġġornaw ruħna ma' l-iżvilupp li qed iseħħ.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, f'dan il-qasam għandna bżonn ħafna flus biex l-edukaturi u l-uffiċjali edukattivi tagħna jkunu jistgħu jiġu mħarrġa għax inkella l-kurrikulu nazzjonali ġdid ikun biss tiċpisa żebgħa sabiħa mal-faċċata tas-sistema edukattiva tagħna.", "Jien naħseb li jekk aħna nies serji m'għandniex nissodisfaw ruħna biss billi nbajdu l-faċċata tas-sistema edukattiva tagħna imma rridu nagħmlu l-bidliet li hemm bżonn.", "Madanakollu, kif għidt diġa', il-bidliet meħtieġa jitolbu iktar riżorsi fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Għalhekk hemm bżonn niddedikaw iktar flus mill-ġid nazzjonali f'dan il-qasam u jien inħoss li dan il-budget għandu jingħata priorita', fis-sens li n-nefqiet m'għandhomx isiru bħala drawwa, għax is-sena li għaddiet, is-sena ta' qabel u s-sena tas-sena ta' qabel konna nonfquhom hemmhekk, għax b'hekk inkunu qed nibqgħu mingħajr dawk ir-riżorsi tant meħtieġa u ma nkunux qed immorru f'direzzjonijiet ġodda biex inkunu nistgħu negħlbu l-isfidi li għandna quddiemna f'dan il-qasam.", "Nerġa' nisħaq li l- vot li jmur għat-taħriġ, għall-edukazzjoni u għall-formazzjoni kontinwa ta' l-edukaturi, ta' l-uffiċjali edukattivi u ta' l-amministraturi ta' l- iskejjel tagħna għandu jiżdied fis-snin li ġejjin għax jekk dan ma jiżdiedx inkunu qed nheddu l-futur ta' l-edukazzjoni ta' pajjiżna, speċjalment jekk se nibqgħu nagħtu iktar awtonomija lill-iskejjel, kif qed nifhem li sejrin nagħmlu.", "Sur President, ejjew nifhmu x'aħna ngħidu.", "Jien nemmen li lill-iskejjel statali tagħna nistgħu nagħtuhom ħajja ġdida biss billi nħalluhom jitilqu f'dik id-direzzjoni fejn ikunu huma stess li jmexxu lilhom infushom għax ma jagħmilx sens li xi ħadd, hu min hu jew huma min huma, imexxi flotta anonima ta' skejjel bi speċi ta' remote control.", "Sfortunatament inizjattiva bħal din tfisser iktar infiq ta' flus għax ovvjament ma tistax tgħid lill-kapijiet u lill-assistenti kapijiet ta' l- iskejjel jew inkella lill-uffiċjali fis-saffi differenti tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex imexxu huma jekk kemm-il darba dawn ma jkollhomx ċertu appoġġ amministrattiv li bih ikunu kapaċi jissorveljaw, jevalwaw u jagħmlu monitoring ta' dak li jkun qed isir fl-iskejjel.", "Dawn kollha huma affarijiet li jitolbu iktar investiment imma jekk m'aħniex se nieħdu dawn l- inizjattivi allura nkunu qed nheddu l-futur ta' l-edukazzjoni u naturalment meta nheddu l-futur ta' l-edukazzjoni nkunu qed nheddu l-futur ta' pajjiżna.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li konna fhimna aħna bħala Gvern Laburista kienet li biex inkunu kapaċi niffaċċjaw l-opportunitajiet u l- isfidi ġodda li għandna quddiemna hemm bżonn li f'dan il-qasam tidħol iżjed il-kultura ta' l-ippjanar u tat-tmexxija strateġika, u hawn irridu nżommu f'moħħna li meta nitkellmu fuq dan il-ministeru, li ma jinkludix il-qasam ta' l-edukazzjoni biss, inkunu qed nitkellmu fuq kwart tas-settur pubbliku.", "Ta' min wieħed jgħid li għadu kif ġie ffirmat ftehim ġdid li għandu jtejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol fiċ-civil, pero' dan il-ftehim stess qed jobbliga u qed jagħti d-dover lill-uffiċjali li joffru servizz aħjar lill-pubbliku.", "Fil-fatt diġa' kien hemm ftehim ieħor li ta dawn l-obbligi u dawn id-doveri lill-uffiċjali taċ-ċivil.", "Jiġifieri hawn ta' min jistaqsi kemm fil-fatt ġew rispettati dawn l-obbligi u d-doveri, pero' bla ebda dubju waħda mill-affarijiet li għandha ssir mill-iktar fis possibbli hija dik li l-oqsma differenti li jinsabu taħt dan il-ministeru jitgħallmu jaħdmu iktar flimkien u jifhmu li huma qegħdin taħt kappa waħda biex ikunu jistgħu jsaħħu lil xulxin, kemm f'dak li hu wirt storiku, kemm f'dak li hu wirt kulturali, kemm fil-qasam edukattiv, kemm fil-qasam taż-żgħażagħ, kemm fil-qasam sportiv, kemm fil-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija kif ukoll fil-qasam ta' l-informatika.", "Dawn huma oqsma li jistgħu jaħdmu flimkien u fil-fatt aħna konna bdejna sensiela ta' seminars - inkun prużuntuż jekk ngħid li għamilna iżjed minn hekk pero' almenu dan kien bidu u kien bidu interessanti - fejn fihom konna ġibna saħansitra nies miċ-ċentru ta' l-istrategic management and leadership ta' l-Universita' ta' Leeds u bis-saħħa ta' dawn is-seminars l-uffiċjali tagħna bil-mod il-mod bdew iħossu li huma parti minn team wieħed u bdew jaħsbu u jaħdmu flimkien minkejja li aħna l-Maltin għandna d-difett li nħobbu naħdmu għal rasna u li m'aħniex kapaċi naħsbu u naħdmu flimkien minbarra li għandna d-difett li nehdew wisq fil-passat minflok ma niffaċċjaw il-futur.", "Aħna rrealizzajna li sabiex ir-riżorsi li qed imorru f'dan il-ministeru jintnefqu aħjar u jkun hemm sens ta' priorita' u direzzjoni strateġika huwa importanti li l-uffiċjali li ġejjin minn oqsma differenti jippjanaw l-affarijiet flimkien u joħorġu b'ideat ġodda u b'modi differenti.", "Jien nawgura li din l-inizjattiva tibqa' tittieħed bis-serjeta'.", "Wara kollox jekk irridu nagħtu sens ta' direzzjoni ġdida verament ikun inutli li nbiddlu biss dak li jiġri fil-livell ta' skola waħda jew fil-livell ta' mużew wieħed għax nemmen, u hekk hu, li jekk ma jkunx hemm il-qafas u l- klima istituzzjonali sħiħa favur il-bidla u l-ippjanar strateġiku, allura xi ħaġa se tmur żmerċ, xi ħaġa m'hijiex se taħdem u sfortunatament ħafna drabi fil-proċess ta' bidla, il-bidla ma ssirx minn min kapaċi jiġri l- iktar imma minn min ikaxkar saqajh l-iktar u għalhekk ir-rata tal-bidla tkun ħafna iktar bil-mod milli nixtiequ.", "Fil-fatt huwa proprjament minħabba f'hekk li huwa importanti li l-isforzi għal dan it-tip ta' ippjanar u ta' tmexxija strateġika jkomplu u għalkemm dawn it-tip ta' sforzi jirrikjedu ċerti riżorsi, dawn ir-riżorsi jiffrankaw riżorsi oħra li s-soltu jiġu minfuqa fuq dak kollu li konna drajna nonfqu fuqu.", "Jien naħseb li l-kumitati li aħna konna waqqafna internament ġewwa l- ministeru kienu esperimenti tajbin u ħadna ħafna esperjenzi minnhom.", "Veru li dawn l-esperjenzi kienu għadhom kif bdew, pero' hemm ħafna x'nitgħallmu u x'intejbu minnhom.", "Fil-fatt jien personalment nistqarr li tgħallimt ħafna minnhom għax kultant aħna l-politiċi għandna ħabta nħabbru ċerti affarijiet biex nidhru sbieħ u biex nidhru popolari mingħajr ma naraw jekk hemmx riżorsi biżżejjed, kemm riżorsi finanzjarji kif ukoll riżorsi umani, biex ikunu jistgħu jitwettqu.", "Anke l-laqgħat li kellna dwar strategic management u strategic leadership ġewwa l-ministeru servew ta' edukazzjoni għalina lkoll, kemm għal min kien qed imexxi f'livell ta' policy maker kif ukoll għal min kien qed iservi f'livelli oħrajn ta' l-istruttura.", "Illum m'għadux jagħmel sens li kull min ikun qiegħed f'uffiċċju politiku jkun policy maker u l-oħrajn jobdu kull ma jgħidilhom hu.", "Għall-grazzja t'Alla llum policy making hija xi ħaġa iktar sħiħa, iktar parteċipattiva u iktar demokratika u, speċjalment fil-qasam edukattiv, fil-qasam kulturali, fil- qasam sportiv u fil-qasam taż-żgħażagħ hemm bżonn li nimxu 'l quddiem flimkien bl-għajnuna ta' kulħadd.", "Jien qatt ma nixba' nappella biex naħdmu lkoll flimkien għall-ġid tal- futur tat-tfal tagħna, għall-ġid tal-futur taż-żgħażagħ tagħna u għall-ġid tal-futur ta' pajjiżna, anke jekk għandna fehmiet politiċi differenti u ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja.", "Hemm bżonn ta' koalizzjoni nazzjonali kbira, hemm bżonn ta' front wiesa' magħqud, hemm bżonn li ngħinu lil xulxin permezz tas-suġġerimenti, tal-kritika u tal-proposti tagħna għax pajjiżna b'hekk biss jista' jiffaċċja l-futur li għandu quddiemu.", "U jekk insibu ż-żejt - u j'Alla nsibuh iż-żejt - araw li ma nagħmlux l-iżball ...", "Diġa' huwa unur għalina l-fatt li jekk aħna niġu mqabbla ma' xi 500 gżira oħra tal-Mediterran, pajjiżna huwa wieħed mill-ewwel pajjiżi li minkejja l- ġlied ta' bejnietna, għallinqas ma wasalniex fil-livell ta' Ċipru, ma qsamniex in-naħa t'isfel u n-naħa ta' fuq f'żewġ repubbliki differenti u lanqas ma qsamna pajjiżna f'xi 13-il repubblika differenti għax bil- kapaċita' tagħna, bl-enerġija tagħna u probabbilment anke bil-malizzja u bit-taħwid tagħna rnexxielna nibqgħu ngħixu fuq dawn il-gżejjer bħala soċjeta' waħda għal dawn is-snin kollha.", "Pero' ara ma nagħmlux l-iżball li naħsbu li għax irnexxielna niskapulaw u nirranġaw tant affarijiet biex ngħixu fil-passat, se jirnexxielna bilfors nirranġaw affarijiet oħra biex ngħixu fil-futur.", "Ir-realta' hi li hemm ċerti affarijiet li ġraw fil-passat li m'humiex se jerġgħu jiġru fil-futur u huwa inutli li noqogħdu nfittxu s-safety nets mal- bqija tad-dinja.", "Il-futur aħna biss nistgħu nagħmluh, permezz ta' l-ideat tagħna, ta' l-enerġija tagħna u tal-kapaċitajiet tagħna u nerġa' nisħaq biex jekk insibu ż-żejt - u nerġa' ngħid: J'Alla nsibu ż-żejt - ara ma nagħmlux l-iżball li għamlu pajjiżi oħra, partikolarment dawk li sabu ammont kbir ta' żejt, li ħasbu li ġaladarba għandhom iż-żejt allura jistgħu jitgħażżnu u jwarrbu l-kapaċitajiet, l-enerġija, l-isforzi, l-impenji u x- xogħol tagħhom għax jistgħu jpappuha miż-żejt għax dawk il-pajjiżi li għamlu hekk iż-żejt li sabu ġie sparpaljat.", "Forsi kien hawn sekli fejn pappejnieha mill-Kavallieri, mill-Kuruna Ingliża, mlil-Protokoll Taljan, mill-flus ta' Gheddafi u issa qed naħsbu li nistgħu npappuha mill-Unjoni Ewropea wkoll, u għalhekk jien ngħid li l-agħar ħaġa hija li l-Unjoni Ewropea tiġi ppubbliċizzata bħala xi istitut tal-karita' li qiegħda hemm biex tqassam il-flus.", "Il-verita' hija li l-futur ta' pajjiżna jiddependi mill-impenn u mill-kapaċita' kbira tagħna li niffaċċjaw problemi ta' żvilupp.", "Sur President, l-edukazzjoni hija parti intima f'dan il-proċess kollu għaliex waħda mill-ikbar sfidi li għandu quddiemu l-qasam ta' l-edukazzjoni huwa proprju l-importanza tal-qari.", "Fil-fatt waħda mill-inizjattivi li ħadna aħna kienet li nimpenjaw ruħna b'mod qawwi favur il-kultura tal-qari u jien għandi xewqa kbira li dan l-impenn jissokta.", "Fl-ewwel xhur ta' gvern ġdid wieħed jista' jiskuża l-fatt li ċerti affarijiet ma jibqgħux isiru jew inkella ma jibqax jintwera ċertu impenn bl-istess ritmu tas- soltu, pero' jkolli ngħid li meta din is-sena mort inżur il-Fiera tal-Ktieb ħriġt diżappuntat għax iktar stħajjiltni qiegħed ġo xi monti milli li kont qed inżur xi wirja tajba ta' interess favur il-kultura tal-qari u nittama li fix-xhur li ġejjin il-kultura tal-qari tkompli tingħata l-appoġġ li għandha bżonn f'kull livell.", "Nerġa' nisħaq li huwa inutli li noqogħdu ngħidu lit-tfal biex jaqraw jekk huma fil-libreriji ma jsibux materjal ġdid u għalhekk nixtieq nieħu din l-opportunita' biex nirringrazzja minn hawnhekk lill-każini tal-partiti politiċi differenti, lill-każini tal-baned differenti, lill-kunsilli lokali, lill-għaqdiet volontarji u lin-nies li ġejjin mis-settur privat għall-ammont kbir ta' kotba li xtraw għall- iskejjel u għal-libreriji tagħna matul is-sena li għaddiet.", "Jien nittama li matul is-sena li ġejja dan l-impenn ikompli u filwaqt li nerġa' nirringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom, nappellalhom biex jibqgħu juru l-istess ġenerożita' li wrew matul ix-xhur li għaddew.", "Ovvjament wieħed ma jistax isolvi l-problema ta' l-illiteraliżmu f'sena billi jagħmel sena sħiħa jitkellem favur il-qari għax kif wieħed jista' jimmaġina, dan huwa proġett li jrid ikompli sena wara l-oħra, pero' huwa fatt li ma nistgħux immorru għas-seklu l-ġdid mingħajr ma nagħmlu xi ħaġa għall-problemi li għandna ta' tfal u żgħażagħ li joħorġu mill-iskejjel tagħna mingħajr ma jkunu ġew ippreparati tajjeb fil-qari u fil-kitba.", "Jien nappella wkoll biex jitkompla l-proġett ta' early literacy ġewwa l- iskejjel, fejn dawk it-tfal li jkunu jidhru li se jsibu xi problemi biex jiktbu u jaqraw mill-eta' żgħira ta' tmienja jew ta' disa' snin jingħataw għajnuna u appoġġ.", "Aħna m'għandniex inkunu interessati biss fir-riċerka u fl-istatistika.", "Wara kollox l-istatistika hija magħmula minn tfal tad-demm u laħam u l-għan ta' l-istatistika huwa li nkunu nistgħu ngħinuhom mill- ewwel.", "Jien naħseb li jkun tajjeb jekk tinbena sistema ġdida f'dawk li huma assessments għax inħoss li huwa inutli li noqogħdu nappellaw lill-ġenituri biex ma jibgħatux lil uliedhom għall-privat, biex ma joqogħdux jiffissaw u jġennu lil uliedhom fuq l-eżamijiet jekk is-sistema kollha kemm hi hija ppernjata fuq l-eżamijiet.", "Bla ebda dubju, wieħed mill-modi kif nistgħu nnaqqsu dan id-deni kbir nazzjonali li għandna f'pajjiżna dwar l-eżamijiet huwa billi mmorru għal sistema serja ta' assessments li jkunu jibdew mil- livell primarju.", "Naturalment anke sistema bħal din teħtieġ ċerti riżorsi, bħat-taħriġ u l-mezzi, biex tinbena u għalhekk hawn qed naraw kemm huwa importanti l-budget li jingħata għall-edukazzjoni biex pajjiżna jkun jista' jlaħħaq ma' dawn id-dmirijiet ġodda u jkun kapaċi jiffaċċja l-isfidi kbar li għandu quddiemu f'dan il-qasam.", "Ta' min jgħid li aħna konna bdejna wkoll nagħmlu kuntatti ma' l-istitut ta' l-edukazzjoni ta' l-Universita' ta' Londra, li ċertament huwa wieħed mill-iktar istituzzjonijiet avvanzati tad-dinja fil-qasam ta' l-assessments, u nawgura li dan ix-xogħol jibqa' għaddej għax huwa importanti ħafna li l-evalwazzjoni ma tkunx iċċentrata biss fuq it-tfal.", "Sfortunatament sa llum f'pajjiżna kellna sistema li tittestja u teżamina jekk it-tfal ikunux qed jitgħallmu jew le mingħajr ma tittestja u teżamina jekk l-iskejjel ikunux qed jgħallmu b'mod sodisfaċenti jew le.", "Jien naf li diġa' beda taħriġ sabiex l-għalliema u l-uffiċjali ta' l-iskejjel ikunu kapaċi jevalwaw kemm lilhom infushom kif ukoll ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu, pero' jien ngħid li huwa importanti li dan nagħmluh anke f'kontest internazzjonali ħalli t-tfal tagħna, sa mill-eta' tenera ta' tmienja, disa' u għaxar snin, jibdew jitqabblu ma' tfal ta' l-istess eta' li ġejjin minn pajjiżi oħra.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li llum, meta qed nitkellmu daqstant fuq l-ekonomija u r-realta' globali, minn hawn u ftit snin oħra t- tfal tagħna li qed jitgħallmu f'xi skola milli għandna mifruxa ma' Malta u Għawdex kollha se jkunu qed jikkompetu ma' tfal tamparhom li ġejjin mill- Ungerija, mir-Repubblika Ċeka, mis-Slovanja, minn Singapore, mill-Malasja u mill-kontinent Ewropew u għalhekk ikun inutli li noqogħdu nistennew li dawn it-tfal jikbru sa ma jkollhom xi 18 jew 20 sena biex nagħmlu dan l- eżerċizzju.", "Fil-fatt ta' min jgħid li minn studji li saru fuq ir-rabta li hemm bejn l-edukazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku rriżulta li l-iżvilupp ekonomiku jiddependi ħafna mill-investiment li jkun qed isir fil-qasam primarju, fil-qasam sekondarju u fil-qasam post-sekondarju.", "Jien nemmen li filwaqt li m'għandna nnaqqsu l-importanza tal-qasam terzjarju bl-ebda mod, fl-istess ħin m'għandniex nagħtu importanza ikbar lill-qasam terzjarju milli nagħtu lil-livelli ta' l-edukazzjoni l-oħra għax inkella l-pajjiż imur lura u hawn irrid nerġa' nisħaq li l-assessment għandu jsir f'qafas internazzjonali ħalli b'hekk inkunu nafu eżattament x'qed isir barra minn xtutna f'dan il-qasam.", "L-isfidi kbar li għandu quddiemu pajjiżna għandhom jintrabtu ma' l-isfidi tal-bidliet li hemm bżonn fis-sistema edukattiva, u l-inizjattiva li ħadna aħna fuq il-kreattivita' ma kenitx b'kumbinazzjoni imma kienet marbuta mal-fatt li l-futur huwa mimli inċertezza.", "Għalhekk hemm bżonn li aħna nitgħallmu ngħixu ma' l- inċertezza, u dan jien qed ngħidu fuq livell globali u mhux biex noqgħod insemmi l-kelma li nħobbu nużaw sabiex ninku jew ngħajru lil xulxin fix- xena politika.", "Sur President, il-futur żgur li se jkun differenti mill-passat u ż-żmien ta' dik is-sistema edukattiva li hija mal-mudell tas-seklu 19, fejn hemm ċerti ċertezzi x'titgħallem bl-amment u li mbagħad inti mistenni li tirripeti 'il quddiem, tajjeb jew ħażin għadda.", "Jien ngħid: Huwa aħjar li għadda dak iż-żmien pero' ma rridux ninsew li dan ifisser li lit-tfal irridu nrawmuhom sabiex minn eta' żgħira jkollhom moħħ miftuħ ħalli jkunu jistgħu jgħixu ma' l-inċertezza, ikunu kapaċi jagħmlu ċerti mistoqsijiet u jkunu kapaċi jsolvu l-problemi tad-dinja.", "Għalhekk is-sistema edukattiva ta' llum għandha quddiemha l-isfida kbira li tipprepara lit-tfal u liż- żgħażagħ tagħna.", "Hawnhekk imbagħad tinqala' problema oħra għax ħafna drabi, minħabba li aħna gżira żgħira u nimportaw kważi kollox - nimportaw il-mod ta' kif naħsbu, nimportaw il-kotba tagħna u nimportaw anke l- materjal edukattiv tagħna - huwa inevitabbli li fl-iskejjel tagħna nużaw materjal edukattiv u kulturali li huwa prodott ta' realtajiet oħrajn, pero' min-naħa l-oħra ħadd ma joħlom li jagħmel il-ġennata li jibdel u jagħmel it- testi kollha tiegħu hu sabiex ma jimportax minn barra.", "Dan ifisser li minflok ma s-sistema edukattiva tagħna ssir il-post fejn nanalizzaw ir- realta' u nkunu kapaċi nsolvu l-problemi reali tagħna tista' ssir faċilment lok ta' aljenazzjoni kulturali minħabba li t-tfal ikunu qed jitgħallmu bl- amment dwar realtajiet oħrajn.", "Fil-fatt huwa proprjament għalhekk li aħna daħħalna l-idea li hemm bżonn li t-tfal ma jibqgħux jitgħallmu kollox bl-amment imma jkunu kreattivi; għax dik hija t-tip ta' kultura li hemm bżonn jiżviluppaw fil-futur, li minflok ma joqogħdu jitgħallmu kollox bl-amment ikunu kapaċi jagħmlu ċerti mistoqsijiet u jsolvu ċerti problemi.", "Jekk wieħed jara r-rapporti li jsiru mill-eżaminaturi ta' l-eżamijiet tagħna tas-Sec u tal-Matsec isib li anke l- iktar tfal bravi, sakemm tgħidilhom biex jirripetu dak li jkunu qraw fil- ktieb tal-lezzjoni jaslu, imma mbagħad jekk titlobhom biex isolvu problema li jiltaqgħu magħha meta jiġu biex jużaw xi ktieb tal-bank jew xi ħaġa li teżisti lil hinn mil-għatba ta' l-iskola, hemmhekk jibdew jitfaċċaw diversi problemi.", "Anke meta ż-żgħażagħ tagħna jiġu intervistati għall-ewwel darba fid-dinja tax-xogħol, tkun tidher dik it-tip ta' defiċjenza.", "Diżgrazzjatament fis-sistema edukattiva tagħna għandna ċerta anemija, hemm an inbuilt resistance għal dak li jiġri lil hinn mill-iskola, u huwa importanti li nagħtu lil din is-sistema trasfużjoni ta' demm vitali ħalli ssir iktar dinamika u tkun iktar marbuta ma' dak li jkun qed jiġri lil hinn mill-għatba ta' l-iskola.", "Ftit ilu ħabib tiegħi rtira minn kap ta' skola u qalli li kieku kellu jgħodd is-sigħat, il-ġimgħat u s-snin li qatta' fi klassi, kemm bħala student, kemm bħala teacher, kemm bħala assistant head kif ukoll bħala head, jikkalkola li qatta' xi 90% tal-waking hours tiegħu ġo skola.", "Naturalment daqskemm din għandha l-vantaġġi tagħha daqstant ieħor għandha l- iżvantaġġi tagħha għax sfortunatament ħafna drabi l-qasam li jipprepara lil dak li jkun għall-oqsma differenti tad-dinja u għall-ħajja huwa ddominat - u din hija problema li tiltaqa' magħha kullimkien, jiġifieri mhux f'pajjiżna biss - minn edukaturi li matul il-ħajja tagħhom ma tantx ikollhom ċans li jitħalltu u jiltaqgħu ma' realtajiet differenti.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm kuntatt ħaj u kontinwu bejn l-iskola u l- komunita' lokali, nazzjonali u internazzjonali u hemm bżonn li bi sforz edukattiv inġibu flimkien nies minn oqsma differenti tal-ħajja għax l- edukazzjoni b'hekk biss tista' tieħu l-ħajja tagħha; bil-kuntatt li jkollha ma' l-oqsma differenti tal-ħajja.", "Qasam ieħor li għandna nagħtu kasu ħafna huwa dak ta' l-eżamijiet tas-Sec u tal-Matsec.", "Fil-fatt aħna konna bdejna norganizzaw laqgħat maċ-ċentru Edexcel ta' l-Universita' ta' Londra u issa nittama li dawk il-kuntatti jkomplu għax hemm bżonn li kemm is-Sec kif ukoll il-Matsec jiġu fformolati b'mod ġdid u jkunu iktar familjari ma' dak li fil-fatt jiġri fl-iskejjel sekondarji u fl-iskejjel post-sekondarji.", "Huwa importanti wkoll li fl- universita' jkun hemm iktar nies li jkunu lesti jitkellmu mal-ġenituri, mat- teachers u ma' l-istudenti nfushom ħalli l-eżamijiet jiġu fformolati b'mod tajjeb, b'mod li jittestjaw lill-istudenti fuq dak li jkunu qed jiġu mgħallmin u mhux jittestjaw lill-istudenti mingħajr lanqas biss ikunu jafu x'qed isir fl-iskejjel tagħna.", "Hawn ma nistax ma nerġax insemmi u nerġa' nisħaq fuq kemm hu importanti li nżommu kuntatt mal-qafas internazzjonali ħalli l-eżamijiet fil-livell tas-Sec u tal-Matsec ikunu ta' livell internazzjonali għax kif diġa' spjegajt, b'hekk biss ma nkunux qed ningħalqu fina nfusna.", "Jien nittama li x-xogħol li kellha tagħmel il- kummissjoni fuq is-Sec u l-Matsec jibda jagħti l-frott matul il-ġimgħat li ġejjin u mbagħad wieħed ikun jista' jikkummenta fuq dak ix-xogħol li tkun għamlet.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa fuq il-qasam ta' l- universita'.", "Sur President, il-vot li ngħata lill-universita' fl-aħħar budget huwa bħal tas-sena li għaddiet, jiġifieri m'hemm l-ebda differenza f'dak ir- rigward.", "Hawnhekk wieħed irid jgħid li l-istudju li qed isir fuq l- eżamijiet tas-Sec u tal-Matsec jagħti l-importanza li jistħoqqilha l- edukazzjoni vokazzjonali u fost affarijiet oħra isemmi anke lill-Istitut tax-Xjenza u Teknoloġija, li m'ilux li ġie mwaqqaf.", "Madanakollu jien jidhirli li f'dan il-budget ma ġew ivvotati l-ebda flus għall-iżvilupp ta' dan l-istitut il-ġdid, liema żvilupp jirrikjedi nefqa kbira.", "Forsi huwa veru li f'dan l-istadju iktar milli nitkellmu dwar in-nefqa li jirrikjedi dan l-istitut il-ġdid ikun aħjar jekk nitkellmu fuq x'se jkun ir-rwol tiegħu, fuq il-kurrikulu, fuq is-sillabbi li hemm bżonn għalih u fuq l- importanza li dak li jiġi mgħallem hemmhekk ikun marbut ma' l-istess livell ta' l-eżamijiet tas-Sec u tal-Matsec daqs li kieku jkun qed jiġi mgħallem fil-junior college u f'istituzzjonijiet post-sekondarji oħra, għax mhux sewwa li f'pajjiżna l-edukazzjoni vokazzjonali tibqa' titqies inferjuri meta mqabbla ma' l-edukazzjoni f'oqsma oħra.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-programmi ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom Socrates.", "Aħna kellna proposta, li naħseb għadha tgħodd, biex ma nidħkux biż-żgħażagħ, u filwaqt li wieħed jawgura li ż-żgħażagħ tagħna jgawdu minn dawn it-tip ta' programmi, fl-istess ħin wieħed irid jispjegalhom li meta jsegwu dawn il-programmi l-flus ma jibdewx jaqgħu mis-sema.", "Fil-fatt dawn l-iktar li jistgħu jingħataw huwa xi Lm50 fix-xahar.", "Meta tgħidilhom hekk lill-istudenti Maltin dawn jgħidulek: Possibbli Lm50 fix-xahar biss!", "B'Lm50 fix-xahar x'se nagħmlu?", "Jagħmlu bħalma jagħmlu sħabhom tal- kontinent Ewropew, meta jkollhom ċans jaħdmu u jġemmgħu sabiex imbagħad ikollhom ċans jagħmlu esperjenza edukattiva f'xi pajjiż ieħor.", "Aħna kellna l-idea, u naħseb li hija idea tajba, li l-istipendju li jgawdu minnu l- istudenti Maltin f'pajjiżna jkunu jistgħu jittrasferuh u jġorruh magħhom fil-pajjiż fejn ikunu se jagħmlu dik l-esperjenza edukattiva, pero' ejjew ma nidħkux biż-żgħażagħ u nispjegawlhom l-affarijiet kif inhuma.", "Issa ħalli ngħaddi għal xi ħaġa oħra.", "Sfortunatament dan il-budget li għadu kif għadda naqqas in-nefqa tal- gvern f'dak li huwa wirt storiku u għalhekk hemm bżonn li nagħmlu tajjeb għal dan it-tnaqqis billi ssir sħubija mas-settur privat għax inkella l- mużewijiet u s-siti storiċi se jibqgħu jmorru lura.", "L-importanti huwa li din is-sħubija ssir b'mod għaqli.", "Per eżempju, żgur li lil ħadd ma taqagħlu f'rasu li l-wirt storiku tagħna jiġi pprivatizzat, imma jekk nimxu fuq mudelli ta' pajjiżi Ewropej il-gvern ikun jista' jidħol bi sħab mas- settur privat biex imexxi s-siti storiċi u mużewijiet b'mod serju.", "Jien nawgura li l-proġett li kien inbeda permezz ta' sħubija mal-Bank of Valletta għar-riabilitazzjoni tat-tempji ta' Ħal Tarxien jitkompla għax dak jista' jservi ta' mudell dwar kif għandha tkun is-sħubija tal-gvern mas- settur privat.", "Nawgura wkoll li x-xogħol avvanzat li kien inbeda fuq il- Mużew Marittimu, u li wkoll kien qed jitmexxa bi sħab mas-settur privat, ikompli sejjer.", "Madanakollu hawnhekk ikolli nissottometti li jien sinċerament ma naqbilx mat-triq li qabad il-gvern rigward il-fondazzjoni tal-Konkattidral ta' San Ġwann għax anke meta kien ġie Jose' Maria Ballester, li huwa konsulent tal- Vatikan fuq affarijiet ta' wirt storiku, l-idea tiegħu kienet - għalkemm ma nafx kemm din hija aċċettata min-nies tal-Konkattidral ta' San Ġwann - li t- tmexxija ta' dan il-post għandha tkun bi sħab bejn l-Istat u l-Knisja.", "Anke jekk naraw x'jiġri fi Spanja u fil-Portugall f'każijiet bħal dawn, hemmhekk insibu li iktar milli jwaqqfu fondazzjoni biex tmexxi l- konkattidral hi, dawn iwaqqfu kunsill komuni bejn l-Istat u l-konkattidral biex il-wirt storiku, li huwa l-wirt taċ-ċittadini kollha, ikun jista' jitmexxa b'mod komuni.", "Saħansitra l-policies tal-Vatikan jindikaw din id- direzzjoni u għalhekk ma naħsibx li għandna nsibu problema biex aħna nagħmlu l-istess, anzi jien nawgura li mhux biss f'dan il-qasam imma anke fl-oqsma l-oħra li taħthom taqa' xi parti mill-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna, nimxu bl-istess mod.", "Ħadt gost ukoll li ġew provduti jew se jiġu pprovduti xi flus għall- proġett ta' Ħaġar Qim.", "Jien naf li dan il-proġett huwa biċċa wġigħ ta' ras kbira u nawgura li nieħdu l-passi li għandna nieħdu f'dan ir-rigward.", "Għalkemm m'hemmx qbil fuq x'passi għandna nieħdu fuq dan il-proġett u kulħadd qed jagħti pariri differenti, jien persważ ...", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Bartolo, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kollox sew!", "Sur President, kif wieħed seta' jinnota, bdejt id-diskors tiegħi billi tkellimt fuq il-futur u issa spiċċajt id-diskors tiegħi billi tkellimt fuq xi 7,000 sena ilu għax, kif spjegajt, jien nemmen li l-futur u l-passat huma marbutin flimkien; ma jistax ikollok futur jekk ma jkollokx passat.", "Huwa importanti ħafna li r- riżorsi tal-pajjiż jintnefqu f'dawk l-oqsma li permezz tagħhom inkunu nistgħu niffaċċjaw l-isfidi kbar li għandna quddiemna aħna u li għandu quddiemu pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN : Grazzi.", "Nistieden lill-Onor.", "Dolores Cristina biex tibda d-diskors tagħha.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, meta f'dawn l-aħħar jiem tajt ħarsa lejn id-diskorsi tal-budgets li għamlu l-aħħar tliet ministri ta' l- edukazzjoni li kellna f'dawn l-aħħar għaxar snin, stajt ninnota li dawn kollha jesprimu l-istess sentimenti tant li xi kultant titħawwad fuq min ikun qed jitkellem inti u taqra għax kważi jingħad l-istess kliem.", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex nuri xi disprezz anzi biex nagħmel il-punt kruċjali li lkoll kemm aħna nirrealizzaw u nemmnu li s-settur ta' l- edukazzjoni huwa wieħed importanti ħafna u li meta ninvestu f'dan is-settur ma nkunux qed ninvestu biss fil-futur taż-żgħażagħ tagħna imma fil-futur tal-pajjiż kollu kemm hu.", "Kif inħobb ngħid kemm-il darba, kieku kellna sistema edukattiva perfetta konna nkunu wasalna biex insiru soċjeta' kważi perfetta u neħilsu minn ħafna nuqqasijiet ta' soċjeta' li sfortunatament jiġu minn nuqqas ta' edukazzjoni.", "Pero' aħna m'aħniex perfetti.", "Għandna l-ħolm u għandna l- ideat tagħna u bin-nuqqasijiet kollha tagħna b'kollox irridu nirrealizzaw li l-ħolm u l-ideali huma mxekkla mil-limitazzjonijiet li jeżistu fir- realta'.", "Is-settur ta' l-edukazzjoni mhux biss għandu bżonn investiment finanzjarju imma wkoll investiment uman.", "Jien ma jien qed ngħid xejn ġdid pero' xtaqt nidħol fil-konċett li lkoll kemm aħna nemmnu fl-investiment kbir li jirrikjedi s-settur ta' l-edukazzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li dan is- settur jistħoqqlu l-ewwel u qabel kollox viżjoni u pjanifikazzjoni ċara għax nemmen li kultant dawn l-affarijiet jegħlbu limitazzjonijiet umani oħra.", "Sur President, hawnhekk ta' min isemmi l-clichés kollha li aħna l- politiċi mdorrijin ngħidu meta nkunu qed nitkellmu fuq it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna fejn, fost affarijiet oħra, ngħidu li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna mhux biss huma prezzjużi għall-ġenituri u għall-familjari tagħhom imma huma prezzjużi wkoll bħala parti mill-popolazzjoni tagħna għax, kif għidt diġa', fihom naraw il-futur ta' pajjiżna, u l-edukazzjoni li nrawmu fihom illum, għada mhux biss se tkun is-salvazzjoni personali tagħhom imma tagħna wkoll.", "Is-sena li għaddiet f'wieħed mid-dibattiti tal-budget l-Onor.", "Bartolo kien qal li għandu wish list, li tikkonsisti f'lista ta' affarijiet li kemm hu, kemm jien, kemm il-Ministru Galea kif ukoll aħna lkoll preżenti nkunu nixtiequ li nwettqu u nimplimentaw meta ċ-ċirkostanzi jippermettu.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li bejn l-1987 u l-1996 il-Gvern Nazzjonalista kien wettaq il-wish list li kellu għas-settur ta' l-edukazzjoni, u prova ta' dan huwa l-investiment ta' miljuni kbar li sar sabiex dan is-settur joħroġ mill-perijodu, fl-opinjoni tiegħi sfortunat, tas-snin 70 u 80 meta konna għaddejjin minn żmien li jien insejjaħlu mudlam, minn esperimenti kontinwi li kienu jsiru bla għaqal ta' xejn u minn nuqqas ta' investiment u sa ċertu punt dan il-perijodu kien żarma saħansitra dak li kien sar fis- snin ta' qabel.", "Nerġa' nirripeti li l-edukazzjoni, bħal ħafna setturi oħrajn, jew forsi ftit iktar minn setturi oħrajn, tirrikjedi li jgħaddu medda ta' snin qabel ma naraw li l-pjani u li l-investiment li jkunu qed isiru għal dan is- settur ikunu qed jagħtu riżultati pożitivi u ċertament li l-edukazzjoni ma tippermettix li jkollna tmexxija bis-sulluzzu imma jeħtieġ li jkun hemm kontinwita'.", "Fil-fatt huwa għalhekk li jien l-ewwel għidt li meta tela' l- Gvern Nazzjonalista fis-snin 80 wettaq il-wish list li kellu għas-settur ta' l-edukazzjoni, għax għaraf il-bżonn ta' investiment qawwi, għamel dan l- investiment, sar l-iżvilupp u issa qegħdin naraw li dan l-investiment beda jagħti wkoll il-frott.", "Ta' min jgħid li waħda mill-affarijiet li ħadt gost biha jien kienet li l-Gvern Laburista li tela' fl-1996 bil-għaqal kollu għażel li jkompli miexi fuq l-istess linji u inizjattivi li kien ħa l-Gvern Nazzjonalista u nista' ngħid minn hawnhekk li l-amministrazzjoni Nazzjonalista preżenti hija bil-għaqal ukoll u m'hijiex se tiskarta l- policies li kienu nbdew minn Gvern Laburista.", "Sur President, is-sistema edukattiva tagħna, bħas-sistemi kollha li jeżistu, fiha ħafna nuqqasijiet u bla ebda dubju, wieħed mill-ikbar nuqqasijiet li għandha hija - din jien se nibqa' ninsisti fuqha u għadni kemm smajt lill-Onor.", "Bartolo jgħidha wkoll - ir-realta' inaċċettabbli li għadna għaddejjin minna sa llum, fejn għandna tfal li wara snin twal, wara xi 12 jew 13-il sena ta' skola obbligatorja, joħorġu mingħajr ma jafu jiktbu u jaqraw, bil-konsegwenza li għad għandna parti kbira mill- popolazzjoni ta' pajjiżna li ma jistgħux jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja tax- xogħol tagħhom u fil-ħajja soċjali u kulturali tal-pajjiż għax, kif għidt diġa', minkejja li dawn qattgħu snin twal suppost jistudjaw fi klassi, ħarġu minn din l-edukazzjoni obbligatorja mingħajr il-kapaċitajiet bażiċi li għandu dritt għalihom kull bniedem.", "Sinċerament jien ma nistax nifhem kif ġurnata wara l-oħra għal dawn is-snin kollha dawn it-tfal jirnexxilhom jaħarbu minn din ix-xibka ta' edukazzjoni u bla ebda dubju jeħtieġ li jsir investiment qawwi u li ssir riċerka qawwija sabiex naraw għaliex qed jiġri dan fil-pajjiż.", "Waħda mill-ikbar sfidi li għandna fis-settur ta' l- edukazzjoni huwa li naraw li dan ma jibqax isir għax jien naraha kważi bħala inġustizzja soċjali li aħna qed infallu lil dawn in-numru kbir ta' tfal milli jieħdu t-tagħlim li jeħtiġilhom.", "Sur President, il-Gvern Nazzjonalista jemmen li l-flus li jintnefqu kull sena fis-settur ta' l-edukazzjoni għandhom jassiguraw li jiġu msarrfa f'affarijiet reali.", "L-istudenti tagħna għandhom dritt għal ambjent fiżiku xieraq, għandhom dritt għal għalliema li mhux biss ikunu kkwalifikati akkademikament imma jkunu wkoll dedikati, għandhom dritt għal amministrazzjoni effettiva u għandhom dritt ukoll għar-riżorsi li jindirizzaw il-ħteġijiet tagħhom fil-ħajja ta' llum.", "Huwa veru li f'dan il- pajjiż għadna 'l bogħod sabiex naslu biex ninvestu l-proporzjon meħtieġ mill-prodott gross nazzjonali fuq is-settur ta' l-edukazzjoni.", "Jien nista' niġi hawnhekk u ngħid li nixtieq li l-vot li ngħata lis-settur ta' l- edukazzjoni huwa d-doppju ta' dak li hu u li l-ekonomija f'dan is-settur hija falza, bħalma hija falza meta ssir fuq is-settur tas-saħħa, fuq is- settur tal-politika soċjali u fuq setturi oħrajn, imma r-realta' hi dik li hi.", "Kulħadd irid jaħdem fil-parametri li qed jagħtina dan il-vot u għalhekk il-konċett ta' value for money f'dan is-settur forsi japplika iktar milli japplika minn setturi oħrajn.", "Sur President, affarijiet oħra li għalija huma importanti daqs iċ-ċifri li jidhru fil-budget huma l-mission statements li jagħmlu l-ministeri, u hawnhekk ta' min isemmi li l-mission statement tal-ministeru ta' l- edukazzjoni jgħid li l-ewwel oġġettiv tal-gvern hu li jipprovdi edukazzjoni ta' kwalita' għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, kemm fis-snin ta' l- edukazzjoni obbligatorja, kif ukoll qabel u wara, u biex jintlaħaq dan il- għan irridu naraw li dejjem inżommu l-aħjar standards.", "Mela l-Gvern Nazzjonalista jrid jagħti l-aħjar standards kif ukoll irid jagħti firxa wiesgħa ta' għażliet u opportunitajiet mill-aqwa u, filwaqt li għandna pproġettati diversi inizjattivi ġodda, se nibqgħu għaddejjin bl-inizjattivi u bil-proġetti li kienu nbdew.", "Hawnhekk wieħed jista' jgħid li dan huwa a very tall order, u jien nagħtih raġun, pero' jekk aħna nemmnu verament fis- settur edukattiv għandna nimpenjaw ruħna bis-sħiħ biex inwettqu dak kollu li għandna pproġettat.", "Sur President, peress li għad fadalli biss ftit minuti nixtieq niffoka l- kumplament tad-diskors tiegħi fuq is-settur post-sekondarju u terzjarju.", "Kulħadd jaf li n-numru ta' studenti li qed ikomplu l-istudji tagħhom wara s- snin obbligatorji spara 'l fuq drammatikament.", "Aħna ngħidu li dan huwa sinjal ta' progress u huwa veru li rridu nagħmlu minn kollox biex inkomplu ninkorraġġixxu ż-żieda ta' din iċ-ċifra pero' dan iġib miegħu piżijiet ikbar, kemm finanzjarji kif ukoll umani.", "Iż-żieda fin-numru m'hijiex neċessarjament żieda ta' kwalita', anzi.", "Minkejja ż-żieda fin-numru ta' studenti li qed ikomplu s-settur post-sekondarju u terzjarju aħna dejjem ngħidu li rridu nżidu l-kwalita' tat-tagħlim li jingħata, u hawnhekk nerġgħu niġu għal bżonn ta' investiment ikbar.", "Taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista l-universita' tagħna kienet fetħet il-bibien tagħha għal kulħadd u dak iż-żmien aħna konna ħriġna minn dawk is-snin koroh fejn kellna sistema kiefra u nġusta li kienet iżżomm barra lil studenti li kienu kapaċi ħafna filwaqt li kienet iddaħħal oħrajn li forsi kienu inqas kapaċi.", "Imma fortunatament dik is-sistema issa skartajnieha għax kienet anti- soċjali għall-aħħar u llum nistgħu niftaħru li għandna 7,000 student li qed isegwu xi kors milli toffri l-universita'.", "Madanakollu nerġa' nirripeti li jien nemmen li m'għandniex niftaħru biss bin-numru ta' studenti li għandna l-universita' imma għandna niftaħru wkoll bil-kwalita' u hawnhekk ta' min jgħid li biex żgur ħadd ma jibqa' barra mis-sistema edukattiva ġiet imwaqqfa wkoll l-Universita' tat-Tielet Eta', li għandha response qawwi ħafna u li qed tkompli żżid mar-responsabbiltajiet ta' l-universita'.", "Kif qal l-Onor.", "Bartolo, il-vot ta' l-universita' għas-sena d-dieħla huwa ta' 'l fuq minn Lm7 miljun għall-ispiża rikorrenti u ta' kważi Lm3 miljun għall-ispiża kapitali, li wħud minnhom ġejjin mill-Italian protocol funds, u jien m'għandi l-ebda dubju li kieku kien hawn preżenti hawnhekk dawk in- nies li jieħdu ħsieb l-amministrazzjoni ta' l-universita' kienu jgħiduli li għandhom bżonn iktar flus.", "Aħna nafu li l-universita' għandha bżonn iktar flus.", "Biżżejjed insemmi li fost riżorsi oħrajn, l-universita' għandha bżonn iktar riżorsi għall-ischolarships, għar-riċerka, għall-kotba, għal iktar lecturers, għal tagħmir fil-laboratorju, eċċ. Insomma, il-lista ma tispiċċa qatt u kieku ma kellniex limitazzjonijiet fil-flus bla ebda dubju l-vot għall-universita' kien ikun ikbar pero' sfortunatament aħna ninsabu kostretti bil-parametri li għandna.", "Sur President, ħadd ma jista' jinnega l-fatt li wara l-1987 sar tibdil kbir fl-universita' u aħna ħloqna istituzzjoni b'ħafna responsabbiltajiet.", "Dan l-aħħar smajt lir-Rettur jgħid li l-universita' tagħna m'hijiex \"university\" imma \"multiversity\" għax filwaqt li pajjiżi oħra għandhom istituzzjonijiet differenti li jirrispondu għal ħteġijiet differenti, aħna għandna biss universita' waħda li trid tipprovdi għal spectrum wiesa' ta' ħteġijiet, u kif wieħed jista' jimmaġina din hija sfida kbira ħafna għax meta jkollok edukazzjoni tal-massa jkun jeħtieġ li din tibqa' ta' livell u standards mill-aqwa.", "Sur President, filwaqt li ż-żieda fil-popolazzjoni ta' l-istudenti ta' l-universita' tirrifletti r-riżultat ta' tibdil soċjali, jien m'għandix dubju li aħna għinna biex ikun hemm din iż-żieda bl- introduzzjoni ta' l-istipendji għall-istudenti ta' l-universita'.", "Naħseb li kulħadd jiftakar li bħal dan iż-żmien sena l-Gvern Laburista kien naqqas l-istipendju ta' l-istudenti ta' l-universita' minkejja li qabel l- elezzjoni ta' l-1996 kien qal li m'huwiex se jmiss dan il-benefiċċju u issa l-Gvern Nazzjonalista qed jimpenja ruħu biex jirrivedi s-sistema preżenti.", "Jiena nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li qatt m'emmint li l-istipendju għandu jiffinanzja l-lussu ta' l-istudenti tagħna pero' bħala omm li għandi tlett itfal l-universita' nista' ngħid li l-ispiża tat-tfal li jkunu qed jistudjaw fl-universita' hija waħda qawwija u meta naħseb f'dawk il-familji li għandhom dħul baxx u li t-tfal tagħhom jattendu l-universita' nista' nimmaġina l-piżijiet kbar li jitgħabbew bihom dawn il-familji.", "Għalhekk minn hawn jien nappella biex is-sens komun u l-loġika jirrenjaw fil- konsultazzjonijiet li qed isiru fuq l-istipendji u biex ilkoll kemm aħna nimxu bil-għaqal f'dan il-qasam.", "Inħossni li nkun qed nonqos jekk hawnhekk ma nagħmilx ukoll appell biex f'dawn il-konsultazzjonijiet jiġu kkonsidrati wkoll il-bżonnijiet ta' dawk l-istudenti li għandhom 'il fuq minn 30 sena għax jien qatt ma qbilt ma l- miżura li ttieħdet fejn lil dawn kien tneħħilhom l-istipendju kategorikament.", "Hawn nixtieq insemmi wkoll il-bżonn li naraw x'inhuma l- ħteġijiet ta' l-istudenti li jattendu f'xi skola post-sekondarja u rridu nżommu quddiem għajnejna kontinwament il-fatt li meta dawn l-istudenti jiksbu l-kwalifiki tagħhom jistgħu jgħinu ħafna lill-pajjiż.", "Għalhekk ma naffordjawx li l-konċett ta' l-aċċessibbilta' ma jkunx ipprattikat f'dan il- qasam ukoll.", "Sur President, fl-aħħar nett nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-Unjoni Ewropea.", "Ta' spiss nisimgħu lill-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra jgħidu li aħna ffissati fuq l-Unjoni Ewropea, pero' ħadd ma jinnega l-fatt li s-settur ta' l-edukazzjoni jiggwadanja ħafna jekk kemm-il darba nissieħbu f'din l- unjoni.", "Sfortunatament fl-aħħar sentejn bl-iffriżar ta' l-applikazzjoni għall-Unjoni Ewropea ħlejna ħafna żmien, tlifna diversi opportunitajiet u bqajna barra mil-programm edukattiv Leonardo, liema programm jaħseb għall- bżonnijiet ta' ħafna studenti, biex illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn filwaqt li pajjiżi applikanti oħra se jieħdu sehem f'dan il-programm pajjiżna ġie eskluż.", "Ta' min jgħid li fl-aħħar budget ġew ivvotati Lm80,000 sabiex tkun tista' ssir tħejjija aħjar u jkunu jistgħu jsiru anke kuntatti biex pajjiżna jieħu sehem fil-programmi edukattivi li toffri l- Unjoni Ewropea.", "Sur President, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li l-impenn tal-Gvern Nazzjonalista fis-snin li ġejjin huwa li jiftaħ orizzonti ġodda għall-istudenti tagħna, speċjalment issa li resqin lejn il-millennju l- ġdid.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, nibda biex ngħid li segwejt b'attenzjoni dak kollu li ntqal s'issa mill-kelliema ta' qabli, partikolarment dak li ntqal mis-shadow minister, u stajt ninnota li filwaqt li huwa veru li l-Onor.", "Bartolo semma l-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, fid-diskorsi ta' l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni dejjem kien hemm assenti l-qasam tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Fil-fatt din il- kritika diġa' kien għamilha s-sena l-oħra l-kollega tiegħi, l-Onor.", "George Pullicino, meta kien qal li fil-programm tal-Gvern Laburista l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija donnu ġie minsi u għalhekk wieħed mill- inkarigi li ngħatajt jien kien li proprjament niffoka fuq dan il-kunsill.", "Jien naħseb li dak iż-żmien l-Onor.", "Pullicino kellu raġun jagħmel dik il- kritika għax meta bdejt inħares mill-qrib lejn dan l-istitut sibt li dan, wara li ġie mwaqqaf minn Gvern Nazzjonalista, donnu tilef ir-ruħ u s- sinifikat li jeżisti għalih.", "Jekk wieħed iħares lejn l-għanijiet li għalihom twaqqaf dan il-kunsill isib li dan twaqqaf għal għanijiet importanti ħafna, fosthom biex jagħmel proposti u rakkmandazzjonijiet fuq politika nazzjonali dwar l-oqsma tax- xjenza u t-teknoloġija, biex jimmaniġġja l-budget nazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dawn l-oqsma u biex jipparteċipa fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.", "Imma sfortunatament il-Gvern Laburista, u naħseb li anke l- Partit Laburista ta' llum, donnu m'għadux jaqbel ma' dan il-profil għoli tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Jien naf li fi Frar li għadda l-Gvern Laburista kien waqqaf management audit li kien ingħata ċerti pariri u meta dan ġie mistoqsi jekk ''the resounding central issue is whether Malta requires a council for science and technology'', il-management audit kien qal ċar u tond: We believe that there is a merit in the continued being of the Malta Council for Science and Technology.", "Imma minkejja li l- management audit kien ra r-rilevanza ta' dan il-kunsill, il-Gvern Laburista m'għamel xejn biex jinċentiva u jmexxi 'l quddiem dan il-kunsill, forsi minħabba l-fatt li l-gvern preċedenti kellu l-politika li ċertu ippjanar isir mill-gvern ċentrali.", "Wieħed għandu jħares lejn dan il-kunsill billi jżomm quddiem għajnejh il-qafas ta' dak li jeżisti fil-pajjiż u jammetti l- fatt li peress li dan huwa wieħed mill-ftit strutturi li jista' jagħmel ippjanar nazzjonali, allura jekk lil dan il-kunsill inġibuh fix-xejn u ma nħalluhx jaħdem fl-ispirtu u bil-għan li għalih waqqfu l-Gvern Nazzjonalista, ċioe' li jgħarbel u jferrex ir-riċerka u t-tagħlim, allura pajjiżna jkun tilef ħafna.", "Issa ta' min ifakkar x'kien għamel il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija ħalli nagħrfu l-importanza tiegħu fil-qafas nazzjonali.", "Biżżejjed wieħed isemmi li permezz tal-ħidma li saret mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija fl-1992 inbeda l-konċett tal-Vision 2000 bil-għan li pajjiżna jkun hub fl-oqsma tat-teknoloġija u tal-komunikazzjoni, u fl- 1996 kien ikkontribwixxa bis-sħiħ biex jiżviluppa dik il-viżjoni, li mbagħad wasslet għall-implimentazzjoni tat-teknoloġija ta' l-informatika fl- iskejjel primarji.", "Ta' min jgħid ukoll li dan il-kunsill għandu għanijiet importanti oħra u l-għan primarju huwa dak li nsejħulu \"institution building\", jiġifieri li jiżviluppa konċetti ta' istituzzjonijiet, iwaqqafhom u jagħmilhom istituzzjonijiet indipendenti bħalma ġara, per eżempju, fil-każ tal-kummissjoni nazzjonali għat-teknoloġija ta' l- informatika u ta' l-istitut tat-teknoloġija ta' l-enerġija li jinsab ġewwa Marsaxlokk.", "Fil-fatt f'dik il-ġimgħa li kienet dedikata lix-xjenza u t- teknoloġija, aħna morna nżuru dan l-istitut u hemmhekk stajna naraw personalment kemm isir studju u riċerka f'dan il-post u kemm huwa tajjeb li kieku lil dan l-istitut inħalluh jipparteċipa iktar.", "Il-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija kellu proġetti oħrajn fil-pipeline wkoll, fosthom għall-mużew ta' Bighi, għan-national marine centre u għal-laboratorju u meta wieħed jara dan kollu jirrealizza kemm pajjiżna ma jistax jitlef struttura bħal din.", "Sur President, dan il-kunsill għandu bord li jiltaqa' darba jew darbtejn fix-xahar biex wara li jagħmel id-dibattiti li jkun hemm bżonn, imbagħad dan jgħaddi xi briefs lill-fondazzjoni li għandha l-uffiċċju tagħha l-Belt u wara joħolqu ċerti strutturi bejniethom.", "Issa hawn ta' min jgħid li dan l-uffiċċju li jinsab ġewwa l-Belt jaħdem b'diversi networks fosthom, per eżempju, bil-bio-diversity networks, bil-marine and costal resources network u bl-industry network, imma sfortunatament xi wħud minn dawn in- networks m'humiex qed jaħdmu u dan huwa fatt li jkollna naċċettawh.", "Biżżejjed wieħed isemmi li minkejja li hemm networks li għal din is-sena ġew allokati Lm5,000 ħalli jkunu jistgħu jwettqu l-programmi u jittieħdu l- inizjattivi li hemm bżonn, sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena kien għadu ma ntnefaq xejn minn dan l-ammont u l-industry network, li suppost ikejjel it-teknoloġija li hemm fl-industrija u jagħmel database dwarha, nefaq biss Lm35.", "Jiġifieri minn hawn wieħed jinduna kemm jista' jsir xogħol li għadu mhux qiegħed isir.", "Network li lili mpressjonani ħafna kien il-marine and costal resources network, fejn in-nies, li jaħdmu f'dan in-network setgħu jallaċjaw ma' industrija eżistenti, marru d-dockyard, raw kif jista' jsir grit blasting alternattiv u għamlu ħafna xogħol utli ieħor bħal dan.", "Minn dan li qed ngħid wieħed jista' jinduna kemm jistgħu jsiru affarijiet mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija kieku kellna nagħrfu nużawh tajjeb, pero' mal-medda taż-żmien dan il-kunsill tilef ħafna għax f'dan il-każ il- problema m'hijiex biss il-budget imma hija wkoll li hemmhekk irid ikun hemm xi ħadd li fid-dawl tal-viżjoni tagħna jirresponsabbilizza lil ħaddiema ta' dan il-kunsill biex jaħdmu.", "Sur President, kif spjegajt l-ewwel, proġett ieħor li kellu f'moħħu li jagħmel il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija kien jirrigwarda Ta' Bighi, pero' milli jidher il-Gvern Laburista m'għarafx ir-raġuni għaliex huwa importanti li dan il-proġett isir u għażel li jitlaq il-mużew tax- xjenza u teknoloġija għal rieħu u minflok jagħti priorita' liċ-ċentru tar- restawr, u dan minkejja li f'Ta' Bighi hemm ħafna bini u jien naħseb li hemm spazju kemm għaċ-ċentru tar-restawr kif ukoll għall-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija.", "F'dawn il-ġranet se nerġgħu nappuntaw lil dan il- kunsill u għalhekk ikun tajjeb jekk nerġgħu naraw għalfejn twaqqaf kif ukoll infakkruh u ngħaddulu ċerti briefs.", "Fis-snin li ġejjin dan il- kunsill għandu jara li jaħdem fuq politika għal enerġija, ifassal pjan għall-użu integrat tar-riżorsi u jgħolli l-livell tat-teknoloġija fl- industrija, ħalli b'hekk inkunu qed nagħtu ċerta importanza lil dan is- settur u fl-aħħar jirnexxielna nagħtu qabża 'l quddiem lil pajjiżna permezz ta' teknoloġija li tant hija bżonnjuża.", "Sur President, l-Onor.", "Dolores Cristina, fost affarijiet oħra tkellmet ukoll fuq l-edukazzjoni post-sekondarja.", "Jien ukoll intlabt biex niffoka fuq dan is-settur u fil-fatt sal-ġimgħa l-oħra stess niedejna steering committee biex iwaqqaf istitut għall-arti, għat-teknoloġija u għax-xjenza applikata.", "Madanakollu rrid nammetti li l-proċess mhux jien bdejtu imma ilu li nbeda minn żmien il-Perit Michael Falzon.", "Biex inkun eżatt, dak iż- żmien l-ex-Ministru Falzon kien jitkellem fuq kulleġġ vokazzjonali u kien wasal biex għamel discussion paper, waqqaf steering committees u working groups u kien anke ħaseb għal xi proġetti.", "L-Onor.", "Bartolo meta kien ministru kien għamel white paper ukoll fuq dan is-settur, pero' mbagħad ix- xogħol kien waqaf hemmhekk u għalhekk hemm bżonn li issa nerġgħu nibdew fejn ħallejna billi nħarsu lejn iż-żewġ papers li kienu ħarġu, naraw x'inhi l-viżjoni tagħna u mbagħad inħarsu lejn l-istrutturi differenti li rridu nwaqqfu.", "Ta' min jgħid li f'wieħed mill-isteering committees li kien waqqaf l-ex- Ministru Falzon għandna ħames working groups u wieħed minn dawn il-working groups huwa responsabbli miċ-ċertifikazzjoni u mill-kurrikulu.", "F'dan il- qasam iċ-ċertifikazzjoni hija issue importanti imma rridu nammettu li għad hemm ċertu taħwid.", "Per eżempju, min għandu joħroġ iċ-ċertifikati, l- istitut post-sekondarju li qed nitkellmu fuqu, il-kulleġġ vokazzjonali jew l-ETC?", "Għax meta saret legal notice li tgħid li l-ETC tista' toħroġ iċ- ċertifikati kien hemm ċertu resentment min-naħa tad-dipartiment ta' l- edukazzjoni fuq din il-ħaġa u għalhekk huwa importanti li l-ETC tkun waħda mill-players fit-tfassil ta' dan l-istitut.", "Imbagħad hemm affarijiet oħra li rridu niċċaraw, bħal per eżempju, il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema jew inkella x'forma ta' istitut se jkollna.", "Ta' min jgħid li se jitwaqqaf working group biex iħares lejn dan il-qasam u se jitwaqqaf working group ieħor biex iħares lejn l-aspett fiżiku, lejn il-bini, għax illum għandna madwar 4,000 student li qed jattendu s-settur post-sekondarju u għalhekk żgur li trid issir espansjoni.", "Fil-fatt meta jien żort il-Corradino complex stajt nara kemm hemm bżonn żvilupp f'dan il-qasam u għalhekk irridu nistudjaw mill-iktar fis possibbli kif nistgħu nkunu sħab mas-setturi ta' l-industrija u tal-kummerċ, għax is- settur ta' l-edukazzjoni bilfors irid jaħdem bi sħab.", "Illum ħafna pajjiżi għandhom żewġ toroq ta' kif jista' jkollhom further education mentri aħna għandna triq waħda biss u għalhekk irridu naħdmu għax, bla ebda dubju, pajjiżna ma jistax jibqa' bi triq waħda.", "L-istitut li se nwaqqfu jrid ikollu biżżejjed prestiġju biex dawk li jagħżlu din it-triq ma jħossuhomx li qed jieħdu xi ħaġa inqas mill-universita' imma jrid ikun hemm parity of esteem.", "Qasam ieħor li jien responsabbli minnu u li wkoll se niffoka fuqu huwa l- isport, Sur President.", "Kull min b'xi mod jew ieħor huwa nvolut fl-isport żgur li jaf kemm dan il-qasam iħaddan fih għaqdiet volontarji, u din hija xi ħaġa sabiħa ħafna għax bla ma trid tirrealizza kemm hemm nies li x- xogħol li jagħmlu matul il-ġurnata kważi kważi huwa sekondarju filwaqt li l- iktar ħaġa primarja f'ħajjithom huwa l-qasam ta' l-isport.", "Bla ebda dubju, il-gvern għandu jagħti s-support kollu tiegħu lill-għaqdiet volontarji u bħalma jaf kulħadd, jeżistu diversi mezzi kif aħna nistgħu nagħtu s-support tagħna lill-isport.", "Per eżempju, hemm l-iskola sport li għamel riferenza għaliha anke l-Onor.", "Carmelo Abela.", "Irridu nifhmu li s-settur ta' l-isport qed jikber ħafna u din is-sena aħna komplejna nwessgħulu l-iskop tiegħu u wżajna wkoll diversi faċilitajiet ġodda, bħar-Razzett tal-Ħbiberija.", "Naturalment, wieħed ma jistax isemmi l-qasam ta' l-isport mingħajr ma jsemmi n-nuqqasijiet li jeżistu f'dan il-qasam.", "Per eżempju, f'Għawdex l-iskola sport ma teżistix u għalhekk aħna morna Għawdex u tkellimna mal-ministru għal Għawdex biex niżviluppaw din l- iskola.", "Ta' min isemmi wkoll in-nuqqasijiet li jeżistu fl-iskola sport, partikolarment fejn hemm involuti żgħażagħ li għandhom minn 16-il sena 'l fuq, u fil-fatt aħna qed naraw kif nistgħu ndaħħlu ċerti programmi għaż- żgħażagħ ta' din l-eta' wkoll..", "Aħna waqqafna wkoll swimming promotion unit u qed naħdmu ma' ħafna oqsma li jeżistu, bħall-athletics association, sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu grading lit-tfal li jattendu.", "Sur President, jien lill-Gvern Laburista nikkritikah minħabba li ma żviluppax biżżejjed il-faċilitajiet li kienu jeżistu.", "L-Onor.", "Abela ikkritika l-fatt li n-nefqa għall-isport din is-sena hija inqas.", "Veru li din is-sena n-nefqa hija inqas għax tammonta biss għal Lm110,000, kif jidher fil-budget, pero' ta' min jgħid li l-flus li ġew allokati s-sena l- oħra, li xi Lm100,000 minnhom suppost kellhom imorru għall-Kunsill Malti għall-Isport biex ikun jista' jiżviluppa l-faċilitajiet tiegħu baqgħu ma ntnefqux u l-finanzi kienu spiċċaw biex itteħdulhom, pero' wara li laqgħa li kelli mal-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "John Dalli, rnexxielna nilħqu ftehim biex nibdew ningħataw xi fondi mil-lotterija scratch and win u jekk jirnexxielna noħolqu l-proġetti neċessarji - għax mhux biss trid tfassal imma trid ukoll toħroġ tenders, tiġġudikahom u tibda tibni - huwa lest li jallokkalna d-differenza mill-vot tas-sena l-oħra, jiġifieri jagħtina Lm140,000 oħra.", "Għalhekk mhux veru li l-vot ta' l-isport naqas, anzi kif għidt diġa' jekk jirnexxielna noħolqu l-proġetti neċessarji l-vot jibqa' bħas-sena li għaddiet.", "Issa se ngħaddi għal settur ieħor li jien responsabbli għalih, dak taż-żgħażagħ.", "Sur President, minkejja l-cliche' li ngħidu li ż-żgħażagħ huma l-futur t'għada, ħadd ma jista' jinnega l-fatt li l-ammont ta' flus ivvotati għal dan is-settur huwa wieħed minimu, huwa ta' Lm71,000, u mbagħad għandna Lm6,000 oħra li jingħataw lill-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ - il- kunsill dawn irid jużahom għal youth exchanges, għal żjarat kulturali, għal għajnuna lill-għaqdiet, għal jum iż-żgħażagħ u għal ħafna affarijiet oħra - u sfortunatament aħna mhux talli ma ħadniex in-nuqqas ta' fondi bħala sfida biex inkomplu niżviluppaw proġetti oħrajn imma talli lanqas biss komplejna nagħmlu dak li konna qed nagħmlu.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi li din is-sena lanqas biss iġġedded il-kuntratt ma' l-APS Bank għal youth specialisation studies biex il-gvern ikun jista' jissussidja l-imgħaxijiet għal dawk iż-żgħażagħ li jkunu jridu jkomplu jistudjaw u fil-fatt nista' nħabbar minn hawnhekk stess li fil-ġranet li ġejjin se naslu fi ftehim ma' l-APS Bank dwar dan.", "L-istess nistgħu ngħidu dwar il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ għax sfortunatament ma ħareġ xejn mill-konferenza li kienet saret fid-9 ta' Mejju li għadda fuq dan il-qasam u x-xogħol donnu waqaf ħesrem.", "Fil-fatt anke hawnhekk, jien tkellimt mal-Kunsill Nazzjonali għaż- Żgħażagħ, tajthom target date biex nipprovaw nagħmlu konferenza oħra għall- ħabta ta' Marzu u issa nispera li jżommu din it-target date.", "Sur President, aħna obbligati li f'dan il-qasam niżviluppaw diversi inizjattivi biex inkunu nistgħu nsaħħu l-volontarjat li fil-passat kien jagħti kontribut kbir permezz ta' l-għaqdiet tal-lokal.", "Fil-fatt dawn l- għaqdiet kienu jagħtu formazzjoni lil ħafna żgħażagħ u tkun verament ħasra jekk inħallu lill-għaqdiet taż-żgħażagħ tal-lokal imutu mewta naturali anzi huwa obbligu tagħna li dawn l-għaqdiet inħarsuhom.", "Uħud minn dawn l- għaqdiet qegħdin jispikkaw, bħal per eżempju l-Moviment Kerygma, li din is- sena rebaħ il-Commonwealth youth award scheme, wara li ġie nnominat mid- dipartiment taż-żgħażagħ għall-attivita' tiegħu li b'sens ta' solidarjeta' jiġbor ammont konsiderevoli ta' flus għad-Dar tal-Provvidenza.", "Pero' hawnhekk ta' min jenfasizza l-fatt li din m'hijiex l-unika attivita' li jagħmel il-Moviment Kerygma.", "Per eżempju, kull sena x-shooting range ta' Ħal Qormi jorganizza ammont ta' sparaturi u jirnexxielu jiġbor xi Lm4,000, li jmorru ma' dawk il-flus li jkun qed jiġbor il-Moviment Kerygma biex proprju juru solidarjeta' fl-isport, u għalhekk jien naħseb li kien xieraq li dan il-moviment jirbaħ dan l-award.", "Hemm bżonn li anke fil-qasam taż-żgħażagħ isir dan in-network ta' attivitajiet li jseħħu minn sorsi differenti.", "Il-Moviment Kerygma, permezz ta' għaqda ta' karita' bħalma hija d-Dar tal-Provvidenza, kif ukoll ma' diversi għaqdiet sportivi oħra, rnexxielha tiġġenera attivita' li għaż- żgħażagħ kważi ssir dik l-alternative leisure li tant nitkellmu fuqha.", "Madanakollu l-għaqdiet taż-żgħażagħ tal-lokal ma tgħinhomx biss billi tagħtihom xi premju jew għotja 'l hawn u 'l hinn imma trid tgħinhom ukoll billi taħdem magħhom u tagħtihom is-support kollu li jeħtieġu.", "L-Onor.", "Abela kkwota xi ħaġa li kont għidt jien waqt li kont qed nitkellem fil-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri li rridu nibdew naraw kif se nħaddmu u nużaw ir-riżorsi ta' dawk il-gradwati li spiċċaw jew li se jispiċċaw mill-universita'.", "Imma dakinhar jien ma kontx qed ngħid li dawn il-gradwati huma qegħda - fil-fatt jien stess kont iltqajt ma' dawn il-gradwati f'dan il-parlament u sibt li llum dawn iż- żgħażagħ kollha qed jaħdmu - għax ħafna minnhom qed jaħdmu f'setturi li m'humiex involuti direttament maż-żgħażagħ; hemm min huwa mpjegat mas- Sedqa, hemm min hu teacher imma ftit huma dawk li qed jaħdmu fil-qasam taż- żgħażagħ direttament.", "Huwa ħażin ħafna jekk f'dan il-pajjiż ikollna kors li jtul ħames snin, ngħidu li huwa validu u mbagħad ma noffrux spazju fejn dawn l-istudenti jibdew jipprattikaw dak li jkunu tgħallmu.", "Għalhekk jien qed nitkellem ma' dawn in-nies ħalli naraw kif nistgħu naħdmu flimkien.", "Per eżempju, jien ħajjarthom biex jagħtuni l-veduti tagħhom fuq il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ li għandna, għax wara kollox huma l-esperti u mhux jien.", "Ta' min jgħid ukoll li aħna wasalna biex saħansitra ninnominaw waħda minn dawn il-gradwati fuq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ħalli jkollna ċertu expertise fuq dan il-kunsill.", "Sur President, jien ngħid li l-programmi u l-inizjattivi biex l-oqsma taż- żgħażagħ ikunu jistgħu jsibu r-raison d'être tagħhom diġa' jeżistu u li hemm bżonn huwa li jsir ċertu networking.", "Per eżempju, għalfejn m'hawnx għaqdiet lokali taż-żgħażagħ li jieħdu sehem fil-president's award?", "Għalfejn għandha tkun biss skola li taħdem fuq il-president's award?", "Ngħidu aħna, għaliex l-għaqdiet li jieħdu ħsieb ir-restawr, bħal Din l-Art Ħelwa u Wirt Artna, ma jipparteċipawx f'dawn it-tip t'attivitajiet?", "Għax forsi llum il-ġurnata ż-żagħżugħ m'għadux jispirah dak il-youth centre li jagħmel folk mass darba fix-xahar u jrid xi ħaġa differenti.", "Xi ħadd staqsieni għaliex ma teżistix kompetizzjoni bejn l-għaqdiet lokali.", "Jien naħseb li jekk jirnexxielna noħolqu dawn it-tip ta' inizjattivi u jirnexxielna nagħtu lil dawn l-għaqdiet lokali taż-żgħażagħ, li tant kienu taw formazzjoni lil eluf ta' żgħażagħ, a new lease of life, inkunu għamilna pass pożittiv.", "Sur President, illum il-qasam taż-żgħażagħ qed jissemma ħafna fil-kontest tar-rave parties u l-Onor.", "Abela staqsa għaliex il-Kunsill Nazzjonali taż- Żgħażagħ ma daħalx daqshekk fid-diskussjonijiet dwar ir-rave parties.", "Fil- fatt jien għamilt din il-mistoqsija lili nnifsi wkoll, pero' nixtieq li ma nkunux preokkupati żżejjed b'dawn il-problemi għax ir-rave parties x'aktarx li huwa fenomenu li għandu t-terminu u jispiċċa - sentejn ilu kellna s-sin parties, issa għandna r-rave parties u sena oħra se jkollna xi ħaġa oħra - jiġifieri aħna rridu nippreparaw l-istrutturi tagħna b'mod li jkunu jħarsu ftit iktar fil-bogħod.", "Dan huwa d-dover tagħna, li nagħtu s-support kollu tagħna lill-inizjattivi li jittieħdu f'dan il-qasam.", "F'dawn l-aħħar xhur tal-millennju aħna għandna r-responsabbilta' li nkunu proattivi fil-qasam taż-żgħażagħ għax dan il-qasam żgur li se jkun qed iħares b'inizjattiva, b'aspettattiva u b'ottimiżmu lejn dan it-tibdil ta' era ġdida.", "Meta aħna, bħala ministeru, bdejna naraw x'qed jippreparaw il-pajjiżi barranin għaċ-ċelebrazzjoni tal-bidu tal-millennju stajna ninnotaw li l- ingredjenti prinċipali ta' dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huma l-oqsma taż- żgħażagħ, ta' l-isport u tat-teknoloġija u għalhekk jien mill-ewwel tlabt lill-ministru biex fuq il-kumitat li se jiġi mwaqqaf proprjament għall- attivitajiet li se jsiru biex niċċelebraw il-millennju l-ġdid ikun hemm rappreżentant dirett ta' dawn l-oqsma.", "Fil-fatt il-ministru mal-ewwel aċċetta t-talba tiegħi u naħseb li f'dawn il-ġranet se jħabbar min se jkunu l-membri ta' dan il-bord.", "Bħalma għidt diġa', l-iktar ħaġa importanti huwa li nagħrfu ninkwadraw ir-riżorsi kollha tagħna ħalli nkunu nistgħu mmexxu dawn l-oqsma 'l quddiem u fil-fatt dan jissemma anke fid-Diskors tal- President.", "L-Onor.", "Abela qal li fid-Diskors tal-President ma jissemma xejn dwar iż-żgħażagħ imma fil-fatt jissemma ħafna.", "Anzi dan id-diskors jinkwadra l-viżjoni kollha ta' kif ir-riżorsi ta' l-iskejjel, ir-riżorsi ta' l-isport, ir-riżorsi ta' l-għaqdiet, ir-riżorsi tal-libreriji u r- riżorsi tal-mużewijiet jistgħu jikkontribwixxu biex ikun jista' jkollna programm sħiħ t'alternattivi dwar x'jistgħu jagħmlu ż-żgħażagħ fil-ħin liberu tagħhom u aħna rridu naħdmu fuq din il-viżjoni.", "Sur President, forsi hawn min jikkritika li l-gvern ma nefaqx biżżejjed flus jew li ma żiedx in-nefqa fil-qasam tal-mużewijiet, pero' jeżistu diversi opportunitajiet fejn aħna nkunu nistgħu nsibu sorsi ġodda ta' kif nistgħu nżidu n-nefqa f'dawn l-oqsma.", "Jekk jirnexxielna noħolqu din il- viżjoni fl-oqsma li semmejt, anke billi nidħlu sħab mal-privat - għax hawn setturi privati li jridu jiżviluppaw u jidħlu sħab magħna - inkunu wasalna biex immexxu lil dawn is-setturi pass kbir 'il quddiem u jekk jirnexxielna nieħdu l-inizjattivi, kemm permezz ta' ċelebrazzjonijiet, kif ukoll permezz ta' programm li fih jinħolqu strutturi li jħallu effett mhux biss fiċ- ċelebrazzjonijiet tal-millennju imma anke fil-mod ta' kif id-dipartiment taż-żgħażagħ u d-dipartiment ta' l-isport ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' dan is-settur, naħseb li nkunu tajna l-isbaħ rigal li ż- żgħażagħ jistgħu jingħataw fil-bidu tal-millennju l-ġdid.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, dan il- qasam tant fih xogħol li ma jistax jistenna, li meta tkun involut fih kull ġurnata taraha qasira wisq.", "Pero' ma nixtieqx nibda nagħmel il-kummenti tiegħi fuq dan il-qasam qabel ma l-ewwelnett ngħaddi vot ta' ħajr u ta' apprezzament lil dawk kollha li tul din is-sena ħadmu b'impenn, b'rieda tajba u b'effikaċja ma' wliedna u maż-żgħażagħ tagħna, fosthom lill- għalliema kollha ta' kull kategorija, kemm dawk li jgħallmu fl-iskejjel pubbliċi, kemm dawk li jgħallmu fl-iskejjel privati, kemm dawk li jgħallmu fl-Universita' kif ukoll lil dawk li jgħallmu fl-istituzzjonijiet, lill- kapijiet ta' dawn l-iskejjel, lill-professuri, lil-lecturers, lill- kindergarten assistants u lill-facilitators.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha li b'xi mod appoġġjaw il-ħtieġa li tinżamm l-indafa, li ssir il-manutenzjoni neċessarja u li jkun hemm amministrazzjoni tajba.", "Hawnhekk jien irrid nuri l-apprezzament tiegħi wkoll lill-ogħla uffiċjali li hemm fid-diviżjoni, fid-dipartimenti u fl-universita', liema uffiċjali mhux biss ħadmu tul s-sena kollha li qegħdin fiha imma anke għenu b'mod tajjeb it-transizzjoni li kienet sfurzata fuqna bil-bidla li kien hemm fil-gvern din is-sena.", "Kelma ta' ħajr għandha tmur ukoll lil dawk kollha li servew f'xi kummissjonijiet, kumitati u fil-boards, kif ukoll lil dawk il-ġenituri u l-għalliema li qed jaqdu funzjoni ta' importanza kbira fil-kunsilli ta' l-iskejjel.", "Minn hawn irrid nirringrazzja wkoll lill-għaqdiet tal-ħaddiema u lill- unions, u kelma speċjali għandha tmur lill-Malta Union of Teachers, li f'dan il-kamp għandha rwol ta' responsabbilta' mill-iktar importanti, pero' rrid nirringrazzja wkoll lill-Unjoni Ħaddiema Magħqudin, lill-General Workers' Union, lill-union ta' l-għalliema ta' l-universita' u tal-junior college.", "Jien irrid ngħid \"grazzi\" lil dawn kollha għax mingħajr il- kollaborazzjoni tagħhom l-ebda ħidma ma tkun possibbli f'dan il-kamp.", "Ringrazzjament ieħor imur għall-Oppożizzjoni Laburista, mhux biss għall- kontribut tagħha fis-seduta ta' llum imma wkoll għax l-ewwelnett l- oppożizzjoni għandha sehem mil-ħidma li saret tul din is-sena kif ukoll minħabba li din għandha rwol mill-iktar importanti fit-tmexxija tal-kamp edukattiv, bħalma għandha rwol mill-iktar importanti wkoll fit-tmexxija ta' l-oqsma l-oħrajn kollha.", "Meta sentejn ilu jien ġejt fdat biex insegwi d- dikasteru ta' l-edukazzjoni ħassejt li kelli nieħu deċiżjoni, u d-deċiżjoni li ħadt dakinhar kienet li bħala membru ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kelli nagħmel il-kritika tiegħi b'mod sinċier, b'mod ġenwin, b'mod kostruttiv u b'mod li ngħin ħalli jitwessa' l-appoġġ u l-consensus fuq qasam li għandu l-ikbar importanza għal pajjiżna.", "Jien nemmen li dik id- deċiżjoni wettaqtha pero', kif jgħidu, it takes two to tango, u dik id- deċiżjoni ma stajtx inwettaqha li kieku l-ex-Ministru Bartolo ma ddeċidiex hu wkoll li jadotta mal-ewwel atteġġament politiku u strateġija li kellha l- istess skopijiet, jiġifieri li fejn jidħol il-qasam ta' l-edukazzjoni m'għandniex niċċajtaw iktar bil-partiġjaniżmu, u li f'dan il-qasam hemm bżonn li wieħed iwessa' kemm jista' jkun l-ispazju ta' appoġġ u ta' consensus għax dak hu li kien jitlob mingħandna l-ġid komuni u l-interess nazzjonali.", "Fil-fatt jien mhux biss apprezzajt il-kritika li saret f'din is-seduta imma qed inħares bil-ħerqa lejn il-ġimgħat u lejn ix-xhur li ġejjin għal kollaborazzjoni kostruttiva min-naħa ta' l-oppożizzjoni għax nemmen li din in-naħa la tista' tasal weħidha u lanqas għandha d-don ta' l- infallibbilta'.", "Din in-naħa għadha qed titgħallem u għalhekk nemmen li f'dan il-kamp għandhom ikunu l-gvern u l-oppożizzjoni flimkien li jagħtu messaġġi importanti lis-soċjeta' tagħna.", "Sur President, il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Bartolo beda d-diskors tiegħu billi poġġa sebgħu fuq ir-riżors li huwa meħtieġ biex inwettqu l-iżvilupp li hemm bżonn fil-kamp edukattiv, billi għamel kummenti li jirrigwardaw il- qagħda finanzjarja ta' pajjiżna u l-limitazzjonijiet kbar li jeżistu fuq il- pajjiż meta l-gvern jiġi biex jiddedika l-finanzi meħtieġa fl-oqsma differenti, fosthom fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Jien naqbel li f'pajjiżna għandna l-mentalita' li nżommu r-rota ddur, li nipprovaw inżommu l-preżent għaddej bl-impetus u bir-ritmu tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu u ftit li xejn għandna l-kapaċita' u forsi r-riżorsi li nħarsu lejn il-futur u nħejju ruħna għal dawn l-isfidi u opportunitajiet.", "Filwaqt li huwa veru li s- sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi li għaddej minnha pajjiżna hija waħda prekarja u timponi ċerti diffikultajiet biex aħna nkunu nistgħu nħejju lil pajijżna għas-seklu l-ġdid, jien nemmen li jekk m'aħniex se niffaċċjaw din is-sitwazzjoni prekarja flimkien se jbati l-poplu kollu.", "Hawnhekk irrid nirrimarka li f'din il-kwestjoni aħna l-klassi politika għandna responsabbilta' speċjali għaliex huwa minn għandna li l-poplu jistenna sens ta' tmexxija, sens ta' direzzjoni u sens ta' leadership.", "Jekk il-klassi politika m'hijiex se tkun kapaċi li f'din is-sitwazzjoni finanzjarja, li għandha elementi ta' tħassib ta' livell nazzjonali, tingħaqad biex twettaq strateġija għal din is-sitwazzjoni, imbagħad se jkun iktar diffiċli li s- sidien, il-unions u l-bqija tal-poplu jsegwu d-direzzjoni meħtieġa.", "Sur President, jien m'ilnix xi sena biss fil-qasam politiku imma ormai dalwaqt nagħlaq 30 sena u naf tajjeb li normalment kull meta partit ikun fl- oppożizzjoni jkollu t-tendenza li jsib fil-gvern tal-ġurnata kull kritika immaġinabbli u kull meta partit ikun fil-gvern irid jara kif se jġannat u kif se jiffaċċja dik is-sitwazzjoni.", "Fil-fatt kemm ili mdaħħal fil-qasam politiku dejjem ħassejtni qed ngħix ġo ċirku vizzjuż, fejn dejjem inkunu qed niffaċċjaw l-istess sensiela ta' problemi u ta' proposti u, minkejja li suppost nafu x'inhuma l-bżonnijiet tagħna u f'liema direzzjonijiet suppost immorru, urejna inkapaċita' sħiħa biex niftehmu ħalli nimxu f'dawn id- direzzjonijiet flimkien.", "Pajjiżna għandu sens ta' direzzjoni partikolari.", "Il-problemi li qed niffaċċjaw għandhom sens ta' direzzjoni partikolari.", "Direzzjoni waħda biss teżisti.", "Ma teżistix id-direzzjoni tal-Partit Nazzjonalista u d-direzzjoni tal-Partit Laburista.", "Jekk il-Partit Nazzjonalista jaqbad direzzjoni u l-Partit Laburista jaqbad direzzjoni oħra nkunu qed niġbdu ħabel minn żewġt itruf u għalhekk minflok ma nkunu qed insaħħu l-ħabel li aħna niddependu fuqu nkunu qed inżarrtuh.", "Sur President, meta wieħed jiġi biex jiffaċċja l-kwestjoni tas- sitwazzjoni finanzjarja għandu jsib il-kuraġġ li jitgħallem mill-passat.", "Ċertament ma nistgħux nibqgħu nitkellmu biss fuq kemm is-sitwazzjoni hija prekarja mingħajr ma xi ħadd jieħu r-responsabbilta' li jieħu l-passi meħtieġa imma b'xi mod irridu naslu biex ikollna patt soċjali ġdid.", "L- Onor. Bartolo tkellem fuq il-bżonn ta' koalizzjoni nazzjonali fil-kamp ta' l-edukazzjoni.", "Aħna li qegħdin nittrattaw il-qasam ta' l-edukazzjoni għandna d-dmir li nedukaw lill-poplu u ngħallmuh li din il-koalizzjoni nazzjonali m'hijiex meħtieġa biss għall-qasam ta' l-edukazzjoni imma għandna bżonn koalizzjoni nazzjonali, patt soċjali ġdid, li jrid jasal anke fuq temi li huma ta' vitalita' għal pajjiżna - bħal, ngħidu aħna, it-tema tal-finanzi pubbliċi, it-tema tas-sigurta' ta' pajjiżna, it-tema tal- politika barranija u t-tema ta' oqsma strateġiċi - jekk lis-soċjeta' tagħna rridu narawha b'saħħitha fis-seklu l-ġdid, kif jeħtiġilha li tkun jekk trid tiffaċċja dawk l-isfidi u l-opportunitajiet li għandu pajjiżna.", "Jien naħseb li aħna, li nifformaw parti mill-klassi politika, għandna nipprovaw nirriflettu fuq dan id-diskors u jekk jista' jkun anke niddiskutuh bejnietna ħalli nipprovaw noħolqu kuxjenza dwaru.", "Jekk ma nagħmlux hekk wisq nibża' li nitilfu d-dritt morali li nippriedkaw fuq x'inhuma l- bżonnijiet u fuq is-sagrifiċċji u l-miżuri li hemm bżonn nagħmlu.", "Sur President, meta ftit taż-żmien ilu konna fl-oppożizzjoni u l-Partit Laburista kien għadu fil-bidu ta' l-esperjenza tiegħu fil-gvern, jien kemm- il darba għidt u ktibt pubblikament li xtaqt li nibdew nieħdu din il-linja imma sfortunatament inqalgħu ċirkostanzi - issa jien m'iniex se noqgħod insemmi dawn l-affarijiet biex nanalizza ta' min hu t-tort - li minħabba fihom ma kienx hawn response biżżejjed biex dan iseħħ.", "Jien dejjem ngħid li it takes two to tango - u daqskemm biex l-affarijiet isiru tajjeb it takes two, daqstant ieħor biex l-affarijiet isiru żbaljati it takes two - imma xi darba rridu noħorġu minn dan iċ-ċirku vizzjuż u jekk ma noħorġux minnu nkunu qegħdin nipperikolaw il-futur tal-ġenerazzjonijiet ta' llum u wisq iktar tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Sur President, ix-xogħol li se jsir is-sena d-dieħla, jiġifieri fl-1999, mhux biss irid ikun xogħol ta' tkomplija ta' inizjattivi li jinsabu għaddejjin fil-qasam edukattiv u kulturali imma jrid ikun ukoll ħidma ta' konsolidazzjoni u ta' ristrutturar.", "Fil-fehma tiegħi l-organizzazzjonijiet pubbliċi li bihom qed niffaċċjaw il-problemi u li permezz tagħhom qed noffru s-servizzi m'humiex adegwati u għalhekk jien inħoss li linja importanti li s-sena d-dieħla rridu naħdmu fuqha hija li nagħtu ħarsa tajba mill-ġdid lejn is-settur kollu li jaqa' taħt dan id-dikasteru.", "Jien inħoss li f'dan id-dikasteru, li huwa magħmul mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u minn numru ta' dipartimenti oħrajn - fosthom minn dak taż-żgħażagħ, ta' l- isport, tal-kultura, tal-mużewijiet, tal-libreriji u l-arkivji u l- universita' - m'hemmx networking tajjeb u m'hemmx dik in-nisġa li l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Bartolo jsejħilha \"team building\".", "Ħalli nieħu l-qasam ta' l-isport li tkellem fuqu l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "Għalkemm id-dipartiment ta' l-isport għandu ċerti possibbiltajiet, għandu ċertu know- how u għandu ċerti fondi, dan dejjem jara kif jista' jgħin lill-għaqdiet sportivi, kif se jgħaddilhom il-faċilitajiet li għandhom bżonn u kif se jgħin lin-nurseries tagħhom u huwa verament rari - jew qatt - biex tħares lejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, minkejja li hemm għandu l-ikbar catchment ta' żgħażagħ u ta' tfal, minkejja li għandu l-ikbar nursery u minkejja li għandu faċilitajiet sportivi li għadhom ma ġewx żviluppati.", "L-istess nistgħu ngħidu għad-dipartiment taż-żgħażagħ.", "Dan id- dipartiment waqqaf kunsill taż-żgħażagħ, iħares lejn l-għaqdiet taż- żgħażagħ u mbagħad minkejja li jaf li biss biss għandu 8,000 żagħżugħ u żagħżugħa li qegħdin l-universita' m'huwiex qed iħares lejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Imbagħad xi ngħidu għad-dipartiment tal-libreriji u arkivji?", "Libreriji vojta!", "Imma għaliex jinsabu vojta meta għandna dawn l- eluf kollha ta' tfal u ta' żgħażagħ?", "Jew xi ngħidu għall-mużewijiet?", "U għaliex il-mużewijiet iżuruhom biss it-turisti u l-Maltin le?", "Għax għandna dipartiment tal-mużewijiet li jħares 'il barra.", "Jgħidu li Jannar huwa magħmul minn żewġt irjus, waħda tħares lejn naħa u l-oħra tħares lejn in- naħa l-oħra u għalhekk lill-ministeru tiegħi nistħajlu Jannar!", "Issa nispera li hekk kif Jannar huwa l-bidu tas-sena, hekk ukoll il-ministeru tiegħi jibda biex xi darba jsolvi din il-problema għax ma jagħmilx sens li minkejja li dan il-kamp għandu potenzjal inkredibbli, minkejja li fuqu nonfqu 12% ta' l-ispiża nazzjonali, jiġifieri Lm75 miljun fis-sena, u minkejja li kwart taċ-ċivil huwa mpjegat ma' dan il-ministeru għadna nbatu minn din id-diffikulta'.", "Għalhekk, Sur President, insostni li fl-1999 għandna naraw li jibda jsir dan in-networking bejn id-dipartimenti.", "Fil-fatt meta jien u l-Onor.", "Mugliett morna nżuru d-dipartimenti li jaqgħu taħtna lill-kapijiet tad-dipartimenti għidnielhom: Ma jistax ikun li meta għandna din il-missjoni hekk kbira li rridu nwettqu għaż-żgħażagħ tagħna, intom qegħdin sempliċement thewdnu kif se żżommu r-rota ddur fuq l- istess impetus, fuq l-istess direzzjoni, mingħajr ma tipprovaw tkellmu lil xulxin u tipprovaw tikkordinaw u toħolqu network bejnietkom.", "Huwa veru li l-Onor.", "Bartolo meta kien ministru kien jorganizza laqgħat bejn il-kapijiet tad-dipartimenti, pero' anke l-Perit Michael Falzon u l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici kienu jorganizzaw dawn il-laqgħat meta kienu responsabbli minn dan il-qasam.", "Għalhekk nemmen li s-sistema għandha tinbidel għax ma jistax ikun li l-kapijiet tad-dipartimenti jitkellmu bejniethom biss meta l- ministru jorganizza xi laqgħa.", "Jien naħseb li f'dan il-qasam hemm ċerti affarijiet li qed jostakolaw li jkun hemm dan in-networking bejn il- kapijiet tad-dipartimenti u li ssir riforma vera fil-qasam tas-servizz pubbliku.", "Fil-fatt jien ngħid - u dan jien ilni ngħidu - li għandna problema serja fil-qafas kostituzzjonali tas-servizz pubbliku u r- regolamentazzjoni legali u dettaljata xejn m'hija addattata għall- flessibbiltajiet u għall-opportunitajiet li s-sistemi tal-management jirrikjedu fis-sitwazzjoni li għandna quddiemna llum.", "Sur President, jien naħseb li waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu, u nixtieq li l-oppożizzjoni tipparteċipa f'dan il-proċess ta' diskussjoni u ta' tiswir, hija li naqbdu l-ministeru ta' l-edukazzjoni b'dak kollu li għandu ġo fih u naraw kif nistgħu nirristrutturawh.", "Aħna naħsbu li l- promozzjoni tal-kultura tista' ssir f'dipartiment tal-gvern?", "Jien personalment ma naħsibx.", "Aħna naħsbu li nistgħu nħarsu l-heritage inkredibbli li għandna, li jilħaq livell mondjali?", "Għax jien ma nafx f'liema pajjiż u f'liema biċċa tal-globu tad-dinja ssib fi ftit kilometri kwadri tant postijiet li għandhom daqstant heritage bħal, ngħidu aħna, Ħaġar Qim, l-Imnajdra, l-Ipoġew, it-Tarxien Temples, il-Belt Valletta u l- Ġgantija, kollha ddikjarati siti ta' world heritage.", "Allura kif naħsbu li nistgħu nħarsu dawn il-postijiet ta' daqstant valur billi jkollna dipartiment tal-mużewijiet li għandu acting director li ma nafx kemm ilu acting!", "U, per eżempju, fejn hi r-rabta bejn il-mużewijiet u l- Universita'?", "Għax din bilkemm teżisti.", "Bla ebda dubju, ma nistgħux inkomplu mexjin b'dan il-mod u l-missjoni tiegħi hija li l-ewwel u qabel kollox nattakka din il-problema u nipprova nġib ristrutturazzjoni ta' l- organizzazzjoni li tirrispondi għal dawn il-bżonnijiet.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-fondi.", "Sur President, m'hemmx dubju li hemm bżonn ta' iktar investiment u finanzi għall-qasam ta' l-edukazzjoni pero' l-ewwelnett irridu naraw x'jiflaħ il-pajjiż.", "Anke jekk stess il-pajjiż ikun jiflaħ għal dawn il- fondi kollha, irridu naraw jekk hemmx organizzazzjoni li kapaċi tassorbi u tiġġestixxi spiża ikbar għax meta wieħed jagħmel ċerti mistoqsijiet bħal, per eżempju, x'inhuma l-pjanijiet strateġiċi, kif qed jiġu pprijoritizzati l-affarijiet, għaliex qed jiġu pprijoritizzati b'dan il-mod u x'inhi l- informazzjoni bażika li suppost teżisti, jien nara li hemm ċerti diffikultajiet f'dan il-kamp.", "Fil-ftit żmien li ilna fil-gvern aħna rranġajna xi affarijiet - fosthom, per eżempju, żiedna l-voti għat- technician apprenticeship scheme, għall-extended skills training scheme u għal St. Patrick's School - pero' mbagħad hemm oqsma li għandhom ċerti problemi.", "Ma rridx intawwal fuq din il-kwestjoni pero' kulħadd jaf li twaqqfet kummissjoni fuq il-kwestjoni ta' l-istipendji - li jien b'ċertu sodisfazzjon ngħid li qiegħda taħdem b'serjeta' kbira - u fil-fatt din se tkun f'pożizzjoni li tagħtina rapport, li jien nispera li mhux biss iwassal biex jitjiebu l-istipendji għall-istudenti kollha u biex ikun hemm titjib fil-kondizzjonijiet ta' l-istudenti li qegħdin fil-kamp post-sekondarju, imma wkoll biex dan ir-rapport jagħti l-opportunita' lil din il-Kamra li mhux biss intejbu s-sitwazzjoni immedjata ta' llum imma wkoll biex inkunu nistgħu nibdew inpoġġu l-ġebel tal-pedamenti għall-futur.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-universita' - naturalment ma' l-universita' jien qed ninkudi wkoll il-junior college - għax jeħtieġ li din l- istituzzjoni tbiddel is-sistema li kienet miexja biha matul dawn l-aħħar snin.", "Ta' min isemmi l-fatt li l-funding ta' l-universita' ilu fuq l- istess livelli għal dawn l-aħħar erba' jew ħamsa u meta tibda sena din qatt ma tkun taf eżattament x'għandha għad-dispożizzjoni tagħha s-sena ta' wara.", "Is-sena li għaddiet, jiġifieri fl-1997, kienet saret proposta li mbagħad saret liġi u mbagħad daħlet fis-seħħ f'Lulju ta' l-1998, pero' naturalment il-gvern preċedenti ma kellux ċans jimplimentaha u għalhekk issa aħna għandna naraw li din il-liġi tibda tiġi mwettqa.", "Fil-fatt din il-proposta kienet tgħid li l-universita' għandha tibda tiġi funded billi l-gvern u l- universita' jagħmlu ftehim fuq il-bżonnijiet u r-rwolijiet li għandha din l- istituzzjoni sabiex tissodisfa l-bżonnijiet tal-pajjiż; u dan il-ftehim ma jkunx jorbot għal xi sena biss imma jkun jorbot għal perijodu ta' snin, ħalli b'hekk almenu l-universita' jkollha l-ispazju li fil-kwadru ta' dak il-ftehim tkun tista' tippjana u twettaq il-missjoni tagħha aħjar kif ukoll tilħaq l-aspirazzjonijiet illi huma maħsuba.", "Jien diġa' avżajt lill-Universita' li kmieni s-sena d-dieħla beħsiebni nibda proċess biex tinħoloq struttura nazzjonali li tagħti gwida lil din l- istituzzjoni.", "B'hekk din l-istuttura f'ċertu sens tkun isservi ta' buffer bejn il-gvern u l-universita' u tkun tista' tidħol f'negozjati ma' l- universita' biex jiġi stabilit il-budget.", "Jien jidhirli li fost it-terms of reference li għandu jkollha din l-istruttura hija li taċċerta ruħha dwar x'fehma jkollu l-gvern tal-ġurnata fuq il-bżonnijiet tal-pajjiż, fil-kwadru ta' l-edukazzjoni għolja, u dwar x'inhuma l-aspirazzjonijiet tad-diversi setturi li għandna f'dan il-qasam.", "Din l-istruttura għandha tibda tirċievi wkoll submissions mill-universita' u minn istituzzjonijiet ta' livell terzjarju ieħor bħal, ngħidu aħna, mill-istitut li se jkun responsabbli mill-arti, mix-xjenza applikata u mit-teknoloġija - li qed jaħdem fuqu sieħbi l-Onor.", "Mugliett - ħalli jkunu jistgħu jiġu analizzati u kkonsidrati ċerti pjanijiet fid-dawl tal-bżonnijiet li jara l-gvern tal-ġurnata, fid- dawl tal-fondi li jkun hemm għad-dispożizzjoni tal-pajjiż u fid-dawl tal- kontijiet ta' l-universita', ħalli mbagħad ikun jista' jinġieb dan kollu flimkien mal-ftehim li jkun sar wara d-diskussjonijiet li jkunu saru fil- qasam ta' l-edukazzjoni meta niġu biex nagħmlu dibattitu fuq dan il-qasam fil-parlament.", "Il-vot kapitali li għandna quddiemna llum għall-kamp ta' l-edukazzjoni jammonta għal iktar minn Lm9 miljun, li iktar minn 10% minnhom se jmorru għall-kostruzzjoni u għal xogħol ta' adattament f'diversi skejjel governattivi.", "Fil-fatt ċertu xogħol fl-iskejjel diġa' nbeda, u hawn nistgħu nsemmu l-iskejjel tal-Mellieħa, ta' San Pawl il-Baħar, taż-Żejtun, ta' Ħ'Attard, tax-Xgħajra , ta' Ħal Għaxaq, il-girls junior lyceum ta' Santa Luċija u s-Sir Adrian Dingli junior lyceum.", "Imbagħad hemm ukoll skejjel li x-xogħol fihom għad irid jinbeda, bħal fil-każ tal-Verdala boys junior lyceum.", "Fl-1999 jien beħsiebni nara li jibda xogħol ta' ippjanar u ta' disinji fuq numru ta' skejjel oħra, partikolarment fuq l-iskejjel primarji ta' Pembroke, ta' Wied il-Għajn, tal-Kalkara, tal-Fgura, ta' Ħal Luqa, ta' l-Imqabba u tas-Siġġiewi, ta' Mikiel Anton Vassalli junior lyceum, kif ukoll fuq l-iskejjel sekondarji ta' Ħal Tarxien, taż-Żurrieq u ta' diversi postijiet oħrajn.", "Anke r-refurbishment, li jifforma parti mix-xogħlijiet ta' manutenzjoni, irid jitkompla u l-idea hi li ninvolvu lill-kunsilli lokali f'dan il-kamp billi jkollna an imprest system li permezz tagħha l-iskejjel jingħataw ċertu ammont ta' flus li jmorru fuq xogħlijiet ta' manutenzjoni.", "Pero' anke hawnhekk jien jidhirli li qabel irridu nippjanaw din is-sistema b'mod serju ħalli finalment is-sistema tkun waħda tajba u effikaċi.", "Hawn ta' min isemmi dak li ġara dan l-aħħar fl-iskola ta' Ħal Lija fejn waqgħet biċċa concrete mis-saqaf ta' kuritur li kien għadu qed jinbena, u dan ġara minħabba li lanqas biss kien hemm virga waħda fil-concrete.", "Il-Bambin ħabbna li dak il-ħin ma kenux għaddejjin xi tfal jew xi nies oħra minn hemmhekk waqt li ġara dan l-inċident.", "Ċertament dawn huma affarijiet inaċċettabbli u fil-fehma tiegħi l-kuntratti li jsiru għal dawn ix- xogħlijet huma defiċjenti għall-aħħar għax la jaħsbu għall-penalitajiet meħtieġa u lanqas jaħsbu biex jorbtu lill-kuntratturi għal quality assurance, b'mod li l-affarijiet ikunu jistgħu jiġu fitted man-natura speċjalizzata ta' dawn il-kuntratti.", "Ta' min jgħid ukoll li ħafna drabi dawn il-kuntratti jkunu qed jiġu mwettqa waqt li jkunu għaddejjin il- lezzjonijiet, jiġifieri waqt li jkun hemm it-tfal.", "Sur President, għar-rigward ta' l-ispiża fit-teknoloġija ta' l- informatika rrid ngħid li mingħalija l-ispiża għas-sena 1999 hija fuq l- istess livell tan-nefqa li se tkun saret fis-sena 1998.", "Jien naqbel perfettament ma' dak illi ntqal fid-dibattitu ta' llum, ċioe' li huwa inutli li jkollna l-hardware fis-sistemi edukattivi tagħna jekk dan il- hardware ma jitħaddimx tajjeb.", "U biex jitħaddem tajjeb u jiġi utilizzat għall-potenzjal illi għandu hemm bżonn li jsir investiment qawwi fit-taħriġ ta' kull min irid iħaddmu, kemm fit-taħriġ ta' l-għalliema kif ukoll fit- taħriġ ta' dawk li jridu jiddisinjaw it-tagħlim, biex tkun tista' tiġi utilizzata din l-għodda ġdida.", "Din hija xi ħaġa li l-gvern huwa konxju tagħha u fil-fatt meta riċentement il-kabinett kien qiegħed jiddiskuti l- pjan għat-teknoloġija ta' l-informatika fis-settur pubbliku, waħda mir- riflessjonijiet li għamilna u li lkoll qbilna fuqha kienet illi minkejja li l-gvern diġa' investa miljuni kbar ta' liri biex jara li jkun hemm l- apparat meħtieġ ta' computers, ta' teknoloġija ta' l-informatika u ta' internet fis-settur pubbliku, għad m'hemmx biżżejjed nies illi għandhom il- kapaċita' li jassiguraw li jiġu mħaddma dawn is-sistemi li jipprovdu għal tant flessibbilta', għal tant komunikazzjoni u għal tant sistemi ta' tmexxija.", "Għalhekk jien inħoss li erba' snin ilu konna ħadna deċiżjoni għaqlija meta ddeċidejna li għandna nibdew indaħħlu dan l-apparat teknoloġiku fl-iskejjel primarji.", "Fil-fatt is-sena d-dieħla se nkunu wasalna biex indaħħlu dan l-apparat sa year 4, u dan huwa importanti li nibqgħu nagħmluh ħalli finalment f'kull klassi primarja jkollna din l- għodda preżenti u b'hekk it-tfal tagħna jkunu diġa' qed isiru familjari mat- teknoloġija avvanzata ta' llum.", "Jeħtieġ li anke l-għalliema tagħna jibdew ibiddlu s-sistemi tat-tagħlim tal-matematika, ta' l-Ingliż, tal-Malti u ta' suġġetti oħra, ħalli t- tagħlim fl-iskejjel ma jibqax iktar qisu xi priedka ta' l-eżerċizzji imma jkun tagħlim parteċipattiv, billi l-funzjoni ta' l-għalliem ma tibqax dik li jgħallem lill-istudenti tiegħu li jirreġistraw kollox mentalment u jitgħallmu kollox bl-amment imma tkun tixbaħ iktar il-funzjoni ta' facilitator, ħalli b'hekk ngħinu lit-tfal inisslu ġo fihom ċertu manpower u jkunu qed jiġu megħjuna jipparteċipaw fis-soluzzjoni tal-proċessi ta' l- għerf u tat-tagħlim.", "F'dan id-diskors xtaqt insemmi sistemi oħra li jeżistu fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika imma sfortunatament m'għandix ċans nidħol fihom fid-dettall u għalhekk se ngħaddi biex immiss oqsma oħra.", "Sur President, jien nixtieq li d-diskors tiegħi fuq id- deċentralizzazzjoni tat-tmexxija ta' l-iskejjel nagħmlu b'ċertu enfasi ħalli b'hekk nassiguraw li l-iskejjel tagħna jsiru iktar awtonomi.", "Iktar ma ngħix qrib l-iskejjel iktar nirrealizza kemm hu importanti li kull skola pubblika tmexxi lilha nnifisha minħabba li jidhirli li bħalissa m'aħniex nilagħbu logħba fair bejn l-iskejjel tal-gvern u l-iskejjel privati, għax inkunu qisna qed nagħmlu tellieqa, fejn fuq naħa għandek l-iskejjel privati li għandhom saqajhom liberi, mentri fuq in-naħa l-oħra għandek l-iskejjel tal-gvern li jridu jagħmlu din it-tellieqa bil-handicap għax għandhom saqajhom marbutin it-tnejn.", "Aħna rridu nammettu li m'għandniex a level playing field.", "Terz ta' l-istudenti Maltin imorru fi skejjel li huma funded mill-fondi pubbliċi u l-kapijiet u l-kunsilli tagħhom stess jiddeċiedu huma jekk iridux jingaġġaw iktar ħaddiema biex inaddfu, biex jagħmlu xogħol ta' maintenance, biex imexxu l-amministrazzjoni ta' l- iskola, kif ukoll biex jingaġġaw iktar għalliema.", "Ara fil-każ ta' dawn l-iskejjel rari nisimgħu li jkollhom shortages ta' għalliema għax għandhom il-faċilita' li kull sena jamministraw l-ammont ta' flus li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom bil-liberta' kollha.", "Imma mill- iskejjel pubbliċi tagħna aħna nippretendu l-istess servizz minkejja li qed nimponu fuqhom kondizzjonijiet impossibbli.", "Dażgur li naqbel ma' sieħbi l- Onor. Evarist Bartolo!", "Kif nistgħu nibqgħu nippretendu mill-għalliema u mill-kapijiet tagħna li huma jerfgħu share dejjem ikbar ta' responsabbilta' fit-tmexxija u dan jagħmluh mil-loqom li nagħtuhom?", "Għax jew irridu nkunu serji jew ma rridux!", "Jien ikolli ngħid minn fuq il-bankijiet tal-gvern stess li rridu niddeċiedu; jew inwaqqfu d-diskorsi li nagħmlu fuq l- awtonomija u fuq id-deċentralizzazzjoni u ma nibqgħux noħolmu b'dawn l- affarijiet, jew inkella l-gvern irid idaħħal idu fil-but u joħroġ dak li għandu bżonn biex l-iskejjel ikunu jistgħu jmexxu lilhom infushom.", "Pero' jien naħseb li anke jekk stess dan isir, dan xorta se jiddependi mir- riżorsi umani li għandek.", "Minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli li jaħdmu fihom għandna skejjel tal- gvern li mhux riżultati tajbin jagħtu imma riżultati eċċellenti tant li l- prattika tagħhom tat-tagħlim tista' sservi ta' mudell, u meta tħares lejn dawn l-iskejjel iktar fil-qrib issib illi s-sigriet qiegħed fil-kap, fl- għalliema u fit-tmexxija ta' kif dik l-iskola jirnexxielha taddotta viżjoni, tittraduċiha f'missjoni u jinħoloq team.", "Ġieli kellna każijiet fejn ikun hemm skejjel li jsibu ruħhom in the news, u dan meta sa ftit taż- żmien qabel dawn kienu meqjusa bħala ġojjelli u kienu jistgħu jservu bħala mudell.", "Għaliex taħsbu li jiġri dan?", "Ġeneralment għax ikun sar xi taqlib fil-ħaddiema li jkunu jaħdmu hemmhekk.", "Irridu nifhmu li jekk ikollok kap ta' skola li juri li m'għandux il-kapaċitajiet meħtieġa meta jiġi fil- livell tal-prattika, allavolja jkun kap ...", "Għax jista' jkun hawn kap li jkun ġab id-diplomi kollha ta' l-universita', id-degrees kollha ta' l- universita', id-dottorati kollha ta' l-universita' u mbagħad x'ħin jiffaċċja ruħu mat-tfal u ma' l-għalliema jikkrolla għax ma jkollux il- personalita' meħtieġa.", "Għalhekk kif nistgħu nippretendu li nibqgħu nħaddmu sistema fejn għax bniedem ikun sar kap dan ifisser li se jibqa' kap għall- karriera kollha tiegħu!", "Mela din xi istituzzjoni tal-papiet!", "Jew kif nistgħu nippretendu li jkun hemm direttriċi fil-qasam ta' l-edukazzjoni li tqassam l-4,000 għalliem u għalliema li għandna fl-iskejjel pubbliċi hi?", "Din kif tkun taf liema hu l-aħjar għalliem għall-iskola ta' l-Imqabba jew għall-iskola ta' Bormla?", "Biex imbagħad nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn wara li tibda s-sena skolastika jkun hemm għalliema li jindunaw li ma jistgħux jidraw fl-ambjent li jkunu qed jaħdmu fih u wara xahrejn ikollna ngħaddu lill-istudenti mit-trawma li jinbidlilhom l-għalliem, u dan meta ħafna drabi l-istudenti jkunu għadhom kif għaddew mit-trawma li jridu jitilgħu f'sena ġdida.", "Imma aħna nistgħu nibqgħu sejrin hekk?", "Għax jien ngħid li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, u din m'hijiex xi ħaġa li l-gvern jista' jsib soluzzjoni għaliha waħdu.", "Nerġa' nenfasizza li l-gvern ma jistax isolvi din il-problema waħdu imma rridu nsolvuha flimkien, jiġifieri aħna l-membri tal-parlament kollha, ma' l-union ta' l-għalliema u ma' l-awtoritajiet kollha konċernati, jekk irridu verament li fil-bidu tas-seklu l-ġdid nagħtu lil pajjiżna sistema edukattiva li tkun tista' tilqa' għall-isfidi li tiltaqa' magħhom.", "Ċertament ma nistgħux nibqgħu f'din is-sitwazzjoni.", "Sur President, illum aħna għandna fakulta' ta' l-edukazzjoni li qiegħda tipproduċi, u qed nuża l-kelma \"tipproduċi\" għax naħseb li l-fakulta' ta' l- edukazzjoni jeħtiġilha li tibda tagħti iktar attenzjoni lill-kwalita' ta' taħriġ li jingħataw l-għalliema tagħna.", "Ċertament ma nistgħux nibqgħu f'sitwazzjoni fejn wieħed jidħol fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni bla razjirinju ta' xejn u mbagħad id-dipartiment ta' l-edukazzjoni jispiċċa b'uġigħ ta' ras minħabba li ma jkollux postijiet biżżejjed fejn jibgħat lill-għalliema jew, biex inpoġġiha mod ieħor, minħabba li ma jkollux il- finanzi meħtieġa biex ikun jista' jċekken il-klassijiet u allura joħloq iktar postijiet għall-għalliema.", "Aħna ma nistgħux niġu f'sitwazzjoni fejn biex nimpjegaw lill-għalliema kollha li jkunu għażlu li jieħdu l-korsijiet li jipproduċi l-qasam ta' l-edukazzjoni nibdew inbiddlu s-sistemi tagħna.", "Jekk iċċekkinx jew tkabbarx klassi ma tiddeċidih skond is-supply ta' teachers li għandek imma trid tiddeċidi fuq kriterji professjonali oħra li lanqas niddeċidiehom jien imma jridu jiddeċieduhom l-esperti li għandna fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Iridu jkunu huma li jgħidu: Isma', fiċ- ċirkostanzi ta' llum, għat-tip ta' tagħlim u ta' teknoloġiji li hawn illum hemm bżonn li l-klassijiet ikunu ta' ċertu daqs, u mhux jiddeċidi xi ħadd fil-livell tiegħi.", "Jien li nista' nagħmel huwa li niddiskuti ma' kull min hu involut biex l-istudenti jkun iktar konxji ta' x'ifissser li tagħżel kors milli joffri l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Fil-fatt hekk beħsiebni nagħmel għax ma jistax ikun li jibqa' ma jkunx hawn counselling għall- istudenti li jkunu se jagħżlu xi kors minn dawk li toffri l-universista' Fil-fatt huwa proprjament għalhekk li aħna rridu noħolqu l-istitut li se jkun responsabbli mill-arti, mix-xjenza u mit-teknoloġija mill-iktar fis possibbli, sabiex iż-żgħażagħ tagħna ma jaħsbux li l-uniku bieb li għandhom huwa l-universita'.", "Il-bieb ta' l-universita' jrid jinfetaħ iktar; irid jinfetaħ anke għal dawk li se jmorru fl-institute for arts, applied sciences and technology imma ma jistax ikun li ż-żgħażagħ tagħna jaħsbu, sew minħabba l-mod ta' kif ikun qed jiżviluppa l-labour market kif ukoll minħabba l-aspirazzjonijiet li jkunu ġew imxettla fihom, li dik hija l- unika triq li għandhom, u fuq dan is-suġġett jidhirli li għandha ssir diskussjoni biex nirrazzjonalizzaw aħjar.", "Sur President, hemm diversi proġetti oħra li jien nixtieq narahom jiżviluppaw iktar, fosthom in-national literacy project u l-hands-on farming project, u nixtieq li ntejbu proġetti oħrajn li konna qed naħdmu fuqhom.", "Għad baqagħli ħafna iktar xi ngħid dwar dan il-qasam imma sfortunatament m'għandix ħin u għalhekk se nagħmel xi punti malajr malajr.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li jien għadni qiegħed nirrifletti biex nara eżattament x'għandu jkun ir-rwol tal-kummissjoni nazzjonali dwar l- edukazzjoni u jekk l-istruttura ta' din il-kummissjoni hijiex dik li għandna bżonn.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-kummissjoni nazzjonali dwar it-teknoloġija ta' l-informatika u f'dan il-każ ukoll iridu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Per eżempju, naħsbu li l-kummissjoni nazzjonali dwar it- teknoloġija ta' l-informatika, bit-terms of reference li għandha, jista' jkollha rivelanza f'pajjiżna billi nagħtuha xi Lm60,000, iktar u iktar meta mbagħad din il-kummissjoni ma jkollha l-ebda impatt fuq kif għandha tiżviluppa l-istrateġija tat-teknoloġija ta' l-informatika, ngħidu aħna, fis-settur pubbliku, li huwa l-iktar settur li jiġu vvotati fondi għalih?", "Rigward il-programmi Socrates u Leonardo rrid ngħid li għandna nwaqqfu aġenziji apposta għalihom u fil-qasam tal-kultura, tal-mużewijiet u tal- libreriji u l-arkivji rridu naħsbu għal strutturi ġodda.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar il-kamp li għandu x'jaqsam max-xandir.", "Sur President, jien irrid inħares lejn dan il-kamp bl-iktar mod responsabbli billi nħares lejh unikament mill-punto di vista ta' x'jitlob l- interess nazzjonali u l-ġid komuni, u fil-fatt waħda mill-affarijiet li jidhirli li għandna bżonn hija li nagħmlu proċess ta' riflessjoni u ta' konsultazzjoni fuq x'għandu jkun ir-rwol tax-xandir pubbliku f'pajjiżna.", "Huwa għal dan l-iskop li jien qed nitlob lill-universita' biex torganizza dan il-proċess ta' konsultazzjoni, permezz tas-centre for communications technology, sabiex wara li jiġi kkonsultat kulħadd ikun jista' jitfassal rapport u nkunu nistgħu nirriflettu aħjar fuq id-diversi aspetti ta' din il- problema.", "B'hekk wara li nkunu ħsibna fuq x'għandu jkun ir-rwol tax-xandir pubbliku mbagħad inkunu nistgħu nitkellmu b'ċerta serjeta' fuq jekk għandniex inżommu l-istrutturi li għandna, jekk għandniex inbiddluhom, x'inhu l-aħjar format li nistgħu nagħtuhom u ħafna affarijiet oħra bħal dawn.", "Sur President, jien nixtieq nirringrazzja lill-Kamra għall-kontribut tagħha f'dan id-dibattitu u nittama li l-kummenti li saru jkunu jistgħu jaslu anke għand il-kapijiet u d-diretturi tagħna biex inkunu nistgħu nirriflettu aħjar fuqhom għall-aħjar deċiżjonijiet fl-interess ta' pajjiżna.", "Grazzi, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Carmelo Abela għall-Vot 20.", "Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fis-1.07 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "9", "FAVUR : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John | | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buhagiar Louis|Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | | |Farrugia | | |Angelo | |", "KONTRA: 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael|Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace Victor | |Frederick | | |Azzopardi |Gatt Austin | |Jason | | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici Carmelo | |Cristina |Mugliett Jesmond | |Dolores | | |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George | |De Marco Guido|Pullicino Orlando Jeffrey | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech Francis | |Eddie | | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Vot 20, Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 20 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 22,926,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Ministeru ta' l-Edukazzjoni - kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa, dejjem skond il-mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "10", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael|Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace Victor | |Frederick | | |Azzopardi |Gatt Austin | |Jason | | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici Carmelo | |Cristina |Mugliett Jesmond | |Dolores | | |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George | |De Marco Guido|Pullicino Orlando Jeffrey | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech Francis | |Eddie | | | | |", "KONTRA : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard |Gulia Gavin | |Montalto John | | |Bartolo |Herrera Jose' | |Evarist | | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buhagiar Louis|Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | | |Farrugia | | |Angelo | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 20 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 21 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 39,187,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 21 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 22 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 710,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 22 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 23 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,106,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 - Mużewijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 23 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 24 - ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 886,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 - Żgħażagħ u Sport, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 24 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 25 - KULTURA U ARTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,147,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 - Kultura u Arti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 25 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT IV - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 9,290,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot IV għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 20, 21, 22, 23, 24, 25 u IV kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Nistieden lill-Ministru għall- Politika Soċjali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1999", "It-Tieni Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skond il-Mozzjoni Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 9 ta' Diċembru, fis-6.00 p.m kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Fis-1.18 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MEU - RAPPORTI", "1790.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta twaqqfet sal-lum, x'rapporti u xi pjani ta' azzjoni ħejjiet il-Management Efficiency Unit?", "Fiex waslu f'dik li hi implimentazzjoni d-diversi inizjattivi li ħadet l-MEU?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li x-xogħol li għamlet l-MEU minn Jannar 1997 'l hawn kien ikkummissjonat jew mill-Prim Ministru jew mis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru; jew minn Segretarji Permanenti fil-ministeri l-oħra; jew inkella minn tlett Kumitati tal-Kabinett li kienu ġew imwaqqfa dwar oqsma differenti tas- servizz pubbliku mill-Amministrazzjoni preċedenti.", "Ix-xogħol tal-MEU huwa dak ta' konsulenza u mhux ta' inizjattiva u sta għall-operaturi l-oħra tal-Gvern li ssir l-implimentazzjoni.", "Lista ta' l-inizjattivi u proġetti li ħadet sehem fihom l-MEU bejn id-19 ta' Jannar, 1997 sat-30 ta' Novembru, 1998 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AFM - IMPJEGATI ĠODDA", "1915.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-AFM tingaġġa suldati fiż- żmien qarib?", "Meta kien l-aħħar ingaġġ li sar u kemm kienu daħlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li hemm il-ħsieb li ssir sejħa għal ingaġġ ta' suldati fil-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta matul l-1999.", "L-aħħar sejħa li saret kienet f'Mejju tal-1996 u kienu ġew ingaġġati 91 rekluta.", "QRATI TA' GĦAWDEX - IMPJEGATI", "2003.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni u f'liema gradi ħadmu, ġewwa l-Qrati ta' Għawdex għas-snin 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PRIM MINISTRU TALJANA D'ALENA - DISKUSSJONIJIET", "2249.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jelabora dwar id-diskussjonijiet li kellu mal-Prim Ministru Taljan d'Alena dwar l-ittraffikar ta' l-immigranti illegali?", "Se jitwaqqaf xi pjan ta' azzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fost affarijiet oħra, l-Prim Ministru Taljan u jien rrevedejna l-istat tan-negozjati li hemm għaddejin bħalissa u li għandhom iwasslu għall-koperazzjoni bilaterali għall-kontroll tat-traffikar ta' immigranti llegali u money laundering kif ukoll koperazzjoni bejn is-servizzi taż-żewġ naħat.", "Aħna qbilna li dawn il-ftehim għandhom jiġu konklużi mill-aktar fis possibbli sabiex din il-kooperazzjoni tiġi attwata.", "ĦXEJJEX - PRODUZZJONI LOKALI", "680.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni lokali u l-prezz medju għall-kaboċċi, pastard u patata fil-perjodu ta' Novembru u Frar 97/98, 96/97, 95/96, 94/95, u 93/94 mill-Pitkalija Ċentrali f'Ta' Qali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT:", "Kaboċċi Pastard Patata", "Kg Prezz Kg Prezz Kg Prezz Medju Medju Medju c/Kg c/Kg c/Kg", "Nov 97/Feb 98 570,735 17.12 691,725 25.46 1,107,287 12.55 Nov 96/Feb 97 983,968 1.91 1,915,990 3.82 1,552,550 10.98 Nov 95/Feb 96 861,082 7.7 1,225,086 13.9 1,193,599 14.4 Nov 94/Feb 95 634,083 14.1 1,122,478 11.9 543,284 14.8 Nov 93/Feb 94 776,964 9.25 1,123,254 10.75 999,692 14.87", "KALENDARJU AGRITURISTIKU", "681.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Kalendarju Agrituristiku huwiex se jkompli jiġi organizzat?", "Jekk iva, fuq liema direzzjoni u min se jkunu l-uffiċjali responsabbli minn dan il-Kalendarju?", "Kemm huwa pprogrammat li jsiru laqgħat ma' l-għaqdiet involuti u xi jridu jagħmlu dawk l-għaqdiet li jridu jesprimu xi ideat ġodda sabiex jiġu nkorporati f'dan il-Kalendarju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kalendarju t'attivitajiet agrikoli kif ukoll tas- sajd għas-sena d-dieħla qed jiġi ffinalizzat mill-istess unit li għamlitu aktar kmieni din is-sena meta l-Onor.", "Interpellant stess kien għadu Ministru ta' l-Agrikoltura.", "Laqgħat ma' l-għaqdiet involuti jsiru regolarment.", "KUMITAT IL-ĦBIEB TAL-PITKALIJA", "682.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Billi kien twaqqaf Kumitat il-Ħbieb tal-Pitkalija sabiex jiġu organizzati attivitajiet b'risq għaqdiet filantropiċi fil-weekends fil-Pitkalija, li wkoll kellhom ikunu parti mill-attivitajiet tal-Kalendarju Agrituristiku, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan il-kumitat għadux jiffunzjona?", "Jekk iva, min huma l-membri?", "Jekk le, għaliex tneħħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Naħseb li l-Onor.", "Noel Farruġia jaf li l-Kumitat tal- Ħbieb tal-Pitkalija li kien waqqaf hu mhux m'għadux jiffunzjona, jew tneħħa, iżda dan il-kumitat qatt ma ffunzjona għaliex fil-fatt qatt m'organizza l-ebda attivita' lanqas meta hu, li kien waqqfu, kien Ministru tal-Agrikoltura u Sajd.", "Bħall-proġetti fittizzi oħra li l-Onor.", "Membru tant jiddandan bihom, dan il-Kumitat ta' Ħbieb tal-Pitkalija li qatt ma ltaqa' u li allura qatt ma ta ċentezmu wieħed lill xi għaqda filantropika, mhux se jiġi mġedded.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - FILE NRU.L/30/63", "768.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrimedja b'soluzzjoni t-talba tal-File Nru.L/30/63 tad- Dipartiment ta' l-Artijiet?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' każijiet/files simili pendenti bejn iċ-ċittadin u d- Dipartiment ta' l-Artijiet?", "Liema huwa l-aktar file li fil-fatt ilu pendenti l-aktar f'dan ir-rigward?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrimedja b'policy sabiex dawn il-files li ilhom is-snin pendenti jiġu rimedjati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Membru, kull talba għal riklamazzjoni t`art quddiem id-Dipartiment ta` l-Artijiet, tiġi kkonsidrata biss wara li l-applikant ikun ottjena l-permess mill-Awtorita` ta` l- Ippjanar.", "Fil-każ tat-talba tal-File Nru. L30/63, din tista` tiġi kkonsidrata jekk l-appellant jottjeni l-permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jirreklama l-art kif ġie mitlub jagħmel fis-27 ta` Jannar, 1998.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻ TA' QTIL", "843.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36, seduta numru 6?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "SKEJJEL - STUDENTI", "844.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 33, seduta numru 6?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 33.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "1256.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikaseru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; jagħti lista tal-kumpanniji ta' l- iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill- istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill- Gvern preżenti?", "Liema kienu?", "Għalfejn twaqqfu?", "Min tqabbad flokhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "1257.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; jagħti indikazzjoni tal- kampanji fdati lilhom; jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill- istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill- Gvern preżenti?", "Liema kienu?", "Għalfejn twaqqfu?", "Min tqabbad flokhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li fil-perjodu msemmi, il-ministeru tiegħi ma uża l-ebda aġenziji ta' riklamar jew scanning.", "Rigward gazzetti, dawn intużaw għal reklamar ta Serata Mużiko Letterarja fl-okkażjoni tal-World Food Day.", "Kontijiet ta' dawn ir-reklami għadhom ma waslux kollha, iżda ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-reklam kien mitlub mill-ministeru tiegħi biex jidher darbtejn f'kull gazzetta ta' kuljum.", "Fl-istess perjodu, l-uniku xogħol ta' stampar kien il-pubblikazzjoni tal- ġurnal 'Biedja u Sajd' li jiġi stampat fl-istamperija Nola Ltd., tal-Qasam Industrijali ta' Kordin.", "Din tistampa 2000 kopja bi spiża ta' Lm200 kull ħarga.", "Id-Ditta Nola Ltd. intgħażlet wara ħruġ ta' sejħa għall-offerti fiż- żmien l-Amministrazzjoni Laburista.", "L-ebda persuna jew ditta li kienet toffri servizz ta reklamar lill-ministeru tiegħi ma twaqqfet mill-elezzjoni 'l hawn.", "MINISTERU TA' L-INTERN - AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "1258.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad- dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill- istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill- Gvern preżenti?", "Liema kienu?", "Għalfejn twaqqfu?", "Min tqabbad flokhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - AĠENZIJI TAR-REKLAMAR", "1259.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad- dikasteru li għalih il-Ministru hija responsabbli, tista': tagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; tagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; tgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; tagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; tagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; tgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; tagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u tgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?", "Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill- istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill- Gvern preżenti?", "Liema kienu?", "Għalfejn twaqqfu?", "Min tqabbad flokhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li t-tagħrif mitlub huwa: a. ma ntużat l-ebda aġenzija tar-reklamar; b. ma kien hemm l-ebda kampanja afdata lill-aġenziji; ċ. ma ntnefqu l-ebda flus ma' dawn l-aġenziji d. l-ammont minfuq f'kull waħda mill-mezzi tal-media huwa:", "|Progress Press |Lm41.25 | |Multi Comm Ltd |Lm37.50 | |Union Press |Lm17.50 | |Allied Newspapers |Lm74.40 | |Total |Lm170.65 |", "e. l-ammont ta' dak li ġie stampat kien ta' Lm15.", "Dan l-ammont intnefaq fi stampar ta' 100 poster mingħand BCD Graphics Ltd; f. ma ntużat l-ebda aġenzija ta' l-iscanning. g. ma kien hemm l-ebda persuna/ditta li kienet toffri s-servizzi ta' reklamar lill-Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 li twaqqfet mill- Gvern preżenti.", "OPM - KUNTRATTI", "1260.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; x'kien il- kuntratt; min għamel l-ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l- award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il- kuntratt; ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti?", "Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru?", "Għalfejn twaqqfu?", "Min tqabbad minflokhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fid-dikasteru tiegħi ebda suppliers jew kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom qabel il-5 ta' Settembru, 1998 ma twaqqfu.", "L-informazzjoni mitluba għall-kumplament tal-mistoqsija tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAL AFFARIJIET BARRANIN - KUNTRATTI", "1261.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għal perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; x'kien il-kuntratt; min għamel l- ispecifications; min kienu l-persuni li għamlu l-award; lil min intalbu quotations; kemm kienet kull quote; min rebaħ il-kuntratt; ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti?", "Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru?", "Għalfejn twaqqfu?", "Min tqabbad minflokhom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Fil-perijodu iċċitat mill-Onor.", "Interpellant, il- ministeru tiegħi ma kellu l-ebda ħtieġa li joħroġ xi kuntratt għall- provvisti jew għal servizzi permezz ta' direct order.", "MINISTERU TAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - VETTURI", "1659.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem il-Ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-Ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KAROZZI TAL-KIRI", "1660.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal- Ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-vetturi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA - REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "1661.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem l-Ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-Ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'hemm ebda vettura ta' l-art irreġistrata f'isem il- ministeru tiegħi jew dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu, ħlief dawk taħt id- Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi.", "F'dan id-dipartiment hemm 95 vettura ta' l-art irreġistrata.", "Hemm vettura tal-baħar irreġistrata mad-Dipartiment tas-Sajd u Aqwakultura.", "Dan hu l-kajjik li jintuża fid-Dipartiment ta' Aqwakultura Nazzjonali.", "Ma ġiet mixtrija l-ebda vettura, la ta' l-art u l'anqas tal-baħar, mis-6 ta' Settembru, 1998 sat 28 ta' Ottubru, 1998 għal ministeru tiegħi jew għal xi dipartiment li jaqa' taħtu.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA - KAROZZI TAL-KIRI", "1662.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal- Ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn il-ministeru għadu jikri l-istess numru ta' karozzi, liema numru ma ġiex miżjud kif jidher fit- tabella hawn taħt.", "Minn dawn il-karozzi il-waħda li qed tinkera b'direct order kienet b'dan l- arranġament minn qabel il-5 ta' Settembru, 1998.", "Dipartiment Numru ta' Il-Kerrej Tender L-Ispiza Karozzi Direct Order Kuljum għall- Tal-Kiri Kiri tal-Karozzi", "Ministeru 3 Butterfly Tender Lm11.97 Garage (Contracts notice 206/96) Servizzi Korporattivi xejn Butterfly Tender xejn Garage (Contracts notice 206/96)", "Agrikoltura 4 Butterfly Tender Lm15.96 Garage (Contracts notice 206/96) 1 KWL Rent a Direct Order Lm5.00 Car", "Servizzi 1 Butterfly Tender Lm3.99 Veterinarji Garage (Contracts notice 206/96)", "Sajd u 2 Butterfly Tender Lm9.24 Akwakultura Garage (Contracts notice 206/96)", "SKEJJEL - SPORTS", "1773.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex jiġi nkoraġġit l- isport fl-iskejjel primarji?", "Jista' jgħid xi pjani hemm biex għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika jiġu assenjati fl-iskejjel primarji kollha biex dawn jkunu jistgħu jagħtu spinta 'l quddiem l-isport f'din il-kategorija fl- iskejjel stess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pjan tal-gvern f'dan il-qasam jiġi definit meta jiġu finalment deċiżi l-iskopijiet, il-prinċipji u l-kondizzjonijiet fil- Kurrikulu Minimu Nazzjonali.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TA' L-EDUKAZZJONI FIŻIKA", "1774.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika li jgħallmu: fl-iskejjel ta' l-Istat; fl-iskejjel tal-Knisja; u fl- iskejjel privati;", "Kemm minn dawn huma ta' nazzjonalita' barranija?", "Ta' liema nazzjonalita' huma u f'liema skejjel jgħallmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - GŻIRA - TIFEL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "1909.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1539, jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata l-iskola u lit-tifel in partikolari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Welfare tad-diviżjoni ilu jsegwi dan it- tifel mis-sena l-oħra.", "Isiru żjarat regolari fid-dar biex ikunu magħrufa l- bżonnijiet tat-tifel.", "B'hekk jiġi megħjun aħjar fl-iskola.", "L-iskola qed tagħmel kull sforz biex tgħin lit-tifel mil-lat akkademiku.", "Kull meta jkun possibbli t-tifel qed jingħata wkoll għajnuna individwali.", "SKEJJEL - SKOLA SAN MIGUEL", "1910.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal u żgħażagħ fl-iskola San Miguel?", "Kemm hemm għalliema, facilitators, kindergarten assistants, nurses, persuni tal-manutenzjoni, ġardinara, purtinara, sewwieqa?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm qed jirrapportaw għax-xogħol u jibqgħu jagħtu l-ġurnata xogħol tagħhom kif suppost?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat kif ġej:", "SKOLA SAN MIGUEL - ST ANDREWS", "|Studenti |44 | |Għalliema |6 + 3 | | |Peripatetic | |Facilitators |0 | |Kindergarten |16 | |Assistants | | |Nurses |2 | |Persuni |3 | |tal-Manutenzj| | |oni | | |Ġardinara |1 | |Purtinara |2 | |Sewwieqa |5 |", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tlabt lid-Direttur Ġenerali biex jinvestiga hemmx nuqqasijiet f'dan is-sens u fil-każ jieħu l-passi.", "PA - FTUĦ TA' KAŻINI", "1928.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għal ftuħ ta' xi każini ta' Triq Dun Gwann Tabone, Żejtun?", "Jekk iva, f'isem soċjeta' saret?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li, minn investigazzjonijiet li saru minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ma jirriżultax li hemm applikazzjonijiet għall-ftuħ ta` każini fit-triq imsemmija.", "PULIZIJA - MEMBRI", "1929.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-complement attwali fil-Korp tal-Pulizija?", "Kemm minn dawn il-pulizija huma nisa u kemm irġiel?", "Kemm minnhom qabżu l-eta' ta' 45 sena?", "Kemm suppost hu l-complement?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fit-2 ta` Diċembru, 1998, kien hemm 1,756 persuna fil-Korp tal-Pulizija, 1,562 rġiel u 194 nisa.", "In-numru ta` dawk li qabżu l-eta` ta` 45 sena kien ta` 273.", "Dwar l-aħħar parti tal- Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat- Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 652 li jiena tajt f`Seduta 9.", "SKEJJEL - ŻEJTUN - JUNIOR LYCEUM", "1937.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlestew il-gates il-ġodda tal-lyceum taż-Żejtun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol fuq il-gates ta' l-iskola inbeda u mistenni jitlesta ma jdumx.", "SAĦĦA - STERIOD TREATMENT CARD", "1946.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' d- Dipartiment tas-Saħħa jikkonsidra li jintroduċi Steriod Treatment Card biex pazjenti li jkunu fuq steriods ikunu jistgħu jżommu din il-card fuqhom?", "Billi din il-card diġa' teżisti barra minn Malta (sample tagħha qed tintbagħat separatament) possibbli li din l-inizjattiva jeħodha wkoll id- Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Steroid cards ilhom jezistu Fl-isptar San Luqa ghal diversi snin.", "Dawn fil-bidu, kellhom informazzjoni bl-ingliz biss.", "Xi sitt snin ilu, fuq inizzjattiva ta' konsulent u tal-Pharmacy Unit, dawn gew tradotti bil-Malti.", "Dawn il-cards jinstabu fl-Out Patient Clinics kif ukoll fis-swali u fl-ispizerija ta' St.Luke's. Kopja ta' dawn il-cards qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.", "SAĦĦA - CARE TAKERS", "1947.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar reġistrazzjoni ta' kummissjonanti (care takers) ġodda fuq bażi part-time?", "X'ikollu bżonn biex wieħed japplika u fejn irrid japplika?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixiteq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan id- Dipartiment ma jirregistrax kummissjonanti la fuq bazi full-time u lanqas part-time izda trading licence hija necessarja mill-Kummissarju tal- Pulizija sabiex persuna tezercita s-sengha ta' kummissjonant.", "AFM - BĊEJJEĊ TAL-BAĦAR", "1948.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk l-AFM għandhiex bċejjeċ tal-baħar li jimpurtaw spare parts mir-Russja?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, il-Prim Ministru ma jaħsibx li minħabba l-prezz ta' dawn l-ispare parts, ir-running cost m'huwiex cost effective?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta għandhom bċejjeċ tal-baħar li fuqhom hemm magni magħmula fir-Russja.", "Meta jkun hemm bżonn ta' tiswija ta' dawn il-bċejjeċ tal-baħar u jkun hemm bżonn ta' xi spare parts, dawn jieħdu ħsiebhom min ikun ingħata l-kuntratt biex isewwi.", "Il-Kondor Patrol Boats huma cost effective.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "2062.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Matul is-sajf li ġej, jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat kuljum u b'liema rata kull siegħa se jitħallsu l-istudenti universitarji fix-xogħol tas-sajf peress li għall-1999 il-Gvern qed jivvota Lm544,000 biss f'line item 4003 Student's Remuneration for Summer Projects?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li huwa stipulat li l-istudenti universitarji jridu jaħdmu 20 siegħa fil-ġimgħa u se jitħallsu bir-rata ta' Lm129.83 fix-xahar, ġala darba li din ir-rata tiġi approvata mill-Finanzi fuq l-għoli tal-ħajja.", "Rigward is-somma ta' Lm544,000 li qed tiġi vvutata f'line item 4003 (Student's Remuneration For Summer Projects) din ġiet kalkolata fuq is- somma li ntefqet attwali din is-sena b'xi żieda żgħira.", "L-ammont definit jista' jsir magħruf biss wara s-sajf meta d-Diviżjoni jkollha r-riżultat ta' kemm studenti fil-fatt ikunu iddeċidew li jieħdu din l-offerta.", "MUŻEWIJIET", "2063.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed issir l-istima li matul l- 1999 mill-mużewijiet il-Gvern se jdaħħal Lm1 miljun mill-biljetti tad-dħul?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENT TA' PERSUNA", "2064.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jitrasferixxi lejn il-Bibljoteka il- persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li bħalissa qiegħed fir- Registry peress li fir-Registy m'hemmx bżonnu, waqt li fil-Bibljoteka jinħass ħafna l-bżonn ta' aktar persuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inħoss li għandi noqgħod fuq il-pariri li qed ningħata, fis-sens li s-servizzi tal-persuna indikata huma konsidrati bħala essenzjali fix-xogħol tar-Registry tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "MUŻEWIJIET/SITI STORIĊI", "2065.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' restawr u titjib se jsir fil- mużewijiet u f'siti storiċi mill-Lm220,000 li hemm ivvotati għas-sena 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - TENDERS", "2172.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: a) kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpelleant qed tingabar.", "Ir-risposta tinghata f'seduta ohra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - TENDERS", "2173.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tagħha; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL AGRIKOLTURA U SAJD - TENDERS", "2174.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded;u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tenders ta' valur aktar minn Lm1000 li ġew approvati huma hekk:", "Xoghol Valur Min ha t-tender Natura", "Trees stakes Lm3209 Bonnici & Zahra Provvista Tipper Truck Lm5800 V & M Xuereb Servizz Stampar ta' 'Biedja u Sajd' (estenzjoni ta' kuntratt li ghalaq f'Ottubru) Lm2400 Nola Limited Servizz Mechanical Shovel Lm1200 Mario Xuereb Servizz Hiring of Hymac Lm2500 Bonnici Borthers Servizz Gabions Lm2500 Rite Mix Xoghol Terramesh System Units Lm2475 Rite Mix Provvista Terramesh System Units Lm2475 Rite Mix Provvista Gabions/Terramesh Lm2500/ MSK Ltd.", "Provvista/ System Units Lm2500 Xoghol MINISTERU GĦALL-INTERN - TENDERS", "2175.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1.000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li, bejn il-5 ta` Settembru, 1998 u l- 1 ta` Diċembru, 1998, in-numru ta` tenders ta` valur aktar minn Lm1,000 li ġew approvati mad-dekasteru ta` l-Intern kien ta` 5 u kienu kif ġej:-", "Valur Lm Min inghata t-tender Provvista ta`", "8.034 JYM Enterprises Ltd Ankle Boots 2,000 Eurofootwear Ltd Top Boots 2,225 Progress Press Ltd Printing Machine 2,850 Yorkie Clothing Ltd Embroidered Badges 1,635 Comsec Ltd PABX Telephone System", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - TENDERS", "2176.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il-tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - TENDERS", "2177.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "MALTAPOST - IMPJEGATI", "2223.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fil-Maltapost: (i) x'irriżulta mill- intervisti li kienu saru għal uffiċjali fl-Accounts Department?", "Kemm applikaw?", "Liema ntgħażlu u fuq liema kriterji? (ii) Hu maħsub li jkun hemm sejħa għal applikazzjonijiet għal postwomen/postmen fiż-żmien li ġej?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR MALTA - IMPJIEGI", "2224.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fil-linja ta' l-ajru Air Malta: (i) jekk sarux intervisti għal promozzjonijiet f'dawn l-aħħar sitt xhur u x'irriżulta minnhom? (ii) se jiġu mogħtija mpjiegi permanenti part-time cabin crew u part-time loaders li ġew ingaġġati f'dawn l-aħħar snin? (iii) Hemm ħsieb li jiġu mpjegati air hostesses fiż-żmien li ġej?", "Jekk fl- affermattiv, x'ikunu l-kwalifiki meħtieġa? (iv) Kemm kienu applikaw u kemm kienu ntgħażlu technicians f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA INTERNATIONAL AIRPORT - CUSTOMER CARE ASSISTANTS", "2225.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu joħorġu applikazzjonijiet għal customer care assistants fil-Malta International Airport?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Wara l-merger ta' l-M.I.A. mad-D.C.A. fl-1 ta' Mejju 1998, ma kien sar l-ebda xogħol fuq l-użu nazzjonali tar-riżorsi umani.", "Dan ix-xogħol beda riċentement u għadu kmieni biex wieħed jgħid minn issa x'ser ikunu l-ħtiġijiet fit-tul tal-kumpanija għall-Customer Care Assistants.", "VALLETTA - DWAL FI TRIQ MERKANTI", "2226.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-istreet light fi Triq il- Merkanti, il-Belt, fejn il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MEDIĊINA COZAAR", "2227.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli tiġi approvata l-mediċina COZAAR lill-persuna li n-numru ta' l-identita' tagħha qed jintbagħat separatament peress li dan il-każ ilu mressaq minn speċjalisti tad-dipartiment tal- mediċina madwar sitt xhur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kaz imsemmi kien gie ikkunsidrat mid-Drugs and Therapeutics Committee f'Ottubru 1998.", "Peress li ma kienx hemm informazzjoni bizejjed, il-kaz gie riferut lill-konsulent tal-pazjenta.", "Peress li ma kienx hemm feedback mill-konsulent lill-kumitat, il-kaz ma setax jigi segwit.", "Kien biss fl-4 ta' Dicembru li ghadda li d-Drugs and Therapeutics Committee sar jaf bl-informazzjoni necessarja u fil-fatt irrakkomanda din il-medicina.", "Il-kaz issa giee mressaq ghall-approvazzjoni lill-A/CGMO.", "DJAR - APPARTAMENTI ĠODDA", "2228.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid fejn hu ppjanat li jinbnew appartamenti ġodda fil-Belt u fil-Furjana fiż-żmien li ġej?", "F'liema każijiet diġa' hemm approvazzjoni mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "Inxtrat proprjeta' mingħand il-privat f'dawn iż-żewġ lokalitajiet bil-għan ta' restawr jew slum clearance (għal skop residenzjali) mill-Awtorita' tad-Djar f'dawn l-aħħar snin?", "Jekk fl- affermattiv, fejn u kemm swiet u meta hu maħsub li jinbdew dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti ppjanati għal Belt huma tlieta:", "St Ursola Street/Old Wells Street 24 units 91, Merchants Street 4 units 140, Merchants Street 6 units", "Il-progetti għal Furjana huma tnejn:", "Argotti Street/Lion Street 11 units 20 - 24, Capuchins Street 4 units", "Il-ħames proġetti huma kollha koperti bil-permessi tal-bini ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-proprjeta' hija kollha esproprijata mill-privat bl- eċċezzjoni ta' 140, Merchants Street, li hija proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt.", "SAĦĦA - MARD TAĦT L-ISKEDA ĦAMSA", "2240.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-mard li jaqgħu taħt l-iskeda Ħamsa li jintitola lil dak li jkun għal mediċini b'xejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpelleant qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.", "BORMLA - GROUND", "2241.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla, u meta se jitlesta x-xogħol fuq il-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "PULIZIJA - TAL-ĦAWLI", "2242.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara hux minnhom l-ilmenti ta' xi persuni li fl-area magħrufa bħala Tal-Ħawli, fejn ħafna tfal ta' l-iskola jittieħdu jagħmlu field work, hemmx numru kbir ta' siringi użati mitluqa qalb il-ħaxix?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Pulizija kellha lmenti minn skola fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant dwar siringi użati mitluqa fil-viċinanza ta` l-istess skola.", "Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tieħu l-passi neċessarji billi tagħmel diversi patrols f`dawn l-inħawi.", "BORMLA - TRIQ MAGĦLUQA", "2243.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm se ddum magħluqa t-triq ta' fejn qed tinbena d-dar għall-anzjani, Bormla sabiex issir sistema tad-drenaġġ għall-istess dar għall-anzjani, peress li qed jimblokka numru ta' garages?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PA - PERMESSI", "2261.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara kif is-sid ta' fond li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament seta' jibni antiporta fuq il-bankina b'tali mod li jestakola l- passaġġ liberu ta' min jgħaddi minn hemm?", "Hemm permessi għal dan mill- Planning Authority?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li s-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l- Awtorita` ta` l-Ippjanar investigat l-ilment imqajjem mill-Onorevoli Interpellant.", "Ġie kkonfermat illi kienet twaħħlet struttura ta` l- aluminium u ħġieġ quddiem il-bieb tal-post imsemmi, liema struttura qed tesporġi fuq il-bankina.", "Peress li ma jidhirx li qatt inħareġ permess għal dan it-tip ta` żvilupp, ser jiġi servut Stop and Enforcement Notice skond l- Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta l-iżvilupp kontra s-sid preżenti.", "Il-każ ser jiġi riferut ukoll lill-Pulizija tad-Distrett sabiex jittieħdu l- passi meħtieġa skond il-Kodiċi tal-Pulizija peress illi din l-istruttura qiegħda anke toħloq ostakolu għall-passaġġ liberu tal-pedestrians.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "2299.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni rigward dawk il-mediċini li qegħdin out of stock jew b'xi mod mhumiex jingħataw lill-pazjenti tagħna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-medicini li ma nghatawx lill-pazjenti u li qeghdin out of stock illum huma: 1.", "Medicini li qeghdin jigu diskussi mid-'Drugs and Therapeutics Committee (DTC) biex jigu maqtugha minn fuq il-formularju.", "Atropine sulphate tablets Stilboestrol Img Tablets", "2.", "Medicini li s-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern ghandu problema biex jixtrihom", "Cholera vaccine Flurazepam 15mg tablets Gluten Free biscuits Gluten free pasta Hydroxychloroquine 200mg tablets Mesalazine tablets Methylergometrine tablets Pancreatin high dose tablets Promethazine injections Sulbutamol 4mg tablets Senna tablets Stilboestrol 5mg tablets", "3.", "Medicini li ghalkemm ma jinstabux fl-imhazen tas-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern ikun fadal stock minnhom f'xi spizeriji tal-Gvern", "Haloperidol syrup Methylcellulose tablets Sucralfate 1G tablets.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - KUNTRATTI", "2312.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il- kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KUNTRATTI", "2313.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il- kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-perjodu msemmi, ma sar ebda kuntratt b`direct order ta` għamara ta` uffiċini fid-dikasteru tiegħi.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KUNTRATTI", "2314.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il- kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - KUNTRATTI", "2315.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il- kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2315 qegħda tinġabar mid-diversi dipartimenti u risposta tingħata la tinġabar l-informazzjoni kollha.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KUNTRATTI", "2316.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nirriferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 2157, meta għidt li bejn Settembru u l-1 ta' Diċembru 1998, il-Ministeru tiegħi ma ta ebda kuntratt b'ordni diretta jew xort'ohra.", "PRIM MINISTRU - KUNTRATTI", "2317.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Referibbilment għall-perjodu l-1 ta' Novembru 1998 sat-30 ta' Novembru 1998 u għad- dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull quota; (4) min rebah il- kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv; (6) fiex kienu jikkonsistu u; (7) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI", "2338.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonsidra li jogħla s-ceiling tat-taxxa fuq id-dħul għal dawk ir- romol li għad għandhom ulied dipendenti (li mhux jaħdmu bi qliegħ) anke jekk dawn ta' l-aħħar għaqlu s-16-il sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-suġġeriment magħmul mill-Onor.", "Interpellant ġie innotat u jkun studjat fid-dettal meta jkunu qed jiġu ippreparati l-emendi neċessarji."]} {"filename": "20011002_608d_par.doc", "date": "2001-10-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 608 It-Tlieta, 2 ta' Ottubru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 608", "It-Tlieta, 2 ta' Ottubru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "608", "It-Tlieta, 2 ta' Ottubru, 2001", "WERREJ MINUTI 288", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 288", "TQEGĦID TA' KARTI 292", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA' FL-IKEL (IT-TIENI QARI)", "FOOD SAFETY BILL (SECOND READING) 292", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-POSTA (IT-TIENI QARI)", "POST OFFICE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 297", "AĠĠORNAMENT 311", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 318", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 607 li saret fl-1 ta' Ottubru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KOPERATTIVA TAL-FISH FARMS - LAQGĦAT", "28117.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-koperattiva tal-fish farms dwar il-provvedimenti li hemm fl-Abbozz ta' Liġi Nru. 82?", "X'ilmenti tqajmu u x'osservazzjonijiet saru mill-koperattiva verbalment u uffiċjalment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-Abbozz ta' Liġi Nru. 82 jagħti poteri li jinħarġu regolamenti permezz ta' avviżi legali, liema avviżi jiġu diskussi mal- koperattivi u ma' l-individwi interessati qabel jidħlu fis-seħħ.", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd li hu kontra l-principju ta' farm to table, speċjalment fil-każ tal-produtturi u l-proċessuri, ġaladarba dan għandu jgħinhom iżjed ibiegħu l-prodott tagħhom.", "Persważ ukoll li kull min ikun jixtieq jissottometti l-kummenti tiegħu dwar dan l-abbozz ta' liġi, anke fi żmien il-ħruġ ta' l-avviżi legali, se jkollu l-opportunita' kollha jagħmel dan.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, allura għandi nifhem li ma sarux laqgħat mal-koperattivi qabel ma tfasslet din il-liġi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi dwar is-servizzi veterinarji huwa ntiż biex fejn jidħol l-ikel, jiddaħħal il-kunċett ta' farm to table, u cioe' li fil-proċess kollu ta' produzzjoni jittieħdu l- miżuri kollha neċessarji biex jiġi assigurat li l-ikel jasal għand il- produttur f'kondizzjoni tajba.", "Din hija an enabling law li taħtha jidħol kull qasam – dak tat-tadam, tal-patata, taz-zunnarija, tal-bajd, tat-tjur, tal-majjal, taċ-ċanga u kull qasam ieħor - u nerġa' ngħid li din il-liġi tippermettilna nagħmlu r-regolamenti li jidhrilna xierqa.", "Per eżempju, fil-qasam tal-fish farms inkunu nistgħu noħorġu regolamenti dwar kif jitrabbew il-ħut, dwar is-size tal-gaġeġ, dwar il-fond meħtieġ biex ikollok il-kurrenti neċessarji sabiex il-ħut jitrabba f'ambjent aħjar u dwar it-tip ta' ikel li l-ħut jiġu mitmugħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiddispjaċini imma l-Ministru għadu ma rrispondiex għall-mistoqsija li għamiltlu, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qed nispjega dan kollu biex min qed jismagħna jkun jaf x'qiegħed jiġri f'dan il-qasam.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, m'huwiex sew li noqogħdu nieħdu l-ħin ta' xulxin.", "Il-Ministru jkollu ċ-ċans kollu jispjega x'inhuma l-għanijiet tiegħu u mhux sew li ma jirrispondix għad-domanda li għamiltu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li din il-liġi dwar is- servizz veterinarju hija liġi umbrella u tieħu ħsieb li ddaħħal il-kunċett ta' safety fil-katina kollha ta' l-ikel.", "Kont qed nispjega li fejn jidħlu l-fish farms, minbarra li tara li l- ambjent fejn jitrabbew il-ħut ikun wieħed adegwat, din il-liġi se tippermettilna li noħorġu regolamenti li jissalvagwardaw it-tip ta' ikel li l-ħut jiġi mitmugħ.", "Anke l-ħut li jiġi importat minn barra biex jintuża bħala għalf – f'dan il-każ il-kavalli – jiġi analizzat biex nassiguraw li t- tonn jiekol għalf tajjeb u ma nikkontaminawx l-ibħra ta' madwarna jekk aħna nħallu li jidħol ħut li jkun fih xi mard.", "Naturalment dawn huma kollha miżuri li rridu neħduhom meta niġu biex noħorġu r-regolamenti li qed insemmi.", "Issa kull min jixtieq jissottometti l-kummenti tiegħu dwar dan l-abbozz ta' liġi se jkollu kull opportunita' li jagħmel dan, apparti li se jkun hemm ukoll diskussjonijiet ma' l-istakeholders konċernati, inkluż dawk li qegħdin f'xi għaqda jew assoċjazzjoni ta' operaturi tal-fish farms, ħalli nagħmlu l-aħjar regolamenti possibbli għaż-żmenijiet tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress illi l-Ministru qed jikkonferma li ma sarux laqgħat ......", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, m'għandux dritt l-Onor.", "Farrugia jimmiżinterpretani.", "Ma jien qed nikkonferma xejn imma ninsab persważ li n- nies li ħadmu fuq it-tfassil tal-liġi tkellmu ma' dawk kollha involuti.", "Persważ ukoll li dawn il-provvedimenti li hawn fil-liġi jirriflettu x- xewqat u l-interessi ta' dawn in-nies.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, lill-Ministru ma smajtux jgħid meta saru dawn il-laqgħat u għaldaqstant qed nifhem li ma sarux.", "(Interruzzjonijiet) Jiena staqsejt x'osservazzjonijiet tqajmu, x'dokumenti uffiċjali għaddew lill-koperattivi rispettivi mhux biss tal-fish farms imma anke oħrajn iżda għadni bla risposta.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jikkonsidra li meta jkun riesaq abbozz ta' liġi ta' din ix-xorta jara li flimkien ma' l-uffiċjali tal-ministeru, jiltaqa' mal-partijiet konċernati u jfehemhom dwar kwalunkwe tibdil leġislattiv li l-parlament ikun qed jiġi mitlub li japprova?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia jaf li din il-liġi tfasslet minn nies differenti, nies li huma ntiżi fil-qasam tal-fish farms, nies inkarigati mil-livestock, mill-qasam tal-majjali, mill-qasam taċ- ċanga, mill-qasam tat-tjur, mill-qasam tal-fniek u mill-qasam tat-tkabbir tal-ħxejjex.", "Għandek ukoll il-veterinarji – min jaf kemm ilhom f'dan il- qasam u allura bilfors li għandhom ċertu knowledge u ċerta esperjenza – u dawn kollha flimkien fasslu din il-liġi.", "Issa meta mbagħad niġu għad-dettalji ta' x'regolamenti se nagħmlu jerġa' jkun hemm taħditiet b'mod regolari, għalkemm nista' ngħid li nitkellmu ta' kuljum ma' dawn in-nies u ma narax għalfejn wieħed għandu joqgħod iżomm id- dati ta' dawn il-laqgħat.", "KOPERATTIVA TAL- PROĊESSURI TAL-LAĦAM - LAQGĦAT", "28118.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-koperattiva tal- proċessuri tal-laħam dwar l-Abbozz ta' Liġi Nru. 82?", "X'ilmenti tqajmu u x'osservazzjonijiet saru mill-koperattiva verbalment u uffiċjalment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "28117.", "KOPERATTIVA TAL-PRODUTTURI TAĊ-ĊANGA - LAQGĦAT", "28119.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-koperattiva tal- produtturi taċ-ċanga dwar l-Abbozz ta' Liġi Nru. 82?", "X'ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-koperattiva verbalment u uffiċjalment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "28117.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien għandi informazzjoni li l- produtturi taċ-ċanga ma ġewx mitluba jagħtu l-veduti tagħhom dwar dan l- abbozz ta' liġi u lanqas ma ġew informati li l-gvern se jitlob special supply measures fuq il-beef.", "Għaldaqstant nixtieq li l-Ministru jgħidilna x'wasslu u x'kienu r-raġunijiet li ġiegħluh joqgħod lura milli jikkonsulta ruħu ma' dawn in-nies.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jekk hemm qasam illi juri biċ-ċar kemm hemm djalogu kontinwu għaddej ma' setturi partikolari, dan huwa l-qasam taċ- ċanga.", "Ċertament dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant m'hu minnu xejn.", "Sal-ġimgħa l-oħra stess iltqajt mal-produtturi taċ-ċanga u ma' uħud mill- membri tal-kumitat tal-KPH.", "(Interruzzjonijiet)", "Iva, jien għedt hawn ġew li qed naħdmu fuq pjan biex il-beef intervention scheme titneħħa.", "Sa 15-il ġurnata ilu kien hemm min għadu qed jitlob li jitħallas madwar Lm450,000 bħala total tal-beef intervention scheme.", "Naturalment din is-somma m'hijiex dovuta kollha lir-raħħala - għax hemm spejjeż oħra – imma nista' ngħid li wara li tkellimna ma' tal-finanzi, ammont minn dan se jiġi mgħoddi lir-raħħala.", "Issa ħalli nitkellmu dwar il- ħalib, Sur President.", "Kulħadd jaf li fil-produzzjoni tal-ħalib, l-MDP ħadet l-inizjattiva li tibda tħallas lir-raħħala skond il-kwalita' tal-ħalib li jipproduċu, ħalli b'hekk jibda dieħel il-kunċett ta' food safey.", "Jien ngħid prosit lill-KPH u l-MDP li flimkien ħadu din l-inizjattiva biex il-pajjiż jirranġa ruħu.", "Dawn ġabu apparat apposta u lir-raħħal bdew iħallsuh skond il-kwalita' tal- ħalib li jipproduċi.", "Dan huwa l-kunċett ta' farm to table.", "Dan sar mhux għax jiena ġibt il-liġi hawnhekk imma għax xi tliet snin ilu konna tkellimna u għedna li hemm bżonn jittieħdu dawn il-passi.", "Issa ħalli nitkellem dwar kif nistgħu nsiru aktar effiċjenti, ikollna prodott aħjar, kif il-baqra tagħmel iżjed ħalib u kif il-fat content ikun aħjar, Sur President.", "Xjentifikament instab li jekk il-baqra tikkonsma sitt kilogrammi kuljum, m'għandekx tagħtiha dak l-għalf kollu f'daqqa imma għandek taqsamulha matul il-jum.", "Hemm ċerti raħħala li lill-baqra jagħmlulha tag ma widintha, din tidħol ġo cubicle biex tiekol, tingħata kilo għalf permezz ta' sistema komputerizzata u terġa' toħroġ, u jekk terġa' tmur biex tiekol qabel ma jmissha, il-computer ma jagħtihiex ikel.", "B'hekk il-baqra titgħallem li kull tant ħin, qisu kull siegħa u nofs, trid tmur biex tiekol.", "Allura qed jirriżulta li l-fat content, li nafu li huwa baxx, qiegħed jitjieb għax fl- irziezet tagħna qed ikun hemm management aħjar.", "Dan isir billi jkun hemm l- għaqda u d-djalogu bejn il-veterinarji u min imexxi l-irziezet, jiġifieri r- raħħala.", "Mr Speaker, dawn l-affarijiet ilhom isiru u ma sarux issa għax ġiet din l- imbierka liġi dwar is-servizzi veterinarji.", "Dawn l-affarijiet ilna niddiskutuhom mar-raħħala.", "Jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed u jekk kulħadd juża l-kunċett tal-food safety u jieħu ħsieb il-katina kollha minn qabel ma titwieled il-bhima sa meta l-laħam jasal għand il-konsumatur, l-industrija tissaħħaħ u r-raħħal awtomatikament ikollu dħul akbar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, allura x'inhi r-raġuni li minkejja dawn il-kuntatti li qed isemmi l-Ministru, il-produtturi taċ-ċanga ma ġewx informati li l-gvern se jitlob special supply measures fuq iċ-ċanga?", "Jista' jgħid ukoll x'dejn għandu d-dipartiment ta' l-agrikoltura mal-bejjiegħa privati u mar-raħħala?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, li naf hu li r-raħħala attendew għall- meetings tal-MEUSAC u għal-laqgħat l-oħra li saru mid-dipartiment, u żgur jafu liema special supply measures il-gvern qed jitlob.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jaħseb li r-raħħala ma jafux jaqraw għandu żball.", "(Interruzzjonijiet) MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, noġġezzjona għal din il-battuta għax jiena m'għedtx li r-raħħala ma jafux jaqraw.", "Jien staqsejtu għax ma ddiskutiex magħhom il-kwestjoni ta' l-ispecial supply measures.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ir-raħħala jafu bis-supply measures għax jafu jaqraw.", "Jafu wkoll li l-gvern qed jitlob miżuri simili fejn tidħol l- importazzjoni taċ-ċanga.", "Għat-tieni parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Farrugia, nista' ngħid li s-somma li l-gvern għandu jħallas fir-rigward tal-beef intervention scheme hija ta' madwar Lm450,000.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – APPLIKAZZJONIJIET", "28124.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li għamlu talba għal akkomodazzjoni alternattiva matul dawn l- aħħar snin minħabba li qegħdin jgħixu f'post kundannat?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' applikazzjonijiet ta' din ix-xorta li għandu quddiemu d- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali llum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "Irrid nippreċiża li dawn iċ-ċifri jindikaw in-numru ta' dawk li applikaw u li qalu li għandhom periklu fil-post.", "Żgur li mhux il-każ li d-dipartiment qed jgħid li dawn it-talbiet huma ġustifikati.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li jidher li quddiem id- dipartiment hemm madwar 1000 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva minn individwi li joqogħdu f'bini li jinsab fi stat perikoluż, jista' l- Ministru jgħid liema huma dawk il-familji li għandhom it-talba tagħhom rikonoxxuta mid-dipartiment?", "MR.", "SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Irrid infakkar li għad hemm 307-il applikazzjoni li għadhom qed jiġu kkonsidrati, iżda mill-file li għandi quddiemi ma jirriżultalix liema huma dawk il-każi li d-dipartiment ivverifika bħala ġustifikati.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk l-Onor.", "Membru jerġa' jagħmel l- mistoqsija biex inkunu nistgħu nagħtuh l-informazzjoni li jixtieq.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-q il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' payment vouchers għal xogħol konness ma' skavar fuq il- proġett tal-bini tal-kumpless sportiv tal-Kottonera, bi tweġiba għal mistoqsija parlamenari nru.", "28295;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni jaħdmu fl-industrija ta' l- ipproċessar ta' l-ikel, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 28132;", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' impjegati li huma ssekondati mal-Maltacom, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28294; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi t-tipi ta' reati li dwarhom tressqu l-qorti persuni taħt is-16-il sena, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28321; u", "Kopja ta' protest legali mill-kunsill lokali ta' San Ġiljan dwar żvilupp f'Xatt is-Sajjieda, San Ġiljan, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28402.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA' FL-IKEL", "FOOD SAFETY BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġe moqri.", "Ikompli mill-1 ta' Ottubru, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, allura nsejjaħ lill-Ministru biex jagħlaq dan id-dibattitu.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, naħseb li meta tkellimt fl-introduzzjoni kelli raġun ngħid li din il-liġi għandha tinteressa żgur liż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex hija liġi li wara kollox tħares l-interessi tal-konsumatur.", "Qed ngħid hekk għax kien hemm 'il fuq minn 20 kelliem fuq din il-liġi u xi kultant tiskanta kif hemm bżonn ta' numru daqshekk kbir ta' kelliema li jgħidu l-istess ħaġa, jiġifieri li din il-liġi hija tajba.", "Hemm bżonn li nkunu iktar konċiżi f'din il-Kamra speċjalment meta jkun hemm qbil u meta m'hemm xejn li jista' jkun dibattibbli.", "Irrid ngħid li jiena qsamt lill-kelliema f'żewġ gruppi; kien hemm il- kelliema prattiċi li qajmu diffikultajiet li għandhom x'jaqsmu mal- konsumatur u kien hemm dawk il-kelliema li tkellmu mill-punt legali.", "Fil- winding-up se nipprova nkun konċiż kemm jista' jkun biex inwassal ir- risposti għat-talbiet li saru.", "Kull kelliem qal li din hija liġi tajba anzi wieħed mill-kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni qal li hija liġi tajba, bżonjuża u importanti.", "Naħseb li dawn it-tliet kelmiet huma riassunt tad- diskorsi kollha li saru.", "Il-pajjiżi ta' madwarna ilhom li rrikonoxxew permezz ta' liġi simili l- importanza li jiggarantixxu livell ta' ikel tajjeb għaċ-ċittadini tagħhom, pero f'pajjiżna m'aħniex magħrufin li ngħaddu l-liġijiet mill-ewwel.", "Dan id- dewmien minn banda jagħtina vantaġġ għax b'hekk inkunu nistgħu naraw il- liġijiet li ġew introdotti f'pajjiżi oħra u nieħdu minnhom l-aħjar prodott.", "Wara kollox liġi trid tkun tajba mhux teoretikament biss iżda trid tkun tajba anke fil-prattika.", "Naħseb li dawk li kkritikaw din il-liġi dwar is- sigurta' l-ikel urew mingħajr ma jafu li m'humiex konxji tal-proċess li sar f'pajjiżi oħra għaliex ħafna mid-diffikultajiet li qajmu huma diffikultajiet li kienu introdotti fil-liġijiet oriġinali f'pajjiżi madwarna pero' ġew eleminati.", "Nibda nsemmihom bil-mod il-mod.", "L-ewwelnett min se jkun responsabbli għal din il-liġi?", "Għalkemm huwa stipulat fil-liġi li għandu jkun il-ministru tas-saħħa l-persuna li jrid terfa' r- responsabbilta', għad hemm ċerti dubji dwar dan.", "Infatti wara snin twal, fil-pajjiżi madwarna speċjalment pajjiżi Ewropej instab li f'liġijiet li jikkonċernaw l-ikel l-aħjar ħaġa hija li jkollok focus point wieħed.", "Tradizzjonalment anke f'pajjiżna s-sigurta' ta' l-ikel u s-saħħa tal-poplu Malti kienet dejjem sine qua non responsabbilta' tal-ministru tas-saħħa, u f'din il-liġi hekk qegħdin nagħmlu.", "Mr. Speaker, kien hemm diversi kelliema li tkellmu wkoll dwar il- kompożizzjoni tal-kummissjoni.", "Kien hemm suġġerimenti li fil-kummissjoni jkun hemm rappreżentanti min-naħa ta' l-edukazzjoni, dietician u geriatrician.", "Għalkemm naħseb li dawn huma punti validi, forsi min kien qiegħed jagħmel dawn is-suġġerimenti ma ndunax li fuq il-kummissjoni hemm miġbura r-regolaturi.", "Hija ħaġa importanti li f'din il-kummissjoni jkunu miġbura r-regolaturi kollha biex b'hekk din il-kummissjoni tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha, tkun tista' tnaqqas darba għal dejjem it-telf ta' żmien u l-burokrazija u tkun tista' tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi li għandna ġewwa pajjiżna.", "Kif semma' wkoll il-Ministru Refalo, fuq din il- kummissjoni se jkun hemm rappreżentanti tal-konsumatur pero' jiena naħseb li se jkun hemm iktar minn wieħed għaliex barra li hemm ir-rappreżentant tal-konsumatur proprju, pero` mbagħad il-ministru jista' jagħżel tliet individwi oħra.", "F'dan il-każ aħna diġa` ndikajna li wieħed minnhom se jkun rappreżentant mis-settur turistiku li fl-aħħar mill-aħħar ikun qed jieħu ħsieb l-interessi tal-konsumatur ukoll.", "Mr. Speaker, naħseb li ma saritx enfasi bizzejjed fuq ċerti aspetti nnovattivi li hemm f'din il-liġi.", "Per eżempju l-fatt li l-konsumatur se jkun rappreżentat fuq din il-kummissjoni u b'hekk ikun jista' jagħti s- sehem tiegħu fid-deċizjonijiet ma ngħatatx l-importanza dovuta.", "L-ewwel se nirrispondi għad-domandi li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Farrugia dwar affarijiet li mbagħad ġew ripetuti minn kelliema oħra.", "Staqsieni jekk il-membri ta' din il-kummissjoni humiex se jieħdu ħlas.", "Il- membri ta' din il-kummissjoni huma ex officio allura mhux se jitħallsu għal xogħlhom.", "Rigward il-vot finanzjarju, għalkemm il-ħidma tal-kummissjoni ssir minn diversi dipartimenti pero` minħabba li l-ministru tas-saħħa huwa l-persuna responsabbli allura l-vot finanzjarju joħroġ taħt il-ministeru tas-saħħa.", "Punt ieħor li qajjem il-kollega tiegħi kien rigward il-pożizzjoni tac- chairman fejn wera x-xewqa tiegħu li din il-persuna ma' tkunx persuna politika.", "Meta wieħed iħares lejn il-kompożizzjoni tal-kummissjoni jirrealizza li r-rwol primarju tad-chairman huwa ta' moderatur allura l- politika m'hijiex involuta fil-kummissjoni.", "Il-kummissjoni ġiet mwaqqfa biex tfassal programm tal-mod kif il-klijenti tagħna kemm Maltin u kemm barranin jirċievu l-aħjar kwalita` ta' ikel.", "Nixtieq insemmi li għalkemm formalment din il-kummissjoni għadha ma ġietx imwaqqfa, qiegħda tiltaqa' regorlarment u safejn naf diġa` kien hemm madwar sitt laqgħat.", "Temporanjament il-chairman huwa d-direttur ġenerali għalkemm jiena wieħed minn dawk li nemmen li c-chairman ta' din il-kummissjoni m'għandux ikun tabib iżda għandu jkun persuna li jkollha grip tajba tax-xjenzi biex din tkun tista' tifhem il-kunċetti li jiġu diskussi minn din il-kummissjoni.", "Diversi kelliema qalu li l-funzjoni tal-kummissjoni għas-sigurta` fl-ikel qegħda tiġi diġa` moqdija mill-council of health.", "Wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn il-council of health u din il-kummissjoni.", "Il-kunsill tas- saħħa li huwa mwaqqaf bil-liġi wkoll huwa responsabbli li jagħti parir lil ministru dwar ċerti affarijiet, pero` m'għandu l-ebda poteri esekuttivi.", "Il- funzjonijiet tal-kunsill tas-saħħa huma differenti mill-funzjonijiet li se jkollha l-kummissjoni.", "Per eżempju l-ministru tas-saħħa m'huwiex obbligat li jieħu l-parir tal-kunsill tas-saħħa u dan il-kunsill iservi biss bħala mezz ta' konfort għall-ministru tas-saħħa f'ċerti problemi li jistgħu jinqgħalu, bħal per eżempju s-sena' l-oħra meta kien hemm il-problema tal- BSE jew il-problema tal-foot and mouth.", "Meta jkun hemm problemi dwar importazzjoni ta' mediċini jew importazzjoni ta' ikel, minflok ma jkun il- ministru tas-saħħa li jerfa' r-responsabbilta` waħdu - kif għandu dritt jagħmel - jista' jitlob il-parir tal-kunsill għas-saħħa iżda b'din il- kummissjoni s-sitwazzjoni se tkun kompletament differenti għaliex għall- ewwel darba l-ministru se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu numru ta' esperti ex officio li mhux biss jikkordinaw il-pjan li jkun mfassal imma jaraw li dan jiġi attwat ukoll.", "Inqalgħet ukoll il-problema ta' min se jkun responsabbli meta s-sitwazzjoni tikkonċerna l-lukandi.", "Dan se jkun il-ministru tat-turiżmu jew il-ministru tas-saħħa?", "B'din il-kummissjoni mhux qegħdin nitkellmu dwar kwestjoni ta' grading.", "Kemm jekk hija 1-star jew jekk hija 5-star deluxe il-kwalita` ta' l-ikel irid ikun ta' l-istess livell.", "L-ikel irid ikun ikel bnin, frisk u safe f'kull lukanda allura waqt li l-ministeru tat-turiżmu jew entitajiet oħra huma responsabbli tal-grading f'dak li għandu x'jaqsam mal-kumditajiet ġewwa l-lukandi, huwa l-ministru tas-saħħa li huwa responsabbli għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ikel.", "Punt raġonevoli li għamlu l-kelliema li huma tobba kien li t-testijiet fuq il-food handlers ma jridux isiru biss l-ewwel darba iżda rridu jibqgħu jsiru ripetutament kif qiegħed isir illum biex il- food handlers ma jkunux sors ta' infezzjoni għall-klijenti tagħhom.", "Waħda mill-affarijiet li qegħda tagħmel din il-liġi hija li qegħda tgħabbi bir- responsabbilta` lil kull min iħaddem jew jaħdem mas-settur ta' l-ikel u allura l-onus tar-responsabbilta' - u dan nitkellem iktar tard fit-tul fuqu - se jkun fuq il-persuna stess li taħdem f'dak il-stabiliment.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo waqt id-diskors tiegħu għamel riferenza għall- istandards u staqsa dwar min se jagħmilhom.", "Hija l-industrija nnifisha li hija responsabbli li tagħmel il-istandards tagħha stess u dan ifisser li llum qiegħed jidħol il-kunċett fl-industrija stess li dawn il-liġijiet li qegħdin nagħmlu biex niżguraw ikel ta' l-ogħla kwalita` qiegħed jagħmel ġid lil industrija nnifisha.", "L-industrija stess qabel għaddejna din il-liġi bdiet titlob lid-dipartiment biex tagħmel korsijiet lill-impjegati tagħha u kienet lesta li tħallas ta' dawn il-korsijiet.", "Dan huwa t-turning point għaliex l-industrija mhux biss qegħda tifhem li hemm bżomm li titjieb u qegħda tifhem li għandha obbligu kemm lejn it-turisti imma anki lejn il- poplu Malti biex tipprovdi ikel li huwa garantit li huwa safe, pero` qegħda tieħu l-inizjattiva li tieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex tasal għal dan il-għan.", "Saru xi domandi żgħar oħra dwar il-ikel u addittiv.", "Ma kienx hemm bżonn li ssir din id-domanda għaliex jekk wieħed iħares lejn id-definizzjoni ta' ikel isib li addittiv huwa mniżżel ukoll.", "Kien hemm xi kelliema fosthom il- shadow minister li qal li għalkemm din il-liġi hija tajba, din bażwarniha – u din hi l-kelma eżatta li uża - minħabba klawsola 41 (d) li tgħid li jekk il-persuna tipprova li ma kenitx taf li qegħda tikser il-liġi din tkun raġuni valida biex ma jkomplux il-proċedimenti kontriha.", "Dan huwa kunċett ġdid u wara li nispjegah kulħadd jifhem u jinduna li din m'hijiex klawsola stupida jew bażwija.", "Il-prinċipju f'din il-liġi huwa li kull persuna li għandha x'taqsam ma' l- ikel se tkun il-persuna responsabbli ta' dak il-ikel, tas-sigurta` ta' dak il-ikel u ta' l-istat li fih jasal dak il-ikel għand il-konsumatur.", "Per eżempju jekk persuna tkun qegħda tbiegħ il-lampuki ffrizati kif suppost iżda l-konsumatur li jixtrihom u jikolhom jaqbdu food poisoning, allura teknikament ir-responsabbilta' taqa' fuq il-persuna li biegħet dik il-ħuta.", "Din il-persuna tittella' l-qorti għaliex tkun kisret il-liġi meta ma wasslitx prodott ta' kwalita` lil konsumatur, pero` jekk waqt il- investigazzjonijiet jinstab li dik il-ħuta għamlet ħsara lill-konsumatur għaliex min qabadha jew bexxa bil-kimika biex tibqa' tidher friska jew inkella ma żammhiex f'temperatura kiesħa kif suppost qabel ma' taha lil tal- ħanut, allura l-persuna li tkun biegħet il-ħuta ma jkollhiex tort.", "Din il-klawsola, li ġiet deskritta bħala stupida, tissejjaħ warranty claim u tagħmel sens għaliex illum, kif tgħid il-liġi, jekk għandek ħanut tal- grocer li jbiegħ bott u fuq dan il-bott hemm numru ta ingredjenti, ħadd ma jistenna li l-persuna responsabbli mill-ħanut tal-grocer ikun espert rigward il-kwalita` ta' l-ingredjenti.", "Jekk prodott fih addittiv li jikser il-liġi, m'għandux ikun responsabbli għal dan il-grocer iżda dak li tagħmel din il-liġi huwa li żżomm lil kull min għandu x'jaqsam mal-food chain responsabbli tal-azzjonijiet tiegħu.", "Din il-liġi se tagħtina l-possibilita' li nittraċċjaw verament il-persuna responsabbli.", "Meta jiena ppilotajt din il-liġi kont għedt ċar u tond li wieħed irid jara' din il-liġi mhux f'iżolament.", "Infatti, għalkemm kien hemm ħafna kelliema li qablu iżda mbagħad bdew jistaqsu x'se jiġri dwar il-labelling u dwar il- veterinarji.", "Jekk wieħed iħares lejn il-funzjoni ta' din il-liġi jinduna li din il-liġi tamalgama dawn is-setturi kollha biex tiggarantixxi l-istess għan.", "Fil-fatt għall-ewwel darba permezz ta' din il-liġi se jkun hemm diviżjoni bejn risk control, risk assessment u risk communication.", "Għall- ewwel darba wkoll se jkollna stabbilit li waqt li r-risk control se tkun il- prerogattiva tad-divizjoni tas-saħħa u tas-servizzji veterinarji, r-risk assessment se jkun il-funzjoni tal-kummissjoni u ta' l-entitajiet xjentifiċi li għandha magħha waqt li r-risk communication se tkun responsabbilta` tal-konsumatur kif ukoll tal-health information unit.", "Mr. Speaker, saret ħafna kritika dwar il-bżonn li jsiru kampanji ta' informazzjoni dwar il-kwalita` tal-ikel u dwar il-mod kif il-konsumaturi tagħna għandhom jieħdu ħsieb saħħithom permezz ta' l-affarijiet li jieklu.", "Naħseb li min qal dawn l-affarijiet forsi m'huwiex konxju biżżejjed tal- programmi estensivi li qegħdin isiru u li huma mmirati l-iktar lejn il- iċken etajiet.", "Per eżempju qegħdin nagħmlu kampanji dwar healthy breakfast u Mediterranean diet li huma proprjament immirati lejn il-iċken etajiet għaliex kif qal il-Onor.", "Vella nafu li meta wieħed jagħmel kampanji għat- tfal il-messaġġ jasal ukoll għand il-ġenituri tagħhom.", "L-Onor.", "Farrugia qal ukoll li hemm xi claims mill-importaturi dwar xi nuqqasijiet min-naħa tal-health inspectors.", "B'dan fhimt li l-Onor. membru jrid iwassal il-messaġġ li jista' jkun hemm xi health inspectors li qegħdin jabbużaw mill-poteri li għandhom iżda fil-politika tgħallimt li ħafna drabi jaqbillek tisma' ż-żewġt iqniepen qabel ma tiftaħ ħalqek.", "Anki jiena niltaqa ma' ħafna mportaturi li meta tismagħhom l-ewwel darba tagħtihom raġun li forsi hemm xi health inspectors li qegħdin jabbużaw iżda meta nisma' l-qanpiena l-oħra nsib li ħafna mill-claims li jagħmlu l-importaturi ma jkunu veri xejn.", "Ħafna mill-prodotti jinżammu għaliex hija drawwa ta' ċerti mportaturi li jġibu l-prodott mingħajr ma jibagħtu għal kampjun.", "Minħabba f'hekk meta l-prodott jasal Malta dan jispiċċa jeħel għaliex jew ma jgħaddix mill-port jew inkella jwaqqfuh tas-sanita`.", "F'dawn is-sitwazzjonijiet l-importaturi jibdew jaqilgħu ħafna skużi li l- containers għandhom expiry date u li l-containers jiswew Lm400,000 u ħafna affarijiet oħra, iżda jkun iktar raġonevoli kieku l-importaturi jibagħtu għal kampjun biex dan jiġi vvetjat u jkollu ċertifikat li għadda, għaliex b'hekk il-prodott ma jeħilx la fid-dwana u lanqas min-naħa tas-saħħa.", "Hemm numru ta' importaturi li għalkemm huwa numru żgħir jimportaw affarijiet li dejjem jaqilgħu l-problemi.", "Per eżempju l-liġi tagħna tistipula li biex prodott jidħol ġewwa pajjiżna, l-expiry date trid tkun imniżżla bil- ġurnata, x-xhar u s-sena', iżda kien hemm importatur li daħħal konsenja kbira mill-Amerika fejn skond il-liġi tagħhom ix-xhar irid jiġi ipprintjat qabel il-ġurnata u allura jekk ikun hemm 1001 ma tafx jekk id-data hijiex l- 10 ta' Jannar jew l-1 ta' Ottobru.", "Minħabba f'hekk dan il-prodott jeħel is- sanita`.", "Għalkemm hemm min jgħid li m'għandhiex għalfejn noqogħdu nfettqu fuqha, pero` l-verita` hi li fil-maġġoranza tal-każi l-health inspectors jkollhom raġun li jżommu dawn il-prodotti.", "Illum il-health inspectors huma ppreparati aħjar għaliex qabel l-introduzzjoni ta' din il-liġi biddilnilhom id-distretti biex nizguraw li nagħmlu użu aħjar mir-riżorsi limitati li għandna u mbarkajna wkoll fuq programmi ta' tagħlim biex niżguraw li dawn l- ispetturi sanitari jkunu ta' l-ogħla livell.", "Mistoqsija oħra kienet dwar xi żieda fl-ispiża meta jkun hemm upgrading ta' dawn il-istabilimenti.", "Jekk dawn il-istabilimenti jkunu jridu jagħmlu upgrading, l-ispiża tkun iffinanzjata mill-IPSE.", "Punti oħra li xtaqt nitkellem fuqhom huma punti legalistiċi.", "Per eżempju meta tinbidel liġi dawk li jkunu għamlu reati qabel, jieħdu amnestija?", "Ir- regolamenti ma tbiddlux anzi żdiedu u l-istess żdiedu l-pieni pero` ħafna minn dawn id-diffikultajiet legalistiċi naħseb wieħed jista' jiċċarhom fi stadju ta kumitat u jekk hemm xi ħaġa li m'hijiex ċara biżżejjed fil-liġi għad hemm iż-żmien fejn wieħed jista' jirranġa.", "Naħseb li dawn kienu l- punti prinċipali li tqajjmu iżda fil-ħin limitat li għandi huwa mpossibli li nidħol fit-tul f'kull wieħed minnhom.", "Hija ħaġa mportanti wkoll li nkunu konformi ma' dak li qegħdin ngħidu meta nitkellmu fuq liġijiet ta' importanza daqshekk kbira għall-konsumatur tagħna li niżguraw li l-klijenti tagħna jieħdu l-aħjar kwalita` ta' ikel, fl-aħħar mill-aħħar din se tkun tfisser żieda fil-prezz.", "Jien naħseb li hawnhekk wieħed irid jifhem, kif wara kollox fehmet l-industrija, li f'ċerti setturi, almenu fis-setturi ta' l-industrija, jekk ikun hemm żieda fil-prezz dik għandha tkun ġustifikabbli.", "L-ewwelnett illum għandna 1,200,000 turist fis-sena li jiġi jżuru pajjiżna, u hawnhekk wieħed malajr jifhem li b'numru ta' turisti tant kbir, dawn jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ekonomija tagħna mhux biss finanzjarjament imma wkoll f'dak li għandu x'jaqsam man-numru ta' nies li l-industrija tat-turiżmu tħaddem.", "Għalhekk ir-riperkussjonijiet li jkun hemm meta xi ħaġa tmur ħażina fis-settur turistiku huma kbar ħafna u, kif għedt jien stess, kienet l-industrija nnifisha li esiġiet li jkollna standards iktar għoljin biex niżguraw li nwasslu prodott tajjeb.", "Il- prodott tajjeb irridu nwassluh mhux biss għax jekk inwasslu prodott ħażin dan jagħtina reklam ħażin internazzjonalment, pero` iktar minn hekk għax illum prodott ħażin ifisser li t-turist li jiġi f'Malta u jsofri xi food poisoning jew minn xi marda oħra li hija konnessa ma' l-ikel, għandu dritt li jfittex lit-tour operator u jitlob kumpens għal dak li jkun sofra.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kienet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro li qalet li kien hemm xi ħadd fl-Ingilterra li mhux qal mhux kulħadd huwa dispost li biex jgħolli l-kwalita` ta' l-ikel jgħolli wkoll il-prezz, pero` jien naħseb li hawnhekk irid ikollna l-prijoritajiet tagħna f'posthom.", "Fil-fatt kien hawn diversi kelliema li qalu li filwaqt li dak li qal David Burn huwa veru, ejja nifhmu li xejn m'hu b'xejn u li għall-aħjar kwalita` inti dejjem trid tħallas iżjed.", "Ovvjament dan ma jfissirx awtomatikament li l-prodotti kollha se jogħlew.", "Illum fis-suq teżisti għażla ta' prodotti li għalkemm ikunu l-istess, ikollhom prezz differenti.", "Huwa veru li ġeneralment dak li jkun l-ogħla jkun ta' l-aħjar kwalita`, pero` hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq il-kwalita` biss imma iktar importanti minn hekk qegħdin ngħidu li jqum kemm iqum il-prodott, meta l-konsumatur jiġi biex jixtrih se jkollu ċ-ċertezza li dak il-prodott huwa safe u mhux ta' dannu għalih, u dan kollu bis-saħħa tal-provvedimenti li nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors kif bdejtu, cioe` li huwa ta' sodisfazzjon għalija li nara 'l fuq minn 20 kelliem miż-żewġ naħat tal- Kamra jaqblu dwar l-importanza ta' dan l-abbozz ta' liġi, ilkoll imħeġġa biex jaraw dan l-abbozz ta' liġi jkompli miexi għall-istadju ta' kumitat.", "Fil-fatt l-unika kritika li kien hemm, liema kritika kienet ġenwina, kienet li messna li ilna li għaddejna dan l-abbozz ta' liġi, pero` wieħed mill- kelliema ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Vella, qal li hu m'huwiex qed jitfa' l- ħtija ta' dan fuq dan il-gvern biss imma anke fuq il-gvern Laburista, għax qal li fil-qasam tal-konsumatur huma messhom ħadmu ħafna iżjed.", "Naħseb li huwa l-għan taż-żewġ naħat tal-Kamra li waqt l-istadju ta' kumitat inwasslu abbozz ta' liġi li mhux biss jiggarantixxi lill-konsumatur l-aħjar kwalita`, imma wkoll li nserrħulu moħħu daqs qatt qabel li dak li jikkonsma lokalment huwa ta' l-ogħla livell.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-sigurta' fl-ikel u biex iwaqqaf kummissjoni għas- sigurta' fl-ikel, biex jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar l-infurzar fi ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel, u biex jirrevoka l-Att dwar Ħwejjeġ ta' l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb\", jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi li dan l-istess abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-sigurta' fl-ikel u biex iwaqqaf kummissjoni għas-sigurta' fl-ikel, biex jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar l-infurzar fi ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel, u biex jirrevoka l-Att dwar Ħwejjeġ ta' l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb\", jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-POSTA", "POST OFFICE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, liema abbozz ta' liġi qed jirregola l-uffiċċju tal-posta, għandu numru ta' emendi.", "Pero` naħseb li jkun tajjeb jekk qabel ma nitkellem dwar dan l- abbozz ta' liġi nnifsu, nagħmel ftit riflessjonijiet dwar il-bidla li saret fil-funzjonijiet differenti li għandha l-posta, mhux biss f'pajjiżna imma wkoll madwar id-dinja.", "Illum, bil-mezzi ġodda ta' komunikazzjoni li qed jinħolqu madwar id-dinja u li qed jiżdiedu f'Malta wkoll, wieħed jista' jgħid li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed ikun hemm ir-riskju li l- importanza tal-posta tonqos drastikament, iktar u iktar jekk fil-posta ma jkunx hemm min hu lest jaġġorna lilu nnifsu mal-bidliet li jkunu qed iseħħu.", "Kif nafu, illum il-posta tradizzjonali qed tiffaċċja kompetizzjoni qawwija minħabba l-fatt li numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet li qabel kienu jibagħtu mijiet jew inkella eluf ta' korrispondenza kull sena, illum qed isibu modi oħra ta' kif jilħqu lil dawk il-persuni li jkunu jixtiequ jikkomunikaw magħhom.", "Għal ċertu żmien kien hemm l-\"attakk\" fuq il-posta mill-faxes u minn sistemi oħra ta' komunikazzjoni li m'humiex daqshekk effiċjenti daqskemm huma llum, imma llum, kif nafu, permezz ta' l-e-mails, l-organizzazzjonijiet qed ikunu jistgħu jikkomunikaw ma' xulxin fi ftit sekondi.", "Għalhekk is-sistema tal-posta tradizzjonali, fejn persuna tibgħat ittra illum u tirċievi r-risposta xi erbat ijiem wara, qiegħda kontinwament tiġi attakkata proprju minħabba l-fatt li llum, bis-sistemi iktar moderni ta' komunikazzjoni, ir-risposti qed ikunu ferm aktar immedjati.", "Pero' l- posta tradizzjonali, li kienet teżisti minn dejjem, xorta jibqgħalha rwol x'taqdi fost dawk is-sezzjonijiet tas-soċjeta' li għadhom ma ġewx f'kuntatt mal-mezzi ġodda ta' komunikazzjoni.", "Barra minn hekk jibqa' wkoll il-fatt li hi kemm hi effiċjenti, is-sistema ta' l-e-mail żgur li mhux se jirnexxielha tibgħat kotba u pakketti kbar minn destinazzjoni għal oħra għax ovvjament, huwa impossibbli li pakketti mdaqqsin jgħaddu minn ġo wire.", "Dan kollu jikkonferma li parti mill-funzjoni tal-posta tradizzjonali se tibqa' hemm.", "Fuq kollox ma nistgħux ninsew il-fatt li iktar ma jsiru ordnijiet u komunikazzjonijiet permezz ta' l-e-mail, iktar se tiżdied id-domanda tat- trasportazzjoni ta' affarijiet minn post għall-ieħor.", "Kif kulħadd jaf tajjeb, meta pakkett jasal fid-destinazzjoni tiegħu, bilfors irid ikun hemm xi ħadd li jwasslu għand id-destinatarju aħħari tiegħu.", "Mr Speaker, il-ħolqien tal-komunikazzjoni elettronika ta dimensjoni ġdida lill-qasam tal-posta għax filwaqt li l-posta tradizzjonali qed tiġi mminata, id-domanda għas-servizz ta' delivery ta' oġġetti kbar kemm f'Malta kif ukoll f'pajjiżi oħra se tiżdied.", "Għalhekk id-dinja kollha trid tagħmel il-bidliet neċessarji biex is-servizz tal-posta tradizzjonali jibqa' rilevanti, anke jekk ikollu jinbidel minn kif drajna bih sal-lum.", "M'ilux wisq li dan il-parlament approva l-abbozz ta' liġi li permezz tiegħu twaqqfet l-awtorita' dwar il-komunikazzjoni, li l-għan tagħha hu li tirregola d-diversi funzjonijiet tal-komunikazzjoni.", "Dakinhar kien hemm il- ħsieb li waħda mis-sezzjonijiet li taqa' taħt din l-awtorita' tkun proprju d-direttorat li jieħu ħsieb li jara li f'pajjiżna jkun hawn regolatur - li jkun jagħmel parti mill-Malta communications authority - li r-rwol tiegħu jkun li jħares l-interessi tal-qasam postali u jara x'inhuma l-ħteġijiet tiegħu.", "Fil-fatt illum qed nipproponu emendi għal-liġi dwar il-posta biex nassiguraw li l-funzjoni tal-communications authority bħala r-regolatur tal- qasam postali, tiġi fis-seħħ u verament naraw x'inhuma l-ħtiġijiet ġodda li qed jinħolqu f'dan is-settur.", "Permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed nipprovaw nilħqu diversi għanijiet importanti, b'dak prinċipali jkun il-ħolqien ta' qafas regolatorju effettiv li permezz tiegħu, fost affarijiet oħra, kulħadd ikun jaf preċiżament x'inhu jsir f'dak li għandu x'jaqsam ma' regolamenti li jkunu qed jitfasslu u jidħlu fis-seħħ.", "Iktar minn hekk, qed nipprovaw ukoll nagħmlu distinzjoni ċara bejn il-funzjoni tar-regolatur u dik ta' l- operaturi.", "Qed insemmi l-operaturi għax dan l-abbozz se jagħti l- possibilita' li f'dan il-qasam ikun hemm iktar minn operatur wieħed biex kulħadd ikun jista' jagħti sehmu, u bħala riżultat tal-pubblikazzjoni tal- liċenzji, id-diversi operaturi se jkunu jafu aħjar x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom kif ukoll x'possibilitajiet jeżistu biex iwasslu l- posta min-naħa għal oħra taħt liċenzji differenti minn dawk preżenti.", "Sur President, għan ieħor ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa dak li jwassal biex b'mod gradwali, is-settur tal-posta ta' pajjiżna jiġi lliberalizzat.", "Aħna naqblu li dan is-settur, bħal bosta setturi oħra, jgħaddi mill-proċess ta' liberalizzazzjoni biex tikber il-kompetizzjoni fost id-diversi operaturi u b'hekk is-servizz li jingħata jsir iktar effiċjenti.", "Hawnhekk nagħmel parentesi żgħira biex ngħid li b'mod ġenerali, tul is-snin is- servizz postali tagħna qatt ma kien wieħed ħażin u minkejja l-ilmenti kollha, dan is-servizz dejjem qeda l-ħtiġijiet tal-poplu.", "Pero' minkejja dan aħna xorta nemmnu li biex dan is-servizz ikompli jissaħħaħ u jsir iktar effiċjenti, hemm bżonn li jiġi lliberalizzat.", "Għalhekk l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jagħti l-opportunita' lid-diversi operaturi tal-qasam postali biex ikunu magħrufa b'mod uffiċjali.", "Hemm bżonn li għal dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur, pajjiżna ma' jinqatax mir-realta' dinjija imma jfittex li dejjem ikun in line mal-bidliet li jkunu qed iseħħu madwarna, għax fl-aħħar mill-aħħar, il-funzjoni tas-servizz tal-posta m'hijiex biss dik li jwassal ittra minn Birżebbugia għall-Mellieħa.", "Minbarra din il-funzjoni bażika hemm oħrajn li jmorru lil hinn minn xtutna.", "Sur President, kif għedt iktar kmieni, l-awtorita' Maltija tal- komunikazzjoni se jkollha d-dmir li tara li l-klawsoli kollha tal-liġi li għandna quddiemna jiġu fis-seħħ u ma jibqgħux biss fuq il-karta.", "Għalkemm din l-awtorita' hija relattivament ġdida, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tifhem x'inhuma l-funzjonijiet tagħha, u għalhekk qiegħda f'pożizzjoni li tieħu f'idejha l-funzjonijiet tar-regolatur tal-qasam postali.", "Illum il- ġurnata nafu li l-bidliet li seħħew u li għad iridu jseħħu f'dan il-pajjiż qed iġibu magħhom il-ħtieġa tas-separazzjoni tal-funzjonijiet tar-regolatur u l-operatur, biex ma jkunx hemm iktar diffikultajiet l-interessi li jista' jkollu l-post master general fid-deċiżjonijiet li jieħu fil-konfront ta' claims li jsiru minn individwi, kumpanniji jew organizzazzjonijiet li jkunu qed iħossu li mhux qed jingħataw is-servizz li jixtiequ.", "Nistgħu ngħidu li fil-ftit xhur li ilha topera, l-awtorita' tal-komunikazzjoni qed tindika b'mod serju l-passi li jridu jittieħdu fir-rigward tal-bidliet li hemm bżonn li jsiru.", "Irrid ngħid ukoll li biex wasalna għall-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, imxejna fuq il-mudell Irlandiż għax nafu li dan ħadem b'ċerta effiċjenza.", "Jien nispera li l-operaturi u r-regolatur tas-settur postali Malti jużaw l-esperjenza ta' l-Irlanda b'mod pożittiv.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi se jagħti wkoll il-possibilita' li minbarra r-regolatur, ikun hemm bord ta' appell biex jiddeċiedi dwar il- claims li jistgħu jsiru.", "Dan il-bord għandu jkun wieħed awtonomu, jiġifieri maqtugħ mill-operaturi u mill-istess awtorita'.", "Barra minn hekk dan il-bord ta' appell se jkun presedut minn avukat b'ta' l-inqas seba' snin esperjenza u minn żewġ membri oħra.", "B'hekk kull claim tkun tista' tiġi analizzata b'mod iktar serju biex imbagħad tittieħed l-aħjar deċiżjoni.", "Jekk imbagħad id-deċiżjoni tal-bord ta' appell fil-konfront ta' xi claim li jkollu x'taqsam ma' ħruġ ta' liċenzji jew ma' xi kondizzjoni ta' l-istess liċenzji ma tiġix aċċettata minn min ikun ressaq il-claim, id-deċiżjoni tkun tista' tiġi appellata quddiem il-qorti ta' l- appell.", "Sur President, sal-lum f'pajjiżna fil-qasam tal-posta qatt ma kien hawn iktar minn operatur wieħed u b'mod dirett jew indirett dan dejjem kien il- gvern ċentrali.", "Fejn qabel is-servizz tal-posta kien jingħata minn dipartiment tal-gvern, anke l-kumpannija li toffri dan is-servizz bħalissa nistgħu ngħidu li hija governattiva għax il-gvern għandu interessi primarji fiha.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li għandha tinħoloq sistema ta' liċenzjar li tagħti l-opportunita' lil operaturi privati li joperaw f'dan il-qasam.", "Il-ħsieb hu li s-sistema ta' liċenzjar toħloq flessibilita' fost l- operaturi differenti filwaqt li minn żmien għal żmien tkun tista' tagħmel il-bidliet meħtieġa fl-istess liċenzji.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jagħmel riferenza wkoll għall- pożizzjoni li pajjiżna jista' jieħu biex ma jinqatax minn dak li jkun qed jiġri fid-dinja.", "Hawnhekk nistgħu ngħidu li qed jiġu definiti b'mod iktar spjegat dawk li jissejħu universal services u l-obbligazzjonijiet ġenerali.", "L-emendi li nsibu bejn klawsola 17 u 28 huma prattikament il-bażi tal- bidliet li jridu jsiru f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk qed jingħad ukoll li d- dritt tal-universal service jiggarantixxi numru ta' faċilitajiet meqjusa bħala servizzi bażiċi, li jinkludu l-ġbir, it-trasport, is-sorting u l- konsenja ta' pakketti postali u tar-registered mail.", "Barra minn hekk hemm ukoll is-servizz li jingħata mill-post office innifisha.", "Huma dawn is- servizzi li aħna rridu li jiġu ggarantiti bil-bidliet li se jseħħu.", "Aħna rridu nassiguraw li kull min joffri servizz postali jagħmel dan b'garanzija ta' kwalita'.", "L-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu jipprovdi wkoll biex il-ministru, wara konsultazzjoni ma' l-awtorita' kompetenti, ikun jista' japponta universal service provider, dejjem b'garanzija ta' servizz tajjeb u possibbilment aħjar minn dak li ngħata s'issa.", "Fost affarijiet oħra, huwa importanti li l- universal service provider ikun f'pożizzjoni li jagħti s-servizzi kollha li hu obbligat li jipprovdi skond il-liċenzja li jingħata mingħajr ebda interruzzjoni.", "Skond il-provvedimenti ta' dan l-abbozz ta' liġi min ikollu liċenzja ta' provditur tas-servizzi postali għandu jħares diversi obbligi.", "Fost dawn insibu li jiggarantixxi li f'kull ġurnata tax-xogħol ikun hemm il- ġbir ta' oġġetti postali u li ssir konsenja fid-djar jew il-fond ta' kull persuna.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħinijiet li fihom il-provditur tas-servizzi postali jista' jwassal il-posta, dan ma jistax, per eżempju, iwassallek il- posta fis-2.00 a.m. jew f'ċerti ħinijiet strambi tal-ġurnata li jistgħu jikkawżaw inkonvenjenza għal dak li jkun.", "Il-universal service provider ma jistax jirrifjuta li jwassal posta fid-diversi destinazzjonijiet jekk ma jkunx hemm raġunijiet validi li huma speċifikati fil-liġi, li jagħmluha impossibbli li l-persuna tagħmel id-delivery.", "Però dak li qed jipprovdi s- servizz lanqas jista' jaqbad u jiddeċiedi li ma jridx iwassal l-ittra lit- tali persuna mingħajr ma jkun hemm raġunijiet validi li ma jiddeċidihomx hu.", "Meta xi ħadd jiġi miċħud mid-dritt li titwassallu l-posta, hemm ukoll proċess kif dan ikun mgħarraf ir-raġunijiet għal dan.", "Jistgħu jkunu raġunijiet ta' theddid li jista' jkollha l-persuna li hija direttament responsabbli biex twassal dak il-pakkett jew l-ittra fid-destinazzjoni partikolari.", "Kif għedt iktar kmieni, dan ma jfissirx li fil-fatt se jkun il-postman li jiddeċiedi li lit-tali ma jwassallux dik il-korrispondenza.", "Tkellimt fuq l-obbligi li għandu l-universal service provider, Sur President, però ma jagħmilx sens li inti tagħmel numru ta' obbligi fuq il- universal service provider u fl-istess ħin ma tagħtihx id-dritt li attwalment ħaddieħor ma jkollux.", "Fost dawn id-drittijiet tal-universal service provider, insibu li hu se jkun l-operatur uniku li jingħata ċerti drittijiet fuq servizzi li huma riservati.", "Is-servizzi riservati għall-provditur ta' servizz universali jinkludu l-ġbir ta' oġġetti postali, issostjar, trasport u konsenja ta' xi oġġetti ta' korrispondenza interna, transkonfini u posta diretta li l-piż tagħha jkun inqas minn 350g.", "Qegħdin ngħidu wkoll li t-tariffi jkunu wkoll maqbula, abbażi ta' kondizzjonijiet użati barra minn Malta, mhux jaqbad u jiddeċidihom hu.", "It-tariffi għal kull wieħed mis-servizzi provduti għandhom ikunu jħarsu ċerti prinċipji, fosthom li l-prezzijiet ikunu tali li jistgħu jitħallsu minn kulħadd u għandhom ikunu tali li kull utent ikollu aċċess għas-servizzi provduti.", "Huwa importanti li s-servizzi bażiċi, meqjusa bħala parti integrali mill-kondizzjonijiet tal-liċenzja għall-universal service provider, jingħataw b'mod effiċjenti.", "Jiġifieri, kif semmejt iktar kmieni, ikun hemm il-garanzija li l-posta tasal minn destinazzjoni għall-oħra u tinġabar b'mod regolari.", "Mhux biżżejjed li jkun hemm il-postijiet fejn l-individwi jwaddbu l-korrispondenza tagħhom, jekk imbagħad ma jkunx hemm il-garanzija li dik il-posta tinġabar, u mbagħad titwassal fid-destinazzjoni tagħha.", "It-tariffi għal kull wieħed mis-servizzi provduti jridu jkunu raġonevoli u għandhom ikunu konformi ma' l-ispejjeż li jkunu qed isiru mill-operatur li qed jipprovdi s-servizz.", "Jiġifieri jrid ikun hemm rabta bejn il-marġni tal- qligħ li wieħed jipprentendi li jkollu l-operatur u l-ispejjeż ta' l- operazzjoni tas-servizz tal-posta.", "Huwa importanti ferm li t-tariffi li jitħallsu għal servizz partikolari jkunu l-istess għal kulħadd u li jkunu mgħarrfa lil kull persuna li jista' jkollha l-bżonn tas-servizz, b'mod li jkollha garanzija li t-tariffi li qed jiġu ċċarġjati jkunu konsistenti u ma jkunx hemm diskriminazzjoni.", "L-abbozz ta' liġi jipprovdi biex jitħarsu l-interessi tal-persuni li jużaw dan is-servizz jew inkella ta' xi rappreżentant tagħhom jekk ikun hemm kwestjoni ta' rappreżentanza f'dan ir-rigward.", "Għalhekk qed ngħidu li huwa ferm importanti li meta jitfasslu quality-of-service standards jittieħdu kontinwament in konsiderazzjoni l-interessi tal-persuni li jużaw is- servizz.", "F'dan ir-rigward, permezz ta' artikli 24 u 28, kif hemm propost fi klawsola 11, qegħdin ngħidu li meta l-awtorità kompetenti tkun qed tistabilixxi l-livelli ta' kwalità tas-servizz tal-posta permezz ta' regolamenti, din trid tkun qieset l-interessi tal-partijiet kollha interessati.", "Jiġifieri l-awtorità m'għandhiex tagħmel dawn ir-regolamenti on its own imma għandha tagħmilhom wara konsultazzjoni ma' għaqdiet li jirrappreżentaw lilna bħala persuni li nużaw dawn is-servizzi.", "Skond artiklu 27 kif propost f'dan l-abbozz ta' liġi, qegħdin ngħidu wkoll li l- universal service provider se jkollu l-obbligu li jagħmel proċeduri trasparenti, sempliċi u li ma jiswewx.", "Jekk jista' jkun tibqa' tintuża s- sistema tal-lum u, jekk inhu possibbli, tiġi anke ssimplifikata ħalli ħadd ma jsib diffikultajiet.", "Imbagħad għandna diversi emendi oħrajn li huma konsegwenzjali għat-tibdil li għamilna.", "Dawn jikkonċernaw l-irwol tal-postmaster general li l- funzjoni tiegħu kienet strettament ta' regolatur ta' dan is-servizz.", "Din issa se tgħaddi għal għand l-awtorità dwar il-komunikazzjoni mwaqqfa taħt dan l-Att.", "Imbagħad qegħdin ngħidu li fejn hemm rwoli oħra f'dan is- servizz li huma differenti minn dik strettament ta' regolatur, dawk il- funzjonijiet li kienu iktar marbutin ma' l-operazzjoni, kif kienet il- funzjoni ta' postmaster general bħala l-persuna responsabbli mill-għoti ta' servizz, issa se jmorru għand l-operaturi differenti ta' dan is-servizz.", "Wieħed jista' jgħid li hemm ukoll żieda sostanzjali fil-penalitajiet u l- multi li jitħallsu fil-każ li jkun hemm xi tip ta' abbuż min-naħa ta' min qed jipprovdi s-servizz.", "Dan qegħdin nagħmluh proprju biex niggarantixxu li l-operatur li jkun qed jagħti s-servizz ma jeħilx multa li tkun ħmerija, imma tkun penalità li tikkorrispondi man-nuqqas li jkun twettaq.", "Hawnhekk l-awtorità se jkollha l-poter - u jien nemmen li qatt m'aħna se nkunu mġiegħla neżerċitawh - li f'każi estremi, f'każi ta' ċerta gravità min-naħa ta' l-operaturi, tissospendi u saħansitra tħassar il-liċenzja ta' operatur.", "Fuq dan il-punt artiklu 63, kif propost fi klawsola 40 ta' l-abbozz ta' liġi, jgħid li meta l-operatur postali jkun kiser għal diversi drabi xi disposizzjoni ta' dan l-Att jew xi regolament jew direttiva magħmula taħtu, l-awtorità tista' tissospendi jew tirrevoka liċenzja.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jipprovdi wkoll biex l-approvazzjoni tal-bolol li joħorġu jibqa' obbligu - għalkemm iktar indirett milli dirett - tal- ministru responsabbli mill-posta.", "Fl-emenda li se titressaq qegħdin ngħidu li l-ministru japprova l-bolol wara konsultazzjoni ma' l-istamp advisory board.", "Dan id-dritt li l-bolol jiġu approvati mill-ministru qegħdin inżommuh għaliex nemmnu li l-bolla mhijiex biss dik ix-xi ħaġa li teħel fuq envelope jew pakkett biex dak li jkun iħallas it-tariffa li suppost, imma nemmnu li l-bolol tal-pajjiż għandhom il-funzjoni li jirrappreżentaw lil Malta.", "L-istampa li jkun hemm fuq il-bolla hija ta' importanza relattivament kbira, speċjalment minħabba l-image ta' Malta barra minn pajjiżna.", "Mhux se noqgħod nidħol fil-kwestjoni tal-filatelija, madanakollu nafu kemm hemm importanza fil-qasam filateliku f'dik li hija rappreżentanza tal- pajjiżi differenti f'dak li jiġi stampat.", "Għalhekk ikun hemm ċerta kawtela, ċerti għażliet marbutin mat-tradizzjonijiet tal-pajjiż.", "Per eżempju, f'pajjiżna kellna u għad għandna diversi bolol li huma marbutin ma' żmien il-Kavallieri, mal-ħajja reliġjuża u mal-ħajja politika tagħna.", "F'dawn l-aħħar ftit snin kellna bolol li bdew jorbtu iktar ma' l-amjent naturali tagħna.", "Kellna settijiet tal-bolol li juru l-veġitazzjoni, l- għasafar, il-ħut ta' pajjiżna.", "Dawn huma kollha rappreżentazzjonijiet differenti ta' pajjiżna kemm f'Malta stess, u iktar importanti barra minn Malta.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li l-approvazzjoni tal-bolla li tkun se tiġi ppubblikata se tibqa' f'idejn min kien responsabbli qabel biex nassigraw li pajjiżna jkollu image xieraq barra minn Malta.", "Fl-abbozz ta' liġi hemm riferenza għall-printed matter appeals board li diġà jeżisti fil-liġi postali li għandna llum.", "Dan huwa bord li f'ċertu sens jara li jkun hemm iċ-ċensura ta' dawk l-affarijiet li jkunu ġejjin minn barra jew ikunu ndirizzati minn Malta għal Malta stess.", "Fil-fatt dan il-bord se jibqagħlu l-funzjoni li jara li jkun hemm il-kontroll ta' ċertu materjal li jidħol f'Malta.", "Tajjeb wieħed jagħmel parentesi żgħira hawnhekk.", "Qed nitkellmu mhux biss fuq iż-żamma ta' materjal pornografiku, imma fuq materjal ieħor li mhux suppost jidħol fil-pajjiż li jinżamm ukoll minn dan il-bord.", "Għalhekk iddeċidejna li nżommuh.", "Madanakollu ġie deċiż li dan il-bord ikun separat mill-bord ta' appelli dwar is-servizzi postali għaliex nemmnu li l-funzjonijiet tagħhom huma differenti għal kollox differenti minn xulxin.", "Għalhekk waqt li l-printed matter appeals board se jibqa' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala bord ta' ċensura fuq materjal li mhux suppost jidħol Malta, il-bord ta' appell se jidħol fi kwestjonijiet oħra.", "Per eżempju, jara jekk ikunx ġustifkat li l-awtorita tiċħad għoti ta' liċenzji jew inkella timponikondizzjonijiet fuq liċenzji ta' operaturi partikolari.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li l-ministru jista', wara li jkun kkonsulta ma' l-awtorita' responsabbli, jagħmel regolamenti dwar xi waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorita'.", "Dan isir biex jiġu mħarsa l-interessi tal-persuni li fil-fatt ikunu qegħdin jirċievu s-servizz postali.", "Kif għedt fil-bidu s-servizz postali, speċjalment għal ċerta tip ta' posta, jibqa' servizz importanti ferm u allura rridu naraw li jkun hemm regolamenti li jħarsu l-interessi ta' dawk li jirċievu dan is-servizz.", "Sur President, qegħdin ngħidu wkoll li l-operaturi jridu josservaw kondizzjonijiet partikolari u l-awtorita' trid tiggarantixxi li dawk il- kondizzjonijiet tal-liċenzja li suppost ikunu qed josservaw fil-fatt ikunu qed josservawhom b'mod mill-iktar tajjeb u b'mod li min ikun qed jirċievi s- servizz iħoss li dak is-servizz li qed jingħata huwa l-aħjar servizz li l- operatur jista' joffri.", "Qegħdin nagħtu l-possibilta' li jkun hemm operaturi oħrjan li jaħdmu f'dan is-servizz.", "Dawn l-operaturi ma jkollhomx l-obbligi li jkollu l-universal service provider, pero' huma operaturi li fil-ħajja tal-lum saru operaturi importanti u li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jagħtu servizzi differenti minn dawk li tagħti l-posta.", "Allura rridu naraw li dan l-abbozz ta' liġi filwaqt li jiggarantixxi d-drittijiet bażiċi tagħna bħala persuni li qed nużaw dan is-servizz ikompli wkoll itejjeb is-servizz tal- posta, u waqt li jagħmel dan irid jieħu in konsiderazzjoni l-bidliet kbar li qed iseħħu f'dan il-qasam.", "Sur President, m'għandix dubju li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, aħna li kontinwament nirċievu dan is-servizz inkunu f'pożizzjoni li ngħidu li qed nirċievu servizz ta' kwalita' u effiċjenti ferm iktar minn qatt qabel.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, nibda biex mill-ewwel ngħid li din hija liġi li fiha hemm affarijiet tajbin imma hemm ukoll affarijiet li aħna ma naqblux magħhom.", "Din hija liġi li permezz tagħha l-gvern se jwaqqaf awtorita' oħra li bħall-awtoritajiet l-oħra li twaqqfu s'issa, se tkun hemm biss biex il-gvern ifarfar ir-responsabbilita' minn fuq spallejh u meta jkun hemm xi problema jżeffinha kif irid u kif jaqbillu.", "Meta jiena kont sirt ministru responsabbli mill-posta, it-taħwid li sibt kien xi ħaġa tal-ġenn.", "Jekk ma tkunx miġnun ibqa' ċert li jġennek!", "Meta ndagajt biex nara x'kien qed iwassal għal dan it-taħwid, l-ewwel ħaġa li sibt kienet li l-posta kienet immexxija minn bord li moħħu kien biss kif lil din l-azjenda jneffaqha Lm2 miljun basta jittrasferiha għal post ieħor, meta fil-fatt kien hemm postijiet oħra tal-gvern li kieku ġew utilizzati kienet tlun xi ħaġa li biha l-gvern kien jiffranka l-flus.", "Kien bil-ħidma tal-gvern Laburista li ġew iffrankati madwar Lm2 miljun.", "Biżżejjed ngħid li fil-kuntratt għax-xiri ta' l-art f'Ħal Qormi biex fuqha jinbena l- uffiċċju l-ġdid tal-posta, kien hemm klawsola li tgħid li jekk fi żmien sena l-gvern ma joħroġx il-permess, il-gvern irid jgħaddi s-somma ta' Lm200,000 lil dawk li kienu qed ibiegħulu l-art.", "Hekk kien intrabat il-bord li kien qed imexxi l-posta.", "Fil-fatt għad hemm kawża għaddejja fuq din il- kwestjoni għax il-gvern Laburista ma riedx jaċċetta li jekk ma joħorġux il- permessi tal-bini jbati l-konsegwnzi hu.", "Il-kuntratti ma jsirux hekk imma min ibiegħ għandu jassigurak li l-permessi tal-bini se joħorġu.", "Jiena ma nafx kif l-avukati u l-esperti li kellu l-gvern ma tawx parir dwar din il- klawsola.", "Niftakar ukoll li l-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien kien offrilhom il- bini fejn kien hemm is-central supplies - fejn fil-fatt hemm il-posta llum - pero' l-bord minflok ħa l-parir tal-ministru sejjjaħ laqgħa urġenti u ġie deċiż li flok jirranġaw is-central supplies, jibnu post ġdid minn fejn il- posta tkun tista' topera, u dan meta l-art li riedu jixtru kienet iżgħar mill-post li fih qed topera l-posta llum.", "Aħna deherilna li dak li kien jsir ma kienx sewwa.", "Allura sar ftehim bejn il-ministeru responsabbli mill- posta u l-ministeru tax-xogħlijiet biex ħafna mix-xogħol li qabel kien se jsir mill-kuntratturi jsir mill-ħaddiema tad-dipartiment tax-xogħlijiet.", "B'dan il-mod il-gvern iffranka l-miljuni tal-liri għax lanqas nefaq il- kwart ta' dak li kien se jintnefaq kieku l-posta saret fejn il-bord ippropona li għandha ssir, u llum nistgħu ngħidu li l-post li minnu l-posta qed topera huwa wieħed diċenti ħafna.", "X'sibna aktar, Sur President?", "Peress li dak iż-żmien l-uffiċċju tal-posta kien sar Posta Ltd. u allura bħala kumpannija kellha l-awtonomija, sibna li kien hemm collective agreement diġa' ffirmat.", "Dan kien agreement li lill-gvern kien se jiswih eluf kbar ta' liri.", "Aħna mhux ma ridniex nonorawh imma bis-sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra li l-gvern Laburista kien wiret minn gvern Nazzjonalista preċedenti, ridna naraw dan il-collective agreement x'kien jinkorpora fih.", "Fil-fatt wara li saru diskusjonijiet maż-żewġ unions ewlenin, dan il-collective agreement ġie onorat bil-patt li l-posta trid tiġi fuq saqajha għax dak iż-żmien il-posta kellha madwar Lm3 miljun dejn.", "Għax ta' min jgħid li għalkemm Posta Ltd. kienet awtonoma, il-gvern kien għadu qed jagħmel tajjeb.", "Fil-fatt il-pagi kien għadu qed joħroġhom il- gvern.", "Jiena kont wieħed li nsistejt li qabel il-posta tiġi fuq saqajha, il-gvern ma jagħmilx iżjed letters of comfort.", "Mhux sew li jiġri x'jiġri ħadd m'hu responsabbli u kollox jaqa' fuq il-gvern.", "Is-sabiħa hi li wara li l-gvern joħroġ għonqu biex jagħmel tajjeb, nirċievi ittra miċ-chairman li kien hemm qabel u jgħidli biex inwarrab għax ma nifhem f'xejn!", "Ir- risposta dan ħadha waħdu għax il-posta ġiet ristrutturata u bdiet taħdem u mxiet ħafna 'l quddiem.", "Sur President, aħna konna għamilna agreement mal-Mid-Med Bank biex il-gvern jibqa' jżomm il-maġġoranza ta' l-ishma f'idejh, għax aħna nemmnu li l-gvern għandu jkollu l-maġġoranza ta' l-ishma u mhux nbiegħu kollox u niġu naqgħu u nqumu x'se jiġri mill-ħaddiema.", "Aħna qabel m'għaddejna l-posta lill- kumpannija l-ġdida konna ċerti li l-posta ġiet fuq saqajha u saret viabbli.", "Hawn min jgħid li meta l-ażjendi jkunu f'idejn il-gvern imorru ħażin.", "Jiena ma naqbilx ma' dan.", "Imorru ħażin għax min ikun qed imexxi jiġi jaqa' u jqum u ma jkollux interess li jara l-ażjenda miexja 'l quddiem, l-aqwa li qiegħed chairman jew xi membru fil-bord u ma jinteressahx x'inhu għaddej.", "Dan l-atteġġjament jiena sibtu mhux fil-posta biss imma fi kwalunkwe ażjenda.", "Ħafna nies fil-bordijiet u ħadd ma jaf x'inhu għaddej!", "Ħaġa oħra li sibt meta kont ministru responsabbli mill-post kienet li l- awtoritajiet tal-posta fil-Germanja kienu qed jgħidu li aħna kellna nagħtuhom somma flus konsiderevoli - ma niftakarx eżatt kemm - meta fil- fatt lil dawn konna diġa' ħallasnihom.", "Konna ktibnielhom u għednielhom li dik is-somma diġa' tħallset iżda huma kitbulna lura u qalulna li mhux veru.", "Imma mbagħad qabbadt lis-nies tal-posta biex jagħmlu riċerka u bix-xogħol li sar minn dawn in-nies responsabbli u mill-bord il-ġdid irnexxielna insibu l-irċevuta u ffrankajna li nerġgħu nħallsu somma flus li kienet diġa' tħallset.", "Nerġa' ngħid li bis-saħħa tal-management il-ġdid li ried jaħdem bis-serjeta' u bis-saħħa tal-ħaddiema kollha, qabel ma l-posta għaddiet għand il-Mid-Med Bank, li flimkien mal-gvern kellhom 60% ta' l- ishma, din kienet ġiet fuq saqajha.", "Issa ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq dak li l-gvern qed jipproponi permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, Sur President.", "Din hija xi ħaġa li diġa' ġiet ipprovata sew fl-Ingilterra kif ukoll fi Franza.", "Issa l-Ingilterra diġa' bdew jaħsbu biex ireġġgħu kollox lura u l- istess qed jagħmlu fi Franza.", "Għaliex?", "Għax dawn jemmnu li l-posta hija xi ħaġa li m'għandhiex tiġi lliberalizzata b'dan il-mod.", "Illum hawn il- computers, l-e-mail, il-fax machines u ħafna affarijiet oħra.", "Allura jekk illum hawn il-computer li diġa' qed jeħodlok ix-xogħol tal-posta, se niftħu iktar biex il-ħaddiema tal-posta jkollhom kompetizzjoni minn ħaddieħor u jitkissru?", "Wieħed forsi jgħidli: Allura inti kontra l-liberalizzazzjoni tal-posta!", "Jiena ngħidlu: Iva, jiena kontra l-liberalizzazzjoni tal-posta.", "Ma naqbilx magħha għax li noqogħdu noħorġu permessi lil ħaddieħor u noqogħdu ngħidu li l-kontrollur jista' jagħmel \"hekk\" u jista' \"hekk\", ma jimpressjonanix.", "Veru li fil-liġi hemm ħafna regolamenti u tgħid li se jkun hemm ħafna pieni ħorox, imma hawn Malta kulħadd jaf kif dawn l- affarijiet jibqgħu biss fuq il-karta.", "Sur President, waħda mill-ewwel problemi li l-posta se tħabbat wiċċha magħha hija dwar kemm se jispiċċaw nies.", "L-informazzjoni li għandi jien hija li biex il-posta ta' Malta titieħed minn ażjendi barranin, iridu jispiċċaw madwar 200 impjegat.", "Nispera li l-ministru fil-winding-up tiegħu jgħdilna jekk dan huwiex minnu.", "Għaliex dan?", "Biex nilliberallizzaw!", "Biex tal-courier service jidħlu fix-xogħol li tagħmel il-posta!", "Diġa' qed naraw xogħol li suppost isir mill-posta qiegħed isir kontra l-liġi.", "Qed nirriferi għat-tqassim ta' leaflets u kotba bieb b'bieb li qed isir minn ċerti individwi.", "Aħna għandna nkunu kburin bil-posta tagħna.", "Il-posta ta' Malta kienet waħda mill-aħjar u nemmen li għadha waħda mill-aħjar.", "Issa din l-awtorita' li se nwaqqfu m'hijiex xi ħaġa li kienet f'moħħ il-gvern, imma l-Unjoni Ewropea lill-gvern ta' Fenech Adami qaltlu li jrid jagħmel awtorita' u jrid jilliberalizza.", "Issa tilliberalizza x'jiġifieri?", "Tkisser dik il-ħaġa li għandek flok tirranġaha u tkompli miexi 'l quddiem, hekk tfisser!", "Jekk il-posta jkollha management tajjeb jiena nemmen li l-posta tkun tista' timxi 'l quddiem, u għandna nies kapaċi li lill-posta lesti jmexxuha 'l quddiem.", "Imma mbagħad lil dawn ma tridx toqgħod tagħmlilhom il- bsaten fir-roti u kull suġġeriment li jagħmlu twaqqagħulhom għax tgħid li huwa ħażin!", "Jiena ma nħossx li wieħed għandu joħloq kompetizzjoni ma' xi ħaġa li miexja tajjeb.", "Jekk għandi xi ħaġa li miexja tajjeb immur nivvinta l-kompetizzjoni!", "Meta kien ġie introdott it-telefon ċellulari l-ewwel tajna kuntratt ta' għaxar snin lill-kumpannija u wara li din belgħet kulma hawn, daħħalna kumpannija oħra biex taparsi hawn il-kompetizzjoni.", "Dan bħalma ġara meta kien ġie introdott il-cable television.", "L-ewwel ħallejna kollox f'idejn bniedem imbagħad wara għedna li se jkun hawn il-liberalizzazzjoni u min dan kollu ma kien xejn għax ħadd ma kien miġnun biex jidħol għal dan.", "Jien ngħid li din il-liġi se ssir speċifikament biex takkomoda lill-courier services, avolja fl-ebda ħin ma jissemmew b'mod dirett.", "Huma dawn il- courier services li se joħolqu kompetizzjoni lil Posta Ltd.", "Għalkemm il- ministru qal li l-posta tradizzjonali xorta se tibqa' rilevanti minħabba l- pakketti kbar li jkunu hemm bżonn jintbagħtu minn post għall-ieħor jew minn pajjiż għall-ieħor, nafu li anke dan ix-xogħol qed isir mill-courier services, avolja dan imur kontra l-liġi tal-posta.", "Allura quddiem dan il- fatt il-posta ta' Malta ma setgħetx għamlet bħal posti barranin u waqqfet sezzjoni li tieħu ħsieb dawn il-pakketti l-kbar f'ħin qasir?", "Ma setgħetx il-posta ta' Malta tibda' tagħmel ix-xogħol li bħalissa qed isir mill- courier services privati?", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern kien proprju dan li kellu f'moħħu li jagħmel, u mhux jagħti ċ-ċans lill-privat jikkompeti ma' xi ħaġa li minnha nnifisha kienet tajba.", "Aħna kellna f'moħħna li nirranġaw u nkomplu ntejbu s- servizz tal-posta eżistenti, mhux ngħinu lill-privat jisraq il-ħobż minn ħalq il-ħaddiema tal-posta.", "Dan għaliex il-courier services iħaddmu lin- nies bis-siegħa, u huwa għalhekk li spiss fis-6.00 a.m. jew fis-7.00 a.m. nirċievu xi magazine jew xi karti ta' xi offerti speċjali.", "Il-courier services ma jimxix bl-impjegati permanenti imma jħaddem lil dawk li per eżempju darba f'ġimgħa jkollhom iċ-ċans li jqassmu xi affarijiet bieb bieb, u fil-fatt naraw ħafna studenti jagħmlu dan ix-xogħol.", "Ta' min jgħid li xogħol ta' din ix-xorta jaqa' f'idejn il-posta u għalhekk skond il-liġi, it- tqassim bieb bieb ma jista' jsir minn ħadd ħliefha.", "Sur President, għalkemm il-ministru qal li se jemenda din il-liġi għall- benefiċċju ta' kulħadd, fl-ebda ħin ma ta garanzija li x-xogħol tal- pustiera u ta' l-impjegati l-oħra fi ħdan il-posta se jkun assigurat.", "Aħna nafu li għalkemm mhux se tibda' tissejjaħ hekk, se tinħoloq awtorita' oħra, u fil-fatt huwa proprju minħabba f'dan li aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni se nivvotaw kontra.", "Jien naħseb li b'dawn l-awtoritajiet kollha li qed jinħolqu, sa ftit snin oħra anke l-gvern ikun tneħħa biex minfloku tinħoloq awtorita'!", "Ma jistax ikun li rridu nirranġaw is-servizz tal-posta billi nagħmlulu kompetizzjoni qawwija.", "Franza, pajjiż enormi ħdejn tagħna, m'aċċettax li jagħmel ħaġa bħal din, imma aħna, biex nogħġbu lill-Unjoni Ewropea – għax fuq kollox din il-liġi ġejja minn hemm – iddeċidejna li nagħmlu dan.", "Jien naħseb li fil-winding-up il-ministru għandu jagħti garanzija lill-ħaddiema kollha fi ħdan il-posta li ħadd minnhom m'hu se jitkeċċa jew jintbagħat jaħdem x'imkien ieħor.", "Ma nixtieqx li jiġri dak li ġara meta l-posta saret Posta Ltd., fejn numru ta' pustiera intbagħtu jaħdmu mal-gvern, u minkejja l-wegħdi li kien għamel meta kien fl-oppożizzjoni, il-gvern Nazzjonalista baqa' ma rranġax is- sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema.", "U jekk għada pitgħada s-servizz tal-posta jiġi lliberalizzat, x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawn il-ħaddiema li ntbagħtu jaħdmu mal-gvern?", "Se jsiru a closed department, mingħajr id-dritt ta' promozzjoni?", "Iwiegħed il-ministru li lest jirranġa l-qagħda ta' dawn il- ħaddiema bħalma kien se jagħmel gvern Laburista, jew se jkeċċi lil kull min hu żejjed?", "Jien naħseb li iktar hemm ċans li ssir din ta' l-aħħar għax fl- Ewropa hekk qed jiġri u l-ebda mpjieg m'hu assigurat.", "Il-posta ta' Malta se ssir bħall-kumplament ta' l-Ewropa, tħaddem lin-nies bis-siegħa?", "Jekk naqraw between the lines tar-regolamenti ta' din il-liġi, insibu li kulħadd għandu d-dritt jaħdem kif jaqbillu.", "Għalkemm huwa tajjeb li issa se jkun hemm kontrollur biex jara x'bolol ikunu qed jiġu stampati, aħna mhux affarijiet bħal dawn biss irridu nisimgħu.", "Nerġa' ngħid li huwa tajjeb li se jkun hemm regolatur biex jieħu ħsieb l-istampar tal-bolol, għax bħalissa dawn qed jiġu stampati fil- Ġermanja u ħadd ma jaf x'qed isir eżatt.", "Illum hemm il-bord li jiddeċiedi kollox hu u ħadd ma jkun jaf b'xejn.", "Min għandu d-delizzju li jġemma' l- bolol jaf li llum il-ġurnata, il-bolla ta' Malta li fiż-żmien kienet tajba ħafna, ma saret tiswa xejn għax tant qed jiġu stampati settijiet ta' bolol li l-valur waqa'.", "Huwa veru li għal kull ħaġa li tiġri jkollna kommemorazzjoni ta' bolol, imma dan wassal biex l-bolla Maltija titlef il- valur tagħha fl-international market għax m'għadux ikollna limited edition ta' xi sett partikolari bħalma kien dak tal-Milied, li kien imfittex ħafna.", "Illum hemm il-Ġermanja li tiddeċiedi għalina x'bolol joħorġu u kemm jiġu stampati.", "Għalkemm huwa veru li din il-biċċa xogħol li l-bolol tagħna jiġu stampati fil-Ġermanja saret fi żmien gvern Laburista, f'din il-biċċa xogħol kien jeżisti ċertu kontroll u kien il-bord minn hawn Malta li jiddeċiedi liema bolol jiġu stampati.", "Skond informazzjoni li għandi, illum il-posta spiċċat f'sitwazzjoni fejn ma tafx kemm qed jiġu stampati bolol, u din hija xi ħaġa li lill-posta tagħtiha daqqa 'l isfel.", "Jien bl-ebda mod ma rrid nitfa' t-tort fuq il-ministru, għax huwa ovvju li dan mhux se joqgħod jara kemm qed jiġu stampati bolol, pero' tajjeb li din is-sitwazzjoni tiġi rranġata, l-iktar għall-benefiċċju tal-filatelisti.", "Rigward il-fatt li din il-liġi ġiet ibbażata fuq dik tal-posta Irlandiża, jien assolutament m'iniex impressjonat.", "Meta mqabbla ma' dik Ingliża, Franċiża jew Ġermaniża, il-posta Irlandiża xejn m'hi serja.", "Għall-posta Irlandiża l-iktar ħaġa mportanti huma l-flus.", "Allura aħna se nispiċċaw inħarsu biss lejn il-flus, mingħajr ħadd ma jidħol responsabbli għall-ittri u l-pakketti li ma jaslux?", "Għandna għalfejn immorru l-qorti biex naraw għalfejn xi ittra li nkunu bgħattna ma tkunx waslet?", "X'jiġifieri li minkejja li għandna d-dritt nappellaw quddiem il-postmaster general dwar xi ittra li ma tkunx waslet, iktar u iktar meta f'pajjiżna hawn servizz wieħed biss ta' posta, ma ningħatawx sodisfazzjon għax ħadd ma jkun jaf x'ġara?", "Allura jien nirraġuna li la ħaġa bħal din hija diffiċli llum meta għandna posta waħda, aħseb wara kemm se jkun iktar diffiċli li ningħataw sodisfazzjon meta jkollna iktar minn servizz postali wieħed!", "Għar-rigward tal-ħlasijiet, il-ministru qal li kulħadd irid jimxi mal- prezzijiet iffissati fil-liġi, u hawn se noħroġ ftit barra mis-suġġett.", "Inti taf daqsi, Sur President, li għalkemm per eżempju l-avukati u l- professjonisti għadhom iżommu mat-tariffi imposti bil-liġi, kulħadd jiċċarġja kemm irid.", "Biżżejjed ngħid li jekk persuna tirrikorri għand professur fl-isptar għal operazzjoni jkollha tistenna xi tliet xhur minħabba l-waiting list twila li hemm, waqt li jekk tagħti lill-istess professur xi Lm3,000, tkun tista' tagħmel l-istess operazzjoni l-għada stess.", "Jien naħseb li liġijiet ta' din ix-xorta qegħdin hemm biss biex idaħħku lin-nies, għax anke per eżempju fir-rigward tat-tariffi tat- telephones u ta' dawk ċellulari ħadd ma jista' jiċċekkja jekk il-kont li jirċievi jkunx korrett jew le, aħseb u ara f'dak li għandu x'jaqsam mal- posta.", "Jien naħseb li nkunu qed nidħku bina nfusna meta ngħidu li t-tariffi tal- posta se jkunu safeguarded.", "Għalkemm skond il-liġi hekk suppost li jsir, fir-realta' veru se jkunu ssalvagwardati?", "Jien ma tantx inħossni fiduċjuż li dan se jseħħ għax la s'issa, b'posta waħda, ħadd m'hu assigurat, aħseb u ara kemm se nkunu safeguarded b'20 servizz postali!", "Nistħajjel li hawn min qed jaħseb li jien favur il-monopolju.", "Le, m'iniex favur dan, imma lanqas ma jien favur li minflok inkompli ntejjeb xi ħaġa li tkun miexja sew, inkissirha.", "Il-posta hija waħda mill-affarijiet l-iktar essenzjali ta' kull pajjiż, u għalhekk jien naħseb li din għandha tibqa' titmexxa mill- gvern.", "Iva, f'pajjiżna hawn nies kapaċi jmexxi intrapriża ta' daqstant importanza, u fl-imgħoddi kellna l-provi li dan huwa minnu.", "Jien nemmen li f'Malta hawn nies ta' kuxjenza li kapaċi jmexxu s-servizz postali bis- serjeta'.", "Sur President, ma jistax ikun li għax id-dinja miexja lejn il- liberalizzazzjoni, aħna nħossuna obbligati li nilliberalizzaw is-servizz postali tagħna.", "Allura jekk id-dinja qed tiġġennen, pajjiżna għandu jagħmel l-istess!", "Pero' jien iktar naħseb li l-fatt li d-dinja qed tilliberalizza qed jintuża biss bħala skuża.", "Pajjiżna huwa żgħir, u għalhekk għandna noħolqu sistema għalina u mhux nimxu fuq dik li qed tadotta d-dinja.", "Is- servizz tal-posta ta' Malta dejjem ħadem, avolja xi drabi ma kienx perfett.", "Allura minflok inkissru dak li nbena tul is-snin, għaliex ma narawx x'nistgħu nagħmlu biex nimmeljorawh?", "Meta l-posta għaddiet f'idejja kienet imfarrka, imma n-nies li ġew inġaggati fiha, li mhux kollha kienu jħaddnu l- istess kulur politiku, ħadmu kemm felħu u rnexxielhom jirranġaw is- sitwazzjoni diżastruża li sabu.", "Għalkemm nifhem li jridu jsiru ċerti tibdiliet għal din il-liġi - għax dak li kien tajjeb għall-1939 żgur li m'għadux japplika għaż-żminijiet tal-lum - nemmen li l-bidliet isiru għall- aħjar mhux jekk nifformaw awtorita' biex tkun hi li toħroġ il-permessi għal servizzi postali minflok il-gvern.", "U quddiem dan kollu, x'sigurta' ta' konfidenzjalita' se jkun hemm?", "Minn għada, min irid iwaqqaf posta privata jista' jagħmel dan bil-liberta' kollha, u allura bl-istess argument għaliex ma nagħmlux l-istess fir-rigward ta' l-ispiżeriji, li għalkemm hawn il- liberalizzazzjoni ħadd ma jista' jaqbad u jiftaħ spiżerija!", "Rigward il-kompetizzjoni, nixtieq nistaqsi jekk din hijiex se tkun bejn il- posti privati jew inkella jekk is-servizzi postali privati humiex se jikkompeti mal-posta eżistenti, għax skond din il-liġi, il-posti privati għandhom kull dritt li jagħmlu dan.", "U l-gvern se jibqa' jinqeda bil-posta eżistenti jew għalih kulħadd se jkun l-istess?", "Allura quddiem dan kollu, possibbli li l-gvern ma jirrealizzax bil-ħsara li se jagħmel?", "Minkejja t- teknoloġija avvanzata tal-lum, ħafna mix-xogħol li tagħmel il-posta m'huwiex se jinbidel, għax minbarra t-tqassim ta' l-ittri, din tieħu ħsieb affarijiet oħra.", "Jien ma rridx ngħid li dak kollu li hawn f'din il-liġi huwa ħażin, anzi hemm bosta affarijiet li jagħmlu sens.", "Pero' fir-rigward tal-ħruġ tal-liċenzji għal iktar servizzi postali, ma naqbilx għax naħseb li l-ħaddiema se jiġu affettwati ħażin.", "L-interess prinċipali tal-Partit Laburista minn dejjem kien il-ħaddiem u għalhekk aħna rridu assigurazzjoni li b'din il-liġi, bil-kompetizzjoni kollha li se tinħoloq u bil- liberalizzazzjoni tal-posta, ħadd mill-ħaddiema m'hu se jitlef postu.", "Jien ħaddiem, u għalhekk naf x'se jiġri hekk kif il-posta tiġi liberalizzata.", "Min se jidħol għal din l-intrapriża żgur li ma jaffordjax li jagħmel it- telf u m'huwiex se jaħsibha darbtejn biex jagħti s-sensja lil dawk il- ħaddiema li jidhirlu li jkunu żejda.", "Bħalissa, minħabba t-traġedja fl-Amerika, nafu kif ċerti airlines bħas- Swissair qed jagħtu s-sensji lill-ħaddiema tagħhom għax naqsilhom ix-xogħol u qed jagħmlu t-telf.", "Allura la għada pitgħada s-servizz postali jiġi lliberalizzat, il-ħaddiema tagħha se jiġrilhom l-istess?", "Peress li pajjiżna huwa żgħir, hekk kif dan is-servizz jiġi lliberalizzat, ħobża waħda tkun trid tinqasam bejn mija, u għalhekk il-posta eżistenti se tispiċċa b'xejn.", "Din il-liġi saret sempliċement biex il-gvern ikun jista' jilliberalizza s- servizz postali, u għalhekk huwa inutli li joħloq l-awtoritajiet biex taparsi tkun l-awtorita' li lliberalizzat dan il-qasam u mhux hu.", "Għalxejn inkomplu nivvintaw awtoritajiet bħall-Malta communications authority, li għalkemm tidher xi ħaġa bombastika fir-realta' m'hi xejn.", "Rigward iċ-ċensura, il-ministru qal li din se tibqa'.", "Hawn jien naqbel miegħu, għax jgħidu x'jgħidu n-nies, assolutament ma naffordjawx li nneħħu ċ-ċensura mill-qasam postali.", "Jien naħseb li llum hawn ċensuri moħħhom miftuħ biżżejjed biex jaraw x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin, għalhekk żgur li dan l-element għandu jibqa'.", "Mr Speaker, nixtieq li l-Ministru jgħid x'sigurta' u x'saħħa se jkun hemm fil-posta fir-rigward tad-droga?", "Min se jiċċekkja l-posta ta' persuni li jkunu qed jiġu mhedda.", "Nafu li bħalissa l-posta m'hijiex f'pożizzjoni li tqabbad lid-drug squad biex jiċċekkjaw jekk ċerti ittri jkunux bombi, għax dawn ta' l-aħħar kienu qed jitolbu ħlas fenomenali li l-posta assolutament ma setgħetx taffordjah.", "Allura l-posti l-ġodda li se jibdew joperaw, x'mezzi ta' sigurta' se jkollhom biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "U ladarba jagħmlu dan, min se jħallas tas-servizz, l-individwu jew il-kumpannija?", "Dawn l-affarijiet ma ssibhomx fil-liġi, u jekk qegħdin hemm m'humiex jinftiehmu ħalli nitkellem ċar u tond.", "Jien m'iniex se noqgħod nitkellem fuq l-artikli li se jinbidlu għax inħobb nitkellem b'mod li jifhmuna n-nies li jkunu qed jisimgħuna.", "Il-ministru għamel espożizzjoni tajba ħafna fuq il-liġi, u qal fejn irid jasal il-gvern.", "Il-politika tal-gvern hija li jilliberalizza u jimxi, u f'dik ma nistax nindaħallu jien.", "Imma bħala partit li nemmnu li l-ħaddiem għandu jkollu s-saħħa fl-azjenda tiegħu, aħna konna qed ngħidu li meta nipprivatizzaw 40%, parti minn dawn l-ishma jridu jmorru għand il-gvern u parti jmorru għand il-ħaddiema.", "Issa x'se jiġri, il-ħaddiem m'hu se jkollu l-ebda sehem f'din l-azjenda?", "Aħna konna diġà bdejna bil-policy li kull azjenda li jkollu s-saħħa fiha l- gvern 'il quddiem irid ikun hemm direttur/ħaddiem.", "Anke f'dawk l-azjendi li bdejna nilliberalizzaw, waħda mill-kondizzjonijiet li għamilna kienet li fil-bord ikun hemm bilfors direttur/ħaddiem.", "Għax jew qegħdin fis-sena 2001 jew għadna ngħixu fl-1800, fejn min jiflaħ iħawwel.", "Dan mhux tajjeb.", "Il-ministru qal li l-qasam postali għad għandu importanza kbira u anke aħna nemmnu dan.", "Allaħares le, għax kieku m'għandniex għalfejn inressqu dan l- abbozz ta' liġi.", "Din il-liġi qed titressaq għax kien hemm ħafna couriers li qalu li mhux sewwa li din l-azjenda mhix liberalizzata għax huma ma jistgħux ikollhom ċerti drittijiet.", "U l-couriers bdew taħt l-iskuża li jibagħtu pakketti barra urġenti u mbagħad bdew iwasslu ittri urġenti għax dak iż-żmien ma kienx hawn e-mail.", "Illum m'għandniex għalfejn nibagħtu ittri bil-courier biex flok jieħdu tlett ijiem biex jaslu, tibgħathom filgħodu u jaslu sa nofsinhar.", "Illum tista' tikkommunika ma' kumpannija barra minn Malta dak il-ħin stess u l-posta setgħet tagħmel dan ix-xogħol ukoll.", "Għalhekk ix-xogħol ta' ħafna couriers naqas, allura meta raw x'kien se jiġri bdew jippressawna biex jidħlu f'din il-competition meta aħna konna fil-gvern.", "Din ma naqbel magħha xejn.", "Mhux imbilli noqogħdu ngħidu li dan l-Att se jagħti ħafna drittijiet, jien irrid inkun naf x'sigurtà se jkun hawn l-ewwel u qabel kollox.", "Artiklu 33 ta' l-Att prinċipali se jiġi emendat u se jaqra hekk:", "\"Kull kaptan ta' bastiment jew pilota ta' ajruplan li jkollu abbord xi oġġett postali jew valiġġa postali li tkun mibgħuta lejn Malta għandu, minnufih kif jasal f'xi port jew post f'Malta, jara li dak l-oġġett postali jew valiġġa postali jiġu kkonsenjati lill-operatur postali li jkollu jedd jirċievi dak l-oġġett jew dik il-valiġġa.\"", "Allura m'hemm sigurtà ta' xejn, għax kull ħaġa li tidħol minn barra trid tmur il-posta, peress li llum l-awtorità qiegħda f'idejn il-posta.", "Allura malli jaslu dawn l-oġġetti postali jitfgħuhom hemm u m'għandhom x'jaqsmu xejn iktar!", "Qabel kien responsabbli l-postmaster general filwaqt li llum kull operatur se jkollu din ir-responsabbiltà.", "Mela se jkollna iktar affarijiet fl-arja, għax l-operatur se jkollu l-liċenzja imma ma nafux kemm se jinżamm responsabbli għal dak li jinqala'.", "Issa flok il-postmaster general li kellu s-saħħa li jara x'ikun qed jiġri fil-posta, se jkun responsabbli l-operatur.", "Qed ngħidu wkoll li l-uffiċċju tal-posta se jiġi sostitwit mill-awtorità.", "Meta kellek istituzzjoni li qed taħdem sew, kif tiġi tgħid li issa spiċċat għaliex se tidħol l-awtorità?", "Jiġifieri issa l-awtorità se tiddeċiedi u mhux il-postmaster general meta qed naraw li fi Franza u ġo l-Ingilterra qed jerġgħu jaħsbuha li jerġgħu jġibu kollox, jekk mhux kif kien imma kważi kif kien, għaliex qed jgħidu li dik l-aħjar sistema li kellhom.", "Meta inti tilliberalizza jibda l-inkwiet għax wieħed jiftaħ biċċa garaxx u jgħid li se jagħmel posta, isib erbgħa min-nies biex iqassmu l-posta u mbagħad nibdew nilmentaw li dik l-ittra jew dak il-pakkett ma waslux.", "Bl- awtoritajiet kollha u bil-courier service li kellna, jien niftakar li darba bgħatna xi ħaġa bil-courier u ma waslitx.", "U meta fittixna ħadd ma ħa r- responsabbiltà.", "Hekk se jiġrilna?", "Jekk jiġru affarijiet bħal dawn min se jieħu r-responsabbiltà?", "Naturalment għada nistennew li naqilgħu l-kritika mill-couriers u jgħidulna li huma kollha responsabbli.", "Imma meta kellna każi fejn intilfet xi posta ħadd ma ħa sodisfazzjon ta' xejn.", "Billi tmur il-qorti!", "Meta nisma' bil-qorti niġġennen!", "Mela jien se nagħmel xi sentejn tiela' u nieżel il-qorti fuq ittra jew pakkett!", "Illum jien nista' mmur għand il-postmaster general li għandu awtorità ta' kontrollur, imma issa rridu nagħmlu kontrollur biex inwaqqfu awtorità.", "Allura se jkollna noħorġu l-flus biex l-awtorità jkollha l-impjegati tagħha bħall- awtoritajiet l-oħrajn.", "Fi klawsola 38 li qed temenda artikolu 61 ta' l-Att prinċipali jingħad li:", "\"Ma tkun tista' tittieħed ebda azzjoni kontra l-gvern, l-awtorità jew xi uffiċjali tagħha, operatur postali jew xi uffiċjal ta' operatur postali.\"", "Allura se nneħħu r-responsabbiltà kollha minn fuq il-gvern u jekk wieħed irid ifittex lil xi ħadd ifittex lill-privat.", "Hekk isir barra minn Malta.", "Fejn se tasal billi tfittex lill-privat?", "Jekk il-gvern m'hu se jkollu saħħa ta' xejn għax illiberalizza, min se jinżamm responsabbli?", "Hemm klawsoli tajbin fil-liġi li bilfors riedu jsiru, imma ma tistax tiftaħ il-posta beraħ, l-iktar post sensittiv, bħalma huwa l-airport.", "Billi aħna pajjiż żgħir dawn huma areas sensittivi għalina, bħalma huma s-servizzi ta' l- ilma, ta' l-elettriku, u taż-żejt.", "U peress li l-posta huwa qasam li għandu x'jaqsam mal-komunikazzjoni huwa sensittiv iktar minn kull ħaġa oħra.", "Kulħadd jista' jara l-inkwiet li hemm fid-dinja bit-transactions tal-flus li jsiru, aħseb u ara aħna, pajjiż żgħir daqshekk, kemm għandna niftħu l- qasam tal-posta beraħ!", "Għax illum se jkollna operaturi Maltin, imma jekk għada tgħaddi tal-gvern u l-poplu jiġġennen u jivvota biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, l-Ewropej ikollhom dritt jiġu joperaw hawnhekk ukoll.", "Aħna għamilna biċċa agreement mal-posta Ġermaniża u lanqas konna kapaċi mmexxuh għax it-taħwid li sibna kien xi ħaġa ta' l-għaġeb, aħseb u ara issa meta se nippermettu li min irid jiftaħ il-posta hu!", "Dan m'għandux isir, u m'għandux isir proprju għaliex kif għedt diġa', pajjiżna huwa żgħir.", "Il-ministru qal ukoll li b'dan l-abbozz ta' liġi, ir-regolatur se jingħata s-setgħa li jirregola lill-operaturi, pero` meta niġu għall-fatti nsibu li veru se jkollu din is-saħħa r-regolatur?", "Inutli li fl-abbozzi ta' liġi noqogħdu niktbu li se jsiru dawn l-affarijiet jekk imbagħad inkunu nafu li fil-prattika m'humiex se jsiru.", "Jien naqbel li l-postmaster general isir regolatur imma mbagħad ma naqbilx li titwaqqaf l-awtorita`.", "Din l- awtorita` m'hijiex se titwaqqaf biex tmexxi l-posta imma biex nilliberalizzaw, u kulmin ikun irid - u hawn hu l-crux kollu ta' dan l- abbozz ta' liġi - ikollu dritt jaqbad u jdaħħal servizz postali hu.", "Sal- lum ħaġa bħal din ma kenitx tista' ssir, u fil-fatt il-ministru semma li kien hemm ħafna li sabu ruħhom il-qorti minħabba li kienu qed jipprovaw jagħmlu x-xogħol tal-posta huma.", "Fil-fatt, meta kont ministru, kelli diversi kwestjonijiet ma' dawn in-nies ukoll u kont nipprova nispjegalhom li x-xogħol tal-posta, il-posta biss tista' tagħmlu, sakemm dak li jkun ma jġibx il-permess tal-postmaster general, li kien ir-regolatur dak iż-żmien, biex jibda jagħmel dan ix- xogħol.", "Meta aħna konna wrejna x-xewqa tagħna li nsibu partner għall- posta, tgħidx kemm kien hemm min huwa interessat, pero` dawn kienu qed jippretendu li jagħmlu ristrutturazzjoni fil-posta, u fost il-bidliet li jagħmlu jbiddlu wkoll lill-impjegati.", "Min-naħa tiegħi kont għedtilhom mal- ewwel li jekk iridu jagħmlu ristrutturazzjoni, jistgħu jagħmluha kemm iridu basta ma jbiddlux il-funzjonijiet li kellha l-posta sa dakinhar.", "Aħna dan ma ridniehx, u ma ridniehx għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett f'moħħna aħna dejjem kellna l-interess tal-ħaddiema, u t-tieni nett konna nafu li meta l- posta telqet minn taħt idejn il-gvern u saret kumpannija, il-posta tkissret, tfarrket, marret il-baħar u ħadna sena biex irranġajnieha.", "Imbagħad minn fuq tgħidx kemm qlajna fuq wiċċna u kemm qlajna kritika għax qalulna li l-ħaddiema ma jafux fejn qegħdin u li l-collective agreement bqajna ma tajnihulhomx!", "Ara dakinhar, ħadd ma kien qalilhom lill-ħaddiema li ma kienx hemm flus għax ma kellniex management tajjeb, u jien minn dan qiegħed nibża'; li issa, ġaladarba l-posta tiġi f'idejn dawk il-kumpanniji li l-gvern qed jagħmel it-trattattivi magħhom, dawn, meta jaslu għas-si u n- no, se jnaqqsu n-nies.", "Għaliex?", "Għax il-kumpannija jkollha competition ma' kumpanniji oħra, jekk hi stess ma jkollhiex kumpannija oħra li tikkompetilha għax hekk ikun jaqblilha.", "Aħna nafu xi ħteġijiet għandha l-posta llum u kif qal il-ministru, biex il- posta timxi 'l quddiem trid timmodernizza ruħha.", "Wara kollox min ma jaqbilx li l-posta timxi maż-żminijiet u timmodernizza ruħha?", "Hawn xi ħadd miż-żewġ naħat tal-Kamra li qed jgħid li ma jaqblilniex inħalluha timmodernizza ruħha imma għandna nħalluha titmermer u titkisser?", "Min jagħmel dan l-argument m'huwiex f'sensih u trid tkun miġnun biex tħalli lill-posta titkisser u titfarrak.", "Aħna ż-żewġ naħat naqblu li l-posta għandha tiġi rikostitwita, imma biex tiġi rikostitwita dan ma jfissirx li għandi ngħabbi bil-piż lill-gvern, iktar u iktar meta kif nafu, illum il- finanzi tal-gvern huma mmelħin.", "Meta titwaqqaf awtorita`, ikun irid jinħatar iċ-chairman, ir-regolatur, il-kontrollur, il-board u xi 20 impjegat - għax issa dan hu li qed nipprovaw nivvintaw; kif nimpjegaw lin- nies - pero` siegħa wara li jitla' fil-gvern il-partit Laburista, dawn jistgħu jgħidu bye-bye għax il-partit Laburista qed jgħid mil-lum stess x'se jiġri meta jitla' fil-gvern hu.", "Aħna ma naqblux li l-posta għandha tingħata kompletament f'idejn il-privat imma ninsistu li 60% tal-posta għandha tibqa' taħt idejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "Lanqas l-Air Malta, is-Sea Malta u l-international airport ma għandhom jingħataw totalment f'idejn il-privat u hawn ukoll, aħna nemmnu li 60% ta' dawn il-kumpanniji għandhom jibqgħu tal-poplu Malti.", "Il-gvern qed jilliberalizza l-qasam tal-posta għax imbottat mill-Unjoni Ewropea li jagħmel hekk minħabba li l-Unjoni ma tridx monopolji.", "Issa minflok m'hu qed ngħidu li se nilliberalizzaw direttament, qed ngħidu li se nwaqqfu awtorita` awtonoma ...", "Għax illum għandna ħafna awtoritajiet awtonomi, imma mbagħad meta dawn jiġu għall-finanzi, jistrieħu fuq il-gvern, jew aħjar fuq il-poplu, biex iħallas hu.", "Anke l-qorti hija awtonoma, bil- maġistrati u bl-imħallfin b'kollox, pero` mbagħad huwa l-poplu li jħallas!", "L-universita` hija awtonoma wkoll, imma anke f'dan il-każ iħallas il-gvern.", "Dawn l-entitajiet kollha huma awtonomi, kollha ma jridux lil min jindaħlilhom, imma meta mbagħad tistaqsihom minn fejn se jġibu l-flus, jirrisponduk billi jgħidulek li dak joħroġhom il-gvern.", "Kieku dawn l- entitajiet ma jridu lil min jindaħlilhom f'xejn, pero` mbagħad meta jiġu għall-pagi jew inkella meta jkunu qed jitilfu l-flus huwa l-gvern li jkun irid jagħmel il-letters of comfort u jagħmel tajjeb!", "Ġaladarba qed insemmu t-telf li jagħmlu l-korporazzjonijiet u entitajiet oħra, irrid ngħid li jien ma naqbilx ma' min jgħid li llum il-pajjiż għandu Lm1 biljun dejn għax fil-fatt illum il-pajjiż għandu Lm1.5 biljun.", "Għaliex?", "Għax id-dejn li għandhom il-korporazzjonijiet, fosthom dik tad- dawl u l-ilma, huwa l-gvern jew il-poplu li jrid iħallashom ukoll.", "Imma l- gvern irid iwaqqaf l-awtoritajiet ħalli b'hekk ikun jista' jneħħi r- responsabbilta` minn fuqu u meta xi awtorita` tfalli jgħid li mhux hu falla imma l-awtorita'!", "Anke l-kumpannija tal-Gozo Channel kienet awtonoma, u meta falliet kellu jidħol il-gvern għaliha biex iħallas il-bolli, id-diesel u kollox.", "Dawn huma affarijiet li aħna ma naqblux magħhom.", "Kemm se ndumu nwaqqfu awtoritajiet, bħallikieku l-ministri u l-istaff tagħhom m'humiex kapaċi jmexxu!", "Matul dawn l-aħħar tliet snin ma nafx kemm-il awtorita` twaqqfet, u fuq kollox ma rajna xejn ġdid.", "Ara llum, se nneħħu kollox minn idejn il-postmaster general, se nwaqqfu awtorita` u kontrollur, u se nifirdu l-posta mill-kontrollur u mill-awtorita` biex imbagħad il- kontrollur u l-awtorita` jkunu jistgħu joħorġu l-liċenzji u jissorveljaw lil dawk il-kumpanniji li jkunu qed jagħmlu x-xogħol postali.", "Issa l-crux ta' dan kollu qiegħda hawn: Jekk b'din il-liberalizzazzjoni l- posta tmur 'il quddiem, min se jkun responsabbli?", "U kull azjenda se jkollha d-dritt li toħroġ il-bolli u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-posta hi?", "Kulmin jitlob liċenzja biex jagħmel ix-xogħol tal-posta, dan se jkollu l-istess drittijiet bħalma għandha l-posta llum?", "Meta, per eżempju, ikun irid joħroġ sett ta' bolli, kulma jkun irid jagħmel huwa li jmur għand il- postmaster general, għand il-kontrollur jew għand l-awtorita` - għax issa lanqas nafu għand min ikun irid imur lanqas! - u jgħarrafhom b'dan?", "Meta l- uffiċċju tal-posta se jiġi on equal footing ma' dawn l-azjendi, dan xi rwol se jibqa' jkollu?", "U l-pakketti tal-posta li jaslu, f'idejn min se jkunu?", "Min se jkollu s-sigurta', l-awtorita', il-kontrollur, il-postmaster general li se jispiċċa jew l-uffiċċju tal-posta nnifsu?", "Issa taħt min se tkun din is-saħħa biex nibqgħu naraw li l-affarijiet mexjin sew?", "Lili min se jassigurani li kull waħda mill-azjendi li se jkollha l-liċenzja tal-posta, se jkollha l-istess drittijiet li għandu l-uffiċċju tal-posta?", "U jien, bħala konsumatur, xi dritt se jkolli fuq din l-awtorita'?", "Dawn huma affarijiet li jien m'iniex qed immaqdarhom imma rrid risposta dwarhom għax in-nies li llum għandhom fiduċja fil-posta ...", "Veru li mhux l-ewwel darba li n-nies ġew iressqu l-ilmenti tagħhom fuq is- servizz tal-posta, pero` wara kollox il-complaints isiru fuq kollox.", "Imma mil-lum 'il quddiem dawk in-nies li jkollhom xi complaint u jmorru għand l- awtorita` jew għand il-kontrollur, dawn kulma se jgħidulhom huwa li jekk għandhom xi grievance imorru l-qorti.", "Iss, x'serjeta` din!", "Allura kulħadd jista' jmur il-qorti.", "Imma jien x'sodisfazzjon se nieħu?", "Sal-lum il-posta kienet tagħtini l-garanzija li l-ittri u l-affarijiet li nirċievi jkunu taħt is-sigurta` tagħha u m'hi se tgħid lil ħadd b'dak li nirċievi jien, pero` mil-lum 'il quddiem din il-garanzija min se jagħtihieli?", "Jekk iċ- ċensura se tibqa', kull azjenda se jkollha ċ-ċensura tagħha jew inkella se jkollna ċensura waħda, kif inhi llum?", "Jekk ikun hemm theddid ta' bombi jew affarijiet bħal dawn, min se jidħolli għal din is-sigurta`?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħidlek li malli wieħed jikkunsinjalek l-ittra jew il-pakkett li jkun indirizzat lilek, dan ma jkollu x'jaqsam xejn iktar.", "Ara llum, il-posta tinġabar minn nies responsabbli, tmur il-head office tal-posta u jitqassam kollox minn hemm.", "B'hekk sal-lum almenu l-poplu Malti u Għawdxi għandu xi tip ta' sigurta`, pero` issa x'sigurta` se jkun hemm?", "Illum, peress li l-posta għadha f'idejn il-gvern, il-gvern huwa responsabbli li jara li l-affarijiet isiru sew, pero` l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għadu vag ħafna f'dan is-sens u għalhekk nispera li meta niġu għall-committee stage affarijiet bħal dawn jiġu ċċarati.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, qed naqblu ma' ħafna affarijiet li fih dan l- abbozz ta' liġi, pero` ma naqblux mat-twaqqif ta' awtorita` oħra.", "Aħna qed ngħidu bl-iktar mod ċar li ma naqblux ma' l-awtoritajiet, u qed nagħmluha ċara wkoll li jkun hemm min ikun hemm fuq din l-awtorita`, siegħa wara li jitla' fil-gvern il-partit Laburista, dawn iridu jirriżenjaw.", "Aħna qed ngħidu wkoll li 60% ta' dawk l-azjendi li qed jiġu pprivatizzati jridu jibqgħu tal-poplu Malti u Għawdxi għax ma jistax ikun li l-affarijiet li huma essenzjali għall-poplu Malti u Għawdxi naqbdu u nbigħuhomlu hekk.", "Wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex nieħdu ħsieb l-affarijiet tal-poplu u ħadd m'għandu dritt ibigħ l-affarijiet tal-poplu kif ġie ġie, bħalma bigħejna l-HSBC, li begħejihulu Lm80 miljun u fl-ewwel sena dan qala' Lm70 miljun!", "Għandna nitgħallmu minn din l-esperjenza, u naħseb li l-kollega tiegħi, il-Ministru Galea, jaf x'qed ngħid u x'qed inħoss.", "Forsi f'qalbu l- ministru qed jgħid li jien ħlief ċuċati m'għidtx, pero` jien inħobb nitkellem b'saqajja ma' l-art fuq dak li nkun qed inħoss jien u li jkunu qed iħossu n-nies.", "Qabel ma nikkonkludi dan id-diskors nixtieq ngħid li jiġri x'jiġri, ix- xogħol tal-ħaddiema għandu jkun iggarantit, u ggarantit verament u mhux meta mbagħad inbigħu xi azjenda lill-privat nibdew nimbottaw lill-ħaddiema jieħdu s-somma ħalli jitilqu 'l hemm.", "Issa nispera li dawk li llum qegħdin il-Maltapost u u għandhom id-dritt li jmorru mal-gvern, meta jmorru mal- gvern jingħataw l-istess drittijiet tal-ħaddiema l-oħra tal-gvern, kif wara kollox kienu wegħdu kemm il-gvern Nazzjonalista kif ukoll il-gvern Laburista qabel l-elezzjoni ta' l-1998.", "U mela nħallu lil dawn il-ħaddiema fi closed department biex imbagħad hemm ħafna mill-ħaddiema li m'huma qed jagħmlu xejn!", "Mr Speaker, jien lest li meta naslu għall-committee stage, nitkellmu fuq dawn l-affarijiet u jekk hawn xi lmenti, nixtieq li nitkellmuhom minn qabel biex imbagħad ma jkollniex inkwiet.", "Il-ministru jaf kif naħdem jien; l- interess tiegħi huwa li l-affarijiet isiru sew u kif jixtieq il-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, il- ġimgħa li għaddiet kellna diversi attivitajiet fil-qasam ta' l-anzjani biex jiġu kkommemorati żewġ avvenimenti.", "Avveniment minnhom huwa proprju l- għaxar anniversarju mill-ftuħ ta' Zammit Clapp Hospital, avveniment li żgur huwa importanti għalina l-Maltin.", "Dan l-isptar infetah uffiċjalment fit-28 ta' Settembru 1991 taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Kif kelli l-okkażjoni ngħid fid-diskors li għamilt nhar is-Sibt li għadda waqt symposium li sar biex ifakkar dan l-avveniment, dawn kienu għaxar snin ta' servizz lil tant u tant anzjani.", "Kelma waħda biss tista' tiddeskrivi dan is-servizz, u din hi l-kelma ''eċċellenti''.", "Servizz eċċellenti li huwa dovut kemm għal-livell għoli u l-professjonalita' tat- team multi-dixxiplinarju li hemm f'dan l-isptar kif ukoll għat-trattament uman li kull membru ta' l-istaff jagħti lil pazjenti, trattament li jirrispetta d-dinjita' tal-persuna anzjana.", "Dawn kienu għaxar snin ta' servizz li għenu biex numru ta' anzjani komplew jgħixu fi djarhom u fil- komunita' minflok ma kellhom imorru jgħixu qabel il-waqt f'xi dar ta' l- anzjani.", "Għadni niftakar kemm fil-bidu tal-ħajja ta' dan l-isptar kien hawn min kien xettiku dwar kemm kien vale la piena li jinfetaħ.", "Għadni niiftakar ukoll kemm kienu jsemmu l-cost-effectiveness, pero' jien persważ li Zammit Clapp huwa servizz ieħor fost servizzi oħra fil-komunita' mibdi minn amministrazzjoni Nazzjonalista li permezz tiegħu bbenefikaw u għadhom qed jibbenefikaw tant u tant anzjani.", "J'Alla li servizz bħal dan inkomplu ntejbuh u anke nkabbruh.", "It-tieni avveniment li xtaqt nitkellem dwaru huwa dak li ġie kkommemorat proprju l-bierah l-1 ta' Ottubru mhux biss f'pajjiżna imma mad-dinja kollha - il-Jum Dinji ta' l-Anzjani.", "Organizzajna diversi attivitajiet biex infakkru dan il-jum u b'sodisfazzjon kbir ngħid li l-konkorrenza u l- parteċipazzjoni ta' l-anzjani kienet waħda li tagħmillek kuraġġ.", "Per eżempju nżammet serata soċjali fit-teatru ta' San Vincenz li għaliha attendew sew residenti ta' San Vincenz kif ukoll anzjani li jinsabu fi djar oħra ta' l-anzjani.", "Kien hemm teatru mimli u wieħed seta jinnota kemm l-anzjani pparteċipaw matul il-programm.", "Għall-anzjani li jattendu d-day centres ġew organizzati żewġ serati, waħda fiż-Żejtun day centre u l-oħra fl-Mtarfa day centre u li għalihom attendew 'il fuq minn 700 anzjan.", "Hawnhekk ukoll nista' ngħid li l-anzjani dehru ferħanin u kuntenti.", "Nhar is-Sibt li għadda fit-teatru ta' San Vincenz inżammet serata ta' l- għoti tal-premju anzjan tas-sena, li kif kulħadd jaf din is-sena ntrebaħ meritament minn Dun Anġ Seychell.", "Irrid nieħdu l-okkażjoni biex jien ukoll nifraħlu minn hawnhekk.", "Ma kellix l-okkażjoni nagħmel dan qabel peress li ma setax jattendi għaċ-ċerimonja għax kien imsiefer.", "Dakinhar ukoll kellna teatru mimli u serata sabiħa u mill-aqwa li żgur kienet tixraq l- okkażjoni.", "Nhar il-Ħadd waqt open day li saret f'San Vincenz l-anzjani attendew għal quddiesa speċjali u filgħaxija l-banda La Vittorja tal- Mellieħa allegrat lill-anzjani f'diversi wards.", "L-aħħar attivita' se tinżamm għada filgħaxija fit-teatru ta' San Vincenz meta se jittella' programm varjat mill-youth travel circle.", "Mr Speaker, meta tisma' xi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni u tara l- media tagħhom tibda taħseb li l-anzjan għaddej minn xi kalvarju għax ħlief allegazzjonijiet u gideb ma tismax.", "Il-bieraħ stess f'din il-Kamra membru min-naħa l-oħra ħlief affarijiet li m' humiex veri fuq San Vincenz ma qalx u għalhekk nispera li iktar tard ikolli ħin nirriferi għalihom.", "Il- verita' hi li l-għan ewlieni tal-gvern Nazzjonalista fejn jidħlu l-anzjani kien u għadu li safejn huwa possibbli jżomm l-anzjan jgħix f'daru, fl- ambjent tal-familja u fil-komunita'.", "Kien gvern Nazzjonalista li malli tela' fl-1987 beda jdaħħal servizzi għall-anzjani fil-komunita', servizzi li kkontribwew mhux ftit biex illum l-anzjan qed jgħix il-kwalita' ta' ħajja li qed jgħix.", "Gvern Nazzjonalista dejjem sostna li l-fattur finanzjarju u ekonomiku huwa bażilari għal-livell tajjeb ta' l-għajxien ta' l-anzjan, għalhekk ħa l-passi neċessarji fiskali biex jassigura li l- pensjonant ikompli jieħu l-pensjoni deċenti u biex anke l-pensjonanti futuri jkollhom il-pensjoni tagħhom garantita.", "Pajjiżna, bħal bqija tal-pajjiżi tad-dinja, għandu quddiemu l-problema tal-pensjonijiet, anzi jien ngħid li mhux tal-pensjonijiet biss imma tas- sistema kollha tal-welfare.", "Quddiemna għandna challenge li l-pajjiż irid jaffronta u jirbaħ.", "Il-pajjiż irid minn issa jieħu l-passi meħtieġa biex il- futur tal-pensjonant ikun garantit.", "Huwa ħażin min jaħseb jew isostni li m'hemmx għalfejn jittieħdu ċerti miżuri minn issa u li dawn jistgħu jittieħdu minn hawn u ftit snin oħra.", "Wara kollox anke l-GWU taqbel ma dan għax f'rapport riċenti tagħha ntitolat ''Guaranting the future of social security in Malta'' issostni - u nikkwota:", "\"To ensure sustainability, we must start saving now to pay for tomorrow's expenses.", "This means we must carve the fiscal deficits without creating a social deficit and in the same time introduce economic reforms that lead to faster GDP growth so that our society can afford to finance increased social outlays.\"", "Jekk wieħed jara x'qed jiġri barra minn pajjiżna jsib li f'pajjiżi Ewropej daħlu bidliet biex jipproteġu l-pensjonijiet .", "Per eżempju, fl-Awstrija, il- Greċja, l-Italja u Franza telgħet l-eta' ta' l-irtirar, hemm aktar flessibbilta' fl-eta' ta' l-iritirar u iktar opportunita' għal irtirar bil- mod.", "F'ċerti pajjiżi teżisti wkoll il-parker retirement. aktar żmien għal perijodu kontributorju u aktar liberta' li tissupplimenta d-dħul pensjonabbli minn dħul ieħor bħal per eżempju minn xogħol produttiv.", "Hemm ukoll limiti fuq irtirar kmieni u tibdil fil-mod ta' kontribuzzjoni.", "F'pajjiżna wkoll saru ħafna suġġerimenti f'dan ir-rigward u jissemmew, per eżempju, ristrutturazzjoni tas-social security act, aġġustament ta' l-eta' ta' l-irtirar tan-nisa, li togħla r-retirement age, reviżjoni tal-livell massimu tad-dħul pensjonabbli, pjani immedjati għall-ġbir ta' l-arrears, l- eradikazzjoni ta' l-abbużi, il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u suġġerimenti oħra li l-parti l-kbira minnhom żgur li jirrikjedu diskussjoni u konsiderazzjoni profonda bejn il-partijiet interessati.", "Mr Speaker, sigurta' għall-pensjonat tfisser li dan jibqa' jgawdi mhux biss il-pensjoni li diġa' għandu imma anke d-diversi benefiċċji soċjali li jirċievi u li jgħinuh jgħix ħajja aktar komda u bla skossi.", "Huwa importanti li l-pensjoni tal-ġurnata jibqa' jkollha l-valur tagħha meta tqisha fil-qafas ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Is-sigurta' tal-pensjonant futur tiddependi għal kollox fuq il-miżuri li jridu jittieħdu f'dan il- qasam, miżuri li għalkemm ma jistgħux jissejħu popolari żgur li huma l- uniku mezz kif nistgħu niggarantixxu li l-pensjonant ta' għada jgawdi l- kwalita' ta' ħajja li qed igawdi l-pensjonant tal-lum.", "Il-gvern jemmen li biex inpoġġu l-pensjonijiet fuq bażi soda hemm bżonn li l-ewwelnett ikollna ekonomija b'saħħitha.", "It-tieni li l-pensjoni ta' l- istat għandha tkun il-pedament fondamentali għall-pensjonant.", "It-tielet il-gvern irid jassigura li se jkun f'pożizzjoni li jsostni l-programm ta' nfiq tiegħu fis-snin li ġejjin.", "Il-gvern huwa konvint li huwa fundamentali li pajjiżna jkollu ekonomija b'saħħitha u soda jekk irridu nfasslu bażi soda għas-sistema tal-pensjonijiet u huwa għalhekk li bil-politika tiegħu l- gvern qed jirnexxielu jkabbar il-GDP.", "Il-gvern qed joħloq investimenti aċċessibbli għall-poplu, qed jikkontrolla l-inflazzjoni, qed iżid l- opportunitajiet tax-xogħol u b'hekk inaqqas il-qagħad.", "Qed jinvesti aktar biex l-ETC tipprovdi aktar edukazzjoni u taħriġ lill-ħaddiema.", "Qed jistimola l-ekonomija u joħloq ġid biex dan jitqassam b'ġustizzja soċjali fost il-poplu.", "Il-gvern jemmen li d-direzzjoni tiegħu ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea toffri vantaġġi għal pajjiżna, speċjalment fil-qasam ekonomiku u soċjali.", "Gvern Nazzjonalista jiggarantixxi iktar sigurta' lill-pensjonant għaliex isostni li l-pensjoni ta' l-Istat għandha tkun l-ewwel pedament fundamentali għall-pensjonant.", "Il-gvern żgur li qatt m'hu se jabdika mir- responsabbilta' tiegħu għas-sigurta' soċjali u għalhekk ir-riformi li qed iwettaq fil-qasam ekonomiku finanzjarju jridu jpoġġu lill-pajjiż f'sitwazzjoni favorevoli li l-istat ikun kapaċi jipprovdi lill-ġenerazzjoni futura sigurta' nazzjonali u ekwa fl-eta' tax-xjuħija, biex il-ħaddiem ma jkollux iħallas kontribuzzjonijiet ogħla u biex ikun hemm ħaddiema biżżejjed li jagħmlu tajjeb u jwieżnu lil dawk li jkunu qed jirċievu l- pensjoni.", "Huwa għalhekk li l-gvern mill-ewwel ħa l-passi meħtieġa biex inaqqas id- deficit li l-pajjiż kellu.", "Aħna rridu li r-riforma tgħaqqad il-politika ekonomika mal-politika soċjali.", "Waqt li l-gvern huwa kommess li jassigura l-pensjoni, kemm tal-ġenerazzjoni preżenti kif ukoll dik futura, irid jimxi lejn liġi ġdida tal-pensjonijiet li tassigura serħan il-moħħ u safetyness għal kulħadd, l-aktar għal dawk li huma fil-bżonn.", "Barra minn hekk il-gvern huwa mpenjat ikompli jiżviluppa servizzi li jassiguraw l-aqwa livell ta' għajxien possibbli għall-anzjani.", "M'hemmx dubju li l-kwalita' għolja tal-ħajja li qed jgħixu l-anzjani u l- pensjonanti żgur ma tiddependix biss mill-fattur finanzjarju u ekonomiku, imma hemm fatturi oħra li qed jikkontribwixxu għal din il-kwalita' ta' ħajja, bħalma huma s-servizzi għall-anzjani li ġew introdotti mill-1987 'l hawn.", "Sensiela ta' servizzi li qed jagħmlu użu minnhom tant anzjani li f'ħafna każi jgħinuhom jgħixu ħajja aħjar kemm jekk għadhom jgħixu fil- komunita' kif ukoll jekk qed jgħixu f'xi istituzzjoni.", "Aħna ħloqna diversi servizzi għall-anzjani fil-komunita' u saħħaħna oħrajn eżistenti biex inkunu nistgħu nilħqu l-għan tagħna.", "Biżżejjed wieħed jelenka ċerti servizzi bħad-domestic nursing, il-homehelp, it-telecare, il-handyman service, il-meals on wheels u l-incontinence service.", "Fost dawn is-servizzi ġodda żgur li wieħed ma jistax ma jsemmiex l-aktar wieħed importanti u ta' fejda, is-servizz tad-day centres li gvern Nazzjonalista kien introduċa fl-1995.", "Aħna minn dejjem konna konvinti li d- day centres, jekk jiffunzjonaw sewwa, flimkien ma' servizzi oħra li jingħataw fil-komunita' jservu ta' għajnuna kbira biex ħafna anzjani jkomplu jgħixu f'darhom imwensa mill-familjari tagħhom u anke mill-ġirien.", "L-iskop ta' dawn iċ-ċentri huwa li jgħinu l-anzjani jevitaw l-iżolament soċjali li jistgħu jaqgħu fih, iwarrbu kemm jista' jkun is-sens ta' loneliness li ħafna xjuħ isoffru minnu u jnaqqsu ħafna mid-diffikultajiet li jgħaddu minnhom matul il-ġurnata.", "L-iskop primarju tad-day centres huwa li jservu bħala support lix-xjuħ li jkunu kandidati prospettivi u eminenti li jiġu istituzzjonalizzati, kif ukoll lil dawk l-anzjani attivi u indipendenti li jgħixu fil-komunita'.", "Iżda d-day centre għandu skop importanti ieħor, speċjalment fiż-żmenijiet tal-lum meta qed naraw li l-familja Maltija m'għadhiex tista' tagħti s- support lill-anzjani kif kienet tagħti fl-imgħoddi.", "Id-day centre huwa mezz importanti ta' respite għall-qraba ta' anzjani li jkunu qed iduru bihom.", "Mr Speaker, wieħed irid ifakkar li matul din is-sena, b'koperazzjoni intima mal-kunsilli lokali, irnexxielna niftħu żewġ day centres oħra, wieħed f'Ħal Luqa u l-ieħor f'San Pawl il-Baħar.", "M'hemmx dubju li l- progress u s-suċċess tad-day centres jiddependi ħafna fuq il-kontribut li l-kunsilli lokali jagħtu kif ukoll fuq il-koperazzjoni tagħhom mal- Ministeru għall-Politika Soċjali.", "Fil-ftuħ tal-maġġoranza tad-day centres is-sehem tal-kunsilli lokali kien determinanti u jien fiduċjuż li dan il- kontribut mhux se jkun nieqes fil-ġejjieni ħalli b'hekk ikollna aktar ċentri ta' matul il-jum imxerrdin ma' Malta kollha.", "Fl-istess ħin il-gvern irid iżomm quddiem għajnejh li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom, l-aktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom u għaldaqstant il-gvern irid jaħseb anke għal dawn il-persuni billi jagħtihom djar residenzjal li jissodisfaw il-ħteġijiet tagħhom.", "Mr Speaker, fis-16 ta' Diċembru 1991 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat riżoluzzjoni li fiha hemm miġbura l-UN principles for older persons li jistgħu jiġu kkonsidrati taħt ħames taqsimiiet li huma independence, participation, care, self-fulfilment and dignity.", "Aħna bilfors irridu naraw li s-soluzzjonijiet vis-a-vis d-djar residenzjali ta' l-anzjani jkunu jissalvagwardaw dawn il-prinċipji, pero' dan mhux biżżejjed.", "Aħna rridu nagħtu kas u nieħdu in konsiderazzjoni l-isfond soċjo- ekonomiku tal-popolazzjoni li iżjed qed tixjieħ.", "L-iżvilupp qawwi tas- settur privat fiż-żmenijiet tal-lum huwa parti mill-proċess li fih qed jieħdu sehem il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali.", "Aħna konxji li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom, l-aktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom.", "Għalkemm in- numru ta' dawn l-anzjani ma jaqbiżx il-5%, dan il-persentaġġ żgħir jista' jkompli jikber minħabba fiż-żieda fil-popolazzjoni ta' l-anzjani.", "Għalhekk matul dawn l-aħħar snin ħadna ħsieb nibnu djar residenzjali ta' l-ogħla livell filwaqt li ntejbu oħrajn eżistenti.", "Per eżempju, ittrasformajna mil- lejl għan-nhar ir-residenza ta' San Vincenz.", "Biex għamilna dan, Mr Speaker, investejna mijiet ta' eluf ta' liri u dan m'għamilnihx b'kapriċċ jew għal xi lussu żejjed kif ġieli jgħidulna imma għaliex verament nemmnu li l-anzjani jixirqilhom l-aħjar.", "La qed insemmi San Vincenz ma nistax ma nirribattix ftit in-nofs veritajiet u gideb li kapaċi jgħidu kelliema ta' l-oppożizzjoni meta jitkellmu dwar din l-istuzzjoni.", "Hawn min jikkomiżera l-anzjani f'San Vincenz u jgħidilhom imsieken.", "Hawn min jikteb fil-gazzetti u hawn min jagħmel domandi parlamentari u jgħid li f'San Vincenz hemm leġjun ta' ġrieden.", "Il- bieraħ smajna membru tan-naħa l-oħra tgħid affarijiet li żgur m'humiex verita' u jien nasal biex ngħid li dawn l-affarijiet qed jgħiduhom għaliex qed iżommu quddiem għajnejnhom li fi 22 xahar il-Partit Laburista fil-gvern ma kienx kapaċi jirriforma jew jagħmel refurbishment lanqas ta' ward waħda biss u allura qed jispiċċaw jgħiru meta qed jaraw rivoluzzjoni sħiħa li qed issir hemmhekk minn dan il-gvern.", "Mhux sewwa meta jgħidu u jiktbu ċerti affarijiet fuq San Vincenz.", "Dan huwa ħażin mhux għaliex ikun qed jipprovaw joskuraw lill-gvern imma għax ikunu qed jagħmlu ħażin lill- istess anzjani.", "Mr Speaker, il-bieraħ smajna li r-residenti ta' San Vincenz qed iħallsu għal dak li jieħdu u riedu jagħtu l-idea li l-anzjani qed iħallsu għall- ispejjeż li l-gvern jiġih l-anzjan.", "Jien għandi ċerti ċifri f'idejja u se nieħu bħala bażi s-sena li għaddiet.", "Jekk tieħu kemm kien hemm kontribuzzjonijiet mill-anzjani ta' San Vincenz lill-welfare committee, issib li dawn ħallsu Lm927,026.", "Issa jekk tieħu average ta' 1,000 anzjan u taħdimha ras għal ras, jiġi li l-anzjan ħallas Lm2.53 kuljum.", "L-Onor.", "Membri ta' l-oppożizzjoni jafu kemm jiġih lill-gvern kull resident li hemm hemmhekk?", "Jiġih kważi Lm18 kuljum!", "Allura meta tiġi fil-parlament u tisma' deputat min-naħa l-oħra tgħid li r-residenti ta' San Vincenz qed iħallsu għal dak li qed jieħdu, naħseb li dawn huma affarijiet li kulħadd jaf li m'humiex veru.", "Dan gideb sfaċċat!", "Nerġa' nirripeti l-gvern għal kull residenti li hemm f'San Vincenz qed iħallas iktar minn Lm17 kuljum meta kulma ħallas kull resident is-sena l-oħra kien Lm2.53 kuljum.", "Mr Speaker, l-istess meta jinħadmu l-kontribuzzjonijiet.", "Jien nista' ngħid li s-sena l-oħra mill-1,000 resident f'San Vincenz, 55 biss ħallsu l-massimu ta' Lm6.", "Tajjeb li wieħed jgħid li waħda miż-żewġ kondizzjonijiet li hemm meta jitqies x'għandu jħallas resident ta' San Vincenz hi li jrid jibqagħlu Lm1.50 kuljum, jiġifieri Lm500 fis-sena.", "It- tieni kondizzjoni hija li ma jistax iħallas iktar minn Lm6 kuljum.", "Dawn huma żewġ provisos biex wieħed ikun żgur li l-anzjan ma jibqax idu f'idu.", "Allura meta xi ħadd jiġ hawnhekk u jgħid dawn l-affarijiet jien ngħid li għandhom raġun għaliex huma qatt ma għamlu xejn u allura qed jgħiru għall- affarijiet li nagħmlu aħna!", "F'artiklu li deher riċenti intqal li aħna qegħdin inwiegħdu ħafna affarijiet u li huma jisperaw li se nżommu l-kelma tagħna.", "Nista' ngħid li din kienet kritika għalija għaliex fl-aħħar press conference li tajt - quddiemi għandi kopja ta' dak li għedt dakinhar - għamilt elenku ta' ċerti affarijiet u semmejt proġetti ġodda f'San Vincenz.", "Semmejt l-istallazzjoni ta' air-conditioning f'serenity ward, semmejt Rużar Briffa, semmejt is-sick bay female – din kienet diġa' lesta - u semmejt is-sick bay ta' l-irġiel li kienet diġa' lesta wkoll.", "Għedt ukoll li diġa' kienu ħarġu tenders għall- air-conditioning fis-swali ta' l-irġiel 20 u 21 u Ii f'female wards 5 u 6 kien qed isir xogħol estensiv ta' immodernizzar u refurbishing, inkluż l- air-conditioning.", "Għedt ukoll li kien ittamat li female wards 5 u 6 li jinsabu faċċata tas-serenity wards jinfetħu mill-ġdid matul ix-xahar ta' Ottubru u se jinfetħu fuq l-istess livell li ftaħna serenity ward.", "Nisperaw li dawn se jinfetħu fl-1 ta' Novembru u għalhekk forsi nkun żbaljajt b'ġurnata waħda.", "Għedna wkoll li nbeda x-xogħol biex għall-ewwel darba f'San Vincenz jinfetħu pathology clinic u speech therapy clinic, u huwa ttamat li dawn jinfetħu qabel l-aħħar tas-sena.", "Dawn huma affarijiet li naħseb li meta jisimgħuhom tan-naħa l-oħra jgħidu li qed noħolmu għaliex huma qatt ma ħolmu li jagħmlu dawn il-clinics ġewwa San Vincenz!", "Nixtieq nitkellem issa fuq il-proġett ta' rikostruzzjoni tal-main wards 1, 2, 3 u 4 u l-female wards 1, 2, 3 u 4.", "Hawnhekk l-istess, il-pjan tagħna miexi u nisperaw li l-ewwel fażi – aħna għedna li se jkun hemm phase a u phase b - tkun lesta sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Dakinhar fil-press conference semmejt ukoll id-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa u li wasalna biex nippreżentaw il-pjanti.", "Bi pjaċir ngħid li dalgħodu ffirmajt il- pjanti u issa qegħdin quddiem il-planning authority, u allura meta jaraw dan kollu l-anzjani żgur jindunaw li aħna m'aħna nidħku b'ħadd.", "Gvern Nazzjonalista se jkompli jwettaq politika bil-għan li jiżgura l-ogħla livell ta' għajxien għall-anzjani u fl-istess waqt jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni f'kull settur tas-soċjeta' Maltija.", "Għalina l-anzjani huma ħolqa importanti fl-ekonomija nazzjonali u għandhom ħafna x'jagħtu għat- tkabbir tal-ġid komuni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR MARIO GALEA: Mr Speaker, fil-ftit minuti li għad fadal xtaqt nirriferi għall-artiklu miktub minn ġurnalista li għandi kull rispett lejha, is-Sinjorina Simone Zammit Endrich f'''The Malta Independent'' tat- Tnejn l-1 ta' Ottubru.", "Jien naħseb li meta qed nirreaġixxi b'dan il-mod inkun qed nagħmel dan f'isem ħafna deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, iżda l-ewwel ma rrid nagħmel huwa li formalment niġbed l-attenzjoni tas-Sedja għal dan l-artiklu.", "Din il-ġurnalista - nirrepeti għandi kull rispett lejha - għoġobha ssemmi l-artiklu tagħha ''House of zombies revisited'' u qalet li fil-Parlament Malti hemm 65 zombie.", "Jien fittixt fl-Oxford dictionary u fost l- ispjegazzjonijiet li jagħti dan id-dizzjunarju sibt li ''zombie'' huwa xi ħadd katavru li reġa' qam mill-mewt jew tqajjem mill-mewt.", "Fil-fatt il- kliem eżatti huma \"corpse said to be revived by witchcraft\".", "Jiġifieri jkollok katavru u jerġa' jingħata l-ħajja permezz ta' xi att ta' xi saħħara.", "Bir-rispett kollu, mingħand ġurnalista li hija serja kont nippretendi li din timxi bi ftit etika u fost affarijiet oħra nistenna li qabel ma ċċappas lin-nies tivverifika, ma tiġġeneralizzax, ma tgħajjarx u ma taqax f'livell baxx.", "Biex tikkritika lil xi ħadd m'hemmx għalfejn tgħajru fuq livell personali imma tista' tikkritika b'rispett.", "Naħseb li dak huwa l-bażi ta' l-etika ġurnalistika.", "Il-ġurnalista Zammit Endrich mhux hekk għamlet, għax din għoġobha tgħajjar lid-deputati kollha ta' din il-Kamra zombies.", "Lilek eskludietek, Mr Speaker, għaliex irreferiet għal 65 membru, jiġifieri inti m'intix zombie!", "Jien naqra l-artikli kollha ta' din il-ġurnalista u għandha mhux dritt imma dover li tikkritika fejn jidhrilha li qed issir xi ħaġa li m'hijiex tajba, imma li tipprova tikkritika billi tgħajjar personalment lid-deputati ta' din il-Kamra naħseb li huwa inaċċettabbli.", "Jien ipprovajt naqra l-artiklu kollu, ipprovajt nifhem għalxiex qed tgħajjarna zombies u donnu rabtet it- tgħajjir ta' zombie mal-programm ta' BondiCini.", "Hekk donnu riedet tagħmel imma ma fhimtx eżatt x'riedet tgħid.", "Ma fhimtrx eżatt mhux għaliex ma kitbitx tajjeb imma għaliex jien zombie u allura ma fhimtx eżatt!", "Mr Speaker, jien naħseb li jekk qed tagħmel hekk huwa żball għaliex jekk ħasbet li ħafna nies baqgħu siekta fuq dak il-programm u ma għamlu xejn sejra żball.", "Jien personalment filgħaxija stess bgħatt e-mail lil Lou Bondi u fost affarijiet oħra għedtlu li nispera li ċerti nies li llum daħlulhom fil-premises u kienu responsabbli mis-sigurta' ta' dawk il- postijiet, għada jintalbu jwieġbu.", "Imma ma ridtx nidħol fil-mertu tal- programm BondiCini għaliex mhuwiex dak l-issue in discussion.", "Jien ħassejtni urtat għaliex mhux sewwa niġi mgħajjar b'dak il-mod.", "Jien ma nistenniex li nitpoġġew fuq xi pedestall, far from it, imma nistenna li l-media tiskrutinja dak li qed nagħmlu u tikkritika fejn hemm bżonn imma mhux tgħajjarna b'mod personali.", "Jien nista' ngħid - u se ngħidha għaliex importanti li kultant ngħiduha – li meta naqra artikli bħal dan ninduna kemm hu importanti li ngħidu xi affarijiet dwarna.", "Jien nista' ngħid li fil-maġġoranza assoluta tagħhom id-deputati taż-żewġ naħat jagħmlu xogħlhom b'responsabbilta', b'sagrifiċċju kbir personali u jagħtu servizz lill-kostitwenti.", "Meta nkunu membri parlamentari nispiċċaw nagħmlu xogħol ta' social workers għax kulmin għandu problema jiġi għandek.", "U jiġi għandek mhux bilfors għax se issolvihielu imma biex jiftaħ qalbu miegħek.", "Ħafna drabi u ħafna minna nitilqu l-professjoni tagħna, nabbandunaw il- familja tagħna u nabbandunaw ix-xogħol biex nipprovaw nagħmlu x-xogħol tagħna b'responsabbilta'.", "Jien konvint li fil-maġġoranza assoluta taż-żewġ naħat tal-Kamra jagħmlu xogħolhom b'responsabbilta' u jagħmluh b'sens ta' servizz.", "Ma nistennewx il-grazzi għaliex l-ewwel ħaġa li titgħallem fil-politika hija l-lezzjoni ta' l-ingratitudni imma l-inqas li nistennew hu li tiġi ġurnalista bħal Zammit Endrich u tgħid li fil-Kamra tad-deputati tagħna hawn 65 zombie.", "Dan huwa insult u rreaġġixxejt mhux biex nagħmilha ta' vittma - u l-każ għalija huwa magħluq hawn - imma rreaġġixxejt għaliex ma nistgħux nibqgħu niġu kkritikati b'dan il-mod.", "Nerġa' ngħid iż-żewġ naħat tal-Kamra ma nistennewx grazzi ta' dak li qed nagħmlu, hija ħajja li għażilna aħna stess u ħafna minna nagħtu servizz bil- bonavolonta' tagħna, imma lanqas li nistennew li niġu mgħajra b'dan il- mod.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla t-Tlieta 2 ta' Ottubru 2001 fis-6.00 p.m bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PJAN TA' KO-OPERAZZJONI", "28129.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ no. 27844 b' riferenza għall-ftehim ta' pjan ta' ko-operazzjoni li sar bejn il-gvern preċedenti laburista u l-FAO?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27844.", "INDUSTRIJA TA' L-IKEL", "28132.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mpjiegi reġistrati fl-industrija lokali ta' l-proċessar ta' l-ikel matul l- ewwel 6 xhur ta' din is-sena f' Malta u Għawdex separatament?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 rispettivament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx statistika separata għal Malta u Għawdex dwar in-numru ta' mpjiegi.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar in- numru globali ta' persuni li jaħdmu fl-industrija lokali ta' l-ipproċessar ta' l-ikel f'Malta u Għawdex.", "DWAL FIL-MINI", "28279.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jassigura li lighting fil-mini tal-pajjiż issirilhom spezzjoni kontinwa biex jiġi assigurat li d-dawl ikun kollu jaħdem?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq jagħmel spezzjonijiet fil-mini regolari.", "Fil-fatt għadhom kif saru xogħolijiet ta' manutenzjoni fil-mina ta' Ħal Kirkop fejn inbidlu l-fittings maqtugħa kollha, waqt li fil-mini tal-Qroqq u ta' Santa Venera għadhom kif ġew spezzjonati.", "Id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jaħdem ma' l-Inġiniera ta' l-Enemalta biex fil-mini ta' Santa Venera jiġu stallati l-fanali nieqsa mill-ġdid.", "XOGĦOL TA' MANUTENZZJONI - FL-ISKOLA", "28280.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li x-xogħol ta' manutenzzjoni fl- iskola Sir Adrian Dingli jintemm kompletament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol li hemm ippjanat s'issa fl- iskola Sir Adrian Dingli huwa maħsub li jitlesta fi żmien sentejn.", "SERVIZZI TAS-SAĦĦA", "28282.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "28025?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul l-2001 tħallsu LM5400 lil St. James' Hospital, Zabbar sabiex setgħu isiru 15-il test urġenti magħrufa bħala diagnostic and titration sleep studies.", "SKOLA - STUDENTI", "28283.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x' se jiġri minn persuna li isimha qed jintbagħat separatament li sas-sena skolastika li għaddiet kien jattendi l-iskola ta' Tarġa Gap u li issa qed isibulu diffikultajiet biex ikompli fl-istess post issa li se jiftaħ il-Kulleġġ il-ġdid?", "X' se jiġri mill-wegħda li studenti bħal dan imsemmi li bdew kors taħt is-sistema qadima ngħataw l- assigurazzjoni li jkompli l-kors taħt is-sistema l-ġdida?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sas-sena skolastika li għaddiet l- istudenti li jispiċċaw Form V Tarġa Gap, bħal studenti oħrajn ta' Form V tas-sekondarji, setgħu japplikaw għall-korsijiet Post Sekondarji.", "Il- passaġġ qatt ma kien wieħed awtomatiku.", "Sadattant, din is-sena, l-MCAST ħa ħsieb biex l-istudenti bi ħtiġijiet partikolari li kienu jattendu Form V Tarġa Gap, jingħataw opportunita` li jkomplu l-istudji tagħhom.", "Dħul fi skemi ta' apprendistat u korsijiet post- sekondarji huma regolati bil-kriterji stabbiliti li jkunu jridu jiġu sodisfatti mill-applikanti.", "XOGĦOL TA' MANUTENZJONI - SKOLA TAS-SLIEMA", "28287.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jintemm ix-xogħol ta' manutenzjoni fuq l- iskola ta' tas-Sliema?", "Tafx jew le l-Ministru li dan ix-xogħol ilu għaddej kważi 3 snin?", "Jista jgħid x' iwassal biex dan ix-xogħol ilu sejjer għall- dan it-tul ta' żmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ilha minn Marzu 2000 li lestiet ix-xogħolijiet ta' riabilitazzjoni fuq ġewwa fin-naħa ta' l-iskola sekondarja f'Tas-Sliema.", "Ftit tax-xhur ilu ingħata bidu għar- restawr tal-faċċata ta' l-istess skola u dawn ix-xogħlijiet delikati għaddejjin kif mixtieq mingħajr ebda periklu għat-tfal u l-kbar.", "Sadanitant ġiet ippreparata sejħa għall-offerti għat-tkomplija tar-restawr tal-faċċata kollha tal-kumpless skolastiku kollu f'tas-Sliema liema offerta qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex tiġi ppubblikata.", "Fil- ġimgħat li ġejjin sejra tiġi ppubblikata wkoll mid-Dipartiment tal- Kuntratti offerta għal xogħlijiet strutturali u ta' finitura biex jiġu eżegwiti fl-iskola primarja filwaqt li fix-xhur tas-sajf saru xogħlijiet fuq il-bini ta' taraġ ġdid, rinfurzar tas-soqfa tal-kuriduri kollha u tqiegħid ta' membrane fuq fejn kien meħtieġ.", "Xogħlijiet oħra minuri f'din l-iskola huma għaddejjin mingħajr ebda xkiel għat-tfal u għaldaqstant dan jiġġustifika għaliex ċerti xogħlijiet jieħdu ftit aktar fit-tul sabiex ma jtellfu b'ebda mod l-andament normali ta' l-iskola.", "KUNSILL LOKALI - IMDINA", "28289.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Kunsill Lokali tal-Imdina li kenna partijiet minn dak li qabel kien l-Isptar Connaught u li fejn illum hemm l- uffiċji tal-Kunsill Lokali u l-Mużew tal-Istorja Naturali biex isir tieġ privati nhar is-Sibt 15 ta' Settembru?", "Kemm tħallset kera?", "Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali huwiex lest biex jikri l-istess partijiet ta' dan il- bini għat-tiġijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-użu tal-bitħa tal-bini imsemmi fil-15 ta' Settembru 2001, sar bil-kondizzjoni ta' spiża meħtieġa ta' tiswija, tibjid u żebgħa ta' bibien tal-bitħa tal-Mużew ta' l-Istorja Naturali flimkien ma' għotja ta' Digital Camera (Olympus) li tiswa madwar Lm200.", "RESITS - SEC", "28290.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għar-reparatarju (resits) tal- eżami tas-SEC fil-bidu ta' dan ix-xaħar?", "Jista' jagħti l- figuri suġġett, suġġett?", "Kemm kienu minn skejjel statali, tal-knisja u indipendenti?", "Kemm għaddew minn kull suġġett?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kemm il-student ġab grad 1,2,3 eċċ", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li tlabt li jinġabar ħafna mit-tagħrif mitlub, m'hinix ċert li nista' nagħti t-tagħrif kollu mitlub.", "MALTACOM", "28294.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru 28176?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "Tajjeb jingħad li dawn l-impjegati jitħallsu direttament mill-kumpanija jew entita' li jaħdmu magħha u għaldaqstant il-Maltacom mhix f'pożizzjoni tagħti dettalji ta' ħlas u benefiċċji li qed jirċievu.", "KUMPLESS SPORTIV", "28295.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija nru 27777, f' kull każ fuq min ħarġu ċ-ċekkijiet jew fuq min sar il-pagament?", "Jekk tħallsu b' ċekk u, huwa possibli, jista' jpoġġi kopja fuq il-Majda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammont ta' Lm110,104,46 għax-xogħol ta' l-iskavar fuq il-proġett tal-bini tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera saru lil Bonniċi Bros. Ltd.", "Dan il-ħlas sar f'żewġ pagamenti u minn dan l- ammont tnaqqsu Lm5,505.22 bħala retention money.", "Il-ħlas tal-kostruzzjoni li jammonta għal Lm210,526.50 sar lil G.V. Xuereb Ltd bħala Head tal-joint Venture (G.V. Xuereb Ltd / Polidano Bros Ltd / Steel Structures Ltd).", "Dan il-ħlas kien maqsum f'żewġ pagamenti - wieħed ta' Lm164,000 li sar bħala advance payment u t-tieni pagament ta' Lm46,526.50 bħala ħlas għax-xogħol li kien sar sat-22 ta' Ġunju 2001.", "Minn dan l-aħħar pagament tnaqqas l-ammont ta' Lm2,326.325 bħala retention money u 15% tas-somma li tħallset bħala advance payment li hija ekwivalenti għal Lm6,978.975.", "Rigward l-ispejjeż anċillari li jammontaw għal Lm16,473 dawn jinkludu diversi pagamenti li jkopru overtime, xiri ta' materjal, servizz, permessi u oħrajn.", "Kopji tal-vouchers li juru ħlasijiet konnessi ma' l-iskavar u l- kostruzzjoni qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "FTEHIM KOLLETIV - MALTACOM-GWU", "28299.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara li jiġi spjegat lill-persuni li d-dettalji qed jintbagħtu separatament għaliex qed jinqabad iżjed bit-taxxa għal żieda li għadu ma ħax skond il-ftehim kollettiv Maltacom -GWU?", "Għaliex ilu minn Jannar 2001 jitlob spjega u għadu sal-lum bla tweġiba?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mir-rekords tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jidhirx li t-taxpayer imsemmi talab xi informazzjoni lid-Dipartiment u ma ngħatatx lilu.", "It-taxpayer imsemmi huwa pensjonant u għalhekk jista jitlob spjegazzjoni lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jew inkella jmur it-Taxpayer Service Section fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u jingħata l-informazzjoni kollha neċessarja.", "PENSJONI", "28302.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d- dettalji qed jintbagħtu separatament tnaqqsitlu l-pensjoni b'46c2m miż- żieda ta' lira mogħtija fl-aħħar budget?", "Għaliex dan it-tnaqqis sar qabel ma ħa l-ewwel pagament?", "Għaliex sar bla konsultazzjoni miegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar ir-rata tal-pensjoni li qed tirċievi.", "XOGĦOL TAL-BINI", "28303.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f' hiex wasal ix-xogħol tal-bini ta' staff room ġdida fil-liċeo tal-Ħamrun?", "Meta beda x-xogħol u meta huwa mistenni li jitlesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħlijiet ta' ġebel u konkos huma previsiti li jitlestew sa l-aħħar ta' Ottubru 2001 filwaqt li x-xogħlijiet ta' servizzi u ta' finitura huma antiċipati li jitlestew sa l-aħħar tas- sena.", "Ix-xogħlijiet inbdew waqt il-vaganzi tas-Sajf 2001.", "KONTRAVENZJONI", "28304.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettaliji qed jintbagħtu separatament f'Gunju li għadda weħel multa ta' Lm 20 għax ma attendiex seduta f'B'Kara dwar kontravenzjoni tat-traffiku meta ma setax jattendi għax dakinhar stess filgħodu ddaħħal l-isptar b'attakk f'qalbu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-persuna konċernata ġiet notifikata formalment fit- 18 ta` Mejju 2001 biex tidher fit-Tribunal Lokali Birkirkara nhar il-15 ta` Ġunju 2001 għall-kontravvenzjoni li ngħatat fis-26 ta` Frar 2001.", "Fid-data stabbilita l-persuna naqset li tidher quddiem it-Tribunal u l- Uffiċjal inkarigat ma rċieva ebda ċertifikat tal-mard jew ta` l-Isptar u għaldaqstant ngħatat is-sentenza u ma ġietx appellata.", "Sa `llum dan l- Uffiċjal lanqas irċieva xi korrispondenza mingħand il-persuna konċernata biex tispjega n-nuqqas ta` l-attendenza.", "KOMPUTERS", "28305.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel ta' Malta u Għawdex fis-sitt klassi tal-primarja, l-istudenti sabu l-komputers fil-klassi meta fetħet is-sena skolastika l-ġdida?", "F'liema skejjel ma sabux il-komputers?", "X'inhuma r- raġunijiet li ma waslux il-kompjuters?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena ġie deċiż li l-kompjuters jitqassmu fl-ewwel ġimgħat tas-sena skolastika minflok fil-vakanzi tas- sajf.", "Dan qed isir biex ikun assigurat li dan isir fil-preżenza tas- surmast ta' l-iskola li taħtu taqa' r-responsabilta` ta' dawn il- kompjuters.", "It-Tqassim tal-Kompjuters qed isir kif se nsemmi:", "North: Mellieħa, Għargħur, Mtarfa, Baħrija u Lija diġa` tqassmu u l- kumplament tat-tqassim se jiġi komplut sat-tmiem il-ġimgħa d-dieħla.", "South: It-Tqassim se jibda mill-Ħamis 4 ta' Ottubru u jiġi komplut fi żmien ta' inqas minn tlett ġimgħat.", "Central: It-Tqassim se jibda' mill-Ħamis 4 ta' Ottubru u jiġi komplut fi żmien ta' inqas minn tlett ġimgħat.", "Għawdex: It-Tqassim se jibda' mit-8 ta' Ottubru u jitlesta fit-12 ta' Ottubru 2001.", "Il-Laptops ta' l-Għalliema se jitqassmu fir-Reġjuni kollha il-Ġimgħa d- dieħla.", "QRATI", "28321.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li tressqu l- qorti minn Jannar 2001 sallum?", "Għaliex tressqu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-25 ta` Settembru 2001, tressqu 72 persuna taħt is-16-il sena l-Qorti.", "It-tipi ta` reati li dwarhom kienu akkużati kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ENFORCEMENT NOTICES", "28323.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħarġu enforcement notices din is-sena mill-Awtorita' tal-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` Enforcement Notices maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar din is-sena, sa l-aħħar ta` Awissu, kien ta` 922.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "28324.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku fejn il-vettura kienet misjuqa minn persuni taħt l-eta' s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f`Seduta oħra.", "VAT", "28325.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħħal-il gvern mit-taxxa tal-VAT din is-sena?", "Jista' jagħti breakdown ta' din il-figura li se tinġabar sallum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall- pubblikazzjonijiet li jsiru fil-Gazetti tal-Gvern minn żmien għal żmien.", "HOME HELP", "28326.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jitkompla jingħata s- servizz tal-Home Help lill-kopja anzjana fejn waħda mill-partijiet hija b' diżabilita?", "Jistgħu dawn l-anzjani jiġu infurmati bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li s-servizz twaqqaf fl-1 ta' Settembru 2001 wara tilwima bejn il-helper u t-tifel tal-persuna indikata.", "Ninsab infurmat ukoll li, wara laqgħat bejn dawk konċernati, ġie miftiehem li s-servizz jerġa' jibda jingħata meta tkun tista' tiġi allokata helper oħra.", "GIMGĦA SPEĊJALI TAL-MATERNITA", "28340.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nisa li ħadu l-ġimgħa speċjali tal-maternita (l-erbatax il-ġimgħa mingħajr ħlas) minn Marżu ta' din is-sena sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg ma jżommx statistika ta' dawk in-nisa li jibbenifikaw mill- ġimgħa speċjali ta' leave ta' maternita'.", "SKOLA - GĦALLIEMA", "28365.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta t-tfajliet ta' l-iskola Erin Seracino Inglott, klassi 3D se jkollhom għalliema tal-Physics, peress li qed jingħad li m' hemmx min jgħallem lil dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed jittieħdu l-passi biex jinstab għalliem tal-fiżika għal dawn l-istudenti f'din l-iskola.", "DĦUL TA' VAT, KONTRIBUZZJONIJIET U INCOME TAX", "28381.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inġabru VAT, kontribuzzjonijiet għas-sigurta soċjali u income tax minn Għawdex tul is-sena finanzjarja li intemmet kif wkoll fis- sentejn ta' qabel?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT miġbura taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud minn persuni reġistrati Għawdex matul is-snin 1999 u 2000 kin kif ġej:", "|Sena |Ammont (LM) |", "| | | |", "| |1999 |1,680,970 |", "| |2000 |1,728,141 |", "| |Total |3,409,111 |", "| It-totali ta' Income Tax u l-Kontribuzzjonijiet ta' Sigurta' Soċjali miġbura mingħand taxpayers li għandhom l-ID Card G matul is-snin 1998 - 2000 huma kif gej:", "| |1998 |1999 |2000 |", "| | |LM |LM |LM |", "| |Income |1,329,2|1,872,5|2,093,7| |Tax |74.45 |58.91 |96.66 |", "| |Kontr. |1,703,0|2,036,7|2,218,7| |Sigurta' |07.54 |94.49 |78.82 | |Socjali | | | |", "|", "REĠISTRAR", "28383.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna indikata under separate cover li ilu jirreġistra fuq part 2 mill-bidu ta' Ġunju ta' din is-sena minħabba fid-diffikultajiet finanzjarji li jinsab fihom, jista' jagħti indikazzjoni dwar meta l-qagħda tiegħu tista' tiġi regolarizzata aktar u aktar billi mid-dipartiment tawh x'jifhem li għad baqagħlu xi xahrejn oħra x'jistenna qabel jibda jirċievi l-assistenza finanzjarja mitluba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata appellat quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol wara li ġiet maqtugħa mill-Ewwel Parti tar-Reġistru għax irrifjutat offerta ta' xogħol.", "Infurmat ukoll li l-mara ta' din il-persuna applikat għall-Għajnuna Soċjali f'isimha.", "Din l-applikazzjoni ġiet eżaminata mill-Bord għall-Għajnuna Soċjali fit-23 t'Awissu 2001, li ddeċieda li jirrevedi l-każ wara d- deċiżjoni ta' l-appell mill-Awtorita' tax-Xogħol.", "ŻJARA F'MALTA", "28384.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li mexxeja ewropej li kienu ser iżuru Malta, ħassru iż-żjara tagħhom minkejja li komplew biż-żjarat tagħhom f'pajjiżi oħrajn ewropej?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "VAPURI TAL-GWERRA", "28385.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żjarat minn vapuri tal-gwerra skedati għax-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "JOE BORG: S'issa saru u ntlaqgħu talbiet għal żjarat informali f'Malta fix-xhur li ġejjin minn disa' vapuri navali.", "PULIZIJA", "28387.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru għid jekk ingħatax permess speċjali lill-Kummissarju tal-Pulizija Ġorġ Grech biex waqt il-ħin tax-xogħol juża apparat tad-Depot bħat- telephone u l-mobile biex jiġġieled l-allegazzjonijiet li saru kontrih u li għaddejja inkjesta' dwarhom?", "Qiegħed jingħata time off biex ikun jista' jattendi l-qorti waqt il-ħin tax-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant il-Kummissarju tal- Pulizija m`għandux ħinijiet fissi tax-xogħol peress li l-kariga tiegħu titlob li jaqdi dmiru f`kull ħin tal-ġurnata; bħal kull ċittadin ieħor għandu dritt li jiddefendi ruħu u ta` dan jaħseb hu personalment; bl-ebda mod is-servizz tal-Korp tal-Pulizija ma intuża għal skop privat.", "L-użu tat- telefon u mobile hu użat taħt l-istess kondizzjonijiet applikabbli għal persuni li għandhom dan l-użu.", "PULIZIJA", "28388.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta sar jaf bl-allegazzjonijiet li kienu qegħdin isiru mill- koppja Azzopardi?", "X' passi ħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm id-dettalji speċifiċi, inkluża l-akkuża - li ma ġietx konfermata - ta` tentattiv ta` stupru, sar jaf biha minn rapporti li dehru fil-gazzetti, huwa ġie informat mill-Prim Ministru xi żmien qabel li dehru ir-rapporti fil-gazzetti, b`allegazzjonijiet magħmula mis-Sur John Azzopardi; dawn bl-ebda mod ma kienu jinkludu l-akkuża fuq imsemmija; huwa ġie wkoll informat biċ-ċaħda tal-Kummissarju ta` kull aġir bi ksur tal- liġi.", "XATT IS-SAJJIEDA - ŻVILLUP", "28402.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk żvillup li qiegħed issir f'Xatt is-Sajjieda, San Ġiljan biswit Neptune Court fuq art pubblika għandux il-permessi tal- Awtorita' tal-Ippjanar?", "Jista' jgħid wkoll jekk l-iżvillup imsemmi, li qed isir fuq art pubblika huwiex qiegħed isir bl-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-iżvilupp li qed isir fuq żewġ siti separati biswit il-bini magħruf bħala Neptune Court huwa kopert bil- permessi meħtieġa ta l-Awtorita` ta` l-Ippjanar PA 4161/98 rispettivament.", "Irid jiġi ċċarat illi x-xogħol li qed isir preżentament huwa konness mas- sit indikat fil-permess PA 2265/00.", "Dan jikkonsisti fi twaqqiegħ ta` bini eżistenti b`entratura minn Triq Spinola u tqattiegħ ta` blat u skavar fuq l- istess art fejn qed isir aċċess temporanju minn naħa tax-xatt.", "Rigward is-sit l-ieħor li huwa kopert bil-permess PA 4161/98 u fejn huwa propost li jinbdew 'fishermen`s stores' irid jingħad illi xogħol ta` kostruzzjoni fuq dan il-proġett s`issa għadu ma nbediex.", "Jekk l-iżvilupp propost fuq din l-art huwiex ser isir bl-approvazzjoni tad-Dipartiment ta` l-Artijiet jew le, tajjeb li jiġi nfurmat illi l-Awtorita` ħarġet il- permess b`kundizzjoni illi l-iżviluppatur għandu jottjeni l-'clearances' u l-ftehim speċifiku minn dak id-dipartiment (kund.", "Nru. 12).", "Minn naħa tad-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta`, ninsab infurmat illi l-uniku żvilupp li preżentament qiegħed isir fil-bajja ta` Spinola u li jista` jkun jirfes fuq art pubblika huwa dak approvat mill-Awtorita` tal- Ippjanar bil-permess Nru. PA 04161/98.", "Dwar dan l-iżvilupp kien sar Protest Legali mill-Kunsill Lokali ta` San Ġiljan li għalih kienet ingħatat risposta mill-Kummissarju tal-Artijiet kopja ta` liema qiegħda tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.", "TANKIJIET TA' L-ILMA", "28405.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li t-tankijiet li jformu l-ilma kollu lill-households tar-residenti li joqogħdu 'Fuq Verdala, Bormla, tnaddfu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li t-tindif tat-tankijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mhux fir-responsabbilta' ta' xi entita' li tifforma parti mid-dekasteru tiegħi.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.", "SPEZZJONI TA' L-ILMA", "28406.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li jsir spezzjoni ta' l-ilma lill-households ta' Fuq Verdala, Bormla peress li l-ilma ta' dawn ir-residenti għandu rieħa stramba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li nvestigazzjonijiet neċessarji fuq l-ilma ta` l-area ndikata saru fit-28 ta` Settembru 2001.", "Infurmat li ma` kien hemm l-ebda lment irrapurtat lil dan id-Dipartiment dwar riħa ġol-ilma fl-area ndikata.", "Ninforma ukoll li l-kampjuni 'rutina' ta` l-ilma li jittieħdu minn uffiċjali ta` l-istess Dipartiment minn dan id- distrett, ħarġu tajbin.", "Id-Dipartiment ikun grat jekk l-onorevoli Interpellant tista` tagħti aktar informazzjoni fuq l-indirizzi tad-djar speċifiċi.", "TOROQ", "28414.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Triq it-Tiben (il-parti ta' wara ta' Triq il-Qasam u biswit il-Wembley Petrol Station fis-Swieqi titbaxxa fil-livell tagħha u dan minħabba l-fatt li hemm residenti li kull meta tagħmel ix-xita jgħerqilhom il-garaxx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona l- post indikat.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "28415.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' tad-Djar jiġi installat lift fi Blokk H, Triq Jean Honel, Ta' Ġiorni għall-persuna b 'diżabilita' tingħata prijorita u tiġi mħaffa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Awtorita' tad-Djar irċeviet l-applikazzjoni taħt Skema Numru 7 (Għajnuna Finanzjarja Għal Persuni b'Diżabilita' għall-Xogholijiet ta' Titjib Relatati mad-Diżabilita' tagħhom f'Residenzi Okkupati Minnhom) fit-8 t'Awissu 2001.", "Fil-preżent, l-applikazzjoni ġiet riferuta lill- Occupational Therapist biex jivverifika l-ħtieġa tal-persuna u jekk ikun il- każ jagħti parir lill-istess persuna."]} {"filename": "20000615_315d_par.doc", "date": "2000-06-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 315 Il-Ħamis, 15 ta' Ġunju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 315", "Il-Ħamis, 15 ta' Ġunju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "315", "Il-Ħamis, 15 ta' Ġunju, 2000", "WERREJ MINUTI 575", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 575", "TQEGĦID TA' KARTI 579", "MOZZJONIJIET IL-QAGĦDA FIL-FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN 580", "AĠĠORNAMENT 601", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 605", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 314 li saret fl-14 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "CIHEAM - KONFERENZA FIL-MAROKK", "16602.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-konferenza tal-ministri tas-CIHEAM li saret fil- Marokk, jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna talab liċ-CIHEAM dwar assistenza ta' taħriġ fl-oqsma varji tal-biedja għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin?", "Liema huwa l-ewwel grupp ta' studenti li se jmorru barra u/jew fiċ-ċentri tas-CIHEAM għal studju fuq il-biedja u meta se jmorru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-konferenza tal-ministri ta' l-agrikoltura membri fiċ-CIHEAM li saret fil-Marokk, ma kellha x'taqsam xejn mal-korsijiet li joffru ċ-CIHEAM.", "Ninformah ukoll li fl-1999 intbagħtu 18-il persuna fuq 23 konferenza, workshops u taħriġ tekniku fiċ-ċentri tac-CIHEAM.", "Dan ser jibqa' jsir fil-futur, skond il-ħtieġa, bis-saħħa tar-relazzjonijiet tajba li għandna maċ-CIHEAM.", "Ninsab informat ukoll li bl-għajnuna u bil-kollaborazzjoni tac-CIHEAM ser issir żjara fuq bażi teknika f'Bari u fir-reġjun tal-Puglia minn numru ta' bdiewa Maltin, uħud minnhom bin-nisa magħhom, bl-akkomodazzjoni u t- trasport imħallas.", "Żjarat bħal dawn kienu ġew organizzati mid-dipartiment ta' l-agrikoltura fis-sjuf tas-snin 1995, 1996 u 1999.", "Fl-1997 u l-1998 dawn iż-żjarat ma kenux organizzati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, f'okkażjonijiet oħra l-Ministru qal li jeżistu postijiet vakanti għal numru ta' uffiċjali f'diversi setturi tad- dipartiment tal-biedja.", "Għaldaqstant xtaqtu jgħid liema huma dawk il- korsijiet li se jsiru bil-koperazzjoni tas-CIHEAM bil-għan li f'pajjiżna jkollna l-personnel adattat biex il-gvern ikun f'pożizzjoni li jwettaq b'mod professjonali l-allineament tal-politika tiegħu f'dak li jirrigwardja l-bidliet li jridu jsiru biex inkunu konformi mal-politika komuni tal- biedja ta' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKEER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, il-bżonn ta' taħriġ ta' personnel f'diversi dixxiplini inħass f'diversi oqsma, anke fil-qasam tas-sajd.", "Fil- fatt f'Settembru se jinbeda kors biex permezz tiegħu jiggradwaw fisheries officers mill-Universita' ta' Malta.", "Rigward il-qasam tal-biedja, qegħdin naħsbu biex jiggradwaw agricultural officers kemm lokalment kif ukoll permezz ta' studji f'ċentri taċ-CIHEAM, bħalma hu ċ-ċentru ta' Bari, fejn hemm istituzzjonijiet diversi li jittrattaw dixxiplini differenti.", "Irrid nagħmilha ċara li t-taħriġ li hemm bżonn isir fid-diversi oqsma tad- dipartiment ta' l-agrikoltura jrid isir kemm jekk inkunu membri fl-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk ma nkunux, taħriġ li jekk aħna rridu li l-istess dipartiment jitmexxa b'mod effiċjenti u jħalli produzzjoni xierqa, allura bilfors irid isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru ma jafx kemm hu l-complement ta' agricultural officers li għandu bżonn id-dipartiment ta' l-agrikoltura biex niġu konformi ma' l-allineament tal-policies, direttivi u liġijiet tal- common agricultural policy?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' ngħid li dan it-taħriġ m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-allineament li rridu nagħmlu fejn tidħol is-CAP, għax kemm jekk nissieħbu ma' l-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk le dan it-taħriġ xorta jrid isir.", "Fil-mistoqsija oriġinali tiegħu l-Onor.", "Farrugia qalli biex ngħid x'għajnuna tlabt lic-CIHEAM?\"", "Jien lic-CIHEAM ma tlabtha xejn u għar- rigward ta' training, jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq ikun jaf dwar il- complement tan-nies li se jiġu mħarrġa fid-diversi oqsma, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub biex inkun nista' ngħaddilu l-informazzjoni li qed jitlob.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: La l-Ministru qed jgħidli biex nagħmel id-domanda tiegħi bil-miktub għax għadu ma jafx x'inhu l-complement ta' l-executive staff li jirrikjedi d-dipartiment tiegħu biex ikun konformi ma' l- allineament u mat-twettiq ta' l-obbligi li l-Gvern Malti jrid jidħol għalihom, jista' jgħidli jekk l-uffiċjal li għandha l-Fillandja fil-preżent biex ifiehem is-sistemi lill-membri tad-dipartiment u biex lil dawn jagħtihom aktar tagħrif dwar kif għandhom imexxu s-sistemi ta' l'hekk imsejħa liġijiet, sistemi, direttivi u regolamenti tas-CAP, enfasizzax l- importanza taż-żieda fin-numru ta' personnel mad-dipartiment ta' l- agrikoltura biex il-gvern ikun jista' jlaħħaq mal-burokrazija li ġġib magħha din is-sistema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Aħna m'aħniex se nħarrġu lin-nies biex ilaħħqu mal- burokrazija li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, imma se nħarrġuhom għax nafu li f'dawn l-oqsma hemm bżonn li ċerti gruppi jitħarrġu f'dixxiplini varji.", "(Interruzzjonijiet) Dan li qed ngħid joħroġ ukoll minn studji li kienu saru meta kien hu l-ministru responsabbli mill-biedja u s-sajd.", "Per eżempju, fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u fil-qasam tat-trobbija tat- tiġieġ hemm nuqqas serju ta' nies kompetenti, filwaqt li fl-urban and rural landscaping hemm bżonn li nħarrġu nies f'dak li għandu x'jaqsam mal- produzzjoni u mad-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "Aħna ħsibna biex f'Settembru li ġej jinbeda kors fl-Universita' ta' Malta biex jiġu ttrenjati fisheries officers.", "Anke fid-diversi oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-biedja nixtiequ nagħmlu korsijiet apposta biex ikollna nies imħarrġin bħalma kellna fil- passat.", "Jiddispjaċini ngħid li għal dawn l-aħħar għaxar snin jew ħmistax-il sena kien hemm nuqqas serju ta' taħriġ ta' nies fid-diversi friegħi u dixxiplini li għandhom x'jaqsmu mal-biedja u s-sajd.", "Issa wasal iż-żmien li, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, nittrenjaw lil dawn in-nies biex ma jiġrix bħalma ġara dan l-aħħar fejn kellna problema fil-kwalita' tal-patata li kienet qed tiddaħħal għall-grading.", "L-uniku bniedem li jifhem sew f'dan il-qasam huwa dak li kien il-personal assistant ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Lil din il-persuna jiena nafdaha, imma rridu nħarrġu persuni oħra tat-tip ta' George Carbone u Franco Serracino Inglott u nies oħra ta' dak il- livell.", "Bilfors li jrid ikollna nies ta' ċertu livell li jkunu trained fid- diversi oqsma tal-ministeru.", "Imma nerġa' ngħid li dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' jekk nissieħbux fl- Unjoni Ewropea jew le.", "Din hija biss skuża għax bl-Unjoni jew mingħajrha xorta waħda hemm il-bżonn ta' nies imħarrġin f'dawn id-diversi oqsma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, għamilt riferenza għall-uffiċjal li fil-preżent qed jagħti t-tagħrif lill-uffiċjali u lill-membri eżekuttivi tad-dipartiment ta' l-agrikoltura minħabba l-fatt li biex il-Fillandja sostniet il-bidliet li kellha tagħmel sabiex tkun konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet tas-CAP, kellha żżid il-personnel minn 250 executive officer għal 550.", "Għalhekk naħseb li l-Ministru għandu jirrispetta l-fatt li dan il-parlament għandu jkollu informazzjoni ċara dwar l-ammont ta' personnel, l-ammont ta' żgħażagħ u l-ammont ta' taħriġ meħtieġ.", "F'isem l- oppożizzjoni qed nitlob lill-Ministru jgħidilna x'inhuma l-bidliet meħtieġa, fejn jinħtieġu u kemm huma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ngħid li din mhix kwestjoni ta' Unjoni Ewropea u mhux Unjoni Ewropea.", "Biex aħna ninnegozjaw ma' pajjiżi barranin irid ikollna nies ta' ċertu livell, irid ikollna istituzzjoni b'personnel imħarreġ li kapaċi jwettqu u jeżaminaw id-diversi regolamenti li jiddaħħlu meta jkun hemm negozju bejn pajjiż u ieħor.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Farrugia semma' u rrifera għall-persuna li jien għadni kif semmejt.", "Din il-persuna kienet personal assistant tiegħu u anke jien fdajtha f'biċċa xogħol partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Jien fdajt lil George Carbone biex jagħmel operation review tal-farm ta' l- Għammieri u dan daħal fid-dettall u għamel studju tajjeb fuq kull sezzjoni, fejn anke għamel highlighting tal-bżonnijiet li hemm fiċ-ċentru f'dak li hu ammont ta' ħaddiema u l-oqsma li fihom hemm bżonn li jiġu mħarrġa.", "M'hemmx għalfejn jiġi xi ħadd barrani biex jgħidilna x'irridu nagħmlu!", "Għandna Maltin li kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol u li jien għandi fiduċja fihom.", "Nerġa' ngħid li dawn huma affarijiet li bi sħubija ma' l-Unjoni Ewropea jew mingħajrha, xorta jridu jsiru, u mingħajr ma noqogħdu nparlaw żejjed, hemm bżonn li nxammru l-kmiem u nwettquhom.", "Dawn huma bżonnijiet li suppost li ilhom li saru imma b'dispjaċir ngħid li spiċċajna b'shortage li qed idejjaq lil min qiegħed imexxi dan il-qasam, shortage li jiżvantaġġjana meta nqabblu l-operat tagħna ma' dak ta' pajjiżi barranin.", "LANDSCAPING COMMITTEE", "16603.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta' l-urban and rural landscaping committee saret matul l-1999?", "Xi pjani tħejjew u x'rakkmandazzjonijiet saru minn dawn il-membri sabiex jiġu attwati matul din is-sena?", "Min huma l-membri li llum jifformaw dan il-kumitat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nħassx il-bżonn li dan il-kumitat jerġa' jiġi fformat għax il-funzjoni tiegħu li jipprovdi pariri dwar landscaping qed titwettaq mis-sezzjoni ta' l-urban and rural landscaping.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformana dwar xi pjan għandu l- gvern biex tabilħaqq jassisti u jwettaq ir-riformi meħtieġa biex il-pajsaġġ Malti jissebbaħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan l-aħħar erġajna qbadna naħdmu fuq dan l-aspett u rridu li din is-sezzjoni tibda' tiffunzjona bis-serjeta', anke flimkien ma' ministeri oħra, bħall-ministeru għat-turiżmu u l-ministeru għall-ambjent, biex nassiguraw li l-pajsaġġ ikun miżmum kif inhu xieraq.", "Jiddispjaċini ninnota li f'dan il-qasam ukoll kellna nuqqas ta' gardeners.", "Kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet għall-promozzjoni ta' gardeners, liema sejħa kienet ilha għaddejja s-snin minn leġislatura għal oħra.", "Għalhekk xi ħmistax-il ġurnata ilu tajna promozzjoni lil madwar 25 ruħ.", "Jien diġa' bdejt id-diskussjonijiet ma' l-uffiċjali tad-dipartiment biex nassigura li x-xogħol jiġi organizzat aħjar, fis-sens li ladarba għandna numru ta' gardeners, issa dawn jistgħu jiġu mqassma fi gruppi, flimkien ma' l-operatives li jagħmlu xogħol semi-skilled jew ta' laboureres, biex isir ix-xogħol kollu li hemm bżonn li jsir.", "Dan ix-xogħol kollu jrid isir kemm jista' jkun bl-imqietgħa, għaliex kulħadd jaf li fis-sajf meta jsiru l-10.30 a.m. u dawn in-nies ikunu qed jaħdmu fix-xemx, kulħadd jara kif jagħmel biex jiskarta.", "(Interruzzjonijiet) Impossibbli li noqogħdu niġru wara l-ħaddiema l-ħin kollu!", "Kulħadd jaf li t-tendenza hija li dawn il-ħaddiema jiskartaw, imma jekk ħaddiem jista' jaħdem mis-6.00 a.m. sa l-10.00 a.m. non-stop, xorta waħda jkun ta l-ġurnata tax-xogħol tiegħu u jiffrankalna li nżommu nies apposta biex joqogħdu għassa ma' dawn il-ħaddiema.", "Allura x-xogħol se jibda jiġi mogħti bl-imqietgħa biex b'hekk ikun assigurat li l-pajsaġġ Malti, b'mod partikolari l-ġonna, jiġu miżmum aħjar milli qiegħed miżmum fil-preżent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Naħseb li l-Ministru japprezza li huwa importanti li mhux il-ħaddiema biss ikollhom is-support fil-landscaping li jinħtieġ il- pajjiż imma anke s-siġar.", "Il-Ministru għandu target date dwar il- fornitura ta' xtieli u siġar għat-tliet snin li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nista' ngħid li aħna diġa' bdejna l- laqgħat biex naraw kif se jiġu mqassma dawn in-nies għal sistema ta' xogħol bl-imqietgħa imma mhux kemm taqbad u tfaqqa' target date.", "Dwar il-fornitura ta' xtieli u siġar irridu nassiguraw li anke f'pajjiżna nħawlu xtieli u arbuxxelli adatti għall-klima tagħna.", "Ma nistgħux nimmaġinaw li se nħawlu l-fjuri li hemm fl-Olanda, u nippretendu li għandna l-fakulta' li nsaqqu dawn ix-xtieli kollha, b'din ix-xemx tiżreġ li għandna, li tnixxef kemm ix-xtieli kif ukoll il-ħamrija.", "Għalhekk irridu nassiguraw li niżirgħu xtieli li jkunu jifilħu għall-klima ta' pajjiżna, bħas-sardinell, il-pjanta ta' l-irdum u xtieli oħra li m'għandhomx bżonn ta' ħafna ilma u ħafna maintenance.", "KUNSILLI LOKALI - KALENDARJU AGRO-TURISTIKU", "16604.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-kunsilli lokali bil- għan li l-kalendarju agro-turistiku jkompli jinvolvi l-parteċipazzjoni tal- kunsilli lokali matul l-1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li permezz taċ- ċirkolari datata 3 ta' Settembru 1999, il-kunsilli lokali kollha ġew mistiedna mid-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd biex jagħtu tagħrif dwar l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-biedja u s-sajd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-mistoqsija titratta l-laqgħat, allura l- Ministru qed jagħti indikazzjoni li saru talbiet għal laqgħat mal- kunsilli lokali dwar it-titjib u l-investiment li hemm bżonn isir biex il- kalendarju agro-turistiku jkun aktar produttiv, liema laqgħat baqgħu ma sarux?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiddispjaċini ngħid li żewġ kunsilli lokali biss irrispondew għaċ-ċirkolari li ntbagħtitilhom.", "Irrid ngħid li kull ġimgħa jkolli laqgħat, kemm formali kif ukoll informali, ma' diversi kunsilli lokali u l-inizjattivi jew proposti li jagħmluli jiġu nnotati u jekk ikunu feasible, jiġu inklużi fil-kalendarju agro-turistiku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-lokalita' u d-data ta' allokazzjoni ta' postijiet mill-awtorita' tad-djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16875;", "Lista li turi l-għadd ta' persuni li ntbagħtu jaħdmu mal-gvern mill- ETC, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16921; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-disinji tal-proġett ta' l-entratura u l-enclosure il-ġdid fil-Malta racing club, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16828.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 104 ta' l-2000 - insurance business regulations (linked long-term contracts), 2000;", "Avviż Legali Nru 105 ta' l-2000 - insurance business regulations (approved auditor) 2000; u", "Avviż Legali Nru 106 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar il- kummerċ ta' l-assigurazzjoni (avviż statutorju dwar kuntratt ta' kummerċ fit-tul).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Minstru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 107 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-ħarsien ta' l-gasafar u tal-fenek selvaġġ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġodda ma' l-awtorita' nazzjonali tat-turiżmu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16818.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni dwar każ nru.", "126 – rapport 134; u", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni dwar każ nru.", "291 – rapport 135.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' l-impjegati fl-ambaxxata Maltija fi Brussels, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16815.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "MOZZJONIJIET", "IL-QAGĦDA FIL-FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, din il-Kamra tar-Rappreżentanti mħassba bl-iżviluppi serji li seħħew fil-qasam tas-sigurta' interna, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tal-ħabs ċivili li jaqa' taħt il-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg;", "Wara li f'Awissu 1999 ħarab mill-kustodja tal-Pulizija Hashim Yousef El Zabi li kien akkużat b'importazzjoni f'pajjiżna ta' 18-il kilo droga, liema priġunier għadu ma nstabx u aktarx ħarab minn Malta wkoll;", "Billi El Zabi kien detenut fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin u kien irnexxielu jinganna lill-awtoritaijiet tal-ħabs li kien serjament ma jiflaħx u kellu bżonn kura fl-Isptar Boffa minn fejn ħarab;", "Billi l-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, iddikjara pubblikament li d- direttur tal-ħabs \"mhux responsabbli għal dak kollu li jiġri mill-għatba tal-ħabs 'il barra\";", "Wara li sussegwentement kienu rnexxilhom jaħarbu John Woods u Anthony Zammit mis-SATU, taqsima li taqa' taħt l-operazzjonijiet tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin;", "Wara li f'Marzu ta' din is-sena rnexxilhom jaħarbu addirittura erba' priġunieri f'daqqa mid-diviżjoni 6 - Ben Ibrahim Mohsen, El Baden Ayman Said, Shnizali Ibrahim Ramadan u Charles Mugliett - li suppost li hija l- aktar diviżjoni sikura tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin, bi tlieta minn dawn il-priġunieri fost l-aktar perikolużi, akkużati b'reati jew qegħdin jiskuntaw sentenzi ta' omiċidju volontarju;", "Billi l-Ministru Dr Tonio Borg f'dan l-istadju kien iddikjara pubblikament li huwa għandu \"fiduċja sħiħa fid-direttur tal-ħabs Manwel Cassar\", minkejja dan il-ħrib kollu u minkejja t-talbiet kontinwi ta' l- Oppożizzjoni Laburista biex Manwel Cassar jew jirriżenja jew il-gvern jitlob ir-riżenja tiegħu; Wara li fis-7 ta' Ġunju 2000 irnexxilhom jaħarbu tliet priġunieri oħrajn – l-istess John Woods u Anthony Zammit, li kienu diġa' ħarbu preċedentement, kif ukoll Mohammed Goma Bakkush, akkużat b'importazzjoni f'pajjiżna ta' aktar minn kilo droga – mid-diviżjoni taż-żgħażagħ (YOURS) tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin;", "Billi dan il-ħrib kollu sar mill-għatba 'l ġewwa tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin li huwa responsabbli għaliha, mil-lat amministrattiv, ħadd ħlief id-direttur Manwel Cassar;", "Billi l-Ministru Dr Tonio Borg ripetutament ġedded fil-konfront ta' l- amministrazzjoni tal-ħabs il-\"fiduċja sħiħa\" tiegħu minkejja l-fallimenti lampanti u kontinwi fis-sistema tas-sigurta' tal-ħabs;", "Billi l-istess Ministru Dr Tonio Borg indaħal politikament fl- amministrazzjoni tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin;", "Billi sal-ġurnata tal-lum il-Ministru Dr Tonio Borg baqa' ma ħa ebda passi fil-konfront tad-direttur tal-ħabs anke jekk l-opinjoni pubblika qiegħda tesiġi r-riżenja tiegħu u tad-direttur tal-ħabs;", "Għalhekk din il-Kamra, in vista taċ-ċirkostanzi kollha ta' dawn il-każi, tiċċensura bil-qawwa kollha lill-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, tesiġi r-riżenja tiegħu u jekk jibqa' ma jirriżenjax tesiġi t-tkeċċija tiegħu mill-kariga ta' ministru tal-gvern.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Għandi nifhem li hawn qbil li l-ħin tad-diskussjoni se jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl- introduzzjoni u l-winding-up għall-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xtaqt inpoġġi on record li dan il-qbil li int qed tirriferi għalih ma ntlaħaqx f'xi laqgħa tal-kumitat tax-xogħol tal-Kamra pero' ġie kollox miftiehem a voce bejn iż-żewġ naħat.", "Jien ninsab diżappuntat ħafna għaliex sirt naf li l-bieraħ filgħaxija l-Ministru Gonzi qal lill-Onor.", "Joe Mizzi li r-regolament ta' l-40 minuta xorta se jinżamm fuq min se jintroduċi l-mozzjoni.", "Filwaqt li naf li hemm ruling, li xorta jien ma naqbilx miegħu, infakkar li artiklu 49 jgħid li l-40 minuta speaking time ma japplikax fuq mozzjoni diretta ta' nuqqas ta' fiduċja; u din hija mozzjoni ta' nuqqas ta' fiduċja f'ministru tal-gvern.", "Fil-verżjoni Ingliża dan l-artiklu ma jgħidx \"no confidence motion\" imma jsemmi \"want of confidence\", jiġifieri min ifformulah żgur li kellu xi ħaġa f'rasu differenti minn no confidence fil- gvern.", "Qed ngħid dan biex titniżżel on record li aħna m'aħniex se naċċettaw din l-impożizzjoni, għax ladarba għandna seduta waħda u l-ħin huwa maqsum, in- naħa tal-gvern kellha ta' l-inqas tħallina liberi li nqassmu l-ħin tagħna kif jaqbel lilna.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jiena m'hu qed nimponi xejn.", "Dawk huma r-regolamenti tal-Kamra u għaldaqstant huma r-regolamenti li jimponu fuqna u mhux jien.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, se nkompli fejn ħalla l-Onor.", "George Vella, għaliex meta s-sena l-oħra kont ressaqt mozzjoni f'isem l- oppożizzjoni biex issir inkjesta parlamentari dwar il-ħarba tal-baruni tad- droga El Zabi, tkellimt kemm kien hemm bżonn mingħajr limitazzjoni.", "Anzi niftakar li kelli l-liberta' li nintroduċi u nagħlaq il-mozzjoni jien.", "Issa b'din il-limitazzjoni tal-ħin - naf li għandi 40 minuta biss biex nitkellem - bħalissa diġa' bdejt naħli mill-ħin tiegħi stess.", "F'din il- kwestjoni li se niddiskutu, kwestjoni purament parlamentari, dwar kunċett ta' responsabbilta' politika ta' ministru, toħroġ ċara l-laxkezza tal-gvern fil-mod ta' kif qed imexxi l-pajjiż, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta' interna ta' pajjiżna.", "Pero' imbagħad, fejn tidħol id- demokrazija, il-gvern miexi b'ponn tal-ħadid.", "Fil-fatt f'dan il-parlament, li huwa l-aqwa espressjoni tad-demokrazija, il-gvern qed jimponilna l-ħin fuq kwestjoni purament parlamentari.", "Mr Speaker, din il-mozzjoni titratta issue kbira għal pajjiżna, li naturalment aktar ma tkun kbira aktar tkun tinteressa lill-gvern.", "Il-gvern dejjem wera interess f'kull qasam, imma fil-qasam ta' l-intern b'mod partikolari dejjem wera' t-tip ta' interess li qisu ma ġara xejn f'dan il- pajjiż.", "Qegħdin fi stat ridikolu fil-veru sens tal-kelma għaliex f'inqas minn sena inkisret iktar minn darba l-aqwa espressjoni tas-sigurta' f'pajjiżna, is-sigurta' tal-ħabs.", "Jekk jirnexxielek taħrab mill-ħabs, minn fejn trid taħrab aktar?", "U fuq kollox qisu ma ġara xejn fil-pajjiż.", "Din il- mozzjoni hija ta' importanza nazzjonali għaliex proprju tinkwadra s- sigurta' interna ta' pajjiżna.", "M'huwiex aċċettabbli li f'pajjiż demokratiku ssir ħarba mill-ħabs u qisu ma ġara xejn, issir it-tieni ħarba u qisu ma ġara xejn, issir it-tielet ħarba mill-aktar parti sikura tal- faċilita' korrettiva ta' Kordin u xorta qisu ma ġara xejn, anzi nisimgħu lill-Ministru jgħid li għandu fiduċja sħiħa fid-direttur tal-ħabs u fit- tmexxija tiegħu.", "X'jimporta, issa tiġi l-Imnarja u forsi jerġgħu jaħarbu u jerġgħu jgħidu li qisu ma ġara xejn!", "Għax f'dan il-pajjiż b'din l- attitudni qed nimxu, li qisu ma ġara xejn.", "Anke rigward il-wegħdiet ta' qabel l-elezzjoni li baqgħu ma seħħewx, bħall-Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea li għadhom ma waslux, Alla jbierek qisu ma ġara xejn!", "U la qed nitkellmu fuq is-sigurta' interna, tajjeb li nsemmu wkoll is-sigurta' tal- familja, Sur President.", "Mur staqsihom x'iħossu lin-nies tal-Kottonera kull meta jaħrab xi priġunier, jew tnejn, jew tlieta!", "Jaqaw id-deputati maqtugħin minn dawk in- naħat?", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi u ħafna oħrajn min-naħa tal-gvern huma minn dawk in-naħat u għalhekk jistgħu jgħidulna kif iħossuhom in-nies tal- Kottonera kull darba li jaħrab priġunier mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "Mhux biss in-nies ta' dawk in-naħat jistgħu jħossu nuqqas ta' sigurta' kull darba li jaħrab xi priġunier imma l-Maltin kollha, għaliex nafu li l-priġunieri mhux fl-inħawi tal-ħabs biss jistaħbew imma jmorru kullimkien bit-tir ewlieni li jaħarbu minn Malta.", "Għax issa kulħadd tgħallimha l-lezzjoni li tahom El Zabi, li għadda biż-żufjett lill- awtoritajiet tal-ħabs għax qal li kien muġugħ u ħarab, u wisq probabbli li sakemm id-direttur tal-ħabs u l-Onor.", "Tonio Borg kienu informati bil-ħarba kien diġa' telaq mill-pajjiż.", "Kulħadd tgħallimha l-lezzjoni u f'daqqa waħda faqqgħet din l-epidemija!", "Dan kollu għax il-gvern kaxkar saqajh, naturalment għal raġunijiet politiċi.", "Il-gvern jindaħal politikament għaliex jibża' jieħu l-miżuri li hemm bżonn jittieħdu rigward it-tmexxija tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "Il-gvern iħares lejn l-uċuħ, għadu marbut wisq ma' l-individwi u m'huwiex kapaċi jneħħi lil min jonqos, ikun min ikun.", "Din il-farsa rajniha l-ġimgħa l-oħra stess meta l-Prim Ministru lanqas biss kellu l-kuraġġ u l-ħila li jiddikjara li għandu fiduċja sħiħa fid-direttur tal-ħabs, għax beża' u staħa jgħid dan, imbagħad fl-istess ħin jisfiduċjah billi jqiegħed manager u jitfa' l-armata fil-ħabs.", "Dawk deċiżjonijiet li ma ħadhomx il-Ministru ta' l-Intern imma l-Prim Ministru, għax l-armata taqa' taħt il-Prim Ministru.", "Irridu ninżlu fil-livell tan-nies u nifhmu s-sentiment ta' biża' tagħhom.", "X'kien jiġri kieku ġara dak li ħafna bdew jittamaw li ma jiġrix?", "Mhux kulħadd kien jaf x'reati kienu wettqu dawk il-priġunieri li ħarbu?", "Din hija issue importanti li dan il-parlament għandu jieħu bis- serjeta', imma aħna nafu li n-naħa tal-gvern se tivvota kontra s-serjeta', għax il-vot tagħhom mhux se jkun ifisser fiduċja fil-Ministru Tonio Borg imma se jkun biss vot kontra s-serjeta'.", "Għax kull membru tal-gvern deep down jaf li l-gvern waqa' għaż-żufjett!", "Il-back benchers jafu li ta' quddiemhom mhux qed jimxu sew, kemm fuq livell operattiv kif ukoll fuq livell deċiżjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kapijiet.", "Il-membri tal-gvern qalulna li qegħdin nagħmlu kapital politiku minn dan kollu.", "Xi jriduna nagħmlu, niġu hawn nisimgħuhom iħawdu u ma niġbdulhomx l- attenzjoni?", "Aħna wkoll għandna kontabilita' lejn il-poplu fuq kull ministeru li nixxedowjaw, għax aħna wkoll membri ta' dan il-parlament.", "Jien nistieden lill-Onor.", "Tonio Borg biex jistaqsi lill-editur ta' \"The Times\" jekk aħniex nagħmlu kapital politiku.", "Jistaqsi lill-editur ta' \"The Times\" jekk huwiex jagħmel hu kapital politiku.", "Jista' jistaqsi lil Steve Mallia wkoll, artikolista ta' \"The Times\", jekk hu wkoll iridx jagħmel kapital politiku.", "Anke lil Lou Bondi, li hu magħhom imma li llum tagħhom xebgħa manja b'dak li kiteb.", "Kumbinazzjoni llum irċevejt \"The Business Weekly\", gazzetta maħruġa minn persuni li huma interessati fil-management u għalhekk huma preokkupati bit- tmexxija tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin, fejn qalet li \"no chemistry or direction, sending the wrong message\".", "Qalu wkoll li avveniment li verament kien non-business kienet il-ħarba mill-ħabs, eżempju tipiku ta' kif il-gvern seta' kien deċiżiv imma ddimostra l-oppost.", "Il-messaġġ tal-gvern huwa ċar, li minflok jikkumplimenta lil min hu kapaċi u kompetenti u jqaċċat lil min hu inkompetenti, ikompli jinvesti ħinu u l-enerġija tiegħu f'dawk li waqqgħuh għaż-żufjett.", "Dan il-pajjiż għandu bżonn ta' strateġija ġdida, pero' ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu minn fuq m'humiex qegħdin jibagħtu the right message.", "Dan mhux l-oppożizzjoni biss qed tgħidu imma l-pajjiż kollu.", "Il- problema hi li din hija kwestjoni serja, pero' bħalissa l-membri tal-gvern li hawn hawn ġew kollha qed jidħku.", "Pero' dan huwa biss sintomu ta' gvern li fil-ħabs ta' Kordin għandu storja ta' ħbiberija mal-kriminali.", "Nibdew bi Queiroz, wieħed mill-akbar importaturi u traffikanti tad-droga.", "Mela dan importa d-droga f'pajjiżna, inqabad mill-pulizija, ħa dak li ħaqqu mill- qrati tal-ġustizzja, imbagħad ġie xi ħadd mill-Partit Nazzjonalista u tah maħfra presidenzjali għax qalulna li kellu l-hepatitis.", "U bħalissa qed jaħdem fil-Brażil mal-McDonald's. Allura la għandu l-hepatitis iservi l- hamburgers?", "X'affarijiet dawn?", "Imbagħad kellna l-avventuri ta' Żeppi l-Ħafi, il-bniedem li ried ikun konparteċipi fl-attentat ommiċidju tas-segretarju personali ta' Eddie Fenech Adami.", "Kieku jiġu jagħmlu hekk lill-ex segretarju personali tiegħi kieku lanqas biss inkun irridhom qrib tiegħi, imma l-Prim Ministru mhux talli ma rraġunax hekk talli tah tliet maħfriet presidenzjali, li tnejn minnhom lanqas biss għandhom x'jaqsmu mal-każ ta' l-attentat ta' qtil ta' Richard Cachia Caruana.", "Dawn xi ħmerijiet huma!", "Dan xi gvern hu!", "Il- gvern tal-lum huwa gvern riċiklat għax 90% minnu huma l-istess nies li kienu hawn qabel l-1996.", "Huwa għalhekk li l-marda tal-laxkezza fis- sigurta' baqgħet tiġġebbed.", "Jien ma nistax nifhem kif dan gvern jaċċetta li jippreżenta ruħu bħala x-xempju tad-demokrazija.", "Dan ikompli juri li l- Partit Nazzjonalista ma nbidilx imma għadu l-istess bħalma kien.", "Lejliet Santa Marija ħarab il-baruni tad-droga El Zabi, li kien daħħal 18- il kilo droga f'pajjiżna.", "Niftakar li kont mistieden fil-programm \"Pjazza 3\" - flimkien mal-Ministru Tonio Borg u mad-direttur tal-ħabs - u smajt lill-Ministru Tonio Borg jgħid li d-direttur tal-ħabs m'huwiex responsabbli għall-priġunieri mill-għatba tal-ħabs 'il barra, u dan peress li El Zabi ħarab mill-Isptar Boffa.", "Mela allura min hu responsabbli, it-Tabib Louis Deguara - taħtu jaqgħu l-isptarijiet - jew kif ipprova jirriferi għalih mingħajr ma semmih, il-Kummissarju tal-Pulizija?", "Dan x'taħwid hu li mill- għatba tal-ħabs 'il barra ħadd m'hu responsabbli?", "Dak iż-żmien jien kont tlabt ir-riżenja tad-direttur tal-ħabs, għax il-ħarba ta' El Zabi kienet xi ħaġa serja komparata ma' l-importanza li nagħtu lill-ġlieda kontra t- traffikar tad-droga.", "Għadda ż-żmien u l-Ministru Tonio Borg ħa d-deċiżjoni politika li jħalli kollox kif inhu.", "Mhux talli ħalla kollox kif inhu, talli qal li kulħadd huwa responsabbli ħlief id-direttur tal-ħabs, għax mill-għatba 'l barra dak m'huwiex responsabbli.", "U qisu ma ġara xejn, għax il-Ministru Borg qal li l-ħrib minn dejjem kien isir.", "Allura jekk anke qabel kien isir il-ħrib, do two wrongs make a right?", "Għaddew ftit xhur u kif kulħadd jaf ħarbu żewġ priġunieri mis-SATU.", "Imma għax is-SATU m'huwiex il-ħabs, allura m'hemmx sigurta' daqs kemm hemm fil- faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "Imma dan il-unit m'huwiex estensjoni tal- ħabs?", "Allura m'għandux ikun hemm inqas sigurta'.", "Biex il-ħarba tkun aktar gravi, mis-SATU ħarbu l-istess żewġ priġunieri li kienu ħarbu l-ġimgħa ta' qabel.", "Allura la kienu diġa' ħarbu ma missux kien hemm għassa aktar stretta magħhom?", "Imma insomma, xorta kien qisu ma ġara xejn.", "Dak iż-żmien ukoll kont erġajt tlabt ir-riżenja tad-direttur tal-ħabs.", "Imbagħad reġgħu ħarbu erba' priġunieri, li tlieta minnhom huma perikolużi ħafna.", "Fil-fatt wieħed minnhom huwa diġa' kkundannat għal għomru għaliex huwa serial killer.", "U dawn ma ħarbux mill-YOURS, fejn hemm is-saqaf baxx, imma mill-iktar diviżjoni sikura li hemm fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin!", "U xorta waħda l-gvern qagħad kwiet u ttama li jinqabdu.", "Anke aħna ttamajna li jinqabdu, mhux billi l-media Nazzjonalista wara li jinqabad xi priġunier tgħid li min jaf kemm l-oppożizzjoni ttamat li ħarab.", "Dan m'hu minnu xejn u l-gvern qed jipprova jistrieħ fuq il-fatt li l-priġunieri nqabdu.", "Dawn x'affarijiet huma, jaħarbu erba' priġunieri għal tlett ijiem sħaħ u jiġi l-Ministru Tonio Borg u jgħid li għandu fiduċja sħiħa fid- direttur tal-ħabs!", "Aħna konna ilna ngħidulu biex lid-direttur tal-ħabs ineħħih minn hemm, imma l-Ministru mhux talli m'għamilx hekk talli meta saret ħarba minn division 6, l-aktar post sikur fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin, iddikjara pubblikament li għandu fiduċja sħiħa fid-direttur tal-ħabs.", "Jaħasra l-Ministru ma jafx xi ħsara kbira qed jagħmel lill-pajjiż permezz ta' dan, għax l-ambaxxaturi Ewropej ma jeħdux pjaċir jaraw li hawnhekk, jiġri x'jiġri qisu ma ġara xejn.", "Meta ħarab El Zabi saru xi investigazzjonijiet interni li ħadd ma jaf x'inhuma.", "L-istess meta ħarbu l- erba' priġunieri lejliet Jum il-Ħelsien, saru investigazzjonijiet mhux biss interni imma wkoll tekniċi li wkoll ħadd ma jaf x'inhuma.", "Dan x'taħwid hu?", "Dan hu l-mod ta' kif jitmexxa pajjiż?", "Il-ġimgħa l-oħra, persuna mixlija b'importazzjoni tad-droga tqiegħdet fis- sezzjoni tal-YOURS.", "Jien ma jidhirlix li l-gwardjani tal-ħabs għandhom decision-making powers rigward fejn jitqiegħdu l-priġunieri, imma jekk ma kenux huma li għamlu dan allura mhux is-Sur Manuel Cassar kien?", "Fil-YOURS inzerta li hemm dan il-ħajt relattivament baxx - m'huwiex xi ċint tas- sejjieħ imma m'huwiex għoli biżżejjed - u għalkemm meta l-priġunieri qabżu minnu kisru saqajhom, xorta waħda irnexxielhom jaħarbu.", "F'dan l-istadju li toħroġ ir-responsabbilita' politika ministerjali, Sur President.", "L-ewwel, it-tieni u t-tielet darba li priġunieri ħarbu mill-ħabs ma tlabniex ir-riżenja tal-Ministru imma tlabna biss ir-riżenja tas-Sur Manuel Cassar, imma issa żżejjed għax issa ħarbu tlieta oħra, wieħed minnhom huwa baruni tad-droga.", "Sal-ġurnata tal-lum għadni ma smajtx lill- Onor. Tonio Borg jgħid li reġa' għandu fiduċja fis-Sur Cassar, u għalhekk qed nistenna li meta jintervjeni jgħidilna jekk għandux fiduċja sħiħa fid- direttur tal-ħabs.", "Anke Prim Ministru, ladarba ddeċieda li jidħol fl- istorja, tajjeb li hu wkoll jgħidilna jekk għandux fiduċja sħiħa fid- direttur tal-ħabs.", "Jien m'iniex ċert jekk il-Prim Ministru għandux fiduċja fid-direttur tal-ħabs u fil-Ministru Borg jew le, għax l-ewwel daħħal l- armata fil-ħabs imbagħad inkariga manager, qisna Alcatraz!", "Milli jidher l- armata ddaħħlet bħala miżura ta' emerġenza, li jfisser li veru hemm l- emerġenza ġewwa l-ħabs ta' Kordin.", "Aħna qegħdin nitolbu r-riżenja tal- Ministru Tonio Borg u qed nitolbu lin-naħa tal-gvern biex tingħaqad magħna f'din it-talba għaliex l-Onor.", "Borg rabat il-kredibilita` politika tiegħu mat-tmexxija amministrattiva.", "Din kienet deċiżjoni politika tiegħu li fallielu.", "Fil-Belġju, l-aktar pajjiż rappreżentattiv ta' l-Unjoni Ewropea, sentejn ilu kien ħarab Marc Dutreau, bniedem li abbuża mill-minuri permezz tal- pornografija eċċ. Dan ħarab mill-ħabs fejn kien qiegħed jinżamm u wara biss tliet sigħat inqabad.", "Avolja dan il-priġunier dam maħrub tliet sigħat biss fil-Belġju kien inqala' skandlu kbir u mhux il-ministru ta' l-intern biss kellu jirriżenja imma saħansitra l-ministru tal-ġustizzja.", "Anke l- prim ministru u l-gvern tiegħu ġew mitluba jirriżenjaw.", "U dan fil-Belġju, jiġifieri fl-Unjoni Ewropea.", "Veru li bħalissa għaddej l-iscreening ta' l- Unjoni Ewropea imma għalkemm il-gvern qed jagħmel bulldozing tal-liġijiet, hemm żewġ affarijiet li żgur li m'humiex se jgħaddu minn dan l-iscreening, it-trasparenza u l-kontabilita`.", "Ma jmissux jistħi l-gvern li f'temp ta' għaxar xhur ħarbu numru ta' priġunieri, li tnejn minnhom kienu mixlija b'importazzjoni u traffikar t'ammonti sostanzjali ta' droga, u li saħansitra ħarbu mill-iktar parti sikura tal-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin, u qisu ma ġara assolutament xejn.", "Il-Prim Ministru missu aċċetta r- riżenja tad-direttur tal-ħabs.", "Għalkemm f'dan il-parlament jiena nidher bħala element ħafna iżgħar mill-Prim Ministru, ninsab ċert li l-poplu Malti jaħsibha kif naħsibha jien u mhux kif jaħsibha l-Prim Ministru.", "Il- Ministru Borg messu ħass ir-responsabbilta` li almenu joffri r-riżenja tiegħu f'ċirkostanzi bħal dawn, għax dak li ġara ma kienx ta' darba imma rrepeta ruħu f'qasir żmien u m'għandna l-ebda garanzija li mhux se jerġa' jseħħ.", "Mr Speaker, il-mozzjoni li qed nippreżentaw m'għandha x'taqsam xejn ma' kapital politiku.", "Issa se noqogħdu nisimgħu ħafna skużi li fl-imgħoddi l- ħabsin kienu jaħarbu, eċċ, jiġifieri l-gvern se jwaqqaf preċedent li meta 'l quddiem jaħarbu xi priġunieri, ħadd m'għandu jirriżenja.", "Jidher ċar li l-ħrib qed isir minħabba deċiżjoni politika tal-Ministru Borg, li mhux qed ibiddel is-sitwazzjoni tat-tmexxija tal-ħabs, u dan m'huwiex aċċettabbli f'pajjiż demokratiku.", "Għalhekk aħna nesiġu r-riżenja tal-Ministru Tonio Borg u, jekk ma jagħtihiex waħdu, ikun obbligu tal-Prim Ministru li jitlobhielu hu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, kemm-il darba tkellimt f'mozzjonijiet ta' ċensura biex niddefendi lil ħaddieħor u llum imissni nitkellem dwar mozzjoni ta' ċensura kontra tiegħi stess.", "Din hija sensazzjoni stramba, iktar u iktar meta wieħed jikkonsidra r-raġunijiet li nġabu għall-mozzjoni li għadu kif ressaq l-Onor.", "Gulia.", "Il-mozzjoni tgħid li jien indħalt politikament fl-amministrazzjoni tal- ħabs.", "Issa fil-mozzjoni stess ma jissemma xejn dwar kif jien għamilt dan.", "Mhux talli m'hemm imniżżel xejn talli anke waqt dawn l-40 minuta li għaddew, fejn tkellem l-Onor.", "Gulia, ma smajniex fuq il-mozzjoni biss imma smajna fuq kollox, fuq l-Unjoni Ewropea, fuq il-Lm100 miljun u lanqas naf aktar fuq xiex!", "Pero` konvenjentement l-Onor.", "Gulia ma semma' xejn biex jissostanzja kif jien indħalt politikament fl-amministrazzjoni tal-ħabs.", "Pero' minn dak li nkiteb fil-gazzetti, l-iktar minn dak li kiteb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, assumejt li jien indħalt politikament għax il-gvern iddeċieda li jinnomina lis-Supretendent Emanuel Cassar bħala direttur tal- ħabs.", "Imma l-verita` hija li kemm il-gvern preżenti kif ukoll il-gvern Laburista preċedenti riedu jħallu lis-Sur Cassar fil-kariga ta' direttur tal-ħabs.", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien prim ministru u ministru ta' l-intern, kien insista li Cassar jibqa' hemm għax kien \"stabilizza l- ħabs\".", "Wara l-elezzjoni ta' 1998, meta sirt ministru ta' l-intern, id-direttur tal-ħabs kien Peter Cordina, li kien ġie nominat mill-gvern Laburista.", "Xi xhur wara s-Sur Cordina ssottometta r-riżenja tiegħu mill-kariga ta' direttur tal-ħabs minħabba raġunijiet personali.", "Jien tlabtu biex jibqa' ftit ieħor sakemm insibu sostitut, għaliex m'huwiex faċli li ssib lil min ikun lest li jidħol għar-responsabbilta` tat-tmexxija tal-ħabs.", "Meta s-Sur Cordina rriżenja mill-ħabs ingħata kariga, bl-approvazzjoni tal-public service commission, ta' responsabbilta` f'dipartiment li jaqa' taħt il- ministeru ta' l-intern.", "Fil-fatt is-Sur Cordina sar direttur tal- protezzjoni ċivili u pubblikament, anke fil-preżenza ta' l-Onor.", "Gulia, irringrazzja lili u lill-gvern talli fdajnieh f'din il-kariga l-ġdida.", "In vista ta' dawn iċ-ċirkostanzi, is-Sur Emanuel Cassar, minn supretendent fid- distrett tal-Ħamrun reġa' beda jmexxi l-ħabs.", "Għall-ewwel sakemm ħarġu l- applikazzjonijiet serva ta' aġent direttur u meta ħarġu l-applikazzjonijiet għall-kariga ta' direttur tal-ħabs, mill-ħaddiema kollha taċ-ċivil kien hu biss li applika għal din il-kariga, u fil-fatt il-public service commission approvat dik l-applikazzjoni.", "Allura x'hemm politiku f'dan kollu?", "It-tieni akkuża fil-konfront tiegħi hija li ma nsistejtx li jirriżenja d- direttur tal-ħabs minħabba l-ħarbiet li saru.", "Hawnhekk nixtieq inwieġeb għal dak li qal l-Onor.", "Gulia fuq l-ewwel ħarba ta' El Zabi.", "Jien qatt ma farfart ir-responsabbilta` fuq ħadd.", "Jien dejjem għedt li kull ministru għandu responsabbilta` politika lejn il-parlament.", "Ma qbiltx ma' l-Onor.", "Gulia meta qal li avolja fil-ħin tal-ħarba - din il-ħarba ma saritx mill- ħabs - xorta s-Sur Cassar huwa responsabbli għall-ħarba - kien jagħmel aktar sens kieku qal li kont jien il-persuna responsabbli - u minn dakinhar bdiet il-kampanja ta' assassinju tal-karattru tas-Sur Cassar.", "Jien naf minn fejn ġejja l-kampanja kontra din il-persuna - u xi darba għad ikolli ċ-ċans li ngħid minn fejn ġejja - u l-Onor.", "Gulia m'għandux għalfejn joqgħod jilgħabha tal-qaddis u jgħid ma min nitħallat u ma nitħallatx, għax jien qatt ma tlabt li ħabsi jiġi partner miegħi fl- uffiċċju legali biex allura jkun jista' joħroġ tliet xhur qabel!", "U jien qatt ma ffirmajt amnestija biex xi ħadd fid-distrett tiegħi joħroġ mill- ħabs erba' xhur qabel iż-żmien wara li kien ikkaġuna diżabilita' fiżika fuq persuna oħra wara inċident.", "Jien qatt m'għamilt dawn l-affarijiet.", "Allura dakinhar għax ma rriżenjajtx int, Onor. Gulia!", "Għaliex qed tkun int li ssemmi l-amnestiji, meta wara li rbaħtu l- elezzjoni tajtu tant amnestiji lil min qatel u seraq?", "Min refa' r- responsabbilta` għal dawk l-amnestiji li qed insemmi?", "Jien kont nikxef dawn l-affarijiet u nikkritikahom, imma intom qatt ma erfajtu r- responsabbilta` għal dan kollu, l-ewwel wieħed int Onor. Gulia, li kellek responsabbilta' diretta għall-amnestija li għadni kif semmejtlek.", "Bħalma inti qed tirraġuna li l-ħabs jaqa' taħt il-ministru u għalhekk ir- responsabbilta' hija tal-ministru, fil-każ li semmejtlek, apparti l-firma tiegħek, il-prim ministru ta' dak iż-żmien ukoll kien iffirma dik l- amnestija.", "Allura dak iż-żmien il-prim ministru refagħha r- responsabbilta'?", "Le, tefagħha fuq l-avukat ġenerali, bħallikieku l-avukat ġenerali kellu xi interess li jagħti l-amnestiji għax il-Partit Laburista kien rebaħ l-elezzjoni!", "Nixtieq nagħmel osservazzjoni fuq il-każ tal-Belġju li semma l-Onor.", "Gulia.", "Irrid ngħid li l-ministri ta' l-intern u tal-ġustizzja Belġjani ma rriżenjawx minħabba l-ħarba tal-priġunier imma minħabba l-involviment ta' aġenti pubbliċi f'affarijiet illegali li kienu saru, f'konnessjoni man- negozju illegali u mal-ponografija.", "(Interruzzjonijiet) Hawn Malta f'dawn l-aħħar snin saru diversi ħarbiet, taħt gvernijiet differenti.", "Fit-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista kien hemm erba' ħarbiet, imma jien qatt ma tlabt ir-riżenja ta' ħadd, għax naf kemm huwa diffiċli li wieħed imexxi l-qasam ta' l-intern u l-qasam tal-ħabs.", "Kulħadd għandu d-dritt li jikkritika, anzi f'ċerti ċirkostanzi dan huwa obbligu, pero` din li kull darba li jaħrab xi ħadd mill-ħabs l-oppożizzjoni tgħid li jrid jirriżenja d- direttur jew il-ministru, naħseb li huwa biss ħatab biex wieħed jinħaraq fil-futur.", "Biss biss, jekk immorru lura għall-1982, kienu ħarbu xi priġunieri akkużati b'attakki terroristiċi li baqgħu ma nstabux, u kien hemm anke suspetti kbar li kellhom l-għajnuna ta' xi nies ta' kariga għolja fl-amministrazzjoni tal-ħabs ta' dak iż-żmien.", "Ċertament li mhuwiex faċli li tmexxi l-ħabs għax fih hemm ċerta tensjoni inerenti għax huwa post ta' diprevazzjoni tal-liberta`.", "Lanqas ma huwa faċli li taħdem fih, Sur President.", "L-Onor.", "Gulia qal li lill-impjegati tal-ħabs qed ngħafsuhom.", "Jiena nfakkru li kien gvern Nazzjonalista li żidilhom il-kondizzjonijiet, li tahom il-ħlas ta' l-overtime, il-ħlas tal-Ħdud u l-festi u l-pensjoni wara 25 sena servizz.", "Dan għamilnih għax nafu li l-ħabs, bħal fil-każ tal- pulizija u ta' l-armata, huwa post diffiċli biex taħdem fih.", "Il-ħabs huwa post diffiċli għaliex tinvesti kemm tinvesti f'tagħmir ġdid ta' sigurta`, jibqa' dejjem l-element uman li jekk ifalli, tfalli s-sistema wkoll.", "Il- ħrib mill-ħabs m'huwiex xi ħaġa tal-lum biss u m'huwiex xi ħaġa ta' pajjiżna biss.", "Huwa veru li għal ħames snin sħaħ, bejn l-1995 u s-sena 2000, ma kien hemm l-ebda ħarba mill-ħabs ta' Kordin, u li dan kien dovut għal ċerti investimenti li saħħew l-istrutturi tal-ħabs, iżda nammetti li dan seta' ħoloq ċertu sens falz ta' sigurta`.", "Għalhekk filwaqt li se jsir dak kollu possibbli biex inkomplu nsaħħu s-sigurta`tal-ħabs u nirranġaw id- difetti li hemm, ħadd ma jista' jagħti garanzija li xi ħabs, hu fejn hu, huwa foolproof.", "Jekk hawn xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni li lest li jagħti din il-garanzija nitolbu biex jiddikjaraha f'dan il-parlament issa stess.", "Il-gvern m'aċċettax ir-riżenja tad-direttur tal-ħabs għax ma rriżultax li l-aħħar ħarba saret minħabba xi nuqqas tiegħu.", "It-taqsima YOURS oriġinarjament kellha tkun a female division, imbagħad il-gvern ta' dak iż-żmien kien ħa deċiżjoni - kieku kont jien kont neħodha wkoll - li peress li kien se jkun hemm 36 ċella u peress li persentaġġ żgħir biss ta' nisa jkunu sentenzjati l-ħabs, inbidel il-pjan u saret tintuża għal high security.", "Fuq parir tal-bord tal-viżitaturi tal-ħabs iddeċidejna li l-YOURS issir taqsima taż-żgħażagħ, għax dakinhar deherli li l-ikbar problema fil-ħabs kienet il-klassifikazzjoni.", "Kien hemm wisq taħlit ta' priġunieri u l-iktar li jbatu minn dan huma propju ż-żgħażagħ.", "Għalhekk flok jinżammew fl-għassa tal-Belt, kif kien isir, ġie deċiż li l- YOURS, li kienet diġa mibnija, issir it-taqsima taż-żgħażagħ.", "L- amministrazzjoni tal-ħabs bagħtet f'dan il-post ġdid erba' gwardjani ma' 16- il priġunier żagħżugħ, jiġifieri l-amministrazzjoni xogħlha għamlitu.", "Il- fatt li l-priġunieri li ħarbu weġġgħu waqt li kienu qed jaħarbu jindika li l-ħarba setgħet tiġi evitata kieku ma falliex l-element uman u min kellu jagħmel ix-xogħol ta' superviżjoni għamlu.", "L-Onor.", "Gulia qal li l-amministrazzjoni preżenti m'għamlet xejn wara dawn il-ħarbiet u qal ukoll li l-barranin qed jitkażaw bina.", "Wara l-ħarba tad- 29 ta' Marzu, il-gvern qabbad lill-Brig.", "John Spiteri biex jagħmel rapport dwar is-sigurta' ta' division 6 minn fejn saret il-ħarba.", "L-Onor.", "Gulia qal li dan ir-rapport ħadd ma jaf bih.", "Jien ma naħsibx li għandi noqgħod nippubblika r-rapporti dwar is-sigurta' tal-ħabs, pero' nkun kuntent jekk juri l-interess li jkun jaf x'sar minn dak ir-rapport.", "Fil-fatt ix- xogħlijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' division 6 tlestew.", "Dwar it-tieni ħarba tas-7 ta' Ġunju tas-sena 2000, kif diġa' tħabbar permezz ta' press release, il-gvern ħa miżuri korrettivi mill-ewwel.", "L- ewwel deċiżjoni kienet li tintbagħat l-armata ġewwa l-ħabs.", "Issa hawnhekk l-Onor.", "Gulia qal li qed nibgħatu l-armata għax m'għandniex fiduċja fil- ħabs.", "Dan mhu veru xejn, anzi fil-meeting li kien sar kont għedt li sakemm il-perimeter wall jiġi msaħħaħ u sakemm ir-rakkmandazzjonijiet tal- Brigadier Spiteri jiġu implimentati, għandu jkun hemm l-armata bħala miżura ta' sigurta' sakemm jitlesta' x-xogħol fuq il-perimeter wall.", "It-tielet miżura hija li jitwettaq fl-intier tiegħu l-pjan oriġinali tas-sigurta' għat-taqsima minn fejn ħarbu l-priġunieri din id-darba, liema pjan kien ġie mibdul għal raġunijiet ta' ekonomija mill-amminsitrazzjoni Laburista.", "Mr Speaker, bil-permess tiegħek u tal-Kamra se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ittra ta' l-4 ta' Marzu ta' l-1998, fejn kienet ittieħdet id-deċiżjoni li biex jiġu ffrankati l-flus, ma' din it-taqsima la jsiru cameras u lanqas il- fence.", "Dawn ix-xogħlijiet li l-iktar li jirrigwardjaw huma s-security cameras u s-security fence li kienu tneħħew mill-ordni oriġinali u kienet anke ngħatat ordni biex ma jinħarġux flus għall-X-ray machine, għall-high security fence u anke għas-CCTV cameras.", "Mr Speaker, inġusta wkoll hija r-riferenza għas-SATU.", "Ta' avukat li hu l- Onor. Gulia qal li legalment is-SATU huwa parti mil-ħabs, għalhekk il-ħarba mis-SATU titqies bħala ħarba mill-ħabs.", "Dan ir-raġunament huwa inġust, għax is-SATU kien twaqqaf f'Novembru ta' 1995 fil-ħabs stess għar- riabilitazzjoni tal-priġunieri bi problemi ta' droga.", "Is-SATU kien suċċess għax għall-ewwel darba priġunieri b'din il-problema ma bdewx jitħalltu ma' priġunieri oħrajn imma bdew jiġu separati kompletament mill-bqija tal-ħabs u, anke meta s-SATU kien għadu fil-ħabs stess, ma kien hemm l-ebda kuntatt bejn din it-taqsima u taqsimiet oħra.", "Anke biex il-priġunieri tas-SATU jisimgħu l-quddies, kien hemm kappella apposta għalihom.", "Il-gvern preċedenti kien ħa d-deċiżjoni li l-unit tas-SATU tintbagħat l-Imtaħleb proprju għax jemmen li m'għandux ikun parti mill-ħabs u anke minħabba l- problema tat-taqsima tan-nisa li ssolviet billi dawn marru minflok is-SATU.", "F'dawn l-aħħar ħames snin fis-SATU, li huwa simili għall-programmi Sedqa u Caritas, attendew madwar 100 ruħ.", "Meta xi persuna taħrab mill-programm Sedqa u Caritas, għalkemm ħadd ma jieħu gost, il-persuna tinqabad u tintbagħat lura l-ħabs.", "Ħadd ma jagħmel il-plejtu li qed jagħmel l-Onor.", "Gulia għax żewġ żgħażagħ ingħataw iċ-ċans li jmorru fil-programm tas-SATU u abbużaw minn dik il-liberta'.", "Din hija diżonesta' politika li l-Onor.", "Gulia qiegħed din il-ħarba bħala att ta' akkuża kontra xi ħadd biex jirriżenja u li jippreġudika dawn il-programmi li kienu ta' ġid għal ħafna nies.", "Jekk il-bini ta' l-Imtaħleb isir qisu ħabs normali, allura s-SATU jista' jingħalaq, ħaġa li ma rridux nagħmlu.", "Sur President, li hemm ħażin f'din il-mozzjoni huwa li qed tipprova tnessi l-ħafna tajjeb li sar, mhux minn dan il-gvern biss imma anke minn gvernijiet oħra u minn għaqdiet volontarji li jgħinu fil-ħabs, biex tissodisfa l-istint demagoġiku li noqogħdu nitkażaw fuq dik u fuq l-oħra biex noqogħdu nilagħbu bl-emozzjonijiet tan-nies.", "Huwa ħażin li d- diskussjoni kollha dwar il-ħabs tiġi ridotta għal emozzjoni u attakki.", "Qed ngħid dan għaliex qatt daqs dawn l-aħħar snin ma kien hemm riformi daqshekk kbar fil-qasam tal-ħabs, mhux biss fl-investiment iżda wkoll fl- immodernizzar permezz ta' regolamenti ġodda.", "Is-sitwazzjoni qabel kienet li r-remission jeħodha kulħadd u anke jekk xi ħadd jikser id-dixxiplina u jkun qed jistenna s-sentenza tal-qorti, sakemm qed jistenna r-remission ikun ħadha.", "B'hekk id-dixxiplina ma setgħetx tiġi mhedda bir-remission.", "Aħna m'għamilniex biss riformi biex ngħollu l- istandard u l-kundizzjoni materjali tal-ħabs, imma anke emendajna r- regolamenti biex min ma jġibx ruħu sew fil-ħabs, jiġi kastigat iktar minn qabel, u min iġib ruħu tajjeb, jiġi premjat iktar minn qabel.", "Għalhekk, komparati ma' ħabsijiet barranin, aħna m'għandniex minn xiex nistħu.", "F'pajjiżna aħna rnexxielna nevitaw il-problemi kbar li għandhom pajjiżi barranin, problemi ta' nuqqas ta' spazju u taħlit, fejn f'ċella waħda jitqiegħdu ħames priġunieri.", "Dan għaliex minkejja li f'dawn l-aħħar għaxar snin il-popolazzjoni tal-ħabs kważi rdoppjat, aħna nvestejna u ħsibna għall- futur.", "Fil-qasam ta' l-intern aħna wettaqna ħafna affarijiet iżda hemm bżonn li nwettqu aktar.", "Minkejja l-isfidi li għandna quddiemna, l-ebda ħarba m'hi se twaqqaf il-mixja tal-gvern biex fil-qasam tas-servizzi korrettivi, ir- riforma u d-dixxiplina jimxu id f'id.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, naħseb li wara l-beraq u s- sajjetti, il-maġġoranza ta' min qed jismagħna qed jistaqsi x'inhu l-punt ta' dan kollu.", "Jien niddejjaq li l-oppożizzjoni tittratta lill-poplu qisu xi ġens injorant, li jista' jimpressjona ruħu b'ċerti eżempji tal-passat jew b'ħafna mudslinging.", "Naħseb li l-poplu Malti huwa iktar intelliġenti minn hekk.", "Il-punt hawnhekk huwa wieħed.", "L-oppożizzjoni qed titlob ir- riżenja ta' l-Onor.", "Tonio Borg meta l-Ministru m'għandu l-ebda responsabbilta'.", "Qed ngħid dan għaliex meta wieħed jara s-sistema parlamentari tagħna fid-dettall, jinduna li ministru fl-ebda mument u fl- ebda stadju ma għandu xi responsabbilta'.", "(Interruzzjonijiet) Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nitolbu biex ma jkomplix jinterrompini.", "(Interruzzjonijiet) Jekk trid titkellem tkellem, pero' m'għandek l-ebda dritt tinterrompi.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici jkompli bid-diskors tiegħu u jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Skużani, Mr Speaker, pero' hawn min jaħseb li hija tattika tajba li kelliem jiġi interrott biex itellfu l-fil tal-ħsieb li jkollu.", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni aħjar joqgħod kwiet!", "(Interruzzjonijiet)", "Jien naħseb li meta wieħed jibda jħares lejn dawn l-affarijiet, tajjeb li jieħu l-parir tal-filosofu Aristotile, li qabel ma persuna tindirizza lill-poplu fuq suġġett, tara x'inhuma l-liġijiet ta' dak il-pajjiż u tqis il-ħaġa in kwestjoni.", "Ejja ngħidu li s-sistema kostituzzjonali tagħna bħala l-fonti ta' l-għerf tagħha ma tħarisx lejn sistemi legali oħra għajr lejn il-kostituzzjoni Ingliża.", "Allura fuq dan wieħed irid jara x'jgħidu l- awturi rigward ir-responsabbilta' minsterjali, għaliex dan il-kunċett ġej mill-fonti Ingliża.", "Skond awturi moderni, ministru għandu tliet forom ta' responsabbilta', dik tal-kondotta personali tiegħu, dik tat-tmexxija ġenerali tad- dipartiment u dik ta' atti li jsiru minn membri taċ-ċivil fid-dipartiment.", "Ir-responsabbilta' m'hijiex waħda ċivili, jiġifieri m'hijiex l-istess bħal meta jseħħ inċident tat-traffiku.", "Il-poplu jrid jifhem li r- responsabbilta' ministerjali hija biss waħda politika.", "Sir Ewan Jennings, fil-ktieb \"The British Constitution\", jgħid hekk:", "\"It is necessary to emphasize that ministerial responsibility means only that a politician must be able to answer to the House of Commons for every act of administration.", "Emphasis is necessary because ministerial responsibility has become a slogan which is regarded as being a reason in itself and the reason behind it has been forgotten.\".", "Huwa proprju dan li qed jiġrilha l-oppożizzjoni.", "M'hijiex qed tara jekk ir- responsabbilta' ministerjali teżistix jew le.", "Ir-responsabbilta' ministerjali teżisti biss fil-każi li semmejt qabel.", "F'dan il-każ diġa' għandna d-diffikulta' li qed nitkellmu prematurament għaliex hemm inkjesta maġisterjali għaddejja.", "L-inkjesta maġisterjali saret biex tistabilixxi x'inhuma r-responsabbiltajiet interni u, għalkemm għadha ma tlestietx, mill-fatti li għandna quddiemna jidher ċar li dan m'huwiex każ ta' atti normali ta' amministrazzjoni, anzi l-proċeduri, is- sens komun u l-ordnijiet li għandhom jiġu segwiti mill-gwardjani tal-ħabs kienu ngħataw.", "Hawnhekk il-punt huwa iktar fond għaliex l-istruzzjonijiet mhux ma ngħatawx, mhux il-każ li l-Ministru ntervjena biex l- istruzzjonijiet ma jiġux segwiti, imma kien hemm xi ħadd li ma segwihomx.", "Din hija sitwazzjoni ta' malizzja u negliġenza kważi kriminali.", "F'dan il- każ naħseb li ħadd ma jista' jgħid li l-Onor.", "Tonio Borg għandu responsabbilta' għal atti li jsiru minn nies inkarigati biex jagħmlu l- kontra ta' dak li suppost jagħmlu.", "Għalhekk naħseb li f'dan il-pajjiż hawn min japprezza li skond is-sistema demokratika tagħna, ministru m'għandu l- ebda forma ta' responsabbilta'.", "Jekk wieħed jaqra x'jgħidu ġuristi Ingliżi jinduna li din il-kultura tar- riżenji li suppost issir l-Ingilterra, fil-fatt ma ssirx.", "Jekk wieħed jaqra l-iktar awturi kostituzzjonali riċenti li janalizzaw il-parliamentary practice, isib li mhux veru li hemm dawn ir-riżenji kollha.", "Birch, fil- ktieb tiegħu \"The British System of Government\", jgħid hekk:", "\"In fact resignations of this kind are extremely rare.", "Mistakes are constantly being made and from time to time they are exposed, are admitted, but it is exceptional for a minister to resign on this account.", "The most conspicuous failures have led to stormy debates in parliament, to scathing comments in the press, but they have not led to the resignation of the ministers concerned.\".", "Wieħed irid iġib l-affarijiet lura għar-raġuni u mhux jitkellem bl- emozzjoni.", "Ir-raġuni titlob li wieħed jara x'inhi fil-fatt is-sistema legali tagħna.", "Skond din is-sistema, għall-kuntrarju ta' dak li ħafna nies qalu u anke kitbu fil-gazzetti, din ma teżistix għaliex l-istess parliamentary practice Ingliż ma jaċċettahiex.", "Għalhekk in konsiderazzjoni ta' dawn il-fatti kollha, din il-mozzjoni ma tistax treġġi għal tliet punti partikolari.", "L-ewwelnett din il-mozzjoni saret b'mod prematur.", "L-oppożizzjoni għaġġlet minflok stenniet l-inkjesta maġisterjali tispiċċa, forsi għaliex kien hemm il-biża' li minn dik l-inkjesta jirriżultaw xi fatti li permezz tagħhom ħadd ma jkun jista' jqiegħed mozzjoni ta' sfiduċja kontra l-Onor.", "Borg.", "It-tieni raġuni hija li fil-parliamentary practice Ingliż, ministru m'huwiex responsabbli ta' aġir malizzjuż, ta' aġir ta' negliġenza grossolana fil-grad penali.", "Dan m'huwiex il-każ fejn xi ħadd għamel negliġenza ċivili, dan hu każ ta' xi ħadd li jaf li jrid iżomm is-security fuq in-nies u ma għamilx hekk.", "Dan in-nuqqas m'huwiex ta' responsabbilta' ċivili, bħal per eżempju xi ħadd ħa deċiżjoni żbaljata fuq xi file partikolari fl-uffiċċju ta' xi ministru.", "Dan il-każ huwa iktar gravi minn hekk.", "Jiena nemmen, għalkemm b'dispjaċir, li hemm barra hemm nies li jridu jkunu jafu x'inhu l-punt legali, jekk in-naħa l-oħra għandhiex raġun jew le.", "Jiena ngħid li l-oppożizzjoni m'għandhiex raġun, la bil-fatti u lanqas bil-liġi.", "L-istess awtur Ingliż jgħid li anke kieku jsiru żbalji kbar, \"serious blunders or failures\", xorta ministru ma jkollux għalfejn jirriżenja.", "Jiġifieri hemm bżonn li din l-idea żbaljata titwaqqa' għal kollox u quddiem il-poplu nqiegħdu sitwazzjoni ċara daqs il-kristall.", "Peress li aħna abbraċċajna s-sistema Ingliża, ħafna drabi l-oppożizzjoni tirriferi għall- fatt li fl-Ingilterra kulħadd jirriżenja u aħna adottajna dik is- sitwazzjoni wkoll.", "Imma aħna m'aħniex qed nitkellmu fil-każ odjern imma qed nitkellmu fuq każi ta' serious blunders or failures.", "Birch jgħid li \"resignations of this time are extremely rare.", "The most conspicuous failures have led to stormy debates in parliament\".", "S'issa għadna ma wasalniex għal stormy parts fid-debate tagħna.", "Jien ma ġejtx hawnhekk biex nagħmel diskors ta' xejn, biex noqgħod ngħid lill-poplu x'għamlu l-oħrajn, avolja kien hemm min akkużana li aħna llejla se nagħmlu hekk.", "Il-punt huwa strettament ta' ordni, ta' loġika, ta' ħsieb, u meta wieħed jara dawn il-punti kollha bilfors irid jasal għall- konklużjoni li din il-mozzjoni f'ebda mument m'għandha tiġi aċċettata, għaliex m'għandha bażi ta' xejn, la fir-raġuni u lanqas fis-sewwa, għax l- oppożizzjoni taf li fis-sewwa bl-ebda mod ma' tista' takkuża lill-Ministru Tonio Borg.", "L-Onor.", "Tonio Borg fl-ebda mument ma mar lura mill-ġurament jew mir-responsabbilta' tiegħu lejn il-poplu, imma żamm ferm mal-commitment tiegħu.", "Hawnhekk wieħed japprezza kemm hu inkrepattiv li persuna tiddefendi lilha nnifisha, speċjalment aħna l-avukati li xogħolna hu li niddefendu lil ħaddieħor.", "Pero' l-Ministru xorta qal dak kollu li kellu jgħid u fuq kollox lanqas iddefenda ruħu, għax biex persuna tiddefendi ruħha trid tkun akkużata fuq xi ħaġa serja.", "Hawnhekk m'hawnx akkuża serja, kulma hawn hi mozzjoni mimlija diskors biex tipprova tieħu mileage politiku.", "Issa kuljum se nibdew ngħidu għax dak jew l-ieħor imisshom jirriżenjaw u nagħmlu orkestra fuq x'imisshom jagħmlu n-nies!", "Mr Speaker, jien nappella lin-nies li jaħsbu u li jużaw ir-raġuni biex jaraw sew l-affarijiet kif qegħdin u jaqraw x'jgħidu l-ġuristi kostituzzjonali Ingliżi, dawk li aħna nabbraċċaw u ngħidu li huma l-fonti tagħna.", "Dan biex jikkonfermaw li f'atti bħal dawn, ministru m'għandu bl- ebda mod jirriżenja, anzi ngħid li tkun irresponsabbilta' min-naħa tiegħu jekk jagħmel hekk, għax Alla jħares nagħtu l-lok li għax xi ħadd jagħmel azzjonijiet bħal dawn, ministru għandu jirriżenja.", "Kulħadd għandu jirrealizza li din hija mozzjoni odjuża li jista' jkollha riperkussjonijiet ħżiena.", "Għalhekk, Mr Speaker, niddikjara li se nivvota kontra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Qabel ma nsejjaħ għal iktar rimarki, nixtieq nistaqsi jekk hawnx oġġezzjoni biex jitqiegħdu xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra li saret riferenza għalihom aktar kmieni.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiena segwejt id-diskors ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici u fl-ebda mument ma semma' li l-Onor.", "Membru kien se jqiegħed xi karti fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Qed nirriferi għall-kelliemi preċedenti.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Strettement fuq point of order, Mr Speaker.", "Kif tista' inti, wara diskors ta' membru li ma semma' xejn li jrid iqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra, tistaqsina jistax jagħmel dan?", "Se mai, kellek tistaqsi meta spiċċa d-diskors tiegħu l-kelliem ta' qabel jew inkella fl-aħħar tas-seduta!", "Infakkrek li darba kont tajt ruling fuq hekk.", "(Interruzzjonijiet) Iva, hawn oġġezzjoni, fis-sens li l-Onor Mifsud Bonnici ma talabx biex iqiegħed l-ebda dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn oġġezzjoni.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, xtaqt nitkellem fuq din il-mozzjoni mhux biex niddefendi b'xi mod lill-Onor.", "Tonio Borg, imma għaliex nemmen li din il-mozzjoni qed taħbi warajha l-istrateġija ta' l-oppożizzjoni ta' kif tittratta issues ta' interess nazzjonali, dwar kif tittratta affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kif il-pajjiż jista' jimxi 'l quddiem.", "Din l- istrateġija qiegħda tinkixef permezz tal-kontenut tad-diskorsi tal-membri ta' l-oppożizzjoni, kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra minn hawn ġew.", "Kull darba qed jirriżulta - li l-istrateġija ta' l-oppożizzjoni hi mibnija bl-iskop li tfixkel u din il-mozzjoni tkompli tikkonferma - hija mibnija biss fuq dak li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsejjaħ prammatiżmu politiku partiġjan, li jaraw x'jaqblilhom huma flok jaraw x'jaqbel lill-pajjiż.", "Hija strateġija mibnija biss fuq l-emozzjoni biex l-oppożizzjoni tipprova tapprofitta ruħha minn sitwazzjoni biex b'xi mod jew ieħor tkun tista' tiddistabilizza l-pajjiż u żżommu milli jkompli miexi 'l quddiem.", "Din il- mozzjoni toħroġ bl-iktar mod qawwi l-fatt li l-oppożizzjoni Laburista m'għandhiex brakes morali jew etiċi.", "Sur President, f'mument meta l-pajjiż miexi 'l quddiem, f'mument meta l- pajjiż quddiemu għandu sfidi kbar li bil-mod il-mod qed jegħlibhom, f'mument meta suppost qed naqdfu 'l quddiem f'direzzjoni waħda minħabba d- deċiżjonijiet li se jiddeterminaw id-destin tagħna, ta' uliedna u tal- ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin, l-oppożizzjoni qed tiġi f'dan il- parlament biex tara kif se tapprofitta ruħha minn sitwazzjoni bħal din biex tagħmel xi gwadann politiku.", "Il-ħasra hi li sħabna ta' l-oppożizzjoni donnhom li ma jistgħux jindunaw li matul dawn l-aħħar 20 xahar xebbgħu lil kulħadd bit-tfixkil kontinwu u konsistenti tagħhom.", "Donnhom li mhumiex qed jindunaw li issa l-logħba politika tagħhom nkixfet u li din l-istrateġija u t-tattika, fl-opinjoni tiegħi, mhux talli m'hi qed twassalhom imkien, talli qed tkompli tgħaffiġhom fit-taħwid li għaddew minnu fit-22 xahar li huma għamlu fil-gvern.", "Ejjew nieqfu għal mument u nippruvaw nifhmu ftit f'liema stat trid twassalna l-oppożizzjoni, b'riżultat ukoll ta' din il- mozzjoni, għax jien naħseb li lanqas il-membri ta' l-oppożizzjoni stess ma huma qed jirrealizzaw il-mod ta' kif qed jikxfu jdejhom.", "Aħna kellna ħarba mill-ħabs li wriet li l-gvern, anke meta ġrat xi ħaġa li finalment ma kenitx taħt il-kontroll dirett tiegħu, ma qagħadx b'idejh fuq żaqqu.", "L-ewwel u qabel kollox ħa l-miżuri neċessarji biex min ħarab jerġa' jinqabad u fil-fatt inqabad f'inqas minn 48 siegħa.", "Imma l-gvern ma kienx kuntent b'daqshekk u poġġejna bilqiegħda u ddiskutejna l-problemi li kien hemm u pprovajna nifhmu għaliex kien hemm ħarba oħra.", "Dawn huma mistoqsijiet li min hu serju bilfors jistaqsihom lilu nnifsu u jfittex is- soluzzjonijiet - min hu serju ma jiġix hawn b'din it-tip il-mozzjoni - u litteralment fi żmien erbat ijiem mill-ħarba ttieħdu deċiżjonijiet li ġew imħabbra pubblikament fl-istqarrija li ħareġ l-uffiċċju ta' l- informazzjoni.", "Biex inkun qed ngħid kollox, dawn id-deċiżjonijiet ma faqqsux kollha b'riżultat ta' din il-ħarba imma kienu kontinwazzjoni ta' deċiżjonijiet li ttieħdu wara l-ħarba ta' Marzu, meta l-gvern qabbad lill-Brig.", "Spiteri biex jara fejn fil-ħabs hemm bżonn li jittieħdu miżuri ta' sigurta' iktar serji, fejn hemm bżonn jiġi rranġat eċċ. Ir-rapport kien tlesta fis-26 ta' April u t-twettiq tiegħu beda immedjatament.", "Imma wara li twettqu r- rakkmandazzjonijiet kollha li għamel il-Brig.", "Spiteri għal division 6, inqalgħet problema fil-YOURS, u l-istess anke hemm ittieħdu d-deċiżjonijiet li kien hemm bżonn jittieħdu.", "Fit-22 xahar ta' gvern Laburista, fejn l- Onor. Alfred Sant kien responsabbli għall-ministeru ta' l-intern, kienu ttieħdu deċiżjonijiet żbaljati.", "Bħalissa faċċata tiegħi hawn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li qed jogħrok idejh u jidħak b'din is-sitwazzjoni.", "Sadanittant id-direttur tal-ħabs offra r-riżenja tiegħu, mhux għaliex hu personalment naqas minn xi dmir imma għaliex ħass li kellu jħalli lis- superjuri tiegħu fil-liberta' li jiddeċiedu x'inhu l-aħjar li jsir fiċ- ċirkostanzi.", "Kien f'dak il-mument li l-gvern iddeċieda li d-direttur tal- ħabs ma kellu assolutament l-ebda responsabbilta' għall-ħarba li kienet seħħet, anzi kien qed jagħmel ħiltu kollha biex ikun jista' jmexxi 'l quddiem.", "Imma beda jirriżulta li kien hemm min irid jimmina internament fil-ħabs u kien hemm min beda jipprova jara kif se japprofitta mis- sitwazzjoni.", "Il-Kamra taf li l-Prim Ministru ma aċċettax dik ir-riżenzja u taf li l-gvern għaraf li s-sistema tal-ħabs falliet.", "Il-gvern jaf li r- raġuni għal dan kien in-nuqqas uman, jiġifieri l-erba' gwardjani tal-ħabs li suppost kienu għassa mas-16-il priġunier ma kenux f'posthom.", "Importanti li nżommu dan quddiem għajnejna għaliex minn hawn u ftit ieħor se naraw x'hemm farsesk f'dan li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Sur President, naħseb li kulmin għandu ftit sens f'moħħu ħaseb li se niġu hawn biex niddiskutu kif nistgħu nkomplu ntejbu l-miżuri ta' sigurta' fil- ħabs, naraw x'inhu l-programm tal-gvern, bil-membri ta' l-oppożizzjoni jikkritikawna, jissuġġerulna u b'xi mod jipparteċipaw, imma l-membri ta' l- oppożizzjoni la jimportahom mill-Unjoni Ewropea, la mill-pensjonijiet, ma jimportahom minn xejn ħlief li jfixklu.", "Minflok ma ddedikaw dan il-ħin li għandna għad-diskussjoni biex naraw kif nistgħu ntejbu s-sigurta' tal-ħabs, sħabna tan-naħa l-oħra ġew hawn jikkundannaw lid-direttur tal-ħabs u lill- Ministru ta' l-Intern.", "L-oppożizzjoni ġiet hawn b'mozzjoni tal-biki, tal- mistħija, li trid li din il-Kamra tikkundanna jew tiċċensura lil min għamel u għadu jagħmel ħiltu kollha biex jittratta qasam tant delikat u diffiċli kif jixraq.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Gulia, erġajtu qlibtu d-dinja ta' taħt fuq.", "Din diġa' għamiltuha darb'oħra, li tiġu f'dan il-parlament togħrku jdejkom għaliex ġie lliberat xi ħadd akkużat b'reat serju u biex, wara kollox, tattakkaw lill-vittma.", "Onor. Gulia, ma ppretendejtx li fid- diskors ta' introduzzjoni li għamilt int kien se jkollok il-wiċċ li terġa' ssemmi dak il-każ.", "Erġajtu qlibtu kollox ta' taħt fuq u issa ġejtu hawn biex tagħtu prosit lil min ħarab!", "Hekk qed tagħmlu, għaliex skond intom dan il-ħrib jagħtikom il-prova li d-direttur tal-ħabs ma ħaqqux il-fiduċja tal-Ministru.", "Din tfisser il-mozzjoni tagħkom.", "Sur President, din hija mozzjoni tal-mistħija għaliex meta tagħsarha ssib li l-motivazzjoni sħiħa ta' dan li qed niddiskutu llejla ddur fuq sentenza waħda, sentenza li takkuża lill-Ministru Borg li ndaħal politikament fl- ammistrazzjoni tal-ħabs.", "Jekk wieħed jagħsar il-mozzjoni u jneħħilha x- xenxil u l-paroli żejjed, jibda' jistaqsi fejn hi r-raġuni għaliex l- oppożizzjoni qed tgħid li l-Ministru għandu jirriżenja u għandu jsib sentenza waħda li takkuża lill-Ministru Tonio Borg li ndaħal politikament fl-amministrazzjoni tal-ħabs.", "Din hija akkuża vili daqs kemm hi inġusta, akkuża falza daqskemm hi ipokrita li l-oppożizzjoni takkuża lill-Ministru b'indħil politiku fl-amministrazzjoni tal-ħabs, meta nafu preċiż x'qiegħed jiġri min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar dak li għandu x'jaqsam mal-ħabs.", "Onor. Gulia, trid tkun veru vili u ipokrita biex fil-mozzjoni tagħmel statement bħal dan.", "Mhux talli din l-akkuża qed tiġi miċħuda, talli bir- responsabbilta' kollha jien nakkuża lill-oppożizzjoni li daħħlet u qiegħda ddaħħal il-politika fil-ħabs.", "L-oppożizzjoni qiegħda żżomm kuntatt ma' elementi kriminali kkundannati fil-ħabs, elementi li m'għandhom l-ebda intenzjoni ħlief li jimminaw l-istituzzjoni tal-ħabs.", "L-oppożizzjoni qed timxi fuq struzzjonijiet u fuq pariri ta' kriminali kkundannati skond il- qrati tal-ġustizzja tagħna.", "Jien nakkuża lill-oppożizzjoni wkoll bil-fatt li stqarrija tagħha tiġi vvettjata minn xi ħadd li qiegħed fil-ħabs.", "F'dan il-parlament il-proċedura titlob li wieħed jissostanzja dak li jkun qed jgħid u għalhekk jien ukoll se nagħmel dan, Sur President.", "Jien m'iniex se nagħmel bħall-Kap ta' l-Oppożizzjoni li meta ftit ġranet ilu, fuq stazzjon tat-televiżjoni, ġie ffaċċjat b'akkuża ta' tbagħbis ta' voti fl-elezzjoni għal-leadership tal-partit qal li m'għandux opinjoni, li hu newtrali.", "Immaġinaw, kap ta' l-oppożizzjoni elett kap ta' partit, li biddel id-direzzjoni politika ta' l-istess partit - min ikkontestah u ma telax għandu direzzjoni kompletament opposta għal tiegħu - meta jiġi ffaċjat quddiem il-cameras tat-television b'mistoqsija bħal din jgħid li m'għandux opinjoni u li hu newtrali.", "Għax f'dan il-pajjiż l-oppożizzjoni tagħmel kollox bil-kontra!", "Akkuża serja li tiskredita l-leġittimita' tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni tiġi ffaċċjata b'reazzjoni tat-tfal żgħar, li tkompli titfa' iżjed dellijiet fuq il-kredibilita' ta' min għandu ħafna x'jirrispondi.", "Issa naturalment jista' jqum xi ħadd u jgħidli li dan m'għandux x'jaqsam mal-mozzjoni li qegħdin niddiskutu.", "Veru li m'għandux x'jaqsam pero' hemm ċertu xebh.", "Filwaqt li l-mozzjoni tittratta l-ħarba ta' priġunieri, dak li għadni kif semmejt jittratta l-ħarba ta' pakkett voti, jiġifieri l-ħarba ta' min rebaħ elezzjoni li ma kellux jirbaħha.", "Ara fuq din il-kwestjoni m'għandniex mozzjoni ta' ċensura, fuq din il-kwestjoni m'aħniex qed niddibattu.", "Ħalli ngħidilkom x'nagħmlu!", "Għadni kemm irċevejt ittra biex niddiskutu n-national plan for the adoption of the acquis, niddiskuti din u niddiskutu l-mozzjoni ta' ċensura u niddiskutu l-elezzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni wkoll!", "Tridx nagħmlu dibattitu fuq l-elezzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Kulħadd għandu l-fakulta' li jitkellem u jirrispondi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, se nissostanzja l-akkuża li għamilt li l-oppożizzjoni daħħlet u qiegħda ddaħħal il-politika f'dan il-qasam tant delikat.", "Il-mozzjoni tibda billi tattakka lid-direttur tal-ħabs u lill- Ministru Tonio Borg.", "Ma' l-ewwel daqqa t'għajn wieħed jaħseb li l-attakk fuq dawn it-tnejn min-nies qed isir minħabba din il-ħarba partikolari meta din m'hijiex ir-raġuni vera.", "Ir-raġuni vera qalilna x'inhi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni nhar is-Sibt li għadda meta indirizza lill-kunsilliera Laburisti f'seminar bit-titlu \"Biex Inkunu ta' Servizz Aħjar\".", "X'ironija!", "Issa, biex inkun aktar preċiż, f'idejja għandi l-gazzetta \"KullĦadd\" ta' nhar il-Ħadd 11 ta' Ġunju u fuq il-front page hemm ir-rapport, suppost fidil, ta' dak kollu li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dik l-okkażjoni.", "Se nikkwota silta żgħira minnu:", "\"Ma kienx xogħol il-Ministru li jerġa' jdaħħal lid-direttur tal-ħabs tal-lum wara li fi żmien gvern Laburista, minkejja li ngħata l- opportunita', ma riedx ikompli.\".", "Ħalli nifhmu sew x'qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dr Sant qed jgħidilna li l-Ministru Tonio Borg indaħal politikament għaliex ma messux reġa' stieden lis-Sur Cassar biex jokkupa l-kariga ta' direttur, għaliex fiż-żmien li Dr Sant kien imexxi l-gvern is-Sur Cassar kien irrifjuta li jagħmel dan avolja kien ingħata l-opportunita'.", "Mela la Dr. Sant kien ta l-opportunita' lis-Sur Cassar li jkun id-direttur tal- ħabs, jiġifieri tah vot ta' fiduċja, għandi nifhem li l-Onor.", "Sant kellu fiduċja sħiħa fil-kapaċitajiet tas-Sur Cassar.", "Allura la s-Sur Cassar m'aċċettax it-talba li kienet saritlu fi żmien il-gvern Laburista, Dr Sant bħala kap ta' l-oppożizzjoni ħa għalih?", "Hekk qal nhar is-Sibt Dr. Sant!", "Għalhekk dawn l-attakki kollha fuq is-Sur Cassar.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għall-informazzjoni tal-Kamra, is-Sur Cassar kien appuntat mill-gvern ta' qabel l-1996 b'call for applications normali mill- ministru ta' dak iż-żmien, li jekk niftakar tajjeb kien l-Onor.", "Louis Galea.", "Is-Sur Cassar kien id-direttur tal-ħabs u jien għedtlu biex ikompli jokkupa dik il-kariga.", "Iżda jirriżulta li dan jibqa' fil-post tiegħu skond x'kulur ikun il-gvern, jekk hux blu jew aħmar!", "Il-parir biex nimxi kif imxejt ingħatatli mis-segretarju permanenti tal-ministeru ta' l-intern ta' dak iż-żmien.", "Jiġifieri jiena mxejt skond il-pariri li kienu qed jingħatawli mis-segretarju permanenti tal-ministeru ta' l-intern u xi kultant mort oltre wkoll.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan il-ħin mitluf jien irridu!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nagħmluha ċara.", "Jiena mxejt fuq dak il-parir u pjenament naqbel miegħu.", "Jiġifieri dawn il-ħafna bużullotti li qed idaħħal il-Ministru Gonzi huma maħduma skond proċeduri tal-ċivil.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena llum nista' nifhem iktar għaliex dan l- attakk sfrenat fuq is-Sur Cassar, attakk li m'għandu x'jaqsam xejn mal- ħarba tal-priġunieri.", "L-attakk fuq is-Sur Cassar qed isir għaliex irrifjuta t-talba ta' Dr. Sant bħala prim ministru biex jibqa' fil-kariga ta' direttur tal-ħabs.", "Għal xi raġuni din l-istorja tfakkarni f'affarijiet oħrajn, għaliex kull min jgħid le f'daqqa waħda jibdew l-attakki kontra tiegħu - nistgħu nsemmu lil Alex Sceberras Trigona, Maria Camilleri, Lino Spiteri, Duminku Mintoff - u b'xi mod jew b'ieħor jinqered minn dan il- pajjiż.", "Anke s-Sur Cassar, għax qal le, Dr. Sant se jagħmlu vittma oħra u allura jattakkah meta jaf li qed jokkupa kariga daqshekk delikata u diffiċli, u meta hu stess qed jgħid li tant kellu fiduċja fih li riedu jibqa' fl-istess kariga.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Naħseb li wieħed jibda jistaqsi lilu nnifsu huwiex possibbli li f'dan il-pajjiż ninżlu għal dan il- livell.", "Fid-diskors li semmejt Dr Sant qal ukoll:", "\"Għall-kuntrarju, il-Gvern Nazzjonalista u l-Ministru Tonio Borg sabu lil min huwa żgħir u qegħdin itambru fuqu.\"", "Din isbaħ!", "Mela jekk hemm xi ħaġa li kulħadd jaqbel fuqha f'dan il-pajjiż hija li din id-darba s-sistema ma fallietx għax it-teknika ma ħadmitx imma għaliex suppost li ma' dawn is-16-il priġunier kien hemm erba' gwardjani, jiġifieri problema ta' human error.", "Allura f'dan l-istadju jien bilfors ikolli nistaqsi għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jagħmel difiża bħal din lil min hu l-ikbar kaġun ta' din il-ħarba, jiġifieri l-gwardjani.", "X'inhi r-raġuni li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jeħodha kontra l-gvern għaliex qed jagħmel inkjesta biex jara min hu responsabbli?", "Onor. Gulia, ma nagħmlux mod li din hi xi ripetizzjoni ta' dak li kien ġara fis-seduta li saret f'Ottubru ta' l-1999, meta saret id-diskussjoni dwar il-ħarba ta' El Zabi u inti semmejt lix-xufier tal-prison van?", "Allura ma nagħmlux mod li dawn iż-żewġ gwardjani qegħdin fl-istess ilma tax-xufier tal-vann?", "Jiena ma nafx, qed nistaqsi, u bilfors ikolli nistaqsi għax ma nistax nifhem.", "Forsi l-Onor.", "Gulia jista' jkellihom ħalli jserrħilhom rashom, għax forsi għada pitgħada se jkun il-ministru tagħhom!", "Dan kollu bilfors iġiegħel lil wieħed jikkonferma li dan m'huwiex indħil politiku min-naħa tal-gvern imma ndħil politiku min-naħa ta' l-Onor.", "Gulia u min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Il-ġurnal \"KullĦadd\" irrapporta wkoll x'qal l-Onor.", "Gulia fl-istqarrija pubblika li għamel.", "Anke hawnhekk, kixef idu l-Onor.", "Gulia .", "Parti mill- istqarrija tgħid hekk:", "\"Il-gvern għandu minnufih iġiegħel lid-direttur tal-ħabs u lill-klikka tiegħu jirriżenjaw mill-kariga.", "Għaddew tlett ijiem u dawn it-talin għadhom jiġru fil-kurituri tal-ħabs, jagħtu l-ordnijiet u jmexxu investigazzjonijiet interni.\".", "Dan huwa attakk tax-shadow minister ta' l-intern fuq min fil-ħabs huwa responsabbli li jagħmel investigazzjonijiet.", "Onor. Gulia, min qed jinvestiga m'huwiex żgħir ukoll?", "Allura issa sar tal-klikka għaliex qed jinvestiga?", "Tajba din, l-oppożizzjoni tiddefendi lil min kien primarjament responsabbli u tattakka lil min qiegħed jinvestiga!", "Tistgħu tispjegawli x'qed jiġri?", "Tistgħu tispjegawli kif erġajtu qlibtu d-dinja ta' taħt fuq?", "Se nerġa' nikkwota minn dak li qal l-Onor.", "Gulia:", "\"Minkejja li qiegħed jingħad li xi gwardjani tal-ħabs ħallew lill- priġunieri waħedhom fil-mument tal-ħarba, jibqa' l-fatt li l-ħajt li miegħu xxabbtu l-priġunieri biex setgħu jaħarbu mhuwiex għoli biżżejjed biex ikun meqjus bħala secure\".", "Onor. Gulia, infakkrek li kienet deċiżjoni ta' Dr. Sant, fi żmien amministrazzjoni Laburista, li dak il-ħajt isir hemm.", "Sur President, għandi f'idejja dokumenti relatati ma' dan li qed ngħid u nixtieq inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hemm permess?", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 4 ta' Marzu 1998 mibgħuta mill-Perit Ray Farrugia, direttur, u l-Perit Paul Cini, project manager, lid-direttur tal-kuntratti dwar il-kuntratt għal xogħlijiet fid-diviżjoni tan-nisa fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "Fost affarijiet oħra d-dokument li poġġejt jgħid hawnhekk:", "\"Supply and fix high security welded-mesh fencing, 5.2 metres high, all in accordance with specification clause 17.8.\".", "Onor. Gulia, din kienet tender lesta biex toħroġ u intom waqqaftuha biex bnejtu dan il-famuż ħajt li, fl-istqarrija tiegħek stess, għedt li kien l- ikbar żball li seta' jsir.", "Allura quddiem dan kollu jiena x'għandi nagħmel, nitlob ir-riżenja tiegħek u r-riżenja tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Is-sabiħa hi li fl-aħħar ta' l-istqarrija inti fraħt lill-korp tal-pulizija talli rnexxielu jarresta lit-tliet priġunieri!", "Fi kliem ieħor, min qed iressaq din il-mozzjoni ta' tkeċċija kontra l-Ministru Borg feraħ lill- istess ministru għas-suċċess kbir li twettaq bis-saħħa tal-pulizija li jaqgħu taħtu.", "Jien ngħid li waqt li kien fiż-żifna, l-Onor.", "Gulia messu feraħ lill-ministru għas-suċċessi kbar li qed ikollha l-pulizija fil-ġlieda kontra l-barunijiet tad-drogi, għall-qabdiet kbar ta' eroina u kokaina ta' dawn l-aħħar 20 xahar, għas-suċċess kontra l-kriminalita' u għar-riżultati li nkisbu.", "Messu feraħlu wkoll talli din is-sena, l-Onor.", "Borg irnexxielu jġib vot ta' Lm2 miljun għall-bżonnijiet rikorrenti tal-ħabs u Lm1.1 miljun għall-ispiża kapitali tal-ħabs, meta 13-il sena ilu, fi żmien amministrazzjoni Laburista, il-vot kapitali kien zero.", "Imma l-isfortuna hi li din l- oppożizzjoni m'hijiex kapaċi tibni sens loġiku ta' kif isiru l-affarijiet, għax qalbet kollox ta' taħt fuq.", "Meta wieħed jirrifletti ftit fuq dan kollu jasal għall-konklużjoni li jekk hawn xi ħadd li għandu jiġi ċċensurat, allura dan m'hu ħadd għajr l- oppożizzjoni ta' dan il-pajjiż, li għal darb'oħra f'perijodu daqstant qasir reġgħet fittxet li tagħmel gwadann politiku minflok tipprova tara kif l- affarijiet għandhom isiru aħjar, mhux għall-vantaġġ ta' xi partit imma għall-vantaġġ tal-pajjiż.", "Minflok ma ġejna hawn biex niddiskutu kif nistgħu nagħmlu din il-qabża, ġejna hawn niddiskutu kif nistgħu ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ismagħhom, Sur President!", "Qed tarahom, jogħrku jdejhom u jieħdu pjaċir bid-deni tal-pajjiż, imisshom jistħu!", "Din hija oppożizzjoni li poġġiet lilha nnifisha rasha 'l isfel u saqajha 'l fuq u min jagħmel hekk bilfors jara kollox bil-kontra!", "Il-kundanna u l- istmerrija għal din il-mozzjoni mill-grupp parlamentari tan-naħa tal-gvern hija qawwija u b'saħħitha daqskemm se jkun il-vot totali tagħna ta' din in- naħa kontra din il-mozzjoni ta' ċensura.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jiena se nipprova nagħmel sforz biex ma nispiċċax isteriku bħall-aħħar kelliem u se nipprova ma nużax kliem mimli ħdura, kollu multi u kompletament nieqes mir-rispett.", "Ta' dan jaħti l-lupu li kien jilbes il-ġild tal-ħaruf meta kien fis-Sedja.", "Imma m'iniex niskanta b'dan għaliex din il-persuna spiss qiegħda tkun qrib ta' min jiftaħar li kellu ħbiberija ma' nies li ddikjaraw pubblikament fil-qrati li ħadu l-inkarigu li joqtlu lis-segretarju privat tal-Prim Ministru.", "Jiena qgħadt attent nisma' d-diskors tal-membri tal-gvern u ma ppretedejtx li kellu jitkellem il-Ministru li fuqu ddur din il-mozzjoni.", "Stennejt li se jħalli lil ħaddieħor jitkellem għalih u mhux jieħu l- inkarigu li jitkellem hu personali, imma din hija l-kultura tal-gvern.", "Imbagħad smajna diskors legalistiku li nista' ngħid li qaleb il-prinċipji tad-demokrazija rashom 'l isfel, u fl-aħħar id-diskors isteriku ta' min m'għandux provi imma li quddiem l-opinjoni pubblika jrid jitnaddaf minn dak li qed jgħid il-poplu.", "U huwa dak li jgħid il-poplu li hu importanti u mhux x'jgħidu tan-naħa l-oħra, bil-maġġoranza kollha li għandhom.", "Jekk wieħed jagħti kas isib li ħadd minn dawn it-tliet avukati ma kellu l-wiċċ jagħmel riferenza għall-ħrib ta' El Zabi.", "Semmew l-affarijiet iż-żgħar u lis-Sur Cassar, imma ħadd m'enfasizza fuq El Zabi.", "Bis-soltu tattika tiegħu, il-Viċi Prim Ministru qal li aħna ma tlabniex diskussjoni fuq il-pjan nazzjonali ta' l-acquis.", "Din il-gidba diġa' qalha fil-house business committee u issa qed ikompli jigdeb għax qed jakkużana li ma jinteressana minn xejn, li aħna distruttivi u li nieħdu pjaċir b'dak li qed jiġri.", "Onor. Gonzi, tiftakar meta tlabna kemm-il darba biex issir diskussjoni u ssir inkjesta parlamentari fuq il-ħrib ta' El Zabi?", "Għaliex ma sarux?", "F'liema demokrazija nsibu li akkużat jew persuna suspettata tagħmel investigazzjoni fuqha nnifisha?", "Hawnhekk qisna għandna ċorma qassisin jagħtu l-assoluzzjoni lil xulxin!", "Jien mhux se nsemmi l-gideb u l- miżinformazzjoni fuq l-Ewropa u fuq l-affarijiet l-oħra kollha li saret famuża għalihom in-naħa tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Paranoia, dażgur li paranoia!", "Imma l-ġustizzja, it-trasparenza u l-accountability ma jeżistux.", "Il-gvern jirraġuna li għax qiegħed fil-poter b'maġġoranza ta' ħames siġġijiet ma jimpurtah minn xejn.", "Illum kellna wkoll rivelazzjoni informata mingħand l-Onor.", "Mifsud Bonnici, fejn semmielna ħafna awturi u semma' wkoll is-sistema Ingliża.", "Onor. Mifsud Bonnici, inti li taqra ħafna, smajt bil-kummissjoni ta' Lord Nolan?", "Naħseb li smajt u għalhekk nassumi li qrajt x'jgħid il-kumitat u r- rapport ta' Lord Nolan fuq ministerial responsibility.", "Il-Parlament Ingliż ikkummissjona lil Lord Nolan, bniedem rispettat, biex jagħmel rapport li jiddispjaċini li ma ġibtx kopja tiegħu biex inqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Dan kien ġie Malta fi żmien amministrazzjoni Laburista, iżda ma tkellimx fuq Żeppi l-Ħafi imma fuq il-korrettezza u l-imġiba meħtieġa mill- membri parlamentari jekk iridu jiġu rispettati mill-poplu.", "Jgħid ukoll li l-membri parlamentari m'humiex responsabbli għalihom biss imma for family and friends.", "Rigward ministerial responsibility, għall-kuntrarju ta' dak li kkwota l-Onor.", "Mifsud Bonnici, Lord Nolan jgħid hekk:", "\"A minister is accountable to parliament for the policies, decisions and actions of their departments and agencies.\"", "Imma l-Onor.", "Mifsud Bonnici qal li ministru m'għandu l-ebda responsabbilta'.", "Jiġifieri l-ministru jieħu s-salarju, jiġri bil-karozza, iċekċek it-tazzi, jagħmel il-kummissjonijiet, idaħħal lill-uliedu 'l hemm u 'l hawn u m'għandu l-ebda responsabbilta'.", "Onor. Mifsud Bonnici, allaħares titla' b'din il-kultura u oqgħod attent, għax mill-membri tal-gvern hemm ħafna minn min tista' tittieħed!", "Ngħaddu issa għad-diskors ta' l-Onor.", "Gonzi, diskors mimli tgħajjir u insolenzi.", "Quddiemna għandna ħaġa serjissima għax għandna talba serja biex jiġi ċċensurat aġir ta' ministru li għal darba, tnejn, tlieta, erbgħa wera biċ- ċar li m'għandux kontroll fuq is-sitwazzjoni - fuq id-duties tal-gwardjani u fuq kif jitqassmu n-nies fil-ħabs għandu kontroll, għax l-istaff tas- segretarjat tiegħu jafuhom kollha b'isimhom u jafu wkoll il-ħinijiet tax- xogħol tagħhom - u kontroll fuq il-ħabs.", "Imbagħad iqum l-Onor.", "Gonzi u jgħidilna li qed nilagħbu bl-emozzjoni!", "Iva, aħna qed nirreaġixxu skond l- emozzjonijiet tal-poplu li għal tlett ijiem sħaħ, meta saret it-tielet ħarba ta' l-aktar erba' priġunieri perikolużi li hemm fil-ħabs, kulħadd kien imwerwer li ma jmurx iħabbatlu xi ħadd u jħanxarlu għonqu.", "Jiena nieħu pjaċir li ma ġarax hekk, imma kieku ġara min kien se jirrispondi għal dak l-għemil, is-Sur Cassar, il-Ministru, min?", "Jew kien jiġi l-Onor.", "Mifsud Bonnici u jgħid li l-Ministru m'għandu l-ebda responsabbilta' għax hekk jgħidu \"awturi odjerni\"?", "Jien jagħtini d-daħk meta nara li dawn il-fares kienu qegħdin iseħħu proprju meta f'Malta kien hawn kummissjoni li kienet ġiet biex tara kemm se nkunu kapaċi nidħlu fis-sistema ta' Schengen ħalli nibdew inħarsu l- fruntieri ta' l-Ewropa.", "Għax ideat kbar għandna kieku imma meta niġu għall- fatti nibdew naqgħu fil-meskinitajiet, kif waqa' l-ministeru ta' l-intern b'dawn id-disfatti kollha, li lanqas għandhom il-kapaċita' li għallinqas iserrħu moħħ il-poplu li min qiegħed ġewwa qiegħed ġewwa u min qiegħed barra nisperaw li jibqa' barra.", "Din hija ħaġa serja u għalhekk l-Onor.", "Gonzi ma jistax jirriduċiha għal \"kapriċċ ta' l-oppożizzjoni\", qisu li aħna qed nieħdu ġost b'din il-ħaġa.", "Il-gvern missu għajjat hu diskussjoni fuq dan l-issue, għax din hija xi ħaġa ta' interess u ta' importanza nazzjonali.", "Konna aħna li krabna biex niddiskutu l-każ ta' El Zabi u minn fuq l-Onor.", "Borg beda jgħaddi ż-żmen bina.", "Kieku l-Onor.", "Borg ħa l- parir tagħna u għamel inkjesta parlamentari, kieku forsi kienu joħorġu xi fatti li bihom kien jevita li terġa' sseħħ xi ħarba oħra.", "Mela spiċċajna bin-nies ta' l-armata qishom dawk it-tfal li jkunu barra mill-ground tal- football biex jitfgħu il-ballun lura lill-priġunieri meta jaqgħalhom!", "X'redikolaġni!", "Inutli li l-Onor.", "Borg jgħid x'sar fl-1982 u ma jgħidx li f'dawn l-aħħar 20 xahar ma sar xejn.", "Issa wara ġara dak li ġara kulħadd għaref.", "Issa se jsir dak li qal Brig.", "Spiteri, pero' sadanittant il-poplu in ġenerali jibqa' ma jaf xejn, imma jekk din hija xi informazzjoni privileġġjata għall-Onor.", "Borg, għax hu l-ministru, jien ma naqbilx miegħu.", "Il-poplu għadu ma jafx x'wassal u x'inhu n-network li hemm wara l-ħarba ta' Azzabi.", "U din hi l-istorja li l-Onor.", "Borg irid jinvestiga.", "Ma kienx l-Onor.", "Borg li mar ir-Rabat u qabad lill-priġunieri, għalhekk għandu jirringrazzja lis-Sur Cassar għax f'dawn l-affarijiet, lill-korp tal- pulizija hu qed imexxih.", "Il-fatt li dawn ma rnexxielhomx jaħarbu għax kisru saqajhom ma jfisser xejn, għax in-network qiegħed hemm, u jekk l- Onor. Borg għandu xi informazzjoni fuqu hemm bżonn li jikxfu ħalli nkissruh.", "U hawnhekk isib il-koperazzjoni tagħna mija fil-mija.", "Kif bniedem, għadu ġej, jispiċċa fil-ħabs u jaf li jekk jaħrab se jsib min iwasslu fejn għandu jwasslu?", "Ħaseb fuq dawn l-affarijiet l-Onor.", "Borg?", "Għandu rapporti dwarhom, għax jekk għandu jmissu jpoġġihom fuq il-Mejda tal- Kamra biex niddiskutuhom?", "X'prerogattiva hi din li għax ministru jżomm kollox għalih?", "Wieħed iżomm l-informazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, l- ieħor iżomm ir-rapporti ta' l-inkjesti fil-ħabs u biex ma nsemmux imbagħad lill-ministru li qed jipprova jfarfar ġwinħajh u jgħid x'għamel u m'għamilx!", "Jien lill-Ministru nistaqsih jekk jafx jispjega lill-Kamra u lill- pubbliku kif bniedem li qiegħed taħt is-sorveljanza tal-pulizija, għax hu suspettat li ħa sehem fid-double murder ta' Santa Luċija, jispiċċa Dubai.", "Jiġifieri dan għadda minn taħt il-pulizija u ma ndunawx bih u kellhom ikunu l-pulizija ta' Dubai li ndunaw bih u bagħtuh lura.", "Jaf il-Ministru jispjegahom dawn l-affarijiet?", "Dawn huma t-toqob u l-konnessjonijiet fis- sigurta' li aħna nsemmu, u huma dawn l-affarijiet li wieħed għandu jinvestiga ħalli jara kif qed jimxu.", "Għax issa l-gvern neħħa l-embarcation cards biex ikun hemm iktar liberta'.", "U dawn l-ideat minn fejn ġejjin?", "Jafu l-membri tal-gvern kemm hawn miljuni ta' liri jiċċirkolaw f'Malta minħabba d-droga?", "Id-dwejjaq u l-biża' tiegħi huma li din l-influwenza qorbot ħafna l-kuriduri tal-poter ta' dan il-pajjiż, aktar u aktar meta naf li għandna prim ministru li jiftaħar kemm għandu ħbiberija ma' xi ħadd li ammetta li kien se joqtol persuna.", "X'fiduċja jista' jkollu l-poplu f'dan il-gvern?", "Iktar u iktar meta nisimgħu lill-Onor.", "Gonzi jgħajjarna fliexken vojta.", "Jien nistieden lill-membri tal-gvern biex nagħmlu dibattitu bis- serjeta', u jekk inhuma kapaċi jikxfu l-karti, jekk m'humiex miżmumin minn min qed jagħti l-flus lill-partit tagħhom.", "Jien naf x'qed ngħid u għalxejn joqgħod jidħak il-Prim Ministru għax meta jasal iż- żmien.....(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Onor. Ċensu Galea, jiena nissfidak, bħalma sfidajtek kemm-il darba lilek, li tqum u tgħid dak li taf.", "Inti tinsinwa biss imbagħad ma tkunx kapaċi tissostanzja dak li tkun għedt, bħal meta semmejt lil min qatel lil Raymond Caruana u ma kontx raġel li tkompli tissostanzja dak li għedt.", "Int xewwiex!", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, l-Onor.", "Borg qalilna li se joqgħod għall-ġudizzju tal-Prim Ministru u tal-parlament, bħallikieku hemmhekk għandu xi qtiegħ il-qalb.", "X'ġudizzju hu dan?", "Se niġu f'dan il-parlament biex kulħadd jagħtih il- backing għall-mod inkompetenti ta' kif qed iħaddem il-ministeru tiegħu!", "Qalilna wkoll li hu seren u determinat.", "Dażgur li seren jekk mhux se jitlef postu!", "Hawnhekk m'hawnx il-kultura tar-riżenji.", "Ara ma taħsbux li f'xi ħin kellna l-idea li xi darba l-membri tal-gvern se jaċċettaw li jiċċensuraw lil seħibhom!", "Diġa' għaddejna minn inċidenti fejn ministru kellu mhux biss jirriżenja imma jmur jinħeba għal dejjem u xorta ma rriżenjax, bħal meta jkun hemm xi ministru ta' l-affarijiet barranin li jwiegħed mitt miljun lira u jaqa' għaċ-ċajt.", "(Interruzzjonijiet) Kellna anke ministri li qalu li għandna ġojjell u se nbigħuh lill-barrani biex jinħoloq ix-xogħol u jikber l-investiment, imma mur staqsi lill-ħaddiema ta' l-HSBC x'diżappunt għandhom li l-ministru responsabbli, wara li ta l- Mid-Med Bank lill-HSBC - għax lanqas tista' tgħid biegħ - illum qed idawwar spallejh u ma jimpurtahx mit-tbatijiet, mid-diżappunt u mid-dwejjaq tal- ħaddiema ta' l-HSBC.", "Imma lanqas dan il-ministru partikolari ma rriżenja.", "Din hija kultura ta' nuqqas ta' responsabbilta', pero' xejn ma jien qed niskanta għax il-membri li telgħin huma bħall-Onor.", "Mifsud Bonnici, li bis- sapjenza kollha jiġi jgħidilna li ministru m'huwiex responsabbli.", "Jien ma kontx naf biha din meta konna fil-gvern, għax kieku kont nagħmel xi ħaġa la m'iniex responsabbli!", "Kif diġa għedt, dan id-dibattitu m'huwiex qed isir biex bħalma qal l- Onor. Gonzi l-oppożizzjoni togħrok idejha, tiddistabilizza l-gvern u tagħmel il-ħsara imma qed nagħmlu dak li qed titlob l-opinjoni pubblika, iżda l-gvern qed isodd widnejh.", "Lou Bondi, li ma naħsibx li jarana wisq ħelwin, qal hekk:", "\"The need to blame someone springs from one of the most basic premises of democratic rule.", "When something happens or fails to happen in the public sphere someone must be held responsible.", "Should this principle be thrown out of the window, the country would have embarked on a very slippery anti-democratic slope.\".", "Ċertament dan ifisser li Lou Bondi ma jaqbilx ma' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "Illum, Lou Bondi kiteb hekk:", "\"The country cannot afford to have waves of prison escapes with no one being held responsible.", "If we do not accept this principle, the entire concept of political and administrative responsibility is thrown out of the window.\".", "Issa Lou Bondi m'huwiex xi \"awtur odjern\" imma huwa parti mill-public opinion f'Malta.", "Bħalu hemm ħafna għax hemm Pamela Hansen u hemm l- editorjali tal-gazzetti \"The Times\" u \"The Malta Independent\", imma donnu li dawn ma jfissru xejn għax il-gvern qed jinjora għal kollox il-public opinion.", "Jien ma ngħidx li t-tort huwa ta' l-Onor.Borg jew tas-Sur Cassar eċċ imma hija the whole system li m'hijiex qed taħdem.", "Hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri kollha permessibbli mir-regolamenti tal-ħabs.", "(Interruzzjonijiet) Sewwa tagħmlu, pero' għamluh b'ġustizzja ma' kulħadd, jekk tafu x'inhi ġustizzja, mhux tmorru tieħdu r-ritratti ma' priġunier partikolari għax se jiżżewweġ, imbagħad lil priġunier ieħor taraw kif tagħmlu biex tiddistruġġuh minħabba oġġettiv politiku.", "(Interruzzjonijiet) Ikollok il-paċenzja, għandek raġun!", "J'alla nistennew ħalli naraw ir- riżultat ta' dan kollu.", "Inti titkellimx fuq ħbiberija għax int l-inqas wieħed minn hawn ġew li tista' titkellem fuq ħbiberija mal-kriminali!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jekk fhimt tajjeb l-Onor.", "Mifsud Bonnici qal li saru l-iżbalji, pero' ma jasalx biex jgħid li dawn l-iżbalji jimmeritaw riżenja.", "Il-fatt li l-affarijiet mhumiex mexjin tajjeb ġie ammess mill-membri tal-gvern u anke mill-istess Manuel Cassar meta mar bir- riżenja tiegħu għand il-Prim Ministru.", "Naturalment kulħadd jaf li l-Prim Ministru jħobb jiċċajta bir-riżenji, bħal meta taparsi mar bir-riżenja għand il-President tar-Repubblika, u f'id waħda kellu r-riżenja u fl-oħra kellu d-dokument biex ma jirriżenjax.", "Is-Sur Cassar mar għand il-Prim Ministru bir-riżenja tiegħu u dan m'aċċettahiex, imma mhux għax jaf li s- Sur Cassar qed jagħmel xogħol tajjeb, għax kien hemm min wissiegħ li s-Sur Cassar m'huwiex up to standard.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li meta hu kien kap tal-gvern kien qal li lil Manuel Cassar biex ikompli fil-kariga tiegħu ta' direttur tal-ħabs u kien Cassar li ma riedx ikompli f'dik il-kariga.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nerġa' nikkjarifika għaliex mid-dehra ma fehmu xejn.", "Jien insistejt mas-Sur Cassar għal darba tnejn biex jibqa' jokkupa l- kariga waqt li ngħatajt parir mill-permanent secretary ta' l-intern li s- Sur Cassar ma kienx up to standard.", "Effettivament kien is-segretarju permanenti ta' l-intern li kellu raġun.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mela issa ġejna f'sitwazzjoni fejn il-ħbieb u l- kollegi ta' l-Onor.", "Borg qed jammettu li saru l-iżbalji, fejn id-direttur tal-ħabs stess mar bir-riżenja għax ammetta li ma kienx qiegħed up to it u l-Prim Ministru qallu biex jibqa' jidderieġi l-ħabs.", "Qallu ma jirriżenjax biex ma jkomplix ikerrah is-sitwazzjoni, għax jekk jirriżenja d-direttur tal-ħabs awtomatikament ikollu jiġbed miegħu lill-Ministru ta' l-Intern.", "Biex il-gvern ikompli jikkonferma kemm l-affarijiet ma kenux mexjin sew, appunta manager biex jgħin lis-Sur Cassar fl-amministrazzjoni ġenerali tal- ħabs, partikolarment fil-qasam tas-sigurta', u biex anke jsaħħaħ id- dixxiplina.", "Ġo ħabs x'hemm bżonn iktar mid-dixxiplina, l-organizzazzjoni, is-sigurta' u l-amministrazzjoni?", "Mela jekk is-Sur Cassar kien kapaċi jikkordina dan kollu waħdu għaliex tajnieh manager?", "Imma l-gvern appunta manager biex ikun ta' forċina għas-Sur Cassar, forsi jipprova jwaqqaf il- farsa li kull jumejn jaħarbu l-priġunieri.", "Din hija l-istorja kollha.", "F'din id-diskussjoni m'hawnx lok li ngħidu għax qabel kienu jaħarbu, għax dak kien għamel hekk u l-ieħor kien għamel mod ieħor.", "Min hu responsabbli llum?", "Il-gvern Nazzjonalista!", "U dan il-gvern lejn min għandu jdur biex janalizza s-sitwazzjoni, jara x'inhuma d-difetti u jipprova jirranġahom?", "Lejn il- Ministru Tonio Borg!", "Il-Ministru Borg, bħalma għamel kemm-il darba, jirrifjuta li min hu rappreżentant tal-poplu jkollu ċ-ċans li jkun parti minn inkjesta parlamentari ħalli jara x'inhu jiġri ġol-ħabs, ħalli jara xi rwol għandhom it-tfal ta' l-edituri tal-gazzetti Nazzjonalisti fil-ħabs, ħalli jara fejn ikunu waqt id-duties tagħhom.", "Imma lil dawn il-Ministru Borg ma jfittixhomx għax Nazzjonalisti u allura ma jiġux sospiżi!", "(Interruzzjonijiet) Il-proverbju jgħid li l-ħuta minn rasha tinten u dan it-taħwid beda minn fuq u niżel fid-dipartimenti u fl-uffiċini kollha tal- gvern, fejn wieħed jista' jara l-arroganza ta' l-impjegati li qegħdin jagħmlu li jridu għax il-gvern tagħhom.", "Hemm anke impjegati li qegħdin f'pożizzjoni ta' tmexxija li apparti li jagħmlu li jridu, jaħqru lil min ma jaqbilx magħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Vella, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, l-Onor.", "Gonzi kien qal li se jkollna s- serħan il-moħħ mill-għada ta' l-elezzjoni, imma l-pubbliku in ġenerali jaf li kulħadd kien imbeżża' meta ħarbu l-priġunieri.", "Il-poplu ma jafdax fis- sistema ta' sigurta' li wiegħed l-Prim Ministru qabel l-elezzjoni li għaddiet, u bir-raġun għax 20 xahar wara ninsabu f'taħwida tal-biża' minħabba ministru inkompetenti.", "Jiena naf li l-Kamra m'hijiex se tivvota favur il-mozzjoni għax il-gvern għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet, pero' lill-back-benchers ngħidilhom li huma wkoll kompliċi ma' x'qed tagħmel il-klikka tal-bank ta' quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Gavin Gulia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Gavin Gulia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 242", "FAVUR : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 33", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | | | | |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jista' jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ġimgħa 16 ta' Ġunju, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR TONY ABELA: Mr Speaker, aħna ngħixu f'dinja fejn jekk fil- Mediterran u f'ħafna postijiet oħra jkunu se joqtlu xi baliena jkollna lil tal-Greenpeace jagħmlu agħagħa kbira, imorru jipprotestaw bil-vapuri u saħansitra jieħdu ċans li jiġu anke arrestati sabiex iwasslu l-kelma tagħhom.", "Ngħixu f'dinja wkoll fejn ngħidu li jista' jkun hawn diżastru ekoloġiku jekk joħroġ iż-żejt minn xi vapur għax dan jista' joqtol il- fawna u jagħmel ħsara kbira għall-ħajja f'qiegħ il-baħar.", "Mela allura x'għandna ngħidu għall-vapur tal-mewt li skond ''TheTimes'' tal-bieraħ jista' jbaħħar fl-ibħra internazzjonali.", "Ċerta Rebecca Gomberts qed tgħid li hi lesta li toħloq vapur b'tul ta' 45 metru u fuqu jkollha klinika ta' l-abort għal dawk in-nisa li f'pajjiżhom l-abort huwa llegali.", "Mr Speaker, jekk aħna nemmnu li l-abort huwa qtil, allura ma nistgħux ma nabborrux dak li qed tgħid li trid tagħmel din il-persuna.", "Sfortunatament din qed tgħid li trid tagħti dan is-servizz b'xejn.", "Kienu jgħidu li fiż-zmien fl-iktar professjoni antika kienu jagħtu servizz b'xejn, pero' din ukoll bdiet tagħti servizz b'xejn ta' qtil ta' trabi li għadhom m'humiex imwielda.", "Mr Speaker, sfortunatament din qed tipprova tpinġi b'kuluri tal-qawsalla att li huwa kriminali, att li jmur kontra l- ħajja u att li huwa kontra l-ħolqien.", "Sfortunatament ikun hawn nisa li joħorġu tqal li minħabba diffikultajiet jew għar-raġunijiet personali tagħhom ma jkunux iridu li jkollhom tarbija.", "Kieku dawn in-nisa jirrealizzaw kemm hawn nies li jixtiequ jkollhom tfal pero' minħabba problemi mediċi jew għax il-Bambin ried hekk huma ma kellhomx, kieku żgur li dawn in-nisa, anke jekk ma jħobbux it-tarbija li tkun fihom, jindunaw li m'għandhom qatt jaslu sabiex jikkommettu abort.", "Mr. Speaker, jekk din il-ħaġa sseħħ fil-Mediterran ikun id-dmir u d-dover tagħna li nagħmlu monitoring bl-iktar mod strett fuq kull persuna li tersaq lejn dan il-vapur.", "Jiena naħseb li huwa importanti ħafna li l-awtoritajiet Maltin konċernati jagħmlu taboo u jinsistu li dan il-vapur m'għandux jidħol ġo pajjiżna, m'għandu jagħti l-ebda servizzi, m'għandu jingħata l-ebda supplies ġo pajjiżna u m'għandux biss jitħalla jersaq lejn il-baħar territorjali tagħna.", "Iktar minn hekk din il-persuna għandha titqies bħala persona non-grata għax din hija persuna li trid tgħin sabiex f'pajjiżna jsiru atti kriminali.", "Min joqtol lil min jista' jiddefendi ruħu jagħmel ħażin pero' huwa ħafna iżjed ħażin għal pajjiżna li nippermettu lil min joqtol lil min mhux kapaċi jiddefendi lilu nnifsu.", "Jien nemmen li din Rebecca Gomberts trid tagħmel assassinju kontra l-umanita' in ġenerali jekk issib minn jagħtiha jew jisponsorjaha vapur li skond hi lesta li tirreġistrah fl-Olanda.", "Iktar minn hekk din qed tgħid li fil-klinika li trid toħloq se tħarreġ nies lokali fil-prattika ta' l-abort.", "Mhux ta' b'xejn li l-ministru għall-politika soċjali Malti qal li: This is horrendous.", "Mhux ta' b'xejn li llum fil-gazzetti tagħna qrajna li l- isqfijiet ta' Malta u Għawdex ukoll ma qablux ma' din il-ħaġa, u mhux ta' b'xejn li jiena wkoll qed nitkellem fuq dan illum.", "Nammetti li jiena naċċetta ħafna affarijiet u sitwazzjonijiet fil-ħajja, jiġifieri m'inix xi wieħed minn dawk id-dojoq, pero' ma nista' qatt naċċetta li xi ħadd joqtol kreatura li ma tistax tiddefendi lilha nfisha u li fuq kollox tkun ġiet għax l-omm tkun ipparteċipat f'att li jista' jġib dik il-ħaġa u għal xejn iżjed.", "Mr Speaker, il-pajjiż għandu juri l-għadab tiegħu għal dak li tista' ġġibna fih din il-persuna jekk jirnexxielha ġġib dan il-vapur tal-mewt fl- ibħra territorjali tagħna.", "Dan m'huwiex xi pirate ship fejn kienu joqtlu biex jeħdulhom il-ġojjelli.", "Dan huwa vapur li joqtol u jidfen fil-baħar u li jitfa' l-għalf għall-ħut.", "Hekk trid din il-persuna.", "Mr Speaker, il-liġi tagħna ma tippermettix dan l-att anzi tabborrih u tieħu passi kemm kontra l- persuna li fuqha jsir l-abort kif ukoll kontra min imwettqu.", "Nispera li jekk vapur bħal dan ikollu jersaq lejn l-ibħra territorjali tagħna l- awtoritajiet jieħdu passi ebsin, għax minkejja li l-att ma jkunx għamlu f'pajjiżna xorta waħda jkun wettaq att kriminali.", "Fuq l-istess bażi nista' ngħid li minkejja li fl-Olanda din hija ħaġa legalment aċċettata ma naħsibx li għandha tippermetti li taħt il-bandiera tagħha jsiru dawn l-affarijiet, għax allura l-ġarr ta' asylum seekers m'hu xejn ħdejn dan.", "Anke ż-żamma ta' nies fi slavery m'hu xejn ħdejn dan.", "Dan huwa att li fl-opinjoni tiegħi ma nistgħu naċċettawh taħt l-ebda ċirkostanza.", "Mr Speaker, użajt dan l- intervent tiegħi biex nuri l-għadab tiegħi lejn dan il-fatt u biex ngħid li jiena lest li nappoġġja lil min imur kontra fatt bħal dan.", "Għal darb'oħra nerġa' nappella lill-awtoritajiet sabiex jaraw li ma jagħtux servizz u ma jagħtu lanqas sokkors lil min jersaq lejn xtutna biex jagħmel dawn l- affarijiet.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira fuq affarijiet li fl-opinjoni tiegħi qegħdin isiru mingħajr attenzjoni biżżejjed fil-lokalita' ta' l- Imtarfa.", "Fl-areas madwar il-flats quddiem il-gym ta' l-Imtarfa qed jiġi propost li jsiru bandli u ġonna u b'hekk se noħolqu sitwazzjoni fejn jekk ikun hemm bżonn tidħol ambulanza, jew fire engine f'każ ta' ħruq ma jkunux jistgħu jidħlu.", "Allura nixtieq nappella lill-awtoritajiet biex qabel ma jittieħed pass bħal dan jaraw daqsxejn kif l-aħjar tista' ssir xi ħaġa bħal din.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, fil- ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi rrid nitkellem dwar ir- reviżjonijiet tal-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-welfare committee li r- residenti ta' San Vinċenz u l-anzjani rikoverati fid-djar residenzjali tal- gvern bdew iħallsu mill-bidu ta' din is-sena.", "Irrid nispjega fiex tikkonsisti sewwa din ir-reviżjoni li għamilna ħalli naraw jekk għamilniex xi inġustizzja soċjali ma' l-anzjani.", "B'wiċċi minn quddiem ngħid li kien wasal iż-żmien li din ir-reviżjoni ssir għall-ġid ta' l-istess anzjani għaliex il-frott ta' dak li għamilna diġa' bdejna narawh, u dan wara biss ftit xhur.", "B'dan li se ngħid irrid nirribatti dak li nkiteb fil-ġurnal ''KullĦadd'', f'artiklu intitolat:", "\"Jitqal is-salib ta' l-anzjani.", "Ħlas ta' Lm14 fil-ġimgħa iżjed mir- residenti fi djar u istituzzjonijiet tal-gvern\".", "Aktar 'il quddiem ngħid kemm dan l-artiklu għandu nofs veritajiet u kemm ried iqarraq bin-nies, iżda l-ewwel ħaġa li rrid nitkellem fuqha hija l- ipokresija ta' dawn in-nies.", "Qed jgħidulna li b'li għamilna taqqalna s-salib ta' l-anzjani meta dawn il-miżuri riedu jeħduhom huma stess fit-22 xahar li għamlu fil-gvern.", "Għandi f'idejja, l-''orizzont'' tas-17 ta' Ottubru ta' l-1997, u se naqra kelma b'kelma dak li hemm miktub.", "''Is-Segretarju Parlamentari Buhagiar qal li ma jistax ikun li l- anzjani li jabitaw f'San Vinċenz jibqgħu jħallsu biss Lm4 liri kuljum għas-servizzi li qed jieħdu fl-isptar, aktar u aktar meta l-ispiża tal- gvern tlaħħaq ma' l-Lm14 kuljum.", "Huwa qal li bħalissa l-liġi eżistenti tgħid li l-gvern ma jistax iżomm ħlasijiet ta' iktar minn 40% tal- pensjoni, iżda li ma jistax jinżamm ħlas ta' aktar minn Lm4 kuljum u għalhekk il-gvern se jkollu jieħu aktar flus mingħand l-anzjani biex jirkupra mit-telf ta' l-ispejjeż.", "Dawn il-flus imbagħad se jkunu jistgħu jiġu wżati biex jinbnew aktar ċentri għall-anzjani.''.", "Mhux biżejjed din il-kwotazzjoni, Mr Speaker, imma għandi quddiemi ''The Times'' tat-30 ta' Mejju, 1998 fejn f'artiklu ntitolat \"Homes for the elderly - Contributions by the elderly for their keep being revised upwards\", jingħad hekk:", "''Discussions are underway on raising the percentage taken from the income or pension entitlement of the elderly to cover the cost of their stay in homes for the elderly, the Parlamentary Secretary for the elderly, Louis Buhagiar said.", "\"My opinion is that this amount has got to be revised and we are discussing the possibility of increasing the percentage contributed\" Dr Buhagiar said.", "\"This has to be done to continue providing good qualitative care.", "The money would go towards the welfare committee fund\", he added.''", "Mela dawn qed jikkritikaw xi ħaġa li kienu se jagħmlu huma stess imma m'għamluhiex għax ma kellhomx il-kuraġġ li jagħmluha.", "Huma kienu qed jistennew xi palata mill-kunsill nazzjonali ta' l-anzjani biex jagħmlu dan il-pass imma aħna ħadnih għaliex ħassejna li kellna neħduh fl-interess ta' l-istess anzjani.", "Fiex tikkonsisti din ir-reviżjoni li għamilna, Sur President?", "L-ewwelnett huwa tajjeb li nfakkar li sas-sena l-oħra r-residenti ta' San Vinċenz kienu jħallsu 40% tal-pensjoni tas-sigurta' nazzjonali biss u mhux ta' l-income kollu, filwaqt li r-residenti fid-djar tal-gvern kienu jħallsu 60% ta' l-income tagħhom, basta jkun assigurat li kien jibqagħlhom għandhom mill-inqas Lm1 kuljum fil-but u s-ceiling ma kienx jeċċedi iktar minn Lm4 kuljum.", "Issa bil-legal notice li ħriġna ġibna r-residenti ta' San Vinċenz u dawk tad-djar tal-gvern fuq binarju wieħed jiġifieri kulħadd se jħallas l- istess rata.", "Din il-legal notice tgħid li kemm l-anzjani ta' San Vinċenz kif ukoll dawk tad-djar ta' l-anzjani se jħallsu 60% ta' l-income kollu tagħhom basta - u dan hu importanti - jkun assigurat li kull anzjan jew anzjana jibqagħlhom ġo buthom mill-inqas Lm1.50ċ kuljum jiġifieri se jibqagħlhom Lm550 fis-sena, u s-ceiling, minflok Lm4 għamilniha Lm6.", "Mr Speaker, huwa ingann kbir li taqra kliem bħal:", "\"Huwa kkalkulat li l-anzjani li se jkollhom iħallsu l-massimu tas- somma għar-residenza fi djar jew istituzzjoni tal-gvern se jilħaq numru sostanzjali.\", jew li tgħid:", "\"Numru sostanzjali ta' residenti fi djar ta' l-anzjani se jibdew iħallsu Lm14 iktar fil-ġimgħa, li jġibu qrib Lm700 aktar milli kienu jħallsu s-sena li għaddiet\".", "Skond figuri li għandi f'idejja, sa ftit ġranet ilu kien hemm 434 anzjan residenti fid-djar tal-gvern u minnhom 40 biss qegħdin iħallsu l-massimu ta' Lm6 fil-ġimgħa.", "Dan mhux in-numru sostanzjali li qalet il-gazzetta.", "Dan ifisser li anke dawk li jħallsu r-rata kollha ta' Lm6 kuljum, il-gvern qiegħed ukoll jissussidja mill-inqas Lm2 kuljum oħra.", "Dan għaliex, kif jaf kulħadd, li b'anqas minn Lm8 kuljum mhux se ssib l-ebda dar ta' l-anzjani fil-privat li almenu tkun tista' tagħtik servizz sodisfaċenti.", "Allura għalfejn dak il-ħafna kliem vojt u bla sens li bih kien mimli dan l-artiklu fil-gazzetta?", "Fl-istess artiklu hemm ikkwotat dak li qal il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni għas-saħħa fil-programm ''Babel'' fuq Super 1 Television fejn qal li dan hu piż ġdid li se jkompli jnaqqar mid-dħul ta' l-anzjani.", "Il-veru Torri ta' Babel qegħdin jgħixu fih in-nies ta' l-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, dwar kif intlaqtu r-residenti ta' San Vinċenz jiena nħossni moralment u kuxjenzjożament ġustifikat li għamilna din ir-reviżjoni fil- kontribuzzjonijiet tagħhom.", "Żgur li aħna ġustifikati li rrevedejna dawn il- kontribuzzjonijiet wara tlettax -il sena.", "It-titjib kontinwu u evidenti fil-kwalita' tal-ħajja li r-residenti qed jgħixu issa paragunat ma' 13- sena ilu - u dan mertu ta' amministrazzjonijiet Nazzjonalisti - żgur jiġġustifika dan it-tibdil.", "Raġuni oħra hi li b'hekk issa ġibna r-rati ġodda li qegħdin iħallsu l-anzjani f'San Vinċenz l-istess bħal dawk li jħallsu l-anzjani fid-djar residenzjali tal-gvern.", "Raġuni oħra li tiġġustifika l-bidla li għamilna hija l-fatt li ma jista' jiċħdu ħadd li f'numru ta' każi l-parti l-kbira tal-pensjoni li jirċevi anzjan rikoverat f'San Vinċenz ma jgawdihiex hu, iżda l-qraba tiegħu.", "Dan hu fatt li wieħed irrid jistmerru bilfors.", "Iżda kif diġa' kelli iktar minn okkażjoni waħda ngħid, aħna determinati li l-flus li se jidħlu aktar minn dawn il- kontribuzzjonijiet riveduti ta' dawn ir-residenti għal-fond tal-welfare committee se jiġu utilizzati mill-istess kumitat sabiex inħaffu b'ritmu ikbar ir-refurbishment u l-upgrading ta' dawk il-wards li s'issa għadhom fi stat mhux konġenjali għaż-żmien tal-lum.", "Huwa veru li dan ir-refurbishment u upgrading, kull meta kien hemm gvern Nazzjonalista qatt ma waqaf, u kważi dejjem, sena wara sena, għamilna refurbishment fi swali differenti.", "Fil- fatt, is-sena l-oħra tajna bidu għall-proġett kbir u minflok il-wards 19 u 20 tan-nisa issa qegħdin intellgħu blokk modern li se jkun jikkonsisti fi tliet sulari, kull sular ikollu erbgħin sodda, jiġifieri dan il-blokk se jkun fih 140 sodda.", "Nittama li sa l-aħħar ta' din is-sena nkunu f'pożizzjoni li niftħu dawn il-wards.", "Il-proġett sejjaħnilu \"Tal-Millenju għal San Vinċenz\".", "Is-sena l-oħra wkoll għamilna refurbishment u upgrading tal-wards tan- nisa, 7 u 8, b'sodisfazzjon kbir għall-anzjani residenti f'dawn il-wards.", "Din is-sena għadna kemm lestejna refurbishment kbir u provvediment ta' kumditajiet neċessarji fil-wards 5 u 6 fin-naħa ta' l-irġiel.", "Ix-xogħol fuq dawn iż-żewġ wards sar fi żmien record ta' xahrejn.", "Huwa ta' sodifazzjon għalija u għal sħabi li saħansitra rċevejna thank you card mir-residenti ta' dawk il-wards.", "F'dan il-card kien hemm miktub hekk:", "\"Aħna l-anzjani ta' ward 5 u 6 u l-familji tagħna nixtiequ nirringrazzjaw lilek, Sur Segretarju Parlamentari, l-istaff kollu ta' dan il-ward, lill-friends of St. Vincent u lil dawk kollha li kienu involuti biex jiġi rranġat u msebbaħ dan il-ward skond ix-xewqa ta' ħafna.", "Grazzi mill-qalb\".", "Altru milli taqqalnilhom is-salib lil dawn l-anzjani.", "Bħalissa, San Vinċenz huwa fulcrum ta' xogħol f'diversi nħawi u wards.", "Għandna l-proġett li diġa' aċċernajt għalih li jrid jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Sa l-aħħar tas-sena wkoll irridu nlestu refurbishment u upgradings ta' l-anqas ta' żewġ wards oħra.", "F'erba swali oħra, fuq in-naħa tan-nisa, qegħdin nibdlu l-bedside lockers li kienu tal-ħadid u qed nagħmluhom ta' l-injam.", "Il-parti ta' Rużar Briffa qed tiġi mgħammra bl- airconditioning.", "Nerġa' nenfasizza l-fatt li fl-iqsar żmien possibbli rridu nagħmlu refurbishments u upgrading fil-wards kollha.", "Fil-fatt għandna laqgħa l-ġimgħa d-dieħla biex nippjanaw il-bidu tat-trasformazzjoni radikali ta' blokk sħiħ fin-naħa ta' l-irġiel li jikkonsisti f'erba wards biex kif nispiċċaw il-proġett il-kbir li qed nagħmlu din is-sena mill-ewwel nibdew fuq proġett ieħor is-sena d-dieħla.", "Jiena naħseb il-fatti juruna li kellna raġun, Sur President.", "Aħna mill-ewwel għedna illi r-reviżjoni ta' dawn il-kontribuzzjonijiet se tmur għall-ġid ta' l-istess anzjani u meta tara x-xogħol li qed isir f'San Vinċenz meta tara r-refurbishment u l-immodernizzar tal-wards u meta tara l-kwalita' ta' ħajja li dejjem qegħdin jgħixu aħjar l-anzjani t'hemm huwa ta' sodisfazzjon kbir għal min qed imexxi li jara dawn l-affarijiet isiru.", "Aħna lill-anzjani dejjem ittrattajnihom tajjeb u ebda artiklu qarrieqi mhu se jwarrabna mit-triq li qbadna.", "It-triq li qbadna hija li nkomplu nagħmlu ġid u progress għall-anzjani tagħna għaliex nemmnu fid-dinja ta' l-anzjani, kemm ta' dawk li qed jgħixu fi djarhom u kemm ta' dawk li huma rikoverati f'istituzjoni kemm tal-gvern u kemm privata.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-għada, il-Ġimgħa 16 ta' Ġunju, 2000, fid- 9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KALENDARJU AGRITURISTIKU - ATTIVITAJIET", "16605.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-attivitajiet ġodda li ġew inklużi fil-programm tal-kalendarju agrituristiku matul l-1999?", "X'diskussjonijiet saru ma' l-għaqdiet tad-dilettanti Maltin u Għawdxin bil- għan li dawn jiġu nkoraġġiti jorganizzaw aħjar l-attivita' tagħhom u wkoll jorganizzaw attivitajiet ġodda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-dipartiment ta' l-agrikoltura kellu diversi laqgħat ma' għaqdiet u kunsilli lokali ndividwali b'riżultat li saru attivitajiet ġodda bħalma huma: Lecture fuq il-fniek; rabbit table show seminar; mixjiet fuq Għawdex u Kemmuna; video fair rabbit show; żjarat fis-salini tal-melħ; tberik ta' l- annimali; Bidnija folklore and agrarian festival; purċissjoni fuq il-baħar bil-badonna; kompetizzjoni tat-tunnaġġ; lecture fuq il-Bonsai; wirja tal- fjura tal-Milied.", "PATATA - ESPORTAZZJONI - KUNTRATTI", "16656.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru ħassar kuntratt ta' 6,000 tunnellata ta' patata għall-esportazzjoni mbagħad esporta 5,000 u ħalla 700 tunnellata Sante' u 500 tunnellata Alpha l-art, jista' l-Ministru jinfurmana għaliex ġara dan bir-riżultat li ġab fix-xejn l-interessi tal-bdiewa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi jien ma ħassart l-ebda kuntratt ta' 6,000 tunnellata ta' patata għall-esportazzjoni tant li ġew esportati madwar 6,400 tunnellata patata.", "Għalhekk il-konklużjoni li wasal għaliha l-Onor.", "Interpellant hija għal darba oħra żbaljata għaliex hi bbażata fuq tagħrif żbaljat.", "AMBJENT - RUBBLE WALL BUILDERS", "16661.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni msemmija separtament ma ġewx rikonoxxuti għall-promozzjoni fil-grad ta' rubble wall builders, meta għamlu l-istess kors mal-ħaddiema li ħadu l-promozzjoni ta' dan il-grad ftit ta' żmien ilu?", "Jista' jara li tinsab soluzzjoni sabiex dawn il- ħaddiema ma jiġux żvantaġġjati u mċaħħda mill-promozzjoni li tixraqilhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-persuni msemmija kienu applikaw għall-post imsemmi wara d-data ta' l-għeluq ta' l-istess applikazzjoni, jiġifieri 27/11/98.", "L-applikazzjonijiet tagħhom waslu f'dan id-dipartiment fl-4/12/98 u għalhekk ma setgħux jiġu kkunsidrati.", "SALINI - COAST ROAD - DAWL", "16734.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jintemm il- proġett ta' l-istreet lighting tal-coast road fis-Salini?", "Jista' jgħid kemm huwa maħsub li jiswa dan il-proġett?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-proġett sabiex tiddawwal it- triq matul il-kosta ta` Baħar iċ-Ċagħaq huwa mqassam f`ħames fażijiet.", "L- ewwel fażi tlestiet, it-tieni waħda tinsab fi stadju avanzat, filwaqt li t- tielet fażi għandha tibda fil-futur mhux 'il bogħod.", "Għaldaqstant huwa maħsub li, filwaqt li l-ewwel tlitt fażijiet ta` dan il-proġett jitlestew matul din is-sena, iż-żewg fażijiet l-oħra jibdew matul is-sena ta` wara.", "EU INFORMATION CENTRE - ĦADDIEMA", "16735.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ħaddiema li ġew impjegati mal-EU Information Centre u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il- ħaddiema?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-ħaddiema li ġew impjegati mal-Malta-EU Information Centre huma dawn: Abela Celine, Cordina Elaine, Demicoli Edward, Fiorini Karen, Grech Robert, Mallia Faye, Pace Brian, Pirotta Fabio, Sciberras Anne Marie, Zahra Romina.", "Il-lokalitajiet li ġejjin minnhom dawn l-impjegati huma kif ġej:", "Mosta, Ħaż Żebbuġ, San Ġiljan (2), Ħal Balzan (2); Sliema, Msida, Ħal Qormi, Kalkara.", "XIRI TA' ARMAMENTI", "16736.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm jammonta l-infiq f'xiri ta' armamenti mill-Gvern Malti f'dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' jgħid minn liema pajjiżi nxtraw dawn l-armamenti?", "Jekk huwa dejjem possibbli u jekk dejjem l-informazzjoni mitluba bl-ebda mod ma xxekkel is-sigurta' tal-pajjiż, jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' armi jew armamenti nxtraw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: F'dawn l-aħħar sentejn, il-Forzi Armati ta' Malta xtraw 37 pistola tat-tip Beretta 9mm FS 92 mill-Italja li swew Lm4,866.", "SPTAR TAL-QROQQ - OPEN DAY", "16737.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-okkażjoni ta' l-open day fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq li saret bejn it-3 u l-4 ta' Ġunju, 2000?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.", "SPTAR TAL-QROQQ - OPEN DAY", "16738.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'reklamar għall-okkażjoni ta' l-open day fl-isptar il-ġdid Tal-Qroqq li saret bejn it-3 u l-4 ta' Ġunju, 2000?", "Jista' jgħid separatament kemm kienu jammontaw ir-reklami li ngħataw il- mezzi tal-media u f'kull każ kemm laħqet l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li t-total ta` Lm1,754,65 intnefqu f`reklamar għall-open weekend fl-Isptar il-Ġdid f`Tal-Qroqq.", "Huma kienu mqassma kif ġej:", "| | | | |Medium |Amount-|Cost | | |Advert | | | | | | |Radio 101 |84 |345.00 | | |spots | | |Super 1 |66 |300.00 | | |spots | | |RTK |65 |296.00 | | |spots | | |Times |2 |200.68 | | |(15x3) | | | | |2 | | | |(10x2) | |In-Nazzjon |2 |200.68 | | |(15x3) | | | | |2 | | | |(10x2) | |Independent|2 |174.81 | | |(15x3) | | | | |2 | | | |(10x2) | |L-Orizzont |2 |200.68 | | |(15x3) | | | | |2 | | | |(10x2) | |KullĦadd |1 |36.80 | | |(10x2) | | | | | | |Total | | | | | | |", "BICAL - DEBITURI", "16739.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li fid-diskors tal-budget ġie mħabbar li matul din is-sena se jingħata persentaġġ ieħor lid-debituri tal-Bical, jista' l-Ministru jgħid meta dan il-persentaġġ fil-fatt se jingħata?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bħalma ħabbart fid-diskors ta' l-aħħar budget, aktar tard din is-sena beħsiebna nagħmlu distribuzzjoni oħra lil dawk id- depożitanti u kredituri tal-bank li jikkwalifikaw għall-pagament.", "SKEJJEL - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "16774.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li għandhom l-adulti li bħalissa qed jgħinu lit-tfal b'diżabilita' fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 385 persuna li bħalissa qed jgħinu tfal b'diżabilita` fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat.", "Minn dawn hemm:", "33 li għandhom Diploma in facilitating inclusive education;", "92 li għandhom certificate in supporting learning in inclusive settings;", "58 kindergarten assistants li ġew impjegati wara sejħa għal applikazzjonijiet li ried ikollhom għallinqas 4 passes fis-SEC sa grad 5 jew simili li jridu jinkludu l-lingwa jew il-letteratura Ingliża u l-Malti.", "Sebgħa minn dawn il-kindergarten assistants għamlu l-pre-school education certificate course); 202 supply kindergarten assistants", "*28 li għamlu course ta' sena l-Universita` bħala learning support trainees", "*55 li għamlu l-pre-school education certificate course", "*119 ġew impjegati wara sejħa għal applikazzjonijiet li ried ikollhom għallinqas erba' passes fis-SEC sa grad 5 jew simili, inkluż il-Malti, Ingliż u Matematika.", "Minn dawn kien hemm min kellu wkoll ċertifikat wieħed ta' Livell Avvanzat.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN ĠORG - RAZZETT", "16775.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu permess iżomm annimali l-uniku razzett li hemm fi Triq San Ġorġ f'San Pawl il-Baħar?", "X'tip ta' annimali għandu permess irabbi s-sid tar-razzett?", "Qiegħed iżomm mal-liċenzja li għandu għat-trobbija ta' l-annimali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi r-razzett li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa dak tal-baqar tal-ħalib, liema liċenzja tinħareġ mid-dipartiment tas-saħħa pubblika.", "Għaldaqstant nitolbu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA", "16776.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi hemm maħsuba biex jitħarrġu aħjar l- għalliema, il-kindergarten assistants, il-facilitators u s-supply kindergarten assistants biex l-edukazzjoni inklussiva tirnexxi?", "B'dawn l- inizjattivi kemm se jintlaħqu minn dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa l-kumitat ministerjali għall-edukazzjoni inklussiva għandu quddiemu proposti għat-taħriġ komprensiv għall-persuni li jaħdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni inklussiva.", "Bħalissa diġa' jitħarrġu studenti tal-B.Ed u PGCE - madwar 300 student kull sena - fil-filosofija u aspetti prattiċi ta' l-edukazzjoni inklussiva.", "Qed jiġu mħarrġa wkoll 55 facilitators u f'Ottubru li ġej se jiftaħ l- istess taħriġ indirizzat għal madwar 100 persuna.", "Hu maħsub ukoll li madwar 150 persuna ngaġġat mid-diviżjoni din l-aħħar sena jingħataw it- taħriġ meħtieġ.", "Il-futur f'dan il-qasam jiddependi mid-deċiżjoni li ser jieħu l-kumitat li jżomm quddiem għajnejh il-kurrikulum nazzjonali.", "MALTA - UE - KONSULENTI", "16814.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati konsulenti biex jagħmlu economic impact assessments għall-gvern dwar l-applikazzjoni Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE?", "Kif ġew magħżulin?", "Liema suġġetti speċifiċi qed jiġu riċerkati?", "X'timeframe ingħataw biex ilestu xogħolhom?", "Ma' liema korpi kostitwiti ltaqgħu in konnessjoni ma' l-assessments li qegħdin jagħmlu?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-ministeru li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma kkummissjona l-ebda economic impact assessment dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Madankollu, il-ministeru ffinanzja xi studji li ġew ikkummissjonati minn ministeri oħra fejn pero' t-terms of reference u dettalji u kundizzjonijiet oħra ġew speċifikati u approvati mill-ministeru li kkummissjona l-istudju.", "Irrid inżid ukoll li l-kuntratti sabiex jitħejjew l-assesments imsemmija ġew ikkummissjonati mill-ministeri skond is-suġġett li dwaru jkun intalab l-economic impact assessment.", "Għalhekk nitlob l-Onor.", "Interpellant jistaqsi din il-mistoqsija lill- ministeri rilevanti.", "BRUSSELS - AMBAXXATA MALTIJA", "16815.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies bħalissa jaħdmu fl- Ambaxxata Maltija fi Brussels?", "Min huma u liema karigi jokkupaw?", "ONOR.", "JOE BORG: Tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "EU DIRECTORATE", "16816.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement ta' l-EU directorate bħalissa?", "F'liema gradi u postijiet jinsabu l-personnel tad- direttorat?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-complement ta' l-EU directorate bħalissa huwa ta' 43 impjegat li jikkonsistu fil-kap tad-direttorat, direttur (policy) u direttriċi (legal), 1 first counsellor li qiegħed ma' l-EU negotiating secretariat, 2 principal economics officers li wieħed minnhom qiegħed fis- segretarjat privat tiegħi, 4 senior legal officers li tnejn minnhom qed iservu fl-Ambaxxata Maltija fi Brussels, 3 junior legal officers, 4 senior policy officers, 4 policy officers li wieħed minnhom qiegħed fl-EU negotiating secretariat, 1 counsellor, 2 first secretary li wieħed minnhom qed isegwi kors ta' studju l-Universita u l-oħra qed tagħmel xogħol fil- head office, 1 second secretary, 1 advisor li qiegħda ma' l-EU negotiating secretariat, 1 teacher, 2 principals, 1 senior printer, 1 executive officer, 7 clerks li waħda minnhom qiegħda fis-segretarjat privat tiegħi, 1 bookbinder, 1 casual substitute clerk, 1 casual typist, 1 messenger II u 1 labourer.", "ĦABS - ĦARBIET", "16817.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid hux se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra d-direttur tal- ħabs wara t-tliet ħarbiet li saru mill-ħabs f'dawn l-aħħar jiem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Prima facie ma jidhirx li hemm lok għal passi dixxiplinarji kontra d-direttur tal-ħabs, pero` nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ħadd ma hu eskluż minn passi dixxiplinarji neċessarji jekk mir-riżultat ta` l-investigazzjonijiet joħroġ li kien hemm xi nuqqasijiet serji daparti ta` xi uffiċjal tal-ħabs fir-rigward ta' l-imsemmi każ.", "MALTA TOURISM AUTHORITY - IMPJIEGI", "16818.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mill-Malta tourism authority mill-1 ta' Settembru 1999, sal-lum?", "Min huma l-impjegati ġodda?", "X'kariga qegħdin jokkupaw?", "X'inhuma s-salarji, benefiċċji u allowances li qegħdin igawdu u fejn kien l-aħħar impjieg ta' dawn l-impjegati ġodda?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-informazzjoni mitluba mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni tidher mill-iskeda li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "MALTA TOURISM AUTHORITY - KONSULENTI", "16819.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-konsulenti li qegħdin jitħallsu mill-Malta tourism authority?", "F'liema istituzzjoni, dipartiment jew awtorita' dawn il- konsulenti qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom?", "X'inhuma s-salarji, benefiċċji u allowances li qegħdin igawdu, x'safar sar minn dawn il- konsulenti mill-1 ta' Settembru, 1999 sal-lum?", "X'kienet l-ispiża ta' dan is-safar globalment, meta tinkludi biljetti ta' l-ajru, spejjeż ta' akkomodazzjoni, trasport, allowances, insurance u spejjeż oħra?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda bidla minn meta ngħata t-tagħrif mitlub bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.11253.", "Ma kien hemm l-ebda ħtieġa li l-konsulenti jsiefru in konnessjoni max- xogħol tagħhom b'risq l-awtorita'.", "MALTA TOURISM AUTHORITY - MESSAĠĠI PROMOZZJONALI", "16820.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-ispiża tal-kampanja li qiegħda tagħmel il-Malta tourism authority fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali?", "Liema hi l- kumpannija li ngħatat il-kuntratt sabiex tipproduċi dawn il-messaġġi promozzjonali?", "Xi studji kkommissjonat l-MTA mill-1 ta' Settembru, 1999 sal-lum?", "Min huma l-persuni jew kumpanniji li rċevew ħlasijiet jew se jirċievu ħlasijiet għal dawn l-istudji?", "Xi proċedura ġiet segwita qabel dawn l-istudji ġew ikkummissjonati?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN - TOROQ", "16821.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'Wied il-Għajn din is-sena mhux se jbixxu t-toroq li m'humiex asfaltati, bħalma kien isir qabel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "BUĠIBBA - PROMENADE/PJAZZA", "16823.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex inqalgħu numru ta' fanali mill-pjazza u promenade ta' Buġibba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-fanali u street furniture oħra li kien hemm fil-pjazza nqalgħu għax kienu qed jiddeterjoraw u bdew ikunu ta' periklu għall-pubbliku (dawn ma nxtrawx minn fondi tal- gvern).", "Inħarġet tender biex isiru oħrajn tal-cast iron.Il-fanali tal-promenade kienu nqalgħu biex issirilhom manutenzjoni mill-kuntrattur wara li ħarġulhom xi difetti ftit wara li kienu twaħħlu.", "Dawn il-fanali issa kollha reġgħu twaħħlu f'posthom.", "B'KARA - DRENAĠĠ", "16824.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16150, l-Onor.", "Interpellant qed jispeċifika l-informazzjoni mitluba u għalhekk jerġa' jpoġġi l-istess mistoqsija.", "Jista' l-Ministru jikkosidraha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-programm ta' xogħlijiet ta' estensjonijiet ġodda tas-sistema tad-drenaġġ huwa kważi eżawrit.", "Madankollu qegħdin jittieħdu passi biex wieħed jara kif jista' jdaħħal din l-estensjoni wkoll.", "Jekk wieħed ma jkunx jista' jinkludiha għal din is-sena, din l-estensjoni se tiġi mdaħħla għall-programm tas-sena d- dieħla.", "PULIZIJA - SUPRITENDENTI", "16825.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li l-Ministru qal kemm-il darba li l-ħatriet ta' supritendenti fil-korp tal- pulizija kienu se jsiru sa nofs dan ix-xahar u issa l-kummissarju ġie rrapportat li qal li m'hemmx ċans li jsiru qabel l-aħħar ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm dawn id-diverġenzi?", "Kemm fil-fatt hemm vakanzi fir-rank ta' supritendent fil-korp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid kemm-il darba, il- vakanzi ta` supritendenti jimtlew wara li jkunu valutati l-ħtiġijiet attwali tal-korp u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali.", "Qed isir minn kollox sabiex fejn hemm vakanzi dawn jimtlew f`temp qasir, iżda naturalment il-proċeduri jridu jgħaddu mill-PSC.", "KUMPLESSI SPORTIVI - APPLIKAZZJONIJIET PA", "16826.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jinbnew ċentri/complexes sportivi?", "Minn min saret kull applikazzjoni?", "F'liema lokalita'?", "F'liema stadju tinsab kull applikazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saru erba' applikazzjonijiet lill- Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "F'kull każ l-applikazzjoni saret mid-direttur taż-żgħażagħ u sport.", "PA 00661/2000 Bini ta' ċentru sportiv fil-Kottonera.", "Qiegħed jiġi drafted rapport mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar fuq l- applikazzjoni.", "PA 00939/2000 Bini ta' blokk amministrattiv u faċilitajiet sportivi fil-kumpless tal- Marsa.", "Qiegħed jiġi drafted rapport mill-Awtorita` ta' l-Ippjanr fuq l- applikazzjoni.", "PQ 2740/2000 Bini ta' ċentru sportiv fil-Karwija limiti ta' Ħal Safi.", "Id-dipartiment issottometta outline development permission.", "PA 931/2000 Diversi xogħlijiet fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali.", "L-applikazzjoni ġiet rakkmandata għall-approvazzjoni.", "CCF - PRIĠUNIERI", "16827.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' priġunieri li bħalissa qed jinżammu fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Ta' liema nazzjonalita' huma l-barranin?", "Kemm hemm persuni li huma diġa' ssentenzjati u kemm qed jistennew biex jiġu sentenzjati?", "Kemm f'kull każ qegħdin il-ħabs fuq akkużi ta': a)traffikar; u b)traffikar u pussess ta' droga?", "Kemm minn dawn huma barranin u ta' liema nazzjonalita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija, dwar in- numru u n-nazzjonalita` tal-priġunieri, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16664.", "Fir-rigward tal-parti l-oħra tal-mistoqsija ninsab infurmat li l- priġunieri fit-8 ta` Ġunju, 2000 kienu mqassma kif ġej:", "Arrestati 82 Sentenzjati 152 Total 234", "Dawk fuq pussess, traffikar u pussess jew importazzjoni ta` droga huma maqsuma kif ġej:", "Maltin 59 Barranin 40 Il-barranin huma mqassma kif ġej:", "Sentenzjati Arrestati Libjani 15 15 Olandiżi / 3 Tuneżini 3 / Alġerini 1 1 Eġizzjani 1 1", "MALTA RACING CLUB - XOGĦLIJIET", "16828.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16544, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-disinji tal-proġetti msemmija, kif ukoll stima ta' kull proġett u minn fejn hu maħsub li ser jiġu finanzjati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tad-disinji tal-proġetti ta' l-entratura u enclosure ġodda fil-Malta Racing Club tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma' kopja ta' l-istima tax-xogħlijiet iktar kmieni f'din is- seduta.", "Il-Malta Racing Club Committee għadu qiegħed jistudja l- possibilitajiet varji kif ser ikunu finanzjati dawn il-proġetti.", "ĦAL FAR - ĊENTRU TA' MATUL IL-JUM", "16829.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġu nvestigati rapporti dwar allegati fatti li ġraw fiċ-ċentru ta' matul il-jum f'Ħal Far li qed iħassbu lill-ġenituri tal-persuni li jmorru hemm u li huma vulnerabbli li jiġu abbużati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ma saru ebda rapporti dwar xi fatti li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Jien infurmat ukoll li r-relazzjonijiet bejn il-ġenituri tal-persuni b'diżabilita' u l-kap taċ-ċentru msemmi fil-mistoqsija huma tajbin ħafna, isiru laqgħat bejniethom sikwit u li l-ebda ġenitur ma ġibed l-attenzjoni tal-kap taċ-ċentru dwar xi ħaġa li kienet qed tħassibhom.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Membru li jkun aktar speċifiku u jekk jaf b'xi fatti li għadhom mistura jgħid x'inhuma.", "GUARDIAN ANGEL SCHOOL", "16830.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jiġu ndirizzati l-preokkupazzjonijiet tal-ġenituri taż- żgħażagħ li se jispiċċaw mill-Guardian Angel School u minn Settembru li ġej se jitqassmu fiċ-ċentri ta' matul il-jum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: a) Hu stmat li hemm 27 persuna b'diżabilita' li f'Settembru li ġej se jispiċċaw mill-iskejjel speċjali u jibdew jużaw is- servizzi taċ-ċentri ta' matul il-jum.", "b) erba' persuni li għandhom nuqqas ta' vista u diżabilitajiet oħra ġew trasferiti għaċ-ċentru ta' matul il-jum dan ix-xahar stess.", "Rigward it-23 persuna b'diżabilita' oħra, il-Ministeru tiegħi jinsab f'diskussjonijiet kif l-aħjar li dawn il-persuni jiġu pprovduti bis- servizzi neċessarji.", "Dawn id-diskussjonijiet qed isiru kemm internament kif ukoll mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' mal- korporazzjoni ta' l-impjiegi u t-taħriġ u għaqdiet oħra mhux governattivi.", "Il-ministeru tiegħi, bl-approvazzjoni tal-ministeru tal-finanzi, irnexxielu li għal din is-sena jżid il-vot ta' dawn iċ-ċentri bi Lm65,600 mill-vot li hemm fl-estimi għas-sena 2000, sabiex inkunu nistgħu nipprovdu servizz aħjar lil dawn il-persuni kollha.", "SENA SKOLASTIKA 98/99 - ANNUAL EXAM REPORT", "16831.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-annual examination report ta' l-iskejjel sekondarji għas-sens skolastika 1998/99 imħejji mill-educational assessment unit tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-education assessment unit ma tħejjix rapport fuq l-annual examination ta' l-iskejjel sekondarji.", "Għal dawn l-iskejjel din il-unit tipprepara l-mean ta' l-iskola f'kull suġġett u l-mean nazzjonali.", "Fl-istess ħin, l-education assessment unit tagħmel rapport fuq l-eżami għad- dħul fil-Junior Lyceum.", "Kopji ta' dan ir-rapport għas-sena 98/99 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "WSC - KIRJIET", "16856.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm qiegħda tħallas kera lill-Gvern il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għall-premises li għandha fi Triq Wara s-Sur, ir-Rabat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - KIRJIET", "16857.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm qiegħda tħallas kera lill-Gvern l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għall-premises li għandha fi Triq Sir Luigi Camilleri, ir-Rabat, Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "NGO CENTRE - STAFF", "16858.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hemm staff li qegħdin jieħdu ħsieb l-NGO centre ix- Xewkija u ta' liema grad huma l-uffiċjali jew impjegati?", "Kemm kien hemm għaqdiet li s'issa għamlu użu minn dawn il-premises?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li fiċ-ċentru għal għaqdiet mhux governattivi fix-Xewkija hemm żewġ impjegati li huma principal u clerk.", "S'issa kien hemm 53 għaqda li rreġistraw maċ-ċentru.", "17-il għaqda minnhom ġa bdew jagħmlu użu regolari mill-premises u l-faċilitajiet l-oħra offruti mill-istess ċentru.", "PLAYING FIELDS - AMMINISTRAZZJONI", "16859.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid min qiegħed jamministra l-playing fields u l-playgrounds ta' Għawdex, wieħed b'wieħed, u f'kull każ jekk hix tħallas kera lill-gvern?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ZEBBUG SHOOTING RANGE - KIRJIET", "16860.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid lil min ingħata b'kera x-shooting range taż-Zebbug, Għawdex, u jekk fl-affermattiv kemm hi l-kera?", "Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma nkeriex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li x-shooting range fiż-Żebbuġ Għawdex ma hi mikrija lil ebda għaqda iżda qiegħda tintuża mill-Gozo Clay Target Association.", "VICTORIA HOTSPURS - KIRJIET", "16861.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm qiegħed iħallas kera l-kumitat tal-Victoria Hotspurs għall-premises li għandu f'Enrico Mizzi Street, ir-Rabat, Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTARD - TRIQ DURER", "16864.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Durer, Ħ'Attard?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "HSEB - IMPJEGATI", "16865.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mill-impjegati kollha, inklużi l-field service section, hekk kif tgħaddi l-legal notice fejn tiddikjara li l-HSEB ġiet xolta?", "X'qed isir fl-interess ta' l-impjegati taċ-Ċivil u dawk tal- field service station?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor Membru għall- provvedimenti ta' subartikolu (3) ta' Artikolu 6 ta' l-Att ta' l-1999 dwar servizzi ta' l-ivvjaġġar u tat-turizmu għal Malta.", "Dawk l-impjegati ta' l- HCEB li jew jagħżlu li ma jaċċettawx impjieg ma' l-awtorita jew li ma jintgħażlux biex jiffurmaw parti minnha, jinżammu fid-dipartiment tat- turiġmu jew jiġu trasferiti f'dipartimenti oħra tal-gvern u jinstabilhom xogħol alternattiv.", "ADULT TRAINING CENTRES - ŻGĦAŻAGĦ B'DIŻABILITA'", "16866.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk iż- żgħażagħ b'diżabilita' li huma ta' l-eta' li jmorru fl-adult training centres, hux se jintbagħtu din is-sena f'dawn iċ-ċentri?", "Jekk le, għaliex u x'se jsir minn dawn iż-żgħażagħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab fir-risposta mogħtija lill-mistoqsija parlamentari nru.", "16830.", "PULIZIJA - PATROLS", "16867.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiżdiedu l-patrols tal- pulizija f'Ħal Qormi, partikolarment fl-areas ta' Triq il-Kus, Triq it-Tin u Misraħ iż-Żebbuġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li kemm il-pulizija tad-distrett kif ukoll dawk tal-mobile squad, jagħmlu ronda kemm fl-akwati tat-triq imsemmija kif ukoll fit-toroq l-oħra.", "QORMI - TA' FARSINA - ĠRIEDEN", "16868.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa urġenti dwar il-ġrieden kbar li hemm, partikolarment fl-area tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern f'Ta' Farsina, Qormi, minħabba l-ambjent u s-saħħa tan-nies tal-post in ġenerali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-ħaddiema tas-sezzjoni tal-pest control tad-dipartiment tas-saħħa ħadu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi kkontrollata l-problema, partikolarment fl-area ndikata tal-blokki ta` appartamenti tal-gvern f'Ta` Farsina, Qormi.", "Din is-sena fit-23 ta` Marzu kien sar trattament ta` tqegħid ta` velenu, kif sar illum 14 ta` Ġunju, fl- istess lok kif indikat.", "Il-problema ser tibqatiġi segwita min żmien għal żmien.", "MALTACOM - ŻEJTUN - EXCHANGE", "16869.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "15819?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li l-gangs kollha fl-exchange taż- Żejtun għandhom slielem ta` 20 u 30 pied.", "Ħaddiema li jaħdmu waħedhom, magħrufa bħala singleton workers, għandhom struzzjonijiet biex ma jitilgħux żewġ sulari iżda jitolbu l-għajnuna ta` singleton worker ieħor.", "Fejn sellum ta` 30 pied ma jkunx adegwat għax-xogħol li jkun irid isir, il-Maltacom tikri tower ladder.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nru.", "15819 ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant tagħti dettalji dwar klijenti tal-Maltacom li qed ibatu minħabba l-allegat nuqqas ta` apparat sabiex il-Maltacom tagħmel l- investigazzjonijiet meħtieġa.", "QORTI - IMPJEGATI", "16871.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' mpjegati fil-qorti u x'inhuma l-gradi tagħhom?", "X'kien id-dħul mir-registry fees fl-1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: `B`riferenza għall-mistoqsija parlamentari ta` l- Onor. Interpellant, in-numru ta`mpjegati fil-qrati tal-ġustizzja huwa ta` 347 li jinkludi l-membri tal-ġudikatura kif ukoll impjegati ngaġġati b`kuntratt.", "Din il-figura hija korretta sa l-aħħar ta` Mejju, 2000.", "Hemm 113-il impjegat fi gradi amministrattivi u klerikali, 33 fi gradi professjonali, 9 fi gradi tekniċi u superviżuri, 106 fi gradi dipartimentali, 37 fi gradi industriajli, 13 fuq bażi każwali, 34 fuq bażi kuntrattwali u 2 mislufa lid-dipartiment minn dipartiment ieħor u minn korporazzjoni rispettivament.`", "Id-dħul mir-registry fees kien ta` Lm672,656 għas-sena 1999.", "MDC - PERITI PRIVATI", "16872.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx periti privati li qed jingħataw xogħol mill-MDC?", "Jekk iva, kemm hemm u min huma?", "X'inhu l-valur tal-proġett li fuqu qegħdin jaħdmu kull perit separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba hija fin-negattiv.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TWELID MINN OMMIJIET XEBBIET", "16873.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin, kemm kien in-numru ta' tfal li twieldu lil ommijiet mhux miżżewġa?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond il-lokalita' li fiha toqgħod l-omm u skond l- eta' ta' l-omm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA TAĦT L-ETA'", "16874.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm employers li minn Jannar 1999 sa Mejju 2000 ħaddmu nies taħt is-16-il sena?", "Jista' jaqsam lil dawk li nqabbdu jaħdmu taħt is-16 fi tfajliet u ġuvintur u f'liema xogħol inqabdu jaħdmu?", "X'passi ttieħdu kontra s-sidien?", "Kien hemm min inqabad aktar minn darba bl-istess offiża?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POSTIJIET", "16875.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mill-awtorita' tad-djar minn Jannar 1999 s'issa, fejn qegħdin dawn il-postijiet u f'liema data ġew allokati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI - ĦINIJIET", "16876.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, wara l-ittra li bagħtet il-kummissjoni għall-avvanz tal-mara liċ-chairman ta' l-Enemalta dwar it-tibdil fil-ħin li fih jibdew ix-xogħol l-impjegati filgħodu wara talba li dawn l-istess impjegati għamlu lil xi membri parlamentari, u wara li din it-talba ġiet riferuta lilu, x'sar min-naħa tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li rċevejt kopja ta' l-ittra tas-27 ta' Marzu, 2000, indirizzata liċ-chairman ta' l-Enemalta Corporation, mill- kummissjoni għall-avvanz tal-mara, jien ktibt lill-imsemmi chairman u b'ittra ta' 1 ta' April, 2000 esprimejt it-tħassib tiegħi dwar kif il-bdil fil-ħinijiet tax-xogħol ta' l-impjegati kollha ta' l-Enemalta seta' jaffettwa numru ta' mpjegati u l-familji tagħhom.", "Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tikkunsidra attivament soluzzjonijiet possibbli biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni ta' dawk li ġew milquta ħażin.", "BORMLA - TRIQ ALESSANDRA - FANALI", "16878.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jissewwew it-tliet fanali li hemm maqtugħin, u li ilhom hekk il-ġimgħat, fuq il-pont li jagħti għal Triq Alessandra, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant gie mgħoddi lill- korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ issir it-tiswija relattiva.", "BORMLA - TRIQ IL-KUNĊIZZJONI", "16879.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jserraħ ras ir- residenti ta' Triq il-Kunċizzjoni, Bormla u jgħid hemmx periklu fil-bini li hemm taħt blokk appartamenti fi Triq Wiġi Rosato, Bormla peress li qed ikun hemm ħsarat kbar strutturali u r-residenti qed jibżgħu li jista' jiġġarraf?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-bini li rrifera għalih l- Onor. Interpellant hu tal-privat.", "BORMLA - TRIQ L-IRLANDIŻI - BOZZA", "16880.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza, li ilha maqtugħa l-ġimgħat, li hemm fi Triq l-Irlandiżi, Bormla quddiem Tereza House?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ issir it-tiswija relattiva.", "BORMLA - FORTINA TA' FELIC", "16881.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jerġa' jitpoġġa f'postu l-fanal li kien hemm fuq il-Fortina ta' Felic, Bormla, peress li meta ħaddiema marru biex isewwuh dan waqa' u ma reġax tpoġġa f'postu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi relattivi.", "KUNSILLI LOKALI - MULTI", "16882.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema perċentaġġ bejn il-gvern u l- kunsilli lokali jitqassmu l-flus miġbura minn multi fuq taħrikiet maħruġa mill-gwardjani lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-flus miġbura mill-multi jinżammu kollha mill-kunsill lokali ta` fejn tkun saret il- kontravenzjoni.", "SANTA VENERA - MOBILE ANTENNAS", "16918.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-mobile antenna li twaħħlet fuq \"Gemilli Flats\", Triq l-Blata Kaħla, Santa Venera, hijiex koperta bil-permessi?", "Jikkonferma l-Ministru li kemm-il darba l-permess ġie approvat, jekk sarx xi environment and health impact assessment fid-dawl tad-dubji li hawn dwar l-effett negattiv ta' dawn l-antennas?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16195 fuq l-istess suġġett li tkopri twaħħil ta` l-antenna msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Jien informat li fejn jitwaħħlu dawn l-antennas jaqa` taħt il- ġuridizzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Dwar xi health hazard jien informat li mill-istudji li saru u għadhom qegħdin isiru, għadu ma ġiex ippruvat xjentifikament illi hemm xi periklu għas-saħħa.", "TEATRU MANOEL - SECURITY PERSONNEL", "16919.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-impjiegi ta' security personnel fit-Teatru Manoel li sar xi xhur ilu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minħabba tibdil li qed jiġi kkonsidrat fl-istruttura ta' tmexxija, l-kumitat għadu qed jikkonsidra sistemi differenti dwar is- sigurta` tat-teatru qabel ma jiddeċiedi.", "TOROQ", "16920.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li d-dipartiment tat-toroq jimpjega dawk l-istudenti li se jiggradwaw bħala periti li għall- ewwel darba huma speċjalizzati fl-inġinerija tat-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ministeru diġa` ħa passi mal- Public Service Commission sabiex l-istudenti li se jigradwaw din is-sena u li kienu qed jistudjaw fuq xogħol ta` toroq ikunu jistgħu jiġu mpjegati bħala trainee A & CE`s fid-Dipartiment tat-Toroq.", "ETC", "16921.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mill-bidu ta' April sal-lum kienx hemm persuni li ntbagħtu mill-ETC biex jaħdmu mal- gvern?", "Jekk iva, kemm kienu n-nies?", "F'liema dipartiment intbagħtu?", "X'inhu x- xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SVPR - NURSING AIDES", "16922.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta n-nursing aides li jaħdmu f'St. Vincent de Paule se jieħdu l-arretrati li għandhom pendenti mill-1993?", "X'inhi r-raġuni li ddawmu daqshek ma jeħduhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lil Ministru kkonċernat.", "INTERPRINT", "16923.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d- diskussjonijiet dwar il-bejgħ ta' l-Interprint?", "Jista' l-Gvern jassigura li ħadd mill-ħaddiema li sal-lum għadhom jaħdmu mal-Interprint m'hu se jkollu l-impjieg tiegħu terminat minħabba dan il- bejgħ?", "Veru li l-Mimcol ħadet deċiżjoni li tagħlaq din l-azjenda sa 12 ta' Ġunju, 2000?", "Fil-każ li r-risposta hija fil-pożittiv, x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar il-ħaddiema u x'inhuma t-terminal benefits li l-gvern se jħallas biex jagħlaq din l-azjenda?", "Kemm-il offerta kellha l-Mimcol għax-xiri ta' l-Interprint?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra."]} {"filename": "20000523_298d_par.doc", "date": "2000-05-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 298 It-Tlieta, 23 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 298", "It-Tlieta, 23 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "298", "It-Tlieta, 23 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 652", "RULING TAS-SEDJA 652", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 653", "TQEGĦID TA' KARTI 657", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (IT-TIENI QARI) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL.", "(SECOND READING) 658 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` MALTIJA GĦALL-GĦEMIL TA' STANDARDS (IT- TIENI QARI) MALTA STANDARDISATION AUTHORITY (SECOND READING) 668", "AĠĠORNAMENT 677", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 684", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 297 li saret fit-22 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "RULING TAS-SEDJA", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Waqt is-seduta ta' nhar it- Tlieta, 28 ta' Marzu 2000, tqajmu żewġ materji min-naħa ta' l-oppożizzjoni - cioe' mill-Onor Joe Mizzi u mill-Onor Carmelo Abela - li s-Sedja tħoss li huma importanti għal aktar ordni u kontroll tal-Kamra.", "L-ewwel punt kien dwar \"jekk membri ta' din il-Kamra li waqt is-seduta jkunu qegħdin wara s-Sedja jew fejn hemm ir-reporters jew inkella fejn ikunu l-viżitaturi, fil-fatt ikunux meqjusa li huma preżenti fil-Kamra\".", "Is-Sedja kkonsidrat din il-materja u tinnota li għall-fini ta' attendenza tas-seduta - kif sussegwentement ikunu jidhru fil-minuti tal-Kamra - dawk l-Onor.", "Membri li juru l-preżenza tagħhom, ikunu f'liema parti tal-Kamra jkunu, dawn jiġu nnotati mill-Iskrivan tal-Kamra u jitniżżlu bħala preżenti, anke jekk ma jidħlux fl-area ta' fejn hemm il-post privileġġjat tas-siġġu tagħhom.", "Għalkemm l-istanding orders ma jgħidu xejn dwar il-precincts reali tal- Kamra u safejn huwa aċċettat li membru għandu jiġi kkonsidrat li huwa preżenti, ħafna drabi li jiġri hu li membru - aktarx ministru - imur jikkonsulta ruħu ma' l-advisors wara s-Sedja, u dan qatt ma ġie mifhum li l- membru jkun ħareġ barra mill-Kamra.", "Inżid ngħid li meta tissejjaħ division it-tieni darba, l-Ispeaker jordna li jingħalqu l-bibien u jordna sabiex kulħadd jieħu postu, dan ta' l-aħħar sabiex l-għadd isir b'mod korrett u jiġi vverifikat.", "Għaldaqstant, bħalma s-Sedja rrimarkat dakinhar, għall- fini ta' sejħa għal quorum, il-membri li jkunu preżenti fil-Kamra sew f'posthom kif ukoll fl-area ta' din is-sala minn fejn jistgħu jiġu identifikati, jgħoddu għan-numru rikjest għal quorum.", "Wieħed mir-regolamenti ta' kull istituzzjoni huwa dak fejn jiġi indikat l- inqas numru ta' membri sabiex seduta tkun tista' tiffunzjona, u dan huwa l- quorum.", "Dan dejjem ġie stabilit sabiex jitħares dak in-numru rikjest ta' membri preżenti għas-seduta.", "Fil-fatt meta jissejjaħ quorum dan isir bl- iskop li jiġi assigurat li dan in-numru huwa fil-fatt reali.", "Iżda meta jiġi stabilit ma jfissirx li għandu jibqa' jiġi rikjest diversi drabi għaliex jista' jiġri bħalma diġa' qalet is-Sedja f'dik l-okkażjoni li waqt li l-istanding orders għandhom jiġu osservati u dan huwa sewwa, ma jfissirx li għandhom jiġu abbużati għal xejn b'xejn.", "Hawnhekk ukoll ta' min jinnota punt ieħor importanti f'każ ta' sejħa għal quorum u r-rilevanza tan-numru tal-membri rikjest skond standing order 11.", "Huwa fatt li ħafna drabi l-kumitati tal-Kamra jsiru waqt is-seduta plenarja u għalkemm numru ta' membri jkunu qegħdin jaqdu d-doveri tagħhom fuq xogħol ieħor tal-Kamra dan lanqas ma jfisser li dawk il-membri jkunu assenti.", "Saħansitra fil-każ odjern, meta saret talba għal quorum, mhux inqas minn għoxrin membru ta' din il-Kamra kienu qegħdin iwettqu doveri oħra li l-Kamra ordnatilhom biex jagħmlu f'parti oħra ta' dan il-bini.", "Għalhekk is-Sedja ma tistax ma tirrimarkax li f'din l-okkażjoni mhux biss ix-xogħol tal-Kamra kellu jieqaf iżda wkoll xogħol ieħor li l-Kamra ddelegat.", "Dwar it-tieni punt is-Sedja tirriferi għal ruling mogħti fis-seduta nru 17 tas-7 ta' Awissu 1987, meta dakinhar l-Onor Dom Mintoff kien talab ruling dwar il-konfini tal-Kamra tad-Deputati.", "F'dak ir-ruling is-Sedja ddikjarat li l-istrangers gallery kollha u l-kuriduri ta' madwarha jifformaw parti integrali mill-Kamra.", "Kien hemm ukoll okkażjoni meta persuna daħlet fejn attwalment jieħdu posthom il-membri u dakinhar dan l- avveniment kien ġie ddikjarat bħala ksur ta' privileġġ, għalkemm il-każ qatt ma ġie dibattut minħabba li laħqet spiċċat dik is-sessjoni parlamentari.", "Sal-ġurnata tal-lum qatt ma tqajjem ksur ta' privileġġ kontra xi stranger li kien qiegħed fil-postijiet ta' wara s-Sedja, li huma ġeneralment mifhuma bħala riservati għall-advisors tal-gvern u f'okkażjoni waħda anke għad- dispożizzjoni ta' l-oppożizzjoni.", "Iżda jrid jingħad li ġieli nġibdet l- attenzjoni mill-membri li jekk il-persuni preżenti f'din il-parti mhumiex hekk awtorizzati bħala advisors, allura għandhom joħorġu.", "Iżda hawnhekk ukoll l-ordnijiet permanenti ma jgħidu xejn dwar din il-parti tal-Kamra u dak li ntqal qabel huwa biss mifhum u konswetudni.", "Jekk wieħed iħares lejn Erskine May - paġna 181, 22nd edition - isib li:", "\"The admission of strangers has formed the subject of enquiry of several select committees ...", "The House had earlier agreed to limit the number of members' personal staff, research assistants and lobbyists who are allowed access to the House ...", "Members are expected to take care not to introduce visitors who they have any reason to suppose will behave in a disorderly way.\".", "Minkejja dan kollu minn dan ir-ruling wieħed għandu jifhem biżżejjed kemm verament jinħtieġ li l-istanding orders tagħna jiġu riveduti mill-għeruq u s-Sedja terġa' tirrakkomanda sabiex dan isir biex jiġu evitati ċirkostanzi li jkunu jinħtieġu studju dettaljat dwar materji li l-ordnijiet tagħna ma jipprovdu l-ebda soluzzjoni għalihom.", "Fl-aħħarnett is-Sedja tirrakkomanda wkoll li din il-materja tkun inkluża fuq l-aġenda tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "VAT - REFUNDS", "15927.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinfurmana bl-ammont pendenti ta' persuni li fil-preżent għandhom jieħdu refund tal-VAT?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi ċ-ċifra globali li l-gvern irid iħallas għal dawn ir-refunds dovuti u meta se jitħallsu lura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sas-6 ta` Mejju, 2000 l- ammont ta` kreditu eċċessiv mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas fiż-żmien stipulat bejn Mejju u Ottubru ta` din is-sena skond l- Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud hu ta` l-Lm10,976,812.79.", "In- numru ta` persuni reġistrati involuti huwa ta' 5,684.", "Dawn iċ-ċifri jistgħu jinbidlu skond id-dikjarazzjoni li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzja tat-taxxa li jibagħtu sakemm il-kreditu eċċessiv jiġi biex jitħallas.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandu informazzjoni dwar meta se jitħallsu r-refunds?", "Jekk le, x'inhi l-policy tal-gvern biex jitħallsu lura l-bilanċi dovuti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġie stabbilit li l-ħlas isir fil-perijodu bejn Mejju u Ottubru.", "Jiġifieri jekk qed nifhem sew sa Ottubru jrid isir il-ħlas.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jirriżulta li ċertu refunds imorru lura għal qabel l-1996, jiġifieri qabel daħlet it-taxxa tas-CET.", "Ma jidhirlux il-Ministru li ż-żmien stipulat ilu li għadda?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, m'għandix l-informazzjoni preċiża pero' jirriżulta li għad hemm kważi Lm1.5 miljun li għadhom pendenti għaliex għadhom qed jiġu investigati.", "Jista' jkun li parti minn din is- somma hija dovuta għal talbiet minn individwi li d-dipartiment għadu qed jinvestiga.", "Naturalment se nieħu nota tat-talba li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Interpellant biex il-ministeru jkun jista' jindaga u jispedixxi bl-aħjar mod possibbli t-talbiet pendenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nifhem dak li qed jgħid il-Ministru, pero' jien qed nagħmel enfasi dwar każi fejn l-investigazzjoni diġa' saret.", "Forsi wieħed għandu jistħarreġ ftit jekk hemmx xi somma li d-dipartiment tal-VAT lest li jħallas bħala refund, għax naturalment dawn in-nies se jkollhom jistennew is-sena ta' wara sabiex jieħdu flushom lura.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ħadt nota tal-punt li qed iqanqal l- Onor. Membru.", "LEVY - EŻENZJONI", "15928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra f'eżenzjoni ta' levy fuq prodotti ta' l- ikel importati matul dawn l-aħħar 20 xahar?", "Kemm minn dawn l-eżenzjonijiet saru fuq rakkmandazzjoni tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u kemm minnhom saru mingħajr ir-rakkmandazzjoni tad- dipartiment, minkejja li huma suġġett ta' din ir-rakkmandazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-1 ta` Awissu, 1998 u t-30 ta` April, 2000 l-ammont ta` flus f`eżenzjoni ta` levy fuq prodotti ta` l-ikel importati kien ta` Lm10,328,261.", "Id-dipartiment tad-dwana ma jidħolx fil-mertu tat-tieni parti tal- mistoqsija.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jirriżulta li wara li Malta tissieħeb ma' l-Unjoni Ewropea tkun soġġetta li żżid it-tariffi jew il- levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel minn pajjiżi barra mill- Unjoni.", "Peress li ntqal li l-gvern qed jagħmel studju dwar dan, il- Ministru għandu xi tagħrif biex jaġġorna lill-Kamra fiex wasal dan l- istudju u meta se jiġi ffinalizzat?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, it-tagħrif li qed jitlob l-Onor.", "Membru m'huwiex għad-dispożizzjoni tiegħi u għalhekk nitolbu jagħmel il- mistoqsija bil-miktub.", "CHADWICK LAKES - XOGĦLIJIET", "15945.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li saru fuq il- bini tas-selħiet tal-ħitan tas-sejjieħ b'riżultat tal-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Chadwick Lakes?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd): M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "15921.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li f'dik it-tweġiba li qed issir riferenza għaliha ntqal li l-proġett tar-riabilitazzjoni ta' Wied il- Qlejgħa ma tkompliex minħabba xogħlijiet oħra aktar importanti, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk parti minn dawn \"ix-xogħlijiet oħra aktar importanti\" involvietx ir-refurbishing ta' l-uffiċċju tal-ministru għall- agrikoltura u sajd?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li m'għandix dawn id-dettalji quddiemi, pero' ovvjament se ngħaddi din it- talba lill-ministru konċernat biex meta jasal lura jkun jista' jirrispondih.", "SKEJJEL - SANTA LUCIJA - JUNIOR LYCEUM", "16067.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif il-junior lyceum ta' Santa Lucija qed jinbena mingħajr assembly hall u science laboratories meta din suppost li hija skola ġdida?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li l-mistoqsija tittratta dwar il-junior lyceum ta' Santa Lucija, jista' l-Ministru ġentilment jagħti din l-informazzjoni hu jekk inhu possibbli?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif probabbli jaf l-Onor.", "Membru, il-kumpless tal- junior lyceum ta' Santa Lucija huwa kbir ħafna, l-iskola hija waħda mill- aktar moderni u nbniet f'fażijiet differenti.", "L-ewwel fażi nbniet biex tieħu l-ewwel klassijiet, it-tieni fażi nbniet biex tieħu l-form IIs u l- form IIIs, it-tielet fażi nbniet din is-sena u rċeviet numru ieħor ta' studenti u issa qed tiġi kompluta l-aħħar fażi.", "Dawn il-fażijiet jinkludu l-laboratorju li dawn l-istudenti għandhom bżonn bħalissa imma naturalment jonqos spazji oħrajn ta' laboratorji.", "L-sssembly hall huwa pproġett li wkoll qed jiġi kkonsidrat biex fil- fażijiet futuri għall-iżvilupp ta' din l-iskola wieħed ikun jista' jiddeċiedi għandux jagħmlu jew le jew inkella jinqediex b'xi faċilitajiet oħrajn.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ DUN KARM SANT", "16068.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-residenti fi Triq Dun Karm Sant, Ħal Tarxien, humiex qegħdin ibatu minn dawl baxx jew nieqes fit-triq?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jipprova jirrimedja din is- sitwazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, in vista li mill-aħħar rapport li ġie ppreżentat dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali jirriżulta li t-toroq kemm urbani kif ukoll rurali ġew mogħtija marki baxxi għall-istat li jinsabu fih u anke għan-nuqqas ta' road safety, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar dan?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, naħseb li r-rapport partikolari ma jitkellimx dwar road safety imma dwar il-mod kif it-toroq jiġu miżmuma fir- rigward ta' responsabbilta' li għandhom il-kunsilli lokali.", "Madanakollu ma kellniex bżonn naraw dan ir-rapport biex inkunu nafu l-istat tat-toroq li għandna.", "Diversi drabi ingħad li madwar 800 triq sal-lum għadhom jew qatt ma saru jew inkella jridu jerġgħu jsiru mill-ġdid.", "Fil-fatt bix-xogħol li qed jagħmel id-dipartiment tat-toroq huwa ppjanat li ladarba dawn it-toroq isiru ma jerġgħux jinqalgħu, kif sfortunatament ġara diversi drabi.", "SKEJJEL - TIBDIL FIL-ĦINIJIET", "16069.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jew jelabora jekk huwiex minnu li l-gvern qiegħed jikkonsidra tibdil fil-ħinijiet ta' l- għalliema fl-iskejjel statali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Veru li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' l- MUT dwar il-collective agreement ta' l-għalliema?", "Il-gvern għamel il- pożizzjoni tiegħu ċara ma' l-MUT f'dan is-sens?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa pubbliku li hemm diskussjonijiet għaddejjin bejn l-MUT u l-gvern u fi stadju ta' diskussjonijiet l-ebda pożizzjoni fil-fehma tiegħi ma tiġi magħmula pubblika.", "SKEJJEL - RAĦAL ĠDID - ST.", "JOSEPH JUNIOR LYCEUM", "16070.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-istudenti kollha ta' St. Joseph Junior Lyceum ta' Kordin f'Raħal Ġdid ser jiġu ttrasferiti fl-iskola tan-Naxxar?", "Huwa minnu li għal Kordin qed jiġi mħejji pjan biex jinbidel f'kumpless sħiħ ta' form VI?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju mhux se jkun hemm l-ebda ċaqlieq ta' studenti ta' St. Joseph junior lyceum.", "TAXIS - LIĊENZJI", "16080.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu taxis liċenzjati bħalissa?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal special licence ta' sewwieqa tat-taxis kif ukoll għal taxis ġodda?", "Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet jew applikazzjonijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li sa l-aħħar ta` April 2000 kien hemm 245 taxi liċenzjata, inkluż dawk t`Għawdex.", "Sabiex persuna tkun tista` issuq taxi jrid ikollha liċenzja tas-sewqan taħt kategorija B1.", "Billi din il-kategorija tinkludi wkoll sewwieqa ta` vetturi garage hire, id-dipartiment tal-liċenzji u t-testijiet m'huwiex f`pożizzjoni li jgħid kemm mill-applikazzjonijiet pendenti f`din il-kategorija huma biex isuqu taxi.", "MDC - SELF-EMPLOYED - KWESTJONARJU", "16081.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'response kellha l-MDC għall-kwestjonarju li ntbagħt lil xi self-employed li joperaw f'zoni industrijali aktar kmieni din is-sena?", "Kemm intbagħtu kwestjonarji u kemm ġew ritornati mimlija lill-MDC?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jispecifika ghal- liema kwestjonarju qed jirriferi.", "BIEDJA - ESPORTAZZJONI TAL-PATATA", "16096.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bl-aħħar żviluppi dwar l- esportazzjoni tal-patata u cioe' għaliex il-bdiewa qed jgħidu li hemm xi konsinja li mhix se tiġi esportata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi saru l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġu esportati 1,100 tunnellata Alpha u dan wara li ġie assigurat li l- kwalita' kienet aċċettabli.", "B'hekk b'kollox ser ikunu ġew esportati 5,100 tunnellata Alpha, apparti 1,283 tunnellata Sante', b'total ta' 6,383 tunnellata patata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar żjarat uffiċjali barra minn Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16220.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-pjanta tar-ring road tal-Mosta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16250; u", "Kopja tal-pjanta tat-triq mir-roundabout tal-Qlejgħa sa Triq Rabat u mill-Isptar Mount Carmel sas-Saqqajja, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16251.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL.", "L-Ordni għat-Tieni Qri ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Mejju 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, il-bieraħ kont qed ngħid x'inhi r- raġuni prinċipali għala gvern Nazzjonalista qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u anke tajt ħarsa fuq fuq lejn l-għanijiet u r- raġunijiet elenkati.", "Kont anke bdejt nispjega, kif fl-opinjoni tan-naħa ta' l-oppożizzjoni, ħafna mil-liġijiet li qed jittressqu fil-parlament huma intiżi b'mod partikolari biex niġu in line mar-regolamenti u l- liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kont qed nikkwota mill-istess avis tal- Kummissjoni Ewropea, fejn jgħid ċar u tond li waħda mill-major problems fil-qasam tat-telekomunikazzjoni għalina huwa l-fatt li jeżisti monopolju sas-sena 2010 - infatti kont qed nikkwota minn paġna 30 ta' l-avis - pero' barra minn hekk imbagħad insibu li fin-national plan for the adoption of the acquis għandna mniżżel id-direzzjoni li l-gvern irid jieħu sabiex iġib lil Malta proprju in line mal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Unjoni.", "Taħt is-sezzjoni dwar telecommunications and postal sector - se nillimita ruħi għall-qasam tat-telekomunikazzjoni - insibu li sew bħala short-term priorities u sew bhala medium-term priorities - u l-aktar li huma ta' sustanza huma proprju l-medium-term priorities - il-gvern qed jorbot lilu nnifsu li sa l-1 ta' Jannar tas-sena 2003 ikun illiberalizza dan is-settur.", "Dan ikompli jikkonferma li l-mod li miexi bih il-gvern Nazzjonalista - u anke bil-mod li qed jiġu ppreżentati l-liġijiet - assolutament m'aħniex naraw l-ewwel u qabel kollox l-interess ta' pajjiżna, imma qed naraw l- interess ta' x'jgħid ħaddieħor, u m'aħniex inqisu biżżejjed jekk dak li qed nagħmlu jaqbilx jew le għal pajjiżna.", "Din hi l-ewwel u qabel kollox ir- raġuni għala qed niġu ppreżentati b'dawn it-tip ta' liġijiet.", "Issa min qiegħed f'dan is-settur ċertament li jħares lejn prospetti ta' investiment, prospetti li jkabbar il-qasam li qed nitkellmu fuqu.", "Hu għalhekk li naħseb li seta' kien hemm pressure minn diversi nies sabiex dan il-qasam jiġi lliberaliżżat totalment, għall-iskopijiet tagħhom, skopijiet li fihom infushom ma naħsibx li huma ħżiena, pero` meta wieħed jara kif ġraw l-affarijiet żgur li ssib x'tikkritika fihom.", "Hawn qed nirriferi għall-fatt bil-mod kif saret il-liberalizzazzjoni - jew is-suppost jew taparsi liberalizzazzjoni - jidher li ftit li xejn l-affarijiet huma ċari jew se jkun hemm riżultati pożittivi, b'mod partikolari għall-konsumatur.", "Sur President, tajjeb li wieħed jagħmel punt ċar hawnhekk.", "Filwaqt li aħna qed nikkritikaw il-mod kif il-gvern qed jilliberalizza - kemm għax qed jgħaġġel u jagħmel l-affarijiet ta' malajr u mhux għax verament huwa fl-interess ta' pajjiżna, u anke għax m'hemmx daqshekk ċarezza f'dak li qed isir - tajjeb allura li nispjegaw li bħala partit aħna favur il-kompetizzjoni u favur il-liberalizzazzjoni, sakemm dan fl-aħħar mill-aħħar ikun jagħmel sens u jkun fl-interess ta' dawk kollha involuti u mhux biss fl-interess ta' dawk il-ftit li diġa' qegħdin f'dan il-qasam tal- komunikazzjoni u allura għandhom interessi u pressjonijiet ekonomiċi - li forsi jsiru anke fuqna l-politiċi - sabiex dan is-suq jiġi lliberalizzat jew taparsi lliberalizzat, għal skopijiet li jinħoloq xi cartel jew inkella xi ftehim fejn kulħadd jiddefendi x-share tiegħu, mingħajr ma nagħtu kas ta' kif se jiġi involut u jintlaqat il-konsumatur.", "Meta l-Gvern Laburista kien għamel il-privatizzazzjoni parzjali tal-Maltacom kien involva mill-ewwel lill-unions - qed ngħid għal meta l-korporazzjoni Telemalta inbidlet f'kumpannija u l-gvern biegħ 40% ta' din l-ażjenda - iżda l-gvern preżenti għażel li ma jiddiskutix mal-unions fuq kif jista` jintlaqat il-ħaddiem meta għada pitgħada suppost ikollna din il-famuża liberalizzazzjoni u meta l-kompetizzjoni suppost li tkun waħda miftuħa.", "Mid-dehra dan kollu ġie evitat u sar ftehim madwar mejda bejn il-partijiet konċernati, bl-eċċezzjoni ta' l-interessi tal-ħaddiema u tal-konsumatur.", "Tajjeb li hawn wieħed jagħmel riferenza żgħira għall-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista, fejn insibu l-wegħda nru.", "141 li tgħid hekk:", "\"Gvern ġdid Nazzjonalista jara li jkompli jilliberaliżża s-suq tat- telekomunikazzjoni bil-mod il-mod, ħalli tiżdied l-effiċjenza li minnha jgawdi l-konsumatur, u dan isir filwaqt li jkunu mħarsa l- impjiegi fil-Maltacom.\"", "Naħseb li qed isir kollox minbarra dak li hawn miktub hawnhekk, għax il-mod li bih qed jilliberaliżża l-gvern Nazzjonalista mhux daqstant ċar wisq - hemm ħafna dubji fuq dan - u ma naħsibx lanqas li huwa l-każ li s-suq tat- telekomunikazzjoni se jiġi lliberalizzat \"bil-mod il-mod\", għax wieħed malajr jinduna bl-għaġġla li hemm biex niġu proprju in line mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Galhekk wisq nibża' li dan li qed isir permezz ta' dan l-abbozz aktar se jagħmel ħsara milli ġid, għallinqas fiż-żmenijiet li qed naraw quddiemna.", "Issa tajjeb li ġaladarba kkwotajt parti mill-manifest elettorali tal- Partit Nazzjonalista, fejn jagħmel riferenza anke għall-ħarsien ta' l- impjiegi, wieħed ukoll irid jistaqsi x'se jiġri mill-istess ħaddiema u kif dawn se jiġu megħjuna biex jingħataw taħriġ u retraining, u x'se jiġri minn dawk li jispiċċaw bla xogħol.", "Għalhekk importanti li dan il-pass jittieħed flimkien mal-unions għax fl-aħħar mill-aħħar huma l-unions li jridu jżommu l-ħin kollu quddiem għajnejhom l-interessi tal-ħaddiema membri tagħhom.", "Kien żball li din l-għaġġla kollha wasslet biex ma saretx diskussjoni mal- unions.", "Tiltaqa' ma' ħaddiema fil-Maltacom li jgħidulek li qed iħossuhom demotivati u qed iħossu li l-futur tagħhom huwa inċert u dan qed jiġri għax ma saritx diskussjoni magħhom.", "Għax kieku l-gvern ifehemhom il-pjan tiegħu forsi jkun hemm inqas inċertezza fost il-ħaddiema, imma dan m'għamlux.", "Issa aħna min-naħa tagħna m'aħniex naraw li se jkun hemm xi garanzija li dawn il-ħaddiema jistgħu għada pitgħada jsibu xogħol alternattiv.", "Naturalment nisimgħu ħafna diskors sabiħ - kellna lill-Onor.", "Edwin Vassallo jgħidilna li se jinħolqu opportunitajiet kbar f'dan is-settur - pero` wieħed bilfors jistaqsi x'inhuma dawn l-opportunitajiet u fuq kollox x'garanzija għandna li se jinħolqu dawn l-opportunitajiet.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar kieku wieħed kellu jemmen li verament se jkun hemm kompetizzjoni u liberalizzazzjoni, allura nistgħu naslu biex ngħidu li jista` jkun hemm kompetizzjoni vera u jista` jkun hemm xi opportunitajiet ġodda ta' xogħol, pero` huwa importanti allura li kemm il-ħaddiema li diġa` qed jaħdmu f'dan is-settur jingħataw taħriġ, kif ukoll ugwalment importanti li xi ħadd min- naħa tal-gvern jgħid x'inhuma dawn l-opportunitajiet li qed jinħolqu u x'garanziji se jkun hemm.", "Tajjeb ukoll li wieħed isemmi anke` l-aspett tal-konsumatur, peress li l- kelliema tal-gvern moħħhom biex mingħalihom ibellgħuhielna kemm se jmur tajjeb il-konsumatur b'dawn il-provvedimenti tal-liġi u anke kien hemm min beda jiddieħak min-naħa l-oħra u jgħid: Għax m'hemmx rappreżentant tal- konsumatur f'din l-awtorita`, allura tgħidu li l-konsumatur mhux imħares!", "Imma allura jien nistaqsi: Min verament qed jieħu ħsieb l-interessi tal- konsumatur?", "Fl-aħħar mill-aħħar l-interessi tal-konsumatur la ġew imħarsa meta saret id-diskussjoni bejn il-gvern u l-partijiet konċernati, jiġifieri dawk li huma involuti fil-qasam tat-telefonija - u hawnhekk insemmi l- Maltacom - la fil-qasam tal-mobile u lanqas fil-qasam tal-cable television.", "Il-konsumatur ftit li xejn ingħata attenzjoni u ma sarux diskussjonijiet ma' l-għaqdiet tal-konsumatur.", "Tajjeb li wieħed jisħaq fuq dan il-punt, għax parti mill-funzjoni ta' din l-awtorita' se tkun li tagħti pariri lill- ministru fuq materja ta' policy.", "Pero` kollox se jkun lest meta tiġi biex titwaqqaf din l-awtorita`għax id-deċiżjonijiet se jkunu diġa` ttieħdu u l- awtorita` se titwaqqaf wara li l-affarijiet jkunu saru, post factum, u allura l-awtorita` se ssib kollox lest u trid tara li l-affarijiet jimxu skond kif ħaddieħor - f'dan il-każ il-gvern - ikun ippreparahom .", "Sur President, tajjeb ukoll nagħmlu punt ieħor li ssemma diġa` - u hawn fl-idea tiegħu huwa importanti li jkollna risposta - għax ġaladarba l-gvern se jkun hu li se jgħin finanzjarjament lill-awtorita` - naturalment il- ministru se jkollu say tremend, u hawnhekk tajjeb wieħed li jiġbed l- attenzjoni għall-poteri tal-ministru u l-mod kif dawn jistgħu jiġu wżati jew forsi anke` abbużati, bl-ebda riferenza partikolari għall-ministru attwali imma b'mod ġenerali - għalhekk ikun tajjeb li wieħed jara jekk f'dan il-parlament hux se ssir diskussjoni għallinqas darba fis-sena, sabiex ikollna l-opportunita' li niddiskutu dwar fejn ikun sejjer dan il- qasam tal-komunikazzjoni, kif ukoll dwar jekk l-awtorita` tkunx qed tagħmel ix-xogħol li suppost tagħmel.", "Sur President, issa nixtieq nikkwota silta żgħira minn intervista li saret maċ-chairman attwali tal-Maltacom - kien qed jitkellem dwar il-famuż boss, b'riferenza għall-gvern, għax fl-aħħar mill-aħħar huwa l-gvern li jiddeċiedi x'se jiġri u ma jiġrix f'dan il-qasam, minkejja li jista` jkun hemm xi oppożizzjoni jew xi ideat differenti - meta f'ħin minnhom is-Sur Maurice Zarb Adami qal li l-gvern mhux preparat għal dak li qed jidħol għalih u li qed issir ħafna għaġġla sabiex dan il-qasam jiġi lliberalizzat.", "Importanti li ħaġa bħal din tittieħed bis-serjeta`.", "Nikkwota minn intervista li dehret fil-magazine \"Vision\", issue nru.", "3 ta' Diċembru 1999, fejn jingħad:", "\"The boss is not doing his homework properly in this regard and the liberalisation process is too slow.\"", "Iċ-chairman tal-Maltacom jgħid li l-liberalizzazzjoni miexja bil-mod ħafna minħabba li d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu f'dan ir-rigward mhux se jippermettu li jkun hemm liberalizzazzjoni vera u proprja jew kompetizzjoni libera.", "Tajjeb għalhekk li ġaladarba għandna din l-għaġġla kollha sabiex il- gvern suppost jilliberalizza, wieħed jitkellem xi ftit anke fuq il-Maltacom u kif se tiġi affettwata, partikolarment għall-fatt li l-monopolju se jispiċċa fis-sena 2003 u jekk dan hux se jkun ta' dannu jew le għall- kumpannija u għall-ħaddiema.", "Fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid isemmi l- ħaddiema bħala punt ċentrali, anke f'dan il-qasam, sakemm għadna nafu x'jiġifieri għallinqas \"kuxjenza soċjali\".", "Sur President, kultant tiġi f'dubju jekk il-Maltacom hux se jkollha l- kumpens li ilha tisħaq fuqu minħabba li l-monopolju se jispiċċalha seba' snin qabel id-data miftehma.", "U għalfejn huwa neċessarju dan il-kumpens?", "Huwa neċessarju għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-Maltacom hija mgħobbija – naf li qed nuża kelma forsi ftit iebsa – b'numru ta' ħaddiema li kumpanniji oħrajn m'għandhomx.", "Qed ngħid dan għax ifisser li l-Maltacom diġa` qed tibda bi żvantaġġ mal-kompetituri li suppost se jkollha fl-oqsma tal- komunikazzjoni, u hawn qiegħda l-ħtieġa li l-Maltacom tiġi megħjuna biex qabel xejn tirristruttura u timmoderniżża ruħha.", "Dan għandu jkun an ongoing process u hu importanti wkoll li tingħata din l-għajnuna ġaladarba nbidlu r-regoli tal-logħba, ħa ngħid hekk.", "Meta l-Maltacom kienet qed tippjana li l-monopolju jispiċċa fis-sena 2010 u f'daqqa waħda sabet ruħha li dan se jispiċċalha seba' snin qabel, ċertament li din hi raġuni biżżejjed biex jingħata kumpens.", "Veru li l-ministru tal-finanzi qal li huwa kontra li jingħata kumpens lill-Maltacom għall-fatt li se jispiċċalha l-monopolju f'qasir żmien - l-Onor.", "John Dalli qal li jista` jkun li tingħata xi għajnuna għat-taħriġ tal-ħaddiema - pero` l-gvern ma tantx qisu daħal wisq fiha din il-ħaġa u donnu li ma tantx irid jintrabat fuqha.", "Naħseb għalhekk li hu importanti li l-affarijiet isiru bis-serjeta` u aktar milli ngħaġġlu għal wiċċ ħaddieħor - f'dan il-każ Brussels, u forsi anke xi oħrajn li qed jagħmlu pressjoni biex il-monopolju jispiċċa kemm jista` jkun malajr - tajjeb li l-affarijiet isiru bis-serjeta`.", "Ħalli nagħti eżempju żgħir ta' kif l-affarijiet jistgħu jsiru bis-serjeta`.", "Fil-fatt qabel l-1996, jiġifieri l-aħħar sena tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern, it-Telemalta kienet ipproġettat qligħ ta' ftit aktar minn Lm1 miljun, iżda fl-ewwel sena ta' gvern Laburista, fl-1997, wara li ttieħdu ċerti passi u nbidlu ċerti nies u allura ddaħħlet daqsxejn iktar serjeta` u responsabbilta`, it-Telemalta għamlet qligħ ta' Lm6 miljun.", "Fit-tieni sena, fl-1998, il-kumpannija għamlet qligħ ta' Lm10 miljun u fl-1999 il- qligħ tela' għal Lm13 miljun.", "Dan x'ifisser?", "Ifisser li fejn l-affarijiet jittieħdu bis-serjeta` u fejn l-affarijiet isiru b'mod maħsub ir-riżultati jinkisbu.", "Il-potenzjal hemm qiegħed għax il-Maltacom għandha ħaddiema tajbin.", "Hemm bżonn li dawn in-nies jiġu trained u retrained għall-ħajja tal-lum, pero` ċertament il-potenzjal tal-Maltacom qiegħed hemmhekk.", "U għalhekk huwa meħtieġ li wieħed ma jkissirx din il-kumpannija, li fl-aħħar mill-aħħar il-gvern suppost għandu interess dirett fiha, minħabba li sal- lum il-maġġoranza ta' l-ishma għandhom f'idejn il-gvern, f'idejn il-poplu Malti u Għawdxi, ghax fl-aħħar mill-aħħar il-Maltacom suppost anke` tħares lejn l-aspett soċjali.", "Ta' min wieħed jagħmel kumment żgħir ukoll fuq it-tariffi tat-telephone, fejn il-gvern impona taxxa ta' 15% - u niftakru bil-kwestjoni li kien hemm bejn il-ministru tal-finanzi u ċ-chairman tal-Maltacom dwar min kellu jitgħabba bit-taxxa, bil-Ministru Dalli jgħid li l-konsumatur se jħallas 5% u l-Maltacom se ġġorr l-10% l-oħra, u kien hemm battibekk sħiħ bejn il- ministru u ċ-chairman - u nistgħu ngħidu li l-konsumatur qala' daqqa oħra fuq rasu.", "Huwa l-fatt li l-konsumatur qed ikollu jħallas aktar - u meta ngħid il-konsumatur qed ninkludi lill-anzjani - u minn hawn nerġa' nitlob biex xi ħadd jistħarreġ kemm l-anzjani jużaw it-telephone bħala wens.", "Jekk aħna nissejħu pajjiż kristjan, suppost li jinteressana minn dawk li qegħdin fil-bżonn u noqogħdu attenti għall-ħteġijiet tagħhom, bhal fil-każ ta' dawk l-anzjani li jinsabu waħedhom, għax dawn ħafna drabi l-uniku mezz ta' komunikazzjoni għalihom huwa t-telephone.", "Għalhekk tajjeb li nikkonsidraw li anke jekk jogħlew it-tariffi, jew jiġri x'jiġri, għandna naraw li dan il- qasam partikolari ma jintlaqatx għax naturalment ikun ta' dannu għalihom.", "Importanti li nisħqu li dawn is-setturi, b'mod partikolari l-anzjani, ma jintlaqtux sabiex inkunu nistgħu nħarsu l-interessi ekonomiċi, għax fl- aħħar mill-aħħar mhux l-ekonomija kollox imma hemm il-bniedem fin-nofs u għalhekk irridu noqogħdu attenti għal dawn l-affarijiet.", "Tajjeb allura li l-awtorita`, li se tkun ir-regolatur, tagħti attenzjoni partikolari u tiżgura li s-servizz li jkun qed jingħata ikun servizz tajjeb.", "Xi kultant hawn Malta tieħu l-impressjoni - mhux biss fis-settur pubbliku imma anke` fis-settur privat - li s-servizz li jingħata l-konsumatur u l- klijent mhuwiex servizz tajjeb, qisu l-konsumatur lest li jaċċetta kollox!", "Naħseb li din il-mentalita` għandha tispiċċa mill-aktar fis u li min jipprovdi servizz għandu jagħti servizz tajjeb.", "L-awtorita` għandha tisħaq li s-servizz mogħti, kemm dak tat-telephones, kemm dak tal-mobiles, kif ukoll dak tal-cable, ikun servizz tajjeb u kif jixraq lill-konsumatur Malti u Għawdxi.", "L-awtorita' trid tiżgura wkoll li jkun hemm prezzijiet ġusti għax ikun hemm min jabbuża u għalhekk, il-fatt li ma jkunx hemm liberalizzazzjoni kif suppost, jista` jġib lil kulħadd jilgħab bil- prezzijiet, jgħolli l-prezzijiet, għax jaf li fis-suq m'hemmx ħadd aktar li jista` jikkompeti miegħu.", "Hawn naħseb li importanti li l-awtorita` tiżgura li jkun hemm prezzijiet ġusti għall-konsumatur.", "Huwa importanti mbagħad fl-aħħar mill-aħħar li meta jigru dawn in-nuqqasijiet, kif ukoll oħrajn, jkun hemm inforzar serju tar-regolamenti.", "Mela ġaladarba semmejt is-servizz li għandu jingħata, nixtieq insemmi b'mod partikolari l-Melita Cable Television, għax huma ħafna l-ilmenti li nisimgħu u naqraw bihom dwar nuqqas ta' servizz tajjeb lill-pubbliku u anke` l-mod kif jogħlew, per eżempju, il-kontijiet li jintbagħtu bla avviż ta' xejn, bla ebda ġustifikazzjoni.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Karl Chircop semma, per eżempju, il-mod kif tneħħa t-Tele, bl-iskuża li dan is-servizz joriġina minn barra.", "Qalulna: Sfurzawna nneħħuh u kellna nneħħuħ!", "Imbagħad jitolbuk xi Lm12 ħlas għal servizz li qabel kien regularly available.", "Nisimgħu, per eżempju, ilmenti anke` dwar il-kwalita` tar- reception.", "Ġieli jkun hemm logħba football qed tintwera fuq stazzjon li tista' taqbdu faċilment, anke b'aerial - biex insemmu eżempju konkret - u bil-cable dan jispiċċa li jkun l-uniku stazzjon li ma jkunx qed jinqabad ċar!", "Naħseb li l-awtorita` għandha wkoll tara li s-servizz li tipprovdi l- Melita Cable illum ikun servizz li verament jiswa ghal dak li wieħed ikun qed iħallas.", "Min jaf kemm-il darba ċċempel u jgħidulek li l-kwalita' tar- reception mhix tajba għax \"it is beyond our control\".", "Daqqa ħaġa u daqqa oħra imma huma qatt m'għandhom tort!", "U jien naħseb li din hija ħaġa ta' min jistħarreġ aktar fuqha, u ċertament li wieħed mir-rwoli ta' l-awtorita` se jkun li ġaladarba issa l-partijiet ftehmu bejniethom ta' kif se jkun ix- share tagħhom fil-qasam tat-telefonija, fil-qasam tal-mobile kif ukoll fil- qasam tal-cable, huwa importanti li issa għallinqas jitjieb is-servizz u l- konsumatur jiġi stmat aktar u mhux jibqa' jiġi ttrattat ta' demel.", "Punt żgħir fuq il-mobile phones u l-aspett soċjali ta' dan is-servizz, Sur President.", "Nimmaġina li hawn min iqis il-fatt li ħafna jkollhom il-mobile phone bħala xi ħaġa pożittiva - jista` jkun ukoll - pero` nixtieq nitkellem dwar il-qasam taż-żgħażagħ, kif dan jista` jaffettwa ċertu lifestyle tagħhom, fis-sens li xi kultant anke` żgħażagħ ta' eta` żgħira kważi joħolqu kwestjoni mal-ġenituri għax il-ħbieb tagħhom għandhom mobile, li forsi jkunu jistgħu jaffordjawh, u allura biex iħossu li ghandhom status ta' lifestyle daqshom u biex ikunu bħalhom, jipprovaw jagħmlu kull mezz biex ikollhom dan is-servizz, anke jekk ma jaffordjawhx.", "Naħseb li aktar milli din hi xi ħaġa li jirrispondi għaliha l-gvern, iktar wieħed għandu jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku in ġenerali li għal xi wħud l-mobile phone huwa bżonn u għal xi wħud huwa neċessita`, pero` mhux għal kulħadd.", "Noqogħdu attenti li ma jkollniex problemi, l-aktar maż-żgħażagħ, li xi kultant jispiċċaw li jaraw kif jagħmlu u jissallbu sabiex ikollhom dan is- servizz.", "Huwa importanti wkoll li anke f'dan il-qasam, fejn it- teknoloġija qed timxi 'l quddiem u fejn nisimgħu anke` kemm pajjiżi oħra joffru servizzi attraenti, li niżguraw li fejn tidħol it-telefonija tal- mobile il-konsumatur ukoll jingħata servizz tajjeb, u li aktar kemm jiżdiedu dawn il-mobile phones anqas ikun hemm problemi biex wieħed jaqbad u jikkomunika ma' ħaddieħor.", "Nafu b'hafna diffikultajiet, li anke` semmihom l-Onor.", "Karl Chircop il-bieraħ.", "Fl-aħħar mill-aħħar naħseb li importanti nagħmlu l-mistoqsijiet ukoll u naraw kif pajjiżna qed jipprepara għal dan il-qasam tal-komunikazzjoni b'mod konkret u x'inhu jsir illum min-naħa tal-gvern u min-naħa ta' min hu responsabbli biex nippreparaw bis-serjeta` għal dawn l-isfidi jew problemi li forsi nkunu qed noħolqu aħna stess.", "Importanti li fil-ħolqien ta' awtorita`, dan ma jkunx ifisser li tikber l-ispiża u l-gvern jibqa' xorta joħroġ il-flus li qed joħroġ bħalissa u l-awtorita` titlob aktar flus over and above dak li jkun ġie vvotat lilha.", "Importanti li fil-ħolqien ta' dawn l-awtoritajiet, bhal dawk tat-trasport u tal-komunikazzjoni, ma tinħoloqx spiża akbar fil-finanzi pubbliċi fejn il-poplu jkollu jħallas aktar għax għandna aktar spejjeż.", "Huwa importanti li wieħed anke` jżomm quddiem għajnejh il-problemi tal-ħaddiema, li wisq probabbli se jkun hemm bżonn anke` li jiġu minn barra u jidhlu fis-settur pubbliku, mhux sempliċement bi transfer mid-dipartiment fejn ikunu għal ma' l-awtorita`.", "Tajjeb li naħsbu anke` ghall-quddiem u mhux meta noħolmu li nagħmlu xi ħaġa din bilfors tkun awtorita`, ghax jista` jkun hemm metodi differenti.", "Importanti allura li pajjiżna jipprepara ruħu bis-serjeta` u b'mod konkret billi naturalment anke` jħarreġ liż-żgħażagħ b'mod partikolari, għax iż-żgħażagħ ħafna drabi huma dawk li jistgħu jiġu ttrenjati u jaċċettaw u jassorbu aktar malajr it-tibdil li jkun hemm bżonn.", "Jekk min- naħa tal-gvern jgħidu li verament se jkun hemm opportunitajiet f'dan is- settur - sinċerament ma naħsibx li hu l-każ minn kif jidhru l-affarijiet - importanti li jkollna biżżejjed nies imħarrġa u mhux imbagħad nispiċċaw b'ħafna skużi għax m'għandniex nies fit-tali oqsma tal-komunikazzjoni.", "Huwa importanti għalhekk li mhux biss nieqfu mill-ħafna paroli u diskors li jsir imma hemm bżonn li ngħaddu b'mod konkret għall-affarijiet li rridu nagħmlu.", "J'Alla t-tibdil li qed isir b'mod mgħaġġel mill-gvern u li se jkompli jwettaq fl-aħħar mill-aħħar minkejja dak kollu li jingħad, ma jolqotx ħażin lill-konsumatur u lill-istess ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Anke hawn, minbarra l-aspett ekonomiku, il-gvern għandu jagħti kas l-aspett soċjali, li nittama li ma spiċċax malli l-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni u nesieh warajh!", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela jekk m'hemmx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, biex nirrispondi mill-ewwel għal dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Carmelo Abela, din li qegħdin niddibattu hija liġi li maż-żmien se tħalli numru ta' effetti pożittivi mhux biss fuq l- ekonomija imma wkoll fuq il-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur.", "Dan li għandna quddiemna huwa abbozz ta' liġi bbażżat fuq ir-realta` li għaddew minnha pajjiżi oħra u fuq ir-realta` li qegħdin nassistu għaliha aħna.", "Fil- fatt diġa' qed ikollna diskussjoni iktar wiesgħa ta' x'tip ta' mpjiegi se jirriżultaw minn dawn il-provvedimenti li qegħdin indaħħlu.", "Għal darba oħra qegħdin nassistu għal diskussjoni dwar provvedimenti fil-liġi - veru li forsi ġebbidniha xi ftit iż-żejjed fl-istadju tat-Tieni Qari - li jridu jservu matul iż-żmien li ġej bħala l-pedament li permezz tiegħu jridu jsiru bidliet kbar.", "Fl-istess ħin huwa naturali li l-oppożizzjoni meta titkellem dwar abbozz ta' liġi bħal dan, ikollha l-kritika tagħha x'tagħmel u tieħu pożizzjoni differenti minn dik tal-gvern, pero' jien li jiskantani - u jiskantani bil- kbir - hu kif għal darb'oħra l-oppożizzjoni, meta taf li deħlin għal bidliet kbar ....", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: M'hawnx quorum, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fl-10.00 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, kont qed ngħid li jiena nifhem li l- oppożizzjoni tieħu pożizzjoni differenti f'dak li huwa dettall, madankollu fl-istess ħin kont nippretendi wkoll li almenu għandna naqblu dwar is- sustanza u dwar ir-raġunijiet veri għaliex dan il-parlament qiegħed jiġi mitlub biex japprova dan l-abbozz ta' liġi.", "Kont nippretendi li jkun hawn qbil dwar il-ħtieġa li biex verament nimxu 'l quddiem u biex pajjiżna jkun f'qagħda li jkompli bil-passi tiegħu fid-direzzjoni li għandna bżonn niżviluppaw, naslu biex nifhmu li l-liberalizzazzjoni hija attwalment għodda fundamentali f'dan is-settur.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex kulmin segwa d-dibattitu u d-diskussjoni li għaddejja f'pajjiżi oħrajn li mhumiex kandidati biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea u m'għandhomx applikazzjoni pendenti quddiem il-Kummissjoni Ewropea, jsita' jagħraf li dawk l-għodda li sal-bieraħ kienu qegħdin jaqdu lil dawk il-pajjiżi, mhux bilfors għadhom għodda tajba li tista' tibqa' tintuża fiż-żmien li ġej, imma li din l-għodda jeħteġilha li tkompli tinbidel fil-futur u ssir iktar tajba u tiżiluppa b'mod mill-iktar mgħaġġel.", "Kull pajjiż li jifhem bis-serjeta` x'inhuwa l-futur tad-dinja u ta' l-iżviluppi f'dan is-settur, ma jistax ma jaqbadx din it-triq.", "Irridu nifhmu li l-bidliet teknoloġiċi u l-bidliet fit-teknoloġija ta' l- informatika li seħħew fl-internet u fl-electronic commerce u huma bidliet li jolqtu lil kull persuna, hi x'inhi l-eta`, ix-xogħol jew il-funzjoni soċjali tagħha.", "Huma bidliet li permezz tagħhom jekk is-soċjeta` tagħraf iż-żmenijiet tista' timxi 'l quddiem, izda jekk kemm-il darba tipprova għal raġunijiet li jistgħu jidhru li jkunu validi għal mument partikolari pero` li ma jkunux validi matul iż-żmien, kulma jiġrilha dik is-soċjeta` jkun li tibqa' mwaħħla mal-passat.", "Dan il-pajjiż, kif għedt fl-introduzzjoni, diġa' għadda minn esperjenzi li jistgħu jagħtu lezzjoni lil dawk li ndunaw li kien swielna qares meta għal perijodu twil ipprovajna nostakolaw l-introduzzjoni tal-computer u l- iżviluppi teknoloġiċi ta' dak iż-żmien, li llum nistgħu ngħidu saru xi ħaġa tal-passat u tal-bogħod.", "Madanakollu l-iżviluppi li seħħew f'dawk is- setturi attwalment wasslu għal bidliet kbar fid-dinja u f'pajjiżna ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Iva, għal snin twal bżajna mill-computer.", "Iżda illum li l-computer daħal b'ċerta faċilita`, x'insibu f'pajjiżna?", "Insibu li għandna numru enormi ta' persuni li huma f'kuntatt mal-computer biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom u biex imexxu 'l quddiem il-business tagħhom.", "Il-computer sar il-mezz li jiffaċilita l-mod kif nagħmlu l-affarijiet bażiċi fil-ħajja ta' kuljum.", "Dan hu fatt li ma jista` jiċħdu ħadd, la l- gvern u lanqas l-oppożizzjoni.", "Huwa fatt li, irridu jew ma rridux, bilfors ikollna ngħidu li dawn huma lezzjonijiet li għandna ħafna x'nitgħallmu minnhom.", "Mhuwiex biss rilevanti l-fatt li llum għandek għexirien ta' eluf ta' computers f'dan il-pajjiż, imma huwa ferm u ferm aktar rilevanti li", "jekk dak iż-żmien konna ngħidu li l-computer se jfisser telfien ta' mpjiegi, jirriżulta li llum, ftit tas-snin wara, għandna mijiet u anke eluf ta' persuni li qegħdin jaqilgħu l-għajxien tagħhom mhux biss billi jbiegħu jew jirranġaw xi computer, imma billi jagħmlu ħafna u ħafna xogħol meta ftit tas-snin ilu ħadd minna ma kien jobsor li dan kollu seta' jwassalna s'hawn", "Illum ukoll qalulna li ntużaw kliem tqil bhal globalizzazzjoni, liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni.", "Fir-realta`, meta wieħed iħares lejn dawn is-setturi, malajr isib xi tfisser il-kelma globalizzazzjoni għax qegħdin f'din il-pożizzjoni, u dan mhux biss f'pajjiżna fejn forsi għad baqgħalna ħafna u ħafna x'nagħmlu u x'niġru biex naslu f'dan ir-rigward.", "Qegħdin fil-pożizzjoni li ma tistax tiddistingwi aktar bejn x'inhu television, x'inhu telephone, x'inhu mobile phone, x'inhu s-sistema tal- cable, x'inhuma l-affarijiet kollha li b'xi mod iwasslu messaġġ.", "Illum dawn l-innovazzjonijiet tant jaslu qrib ta' xulxin li ma tistax tiddistingwi aktar bejn waħda u oħra.", "F'dan il-pajjiż hawn ukoll persuni u organizzazzjonijiet li dan il-fatt jirrealizzawh.", "Għandna organizzazzjonijiet li qegħdin jgħidu: Allaħares ma nħaffux il-pass biex nilliberalizzaw!", "Għandna organizzazzjonijiet li wkoll issa f'dan l-istadju qegħdin jgħidu: Il-pass li bih qegħdin nipprovaw naslu għall-istat ta' liberalizzazzjoni mhuwiex mgħaġġel biżżejjed.", "Din hija l-għajta li qiegħda tinstema`, jekk hemm għajta barra minn dan il-parlament.", "Hemm bżonn li dan il-pass ta' liberalizzazzjoni jitħaffef iktar, jiġri iktar u jseħħ iktar malajr.", "Imma mhux hekk għall-oppożizzjoni għax sħabna tan-naħa l-oħra qegħdin jgħidulna: Isma`, imma dan il-pass għalfejn qed nagħmluh għal wiċċ ħaddieħor?", "Ma nafx kemm-il kelliem qalha din!", "Jekk tkellmu sittax-il wieħed għan-naħa ta' l-oppożizzjoni, naħseb li smajtha għal sittax-il darba li dawn il-bidliet qegħdin nagħmluhom għall-esiġenzi ta' ħaddieħor.", "Dan il-gvern jagħmel l-affarijiet għal wiċċ il-poplu tagħna, għall-ġid tal- poplu Malti u għal ġejjieni aħjar ta' dan il-poplu.", "Dan il-gvern m''għandu għalfejn jagħmel l-affarijiet għal wiċċ ħadd.", "L-affarijiet jagħmilhom għax iż-żmien ikun jitlob li l-affarijiet isiru, u jekk kemm-il darba wieħed jagħraf bis-serjeta` u jinduna x'inhuma l-passi li qegħdin isiru, wieħed għandu jgħid iktar ma l-affarijiet isiru malajr u l-pass jitħaffef, iktar ikun hemm il-possibilta` li aħna wkoll inlaħħqu mal-passi ta' l-iżviluppi li qegħdin iseħħu madwar id-dinja kollha.", "Sur President, dawn huma żviluppi li rridu u ma rridux aħna f'pajjiżna ma nistgħux ngħixu mingħajrhom.", "Huma passi ta' żvilupp li rridu u ma rridux bilfors iridu jilħqu wkoll lil dan il-pajjiż, u ngħid li ikun żball kbir kieku l-gvern ma jbiddilx il-leġiżlazzjoni ta' pajjiżna biex ukoll tieħu in konsiderazzjoni l-bidliet teknoloġiċi li qegħdin iseħħu madwarna u li qegħdin jolqtuna u jinfluwenzawna.", "Kieku aħna nkunu daqshekk irresponsabbli li ma nilleġislawx u ma nagħtux kas il-bidliet li qed iseħħu madwarna, jiena konvint li xorta l-influwenza tal-bidliet b'xi mod tasal f'dan il- pajjiż.", "Mbagħad kien ikollna, bħalma kellna diversi drabi wkoll fil- passat, noqogħdu niġru b'passi ferm iktar mgħaġġlin biex inlaħħqu mal- bidliet li jkunu saru, u l-bidliet li rridu nwettqu rridu nagħmluhom biex kemm jista' jkun, inkunu fuq quddiem tal-bidla filwaqt li jkunu qegħdin iseħħu bil-pass li nistgħu nimxu magħhom.", "Imma għal uħud mill-oppożizzjoni x-xogħol li għandna quddiemna huwa pass mgħaġġel ħafna u għal uħud ohra mill-istess naħa huwa pass bil-mod ħafna.", "Ma nafx preċiżament liema hija l-kritika proprja min-naħa ta' l- oppożizzjoni, jekk hux għax il-pass huwa mgħaġġel jew inkella għax il-pass huwa bil-mod ħafna, imma żgur li l-pass li mexjin bih huwa l-pass li permezz tiegħu rridu naslu biex dan il-pajjiż ikun jaf x'qed jagħmel għaż- żmien li ġej.", "Per eżempju, l-Onor.", "Carmelo Abela għamel riferenza għal xi kitba li kienet attribwita għaċ-chairman tal-Maltacom, fis-sens li l-gvern miexi b'pass slow.", "U hawnhekk tajjeb li wieħed jagħmel riflessjoni.", "Min- naħa ta' min kienet ġejja din id-dikjarazzjoni partikolari?", "Kienet ġejja min-naħa ta' chairman ta' organizzazzjoni li għal snin twal kienet kontra t- tibdil, anke jekk mhux b'mod miftuħ u b'mod ċar.", "U issa ċ-chairman ta' din l-organizzazzjoni qed jgħid lill-gvern: Isma`, intom qegħdin tgħidu li tridu tibdlu u qegħdin tgħidu li tridu twasslu għal-liberalizzazzjoni, pero` din il-bidla li tridu tagħmlu qed tagħmluha bil-mod wisq!", "Forsi ċ- chairman tal-Maltacom irrealizza u fehem ukoll li aktar ma l-kumpannija ddum bil-monopolju li kellha s'issa, iktar ikun diffiċli għall-kumpannija li hu jmexxi biex tkompli l-mixja tagħha 'l quddiem.", "U għaliex?", "Għaliex ir-realta` qed turina li aktar ma jgħaddi żmien iktar qed nindunaw li n- negozju, ix-xogħol, il-mezzi ta' komunikazzjoni li konna mdorrijin nużaw qegħdin kontinwament jaffaċċjaw kompetizzjoni ferm iktar qawwija.", "Jekk ma tarax b'liema mod qed taġixxi, b'liema mod qed taħdem, dik l-istess kumpannija, sew bil-monopolju sew mingħajr il-monopolju, tispiċċa biex jonqsilha ħafna mix-xogħol u hemmhekk tkun il-vera theddida għall-impjiegi ta' kumpannija bħal din.", "Nixtieq lil xi ħadd jimmaġina x'se tkun is-sitwazzjoni tat- telekomunikazzjoni f'Malta u fid-dinja fis-sena 2010.", "Nixtieq li kull wieħed minna jkun għadu ħaj biex jara l-iżviluppi li qegħdin iseħħu f'dan is-settur u jimmaġina kif tkun il-pożizzjoni u x'rilevanza jibqagħlu dan is- settur tal-komunikazzjoni tat-telefonija t'issa minn hawn u għaxar snin oħra.", "Hawnhekk il-vera responsabbilta`, hawnhekk il-vera direzzjoni tal- bidliet li rridu nagħmlu, hawnhekk il-veru mod ta' kif irridu naraw li ssemmew diversi drabi l-ħaddiema li jaħdmu mal-korporazzjoni Maltacom.", "Hawnhekk il-veru mod ta' kif wieħed jipproteġi wkoll l-interessi tal- persuni li qegħdin jaħdmu u li jridu jkomplu jaħdmu matul iż-żmien li ġej.", "Wieħed wara l-ieħor, sħabna ta' l-oppiżizzjoni tkellmu fuq it-theddida għall-impjieg ta' dawn il-ħaddiema, imma ħadd ma għamel riferenza għall- fatt li din l-istess kumpannija li ilha tagħti servizz għal ħafna snin, taħt amministrazzjonijiet differenti, għaliex fehmet il-passi tal-futur x'inhuma, għaliex fehmet l-iżviluppi li jridu jseħħu f'dan is-settur fiż- żmien li ġej, riedet tkun minn ta' quddiem biex ikollha l-possibbilta` li tagħti s-servizz permezz ta' telefonija li m'hijiex telefonija fissa.", "Imma possibbli li din l-istess kumpannija permezz tas-sussidjarji tagħha m'hijiex se toħloq impjiegi fis-settur tal-mobile telephony?", "Possibbli li din il-kumpannija mhux se jkollha possibbilta` li toħloq impjiegi għal dawn in-nies?", "Imma jiena ċert ukoll hawnhekk li minbarra l-impjiegi li qed toħloq b'dan il-mod, l-istess kumpannija għandha wkoll id-dover li tħares l- interessi tal-ħaddiema li għandha.", "Kważi, kważi l-kelliema ta' l-oppożizzjoni riedu jgħidu li l-każi differenti li ġraw ta' ħsarat matul ix-xhur li għaddew huma riżultat ta' nuqqas min-naħa tal-ħaddiema li, għaliex m'għadhomx iktar motivati biex jagħmlu xogħolhom, mhux qed jagħmlu l-affarijiet kif suppost jagħmluhom.", "Allaħares ikollna oppożizzjoni li tgħid li l-ħsarat li saru, li l-ħsarat li kultant ma ssewwewx mill-ewwel, huma riżultat tal-fatt li xi ħaddiem għamel dawn l-affarijiet għaliex ma jridx jaħdem.", "Jiena nemmen li l-ħaddiema tal- Maltacom jaqdu d-doveri tagħhom bl-aħjar mod possibbli, pero` rridu nifhmu wkoll li l-bidliet teknoloġiċi qegħdin jolqtu wkoll il-mod ta' kif taħdem din l-istess kumpannija u jiena konvint li din l-istess kumpannija qed tagħti s-servizzi tagħha bl-aħjar mod possibbli.", "Trid tara li l-ħaddiema tagħha jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol tagħhom mhux biss b'mod motivat il- ħin kollu imma wkoll bl-akbar responsabbilta`.", "Jiena nemmen li l-ħaddiema tal-kumpannija jagħmlu x-xogħol tagħhom b'responsabbilta`, b'mod partikolari dawk il-ħaddiema li jafu li d-deċiżjonijiet li jieħdu huma marbutin ma` l-iżvilupp ta' din l-istess kumpannija, li jistgħu jfissru futur aħjar jew futur agħar għalihom infushom u għall-kumplament tal- ħaddiema li hemm mal-kumpannija.", "Sur President, issemmew ukoll diversi aspetti negattivi li din il-liġi qegħdin nagħmluha biex insibu xi mpjiegi għal xi ftit nies li huma blue- eyed boys, u ma nafx kemm-il darba ssemmiet din il-frażi.", "Jekk għandna diffikulta` f'dan is-settur, diffikulta` li ghal min segwa l-ġurnali matul ix-xhur li għaddew hi magħrufa minn kulħadd, hi li m'għandniex nies biżżejjed preparati li jaqdu d-dover tagħhom f'dan is-settur proprju għaliex sal-lum ma kienx hawn il-ħtieġa li jkollna dawn it-tip ta' mpjiegi.", "Min segwa l-ġurnali matul ix-xhur li għaddew jaf kemm-il darba kien hemm il-kritika indirizzata lejn il-ministeru li jien responsabbli minnu għaliex ir-regolatur f'dan il-pajjiż m'huwiex attrezzat biżżejjed.", "M'hijiex kwestjoni ta' nuqqas ta' fondi - naturalment mingħajr il-fondi neċessarji la tista' tixtri l-apparat u lanqas tista' tħaddem in-nies - imma hija kwestjoni li dan l-istess regolatur li ilu jopera mill-1 ta' Jannar 1998, wara l-bidliet li kienu seħħew fil-liġi dwar it- telekomunikazzjoni fis-sena ta' qabel, żgur li ma setax jipprevedi l- pożizzjoni li qegħdin fiha llum.", "Irridu nammettu li l-bidliet fit-teknoloġija ta' l-informatika li seħħew fl-aħħar tlieta, ħames snin huma fihom infushom ferm ikbar mill-bidliet teknoloġiċi f'dan l-istess settur li seħħew fl-aħħar 50 sena.", "Huma bidliet teknoloġiċi li jindikaw li llum sitt xhur huma infinita` f'dan is-settur.", "Hekk qegħdin jgħidulna mhux xi kelliema minn dan il-parlament imma dawk in- nies li jsegwu kontinwament is-settur kollu kemm hu u l-iżviluppi li qegħdin iseħħu f'dan is-settur.", "U jekk inhu veru li sitt xhur f'dan is- settur huma eternita`, b'liema ritmu rridu aħna nħaffu?", "B'liema ritmu rridu nagħmlu x-xogħol tagħna?", "B'liema pass irridu nwasslu biex il-bidliet leġislattivi li jkun hemm bżonn li jsiru - bidliet leġislattivi li jiena konvint li wkoll wara li tgħaddi din il-liġi minn dan il-parlament, irridu nirritornaw f'dan l-istess parlament b'emendi oħrajn, b'liġijiet oħrajn li wkoll jieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi li jkunu seħħew mil-lum sa dakinhar li jitressqu l-emendi li jkunu meħtieġa....U għaliex?", "Għal raġuni sempliċi li l-pass ta' l-iżvilupp teknoloġiku llum tant huwa mgħaġġel li l- ebda parlament f'din id-dinja m'hu qed ilaħħaq ma` l-iżviluppi li seħħew u qegħdin iseħħu f'dan is-settur.", "Huma żviluppi li attwalment ma nifhimx għaliex in-naħa ta' l-oppożizzjoni qegħdin jgħidulna li m'humiex ippjanati.", "Il-pjan tax-xogħol huwa wieħed li mhux biss jitkellem fuq ix-short term, imma jipprova jitkellem ukoll f'dak li huwa l-foreseeable long term għaliex il-bidliet, kif għedt iktar kmieni, huma tant kbar li nistgħu naslu fil- pożizzjoni li mil-lum għal għada jkollna wkoll il-bidliet il-kbar li wieħed huwa diffiċli li jkun jista' jara fejn se jwasslu.", "Imma wkoll f'dan is- settur qalulna fuq il-monopolji ġodda li ngħataw minn din l- amministrazzjoni, u fil-liġi li għandna quddiemna qed jingħad fil-pjan ta' ħidma għas-snin li ġejjin li nirrikonoxxu li f'ċertu sens il-monopolji kienu mod ta' kif ma sarx dak l-iżvilupp neċessarju, dak l-iżvilupp kontinwu li kien hemm bżonn li jsir.", "Imma rridu niftakru wkoll f'liema ċirkostanzi jkunu saru l-bidliet għax jekk sitt xhur mil-lum huma eternita`, għaxar snin lura mil-lum huwa ferm iktar 'il bogħod mill- eternita`!", "Huma bidliet li seħħew f'dawn l-iżviluppi matul is-snin li għaddew li ħadd minna żgur ma seta' jara, ħadd minna żgur ma seta' jobsor li setgħu jseħħu f'dan is-settur.", "U llum il-pass huwa ferm iktar mgħaġġel ukoll f'dan il-pajjiż u nitkellmu fuq il-penetration tal-mobile telephony f'dan il-pajjiż.", "Jekk wieħed iħares lejn in-numri li wkoll kultant jiġu ppubblikati jsib li fl-aħħar sitt xhur il-penetrazzjoni f'dan il-pajjiż tal-mobile telephony saret id-doppju ta' dik li kienet sitt xhur ilu.", "Għaliex?", "Għaliex in-nies bdew jirrealizzaw iktar minn qatt qabel li attwalment hemm bżonn li dan is- settur ikompli jiżviluppa.", "Ma jkunx il-ministru jew il-gvern li jgħid lil xi ħadd imur jixtri mobile telephone, imma jkun l-individwu u l- organizzazzjoni li għal raġunijiet varji jiddeċiedu xi jridu jagħmlu f'dan is-settur huma wkoll.", "Sa ftit tas-snin ilu meta kont titkellem fuq 30% penetration f'dan is-settur, kien ikun numru kbir.", "Għaliex l-Italja llum qabżu l-65%, wieħed jgħid huwa l-pajjiż li kważi laħaq saturation point.", "Issa qegħdin nitkellmu fuq numru ta' mobile telephones li jlaħħaq id-90% u l-100% tal-popolazzjoni ta' pajjiżi differenti.", "Żgur li din hi possibilta` kbira ta' żvilupp u rridu nkunu ċerti li qegħdin insegwu l-passi kollha li qegħdin iseħħu wkoll madwarna.", "Ukoll fil-qasam ta' l-internet, Sur President.", "Jien niftakar ftit tax-xhur ilu meta kellha bżonn tinġabar l- informazzjoni dwar x'inhu n-numru ta' services li għandna f'pajjiżna.", "Dak iż-żmien, ftit tax-xhur ilu, matul l-1999 in-numru totali ta' persuni li kellhom servizz ta' l-ISP kien ilaħħaq madwar 10,000.", "Smajna u qrajna matul dan il-weekend li għadda li issa għandna 'l fuq minn 22,000 persuna li għandhom is-servizz.", "In-numru ta' persuni u organizzazzjonijiet li jużaw dan is-servizz huwa naturalment ferm ikbar minn dan.", "Dan ifisser li dan is-settur, fi ftit xhur biss, kiber b'iktar minn 100%.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ministru, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Se nikkonkludi, Sur President.", "Kont qed ngħid li l- iżvilupp li seħħ huwa tali li fi ftit xhur in-numru ta' persuni li għandhom dan is-servizz irdoppja.", "Dan huwa biss indikazzjoni tal-mod kif l- affarijiet qegħdin iseħħu u ta' kemm għandna possibbilta` ta' aktar żviluppi f'dan is-settur matul iż-żmien li ġej.", "Ikun irresponsabbli jekk il-gvern ma jippjanax, ma jilleġislax jew ma jkunx hu li jmexxi dawn il- bidliet għall-quddiem u jistenna li xi ħaddieħor jagħmel dan ix-xogħol hu.", "Nafu li meta l-gvern ġera wara ċ-ċirkostanzi kien il-pajjiż li bata, u aħna rridu nkunu li lill-poplu Malti mmexxuh 'il quddiem fid-direzzjoni t-tajba, u jien konvint li hekk se jkun ir-riżultat tal-liġi li qegħdin ngħaddu minn dan il-parlament illum.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' awtorita` li tkun magħrufa bħala l-Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, u għall-eżerċizzju minn jew f'isem dik l-awtorita` ta' funzjonijiet regolatorji li jirrigwardaw it- telekomunikazzjonijiet, il-protezzjoni ta' data, il-kummerċ elettroniku u oqsma simili fil-kamp tat-telekomunikazzjonijiet u sabiex jagħmel provvedimenti dwar affarijiet anċillari għal dan jew konnessi ma` dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Intalbet votazzjoni u din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fl-10.36 a.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa` npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' awtorita` li tkun magħrufa bħala l-Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, u għall-eżerċizzju minn jew f'isem dik l-awtorita` ta' funzjonijiet regolatorji li jirrigwardaw it-telekomunikazzjonijiet, il-protezzjoni ta' data, il-kummerċ elettroniku u oqsma simili fil-kamp tat- telekomunikazzjonijiet u sabiex jagħmel provvedimenti dwar affarijiet anċillari għal dan jew konnessi ma` dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "240 FAVUR : 29", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean |Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 24", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose` | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` MALTIJA GĦALL-GĦEMIL TA' STANDARDS – ABBOZZ NRU 65", "MALTA STANDARDISATION AUTHORITY", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO de MARCO", "PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex iħassar u jilleġisla mill-ġdid b'emendi l-Att dwar l-Awtorita` Maltija għall-Għemil ta' Standards, Kap. 187\", jirrakkomandah għall- konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "5 ta' Mejju 2000", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jilleġisla mill-ġdid b'emendi l- Att dwar l-Awtorita` Maltija għall-Għemil ta' Standards, Kap. 187\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Sur President, din il- liġi hija żvilupp ieħor fil-proċess tat-tħaris ta' standards fl-industrija, pass intiż kemm għall-benefiċċju ta' l-industrija kif ukoll dak tal- konsumatur.", "L-iżvilupp f'dan il-qasam imur lura sa l-1965 meta kien twaqqaf il-board of standards, li bażikament kellu l-funzjoni li jippreskrivi dawk li kienu jissejħu standard orders u jistabilixxi standards ta' kwalita` għal prodotti manifatturati f'Malta.", "Kien għamel dik il-famuża marka, il-flower mark, li sfortunatament qatt ma kienet qabdet ħafna.", "Kien hemm ukoll il-possibbilta` taħt Kap. 187 li jittieħdu proċeduri bil-qorti f'każ ta' abbuż mill-marka.", "Fl-1996 kienet twaqqfet l-awtorita` dwar l-standards li ħadet il- funzjonijiet li kellu qabel il-board of standards, kif ukoll assumiet il- funzjoni li kellu l-food standards board taħt Kap. 231, kif ukoll l- ispettorat tal-weights and measures skond Kap. 39.", "Issa meta twaqqfet il- Malta standardisation authority naħseb li kien hemm l-intenzjoni - għalkemm ma kenitx ġiet espressa b'mod daqshekk ċar - li l-istandards kellhom isiru b'mod volontarju, pero` dik il-liġi ma kenitx ċara u naħseb ma ħadmitx b'dan il-mod u allura waħda mir-raġunijiet prinċipali għalfejn qed isiru dawn l-emendi llum - jew aħjar għalfejn qed tiġi proposta din il-liġi ġdida, għaliex fil-verita` hija liġi ġdida li qed tissostitwixxi Kap. 187 - hu proprju minħabba dan il-fatt, u cioe` li hemm il-ħtieġa li nitilqu mill- kunċett ta' standards mandatorji u nintroduċu dan il-kunċett ta' standards volontarji, li huwa l-kunċett aċċettat madwar id-dinja u li llum huwa dak li wieħed jaspira għalih.", "Dan jikkonforma iżjed ukoll ma` l-obbligi tagħna, anke dawk internazzjonali, partikolarment dawk tal-world trade organisation fejn jistabilixxu li l-istandards għandhom ikunu standards volontarji.", "U se naqra fil-qosor il-kunċett kif definit mid-WTO għaliex huwa dan il-kunċett li għandna nipprovaw insegwu.", "Dan jgħid li \"standard\" huwa:", "\"... a technical specification approved by a recognised standardising body for repeated or continuous application with which compliance is not mandatory.", "The recognition of the standards body provides guarantees against market power or undesirable biases in the standard.", "In other words the self-interest of all participants will only be acceptable if there is consensus on the social gain by all participants.", "This point is stressed in the wider definitions employed by ISO, the international organisation for standardisation and the UN economic commission for Europe.", "Skond dawn l-organizzazzjonijiet \"standard\" huwa:", "\" ... a technical specification or other document available to the public drawn up with the co-operation and consensus or general approval of all interests affected by it, based on the consolidated results of science, technology and experience aimed at the promotion of optimum community benefits and approved by a body recognised on the national, regional or international level.\"", "U għalhekk joħroġ biżżejjed ċar li l-compliance mill-industrija tal- manifattura jew tas-servizzi ma` xi standard, għax standards jistgħu jkunu kemm għall-prodotti kemm għas-servizzi, hija ħaġa volontarja.", "Issa dan naħseb li huwa ċentrali biex nifhmu x'qegħdin nagħmlu llum għax m'aħniex qegħdin ngħidu li l-istandards mandatorji se jispiċċaw.", "Dawk xorta jibqgħu jiġu pubblikati taħt Kap. 225, pero` f'dan il-każ dawn ikunu standards li huma assolutament essenzjali għal raġunijiet ta' saħħa, ta' safety, ta' ambjent kif ukoll dawk li jistgħu jissejħu interessi essenzjali tal-konsumatur.", "Voldieri taħt il-Quality Control Exports Imports and Local Goods Act xorta waħda jibqgħu joħorġu dawk l-istandards minimi neċessarji biex jiggarantixxu dawn l-elementi li semmejt, pero` l-mod kif tasal għal dawn l-istandards mandatorji minn issa 'l quddiem se tkun waħda volontarja.", "Voldieri kumpannija li tpoġġi prodotti f'Malta tista` tagħżel hi liema standards tgħid li toqgħod għalihom mingħajr ma tkun obbligata b'xi wieħed bilfors.", "L-importanti ovvjament hu li tissodisfa dawn il-mandatory requirements taħt Kap. 225.", "Naħseb li dan huwa l-qofol ta' din il-liġi u nemmen li hu assolutament importanti li nifhmu għaliex altrimenti se nitilqu minn hawn bl-idea li minn issa 'l quddiem kulħadd jista' jagħmel li jrid, li assolutament m'huwiex il-każ.", "Hemm naturalment ukoll raġunijiet oħra għalfejn qed issir il-liġi, fosthom li qed tiġi ffaċilitata l- adozzjoni ta' standards internazzjonali.", "Se tkun il-funzjoni ta' l- awtorita` li tippubblikhom, u hawn xtaqt nagħmel parentesi żgħira għaliex waħda mill-poteri li se jkollha l-awtorita` hi li dawn l-istandards tista` tippubblikhom bl-Ingliż biss.", "Issa qed ngħid dan għaliex on day one se jibdew jiġu ppubblikati numru kbir ħafna ta' standards, voldieri issa qed nitkellmu fuq eluf ta' standards għaliex, kif għedna, fejn qabel konna nipprovaw norbtu idejn kulħadd bl-istandards, minn issa 'l quddiem il-ballun se jkun f'saqajn il- produttur, jew l-importatur, u se jgħidlek hu liema standard se jkun għażel.", "Għandu scelta ta' eluf.", "U x'inhu l-iskop ta' dan?", "L-iskop ta' dan huwa li jippermetti l-ewwelnett flessibbilta` lill-industrija għaliex fl- aħħar mill-aħħar, anke partikolarment f'dan il-perijodu ta' l-istorja li għaddejjin minnu, jiġifieri fil-perijodu tar-ristrutturar ta' l-industrija tagħna, huwa importanti li l-industrija lokali ma tkunx imxekkla b'ideat antikwati, b'restrizzjonijiet antikwati li jorbtulha idejha u ma jippermettulhiex li tadatta ruħha maż-żmenijiet, mat-teknoloġija u ma` l- iżviluppi li jkunu għaddejjin madwarha, għaliex hi tibqa` marbuta b'xi liġi li xi darba forsi nitħajru nemendaw minn hawn.", "Voldieri l-ewwel ħaġa li se nippermettu u niffaċilitaw hi l-flessibbilta` fl-industrija.", "Malta wkoll se tkun f'pożizzjoni li tadotta standards Ewropej u standards internazzjonali li fl-aħħar mill-aħħar li wkoll b'dan il-mod jippermettulna li narmoniżżaw l-istandards tagħna - u allura dak li huwa standard f'Malta jkun ukoll standard fl-Ewropa u standard internazzjonali - u jpoġġi l- industrija tagħna fuq dak li dejjem nipprovaw naspiraw għalih, li nkunu on a level playing field kemm jista' jkun.", "Hemm il-vantaġġ l-ieħor għall- industrija wkoll li se jkollha aċċess għat-teknoloġija u l-metodoloġija li hekk insejħulha state of the art, għax ovvjament għandha dan l-aċċess u tkun tista` taċċedi ghal standards Ewropej.", "Xi ħaġa oħra li hemm fil-liġi hija dik li għandha x'taqsam mal-conformity mark, jiġifieri l-possibbilta` li inti titlob lill-Malta standardisation authority biex tagħtik ċertifikazzjoni ta' konformita`.", "Din hija intiża li tkopri possibbiltajiet varji, fosthom nistgħu nsemmu l-protezzjoni għall- artiġġjanat Malti, għall-bizzilla, għad-deheb, għall-filigranu jew affarijiet ohra, li tista` ssir mhux direttament mill-awtorita` imma permezz ta' liġi oħra li se ssir.", "Pero` l-conformity mark taqa` taħt din il-liġi u tista` tingħata wkoll protezzjoni għal ċertu tip ta' foodstuff jew ikel tipiku Malti, partikolarment ovvjament il-ġbejniet, l-għasel, il- patata Maltija, l-ilma żahar u affarijiet ohra, li jistgħu jiġu protetti b'mod partikolari bil-liġi, anke`` bis-saħħa ta' l-applikazzjoni tal- community mark li tipproteġi l-oriġni.", "Il-conformity mark tagħti wkoll il-possibbilta` lil operaturi kummerċjali fis-settur tal-manifattura u tas-servizzi li jistabilixxu l-voluntary standards jew codes of practice li jkunu iktar għoljin minn dawk stabiliti permezz ta' Kap 225, liġi li inċidentalment ukoll hija fil-pipeline biex tinbidel.", "Naturalment dan kollu mhux biss għall-benefiċċju ta' l- industrija imma wkoll għall-konsumatur, għaliex għalxejn jgħaddu liġijiet li jistabilixxu jew jiffaċilitaw lill-kumpanniji li jikkonformaw ruħhom ma` standards ta' l-għażla tagħhom, imbagħad il-konsumaturi li eventwalment se jmissu u jixtru dawn il-prodotti ma jkollhomx biżżejjed knowledge ta' kif jagħrfu u jiddistingwu prodott minn ieħor.", "Allura dak kollu li nkunu qegħdin nagħmlu jintilef jekk il-konsumaturi ma jiddistingwuhx b'dan il- mod.", "Qed jingħata dan il-vantaġġ lill-konsumatur, jiġifieri li jista' jiddistingwi bejn prodott u ieħor abbażi ta' l-istandards li jkun adotta dak il-manifattur mingħajr ma l-pajjiż ikollu għalfejn jimponi restrictive trade measures.", "Dawn aħna issa kellna l-esperjenza tagħhom, imma la ħadmu mil-lat ta' l-ekonomija għaliex ovvjament ma ġabux it-tkabbir fl-ekonomija li kien hemm bżonn, lanqas ma ġabu dik l-għażla li jixtieq kull konsumatur, dik l-għażla li fl-aħħar mill-aħħar għandha rilevanza fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Effett ieħor importanti f'din il-liġi se jkun il-fatt li issa l-MSA se tkun tista` tassoċja ruħha u tifforma parti mill-għaqdiet internazzjonali ta' l-istandards - jiġifieri mas-CEN, mas-CENELEC u ma` l-ETSI - li anke meta niġu għad-diskors ta' l-Ewropa, din l-assocjazzjoni hija neċessarja.", "Il-vantaġġ ovvju li inti tifforma parti minn dawn il-kumitati, l- organizzazzjonijiet u għaqdiet huwa li l-vuċi tiegħek se tinstema hemmhekk ukoll.", "U dan għax fl-aħħar mill-aħħar jekk il-prodotti se jidħlu fis-suq tagħna taħt ċertu standards, tajjeb li fil-formolazzjoni ta' dawn l- istandards internazzjonali aħna wkoll ikollna l-vuċi tagħna hemmhekk għaliex jekk se jkun hemm xi prodott li lilna jista' jaffettwana ħażin, tajjeb li tinstema' l-vuċi tagħna fil-formolazzjoni ta' l-istandard.", "U naturalment din m'hijiex kwestjoni ta' vot, voldieri min jaħseb li aħna se nkunu xi vuċi fid-deżert, a voice in the wilderness, naħseb huwa pjuttost żbaljat għaliex meta inti tkun madwar mejda, dawn l-affarijiet ma jgħaddux neċessarjament bil-voti imma ħafna drabi bis-saħħa ta' l-argument u kemm inti tkun kapaċi tressaq argument b'mod tajjeb.", "Hemm naturalment diversi emendi oħra li qed isiru fil-liġi, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsmu ma` l-aspetti finanzjarji - jixbħu ħafna l-aspetti li għadna kif iddiskutejna fil-liġi tat-telekomunikazzjoni - u naħseb li l-argumenti li saru hemmhekk nistgħu nressquhom hawnhekk ukoll.", "M'huwiex il-ħsieb li l-awtorita` tkun tista` tiffinanzja lilha nnifisha totalment, għax għalkemm l-awtorita` tista` titlob ħlasijiet għal ċerti servizzi li tipprovdi, pero` fil-verita` se tibqa` tiddependi mill- gvern għall-finanzjament għaliex ma tistax tkun self-supportive.", "Ma ninsewx li la l-laboratorju issa nqata` minn ma` l-awtorita` u qiegħed enti għalih li qed jiġi ffinanzjat sostanzjalment mill-Unjoni Ewropea, jekk ma niżbaljax b'madwar ECU 2 miljun, wieħed jawgura li dan ikun jista' jaħdem aħjar.", "Jien ma nixtieqx intawwal f'dan l-istadju, Sur President, għax naf li din m'hijiex liġi kontroversjali, fis-sens li ma naħsibx li l-oppożizzjoni għandha ssib diffikulta` biha - ma naħsibx li l-prinċipji li hawn imniżżlin huma prinċipji li ma kenux qegħdin jaħsbu fihom l-oppożizzjoni fil-perijodu li kienu fil-gvern - u għalhekk nistieden lin-naħa l-oħra tagħmel il- kummenti tagħha u nirriserva l-kummenti tiegħi għall-għeluq.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, meta titkellem fuq standards mhux kulħadd japprezza ma' l-ewwel daqqa t'għajn l-importanza illi jkollna a standardisation authority.", "Kif qal tajjeb is-segretarju parlamentari, meta aħna konna fil-gvern fl-1996 apprezzajna l-importanza li jkollna awtorita' indipendenti dwar l-istandards.", "Dan ma apprezzajniehx biss minħabba l-prattika li jkollok awtorita' indipendenti, imma dehrilna li kienet ħtieġa u neċessita' sabiex il-pajjiż ikun jista' jgawdi minn ċerti fondi li kienu disponibbli proprju biex jintużaw kemm għall- istandardisation authority kif ukoll biex jinxtara l-apparat għal- laboratorji.", "Nista' ngħid li meta dħalna fil-gvern issorprendejna ruħna bil-kbir illi kien hemm kważi l-ekwivalenti ta' Lm1 miljun li kienu għad-dispożizzjoni ta' Malta min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea u l-kondizzjoni marbuta ma' dawn kienet proprju illi ssir din l-istandardisation authority.", "U għalkemm ma tantx kien fiha xogħol biex issir, sibna illi stajna tlifna dawn il-Lm1 miljun għax mhux il-proċeduri kollha kienu segwiti.", "Ovvjament quddiem din il-possibbilta' u bil-limitazzjonijiet li kellna, il-gvern Laburista qabad u minnufih ħa dawk il-miżuri li ħass li kienu neċessarji.", "Għall-ewwel kienet se tkun ħasra illi minkejja li waqqafna l-awtorita', min-naħa ta' l- Ewropej iddeċidew illi m'għandniex nibdew nagħmlu użu minn dawk il-fondi għaliex antiċipaw illi ma konniex se nkunu f'pożizzjoni li nużawhom sa l- aħħar tas-sena 1997.", "Fil-fatt hawnhekk pubblikament nirringrazzja - din diġa' għamiltha darba u nerġa' nagħmilha - kemm lill-High Commissioner Ingliż u speċjalment lir-Rappreżentant ta' l-Unjoni Ewropea talli intervenew u kienu strumentali biex inqalbet deċiżjoni li kienet diġa' ttieħdet - għalkemm din il-proċedura ma ssirx ħafna drabi - u b'hekk il- pajjiż seta' jibbenifika minn dik l-għotja ta' Lm1 miljun.", "Fil-fatt mall- ewwel ġew appuntati l-membri tal-board ta' l-awtorita' u nista' ngħid illi għandna nirringrazzjaw pubblikament lill-membri kollha u speċjalment liċ- chairman tax-xogħol li għamlu għaliex f'dik is-sena illi ġiet stabilita l- awtorita', il-board irnexxielu jagħmel dak illi anke esperti Ewropej ma kenux konvinti li seta' jsir.", "U dan x'kien?", "L-ewwel għan ta' l-awtorita' kien ovvjament illi jkollha l-uffiċċju tagħha, uffiċċju indipendenti, peress li qabel l-istandards kienu jagħmlu parti mid-dipartiment ta' l-industrija.", "Għan ieħor illi kellu l-gvern - kull gvern fil-fatt kien isemmi u jitkellem fuq din il-ħaġa - kien li nagħmlu laboratorju nazzjonali.", "Kif għadu kemm qal is-segretarju parlamentari, il-laboratorju nazzjonali u l-awtorita' issa qegħdin jiġu sseparati.", "Jekk din hijiex mossa fid-direzzjoni t-tajba jew le wieħed għad irid jara, imma żgur li kieku baqgħu entita' waħda jien konvint illi l- awtorita' kienet tkun self-financing u ma kenitx tkun piż fuq il-gvern.", "Jiena naħseb illi bil-qagħda finanzjarja attwali tal-gvern, l-awtoritajiet għandhom bħala prinċipju, jkunu safejn hu possibbli self-financing.", "Kieku l-laboratorju nazzjonali baqa' ħaġa waħda ma' l-awtorita' m'għandix dubju illi mhux biss kien ikun f'pożizzjoni li 'l quddiem jiffinanzja ż-żewġ oqsma, jiġifieri l-laboratorju u l-awtorita', imma seta' anke jagħmel qligħ għaliex id-dħul żgur li kien ikun aktar mill-infiq.", "Iżda sfortunatament hawn Malta għandna żvantaġġ għaliex m'hemmx kordinament bejn l-entitajiet pubbliċi illi għandhom ċertu apparat għad-dispożizzjoni tagħhom, tant meħtieġ kemm għall-istandards kif ukoll għal affarijiet oħra konnessi, bħall-metroloġija, li hija parti mill-istandards.", "L-isparpaljar ta' equipment f'oqsma differenti ifisser illi ħafna drabi l-id il-leminija lanqas tkun taf l-id ix-xellugija x'inhi tagħmel.", "Niftakar li kellhom ikunu ħafna drabi esperti - mhux biss Maltin imma anke barranin - li fuq inizjattiva tal-gvern Laburista għamlu fact-finding mission dwar x'għandna bħala laboratorji, sabiex wieħed ikun jista' jikkordina aktar ix-xogħol.", "Għaliex?", "Għax Malta, kif jaf kulħadd, hija limitata, hija ċkejkna u l-limitazzjonijiet jittraduċu ruħhom normalment f'limitazzjonijiet finanzjarji, u għaldaqstant il-kordinament f'dawn l- oqsma fejn forsi f'pajjiżi oħra huwa ħtieġa, għalina huwa essenzjali.", "U rriżulta minn dan ir-rapport illi entitajiet bħalma huma d-dockyard, l- universita', id-dipartiment tas-saħħa, id-dipartiment ta' l-industrija, għandhom apparat li jista' jintuża u allura ma kellniex għalfejn nirdoppjawh.", "Jien niftakar kont sorpriż illi mir-rapport li kont irċevejt stajt nifhem li wieħed mill-iżjed oqsma li kellu apparat sofistikat u li jiswa' ħafna u ħafna flus kien proprju d-dockyard, u r-rapport faħħar il- mod kif inhu miżmum u wkoll kif kien jintuża dan l-apparat.", "Nista' ngħid ukoll, Sur President, li meta l-ewwel darba mort fejn kienu jsiru l-eżamijiet ta' l-istandards, fil-laboratorju ta' l-Evans, l- ewwel darba li mort hemm stħajjiltni mort lura mitt sena, għaliex l- apparat li kien hemm, il-mod kif kien miżmum u esebit, il-kondizzjonijiet li riedu jaħdmu fihom it-tekniċi, li kienu dak iż-żmien mad-dipartiment ta' l-industrija, ngħid illi mirakli kellhom jagħmlu biex jagħmlu u jaqdu d- dmirijiet tagħhom.", "Jiena li kont immur l-Evans - għax għall-ewwel kont ukoll nistudja x-xjenza - naf illi l-affarijiet sibthom l-istess kif kienu meta kont student 30 sena qabel, u żgur illi kienu l-istess fiż-żmenijiet ta' qabel, għaliex id-dehra kienet tal-waħx, qisek dħalt ġo laboratorju ta' żmien il-Victorian era.", "U min jaħdem hemm u min kien serju jaf kemm kien diffiċli għalih biex jagħmel xogħlu u jaqdi dmiru, kemm bl-apparat u kemm bil-kondizzjonijiet illi kien hemm.", "U kif saret l-awtorita' u kif bdew jitħejjew l-affarijiet, minħabba l-limitazzjonijiet finanzjarji, ġie deċiż illi jintuża l-Evans biex isir kemm il-post fejn l-awtorita' ikollha s-sedja tagħha kif ukoll fejn isir il-laboratorju nazzjonali.", "Sur President, naraha hija ħrafa illi għandna tant bini mhux użat u ħafna drabi nsibu min jipproponi illi nibnu palazzi sħaħ ġodda biex nakkomodaw awtoritajiet jew entitajiet ġodda.", "U għaliex ħrafa?", "Dażgur li l-ġdid huwa sabiħ!", "Dażgur li l-ġdid huwa komdu!", "Imma wieħed irid dejjem japprezza illi l-limitazzjonijiet tal-pajjiż huma dawk li huma.", "U jekk għandna bini li jista' jiġi kkonvertit, użat u fl-aħħar mill-aħħar tkun salvajt miljuni ta' liri, aħjar dawk il-miljuni minflok tonfoqhom fuq ġebla tonfoqhom imbagħad fuq apparat.", "Jiena naħseb dak huwa t-thinking li għandu jkollu kull gvern.", "M'għandniex inkunu prużuntużi żżejjed bħala pajjiż imma għandna napprezzaw dak li għandna u għandna nużaw l-intelliġenza tagħna biex il-flus li jkunu għad-dispożizzjoni tagħna nużawhom bl-aħjar mod possibbli.", "Fil-fatt l-awtorita' ikkonvertiet mhux biss bil-mod il-mod imma anke b'ċertu għaqal sezzjoni sezzjoni ta' dan il-bini, u naf li anke wara li tbiddel il-gvern komplew bl-ameljoramenti, li llum meta tidħol hemm lanqas tagħraf li dan hu l-istess post. L-ewwel ħaġa llum sar post fejn jista' jsir ix-xogħol f'ċirkostanzi u f'ambjent illi jixirqu ż-żmenijiet odjerni.", "Jiena wieħed li nemmen illi t-tekniċi, il-ħaddiema, l-impjegati, ilkoll kemm aħna li rridu nqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ħajja fil-post tax-xogħol tagħna, il-post tax-xogħol għandu jkun ambjent fejn wieħed jista' jaħdem b'ċerta kuntentezza.", "U llum nista' ngħid li l-istandards authority u anke parti mil-laboratorju ġew konvertiti u nispera li l-flus illi ntnefqu ma jkunux inħlew jekk il-laboratorju u l-awtorita' jmorru post ieħor biex jinbena forsi xi block ieħor fl-universita' jew fuq xi art privata.", "Il- flus irriduhom biex nixtru equipment li jiswa ħafna flus.", "Huwa importanti wkoll li tinbidel il-mentalita', kemm tad-dipartiment u anke ta' l-impjegati li, għax jien illum impjegat tal-gvern, jekk għada mmur ma' l-awtorita' min jaf x'se jiġri minni u min jaf x'pass se nieħu!", "Fil-fatt riċentement kien hemm min kiteb u kritika kważi kważi l-awtorita' ta' l-istandards u donnu ried jgħid illi l-affarijiet kienu aħjar fl- imgħoddi.", "Barra minn hekk hawn it-tendenza illi kull dipartiment qisu renju għalih u din il-mentalita' ħafna drabi m'hijiex limitata biss għan- nies illi huma fis-servizz pubbliku imma wkoll bi sfortuna taffettwa lilna li ħafna drabi nkunu qegħdin immexxu wkoll bħala ministri.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax jiena naf bid-diffikultajiet kbar li kelli biex nipperswadi dipartimenti oħrajn biex jikkongregaw l-isforzi tagħhom biex nagħmlu laboratorju nazzjonali.", "Illum nifhem għaliex tkellimna fuq il-laboratorju nazzjonali għal 40 sena u dan qatt ma avvera ruħu, iżda beda javvera ruħu, beda jseħħ, beda jsir u saru l-passi u beda jinxtara l-equipment u sar ir-refurbishment biss fl-1996/97.", "Għaliex dan?", "Wieħed irid jifhem illi d-dipartimenti ħafna drabi ma jkunux iridu jitilqu minn taħt idejhom ċerti doveri li jkunu qegħdin jagħmlu.", "Ħafna drabi jista' jagħti l-każ illi ma jkunux iridu jaqilbu mill-impjieg governattiv għal taħt forsi laboratorju nazzjonali jew l-awtorita', u dan ma jawgurax tajjeb kemm għall-individwi kif ukoll għall- pajjiż; għall-individwi għaliex taħt ċerti ċirkostanzi fejn kien qed iseħħ il-laboratorju nazzjonali wieħed seta' ikun flessibbli f'ċerti kondizzjonijiet u jippremja dawk illi verament qegħdin jaqdu d-doveri tagħhom ...", "Jiena għandi biss tifħir għal dawk l-impjegati li kienu mal- gvern li marru ma' l-awtorita' u li ħadmu u baqgħu jaħdmu b'mod illi kienu jissorprenduni għax in-numru kien verament ċkejken u x-xogħol li kienu jagħmlu kien verament kbir.", "Kont niskanta kif ħafna drabi kienu jlaħħqu.", "Sur President, l-idea kienet illi sular sular, l-Evans jiġi kkonvertit u d-dipartimenti prinċipali li għandhom x'jaqsmu ma' l-istandards u affarijiet relatati jkunu kollha aggruppati hemmhekk.", "Sibt reżistenza kbira, speċjalment mid-dipartiment tas-saħħa.", "Meta jiena kont ministru, id- dipartiment tas-saħħa ma kkoperax u naħseb illi ma nkunx qed ngħid ħaġa ħażina jekk ngħid illi donnu beża' li se jitlef ċerti doveri illi kien jaħseb li setgħu jsiru aħjar kieku jibqgħu taħt il-kappa ta' dak id- dipartiment minħabba s-sensittivita' ta' ċerti testijiet li jridu jsiru.", "Dan huwa kollha minnu - għax hemm sensittivita' kbira u hemm responsabbilta' qawwija - imma min-naħa l-oħra jiena konvint li kieku jkun hemm integrazzjoni tas-servizzi li jaqgħu taħt il-laboratorju nazzjonali, ikun fl-interess anke ta' l-istess nies li llum jaħdmu proprjament f'dak il- qasam.", "L-awtorita' li qegħdin noħolqu bħala kompożizzjoni tirrifletti oqsma differenti ta' dan is-suġġett għax jekk inti tara min hu membru ex officio - jiġifieri membru għaliex qed jokkupa pożizzjoni oħra - tinduna li għandek diretturi u kontrolluri ta' diversi postijiet u dipartimenti.", "Għandek id- direttur ta' l-industrija, għandek il-kontrollur tad-dwana, għandek id- direttur ta' l-agrikoltura, id-direttur ta' l-affarijiet tal-konsumatur, id- direttur tal-protezzjoni ta' l-ambjent u s-saħħa pubblika bħala ex-officio members.", "Allura mall-ewwel tinduna illi għandek nies mill-qasam governattiv illi jistgħu jwasslu lill-awtorita' l-idea u l-fehma tad-dipartimenti individwali milquta.", "Imbagħad għandek - u dan huwa importanti wkoll u wieħed japprezza li kważi kważi l-kompożizzjoni hija bħalma kienet qabel - oqsma oħra illi huma involuti minħabba n-natura tal-professjoni jew tax- xogħol tagħhom, ngħidu aħna, il-kamra tal-periti u l-inġiniera professjonali.", "Il-preżenza ta' dawn hija importanti minħabba li l-qasam tal-kostruzzjoni hija industrija minnha nnifisha u dan huwa wieħed mill- oqsma fejn wieħed irid japprezza li l-istandards iridu jinżammu b'mod regolari.", "Fil-fatt jiena naħseb li kienet tkun idea tajba kieku kien hemm xi ħadd li jirrappreżenta direttament lill-ministeru ta' l-environment, għax naħseb li d-direttur għall-ħarsien ta' l-ambjent, ex officio, naħseb huwa ntiż għal dak il-għan u wieħed japprezza l-importanza li qed tingħata lill-industrija tal-kostruzzjoni, peress li għandek ukoll rappreżentanza tal-periti u ta' l-inġiniera.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li l-għan intlaħaq ukoll.", "Il-Kamra ta' l-ispiżjara ovvjament hija hemm minħabba l- qasam tas-saħħa u għandek il-qasam ta' l-universita' u dawn kollha għandhom jgħinu għall-integrazzjoni ta' l-ideat illi jridu joħorġu minn din l-awtorita'", "Sur President, nerġa' ngħid li m'iniex konvint illi kienet idea tajba illi jmorru għal rashom l-awtorita' u l-laboratorju nazzjonali.", "Għalkemm il-ministru spjega illi l-idea hija, biex waħda tkun self-financing u l- oħra tkun awtorita' b'ċerti restrizzjonijiet finanzjarji, naħseb dik kienet prinċipalment il-mossa ....", "Fil-fatt il-liġi stess, jekk wieħed jaraha, isib li kważi nofsha hija ddedikata sabiex ikun hemm direzzjoni, ikun hemm liġi dwar kif din l-awtorita' se topera mill-aspett finanzjarju.", "Fil-fatt jekk l-awtorita' jirnexxielha jkollha wkoll fondi żejda, hija awtorizzata li hi tista' tinvestihom bil-permess tal-ministru.", "U għalkemm mhux qed jiġi antiċipat li għall-ewwel l-awtorita' ikollha fondi żejda - skond id- diskors ta' l-Onor.", "Hyzler - imma jista' jiġi l-mument illi fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet li jsiru għal permessi ...", "Wieħed irid japprezza li dawn għall-ewwel mhux se jkun hemm xi kwantita' kbira, imma rridu nagħmlu minn kollox biex inħejju l-importanza ta' l-istandardisation ukoll f'kull qasam, speċjalment fil-qasam industrijali.", "Fid-diskors tal-ftuħ innotajt illi ngħatat importanza f'din il-liġi li se jkun hemm ċertu flessibbilta' fit-tip ta' standards, fis-sens illi llum skond din il-liġi għandek l-opportunita' li tidħol jew tapplika fuq standards mhux bilfors lokali imma anke dawk internazzjonali jew Ewropej.", "Issa meta tuża l-kelma \"internazzjonali\" jista' jagħti l-każ illi wieħed forsi ma jkunx preċiż liema standard qed isir rimarka għalih.", "Għaliex meta tgħid \"standard Ewropew\" wieħed mall-ewwel jifhem illi dawn huma l- istandards illi jagħmlu parti mil-liġijiet jew kondizzjoniiet li jifformaw in-neċessita' li wieħed javviċina lejn l-Ewropa, f'dak li għandu x'jaqsam ma' standards Ewropej, filwaqt li għal \"standards internazzjonali\" wieħed forsi jistenna spjegazzjoni aħjar fl-għeluq tal-ministru.", "Nafu li hawn Malta, fil-qasam ta' l-istandards, konna marbutin ħafna ma' l-istandards li hemm l-Ingilterra.", "Fil-fatt jekk wieħed imur u jżur il- qasam ta' l-istandards fir-Renju Unit - kif kont mistieden ukoll li nagħmel f'okkażjoni ta' mawra ta' inqas minn 48 siegħa, fejn konna morna jiena u ċ-chairman ta' l-istandards authority - wieħed jieħu opinjoni aħjar kif itejjeb dak li qed nippruvaw nibnu f'pajjiżna.", "Kienet mawra importanti ħafna u jkun aktar importanti li kieku t-tekniċi Maltin jintbagħtu fuq bażi regolari - ma nafx jekk intbagħtux f'dawn l-aħħar sentejn, ħalli nkun onest - sabiex inkunu nistgħu dejjem intejbu l- kwalifiki u l-kwalita` tat-tekniċi tagħna.", "Imma anke hawn wieħed irid jikkummenta li kultant minħabba s-sistemi li għandna f'pajjiżna hemm ċerta ħasra.", "Meta kont l-Ingilterra, parti mid-diskussjoni kienet fil-qasam tal- weights and measures, u aħna konna nafu li kien hemm persuna, l-unika waħda f'Malta, li kienet marret għamlet il-kors, iggradwat fil-weights and measures jew metroloġija, imma minħabba fl-istruttura taċ-ċivil, peress li din il-persuna kellha rimunerazzjoni ogħla f'pożizzjoni differenti, ma setgħetx jew ma xtaqietx ovvjament tokkupa l-pożizzjoni - u ma nagħtiha tort xejn - meta din kienet ghadha waħda li tagħmel parti mill-istruttura taċ-ċivil.", "Hawnhekk naraw il-vantaġġ li jkollok awtorita` li tista' toffri rimunerazzjoni skond id-doveri u skond ukoll id-dmirijiet il individwu jkun għamel jew il-prattika li jkun ġab matul is-snin, jew skond id-diploma jew il-baċellerat li jkun ħa fl-istandardisation jew post-graduate degrees, aktar ma wieħed ikun jista' imbagħad jadatta ruħu biex jagħti u jkollu l- aħjar nies tekniċi f'kull qasam.", "Għax spiċċajna niftakar li ma kellna lil ħadd għal żmien twil fil-qasam tal-metroloġija minħabba li l-uniku Malti li kien espert - għax kien għamel anke xi snin jistudja u ħa d-degree tiegħu barra minn Malta - kien qiegħed f'qasam ieħor u mhux fejn kienet ix-xewqa tiegħu minħabba proprju l-gradi kif inhuma fiċ-ċivil.", "Hawn Malta meta niġu għall-istandards irridu napprezzaw li l-qasam huwa importanti ħafna speċjalment peress li aħna pajjiż li nimportaw ħafna, u għaldaqstant wieħed irid ikollu ċerta dixxiplina fl-affarijiet li nimportaw.", "Min-naħa l-oħra m'għandhiex issir diskriminazzjoni bejn importaturi differenti, fejn importatur jiġu mogħti qisu l-barka li jimporta ċertu oġġett u importatur ieħor li jkun qed jimporta oġġett simili jiġi mwaqqaf minħabba li wieħed ikun qed ifettaq ħafna fuq ċertu irqaqat.", "Niftakar li waħda mill-problemi li konna qed niffaċċjaw kienet dwar il- marka li kien qed ikollhom ċertu prodotti li għandhom id-definizzjoni ikel jew xorb, li aħna nafu li ħafna drabi l-ispjegazzjoni skond il-liġi ta' l- ingredjenti tkun jew bil-Malti jew bl-Ingliż.", "Niftakar li kien gvern Laburista li għamel ħaġa li kienet innovattiva imma li tirrispekkja l- pożizzojni ġeografika ta' pajjiżna u n-neċessita` u l-ħtieġa li kienet naturali.", "U x'kienet din?", "Għax il-viċinanza tagħna lejn l-Italja tfisser li s-suq tagħna jista' jiġi kkonsidrat kważi qisu suq domestiku tat- Taljani, u ħafna drabi wieħed jista' jimporta affarijiet mill-Italja u dawn ma jkollhomx label bl-Ingliż jew bil-Malti.", "Biex wieħed jagħmel ċertu labelling ovvjament dan iqum ċertu flus - jekk dan ikun jista' jsir għax, per eżempju, jekk ikollok ġelat huwa diffiċli tagħmillu label - u fl-istess ħin fl-aħħar mill-aħħar huwa l-konsumatur li jrid iġorr il-prezz tiegħu.", "Għalhekk għamilna innovazzjoni fejn ma' l-Ingliż u mal-Malti, fuq ċertu labelling ippermettejna li tidħol il-lingwa Taljana wkoll.", "Naħseb li hawnhekk wieħed japprezza li kien gvern Laburista li għamel oġġett li bih wieħed juri kemm mhux veru dak li ntqal li aħna anti-Europe, iżda għandna ideat fejn allavolja stajna ġejna kkritikati, fil-fatt fl- aħħar mill-aħħar il-pass li ttieħed kien wieħed kuraġġuż u ġie mfaħħar minn kulħadd.", "Ma kellniex riperkussjonijiet minn ċerti gvernijiet oħrajn għaliex dahhalna t-Taljan, u mhux per eżempju t-Tedesk jew il-Franċiż, għax kienet ovvja li t-Taljan huwa suġġett mgħallem ħafna fl-iskejjel tagħna.", "It-Taljan huwa wkoll magħruf ħafna għall-ingredjenti u minħabba t- tip ta' ikel li għandna mal-ewwel nifhmu x'inhuma ħafna mill-ingredjenti.", "Għamilniha ċara fuq id-data ta' l-iskadenza għax hemmhekk hija essenzjali li ħafna drabi, peress li din tkun kollha bin-numri, allura ma kienx ikun hemm u ma antiċipajniex li se jkun hemm problemi.", "Jiena nawgura li l-Malta standardisation authority tilħaq l-għan tagħna u tiffunzjona kif iffunzjonat f'dawn l-aħħar żmenijiet.", "Din m'hijiex liġi kif qal tajjeb is-segretarju parlamentari kontenzjuża.", "Hija liġi li m'għandix dubju li l-industrija għandha ssib għajnuna fiha, imma hija liġi wkoll importanti u wieħed irid japprezza, speċjalment mill-qasam dipartimentali, li jrid ikun hemm ċerta koperazzjoni u ċertu kordinament bejn l-oqsma differenti.", "Ma jistax dipartiment iqis ruħu qisu xi gżira maqtugħa għaliha, u ma jistax dipartiment ukoll ma jikkonsidrax ħafna drabi r-realtajiet tal-pajjiż.", "Nista' ngħid li fi żmienna kellna problemi li ħafna drabi jkollok qasam għall-esportazzjoni li minħabba ċerti regolamenti x-xogħol ikun irid jiġi ċċertifikat minn ċerti dipartimenti.", "Kienet qed tinqala' diffikulta` minn dipartiment partikolari biex jiċċertifika x- xogħol għall-export - mhux se nsemmi la l-fabbrika u lanqas id-dipartiment biex il-fabbrika ma tiġix identifikata għax ma jkunx sew - u din il- fabbrika kellha ġġib ċertifikazzjoni minn pajjiżi li kienu parti mill-EU.", "Jiġifieri filwaqt li d-dipartiment konċernat ħass li ma setax joħroġ iċ- ċertifikat, din il-fabbrika bdiet titlef ħafna opportunitajiet - li kienu jiswew mhux mijiet ta' eluf imma aktar - u anke gie mument meta kienet qed taħseb biex titlaq minn Malta.", "Dan ġara meta kont ministru jiena, biex inkunu preċiżi ħalli wieħed ikun jaf li mhux qiegħed nikkritika xi ħaġa li qed issir fil-preżent imma qed nikkritika xi ħaġa li saret u li setgħet ħalliet konsegwenzi xejn sbieħ għal pajjiżna.", "Għalhekk aħna rridu nkunu konxji tal-pożizzjoni tagħna, u għalhekk l- importanza li jkun hemm integrazzjoni fil-qasam kemm ta' l-istandards u anke fl-oqsma differenti tal-pajjiż, kif inhuma rappreżentati fl-awtorita`, aktar u aktar fil-laboratorju nazzjonali, għaliex kienu qed jinqalgħu konflitti li ma kienx hemm bżonn li jinqalgħu.", "Mhux għax jien qed ngħid li kien hemm xi ħaġa ħażina min-naħa tad-dipartiment, imma ghax ma setgħux isolvu l-problemi minħabba f'nuqqas ta' komunikazzjoni u komprensjoni tas- sitwazzjoni prekarja li setghet tolqot numru kbir ta' mpjegati gewwa fabbrika ewlenija li tesporta l-miljuni.", "Wieħed irid japprezza li dawn l- affarijiet jistgħu biss jiġu evitati b'kordinazzjoni.", "Hija l-awtorita` li tista' tikkordina flimkien mal-laboratorju nazzjonali, u nawgura li din l- istandards authority tibqa' miexja fuq il-passi li kienet miexja fuqhom qabel.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "F'12.21 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Mejju 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni. -----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, qabel nibda xtaqt ngħid li bħalissa fil-Kamra hawn preżenti grupp ta' tfal żgħar li ġabuhom l-għalliema tagħhom biex jaraw kif jaħdem il-parlament.", "Din idea tajba ħafna għaliex b'hekk it-tfal indarruhom minn meta jkunu żgħar jinteressaw ruħhom f'dak li jkun għaddej f'din il-Kamra.", "Imma ħalli issa niġi għas-suġġett li se nitkellem dwaru llum, Sur President.", "Qed jinħass mal-pajjiż kollu li l-politika tal-gvern rigward is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea qed titlef l-appell tagħha.", "Jiena m'iniex se nidħol fir-raġunijiet għal dan pero` irrid ngħid li din ġiet impinġija sabiħa u faċli ħafna u ġew mgħollija l-aspettattivi tan-nies, imma mbagħad ħafna wegħdiet ma ġewx attwati, iż-żmien meta suppost se naslu qed itul wisq, il-miżuri li qegħdin jittieħdu qegħdin joqorsu u qegħdin jinħassu min- nies, is-sitwazzjoni ekonomika u dik finanzjarja sejra mill-ħażin għall- agħar u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-poplu qed jifhem xi tfisser sħubija, dik li n-naħa l-oħra kienu jpinġu bħala xi ġenna ta' l-art.", "Sintomatiku ta' dan huwa l-fatt li ħafna li huma favur l-Unjoni Ewropea qegħdin jesortaw lill-gvern sabiex isaħħaħ u jqawwi l-kampanja favur is- sħubija.", "Fost affarijiet oħra, anke l-Kummissjoni Ewropea se tivvota xi flus ħalli l-kampanja għas-support tiħrax, peress li kien hemm decline fis- support tal-popli lejn l-idea ta' l-Unjoni.", "Illum il-pajjiż kollu jaf li l- Partit Laburista għandu l-politika Ewropea tiegħu.", "Spiċċa ż-żmien li kienu jgħidulna li aħna anti-Ewropej.", "Dik il-ġlieda rbaħniha.", "Din il-politika fil-fatt bdiet titwettaq meta konna fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 u l-format tagħha kien miftiehem fid-dikjarazzjoni tat-28 ta' April, 1998.", "L-aktar ħaġa intima ta' din il-politika hija li din ġiet imfassla għall-bżonnijiet u għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna, m'hijiex magħmula b'xi format li jiġi lil kulħadd u japplika għall-pajjiżi kollha.", "Huwa diffiċli li tispjegaha f'kelma waħda għax mhux għalkemm tgħid li hija kontra s-sħubija.", "Anke sħubija hija diffiċli ħafna biex tispjegaha - kif qed jinduna l-poplu - u ħafna nies li tant ilabalbu favur is-sħubija ma jafux x'jiġifieri, u għalhekk jiena fil-bidu għedt li issa qegħdin iħossu l-qris u qegħdin jindunaw x'jiġifieri sħubija.", "Huwa żgur li l-linja tagħna trid spjegazzjoni u rridu nispjegaw aktar lill-poplu għaliex huwa l-poplu stess li qed jitlob biex ikun informat aktar.", "Li huwa żgur huwa li din il- politika m'hijiex xi waħda li togħġob lill-Federalisti Ewropej u l-maskra issa qed taqa'.", "Fejn miexja l-Ewropa?", "X'inhuma l-għanijiet aħħarin ta' min irid jgħaqqad l-Ewropa ekonomikament, politikament u militarment?", "Il- federalisti issa qegħdin jitkellmu aktar ċar għax kellna dikjarazzjoni minn Joschka Fischer, il-ministru ta' l-affarijiet barranin Ġermaniż, backed minn Prodi, u l-kor dejjem jikber.", "Il-Partit Nazzjonalista u sħabhom għamlu minn kollox u għadhom jagħmlu minn kollox biex iħawdu l-imħuħ u jiskreditaw il-linja politika tal-Partit Laburista u jtanbru f'moħħ in-nies li hemm biss linja waħda - brainwashing spjetat - jew dik jew inkella kif kien jgħidilna l-ex-ministru ta' l- affarijiet barranin, inkunu qisna qażba nixxejru mar-riħ!", "Jew ġewwa jew barra!", "Jew nirkbu t-train - hekk kienu jgħidulna - jew inkella nibqgħu fid-deżert!", "Bil-kemm ma kenux jgħidu fejn hemm it-theżżiż tas-snien u d- dlam, bħalma jgħid il-vanġelu!", "Tan-naħa l-oħra tant jippruvaw iħawdu moħħ in-nies li jevitaw li jingaġġaw f'dibattitu fil-parlament dwar it-toroq li huma available lejn l-Ewropa.", "Kull meta għamilna dibattiti hawnhekk smajna s-soltu diskors kollu ideat, ideali u aspirazzjonijiet, imma r-risposti għall-hard facts li bdejna nsemmu aħna minn din in-naħa ma waslu qatt.", "Illum il-politika Laburista qed tiġi mgeżwra fl-islogan ta' \"Svizzera fil- Mediterran\".", "Sa ftit taż-żmien ilu n-naħa l-oħra kienu jassumu li m'hemmx toroq oħra barra dik ta' sħubija biss, imma llum-il ġurnata, għaliex qegħdin jaraw li l-kunċett ta' \"Svizzera fil-Mediterran\" qiegħed dieħel bil-mod il-mod u l- poplu qedd jistaqsi liema huma t-toroq l-oħra, ma baqgħux jinjoraw il-fatt li hemm toroq oħra.", "Issa qegħdin jippruvaw bis-saħħa tagħhom kollha - u jiena ngħid f'konfoffa anke ma' ċerti setturi tal-media u ċerti movimenti f'dan il-pajjiż - jiskreditaw, jiddieħku and they try to rubbish l-idea ta' \"Svizzera fil-Mediterran\".", "Pero` dan qed isir għax kulma jmur dan is- slogan aktar qed jaqbad l-art.", "Illum ma tiftaħx gazzetta li ma ssibx min qed jiddiskuti fuq il-kunċett ta' \"Svizzera fil-Mediterran\".", "Aktar ma dawn jaraw li qegħdin jitilfu - u jekk wieħed irid ikun jaf humiex qegħdin jitilfu jaqra l-editorjal ta' \"The Malta Independent\" tal-lum, li m'hijiex xi gazzetta li xxaqleb lejna imma qed tirrifletti x'inhu l-feeling fil- pajjiż ...", "Lili li jweġġagħni m'huwiex li huma jargumentaw kontra dan il-kunċett, bħalma ppruvajna aħna kemm-il darba u ilna s-snin nippruvaw nargumentaw kontra l-iżvantaġġi ta' sħubija sħiħa - kieku jagħmlu l-istess kontra l- iżvantaġġi tal-kunċett ta' \"Svizzera fil-Mediterran\" ma jkun ġara xejn, allavolja l-Viċi Prim Ministru l-bieraħ qal li għadu ma jafx din xi tfisser - imma li jippruvaw jingannaw lill-poplu.", "Dawn l-ewwel jgħidu li dan il- kunċett ma jafux xi jfisser, imbagħad fil-gazzetti u l-media tagħhom jgħidu x'inhu, jagħtu l-verżjoni tagħhom u jagħtu l-impressjoni li dan m'hu xejn ħlief li nagħmlu bħalma għamlet l-Isvizzera.", "B'dan il-mod tkun qed twaqqa' l-oġġett għar-redikolu għax, filwaqt li tgħid li m'intix tifhem, toqgħod tippontifika u tgħid xi jfisser.", "Jew qed tifhem jew m'intix!", "Għax ma rridux ninsew li dan il-gvern u l-kelliema tiegħu huma l-istess nies li qalu tant affarijiet lill-poplu Malti, liema affarijiet ma seħħewx.", "Għalija l-kredibilita` tagħhom fl-affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea hija zero għaliex kulma qalu ma seħħx.", "Kieku veru seħħ kulma qalu kieku llum pajjiżna qed jirċievi t-tieni Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea, ħaġa li ma ġratx.", "Daqshekk huma kredibbli dawn in-nies!", "Lanqas f'dan l-eżerċizzju m'għandhom id-diċenza li jkunu onesti mal-poplu Malti.", "U qed jagħmlu hekk għaliex jafu li qegħdin jiġġieldu gwerra li qegħdin jitilfu u qed jippruvaw ma jħallux lill-poplu jiftaħ għajnejh u jinduna li jinsab miexi fit-triq il-ħażina.", "L-għan tagħhom huwa li jwasslu lill-poplu biex jemmen li l-politika Laburista tagħti l-istess drittijiet lill-Unjoni Ewropea u tpoġġi l-istess piżijiet fuq dahar il-poplu Malti bħalma tagħmel sħubija imma mingħajr vantaġġi.", "Din hija tiżliġa ta' xi ħadd li jew veru ma jifhimx fl-Unjoni Ewropea - u allura għandu moħħu mżelleġ u mħawwad u qed jagħti informazzjoni mħawda - jew inkella jaf il-verita` u għal darb'oħra bħalma ġara fil-passat qed iwassal informazzjoni qarrieqa biex jgħaddi ż-żmien bil-poplu Malti.", "Sur President, issa li l-Partit Laburista rebaħ it-tieni tappa, l-ewwel li m'aħniex anti-Ewropej u t-tieni li hemm triq oħra - issa din m'għadhomx jinjorawha imma bdew jammettuha u qegħdin jippruvaw jirredikolawha - deħlin fi stadju fejn nippruvaw nibdew nipprovdu l-informazzjoni lill-poplu Malti u ngħidulu x'nifhmu eżatt, ħalli aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar ikun jista' jqabbel ma' xi jfisser dak li qegħdin nagħmlu, xi rridu nagħmlu, x'konna se nagħmlu u x'konna bdejna nagħmlu ma' l-Unjoni Ewropea, ħalli imbagħad ikun jista' jara l-iżvantaġġi, id-dwejjaq, il-piżijiet, it-tbatijiet u n-nuqqas ta' prospetti tal-politika li mexjin biha tan-naħa l-oħra.", "Diġa` qegħdin naraw lil dan il-parlament - ma rridx ninħela fuq din imma sempliċement se nagħmel kumment - jiġi mgħarraq b'ċertu ammont ta' leġislazzjoni mgerrfxa u mħarbta malajr, ħalli taparsi nkunu kompatibbli ma' l-Unjoni Ewropea, bil-kritika ta' din in-naħa tiġi njorata kompletament, ħafna drabi bilkemm ikun hawn il-ministru li jkun ippilota l-liġi jisma' x'inhu għaddej.", "Dawn joqogħdu biss jistennew li tagħlaq id-diskussjoni sabiex jivvutaw u jpoġġuha fuq l-ixkaffa ħalli jkunu jistgħu jgħidu li għandna liġi oħra li hija pariġġ ta' l-Ewropa.", "Jiġifieri dawn lanqas biss jimpurtahom x'effett se jkollha jew ma jkollhiex din il-liġi fuq il-poplu Malti!", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra jiena għamilt aġġornament fuq il- kwestjoni tal-free trade area, fuq l-agrikoltura, dwar x'tgħid id-WTO u, bl-umilta` kollha, jien dejjem nagħmel ftit tal-homework u ma tantx inqum nitkellem bl-addoċċ.", "Minkejja kollox u minkejja li l-materjal irripetejtu anke f'post ieħor ħalli forsi jasal għand il-poplu - għalhekk jien akkużajt lil ċerta sezzjoni tal-media, fejn is-soltu jekk ikun hawn titwiba minn din in-naħa nagħmluha headline u tgħidx kemm ngħidu - dan l-aġġornament ġie njorat kompletament minn sezzjoni tal-media bl-Ingliż għaliex għandhom priorities oħra.", "Ġie njorat ukoll mill-PBS ovvjament għaliex ma jaqblilhomx li l-argumenti sodi u bażiċi nwassluhom ħalli l-poplu jkun jista' jiżen il-fatti.", "Daqshekk hawn demokrazija!", "Għandna gvern li għandu information centre u għandu l-flus tal-poplu kollu f'idejh għall- propaganda - issa se jkollu Lm600,000 oħra biex jużahom għall-propaganda! - imbagħad lill-oppożizzjoni lanqas jagħtuha l-ispazju fil-gazzetti ħalli l- argument tagħha jasal għand il-poplu.", "S'hawnhekk wasalna, Sur President!", "Paċenzja li m'hawnx dibattitu għaliex il-ministru għandu x-xogħol tiegħu u jkollu bżonn jsiefer, imma allura lanqas nagħmlu dibattitu serju fuq dawn l- affarijiet!", "Għalhekk jien minn hawnhekk nisfida lil min ma pproduċiex dak l-aġġornament sabiex joħorġu, għalkemm jien naf li xorta waħda min kellu jisimgħu semgħu u ħadd ma ġie jmerini, la l-moviment Ewropew u lanqas il- professuri li għandna fuq l-Unjoni Ewropea.", "L-argument kollu kien li aħna rridu nagħmlu zona ta' kummerċ industrijali ħieles fuq prodotti industrijali, u rigward prodotti agrikoli nagħmlu ftehim li jkun jaqbel lilna.", "Dan mhux issa biss qed ngħidu imma kont ngħidu wkoll meta konna fil-gvern u l-Onor.", "Joe Borg, li dak iż-żmien kien fl-oppożizzjoni, kien jgħidilna li ma nistgħux nagħmlu a free trade area mingħajr ma ninkludu s-settur ta' l-agrikoltura.", "Imma aħna konna lesti li niddiskutu l-agrikoltura biex naraw fejn naqblu sabiex inbiddlu l-prodotti li jaqbel lilna on a case by case basis u biex naqblu liema rridu nħallu barra.", "Anke fil-joint declaration għamilniha ċara li s-sensittivita` ta' l-agrikoltura għandha tiġi meħuda into consideration waqt id- diskussjonijiet.", "Jiġifieri ħadd ma jista' jakkużana lilna li aħna biddilna d-diskors.", "Fl-aġġornament li għadda jiena wrejt kif id-dokument oriġinali ta' l-1947 tad-WTO - qabel din l-organizzazjoni kienet il-GATT - kien diġa` jitkellem fuq l-eċċezzjonijiet li jista' jkun hemm fis-settur tal-biedja u f'ċerti setturi oħra.", "Dan id-dokument kien jitkellem ċar ukoll fuq il-possibbiltajiet li ċerti pajjiżi jkollhom l-eċċezzjonijiet tagħhom.", "Tant hu hekk li meta mbagħad baqa' miexi l-Uruguay Round u wasalna għad-dikjarazzjoni ta' Marrakesch, kien hemm id-dikjarazzjoni dwar l-agreement fuq l-agrikoltura - fiha biċċa xogħol enormi u twila - u meta wieħed jeżaminaha jsib li din tgħid ċar li", "\"special treatment for developing countries is an integral element of the negotiations and taking into account the possible negative effects of the implimentation of the reform programme on least developed and net food-importing developing countries\".", "Malta hija a net food-importing developing country, liema status titilfu jekk issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela jekk kemm-il darba jkun hawn min jibqa' jgħid li b'daqshekk ma nkunux kompatibbli mad-WTO, jien ngħidlu li huwa żbaljat u jien nistenna li bħalma kien hemm faċċati sħaħ biex jirredikolaw il-politika tal-Partit Laburista ta' \"Svizzera fil- Mediterran\", jippruvaw imeru dawn l-affarijiet ukoll.", "Sur President, dan l-argument sploda f'wiċċhom aktar b'dak li ġie kkonfermat mill-poplu Svizzeru nhar il-Ħadd li għadda.", "Irrid ngħid hawnhekk li billi qed insemmi dak li għamlu l-Iżvizzera ma jfissirx li aħna se nagħmlu eżatt bħalhom - assolutament le! - għaliex l- Iżvizzera għandha ċ-ċirkostanzi u l-problemi tagħha u għandha l-mod kif tħares lejn l-Unjoni Ewropea u aħna għandna l-mod tagħna.", "Jien se ngħid x'għamlu l-Iżvizzeri bħala prova ta' kemm dak li jgħidu li ma tistax tagħmel agreements kummerċjali, billi tħalli setturi barra, m'hu veru xejn.", "Qed ngħid hekk għaliex l-Iżvizzeri, f'wieħed mill-aktar chapters importanti li ddiskutew u li qablu fuqu fil-Parlament Ewropew - il-poplu Svizzeru diġa` rratifikah b'maġġoranza ta' 67%...", "U nixtieq hawnhekk nagħmel parentesi u nitkellem dwar xi ħaġa oħra importanti li ġrat fl- Isvizzera u li aħna għandna għalfejn nirriflettu fuqha.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni tar-referendum.", "Meta konna għedna li jekk isir referendum aħna m'aħniex se nżommu ruħna marbutin mar-riżultat tiegħu - illum \"The Malta Independent\" wissiet lill- gvern Nazzjonalista li jekk jagħmel referendum se jitilfu hands down - kulħadd skandalizza ruħu.", "U dan wara li l-Ministru Joe Borg stess kien qal li jekk huma jitilfu r-referendum xorta jkomplu mexjin fl-istess triq.", "Jien lill-ministru ngħidlu li l-Isvizzeri hekk għamlu għax fl-1992 il-poplu Svizzeru qal lill-gvern li bl-ebda mod ma ried li jidħol fil-European economic area, let alone fi sħubija sħiħa.", "Kieku dawn baxxew rashom kompletament għar-referendum kienu jieqfu hemm u ma jagħmlu xejn aktar, imma fl-Iżvizzera kien hemm min emmen u kien konvint li hemm toroq oħra kif jistgħu joqorbu lejn l-Ewropa, u allura baqa' jimbotta bid-demokrazija, baqa' jipperswadi lill-poplu u baqa' jagħmel propaganda sakemm nhar il-Ħadd irnexxielu jkollu konferma li l-poplu Svizzeru, minkejja li fl-1992 qal ħaġa, issa kien lest li jasal ftit passi lejn l-Unjoni Ewropea mingħajr ma jsir membru.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda dagħwa f'li għedna aħna li r- referendum lilna m'hu se jorbotna bl-ebda mod li nkomplu nippruvaw nikkonvinċu lill-poplu Malti li l-aħjar triq hija dik ta' \"Svizzera fil- Mediterran.\"", "U dan qed ngħidu ħalli l-poplu jixtarr - u jien ċert li hemm barra m'hemmx boloh - il-gideb u l-propaganda li n-naħa l-oħra għall- għanijiet tagħhom dejjem ixerrdu u jippruvaw ibellgħu lill-poplu.", "Jiġifieri aħna qegħdin ngħidu ċar li apparti mill-fatt li jekk jibqa' sejjer kif inhu sejjer il-gvern se jitlef ir-referendum hands down, kemm-il darba Allaħares qatt ikun hemm eżitu pożittiv, gvern Laburista xorta waħda jibqa' jimbotta l-option tiegħu ta' \"Svizzera fil-Mediterran\".", "Imma issa ħalli nerġa' niġi għall-qasam ta' l-agrikoltura.", "Dawn kienu qalulna li aħna ma stajniex nagħmlu dak li konna se nagħmlu.", "U x'konna se nagħmlu aħna, Sur President?", "Aħna konna diġa` għamilna ftehim mal-federation of industry sabiex nidentifikaw liema settur irridu nibdlu - il-ħut tal-fishfarming, il-birra, iċ-ċikkultata, il-gallettini u dawn l- affarijiet kollha.", "U jien nistaqsi: Jekk l-Isvizzera kienu kapaċi jagħmlu l-eċċezzjonijiet fis-settur ta' l-agrikoltura, għaliex aħna ma nistgħux nagħmlu hekk ukoll?", "L-Isvizzera wriet li hemm mezz ieħor kif toqrob ħafna u tikkopera ma' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma tkun qed terfa' l-piżijiet ta' sħubija.", "Il-poplu Svizzeru sal-lum ma jridx isir membru ta' l-Unjoni Ewropea, għalkemm il-Kunsill Federali qed ikompli jimbotta għaliex jemmen li għandu fl-aħħar mill-aħħar iwassalhom għal sħubija.", "U b'dak li għamlu l- Isvizzeri ma jfissirx li sar xi free trade komplut fi prodotti agrikoli.", "Jiġifieri min jiġi jgħidilna li ma nistgħux nagħmlu a free trade area mingħajr ma ninvolvu lis-settur kollu jkun qiegħed jigdeb.", "Fil-każ ta' l- Isvizzera ma saret l-ebda konċessjoni fuq l-agro-industrija, jiġifieri prodotti agrikoli u proċessati ma jidħlux fl-istorja.", "Din m'hijiex tneħħija kompleta ta' dazji jew restrizzjoni ta' kwantita` jew li f'ċerti staġuni jwaqqfu l-importazzjoni.", "Il-kummerċ fil-ġobon, li l-Isvizzera għandha ħafna minnu x'tesporta, se jkun liberalizzat f'ħames snin.", "Id- dulliegħ, il-larinġ, il-mandolin, il-kiwi u l-ġewż, prodotti li l-Isvizzera m'għandhiex minnhom, qaltilhom li se tiftaħ il-bibien għalihom u timpurtahom.", "Mhux bilfors trid timpurtahom jekk m'għandhiex!", "Pero` fuq it- tuffieħ, il-lanġas, il-ħawħ, il-ħass, iċ-ċikwejra u affarijiet oħra li tkabbar hi, l-Unjoni Ewropea lanqas qalitlha biex tibgħat kemm trid imma li tista' tibgħat sa 40,000 tunnellata.", "Mela fejn hi l-impossibbilta` li jkollok a free trade area kompluta fi prodotti agrikoli?", "Mela allura tista' tagħmel negozjati u tiftiehem fuq ċerti kwantitajiet biex ma tħallihomx jifqgħulek is-suq!", "Fuq iż-żejt taż-żebbuġa, li l-Isvizzeri jridu jimpurtaw għaliex ma jkabbruhx, id-dazji naqsu b'50% u mhux neħħewh kompletament, jiġifieri mhux free trade area fl-agrikoltura imma, hemm restrizzjonijiet tad-dazji.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' laħam, qamħ u ħalib ma missew xejn, ma neħħew l-ebda tariffa imma ħallewhom kif kienu.", "Issa l-ftehim Svizzeru ma jfissirx it-tmiem tal-protezzjoni għall-agrikoltura Svizzera, u għalhekk qed ngħid li dawn qegħdin jaraw l-interessi tagħhom.", "U aħna rridu l-istess ħaġa.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-agrikoltura tagħna rridu nipproteġuha mir- regolamenti tal-common agricultural policy, mill-importazzjoni, mill- prezzijiet interni tas-suq u milli jkollna nagħmlu l-export refunds, affarijiet li jkollu jagħmel il-gvern kemm-il darba nsiru membri sħaħ fl- Unjoni Ewropea.", "Hemm imbagħad l-imbejjed u l-ispirti li se jibqgħu protetti mit-tnejn, ħadd minnhom ma qal li għandhom jiġu lliberalizzati.", "U l-aktar importanti hija li kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Iżvizzera qalu li għandhom politika agrikola separata, jiġifieri m'hemm l-ebda ħsieb li tidħol bilfors il-common agricultural policy.", "L-Isvizzeri m'humiex imġienen imma jafu x'inhuma jagħmlu.", "Miġnun min jaqbad u jilbes il-ġlekk ta' ħaddieħor mingħajr ma jaf jekk jiġihx jew jekk huwiex maħmuġ!", "U dan li qed ngħid huwa biss eżempju fuq settur wieħed imma jekk ikun hemm bżonn 'il quddiem nitkellmu anke dwar setturi oħra.", "Dan il-ftuħ tas-suq ta' l-Isvizzera jikkonċerna prinċipalment dawk is- setturi li fihom il-biedja Svizzera hija tradizzjonalment b'saħħitha, bħal per eżempju fil-każ tal-ġobon.", "Ħafna mill-konċessjonijiet ta' tariffi, bħal ħawħ, tadam u affarijiet oħra simili huma validi biss matul l-istaġun intermedjarju - allura f'dan il-każ m'hawnx free trade imma jeżistu restrizzjonijiet - jiġifieri jekk ma jkunx hemm prodotti Svizzeri fis-suq.", "Għamilha din bi sħubija sħiħa!", "Mela ma tgħidlux li se tagħlaqlu l-bieb u mela ma tgħidlux biex ma jġibx il-prodotti tiegħu f'ċerti staġuni jew f'ċerti ammonti!", "Inti ftaħt il-bieb għaliex il-common agricultural policy u l-customs union hekk titlob u jekk int b'saħħtek ikkompeti.", "U min qed jaqra x'inhu għaddej bħalissa kulħadd qed jgħid li dan se jfisser il-qirda tal-bidwi ż-żgħir - anke fir-relazzjonijiet li hemm ma' pajjiżi oħra - għaliex l-ammonti enormi li jiġu prodotti ġo l-Ewropa huma biżżejjed biex jifqgħu s-swieq u jiskoraġġixxu lil min jaħdem f'dan is-settur.", "Issa filwaqt li qed ngħid dan kollu, wieħed irid jifhem li fl-ebda ħin l- Isvizzera ma qalet li d-dritt li tagħmel il-liġijiet issa se tissottomettih għal-liġi sopra-nazzjonali - u qed nitkellem fuq is-seba' arranġamenti li għamlu - jiġifieri li se tbaxxi rasha għal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela le!", "Anzi dawn għamluha ċara u qalu li dan huwa ftehim ta' koperazzjoni inter-governattiva.", "Jiġifieri mhux jien se nsir parti minnek u tmexxini inti, jew jiena nneħħi l-liġijiet tiegħi biex inti timponi l- liġijiet tiegħek fuqi; jiena għandi l-liġijiet tiegħi dwar l-agrikoltura, dwar kemm jiġu jaħdmu nies f'pajjiżi - u dan huwa settur ieħor li nitkellem fuqu darb'oħra - u m'iniex se niftaħ il-bibien biex il-liġijiet tiegħek isiru liġijiet tiegħi u l-parlament tiegħi ibaxxi rasu għall-parlament tiegħek!", "L-Isvizzeri qalu wkoll li li jekk jaraw li l-affarijiet m'humiex mexjin tajjeb ixolju kollox.", "Dawn jistgħu jagħmluha bil-ftehim li għamlu, imma jekk tidħol membru sħiħ kif se toħroġ?", "Barra minn hekk, l-Isvizzera rnexxielha tirbaħ id-dritt li rappreżentanti tagħha jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi attivi, jiġifieri jistgħu jitkellmu, jargumentaw u jipperswadu lill-oħrajn, fil-laqgħat tal-kumitati importanti, fis-setturi tar-riċerka, tat-trasport bl-ajru, tas-sigurta` soċjali u ta' l-għarfien tad-diplomi.", "Ir-rappreżentati Svizzeri għandhom id-dritt ukoll li jesprimu l-fehmiet tagħhom f'dawn il-kumitati.", "Jiġifieri dawn m'humiex iżolati imma se jkunu hemmhekk bir-rappreżentati tagħhom sabiex jitkellmu u dawn huma setturi li sar il-qbil fuqhom, m'għandhomx biss id-dritt li jivvutaw.", "U jiena għalhekk ngħid bi tlieta jew erba' membri li se jkollna aħna f'parlament ta' 700 membru, il-vot tagħna x'saħħa fih?", "Tan-naħa l-oħra jargumentaw li b'daqshekk se jkollna dritt insemmgħu leħinna.", "Dawn ukoll għandhom id- dritt isemmgħu leħinhom u se jkunu hemm isemmgħu leħinhom, jipperswadu bl- argumenti pero` ma jivvutawx.", "So what, b'daqshekk ma jkun ġara xejn!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, qed nuri kemm dawn in-nies huma giddibin, bħalma huwa giddieb ċertu John Zammit li kiteb f'\"il-mument\" tal- Ħadd, 14 ta' Mejju.", "Dawn li jgħidu li ma jafux x'jiġifieri \"Svizzera fil- Mediterran\" iridu jgħidu lilna x'jiġifieri!", "Dan Zammit qal: Din tfisser li jkunu jistgħu jidħlu prodotti tal-biedja bla ebda xkiel ta' xejn.", "Għalija dan il-bniedem jew giddieb jew injorant, jew irid iqarraq bil-poplu għax jaf li mhux veru dan għaliex l-Isvizzera lanqas hi m'għamlet hekk.", "Min-naħa l-oħra l-bravi li jiktbu faċċati sbieħ bl-isfar u l-blu f'\"The Sunday Times\" jgħidulna li l-option li teskludi setturi sħaħ tfalli mill- iskrutinju tad-WTO.", "U min qallek, Sur Professur, li aħna xi darba għedna li se neskludu settur sħiħ?", "M'għednihx dan aħna.", "Xbajna nispjegawha illi għas-settur ta' l-agrikoltura - għax għal dan qed jirriferu dawn - se nagħmlu bdil on a case by case basis, dak li jaqbel lilna u jaqbel lill- Unjoni Ewropea.", "Hekk għamlet l-Isvizzera u għalhekk qegħdin ngħidu \"Svizzera fil-Mediterran\".", "Bdiet tieħu l-forma issa u l-poplu se jibda jifhem għaliex se jibda jara x'jiġifieri bil-fatti.", "Ma tistgħux tidħku aktar bin-nies u ma tistgħux tippruvaw tilludu lill-poplu bil-ħmerijiet!", "Għal dawk il-Federalisti li moħħhom biex jagħmlu ħaġa waħda biss minn dan il-kontinent, b'dak li qal il-viċi chairman tal-grupp soċjalista fil- Parlament Ewropew, l-ewwel jgħidulna li għax aħna maqtugħin u għax dawn ma jaħsbux bħalna ......", "Min ma jaħsibx bħalna, Sur President?", "Iva, f'parlament ikollok l-opinjoni maġġoritarja imma mbagħad ikollok ħafna gruppi.", "U nista' nikkwota jien lil Klaus Haensch, illi kien u għadu viċi president tas-socialist group, bniedem li anke għadda mozzjonijiet mill- Parlament Ewropew.", "U x'qal dan f'wieħed mill-artikli li kiteb riċentement fil-Frankfurter Allgemeiner?", "Dan qal riċentement li ma' dawk l-Istati.....", "Naħseb tafdawni nagħmel translation għax din qiegħda bl-Ingliż!", "Dan qal:", "\"Ma' dawk l-Istati illi m'humiex kapaċi jew ma jridux illi jappartjenu għall-Unjoni Ewropea, jew inkella li għal xi raġuni tagħhom do not want to join, l-Unjoni Ewropea għandha tikkonkludi xibka ta' koperazzjoni dense, differentiated, flexible and effective, tip ta' partnership jew association agreement.", "Dan għandu jkun organizzat għall-benefiċċju taż-żewġ naħat, biex ikun hemm koperazzjoni settorali mqarrba, bħal per eżempju t-trans-European transport networks, it-trans-continental telecommunications u guaranteed energy production plus anke l-ambjent.\"", "U jispiċċa billi jgħid li:", "\"Għandu jkun hemm aktar possibbiltajiet milli sempliċement tkun ġewwa jew barra, kif l-integrazzjonalisti, dawk ta' l-Ewropa Federali, awtomatikament jassumu.\"", "Mela, Sur President, hawnhekk qegħdin naraw argument li qiegħed jiżvolġi u li qiegħed jiżviluppa fi ħsieb politiku li dan il-partit ilu jitkellem fuqu - qegħdin narawh backed minn fatti storiċi li ġraw proprju ftit tal- ġranet ilu - u l-poplu Malti jrid jiftaħ widnejh u jisma' dawn l- affarijiet għaliex min għandu l-interess li ma jwassallux l-affarijiet kif inhuma, se jibda jżommu miftum mill-informazzjoni.", "Pero' l-poplu Malti, li għandu fuq spallejh ir-responsabbilta` li jara x'se jagħmel b'dan il-pajjiż - mhux għal-lum u mhux għalina imma għall- ġenerazzjonijiet li ġejjin - irid ikun responsabbli u jisma' ż-żewġ qniepen, jistaqsi fejn ma jifhimx, jiżen bis-serjeta`, ineħħi l-għamad politiku minn quddiem għajnejh, jinjora lil min għandu interessi ulterjuri tal-ħbieb li diġa` qed jaraw posthom f'istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u li diġa` qed jaraw posthom fin-negozju li beħsiebhom jagħmlu ma' ta' l-Unjoni minflok jaraw l-interess tal-maġġor parti tal-poplu Malti, ta' min jaqla' l-paga, ta' min jaħdem għal rasu, ta' min għandu paga żgħira u ta' min għandu negozju żgħir.", "Dawn huma l-interessi tal-poplu Malti u l- poplu Malti jrid jiftaħ għajnejh u jiżen dak kollu li qegħdin ngħidu.", "Il- verita` għad toħroġ, se toħroġ maż-żmien u aktar ma jmur aktar se nagħtuh informazzjoni lill-poplu ħalli jkun aktar f'pożizzjoni li jagħmel għażla intelliġenti u informata meta jasal il-ħin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 23 ta' Mejju, 2000, fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PATATA - SANTE'/ALPHA", "16097.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien il-prezz medju tal-varjeta' Sante li ġiet esportata fl-ewwel erba' ġimgħat ta' dan l-istaġun?", "Jista wkoll jinformani kemm kien il-prezz medju tal-varjeta' Alpha li ġiet esportata fl-ewwel erba' ġimgħat ta' dan l-istaġun?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fl-interess ta' kulħadd, għadu kmieni sabiex nagħti l- informazzjoni mitluba.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "16098.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kemm u meta saru laqgħat ma' l- Agricultural Export Marketing Board matul dawn l-aħħar ġimgħat sabiex ġew diskussi u analizzati l-problemi u d-diffikultajiet li nqalgħu fil-proċess ta' l-esportazzjoni tal-patata lejn l-Olanda?", "Jista' l-Ministru jinfurmani x'problemi ġew diskussi u x'deċiżjonijiet ħa l-board?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi matul dawn l- aħħar ġimgħat saru konsultazzjonijiet kontinwi bejn il-ministeru u l- agricultural produce export marketing board sabiex jiġu diskussi u analizzati l-problemi, d-diffikultajiet u l-andament fil-proċess ta' l- esportazzjoni tal-patata lejn l-Olanda.", "Saru wkoll diversi laqgħat formali.", "Wara li l-board kien sodisfatt li l-kwalita' tal-patata kienet aċċettabbli, ta l-parir li tiġi esportata.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "16141.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kemm-il ċitazzjoni inħarġet mill-pulizija għaliex: sewwieqa ta' muturi ma kenux lebsin l-elmu?", "U anke passiġġieri u sewwieqa ta' vetturi ma kenux liebsin is-seat belt; u passiġġieri f'vetturi ma kenux lebsin is-seat belt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej :", "Irkib ta` mutur mingħajr elmu * 10 Sewwieqa ta` vetturi mingħajr seatbelt 1,688 Passiġġier f`vettura mingħajr seatbelt 161", "* Statistika ma tinżammx separatament għal sewwieq/passiġġier", "PENSJONIJIET", "16155.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jiġi pproċessat il-każ dwar pensjoni li bħalissa tinsaba miżmuma ta' anzjana armla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali bir-raġuni għaliex it-talba tagħha ma tistax tiġi pproċessata.", "ĦAL SAFI - TARMAC", "16162.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq in-Nassaba f'Ħal Safi tiġi mogħtija wiċċ ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-parti tat-Triq in-Nassab li għadha mhux asfaltata għadu qiegħed isir l-iżvilupp fiha.", "ĦAL SAFI - MAIN TA' L-ILMA", "16163.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn hija daqshekk diffiċli li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tgħaddi main fi Triq in-Nassaba, Ħal Safi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "MQABBA - MERA", "16164.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir mera faċċata ta' sqaq fi Triq San Mikiel, l-Imqabba u dan sabiex tiġi evitata xi traġedja l-aktar meta tqis li t-tfal li joħorġu minn dan l-isqaq mill-ewwel jispiċċaw fi triq prinċipali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li normalment il-mirja jintużaw fejn ikun hemm bżonn li jiġu nnotati vetturi ħerġin minn xi triq u mhux persuni, peress li dawn ħafna drabi ma jinqabdux fil-mera, jew ma jkunux distinguiti fiha.", "Id-dipartiment tat-toroq għalhekk se jikkonsulta mal-kunsill biex wieħed jara x`jista jsir.", "MQABBA - CULVERT", "16165.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibbilita' li jsir culvert jew xi arranġament ieħor sabiex l-ilma qawwi li jaqa' fi Triq San Mikiel, l- Imqabba ma jibqax jirrendi l-ħajja impossibbli kull meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi dan ix-xogħol huwa responsabbilta' tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministru konċernat.", "MQABBA - LETTOR BOX", "16166.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li ssir letter box fi Triq San Mikiel, l-Imqabba u dan għal benefiċċju ta' ħafna anjani li mhux possibbli li jimxu sa ħdejn l-għassa tal-pulizija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fl-Imqabba n-numru ta` kaxxi ta` l- ittri hu iktar minn dak rakkomandat mill-Unjoni Postali Universali skond in- numru ta` residenti.", "Madankollu d-direzzjoni ta` Maltapost dejjem lesta tikkonsidra rakkmandazzjoni tal-kunsill lokali biex xi waħda mill-kaxxi eżistenti titqiegħed iktar viċin il-lokalita` msemmija, b`mod li r-residenti ta` din il-lokalita` jinqdew aħjar.", "MQABBA - UFFIĊJAL", "16167.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li fl-Imqabba, ħdejn l-iskola u ħdejn il-mużew, jitpoġġa pulizija fuq skeda ta' kuljum peress illi kemm ilu li ġie effettwat it-transfer lill-uffiċjal inkarigat, dawn iż-żewġ lokalitajiet saru perikolużi u mhux qed tinżamm ftit dixxiplina?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-lokalita` li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant qed ikun hemm pulizija dettaljat mat-tfal ta` l-iskola, filwaqt li l-pulizija tad-distrett ingħataw struzzjonijiet biex kemm jista` jkun jagħmlu r-ronda spiss fil-ħin tal-mużew.", "MUŻEW TAL-GWERRA", "16200.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu magħluq il-Mużew tal-Gwerra?", "Xi pjani futuri hemm għalih?", "Xi pjani futuri hemm għall-Mużew ta' l-Istorja Naturali li hemm fl- Imdina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Mużew tal-Gwerra ilu magħluq minn Marzu ta' din is-sena.", "Il-Mużew kellu jingħalaq minħabba xogħlijiet urġenti li kellhom isiru inkluż fis-saqaf tan-naħa tax-xellug tal-Mużew.", "B'riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, fil-futur huwa ppjanat li barra minn xogħol estensiv ta' manutenzjoni lill-bini nnifsu, bħala xogħol ta' tikħil, kisi u tibjid, xogħol ta' żebgħa ta' injam bibien, twieqi, eċċ., għandha ssir ukoll bidla totali fis-sistema tad-dawl elettriku tal- mużew.", "Id-dawl eżistenti huwa bażiku u jservi kemm idawwal il-post.", "Ukoll, barra minn dawn ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni għandu jsir up- grading ġenerali fis-sistema ta' display jew esebizzjoni ta' l-oġġetti li hemm fil-mużew.", "Għal dan il-għan, huwa ppjanat li jiġu ntrodotti xi vetrini ġodda adattati għal dan it-tip ta' mużew.", "Bħala parti importanti ta' dan l-aħħar pjan huwa pprogrammat li ssir ukoll riorganizzazzjoni ta' l- esibiti biex dawn jiġu ppreżentati aħjar.", "Informat ukoll li fil-mużew ta' l-Istorja Naturali u fuq il-Palazz Vilhena bħalissa, qegħdin isiru xogħlijiet estensivi ta' tiswija.", "Hemm pjan biex fil-futur ikollna mużew ta' l-Istorja Naturli li jkollu ċerti sezzjonijet li jagħtu aktar importanza għall-ekosistemi u ambjenti Maltin.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - FONDI", "16201.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti universitarji għal xogħol fis-sajf iffinanzjat mill-fondi tal-ministeru?", "X'tip ta' xogħlijiet differenti se jkunu jagħmlu?", "Kemm se jdumu jaħdmu u kemm se jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li applikaw 1250 student universitarju għal xogħol fis-sajf iffinanzjat mill-fondi tal-ministeru.", "L-istudenti sejrin jingħataw xogħol fuq proġetti ta' ħtieġa fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u sport, ħarsien soċjali partikolarment ħidma komunitarja, u ħarsien u konservazzjoni ta' l-ambjent kif ukoll fuq proġetti ppreżentati minn organizzazzjonijiet ta' studenti universitarji nfushom.", "B'kollox l- istudenti se jkunu jaħdmu fuq 190 proġett.", "Kull student qiegħed ikun offrut perijodu minimu ta' xogħol ta' erba' ġimgħat li l-ħlas tiegħu huwa ta' Lm132.", "Studenti jistgħu jiġu offruti perijodi itwal skond in-natura tal- proġettli jkunu fih.", "ĊENTRU TAR-RESTAWR", "16202.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'rati ta' ħlasijiet se jiċċarġja ċ-Ċentru tar- Restawr lill-gvern għal xogħol ta' restawr li se jkun qed jagħmillu?", "B'dawn ir-rati l-gvern se jkun qed iħallas ogħla milli kieku jiġih s'issa l-istess xogħol ta' restawr?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - TAS-SNAJJA'", "16203.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk għas-sena skolastika li ġejja hux se jiġu reklutati studenti għall-ewwel sena: fl-iskola ta' l-arti ta' Tarġa Gap; fl- iskola tas-snajja' tal-Marsa; u fl-iskola tas-snajja' tan-Naxxar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, se jiġu reklutati studenti għall-ewwel sena fl- iskola ta' Tarġa Gap u għall-ewwel sena fit-technology B fl-iskola tas- Snajja' tan-Naxxar.", "Kif diġa` għedt fil-pubbliku l-istudenti li se jagħżlu technology education se jagħmlu s-suġġett fl-iskola sekondarja fejn qegħdin.", "SERVIZZ ĊIVILI - SUR EDWARD J. BORG", "16204.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid b'liema proċeduri mtela' l-post ta' assistent direttur administration, fl-Isptar Monte Carmeli mis-Sur Edward J. Borg?", "Meta ħarġet sejħa għal dan il-post?", "Kemm applikaw?", "Min applika?", "Meta saru l-intervisti?", "X'kondizzjonijiet għandu s-Sur Borg bħala assistent direttur?", "X'allowances għandu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-pożizzjoni ta' Assistent Direttur, Amministrazzjoni, fl-Isptar Monte Carmeli mtliet bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "L-uffiċjal imsemmi, li kien diġa' ingħata l-ħatra ta' Assistent Direttur f'ministeru ieħor, nħatar fil- pożizzjoni l-ġdida għax kellu esperjenza unika dwar it-tmexxija amministrattiva ta' l-isptar peress li għal żmien twil kien diġa' nvolut fir-riforma li qed iseħħ fl-istess sptar.", "Il-kondizzjonijiet u benefiċċji li għandu dan l-uffiċċjal bħala assistent direttur huma dawk applikabbli għall-assistenti diretturi l-oħra.", "UE - NGOs", "16216.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati s'issa fondi għal NGOs bħala parti mir-riċerka u xogħol ieħor konness mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li dawn għamlu jew qed jagħmlu?", "F'dan is-sens, jista' l-Ministru jgħid: kif ġew allokati dawn il-fondi; min kienu l-entitajiet u għaqdiet oħra li bbenefikaw minn dawn il-fondi; meta ġew allokati dawn il-fondi; u mil-liema fond dawn il-flus ittieħdu?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "UE - PROĊESS TA' SCREENING", "16217.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s'issa fi spejjeż il- proċess ta' l-iscreening ma' l-Unjoni Ewropea?", "F'dan is-sens, jista' l-Ministru jgħid: kemm intbagħtu rappreżentanti Maltin barra minn Malta bħala parti minn dan il-proċess; min kienu; meta intbagħtu; kemm damu barra l-pajjiż; kemm swew f'kull każ l-ispejjeż tal- biljetti ta' l-ajru; kemm ingħataw f'kull każ spending money; u mil-liema fond ittieħdu l-flus għal dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĊINIŻI - PERMESS GĦAX-XOGĦOL", "16218.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal- persuni Ċiniżi li għandhom permess jaħdmu Malta?", "X'inhu x-xogħol li qed jagħmel kull wieħed u waħda minnhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ŻURRIEQ - VALLETTA ROAD - DRENAĠĠ", "16219.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara s-sistema tad-drenaġġ f'Valletta Road, Żurrieq, tinbidel peress li kull meta tagħmel ix-xita, il-kapitelli li jgħattu d- drenaġġ jiżbroffaw u qed issir ħafna ħsara f'din it-triq li minnha jgħaddu eluf ta' karozzi kuljum?", "Jaf li kull xitwa d-dipartiment tat-toroq jonfoq eluf ta' liri biex isewwi l-ħsara li ssir bix-xita u kull darba, wara li terġa' tagħmel ix-xita, it-triq terġa' titla'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ilu jaħdem biex tiġi mtejba s-sistema tad-drenaġġ ġewwa Valletta Road, Żurrieq.", "Fil-fatt diġa' sar main kbir minn fejn ir-roundabout taż-Żurrieq sal-post fejn bħalissa hemm dan l-inkonvenjent.", "Din it-tieni parti għad trid issir, u minħabba li t-triq li rridu nidħlu minnha (li tieħu għal Ħal-Kirkop) hija dejqa ħafna u mimlija servizzi oħra, ttieħdu passi biex jiġi esproprjat passaġġ minn ġo l-għelieqi ta' biswit biex jgħaddi dan il-main propost.", "Din l-esproprjazzjoni qiegħda fi stadju avvanzat, u hekk kif tiġi ppubblikata jinħareġ tender biex din il-biċċa li jonqos issir ukoll.", "OPM - SAFAR", "16220.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il safra għamel bħala Prim Ministru bejn is-sena 1997 u din is-sena, sena b'sena?", "Jista' jagħti dettalji tal-pajjiżi li siefer fihom kull sena matul dawn is-snin imsemmija, u kemm qamet kull safra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Nassumi li l-Onor.", "Membru irid ikun jaf kemm kelli żjarat uffiċjali barra minn Malta minn Settembru 1998 u mhux mill-1997.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR", "16221.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra saret minn persuni li qed jieħdu sehem fin-negozjati għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u li huma fil-ministeru tiegħu u anke f'dipartimenti oħra?", "Min huma dawn il- persuni li siefru kull darba?", "Kemm intnefqu flus f'kull safra imsemmija?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MALTAPOST - SPONSOR GĦAT-TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL", "16231.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16051 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u ċioe' jista' jgħid jekk it-tiġrijiet taż-żwiemel li se jsiru ġewwa Għawdex fit-13 ta' Mejju, 2000 ġewx sponsorjati mill-Maltapost jew le?", "Hemm xi entita' oħra fid-dekasteru tiegħu li wkoll qed tisponsorja dan l- avveniment?", "Jekk il-Maltapost qed tisponsorja dan l-avveniment, din hija l- ewwel darba li qed jissponsorjaw avveniment simili?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi membru tal-bord tad-diretturi tal-Maltapost li huwa involut anke fl-organizzazzjoni ta' dawn it-tiġrijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li t-tiġrijiet taz-zwiemel li saru f`Għawdex fit-13 ta` dan ix-xahar, saru fuq inizjattiva ta` azjenda kummerċjali ewlenija.", "Kif deher fil-ġurnali u kif ixxandar fuq il-mezzi tax-xandir, din l-attivita`, li l-ġurnali rriferew għaliha bħala `storika`, tat l-opportunita` lill-Maltapost li tissieħeb ma` numru ta` entitajiet oħra, privati u mhumiex, sabiex tieħu benefiċċju mill-aqwa fil-qasam tar- reklamar.", "Dan sar fl-ispirtu ta` proġettazzjoni aħjar u modern ta` kumpannija li qed tħares għall-futur f`ambjent kummerċjali u kompetittiv.", "Din m'hijiex l-ewwel darba li l-Maltapost sponsorjat attivitajiet jew irriklamat skond il-ħtieġa.", "F`dan il-każ, kif diġa` għedt, ma kienx hemm attivita` oħra bħal din li għaliha qed issir riferenza.", "Jiena nformat li wieħed mid-diretturi tal-Maltapost kien il-konsulent ta` l-organizzazzjoni ta` l-attivita`.", "AFM - SULDATI TAL-VOLONTARJAT", "16241.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'sejjer isir minn dawk il-persuni li ġew magħżula bħala suldati volontiera wara li jispiċċalhom il-kuntratt ta' tliet snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Avviż Legali Nru. 80 ta' l-1998 jirregola l- kondizzjonijiet tas-servizz tas-suldati voluntieri.", "Skond ir-Regolament Nru. 10 dawn il-voluntieri jistgħu jiġu mogħtija l-opportunita li jservu t- tieni ngaġġ ta' tliet snin.", "ŻEBBUĠ - KALKARA TAL-ĠIR", "16242.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn sar survey tal-proprjeta' li kienet iservi bħala kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li la t-taqsima proprjeta` tal-gvern u lanqas l-awtorita` ta` l-ippjanar m'għamlu xi survey fis-sit li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "DJAR - BORMLA", "16244.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi s-soluzzjoni għall-familji tat-toroq Eagle, St Mark, St Helen u Hannover f'Bormla li għaddew mill-istess problema tal-mistoqsija parlamentari numru 16089?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kwestjoni dwar it-toroq Eagle, St Mark, St Helen u Hanover f'Bormla mhix l-istess bħal dik tal-Kalkara u Pembroke.", "Fil-fatt ir-residenti f'Bormla joqogħdu f'żona li hi indikata għat-twaqqigħ bħala parti mit-tielet fażi tal-proġett ta' Sta Liena.", "F'dal-mument id- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar u l-awtorita' tad-djar qed jistennew il-permess tal-awtorita' tal-ippjanar.", "Hekk kif dan joħroġ ikunu jistgħu jibdew proċeduri biex ir-residenti jiġu provduti b'akkomodazzjoni alternattiva.", "Jien jidhirli li dal-proġett kellu l-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Kamra u għalhekk nistenna li anki f'dal-proġett insibu l-appoġġ sħiħ ta' kulħadd biex inkomplu intejbu l-qagħda ta' dawn ir-residenti li uħud minnhom joqogħdu f'postijiet verament sub-standard.", "SLIEMA - LATRINI", "16248.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' latrini ġodda li qegħdin isiru bħala parti minn xogħol ta' embellishment f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol ta' latrina ġdida bħala parti mix-xogħol ta' embellishment f'Tas-Sliema jinsab fil- fażijiet tal-bidu tal-kostruzzjoni.", "S'issa tqatta' l-blat u nbeda xi xogħol fuq il-pedament tal-bini.", "SLIEMA - KUNTRATTURI", "16249.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi li qegħdin jagħmlu x- xogħol bħala parti mill-embellishment f'Tas-Sliema?", "X'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu u x'inhu l-valur tal-kuntratti rispettivament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kuntratturi li qegħdin jagħmlu xogħol bħala parti mill-embellishment f'Tas-Sliema, x'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu u l-valur tal-kuntratti rispettivi tagħhom jidhru fil-lista li tidher hawn taħt:", "|Kuntratt |Kuntrattur |Valur | | | |ta' | | | |l-offer| | | |ta | |Paving |Attard Bros. |Lm171,5| | | |55 | |Bini ta' |Messrs.", "Rene |Lm21,75| |ġibjun |Scicluna |4. | |Bini ta' |Mr. Frans |Lm18,44| |latrina |Abela |9. | |ġdida | | | |Precast |C. Vella & |Lm19,82| |concrete |Sons Ltd. |7. | |elements | | | |In-situ |Road Group |Lm12,16| |concrete |Co. Ltd. |5. | |kerbs | | | |Gulley Tops |Attard Tipped|Lm | | |Tools Ltd. |4,300. | |Gulley Tops |Clo.", "Farrugia|Lm | | |(Melfar) |1,335. |", "MOSTA - PJANTI", "16250.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tat- triq li trid issir \"Off Mosta Ring Road, Mosta\" skond is- sejħa għall-offerti CT 168/2000? x'inhu stmat il-valur tax-xogħlijiet proposti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Peress li l-prassi li jiġu ppubblikati l-istejjem mas-sejħa għall- offerti ilha li nqatgħet, wieħed mhux tal-parir li jippubblika l-istima f`dan l-istadju.", "OFFERTA CT170/2000 - PJANTI", "16251.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tat-triq li trid issir mir-roundabout tal-Qlejja sa Triq Rabat u mill-Mount Carmel Hospital Junction sas-Saqqajja skond is-sejħa għall- offerti CT 170/2000?", "X'inhu stmat il-valur tax-xogħlijiet proposti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Peress li l-prassi li jiġu ppubblikati l-istejjem mas-sejħa għall-offerti ilha li nqatgħet wieħed mhux tal-parir li jippubblika l-istima f`dan l- istadju.", "SKEJJEL - TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI", "16257.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-għalliema li kienu jagħtu t-taħriġ lill- adulti fl-iskola tas-snajja' tal-Marsa, ġew informati li mhux se jkomplu jgħallmu aktar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux biss ma nikkonfermax dak li qed tallega l-Onor.", "Membru, talli fl-10 ta' Mejju, 2000 ħarġet sejħa għall-għalliema li jixtiequ jgħallmu s-snajja' lill-adulti s-sena d-dieħla.", "Fost il-lista ta' suġġetti hemm dawk li jiġu mgħallma fl-iskola tal-Marsa.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "16258.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk hemmx ħsieb li titkabbar id-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "Jekk iva, x'hemm ippreparat biex dan il-bini jitkabbar?", "Il-proġett il-ġdid għadda mill-Planning Authority?", "Jekk iva, x'inhi r- raġuni li għalkemm il-lista ta' persuni fuq il-waiting list qegħda dejjem tiżdied, għadu ma ħareġ l-ebda tagħrif?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hemm ebda ħsieb li jitkabbar il-bini tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla.", "SPTAR SAN LUQA - PILLOLI OUT OF STOCK", "16259.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara għaliex bħalissa l-pilloli PREPULSID 10mg huma out of stock?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkunu fl-isptar minħabba l- bżonn urġenti tal-pazjenti għal dawn il-pilloli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pilloli Prepulsid 10mg mhumiex fuq il-formularju imma kienu jinxtraw biss għal żewġ pazjenti bħala Non Formulary fuq parir tad-drugs and therapeutics committee.", "L-ewwel approvazzjoni għal dawn il- pazjenti kienet għal sitt xhur u din skadiet fl-aħħar ta' Marzu.", "Fit- tmienja u l-ħdax ta' April rispettivament inħarġu approvazzjonijiet mid-DTC għall-pilloli Cisapride 10mg (ukoll non formulary) għal dawn iż-żewġ pazjenti.", "Id-dipartiment tas-saħħa għandu stokk ta' Cisapride 10mg.", "XIRI TA' ŻEJT", "16264.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma dak li ġie rrapportat li qal dan l- aħħar fil-Gżira li jekk iż-żejt ikompli jogħla ma jara xejn ħażin jekk l- Enemalta tidħol f'hedging arrangement ġdid ta' xiri ta' żejt bil-quddiem?", "Dan kollu kif jikkuntrastja mal-kritika li kienet saret minn ministru minn tiegħu għal hedging li kien sar fi żmien gvern Laburista?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li meta tkellem dwar il- possibbilta' li l-Enemalta tidħol f'arranġament ġdid ta' hedging, fejn iż- żejt jinxtara bil-quddiem, il-Prim Ministru qal dan fil-kuntest li l-prezz taż-żejt ikompli jogħla.", "Dan ikkonfermah l-Onor.", "Interpellant fil- mistoqsija nnifisha.", "Mhux hekk kien il-każ meta sar l-arranġament tal-hedging fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti.", "Meta sar dak l-arranġament, kien hemm indikazzjonijiet ċari li l-prezz taż-żejt kien destinat li jinżel.", "Ta' min jinnota li b'riżultat ta' dak il-ftehim, bejn Jannar 1998 u Marzu 1999, l- Enemalta tilfet madwar 13-il miljun Dollari Amerikani.", "Kien biss grazzi għall-fatt li l-pajjiżi li jiffurmaw l-OPEC ingħaqdu u saħħew il-prezz taż- żejt, li l-Enemalta ma komplietx tirreġistra telf minħabba dan il-ftehim.", "Dan il-fatt kien wieħed inċidentali u li ma setax ikun previst b'mod konkret meta sar l-iffirmar ta' dak il-ftehim.", "Infakkar li l-arranġament ta' hedging li kien sar fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti sar mingħajr ma kien hemm bażi xjentifika u kontra l-parir ta' l-esperti.", "OECD", "16265.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-OECD?", "Is-sħubija prospettiva tagħha mxiet 'il quddiem?", "Applikazzjoni formali kienet intefgħet, jew kulma kien hemm kien biss declaration of intent?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBAXXATI MALTIN", "16266.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu nfetħu ambaxxati ġodda Maltin minn Settembru, 1998 'il quddiem sa tmiem din is-sena?", "Kemm minnhom igawdu minn arranġament reċiproku fejn il-pajjiż l-ieħor intrabat li jiftaħ ambaxxata f'Malta wkoll?", "ONOR.", "JOE BORG: Minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' din is-sena se jkunu nfetħu żewġ ambaxxati ġodda, waħda fi Stokkolma u l-oħra f'Ateni.", "Meta l- gvern jiddeċiedi li jiftaħ ambaxxata, ma jidħolx f'arranġament reċiproku fejn jorbot il-gvern l-ieħor li jiftaħ Ambaxxata f'Malta.", "Id-deċiżjoni l- Gvern jeħodha fl-interess tiegħu sabiex ikun jista jippromwovi l-politika u l-interessi kummerċjali u interessi oħra ta' Malta barra mill-pajjiż.", "PRIVATIZZAZZJONIJIET", "16267.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-iskedar tad-dati tal-privatizzazzjonijiet għal din is-sena sabiex il-gvern jinżamm on track ma' dak li ħabbar fil-budget?", "Billi kien intqal fil-white paper li l-entitajiet ewlenin li dwarhom kellu jibda jaħdem il-gvern Malti din is-sena kienu l-MIA, il-Public Lotto, il-Libyan Arab Maltese Holding Co. u l-BOV, apparti mill-Malta Freeport, jista' l-Minsitru jgħid fiex waslu dawn it-trattattivi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarrraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f`seduta oħra.", "PRIVATIZZAZZJONI - ADVISORY COMMITTEE", "16268.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'sar mid-deċiżjoni tal-white paper li jiġi appuntat ad hoc advisory committee ġdid dwar il-privatizzazzjoni, li jkun jinkludi fiħ rappreżentanti ta' l-amministrazzjoni, tas-settur finanzjarju uffiċjali u tas-settur privat?", "X'sar minnha l-wegħda tal-white paper li kellu jinħoloq unit speċjali fil- ministeru sabiex jieħu ħsieb id-day to day management implimentation tal- pjan ta' privatizzazzjoni?", "Jekk dawn il-kumitati nħatru, minn min huma komposti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f`seduta oħra.", "EMPLOYMENT COMMISSION", "16269.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta għalaq iż-żmien ta' l-employment commission?", "Meta mistennija tinħatar mill-ġdid?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- terminu ta' tliet snin tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi għalaq fid-29 ta' Frar, 2000.", "Din il-kummissjoni nħatret mill-ġdid b'effett mit-2 ta' Mejju, 2000 għal perijodu ta' tliet snin."]} {"filename": "19991006_150d_par.doc", "date": "1999-10-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 150 L-Erbgħa, 6 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 150", "L-Erbgħa, 6 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "150", "L-Erbgħa, 6 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ MINUTI 436", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 436", "TQEGĦID TA' KARTI 441", "STQARRIJA MINISTERJALI 442", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI (IT-TIENI QARI) 457", "CIVIL PROTECTION BILL (SECOND READING) 457", "AĠĠORNAMENT 464", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIĠEBA BIL-MIKTUB 469", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 149 li saret fil-5 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GŻIRA - FOOTBALL PITCH", "8589.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kamra li hija mibnija fil-football pitch ta' l- iskola sekondarja Antonio Bosio tal-Gżira u li qed tintuża bħala tuck shop għandhiex il-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, tad-dipartiment ta' l- artijiet u tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "Minn min qed tintuża bħala tuck shop?", "Min ħa d-deċiżjoni li tinbena?", "Jekk inbniet bla permessi meħtieġa, x'passi ttieħdu?", "B'liema metodu ħarġu t-tenders għat-tuck shop imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) Jien informat li l-kamra li qiegħda sservi bħala tuck shop hija magħmula minn żewġ ħitan tal- boundary wall li jdawwar il-ground ta' l-iskola u minn żewġ ħitan oħra mibnija b'mod temporanju u mgħottija b'saqaf taż-żingu.", "Parti mill- istruttura kienet hemm minn dejjem u l-parti l-oħra saret fuq bażi temporanja sakemm jinstab post alternattiv għal tuck shop fil-preċint ta' l- iskola.", "Iż-żewġ ħitan temporanji msemmija saru fuq inizjattiva ta' l- amministrazzjoni ta' l-iskola peress li din sabet li temporanjament, sakemm jinstab post ieħor, dan it-tuck shop ikun jista' jservi l-ħtiġijiet tat- tfal li jattendu din l-iskola, u għaldaqstant it-tfal jibqgħu kontinwament taħt sorveljanza.", "Naturalment it-tuck shop qed jintuża mit-tfal ta' l- iskola sekondarja Antonio Bosio tal-Gzira.", "It-tuck shop ittieħed b'kuntratt wara sejħa għal offerti maħruġa mill-kap ta' l-iskola flimkien mall-kunsill skolastiku.", "Għas-sena skolastika 1999/2000 dan il-kuntratt ser ikun imġedded skond artiklu 12 tal- kondizzjonijiet ta' kuntratt ta' tuck shop fi skola statali.", "L-art hija kollha tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l-approvazzjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar tintalab meta jinstab il-post għal struttura permanenti.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jikkonferma l-Ministru li fl-imsemmija skola diġa' jeżisti tuck shop u allura dan huwa t-tieni wieħed?", "Jikkonferma wkoll li biex tagħmel struttura temporanja, kemm f'dak li jirrigwardja bini kif ukoll f'dak li jirrigwardja saqaf u kwalunkwe' ħaġa oħra ta' struttura, tinħtieġ xorta l-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dawn huma materji li qed jiġu kkonsidrati mill- awtoritajiet tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nixtieq inkun naf jekk jeżistux guidelines biex l-ikel u x-xorb li jinbiegħ minn dawn it-tuck shops ikun konformi mal-linja ta' l-edukazzjoni li toħroġ mill-health promotion unit.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, il-kapijiet ta' l-iskola u l-kunsilli skolastiċi u l-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni huma konxji ta' l-importanza illi l-ikel li jieħdu t-tfal ikun bnin, skond is-sustanzi nutrittivi li huwa meħtieġ għalihom.", "Jeżistu struzzjonjiet biex kemm jista' jkun dak li jinbiegħ mit- tuck shops ikun konformi ma' dawn il-karatteristiċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Peress li għal mistoqsija li kont għamiltlu fis- sajf il-Ministru kien qalli li x-xogħol kien wasal biex jibda pero' sal-lum għadu ma bediex, jista' jgħidli meta verament se jibda x-xogħol fl-iskola kindergarten ta' Raħal Ġdid.", "Jaf ukoll il-Ministru bil-problemi li jeżistu fl-iskola ta' l-Imtarfa?", "Biex it-tfal imorru għal-lezzjoni tat-Taljan tara xi 400 tifel jiġru għax, flok it-teacher tmur fil-klassi, it-tfal imorru jfittxu l-klassi u qed ikollna ħafna lmenti mir-residenti ta' dan il-lokal.", "Nista' ngħid li għalkemm m'iniex minn dak il-lokal, ċemplulna xi residenti dwar din il- problema.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol fuq il-kindergarten imsemmija qed jiġi kkonsidrat biex ikun jista' jsir fil-perijodu ta' xogħol li jmiss taħt l- estimi l-ġodda.", "Għar-rigward tal-problema tat-tfal ta' l-Imtarfa, inkun nista' ninvestiga biex nara r-raġunijiet ta' dawn il-fatti li qed isemmi l-ħabib tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Meta staqsejtu jekk hux kull struttura tenħtieġ il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, il-Ministru rrisponda li hija xi ħaġa li qed tiġi kkonsidrata min-naħa ta' l-iskola.", "Jikkonfermax il- Ministru li anke meta ssir struttura temporanja mingħajr il-permess ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar, tkun qed tinkiser il-liġi?", "F'dan il-każ sar bini fi proprjeta' tal-gvern mingħajr il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, anke jekk fuq bażi temporanja, u għalhekk qed tinkiser il-liġi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb illi l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu konjizzjoni ta' dan l-ilment li qed iqanqal l-Onor.", "Membru u tkun tista' tieħu l-passi li jidhrilha xierqa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nerġa' lura għas-suġġett tat-tuck shops u din id- darba dwar prezzijiet.", "Xtaqt inkun naf jekk dawn it-tuck shops jitmexxewx fuq l-istess manjiera bħal profit-making outlets oħra, jew jekk hemmx prezzijiet speċjali in vista li jikkejterjaw għat-tfal ta' l-iskola.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sistema hi li t-tuck shops jingħataw wara ħruġ ta' tenders, organizzati mill-iskola partikolari, taħt it-tmexxija tas-surmast, tal-kap ta' l-iskola u tal-kunsilli skolastiċi.", "Ladarba jiġu segwiti dawn il-proċeduri, imbagħad dik tat-tuck shop tkun operazzjoni kummerċjali normali bħal kwalunkwe' operazzjoni kummerċjali oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Nerġa' lura għall-mistoqsija dwar l-iskola tal- kindergarten ta' Raħal Ġdid.", "Il-Ministru qal li qiegħda tiġi studjata u wasalna biex nagħmluha.", "Hemm xi target date meta se jibda x-xogħol?", "Ilna żmien twil sejrin fuqha din u qed ikun hemm ħafna lmenti mir-residenti, allura tajjeb li lil dawn ngħidulhom għallinqas meta hemm il-ħsieb li x- xogħol isir.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'iniex f'pożizzjoni llum li nagħti target date.", "Naf żgur li hija fil-programm ta' xogħlijiet li jridu jsiru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam ma' dan is-suġġett pero' tirrigwarda l-edukazzjoni, b'mod partikolari t-trasport ta' l-iskejjel.", "Jista' l-Ministru jispjega x'inhija r-rabta li hemm bejn il-kuntrattur li jieħu s-servizz tal-ġarr tat-tfal u l- awtoritajiet ta' l-edukazzjoni?", "Hemm stipulati pick-up points għat-tfal?", "Meta dawn jinkisru jew inkella ma jiġux adhered to, x'jiġri?", "Min jieħu l- passi?", "(Interruzzjonijiet) Iva, imbagħad ngħidlek l-għala qed nitkellem b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-ġarr tat-tfal ta' l-iskejjel isir bi ftehim bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u t-tliet entijiet li joffru dan is-servizz.", "Dawn huma l-koperativa tal-minibuses, l-unsheduled bus service u x-scheduled bus service.", "Issa għal din is-sena in partikolari ħsibna pjuttost kmieni biex nippruvaw nilqgħu għal ċerti lmenti li jsiru minn sena għal oħra, bħal per eżempju, li x-xufier jiġbor it-tfal kmieni żżejjed qabel l-iskola, jew li jdum ma jmur għalihom meta tispiċċa l-iskola, ilmenti dwar il-kondotta tas-sewqan, kultant sewqan eċċessiv jew inkella kultant imġiba ta' xi sewwieqa partikolari.", "Biex nippruvaw nilqgħu għal din is-sitwazzjoni u ntejbuha, waqqafna working group għall-ħabta ta' meta kienet se tispiċċa s-sena skolastika, magħmul minn rappreżentanza tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni - il-working group kien chaired minnhom - u rappreżentanza tal-koperattiva tal-minibuses u rappreżentanza taż-żewġ entitiet l-oħra li joffru servizz ta' trasport għat-tfal.", "Fir-rapport ta' dan il-working group ġew elenkati sensiela ta' kondizzjonijiet illi wieħed għandu josserva sew dwar dik li hi mġiba, dak li hu sewqan u anke dwar dawk li huma kwestjonijiet ta' ħin.", "Jien nista' ngħid li kelli wkoll l-opportunita' li f'aktar minn darba niltaqa' ma' dan il-grupp biex insegwi l-andament tad-diskussjonijiet li kienu qegħdin isiru u anke imbagħad meta saru l-konklużjonijiet u r-rakkmandazzjonijiet.", "Issa fejn hi qiegħda l-problema illi għadna ma nistgħux insibu soluzzjoni aċċettabbli u soluzzjoni tajba għaliha?", "Il-problema hija li aħna għandna l-iskejjel ta' l-Istat tista' tgħid kollha jibdew fl-istess ħin u ħafna drabi, biex nissodisfaw il-bżonnijiet kollha, karozzi partikolari - sew jekk huma coaches, sew char-a-bancs u sew minibuses - qed ikollhom jagħmlu aktar minn trip wieħed.", "Il-problema tiġi kkomplikata bil-fatt illi t-traffiku f'dak il-ħin partikolari tal- ġurnata, huma u se jibdew l-iskejjel, illum sar iġib miegħu konġestjoni fir- rotot prinċipali ta' pajjiżna, li qiegħed jaffetwa serjament anke l- andament ta' dan is-servizz.", "Ġew suġġeriti diversi ideat, fis-sens jekk per eżempju wieħed jistax jorganizza il-ftuħ ta' l-iskejjel f'ħinijiet differenti, billi jkun hemm grupp ta' skejjel jiftħu ħin u grupp ta' skejjel li jistgħu jiftħu ħarira aktar tard, jew ħarira aktar kmieni.", "Naturalment dan huwa suġġett li għandu impatt fuq is-sistema edukattiv kollu, li wieħed ma jistax japplikah jekk mhux b'konsultazzjoni u diskussjonijiet ma' dawk kollha involuti, mhux l-inqas l-għalliema.", "Allura l-pożizzjoni hi illi mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, it-taqsima li tieħu ħsieb dan is-servizz issegwi dettaljatament ġurnata b'ġurnata, skola bi skola, x'qed jiġri u fejn ikun hemm nuqqasijiet li m'hemmx ġustifikazzjoni għalihom jittieħdu anke passi u ġieli waqqafna s-servizz - fejn ikun hemm, per eżempju, xi ħadd illi s-servizz ma jagħtihx, il-ħlas jitwaqqaf u jkollna każijiet regolari fejn il-ħlas illi jkun dovut għal trip partikolari ma jsirx għaliex naturalment it-trip ma jkunx sar - u allura dan jikkonferma li għandna livell tajjeb ta' monitoring tas-servizz.", "M'iniex sodisfatt bis-servizz u fil-fatt fil-kors ta' din is-sena dan il- working group li ħadem biex iġib titjib fis-servizz li għandna s'issa, se jkompli jaħdem.", "Mr Speaker, jien nixtieq nirrimarka li din is-sena l-iskejjel tagħna - bejniethom dawn jagħtu servizz lil aktar minn 50,000 student - fetħu mingħajr lanqas l-iċken ilment dwar kwestjonijiet ta' trasport jew ilmenti ta' natura oħra.", "In-nuqqas ta' lment ma jfissirx illi s-sistema hija tajba biżżejjed imma hija xi ħaġa illi rridu nkomplu ntejbu.", "Nispera li dan il- working group, illi fih il-parteċipazzjoni tal-gruppi tad-drivers konċernati, jasal biex matul il-kors tax-xhur li ġejjin isib soluzzjonijiet aħjar, sew għas-servizz li aħna nirċievu bħala diviżjoni ta' l-edukazzjoni u anke għas-sewwieqa nnifishom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Niġu fuq livell aktar prattiku.", "Jekk kemm-il darba ġenituri għandhom complaints, dawn bilfors iridu jiġbdu l-attenzjoni ta' xi ħadd rigward xi ħaġa li m'humiex sodisfatti biha fil-mod kif jiġi pprovdut it-trasport.", "Dawn lil min għandhom jindirizzaw il-problema tagħhom, lill- kap ta' l-iskola jew lil dan il-monitoring committee?", "Ħalli anke meta aħna niġu affaċċjati b'dawn il-problemi, ngħidu: Isma', se nkellmu lil min hu nkarigat, ħalli jitfa' l-attenzjoni tiegħu fuq dik il-problema.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ilment fl-ewwel istanza għandu jsir lill-iskola għax hija l-aktar punt viċin kemm għall-istudenti u kemm għall-ġenituri.", "Fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hemm uffiċjal inkarigat, is-Sur Mario Abela, illi xogħlu huwa illi jsegwi dan is-servizz bl-aktar mod dettaljat.", "Jiena naf li ġieli l-ilment daħal dirett fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, jiġi dirett għandu u normalment isib rimedju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk jirriżultalux li numru ta' ġenituri, li għandhom tfal b'diżabilita' u jattendu l-iskejjel tal-gvern, qed jilmentaw li uliedhom għad m'għandhomx facilitator u speech therapist.", "Jekk huwa l-każ, xtaqt li l-Ministru wkoll jgħidli kemm jaħseb li jirrikjedi żmien biex din il-problema tiġi solvuta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, fil-fatt għandi mistoqsija oħra fuq dan is-suġġett u ma naħsibx li jkun hawn diffikulta' jekk nagħti xi informazzjoni minnha.", "Kif nafu, għal dawk il-każijiet meta jkollok tfal bi bżonnijiet speċjali u l-kap ta' l-iskola, bil-kunsens tal-ġenituri, jitlob illi jingħata special support, illum hemm bord li jissejjaħ statementing board - magħmul minn esperti f'diversi oqsma, nies mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u nies li ġejjin minn oqsma oħrajn - li jeżamina l-każ fuq il-pariri li jkun irċieva miċ-child development advisory unit, minn psikoloġi oħrajn, minn tobba oħrajn, minn professjonisti oħrajn u, skond l-assessment li jagħmel dan il-board ta' kull każ, jiddeċiedi livell ta' appoġġ speċjali li dak l- istudent ikollu bżonn.", "Jista' jagħti l-każ li l-board jiddeċiedi li dan għandu bżonn appoġġ totali, jiġifieri l-provvista ta' facilitator one-to- one full-time għal dak il-każ partikolari.", "L-ewwelnett tajjeb li ngħidu li dan l-istatementing board beda jaħdem is- sena li għaddiet - kien twaqqf mill-predeċessur tiegħi, l-Onor.", "Evarist Bartolo - kompla jaħdem, skarika l-każijiet illi kellu pero' dawn huma każijiet li l-ħin kollu jinbtu.", "Naħseb li l-Onor. ħabib tiegħi japprezza illi inti tista' tibda mingħajr ma tkun konxju li hemm il-ħtieġa li nilqgħu għal xi bżonn speċjali, jgħaddu sentejn u jevolvu fatturi u ċirkostanzi illi jqanqlu każ illi jkun jitlob li jiġi eżaminat.", "Allura l-ewwel ħaġa li din is-sena ridna nassiguraw kienet li t-tfal kollha li jmisshom jidħlu l- ewwel darba, dawk li se jidħlu fil-kindergarten għall-ewwel darba, dawn ridna nkunu ċerti li ħadd minnhom ma jibqa' barra mill-iskola għax ma jkunux ġew statemented u l-każ ma jkunx ġie evalwat.", "Allura s-sitwazzjoni llum, skond l-informazzjoni li għandi, hi li m'hawn l-ebda tifel jew tifla ta' l-eta' li suppost imorru l-iskola u m'humiex qed imorru l-iskola għax ma ġewx statemented.", "Jiġifieri rridu nitilqu minn dan il-punt.", "U dawn ridna li nagħtuhom prijorita' biex inkunu ċerti li għallinqas qed imorru ġo skola.", "Għandek imbagħad il-każijiet ta' dawk illi qegħdin diġa' l-iskola, urew ċerti sintomi u kien hemm realizzazzjoni li l-każ tagħhom ried jiġi eżaminat biex jiġi evalwat.", "Issa l-pożizzjoni hija illi hemm tmien każi ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li qed jiġu evalwati mill-istatementing board qabel jistgħu jibdew jattendu l-iskola.", "Mela allura għandna tmienja li għad iridu jibdew l-iskola u li l-każ tagħhom qiegħed quddiem l- istatementing board.", "Il-proċess tagħhom dan beda u l-informazzjoni li għandi hija li fi żmien ħmistax, ir-rakkmandazzjonijiet dwar il-każ tagħhom se jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet edukattivi.", "Hemm imbagħad numru ikbar ta' każijiet ta' dawk li diġa' qegħdin fl- iskola.", "Hemm dawk illi għandhom diġa' partial support u oħrajn li support m'għandhomx u qed jinħass il-bżonn li jista' jkollhom.", "Kemm hu n-numru ta' dawk li diġa' qegħdin l-iskola u wieħed irid jiddeċiedi x'support għandhom bżonn ma nafx ngħidlek bl-amment, pero' huwa numru ta' għexieren.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Għar-risposta preċedenti tal-Ministru għall- mistoqsija tiegħi, apparti li ma rrispondinix jekk jikkonfermax li diġa' jeżisti tuckshop fl-iskola tal-Gżira - naturalment dik hija l-indikazzjoni li għandi jien - kif jista' l-Ministru joqgħod jistenna l-passi ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar meta jitla' bini llegali f'xi proprjeta' li taqa' taħt id-dipartiment ta' l-edukazzjoni u ma jeħux hu l-passi mmedjati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jiena l-ikbar u l-ewwel interess tiegħi naturalment huwa l-ġid tat-tfal.", "Mill-informazzjoni li għandi fil-file jirriżultali illi li kieku m'hawnx dan l-arranġament temporanju, illi l- Onor. ħabib tiegħi donnu mhux kontenut bih, kieku dawn it-tfal ma jkunux la taħt is-sorveljanza meħtieġa waqt il-ħinijiet tal-break u ħinijiet oħrajn, u anke, jista' jagħti l-każ - kif kellna okkażjonijiet li jiġri f'din l- iskola fil-Gżira - illi t-tfal joħorġu barra mill-precincts ta' l-iskola b'periklu għalihom waqt il-ħin li suppost qegħdin l-iskola.", "Naħseb il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Cuschieri japprezza - jiena l-ewwel darba li sirt naf li hawn din l-istruttura meta saret il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru - li huwa metikoluż ħafna biex jiġu osservati r-regoli kollha ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar u tal-liġi ta' l-ippjanar, u min-naħa l-oħra wieħed irid jara wkoll illi hawn dawn l-esiġenzi.", "Għax jekk lill-istudenti m'intix se tipprovdilhom tuck shop, dawn aktarx li joħorġulek 'il barra waqt il-break u waqt ħinijiet oħra.", "Issa dan it-tuck shop qiegħed, safejn informat jien, ġol-precincts ta' l-iskola, within the boundaries ta' l- iskola, fuq proprjeta' ta' l-iskola tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u hawn qegħdin nitkellmu fuq struttura fejn għandek żewġ ħitan minn erba' li huma l-ħitan tal-boundary innifsu, hemm ħajt ieħor li ssaqqaf b'corrugated plastic jew xi materjal ieħor, u dan kollu biex temporanjament jipprovdu struttura temporanja.", "Meta jiena rajt li din il-kwestjoni diġa' ġiet a konjizzjoni ta' l- uffiċjali tad-diviżjoni - li m'għandi lanqas l-iċken dubju illi jkunu qegħdin isegwuha, anke għall-aspetti li qed iqanqal l-Onor. ħabib tiegħi u, jekk hawn kwestjonijiet illi wieħed irid jidħol fihom mill-aspetti li qed isemmi hu, jiena ċert li dan ikun jista' jsir - stajt nifhem li l-kwestjoni qiegħda taħt kontroll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 167 ta' l-1999 - Ordni ta' l-1999 dwar l- awtorita' tad-djar (trasferiment ta' proprjeta') (nru 8).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar skejjel privati li għollew il-miżati għas-sena skolastika 1999/2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9874.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Rapport komparattiv mill-MFSC dwar servizzi finanzjarji f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speasker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' pulizija fuq xogħol f'San Ġiljan u Paceville matul weekends u festi pubbliċi f'Awissu u Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9682;", "Tabella li turi l-għadd ta' każijiet ta' stupru rrapportati lill- pulizija matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9683;", "Tabella li turi l-għadd u t-tip ta' reati rapportati lill-pulizija matul Lulju u Awissu 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9684;", "Tabella li turi n-nefqa għal fuel bejn Jannar u Awissu 1999 minn kull distrett tal-pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9933;", "Tagħrif dwar priġunieri fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin fit-28 ta' Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9934; u", "Tabella li turi l-għadd ta' breathalyser tests li saru bejn Settembru 1998 u Settembru 1999, wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' mapep li juru t-toroq arterjali u distributorji li tlestew matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9990.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Il-Ministru Louis Galea.", "STQARRIJA MINISTERJALI", "Kurrikulu Minimu Nazzjonali", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ministeru tiegħi għadu kif temm eżerċizzju ta' reviżjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali wara proċess estensiv ta' djalogu parteċipattiv ma' stakeholders ewlenin.", "Iż-żewġ dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda l-lejla huma l-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali u s-suċċint tiegħu.", "Ic-chairperson tal-kumitat parlamentari għall- affarijiet soċjali diġà intalbet sabiex titlob lil dan il-kumitat jiddiskuti d-dokument li għadni kif ippreżentajt.", "M'għandix dubju li f'dan il-kumitat ir-rappreżentanti ta' din il-Kamra ikollhom opportunità sħiħa li jitolbu l-ispjegi meħtieġa u jwasslu l-fehmiet tagħhom.", "Għaldaqstant f'dan l-istadju se nsemmi biss il-punti prinċipali li jittratta l-kurrikulu minimu nazzjonali l-ġdid.", "X'inhu l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali?", "L-Iżvilupp uman huwa marbut mal-ħila ta' kull skola li tistimula fl- istudenti tagħha ħsieb kreattiv u kritiku, raġunar, sens ta' kurżita' u ħila fit-twettiq ta' deċiżjonijiet u ta' sejba ta' soluzzjonijiet għall- problemi.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali huwa l-għodda magħżula mill- Istat biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp sħiħ tat-tfal u żgħażagħ Maltin permezz:", "· ta' edukazzjoni f'firxa ta' oqsma, · ta' soċjalizzazzjoni, · ta' trasmissjoni ta' kultura, · ta' stimolu li jwassalhom biex ikunu ċittadini responsabbli, u · ta' trawwim ta' valuri umanistiċi u mġiba mibnija fuq l-etika u l- morali.", "Waqt li jiffavorixxi politika li tqanqal u tħeġġeġ lill-iskejjel biex ifasslu kurrikulu skolastiku li jirrifletti l-ħtiġijiet individwali u partikolari ta' l-istudenti tagħhom, il-ministeru ħaseb ukoll biex jipprovdi lill-iskejjel b'viżjoni komuni għal edukazzjoni ta' kwalita'.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali jiffoka aktar fuq x'inhu mistenni li l- istudenti jitgħallmu - learning outcomes - milli fuq il-kontenut li l- għalliem għandu jittrasmetti - provision of content.", "Id-dokument japprezza wkoll il-prinċipju tad-diversita' li jirrispetta d-differenza ta' studenti b'abbiltajiet, ambjent familjari, kuntest soċjali, interessi, stili ta' kif jitgħallmu u sess differenti.", "Għaldaqstant huwa mistenni li l-kurrikulu skolastiku, il-pedagoġija u l-għodod tat-tagħlim ikunu flessibbli biżżejjed biex jirrispondu għall-isfida tad-differenza b'mod pożittiv.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali huwa mfassal b'mod flessibbli, li jagħmilha possibbli u faċli għall-iskejjel biex jiżviluppaw policies, strateġiji, pjani u prattika li tassew jilħqu l-ħteġijiet individwali u partikolari ta' l- istudenti tagħhom.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali:", "· joffri viżjoni edukattiva għall-iskejjel kollha f'Malta u Għawdex;", "· jippreżenta l-prinċipji u valuri ewlenin li għandhom jiggwidaw lil kulmin qiegħed jgħin lit-tfal jitgħallmu;", "· jfisser l-għanijiet wiesa' ta' l-edukazzjoni u r-riżultati mistennija mill-proċess ta' tagħlim;", "· jindika standards skolastiċi għall-istudenti;", "· jirrikmanda l-użu ta' firxa ta' riżorsi, stili, u teknoloġiji ta' tagħlim; u", "· jħeġġeġ l-iżvilupp ta' staff development policies li jiżguraw edukazzjoni ta' kwalita' għat-tfal u żgħażagħ kollha.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali jipprovdi qafas li se jiggwida lill-iskejjel fit-tifsil tal-kurrikulu skolastiku u tal-pjan ta' żvilupp tagħhom.", "Il- mandat ewlieni ta' dan id-dokument huwa li jagħmel provvedimenti għall- iżvilupp sħiħ tal-persuna u għall-kisba ta' ħiliet li jintegrawha fid-dinja tax-xogħol", "Il-bażi legali tal-kurrikulu minimu nazzjonali tinsab fl-Att ta' l-1988 dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327) u fi tliet regolamenti li mad-data effettiva tagħhom saru l-kurrikulu minimu nazzjonali għall-edukazzjoni f'Malta.", "Dawn ir-regolamenti huma:", "Regolamenti ta' l-1989 li jistabilixxu kurrikulu minimu nazzjonali fil- livell tal-kindergarten (A.L. 76 ta' l-1989) - dawn daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 1989;", "Regolamenti ta' l-1989 li jistabilixxu kurrikulu minimu nazzjonali fil- livell primarju (A.L. 73 ta' l-1989) - dawn daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 1989;", "Regolamenti ta' l-1990 li jistabilixxu kurrikulu minimu nazzjonali fil- livell sekondarju (A.L. 103 ta' l-1990) - dawn daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 1990.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali l-ġdid hu maħsub li jistabilixxi dawn ir- regolamenti b'effett mill-1 ta' Settembru ta' l-2000.", "(1) Att ta' l-1988 Dwar l-Edukazzjoni (Kap.327.): Artiklu 4 jgħid li \"Huwa dmir ta' l-Istat - (b) li jiżgura li jkun hemm sistema ta' skejjel u istituzzjonijiet li jkunu miftuħa għaċ-ċittadini Maltin kollha u li jkunu jipprovdu għall-Iżvilupp sħiħ tal-personalita' kollha inkluża l-ħila ta' kull persuna għax-xogħol\".", "Il-proċess ta' reviżjoni u tiġdid tal-kurrikulu minimu nazzjonali li, kif rajna, ġie stabilit għall-ewwel darba f'Malta għaxar snin ilu, nbeda fl- 1995 bil-pubblikazzjoni tad-dokument \"Tomorrows' School: Developing Effective Learning Cultures(o)\" u tkompla bil-pubblikazzjoni f'Marzu ta' 1998 ta' l-abbozz \"Kurrikulu Nazzjonali Ġdid għall-Edukazzjoni f'Malta bejn l-età ta' 3 u 16-il sena (3)\".", "Dan id-dokument serva ta' spinta għad- djalogu bejn il-partijiet kollha involuti fl-edukazzjoni li wassal għall- formolazzjoni ta' dan il-kurrikulu minimu nazzjonali ġdid.", "Minn Novembru 'l hawn kelli diversi laqgħat oħra ma' gruppi speċjalizzati li jirrappreżentaw il-firxa kollha ta' dawk imsieħba fil-proċess ta' l- edukazzjoni sew b'mod dirett kif ukoll indirett.", "F'dan il-proċess id- diviżjoni rċeviet bil-miktub numru sostanzjali ta' kummenti mingħand għalliema, unions, korpi u oħrajn interessati.", "F'April ta' din is-sena jiena tlabt li l-abbozz ippubblikat is-sena l-oħra jiġi rivedut fid-dawl tad-diskussjoni u djalogu li sar.", "F'Lulju jiena mbagħad bgħatt l-abbozz rivedut flimkien mas-suċċint lid- diretturi kollha tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, lill-MUT, lir- rappreżentanti ta' l-Iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti, lill- oppożizzjoni fil-parlament, u lil numru ta' osservaturi fil-kamp edukattiv u tlabt li, sal-5 ta' Lulju, iwassluli bil-miktub il-fehmiet tagħhom dwar dan id-dokument.", "F'dan l-istadju, jiena erġajt flejt id-dokument tal-kurrikulu minimu nazzjonali l-ġdid kif ukoll l-aħħar kummenti li rċevejt dwaru, flimkien mad- direttur ġenerali ta' l-edukazzjoni, mad-direttur għall-iżvilupp tal- Wayne u Dr. Carmel Borg, it-tnejn mill-fakultà ta' l-edukazzjoni ta' l-Università ta'", "(o) Consultative Committee on Education, 1995.", "(3) Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, Marzu 1998.", "Malta.", "Wara tibdil ieħor fid-dokument, il-verżjoni finali adottata minni ġiet preżentata lill-kabinett tal-gvern nhar it-Tnejn 20 ta' Settembru 1999.", "Il-kabinett iddiskuta d-dokument, iddeċieda li jadottah u li jibagħtu għall-konsiderazzjoni tal-kumitat parlamentarli għall-affarijiet soċjali qabel il-pubblikazzjoni finali tiegħu.", "L-abbozz finali tal-kurrikulu minimu nazzjonali fih tmien taqsimiet li jiġbru fihom:", "· L-isfond tat-tiġdid tal-kurrikulu minimu nazzjonali: il-bażi legali tiegħu, id-dritt fundamentali ta' tfal u żgħażagħ għall-edukazzjoni, id- dmirijiet ta' l-Istat kif ukoll id-dritt li għandu li jirregola l- edukazzjoni, kif ukoll il-kontest storiku li wassal għat-tħejjija ta' dan id-dokument. · Kif il-kurrikulu qed iwieġeb għall-isfidi soċjali, ekonomiċi, kulturali, industrijali u politiċi li jikkarratterizzaw pajjiż żgħir f'dinja li qed tevolvi f'raħal globali. · Il-prinċipji kurrikulari ewlenin li jinkludu: edukazzjoni ħolistika u ta' kwalità għal kulħadd li hi rilevanti għall-ħajja, tirrispetta d- differenza u hi inklussiva, tirrikonoxxi l-ħila kreattiva u kritika ta' l-istudenti, tipprovdi stabbilità fl-ambjent tat-tagħlim, trawwem sens ta' mpenn kif ukoll ta' ugwaljanza, u li hi ffaċilitata minn edukaturi motivati u kompetenti.", "Din it-taqsima tisħaq ukoll fuq il-prinċipju ta' parteċipazzjoni fit-tfassil tal-kurrikulu skolastiku, fuq it-tisħiħ tal- politika dwar il-bilingwiżmu, kif ukoll fuq il-mira lejn diċentralizzazzjoni bla skossi. · L-għanijiet ġenerali li jinkludu: għarfien personali u bini ta' sistema ta' valuri etiċi u morali; żvilupp ta' ċittadini responsabbli u ambjent demokratiku, tisħiħ ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi; trawwim ta' konsumatur edukat; parteċipazzjoni produttiva u effettiva fid-dinja tax- xogħol; għażliet għaqlin fil-qasam tas-saħħa; għarfien akbar ta' sehem ix- xjenza u teknoloġija fil-ħajja ta' kuljum; kompetenza komunikattiva; u tħejjija siewja għall-bidla.", "Din it-taqsima tipprovdi l-qafas ewlieni ta' l-għerf, ħiliet u attitudnijiet pożittivi li l-istudenti jkunu mistennija li jiksbu waqt il-mixja edukattiva tagħhom.", "· X'inhu mistenni li jintlaħaq mill-istudenti: F'din il-parti, il- kurrikulu jaqbad il-kuntest ta' kull livell tas-sistema edukattiva u jfisser aktar fid-dettall kif għandhom jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi ta' l-edukazzjoni bikrija, primarja u sekondarja permezz ta' kisba ta' għerf, ħiliet, u attitudnijiet pożittivi marbuta mas-suġġetti li qed jitgħallmu.", "Din il-parti titkellem ukoll dwar liema huma s-suġġetti li jridu jiġu mgħallma u b'liema lingwa s-suġġetti għandhom jiġu mgħallma.", "· L-iskejjel u l-interpretazzjoni tal-kurrikulu: din it-taqsima tispjega u tisħaq fuq is-sehem kruċjali li għandhom il-mexxejja ta' l- iskejjel biex jiffaċilitaw u janimaw proċess parteċipattiv ta' tfassil ta' kurrikulu skolastiku u pjan ta' żvilupp għall-iskola tagħhom.", "It- taqsima tisħaq ukoll fuq l-ħtieġa ta' appoġġ effettiv u f'waqtu għall- mexxejja ta' l-iskejjel u għall-għalliema, fuq il-ħtieġa ta' riċerka operazzjonali, fuq il-motivazzjoni u kompetenza tal-għalliema, u fuq organizzazzjoni ġdida ta' l-istadji differenti ta' l-edukazzjoni fl- iskejjel ta' l-Istat b'mod li l-mogħdija minn stadju għall-ieħor isseħħ bla skossi u bla instabilità.", "· L-iskejjel bħala ċentri komunitarji: l-iskejjel tal-ġejjieni se jkunu l-fus li madwaru jduru firxa ta' inizjattivi edukattivi u kulturali marbuta mal-ħtiġijiet ta' l-adulti fil-komunita' – inizjattivi li jkunu identifikati u ppjanati bil-parteċipazzjoni attiva tal-komunita' u mwettqa bl-użu ta' riżorsi tal-komunita' stess.", "Bħalissa l-ministeru ta' l-edukazzjoni qiegħed iħejji eżerċizzju ta' tħejjija, ta' twettiq, ta' monitoring u ta' evalwazzjoni li jiżguraw implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-kurrikulu minimu nazzjonali kemm fuq bażi ta' kull skola kif ukoll fuq bażi nazzjonali.", "Is-sena skolastika 1999-2000 se tkun is-sena li matulha dawk kollha involuti fis-settur ta' l-edukazzjoni – dawk li jfasslu policies, amministraturi, kapijiet ta' l-iskejjel, għalliema, ġenituri, studenti u oħrajn - għandhom ikomplu jifhmu u jħejju ruħhom għat-twettiq ta' dan il- kurrikulu b'effett minn Settembru 2000.", "Id-djalogu dwar l-iżvilupp tal- kurrikulu hu djalogu kontinwu li għandu mhux biss isaħħaħ l-isforzi lejn it- twettiq ta' l-għanijiet ta' dan il-kurrikulu, iżda għandu wkoll iwassal għall-aġġornament meħtieġ wara ħames snin mill-adozzjoni tiegħu.", "Mr Speaker, nixtieq nieħu wkoll l-opportunità biex inrodd ħajr lill- għalliema, ġenituri, studenti, l-MUT, l-għaqda tal-kunsilli skolastiċi, l- università, il-korpi kostitwiti, unions oħra, u individwi ta' l-interess li ħadu u tas-sehem li taw.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mistoqsijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jespjegalna eżattament x'inhija d-differenza bejn l- abbozz finali u s-suċċint li qed jirriferi għalih?", "X'inhi l-ħtieġa li barra mill-abbozz finali jkun hemm ukoll preżentazzjoni tas-suċċint?", "It-tieni nett, jista' jekk jogħġbu jindikalna fiex tikkonsisti d- differenza bejn l-abbozz ta' kurrikulu li kien ħareġ f'Marzu ta' l-1998 u l- abbozz finali li għadu kemm ippreżenta quddiem din il-Kamra?", "Jiġifieri l- mistoqsija hija din: Hemm differenzi bejn l-abbozz ta' Marzu 1998 u dan l- abbozz finali?", "It-tielet mistoqsija hija din: F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istatus tad-dokumenti li poġġielna quddiemna, speċjalment l-abbozz finali, meta qed ngħidu abbozz finali qed nifhmu li dan huwa d-dokument li se jiġi implimentat, jew huwa d-dokument li se jkun qiegħed jiġi implimentat minnufih?", "U jekk se jkun qiegħed jiġi implimentat minnufih, x'inhi allura r-rilevanza li d-dokument jitpoġġa għad-diskussjoni quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali tal-parlament?", "Jekk huwa dokument finali x'inhu mistenni li jsir min-naħa tal-kumitat għall-affarijiet soċjali tal- parlament, sempliċement li jiddiskuti fuq xi ħaġa li hija diġà mitmuma?", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jindikalna wkoll x'inhi l-istrateġija sħiħa, il-konċett sħiħ wara l-abbozz finali f'dan is-sens?", "Għax meta wieħed iħares lejn l-abbozz finali jara diversi titoli ta' suġġetti li ġew koperti, imma mbagħad ma jidhirx li hemm indikazzjonijiet konkreti suġġett b'suġġett jew qasam b'qasam dwar x'se jkunu t-targets ta' tagħlim mogħti u x'se jkunu t-targets ta' achievement mistennija mill-iskejjel differenti.", "Allura nistaqsi jekk huwiex il-ħsieb allura li dan ikun dokument ġenerali jew hemmx il-ħsieb li aktar 'il quddiem joħorġu dokumenti aktar partikolari biex jistabilixxu targets għal kull qasam.", "Mistoqsija oħra tirrigwarda l-offerta li kien għamel il-Ministru lill- kelliem ewlieni Laburista fuq l-edukazzjoni dwar konsultazzjoni fuq id- dokument li kien ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, jekk niftakar tajjeb, riferibbli għal dan il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Din it-talba għad-diskussjoni kienet saret bħala parti minn talbiet għal diskussjoni ma' aġenziji u rappreżentazzjonijiet diversi, jekk niftakar tajjeb, f'Lulju tas- sena li għaddiet.", "U r-risposta tal-kelliem ewlieni Laburista dwar l- edukazzjoni, wara diskussjoni fil-grupp parlamentari Laburista, kienet li jkun aktar utli u aktar siewi jekk qabel jiġi ffinalizzat il-kurrikulu minimu nazzjonali ssir diskussjoni miftuħa bla preġudizzju ta' ħadd u bla pre-kondizzjonijiet ta' ħadd u mingħand ħadd preċiżament fil-kumitat għall- affarijiet soċjali tal-parlament.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija din: Għaliex minn Lulju 'l hawn il-Ministru baqa' ma rreaġixxiex għal din il- proposta?", "Għaliex qed jagħmel din l-istqarrija qabel saret din id- diskussjoni fil-kumitat għall-affarijiet soċjali tal-parlament?", "Ma jħossx li kienet tkun ħafna aktar utli li qabel jagħmel din l-istqarrija jkun hemm diskussjoni miftuħa fid-dettall fil-kumitat għall-affarijiet soċjali tal- parlament biex iż-żewġ naħat tal-Kamra jkollhom iċ-ċans li jgħidu tagħhom fuq suġġett li m'għandu jqajjem l-ebda kontroversja ta' xejn?", "Għandi wkoll mistoqsijiet ftit aktar konkreti dwar ċerti linji ta' filosofija f'dan il-kurrikulu.", "L-ewwelnett x'inhuma fil-konkret l-aspetti li joħorġu minn dan il-kurrikulu li se jwasslu biex fil-kurrikulu minimu nazzjonali tagħna jkun hemm tassew salvagwardja għall-prinċipju ta' l- ugwaljanza bejn is-sessi?", "X'hemm f'dan il-kurrikulu li fil-prattika jiggarantixxi liż-żgħażagħ u lill-istudenti tagħna li jkun hemm tagħlim dwar kontraċezzjoni sesswali li ma jkunx marbut ma' ideat konfessjonali?", "Fil-fatt meta taqra l-elementi li għandhom x'jaqsmu ma' din il-ħaġa fid- dokument, jidher ċar li hemm rabta sħiħa ma' elementi konfessjonali f'dan il-qasam.", "Jistax, jekk jogħġbu l-Ministru jiggwidana fuq dan il-punt?", "Il-punt l-ieħor li nixtieq nistaqsi dwaru għandu x'jaqsam ma' l- edukazzjoni teknika.", "Jidhirlux il-Ministru li l-frażjoloġija li qed tintuża f'dan it-test fir-rigward ta' aspetti ta' teknoloġija kemm tradizzjonali u kemm moderna, hija frażjoloġija li ma tantx tilluminana dwar x'se jkun qiegħed jipproponi eżattament l-edukatur f'pajjiżna permezz ta' dan il-kurrikulu fil-qasam ta' l-edukazzjoni teknika u teknoloġika.", "Nistaqsi wkoll jekk huwiex għal tapposta li f'kurrikulu nazzjonali bħal dan ma jissemma xejn dwar edukazzjoni għall-adulti, qisu l-kurrikulu minimu nazzjonali jirrigwarda biss studenti ta' l-età ta' bejn 3 u 16-il sena, kif intqal wara kollox - biex inkun għedt kollox - fid-dokument ta' Marzu 1998.", "Kemm fid-dokumenti preċedenti u kemm f'dan id-dokument qisna m'aħniex qed inħarsu lejn l-interessi ta' studenti adulti.", "Għandu jkun hemm parti minn dan il-kurrikulu minimu nazzjonali li titkellem ukoll jew tagħmel xi oġġettivi wkoll għall-edukazzjoni ta' l-adulti, mhux l-inqas fir-rigward ta' ħafna ideat li smajna dan l-aħħar minn edukaturi u minn politiċi dwar il-ħtieġa ta' edukazzjoni kontinwa f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- edukazzjoni f'pajjiżna?", "Nixtieq ukoll li l-Ministru jilluminana ftit dwar kemm f'dan il-kurrikulu minimu nazzjonali hemm biżżejjed elementi li jissalvagwardjaw lill- istudenti tagħna fl-għażliet li jagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam ma' trawwim ħalli jkunu jistgħu jagħżlu l-korsijiet li jiffittjaw għalihom f'dan is-sens.", "Waħda mill-problemi li qed tispunta iktar ma jgħaddi ż- żmien hija li ħafna mill-istudenti qed jispiċċaw l-iskola sekondarja u ma jkunux jafu fejn għandhom jorjentaw il-bqija ta' l-istudji tagħhom.", "Allura dan il-kurrikulu minimu nazzjonali qiegħed jagħti ħsieb għal kif jistgħu l- istudenti jiġu ggwidati b'mod aktar rilevanti għall-bżonnijiet tal-lum, kemm dwar l-għażla li jagħmlu meta jkunu l-iskola u kemm dwar l-għażliet li jkunu jistgħu jagħmlu aktar 'il quddiem?", "X'hemm f'dan il-kurrikulu li jipprovdi dawn l-elementi ta' gwida lill-istudenti b'mod li jkun kostruttiv u li jkun relatat mal-bżonnijiet taż-żmenijiet tagħna?", "Fl-aħħarnett nixtieq nistaqsi jekk fil-konsultazzjonijiet li saru, jekk saru, kienx hemm involviment tal-kunsilli lokali u x'kien l-input tal- kunsilli lokali f'dan il-qasam.", "Nixtieq nistaqsi wkoll x'kien l-input tal- federazzjoni ta' l-industrija f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'hemm imħejji ladarba l-kurrikulu minimu nazzjonali jiġi maqbul u jiġi adottat, biex imbagħad minn dak li jitħabbar fid-dokument jibda jsir parti mill- ħajja ta' kuljum ta' l-iskejjel.", "Ċertament li dokument li huwa l-qafas li fih trid tevolvi l-ħajja ta' l-istudenti tagħna minn età ta' 3 sa 16-il sena jitlob li jkun hemm bidliet fl-istrutturi ta' l-iskejjel.", "Allura jien nistaqsi lill-Ministru x'bidliet jara li hemm bżonn fl-istrutturi ta' l- iskejjel biex iseħħu l-ideali u l-oġġettivi tal-kurrikulu nazzjonali.", "Biex dawn l-istrutturi jkunu qed jaħdmu bis-serjetà u ma jkunux biss miktubin fuq il-karta, x'riżorsi jaħseb li għandu bżonn f'dak li għandu x'jaqsam ma' flus u f'dak li għandu x'jaqsam ma' nies?", "Ma nistennix li l-Ministru jagħtini l-figura tal-flus - jiġifieri jgħidli li għandna bżonn Lm3 miljun jew Lm4 miljun - imma jaħseb li l-ideali u l-oġġettivi li hemm fil- kurrikulu minimu nazzjonali jistgħu jintlaħqu jekk se tkompli t-trend tal- gvern Nazzjonalista li jnaqqas in-nefqa fuq l-edukazzjoni primarja u sekondarja, kif għamel fl-ewwel budget tiegħu meta naqqas in-nefqa b'Lm400,000 fuq il-bini ta' l-iskejjel u b'Lm200,000 fuq il-computers?", "X'taħriġ jaħseb li jridu jingħataw l-għalliema biex ikunu jistgħu jaġġornaw u jbiddlu l-metodu edukattiv, il-metodu pedagoġiku u l-kontenut li jridu jgħallmu fl-iskejjel biex jibdew jintlaħqu l-miri tal-kurrikulu minimu nazzjonali?", "Jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li fil-budget ta' l- edukazzjoni jiżdied il-vot għat-taħriġ ta' l-għalliema, peress li s'issa ħafna drabi l-flus minfuqa fuq it-taħriġ ta' l-għalliema kien baxx ħafna meta nqisu l-bidliet kbar li jridu jagħmlu l-għalliema?", "Id-dħul tat- teknoloġija ta' l-informatika titlob mill-għalliema, speċjalment ta' ċerta età, li jerġgħu jħarrġu lilhom infushom fl-użu tat-teknoloġija ta' l- informatika fit-tagħlim.", "Id-dħul tas-sistema inklussiva wkoll titlob mill- għalliema attitudni ġdida kemm fil-mod kif jaħdmu mal-facilitators u kemm fil-mod ta' kif jipprovaw jinkludu lit-tfal kollha li jkollhom fil-klassi.", "Dawn huma kollha tibdiliet kbar li qed nistennew li jkollhom fil-klassi u li qed nistennew mill-għalliema.", "Allura nistaqsi xi programm ta' taħriġ qed jitħejja u x'riżorsi finanzjarji se jkun hemm biex dak it-taħriġ ikun jista' jsir?", "Biex il-miri tal-kurrikulu minimu nazzjonali jintlaħqu, minbarra l-metodi tat-tagħlim ta' l-għalliema, x'bidliet jaħseb li hemm bżonn f'dak li għandu x'jaqsam ma' kotba u materjal edukattiv ieħor?", "Jaf il-Ministru li mhux l- ewwel darba li f'pajjiżi oħra jinbidel il-kurrikulu nazzjonali imma ma jinbidilx il-metodu ta' tagħlim, u allura l-kurrikulu jkun inbidel imma l- ħajja ta' kuljum fil-klassi u fl-iskola tibqa' ma tinbidilx?", "Jew bħalma ġieli ġara, jinbidel il-kurrikulu minimu nazzjonali iżda l-kotba jibqgħu l- qodma, u allura aktar milli fil-klassi l-għalliema jimxu fuq il-kurrikulu l- ġdid jibqgħu jimxu fuq il-kotba li jkollhom.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'inhuma l-bidliet li jridu jsiru, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' kotba u materjal edukattiv ieħor biex jirriflettu aktar il- filosofija u l-linji li fuqhom qed jitfassal il-kurrikulu nazzjonali l- ġdid?", "Minbarra d-dokument dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali, jaħseb il- Ministru li hemm bżonn ukoll dokument ieħor li fih titfassal l-istrateġija ta' kif se jitwettaq il-kurrikulu?", "Għaliex aħna nistgħu naqblu li nagħmlu kurrikulu, imma mbagħad kif se jiġi implimentat?", "Allura minbarra li jkun hemm dokument tal-kurrikulu jaħseb li għandu jkun hemm dokument ieħor dwar l-implimentazzjoni tiegħu, speċjalment għaliex il-fehma ġenerali hi li l- kurrikulu huwa xi ħaġa ħajja li jrid jinbidel, jaġġorna ruħu u jiġi mibdul aktarx kull ħames snin?", "Allura l-implimentazzjoni tiegħu minnha nnifisha titlob skadenza, orizzont ta' żmien li fih irid jitwettaq.", "Jaħsibx ukoll il-Ministru li biex il-kurrikulu jiġi implimentat hemm bżonn ta' dokument ieħor li jkun ta' natura operazzjonali, mhux ta' natura fejn jiġu enunzjati l-prinċipji jew il-miri li jridu jintlaħqu, imma dokument li fih jitniżżel f'liema skadenzi se jidħlu ċerti bidliet, speċjalment ir-rabta li għandu jkun hemm bejn dak li qed ngħidu li għandu jsir fil-kurrikulu nazzjonali u l-ftehim kollettiv ġdid li jrid isir ma' l- għalliema.", "Għaliex il-bidliet li qed jiġu awspikati fil-kurrikulu nazzjonali, per eżempju, il-mod kif l-għalliema jsegwu l-kisbiet ta' l- istudenti fil-ħajja ta' kuljum ta' l-iskola, jitolbu tibdil fil- kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-għalliema li biex jitwettqu jridu jiġu permessi mill-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Allura xi ħsieb hemm biex ikun hemm strateġija komuni f'dak li għandu x'jaqsam mal-miri mniżżlin fil-kurrikulu nazzjonali u l-ftehim kollettiv il-ġdid li l-ministru jrid jibda jinnegozja ma' l-MUT?", "Qed ngħid dan biex ma jerġax jiġri bħalma ġara għaxar snin ilu.", "Tajjeb li l-għalliema jitjibulhom il-kondizzjonijiet tax- xogħol u tajjeb li tiżdied il-paga, imma huwa tajjeb ukoll li tagħti u tieħu, li l-għalliema min-naħa tagħhom jintrabtu li ċertu xogħol li bilfors irid isir biex jintlaħqu l-miri tal-kurrikulu nazzjonali jkun inkluż fil- ftehim kollettiv.", "Meta jiġi biex jinnegozja l-ftehim kollettiv mal-union ta' l-għalliema, il-Ministru se jara li jidħol dak it-tibdil li hemm bżonn biex ma jiġrix li minn naħa waħda fil-prinċipju niddikjaraw ċerti oġġettivi imma mbagħad il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-għalliema ma jippermettux li dawk l-oġġettivi jintlaħqu?", "Kemm se jagħti żmien għad-diskussjoni fil-kumitat għall-affarijiet soċjali tal-parlament?", "Kif se jkun il-format ta' dawn il-laqgħat?", "Se jkunu laqgħat fejn nieħdu sehem aħna l-membri parlamentari madwar mejda, jew se jerġa' jagħti ċans li jkun hemm attendenza minn nies interessati f'dan il-qasam biex anke f'dan l-istadju jsemmgħu leħenhom u jagħtu l- fehmiet tagħhom?", "Dan qed ngħidu minħabba li nafu li jkollna kemm ikollna urġenza biex inbiddlu l-affarijiet - u hemm ħafna affarijiet li hemm bżonn urġenti li jinbidlu fis-sistema edukattiva tagħna - fl-istess ħin hu importanti li jekk nagħmlu pass, nagħmluh flimkien biex ikun pass 'il quddiem tassew u mhux sempliċement pass 'il quddiem f'dokumenti li jixxandru minn żmien għal żmien.", "L-aħħar mistoqsija hija: Xi ħsieb hemm biex dan id-dokument ma jibqax jitqies bħad-dokument ta' għaxar snin ilu - dak kien qisu s-sigriet ta' Fatima! - li jinżamm f'kexxun maġiku u meta l-għalliema jew il-ġenituri jistaqsu għalih, ma jkunux qishom se jiksru l-kodiċi tas-sigriet?", "Jaħseb il-Ministru li hu importanti li wara li ġew ippubblikati d-dokumenti dwar dan il-kurrikulu, dawn ikunu jistgħu jiksbuhom anke l-ġenituri u ċertament ikun għand l-għalliema biex kulħadd ikun jaf x'inhuma l-miri u kif se jintlaħqu?", "Wara li nkunu biddilna l-kurrikulu, x'bidliet jara fis-sillabi tas-suġġetti differenti biex jintlaħqu l-miri?", "Għaliex din hija sistema integrata fejn fattur wieħed jinfluwenza fatturi oħra.", "Qed nitkellmu dwar building blocks, u ma nistgħux nagħmlu building block waħda u ninsew il- building blocks l-oħra.", "Allura huwa importanti ħafna li naraw x'inhu l- ħsieb tal-gvern biex dak li hemm imniżżel fid-dokument tal-kurrikulu minimu nazzjonali jitwettaq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iżjed domandi?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, irrid ngħid li ma kellix iċ-ċans naqra l- abbozz finali kollu għaliex dan ġie ppreżentat proprju issa u allura wieħed ikollu juża ftit is-suċċint li tawna.", "Bħala reazzjoni immedjata - u ovvjament wara dak li qalu l-kollegi tiegħi hemm xi punti li xtaqt nirrimarka fuqhom.", "Il-mistoqsija li kont se nagħmel, li diġà ttrattaha l- Onor. Bartolo, hija jekk kemm-il darba l-Ministru għandux ix-xogħol lest jew inkella mibdi biex dan li qed ngħidu hawnhekk ma jkunx xi ħaġa li tibqa' fl-ajru imma xi ħaġa li tista' tiġi mwettqa.", "Għax meta taqra dan il-kurrikulu nazzjonali ssib li fih ħafna affarijiet tajbin u huwa ideali kieku kien possibbli li kulmin joħroġ mill-iskola Maltija joħroġ b'dawn il- kisbiet.", "Però nixtieq li l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk bediex diġà programm biex nedukaw lill-edukaturi ħalli jkunu kapaċi jimpartixxu dan it- tip ta' tagħlim u dawn il-kapaċitajiet li qed jitkellem fuqhom dan il- kurrikulu nazzjonali.", "Naturalment kulħadd jaf li l-maġġoranza tal-Maltin huma kattoliċi - bħalma niftaħar li jien jien - imma rridu nemmnu wkoll li qegħdin nagħmlu kurrikulu nazzjonali għal skola ta' pajjiż li huwa miftuħ għal reliġjonijiet differenti u huwa pajjiż lajk.", "Jekk m'iniex sejjer żball qrajt x'imkien li l-Ministru qal li fejn għandu x'jaqsam tagħlim mill- aspett kattoliku, dan il-kurrikulu huwa skond il-ftehim bejn il-Knisja u s- Santa Sede.", "Jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni għal dan, pero' nistaqsi lill- Ministru fejn qed jagħmel provvedimenti għal dawk it-tfal - u llum is- soċjetà Maltija qed titħallat - li ma jipprofessawx ir-reliġjon kattolika u li għandhom id-dritt ukoll li jkunu mogħtijin tagħlim fil-lingwa tagħhom.", "Innotajt b'mod partikolari li parti minn dan is-suċċint jitkellem fuq il- viżjoni kattolika tar-realtà, li għalkemm huwa tajjeb li ngħaddu lit-tfal tagħna l-viżjoni kattolika, però jaħsibx il-Ministru li jista' jkun hemm xi diffikultajiet meta nibdew ngħallmu lit-tfal l-aspett kattoliku biss bla ma nagħtuhom viżjoni iktar wiesgħa ta' reliġjonijiet oħra?", "Jekk ngħallmuhom x'inhu l-kuntrast bejn ir-reliġjon tagħna u reliġjonijiet oħra, ikunu armati aħjar ħalli mhux biss jipprofessaw dak li jkunu tgħallmu pappagalleskament imma jkunu kapaċi jiddefenduh meta jiġu challenged minn reliġjonijiet oħra u minn stili ta' ħajja oħra peress li, bħalma jaf kulħadd, Malta m'għadhiex maqtugħa mir-realtà.", "U r-realtà m'hijiex realtà kattolika imma tippreżenta sfidi u ġġiegħel lil dak li jkun li jiddubita l- valuri tiegħu stess, jekk ma jkunx mgħallem fit-totalità x'inhuma d- differenzi bejn reliġjon u oħra u allura jkun konvint minn dak li qed jgħid u jagħmel, minkejja li jaf x'inhuma l-istrengths u l-weaknesses ta' reliġjonijiet oħra.", "Mad-daqqa t'għajn li tajt lil dan is-suċċint, ma rajt ebda provvediment għat-tfal li għandhom intelliġenza taħt in-normal.", "Mhux qed ngħid għal dawk li huma bi bżonnijiet speċjali, dik hija xi ħaġa oħra, imma t-tfal li għandhom IQ baxx, li ma jistgħux jimxu ma' l-istream tat-tfal normali.", "Ma nistax nifhem jien kif dan il-programm jiġi mgħoddi lit-tfal li jkollhom intelliġenza taħt in-normal għaliex dawn jeħtieġu attenzjoni speċjali, bla ma toqgħod timlielhom rashom b'ħafna affarijiet li minnhom ma jieħdu xejn.", "M'hawn imkien indikat x'inhuma l-prijoritajiet, l-affarijiet bażiċi tal- ħajja li rridu nagħtuhom bi preferenza għal tagħlim ieħor.", "Din il-ftit intelliġenza li jkollhom se nużawha biex ngħallmuhom affarijiet li minnhom ma jieħdu xejn, jew nagħżlu li nagħtuhom it-tagħlim bażiku li jużawh għall- ħajja futura tagħhom?", "Fuq l-istess linja xtaqt nistaqsi lill-Ministru għaliex id-dokment kollu qisu huwa orjentat lejn tagħlim akkademiku.", "F'dan is-suċċint tal-kurrikulu nazzjonali ftit li xejn rajt indikazzjonijiet rigward żvilupp tal- kapaċitajiet tekniċi tat-tfal, ħlief taħt is-sezzjoni \"B\", fejn hemm elenkat ix-xjenza u t-teknoloġija u l-espressjoni kreattiva li, kif nifhimha jien, hija l-espressjoni artistika.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm infrastruttura tat-tagħlim kollu li ssemma, il-lingwa Maltija, l- istorja, ir-reliġjon u dawn l-affarijiet, imma mbagħad il-kurrikulu nazzjonali kif se jimxi ma' dawk it-tfal li iktar għandhom xeħta lejn it- teknoloġija, lejn il-kapaċitajiet manwali u tas-snajja' milli xeħta lejn suġġetti purament akkademiċi?", "Hawnhekk dawn mhumiex imsemmija.", "F'sezzjoni 9, hawn miktub li t-tfal iridu jkunu jafu kif jaħdmu d-diversi setturi ta' l-ekonomija Maltija, kif taħdem l-Unjoni Ewropea bħala sistema ekonomika u suq tax-xogħol.", "Ministru, nispera li mhux se jitgħallmu biss kif taħdem is-sistema ekonomika ta' l-Unjoni Ewropea!", "Jekk aħna rridu lill- istudenti tagħna joħorġu mill-iskola b'moħħhom miftuħ, jien nifhem li m'għandniex inlibbsuhom par blinkers u nagħmlulhom brainwashing.", "Li kieku d-dokument qal li għandhom jitgħallmu kif taħdem l-Unjoni Ewropea, komparata ma' blokki ekonomiċi oħra - jew inkella blokki politiċi oħra - kont nifhimha iktar għaliex tkun qed tgħaddilhom tagħlim komparattiv.", "Dan huwa l-istess argument li kont qed nagħmel rigward ir-reliġjon u nispera li ma ninftihemx ħażin fuqha.", "Mhux qed ngħid li m'għandniex ngħallmuhom r- reliġjon kattolika, imma naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li għandna nagħtuhom tagħlim komparattiv ħalli jkunu kapaċi jaraw id-differenzi u anke japprezzaw it-tajjeb u l-ħażin tas-sistemi differenti.", "Għalhekk anke hawnhekk naħseb li wieħed irid ikun iktar prattiku u jgħid li l-istudenti jridu jkunu jafu kif taħdem l-Unjoni Ewropea - jekk kemm-il darba wieħed irid jagħmel l-aċċent fuqha bħala sistema ekonomika - imma komparata ma' sistemi kif imħaddma fl-Asja, fl-Amerika u f'postijiet bħal dawn.", "Dawn huma l-kummenti li kelli x'nagħmel u nixtieq li l-Ministru jirrispondi għalihom.", "Pero', bħalma qal l-Onor.", "Evarist Bartolo, jien l- iktar li jikkonċernani hu mhux fuq il-kliem sabiħ li hawn f'dan is-suċċint - u probabbilment anke fl-abbozz finali - għax hemm ħafna affarijiet li kieku kellna verament nilħquhom, ngħid li dan il-pajjiż huwa pajjiż ideali u l-istudenti tagħna ħerġin veru armati mill-iskejjel.", "Pero' jien nerġa' nsostni fuq il-punt li semmejt fil-bidu u nitlob lill-Ministru jgħidilna kemm huwa konvint - u dan mingħajr ma nitfa' l-ebda dell fuq il-professjoni tat-teachers u fuq kemm huma committed - li t-teachers li għandna huma preparati anke akkademikament biex jgħallmu dan il-kurrikulu lit-tfal tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iżjed mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar mistoqsijiet, nitlob lill-Ministru biex jagħti t-tweġibiet tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lill-Onor.", "Membri l-oħra għall-mistoqsijiet li għamlu u naħseb li dawn huma, biex ngħidu hekk, kampjun tal-mistoqsijiet li jridu joħorġu b'diskussjoni tajba fil-laqgħat li qed naħsbu li jkollna fil- kumitat għall-affarijiet soċjali tal-parlament.", "Ovvjament, din m'hijiex xi ħaġa li niddeċidiha jien imma se mai jiddeċidiha l-kumitat parlamentari li jfassal ix-xogħol tal-Kamra, flimkien mal-kumitat għall-affarijiet soċjali.", "Però, Sur President, jien ma niddejjaqx nipproponi li l-metodu tad- diskussjoni għandu jkun il-metodu li ġie stabilit fil-kumitat għall- affarijiet soċjali, fejn il-membri tal-kumitat jiddiskutu bejniethom u l- kumitat jistieden lil dawk li huma involuti, lill-uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, lill-MUT, lil dawk li jirrappreżentaw l-assoċjazzjoni ta' l-iskejjel tal-Knisja, lil dawk li jirrappreżentaw jew li ġejjin minn skejjel indipendenti, lill-assocjazzjoni tal-kunsilli skolastiċi u oħrajn minn oqsma li huma wkoll marbuta ma' l-edukazzjoni, li żgur jistgħu jagħtu kontribut.", "Il-ħsieb hu li jkollna diskussjoni bla preġudizzju, miftuħa u informata, fejn inkunu nistgħu nisimgħu u nifhmu lil xulxin, nagħtu l- kontribut tagħna u nidħlu għaliha with an open mind għaliex l-interess huwa wieħed.", "Diġà saret ir-rimarka li dan huwa suġġett li mhux ma jqajjimx kontroversja - forsi kontroversji jqumu dejjem biex ngħid hekk - imma huwa suġġett li m'għandux jifridna, li għandu jiġi approached b'consensus u b'mod kemm jista' jkun għaqli.", "Nixtieq ngħid li dan it-tip ta' suġġett ikun diffiċli li tiddiskutih jekk il-laqgħat tal-kumitat isiru ta' darba fil-ġimgħa.", "Għalhekk nixtieq nappella lill-membri konċernati li naraw kif niftehmu ħalli jkollna numru ta' seduti, jekk jista' jkun waħda wara l-oħra, kemm naħsbu li huwa meħtieġ, mingħajr ma nesaġeraw, però bl-ebda mod ma nixtieq li nnaqqas mill- ħin tad-diskussjoni li tkun diskussjoni utli u kostruttiva.", "Nibdew u, seduta wara seduta, jekk jista' jkun nispiċċawh.", "Però dan huwa biss appell, ma jiddependix minni u jien noqgħod għar-rieda ta' din il-Kamra kif tixtieq li tmexxi din id-diskussjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa x'inhi d-differenza bejn l-abbozz finali u s-suċċint?", "Naturalment l-abbozz finali huwa d-dokument sħiħ u s-suċċint huwa summary.", "Allura iktar minn x'inhi d-differenza, forsi x'inhu l-iskop tas-suċċint?", "Aħna fhimna li għal dawk li ma jridux isegwu d-dettalji kollha, jekk ikollna summary tad-dokument li fih ċertu ammont ta' paġni, żgur li jkunu jistgħu jieħdu idea pjuttost ċara ta' x'inhi d-direzzjoni li qiegħed ipoġġi dan il-kurrikulu minimu nazzjonali quddiem is-sistema edukattiva tagħna.", "Oriġinarjament wieħed kien qiegħed jaħseb li dan is- suċċint ikun redatt b'mod legalistiku, f''verżjoni li tkun tixbah il- lingwaġġ li nużaw fir-regolamenti.", "Infakkar li l-kurrikulu minimu nazzjonali li għandna sal-lum b'regolamenti li daħlu fl-1989 u fl-1990 huwa kurrikulu minimu nazzjonali li jixbah ħafna l-mod kif isiru r-regolamenti.", "Din id-darba aħna tlaqna minn dan il-mudell u għall-ewwel konna qegħdin naħsbu jekk nistgħux inżommu xi forma li tkun tixbah il-forma tar- regolamenti, u finalment iddeċidejna li lanqas hekk m'għandna nagħmlu.", "Imma għandna dan id-dokument li huwa l-kurrikulu minimu nazzjonali, is- suċċint huwa s-summary tad-dokument u flimkien iż-żewġ dokumenti jiġu ddikjarati, bil-proċedura kif titlob il-liġi, bħala li huma l-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Wara kollox il-liġi dwar l-edukazzjoni ma tippreskrivix fid-dettall il-forma li fih irid jiġi miktub u ppreżentat il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Il-liġi tgħid biss li l-ministru ta' l-edukazzjoni huwa obbligat li jipprovdi kurrikulu minimu nazzjonali.", "Mr Speaker, ġejt mistoqsi wkoll x'inhi r-rilevanza tad-definizzjoni tal- kliem \"abbozz finali\" u jekk dan id-dokument hux se jiġi diskuss.", "Naħseb li ma tridx ħafna biex tifhem li dan huwa d-dokument kif jarah il-gvern - u kif b'mod partikolari jarah il-ministeru ta' l-edukazzjoni - sa l-istadju tal-proċess tad-djalogu u d-diskussjonijiet li saru s'issa.", "Issa jmiss lil din il-Kamra u lill-kumitat parlamentari għall-affarijiet soċjali biex jgħaddu minn dan il-proċess.", "Il-gvern ma jridx jiġi b'dokument pubblikat li ma jistax jintmiss għaliex allura kien ikollu raġun il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li jistaqsi x'rilevanza fiha din il-preżentazzjoni u x'rilevanza fiha li tmur quddiem il-kumitat parlamentari għall-affarijiet soċjali.", "Dan l-abbozz finali tal-gvern qed jiġi ppreżentat għal tapposta għax il-gvern qed iqis li dan id-dokument mhuwiex proprjeta' tiegħu.", "Fil- fatt dan huwa dokument nazzjonali u kulħadd għandu d-dritt u l-obbligu li jikkontribwixxi għalih, mhux l-inqas ir-rappreżentanti ta' din il-Kamra.", "Għalhekk se mmorru quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali biex nisimgħu, nikkonsidraw u niżnu dak li jintqal with an open mind - ċertament mhux bilfors li naqblu u naċċettaw kollox - u niflu s- suġġerimenti u l-proposti konkreti li jsiru.", "Naturalment, f'ċertu sens il- gvern mhuwiex mistenni li jabdika mir-responsabbilta' tiegħu, li jkun hu li jipprovdi dan il-kurrikulu minimu nazzjonali, li jkun hu li jidderiġih u jipprovdi din id-direzzjoni, dejjem fil-kwadru ta' l-iżvilupp soċjo- ekonomiku u kulturali ta' pajjiżna fiż-żmien tal-lum.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsieni wkoll jekk hemmx differenza bejn dan l-abbozz finali u l-abbozz li kien ġie ppreżentat f'Marzu tas-sena li għaddiet mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Ir-risposta hija: Iva, u f'ċerti partijiet id-differenzi fihom ċerta sustanza.", "Naturalment meta wieħed ikollu ċ-ċans li jifli dan id-dokument issa li hemm differenzi li f'ċerti aspetti huma bażiċi u fundamentali.", "Meta l-predeċessur tiegħi, l-Onor.", "Bartolo, kien ippreżenta l-abbozz fl-1998 kien għamilha ċara li dak huwa dokument tajjeb pero' dan kien biss il-bażi tad-diskussjoni, jiġifieri ma kienx xi dokument li l-gvern tal-ġurnata kien qiegħed jintrabat miegħu.", "Dak l-abbozz kien jippreskrivi, jordna minn fuq u f'ħafna aspetti kien jobbliga u jimponi fuq kulħadd il-lingwa li bih iridu jiġu mgħallma s- suġġetti u wkoll jiffissa n-numru ta' sigħat li kull suġġett irid jiġi mgħallem.", "Din żgur li hija differenza mill-aktar fundamentali.", "Differenza bażika oħra hija li dan id-dokument intrabat li jibni l- kurrikulu minimu nazzjonali madwar sistema ta' edukazzjoni li tissejjaħ sistema komprensiva, sistema li tiġbor l-iskejjel flimkien u li fil- prattika ssib formula mhux biss differenti ta' kif jiġu mqassma t-tfal fl- iskejjel u fil-klassijiet imma wkoll li ssib formula differenti li prattikament tnaqqas mill-impatt ta' l-eżamijiet u ma tħallix l-eżami jagħżel il-progress tat-tfal minn stadju ta' l-edukazzjoni għal stadju ieħor.", "Din is-sistema ġiet suġġerita fl-abbozz oriġinali bħala xi ħaġa tassattiva - u jien naqbel magħha tant li għandna nirriflettuha wkoll f'dan id-dokument - pero' jien ngħid li din m'hijiex xi ħaġa li wieħed jista' jimponiha biss fuq is-settur ta' l-edukazzjoni ta' l-Istat u ma jdaħħalhiex fis-settur privat u fis-settur ta' l-iskejjel tal-Knisja, għaliex inkella jkollna żbilanċ gravi fis-sistema.", "Din tirrikjedi ħafna iktar ħsieb u preparazzjoni.", "Fid-dokument li qed nippreżentaw aħna nirriflettu din il-linja u din il-firxa ta' consensus u fost in-nies li għandhom kredenzjali tajbin ħafna f'dik li hija filosofija u pedagoġija fil- kamp edukattiv, hawn min jinsisti li dik hija l-aħjar sistema.", "Pero' jidher ċar li fost il-ġenituri, l-għalliema, il-policy makers u l- politiċi m'hawnx consensus biex inkunu nistgħu nimbarkaw fuq dikjarazzjoni ta' dak it-tip.", "Din ukoll hija differenza sostanzjali.", "Differenza oħra hija li fl-abbozz oriġinali r-riferenzi għat-tagħlim tar- reliġjon kienu prattikament assenti.", "Għalhekk ħassejna l-bżonn li f'dan id- dokument nirriflettu - kif qal il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "George Vella - il-maġġoranza li tipprofessa r-reliġjon Kattolika bħala ħaġa ta' importanza fundamentali għalina bħala Maltin, apparti l-obbligi kostituzzjonali, legali u kuntrattwali li għandna bħala pajjiż u bħala gvern.", "Aħna ridna li dan il-kurrikulu jirrifletti din l-identita' u r-realta'.", "Hemm ħafna aktar differenzi imma dawn wieħed ikun jista' jiflihom jekk iqabbel ċerti sitwazzjonijiet.", "Per eżempju, dan id-dokument jagħti ħafna aktar spazju lill-iskejjel biex ifasslu l-kurrikulu tagħhom mill-abbozz l- ieħor.", "Dawn kollha huma temi li nkunu nistgħu niddiskutuhom fid- diskussjoni li għad irridu nagħmlu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm il- pubblikazzjoni ta' dokumenti oħra ta' implimentazzjoni u ta' strateġija.", "Ir-risposta hija li dan huwa, biex ngħid hekk, il-kwadru, il-qafas u l- viżjoni li rridu nsawru fl-evoluzzjoni tas-sistema edukattiva ta' pajjiżna.", "Bla dubju ta' xejn minn hawn iridu jsegwu d-dokumenti l-oħra b'ħafna dettall li trid tipprovdi d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, liema dokumenti jfasslu d-dettall tas-sillabi, id-dettall ta' l-istrateġija, id-dettall ta' l-għodda u d-dettall tal-metodoloġija li trid tiġi wżata.", "Kif ġara f'pajjiżi oħrajn fejn is-suġġett tal-kurrikulu minimu nazzjonali huwa suġġett li qabad l-art u għandu l-istrutturi b'saħħithom biex jiggwidawh u jimplimentawh, issa f'pajjiżna se jkollna wkoll dan il-proċess ta' evoluzzjoni mfisser f'dokumenti li jinħadmu bl-aktar mod professjonali possibbli.", "B'hekk aħna, l-għalliema u l-ġenituri jkollna ċ-ċans li ninteressaw ruħna fihom.", "Naħseb li meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkummenta fuq il-konsultazzjoni ma' l-oppożizzjoni ma naħsibx li kien qed jirriferi għal xi kummenti li għamilt jien f'Lulju tas-sena li għaddiet meta kont fl-oppożizzjoni.", "Aħna mhux biss qed naraw li se jkun hawn id-djalogu u l-konsultazzjoni li kellna fil-proċess kollu fejn l-oppożizzjoni kienet mistiedna u ħafna drabi ħadet sehem f'laqgħat li saru, anke ta' natura speċjalizzata, imma wkoll se tieħu sehem dirett fil-forum politiku, biex ngħid hekk, tal-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali.", "Tqanqlet il-kwestjoni ta' kif se tiġi pprospettata u msaħħa l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Jien jidirli li l-kurrikulu minimu nazzjonali l-ġdid jittratta dan is-suġġett b'serjeta' kbira, b'impenn qawwi u jagħtih spazju ħafna aktar milli qatt ta xi dokument ieħor lis-settur ta' l-edukazzjoni f'Malta.", "Jien m'għandix dubju li din id-direzzjoni li fuqha jaqbel kulħadd tkompli mat-tradizzjoni ta' dan il-gvern li jagħti l-ogħla importanza lit-tneħħija ta' kull forma ta' diskriminazzjoni.", "Kien il-gvern tagħna li emenda l-kostituzzjoni tar-Repubblika li waqqaf id- dipartiment u l-kummissjoni għall-ugwaljanza tal-mara, li bidel kwantita' ta' liġijiet f'dan is-settur u li ta benefiċċji kbar.", "Minbarra dan, il- gvern tagħna se jkompli jaħdem ukoll fuq is-sistema edukattiva.", "M'għandniex naħsbu li f'dan il-qasam ix-xemx qed titla' issa ma' dan il- kurrikulu.", "Fil-fatt fl-iskejjel tagħna għandna livell kbir ħafna ta' konċett fil-prattika u ta' rispett għall-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn is- sessi, imma s-sistema ta' l-edukazzjoni se toffri fil-konkret lill- istudenti subien u bniet u lill-ġuvintur u lit-tfajliet, għażliet ta' studju u taħriġ li minnhom innifishom jassiguraw li huma għażliet li jirrispettaw din l-ugwaljanza fir-rispett tad-differenzi bioloġiċi bejn it- tnejn.", "Tqanqal il-konċett, kemm mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni kif ukoll mill-Onor.", "George Vella, dwar jekk ċerti temi humiex marbutin ma' xi atteġġjament konfessjonali fil-kurrikulu minimu nazzjonali, jiġifieri jekk dan il- kurrikulu hux qed jiġi ddettat mit-twemmin reliġjuż kattoliku jew inkella hux qed jiġi ppreżentat mill-Gvern Malti li huwa gvern ta' pajjiż lajk.", "Ir-risposta hija, bla ebda dubju ta' xejn, li dan huwa kurrikulu minimu nazzjonali li qed jiġi ppreżentat minn gvern Malti ta' pajjiż li huwa lajk imma ta' pajjiż ukoll li l-maġġoranza tiegħu hija kattolika, ta' pajjiż li għandu kostituzzjoni li tirrikonoxxi r-reliġjon kattolika bħala r-reliġjon uffiċjali tal-pajjiż - l-Onor.", "Membri jafu li hawn kwantita' kbira ta' pajjiżi li l-kostituzzjoni tagħhom tiddikjara reliġjon partikolari bħala r- reliġjon uffiċjali - pero' wkoll fir-rispett l-iktar sħiħ tat-tolleranza u tar-rispett ta' qualsiasi twemmin ieħor li l-individwu jista' jħaddan.", "Hawnhekk wieħed isib - din it-tema għandha tiġi ċċarata mill-ewwel - li l- kurrikulu jaħseb biex it-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom għarfien tar-reliġjon kattolika, naturalment jekk dawn ikunu jridu li jkollhom dan l-għarfien.", "Pero' qabel ma nitkellmu fuq ir-reliġjon kattolika rridu nitkellmu wkoll fuq l-identita' u fuq il-fatt li l-esperjenza kurrikulari trid twassal biex l-istudenti jiżviluppaw għerf u tagħrif dwar il-kultura, l-istorja u r- reliġjonijiet differenti tar-reġjun tal-Mediterran kif ukoll tal-kontinent Ewropew.", "Jidher ċar li dak li għandna f'rasna huwa proprju li t-tfal u ż- żgħażagħ tagħna jibdew minn kmieni jesponu lilhom infushom billi jagħrfu jaraw x'inhuma r-reliġjonijiet l-oħra, fosthom l-islam, il-friegħi l-oħrajn tal-kristjaneżmu, l-buddiżmu, r-reliġjon tal-Lhud u ċerti reliġjonijiet oħrajn prinċipali li hawn fil-pajjiż.", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Ministru, l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Lill-Ministru nixtieq ngħidlu, bl-aktar spirtu amikevoli, li naħseb li jkun qiegħed irawwem din it-tip ta' kultura meta ma nibqgħux nużaw aktar il-kelma \"nittolleraw\" reliġjonijiet oħra.", "Qed ngħid dan għax meta tittollera tkun qisek qed tieħu paċenzja u tagħmel sagrifiċċju biex dak li jkun taċċettah.", "Jien nuża l-kelma \"aċċettazzjoni\" aktar milli tolleranza.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja lill-Onor.", "Vella talli intervjena biex din il-ħaġa tiġi ċċarata.", "Fil-fatt riċentement sarli kumment li llum il- ġurnata il-kelma \"tittollera\" qed tassumi tifsira negattiva fis-sens li meta wieħed jużaha jkun qisu qed jikkonċedi u mhux jirrispetta d-dritt.", "L- Onor. Vella għandu raġun u naħseb li dan il-punt semantiku llum iwassal messaġġ.", "Dwar il-kwestjoni tar-reliġjon kattolika, l-paragrafu konċernat jibda hekk:", "\"Edukazzjoni reliġjuża b'indirizz Kattoliku kif jitlob il-ftehim bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta' Malta dwar it-tagħlim u l-edukazzjoni tar-reliġjon Kattolika fl-iskejjel ta' l-Istat.\".", "Meta wieħed imbagħad imur lura fil-parti speċifika dwar x'jiġri fil-livell primarju u fil-livell sekondarju jingħad ċar li ulied ġenituri li ma jixtequx lil uliedhom jirċievu t-tagħlim u l-edukazzjoni fir-reliġjon kattolika, għandhom jingħataw formazzjoni fil-valuri etiċi u morali universali li fuqhom hija mibnija l-konvivenza ċivili.", "Irrid ngħid li sal-lum il-pożizzjoni hi li t-tfal u ż-żgħażagħ li qed jattendu l-iskola fl-eta' obbligatorja li tistabilixxi l-liġi Maltija u li jagħżlu li ma jsegwux il-lezzjonijiet tar-reliġjon kattolika, qed jingħataw xogħol ieħor edukattiv, fis-sens li jew jagħmlu l-homework jew jagħmlu suġġetti oħra.", "Dan ifisser li dawn m'huma qed jingħataw l-ebda formazzjoni oħra.", "Jien insistejt li għandu jiġi aċċettat u rispettat il-fatt li l- ġenituri ta' dawn it-tfal jew żgħażagħ ma jixtequx li jsegwu dawn il- lezzjonijiet, imma dan ma jfissirx li dawn l-istudenti għandhom jiġu mċaħħda minn formazzjoni li tagħtihom valuri etiċi u morali ta' natura universali li fuqhom hija mibnija l-konvivenza ċivili.", "Jien naħseb li hawnhekk toħroġ ċar daqs il-kristall il-kwestjoni ta' kontraċezzjoni.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali jitkellem fuq il-ħtieġa li l-istudenti jiżviluppaw għerf u li jkollhom tagħrif anke dwar is-suġġett tal- kontraċezzjoni.", "Ngħidu biss - jidhirli li dan huwa importanti li jingħad - li filwaqt li wieħed għandu jagħti din l-informazzjoni, għandu jieħu in konsiderazzjoni u għandu jagħti kas il-valuri morali u reliġjużi li l- istudenti u l-ġenituri tagħhom ikunu qed isegwu.", "Naħseb li jkun żball jekk aħna niddivorzjaw il-kurrikulu minimu nazzjonali mit-tessut, mill-kultura u mill-intimita' ta' tradizzjonijiet li dan il-pajjiż u dan il-poplu għandu u li nafu li jinsisti għalihom.", "Għadu kif ġie ppubblikat ''Values 2000'', fejn joħroġ b'mod ċar li l-poplu tagħna mhux talli mhux imdejjaq b'dawn il- valuri u b'dawn il-prinċipji etiċi talli jagħtihom l-ogħla importanza.", "Meta tara ''Values 2000'' issib li dawn huma ħwejjeġ li l-poplu tagħna jrid ikompli jgħożż.", "Fil-fatt dawn il-valuri mhux biss jgħożżuhom il-kbar imma jgħożżuhom ukoll iż-żgħażagħ, forsi f'forom differenti, imma żgur mhux b'impenn inqas minn dawk li għandhom l-adulti.", "Allura naħseb li l- kurrikulu minimu nazzjonali jilqa' ħafna għall-punti li tqanqlu mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dwar l-edukazzjoni teknika - dan huwa punt li tqanqal minn kollegi oħrajn - wieħed irid igħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq livell ta' sistema fejn ma tistax tinjora dak li jeżisti llum.", "Aħna għandna dak li għandna llum.", "M'hemmx dubju li s-sistema tagħna li tirrigwarda l-edukazzjoni teknika, l- edukazzjoni tas-snajja' u l-edukazzjoni teknoloġika għad għandha ċerti weakness ta' strutturi, ta' pedagoġija, ta' metodi, ta' għodda u ta' atteġġjament.", "Din hija sitwazzjoni li aħna qed nipprovaw nikkoreġu.", "Kif diġa' stqarrejt pubblikament, jien niedejt stħarriġ fuq l-iskejjel kollha tas-snajja' u fuq l-edukazzjoni teknoloġika - fil-fatt għandna l-ewwel rapport interim u nispera li ma jdumx ma jkollna r-rapport finali fuq dan is-suġġett - u huwa fid-dawl ta' dan l-istħarriġ li wieħed irid jipproċedi biex itejjeb l-edukazzjoni teknika tagħna.", "Għalkemm ir-rapport m'huwiex finali, ir-rakkmandazzjoni li tidher li hija unanima - għallinqas fost dawk li qed jaħdmu fuqha - hija li ma nistgħux nibqgħu bis-sistema ta' tagħlim tas-snajja' kif nafuh sal-lum.", "L-edukazzjoni tas-snajja' u l-edukazzjoni teknika ma jistax jibqa' jkollha l-catchment ta' studenti minn fost dawk li ma jkunux x'aktarx irnexxew, kif ngħidu aħna, akkademikament.", "Hemm bżonn li titwessa' l-bażi ta' dawk li qed isegwu l-edukazzjoni teknoloġika billi din l-edukazzjoni tibda tingħata ħafna aktar minn kmieni fil-livell tal- primarja, naturalment b'kontenut u b'approach differenti.", "It-tama hi li meta nwessgħu din l-edukazzjoni b'dan il-mod u meta nibdew nagħtuha fil- livelli kollha tas-sekondarja, meta wieħed jagħlaq 16-il sena biex jagħmel l-għażliet speċifiċi tiegħu jkun jaf aktar jekk iridx isegwi sengħa, teknika jew teknoloġija partikolari.", "B'hekk din l-għażla ssir fuq bażi aktar informata minn studenti li jkunu ġew esposti b'mod serju għat- teknoloġija.", "Barra minn hekk l-istudenti jagħmlu l-għażla għaliex ikollhom l-opportunita' vera li jistgħu jagħmlu din l-għażla u naturalment għaliex nispera li kemm bil-ħolqien tal-kulleġġ il-ġdid ta' l-arti, xjenza u teknoloġija, kif ukoll bit-tisħiħ ta' l-istituti tekniċi li rridu nsaħħu, l- istima ta' din l-edukazzjoni tikber u tkun tista' ssir b'ħafna aktar serjeta'.", "Kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, huwa veru li f'dak li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni għall-adulti, il-kurrikulu minimu nazzjonali jagħmel riferenzi li mhumiex fid-dettall.", "Ir-raġuni hija li dan huwa kurrikulu minimu nazzjonali li jorbot l-eta' obbligatorja, jiġifieri jwassal sa l- eta' ta' 16-il sena.", "Huwa veru li għalkemm il-liġi tobbligana sa hawn, nistgħu nagħmlu aktar imma f'dan l-istadju ta' l-iżvilupp li qegħdin fih sa hawnhekk stajna naslu.", "Hemm korsijiet oħrajn ta' l-adulti u qed isir ħafna xogħol f'dan il-kamp.", "Nafu li għandna eluf ta' adulti li qed japplikaw għall-korsijiet ta' filgħaxija, korsijiet li qed isiru dejjem aktar popolari.", "Tant hu hekk li hawn ħafna adulti li qed jieħdu korsijiet li jwassluhom anke għal eżamijiet ta' ċertifikazzjoni.", "Is-sistema trid titjieb għax m'għandhiex riżorsi biżżejjed u m'aħniex lanqas nagħmlu l-edukazzjoni ta' l-adulti skond il-filosofija u skond il-pedagoġija ta' kif għandha ssir ħaġa bħal din.", "Jien nammetti li l-pajjiż jonqsu ħafna aktar x'jagħmel.", "Nispera li jkollna ċans biex flimkien nipprovaw nagħtu stimolu lil dan is- suġġett biex iħalli riżultati aħjar.", "L-istess ngħid dwar il-kwestjoni li tqanqlet mill-Onor.", "Vella.", "X'se jiġri b'dawk it-tfal li jista' jkollhom xi diffikultajiet?", "Hawnhekk jien mhux qed nirriferi għal dawk li għandhom bżonnijiet speċjali - evidentement dawn fuqhom nafu x'qed nipprovaw nagħmlu - imma qed nirriferi għal dawk li m'humiex achievers, għalkemm illum forsi ssib min iqanqallek diffikulta' fuq kelma ta' dan it-tip.", "Illum lil dawn in-nies qed ninkluduhom fid- definizzjoni ta' \"bżonnijiet speċjali\".", "Għaliex x'inhu bżonn speċjali?", "Illum jekk aħna nemmnu f'politika ta' inklussivita', irridu ninkludu lil kulħadd.", "Aħna ma nistgħux ngħidu li min għandu xi diżabilita' fiżika jew mentali għandu bżonnijiet speċjali imma min inqalgħulu disturbi serji fil- familja, li qed jinfluwenzaw l-andament tiegħu fl-iskola, m'għandux bżonnijiet speċjali.", "Aħna qed ngħidu li anke dawn għandhom bżonnijiet speċjali.", "Naturalment meta nidħlu f'dan il-kamp jien nirrikonoxxi li qed nidħlu f'terren li jqanqal diffikultajiet kbar, diffikultajiet li rrid nammetti li lanqas jien m'jien ċert jekk aħniex kapaċi li naffrontawhom bis- serjeta'.", "Jien inħossni konvint li hemm qbil fil-prinċipju u fit-twemmin u mhix ħaġa faċli li f'pajjiżna naqblu fuq din il-ħaġa.", "Hemm ukoll ħafna rieda tajba li fuqha qed nipprovaw nibnu anke l-istrutturi.", "Dwar dak li jirrigwarda edukazzjoni speċjali għandna rapport pjuttost dettaljat dwar kif se nittrattaw l-iżvilupp ta' dawn l-iskejjel speċjali, fid-dawl tal- politika inklussiva, għax din naturalment se ġġib magħha l-bżonn ta' ċerti bidliet u allura f'dan is-sens naħseb li qed nipprovaw nagħtu ċertu trattament.", "Ma rridx ninftiehem ħażin għax għadna nibdew, it-triq hija twila u jonqos ħafna xi jsir.", "Kif se jiġu ggwidati l-istudenti fl-għażliet li jagħmlu fl-iskola aktar 'il quddiem?", "Din hija l-mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Anke hawnhekk naħseb li l-kurrikulu se jibda jindirizza din il-problema aħjar milli ndirizzajniha sal-lum.", "Sal-lum konna diġa' qed nindirizzawha pero' naħseb li l-kurrikulu se jibda jibni bil-mod il-mod għodda ġdida li tissejjaħ assessjar formattiv.", "Din l-għodda ġġib magħha l-profil ta' l- istudent għax jibda jsir assessment mhux abbażi ta' eżamijiet bil-kitba jew eżamijiet orali imma assessment li permezz tiegħu wieħed isegwi l-progress ta' l-istudent fil-kors ta' l-iskola minn ġimgħa għal ġimgħa, minn xahar għal xahar u minn sena għal sena.", "Allura f'dawn iċ-ċirkostanzi inti ma tkunx qed tagħti biss kas ta' kwestjonijiet akkademiċi imma tkun qed tagħti kas ukoll il-ħiliet li mhux dejjem jitfaċċaw fil-karattru ta' l-istudent minn sempliċement eżami ta' siegħa jew sagħtejn.", "Naħseb li dan l- assessment fih inbuilt id-direzzjoni li l-istudent jibda jiskopri - naturalment bl-għajnuna ta' din l-għodda u ta' l-għalliema, appoġġjati fejn hemm bżonn minn guidance counsellors u minn nies oħrajn - liema huma l- aħjar ħiliet tiegħu u liema huma l-weaknesses u l-iżbalji li jrid jevita.", "B'dan il-mod l-istudent mhux jiġi imbuttat imma ggwidat lejn l-għażliet li jrid jagħmel.", "L-Onor.", "George Vella ġibed l-attenzjoni dwar il-kwestjoni ta' l- espożizzjoni ta' l-istudenti u taż-żgħażagħ għad-dinja tax-xogħol fil- kontest ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt fid-dokument ngħidu ċar u tond li s-sistema edukattiva għandha tipprepara lill-istudenti għad-dinja tax- xogħol bili tgħinhom jiżviluppaw l-għerf u t-tagħrif dwar l-ekonomija globali u kif din taffettwa l-ekonomija Maltija.", "Il-kurrikulu minimu nazzjonali dan ipoġġi l-ewwel u l-Unjoni Ewropea jħalliha għal aktar tard.", "Din irrid niċċaraha.", "Jien fhimt - din ma kenitx l-ordni kif oriġinarjament kienu ppreżentati l-affarijiet - li f'dan is-sens l-ewwel ħaġa li rridu nifhmu hija x'inhi l-ekonomija ta' pajjiżna.", "L-ewwel irridu nifhmu lil pajjiżna.", "Fil-fatt jien l-ewwel ma ħaristx lejn l-Unjoni Ewropea imma ħarist lejn l-ekonomija globali għax hija l-globalizzazzjoni li qed taffettwa lil kulħadd.", "Jien ħarist lejn il-kontest tas-soċjeta' mibnija fuq l-informatika, fuq postijiet differenti tax-xogħol, fuq l-etika tax-xogħol u fuq is-sistemi ta' għajnuna finanzjarja fil-qasam tax-xogħol, imbagħad ħarist lejn l-Unjoni Ewropea bħala ekonomija u suq tax-xogħol u lejn l-istituzzjonijiet ekonomiċi tagħha.", "L-ewwel u qabel kollox iż- żgħażagħ iridu jifhmu r-realta' tad-dinja tax-xogħol li qed jgħixu fiha u tad-dinja nnifisha.", "Kellna parteċipazzjoni kostruttiva min-naħa ta' l-FOI u anke minn gruppi oħrajn.", "Jien ma tantx naqbel mal-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Vella, li qal li l- enfasi qiegħed fuq it-tagħlim akkademiku.", "Naħseb li meta narawh sew insibu li hawn bilanċ tajjeb u hawn dak l-orjentament li għandu bżonn pajjiżna llum.", "Ma naħsibx li l-espressjoni kreattiva għandna nassoċjawha ma' l- espressjoni artistika.", "Dan huwa l-iżball li jsir ħafna drabi.", "Jien nistqarr li hekk kont naħseb ukoll imma dan l-aħħar kelli l-opportunita' li nitgħallem li huwa żball li wieħed iħares lejn l-espressjoni kreattiva bħala waħda artistika għax il-kreattivita' tinkludi l-arti, x-xjenza u t- teknoloġija u l-kurrikulu dan japprezzah u jifhmu.", "Issa se nagħmel xi kummenti fuq il-punti li qanqal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "M'hemmx dubju, Sur President, li bejn dan il-kurrikulu u t-twettiq tiegħu hemm ħafna xogħol li jrid isir.", "Huwa importanti ħafna li rridu naħdmu biex ikollna l-istrutturi u r-riżorsi biex din il-viżjoni u dawn l-ideali nkunu nistgħu nimplimentawhom.", "Illum għandna d-dipartiment għall-iżvilupp tal- kurrikulu, dipartiment pjuttost żagħżugħ li m'ilux ħafna snin li nħoloq pero' nemmen li qed jagħmel differenza u ta kontribut ta' validita' kbira biex illum għandna dan il-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Huwa dan id- dipartiment li jrid ikun il-mexxej dirett ta' l-implimentazzjoni ta' dan il- kurrikulu u jrid ikun hu li jrid joħloq dan in-network mad-dipartimenti l- oħra, ma' l-iskejjel, ma' l-għalliema, ma' l-għaqdiet tagħhom u ma' l- assoċjazzjonijiet tal-ġenituri.", "Dan id-dipartiment irid jassigura li jkun hemm l-għodda u l-istruttura biex inkunu nistgħu nimplimentaw dan il- kurrikulu.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn ta' diversi riżorsi.", "Per eżempju, il-politika inklussiva - ta' min igħid li l-kurrikulu huwa ippernjat fuqha - ma tkunx tista' ssir jekk ma jkunx hemm provvista' ta' ħaddiema, għalliema, facilitators, social workers u psikologi mħarrġa u nies multidixxiplinarji li jistgħu jimplimentaw dan ix-xogħol.", "F'dan il- kamp qed isir ħafna xogħol, kultant b'pass ftit mgħaġġel iżżejjed u għax inkunu rridu nlaħħqu mhux dejjem nagħmlu affarijiet ta' kwalita' li wieħed ikun jixtieq jagħmel.", "Ngħidu aħna, m'hemmx dubju li din trid ċertu taħriġ.", "Huwa għalhekk li l-universita', minbarra d-diplomi u l-facilitation li tagħti f'dan is-settur, fi Frar tas-sena d-dieħla se tibda kors biex dawk li għad m'għandhomx il-milja tal-kwalifiki li huma meħtieġa f'dan il-kamp u li diġa' qed jagħtu servizz importanti ħafna fis-settur edukattiv, jiksbu dawn il-kwalifiki u jkunu jistgħu jakkwistaw l-istatus regolari tagħhom.", "Pero' ma rridux lanqas nitilqu bl-idea li biex jitwettaq dan il-kurrikulu kulma hemm bżonn huwa li nżidu l-flus.", "Jekk il-konċett hu li jkun hawn bżonn li nżidu l-flus naħseb li nkunu qed nitilqu minn konċett żbaljat.", "L-iżvilupp li jrid jara dan il-kurrikulu għat-twettiq tiegħu huwa l- iżvilupp fil-mentalita' u kulmin huwa involut - għalliema, ġenituri u studenti - ma jistax jibqa' jħares lejn l-esperjenza tat-tagħlim bil-mod kif ħarisna lejha sal-lum, bil-mod ta' passivita' li biha nirċievu t- tagħlim, bil-mod li aħna nippreparaw ruħna biss għad-dinja ta' l-eżamijiet u bil-mod li aħna qegħdin f'sistema li biċċa minna se nirnexxu u biċċa minna m'aħniex se nirnexxu.", "Din is-sitwazzjoni m'għandniex naċċettawha.", "Filwaqt li m'hemmx dubju li fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż il- kwestjoni tal-finanzi tippreżenta diffikulta' li m'hijiex żgħira, hemm diffikulta', li fil-fehma tiegħi hija akbar minn din, li tirrikjedi li jkollna l-apprezzament tal-ħtieġa tal-bidla kulturali, tal-bidla tal- mentalita', tal-bidla ta' l-atteġġjament u ta' bżonn ta' aktar flessibilita'.", "Il-kwalita' u l-livell tad-diskussjoni ta' bejnietna tista' wkoll tispira u tagħti direzzjoni lil kulħadd dwar kif nistgħu negħlbu din id-diffikulta'.", "Huwa veru wkoll - dan huwa punt li qanqlu l-Onor.", "Vella - li dan il- kurrikulu jitlob li l-edukaturi għandhom bżonn ikollhom taħriġ organizzat u sistematiku biex wieħed ikun jista' japplika l-prinċipji li qed jiġu stabiliti.", "Aħna nitkellmu regolarment mal-fakulta' ta' l-edukazzjoni għaliex irridu nassiguraw li dawk li se jsiru għalliema jkollhom diġa' l- prinċipji, l-viżjoni, l-metodoloġija u l-pedagoġija li qed jitlob dan il- kurrikulu pero' din hija qatra fl-oċean.", "L-oċean huma l-għalliema kollha, li jammontaw għal 4,600, li diġa' qed jgħallmu fl-iskejjel primarji, sekondarji u fil-kindergarten.", "Hawnhekk irridu nlestu proċess ta' taħriġ li mhux se jibda u jispiċċa f'sena waħda għax trid aktar żmien minn daqshekk imma għallinqas irridu nibdew bis-serjeta'.", "Hemm bżonn ukoll li naqbdu l-kotba, l-materjal edukattiv u l-għodda li għandna u naġġustawhom skond dan il-kurrikulu.", "Għandu jsir proċess sħiħ ta' kitba, ta' stampar u ta' kotba ġodda li jirriflettu dan kollu.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Bartolo staqsa jekk hux se jkun hawn dokumenti oħra.", "Iva, jrid ikun hawn dokumenti oħrajn li jfissru aktar fid-dettall.", "Mhux se nidħol jien biex fid-dettall noqgħod ngħid is-sillabi x'bidliet irid ikun fihom għaliex naħseb li din hija materja li trid issir mid- dipartiment għall-iżvilupp tal-kurrikulu, bit-tisħib ta' dawk kollha li huma involuti fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "M'hemmx dubju li jrid ikun hawn dokumenti oħrajn u meta neżawrixxu d-diskussjoni fuq dan id-dokument li ppreżentajtilkom - u nappella li dan ma jkunx xi proċess li jieħu fit- tul li jeżawrixxi lilna minflok! - inkunu nistgħu nippubblikawh fil- kwantitajiet kollha meħtieġa, bi preżentazzjoni kemm jista' jkun pjaċevoli u friendly għal kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "CIVIL PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-5 ta' Ottubru,1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, huwa in possession.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-bieraħ bdejt kont nitkellem dwar dan l-abbozz importanti li għandna quddiemna, li jipprovdi għat-twaqqif ta' dipartiment għall-protezzjoni ċivili u ta' forza ta' għajnuna u ħelsien f'każ ta' xi diżastru.", "Meta ngħidu \"diżastru\" inkunu qed infissru diżastri ovvji, bħalma hemm imsemmija fl-Att dwar Korp tax-Xogħol ta' Emerġenza u fl-Att dwar Għajnuna minħabba Għargħar, li issa se jiġu mħassra b'dan l-abbozz ta' liġi.", "F'pajjiżna l-aktar diżastru previdibbli huwa li jkollok għargħar, speċjalment f'żoni fejn l-iktar jinġema' l-ilma meta tagħmel ħafna xita.", "Id-dipartiment li se jitwaqqaf b'dan l-abbozz se jkollu diversi funzjonijiet, fosthom li jagħmel riċerka dwar vulnerabilità u risk assessment tas-siti kollha fejn l-iktar hemm probabbiltà li jiġru dawn id- diżastri, speċjalment xi għargħar li kulħadd jitkellem fuqu għax hija l- iktar ħaġa ovvja li tiġri f'pajjiżna.", "Iżda f'pajjiżna għandna speċi ta' diżastru ieħor, li jiena naf li qed jinkwieta lil diversi organizzazzjonijiet volontarji li għandhom għal qalbhom l-ambjent u ċertament li dan jinteressa ħafna lill-ministru responsabbli mill-ambjent.", "Qed nirriferi għall-miżbla tal-Magħtab u d-dumping sites l-oħra li wħud minnhom huma illegali.", "Huwa diżastru nazzjonali meta għandek post fejn jiġi dumped l-iskart kollu tal-pajjiż b'mod regolari u ma tagħmilx sistema biex ma tħallix dan l-iskart jikber u jakkumula.", "Illum kulħadd jaf li jekk tgħaddi viċin tal-Magħtab, kemm min-naħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq u kemm min- naħa tan-Naxxar, ixxomm intiena kbira barra li għandek ukoll eyesore tremenda.", "Imma apparti l-eyesores li f'pajjiżna għandna ħafna minnhom, issa qed nitkellmu fuq diżastri.", "Il-fatt li aħna m'aħniex noħolqu sistema kif nikkumbattu dan l-iskart, jista' fih innifsu joħloq diżastru?", "Wieħed mill-ikbar diżastri li kellna fl-istorja ta' Malta kien meta kellna l-pesta.", "Għalkemm illum il-ġurnata sar ħafna avvanz fil-mediċina, li kieku jkun hawn xi tip ta' epidemija f'Malta, peress li l-popolazzjoni ta' Malta hija relattivament kbira għall-physical area tagħha - infatti Malta nafu li hija waħda mill-iktar densely populated areas fid-dinja wara Hong Kong - żgur li bit-twaqqif ta' dan id-dipartiment mhux se nikkumbattu dan id-diżastru.", "Mr Speaker, jien qed insemmi dan biex meta niġu biex niddiskutu d-definizzjoni ta' \"diżastru\" fl-istadju ta' kumitat, nieħdu in konsiderazzjoni li l-affarijiet li jikkaġunaw ħsara fil-ħajja m'humiex biss dawk l-affarijiet li huma ovvji, bħalma huma għargħar, nar, ħruq, eċċ, imma anke dawk li ma tqisx li huma prevedibbli pero' fil-fatt huma prevedibbli.", "Il-bieraħ semmejt il-każ tal-ħut u minn hawnhekk inħeġġeġ lill-istudenti universitarji li qegħdin jistudjaw fuq it-trobbija tal-ħut - u anke lil min għandu x'jaqsam mad-dipartiment tas-sajd - biex jagħmlu riċerka xjentifika ħalli naraw x'inhu jiġri fl-ibħra territorjali ta' Malta u fl-ibħra viċini.", "Per eżempju, din is-sena l-qabda tal-lampuki m'hijiex waħda skoraġġanti għalkemm it-temp jidher li qed jippermetti ħafna, għax il- lampuki li qed jinqabdu f'dawn l-aħħar ġranet huma żgħar.", "Il-Mosta hemm ħafna dilettanti tal-ħut u ġieli ħriġt magħhom għas-sajd.", "Dawn is-sajjieda jgħidulek li wara l-festa tal-Bambina, u aktar u aktar wara l-festa tal-Grazzja, il- lampuki normalment ikunu mdaqqsin sew.", "Allura x'inhi din li llum l- lampuki huma żgħar u qed jinqabdu f'ammonti żgħar?", "Dawn fenomi li huma unexplained, allura aħna għandna interess naraw x'qed jiġri.", "Forsi l-istat tal-baħar qed jitħassar minħabba mġiba illeċita ta' pajjiżi ġirien jew inkella xi ħadd qed jitfa' xi ħaġa fil-baħar u m'aħniex nindunaw?", "X'jistgħu jkunu dawn id-deposits li qed jintefgħu fil-baħar ladarba mhumiex jidhru b'mod viżibbli?", "Ara ż-żejt huwa viżibbli u tarah żgur.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għaliex bħal fil-każ tal-fenomenu tal-global warming li semmejt il-bieraħ - u nafu li Malta pparteċipat ħafna biex toħloq kuxjenza internazzjonali fuq dan l-aspett - dak li aħna narawh mill-aspett domestiku jista' jkollu implikazzjonijiet internazzjonali jew bilaterali fil-konfront ta' xi pajjiż viċin.", "Il-ministru ta' l-intern għandu jara li dan l-abbozz ta' liġi jkun konformi mal-liġijiet internazzjonali, fis-sens li jekk għandek konvenzjoni internazzjonali li tistabilixxi ċerti standards fuq equipment li jintuża f'dan ir-rigward, per eżempju, li jintlibes ċertu lbies protettiv minn dawn in-nies li se jibdew jaħdmu fid-dipartiment għall- protezzjoni ċivili jew anke għall-pubbliku.", "Meta dan l-aħħar seħħ inċident nukleari ġol-Ġappun wara leak ta' uranium, waħda mill-mistoqsijiet li ġietni f'rasi kienet kemm hu ppreparat pajjiżna f'każ li jiġri inċident simili viċin tagħna, għax nafu li hawn siti viċin tagħna fejn jintuża nuclear fuel.", "F'pajjiżek tista' iżżomm u tikkontrolla milli jkollok preżenza ta' nuclear energy, nuclear arms, nuclear deposits jew nuclear fuel, sakemm hu possibbli!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "George Vella qed jgħidli għal meta tidħol f'pajjiżna l-John F. Kennedy, li hija nuclear powered.", "Il-Partit Nazzjonalista, illum fil-gvern, għandu r- responsabbiltà li assolutament ma jħallix war vessels - huma x'inhuma, imma nzertaw Amerikani dawk li qed jidħlu f'pajjiżna bħalissa - jidħlu fl-ibħra territorjali ta' Malta u dan sabiex jiġi evitat xi diżastru li pajjiżna ma jkun qatt aktar jista' joħroġ minnu.", "Jien qed ngħid dan għax pajjiżna tant hu żgħir li kieku jkun hawn nuclear pollution fil-viċinanzi tagħna, aħna ninqerdu għal kollox for many years and generations to come.", "Ara kemm qed inpaċpċu hawn, pajjiżna jinqered għax kollox bl-effetti tal- kontaminazzjoni!", "Tajjeb ngħidu li wara l-inċident ta' Chernobyl, l-area li assolutament illum għadhom ma jistgħux jidħlu fiha hija erba' darbiet ikbar minn Malta.", "Jiġifieri fejn saret l-isplużjoni u in the immediate areas illum ma jikber xejn, jew kollox jikber b'mod mhux normali.", "Per eżempju, kont qed naqra li waħda mis-siġar tal-frott tagħhom li tikber f'ċerta temperatura għadha ma tistax tkabbar frott li qabel kien jikber b'mod regolari.", "Illum tikber il- fjura b'mod stramb għax meta jtir il-pollen ma jmurx kif kien imur is-soltu b'mod normali imma hemm konfużjoni li hija kontra kull ordni tan-natura minħabba din in-nuclear pollution.", "Immaġina jkollna tip ta' diżastru simili!", "Alla jeħlisna minn dan li qed ngħid!", "Immaġina kieku jseħħ inċident fil-Greċja jew Sqallija jew f'pajjiż Għarbi viċin!", "Aħna distanzi ta' ftit mili għandna, mill-ponta ta' Sqallija hemm 60 mil u mill-ponta tal- Libja hemm inqas minn 200 mil.", "Within a 100 mile radius ta' l-area fejn iseħħ inċident bħal dan imut kollox kompletament, ma jikber xejn jew dak li jikber ma jkunx normali, it-tfal jitwieldu kollha mmankati u dan jibqa' sejjer minn ġenerazzjoni għal oħra u m'għandekx mod kif tfiq minn qerda bħal din.", "Alla jeħlisna minn din id-diżgrazzja!", "Aħna għandna ngħallmu lin-nies, speċjalment lil dawk li se jaħdmu fid- dipartiment għall-protezzjoni ċivili, xi jsir f'każ ta' emerġenza simili.", "Meta Izrael kien qed jiġi bbumbardjat bir-rockets minn Baghdad fi żmien il- Gulf War, il-poplu Lhudi kollu kien diġà mgħallem kif għandu jilbes ċerti maskri u kif għandu jipproteġi ruħu.", "Aħna dawn l-affarijiet ma nitkellmux fuqhom, pero' meta jsiru jkunu saru.", "Imbagħad kif se tgħallmu lill-poplu Malti?", "Meta l-Partit Laburista fil-gvern kien ressaq dan l-abbozz ta' liġi, fil-kritika tiegħu l-Onor.", "Tonio Borg - dak iż-żmien kien fuq il-bank ta' l-oppożizzjoni - kien qal li l-ministru għandu jingħata l-poter li jaderixxi għal dawk il-konvenzjonijiet internazzjonali li jikkonċernaw dan is-suġġett li qed nitkellmu fuqu llejla u kien talab biex dawn il- konvenzjonijiet ikunu jagħmlu wkoll parti mil-liġi domestika.", "Imma llum f'dan l-abbozz ma sibt l-ebda riferenza għall-konvenzjonijiet internazzjonali u jien jidhirli li huwa importanti li din tkun inkluża.", "Minbarra l-problemi li semmejt, li wieħed jista' jarahom, bħalma huma l- pollution, problemi ta' ambjent, problemi ta' depożitu u pollution nukleari, irridu nikkonsidraw ukoll id-diżastri li jista' jkollna minħabba nuqqas ta' superviżjoni.", "L-iktar evidenti - kontra qalbi se ngħidha imma nħoss ir-responsabbiltà li ngħidha - huwa l-każ ta' nies li huma dilettanti ħafna tal-logħob tan-nar, li jaħdmuh b'mod illegali sforz l-imħabba li għandhom lejn il-festa tar-raħal u lejn l-istess delizzju, li hija professjoni antika.", "Illum il-ġurnata hemm kmamar tan-nar li huma skond l- istandards stabiliti fl-interess tas-sigurtà ta' min qed jipproduċi n-nar u l-assistenti tagħhom - dawk li għandhom il-liċenzja ''A'' u l-liċenzja ''B'' - kif ukoll ta' min ikun fil-viċinanzi.", "Every now and then qed imorru nies min-naħa tal-pulizija u min-naħa ta' l-explosives division biex jaraw li kollox qed isir skond ir-regoli u skond il-kondizzjonijiet tal- liċenzja kif titlob ukoll il-liġi li tipproteġihom.", "Żgur li huma stess ma jkunux iridu li sħabhom li forsi jkunu daqsxejn irresponsabbli jagħmlu avventuri fi kmamar li mhumiex adegwati.", "Veru li naqsu dawn il-każi, pero' għad għandna minnhom.", "Għalhekk huwa importanti li dipartiment bħal dan ikollu l-intelligence unit tiegħu, iżda f'dan l-abbozz ma jissemma xejn minn dan.", "Mr Speaker, niftakar li meta l-gvern Laburista ressaq dan l-abbozz jien kont għedt li fl-Ingilerra l-fire section għandhom l-investigating team tagħhom.", "Dawn mhux biss għandhom nies trained biex jiġġieldu kull tip ta' fire imma wħud minnhom huma speċjalizzati biex jinvestigaw ċerti reati li jsiru kaġun ta' fire għaliex huwa xogħol il-pulizija li tinvestiga.", "Nieħu pjaċir li l-kap ta' din il-forza llum huwa s-Sur Peter Cordina, li għandu esperjenza wiesgħa kemm ta' meta kien fil-pulizija u anke ta' meta kien fl- armata, esperjenza li se tiswa ħafna.", "Dan qed ngħidu għaliex huwa vitali li dipartiment bħal dan ikollu l-informazzjoni dejjem dieħla, mhux imur ifittex meta jinqala' xi ħaġa, imma bħala dipartiment irid ikun kapaċi janalizza b'mod regolari l-informazzjoni li tidħol fuq ċerti affarijiet.", "U l-informazzjoni trid trawwimha, ma tiġix waħedha.", "Kemm trid taħdem għaliha!", "Trid taħdem għaliha b'mod intelliġenti però mbagħad trid tikkoltivaha, tanalizzaha u taħdem tajjeb fuqha.", "Jien nemmen li l-ministru għandu jikkonsidra dawn il-proposti ħalli naraw jekk nistgħux indaħħluhom f'dan l-abbozz jew naraw li jkun hemm an investigating unit within the department.", "Apparti li jagħmel investigazzjoni limitata ħalli jekk jirriżulta li jkun hemm każ ta' reat allura jgħaddih lill-pulizija, dan il-unit ikun jista' jieħu ċerti passi ta' prevenzjoni ta' diżastru.", "Għaliex diżastru jista' jkun naturali, jista' jkun inċidentali, man-made disaster, però jista' jkun ukoll diżastru li huwa riżultat ta' reat kif hemm imsemmi fi klawsola 10, ħaġa li wieħed żgur għandu jindirizzaha bis-serjetà.", "Klawsola 4 titkellem fuq il-funzjonijiet tad-dipartiment, fosthom li jħejji pjan ta' kontinġenza għal kontra xi diżastru.", "Tgħid ukoll li jrid ikun hemm ċerta organizzazzjoni u kordinament fit-taħriġ u fil-faċilitajiet li jkollhom bżonn.", "Dak huwa l-ovvju għax bħala dipartiment nifhem li jrid ikun preparat biex jiġġieled kontra n-nirien, flooding, pollution, eċċ..", "Huwa tajjeb li qed nelenkawhom hawnhekk, imma min-naħa l-oħra huwa importanti wkoll li dan id-dipartiment jgħaddi dik l-informazzjoni li jista' jgħaddi lill-pubbliku permezz ta' dimostrazzjonijiet u courses.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ippermettili ftit, Onor. Farrugia, imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Huwa importanti li d-dipartiment jagħmel dimostrazzjonijiet biex jgħallem speċjalment lit-tfal.", "Jiena niftakar li t-tifla tiegħi kienet tiġi tgħidli li marru l-pulizija bil-klieb biex juruhom kif dawn ixommu d-droga, jew li marru tal-fire brigade juruhom kif jitfu n-nar.", "Dawn huma l-iktar affarijiet bażiċi li tajjeb li wieħed ikompli jagħmilhom u llum anke għandna l-kunsilli lokali li qegħdin joħolqu kuxjenza fost il-pubbliku, anke fejn tidħol prevenzjoni.", "Il-kunsilli lokali għandhom jaħdmu iktar kemm mal-pulizija u anke mal-pubbliku f'dik li hija prevenzjoni ta' reati billi jagħmlu iktar neighbourhood watch schemes.", "Jekk il-pubbliku tgħallmu kif jevita milli jiġru ċerti diżastri, dan jiswa lill-individwu u jiswa lill-komunità .", "Fil-leġislatura l-oħra jien kont semmejt l-abbuż li jsir minn ċerti nies minħabba l-injoranza u l-egoiżmu li jaħżnu kwantità ta' petrol id-dar.", "Biżżejjed xniegħa li ma jkunx daħal it-tanker taż-żejt jew inkella li għadu ma wasalx - dan ġara kemm fi żmienkom u kif ukoll fi żmienna - biex kulħadd imur jimla l-karozza bil-petrol, jimla l-boot ta' wara b'jerrycans tal-petrol jew diesel u kulħadd jaħżen.", "B'hekk wieħed ikun qed joħloq possibbiltà ta' diżastru f'daru stess.", "Hemm min jabbuża billi jaħżen ċilindri tal-gass, ngħidu aħna, għaliex ikollu xi restaurant u ma jħossux komdu jekk ma jwarrabx xi ħames jew sitt ċilindri.", "Imbagħad ikun hemm leak ta' gass u jtir kollox u l-agħar splużjoni - agħar minn bomba - hija meta jkollok gas explosion.", "Niftakar li kien hemm splużjoni ta' gass fix- Xemxija li tant kienet qawwija li l-istess ħġieġ tar u waħda minnhom daħlet f'għonq waħda turista u qatlitha.", "Għalhekk tajjeb li ngħallmuhom lin-nies dwar ċerti riskji li jkunu qed jieħdu għax hemm min jagħmel hekk b'egoiżmu jew sforz l-injoranza.", "Allura huwa importanti li jsiru dawn ix-short courses ta' tagħlim minn organizzazzjonijiet volontarji u anke mill- kunsilli lokali.", "X'hemm iktar ċar minn kunsill lokali bħala organizzazzjoni volontarja?", "Il-kunsilliera huma nies rispettati fil-post fejn jgħixu li jiġu eletti mill-poplu biex jagħmlu xogħol volontarju u dawn jistgħu jagħmlu ħafna xogħol.", "Hawnhekk irrid insellem lil dawk l-organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu b'mod professjonali, fosthom is-St.", "John Rescue Corps, li għandu madwar 900 membru.", "Dawn l-organizzazzjonijiet qegħdin jagħmlu ħafna xogħol biex jipprevjenu d-diżastri u jistgħu wkoll jikkumplimentaw ix-xogħol ta' dan id-dipartiment.", "Per eżempju, darba fil-ponta tal-Qawra kienu sparixxew erba' persuni li kienu niżlu jgħodsu u allaħares ma kienx hemm dawn in-nies mal-pulizija li għenuhom biex ifittxu lill-vittmi - u minn hawnhekk jien nixtieq insellem lill-familjari tagħhom - u li ħadmu 24 siegħa kuljum u organizzaw xiftijiet.", "Immaġina kieku jkollok diżastru nazzjonali!", "Kieku d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili jkun organizzat bl-aktar mod responsabbli għall-ġid ta' kulħadd pajjiżna jkun wieħed mill-aqwa pajjiżi tad-dinja.", "Sur President, jien dejjem inħares lejn min hu aħjar minna.", "Per eżempju, minkejja li Singapore huwa pajjiż li l-area tiegħu hija kważi daqs dik ta' Malta pero' b'popolazzjoni ħafna akbar minn tagħna, dan għandu sistema fejn kulħadd jieħu ċerti prekawzjonijiet biex ma jħammiġx u biex ma jitpoġġewx depożiti li jistgħu joħolqu xi diżastru.", "Din hija kumbinazzjoni jew hija xi ħaġa li trawmet maż-żmenijiet għax kien hemm gvernijiet illi daħħlu din id-dixxiplina f'dan il-pajjiż?", "Aħna m'aħniex responsabbli bħala pajjiż li naraw li biex pajjiżna jimxi 'l quddiem, kull persuna trid tkun responsabbli għal kull eventwalita' ta' diżastru?", "Huwa importanti li l- funzjoni tad-dipartiment tinkludi edukazzjoni wiesgħa biex ikollna faċilitajiet aħjar.", "Paragrafu (ġ) ta' klawsola 4 jgħid li l-funzjonijiet tad-dipartiment jinkludu t-tħejjija ta' regolamenti:", "''bis-saħħa ta' dan l-Att u ta' l-Att dwar Setgħet ta' Emerġenza (Kap. 178) li jistgħu jenħtieġu f'każ ta' diżastru nazzjonali jew reġjonali jew ta' emerġenza kif imsemmi qabel.\".", "Dawn it-tip ta' regolamenti huma importanti u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jinħass il-bżonn li jinħoloq code of ethics bejn l-uffiċjali tad- dipartiment u l-pubbliku.", "F'dan l-abbozz ta' liġi ma jidhirx li fid- dipartiment se jkun hemm persuni legali biex jiddraftjaw dawn ir- regolamenti.", "Issa hawnhekk ta' min igħid li l-ministru responsabbli nzerta avukat u jinteressa ruħu fil-liġi.", "Qed ngħid dan għax mhux kull avukat huwa interessat fil-liġi.", "Fil-fatt għandna avukati li jintefgħu fuq affarijiet oħra u dan mhux qed ngħidu b'xi disprezz lejn xi ħadd.", "Hemm min jieħu pjaċir bil-professjoni tiegħu u hemm min ma tantx ikun jemmen fiha.", "Klawsola 5 titkellem dwar il-kunsill għall-protezzjoni ċivili.", "Jien niftakar li meta l-Ministru Borg kien fuq il-bank ta' l-oppożizzjoni u aħna konna ddraftjajna abbozz ta' liġi, li prattikament huwa l-istess bħal dan, kien qal li l-kunsill kien daqsxejn cumbersome.", "Issa ma nafx jekk dan għadux cumbersome!", "Jekk wieħed jara ftit kif se jkun magħmul dan il- kunsill isib li dan se jinħatar mill-prim ministru u fih se jkun hemm għadd ta' membri rappreżentattivi li jkunu ntgħażlu minn fost uffiċjali pubbliċi li jkunu qed jaqdu dmirijiet fil-ministeri responsabbli għax- xogħlijiet pubbliċi, ambjent, servizzi ta' telekomunikazzjoni u trasport, servizzi tas- saħħa, affarijiet ekonomiċi - ma nafx kif l-affarijiet ekonomiċi huma importanti f'kunsill bħal dan! - affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' karburanti u enerġija u affarijiet għal Għawdex.", "Per eżempju, meta f'Għawdex beda jinżel il-helicopter kienet ħarġet ordni biex kull darba jmorru l-fire engines u l-bowsers fuq il-post ħalli f'każ li jkun hemm xi nar, dan jintefa' mill-ewwel.", "Din kienet l-akbar ereżija għaliex in-nar ikkawżat mill-jet fuel ma tistax titfih bl-ilma.", "Fil-fatt mhux kull nar tista' tiġġelidlu bl-ilma.", "Għalhekk huwa importanti - jien naf li fuq din il-problema kienet ittieħdet azzjoni u jien kont ktibt fuqha wkoll - li tara jekk dan it-tip ta' nar tiġġelidlux b'chemical powders partikolari plus sustanza oħra li jista' jkun fiha xi ilma.", "Dan kollu juri li fil- kunsill għall-protezzjoni ċivili għandu jkun hemm taħlita ta' nies li jkunu jifhmu sew f'dan il-qasam.", "F'paragrafu (b) ta' klawsola 5 hemm li l-membri ta' dan il-kunsill għandu jkollhom għarfien u esperjenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni ċivili.", "Allura min se jiddeċiedi jekk persuna għandhiex għarfien u esperjenza?", "Dan mhuwiex cumbersome?", "Subklawsola (3) ta' klawsola 5 tgħid hekk:", "\"Iċ-Chairman ikun il-Ministru responsabbli għall-Protezzjoni Ċivili u d-Deputy Chairman ikun is-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru, u l-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kmandant tal-Forzi Armati u d-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili jkunu membri ex officio.\".", "Jien nistaqsi: Il-persuna min-naħa tal-korp tal-pulizija bilfors trid tkun il-kummissarju tal-pulizija?", "Il-kummissarju tal-pulizija jista' jkun persuna kapaċissima pero' f'dan il-kunsill mhux neċessarjament ikun il- persuna idonea li tkun tista' tagħti dawk il-pariri meħtieġa biex dan ikun kunsill effettiv.", "Jien naħseb illi wieħed jista' jnaqqas xi membri minn dan il-kunsill u jpoġġi nies li għandhom esperjenza kbira f'dan il-qasam.", "Per eżempju, minkejja li llum il-ġurnata l-fire section li kien hemm fi ħdan il-korp tal-pulizija spiċċat, fiha kien hemm nies illi kellhom esperjenza kbira fil-ġlieda kontra n-nar u kien hemm min attenda saħansitra korsijiet barra minn Malta.", "Jien niftakar illi meta kont għadni dieħel fil- korp tal-pulizija kien hemm spettur, ċertu Joe Attard ta' Għawdex, - ma jimpurtax insemmih hawn għax dan għadu jagħmel ħafna ġid fil-qasam ta' l- istorja u l-kultura ta' pajjiżna - illi kien organizza l-fire brigade hu.", "Ta' min igħid li dan kien ħa kors intensiv ħafna fl-Ingilterra.", "Issa bħal dan hawn oħrajn li jistgħu jiġu utilizzati aħjar fl-interess nazzjonali.", "Il-prim ministru li jaħtar il-membri ta' dan il-kunsill għandu jfittex lil dawn in-nies li dejjem ħabbew lill-pajjiż, irrispettivament mill-politika li jħaddnu.", "Hawnhekk nixtieq insemmi, Alla jaħfirlu, lil Nardu ta' Ħal Luqa, li għadu kif ħalliena.", "Nerġa' ngħid li dan m'għandux ikun kunsill tan-numru imma għandu jkun kunsill ta' sustanza kbira għax hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet ta' interess nazzjonali.", "Kulħadd irid li dan il- kunsill ikollu funzjoni b'saħħitha biex nevitaw id-diżastri, jew f'każ ta' diżastru jkollna nies li jkunu jistgħu jagħtu l-aħjar riżultati.", "Fl-istess klawsola hawn ukoll illi jekk għal xi raġuni l-prim ministru jneħħi lil xi ħadd mill-kunsill - il-prim ministru jista' jneħħi lil min ma jkunx kompetenti u m'għandux għalfejn joqgħod jispjega lil ħadd l-aġir tiegħu - dan jibqa' jiffunzjona xorta.", "Issa f'każ li jirriżenja xi ħadd, ikun hemm ieħor li jkun tneħħa mill-prim ministru u ieħor illi għal xi raġuni ma jkunx qed jattendi għal-laqgħat, il-kunsill jista' jaħdem fl- assenza ta' tliet membri?", "Jien ċert li fil-winding-up il-Ministru din jispjegaha aħjar.", "Barra minn hekk jien naħseb li dan il-kunsill għandu jiltaqa' kull tliet xhur.", "Il-kunsill għandu wkoll il-funzjoni:", "\"li jagħti pariri u jirrakkomanda lill-Ministru dwar l-idoneita' ta' persuna, minħabba fil-kwalitajiet personali speċjali tagħha ta' deċiżjoni, kompetenza u esperjenza, li taġixxi ta' kmandant u kordinatur nazzjonali suprem ta' servizzi u miżuri ta' protezzjoni ċivili f'xi emerġenza jew diżastru partikolari.\"", "Din l-għażla bilfors trid tkun ristretta li ssir biss minn dan il-kunsill?", "Kif se titħaddem din il-parti tal-liġi u safejn għandha tkun is- sorveljanza?", "Il-kunsill se jkollu wkoll il-funzjoni li b'xi mod jissorvelja l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet volontarji ta' protezzjoni ċivili.", "Dan ifisser li s-St.", "John Rescue Corps irid ikun taħt is- sorveljanza ta' dan il-kunsill?", "Jekk dan huwa l-każ, kif se tkun din is- sistema ta' sorveljanza?", "Il-kunsill se jkun hu li jgħid x'tip ta' sorveljanza se jagħmel?", "Huwa importanti li l-ministru jara li b'mod regolari joħorġu ċerti regolamenti konnessi ma' emerġenza pubblika jew diżastru.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tal-kumpens tal-vittmi.", "Paragrafu (e) ta' subklawsola 7(1) jgħid li l-ministru jista' joħloq regolamenti:", "\"sabiex jiġi stabbilit, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall- finanzi, il-metodu u l-ħlas ta' livelli ta' kumpens għal telf materjali mġarrab minn persuni matul emerġenza ...\".", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq kumpens li jingħata minħabba diżastru jew kumpens illi jingħata lill-vittmi minħabba ċerti spejjeż li jkunu saru wara d-diżastru?", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Jekk, per eżempju, jkun hawn għargħar u għalkemm il-proprjeta' tiegħi ma tkun ġarrbet l-ebda ħsara, pero' biex il-membri tal-forza ta' għajnuna u ħelsien għamlu x-xogħol tagħhom kellhom iwaqqgħu ċint u jgħaddu mill-proprjeta' tiegħi u għamluli l-ħsara, f'dan il-każ jien għandi dritt għall-kumpens?", "Qed nistaqsi dan biex dawn l-anomaliji jiġu ċċarati.", "Issa, kif qal l-Onor.", "Gulia, din il-liġi qed ngħadduha biex inkunu nistgħu nissiġillaw dak li diġa' nbeda għax ilkoll nafu li dan id- dipartiment diġa' beda jiffunzjona.", "Il-Ministru qal li wara li kienet saret sejħa għal applikazzjonijiet kienu daħlu madwar 30 persuna.", "Issa hawnhekk jien nixtieq nistaqsi: Jaf il-Ministru li kien hemm min ġie magħżul biex jidħol f'dan id-dipartiment u weħel mill-medical test?", "F'dan il-każ wieħed jista' jeħel mill-medical test jew għax ikollu xi marda jew inkella għax it-tabib ikun rah daqsxejn qawwi u jgħid li jekk ikollu bżonn jiġri bil-pipe ta' l-ilma biex jitfi n-nar jaqta' nifsu.", "Sakemm din issir lil kulħadd bl-istess mod kollox sew imma jien għandi informazzjoni li fid- dipartiment hemm min hu qawwi aktar minni u b'xi mod għadda mill-medical test!", "Hija kumbinazzjoni li kien hemm min weħel mill-medical test kif tela' l-gvern Nazzjonalista?", "Qed nistaqsi dan għax qabel kollox kien miexi sew, kemm mal-Laburisti kif ukoll man-Nazzjonalisti.", "Ta' min igħid ukoll li fost dawk li weħlu mill-medical test m'hemmx wieħed Nazzjonalist imma inzertaw kollha Laburisti.", "Il-ministru qalilna wkoll li ħarġet call for applications oħra.", "Ovvjament jien mhux se nistaqsih kemm hemm minnhom li huma Laburisti għax mhijiex prudenza li noqogħdu naraw il-kulur politiku ta' min daħal f'korp dixxiplinat.", "Allaħares f'dan id-dipartiment nibdew nagħmlu dawn il-kummiedji!", "L-agħar ħaġa li jista' jiġrilu korp dixxiplinat huwa li ddaħħallu l-vina politika pero' sfortunatament il-gvern Nazzjonalista daħħal dawn l-affarijiet mill- bidu nett.", "Jien għandi informazzjoni illi fost dawk li daħħlu n- Nazzjonalisti kien hemm min mhuwiex kompetenti u min kien serju telaq għax deherlu li m'għandux iwieġeb għal azzjonijiet ta' nies li ma kellhomx il- livell mixtieq.", "Jien mhux qed ngħid dan b'sens ta' kritika personali pero' ta' min igħid li n-Nazzjonalisti qed jagħmlu affarijiet li żgur m'għandhomx isiru.", "Il-bieraħ il-ministru qalilna li kulħadd huwa responsabbli pero' ma naħsibx li kien ġust meta ntqal li l-Partit Laburista huwa responsabbli għall-ħarba ta' Azzabi Hashim Jousef.", "Aħna bħala partit politiku serju fl- oppożizzjoni ngħidu li dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru.", "Il-politika la għandha tidħol fit-tmexxija tad-dipartimenti, speċjalment fid-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, u lanqas fil-korp tal-pulizija.", "Jien m'iniex se nikkummenta fuq x'inhu jsir fil-korp tal-pulizija u fil- ħabs - 'il quddiem għad nitkellmu fuq il-ħabs ukoll - għax dan kulħadd jafu.", "Per eżempju, l-ispecial assignment group kien jagħmel ċertu xogħol ta' salvataġġ pero' llum, taħt George Grech, l-SAG tnaddaf minn kull element ...", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru naddfu!", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Issa jekk dan sarx bil-barka tiegħu ma nafx għax wieħed iwaħħal fl-ieħor.", "Per eżempju, meta jien kont fil-korp tal-pulizija u kont nistaqsi xi ħaġa kienu jgħiduli: Mhux jien, ta' fuqi, u tibda taħseb li l-prim ministru huwa responsabbli għal ċerti affarijiet!", "Dawn huma affarijiet illi jġiegħluk tidħak.", "Dan huwa abbozz ta' liġi importanti ħafna għal pajjiżna u għalhekk għandna naraw li jiġi indirizzat tajjeb mill-bidu nett pero' dan il-korp dixxiplinat li qed inwaqqfu m'għandux code of discipline.", "Dan ifisser li jekk ikun hemm xi ħadd li ma jobdix l-ordnijiet irridu naraw taħt liema qafas ta' dixxiplina jaqa'.", "Subklawsola (4) ta' klawsola 10 tgħid:", "Kull min jirrifjuta li minnufih iħares xi ordni ta' teħid ta' xi ħaġa li ssir taħt xi setgħa mogħtija b'dan l-Att, ukoll jekk din tiġi mogħtija lilu bil-fomm biss, ikun ħati ta' reat u jista' jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn tlett xhur.\".", "Hawnhekk wieħed jista' jikkonsidra wkoll anke piena ta' kontravenzjoni għax jekk ma tkunx obdejt l-ordni kważi awtomatikament qed taqa' taħt din il- bracket.", "Fejn jidħol looting u affarijiet kriminali oħra għandu jkun hemm piena ta' ħabs, pero' fejn għandu x'jaqsam ma' ċertu ksur ta' liġi - naturalment jekk ma jkunx hemm xi ħadd li jibqa' jirrifjuta l-ordni fejn jagħmel sens illi tapplika l-piena karċerarja ...", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, Onorevoli, jekk jogħġbok għax sar il-ħin.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ngħid din u nieqaf.", "Jien ħadt pjaċir ukoll li klawsola 12 tinkludi wkoll il-kontinwazzjoni tas-servizz għax din il- problema issa se tiġi solvuta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 7 ta' Ottubru, fil-5.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni mressqa mill-Onor John Attard Montalto dwar it-tħassir ta' Avviż Legali Nru. 123 ta' l-1999.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż- Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Kumitat Permanenti.", "Mr Speaker, nirrepeti dak li spjegajt il-bieraħ fl-aġġornament li bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra id-dibattitu ta' għada fuq din il-mozzjoni jibda mill-ewwel fil-5.00 p.m., mingħajr ma jkun hemm question time u mingħajr ma jittieħed il-ħin ta' l-aġġornament.", "Id-dibattitu jibqa' għaddej sa l-10.30 p.m. u wara tittieħed il-votazzjoni,", "Il-ħin jinqasam bin-nofs bejn iż-żewġ naħat, fejn hu possibbli b'alteranza, tal-kelliema skond l-arranġamenti ta' dak il-ħin bejn iż-żewġ whips u peress li hija mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni kemm l- introduzzjoni kif ukoll il-winding-up ikunu ta' l-oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, dan l-aħħar sar ħafna diskors fuq x'ifisser hedging u kif dan japplika għall-korporazzjoni Enemalta.", "Il- bieraħ stess il-Ministru Josef Bonnici fil-ħin ta' l-aġġornament tkellem fuq dan is-suġġett.", "Għal min qed jismagħna nerġa' nispjega x'inhu hedging.", "Hedging ifisser li jkollok azjendi li jidħlu f'kuntratt għat-tul għax- xiri ta' materja prima meta l-prezz ikun baxx ħalli meta l-prezz jerġa' jitla' - u kull ħaġa li torħos eventwalment xi darba trid terġa' togħla - dawn l-azjendi jieħdu vantaġġ u jkomplu jixtru l-materja prima bi prezz baxx u b'hekk il-kumpannija 'l quddiem tkun f'pożizzjoni li tagħmel il- qligħ.", "Dan jafu kulħadd, speċjalment dawk l-investituri li huma intiżi biżżejjed u jixtru shares f'kull azjenda u kumpannija.", "Dan iż-żmien hawn Malta għandna l-istock market u ħafna investituri Maltin jafu li meta tinvesti f'shares trid tagħżel il-mument meta l-prezz ikun qed jitbaxxa, imbagħad tistenna l-prezz jitla', tbiegħ ix-shares u tagħmel il-qligħ.", "Fir- rigward ta' l-azjendi, il-profitt isir mod ieħor għax meta jiffissaw il- prezz tal-materja prima bi prezz baxx l-ispejjeż jonqsu ħafna.", "Mr Speaker, dan mhuwiex xi tip ta' lottu bħalma pprova jgħid il-Ministru Bonnici l-bieraħ, għax il-pariri jkunu studjati sew u min jinvesti f'dawn l- affarijiet ikun jaf bejn wieħed u ieħor kif se jmorru l-affarijiet.", "Il- previżjoni tkun li l-prezz ikun se jogħla u allura dak li jkun jagħmel il- ftehim meta l-prezz ikun baxx.", "Dawn l-affarijiet isiru minn min hu għaqli u minn min jara 'l bogħod mill-ponta ta' mnieħru.", "Pero' jagħmel żball min jaħseb li m'hemmx ċertu riskju għax, anke jekk wieħed jixtri shares bi prezz baxx jista' jiġi mument li wara li jkun xtara dawk ix-shares il-prezz ikompli nieżel.", "Din hija xi ħaġa li tiġri ta' spiss.", "Ftit huma dawk l- azjendi li rnexxilhom jagħmlu ftehim u jinzertaw il-prezz l-iżjed baxx li seta' jkun.", "Jiġifieri jista' jiġri li tixtri bi prezz baxx u l-prezz jibqa' jitbaxxa, imma xorta tibqa' l-previżjoni li l-prezz ta' dik il- materja prima f'ħin jew ieħor irid jogħla.", "Ikun iblaħ min jagħmel bħalma ppretenda li għandna nagħmlu l-ministru u hekk kif il-prezz ikompli nieżel, jibda jitwerwer u jispiċċa jbiegħ l-ishma tiegħu bi prezz iżjed baxx milli jkun xtrahom.", "Dak ikun iblaħ, dak ikun bniedem li ma jarax fit- tul, dak ikun bniedem beżżiegħ, dak ikun bniedem li mhuwiex tajjeb għall- business, u hekk għamel il-Ministru Bonnici kemm ilu ministru responsabbli għall-Enemnalta.", "Il-gvern Laburista kien ingħata pariri mill-bord tal-korporazzjoni Enemalta li billi l-prezz taż-żejt kien qiegħed jitbaxxa - dawn min-naħa tagħhom kienu ngħataw pariri minn barra - ikun tajjeb li jsir ftehim li jiffissa il-prezz tal-materja prima bi prezz baxx.", "Ġara li għal ftit xhur il-prezz kompla jitbaxxa u l-ministru ġie f'dan il-parlament jikkritika lill-Partit Laburista għax qal li meta aħna konna fil-gvern għamilna ftehim ħażin li sewa lill-Enemalta miljuni ta' dollari.", "Issa min hu ntiż f'dawn l- affarijiet - u nerġa' ngħid min hu ntiż - bħalma huma investituri li jixtru unit trusts, jafu li jridu jistennew ċertu perijodu ta' żmien biex ibiegħuhom għax jekk ibiegħuhom immedjatament se jispiċċaw jitilfu u ma jieħdu l-ebda vantaġġ mill-ftehim li jkunu għamlu.", "Jiddispjaċini ngħid li l-ministru waqa' f'din in-nasba u beda jikkritika lill-Partit Laburista għal dak li ġara.", "Fil-fatt, dak iż-żmien li l-Ministru Bonnici kien qed jikkritika lill-Partit Laburista fuq dak il-ftehim, kien l-iżjed mument li l-prezz taż-żejt kien 'l isfel u kien l-iżjed mument li l-ministru kellu jagħraf is-siwi ta' dak il-ftehim.", "Flok għamel hekk spiċċa jikkritika lilna.", "Il-prezz taż-żejt minn Frar ta' din is-sena beda jogħla u issa qed jinduna xi żball kbir għamel meta ma ġeddidx dak il-ftehim.", "Il-bieraħ il-ministru ried jagħtina l-impressjoni li hu ma biddel xejn minn dak il-ftehim.", "Allura jiena nistaqsih: Dak il-ftehim aġġornah jew m'aġġornahx?", "Jekk dak il-ftehim aġġornah, allura ma kellux għalfejn jiġi f'din il-Kamra jikkritika lill-Partit Laburista u lill-board preċedenti ta' l-Enemalta li għamel dak il-ftehim.", "Jekk m'aġġornahx, jiddispjaċini ngħid li għamel disfatta kbira għax il-prezz taż-żejt qiegħed kulma jmur jogħla u jekk se jkompli jixtri ż-żejt bil-prezz kurrenti, allura verament se jispiċċa jdaħħal lill-Enemalta fi problemi u fi spejjeż ħafna ikbar.", "Se jispiċċa jieħu l-iżvantaġġi kollha tal-ftehim li kien għamel gvern Laburista mingħajr ma jieħu l-vantaġġi previsti minn dak l-istess ftehim.", "Jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma sejrin u l-prezz taż-żejt ikompli jogħla, kif huwa previst li se jkompli jogħla, allura l- oppożizzjoni Laburista jkollha raġun tgħid li għas-sentejn li ġejjin il- Ministru Josef Bonnici se jkun daħħal lill-Enemalta fi spiża ta' madwar $US25 miljun.", "Dan mhux qed ngħidu jien.", "Dawn huma kalkoli li huma maħduma fuq prezzijiet u fuq previżjonijiet magħrufin internazzjonalment.", "Il- ministru ħadha bi kbira għax induna li għamel żball.", "Għamel żball għax wera cold feet u ħa deċiżjonijiet ħżiena sforz il-ħeġġa li kellu biex jikkritika lill-Partit Laburista f'kull pass li għamel.", "B'dak il-pass li għamel il- board ta' l-Enemalta fl-1998, kien previst li l-korporazzjoni tibda tieħu l- vantaġġi tiegħu din is-sena.", "Jiddispjaċini ngħid li l-ministru ra biss sal- ponta ta' mnieħru u spiċċa jieħu l-iżvantaġġi kollha u tilef il-vantaġġi kollha li gvern Laburista kien maħsub li jagħmel minn dan il-ftehim.", "Imbagħad il-ministru waqa' fir-redikolu u pprova jdaħħal dubji f'dawk li kienu qegħdin jisimgħuh billi beda jgħid li għandu dubju dwar commissions li setgħu ngħataw fi ftehim bħal dan.", "Jien ngħid li mhux sew li niġu f'dan il-parlament u nikkritikaw lil min ipprova jagħmel xi ħaġa sew, xi ħaġa ġdida u studjata, fuq pariri ta' professjonisti internazzjonali.", "Hekk għamel il-Ministru Bonnici biex issa jidher ċar li dawn il-professjonisti li taw parir lill-board ta' l-Enemalta biex jagħmlu dak il-ftehim kellhom raġun biex ibiegħu.", "Jien ngħid li min ma jafx lil dawn in-nies, faċli jaqa' fin-nasba tagħhom u jibla' dak kollu li jgħidu.", "Pero' l-poplu Malti jaf min huma dawn in-nies u ċerti inċidenti li ġraw, anke din is-sena huma wisq friski f'moħħ il-poplu u hawnhekk insemmi l-każ tipiku tal-bejgħ tal- Mid-Med Bank.", "Il-Ministru Bonnici huwa l-ministru nkarigat mill-azjendi tal-poplu u suppost kien jaf b'liema prezz kien se jinbiegħ il-Mid-Med Bank u kien fid- dmir li jagħti pariri siewja lill-ministru tal-finanzi u lill-Prim Ministru biex pass bħal dak ma jitteħidx.", "Il-pajjiż kollu kien kelma waħda li dak il-ftehim kien kontra l-interess nazzjonali, kien ħażin u kien ftehim li se jwassal lill-gvern biex ibiegħ ġawhra tal-poplu Malti bi ftit flus.", "Qabel ma sar il-ftehim l-oppożizzjoni Laburista kienet tgħidlu lill-gvern li dawk ix-shares tal-Mid-Med Bank kienu jiswew ħafna iżjed minn dak il-prezz li kien se jbiegħhom.", "Il-gvern biegħ l-ishma tal-Mid-Med Bank lill-HSBC bi prezz ta' Lm2.70 meta dak iż-żmien l-oppożizzjoni Laburista kienet qed tgħid li dawk ix-shares kienu jiswew ħafna iżjed u l-indikazzjoni kienet li kull share seta' faċilment iġib 'l fuq minn Lm4.", "Sar il-ftehim u l- oppożizzjoni Laburista ngħatat ir-raġun għax ix-shares tal-Mid-Med Bank illum telgħu għal Lm3.70.", "Jekk isir kalkolu kulħadd jinduna li l-poplu Malti ġie misruq madwar Lm30 miljun għax il-gvern Nazzjonalista ma ħax il- pariri siewja li tah il-Partit Laburista, webbes rasu u kompla dieħel fi ftehim bħal dan.", "Il-Ministru Bonnici, bħala l-ministru responsabbli, kien fid-dmir li jara li ftehim bħal dan ma jsirx.", "Kien ftehim li m'għamilx ġid lill-poplu Malti u spiċċaw igawdu minnu, minn fuq dahar il-poplu, ftit nies li hawn Malta ma kien jafhom ħadd ħlief xi erba' tal-qalba li ssibhom imdaħħlin f'kull ftehim simili.", "Din kienet robbery in broad daylight.", "Kien meta sar dan il-bejgħ li l-poplu beda jitkellem fuq commissions.", "Il- poplu Malti ma setax jifhem kif azjenda, ġawhra prinċipali bħalma hu l-Mid- Med Bank, ingħatat b'xejn lil nies li ma nafuhomx.", "Meta titkellem fuq dan il-bejgħ jissemmew ħafna miljuni ta' liri li setgħu ngħataw bħala commission u mhux fuq il-ftehim ta' l-Enemalta li llum qed naraw il- validita' tiegħu u nispera li l-Enemalta ma tkomplix tbati mill- intransiġenza u min-nuqqaas ta' foresight tal-ministru responsabbli.", "Eżempji bħal dawn, ta' serq ta' l-assi tal-poplu Malti ssib kemm trid.", "Niftakar ċar f'dan il-parlament meta konna ddiskutejna l-bejgħ ta' Chambray.", "Dan ma tantx għadu jissemma', għalkemm xi kultant insemmuh anke f'din il-Kamra.", "Dan kien dnub sagrileġġ ieħor fejn art prime site kienet ingħatat għas-somma redikola ta' Lm10,000.", "Din kienet ingħatat lill- bniedem li kien imdaħħal f'business ta' ftit kredibilita', f'business li għandu ċerti dubji u b'konnessjonijiet mal-P2 u wara ftit tas-snin insibu din il-biċċa art tgħaddi f'idejn erba' Maltin tal-qalba.", "Hemmhekk huma l- kummissjonijiet!", "Hemmhekk huma l-kummissjonijiet li l-poplu għandu jkun inkwetat fuqhom u mhux fuq ftehim li kien intenzjonat li jagħmel ġid lill- Enemalta u llum qed naraw il-viżjoni fit-tul li kellu l-gvern Laburista.", "Dan huwa tip ta' ftehim li ma jsirx minn xahar għal ieħor, kif qal il- ministru l-bieraħ.", "Ftehim bħal dan isir fit-tul biex eventwalment tgawdi minnu, kif kien maħsub li tagħmel l-Enemalta, fl-interess tal-poplu Malti.", "Nista' nibqa' nsemmi eżempji ta' serq ta' l-assi tal-poplu.", "Hemm il-famuż każ ta' l-AMS.", "Dawn l-eżempji huma xiehda tal-viżjoni qasira li għandu gvern Nazzjonalista, li jara biss sal-ponta ta' mnieħru.", "Mr Speaker, il-bieraħ il-ministru semma' wkoll it-tariffi tad-dawl u l- ilma.", "Qabel l-elezzjoni kien sar ħafna plejtu fuq it-tariffi tad-dawl u l- ilma u l-Partit Nazzjonalista kien ipprova jieħu vantaġġ politiku minn din l-issue.", "Hawnhekk irrid infakkar lill-Kamra li f'ħafna okkażjonijiet qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li t-tariffi tad-dawl u l- ilma kienu se jreġġgħuhom lura għall-istess livell li kienu fl-1996.", "Dak li nkiteb f'''The Times'' fit-28 ta' Ġunju ma jista' jinsih ħadd.", "Il- ministru jaf li huma kienu wiegħdu li t-tariffi tad-dawl u l-ilma kellhom jerġgħu lura għal-livell li kienu fl-1996 u għalhekk huma marru lura mill- wegħda li għamlu lill-poplu Malti qabel l-elezzjoni.", "Għalhekk aħna ngħidu li dan huwa gvern ta' ingann għax iwiegħdu lill-poplu ħaġa mbgħad jagħmlu totalment l-oppost.", "Ħalli nfakkar x'qal l-Onor.", "Josef Bonnici stess fuq NET Television f'Awissu ta' l-1998.", "Dan qal hekk:", "''Aħna qed ngħidu li dawn ir-rati se jmorru lura għal li kienu.", "Se nkunu f'pożizzjoni li r-rati tad-dawl u l-ilma se jkunu prattikament l- istess li kellna qabel.''.", "Dan l-iscript se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra aktar tard.", "Għandna reġistrazzjoni fuq tape u jekk ikun hemm bżonn inġibuh hawnhekk, imma naħseb li m'hemmx bżonn għax fuq ir-radio tal-Partit Laburista instema' ċar u tond x'qal l-Onor.", "Bonnici f'Awissu ta' l-1998.", "Dawk huma l-wegħdi foloz li għamlu qabel l-elezzjoni li permezz tagħhom ħadu vantaġġ politiku.", "Kienu wegħdi foloz u kienu jafu li ma jistgħux jżommuhom.", "Issa sar il- ftehim dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma u wara seba' xhur sħaħ, bil- korporazzjonijiet kemm tad-dawl kif ukoll ta' l-ilma jistennew li jibdew idaħħlu xi ħaġa għax il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom xejn m'hi sabiħa, qed naraw il-kontijiet ħerġin.", "Hawnhekk tara n-nuqqas ta' effiċjenza, in- nuqqas ta' direzzjoni li hu magħruf għalihom il-gvern Nazzjonalista għax, għalkemm qed jgħidu li r-rati raħsu, il-kontijiet qed joħorġu d-doppju ta' dak li suppost huma.", "Hawnhekk għandi kont ta' familja ta' tlieta li s-soltu kien jiġiha madwar Lm40 kull tliet xhur u issa għall-perijodu ta' Mejju - Awissu 1998 irċeviet kont ta' Lm125.38, kważi t-tripplu ta' dak li kien jiġihom qabel.", "Aktar 'il quddiem inpoġġi dan il-kont fuq il-Mejda tal-Kamra biex il-Kamra kollha tkun taf id-differnza bejn dak li wegħdu u bejn dak li fil-fatt qed jagħmlu.", "Jekk huwiex żball intenzjonat jew jekk huwiex żball tal-computer ma nafx, pero' l-fatt hu li ħafna nies jinsabu nkwetati b'dawn il-kontijiet li qed jirċievu.", "Minkejja li l-gvern Nazzjonalista jiftaħar li raħħas il- kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-poplu mhu kuntent xejn b'dawn il-kontijiet li qed jirċievi.", "Bħalissa ħafna nies jinsabu nkwetati u rrabjati minħabba l-kontijiet esaġerati li qed jirċievu.", "Barra minn hekk, m'ilux li f'intervista ma' gazzetta lokali l-Prim Ministru stess ammetta li minn issa 'l quddiem, sena wara l-oħra, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jkomplu jogħlew u jogħlew.", "Mr Speaker, jekk tħares lejn l-avis ta' l-Unjoni Ewropea issib ċar u tond li jekk Malta xi darba ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni, l-intrapriżi parastatali ma jkunux jistgħu jgawdu minn sussidju mingħand il-gvern għax l- Unjoni ma tħallihx jagħmel dan.", "Il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni wiegħed affarijiet li bil-politika tiegħu ma jistax iwettaqhom.", "Jiena ngħid li l-gvern Nazzjonalista għandu jkollu l-kuraġġ u jgħid lill-poplu li jekk Malta tingħaqad ma' l-Unjoni il-kontijiet tad-dawl u l-ilma - dawn jiftaħru li ġabuhom għal li kienu fl-1996 - tant ikunu ta' piż li l-familji Maltin ma jkunux jifilħu jħallsuhom.", "Il-Ministru Bonnici għandu jkollu l- kuraġġ u bis-serjeta' jgħid lill-poplu li jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni l- ebda familja u l-ebda industrija privata ma tkun tista' tlaħħaq mal- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Imbgħad fuq in-NET Television mhu se jiġi l- ebda prim ministru u l-ebda ministru ieħor li jwiegħed li l-kontijiet se jerġgħu jiġu bħalma kienu qabel l-1996 għax jekk ningħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea ma tkunx tista' tagħmel hekk.", "Nistgħu nagħmlu hekk meta jkollna rajna f'idejna.", "Din hi l-vera trasparenza tal-gvern Laburista li jgħid il- verita', anke meta tkun diffiċli li jgħidha.", "Is-serjeta' titlob li gvern jagħmel dak li jkun hemm bżonn.", "Jekk il-korporazzjonijiet għandhom bżonn jissaħħu, u biex isir dan hemm bżonn li jittieħdu miżuri iebsa, dawn il- miżuri għandhom jittieħdu.", "Id-deċiżjojni li ttieħdet fir-rigward tal-ftehim li għamlet l-Enemalta kienet deċiżjoni diffiċli għax dak il-ftehim kien fih ir-riskji tiegħu imma llum qed naraw li dak il-ftehim qed iħalli l-frott.", "Kieku l-Partit Laburista baqa' fil-gvern, ħadd ma kien se jiġi jiddettalu x'għandu jagħmel.", "Mhux se tiġi l-Unjoni Ewropea u tgħidlu li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jridu jkunu bla sussidju għax kien ikun gvern b'rajh f'idejh.", "Il- bieraħ il-ministru ġie hawnhekk u qal li m'għandniex oppożizzjoni serja.", "Jien ngħidlu bil-kontra u l-figuri li semmejt juru kemm il-Partit Laburista huwa partit serju sew meta jkun fl-oppożizzjoni kif ukoll meta jkun fil- gvern.", "In-nuqqas ta' serjeta' spikkat f'din is-sena ta' gvern Nazzjonalista.", "Kif tista' tgħid li inti serju meta fuq il-board ta' l- Enemalta, il-ministru stess ipoġġi bniedem li għandu kumpannija titfa' t- tenders għall-affarijiet li toħroġ l-Enemalta stess?", "Tista' timmaġinahom dawn l-affarijiet?", "Tista' ssejjaħlu gvern serju, gvern li jaċċetta dawn l- affarijiet?", "Lill-ministru jiena għamiltlu mistoqsija parlamentari u staqsejtu jekk jafx li għandu bniedem fuq il-board ta' l-Enemalta li jagħmel tendering għall-affarijiet li joħorġu mill-Enemalta stess u fit- tweġiba li tani qalli li hu ma jara xejn ħażin f'dan u li għajnu ma togħkrux meta jara affarijiet bħal dawn.", "Fejn huma l-kummissjonijiet?", "Fejn hi s-serjeta'?", "Dawn huma l-affarijiet li l-poplu Malti għandu jkun jaf biex ikun jaf min hu verament serju, jekk hux l-oppożizzjoni Laburista jew il-gvern Nazzjonalista.", "Jiena ngħid li għandna gvern li la hu serju u lanqas professjonali għax l-affarijiet ma jafx kif għandhom imorru.", "Għandna gvern bla kuraġġ, gvern li jara sal-ponta ta' mnieħru u gvern mitluf għax m'għandu l-ebda direzzjoni.", "Mr Speaker, dan l-aħħar il-Ministru Bonnici f'waħda mil-laqgħat li kellu semma l-gas pipeline.", "Jiena niftakar li malli huma ħadu l-gvern f'idejhom jien kont għamiltl mistoqsija parlamentari lill-ministru li fiha ġbidtlu l- attenzjoni li hemm ħsieb li jgħaddi gas pipeline minn qrib Malta u li forsi Malta tista' tiggwadanja minnu.", "Dakinhar il-ministru ma wera l-ebda interess u bħas-soltu, jekk m'iniex sejjer żball, kien qalli li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Dik serjeta'!", "Imbagħad ftit ġimgħat ilu ġie hawn jgħidilna li tkun idea tajba jekk Malta tibda tħaddem il-power stations bil-gas.", "Iva, dik hija idea tajba u jiena kont semmejtha f'dik il- mistoqsija parlamentari li kont għamiltlu.", "Imma mbagħad nerġgħu naqgħu għall-istess storja għax qal li biex isir dan il-pipeline, jenħtieġ finanzjament qawwi li nkunu nifilħu biss għalih jekk ningħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea għax imbagħad hi tkun tista' tiffinanzjah.", "Jien ngħidlu l-Unjoni mhijiex se tagħmel affarijiet bħal dawn.", "Trid tkun int biex taħseb għal affarijiet bħal dawn.", "Aħna għalhekk ngħidu li 'l quddiem irid ikollna korporazzjonijiet finanzjarjament b'saħħithom.", "Imma gvern Nazzjonalista f'dawn l-aħħar għaxar snin, bil-politika tiegħu f'dan il-qasam ta' l- infrastruttura, tant għamel deċiżjonijiet ħżiena - u jien f'dan il- parlament kelli ħafna okkażjonijiet insemmi dawn id-deċiżjonijiet ħżiena - li kemm il-korporazzjoni Enemalta kif ukoll il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma huma għarkubbtejhom finanzjarjament u ma jistgħux jagħmlu investimenti bħal dawn.", "Ma jistgħux jagħmlu investiment serju li l-poplu Malti għandu bżonnu.", "Għalhekk jiena nistaqsi: Min hu veru serju, il- Partit Laburista jew il-Partit Nazzjonalista?", "Mill-provi li tajt ir- risposta toħroġ weħidha.", "Is-serjeta' tinsab biss fil-Partit Laburista.", "Mr Speaker, il-gvern jgħidilna li aħna qegħdin fl-oppożizzjoni biex nikkritikaw biss.", "Dan mhu veru xejn għax aħna kemm-il darba għamilna suġġerimenti.", "Per eżempju, ssuġġerejna biex il-gvern jesperimenta biex forsi jipprovdi sorsi ta' enerġija alternattiva.", "Kull pajjiż fil- Mediterran u fl-Ewropa qed jesperimenta u jidħol biex jipprovdi sorsi alternattivi ta' enerġija għax ma jistax ikun, speċjalment hawn Malta, nibbażaw biss fuq enerġija li tkun ġejja mill-fuel.", "Imma ftit li xejn tara interess kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa ta' l-Enemalta.", "Ftit li xejn tara xi ħeġġa biex il-korporazzjoni tibda tinvesti f'tipi ta' enerġija alternattiva.", "Mr Speaker, f'fuljett li kien hawn f'dan il- parlament issemma kemm huwa importanti li nibbażaw fuq dan is-sors ta' enerġija ġdida li la tagħmel ħsara lill-ambjent u huwa ċertament ħafna orħos mill-fuel li nixtru kull.", "Anke f'dik li hija edukazzjoni, huwa importanti li l-poplu nedukawh u nuruh kif l-aħjar li juża l-enerġija.", "Ħafna mill-enerġija li nużaw f'dan il-pajjiż nista' ngħid li tkun moħlija u bi ftit inizjattiva min-naħa tal-gvern f'dik li hija edukazzjoni, il-poplu jista' jiġi mgħallem kif juża aħjar l-enerġija u b'inqas ħela ta' enerġija jista' jkollu l-istess riżultati.", "Nagħlaq billi ngħid li b'dak li qal il-Ministru Bonnici dan l-aħħar, speċjalment fil-każ tal-hedging, juri kemm il-gvern jara sal-ponta ta' mnieħru biss u kemm jieħu deċiżjonijiet żbaljati.", "Issa l-ministru qed jinduna li għamel żball għax il-prezz taż-żejt qiegħed jogħla, kif verament għedna aħna.", "Jekk l-affarijiet se jkomplu sejrin hekk il-korporazzjoni Enemalta se titlef madwar $25 miljun.", "Dan minħabba d-dagħdigħa li l-gvern Nazzjonalista għandu li jikkritika dak kollu li għamel gvern Laburista, anke meta mbagħad jiġi pprovat li dak li għamel gvern Lburista kien tajjeb.", "Nispera u jiena ċert li l-poplu issa qed jinduna min hu serju u min qed jinganna lill-poplu Malti.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nitlob il-permess biex inpoġġi dawk id- dokumenti li semmejt qabel fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn diskors li kien għamel l-Onor Josef Bonnici fuq Net TV dwar ir-rati tad-dawl u l-ilma, flimkien ma' kont tad-dawl u ilma datat 13 ta' Settembru, 1999.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ħamis, 7 ta' Ottubru, fil-5.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIĠEBA BIL-MIKTUB", "WIED INĊITA - KANAL TA' L-ILMA", "8703.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jassigura li x-xogħol fil-kanal ta' l-ilma li qed isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-limiti ta'Ħaż-Żebbuġ, faċċata ta' fejn bnew is-Sorijiet tad-Dorotej, fl-inħawi magħrufin bħala \"Ta' Wied Inċita\", i jidhru fil-pjanta li qed tintbagħat separatament ma' din il- mistoqsija, jiġi mwassal sa Wied Inċita (u ċioe' punt X fuq il-pjanta msemmija) u ma jieqafx sal-punt immarkat Y fuq l-istess imsemmija pjanta?", "Jista' l-Ministru jassigura li x-xogħol qed isir b'mod tali li l-ilma qabel kien jinxtorob mit-80 tomna raba' li llum huma mibnijin u fuqhom hemm l-iskola tas-Sorijiet tad-Dorotej, issa mhux se jfawwar il-għelieqi tal- faċċta fejn inbniet l-iskola, imma li x-xogħol se jsir b'mod tali li l-ilma jibqa' nieżel f'Wied Inċita?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol imsemmi mill- Onor. Interpellant huwa maqsum fi tliet fażijiet, li huma:", "i) Rikostruzzjoni ta' kanal eżistenti li qed jaqsam min-naħa ta' l-iskola ta' Santa Dorothea għan-naħa l-oħra tat-triq, u li taqbad ma' ras il-WATER- COURSE.", "Dan ix-xogħol qiegħed isir minn kuntrattur u mistenni li jitlesta il-ġimgħa d-dieħla.", "ii) Modifikazzjoni tal-WATER-COURSE li kien jikkonsisti f'tindif, livellar, twessigħ u bini ta' ħitan ġodda minn ras il-wied sa punt 'X' immarkat fuq il-pjanta.", "Dan ix-xogħol tlesta u sar mill-ħaddiema tad- Diviżjoni tax-Xogħlijiet (SWSU), u", "iii) L-aħħar fażi minn punt 'X' sa punt 'Y' kif jidher fuq l-istess pjanta.", "Dwar din il-fażi huwa programmat li jiġi inkluż fix-xogħol tas-sena d- dieħla.", "Dwar l-aħħar paragrafu ta' din il-mistoqsija, ittieħdu l- konsiderazzjonijiet taċ-ċirkostanzi tal-post, sabiex ma jsir l-ebda dannu lir-raba' msemmi.", "ĊENTRU FELLENBERG", "8725.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-borża ta' studju mill-Isvizzera dwar l- iżvilupp ta' l-istaff ta' l-għalliema ngħata lil għalliem taċ-Ċentru Fellenberg li ma jaħdimx fil-qasam indikat mill-kap tal-Fellenberg?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji għall-għażla fost dawk li japplikaw għall-boroż ta' studju tal-Kunsill ta' l-Ewropa?", "Għaliex ġew injorati l- fehmiet u x-xewqat tal-kapijiet ta' l-iskola?", "Jista' l-Ministru iserraħ moħħ l-għalliema li dawn il-boroż ta' studju m'humiex hemm biss għal dawk tal-qalba kif qed jgħidu ħafna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'din l-aħħar sena, ma kien hemm ebda borża ta' studju offerta mill-Isvizzera lil xi għalliema fiċ-Ċentru Fellenberg.", "Dwar il-boroż ta' studju mogħtija mill-Kunsill ta' l-Ewropa (li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-boroż ta' studju li rrifera għalihom l-Onor.", "Membru fl-ewwel parti tal-mistoqsija) l-kriterju ta' l-għażla fost dawk li japplikaw għall-boroż ta' studju tal-Kunsill ta' l-Ewropa u jkunu fuq skala 6 jew anqas, jiġu msejħa għall-'interview' u l-għażla ssir fuq bażi ta':", "a. relevanza għall-applikazzjoni b. relevanza għas-servizzi edukattivi c. kwalifiki d. kemm il-persuna hi addatata għall-kors", "F'każ li jkun hemm applikazzjoni fi skala 5 jew ogħla, l-għażla tista' ssir b'nomina diretta mid-Direttur Ġenerali.", "Għaldaqstant, kif jafu l-għalliema nfushom, dawn il-boroż ta' studju jingħataw skond proċeduri stabbiliti, b'mod trasparenti u miftuħ.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - ALLEGAZZJONIJIET", "8726.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk waslu rapporti fid-Dipartimenti ta' l- Edukazzjoni dwar allegazzjonijiet li qed jagħmel watchman (li dettalji qed jintbagħtu separatament ) ta' l-iskola sekondarja li ex-surmast ta' l- istess skola ħa flus u rigali oħra għalih personali mingħand individwi bħal ħlas talli dawn l-individwi kienu jikru partijiet mill-proprjeta' ta' l- iskola għall-attivitajiet soċjali u sportivi?", "Jekk waslu dawn ir-rapporti lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, jista' l- Ministru jgħid: (a) meta waslu dawn ir-rapporti; (b) minn meta waslu dawn ir-rapport x'investigazzjnijiet saru u minn min saru; (ċ) x'irriżulta mill- investigazzjonijiet li saru; u (d) jekk irriżulta li l-allegazzjonijiet kienu fattibbli, x'passi ttieħdu jew qed jittieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-predeċessur tiegħi kien waqqaf Bord ta' Inkjesta biex jistħarreġ l-allegazzjonijiet li kienu qegħdin isiru.", "Il-bord ippreżenta r-rapport tiegħu lill-Ministru wara li għamel stħarriġ bir-reqqa u intervista nies impjegati fl-iskola u studja d-dokumenti relevanti.", "Informat ukoll li l-bord ġibed il-konklużjonijiet skond iċ-ċirkostanzi u għamel il-proposti tiegħu.", "Ittieħdu l-passi neċessarji.", "PA - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "8727.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta' kif art esproprjata li qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija mmarkata bl-Ittra V, u li dikjarazzjoni datata 21 ta' Lulju, 1998, tal-President tar-Repubblika segwita mid-deskrizzjoni ta' l-art imsemmija koppja qed tintbagħat separatament immarkata W, tirriferi għal proprjeta' li tmiss mit-Tramuntana ma' art pubblika, minn Nofsinhar ma' proprjeta' ta' C. Attard u mill-Lvant ma' proprjeta' residwa werrieta ta' Angelo Attard Montalto u li tmiss ukoll mit-Tramuntana ma' proprjeta' ta' werrieta ta' Angelo Attard Montalto, mill- Punent ma' MS & Developments Ltd u mill-Lvant ma' proprjeta' residwa ta' Costantino Attard u ma tirriferix għal art murija bil-kulur blue kopja qed tintbagħat separatament diġa' mmarkata bl-Ittra V proprjeta', ta' Stella Agius u Gulliana Drew nee' Parnis, kif jidher ukoll mal-kuntratt anness ma' din il-mistoqsija, u għal art murija bil-kuluru aħmar, kopja qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija diġa' mmarkata bl-Ittra V proprjeta' ta' Pawlu Farrugia kif muri f'kuntratt tax-xiri u kuntratt tal-fidi li qiegħed jintbagħat separatament ukoll ma' din il-mistoqsija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dikjarazzjoni tal-President datata 21 ta' Settembru 1998, isservi biex tiddeskrivi, bis-saħħa ta' tliet irjieħat, il-biċċtejn art f'San Ġiljan li l-Gvern qiegħed jiddikjara li huma meħtieġa għal skop pubbliku.", "L-irjieħat imsemmija huma bbażati fuq informazzjoni li kellu f'idejh id- Dipartiment tal-Estate Management.", "Biex żgur ma jkunx hemm dubji dwar liema hi l-proprjeta` meħtieġa mill-Gvern, id-dikjarazzjoni tal-President tirriferi ukoll għall-pjanta LD 40/98.", "L-artijiet murija bl-aħmar u bil-blu mill-Onor.", "Interpellant se jintlaqtu fit-tarf tagħhom mill-plot immarkata bin-numru wieħed, min-naħa tal-Punent, liema riħ ma kienx hemm il-ħtieġa li jingħata fid-deskrizzjoni.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - REFURBISHMENT", "8732.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8170?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li l-ammont li ntnefaq fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal- ministeru u f`uffiċini tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi, kien kif ġej:", "Nefqa Settembru 1998 - Gunju 1999", "Ministeru Uffiċini - OPM LM 6,835.4", "Head Office Ministeru Palazzo Verdelin 111 Archibishop Str Valletta Diretturi -", "Direttur Generali Qrati ta` Malta -", "Attorney General`s Office LM 78", "Malta Arbitration Centre Chairman -", "Law Commission Chairman -", "Permanent Commission Against Corruption Chairman -", "TOTAL LM6,913.4", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI B'XORB EĊĊESSIV", "8902.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8112?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar 1994 ġew ammessi fl-iSptar San Luqa 600 każ minħabba f'xorb eċċessiv.", "Il-każijiet jinkludu tliet kategoriji:", "1.", "Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol (ICD-9 code 303; ICD-10 code F10.2)", "2.", "Intossikazzjoni kkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-9 code 305.0; ICD-10 code F10.0)", "3.", "Mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-9 codes 571.0 - 571.3; ICD- 10 code K70)", "Eta' 0-14, 15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64, 65-74, 75-84, 85 - Total (snin)", "Numru 10 66 69 154 145 77 41 5 33 600", "Qabel l-1994 l-istatistika ma kenitx tinġabar fil-format mitlub mill- Onor. Interpellant.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI B'FOOD POISONING", "8903.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8113 u jżid l- informazzjoni għax-xahar ta' Ġunju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor. interpellant illi n- numru ta' pazjenti li daħlu l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar 1999 kaġun ta' avvelenar ta' l-ikel huwa ta' 17.", "Minn erbatax 14-il pazjent ġie isolat il-mikrobu Salmonella u minn tliet pazjenti ġie kultivat il-mikrobu Campylobacter.", "It-Taqsima Tħaris tal-mard f'kull każ li ġie rrapportat ħadet il-passi kollha neċessarji li jinkludu investigazzjoni tal-każ, testijiet tal- ippurgar, contact tracing, u spezzjonijiet fejn meħtieġ.", "SAĦĦA - KAŻI TA' FOOD POISONING", "8904.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il każ ta' food poisoning li ġew irrapportati f'Ġunju fid-Dipartiment tas-Saħħa f'polikliniċi u fl-Isptar San Luqa rriżultaw li kienu kawża ta' tonn inferjuri li kien hawn fis-suq lokali?", "X'passi ħa d- Dipartiment tas-Saħħa u x'konsultazzjoni saret mad-Dipartiment tas-Sajd?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġew innotifikati żewġ każi fl-istess familja ta` scombrotoxin food poisoning f'Ġunju li setgħu kienu relatati ma` bejgħ ta` ħut inferjuri.", "Uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jagħmlu spezzjonijiet regolari fi swieq pubbliċi u ħwienet fejn jinbiegħ il-ħut frisk u jittieħdu kampjuni ta` tonn sabiex jiġi analizzat il-livell ta` histamina fil-ħut.", "Rigward l-aħħar parti ta` domanda, qed isiru diskussjonijiet bejn id- Diparitment tas-Saħħa u d-Dipartiment tas-Sajd sabiex tistab l-aħjar sistema kif ġej analizzat il-livell ta` histamina fit-tonn hekk kif dan il- ħut jasal il-pixkerija.", "BAĦRIJA - TRIQ PRINĊIPALI", "8905.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li t-triq prinċipali tal-Baħrija teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x- xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward bini ta' ħitan tas-sejjieħ, dan jiġi kkonsidrat fl-isfond ta' prioritajiet oħra meta jiġu appuntati numru ta' rubble wall builders aktar tard din is-sena.", "Billi t-triq imsemmija hija meqjusa bħala mhux triq urbana (Non Urban Road) din taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Rigward l-asfaltar nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "MTAĦLEB - TRIQ PRINĊIPALI", "9006.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li t-triq prinċipali ta' l-Imtaħleb teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill- bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jenħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8905 (Seduta Nru 150).", "LANDRIJIET - TRIQ PRINĊIPALI", "9007.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li t-triq prinċipali tal-Landrijiet teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill- bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8905 (Seduta Nru. 150).", "COACHES BARRANIN", "9604.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari numru 8456, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar it-talba tiegħi li coaches barranin li qegħdin ma' diversi għaqdiet sportivi jintużaw għat- taħriġ fiżiku tat-tfal ta' l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara li kif weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 2456 tlabt li din il-kwestjoni tiġi kkonsidrata, issa nformat li qegħdin isiru tħejjijiet ma' tliet għaqdiet sportivi biex il-coaches barranin impjegati magħhom ikunu jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom fl- iskejjel.", "Hu maħsub li 'l quddiem l-iskema tkun estiża f'oqsma oħra.", "KULLEĠĠ ST.", "EDWARDS - SURMAST", "9605.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9239, jista' l- Ministru jgħid jekk irċevix talba mill-awtoritajiet tal-Kulleġġ ta' St. Edwards dwar żieda fil-miżati u dan bi 3% fuq dak li kienu s-sena li għaddiet?", "Jaf il-Ministru li għalkemm fis-27 ta' Lulju weġibni li ma kien irċieva l- ebda talba mill-kulleġġ, fil-fatt il-ġenituri kienu nfurmati b'ittra datata 10 ta' Lulju, bit-tibdiliet fil-miżati u dan 17-il jum qabel it-tweġiba tal-Ministru?", "X'passi beħsiebu jieħu dwar dan?", "Peress li għalkemm id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma rċieva l-ebda lment fuq il-ħlas dirett għall- ikel, meta qabel dan kien jifforma parti mill-miżata, nista' nassigura lill-Ministru li ġenituri tkellmu miegħi f'dan is-sens, japprezza li l-fatt li l-perċentaġġ li kien jitħallas għall-ikel issa sar parti mill-miżata, ifisser li kien hemm żieda aktar minn 3%?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nikkonferma li dan il-ministeru ġie mgħarraf biż- żieda fil-miżata mill-Awtorita` Skolastika ta' St Edward's College b'ittra li ġġib id-data tad-19 ta' Lulju 1999, u għaldaqstant sa meta tajt ir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9239 l-ittra kienet għadha ma waslitx.", "Informat li d-differenza fil-miżati mis-sena l-oħra għal din is-sena skolastika fl-iskola ta' St Edwards hija kif ġej:", "LIVELL SENA 1998/99 SENA 1999/2000", "Infant School Lm224 per term Lm231 per term Junior School Lm239 Lm246 Middle School Lm258 Lm266 Senior School Lm174 Lm282 Sixth Form Lm286 Lm294", "Informat ukoll li s'issa d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma rċevietx ilmenti mill-ġenituri tat-tfal ta' l-imsemmija skola dwar ħlas dirett fuq l- ikel.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-FOSSA TAL-QAMH - DAWL", "9606.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaħħal bozza fi triq ġdida wara Triq il-Fossa tal-Qamħ fiż-Żejtun, mal-ħajt ta' l-istitut tas-sorijiet Ġesu Nazzarenu, minħabba li qed ikun hemm xi abbużi wkoll?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fi żmien qasir għandhom jitwaħħlu bozoz ġodda fit-triq imsemmija.", "TIGNE' - MANOEL ISLAND - PROĠETT", "9607.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju MIDI li għandu f'idejh il-proġett ta' Manoel Island f'Tigne' tax xi somma flus lill-gvern sabiex din tinqasam bejn l-għaqdiet li qed jagħmlu użu minn xi premises fejn hu maħsub li jsir dan il-proġett?", "Jekk iva, kemm hi din is-somma, kif ġiet imqassma u lil min?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dettalji bħal dawk li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant, ikunu nklużi fil-kuntratt li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "9608.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tas-Sur Silvio Zammit vis-a-vis il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - XOGĦOL F'PACEVILLE", "9682.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija fuq xogħol ġewwa Paceville matul Awissu u Settembru f'kull weekend u festa pubblika jew lejlieta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - RAPPORTI TA' STUPRU", "9683.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' stupru lill-pulizija xahar b'xahar din is-sena?", "Fejn saru l-allegatijiet każi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - REATI", "9684.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru u/jew ġew irrapportati reati lill- pulizija fix-xahar ta' Lulju u Awissu ta' din is-sena u jagħti breakdown ta' x'tip ta' reati kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "QRATI - KAWŻI TA' SEPARAZZJONIJIET", "9685.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu kawżi ta' separazzjonijiet fil-Qrati tagħna fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-1 ta` Jannar, 1999 sat-30 ta` Ġunju 1999 ġew intavolati 57 kawzi ta` separazzjonijiet fil-Prim`Awla tal-Qorti Ċivili.", "Fl-istess perjodu ġew intavolati ukoll 21 rikorsi ġodda konnessi ma` l- istess kawzi.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "9686.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id- Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jirrikonoxxix żwieġ bejn persuni ta' l- istess sess u li jkun seħħ barra minn Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hijiex il-funzjoni tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali li jirrikonoxxi ż-żweġijiet.", "SAĦĦA - INVESTIGAZZJONIJIET", "9687.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk saritx xi investigazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa biex jiġi żgurat li ma sar l-ebda ksur ta' kodiċi ta' etika minn tobba li xtraw sptar privat din is-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx tobba li jaħdmu mal-gvern u li għandhom sehem minn dan l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Saru u għadhom qed isiru investigazzjonijiet dwar sehem dirett jew indirett ta' tobba fi sptar privat.", "S'issa ma kienx hemm riżultati li jindikaw xi ksur ta' kodiċi ta' l-etika jew xi ksur ta' obbligazzjonijiet kuntrattwali ta' tobba li jaħdmu mal-gvern.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "9810.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet/individwi li għandhom xi post b'kera fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?", "Kemm hi l-kera f'kull każ?", "Fil- każ tal-għaqdiet sportivi, liema sport jipprattikaw?", "Fil-każ ta' l- individwi x'inhu x-xogħol li jipprattikaw?", "Hemm xi wħud minn dawn l- għaqdiet/individwi li b'xi mod jużaw is-servizzi tal-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali meta dawn ikunu xogħol?", "Jħallsu ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6067 f'Seduta Nru. 86.", "Informat li l-għaqdiet/individwi li għandhom post b'kera fil-Pixxina Nazzjonali huma dawn:", "Amateur Swimming - spazju għal Uffiċċju u ieħor għat-Association taħriġ tat-timijiet Nazzjonali.", "Ħlas ta' Lm600 kera fis-sena.", "Edwards Sports Ltd - spazju għal sports shop.", "Ħlas ta' Lm600 kera fis- sena.", "Malta Volleyball spazju għal uffiċini.", "Ħlas ta'Association Lm600 kera fis-sena.", "Mrs Pat.", "Bonello spazju għal Psychotherapy Clinic.", "Ħlas ta' Lm300 kera fis- sena.", "Mrs Bodil Petersen - spazju għal Chiropractitioning.", "Ħlas ta' Lm500 kera fis-sena.", "Malta Waterpolo - allokazzjoni ta' spazju għal Uffiċċju Referees Association ta' l-Association għall-ħlas ta' Lm150fis-sena b'effett mill-1 ta' Jannar 2000.", "Ma jirriżultax li l-imsemmija għaqdiet/individwi qatt talbu għall-użu tas- servizzi tal-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali, ħlief għas-servizzi ta' tindif u manutenzjoni normali u ta' l-operator tat-telefon, liema servizzi huma t-tnejn ir-responsabbilta` tal-kumpless u inkorporati fit-tariffi (concession fees) rispettivi.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9826.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata tal-Vatikan f'Malta u mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat- tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwestjoni li jista` jkollhom dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9827.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata ta' l-Indja f'Malta mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat- tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwestjoni li jista` jkollhom dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9828.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata ta' Franza f'Malta u mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat- tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwestjoni li jista` jkollhom dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldqstant l-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9829.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata tal-Ġermanja f'Malta u mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat- tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-gvern f`xi kwestjoni li jista` jkollhom dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9830.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata ta' l-Eġittu f'Malta u mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġunijiet; u f'kull każ x'kumpens ngħata lill- impjegat/a għat-tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-gvern f`xi kwestjoni li jista` jkollhom dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9831.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata ta' l-Unjoni Ewropea f'Malta u t-twaqqif tagħha: kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġunijiet; u f'kull każ x'kumpens ngħata lill- impjegat/a għat-tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-gvern f`xi kwestjoni li jista` jkollhom dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant hija mitluba tirriferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL PRIVATI - MIŻATI", "9874.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li xi skejjel privati qed jgħollu l-miżati kull sena, ma jaħsibx il- Ministru li għandu jirriferi din il-kwestjoni lill-uffiċċju tal-Kummerċ Ġust biex jiġi żgurat li dak li qed jingħata lill-istudenti huwa kompatibbli mal-miżati li qed jitħallsu?", "Liema huma dawk l-iskejjel privati li għollew il-miżati tagħhom għas-sena skolastika li jmiss?", "B'kemm?", "Meta saret kull talba u meta ġiet approvata mill-Ministru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien hemm 12-il skola li nfurmaw lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni kif titlob il-liġi fir-rigward ta' żjieda fil-miżata għas-sena skolastika 1999/2000.", "Kopja ta' din l-iskema tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Membru, il-liġi teskludi għal kollox il- possibbilta` ta' intervent tal-ministru biex japprova jew jiddisapprova.", "L-irwol tal-ministru f'din il-ħaġa s'issa hi li jirċievi l-informazzjoni.", "L-Onor.", "Membru jaf ukoll li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha dmir li tħares l-applikazzjoni ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni (1988) fil-parametri tat-tagħlim skond il-Kurrikulu Nazzjonali f'ambjent kompatibbli mar- rilevanti Avviż Legali.", "Tlabt li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru jiġi kkonsidrat.", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "9875.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal bi bżonnijiet speċjali li kienu qed jistennew li jiġu evalwati mill-istatementing board dwar xi bżonnijiet għandhom biex ikunu jistgħu jattendu l-iskola?", "Meta se jarawhom?", "Kemm minnhom mhux se jkunu jistgħu jattendu l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fadal tmien każijiet ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li qed jistennew li jiġu evalwati mill-Istatementing Board qabel ma jistgħu jibdew jattendu l-iskola.", "Il-proċess mill- Istatementing Board diġa' beda u fi żmien 15 il-board ikun ippreżenta r- rakkomandazzjoni tiegħu lill-Awtoritajiet Edukattivi.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "9928.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-interpellanza numru 5129, jista' l-Ministru jgħid kif u fejn intuża l-vot ta' Lm2,000,000 li suppost intuża f'restoration works fis-Salina?", "Kemm intnefaq minn dan il-vot sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq indikata fir-risposta u l- valur tax-xogħol jinvolvi x-xogħol kollu li għad irid isir fuq din it-triq.", "S'issa ntnefqet is-somma ta' madwar Lm167,000.", "FURJANA - SUBWAYS", "9929.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' riabilitazzjoni tas-subways fi Triq Sant'Anna, Furjana?", "X'se jsir minn dawn is-subways?", "Meta se jitlesta x-xogħol li jrid isir u x'inhuma x-xogħlijiet li jonqos isiru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li diġa' sar xi tindif mid-divizjoni tax-xogħlijiet, iżda l-Kunsill Lokali tal-Furjana għandu proposti biex it- tiswija u l-manutenzjoni tas-subways ikunu sponsorjati mill-privat u għalhekk il-kunsill qiegħed jaħdem biex jara jirnexxilux iwettaq dan il- pjan.", "PULIZIJA - BREATHALYSER", "9930.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm saru testijiet bil- breathalyser mill-pulizija?", "Kemm irriżultaw fil-pożittiv?", "Kemm kienu Maltin u kemm barranin li rriżultaw pożittivi għax-xorb eċċessiv?", "Dawk li rriżultaw pożittivi kollha ittellgħu l-qorti?", "Kien hemm min inqabad aktar minn darba jikser din il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat, li din is-sena sa Settembru, in-numru ta' testijiet tan-nifs lill-sewwieqa ta' vetturi bil-mutur, li l-Pulizija għamlet wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, kien ta' 126.", "Minn dan in-numru ta' testijiet, 91 irriżultaw pożittivi.", "Il-persuni nvoluti kienu 73 Maltin u 18 barranin.", "F'dawn il-każijiet kollha qed jittieħdu proċeduri fil-Qorti.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li kien hemm persuna waħda.", "PULIZIJA - DIESEL/PETROL", "9933.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kwota ta' petrol/diesel li għandu kull distrett tal-pulizija?", "Meta l-kwota tkun eżawrita minħabba xogħol fid- distrett, għaliex din ma tiġġeddidx?", "X'inhi l-kwota tad-distretti?", "Peress li taqsimiet oħra tal-pulizija bħas-CID, mobile eċċ mhumiex marbuta bil- kwot,a jista' jgħid kemm intuża petrol/diesel mit-taqsimiet li jistgħu jużaw kemm iridu fl-ewwel tmien xhur tas-sena finanzjarja li qegħdin fiha?", "Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kwota tal-fuel għall-vetturi tal- pulizija ilha fis-seħħ u mhijiex xi ħaġa ġdida.", "Fil-preżent il-vetturi fid- Distretti tal-Pulizija għandhom kwota ta' 90 litru fil-ġimgħa.", "Għandi konferma mill-Assistenti Kummissarji nkarigati mid-Distretti tal-Pulizija, li kull meta kellhom talba għall-fuel addizzjonali għax il-kwota ta' xi vettura tkun ġiet eżawrita, din dejjem ġiet milqugħa.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-istatistika li tinżamm hija dwar in- nefqa għal-fuel fid-diversi taqsimiet tal-Korp.", "Tabella li turi n-nefqa għal fuel bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "CCF - PRIĠUNIERI", "9934.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "Kemm minnhom huma barranin?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "Kemm hemm nies fil-faċilita' li qegħdin jistennew jew biex jgħaddu ġuri jew għaliex ġiet miċħuda l-liberta' proviżorja?", "Kemm minnhom huma barranin u ta' liema nazzjonalita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - GUIDANCE TEACHERS", "9935.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm guidance teachers fl-iskejjel: (i) tal- gvern; (ii) tal-knisja; (iii) privati?", "F'kull skola kemm suppost ikun hemm guidance teachers?", "In-numru tagħhom huwa relatat man-numru ta' studenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "COMPOSTING ECOPOD", "9949.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Ġaladarba s-sistema tal-composting ecopod ġiet imħaddma b'suċċess, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din is-sistema tintuża f'lokalitajiet oħra?", "Kemm hu l-persentaġġ ta' skart domestiku li qiegħed jiġi ittrattat bħalissa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li is-sistema Eco-Pod composting bħalissa qiegħda tiġi użata biex jiġu pproċessati madwar 400 tunellata ta' materjal organiku fil-limiti tal-miżbla tal-Magħtab.", "Peress li din is-sistema tirrikjedi ħafna spazju, ma tistax tinżamm konsistenti r-rata ta' l-ipproċessar tal-materjal organiku.", "Għalkemm intlaħaq il-persentaġġ ta' 37% matul diversi perijodi, il-persentaġġ globali milħuq sa issa matul din is-sena huwa ta' madwar 20%", "ATTARD: WIED IS-SEWDA - XATBIET", "9956.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9307?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma deherilha li s-sistema ta' sorveljanza fuq il-widien li kienet tintuża ma kienitx adattata u kienet ukoll tinvolvi ħafna spejjeż.", "Jiena nformat ukoll li l-korporazzjoni kienet bdiet taħdidiet mal- Ministru ta' l-Ambjent biex tara kif l-aħjar dan ix-xogħol isir u min għandu jiffinanzjah.", "TOROQ - SISTEMA TA' METRO/UDNERGROUND", "9975.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jikkonsidra l-Ministru li l-Gvern idealment flimkien mal- privat, jagħmel pjanijiet għal sistema ta' metro/underground, li tista' tkun ir-riżoluzzjoni ideali għall-problema ta' konġestjoni tat-traffiku li qed tikber dejjem aktar, għad li tista' tfisser spiża enormi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li wieħed jista` jikkonsidra suġġerimenti bħal dan, nemmen li għadna l-bogħod biex pjan bħal dan jitfassal.", "AĠENZIJA SEDQA - BUDGET", "9976.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il- budget ta' l-aġenzija Sedqa fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-budget ta' l-Aġenzija Sedqa għal dawn l-aħħar snin kien hekk kif ġej:", "Għall-1996 Government Recurrent Grant Lm700,000 Government Capital Grant Lm 19,000", "Għall-1997 Government Recurrent Grant Lm665,008 Government Capital Grant Lm 20,000", "Għall-1998 Government Recurrent Grant Lm700,000 Government Capital Grant NIL", "Għall-1999 Government Recurrent Grant Lm740,000 Government Capital Grant NIL", "AĠENZIJA SEDQA - KLIJENTI", "9977.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' klijenti ta' l-aġenzija Sedqa li matul l-1997, 1998 u 1999 għamlu użu mir-Rapid opiate Detoxification bin-Naltrexone?", "Huwa possibbli li jingħad x'inhi l-eta' medja tal-pazjenti li għamlu użu minn din is-sistema ta' detoxification?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' klijenti li għamlu użu mill-metodu ta' ditossifikazzjoni magħruf bħala \"Rapid Opiate Detoxification\" ġewwa Dar l-Impenn kien hekk:", "- 78 klijent fl-1997 - 79 klijent fl-1998 - 41 klijent sa Awissu ta' l-1999", "L-eta' medja ta' dawn il-klijenti kienet ta' 26 sena.", "BANEK MALTIN - FLUS DEPOŻITATI", "9978.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus fil-banek Maltin bejn April 1999 u l-aħħar ta' Awissu 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skond informazzjoni li jiġbor il-Bank Ċentrali, fil- perjodu bejn April 1999 u l-aħħar ta Awissu 1999 il-flus fil-banek Maltin żdiedu bl-ammont ta Lm124 miljun maqsuma f`Lm108 miljun fi flus Maltin u Lm16 miljun fi flus barranin.", "Flus Maltin Flus Barranin Total", "April Lm 35.036m (Lm 1.645m) Lm 33.391m Mejju Lm 12.826m Lm 8.317m Lm 21.142m Ġunju Lm 40.301m (Lm 2.831m) Lm 37.470m Lulju Lm 15.854m Lm 6.160m Lm 22.014m Awissu Lm 3.659m Lm 6.487m Lm 10.146m Total Lm107.675m Lm16.488m Lm 124.163m", "PROFESSIONAL INVESTMENT FUNDS", "9979.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega xi jfissru l-Professional Investment Funds?", "Kif jipparagunaw ma' fondi oħra ta' investiment?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma naħsibx li din hi materja ta` mistoqsija parlamentari.", "ĦAĠAR QIM - TORRI TAL-ĦAMRIJA - MANUTENZJONI", "9980.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsiru dawk it-tiswijiet neċessarji, speċjalment dawk ta' natura urġenti, li għandu bżonn it-torri Tal-Ħamrija fil-limiti ta' Ħaġar Qim, mibni minn De Redin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għarraf lir- Restoration Unit tal-Works Division, liema sezzjoni qegħda tipprepara tenders għal xogħol neċessarju għar-restawr tat-Torri tal-Ħamrija li jinsab ħdejn Ħaġar Qim.", "MAPEP TA' MALTA", "9990.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-mapep li juru t-toroq arterjali u distributorji ta' pajjiżna li għadhom kif tlestew?", "Fejn ġew printed dawn il-mapep?", "X'kien il-valur ta' dan ix-xogħol ta' printing?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-istampar tal-mapep sar fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali waqt il-ħin tax-xoghol.", "Huwa stmat li, barra l-ħin, kien hemm spiża ta` Lm798 għal karti u linka tal-plotter.", "PULIZIJA - TESTIJIET TAL-BREATHALYSER", "10002.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet, xahar xahar, tal-breathalyser minn Settembru 1998 'l quddiem?", "X'kien l-eżitu ta' dawn it-testijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MFSC - RAPPORT", "10003.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport komparattiv dwar servizzi finanzjarji f'pajjiżna ta' l-MFSC li siltiet minnu dehru fil- business pages ta' The Times?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kopja tar-rapport sħiħ kif ukoll estratt esekuttiv tiegħu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Fil-waqt li l-estratt esekuttiv tar-rapport ġie ċċirkulat u partijiet minnu dehru fl-istampa, il-kontenut tar-rapport initier la qatt ġie ppubblikat u anqas ikkomunikat b`xi mod ieħor lill-publiku.", "KUMITAT GĦAR-RIABILITAZZJONI TAL-BELT VALLETTA - WIRING", "10004.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kienx favur li jdaħħal is-servizz tal-cable television permezz ta' cables imwaħħla mal-ħitan, meta kien l-istess kumitat li kien tant kontra il-cables tat-telephone u tant ħadem u għamel pressjoni sabiex dawn il- cables jitneħħew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-Proġett għar- Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta dejjem sostna u għadu jsostni li l- wiring kollu li hemm overhead għandu jitneħħa.", "Il-VRP ta l-kunsens tiegħu lil Melita Cable biex jagħmlu sistema temporanja ta' overhead wiring bil- patt li ladarba l-wiring tat-telefones jitneħħa, l-wiring tagħhom ukoll irid jitneħħa.", "__________"]} {"filename": "20000531_306d_par.doc", "date": "2000-05-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 306 L-Erbgħa, 31 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 306", "L-Erbgħa, 31 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "306", "L-Erbgħa, 31 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 205", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 205", "TQEGĦID TA' KARTI 209", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI (IT-TIENI QARI) MERCHANT SHIPPING (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 209", "AĠĠORNAMENT 225", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 231", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 305 li saret fil-31 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UE - PROĊESSAR TAT-TADAM", "16295.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regoli u sistemi ġodda tal-CAP li jridu jidħlu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir- rigward ta' l-ipproċessar tat-tadam?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L-Onor.", "Interpellant suppost jaf illi s-CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l- qafas ikun magħruf fis-sena 2003.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li m'huwiex informat dwar dak li ġie miftiehem fl-aġenda 2000?", "Allura l-istatements kollha li għamel matul dawn l-aħħar 20 xahar dwar il-vantaġġi li ġġib l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kienu finta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, qed jistaqsuna dwar regoli u sistemi ġodda li jridu jidħlu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008.", "Apparti li m'inix xi forecaster, l-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li s-CAP għaddejja minn fażi ta' riforma u l-qafas kollu jkun magħruf fis-sena 2003.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jikkonferma li dawk l- istatements li għamel matul dawn l-aħħar 20 xahar dwar il-vantaġġi li se jgawdu l-bdiewa bl-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kienu finta?", "(Interruzzjonijiet) M'għandux għalfejn jipprova jistaħba wara l-iskuża li r-riforma tas-CAP għadha għaddejja.", "Bilfors li l-istatements li għamel matul dawn l-aħħar 20 xahar kienu finta għax la l-policy għadha qed tiġi riformata ma setax kien qed jgħid il-verita'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant illi fil-biedja hemm riforma għaddejja kontinwament u żgur li ma nistax ngħid minn issa x'se jkunu l-linji, ir-regoli u s-sistemi fis- sena 2003, fis-sena 2005 u fis-sena 2008.", "Dawn se joħorġu fis-sena 2003.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien la rrid ngħid li l-Ministru huwa skorrett u lanqas li huwa żbaljat pero' huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li kif qed jgħid hu stess, fir-riformi li ġew diskussi bejn l-1992 u l- Agenda 2000 kien hemm qbil fuq set ta' miżuri illi għadhom jibdew jiġu applikati fl-2003, fl-2005 u anke fl-2008, liema tibdil ġie kkonfermat lilna mid-delegazzjoni tal-Gvern Ingliż li dan l-aħħar ġiet Malta u anke l- Ministru kellu l-opportunita' li jiltaqa' ma' dawn in-nies.", "Lilna dawn qalulna li waħda mill-miżuri ta' Agenda 2000 hi li fl-2005 il-prezzijiet għolja f'din l-industrija tal-pajjiżi ta' l-Unjoni se jonqsu bi 15%.", "Issa lili ma jinteressanix jekk il-Ministru jafx jew le, imma hu qed jikkonferma bi kliemu stess illi dak li kien jgħid dwar il-vantaġġi ta' sħubija kien qed jgħidu fl-arja, għax hu stess ma jafx kif se jintlaqtu l-bdiewa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ma nafx għaliex l-Onor.", "Membru qed ikompli jinsisti u jistaqsini x'se jkunu r-regoli u s-sistemi sas-sena 2003, sas- sena 2005 u sas-sena 2008, jiġifieri tmien snin oħra.", "Min jaf x'se jkunu eżattament is-sistemi l-ġodda li se jiġu adottati mis-CAP?", "Ħadd ma jaf għax din hija riforma li trid tiġi studjata bir-reqqa mill-pajjiżi kollha msieħba fl-Unjoni u mbagħad isir il-ftehim biex jekk ikun hemm regolamenti ġodda, jiddaħħlu fis-sena 2003, fis-sena 2005 u fis-sena 2008.", "Jekk hu diġa' jaf b'dawn ir-regolamenti nitolbu jgħaddihomli għax jiena ma nafx bihom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiġifieri l-Ministru qed jgħid illi Agenda 2000 ma ssemmix bidliet li jridu jseħħu fl-2003 jew fl-2005 għal dak li japplika għall-produzzjoni u l-ipproċessar tat-tadam?", "Qed jgħid illi Agenda 2000 ma torbot lil ebda pajjiż ta' l-Unjoni sabiex sew fl-2003 kif ukoll fl-2005 jagħmlu ċerti bidliet, irrispettivament mit-tkomplija tar- riforma illi hemm għaddejja fis-CAP?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Biex inserraħ moħħ kulħadd qed nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk jaf speċifikament ir-regoli u sistemi ġodda tas-CAP li jridu jidħlu fis-seħħ fis-sena 2003, fis-sena 2005 u fis-sena 2008, jekk jogħġbu jgħaddihomli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jista' jikkonferma illi fl-2005, per eżempju, se jkun hemm ċertu tibdil fl-industrija tal-ħalib?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sas-sena 2003, sas-sena 2005 u sas-sena 2008 għad iridu jseħħu ċertu tibdiliet fis-CAP.", "Jiena ma nafx fiex se jkun jikkonsisti eżatt dan l-updating u jekk inhu jaf nitolbu jgħidli.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nixtieq li din il- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea tiġi ttrattata bis-serjeta'.", "Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Interpellant, id-domanda li qed jagħmel xejn mhi serja.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Safejn naf jien is-Sedja tiddeċiedi hi jekk mistoqsija għandhiex tiġi aċċettata jew le!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jista' jkun li l-Onor.", "Mizzi ma qarax id-domanda.", "Din tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regoli u s-sistemi ġodda tas-CAP li jridu jidħlu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir- rigward ta' l-ipproċessar tat-tadam?\"", "Jiena qed ngħid li domanda bħal din m'hijiex serja fl-istadju li ninsabu fih bħalissa, fejn għadna se ninnegozjaw il-kapitlu dwar l-agrikoltura.", "Min-naħa tal-gvern diġa' ntqal li jrid isir ftehim partikolari ta' transizzjoni jew b'xi mod ieħor kif jintlaqat il-pajjiż.", "Meta niġu f'dak l- istat jiena nistieden lill-Onor.", "Farrugia, li naf li għandu għal qalbu dan is-settur, biex jipparteċipa fil-MEUSAC, ħalli bl-għerf tiegħu - fis-sens ta' dak kollu li għandu a konjizzjoni tiegħu - inkunu nistgħu niksbu l- aħjar pożizzjoni għal Malta.", "Illum hawn dan il-gvern immexxi minni li għandu l-politika li jinnegozja biex nidħlu fl-Unjoni.", "Xogħol l-oppożizzjoni, kif kien qal darba l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-1992, huwa li fl-istadju tan-negozjati, allavolja ma jaqbilx li għandna nidħlu, jgħin biex il-pajjiż jieħu l-aħjar pożizzjoni.", "Jiena qed nistieden formalment lill-Onor.", "Farrugia biex meta niġu għal dak l-istadju hu jipparteċipa fil-MEUSAC.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, aħna minn din in-naħa dejjem nagħtu l-kontribut tagħna u hekk qed nagħmlu bħalissa.", "Issa lilna jirriżultalna illi l-pajjiżi illi llum huma membri ta' l-Unjoni se jkollhom jagħmlu tibdil matul dawn is-snin f'dak li jirrigwardja l-produzzjoni u l- ipproċessar tat-tadam.", "Nista' npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rapport li deher dwar is-sitwazzjoni fil-Portugal, fejn l-industrija tat- tadam qed tiġi ordnata mill-Unjoni Ewropea biex tnaqqas il-produzzjoni b'20%, li jfisser illi jridu jingħalqu minn 10 sa 16-il-fabbrika.", "Issa l-Ministru qed jgħidli biex jien ninformah.", "Jekk jgħidli x'jaf hu, jien ngħidlu x'naf jien.", "Għalissa qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt minn \"The Standard Times\" li għandu jkun ta' interess għal sħabna tan-naħa l-oħra għax anke jissemma l-President tal-Portugal.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda?", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Farrugia għadu kif poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li ġie downloaded mill-internet.", "Dan jgħid hekk:", "\"Portugal is stewing over tomato production plans\".", "L-ewwelnett din id-data li għandu mniżżla hawn hija t-22 ta' April, 1999.", "Issa jien fhimtu li għamel xi dikjarazzjoni dan l-aħħar il-President tal- Portugal dwar it-tadam, li m'hu veru xejn.", "Hawnhekk għandna artikolu miktub minn Tony Smith ta' l-Associated Press, li jgħid hekk:", "\"Mr. Cavacao, a free marketeer, had promised that new high technology industry would substitute absolete sectors ...\"", "Iva, dawn huma kummenti fuq dak li qed jiġri, imma li jiġi l-Onor.", "Farrugia u donnu jrid jgħidilna li hawn xi dikjarazzjoni li l-Portugal se tagħlaq ma nafx kemm-il fabbrika minħabba l-politika ta' l-Unjoni Ewropea fuq it- tadam, naħseb li m'huwiex mod serju ta' kif nagħmlu l-affarijiet.", "M'huwiex sew li għandna persuna li llum huwa shadow minister - għal xi żmien biex ministru wkoll - u jiġi jitkellem b'dan il-mod leġġer fuq problema hekk importanti.", "(Interruzzjonijiet) Inti qrajtu dan?", "Mela almenu aqrah!", "Issa nippublikawh fuq il-gazzetti ħalli naraw x'poġġilna fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan jgħid hekk:", "\"When it comes to defending its farmers, Portugal''s new government ...\"", "- kien għadu kif laħaq gvern fil-Portugal -", "\"... has a message for the European Union: No more compliance\".", "Hawn qed jgħid li l-gvern ġdid Portugiż li ħa over wara l-gvern ta' Cavacao de Silva se jiddefendi aktar lis-settur agrikolu.", "Sewwa jagħmel il-Prim Ministru tal-Portugal!", "U jien il-Prim Ministru ta' Malta se niddefendi l- pożizzjoni tal-bdiewa Maltin!", "U nippretendi li dan il-Parlament jgħinni nagħmilha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jekk l-Onor.", "Farrugia għandu għal qalbu dan is-settur ma jiġix jpoġġilna dokument bħal dan qisu xi dikjarazzjoni u mbagħad isibu li għandna artikolu minn gazzetta tat-22 ta' April, 1999, meta kien għadu kif inbidel il-gvern tal-Portugal għax din m'hijiex serjeta'!", "Lili l-Onor.", "Farrugia tani l- impressjoni li kien qed jikkwota xi ħaġa tal-bieraħt lura.", "L-affarijiet mhux hekk!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Naħseb li aħjar taqrah kollu dak l-istatement.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk tridni naqrah, naqrah.", "Dan jgħid hekk:", "\"Former EU chief Jacques Delors ...\"", "- biex tara kemm l-affarijiet huma aġġornati għax wara Delors kien hemm Santer u issa hemm Prodi! -", "\"... once called Portugal a good pupil for textbook obedience in EU directives, a label which former Premier Hannibal Cavacao de Silva frequently used to reassure voters the country was on the right track.", "But now the Socialists, who ended Cavacao de Silva's ten year rule in the elections last October, said the label is out of date\".", "Jiġifieri dawn qed jgħidu li se jiġġieldu aktar għad-drittijiet tagħhom.", "Ħalli nkompli naqra fejn għandu highlighted.", "\"But in exchange Portugal has designated its traditional sectors which like wine, grain and dairy production were deemed as being in excess in the EU.\"", "- dak li nsejħulu restructuring -", "\"As a result of our entry in the European Union we have a serious crisis in agriculture, in fishing and in more absolete sectors of industry, outgoing President Mario Soares told the Associated Press\".", "Hekk qal dan veru, pero' ma niġux nagħmlu l-politika dwar l-Ewropa billi nikkwotaw korrispondent ta' l-Associated Press.", "Naħseb li dan il-parlament jixraqlu ħafna aħjar minn hekk.", "Jien nirrikonoxxi li l-Onor.", "Farrugia veru għandu għal qalbu l-interess ta' l-agrikoltura, pero' nitolbu biex l- affarijiet jitrattahom b'ħafna aktar serjeta' milli jġibilna artiklu ta' sentejn ilu, fejn il-korrispondent Tony Smith ta' l-Associated Press għamel intervista lil xi ħadd u din qisha xi vanġelu.", "Mhux hekk l-affarijiet isiru bis-serjeta'!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, forsi m'iniex niftiehem.", "Jiena qed ngħid lin-naħa tal-gvern illi jirriżulta illi fis-sena 2003, fis-sena 2005 u anke fis-sena 2008, se jkun hemm ċertu tibdil fuq diversi setturi varji ta' l-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea.", "U għaliex se jkun hemm dan it-tibdil?", "Se jkun hemm dan it-tibdil għax Agenda 2000, li kif qal il-Ministru ġiet diskussa bejn l-1992 u l-2000, hemm fiha approvati dawn ir-riformi, dawn il- bidliet, dawn is-sistemi ġodda, dawn ir-regoli ġodda, li jridu jiġu fis- seħħ f'dawn is-snin partikolari.", "Issa jien qed nitlob lill-Ministru biex jgħid x'inhuma dawn ir-regoli ħalli niċċaraw l-affarijiet u ma noqogħdux noħolqu polemika bla bżonn.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nafu li waħda mill-problemi li l-Unjoni Ewropea dejjem kellha - għad għandha u for the forseeable future se jkollha - hija l-common agricultural policy, li tieħu aktar min-nofs il-budget ta' l-Unjoni.", "Issa meta kien hemm Agenda 2000, kienet saret analisi ta' x'se jsir jekk l-Unjoni tespandi u tidħol il-Polonja, per eżempju, li għad għandha 20% tal-GDP tagħha ġej mill-agrikoltura.", "Imma li niġu hawn, nagħmlu statement bħal dan u ngħidu li hemm Agenda 2000 u allura jridu jgħidulna t-tadam ta' Malta kif se jintlaqat, l-ewwelnett ngħidlek: Ikollok ftit paċenzja, ninnegozjaw, nidħlu, ikollna l-vuċi tagħna, insemmgħu aħna wkoll il-vuċi tagħna fil-ċokon tagħna u naraw.", "Imma nixtieq li l-Onor.", "Farrugia jirrikonoxxi li hawn gvern elett mill-poplu b'mandat biex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan se nagħmluh b'ħilitna kollha u se niġġieldu għalih.", "(Interruzzjonijiet) Hemm ir-referendum fin-nofs naturalment.", "Issa jekk issirx elezzjoni jew le ma nafx.", "Li nista' ngħidlek hu li għall-elezzjoni li tiddependi minni baqgħalna tliet snin u nofs!", "(Interruzzjonijiet)", "Jien nixtieq li fl-interess nazzjonali - anke jekk l-oppożizzjoni ma taqbilx li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea - u għall-grazzja li nagħtu stima lill-poplu tagħna, għandna nitrattaw l-affarijiet b'aktar serjeta'.", "Jiddispjaċini imma li tagħmel domandi bħal dawn m'huwiex il-mod serju kif tittratta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 95 ta' l-2000 - avviż ta' l-2000 dwar eżenzjoni mit- taxxa fuq l-income (xogħol filantropiku);", "Avviż Legali Nru 96 ta' l-2000 - regoli ta' l-2000 dwar il-formola ta' dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-income;", "Avviż Legali Nru 97 ta' l-2000 - regoli ta' l-2000 li jemendaw ir-regoli tal-prospett tat-taxxa fuq l-income għal kumpannija, korp magħqud jew intrapriża; u", "Avviż Legali Nru 98 ta' l-2000 - regoli ta' l-2000 li jemendaw ir-regoli dwar il-formola tal-prospetti tat-taxxa fuq l-income.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 94 ta' l-2000 - ordni ta' l-2000 li jemenda l-ordni dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali (emenda nru 6);", "K.L.B.L. 21/10/2000 - bye-laws ta' l-2000 dwar l-amministrazzjoni ta' Ġnien Kunsill ta' l-Ewropa ( Gżira); u", "K.L.B.L. 21/11/2000 - bye-laws ta' l-2000 dwar reklami fuq l- internet (Gżira).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI", "MERCHANT SHIPPING (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-30 ta' Mejju 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea huwa in possession.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni):Mr Speaker, il-bieraħ kont bdejt nintroduċi dan l-abbozz ta' liġi li jittratta emendi għal-liġi dwar il-bastimenti merkantili u kont bdejt ngħid xi ħaġa dwar l- għanijiet prinċipali tiegħu.", "Dan it-tibdil qed isir wara għaxar snin mill- aħħar emendi li saru, għaxar snin li fihom il-bandiera Maltija, permezz tal- ħidma ta' l-awtorita` marittima, kibret b'mod li minn pożizzjoni ftit li xejn magħrufa waslet biex illum qiegħda tokkupa r-raba' pożizzjoni fi ħdan il-lista ta' flag states li hawn fid-dinja.", "Kont qed ngħid ukoll li iktar milli wieħed juri kemm imxejna 'l quddiem u x'għamilna, irridu wkoll naraw li d-direttorat responsabbli minn dan il-qasam fi ħdan l-awtorita` marittima jkun f'qagħda li jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu lokalment u internazzjonalment u jsegwi kontinwament l-iżviluppi li jkun qed iseħħu f'dan is-settur b'mod li l-bandiera Maltija tkompli żżid l-importanza tagħha madwar id-dinja, f'perspettiva ta' regolamentazzjoni iktar ċara u regolata.", "Il-bieraħ filgħaxija wkoll għedt li l-emendi li qegħdin jiġu proposti huma numru ta' inizjattivi li matul is-snin li għaddew diġa` kienu qed jiġu pprattikati mill-awtorita` marittima Maltija.", "Dan naturalment ma jfissirx li b'xi mod l-awtorita` kienet qed tmur oltre l-liġijiet ta' pajjiżna imma jfisser li kien l-obbligu ta' min imexxi dan il-pajjiż u l-obbligu ta' min hu responsabbli minn dan is-settur li jara li r-regolamenti li kienu qed jiġu applikati mill-awtorita` fil-ħajja ta' kuljum ikunu wkoll inkorporati fil-liġi.", "Mela fi kliem ieħor dawn l-emendi jkomplu jaġġornaw il- leġislazzjoni ta' pajjiżna f'dan is-settur.", "M'għandix dubju li dan huwa settur ħaj u movimentat.", "Hu settur ukoll li fih id-diskussjoni pubblika, b'mod partikolari fil-livell internazzjonali, minn żmien għall-ieħor tkun waħda intensa.", "Ikun hemm ukoll diskussjonijiet pubbliċi b'raġunijiet partikolari u l-aħħar darba li ġrat din il-ħaġa kien fil-każ ta' l-inċident li seħħ fuq il-vapur \"Erika\" ftit tax-xhur ilu u li wassal ukoll għal diskussjonijiet pjuttost kbar kemm fil-livell lokali u iktar fil-livell internazzjonali.", "Nistgħu ngħidu li matul is-sitt xhur li għaddew id-diskussjoni pubblika internazzjonali u dik lokali kienet qed tikkonċentra b'mod partikolari fuq diversi miżuri li qed jingħad li hemm bżonn jidħlu fis-seħħ biex kemm jista' jkun jiġi assigurat li fil-futur ma jkollniex aktar inċidenti simili.", "Hemm bżonn isir xi ħaġa biex dak li jkun jipprova jevita inċidenti bħal dawk.", "Ngħid \"jipprova\" għaliex ikunu kemm ikunu riġidi r-regolamenti, il-liġijiet u l-konvenzjonijiet, żgur li ħadd la hawn Malta u lanqas fid- dinja m'hu se jkun fil-pożizzjoni li jista' jgħid li se nevitaw mija fil- mija dawn l-incidenti.", "Tieħu kemm tieħu prekawzjonijiet, xorta waħda tibqa' l-probabbilta` li jinqalgħu inċidenti.", "Li tista' tagħmel huwa li tipprova tiggarantixxi u tassigura li qed twettaq dak kollu li huwa fil-limiti ta' l- uman.", "Aħna li qegħdin fil-pożizzjoni tar-raba' flag state fid-dinja rridu nassiguraw li kull pass li nagħmlu jsir bil-għan li dawn ir- responsabbiltajiet ikompli jiżdiedu u jiġu mwettqa bl-aħjar mod possibbli.", "Mr Speaker, għedt ukoll li għandna responsabbilta` li naraw li l- attivita` ekonomika li żviluppat f'pajjiżna matul is-snin li għaddew għandha possibilment tkompli wkoll tissaħħaħ, tikber u tifrex l-għeruq tagħha.", "Għandu jkun hemm kontrolli u framework leġislattiv li ma jxekkilx l- inizjattivi ekonomiċi imma li jaċċerta li dawn l-inizjattivi ma jkunux qegħdin iseħħu a skapitu tas-sigurta`.", "Nemmen li d-diversi miżuri li hawn fl-abbozz se jgħinu wkoll f'dak li huwa l-kontroll ta' dan is-settur.", "Irrid ngħid li qabel ma fassalna l-leġislazzjoni u wasalna għad-draft finali saru diversi diskussjonijiet mas-settur marittimu fid-diversi aspetti tiegħu.", "Saru diskussjonijiet fit-tul mal-Malta maritime law association, li hija organizzazzjoni ta' persuni legali f'pajjiżna li fl- attivita` ekonomika tagħhom jaħdmu l-ħin kollu f'dan is-settur.", "Ħassejna li din id-diskussjoni kienet neċessarja u importanti għaliex ridna nassiguraw li nkunu mexjin mal-passi internazzjonali u li dawn l-iżviluppi jseħħu wkoll fid-dawl tal-ħteġijiet lokali.", "Barra diskussjonijiet mal-Malta maritime authority u tal-Malta maritime law association, kellna wkoll diskussjonijiet ma' l-ITF li tirrappreżenta wkoll lill-unions internazzjonali f'dan is-settur u għalhekk il-miżuri li qegħdin nieħdu hawnhekk huma mfassla b'mod li mhux talli nassiguraw li l- inizjattivi li ttieħdu fil-passat ma jiġux imxekkla talli jkomplu jissaħħu biex inkunu f'qagħda li nosservaw id-doveri internazzjonali tagħna.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għall-konvenzjoni 147 ta' l- international labour organisation li tittratta dwar il-crews li jaħdmu fuq il-vapuri u li anke` l-gvern preċedenti kien qiegħed jipprova jara kif se jdaħħal fil-leġislazzjoni Maltija.", "Nistgħu ngħidu li fil-liġi li għandna quddiemna hemm madwar 30 klawsola li b'xi mod jew ieħor huma relatati ma' l- ILO convention 147.", "Mr Speaker, għedt li irridu naraw ukoll li l-bidliet li seħħew matul l- għaxar snin li għaddew ikunu wkoll rispekkjati fil-leġislazzjoni li għandna quddiemna.", "Jekk tħares lejn klawsoli 5 u 6 ta' l-abbozz tara li hemm bidliet sostanzjali fir-rigward ta' safety at sea.", "Nafu li matul ix-xhur li għaddew kien hemm diskussjoni vasta dwar is-sigurta` fuq l-ibħra u reġistrazzjoni, pero` naturalment aħna l-iktar tinteressana għall-mument hija r-reġistrazzjoni tal-bandiera Maltija.", "Ngħid \"għall-mument\" għaliex nafu li huwa importanti li mhux ikollok bandiera partikolari li tkun qed tara li tosserva r-regolamentazzjoni u l-konvenzjonijiet internazzjonali, imma huwa importanti li jekk jista' jkun il-bnadar u l-vapuri kollha tad- dinja jassiguraw li jkun hemm sigurta` fuq il-baħar l-ewwel u qabel kollox għall-crew li jkun qed jaħdem fuqhom kif ukoll għall-vapur innifsu.", "Klawsola 6 ta' din il-liġi titkellem dwar is-SOLAS Convention.", "Din il- konvenzjoni diġa' ġiet ratifikata mill-Gvern ta' Malta ftit tal-ġimgħat ilu u hawnhekk qegħdin indaħħluha bħala parti integrali mill-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm ukoll inizjattivi li ttieħdu matul iż-żmien li għadda fil-ħidma ta' l-awtorita` marittima li huwa importanti li l-pubbliku Malti in ġenerali jkun konxju tagħhom.", "Kuntrarju għall-impressjoni li ngħatat matul ix-xhur li għaddew, il-Malta maritime authority ma taqbadx u tirreġistra taħt il-bandiera Maltija kull vapur li jiġi.", "Mhux darba jew tnejn ġew jirreġistraw vapuri u l-awtorita` marittima ma qisithomx li kienu ta' standard aċċettabbli.", "Naturalment jista' jkun hemm ħaddieħor li jkun f'qagħda li jaċċetta dawn il-vapuri, pero` mhux darba jew tnejn li l-awtorita` marittima Maltija rrifjutat ir-reġistrazzjoni ta' ċerti vapuri.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġi li għandna quddiemna jara diversi emendi li huma ta' portata sostanzjali biex mhux sempliċement naqbdu u naċċettaw lil kulħadd imma nkunu f'qagħda li naċċettaw biss dawk il-vapuri li jilħqu ċertu standard.", "L-awtorita` marittima trid tara li aħna bħala stat li jirreġistra vapuri, ma nikbrux sempliċement fl-ammont ta' tunnellaġġ biex imbagħad noqogħdu niftaħru kemm kbirna.", "Huwa veru li rridu nagħmlu dak kollu possibbli biex inkomplu nikbru fil-kwantita' pero` rridu nikbru wkoll fil-kwalita'.", "Nieħu pjaċir ninnota li hemm numru ta' vapuri ġodda jew li għadhom qegħdin jinbnew li ġew reġistrati mal-Malta maritime authority matul ix-xhur li għaddew.", "Naf ukoll li jekk ma jinqala' xejn hemm commitments ta' kumpanniji oħra biex jiġu jirreġistraw il-vapuri tagħhom taħt il-bandiera Maltija.", "Mr Speaker, wara l-inċident tal-vapur \"Erika\" inħolqu diffikultajiet għax kien hemm il-biża' li jista' jkun hemm riperkussjonijiet serjissimi fuq il- bandiera Maltija.", "Fir-realta`, bl-inizjattivi li ttieħdu mill-Malta maritime authority, bid-diskussjonijiet li saru mill-istess awtorita` u bid-dedikazzjoni li kien hemm fix-xhur li għaddew irnexxielna mhux biss inneħħu l-biża' li setgħet inħolqot fost l-operaturi u s-sidien tal-vapuri minn xi riperkussjonijiet fuq il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija, imma wasalna wkoll biex komplejna kabbarna r-ritmu tar- reġistrazzjoni taħt il-bandiera Maltija.", "L-awtorita` marittima kontinwament fliet b'mod rigoruż il-vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija u dawk li kienu se jipprovaw jidħlu taħt il-bandiera Maltija f'dan l-istess perijodu u din il-ħidma hija wkoll prova tal-fiduċja li jgawdu s-sidien tal-vapuri li jirreġistraw taħt il- bandiera Maltija.", "Mr Speaker, matul ix-xhur li għaddew f'pajjiżna kellna wkoll diversi diskussjonijiet dwar jekk l-awtorita` marittima Maltija tinsabx f'qagħda li tosserva r-regoli internazzjonali, li dak li tgħid li qed twettaq fil-fatt twettqu u li tassigura li kontinwament ikun hemm l-iskrutinju meħtieġ biex il-bandiera Maltija tkun ta' standard li wieħed jistenna.", "Sfortunatament id- diskussjoni li kellna f'pajjiżna matul ix-xhur li għaddew iktar ikkonċentrat fuq jekk kienx hemm xi vapur li ġie detained.", "Kważi kull darba li vapur jiġi detained għal raġuni jew oħra, numru ta' ġurnali lokali jitkellmu fuq dik id-detention minghajr ma jpoggu dik id-detention fil- perspettiva reali.", "Hawnhekk ukoll, Mr Speaker, tajjeb li wieħed jinnota li għalkemm għad baqgħalna ammont ta' detentions, dawn nipprovaw inkomplu nnaqqsuhom matul iż-żmien li ġej.", "Irrid ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar sitt snin seħħew żviluppi kbar f'dan ir-rigward.", "Permezz ta' dawn l-iżviluppi n-numru ta' detentions kompla jonqos.", "Meta għandek bandiera bħalma hija l-bandiera Maltija, li għandha mijiet - biex ma ngħidx eluf - ta' vapuri bilfors ikun hemm ċertu numru ta' detentions meta jkun hemm port state inspections, pero' wieħed irid ikun ukoll konxju tat-tnaqqis pjuttost drastiku li seħħ matul il-ħames jew sitt snin li għaddew f'dak li huwa numru ta' detentions.", "Bejn wieħed u ieħor illum dawn naqsu b'40% minn dak li kien fl-1995.", "Dan juri li f'dan il- perijodu sar ħafna xogħol biex nassiguraw li l-vapuri taħt il-bandiera Maltija kontinwament itejbu l-livell kif ukoll josservaw il-konvenzjonijiet li aħna ninsabu marbutin bihom fil-livell internazzjonali.", "Domanda li saritli iktar minn darba matul ix-xhur li għaddew hija \"Imma kif tiġġustifika li jkun hemm dan in-numru ta' detentions ta' vapuri?\".", "Jien dejjem insistejt u sostnejt mhux biss mar-rappreżentanti lokali pero` anke ma persuni minn diversi pajjiżi madwar id-dinja, b'mod partikolari madwar l-Ewropa, li hawnhekk m'huwiex biżżejjed li inti titkellem fuq numru ta' detentions, għalkemm dak huwa wieħed mill-modi ta' kif tikkalkula l- problemi jew in-nuqqas ta' problemi li bandiera jista' jkollha.", "Hemm vapuri li jiġu detained minħabba f'affarijiet żgħar u vapuri oħra jiġu detained minħabba problemi ferm ikbar.", "Minħabba f'hekk insistejt ma' l-awtorita` marittima biex tagħmel analiżi iktar profonda u aktar dettaljata ta' x'inhuma r-raġunijiet li għalihom ikun hemm id-detentions ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija.", "L-analiżi li qegħda ssir qegħda turi li mhux biss kien hemm tnaqqis fin-numru ta' detentions imma turi wkoll li r-raġunijiet għaliex qed ikun hemm id-detentions qegħdin ukoll jinbidlu u huma raġunijiet li wieħed jista' wkoll jikkoreġġi b'mod iktar malajr.", "Mr Speaker, huwa importanti li hawnhekk nifhmu li l-awtorita` marittima tosserva l-international maritime organisation convention li rratifikajna matul is-snin li għaddew u li huma importanti fir-rigward ta' l-immaniġġjar ta' flotta bħalma għandna f'pajjiżna.", "Din l-awtorita' wkoll ilha tipparteċipa wkoll f'dawk li huma laqgħat u seminars ta' din l- organizzazzjoni.", "Mhux qed tkun preżenti sempliċement biex tkun preżenti u mhux darba jew tnejn ħadet inizjattivi li tqiesu pożittivi u ġew aċċettati mill-istati membri ta' din l-organizzazzjoni li huma iktar minn 170.", "Naturalment dawn il-pajjiżi aċċettaw dawn l-inizjattivi għax dawn mhux biss ifissru ħafna għal pajjiżna imma jfissru wkoll għall-istess pajjiżi oħrajn li huma stati membri ta' din l-organizzazzjoni.", "Mr Speaker, l-IMO hija organizzazzjoni rikonoxxuta bħala organizzazzjoni għal dawk li huma stati membri li jinsabu f'ċertu livell ta' parteċipazzjoni fil-qasam marittimu.", "Nifhem u nemmen li l-preżenza f'pajjiżna sena wara sena tas-segretarju generali ta' din l-istess organizzazzjoni għal ċerimonji ta' gradwazzjoni hija indikazzjoni wkoll ta' l-istima li Malta u l-Malta maritime authority jgawdu fi ħdan din l- organizzazzjoni.", "Dan huwa fattur li fih innifsu għandu jimla bil-kuraġġ lill-istess Malta maritime authority u lil dawk li huma politikament responsabbli mill-amministrazzjoni ta' dan is-settur.", "Mr Speaker, fi klawsola 10 ta' dan l-abbozz qegħdin ukoll nitolbu mil-lum 'il quddiem li dawk li huma ċertifikati validi tas-sigurta` ma jkunux biss ċertifikati validi kif aċċettati mill-istess awtorita` marittima sal-lum, imma jkun ċertifikati validi skond konvenzjonijiet internazzjonali, inklużi protokolli, annessi u appendiċi relattivi.", "Il-Malta maritime authority diġa' tipprattika din is-sistema u allura b'dan l-abbozz sempliċement qegħdin inpoġġu fil-liġijiet tagħna dak li llum diġa' huwa pprattikat.", "Mr Speaker, hemm numru ta' miżuri u inizjattivi li qegħdin jittieħdu biex l-affarijiet isiru b'mod iktar ċar.", "Per eżempju meta vapur jiġi reġistrat taħt il-bandiera Maltija sal-lum il-liġi kienet tgħid li dan għandu jinkludi l-partikolarijiet tal-vapuri imniżżla fir-reġistru.", "Issa qegħdin ngħidu li għandu jinkludi l-isem u n-numru uffiċjali tal-bastiment u dawk il-partikolaritajiet li r-reġistratur iqis li huma xierqa.", "Dan ifisser li minn issa 'l quddiem qegħdin nassiguraw li barra l-isem irid ukoll jiġi mniżżel in-numru uffiċjali tal-vapur biex l-affarijiet ikunu aktar ċari.", "Għandna wkoll diversi miżuri li jirrigwardaw il-mod ta' kif tista' tispiċċa r-reġistrazzjoni ta' vapur.", "Dawn huma miżuri li fil-fatt diġa' qed ikunu applikati u għalhekk hawnhekk ukoll qegħdin sempliċement naraw li dawn l- affarijiet jidħlu fil-liġi.", "Mr Speaker, f'dan l-istess abbozz hemm ipprovdut ukoll li jkun hemm ordnijiet biex reġistrazzjoni ta' vapur tiġi magħluqa.", "Hawnhekk qed jingħata l-poter lill-ministru li jkun jista' jordna - u nispera li min- naħa l-oħra ma jkollniex l-akkuża li l-ministru qed jingħata ħafna poteri - li jittieħdu ċerti miżuri f'kas li jkun hemm ċirkostanzi li huma iktar wesgħin minn dawk normali.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-ministru jista' jordna li vapur li jkun reġistrat taħt il-bandiera Maltija ma jibqax ikun reġistrat jekk ikun fl-interess nazzjonali li jsir hekk.", "Forsi wieħed jista' jibda jistaqsi għaliex dan il-poter għandu jkun f'idejn il-ministru.", "Jiena konvint li ebda ministru m'hu se juża dan il-poter kapriċċożament.", "Dan huwa poter li għandu jintuża biss f'każi li huma f'ċertu sens estremi.", "Jiena naqbel li għandu jkun hemm dan il-poter minħabba li jista' jkun hemm il-ħtieġa li ċerti inizjattivi jittieħdu fil-livell politiku li huwa 'l barra mill-parametri ta' l-istess setgħa li jista' jkollha l-awtorita` marittima.", "Mr Speaker, qegħdin nieħdu diversi inizjattivi oħrajn li wkoll ħarġu mill- esperjenza ta' numru kbir ta' snin ta' xogħol li għamlet l-awtorita` marittima.", "Hawnhekk irrid insemmi s-setgħa li l-qorti tista' tipprojbixxi li jkun hemm trasferimenti.", "Dawn huma ċirkostanzi partikolari li fihom il- qrati ta' pajjiżna jistgħu jagħtu d-deċiżjoni li t-trasferiment ta' bastiment ma jkunx jista' jsir.", "Hawn diversi dettalji dwar il-mod ta' kif tista' tittieħed din l-inizjattiva.", "Dawn huma miżuri li wkoll għal darba oħra saru bħala riżultat ta' esperjenzi li għaddejna minnhom fil-proċeduri legali li ttieħdu minn sidien kontra sidien oħra, mill-crew kontra s- sidien, jew min-nies li jgħidu li għandhom jieħdu flus mingħand is-sidien ta' vapuri partikolari.", "Hawn qegħdin nistabilixxu mod iktar ċar ta' kif il- qrati ta' pajjiżna jkunu jistgħu jiddeċiedu f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, hawn ukoll diversi emendi li jolqtu l-attivita' kummerċjali lokali.", "Dawn huma emendi li qegħdin isiru mill-esperjenzi pożittivi u negattivi li kellna matul iż-żmien ta' amministrazzjoni fil-ħajja ta' kuljum ta' vapuri, ta' chartering jew ta' ownership.", "Dawn l-emendi qed isiru biex inkunu f'qagħda li nassiguraw li dak li jkun qed iseħħ ikun f'parametri legali garantiti.", "Mill-esperjenza li kellna matul iż-żmien li għadda qegħdin nagħtu wkoll tifsiriet oħra lil dawk li huma r- responsabbiltajiet li joħorġu minn dan l-abbozz.", "Nistgħu ngħidu li dan huwa abbozz li jidħol fid-dettall.", "Dan qed nagħmluh biex jiġu riflessi l- esperjenzi tal-passat ta' kif nirreġistraw, dwar ipoteki u l-mod ta' kif dawn ikunu validi jew le.", "Ridna nagħtu interpretazzjoni iktar ċara lil dawn l-istess regolamenti li għandna quddiemna.", "Mr. Speaker, aktar kmieni għamilt riferenza għall-konvenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma dan is-suġġett.", "Semmejt ukoll ċerti strutturi li mhux bilfors ikunu organizzazzjonijiet bħala organizzazzjoni ta' bastimenti anke jekk din tkun f'qagħda li taħdem fil-qasam marittimu ta' pajjiżna.", "Hawnhekk insibu elenku ta' attivitajiet li jistgħu jsiru taħt il-klawsola 42 li permezz tagħha qegħdin ngħidu liema huma l-organizzazzjonijiet li jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala organizzazzjoni ta' bastimenti.", "Qed ngħidu wkoll li hemm diversi modi ta' kif organizzazzjoni ta' bastimenti tkun imwaqqfa f'pajjiżna.", "Qegħdin inwessgħu t-tifsira ta' organizzazzjoni ta' bastimenti billi din tista' tiġi mwaqqfa għal xi għan leġittimu kif maħsub fl-artiklu 42(1), jew bħala kumpannija b'responsabbilta' limitata, jew f'soċjeta' f'isem kollettiv, jew inkella soċjeta' li tkun akkomandita.", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni li kumpannija jista' jkollha status pubbliku jew inkella status privat.", "F'dan l-abbozz hawn diversi modi ta' kif wieħed jista' jasal biex għaqda bħal din tkun ukoll rikonoxxuta.", "Mr Speaker, qegħdin nagħtu wkoll il-possibilta` li:", "\"Organizzazzjoni ta' bastimenti tista' tkun ukoll għaqda ta' persuni barranin jew enti ieħor li jkollu personalita` ġuridika skond il-liġi li taħtu n-negozju jkun ġie mwaqqaf jew stabbilit u kostitwit f'pajjiżna.\"", "Għal dan il-għan qegħdin ngħidu wkoll li meta kumpannija tiddeċiedi li taħdem f'pajjiżna, din il-kumpannija jkollha wkoll il-possibbilta` li tagħżel taħt liema regolamenti taħdem, jekk hux skond l-artikolu 8 tal-liġi li għandna quddiemna jew skond l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji.", "Hawn ukoll diversi punti li jirrigwardaw informazzjoni li għandu jagħti kaptan ta' bastiment Malti jew basiment li jkun qed iwassal b'xi mod lejn pajjiżna persuni li jkunu ġejjin minn barra minn Malta.", "Qegħdin ngħidu wkoll ir-raġunijiet ta' kif kaptan għandu jinforma lill-awtoritajiet Maltin bil-listi ta' passiġġieri.", "Jingħad ukoll x'inhuma l-miżuri li jistgħu jittieħdu jekk kemm-il darba jkun hemm xi nuqqas min-naħa tal-kaptan jew inkella xi nuqqas ta' informazzjoni li tingħata lill-awtoritajiet Maltin.", "Huwa żgur li f'dan ir-rigward l-affarijiet se jsiru aktar ċari.", "Semmejt li għandna numru sostanzjali ta' emendi li huma riżultat ta' diskussjonijiet li kien hemm ma' l-ITF.", "Fi klawsoli 46 u 47 hawn diversi punti li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg f'dak li huwa personnel li jista' jiġi mpjegat fuq il-vapuri reġistrati f'pajjiżna.", "Hawn diversi dettalji x'jiġri f'każ ta' impjieg għal persuni li jkollhom inqas minn 19-il sena, dawk ta' bejn 16 u 18-il sena u dawk ta' aktar minn 18-il sena.", "Hawn ukoll dettalji li jkomplu jispeċifikaw min jista' jaħdem u l- kondizzjonijiet li taħthom jista' jaħdem bniedem fuq vapuri reġistrati f'pajjiżna.", "Dawn huma kollha punti importanti fl-andament tal-leġislazzjoni li għandna f'pajjiżna, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda l- konvenzjoni 147 ta' l-ILO.", "Hawn ukoll indikazzjoni aktar ċara dwar x'inhuma l-kondizzjonijiet għall- kuntratt ta' ekwipaġġ li jkun se jaħdem fuq vapur reġistrat f'pajjiżna.", "Fi klawsola 48 ta' dan l-abbozz għandna diversi informazzjonijiet li huma importanti, u fil-fatt jagħtu garanzija li min ikun qed jaħdem fuq vapur reġistrat f'pajjiżna jkollu d-drittijiet tiegħu mħarsa u mqiegħda b'mod aktar ċar.", "Għandna wkoll il-mod ta' kif u meta l-ħaddiema li jaħdmu fuq il- vapuri ifittxu għal dawk li huma d-drittijiet tagħhom.", "Mr Speaker, hawnhekk, f'dan l-abbozz għandna diversi inizjattivi li huma importanti mhux biss biex inkomplu ntejbu l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-ħaddiema ta' fuq il-vapuri reġistrati f'pajjiżna.", "Minn żmien għall- ieħor jinħolqu kontroversji fuq l-impiegi fuq il-vapuri.", "Ħafna drabi dawn il-kontroversji joriġinaw min-nuqqas ta' informazzjoni dwar x'ikun qed jiġri f'dan is-settur tant importanti.", "Aħna rridu nassiguraw li l- kondizzjonijiet marbutin ma' l-impiegi li qed nirreferu għalihom ikunu osservati u dan mhux biss fi żmien il-bnazzi ta' l-attivita' ekonomika li jkun qed jagħmel il-vapur jew il-kumpannija imma anke meta jinqalgħu xi diffikultajiet jew problemi.", "Hawnhekk għandna b'mod l-aktar dettaljat il-modi ta' kif se jiġi assigurat li d-drittijiet tal-ħaddiema jkunu wkoll parti mill- kondizzjonijiet kemm-il darba tfalli l-organizzazzjoni li tkun qiegħda tagħmel l-attivita` kummerċjali.", "Bl-emendi li għandna quddiemna r-ranking tal-ħaddiema li jaħdmu f'dan ir-rigward qiegħda tiġi ċċarata f'każ ta' fallimenti u l-ħaddiema ma jkunux biss intitolati għal pagi normali imma wkoll għall-ispejjeż ta' repatriation.", "Qegħdin inżidu wkoll li l- kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali tkun ukoll imħarsa bħala parti mid- drittijiet li għandhom l-istess ħaddiema li jkunu qegħdin jaħdmu f'dan ir- rigward.", "Nistgħu ngħidu li dan il-punt partikolari qiegħed jitqies bħala relazzjoni ma' l-international convention on maritime mortgages.", "Din hija konvenzjoni li tagħti ċerti drittijiet lill-crew ta' fuq il-vapuri u b'dan il-mod qegħdin nippruvaw nassiguraw li nkunu f'qagħda li dawk li huma l- kondizzjonijiet tal-ħaddiema jiġu mħarsa mhux biss waqt il-perijodu ta' impjieg imma wkoll jekk kemm-il darba għal xi raġuni jew oħra jkun hemm falliment.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li sid ta' kumpanniji ta' vapuri jkun ukoll responsabbli, minbarra l-ħlas normali tiegħu li għandu jagħti lill- ħaddiema, għar-ripatriju ta' l-istess crew lejn pajjiżhom.", "Aktar kmieni semmejt il-kumpanniji tax-shipping u hawnhekk qed jiddaħħal ukoll il-prinċipju li r-regolamentazzjoni ta' dawn il-kumpanniji ssir bejn il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni u mill-ministeru tal-finanzi b'mod li nassiguraw li jkunu mħarsa l-punti neċessarji fir-rigward ta' l- inizjattivi li ttieħdu matul iż-żmien li għadda.", "Biex inkunu f'qagħda li japplikaw malajr u jsiru wkoll parti mil- leġislazzjoni ta' pajjiżna l-konvenzjonijiet li l-awtorita` marittima jew il-Gvern Malti jidħlu għalihom minn żmien għal ieħor, qegħdin ngħidu li meta pajjiżna jirratifika xi wieħed mit-trattati jew konvenzjonijiet jista' jagħmel regolamenti li jagħtu setgħa li kull provvediment ta' dan l-Att li ma jkunx konsistenti mal-provvediment ta' xi trattat jew konvenzjoni bħal dik m'għandux jibqa' japplika.", "B'dan il-mod inkunu qed nassiguraw li l- bidliet li jseħħu kawża ta' iffirmar ta' konvenzjoni isiru mmedjatament applikabbli f'pajjiżna.", "Hemm riferenza wkoll għall-kwestjoni ta' inkjesti marittimi.", "Sal-lum m'hijiex xi ħaġa obbligatorja li jkun hemm inkjesta marittima jekk kemm-il darba jkun hemm xi inċident imma b'dan l-abbozz qegħdin nintrabtu li ssir inkjesta kull darba li vapur taħt il-bandiera Maltija b'xi mod ikun involut f'xi inċident żgħir jew kbir.", "Dan qegħdin nagħmluh biex ma jkun hemm ħadd li b'xi mod jaħrab mir-responsabbiltajiet tiegħu.", "Kull darba li jkun hemm inċident marittimu għalhekk trid issir inkjesta marittima li tinvestiga x'ikun wassal għal dak l-inċident u possibbilment tirrakkmanda miżuri.", "Mr Speaker, klawsola 93 titkellem dwar numru kbir ta' konvenzjonijiet li huma parti mil-leġislazzjoni u li diġa' huma ratifikati.", "Qegħdin ngħidu li dawn il-konvenzjonijiet għandhom jittieħdu bis-serjeta` u bl-entużasmu legali u li wieħed jistenna li konvenzjonijiet bħal dawn mhux biss ikunu ratifikati imma jsiru wkoll parti mil-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett għandna numru ta' emendi għal liġijiet oħrajn li għandhom konnessjoni ma' l-attivita` marittima f'pajjiżna.", "B'mod partikolari hemm emendi li jolqtu l-Att ta' l-1994 ghall-Promozzjoni tas- Saħħa u s-Sigurta` fuq ix-Xogħol.", "Hawnhekk qed inwessgħu d-definizzjoni ta' \"post tax-xogħol\" biex ma jkun hemm l-ebda ekwivoku tal-possibbilta' li b'xi mod vapur ma jitqiesx bħala post tax-xogħol għal dan il-għan.", "Għandna wkoll emenda konsegwenzjali għall-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji.", "Din ukoll hija emenda li tagħti l-possibbilta` li jkun hemm ċerti bidliet dwar kif jiġu amministrati l-organizzazzjonijiet marittimi f'pajjiżna.", "Jekk wieħed iħares lejn l-għanijiet ta' din il-liġi fil-qosor ħafna jsib li dan huwa abbozz li għandu jkompli jgħin lis-settur marittimu.", "Matul iż- żmien li għadda f'pajjiżna dan is-settur mexa' ħafna 'l quddiem u m'għandix dubju li minbarra l-importanza lokali tiegħu qiegħed ukoll ikollu effetti f'dawk li huwa l-livelli internazzjonali.", "Nemmen li permezz ta' l-emendi li għandna quddiemna qegħdin nassiguraw aktar ħeffa fl-applikazzjoni tal- konvenzjonijiet internazzjonali, u qegħdin nippruvaw nassiguraw ukoll li l- konvenzjonijiet li huma ratifikati jkomplu jingħataw is-saħħa ta' liġi aktar f'dan ir-rigward f'pajjiżna.", "Qegħdin ukoll naraw li din il-leġislazzjoni li għandna quddiemna tkun tista' tiġi updated f'dawk li huma konvenzjonijiet internazzjonali fil- mument stess li dawn il-konvenzjonijiet jiġu ratifikati.", "Qegħdin nippruvaw niggarantixxu wkoll li r-responsabbiltajiet tagħna, sew lokali sew internazzjonali bħala stat li għandu r-raba' pożizzjoni f'dik li hija r- reġistrazzjoni ta' vapuri fid-dinja, ikunu assigurati mhux biss fuq il- karta tal-ħajja ta' kuljum ta' l-attivita` ta' l-awtorita' marittima imma wkoll fil-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Mr. Speaker, jiena konvint li r-rwol importanti li għandu pajjiżna llum fil-qasam marittimu se jkompli jikber fil-mument li Malta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "Il-bidliet li qegħdin nagħmlu hawnhekk qegħdin nagħmluhom biex nassiguraw li l-qasam marittimu Malti kemm jista' jkun jibqa' fuq quddiem u jkompli jissaħħaħ.", "L-esperjenzi li kellna matul iż-żmien li għadda ssarfu f'din il-leġislazzjoni li tieħu in konsiderazzjoni l-ewwel u qabel kollox l-importanza ta' dan is-settur u l-possibbiltajiet ta' żvilupp li għandu.", "Forsi għall-ewwel darba qed joħroġ ċar li Malta, bħala stat membru ta' l- Unjoni Ewropea m'għandux ikollu l-biża' li b'xi mod ikun hemm attakk fuq dan is-settur.", "Dan qed ngħidu għax qed jingħad b'mod ċar li Malta għandha bis-serjeta` tkompli tmexxi 'l quddiem l-ewwelnett l-interessi ta' Malta pero` wkoll li tpoġġi fuq il-mappa internazzjonali dak li huwa valur ta' reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija.", "Jekk din tkun ukoll bandiera ta' stat membru ta' l-Unjoni Ewropea allura l-istat Malti jkun qed jgħin biex ipoġġi wkoll b'mod relevanti l-bandiera Ewropea fuq livell aktar importanti minn dak li japplika sa llum.", "Mr Speaker, għal darb'oħra għandna abbozz li jagħtina okkażjoni f'dan il- parlament li niddiskutu dwar suġġett li għandu importanza ekonomika u politika kbira fil-ħajja ta' pajjiżna.", "Jekk noqogħdu attenti għandna l- potenzjal kollu biex matul iż-żmien li ġej inkomplu nkabbru u nsaħħu dan is- settur u nkomplu nagħmlu minn pajjiżna u mill-bandiera tagħna ħaġa importanti mhux biss għalina imma wkoll fuq livell internazzjonali.", "Jiena nemmen li m'għandux ikun hawn kontroversji dwar dan l-abbozz u nemmen ukoll li dan l-abbozz se jkompli jpoġġi lil pajjiżna fuq il-mappa internazzjonali b'mod l-aktar qawwi, sod u realistiku.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr. Speaker, qabel ma nibda nittratta l-liġi xtaqt ngħaddi xi osservazzjonijiet u xi kummenti.", "Naturalment din il-liġi qed tiġi proposta llum fi sfond ta' dak li pajjiżna għadu kif għadda minnu fil- kamp marittimu wara l-inċident li ġara ġewwa Franza tal-vapur \"Erika\" li hu reġistrat taħt il-bandiera Maltija.", "L-ispunt li xtaqt nieħu qabel ma nittratta dan is-suġġett hu li nirribatti kritika ġenerali li soltu ssir lil din in-naħa mill-gvern.", "Qed jingħad li l-oppożizzjoni dejjem tagħmel kritika negattiva u dejjem tieħu l-pożizzjoni li topponi għal kull ma jgħid il-gvern.", "Jingħad ukoll li aħna nagħmlu l-almu tagħna biex dejjem infixklu l-andament tal-gvern u ta' l-amministrazzjoni, li ma jinteressaniex mill-ġid tal-pajjiż imma jinteressana biss li nfixklu, li niskorjaw il-punti billi nilagħbu għall- gallarija u dejjem nopponu u nikkritikaw kollox mingħajr ma nuru interess lejn il-pajjiż.", "Din il-kritika hija verament unfair u bl-ebda mod ma hija ġustifikata.", "Meta qamet il-kwestjoni ta' l-Erika kienu qabżu fuqna l- Franċiżi, tal-Greenpeace u ħafna assoċjazzjonijiet internazzjonali.", "Dakinhar kien sar għagħa kbir.", "Anke l-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta' l-Ewropa kienu qabżu fuqna dakinhar u Malta sabet ruħha bbumbardjata min- naħat kollha.", "Kieku aħna konna oppożizzjoni immatura u li qegħdin hemm biss biex nippruvaw nagħmlu l-ostakoli u nħammġu kieku kien ikollna l-aqwa opportunita` li nagħmlu dan pero` fil-każ ta' l-Erika aħna qgħadna attenti fiha din u wrejna maturita' kbira.", "Jien u sieħbi l-Onor.", "Joe Debono Grech qagħdna kawti ħafna u apprezzajna d-delikatezza ta' dak li kien qiegħed jiġri.", "Dakinhar konna għarafna l-importanza ta' din l-industrija li tiġġenera ammont sostanzjali ta' flus kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett u li matul iż-żminijiet iffjoriet, issaħħet u saret industrija ta' min jibża' għaliha.", "Bħala oppożizzjoni aħna għandna l-ewwel u qabel kollox l-interess ta' pajjiżna.", "F'din il-kwestjoni aħna qgħadna kawti ħafna u qbiżna għall-awtorita` marittima ta' pajjiżna u għall-mod ta' kif din l- aġenzija governattiva tmexxi l-affarijiet.", "Ikkritikajna fejn kellna nikkritikaw b'kawtela imma fejn kellna naqbżu għall-awtorita` marittima jien u sieħbi l-Onor.", "Joe Debono Grech dejjem għamilna hekk mingħajr riżerva ta' xejn.", "Aħna ġejna wkoll esposti għall-kritika minn Franza li kkritikat ukoll il- pożizzjoni li ħadet l-oppożizzjoni imma madanakollu konna maturi biżżejjed li poġġejna l-interessi tal-pajjiż qabel interessi partiġġjani.", "Dan huwa punt ta' min jinnotah għax iġib fix-xejn il-kritika kontinwa li ssirilna daparti tal-gvern li aħna dejjem nagħmlu kritika negattiva.", "Jiena kont nippretendi li għallinqas il-gvern kien juri l-apprezzament tiegħu għal dan.", "Il-gvern dejjem lest imaqdar u jirridikola lill-oppożizzjoni imbagħad jitkellem dejjem fuq rikonċiljazzjoni.", "Hawnhekk il-gvern kellu fejn tabilħaqq juri almenu sens ta' gratitudni jew jieħu nota b'mod uffiċjali tal-pożizzjoni li ħadet l-oppożizzjoni.", "M'hu veru xejn li kulma nagħmlu aħna huwa ridikolu u li kulma nagħmlu nagħmluh biss biex nikkritikaw il- gvern.", "Tajna eżempju ċar bil-pożizzjoni li ħadna f'dan il-kas u wieħed kien jippretendi li l-gvern kien ikun matur biżżejjed u jaċċetta li f'din il- kwestjoni daqstant delikata l-oppożizzjoni m'għamlet ebda tfixkil u qabżet għal Malta.", "Dan huwa punt importanti u jiena ħassejt li kelli nibda billi naċċenna fuqu.", "Mr. Speaker, m'hemmx dubbju li s-settur marittimu minn dejjem kien industrija ewlenija għal pajjiżna.", "L-ewwelnett dan huwa naturali għaliex Malta hija gzira f'nofs il-Mediterran u hija traġitt bejn il-pajjiżi ta' l- Ewropa u l-pajjiżi ta' l-Afrika tat-tramuntana.", "Huwa pajjiż li dejjem kien hub tal-vapuri, dejjem kien punt ta' riferiment fil-kummerċ u kien punt ta' riferiment anke` fil-gwerer.", "Sa minn qabel żmien il-Kavallieri, sa minn żmien l-Ingliżi, sa meta sirna repubblka, dejjem gvern wara l-ieħor, barrani jew mhux, dejjem għamel l-aċċenn tiegħu sabiex jippromwovi l- interessi marittimi ta' pajjiżna.", "Matul iż-żmien, b'aspetti differenti, il- marittimu dejjem kellu importanza monumentali f'pajjiżna.", "Qabel, l-aspett marittimu kien minħabba l-kummerċ, minħabba l-gwerer, imbagħad bdejna nibnu l-vapuri, kellna t-tarznari tagħna, id-drydocks tagħna, konna nibnu l- vapuri u nsewwuhom u dan kien l-aspett marittimu ta' Malta.", "Naturalment maż-żminijiet l-ekonomija ta' Malta dejjem kibret aktar għal dak li jikkonċerna servizzi u konna intelliġenti biżżejjed li għarafna nisfruttaw aspett differenti tal-marittimu.", "Dan kollu beda jiżviluppa fl-aħħar tas- sittinijiet, ħa spinta aktar 'il quddiem fis-snin 70, baqa' jieħu spinta ħafna akbar fis-snin 80 u sal-lum dejjem baqa' jikber u jikber.", "Meta ndunajna li l-ekonomija jew tip ta' xogħol ta' industrija ta' bini u servizzi ta' vapuri beda jonqos il-marittimu reġa' beda jilgħab logħba importanti fl-ekonomija ta' pajjiżna għaliex issa bdejna nagħtu servizzi.", "Pajjiżna kien kapaċi u għaqli biżżejjed li għaraf jisfrutta din l- ekonomija u aspett ġdid tal-marittimu u bdejna sejrin tajjeb ħafna grazzi mhux biss lill-gvernijiet li aħna għaddejna minnhom imma wkoll lis-sengha ta' professjonisti f'pajjiżna li kellhom kapaċita` jattiraw ċertu xogħol, fosthom u fuq quddiem nett anke` l-professjoni legali li jiena nifforma parti minnha.", "Din hija professjoni ta' min isellmilha għax ħafna drabi din tkun under fire.", "Huwa veru li hemm ħafna nies oħra li jaħdmu f'dan il- qasam pero` ta' min igħid li n-nies legali dejjem kienu fuq quddiem nett u rnexxielhom jattiraw u jkomplu jiżviluppaw u jisfruttaw din it-tip ta' ekonomija.", "Apparti li jħaddmu nies professjonisti oħra bħal accountants dawn jiġġeneraw ukoll profitti indiretti.", "Hemm il-profitti diretti li tagħmel il-Malta maritime authority u li jeħodhom il-gvern u imbagħad hemm il-profitti indiretti li jaqilgħu l-avukati stess, li jaqilgħu n-nies li jirreġistraw il-vapuri, il-ħaddiema impjegati magħhom u nies oħra involuti f'dan il-qasam.", "Ċertament li din hija liġi ħoxna ħafna, kważi kodiċi għaliha b'aktar minn mitt artikolu.", "Hija liġi teknika ħafna u hija liġi studjata u tajba.", "Ghalkemm għandha l-aspetti negattivi fiha, l-oppożizzjoni se tivvota favur tagħha, pero` qabel ma nidħol u nikkummenta fuqha huwa importanti li wieħed jistaqsi għalfejn qed nagħmlu dan l-għaġeb kollu fuq dan l-aspett.", "Il-merchant shipping directorate huwa wieħed mill-erba' direttorati fi ħdan il-Malta maritime authority u kważi kważi huwa forsi l- aktar direttorat importanti mil-lat ekonomiku.", "Meta ddibattejna l-estimi ta' din l-awtorita` waqt l-aħħar budget osservajna li l-merchant shipping directorate kien l-akbar kontributur għas-surplus tal-Malta maritime authority.", "Rajna per eżempju li din is-sena kellna żieda ta' 4% fil-qliegħ, jew Lm88,000 aktar mis-sena l-oħra.", "Din m'hijiex żieda daqskemm wieħed forsi wieħed kien qiegħed jipprevedi għax iż-żidiet fit-tliet direttorati l- oħra kienu aktar minn 4%.", "Huwa veru li s-surplus xorta huwa ferm akbar mill- oħrajn pero` r-rata ta' żieda kien inqas mit-tliet direttorati l-oħra.", "Ta' min jinnota wkoll li l-kalkolazzjoni taż-żieda fl-ammont ta' introjtu mir- reġistrazzjoni ma jsirx skond kemm tirreġistra vapuri tirreġistra imma jsir bit-tunnellaġġ.", "Din iż-żieda kienet ta' 8%.", "U mir-reġistrazzjoni biss din is-sena daħħalna qliegħ ta' kważi Lm3 miljuni.", "Issa apparti dawn it-Lm3 miljuni kellna wkoll il-qligħ indirett ta' mijiet ta' nies li jiddependu għall-għajxien tagħhom fuq din l-industrija.", "Kif għedt, hemm ħafna nies mill-professjoni legali, hemm ħafna nies li huma accountants, hemm ħafna aġenziji tal-vapuri stess li parti mis-sideline fix- xogħol tagħhom huwa r-reġistrazzjoni ta' vapuri u hemm nies oħrajn li m'humiex professjonisti imma li jimpjegaw ħafna nies.", "Mela għandek ukoll mijiet ta' nies oħra li l-għejxien tagħhom jiddependi fuq ir-reġistrazzjoni tal-vapuri.", "Mela l-pajjiż qed jagħmel a nice neat net profit u għandek mijiet ta' nies li qed jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn din l-industrija.", "Jiġifieri hija industrija li mhux ta' min jarmiha, mhux ta' min jittraskuraha u mhux ta' min jagħtiha bis-sieq.", "Fil-fatt in-numru ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera fl-1999 kien ta' 3,249 vapur u llum dan in-numru żdied b'202 vapur, jiġifieri b'7%.", "Mill-banda l-oħra t-tunnellaġġ żdied b'10% b'tali mod li llum għandek figura ta' kważi 28 miljun f'tunnellaġġ li huwa ammont sostanzjali.", "Fil- fatt m'ilux wisq tħabbar fil-gazzetti li Malta laħqet ir-raba' post u qiegħda fl-aħjar postijiet li llum jattiraw dan it-tip ta' kummerċ u negozju.", "Dawn huma Malta, il-Greċja, Ċipru, il-Panama u l-Liberja.", "Jiġifieri Malta qiegħda r-raba' pajjiż fid-dinja kollha f'dan il-qasam avolja aħna pajjiż daqshekk żgħir.", "Naturalment dan iġib l-għira min-nies li huma kompetituri tagħna, fosthom nies li jifformaw parti mill-istess Unjoni Ewropea.", "Naturalment dawn ma jeħdux pjaċir li aħna mmorru wisq tajjeb għaliex is-suq huwa wieħed u huma stess għandhom interess li jikkapparraw perċentaġġ ogħla minnu.", "Minħabba f'hekk wieħed irid joqgħod attent meta jikkummentaw fuqna ta' l-Unjoni Ewropea fl-acquis communautaire.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li Malta qed turi ruħha aktar serja u qed taderixxi b'mod aktar sinifikanti għall-konvenzjonijiet Ewropej.", "Din hija ħaġa tajba u tagħti kredibbilita` lil pajjiżna.", "Huwa veru li in the long term forsi nitilfu ftit vapuri raċanċ imma b'dan il-mod għandna nattiraw ditti u vapuri aktar serji.", "Jiena mhux qed ngħid li għandek tieħu l- kritika ta' l-Unjoni Ewropea with a pinch of salt, pero` mbagħad mill-banda l-oħra m'għandekx tagħtiha dik l-importanza li inti allura tbaxxi rasek għal kollox għaliex jista' jkun li min jifforma parti minn dik l-unjoni hu stess ikun kompetitur tagħna u allura jkollu interess li aħna nagħmlu l- liġi tagħna aktar restrittiva u li nitilfu x-xogħol.", "Meta janalizza l- kritika li tkun qed issir fil-konfront tiegħu, wieħed irid ikun aware biżżejjed li jżomm bilanċ ħalli jkun jaf kif għandu jimxi.", "Dwar ir-reġistrazzjoni tal-vapuri, l-Unjoni Ewropea tgħid li Malta qed tapplika r-regolamenti b'mod laxk iżżejjed.", "Fl-opinjoni tiegħi aħna qed nagħmlu upgrading pero` l-liġijiet kif kienu qabel kienu tajbin ukoll.", "Għalkemm din il-liġi hija voluminuża ħafna u biddilna aspetti minnha, bażikament il-liġi baqgħet dik li hi.", "Huma kienu qed jgħidulna li r- regolamenti tagħna kienu laxki ħafna u dan kien qed iwassal sabiex bastimenti reġistrati hawn Malta kien qed ikollhom livell substandard fejn tidħol sigurta`.", "Din il-liġi in all fairness indirizzat mhux ħażin din il- problema tas-sigurta` u jekk ikolli okkażjoni nikkumenta xi ftit fuqha wkoll, fuq l-istess bastimenti kif ukoll fejn jidħlu miżuri kontra t- tniġġiż tal-baħar li issa aħna qed nirratifikaw b'ċerti konvenzjonijiet fl- aħħar parti tal-liġi.", "Qed nagħmlu ħaġa tajba fis-sens li qed nagħtu poter lill-gvern li jkun jista' jirratifika ċerti konvenzjonijiet li jolqtu l- kwestjoni ta' tniġġiż.", "Nixtieq issa nikkwota mir-rapport ta' l-avis tal-Kummissjoni Ewropea.", "Dwar dan il-qasam dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"Maritime transport is a key issue for Malta and full implementation of the acquis is still some distance away.", "Conditions for setting up shipping companies in Malta and obtaining the Maltese flag are less stringent than those generally applied by member states.", "As far as implementation is concerned, Malta still does not apply certain key safety and pollution standards and progress is urgently needed.", "The port safety performance of vessels on the Maltese register is a matter of concern.", "The improvement of the flag state administration remains a priority.", "A sound strategy needs to be put in place in order to remove substandard shipping from the register.\".", "Inoltre, l-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li hi m'hija se tagħmel l-ebda derogi u kull pajjiż li jissieħeb irid jassorbi dawn ir-regolamenti f'qasir żmien.", "Issa x'inhu l-punt li qed ngħid dan kollu?", "Dik hija l-kritika ġenerali li toħroġ mill-avis pero` in all fairness m'hijiex kritika gusta.", "Hemm parti fl-istess avis fejn jammettu li hemm member states li għandhom għal qalbhom din l-industrija.", "Huwa għalhekk li wieħed irid joqgħod kawt fil-kritika li ssir dwar in-numru ta' inċidenti.", "Wara kollox in-numru ta' vapuri detenuti barra minn Malta kien qed jonqos u mhux jiżdied.", "Mela matul iż-żmien kien qed ikollna inqas inċidenti u konna qed insiru aktar restrinġenti b'mod naturali għaliex kien fl-interess tagħna li ngħollu l- credentials tagħna biex nattiraw vapuri u owners ta' vapuri aktar serji, u mbagħad f'daqqa waħda tiġi din it-tip ta' kritika mixħuta bl-addoċċ, li aħna morna l-baħar u li mhux qed immexxu tajjeb.", "In all fairness irrid ngħid ukoll li din il-liġi ma saritx minħabba li f'daqqa waħda kellna dan l-inċident ta' l-Erika u minħabba li fil-Kunsill ta' l-Ewropa ssemmew ukoll żewġ inċidenti oħra.", "Lanqas saret biex nidhru sbieħ ma' l-Ewropa jew biex nakkomodaw lill-avis.", "Biex inkunu fair din il- liġi kienet ilha in the offing.", "Naf jien stess li għal dawk li huma aspetti legali bħall-judicial sales ta' vapuri, mortgages, drittijiet ta' proprjetarji fuq vapuri, eċċ., kien hemm kumitat ad hoc magħmul minn fost oħrajn Max Ganado.", "Dan il-kumitat kien iffurmat xi snin ilu u kellu rapport lest dwar problemi li kienu jqumu.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li fl-antik kellna f'Malta l-admiralty court li kienet qorti famuża fl-aħħar tas-seklu l-ieħor, fejn kienet żviluppat ċerta ġurisprudenza.", "Matul iż-żminijiet din it-tip ta' admiralty court kienet spiċċat minn Malta u żviluppat is-sistema kif nafuha llum.", "L-admiralty court spiċċat parti mill-qorti tal-kummerċ.", "Din l-admiralty court kienet qorti speċjalizzata immens.", "Kienet tittratta biss fuq il-vapuri, kellek l- imħallfin ta' dik il-qorti u nies li jaħdmu fuq dan ix-xogħol biss b'mod speċjalizzat ghall-aħħar.", "Dak iż-żmien kellek attivita` enormi.", "Malta kienet ġeografikament kważi aktar importanti mil-lum u allura kellek din il- qorti speċjalizzata li tikkrea l-preċedenti hi u li kienet taf kif kellhom jimxu l-affariijiet.", "Naturalment meta mbagħad din l-admiralty court ġiet assorbita fil-ġurisdizzjoni ġenerali tal-qorti tal-kummerċ, allura l-qorti tal-kummerċ ma baqgħetx aktar il-qorti speċjalizzata f'dak il-kamp.", "Il- ġurisdizzjoni tagħha twessgħet immensament, u allura kellek ġudikant li jrid jiddeċiedi fuq dak kollu taħt il-kappa tax-xemx li kellu natura kummeċjali.", "Minħabba f'hekk il-ġurisprudenza tagħna forsi ma żviluppatx b'dak il-pass mgħaġġel kif kien imissha.", "Kienu qed jikkreaw ruħhom ċerti problemi u l-gvern kien għamel sew li ħatar kumitat kompost minn avukati li l-aktar jaħdmu f'dan il-qasam.", "Dawn kienu taw il-kontribut u l-pariri tagħhom ta' x'għandu jsir mill-aspett ġudizzjarju u dak legali għal dan it-tip ta' kawżi.", "Jiena rajt dak li kien prospettat f'dawn il-pariri u ħafna minn dawk l-ideat ġew assorbiti f'din il-liġi.", "Din hija ħaġa tajba ħafna għaliex issa l-proċedura ġudizzjarja tagħna ġiet upgraded.", "Il-liġi tagħna kienet qed tibki għal pass ieħor fl- iżvilupp naturali tagħha.", "Kien hemm dan ir-rapport u mbagħad kien hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-Erika.", "Nimmaġina li l-Onor.", "Ċensu Galea ħa nota tal-kummenti ġenerali li kienu qegħdin isiru.", "Ix-xewqa tal-gvern sa ċertu punt hija rispekkjata fil-liġi kemm mil-lat ta' sigurta`, kemm mil-lat ta' pollution, kemm mil-lat ta' drittijiet tal-ħaddiema fuq il-vapur kif ukoll mil-lat ta' l-aspetti li issa mhux aktar legali u per se jinteressaw biss lill-avukati, imma li jinteressaw politikament lill-pajjiż.", "Fuq kollox vapur bil-bandiera Maltija huwa estensjoni ta' pajjiżna.", "Dawn l-ideat ġew espressi b'mod aktar akkanit wara l-inċident ta' l-Erika, u x'uħud minnhom nista' ngħid b'ċertu kawtela ġew ukoll assorbiti f'din il-liġi.", "Li hemm stramb hu li kumbinazzjoni din il-liġi qed tiġi proposta fil- parlament eżatt wara li nqalgħu dawn l-inċidenti.", "Forsi l-gvern kien fortunat għax f'dan il-kas qed jolqot żewġ għasafar b'ġebla waħda.", "L- ewwelnett din kienet liġi li riedet issir għax forsi l-gvern permezz ta' din il-liġi issa qed isodd ħalq ċerta kritika.", "Ma naħsibx li se jsolvi l- kritika kollha b'dan l-abbozz għax f'ċerti areas sar aktar faċli li tirreġistra vapur.", "F'ċerti areas qed isir aktar faċli li tirreġistra, jiġifieri l-ħsieb ta' min għamel din il-liġi jidher ċar li kien li nkomplu nsaħħu u nkabbru l-industrija tagħna imma mbagħad mill-banda l-oħra biex qisu jagħlaq ħalq dak li jkun il-gvern żied ċerti saving clauses fejn il- gvern, tramite l-ministru, qed jingħata ċerti poteri.", "Per eżempju għalkemm on paper vapur jista' jiġi rreġistrat, fil-prattika l-ministru se jkollu l- poter dirett li jaqbad u jagħmel regolamenti u anke jekk vapur ikun jikkwalifika l-ministru jista' jinnega r-reġistrazzjoni u jgħid li din m'hijiex fl-interess ta' pajjiżna li ssir.", "Mr. Speaker, aktar milli forsi tkun waħda diretta għal-liġi per se, naħseb li l-kritika tagħna għandha tkun aktar miftuħa fis-sens li ngħidu li issa illi se jkollu aktar poter il- gvern għandu jkun kawt u ma jbaxxix rasu għal xi pressjoni mill-Unjoni Ewropea jew pajjiżi oħra li kif spjegajt qabel jista' jkollhom interessi diretti jew indiretti f'dan il-qasam.", "Dan huwa l-kumment tiegħi f'dan is- sens.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar il-kritika tagħna li l-gvern irid European Union membership at all costs.", "Naħseb li din hija kritika ġustifikata.", "Aħna ma naqblux li nsiru membri ta' l-Unjoni pero' mill-banda l-oħra qed ngħidu li jekk il-gvern idaħħalna f'din l-unjoni almenu jġibilna pakkett tajjeb.", "Il-gvern għandu jinnegozja b'daqsxejn aktar saħħa u mhux ġirja sfrenata l-aqwa li jiddaħħal membru akkost ta' kollox.", "Jiena naħseb li waħda mill-areas li forsi l-gvern jista' jisfrutta aħjar meta jitratta ma' l-unjoni hija l-area tal-marittimu.", "Huma għandhom x'jagħtuna pero' jekk huwa veru li se jkun hemm ship registry ċentrali fi ħdan l- Unjoni l-gvern jista' juża r-registry tagħna bħala bargaining chip.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li l-pressjoni fuq Malta minħabba dak li ġara ma ġietx biss minn Franza, li forsi hija l-parti interessata u allura wieħed jifhimha li hija timmira l-kritika tagħha għax għandha interess soġġettiv.", "Qisu hemm ukoll lobbying ġej minn Franza u din il-pressure issarfet ukoll fi pressure li toħroġ mill-istess Unjoni Ewropea.", "Wara li żewġ bastimenti oħra reġistrati f'Malta reġa' kellhom inċidenti oħrajn, saret mozzjoni fl-assemblea parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar is- sigurezza fit-trasport marittimu.", "F'din il-mozzjoni saret referenza speċifika wkoll għall-bastiment \"Erika\" u għal Malta, fejn ġie rakkmandat li jittieħdu passi biex jiġu evitati inċidenti ta' din ix-xorta u sabiex jittieħdu miżuri mir-reġistri marittimi ħalli jitjiebu l-istandards għas- sigurezza fin-navigazzjoni.", "Issa m'hemmx dubju li dawn it-tip ta' mozzjonijiet ikunu mħejjija minn politiċi li, bir-rispett kollu, ma naħsibx li jkollhom idea ta' l-aspetti tekniċi u l-mod serju kif titmexxa din l- area ta' industrija f'Malta.", "Sempliċement issir pressjoni għax sar l- inċident.", "Allura kollox jindika li Malta trid iżżomm ċertu bilanċ, u dan qed ngħidu għax jista' jkun hemm interessi ta' terzi f'din il-biċċa kwestjoni.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nirriferi ftit għal-liġi proprja.", "Din hija liġi teknika u voluminuża ħafna.", "Hija liġi li naturalment tkopri l-aspetti kollha tal-kamp marittimu f'pajjiżna, mhux biss il-liġi li kien hemm qabel imma anke` issa aspetti ta' konvenzjonijiet Ewropej.", "Ta' min allura jikkummenta fuq xi aspetti minnha li forsi laqtuni xi ftit aktar minn artikoli oħra mingħajr ma nkun tekniku żżejjed.", "Tolqotni ħafna klawsola 4 li temenda Artikolu 3 ta' l-Att prinċipali.", "Hawnhekk naraw li f'ċertu aspetti l-liġi hija intiża wkoll biex tattira aktar kummerċ u tkabbar is- sigurezza.", "Per eżempju, qabel kienet li vapuri li kienu ta' anqas minn 24 metru, jew yachts li l-liġi ssejħilhom vapuri, ma kellhomx għalfejn jiġu reġistrati hawn.", "Issa bl-emenda li qed insemmu naraw li vapuri ta' sitt metri, jiġifieri 18-il pied jew aktar, jiġifieri qed nitkellmu sa 24 metru, jekk dawn ma jintużawx biss għan-navigazzjoni madwar Malta - hawnhekk qed nitkellmu fuq cabin cruisers, speedboats jew powerboats, jiġifieri li tmur sa Għawdex jew Kemmuna bihom - u tkun per eżempju se ssiefer bihom, dawn ukoll iridu jiġu reġistrati.", "Naturalment ma naħsibx li l-iskop ta' din il- klawsola huwa biex ikollok aktar sigurezza, imma biex inti tkabbar ir- reġistru tiegħek, li hija ħaġa tajba wkoll.", "Subartiklu (6) wkoll qed jiġi sostitwit.", "Qabel il-ħteġijiet ta' spezzjoni u sigurta` ta' bastiment kienu jiġu sospiżi sakemm jitlesta x- xogħol ta' kostruzzjoni.", "Illum għandna klawsola ġdida fejn ir-reġistratur ġenerali, anke` f'dak l-istadju fejn il-bastiment ikun għadu qiegħed taħt kostruzzjoni, jista' jimponi ċerti kondizzjonijiet.", "Din hija ħaġa tajba wkoll.", "Ħaġa tajba wkoll hija subklawsola (7) fejn hemm ir-restrizzjonijiet għal dak li jikkonċerna sigurta'.", "Forsi hawnhekk qed nagħmluha xi ftit aktar diffiċli.", "Per eżempju illum naraw li vapur li jkun mibni aktar minn 25 sena ilu ma jistax jaqbad u jiġi reġistrat mingħajr il-kunsens tar- reġistratur ġenerali.", "Ir-reġistratur ġenerali b'din il-liġi qed jingħata funzjoni aktar importanti li jiġġudika l-affarijiet u mhux biss jimplimentahom.", "Din hija ħaġa tajba wkoll.", "Ħafna mill-kritika li ssirilna internazzjonalment hi li nirreġistraw ir-raċanċ, u din hija saving clause li pero' m'hijiex se teffetwa lil dawk il-vapuri li għandhom aktar minn 25 sena li huma diġa` reġistrati.", "Vapuri oħra li għandhom aktar minn 25 sena ma jistgħux jiġu reġistrati ħlief bid-diskrezzjoni tar-reġistratur ġenerali.", "Dan ifisser li din il-liġi qisha qed tagħti image li qed inkunu aktar diffiċli biex nirreġistraw vapuri imma mbagħad fl-istess nifs il- Ministru qed jerġa' jingħata d-diskrezzjoni li nonostante r-rifjut, jista' juża d-diskrezzjoni tiegħu u jaqbad xorta waħda u jordna li dan il-vapur jiġi reġistrat.", "Dan ifisser li if the registration is good for the business xorta m'aħniex se nitilfuh.", "Dawn il-klawsoli se nitkellem ftit fuqhom għax għalkemm huma xi ftit tekniċi huma klawsoli ta' min jenfasizza fuqhom fl-ambitu ta' dak li qed jingħad fiċ-ċirkostanzi kollha tal-mument meta qed tiġi ppreżentata din il- liġi.", "Klawsola 4 ssemmi ċerti elementi, li jekk bastiment ma jkollux ma jkunx jista' jikkwalifika biex jiġi reġistrat hawn Malta.", "Fil-prattika din hija klawsola akkademika.", "Naturalment din il-liġi fiha wkoll element ta' contradiction.", "Irridu nagħtu l-poteri lill-gvern li jirratifika l- konvenzjonijiet u irridu nagħtu l-image li qed inbiddlu d-dinja meta fil- verita' qed inkunu kawti ħafna.", "Huwa proprju għalhekk li aħna se nivvotaw favur din il-liġi.", "Jekk hija tajba u għall-ġid ta' pajjiżna u biha se nipproteġu s-suq, aħna nivvotaw favur.", "Irrid ngħid li l-kritika minn din in-naħa m'hijiex se ssir rigward għal kif qegħdin ċerti klawsoli għax nemmen li huma tajba, imma għall- eventwalita` kif se jiġu mħaddma.", "Jiena mhux qed nindirizza din il-kritika personali lejn il-Ministru Ċensu Galea.", "Ninsab persważ li għandu għal qalbu din l-industrija u għandu għal qalbu wkoll li mmorru 'l quddiem f'din l-industrija pero' il-kritika hija indirizzata fis-sens li jkun ħażin jekk dawn il-klawsoli huma biss intiżi bħala window jew bħala saving clauses biex jekk niġu in conflict ma' xi direttivi mill-Unjoni Ewropea jew naqilgħu xi kritika jew xi mozzjoni minn hemmhekk, allura aħna ngħidu li għandna dawn l-enabling clauses li permezz tagħhom nistgħu naqbdu u nwessgħu jew nirrestrinġu.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed naderixxu jew qed inċedu għall-pressjoni internazzjonali.", "Dik hija l-kritika ta' l- oppożizzjoni.", "Aħna dejjem ngħidu li l-politika tagħna m'għandhiex tkun kritika dominata mid-detti ta' ħaddieħor.", "M'għandhiex tkun tailorcut to suit l-interessi ta' pajjiżi oħra, imma għandha tkun tailor-cut biex tippromwovi l-interessi lokali ta' pajjiżna.", "Dik hija l-kritika tagħna u nieqfu hemm.", "Irrid ngħid ukoll li taħt klawsola 4(1)(c) il-ministru se jkollu l- poteri jagħmel ċerti affarijiet.", "Per eżempju se jkollu l-poteri jippreskrivi limiti ta' proprjeta` ta' bastiment jew klassi ta' bastimenti eliġibbli għal reġistrazzjoni taħt dan l-Att.", "Għaliex din il-kwestjoni ta' klassi ta' bastimenti m'għandniex ngħidu x'inhi?", "Per eżempju dawn jistgħu jkunu bastimenti tal-gwerra, bastimenti magħmulin f'ċerti pajjiżi, jew bastimenti mibnijin b'ċertu mod jew b'ċerta sengħa.", "Għaliex m'għandniex ngħidu x'inhi din il-klassi ta' bastimenti?", "Mhux qed nagħmlu hekk biex jekk ikun hemm pressjoni politika dwar dawk xi tipi ta' bastimenti l-gvern ikun jista' jagħmel regolamenti accordingly?", "Hawnhekk il-gvern qed jerġa' jikkapparra għalih dan il-poter ġdid li ma nafux x'inhu u allura wieħed ma jistax jgħid li se nivvutaw kontra.", "Li rrid ngħid dwar dan il-poter hu li aħna nkunu kontrih jekk dan jintuża biex jiġu akkomodati interessi ta' terzi u mhux bies nissalvagwardjaw l-industrija tagħna.", "Mr. Speaker, il-gvern se jkollu wkoll il-poter li jippreskrivi kondizzjonijiet oħra li jmorru flimkien mal-ħtiġijiet ta' proprjeta` għal bastiment eliġibbli għal reġistrazzjoni taħt dan l-Att.", "Mela għalkemm il- liġi baqgħet kif inhi u kkwalifikajniha xi ftit, qed ngħidu li dik qiegħda hemm imma l-gvern jista' minn għada jbiddel, iżid, inaqqas jew jippreskrivi hu anke` f'area oħra għal dawk li huma ħtiġijiet ta' proprjeta`.", "L-istess tip ta' kritika li għamilt qabel tgħodd għal dan ukoll pero` issa qed nagħtu aktar poter lill-ministru.", "Mr. Speaker, ta' min igħid ukoll li fi klawsola 4(3) qegħdin innaqqsu l- kontroll tal-ministru.", "Jiena għalhekk aktar kmieni għedt li din hija liġi ta' kuntrasti.", "Hija liġi intiża biex tiffaċilita' l-burokrazija u l- amministrazzjoni tal-Malta maritime authority, pero` mbagħad mill-banda l- oħra qed nibżgħu li forsi nagħmluha ċara żżejjed għaliex hemm il-kritika kontra tagħna li toħroġ saħansitra minn mozzjonijiet tal-forum tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Hawnhekk qed inżommu t-tieqa miftuħa biex ma niġux kkritikati u qed nakkomodaw ukoll lill-avis.", "Qabel il-pożizzjoni kienet li għaqda ta' persuni ma kenitx titqies li tissodisfa lill-ministru affinche` ma ssirx dikjarazzjoni apposita.", "Mela qabel trid id-dikjarazzjoni, imma llum the other way round.", "Id-dikjarrazzjoni se tkun preżunta a meno che ma ssirx dikjarazzjoni kuntrarja.", "Pero` mbagħad nerġgħu nagħtu aktar poteri lill-gvern li qabel jagħmel dikjarazzjoni simili jista' jkun irid ċerti garanziji.", "Din hija ħaġa tajba imma jkun tajjeb ukoll jekk inkunu nafu għalxiex hija mmirata din id-diskrezzjoni.", "Klawsola oħra li laqtitni u forsi hija importanti hija klawsola 8 li temenda l-artikolu 12 ta' l-Att prinċipali.", "Issa ma' l-applikazzjoni wieħed irid iwaħħal ukoll id-dokumentazzjoni u jaderixxi mal-provvedimenti tal-liġi.", "Qabel wieħed seta' jirreġistra l-vapur provviżorjament pero' r- reġistratur illum se jingħata ċerti poteri li jagħmel dawk il- kondizzjonijiet li jidhirlu hu biex jirreġistrah temporanjament.", "Hawn qed nirfinaw ftit il-liġi.", "Bażikament qed tibqa' kif inhi ħlief li qed niftħu t-twieqi biex nagħtu ċerti poteri eżekuttivi lill-gvern.", "Ta' min igħid li fost dawk il-kondizzjonijiet li r-reġistratur jista' jirrikjedi huma li l- vapur jiġi spezzjonat mill-ġdid minn spettur idoneu jew surveyor tal- vapuri.", "Klawsola 9 temenda artikolu 13 ta' l-Att prinċipali.", "Fejn vapur seta' jiġi reġistrat provviżorjament għal sitt xhur issa se tiġi għal xahrejn.", "Qabel kien ikollok bżonn iċ-ċertifikat tal-bennej, l-att tal-bejgħ fejn ikun ġie trasferit il-bastiment, u ċertifikat barrani tar-reġistrazzjoni tal- bastiment li jkun ġie legalment ikkanċellat.", "Hawnhekk issa qed nerġgħu nagħmluha aktar faċli.", "Akkademikament u formalment irridu nagħtu sembjanza li qed inkunu prudenti u serji ħafna imbagħad fejn nidħlu fil-prattika, allura nemendaw ftit biex ma nitilfux ix-xogħol.", "Per eżempju trid dawn iċ- ċertifikati kollha li jien semmejt biex tkun tista' tirreġistra vapur.", "Qabel il-ministru pero` kellu poteri - li f'dawk iċ-ċirkostanzi kienu xierqa - li jordna li biex jiġi reġistrat xi vapur ma kienx hemm bżonn ta' dawn iċ-ċertifikati u dokumentazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Dan bħal meta per eżempju jkun hemm xi ordni tal-qorti wara bejgħ bis-subbasta.", "Niftakru kemm kienu jsiru subbasti jew judicial sales li jiġġeneraw ammont sostanzjali ta' flus.", "Issa qishom qatgħu u ftit nisimgħu bihom.", "Forsi għalhekk ġew suġġeriti dawk l-emendi mill-kulleġġ ta' avukati.", "Jiena nemmen li b'dan il-mod se jkollna aktar judicial sales għax dawn is- subbasti jsiru b'arranġament.", "Ġieli jkun hemm kważi ftehim mal- proprjetarji stess li jsir il-judicial sale.", "U dawn l-emendi qed isiru biex inkomplu nattiraw dak it-tip ta' kummerċ legali li nista' nassigura lis- sedja li jrendi ħafna u ħafna flus speċjalment lil dawk li jkunu konċernati direttament ma' dak il-proċess ġudizzjarju.", "Mill-banda l-oħra b'dawn l- affarijiet ikollok it-taħwid bħal sidien m'għandhomx interess aktar għaliex fallew il-vapur għalhekk inbiegħ u allura kienet ħaġa tajba li l-ministru kellu l-poter li jaqbad u jissospendi dawn l-affarijiet.", "Illum il-kritika li qed issirilna, speċjalment mill-Franċiżi, hi li fl- ownership certificates jitbiddlu l-ismijiet ta' l-owners il-ħin kollu.", "Din il-kritika ma saritx biss fir-rigward ta' l-Erika.", "Fil-fatt kien hemm 'il fuq minn ħamsin proċess ġudizzjarji fi Franza, konċernanti vapuri reġistrati Malta.", "Qed issir ħafna kritika mhux biss minħabba fl-Erika imma għax ħafna nies qed jingidmu.", "Qed niġu kkritikati aħna għan-nuqqas ta' serjeta` mhux biss minħabba xi vapur, imma minħabba t-taħwid legali li jkun hawn hawnhekk.", "Din hija l-kritika li qed issirilna.", "U din hija l-kritika li tnaqqsilna mill-credentials u mis-serjeta` ta' pajjiżna!", "Jekk vapur irreġistrat Malta jaħbat xorta ssir il-kritika, pero' m'hemmx x'tagħmel.", "Li jkollok vapur li rreġistrajtu kif suppost u jkollu difett forsi fil- ħadid, ukoll m'hemmx x'tagħmel, avolja ssir il-kritika xorta.", "Pero` mbagħad ikollok orjentament legali fejn kumpanniji jiġu trasferiti, holding companies u l-isem jinbidel ħafna drabi.", "Dan ġieli jinbidel għaxar darbiet f'sena.", "Dawn ma jbiddluhx għax jogħġobhom xi isem ġdid.", "L-isem ma jinbidilx għax in-new owner irid isemmi l-vapur għall-mara.", "Dawn jinbidlu għax din hija parti mil-logħba legali maħsuba biex isir aktar diffiċli biex tittraċċa l-provenjenza ta' min hu dak il-vapur u ħafna kredituri jispiċċaw iċiċċu.", "Fejn qabel il-poter mogħti lill-ministru kien ġustifikat jekk ikollok judicial sale din id-diskrezzjoni issa se tagħtiha lill-ministru li meta jidhirlu jista' jaqbad u jgħid li dawn iċ-ċertifikati s-sid ipprova jġibhom imma ma setax.", "Hawnhekk il-ministru qed jingħata poter aktar wiesa' li xorta jista' jawtorizza li dak il-vapur jiġi reġistrat, u naħseb li din se ġġib kritika avversa fuqna.", "Qed nippruvaw nidhru sbieħ imma meta tagħti dan il-poter ġdid lill-ministru, naħseb li din tista' ġġib kritika ġustifikata daparti ta' min diġa` qed jikkritikana.", "Klawsola 11 li temenda l-artikolu 18 ta' l-Att prinċipali.", "Artiklu 18 kien jgħid li r-reġistratur kellu bżonn iżomm ċertifikat tas-surveyor, ċertifikat tal-bennej u kull att ta' bejgħ fir-reġistru tiegħu.", "Issa fil- klawsola 11(A) ġdida nsibu li r-reġistratur għandu dritt jirrikjedi partikolaritajiet ta' managing owner ta' vapur, u fejn m'hemmx managing owner jista' jirrikjedi partikolaritajiet ta' dik il-persuna li f'idejha jkun fdat il-vapur u dan jirrispondi daqslikieku kien il-managing owner.", "Din naturalment tikkrea aktar accountability għax ħafna drabi meta jibda t- trouble, min hu responsabbli, il-kaptan, jew il-master jgħosfor u tispiċċa bil-crew mhux imħallsin bilqegħda ġol-vapur iħarsu lejn ix-xemx.", "Min hu responsabbli kriminalment?", "Min se jirrispondi?", "L-idea hi li biex vapur ikun reġistrat Malta l-awtoritajiet marittimi Maltin il-ħin kollu jkunu jafu persuna partikolari li tirrispondi għal dak il-vapur.", "U din hija naturalment emenda lodevoli li jien naqbel magħha perfettament.", "Bi klawsola 12 li temenda l-artikolu 19 qed nerġgħu naspiraw għal dik il- fiduċja internazzjonali.", "Qabel il-pożizzjoni kienet li biex jingħata ċertifikat proviżorju operattiv, il-bastiment irid ikollu ċertifikati validi dwar sigurta` u l-linja tat-tgħabija, u dawk iċ-ċertifikati l-oħrajn li l-ministru seta' jippreskrivi.", "Illum naturalment dawn iċ-ċertifikati saru dawk", "\"...required by international conventions which have been ratified by the Government of Malta.\"", "Mela fil-liġi se nsibu dawk il-konvenzjonijiet li l-gvern se jirratifika, hemm oħrajn li diġa' rratifika u ċ-ċertifikati issa se jkunu dawk recognised internazzjonalment.", "Din hija klawsola importanti ħafna għax ladarba inti issa se jkollok ċertifikati skond dawn il-konvenzjonijiet, jekk għada pitgħada jinqala' l-gwaj ħadd ma jista' jgħid li aħna qed inkunu laxki u nittraskuraw jew nabbużaw biex inġibu r-raċanċ kollu u nżidu x- xogħol.", "Issa jekk jinqala' hekk nistgħu noħorġu dan it-tip ta' ċertifikat u bl-ebda mod ma jistgħu jgħidu li qegħdin nimxu mhux kif suppost.", "Klawsola 19 hija dik il-klawsola importanti ħafna li jiena semmejt fil- bidu b'mod ġenerali.", "Ma naħsibx li huwa l-mument li nidħol fiha fid- dettall.", "Spjegajt li parti min dan l-abbozz tittratta dwar l-aspetti ġudizzjarji u legali tal-liġi, immirat għall-kawżi li jsiru l-qorti, għall- mortgages, għax-xogħol legali ġenerali, ġudizzjarju u extra-ġudizzjarju li jsir.", "Dawn l-emendi jirrispekkjaw dak li kien ġie rakkmandat mill-aktar nies legali li jifhmu fil-materja għax jgħixuha kuljum.", "F'Malta għandna ħafna avukati u nies legali ta' fama anke` internazzjonali li jaħdmu fil- marittimu, nies b'esperjenza mhux biss lokali imma internazzjonali, u bi pjaċir ngħid li ħafna mill-emendi li hemm f'dawn il-klawsoli li jolqtu l- artikoli 37 u l-artikli sussegwenti huma emendi li joħorġu minn dan ir- rapport li sar.", "F'emendi oħrajn naraw il-poteri tal-qorti li tinibixxi sa sena, provviżorjament jew b'mod perpetwu.", "Il-proċedura hawnhekk qed issir aktar fina, aktar effikaċi, u tolqot l-aspetti kollha ta' tali ordni.", "Qed jiġu protetti d-drittijiet aktar aħjar ta' dawk li għandhom xi mortgage.", "Dan ifisser li min għandu xi kreditu reġistrat fuq dak il-vapur jirregola aħjar il-bejgħ bis-subbasta ta' dawn il-vapuri, b'mod ġenerali, l-aspetti kollha legali tal-bejgħ tal-vapuri, ta' kawżi fuq vapuri, tar- reġistrazzjoni tal-mortgages, tad-drittijiet tad-debituri, tal-kredituri.", "L- aspetti kollha huma kontemplati u dawn l-emendi huma tajbin.", "Irrid ngħid li meta ddiskutejt dan l-abbozz ma' nies li jaħdmu f'dan ix-xogħol ma tantx kien hemm kummenti kuntrarji.", "Dawk l-aspetti li jirriferixxu għall- proċedura legali u ġudizzjarja, huma emendi tajbin ħafna li kienu ilhom a long time in the making.", "Naqbel magħhom perfettament u m'hemmx x'nikkummenta ħlief dwar xi rqaqat żgħar meta nkunu fl-istadju tal-Kumitat.", "Mr. Speaker, fi klawsola 46 qed nitkellmu dwar l-ILO convention u fuq il- ħaddiema tal-crew.", "Qabel kellek provvedimenti biex jissalvagwardaw lill- ħaddiema imma issa għamilnihom aħjar.", "Hawnhekk ma rridux ninsew li ħafna mill-ħaddiema jkunu foreigners u jiġu minn kullimkien fid-dinja.", "Issa qiegħda li l-labour supply tagħhom mhux neċessarjament ikun ta' l-istess standard ta' pajjiżi bħal Malta, imma biex l-ewwelnett nissalvagwardaw l- interessi ta' dawn il-ħaddiema se jkollna reġistrazzjoni fir-reġistru ta' persuni taħt it-18-il sena.", "Din hija ħaġa tajba għax is-soltu dawk under 16 mhux se nħalluhom jaħdmu fuq il-vapuri.", "Hija ħaġa tajba wkoll li l- ministru u l-awtoritajiet se jkollhom ċerti poteri ta' superviżjoni biex ma jkunx hemm abbuż.", "Fi klawsoli oħrajn bħal klawsola 65 morna oltre mill-etajiet u qed nitkellmu wkoll dwar saħħet-il ħaddiema u l-baħħara.", "Hemm klawsoli ġodda fil-liġi li jassiguraw li jkun hemm provvista ta' l-ilma, medical store regulations u allowances għal provvisti ħżiena.", "Il-kollega tiegħi semma' wkoll klawsola 75 li timxi part and parcel ma' dawn l-emendi f'dan il- kuntest għaliex hawn aċċenn dirett għal konvenzjoni.", "Din hija ħaġa tajba ħafna għax hawn qed nitkellmu fuq dawn l-aspetti tal-baħħara u dawn it-tip ta' affarijiet li huma elementi pożittivi u intiżi biex nuru serjeta`.", "Dawn m'humiex xi elementi dettati minn xi rapport tal-Kummissjoni Ewropea.", "Lill- Unjoni Ewropea ma tinteressahiex dawn l-aspetti imma jinteressahom li aħna nagħmluha diffiċli ħafna biex nirreġistraw il-vapuri.", "Għandek ukoll li l- ministru jista' jagħmel regolamenti għal safe working conditions.", "Hawnhekk naqbel li l-ministru għandu jingħata dawn il-poteri għal dawk li huma structure features of a ship, special safety measures, fire-fighting, fire- prevention, dangerous cargo.", "Dawn huma diskrezzjoni ġdida mogħtija lill- Ministru li hija tajba.", "Irrid ngħid ukoll li l-pieni fl-artikolu 279 għamilnihom aktar ħorox, u dan ukoll huwa tajjeb għax qed nuru serjeta` u poteri biex niddetjenu vapuri Maltin taħt bandiera Maltija.", "Issa se jkollna l-jedd bil-liġi li nissospendu ċertifikati u nwaqqfu vapur milli jivvjaġġa f'liema ibħra jkun b'mod ġenerali.", "Nistgħu nżommu mhux biss vapuri li qed ibaħħru taħt il- bandiera Maltija imma anke` vapuri ta' bandiera barranija li jkunu hawn Malta purche' ma jkunux seaworthy.", "Dan huwa poter ġdid.", "Biex nikkonkludi rrid ngħid li on the whole din il-liġi hija waħda pożittiva u hija liġi li nemmen li in the long run se tkompli tippromwovi l- interessi ta' pajjiżna għal settur daqstant delikat b'ħafna competition internazzjonali.", "Jidher li dan is-settur sa ċertu punt se nipproteġuh.", "Mill-banda l-oħra pero` l-kritika tiegħi hi fis-sens li f'ċerti aspetti tal- liġi qed inħallu wisq diskrezzjoni f'idejn il-ministru konċernat, li jista' jidher li mhux qed jillimita pero` in the long run hu jista', naturalment biex jakkomoda ċertu interessi, jillimita dan il-kummerċ.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita` Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fil-ftit ħin li għandi xtaqt nitkellem dwar tliet suġġetti, dwar il-politika Ewropea tal-Partit Laburista, dwar dak li għedna fi stqarrija bħala Partit Laburista dwar il-working group tal- financial stability forum dwar is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna u xtaqt nagħmel xi rimarki wkoll dwar xi miżuri negattivi li jista' jkun hemm fil- lokalitajiet li jiena nikkontesta fihom b'riżultat ta' l-abbozz tan-north harbour local plan.", "Sur President, nibda billi nitkellem dwar il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u ngħid li fil-fehma tiegħi l-għażla tal-Partit Laburista dwar l- Unjoni mhux biss hija tajba minħabba l-merti intrinsiċi tagħha imma hija tajba wkoll għaliex tiftaħ orizzonti ġodda anke 'lil hinn mill-Unjoni nnifisha.", "L-għażla tal-Partit Laburista tagħti lil pajjiżna l-opportunita` li nidħlu fi ftehim dwar iz-zoni ta' kummerċ ħieles anke ma' blokki reġjonali oħrajn.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi l-blokk tan-NAFTA li fost oħrajn jinkludi fih lill-Istati Uniti u anke l-Kanada.", "Barra minn hekk ma jkollniex il-ħtieġa li nintrabtu f'għaqda doganali liema għaqda, fl- opinjoni tiegħi, iġġib biss piżijiet u torbotna mal-pajjiżi l-oħra ta' l- Unjoni dwar kif għandna nagħmlu l-kummerċ u b'liema tariffi għandna nidħlu fil-kummerċ u fin-negozju ma' pajjiżi terzi li m'humiex membri ta' l- Unjoni.", "Fl-istess kuntest jiena niskanta għaliex il-Partit Nazzjonalista għadu sal-lum jipprova jagħti l-impressjoni li ma jistax jifhem x'irridu ngħidu meta nitkellmu dwar il-mudell Svizzeru.", "Il-bieraħ jiena kelli l- opportunita` li niltaqa' ma' ġurnalist Svediż li fil-jumejn li għamel hawn Malta, mingħajr ma kien hemm bżonn imbottaturi min-naħa tagħna bħala Partit Laburista, minnufih fehem il-paralellismi li għandu f'moħħu l-Partit Laburista meta jitkellem dwar Svizzera fil-Mediterran.", "Dan induna li aħna mhux neċessarjament qegħdin nippruvaw nimitaw dak li qed tagħmel l- |svizzera imma sempliċiment irridu ftehim ma' l-Unjoni Ewropea li jagħatina ħafna iktar flessibilita` u spazju fejn nimmanuvraw aktar milli tagħtina l- istrait jacket ta' sħubija sħiħa.", "Sur President, peress li din il-ġimgħa kien hawn ħafna, fosthom l-Onor.", "Bonnici, li għamlu minn kollox biex iċekknu l-ftehim Svizzeru, huwa tajjeb li nagħmel ftit osservazzjonijiet fil-qosor dwar l-għażla li għamel il-poplu Svizzeru f'dawn l-aħħar jiem.", "L-ewwelnett kien hemm ministri Svizzeri stess li huma tal-fehma li b'dan il-ftehim ħadu l-biċċa l-kbira tal-benefiċċju ta' sħubija sħiħa mingħajr ma ssagrifikaw is-sovranita` ta' pajjiżhom.", "It-tieni nett, kuntrarju għal dak li qed jingħad mill-Partit Nazzjonalista, il-probabbilta` li l-Isvizzera tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea mhux biss baqgħet remota daqs qabel, talli saret iktar remota milli qatt kienet.", "Għalkemm il-Gvern Svizzeru, bħala gvern, huwa favur is-sħubija sħiħa fl-Unjoni, tajjeb wieħed jinnota li meta ġew għar-referundum il-gvern minflok ipprova jinfluwenza l-opinjoni pubblika żamm profil baxx fil-kampanja tar-referendum biex ma jurtax lill- maġġoranza taċ-ċittadini Svizzeri li kulħadd jaf li huma kontra l-idea tas- sħubija sħiħa fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Fattur determinanti għaliex l-Isvizzera llum ma jaqblilhiex ekonomikament li tintegra ruħha fl-Unjoni hija l-ekonomija tagħha.", "Jekk inħarsu lejn it- tliet indikaturi, fosthom ir-rati ta' l-imgħax li hemm fl-Isvizzera, ir- rati tat-taxxi u anke l-livell ta' l-għoli tal-ħajja naraw li dawn huma kollha taħt il-medja ta' l-Unjoni Ewropea u dan minkejja li ħafna nies iħarsu lejn l-Isvizzera bħala a high cost country.", "Interessanti huwa l- fatt li kien hemm żewġ banek Svizzeri li kkummentaw dwar l-eżitu ta' dan ir-referendum u t-tnejn li huma ħarsu minn perspettiva purament ekonomika.", "U naħseb li jkun tajjeb li llum nagħmel riferenza għal dak li qalu dawn iż- żewġ banek Svizzeri dwar l-approvazzjoni tal-ftehim bilaterali bejn l- Isvizzera u l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett l-istess bank li l-Gvern Malti ġab biex jinnegozja l-privatizzazzjoni tal-management tal-freeport, meta għamel analisi ta' dan ir-referendum ċekken il-possibbiltajiet li l- Isvizzera ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni għar-raġuni sempliċi li huma jaħsbu li l-poplu Svizzeru se jgawdi 75% tal-benefiċċji tas-sħubija sħiħa bi prezz ferm aktar baxx, jiġifieri mingħajr ma jħallas il-prezz li ġġib magħha sħubija sħiħa.", "It-tieni bank Svizzeru li kkummenta fuq dan ir-referendum kien il-bank prominenti Svizzeru, il-UBS, li saħansitra bassar li l-miżuri Svizzeri li ntlaħaq ftehim dwarhom ma' l-Unjoni Ewropea jistgħu jgħinu biex ir-rata tat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż tiġi aċċellerata b'medja ta' 0.5% jew 1%, jiġifieri se mai l-ekonomija Svizzera hija mbassra minn dawn il- banek Svizzeri li tmur aħjar milli kienet sejra f'dawn l-aħħar żmenijiet.", "Għal dawk li qed jgħidu li l-Isvizzeri kellhom jagħmlu ċerti konċessjonijiet, jiena nfakkar - u dan issollevatu anke \"The Economist\" - li tant kien hemm deals li huma ta' vantaġġ għall-Isvizzera li fejn l- Iżvizzera dehret li qed tagħmel ċerti konċessjonijiet ma kienet qed tagħmel konċessjonijiet xejn, għaliex filwaqt li ħadet ċerti benefiċċji b'seħħ immedjat mill-Unjoni Ewropea li jiġu fis-seħħ fl-2003, ċerti concessions li qed tagħmel l-Iżvizzera bħal fir-rigward tal-freedom of movement, hija xi ħaġa li tiġi fis-seħħ fl-2013, jiġifieri ħadu nifs ta' 13-il sena.", "U b'żieda ma' dan irrid ngħid ukoll li l-Isvizzera nnegozjat diversi klawsoli li jippermettulha tinħall minn partijiet tal-ftehim li jolqtu oqsma sensittivi bħalma huma ċ-ċaqliq ħieles tan-nies u anke t-trasport fl-art.", "Jiena rrid nagħmilha ċara li dan il-feeling ma jeżistix biss fl-Isvizzera u f'Malta, imma jeżisti anke f'uħud mill-pajjiżi applikanti għall-Unjoni Ewropea.", "U dan m'iniex qed ngħidu jiena stess imma qed tgħidu l- publication ewlenija Ewropea, il-\"European Voice\" li tant tinsab imħassba bil-feeling negattiv li hemm dwar sħubija sħiħa fost iċ-ċittadini ta' diversi pajjiżi applikanti li se tagħmel survey fix-xahar ta' Ġunju biex fost affarijiet oħra tara għaliex prospett ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea qed jitlef il-popolarita` tiegħu fost bosta pajjiżi applikanti għall-unjoni.", "Niġi issa għal dak li kkummentajt dwaru fi stqarrija xi jumejn ilu; l- eżitu ta' dak is-survey li sar mill-working group tal-financial stability forum fejn sab li hemm lok għal tħassib serju dwar il-kwalita` ta' superviżjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f'Malta.", "Jiena nifhem il- preokkupazzjoni tal-gvern u kieku konna fil-gvern aħna naħseb li konna nkunu daqstant ieħor preokkupati, pero` huwa tajjeb li nindirizzaw din il- problema u naraw x'rimedji jistgħu jittieħdu fiċ-ċirkostanzi.", "Pajjiżna ġie kklassifikat bħala an offshore financial centre meta l-gvern suppost qed jagħmel minn kollox biex jaqleb minn offshore għal onshore f'dawn l- attivitajiet finanzjari u minbarra hekk poġġewna fit-tieni kategorija fejn dawn qed jgħidu li għalkemm f'Malta jeżistu proċeduri dwar superviżjoni u kooperazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, xorta hemm ċertu lok għal ċertu titjib sostanzjali.", "Din hija rimarka li ovvjament tippreokkupa lil kulħadd u ttappan xi ftit l-image tagħna fil-qasam internazzjonali, b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Jidher li dan il-forum ma waqafx hemmhekk u sempliċement qal li dak huwa l-ġudizzju tagħhom imma saħansitra qalu li sal-Ħarifa tas-sena 2001 is-segretarjat tal-financial stability forum irid ilesti rapport qasir dwar xi progress ikun sar fid- diversi ġurisdizzjonijiet fosthom Malta, dwar l-implimentazzjoni tar- rakkmandazzjonijiet tagħhom.", "U aktar preokkupanti huwa l-fatt li dan il- grupp issa qed jibgħat verżjoni pubblikata tar-rapport tiegħu lil dawk il- gruppi varji internazzjonali li huma konċernati dwar l-attivitajiet ta' l- offshore financial centres u dan proprju fir-rigward ta' dawn in- nuqqasijiet li huma qed jelenkaw.", "Tajjeb wieħed jgħid li l-fatt li dawn poġġewna fit-tieni grupp ifisser li qegħdin iqisuna bħala grupp fejn iċ-ċentri finanzjarji qegħdin jaħdmu taħt dawk li huma standards internazzjonali.", "U qed jgħidu li lil dawn il- pajjiżi, fosthom Malta, se joffrulhom pakkett ta' inċentivi liema inċentivi huma bit-tir li Malta tkun tista' twassal biex ittejjeb il-pożizzjoni tagħha fil-prattiċi attwali ta' dawn iċ-ċentri finanzjarji.", "Il-grupp qed jirrikkmanda li l-fond monetarju internazzjonali għandu minn issa 'il quddiem jassumi r-responsabbilta` biex jiżviluppa, jorganizza u jniedi l- proċess ta' assessment ta' dawn iċ-ċentri finanzjarji offshore.", "U jiena sinċerament nawgura li din il-problema jirnexxilha tingħeleb min-naħa tal- gvern Malti għaliex aħna nemmnu fl-importanza tas-servizzi finanzjarji u nixtiequ narawhom ikomplu jissaħħu, hemm minn hemm fil-gvern.", "L-aħħar osservazzjoni li xtaqt nagħmel tikkonċerna n-north harbour local plan.", "Huwa veru li dawn il-pjanijiet huma biss abbozz u jistgħu jinbidlu - u jiena nħeġġeġ li jinbidlu - biss wieħed jista' jgħaddi ċertu ġudizzju preliminari fuq dak li ħejjiet l-awtorita` ta' l-ippjanar għaliex hemm ċerti affarijiet li jistgħu biss jagħtu feedback negattiv għaċ-ċittadini tal-lokalitajiet li se nsemmi.", "L-ewwelnett kulħadd jiftakar il- preokkupazzjoni li kien hemm f'San Ġwann meta l-fabbrika Foster Clark kienet ingħatat il-permess li ttella' il-bini tagħha b'diversi sulari u din kienet xi ħaġa li ħolqot ċerta kruha għall-ambjent u anke inkonvenjent għar- residenti ta' San Ġwann.", "Issa minn fuq qegħdin nisimgħu li hemm il- possibbilta` li jingħataw permessi lil fabbriki oħrajn ġewwa z-zona industrijali ta' San Ġwann biex dawn jgħollu l-bini tagħhom bl-istess mod.", "Nittama li l-planning authority terġa' tikkonsidra din id-deċiżjoni.", "Hemm anke l-idea li tiġi mċaqilqa l-polyclinic mill-Gżira - ħaġa li naħseb toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti tal-lokal - u hemm anke l- possibbilta` li jista' jiġi effettwat il-pitch tal-boċċi ta' l-Imsida li jkollu jiċċaqlaq minn fejn hu fil-preżent.", "Dwar dak li huwa parking jidher li jista' jkun hemm problemi kemm għar-residenti ta' Tas-Sliema kif ukoll għal dawk li joqogħdu fl-inħawi ta' Qui-si-Sana, fis-sens li dawn qed jgħidu li r-residential parking f'Tas-Sliema se jkun jista' jsir biss bil- lejl u fl-istess ħin qed jgħidu jew jimplikaw li mijiet ta' parking spaces se jitneħħew f'Tas-Sliema u fi Qui-si-Sana sabiex jiġu sostitwiti parking lots bi ħlas.", "L-aħħar osservazzjoni tiegħi hija osservazzjoni li llum qed jagħmlu mhux il-politiċi imma diversi nies li niltaqa' magħhom fid-distrett stess li qegħdin jistaqsu jekk dawn it-tibdiliet min-naħa ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar sarux fl-aħjar interess tar-residenti tal-lokalitajiet ikkonċernati u humiex qegħdin jippruvaw jakkomodaw lill-promoturi ta' Tigne` u Manoel Island project b'ċerti tibdiliet li qed jiġu proposti għax- xatt ta' Tas-Sliema u tal-Gżira.", "Jiena iktar milli ngħaddi ġudizzju fuq din l-osservazzjoni, nieqaf hemmhekk imma nittama li jkun hemm riflessjoni fuq dawn il-punti flimkien ma' punti oħrajn li żgur jistgħu jolqtu mill- viċin liċ-ċittadini ta' dawn il-lokalitajiet.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nibda dan l-intervent qasir tiegħi billi nagħmel rimarka dwar id-differenza li teżisti bejn gvern Laburista u gvern Nazzjonalista f'diversi oqsma.", "Fost oħrajn din id-differenza tidher fil-mod kif gvern Nazzjonalista jittratta maċ-ċittadini li joqogħdu n-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod partikolari fid-distrett elettorali li nikkontesta jien, jiġifieri t-tielet distrett.", "Hemmhekk kienu qegħdin isiru ċerti xogħlijiet li mal-bidla fil-gvern fl-1998 jew twaqqfu jew inkella bdew mexjin bil-mod wisq.", "Mr Speaker, gvern Laburista kien impenjat biex in-naħa t'isfel ta' Malta, li huwa mgħobbi b'ħafna servizzi li huma utili għall-pajjiż, jiġi msebbaħ u jingħata daqsxejn ta' nifs bi proġetti, liema proġetti kienu ġew mibdija fi żmien gvern Laburista stess.", "Wieħed minn dawn il-proġetti kien jinkludi l- għoti ta' wiċċ ġdid ta' aktar minn 20 triq f'Wied il-Għajn.", "Uħud minn dawn it-toroq kienu diġa` bdew isiru u oħrajn kienu anke tlestew, pero` l- maġġoranza tagħhom kellhom isiru imma x-xogħol twaqqaf minħabba l-istorja li ġrat ftit tax-xhur ilu.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn dan ix-xogħol huwa kompletament wieqaf u l-gvern qed ikompli jkaxkar saqajh fuq xogħlijiet oħra li kienu diġa` ġew ipproġettati.", "Hemm anke toroq fiż-Żejtun li ilhom għal numru kbir ta' snin - hemm minnhom li ilhom anke 15-il sena - biex isiru u minkejja li kemm il-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn kif ukoll il-kunsill lokali taż-Żejtun għamlu diversi talbiet biex jinbeda x-xogħol fuqhom - saħansitra saru wkoll interpellanzi mhux biss minni imma anke minn deputati oħra ta' din il-Kamra dwar dawn it-toroq - ir-risposti li jingħataw huma li xi darba dan ix- xogħol għad isir imma għalissa hemm prijoritajiet oħra.", "Nista' ngħid li l- proġetti li kienu qed isiru minn gvern Laburista għan-naħa t'isfel ta' Malta ntefgħu lura ħafna u dan b'inkonvenjent kemm għaċ-ċittadini li jgħixu hemmhekk kif ukoll għall-komunita` kummerċjali għaliex huwa fl-interess tagħhom ukoll li dawn il-proġetti jsiru sabiex ikunu jistgħu jiġu attirati aktar turisti barranin u Maltin.", "Proġett ieħor li kien inbeda u kien beda jissawwar sew minn gvern Laburista u li dwaru jidher li kien hemm qbil kien proprju l-pjan soċju- ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta li kien se jinkorpora diversi bliet u rħula f'dawk il-lokalitajiet.", "Minħabba l-fatt li dan il-proġett kien sar minn gvern Laburista, dan il-gvern iddeċieda li m'huwiex tajjeb u b'hekk dan il-pjan spiċċa fuq l-ixkaffa u anke mormi.", "Ikollna ħafna risposti minn diversi ministri tal-gvern li kollha jgħidu li t-tali xogħol m'huwiex responsabbilta` tagħhom u nispiċċaw biex ħadd ma jerfa' ebda responsabbilta` u proġetti li jkunu maħsuba biex itejbu l-kwalita` tal- ħajja ta' nies li qegħdin iħallsu taxxi daqs ħaddieħor jisfumaw fix-xejn.", "Għalhekk jiena nappella lill-gvern sabiex jinsa l-piki politiċi u bla sens li ħafna drabi jħalli jmexxuh u bis-serjeta` jkompli jattwa proġetti li kienu diġa` nbdew minn gvern Laburista.", "Mr Speaker, biex nagħlaq l-intervent tiegħi xtaqt ngħid xi ħaġa dwar it- tipjip.", "Illum huwa proprju l-jum dinji għat-tipjip fejn dawk li jpejpju qegħdin jiġu nkorraġiti sabiex jieqfu jpejpju.", "Jien naħseb li f'pajjiżna wkoll wasal iż-żmien li mid-diskussjonijiet ngħaddu għall-fatti.", "Kulħadd jaf li t-tipjip jagħmel il-ħsara - m'hemmx għalfejn nidħlu f'ħafna ċifri li joħorġu minn ċerti studji li saru minn esperti - u hemm bżonn li nibdew ninfurzaw il-liġijiet eżistenti li għandna li jipprojbixxu li jsir tipjip f'ċerti postijiet.", "Naħseb ukoll li wasal iż-żmien li ngħaddu leġislazzjonijiet li jipprojbixxu li jsir tipjip f'ċerti postijiet pubbliċi.", "Hemm bżonn li malajr kemm jista' jkun mid-diskors ngħaddu għall- fatti ħalli b'hekk il-poplu kollu jiggwadanja billi jkun aktar b'saħħtu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jiena wkoll xtaqt nitkellem fuq in- nota li beda biha l-kollega tiegħi, pero` minn aspett differenti.", "L-aspett li xtaqt nitkellem dwaru jien huwa ovvjament u bla dubju dwar l- applikazzjonijiet li bħalissa hemm quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar - uħud minnhom diġa` approvati - kif ukoll quddiem il-wireless telegraphy.", "Qed nirriferi għal applikazzjonijiet għat-twaħħil ta' mobile masts jew inkella l-antenni tat-telefonija ċellulari f'diversi lokalitajiet.", "Fost dawn quddiem il-wireless telegraphy hemm l-applikazzjonijiet biex isir twaħħil ta' dawn il-mobile masts f'lokalitajiet bħal Tas-Sliema, is-Swieqi, Pembroke, f'San Ġiljan u f'diversi lokalitajiet oħra mifruxa f'Malta u Għawdex.", "Barra minn hekk quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar hemm ukoll 44 applikazzjoni għat-twaħħil ta' dawn il-mobile masts f'diversi lokalitajiet fosthom f'San Ġiljan, fuq il-Forum Hotel f'St. Andrew's Road is-Swieqi, fuq Villa Val Pariso, Triq Lapsi, San Ġiljan, u tnejn oħra f'Tas-Sliema, waħda fi Triq Rudolph u l-oħra fi Triq Sir Adrian Dingli.", "Din l-informazzjoni li għadni kif semmejt tirriżulta minn risposti għal mistoqsijiet parlamentari li għamilt jiena lill-Ministru Tonio Borg.", "Il-bieraħ stess minn risposta li ngħatat lill-Onor.", "Evarist Bartolo ħareġ ċar illi minn dawk l-applikazzjonijiet s'issa ġew approvati sebgħa, waħda fis-Swieqi, waħda fil-Mosta, waħda fl-Imsida, waħda f'Ħal Għaxaq, waħda fiż- Żebbuġ, Għawdex u waħda fil-Marsa.", "Għaliex qed nitkellem dwar dan kollu?", "Skond kif jidher f'diversi rapporti fuq gazzetti barranin, hemm suspett qawwi li dawn il-mobile masts jikkawżaw il-kanċer f'moħħ il-bniedem.", "Bla dubju din hija xi ħaġa li ta min wieħed jeħodha b'ċerta serjeta' u jekk jirriżulta li hu hekk dawn il-mobile masts ma jiġux aċċettati f'pajjiżna.", "Mr. Speaker, naf żgur li l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema oġġezzjona li dawn il-mobile masts jitwaħħlu.", "Jiena hawnhekk nieħu l-opportunita' biex infaħħar lill-kunsilliera u lill-kunsill lokali ta' Tas-Sliema li ħa din l- istand fil-konfront ta' l-applikazzjonijiet li kellu quddiemu.", "Bl-ikbar sorpriża ngħid li d-dipartiment tas-saħħa m'oġġezzjona bl-ebda mod biex dawn il-mobile masts jitwaħħlu f'pajjiżna, anke fosthom f'dawn is-sebgħa li ħarġu l-permessi għalihom.", "Wara li ġie rapportat f'diversi gazzetti Ingliżi fosthom fuq The Sunday Mirror tat-23 ta' April, 2000 fejn it-titlu tagħha huwa ''Mobile Masts Fear after Two Friends Die'' u parti minnha tgħid hekk:", "\"Alistair Phillips, of the pressure group Powerwatch said: These deaths must be investigated.", "The microwaves break down the blood brain barrier which keeps out noxious substances.", "A powerful mast could also lead to haemorrhaging.\"", "The Surrey tragedy coincided with the death from a brain tumour of phone mast campaigner Neil Clarkson, 65.", "He died after a 41⁄2 year fight to get a 16-metre mast near their Leeds home removed.\"", "Meta nara rapporti bħal dawn bilfors ninkwieta.", "U nixtieq illi npoġġi din il-paġna tal-gazzetta Ingliża fuq il-Mejda tal-Kamra biex kemm il-ministru tas-saħħa kif ukoll il-ministru responsabbli mit-telekomunikazzjoni u dak responsabbli mill-awtorita' ta' l-ippjanar jaraw dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "Jien nissuġġerixxi li jsiru studji serji qabel naslu għal ċerti konklużjonijiet dwar dawn l-applikazzjonijiet.", "Jiena nemmen li saħħet iċ- ċittadin għandha tiġi qabel kull ħaġa oħra anke qabel ċertu modernizzazzjoni f'dan il-pajjiż.", "Ma nistgħux naffordjaw li npoġġu ħajjet iċ-ċittadini tagħna fil-periklu.", "Fejn jirrigwarda d-distrett tiegħi, jiġifieri Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi u Pembroke se nkun qiegħed kontinwament inġib awareness fir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet dwar it- twaħħil ta' dawn il-mobile masts.", "Biex nagħlaq irrid inqajjem punt żgħir dwar is-sussidji li tagħti l- awtorita' tad-djar lill-għarajjes u anke miżżewġin li jkunu ħadu l-ewwel residenza tagħhom.", "Jirriżulta li meta koppja għarajjes jew miżżewġin japplikaw għas-sussidju dan jingħatalhom fuq ċerti merti.", "Jekk issir separazzjoni bejn iż-żwieġ jew inkella l-għerusija titħassar dawk is- sussidji jiġu ritornati lura lill-awtorita' tad-djar.", "Huwa sewwa li jsir hekk pero' qed jiġri li koppja jkunu ħassru l-għerusija u jiddeċiedu li jerġgħu jitgħarsu u japplikaw għal post qed tiġi rifjutata lilhom li jingħataw sussidju minħabba r-raġuni li dawn kienu diġa' ħaduh.", "Veru li dawn kienu ngħataw is-sussidju imma dan raddewh lura.", "Jiena nappella lill- awtorita' tad-djar biex tirrevedi din l-iskema biex min verament ikun mexa b'mod rett ma jsofrix din l-inġustizzja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 5 ta' Ġunju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CAP - INDUSTRIJA TAL-MAJJAL", "16296.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija tal-majjal sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?", "Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal- produtturi tal-majjal?", "Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess?", "Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe', kemm se joħroġ il-Gvern Malti?", "Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, l-liġijiet u direttivi tal-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-economic impact assessment li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.", "CAP - ĦALIB FRISK", "16297.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-ħalib frisk sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?", "Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal- produtturi tal-ħalib frisk?", "Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess?", "Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti?", "Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membru u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant għad trid toħroġ wara li jitlesta l-economic impact assessment li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.", "CAP - - IPPROĊESSAR TAL-MAJJAL", "16298.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-ipproċessar tal-majjal sabiex il- produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?", "Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal- ipproċessar tal-majjal?", "Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess?", "Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti?", "Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-economic impact assessment li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.", "CAP - POULTRY", "16299.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-poultry sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri ibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?", "Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal- produtturi tal-poultry?", "Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess?", "Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti?", "Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-economic impact assessment li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.", "CAP - INBID", "16300.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allineament li jrid isir fl-industrija lokali tal-inbid sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?", "Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal- produtturi tal-inbid?", "Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess?", "Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti?", "Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membru u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, l-liġijiet u direttivi tal-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-economic impact assessment li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.", "FLUS INVESTITI", "16465.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus barra minn Malta, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-figuri mitluba jinsabu ppubblikati fir-rapport annwali rispettivi tal-Bank Ċentrali.", "Il-figuri għas-snin mitluba huma dawn:", "1995 Lm 7.6 miljun 1996 Lm 4.6 miljun 1997 Lm 4.3 miljun 1998 Lm 5.2 miljun 1999 Lm 18.2 miljun", "F`dan ir-rigward wieħed għandu jinnota wkoll li bejn is-snin 1995 u 1998 is-somma li kull resident seta` jinvesti barra kull sena kienet ta` Lm5,000.", "Fis-sena 1999 din telgħet għal Lm8,000 fis-sena.", "PULIZIJA - MOBILE PHONES", "16466.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jsuqu u jużaw il-mobile phone din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li din is-sena, sa l-24 ta` Mejju, kien hemm 222 persuna li nqabdu mill-pulizija jużaw il-mobile phone waqt li jkunu qed isuqu vettura bil-mutur.", "PULIZIJA - DIVING ACCIDENTS", "16467.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru diving accidents, sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mir-records disponibbli taħt forma komputerizzata, it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej :", "1997 1998 1999 2000 (minn April) (sa April)", "2 4 5 2", "PULIZIJA - KAĊĊATURI", "16468.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi jiksru l-liġi din is-sena u x'regolament kisru kull wieħed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u s-27 ta` Mejju tas-sena 2000, il-Pulizija qabdet 126 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66)."]} {"filename": "20010918_598d_par.doc", "date": "2001-09-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 598 It-Tlieta, 18 ta' Settembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 598", "It-Tlieta, 18 ta' Settembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.04 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "598", "It-Tlieta, 18 ta' Settembru, 2001", "WERREJ MINUTI 91", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 91", "TQEGĦID TA' KARTI 96", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI VETERINARJI (IT-TIENI QARI)", "VETERINARY SERVICES BILL (SECOND READING) 97", "AĠĠORNAMENT 117", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 121", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 597 li saret fis-17 ta' Settembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "BAĦRIJA - ĠNIEN IL-MARĠA", "27870.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex jiġi kkontrollat il-fawran tad- drenaġġ fl-inħawi ta' Ġnien il-Marġa fil-Baħrija, limiti tar-Rabat?", "Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi għan-normal billi jiżdiedu l-bowsers f'dawn l- inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li minn nhar it-Tnejn, 16 ta' Lulju, beda jsir it-tbattil tal-fossa tal- Baħrija minn kuntrattur ġdid peress li l-kuntratt l-antik spiċċa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta beħsiebu jagħmel l-estensjonijiet li hemm bżonn id-dipartiment biex il-fawran tad-drenaġġ jinqata' darba għal dejjem?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li l- area in kwestjoni hija koperta b'masterplan u kwalunkwe estensjoni trid issir fuq medda ta' snin.", "Sadanittant se jkun hemm servizz adegwat biex jitbattlu l-fosos.", "TUNA PENNING - GĦALF", "27873.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: X'kontroll qed isir fuq l-għalf tat-tonn li qed jitkabbar fil- pennings?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regoli li jikkontrollaw l-għalf?", "Jista' jassigura lill-Kamra li l-kontrolli huma biżżejjed biex ma jinxterdux viruses u mard gdid fil-ħut?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- għalf li jintuża għat-tkabbir tat-tonn huwa magħmul minn ħut iffriżat li jiġi importat bl-istess kondizzjonijiet li jiġi importat ħut ieħor for human consumption.", "Fil-fatt dan il-ħut ikun iċċertifikat li hu tajjeb għall-konsum.", "Dan huwa l-istess tip ta' għalf li ilu żmien twil jintuża bħala lixka.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li pajjiżi barra minn Malta li jipprattikaw it-tkabbir tat-tuna penning, inklużi dawk fil-Mediterran, irriżultawlhom ċerti diffikultajiet ekoloġiċi, jista' l-Ministru jgħidli jekk hux qed isir studju biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni preżenti f'pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda bil-miktub sabiex jingħata risposta aktar preċiża.", "SKEJJEL – SCHOOL LEAVERS", "27879.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fit-tielet term tas- sena skolastika 2000-2001 kemm kienu l-istudenti li ngħataw permess jitilqu mill-iskola qabel għalqu s-16-il sena u qabel ma spiċċat is-sena skolastika għalkemm għalqu 16-il sena?", "Kemm kien hemm talbiet mill-iskejjel ta' l- istat, tal-knisja u tal-privat?", "X'kienu r-raġunijiet għat-tluq mill-iskola?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li n-numru ta' studenti li ngħataw permess biex jitilqu mill- iskola fit-tielet term tas-sena skolastika 2000-2001 qabel għalqu s-16-il sena u qabel ma spiċċat is-sena skolastika għalkemm għalqu s-16-il sena huwa kif ġej:", "| |Taħt | |Għalqu | | | |16-il| |16-il | | | |sena | |sena | | | | | Ma| |Ma | |Skejj|Spiċċ|spiċċa|Spiċċaw|spiċċ| |el |aw |wx |il-kors|awx | | |il-ko|il-kor| |il-ko| | |rs |s | |rs | |Stata|19 | |74 |304 | |li | |198 | | | |Tal-K|3 | |18 |99 | |nisja| |45 | | | |Indip|- | |- |6 | |enden| |8 | | | |ti | | | | |", "Fil-każi kollha r-raġunijiet kienu għal xogħol.", "MIA – AIR-CONDITIONING – XOGĦOL TA' MANUTENZJONI", "27880.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha ma ssir il-manutenzjoni meħtieġa u t-tindif tal-filtri tas-sistema ta' l-arja kkondizzjonata fl-ajruport internazzjonali peress li nies li jaħdmu f'dak il-post qed jilmentaw minn uġigħ fil-griżmejn li jaħsbu li ġej mill-ħmieġ tas-sistema msemmija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li l-manutenzjoni meħtieġa u t-tindif tal-filtri tas-sistemi ta' arja kundizzjonata fl-ajruport internazzjonali jsiru fuq bażi regolari kif titlob is-sengħa.", "Dan ilu jsir minn meta nfetaħ l-ajruport fl-1992 u baqa' jsir fuq bażi regolari sal-lum, mill-anqas darba fix-xahar.", "Iżjed minn hekk, ta' min jgħid li l-kumpannija għandha r-records kompluti ta' kull meta jsir dan ix-xogħol kif ukoll xi jsir u tiżgura li x-xogħol ikun sar ta' l-aħjar kwalita'.", "SKEJJEL - MARIA TERESA NUZZO – PERSUNA B'DIŻABILITA'", "27881.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li kienet tattendi l-iskola Maria Teresa Nuzzo u li għalqet 16-il sena f'Diċembru li għadda titħalla tibqa' tattendi din l-iskola, kif studenti diżabilitati bħalha jitħallew fl-iskejjel speċjali sa mill-inqas meta jagħlqu d-19 sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It- talba msemmija qed tiġi studjata fid-dawl ta' l-implikazzjonijiet kollha tal-preċedenti li l-każ jista' joħloq.", "Ta' min jgħid li għalkemm fl-iskejjel speċjali t-tfal jinżammu sa meta jagħlqu d-19-il sena, il-policy applikabbli fl-iskejjel l-oħra li ma humiex post-sekondarji hija mod ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li dalwaqt tibda s-sena skolastika, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx data stabilita sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata kemm jista' jkun malajr?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandix din l-informazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "DISABILITY ALLOWANCE", "27882.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom d-disability allowance tal- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġiet imnaqqsa fl- aħħar ħlas li sar lill-familja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjal): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata bil-każ.", "JUM DINJI TA' L-IKEL – NEFQA", "27883.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ikel li ġiet organizzata mill-ministeru għall-agrikoltura u sajd għas-sena 1999 u 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li n-nefqa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ikel kienet tammonta għal Lm1,270 fl-1999 u Lm1,327 fis-sena 2000, bl-esklużjoni ta' prodotti agrikoli, bħal tiġieġ u fniek li jitrabbew fl-Għammieri, li f'din l-okkażjoni jitqassmu b'xejn lill-istituti tal-karita'.", "DJAR - HOS81/93", "27884.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk huwiex possibbli li fiċ-ċirkostanzi tal-problemi li rriżultaw fil-każ HOS81/93, jiġi estiż il-perijodu sakemm il-koppja tirrimedja l-problemi tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li wara talba mill-benefiċjarju, iż-żmien biex dan jokkupa l-plot ġie estiż mill-awtorita' tad-djar sa l- aħħar ta' Settembru 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, it-tip ta' means test li qiegħed isir sabiex wieħed jingħata post fejn joqgħod qed ikun daqsxejn ikkomplikat, bir-riżultat li numru ta' koppji qed jiġu mċaħħda milli japplikaw.", "Per eżempju, jekk dawn ikollhom karozza – din illum hija meqjusa bħala mezz essenzjali fil-ħajja soċjali tagħna – ukoll iridu jniżżluha fl-assessment li jagħmlu.", "Barra minn hekk jekk il-karozza tkun stmata li tqum bejn l- Lm10,000 u it-Lm12,000, ma jkollhomx dritt li jiġu allokati post. Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġu rrimedjati dawn it-tip ta' problemi?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-kwestjoni ta' valutazzjoni tat-test tal-mezzi, inklużi l-assi kapitali u l-karozza li wieħed jista' jkollu, ilha parti mill-iskemi.", "Jiena konxju li kien hemm xi każi fejn xi ħadd iddikjara li l-bank għandu Lm10,000 preċiż, jiġifieri daqs il-limitu li jista' jkollu u mbagħad ikollu wkoll karozza.", "Naturalment dak jiġi eskluż u ma jkunx jista' japplika.", "Il-fatt li wieħed għandu karozza li tiswa ħafna flus u mbagħad japplika biex ikollu post tal-gvern hija xi ħaġa li wieħed irid jikkonsidraha.", "Għalhekk dawn l-affarijiet għandna nitfgħuhom fil- miżinn biex nieħdu d-deċiżjoni li hemm bżonn.", "Bħalissa qegħdin inħarsu lejn sitwazzjoni fejn persuna jkollha karozza li l- valutazzjoni tagħha ma tkunx ta' xi ammont sostanzjali, għax bħala prinċipju nsibha ftit stramba li xi ħadd ikun intitolat li japplika għal skema li l-bażi tagħha hija skema soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, filwaqt li nifhem dak li qed jgħid il- Viċi Prim Ministru, assolutament m'iniex qed nirriferi għal każi fejn xi ħadd ikollu karozza li tkun tiswa xi Lm15,000 jew ikollu xi yacht.", "Li qed ngħid jien huwa li peress li llum hija ħaġa komuni li koppja żagħżugha jkollhom karozza kull wieħed, ma jaħsibx il-Ministru li l-awtorita' tad- djar għandha tkun a konoxxenza ta' dawn iċ-ċirkostanzi u tirrikonoxxi dan il-piż?", "Mr Speaker, jien żgur mhux qed nirriferi għal dawk il-persuni li jabbużaw mis-sistema, kif qed jgħid il-Viċi Prim Ministru, imma għal koppji żgħażagħ li llum biex imorru fuq il-post tax-xogħol u biex ilaħħqu mal-part-time job bilfors irid ikollhom karozza kull wieħed u meta dawn jiġu biex jagħmlu t- test tal-mezzi tagħhom, qed jinqabdu f'dan l-iżvantaġġ.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena konxju tal-każi li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "Il-koppji li qed jirriferi għalihom jaqbżu t-test tal-mezzi li jistabilixxi l-limitu ta' Lm10,000 bħala valur totali tal-kapital li jista' wieħed ikollu sew jekk ikunu flus depożitati l-bank kif ukoll jekk ikunu assi oħrajn.", "Irrid infakkar li dawn huma applikazzjonijiet għal skemi li min jikkwalifika għalihom ikun qed jieħu post ġdid tal-gvern bi prezz issussidjat u b'imgħaxijiet issussidjati.", "Kontra dan, jien qiegħed niġbed l-attenzjoni ta' l-awtorita' – fil-fatt qed nistenna r-rakkmandazzjonijiet tagħhom – li l-postijiet li qed jitpoġġew għall-bejgħ fl-iskemi tagħha huma f'shell form u allura dak li jkun bilfors irid ikollu ċertu kapital imġemma biex ilesti l-post minn kollox biex ikun jista' jgħix ġo fih.", "Allura rridu nħarsu lejn l-iskema f'dan is-sens biex naraw li tiffunzjona.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-awtorita' waslet biex tirrevedi l-means test, jew sempliċement għadha għaddejja b'diskussjonijiet biex tasal biex tagħmel valutazzjoni tas-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-proċess huwa kontinwu.", "F'dawn l- aħħar tliet snin l-iskemi kollha ta' l-awtorita' ġew riveduti b'mod li ngħataw vantaġġi ħafna ikbar milli qatt kellhom l-applikanti, imma naturalment dejjem jibqa' spazju fejn wieħed itejjeb.", "Ma nistax nintrabat b'terminu ta' żmien, pero' possibbilment sa meta nerġgħu niġu biex noħorġu numru ta' postijiet oħrajn bi skema ġdida mill-awtorita' – nittama li fil- viċin – inkunu rrevedejna l-iskema u naraw fejn nistgħu nirfinawha b'mod li nibqgħu niftakru li dan huwa benefiċċju soċjali.", "Sakemm naċċerta ruħi li finalment il-piż li qed jerfa' l-gvern qed imur għand dawk li verament l-aktar li għandhom bżonn, nibqgħu ntejbu l-iskemi kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhu l-pjan tal-gvern biex fix-xhur li ġejjin isir l-upgrading li tant jeħtieġu l-oqsma tad-djar f'diversi lokalitajiet?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandi nifhem li meta l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li għandu jsir upgrading, qed jirriferi għall-ambjent madwar il- housing estates?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nirriferi għal ċerti faċilitajiet ta' żvilupp bħal lifts, fejn hemm applikazzjonijiet li ilhom pendenti s-snin.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, għal dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti ta' tisbiħ, jiġifieri l-upgrading ta' l-ambjent ġewwa d-diversi housing estates li għandna mifruxin ma' Malta u Għawdex, hemm pjan li ilu li ġie stabilit u kull sena jiġi rivedut.", "Dan jikkonsisti f'xogħol li d- dipartiment tal-bini u t-tiswija tad-djar huwa responsabbli għalih u għandu vot partikolari.", "Dan jinqasam fuq numru ta' proġetti f'diversi postijiet skond pjan li jifrex fuq medda ta' sentejn, kważi tliet snin.", "Din is-sena, b'koperazzjoni anke mal-kunsilli lokali, lestejna xi sebgħa minn dawn il- proġetti u dawn jagħmlu differenza sostanzjali u pożittiva fil-lokalita'.", "L-aħħar żewġ proġetti li saru kienu dak ta' Ħal Kirkop u Santa Venera, li t-tnejn ġew apprezzati ħafna mir-residenti.", "L-istess dipartiment jieħu ħsieb ukoll xogħlijiet oħrajn ta' maintenance fil-blokki tal-bini bħal tikħil u xogħol ieħor.", "Dan huwa parti mill- programm normali tad-dipartiment li għandu wkoll servizz ta' emerġenza.", "Meta wieħed jinqalagħlu xi ħaġa jista' jċempel u jintbagħtu l-ħaddiema biex jaraw x'hemm bżonn isir.", "Għalkemm m'għandix id-dettalji kollha dwar ix- xogħol kollu li sar f'dan is-sens, nista' ngħid li hawn qed nitkellmu fuq eluf ta' biċċiet ta' xogħol li jvarjaw minn xogħol żgħir għal xogħol kbir ħafna.", "Għar-rigward ta' programm ta' stallazzjoni ta' lifts, dan irridu nimplimentawh fażi fażi u nistabilixxu x'inhuma l-prioritajiet.", "Fil-fatt iddeċidejna li dawn il-prioritajiet ikunu jikkonċentraw fuq il-Belt, il- Furjana u l-Kottonera.", "Għal din is-sena, fil-programm tagħna nkludejna wkoll inħawi oħrajn fejn hemm każi ppruvati ta' persuni b'diżabilita' u persuni li għandhom problemi severi ta' mobilita'.", "Fil-ġimgħat li ġejjin dan il-programm se jkompli jaqbad il-momentum.", "Bi pjaċir ngħid li bdejna bil-Furjana u minn hawn u ftit ieħor se jsiru xi xogħlijiet f'postijiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhu l-pjan tal-gvern biex jirrimedja s- sitwazzjoni li qed jiffaċċja d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali meta qed ikun maħkum minn tant diffikultajiet kbar biex jirrimedja l-ħafna lmenti li għandu mingħand ċittadini li l-bini fejn joqogħdu jinsab fi stat perikoluż?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, id-dipartiment għandu madwar 3,300 applikazzjoni quddiemu u fejn jirriżulta li jkun hemm problema ta' periklu, jieħu azzjoni immedjata u jagħmel ħiltu biex isib soluzzjoni għal dak il- każ partikolari.", "Naturalment fejn il-bini partikolari jkun ta' sid privat, wieħed irid jara r-responsabbiltajiet ta' dak is-sid.", "Biss jien xejn ma naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant meta jgħid li d-dipartiment huwa \"maħkum\" b'dawn id-diffikultajiet.", "Perċentwali ta' dawn l-applikazzjonijiet li semmejt ikunu ta' periklu żgħir ħafna, peress li dawk li huma kkonsidrati bħala urġenti huma maqsuma f'żewġ kategoriji; waħda fejn jirriżulta li hemm periklu veru – jiġifieri mhux fejn xi ħadd ipinġiha li hemm periklu u ma jkun hemm periklu xejn - u t- tieni, fejn ikun hemm każi ppruvati ta' żgumbrament ordnat bil-qorti wara li jkun sar il-proċess kollu, inkluż l-appell.", "F'dak il-każ jekk l- iżgumbrament ma jkunx sar tort ta' l-inkwilin, jiġifieri għax ma jkunx ħallas il-kera, tingħata l-priorita' kollha min-naħa tad-dipartiment biex tinstab soluzzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, filwaqtl li nifraħ lill- awtorita' tad-djar talli bdiet bil-proġett tagħha ta' stallazzjoni ta' lifts, nixtieq nagħmel żewġ domandi.", "X'kien ġara dwar ir-rapport tal-liġi tal-kera li kellu jiġi kkummissjonat?", "Hemm il-ħsieb li dak li kien hemm imniżżel fir-rapport ta' l-awtorita' tad-djar, u cioe' li kull sena se jibda jkun hemm proġettati mal-120 post għall-kiri, jibda jseħħ?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta saret it-tieni reviżjoni tal-liġi tal-kera u mbagħad wara l-1995 kien hemm l-liberalizzazzjoni totali tal-kirjiet, aħna konna qed nittamaw li din il-libralizzazzjoni tiftaħ is-suq tal-kera privat għall-inkwilini Maltin, imma mhux hekk ġara.", "Madanakollu kien beda wkoll il-proċess biex issir reviżjoni tal-kera għall-kirjiet li saru qabel l- 1995.", "Fi żmien gvern Laburista kienet twaqqfet kummissjoni li għaliha kien mistieden il-Partit Nazzjonalista biex jipparteċipa fiha u jinnomina rappreżentant fuq dik il-kummissjoni.", "F'Lulju li għadda kelli l-aħħar laqgħa ma' din il-kummissjoni, flimkien maċ- chairman u l-membri ta' din il-kummissjoni, li kważi kollha attendew ħlief xi żewġ membri, u ġbidtilhom l-attenzjoni li wara li eżaminajt id- dokumentazzjoni kollha li kien hemm fil-ministeru, inkluż il-minuti ta' l- aħħar laqgħat, jirriżultali li qegħdin fi stadju fejn ir-rapport ikun jista' jiġi konkluż ħalli l-proposti kollha jkunu jistgħu jiġu kkonsidrati min-naħa tal-gvern.", "Dakinhar intlaħaq il-qbil - maċ-chairman tal-kummissjoni - li sa l-aħħar ta' Settembru l-kummissjoni tifformola dan ir-rapport biex jien inkun nista' nressqu għall-konsiderazzjoni tal-gvern.", "Jekk dan ma jsirx, beħsiebni naqbad il-minuti konfermati ta' l-aħħar laqgħa u nikkonsidrahom bħala l-proposti ta' din il-kummissjoni, u allura mbagħad inkunu nistgħu nimxu minn hemmhekk.", "Dwar il-bidla fil-policy aktar milli l-eżerċizzju, aħna rridu li l- awtorita' tad-djar tirriżerva perċentwali mill-bini l-ġdid kollu tagħha biex minflok jinbiegħ, jgħaddi għal kirja soċjali, jiġifieri jingħata b'kera taħt is-sistema ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Din is-sistema diġa' bdejniha u mill-aħħar żewġ skemi li ġew ippublikati, kien hemm numru ta' postijiet li ġew riżervati u ma ħarġux għall-bejgħ.", "Irrid nenfasizza pero' li din tipprovdi sfida kbira għall-awtorita'.", "Kull post li ma jitpoġġiex għall-bejgħ ifisser li ġie ssussidjat mill-finanzi ta' l-awtorita' u allura l-awtorita' trid tifdi hi stess il-valur tiegħu.", "Wieħed irid jikkonsidra li biex tibni post, lill-awtorita' jiswielha madwar Lm15,000, u allura jekk ikollha 100 post, l-awtorita' tista' ddaħħal somma mhux ħażin tagħhom.", "Imma jekk minflok jingħataw għall-bejgħ dawn jingħataw b'kera, tkun kwestjoni ta' sostenibilita' finanzjarja anke għall- awtorita' u allura hija sfida kbira mhux ħażin.", "Madanakollu nerġa' ngħid li l-awtorita' bdiet timplimenta dan il-proċess u din is-sena d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali diġa' kellu numru ta' flats li minflok ingħataw għall-bejgħ ingħataw b'kera.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi ħruġ jew tiġdid tal-kartuna r-roża bejn l-1999 u l- 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27929.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Traffic impact statement in konnessjoni mal-proġett tal-Kottonera, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27865.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' dokument li nħareġ mas-sejħa għal offerti għax-xogħol fuq Triq Hompesch/Triq Zabbar, Fgura, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27999; u", "Kopja tal-pjanta ta' Triq Hompesch/Triq Zabbar, Fgura, approvata mill- bord dwar il-kontroll tat-traffiku, flimkien ma' kopja ta' l-ittra mibgħuta mill-istess bord fis-6 ta' Lulju 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28000;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati ġodda mal-Port Ħieles bejn l-1998 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27934.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħol extra li sar minn membri tal-korp tal-pulizija bejn Jannar u Ġunju 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27980; u", "Lista ta' stabilimenti kummerċjali u bini ieħor li ma kellhomx il- permessi meħtieġa jew mhux mibnija skond il-permessi maħruġa mill- awtorita' ta' l-ippjanar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27981.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-leġislazzjoni sussidjarja S.L. 12.03 dwar iż-żamma ta' l- ordni pubblika fil-qrati tal-maġistrati, flimkien mar-rapport dwar l- istħarriġ li sar fost l-avukati dwar il-problema ta' tipjip passiv fil- qrati u postijiet pubbliċi, maħruġ f'Lulju 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27984.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI VETERINARJI", "VETERINARY SERVICES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mis-17 ta' Settembru, 2001 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, mill-ewwel ngħid li jekk din il-liġi tiġi implimentata sewwa għandha sservi ta' ġid kemm għall-konsumaturi u kemm għal dawk li jrabbu l-bhejjem u t-tjur.", "Ftit żmien ilu ddiskutejna fl- istadju tat-tieni qari ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni ta' l- annimali - u l-bieraħ kien hawn kelliema li tkellmu fuqu wkoll – iżda jien ma tkellimtx fuqu għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett kont naf li, bħal ħafna liġijiet oħra, din il-liġi se ssir biex tibqa' fuq l-ixkaffa għaliex inutli nagħmlu liġijiet biex ngħidu li għandna liġi jekk m'għandniex biex ninforzawhom.", "Min iħobb l-annimali bħali u bħal ħafna oħrajn jinsab diżappuntat għax min mar idur fil-kampanja fis-sajf seta' jara klieb marbutin fuq il-bjut fix-xemx u baqgħu ma tteħdux passi kontra ħadd.", "Forsi s-Sinjorija Tiegħek tistaqsini dan x'għandu x'jaqsam ma' din il-liġi.", "Jien ngħid li għandu x'jaqsam għax meta wieħed iħalli klieb marbutin fuq il- bjut, ħafna minnhom jimtlew b'insetti li jġibu l-mard.", "Niftakar li darba ġie kelb fejn l-annimali tiegħi u dan kien imqatta' kollu, għax kien wieħed minn dawk li jġellduhom, u kien mimli qurdien.", "Jien ħadt paċenzja bih u kkurajtu u mbagħad, bil-wiċċ tost kollu, meta reġa' ħa saħħtu ġie sidu u qalli: Int għandek il-kelb tiegħi!", "Jien għedtlu biex jiġi u jieħdu, imma l-kelb ma marx għax mhux miġnun biex jerġa' jmur ħalli jorbtuh fuq bejt jew biex iġellduh!", "Meta rrapportajt ħadd ma ħa passi, qisu ma ġara xejn.", "U sal-lum għadu jsir il-ġlied tal- klieb u l-karozzini biż-żwiemel bil-għatx fix-xemx għadna narawhom ukoll.", "Ftit ilu jien ħassejtni nistħi meta rajt żiemel ifferoċjat fil-pjazza ta' quddiemna għax bdew juruh l-ilma f'xemx taħraq u jsawtuh, imma ħadd ma ħa passi.", "Dan il-każ ġara ħdejn il-parlament, jiġifieri mhux qed insemmi xi post abbandunat.", "Jien mort fuq tal-karozzin u għedtlu: Agħtih l-ilma għax indaħħallek il-barmil ġo rasek!", "Iva, iddispjaċieni meta rajt dak iż-żiemel fix-xemx u sidu fid-dell.", "Veru li t-tinda li kien hawn għaż-żwiemel fil- pjazza kienet eyesore, imma rridu nagħmlu xi ħaġa oħra għax mhux sewwa dan.", "Kulħadd jaf x'inhu jsir fuq l-annimali, ma noqogħdux ninħbew wara subgħajna.", "Mhux qed nitkellem biss fuq il-klieb, il-qtates u ż-żwiemel għax hawn annimali oħra li qed jiġu maħqura.", "Għalhekk jiddispjaċini ngħid li għalxejn tagħmel il-liġi jekk imbagħad ma tinforzahiex.", "Jien mhux qed ngħid li n-naħa tal-gvern jew in-naħa ta' l-oppożizzjoni jaqblu li l- annimali għandhom jinħaqru, imma inutli nagħmlu l-liġijiet biex imbagħad ħadd ma jagħti kas x'ikun qed jiġri.", "Donnu li jitkellmu fuq l-annimali ħlief fuq il-kaċċa ma jinteressahomx.", "Allura ħadd ma jittella' l-qorti għax kien qed jaħqar żiemel jew għax kellu kelb marbut fix-xemx?", "Jekk immorru issa nduru Malta żgur insibu mitt kelb marbut fix-xemx.", "Ma nistax ngħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna fih innifsu m'huwiex tajjeb.", "Niftakar li meta sirt ministru ta' l-agrikoltura jien kien hemm biss tliet veterinarji, wieħed anzjan f'Għawdex, ieħor daqsxejn anzjan ukoll u kien hemm Dr Vella bħala veterinarju tal-gvern li nneħħilu l-kappell għax kien ilaħħaq kollox waħdu.", "Minn fuq, kien hawn min jattakkah għax kien jagħmel xogħol privat!", "Jekk ma kienx hawn biżżejjed veterinarji, kif tattakkah għax jagħmel xogħol privat minn fuq li qed jagħmlilna pjaċir?", "Jien kelli u għad għandi kull rispett lejh għax ħadem biex il-professjoni tal- veterinarji tiġi fuq saqajha.", "Meta kont ministru kont inħajjar żgħażagħ biex jistudjaw għal veterinarji, peress li qabel kulħadd kien jidħol l- università biex isir tabib, avukat jew perit.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, ħadd ma kien irid jistudja biex isir veterinarju.", "Bil-mod il-mod bdejna nħajru żgħażagħ biex imorru jistudjaw barra minn Malta għaliex hawnhekk m'għandniex katedra biex jistudjaw għal veterinarji.", "Hija ħasra li għandna università miftuħa għal kollox u mbagħad irridu nibagħtu l-istudenti barra minn Malta biex jispeċjalizzaw f'dan il-qasam.", "Jeħtieġ li nħajru iktar studenti biex jaqbdu l-professjoni ta' veterinarji għax jekk mhux se jkollna nies imħarrġin se nerġgħu niġu għas-sitwazzjoni li kellna fis-sittinijiet u fis-sebgħinijiet.", "Jien mhux qed ngħid li fi żmien il-gvern Nazzjonalista tas-sittinijiet kien kollox ħażin u fl-1971 kollox irranġa.", "Meta sirt ministru jien kulma kien hawn kienu tliet tobba u mbagħad bdew ġejjin minn barra.", "Illum għandna veterinarji tajbin li jħabbtuha ma' dawk ta' l-Ewropa, imma rridu nkomplu nħajru aktar studenti biex jistudjaw f'dan il-qasam għax inkella 'l quddiem infittxu u ma nsibux.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Sammut semma l-iskalora.", "Jien dilettant ta' l-għasafar u nista' ngħid li l-ħmieġ ta' ġwież li qed nixtru huwa xi ħaġa tal-biki.", "L- iskalora għoliet mas-sema għaliex qalu li għoliet minn barra.", "Imma lanqas nippretendi li xkora skalora togħla d-doppju u min jiflaħ jixtri u min ma jiflaħx ma jixtrix.", "Lanqas nemmen li minn Lm11-il xkora telgħet għal Lm18 u Lm20 u l-ixkora naqset fil-piż.", "Barra minn hekk, l-iskalora u l- ġwież li hawn huma maħmuġin jintnu u min hu dilettant u għandu l-għasafar ikollu joqgħod inaddafhom bil-mod il-mod.", "Il-veterinarju tal-gvern imur jara dan il-ġwież li qed inġibu?", "Min qed imur jara l-ġwież li qed jiġi hawn Malta?", "Min għandu l-ħamiem se jiġġennen għaliex ħafna mill-ful ta' Ġirba u l- qamħirrun li ġie importat huwa maħmuġ.", "Mhux qed ngħid li tort tal-ministru għax irid ikun miġnun biex iħalli li dawn l-affarijiet jidħlu Malta!", "Imma x'ġara?", "Kienu jafu li mhix ġejja skalora jew kien hawn l-skalora moħbija - għax l-iskalora ma ddewwidx jekk tkun għadha ġejja minn barra - għax f'daqqa waħda għebet u mbagħad minn Lm11-il xkora telgħet għal Lm16 u Lm18.", "Allura min għandu delizzju ta' l-għasafar issa jkollu jħarrabhom?", "Forsi hawn min jgħid li sewwa jagħmlu jħarrbuhom għax dawn għasafar tal- passa, imma jien mhux għal dawn qed ngħid.", "Illum hawn għasafar li jiswew ħafna flus.", "Hawn min għandu ħamiem li jiswa xi Lm1,000 jew Lm1,500 kull par u hawn min iħallas Lm300 biex iġib żewġ bajdiet tal-ħamiem minn barra minn Malta.", "Jiġifieri dawn tjur li jiswew il-liri, allura mbagħad għandna nġibu ġwież ta' dik il-kwalità?", "Min se jiċċekkja dawn l-affarijiet?", "Nagħmlu liġi biex imbagħad meta tiġi xkora skalora, xkora ful ta' Ġirba, qamħirrun jew ġwież, inwaħħlu l-liġi ma' l-ixkora u ngħidulha li skond din il-liġi ma tistax tkun maħmuġa?", "Jekk m'intomx temmnuni għada nġib l-iskalora miegħi u tarawha kollha dud!", "Jekk inħallu li tiġi din il-kwalità ta' ġwież, għada x'se jkollna ġo l-irziezet tat-tiġieġ u tal-majjal?", "Jien naħseb li jiġġennu kemm il-ministru ta' l-agrikoltura u kemm ix-shadow minister bir- riżultat li jkollna.", "M'iniex qed ngħid li l-ministru mhux qed jagħti kas għax jekk ngħid hekk inkun giddieb.", "M'huwiex kompitu tal-ministru li jara dawn l-affarijiet, imma suppost li hemm in-nies responsabbli li għandhom ikunu jafu x'inhu jiġri.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Sammut qajjem il-każ tad-demel tal-majjal u tat-tiġieġ li ilu jintuża għar-raba'.", "M'iniex qed ngħid li tajjeb għax id-demel tat- tiġieġ jaħraq kollox minħabba l-għalf bilanċjat li jagħlfuhom.", "L-istess qed jiġri fil-każ tal-fish farms għax il-baħar qed jikkontaminawh bl-għalf li jagħtuhom.", "Nafu x'inhu jiġri, ma noqogħdux ninħbew wara subgħajna!", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nneħħu l-fish farms, imma xi ħaġa trid issir.", "Per eżempju, l-awtoritajiet m'għandhomx iħallu li d-demel tal- majjal jew tat-tiġieġ jintuża fir-raba' għax illum qed jagħtuhom tip ta' ġwież li meta jsir demel u jintefa' fuq il-ħamrija, dan jaħraq l-uċuh ta' l- għelieqi.", "B'dan l-abbozz ta' liġi se nirregolaw il-mod kif jitrabbew it-tiġieġ?", "Per eżempju, jekk f'gaġġa suppost ikun hemm sitta m'għandux ikun hemm tmienja jew tnax għaliex dan iġib il-mard.", "Min irabbi t-tiġieġ jew il-majjal jinteressah biss kemm se jaqla' flus u jiġi jaqa' jqum jekk indaħħlux il- marda tas-salmonella, il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer jew mard ieħor.", "Jien ngħid prosit lill-ministru għall-prekawzjonijiet li ħa fl-ajruport biex f'Malta ma jidħolx dan il-mard.", "U meta nkun ġej minn barra u ninzerta lil xi turisti jidħku b'dawn il-miżuri li ttieħdu, jien nispjegalhom - għax imissna nistħu nibżgħu nkellmuhom - li aħna ma rridux il-mard li hemm f'pajjiżi oħra.", "Hawnhekk il-poplu Malti jieħu miżuri biex dak li għandna nsalvawh.", "U nerġa' ngħid li sewwa għamel il-ministru li ħa dawk il- prekawzjonijiet għax kieku daħlitilna din il-marda aħna konna nieħdu daqqa kbira peress li aħna pajjiż żgħir.", "Iżda jeħtieġ li ladarba tgħaddi din il-liġi jkun hemm min jinforzaha verament u ma nħalluhiex fuq il-karta biss.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra nafu li jsiru ħafna liġijiet imma ma ninforzawhomx, u ma ninforzawhomx għal żewġ raġunijiet, jew minħabba l-voti jew għax ma jkollniex il-mekkaniżmu jew il- persunal meħtieġ.", "Inutli tinkariga lil xi ħadd biex jispezzjona l-irziezet jekk dan ma jkunx imħarreġ f'dak il-qasam u ma jifhimx f'dak il-mard.", "Inti ma tistax tagħmel monitoring ta' dak li jkun qed jiġri jekk m'għandekx il- persuni mħarrġa apposta.", "Anke fejn tidħol il-problema tad-drogi, nagħmlu ħafna liġijiet u kulħadd jitkellem kontra d-droga u mbagħad insibu min imur jiddefendi lil min jikser il-liġi.", "Min se jemminna mbagħad?", "Il-bieraħ għalaqt 25 sena fil-parlament u nista' ngħid li dejjem għamilna l- liġijiet biex ngħidu li għandna liġi.", "Niftakar li meta darba konna qed niddiskutu liġi biex nikkontrollaw it-traffikar u t-teħid tad-droga fi żmien il-gvern Laburista, jien stħajt minni nnifsi għax dakinhar, minflok bdejna nfittxu kif nistgħu nagħlqu l-bibien biex naqbdu lil dawk li jittraffikaw id-droga, kellna avukati miż-żewġ naħat li bdew jivvintaw mhux ventilatur, tieqa jew bieb imma bieb ta' garaxx biex min jinqabad ikollu minn fejn joħroġ!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Issa f'din il-liġi se nagħmlu l- istess?", "Il-veterinarji se jkollhom saħħa biex jaraw li l-affarijiet isiru skond il-liġi?", "Jekk mhux se jsir hekk inutli li noqogħdu niġu naħlu l-ħin hawnhekk ngħaddu l-liġijiet.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa li m'hemmx bżonn insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea biex nagħmlu liġijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li minnhom tiddependi wkoll is-saħħa tal-bniedem.", "Il-veterinarji ta' l-Ewropa daħku bil-poplu għax kienu jafu li l-mad cow disease kienet ilha tiġri fl-Ewropa, imma mbagħad daħħlu l-politika fin-nofs.", "Il-Franċiżi riedu jeqirdu lill- Ingliżi għax kellhom ħafna cattle on the hoof li riedu jesportawh.", "Meta mbagħad daħlet il-marda fi Franza, f'laqgħa li attendejna għaliha rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra, il-Franċiżi qalu li mhux veru għax huma qatt ma temgħu ħmieġ lill-bhejjem.", "U meta ħsibna li din il-marda spiċċat, feġġet fil-Ġappun.", "Issa l-Amerikani qegħdin jgħidu li huma m'għandhomx din il-marda.", "Jien mhux qed ngħid dawn l-affarijiet biex inbeżża' lin-nies imma biex l-affarijiet isiru sewwa.", "Illum li għandna bniedem responsabbli bħala veterinarju tal-gvern nafu li jmexxi b'serjetà.", "Konna għaddejna l-liġi dwar il-kwarantina tal-klieb għax kulħadd jiġi jaqa' u jqum, basta jġib kelb minn barra!", "Nafu li hawn klieb li jiswew l-eluf tal-liri u jekk indaħħlu kelb li jkollu r-rabbja, ara xi ħsara jista' jġib, u għalhekk ridna ċerta serjetà biex ikollna protezzjoni.", "Kienu jiġu ħafna nies għandi u anke għand kollegi tiegħi taż-żewġ naħat biex jitolbuna nħalluhom idaħħlu dawn il-klieb.", "Imma jekk il-veterinarju kien jgħidli li ma jistgħux jidħlu, jien kont ngħidilhom li ma jistgħux għax il-liġi hekk tgħid.", "Aħna għandna nagħtu support u niddefendu lill- veterinarji tal-gvern f'dawn l-affarijiet għax jekk tidħol din il-marda tista' tinxtered għax aħna pajjż żgħir.", "Meta kien hawn ċerta marda qerrieda fuq il-klieb kienu se jiġġennu dawk li kellhom l-annimali għax b'din il-marda l-kelb jittiekel minn ġewwa.", "Dan huwa x-xogħol ta' din il- liġi.", "Forsi s-Sinjorija Tiegħek tgħidli li qed noħroġ barra mis-suġġett, imma jien qed nitkellem fuq kif iħoss the man in the street dwar din il-liġi.", "Jien inħobb inrabbi l-annimali u kull min hu bħali jiddispjaċih meta jmutlu xi għasfur jew xi annimal ieħor.", "Hawn dejjem nitkellmu fuq ir-raħħala, il- bdiewa u dawk li jrabbu t-tjur u l-bhejjem bħala l-għajxien tagħhom, u ma nitkellmux fuq dak li huwa dilettant.", "Jien qed nitkellem kontra tiegħi stess, imma l-liġi għandha tagħti l-poter lill-veterinarju tal-gvern biex ikun jista' jmur ukoll għand min hu dilettant ħalli jeżamina l-annimali tiegħu.", "Għax wieħed dilettant jista' jkollu xi annimal marid ukoll u nafu l-vizzju li għandna li flok naħarqu annimal marid nitfgħuh barra.", "Bħalma jkun hemm il-liġi għal dawk li jrabbu l-annimali bħala l-għajxien tagħhom, il-liġi għandha tkopri wkoll lil dawk li huma dilettanti.", "Hawn min huwa dilettant li jrabbi l-mogħoż, allura għaliex m'għandux ilaqqamhom?", "Fiż-żmien meta kien hemm il-health inspectors, niftakar li kont immur ma' missieri nhar ta' Sibt biex jiċċekkjaw il-mogħoż u kienu jieħdu kampjun tal- ħalib u tad-demm biex jaraw jekk il-mogħoż humiex morda.", "Imma kienu jmorru għand dawk li kellhom il-liċenzja biss, għax dak iż-żmien kienet li jrid ikollok liċenzja jekk tkun qed trabbi iktar minn ħamsa, imma dawk il-ħamsa xorta jistgħu jimirdu.", "Aħna qegħdin ngħidu li għandna nieħdu ħsieb dawn ukoll.", "Jien nixtieq li mhux biss tgħaddi l-liġi mill-parlament u niftaħru biha fil-gazzetti taż-żewġ naħat, imma li tiġi inforzata bis-serjetà u mhux jgħaddi ż-żmien u tintesa bħalma ntesew liġijiet oħra u ma jinbidel assolutament xejn.", "Bir-rispett kollu lejn l-avukati, sfortunatament il- liġijiet qed nużawhom biss biex meta mmorru l-qorti kulħadd joqgħod jikkwota minnhom!", "Jien niftakar li meta kont il-ministru responsabbli mill-agrikoltura kelli każ quddiemi fejn kien instab li l-ħalib kien qed jitħallat ma' l-ilma, u m'huwiex faċli biex taqbad lil min ikun qed iwettaq dan l-abbuż.", "Il- ministru jaf x'qed ngħid.", "Minn hawn u minn hemm irnexxieli nitkixxef x'kien qed isir, pero` ma nistax ngħid dan pubblikament, imma meta morna l- qorti fuq dan il-każ min kien akkużat li qed iwettaq dan l-abbuż ġie lliberat.", "Niftakar li wara li nqatgħet dik il-kawża, kien ġie l-avukat ta' l-akkużat fl-uffiċċju tiegħi u meta tajtu tazza te` bil-ħalib, kont staqsejtu: Jiġifieri skond inti, dan il-ħalib huwa tajjeb għax-xorb?", "Qalli: Iva.", "Għalhekk jien għedtlu: Mela mil-lum 'il quddiem ibda ixrob dan il-ħalib inti għax hawnhekk il-prodotti tal-Malta Dairy Products m'humiex se jidħlu iktar, u fil-fatt żammejt il-kelma tiegħi.", "Kien hemm ħafna li qaluli li b'hekk se nkissru lir-raħħala, pero` allura biex ma nkissrux lir-raħħala jibqa' kulħadd jagħmel li jrid u nibqgħu bla dixxiplina ta' xejn?", "Jekk irridu din is-sitwazzjoni fil-pajjiż, inħallu lil kulħadd jagħmel li jrid u ma noqogħdux niġu hawn naħlu l-ħin nagħmlu l- liġijiet.", "Dan l-abbozz ta' liġi għandna nagħmluh b'tali mod li jgawdi minnu kemm il- konsumatur kif ukoll ir-raħħal.", "Bla ebda dubju, hemm bżonn li r-raħħal jiġi edukat, u dan jiġi edukat mhux billi noqogħdu ntellgħuh il-qorti.", "Billi ntellgħuh il-qorti u nwaħħluh Lm250 jew kemm qed jistabilixxi dan l- abbozz ta' liġi, għalija ma jiswa xejn.", "Per eżempju, għaliex m'għandux jittieħed kampjun tal-ġwież, u jekk ma nsibuhx up to standard, nieħdu l- passi neċessarji?", "Kulħadd jaf x'tip ta' skalora qed tinbiegħ illum, u terġa' min ibigħhielek jgħidlek li se jagħmillek pjaċir li jbigħhielek ukoll!", "Jekk ma tarmix minnha l-iskalora li llum hawn fis-suq, l-għasafar jispiċċaw biex jimirdu.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu nitkellmu fuqhom.", "Per eżempju, nafu x'periklu jkun hemm li l-ħamiem tagħna jlaqqat xi marda meta norganizzaw it-tiġrijiet tal-ħamiem għal xi pajjiżi oħra.", "Kulħadd jaf kemm kien hemm mard tal-ħamiem fl-Ewropa.", "Issa naf li fid-distrett tiegħi min jaf kemm hawn minn se jgħajjarni li qed ngħid dan, pero` jekk ma nitkellmux hawnhekk fuq dawn l-affarijiet fejn irridu nitkellmu?", "Mela ma nafux xi gwaj isib ruħu fih min jiġi l-ewwel u jieħu t-tazzi fil- kompetizzjonijiet tal-ħamiem, u mbagħad tiġi ħamiema marida minn barra u tmarradlu l-ħamiem kollu li jkollu?", "M'iniex qed ngħid li dan qed isir b'vendikazzjoni, pero` rridu naraw x'qed isir.", "Mr Speaker, ma nixtieqx nieħu iktar ħin għax naħseb li dejjaqt lil kulħadd, pero` jien inħobb nitkellem kif inħoss.", "Biss qabel ma nagħlaq dan id- diskors nixtieq nirringrazzja lill-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra li matul dawn il-25 sena li ili membru ta' dan il-parlament ħadu ħafna paċenzja bija.", "Matul dawn il-25 sena din il-Kamra għaddiet minn ħafna affarijiet u kellha kemm żminijiet sbieħ kif ukoll oħrajn koroh.", "Minn kemm ilni membru f'dan il-parlament, mietu diversi membri parlamentari jew ex-membri parlamentari, u lil dawn nixtieq insellmilhom minn hawnhekk.", "F'pajjiżna l- politika hija iebsa għax hawnhekk kulħadd huwa esiġenti.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-iSpeaker preżenti u lill-iSpeakers kollha li kien hawn f'dan il-parlament, speċjalment dawk li kien hawn meta dħalt f'dan il- parlament l-ewwel darba, għax min jaf kemm ħadu paċenzja bija.", "Qabel kienu jsiru diversi teatrini, biex inkunu għidna kollox, pero` kienu żmenijiet sbieħ ukoll.", "Mr Speaker, nixtieq li l-poplu Malti u Għawdxi jkun konxju tas-sagrifiċċju li jkollu jagħmel membru parlamentari għax jiddispjaċini ngħid li llum il- membru parlamentari m'għadu jgawdi r-rispett ta' ħadd.", "Fil-fatt ħafna min- nies jaraw lill-membru parlamentari bħala xi ktieb tal-bank; jaraw biss x'jistgħu jieħdu minnu, u dan m'huwiex sew.", "Kull wieħed u waħda minna hawn ġew għandu jżomm l-unur tiegħu.", "M'iniex qed ngħid li aħna qatt m'għamilna żbalji fix-xogħol tagħna.", "L-iżbalji jsiru minn kulħadd għax kulħadd huwa bniedem, pero` ħafna mix-xogħol li sar hawnhekk, sar għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Huwa veru li t-triq tagħna, bħala Partit Laburista, hija differenti mit-triq li għażel li jieħu l-Partit Nazzjonalista, pero` fl- aħħar mill-aħħar il-membri kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom il-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi f'moħħhom.", "Jien nammira lill-membri parlamentari l-ġodda għall-kontribut li qed jagħtu u nirringrazzja wkoll lil dawk il- membri parlamentari li issa ilhom mhux ħażin f'din il-Kamra, bħall-Ministru Ċensu Galea.", "Fil-fatt jien u l-ministru sirna membri parlamentari fl-istess żmien, u t- tnejn li aħna rridu nkomplu nagħtu x-xogħol tagħna għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Jekk hawn xi ħadd minna li qed jaħseb li fl-aħħar se jkun hawn xi ħadd li se jgħidilna \"grazzi\", qed imur żbaljat.", "Wara li mmutu kulħadd jibda jfaħħarna, pero` meta mmut jien nippreferi li ma tgħidu xejn fuqi.", "Dak li għandkom tgħiduli, għiduhuli issa u mbagħad wara li mmut għidu: Hawnhekk kien hawn wieħed li miet u nirringrazzjaw lil Alla li ħlisna minnu!", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, min-naħa tiegħi ningħaqad ma' l-Onor.", "Debono Grech biex nirringrazzja lill-membri kollha ta' din il-Kamra.", "Jien wieħed mill-membri l-ġodda ta' dan il-parlament u nemmen li dan il- parlament għandu jkun il-mezz kif jgħaqqad lill-poplu tagħna u kif iwassal il-leħen ta' l-istess poplu.", "Ħafna min-nies jaħsbu li kulma nagħmlu f'din il-Kamra huwa li niġġieldu.", "Huwa veru li jkun hemm waqtiet fejn ma naqblux, pero` jkun hemm ukoll waqtiet fejn naqblu.", "Hawnhekk se noħroġ xi ftit 'il barra mis-suġġett, pero` ma nistax ma ngħid xejn fuq nhar il-Ħadd li għaddew, li kienet ġurnata ddedikata lit-tfal li jbatu mid-Down's syndrome.", "Bla ebda dubju, il-priorita` tagħna bħala membri parlamentari għandha tkun dik li hawnhekk inwasslu l-leħen ta' min huwa batut u ta' min ma jista' joffri xejn lis-soċjeta` tagħna.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja wkoll lil dak id-diving club li ta l-kontribut tiegħu biex l-attivita` li saret nhar il-Ħadd li għadda għad-Down's syndrome tkun suċċess.", "F'paġna 33 ta' \"l-orizzont\" hawn xi ritratti li ttieħdu dakinhar, u nnotajt li minkejja t- tbatijiet li jkollhom jgħaddu minnhom it-tfal li għandhom din il- kondizzjoni, xorta waħda kellhom tbissima fuq fommhom u wrew rikonoxximent għal min qed jaħdem għalihom.", "Fl-istess gazzetta li semmejt hemm ukoll tagħrif sħiħ dwar il-massakru li sar nhar it-Tlieta fl-Istati Uniti, u forsi l-attivita` li saret nhar il-Ħadd li għadda wriet li fid-dinja ma jsirux biss affarijiet koroh, imma jsiru wkoll affarijiet pożittivi.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"L-għanijiet ta' dan l-Att huma biex jiġu stabiliti u kkonsolidati l- ħteġijiet fil-qasam veterinarju, prodotti mediċinali veterinarji, ħteġijiet dwar l-għalf u żoo-tekniċi, biex tiġi rregolata l- professjoni veterinarja u biex tiġi rrevokata u sostitwita leġislazzjoni eżistenti.\".", "Matul din id-diskussjoni tkellmu persuni li ħadmu f'dan il-qasam, bħall- Onor. Noel Farrugia u l-Onor.", "Joe Debono Grech, u bla ebda dubju, dawn l- Onor. Membri huma intiżi f'dan is-suġġett iktar minni, pero` jien xorta waħda se nagħti l-kontribut tiegħi.", "Kull abbozz ta' liġi li jitressaq quddiem dan il-parlament, jitressaq għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Qabel ma spiċċa d-diskors tiegħu, l-Onor.", "Debono Grech qal li filwaqt li jkun hemm waqtiet fejn il-membri tal-gvern u ta' l-oppożizzjoni jaqblu, ikun hemm waqtiet fejn ma jaqblux, imma jien nistaqsi: Forsi dan huwa riżultat tas-suppervja u ta' l-injoranza tagħna?", "Forsi x-xogħol li għandna ma jagħtiniex ċans noħolqu diskussjoni kif għandha tkun f'dan il-parlament?", "Meta, per eżempju, tressqu liġijiet li kienu jirrigwardaw lill-annimali, ilkoll qbilna li għandna nagħtu l-aħjar kura lill-annimali u li m'għandniex naħqruhom għax l-annimal ukoll għandu qalb li taf tħoss, imma ħafna drabi aħna, bħala gvern u oppożizzjoni, ma nersqux lejn xulxin lanqas f'abbozzi ta' liġijiet bħal dawn.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax il-gvern Laburista diġa' kien ressaq abbozz ta' liġi fuq l-annimali, pero` l-gvern Nazzjonalista ressaq abbozz ta' liġi ieħor biex issa spiċċajna f'sitwazzjoni fejn donna qed naħdmu kontra xulxin.", "Li nixtieq inkun naf mill-ministru huwa x'hemm wara dan l-abbozz ta' liġi.", "Bħalissa f'pajjiżna għaddejja kontroversja sħiħa dwar jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew inkella għandniex insegwu l-politika tal-Partit Laburista, cioe` dik li nagħmlu minn pajjiżna Svizzera fil-Mediterran.", "Kulħadd qed jgħid tiegħu, u mbagħad min-naħa tiegħu l-poplu tiegħu qed jagħżel liema politika jaħseb li għandha tkun l-aħjar politika għal pajjiżna.", "Pero` jien nerġa' nistaqsi: X'hemm wara dan l-abbozz ta' liġi?", "Jaqaw hemm iktar taxxi?", "S'issa ma jidhirx li qed jiġu mposti xi taxxi f'dan l-abbozz ta' liġi, imma allura x'hemm wara dan l-abbozz ta' liġi?", "Jien u nipprepara dan id-diskors kont qed nitkellem ma' sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia, li huwa s-shadow minister għall-biedja u s-sajd f'pajjiżna, u qbadnieha fuq il-qagħda li jinsab fih il-qasam tal-biedja bħalissa.", "Min jitkellem mal-bdiewa u s-sajjieda jaf li l-affarijiet m'humiex sejrin tajjeb daqskemm wieħed jaħseb jew irid.", "Jien nemmen li kull wieħed u waħda minna hawn ġew ikun jixtieq li jirnexxi u li jkun jista' jaqdi lil dawk kollha li jirrikorru għandu.", "Il-bieraħ waqt li kont qed indur il- kostitwenza tiegħi, in-nies kollha bdew jgħiduli x'jixtiequ li jsir jew inkella minn xiex inhuma mweġġgħin - per eżempju, kien hemm min kien imweġġa' għax il-politiċi ma tawhx widen - u kulħadd wera x-xewqa tiegħu li jien nipprova naqdihom.", "Kieku l-ideal tiegħi hu li jien naqdi lil dawk kollha li jiġu quddiemi, u jien persważ li kull wieħed u waħda minna jipprova jagħmel mill-aħjar biex dan isir, pero` kif nafu, hemm ċerti limitazzjonijiet u xi kultant ma jkunx possibbli għalina li naqdu lil kulħadd.", "Il-politika li l-gvern Nazzjonalista jemmen li hija l-fidwa ta' pajjiżna, jiġifieri dik ta' l-Unjoni Ewropea, qed timponi fuq il-poplu tagħna taxxi ġodda, liema taxxi żgur u bla dubju ta' xejn qegħdin inaqqsu l-livell ta' l- għajxien tal-ħaddiema tagħna, u nkunu qegħdin nonqsu jekk f'dan il- parlament ma nitkellmux dwar il-verita`.", "Meta l-familja tiegħek tkun sejra l-baħar, imma biex ma turix li tkun sejra l-baħar ma titkellimx tkun qed tagħmel iktar ħsara milli ġid, u jien naħseb li f'dan il-pajjiż wasalna f'punt fejn qed naraw x'inhuma l-iktar problemi kruċjali li għandna f'pajjiżna biex dan il-pajjiż ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Jien nerġa' nistaqsi: B'dan l-abbozz ta' liġi hemm lok li jiġu imposti iktar taxxi?", "Jekk iva, il-gvern għandu jitkellem u joħloq diskussjonijiet f'dan ir- rigward għax bil-kriżi finanzjarja li għandu pajjiżna, liema kriżi qed tinħass ukoll fis-settur tal-biedja u s-sajd, irridu naraw li l-affarijiet ma jibqgħux sejrin hekk.", "Naħseb li lkoll niftakru meta f'dan il-parlament tkellimna dwar is-sajjieda fejn kien tqajjem il-punt li minħabba l-politika tal-gvern Nazzjonalista favur sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, qed jiġu imposti diversi regolamenti li għas-sajjieda jfissru telf ta' eluf ta' liri.", "M'hemmx għalfejn ngħid li b'din il-politika tajna daqqa ta' ħarta lill-industrija tas-sajd.", "Jien persważ li s-sajjieda, meta jiltaqgħu mal-ministru, dawn qed jgħarrfuh bil- piżijiet ġodda li qed ikollhom jerfgħu minħabba l-politika tal-gvern tiegħu.", "Huwa veru li kull xogħol fih tiegħu, pero` ta' min jirrikonoxxi t- tbatijiet li jkollu jgħaddi minnhom is-sajjied li, sew jekk xita kif ukoll jekk xemx, ikun irid joħroġ diversi mili 'l barra minn pajjiżna.", "Huwa importanti li aħna, bħala membri parlamentari, ma naħsbux li aħna qegħdin iktar 'il fuq minn dawn il-ħaddiema.", "F'dan l-abbozz ta' liġi jissemma wkoll l-għalf.", "Sieħbi l-Onor.", "Debono Grech, li tkellem qabli, semma l-iskalora.", "Fil-fatt dawk li jrabbu l- għasafar spiss qed jilmentaw li ħafna mill-iskalora m'hijiex ta' kwalita` tajba.", "Hawn ta' min isemmi wkoll li wara li kien hawn skarsezza kbira ta' l-iskalora, din għoliet fil-prezz.", "Anke ssemmiet l-ispezzjoni fuq l- annimali, li hija xi ħaġa li ta' min jinkoraġġieha.", "Jien wieħed minn dawk li nħobb ħafna l-annimali - fil-fatt naħseb li l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi jħobbu l-annimali - għax fihom nara l-ġmiel tan-natura u l-kobor t'Alla.", "Madanakollu sfortunatament mhux l-annimali kollha jinsabu miżmuma sew, u dan jista' jwassal biex jiddaħħal il-mard f'pajjiżna.", "Għalhekk huwa tajjeb li dan l-abbozz ta' liġi qed isemmi wkoll li għandha ssir spezzjoni fuq l-annimali biex naraw jekk dawn humiex morda u humiex miżmuma tajjeb.", "Min-naħa tagħna, aħna għandna ngħinu wkoll lill-prodottur biex dan ikun jista' jżomm ċertu standard ta' ndafa fl-irziezet tiegħu jew inkella fejn ikun qed irabbi l-annimali u t-tjur.", "Illum il-laħam abjad qed ikun iktar imfittex minn dari.", "Il-kuxjenza li daħlet f'pajjiżna dwar id-dieta ta' min ikompli jinkoraġġiha.", "Illum il- poplu tagħna qed isir aktar konxju tad-dieta tiegħu u qed ifittex aktar laħam abjad, bħal tiġieġ ̧ fniek u ħut.", "Pero' kif jaf kulħadd il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti huma għoljin u dawn jinħassu l-aktar mill-anzjani.", "Fil-fatt minkejja li f'pajjiżna għandna ħafna fish farms u ħafna huma dawk li jrabbu t-tjur, jien ikolli ħafna ilmenti ta' anzjani li ma jistgħux iżommu mad-dieta minħabba l-prezzijiet.", "Issa hawn min ikun irid iżomm mad-dieta biex ikollu figura tajba pero' hawn min ikun irid iżomm mad-dieta minħabba ċertu mard, fosthom id-dijabete, il-pressjoni u cholesterol għoli.", "Mr Speaker, aktar kmieni din is-sena kellna l-marda tal-mad cow disease u mhux l-ewwel darba li f'pajjiżna kellna l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.", "Fil-fatt meta kien hawn din il-marda l-produtturi ta' l-annimali kellhom iżarmaw għax is-sussidju li kienu ngħataw bħala għajnuna mill-gvern, kien min kien ̧ ma kienx biżżejjed.", "Ħadd ma jieħu pjaċir meta tfaqqa' xi marda imma rridu naraw li meta jkollna din il-problema, nagħtu l-għajnuna kollha li nistgħu lill-produtturi.", "Issemmew ukoll is-swieq u dawn huma mfittxija ħafna mill-Maltin.", "Meta wieħed imur sas-suq jara bejjiegħa jbigħu il-fniek pero' sfortunatament dawn il-fniek ikunu f'gaġġa jew f'kaxxa flimkien ma' fniek oħrajn.", "Dan mhuwiex sew, speċjalment fl-eqqel tas-sajf, għax l-annimali għandu jkollhom id-drittijiet tagħhom ukoll.", "Jien mhux se noqgħod nitkellem dwar dan pero' ħassejt li kelli nsemmi dan il-fatt ukoll ladarba qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi bħal dan.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix lanqas il-ħerba u l-ħmieġ li jħallu warajhom il-bejjiegħa tal-ħut u ta' l-annimali.", "Per eżempju ̧ l-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kellu bilfors joħroġ eluf ta' liri fis-sena biex wara li jitilqu l-bejjiegħa mis-suq, il-post jinħasel ħalli l-ambjent jinżamm nadif u nevitaw xi infezzjonijiet.", "Għalhekk minn hawnhekk nixtieq insellem lill- kunsilli lokali li daħlu għal din il-biċċa xogħol.", "Jien nemmen li għandha tinħoloq diskussjoni biex il-bejjiegħa jagħtu s-sehem tagħhom ukoll ħalli jgħinu biex is-swieq jinżammu nodfa.", "Hawn imsemmi wkoll li l-president tal- kunsill tal-kirurgi veterinarji u żewġ membri oħra għandhom jinħatru mill- prim ministru.", "Issa jien nittama li l-ħatriet ma jkunux politiċi u nittama wkoll li att bħal dan ma jkunx att biex inkomplu naqdu lin-nies tal- qalba.", "Jien dejjem ngħid li tidħol fl-Unjoni Ewropea u ma tidħolx ̧ it-triq tal- progress trid issir.", "Il-Partit Laburista għandu l-politika tiegħu ta' Svizzera fil-Mediterran għax jemmen li dik hija l-aħjar triq għal pajjiżna.", "Illum il-ġurnata ma nistgħux ngħidu li rridu nagħmlu l-progress biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea għax illum id-dinja tant ċkienet li dak li jiġri f'pajjiżi barranin mill-ewwel inkunu nafuh minn fuq it-television jew minn fuq l-internet.", "Per eżempju,", "din il-ġimgħa kont qed nitkellem ma' erbat iħbieb tiegħi u wieħed minnhom, li huwa anzjan ̧ qalli li meta qabel kien isiefer xi ħadd ̧ dan kien ikun qisu miet għax kien diffiċli li wieħed jikkomunika miegħu.", "Per eżempju ̧ dawk li kienu jmorru l-Awstralja qabel kienu jmorru fuq vapur u kienu jdumu xi 60 ġurnata biex jaslu u l-qraba u ma jkunux jafu jekk waslux jew le.", "Pero' llum il-ġurnata l-affarijiet huma mod ieħor.", "Per eżempju ̧ il-ġimgħa li għaddiet meta seħħet it-traġedja ta' New York rajna li xi air hostesses li kien hemm fuq l-ajruplan wasslu lill-familjari tagħhom x'kien qed jiġri permezz tal-mobile phone.", "Dan ifisser li llum għandek dinja waħda flimkien li donnha hija solidali ma' xulxin.", "Mr Speaker, jien nemmen li l-politika m'għandniex indaħħluha f'kollox imma għandna nipprovaw indaħħlu l-fiduċja f'kulma nagħmlu.", "Qed ngħid dan għax kif diġa' għidt ̧ il-ħatra tal-president tal-kunsill tal-kirurgi veterinarji u ta' żewġ membri oħra m'għandhiex tkun ħatra politika.", "Pajjiżna jiflaħ għal aktar firda?", "Nistgħu nibqgħu naraw aktar nies jitilfu l-fiduċja fil- politiċi?", "Jien il-qatla tiegħi meta niltaqa' ma' xi ħadd u jgħidli li m'għandux fiduċja fil-politiku.", "Per eżempju ̧ sieħbi l-Onor.", "Joe Debono Grech qal li ilu f'dan il-parlament 25 sena u qal li kulħadd jipprova jagħmel mill-aħjar.", "Jien nittama li kull wieħed u waħda minna jerfa' r- responsabilita' ta' politiku u min ma jħossx din ir-responsabilita' aħjar iwarrab.", "Fl-opinjoni tiegħi ̧ illum il-politika hija missjoni għax inti tiltaqa' ma' ħafna nies li fik jaraw dik il-persuna li inti se taqdihom u se toħroġhom mill-problemi li jkunu jinsabu fihom.", "Xi kultant tiltaqa' ma' familja fejn ikun hemm tlett itfal li ma jkunux jaħdmu u kollha jridu jgħixu mill-paga tal-missier li forsi jkun jgħix bil-paga minima.", "Meta wieħed jifhem lil dawn in-nies dawn mill-ewwel jindunaw li l-politiku mhuwiex dak il-bniedem ħalliel u korrott.", "Mr Speaker ̧ jien wieħed minn dawk li nħobb ħafna l-ambjent u bħalissa, b'kull rispett lejn il-ministru responsabbli mill-ambjent nista' ngħid li f'pajjiżna għandna telqa kbira.", "Ovvjament sforzi dejjem isiru imma dawn mhux qed isiru kemm suppost.", "Per eżempju ̧ din il-ġimgħa kont għaddej minn triq ħdejn il-bypass li hemm in-naħa tan-Naxxar u l-Mosta u nnotajt central strip li fiha ħaxix m'għola metru li kienet mimlija karti.", "Allura jien nistaqsi: Minn kemm ilha li għaddiet il-liġi dwar il-ħarsien ta' l-ambjent kemm kien hemm nies li weħlu multi u penali talli kisru din il-liġi?", "Jien naħseb li ma tridx tagħmel sforzi kbar biex l-ambjent ta' pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Naħseb li kull wieħed u waħda minna mar barra minn Malta u ra kif iżommuhom it-toroq.", "Imbagħad aħna m'għandniex il-ħila nżommu triq kif suppost!", "Għalhekk jien nappella lill-ministru responsabbli mill-ambjent biex din il-problema neħduha bis-serjeta'.", "Niftakar li meta kont sindku dejjem kont noqgħod b'seba' għajnejn ħalli nara x'hemm ħażin fil-lokalita' tiegħi.", "Tant hu hekk li kull nhar ta' Tnejn ̧ wara l-weekends ̧ kont ninnota li r-roundabouts ikunu mimlijin bi fliexken u bottijiet tal-birra.", "Jien naħseb li problema bħal din nistgħu nsolvuha billi ninkarigaw persuna biex iddur ir-roundabouts kollha tal- lokalita'.", "Dawn huma affarijiet żgħar imma importanti.", "Issemma wkoll li għandu jitwaqqaf laboratorju u din hija xi ħaġa pożittiva pero' nixtieq li l-ministru jgħidilna jekk saritx xi stima kemm ġej jiswa dan.", "Jien nittama li liġijiet bħal dawn jiġu attwati u mhux jibqgħu fuq il- karta.", "Biex pajjiżna jimxi 'l quddiem irridu ndaħħlu sens ta' dixxiplina.", "Hemm bżonn li ndaħħlu f'moħħna li l-pajjiż huwa tagħna u li dak kollu li hawn fil-pajjiż huwa tal-poplu Malti.", "Għalhekk irridu naħdmu flimkien biex nagħtu l-aħjar li nistgħu lill-poplu tagħna li wera fiduċja fina.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker ̧ dan huwa abbozz ta' liġi kumplimentari għall-abbozz ta' liġi li għaddejna xi xhur ilu kontra l- moħqrija ta' l-annmali.", "Hawnhekk mhux biss qed nitkellmu fuq l-annimali imma qed nitkellmu wkoll fuq il-kura veterinarja tagħhom.", "Nafu kemm hemm dilettantiżmu u kemm hawn nies li m'humiex professjonisti jew mgħallma biżżejjed sabiex jieħdu ħsieb l-annimali iżda fl-istess ħin għandna ħafna professuri li m'għandhomx biżżejjed kwalifiki.", "Kultant is-servizz u l-parir tagħhom huma utli ħafna, pero` ma rridux nibbażaw is-servizz veterinarju fuq dawn in-nies biss għaliex hawn qed nitkellmu dwar is-saħħa mhux tal- bniedem biss imma ta' l-annimal ukoll u għandna wkoll nieħdu l-ikbar kura għal dan il-ħolqien tan-natura.", "Mr. Speaker, qabel kollox wieħed għandu jara' l-pożizzjoni tal-cattle industry.", "Irridu naraw kemm hi kbira l-problema u x'jinvolvi biex ikun hemm iktar supervizjoni għaliex, kif qalu kelliema oħra, inkluż l-Onor.", "Debono Grech, ma jiswa' xejn li jsiru dawn il-liġijiet mingħajr ma' jkun hemm enforcement.", "Hemm bżonn li dawn il-liġijiet ikunu nfurzati biex nipprattikaw dak li qegħdin nagħmlu għall-ġid tal-poplu u għall-ġid ta' l- annimali li nrabbu.", "Biex naraw il-pożizzjoni tal-cattle industry għaliex huwa importanti li nkunu nafu kemm għandna rziezet u rjus ta' annimali - se nikkwota minn news release li ħarġet min-national statistics office l-19 ta' Lulju 2001.", "F'Malta hawn reġistrati 260 razzett, 25 minnhom f'Għawdex.", "Issa minn dawn l- irziezet hemm 38 li għandhom iktar minn 150 ras ta' annimal, 132 għandhom ċirka 50 ras ta' annimal u hemm xi 50 razzett li għandhom bejn 51 u 100 ras ta' annimal.", "Huwa kkalkulat li s-sena l-oħra kien hawn iktar minn 6,000 annimal.", "Issa f'Malta hawn 34 razzett li huma dairy farms, hemm 83 li huma beef farms u hemm 143 li huma kemm dairy farms kif ukoll beef farms.", "Qiegħed nikkwota din l-istatistika biex inkunu nafu x'inhi s-sitwazzjoni ħalli hekk kulħadd jifhem dak li qegħdin nagħmlu permezz ta' din il-liġi.", "Issa ma rridux ninsew li dawn l-irziezet iridu jkunu protetti.", "Hawn sitwazzjoni li l-ministeru huwa konxju dwarha u qiegħed jieħu passi tajbin ħafna fuqha, li hawn ċerti rziezet li jew m'għandhomx permess ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar jew inkella għalkemm għandhom permess, hemm bini addizjonali f'dawn l-irziezet li m'huwiex konformi mal-liġijiet ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar.", "Issa jekk mhux se nirregolarizzaw il-pożizzjoni ta' dawn l-irziezet se naslu f'sitwazzjoni fejn irridu nneħħu nofs l- annimali li għandna.", "Irridu nsibu mezz kif se nirregolarizzaw il-pożizzjoni u fuq dan kiteb tajjeb ħafna l-Onor.", "Edwin Vassallo ftit tal-ġranet ilu.", "Barra l-irziezet li semmejt hemm dawk tat-tiġieġ u tal-fniek, u hemm oħrajn li huma kemm tal-fniek u kemm tat-tiġieġ.", "Il-pożizzjoni tagħhom trid tkun irregolata.", "Trid toħroġ xi skeda li l-ewwel tistabilxxi x'inhuma rziezet imbagħad tistabilixxi kif għandhom jiġu strutturati minħabba l- kwestjoni fundamentali ta' l-indafa.", "L-irziezet irid ikollhom il-permessi kollha meħtieġa, iridu jkunu konformi mal-liġijiet sanitari u jridu jkun nodfa biex imbagħad ikun jista' jidħol is-servizz veterinarju li jara' x'hemm bżonn li jsir.", "Huwa inutli li bniedem iġġiblu tabib għal xi infezzjonijiet li jista' jkollu u meta tidħol ġewwa daru ħlief imbarazz u ħmieg ma taralux.", "Lil dan l-ewwel ħaġa li jgħidlu t-tabib hi biex jinħasel u jnaddaf fejn joqgħod għaliex inkella l- mikrobi se jikbru.", "Irridu nibdew b'dawn l-affarijiet li għalkemm huma elementari, huma importantissimi.", "Biex inkunu nistgħu nagħtu servizz veterinarju, dawk li jrabbu l-majjali, il-baqar, il-barrin u l-mogħoż iridu jifhmu li l-enfasi li qiegħda ssir fuqhom m'hijiex biss biex indejquhom iżda qiegħda ssir għaliex fl-indafa hemm is-saħħa.", "Qed issir din l-enfasi kollha biex is-servizz veterinarju jkun professjonali.", "Tabib jew spettur sanitarju m'għandhomx jidħlu ġo razzett li jkun maħmuġ għaliex wara, minħabba l-pressjoni tax-xogħol, jista' jkun li jidħlu ġo ħanut tal-merċa u allura rridu noqogħdu attenti.", "Mr. Speaker, il-poplu jrid li l-affarijiet li jipproduċu l-annimali jkunu ta' l-aħjar kwalita` u dan il-punt jinsisti fuqu mhux il-gvern biss iżda tinsisti fuqu anke l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed mill-iktar prinċipji importanti ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-agricultural farms hija l-indafa.", "Il-poplu jrid ikollu moħħu mistrieħ li kull prodott li joriġina mill-annimal - u aħna mill-annimal nieħdu ħafna bħal ma' nieħdu mill-ħxejjex u mis-siġar - ikun ta' l-aħjar kwalita`.", "Dawn il-prodotti ma' jistgħux ikunu ta' l-aħjar kwalita` jekk ikun hemm diżastru sħiħ f'dawn l-irziezet.", "Il-bdiewa u r- raħħala jridu jifhmu li l-gvern qiegħed jagħmel dawn l-affarijiet mhux biex jostakolahom jew biex iżidilhom il-ispejjeż iżda għall-ġid tagħhom biex l- irziezet kollha jkunu ta' l-aħjar kwalita`.", "Hawn irziezet li huma ta' kwalita` tajba u li għalihom l-indafa tiġi l-ewwel u qabel kollox, iżda hemm oħrajn li minħabba l-ħmieġ u t-traskuraġni qegħdin iġibu mard lil irziezet oħra.", "Jista' jkun hemm xi insett, ġurdien jew anke għasfur li jmur minn razzett għal ieħor u minħabba l-fatt li saqajhom qishom għandhom il-kolla, dawn iġorru l-mard magħhom.", "Dan il-mard jista' jkun infettiv u jista' jinxtered malajr fil-pajjiż kollu u dak ikun diżastru.", "Din il-liġi mhux se tipproteġi lill-irziezet biss iżda se tipproteġi lill- konsumatur ukoll għaliex dan ikun jista' jieħu l-aħjar prodott nadif minn dawn il-irziezet.", "Għandi leaflet dwar ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea - din se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - u din titkellem fuq li:", "\"Several measures have been introduced as part of the reforms to protect consumers, including rules on food health and hygene, veterinary and plant health controls, animal disease monitoring and community-wide rules promoting the development of organic farming that does not harm the environment or disregard animal welfare.\"", "Dawn huma l-prinċipji sodi u fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm min irrifera għall-common agricultural policy u ma' nistax nifhem għaliex hemm min qiegħed imaqdarha.", "Din il-policy taffettwa lil Malta wkoll u l- gvern irid li Malta jkollha din il-policy għaliex hija ta' ġid kbir għall- bdiewa u r-raħħala Maltin.", "Huwa ħażin li hemm min qiegħed ibeżża' lill- bdiewa, pero` naf li l-bidwi mhux qiegħed jisma' biss dak li qiegħda tgħidlu l-oppożizzjoni iżda qiegħed jara' triqat u opinjonijiet oħra u qiegħed jara' ukoll l-informazzjoni li qed toħroġ mill-MEUSAC fuq il-qasam tagħhom.", "Nixtieq issa nikkwota mill-common agricultural policy:", "\"A modern and competitive farming sector capable of occupying a leading position on the world market whilst safeguarding domestic producers, living standards and income without undermining farmers' living standards.\"", "Għalfejn qegħdin inbeżżgħu l-bdiewa bil-levies?", "L-ewwel artiklu, il-vanġelu tal-common agricultural policy jgħid hekk:", "\"A modern and competitive farming sector capable of occupying a leading position on the world market whilst safeguarding domestic producers, living standards and income. \"", "Minkejja li nneħħu l-levies - u għalkemm issa qiegħed idawwarha, nafu li hemm commitment anke mill-Partit Laburista biex jagħmel hekk – din is- sistema tiggarantixxi li:", "\"...direct payments to farmers are being increased to guarantee them a stable income and a fair standard of living.\"", "Jista' jkun hemm dikjarazzjoni iktar ċara minn din?", "B'dawn l-affarijiet rridu nserħulhom rashom lir-raħħala u lill-bdiewa?", "Jiena nifhmu lill- Onor. Noel Farrugia - u jidher li hu informat għax jaqra ħafna fuq dawn l- affarijiet - imma rridu naraw dak li huwa rilevanti għalina, dak li aħna se nissieħbu miegħu u naraw il-benefiċċji li nistgħu nieħdu minnu.", "Din hija l- garanzija, a stable income and a fair standard of living.", "Issa min jibbenifika minn din il-common agricultural policy?", "Se nerġa' nikkwota:", "\"The benefits of the common agricultural policy flow to all parts of society.", "It guarantees farmers a regular income and ensures that European farming is competitive, markets are stable and that consumers receive a steady supply of quality products.\"", "Għalhekk din il-garanzija m'hijiex biss għall-bdiewa u għar-raħħala iżda hija għall-konsumatur ukoll.", "Issa nirriferi għall-finanzjament tal-common agricultural policy u se' naqra sezzjoni mill-guarantee section:", "\"This section finances most agricultural expenditure via the market regimes in the form of direct income assistance by intervention agencies, funds to cover storage costs and export refunds\".", "Imma x'tista' tagħti iktar l-Unjoni Ewropea?", "Aħna pajjiż żgħir u allura se nibbenefikaw iktar mill-common agricultural policy.", "Anke jekk inti għandek ngħidu aħna t-tadam - din is-sena' kellna kwantita` kbira ta' tadam – u trid tippreserva dak il-prodott u allura tpoġġih fil-freezer, l-Unjoni Ewropea stess tagħtik l-għajnuna biex tippreservah u tbiegħu meta ma' jkunx l-istaġun tiegħu u allura l-bidwi jew ir-raħħal jiġbor iktar flus.", "Anke biex tesporta, l-Unjoni Ewropea se tagħti export refunds taħt il-common agricultural policy.", "Imma nistgħu nmorru aħjar minn hekk?", "Naqra l-aħħar ħaġa minn dan il-fuljett:", "\"The guarantee section also helps to finance four accompanying measures under the common agricultural policy, agri-environmental schemes, afforestation, early retirement and compensatory allowances for less favoured areas.", "Finally it finances structural and rural development measures across the whole community except in the less developed regions.\"", "Fuq dan nixtieq ngħid li l-kabinett għadu kemm approva xi tlieta jew erba' postijiet għal afforestation u l-Unjoni Ewropea qed tiffinanzja l-proġett biex inħaddru pajjiżna.", "L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja biex jinbnew l-irziezet u biex dawn ikunu up to standard.", "In-nies jagħmlu ħafna talbiet lill-Onor.", "Ninu Zammit u lid-deputati bħali li ngħixu f'rural areas biex nirranġawlhom it-toroq u jekk nidħlu fl'Unjoni Ewropea, taħt il- common agricultural policy tingħata dik l-għajnuna finanzjarja għal dawn l- affarijiet infrastrutturali wkoll.", "Mr. Speaker, Malta żgur takkwista ħafna minn dawn ir-regolamenti li timponi l-Unjoni Ewropea u min isiefer u jara' l-prodotti agrikoli, jistaqsi għaliex f'Malta ma' nkabbrux prodotti ta' l-istess kwalita'.", "Għaliex ma nkabbrux dik il-kwalita' ta' ħawh, tuffieħ, larinġ u prodotti oħra?", "Dawn għandhom l-għajnuna.", "Veru li dawn għandhom l-ilma, għandhom ambjent aħjar u għandhom ukoll klima aħjar minn tagħna, għax tagħna hija aktar sħuna, imma bil-finanzjament li tagħtina l-Unjoni Ewropea aħna nkunu nistgħu nipproduċu dak l-ilma li għandna bżonn biex il-prodotti agrikoli tagħna ma jkunux ta' kwalita' inferjuri għal dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, \"the new common agricultural policy – a policy for the new millennium\", li huwa dokument maħruġ mill-Unjoni Ewropea, juri kemm l- Unjoni tagħti importanza lill-qasam agrikolu.", "Illum il-ġurnata l-Unjoni qed toffri policy ferm tajba f'dak li jirrigwarda l-agrikoltura u jkun dnub jekk aħna nitilfuha.", "Sur President, irrid ngħid li l-awtorita' ta' l-ippjanar għamlet a draft negotiating paper on agriculture u għamlet ukoll ir-rural strategy paper.", "Ma rridx ninsa ngħid li l-awtorita' ta' l-ippjanar ma ġietx mistiedna biex tieħu sehem attiv u tagħti l-pariri professjonali fuq planning f'dak li jirigwarda rural development.", "Jiena nagħmel appell lill-MEUSAC biex jagħti rikonoxximent lid-draft negotiating paper on agriculture li ħarġet mill- awtorita' ta' l-ippjanar proprju ftit ta' żmien ilu għax l-awtorita' għandna ħafna x'toffri f'dak li għandu x'jaqsam man-negozjati li qed isiru ma' l-Unjoni Ewropea relatati ma' l-agrikoltura u rural development.", "Jiena m'iniex qed ngħid li lill-awtorita' ta' l-ippjanar ma tawhiex importanza imma hemm bżonn li nagħtuha aktar importanza li ma mmorrux nikkommettu ruħna fi proġetti li jistgħu jħassru l-ambjent tagħna.", "Jiena ngħid li fl-awtorita' ta' l-ippjanar hemm nies professjonali biżżejjed fl- environment management unit li jistgħu jagħtu pariri importanti rigward dan il-qasam.", "Sur President, wara li għedt dan kollu nixtieq li ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar is-servizz veterinarju.", "Wieħed jista' jgħid li matul iż- żmenijiet saru ħafna sforzi biex is-servizz veterinarju jitjieb.", "Pero' minn statistika li ħarġet minn national statistics office jidher li għadna neqsin wisq minn nies professjonali li jagħtu dawn is-servizzi tant essenzjali.", "Jiena ma nafx kemm hawn veterinarji, imma nista' naħseb li hawn numru relattivament żgħir u hemm bżonn li s-servizz veterinarju tad- dipartiment ta' l-agrikoltura jitkompli jitkabbar u jinvesti fil-human resources sabiex ikun jista' jagħti servizz veterinarju adegwat lil min ikollu bżonnu.", "Is-servizz veterinarju huwa servizz importanti għal kull min irabbi kull tip ta' annimali.", "Mhuwiex servizz li jiġi bżonnu biss dak li jrabbi l-baqar jew xi annimali oħra fl-irziezet imma anke min irabbi xi annimal bħala pet.", "Fil-fatt il-liġi tkopri kull tip ta' annimal.", "Aħna l-Maltin imdorrijin inrabbu xi fniek u anke tiġieġ u dawn ukoll jiġu bżonn is-servizz veterinarju.", "Fil-fatt fil-professjoni tiegħi niltaqa' ma' ħafna nies li jiġu għandi jitolbuni pariri dwar x'mediċina jistgħu jagħtu lil fniek bid-diarrhoea jew lit-tiġieġ li jkunu qed iħarħru.", "L-ebda spiżjar u l-ebda bniedem li ma jkunx professjonali f'dan il-qasam ma jista' jagħti pariri fuq dan il-mard jekk l-ewwel ma jiġix ivverifikat minn fejn ikun oriġina dak it-tħarħir fit-tiġieġ jew id-diarrhoea fil-fniek, u biex jiġi vverifikat dan mhux sempliċement tara l-annimal imma trid teżamina d-demm u l-pulmuni.", "Ma jistax ikun li aħna nibqgħu għaddejjin bid-dilettantiżmu għax jew se nagħmlu xi ħaġa tajba jew ma nagħmlu xejn.", "Kemm ikun hawn nies li għax ikollhom il-fniek jew it-tiġieġ morda jitfgħuhom fil-gaġeġ u jmorru jbigħuhom .", "Dnub sagrileġġ dak!", "Sur President, din il-liġi qed tgħid li se noħolqu laboratorju imma nispera li issa jkollna laboratorju li jikkompeti on European standards.", "Nispera li ma noqogħdux nixxeħħu biex nixtru ċertu makkinarju li permezz tiegħu nkunu nafu minn fejn ġej ċertu mard u b'hekk nieħdu dawk ir- riżultati mixtieqa.", "Irridu nkunu serji f'dawn l-affarijiet.", "Jiena naqbel li għandu jkun hemm laboratorju nazzjonali, kif qed tistabilixxi din il- liġi, għax b'hekk biss tista' tikseb ir-riżultati mixtieqa.", "Pero' fil-liġi jingħad li se jingħata biss servizz veterinarju nazzjonali.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb li min irid jagħmel servizz veterinarju privat, din il-liġi tkun qed tintitolah li jagħmel dan, bil-kondizzjoni li kull sejba li tista' tkun allarmanti għal pajjiżna dawn iridu jinformaw biha lil-laboratorju nazzjonali.", "Hekk jagħmlu l-medical practioners li jikkuraw il-bnedmin.", "Jekk tabib waqt li jkun qed jinvista pazjent jinduna li t-tali pazjent għandu xi mard infettiv, dan huwa marbut bil-liġi li jinforma b'dak il-mard infettiv lid-dipartiment tas-saħħa.", "Hawn irrid ngħid li hawn xi wħud mit-tobba li ma jirrapportaw xejn u għalhekk l-istatistika li toħroġ dwar mard infettiv wieħed ma jistax jgħid li qed tindika l-mard kollu infettiv li jkun hawn fil-pajjiż.", "Apparti li l- istatistika ma' tkunx qed tirrifletti l-verita' jista' jkun li jkun hawn xi marda li wieħed ma jkunux aware minnha.", "Dawn huma affarijiet importanti u għalhekk jiena nappella li waqt li hija ħaġa sewwa li jkun hemm servizz veterinarju nazzjonali, għandna nagħtu wisa' wkoll għal servizz veterinarju privat bil-kondizzjoni li kwalunkwe sejba ta' mard infettiv fuq l-annimali tiġi rrapportata lil-laboratorju nazzjonali biex b'hekk flimkien jaħdmu għall-ġid tal-komunita'.", "Sur President, rigward il-mard infettiv irrid ngħid ukoll kemm huwa importanti li wieħed jevita l-infezzjonijiet.", "Hawn Malta għandna sitwazzjoni fejn ċerti produtturi mingħalihom jifhmu f'kollox u malli jaraw xi ħaġa mhux tas-soltu fuq l-annimal, jaqbdu u jmorru jixtru dik il- mediċina jew dawk il-vitamini li jaħsbu li jistgħu jfejqu lill-annimal mingħajr riċetta tal-veterinarju.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Dawn is-servizzi veterinarji hemm bżonn li nagħtuhom spinta tajba.", "Jekk m'iniex sejjer żball spiżeriji veterinarji hawn xi ħamsa jew sitta.", "Għall- ammont ta' annimali li għandna fil-pajjiż dawn huma ftit.", "Qed inħarrġu lil xi ħadd b'mod professjonali jew almenu semi-professjonali li jiggwida lil dak li jkun u jpoġġi aware lil dak il-bidwi li dak l-antibiotiku li qed jitlob - u qed jitolbu għax it-tabib ordnah lill-bidwi tal-farm ta' maġenbu - mhux tajjeb għall-mard li għandhom l-annimali tiegħu.", "Illum il-ġurnata, bħalma qal l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-antibiotiċi għalina qishom m'huma xejn, qisna qegħdin nixtru t-toffee jew xi biċċa ċikkulata.", "L-antibiotiċi daqs kemm huma ħżiena għall-bniedem huma ħżiena għall-annimal ukoll, u jista' jkun li l-ġisem jiġi immune għalihom u allura jkunu qed jittieħdu għal xejn, u mbagħad il-prodott li jkun ġej minn dak l-annimal għall-konsum tal-bniedem jista' jkun li jibqa' infettat.", "Veru li n-nar jeqred kollox imma aħna konna nistudjaw li ċerti mikrobi jirreżistu anke għal temperatura ta' 'l fuq minn 100(C aħseb u ara għal dik in-naqra ta' togħlija waqt it-tisjir.", "Għalhekk jiena ngħid li s-servizz veterinarju għandu jkun iktar professjonali.", "Naf li d-dipartiment tas-saħħa jikkontrolla ħafna d-dħul ta' ċerti mediċini, pero' imbagħad irridu nikkontrollaw ukoll l-użu tagħhom, u dan jista' jsir biss jekk ikollna nies professjonali li jiggwidaw lil dak li jkun dwar x'inhu tajjeb għalih.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-health inspectors.", "Bħalissa l-farms qegħdin jiġu spezzjonati mill-health inspectors.", "Safejn naf jien ma jidhirx li l-kunsill li se jitwaqqaf b'din il-liġi se jkun jista' jagħti warrants speċifiċi lill-health inspectors biex jispezzjonaw il-farms, u hekk għandu jkun.", "Jekk mhux se jkollna spetturi apposta li jagħmlu superviżjoni fuq l-indafa ta' dawn il-farms u min jikkkontrolla x'tip ta' għalf qiegħed jingħata lill-annimali se jkollna rebus.", "Qegħdin naħdmu tajjeb u mexjin f'direzzjoni tajba ħafna.", "Ta' l-oppożizzjoni jgħidulna li dawn huma affarijiet imposti fuqna mill-Unjoni Ewropea u jien ngħidilhom li meta qed nikkuppjaw lil ta' l-Unjoni Ewropea nkunu qegħdin nistabilixxu lil pajjiżna għax dawn qegħdin jiftħulna għajnejna biex inżommu standard tajjeb Ewropew.", "Spiċċa ż-żmien tad-dilettantiżmu u ma jistax ikun li biex issir spezzjoni fuq farm inkomplu ninqdew bl-ispetturi sanitarji tal-health department li jmorru jispezzjonaw xi kċina f'xi lukanda jew f'xi restaurant.", "Din hija xi ħaġa ħażina.", "Jekk aħna mhux se nagħmlu spetturi apposta biex jispezzjonaw il-farms mhu se nkunu qed nagħmlu xejn.", "Jista' jkun li hemm xi ftit minn dawn fid-dipartiment ta' l- agrikoltura imma dawn huma ftit għall-kwantita' ta' rziezet li għandna.", "Sur President, nagħlaq billi nappella li għandu jkun hemm spetturi apposta li xogħolhom ikun li jispezzjonaw l-indafa fl-irziezet, li jkun hemm il-private laboratories għall-analisi tal-mard u xi infezzjonijiet oħra li jista' jkun hemm u naraw ukoll li l-ispiżeriji veterinarji jkunu attrezzati tajjeb b'nies speċjalizzati li jistgħu jagħtu pariri f'dan il- qasam tant vitali għal pajjiżna.", "Ma ninsewx x'epidemja kellna u kemm kienu mietu meta laqtitna l-marda tad-deni rqiq.", "Hawnhekk ta' min isemmi lil Sir Temi Zammit u lil Sir David Bruce li flimkien ħadmu biex jiskopru minn fejn kien ġej dan il-mikrobu tad-deni rqiq li kien qed joqtol ħafna nies.", "Min se jikkontrolla l-mard jekk allaħares qatt jiġrilna xi ħaġa simili?", "Irridu niedħu l-prekawzjonijiet u din il-liġi qed tagħti l-prekawzjonijiet kollha, imma rridu ninforzawha bi sħiħ.", "Hemm bżonn li nkunu aware minn dak li jista' jiġrilna għax l-annimal jagħtina l-prodott u fl-aħħar jagħtina lilu nnifsu wkoll.", "Per eżempju, it-tiġieġa tagħtina l-bajd u mbagħad fl-aħħar nieklu lilha.", "Għalhekk irridu nikkuraw lilha wkoll biex hi wkoll tkun tajba għall-konsum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, qed nitkellmu fuq liġi li hija marbuta b'mod dirett mas-saħħa tal-bniedem.", "L-Onor.", "Michael Bonnici għadu kif qal li l-annimal qed jissagrifika ħajtu biex ngħixu aħna, u għandu raġun.", "Għalhekk, ġaladarba dak l-annimal qed jissagrifika ħajtu għalina, għandna nikkurawh għax fl-aħħar mill-aħħar inkunu qed inħarsu s-saħħa tagħna l- bnedmin.", "Jiena ma rridx ninftiehem li l-kura ta' l-annimali għandha tkun biss għax fl-aħħar mill-aħħar se jispiċċaw jittieklu minna l-bnedmin.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Joe Debono Grech fid-diskors tiegħu, qabel waqafna għall-vaganzi tas-sajf konna ddiskutejna t-tieni qari ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni ta' l-annimali, fejn konna għedna kemm huwa importanti li l-annimali wkoll jingħataw il-protezzjoni u l-istima bħala ħolqien t'Alla.", "Allura filwaqt li dan l-abbozz ta' liġi se jirregola u jikkonsolida l-ħteġijiet fil-qasam tal-veterinarji, prodotti mediċinali veterinarji, ħteġijiet dwar l-għalf, kif jinżammu l-annimali u jirregola l- professjoni veterinarja, fl-aħħar mill-aħħar qed jipprovdi regolamenti proprju biex tiġi protetta s-saħħa tal-bnedmin.", "Jien smajt b'interess lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Bonnici, li f'ħinijiet minnhom kien pjuttost fanatiku fuq dak li tgħid fuq il-karta l- Unjoni Ewropeja.", "Ċertament li wieħed ftit li xejn jista' jikkritika l- kitba u l-prinċipji sbieħ li jeżistu bħalma nafu li għandna ħafna liġijiet f'pajjiżna li fil-maġġoranza tagħhom huma bżonnjużi biex ikun hemm ċerta ordni fil-pajjiż.", "Però dejjem tqum il-mistoqsija ta' kemm qed jiġu osservati u kemm qed ikunu inforzati.", "Minn meta l-Partit Nazzjonalista applika biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, mill-1999 sal-lum għadu jpinġi u jippriedka li l-Unjoni hija s-salvazzjoni u s-soluzzjoni ta' kollox.", "Anke l-Onor.", "Michael Bonnici għadu kif qal li dawn se jagħmluna nies.", "Kważi, kważi qisna aħna barbari u nies mhux ċivilizzati u mn'Alla se nissieħbu fl- Unjoni biex jagħmluna nies u nibdew ngħixu ta' nies!", "Alla fine din hija s- sustanza tad-diskors kollu li ilu jingħad mill-1990 sal-lum.", "Din hija l- fiduċja li għandu l-Partit Nazzjonalista fil-poplu Malti, li aħna m'aħniex nies u li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni se nsiru nies għax permezz ta' din il- myth f'daqqa waħda se ninbidlu mil-lejl għan-nhar.", "Minn poplu mhux ċivilizzat, minn poplu injorant, minn poplu li m'hu kapaċi jagħmel xejn se nsiru ċivilizzati u kollox se jimxi fuq ir-rubini!", "Ċertament li mhux il- każ.", "Il-mod kif il-Partit Nazzjonalista jpinġi l-Unjoni Ewropea bħala s- salvazzjoni ta' kollox huwa ħażin għax fl-aħħar mill-aħħar jiddependi minna li ngħixu f'dan il-pajjiż li lkoll kemm aħna nħobbu.", "Ilkoll kemm aħna nixtiequ li nimxu 'l quddiem, min bi triq u min b'oħra, imma l-għan huwa, għallinqas hekk nittama, il-ġid nazzjonali.", "Uħud mill-prinċipji sbieħ li nsibu miktubin fil-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea nistgħu nadottawhom anke jekk ma nsirux membri sħaħ.", "Ġaladarba l-poplu jeleġġi lil min jirrappreżentah, lill-gvern li jrid imexxih għall-perjodu taż-żmien, ċertament li l-istrutturi qegħdin f'posthom biex aħna bħala pajjiż nagħmlu dawk ir-regolamenti, dawk il-liġijiet li nħossu li huma tajbin għalina.", "Illum qed nitkellmu fuq liġi marbuta mas-saħħa ta' l-annimali, kif wieħed jieħu ħsieb li dawn ikunu ħielsa mill-mard u li l-għalf tagħhom ikun tajjeb.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li din il-liġi hija marbuta indirettament mas-saħħa tal-bniedem.", "Allura għandu jkun ħaddieħor li qisu qed ipoġġi obbligu fuqna biex aħna nagħmlu xi ħaġa?", "Din mhix serjetà.", "Jien kemm-il darba għedt, u nibqa' nirrepeti, li hija l-ikbar sfiduċja fina l-Maltin - speċjalment fil-politiċi Maltin li ilhom imexxu dan il-pajjiż snin sħaħ - li ngħidu li m'aħniex kapaċi nidentifikaw dak li hu tajjeb għalina u bilfors irridu lil xi ħadd jgħidilna biex nagħmluh.", "Jiddispjaċini nisma' dawn l-affarijiet, kif smajt fis-seduta ta' dalgħodu stess.", "Imbagħad noqogħdu ngħidu li l-oppożizzjoni m'għandhiex fiduċja fil-poplu Malti, li m'hu veru xejn, għax jekk niġu għas-si u n-no nindunaw li iktar hemm fiduċja fil-poplu Malti min-naħa tal-Partit Laburista milli mill-Partit Nazzjonalista.", "Il-Partit Nazzjonalista kontinwament jgħid li biex insiru nies, biex insiru ċivilizzati u biex inkunu kapaċi ndaħħlu r-regolamenti, hemm bżonn li nissieħbu.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar id-dħul ta' regolamenti u liġijiet, imma l-problema mhijiex biex iddaħħal ir-regolamenti jew il-liġijiet li hemm bżonn iżda biex tinfurzahom.", "Aħna nafu li jekk indaħħlu liġi jew regolament mingħajr ma ninforzawh inkunu qed nidħku bina nfusna, bina nfusna qed nidħku u b'ħadd iktar.", "Irridu nkunu aħna li ninforzaw dawn ir- regolamenti.", "Se nsemmi eżempju li m'għandux x'jaqsam direttament ma' dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Ftit taż-żmien ilu smajna li l-Unjoni Ewropea neħħiet il-multi li kienet qed timponi fuq il-Greċja minħabba li kellhom xi miżbla.", "Dawn kienu qed jeħlu multi kuljum għax ma kenux qed josservaw ċerti regolamenti li ġustament l-Unjoni Ewropea tesiġi fil-qasam ambjentali.", "X'għamlet l-Unjoni Ewropea?", "Daħlet tintervjeni hi jew bagħtet lil min jintervjeni, jew ġiegħlet lil xi pajjiż ieħor li jmur isolvi din il-problema?", "Le, imma qaltilhom li ladarba kienu qed jiksru dak ir-regolament, iridu jħallsu multa.", "Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar il-pajjiż konċernat irid isolvi l- problemi tiegħu, u anke f'pajjiżna.", "Jiġifieri din l-idea li l-Unjoni Ewropeja hija s-salvazzjoni ta' kollox hija żbaljata.", "Mill-banda l-oħra jien inkun qed nonqos jekk ngħid li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex regolamenti tajbin li jgħoddu għalina f'dan il-qasam.", "U ħadd minna mill- bankijiet ta' l-oppożizzjoni ma jpinġi lill-Unjoni Ewropea bħala għaqda li għandha kollox ħażin.", "Min qed jgħid li aħna qed ngħidu dan id-diskors lanqas biss qed jisma' x'aħna ngħidu.", "Irrid insemmi eżempju ċar ta' kemm il-prinċipji huma sbieħ fuq il-karta, ta' kemm ir-regolamenti jistgħu jkunu hemmhekk imma l-osservanza tagħhom hija 'l bogħod mir-realtà.", "Ftit xhur ilu l-mad cow disease kienet fuq fomm kulħadd u kulħadd kien qed jibża' jiekol il-laħam u kulħadd qabdu ferħ ta' ġenn.", "Issa l-kwestjoni tal-mad cow disease kważi kważi ntesiet - għallinqas fil-ġurnali tagħna ntesiet – allavolja l-konsegwenzi li qed ibatu pajjiżi direttament milquta mill-mad cow disease huma kbar.", "Hemm problemi ekonomiċi kbar u l- produtturi u r-raħħala f'dawk il-pajjiżi għadhom qed isofru.", "Apparti l- Ingilterra, kienu ntlaqtu b'din il-marda numru ta' pajjiżi oħrajn, fosthom il-Belġju u l-Olanda.", "It-Taljani kien jagħtihom ferħ ta' ġenn meta kienu jisimgħu li l-marda qed tkompli tinfirex.", "Forsi dawn m'humiex pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Ilhom pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Mid-dehra din il- marda ġiet ikkawżata minn għalf li kien qed jingħata lill-annimali li ma kellux jingħata.", "Għalhekk b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, se nagħtu poter lill-ministru li jirregola dawn l-affarijiet għax din hija enabling law, però dan nidħlu fih aktar tard.", "Jiġifieri l-problema tal-mad cow disease ċertament hija problema serja u għandha konsegwenzi anke fuq il- bniedem.", "U min jaf sa ftit snin oħra - għax mid-dehra din il-marda tiżvilippa bil-mod il-mod - kemm għad irridu nisimgħu b'nies li jimirdu b'din il-marda qerrieda li fl-aħħar mill-aħħar twassal għall-mewt.", "Sur President, l-argument tiegħi huwa li l-prinċipji sbieħ u r-regolamenti kulħadd jaqbel magħhom u ċertament li ċerti standards għandhom jinżammu.", "Ħadd m'hu jgħid li għandna nħallu kollox kif inhu, kulħadd jagħmel li jrid u mbagħad naraw.", "Ħadd m'hu qed jgħid hekk, imma lanqas imbagħad ma rridu mmorru fl-estrem l-ieħor li ngħidu li aħna m'aħniex kapaċi ndaħħlu ċerti standards.", "Ma nafx għaliex f'dawn l-aħħar snin donnu li d-dinja saret tikkonsisti biss fl-Unjoni Ewropea.", "Lanqas l-Ewropa kollha imma l-Unjoni Ewropea saret id-dinja tagħna!", "Niftakarni snin ilu nsegwi d-dibattiti tal- budget minn fuq it-televiżjoni.", "Fost dawn kien ikun hemm id-dibattitu fuq l-affarijiet barranin, li kont tieħu gost tisimgħu għax għallinqas wieħed kien jitkellem fuq relazzjonijiet bejn Malta u diversi pajjiżi - ejja ma ngħidx tad-dinja kollha - fosthom l-Amerika, iċ-Ċina, il-Libja, il-Ġappun u l-Ewropa.", "Żgur li ma nistgħux ninjoraw l-Ewropa għax qiegħda qrib tagħna – grafikament aħna qegħdin fl-Ewropa - imma ma jagħmilx sens li niffokaw biss fuq l-Unjoni Ewropea u xejn aktar u kulma joħroġ minn hemm nittrattawh qisu vanġelu.", "Nerġa' ngħid li ħadd mill-oppożizzjoni m'hu qed jgħid li m'hemmx regolamenti li nistgħu nadottaw.", "Anke l-politika tal-Partit Laburista tinkludi relazzjonijiet mill-qrib ma' l-Unjoni però mhux sħubija, għax b'mod ġenerali sħubija taffettwa ħażin lil pajjiżna.", "Aħna ma qomniex darba filgħodu u għedna li ma naqblux għax il-Partit Nazzjonalista qed jgħid hekk u allura aħna ngħidu bil-maqlub.", "Aħna għamilna u għadna nagħmlu l-istudji tagħna minkejja l-kliem dispreġġjattiv li xi kultant jingħad minn esponenti ewlenin tal-gvern.", "Però minn ċerti nies tidra kollox u tieħu kollox with a pinch of salt, kif jgħidu l-Ingliżi.", "Anke fit-triq tal-Partit Laburista, ċerti standards żgur li m'humiex esklużi u bħala eżempju nsemmi li fi żmien gvern Laburista kien beda jiġi ttestjat u ċċertifikat il-laħam abjad.", "Dan huwa importanti biex il- konsumatur iserraħ rasu li dak li jiekol mhux se jagħmillu deni.", "Il- kwestjoni tal-mad cow disease uriet li minkejja r-regolamenti kollha li jeżistu, li fil-maġġoranza tagħhom huma tajbin, xorta għad hemm problemi ta' infurzar.", "U hawnhekk qed nitkellmu fuq pajjiżi kbar u pajjiżi li ilhom snin twal membri fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li m'għandniex nagħmlu disservizz lill-poplu Malti li npinġu l-Unjoni Ewropea bħala s- salvazzjoni tagħna, u agħar minn hekk imbagħad noqogħdu ngħidu li m'aħna kapaċi nagħmlu xejn waħedna.", "M'hu veru xejn dan.", "Trid tkun id- determinazzjoni tagħna l-Maltin, tagħna l-politiċi b'mod partikolari, li trid twassal biex dak li għandu jsir għall-ġid tagħna jsir.", "Fl-aħħar mill- aħħar aħna li nkunu qed ngħixu f'dan il-pajjiż u aħna rridu mmexxu l- pajjiż fis-snin li ġejjin.", "Ħadd m'hu se jidħol għal din il-biċċa xogħol jekk ma nagħmluhiex aħna.", "Dak li ġara meta nqalgħet il-problema tal-mad cow disease juri biċ-ċar li minkejja dawn ir-regolamenti kollha li jeżistu u li aħna qed nippjanaw biex indaħħlu - u huwa tajjeb li ndaħħluhom - xorta waħda għad hemm diffikultajiet ta' infurzar.", "Ejja nammettu li fejn jidħol l-enforcement qegħdin on shaky ground, imbagħad wara li tiġri l-froġa naturalment kulħadd għaref!", "Issa aħna qed nitkellmu fuq pajjiżi kbar, fosthom l- Ingilterra, l-iktar pajjiż milqut, il-Belġju, l-Olanda u sa ċertu punt l- Italja wkoll.", "Jekk m'iniex sejjer żball anke f'ċerti rziezet fi Franza nstabet din il-marda li apparti li ġennet il-baqar, ġennet lin-nies għax kulħadd attent x'jiekol.", "F'pajjiżna rridu noqogħdu aktar u aktar attenti għax aħna m'għandniex il-lussu li għandhom ċerti pajjiżi, lussu mhux biss fl-ammont ta' rziezet u kemm għandna bhejjem, imma la għandna l-lussu ta' riżorsi finanzjarji u lanqas għandna riżorsi umani.", "Dan iwassalni għall- punt dwar kemm hu diffiċli li aħna bħala pajjiż fil-preżent insibu nies esperti biex dawn il-provvedimenti li hemm il-ħsieb li jiddaħħlu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, fl-aħħar mill-aħħar jiġu osservati u nfurzati.", "Għalhekk nixtieq li pari passu li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, l-enabling law li se tagħti l-poter lill-ministru jagħmel regolamenti li nittama li għallinqas fi stadju ta' kumitat ikollna ħjiel ta' wħud minnhom.", "Sfortunatament f'dawn l-enabling laws li qed jgħaddu minn dan il-parlament sempliċement nagħmlu l-qafas u ejja ħa mmorru u mbagħad jagħmel Alla, kif ngħidu.", "Lanqas biss qed jagħtuna tweġibiet meta nistaqsu fiex jikkonsistu dawn ir-regolamenti fi stadju ta' kumitat.", "Allura nittama li jingħataw aktar dettalji fi stadju ta' kumitat, mhux bilfors dettalji sħaħ - għax ċertament ikun hemm min għadu qed jaħdem fuq dawn l-affarijiet - però għallinqas jagħtuna ħjiel x'jistgħu jkunu dawn l-imberkin regolamenti.", "Ma nistgħux ngħidu li ġaladarba pajjiżna miexi lejn sħubija sħiħa rridu nagħmlu l-qafas legali biex indaħħlu regolamenti għax ħaddieħor hekk qed jitlob minna, u l-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis jsemmi dawn il-punti kollha.", "Pari passu ma' dan l-abbozz ta' liġi rridu nħarrġu nies biex ikollna nies esperti ħalli jwettqu dak li l-liġi tagħtihom il-poter li jagħmlu, jiġifieri li jmorru u jiċċekkjaw l-irziezet, jiċċekkjaw il-bhejjem u jaraw li jiġu osservati l-istandards meħtieġa biex inħarsu kemm is-saħħa ta' l-annimal innifsu kif ukoll is-saħħa tal-bniedem.", "Sur President, huwa importanti wkoll li jkunu magħrufa l-obbligi li nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi fuq min irabbi.", "Jeħtieġ ikun hemm komunikazzjoni sħiħa bejn min qed irabbi u bejn min se jkun responsabbli, kemm jekk huwa l- kunsill tal-veterinarji li se jitwaqqaf permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi u kemm jekk huwa d-direttur tad-dipartiment għas-servizzi veterinarji.", "Naħseb li għandu jkun hemm effort ta' kull min hu involut kemm fil-qasam tas-servizz veterinarju kif ukoll fil-qasam tas-saħħa, peress li b'dan l- abbozz ta' liġi se nkunu qed inħarsu wkoll is-saħħa pubblika.", "Irid ikun hemm xi body biex jara li dawn l-obbligi fuq min qed irabbi ikunu magħrufa sew u jara li dawn qed jiġu osservati.", "Mill-banda l-oħra rridu nżommu l- bilanċ, fis-sens li rridu ngħinu lil min ikollu diffikultajiet finanzjarji.", "M'iniex qed ngħid li għandna nagħmlu kompromessi ma' l- istandards li jridu jintlaħqu - dik qatt! - għax inkella nkunu qed nagħmlu disservizz lill-konsumatur li mbagħad irid jiekol il-laħam u l-prodotti ta' dawn l-annimali.", "Jiġifieri qatt m'għandu jkun hemm kompromess fejn jidħlu standards u regolamenti stretti u tajbin, imma d-dipartiment irid jagħti l- għajnuna lil dak il-produttur li jkollu problemi finanzjarji biex ikun jista', per eżempju, jimmodernizza r-razzett u jdaħħal miżuri oħrajn biex itejjeb il-produzzjoni tiegħu.", "Ma' din nixtieq norbot ukoll l-importanza ta' l-edukazzjoni għax kważi f'kull abbozz ta' liġi jidħol il-qasam edukattiv, fis-sens ta' edukazzjoni lill-produtturi ta' kif għandhom jieħdu ħsieb aħjar l-annimali tagħhom.", "Ħafna minnhom għandhom amor proprju għal xogħolhom u jifhmu l-importanza tiegħu, pero` sfortunatament hemm xi wħud fil-minoranza li m'għandhom l- ebda skrupli u basta jeħilsu mill-annimal u jdaħħlu l-flus tiegħu.", "Issemma bħala eżempju min irabbi l-fniek u għax ikunu morda joħroġhom għall-bejgħ.", "Jista' jkun li dawn huma nies li ma jkunux qed jifhmu biżżejjed x'qed jagħmlu u għalhekk importanti l-edukazzjoni fost il-produtturi ta' kif jistgħu jieħdu ħsieb aħjar l-annimali u x'konsegwenzi jista' jkun hemm jekk ma jiġux attwati dak li l-leġislatur qed jipproponi lil din il-Kamra biex tapprova.", "Għalhekk flimkien ma' dawn ir-regolamenti u l-abbozz ta' liġi li l-parlament ser jadotta, irid ikun hemm sforz ieħor biex naraw li l- obbligi tal-produtturi jitwettqu u jekk ikollhom diffikultajiet finanzjarji jew tekniċi jiġu mgħejjuna.", "Irid ikun hemm taħriġ fost l-impjegati tal- gvern jew persuni karigati minn dan ix-xogħol li jridu jkunu nies esperti u mhux dilettanti biss.", "L-Onor Evarist Bartolo semma' l-fatt li l-universita` ma tipprovdix studju li jwassal biex wieħed jilħaq veterinarju professjonali u allura wieħed ikun irid imur jistudja barra minn Malta.", "Pero` ma nafx kemm wieħed jista' jkun korrett li jgħid li bi sħubija sħiħa jkunu jistgħu jmorru jistudjaw barra b'xejn.", "L-universitajiet f'pajjiżi barranin m'humiex b'xejn għax it- tuition fees jeżistu u jridu jitħallsu.", "Nifhem li wieħed minflok iħallas ħamest elef iħallas erbat elef, imma lanqas l-istudenti tal-pajjiżi membri stess ma jmorru l-universita` b'xejn.", "Dan huwa argument li jrid jiġi affrontat hawn Malta jekk il-gvern jibqa' miexi lejn sħubija sħiħa.", "Apparti s-suq żgħir li għandna f'pajjiżna, hija ċertament diffikulta` li fl- universita` ta' Malta m'għandniex kors li jwassal għal degree fil- professjoni tal-veterinarji.", "Forsi minħabba dawn ir-raġunijiet ma jkunx hemm min jitħajjar li jieħu din il-professjoni.", "Ta' min iħajjar aktar żgħażagħ biex jidħlu bis-serjeta` għal din il-professjoni li hija importanti daqs il-professjonijiet l-oħra kollha.", "Huwa essenzjali li din il- professjoni tiġi rikonoxxuta daqs kull professjoni oħra mill-pubbliku inġenerali għax naturalment il-professjonisti bejniethom jirrikonoxxu dawn il-professjonijiet.", "Tajjeb li bħala membri f'din il-Kamra nirrikonoxxu l- ħidma tal-veterinarji f'pajjiżna u għandna nħeġġu biex ikun hemm iktar veterinarji għax hu neċessarju li jkollna iktar nies professjonali.", "Importanti wkoll li jsiru l-kontrolli b'mod regolari u ta' spiss.", "Is- sitwazzjoni preżenti hija li jsiru l-kontrolli pero` mhux b'mod regolari u ta' spiss kif għandhom isiru.", "Dan jista` jagħti lok fejn ċertu mard li jista` jiżviluppa minn żmien għall-ieħor u aħna żgur li m'aħniex 'il barra mill-possibbilta` li jkun hemm xi tip ta' mard, idum aktar biex jinqabad b'detriment li l-marda tinfirex jew ikun hemm diffikultajiet biex tiġi meqruda.", "Hawn nerġa' nagħmel mistoqsija li aċċennajt għaliha qabel, dwar jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-gvern għal għajnuna li tista' tingħata f'każ li jkun hemm xi produtturi li ma jistgħux ilaħħqu ma' xi spejjeż.", "Jien mhux qed ngħid li l-gvern għandu jħallas kollox hu, pero` m'għandux jaħsel idejh u jgħid li m'għandux x'jaqsam u li hija problema tagħhom li jdaħħlu ċerti affarijiet neċessarji biex ikollhom livell għoli f'dan il- qasam.", "Il-gvern għandu jaħseb li jkun hemm ċertu ammont ta' flus biex min ikollu bżonn l-għajnuna bis-serjeta` tingħatalu.", "Għandu jkun hemm il- kontrolli neċessarji biex l-għajnuna tmur għal dak li jkun intenzjonat u mhux għal affarijiet oħra.", "Apparti l-kontrolli li għandhom isiru fl-irziezet fuq l-annimali b'mod dirett, huwa essenjali wkoll li l-għalf li jingħata lill-annimali jkun taħt kontroll il-ħin kollu.", "Jiddependi mhux biss mill-ambjent nadif u ħieles mill-mard li l-annimali jgħixu fih imma wkoll minn dak li jieklu għax jikkunsmawh huma stess.", "L-għalf għandu jingħata attenzjoni biex ikun tajjeb.", "Nerġa nagħmel riferenza għall-mad cow disease fejn ċertu għalf bħal dak li ngħata l-baqar jidhirli li ddaħħal ukoll f'pajjiżna u għalhekk irridu noqogħdu attenti mill-konsegwenzi li jista' jħalli.", "B'mod ġenerali qed nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li hu direttament marbut ma' l-agrikoltura u sajd.", "Fid-dawl tan-negozjati li qed jagħmel il-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea, l-istess gvern u l-istess Unjoni jirrikonoxxu li dan hu wieħed mill-kapitli l-aktar diffiċli għall-Gvern Malti.", "Huwa diffiċli għax hemm il-problemi.", "Għalhekk aħna bħala Partit Laburista f'dan il-qasam nippruvaw niftħu għajnejn min hu f'dan ix-xogħol għax id- diffikultajiet qegħdin hemmhekk.", "L-istess gvern u Unjoni Ewropea qed jammettu dawn id-diffikultajiet.", "Nafu li bħalissa hawn ċertu inċertezza fost min jaħdem fil-qasam tal-biedja u tas-sajd dwar il-fatt li pajjiżna jkollu jadotta l-common agricultural policy kif inhi sakemm ma jkunx hemm xi żmien ta' transizzjoni li finalment dik il-liġi trid titneħħa.", "Fil- preżent jeżisti nuqqas ta' qbil fost min hu nvolut f'dan is-settur.", "Dan ħareġ ċar minn dak li ġie diskuss fil-MEUSAC fejn il-gvern ipprova jifformula l-pożizzjoni tiegħu għan-negozjati kif għamel f'kapitli oħrajn.", "Il-gvern impona l-pożizzjoni tiegħu meta ma kienx hemm qbil bejn dawk konċernati fil-MEUSAC.", "Għalhekk hemm ċerti diffikultajiet fin-negozjati minħabba dan in-nuqqas ta' qbil.", "Il-gvern baqa' għaddej minkejja l- oġġezzjonijiet li kien hemm minn dawk konċernati f'dan il-qasam.", "Sur President, inti kkwotajt diversi affarijiet mill-common agricultural policy li fil-prinċipju suppost jaħdmu hekk pero` meta naraw il-fatti huma differenti.", "Tajjeb li ngħidu li ċertu affarijiet li jkunu magħmulin għall- pajjiżi l-kbar mhux bilfors jgħoddu għalina.", "L-argument ta' one size fits all li r-regolamenti kollha li jeżistu huma tajbin għal kull pajjiż ma jreġix.", "Kull pajjiż għandu l-problemi tiegħu.", "L-istess pjan li għandu l- gvern ta' l-adozzjoni ta' l-acquis isemmi dawn id-diffikultajiet li għandna bħala pajjiż żgħir.", "Huwa ċert li fis-settur tal-biedja u s-sajd jeżistu problemi għax qed nheddu l-futur tal-biedja u s-sajd f'pajjiżna, Dan mhux qed ngħiduh biex inbeżżgħu għax huwa stat ta' fatt. Nies li qegħdin f'dan is-settur jiġu jkellmuna u issa huma wkoll qegħdin iwassluh lill-gvern u ppruvaw iwassluh fil-MEUSAC.", "Il-gvern baqa' għaddej bil-pożizzjoni tiegħu biex jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea u minkejja li kitbu fil-ġazzetti s'issa jidher li ħa jibqa' għaddej bit-triq tiegħu.", "Jiġifieri jadotta l-politika komuni fil- qasam ta' l-agrikoltura mingħajr ebda distinzjoni ta' xejn u din se toħloq problemi serji lill-biedja u s-sajd f'pajjiżna.", "Per eżempju, il-produzzjoni lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-agri-industrija ċertament tinstab mhedda.", "Qed indaħħlu leġislazzjoni, enabling law, biex indaħħlu regolamenti li jirregolaw dan is-settur, u mill-banda l-oħra nafu li jekk nibqgħu sejrin b'din il-politika lanqas se jkollna x'nirregolaw.", "Inkunu qed indaħħlu liġijiet li se jkunu fuq il-karta, imbagħad mhux ser insibu industrija li timxi ma' dawn ir-regolamenti.", "Din il-kwestjoni li anke aħna ħa nneħħu l-levies hija gidba tal-Partit Nazzjonalista.", "M'hu veru xejn li gvern Laburista ser ineħħi l-levies minn fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura jew mal-biedja.", "Kemm il-darba għidna li s-settur tal-biedja f'pajjiżna għandu bżonn il- protezzjoni mhux għax aħna m'aħniex kapaċi jew m'għandniex prodotti tajbin.", "Xi kultant naraw affarijiet ta' barra, per eżempju għeneb li jkun kbir imbagħad tmur tieklu u jkun togħma t'ilma.", "L-għeneb tagħna għandu togħma u huwa tajjeb.", "Aħna għandna prodotti tajbin imma l-art ta' pajjiżna hija dik li hi.", "L-ilma ma ssibux kullimkien.", "Nonfqu spejjeż kbar biex nipproduċu ilma li jkun tajjeb għal biedja u nonfqu iktar spejjeż biex ilma mielaħ nagħmluh tajjeb għalina.", "Għandna ċerti limitazzjonijiet mhux għax m'aħniex kapaċi imma d-daqs ta' pajjiżna huwa dak li hu.", "B'mod partikolari fil-qasam tal-biedja ma nistgħux nikkompetu ma' ħaddieħor mingħajr protezzjoni.", "Fejn jidħol l-għeneb, per eżempju, biex forsi nkunu nistgħu nikkompetu ma' pajjiżi oħrajn irridu nżidu l-art li għandna llum għal aktar minn tliet darbiet.", "Qed nitkellem fuq l-għeneb biss u mmaġina fuq prodotti oħrajn ukoll.", "Il-ħtieġa li nipproteġu dan il-qasam ġejja wkoll mill-fatt li aħna pajjiż żgħir.", "Kieku konna l-Ġermanja, Franza jew l-Italja nitkellmu b'mod differenti.", "Ma nistgħux napplikaw il-politika komuni ta' l-agrikoltura ta' l-Unjoni Ewropea fuq pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Minkejja li l-Unjoni Ewropea tagħat sussidji lil ċertu bdiewa u ndustriji fil-qasam agrikolu, u dan huwa stat ta' fatt rappurtat f'rapporti uffiċjali ta' l-Unjoni, dawn xorta waħda fallew wara ċertu żmien.", "Irriżulta minn dawn l-istess rapporti li punt prinċipali li wassal biex dawn minkejja l- għajnuna u s-sussidji li ngħataw ma rnexxewx kien proprju dak ta' l-art.", "Dan il-lussu f'pajjiżna m'għandniex.", "Issa tgħidli li għandna art li tista' tintuża u tiġi mtejba u li tingħata għajnuna biex forsi niżviluppawha aħjar.", "Iva hemm bżonn li jsir sforz kollettiv, kulħadd jingħaqad flimkien u ċertu artijiet mitluqin jinġabru.", "Pero` anke jekk nagħmlu dan kollu xorta waħda jkollna diffikultajiet għax artna hija dik li hi.", "Qed naraw proprju ċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jagħti l-poter lill-ministru li jdaħħal regolamenti biex ikun hemm standards li huma tajbin biex inħarsu s-saħħa mhux biss ta' l-annimali nfushom, imma s-saħħa tagħna wkoll.", "Pero` jiftħilna għajnejna wkoll fuq ir- relazzjoni futura ma' l-Unjoni Ewropea.", "Se nilleġġislaw xi ħaġa llum pero` għada pitgħada nistgħu nispiċċaw li ma nsibux settur tal-biedja f'pajjiżna li jkun jista' jħalli fis-seħħ dak li qed nilleġġislaw.", "Għalhekk jiena nappella lill-gvern biex mingħajr passjoni politika naraw x'inhu l-interess nazzjonali.", "M'għandniex noqogħdu npoġġu fl-imħuħ tan-nies li l-Unjoni Ewropea se tagħtina l-flus u li kollox se jimxi tajjeb.", "Il-verita' hi li f'pajjiżi oħrajn dan ma kienx il-każ.", "Jekk wieħed jitkellem ma produtturi Ingliżi dawn huma jgħidulek li marru lura ħafna.", "Il-Gvern Ingliż stess lill- biedja ma tantx jagħtiha importanza.", "Jiena kelli okkażjoni li niltaqa' ma' bidwi li għandu medda art kbira għax qed igawdi s-suċċess minħabba li ħaddieħor spiċċa, pero' anke dan qed ikollu jillapazza biex jibqa' kompettitiv f'dan is-settur.", "Dan qed ngħiduh mhux biex inbeżżgħu imma għax nixtiequ l-ġid lil pajjiżna.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ftit qabel ma' l-parlament aġġorna għall-vaganzi tas-sajf konna ddiskutejna l-liġi dwar id-drittijiet ta' l- annimali, liġi li qajmet interess partikolari.", "Qajmet interess partikolari anke f'dan il-parlament għax diversi membri tkellmu dwarha u issa nittama li tibda tiġi attwata għax il-liġijiet m'għandhomx ikunu biss fuq il-karta imma jrid ikollok ukoll l-inforzar u t-tħaddim tagħhom.", "Ikun aħjar jekk ikollok liġi waħda li tiġi attwata u mħaddma milli jkollok mitt liġi fuq xkaffa.", "Irrid ngħid ukoll li minħabba l-politika tal-gvern li akkost ta' kollox isieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea, aħna ġejna kostretti li fil-maġġor parti tal-ħin parlamentari niddiskutu liġijiet li għandhom l-iskop ewlieni li niġu in line mal-politika u mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea li jinsabu fl-acquis communautaire.", "Minħabba f'hekk, sfortunatament f'diversi każi qed jiġri li liġijiet li ma jiġux quddiem il-parlament għax il-gvern tal- ġurnata jemmen li għandhom ikunu fuq quddiem ta' l-aġenda fl-interess ta' pajjiżna, imma jiġu diskussi għax l-uniku twemmin li għandu l-gvern huwa li jirregola ruħu mar-regolamenti u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din kont diġa' għedtha u nerġa' nirrepetiha li din hija żvintura għal dan il- parlament u għalina d-deputati.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni redikola li flok niddiskutu dak li verament naħsbu li huwa l-iktar prioritarju u ta' ġid għal pajjiżna, qed nispiċċaw niddiskutu liġijiet li l-gvern huwa kostrett li jwettaq imma li m'humiex fl-interess tal-pajjiż.", "Mr. Speaker, jiena ma rridx ninftiehem li qed immur kontra ċerti regoli u liġijiet li jkunu tajbin imma qed immur kontra l-fatt li l-gvern mhux qed iressaqhom għax iħoss li huma ta' interess għall-pajjiż imma sempliċement biex jirregola ruħu ma' dak li tgħidlu l-Unjoni Ewropea.", "Issa quddiemna għandna liġi oħra minn din is-sensiela ta' liġijiet li huma solament intiżi biex niġu in line mar-regolamenti u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Appuntu għandna quddiemna liġi li din id-darba tirrigwarda l-ħtiġiet fil- qasam veterinarju, il-prodotti mediċinali veterinarji u ħtiġijiet dwar l- għalf.", "Aħna nafu bid-diffikultajiet u bin-nuqqas ta' dixxiplina li teżisti f'diversi oqsma fejn tidħol l-iġene mhux biss fis-settur tal-industrija ta' l-ikel imma anki fejn l-annimal jiġi mrobbi.", "Jiena naħseb li f'pajjiżna huwa meħtieġ li tintwera' ċerta dixxiplina, pero' għalkemm din il-liġi b'xi mod jew ieħor timponi ċerta dixxiplina u kontroll fuq l-għalf, l-annimali u l-prodotti tal-annimali li jidħlu f'pajjiżna jiddispjaċini ngħid li ma tantx jiena konvint li dan se jiġi attwat.", "Mr Speaker, qed ngħid hekk għax f'dawn l-aħħar tliet snin għaddew ħafna liġijiet minn dan il-parlament – u ta' min jgħid li wħud minnhom kienu pożittivi – pero' madankollu xorta waħda baqa' ma sar xejn.", "Jiena nittama li din il-liġi li għandna quddiemna mhux sempliċement tiġi approvata imma tiġi attwata wkoll.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla t-Tlieta 18 ta' Settembru 2001, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Riżoluzzjoni dwar it-Tneħħija ta' Mħallef - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, meta tiġi biex tagħmel aġġornament bħalissa diffiċli li ma titkellimx fuq dak li qed jiġri fid-dinja madwarna.", "Qed nirriferi għall-attakk sfrenat li sar fuq l-Istati Uniti u jien, flimkien mal-Kamra u kif għamlu wkoll diversi kelliema l-bieraħ, nixtieq li mhux biss inwassal il-kondoljanzi tiegħi lill-familji ta' dawk kollha involuti, imma nikkundanna mingħajr riżervi dan l-att kodard li qered tant nies innoċenti u ħoloq tbatija bla sens għal ħafna familji.", "Żgur li l-effetti ta' din l-azzjoni se jibqgħu jinħassu għal żmien twil u naħseb li d-dinja qatt ma hi se terġa' tiġi kif kienet qabel.", "Wieħed jista' jifhem l-imrar u l-anzjeta' li każ bħal dan jikkawża lill-komunita' internazzjonali.", "Minbarra li nitolbu għall-vittmi u għall-familji tagħhom, nistgħu biss nistaqsu x'lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu minn sitwazzjonijiet bħal dawn.", "L-ewwel lezzjoni naħseb hi li fil-ħajja tippjana kemm tippjana, dejjem se jinqalgħu ċirkostanzi li ma tkunx ħsibt għalihom u li jwasslu biex ibiddlu l-pjani li tkun għamilt.", "Bl-Ingliż jgħidu man proposes and God disposes, jiġifieri l-affarijiet fl-aħħar mill-aħħar m'huwiex f'idejna.", "Lezzjoni kbira oħra li naħseb li ġiet f'moħħ kulħadd f'din il-ġimgħa hija li l-iżolament fid-dinja tal-lum ma jwassal imkien.", "L-iżolament ta' pajjiż, kbir kemm hu kbir, żgur li jwassal pajjiż biex jinqata' minn pajjiżi oħra madwaru u mill-ekonomija globali.", "Wieħed qatt m'għandu joħloq illużjoni ta' safety jew illużjoni li l-bniedem huwa salv fit-torri tiegħu meta ċ-ċirkostanzi u r-realta' huma differenti.", "Jien naħseb li l-aħħar gwerra dinjinja uriet b'mod ċar li l-ebda pajjiż, lanqas pajjiż kbir bħall- Istati Uniti ta' l-Amerika, ma seta' verament jiżola ruħu mill-avvenimenti ta' madwaru.", "Qed ngħid dan għax dan il-pajjiż kien ipprova jibqa' barra mill-gwerra imma l-esperjenza qarsa ta' Pearl Harbour wasslitu biex jibdel fehmtu u malajr daret l-opinjoni pubblika Amerikana.", "Dan il-kunċett li ħadd ma jista' jgħix f'iżolament jgħodd ħafna iktar għal-lum minħabba l- kunċett ta' globalizzazzjoni li qed naraw iseħħ fid-dinja.", "Dan huwa kunċett li warrab il-barrieri tal-kummerċ u warrab il-barrieri tat- trasferiment ta' popli u ta' għerf grazzi għat-teknoloġija l-ġdida ta' l- informatika.", "Mr Speaker, dan huwa proċess partikolari li qed iseħħ madwar id-dinja kollha.", "Beda ftit tas-snin ilu pero' ma jistax jitwaqqaf.", "Aħna gżira żgħira li ninsabu f'nofs dan il-proċess ta' globalizzazzjoni u rridu naraw kif se nirreaġixxu għalih.", "Naħseb li l-proċess fih innifsu huwa wieħed tajjeb.", "Naħseb li meta wieħed iħares lejn il-vantaġġi li wieħed jikseb minn dan il- proċess żgur li wieħed irid ikun sodisfatt bil-potenzjal tiegħu.", "Għalkemm jista' jwassal biex ikun hemm ċerti effetti ħżiena fuq ċerti sezzjonijiet ta' popolazzjoni mad-dinja kollha, dan il-proċess huwa fil-fatt mutur qawwi biex jiġġenera l-ġid.", "Dan qed ngħidu għax meta toħloq sistema kompletament libera ta' kummerċ ikollok aspetti tas-soċjeta' li jinqabdu fuq sieq waħda mhux minħabba li jkun tort tagħhom imma minħabba fiċ-ċirkostanzi li jinsabu fihom.", "Minħabba f'hekk f'ħafna pajjiżi tad-dinja daħal il-kunċett tas-social market economy, fejn dawk responsabbli mill-pajjiż ħassew li flimkien mas-sistema tas-suq liberu kellhom jidħlu responsabbli għall-aspett soċjali.", "Din il- policy sservi bħala speċi ta' safety net intiża biex taqbad lil dawk li mingħajr tort ta' xejn jaqgħu mit-toqob tas-suq liberu minħabba fiċ- ċirkostanzi tal-ħajja.", "Qed ngħid dan biex nuri kemm dan l-aspett ta' globalizzazzjoni għandna neħduh in konsiderazzjoni u nilqgħu għalih billi tibda ssir leġislazzjoni u ssir forma ta' solidarjeta' mhux fuq skala nazzjonali imma fuq skala internazzjonali biex jipproteġi lil dawn in-nies u lil dawn il-pajjiżi.", "Ir- realta' hi li l-ebda pajjiż ma jgħum waħdu, l-ebda pajjiż ma jista' iwaqqaf l-avvanz u allura wieħed irid jadatta ruħu għaċ-ċirkostanzi.", "Id-differenza hi li fejn qabel nazzjon u poplu seta' billi jaħtar il-gvern u l-gvern jaħtar il-politika tiegħu jikkontrolla sa ċertu punt dak li jkun qed jiġri f'pajjiżu, illum dan huwa ħafna iktar diffiċli meta l-kummerċ qed isir bla burduri fuq skala globali.", "Minħabba f'hekk pajjiżi li jaħsbu l-istess u kapaċi jifthiemu joħolqu forom ta' relazzjoni politika, reġjonali u internazzjonali li fiha tkun tista' tibda tibni din is-safety net.", "Irrid ngħid ukoll li kull darba li jsiru laqgħat internazzjonali qed ikun hemm vjolenza qawwija u protesti.", "Għalkemm jien ma naqbilx mal-vjolenza, wieħed irid jifhem li l-vjolenza - u nirrepeti li nikkundanna l-vjolenza taħt kwalunkwe forma – tkun organizzata minn ftit li jkunu anarkisti, imma ħafna minn nies li jipprotestaw ikunu hemm biex juri t-tħassib tagħhom għall-problemi li jistgħu jinqalgħu minħabba ċerti aspetti negattivi tal- globalizzazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi wieħed irid jilqa' għal din l-isfida minn tliet aspetti separati.", "L-ewwel aspett li rridu nilqgħu għalih huwa dak tas-solidarjeta'.", "Bis- solidarjeta' bejn il-pajjiżi rridu noħolqu ftehim reġjonali u internazzjonali li għandu jwassal biex dawk li jinqabdu fuq sieq waħda jew jinqabdu ħażin ikunu f'pożizzjoni li jiġu mgħejjuna.", "Għandhom jiġu mwarrbin ċerti flejjes li jistgħu jingħataw biex dawk il-partijiet u żoni li jkunu nqabdu fuq sieq waħda u jibqgħu lura apparagun mal-kumplament tar-reġjun, ikunu jistgħu jingħataw palata 'l quddiem.", "Huwa tajjeb li tintwera din it- tip ta' solidarjeta', pero' meta jsir dan jeħtieġ li jiġi rrispettat il- prinċipju ta' l-awtonomija ta' dawn il-pajjiżi, liema prinċipju jiġi salvagwardat taħt il-prinċipju tas-sussidjarjeta'.", "Dan huwa t-tieni prinċipju li fl-isfond tal-globalizzazzjoni wieħed irid iżomm biex jissalvagwarda l-interessi ta' pajjiż nazzjon u l-awtonomija tiegħu.", "Dan il- prinċipju tas-sussidjarjeta' jiggarantixxi li poplu jibqa' awtonomu f'dawk l-affarijiet li jħoss li għandu jibqa' awtonomu fihom", "Prinċipju ieħor importanti biex jgħinna niżviluppaw il-globalizzazzjoni fuq termini internazzjonali huwa fil-fatt il-kunċett ta' prinċipju politiku.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-ġid komuni.", "Tajjeb li kull pajjiż u kull partit politiku, hu ta' liema kulur hu, jirrealizza li jekk ma timxix b'forma ta' etika li taqa' almenu taħt forma ta' etika ispirata mil-liġi naturali, se jispiċċa ħażin.", "Il-politika llum trid tkun ispirata minn dan il-ġid komuni, mill-etika fil-politika li twassal wieħed ifittex lejn dak li hu ta' l-akbar ġid għan-nazzjoni tiegħu.", "Jekk wieħed ifittex biss l- interess personali mingħajr ma jħares lejn il-ġid komuni ta' nazzjon sħiħ żgur li huwa ddestinat li jfalli jew almenu jmexxi n-nazzjoni f'tarf ta' preċipizzju li minnu wieħed jista' jara fondoq enormi li minnu mhux dejjem ikun jista' jirritorna minnu.", "Jiġifieri kull partit politiku u kull pajjiż għandu jkollu s-sens u l-foresight li jagħżel dak li huwa ta' l- ikbar ġid għall-pajjiż u ta' l-ikbar ġid għall-komunita' li qed jgħix fiha.", "M'għandux ifittex biss il-ġid għal sezzjoni żgħira ta' komunita', m'għandux ifittex biss l-interessi partiġġjani immedjati li jistgħu jwassluh biex forsi jerġa' jikseb il-poter imma jrid iħares lejn dak li huwa l-ġid komuni veru fit-terminu immedjat u anke fit-tul.", "Tajjeb li meta wieħed jitkellem fuq solidarjeta' u fuq il-kunċetti soċjali li bihom għandna nilqgħu għal dawk li jkunu fqar - u hawn qed nirreferi kemm għall-faqar tal-flus kif ukoll għat-tip ta' faqar modern - wieħed iwessa' l-vista tiegħu biex jinkorpora l-problemi ta' l-ambjent ta' madwaru għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-problema ta' l-ambjent hija problema essenzjalment soċjali.", "L-ambjent jolqot lill-bniedem li huwa ħlejqa li qed jgħix fih.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk ma tibżax għall-ambjent ta' madwarek il-problema se tiġi fuqek u tolqot ċerti setturi tal-poplu, speċjalment dawk fqar.", "Mr Speaker, fejn sejjer b'dan l-argument u għalfejn qed ngħid dan kollu?", "Pajjiżna llum reġa', bħal f'ħafna okkażjonijiet oħra fl-istorja tiegħu, qiegħed f'salib it-toroq u l-poplu Malti għandu għalfejn jirringrazzja lil Alla li f'dan is-salib it-toroq li qiegħed fih għandu jmexxi lill-pajjiż il- Partit Nazzjonalista.", "Kien il-Partit Nazzjonalista li dejjem kien kapaċi jagħraf is-sinjali taż-żmenijiet, iħares lejn il-ġid komuni tal-poplu, japplika l-prinċipju tas-sussidjarjeta' u juri wkoll is-sussidjarjeta' f'ċerti okkażjonijiet li nqalgħu matul iż-żmenijiet, bl-indipendenza, bil- liberalizzazzjoni tal-kummerċ eċċ. Ma rridx nidħol fid-dettalji kollha, imma kieku għamilna kif riedet l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien u ta' dan iż- żmien, kieku żgur li kien ikollna l-falliment tal-poplu li jkun f'pożizzjoni ħafna agħar milli qiegħed fiha llum.", "Illum x'inhi l-għażla tagħna?", "L-għażla tagħna hija ċara.", "Malta għandha tendenza li tkun iżolata mingħajr wisq sforzi, hija gżira miftuħa għall- effetti li jiġu fuqha mill-kumplament tad-dinja, qegħda wkoll tiġi milquta u se tiġi milquta mill-effetti tal-globalizzazzjoni u minħabba f'hekk ma tistax tiżola ruħha.", "Allura x'inhi s-soluzzjoni ta' pajjiżna?", "Aħna ninsabu f'din ix-xmara tal-globalizzazzjoni li fiha miexja d-dinja u allura rridu nagħrfu fejn huma s-saħħiet tagħna.", "Allura kif se nagħmlu biex nibdew napplikaw dawn it-tliet prinċipji li jiena semmejt, dak tas-solidarjeta', dak tas-sussidjarjeta u dak tal-ġid komuni?", "Jien m'għandi l-ebda dubju, mingħajr ma noqgħod ninżel fl-ebda argument banali jew settorali li l-ġid komuni ta' pajjiżna jista' jintlaħaq vera billi nsalpaw biex pajjiżna jintrabat f'rabta reġjonali ma' pajjiżi oħra li jaħsbuha bħalu politikalment u kulturalment u jżomm l-aħjar relazzjoni mal- ġara tiegħu kollha billi jipparteċipa minn dan ir-reġjun f'sistemi ta' koperazzjoni mal-kumplament tal-Mediterran.", "Bla dubju ta' xejn qed nirriferi għall-Unjoni Ewropea.", "Jekk inkunu membri ta' l-Unjoni nkunu nistgħu nilqgħu għall-isfidi ta' globalizzazzjoni ħafna u ħafna iktar milli jekk nibqgħu nimirħu waħedna.", "Il-Partit Laburista jgħid: Never say never!", "Din hija vista qasira ħafna li żgur li ma twassalx il-pajjiżna fejn għandu jasal.", "Nafu li l-Unjoni Ewropea tapplika l-prinċipju tas-solidarjeta' u huwa fi ħdan din l-entita' politika ta' l-Unjoni li aħna nistgħu l-iktar nagħmlu użu tajjeb ta' dan il-prinċipju.", "Qed ngħid hekk għaliex nafu li r-riżorsi tal-pajjiżi kollha kbar fl-Unjoni jintużaw ukoll biex jgħinu lill-pajjiżi li huma iktar dgħajfin u iktar fqar.", "Ma nista' nara l-ebda forma oħra akbar ta' solidarjeta'.", "L-Unjoni tagħti miljuni ta' kbar għall-iżvilupp ugwali u biex lil min jibqa' lura tgħinu jilqa' għall-isfidi tal- globalizzazzjoni li jitħaddmu wkoll fil-prinċipju tas-sussidjarjeta'.", "Rigward il-prinċipju tas-sussidjarjeta' nafu li l-Unjoni tagħti lil kulħadd il-jedd u d-dritt li jżomm l-awtonomija tiegħu fuq il-moralita' u fuq kunċetti u aspetti oħra li jirrigwardjawh mill-viċin waqt li fl-istess ħin tagħtih platform politiku u ekonomiku ħafna iktar qawwi billi tħalli l- pajjiżi ż-żgħar, fosthom Malta, li wasslu leħinhom politikament u ekonomikament ġo fora internazzjonali.", "Dan ngħidu wkoll mill-aspett tal- ambjent.", "Jiena dejjem għedt u nibqa' ngħid li jekk veru jrid iġib l- ambjent tiegħu pariġġ dak li hemm fl-Unjoni Ewropea - u dan irid jagħmlu almenu f'dawn il-15-il sena li ġejjin mhux xi 40 jew 50 sena oħra - pajjiżna m'għandu l-ebda triq oħra għajr li jaċċetta l-għajnuna teknika u finanzjarja li tagħti l-Unjoni Ewropea għal dan il-għan.", "Mr. Speaker, dan hu salib it-toroq li qegħdin fih illum.", "Issa jew nagħżlu dan kollu li għadni kif semmejt jew inkella nagħżlu d-dinja liberali mingħajr dawn il-prinċipji li jrid il-Partit Laburista, dinja ta' bla solidarjeta', dinja ta' bla sussidjarjeta' u dinja ta' mingħajr il-ġid komuni.", "Il-Partit Laburista jrid jinqata', jiżola ruħu mill-kurrenti ewlenin li hemm internazzjonalment għaddejjin fid-dinja imma l-Partit Nazzjonalista jrid jintegra ruħu ma' din il-globalizzazzjoni billi jilqa' għaliha.", "Il-Partit Laburista jrid joħloq ekonomija liberali, parti mill- world trade organisation fejn ma jkunx f'pożizzjoni li jikkrea safety net għall-Maltin.", "Irid joħloq dinja fejn ikun hemm suq ekonomiku liberu li ma jkollux is-safety net tas-solidarjeta' u ta' kunċett soċjali li aħna dejjem iġġelidna għalih.", "Din hija r-realta' li jrid joħloq il-Partit Laburista bil-free trade area.", "Dan huwa kunċett ta' kummerċ liberali li ma jħallix lok li inti toħloq safety net għal pajjiżek u għall-oqsma kummerċjali li jinqabdu ħażin f'dan is-suq globalizzat.", "Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jrid is-solidarjeta' u s- sussidjarjeta' billi jaqsam dawn il-ħsebijiet ma' dawk li jaħsbuha bħalu, u din tfisser biss li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Frott tat- tieni gwerra, il-pajjiżi kollha bdew juru solidarjeta' iktar ma' xulxin u nħolqot l-Unjoni Ewropea.", "Jiena nemmen li ċ-ċirkostanzi li ġraw il-ġimgħa l- oħra għad iwasslu biex din is-solidarjeta' internazzjonali tikber u tinfirex iktar malajr għaliex kif nafu u kif nemmnu aħna, Alla biss huwa f'pożizzjoni li mid-deni tad-dinja joħroġ il-ġid.", "J'Alla jkun dan il-ġid li joħroġ.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi, Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-llejla t-Tlieta, 18 ta' Settembru 2001 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WTO - TARIFFA", "27885.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jispjega l-fatt għaliex meta 37 pajjiż membru tad-WTO għandhom 1.371 tariffa u kwota sabiex jipproteġu l-biedja ta' pajjiżhom, inkluż pajjiżi sinjuri bħal Amerika, Svizzera, Norveġja u pajjiżi applikanti għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea bħal Polonja, Malta ma għandhiex l-istess trattament sabiex tipproteġi l-biedja u dan skond il- parametri ta' l-istess WTO?", "ONOR.", "JOE BORG: Minħabba li din id-domanda hija ta' natura teknika u tikkonċerna il-WTO u in partikolari s-settur ta' l-agrikoltura, nissuggerixxi li l-Onorevoli Interpellant iressaq id-domanda tiegħu lill- Ministru konċernat.", "TARIC", "27886.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformana kif is-sistemi tat-TARIC se jaffettwaw is-soċjeta' tagħna meta minkejja li importaw 8% ta' dak li ikkonsmaw u meta skond l-NPAA il-biedja bir-regoli tal-CAP mhux se tkun ekonomikament viabbli, il-Gvern Malti se jdaħħal dawn is-sistemi ta' dazji, kwoti u kontrolli fuq l-importazzjoni ta' l-ikel minn non EU members?", "Xi studji saru dwar dan l-impatt matul l-1999 u s-sena 2000?", "Jista' l- Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "SIGURTA' SOĊJALI - KARTUNA ROŻA", "27929.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "5230, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija dakinhar sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Ammont ta' Kartuna Roża maħruġa fis-snin 1999, 2000 u sat 30 ta' Lulju, 2001 lill-familji lokal b'lokal huma skond l- iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li turi kemm Kartuni Roża saru ġodda jew iġġeddu fil-perjodu msemmi.", "PULIZIJA - GĦASES", "27930.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-għases li bħalissa jinsabu magħluqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25196, ninsab infurmat illi minn dan is-sajf il-Pulizija bdiet tagħmel użu minn Mobile Police Station f`Wied il-Għajn.", "ŻGĦAŻAGĦ", "27931.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ minn 16 sa 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax- xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx l-istatistika dwar il-persuni li qed jirreġistraw għax- xogħol fil-grupp ta' eta' bejn 16 u 25 sena iżda bejn 16 u 24 sena u minn 25 sena 'l fuq.", "In-numru ta' persuni bejn 16 u 24 sena li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol f'Ħal-Tarxien fl-aħħar ta' Ġunju 2001, kien 40.", "REGISTRAR", "27932.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ta' aktar min 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall- ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 27931 f'din l- istess Seduta, ninfurmaħ li n-numru ta' persuni minn 25 sena 'l fuq li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Ħal-Tarxien fl-aħħar ta' Ġunju 2001, kien 92.", "UNKNOWN FATHER", "27933.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "10446 u ċioe: jgħid kemm twieldu tfal fl-Isptar Karen Grech taħt unknown father għas-snin 2000-2001.", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan it-tagħrif li jinsab fir-Reġistru Pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3820.", "PORT ĦIELES - IMPJEGATI", "27934.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "5351, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li ngħatat dakinhar għal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "UFFIĊĊJU NAZZJONALI TA' L-ISTATISTIKA", "27939.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jgħid f'Mejju 2001 kemm għandna żgħażagħ fl-eta' ta' 15, 16, 17, 18 and 19 sena b' sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-istatistika għall-popolazzjoni imqassma skond l-eta' teżisti biss għall-aħħar ta' kull sena u mhux xahar b'xahar.", "Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba tirreferi għall-aħħar ta' Diċembru 2000.", "|ETA' |IRĠIE|NISA |TOTAL | | |L | | | | | | | | |15 |2,871|2,696|5,567 | | | | | | |16 |2,929|2,727|5,656 | | | | | | |17 |3,001|2,805|5,806 | | | | | | |18 |3,039|2,955|5,994 | | | | | | |19 |2,895|2,793|5,688 |", "Tajjeb jingħad ukoll li l-popolazzjoni Maltija fl-aħħar ta' Diċembru 2000 kienet tikkonsisti f'189,720 irġiel u 192,805 nisa - total ta' 382,525.", "PARTIES", "27940.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar rapporti regulari li qed isiru dwar storbju u ħsejjes fis-sigħat bikrin ta' filgħodu li qed jiddisturbaw lill-ġirien u li jsiru waqt parties organizzati mir-Russu li jgħix f' appartament nru.", "6 f'Romina Flats, Triq il-Ġogi, Swieqi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija ta` San Ġiljan ma kellhiex rapporti kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.", "Madankollu l-Pulizija tad-Distrett ingħataw struzzjonijiet biex jinvestigaw dawn l-ilmenti u ninsab infurmat illi l-persuna li toqgħod f`dan il-flat ġiet imwissija mill-Pulizija sabiex ma tagħmilx storbju u ħsejjes li jdejqu l-ġirien.", "KORP TAL-PULIZIJA", "27980.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'siegħat u flus) ta' xogħol 'extra' li sar mill-membri tal-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Jannar 2001?", "Kemm-il pulizija se jibbenefika minn dan il-ħlas?", "Hemm pulizija li għad iridu jitħallsu ta' xogħol li għamlu qabel 1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif disponibbli huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dwar l- aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi għad hemm dovuti Lm16,425 bħala ħlas ta` extra duty on payment li nħadem qabel Jannar 2001.", "PA - REĠISTRI", "27981.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm lukandi (stabbilimenti) kummerċjali u bini ieħor li huwa inmiżżel fuq ir-reġistri tal-Awtorita' tal-Ippjanar li inbnew mingħajr il-permessi meħtieġa?", "Jista' jelenka liema huma dawk li nbnew mingħajr il-permessi meħtieġa jew li parti mill-proġett ma kellux permess u fejn saret din il-kostruzzjoni fl-1999 - 2000 u 2001 s'issa?", "X'passi ttieħdu/se jittieħdu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi li bejn is-snin 1999 – 2001 kien hemm 2,263 bini li huma mniżżla fuq ir- reġistri tal-Awtorita` ta` l-Ippjanar u li kellhom xi ħaġa irregolari.", "Meta wieħed iqis il-permess maħruġ, uħud minn dawn inbnew bla permess.", "Uħud, għalkemm meta nbew ma kellhomx permess, inħareġ permess wara peress li l-iżvilupp kien wieħed li għalih jista` joħroġ permess.", "Lista oħra turi sena b`sena mill-1999 sa 2001 dawk l-istabbilimenti kummerċjali li ma kellhomx il-permess meħtieġ jew mhux mibnija skond il-permessi maħruġa, fejn sar il-proġett u x`azzjoni ttieħdet.", "PULIZIJA - XOGĦOL EXTRA", "27982.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk id-ditti/banek/individwi eċċ kollha ħallsu għax-xogħol extra li għamlu l-pulizija magħhom mill-1 ta' Jannar 2001?", "Minn dak li tħallas, kemm diġa' għadda lill-memrbi tal-Korp tal-Pulizija?", "Jista' jelenka dawk li għadhom ma ħallsux għax-xogħol extra li sar fl-ewwel sitt xhur tas-sena u kemm għandu jagħti kull wieħed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27980.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - BATTERIJA FERRETTI", "27983.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-Dipartiment ta' l-Artijiet irrifjuta talba mill-Kunsill Lokali ta' B'Buġia sabiex propjeta' magħrufa bħala Batterija Ferretti fil-Qajjenza tgħaddi f'idejn l-istess Kunsill Lokali?", "X'inhi r-raġuni li l-istess dipartiment dam madwar sena u nofs sabiex irrisponda l-ittra mibgħuta mill-Kunsill Lokali ta' B'Buġia?", "Hemm xi ħadd ieħor li qed juri xi nteress f'din il-Batterija?", "Jekk iva, min?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-talba tal-Kunsill Lokali ta` Birżebbugia għad-devoluzzjoni favur tiegħu tal-Batterija Ferretti ġiet rifjutata wara li d-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` ikkunsidra l- valur tal-istess proprjeta`, il-potenzjal kummerċjali tagħha u l-ispiża li hemm bżonn biex l-istess Batterija tiġi restawrata u tinżamm fi stat tajjeb.", "Infurmat ukoll li ma jirriżultax li d-dipartiment qatt dam sena u nofs biex jagħti risposta lill-Kunsill Lokali għal xi talba tiegħu; infatti jirriżulta li kull talba da parti tal-Kunsill ġiet mogħtija risposta għaliha fi ftit ġranet.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, kien hemm sitt talbiet oħra minn individwi għal kiri tal-Batterija fosthom waħda mill-Iscouts Group ta` Birżebbugia, liema talbiet ġew kollha rrifjutati.", "Peress li sejrin jissejħu offerti biex din il-Batterija tiġi mogħtija b`ċens, mhux prudenti li jissemmew l-ismijiet ta` l-individwi li diġa` wrew interess.", "TIPJIP PASSIV", "27984.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija tiegħi 26297, jista' jgħid x'kien l-istħarriġ li sar fost l-avukati maltin dwar il-problema ta' tipjip passiv?", "F'liema stadju waslet it-tħejjija tal-liġi biex jkun hemm projbizzjoni tat-tipjip f'postijiet pubbliċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-istħarriġ li sar fost l-avukati Maltin dwar il-problema ta' tipjip passiv fil-qrati w postijiet pubbliċi ġie miġbur f'rapport dettaljat li jagħti konklużjonijiet u rakkommandazzjonijiet konkreti bbażati fuq riċerka xjentifika.", "Dwar il-liġi biex jiġi projbit it-tipjip fil-Qrati nixtieq nagħmel referenza għall-liġi sussidjarja 12.03 li tgħid li m'għandux isir tipjip fl- inħawi tal-Qrati tal-Maġistrati.", "Abbozz ta' liġi ġdida qed tiġi diskussa mill-awtoritajiet kkonċernati.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport kif ukoll kopja ta' SL 12.03.", "PA - STABBILIMENTI KUMMERĊJALI", "27985.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma dak li qal is-Sindku Nazzjonalista, is-Sur Paul Buġeja u li ġie irrapurtat fil-gazzetti fis-26 ta' Awwissu li fid-distrett tiegħi San Pawl il-Baħar/Qawra/Buġibba hemm 1025 stabbilimenti Kummerċjali li 700 minnhomm biss għandhom il-il-permessi meħtieġa bies joperaw?", "Għaliex l- Awtorita' tal-Ippjanar ma tieħux passi biex tara li dawn l-istabbilimenti jkollom il-permessi kollha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nistax nikkonferma iċ-ċifra li ngħatat mis-Sindku ta` San Pawl il-Baħar minħabba li m`għandix informazzjoni ta` kif inħadmet iżda nagħmel referenza għat-tweġiba li jien tajt għad-domanda Parlamentari Nru. 27981 tas-Seduta tal-lum stess.", "FGURA - TRIQ HOMPESCH", "27999.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal- pjanti ta' Triq Hompesch, Fgura bl-approvazzjoni tad-dipartiment tas- servizzi kollha, bħal dawk ta' street furniture, telecom, storm water, cables tad-dawl, drainage system u oħrajn?", "Meta nħarġet bid-data ta' l- approvazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokument li ħareġ mas-sejħa għall-offerti u li jinkludi l-proposti kollha għal xogħol meħtieġ mill-entitajiet konċernati.", "TRAFFIC CONTROL BOARD", "28000.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- pjani ta' Triq Hompesch, Fgura bl-approvazzjoni tat-traffic control board?", "U meta nħareġ 'id-data' ta' din l-approvazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba mill-Onor.", "Interpellanta.", "Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku kien tal-parir li din il-pjanta tiġi addottata b'ittra li ġġib id-data 6 ta' Lulju 2001 li kopja tagħha hi ukoll annessa.", "FGURA - TRIQ HOMPESCH", "28001.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod intagħżel il-perit li ismu qiegħed jinbagħat separatament biex iħejji l-pjanti ta' Triq Hompesch, Fgura", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-pjanti tal-proġett ta' Żabbar Road saru mid-Dipartiment tat-Toroq b' konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali.", "Il- perit li qiegħed jieħu ħsieb it-twettieq tal-proġett ġie nominat mill- kuntrattur li tefa' t-tender bħala parti mill-proċess ta' tendering, u għalhekk ġie appuntat awtomatikament hekk kif il-kuntratt ingħata.", "TAX COMPLIANCE UNIT - INLAND REVENUE DEPT.", "28014.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti li uffiċjali tat-Tax Compliance Unit qed jingħataw aċċess għall-files tal-Inland Revenue Dept, mingħajr l- awtorizazzjoni meħtieġa, sempliċiment billi jirriproduċu kopja tal-ittra uffiċjali li tkun inħarġet mit-TCU lit-tax payer/s li jkunu qed jiġu investigati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-files li għalihom qed jingħata aċċess mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għal uffiċċjali tat-Tax Compliance Unit huma biss dawk il-files fejn tkun qed issir investigazzjoni bl-awtorita' tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni."]} {"filename": "20021217_840d_par.doc", "date": "2002-12-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 840 It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 840", "It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "840", "It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2002", "WERREJ", "MINUTI 706", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 706", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IT-TNAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN 714", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI FIL-QRATI U FIT-TRIBUNALI (IT-TIELET QARI)", "COURTS AND TRIBUNALS PROCEDURES BILL (THIRD READING) 746", "AĠĠORNAMENT 746", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 747", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 839 li saret fis-16 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GŻIRA – BORD MEDIKU", "37511.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li qed nirreferi għaliha tiġi eżaminata mill- aktar fis possibbli minn bord mediku fid-dar tagħha stess minħabba li din il-mara tgħix bir-relief għax hija separata u dan issa nqatgħalha wara li ma attendietx għall-board mediku, meta fil-fatt din ma setgħetx tmur u bagħtet ċertifikat fejn talbet li l-bord imur jaraha d-dar imma għal xi raġuni jew oħra ċ-ċertifikat ma wasalx fejn kellu jasal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu indikata ġiet informata bil-każ tagħha.", "QRATI – ESEBITI FL-ATTI TA' INKJESTA", "37550.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li għandhom esebiti fl-atti ta' inkjesta li kien qed imexxi l-Maġistrat Cuschieri, li llum ġie elevat għal imħallef, peress li l-ebda maġistrat m'hu qed isegwi x-xogħol tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill- Onor. Interpellant li skond standing order 27 (5),mistoqsija parlamentari ma tistax tkun magħmula b'tali mod li l-interpellant jitlob parir legali.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - LAQGĦAT TA' BORDIJIET", "37528.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm laqgħat saru matul din is-sena mill-bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tiegħu?", "X'proposti u rakkmandazzjonijiet saru?", "Liema ġew milqugħa u liema ġew miċħuda jew għadhom pendenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor.", "Interpellant fl- ewwel parti u iżjed u iżjed fit-tieni parti tal-mistoqsija.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex proċedura normali mhux biss fil-ministeru għas-servizzi ekonomiċi imma fil-ministeri kollha, li l-minuti kif ukoll dak li jkun qed jiġi diskuss jinżamm b'mod elettroniku?", "Għandi nifhem li hek ikun aktar faċli biex wieħed jikseb l- informazzjoni li jkun irid permezz tal-computer.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma nafx b'liema mod jinżammu l-minuti ta' laqgħat bħal dawn, pero' ma nistax nifhem x'irid ikun jaf eżatt l-Onor.", "Noel Farrugia meta qed jistaqsi dwar in-numru ta' laqgħat li saru mill- bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, x'proposti u rakkmandazzjonijiet saru u liema ġew milqugħa u liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti.", "Fil-prattika naħseb kulmin għandu anke l-iċken esperjenza ta' laqgħat ta' bordijiet u affarijiet bħal dawn, jaf li mhux faċli twieġeb għal domandi bħal dawn.", "Jista' jkun li m'huwiex daqshekk diffiċli li tirrispondi għall-ewwel parti tad-domanda peress li dawn il-laqgħat isiru darba f'xahar u barra minn hekk ir- rapporti ta' dawn il-bordijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u allura awtomatikament wieħed jista' jkollu r-risposta, pero' imbagħad il-parti l- oħra tad-domanda hija aktar diffiċli biex tirrispondiha.", "Ngħid għalija mhux ir-rakkmandazzjonijiet kollha li jsiruli f'dawn il- laqgħat noqgħod ninħela fuqhom, għalkemm kultant ikun hemm oħrajn li nkun irrid aktar dettalji dwarhom.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi indikazzjoni li f'xi bord partikolari seta' kien hemm xi rakkmandazzjoni ta' barra minn hawn u din ġiet skartata anke jekk kienet tajba, nitolbu jispeċifikali.", "Pero' onestament nemmen li fil-prattika huwa diffiċli ferm jekk mhux impossibbli li tirrispondi domanda hekk mifruxa.", "DJAR - BINI KKUNDANNAT", "37583.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mit-talbiet pendenti ta' familji li jgħixu f'bini kkundannat ġew milqugħa?", "Jista' jara li jsiru l-investigazzjonijiet fuq it- talbiet pendenti ħalli jkunu evitati inċidenti koroh?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li quddiem id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar hemm approvati 182 talba biex jinbidlu jew jissewwew soqfa perikolużi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm każi fejn id-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar alloka ċerti xogħlijiet lil xi kumpanniji privati – forsi għax ma kienx f'qagħda li jista' jagħmilhom direttament hu minħabba pressjoni ta' xogħol – biex ilaħħaq max-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, m'għandix l-informazzjoni hawnhekk pero' lest li nġiblu kull informazzjoni li jrid.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' AMBULANZA", "37584.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru sejħiet għas-servizz ta' l-ambulanza miċ-ċentri tas-saħħa sena b'sena u ċentru b'ċentru matul dawn l-aħħar seba' snin?", "Kemm hu n-numru ta' ambulanzi?", "Fejn huma mqassma sptar sptar u ċentru b'ċentru?", "Kemm minnhom jinsabu wieqfa u meta se jiġu rranġati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma tinżammx.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, in-numru ta' ambulanzi hu 17.", "Dawn jinsabu waħda fil-Mosta health centre u 16 fil-garaxx ta' l-ambulanzi fi G'Mangia.", "Ambulanza waħda tal-marka Volkswagen tinsab wieqfa u l-parts tagħha ġew ordnati mingħand l-aġent.", "TOROQ - SLEEPING POLICEMEN", "37585.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-policy li jridu jadottaw il-kunsilli lokali sabiex is-sleeping policemen fit-toroq ikunu standard?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l- istandards tar-road humps li huma parti mit-traffic-calming guidelines, April 1995, ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kien ġie deċiż mill-awtorita' ta' l-ippjanar li fi Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun inti u ħiereġ minn Vjal 25 ta' Novembru, , isiru t-traffic lights.", "Il-ħsieb kien li x-xogħol jibda s-sena d-dieħla.", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan ix-xogħol għandu jingħata priorita' għallinqas fil-bidu tas-sena d-dieħla minħabba d-dewmien li kien hemm sakemm ittieħdet din id-deċiżjoni mill-MEPA kif ukoll minħabba l- perikolużita' li tinsab fiha l-istess triq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naf li fil-post li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant kien hemm xi diffikulta biex id-deċiżjoni orġinali li hemmhekk issir roundabout tinbidel u minflok isiru t-traffic lights.", "Id- direttorat huwa mpenjat biex jagħmel dan ix-xogħol u nispera li fil-bidu tas-sens d-dieħla jkunu ħarġu t-tenders neċessarji.", "WSC - SERVIZZ TAD-DAWL U L-ILMA", "37586.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi t- tariffa għal applikazzjoni ġdida għas-servizz tad-dawl u l-ilma?", "Kemm ingħataw servizzi ġodda matul din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li t-tariffa sabiex jingħata servizz ġdid ta' l-ilma hija ta' Lm70 għal dar u Lm35 għal flat, sa distanza ta' seba' metri fiż-żewġ każi.", "Jekk id-distanza tkun itwal minn hekk ikun irid isir ħlas ta' Lm10 għal kull metru jew parti minnu.", "Bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ipprovdiet 2,487 servizz ġdid.", "MOSTA - XOGĦOL FIT-TOROQ", "37587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li skond il-pjan tal-ministeru kellhom isiru?", "Meta fil-fatt se jsiru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi bħalissa fil-Mosta qed isir xogħol fi Triq Santa Margerita u Dawret il-Wied in konnessjoni mal-ftuħ ta' Triq il-Ħtajriet, kif ukoll fi Triq il-Qalbiena Mostin.", "Naturalment id- direttorat tat-toroq flimkien mal-kunsill lokali għaddej b'ħidma kontinwa biex ikun implimentat programm ta' xogħol għal titjib ta' toroq oħra li għadhom ma sarux.", "Dawn it-toroq isiru skond il-prioritajiet tad-direttorat li jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jien m'iniex espert fil-qasam tat- toroq, pero' għalkemm l-iskop li ċerti toroq jidjiequ suppost iservi biex it-traffiku jikkalma, ta' spiss ikun hemm min jilmenta li dan qed joħloq ċerti diffikultajiet.", "Ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar jekk it-toroq ma jidjequx daqstant biex f'każ ta' inċident ma tinħoloqx konġestjoni tat- traffiku?", "Nafu wkoll li sfortunatament ċerti toroq, anke dawk li saru riċentement, iżommu ammont kbir ta' ilma.", "Jidher ċar li meta dawn ġew magħmula ma tteħdetx konsiderazzjoni biżżejjed biex l-ilma ma jakkumulax.", "Jista' il- Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli għal darb'oħra tani ċ-ċans nitkellem dwar dawn it-tip ta' xogħlijiet.", "Tajjeb wieħed jgħid li kieku kellna nduru t-toroq kollha nsibu li persentaġġ żgħir ħafna minnhom djiequ.", "U dan sar proprju għax inħass il- bżonn li jkun hemm kontroll ferm aktar effettiv tat-traffic flow.", "B'mod partikolari, jekk nieħdu t-triq ta' quddiem l-isptar Monte Carmeli, insibu li aktar milli din it-triq djieqet kien hemm re-alignment tat-triq.", "Għal min irid jgħid il-verita', li ġara kien li parti mit-triq li fil- prattika kienet diġa' two-lane - għax kien hemm lane 'il fuq u lane 'l isfel, bi ftit spazju moħli li kien qed iservi biex fih jitkissru l- karozzi, b'inċidenti pjuttost serji darba wara l-oħra - twessgħet fuq in- naħa ta' l-isptar Monte Carmeli.", "B'dan il-mod kien possibbli li jinħolqu żewġ lanes differenti, waħda fid-direzzjoni 'l fuq minn Ħ'Attard lejn ir- Rabat u l-oħra fid-direzzjoni 'l isfel mir-Rabat lejn Ħ'Attard, fl-istess ħin bi spazju li kien ikkreat apposta għax kien qed ikollna numru konsiderevoli ta' inċidenti.", "Dan minħabba li kien ikun hemm min isuq bi speed pjuttost qawwi u meta kien jiġi biex jidħol lejn l-isptar Monte Carmeli, kien jiltaqa' ma' xi vettura li tkun ħierġa min-naħa ta' l-isptar.", "Minbarra hekk, fil-part tan-nofs ried jiġi assigurat li jkun hemm standby lanes biex min ikun dieħel fihom min-naħa tar-Rabat għall-isptar Monte Carmeli, ikollu fejn jieqaf u jistenna l-vetturi li jkunu telgħin min-naħa ta' Ħ'Attard.", "U viċeversa, min ikun ħiereġ min-naħa ta' l-isptar Monte Carmeli u sejjer fil-flow tat-traffiku lejn il-Belt, ikollu ċ-ċans ukoll li jieqaf u jara li t-traffiku ma jkunx qed itelliflu l-ħruġ tiegħu.", "Wieħed jista' jgħid li x-xogħol fuq din it-triq intemm madwar sena u nofs ilu, u għall-grazzja tal-ħanin Alla, bil-gideb u l-paroli kollu li saru minn diversi kwartieri, mhux talli ma kienx hemm inċidenti gravi u fatali talli fil-prattika ma kienx hemm inċident wieħed.", "Ir-riżultat ta' miżura bħal din f'post partikolari ma jitkejjilx bid-diskors imma jitkejjel bil-fatti ta' l-inċidenti li jkunu ġraw jew ma ġrawx u f'dan il-każ partikolari ma ġrawx.", "Il-post l-ieħor fejn saret separazzjoni u djuq tat-triq b'mod markat hija l-parti tat-triq li twassal minn ħdejn San Gwann għan-Naxxar.", "Hemmhekk għandna eżempju ieħor ta' triq f'forma ta' serp, fejn sfortunatament kien hemm liwjiet koroh u perikolużi.", "Anke fil-post fejn darba kien hemm il- Vibes, hemmhekk kien perikoluż mhux ftit għal min ikun ġej min-naħa ta' Tal Balal u min-naħa tas-Swieqi.", "Għalhekk ġejna f'pożizzjoni li ridna nagħmlu xi ħaġa biex nikkontrollaw is-sitwazzjoni forsi jkollna anqas imwiet.", "Issa bil-mod kif sar is-separazzjoni tat-traffiku, impossibbli li xi ħadd li jkun ġej minn liema direzzjoni jkun ġej, jgħaddi min-naħa l-oħra tat-triq u jkisser lil min ikun ġej mid-direzzjoni opposta.", "Ħafna drabi saret il-kritika li hemmhekk jistgħu jsiru d-double white lines f'nofs it-triq.", "Fil-fatt diġa' kien hemm double yellow lines f'din it- triq, pero' tajjeb li wieħed jenfasizza li meta inti għandek a full line, li suppost bl-ebda mod ma jkun hemm irfis fuqu biex taqbeż fuq in-naħa l- oħra tat-triq, fil-verita' nafu li s-single full white line jew inkella d- double full white line, irrispettivament minn min ikun qed isuq, mid- direzzjoni u l-perikolużita' ta' fejn ikun hemm dan it-tip ta' line, attwalment ħadd ma jagħti kasu.", "U allura bil-barrier fiżika li għamilna dan m'għadux aktar possibbli u l-flow kollu tat-traffiku qed jimxi.", "L-Onor.", "Interpellant qal li jkun aħjar jekk it-toroq ma jkunux daqshekk dojoq biex f'każ li jinqala' inċident ma jkunx hemm konġestjoni tat- traffiku.", "L-ewwelnett meta inti għandek flow f'ċertu sens sfurzat f'direzzjoni waħda, il-possibilita' li jinqala' inċident tonqos jew tispiċċa fix-xejn.", "Pero' jekk inpoġġu saqajna ma' l-art insibu li f'dawk it-toroq li ma djequx, xorta waħda qegħdin isiru inċidenti.", "Meta jkollok inċident tat-traffiku ta' ċertu tip, it-toroq jiġu mblukkati fiż-żewġ direzzjonijiet u la ambulanza, la fire engine u l-ebda vettura oħra ma tkun tista' tasal fuq il-post.", "Barra minn hekk għandna ħabta nipparkjaw kullimkien, bil-konsegwenza li ħadd ma jkun jista' jasal f'dak il-post partikolari u allura l-possibilita' ta' għajnuna tkun diffiċli.", "F'dawn il-postijiet fejn it-triq hija maqsuma fi tnejn jew djieqet, jekk kemm-il darba jkun hemm inċident ta' ċerta entita', l-ambulanza tkun tista' tasal fuq il-post ta' l-inċident, veru kontra l-flow tat-traffiku għax il- parti l-oħra tat-triq tkun fil-fatt imblukkata fid-direzzjoni, pero' l- ambulanza, il-fire-engine jew il-pulizija jkunu jistgħu jaslu preċiż fuq il- post. B'dan il-mod l-ewwel għajnuna tkun tista' tingħata ferm aktar malajr u ferm aktar bil-kwiet milli jingħataw l-għajnuniet f'ċirkostanzi fejn l- inċidenti jimblokkaw it-toroq.", "Sfortunatament għadhom jiġu mblokkati t- toroq minħabba inċidenti u għad għandna diversi persuni li ma jagħtux kas is-signage li jindika l-ispeed limit.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - FOYER", "37711.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista' dettaljata ta' l-infiq li sar biex ġiet imtejba l-entratura/foyer tal-bini amministrattiv tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, billi f'kull każ jagħti l-ammont minfuq, lil min sar kull pagament bil-valur perspettiv tiegħu u kull pagament kif jirriżulta mis-sejħiet għal offerti jew kwotazzjonijiet li ġew ippubblikati jekk inhu l-każ u jekk fin-negattiv jgħid għaliex tali sejħiet għal kwotazzjonijiet u offerti ma ġewx ippubblikati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 35658.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - STALLAZZJONI TA' LIFT", "37712.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid x'wassal lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada li ma tippubblikax sejħiet għal offerti għall-istallazzjoni ta' lift fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard u għat-tqegħid ta' membrane fil-liċeo tal-bniet f'Pembroke u minflok ħajret li jinħarġu hand quotations kontra kull klawsola li l- istess fondazzjoni għandha tħares fl-akkwist u l-provvista ta' materjali, kif elenkat fl-istatut tagħha u kif ordnata mill-ministeru tal-finanzi, fejn hu mistqarr espliċitament li kull transazzjoni ta' xiri u provvista' ta' materjali, servizzi, eċċ., għandha ssir skond l-avviż legali 70 ta' l- 1996?", "Fiż-żewġ każi għaldaqstant jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-offerti kollha miġbura minn din il-fondazzjoni, kopja tat-technical adjudication reports u kopja tal-letters of acceptance li ġew maħruġa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - XOGĦLIJIET", "37713.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, b'riżultat ta' sejħiet għall-offerti li ġew ippubblikati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada biex isiru xogħlijiet ta' tikħil u tibjid f'16-il żona, jgħid f'liema skejjel sar dan it-tip ta' xogħol fil-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2002 sal-lum u x'inhu antiċipat li jsir u f'liema skejjel bejn illum u l-31 ta' Diċembru 2002, billi f'kull każ jgħid min kienu l- kuntratturi li tqabbdu jagħmlu dawn ix-xogħlijiet u għal kull skola rispettivament iqiegħed kopja tal-bill of quantities bir-rati tax- xogħlijiet imkejjel, filwaqt li f'kull każ ukoll jgħid jekk il-kuntrattur li ntgħażel kellux l-orħos offerta jew inkella l-aktar waħda vantaġġuża għall-Fondazzjoni, filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat- technical adjudication report għas-16-il żona rispettivament li għalihom ġew ippubblikati l-offerti u kopja tal-letters of acceptance kollha maħruġa mill-istess fondazzjoni għax-xogħlijiet kollha msemmija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "LIĊEO TAS-SUBIEN ĦAMRUN - STALLAZZJONI TA' LIFTS", "37714.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex żewġ sejħiet għal offerti identiċi biex permezz tagħhom jiġi stallat lift fuq in-naħa tal-lemin u ieħor fuq in- naħa tax-xellug tal-liċeo tas-subien tal-Ħamrun, ma ġewx ippubblikati bħala sejħa waħda iżda saru żewġ sejħiet għal offerti separati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - OFFERTI PPUBBLIKATI", "37715.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-offerti ppubblikati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada li meta għalqu ma ngħatgħux lil min kellu l-orħos offerta, filwaqt li f'kull każ jagħti l- istima ta' kull offerta, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-letters of acceptance rispettivi għal tali offerti, filwaqt li jgħid f'kull każ x'wassal biex tali offerti ma jingħatawx lil min kellu l-orħos offerta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - LISTA' TA' PAGAMENTI", "37716.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' dettaljata ta' pagamenti li saru mill- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada fil-perjodu l-1 ta' Jannar 2002 sal- lum minn fondi allokati lilha mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, liema fondi ivvotati ta' Lm75,000 kienu vvotati fl-estimi għal din is-sena għal infiq rikorrenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "WSC - SERVIZZ TAD-DAWL U L-ILMA", "37744.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari 37545, u cioe' jista' jgħid kemm persuni nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u ilma mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li bejn l-1 ta' Jannar u d-29 ta' Novembru ta' din is-sena, il- provvista ta' l-elettriku ġiet sospiża lil 2,766 servizz.", "Il-provvista ta' l-ilma ma tiġix sospiża.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA - ILMENTI", "37745.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 37546, u cioe' jista' jgħid kemm kien hemm ilmenti dwar kontijiet għolja tad-dawl u l-ilma minn Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tkun ippubblikata kull sena fir-rapport annwali tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "37747.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 37535 u jgħid kemm-il persuna nqatgħet mir-reġistru mill-1998 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "PROMOZZJONIJIET FL-ARMATA", "37749.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37537, jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' l-OPM għall-ħruġ ta' promozzjonijiet fl-armata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Prim Ministru): Il-promozzjonijiet fl-armata joħorgu skond il-Att dwar il-Forzi Armati u r-regolamenti ta' l-1970 dwar il-kondizzjonijiet tas-servizz tal-membri fil-forzi regolari tal-forzi armati ta' Malta.", "Ninforma lill-Onor.", "Membru li f'dawn l-aħħar sentejn inħargu mhux inqas minn 459 promozzjoni u li l-gvern mhux ser jibqa' lura milli japprova l- għoti ta' aktar promozzjonijiet fl-armata, dejjem skond il-ligi u r- regolamenti msemmija hawn fuq.", "TARXIEN - IPOĠEW", "37750.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 37538 u jgħid kemm persuni żaru l-hypogeum minn kemm ilu li reġa' fetaħ sal-lum u minn liema pajjiżi kienu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat illi 128,880 persuna żaru l-hypogeum minn meta nfetaħ 'il hawn.", "Ma jinżammux records tan-nies minn liema pajjiżi kienu.", "RAĦAL ĠDID - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "37751.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il vista għamlu t-tobba ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, sew f'dak li huwa home visits kif ukoll dawk li huma visti fl-istess ċentru mill-1990 sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KONVENZJONI TAD-DIVERSITA' BIOLOĠIKA", "37773.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Malta ġiet mitluba tagħmel xi rapport taħt il-konvenzjoni tad-diversita' bioloġika?", "Tlesta xi rapport nazzjonali?", "X'inhi l-politika jew pjan ta' azzjoni li beħsiebha tadotta Malta?", "Sħubija sħiħa kif se taffettwa dawn il-policies?", "Veru li mad-dħul Malta jkollha tiffirma l-konvnezjoni u bla ebda riserva?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat li Malta ġiet mitluba rapport taħt il-konvenzjoni tad-diversita bioloġika, liema rapport se jiġi ppreżentat lill-konferenza ta` l-imsieħba li se ssir madwar sentejn oħra, u dan skond artiklu 26 tal-konvenzjoni.", "Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt ghall-mistoqsija parlamentari 37704.", "WORLD HERITAGE CONVENTION", "37774.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Matul dawn l-aħħar erba' snin, x' kien il-kontribut ta' Malta fir-rigward tal-wirt naturali skond il-world heritage convention of 1972 ta' l-UNESCO?", "Ġie rrapportat xi ksur minn naħa ta' Malta tul dawn l-aħħar erba' snin?", "Kien hemm xi referenza mill-IUCN għan-nuqqas ta' Malta li żżom ma l-obligi tul dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "KONVENZJONI DWAR IL-KUMMERĊ TA' SPEĊI PROTETTI", "37775.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Malta tifforma parti miċ-CITES, il- konvenzjoni dwar il-kummerċ ta' speċi protetti?", "Is-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif se taffettwa l-proċeduri preżenti rigward is- sorveljanza fil-portijiet?", "Veru li l-proċeduri li se jadotta l-kontrollur tad-dwana se jkunu liberali u se jdgħajfu l-infurzar ta' spezzjonijiet, skond kif kien isir tul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Veru li r-regoli preżenti tas-CITES se jiġu ridotti għal sempliċi spot checks?", "Dan ma jagħtix aktar lok għall-abbuż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat li bħall-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, Malta ffirmat il- konvenzjoni tas–CITES fl-1989 u bdiet timplimentaha bil-ħruġ tal-avviż legali 19 ta' l-1992 hekk kif emendat.", "Fis-26 ta' Mejju, 1997 l-Unjoni Ewropea adottat ir-regolament 338/97 li jipprovdi kontroll effettiv dwar kummerċ f'eżemplari ta' annimali u pjanti, speċjalment dawk inklużi fl- iskedi tal-konvenzjoni.", "Dan isir permezz ta' kontrolli min nies speċjalizzati f'dawn il-proċeduri li jkunu preżenti fil-portijiet.", "Il-proċeduri ġodda li se jiġu adottati mid-dwana fi żmien qarib ma għandhomx jaffettwaw spezzjonijiet li jsiru minn spetturi ta' l-ambjent kif kien isir f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Fil-fatt id-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent qiegħed jipprepara sistema komputerizzata biex l-importatur u l-esportatur jottjenu l-awtorizzazzjoni ta' rilaxx ta' annimali u pjanti mid-dwana.", "Dan biex tkun tista' tħaddem b'mod effettiv l-obbligi kollha ta' din il-konvenzjoni, irrespettivament minn kull tibdil fil-futur.", "Dawn is-sistemi ser jikkumplimentaw is-sistemi ġodda li ħa tadotta id-dwana.", "B'dan it-tibdil għall-aħjar, is-sistemi il-ġodda għandhom ikunu aktar effettivi minn qatt qabel biex irażżnu kull lok ta' abbuż fit-traffikar ta' eżemplari mħarsa b'din il-konvenzjoni.", "RAMSAR CONVENTION ON WETLANDS", "37776.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Peress li Malta għandha ħafna obligi taħt ir-ramsar convention on wetlands, speċjalment ir-ramsar strategic plan 1997-2002, x'kontribut tat Malta dwar dawn l-obbligi?", "Ir-rapport finali bagħtitu l-MEPA u x'kien il-progress fuq dawn is-siti peress li l-aħħar rapport li ntbagħat lis-segretrjat kien fl-1995?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat li r-ramsar convention barra milli titlob protezzjoni tal-bwar, issa tirriferi wkoll għal \"wise use\" tal-wetlands.", "Il-kontribut prinċipali huwa f`forma ta` edukazzjoni lill-pubbliku u t-tfal ta` l-iskejjel.", "F`Malta għandna żewġt ibwar, dak ta` l-GĦadira u l-ieħor tas-Simar, fejn dawn qegħdin jiġu immaniġġati minn organizazzjonijiet mhux governattivi.", "Ir-rapport se jintbgħat sa l-aħħar ta` Frar 2003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IT-TNAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum fil-parlament għandna diskussjoni dwar il-Voti tal- Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Bħas-soltu ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 307 ta' l-20 Novembru, 2002 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Nistieden issa lill-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 48 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,501,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 48 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,090,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV – Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 48 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Personal Emoluments Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 14,280\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 14,279\".", "Delete the figure \"Lm 14,280\" and substitute therefor the figure \"Lm 14,279\".", "Sur President, huwa ferm diffiċli li fil-ħin li jkollna għad-dispożizzjoni darba fis-sena n-naħa tal-gvern u anke ta' l-oppożizzjoni nagħmlu analisi sħiħa tal-budget ta' dan il-ministeru li għandu diversi dipartimenti u setturi.", "Dan qed ngħidu meta iktar u iktar fil-Kamra tar-Rappreżentanti qatt m'hu qed ikollna diskussjoni plenarja fuq dan is-suġġett.", "Hija darba fis-sena biss li niddiskutu dan is-suġġett importanti u naħseb li hija ironija li llum qegħdin fil-ġurnata ta' San Ivo li hija l-festa tagħna l- avukati li suppost li nkunu midħla tad-diskussjonijiet u tad-dibattiti.", "Irrid ngħid li aħna nistennew din l-okkażjoni darba fis-sena biex inkunu fil-pożizzjoni li nitkellmu dwar il-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Veru li hemm l-estensjoni ta' din il-Kamra permezz tal-kumitat għall- affarijiet barranin pero' kif taf inti, Sur President, u kif jafu l-kollegi f'din il-Kamra, dan il-kumitat qiegħed jiddiskuti biss in-negozjati u dak li qed jiġri fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-UE u xejn iżjed.", "Fir- realta' l-gvern qiegħed joħnoq id-dibattitu fuq dan is-suġġett.", "Per eżempju jekk inżidu dak li wiegħed li se nagħmlu f'Jannar il-prim ministru l- bieraħ, jiġifieri dibattitu fuq ir-riżultat ta' Copenhagen, allura fil- ħames snin tal-leġislatura ta' dan il-gvern ikunu ddiskutejna dan is- suġġett għal sitt darbiet biss.", "Dan huwa l-ewwel punt li xtaqt nislet bħala punt ta' kritika.", "Punt ta' kritika ieħor li għandha l-oppożizzjoni hi f'dak li qiegħed jidher imexxi dan il-ministeru.", "Din il-kritika m'hijiex diretta b'mod personali għall-Ministru Joe Borg imma għal dak li qed jidher jiġifieri n-nuqqas ta' unita fil-ministeru.", "Qegħdin naraw - u dan m'hemmx għalfejn tkun espert tal- politika imma biżżejjed issegwi l-istazzjonijiet tar-radju u tat- televiżjoni - li l-ministeru huwa kkapparrat minn tliet persuni.", "Kif għandu jkun huwa kkapparrat mill-ministru preżenti, imma mbagħad huwa kkapparrat ukoll mill-ministru preċedenti u miċ-chairman tal-core negotiating group.", "Din il-ħaġa hi relatata mal-kritika li qegħdin nagħmlu li hemm nuqqas ta' ħila amministrattiva serja u li m'hemmx impenn biex ikun hemm il- kordinazzjoni iżda qed jitħalla kollox għal rieħu.", "Min-naħa l-oħra dan il-ministeru qatt daqs illum ma esperjenza nuqqas ta' informazzjoni ġenerali.", "Hawn mhux qed nirreferi għal dak li jirrigwarda l- UE għaliex jekk wieħed jara l-estimi tal-budget isib li hemm Lm0.5 miljun li l-MIC se jieħdu biex imexxu l-kampanja tagħhom, kampanja ovvjament riferendali.", "Tajjeb li nfakkru li l-allokazzjoni fil-budget għal dan iċ- ċentru dejjem żdiedet.", "Bdiet b'għexieren ta' eluf, is-sena l-oħra sparat għal ftit inqas minn Lm1 miljun u issa għandna Lm0.5 miljun għal ftit ġimgħat sakemm ikollna r-referendum.", "Jien mhux għal dik it-tip ta' informazzjoni qed nirreferi imma għan-nuqqas ta' informazzjoni li m'hijiex tingħata per eżempju dwar ix-xogħol li qed jagħmel il-ministeru fil-kunsill ta' l-Ewropa bil-presidenza Maltija fil-kunsill ta' l-Ewropa.", "Per eżempju xi pjan għandu l-gvern jew xi pjan kellu l-gvern biex nisfruttaw din il- presidenza?", "Fir-rapport annwali li jippreżenta l-Ministru Joe Borg imsejjaħ \"Saħħaħna pajjiżna\" ma nisimgħu xejn dwar dan.", "Hemm biss żewġ paġni li m'humiex daqshekk ta' informazzjoni dettaljata dwar dak li qiegħed jagħmel il-ministeru fil-kunsill ta' l-Ewropa, pero' iżjed minn hekk ma nisimgħu xejn.", "Per eżempju ma nisimgħu xejn dwar il-konferenza Ewro-Mediterranja u dwar ix- xogħol u r-riżultati li akkwista l-ministeru fil-konferenza Ewro- Mediterranja.", "Minn paġna 47 sal-paġna 51, jiġifieri f'ħames paġni, daħħalna rendikont tal-ħidma fil-Mediterran, introduzzjoni għal din il-ħidma, il- konferenza Ewro-Mediterranja, il-forum Mediterranju, il-qasam parlamentari, l-ITU u s-CSCM, il-Western Mediterranean Forum, il-five plus five u fuq il- konferenza tal-ministru ta' l-intern tal-Mediterran tal-punent.", "Jiġifieri fi ftit paġni dan il-ministeru rnexxielu jitkellem dwar il-ħidma li għamel f'dawn is-setturi kollha.", "Aħna qegħdin ngħidu li għandha bżonn ħafna iktar attenzjoni minn hekk f'dawn is-setturi.", "Sur President, aktar qabel semmejt il-qasam amministrattiv.", "Jekk wieħed jara, per eżempju, ir-rapport li ppreżenta l-Ministru Joe Borg isib żewġ paġni u nofs li jittrattaw ix-xita ta' ambaxxati ġodda li qegħdin jinfetħu bħall-faqqiegħ kullimkien.", "Jien kont nistenna li l-ministru jgħidilna x'kienu r-riżultati ekonomiċi li nkisbu permezz ta' dawn l-ambaxxati.", "X'kien l-impatt li kellhom dawn l-ambaxxati fil-qasam tal-kummerċ?", "X'kienu l-kisbiet li għamlu dawn l-ambaxxati fis-settur tat-turiżmu?", "Din hi d-dimensjoni ta' kif wieħed irid iħares lejn ix-xogħol ta' ambaxxata llum il-ġurnata, u aħna dan li ridna.", "Per eżempju x'kienu l-kisbiet ta' natura fiskali li għamlu l-ambaxxati li nfetħu madwar l-Ewropa?", "Minn dan kollu m'hemm xejn.", "Ara mbagħad meta niġu għar-relazzjoni ta' pajjiżna mal-UE.", "Hemmhekk le.", "Jien ftehmt ma' l-Onor.", "George Vella li nħalli l-post mortem dwar is-summit ta' Copenhagen f'idejh.", "Bħala tabib post mortem naħseb li jaf jagħmlu ħafna aħjar minni, pero' xtaqt ukoll nislet xi punti dwar dan is-suġġett.", "Hawnhekk niġi għall-punt ta' kritika li għandi dwar dak li qed jiġri riċentement fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-UE.", "Jekk wieħed jara mit-13 ta' Mejju ta' l-1989 sa l-1 ta' Settembru ta' l-1998, jiġifieri ftit iktar minn tmien snin, wieħed isib li kelliema ewlenin tal-partit Nazzjonalista – u hawn mhux qed nitkellem fuq stqarrijiet ta' kandidati jew ta' uffiċjali ta' xi kumitat lokali imma qed nitkellem fuq stqarrijiet tal-prim ministru, tal-viċi prim ministru jew inkella ta' ministri li kienu jew li għadhom jokkupaw il-kariga – li dawn stqarrew madwar 30 figura f'ammonti differenti bħala ċifri li Malta kellha takkwista bi dritt mill-UE.", "Dawn huma rrapportati u ħadd ma jista' jmerihom.", "Lil dawn ħadd ma rrispondihom, la l- MIC u lanqas iċ-ċentru ta' fidi u ġustizzja tal-ġiżwiti li llum għoġbu joħroġ memorandum li bagħat lilna u lil diversi persuni dwar dan is- suġġett.", "Issa dan iċ-ċentru se jibda jtektek u jippunta jiżżattat fil- kwestjoni.", "Jiena nappella lil dan iċ-ċentru biex joqgħod attent u ma jinvolvix prinċipji morali u reliġjużi fid-dibattitu ta' politika lokali.", "Dan qed ngħidu għax meta kellu jitkellem dan baqa' sieket.", "Jien inħoss li jekk jitkellem issa, kellu jitkellem qabel ukoll meta kien hemm statements bħal dawk li semmejt li la huma ta' fidi u wisq inqas ta' ġustizzja.", "Meta ssemmew dawn il-fuguri dan iċ-ċentru għoġbu jibqa' sieket, jekk mhux rieqed ukoll.", "Sur President, hemm bżonn li f'din il-Kamra nitkellmu aktar fuq il- kwestjoni ta' fondi u l-aspett finanzjarju.", "Jekk nagħmlu hekk ikun aħjar jekk in-naħa tal-gvern ma ddoqqx trumbetti, għaliex dan ġie fi kliemna u kellu jibla' dak il-kliem li kien qal qabel.", "Li hu żgur, Sur President, hu li l-gvern preżenti naqas milli jkollu dak il-pakkett li xtaq u li seta' jsaħħaħ il-kisbiet, żgħar kemm huma żgħar, ta' pajjiżna.", "Meta nitkellmu hekk aħna ma nkunux qegħdin nitkellmu b'xi sens faxxista tal-patrija imma għax fil-prinċipju nemmnu lil f'kull dibattitu politiku dwar ir- relazzjonijiet internazzjonali, il-punt ta' partenza tagħna għandu jkun l- interess nazzjonali.", "Aħna qegħdin ngħidu li dan il-pakkett ma jaħsibx għal dak l-interess nazzjonali, anzi bil-maqlub.", "Aħna qegħdin ngħidu li flimkien l-arja ta' inċertezza ekonomika, politika u soċjali li ġab dan il-gvern fil- pajjiż, issa ġab ukoll ftehim li se jkompli jżid inċertezza ekonomika, politika u soċjali.", "Dan faċli wieħed jarah jekk jistudja l-istrutturi tal- ftehim wieħed wara l-ieħor.", "M'hemmx lista ta' aspett finanzjarju biss imma hemm aspetti diversi, u jekk wieħed jara dawn l-aspetti jasal għall- konklużjoni li dan il-ftehim, dan il-pakkett se jkompli jżid l-ċertezza u se jħalli lill-pajjiż imdendel bi spaga ma' xafra.", "Jiena nistaqsi jekk il-gvern jafx x'se jiġri mill-fondi ta' l-għajnuna li semmew li se jkun hemm wara l-ewwel tliet snin ta' sħubija sħiħa.", "Nixtieq nistaqsi jekk jafx x'se jkunu l-effetti ekonomiċi meta tiddaħħal il-VAT fuq il-mediċini u jekk jafx x'impatt soċjali x'se jkun hemm fuq il-familji Maltin meta tiddaħħal il-VAT fuq l-ikel.", "Nistaqsi jekk jafx, x'se jiġri mill-aspett kontributorju li pajjiżna se jkollu jerfa' erbat ijiem oħra.", "Nistaqsi wkoll jekk il-gvern ikkalkolax l-impatt li se jkollha l-biedja u jekk is-sussidji humiex se jkunu biżżejjed.", "Hawn lista twila ta' domandi simili li tibqa' sejra u għaddejja.", "Jekk wieħed jaqra b'mod sottili wieħed isib inċertezza waħda wara l-oħra.", "Bla dubju, kif jgħid il-prim ministru stess, hemm inċertezza f'kull ma għamel.", "Sur Presidnet, l-obbligu u d-dmir li għandha l-oppożizzjoni Laburista bħala gvern alternattiv hu li din it-tbatija nevitawha.", "U din nistgħu nevitawha bil-politika ta' partnership.", "Permezz ta' din il-politika żgur il-gvern Laburista ġdid ma jimponix taxxi fuq l-ikel u fuq il-mediċini.", "Permezz ta' din il-politika noħolqu żgur opportunitajiet ġodda u mhux noħonquhom.", "U dan mhux aħna biss qed ngħiduh, imma qed jgħiduh ukoll dawk li fis- soċjeta' Maltija jvarjaw mill-anzjani għal dawk li jiddependu mill- benefiċċji soċjali għal dawk li huma professjonisti, għal dawk li għandhom is-sengħa, għal dawk li għandhom intrapriża żgħira.", "Dawn kollha jgħidu li rridu noħolqu opportunitajiet ġodda u li nkunu f'pożizzjoni li anke aħna naħdmu id f'id mal-UE fil-qasam ta' l-ambjent, fl-oqsma tekniċi, fis-settur tas-saħħa, fis-settur ta' l-edukazzjoni u fl-oqsma l-oħra li hemm bżonn.", "Din hi l-għażla li l-elettorat Malta se jkollu ppreżentata quddiemu ftit ġimgħat oħra.", "Din hija għażla li hija waħda ċara ħafna, għażla bejn il- politika taż-żewġ partiti li demokratikament u bi dritt għandhom il- politika tagħhom.", "Aħna ma ngħidux li l-gvern m'għandux ikun f'pożizzjoni li jwettaq il-politika tiegħu.", "Ara huma hekk jgħidu fuqna.", "Aħna demokratiċi ħafna iktar minn hekk.", "Aħna nirrispettaw l-impenn demokratiku politika li għandu l-gvern u nippretendu li l-gvern jirrispetta d-demokrazija within fil-partit Laburista għaliex dik hija t-triq li l-partit Laburista għażel u din hija l-għażla li se jkun hawn ftit ġimgħat oħra quddiem l-elettorat.", "L- għażla hija dik bejn l-inċertezza ta' gvern Nazzjonalista ieħor jew l- għażla għall-familji tagħna, għażla ta' politika reali, ta' politika ta' partnership fejn b'ċertezza jkun hemm rabtiet li jgħoddu għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien nirrepeti dak li qal sieħbi rigward il-mod kif inhu jmexxi l-ministeru.", "Hawnhekk qed innaqqsu lira mis- salarju tal-kollega tagħna l-Ministru Joe Borg.", "Dan nagħmluh għax għalkemm nafu li ħafna mill-affarijiet ma kienx direttament responsabbli tagħhom hu, huwa l-Ministru li jerfa' r-responsabbilta`.", "Bħalma qal l-Onor.", "Cardona hemm tlett irjus li jmexxu l-ministeru.", "Dan jirrifletti ruħu fil-fatt li fil-ministeru stess issib li hemm alleanzi differenti għaliex ħafna minnhom għandhom parrini differenti.", "Tajjeb ngħid ukoll dwar in-nuqqas li jirrenja fil-ministeru.", "Hemmhekk hemm nuqqas ta' tmexxija amministrattiva serja u effettiva u nuqqas ta' ħeġġa għax-xogħol f'kull dipartiment.", "Jekk xi ħadd jaħseb li qed nesaġera, kull m'għandu jagħmel hu li jidħol sa hemm ġew u jkun jaf x'qed ngħid.", "Id- dipartiment tal-multilateral telaq kollox għal riħu; kulħadd imsiefer jew jippassiġġa Strada Rjali.", "Il-bilaterali ilu bla direttur sitt xhur.", "Il- briefs li fihom hemm l-istorja diplomatika ta' pajjiżna intelqu waħda għal rashom.", "Fost l-impjegati, Sur President, tirrenja inċertezza dwar il-futur tagħhom.", "Dan qed jiġri għaliex qed iħossuhom mhedda mill-preferenzi lejn dawk ta' l-European Union Directorate u ovvjament ukoll mill-membri tas- segretarjat.", "Dan l-aħħar kien hemm kjass sħiħ dwar l-interviews għas-second secretaries għaliex jafu li qed jiġu aġevolati tal-qalba.", "Il-ministru dan jafu, għax kellu laqgħa storbjuża ħafna man-nies li hemm fil-ministeru, imbagħad ġie deċiż li jsir bord ħalli jagħżel hu.", "Imbierek Alla fejn qabel il-format dejjem kien written examination imbagħad oral, din id-darba ddeċidew li jiddaħħal written, issir diskussjoni, mbagħad ikollok taparsi rapport miktub fuq dak li jkun sar u mbagħad l-interview.", "U għal dawn l-għażliet kellna lis-Sur Gejtu Naudi, segretarju permanenti fil-ministeru, Salvu Stellini segretarju tal-ministeru konsulent tal-ministru ta' l-affarijiet barranin, Maria Cilia ex-ambaxxatriċi ta' Malta u waħda qrib sewwa tal- partit Nazzjonalista, u ċertu Alfred Theuma mid-dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Nista' nassigurakom kemm se jkunu trasparenti l-għażliet li se jsiru.", "Issa kulħadd jaf li dan ma ġiex milqugħ tajjeb u kien hemm ferment enormi.", "U meta tkellem il-ministru magħhom kien irrabjat ħafna għall- membri tal-korp diplomatiku u anke kellu ton iebes għaliex qalilhom li jidħlu erbat ijiem hawnhekk u tippretendu li intkom tmorru ambaxxatur mill- ewwel.", "Tajjeb li n-nies ikunu jafuhom dawn l-affarijiet.", "Jien ma nagħmilx parliamentary questions għaliex ma rridx noqgħod nieħu risposti sibilliċi li ma tinterpretahomx jew inkella b'arroganza jgħidlek li mhux se jiġbor l- informazzjoni jekk ma nagħtihx raġunijiet għaliex għamilt id-domanda.", "Ara meta kont ministru jien, il-ministru Borg kien jgħabbina bihom u aħna konna nirrisponduh b'mod demokratiku.", "Irrid ngħid li l-Ministru jaf li saħansitra kien hemm anke website sigriet bejn l-impjegati biex jikkomunikaw bejniethom minħabba l-ferment li kien hemm fil-ministeru.", "Dan żgur m'huwiex ċertifkat ta' kuntentizza fuq il-post tax-xogħol.", "Ovvjament dawn jiddispjaċihom meta jaraw ċerti ħbieb tal- ħbieb jieħdu promotions u jikbru f'kemm ili ngħidlek.", "Se nsemmi ftit ħalli n-nies ikunu jafu.", "Per eżempju segretarju privat tal-ministru f'erbat ijiem dan ħa promotion wara l-oħra u sar director corporate services.", "Jien nixtieq inkun naf il-ministru x'rakkmandazzjoni għamillu lil dan meta kiteb Kastilja biex jirrikkmandah.", "Għal raġunijiet li ma nafx x'inhuma jien, dan ingħata l-fakulta' li jaħdem id-dar u jibqa' jieħu s-salarju ta' Lm7,000 fis-sena bla ma jmur il-ministeru.", "Hemm messaġġier li juża l-karozza tal- ministeru bi Lm12 petrol allowance fil-ġimgħa biex nhar ta' Ħadd imur ibiegħ l-għasafar biha r-Rabat.", "Dawn il-ministru jafhom.", "Dawn kollha membri tas-segretarjat.", "Ex-uffiċjal li llum spiċċa mill-ministeru għadu konsulent mal-prim ministru b'Lm5,000 fis-sena.", "Dan ikun dejjem il- ministeru jagħmel it-telefonati overseas, iqabbadhom jittappjaw l- affarijiet, jgħid kontra tiegħi u kontra Dr Alfred Sant u jattendi l- laqgħat politiċi tal-partit Nazzjonalista.", "Dawn huma l-affarijiet li qed jiġru hemm ġew u għalhekk hemm iċ-ċirku tal- ħbieb tal-ħbieb hemm ġew ukoll.", "Il-postings barra, Sur President, qed jingħataw lil dawk li huma kapaċi jsibu min jimbuttahom.", "Per eżempju, jidħak il-poplu jekk ngħidlu li f'Ruma spiċċajna b'żewġ ambaxxaturi, wieħed ta' Ruma għall-Italja u ieħor għall-Iżrael, l-Isvizzera, l-Albanija u l-FAO li qiegħed ukoll ġo l-ambaxxata bl-istaff tiegħu, bix-xuffier tiegħu u b'kollox tiegħu.", "U l-poplu Malti jħallas.", "Dwar ħatriet politiċi, fil- ministeru għandna esperti, direttur u ambaxxaturi.", "F'dawn l-aħħar erba' snin kien hemm madwar 200 appuntament.", "Jien ngħidlek li ma kienx hemm erba' jew ħamsa minnhom li ma kenux vetted u li jafu li huma laburisti u ħallewhom fejn kienu.", "Il-bqija jridu jgħaddu mill-manglu tal-kontrolli.", "Sur President, din m'hijiex sistema ġusta kif isiru l-affarijiet.", "Din mhux demokrazija, u qed ngħid dawn l-affarijiet fil-bidu ħalli mbagħad ngħaddi għas-suġġett proprju bħalma nagħmel kull sena ħalli l-poplu jkun jaf li wara din il-qoxra tat-tjubija, tal-qdusija, tat-trasparenza u ta' kollox miexi sew hawn dan il-ħmieġ għaddej tal-klikka li jekk ma tkunx fiha ma tgawdix.", "Hemm ukoll il-kuntratti bħal dawk ta' Daphne, Simon Busuttil, konsulenti f'Malta u anke konsulenti li l-kuntratt tagħhom lanqas biss jidher fil-kamra tat-teżor u jitħallsu dawn b'modi differenti.", "Dan ukoll fih innifsu, Sur President, huwa abbuż mis-sistema finanzjarja tal-pajjiż.", "Issa qed nistennew li jiġri bħalma ġara fl-1996 meta jkun hemm xi klawsola fil-kuntratti, li qegħdin jingħataw bħall-pastizzi, biex jekk kemm-il darba jkun hemm bidla fil-gvern u jitwaqqfu, dawn jieħdu xi tliet xhur kumpens.", "B'dan il-mod il-poplu Malti jħallas eluf kbar ta' liri biex jipprova jneħħi dak li jkun iddeċieda l-gvern Nazzjonalista fl-aħħar xhur tat-tmexxija tiegħu.", "Jien naf ukoll li l-ministru jaf bl-abbużi kbar li għaddejjin ġewwa l-voice of the Mediterranean.", "Hu ġie avviċinat u jaf li hemmhekk qed isiru affarijiet li min hu serju m'għandux iħallihom.", "Qed isir sparpaljar ta' flus, xiri ta' karozzi, bdil ta' għamara.", "F il-voice of the Mediterranean kulħadd jaf x'inhu għaddej, imbasta jibagħtulna ħafna karti llustrati biex jimpressjonaw dwar x'inhu jsir.", "Dan biex ma nsemmix imbagħad il-ħela tal- flus li dan l-aħħar morna joint-parliamentary committee fejn konna aħna Maltin biex niltaqgħu mal-membri parlamentari Ewropej.", "Bagħtu magħna tlieta min-nies Maltin biex jinterpretaw mill-Malti għall-Ingliż u mill- Ingliż għall-Malti.", "Huwa veru, intrebaħ il-punt, il-Malti sar lingwa uffiċjali ta' l-UE pero' għallinqas jista' l-gvern ikollu d-diċenza li biex forsi jsalva sold minn but il-poplu jgħidilna jekk aħna rridux li jkollna interpreti magħna?", "Tlieta min-nies, passaġġi, lukandi, ikel, allowance u salarju.", "X'ġew jagħmlu hemm?", "Dawn ħassewhom frustrati għax ħadd ma wżahom ħlief għal żewġ minuti jew tlieta.", "Lanqas il-ministru stess għaliex bl- Ingliż tkellem, lanqas Cachia Caruana stess għaliex bl-Ingliż tkellem.", "X'telgħu jagħmlu dawn?", "Dawn huma flus tal-poplu mormijin.", "Pero' issa ħalli naraw daqsxejn x'inhu r-riżultat tal-ħidma ta' dan il-ministeru.", "Sieħbi diġa' aċċenna dwarx'inhu jiġri.", "Fuq il-livell bilaterali għandna ruxxmata ambaxxati pero' fejn huma r-riżultati viżibbli fuq kummerċ, fuq investiment, fuq turiżmu?", "Taqra r-rapporti tal-missions x'qed jiġri f'Moscow, x'qed jiġri f'Washington u x'qed jiġri f'Bejġu pero' x'inhuma l- inizjattivi l-ġodda?", "Kważi kważi tinsa li għandek ambaxxata f'Stockholm, f'Athens, f'Madrid, f'Cairo, Rihad, Tunes u tibqa' sejjer hekk.", "Fl-Italja poġġejna ħafna nies għaliex hekk wegħdnihom.", "Poġġejnihom għax ħaddieħor li jikkmanda fil-ministeru imma mhux ministru riedhom hemm.", "Il-prim ministru mar l-Awstralja pero' x'ġab mill-Awstralja?", "Mhux il-ministru, imma l-prim ministru, mar jagħmel campaign ta' l-European Union.", "Ġab xi ħaġa mill- Awstralja?", "L-aħħar darba ġab kelb, imma din id-darba ma ġab xejn.", "Dan biex ma nsemmux x'qed jiġri f'postijiet bħall-high commission ġo Londra.", "Jiena mhux se noqgħod nidħol fid-dettall hawnhekk.", "Qabel fi żmienna kellna \"The Times\", kellna \"The Malta Independent\", kellna lil Daphne u kulħadd meta jasal il-high commissioner jispiċċa jidher fil-gazzetti, imbagħad x'qed jiġri ġo Londra llum ħadd mhu interessat.", "Hemmhekk hemm anke nuqqas ta' kontrolli fuq flus.", "Iseħħu wkoll affarijiet li semmejthom hawn anke darba oħra, pero' li ħadd ma jinteressah li jirranġahom.", "Ma nafx kemm jinteressahom tal-ministeru stess għaliex kieku ċerti nies iġibuhom lura minn hemmhekk u ma jħalluhomx ibagħbsu u jħawwdu fil-flus kif qed iħawwdu issa.", "Kellna serbut ta' viżti ta' kapijiet ta' stati, ta' gvernijiet u ta' ministri ta' l-affarijiet barranin.", "Ma nafx min ma ġiex.", "Dawn meta tagħsarhom, mhux se ngħid kemm infaqna biex ġibnihom, imma dawn x'ġabulna?", "Kulħadd jiġi jiddettalna, kulħadd jiġi jilagħbha tal-bravu, kulħadd jiġi jgħidilna kemm jifhem iktar minna, kulħadd jiġi jagħtina s-soluzzjonijiet u mbagħad tħares lejn pajjiżhom u tara l-problemi kbar li għandhom huma li ma kenux kapaċi jsolvuhom.", "Imbierek Alla l-problemi tagħna f'24 siegħa kapaċi jsolvuhom dawn.", "Jiġu hawnhekk u jgħidulna x'għandna nagħmlu.", "Diġa' aċċettajna li se nadottaw kontrolli fuq id-dħul u l-ħruġ ta' pajjiżna, jiġifieri l-visa policy.", "Din m'hijiex fl-interess ta' pajjiżna, pero' għaliex ma' min irridu ningħaqdu qed jgħidilna li dik hi r-regola, aċċettajniha.", "Issa jekk taġevolakx jew le fil-kummerċ tiegħek dik affari tiegħek.", "Qegħdin nipparteċipaw diġa' f'attivitajiet ta' natura militari meta nafu li mexjin ftit ftit - u jista' jiċħduha kemm iridu tan-naħa l-oħra, imma hemm miexja l-Ewropa u hemm se timxi Malta magħhom - lejn partiċipazzjoni ta' alleanza militari li tmur kontra dak li tgħid il-Kostituzzjoni tagħna.", "Naċċettawha jew ma naċċettawhiex hemm qiegħda.", "Dan huwa fatt ta' l- istorja.", "U għalxejn dak li jkun jipprova joqgħod iżelleġ u jipprova joqgħod jgħatti u jipprova jdawwar l-affarijiet sempliċement b'xi biċċa klawsola x'imkien, imma din nitkellmu fuqha iktar 'il quddiem.", "Qegħdin diġa', Sur President, vilment naċċettaw biċċiet ta' vapuri militari fit- tarznari tagħna.", "Għamilnieha din.", "Għamilnieha u morna assolutament bl- iktar mod flagranti kontra l-ispirtu u l-kelma tal-Kostituzzjoni.", "Lanqas biss kien hemm id-diċenza li jkollna rispett lejn il-poplu Malti u l- ħaddiema tat-tarznari fix-xenarju tal-periklu ta' attakki terroristiċi li għaddejja minnhom id-dinja.", "Ma ġara xejn, basta we stress the point and we make a point.", "Qegħdin nippermettu wkoll vapuri militari ħerġin u deħlin fil- port.", "Jiena niddubita humiex jitolbu permess għaliex kulħadd dieħel u ħiereġ qisu ma ġara xejn.", "Sa sottomarin nukleari, daħal pero' għallinqas għadu fi stazzjon wieħed, wieħed daħal imbagħad lill-oħrajn żammewhom barra, allavolja l-oħrajn ma kellhomx il-kuraġġ li jgħidulhom \"isma', hemm liġi tal-baħar u taf li biex tidħol fl-ibħra territorjali trid iżżomm fil- wiċċ u ttajjar il-bandiera\".", "Le, dan tela' żewġ mili 'l bogħod mill-port u marru erba' magħżulin fuqu li huma kontributuri li jiktbu fil-gazzetti u l- attorney general.", "Ma nafx x'marru jagħmlu fuq is-sottomarin.", "Lanqas għandna s-sinsla ngħidulhom li l-liġi tal-baħar li niftaħru li oriġinat mill- inizjattiva Maltija għandhom josservawha u għallinqas meta jidħlu fl-ibħra territorjali għandhom jitilgħu fil-wiċċ.", "Le, ma jimpurtax, għaliex dan ikun b'saħħtu.", "Sur President, għandna politika barranija mmexxija minn dan il-ministru u politika oħra li daħħlu subagħjhom fit-torta wkoll li diġa' hija suġġetta għad-deċiżjonijiet meħuda mill-UE.", "Hawnhekk wieħed jara li dan l-aħħar sar pass flagranti meta kellna l-kwestjoni ta' l-Iraq fejn il-gvern Malti, li jaf l-immedjatezza u il-promissimita' tal-problema lejn pajjiżna ...", "Jaf x'inhu l-effett jekk kemm-il darba tisplodi s-sitwazzjoni fl-Iraq?", "X'inhu jagħmel?", "X'inizjattivi qed jieħu waħdu?", "Le, nistennew li toħroġ dikjarazzjoni mill-UE, nissottoskrivu għaliha u dak li jgħodd għal kulħadd jgħodd għalina wkoll.", "Aħna qisna lsienna tlifnih.", "Kulma ġara, Sur President, f'dawn l-aħħar snin ma kien xejn ħlief ġirja sfrenata biex akkost ta' kollox jingħalqu n-negozjati mal-UE.", "Il-gvern qal li m'hemmx triq oħra, u li dik hi t-triq tagħna u hemmhekk irridu naslu.", "Mela kollox mitfuħ hemm ħalli nagħlqu n-negozjati.", "U kulħadd jaf x'ġara.", "Biex xerridna propaganda tajna l-mezzi u l-finanzi kollha.", "Ma kienx hemm rispetti bħalma semma sieħbi.", "Lill-MIC ngħatawlhom Lm1 miljun s-sena l-oħra għal dawn it-tliet xhur li fadal ingħataw Lm0.5 miljun oħra.", "Irrid infakkar hawn, Sur President, li minkejja d-dekomkrazija li jiftaħru biha n-naħa tal-gvern, biex ixandru spots tal-partit Laburista rigward l- option politika tiegħu kellu jispiċċa kollox fil-qorti.", "Imbagħad kien hemm ministru li kien ilaqqa' l-MEUSAC u kien jgħidilna għaliex ma niġux fih.", "Kien ikollna sodisfazzjon immorru fih!", "Lanqas min kien hemm ma kellu sodisfazzjon, għaliex kienu jsiru dawn il-laqgħat, imbagħad, wara li taparsi jkunu konsultati jmorru u jagħmlu fattihom.", "Imbagħad jgħidulhom jekk ma jogħġobkomx hemm ir-referendum u vvutaw kontra tiegħu.", "Staqsu lill- bdiewa dwar dak li ġara.", "Il-Ministru qabad il-karti u qalilhom li hu se jmur u mbagħad jekk ma jogħġobhomx dak lijġib jivvutaw kontra tiegħu.", "Staqsu lill-kaċċaturi kemm għaddew żmien bihom.", "Staqsu lin-nies tan- negozju.", "Dawn jitkellmu b'għoxrin ilsien meta kitbu li qed iħossuhom frustrati għax mhux se jkollhom ċans janalizzaw il-proposti li qegħdin isiru u l-programmi ta' azzjoni u l-policies li se jmur bihom biex jinnegozja l-gvern.", "Imbagħad jiġu jgħidulu kollox sew qbilna miegħek.", "Aħna nafu għaliex, u wieħed jifhem.", "Sur President, wara dan imbagħad, bħalma semma sieħbi, niltaqgħu fil- kumitat permanenti ta' l-affarijiet barranin xhur wara li tkun saret il- ftira.", "Imbagħad inutli li titkellem.", "Pero' għallinqas, minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni li kien jagħmel il-Ministru, konna b'xi mod bħal trabuxu niġbdu bil-mod, il-mod, biex naqilgħu t-tapp minn ġo griżmejh ħalli jaċċetta u jikkonferma ċertu dubbji li kienu jqumulna fuq l-affarijiet li konna smajna.", "Dan il-Ministru għandu ħabta kif jinforma mill-inqas.", "Dan lanqas kellu d- diċenza jagħmel stqarrija hawnhekk fil-parlament u jgħid x'inhuma l- għanijiet tagħna meta jkollna l-presidenza tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Issa ta' min igħid li trid xi 15 jew 20 sena biex tkun president.", "Qrajna x'imkien u sirna nafu x'qal.", "(Interruzzjonijiet) Pero' jien ma nistax nifhem x'importanza jagħtiha meta għandek guest officer ġdida.", "Din mhux tort tagħha.", "Din prattikament għadha tibda fuq il-Council of Europe hawn Malta u għandek ambaxxatur li qiegħed aktar Pariġi milli Strasbourg.", "U naħseb anke l-Ministru jaf li diġa' hemm kummenti negattivi fil-kuriduri ta' Strasbourg mid-deputy minister dwar kif qiegħda titmexxa l-presidenza ta' Malta.", "Dan ma jixraqilniex f'sede bħal dik fejn ilna ngawdu rispett snin twal u fejn għandna għallinqas il-konsulazzjoni li nkunu daqs ħaddieħor.", "Dan kollu għaliex il-gvern Nazzjonalista mexxa politika barranija li lill-Malti ċaħditu mid-dritt li jagħżel bejn żewġ relazzjonijiet differenti mal-UE.", "(Interruzzjonijiet) Dan qal din it-trend biss teżisti, ta' ħaddieħor hija rubbish, impjega nies biex iqassmu l- informazzjoni li qabel ġew impjegati kienu qalu kemm-il darba li dik hija rubbish.", "(Interruzzjonijiet) Għal Simon Busuttil qed ngħid.", "Dan kemm-il darba kien iddikjara qabel li dik hija rubbish u dan ġie mpjegat biex jipprova jkun ekwu, jipprova jkun ibbilanċjat fl-informazzjoni li se jqassam dwar l-għażla li se jkollu jagħmel il-Malti meta jiġi ffaċċjat bil- mistoqsija.", "Għalhekk qed ngħid li kien hemm kompliċita' assoluta mal-membri ta' l-MIC.", "Dan iċ-ċentru għandu staff Nazzjonalista kollu magħruf u nies li kienu kkommittew ruħhom diġa' bil-quddiem.", "Semmejt lil Simon Busuttil, pero' nista' nsemmi wkoll lil Carmel Attard.", "Dawn ma tistax tgħid li għandhom ċertu bilanċ għax dawn kienu diġa' kommessi.", "(Interruzzjonijiet) Għandhom id-dritt kollu u mhux qed niċħadulhom jien.", "Għandhom id-dritt kollu għall- opinjoni personali politika, imma mbagħad li tiġi mpjegat biex ikollok id- dover li tqassam b'mod ġust u ekwu l-informazzjoni ma tinżillix.", "Issa dan meta t-terms of reference ta' l-MIC ...", "(Interruzzjonijiet) Għaliex kull darba ngħidu li dawn qegħdin għall-EU.", "M'hu veru xejn li qegħdin għall-EU dawn.", "It-terms of reference tagħhom jgħidu ċar biex jikkontribwixxu għall- livell ogħla ta' informazzjoni u edukazzjoni fuq l-UE, mhux is-sħubija fl- UE imma fuq l-UE.", "GĦandhom terms of reference biex jiġbru u jorganizzaw informazzjoni relatata ma' l-UE, biex jagħtu informazzjoni ġenerali dwar l- UE u r-relazzjonijiet ta' Malta u l-UE.", "Mhux is-sħubija!", "Dik il-politika tal-gvern li għandu dritt għaliha għaliex ġie elett fuq dak il-platform pero' informazzjoni fuq l-UE tinkludi wkoll informazzjoni dwar x'tagħmel l- UE f'postijiet oħra, x'toffri l-UE, x'inhuma l-modi differenti li qed titkellem fuqhom.", "Għiduli x'ħiereġ mill-information centre fuq l-aħħar żviluppi li hemm.", "M'hu ħiereġ assolutament xejn.", "Dawn saru parti mit-team tan-negozjar tal-gvern, komdi bil-konsulenzi li qegħdin jieħdu, jitħabtu u l-Ministru jitħabbtilhom ħalli jsibu posthom fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Dawn forsi anke jaqbżu lil ħaddieħor għada pitgħada, pero minkejja dan, kollox miexi u kuntenti.", "Għandek nies bħal Carmel Attard – u dan jagħmilli libell kemm irrid - Minkejja li jgħidu li huma oġġettivi.", "Dan smajtu b'widnejja stess fuq programmi tar-radju jagħmel value judgements fuq iż-żewġ għażliet.", "Issa dan minn flus il-poplu.", "U jgħidilna kemm jaqbel iktar bi sħubija għax jiġi hekk, jiġi hekk u jiġi hekk, għax bil-partnership ma jistax jiġi hekk, jiġi hekk u jiġi hekk.", "Min hu dan?", "Għalhekk qegħdin inħallsuh dan?", "Għallinqas Simon Busuttil jgħid li ma jagħmilx value judgements pero' Carmel Attard smajtu jien kemm-il darba.", "Imbagħad dan telaq u sar reporter ma' l-RTK f'daqqa waħda.", "Sur President, qed insemmi dawn biex ma nsemmix il-media bl-Ingliż.", "Ovvjament dawn iddominati minn min qed ipappi.", "Semmejt min għandu konsulenzi mal-ministeru bi Lm17,000 fis-sena.", "Dawn huma nies li jiktbu u mbagħad issibhom chairpersons tal-PBS.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija.", "Kieku jien nirrofta.", "Mela noqgħod nirremetti kontra l-partit Laburista mbagħad ovvjament inkun qtajt il-biljett ħalli nsir wieħed minn tal-klikka tal-ħbieb tal-ħbieb.", "Tant telgħalna għal rasna u tlifna kull sens li d-DOI, fil-press release numru 1624 tat-18 ta' Diċembru ntqal li bl-UE l-Maltin jgħixu aħjar.", "Hawnhekk hawn faċċata u nofs statement tal-UE li m'huwa attribwit lil ħadd.", "L-ebda ministru ma qalu.", "Dan ħareġ mid-DOI, assolutament jitkellem favur l- UE, qed jagħmel ġudizzju, qed jagħti opinjoni u ħadd ma ffirmah u ħadd m'huwa kkwotat.", "Jien ngħid li din hija responsabbilta' diretta tad-direttur tad-DOI li jagħmel statement bħal dan.", "Hekk spiċċajna issa.", "Dak faxxiżmu fejn l-istat isir il-partit, fejn il-makkinarju ta' l-istat jiġi kkapparat mill-partit fil-gvern u jmexxi kollox hu.", "Biex ma ngħidx li dan over and above il-kampanja kbira fit-tul tal-gideb u wegħdiet fiergħa fejn bħalma qal sieħbi, ma kellna lil ħadd li jwaqqafhom.", "Ħadd ma ħareġ imeri lil David Casa meta qal li ġejjin Lm124 miljun għat- tarznari.", "Aħna biss għedna li mhux veru.", "L-MIC qagħad kwiet meta dan suppost jagħti l-informazzjoni fuq l-UE.", "Anke meta ntqal li Lm2.4 miljun ħadd mill-MIC, la Carmel Attard, la Simon Busuttil, la l-bravi li jiġu fuq it-television kuljum jitbissmulna fil-kamra ta' l-ikel, ħadd minnhom ma qal li dak żbaljat.", "Mhux se nsemmi fil-passat il-Lm100 miljun li kienu jissemmew.", "Kemm għalaq ħalqu u qagħad kwiet l-Moviment Ewropew.", "Issa dan meta suppost qegħdin jikkristallizzaw l-affarijiet.", "L-MIC fejn kien dakinhar?", "Ħadd ma qal xejn.", "Dan qed ngħidu biex naraw kemm aħna qegħdin niġu miġbudin minn imneħirna, kemm il-makna tal-propaganda qed taħdem to perfection u kemm bil-flus you own the machine, tħaddem il-makna daqs iż-żejt, kollox miexi fuq ir-rubini.", "Sadanittant, bħalma għedt, ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar alternattivi oħra.", "Irrid ngħid ukoll li tan-naħa l-oħra mlebilbin biex jinvolvu l-knisja.", "Min jgħid għax il-Papa qal hekk u l-Papa ma qalx hekk u għax qalu l-isfqijiet.", "Il-Papa tiela' u l-Papa nieżel.", "Iħossuha n-nies din, u min għandu l-eta' tiegħi jiftakar l-ġlieda politika-reliġjuża, x'wasslet f'dan il-pajjiż.", "U min ma jirrispettax ir-reliġjon u min ma jirrispettax l-għaqda fost il- poplu jiġi jaqa' u jqum u juża' kollox basta bħala short term measure jieħu dak li għandu f'rasu.", "Jien ngħid waħda biss.", "Kellna bżonn - jien m'inix xi qaddis, għandi dnubiet kemm Alla ħalaq - nobdu lill-Papa f'kollox u f'kulma jgħid daqskemm qed nippruvaw nobduh f'dan li qegħdin jgħidu li qal fir- rigward ta' l-UE.", "Wasalna fl-assurdita' li rridu nkunu aħna biex nevanġelizzaw l-Ewropa mill-ġdid.", "Naħseb aħjar naraw fejn marru l-valuri Kristjani tagħna u nagħmlu eżami tal-kuxjenza bħala poplu, qabel naħsbu li nistgħu nkunu aħna ta' eżempju għal ħaddieħor.", "Sur President, irrid ngħid li kulħadd isiefer ġo l-Ewropa.", "Jien ma naħsibx li b'xi mod se nimpurtaw minn hemmhekk xi ħaġa li hi ta' valur għalina.", "Qed nitkellem fuq morali.", "Qrajna silta fil-gazzetta li l-qħab ta' Copenhagen qegħdin jiftaħru li żdied ix-xogħol tagħhom matul is-summit.", "Dawn il- valur nsara li qed nitkellmu fuqhom ta' l-Ewropa!", "Dażgur li tidħak, mela mhux tad-daħk.", "Tgħidx kemm dħakt meta qrajtha jien.", "Mhux kollox negozju!", "Mhux kollox għall-GDP jikkontribwixxi.", "Hekk qalu, tgħidx kemm żdidilhom ix- xogħol matul iż-żmien tas-summit.", "Dażgur, 3,000 ġurnalista, diplomatiċi u minn kollox kien hemm!", "Ta' kull kwalita' marru għandhom.", "Imbagħad jiġi ċ- ċentru, fidi u ġustizzja li semma sieħbi...", "Issa again ma nafx hux qed jitkellem fuq il-ġiżwiti kollha jew fuq membru partikolari tal-ġiżwiti.", "Lil dan jiena diġa' kkritikajtu fuq ir-radju u nerġa' nikkritikah hawnhekk.", "Dan beda d-dokument li bgħat diġa' b'sequence żbaljat fejn jgħid li:", "''l-għażla li se nagħmlu hija favur jew kontra s-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea skond il-kondizzjonijiet li l-gvern se jkun kiseb fin- negozjati.''", "Min qallu din?", "Żbaljat kompletament.", "Issa jew żbaljat jew irid jimmiżinforma.", "Jiena lil dan nafu, nattendi l-quddies tiegħu u għandi rispett kbir lejh pero' jekk jidħol fil-politika, bħal meta mar ma' ta' l- IVA r-rispett jibda jonqos.", "Ħafna jibda jonqos, għaliex hemm dik li hi reliġjon, hemm dik li hi politika, u hemm interface bejniethom.", "Jekk irid ikun onest u ċar irid jgħid li l-għażla hija bejn sħubija u relazzjoni mqarrba ħafna ma' l-UE.", "Mhux sħubija jew xejn.", "Min qalu dan?", "Qiegħed jirrepeti l-kampanja antika ta' l-editorjali ta' ''The Times\"' u tal- kelliema kollha tal-gvern li jridu jagħtu l-impressjoni li jew nissieħbu jew ikollna l-baħħ.", "L-ex-ministru ta' l-affarijiet barranin kien jgħidilna li jew insiru membri jew inkella nibqgħu qasba tixxejjer mar-riħ.", "U dan l- aħħar qed jerġa' jkompli anke jagħti naqra iktar ton fl-istatements tiegħu.", "L-għażla ta' dan il-pajjiż hija bejn sħubija u bejn partnership.", "Hija għażla, u se ngħidu għall-ġid ta' min qed imexxi dan iċ-ċentru, fidi u ġustizzja, minn pakkett ta' vantaġġi u żvantaġġi b'kondizzjonijiet fissi għal kulħadd li hija sħubija u rabta aktar flessibbli mfassla għaċ- ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna.", "Ir-relazzjoni tal-partit Laburista tkun mibnija fuq l-għarfien.", "Aħna nafu f'liema oqsma aħna b'saħħitna, f'liema aħna inqas b'saħħitna u fejn aħna dgħajfin.", "Irrid nibdew minn hemm biex inkunu nafu aħna għal liema għaqda u għal liema relazzjoni kapaċi nidħlu.", "Din ir-relazzjoni trid tinbena fuq liema huma l-opportunitajiet li rridu nakkwistaw għall-pajjiżna.", "X'opportunitajiet se nakkwistaw?", "X'irridu nagħmlu minn din ir-relazzjoni, tkun ma' min tkun?", "X'irridu nottjenu minn din ir-relazzjoni?", "Irridu naraw ukoll liema huma l-perikli li rridu nevitaw u mhux ngħidu rrid nieħdu dan il-pakkett u daqshekk.", "L-għan aħħari ta' ftehim bħalma hu l-partnership u koperazzjoni mal-UE huwa l-ħarsien ta' l-interessi taż-żewġ naħat.", "Dan irid ikun mibni mhux fuq il- kbir u fuq iż-żgħir, immqa fuq prinċipju ta' ekwita', ta' qsim ekwu ta' benefiċċju kif ukoll ta' responsabbiltajiet.", "Minkejja li nispjegaw din il- pożizzjoni hawn kampanja sħiħa fejn jingħad li ma aħna ma nafux xi rridu.", "Imma kemm hawn stupidi f'dan il-pajjiż!", "Aħna xbajna nispjegaw!", "Kemm hawn boloh!", "Dawn ma jafux x'inhi ̧ jikkritikawha u jgħidu li mhijiex tajba.", "Din jew hija tajba jew ħażina jew inkella ma tafx x'inhi ̧ waħda minnhom.", "Pero' l-iskop huwa wieħed; dak li jħawdu l-imħuħ tan-nies u jaħlu ż-żmien.", "Sur President ̧ ilna mill-1992 għaddejjin b'din l-istorja u meta tibda tiftakar kważi tibda tiddardar.", "Per eżempju ̧ kienu jgħidulna li se nidħlu, qegħdin fuq l-antiporta u fuq l-għatba u mbagħad ma dħalniex u affarijiet bħal dawn.", "Saħansitra dak iż-żmien il-Prim Ministru kien qal li jekk ma nidħlux f'sentejn ikollna diżastru.", "Naħseb li fuq dawn l- affarijiet jistgħu jinkitbu kotba sħaħ.", "Issa għaddejna erba' snin ta' ftaħir, wegħdiet, dikjarazzjonijiet.", "Dan l-aħħar konna nisimgħu ħafna dwar kemm sejrin tajjeb fin-negozjati u kull darba li jintemm xi kapitlu ̧ il- poplu jirrealizza li ma tistax taħrab milli tapplika l-liġijiet ta' l-UE għal dak il-kapitlu.", "Għalhekk kellna kull darba noqgħodu niddisktu u kif għidt qabel, kienet tkun l-oppożizzjoni li toħroġ il-verità kollha u t- tifsir veru mingħand il-gvern dwar l-implikazzjonijiet ta' dak li jkun ġie miftiehem f'dawn in-negozjati.", "Ma' l-għeluq ta' kull kapitlu kien ikollna prova ta' kemm kienu jkunu żbaljati l-previżjonijiet tal-gvern u kemm kienu jkunu korretti l-previżjonijiet ta' din in-naħa tal-Kamra.", "Sur President, fl-aħħar irriżulta li l-gvern Nazzjonalista kellu jagħmel dak kollu li riedet l-UE u jekk m'għamlux mill-ewwel għandu jagħmlu wara li jgħaddu xi snin; sentejn, tliet snin, ħames snin jew seba' snin biex l- effett fuq l-ekonomija jew is-soċjetà Maltija ma jinħassx mill-ewwel.", "Issa jien ngħid li jekk dawn il-miżuri jkunu tajbin mhux iddaħħalhom bil- mod trid imma ddaħħalhom mill-ewwel.", "Għalhekk il-fatt li ddaħħalhom bil- mod ifisser li l-miżuri li tkun se ddaħħal se jagħmlu l-ħsara u se jħallu impatt negattiv fuq l-ekonomija, fuq is-soċjetà, fuq il-balance of payment eċċ. għax kieku l-effett tagħhom ikun tajjeb iddaħħalhom mill-ewwel.", "Dan bħal dak il-bniedem li għandu bżonn operazzjoni u jħalli għal aktar tard imma fl-aħħar mill-aħħar jibża' kemm jibża' jagħmilha jrid l-operazzjoni.", "Hekk għamel il-gvern.", "Dan ġie jiftaħar li rebaħ il-perijodu ta' tranżizzjoni pero' jien ngħidlu li wara li kkonvinċihom kemm ċerti miżuri huma ħżiena għalina ̧ dawn kellhom ħniena minna u minflok ġiegħluh jiblagħhom issa se jkollu jiblagħhom xi erba' snin oħra.", "Issa dan l-aħħar qagħdu jiftaħru li ġabu pakkett eċċezzjonali, straordinarju, uniku u ma nafx x'ma sejħulux; saħansitra qalu li bħall-Polonja u bħalna ma kienx hawn.", "Ovvjament dawn joqgħodu jkabbru daqsxejn l-affarijiet.", "Ħalli naraw x'inhuma l-vantaġġi tal-pakkett li l-gvern qed jiftaħar tant bih.", "Jien ħadt gost li l-bieraħ il-Prim Ministru rreaġixxa għad-deċiżjoni tal-grupp parlamentari li nagħmlu dibattitu fuq dan il-pakkett.", "Kieku ried jagħmel dikjarazzjoni bħalma għamel fil-għaxija kien jagħmilha nhar it- Tnejn.", "Għalhekk peress li aħna ddeċidejna f'nofsinhar li dak il-pakkett ma nistgħux inħalluh hekk imma ridna niddiskutuh, jien ċempilt lill-iSpeaker u nformajtu bid-deċiżjoni tal-grupp parlamentari u għamilna press release.", "Imbagħad fil-għaxija ġie l-Prim Ministru fil-Parlament u għamel dikjarazzjoni ta' faċċata u nofs fuq event li suppost huwa daqshekk kbir u li ħa daqshekk żmien ̧ daqstant flus u daqstant riżorsi tal-poplu Malti.", "Pero' għallinqas qal li se niddiskutuh u nhar l-Erbgħa nispera li jiltaqa' l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex niddiskutu kif se nagħmlu din id-diskussjoni.", "Issa se nitkellem ftit fuq dan il-pakkett u se nibda mill-moviment ħieles tal-persuni.", "Jien ngħid li l-konċessjonijiet li ftaħar bihom il-ministru u l-gvern li nilqgħu u jekk kemm-il darba jkun hemm numru enormi u perikoluż għall-ekonomija Maltija, nagħlqu l-bibien u mbagħad nikkonsultaw huma konċessjonijiet li la huma serji u lanqas effettivi.", "M'hemm l-ebda ħarsien bis-serjetà għall-ħaddiem speċjalment għas-self-employed u ħadd ma għamel impact assessment dwar dan ħalli nkunu nafu l-affarijiet eżatt.", "Irridu nilqgħu għal li jista' jkun u nittamaw fil-Bambin li affarijiet bħa dawn ma jiġrux.", "Bil-politika ta' partnership dan id-dritt awtomatiku ma jeżistix u jista' jiġi elf miljun Simon Busuttil jikkwota ħażin l-arranġament li sar bħal dak li sar ma' l-Isvizzera.", "Jien ngħidlu li b'din il-politika l-ebda membru mill-UE m'għandu dritt jiġi hawn Malta u jaħdem bi dritt f'dan il- pajjiż.", "Se ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-moviment ħieles tas-servizzi.", "Aħna għidna kemm-il darba li diġà hemm ħafna servizzi li huma liberalizzati u hawnhekk nista' nsemmi l-banking u l-insurance.", "M'hemm xejn ħażin f'dan.", "Imma mbagħad hemm livell li fih m'għandniex għalfejn nilliberalizzaw aktar.", "Per eżempju, m'hemm l-ebda kontrolli li ħobż il-kuntratturi Maltin ma jeħdux il-barrani.", "Fil-fatt ċertu ammont ta' kuntratti pubbliċi u tal- kunsilli lokali jista' jittieħed mill-barrani wkoll.", "Kif diġà għidt aħna naqblu mal-liberalizzazzjoni sa ċertu livell u lesti li nkomplu nilliberalizzaw fejn ikun possibbli imma dan ma nagħmluhx fil-qasam iż- żgħir fejn hemm il-ħobża ta' kuljum ta' min irid jiekol minnha hawn Malta.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-moviment ħieles tal-kapital.", "Dawn ftaħru li bil-miżuri li ttieħdu l-barranin ma jistgħux jixtru artijiet u proprjetà.", "Jien ċert li l-Ministru Joe Borg li huwa avukat ̧ u hawnhekk igħallimni ̧ jaf kemm hawn toqob legali f'dak il-ftehim li sar u għada pitgħada meta jibda jara lil min juża dawk it-toqob legali biex jagħmel li jrid ̧ se jkun helpless u bla saħħa.", "Jien għandi rispett kbir lejn il-Ministru Joe Borg u naf li dan m'għamlux b'intenzjonijiet ħżiena imma l-ġrieden li hemm fi Brussels ...", "Per eżempju, it-trattat li qed igħidu li fih xi 4,000 faċċata għad irridu naqrawh ħalli naraw id-dettalji ż-żgħar fejn qegħdin.", "Pero' diġà jidher ċar li minkejja s-safeguards kollha hemm ħafna toqob legali minn fejn wieħed igħaddi.", "Sur President ̧ irrid insemmi wkoll il-moviment ħieles tal-prodotti fosthom tal-manifatturi u tal-biedja li permezz tiegħu inti jkollok għaqda doganali u allura tkun magħluq b'sistema li permezz tagħha ma tistax tkun flessibbli biex tagħmel dazji, kontrolli u affarijiet bħal dawn.", "Int se tkun magħluq b'sistema dettata b'regolamenti ta' l-UE.", "Din hija restrittiva għall-aħħar għax id-dazji fuq prodotti minn barra tagħmilhom l- UE.", "Ma tistax tagħmel kontroll fuq materja prima li timporta għax trid timplimenta dak li tgħid l-UE.", "Huwa hawnhekk fejn ikollna ħafna argumenti.", "Aħna dejjem ngħidu li bil-partnership ikollna biss żona ta' kummerċ industrijali ħieles.", "Issa bi prodotti industrijali nifhmu prodotti manifatturati u anke semi-manifatturati.", "Pero' - u din insostnuha - l- prodotti agrikoli ma jiġux inklużi b'mod awtomatiku imma jistgħu jsiru konċessjonijiet reċiproki bħalma hemm fil-ftehim ta' l-Isvizzera.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li jekk wieħed jaqbad il-ftehim li hemm ma' l- Isvizzera u jara l-kliem eżatt li jintuża fil-preambolu ta' għexieren ta' faċċati li hemm li jispeċifikaw id-dettalji, isib l-istess diċitura li kellna aħna fil-ftehim ta' l-1998 ma' l-UE li jgħid li idealment ikollok żona ta' kummerċ industrijali ħieles li jkopri s-setturi kollha pero' dan fir-rispett tal-politika agrikola ta' kull naħa u fil-ħarsien tas- sensittività ta' ċerti prodotti.", "Għalhekk dan huwa l-istess kliem li hemm fil-preambolu tal-ftehim ma' l- Isvizzera li ġie ffirmat f'Ġunju ta' l-1999 - sena wara li konna għamilna l-ftehim tagħna - mill-Kummissarju Van den Broeck.", "Jien ngħid li jekk l- Isvizzeri b'dan il-preambolu kienu kapaċi jidħlu għal kważi 300 faċċata ta' eċċezzjonijiet u kwalifiki ta' dazji, levies ̧ kwantitajiet, dati u kemm idaħħal jew ma ddaħħalx ġo pajjiżek prodotti agrikoli u agro-industrijali ...", "Min jibqa' jgħid li b'dak li konna qed nagħmlu aħna ma konniex naslu biex nagħmlu din il-linja, huwa żbaljat.", "Jien hawnhekk nerġa' nisfida lil min igħid li dak li qed ngħid mhuwiex minnu.", "Min hu midħlu ta' l-Unjoni Ewropea jaf li ċerti frażijiet li jużaw jirrepetuhom, bħal, per eżempju, il-frażijiet li wżajna fil-joint agreement li għamilna fl-1998.", "Qed ngħid dan biex forsi xi darba nieqfu ngħidu ċ-ċuċati u l-ħmerijiet għall-vantaġġ politiku u dak li kien abjad ma ngħidulux abjad.", "Fil-pakkett li qed jiftaħar bih il-gvern u li qed igħid li dan huwa eċċezzjonali hemm ukol il-politika agrikola komuni.", "Din ma tfisser xejn ħlief kompetizzjoni sfrenata għal swieq li normalment kien iforni l-bidwi.", "Pero' fl-aħħar ammettew li se nneħħu l-levies għax hekk tordna l-Unjoni Ewropea.", "Irridu naċċettaw, kif aċċetta l-gvern ̧ li l-bidwi ma jistax jgħix bla sussidju u minflok bqajna nħallsu l-levy fuq il-kaboċċa ̧ il-pastarda, it-tuffieħa u affarijiet oħra li tixtri l-mara tad-dar, issa l-gvern se jeħdilna l-flus mill-but bħala taxxi biex jagħtihom lill-bdiewa jiġifieri ħriġna mill-bieb u se nidħlu mit-tieqa.", "Dan huwa l-akbar ċertifikat ta' kemm kellna raġun meta konna ngħidu li l-biedja Maltija ma tistax – mhux għax il-bidwi mhuwiex kapaċi imma hemm kwestjonijiet tad-daqs - tikkompeti ma' barra jekk mhux bis-sussidji.", "Mela allura la se nneħħu l-levies lill- bdiewa rridu nagħtuhom il-flus mod ieħor ħalli nżommuhom ħajjin.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq programm ta' għaxar snin li se jieħu madwar Lm46 miljun bħala sussidji għall-frott, għall-ħaxix u għad-dwieli u Lm26 miljun bħala sussidji għad-dairy products, għall-pork u għat-tiġieġ.", "Allura dan l- ammont li jitla' għal kważi Lm80 miljun mhux minn flus il-poplu jridu jiġu?", "Dan hu l-pakkett li qed niftaħru bih?", "Bil-politika ta' partnership it- tneħħija tal-levies u tal-protezzjoni la tkun awtomatika u lanqas obbligatorja, lanqas bid-WTO.", "Ovvjament l-iskop tagħna jkun li fejn tista' ma tagħmilx levies għalxejn ma tagħmilhomx.", "Ara l-Isvizzera m'għamlitx levies fuq il-larinġ għax dan ma tipproduċihx imma kemm għamlet kontrolli fuq il-ġobon u fuq l-inbid!", "Minkejja li joqgħodu jsemmulna d- WTO, fl-aħħar agreement li għamlet l-Unjoni Ewropea jeżistu kontrolli u levies.", "Mela dan ifisser li bil-partnership it-tneħħija tal-levies u t- tneħħija tal-protezzjoni la tkun obbligatorja u lanqas awtomatika.", "Issa wieħed irid jiftakar li l-common agricultural policy tant għandha difetti li mhijiex parti mill-ftehim mal-pajjiżi ta' l-European economic area.", "Fil- fatt dawn lanqas customs union u tariffi komuni m'għandhom biex jipproteġu l-industrija tagħhom.", "Issa ħalli niġi għall-politika komuni tas-sajd li hija parti mill-pakkett ukoll.", "Dan jiftaħar, jieħu gost u jgħid li dan huwa pakkett eċċezzjonali meta fir-realtà tilef id-dritt esklussiv fuq żewġ terzi mill- ibħra li qabel kienu esklussivament għall-użu tas-sajjied Malti.", "Kif jista' xi ħadd jifhem li jien nista' nifraħ u ngħid li mort tajjeb meta se nitlef żewġ terzi mid-drittijiet tiegħi!", "Jien ma nistax nifhimha din!", "Igħidu li dan se jimmaniġġjawh ukoll.", "Imma dan mhux logħob bid-diskors!", "Id-drittijiet u l-libertà li kellhom is-sajjieda Maltin f'dawk il-25 mil mhux se jibqgħu jgawdu minnhom.", "Imbagħad jiġi jgħidilhom li dan huwa fl- interess tagħhom għax kieku jixxuttaw il-provvisti.", "F'dawn is-snin kollha ħadd qatt ma qal li xxuttaw il-provvisti.", "Il-provvisti kienu qed jixxuttaw meta kienu qed jidħlu l-barranin b'apparat ħafna akbar minn tagħna u b'dgħajjes tas-sajd ħafna aktar armati milli huma tagħna u jkaxkru kollox!", "Hemmhekk kienet se tispiċċa l-provvista.", "Pero' ma nistax nifhem kif lill-Malti jgħidlu li mhux se jibqa' jkollu dritt fuq żewġ terzi mill-ibħra li qabel kienu esklussivament għalih u se jkun aħjar.", "Minkejja dan kollu qisu ma ġara xejn.", "Nerġgħu ndaħħlu idejna fil-but, noħorġu Lm2.4 miljun minn flus il-poplu u nqassmuhom lis-sajjieda u kulħadd se jieħu r-rigal tal-Milied mingħand il-Ministru Ninu Zammit.", "U t-taxxi jkomplu jogħlew!", "Imbagħad ma jkollniex biex nixtru makna tal-kliewi, il- mediċini jew biex nagħmlu t-tibdil li hemm bżonn fil-klassijiet ta' l- iskola.", "Għalhekk nagħmlu fondazzjoni ħalli tissellef mingħand il-bank u nkomplu nżidu d-dejn tal-pajjiż!", "Dan x'ġenn hu!", "Din x'ekonomija hi?", "Jien nagħmel is-sagrifiċċji imbagħad inħallas għalihom għax hekk tordna l- Unjoni Ewropea!", "Irrid ngħid ukoll li lis-sajjieda mhux biss se nċaħħduhom milli jistadu fejn kienu jistadu qabel bi dritt imma se niftħulhom il- bibien għall-kompetizzjoni mhux biss mill-Unjoni Ewropea imma anke minn pajjiżi bħat-Tuneżija.", "Bis-sistema ta' partnership dawn l-affarijiet ma daħlu bl-ebda mod fid-diskussjoni.", "Sur President ̧ m'hemmx eżempju aktar klassiku mill-fliexken tal-ħġieġ tal- luminata li aħna dejjem ipproteġejnihom ħalli jkollhom is-suq għalihom.", "Bil-viltà kollha u bin-negotiating skills kbar ta' kulmin kien qiegħed ġewwa Brussels, din kellna nibilgħuha mhux sa griżmejna imma aktar 'l isfel.", "U meta xi ħadd fuq il-programm ''Xarabank'' beda jilmenta fuq dan mal-Kummissarju Verheugen dan kellu l-arroganza li jgħidu biex ma joqgħod jilmenta xejn u aħjar imur isib soluzzjoni għal din il-problema.", "Mela l- ewwel timponili l-problema u mbagħad tgħid biex immur insib soluzzjoni għaliha!", "Dan se jkun il-pattern tal-mod kif se naħdmu għada pitgħada?", "Hekk se niġu trattati?", "Ma jistax ikun li dan ma jimpurtahx miċ- ċirkostanzi tagħna għax inkella ħaddieħor ikun irid jagħmel l-istess.", "Qabel konna ngħidu għaċ-Ċiniżi li huma uniformi imma naħseb li anke fl- Ewropa ̧ kulħadd sar uniformi.", "Sur President, issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-politika ta' tassazzjoni li tiġi mposta u ddettata mill-Unjoni Ewropea f'każ ta' sħubija.", "Hawnhekk ikollok bilfors li timponi t-taxxi - ħalli ma ngħidx ir-rati għalissa - skond kif tiddetta l-Unjoni Ewropea.", "Dan l-aħħar ġew ferħanin igħidulna li mhux se ndaħħlu taxxa fuq il-mediċina u fuq l-ikel.", "Hija xi ħaġa tal- mistħija li tgħid li se ddaħħal taxxa fuq il-mediċini u fuq l-ikel.", "U l- ministru jaf għax kien hemm fl-aħħar Joint Parliamentary Committee li sar fi Brussells li membru parlamentari Ingliż beda jgħajjarhom u qalilhom: Ma tistħux iġġegħluhom jagħmlu t-taxxa fuq il-walking sticks, fuq il- wheelchairs u fuq il-dentaturi!", "L-ebda Malti ma rrispondih min-naħa l- oħra u ħadd minnhom ma fetaħ ħalqu li ma jmorrux b'xi mod ixellfu n- negozjati.", "Imbagħad ġew il-Ministru u l-Prim Ministru ferħanin għax taxxa fuq l-ikel u fuq il-mediċinali mhux se tidħol għalissa imma se tidħol seba' snin oħra.", "Mela jekk seba' snin oħra ma jien ma nkunx hawn mhux se jkun hawn ta' warajja?", "Mela l-anzjan u l-mara tad-dar ta' seba' snin oħra mhux Maltin se jkunu!", "X'inhi din li għax dawn għandhom taxxa fuq l- ikel u fuq il-mediċini, jien irrid indaħħalha wkoll?", "Fil-programm ta' azzjoni tal-gvern hemm ċar li l-impatt soċjali tagħha din ma ġiex ikkalkolat.", "U nafu x'jiġri f'dan il-pajjiż.", "S'issa marru ħafna levies pero' nsibu li din is-sena l-ħajja għoliet 7% fuq is-sena l-oħra.", "Kif tispjegaha din?", "Qed inneħħu l-levies bil-konsegwenza li togħla l-ħajja.", "Hekk se jsir minkejja li qegħdin jgħidu li mad-dħul inneħħu l-levies fuq l-agrikoltura u fuq l-affarijiet ta' l-ikel għaliex m'hemmx kontroll.", "U l-ħbieb tal-ħbieb jagħlqu għajnejhom meta jkun hemm xi ħadd tal-qalba li jgħid li għandna nkomplu mmexxu għax in-nies jidraw.", "Jekk ma jkollokx min ikun serju mhux se jkollok kontrolli.", "Hekk se jiġri.", "Il-mediċini diġà huma m'ogħla s-smewwiet u l-ikel mhuwiex irħis hawn Malta; min isiefer jafu dan.", "Għalhekk se naqtgħu qalb min irid jixtri l-mediċini, se nagħmlu aktar strains fuq il-familja Maltija u se nagħmlu ħsara għall-industrija tat-turiżmu ta' pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li jekk kienet miżura tajba jmisshom idaħħluha minn għada u mhux se jdaħħluha xi seba' snin oħra.", "Għalhekk dawn jafu li din hija ta' ħsara.", "U aktar kemm tiġġieled biex iddaħħalha tard aktar ikun ifisser li tkun ta' ħsara.", "Jien ngħid li jekk din il-miżura kellhom jaċċettawha bilfors m'hemmx x'tagħmel u jekk minflok wara ħames snin se jdaħħluha wara seba' snin nagħtihom kredtu pero' mbagħad nistaqsihom għalfejn aċċettawha din.", "Sur President ̧ hawnhekk nixtieq nistaqsi wkoll jekk hux se tidħol VAT fuq l- istampar, fuq bini ġdid u fuq bejgħ u xiri ta' l-art li tkun għall-bini.", "Dawn kienu msemmijin ukoll pero' dan l-aħħar l-enfasi waqgħet fuq l-ikel u l-mediċinali.", "Bi sħubija sħiħa fl-UE wieħed irid jara kemm imorru liri bħala taxxi lejn l-UE.", "Bil-partnership ma jkollna nibgħatu ebda ħlasijiet lill-UE u 'l quddiem nitkellem ukoll kif irridu nġibu l-flus.", "Hemm politika oħra f'dan il-pakkett favoluż li jiftaħar bih il-partit Nazzjonalista.", "Qed nirriferi għall-politika ta' għajnuna mill-istat jew aħjar l-iState aid policy.", "Mhux se ntawwal fuqha din għax kulħadd jaf x'kellu jagħmel il-gvern ̧ irid jew ma jridx, rigward it-tarzna.", "Ħalliha li sa ċertu punt naqblu li rridu nnaqqsu l-finanzjament tat-tarznari għax ma jistax ikun li dawn jibqgħu jġorru dak id-deficit kollu, għalkemm ̧ kif għidt diġà ̧ neħħejna s-sussidju min-naħa biex tfajnih fuq il-biedja u fuq is-sajd.", "Dan huwa ġenn.", "Imma ejja nħarsu lejn il-konċett tad-dritt li jien nagħmel dak li rrid.", "Dawn ma qalulniex li fuq it-tarzna rridu nagħmlu dak li jgħidulna aħna imma qalulna li jekk sa ċertu data t-tarzna ma tkunx vijabbli, rridu nagħlquha.", "Hemm ukoll il-politika oħra ta' l-għaqda ekonomika u monetarja fejn inti titlef totalment il-flessibilità tal-politika fiskali u anke monetarja tal- pajjiż.", "Dan ma jseħħx b'politika ta' partnership.", "Jien nammetti li fid- dinja tal-lum ma tistax tgħid li hemm indipendenza totali għaliex se jkollok ċerta relazzjoni, ċerta rabta u ċerti effetti diretti f'dawk li huma ekonomiji, għalkemm dan mhux xi wieħed mill-kbar nett.", "Pero' ta' min isemmiha din ukoll.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-famużi fondi li sieħbi għamel aċċenn għalihom u l-mexxej tagħna semmihom meta għamilna l-press conference.", "Illum din saret frażi tad-daħk għax bejn dak li ġie mwiegħed u dak li ġie mħabbar li akkwista l-gvern hemm aktar minn baħar jaqsam.", "Hawnhekk ta' min juri kif il-Prim Ministru pprova jagħti l-impressjoni li ried iqarraq.", "Ġibna Lm80 miljun fuq tliet snin u biex jilgħabha tal-bravu, t-Lm80 miljun żiedhom mat-Lm30 miljun tat-Taljani u allura l-ammont tela' għal Lm110 miljun.", "Ma rridux ninsew li t-Lm30 miljun tat-Taljani ġew kollha bil-ħila tal-gvern Laburista li kien insista li jkun hemm protokoll finanzjarju mal- gvern Taljan.", "Fil-fatt beda jsir protokoll wieħed wara l-ieħor u niftakar li fi żmienna konna diġà bdejna nitkellmu fuq il-ħames protokoll finanzjarju.", "Jien ma rrid nieħu l-ebda mertu dwar dan.", "Imma mbagħad x'ġara mit-Lm80 miljun?", "Meta mbagħad issikkajna u għidna li aħna rridu nkunu nafu dawn it-Lm80 miljun x'inhuma, qalulna li rridu nibgħatu dawk il-miljuni kollha lill-Brussell - u hawnhekk għandi l-figuri li meta tarahom tieħu daqsxejn qatgħa għaliex mhumiex ftit - u mbagħad minnhom trid tnaqqas dawk li se jagħtuna u tara d-differenza.", "Huwa interessanti li hawnhekk wieħed jinnota li fejn qabel fil-ħarġa ta' l-MIC ta' Ottubru ta' l-2002 kienu qalu li fi tliet snin se nibgħatu lura Euro149 miljun, il-bieraħ il-Prim Ministru semma ċ-ċifra ta' Euro177 miljun.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li l-poplu Malti jkun jaf li Lm2.5 miljun minnhom se nagħtuhom lill-Ingilterra bħala refund li għandu dritt għalihom mill-UE.", "Aħna dejjem ħadna mingħand l-Ingilterra imma bi sħubija fl-UE se nagħtu Lm2.5 miljun fis-sena lill- poplu Ingliż.", "Hawnhekk jidher ċar li dawn se jagħtuna Lm97 miljun fi tliet snin, aħna se nagħtuhom Lm73 miljun fi tlett snin u jekk tagħmel minus jibqagħlek Lm24 miljun li jiġu Lm8 miljun fis-sena.", "Mela l-Lm100 miljun niżlu għal Lm8 miljun flus f'idejk.", "Il-bqija l-ewwel irid jiġi approvat proġett partikolari ̧ jiġi approvat il-costing tiegħu u jitħallsu l- konsulenzi mqabbda mill-UE.", "Għalhekk lilna qed igħidu li se jagħtuna Lm8 miljun imma t-Lm18-il miljun l-oħra neħduhom mal-proġetti.", "Issa kulħadd jaf li l-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali li kienu ilhom jaħdmu snin twal fuq il- proġetti tal-FAR u l-WISP ma ħadux aktar minn 60% ta' dak li kellhom ivvotat għalihom.", "Dawn huma flus li mhux se jiġu awtomatikament.", "Sur President, ma rridux ninsew li skond ir-rapport ta' Bari ta' Novembru tas-sena 2000 li għandu f'idejh il-gvern, bi sħubija fl-UE, irridu nħallsu aktar Euro 11 miljun biex nixtru z-zokkor li nixtru llum, madwar Euro8,000 biex nixtru l-laħam li għandna llum, Euro3.5 miljun biex nixtru l-qmuħ li nixtru llum u Euro1.5 miljun biex nixtru d-dairy products.", "Dan jammonta għal total ta' Euro16.8 miljun li f'termini Maltin jiġu madwar Lm6.5 miljun.", "Bi sħubija dawn il-flus se jkollna nħallsuhom imma bil-partnership ma jkollniex għalfejn nagħmlu dan.", "Bil-partnership inħallsu l-prezzijiet ta' barra mill-UE mhux ta' ġewwa.", "Mela minn dawn il-flus li qed jiftaħar li ġab irridu mill-ewwel naqtgħu Lm6.5 miljun ta' l-ikel li nimpurtaw bl- istess prezzijiet.", "Issa dan biex ma nsemmix il-miljuni ta' flus li nfaqna biex waqqafna l-istrutturi li kellha bżonn l-UE biex inħaddmu pajjiżna u l- flus li se noħorġu minn ġo bwiet il-Maltin biex nissussidjaw il-biedja.", "Issa forsi jkun hawn min igħidli: Mhux fi bwiet il- Maltin se jmorru l- flus?", "Imma xorta ħerġin il-flus mit-taxxa u mill-budget totali tal-pajjiż.", "Jien nispera li 'l quddiem ikollna aktar ċans nitkellmu fuq dan.", "Pero' dawn huma affarijiet li wieħed assolutament ma jistax jifhimhom.", "Kien hemm min staqsa kemm se nġibu miljuni bil-partnership?", "Jiena nirrispondi b'dan il-mod.", "Niffrankaw żgur minn dak li se nibgħatu.", "U hawnhekk qalulna li fi tliet snin se nibgħatu Lm73 miljun.", "Jekk ma nisseħbux, nibqgħu partners ma' l-Unjoni mhux se nħallsuhom dawn.", "Biex ma nsemmix dawk li konna niffrankaw mill-Lm20 miljun fis-sena li nfaqna biex nagħmlu l-istrutturi.", "Barra minnhekk niffrankaw ukoll is-sussidji lill- bdiewa u lis-sajjieda u ma nħallsux il-prezzijiet għolja għall-prodotti li qegħdin nixtru mill-UE.", "Mela se niffrankaw il-miljuni kieku kellna nibqgħu partners.", "Mela inti kemm jagħtik fil-karta.", "Dan mhux eżerċizzju tal-karta!", "Se nagħtuhom \"daqshekk\" u se jagħtuna \"daqshekk\"!", "Ma nagħtuhom xejn mill- ewwel.", "Jagħtuna Lm8 miljun u niġu paċi.", "Sur President, il-pakkett finanzjarju assolutament it's a flash in the pan.", "Assolutament ma jfisser xejn.", "Ħadd ma qal li bil-partnership inti ma tistax ikollok ukoll protokoll finanzjarju.", "L-UE kellha protokoll finanzjarju fuq association agreement magħna.", "Għandha protokoll finanzjarju ma` kull tip ta' relazzjoni li għandha, ma jkollhiex f'relazzjoni aktar mqarrba.", "Jiġifieri min jgħid li ma jkunx hemm fondi huwa żbaljat għax inti jkollok dritt, bħalma diġa` għandna, anke għall-fondi tal-European Investment Bank.", "Sur President, biex nagħlaq irrid nagħmel aċċenn fuq kapitlu importanti ħafna li huwa parti minn dan il-pakkett eċċezzjonali, uniku u storiku li ftaħru bih in-Nazzjonalisti.", "Qed nitkellem fuq il-politika barranija u ta' sigurta` komuni.", "Dawn jinvolvu l-kunċett tan-newtralita` u dak tas- sovranita'.", "Is-sovranita` tispiċċa għax inti bis-sħubija ma tibqax liberu fid-deċiżjonijiet tiegħek.", "Trid tieħu deċiżjonijiet li jkunu formolati mill- UE u you've got to tow the line.", "Issa fin-newtralita` jidħol argument legali li ta` min issa jibda jitkellem fuqu.", "Huwa veru li għandek il- possibilita' ta' constructive extention.", "Artiklu 5 tat-Trattat ta' Nizza jagħtik id-dritt li inti tista` ma teħux parti f'azzjonijiet li jkunu se jieħdu l-membri ta' l-UE għar-raġunijiet tiegħek.", "Pero` ma tridx tfixkilhom milli se jagħmlu u lanqas tgħin lin-naħa l-oħra li kontra tagħha se jittieħdu l-azzjonijiet.", "Pero' f'artiklu 23 tat-Trattat ta' Nizza hemm miktub eżatt dan:", "\"The member State concerned shall refrain from any action likely to conflict with or impede Union action based on that decision.\".", "Qrajtha bil-mod għax il-kliem huwa importanti hawnhekk.", "Qed jingħad li l- Istat membru jrid iżomm lura minn kull azzjoni.", "Mhux trid tmur f'konflitt imma li tista` tkun f'konflitt.", "Fil-fatt qed jingħad ''likely to conflict with'' jew timpedixxi ''or impede Union action based on that decision''.", "Hawnhekk iċ-ċavetta hija l-kliem ''likely to conflict with''.", "Issa hawnhekk hawn din il-kwestjoni.", "Meta l-gvern ikkonkluda n-negozjati ma' l- UE f'dan il-kapitlu, press release ta' l-MIC tat-2 ta' Awissu qalet hekk:", "''As member States they must undertake to give active and unconditional support to the implementation of the common foreign and security policy in a spirit of loyalty and mutual solidarity.''.", "Mela trid tagħti support inkondizzjonat u attiv.", "Issa jien minn fejn ġabuha l-MIC din ma nafx.", "Issa jiena biex inkun onest ngħid li liema common position qegħdin jikkwotaw ma nafx.", "Pero` din qed nikkwotaha minn press release ta' l-MIC.", "Issa meta qed jgħiduli hekk u subartiklu 5 ta' artiklu 23 tat-Trattat ta' Nizza li jgħidli li rrid nieqaf minn kull azzjoni likely to conflict with ma` dak li se jagħmlu sħabi fl-UE.", "Issa f'każ li l-membri l-oħra jiddeċiedu li jieħdu azzjoni ekonomika, trade embargo jew militari jien nista` ngħid li għandi constructive extension u se noħroġ minnha din.", "Nispjega għaliex u jħalluni barra.", "Imma mbagħad jiena nista` nibqa` nżomm ir-relazzjoni li kelli jew irrid nimmodifikaha u nneħħi minn dik ir- relazzjoni dak kollu li jista' jkun interpretat li jkun likely to conflict mad-deċiżjoni ta' l-oħrajn?", "U f'dak il-każ, jekk bħalma jgħid it-trattat li se jiffirma l-gvern, jien inkun mġiegħel inbiddel il-pożizzjoni tiegħi allavolja qed nagħmel constructive extension u n-newtralita` tiegħi se tkun minsusa.", "Għaliex?", "Għax jien, f'konflitt bejn iż-żewġ partijiet se nkun mġiegħel li nżarma xi ħaġa biex inkun favur naħa u nkun qiegħed inaqqas ir- relazzjoni li għandi man-naħa l-oħra.", "Mela allura n-newtralita` ma tibqax għaliex qed inaqqas ir-relazzjoni li kelli miegħek biex inkun qiegħed konformi ma' subartikolu 5 ta` artiklu 23 tat-Trattat ta' Nizza.", "Din hija xi ħaġa li ta` min jirrifletti fuqha u naraw daqsxejn għax din hija l-qofol tan-newtralita`.", "Għalhekk għedt fil-bidu li mexjin lejn common foreign security policy, mexjin lejn common security and defence identity, mexjin lejn common defence policy u lejn mutual defence, għada pitgħada.", "Nafu b'Solana kif jimbotta u jagħmel.", "Sur President, il-pakkett li tant tkellmu fuqu kif qed tara bl-iktar mod ċar - u qed nipprova ma nidħolx fid-dettall kemm nista' – m'huwiex dak il- pakkett li wieħed jista` jiftaħar bih.", "Jien ma semmejtx kaċċaturi għax inkella jgħidulek: Qed tara fuq il-kaċċaturi twaqqgħuha intom.", "Dak huwa settur tal-poplu wkoll imma ma semmejthomx.", "Qed insemmihom ħalli ma jgħidux li ma semmejthomx.", "Imma min-naħa l-oħra ma rridx min jgħid: Qed tara fuqhiex ibbaża l-kritika tiegħu, fuq il-kaċċaturi.", "Dawk huma parti mill- poplu wkoll u l-gvern Nazzjonalista għadda ż-żmien bihom għax qallhom ħaġa u llum jafu li fil-pakkett għandhom xi ħaġa oħra.", "Sur President, għaliex aħna qegħdin ngħidu li pajjiżna m'għandux għalfejn imur għal din is-sħubija?", "Qegħdin ngħidu hekk għax sħubija hija pass li there is no turning back.", "Inti għamilt pass u mbagħad jekk hu ħażin se tibla` kollox.", "Partnership tibqa` trid miftuħa, tibqa` flessibbli u jien ngħid li din tista` ssir u min kien qed ibeżża` kellu skop li ma jħallix għażla bejn iż-żewġ relazzjonijiet differenti ma` l-UE lill-poplu Malti.", "Jien ngħid araw x'inhuma jgħidu llum l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew fil-konvenzjoni tal-futur ta' l-Ewropa, araw x'hemm fid-draft convention tal-futur ta' l-Ewropa u araw x'diskors għamel Romano Prodi dan l-aħħar meta kien qiegħed jitkellem fi Brussell dwar il-futur ta' l-Ewropa u taraw kif minn hemmhekk joħroġ bl-iktar mod ċar x'qegħdin ngħidu aħna rigward il-partnership.", "Dan ta` l-aħħar kien diskors f'konferenza ġewwa Brussell dwar A Wider Europe – A Proximity Policy as the Key to Stability: Peace, Security and Stability.", "Issa wara li ħareġ dan kollha tan-naħa l- oħra qed jgħidulna li dawn mhux għal Malta qed jgħidu, imma qed jgħidu għall-pajjiżi li huma barra mill-Ewropa.", "Jien ngħid: Skużi, min jiddeċiedi mmorrux fl-Ewropa jew le?", "Aħna Ewropew daqs ħaddieħor u m'għandniex għalfejn nidħlu fl-UE biex inkunu Ewropej.", "Jekk il-poplu Malti sovran jiddeċiedi li r-relazzjoni tiegħu ma tkunx ġo l-UE imma fil-periferija, fi prossimita` ma' l-Unjoni Ewropea, għandu d-dritt kollu li jagħmilha.", "U la Verheugen u lanqas ħaddieħor m'hu se jiġi jgħidilna li ma nistgħux nagħmlu dan.", "Il-policy qiegħda hemmhekk u d-dokument tal-grupp Soċjalista jitkellem ċar għal dawk il-pajjiżi li ma jridux.", "Tista` tkun membru.", "Mela inti għandek l-kredenzjali.", "Meta ma tridx qed tippresupponi li tista` jekk trid.", "Mela la tista` jekk trid, inti pajjiż Ewropew u tiddeċiedi bl-aktar mod sovran tridx tidħol jew le.", "Għalhekk qed ngħid li mhux sew li jkun hawn min jiġi jipprova jwaqqa` għaċ-ċajt x'qal Prodi meta qal li tista` tagħmel relazzjonijiet u tista` tagħmel approssimar kemm mas-sistemi ekonomiċi kif ukoll soċjali u twettaq standards ta' l-UE.", "Tista`, mela le.", "Sur President, jien ngħid li biex tkun Ewropew ma tridx bilfors tkun fl-UE.", "Biex tikkopera fil-qrib ma' l-UE m'hemmx għalfejn tkun membru.", "Biex twettaq standards Ewropew m'għandekx għalfejn tieħu permess mill-UE.", "L- indipendenza u s-sovranita` diffiċli ħafna biex takkwistahom, u kull pajjiż u poplu jaf kemm bata, pero` faċli ħafna biex titlifhom.", "Aktar ma żżomm rajk f'idejk aktar jaqbillek u jekk irridu niġu kkmandati minn Brussell il-poplu Malti jaf x'għandu jagħmel, jivvota għal sħubija sħiħa fl-UE.", "Jekk irridu ngħożżu l-indipendenza, is-sovranita` u n- newtralita` tagħna hemm toroq oħra, u dawn huma t-toroq li qed jippriedka u jippprova jimbotta 'l quddiem il-partit Laburista.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Onor.", "Jason Azzopardi biex jagħmel l-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, naħseb li ftit kien hemm drabi meta d-dibattitu fuq l-andament tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin akkwista daqstant relevanza u attwalita` daqs dak li għandna quddiemna llum.", "Dan għaliex qed nagħmlu dan id-dibattitu proprju erbat ijiem wara li Malta għalqet in-negozjati tagħha ma' l-UE, wara maratona ta' kważi tliet snin ta' negozjati ebsin u diffiċli.", "Negozjati li mhux biss impenjaw il-krema taċ-ċivil Malti iżda mpenjaw bis-sħiħ lid-diplomazija Maltija b'mod u manjiera li niddubita qattx kien hemm okkażjoni oħra meta d- diplomazija Maltija kienet hekk impenjata u hekk ta' suċċess u hekk effettiva.", "In-negozjati li Malta kkonkludiet urew biċ-ċar li aħna kapaċi ninnegozzjaw bis-sħiħ, b'mod assertiv u kapaċi nissalvagwardjaw l-interessi nazzjonali tagħna.", "GĦalina l-interess nazzjonali wassalna biex ninnegozjaw ftehim uniku dwar l-akkwist tal-proprjeta` mill-barranin u ftehim speċjali dwar iċ-ċaqliq tal-ħaddiema.", "Insistejna u aċċertajna ruħna li l-ilsien Malti jkun lingwa uffiċjali ta' l-akbar blokk ekonomiku u politiku fid- dinja.", "Smajna l-ilħna u l-preokupazzjonijiet ġustifikati tal-bdiewa u s- sajjieda tagħna u assigurajna rwieħna mill-kondizzjonijiet u għajnuna speċjali sabiex il-biedja tagħna mhux biss ma taqax lura, iżda tirfed l- isfidi tal-ġejjieni filwaqt li jonqsu l-prezzijiet għall-konsumatur, u s- sajjieda wkoll tajnihom ħemel għajnuna finanzjarja sabiex jimmodernizzaw il- flotot tagħhom u jkunu kompettitivi iktar minn qatt qabel.", "Sur President, insistejna u akkwistajna d-dritt li jkollna kummissarju daqs kull pajjiż ieħor.", "Insistejna li jkollna bl-iswed fuq l-abjad li newtrali konna u newtrali nibqgħu.", "Ipperseverajna fit-talba tagħna li jkun hemm bl- iswed fuq l-abjad li l-misħut abbort, minkejja li l-UE m'għandha l-ebda dritt tindaħal fuq kwestjonijiet bħal dawn, jibqa' kwestjoni nazzjonali u jidħol biss, jien ngħid allaħares qatt, jekk u meta l-poplu Malti jkun iridu.", "Dan għaliex l-UE ntrabtet li lanqas tazzarda tindaħal f'materja bħal din.", "Innegozjajna pakkett finanzjarju tajjeb ħafna, u dan mhux qed ngħidu jiena biss.", "Kulma jrid wieħed jagħmel huwa li jara l-faċċata ta` wara ta` \"The Malta Independent\" ta' llum fejn hemm kwotazzjoni ta' l- ekonomista Alfred Mifsud li tgħid hekk:", "\"Malta stands to benefit from the EU package but I am satisfied in terms of the financial deal and that the interests of people were represented.\".", "Pero` il-għala sħubija?", "U gaħliex ma jixbax iħambaq il-Papa preżenti?", "Ma nistgħux inkunu sempliċi spettaturi tal-proċess politiku li għaddej fl- Ewropa.", "Xogħolna hu li nidħlu b'mod kreattiv fit-tfittxija tas- soluzzjonijiet għall-isfidi soċjo-etiċi li jippromwovu ġid komuni u d- dinjita' tal-persuna umana skond il-valuri universali abbraċati mill-ħsieb Kristjan dwar l-umanita' għax kif qal l-istess Qdusija Tiegħu f'Malta f'Mejju ta` l-1990 Europe needs Malta's faithful witness too, u s-sena l- oħra f'Malta wkoll qal li Malta għandha vokazzjoni tkun pont bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq.", "It-tkabbir li se jseħħ fl-2004, kif anke qalu l-ġimgħa l-oħra l-isqfijiet Ewropej, huwa opportunita` konkreta biex fl-Ewropa kollha jitwettqu l-valuri fundamentali tas-solidarjeta', ir-rispett reċiproku u l-ħbieberija bejn il-popli li huma ta' importanza primarja għall-knisja kattolika.", "Sur President, din il-komunita' ġdida li qed naraw tifforma madwarna se tħaddan fiha kulturi differenti li se jaħdmu flimkien għall-ġid komuni.", "Dan it-tkabbir huwa opportunita` unika biex tkun imġedda l-missjoni ta' l- UE, li hi dik li tkattar il-paċi, il-liberta', il-ġustizzja u l-prosperita` kemm fi ħdanha kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha.", "U Malta tagħna rriduha tagħmel u tieħu parti f'dan il-proċess storiku, uniku u rrepetibbli.", "Dan huwa l-proċess ta' l-ewropejizzazzjoni ta' l-UE.", "Malta tagħna ma jixraqilha xejn inqas għax l-Ewropejizzazzjoni se tagħmel lill-UE aktar għanja u tipprovdiha bi kwalita` u identita` kulturali u storika ġdida.", "Dan qaluh l-isqfijiet Ewropej il-ġimgħa l-oħra, ma qalux xi ħabib tal-ħbieb.", "Sur President, irridu nenfasizzaw li wara t-13 ta' Diċembru li għadda l-UE u l-Ewropa saru sinonomi.", "Saru jfissru l-istess ħaġa u m'għadx baqa distinzjoni u firda.", "Ma ninsewx li għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar elfejn sena ta' l-istorja ta' l-Ewropa sar proċess ta' unifikazzjoni mingħajr gwerer u mingħajr ġlied.", "L-aħħar darba li l-Ewropa kienet magħquda kien fi żmien ir-Rumani.", "Pero` ovvjament kif nafu dakinhar l-Ewropa kienet maqgħuda bil-ponta tax-xabla.", "Aħna nafu fejn sejrin u għax nafu fejn sejrin se naslu.", "Ħaddieħor jivvinta l-gimmicks, jivvinta mirage ta' partnership speċjali.", "Daqqa jsejħulu partnership, daqqa partnership ipprivileġġat, daqqa Svizzera fil-Meditteran u f'Ġunju ta' din is-sena l-Kap ta` l- Oppożizzjoni qalilna: Let us shelve all options.", "Dawn huma kollha xejn anqas minn wishful thinking għax partnership ilu hemm mill-1970.", "Dak huwa l- partnership li hemm u l-politika tal-Partit Laburista hija sempliċiment back to the future.", "Ejja mmorru lura għall-1970 biex nibnu l-futur tagħna.", "Partnership ifisser iżolament u lowering of standards.", "Partnership ifisser li nitwarrbu u nistaġnaw kif sfortunatament ġara bejn l-1996 u l-1998 meta naqas drastikament l-investiment barrani f'pajjiżna, frott l-iffriżar ta' l-applikazzjoni tas-sħubija ta' Malta.", "Għall-Partit laburista tapplika sew dik il-famuża kwotazzjoni ta' Winston Churchill ta' l-1942 meta qal:", "\"They are decided only to be undecided, resolved to be irresolute, adamant for drift, solid for fluidity, all-powerful to be impotent.\".", "Jafu biss jabbandunaw u jabdikaw mid-doveri tagħhom lejn il-poplu.", "Iriduna nabbandunaw it-triq li wasalna fiha wara tliet snin li matulhom diġa` bdejna naraw il-fiduċja tiżdied fil-Maltin frott il-mixja tagħna lejn sħubija.", "Ħasbu li se nagħmlu bħalhom meta qatgħu qalbhom jiggvernaw u kellhom issejħu elezzjoni bikrija u abbandunaw il-gvern.", "Dan huwa l-istess partit Laburista li meta kien fil-gvern abbanduna lil sħabu stess u warrabhom u għamel abandonship minnhom ukoll.", "Dwar l-istess Partit Laburista li meta kien fil-gvern ried inaqqas il-ħaddiema minn mal-gvern bl- eluf, għax għalih il-ħaddiema huma ta' min jagħmel abondonship minnhom u jitilfu l-impieg tagħhom.", "Dawn isemmu l-partnership meta lanqas kienu kapaċi jagħmlu partnership mal-Maltin għax anke f'xi ħaġa għażiża bħall- ġbir tal-karita' u għajnuna għall-volontarjat, il-kap ta' l-oppożizzjoni b'mod partikolari, daħħal pika partiġġjana, pika għamja, krudili, kiefra, bla qalb u bla ruħ soċjali u bbojkottjaw il-ġbir ta' l-istrina.", "Allura kif tiġi tgħid li trid tagħmel partnership għall-Maltin meta lanqas kont kapaċi tegħleb is-suppervja privata tiegħek, l-ego-personali, u tagħmel bojkott mill-ġbir ta' l-istrina li hija xi ħaġa nazzjonali?", "Lanqas partnership mal- Maltin ma jista' jagħmel il-partit Laburista għax diġa` wiegħed li gvern Laburista se jkun gvern għal-Laburisti, għal tal-qalba.", "F'dan il-pajjiż għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni sfortunatament jeżistu żewġ tribu, dak tal-blu u dak ta' l-aħmar.", "Miskin int jekk m'intix fit-tribu ta' l-aħmar għax allura tkun imwarrab u abbandunat.", "Sur President, f'Copenhagen rajt Malta assertiva.", "Rajt Malta tenaċi.", "Rajt Malta determinata u rispettata għax il-Prim Ministru Malti jgawdi rispett sinċier mill-Prim Ministri Ewropej l-oħrajn.", "Fost l-oħrajn kelli x-xorti nitkellem mal-Prim Ministru Taljan Berlusconi u qalli kemm il-Prim Ministru Malti qabeż għall-interessi tal-poplu Malti u kemm il-gvern malti għamel lobbying ma' diversi prim ministri Ewropej biex jissalvagwardja l-aħjar pakkett finanzjarju.", "Dan jikkontrasta bil-kbir man-nuqqas kbir ta' rispett li sfortunatament - għax huma ħbieb tagħna wkoll tal-partit Laburista - igawdi l-partit Laburista fil-fora Ewropej.", "Bil-politika tagħhom saru kważi l-laughing stock fil-fora internazzjonali, u ngħidu b'sens ta' dispjaċir għax ħafna minnhom huma ħbieb tiegħi.", "M'għandi ebda dubju li wħud minnhom huma ġenwini u jridu l-interess tal-pajjiż.", "Pero` ma ninsewx li f'ħames snin il-Partit Laburista biddel l-islogan tiegħu fuq il-politika Ewropea xejn anqas minn tliet darbiet safejn niftakar jien.", "Naħseb li kien hemm iktar għax l-ewwel kellna żona ta' kummerċ industrijali ħieles, imbagħad Svizzera fil-Meditteran, imbagħad partnership ipprivileġġat, imbagħad f'Ġunju li għadda qalu let us shelve all options u issa l- partnership.", "Sur President, inħossni fid-dmir li nsellem pubblikament lill-Ministru Joe Borg li kien strumentali biex ġibna r-riżultat li ġibna.", "Il-Ministru Joe Borg għandu isem komuni, pero` għandu kwalitajiet rari, assidwu, tenaċi, erudit, iffokat u fl-istess ħin modest.", "Kien verament the right man for the right job at the right time.", "Insellem pubblikament lir-Richard Cachia Caruana li bil-ħila u r-rieda tiegħu wera li meta Malta tinnegozja it means business tant li f'Copenhagen jien stess flimkien ma' diversi membri oħra tad-delegazzjoni tal-Prim Ministru smajna diversi nies jgħidulna kemm ammiraw lir-Richard Cachia Caruana għax qatt ma' ċeda pulzier.", "Insellem lill-Patrick Tabone u lil Simon Busuttil, l-ambaxxatur Victor Camilleri u lil Savior Falzon li fformaw it-team tan-negozjaturi li żguraw li aħna bħala membri ta' l-UE Malta timxi b'rasha mgħollija 'l fuq.", "Insellem ukoll lill-preċedessur tal-Ministru Joe Borg, li bejn Settembru ta` l-1998 u April ta` l-1999 ikkonvinċa lill-UE li Malta mhux switch on u switch off.", "Niftakar kemm Hans Van Den Broek qal lill-Ministru De Marco: Imma Malta switch on, Malta switch off, iddeċiedu.", "U kemm batejna fl-ewwel xhur ta' din il-leġislatura biex nikkonvinċuhom li we mean business u li din id- darba it is for real u allura ħriġna l-applikazzjoni mill-friża.", "Malta tagħna timxi b'rasha mgħollija 'l fuq għax m'aħniex ġurdien ta' l- imramma, lanqas m'aħna dieħes, lanqas makku u lanqas tajbin biex naħdmu fid- drenaġġ.", "Dawn huma uħud mill-aġġettivi li uża l-Kap ta' l-Oppożizzjoni matul dawn l-aħħar sentejn fil-konfront tal-Maltin jekk aħna nkunu membri ta' l-UE.", "Kliem li juri forma mentis morbusa, forma mentis li hija niexfa minn kull sens ta' fiduċja fil-Maltin.", "Hija tal-mistħija li xi ħadd imur ir-Russja u jistagħġeb li hemm il-Mc Donald's f'St Petersburg.", "Huwa ta` għajb għal min jaħseb hekk, u nieqes u deprivat minn kull sens ta' fiduċja fi sħabek il-Maltin.", "M'ilux f'waħda mill-family visits li nagħmel żagħżugħ minn Ħal-Tarxien qalli grazzi tal-futur.", "Iltqajt ma' ruxxmata żgħażagħ u ġenituri sal-ġimgħa l-oħra stess, anke ma` familji laburisti, li huma ħerqanin li nsiru membri.", "Meta tistaqsihom għalfejn, dawn jgħidulek minħabba uliedi jew minħabba in-neputijiet tiegħi ħalli jkunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet speċjalment fil-qasam edukattiv.", "Dawn kollha jġegħluni nirrifletti għax fejn il-partit Laburista kien l-argużin tal- futur tal-Maltin, aħna tajna l-għodda lil dan il-poplu biex jimraħ f'orizzonti ġodda.", "L-oppożizzjoni qed turi li għandha ideat tal-bieraħ għal Malta ta' għada.", "Għalhekk hija oppożizzjoni skaduta, operating beyond its sell by date.", "Aħna żgurajna kondizzjonijiet ta' sħubija li nisslu ġelosija fil-pajjiżi kandidati.", "Waqt is-summit f'Copenhagen wara li tħabbar il-pakkett finanzjarju ġew fuqna membri ta' delegazzjonijiet ta' pajjiżi kandidati u qalulna: How did you manage to get so much?", "Nikkwota testwalment ta' dak li jiena smajt b'widnejja.", "Ir-risposta hija għax innegozjajna bis-sħiħ.", "Sa sagħtejn qabel tħabbar li Malta aċċettat il- pakkett finanzjarju, dan il-pakkett kien ferm u ferm inqas.", "Iżda mertu tal- Prim Ministru, mertu tal-Ministru Joe Borg u ta' Richard Cachia Caruana bqajna nippersistu u ninsistu u ġibna dak li ridna.", "Ma ninsewx li bdejna bi ftit miljuni ta' Euro bħala l-ewwel offerta u spiċċajna b'Euro194 miljun.", "U dawn apparti t-Lm30 miljun li se nġibu mingħand it-Taljani, u bl- unika kondizzjoni li nissieħbu.", "Dawn flimkien iġibu Lm110 miljun.", "Sur President, nispiċċa b'appell biex kulħadd jirrealizza li qegħdin ngħixu mument storiku, li mhux se nerġgħu ngħixu.", "Dan huwa mument li l-poplu Malti u GĦawdxi jrid jaffronta b'dehen, b'kuraġġ u onesta miegħu nnifsu.", "Napella wkoll lil dawk li ġew jifirħulna, uħud minnhom privatament, li ġibna pakkett finanzjarju tajjeb ħafna, anke membri ta' l-oppożizzjoni stess, biex joħorġu fil-beraħ and they stand up to be counted.", "Mertu tal-ħidma ta' dan il-gvern żgurajna li Malta tal-lum għamilniha aħjar minn Malta tal- bieraħ.", "Mertu ta' dan il-ministeru, b'mod partikolari, żgurajna li Malta ta' għada tkun aħjar minn Malta tal-lum.", "Malta Maltija fl-essenzjalita` ta' l-identita` tagħha.", "Malta Meditteranja għax dik hija l- pożizzjoni ġeografika tagħha, pero' Malta Ewropea għax dik hija l-vokazzjoni tagħna.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President. il-problema li għandha l- oppożizzjoni fil-fehma tiegħi hi li l-pożizzjoni tagħha m'hijiex kredibbli politikament.", "Jiena smajt id-diskors ta' l-Onor.", "George Vella u nixtieq naqbad żewġ punti biss milli qal biex ngħid ukoll li anke dawn il-punti jirriflettu, fil-fehma tiegħi, in-nuqqas ta' kredibilta` tal-pożizzjoni tal- Labour party.", "L-ewwelnett l-Onor.", "George Vella qal li t-transition clauses li ġew negozjati huma xi ħaġa li m'għandhomx valur importanti għaliex kikeu l-affarijiet li kellhom jidħlu minħabba li aħna se nsiru membri ta' l-UE jkunu tajbin, allura naqbdu u nintroduċuhom immedjatament u mhux noqgħodu nargumentaw li ġibna t-transition clauses u allura ngħidu li din hija xi vittorja kbira.", "Naħseb li mill-esperjenza tiegħu, anke ta' ministru, jaf li meta wieħed ikollu l-problemi u jrid jagħti l-mediċina, jekk jagħti l-mediċina kollha f'daqqa naħseb li l-overdose tal-mediċina tispiċċa li toqtol il-pazjent.", "Allura ma naħsibx li qegħdin ngħidu, u allaħares qegħdin ngħidu li l-ħaddiema ta' dan il-pajjiż qegħdin igawdu u se igawdu iktar bil-fatt li issues ta' health and safety f'dan il-pajjiż se jkollhom livell u kwalita' ħafna aktar għolja minħabba l-livell ta' health and safety standards għoljin fl-acquis tal-komunita`.", "Ma naħsibx li qegħdin ngħidu li hija xi ħaġa ħażina li dawn se jiġu ntrodotti b'mod li huwa ħafna iktar smooth u mhux f'daqqa, imma b'mod li jieħu wkoll in konsiderazzjoni anke aspetti oħrajn partikolarment ta' l-industrija.", "Naħseb li fil-politika meta tintroduċu affarijiet tajbin mhux neċessarjament tintroduċihom dejjem f'daqqa, imma tintroduċihom ukoll b'mod gradat, anke għaliex tħares lejn il-konsegwenzi ta' dak li tkun qed tagħmel biex tassigura li jkollok effett tajjeb.", "Allura l-punt li rrid nagħmel jien huwa li żgur li l-fatt li jkollok transition clauses huma xi affarijiet ħżiena anzi huma affarijiet tajbin, pero` aħna bħala gvern responsabbli, ħarisna lejn kif għandhom jiġu ntrodotti b'mod gradat f'pajjiżna, u ma naħsibx li hija politika kredibbli li tiddeċiedi mod ieħor.", "Fil-fehma tiegħi, mhux kredibbli l-pożizzjoni tal-MLP kif espressa mill- kollega tiegħi, l-Onor.", "George Vella, li aħna mhux qed nagħtu għażla lill- poplu Malti.", "Naħseb li jekk hawn xi ħadd li qed jagħti għażla lill-poplu Malti, huwa proprju l-partit Nazzjonalista fil-gvern u mhux l-MLP.", "Il- partit Nazzjonalista fil-gvern huwa kommess politikament li jagħmel ir- referendum u lkoll nafu li dan ir-referendum se isir u l-Maltin se jkollhom id-dritt li jagħmlu l-għażla tagħhom, imma aktar minn hekk, l-għażla li se noffru fir-referendum hija għażla informata, għażla ċara fejn kulħadd jaf x'hemm fil-pakkett, hemm id-dettalji kollha u mhux biss l-għażliet strateġiċi importantissimi li l-poplu Malti irid jiddeċiedi dwarhom", "Il-problema hi li l-poplu Malti għadu fid-dlam ta' x'tista tkun l-għażla tal-MLP, għażla li fil-fehma tiegħi mhijiex kredibbli u l-kredibilita` tal- politika hija fil-fehma tiegħi, il-qalba ta' kif wieħed għandu jagħmel il- politika.", "Sfortunatament għall-MLP, dan ingħalaq fi sqaq li ħoloq hu stess meta qal li ma jridx jikkonsidra li nsiru membri ta' l-UE u ħa pożizzjoni kontra u dan sar qabel ma bdejna ninnegozjaw u mhux issa li għandu d- dettalji tal-pakkett f'idejh.", "Issa, wara li għamilna n-negozjati, il-MLP baqa' f'din il-pożizzjoni u llum, dan qiegħed fi sqaq għax lanqas biss irid jirrikonoxxi s-sitwazzjoni fejn il-poplu Malti se jagħmel l-għażla tiegħu f'referendum imma qed iwebbes rasu li jirrikonoxxi biss ir-riżultat ta' l- elezzjoni.", "Dan huwa l-isqaq li l-MLP ħoloq għalih innifsu u wassal biex Malta tkun l- unika pajjiż li qiegħed f'din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Jiena naħseb li kien ikun ħafna aħjar kieku l-MLP ipparteċipa fil-proċess tan-negozjati permezz ta' l-istrutturi li nħolqu, kieku ddeċieda l-pożizzjoni tiegħu wara li tħabbar il-pakkett finali u l-iżjed importanti, kieku l-MLP – bħal ma qalulu fir-riżoluzzjoni tal-parlament Ewropew fuq l-enlargement fejn anke s- soċjalisti vvotaw għaliha – għażel li jirrispetta r-riżultat tar- referendum.", "Din hija xi ħaġa li hija normali f'kull demokrazija u ħadd ma' jistenna mod ieħor.", "GĦaliex dan il-pakkett huwa kredibbli, Sur President?", "Mhux biss il- pożizzjoni tal-partit Nazzjonalista fil-gvern hija kredibbli għar-rigward li nsiru membri ta' l-UE, għaliex mhux biżżejjed li ngħid li jien irrid insir membru ta' l-UE għax din hija xi ħaġa tajba għal Malta.", "Dak hu biss il punto di partenza imma tajjeb ukoll li inti tkun innegozjat.", "Forsi, jekk hawn xi ħadd li jista' jitkellem fuq il-kredibilita` tan-negozjati, bir- rispett kollu huwa s-sottoskritt għaliex meta bdew in-negozjati, jiena kelli okkażjoni li nitkellem fil-kumitat konġunt bejn il-parlament Malti u l-parlament Ewropew u lir-rappreżentanti kemm tal-kummissjoni, kemm tal- kunsill tal-ministri ta' dak inhar kif ukoll tal-parlament Ewropew, jiena għidtilhom bl-iktar mod ċar li jien bħala membru ta' dak il-kumitat u bħala membru ta' dan il-parlament, xorta se jkolli diffikulta` biex nivvota f'referendum jekk ma jkollnix pakkett serju u dan minkejja li jiena ilni għexieren ta' snin nitkellem favur li Malta tidħol fl-UE.", "Niftakar li dak iż-żmien, ir-reazzjoni f'dan il-pajjiż ma kinitx dejjem tajba speċjalment minn ċerti setturi pero` jiena ridt nagħti messaġġ ċar lill-UE, messaġġ fejn dawn iridu jieħdu in konsiderazzjoni li d-dinjita` ta' pajjiżna għandha tiġi rispettata, li aħna jkollna persuna li tkun ta' importanza fil- kummissjoni u llum, nafu li Malta se jkollha kummissarju tagħha daqs kull pajjiż ieħor.", "Jien membru fil-konvenzjoni Ewropeja u l-eżempju li din tagħtik hi li l-Ġermanja u pajjiżi kbar oħra għandhom tliet rappreżentanti u Malta wkoll għandha tliet rappreżentanti minkejja ċ-ċokon tagħna u allura naħseb li dak huwa punt li ġie tackled, punt li żgur huwa favur il-pakkett li għandna.", "Punt ieħor li jiena kont semmejt lill-kumitat konġunt tal-parlament Ewropew dakinhar kien li l-UE trid tkun sensittiva għal ċertu affarijiet partikolari ta' Malta, fosthom li Malta trid tibqa` ċentru ta' servizzi mhux biss tkun ċentru ta' produzzjoni għaliex aħna iktar mitfugħin biex nagħtu servizzi fil-qasam ta' l-ekonomija internazzjonali, u fuq kollox li Malta huwa pajjiż li għandha ftit qagħad.", "Fil-fatt, naħseb li ħadd ma' jista jgħid li t-team kollu ta' negozjaturi u l-ministeru ta' l-affarijiet barranin ma' ittekiljax issue bħal din u ma ġabx riżultati li nistgħu ngħidu bl-iktar mod ċar, li dawn jipproteġu lil Malta u l-Maltin mill- ispekulazzjoni ta' l-art u lanqas ma' nistgħu ngħidu li l-UE ma kinitx sensittiva` għal xi ħaġa li hija fil-qalba tal-acquis communautaire, dik li aħna pajjiż żgħir u għandna aspetti partikolari u fil-fatt, fejn għandna dawn aspetti partikolari, għamilna arranġament speċjali minn ġewwa, mhux arranġament speċjali minn barra, arranġament speċjali fuq ċertu affarijiet speċifiċi u partikolari għal Malta minn ġewwa, għaliex l-UE hija unjoni ta' pajjiżi li jridu jesprimu s-solidarjeta` ma' xulxin u meta pajjiż imur jargumenta fuq xi ħaġa b'argumenti raġunati, dawn ituk widen u fil-fatt, aħna ngħatajna widen.", "Anzi, nista' ngħid li meta semmejt il-punt li għalija kienu importanti fin- negozjati, ma semmejtx l-issue tal-moviment tal-persuni u dan għaliex jien ma nemminx li din tista' tkun issue, jekk tkun issue għax jiġri bil-kontra, jiġifieri l-Maltin imorru jaħdmu fl-ewropa u mhux nies fl-ewropa jiġu f'Malta.", "Aħna kellna esperjenza ta' brain drain fis-sebgħinijiet imma eventwalment, dawk in-nies ġew lura u spiċċajna gawdejna mill-esperjenza tagħhom u hekk se jiġri meta aħna nidħlu fl-UE, se jkollna nies minn tagħna li jmorru jieħdu esperjenza f'ekonomiji ikbar imbagħad jiġu lura u pajjiżna jkun mogħni aktar bl-esperjenza li jġibu dawk in-nies magħhom.", "It-team ta' negozjaturi wkoll daħal f'kwestjoni bħal din u fil-fehma tiegħi, ġab dik li hi, mhux deroga pero` lanqas hi l-bogħod wisq, għaliex għandna seba` snin biex nagħmlu d-deċiżjonijiet waħedna u imbagħad, jekk jinqala' xi każ, nistgħu nqajmu dan il-każ ma' l-istituzzjonijiet ta' l-UE.", "Dan hu arranġament tajjeb ħafna fil-fehma tiegħi.", "Bqajna għaddejjin bin-negozjati u wasalna għall-flus u hawn, minħabba l- passat tagħna, fejn kulħadd kien jiftaħar li hu kapaċi jġib il-flus lejn pajjiżna, konna daqxejn ikkondizzjonati biex naraw kemm se nġibu flus għal pajjiżna minn dan l-eżerċizzju.", "Personalment, jiena naħseb li nidħlu fl-UE mhuwiex xi eżerċizzju ta' kemm se nġibu flus imma hija għażla strateġika li tiġi msarfa f'xogħol u progress u f'livell ogħla tal-ħajja għal dan il- pajjiż pero` aħna xorta ħarisna lejn l-aspett tal-flus u ma naħsibx li hemm xi ħadd li jista` jgħid li anke fuq dak l-aspett, il-pakkett mhuwiex pakkett kredibbli.", "Dan hu pakkett kredibbli għal aħħar meta wieħed jara li pajjiżna se jmur Lm 80 miljun minn fuq f'perjodu li jwassal sa l-2006, imbagħad meta naslu hemmhekk, inkunu nistgħu ninnegozjaw għax aħna se nkunu membri u l-UE se jkollha bżonn il-vot biex il-budget tagħha jgħaddi.", "Tajjeb li ngħidu dan għax din mhux xi ħaġa li tispiċċa wara tliet snin.", "Sur President, dan hu pakkett serju u kredibbli.", "Aħna stajna ħadna iktar pero` jiena nistaqsi jekk qattx jista' jkun li meta tinnegozja, tieħu kollox?", "Possibli hawn xi ħadd li jimmaġina li tmur tinnegozja għoxrin ħaġa u tirbaħhom kollha?", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa raġonevoli; jien ukoll kont nippreferi kieku kellna sitt membri fil-parlament Ewropew u kont nippreferi kieku qbilna fuq l-VAT għar-rigward ta' l-ikel u l-mediċini sabiex inkunu bħall-Ingilterra u l-Irlanda imma nkunu boloh, jekk nħarsu lejn dan il-pakkett sħiħ u nagħżlu li nipperikolaw il-futur ta' uliedu u nagħmlu opt out mill-UE.", "Nispera li ma jkunx hawn xi ħadd li jikkonsidra li aħjar ma nidħlux filwaqt li l-kompetituri kollha tagħna – il-pajjiżi tal-lvant u dawk ċentrali – jidħlu; kif qal sewwa l-Prim Ministru, dak ikun ifisser abandonship, inkunu għamilna opt out mill-bqija tal-proċess ta' l-iżvilupp ekonomiku u politiku fl-Ewropa, inkunu għażilna li pajjiżna jibqa' barra, maqtugħ fil-periferija u l-konsegwenzi ta' dawn mhumiex konsegwenzi li kif kien jgħid Dominku Mintoff, tħassarhom b'gomma.", "Dawn ma tħassarhomx b'gomma imbagħad u dik hija l-issue li għandna quddiemna.", "Il-MLP irid jibqa' għarus, ma jridx jiżżewweġ għax qed jgħid li dak huwa commitment kbir wisq.", "Aħna qegħdin ngħidu li se nidħlu fil-familja ewropea għax hija familja li għandha track record ta' solidarjeta`.", "Ara kieku l-ewropa ma kellix il-kunċett ta' solidarjeta`, kieku anke jien naħsibha għandniex nidħlu jew le, imma l- kunċett ta' solidarjeta` huwa fil-qalba ta' l-UE u dan hu espress mhux biss fil-fondi reġjonali u fil-fondi ta' koeżjoni imma fis-sistema kollha ta' l- UE.", "L-UE trid li l-ewropa kollha timxi 'l quddiem flimkien u ma jkunx hemm partijiet li jimxu 'l quddiem u l-oħrajn li jibqgħu lura.", "Dan għandu jagħmlilna kuraġġ kbir u dan għandu jkun determinanti sabiex nifhmu li rridu nkunu boloh jekk niddeċiedu li naqtaw lil dan il-pajjiż 'il barra mir- realtajiet ekonomiċi u politiċi ta' l-Ewropa meta aħna għandna l-kultura, l- ekonomija, il-ħajja politika tagħna u anke ċ-ċivilta` tagħna marbutin ma' l- UE.", "L-Onor.", "George Vella qal li tista' tkun ewropej mingħajr ma' tkun membru ta' l-UE, iva tista' tkun ewropej, imma kif qed jiżviluppaw l-affarijiet fejn għandek prattikament il-pajjiżi kollha ta' l-ewropa li llum qed isiru wieħed, wieħed membri ta' l-UE, tispiċċa tkun ewropej tas-sekonda klassi.", "Aħna nistgħu nagħmlu opt out u mmorru ħdejn ix-xatt, ingawdu x-xemx imma imbagħad x'se jiġri mill-ekonomija u l-progress ta' pajjiżna?", "Il-MLP irid jagħmel opt out.", "Imma ngħid jiena, nistgħu naffordjaw li pajjiżna jagħmel din l-opt out meta llum qegħdin f'dan l-istadju, f'din id-dinja globalizzata.", "Bl-option tal-MLP, pajjiżna jagħmel opt out mill-iżvilupp ekonomiku, soċjali u politiku li d-dinja għaddejja minnu bħalissa; dan ġenn!", "Sur President, din mhux biss marbuta mal-flus imma marbuta mal-bżonnijiet ta' kif id-dinja żviluppat illum għax id-dinja llum hija ħafna differenti mill-1964 u minn qabel l-1989.", "Irridu nifhmu li d-dinja illum hija dinja globalizzata, li l-Ewropa qed taħdem biex issir forza importanti fiha.", "Jien smajt lill-Onor.", "Vella jsemmi jgħid li dawn mexjin lejn il-common defence and security policy fl-Ewropa.", "Imma jiena nistaqsi, din xi ħaġa ħażina?", "Ħaġa ħażina li l-ewropa ssir inqas dipendenti mill-Istati Uniti għad-difiża tagħha?", "Din xi ħaġa ħażina li fid-dinja llum meta għandna l-Istati Uniti tiddomina lid-dinja, jkollna potenza oħra li wkoll jkollha saħħa ekonomika, politika u ta' difiża importanti daqs l-Istati Uniti.", "Jien ma naħsibx li hi xi ħaġa ħażina, naħseb li hija xi ħaġa tajba pero` rridu ngħidu wkoll li l-Ewropa mhux se timponi dan fuq l-ebda membru tagħha.", "Dan huwa ċar, din hi xi ħaġa fejn min irid jidħol fiha, jidħol u min ma jridx, ma jidħolx u żgur – minn dak li qed naraw - li din se tkun id-direzzjoni tal-konvenzjoni Ewropea.", "Imma Malta xorta ħadet prekawzjoni fil-pakkett u qalet li n-newtralita` tagħha trid tiġi protetta u se tkun parti integrali mit-trattat tas-sħubija li Malta se tagħmel ma' l-UE.", "Mela kulmin kien qed jaħseb li n-newtralita` tagħna se tiġi mhedda b'xi mod, illum jaf li bil-liġi internazzjonali, din se tiġi rikonoxxuta mill-UE mentri fil-ħafna ftehim ma' ħafna pajjiżi li saru fi żmenijiet oħrajn, fosthom l-Alġerija u Franza, dan it-tip ta' arranġament ma sarx.", "Illum mhux talli n-newtralita` hija xi ħaġa li qegħda fil-kostituzzjoni tagħna, imma se tkun ukoll parti mill-ftehim tagħna ma' l- UE u allura se tkun rikonoxxuta mill-pajjiżi kollha ta' l-UE għaliex dawn iridu jirratifikaw dak it-trattat fil-parlamenti tagħhom.", "Sur President, il-kredibilita` u s-serjeta` ta' dan il-pakkett għandu jwassal lill-poplu Malti biex jagħmel l-aħjar għażla għal pajjiżna.", "Issa se ngħid kelma waħda u nagħlaq hawnhekk, Sur President.", "Il-fatt li aħna nsiru membri ta' l-UE mhux talli mhux se jkollu effett negattiv fuq il-politika mediterranja tagħna imma din il-politika se jkollha tisħiħ.", "Aħna pajjiż ewropew u mediterranju u bilfors irid ikollu relazzjonijiet tajbin u ta' fejda mal-pajjiżi ġirien tagħna anke dawk li mhumiex membri ta' l-UE.", "Meta nħarsu lejn il-ftehim li l-UE għandha u kif se tiżvilupphom u nafu li f'xi l-2010 se jkun hawn ukoll free trade area li se tkun il-Euro Mediterranean area.", "Fil-fatt, Prodi jitkellem fuq iċ-ċirku ta' ħbieb, ċirku ta' ħbieb li m'għandix dubju li jinkludi pajjiżi fin-nofsinhar ta' pajjiżna.", "Aħna ser inkunu ta' valur anke għall-ħbieb tagħna fin-nofsinhar ta' pajjiżna għax se nkunu ħbieb tagħhom fi ħdan l-UE u mhux biss ħbieb tagħhom barra l-UE.", "Dan l-iżvilupp huwa ta' ġid għal pajjiżna, mhux biss għax jaqbel għall- interessi tagħna imma għax dan isaħħaħ ir-rwol tagħna fil-konfront ta' sħabna li jinsabu fin-nofsinhar ta' pajjiżna billi dawn ikollhom vuċi ħabiba fl-UE.", "Sur President, kont mistieden miċ-chief negotiator min-naħa ta' l-UE biex nindirizza lill-uffiċjali tal-kummissjoni Ewropea u wieħed mill-punti li għamiltilhom kien li Malta hija l-wiċċ tal-ħbiberija ta' l-UE lejn il- pajjiżi li huma mad-dawra ta' l-UE, partikolarment lejn il-pajjiżi fin- nofsinhar tal-mediterran għax aħna pajjiż żgħir u ma aħna ta' theddida għal ħadd, pajjiżna hu newtrali u din rikonoxxuta mill-EU fi trattat tas- sħubija.", "Pajjiżna li huwa serju u rispettat u jista' jagħti kontribut importanti bin-newtralita` tiegħu.", "Ix-xhieda li l-UE għandha rispett lejn Malta jintwera fil-pakkett li ġie offrut, pakkett serju u kredibbli li jagħti l-possibilta` lill-poplu Malti biex jivvota b'moħħu mistrieħ, sabiex Malta ssir membru ta' l-UE.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, naħseb din is-sena tiġina t-tentazzjoni li nitkellmu biss fuq il-proċess ta' Malta fl-UE pero` rrid ngħid mill- ewwel li għalkemm matul din is-sena, dan il-proċess impenja lill-ministeru ta' l-affarijiet barranin u nista' ngħid b'mod partikolari, lid-direttorat fi ħdan il-ministeru ta' l-affarijiet barranin, impenja lis-settur pubbliku kollu b'mod intensiv ħafna, pero` din hija biss parti waħda mix-xogħol li jagħmel il-ministeru, parti pero` li naturalment okkupat l-attenzjoni ta' kulħadd minħabba l-fatt li anke dak li għandu x'jaqsam mal-media, il-focus kien fuq il-proċess tas-sħubija ta' Malta fl-UE.", "Irrid pero` li bħas-snin l-imgħoddija, niddedika parti mill-ħin tiegħi għall-aspetti l-oħra tax- xogħol tal-ministeru tiegħi u imbagħad, wara li nħares ftit fuq dawn l- aspetti, ngħaddi biex niffoka fuq dak li għandu x'jaqsam mal-proċess tas- sħubija ta' Malta fl-UE.", "Nibda l-ewwelnett biex nitkellem dwar ir-relazzjonijiet bilaterali u f'dan ir-rigward, nista' ngħid li din kienet sena ta' ħidma b'impenn minħabba l- fatt li jekk wieħed ħares ftit lejn it-track record ta' din is-sena, jsib li b'kollox Malta rratifikat xejn inqas minn 18-il ftehim bilaterali bejn Diċembru tas-sena 2001 u Diċembru ta' din is-sena.", "Fost l-aktar importanti minn dawn id-diversi ftehim, wieħed jista' jsemmi per eżempju, il-ftehim dwar it-tneħħja tat-taxxa doppja li ġie konkluż mal-Barbados u ieħor mal- Portugal, il-ftehim dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga li ġie konkluż ma' l-Albanija u ftehim fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni ta' l- investimenti li ġie konkluż mal-Kroazja.", "Wieħed irid jgħid li l- konċentrazzjoni tad-direttorat għar-relazzjonijiet bilaterali f'dak li għandu x'jaqsam mal-ftehim, huwa li nippruvaw nilħqu kemm jista' jkun u nagħmlu kemm jista' jkun, katina estensiva ta' agreements fuq dawn it-tipi ta' suġġetti, jiġifieri dak li għandu x'jaqsam mat- tassazzjoni doppja, mal- protezzjoni u l-promozzjoni ta' l-investimenti - li hu għodda importanti għas-settur finanzjarju - u mal-ġlieda kontra d-droga, kriminalita` u aspetti simili.", "Din is-sena komplejna nżidu man-network ta' ftehim li ġew konklużi bejn Malta u pajjiżi terzi u aktar 'il quddiem nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tal-ftehim fuq is-suġġetti differenti li ġew konklużi bejn Malta u diversi pajjiżi oħra.", "Nixtieq ukoll nagħmel riferenza għax-xogħol li sar mill-istaff tar- relazzjonijiet bilaterali b'mod impenjattiv ħafna pero` b'mod partikolari, jinvolvi lill-istaff tal-protokoll u għalhekk, irrid insellmilhom b'mod partikolari għax-xogħol li ġew rinfaċċati bih f'dak li għandu x'jaqsam mad- diversi żjajjar uffiċjali li kellna lejn Malta matul din is-sena.", "Irrid ngħid li f'dawn iż-żjajjar uffiċjali li kellna matul din is-sena, ma setax jonqos li jkollna żjajjar minn ministri u personalitajiet oħrajn li ġejjin minn pajjiżi membri ta' l-UE jew minn istituzzjonijiet ta' l-UE jew minn pajjiżi applikanti, pero` kellna wkoll żjajjar sostanzjali u ta' ċerta importanza u rilevanza minn personalitajiet oħrajn li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-UE u allura hawnhekk irrid ngħid li d-direttorat għar-relazzjonijiet bilaterali ħadem bi sħiħ flimkien mad-direttorat dwar il-protokoll biex dawn iż-żjarat ikunu jistgħu jseħħu u jkunu ta' suċċess kif fil-fatt kienu.", "Nixtieq li aktar 'il quddiem inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, lista taż-żjarat kollha li saru hawn Malta bejn Diċembru tas-sena 2001 u Diċembru ta' din is-sena.", "Nista' nagħmel riferenza għaż-żjara li kellna tal-Prinċipessa Anna tar-Renju Unit, il-kummissarju Pascal Lamy li huwa responsabbli għall-kummerċ u l-kummissarju Verheugen li huwa responsabbli mit-tkabbir, il-President tal-Parlament Ewropew, Pat Cox, il-Viċi President tal-Konvenzjoni Ewropea, Giuliano Amato, il-presidenti ta' l-Albanija, tar- Repubblika Ċeka u ta' l-iSlovenja u l-Prim Ministru tal-Lussemburgu u ta' Spanja apparti diversi ministri u sotto-segretarji ta' l-affarijiet barranin, inkluż il-ministru ta' l-affarijiet barranin tal-Libja.", "Dawn huma kollha żjajjar li seħħew matul din is-sena u meta tibda tara ftit il-lista tagħhom, tibda tirrealizza kemm fil-fatt għaddew avvenimenti matul din is- sena u kif jgħidu bl-Ingliż, ħadnihom in our stride.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għall-fatt li din is-sena bħas-snin ta' qabel, irnexxielna nilħqu l-objettiv tagħna li niftħu ambaxxata oħra.", "F'Lulju ta' din is-sena, ftaħna l-ambaxxata Maltija f'Copenhagen u fil- fatt, il-Prim Ministru, kellu l-okkażjoni li jagħmel il-ftuħ uffiċjali tagħha għalkemm din l-ambaxxata ovvjament ilha topera mill-post li ġie magħżul, liema post hu tajjeb ħafna, huwa post ċentrali li jista' jagħti l- aħjar servizz lil Malta.", "Din l-ambaxxata ilha topera minn hemmhekk sa minn Lulju ta' din is-sena u għalhekk issa, għall-ewwel darba għandna ambaxxatur residenti f'Copenhagen.", "Irrid ngħid ukoll – issa niġi għaliha minn hawn u ftit ieħor – li minħabba fil-fatt u bi preparazzjoni għall-presidenza tal-kumitat tal-ministri tal- Kunsill ta' l-Ewropa, aħna saħħaħna l-preżenza tagħna u allura ftaħna anke uffiċċju ġdid fi Strasbourg biex b'hekk, ir-rappreżentant permanenti tagħna u l-istaff tiegħu jkunu jistgħu joperaw b'mod effiċjenti u effettiv bi preparazzjoni għall-presidenza tal-kumitat tal-ministri tal-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll fuq ir-relazzjonijiet bilaterali għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-assistenza teknika; assistenza teknika li tlabna u li rnexxielna niksbu matul is-sena 2002.", "L-ewwelnett irrid nagħmel riferenza għall-għajnuna li ġiet miċ-Ċina fejn hawnhekk irrid nirringrazzja uffiċjalment lill-gvern Ċiniż ta' l-għajnuna u tal-mod ġenwin li bih dan jopera mal-gvern Malti.", "Nixtieq ngħid li bejn il-gvern Ċiniz u dak Malti hemm rispett qawwi reċiproku u jien nawgura li fis-snin li ġejjin dan ir- rispett u din il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet ikomplu jissaħħu.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li matul dawn l-aħħar snin il-gvern irċieva mingħand il-gvern Ċiniż madwar Lm150,000 bħala donazzjoni għal użu speċifiku f'oqsma differenti.", "Fil-fatt il-fond li rċevejna fis-sena 2001 ġie wżat din is-sena f'xiri ta' tagħmir sofistikat għat-tarzna u għall- forzi armati ta' Malta, pero` għadna ma ddeċidejniex dwar kif se nużaw il- flus li ġew allokati matul din is-sena.", "Għar-rigward ta' l-Istati Uniti rrid ngħid li l-kungress Amerikan approva li l-gvern Malti jiġi mogħti donazzjoni ta' USD13 miljun matul is-snin 2002 u 2003.", "Ta' min jgħid ukoll li Malta rċeviet saħansitra patrol boat b'valur ta' USD5.3 miljun għall-użu ta' salvataġġ u tagħmir ieħor sofistikat biex jintuża mid-dwana ta' Malta meta tidħol xi tagħbija minn barra, liema tagħmir għandu jiġi stallat fil-Malta freeport fil-futur qarib.", "Punt ieħor li rrid nagħmel malajr malajr huwa li aħna rċevejna assistenza teknika minn pajjiżi differenti f'diversi setturi, b'mod partikolari minn dawk il-pajjiżi li huma membri ta' l-UE, bħall-Italja, l-Awstrija, Spanja, in-Norveġja u l-Isvezja.", "Biżżejjed ngħid li dawn il-pajjiżi tawna għajnuna f'dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta` marittima, ma' l- ambjent, mal-kontroll veterinarju, mas-saħħa tal-pjanti, mal-vitikultura u mal-kontroll tal-mediċini.", "Din l-għajnuna ngħatat kemm bi tħejjija għall- proċess ta' sħubija sħiħa fl-UE, pero` iżjed u iżjed għaliex kellna bżonn naġġornaw diversi setturi u nagħmlu analisi dwar fiex qegħdin l-affarijiet biex b'hekk inkunu nistgħu dejjem intejbu iktar il-performance u l-operat tagħna.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza wkoll għall-protokoll finanzjarju li ġie konkluż matul din is-sena ma' l-Italja fejn din se tgħinna finanzjarjament billi tagħtina Euro75 miljun fuq perijodu ta' tliet snin, li huma ekwivalenti għal madwar Lm30 miljun.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li biex sar dan il-protokoll, saru negozjati intensivi ħafna min-naħa tal-gvern Malti, liema negozjati ġew immexxija prinċipalment mill-prim ministru u f'diversi okkażjonijiet mill-ministru tal-finanzi u minni.", "Dan il-protokoll, li għandu jiġi ffirmat nhar il-Ġimgħa li ġej, huwa intiż sabiex jgħin lil Malta twitti t-triq u taddatta ruħha għal sħubija sħiħa fl-UE.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-gvern Taljan uffiċjalment ta' din l-għajnuna finanzjarja li tana.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li l-gvern Taljan għamilha ċara li llum il-livell ta' l- għajxien tagħna tant tela' li minkejja l-ħbiberija li hemm bejn il-gvern Malti u dak Taljan, kien ikun impossibbli li jikkonvinċi lill-parlament Taljan jivvota favur dan il-protokoll li kieku mhux minħabba t-triq tagħna għal sħubija sħiħa fl-UE.", "Fi kliem ieħor, il-livell ta' l-għajxien tagħna huwa tali li l-Italja ma tistax tiġġustifika li tkompli tagħtina d- donazzjonijiet bħallikieku pajjiżna huwa xi pajjiż tat-tielet dinja, u allura l-unika ġustifikazzjoni li setgħu jsibu għall-parlament Taljan kienet li aħna qegħdin fit-triq ta' sħubija sħiħa fl-UE.", "Naturalment billi din it-triq tinvolvi ċertu tibdil sabiex nimmodernizzaw u nirristrutturaw l- operat tagħna, allura l-gvern Taljan aċċetta li jagħtina dawn il-fondi.", "Din is-sena kellha rilevanza kbira wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mar- relazzjonijiet multilaterali, u dan minħabba l-fatt li matul din is-sena lħaqna ċertu objettivi.", "Biżżejjed ngħid li matul din is-sena rnexxielna nirratifikaw u naddottaw kważi l-ftehim kollu li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra t-terroriżmu - fil-fatt diġa` rnexxielna naddottaw 12-il ftehim - ħlief għal ftehim wieħed biss li beħsiebna nirratifikawh fil-futur qarib.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-kunsill ta' l-Ewropa rrid ngħid li Malta ilha mill-bidu ta' Novembru tokkupa l-presidenza tal-kumitat tal-ministri.", "L-Onor.", "Chris Cardona u l-Onor.", "George Vella qalulna li donna l-kunsill ta' l-Ewropa m'aħniex qed nagħtuh importanza, u għalhekk ikun tajjeb jekk nagħmel riferenza għall-fatt li għandna informazzjoni li x-xogħol li qed isir kemm fi Strasbourg kif ukoll f'postijiet oħra fejn il-Kunsill ta' l- Ewropa jrid jikkordina l-operat tiegħu ma' entitajiet multilaterali oħrajn, bħalma huma, per eżempju, in-Nazzjonijiet Uniti u l-OSCE, miexi tajjeb ħafna.", "Infatti aħna informati li r-rappreżentanti permanenti li għandna fi New York, fi Vjenna u fi Strasbourg qed jaħdmu b'mod effiċjenti ħafna; qed jagħtu r-rapporti kollha meħtieġa u qed jaħdmu f'koordinament intensiv u effiċjenti ħafna mal-kunsill ta' l-Ewropa, mas-segretarjat tal-kunsill ta' l-Ewropa u m'entitajiet oħra.", "Hawnhekk nixtieq ukoll nagħmel il-punt li kont jien li ħabbart il-programm tal-prijoritajiet tal-presidenza Maltija fi Strasbourg, u wara biss ftit jiem, jiġifieri bejn il-11 u t-12 ta' Novembru, f'Malta saret laqgħa ta' l-istanding committee dwar il-koeżjoni soċjali tal-kunsill ta' l-Ewropa filwaqt li bejn l-14 u l-15 ta' Novembru saret f'Malta wkoll il-konferenza bit-tema \"Access to Social Rights\".", "Minħabba li f'dawk il-jiem kont imsiefer, ma stajtx nindirizza din il- konferenza jien u għalhekk indirizzaha minfloki l-Viċi Prim Ministru, l- Onor. Lawrence Gonzi, li reġa` tenna x'inhuma l-prijoritajiet tal- presidenza Maltija.", "Inżid ngħid li f'Novembru saret f'Malta l-konferenza dwar l-aċċess għad-drittijiet soċjali fl-Ewropa u fl-ewwel tliet xhur tas- sena d-dieħla għal darb'oħra f'pajjiżna se ssir round table conference dwar l-immigrazzjoni fl-Ewropa, għal liema konferenza beħsiebna nistiednu wkoll rappreżentanti mill-pajjiżi Mediterranji li m'humiex membri tal-kunsill ta' l-Ewropa sabiex b'hekk dan is-suġġett jiġi diskuss bejn il-partijiet kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni fl-Ewropa.", "Se ssir ukoll pubblikazzjoni ta' xogħol artistiku minn tfal Ewropej u se ssir ħidma biex ninkoraġġixxu lil dawk l-istati li jixtiequ jsiru membri tal- kunsill ta' l-Ewropa, fosthom l-ex-Yugoslavia, li llum tinsab f'fażi avvanzata biex issir membru ta' dan il-kunsill - u fil-fatt illum għaddejjin b'ħidma biex naraw li din tissodisfa t-talbiet magħmula minna fix-xhur li ġejjin ħalli b'hekk tkun tista' tissieħeb, anke possibbilment, taħt il-presidenza tagħna - u Monaco, li qed insegwu l-iżviluppi kostituzzjonali tiegħu biex naraw jekk huwiex possibbli li dan il-pajjiż jissieħeb fil-kunsill ta' l-Ewropa wkoll.", "Ta' min jgħid li qed issir ukoll ħidma biex titneħħa l-piena kapitali fl-istati kollha ta' l-Ewropa u biex tikber il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, li jista' jiffinanzja t-terroriżmu.", "Issa ħalli nagħmel riferenza għall-Ġnus Magħquda.", "Fil-fatt aħna approvajna Att 24 tas-sena 2002, li huwa l-Att dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali, u ddepożitajna l-istrument tar-ratifika dwar dan l- istatut fid-29 ta' Novembru li għadda biex b'hekk illum aħna parteċipi sħaħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-qorti kriminali internazzjonali.", "Ġaladarba qed insemmi lill-Ġnus Magħquda, nista' nsemmi wkoll it-twaqqif ta' task force biex din tikkonsidra l-aspetti etiċi u morali ta' l-ageing.", "Hawnhekk irrid nagħmel ukoll riferenza għall-fatt li l-Kabinett iddeċieda li minn din is-sena l-istitut dwar l-anzjanita` jibda jaqa' taħt il- ministeru għall-affarijiet barranin għaliex b'hekk 'il quddiem ikun jista' jipproċedi biex jiġi kkonsidrat bħala aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Issa se nagħmel riferenza malajr malajr dwar il-Commonwealth.", "Din is-sena kienet importanti ħafna għall-ministeru għall-affarijiet barranin, anke għax matul din is-sena Malta ġiet maħtura bħala membru tal-Commonwealth ministerial action group, liema grupp huwa responsabbli milli jara li jiġu osservati r-regoli tad-demokrazija fl-istati kollha membri tal- Commonwealth.", "Ta' min jgħid li matul iż-żewġ laqgħat li saru fi ħdan dan il-grupp u li aħna attendejna għalihom ġiet diskussa l-pożizzjoni politika f'diversi pajjiżi tal-Commonwealth, fosthom il-Fiji, il-Pakistan, iż- Zimbabwe u Sierra Leone, u ttieħdu wkoll xi deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-pajjiżi.", "Aħna qed nipparteċipaw bi sħiħ ukoll ma' l-aġenzija dwar l-atomika internazzjonali u qed inkomplu nimplimentaw għadd ta' proġetti nazzjonali li jaqgħu taħt il-programm ta' kooperazzjoni teknika ma' din l-aġenzija.", "Fil-fatt fost il-proġetti li wettaqna nsibu proġetti mad-dipartiment ta' l- agrikoltura dwar il-kontaminazzjoni fl-ikel, proġett dwar l-isptar Paul Boffa li sar bil-għan li tittejjeb il-kwalita` tal-kura u kkooperajna wkoll mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, liema kooperazzjoni se twassal għal titjib fl-immaniġġjar ta' l-ilma ta' taħt l-art li għandna f'pajjiżna.", "Fost id-diversi konvenzjonijiet u protokolli li ffirmajna u rratifikajna matul is-sena 2002 - u dawn se nqiegħdhom fuq il-mejda tal-Kamra fl-aħħar tad-diskors tiegħi - hemm ir-Rome Statute of the international criminal court u dawk li għandhom x'jaqsmu mal-qasam marittimu u mal-qasam tad- drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem dwar il-qasam tal-Mediterran.", "Wieħed jista' jiddeskrievi din is-sena bħala waħda ta' tisħiħ għax matulha pparteċipajna b'mod effettiv f'diversi fora tal-Mediterran.", "Hawnhekk nista' nsemmi l- proċess ta' Barċellona fejn aħna ħadna sehem fil-laqgħa ministerjali li saret f'Valencia - fil-fatt huwa hemmhekk fejn ġiet imnedija l-Valencia action plan - u issa qegħdin insegwu l-iżviluppi f'dan ir-rigward biex dejjem nipprovaw nagħtu l-aħjar kontribut fiċ-ċirkostanzi li jeżistu llum.", "Wieħed jifhem li ċ-ċirkostanzi li jeżistu llum m'humiex faċli.", "Biżżejjed ngħid li llum għandek sitwazzjoni fejn il-Middle East qiegħed iżomm il- proċess Ewro-Mediterranju milli jkompli javvanza 'l quddiem, u allura wieħed jawgura li anke d-diskussjonijiet li kienu jsiru fir-rigward tal- medju-orjent jerġgħu jirriżumu u tinstab soluzzjoni, jew għallinqas ikun hemm qbil, illi l-proċess Ewro-Mediterranju jkun jista' jitkompla fuq binarju għalih mingħajr ma jiġi mxekkel mill-possibbilta` li tinstab soluzzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-kwestjoni li teżisti bejn Iżrael u l-Palestina.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għall-fatt li matul din is-sena Malta ġiet imsejħa sabiex tospita s-segretarjat ta' l-Euro-Med youth forum, u għalhekk fix-xhur li ġejjin se jiġi allokat post ġewwa l-belt Valletta għal dan il- għan.", "Din kienet deċiżjoni importanti ħafna għax qed tpoġġi lil Malta fuq il-mappa Ewro-Mediterranja f'dak li għandu x'jaqsam mal-fora taż-żgħażagħ.", "Ipparteċipajna wkoll b'mod effettiv f'fora oħra tal-Mediterran, fosthom f'laqgħa ministerjali li saret fil-Greċja fejn ġie miftiehem u tfassal code of conduct li għandu jwassal għal kooperazzjoni kontra t-terroriżmu, u fil- western mediterranean forum fejn saret laqgħa ministerjali fi Tripli li matulha ttieħdu ċerti deċiżjonijiet, bħal per eżempju, biex matul l-ewwel parti tas-sena d-dieħla jsiru laqgħat bejn il-ministri ta' l-affarijiet barranin u l-ministri ta' l-intern ta' l-għaxar pajjiżi li pparteċipaw f'dan il-forum ħalli b'hekk nipprovaw nikkoordinaw flimkien diversi aspetti li huma komuni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-immigrazzjoni illegali u aspetti oħrajn.", "Għal dik li hi dimensjoni parlamentari nixtieq nagħmel aċċenn għall-fatt li aħna pparteċipajna fil-Euro-Med parliamentary forum u l-ministeru għall- affarijiet barranin ta l-assistenza meħtieġa għad-diversi laqgħat reġjonali li saru, bħal dik ta' l-ispeakers tal-parlamenti Ewro-Mediterranji jew inkella dik tan-nisa parlamentari ta' l-istess reġjun, pero` naħseb li l- iktar aspett importanti huwa dak li għandu x'jaqsam ma' l-inter- parliamentary union fejn Malta qed tinsisti fi ħdan din l-unjoni sabiex tinħoloq assemblea parlamentari ta' l-istati tal-Mediterran.", "Ix-xogħol li Malta ilha tagħti f'dawn l-aħħar tliet snin wassal sabiex f'Marzu li għadda ġewwa Marrakesh ġie adottat unanimament dokument bażiku li oriġina minn Malta.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-gvern u l-oppożizzjoni qed jaħdmu flimkien b'mod effiċjenti u effettiv ħafna sabiex nippromwovu l-idea li tiġi stabilita din l-assemblea parlamentari.", "Wieħed jista' jgħid li d- dokument bażiku għal din l-assemblea parlamentari huwa msejjaħ bħala \"The fundamental characteristics for the future parliamentary assembly of Mediterrean states\".", "Din l-assemblea, li se tkun ifformata mill-pajjiżi kollha tal-Mediterran, għandha sservi bħala l-uniku forum politiku ta' djalogu għar-reġjun.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa malajr malajr dwar id-dimensjoni akkademika tal- Mediterran.", "L-ewwelnett irrid ngħid li matul din is-sena ġiet stabbilita fondazzjoni li tinkludi ftehim li sar bejn il-ministeru għall-affarijiet barranin ta' Malta u dak ta' l-Isvizzera sabiex jaħdem fl-isfera tad- diplomazija u t-teknoloġija informatika.", "Dan bl-iskop li l-pajjiżi, speċjalment il-pajjiżi ż-żgħar, ikunu jistgħu jisfruttaw aħjar l- opportunitajiet li tagħti t-teknoloġija moderna u b'hekk ikabbru l-vuċi tagħhom fix-xena internazzjonali.", "Sur President, saru diversi inizjattivi oħra, pero` minħabba li ma tantx fadal ħin se jkolli ngħaddi għal aspett ieħor.", "Wieħed jista' jgħid li l- ministeru għall-affarijiet barranin kompla bil-ħidma ta' titjib li kien nieda fis-snin ta' qabel.", "Ta' min jgħid li kien hemm numru impressjonanti ta' persuni li applikaw biex jimlew il-postijiet ta' second secretaries.", "Fil-fatt in-numru ta' applikanti kien ta' 82, li minnhom iridu jintgħażlu bejn 15 u 20.", "Ta' min jgħid ukoll li ħafna minn dawn il-kandidati għandhom saħansitra second degree u allura l-proċess ta' recruitment jirrikjedi skrutinju sostanzjali.", "Issa nixtieq nagħmel riferenza għall-kritika li għamel l-Onor.", "George Vella f'dak li għandu x'jaqsam mar-recruitment.", "Fil-fatt irrid ngħid li l- proċedura li ġiet addottata sabiex isir dan ir-recruitment hija waħda trasparenti u ġiet approvata mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku.", "Ta' min jgħid li ilu jinħass il-bżonn li nirreklutaw second secretaries, pero` minħabba s-sistema burokratika u diffiċli li kellna qabel, minkejja li kien ikollna bżonn għaxra jew 15 second secretaries, kienu jiġu reklutati biss xi erbgħa jew ħamsa, u dan meta kienu japplikaw għal dawn il-postijiet xi 40 jew 50 ruħ.", "Fil-fatt din is-sistema tant kienet komplessa u burokratika li tlabna lill- kummissjoni għas-servizz pubbliku biex insibu soluzzjoni għal dan u l- kummissjoni tatna din is-soluzzjoni.", "Nispera li din id-darba jirnexxilna nirreklutaw in-numru ta' second secretaries kollha li hemm bżonn.", "Fi ħdan il-ministeru ta' l-affarijiet barranin matul din is-sena waqqafna dipartiment ġdid magħruf bħala l-economic affairs department.", "Dan id- dipartiment organizza kors intensiv għad-diplomatiċi Maltin li matul din is- sena ħadu posthom ġo ambaxxati Maltin, biex nistabbilixxu kuntatti mad- diversi entitajiet lokali fil-qasam tal-kummerċ.", "Saru wkoll diversi attivitajiet kulturali fl-ambaxxati tagħna madwar id-dinja bl-iskop li nkomplu nsaħħu u nxerrdu l-identita` u l-kultura Maltija fost il-popli barra minn xtutna.", "Nixtieq ngħid li dan id-dipartiment għadu qed jibda, pero` qed jipprometti tajjeb ħafna.", "Diġa` ħa numru ta' inizjattivi li jistgħu iħallu l-frott fix- xhur u fis-snin li ġejjin.", "Ftaħna wkoll uffiċċju f'Dubai flimkien mal- METCO sabiex b'hekk inkunu nistgħu nippromwovu lil Malta f'din l-area daqshekk rilevanti.", "Nista' nsemmi wkoll li tlesta x-xogħol ta' restawr u tindif tal-faċċata tal- ministeru.", "Qabel ma ngħaddi għall-UE ridt nirrispondi żewġ jew tliet punti oħra li tqajmu min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "L-ewwelnett saret riferenza għall-persuna li kienet s-segretarju privat tiegħi u llum saret id-director corporate services tal-ministeru.", "Din il-persuna għandha esperjenza enormi u ilha fis-servizz pubbliku għal bosta snin.", "Bla dubju ta' xejn kien jimmeritaha li tieħu dan il-post.", "Din intgħażlet bi proċess selettiv normali bħalma jsiru f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għażla tad-diretturi f'diversi ministeri.", "Din il-persuna applikat, kif kellha dritt tagħmel u ntgħażlet.", "Saret riferenza wkoll għal persuna oħra fis-segretarjat tiegħi li qed taħdem mid-dar.", "Irrid ngħid li ntlaħaq ftehim li din il-persuna tkun tista' taħdem sigħat ridotti, kif fil-fatt qed tagħmel, u ovvjament titħallas tas-sigħat li taħdem.", "Sur President, sar aċċenn għall-fatt li għandna żewġ ambaxxaturi.", "F'Ruma minn dejjem kellna żewġ ambaxxaturi, kellna l-ambaxxatur akkreditat għall- Italja u għal pajjiżi oħrajn u kellna ambaxxatur akkreditat għall-FAO.", "Din id-darba ddeċidejna li nipprovaw insaħħu b'cost minimu extra għall- ministeru, billi jkollna żewġ ambaxxaturi residenti f'Ruma.", "Wieħed se jkun esklussivament għall-Italja għax nemmnu li l-ambaxxatur għall-Italja għandu jiffoka fuq l-Italja, pajjiż li miegħu għandna relazzjonijiet intensivi ħafna, allura hemm bżonn li jkun hemm focus fuq hemm, speċjalment issa bil-ħames protokoll finanzjarju.", "Se jkun hemm ambaxxatur ieħor li jkun akkreditat għall-FAO, kif ukoll għall- pajjiżi li aħna akkreditati bilateralment magħhom minn Ruma, bħalma huma l- Isvizzera, l-Albanija u l-Iżrael.", "Allura għandna żewġ ambaxxaturi li joperaw minn ambaxxata waħda, jaqsmu s-servizzi loġistiċi bejniethom, pero` għandhom funzjonijiet differenti skond il-ħteġijiet li għandu l-ministeru llum.", "Niġi issa għall-UE.", "Rigward l-UE nixtieq ngħid li din kienet sena ta' ħidma b'suċċess u li tat ir-riżultat mixtieq.", "Il-proċess ta' sħubija nbeda 12-il sena ilu, jiġifieri ilu għaddej is-snin u kellna ħafna ntoppi.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-fatt li ma rnexxilniex nidħlu mat-tkabbir li seħħ fl-1995.", "Kellna l-intopp li kien hemm bidla fil-gvern u l-applikazzjoni għal sħubija ta' Malta ġiet iffriżata.", "Allura malli erġajna tlajna fil-gvern fl-1998 kellna nipproċedu immedjatament għar-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni Maltija.", "Hawnhekk, bħalma għamel l-Onor.", "Jason Azzopardi, irrid nagħmel riferenza għax-xogħol siewi ħafna li għamel il-predeċessur tiegħi, illum il- President ta' Malta, f'dak li għandu x'jaqsam mar-riattivazzjoni tal- proċess ta' sħubija ta' Malta fl-UE.", "Wara dan bdejna n-negozjati li ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar 34 xahar.", "Allura hawnhekk irrid nagħmel riferenza għal dak li rnexxielna nottjenu fin-negozjati qabel is-sena 2002.", "X'kienu l-kapitoli li aħna ftaħna u li rnexxielna nagħlqu sa l-aħħar tas-sena 2001?", "Irnexxielna niftħu u nagħlqu xejn inqas minn 19-il kapitoli minn 31 kapitoli u li dwarhom ksibna diversi arranġamenti speċjali f'diversi oqsma.", "Nista' nsemmi dak li għandu x'jaqsam mal-free movement of goods, fejn ġibna perijodi tranżizzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-mediċinali, fejn ġibna ċerti provvedimenti li jirrigwardaw id-direttiva dwar il-ħalib għall-konsum tal-bniedem.", "Għalaqna n-negozjati fuq il-free movement of persons.", "Hawnhekk l-Onor.", "Michael Frendo għamel riferenza għas-suċċess li ksibna fin-negozjati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-persuni li fir-realta` ma konniex nemmnu li kellna għalfejn ninnegozjaw dwaru.", "Imma minħabba fil-kampanja distruttiva kontinwa li kien miexi biha l-partit Laburista, li malli aħna nissieħbu se nimtlew bl-Isqallin, allura għedna li din il-biża' aħjar naqtgħulha rasha u ninnegozjaw ma' l-UE pakkett li jserraħ moħħ dak li jkun.", "U dan huwa li għamilna.", "Irnexxielna, naħseb b'mod uniku, li nġibu mill-UE d-dritt li ħaddiema Maltin, jekk iridu, jistgħu jidħlu fl-UE mill- ewwel ġurnata ta' sħubija, ħaġa li l-UE ma tathiex lill-pajjiżi applikanti l-oħrajn, ħlief lil Ċipru.", "Imma min-naħa l-oħra aħna l-uniku pajjiż minn fost l-għaxra li se nissieħbu li tlabna mill-UE perijodu li fih ħaddiema mill-UE ma jistgħux jiġu f'Malta kif ġieb u laħaq.", "Jiġifieri jekk matul l-ewwel seba' snin ikun hemm il-biża' li se jkun hemm influss ta' ħaddiema li ma nkunux nistgħu nsostnuh, allura nkunu nistgħu nagħlqu l-bibien tagħna.", "Wara l-ewwel seba' snin inkunu nistgħu ndefinittivament nieħdu l- miżuri neċessarji.", "Ksibna wkoll perijodi tranżizzjonali fil-qasam tat-trasport.", "M'iniex se nidħol fid-dettall dwar dan.", "Ksibna perijodu transizzjonali fil-qasam ta' l-enerġija u fil-qasam tal-politika soċjali.", "U hawnhekk mhux bi ftaħir ngħidu li ksibna perijodi tranżizzjonali għax fir-realta` hawnhekk għandna dawk li huma d-drittijiet tal-ħaddiema.", "Allura kieku konna ngħixu fl- astratt ma konniex nitolbu għal perijodu transizzjonali u nesiġu li nkunu konformi ma' l-UE mill-ewwel data ta' sħubija għax hawnhekk qegħdin nieħdu l-passi biex intejbu l-qagħda tal-ħaddiema.", "Però ovvjament ridna nkunu saqajna ma' l-art u ħadna in konsiderazzjoni l- fatt li meta ndaħħlu in the short term miżuri li huma tajbin għall-ħaddiema f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, jista' ikun hemm cost element għal ċerti industriji lokali li ma jkunux jifilħu għalih f'perijodu qasir.", "Allura nnegozjajna u ksibna perijodi tranżizzjonali f'dan ir-rigward.", "Niġi issa għas-sena 2002.", "Matul din is-sena rnexxielna nagħlqu l- kumplament tal-kapitoli, jiġifieri 12-il kapitolu ieħor biex fit-12 u t-13 ta' Diċembru għalaqna n-negozjati kollha sabiex Malta tkun wieħed mill- pajjiżi li se jsiru membri tal-UE fit-tkabbir li jmiss.", "Sur President, se nagħti ħarsa lejn dawn it-12-il kapitolu fuq fuq biex nara eżattament xi ksibna.", "L-ewwelnett konna l-uniku pajjiż minn fost il- pajjiżi applikanti li tlabna deroga permanenti dwar il-moviment ħieles tal- kapital u tawhielna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-akkwist ta' residenzi sekondarji.", "L-Onor.", "George Vella għamel riferenza għall-fatt li din jista' jkollha loopholes.", "Issa beħsiebna nagħmlu l-emendi għal-liġi dwar l-akkwist ta' proprjeta` immobiljari f'Malta ħalli nieħdu ħsieb li nagħlqu kwalunkwe loophole li wieħed jista' jimmaġina.", "B'hekk inserrħu moħħna li dak li ftehemna mal-UE fil-fatt jiġi attwat.", "Niġi għaIl-politika tal-kompetizzjoni.", "Hawnhekk innegozjajna perijodu tranżizzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-pakketti ta' inċentivi għal ditti żgħar, mal-pakketti ta' inċentivi in ġenerali, u perijodu tranżizzjonali dwar il-monopolju li għandha l-Enemalta sal-lum, pero` naħseb l-iżjed landmark f'dan ir-rigward kienu n-negozjati dwar it- tarznari.", "Hemmhekk irnexxielna niksbu perijodu tranżizzjonali ta' seba' snin li matulhom aħna nieħdu l-miżuri neċessarji sabiex it-tarzna tkun tista' tirristruttura.", "Allura matul dan il-perijodu nkunu nistgħu nibqgħu nagħtu assistenza min-naħa tal-gvern f'forma ta' operating aid sabiex fl- aħħar tal-perijodu mbagħad it-tarznari tagħna jsiru kompetittivi u jkunu jistgħu jiefqu fuq saqajhom.", "Fil-qasam tas-sajd ukoll irnexxielna ninnegozjaw arranġament permanenti għaż-żona ta' 25 mil f'forma ta' żona ta' konservazzjoni għas-sajd.", "B'dak li nnegozjajna f'dan ir-rigward irnexxielna nissalvagwardaw li f'din iż- żona jistadu s-sajjieda Maltin u s-sajjieda Maltin biss waqt li jibqa' jsir is-sajd b'mod sostenibbli.", "Naħseb li huwa fl-interess anke tas-sajjieda tagħna li s-sajd f'din iż-żona ma jsirx b'mod indiskriminat, ma jsirx b'mod industrijali ż-żejjed, imma jsir b'mod li jibqgħalna ħut fuqiex nistgħu nistadu.", "Allura żammejna l-konċett tas-sostenibilita` tas-sajd.", "Sur President, fuq it-tassazzjoni nnegozjajna għal perijdou ta' seba' snin transizzjoni.", "Matul dan il-perijodu Malta ma jkollhiex l-obbligu li ddaħħal il-value added tax ta' 5% fuq l-ikel u fuq il-mediċinali.", "Fuq l- aspetti l-oħrajn kollha ovvjament aħna se nkunu konformi mal-UE mid-data ta' sħubija u fejn l-UE tippermetti li aħna nżommu z-zero rating ovvjament se nżommuh.", "Fejn l-UE tirrikjedi tassazzjoni ta' 5 jew 15% minimum aħna diġa` fil-fatt ħadna l-passi biex inkunu naqblu mal-UE f'dak ir-rigward.", "Irrid ngħid ukoll li meta nnegozjajna dan il-perijodu tranżizzjonali għamilna dikjarazzjoni li dan qed nagħmluh fuq il-premessa that the transitional period referred to in article 28(1) of the sixth VAT directive would expire prior to that date.", "Jiġifieri qed ngħidu li aħna qed naċċettaw fuq il-premessa li l-pajjiżi membri li sal-lum għad m'għandhomx tassazzjoni f'dan ir-rigward, jiġifieri l-Ingilterra u l-Irlanda, idaħħluha sa dak iż-żmien.", "Fil-qasam tal-politika reġjonali akkwistajna wkoll ir-rikonoxximent ta' Għawdex bħala reġjun separat taħt il-livell ta' NUTS 3 li niġi għaliha minn hawn u ftit ieħor.", "Fil-qasam ta' l-ambjent innegozjajna u akkwistajna diversi perijodi tranżizzjonali.", "Pero` rrid nagħmel riferenza speċifikament għal dak li rnexxielna niksbu dwar il-kaċċa u l-insib fejn iggarantixxejna li l-kaċċa fir-rebbiegħa tista' tibqa' ssir fuq iż-żewġ speċi li normalment jiġu kkaċċjati, jiġifieri fuq il-gamiem u s-summien.", "Iggarantixxejna wkoll li d-delizzju tradizzjonali ta' l-insib jista' jitkompla, għalkemm stabbilixxejna li matul il-ħames snin li ġejjin ma jibqgħux jinħarġu liċenzji ta' l-insib ġodda.", "Pero` mbagħad isir studju biex niddeterminaw is-sostenibilita` tan-numru ta' għasafar li jistgħu jiġu minsuba u skond ir-riżultati ta' dan l-istudju ikunu jistgħu joħorġu l- liċenzji l-ġodda.", "Fil-qasam tal-ġustizzja u ta' l-intern ma tlabna xejn.", "Fil-qasam ta' l- unjoni doganali ġibna perijodu tranżizzjonali ta' ħames snin għal dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti tessuti.", "Fil-qasam tal-budget ġibna l-figura ta' Euro194 miljun għall-perijodu bejn is-snin 2004 u 2006.", "Irrid nagħmilha ċara li din hija l-figura netta li Malta hija intitolata għaliha.", "Jiġifieri meta naraw xi trid tikkontribwixxi Malta lejn l-UE u x'se tirċievi Malta mill-UE jibqgħalna f'idejna s-somma ta' Euro194 miljun li huma kommessi mill-UE lejn Malta għal perijodu 2004 sa 2006.", "Irrid ngħid li wara s-sena 2006 bħala membri jkollna d-dritt li nirċievu għajnuna finanzjarja mill-UE bħala objective one region għax m'hemmx dubju li Malta sas-sena 2006 ma tkunx għadha laħqet il-livell ta' 75% tal-medja tal-ġid tal-UE.", "Allura wara s-sena 2006, għall-perijodu tas-sitt snin li jkun imiss, aħna nkunu ntitolati li nieħdu l-għajnuna finanzjarja l-iżjed għolja li tagħti l-UE bħala objective one region.", "Sur President, fuq l-istituzzjonijiet irrid ngħid li Malta rnexxielha tinnegozja u tikseb id-dritt li l-ilsien Malti jkun rikonoxxut bħala ilsien uffiċjali, li jkollha l-kummissarju tagħha, li jkollha ħames membri fil-parlament Ewropew, li jkollha rappreżentant tagħha imħallef fil-qrati tal-ġustizzja, li jkollha imħallef fil-qorti ta' l-awdituri, li jkollha ħames rappreżentanti fil-kumitat tar-reġjuni u li jkollha ħames rappreżentanti fl-economical social committee.", "Jiġifieri bħal kwalunkwe pajjiż ieħor se jkollha rappreżentanti f'kull istituzzjoni, f'kull organu tal-UE.", "Sur President, nixtieq nagħmel riferenza għall-aħħar kapitolu li għalaqna li huwa intitolat \"Oħrajn\".", "Hemmhekk ħadna ħsieb li nagħmlu dikjarazzjoni dwar in-newtralita`.", "Għamilnieha ċara li n-newtralita` ta' Malta hija garantita, li bl-ebda mod il-politika tas-sigurezza u l-politika estera tal- UE ma timpinġi fuq jew tippreġudika fuq in-newtralita` ta' Malta.", "Għamilna wkoll dikjarazzjoni dwar Għawdex fejn dħalna fid-dettalji dwar x'jibbenefika Għawdex taħt il-kapitoli differenti, b'mod partikolari fil- kapitolu tat-tassazzjoni, fil-kapitolu dwar il-kompetizzjoni.", "Pero` għedna wkoll li jekk jasal il-mument li Malta waħedha ma tibqax intitolata bħala objective one region għax teċċedi l-75% tal-medja tal-UE, waqt li Għawdex waħdu ikun għadu taħt il-75%, allura Għawdex ikollu d-dritt li jibqa' jirċievi l-għajnuna bħala objective one region.", "Fl-aħħarnett ġibna wkoll protokoll dwar l-abort, minkejja li ma ħassejniex li verament hemm in-neċessita` li jkun hemm dan il-protokoll għax l-UE ma tidħolx fl-abort.", "Bħalma ġara fil-każ tan-newtralita`, fejn ma ħassejniex in-neċessita` li jkun hemm protokoll dwar in-newtralita` għax l-UE kienet diġà iggarantixxiet dan, u hawn pajjiżi tal-UE li huma newtrali.", "Lanqas ma ħassejna l-ħtieġa li nissalvagwardaw li ħaddiema ma jiġux hawn għax dik kienet biża' li vvintat l-oppożizzjoni mingħajr ġustifikazzjoni.", "Imma ġaladarba tnisslet din il-biża' f'moħħ in-nies allura ddeċidejna li ninnegozjaw għalihom.", "Infatti akkwistajna protokoll għat-tlieta li huma, sew f'dak li għandu x'jaqsam ma' moviment ħieles tal-persuni, sew f'dak li għandu x'jaqsam man- newtralita` u sew f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-abort.", "Aħna ksibna protokoll li jgħid ċar u tond li bl-ebda mod l-UE ma tista' timpinġi fuq il- leġislazzjoni nazzjonali ta' Malta dwar l-abort.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi ngħid li ksibna dawn is-suċċessi b'konsultazzjoni kontinwa fi ħdan il-Malta-EU steering and action committee.", "Ipprovdejna informazzjoni dwar in-negozjati bis-saħħa ta' l-MIC li jagħmel xogħol verament professjonali u b'mod oġġettiv.", "Ipprovdejna fondi lill-korpi kostitwiti, lill-unions u gruppi b'interessi varji, saħansitra din is-sena kien hemm allokata s-somma ta' Lm250,000.", "Ksibna dan is-suċċess bil-ħidma kontinwa, effettiva u effiċjenti tal-core negotiating group immexxi tant tajjeb mis-Sur Richard Cachia Caruana min- naħa Maltija u mill-Ambaxxatur Victor Camilleri minn Brussell.", "Ksibna dan is-suċċess bil-ħidma bla heda ta' l-EU Directorate fi ħdan il-ministeru, u l-ħidma tas-servizz pubbliku kollu.", "Sur Presdient, qabel nagħlaq nixtieq nesprimi l-apprezzament tiegħi lejn is- servizz pubbliku u lejn dawk kollha li semmejt għall-mod impenjattiv u professjonali li mxew bih.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 48 imressqa mill-Onor.", "Chris Cardona.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fin-12.30 p.m. u rriżuma wara ħames minuti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 48 imressqa mill-Onor.", "Chris Cardona.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "380", "FAVUR: 26", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Attard Montalto |Farrugia Michael| |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George |", "KONTRA: 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean |Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 48 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,501,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 48 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 48 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,090,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV – Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XIV għaddiet.", "Fis-12.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 48 u XIV tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI FIL-QRATI U FIT-TRIBUNALI", "COURTS AND TRIBUNALS PROCEDURES BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta varji miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' azzjonijiet ġudizzjarji u miżuri amministrattivi oħrajn li għandhom x'jaqsmu miegħu\" jiġi moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 17 ta' Diċembru, 2002 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista 2.", "Estimi Ġenerali 2003", "It-Tlettax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għat-Turiżmu", "2.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tielet Qari; u", "3.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni – Tielet Qari.", "Fis-12.42 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 307.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MEPA - PROĠETTI TA' ASSISTENZA", "37777.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħaddiema mill-MEPA jew mill- Ministeru ta' l-Ambjent jew mill-ex-Dipartiment għall-Protezzjoni Ambjentali involuti fl-African/Eurasian Waterways Flyways GEF Project jew il-LIFE project relatati ma' African Eurasian Migratory Water Birds Projects jew il-Global Register for Migratory Species jew xi proġett ieħor ta' assistenza?", "Min kienu dawn l-impjegati?", "Kienu mħallsa għall-kontribut tagħhom?", "Ix-xogħol kien relatat mal-pożizzjoni tagħhom?", "Kien hemm xi speċi oħra miżjuda mill-awtoritajiet Maltin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda ħaddiema mill- entitajiet imsemmija li kienu nvoluti fil-proġetti imsemmija.", "Ma kienx hemm speċi oħra miżjuda mill-awtoritajiet Maltin.", "MEPA - SPEZZJONIJIET", "37778.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Malta hija firmatarja għall-Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora?", "Malta għamlet xi riżervi s'issa taħt il- konvenzjoni?", "Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea x'se jkunu l- implikazzjonijiet taħt ir-Riżoluzzjoni Conf.", "4.25?", "Kemm-il darba Malta ġiet irrapportata li ma bagħtitx ir-rapport annwali tagħha?", "Kemm-il spezzjoni saret tul din l-aħħar sena mill-ispettorat tal-MEPA?", "Kemm-il kontravenzjoni ġiet irrapportata u kemm-il każ tressaq il-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li Malta iffirmat din il-Konvenzjoni fl-1989.", "Malta m'għamlet ebda riżerva fi speċi inklużi fi Skedi tal-Konvenzjoni.", "Ir-Riżoluzzjoni (conf.", "4.25) mhux se jkollha l-ebda implikazzjoni f`każ li Malta ssir Membru ta` l-Unjoni Ewropea.", "Malta dejjem bagħtet ir-rapport annwali tagħha.", "Tul din l-aħħar sena l-Ispettorat ta` l-Ambjent kien involut f`diversi spezzjonijiet, medja ta` 16-il spezzjoni fil-ġimgħa.", "Mill-1992 sa` l-2001 kien hemm 181 kontravenzjoni rappurtati u 48 każ minnhom ġew imressqa quddiem il-Qorti."]} {"filename": "20021119_816d_par.doc", "date": "2002-11-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 816 It-Tlieta, 19 ta' Novembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 816", "It-Tlieta, 19 ta' Novembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "816", "It-Tlieta, 19 ta' Novembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 650", "KUNSENS GĦAL ATTI 650", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 650", "TQEGĦID TA' KARTI 655", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (IT-TIENI QARI)", "EQUAILTY FOR MEN AND WOMEN BILL (SECOND READING) 656", "AĠĠORNAMENT 679", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 682", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 815 li saret fil-18 ta' Novembru, 2002 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXV ta' l-2002 - Att ta' l-2002 dwar il-Metroloġija.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PAZJENTI BARRANIN", "36626.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux sistemi biex jiġi assigurat li pazjenti barranin bl-obbligu li jħallsu għas-servizzi mediċi li jkunu ngħataw fl- isptarijiet tal-gvern, fil-fatt iħallsu dak kollu minnhom dovut?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Illum fl-isptar San Luqa hemm sistemi li jiżguraw li pazjenti barranin ikunu ħallsu ta' dak kollu dovut għal servizzi mediċi li jkunu ngħataw ġewwa l-isptar stess.", "• Hemm sistema ta` depożiti li jitħallsu qabel jingħata s-servizz u oħrajn li jitħallsu wara li jingħata s-servizz;", "• Mad-dħul ta` pazjent barrani fl-Isptar San Luqa, il-familjari tiegħu jintalbu jmorru fil-billing section sabiex jiddiskutu il-mod tal-ħlas;", "• Meta pazjent barrani jkun inxurjat, l-insurance barranija tiġi mitluba tibgħat fax biex tikkonferma li tidħol responsabbli għall-ħlas tal-kont ta` l-isptar;", "• Meta pazjent barrani jkun ħiereġ mill-isptar, jinħariġlu kont u jintalab iħallas l-ammont dovut bi flus kontanti, b'cheque jew bi credit card;", "• Meta pazjent barrani ma jkollux flus fuqu sabiex iħallas il-kont, huwa jiġi mitlub jiffirma dikjarazzjoni li huwa jaċċetta li jħallas il-kont; u", "• Kwalunkwe kont li ma jitħallasx mat-tluq ta` pazjent barrani mill-isptar, jiġi segwit mis-sezzjoni tar-revenue sakemm isir il-ħlas dovut.", "NAXXAR - DRENAĠĠ", "36827.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara li l-insetti li huma riżultat ta' fawran ta' drenaġġ fil-plot li qed tinbena kantuniera bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl, in-Naxxar, jiġu kkontrollati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-investigazzjonijiet li saru mill-uffiċjali tad- dipartiment tas-saħħa pubblika fi plot li qiegħda fi Triq il-Parroċċa, in- Naxxar, kantuniera ma` Triq San Pawl, jirriżulta li kien hemm diversi tnixxijiet ta` drenaġġ li qegħdin jikkontribwixxu għal tali inkonvenjent.", "Diġa` ttieħdu l-passi neċessarji dwar ħafna minn dawn id-difetti, tant li saru t-tiswijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ ta` diversi residenzi fil- viċin.", "Baqa` biss nixxiegħa waħda li dwarha qed isir l-istħarriġ meħtieġ biex jiġi allokat l-għajn.", "Fir-rigward ta` insetti fil-plot indikat intbagħat avviż lis-sid biex dan ineħħi l-ilma li nġema', b'mod partikolari wara x-xita li għamlet.", "PULIZIJA - HOLD-UPS", "35952.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru hold- ups din is-sena u kemm minnhom ġew solvuti?", "X'weħlet kull persuna li ttellgħet il-qorti fuq reati simili?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat li bejn Jannar u Ottubru 2002 il-pulizija kellha 30 rapport ta` hold-ups, filwaqt li fl- istess perijodu l-pulizija solviet 19-il każ.", "Tlieta minn dawn kienu seħħew is-sena l-oħra filwaqt li tnejn mis-16 ma kenux seħħew imma kienu każi ta` rapporti foloz.", "Dawn il-każi għadhom ma ġewx deċiżi.", "ETC – QTUGĦ MIR-REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "35953.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol u nqatgħu mir-reġistru din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 35399.", "PACEVILLE - REATI", "35954.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru reati ġo Paceville u fl-area tal-madwar din is-sena?", "X'kienu r-reati rrapportati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi bejn Jannar u Ottubru 2002 il-pulizija kellha 1,568 rapport ta` reati li seħħew fl-area ta` San Ġiljan, li 398 minnhom jidhru li seħħew ġewwa Paċeville.", "Dawn kienu jinkludu attentati ta` offiżi, offiżi fuq il- persuna, ksur tal-bonordni, ħsarat, frodi, omiċidju u serq.", "UE – DELEGAZZJONIJIET MINN BARRA", "35955.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm swew flus lit-taxpayer Malti d-delegazzjonijiet li ġew Malta minn pajjiżi membri u oħrajn applikanti għad-dħul fl-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra u din is- sena?", "Jista' il-Ministru jgħid x'ħallas għal kull żjara u għaliex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni mitluba sakemm l-Onor.", "Interpellant ma jagħtinix raġuni konvinċenti biex inqabbad lill-uffiċjali fil-ministeru tiegħi jiddedikaw ħin sostanzjali sabiex ifittxu l- informazzjoni neċessarja biex tkun tista' tingħata r-risposta.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li daparti tal-ministeru tiegħi, l-infiq kollu konness ma' delegazzjonijiet li ġew Malta minn pajjiżi membri u oħrajn applikanti għad-dħul fl-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra u din is-sena kienu dejjem fil-limiti ta' l-estimi finanzjarji tal-ministeru tiegħi għas- snin relevanti.", "F'dawn l-okkażjonijiet tiġi estiża l-ospitalita' tal-Gvern Malti ġieli mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin u ġieli minn ministeri oħra, skond iċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ.", "Għaldaqstant l- informazzjoni li qed jitlobni l-Onor.", "Interpellant ma tistax tinġabar b'mod komprensiv u akkurat mill-ministeru tiegħi.", "Nixtieq inżid ukoll li r-riferenza magħmula mill-Onor.", "Interpellant biex jipprova jieħu vantaġġ politiku dwar kemm swew flus lit-taxpayer Malti dawn id-delegazzjonijiet li ġew Malta hija żejda.", "Il-gvern huwa kommess li jitlob lill-poplu Malti li jiddeċiedi permezz ta' referendum dwar is- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, liema referendum l-oppożizzjoni Laburista lanqas għandha d-diċenza li tirrispetta.", "Għalhekk se jkun il- poplu Malti stess li jiddeċiedi jekk dan l-infiq kienx floku jew le permezz ta' dan ir-referendum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma jħossx il-Ministru li bir-risposta li ta qed jikkontradixxi lilu nnifsu ladarba ma ndikax kemm hi din in-nefqa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, din hija domanda li jsiru diversi bħala f'din il-Kamra u min jagħmel dawn it-tip ta' domandi għandu l-mezzi li jivverifika u jkollu aktar dettall dwar l-informazzjoni li jkun qed jitlob permezz tal-public accounts committee.", "Madankollu f'din ir-risposta qed jingħad li l-infiq li sar ma qabiżx il- limitu ta' nfiq stabilit fil-budget għall-iskop partikolari matul is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fir-risposta ntqal li parti minn dawn l-ispejjeż tħallsu minn ministeri oħra.", "Il-Ministru ma jafx li meta tintalab din it-tip ta' informazzjoni, anke fil-PAC, dan it-tagħrif ma jingħatax?", "Allura kif jippretendi li l-poplu se jkun informat dwar kemm kienet in-nefqa li saret biex delegazzjonijiet jiġu f'pajjiżna u jagħmlu promozzjoni għall-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma rridx nidħol f'dibattitu pero' ikolli ngħid li d-domanda ma titkellimx dwar xi delegazzjoni partikolari u allura diffiċli li l-informazzjoni tingħata kif mitluba.", "Nerġa' nirrepeti li jekk hemm xi diffikulta' dwar xi nfiq partikolari, il-post adattat fejn dan jista' jiġi vverifikat huwa l-public accounts committee.", "(Interruzzjonijiet)", "Lili li jdejjaqni mhux id-domanda as such imma li jkun hawn min donnu jrid jagħti l-impressjoni lill-poplu Malti li nefqiet għal safar ta' delegazzjonijiet mill-gvernijiet ta' Malta għal barra minn Malta u nefqiet għal visti f'pajjiżna minn barranin li jiġu jżuruna, bdew isiru biss f'dawn is-sentejn jew f'xi perijodu ieħor meta kien hawn il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Kif inhu magħruf min kulħadd, anke għal kull pajjiż li jkun irid li jkollu relazzjonijiet mal-kumplament tad-dinja, iż-żjarat li jsiru minn dawn id-delegazzjonijiet ma jsirux bħala vakanza imma jsiru fl- interess tal-pajjiż li huma jkunu qed jirrappreżentaw.", "Għalhekk ma nifhimx l-implikazzjonijiet tal-mod kif inhi imposta din id-domanda u domandi simili li jsiru ripetutament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien għandi nifhem li l-interpellanza li għamel l-Onor.", "Adrian Vassallo hija konforma ma' l-ordnijiet permanenti tal-Kamra, li lkoll kemm aħna obbligati li nosservaw.", "Allura jikkonsidra l- Ministru li forsi jagħti t-tagħrif mitlub fi stadju ieħor, anke peress li kien hemm ministri oħrajn li rrispettaw talbiet simili u taw it-tagħrif?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk hawn xi kliem li jiġġebbed aktar miċ- chewing gum f'dan il-parlament huma dawn l-imberkin ordnijiet permanenti tal-Kamra.", "Naturalment tista' tkun is-Sedja stess li tagħti indikazzjoni lill-Onor.", "Farrugia dwar x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' l-istanding orders.", "Naf li diversi drabi inti, Sur President, bħala Speaker ta' din il- Kamra, tajt interpretazzjoni ta' x'inhuma d-doveri u r-responsabbiltajiet li għandu kull ministru meta jkun qed iwieġeb id-domandi li jsirulu.", "Inżid ngħid li d-domanda li qed inwieġeb għaliha hija numru 35,955 u m'għandix dubju li dan fih innifsu hu record tad-domandi li saru f'dan il- parlament.", "Jien wieħed minn dawk li niftaħar li meta kont backbencher, kemm fuq in-naħa tal-gvern kif ukoll fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, kont nagħmel numru sostanzjali ta' domandi għax m'għandix dubju li dan huwa l- mod kif deputat isir jaf ċerti affarijiet fuq d-distrett tiegħu u fl-istess ħin ikun qed jaqdi l-obbligi tiegħu f'dan il-parlament.", "Pero' bl-istess mod jien konvint li dan huwa record ta' domandi li saru f'dak li huwa numru.", "Jien konvint ukoll li kieku kellna mmorru naraw it-36,000 domanda li saru sal-lum insibu li 95% minnhom ingħataw ir-risposta fl-ewwel seduta, filwaqt li l-5% l-oħra ma ngħatawx risposta mill-ewwel minħabba ċerti ċirkostanzi, jew għax id-domanda tkun waslet tard jew minħabba diffikultajiet oħra.", "Pero' b'mod ġenerali nafu li diversi ministri jirrispondu għad-domandi li jkollhom quddiemhom.", "Sur President, iż-żmien li niġu f'dan il-parlament – jien ma kontx nagħmel parti minn dak il-parlament meta relattivament għal-lum meta n-numru ta' domandi li kienu jsiru kien limitat ħafna – u r-risposta għad-domandi tkun li mhux fl-interess tal-poplu li jkun jaf spiċċa u llum is-sitwazzjoni hija totalment differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ipermetttili nagħmel domanda lill- Ministru fuq id-dekasteru tiegħu.", "Jista' jgħid jekk jitteħdux passi meta diversi kunsilli jaqbdu u jiddeċiedu huma li ċerti toroq jagħmluhom one-way – jien għandi lista ta' dawn it- toroq u nixtieq nagħtiha lill-Ministru privatament – mingħajr ma jitolbu l- parir tat-traffic control board?", "Jien ma jidhirlix li xi ħadd li jiġi elett kunsillier f'daqqa waħda jsir jifhem f'dawn l-affarijiet!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għalkemm din id-domanda hija totalment differenti minn dik oriġinali, xorta waħda se nweġibha għax hija importanti.", "Fil-fatt ġieli saruli domandi simili fejn diversi membri ta' din il-Kamra staqsewni jekk ċerti signs fit-toroq kellhomx l-approvazzjoni jew le ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "Lili din id-domanda tagħtini ċ-ċans biex għal darba oħra nenfasizza l-fatt li kunsill lokali, hu liema hu u hu fejn hu, m'għandu l- ebda dritt li jaqbad u jiddeċiedi li jdawwar u jqalleb is-sistemi tat- traffiku mingħajr l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet relattivi, xi ħaġa li sfortunatament tiġri b'mod ripetut.", "Naturalment m'huwiex faċli li d-direttorat responsabbli mill-kontroll tat- traffiku jkun magħrraf mill-ewwel b'sitwazzjonijiet bħal dawn imma kull meta ġie informat, mill-ewwel ħa l-passi neċessarji.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jew xi membru ieħor ta' din il-Kamra jafu b'xi każi partikolari, nitlobhom jgħadduli l-informazzjoni ħalli nkun nista' ngħaddiha lill-awtorita' dwar it-trasport u jittieħdu l-passi neċessarji.", "Nerġa' nenfasizza li l-ebda kunsill lokali waħdu m'għandu d-dritt u l-poter li jaqla', ibiddel u jqalleb is-sinjali tat-traffiku.", "F'dan il-pajjiż għandna t-tentazzjoni wkoll – forsi din m'għandhiex x'taqsam ma'dak li qed ngħidu – li jekk ikollna xi tabella li tkun qed iddejjaqna quddiem il-bieb jew fit-triq, naqbdu u naqilgħuha.", "Din is- sitwazzjoni m'hijiex aktar aċċettabli.", "Fil-fatt l-istess awtorita' qed tikkonsidra li tagħmel pieni ħafna aktar ħorox milli hemm illum għal min jaqbad u jiddeċiedi li jagħmel dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ħa mmur lura għall-mistoqsija oriġinali.", "Jista' il-Ministru jgħid għala filwaqt li ministri oħra kienu trasparenti u wieġbu għal mistoqsijiet simili, il-ministru għall-affarijiet barranin m'huwiex qed jirrispetta din it-trasparenza u m'huwiex qed jagħti informazzjoni dwar infiq pubbliku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-ewwelnett l-istess ministru għall-affarijiet barranin wieġeb li hemm partijiet mill-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant li lanqas tista' tinġabar mill-ministeru tiegħu għax jista' jagħti l-każ li delegazzjoni barranija ma tkunx ġiet mistiedna tiġi Malta mill-ministeru tiegħu imma minn xi ministeru ieħor.", "Naturalment tkun ġiet through il-protokoll normali tal-ministeru għall-affarijiet barranin għaliex dak il-ministeru jikkordina ż-żjarat ta' delegazzjonijiet barranin pero' mbagħad fir-rigward ta' spejjeż u affarijiet oħrajn ikunu mdaħħlin ministeri oħrajn.", "Għalhekk li fir-risposta tiegħu, il-ministru għall- affarijiet barranin qed jgħid li m'huwiex possibbli li tingħata risposta għal dawn it-tip ta' domandi għax din l-informazzjoni trid tiġi minn ministeri oħrajn.", "Jiena konvint li kieku l-ministeru għall-affarijiet barranin kellu jkollu domanda dwar xi delegazzjoni speċifika partikolari, kien ikun f'pożizzjoni li jagħti risposta preċiża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien ukoll se mmur lura għall-mistoqsija oriġinali tiegħi li tikkonċerna l-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "Ġieli ltqajt ma' każi fejn l-awtorita' għat-trasport tagħti permess biex isiru traffic calmers - dawk li nirriferu għalihom bħala sleeping policemen - u dawn ma jsirux skond il-qies u l-għoli li suppost isiru.", "Jista' il- Ministru jgħid jekk wara li jingħata l-permess biex isiru dawn is-sleeping policemen, imurx xi ħadd biex jiċċekkjahom jew forsi dan ix-xogħol jaqa' taħt xi dipartiment jew awtorita' oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Biex inkun onest miegħi nnifsi, ma naħsibx li wara li jingħata l-permess biex issir xi sleeping policeman jew traffic calmer oħra, imur xi ħadd min-naħa ta' l-awtorita' għat-trasport biex jivverifika jekk id-daqs partikolari jkunx inżamm skond dak impost oriġinarjament mill- istess awtorita'.", "Dan bażikment jiġri għax huwa magħruf li hemm nuqqas ta' persuni biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Pero' jien nippretendi li kull kunsillier ikun elett biex suppost imexxi 'l quddiem il-lokalita' tiegħu u allura biex imexxi 'l quddiem id-drittijiet tal-persuni li jkunu joqogħdu f'dik l-istess lokalita'.", "Il-kunsill lokali għandu jkun responsabbli biżżejjed biex dak li jagħmel, jagħmlu skond il-qisien u l- forom approvati.", "Safejn jien informat, il-MEPA – u qabel il-planning authority - diġa' bagħtet il-karti neċessarji li jagħtu d-dimensions u l-qisien ta' x'inhuma l-forom ta' sleeping policemen jew miżuri oħrajn ta' traffic calmers li jridu jittieħdu.", "Għalhekk nappella lill-kunsilli lokali li meta jiddeċiedu li jagħmlu dawn it-traffic calmers, jimxu ma' dawn il-kriterji.", "M'hemmx dubju li wħud mill-kunsilli lokali ma jimxux ma' dawn il-qisien għax ġieli niltaqgħu ma' traffic calmers li biex taqbiżhom ikollok tagħmel il-high jump.", "Hawnhekk l-appell tiegħi hu li l-kunsill lokali jassigura, anke fejn ikollu l-permess, li l-qisien ikunu miżmuma u t-traffic calmers ikunu mqiegħda kif suppost jitqiegħdu.", "IMMIGRANTI ILLEGALI", "35956.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru immigranti illegali din is-sena?", "Kemm ġew ripatrijati u minn liema pajjiż kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 36593.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA; Il-bieraħ il-ministru tas-saħħa qal li kienu qegħdin isiru t-testijiet fuq tfal ta' immigranti klandestini li daħlu Malta biex dawn jibdew jintbagħtu fl-iskejjel tal-gvern.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk dawn it-tfal bdewx jattendu l-iskola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, dawn it-tfal bdew jattendu fl-iskejjel tal-gvern minn nhar it-Tnejn li għaddew, għalkemm irrid ngħid li l-kwestjoni ta' l- edukazzjoni hija faċli ħafna li titkellem dwarha imma mbagħad m'hijiex daqshekk faċli meta tiġi biex timplimentaha.", "L-ewwelnett hawn min minn dawn it-tfal li qatt ma mar skola, jiġifieri trid tara kif se tintegrahom ġo l-iskejjel tagħna.", "L-ewwel grupp ta' tfal bdew dan il-kors ta' edukazzjoni u ta' dan nirringrazzja lill-ministeru ta' l- edukazzjoni li kkopera ħafna f'dan il-qasam.", "Kif qal il-ministru tas-saħħa stess, dawn it-tfal ġew screened qabel ma ntbagħtu fl-iskejjel.", "Dan naturalment sar għal skopijiet ta' saħħa.", "Tajjeb li sar hekk u tajjeb ukoll li lil dawn it-tfal naċettawhom fl-iskejjel tagħna.", "Fil-fatt nixtieq li l- iskejjel kollha jkunu jistgħu joffru edukazzjoni għal dawn it-tfal għax għad hemm gruppi minn dawn it-tfal li għadhom ma ntbagħtux fl-iskejjel.", "Nisperaw li dan isir fi żmien qasir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Censu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vetturi second hand liċenzjati Malta bejn l-2000 u l- 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36990; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim dwar is-sigurta' soċjali bejn Malta u l-Olanda ffirmat fil-11 ta' Settembru 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Minstru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' siġar tal-frott u dwieli importati mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura bejn l-1998 u l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36785.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI", "EQUAILTY FOR MEN AND WOMEN BILL", "L-ordni għat-Tieni qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' Novembru, 2002 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, jiena wkoll xtaqt nitkellem ftit dwar dan l-abbozz ta` liġi importanti li l- għan tiegħu huwa li jġib iktar 'il quddiem l-ugwaljanza għall-irġiel u għan- nisa, hekk li jiżgura li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni kontra xi ħadd minħabba fis-sess jew minħabba responsabbiltajiet li ġġib il-familja.", "Qed ngħid li dan huwa abbozz importanti għax qed jittratta dwar prinċipju fundamentali ta' soċjeta` moderna li ma jkunx hemm din it-tip ta' diskriminazzjoni u fl-istess ħin ikun hemm dak kollu li jista' jsir biex il- familja jinkorraġiha b'mod li ma jkunx hemm diffikultajiet biex wieħed jaqdi d-doveri tiegħu li għandhom x'jaqsmu mal-familja.", "Niftakru li l- familja hija n-nukleu tas-soċjeta` tagħna u hija element ewlieni fuq xiex il-fibra tas-soċjeta` tagħna hija bbażata.", "Allura żgur li rridu nagħtu attenzjoni lil dan il-qasam, kif qed jagħmel dan il-gvern, b'mod li nsaħħu dak kollu li għandu x'jaqsam jew jista' jaffettwa l-familja.", "Sur President, nixtieq nitkellem mill-aspett ekonomiku dwar l- opportunitajiet li nħolqu għan-nisa fl-ekonomija tagħna u dwar ir-riżors importanti ħafna li n-nisa jirriflettu fl-ekonomija tagħna, li fil-fehma tiegħu għad baqagħlu x'jiżviluppa.", "Naħseb li waħda mill-iktar mill-ikatr bidliet importanti mill-apett ekonomiku saret proprju fl-1990 meta introduċejna riforma fis-sistema ta' l-income tax.", "Qabel kien donnu kien hemm ċertu element ta` bias kontra li n-nisa jaħdmu tant li s-sistema tat- tassazzjoni kienet waħda inġusta għax kienet tgħaqqad is-salarju tal-mara miżżewġa ma' dak tar-raġel u allura s-salarju tal-mara kien jinqabad f'tax bracket ferm iktar għoli għax ovvjament l-income tagħha kien jiżdied ma' dak li kien qed jaqla' r-raġel.", "Din kienet xi ħaġa inġusta li biha n-nisa kienu qed jiġu ttrattati bħala second class citizens u barra minn hekk kien qisu jfisser li mara qed toħroġ taħdem b'kapriċċ u għax toħroġ taħdem se jintaxxaha iktar milli se jintaxxa lir-raġel.", "Hawn qiegħed dejjem nitkellem fuq mara miżżewġa.", "Din kienet xi ħaġa li fil-fehma tiegħi kienet qed toħloq ċerti diffikultajiet għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Il-bidla fis-sistema tat-tassazzjoni kienet waħda li ppermetthiet li jkollok separate assessment għan-nisa miżżewġin, jiġifieri d-dħul tal-mara ma baqax jiġi mgħadud mad- dħul tar-raġel u beda jiġi trattat separatament.", "B'hekk id-dħul tal-mara u dak tar-raġel setgħu jiġu ttrattati bl-istess rata ta' taxxa b'mod li spiċċat din id-diskriminazzjni kontra nisa miżewġin li qed jaħdmu.", "Din kienet ilha ġejja mit-tmeninijiet meta anke fis-servizz pubbliku kien hemm sitwazzjoni fejn jekk mara tiżżewweġ ma tistax titibqa` tokkupa il-kariga li kellha qabel ma żżewġet.", "Din kienet ukoll diskriminazzjoni tassew kerha u inġusta.", "Dan m'ilux wisq żmien.", "Qed nitkellmu fuq 15 jew 20 sena ilu.", "Allura meta wieħed iqis dan jista` jinduna li saru ħafna bidliet importanti li wasslu biex jinħolqu iktar opportunitajiet.", "Sur President, il-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalsita kellu dejjem quddiemu l-element ta' opportuniajiet u ta` fiduċja fil-poplu tagħna u meta jagħmel għażla tkun waħda tajba u mhux tkun xi ħaġa li hija imposta kważi b'sistema ta' kmand li tpoġġi lil dak li jkun f'pożizzjoni li m'għandux għażla ħielsa x'jagħmel.", "Huwa interessanti li naraw x'ġara fil-labour market mill-1990 'il hawn insibu li fl-1990, meta nbidlet is-sistema tat- tassazzjoni, kien hemm madwar 122,000 ruħ jaħdmu li minn 30,300 kienu nisa u 91,600 kienu irġiel.", "Tul dawn l-aħħar 12-il sena - u qed nuża ċ-ċifri kif inhuma ppubblikati mill-istatistika ta' l-ETC għax il-labour force survey ma jmurx daqshekk lura - insibu li l-ammont ta` nisa jaħdmu minn 30,300 tela għal madwar 40,000.", "Qed nitkellmu fuq żieda ta' 10,000 persuna.", "Jiġifieri l-ammont ta` nisa jaħdmu tela' b'terz jew bi 33% milli kien dak iż-żmien.", "Dan jindika l-progress li sar u naħseb li parti minnu huwa wkoll dovut għall-bidla li saret mill-aspett tas-sistema ta' tassazzjoni.", "Jekk inħarsu lejn iċ-ċifri ta` l-irġiel insibu minn 91,600 dan l-ammont tela' għal 97,198.", "Jiġifieri żdied bi kważi 7,000.", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni interessanti li f'dawn l-aħħar 12-il sena n-numru ta' rġiel li żdiedu fuq is-suq tax-xogħol fil-fatt huwa inqas min-numru ta' nisa li żdiedu fis-suq tax-xogħol.", "Dan ukoll huwa dovut mhux għaż-żieda naturali li jkun hemm kull sena – u llum qed ikun hemm proporzjoni viċin ta` nisa u rġiel li jidħlu fil-labour market.", "Pero` qegħdin insibu l-parteċipazzjoni tan-nisa żdiedet, u m'hemmx dubju li din tirrifletti awgurju tajjeb u sitwazzjoni ta' iktar opportunitajiet.", "Din tirrifletti wkoll sitwazzjoni li qed twassal biex il-mara jkollha involviment iktar fis-soċjeta` tagħna u huwa interessanti kif ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-popolazzjoni nisa minn 26% fl-1990, illum telgħet għal 31%.", "Dan huwa avvanz tajjeb fiċ-ċirkostanzi tagħna.", "Naturalment wieħed irid jistaqsi: Imma dan huwa biżżejjed?", "Kif jippaguna ma' pajjiżi oħra?", "Fil-verita` jekk tħares lejn pajjiżi li huma iktar avvanzati ekonomikament, issib li r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa hija ikbar minn dik ta' Malta.", "Fil-fatt jekk tħares lejn l-average ta' l-Ewropa ssib li l- parteċipazzjoni tan-nisa hija madwar 51%.", "Jiġifieri nofs in-nisa tal- working age fl-Ewropea qegħdin jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, mentri f'Malta ir-rata hija ta` 31%.", "Din hija riflessjoni tal-livell ta' żvilupp ta' pajjiżna wkoll.", "Iktar ma jkollok soċjeta` li avvanzata iktar issib li għandek opportunitajiet li wieħed jista' jipparteċipa fihom, kemm fuq livell ta' full time kif ukoll fuq livell ta' part-time għax m'hemmx dubju li n-nisa għandhom forsi iktar tendenzi li jipparteċipaw fuq livell ta' part-time milli ta' full time għax għandhom xogħol ieħor li huwa wkoll importanti ħafna li huwa dak ix-xogħol li semmejt iktar kmieni li għandu x'jaqsam mal-familja.", "Pero` m'hemmx dubju li hemm ċertu żmien li l-omm ma tkunx tista' tkompli bil-karriera tax- xogħol.", "Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar ċifri tal-labour force survey ta` Ġunju, 2002 isib li waqt li l-ammont ta` rġiel jaħdmu part-time kien ta` 4,300, dak tan-nisa kien ta' 8,700.", "Dan ifisser li l-ammont tan-nisa li jaħdmu part-time huwa madwar 19% ta` l-amont tan-nisa kollha li qed jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol waqt li dak ta` l-irġiel huwa madwar 4%.", "Dan huwa indikatur ieħor li jirrifletti li fix-xogħol part-time ħafna drabi iktar jista' jkollok flessibbilta` biex tagħmel iktar minn ħaġa waħda, inkluż dak tax-xogħol daqshekk importanti tal-familja.", "Sur President, jiena m'iniex se ntawwal pero` nixtieq ngħid li din hija liġi importanti għal pajjiżna.", "Huwa importanti li nasserixxu li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess.", "Huwa importanti wkoll li nasserixxu li jridu jinħolqu iktar opportunitajiet biex ikun hemm il- faċilita` għan-numru kbir ta' nisa li għadhom mhux qegħdin jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol.", "Jekk aħna għandna 31% u l-medja ta' l-Ewropa hija 51% bħala participation rate, din tfisser ukoll li hemm parti sostanzjali mill- popolazzjoni tan-nisa f'pajjiżna li llum għar-raġuni jew oħra mhux jipparteċipaw.", "Sakemm ir-raġuni tkun l-għażla tagħhom li ma jridux jipparteċipaw u jridu jokkupaw ruħhom mod ieħor, dik l-għażla tagħhom għanda nirrispettawha.", "Pero` tajjeb li ngħidu li għandu jkun hemm iktar opportunitajiet, u dan jista' jiġi billi jkollna rata ta' tkabbir ekonomiku iktar qawwija biex jinħolqu dawn l-opportunitajiet.", "M'hemmx dubju li l-parteċipazzjoni tan-nisa, b'mod partikolari, tiċċaqlaq skond ir-ritmu ekonomiku, skond il-business cycle.", "Fil-fatt fil-graph li għandi u li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wieħed jista` jara li l- parteċipazzjoni tul dawn l-aħħar tnax-il sena ma żdiditx b'mod linjari, jiġifieri straight line increase minn sena għal sena, imma daqqa żdiedet bi ftit iktar u daqqa żdiedet bi ftit inqas.", "Din hija xi ħaġa li nosservaw f'pajiżi oħra.", "Meta jkollok rata ta' tkabbir ekonomiku iktar qawwija u hemm iktar opportunitajiet hemm it-tendenza li jkollok iktar nisa jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u l-participation rate tiżdied iktar.", "Meta għandek inqas opportunitajiet jiġri bil-maqlub għax peress li jkun hemm inqas opportunitajiet, inqas nisa jitħajru jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u allura jkollok fluctuation fir-rata ta' parteċipazzjoni skond iċ-ċiklu ekonomiku li jkollok fil-pajjiż.", "Din qed ngħidha għax tirifletti l-fatt li n-numru ta' nisa li jistgħu jipparteċipaw fl-ekonomija tagħna huwa influwenzat minn kemm l-ekonomija tagħna qiegħda tikber.", "Jekk l-ekonomija tagħna qiegħd tikber b'mod iktar mgħaġġel allrua qed ikun hemm iktar opportunitjaiet u dan iwassal ukoll biex in-numru ta' nisa li jaħdmu fl- ekonomija tagħna iktar jiżdied.", "Sur President, hemm element ieħor li huwa importanti ħafna.", "Dan huwa l- element ta' l-edukazzjoni.", "M'hemmx dubju li għal ħafna snin in-numru ta' studenti fis-settur terzjarju tas-sistema edukattiva tagħna kien ferm ristrett u dan kien iwassal biex kien ikollok ferm inqas parteċipazzjoni ta' nisa f'dak il-livell terzjarju milli għandek illum.", "Illum, għall- grazzja t'Alla għandek kważi ammont indaqs ta' rġiel u nisa, u dan qed iwassal biex ikollna iktar nisa kwalifikati li meta joħorġu għas-suq tax- xogħol ikunu jistgħu jagħmlu xogħol ta' livell ogħla milli kienu jagħmlu fil-passat.", "Dan huwa tajjeb għal pajjiżna.", "Imma tajjeb li ngħid li fost in- nies li jaħdmu f'pajjiżna, 9.5% mill-irġiel u 14% tan-nisa għandhom edukazzjoni terzjarja.", "Meta wieħed iqabbel dawn iċ-ċifri ma` ta` l-Ewropa jsib li għadna lura għaliex fl-Ewropa 22% ta' l-irġiel u 19% tan-nisa li jaħdmu li għandhom edukazzjoni terzjarja.", "Dan jirrifletti li għadna ma' lħaqniex il-livell ta` l-edukazzjoni terzjarja li huwa indikat f'pajjiżi oħra kemm ta' l- irġiel kif ukoll tan-nisa fis-suq tax-xogħol.", "Għalhekk huwa tajjeb li dan il-gvern qed ikompli jinvesti fis-sistema terzjarja ta' l-edukazzjoni tagħna biex b'hekk mhux biss inkunu nistgħu noħolqu iktar opportunitajiet ta' xogħol pero` jkollna iktar opportunitajiet ta' livell ogħla li minnu jiggwadanja pajjiżna kollu.", "Sur President, nagħlaq billi nawgura li dan l-abbozz jgħaddi minn din il- Kamra bis-support taż-żewġ naħat.", "Naħseb li dan huwa abbozz li qed ipoġġi l- importanza li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u fl-istess ħin jittieħdu miżuri biex ikollna kemm jista' jkun parteċipazzjoni tan-nisa fl-aspetti kollha tal-ħajja, mhux inqas fl-aspett ekonomiku li jwassal biex finalment l-istandard of living tal-pajjiż ikun jista' jogħla.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, dan l-abbozz ta` liġi li għandna quddiemna jitkellem dwar il-ħtieġa li jġib iktar 'il quddiem l-ugwaljanza għall- irġiel u għan-nisa u jiżgura li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni kontra xi ħadd minħabba fis-sess.", "Dan l-abbozz ta` liġi qed jippromwovi l- ugwaljanza bejn il-pożizzjonijiet differenti li rnexxiela tieħu s-soċjeta` fl-oqsma differenti tal-ħajja b'mod li jiġi assigurat li l-fatt li inti mara jew li inti raġel ma jagħmilx differenza kemm-il darba inti kapaċi tagħmel dak ix-xogħol partikolari li xi ħadd jistenna mingħandek.", "Sur President, wieħed irid jara jekk minbarra l-ħteġijiet leġislattivi hemmx ukoll elementi oħra li jmorru ferm 'il bogħod mill-istess liġijiet li jista' jkun hemm fil-pajjiż biex dak li jkun jew dik li tkun jaraw li d- drittijiet tagħhom ikunu mħarsa kontinwament.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li wieħed irid jirrifletti dwarha u li tmur 'il bogħod mil-leġislazzjoni hija l-attitudni tagħna l-Maltin meta niġu biex nittrattaw lilna nfusna, u dan mill-mument tat-twelid.", "Qed ngħid mill-mument tat-twelid għax meta nkunu qegħdin nikbru jew ninbidlu mit-tfulija għaż-żgħożija mbagħad għall- eta` iktar matura rridu naraw f'liema ambjent inkunu qegħdin ngħixu sa minn dakinhar li nitwieldu.", "F'ċertu sens fiż-żmenijiet tal-lum meta ħafna koppji jkunu jafu minn qabel jekk hux se jkollhom tifel jew tifla wieħed irid jara wkoll l-attitudni tagħna lejn il-ħajja.", "M'għandix dubju li kull membru ta' din il-Kamra għadda mill-esperjenza hu nnifsu li jiltaqa' ma' ġenituri li kellhom it-tieni jew it-tielet tarbija u jgħidulu li xtaqu li kellhom tifel imma tifla reġa` kellhom, jew inkella bil-maqlub xtaqu tifla u kellhom tifel.", "Fl-opinjoni tiegħi dan jibda juri l-mod ta' kif aħna nħarsu lejn il-possibbiltajiet differenti li għandna u li se jkollna 'l quddiem meta niġu biex niffaċċjaw il-kumplament tal-ħajja.", "Jekk din it-tarbija tgħix fl-ambjent ta' familja fejn il-missier jew l-omm jew t-tnejn jibdew juru mill-bidunett li huma xtaqu tifel minflok tifla jew tifla minflok tifel allura żgur li minn dak iż-żmien nibdew inħarsu b'mod negatttiv lejn kif niffaċċjaw id-diffikultajiet tal-ħajja minħabba l-mod ta' kif konna kkondizzjonati mill-ġenituri tagħna.", "Allura jiena naħseb il- promotion ta' l-ugwaljanza tibda proprju minn dakinhar tat-twelid.", "Aħna bħala ġenituri rridu nassiguraw li jkun xi jkun is-sess ta` dik it-tarbija li titwieled irridu nħarsu lejha bla ebda distinzjoni u bla ebda differenza.", "Naturalment forsi l-element ta' kif inħarsu lejn it-tarbija li tkun twieldet fl-ambitu tal-familja tagħna, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tonqos.", "Pero` nafu wkoll iktar ma mmorru lura fiż-żmien iktar nistgħu nifhmu kif parti mis-soċjeta` tagħna kienet tħares lejn it-twelid ta' tarbija.", "Sur President, fiż-żmenijiet l-imgħoddija fis-soċejta` tagħna kien hawn l- idea li ċertu xogħol irid isir mill-irġiel biss.", "M'iniex qed nitkellem dwar xogħlijiet li huma xogħlijiet iktar riċenti, imma qed nitkellem dwar xogħlijiet iktar tradizzjonali li huma marbutin b'mod partikolari ma' xogħol fiżiku.", "Fil-fatt iktar ma mmorru lura fiż-żmien iktar wieħed seta` jara l-element li kien aħjar li jkollok tifel milli jkollok tifla.", "Pero` illum iktar qed nifhmu li fil-fatt m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn jekk min jitwieled hux tifel inkella tifla għax ma nistgħux inħarsu lejn il- kapaċitajiet ta' persuna sempliċiment mil-lat ta` jekk dik il-persuna hiex kapaċi ġġorr u timxi b'ċerti piżijiet fuq spallejha għal distanzi twal.", "M'għandix dubju li b'mod ġenerali raġel huwa kapaċi aktar minn mara li ġġorr ċerti piżijiet tqal għal distanza twila.", "Imma dan ma jfissirx u m'għandux ifisser li dak li jkun għandu jipprova jkollu iktar subien milli bniet sempliċiment għax hemm xi ħaġa li trid tinġarr minn banda għall-oħra.", "Irrid ngħid - u dan huwa fatt li ma nistgħux niċħduh - li kien hemm setturi tal-poplu Malti li kienu jagħmlu evalwazzjoni ta` x'inhu l-aħjar li jkollok, jekk hux tifel jew tifla, skond ix-xogħol li fih tkun involuta l-familja.", "Dan kien jgħodd iktar fiż-żmenijiet meta x-xogħol kif nafuh illum, jiġifieri li wieħed imur jaħdem f'uffiċċju jew f'fabbrika ma tantx kien jeżisti.", "Kien jeżisti iktar l-element ta' gruppi ta' membri ta' l- istess familja li jagħmlu xogħlijiet partikolari, ħafna drabi marbutin max- xogħol tar-raba' u ta' kostruzzjoni li huma xogħlijiet marbutin mas-saħħa fiżika.", "Allura wieħed, f'ċertu sens ikollu jaċċetta u jasal biex jgħid li dawk kienu r-relatajiet tal-ħajja.", "Pero` dawk realtajiet tal-ħajja minħabba l-iżviluppi li seħħew u minħabba l-bidliet soċjali kbar li saru u li għadhom qegħdin isiru m'għadhomx iktar aċċettati.", "Illum wieħed jasal biex jgħid li hu x'inhu x-xogħol li jkun qed jagħmel il- missier u hu x'inhu x-xogħol li tkun qed tagħmel l-omm, naħseb li almenu fl-element tal-familja iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed nifhmu li l-ulied mhux bilfors jieħdu x-xogħol li tradizzjonalment tagħmel il-familja tagħhom.", "Naturalment imbagħad għadek issib l-eċċezzjonijiet għax sal-lum għadek issib ġenituri li għadhom ma jridux jaċċettaw li wliedhom jagħmlu xogħol differenti mix-xogħol li tradizzjonalment tagħmel il-familja tagħhom, pero` żgur li iktar ma jgħaddi ż-żmien, din il-mentalita` iktar qed tinbidel, u qed tinbidel b'mod drastiku.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dawk il-familji li ma jkollhomx ċertu livell ta' edukazzjoni.", "Huwa veru li llum lanqas jekk trid, ma tistax ma tibgħatx lil uliedek l-iskola minħabba li t-tagħlim edukattiv huwa obbligatorju sa meta t-tfal ikollhom 16-il sena, pero` llum anke dawk il-ġenituri li huma illitterati u li ma kenux imorru skola meta kienu għadhom żgħar qed iħossu r-responsabbilta` li lil uliedhom jagħtuhom it-tagħlim edukattiv li għandhom bżonn, irrispettivament minn jekk dawn l-ulied humiex subien jew bniet.", "Sa ftit għexieren ta' snin ilu, f'pajjiżna rari kont issib nisa li jaħdmu barra mid-dar, u jekk stess kont tiltaqa' ma' xi ftit nisa li kienu jaħdmu, ħafna drabi dawn kienu jagħmlu xogħol tradizzjonali minn ġewwa djarhom stess, bħal ngħidu aħna xogħol tal-bizzilla, li mbagħad kienu jbigħuh żwieġhom jew membri oħra tal-familja.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li forsi sal-lum is-soċjeta` għadha m'hijiex tirrikonoxxi biżżejjed ix-xogħol li l-mara tagħmel ġewwa d-dar, u jeħtieġ li tirrikonoxxih ferm iktar.", "Iktar ma pajjiżna beda jindustrijalizza ruħu, is-soċjeta` Maltija iktar bdiet taċċetta li l-mara toħroġ mid-dar għal numru ta' sigħat biex tagħmel ċertu xogħol, speċjalment xogħol fil-fabbriki.", "Fl-istess żminijiet f'pajjiżna beda jiżviluppa wkoll il-qasam tat-turiżmu, li beda joħloq numru sostanzjali ta' mpjiegi, u għalhekk is-soċjeta` Maltija bdiet taċċetta li l- mara toħroġ taħdem anke biex tagħmel xogħol marbut mal-lukandi, speċjalment xogħol ta' tindif.", "Fil-fatt għal numru ta' snin ħafna min-nisa Maltin kienu jagħmlu biss xogħlijiet relatati ma' l-oqsma tat-turiżmu u ta' l- industrija, pero` meta mbagħad bdew isiru ċerti bidliet fil-qasam edukattiv, speċjalment meta l-iskola saret obbligatorja sa ma wieħed ikollu 16-il sena u mhux iktar 14-il sena, iktar beda jkun hemm tfajliet li bdew jiksbu ċertifikati, liema ċertifikati qabel kienu jiksbuhom biss il- ġuvintur, u allura ftit ftit iktar beda jiġi aċċettat li n-nisa jagħmlu xogħlijiet differenti mix-xogħlijiet tradizzjonali li kienu jagħmlu qabel.", "Kif jidhirli li ssemma matul dan id-dibattitu, illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn in-numru ta' tfajliet li qed ikomplu l-edukazzjoni terzjarja qed huwa ikbar minn dak tal-ġuvintur, u allura, almenu f'dan il-qasam, illum ma nistgħux ngħidu li teżisti diskriminazzjoni kontra n-nisa, anzi għall- kuntrarju, nistgħu ngħidu li n-nisa għaddew lill-irġiel f'dak li hu livell ta' edukazzjoni.", "Fil-bidu li l-istudenti tas-sess femminili bdew jattendu l-universita`, dawn kienu jagħżlu korsijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qasam edukattiv.", "Fil- fatt sa ftit ilu f'pajjiżna kien hawn biss perit mara waħda u avukatessa waħda, pero` llum jekk wieħed jara kemm nisa qed jattendu korsijiet tal- liġi, għal biex jilħqu periti u għal biex jilħqu tobba jsib li iktar min- nofs il-persuni li qed jattendu għal dawn it-tip ta' korsijiet huma tas- sess femminili.", "Jien m'għandix dubju li mara li jkollha ċerta professjoni, bħal ngħidu aħna ta' perit, tista' ssib ċerti diffikultajiet meta tmur fuq xi sit ta' kostruzzjoni, anke għax ħafna drabi meta l-bennejja jaraw quddiemhom perit mara jistgħu jgħaddu xi kummenti, pero` jien persważ li kwalunkwe perit mara hija kapaċi li tegħleb dawn id-diffikultajiet u tasserixxi ruħha għal dak kollu li tirrikjedi l-professjoni ta' perit daqs raġel, jekk mhux iktar, u dan qed ngħidu mill-esperjenza.", "Fortunatament illum qed naraw li ftit ftit din il-mentalita` qed tinbidel ukoll u iktar ma qed jgħaddi ż- żmien, il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni iktar qed jidraw l- idea u jaċċettaw il-fatt li perit tista' tkun ukoll tas-sess femminili.", "Infatti llum il-periti nisa m'għadhomx jiltaqgħu daqs qabel ma' nies li jipprovaw jirredikolaw id-deċiżjonijiet tagħhom sempliċement minħabba li għandhom sess femminili.", "Madanakollu ħadt pjaċir ninnota li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jipprovdi li persuna tista' tipproċedi kontra min ikun abbuża minnha, wera nuqqas ta' rispett lejha jew saħansitra rredikolaha.", "Mr Speaker, biex nittrattaw lil kulħadd indaqs irrispettivament mis-sess tiegħu, l-ewwel ma rridu nitgħallmu huwa li nirrispettaw l-opinjonijiet ta' xulxin.", "Jekk jien m'iniex kapaċi nirrispetta l-opinjoni ta' ħaddieħor u jekk m'iniex kapaċi naċċetta li xi ħadd jista' jkollu opinjonijiet li huma differenti għal kollox minn tiegħi - u hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall- opinjonijiet differenti li jeżistu fil-politika - allura jkun impossibbli li nuri rispett verament lejn dak li jkun.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel ma rridu nenfasizzaw meta nitkellmu dwar il-ħtieġa li jkun hemm ugwaljanza bejn is-sessi hija li lkoll kemm aħna għandu jkollna l-kapaċita` li nirrispettaw lil xulxin.", "Irrid ngħid ukoll li d-diskriminazzjoni mhux biss tista' ssir minn raġel kontra mara jew inkella minn mara kontra raġel imma tista' ssir saħansitra minn persuni kontra persuni ta' l-istess sess.", "Naħseb li xi darba jew oħra lkoll kemm aħna smajna b'każijiet ta' nisa li ttrattaw lil ta' taħthom b'mod differenti fuq il-post tax-xogħol, anke jekk dawn ikunu nisa bħalhom, u naturalment dan li qed ngħid japplika wkoll għall-irġiel.", "Mr Speaker, fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm klawsola partikolari li titkellem dwar is-self-employed.", "Jekk wieħed iħares lejn ix- xogħlijiet tradizzjonali tagħna l-Maltin isib li hemmhekk iktar ikun hemm kooperazzjoni bejn l-irġiel u nisa.", "Ix-xogħol li jsir jinqasam kif suppost, u mn'Alla jkun hekk, għax inkella l-vapur li jkunu qed imexxu jegħreq.", "Il-bdiewa ta' pajjiżna forsi huma l-iktar nies konservattivi fis- soċjeta` Maltija, imma madanakollu huma fost l-iktar nies li jipprattikaw id-doveri u r-responsabbiltajiet li ġġib magħha l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Fil-fatt meta wieħed jgħaddi minn ħdejn xi għelieqi, hemmhekk mhux biss jara jaħdem lir-raġel tal-familja imma wkoll lil martu u wliedu, meta ma jkunx hemm ukoll in-nannu u n-nanna!", "B'hekk ix-xogħol jitqassam aħjar għax ir-responsabbiltajiet jinġarru minn kulħadd indaqs, u għalhekk nistgħu ngħidu li l-iktar parti tas-soċjeta` li hija meqjusa bħala konservattiva f'pajjiżna fir-realta` hija l-ikbar eżempju ta' ugwaljanza li għandu jkun hemm bejn raġel u mara, speċjalment f'dawk li huma responsabbiltajiet u doveri li dawn ikollhom jerfgħu.", "Mr Speaker, fil-passat is-soċjeta` Maltija kienet inqas komplikata milli hi llum, pero` kellha wkoll ċertu mod kif tħares lejn il-ħajja.", "Per eżempju, qabel kull membru tal-familja kien iġorr parti mir-responsabbilta` u mbagħad dawn kienu lkoll jibbenefikaw mill-ġid li jinħoloq.", "Imma kif għedt diġa`, is-soċjeta` ta' llum hija iktar komplikata.", "Illum ħafna mis-self- employed jimpjegaw persuni oħra magħhom, li ħafna drabi ma jkunux jiġu minnhom, u fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jiddaħħal il-konċett li l-konjuġi tas-self-employed jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu fil-business tar-raġel jew tal-mara.", "Illum, peress li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jikber in-numru ta' nisa li joħorġu jaħdmu, iktar qed jikber il-kuntatt bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjeta` tagħna, pero` dan mhux biss qed iseħħ fuq il-postijiet tax-xogħol imma anke f'postijiet oħra, speċjalment f'postijiet ta' divertiment, u għalhekk l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex qed jitkellem biss fuq il-ħtieġa li jkun hemm ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-postijiet tax-xogħol imma f'kull qasam ieħor tal-ħajja għax is-soċjeta` tagħna b'hekk biss tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Mr Speaker, inqas ma s-soċjeta` tagħna ddum biex tirrealizza li kulħadd għandu l-istess obbligi u drittijiet, iktar tkun tista' timxi 'l quddiem u l-poplu iktar ikun jista' jiġġieled biex jieħu d-drittijiet tiegħu jekk xi ħadd jipprova jnaqqashomlu.", "Irrid ngħid ukoll li permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kull persuna se tkun assigurata li d-drittijiet tagħha jkunu mħarsa, u f'każ li jitteħdilha xi dritt se jkun hemm modi biex din tingħata dak li hu tagħha.", "Madanakollu min-naħa tagħna, għandna nkunu kapaċi li ma narawx biss x'obbligi għandu ħaddieħor lejna, kif ħaddieħor suppost jobdi lilna jew inkella kif ħaddieħor suppost ikun sottomess għalina, imma għall-kuntrarju għandna nassiguraw li ħadd ma jkun sottomess għal ħadd u li kulħadd jagħti sehmu b'mod ugwali u bla ebda distinzjoni.", "Hekk kif matul is-snin li għaddew irnexxielna nnaqqsu distinzjonijiet oħra, hekk ukoll għandu jirnexxielna nnaqqsu jew neliminaw għal kollox id- distinzjonijiet abbażi ta' sess.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, is- sehem tal-mara fl-ekonomija ta' pajjiżna m'huwiex mibni biss fuq il- kontribut finanzjarju produttiv li jagħtu dawk in-nisa li jissieħbu fis-suq tax-xogħol.", "Fil-fatt huwa bil-wisq iktar evidenti l-kontribut li tagħti l- mara Maltija sabiex iżżomm il-familja soda u sabiex it-tessut soċjali jkun wieħed tali li jippermetti kontinwita`, sostenibbilta`, tisħiħ tal-valuri tas-solidarjeta` u għaqda, li tant jikkaratterizzaw lis-soċjeta` Maltija.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed jirreġistra l-progress li għamlet il-mara Maltija fid-dinja tax-xogħol u fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Il- parteċipazzjoni tan-nisa fuq iż-żewġ aspetti kibret b'mod sostanzjali u x- xejriet riċenti qed jindikaw li dan il-progress qed iġib bidla fl- organizzazzjoni tax-xogħol, fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u fl-istruttura u l-mobilita` tar-riżorsi umani fuq is-suq tax-xogħol.", "Wieħed irid ifakkar ukoll fil-kontribut li n-nisa jagħtu fil-komunita` u sabiex jibnu sens ta' għaqda fil-komunitajiet tagħhom.", "Il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-kunsilli lokali, ix-xogħol volontarju li jagħmlu diversi nisa ma' anzjani, tfal, persuni b'diżabilita` huwa kollu xiehda tal-valur kbir u tad-dedikazzjoni li bosta nisa Maltin u Għawdxin jagħtu lis-soċjeta` Maltija.", "Fl-isfond ta' dan il-kwadru, wara ħafna diskussjonijiet u konsultazzjoni, il-gvern ra li huwa f'pożizzjoni li jġib għall- approvazzjoni ta' dan il-parlament dan l-abbozz ta' liġi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Mr Speaker, il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem fid-dibattitu dwar din il-liġi.", "Min bħali segwa dak kollu li qal seta' jikkonkludi li l- intervent tiegħu ma kienx l-iktar xi kritika ġustifikata per se lejn din il- liġi, iżda iktar kien monologu sħiħ biex jipperswadina li din il-liġi il- gvern qiegħed iressaqha fuq ordni u biex jogħġob lil Brussell.", "Kieku wieħed kellu jgħodd kemm-il darba ssemmiet il-kelma Brussell fid-diskors tiegħu naħseb li ma kienx isib irkaptu.", "Skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni din hija liġi oħra mressqa minn dan il- gvern għax kien imġiegħel minn Brussell.", "Skond hu mhux veru li aħna nemmnu f'ugwaljanza vera bejn l-irġiel u n-nisa għax kieku konna nipproponu liġi aħjar minn din.", "Fost affarijiet oħra huwa qal li din il-liġi hija nejja.", "Iżda allavolja nejja l-oppożizzjoni se tivvota favur tagħha għax, kif qal l- Onor. Sant, fiha hemm affarijiet oħra li huma jaqblu magħhom.", "Iżda hu wiegħed li jirranġahom għall-aħjar kemm-il darba jkunu fil-gvern , ħrafa oħra apparti oħrajn li nisimgħu mill-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, meta dan il-gvern qed iressaq din il-liġi quddiem dan il- parlament qiegħed iġib fis-seħħ wegħda elettorali oħra li għamel fl-aħħar elezzjoni.", "Fil-programm elettorali kellna mniżżel li rridu ngħaddu liġi ġdida għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.", "U dak li qed nagħmlu llum f'dan il-parlament u ebda Brussell ma jidħol fin-nofs.", "Mr Speaker, m'iniex se neżamina l-klawsoli tal-liġi, imma rrid nitkellem iktar fuq linji ġenerali dwar kif jaħsibha u fiex jemmen il-partit Nazzjonalista dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u kif dan it-twemmin tagħna ġie rifless fil-prattika speċjalment f'dawn l-erba' snin ta' dan il-gvern.", "L-għan aħħari tal-politika tal-partit Nazzjonalista huwa li jinħoloq ambjent li fih kull Malti u Maltija jsibu l-milja tagħhom, jiżviluppaw il- potenzjal sħiħ tagħhom u jipparteċipaw b'mod sħiħ f'kull qasam tas-soċjeta` Maltija.", "Il-partit Nazzjonalista huwa impenjat li jkompli jiżviluppa politika biex jiżdiedu u jitjiebu l-għażliet, biex tiġi mħarsa d-dinjita` tal-mara u tar-raġel filwaqt li tkun enfasizzata r-responsabbilta` tagħhom lejn familji iktar b'saħħithom.", "Mr Speaker dawn l-erba' snin il-gvern irnexxielu jsaħħaħ is-sehem tal-mara Maltija fis-soċjeta` bid-diversi miżuri li huwa ħa favur il-mara u li bihom naqqas ħafna mid-diskriminazzjoni li kienet teżisti.", "Il-gvern għamel hekk għax verament jemmen f'dak li għamel u mhux biex jingħoġob ma' Brussels.", "Għall-partit Nazzjonalista s-soċjeta` Maltija tkun qed titlef ħafna jekk ma jkunx hemm is-sehem sħiħ tal-mara li ġġib magħha l-esperjenzi differenti minn ta' ħaddieħor.", "Aħna nemmnu li l-għażla favur it-tisħiħ ta' sehem il-mara fis-soċjeta`hija wkoll għal uliedna.", "Il-perspettiva ta' kif mara tħares u tasal għad- deċiżjonijiet hi differenti minn dik ta' raġel.", "Għalhekk jekk il-mara tkun imxekkla milli tagħti s-sehem sħiħ tagħha ma nkunux qed nagħmlu l-aħjar għażla għal uliedna.", "Il-partit Nazzjonalista jemmen li l-politika tiegħu trid tkun mibnija fuq opportunitajiet, fuq spazji ġodda, fuq kondizzjonijiet aħjar biex il-mara tkun tista' tagħti sehemha fis-soċjeta`.", "Dan ma jgħoddx biss għall-politika iżda anke għas-sehem fis-soċjeta` ċivili fejn jingħata kontribut indispensabbli.", "Dawn l-erba' snin ta' gvern Nazzjonalista huma l-ikbar ċertifikat u l-aqwa ċertifikat ta' l-avanz li għamlet il-mara Maltija f'kull qasam tas-soċjeta` tagħna.", "Il-preżentazzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi dwar l-ugwaljanza huwa pass loġiku li qed jieħu dan il-gvern fil-kontest tal-politika tiegħu li huwa wettaq f'dawn l-erba' snin u fis-snin ta' qabel ukoll biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-mara u r-raġel.", "Għaldaqstant wieħed bilfors iħossu diżilluż meta jisma' dak li kellu xi jgħid jew inkella aħjar ma kellux xi jgħid fuq din il-liġi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni l-bieraħ u żgur li ħadd m'hu se jagħti kredtu għall- allegazzjonijiet infondati tiegħu dwar Brussels u mhux Brussels.", "Mr Speaker, il-partit Nazzjonalista jemmen li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l- irġiel hija prinċipju fundamentali ta' pajjiż demokratiku fejn kemm bil- liġi kif ukoll fil-prattika kulħadd hu indaqs, bl-istess drittijiet u bl- istess obbligi.", "Taħt gvern Nazzjonalista saru tibdiliet kbar f'dan il- pajjiż li qed iwasslu b'pass imgħaġġel biex jintlaħaq l-għan ewlieni.", "Fl-1989 il-Prim Ministru Fenech Adami kien ħabbar il-politika tal-gvern biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u biex jitwarrab kull għamla ta' diskriminazzjoni b'mod partikolari kontra n-nisa.", "Fil-fatt iċ- ċirkolari maħruġa mill-uffiċċju tal-Prim Ministru fl-20 ta' Novembru 1989 kellha l-għanijiet biex jiġi aċċertat li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l- irġiel tifforma parti integrali tas-soċjeta` u tal-kultura Maltija, biex in- nisa u l-irġiel igawdu mill-istess opportunitajiet u biex titjieb il-qagħda tan-nisa Maltin.", "Fl-istess ċirkolari l-kapijiet tad-dipartimenti tal-gvern ingħataw direttivi biex jippromwovu l-ugwaljanza u fl-istess ħin tinqered d- diskriminazzjoni bejn nisa u rġiel.", "Fost affarijiet oħra dawn id-direttivi kienu jgħidu li dak kollu li hu ta' importanza għan-nisa għandu jiġi kkonsidrat fit-tfassil ta' kull liġi u fit-twettiq tal-politika tal-gvern, li l-makkinarju nazzjonali għandu jkun konsultat qabel titfassal xi liġi, li għandu jiġi assigurat li l-lingwaġġ użat f'kull ċirkolari tas-servizz pubbliku jkun newtrali.", "Id-direttivi kienu jgħidu li sejħiet għall- postijiet għandhom ikunu miftuħa għan-nisa u għall-irġiel u m'għandhomx jintalbu kwalifiki differenti mingħand applikanti nisa, li għandu jinħoloq l-ambjent neċessarju biex in-nisa jgawdu mill-istess opportunitajiet fil- proċess ta' promozzjoni u fit-teħid ta' deċiżjonijiet.", "Fl-istess ċirkolari l-Prim Ministru kien ħabbar ukoll it-twaqqif tal- makkinarju nazzjonali dwar in-nisa bil-għan li jaħdem għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.", "Il-makkinarju nazzjonali kien jikkonsisti f'dak li dak iż-żmien kien magħruf bħala s-segretarjat għall-ugwaljanza tan-nisa, illum id-dipartiment dwar in-nisa fis-sosċjeta` fil-ministeru għall- politika soċjali, u l-kummissjoni għall-avvanz tal-mara.", "L-objettivi tal- makkinarju nazzjonali kienu li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess u tiġi aċċertata l-ugwaljanza bejn is-sessi kemm legalment kif ukoll fil-prattika.", "F'Ġunju tas-sena 2000 il-Kabinett sostna l-impenn tal-gvern għall- integrazzjoni tal-perspettiva tan-nisa u ta' l-irġiel fil-livelli u fl- oqsma kollha ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Uffiċjali pubbliċi fid- dipartimenti u entitajiet tal-gvern kollha kienu meqjusa responsabbli għall- implimentazzjoni tal-policies dwar gender mainstreaming.", "U għalhekk dan kellu jkun inkluż fil-performance management programme ta' l-uffiċjali pubbliċi.", "Fl-1991 il-gvern ta' Malta rratifika l-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tneħħija ta' kull għamla ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa.", "Bħala miżuri internazzjonali tad-drittijiet il-konvenzjoni tipprovdi aġenda ta' azzjoni għall-gvernijiet biex taċċerta l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Din il- konvenzjoni tippreżenta linji ta' gwidi dwar il-miżuri prattiċi u legali li jridu jittieħdu mill-gvernijiet biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn in- nisa u l-irġiel fil-ħajja pubblika u politika, fl-edukazzjoni, fl-impjiegi, fil-kura medika, fil-ħajja ekonomika u soċjali, fiż-żwieġ u fil-ħajja familjari.", "Ċirkolari mill-uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data ta' 14 ta' Awissu 1991 tobbliga lid-dipartimenti tal-gvern bit-twettiq ta' din il-konvenzjoni tan- Nazzjonijiet Uniti.", "Fil-fatt artiklu 2 tal-United Nations Convention for the elimination of all forms of discrimination against women jgħid hekk.", "Se naqra bl-Ingliż testwalment:", "\"The States Parties condemn discrimination against women in all its forms, agree to pursue by all appropriate means and without delay a policy of eliminating discrimination against women and, to this end, undertake:", "(a) to embody the principle of the equality of men and women in their national constitutions or other appropriate legislation, if not yet incorporated therein, and to ensure through law and other appropriate means the practical realisation of this principle;", "(b) to adopt appropriate legislative and other measures, including sanctions where appropriate, prohibiting all discrimination against women;", "(c) to establish legal protection of the rights of women on an equal basis with men and to ensure, through competent national tribunals and other public institutions, the effective protection of women against any act of discrimination;", "(d) to refrain from engaging in an act or practice of discrimination against women and to ensure that public authorities and institutions shall act in conformity with this obligation;", "(e) to take all appropriate measures to eliminate discrimination against women by any person, organisation or enterprise;", "(f) to take all appropriate measures, including legislation, to modify or abolish existing laws, regulations, customs and practices which constitute discrimination against women; (g) to repeal all national penal provisions which constitute discrimination against women.\".", "M'hemmx dubju li bil-liġi tal-familja mgħoddija minn dan il-parlament il- konċetti ġodda warrbu għal kollox id-diskriminazzjoni legali li kienet teżisti kontra n-nisa miżżewġa.", "B'hekk il-liġi ġiet konformi mal- Kostituzzjoni ta' Malta li tagħti protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni sesswali.", "Il-kapijiet tad-dipartimenti u organizzazzjonijiet parastatali ġew mitluba li jaġixxu skond konċetti Ii jinkludu li, fil-kontest tal-familja, iż-żewġ miżżewġin għandhom l-istess dritttijiet u responsabbiltajiet fis-sens li d- drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' parti mhumiex la superjuri u lanqas inferjuri għal dawk tal-parti l-oħra.", "Il-mara u r-raġel huma sħab indaqs, l-omm u l-missier għandhom awtorita` u responsabbilta` indaqs fuq l-ulied.", "Il-mara u r-raġel jamministraw flimkien il-proprjeta` komuni, il-komunjoni ta' l-akkwisti.", "Mara miżżewġa għandha l-għażla li żżomm kunjomha ta' xebba u mhux obbligata li tieħu kunjom żewġha.", "Ebda liġi m'għandu jkollha provvedimenti li huma diskriminatorji fuq bażi ta' sess.", "Mr Speaker, gvern Nazzjonalista ntroduċa inizjattivi ġodda li jgħinu lin- nisa u lill-familji tagħhom biex il-mara Maltija u Għawdxija tkun tista' dejjem tieħu u tagħti sehem akbar u aħjar għall-ġid ta' kulħadd.", "Il-partit Nazzjonalista jgħaraf li meta omm tkun għaddejja jew tħabbat wiċċha ma' diffikultajiet, dan ikollu effett fuq l-ulied ukoll.", "Għalhekk bit-tneħħija ta' xkiel u aktar appoġġ lin-nisa jkunu qed igawdu t-tfal.", "Għalhekk dawn ukoll huma għażliet għal uliedna.", "It-track record ta' l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti dwar introduzzjoni ta' miżuri ġodda favur in-nisa huwa żgur ta' l-ikbar sodisfazzjon għall-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Sena wara l-oħra, speċjalment f'dawn l-aħħar erba' snin, gvern Nazzjonalista introduċa miżura wara l-oħra biex ineħħi kull diskriminazzjoni kontra l-mara, speċjalment dik li taħdem.", "Il-miżuri li ħa gvern Nazzjonalista favur il-familja żgur li kienu ta' għajnuna kbira fil-proċess ta' l-emanċipazzjoni tal-mara.", "Impjegati tal- gvern bdew igawdu minn diversi miżuri ewlenin, fosthom id-dritt għall- impjieg mingħajr diskriminazzjoni, opportunitajiet indaqs fl-interviews, fil-promozzjoznijiet u fit-taħriġ, il-maternity leave, il-parental leave, il-career break, l-adoption u fostering leave, responsibility leave, id- dritt li impjegati jaħdmu sigħat inqas ta' xogħol minħabba l-ħteġijiet tal- familja.", "B'ċirkolari mill-MPO tal-15 ta' April 1994 impjegati nisa ingħataw l-għażla li jibqgħu jaħdmu mal-gvern sa l-età ta' 61 sena.", "Però xorta għandhom ukoll l-għażla li jirtiraw ta' 60 sena u jkunu intitolati għall-pensjoni.", "Fl-1990 tfasslu linji ta' gwida għall-kapijiet tad-dipartimenti u entitajiet parastatali dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet ta' l-intervisti waqt ir-reklutaġġ ta' impjegati u dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-għażla, mat-taħriġ u mal-promozzjoni fl-impjieg.", "Dan bl-iskop li l-intervisti dwar reklutaġġ, taħriġ u promozzjonijiet ikunu aktar objettivi biex ikun hemm opportunitajiet indaqs għall-impjegati tas-settur pubbliku.", "Ġie adottat il-konċett tal-gender mainstreaming li jfisser li l-konċett ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandu jifforma parti minn kull ħidma li tiġi ppjanata, minn kull liġi li tiġi mfassla u minn kull servizz li jiġi offrut minn xi dipartiment tal-gvern.", "Gvern Nazzjonalista adotta din il-politika ta' gender mainstreaming li għandha twassal biex jispiċċaw ħafna barrieri li s'issa għadhom jeżistu fis-soċjeta` tagħna.", "Iżda l-akbar tibdiel irid ikun wieħed kultura li jħares lejn il-mara bħala persuna li kapaċi tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-ġid politiku, soċjali u ekonomiku ta' dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, allura wieħed bilfors jistaqsi: X'raġun għandha l- oppożizzjoni meta tgħidilna li din il-liġi qed inressquha quddiem dan il- parlament fuq l-insistenza ta' Brussels?", "Wara kollox x'inhi din il-liġi u x'hemm propost fiha?", "Ilna għaddejjin ħafna snin b'diskussjonijiet dwar din il-liġi.", "Fil-fatt fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien twaqqaf kumitat lokali dwar id-drafting ta' din il-liġi li kien ippreżenta r- rapport tiegħu f'Ġunju ta' l-1999 wara li kien hemm bidla fl- amministrazzjoni.", "It-terms of reference ta' dan il-kumitat - li kien kompost minn Dr. Yana Micallef Stafrace bħala chairperson, Mrs Renée Laiviera, Dr. Helen Borg u Mrs. Anna Spiteri - kien kif se nikkwota:", "\"The committee's brief was to prepare for the visit of the international legal expert in gender equality legislation by undertaking the necessary research on existing relevant laws and policies.", "The committee was asked to review new and existing legislation as well as policies of government departments and parastatal corporations and policies of trade unions, to submit proposals and suggestions for the necessary amendments and revisions.\".", "Dan kien proġett miftiehem bejn il-United Nations development programme u l- gvern Malti.", "Din hija liġi li tgħaqqad flimkien katina ta' inizjattivi dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u ġġib fis-seħħ wegħda elettorali oħra ta' gvern Nazzjonalista.", "Din il-katina ta' inizjativi tinkludi l-ħolqien ta' shelter għan-nisa li qed isofru vjolenza domestika.", "Wieħed mill-oqsma li bih il- partit Nazzjonalista għandu tassew għalfejn ikun kburi huwa l-investiment li għamel kull meta kien fil-gvern f'servizz ta' appoġġ għall-familji fejn ikun hemm il-problema serja tal-vjolenza.", "Gvern Nazzjonalista waqqaf servizz apposta biex jindirizza l-vjolenza domestika.", "Fl-aħħar erba' snin it-taqsima vjolenza domestika ssaħħet bil- kbir b'iktar servizzi u iktar social workers.", "Infetħu żewġ ċentri residenzjali għal min ikollu bżonn ta' kenn barra mid-dar, twaqqaf ukoll team apposta biex jissaħħaħ il-koordinament f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid, kien hemm katina ta' inizjattivi li jinkludu emendi li saru fil-liġi dwar is-sigurta` soċjali u emendi fil-liġi tat-taxxi.", "Ħarġu programmi ta' flessibbilta` fl-impjieg fis-servizz pubbliku, taħriġ u skemi għall-akkwist ta' ħiliet għan-nisa li jixtiequ jirritornaw fis-suq tax-xogħol u programmi edukattivi għan-nisa fil- lokalitajiet.", "Kien hemm ukoll programm terapewtiku għall-irġiel li huma vjolentati f'darhom.", "Mr Speaker, sar anke tibdil fil-liġijiet li jirregolaw il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg sabiex jagħmlu l-ambjent tax-xogħol iktar idoneu u adattat għall-ħteġijiet tal-familja.", "Ħarġu regolamenti dwar il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol għan-nisa li jinsabu f'perijodu tat-tqala fost affarijiet oħra.", "Din il-liġi tipproponi protezzjoni kontra kull forma ta' diskriminazzjoni sesswali fuq il-post tax-xogħol jew minn xi istituzzjoni finanzjarja fir- rigward ta' għoti ta' faċilitajiet lil min ikun fin-negozju, aċċess liberu għall-oppotunitajiet ta' impjieg, edukazzjoni jew kull forma ta' taħriġ vokazzjonali.", "Se jkun hemm miżuri għall-ħarsien tal-prinċipju ta' ugwaljanza fil-mezzi ta' komunikazzjoni, protezzjoni sħiħa kontra l-fastidju sesswali kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll f'istituzzjonijiet edukattivi u fi stabbilimenti pubbliċi, inklużi dawk li joffru akkomodazzjoni.", "Se titwaqqaf ukoll kummissjoni għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa li se tassorbi d-dipartiment dwar in-nisa fis-soċjeta`.", "Mr Speaker, sar ħafna xogħol, iżda għad hemm ħafna xi jsir u l-partit Nazzjonalista fil-gvern huwa konxju tar-realtajiet u l-isfidi li għandna f'dan il-pajjiż u li s-soċjeta` tagħna għandha quddiemha.", "Imma nistqarr li l-impenn tagħna hu serju u qawwi.", "F'dan iż-żmien ta' tibdil soċjo- ekonomiku għad fadal wisq preġudizzji u normi kulturali li qed ixekklu l- progress meħtieġ u mixtieq.", "In-nuqqas ta' nisa fil-qasam politiku għadu xhieda ċar ta' dan.", "In-nisa iżommu lura minn dan il-qasam għax għadhom iħossuhom żvantaġġati u għalhekk jibqgħu nieqsa mill-kuraġġ u l-motivazzjoni, minkejja x-xewqa personali li jersqu 'l quddiem biex jieħdu posthom fil-ħajja politika fejn kulħadd jemmen li għandhom ħafna x'joffru u fejn in-nuqqas tagħhom iwassal għal nuqqas u perspettiva politika imxellfa.", "Għalkemm qed naraw numru ta' nisa fil-kunsilli lokali, dan in-numru jeħtieġ li jkompli jiżdied għax għadu aktar baxx milli mixtieq.", "L-istess jgħodd għall-parlament.", "Il-partit Nazzjonalista huwa impenjat li jżid l-isforz tiegħu, jagħmilha iktar faċli biex nisa jidħlu fl-istrutturi politiċi u li jżid aktar kandidati nisa fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l- elezzjonijiet ġenerali.", "Dan hu messaġġ ta' għażliet li qed jagħmel l-partit Nazzjonalista favur sehem akbar tan-nisa fis-soċjeta`.", "Sehem akbar tal-mara fis-soċjeta` hija għażla għal uliedna għal-lum u għal għada.", "Għażla għal-lum għax tagħti iktar vuċi lil uliedna u għal għada wkoll għax il-parteċipazzjoni tal-mara ssir naturali, ħaġa li sal-lum għadha mhijiex u li l-partit Nazzjonalista jaħdem biex tkun.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Grazzi, Mr Speaker.", "Ftit ilu kont mitlub li nkun wieħed mill-keynote speakers f'konferenza li kienet saret mill-Commonwealth Parliamentary Association li kienet fuq is-suġġett tal-liġi li għandna llum u kienet tiffoka wkoll fuq gender sensitising parliaments ukoll, għalkemm is-suġġett kien iktar wiesa'.", "Allura kelli nagħmel ftit riċerka fuq dan is- suġġett.", "F'dan il-kontest xtaqt li naqsam magħkom xi ftit ta' stramberiji, biex insejħilhom hekk, u ideat oħra li kont sibt dakinhar.", "L-ewwel ħaġa li laqtitni kienet kemm għadha ingrained in-nuqqas ta' ugwaljanza mhux biss f'diversi kulturi, f'diversi pajjiżi imma anke f'kulturi Ewropej.", "Għad hemm nuqqas ta' ugwaljanza f'diversi parlamenti, f'diversi istituzzjonijiet li suppost messhom jafu aħjar.", "U f'dan il-kuntest se nagħti ftit eżempji iktar 'il quddiem, fosthom kemm-il darba ngħata l- premju Nobel lin-nisa.", "Naqbel ħafna ma' dak li qal il-Viċi Prim Ministru fl-introduzzjoni ta' din il-liġi meta rrimarka li huwa faċli li tgħaddi l-liġijiet, iżda ferm iktar diffiċli li tbiddel il-mentalita`, l-attitudni u t-tradizzjonijiet li, kif għedt diġà, ħafna minnhom huma ingrained f'diversi kulturi.", "Il-verita` traġika, verita` li tiddiżappuntak hija li, minkejja li l-gender equality hija entrenched f'diversi dikjarazzjonijiet, f'diversi treaties, per eżempju, fil-United Nations charter, fil-universal declaration of discrimination against women, fil-Beijing declaration u tant u tant oħrajn, id-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess għadha ma ġietx eradikata għal kollox u f'ċerti kulturi għadha hemm b'mod mill-iktar lampanti.", "Ovvjament f'uħud mill-kulturi, kif qalu kelliemi li tkellmu tul dan id-dibattitu, għadha ħafna iktar.", "Hemm kulturi li minħabba kwestjonijiet ta' reliġjon u kwestjonijiet oħra għad hemm diskriminazzjoni sfaċċata kontra n-nisa, imma anke f'kulturi bħal tagħna, kulturi Ewropej, tinduna kemm kellu raġun il-Viċi Prim Ministru meta qal li mhux se naslu billi ngħaddu l-liġijiet imma fl-aħħar irridu nbiddlu l-mentalita` u t-tradizzjonijiet li konna mdorrijin naħdmu bihom s'issa.", "Semmejt l-istituzzjonijiet li mhumiex la gender equal u lanqas gender sensitive.", "Per eżempju, ħaġa li timpressjonak hija li l-pajjiżi li jifformaw il-Commonwealth u l-parlamenti tagħhom sfortunatament, minkejja dak kollu li ntqal u dak kollu li sar s'issa, la huma gender sensitive u wisq u wisq inqas bilanċjati fejn jidħol il-qasma bejn deputati nisa u deputati rġiel.", "L-ewwel membru parlamentari li kienet eletta fil-House of Commons kienet kitbet dwar il-kalvarju li kellha tgħaddi minnu kif daħlet mara fil- parlament għaliex ma aċċettawhiex.", "Il-messaġġi kienu in a very polite way jew inkella b'mod mhux daqshekk bil-pulit, fejn kienu qalulha li l-fatt li tkun membru parlamentari u mara mhux ħobs għal snienha.", "Fost affarijiet oħra din tgħid li – kulħadd jaf kif inhuma s-seats fil- House of Commons - ġegħluha toqgħod fin-nofs b'deputati rġiel fuq naħa u deputati rġiel fuq in-naħa l-oħra.", "Din tgħid ċar u tond li meta kellha bżonn toħroġ biex tmur il-bathroom kellha tgħaddi minn fuq xi 20 deputat raġel.", "Qalet ukoll li fil-House of Commons lanqas għaddielhom minn moħħhom li jagħmlu public convenience għan-nisa u qalet li kellha tuża l-bathroom ta' l-irġiel.", "Tgħid li l-ostilità min-naħa tal-membri parlamentari rġiel kienet xi ħaġa bażika fil-konfront tagħha għax din kienet l-ewwel mara li daħlet fil-House of Commons.", "Peress li tradizzjonalment il-parlamenti bdew bl-irġiel għad hawn irġiel li jaħsbu li l-parlament għandu jkun esklussivament tagħhom.", "Sfortunatament il-parlamenti għadhom mhumiex gender sensitive.", "Irrid nirrikonoxxi li qed isir progress imma l-qasma bejn is-sessi għadha sinifikanti.", "Hawnhekk nixtieq insemmi sforz li kienet għamlet il- Commonwealth Parliamentary Association.", "Niftakar li meta kont għadni kif tiela' fl-Eżekuttiv tal-Commonwealth Parliamentary Association fis-sena 2001 ̧ din kienet organizzat gender study group li kellu taħlita ta' membri parlamentari rġiel u membri parlamentari nisa u dan kien iltaqa' fil- Malasja.", "Ir-rapport li kien sar kien tajjeb ħafna għax fih kien hemm stampa ċara dwar x'inhu jiġri f'diversi parlamenti tal-Commonwealth, inkluż Malta.", "Fil-fatt kienu saru ħafna rakkmandazzjonijiet ukoll.", "Skond dan l-istudy group in-numru ta' nisa fil-parlamenti tal-Commonwealth huwa biss ta' 14.1% jiġifieri ftit aktar minn 13.8% li hija l-figura dinjija.", "Fil-fatt in-numru ta' nisa hu ta' 31% jiġifieri għandek biss 194 mara minn total ta' 626 membru.", "F'dan il-kontest ikun tajjeb li ngħidu wkoll li meta ltaqgħu l-Commonwealth heads of governments f'Durban fl-1999 kienu qalu li l-objettiv tagħhom huwa li sas-sena 2005 in-numru ta' nisa fil-livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet irid ikun ta' 30%.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nsemmi l-kriżi li qed taħkem l-istituzzjonijiet politiċi madwar id-dinja kollha.", "Fil-fatt il-polls u s-surveys qed juru li l-fiduċja fil-politika u l-politiċi qiegħda dejjem tonqos.", "F'dan il-kontest nistaqsi kif nippretendu li n-nisa li jammontaw għal nofs il-popolazzjoni jkollhom fiduċja fl-istituzzjonijiet politiċi meta dawn l- istess istituzzjonijiet għal tant żmien injoraw lin-nisa u wasslulhom il- messaġġ li l-politika mhijex ħobż għal snienhom.", "F'kulturi oħra din l-idea hija predominanti ħafna aktar milli hija f'pajjiżna.", "Sur President, huwa mportanti li nilħqu l-gender equality mhux biss bin- numri imma wkoll b'dak li nagħmlu fil-liġijiet.", "Jien għalhekk ngħid li għandna bżonn aktar nisa fil-politika għaliex irridu jkunu nisa li jkunu fil-politika u li jkunu f'pożizzjonijiet li jinfluwenzaw biex lilna jixprunawna li l-leġislazzjonijiet li nagħmlu jkunu gender sensitive.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li jekk għandek grupp partikolari li jrid jippromwovi issue partikolari naħseb li huwa mportanti li dan ikun fil- livell fejn ikun jista' jinfluwenza d-deċiżjonijiet li nieħdu.", "Għalhekk nemmen li għandna bżonn aktar nisa fil-politika.", "Għalkemm għad m'għandniex numru ta' nisa biżżejjed fil-parlament tagħna naf li qed isir sforz miż- żewġ partiti ewlenin li għandna f'pajjiżna.", "Sur President ̧ naħseb li n-nisa jżommu 'l bogħod mill-politika għax għadhom vulnerabbli u f'ċerti pajjiżi dan huwa aktar qawwi minn pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, xi ħaġa traġika li nixtieq insemmi hija li llum hawn 1.5 biljun persuna li għadha tgħix b'inqas minn USD1 kuljum u sfortunatament il-maġġoranza tagħhom dawn huma nisa u tfal.", "Fil-fatt statistika ta' l-United Nations turi li n-nisa għadhom jaqilgħu ftit aktar minn 50% ta' dak li jaqilgħu l-irġiel.", "Sa ċertu punt jidher li anke hawn Malta l-irġiel jaqilgħu aktar min-nisa.", "Dan ifisser li l-punt tat- tluq mhuwiex ugwali bejn iż-żewġ sessi u fil-ftuħ tad-diskors tiegħu l- Onor. Gonzi kien qal li l-bniedem għandu jkollu l-opportunità li jieħu sehem fil-ħolqien tal-ġid b'mod indaqs għaliex kulħadd għandu valur ta' bniedem li huwa ugwali daqs ta' ħaddieħor.", "Naħseb li dak li qal il- Ministru Gonzi fl-introduzzjoni tiegħu jispjega l-prinċipju wara din il- liġi.", "Fl-aħħar mill-aħħar kulħadd għandu l-valur tiegħu bħala bniedem u bejn mara u raġel m'għandux ikun hemm differenza.", "L-edukazzjoni hija raġuni oħra għaliex in-nisa jibqgħu lura milli jidħlu fil-politika jew f'istituzzjonijiet oħra fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Kif nafu l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta ta' l-opportunitajiet.", "Per eżempju ̧ illum il-Ministru Tonio Borg, fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħu qal li wħud mit-tfal tal-klandestini li ġew Malta qatt ma marru skola pero' dan il- gvern irid jibgħathom l-iskola.", "Mingħajr edukazzjoni jkollok handicap kbir għax ma tkunx tista' tagħraf tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet li jkollok.", "L-edukazzjoni tgħin u tagħti s-saħħa lil min hu fqir u batut u tħares u tipproteġi lil dawk li huma vulnerabbli.", "L-edukazzjoni tippromwovi t-tkabbir ekonomiku u l-ġustizzja soċjali.", "Li jkollok aċċess għall-edukazzjoni huwa dritt bażiku.", "Fortunatament f'pajjiżi bħal tagħna dan huwa dritt bażiku għaliex diversi gvernijiet differenti iggarantixxew dan id-dritt.", "Imma dan mhuwiex hekk għal kulħadd u m'huwiex hekk kullimkien.", "Ta' min isemmi wkoll li żewġ terzi ta' 110 miljun tifel u tifla fl-età li suppost imorru l-iskola u li m'għandhomx aċċess għall-ebda tagħlim huma bniet.", "Minn 800 miljun adulti li huma illetterati, 60% minnhom huma nisa.", "Xi ħaġa mportanti oħra hija li mid-disa' pajjiżi li l-aktar li għandhom illitteriżmu u li għandhom l-akbar numru ta' tfal li ma jmorrux skola ̧ erbgħa minnhom huma pajjiżi tal-Commonwealth.", "Sur President ̧ jien naħseb li biex niggarantixxu li aktar nisa jkunu fil- livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet – naf li hawn min mhux se jaqbel miegħi - irridu nagħmlu t-targets.", "Per eżempju, nistgħu nagħmlu targets ta' persentaġġ ta' nisa li għandhom ikunu fil-politika, kif għamlu xi wħud mill-pajjiżi.", "It-target li għamlet il-Commonwealth jista' jintlaħaq minn ċerti pajjiżi imma hemm pajjiżi oħrajn li mhux se jilħquh minħabba fatturi ekonomiċi u edukattivi.", "F'pajjiżna għamilna passi kbar fejn tidħol l-edukazzjoni.", "Dan il-gvern fetaħ il-bibien ta' l-università beraħ u llum hemmhekk hemm studenti ta' kull sess u eta' li ġejjin minn kull family background.", "Illum tieħu gost tmur għand familja fejn minkejja li l-missier u l-omm bilkemm ikunu jafu jiktbu isimhom it-tfal tagħhom ikunu qegħdin l-università.", "Naħseb li din hija rivoluzzjoni kbira li għamilna fil-qasam ta' l-edukazzjoni f'dan il- pajjiż.", "Per eżempju ̧ hawnhekk nixtieq insemmi wkoll l-MCAST li qed toffri opportunitajiet ġodda għall-istudenti bniet u subien.", "Sur President, għamilna tajjeb li nvestejna f'dan il-qasam u huwa mportanti ħafna li nkomplu nindukraw il-qasam ta' l-edukazzjoni għax dan huwa l-aħjar mod kif innaqqsu l-preġudizzji u kif inbiddlu l-attitudni negattiva ta'dawk li għadhom ma fehmux biżżejjed li l-irġiel u n-nisa għandhom jiġu stmati ndaqs.", "Per eżempju ̧ qabel ma dħalt fil-parlament persuna rrakkontatli li l-employer tagħha jekk jista' jkun ma jimpjegax nisa fl-azjenda tiegħu għax skond hu dawn darba kull xahar jeħdulek is-sick leave, joħorġu pregnant u jieħdu l-maternity leave.", "F'pajjiżna għad hawn employers Jien anke f'pajjiżna għad hawn ċerti employers, kellimni xi ħadd employer li jgħidilhom \"jien l-għan tiegħi huwa li jekk jista' jkun ma jkollix nisa jaħdmu fid-dipartiment tiegħi, fl- azjenda tiegħi għaliex dawn darba kull xahar jeħdulek is-sick leave jew min joħroġlok pregnant u jieħdu l-maternity leave, eċċ.\".", "Pero' b'din il-liġi li xi ħadd sejħilha \"nejja\" dan mhux se jibqa' jagħmel dawn l-affarijiet.", "Għalhekk naħseb li bl-edukazzjoni biss nistgħu niġġieldu dan il- preġudizzju.", "L-edukazzjoni hija l-aktar ħaġa effettiva biex tfajliet u nisa jisfruttaw il-potenzjal tagħhom u b'mod assertiv jinsistu li jiġu trattati ndaqs.", "L-edukazzjoni tagħmlek assertiv.", "Qawl Asjatiku jwassal il-messaġġ li rridu nwasslu b'mod mill-aktar ċar.", "Fil-fatt dan igħid li jekk trid tippjana għal sena għandek tiżra' żerriegħa, jekk trid tippjana għal għaxar snin għandek tħawwel is-siġar u jekk trid tippjana għal 100 sena għandek teduka, teduka u teduka.", "Naħseb li dan jispjega dan kollu li konna qed ngħidu.", "L-inugwaljanza hija ambigwità fiha nnifisha għax fil-familja ̧ per eżempju, hija l-mara li tieħu ħsieb il-budget tal-familja u l-flus tal-bank.", "Per eżempju, fl-Awstralja huwa stmat li hemm madwar 1.5 miljun operaturi ta' small businesses u 35% minnhom huma nisa.", "Ma nafx ir-rata f'pajjiżi oħra x'inhi imma naħseb li numru ta' operaturi ta' businesses li saru kbar huma nisa.", "Pero' mbagħad f'diversi pajjiżi n-nisa għadhom kważi assenti għal kollox minn ċerti pożizzjonijiet, bħal per eżempju, ministru tal-finanzi.", "F'Malta qatt ma kellna ministru tal-finanzi li kienet mara jew inkella nisa f'pożizzjoni għolja fil-qasam ta' l-ekonomija.", "Dawn huma oqsma li għadhom iddominati mill-irġiel.", "Ambigwità oħra hija li n-nisa kienu ̧ għadhom u jibqgħu vittmi tal-konflitt f'diversi pajjiżi.", "Huwa fatt magħruf li fejn jidħlu diversi pajjiżi li fihom hemm il-konflitti n-nisa huma l-akbar vittmi.", "Per eżempju ̧ f'dawn l- aħħar sentejn jien għamilt xahrejn fiż-Zimbabwe u hemmhekk l-aktar nies li jispiċċaw vittmi ta' dan kollu huma n-nisa u t-tfal.", "Pero' mbagħad ħafna drabi l-irġiel imorru għat-taħdidiet u għal-laqgħat ta' paċi.", "Per eżempju ̧ kemm-il mara kien hawn ministru ta' l-affarijiet barranin?", "Nista' ngħid li f'Malta qatt ma kellna ministru ta' l-affarijiet barranin mara.", "Din mhijiex kapaċi daqs l-irġiel?", "Qed ngħid dan kollu biex insostni li d- diskriminazzjoni u l-inugwaljanza hija ferm aktar fil-fond fil-kulturi tagħna u rridu nagħmlu sforzi kbar u persistenti biex inbiddlu din l- ambigwità.", "Kif qal il-ministru din il-liġi mhux se tbiddel ċerti affarijiet imma se tagħmel passi kbar.", "In-nisa jkunu assenti meta jkun hemm conflict resolutions u allura nerġa' ntenni li n-nisa għandhom ikunu f'dawk il-pożizzjonijiet fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet mhux biss huwa tajjeb li jkollok in-nisa imma għax in-nisa fin-natura tagħhom huma carers u jista' jkollhom ċerti skills li l- irġiel ma jkollhomx.", "Per eżempju, kulħadd jaf li n-nisa min-natura tagħhom huma ħafna aktar carers mill-irġiel.", "Ovvjament dan mhux qed ngħidu b'xi disprezz lejn l-irġiel.", "Jien nemmen li n-nisa jistgħu jagħmlu d-differenza jekk jingħataw iċ-ċans.", "Huwa fatt magħruf, per eżempju, li n-nisa jaddottaw approach ferm aktar kostruttiv u anqas konfrontali mill-irġiel.", "Fi studju li kien sar minn Marilyn Waring Etal irriżulta li l-involviment tan-nisa fil-politika wassal għal bidla għall-aħjar fil-mod kif il-politiċi jġibu ruħhom.", "Barra minn hekk studju ppubblikat dan l-aħħar fl-Istati Uniti wera li meta jkollok aktar nisa fit-top management kien hemm qligħ akbar.", "Minn studju ieħor li sar mill-world bank instab li n-nisa jgħinu biex ikun hemm tmexxija aħjar u fejn l-influwenza tan-nisa fil-ħajja pubblika tkun għolja jkun hemm inqas korruzzjoni.", "Jien nemmen li n-numri waħedhom mhux se jagħmlu d-differenza.", "L-approach tagħna għandu jkun kemm kwantitattiv kif ukoll kwalitattiv.", "Fl-aħħar mill- aħħar hija l-kwalità u l-integrità tan-nisa li se jinvolvu ruħhom fil-ħajja pubblika li tista' tagħmel id-differenza.", "Dan igħodd kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa u jien għalhekk ma naqbilx mal-positive discrimination.", "Jien ngħid li għandna naċċertaw li l-opportunitajiet ikunu l-istess kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.", "Fil-fatt dan huwa dak li se tipprova tagħmel din il-liġi.", "B'din il-liġi se nagħmlu passi kbar 'il quddiem pero' jkun ħażin jekk xi ħadd jaħseb li se nagħmlu l-mirakli.", "Kif diġà għidt l- akbar bidla trid tkun fil-mentalità, fit-tradizzjonijiet tagħna, fil-mod kif imdorrijin naħdmu u fil-mod kif imdorrijin nittrattaw lil xulxin.", "Pero' li jkollok il-qafas legali huwa mportanti ħafna għax b'hekk ma jiġix xi ħadd u jgħid li ma jridx jimpjega nisa għax dawn joqgħodu jieħdu l- maternity leave eċċ.", "Fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħu l-Ministru Gonzi qal li dan la huwa l- bidu u lanqas it-tmiem.", "Dan huwa pass ieħor konkret biex neliminaw id- diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel f'pajjiżna.", "Per eżempju, darba, jien u l-ħabib tiegħi s-Sur Lino Spiteri, ex-ministru, konna mistednin għal konferenza li kienet saret mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità u xi ħadd kien qal - sfortunatament insejt min - li l-liġi mhijiex poeżija u mhijiex qiegħda hemm biex tmiss il-qalb iżda qiegħda hemm għal min hu bla qalb.", "Naħseb li dan huwa veru għax min jaħseb li jista' jiddiskrimina kontra n-nisa ma jkunx jista' jagħmel dan.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Ministru Gonzi kien qal li rridu nbiddlu d- drawwiet tagħna u li l-ewwel pass lejn l-ugwaljanza huwa li ninbidlu aħna lkoll.", "Margaret Alva li hija membru parlamentari prominenti fl-Indja li tippromwovi ħafna l-ugwaljanza ̧ fl-istudy group li kien sar fil-Malasja kienet qalet li l-membri parlamentari nisa jitkellmu meta jkun hemm issues li jikkonċernaw in-nisa imma mbagħad rari jingħaqdu f'vuċi komuni speċjalment jekk dik tmur kontra l-linja tal-whip jew tal-partit tagħhom.", "Qalet ukoll li kull inizjattiva li tnaqqas id-diviżjoni u t-tensjoni politika bejn il-partiti opposti fil-parlament hija more than welcome u għandna bżonnha.", "Fil-fatt din temmen li fuq ċerti issues il-membri parlamentari nisa għandhom jaħdmu flimkien biex jipprovaw jaslu għal pożizzjoni bejniethom li tkun komuni.", "Skond hi ̧ dan jista' jsir mhux biss fejn jidħlu gender issues iżda wkoll fejn jidħlu oqsma oħrajn fosthom il-qasam tas-saħħa u l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Jien nemmen li l-membri parlamentari nisa tagħna jistgħu jkunu strumentali biex f'ċerti dibattiti li jkollna jinstab consensus pero' mbagħad naħseb li dawn ġustament igħiduli li m'għandhomx bżonn xi membru parlamentari raġel biex jgħidilhom x'għandhom jagħmlu.", "Jekk igħidu hekk ikollhom raġun.", "Pero' nerġa' ntenni li rridu naċċertaw li l-liġijiet li nagħmlu jkunu gender sensitive u gender friendly u dan huwa wieħed mill-għanijiet ta' din il-liġi.", "Il-parlamenti tagħna twaqqfu u ġew organizzati mill-irġiel u allura għal ħafna snin dawn kienu riservati għall-irġiel.", "Fil-fatt għal ħafna snin in- nisa kienu esklużi minn dan il-proċess demokratiku u politiku u l-ironija hi li dan kollu kien qed isir f'isem id-demokrazija.", "Fejn għad hemm diskriminazzjoni bejn is-sessi fin-numru ta' nies fil-politika u f'livell fejn jistgħu jinfluwenzaw jew jittieħdu d-deċiżjonijiet hemm handicap tad- demokrazija.", "Kull soċjetà li tkompli teskludi nofs il-popolazzjoni tagħha tkun qed tagħmel farsa mis-sistema demokratika tagħha minbarra li tkun qed toħnoq l-iżvilupp tagħha.", "Fil-fatt hemm rabta bejn il-gender gap u t- tkabbir ekonomiku.", "F'pajjiżi fejn dan il-gap bejn in-nisa u l-irġiel huwa żgħir, f'ċerti oqsma bħall-qasam ta' l-edukazzjoni u l-qasam ta' l- impjiegi, ir-rata ta' infant mortality rate hija aktar baxxa u hemm aktar tkabbir ekonomiku.", "Karl Marx li kien kritiku kbir tas-sistema demokratika darba kien qal li kulma tagħmel id-demokrazija hu li darba kull ftit snin tagħtik l- opportunità li tagħżel lil min se joppressak fil-parlament.", "Meta Karl Marx kiteb dan fis-seklu XIX kien hemm ftit element ta' verità f'dak li qal.", "Biss bla dubju ta' xejn l-iżball ta' Karl Marx kien li jinjora għal kollox il-kapaċità u l-potenzjal tad-demokrazija li tevolvi u tiżviluppa.", "Id-demokrazija evolviet ħafna u qed tkompli tiżviluppa.", "Kull sistema demokratika, matura kemm hi matura, trid tkompli tiżviluppa, jekk hija demokrazija ħajja.", "Dan l-aħħar għamilna passi kbar f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' demokrazija.", "Per eżempju ̧ hawnhekk nista' nsemmi l- introduzzjoni tal-kunsilli lokali, il-kumitati permanenti tal-Kamra u d- dritt għar-referendum.", "Jien nemmen li l-ugwaljanza bejn is-sessi huwa s-sinjal taż-żmenijiet għad- demokrazija tagħna u huwa l-pass naturali li jmiss biex ikollna demokrazija b'saħħitha.", "Se nerġa' nikkwota dak li qal l-Onor.", "Gonzi fl-introduzzjoni tiegħu fejn qal li kull soċjetà trid timmodernizza lilha nfisha billi tbiddel it-tradizzjonijiet, il-kulturi u l-attitudnijiet.", "Aħna hekk għamilna, hekk qed nagħmlu b'din il-liġi u hekk nemmen li rridu inkomplu nagħmlu.", "Fil-bidu semmejt ftit ambigwitajiet li jeżistu fil-premju Nobel u din hija xi ħaġa inkwetanti.", "Per eżempju, il-premju Nobel għax-xjenza u l-mediċina li beda jingħata fl-1901 s'issa ngħata 400 darba pero` 11-il darba biss ħaduh in-nisa.", "Irrid ngħid li darbtejn ħaditu Marie Curie u fid-disa' darbiet l-oħra kien shared ma' raġel.", "Il-premju Nobel għall-litteratura beda jingħata fl-1901 u minn 93 darba, disa' darbiet biss ħaduh in-nisa.", "Il-premju Nobel għall-ekonomija beda jingħata fl-1969 u ma nagħta qatt lil mara.", "Il-premju Nobel tal-paċi beda jingħata fl-1909, 10% biss ingħata lin-nisa.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri li l-gender inequality hija ingrained f'diveri istituzzjonijiet li jmisshom jafu aħjar fuq dawn l-affarijiet.", "Qabel nikkonkludi nixtieq nagħmel kumment fuq il-gender digital divide li hija l-computer illiteracy.", "Illum għandna forma ġdida ta' faqar u d- digital divide sar aktar komplikat bil-gender digital divide.", "Illum min għandu n-knowhow u r-riżorsi fl-information technology għandu ċans jimxi 'l quddiem u min m'għandux se jibqa' lura.", "Dan huwa ċirku vizzjuż.", "Sfortunatament għad m'għandniex biżżejjed statistika biex neżaminaw kemm hi kbira l-gender digital divide.", "Biss ministru Kanadiża tatni paper li turi li l-irġiel li jużaw l-internet fil-Kanada huwa d-doppju tan-nisa.", "Sfortunatament naħseb li hawn Malta m'għandniex din is-sitwazzjoni.", "Per eżempju ̧ l-ETC ma tistax tiddiskrimina bejn applikant raġel u mara imma jkun interessanti li f'pajjiżna jkollna statistika - ma nafx jekk hawnx; forsi l-Ministru Gatt ikun jaf – dwar il-gender digital divide.", "Bħala membru parlamentari rrid ngħid li l-oġġettiv tagħna għandu jkun li naċċertaw li kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet u drittijiet, indipendentement mis-sess tiegħu.", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid x'kien qal darba l-Onor.", "Gonzi meta kien qed jiftaħ seminar.", "Dan qal hekk:", "\"L-ugwaljanza bejn is-sessi m'hijiex xi konċessjoni mogħtija mid-dinja dominata mill-irġiel imma hija riżultat naturali tar-rispett u d- dinjità tal-bniedem\".", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden issa lill-Viċi Prim Ministru biex ̧ jekk jogħġbu, jagħmel il- winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, wasalna fl-aħħar ta' dan id- dibattitu fuq dan l-abbozz ta' liġi li rrid ngħid li kien dibattitu interessanti li fih ipparteċipaw numru sostanzjali ta' deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, ministri u segretarji parlamentari.", "Naħseb li rrid nesprimi b'ċertu sens ta' sodisfazzjon il-fatt li kien tajjeb li kien hemm din il-lista ta' interventi.", "Fil-fatt innotajt li ċerti interventi taw perspettiva partikolari u speċjali għall-analiżi tal-liġi.", "Per eżempju ̧ l- Onor. Michael Asciak semma aspetti mediċi li jkun tajjeb li wieħed jirrifletti fuqhom ukoll.", "Din hija liġi li taffettwa l-iżvilupp tas- soċjetà tagħna u li fil-politika soċjali toffrilna mezz ta' kif nistgħu ngħinu lis-soċjetà biex tiżviluppa fil-linja li nixtequha tiżviluppa.", "L- għan ta' din il-liġi huwa li telimina l-ostakli biex bnedmin li jgħixu f'din il-gżira jkunu jistgħu javvanzaw iżjed milli avvanzaw s'issa.", "Nixtieq nesprimi r-ringrazzjament tiegħi lil kull min ikkontribwixxa miż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Kif għamilt fil-bidu nixtieq nagħmel il-premessa li l-perfezzjoni teżisti biss fis-sema.", "Jien fl-ebda ħin m'għidt li qed nippreżenta xi ħaġa li hija perfetta imma qed nippreżenta xi ħaġa li hija frott ta' ħidma twila, riflessjoni twila, diskussjoni twila u analiżi ta' x'jeżisti f'pajjiżi oħrajn.", "M'hemm xejn li huwa mnaqqax fil-granite u aħna qed naħdmu biex intejbu l-iskop tal-proċess parlamentari.", "Jidher li l-oppożizzjoni se tivvota favur din il-liġi pero' l-kelliema tan- naħa l-oħra tawha diversi aġġettivi negattivi.", "Fil-fatt sejħulha liġi nejja ̧ liġi li hija l-eku ta' l-Unjoni Ewropea u qalu wkoll li qed nagħmluha minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Bir-rispett kollu ngħid li fl- opinjoni tiegħi hija kritika mill-iktar inġusta u minflok għenet biex b'mod kostruttiv intejbu dak li għandna pjuttost poġġiet id-dibattitu fuq livell ta' konfrontazzjoni li naħseb li kien inutli.", "Qed ngħid dan għax fl-għeluq ta' dan id-dibattitu se jkolli nirribatti għal din il-kritika.", "Sur President, fil-bidu ta' din is-sena ppubblikajna white paper li fiha kien hemm it-test tal-liġi kollu kelma b'kelma.", "Fil-fatt kien hemm xahrejn żmien, eżattament sa l-aħħar ta' Marzu ̧ biex kulmin deherlu li kellu jikkontribwixxi, jikkontribwixxi.", "Issa jien irrid nirreġistra li ma rċevejt xejn mingħand l-oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Dalli qiegħda tgħid li xogħol l-oppożizzjoni huwa hawnhekk!", "Naħseb li qed naqilbu d-dinja ta' taħt fuq.", "Mela jien bħala ministru tal-gvern ippubblikajt white paper, stedint lill-poplu Malti kollu biex jikkritika u jgħidli jekk din hija nejja jew maħruqa u mill-oppożizzjoni ma smajt xejn.", "Smajt mingħand diversi organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, unions u individwi pero' l-oppożizzjoni baqgħet b'ħalqha magħluq.", "Imbagħad niġi fil-parlament u fil-bidu ta' dan id-dibattitu niġi ffaċċjat bl-argument li din hija liġi nejja!", "(Interruzzjonijiet) Skużi missek għidtli tmien xhur ilu li hija liġi nejja!", "(Interruzzjonijiet) Imma din xi kritika hi?", "Imma dan x'metodu hu kif issir il-kritika?", "Qed igħidu li l-oppożizzjoni hawnhekk huwa xogħolha!", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu ma naqbilx.", "Jekk l-oppożizzjoni trid tiffunzjona b'dan il-mod tiffunzjona b'dan il-mod.", "Wara kollox hekk għamlu fuq il-liġi dwar ix-xogħol.", "Ikkontribwew il-Maltin kollha u l- assoċjazzjonijiet kollha, kien hemm eluf ta' kopji u mbagħad ġejna kkritikati li ma ċċirkolajniex kopja tal-white paper lill-membri parlamentari ta' l-oppożizzjoni biex baqgħu b'ħalqhom magħluq!", "(Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini imma mhuwiex mod li f'daqqa waħda tiġi l- oppożizzjoni u tgħid li din hija liġi nejja!", "Dan assolutament mhuwiex il- mod kif isiru l-affarijiet speċjalment fuq il-liġijiet ta' impatt soċjali li jiġu ppubbikati f'forma ta' white paper preċiżament biex ikun hemm ir- reazzjoni ta' kulħadd.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli, bil-permess tal-Viċi Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "HELENA DALLI: Il-Viċi Prim Ministru qed jippretendi li nagħmlulu l-liġi aħna?!", "Aħna xogħolna hu li niġu fil-parlament u nikkritikaw l- abbozz ta' liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Viċi Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien ma nterrompejt lil ħadd u issa ma rridx min jinterrompini.", "Jekk inhu point of order ̧ isir.", "Il-fatt innegabbli huwa dan.", "Jien ippubblikajt il-white paper, ktibt il-liġi ppubblikata fil-white paper, kien hemm ċans sat-28 ta' Marzu biex kulħadd jikkritikaha...", "(Interruzzjonijiet) X'tagħmilli?", "Mela jien tlabt li tagħmilli l-liġi!", "Tajtek il-liġi jien!", "(Interruzzjonijiet) Issa ħallini nkompli għax inkella lanqas f'dan il-parlament ma jkun hawn ugwaljanza!", "Issa l-Onor.", "Dalli trid tagħmel id-diskors ta' l-għeluq hi!", "Ħallini nagħmel id-diskors għax jien ma nterrompejtekx!", "(Interruzzjonijiet)", "Jien lanqas biss ftaħt ħalqi!", "Ara kemm għandek impressjonijiet u perceptions żbaljati int!", "(Interruzzjonijiet)", "Nerġa` nirripeti li l-fatti ħadd ma jista' jinnegahom.", "Jien ippubblikajt dan l-abbozz ta' liġi kelma b'kelma kif qiegħed hawnhekk f'forma ta' white paper.", "Kien hemm żmien sat-28 ta' Marzu, 2002 għall-kummenti, il-kummenti baqgħu deħlin sa Mejju u min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma daħalx kumment wieħed!", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma l-fatti, u ħadd ma jista' jinnegahom!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tieni kumment li sar u li rrid nirrispondi għalih huwa li aħna la tajna kas ix-xogħol li għamlet l-Onor.", "Dalli meta kienet segretarja parlamentari u lanqas ix-xogħol li għamel il-partit Laburista fit-22 xahar li għamel fil-gvern.", "Fil-fatt lanqas dan l- istatement m'hu korrett, u dan jien għedtu fl-introduzzjoni tiegħi.", "Fil- white paper stess hemm miktub li aħna mxejna fuq ix-xogħol kollu li kien sar minn meta twaqqaf il-working committee, inkluż fuq ir-rapport li sar mill-working committee, liema working committee twaqqaf taħt l-Onor.", "Dalli u baqa' mwaqqaf anke wara l-elezzjoni ta' l-1998.", "F'Ġunju ta' l-1999 lili tawni rapport, u jien se nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Diġa` qegħedtu fuq il-mejda tal-Kamra jien dak ir- rapport.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Anke jekk diġa` qiegħdtu int, jien se nerġa` nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra, u nistieden lil kulħadd biex jaqrah.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt jien nixtieq li jkun hemm xi ħadd li jgħidli x'fih dan ir-rapport li b'xi mod jew ieħor ma ġiex kopert fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Min jaqra dan ir-rapport għandu jinduna mal-ewwel li m'hu veru xejn ...", "Għax hawn irrid nagħmel parentesi u ngħid li t-tielet kritika li saret min-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet li dan l-abbozz ta' liġi huwa eżerċizzju ta' cut and paste mid-direttivi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Din hija falsita` mill-kbar, Sur President!", "(Interruzzjonijiet) Huwa veru li d-direttivi ta' l-Unjoni ttieħdu in konsiderazzjoni.", "Dażgur li ttieħdu in konsiderazzjoni d-direttivi ta' l- Unjoni Ewropea!", "Fil-fatt ir-rapport ta' dan il-working committee stess isemmi d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, pero`...", "(Interruzzjonijiet) Ħallini ħalli nkompli!", "Dawn x'affarijiet huma?!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, kont qed ngħid li l-istess rapport ta' dan il-working committee isemmi bl-iktar mod ċar li d-dokumentazzjoni li fuqha huwa mibni l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tieħu in konsiderazzjoni wkoll dokumentazzjoni internazzjonali u konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtu lil pajjiżna minħabba li rratifikajniehom.", "Naturalment aħna ħadna in konsiderazzjoni wkoll id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, pero` kif għedt diġa`, hemm konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtuna li nagħmlu l-affarijiet li qegħdin nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "(Interruzzjonijiet) Proprju fl-introduzzjoni tad-dokument li pprepara l-working committee magħmul minn - u hawn irrid ngħid li taħt il- gvern Nazzjonalista dan il-working committee baqa' magħmul mill-istess nies li kien hemm fih taħt il-gvern Laburista għax jien ma biddilt lil ħadd - Dr. Yana Micallef Stafrace, minn Renée Laiviera, minn Dr Helen Borg, minn Miss Anna Spiteri u mill-Onor.", "Louise Coleiro - fil-fatt kien matul dan id- dibattitu li sirt naf li kkontribwiet anke l-Onor.", "Coleiro f'dan il-working committee - li jien nirringrazzjahom tax-xogħol li għamlu ...", "U hawn qed nirringrazzjahom sinċerament, jiġifieri m'iniex qed niġbed is-saqajn, għax persważ li din ma kenitx biċċa xogħol faċli.", "Tant hu hekk li meta l-Onor.", "Dalli kienet waqqfet dan il-working committee, kien hemm il-ħsieb li jinġieb espert legali minn barra taħt programm ta' l-United Nations development programme biex jagħmel id-drafting ta' l-abbozz ta' liġi dwar l- ugwaljanza bejn is-sessi hu.", "Fil-fatt dan il-working committee kien fl- istadju li jipprepara t-terms of reference għal dan l-espert.", "Fl-istess rapport jissemma ...", "U jien inħeġġeġ biex naqrawh rapport bħal dan u mhux niġu hawnhekk u nfajru l-istatements bl-addoċċ!", "Kif kont se ngħid qabel, fl-introduzzjoni ta' dan ir-rapport stess hemm miktub li:", "\"The Malta Government ratified the United Nations Convention for the Elimination of all forms of discrimination against Women (CEDAW) in 1993.\".", "Imbagħad fl-istess paġna dan ir-rapport jgħidlek xi jridu jagħmlu l-pajjiżi membri.", "Ħalli nikkwota:", "\"State Parties condemn discrimination against women in all its forms, agree to pursue by all appropriate means and without delay a policy of eliminating discrimination against women and, to this end, undertake:", "(a) To embody the principle of the equality of men and women in their national constitutions or other appropriate legislation if not yet incorporated theirin and to ensure, through law and other appropriate means, the practical realization of this principle:\".", "Issa hawnhekk jien nistaqsi: Mhux hekk qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi?!", "U mhux hekk qed tagħmel il-liġi dwar ix-xogħol?", "(Interruzzjonijiet) Permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, aħna qed nimplimentaw obbligu li ngħatajna taħt il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Imbagħad fl-introduzzjoni tiegħu, dan ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "\"(b) To adopt appropriate legislative and other measures, including sanctions where appropriate, prohibiting all discrimination against women.\",", "- u nerġa` nistaqsi: Mhux hekk qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi; iwaqqaf il-mekkaniżmi?! -", "''(c) To establish legal protection of the rights of women on an equal basis with men and to ensure through competent national tribunals and other public institutions the effective protection of women against any act of discrimination.'',", "- u mhux hekk qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi?!", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi qed iwaqqaf mekkaniżmu li sal-lum m'għandniex f'dan il-pajjiż -", "''(d) To refrain from engaging in any act or practice of discrimination against women and to ensure that public authorities and institutions shall act in conformity with this obligation.'',", "- l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jagħmel proprju dan, anzi huwa qed jipprovdi biex mhux biss il-public authorities and institutions imma s-setturi kollha; pubbliċi u privati, jaġixxu b'konformita` ma' din l- obbligazzjoni -", "''(e) To take all appropriate measures to eliminate discrimination against women by any person, organization or enterprise:''", "- fil-fatt hekk qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi għax il-Kostituzzjoni tagħna m'hijiex biżżejjed biex jitwettaq dan kollu, u dan huwa punt li spjegah il-Ministru Louis Galea fid-diskors li għamel il-bieraħ.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jestendi l-eliminazzjoni tad- diskriminazzjoni għar-relazzjonijiet bejn individwu u ieħor -", "''(f) To take all appropriate measures, including legislation, to modify or abolish existing laws, regulations, customs and practices which constitute discrimination against women.\",", "- hawnhekk irrid nagħmel il-punt li l-liġi tax-xogħol li ppreżentajna f'dan il-parlament ħadet dan il-pass, dan l-abbozz ta' liġi qed jagħmel pass ieħor u għad fadlilna abbozzi ta' liġi oħra x'inressqu quddiem dan il- Parlament li qed jagħmlu pass f'din id-direzzjoni -", "''(g) To repeal all national penal provisions which constitute discrimination against women.\",", "u din hija xi ħaġa li aħna diġa' għamilnieha f'dan il-pajjiż.", "Hawnhekk jien qed nikkwota l-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "U mela jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni jgħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa eżerċizzju ta' cut and paste u li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa sempliċement li naddottaw id- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea!", "Jien persważ li l-kap ta' l-oppożizzjoni lanqas qara dan ir-rapport u ma jafx x'hawn miktub hawnhekk.", "Fil-fatt jekk tifli dan ir-rapport kollu kemm hu ssib li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tkopri l-konċetti kollha tiegħu.", "Per eżempju, dan ir-rapport jitkellem fuq il-burden of proof, u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ikopri dan il-punt, dan ir-rapport jitkellem fuq sexual harassment, u l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ikopri dan il-punt, dan ir-rapport jitkellem fuq il-Gender Equality Act and its enforcement, u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ikopri dan il-punt ukoll, dan ir-rapport jitkellem fuq l-equality ombudsman, u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ikopri dan il-punt, għalkemm f'dan l-abbozz ta' liġi l- equality ombudsman qed jissejjaħ \"commissioner\", dan ir-rapport jitkellem fuq l-equality board of appeal u fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm il-proċess kollu għal dak li għandu x'jaqsam ma' proċeduri li għandhom jittieħdu f'każ ta' diskriminazzjoni, u l-istess nistgħu ngħidu għall- employment, għas-Social Security Act - u minn hawn u ftit ieħor se nitkellem fuq dawn iż-żewġ punti - għall-education u għall-media.", "Insomma, nistgħu ngħidu li l-punti kollha li hawn imsemmija f'dan ir-rapport huma koperti bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Kompli, Onor. Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa hawnhekk se niġi għal punt kardinali li dwaru jien u din in-naħa tal-Kamra ma taqbel xejn ma' l-oppożizzjoni.", "Ħalli nispjega x'inhu dan il-punt kardinali.", "Jekk fhimt sew mid-diskorsi li għamlu l-kelliema ta' l-oppożizzjoni u mill-interruzzjonijiet li dawn qed jagħmlu bħalissa, donnha l-oppożizzjoni tippreferi li jkollna liġi waħda li tiġbor fiha l-oqsma kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-eliminazzjoni tad- diskriminazzjoni u ma' l-ugwaljanza tas-sessi.", "Issa jien jiddispjaċini ngħid li fil-prinċipju ma naqbilx ma' dan l-approach, u dan l-approach m'huwiex irrikmandat lanqas fuq livell internazzjonali għax il-konċett ta' gender mainstreaming ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, jekk jogħġbok żomm l-ordni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett ħalli nispjega x'ifisser il-konċett ta' gender mainstreaming.", "Il-konċett ta' gender mainstreaming ifisser li jekk jien qiegħed nagħmel liġi tax-xogħol, kif fil-fatt għamilt f'dan il-Parlament, din fiha nnifisha għandu jkollha klawsoli li jeliminaw id-diskriminazzjoni, li jinkoraġġixxu l-ugwaljanza u li jdaħħlu miżuri favur il-familja.", "Infatti wieħed mill- iktar punti b'saħħithom li għandha l-liġi tax-xogħol huwa li wara li ressaqt l-abbozz ta' liġi dwar ix-xogħol f'dan il-Parlament u għaddejtu mill-proċess parlamentari kollu bi qbil finali bejn kulħadd, l-approach tagħha kien dak ta' gender mainstreaming għax tgħid ċar u tond li l- kondizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu applikabbli għan-nisa u għall- irġiel, u din il-liġi tipprovdi għal każi ta' diskriminazzjoni jew ta' sexual harassment fuq il-post tax-xogħol ukoll Dan hu kollox f'dak li għandu x'jaqsam mal-gender mainstreaming, anzi jien immur pass iktar 'l quddiem billi ngħid li nilleġislaw x'nilleġislaw, dawn il-liġijiet għandhom ikunu gender mainstreamed.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom no cross debates.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Anke jekk niġu biex nemendaw il-liġi tas-sigurta` soċjali, liema liġi għandha x'taqsam ma' proviżjonijiet ta' welfare u ta' pensjonijiet, fiha nnifisha dik il-liġi għandha tkun tkopri l-issue tad- diskriminazzjoni.", "Fil-fatt ir-rakkmandazzjoni internazzjonali fid-dinja tal-lum, u mhux ta' 20 sena ilu, x'inhi?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, ma rridx iktar interrruzzjonijiet.", "Il-Ministru Gonzi qed jagħmel il-winding up.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Dawn huma affarijiet tal-ġenn!", "Mela m'għandniex prudenza?!", "Mr Speaker, it-trend li hija rrikmandata internazzjonalment mill- konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti hija li l-pajjiżi membri għandhom jimplimentaw proċeduri ta' gender mainstreaming, u dan ifisser li ministri differenti f'ministeri differenti m'għandhomx jistennew li jkun il-ministru responsabbli mill-ugwaljanza li joqgħod jiġri warajhom u joqgħodilhom għassa.", "Kull ministru, kull dikasteru u kull dipartiment li joħroġ xi policy, dan għandu jara li din il-policy tiġi mfassla b'mod li tkun gender mainstreamed.", "Min ikun qed jipprepara liġi dwar it-taxxa, għandu jifhem mal-ewwel l-implikazzjonijiet ta' dik il-liġi fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-istess nistgħu ngħidu għal min ikun qed jipprepara liġi dwar is-saħħa, dwar it-turiżmu, dwar l-anzjani u dwar kwalunkwe qasam ieħor.", "Huwa proprju għalhekk li ma jistax ikollna liġi waħda li tiġbor fiha l-oqsma kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l- eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni u ma' l-ugwaljanza tas-sessi.", "Il-liġi waħda li jrid ikollok - u fil-fatt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed proprju jagħmel dan - trid twaqqaf mekkaniżmu nazzjonali li jkun jaqdi diversi funzjonijiet, fosthom li jgħin lill-gvern fit-tfassil tal- politika u li jagħmel monitoring biex jassigura li kien hemm gender mainstreaming u allura jintervjeni ma' kull ministeru f'każ li jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet bla ma jittieħed in konsiderazzjoni l-impatt li qed ikun hemm fuq l-ugwaljanza tas-sessi f'pajjiżna.", "Ta' min jgħid ukoll li dan il-mekkaniżmu għandu jkun infilzat b'mod li jaħdem ma' l-istrutturi ġudizzjarji u ma' tribunali oħrajn li aħna għandna f'pajjiżna, għandu jippermetti li jkun hemm min jeżamina l-allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni jew ta' fastidju sesswali u għandu jipprovdi l-proċeduri neċessarji biex dan ikun jista' jseħħ.", "Għalhekk jien ma naċċettax il-kritika li dan l-abbozz ta' liġi huwa nej.", "Jien nistaqsi: Illum għandna liġi li tiddikjara li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni?", "Le!", "Illum għandna liġi li tiddikjara li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fil-qasam tal-media?", "Le!", "Illum għandna liġi li tiddikjara li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji?", "Le!", "Illum għandna liġi li twaqqaf uffiċjalment kummissarju responsabbli mill- ugwaljanza?", "Le!", "Illum għandna liġi li twaqqaf kummissjoni li tkun tista' tidħol f'dan il-qasam u tispeċjalizza fih?", "Ir-risposta hija: Le!", "In-nisa Maltin li jsofru diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol għandhom xi forma ta' soluzzjoni llum?", "Le!", "Illum fil-liġijiet tagħna hemm miżuri li jiddikjaraw il-fastidju sesswali bħal att kriminali?", "Le!", "Pero` b'dan l- abbozz ta' liġi r-risposti għal dawn id-domandi kollha se jkunu \"iva\".", "Għalhekk jien ngħid: X'nej nej!", "Lanqas fhimtuh dan l-abbozz ta' liġi intom la qed tgħidu li dan huwa abbozz ta' liġi nej!", "Kellu bżonn dak li hu nej ikollu t-tweġibiet ta' \"iva\" għal dawn l-affarijiet kollha, għax allura f'dak il-każ j'Alla nagħmlu liġijiet nejjin f'dan il-Parlament!", "Mr Speaker, issa se ngħaddi biex nagħmel l-aħħar punt għax il-ħin qed jagħfas.", "Dan l-abbozz ta' liġi mhux biss huwa frott ta' l-esperjenza tal- politika li wettaqna matul dawn l-erba' snin imma huwa wkoll mibni fuq politika li twettqet fis-snin ta' qabel.", "Hawnhekk jien irrid nirreġistra li l-istatistika qed turina li qed ikollna riżultati marġinalment pożittivi, liema riżultati għandhom jinkoraġġuna għal quddiem.", "Ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-mara Maltija fil-ħajja soċjali tagħna qiegħda tiżdied, u għalhekk m'għandniex inpinġu dejjem kollox iswed.", "Jien stess ngħid li għad fadal ħafna iżjed x'isir, pero` li għallinqas qed jibda jkollna riżultati pożitivi naħseb li huwa fatt li għandna nirreġistrawh.", "Per eżempju, il-policies importanti li ħa l-gvern Nazzjonalista erba' snin ilu meta ġie nnegozjat il-ftehim kollettiv tal-gvern kienu avant-garde ħafna.", "Biżżejjed ngħid li dawn il-policies taw għall-ewwel darba l-konċett ta' parental leave suret in-nies u taw il-garanzija, speċjalment lin-nisa, li jekk dawk il-ħaddiema li jsiru ġenituri joħorġu fuq parental leave, il- karriera tagħhom tibqa' garantita għax mhux biss ma jitilfux il-post tax- xogħol tagħhom imma jibqa' jkollhom l-opportunita` li jieħdu promotion anke fil-perijodu ta' żmien li jkunu fuq parental leave.", "Fil-fatt dawn il- policies illum qegħdin jagħtuna r-riżultati, u dan l-esperiment li għamilna fis-settur pubbliku tant kien pożittiv li aħna qed inħossu li għandna nestendu din l-esperjenza - għax issa dan m'hux se jibqa' esperiment - għas- settur privat bil-mod il-mod, bil-kalma u mingħajr ma ngħaġġlu.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici għamel punt tajjeb meta fl-intervent tiegħu rrikkmanda li m'għandniex nesperimentaw f'dan il-qasam u li għandna nużaw il-prudenza għax hawnhekk qed nitkellmu fuq qasam sensittiv u delikat, pero` naħseb li wasal iż-żmien li mingħajr ma ngħaġġlu, nagħmlu pass ieħor 'il quddiem f'dan il-qasam.", "Kif għedt diġa`, l-esperiment li bdejna fis-settur pubbliku erba' snin ilu ħalla riżultati pożittivi, u allura dan għandu jinkoraġġina biex nagħmlu pass ieħor 'il quddiem, li qedgħin naslu għalih bis-saħħa tal-liġijiet tagħna.", "Meta konna qed nagħmlu l-liġi tax-xogħol ħadna ħsieb ċerti aspetti u f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed nieħdu ħsieb ċerti aspetti oħrajn.", "Mr Speaker, nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nuri grafikament xi wħud mir- riżultati li rnexxielu jikseb il-gvern Nazzjonalista matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Nerġa` ngħid li m'għandniex noqogħdu nimlew rasna għax għad fadlilna baħar sħiħ x'naqdfu, imma li għallinqas qed ikollna indikazzjoni li qed ikollna żidiet fir-rata tal-parteċipazzjoni tal-mara hija xi ħaġa pożittiva, u għaldaqstant fl-aħħar tad-diskors tiegħi nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta' graphs li jindikaw iż-żieda li kellna matul dawn l-aħħar erba' snin f'dak li għandu x'jaqsam mal-labour supply femminili ta' pajjiżna, liema żieda titla' minn 37,000 fl-1997 għal 41,000 fis-sena 2001.", "Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll graph ta' dawk li huma gainfully occupied full time.", "Irrid nagħmilha ċara li hawnhekk m'iniex qed ninkludi l-gainfully occupied part-time.", "Fil-fatt minn 36,000 mara gainfully occupied full time fl-1997, fis-sena 2001 dan in-numru tela' għal kważi 40,000, qabża li qatt ma kellna bħalha f'dawn l-aħħar snin.", "Imbagħad hawn graphs oħrajn li jgħinuna nagħmlu l-analisi tax-shifts u taż- żieda ta' ħaddiema nisa li qed ikollna fil-qasam tal-produzzjoni diretta, tas-servizzi u tas-self-employed.", "F'dawn il-graphs qed naraw ukoll li fis- settur pubbliku qed ikun hemm tnaqqis fin-numru ta' rġiel filwaqt li qed ikun hemm żieda fin-numru ta' nisa.", "Biex nikkonkludi dan id-diskors irrid ngħid li perfetti m'aħniex, u aħna lesti li ntejbu kull fejn ikun hemm bżonn li ntejbu, pero` l-ewwelnett irridu nkunu oġġettivi u mhux partiġjani fil-kritika li nagħmlu lil xulxin, it-tieni nett irridu nkunu kostruttivi biex oġġett tajjeb, minflok ngħidu li hu ħażin, nagħmluh aħjar u t-tielet nett irridu nirrikonoxxu li għallinqas il-politika li qegħdin inwettqu qed twassalna fit-triq li tipprovdi r-riżultati li dan il-pajjiż għandu bżonn.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett nixtieq inqiegħed id-dokumenti li għamilt riferenza għalihom fid-diskors tiegħi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport datat Ġunju 1999 fuq leġislazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn l- irġiel u n-nisa maħruġ mid-dipartiment nisa fis-soċjeta` fi ħdan il- ministeru għall-politika soċjali; u", "Diversi graphs li jindikaw il-female labour supply, in-nisa jaħdmu bi qligħ, in-nisa fi private direct production, in-nisa fis-suq tas- servizzi privati, in-nisa jaħdmu għal rashom, ħaddiema rġiel u nisa fis-settur pubbliku, u ħaddiema rġiel u nisa f'dipartimenti tal-gvern, bejn l-1997 u l-2001.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ ''Att biex iġib 'il quddiem l-ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il-mozzjoni nru.", "14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi, maħtur skond il- mozzjoni nru.", "14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 20 ta' Novembru, 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2002 – 2003.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, bejn il-bieraħ filgħaxija u dalgħodu rċevejt numru ta' telefonati ta' negozjanti li kienu f'ċerta paniku u dan għaliex jiena ġejt rapportat fil-media, li jiena ħtart numru ta' market surveyors officers li proprju għandhom x'jaqsmu mal-liġi li għaddejna xhar u nofs ilu.", "Jidher li kien hemm ċerta konfusjoni għaliex dawn in-negozjanti ħasbu li aħna konna se nerġgħu ndaħħlu xi sistema ta' price control.", "Sur President, għal din ir-raġuni, jiena xtaqt li f'dan l-aġġornament, nemfasizza li x-xogħol li se jagħmlu dawn l-uffiċjali ma għandu assolutament xejn x'jaqsam mal-price control system tal-passat.", "Fl-ewwel ta' Ottubru, aħna ntroduċejna regolamenti li jobbligaw in-negozjanti biex ipoġġu l-prezz fuq il-prodotti li għandhom għal bejgħ.", "Dik mhux xi ħaġa ġdida u kienet teżisti fil-regolamenti li kienu ħarġu taħt is-Supply & Services Act ħafna snin ilu.", "Sur President, aħna kull ma għamilna hu li ħadna dawn ir-regolamenti minn din il-liġi u poġġejnihom mar-regolamenti l-oħra tal-liġi l-ġdida għax aħna ħsibna li l-prezzijiet fuq l-oġġetti m'għandhomx x'jaqsmu daqshekk mal- price control imma għandhom x'jaqsmu iżjed mal-protezzjoni tal-konsumatur sabiex l-affarijiet ikunu iżjed trasparenti.", "Qabel ma fassalna r-regolamenti li daħħlu f'Ottubru, jiena ddiskutejt dawn ir-regolamenti mad-dipartiment konċernat, mar-rappreżentanti tan-negozjanti - l-GRTU - u mal-kunsill ta' l-affarijiet tal-konsumatur.", "Qed ngħid dan għaliex l-abbozz oriġinali inbidel ħafna peress li kien hemm ħafna proposti tajbin u jiena qbilt magħhom u għalhekk iddaħħlu fl-abbozz finali li għadda mill-parlament.", "Fil-fatt sejjer insemmi uħud mil-bidliet li saru.", "Fejn fl-abbozz oriġinali – il-liġi l-antika - kien hemm li negozjant seta' jeħel sa sentejn ħabs jekk ma jkollux prezzijiet fuq il-prodotti, dik tneħħiet mil-liġi l-ġdida.", "Fejn fl-abbozz oriġinali kien hemm li negozjant seta' jeħel sa Lm2000 multa jekk ma jkollux prezzijiet fuq l-prodotti, din tnaqqset għal Lm 500 fil- liġi l-ġdida.", "Fejn fl-abbozz oriġinali kien hemm li l-qorti kellha tippublika l-isem tan-negozjant li jinstab ħati u li l-prodotti bla prezz setgħu jiġu konfiskati, fil-liġi l-ġdida dawn tneħħew.", "Fejn fl-abbozz oriġinali, każ ta' każi ripetuti setgħu jwasslu għal sospensjoni indefinita tal-liċenzja tan-negozju, din daħħalna limitu ta' ġimgħa fuqha u mhux se jibqa' jidher dak in-notice – kif kienet fuq il-liġi l-antika – li juri li l-ħanut ġie sospiż.", "Veru li hemm riduzzjoni fl-ammont tal-multi u pieni imma l-liġi għada tgħodd u n-negozjant għandu jpoġġi l-prezzijiet fuq il-prodotti li jkollu għal bejgħ.", "U fil-fatt dawn l-uffiċjali se jkunu qed iduru l-ħwienet u jekk jaraw xi ħaġa mhux kif suppost, dawn se jindikaw – mhux jagħmlu ċitazzjonijiet – lil tal-ħanut x'għandu jagħmel.", "Din hi materja tal-protezzjoni tal-konsumatur u jiena ninsisti li għandha tkun hekk.", "Jekk il-konsumatur jara xi ħaġa li toġbu fil-ħanut, għandu jħares u jsib il-prezz imwaħħal x'imkien.", "Mhux sew li jkun hemm żewġ negozjanti, wieħed għandu l-prezzijiet fuq il-prodotti – għax il-liġi dejjem hekk kienet titlob – u l-ieħor m'għandux għax jiġi jaqa' u jqum mil- liġi!", "Hawnhekk hawn żewġ kunċetti importanti, l-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tan-negozjant li jirrispetta l-liġi minn dak li ma jirrispettax il-liġi.", "Tajjeb li ngħidu li lil dawn l-uffiċjali – li se jkunu part-timers – aħna qegħdin ngħidulhom sabiex javviċinaw lil tal-ħwienet bil-prudenza u jiggwidawhom fuq il-liġi u fil-fatt ġew trained proprju fuq dan l-aspett.", "Għednilhom biex imorru f'ħinijiet fejn tal-ħwienet ma jkollhomx ħafna nies, sabiex dawn l-uffiċjali ma jħarbtux il-ħinijiet fejn l-aktar li jkun hemm xogħol u sabiex jagħmlu l-affarijiet sew u bil-kwiet.", "Meta jkun hemm dan it- tip ta' attitudni, ma nippretendix li għandu jinqala' dan it-tip ta' paniku għax nibda nissuspetta li ċerti negozjanti għandhom interess li dawn ma jmorrux fil-ħwienet tagħhom għax hemm affarijiet ħżiena.", "Pero` dan mhux kollox.", "Aħna daħħalna regolamenti dwar dak li jgħidulu price indications.", "Dan ifisser li meta wieħed jixtri xi ħaġa li tkun pre- packaged jew bl-użin, dan irid ikollu fuq il-prodott, mhux biss il-prezz ta' dak l-oġġett imma l-prezz ta' dak l-oġġett relatat mal-kejl normali tiegħu u hawn se nagħti eżempju ħalli ninftiehem sew.", "Jekk wieħed imur biex jixtri 200g ġobon, wieħed irid ikun jaf kemm il-prezz ta' 200g u kemm il-prezz bil-kilo sabiex dan jkun jista' jqabbel l-prezz ta' din il-biċċa ġobon ma' prezzijiet oħrajn.", "Dawn żgur li m'humiex affarijiet kontroversjali u jiena qatt ma pretendejt li għandhom jitqiesu hekk.", "Nixtieq ngħid ukoll lil dawk kollha li jaħsbu li l-price control spiċċa totalment li dan mhux minnu.", "Hawn, jiena nfakkar li meta aħna tlaqna mis- sistema ta' price control u daħħalna l-liġi tal-kompetizzjoni, kien hemm ċerti aspetti fejn l-monitoring kontinwu ta' prezzijiet baqa' jsir u eżempju ta' dan, huma l-prezzijiet tal-mediċini.", "Jiġifieri l-ispiżjara li raw dawn l-uffiċjali u bdew jippanikjaw għax ħasbu li se ndaħħlu sistema ġdida ta' price control, jiena ngħidilhom li l-monitoring tal-prezzijiet fl- ispiżeriji baqa' għaddej b'mod regolari u hemm raġuni speċifika.", "Ir-raġuni mhux il-price control kif konna nifhmuh fl-antik imma għaliex ir-regoli tal- kompetizzjoni ħielsa jitolbu li jkun hemm awtorita` fil-pajjiż li toqgħod attenta li jkunx hemm xi tip ta' price fixing jew prattiċi restrittivi oħra li ma jħallux is-suq jaħdem kif suppost.", "Dan għandna obbligu li nagħmluh u jekk in-negozjanti ma fehmux dan, allura jiena nissugerixxi li dawn imorru jiddiskutu mar-rappreżentanti tagħhom għaliex hemm bżonn li jifhmu dan il- punt.", "Biex ikollna suq ħieles jaħdem sew, dan it-tip ta' eżeċizzju irid isir bilfors.", "Biex inġib eżempju, aħna ma nistgħux inħallu li l-kumpanniji kbar jiftiehemu prezz għoli ħafna bejniethom u aħna nibqgħu nħarsu.", "Iva, hawn dan it-tip ta' monitoring u dan se jibqa' jsir.", "L-uffiċjali maħtura m'għandhom x' jaqsmu xejn ma dan.", "Jekk per eżempju qed nitkellmu fuq monitoring ta' prezzijiet tal-prodotti agrikoli li qed jibbenefikaw mis- sussidju li jingħata mill-gvern, hemm hekk qiegħed isir dan il-monitoring tal-prezzijiet sabiex aħna nserħu moħħna li s-sussidju li gvern qed jagħti, qed jibbenefika minnu l-konsumatur ukoll.", "Jekk hawn min qed jaħseb li l- gvern qed joffri s-sussidju u dan ma jiġix rifless fil-prezz, allura mhux qed niftiehemu u hemm bżonn isiru laqgħat oħra.", "Pero` dawn ma jistgħux joqgħodu joħorġu fit-toroq bħalli kieku qed indaħħlu xi sistema antiki u ħażina.", "Sur President, ħadd ma tkellem fuq din il-liġi sakemm ma ssemmewx dawn l- uffiċjali.", "Din il-liġi l-ġdida hi anqas oneruża fuq in-negozjat mil-liġi li kien hemm qabel pero` xorta hi liġi li trid tiġi osservata.", "Jiena qatt m'hu se naqbel li ngħaddu liġi u ma nagħtux kasa, dik tkun farsa kieku.", "Fil- fatt, waħda mill-aktar affarijiet li niġu kritikati dwarha kemm mill- oppożizzjoni u kemm mill-pubbliku hu l-fatt li ngħaddu l-liġijiet imma imbagħad ma nimplimentawx l-istess liġijiet.", "Jekk liġi mhux tajba, tneħħiha u jekk liġi hi tajba, tosservaha.", "Issa din il-liġi hi tajba u trid tiġi osservata għax tassigura trasparenza fil-prezzijiet għall-benefiċċju tal- konsumatur u tassigura level playing field lin-negozjati.", "L-uffiċjali li semmejt huma trained biex ikunu prudenti, biex jagħtu pariri lin-negozjanti u biex ma jkunux heavy handed.", "Hawn hekk nixtieq ngħaddi kumment żgħir dwar dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti perikolużi għax f'dan il-każ, l-ordnijiet huma li għandhom ikunu iżjed severi sabiex il- prodotti perikolużi ma jibqgħux fuq l-ixkaffef għax min jaħseb li jista' jbiegħ prodotti perikolużi f'dak il-mod u ħadd ma jkellmu, allura ovvjament hawn mhux qed naqblu.", "Jiena nistieden lil dawn l-uffiċjali li ħadu l-ħatra l-bieraħ sabiex jaħdmu bi prudenza imma anke sabiex ma jiġux intimidati milli jagħmlu x-xogħol kif suppost.", "Għandhom ikunu iebsin fuq dak li għandu x'jaqsam ma prodotti perikolużi għax fl-aħħar mill-aħħar, id-direttorat għas-sorveljanza tas-suq daħħalnih fil-liġi tal-Products Safety Act u f'din il-Kamra żgur li naqblu li fuq dawn l-affarijiet, għandna nimxu b'id iebsa u nużaw il-qrati fejn ikun hemm abbuż insistenti.", "Nagħlaq billi ngħid li ma kienx hemm lok għal dak il-paniku li sar u li n- negozjanti jistgħu jserħu rashom u nistieden lil dawk li rreaġixxew b'dan il-mod biex jifhmu eżattament għal xiex ġew maħtura dawn l-uffiċjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, riċentement għamilt studju fuq l- istatistika li toħroġ miċ-ċentru nazzjonali ta' l-istatistika.", "L-ewwelnett irrid nieħu din l-okkazjoni biex infaħħar ix-xogħol li jagħmel dan iċ- ċentru.", "F'dan il-ftit ħin li għandi, grazzi għall-istatistika li toħroġ minn dan l-uffiċċju, rrid nagħmel paragun bejn l-inċidenti tat-traffiku u inċidenti li jiġru fuq il-post tax-xogħol f'Malta.", "Mr Speaker, s'issa dejjem kellna l-perspettiva li l-inċidenti jiġru l-aktar fuq il-post tax-xogħol.", "Fl-1999, korrew 440 sewwieqa, 300 passiġġier u madwar 300 pedestrian li jew kienu qed jaqsmu zebra crossing jew qasmu t- triq bl-addoċċ jew inċidentalment id-driver ma rahomx.", "Fl-2000, kellna madwar 12,600 inċident tat-traffiku li fihom korrew 600 sewwieqa, 360 passiġġier u madwar 250 pedestrian.", "Fl-2001, kellna madwar 13,372 inċident – qabża minn 12,600 - tat-traffiku li fihom korrew 650 sewwieqa, 357 passiġġier u madwar 230 pedestrian.", "Fl-2002 sa Settembru, l-ammont ta' inċidenti mistenni li jerġa jiżdied, għax s'issa kien hemm 10,641 u dawn jitilgħu b'average ta' 3,600 kull tlett xhur u allura mistenni li jkun hawn xi 14,000 inċident.", "Sa Settembru ta' din is-sena weġġgħu 600 sewwieq, 292 pedestrian u 300 passiġier.", "Jekk inħarsu lejn l-istatistika, naraw li fl-1999 kellna erba' sewwieqa, ħames pedestrians u tliet passiġġieri li mietu b'kawża ta' inċident tat- traffiku.", "Fl-2000 kellna tmien sewwieqa, tliet pedestrians u 4 passiġġieri u fl-2001 kellna tmien sewwieqa, 6 pedestrians u 2 passiġġieri.", "Ovvjament għad m'għandniex il-figura eżatta tas-sena 2002 pero` s'issa diġa` mietu seba' sewwieqa, tliet pedestrians - u nżid ieħor għax ix-xahar li għadda miet wieħed f'Ħaż-Żebbuġ - u passiġġieri għad m'għandix il-figura.", "Hawnhekk wieħed jinnota kemm l-inċidenti tat-traffiku ġewwa pajjiżna qegħdin jiżdiedu b'rata aktar minn dawk ta' inċidenti fuq il-postijiet tax- xogħol.", "M'għandix ċans nagħti l-figuri kollha pero` tajjeb li ngħid li fl- 1997 mietu ħamsa fuq il-post tax-xogħol, fl-1998 mietu 12, fl-1999 mietu tmienja, fl-2000 mietu ħamsa, fl-2001 mietu sitta u fl-2002 s'issa mietu tlieta.", "Wieħed jista' jara li fortunatament, l-inċidenti fuq il-post tax- xogħol qed jonqsu għall- kuntrarju ta' dak li qed jiġri fl-inċidenti tat- traffiku.", "Fil-fatt naqsu bi 300, minn 5,286 inċident għal 5,000 u din is- sena probabilment se tkun l-anqas sena li kellna inċidenti fuq il-post tax- xogħol f'dawn l-aħħar 10 snin.", "Rigward, it-tweġiba li ta l-Viċi Prim Ministru rigward ġranet ta' xogħol li qed jintilfu minħabba mard, jiena nixtieq nagħmel enfasi fuq l- iStatistics Office biex jekk jista' jkun, jagħtuna d-dettalji eżatti, permezz ta' koperazzjoni mad-dipartiment tas-sigurta` soċjali, ta' kemm minn dawn il-ġranet tax-xogħol qegħdin jintilfu minħabba inċidenti tat- traffiku, minħabba inċidenti fuq il-post tax-xogħol u minħabba mard ieħor.", "Wieħed jara li fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ntilfu 194,000 ġurnata tax-xogħol u jekk nagħmlu projection ta' kemm se jintilfu ġranet ibbażata fuq din il-figura, aħna se jkollna kważi 465,000 ġurnata mitlufa.", "Nafu li dawn il-ġranet mitlufa – minħabba mard jew inċidenti - jiswew il- flus lill-gvern u fil-fatt fis-sena 2000, il-gvern ħareġ Lm5.5 miljun bħala medical assistance lil dawk li preżentaw ċertifikat tal-mard.", "Tajjeb li wieħed jikkonsidra dawn l-affarijiet kif ukoll tajjeb li jkollna aktar statistika dettaljata.", "Nagħti prosit lill-National Statistics Office li matul din l-aħħar sena ħarġet format ġdid ta' l-informazzjoni li qed tagħtina u nfaħħar lid-dipartiment tal-pulizija u d-dipartiment tas- sigurta` soċjali li jagħtu l-kontribut tagħhom sabiex aħna nkunu nistgħu naraw x'qiegħed jiġri.", "Nappella l-poplu biex joqgħod iżjed attent kemm meta jkun qed isuq kif ukoll meta jkun qed jaqsam it-triq u nittama li darb'oħra nkun nista' ngħid x'qed jagħmel il-gvern biex inaqqas ir-rata allarmanti ta' inċidenti tat-traffiku f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 20 ta' Novembru, 2002 fis-6:00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMMIGRANTI LLEGALI", "35956.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' Il-Ministru jgħid kemm inġabru immigranti llegali din is- sena?", "Kemm ġew ripatriati u mil-liema pajjiż kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 36593.", "PULIZIJA - OĠĠETTI MISRUQA", "35957.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jelenka l-oġġetti rapportati mitlufa lill- pulizija?", "Kemm minnhom reġgħu sabu ruħhom għand sidhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn Jannar u Ottubru ta' din is- sena l-pulizija kellha 6,131 rapport ta' oġġetti mitlufa.", "135 mill- affarijiet rapportati mitlufa ġew ritornati lil sidhom.", "Fost l-oġġetti rapportati mitlufa kien hemm pets, cheques u credit cards, flus, arloġġi, ħwejjeġ, jewellery, portmonijiet u kartieri, souvenirs, apparat tat- telefon, eċċ.", "ĊENTRU NAZZJONALI TAL-COMPUTER", "36393.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36015 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u jgħid kemm hemm studenti jsegwu xi kors maċ-ċentru nazzjonali tal-computer fis-Swatar?", "X'korsijiet qed isiru?", "Kemm qed iħallsu għal kull kors?", "Min qed imexxi dan iċ-ċentru?", "Għaliex f'dan iċ-ċentru l-istudenti qed ikollhom iħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jidher li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall- korsijiet immexxija mill-MITTS ġewwa s-Swatar.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru responsabbli mill-MITTS.", "ISTITUT TA' L-ARTI U D-DISINN", "36396.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 35817, jista' il- Minsitru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol li qed isir biex l- istitut jopera mill-bini f'Tarġa Gap.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sit ta' Tarġa Gap diġa` beda jopera.", "SPLD - ITTRA TA' RIFERENZA", "36397.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' iċ-ċentru SPLD tal-Furjana joħroġ l-ittra ta' riferenza dwar il- kundizzjoni ta' l-istudent, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mitluba mill-kap ta' l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ebda talba ma waslet mingħand il-kap ta' l-iskola għal ittra ta' riferenza.", "Waslet talba mingħand il-ġenituri għal rapport.", "Iċ-ċentru ta' SPLD ħareġ rapport fuq il-kundizzjoni tat-tifel fil- 15 ta' Ottubru, 2002.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "36409.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36023 u jgħid x'għalliema nieqsa hemm fl-iskejjel sekondarji ġenerali u fil-junior lyceums?", "F'liema suġġetti?", "Kemm hemm tfal fil-klassijiet milquta?", "X'passi qed jittieħdu biex f'kull każ jinstabu l-għalliema meħtieġa għax irrapportawli li hemm każi fejn mill-bidu tas-sena skolastika hemm studenti li m'għandhomx għalliema f'ċerti suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' għalliema nieqsa fl-iskejjel sekondarju u fil-junior lyceums hija kif se nsemmi:", "|Skola |Suġġett|Lesson|Studen| | | |s |ti | |Naxxar HSS |Bioloġi| 8 | 16 | | |ja | | | |St Luċija |Ġermani| 3 | 14 | |GJL |ż | | | |Cospicua |HE |18 | 91 | |GSS | | | | |B'Kara BSS |IT | 8 | 140 | |Ħamrun GSS |Int. | 8 | 46 | | |Sc. | | | |St Francis |Physics|24 |139 | |of Assisi | | | | |Żebbuġ BSS |Physics| 6 | 40 |", "Informat li fil-bidu tas-sena ntbagħtu l-għalliema kollha meħtieġa, iżda kien hemm min ma aċċettax ix-xogħol għal raġunijiet diversi.", "Ħarġet sejħa fil-gazzetti biex tfakkar li l-applikazzjonijiet għall-għalliema supply kienet miftuħa.", "Qed isiru wkoll l-interviews għal supply teachers għal dawn is-suġġetti.", "PULIZIJA - GĦAWDEX - LOGĦBA TAL-PREMIER LEAGUE", "36425.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija kontra l- persuna li attakkat l-uffiċjal tal-logħba f'partita tal-premier league f'Għawdex nhar il-Ħadd 13 ta' Ottubru, 2002 fil-Gozo stadium?", "Jaf il-Ministru li l-uffiċjal, li ismu qed jintbagħat separatament, kellu feriti f'wiċċu u f'idejh?", "Jaf li l-persuna li aggreditu huwa mpjegat tal- gvern?", "Jikkonferma li l-persuna li attakkat lill-uffiċjal tal-logħba hija mpjegata bħala uffiċjal tas-sigurta` fl-isptar ta' Għawdex?", "Ma jaħsibx il-Ministru li f'każ bħal dan il-pulizija kellha tipproċedi immedjatament?", "Jikkonferma li l-persuna li aggrediet lill-uffiċjal tal-logħba reġa' ġie arrestat mill-pulizija minħabba theddid lill-istess referee?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-inċident imsemmi mill-Onor.", "Interpellant seħħ nhar it-12 ta` Ottubru 2002 u dwaru hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-qorti.", "KUMITAT GĦAR-RIABILITAZZJONI TAL-BELT VALLETTA - KNISJA TAL-VITORJA", "36426.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-kumitat għar- riabilitazzjoni tal-Belt Valletta fuq il-knisja tal-Vitorja?", "Dan il- kumitat qabbad lil xi ħadd jirrestawra l-orgni tal-knisja?", "Min tqabbad jagħmel dan ix-xogħol?", "Meta sar dan ix-xogħol?", "Kemm ġie jiswa?", "Meta tħallsu l-ispejjeż tax-xogħol?", "Fejn jinsab l-orgni bħalissa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett tal-Knisja tal-Madonna tal- Vitorja fil-Belt Valletta huwa wieħed mill-proġetti prinċipali tal-proġett għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Valletta.", "Xogħol li sar s'issa jinkludi rapport dwar il-pittura tas-saqaf, tibdil ta' pajpijiet tal-ħadid u turġien.", "(Sar xi xogħol ieħor in kollaborazzjoni ma' Din l-Art Ħelwa - restawr ta' żewġ urni fuq il-faċċata).", "Bħalissa qed isir restawr tal-bronż u l-irħam fil-faċċata mid-ditta Sante Guido Restauro.", "L-istorja tar-restawr ta' l-orgni tas-seklu sbatax hija storja twila.", "Wara li f'Malta kien hawn ditta Taljana li żaret xi orgnijiet, flimkien ma' Maestro Joseph Gatt, kien sar ftehim mal-Maestro Gatt li, in kollaborazzjoni ma' din id-ditta Taljana, isir restawr ta' orgni żgħir iżda importanti li hemm f'din il-knisja.", "S'issa diġa` tħallsu Lm2,990. għar- restawr ta' dan l-orgni.", "Il-proġett kellu jkun lest fl-2000 u s'issa l- Maestro Gatt ma rritornax l-orgni minkejja diversi laqgħat u talbiet, anke b'mod legali, li saru.", "Propju din il-ġimgħa, wara li huwa ma rrispondiex għall-ittra uffiċjali li saret, ittieħdet id-deċiżjoni li tinfetaħ kawża fuq l-istess suġġett.", "COMMON AGRICULTURAL POLICY - TARIFFI FUQ IL-MANIFATTURI", "36772.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-common agricultural policy, jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni tal-manufacturers barra mill- Unjoni Ewropea hija ta' 3.7% u se tibqa' hekk wara s-sena 2010?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li d-definizzjoni manufacturers hija wiesgħa wisq biex tista' tiġi kkalkulata tariffa medja li fil-prattika tagħmel sens.", "EUROGAP CERTIFICATE - ESPORTAZZJONI TAL-PATATA", "36775.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija l-kunsinja ta' l- esportazzjoni tal-patata li trid tkun koperta fil-Eurogap certificate din is-sena?", "X'tagħrif u informazzjoni ngħataw il-bdiewa u l-koperattivi tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001 sabiex ikunu informati dwar il-bidliet li jridu jħejju għalihom?", "Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-tagħrif, informazzjoni, ċirkolari , eċċ. li ntbagħtu lill-bdiewa jew lill- koperattivi tagħhom għal dawn it-tħejjijiet?", "Kemm kienu l-uffiċjali responsabbli mill-proċess ta' tagħrif li ngħata lill-bdiewa għas-snin imsemmija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kwantita` ta' patata esportata li trid tkun koperta bil-Eurepgap certificate din is-sena għadha qed tiġi negozjata ma' l-importatur Olandiż skond il-ħteġijiet tas-suq.", "Din hi l-ewwel darba li se tiġi esportata patata biċ-ċertifikat tal- Eurepgap, għalhekk it-tħejjijiet għal dan il-għan bdew isiru minn din is- sena.", "Id-dipartiment ta' l-agrikultura daħal fi ftehim ma' ditta Olandiża, il- PlantConsult, biex 12-il uffiċjal tad-dipartiment jingħataw it-taħriġ meħtieġ ħalli jkunu f'pożizzjoni li jħarrġu numru ta' bdiewa biex jikkwalifikaw għaċ-ċertifikat tal-Eurepgap.", "Fil-fatt l-ewwel sessjoni ta' taħriġ għal dawn l-uffiċjali saret bejn l-14 u t-18 ta' Ottubru, 2002.", "Għal din il-ġimgħa ta' taħriġ attendew ukoll, bħala osservaturi, rappreżentanti ta' l-assoċjazzjoni tal-bdiewa, għaqda bdiewa progressivi u l-koperattiva ċentrali tal-bdiewa.", "L-uffiċjali tad-dipartiment, li kollha temmew b'suċċess il-kors ta' taħriġ, ġew assenjati lokalitajiet fejn titkabbar il-patata għall- esportazzjoni u qegħdin fil-proċess li jidentifikaw numru ta' bdiewa li se jingħataw it-taħriġ meħtieġ matul l-istaġun tat-tkabbir tal-patata, jiġifieri bejn Diċembru 2002 u April 2003.", "Dan it-taħriġ se jinkludi żjarat regolari minn dawn l-uffiċjali lill-bdiewa magħżula biex ikun aċċertat li l-bdiewa jkunu qegħdin jimxu mal-prinċipji u regolamenti tal- protokoll tal-Eurepgap.", "Fl-istess waqt qed issir traduzzjoni għall-Malti tal-prinċipji u regolamenti tal-Eurepgap Protocol u dan it-tagħrif se jiġi stampat u mqassam lill-bdiewa kollha li jkabbru l-patata għall-esportazzjoni.", "Kopja ta' dan it-tagħrif titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra meta tkun lesta.", "IMPORTAZZJONI TA' SIĠAR", "36785.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati siġar tal-frott, dwieli, eċċ. mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm swew dawn is-siġar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "AFM - SAJJIEDA MALTIN U GĦAWDXIN", "36786.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba sajjieda Maltin u Għawdxin talbu l-protezzjoni tal-forzi armati ta' pajjiżna biex jassistuhom u jipproteġuhom waqt is-sajd minħabba periklu u inkonvenjenti oħra li kkawżawlhom sajjieda barranin matul dawn l-aħħar erba' snin?", "X'sapport ingħataw meta talbu din l-għajnuna u kemm-il darba ġiet rifjutata?", "X'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: In-numru ta' sejħiet lill-forzi armati ta' Malta għal għajnuna minn sajjieda Maltin fi kwestjonijiet ma' sajjieda barranin waqt li kienu jistadu, kienu tliet darbiet fl-2001 u darbtejn din is-sena, sas-17 ta' Settembru.", "F'kull kaz, safejn kien possibbli, intbagħtu mezzi ta' l-ajru u tal-baħar biex iżommu sorveljanza u joffru deterrent biex jipproteġu s-sajjieda Maltin u biex tinġabar evidenza sabiex l-awtoritajiet Maltin ikunu f'pożizzjoni li jsegwu l-każ ma' gvernijiet barranin.", "OECD - IMPORTAZZJONI TA' ĦUT", "36787.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex skond l-OECD l-Unjoni Ewropea timponi tariffi fuq il-ħut importat lejn l-Unjoni ta' 3.6% mill-pajjiżi li huma barra mill-Unjoni Ewropea u pajjiżna, skond il-gvern, qed iħallas 7.5% u dan għaliex skond il-gvern tal-ġurnata saru arranġamenti speċjali?", "Jista' il-Ministru jinvestiga jekk it-Tuneżija hijiex eżenti mill-istess tariffa li l-Unjoni ilha timponi mill-1994?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li fl-Unjoni Ewropea l-importazzjoni ta' ħut, kemm dak tal-baħar kif ukoll dak ta' l-ilma ħelu, hija suġġetta għal tariffi.", "Dawn ivarjaw skond l-ispeċi tal-ħut u skond jekk il-ħut huwiex qed jiġi importat ħaj, frisk jew iffriżat.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni ta' ħut tal-baħar frisk, it- tariffa tipika hija ta' 15%.", "Fil-każ ta' importazzjoni ta' awrat u paġell (sea bass and sea bream), minn din is-sena l-Unjoni Ewropeja adottat tariffa mnaqqsa marbuta ma' kwota.", "It-tariffa fuq l-importazzjoni ta' ħut ieħor, jew ta' awrat u paġell fi kwantitajiet li jaqbżu l-kwota, ġiet imnaqqsa wkoll kif spjegat fit-tabella li ġejja:", "|Sen|Tarif|Kwota |Tariffa|Tariff| |a |fa | | |a | | | | |Fuq |Normal| | | | |Il-Bqij|i | | | | |a | | |200|7.5% |1500 |10% |15% | |2 | |tunnell| | | | | |ata | | | |200|0% |1750 |5% |15% | |3 | |tunnell| | | | | |ata | | | |200|0% |bla |0% |15% | |4 | |limitu | | |", "Ħut li joriġina mit-Tuneżija jidħol fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma jitħallas dazju.", "Dan isir a bażi ta' ftehim għal żona ta' kummerċ ħieles li t- Tuneżija kkonkludiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-ftehim ikopri ukoll l- oqsma tas-sajd u tal-biedja u mhux biss il-qasam industrijali.", "UE - PROTEZZJONI TAL-BIEDJA", "36789.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jirriżultalu l-Ministru li l-Unjoni Ewropea se tkompli timponi l- protezzjoni tal-biedja tagħha permezz tat-tariffi protettivi f'levies wara s-sena 2010?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Unjoni Ewropea.", "SKEJJEL/UNIVERSITA` - STUDENTI B'DIŻABILITA`", "36857.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita` fl-universita`, fl-MCAST, fil-junior collage u fl-iskola Giovanni Curmi?", "Jista' jgħid ukoll fl-istituzzjonijiet hawn fuq imsemmija x'inhi l-popolazzjoni ta' l- istudenti kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill- istituzzjonijiet kollha, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL TARXIEN - PARKING", "36876.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ma jibqax isir parking ta' karozzi fl-aktar parti wiesgħa ta' sqaq it-Tramuntana, Ħal Tarxien minħabba li meta jkunu jridu jduru bil-karozzi biex joħorġu mill-isqaq qed isibuha ferm diffiċli minħabba li jkun hemm karozzi pparkjati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lill-awtorita` dwar it-trasport biex tiċċekkja t-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant sabiex jiġi deċiż x'inhu l-aħjar li jsir.", "KLANDESTINI - SKEJJEN", "36877.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu skejjen tal-klandestini din is-sena?", "Jista' jgħid f'liema kundizzjoni huma, xi kemm jiswew il-waħda u xi ħsieb hemm li jsir bihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena kien hemm 16-il dgħajsa nvoluta fit-traġitt ta' klandestini.", "Tnejn minnhom kienu suġġett ta' operazzjoni ta' salvataġġ mill-forzi armati wara li kienu f'diffikultajiet.", "Waħda minnhom kienet għerqet waqt il-ħidma ta' salvataġġ, filwaqt li l-oħra għadha qed tkun miżmuma sakemm isiru l- investigazzjonijiet.", "Mill-14 l-oħra li kienu daħlu Malta bil-klandestini, waħda kienet ġiet ritornata lil sidha, oħra tkissret mal-blat waqt il- wasla, filwaqt li l-oħrajn ġew esebiti fil-proċeduri quddiem il-qorti li ordnat il-konfiska tagħhom.", "Għaldaqstant ġentilment nissuġġerixxi lill- Onor. Interpellant jirriferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BORMLA – MANUTENZJONI FI TROMBA TA' APPARTAMENT", "36880.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fit-tromba ta' l-appartamenti 7/8/14/15 blokk 1 fuq San Pawl, Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "ĦAL TARXIEN - DJAR", "36881.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm baqa' toroq f'Ħal Tarxien li d-djar fihom għadhom ma ġewx innumerati?", "Jista' jgħid liema huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ĦAL TARXIEN - TRAFFIC SIGNS", "36883.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jinbidlu żewġ tabelli - traffic signs - li jindikaw id-destinazzjoni ta' l-irħula f'Tal-Barrani Road, Tarxien, waħda li hemm bejn l-iskola u l-pompa tal-petrol u l-oħra aktar `il isfel kif taqbeż l-ewwel sett ta' traffic lights qabel iddur lejn Triq San Anard, għax litteralment huma mqaxxra u ma jidher xejn bil-konsegwenza li ħafna turisti jispiċċaw mitlufa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi d-direttorat għat-toroq diġa` ħa l- passi biex dawn it-tabelli jiġu mibdula sabiex il-kitba li għandhom fuqhom tkun tista' terġa' tibda tinqara.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - OQBRA", "36884.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hemm oqbra ssiġillati fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata, cioe` oqbra li s-sidien tagħhom ma jridux li jibqa' isir dfin fihom?", "Tista' issir xi ħaġa biex wara ċertu żmien jerġgħu jibdew jintużaw biex isir użu sew mill-ispazju limitat li hemm fiċ-ċimiterju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li jeżistu madwar 450 qabar issiġillat fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, tali siġillar ta' oqbra jsir permezz ta' dokument notarili, liema dokument jista` isir peress li l-qabar ikun inxtara minn sidien privati u b'hekk huwa kkunsidrat bħala proprjeta` privata.", "PERMESSI - OPEN AIR MARKETS", "36885.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn permessi validi bħalissa lill-persuni biex jarmaw f'open air markets?", "Jista' jgħid kemm ilhom li reġgħu nfetħu l-applikazzjonijiet għal dawn it-tip ta' permessi?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal tali permessi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li bħalissa hawn 70 permessi validi li ngħataw lil persuni biex jarmaw f'open air markets.", "L-applikazzjonijiet għal dawn it-tipi ta' permessi nfetħu fit-2 ta' Mejju, 2002 u fil-preżent hemm 96 applikazzjoni għal tali permessi li għad iridu jitħallsu.", "Dwar liċenzji ta' dan it-tip li nħarġu mill-pulizija sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena, nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat.", "TUNA PENNINGS", "36891.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni mit-tuna pennings f'Malta mill-1 ta' Novembru 2001 sal-31 ta' Ottubru 2002?", "Kemm marret għas-suq lokali u kemm għas-suq barrani?", "Dan it-tonn f'liema swieq barranin ġie esportat?", "F'liema ammonti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor.", "Interpellant hi ta' natura kummerċjali u l-pubblikazzjoni tagħha tista' tagħmel ħsara lill-operaturi għaliex f'dak il-perjodu kien hawn tnejn biss.", "It-tonn imrobbi fil-gaġeġ dejjem jispiċċa esportat lejn swieq Asjatiċi bħall-Korea u l-Ġappun għaliex hemm iġib l-aħjar prezzijiet.", "TUNA PENNINGS - ESPORTAZZJONI", "36892.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tunnellata tonn mit-tuna pennings Maltin l- Air Malta ġarret bejn l-1 ta' Novembru 2001 u l-31 ta' Ottubru 2002?", "Lejn liema destinazzjonijiet twassal dan it-tonn mill-Air Malta?", "Liema kienu d- destinazzjonijiet finali ta' dan it-tonn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FORZI ARMATI TA' MALTA - AMMUNITION", "36893.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il round ta' ammunition ta' small weapons intuża f'sessjonijiet ta' taħriġ mill forzi armati ta' Malta matul l-2001?", "Kemm- il shell intużat mill-kanuni fl-istess perijodu għall-istess għan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jidhirlix li l-informazzjoni għandha tkun pubblikata.", "FORZI TAS-SIGURTA` - TAĦRIĠ F'KAŻ TA' DIŻASTRU NAZZJONALI", "36894.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar eżerċizzju ta' prova għal xi tip ta' national disaster mill-forzi tas-sigurta`, pulizija u protezzjoni ċivili?", "Jekk sar, fiex kien jikkonsisti?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tliet korpi msemmija mill-Onor.", "Interpellant għandhom rwol differenti pero` l-att dwar il-protezzjoni ċivili jipprovdi sabiex f'każ ta' diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem, il-ħidma tat-tliet forzi tiġi kordinata mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Għalhekk tħejjew pjani ta' kontinġenza li jiġu adoperati f'kull eventwalita`.", "It-taħriġ f'dawn il-każi jingħata on the job bħalma ġara fil- każi ta' l-immigranti illegali, kif ukoll riċentement fil-każ ta' l- għargħar.", "Il-koperazzjoni bejn it-tliet forzi kif ukoll ma' dipartimenti oħra tal- gvern u korpi volontarji kienet waħda sodisfaċenti.", "Ninsab informat li l-aħħar eżerċizzju li kien jinvolvi l-forzi tas-sigurta` (il-pulizija, l-AFM u d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili) flimkien ma' entitajiet oħra, fosthom l-MIA, id-DCA u l-awtoritajiet tas-saħħa, sar fis- 6 ta' Ġunju 2002.", "Dan kien jitratta simulazzjoni ta' ajruplan f'diffikulta`.", "GWARDJANI LOKALI", "36895.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel impjegati bħala gwardjani lokali?", "Liema huma l-lokalitajiet li għad m'għandhomx is-servizz ta' gwardjani lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi d-domanda tiegħu lill-ministru konċernat peress li l-gvern ma jimpjegax gwardjani privati.", "BORMLA - TISWIJA TA' APPARTAMENTI", "36909.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Peress li ftit ilu sar xi xogħol ta' tiswija fuq is-saqaf ta' l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u peress li ssa li għamlet l-ewwel xita jidher li xorta waħda dawn is-soqfa għadhom joqtru ħafna, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li din il-ħsara tissewwa bis-serjeta`?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "BORMLA – TRIQ SAN MARK - SLUM CLEARENCE", "36910.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi fażi oħra ta' slum clearence proġettata għal Triq San Mark, Bormla?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid liema postijiet ser ikunu milquta u meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saret applikazzjoni lill-awtorita' Maltija għall-ambjent u ippjanar biex tkun żviluppata t-tielet fażi tal-proġett.", "Din tkopri ż-żewġ blokki bejn Triq Hanover, Triq Sta.", "Liena, Hanover Hill, Triq l-Irlandiżi u Triq San Mark.", "Ix-xogħol hu maħsub li jinbeda fl-2005.", "JUNIOR LYCEUM G. DESPOTT - FREE LESSONS", "36911.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom free lessons, mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum, l-istudenti tal-form I tal-junior lyceum G. Despott?", "Jista' jaqsamhom separatament skond is-suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti m'għandhomx free lessons.", "Numru ta' lezzjonijiet lill-istudenti tal-form I fil-junior lyceum G. Despott ma setgħux isiru minħabba mard ċertifikat ta' l-għalliema.", "WSC - ĦADDIEMA", "36941.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar ħaddiema li jaħdmu mal- water services corporation u li jixtiequ jmorru jaħdmu mal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-gvern li huma detailed mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma huma regolati minn Att XXIII ta' l-1991 (Parti V).", "Talbiet li jsiru minn dawn il-ħaddiema għal trasferiment jiġu kkunsidrati fuq il-meriti tagħhom u skond il-ħteġijiet tas-servizz pubbliku.", "ENEMALTA - ARBLI TAD-DAWL", "36942.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari preċedenti tiegħi fuq arbli tad- dawl ta' l-elettriku li jinsabu f'għalqa fis-Sqaq taċ-Ċaqma fi Triq tar- Rumi, M'Scala possibbli li l-Enemalta tinnota li l-arbli msemmija kellhom jinqalgħu madwar sena ilu u minkejja li kien inqala' wieħed, l-oħrajn baqgħu ma nqalgħux?", "Billi dawn l-arbli huma ta' inkonvenjent għal sid l- għalqa, possibbli tittieħed azzjoni biex dawn l-arbli jinqalgħu għax lis- sid ta' l-għalqa in kwestjoni qed itellfuh fix-xogħol tar-raba'?", "Jekk l- Enemalta qed issib problema biex issib fejn huma dawn l-arbli, tista' tikkuntattja lili biex nindikalhom fejn joqgħod sid l-għalqa.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment u s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġew mgħoddija lill-Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.", "WIED IL-GĦAJN - TQEGĦID TA' MAINS TA' L-ILMA", "36943.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru ġentilment jinformana meta hu maħsub li l-kuntrattur jibda xi xogħol fuq it-tibdil ta' mains ta' l-ilma fi Triq l- Imriekeb, Wied il-Għajn?", "Liema toroq se jsiru fl-istess tender flimkien ma' din it-triq?", "Meta se jibda dan ix-xogħol u minn liema triq se jibda l- kuntrattur?", "Meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol bejn wieħed u ieħor?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq il-Qawwara, Triq Wistin Born u Triq l-Imriekeb huma t-tliet toroq li se jiġu asfaltati skond il-kuntratt imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Ix-xogħol ta' tibdil ta' mains beda fil- 11 ta' Novembru fi Triq il-Qawwara.", "Ix-xogħol ta' kostruzzjoni mistenni li jdum għaddej għaxar ġimgħat u għandu jkun lest fil-bidu ta' Frar.", "FURJANA - TRIQ VILHENA - ŻBIR TA' SIĠAR", "36968.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jistgħu jinżabru s-siġar fi Triq Vilhena, Furjana fejn binja Filippo Sciberras?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li ż-żabra tas-siġar li hemm fi Triq Vilhena, Furjana fejn binja Filippo Sciberras, saret f'Ottubru 2001.", "Issa li l-consortium ħa r-responsabbilta` ta' dan ix-xogħol, din it-talba ġiet reġistrata fil-programm.", "FURJANA - GARAGES TAĦT BINJA FILIPPO SCIBERRAS", "36969.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il- garages ta' taħt binja Filippo Sciberras Furjana joħorġu b'tender għall-użu ta' l-inkwilini/sidien ta' l-appartamenti fl-istess binja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-garages indikati mill-Onor.", "Interpellant huma meħtieġa mill-awtorita' tad-djar li diġa` qed tużahom bħala stores, arkivji għad-dokumenti, sala għal konferenzi, biex jiġu ppubblikati skemi kif ukoll għall-parkeġġ ta' karozzi ta' l-impjegati ta' l-awtorita`.", "Għalhekk m'hemmx ħsieb li jiġi attwat is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "SAN ĠWANN - TRIQ GĦARGĦUR - TISWIJA", "36972.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata Triq Għargħur, San Ġwann minħabba l-kundizzjoni ħażina li tinsab fiha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għat-toroq, flimkien mal-kunsill lokali, qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha.", "Ix-xogħol fil-lokalita` isir skond il-prioritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "OPERATUR TAL-LOTTU GRIEG - ĦASIL TA' FLUS", "36973.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Ministeru tiegħu biex jiġi stabilit jekk l-operatur Grieg prospetttiv tal-lottu pubbliku huwiex qed jiġi indagat għall-ħasil tal-flus maħmuġin flimkien ma' irregolaritajiet oħra kif irrapportat fl-istampa internazzjonali u lokali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li qiegħda tiġi miġbura informazzjoni f'dan ir-rigward minn fonti kompetenti u eventwalment jintalbu opinjoni minn fonti daqstant kompetenti.", "CHILD DEVELOPMENT AND ASSESSMENT UNIT - BUDGET", "36979.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien il-vot globali fis-snin 2000, 2001 u 2002 għall-budget tas-CDAU?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iċ-child developmnet and assessment unit taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-ministeru għas-saħħa, għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SKEJJEL SPEĊJALI - BUDGET", "36980.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-vot globali fis-snin 2000, 2001 u 2002 għall- budget ta' l-iskejjel speċjali f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-vot globali fis-snin 2000, 2001 u 2002 għall-budget ta' l-iskejjel speċjali huwa ta' Lm731,000; Lm695,000 u Lm981,000 rispettivament.", "BICAL - FLUS DOVUTI", "36988.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm tħallsu flus tal-BICAL s'issa?", "Meta se jitħallsu l- kumplament tal-flus dovuti lid-debituri?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' flus li s'issa tħallsu lid-depożitanti u l-kredituri tal-BICAL jammonta għal Lm1,825,899.", "Rigward meta sa jitħallsu l-kumplament tal-flus dovuti lid-depożitanti u kredituri, deċiżjoni tittieħed meta jiġi stabilit u realizzat skond il- kawżi pendenti li hemm il-qorti l-ammont ta' flus li jappartjenu lill- BICAL.", "IMPORTAZZJONI TA' KAROZZI SECOND HAND", "36990.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand mis-sena 2000 sal-lum, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid minn liema pajjiżi oriġinaw?", "X'inhuma l-proċeduri sabiex persuna tkun tista' timporta karozza second hand?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista dwar vetturi second hand li ġew liċenzjati mis-sena 2000 sal-lum.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ASTHMA RELIEVER", "36991.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk kellux ilmenti li l-aħħar lot ta' asthma reliever bl- isem Salamol m'hux qed ikollhom l-effett mixtieq bħalma kien ikollhom il- lots ta' qabel?", "Jaf il-Ministru li minħabba dan ċerti pazjenti qed ikollhom jirrikorru għal spiżeriji privati sabiex jixtru asthma relievers li verament ikollhom effett?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li sal-lum id-dipartiment tal- farmaċija ma rċieva l-ebda lment li l-aħħar lot ta` Salamol inhaler mhux qed ikollu l-effett mixtieq.", "MEPA - SAN ĠWANN - PENTHOUSE", "37014.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36403, liema domanda tikkonċerna premises kantuniera ma' St. Margaret Street, San Ġwann hekk kif iddur ma' Triq il-Fuxa, San Ġwann, jista' il-Ministru jinnota li s-sidien, li d- dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, applikaw biex jibnu t-tielet sular liema permess gie rrifjutat u huma xorta komplew jibnu penthouse u flat żgħir li jidher min-naħa ta' wara tas-supermarket li ismu qed jintbagħat separatament?", "X'passi ttieħdu dwar dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ttieħdet azzjoni ta` infurzar skond l-Att 1 dwar l-ippjanar ta` l-iżvilupp u nħarġu separatament tliet avviżi biex tieqaf u tat-twettieq - ECF 871/02, ECF 872/02, ECF 873/02 - kontra l- persuna indikata u dan talli ikkonverta washroom bħala penthouse fuq kull wieħed mit-tliet blokki ta` erba` flats il-wieħed, u dan kuntrarjament għal kif kien approvat fil-permess ta' żvilupp PA 5329/97 maħruġ fit-23 ta`April 1998.", "Informat ukoll illi sal-lum penthouse waħda biss mit-tlieta in kwestjoni hija kompluta - finished - mentri t-tnejn l-oħra għadhom fi stat ta' shell form.", "Il-MEPA se tibqa` issegwi l-każ sa ma l-proċeduri ta` infurzar ikunu konklużi skond il-liġi.", "SAN ĠWANN – NAXXAR ROAD - STABBILIMENTI", "37015.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36407, jaf il-Ministru li f'Naxxar Road, San Ġwann hemm żewġ stabbilimenti separati - wieħed confectioner u l-ieħor supermarket - li għandhom roller door bejniethom li jinfetaħ kull nhar ta' Ħadd biex it-tnejn jiftħu taparsi bħala confectioner minkejja l-liċenzji separati li għandhom?", "X'passi ħadet il-pulizija dwar dan il-każ s'issa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-pulizija għamlet diversi spezzjonijiet tul l-aħħar Ħdud, fejn irriżulta li kemm il-confectionery, is- supermarket u l-grocery, li hemm fit-triq imsemmija, kienu magħluqin.", "Informat ukoll illi ma rriżultax li hemm xi stabilimenti li għandhom roller door bejniethom.", "Għaldaqstant ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtina aktar dettalji sabiex inkun nista` nivverifika ulterjorment.", "PERMESSI - NEGOZJU", "37016.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-liċenzji u l-permessi kollha relattivi għan-negozju li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li b'effett mill-1 ta' Mejju ta' din is-sena l- liċenzji ta` dan it-tip ta' negozju ma baqgħux jinħarġu mill-pulizija, nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "LIĊENZJA TAL-KAĊĊA", "37019.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-kummissarju tal- puliizija milli joħrog liċenzja tal-kaċċa lill-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament meta dan għandu l-kondotta nadifa, għal dawn l- aħħar 20 sena żgur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li peress li riċentement il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant instabet ħatja ta' ksur tar-regolamenti dwar il-kaċċa, it-talba tiegħu ma tistax tiġi kkunsidrata.", "SAN PAWL - TARMAC", "37020.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar beħsiebu jagħti wiċċ tarmac lit-Triq Arznell, San Pawl il- Baħar minħabba s-sitwazzjoni prekarja tagħha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant għandu bżonn jiddistingwi x'inhu x-xogħol li għandu jagħmel il-kunsill lokali minn dak li jsir mill-gvern ċentrali.", "Minn barra hekk, jien konvint li l-Onor.", "Interpellant jaf x'inhu l-mod li bih jaħdmu l-kunsilli lokali.", "POLITIKA SOĊJALI – KONSULENT", "37022.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għadha kif ġiet maħtura konsulenta mal- ministeru tiegħu?", "X'ser ikun ix-xogħol tagħha?", "Kemm ser tkun mistennija taħdem sigħat fix-xahar?", "X'ser ikun is-salarju tagħha bħala advisor?", "X'perijodu ta' żmien ikopri l-kuntratt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kuntratt fuq bażi part-time tal-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant bħala konsulenta dwar affarijiet tal- Komunita' Ewropea ġie estiż għal 12-il xahar b'effett mis-17 ta' Ottubru 2002.", "Din il-persuna mistennija taħdem mill-anqas 30 siegħa fix-xahar u s-salarju tagħha hu ta Lm3,600 fis-sena.", "PRIVATISATION UNIT - KONSULENT", "37023.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiet maħtua bħala konsulent mal-privatisation unit?", "X'se jkun ix-xogħol speċifiku tagħha?", "Kemm se tkun mistennija taħdem sigħat fix-xahar?", "X'se jkun is-salarju tagħha bħala konsulent?", "X'perijodu ta' żmien ikopri l- kuntratt?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-unit ma mpjegat lil ħadd b'dak l-isem."]} {"filename": "19941107_334d_par.doc", "date": "1994-11-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 334 It-Tnejn, 7 ta' Novembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 334", "It-Tnejn, 7 ta' Novembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 334", "It-Tnejn, 7 ta' Novembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 675", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 675", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 683", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS BILL", "Kumitat 684", "AĠĠORNAMENT 711", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 716", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 333 li saret fit-2 ta' Novembru, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SIGURTA' SOĊJALI - IS-SUR LELI GRECH", "20655.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Alfred Sant) staqsa lill- Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jagħti tweġiba għall-Interpellanza numru 20509 dwar il-każ taċ-cheque ta' l-N.I. tas-Sur Leli Grech ta' 3, Victory Lane, Birkirkara li baqa' ma rċeviex dan iċ-cheque għalkemm dan ġie msarraf b'firma falza?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 20,509 u 20,655 imressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, nixtieq issa, wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji mill-Bank u mill-Fraud Section tal-Pulizija, ninforma lill-Onor.", "Membru illi kontra dak li ġie allegat fiż-żewġ mistoqsijiet parlamentari, effettivament iċ-ċekk inkwestjoni kien ġie msarraf mis-Sur Grech stess u mhux minn xi ħaddieħor li ffalsifika l-firma tas-Sur Grech.", "Fl-ewwel interrogazzjoni mill-Fraud Section tal-Pulizija, is-Sur Grech baqa' jinsisti sa l-aħħar li l-firma fuq wara taċ-ċekk ma kenitx tiegħu u li xi ħadd kien seraqlu ċ-ċekk u sarrafulu.", "Waqt t-tieni interrogazzjoni li saritlu, is-Sur Grech ammetta mal-Pulizija li hu stess kien sarraf iċ-ċekk.", "Bħalissa għaddejjin passi fil-Qorti Kriminali kontra s-Sur Grech min- naħa tal-Pulizija skond artikoli 188 u 110(2) tal-Kodiċi Kriminali u ta' artikolu 308 tal-Kapitlu 9 minħabba dikjarazzjoni falza, rapport falz u anke minħabba attentat ta' frodi.", "Mr Speaker, jien nixtieq ngħid li kienu saruli żewġ mistoqsijiet parlamentari f'intervall ta' erbat ijiem - kienu saruli fil-15 u fl-20 ta' Lulju.", "Dak iż-żmien ma stajtx nagħti risposta għax għalkemm il- mistoqsijiet parlamentari kienu waslu fil-Ministeru tiegħi xi ftit ġranet qabel, aħna kellna intervall ċkejken ħafna, bir-riżultat li ma kellniex ċans nispiċċaw l-investigazzjonijiet tagħna.", "Aħna kellna l-kopja taċ-ċekk u l-firma li kienet tixbah ħafna lil dik ta' l-individwu li kien qed jistaqsini fuqu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dak inhar li ġejt mitlub inwieġeb it-tieni domanda, jien kellimt lil dan l-individwu - jien mill-ewwel indunajt li dan l-individwu mhux qed jgħid il- verita' għax mhux l-ewwel darba li kellna każi simili - u staqsejtu jekk forsi nesiex li sarraf iċ-ċekk hu stess.", "Imma minħabba l-insistenza tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li bilkemm ma ħax għalih li ġieni dan id-dubju u qalli li kont qed nissuspetta ħażin f'dan l-individwu ...", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Onor. Hyzler, ippermettili ftit, jekk jogħġbok.", "Naħseb li jkun aħjar jekk nieqfu hawn għax jekk issa ttieħdu xi passi, il-każ jaqa' sub judice,", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fil-fatt jien se nieqaf hawnhekk għax issa r- risposta għal din id-domanda tajnieha.", "Kulma nixtieq ngħid hu li kont napprezza iktar kieku l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma baqax jinsisti biex nagħtih risposta fuq dan il-każ, meta jien kont diġa' spjegajtlu x'inhu l- każ għax kieku l-affarijiet konna nagħmluhom iktar ...", "(Interruzzjonijiet) Aħna ma għidna xejn ħlief li s-Sur Grech ammetta mal-Pulizija li ċ-ċekk sarrfu hu stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jikkonferma li dan hu każ fejn l- individwu għadu ma nstabx ħati u l-Pulizija qiegħda tieħu passi biex jaraw jekk hux ħati jew le?", "MR SPEAKER: Naħseb li dan joħroġ mit-tweġiba stess.", "Nitlobkom ma ttawlux fuq dan il-punt, ġaladarba l-każ huwa sub judice.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien kulma se ngħid hu li aħna l-każ irreferejnih lill-Pulizija u mal-Pulizija dan ammetta li sarrfu hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, nixtieq li tiggwidani int bħala avukat, iktar milli bħala Speaker.", "Ma naħsibx li r-risposta kif taha l-Ministru tista' tiġi aċċettata.", "Jista' jkun li dak li qed jgħid huwa veru u jista' jinstab li mhux veru.", "Allura kif issa qed jgħidu li s-Sur Grech iffalsifika l-firma meta l-każ huwa sub judice?", "Jien naħseb li r-risposta ma jmisshiex ingħatat hekk, mhux għax qed niddubita mill-kelma tal-Ministru jew ta' xi ħadd, imma kif qed tgħid int stess ir-risposta m'għandhiex tiġi hekk.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien għamilt l-investigazzjonijiet u r-riżultat tagħhom kelli nagħtih bħala risposta għad-domanda li kienet saritli.", "MR SPEAKER: Naħseb li jekk wieħed jara l-mod kif inhi mitkuba l- mistoqsija, jara li t-tweġiba li ta l-Ministru tirrispondi għal dak li għandu x'jaqsam ma' investigazzjonijiet, jiġifieri fi stadju ta' qabel ma beda l-każ; imbagħad l-aħħar paragrafu jgħid x'ġara sa ma beda l-każ.", "Din hija aċċettabbli, pero' nippreferi li tweġibiet fuq każi li jittrattaw kwestjonijiet li jkunu bdew passi kriminali fuqhom, ikun aħjar jekk wieħed jgħid sempliċement li l-każ huwa sub judice.", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, jien irrid ngħid li jkun hemm każi, anke ta' qtil u mhux fuq sempliċement cheque, u wara li jkun għamel statement lill-Pulizija l-akkużat jitla' l-Qorti u ma jammettihx.", "Issa fil-każ li għandna hawn qed jiġi allegat li dan diġa' ammetta kollox.", "L-argument tiegħi hu li l-Ministru seta' qalilna li l-Pulizija se tressaq lill-persuna li għandha suspett fiha u jieqaf hemm.", "M'hemmx bżonn nidħlu fid-dettal dwar jekk dan ammettiex jew le.", "MR SPEAKER: Fil-futur f'każijiet bħal dawn nippreferi li t-tweġiba tkun fil-qosor.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jien nitlob li din ir-risposta jew tiġi rephrased jew tiġi rtirata kollha.", "MR SPEAKER: Naħseb li m'hemmx għalfejn fiċ-ċirkostanzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din m'hijiex allegazzjoni, imma jien qed ngħid dak li ntqal lill-Pulizija.", "Jien għandi l-firma tal-Pulizija li hu ammetta magħhom u jien qed ngħid x'qalu l-Pulizija.", "Ma żidt l-ebda kelma li m'hix qiegħda fir-rapport.", "MR SPEAKER: Fil-futur f'każijiet bħal dawn nippreferi li t-tweġiba tkun limitata sempliċement għall-fatt li qed jittieħdu passi kriminali u allura l-każ huwa sub judice.", "(Interruzzjonijiet) Iktar ma ndumu fuq din il- kwestjoni iktar agħar.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien ma dħaltx f'din il-kwestjoni, imma l-mod kif qed jirreaġixxi l-kollega tiegħi ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jidher li fil-mument li saret il-mistoqsija ma kenux bdew il- passi kriminali.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien li nista' nifhem hu li meta ġie stabbilit li dan iċ-ċekk ġie msarraf permezz ta' firma falza - kien min kien li ffalsifika dan iċ-ċekk u hawnhekk ma naqbilx li għandu jiġi żvelat min ammetta u m'ammettiex - ...", "L-iskop ta' din il-mistoqsija kien biex aħna niġu nformati jekk l-individwu - f'dan il-każ is-Sur Leli Grech - hux se jieħu l-flus li kienu dovuti lilu fiċ-ċekk li ġie msarraf b'firma falza.", "Aħna rridu nkunu nafu biss jekk dan l-individwu ħax il-flus wara li ġie stabbilit li ċ-ċekk tiegħu ssarraf b'firma falza.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli, jekk jogħġobkom.", "Aħjar ma nibqgħux nitkellmu iktar fuq dan il-każ u nieqfu hawn.", "Jien nappellalkom biex fil-każ titkellmu bejnietkom separatament.", "UNION TAL-MUŻIĊISTI - PERMESS LIS-SURMAST TAL-BANDA TA' L-AFM", "21901.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-aħħar problemi bejn in-National Musicians Union u l-Ministeru tal-Kultura, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif is-surmast tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta nħariġlu permess biex jagħmel part-time job f'lukanda ewlenija, meta skond l-istess union dawn il- proċeduri huma kontra l-Estacode u l-arranġamenti stabbiliti bejn il-Union u l-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta m'humiex uffiċjali pubbliċi u għaldaqstant, il-provvedimenti ta' l- Estacode m'humiex awtomatikament applikabbli bil-Liġi għall-istess membri tal-Forzi Armati.", "Iżda ninsab informat li fejn jidħlu applikazzjonijiet għal xogħol privat, il-provvedimenti msemmija jittieħdu bħala gwida flimkien ma' konsiderazzjonijiet oħra applikabbli għall-Armata.", "Ninsab informat ukoll li l-applikazzjoni għal xogħol part-time mis-surmast tal-Banda tal-Forzi Armati kienet tikkonforma mal-provvedimenti u l-konsiderazzjonijiet imsemmija, u għaldaqstant ġiet milqugħa.", "Ir-referenza magħmula fil-bidu tal-mistoqsija ma tikkonċernax lill-Forzi Armati ta' Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, jien kont għamilt mistoqsija parlamentari fejn kont staqsejt kemm hawn impjegati maċ-Ċivil li għandhom il-permess ta' part-time job, speċjalment dawk l-impjegati li huma teachers.", "Skond l-Estacode, impjegati maċ-Ċivil għandhom permess jagħmlu part-time job?", "GĦax mit-tweġiba li kont ingħatajt għall-mistoqsija li għamilt, jirriżulta li ftit huma dawk li għandhom dan il-permess.", "Jien nixtieq ngħid ċar u tond li l-aktar li jinkwetani huwa l-fatt li ħafna teachers fl-iskejjel ta' l-Istat - speċjalment dawk ta' l-iskejjel sekondarji u terzjarji - qed jagħtu l-privat.", "GĦalhekk wieħed għandu jara jekk l-istudenti humiex verament qed jingħataw it-tagħlim meħtieġ.", "Qed ngħid dan biex kemm jista' jkun naraw li jiġi evitat li familja b'xi tlett itfal tispiċċa tibgħathom kollha l-privat biex ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom, speċjalment biex ikunu jistgħu jagħmlu l-\"O\" u l-\"A\" Levels.", "Aħna ġieli smajna lil xi ġenituri jgħidu li qed ikollhom jibagħtu lil uliedhom kollha l-privatijiet biex jgħaddu mill-eżamijiet.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Estacode japplika manifestament għat- teachers ukoll u għalhekk suppost li kull min jagħmel xogħol part-time irid ikollu l-permess.", "Forsi meta issa tibda titħaddem il-VAT - u għalhekk għalkemm il-privatijiet m'humiex soġġetti għall-VAT, l-irċevuti tal-flus li jitħallsu lit-teachers għal lezzjonijiet tal-privat xorta jridu jinħarġu - ikollna mezz ieħor biex inkunu nistgħu nikkontrollaw abbużi bħal dawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Imma dan is-servizz se jkun zero rated.", "Jiġifieri t-teachers m'għandhomx jiċċarġjaw iktar biex it-taxxa tal-VAT iġibuha minn fuq l-istudenti, hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Portelli ħa parti fid-debate dwar il- Liġi tal-VAT u għalhekk jaf li l-privatijiet huma zero rated, jiġifieri l- istudenti mhux se jħallsu iktar għas-servizz li jingħatalhom.", "Pero' l- istudenti se jkollhom id-dover li jitolbu rċevuta għall-flus li jkunu ħallsu.", "SAN ĠILJAN - TERRITORJI LI JAQGĦU TAĦT L-ISEM TA' PACEVILLE", "21610.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru: Liema huwa t-territorju kollu li hu meqjus li jaqa' taħt l-isem ta' Paceville f'San Ġiljan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor.", "Membru, kemm il- lokalitajiet kif ukoll il-konfini tagħhom huma stabbiliti bl-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Att Nru XV ta' l-1993).", "Paceville m'hux wieħed minn dawn il-lokalitajiet u għalhekk il-konfini ta' dan it-territorju m'humiex definiti b'liġi.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - XOGĦOL TA' MANUTENZJONI", "21611.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Illum, 3 ta' Ottubru, 1994 - ġimgħa wara li bdiet l-iskola - f'liema skejjel ta' l-Istat għadu għaddej xogħol ta' tiswijiet, manutenzjoni u riabilitazzjoni tal-bini li qed iħarbat it-tagħlim ta' l-istudenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Ix- xogħol ta' tiswijiet, manutenzjoni u riabilitazzjoni tal-bini fl-iskejjel ta' l-Istat isir matul is-sena kollha skond kif ikun hemm bżonn.", "Fis-sajf li għadda sar programm intensiv ta' xogħol f'madwar 80 skola.", "Jista' jingħad li x-xogħol ta' l-ewwel fażi tlesta, għalkemm għad hemm xi xogħol għaddej f'xi skejjel.", "Bħalissa se tibda fażi oħra ta' riabilitazzjoni b'aktar xogħol f'diversi skejjel.", "Diġa' ttieħdu passi biex ix-xogħol jitqassam b'tali mod li l- ħaddiema ma jtellfux it-tagħlim ta' l-istudenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk jogħġbu, jista' l-Ministru jgħidilna f'liema skejjel prinċipalment saru xogħlijiet ta' tiswija, manutenzjoni u riabilitazzjoni tal-bini qabel ma bdew l-iskejjel, apparti l-iskola tal- Mosta, li x-xogħol li kien hemm bżonn sar b'ċerta pompa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien diġa' poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra tweġiba għal mistoqsija oħra li fiha hemm id-dettalji li qed jitlob il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Fl-iskola tal-Mosta saret estensjoni tal-bini li kien hemm billi bnejna sular ieħor.", "L-estensjoni ta' din l-iskola kienet ilha ħafna li saret u għalhekk il-parti eżistenti ġiet riabilitata biex tiġi taqbel mas-sular il- ġdid.", "L-istess ħaġa saret fl-iskola sekondarja tal-Gżira u ta' Raħal Ġdid.", "MR SPEAEKER: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa minnu li fil-fatt, ħafna mix-xogħol li sar kien xogħol ta' rtokk u f'ħafna każi kien hemm problema kbira biex ix-xogħol ikun jista' jintemm sa meta tibda l-iskola - per eżempju, f'ċerti skejjel fejn anke t-toilets kienu għadhom magħluqa - speċjalment minħabba li dan ix-xogħol ingħata lill-kuntratturi privati u ma kien hemm ebda kontrolli serji fuq ix-xogħol li kienu qed jagħmlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Veru li kien hemm xi diffikultajiet minħabba li kuntrattur partikolari ħa ħafna xogħol u ovvjament ma setax ilaħħaq miegħu.", "Pero' naħseb li meta wieħed iħares lejn il-fatt li għamilna xogħol fi 80 skola, u d-diffikultajiet kienu f'inqas minn 10% ta' l-iskejjel li għamilna xi manutenzjoni fihom ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru jista' jgħidilna kif saret is-sorveljanza fuq ix-xogħol li sar, jiġifieri jekk saritx mid-dipartiment jew minn xi ħaddieħor li m'huwiex impjegat mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Kif ingħatat iċ-ċertifikazzjoni li x-xogħol li sar kien ta' kalibru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għandu żewġ periti; wieħed minnhom jieħu ħsieb ix-xogħol kapitali u l-ieħor jieħu ħsieb ix-xogħol ta' maintenance.", "Hija responsabilita' tagħhom li jiċċertifikaw dan ix-xogħol.", "Hemm ftit każi fejn il-kuntrattur ħabbatna u fejn għadu ma ġiex ċertifikat li x-xogħol hu sodisfaċenti.", "F'każi bħal dawn il- kuntrattur ikun għadu ma tħallasx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hijiex qed tingħata prijorita' fejn jidħlu toilets ta' l-iskejjel u jekk hemmx bżonn li f'ċerti rħula ssir xi estensjoni ta' l-iskejjel, qabel ma naslu fi stat fejn ikun hemm studenti li ma jkollhomx klassi, bħalma kien ġara f'Marsaxlokk u f'xi postijiet oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ovvjament meta naraw x'tip ta' manutenzjoni hemm bżonn fi skejjel li ilhom mibnija għal ċertu ammont ta' snin, insibu li l- iktar areas fejn ikun hemm bżonn riabilitazzjoni - jiġifieri iktar minn żebgħa - ikunu proprju t-toilets.", "Wara li dawn ikunu intużaw għal ħafna snin ikun jaqbel li taqla' kollox u terġa' tagħmel kollox mill-ġdid.", "Rigward estensjonijiet ta' skejjel, kull sena d-Dipartiment jipprova jippjana għall-quddiem u ovvjament l-estensjonijiet nipprovaw nagħmluhom fix-xhur tas-sajf.", "Bħalissa qed nagħmlu estensjoni fil-kumpless ta' Raħal Ġdid fejn hemm il-Liċeo Paolino Vassallo.", "Qegħdin nippjanaw biex nagħmlu wkoll estensjonijiet fl-iskola ta' Wied il-GĦajn, tal-Baħrija u ta' San Ġwann.", "Dawn huma li qed niftakar bħalissa, jista' jkun li hemm xi oħrajn li qed isiru xi pjanijiet biex nipprovaw inlaħħquhom fis-sajf li ġej, pero' dawn it-tlieta jidhru li huma l-iktar urġenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jikkonsidrawx ukoll l-ambjent ta' madwar l-iskejjel.", "Per eżempju fil-każ ta' Wied il- GĦajn tlabna anke fil-Parlament biex issir il-bankina u tiġi rranġata t- triq ta' madwar l-iskola.", "M'huwiex biżżejjed li jkollok skola, imma jrid ikollok ukoll aċċess tajjeb għaliha u almenu madwarha jrid jiġi rranġat biex in-nies u l-istudenti li jgħaddu minn hemm ma jaqgħux.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naturalment wieħed jagħti kas ukoll ta' l-area li tkun within the precincts ta' l-iskola.", "Jista' jkun hemm każi fejn dawn l- areas ma jkunux responsabilita' tad-Dipartiment għax ikunu bankini u toroq 'il barra mill-iskola.", "Fil-każ ta' Wied il-GĦajn, nista' ngħid li din is- sena mill-ispejjeż tad-Dipartiment tajna t-tarmac lit-telgħa li tagħti għall-iskola, għaliex ikkonsidrajna li din isservi għall-iskola biss u kienet qiegħda f'sitwazzjoni ħażina ħafna.", "Kellna wkoll diskussjonijiet ma' l-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar fejn se ssir l- estensjoni ta' l-iskola għax kulħadd xtaq li jekk jista' jkun ma nkomplux nokkupaw l-art ta' madwar l-iskola ta' Wied il-GĦajn li għandha ċertu ammont ta' landscape, u naħseb li sibna mod kif inkabbru l-iskola mingħajr ma nirrovinaw dak il-pajsaġġ.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "21612.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat għad hemm ilmenti minn lokalitajiet differenti ta' Malta u Għawdex dwar nuqqas ta' għalliema:", "1) Tista' tgħidli llum, 3 ta' Ottubru, 1994 f'liema skejjel, liema għalliema ta' liema suġġetti għadhom nieqsa?", "2) X'inhi r-raġuni li hawn dawn l-għalliema kollha nieqsa?", "3) X'passi se jittieħdu biex l-istudenti ta' l-iskejjel primarji u sekondarji ma jitħallewx aktar bla għalliema?", "4) Meta se jittieħdu dawn il-passi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fit-3 ta' Ottubru d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kienet qed tieħu l-passi meħtieġa biex tipprovdi l-għalliema għal dawn il-lezzjonijiet fl-iskejjel imsemmija:", "Fiżika (4 għalliema) Skejjel Sekondarji tal-Bniet Patri Ġuże' Delia, Erin Serracino Inglott, M'Assumpta u Luigi Preziosi; Liċeo tal-Bniet Carlo Diacono; Skola Sekondarja tas-Subien Vincenzo Bugeja.", "Xjenza Integrata (3 għalliema) Skola Sekondarja tal-Bniet Erin Serracino Inglott; Skejjel Sekondarji tas- Subien Vincenzo Borg Brared, Vincenzo Bugeja u Lorenzo Gafa'.", "Ingliż (3 għalliema) Skejjel Sekondarji tas-Subien F.X. Attard, Ġuże' D'Amato, Sir Temi Zammit u Ġuże' Galea.", "Matematika (4 għalliema) Liċej tal-Bniet Santa Tereża, Sir Adrian Dingli u Carlo Diacono; Skola Sekondarja tas-Subien Ġuże' Galea; Liċeo tas-Subien Ġużeppi Despott.", "Komunikazzjoni Grafika (għalliem wieħed) Skola Sekondarja tal-Bniet Alfons Maria Galea u Skola Sekondarja tas-Subien Antonio Bosio.", "Ġeografija (għalliem wieħed) Liċeo tal-Bniet Maria Reġina.", "Craft (5 għalliema) Skejjel Sekondarji tas-Subien Antonio Bosio, F.X. Attard, Sir Temi Zammit, Mgr.", "Pietru Pawl Saydon, Ġuże' D'Amato u Ninu Cremona.", "Personal and Social Education (4 għalliema) Skola Sekondarja tal-Bniet M'Assumpta; Skejjel Sekondarji tas-Subien F.X. Attard, Sir Temi Zammit u Ġuże' Galea.", "Malti (għalliem wieħed) Skola Sekondarja tas-Subien Ġuże' D'Amato.", "Business Studies (2 għalliema) Skola Sekondarja tas-Subien Sir Temi Zammit u Liċeo tal-Bniet Ġan Franġisk Agius De Soldanis.", "Fis-settur primarju kien hemm għalliema li rriżenjat fit-3 ta' Ottubru u l-għada ntbagħtet għalliema oħra.", "Għad hawn għalliema nieqsa għaliex xi għalliema temmew l-impieg minħabba l-eta' jew minħabba li sabu xogħol ieħor.", "Għalliema oħrajn ma aċċettawx l- offerta ta' xogħol għal xi raġuni jew oħra.", "Oħrajn ħarġu bil-leave minħabba maternita' u oħrajn ingħataw xi borża ta' studju.", "Biex jimtlew il-vakanzi saret sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni rċeviet 384 applikazzjoni minn għalliema kwalifikati, minn applikanti bi gradi universitarji oħra u minn casual instructors.", "Minn dawn, 48 ma kenux jikkwalifikaw, 168 ikkwalifikaw, 29 ma aċċettawx jew ma weġbux għall-offerta u 139 daħlu jgħallmu.", "Hemm sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet fis-suġġetti kollha mgħallma fil-livell sekondarju.", "Hemm għadd ta' casual instructors u instructresses li qegħdin jistennew biex jidħlu jgħallmu fil-livell primarju.", "Kuljum jittieħdu passi biex jimtlew il-vakanzi.", "Fil-fatt, il-qagħda tinbidel minn jum għal ieħor b'riżultat tal-ħidma tad-Diviżjoni biex l- iskejjel ikollhom l-għalliema meħtieġa.", "Fil-fatt nista' nżid li mindu ngħatat l-informazzjoni li nġabret fit-3 ta' Ottubru, meta saret il-mistoqsija, fl-iskejjel primarji ma jidhirx li hemm nuqqas ta' għalliema u għalkemm fl-iskejjel sekondarji l-postijiet ma mtlewx kollha, in-nuqqas naqas sostanzjalment.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħidilna għaliex fit-tieni sena tal-Fellenberg Institute hemm nuqqas ta' teachers fil- microprocessing u fl-informatika?", "Ma jaħsibx li n-nuqqas f'dak il-qasam huwa kruċjalment żbaljat u li hemm bżonn issir xi ħaġa biex dan jirranġa ruħu, għax huwa ta' detriment kbir għall-istudenti nvoluti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamilli mistoqsija separata.", "Fi ftit kliem nista' ngħidlu li t-teacher li kien jgħallem dak is-suġġett irriżenja u għalkemm qed nagħmlu l-almu kollu tagħna, għad ma rnexxilniex nirrimpjazzawh.", "Ipprovajna nirrimedjaw mod ieħor, imma s'issa għad ma rnexxilniex.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura f'każi simili x'se jiġri mill-istudenti?", "Diġa' għaddew xahrejn mill-bidu tas-sena skolastika u nassumu li għad fadal xahrejn oħra biex tissolva l-problema.", "Jiġifieri dawn se jkunu għamlu erba' xhur mingħajr il-kors meħtieġ.", "X'se jsir imbagħad biex għallinqas l- istudenti jieħdu dak li jkunu tilfu?", "Għax imbagħad bir-raġun li l-ġenituri tagħhom huma preokkupati minħabba l-fatt li f'sena kruċjali tal-kors se jibqgħu b'dan il-vojt fl-edukazzjoni u fit-taħriġ tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din veru li hija problema.", "Ġieli kellna każi fejn teacher jintbagħat tard matul is-sena skolastika minħabba dawn it-tipi ta' problemi.", "Min-naħa tagħna, aħna nipprovaw nagħmlu xi tip ta' lezzjonijiet żejda biex nipprovaw inġibu l-lezzjonijiet li jkunu ntilfu fiż-żmien meta ma jkunx għadu ġie provdut teacher.", "Imma wieħed irid jara kull każ fil- mertu tiegħu.", "Jekk ikun il-każ, jien se nieħu ħsieb biex dan isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Permezz tar-risposti li jingħataw għall- mistoqsijiet parlamentari li jirrigwardaw lill-qasam ta' l-edukazzjoni - hawn nitkellem anke dwar is-snin ta' qabel l-1987 - aħna informati li xi teachers nisa li jkunu pregnant ma jinformaw lil ħadd li mhux se jibqgħu jaħdmu minħabba xi benefiċċji li jistgħu jieħdu.", "Allura d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jista', bi ftehim mat-trade unions, isib xi rimedju biex isiru arranġamenti għall-kondizzjonijiet eżistenti?", "Jien qed nagħmel dan is-suġġeriment biex forsi t-teachers nisa ma jibqgħux jitilqu x-xogħol tagħhom f'nofs is-sena skolastika bil-konsegwenza li jtellfu lill-istudenti mit-tagħlim.", "Bi ftehim bħal dan, id-Dipartiment konċernat ikun jaf li matul sena skolastika għandu, per eżempju, 50 teacher li se jkollhom jitilqu mix-xogħol minħabba li jkunu pregnant.", "Tajjeb li d-Dipartiment ikun jaf ukoll f'liema xahar ikunu se jitilqu mix-xogħol biex jilħaq jagħmel l-arranġamenti meħtieġa u b'hekk l-istudenti ma jiġux lampa stampa.", "Jien nixtieq nagħmel mistoqsija oħra lill-Ministru.", "Jista' jsir xi arranġament biex dawk l-istudenti li jkollhom numru ta' \"O\" levels - ngħidu aħna ħames \"O\" levels - fi grade \"A\", ikunu jistgħu jgħallmu lil ċerti klassijiet fl-iskejjel primarji biex b'hekk id-Dipartiment ikun jista' jiġi relieved?", "Dan japplika l-aktar għal dawk li jkunu beħsiebhom jistudjaw xi suġġetti għall-\"A\" level mingħajr ma jmorru l-iskola.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Rigward il-kwestjoni tat-teachers li jkunu pregnant, il-problema ma tinħoloqx meta dawn it-teachers jirriżenjaw matul is-sena għax dawn javżaw in due time.", "Il-problema tinħoloq meta ħafna mit- teachers li jkunu jafu li mhux se jidħlu fil-bidu tas-sena skolastika minħabba t-tqala, ma javżawx lid-Dipartiment b'dan u allura d-Dipartiment ikun diġa' ppjana li t-tali teacher se tmur tgħallem fit-tali skola, imbagħad lejlet li tibda s-sena skolastika, din it-teacher toħroġ bil- pregnancy leave.", "Meta jien ipprovajt ninsisti fuq din il-problema, kien hemm min tani l-impressjoni li dawn it-teachers għandhom l-idea li jekk javżaw lid-Dipartiment qabel, dan se jgħidilhom biex joħorġu bil-leave qabel u allura jitilfu l-paga ta' matul il-vaganzi tas-sajf.", "Pero', skond il-parir li għandi s'issa, fil-fatt ma jiġrix hekk.", "Jiġifieri jekk xi mara tkun tqila u ma tkunx tista' tidħol tgħallem fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru, m'hemm l-ebda raġuni għaliex għandha tavżana proprju fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru.", "Aħna se nieħdu passi biex is-sena d-dieħla nitolbu lit-teachers javżawna b'dan minn qabel, mingħajr ma jkun hemm l-ebda effett negattiv fuq l-ammont ta' paga jew leave tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiġfieri jekk qed nifhem sew - u jkun ta' ġid għall-istudenti jekk isir dak li qed ngħidu - se tibda tintbagħat ċirkolari lit-teachers nisa biex dawn ikunu jafu id-drittijiet tagħhom u l-obbligi li għandhom lejn id-Dipartiment.", "Fil-fatt, kif qed jgħid il-Ministru, jista' jkun li wieħed ma jkunx jaf il-conditions of employment tiegħu u bħalma l- impjegati fil-fabbrika jingħataw ktieb mill-employer jew inkella mill-union li tirrappreżentahom biex jiġu informati b'dawn l-affarijiet, hekk ukoll għandu jsir f'dan il-każ biex l-affarijiet isiru sew.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li hekk ftehemna.", "Irridu navżaw iktar lit- teachers bid-drittijiet tagħhom u ngħidulhom kif jikkoperaw iktar mingħajr ma jitilfu xejn mid-drittijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statistika ta' ħaddiema assenti fid-Dipartimenti tal-Gvern, Korpi Parastatali u Kumpanniji ewlenin li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma nhar l-24 ta' Ottubru 1994, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22224;", "Lista ta' kunsillieri/sindki li rriżenjaw minn mindu bdew jiffunzjonaw il-Kunsilli Lokali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22298; u", "Kopja tad-Dikjarazzjoni li saret f'Casablanca waqt il-Middle East/North Africa Economic Summit f'Novembru 1994, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22381.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statistika li turi l-vakanzi li jeżistu fil-Korp tal-Pulizija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 21599.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija:", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena 1993/1994;", "Kopja ta' dan ir-rapport tqassmet lill-Onor.", "Membri.", "F'isem il-Ministru għall-Ambjent, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' talbiet li saru għal tiswija f'postijiet tal-Gvern f'Ħaż- Żabbar u ż-Żejtun, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22326.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, peress li dan l-aħħar, aktar minn qatt qabel, kellna mewġa ta' qtil konness mad-droga, u wara l-qtil tal-Mosta tħabbar li kien hawn xi listi ta' persuni involuti u l-poplu kollu Malti llum jinstab allarmat, il-Gvern għandu xi stqarrija x'jagħmel?", "MR SPEAKER: Jien m'iniex informat li hemm xi ħsieb jew li hemm ipprogrammat li se ssir xi stqarrija.", "GĦalhekk nassumi li m'hemm xejn minn dan.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURANTA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Fil-fatt, għal din il-klawsola, għandi emenda żgħira li tirrigwarda l-ortografija, aktar minn ħaġa oħra.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Fit-tifsira ta' \"kummerċjant\" fil-klawżola 2:", "(a) fil-paragrafu (a) tagħha, minflok il-kliem \"oġġetti jew servizzi bi profitt jew qliegħ lil konsumatur; jew\" għandhom jidħlu l-kliem \"oġġetti jew servizzi bi profitt jew qliegħ lill-konsumatur;\"; u", "(b) fil-paragrafu (b) tagħha minflok il-kliem \"jistabilixxi b'avviż fil-Gazzetta;\" għandhom jidħlu l-kliem \"jistabbilixxi b'avviż fil- Gazzetta; u\".", "\"A\" In the interpretation of \"trader\" in clause 2:", "(a) in paragraph (a) thereof for the words \"goods or services for a profit or a reward to a consumer; or\" there shall be substituted the words \"goods or services for a profit or a reward to a consumer;\"; and", "(b) in paragraph (b) thereof for the words \"designate by notice in the Gazette;\" there shall be substituted the words \"designate by notice in the Gazette; and\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Ma nafx jekk iniex in order, imma nixtieq nistaqsi għaliex bdejna bi klawsola 2, minflok bl-ewwel klawsola?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-proċedura tagħna, dejjem nibdew bi klawsola 2.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Kollox sew.", "Rigward it-tifsira \"kummerċjant\", irrid ngħid li fiha naraha qisha kwestjoni lingwistika.", "Allura din il-kwestjoni lingwistika se tbiddel it-terminoloġija?", "(Interruzzjonijiet) Paragrafu (b) ta' klawsola 2 jgħid li l-kelma \"kummerċjant\" tfisser hekk:", "\"tfisser kull dipartiment tal-gvern, korporazzjoni pubblika, awtorita' jew organizzazzjoni li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill-konsumatur bi ħlas, hekk kif il-Prim Ministru jista' minn żmien għal żmien jistabilixxi b'avviż fil-Gazzetta;\"", "Aħna jidhrilna li din il-klawsola m'hix qed tkopri dak li nixtiequ.", "Aħna nixtiequ li taħt din id-definizzjoni ma jkunx hemm il-kliem \"bi ħlas\" għax ma naħsbux li għandu jkun hemm xi tip ta' protezzjoni lil xi organizzazzjoni li taħdem bi flejjes pubbliċi.", "Aħna nemmnu li l-Prim Ministru ma għandux ikollu l-poter li jipproteġi lil xi organizzazzjoni billi ma jinkludihiex fil-lista li jistabbilixxi.", "Onor. Galea, naħseb li tkun ħaġa tajba jekk nirranġaw l-aħħar parti ta' din il-klawsola.", "Naħseb li din hi kwestjoni ta' terminoloġija.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Kif qal l-Onor.", "Sandro Schembri Adami, il- Ministru jaf li aħna għamilna enfasi qawwija fuq dan il-punt għax inħossu li l-funzjoni li jistabbilixxi din il-lista m'għandha titħalla f'idejn ħadd, mhux f'idejn il-Prim Ministru biss.", "Din għandha tkun stabbilita bil- quddiem, iktar u iktar fil-każ ta' entitajiet li huma miżmuma bi flus il- poplu.", "Waqt it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, jien għamilt enfasi li għandu jkun hemm aċċess immedjat għal dawn l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Gvern u mhux noqogħdu nistennew li jiġu inklużi f'din il-lista.", "Per eżempju, jekk ikun hemm ilmenti dwar l-ilma - mhux biss għax ikun ħażin imma għax kultant jekk wieħed ma joqgħodx attent l-ilma jista' jagħmel ħsara lill-konsumatur - trid toqgħod tistenna sakemm il-Prim Ministru jinkludi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u allura jagħtik ċans tieħu l-passi?", "M'għandux ikun hemm is-saħħa li l-konsumatur iressaq l- ilment tiegħu ħalli l-affarijiet jitjiebu mill-ewwel?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien ma nistax nifhem għaliex wieħed għandu jikkwalifika paragrafu (b) ta' klawsola 2 bil-kliem \"bi ħlas\".", "Jien naħseb li l-kliem \"bi ħlas\" huwa żejjed għax meta dawn l-entitajiet ikunu qed jipprovdu servizz, hu x'inhu, ikunu qed jipprovduh bil-ħlas tat-taxxa tal-poplu.", "Jiġifieri ċ-ċittadin, tajjeb jew ħażin, ikun diġa' ħallas biex jirċievi dak is-servizz u għandu dritt li jieħu servizz minn kull dipartiment jew organizzazzjoni tal-Gvern.", "Kif qed nifhem jien, dan ifisser li taħt it-termini ta' din il-Liġi, Enemalta jew Telemalta - biex nagħti eżempju - jistgħu jiġu klassifikati bħala kummerċjanti għax il- konsumatur irid iħallas tas-servizz li jirċievi mingħandhom, u fil-każ ta' dak is-servizz li kwalunkwe dipartiment ieħor jipprovdi mingħajr ħlas il- konsumatur mhux se jkollu dritt għal redress meta ma jkunx ġie moqdi kif suppost.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Freddie Micallef.", "Ma nafx għaliex il-Prim Ministru għandu joqgħod jelenka dawn l-entitajiet.", "Mhux qed ngħid dan b'nuqqas ta' rispett, imma jien jidhirli li f'kull Ministeru jew dipartiment tal-Gvern li hu miftuħ għall-pubbliku u li għandu kuntatt dirett mal-pubbliku - il-pubbliku għandu d-dritt li jmur f'kull dipartiment mhux neċessarjament fejn is-servizz li jingħata jkun bi ħlas, għax għandu dritt jieħu servizz mingħand kwalunkwe civil servant, kif fil-fatt tfisser il-kelma, \"seftur tan-nies\", jiġifieri qiegħed hemm biex jaqdi lill- pubbliku - il-pubbliku dejjem se jkun il-konsumatur tas-servizz.", "Jien ma naqbilx li għandna noqogħdu nelenkaw liema minnhom se jkunu jaqgħu taħt din il-Liġi għax jiġu provduti bi ħlas u liema m'humiex, għax iċ-ċittadin dejjem qed iħallas permezz tat-taxxi u jekk ma jħallasx hu, ikun qed iħallas ħaddieħor għalih.", "GĦalhekk nissuġġerixxi li l-kliem \"bi ħlas\" għandu jinqata' minn hemmhekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI:Fid-definizzjoni ta' \"għaqda ta' konsumaturi\" hemm li:", "\"\"għaqda ta' konsumaturi\" tfisser korp volontarju ta' persuni li l- għan ewlieni tiegħu hu l-promozzjoni ta' protezzjoni jew edukazzjoni tal-konsumatur;\".", "GĦaliex m'għandhiex tiġi \"ta' protezzjoni u/jew edukazzjoni tal- konsumatur\", meta tista' tkun għaqda li taqdi dawn iż-żewġ funzjonijiet fl- istess ħin?", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Fil-fatt fuq l-istess punt, irrid ngħid li fl-istadju tat-Tieni Qari konna tkellimna dwar l-importanza tal-protezzjoni kif ukoll ta' l-edukazzjoni tal-konsumatur, biex ikun proċess li jmur both ways.", "Naqbel ma' dak li qal il-kollega tiegħi li fil-klawsola li qed tiġi mressqa jkun utli li nżidu l-kelma \"u\" biex bħala għanijiet ikun hemm kemm il-protezzjoni kif ukoll l-edukazzjoni.", "Hawn qed nipprovdu għall- kontinġenza ta' protezzjoni u anke ta' edukazzjoni, pero' jista' jkollok ukoll każ ta' protezzjoni u edukazzjoni ...", "Kif qed tiġi proposta din id- definizzjoni, mhux qed tingħata l-possibilita' li jkun hemm iż-żewġ elementi.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Effettivament ma naħsibx li bil-kelma \"jew\" ma qegħdin neskludu li l-istess għaqda taqdi ż-żewġ funzjonijiet differenti.", "Ma naħsibx li t-tifsira tagħha hija ristretta daqskemm qed jiġi interpretat.", "Rigward is-servizz mogħti minn korporazzjonijiet pubbliċi u awtoritajiet oħrajn wieħed irid jgħid li għalkemm l-iskop huwa li kemm jista' jkun dan it-tip ta' servizz ikun kopert ukoll minn din il-Liġi, f'dan il-mument inħossu li jkun aħjar jekk ma ninkludux kull korporazzjoni f'salt.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien xtaqt inżid li meta qed jiġu introdotti konċetti ġodda f'din il-Liġi, il-prudenza titlob li għandu jkun hemm perjodu li fih jista' jkun hemm id-deċiżjoni li tiġi estiża l- applikabilita' tal-Liġi biex tkopri kull koporazzjoni u entita' pubblika.", "M'hemmx dubju li fil-prinċipju m'hemmx konflitt mal-fatt li l- korporazzjonijiet għandhom jaqgħu wkoll taħt din il-liġi, u jidher ċar li l- intenzjoni hi li eventwalment ikunu jaqgħu taħtha wkoll.", "Naturalment meta l-Liġi kienet qed tiġi diskussa internament kienu tqajmu diversi diffikultajiet u ġie deċiż li wieħed jidentifika s-servizzi partikolari li jistgħu jaqgħu taħt il-konċett ta' \"konsumatur\".", "Naturalment imbagħad wieħed irid jara wkoll il-liġijiet partikolari tal-korporazzjonijiet infushom.", "Pero' m'hemmx dubju li bdejn proċess li jwassal għal kopertura ikbar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, dwar it-tifsira ta' \"għaqda tal- konsumaturi\" f'dan l-Abbozz u dwar it-tweġiba li tana l-Ministru, naħseb li jkun aktar floku jekk nagħmlu \"u/jew\" minħabba li tista' tinqala' diffikulta' dwar interpretazzjoni fil-qorti.", "Irridu niftakru li wieħed jista' jressaq il-każ tiegħu jew quddiem tribunal apposta, jew inkella quddiem il-Qorti, f'każ li d-danni claimed ikunu jammontaw għal aktar minn Lm250.", "Għalhekk naħseb li iktar ma l-klawsola tkun ċara, iktar aħjar, għax anke l-għaqdiet tal-konsumaturi nfushom ikunu jistgħu jaħlu inqas żmien f'dawn il-kawżi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF:F Mr Chairman, se nkompli fuq ir-rimarka li għamilt fil-bidu u li fuqha tkellem aktar ċar l-Onor.", "George Vella.", "Waqt it-Tieni Qari ta' din il-Liġi saret enfasi kbira rigward in-nuqqasijiet li hemm min-naħa ta' awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ., f'dak li huwa servizz provdut.", "Nafu b'liema mod qegħdin jinbtu dawn il-korporazzjonijiet u b'liema mod nibtu f'dawn l-aħħar snin, imma sal-lum, minkejja l-argumenti li saru min-naħa tagħna - kif naħseb li saru anke min-naħa l-oħra - dwar il- fatt li m'għandhomx ikunu esklużi mill-ġurisdizzjoni ta' din il-Liġi u li m'għandniex noqogħdu nistennew li tiġi ppubblikata lista tagħhom fil- Gazzetta tal-Gvern wara li l-Prim Ministru jagħti l-awtorita' tiegħu, għadna ma smajniex min-naħa tal-Gvern, ir-raġuni vera għaliex il-Liġi qed titħalla f'dan l-istat.", "Diġa' kien hemm liġijiet oħra li kważi kienu jwasslu aktar minn hekk f'dan ir-rigward.", "Allura għaliex proprju issa, meta qegħdin nitkellmu fuq dan il-pass kbir 'il quddiem għall-ġid tal- konsumatur, lanqas għandna raġuni vera għaliex qed jitħallew barra l- korporazzjonijiet imsemmija?", "X'inhi r-raġuni vera li aħna qed naċċettaw li nagħmlu l-Liġi b'dan il-mod?", "Kulħadd jista' jgħid x'jidhirlu hu, imma x'inhi r-raġuni vera għadu ma ntqalx.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt l-intenzjoni hija ċara.", "Kieku ma ridniex indaħħlu lill-korporazzjonijiet u d-dipartimenti tal-Gvern, konna neskluduhom mill-bidu billi ma jissemmewx fil-Liġi.", "L-intenzjoni hija ċara, jiġifieri li f'xi stadju jew ieħor id-dipartimenti tal-Gvern u l- korporazzjonijiet kollha jkunu parti integrali minn din il-Liġi.", "Kif qal il- Ministru Frendo, għad irridu nistabbilixxu liema huma dawn l-entitajiet u mbagħad ninkluduhom.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' x'jidhrilna jew ma jidhrilniex; dan huwa proċess li beda issa u jrid ikompli iktar 'il quddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Forsi din il-ħaġa tidher faċli, imma s- sitwazzjonijiet mhux dejjem ikunu faċli.", "Jista' jkun hemm okkażjonijiet fejn il-kwestjoni li jkollu ċittadin ma' dipartiment tal-Gvern tkun iktar relevanti għall-konċett ta' ombudsman milli ta' \"konsumatur\".", "Il- kwestjonijiet mhux dejjem ikunu faċli u jien naħseb li l-ħsibijiet taż-żewġ naħat tal-Kamru kif ukoll tal-leġislatur huma ċari, jiġifieri li ma jkunx hemm eżenzjoni kompleta tal-korporazzjonijiet u d-dipartimenti tal-Gvern.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu hekk, anzi l-Liġi qed tgħid speċifikament li l- korporazzjonijet u d-dipartimenti tal-Gvern se jkunu jaqgħu taħt l-operat tal-Liġi.", "L-unika diffikulta' li qed tqum bejnietna hawnhekk hija fis-sens li din in-naħa tħoss li minħabba ċerti distinzjonijiet li jridu jsiru, ikun tajjeb li nimxu bi prudenza billi b'liġi bħal din nagħtu l-possibilita' li l-affarijiet isiru fi stadji u nħallu l-esperjenza tagħna tgħallimna anke dwar affarijiet li għalina naturalment għadhom m'humiex daqshekk ipprovati.", "Pero' rigward l-oġġettiv tagħna u fejn irridu naslu, naħseb li qed naqblu kompletament.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onoro.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Veru li fuq l-oġġettiv nistgħu naqblu, pero' fil-liġi għaliex m'għandux ikun hemm provvedimenti minn issa biex meta naqblu nkunu nistgħu nimplimentaw?", "Aħna diġa' ssollevajna dan il- punt li se nsemmi, pero' għadu m'hux ċar.", "Mr Chairman, aħna jidhrilna li l- Prim Ministru - qed nagħmel referenza għad-definizzjoni ta' \"kummerċjant\" taħt paragrafu (b) - m'għadux ikollu l-poter li jipproteġi xi organizzazzjoni billi ma jinkludhiex fil-lista.", "Aħna nemmnu li l- protezzjoni tal-konsumatur trid tkun b'mod sħiħ.", "Dan jorbot ukoll mad- definizzjoni li l-Gvern qed jipproponi għall-kliem \"għaqda ta' konsumaturi\".", "Il-Ministru qed jgħid li taħt il-kelma \"protezzjoni\" tidħol l-edukazzjoni wkoll.", "Imma x'fiha ħażin li ndaħħlu l-kelma \"edukazzjoni\" wkoll?", "Aħna ngħidu illi kieku l-liġi riedet tgħid xi ħaġa kienet tgħidha.", "Mela f'dan il-każ m'għandniex inħallu biss il-kelma \"protezzjoni\", imma għandna ninkludu wkoll \"edukazzjoni\" ħalli fix-xogħol ta' l-għaqda tal-konsumaturi jkun rifless dak li qed jgħidu ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kemm min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll min-naħa tal- Partit Laburista esprimejna l-idea li għandna ndaħħlu l-kelma \"edukazzjoni\" li nafu li se tkun waħda mill-funzjonijiet ta' l-għaqda tal-konsumaturi, skond id-defnizzjoni proposta fl-Abbozz ta' Liġi.", "Issa jekk huma l-istess ħaġa, x'differenza se tagħmel lil-leġislatur jekk inkunu aktar ċerti u flok \"jew\" nagħmlu l-kelma \"u\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, jien naħseb li hemm affarijiet li mhux qed niddistingwu bejniethom.", "Nifhem li hemm il-konċett ta' l-ombudsman u hemm il-konċett tal-konsumatur.", "Il-konsumatur huwa ċ-ċittadin li qed jikkonsma servizz, prodott jew oġġett, filwaqt li l-ombudsman jidħol fejn għandhom x'jaqsmu d-drittijiet ċivili taċ-ċittadin.", "Jiġifieri hemm din id- distinzjoni.", "Id-dritt ċivili tiegħi huwa ħaġa u d-dritt li nirċievi servizz u kif nirċevih, huwa ħaġa oħra.", "GĦalhekk naħseb li m'għandniex inħalltu dawn iż-żewġ affarijiet flimkien.", "Veru li, kif ngħidu, kulħadd huwa konsumatur, pero' ma naħsibx li jekk jien għada pitgħada se jkolli d- dritt tiegħi mnaqqar mill-amministrazzjoni, kienet liema kienet, se mmur għand l-għaqda tal-konsumatur; immur għand l-ombudsman, jekk ikun jeżisti.", "GĦaliex?", "GĦax si tratta ta' dritt ċivili li ġie miċħud lili b'xi promotion jew xi ħaġa oħra.", "Pero' jekk imbagħad se nressaq ilment fuq servizz minn dipartiment tal-Gvern, per eżempju għax servizz ta' saħħa fi sptar assolutament m'hux tajjeb jew m'hux kif suppost, hemmhekk inkun qed nitkellem bħala konsumatur.", "GĦalhekk jien ninsisti li m'għandux ikun hemm din ir-restrizzjoni għal prodotti u servizzi provduti bi ħlas.", "Rimarka oħra li xtaqt nagħmel hija li qed nara li jista' jkun hemm ċerta ambigwita' fil-wording tal-Liġi.", "Jien naħseb li l-kwestjoni ta' servizz irridu niddistingwuha mid-drittijiet ċivili ta' l-individwu.", "Id- drittijiet ċivili jaqgħu taħt l-ombudsman, imma fil-kwestjoni ta' servizz jidħol id-dritt li l-konsumatur għandu jkun protett, jekk verament nemmnu fil-konċett tal-protezzjoni tal-konsumatur.", "Nerġa' nsemmi l-każ ta' servizz ta' saħħa; per eżempju, xi ħadd ċempel għat-tabib tal-polyclinic - dan hu servizz provdut mill-Gvern u għandu jkun servizz tajjeb - u ma ngħatax servizz tajjeb.", "Dak il-pazjent għandu dritt jara għaliex ma ngħatax servizz tajjeb.", "Nixtieq li l-Ministru jirreaġixxi dwar il-fatt li dan is-servizz ma jsirx bi ħlas.", "F'paragrafu (b) tad-definizzjoni ta' \"kummerċjant\" hemm imniżżel hekk:", "\"(b) tfisser kull dipartiment tal-gvern, korporazzjoni pubblika, awtorita' jew organizzazzjoni li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill- konsumatur bi ħlas, ...\".", "\"Bi ħlas\" tintrabat ma' awtorita' jew organizzazzjoni jew tinkludi wkoll dipartiment tal-Gvern u korporazzjoni pubblika?", "If anything, irridu nagħmlu li tfisser:", "\"(i) kull dipartiment tal-gvern;", "(ii) korporazzjoni pubblika; u", "(iii) awtorita' jew organizzazzjoni\"", "li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill-konsumatur bi ħlas\"", "għax inkella dik il-klawsola \"bi ħlas\" tkun qisha marbuta ma' l-aħħar biċċa.", "Din id-definizzjoni aħjar nagħmluha ċara għax kif inhi hija miftuħa għall-ambigwita'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru għaliex il-Liġi li għamel il-Gvern Laburista, Att Nru. XXIX ta' l-1981, ġie qisu abolit minflok ma din il-Liġi saret fuqu.", "Ħalli nsemmi l-każ li semma l-Onor.", "Vella fejn, per eżempju, wieħed imur għand professur u dan jgħidlu li ma jistax jagħmel ċerta operazzjoni, jgħaddu xi erba' snin u peress li dan il-pazjent ikun baqa' mdejjaq imur għand professur ieħor, jagħmillu operazzjoni u fir-realta' jiġi aħjar milli kien.", "Jiġifieri l-ewwel wieħed ikun tah parir u ħallieh kif kien, mentri t-tieni wieħed għamillu operazzjoni u ġabu fi stat aħjar.", "Allura skond id-definizzjoni ta' \"konsumatur\" f'din il-Liġi, dak il-pazjent jista' jfittex lill-ewwel professur li qallu li lanqas b'operazzjoni ma kien se jfiq, ladarba mbagħad mar għand professur ieħor u reġa' ġie b'saħħtu?", "Taħt din il-Liġi dak il- pazjent jikkwalifika bħala konsumatur, jew ikollu jmur quddiem qorti oħra?", "Qed nagħmel din id-domanda sabiex inkunu nistgħu nifhmu aħjar il-poteri ta' din il-Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt ma nafx x'jiġri jekk kemm-il darba t-tieni professur joqtol lil dak il-pazjent minflok ifejqu!", "(Interruzzjonijiet) Is-servizzi tas-saħħa huma wkoll miġbura taħt liġijiet oħrajn u hemm rimedji oħrajn li m'humiex strettament fit-tifsira ta' konsumatur li għandna hawnhekk.", "Filwaqt li qegħdin ngħidu min hu \"kummerċjant\", iktar kmieni għidna wkoll min huwa l-konsumatur u ingħad ukoll - għalkemm l- iSpeaker għoġbu jħalli ħafna diskussjoni dwar is-servizzi tas-saħħa - li s- servizz tas-saħħa b'dan il-mod m'huwiex parti mill-konsumatur fil-veru sens tal-kelma.", "Jiġifieri wieħed irid jagħmel din id-distinzjoni wkoll.", "Dwar il-punt li qajjem l-Onor.", "Schembri Adami rigward id-definizzjoni ta' \"għaqda tal-konsumaturi\" jien naħseb li jekk nagħmluha \"u\\jew\" minflok \"jew\" inkunu qed nirrestrinġu aktar minflok inwessgħu kif inhi x-xewqa ta' l-Onor.", "Membru.", "Fir-realta' bil-kelma \"jew\" għandna l-possibilita' li jkollna għaqda li tippromwovi l-protezzjoni u tgħallem, jew inkella għaqda li tkun ta' protezzjoni biss jew ta' edukazzjoni biss.", "Jiġifieri kif inhi llum hija iktar wiesgħa milli kieku ndaħħlu l-kelma \"u\" mal-\"jew\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, inkompli fuq l-argument dwar dak li qal il-Ministru Frendo.", "Parti minnu diġa' iċċarah l-Onor.", "George Vella, fejn qal li rridu niddistingwu bejn drittijiet ċivili u dawk ta' servizz.", "Jien m'iniex se nżid ma' dan, pero' fuq l-istess argument li l-intenzjoni kienet li dawn il-korporazzjonijiet ikunu nklużi, nerġa' ngħid li l- intenzjoni ma tfisser xejn.", "Jien se nġib eżempju prattiku ta' x'qed ngħid.", "Ħalli nieħdu t-Telemalta Corporation.", "Per eżempju jkun hemm armla li tirċevi kont tat-telephone ta' Lm430 u wara li jmur xi ħadd biex jiċċekkjalha dan il-kont isib li dawn it-telefonati żgur ma sarux minn din il-mara għaliex dawn kienu telefonati għan-Nigeria u din l-armla xiħa żgur m'għandhiex konnessjonijiet man-Nigeria.", "Qed ngħid dan għaliex lili ġrali każ bħal dan u niftakar li kont ġbidt l-attenzjoni ta' l-ex Ministru Gatt dwar dan meta kienet qed issir il-Liġi fl-1992 u huwa qalli li dawn se nkunu nistgħu niddefenduhom.", "Jiġifieri f'każijiet bħal dawn l-Għaqda tal- konsumatur jew inkella d-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur - għaliex minn dak inhar 'il hawn sar xi tibdil - diġa' kellhom l-intenzjoni li jiddefenduhom għaliex diġa' kellhom uffiċċju taħt il-Ministeru tal- Ministru Gatt.", "Fil-fatt jien kont bgħattha hemmhekk.", "Bħal dan il-każ ikun hemm aktar minn wieħed u terġa' jien qed nillimita ruħi għall- Korporazzjoni Telemalta.", "F'każ bħal dan fejn kollox ċar li m'huwiex tort tagħha, imma xi ħadd b'xi mod irnexxielu jitla' fuq bejt jew imur ġo test point u jċempel minn hemmhekk, xi protezzjoni se jkollha din biex ma jaqtgħulhiex is-servizz tat-telephone?", "Dawn jibqgħu jgħidulha li jekk ma tħallashomx se jaqtgħulha s-servizz - din naturalment hija regolari fil- ħlas u għandha kollox in order ...", "Allura din trid tistenna l- pubblikazzjoni mill-Prim Ministru fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex hi tkun tista' tieħu passi kontra t-Telemalta?", "Jien qed ngħid li l-intenzjoni ma tfisser xejn.", "GĦandna ħafna każijiet bħal dawn, pero' jien m'iniex se nagħmel diskorsi qisna qegħdin fit-Tieni Qari.", "Il-Ministru Frendo qal li diġa' saret spjegazzjoni għal dan, pero' f'dawn il-każi li qed insemmi jien - u bħalhom ikun hemm mijiet dwar l-ilma u d-dawl u kull darba jgħidulek an act of God u affarijiet bħal dawn - x'inhi r-raġuni vera li qed inħalluhom barra b'dan il-mod?", "Jien kelli każ fejn inqata' neutral - dan xogħol tal-Gvern li trid tħallas tiegħu - li laqat ma' xi sistema oħra li dieħla għandi d-dar u b'xorti tajba li ma qatillix lil min kien hemm għaliex ħaraq kulma hemm u kelli b'madwar Lm900 ħsara.", "Meta mort nitkellem qaluli li dak kien an act of God.", "Ara x'jibqa' ġo fik kieku jkollok xi ħadd li baqa' stendut u jiġi xi ħadd mill-mexxejja tal-Korporazzjoni u jgħidlek li dak an act of God!", "Allura xi protezzjoni se jkollu l-konsumatur f'każi bħal dawn?", "Irid joqgħod jistenna ...", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħid li m'hux talli m'hemmx intenzjoni li l- konsumatur ikun protett, anzi hija l-kuntrarju.", "Jien naf illi jista' jkun hemm implikazzjonijiet kbar, imma ladarba qegħdin nagħmlu liġi u qed ngħidu li din hija milestone biex il-konsumatur jiġi protett - u dan servizz minn kwalunkwe aspett, dawl, ilma, telephone - x'salvagward se jkollu jekk biex jittieħdu passi jrid joqgħod jistenna lill-Prim Ministru ...", "Jien forsi m'iniex polished biex nitkellem, pero' rrid ngħid li m'iniex qed nirreferi għall-Prim Ministru Fenech Adami jew għall-Ministru Ċensu Galea għaliex jista' jkun Prim Ministru jew Ministru ieħor, imma jekk se nibqgħu f'dan l-istat ifisser li qegħdin naslu biss half-way, jiġifieri qegħdin naslu fejn jidħol il-privat, għax il-bqija fejn jidħlu s- servizzi li jingħataw mill-Gvern bi ħlas, il-konsumatur m'huwa protett xejn.", "GĦalhekk ngħid li jrid isir arranġament mod ieħor hemmhekk.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien ma rridx li I labour the point, pero' qed nara li l-kliem użat, f'liġi ġdida kif inhi din, huwa daqsxejn antik, fis-sens li llum wieħed jitkellem fuq buyer of services u provider of services, jiġifieri min jixtri u min jipprovdi.", "Il-konċetti moderni huma tixtri servizz jew tbigħ servizz jew prodott.", "Jekk wieħed iħares lejn it-test Malti jsib li fit-tifsira ta' \"konsumatur\" u anke fit-tifsira ta' \"kummerċjant\" hemm l-idea li dan jixtri jew jikri servizz.", "Pero' l-kelma \"kummerċjant\" bilfors torbot ma' l-idea tal-flus, l-idea li qed jipprovdi servizz għall-ħlas, mentri fil-konċett Ingliż \"provider of services\" .....", "Wara kollox fit-test Ingliż għandek li trader \"sells or hires, or offers to sell or hire, goods or services\" pero' mbagħad għandek \"for a profit\".", "Jien il-kliem \"trader\" u \"kummerċjant\" ma jogħġbunix.", "GĦaliex aħna issa qed nitkellmu fuq min jixtri s-servizz jew min jipprovdi s-servizz u m'hux fuq min ibiegħ is-servizz.", "Jien pjuttost naraha bħala \"the provider of services\" milli \"the seller of services\".", "Aħna semmejna s-saħħa u nsemmu wkoll l-edukazzjoni, pero' hemm ħafna affarijiet fejn dipartimenti tal- Gvern jew korporazzjonijiet jipprovdu servizz.", "Issa kif għidt fil-bidu mhux neċessarjament tħallas dak il-ħin, imma dawn qed jipprovdu għax imħallsin biex jagħmluh.", "Jien m'iniex bniedem legali u ma nafx jekk din torbotx mad-definizzjonijiet ta' \"konsumatur\" u \"kummerċjant\", pero' naħseb li jekk se nagħmlu liġi għandna nużaw terminoloġija moderna.", "Per eżempju, fl-Ingilterra fejn hemm il-konċett li fis-servizz tas-saħħa jmorru aktar privat, ma jirreferux għat-tobba u l-pazjenti bħala tali imma jirreferu għalihom bħala the buyer of services and the provider of services.", "Il- kelma konsumatur hija kelma moderna li daħlet għax qed jikkonsma servizz u allura huwa the buyer of services imma mbagħad bqajna bil-konċett ta' kummerċjant li qisu bilfors irid jagħmel profitt.", "Meta qed tgħid li qed tagħmel kummerċ qed tagħmlu għall-profitt mentri jekk se ngħidu \"provider of services\" ma nistax nara servizz tas-saħħa jew servizz ta' edukazzjoni f'pajjiż li trid torbot miegħu l-konċett tal-qliegħ.", "Jiġifieri anke hemmhekk naħseb li morna fuq terminoloġija daqsxejn waħda antikwata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ħalli nibdew mill-kwestjoni tat-trader.", "L-Onor.", "Vella qed jitkellem dwar relazzjoni ta' kummerċ u qed jgħid sewwa li hija restrictive u qed jgħid li r-relazzjonijiet iridu jkunu wesgħin bħal fil- każ ta' min imur f'dipartiment tal-Gvern u ...", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Dan m'hux x'qed ngħid jien.", "Jekk qed nitkellmu fuq il-konċett tal-konsumatur - u l-Ministru jaf daqsi għaliex bħali mar il- Kunsill ta' l-Ewropa - nafu li llum hawn patafjun ta' litteratura, kotba u karti fuq dan il-konċett.", "Dan il-konċett beda xi għaxar jew 15-il sena ilu u baqa' jiġi pperfezjonat.", "Imma l-konsumatur altru li telaq 'il bogħod mill-idea ta' xerrejj.", "Ħalli nużaw il-kliem Malti biex niftiehmu.", "Dan m'huwiex xerrej fis-sens li ħareġ il-flus u xtara xi ħaġa.", "Intom biddiltu l-liġijiet u tridu ddaħħlu l-VAT għaliex qed tgħidu li s-soċjeta' tagħmel aktar servizzi milli tixtri u tbiegħ ċerti affarijiet!", "Jiġifieri meta hemm aktar servizzi, fil-konċett tal-konsumatur ovvjament trid tiddaħħal l-idea ta' servizz.", "Aħna għandna ħafna servizzi li suppost jingħataw lill- individwu mill-Gvern.", "L-argument tiegħi huwa li jekk l-individwu se jibqa' dejjem konsumatur, ma nistax norbtu mal-konċett ta' negozjant jew kummerċjant.", "Ma nafx x'inhi l-kelma Maltija għal \"provider of services\" imma dan qed jipprovdilu servizz.", "Issa jekk huwiex bi ħlas jew bla ħlas - għaliex ovvjament trid tkopri dak li huwa negozju bil-konċett antik ta' negozju u trid tkopri s-servizz modern li jingħata taħt forma ta' ħafna servizzi li jingħata l-individwu - .....", "Inkella din m'hijiex se tkun liġi tal-konsumatur imma se tkun liġi ta' bejjiegħ u xerrej.", "U hemm differenza enormi f'dan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Veru li hemm differenza imma naħseb li huwa importanti li naraw li meta nikellmu fuq il-konsumatur - u fl-istadju tat- Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kien hemm min interpreta dan li qed isir b'mod mill-aktar wiesgħa - nitkellmu fuq individwu li bi ħlas jew jixtri oġġett jew jingħata servizz.", "Veru li din hija restrittiva imma l- konċett tal-konsumatur huwa aktar marbut ma' dan milli mal-konċett ta' ċittadin li jirċevi diversi servizzi mingħand il-Gvern u jista' jkollu rimedji jekk dawk is-servizzi ma jingħatawlux kif jixtieq hu.", "Eventwalment improtanti wkoll li jkollhom rimedji oħrajn bħalma huwa l-ombudsman.", "L- ombudsman - li l-Ispanjoli jgħidulu d-difensur tal-poplu - m'huwiex biss persuna inkarigata milli tħares lejn l-operat tal-Gvern għar-rigward ta' promotions eċċ imma huwa nkarigat li jħares ukoll lejn l-operat tal-Gvern fit-totalita' tiegħu u allura tinkludi wkoll ir-relazzjonijiet tiegħu maċ- ċittadin u d-drittijiet taċ-ċittadin.", "L-Onor.", "Freddie Micallef semma punt fejn qal li rridu nitkellmu fuq Telemalta u dawk li bl-aktar mod ċar jagħmlu trading.", "L-Abbozz ta' Liġi kif qed jiġi propost konċettwalment jinkludihom lil dawn, pero' qegħdin ngħidu li sakemm ngħaddu minn din l- esperjenza u naraw hijiex prattikabbli, irridu nkunu wkoll prattiċi.", "Aħna qed nibnu Dipartiment, organiżżazzjoni u Kunsill għall-Affarijiet tal- Konsumatur u ma naħsibx li jkun tajjeb li kif għadek qed tibda din l- esperjenza tiegħek tgħid mill-ewwel li dawn irridu jimmoniterjaw dan kollu.", "L-importanti hu li jibdew mill-monitoring tas-settur privat.", "(Interruzzjonijiet) Għalkemm qed tkopri lis-setturi kollha, pero' effettivament jekk din il-Liġi tgħaddi kif qed ngħidu, tkun qed tkopri ħafna iktar lis-settur privat għaliex tajjeb li l-ewwel esperjenza jeħduha minn hemmhekk.", "Jiġifieri dan huwa li qed ngħidu fil-proposta.", "Issa nixtieq nitkellem dwar xi punti li qajjem l-Onor.", "Schembri Adami.", "Bir-rispett kollu - hawn m'iniex qed nirreferi għall-programm li qed isir fuq it-television - jekk minflok il-kelma \"jew\" nagħmlu \"u\", naħseb li nkunu qed nagħmluha restrittiva fejn m'hijiex restrittiva.", "Jiġifieri jekk id-definizzjoni nġibuha tgħid li \"\"għaqda ta' konsumaturi\" tfisser korp volontarju ta' persuni li l-għan ewlieni tiegħu huwa l-promozzjoni ta' protezzjoni u edukazzjoni tal-konsumatur\", nistgħu nkunu qed nagħtu lok għal min jgħid li jekk ma jkunx qed jagħmel it-tnejn allura ma jaqax taħt l- għaqda tal-konsumatur.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jien m'għidtx li tidħol \"u\" minflok \"jew\" imma għidt li tidħol \"u/jew\".", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Hekk allura hija differenti, pero' jekk, bħala leġislatura nifthiemu - kif qed nagħmlu - li \"jew\" tfisser ukoll \"u\", allura dik hija ċara biżżejjed biex jekk din tiġi quddiem qorti jkun hemm ċar ir-rieda tal-leġislatur tinkludi \"jew/u\".", "Jiġifieri tajjeb li ngħiduha hawnhekk u huwa tajjeb li l-Onor.", "Schembri Adami ssolleva dan il- punt.", "Għalhekk m'hemmx bżonn li ssir emenda pero' tajjeb li nagħmlu dikjarazzjoni fil-Parlament li dik se tiġi tfisser \"u\" wkoll.", "L-Onor.", "Portelli staqsa għalfejn qed inneħħu l-Liġi li hemm bħalissa minflok ma nkomplu nibnu fuqha.", "Jien ma naħsibx li din hija xi kwestjoni ta' dispett.", "Din il-Liġi kellha biss seba' artikli u kienet speċifika għall-għaqda tal-konsumaturi nfushom.", "Jekk wieħed iħares lejn il-Liġi li għandna quddiemna jara li ġew inkorporati ċerti artikli mil-liġi ta' qabel, jiġifieri wieħed ma jistax jgħid li l-liġi li kien hemm intremiet.", "Fil-fatt hemm ċerti artikli - fosthom l-artiklu li jirrigwarda l- protezzjoni mil-liability ċivili ta' l-għaqdiet tal-konsumatur li kien fil- Liġi l-antika - li ġew inkorporati f'din il-Liġi wkoll.", "Jiġifieri aħna m'hux sempliċement qbadna u qtajniha bl-addoċċ imma rajna l-ħsieb li kien hemm dwarha u naturalment aġġornajna għall-ħsieb li kien hemm u anke nkorporajna ċerti affarijiet oħra li saru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk f'dan il-Kumitat se nibdew niddibattu - hawnhekk qed inkun sinċier ħafna - bħalma għamilna fuq il-kunsilli li wara li għidna ħafna affarijiet imbagħad ma ċċaqlaq xejn, allura tajjeb li jkun aħjar jekk ma niddiskutu xejn u sempliċement naqbdu u ngħidu mal-ewwel \"iva\".", "Aħna rridu nkunu kostruttivi, imma jekk hemm il-ħsieb li ma ċċaqalqu xejn minn dawn il-klawsoli, allura l-aħjar mod hu li ma naħlux żmien għaliex għandna ħafna iktar affarijiet x'niddiskutu fuq l-agenda.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid ċar u tond x'għandna nagħmlu, fis-sens li rrid inkun naf fiex jien, jekk kemm-il darba se jsir hekk.", "Hawn jidher li qed tgħidu li s-servizz li jkun mogħti mill-Istat liċ-ċittadin ma jaqax bħala konsum.", "Aħna rridu nkunu nafu fuqhiex qed niddiskutu.", "Il-Gvern għandu jaqta' linja dritta fejn lilna jgħidilna li ċerti affarijiet m'humiex se jidħlu ngħidu x'ngħidu aħna.", "Jien jidhirli li l-argument li għamilna ..", "(Interruzzjonijiet) M'hux jien għamiltu.", "Jidhirli li dan il-konċett japplika ma' l-Ewropa kollha.", "(Interruzzjonijiet) Ma tistax idaħħalha biċċa biċċa kif qed tgħid int. Aħna jew se nagħmlu liġi suret in-nies jew ma nagħmlu xejn.", "Ħafna mill-aspetti tagħha huma sbieħ u tajbin.", "Per eżempju, jekk wieħed gerger għax l-electrician ma tahx servizz tajjeb allavolja jkun ħallas, allura tapplika l-liġi, imma dak li ma jkunx ħa l- edukazzjoni kif suppost jew dak li ma ġiex trattat tajjeb f'xi istitut mediku, dak ma jkollux dritt jitkellem.", "Dan li qed nipprova ngħid.", "Jekk intom deċiżi fuq dawn l-affarijiet, allura aħjar tgħidulna bihom mal-ewwel ħalli ma noqogħdux niddiskutu fuqhom għalxejn.", "Jiġifieri ma nistgħux noqogħdu nagħmlu ħafna battibekki u ma naslu mkien.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien ma naħsibx li hija kwestjoni ta' battibekki.", "Ir- realta' hija li l-Abbozz ta' Liġi kif inhu, qed jispeċifika x'inhuma s- servizzi li huma marbutin mal-liġi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Prorju għalhekk qed ngħid hekk.", "L-abbozz tal- Madonna u l-Bambin li jagħmel il-pittur ma jkunx the final product imma jkun biss l-idea ta' x'se jagħmel; imbagħad jiġi l-Kappillan u jgħidlu eżatt xi jrid, jekk ibiddilx, per eżempju, il-mant tal-Madonna jew jagħmilx il-Bambin iktar daħkani, eċċ. Għalhekk jissejjaħ abbozz biex wara jkunu jistgħu jirranġaw fuqu.", "Issa jekk l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jibqa' kif inhu, allura ma jkun abbozz xejn u jiġi att mill-ewwel.", "L- iskop ta' dan il-Kumitat huwa biex jirfina, jagħti suġġerimenti bis- serjeta' u jipprova jagħmel id-diskussjoni iktar kostruttiva.", "Mela m'hux għax dan l-Abbozz qed jgħid hekk, allura ma nistgħu nċaqilqu xejn.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt fl-Abbozz kien hemm ċerti affarijiet li qed nagħmlu emendi għalihom aħna stess fid-dawl tad-diskussjoni li kellna.", "Jiġifieri m'hijiex kwestjoni li għax għandna abbozz quddiemna allura bilfors se nibqgħu miegħu.", "Hemm intenzjoni ċara f'dan il-każ u din hija li d-diparitmenti, il-korporazzjonijiet u kull organizzazzjoni oħra tal- Gvern ikunu parti minn din il-Liġi.", "Jiġifieri qed nistennew il-ħin opportun biex dawn kollha jkunu parti minn din il-Liġi, fis-sens li m'aħniex qed ngħidu dejjem \"le\".", "Pero' ma nistax nifhem kif l-edukazzjoni tidħol f'din il-liġi għax dan il-qasam ma nqisux bħala konsum.", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, l-edukazzjoni m'hijiex it-tip ta' servizz li għandha tidħol fil-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Se mai huwa dritt fundamentali li kull wieħed minna għandu jkollu edukazzjoni tajba.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Aħna qed inħawdu ħaġa ma' oħra u għalhekk jien għidt li huwa dritt ċivili li jkollna l-ombudsman li għandu jidħol f'dawk il-każijiet fejn l-Istat jonqos li jipprovdi skola jew teachers jew fejn ma jingħatax livell tajjeb ta' edukazzjoni.", "Dawn qed inġibhom bħala eżempji.", "Nista' nsemmi eżempju ieħor fejn jidħlu s-servizzi.", "F'moħħi għandi bħalissa sptar li ma jiffunzjonax tajjeb fejn is-servizz huwa batut u allura bħala ċittadin, il-pazjent li jħallas it-taxxa jkun jista' jmur għand l-ombudsman biex iġiegħlu jinvestiga għaliex qed isiru dawk l- affarijiet, eċċ. Imma bħala individwu li hu xerrej tas-servizzi...", "(Interruzzjonijiet) Min jara x'inhu għaddej fl-Ingilterra jaf li lill- konsumatur qed jgħidulu \"buyer of services\".", "GĦalhekk f'dan il-każ jien ma nkunx pazjent imma buyer of service u dawk li jipprovduli s-servizz ikunu providers of service.", "Allura jekk il-konsumatur ma għandux is-servizzi, dan x'għandu?", "Mill-bidu nett, jien għidt li jekk dan il-konċett m'hux se jkun inkluż, aħna m'aħniex se naqblu fuq din il-kwestjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fir-realta', jekk wieħed iħares lejn id-definizzjoni tal-kelma \"konsumatur\" kif inhi fl-istess Abbozz ta' Liġi, jara li din tagħti spjegazzjoni ċara dwar min hu l-konsumatur u dwar is-servizz li jistenna.", "(Interruzzjonijiet) Skond dan l-Abbozz, il-kelma \"konsumatur\" hija definita bħala \"kull individwu...\"", "Jekk niġu f'dan aħna qed neskludu kummerċjanti, negozjanti jew professjonisti oħra bħala parti mill- professjoni.", "Hemm restrizzjoni ta' x'inhu kummerċjant, negozjant, professur u konsumatur ukoll.", "Pero' jien ma naħsibx li l-Onor.", "Vella jew xi Membru ieħor ...", "(Interruzzjonijiet) F'dan l-Abbozz ta' Liġi, il-kelma \"konsumatur\" tfisser", "\"kull individwu li mhux bħala parti minn xi kummerċ, negozju jew professjoni, jixtri jew jikri oġġetti mingħand kummerċjant jew iqabbad is-servizzi ta' kummerċjant bi ħlas jew rikompens;\"", "GĦalhekk f'din il-Liġi l-businessman m'huwiex protett.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma mbagħad dik ħaġa oħra.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Aħna qed nitkellmu fuq x'inhu konsumatur u għal min hi intenzjonata din il-Liġi.", "(Interruzzjonijiet) L-intenzjoni ta' din il- Liġi hija li nirrestrinġu l-Liġi biex tapplika għall-konsum bi ħlas.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor Vincent Moran.", "ONOR.", "VINCENT C MORAN: Aħna, ta' din in-naħa m'aħniex naqblu fuq il-frażi \"bi ħlas\" għax din qed tillimita biss dawk is-servizzi u l-prodotti li wieħed jixtri bi ħlas.", "Allura se nagħmlu distinzjoni bejn servizz mediku mogħti mill-Gvern bla ħlas minn tabib jew professjonista u servizz mogħti mill-istess tabib bi ħlas f'post ieħor?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: GĦall-kumment sinċier li għamel l-Onor.", "Vella, jien nixtieq nirrispondi sinċerament li assolutament, din m'hijiex kwestjoni jekk irridux inbiddluha jew le.", "Hawnhekk wieħed jiġi with an open mind, imma jekk wieħed ma jaqbilx ma jistax jgħid li jaqbel.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li dak li qed ngħidu aħna huwa basic.", "Jekk taqra l-kotba u tisma' lil xi kummentaturi, tkun tista' tara l-mod li jiġu trattati bih il-konsumaturi, anke f'pajjiżi oħra.", "Fil-maġġor parti tal- każi, jekk tagħmel hekk, tinnota li b'xi mod jew ieħor, dejjem ikun hemm xi relazzjoni bejn il-konsumatur u l-kummerċjant fis-settur privat.", "Meta l- konsumatur jidħol fis-settur governattiv, il-Gvern ikun qed jaġixxi bħal kummerċjant.", "Imma ma għandniex nagħtu l-impressjoni li aħna kważi biddilna d-definition ta' \"konsumatur\" għal kollox.", "Sur President, bir-rispett kollu, jien nixtieq nissottometti li din in-naħa tħoss li hija l- Oppożizzjoni li ħawdet id-definizzjoni ta' \"konsumatur\" għaliex fil-fatt id- definition ta' \"konsumatur\" hija dik li hemm fil-Liġi.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Hawnhekk irridu niġbdu linja.", "Il-Gvern qed isostni li d-definizzjoni li hemm f'din il-Liġi se jħalliha kif inhi u għalhekk hu inutli li aħna ngħidulhom li rridu nwessgħu l-konċett ta' konsumatur.", "(Interruzzjonijiet) Aħna tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, naħsbu li d-definizzjonijiet ta' \"kummerċjant\" qegħdin japplikaw għall-qasam tat- trade, li hija r-relazzjoni tal-kummerċ.", "Jien naħseb li l-iskop tal-White Paper oriġinali kien li oltre l-kummerċ, għallinqas il-konsumatur jingħata xi forma ta' protezzjoni.", "Jekk aħna m'hux se jkollna definizzjoni li biha jkunu protetti l-interessi tal-konsumatur, l-iskop ta' din il-Liġi se jkun ftit ristrett.", "GĦalhekk naħseb li huwa utli li l-Gvern ...", "Il-Gvern dam ħafna jistenna u inti stess, Mr Chairman, meta kont qed titkellem fuq in- naħa tal-Gvern, kont għidt li ilna ħafna nistennew li nressqu din il-Liġi.", "Allura għaliex konna qed nistennew li nressqu din il-liġi?", "Għall-kummerċ biss, kif qed jgħid il-Gvern?", "Mr Chairman, jien naħseb li lanqas int, meta esprimejt dik l-idea, ma ridt tfisser dan.", "Il-kwestjoni ta' l-ombudsman qed jiddiskutuha fil-Kabinett, imma l- ombudsman ma għandux il-poter li jiddeċiedi, imma li jagħmel ir-rapport.", "Inti stess għidtilna li sakemm nagħmlu l-ombudsman concept u nressqu l- Abbozz ta' Liġi fil-Parlament, diġa' se nieħdu ħafna ħin.", "GĦidtilna wkoll li l-ombudsman ma jiddeċiedix, imma jagħmel rapporti biss - għallinqas hekk jeżisti f'pajjiżi Skandinavi u fejn jiġi operat - imbagħad se nibqgħu niġu ngħidu li fuq livell ċivili għamlu ombudsman.", "Allura ngħidu ħalli noqogħdu ftit attenti għaliex hawnhekk għandna l-ombudsman u tistgħu sserrħu raskom għax din mhux se ndaħħluha hawn.", "X'tip ta' protezzjoni se nagħtu lill-konsumatur?", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, jien se nkompli fuq l-istess argument.", "M'iniex se nespandi fuq dak li qal l-Onor.", "George Vella u lanqas fuq dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Schembri Adami, pero' se nkompli fuq l-argument li għamilt jien fil-bidu.", "Bħalma qal l-Onor.", "Vella, jidher li rridu naċċettaw li f'din il-Liġi se jkun hemm restrizzjoni kbira.", "GĦaliex?", "Ħalli nerġa' nirrepeti dak li għidt fi kliem ieħor.", "Jekk inti għandek sett tat-telefon li qed tħallas il-kirja tiegħu u tagħmel tliet ġimgħat mingħajr servizz - dawn huma affarijiet li jiġru - jew ma tkunx moqdi tajjeb, x'saħħa għandek li tmur u titlob l-intervent ta' l-għaqda tal- konsumatur biex jgħinuk?", "L-istess argument nistgħu napplikawh għas- servizzi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Jien qed ngħid li aħjar naslu biex naċċettaw it-teżi tal-Gvern, li ġaladarba aħna qegħdin nagħmlu din il-Liġi u għadna fil-bidu wieħed irid ikun kawt, imma allura anke fuq dawn l- affarijiet?", "Ladarba l-Ministru qed jgħid li se tiftaħ daqstant fuq il- kummerċjant, għalija l-Korporazzjoni Telemalta qed tagħmel kummerċ għaliex korporazzjoni li tagħmel Lm7 miljun jew Lm8 miljun qliegħ fis-sena ma nafx x'tista' ssejħilha jekk m'hux kummerċjant kbir.", "Allura lanqas s'hawn m'aħna se naslu?", "Jiġifieri jien nasal biex ngħid dak li qal il-Ministru Frendo għaliex kieku konna fil-gvern aħna forsi konna naħsbu bħalu, jiġifieri li aħjar ma mmorrux it-triq kollha mill-ewwel u niftħu għaliex ma nafux aħniex deħlin fuq affarijiet li jwasslu anke għal imwiet, imma allura lanqas korporazzjonijiet li qed jagħmlu dan il-qliegħ kollu m'aħna se ndaħħlu taħt id-definizzjoni ta' \"kummerċjant\"?", "Se nħalluha f'idejn il- Prim Ministru biex meta jrid u jekk jogħġbu joħroġ avviż fil-Gazzetta tal- Gvern u jgħid li min ikollu xi ilment dwar nuqqasijiet f'dawn is-servizzi jista' jċempel?", "Lanqas s'hawn m'aħna se naslu?", "Veru li huwa tajjeb li wieħed għandu joqgħod attent għal ċerti affarijiet, imma dan li qed ngħid jien naħseb li huwa argument ċar daqs il-kristall li veru qed nagħmlu distinzjoni kbira u l-intenzjoni m'hijiex dik li qalu l-Ministru Galea u l- Ministru Frendo, imma l-intenzjoni hi li speċifikament kull fejn għandu x'jaqsam il-Gvern dirett jew indirett, neliminawh minn din il-Liġi.", "U l- parti l-kbira tas-servizzi li qed jingħata l-poplu llum ġejjin mingħand il- Gvern jew il-korporazzjonijiet tiegħu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, mhux se nirrepeti dak li għidt, pero' jien ma naqbilx ma' l-idea li dawn indaħħluhom gradatament.", "Fil-liġijiet finanzjarji li għaddew ftit xhur ilu mill-Parlament ftaħartu li kontu radikali - u veru li saru xi affarijiet radikali - għax ma tħallewx isiru bil-mod il-mod, imma sar it-tibdil li kien meħtieġ.", "Allura f'din se noqogħdu nnaqqru?", "Jien għidt kemm-il darba li l-liġi tal-konsumatur tant ilha fuq l-ixkaffa li minn White Paper ġiet yellow paper u naħseb li issa se niġu b'biċċa liġi minflok b'liġi sħiħa!", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma naħsibx li l-kwesjoni hi li rridu nagħmlu biċċa liġi.", "Fir-realta, anke jekk wieħed iqabbel dan l-Abbozz mal-White Paper kif ġiet ippubblikata oriġinarjament, isib li diġa' sar pass 'il quddiem għaliex f'dik il-White Paper il-korporazzjonijiet ma kenux inklużi.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Meta kien għadu responsabbli l-Ministru Gatt, huwa kien talab li każijiet bħal dawn li qed insemmi jien imorru fid- dipartiment li kien qed jifforma hu u qal li issa fejn jidħlu dawn il- korporazzjonijiet il-konsumatur se jkun protett.", "Allura jidher li l-Gvern minn dak inhar 'l hawn mar lura u mhux 'il quddiem.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt il-Gvern mexa pass ieħor 'il quddiem għax minn dak iż-żmien 'l hawn żied id-dipartimenti tal-Gvern, li ma kenux inklużi.", "Jiddispjaċini li qlibt l-affarijiet minn kif kienu, pero' fir- realta' d-dipartimenti huma żieda fuq dak li kien propost fil-White Paper oriġinali.", "U l-intenzjoni tagħna hija ċara.", "Li kieku ma ridniex indaħħlu lid-dipartimenti u l-korporazzjonijiet, bħalma saru emendi għall-proposti oriġinali biex naqsu jew żdiedu affarijiet, hekk ukoll konna nagħmlu f'dan il-kontest.", "Li qed ngħidu hawn hu li bħala prinċipju dawn il- korporazzjonijiet u d-dipartimenti huma parti mil-liġi u l-konsumatur għandu jkun protett, speċjalment f'każijiet fejn is-servizz li jingħata huwa bi ħlas.", "F'dan il-mument kulma qed ngħidu hu li wħud minn dawn l- entitajiet se jidħlu taħt din il-Liġi mill-ewwel, waqt li oħrajn jidħlu aktar 'il quddiem, imma m'aħniex qed neskludu l-possibilita' li jkunu parti minn din il-Liġi.", "(Interruzzjonijiet) Din m'hijiex kwestjoni ta' skossi, għaliex qed jiżdiedu kemm ċerti servizzi kif ukoll dipartimenti tal-Gvern, u l-prinċipju hu li dak li jingħata servizz bi ħlas effettivament ikun protett ukoll.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Bir-rispett kollu, jien ma naċċettax dak li għadu kif qal il-Ministru, li għax issa f'din il-klawsola żdiedu d- dipartimenti tal-Gvern allura morna 'l quddiem minn dak li kien ġie propost.", "Ma morna xejn 'il quddiem, għax kull min hu msemmi f'dik il- klawsola huwa eżentat jekk il-Prim Ministru ma jiddeċidix li jinkludih fil- lista li jistabbilixxi.", "U jekk iridu jgħaddu 20 sena oħra sakemm dawn is- servizzi jiġu inklużi, jien, ngħid għalija, lanqas inkun għadni hawn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, jekk inhu kif qed jgħid il-Ministru, ikollok tbiddel il-Liġi kull darba.", "L-ewwel hemm l-enabling part biex lill- Prim Ministru tagħtih iċ-ċans idaħħal liema korporazzjonijiet irid, imma mbagħad xorta jibqa' l-fatt li jkun ristrett li jinkludi biss dawk il- korporazzjonijiet u awtoritajiet li joffru servizz bi ħlas.", "Dawk li m'humiex bi ħlas, il-Prim Ministru ma jistax jinkludihom, inkella jrid jibdel il-liġi.", "Jiġifieri dawk se jkunu esklużi once and for all u ma tistax iddaħħalhom ftit ftit.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-prinċipju huwa li din il-Liġi se tkun tapplika għal dawk li huma servizzi bi ħlas.", "Jista' jkun li ż-żewġ naħat tal-Kamra ma jaqblux dwar dan, pero' l-intenzjoni hija li din il-Liġi tkun tkopri servizzi li huma bi ħlas.", "Rigward il-punt l-ieħor irrid ngħid li m'hemm bżonn ta' ebda emenda fil-Liġi biex jiġu inklużi korporazzjonijiet u dipartimenti oħra; ikun hemm bżonn biss ta' avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, qed jiġi propost li \"kummerċjant\" tfisser kull dipartiment tal-Gvern, imma dan juri - ma nafx jekk hux apposta - li l-Gvern nesa lill-kunsilli lokali.", "Issa dawn 'il quddiem se jkollhom saħħa dipartimentali, anzi mhux ta' dipartiment wieħed imma ta' ħafna dipartimenti, kif kważi qed naraw mil-lum stess.", "Illum il-kunsill lokali huwa responsabbli għat-tindif, imma 'l quddiem se jkun responsabbli wkoll għat-toroq u għal affarijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il- korporazzjonijiet pubbliċi se jiġu esklużi minn din il-Liġi, wieħed jispiċċa jkollu joqgħod imur għand il-kunsill lokali biex iqanqal ċerti każijiet.", "Per eżempju, anke d-dawl fit-toroq huwa servizz li ċ-ċittadin għandu dritt għalih.", "Allura jekk ikun hemm xi erba' bozoz maqtugħin fi triq, u għalkemm wieħed imur jilmenta ma' Enemalta, il-bozoz jibqgħu ma jinbidlux, imbagħad imur għand il-kunsill ...", "(Interruzzjonijiet)", "F'paragrafu (b) ta' klawsola 2 taħt id-definizzjoni ta' \"kummerċjant\" għandna hekk:", "\"... hekk kif il-Prim Ministru jista' minn żmien għal żmien jistabbilixxi b'avviż fil-Gazzetta;\".", "Il-leġislatur kellu f'moħħu li jinkludi anke lill-kunsilli lokali?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Irrid nagħmel kumment żgħir għax dan il-punt ġie diskuss ħafna drabi anke barra mill-Parlament.", "Wieħed għandu japprezza l- fatt li sal-lum il-liġi ma kenitx tipprovdi li l-Gvern jista' jaqa' taħt id- definizzjoni ta' \"kummerċjant\" u għall-konċett ta' protezzjoni tal- konsumatur vis-a-vis il-Gvern, mentri llum hawn din il-possibilta', u nispjega għaliex.", "S'issa l-unika liġi komprensiva, jekk nistgħu ngħidulha hekk, dwar il- protezzjoni tal-konsumatur kienet il-Liġi li saret fl-1981, li kienet pass pożittiv 'il quddiem.", "Jiena qatt ma kkritikajt il-Liġi ta' l-1981 għax fiha seba' artikli u żewġ paġni, mentri din il-Liġi li qed nipproponu fiha għadd ta' paġni.", "L-ewwelnett is-soċjeta' tevolvi, pero' wieħed irid japprezza li taħt il-Liġi ta' l-1981, id-definizzjoni ta' \"oġġett\", li allura magħha kien hemm marbuta l-kwestjoni ta' konsumatur, kienet tgħid hekk:", "\"... kull ħaġa maħduma jew importata f'Malta, jew mibjugħa, jew provduta, jew offerta għall-bejgħ\"", "- jiġifieri trid tħallas tagħha - \"... jew għall-provvista f'Malta.\".", "Mela s-servizzi kienu kompletament esklużi.", "Malli teskludi s-servizzi prattikament tista' tgħid li qed teskludi ħafna mis-settur pubbliku.", "Issa mhux qed ngħid li għax il-Liġi ta' l-1981 kienet hekk, illum din bilfors irridu nagħmluha hekk.", "Imma filwaqt li fl-1981 - jekk mhux espressament, għallinqas impliċitament - il-Gvern kien eskluż, issa l-protezzjoni ġiet estiża għall-konsumatur vis-a-vis is-servizzi bi ħlas u mhux sempliċement għal oġġetti.", "U nafu li f'soċjeta' li qed tevolvi jkun hemm żieda kbira fid-domanda għas-servizzi li jiġu provduti, apparti li s-servizzi tista' tgħid li dejjem eżistew, ngħidu aħna s-servizzi ta' avukat, tabib, accountant, eċċ. Imma dawn it-tip ta' servizzi qed jiżdiedu u għalhekk issa l-protezzjoni tal-konsumatur mhux qed tibqa' biss dwar oġġetti li jista' jixtri, kif kienet il-Liġi l-antika, imma qed tiġi estiża għas-servizzi wkoll.", "U bħalma l-Liġi l-antika kienet torbot l-oġġetti mal-ħlas, issa anke s-servizzi qed jiġu marbuta mal-ħlas, u r-raġuni hija l-konċett innifsu tal-konsumatur.", "Jekk se ngħidu li anke s-servizzi bla ħlas jaqgħu taħt din il-Liġi, prattikament jibda jaqa' kollox taħtha.", "Mhux qed ngħid li m'għandux ikun hemm kritika għall-mod kif wieħed jista' jagħti servizz b'xejn, imma l-protezzjoni taċ-ċittadin f'dan il-każ m'għandhiex taqa' taħt din il-Liġi.", "Jista' jkun hemm liġijiet oħrajn, jista' jkun hemm il- pressjoni politika ...", "Aħna fil-Budget niddiskutu kif il-Gvern jonfoq il- flus anke f'servizzi li jagħti b'xejn, li jista' jagħtihom ħażin u jista' jagħtihom tajjeb.", "Imma jekk aħna taħt il-konċett tal-konsumatur indaħħlu wkoll is-servizzi li jingħataw b'xejn, allura rridu ninkludu wkoll dawk l- oġġetti li jingħataw b'xejn.", "Bl-istess argument jekk jiena nagħti donazzjoni lil xi ħadd, dan ukoll ikun jikkwalifika għall-protezzjoni tal- konsumatur, skond din il-Liġi.", "Anke jekk il-Gvern jagħti oġġett b'xejn - mhux servizz - dak ikun jaqa' taħt il-Liġi dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur.", "Jiġifieri jekk nagħmlu hekk, kull oġġett u kull servizz bi ħlas jew mingħajr ħlas se jaqa' taħt il-protezzjoni tal-konsumatur.", "Din la kienet l-intenzjoni tal-Leġislatur fl-1981 u lanqas hija llum u m'għandhiex tkun, għax inkella nagħmlu liġi li mbagħad ikun impossibli li tiġi applikata.", "Qabel żgur li ma kienx jaqa' taħt il-Liġi ta' l-1981, mentri issa hemm il-potenzjal li jaqa' taħt din il-Liġi.", "Il-Prim Ministru jista' ma jagħmel xejn minn dan kollu u ma joħroġx avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, bil-konsegwenza li l-korporazzjonijiet pubbliċi ma jaqgħux taħt l-operat tal-Liġi.", "Jien naħseb li din m'hijiex xi ħaġa realistika għax mhux se nagħmlu liġi li permezz tagħha nagħtu d-dritt lill-Prim Ministru li jagħmel lista ta' korporazzjonijiet pubbliċi li huma marbutin b'din il- liġi, imbagħad ma jagħmel xejn minn dak kollu.", "Veru li jista' jiġri hekk, imma mbagħad ikun soġġett għall-kritika ta' din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Veru li kollox jista' jiġri.", "Kull poter jista' jiġi abbużat, imma mbagħad għalhekk hawn dan il-Parlament, l-opinjoni pubblika u anke l-gazzetti, biex issir pressjoni fuq il-Gvern għar-raġuni li jkun eżerċita dik id-diskrezzjoni b'mod ħażin.", "Pero' jekk ngħidu li kollox, kemm jekk is-supplier ikun il-Gvern kif ukoll il-privat, kemm jekk l- oġġett jew is-servizz huma bi ħlas u anke jekk huma mingħajr ħlas, inkunu qed niddistruġġu l-Liġi nnifisha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, ħadt pjaċir nisma' dan id-diskors kollu, pero' jien naħseb li kollox se jibqa' vag.", "Jien niftakar li fil- Liġi li għaddejna dwar id-droga, għamilna ħafna affarijiet ...", "Pero' minħabba l-mod kif inhi espressa l-Liġi, tispiċċa li, għal xi raġuni jew oħra, ma tista' tfittex lil ħadd jekk jiġri xi ħaġa.", "Issa, kif qalu Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra, dawn l-affarijiet se jibdew jaqgħu taħt ir- responsabilita' tal-kunsilli lokali.", "Ħalli nieħdu eżempju ta' triq li suppost tkun issewwiet mill-kuntrattur u ngħaddi bil-karozza u naqa' f'gandott li ma mteliex.", "F'dan il-każ jien lil min se nfittex?", "Saru diversi mistoqsijiiet parlamentari minn din in-naħa fuq dawn l-affarijiet u dan l-aħħar fir-risposti bdew jgħidulna li minn April li ġej it-toroq se jibdew jaqgħu taħt il-kunsilli lokali u sadanittant m'hu qed isir xejn b'mod sostanzjali.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ma jinteressanix x'jaqa' taħt il-Liġi; anke taħt il-liġi tad-droga jaqa' kollox!", "Jien qed nitkellem bħala layman.", "Jien diġa' semmejt nies li jidħlu l-qorti u peress li m'hemmx żmien speċifikat li fih il-qorti trid taqta' s-sentenza, mhux l- ewwel darba li l-parti interessata tilħaq tmut.", "Jekk imbagħad meta tmut jgħidulek li għandek raġun, x'se tagħmel bir-raġun?", "Dan l-istess bħall- eżempju li ġibt; jekk min ikun involut f'inċident b'karozza minħabba traskuraġni ta' xi kuntrattur, imut, għalxejn wara jieħu r-raġun.", "U jekk jien inkisser karozza, min se jkun responsabbli sakemm nirranġaha?", "Jien ma jinteressanix kemm tkun voluminuża l-liġi; aħjar ikun fiha faċċata waħda u l-konsumatur ikun protett bis-serjeta', milli jkun fiha 3,000 faċċata u paragrafu jikkontradixxi lil ieħor.", "Id-diskors ta' l-avukati nafuh.", "Billi għandi dritt immur il-qorti!", "Mhux kulħadd għandu dritt li jmur il-qorti?", "Jekk noqtol u nitlob parir ta' avukat, insib li wieħed jgħidli biex ngħid li m'iniex ħati u l-ieħor jgħidli biex nammetti; wieħed jgħidli li għandi raġun, u l-ieħor jgħidli li għandi tort ...", "Allura lill-konsumatur kif se niddefenduh kontra dawn l-affarijiet?", "Għandu jkun hemm termini stabbiliti biex il-konsumatur ikun jaf meta l-każ tiegħu se jinqata'.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet u mhux bit-teoriji, għax bit-teoriji malajr tista' tibni d-dinja.", "Jekk, per eżempju, konsumatur jixtri fridge u jsibha difettuża, hemm żmien stipulat li fih irid jiġi kumpensat?", "Jekk inkun għaddej minn triq u nkisser karozza, meta se niġi kumpensat?", "Jekk bniedem jiġi mtajjar minn karozza x'raġun se jieħu?", "Il-Gvern daqqa jgħid li biex jagħmel tunnel irid jirreferi l-kwestjoni lis-sezzjoni ta' l-ambjent, daqqa jgħid li issa din taqa' taħt il-kunsili lokali u daqqa jgħidu li jridu joħorġu t-tenders ...", "Jiġifieri aħjar ikollok liġi b'faċċata waħda u tkun tajba, milli jkollok liġi b'ħafna faċċati u ma tkun tiswa xejn.", "Jiddispjaċini ngħid li jien ma naqbilx ma' dawn l-affarijiet.", "Illum hemm il-bord tal-kosumatur u lilu trid tistaqsu biex taraw kemm imorru nies jilmentaw u kemm minnhom jieħdu raġun.", "Jien nixtieq li din il-Liġi tkun sempliċi u permezz tagħha jekk għandek raġun tieħdu fi żmien speċfiku u mhux iridu jgħaddu s-snin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, mhux sewwa li l-Onor Borg ikkummenta fuq kif kienet qabel il-liġi u fuq kemm kien fiha faċċati, eċċ. L-Onor.", "Farrugia fil-bidu tal-dibattitu tas-Second Reading ma nafx kemm-il liġi semma.", "Issa din il-Liġi qed tiġbor dawk il-liġijiet kollha.", "Imma milli jidher l-Onor.", "Borg lanqas biss qara x'inkiteb fil-gazzetti.", "Waħda mill- ittri jew artikli li qrajt fuq il-Liġi tal-Konsumatur meta bdiet tersaq biex tiġi diskussa f'dan il-Parlament kienet mill-avukat tad-Dipartiment tal-Konsumatur stess.", "Din is-sena qed niċċelebraw il-world consumers' rights fejn jidħlu l-essential services, li wara kollox kollha huma bi ħlas, anke jekk ikunu provduti mill-Gvern jew minn korporazzjonijiet pubbliċi.", "Jekk lanqas dawn m'aħna se ndaħħlu fil-Liġi allura nistgħu nħallu kollox kif inhu.", "Illum qed ngħidu li se ndaħħlu dawk is-servizzi tal-Gvern jew tal-korporazzjonijiet tal-Gvern li huma bi ħlas bħal, per eżempju, l-elettriku, u mbagħad iktar tard indaħħlu dawk li huma mingħajr ħlas.", "Issa dawn lanqas nistgħu ngħidu li huma mingħajr ħlas, għax il- poplu qed iħallas għalihom permezz tat-taxxi.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidulhom bla ħlas.", "Ħadd m'hu qed jagħti xi ħaġa b'xejn.", "Imbagħad għaliex għandu jkun il-Prim Ministru li jgħid li parti oħra mil-Liġi se tidħol in vigore f'ċertu data?", "Din jien ma nistax nifhimha, għaliex is-soltu dawn l- affarijiet jitħallew f'idejn il-Ministru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien tkellimt ċar dwar il-korporazzjonijiet u llimitajt ruħi dwar fejn is-servizz jingħata bi ħlas.", "Minkejja dak li qal l-Onor.", "Tonio Borg u forsi dak li qal anke l-Ministru Frendo, xorta ma wasalniex.", "Irrid ngħid li meta kont qed nitkellem fl-istadju tat-Tieni Qari kont għidt li l-produttur kultant huwa konsumatur ukoll, u hawn kont qed nirreferi għal nies bħalma hu l-bidwi, raħħal, eċċ. Bħala eżempju semmejt il-kwalita' tal-ġwież li jkollna f'Malta.", "Per eżempju għandna ditta li qed tipproduċi ġwież li l-kwalita' tiegħu hija inferjuri ħafna, minħabba t-taħlita li tuża għall-pellets.", "Tant hu hekk, li min jaqla' l-għajxien tiegħu mit-trobbija tal-broilers u t-tiġieġ ra li l-produzzjoni tal-bajd waqgħet bin-nofs meta t-tjur ġew mitmugħa minn dawn il-pellets, u l-istess ġara fil-każ tal-produzzjoni tal-ħalib.", "Dawn l-affarijiet jiġru kuljum u jista' jikkonfermahom kull min kellu konnessjoni ma' dan il-qasam.", "Issa b'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin ngħidu li din id-ditta għandha dritt li tfittex għad-danni lid-ditta privata li tixtri mingħandha.", "Issa din id- ditta privata tieħu l-maġġoranza ta' dak li tpoġġi fit-taħlita minn dak li qed jimporta l-Gvern permezz tal-Medigrain.", "Jiġifieri dawn jisgħtu joħorġu bl-iskuża li l-ġwież mhux qed iġibuh huma u allura mhux tort tagħhom li l- kwalita' m'hix tajba biżżejjed.", "F'pajjiżna hawn eluf ta' produtturi li huma wkoll konsumaturi u li l-għajxien tagħhom jiddependi minn dan il- qasam.", "U f'każijiet bħal dawn tista' tinġieb l-iskuża li huma eżentati għax jaqgħu taħt it-tieni parti tad-definizzjoni ta' \"kummerċjant\".", "Barra minn hekk - ma nafx jekk din irrispondiex għaliha l-Ministru għaliex ma kontx hawnhekk il-ħin kollu - hemm affarijiet li jimportahom il- Gvern stess.", "Jien diġa' semmejt il-kuntratt li għamel il-Gvern għal tliet snin dwar l-importazzjoni taż-żerriegħa tal-patata.", "Il-kwalita' ta' din iż- żerriegħa ma kenitx dik mixtieqa, meta wieħed jikkonsidra l-ispejjeż li jagħmel il-bidwi biex ikabbarha.", "Imma f'dan il-każ il-bidwi lil min se jfittex?", "Ma jista' jfittex lil ħadd.", "Issa rridu nirrealizzaw li hawnhekk qed nitkellmu fuq eluf ta' nies u mhux fuq wieħed waħdu, għax kien hemm eluf li ħadu mill-istess supply u kellhom l-istess riżultat.", "Issa kif inhi l-Liġi jidher li dawn se jkollhom is-saħħa li jmorru quddiem id-Dipartiment tal-Konsumatur biex jipproteġihom u jingħataw l-għajnuna.", "Imma mbagħad taħt klawsola oħra se jsibu li m'huma se jaslu mkien għax lanqas jekk se jmorru quddiem it-Tribunal jew il-Qorti m'huma se jieħdu raġun, għax qed inħallu loophole minn fejn jista' joħroġ il-kummerċjant.", "Fuq din nixtieq spjegazzjoni.", "Ma rridx nirrepeti, imma qed nitkellem fuq kif inhuma l- affarijiet fil-prattika.", "Jien nixtieq spjegazzjoni dwar dan għax kif inhu propost dan l-Abbozz, fil-fatt se jkun qed jipproteġi anke lill- kummerċjant.", "Per eżempju, fil-każ li semmejt jien, dwar il-ġwież, il- produttur tal-pellets jista' jgħid li mhux hu responsabbli, għaliex fit- taħlita hemm il-qamħirrun li hu mportat mill-Medigrain jew mill-Gvern.", "Jiġifieri l-kummerċjant faċilment se jsib minn fejn joħroġ.", "Allura ħadd m'għandu jieħu għalih jekk ngħidu li qed nagħmlu l-affarijiet nofs kedda, għaliex naħseb li anqas minn nofs kedda qegħdin nagħmluhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt l-argument bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra m'huwiex jekk dan li qed isir huwiex qed isir nofs kedda jew le, jew jekk hijiex nofs liġi jew le.", "L-argument hu dwar għal min hi intenzjonata din il-Liġi.", "Aħna mhux qegħdin ngħidu li b'dan l-Abbozz ta' Liġi se niskreppjaw il-liġijiet kollha li għandna f'Malta u minflok se ndaħħlu liġi waħda li tolqot lil kull servizz u kull prodott li għandna fil-pajjiż.", "Din il-liġi qed issir b'żieda mal-liġijiet li kellna s'issa.", "Veru li qiegħda tissostitwixxi l-Liġi dwar il-Ħarsien tal-Konsumatur li saret fl-1981, pero' jekk sal-lum bidwi għandu dritt itella' lil xi ħadd il-Qorti, dan id- dritt mhux se nneħħuhulu b'din il-Liġi.", "Jekk pazjent iħoss li għandu jtella' tabib il-Qorti għaliex ma tahx servizz tajjeb .....", "(Interruzzjonijiet) Ir-realta' hi li b'dan l-Abbozz ta' Liġi ma qed neskludu assolutament xejn.", "Dak li jeżiti llum qegħdin inħalluh hemm.", "Kulma qegħdin inneħħu hija l-Liġi ta' l-1981 li qed nissostitwuha b'liġi ħafna aktar komprensiva.", "Nistgħu ma naqblux ma' dan u nistgħu ngħidu li hemm iktar affarijiet x'wieħed iżid, ngħidu aħna dwar toroq, jew affarijiet oħrajn li ssemmew hawnhekk.", "Imma l-iskop wara din il-Liġi huwa li jiġi protett il-konsumatur bħala konsumatur, u mhux f'kull ħaġa li l-bniedem jgħaddi minnha fil-ħajja.", "Dan hemm bżonn li jifhmu kulħadd.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, ilna ħanfa ngħidu li qed nistennew liġi li jkun fiha xi ftit laħam.", "Issa li dħalna fid-dettall u qed naraw l- affarijiet aktar ċari, qed naraw li m'għandniex aktar fuq xiex nitkellmu u li dak li qed jgħid il-Ministru ma jregix.", "Jiġifieri konsumatur li bil- liġijiet li kien hemm qabel ma kellux dritt għal kumpens, lanqas b'din il- liġi m'hu se jkollu dritt.", "Mhux sew li nsemmu l-Liġi ta' l-1981 ....", "Illum irridu nitkellmu fuq l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Aħna rridu nħarsu 'l quddiem biex lill-konsumatur nagħtuh ċerta saħħa.", "Jien qed nipprova nkun prattiku u qed inġib argumenti li juru li b'din il-Liġi lill- konsumatur ma tantx qed nagħtuh saħħa.", "Aħna konna qed nistennew li nagħmlu liġi li verament tkun tfisser xi ħaġa għall-konsumatur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Chairman, ma nistax naqbel ma' dak li qal l- Onor. Micallef.", "Huwa ta l-eżempju fejn bidwi jkun ġie provdut b'żerriegħa li ma tkunx ta' kwalita' tajba u allura r-riżultat tal-prodott ma jkunx tajjeb, imbagħad il-konsumatur imur jixtri dak il-prodott ...", "(Interruzzjonijiet) Il-konsumatur innifsu għandu relazzjoni diretta ma' dak li jbigħlu xi ħaġa.", "F'dan il-każ, anke l-bidwi li jixtri ż-żerriegħa jew jingħata ż-żerriegħa mingħand il-Gvern għandu relazzjoni ġuridika legali.", "Jiġifieri hawn liġijiet f'dan il-pajjiż li wkoll japplikaw għalih.", "Issa jekk din il-liġi ma tapplikax speċifikament għalih, xorta hemm liġijiet oħra, bħal-Liġi Ċivili, li tkopri dan il-każ, jiġifieri fejn wieħed ikun ippretenda xi ħaġa ta' kwalita' tajba u fil-fatt isib li għandha xi difett moħbi.", "Jien ngħid li din il-Liġi tant għandha laħam, li saħansitra qed temenda anke l-Kodiċi Ċivili fis-sens li l-konsumatur għandu dritt għal redress sa sitt xhur wara li jixtri l-oġġett, jekk kemm-il darba jsib xi difett fih, u mhux sa xahar biss kif kienet qabel.", "Jiġifieri dan il-perjod qed jitwal.", "(Interruzzjonijiet) Jien ipprovajt inkun kemm jista' jkun rispettuż fil- mod kif tkellimt.", "Pero' issa rrid ukoll niddefendi l-pożizzjoni li jien jidhirli li dan il-Gvern għandu jkollu.", "Ma naħsibx li huwa ġust u lanqas naħseb li hija deskrizzjoni ġusta ta' dak li qed nagħmlu meta niġu hawn u ngħidu li din hija nofs liġi jew li qed nagħmlu affarijiet nofs kedda.", "Aħna qed nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta' u minflok qed niftħu l-konċetti b'mod li lanqas f'leġislazzjonijiet ta' pajjiżi oħra ta' l-Ewropa ma jeżistu, aħna qed nagħmlu liġi b'mod li qed naqbdu l-konċett tal-konsumatur u niżviluppawh b'mod li mhux talli - kif kienet il-liġi ta' l-1981; aħna minn hemm tlaqna - qed norbtuh ma' l-oġġetti, talli qed norbtuh ukoll mas- servizzi.", "Mela għall-ewwel darba f'pajjiżna għandna Liġi dwar l-Affarijet tal-Konsumatur li qed nestenduha wkoll għas-servizzi.", "Għidna wkoll li se nestenduha għall-korporazzjonijiet u d-dipartimenti tal-Gvern, imma bil- limitazzjoni tad-deċiżjoni tal-Prim Ministru.", "Madankollu jien m'iniex se nidħol fil-kwestjoni dwar jekk il-Prim Ministru għandux jagħmel dan.", "Pero' m'hemmx dubju li l-korporazzjonijiet qed jagħmlu funzjoni kummerċjali, mentri d-dipartimenti tal-Gvern f'ċerti okkażjonijiet biss jaqdu funzjonijiet li jistgħu jkunu viċin għal dawk kummerċjali.", "Jiġifieri naħseb li m'aħniex qed inkunu ġusti mal-Liġi nnifisha meta ngħidu li din hija nofs liġi.", "Din hija Liġi ħafna iktar komprensiva milli qatt kellna f'dan il-Parlament.", "Jekk, ngħidu aħna, xi ħadd jgħaddi bil-karozza minn ġo ħofra u jkisser il-karozza ...", "Waqt li fil-liġijiet normali ta' dan il- pajjiż m'għandniex il-konċett tal-vicarious liability, fil-Liġi dwar l- Affarijiet tal-Konsumatur dan il-konċett daħħalnieh, imma japplika għar- relazzjonijiet kummerċjali, jiġifieri r-relazzjonijet bejn il-konsumatur u n-negozjant.", "Għax dak huwa l-konċett tal-konsumatur li jirrenja f'ħafna liġijiet fl-Ewropa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, inżommu mas-suġġett tal-klawsola li qed niddiskutu.", "L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Jien ma naqbilx li għandna niġu hawn u noqogħdu niftaħru li din il-Liġi qed jagħmilha l-Gvern Nazzjonalista u li qabel kien hawn biss biċċa liġi.", "Jekk se nitkellmu b'dan il-mod, allura tajjeb li ngħidu li fl-1972, fi żmien il-Gvern Laburista kienu saru s-Sale of Commodities Regulations; fl-1971 saru l-Quality Control Act u l-Wine Act, apparti l-Food and Drugs Act u għadd ta' liġijiet li allaħares noqogħdu nsemmuhom kollha.", "Jiġifieri saru diversi liġijiet ta' portata legali li jistgħu b'xi mod jgħinu lill-konsumatur.", "Il-punt li aħna ilna niddibattu huwa kif din il-liġi tista' tkun aktar far reaching u kemm jista' jkun tolqot lil kulħadd.", "Jekk aħna nemmnu li se nilleġislaw għal dak li qed jipprovdi l-Gvern, allura ma naħsibx li se nilħqu bi snien goffi li jigdmu lil min verament għandna nigdmu.", "Veru li fl-1971 kien hemm liġi, imbagħad fl-1972 ħassew li għandhom itejbuha għax ħassew li ma kenitx tkopri ċerti attivitajiet.", "Illum qed ngħidu li se nħallu din id- definizzjoni kif inhi, imbagħad ikun hemm l-ombudsman ...", "L-għan ta' din il-Liġi huwa l-protezzjoni u l-ħarsien tal-konsumatur.", "Jekk aħna se nibqgħu ngħidu li l-konsumatur huwa jien u int u kull min b'xi mod jikkonsma u/jew jagħti servizz, allura bilfors irridu nitkellmu b'dan il- mod.", "Jekk le, se nibqgħu ma naqblux u ngħidu li dawk jitkellmu fuq il- Lvant u aħna nitkellmu fuq il-Punent.", "Pero' effettivament anke bil-mod kif żviluppa d-dibattitu nafu li ż-żewġ naħat irridu illi nipproteġu lill- konsumatur qua konsumatur.", "Jiġifieri kemm bil-liġijiet li saru mal-medda taż-żmien, kif ukoll b'din il-liġi li qed jagħmel il-Gvern illum, jien ċert li l-intenzjoni hija li jrid jipproteġi lill-konsumatur.", "Imma jekk irid jipproteġi lill-konsumatur, the proof of the pudding is in the eating.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, jien xorta m'iniex sodisfatt u issa l-Ministru Frendo ħawwadni iktar.", "GĦaliex se nagħmlu liġijiet u xorta se nibqgħu ngħidu li jekk jinqala' xi ħaġa hemm il-qorti.", "Aħna hawnhekk nagħmlu l-liġijiet, imbagħad tinterpretahom il-Qorti.", "Jien se nibqa' nsemmi dak il-każ - wara li semmejtu hawnhekk ċempluli ħafna - ta' l- inċident bil-karozza.", "Issa apparti dan, jekk wara tliet snin li nixtri karozza li suppost kienet ta' l-1983, insib li kienet ta' l-1979/1980 u mmur il-Qorti, jien għandi ndum disa' snin sakemm il-Qorti tasal għad- deċiżjoni u mbagħad titfagħhieli deżerta?", "Min se jipproteġih lill- konsumatur?", "Mhux veru li b'din il-liġi se jiġi kopert.", "Lill-konsumatur, the man in the street, billi noqogħdu ngħidulu ħafna affarijiet sbieħ xorta m'aħniex se naslu u xorta l-Ministru Frendo lili ma kkonvinċinix.", "Billi noqogħdu ngħidu li kien hemm dik il-liġi jew l-oħra, meta l-konsumatur jiġi biex jagħsar il-liġi li qed nagħmlu u ma jsib xejn, x'se jiġri?", "F'dawn l-affarijiet trid tkellem lil min ikun sofra.", "Mhux diġa' kellna każijiet fejn wara li jinqata' d-dawl u jiġi, jispiċċa jitħassrulek it- television, il-fridge u kollox, u jgħidulek li ma tistax tfittex lil Enemalta?", "Dan li jinteressah il-konsumatur għax inkella jiġrilu bħal ma ġralhom dawk is-17-il persuna li mingħalihom xtraw karozza l-aħħar mudell u fil-fatt sabu li kienet ta' ħames jew sitt snin ilu.", "Mhux veru li barra minn Malta ma teżistix protezzjoni għall-konsumatur.", "Tant teżisti, li jien qabbadthom jiktbu lid-ditta ta' barra u s-sodisfazzjon ħaduh.", "Dan il-parir messu tahulhom l-avukat li kien qed jiddefendihom quddiem il-qorti tat- teatrin li għandna f'Malta u bħala avukat responsabbli kien imessu kiteb lid-ditta ta' barra għaliex mhux hi kienet li daħket bihom iżda l-aġent ta' hawn Malta.", "Jien ngħid li f'każijiet bħal dawn fejn l-aġent jidħak bil- konsumatur għandu jkun il-ministru stess li jikteb lid-ditta ta' barra u anke jieħu l-liċenzja lill-aġent li jkun qarraq bil-konsumatur.", "Ħalli ngħidlu lill-Ministru Frendo kemm barra minn Malta hemm serjeta' f'dawn l-affarijiet.", "Jien kelli każ fejn mort għand l-aġent għal clutch ta' karozza u qalli li m'għandux.", "Ktibt lill-ambaxxata li kitbet lid- ditta ta' barra u fi tlett ijiem bagħtuli l-clutch u saħansitra f'sitt ijiem lil dan l-aġent ħaditlu d-ditta.", "Din hi s-serjeta', aħna mhux se nkunu serji jekk se nħallu lill-konsumatur dieħel u ħiereġ il-Qorti biex l- avukati joqogħdu jgħadduh biż-żmien.", "Qed ngħid dan għax hekk qed iħoss il- konsumatur u mhux imbilli noqogħdu ngħidu li din il-Liġi hi tajba!", "Darba hawnhekk jien tkellimt fuq id-drogi u \"The Times\" attakkatni meta għidt li jekk ikun hawn xi ħadd li lill-uliedi jbellagħlhom id-drogi nisparalu.", "Tgħidx kemm għajritni \"The Times\" dak inhar.", "Illum qed nieħu pjaċir illi wara għaxar snin \"The Times\" u n-nies qed jagħtuni raġun għax bil-liġi tad-drogi li għaddejna mhux ventilatur ftaħna - hekk tkellimt dak inhar - imma bieb.", "U issa hekk qed nagħmlu b'din il-Liġi dwar l-Affarijeit tal-Konsumatur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, nibqgħu nitkellmu fuq il-klawsola.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman jien fuq is-suġġett qed nitkellem.", "Mela min jibla' d-drogi mhux konsumatur ukoll!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, jiddispjaċini li l-Ministru Frendo mhux qiegħed hawn bħalissa għax sinċerament ma ħadt pjaċir xejn bil-mod li tkellem.", "Jien meta għamilt ir-rimarka li se nagħmlu nofs liġi ridt ngħid li aħna mhux hekk nixtiequ.", "Aħna konsistenti u qegħdin ngħidu li se mmorru lura minn dak li kien hemm fil-White Paper.", "Jien semmejt każi fejn jidħlu l-korporazzjonijiet u jien m'għandix dubju li fl-Ingilterra għar-rigward tal-korporazzjonijiet, il-konsumatur diġa' huwa protett.", "Hemmhekk il-konsumatur għandu dritt ifittex il-British Telecom jekk ma jmorrux isewwulhom malajr għax is-sett huwa mikri għandhom.", "Jien qed nitkellem mil-lat prattiku u mhux qed nitkellem biex nieħu ż- żmien tal-Kamra.", "Mela fuq l-ewwel argument bqajna fejn konna.", "Ċerti korporazzjonijiet li qed jagħmlu l-miljuni ta' liri fi qliegħ lanqas se jiġu meqjusa li huma kummerċjanti, allovolja jikru s-servizz.", "Meta tkellimt konsistentament ma' dak li għidt fit-Tieni Qari ta' din il-Liġi, jien għidt li fl-opinjoni tiegħi ħafna affarijiet qed isiru sabiex ikun hawn iktar xogħol għall- avukati.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech forsi tkellem b'mod iktar ċar milli qed nitkellem jien u meta tkellem il-Ministru Frendo, jien ħsibt li se jirreferini għal xi produttur, imma milli jidher hu ma fehemx il-punt tiegħi sewwa.", "Infatti dak il-ħin il-Ministru Galea beda jikkoreġih.", "Jien qiegħed ngħid li f'każ bħal dan, x'inbidel f'din il-Liġi?", "Intqal li hemm liġijiet li bihom il-konsumatur għandu d-dritt jieħu sodisfazzjon.", "Fejn huma dawn il-liġijiet?", "Jien jiddispjaċini li kultant ikolli ngħaddi xi rimarki fuq l-avukati, imma bilfors ikolli nagħmel hekk għax il-liġijiet donnhom isiru b'mod li xi klawsola tinħeba wara oħra u wieħed li mingħalih ikun se jieħu sodisfazzjon, jispiċċa biex jaħli kemm ħinu kif ukoll flusu u ma jasal imkien għax ma jkollux il-protezzjoni tal-liġi.", "Jien xtaqt li l- Ministru Frendo tkellem bħala avukat u bħala wieħed li jaf il-liġi.", "Jien ippretendejt li l-Ministru se jgħallimni hu u se jgħidli li l-argumenti tiegħu jaqgħu għax hemm it-tali liġi li taħtha bniedem ikun jista' jfittex u jieħu sodisfazzjon.", "Imma l-Ministru ma qalli xejn minn dan kollu.", "GĦalhekk jiddispjaċini li l-Onor.", "Frendo ma baqagħx f'din il-Kamra u ħalliena niddiskutu dawn l-affarijiet weħidna.", "(Interruzzjonijiet) Mhux kulħadd ikollu l-appuntamenti, imma li toħroġ minn hawn waqt li qed nitkellmu fuq dawn l-affarijiet...", "Ngħid għalija, llejla jien ipprovajt inkun prattiku.", "Jekk ma taqblux miegħi għiduli li jien ipprovajt naħli l-ħin għax dak li għidt llejla kollu qiegħed kopert bil-Liġi u waqt li kont qed nitkellem semmejt eżempji prattiċi.", "Jien ċert li s-Sinjorija tiegħek segwietni bħalma segwieni kull min hawn preżenti ġo din il-Kamra.", "Jien ma qomtx nitkellem biex naħli l- ħin, imma biex nitlob ir-raġuni għala l-liġi qed issir b'dan il-mod.", "Imma li l-Onor.", "Michael Frendo, bħala Ministru u avukat, tkellem b'mod daqshekk vag, ikompli jikkonfermali l-fatt li għidt jien; jiġifieri li l-affarijiet mhux qed isiru kif wieħed jixtieq, jekk veru beħsiebna nimxu pass 'il quddiem f'dak li jirrigwarda l-konsumatur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, minn dak li qed niddiskutu llejla qed nara li joħroġ iżjed ċar il-fatt li minkejja l-propoganda kbira u l- build-up li saru fuq il-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, jidher li bħalna, il-poplu tqarraq b'din il-Liġi.", "Infatti jien iltqajt ma' wieħed li ġie xi tliet snin ilu mill-Ingilterra u kellimtu fuq din il-Liġi.", "Dan qalli li issa aħna ġejjin bħall-Ingilterra, fis-sens illi jekk bniedem ikun għaddej minn triq u jaqa' minħabba li l-bankina ma tkunx fi stat tajjeb, dan ikollu fejn jirrikorri biex jieħu s-sodisfazzjon.", "Kienet qed issir ħafna propaganda fuq din il-Liġi, imma fil-fatt meta niġu fil-Parlament qed insibu li dawn l-affarijiet ma jeżistux.", "GĦalhekk issa wieħed jista' jara kemm se tkun bla saħħa għaqda tal-konsumatur meta tiġi wiċċ imb'wiċċ ma' dak li għandu x'jaqsam ma' dover, li suppost jaqdi dipartiment tal-Gvern, korporazzjoni pubblika jew kunsill lokali.", "Jien nixtieq insemmi każ partikolari.", "Dak iż-żmien li kont law reporter ġie wieħed u qalli li xtara karozza ġdida u kellu jagħmel snin twal ġej u sejjer il-qorti.", "Qalli li hu ma sab ebda liġi li tipproteġih u għaldaqstant kellu jqabbad avukat u weħel spiża kbira.", "Imbagħad dan beda jibża' li mhux se jirbaħ il-kawża bil-konsegwenza li dik l-ispiża li għamel biex qabbad avukat jiddefendih ma tkun swiet għalxejn.", "Ftit ġranet wara li dan l-individwu fittex lill-aġent li mingħandu xtara l-karozza l-ġdida, instab li kien mar il-pilastru li jkun hemm maċ-ċapetti tal-bieba.", "Wara dan kollu, il-qorti kienet innominat espert li qabad u ddeċieda li jibagħtlu l-karozza tiegħu ġo garaxx.", "Meta l-karozza ttieħdet ġo garaxx - li kien tal-privat - l-ispiża telgħet ħafna tant li s-somma ġiet daqs il- prezz tal-karozza l-ġdida.", "B'xorti tajba l-aġent kellu jċedi minħabba li kellu s-sentenza tal-qorti kontra tiegħu.", "Dan il-każ veru ġara u kollox huwa reġistrat il-qorti.", "Il-konsumatur irid ikollu ħafna kuraġġ biex jidħol għal dan il-piż, u f'dan il-każ partikolari minbarra l-ispejjeż tal- kawża fil-qorti, kien hemm ukoll il-każ ta' l-espert li qabad u ħa din il- karozza ġo garaxx bil-kera.", "Ara kieku dan il-konsumatur tilef din il-kawża kemm kien se jmur minn taħt.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk din il-Liġi tagħmilha iktar faċli lil min hu mweġġa' f'dawn l-affarijiet, biex mhux biss jingħata l-protezzjoni, imma jingħata protezzjoni bl-inqas mod li jweġġa'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiddispjaċini li l-Onor.", "Portelli qed jagħti eżempji li fir-realta' m'humiex parti minn din il-Liġi.", "L-istess Liġi tikkwalifika liema tip ta' oġġett nistgħu nikkontestaw.", "Jekk nużaw dawn it- tip ta' argumenti nistgħu ndumu nġebbdu dwar x'inhu servizz jew konsumatur u ma nispiċċaw qatt, għalkemm huwa veru li parti mil-Liġi titkellem dwar azzjonijiet.", "Jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Schembri Adami, li huwa avukat u segwa l-kors tal-liġi kollu kemm hu, daħal fil-konċett ta' snien li jaqtgħu u li jigdmu u affarijiet oħra simili li beda jsemmi.", "Il-Liġi li għandna quddiemna, prinċipalment fil-kontest ta' dak li qal l-Onor.", "Schembri Adami, m'hijiex dik li taqta' imma li primarjament tgħallem lill- konsumatur u tgħallem ukoll, anke jekk b'mod indirett, lin-negozjant biex ma jipprovax jagħti servizz li huwa ħażin u li m'huwiex skond it- teknikalitajiet li għandna.", "Mr Chairman, wieħed jista' jibqa' jargumenta u jiddiskuti għal ħafna tul.", "Saru diversi argumenti mill-Onor.", "Debono Grech u minn Membri oħrajn, imma fir-realta' l-konċett ta' din il-Liġi huwa dak kif speċifikat hawnhekk, li għal skopijiet ta' din il-Liġi għandna limitazzjonijiet ta' x'inhu negozjant u ta' x'inhu konsumatur .", "L-Onor.", "Schembri Adami ma nafx kemm-il Liġi semma u kien ikollu raġun jitkellem bil-mod kif tkellem kieku aħna qegħdin ngħidu li qegħdin nabolixxu l-Liġi ta' l-Inbid u liġijiet oħra li semma u minflokhom qed indaħħlu din il-Liġi biss.", "Pero' għall- kuntrarju, dawk il-liġijiet kollha kienu hemm, għadhom hemm u d-drittijiet li hemm fihom se jibqgħu.", "Hawnhekk il-konċett hu marbut direttament mal- kwestjoni ta' konsumatur bil-limitazzjonijiet li għandna quddiemna u rridu nqisu din il-Liġi bħala żvilupp tal-liġi li kellna fl-1981 - jiġifieri Kap 293 - u mhux bħala xi ħaġa oħra, għax inkella nibqgħu nġebbdu u żgur li ma nlestu qatt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Twaqqif tal-kariga ta' Direttur għall-Affarijiet tal- Konsumatur.", "Clause 3 - Establishment of office of Director of Consumer Affairs.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'din il-klawsola qegħdin nitkellmu dwar l-appuntar tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur fejn qed ngħidu li dan jrid ikun uffiċjal pubbliku u li f'dan il-każ se jkun maħtur mill-Prim Ministru.", "Qed nagħtu wkoll id-definizzjoni ta' x'inhuma l-funzjonijiet ta' Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur b'mod partikolari dak li jagħti tagħrif u guidelines, li jissorvelja l-konswetudni kummerċjali u li jinvestiga xi ilmenti li jkunu saru mill-konsumatur.", "Hawnhekk għandna l-intenzjoni li kemm jista' jkun dan id-Direttur f'każ ta' bżonn ikun jista' jaġixxi biex jgħin lill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, kif ukoll biex jagħti informazzjonijiet oħra lill-pubbliku in ġenerali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, jien ma nistax nifhem kif dan il-Gvern filli jħalli kollox f'idejn il-privat, filli jkun kontra l-kontrolli u filli jgħid kontra ċ-ċentralizzazzjoni ta' l-affarijiet.", "Veru li issa qed nerġgħu nduru għax il-privatizzazzjoni m'għadhiex daqshekk moda u qed nerġgħu mmorru għal affarijiet oħra.", "Pero' jien ma nistax nifhem għax jekk se nagħmlu Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur se nispiċċaw infaqqsu iktar diretturi u iktar nies li jiddependu mill-buona grazia u mill-ħniena tal-Gvern, meta wara kollox dan għandu jkun xi ħaġa pubblika li jħares l- interess tal-konsumatur u taċ-ċittadin, ħalli ma ngħidux tas-servizzi għax issa s-servizzi huma limitati - u mhux qed ngħid għas-servizzi tal-Gvern.", "Ngħid jien x'hemm ħażin kieku ngħidu li anke dan irid ikun appuntat mill- Prim Ministru?", "U bir-rispett kollu lejn il-Ministru, jien ma nistax nifhem kif f'liġi ppreżentata mill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd - u issa anke għall-affarijiet tal-konsumatur - qed jidħol il-Prim Ministru, meta fi kwalunkwe liġi - ma rridx li jeħodni ħażin fis-sens li forsi qed naħseb li l-Prim Ministru mhux qed jafdah - d-diskrezzjoni hija tal- Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux għalik, naħseb li diġa' kien qed jissuspetta fil-predeċessur tiegħek.", "(Interruzzjonijiet) Fejn f'kull liġi id-dħul fis-seħħ ċerti klawsoli tal-liġi jitħalla fid-diskrezzjoni ta' xi ministru partikolari - nerġa' ngħid m'iniex legali imma llum drajthom dawn l-affarijiet hawn ġew - ma nistax nifhem għaliex f'din il-Liġi d- diskrezzjoni qed titħalla f'livell iktar għoli, għand il-Prim Ministru, meta n-naħa l-oħra dejjem titkellem fuq decentralisation and devolution of power.", "Filli qed ngħidu dan kollu u filli f'daqqa waħda nerġgħu mmorru lura u ngħidu li l-Prim Ministru jrid jappunta persuna; u issa se nitkellem fuq din il-persuna.", "Jien kontra li jkun hemm daqshekk nies jiddependu direttament mill- grazzja tal-Prim Ministru.", "Mhux se ngħid li dan l-individuw jkollu clash ta' doveri, imma ċertament li l-ewwel lealta' dejjem se tkun lejn min appuntah.", "Dan mhux bħall-Awditur li huwa appuntat kostituzzjonalment; il- Prim Ministru jappuntah biex jaqdi dik il-kariga u meta jrid jista' jneħħih ukoll.", "Jiġifieri dan id-Direttur mhux se jkun liberu li jaġixxi kif irid.", "Issa qed nifhem iktar għaliex il-Liġi, kif qed tiġi proposta, qed tikkontempla li s-servizzi li jingħataw mid-dipartimenti tal-Gvern ma jidħlux f'din il-liġi u m'hemm ebda time-frame meta se jiddaħħlu.", "Ara dan id-Direttur f'liema pożizzjoni jiġi għada pitgħada jekk kemm-il darba jkollu jagħti ċerti pariri u jieħu ċerti passi kontra dipartimenti oħra tal- Gvern.", "Ħalli ngħidu li jkunu inklużi dawn l-entitajiet li qed jissemmew, bħal Enemalta u Telemalta, jiġifieri nassumu illi meta jidhirlu l-Prim Ministru, fil-buona grazia tiegħu, idaħħalhom b'regolament biex ikunu jaqgħu taħt il-liġi.", "Jista' jiġri li d-Direttur għall-Affarijiet tal- Konsumatur appuntat mill-Prim Ministru jiġi fi clash ma' diretturi ta' dipartimenti oħra, għax qed ifittixhom u jagħti pariri kontra tagħhom talli qed jagħtu servizz ħażin...", "Issa jien għandi nifhem illi kull darba li se jmorru biex jieħdu parir dwar jekk aġixxewx tajjeb jew le ...", "Ħalli nassumu li jien bħala konsumatur għandi complaint kontra dipartiment tal- Gvern li qed jagħti servizz bi ħlas.", "Kont se nġib eżempju b'Telemalta, imma din hija corporation u allura jista' jkollha legal advice separat, u fil-fatt il-korporazzjonijiet għandhom legal advisers tagħhom.", "Mela se nitkellmu fuq dipartiment li jekk kemm-il darba jien, bħala konsumatur, se nagħmel kawża kontra tiegħu, id-direttur ta' dan id-dipartiment irid jieħu parir mingħand l-Attorney General.", "Min-naħa l-oħra, jekk id-Direttur għall- Affarijiet tal-Konsumatur - li jien nista' nieħu parir mingħandu biex jidderiġini - se jieħu parir, dan ukoll jieħdu mingħand l-Attorney General.", "Mela żewġ diretturi li possibilment se jkunu kontra xulxin se jieħdu parir fuq l-istess każ mingħand l-Attorney General.", "Għaldaqstant jien ngħid li d- Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur kellu jkun appuntat jew elett b'sistema differenti, u żgur li mhux jiġi appuntat mill-Prim Ministru.", "Nafu x'ġara meta kellna d-Direttur tal-VAT; malli dan tkellem ġejna hawnhekk, il-Ministru qal li m'għandux x'jaqsam, l-ieħor qal illi mhux veru dak li qal u ma jerfax responsabilita' ...", "Jiġifieri nafu minn xiex għaddejna.", "Fil-fatt id-Direttur tal-VAT - qed insemmih hawnhekk bħala persuna li għandi l-ikbar rispett lejh - minn dak iż-żmien 'l hawn għalaq ħalqu u ma tkellimx, għax f'daqqa waħda skattat nassa li tgħidx x'daħal fiha!", "F'dan il-każ id-Direttur se jiġi f'pożizzjoni li inqas ma jgħid u inqas ma jaqla' ħama, iktar se jkun komdu u kwiet.", "Allura aħna rridu din is-sistema?", "Jien ma rridx noqgħod nagħmel rimarki, imma ma ħadtx pjaċir nisma' lill- kollega tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg, isemmi x'għamlet il-Liġi ta' l-1981.", "Intom, li tgħidu li dan huwa gvern progressiv, se toqogħdu tikkomparaw is- sitwazzjoni tal-lum ma' dik ta' 13-il sena ilu!", "(Interruzzjonijiet) GĦax l-Onor.", "Borg qal li l-Liġi kollha kienet tikkonsisti f'paġna waħda stampata minn fuq iż-żewġ naħat u tantx kienet tmur 'il bogħod.", "Allaħares noqogħdu nkejlu - issa mhux se nidħol f'polemika fuq din jien - il-progress li rridu nagħmlu llum f'ċerti affarijiet ma' dak ta' 13-il sena ilu!", "Daqskemm tikkritikaw dak li kien hemm dak iż-żmien!", "Issa se tgħidu li jekk immorru kemm kemm 'il bogħod minnu jkun biżżejjed?", "M'hux biżżejjed.", "Tafu li dawn affarijiet li ma jimxux b'mod aritmetiku; f'dawn l-affarijiet geometrical progressions jeżistu.", "Dak iż-żmien dawn il-movimenti u l-ideat ta' drittijiet tal-konsumatur kienu għadhom fil-bidu tagħhom.", "F'dawk is-snin kont il-Kunsill ta' l-Ewropa u naf x'kien jingħad.", "Kienu għadhom embryonic ideas; kulħadd jibda jitkellem fuqhom, jibdew ġejjin l-ideat, imma mbagħad jaqbdu swell, jibdew jikbru u jkollok ħafna iktar żviluppi.", "Jiġifieri ma nistax inkejjel dak l qed nagħmel ma' kemm hu aktar minn dak li kien hemm 13-il sena ilu.", "Allaħares toqgħod tikkompara b'dan il-mod.", "Fl-Abbozz ta' Liġi hemm li d-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur iwettaq il-policy stabbilita mill-Ministru.", "Hawnhekk min se jidħol, il- Ministru jew il-Prim Ministru?", "Kif se jkun jaf min minnhom se jidħol hawnhekk?", "Id-Direttur jappuntah il-Prim Ministru, imbagħad irid iwettaq il- policy li jistabbilixxi l-Ministru.", "L-aħjar hu li nerġgħu nħarsu lejn din il-parti, għax hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet bażiċi.", "Aħna kemm-il darba indikajna li din il-Liġi rriduha.", "Fil-fatt kkritikajna l-fatt li kontu ħallejtuha wisq fuq l-ixkaffa.", "Jiġifieri mhux talli rridu din il- Liġi, talli rridu wkoll li jkun hemm responsabilita' kemm minn min qed jipprovdi s-servizz jew il-prodott, kif ukoll minn min qed iħallas għall- prodott, jiġifieri il-konsumatur.", "Il-konsumatur għandu jkollu d- drittijiet tiegħu mħarsa u jkun jaf għal xiex dieħel billi jkun jaf x'għandu jagħmel u ma jagħmilx.", "Dan jiswa tajjeb anke għall-ekonomija ġenerali tal-pajjiż.", "Bħalissa hawn wisq serq; hawn nies li prattikament qed jinsterqu bil-prezzijiet li qed jintalbu għall-prodotti li jixtru u għas-servizzi li jiġu provduti lilhom.", "Aħna rriduhom dawn il-konċetti għax huma tajbin għall-ekonomija ta' pajjiżna u għax din il-Liġi tista' ssalva ħafna affarijiet.", "Pero' din il-liġi trid tkun komprensiva.", "Irridu li l- istrutturi jiffunzjonaw, fis-sens li mbagħad ma neħlux f'xi ħaġa ...", "Il-kollega tiegħi beda jsemmi kif wieħed jeħel bid-dewmien fil-Qorti.", "Dan huwa veru.", "Pero' aħna se nipprovaw naraw li jkun hemm strutturi li bihom wieħed ikun jista' jiġi informat u jista' jaġixxi iktar malajr.", "B'hekk jitgħallem aktar u jiġu evitati kwestjonijiet żejda.", "Dawn huma affarijiet tajbin.", "Pero' jekk wieħed jiġi f'konflitt dirett ma' dipartimenti li għada pitgħada jistgħu jidħlu taħt l-operat tal-Liġi, jien ma nistax nara kif żewġ strutturi tal-Gvern se joqogħdu jiġġieldu kontra xulxin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Kif għadu kif fisser tajjeb id-Deputy Leader tagħna, huwa tajjeb li d-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur ikun uffiċjal pubbliku, imma mhux li jkun maħtur mill-Prim Ministru.", "Normalment jekk liġi tkun taqa' taħt il-Ministeru tas-Social Welfare, il- Ministru responsabbli mis-social welfare jippilota dik il-liġi u se mai jkun hu li jkollu l-fakulta' li jaħtar persuni f'ċerti karigi.", "Ħalli ngħidu li l-ħatra għandha tiġi mill-forza eżekuttiva; f'dan il-każ il-Gvern qed jipproponi li jkun il-Prim Ministru u aħna qed ngħidu li għandu jkun il-Ministru.", "Hawnhekk jidher li l-Gvern qiegħed jidderoga u qed jgħid li għandu jkun il-Prim Ministru li jappunta lid-Direttur.", "F'ċirkostanzi normali mhux biss ikun il-Ministru li jaħtar lill-persuna f'xi kariga partikolari, allavolja f'dan il-każ aħna qed ngħidu li m'għandux ikun il- Ministru, ladarba qed noħolqu din l-istruttura, jiġifieri l-Kunsill għall- Affarijiet tal-Konsumatur ...", "Jiġifieri normalment ikun il-Ministru li jaħtar lill-persuna li se topera dik il-liġi, kif ukoll tagħmel ċerta subsidiary legislation.", "Issa f'dan il-każ se jkun il-Prim Ministru.", "Forsi jkun utli li l-Ministru Galea jgħidilna għaliex sejjer ikun il-Prim Ministru li jappunta lid-Direttur u jidhirlux il-Ministru li l-fatt li se jkun il-Prim Ministru jfisser li allura m'aħniex qed niddeċentralizzaw il- poter, anzi qed nitilgħu 'l fuq fil-piramida ġerarkika ta' l-eżekuttiv tal- Gvern.", "Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur x'aktarx se jkun korp konsultattiv li jaħdem indipendentement mid-Dipartiment pero' huwa Kunsill li jidher li mhux se jkollu setgħat eżekuttivi iżda r-rwol tiegħu se jkun li jagħti pariri lill-Ministru konċernat.", "Jien naħseb li jekk dan se jkun appuntat mill-Prim Ministru, meta aktar 'il quddiem qed ngħidu li jagħti pariri lill-Ministru, jista' jkollna mhux konflitt ....", "Anke biex fil-liġi jissemma Ministru wieħed, naħseb li jkun utli - apparti r-raġunijiet li semma tant tajjeb id-Deputy Leader - li nħallu r-referenza għal \"il- Ministru\".", "Imma aħna bħala Oppożizzjoni x'qegħdin nirrakkommandaw?", "Aħna naqblu mal- Gvern li d-Direttur irid ikun uffiċjal pubbliku, maħtur mill-Kunsill għall- Affarijiet tal-Konsumatur.", "Aħna nemmnu li dan il-Kunsill irid ikun iffinanzjat minn fondi pubbliċi, għaliex nemmnu li din il-Liġi hija waħda li trid tipproteġi lill-konsumatur u l-poplu għandu l-obbliġu li jara li din il-protezzjoni sseħħ - u jridu jkunu l-fondi pubbliċi li jgħinu biex dan l-iskop ikun jista' jintlaħaq - u għandu jkun awtonomu mill-operat tal- Gvern.", "Aħna nemmnu li jekk isir kif qed jiġi propost, jiġifieri li l-ħatra ssir mill-Prim Ministru, din l-awtonomija li nixtiequ naraw, ma tkunx tista' tintlaħaq.", "Il-Ministru mbagħad għadda biex tkellem dwar subclause 3 (2) li tittratta l-funzjonijiet tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur li \"għandhom ikunu sabiex iwettaq il-policy stabbilita mill-Ministru, sew personalment jew permezz ta' uffiċjali pubbliċi fid-Dipartiment ta' l-Affarijiet tal- Konsumatur\".", "Mela filli qed jinħatar mill-Prim Ministru u filli qegħdin indaħħlu lill-Ministru!", "Veru li huwa l-Ministru li jara li l-politika f'dan il-qasam titħaddem imma naħseb li wieħed irid jara kif din il-policy se titwettaq u jekk tkunx waħda - mill-mod kif spjega anke l-istess Ministru - li tista' tidher li hija dejqa wisq biex tagħti l-veru protezzjoni li nixtiequ nagħtu lill-konsumatur fis-sens wiesa' tal-kelma.", "Imbagħad hemm ħames subparagrafi, (a) sa (e).", "Jien naħseb li paragrafu (e) fejn qed jingħad li:", "\"it-twettiq ta' kull funzjoni jew dmir ieħor li jkun assenjat jew li jista' jiġi assenjat lilu taħt dan l-Att jew kullliġi oħra.\",", "qisu a blanket clause.", "Dan huwa wieħed minn dawk id-dmirijiet li fil-fatt kien deher fil-White Paper iżda jidher li ma ddaħħalx fl-Abbozz ta' Liġi.", "Jiġifieri għandna nneħħu paragrafu (e) ta' klawsola 3 (2) u se mai indaħħlu funzjoni li fil-White Paper ma kienx iddaħħal.", "Mr Chairman, fil- White Paper kienu ssemmew ħafna affarijiet li fil-fatt ma ġewx proposti f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fost oħrajn, insibu affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tikketti, immarkar u sigurta' tal-prodott.", "Jien naħseb li minflok paragrafu (e) li qed jipproponi l-Gvern nistgħu ndaħħlu l-poter li d-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur ikun jista' jinvestiga prodotti u servizzi li direttament jew indirettament jolqtu l-interessi tal- konsumatur u li anke jistudja u jirrakkommanda miżuri kuntrarji filwaqt li jippubblika dawn l-istudji.", "Jiġifieri mhux biżżejjed li nistudjaw u nirrakkommandaw, imma dak li qegħdin nagħmlu għandu jsir b'mod pubbliku.", "Naħseb li l-Gvern ma jistax jitkellem kontra din il-miżura li qegħdin nipproponu għax hu stess kien ipproponieha fil-White Paper li ppubblika.", "Naħseb li l-fatt li jkollna l-prodotti u s-servizzi vetted fl-aħjar interess tal-konsumatur jimmilita biex verament il-funzjoni ta' Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur tkun tista' taħdem kif nixtiequha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiddispjaċini li se nerġa' nqajjem dan il-punt, pero' rrid nissottolinea l-punt dwar il-ħatra tad-Direttur, iktar u iktar meta mbagħad il-membri l-oħra kollha ta' dan il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur se jkunu kollha nominati mill-Minsitru.", "Hawnhekk fejn se nispiċċaw?", "Filli qegħdin ngħidu li rridu nagħtu l-poter lil ħaddieħor, filli f'daqqa waħda erġjajna abrogajna kollox u ħallejna kollox f'idejn il- Ministru.", "Nista' nġib eżempju - l-Onor.", "Borg jifhem x'se ngħid - bin-nies li hemm appuntati fil-Planning Authority.", "Dawn huma nies appuntati min- naħa tal-Gvern, huma nies serjissimi u għandi l-ikbar rispett lejn kull wieħed minnhom.", "Dan qed ngħidu mhux bi plaġjariżmu, imma għax verament nemmen hekk.", "Pero' m'hemmx dubju li dawn in-nies, whether they admit it or not, huma ristretti fid-deċiżjonijiet tagħhom għax m'humiex liberi bħali.", "Jien jekk naqbel naqbel, u jekk ma naqbilx niġi naqa' nqum mill-opinjoni tal-Gvern.", "Imma hemmhekk hemm ħamsa min-nies li qed jirrappreżentaw dipartimenti differenti u huma mistennija, on paper, li jagħtu l-opinjoni oġġettiva, kuxjenzjuża u personali tagħhom, imma naf li jekk b'kumbinazzjoni dawn ifettillhom kollha f'daqqa jivvotaw kontra proġett tal- Gvern - allavolja l-vot huwa sigriet - żgur li l-Ministru ta' kull wieħed minnhom jgħidilhom ...", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed ngħid - bir-rispett kollu lejn kull wieħed minnhom - li dawn m'għandhomx il-liberta' li għandu individwu li ma jkunx appuntat mill-Gvern.", "Ma nafx jekk hijiex teoretika, jekk hijiex fil-prattika u jekk hijiex verita', imma nemmen dak li qed ngħid u konvint minnu.", "Ma tkunx liberu mija fil-mija meta jkollok ċerta lealta' lejn min appuntak.", "F'dan il-każ qed ngħidu li se jkollna Direttur appuntat mill-Gvern u iktar 'il quddiem insibu klawsoli li jgħidu li kull membru ta' dan il- Kunsill se jkun appuntat mill-Gvern.", "F'paragrafu (c) ta' subklawsola 3 (2) insibu li dan il-Kunsill se jkollu d-dritt li jinvestiga:", "\"... l-ilmenti li jsiru minn konsumaturi dwar il-provvista ta' oġġetti u servizzi u sabiex jaġixxi daqskemm hu fis-setgħa tiegħu li jagħmel dan sabiex jirrimedja kull ilment ġustifikat li jista' jsir jaf bih;\".", "Dan hu li għidt jien.", "Dawn għada pitgħada se jkollhom quddiemhom claim tiegħi kontra Telemalta, kontra Enemalta, kontra l-Water Services Corporation u kontra dipartiment tal-Gvern.", "Allura issa se nibda nifhem għaliex din il-Liġi m'hijiex imfassla biex is-servizzi li jagħti l-Gvern - li tkellimna fuqhom fil-bidu - m'humiex inklużi.", "Għax ara kif jiġi dahru mal-ħajt id-Direttur meta jkollu kawżi kontra l-Gvern, kontra l- awtoritajiet, kontra l-korpi parastatali u kontra l-korporazzjonijiet!", "Irridu li jkollna xi ħadd - anke jekk jaġixxi bl-iktar mod oġġettiv u bl- iktar mod ta' kuxjenza dejjem jibqa' jidħol id-dubju - li jkun appointee tal-Gvern, jew irridu xi ħaġa li tidher iktar awtonoma?", "Għax ma rridux naraw biss dak li jkun qed jiġri imma anke l-perception f'moħħ in-nies.", "Żgur li l-poplu jibda jistaqsi: \"Dan huwa indipendenti?", "Dan għandu x'jaqsam mal-Gvern?", "Dan qatagħha hekk, għax jaqbel għall-Gvern?", "Dan qatagħha hekk biex ma jagħmilx isem ħażin lill-Gvern?\".", "Jiġifieri l- perception tal-Liġi hija importanti, jiġifieri li inti qed taġixxi b'mod ġust u qed tipprova tagħti l-impressjoni li l-Liġi qed tiġi attwata u qed issir ġustizzja.", "Intom tgħidu li mhux biss huwa importanti li l-ġustizzja ssir, imma wkoll li tidher li qed issir.", "Imma ħafna drabi la tidher li qed issir u lanqas issir.", "Pero' f'dan il-każ nixtieq li jekk se jkollna Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur li jkun, biex ngħid hekk, frosta, la jkollu minn wieħed u lanqas mill-ieħor, imma jkollu biss l-interess tal- konsumatur u, if anything, ikun imħallat b'nies li jkunu eletti u li anke jirrappreżentaw interessi oħra.", "Imma hawnhekk qed jiġi propost li kollha jkunu appuntati mill-Gvern biex jaraw l-interess tal-konsumatur in the long run u li m'għandhomx l-interess ta' xi għaqda volontarja.", "Veru li forsi qbiżt għal klawsola 4 imma dawn tant huma marbutin ma' xulxin li lanqas tista' tiddiskutihom separatament.", "Aħna ma naqblu assolutament xejn ma' dan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-ewwelnett irrid ngħid li r-raġuni għaliex qed ngħidu li d-Direttur irid jaħtru l-Prim Ministru u mhux il-Ministru responsabbli hija waħda verament sempliċi, għax iċ-Civil jaqa' taħt il- Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Id-Direttur, bħala impjegat tal-Gvern jinħatar mill-Prim Ministru, li huwa l-head taċ-Ċivil kollu kemm hu.", "Dik hija r-raġuni u m'hemmx xi kwestjoni ta' fiduċja jew sfiduċja fil-Ministru jew inkella xi raġunijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet) Din żgur li m'hijiex kwestjoni personali; ilha li ġiet proposta b'dan il-mod u ma saritx f'dawn l-aħħar erba' ġimgħat.", "Fuq dan il-punt naħseb li m'hemm xejn iktar x'inżid.", "Mr Chairman, issa nixtieq nitkellem dwar il-funzjonijiet u l-obbligi tad- Direttur.", "Naħseb li mill-mod kif tkellem l-Onor.", "Vella, l-ewwel kampanja li jkollu bżonn jagħmel id-Direttur u l-Kunsill għall-Affarijiet tal- Konsumatur hija li jgħallem lin-nies biex ineħħu dawn it-tip ta' suspetti li kontinwament ikollna fil-pajjiż.", "Irridu naslu fejn verament nemmnu u rridu naraw li n-nies appuntanti ...", "Jekk inġibu l-argument li d-Direttur huwa impjegat tal-Gvern, u allura jista' jkollu ċerti lealtajiet, wieħed jista' jgħid ukoll li jekk id-Direttur ma jkunx impjegat tal-Gvern imma jkollu xi negozju, jista' jibża' mill-Ministri u mill-Prim Ministru li jistgħu jeħdulu l-liċenzja tiegħu jew inkella jagħmlulu xi ħaġa oħra.", "L- ewwel ħaġa li rridu nifhmu hija li dan il-Kunsill huwa marbut - kif qal tajjeb l-Onor.", "Vella - li l-ewwel funzjoni tiegħu hi li jagħti tgħarif u jgħallem lill-pubbliku.", "Irridu nifhmu wkoll li l-bażi kollha tal-Liġi li għandna quddiemna kienet u għadha dik li, kemm jista' jkun, nagħtu tagħrif lill-konsumatur dwar x'inhuma l-affarijiet li jolqtuh l-aktar bħala konsumatur.", "L-ewwel xi ħadd semma s-snien u ma nafx x'kienet eżattament it- terminoloġija li uża l-Onor.", "Vella.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma tkellimtx fuq dentistrija imma probabbilment semmejt is-surgery, li taqta' l- funzjonijiet tad-Direttur.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-funzjoni prinċipali tad-Direttur hija li kemm jista' jkun jagħti tagħrif u possibilment jaqta' kull potenzjal ta' diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.", "Hemm ukoll il-possibilita' li d-Direttur jissorvelja l-andament ta' kif ikun qed isir in-negozju fil-pajjiż, bl-iskop li jkun jista' jgħallem.", "Imbagħad għandu wkoll id-dover li jekk ikun hemm xi konsumaturi li jressqu problemi jew ilmenti jinvestigahom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, aħna naqblu ma' dak kollu li qed isemmi l-Ministru, anzi ngħidu li l-Kunsill jista' jkollu iktar funzjonijiet, pero' jista' jgħid x'hemm li ma jistax jagħmel kunsill li ma jkunx jiddependi mill-ħatra tal-Gvern bħal, per eżempju, kunsill awtonomu jew kunsill li jkun magħmul nofsu mir-rappreżentanza tal-Gvern u nofsu mir-rappreżentanza ta' l-għaqda tal-konsumatur?", "Ma jistax jgħallem?", "Min qal li ma jistax?", "Ma jistax jara li l-affarijiet qed isiru sew?", "Min qal li ma jistax?", "Veru li forsi ma jistax jidħol fl-ilmenti u jiddeċiedi fuqhom, imma jista' jagħti pariri dwar kif dak li jkun jista' jsib redress.", "Forsi l-għaqda jkollha legal advisors li jagħtu parir lill- konsumatur li jkun imweġġa' jew li jkollu xi complaint.", "GĦaliex dan ma jistax jagħmlu privatament?", "Intom tagħmlu tant fil-privat!", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk trid tkun koerenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, li qed nipprovaw ngħidu huwa li tista' tieħu anoloġija ma' pożizzjoni, biex nieħdu eżempju, ta' ombudsman.", "Pero' dan huwa ombudsman tal-konsumaturi.", "Hawnhekk għandna persuna - int taf aħjar minni - li se tmexxi kumitat ta' konsumaturi.", "Wara kollox, veru li l-kumitat ikun magħmul minn ħamsa min-nies pero' jekk ikollok personalita' qawwija f'min imexxi, ħafna drabi d-direzzjoni li jieħu kumitat tkun id-direzzjoni tac-chairman.", "Dak li qed jiġi suġġerit minn din in-naħa għandu l-ħsieb mhux li ssir kritika għal dak li hemm fl- Abbozz, imma biex din tkun ta' suċċess akbar.", "Ġaladarba ċ-chairman se jkun uffiċjal pubbliku, il-Kunsill la jista' jidher indipendenti u lanqas imparzjali, iżda jista' jagħti l-każ li jkollok persuna li hija indipendenti u imparzjali.", "Nieħdu, per eżempju, in-nomini tal-bord tad- dixxiplina tal-Public Service Commission fejn ħafna drabi n-nomini jkunu ta' persuni li jkollhom il-fiduċja tal-poplu kollu, skond kif huwa rappreżentat.", "L-idea tagħna, minn din in-naħa, hija li biex ikun hemm aktar dehra ta' imparzjalita' fejn jidħlu ħwejjeġ governattivi ...", "Aħna nafu li f'pajjiżna l-Gvern u l-kumpanniji u l-korporazzjonijiet tal-Gvern, tant għandhom sehem - forsi iktar minn dawk f'pajjiżi oħrajn, minħabba ċ- ċokon tagħna ...", "Jekk tara x'persentaġġ jifforma s-servizz pubbliku tagħna mill-bqija tal-workforce ta' pajjiżna u tikkompara dan ma' pajjiżi oħrajn, issib li l-persentaġġ huwa iżjed għoli, għax hemm numru bażiku ta' impjegati fis-servizz pubbliku, li ma tistax tmur below it.", "GĦaldaqstant meta ħafna servizzi huma marbutin mas-servizz pubbliku jew korporazzjonijiet tas-servizz pubbliku - il-kollega tiegħi semma s-servizz mogħti minn Enemalta u Telemalta - ikun siewi għall-Gvern innifsu u fl- interess ta' l-istess Gvern li ċ-chairman ma jkunx uffiċjal pubbliku.", "Huwa anakroniżmu wkoll li fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit tagħkom, is-Segretarju Ġenerali għamel diskussjoni filosofika fuq il-bżonn li jkun hawn \"inqas Stat\".", "Parti mid-diskussjoni bħala bażi filosofika tal-Partit Nazzjonalista kif esposta mis-Segretarju Ġenerali hija li jara li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern jagħmel \"inqas Stat\".", "Dak kien il-heading, \"inqas stat\".", "Imma dan xi jfisser?", "Dan ifisser li l-Istat għandu jiddevesti lilu nnifsu minn ċerti poteri, u għalhekk hemm il-kelma \"inqas\" u mhux \"iżjed\".", "Issa dak li qed nissuġġerixxu aħna jidher li huwa iżjed in line mal-policy esposta minn Dr Austin Gatt.", "Meta smajt lill-kollega tiegħi jissuġġerixxi lill-Gvern li d-Direttur m'għandux ikun uffiċjal pubbliku, jiena ħsibt li l- Gvern se jaħtaf dan is-suġġeriment u jaqbel miegħu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iċ-chairman tal-Kunsill mhux se jkun uffiċjal pubbliku.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien qed nitkellem fuq id-Direttur għall- Affarijiet tal-Konsumatur.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, imma ċ-chairman tal-Kunsill m'huwiex id- Direttur.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jekk għandek din is-sitwazzjoni, għandek tipprova ssib soluzzjoni għaliha.", "Dan m'hux xi prinċipju politiku jew xi prinċipju tal-Gvern li huwa sagrosant u li wieħed irid jorbot fuqu; lanqas se jaffettwa l-bażi tal-Liġi.", "Jiena nissuġġerixxi li tipposponi d- deċiżjoni fuq din il-ħaġa - hekk jew hekk xorta m'hix se tgħaddi llum - u forsi wara x-xeni wieħed jista' jiollu iktar ċans li jaqsam l-ideat fuq dan il-punt u forsi anke jsib soluzzjoni għalih fl-aħjar interess tal-Liġi nnifisha u ta' kif għandha tidher.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Irrid ngħid li tqajmu żewġ punti u kien hemm anke opinjonijiet differenti mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni.", "L-ewwel punt kien jekk id-Direttur għandux ikun uffiċjal pubbliku jew le, u l-Onor.", "Schembri Adami qal li jaqbel li għandu jkun uffiċjal pubbliku, imma ma jaqbilx mal-mod kif jiġi nominat.", "Jagħmel iktar sens se mai kieku wieħed jaqbel ma' l-argument ta' l-Onor.", "Attard Montalto, li m'għandux ikun uffiċjal pubbliku u allura ma jkunx hemm restrizzjonijiet, kif hemm f'dan l- Abbozz ta' Liġi dwar min għandu jappuntah.", "(Interruzzjonijiet) Wara kollox huwa l-assistent tiegħek bħal spokesman dwar il-ġustizzja; mhux jiena ħtartu.", "Jiena ma ċħadtx dak li kien qed jgħid, anzi naqbel miegħu u mhux miegħek.", "Jiena ma naqbilx biss mal-konklużjoni tiegħu.", "GĦaliex naqbel ma' l-Onor.", "Schembri Adami, jiġifieri li d-Direttur għandu jkun uffiċjal pubbliku?", "Jiena naqbel li għandu jkun uffiċjal pubbliku għax dan se jmexxi dipartiment tal-Gvern.", "Jekk jista' l-Onor.", "Attard Montalto nitolbu jagħtini eżempju ta' kap ta' dipartiment tal-Gvern li m'huwiex uffiċjal pubbliku.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ħsibt li kien se jsemmi lil Dr Austin Gatt f'dan il-kontest.", "Safejn naf jien, f'Malta l-kapijiet tad- dipartimenti tal-Gvern huma uffiċjali pubbliċi.", "Jekk wieħed imbagħad jaċċetta dak l-argument, allura uffiċjal pubbliku li se jkun direttur bilfors irid ikun maħtur mill-Prim Ministru, għax kif qal il-Ministru, huwa l-Prim Ministru li għandu r-responsabilita' tas-Civil Service.", "Il-membri tal-Kunsill jaħtarhom il-Ministru u l-politika li għandu jsegwi d-Direttur jiddeterminaha l-Ministru, imma l-ħatra ta' liema uffiċjal pubbliku fis- Civil Service għandu jkun direttur huwa naturali li għandha tkun f'idejn il- Prim Ministru bħalma hi f'liġijiet oħra.", "Per eżempju, fl-Awtorita' ta' l- Ippjanar mhux il-Ministru għall-Ambjent jiddeċiedi liema uffiċjali pubbliċi jiġu assenjati xogħol f'din l-Awtorita', imma huwa l-Prim Ministru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Pero' dan huwa dipartiment sui generis.", "Bħala prinċipju, fejn l-Istat jista' jsib ruħu bħala avversarju, ikun tajjeb li d-direttur ma jkunx uffiċjali pubbliku.", "Jiena m'iniex se ngħidlek biex issemmili dipartimenti fejn uffiċjali pubbliċi m'humiex id- direttur, imma ngħidlek li f'dawk id-dipartimenti jew f'dawk l-oqsma fejn l- Istat jista' jkun avversarju, l-indipendenza tad-direttur għandha tkun il- bażi minn fejn tibda, jekk verament nixtiequ nibnu oqsma iżjed trasparenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-Direttur tax-Xogħol, per eżempju, għax huwa nominat mill-Gvern, ma jistax iħarrek liċ-Chairman ta' Telemalta f'każ li dan ma jagħtix leave lill-impjegati tiegħu?", "Jiena qed nagħti eżempju ta' prosekuzzjoni kriminali li ssir mill-Gvern kontra parti mis-settur pubbliku.", "Din li l-Gvern ma jistax jikkontrolla partijiet oħra tiegħu, jekk dik il-parti hija speċifika ...", "Aħna approvajna l-Liġi dwar is- Sigurta' u s-Saħħa tal-Ħaddiem fuq il-Post tax-Xogħol, u bil-liġi l-Gvern huwa obbligat li josserva dik il-Liġi.", "Tant hu hekk li hemm uffiċjal pubbliku li jrid jara li d-dipartimenti kollha tal-Gvern josservaw l- istandards tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Wara kollox anke l-Pulizija hija parti mill-poter eżekuttiv, u għalkemm huwa veru li għandha tingħata l-indipendenza u l-awtonomija, xorta huwa l- Gvern li jaħtar lill-Kummissarju tal-Pulizija, bħalma jinnomina lill- imħalfifin.", "Naf li l-Onor.", "Attard Montalto se jgħidli li l-imħallfin ma tistax tneħħihom ħlief bl-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Parlament.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li jinnominahom.", "Naf li d-Direttur m'għandux il-protezzjoni ta' mħallef, imma jista' jitenħħa biss f'każ li jinstab unfit to continue in office or has become incapable of properly performing his functions.", "Imbagħad jiddependi mill-karattru ta' l- individwu jekk iżommx il-liberta' ta' azzjoni, sempliċement għax ikun ġie nominat mill-Gvern.", "Ovvjament jista' jiġri li jiġi nominat f'xi kariga amministrattiva xi ħadd li ma jkollux karattru kombattiv, imma dan jista' jiġri anke jekk ma jkunx il-Gvern li jaħtar lil dik il-persuna, għax wara kollox ir-raġuni tkun li jkollha karattru dgħajjef.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess biex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta 8 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, xtaqt nagħmel ftit kummenti dwar l- istrajk li sar mill-General Workers' Union bi protesta kontra d-dħul tal- VAT f'pajjiżna.", "Nixtieq ngħid mingħajr ma nkun daqshekk kontroversjali, li mill-azzjonijiet li ttieħdu mill-General Workers' Union l-aktar li bata kien il-poplu u mhux il-Gvern, allovalja l-azzjonijiet kienu immirati kontra l-Gvern.", "Il-punto di partenza ta' dan id-diskors huwa li wieħed m'għandux jinsa b'mod speċjali l-Posta - hemm kien milqut l-iktar l-poplu.", "Il-Posta tagħmel parti mill-mezzi ta' kommunikazzjoni soċjali, flimkien mal-mezzi tax-xandir, gazzetti u s-servizz tat-telephone, televiżjoni etc. Meta tnaqqas l-effett li jistgħu jagħmlu il-mezzi ta' kommunikazzjoni soċjali tkun qed tagħmel delitt kontra d-demokrazija.", "Jiena nħoss li meta l- General Workers' Union għamlet dawk l-azzjonijiet industijali fis-sistema tal-posta naqset serjament mid-demokrazija, u l-iktar ħaġa importanti kienet li l-iktar li bata kien proprju l-poplu.", "GĦaliex kellu jbati l- poplu f'din il-materja?", "Per eżempju, jiena naf b'diversi kostitwenti li kienu qed jistennew li nagħtuhom l-informazzjoni kollha meħtieġa li jkunu tawna l-Ministri għall-ilmenti li nkunu ressaqna f'din il-Kamra.", "Sfortunatament ħafna mill-posta tal-Membri Parlamentari kienet miżmuma u għalxejn aħna l-Membri Parlamentari - kemm min-naħa tal-Gvren kif ukoll min- naħa ta' l-Oppożizzjoni - għamilna d-dover tagħna għax il-posta li normalment nibgħatu f'envelopes provduti mis-Sinjorija Tiegħek ma twasslitx għand il-kostitwenti.", "Wieħed irid jammetti li l-General Workers' Union għamlet trattativi biex ma jintlaqtux ċerti sezzjonijiet bħas-saħħa, welfare, pensjonijiet, salarji eċċ. Din kienet deċiżjoni responsabbli ħafna imma daqstant ieħor kien irresponsabbli li ċerta informazzjoni mid- dipartimenti ma twaslitx.", "Se nagħti ftit eżempji ta' każijiet li ltaqjt magħhom jiena jew li n-nies kelmuni fuqhom.", "Per eżempju nafu li l-Gvern kien introduċa sistema li biex wieħed jieħu ċertifikat tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-mewt, għandu l-faċilita' li jieħu formola mill-għassa jew mill-posta, iħallas 20c bolla u jibagħtha f'envelope lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku u fi żmien tlett ijiem jew erbgħa, jirċievi l-informazzjoni mitluba mingħajr ma joqgħod imur il-Belt u jistenna fil-queue.", "Ħafna minn dawn iċ-ċertifikati kienu verament urġenti imma fiż-żmien li damet l-azzjoni industrijali ċ-ċertifikati ma bdewx jaslu.", "Meta n-nies rat li se ddum ma tieħu risposta, marru d-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku jilmentaw li ma ħadux risposta fuq l-applikazzjoni tagħhom meta kienu ħalsu l-20c bolla.", "L-uffiċjali tar-Reġistru Pubbliku qalulhom li ċ-ċertifikati kienu ntbagħtu iżda l-posta kienet miżmuma.", "GĦaldaqstant in-nies kellhom jerġgħu jħallsu 20c bolla.", "F'dan il-każ min bata?", "Id-direttur tar-Reġistru Pubbliku, jew il-poplu?", "Ovvjament bata l- poplu għax barra li kellu jħallas 20c oħra għaċ-ċertifikat meħtieġ, kellu wkoll l-inkonvenjenza li jmur hu personalment fid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku.", "Id-Dipartiment tat-Taxxi Nterni kien ukoll soġġett għall-istess azzjoni industrijali u kien hemm diversi assessments li riedu jintbagħtu mid- Dipartiment jew formoli ta' l-income tax mibgħuta mill-pubbliku li weħlu l- Posta u ma setgħux jiġu pproċessati mid-Dipartiment tat-Taxxi Nterni.", "Dan kien ħażin ħafna u anke f'dan il-każ ma kienx id-Dipartiment tat-Taxxi Nterni li bata imma l-poplu għax il-formoli tiegħu se jdumu aktar biex jiġu pproċesati.", "Jiena naf li mill-Housing Department intbagħat ammont sostanzjali ta' ittri lill-persuni li qed jokkupaw flats jew djar tal-Gvern kif ukoll ittri oħra dwar xi ħlasijiet.", "Mr Speaker dawn l-ittri kollha ma waslux u min bata?", "Anke hanwhekk bata l-poplu.", "Nagħmel referenza wkoll għall-Gazzetta tal-Gvern li hija gazzetta awtorevoli ħafna u li jkollha informazzjoni ta' ċertu urġenza.", "Jien, bħal kull Membru Parlamentari ieħor, nirċievi il-Gazzetta u dejjem nirċeviha fil-ħin.", "Min bata meta l-Gazzetta ma tqassmitx mill-Posta?", "Fil-Gazzeta jkun hemm notifikazzjonijiet li jkunu ta' interess għan-nutara u għalhekk batew in-nutara, batew l-avukati u batew ukoll il-kuntratturi li riedu jitfgħu l-offerti għat-tenders u meta reġgħu bdew jirċievu l-Gazzetta, sabu li t-tenders kienu diġa' għalqu u allura ma setgħux japplikaw.", "Veru li dawn setgħu marru huma personalment għall-Gazzetta imma ħafna ma marrux għaliex stennew li se jirċevuha.", "Fil-Gazzetta tal-Gvern kien hemm ukoll sejħa għal applikazzjonijiet għal eżamijiet li kienu jagħlqu fl-4 ta' Novembru u kieku dawk iż-żewġ avvizi ma dehrux jumejn wara xulxin fil-gazzetti ta' kuljum, żgur li ħafna studenti ma kenux ikunu jafu b'din is-sejħa għal applikazzjonijiet għal Skrivan Grad I fid-Dipartimenti tal-Gvern.", "Jien għalhekk nagħmel appell lill-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex jerġa' joħroġ dan l-avviż u jagħti ċans imqar ta' ġimgħa biex dawk li ma laħqux applikaw ikollhom iċ-ċans li japplikaw.", "Jiġifieri kieku l-GWU kienet aktar responsabbli u dawn l-affarijiet ħasbithom qabel, żgur li l- poplu ma kienx ibati daqshekk.", "Xi ngħidu mbagħad dwar Telemalta Corporation?", "Ma ninsewx li ħafna mix- xogħol ta' Telemalta Corporation, bħat-tħaffir ta' trinek, tqegħid ta' pajpijiet u wires, eċċ., kien miżmum ukoll.", "Minħabba f'hekk ġara li se jkun hemm dewmien sostanzjali biex jingħataw linji tat-telephone u anke biex jgħaddu l-cables ħalli jiġu connected mas-sistema tan-network tat- telephone.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa dwar dawk in-nies li ġew notifikati biex imorru jħallsu l-Lm1 sabiex jiġi stallat it-telephone.", "Jiġifieri kien hemm dewmien ta' iktar minn xahar biex jaslu l-karti ta' l-avviż għand dawk in- nies li kienu qed jistennew il-linja tat-telephone.", "Minħabba dan id- dewmien, reġa' bata proprju l-poplu, Mr Speaker.", "Jien noqgħod f'Ħaż-Żebbuġ u ħafna mill-kostitwenti tiegħi qaluli li kienu qed jistennew biex iħallsu l-Lm1 imma ma setgħux jagħmlu dan għaliex kienu għadhom ma rċevew xejn - proprju issa qed jirċevuhom, wara xahar u nofs.", "Għalkemm il-General Workers' Union eżentat kull avviż li jista' jkun hemm dwar il-medical boards, kien hemm ittri - hawn lest li nagħti l-isem ta' persuna li ma rċevitx l-ittra biex tidher quddiem il-Bord - li ma waslux.", "Forsi ġara li din tħaltet ma' xi ittri oħra li ma jkunux jistgħu jiġu distingwiti minn dawk li ma kellhomx jitqassmu.", "Pero' nista' ngħid li kien hemm nies li kienu msejħa għall-Medical Board u li ma rċevew xejn minħabba dan id-dewmien fil-Posta.", "Għalhekk biex isolvu din il-problema l-area officer beda javża lil dak li jkun bit-telephone biex jitla' għall-medical board.", "U hawn bata wkoll il-poplu!", "Minħabba din il-kwestjoni batew ukoll l-anzjani għax is-servizz tat-Telecare ma twassalx għand l- applikanti.", "Il-General Workers' Union għamlet żball u nħoss li m'għandhiex tirrepeti dan l-aġir għax proprjament bata l-poplu.", "Għalkemm id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kien ukoll eżentat minn din l- azzjoni, ġara li l-avviżi li kienu qed jistennew l-istudenti ma ġewx ipproċessati u allura ma rċevewx dik l-informazzjoni fil-ħin, liema informazzjoni waslitilhom xi xahar u nofs wara.", "Anke d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ġie affettwat.", "Kif diġa' għidt, jien ġej minn raħal fejn ħafna prodotti jittieħdu l-pitkalija u nista' ngħid li l-bdiewa ma rċevewx iċ-ċekkijiet tal-konsenji tagħhom mill- pitkalija.", "Min bata hawn?", "Hawn bata l-bidwi, jiġifieri anke f'dan ir- rigward reġa' bata l-poplu.", "Nerġa' ngħid li dan l-aġir irresponsabbli min- naħa tal-General Workers' Union żammet il-bidwi - li d-dħul tiegħu huwa minn dawk iċ-ċekkijiet li ħafna drabi jintbagħtu mill-pitkalija - milli jirċievi l-ħlas għall-prodotti tiegħu.", "Dawn iċ-ċekkijiet għadhom ma tqassmux mill-Posta u kienet se toħroġ ordni biex min għandu bżonn iċ- ċekkijiet imur għalihom personalment u l-Ministru stess dan jista' jikkonfermah.", "Mr Speaker, nies oħra li qed ibatu minħabba din id-direttiva huma dawk li talbu għal xi kampjuni mid-Dipartiment ta' l-Industrija.", "Dawn il-kampjuni baqgħu fil-Posta - b'mod speċjali fis-Central Mail Room tal-Belt - flimkien ma' posta oħra li tinkludi notifiki tal-kummerċ, dwana u anke invoices.", "F'dan il-każ ukoll bata l-poplu u m'hux il-Gvern għaliex dawn in-nies ma kenux jafu li qed jintbagħtulhom in-notifiki u saħansitra kien hemm min kellu l-prodotti tiegħu li ġew bonded ..", "Mr Speaker, anke mill-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija kien hemm xi notifiki dwar kjarifikazzjoni minn insurances u liċenzji ta' nies li bagħtu l-ħlas tagħhom bil-posta li ġew miżmuma.", "Konsegwenza ta' dan hija li hawn min għandu l-liċenzja li m'hijiex imħallsa, inkluż ta' l-insurance, għal aktar minn xahar.", "Dan ukoll huwa każ fejn bata l-poplu u kollu minħabba l-irresponsabilita' tal-General Workers' Union.", "Mr Speaker, il-Public Lotto Department jibgħat notifiki tar-riżultati tal- lotterija nazzjonali lill-aġenti biex jibgħatuhom lill-klijenti tagħhom - speċjalment dawk li m'humiex residenti hawn Malta - ħalli jinfurmawhom bir- riżultat.", "Minħabba din id-direttiva, sal-lum - xahar u nofs wara - dawn għadhom qegħdin jitqassmu.", "Mr Speaker, intlaqtu wkoll il-kontijiet maħruġa mill-Water Services Corporation.", "U hawnhekk jien nistaqsi: X'se tieħu l-General Workers' Union billi ma tgħaddix il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "B'dan l-aġir ukoll se jbati l-poplu li huwa mgħaddab bil-kbir għall-General Workers' Union għaliex issa se jiġuh żewġ kontijiet f'daqqa.", "Jiġifieri jekk qabel ta' term wieħed kien iħallas, per eżempju Lm25, issa se jkollu jħallas Lm50.", "Dawn il-kontijiet se jaslu proprju fil-ġranet ta' qabel il-Milied meta l-poplu jkollu ħafna spejjeż.", "U hawnhekk ikun hawn min forsi jistaqsi: Imma l-poplu ma jafx li jrid jaħseb għal dawn l-ispejjeż qabel?", "Mr Speaker, il-poplu ma jifhimx hekk, iżda jifhem li meta jiġi kont iħallsu u fil-fatt il-poplu Malti ma tantx jittardja fil-ħlas tal- kontijiet.", "Jiġifieri l-poplu issa se jkollu kont doppju.", "U min se jbati b'dan?", "Se jbati l-poplu għaliex kieku ħallashom term, term ma kienx jarahom ħafna.", "Min bata meta ma tqassmux il-kontijiet tat-telephones jew aħjar meta ma tqassmux kollha minn dawk in-nies li marru jduru dar, dar biex iqassmu l- kontijiet?", "Proprju bata min ma rċeviex il-kont għaliex minħabba t-theddida li kien hemm - u kienet ġusta - li min ma jħallasx il-kont jinqatgħalu s- servizz tat-telephone, in-nies kellhom joqogħdu fil-kju biex jiġbru l-kont tagħhom.", "Kien hawn ukoll ħafna anzjani li ma rċevewx il-kont u kellhom joqogħdu jiġru wara n-nies sabiex imorru jiġbrulhom il-kontijiet tagħhom għaliex bdew jibżgħu li jinqatgħalhom is-servizz tat-telephone inkluż dak tat-Telecare.", "U min qed ibati?", "Qed ibatu dawk li qed joqogħdu fil-queues - u rajna l-queues li kien hemm fil-gazzetti - biex ikunu jistgħu jiġbru l- kontijiet tat-telephone u r-responsabilita' hija tal-General Workers' Union.", "Jien nitlob sabiex jidħol is-sens ta' raġuni u ta' responsabilita' fid-diriġenti tal-General Workers' Union għaliex illum il-ġurnata ma tistax tagħmel azzjonijiet industrijali ta' dan it-tip li ttellef lill-poplu mill- ħin tiegħu għax jkollu joqgħod fil-queues.", "Illum il-ġurnata l-argumenti li jkun hemm ma' unions jissolvew billi kulħadd jinġabar madwar mejda u jiddiskuti u minkejja li dawn id-diskussjonijiet jistgħu jieħdu fit-tul, fl- aħħar mill-aħħar tinstab xi soluzzjoni.", "Kien hemm ukoll ordni sabiex il-kontijiet ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jgħaddux mill-banek.", "Din id-direttiva forsi ma ntħassitx daqshekk, imma kien hemm min webbes rasu u dawn il-kontijiet ma għaddewx bil-konsegwenza li ma setax jimxi l-proċess ta' l-applikazzjoni.", "U nerġa' nistaqsi: Min bata f'dan il-każ?", "Bata l-bank?", "Batiet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jien ngħid li bata min kellu xi applikazzjoni li riedet tiġi proċessata u baqgħet ma ġietx ipproċessata għaliex ma waslulux il-kontijiet biex iħallas b'riżultat li l-ipproċessar baqa' iktar minn xahar lura.", "Mr Speaker, jien irrid insemmi wkoll argumenti oħra.", "Meta Anġlu Fenech ġie mistoqsi jekk il-GWU tiddefendix lil dawk l-istudenti Universitarji li jkunu qed jagħmlu l-workphase u li ssir xi inġustizzja magħhom - hawnhekk qed nirreferi għall-intervista li dehret f'paġna 26 ta' \"In-Nazzjon Tagħna\" tat-13 ta' Ġunju, 1994 - hu wieġeb li ma jkunx jista' jiddefendi lil dawk l- istudenti li ma jkunux imseħbin fil-GWU.", "F'\"L-Orizzont\" ta' Settembru, 1994, kien hemm miktub li l-GWU qed tagħti direttiva lill-ħaddiema tad- Dipartiment tal-Posta u s-Sur Mario Cutajar, is-Segretarju tat-Taqsima tas- Servizzi Pubbliċi tal-GWU, kompla jgħid li l-GWU tipproteġi lill-ħaddiema kollha tal-Posta, anke dawk li m'humiex membri, li jsegwu din id-direttiva.", "Mr Speaker, hawnhekk nistgħu naraw li għandna two weights and two measures.", "Filwaqt li Anġlu Fenech qal li l-GWU ma tistax tiddefendi lill- istudenti li ma jkunux membri tagħha, fid-direttiva ta' kontra l-VAT li hi maħruġa mill-GWU, intqal li l-Union kienet lesta tipproteġi lill-ħaddiema kollha tal-Posta, anke dawk li m'humiex membri tagħha.", "Hawnhekk wieħed jista' jara li hawn kontradizzjoni kbira, sfaċċata u li ma tagħmel l-ebda sens, anzi tħammar il-wiċċ ta' dawk li jiktbuha jew jgħiduha.", "Meta lis-Sur Maurice Agius, Segretarju Ġenerali tal-UĦM, għamlulu l- istess mistoqsija, hu wieġeb li l-ILO kienet qalet li waqt il-workphase, l- istudenti għandhom igawdu mill-istess drittijiet tal-ħaddiema l-oħra.", "Din qalitha l-International Labour Organisation fiż-żmien meta kien hawn il- kwestjoni ta' l-istudenti li ħarġu bi strajk u l-ex-Ministru Lorry Sant kien keċċiehom 'il barra u dak iż-żmien il-UĦM kienet ipprotestat ma' l-ILO dwar din il-ħaġa.", "Mr Speaker, hawnhekk jidher ċar li din hi l-ikbar kontradizzjoni li għamlet il-GWU.", "Jien nappella biex meta nkunu qed nagħmlu industrial actions, ma għandniex ninsew li fi żmien Gvern Soċjalista, l-anqas biss azzjoni industrijali parzjali ma kienet aċċettata.", "Il-gvern ta' dak iż- żmien kien jgħidilna biex jew nidħlu nagħmlu x-xogħol li qed nitħallsu għalih - id-dover tagħna - jew inkella nitilqu 'l barra!", "X'kien it- theddid ta' dak iż-żmien?", "Se nikkwota x'kien it-theddid ta' dak iż-żmien meta kienu saru azzjonijiet industrijali parzjali u l-GWU bi ftehim mal- Gvern ma kenitx aċċattahom.", "Dak iż-żmien it-trade unions membri tas-CMTU ordnaw azzjonijiet industrijali parzjali u limitati f'diversi dipartimenti tal-gvern u korporazzjoniijet parastatali.", "Dawn għamlu forma ta' ban fuq is-sahra bl-introduzzjoni ta' azzjoni go slow u miżuri oħra.", "Il-GWU riċentement għamlet ukoll azzjoni ta' go slow mal-MSU fuq xogħol li għandu x'jaqsam mas-sistema tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u biex ma jsirx ipproċessar fuq id-direttorju tat-telefon u ħafna affarijiet oħra.", "X'ġara f'dak iż-żmien?", "Il-Gvern beda jsostni li kull impjegat li jonqos milli jobdi kwalunkwe ordni leġittima biex juża d-drittijiet kollha tiegħu bil- mod normali, jkun sospiż.", "U fil-fatt ħafna kienu sospiżi mingħajr salarju.", "Issa meta tkun sospiż suppost taqa' fuq half pay, imma l-GWU kienet aċċettat li jossospenduhom mingħajr salarju.", "Dak iż-żmien kien ġie rapportat li:", "\"L-Union tal-Ħaddiema tal-Banek ordnat lill-membri tagħha biex ma jagħmlux xogħol konness ma' waħda mill-koporazzjonijiet ...\"", "- illum, ftit snin wara li kien sar dan mis-CMTU, il-GWU ordnat azzjonijiet industrijali mal-korporazzjonijiet kollha tal-Gvern -", "\"... b'simpatija mal-ħaddiema li kienu ġew sospiżi.", "Il-ħaddiema tal- banek ukoll wara dan kienu sospiżi bla salarju.\".", "Imma kif jinqalbu ż-żmenijiet!", "Jien għamilt daqsxejn ta' riflessjoni fuq l- aġir tal-GWU f'dawk iż-żmenijiet u fiż-żmenijiet tal-lum.", "Kif wieħed jista' jkollu fiduċja f'din l-Union?", "Kif jista' jgħid li qed ikabbar in- numru tal-membri ta' din il-Union, meta din qed tagħmel tradiment?", "Jien nitħassar lill-GWU li reġgħet inqabdet fi strajk politiku f'dan is-sens u nappellalha li jkun hemm aktar nies serji.", "U hemm nies serji fil-GWU għax anke l-Gvern għandu fiduċja f'ħafna nies li huma serji li jixtiequ li l- Union ma tibqax sejra b'din is-sistema u li timxi b'mod iktar responsabbli u iktar effettiv, imma nibża' li l-GWU hija mmexxija minn forzi estrani li jridu l-ħsara lill-pajjiż.", "Aħna nafu x'ġara f'dawk iż-żmenijiet u nafu x'ġara fiż-żmenijiet tal-lum.", "Per eżempju, nafu x'ġara fil-Casino meta l-Union ma kenitx iddefendiet lil dawk in-nies li kienu tkeċċew u li mbagħad il-Gvern Nazzjonalista reġa' daħħalhom.", "Nafu bid-diżastru li kien ġara fil-Lukanda Verdala u ta' min kien it-tort.", "Nafu x'ġara fil-Hotel Phoenicia reċentement, fejn il-GWU kienet għamlet żball kbir, u għandna rapporti tajbin ħafna ta' min verament ried il-ġid.", "Nafu wkoll x'għamlet il-GWU meta xi nies mill-Kalaxlokk kienu ġew imkeċċija 'l barra, ftit ġranet qabel il-Milied.", "Kemm inqalbu l- affarijiet, u għalhekk nappella li fuq dawn l-azzjonijiet industrijali b'mod speċjali dawk li għadhom għaddejjin - ħadt pjaċir li l-General Workers' Union neħħiet l-azzjoni industrijali fuq il-Posta - bħal dik id- direttiva li hemm fuq Telemalta li turi nuqqas ta' responsabbilta'.", "Hemm bżonn nifhmu li qed ibatu t-tfal, l-anzjani u l-poplu kollu .", "Il-kwestjoni mhijiex biss jekk Telemalta hijiex twassal il-kontijiet jew hijiex tirċievi ħlas mingħand is-subscribers, imma sfortunatament l-anqas telephone m'huma jirrispondu.", "Uħud mill-ħaddiema saħansittra għandhom direttiva biex ma jirrispondux telephone u hemm min qed isibha diffiċli ħafna biex jagħmel kuntatt bit-telephone.", "Dan huwa aġir irresponsabbli u nappella lill- General Workers' Union biex tirrifletti bi sħiħ fuq dawn l-affarijiet.", "Dan m'inix nagħmlu b'sens ta' kritika biex nuri l-għadab kbir tiegħi, imma qed nitkellem b'mod kunxjenzjuż għax huwa l-poplu li qed ibati minn dawn l- azzjonijiet industrijali parzjali li fi żmien Gvern soċjalista ma kenux aċċettati lanqas mill-General Workers' Union - anzi dak in-nhar kienet tgħid kontrihom.", "Illum il-ġurnata għandna Gvern demokratiku u li jaċċetta l-azzjonijiet industrijali bħala arma fil-ġlieda li ħaddiem jista' jagħmel.", "Il-kwestjoni tal-VAT hija kwestjoni politika u mhux industrijali u għalhekk kien hemm ħafna li pprotestaw kontriha.", "Jiena nittama li l-Gvernal Workers' Union tkun responsabbli biżejjed biex tneħħi dawn l-azzjonijiet li m'humiex jagħmlu ħsara lill-Gvern iżda qed jagħmlu ħsara lill-poplu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi, sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta 8 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - TRASPORT PUBBLIKU", "21613.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta se jittieħdu passi biex studenti bniet mil-Mellieħa li jattendu l-iskola sekondarja tar-Rabat se jiġu provduti bit-trasport kif suppost?", "Meta se jkollhom trasport studenti subien li joqogħdu fil-Buskett, ir- Rabat, biex jattendu l-iskola tas-Snajja' fin-Naxxar?", "X'passi qed jittieħdu biex l-istudenti kollha li huma ntitolati għal servizz ta' trasport biex iwassalhom l-iskola, fil-fatt ikollhom dan is- servizz fil-ħin tajjeb u mhux kmieni ħafna qabel l-iskola jew tard wisq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ittieħdu l-passi meħtieġa biex kemm l-istudenti bniet mill-Mellieħa li jattendu l-iskola sekondarja tar-Rabat, kif ukoll l- istudenti subien mill-Buskett li jattendu l-iskola tas-snajja' fin-Naxxar, ikollhom it-trasport meħtieġ.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - XOGĦLIJIET FUQ IL-PALAZZ TA' SELMUN", "21614.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'permessi kien hemm mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex isiru xogħlijiet fuq il-Palazz ta' Selmun?", "X'sorveljanza saret dwar jekk ix-xogħlijiet li saru, sarux skond il- permessi mogħtija?", "Meta saret din is-sorveljanza u minn min?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar irċeviet applikazzjoni biex isiru xogħlijiet fuq il-Palazz ta' Selmun (PA 4631/93) fit-22 ta' Novembru 1993.", "Il-Kumitat għall-Ħarsien tal-Wirt Storiku iddiskuta l-applikazzjoni u mar ukoll jara il-post nhar is-26 ta' April 1994.", "Il-Kumitat approva x-xogħlijiet wara li l-perit inkarigat mill-proġett intalab jagħmel xi bdil.", "SKEJJEL - XIRI TA' KOTBA GĦAL TFAL LI JATTENDU FL-EWWEL KLASSIJIET", "21615.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kif intlaqgħet l-offerta tal-Gvern li ġenituri jistgħu jixtru l-kotba ta' wliedhom li jattendu fl-ewwel klassijiet ta' l-iskejjel primarji u sekondarji?", "Tista' tgħid kemm hemm ġenituri li xtraw il-kotba għal uliedhom?", "X'persentaġġ huma mill-ġenituri li setgħu xtraw il-kotba?", "F'liema skejjel għadhom ma tqassmux il-kotba ta' kwalita' tajba u fil- kwantita' meħtieġa lill-istudenti li l-ġenituri ma xtrawx il-kotba għal uliedhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-offerta tal-Gvern li ġenituri jistgħu jixtru l- kotba ta' wliedhom li jattendu Year 1 jew Year 2 ta' l-iskejjel primarji jew Form 1 ta' l-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums, intlaqgħet b'mod pożittiv u sodisfaċenti.", "Għalkemm din l-offerta saret fuq bażi ta' prova, 'il fuq minn 1,250 familja xtraw il-kotba ta' l-iskola għal uliedhom.", "Mill-iskejjel primarji, kien hemm 1,109 li xtraw il-kotba.", "Dan huwa 14.8% ta' dawk il-ġenituri li setgħu xtraw il-kotba.", "Mill-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums, kien hemm 151 studenti li xtraw il-kotba.", "Dan huwa 3.4% ta' dawk li setgħu xtraw il-kotba.", "Jien informat li l-iskejjel kollha ta' l-istat għandhom il-kotba kollha meħtieġa għall-bżonnijiet ta' l-istudenti.", "Il-kotba li huma f'kondizzjoni ħażina qed jitwarrbu u jinbidlu ma' oħrajn ta' kwalita' tajba.", "AJRUPORT - PULIZIJA TA' L-IMMIGRAZZJONI", "21779.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jordna biex il-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni fl-ajruport ta' Ħal Luqa jużaw l-istess embarkation card li tiġi wżata fis- Sea Port, fejn l-informazzjoni rikjesta hi kollha quddiem?", "Jaf il-Ministru li nstab li b'dan it-tip ta' embarkation card jiġi ffrankat ħafna ħin għaliex il-passiġġieri rari jimlew il-parti ta' wara ta' l-embarkation card mogħtija fl-ajruport u b'hekk irid joqgħod jimlieha l-pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li qed isiru arranġamenti biex l- embarcation cards jiġu mibdula.", "QRATI - LIĠI DWAR L-IMPEDIMENTI TA' PARTENZA ĊIVILI", "21780.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Meta l- Ministru stess wiegħed li se jemenda l-liġi dwar l-impedimenti ta' partenza ċivili, jaf li s-sitwazzjoni ħżienet għaliex issa, b'konsegwenza ta' emendi tal-liġi tal-familja, l-impediment qed joħroġ ukoll fuq il-mara barra fuq ir-raġel?", "ONOR.", "JOE FENECH: Kif diġa' jaf l-Onor.", "Membru fl-Abbozz 64 li jinsab fuq l-Ordnijiet tal-Ġurnata għat-tieni qari hemm provdut għal abbolizzjoni ta' l-impediment tas-safar fuq il-persuna.", "L-impediment dejjem kien jista' jolqot il-mara kif ukoll ir-raġel.", "Kulma għamlet il-liġi dwar ir-riforma tal-familja kien li żiedet id-drittijiet u r-responsabbilta' tal-mara.", "FGURA - DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI", "21887.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Segretarjat ta' l-Anzjani għandux il-ħsieb li jiftaħ Day Centre fil-Fgura?", "Jekk fl-affermattiv, meta huwa ppjanat li jsir dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-futur qrib, is-Segretarjat għall-Anzjani se jibda jħaddem żewġ Day Centres għall-anzjani, fiż-Żejtun u l-Imsida.", "S'issa m'hemm l-ebda pjan li jinbeda 'Day Centre' fil-Fgura.", "INSTITUT TAL-KURA TAS-SAĦĦA - KORS TAL-HEALTH SERVICE MANAGEMENT", "21888.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Istitut tal- Kura tas-Saħħa li qed isegwu kors għal MSc Health Service Management?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn l-istudenti u l-kwalifiki tagħhom?", "Għaliex dawn l-istudenti wara li spiċċaw l-ewwel sena għadhom ma ġewx irreġistrati?", "Min qed jisponsorjahom?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l- istudenti bdewx it-tieni sena tal-kors tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li m'hemm ebda student tal-MSc (Health Science) fil-Health Service Management.", "Biex kandidat ikun reġistrat bħala student f'dan il-kors irid ikun spiċċa l-kors tal-Postqualification Diploma in Health Science (jew ikollu grad ta' l-anqas bi klassifikazzjoni tat-Tieni Klassi bl-unuri) u l-proposta tat- teżi tkun aċċettata mill-Bord.", "Ebda kandidat għadu ma wasal f'din il-fażi ta' qabel ir-reġistrazzjoni fl-MSc.", "BAĦAR IĊ-CAGĦAQ - ASFALTAR", "21923.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li tiġi asfaltata Triq Porzjunkola, Baħar iċ-Cagħaq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li triq Porzjunkola ma kienetx fil- programm ta' l-asfaltar għal din is-sena.", "Għas-sena d-dieħla il-Kunsilli Lokali ġew mitluba li jagħtu lista ta' toroq fil-lokal tagħhom li jeħtiegu dan ix-xogħol, kif ukoll il-prioritajiet tagħhom.", "BAĦAR IĊ-CAGĦAQ - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "21924.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi r-residenti li joqogħdu fit-toroq Porzjunkola u St. John the Baptist, Baħar iċ-Cagħaq qed jiffaċċjaw periklu kbir meta joħorġu għal Coast Road bil-karozzi tagħhom, billi l-mera mwaħħla biex tevita diżgrazzji dejjem tkun imtappna bir-raxx tal-baħar?", "Jikkonsidra l-Ministru li jsir xi ħaġa aktar serja biex jiġu evitati diżgrazzji peress li l-karozzi li jkunu neżlin mill-Coast Road jgħaddu bi speed qawwi?", "Jikkonsidra li jsiru l-lights biex min ikun ħiereġ min dawn it-toroq imsemmija ma jissugrax li jaqla' daqqa ta' karozza?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li sabiex jitwaħħlu t-traffic lights mitluba ikun meħtieg li jsir studju xjentifiku tat-traffiku fil-post partikolari.", "Barra minhekk f'toroq arterji bħat-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, ma tistax twaqqaf traffiku fi triq primarja sabiex jidħol traffiku ieħor minn toroq sekondarji.", "Dan jidħol fit-triq prinċipali meta ma jkunx għaddej traffiku fiha.", "TAL-BARRANI - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "21925.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi min ikun ġej mill-Gudja jew Ħal Għaxaq u jkun irid jiżbokka fit-triq Tal-Barrani li tagħti għal Bulebel u Birżebbuġia qed jiffaċċja periklu kbir għax ħadd mis-sewwieqa li jkunu ġejjin f'din it-triq bi speed qawwi ma jċedi d-dritta, jikkonsidra l- Ministru li jwaħħal traffic lights hemmhekk biex dawk is-sewwieqa li jkunu jridu joħorġu mit-triq tal-Gudja u Ħal Għaxaq jingħataw iċ-ċans li jidħlu fi Triq Tal-Barrani?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru.", "21924.", "BORD GĦALL-KONTROLL TAT-TRAFFIKU", "21926.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi jidher li t-Traffic Control Board waqaf jiffunzjona, fejn għandu wieħed jirrikori biex jagħmel ilmenti u suġġerimenti dwar dawl, mirja etc?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-Traffic Control Board se jibqa' jiffunzjona sakemm jitwaqqaf it-\"Transport Co-Ordinating Committee\" li hemm suġġerit fl- \"Istructure Plan\".", "AJRUPORT - PASSPORT CONTROL", "21946.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Pulizija tal-Passport Control fl-Ajruport qegħdin jittimbraw passaporti ta' persuni li m'għandhomx ċittadinanza Maltija imma li għandhom \"Freedom of Movement\" billi huma miżżewġin Maltin b'timbru mhux biss li juri d-date of arrival imma wkoll li l-permess li joqogħdu hawn Malta jiskadi wara tliet xhur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ingħataw struzzjonijiet sabiex ikun hemm aktar attenzjoni f'każijiet simili.", "SPTAR SAN LUQA - KONSULENTI", "21947.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba konsulenti fl-isptar San Luqa daħlu jaraw/jeżaminaw/joperaw pazjenti wara l-ħin tax-xogħol fix-xhur ta' Jannar u Frar tas-snin 1990, 1991, 1992 u 1993?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din l-istatistika bdiet tinġabar minn meta l-Gvern, permezz tal-Ftehim mat-Tobba, ipprovda għall-ħlas extra meta konsulenti jidħlu fl-Isptar biex jaraw, jeżaminaw jew joperaw.", "MDINA: MAGAZINE STREET - KONSENTURI FIL-MINA", "21970.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kemm ilhom jiġu rapportati lid-Dipartiment tal-Mużewijiet li hemm konsenturi fil-Mina li hemm f'Magazine Street, Mdina?", "Xi studji saru u x'passi ttieħdu?", "Kawża ta' xiex żviluppaw dawn il-konsenturi u x-xogħlijiet ta' manutenzjoni hemm proġettati li jsiru sabiex tiġi rimedjata l-ħsara?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien informat li d-Dipartiment tal- Mużewijiet ma rċieva ebda rapport dwar konsenturi fil-mina li hemm fi Triq Magazzini, l-Imdina.", "RABAT: ĠONNA HOWARD - XOGĦLIJIET", "21971.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi l-Kamra matul dawn l-aħħar sentejn dejjem ġiet informata li kellhom isiru xogħlijiet/proġetti fil-ġonna Howard ir-Rabat, sabiex jissebbaħ l-ambjent, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex dawn ix- xogħlijiet ma sarux fil-parti tal-ġnien u meta huwa pprogrammat mill- Ministeru li jsiru?", "Jista' għaldaqstant il-Ministru jara li f'dan il-budget li ġej ikun hemm maħsuba l-flus meħtieġa għal dan ix-xogħol sabiex dawn il-ġonna jiġu żviluppati aħjar ħalli joffru atmosfera isbaħ liċ-ċittadini u turisti li jżuru bl-eluf dawn l-inħawi tar-Rabat, Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Se nara x'pariri jistgħu jittieħdu biex dan il- ġnien jiġi msebbaħ.", "RABAT - TRIQ GUŻMANA NAVARRA", "21972.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21270 ċioe' jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tar- residenti ta' Ġużmana Navarra Str, ir-Rabat sabiex il-parti tat-triq li tmiss ma' Main Street issir \"No Parking\" ħalli jispiċċa l-inkonvenjent għal dawn ir-residenti?", "Peress li ħafna karozzi qed ikunu pparkjati fin-nofs ta' din it-triq, jista' l-Ministru jara li ma jkunx hemm dewmien fir-risposta għal dawn ir- residenti?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Se ngħaddi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru għall-konsiderazzjoni tat-Traffic Control Board.", "MTARFA - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "21973.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għaliex l-istreet lighting ta' Mtarfa Road wara li kien ilu mitfi għal tmien t'ijiem sħaħ u wara li ssewwa reġa' ntefa'?", "Ma jħossx il-Ministru li dan mhux sew meta dawn il-ħsarat ilhom issa jseħħu għal dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' l-Ministru jifhem li dan huwa dritt u mhux pjaċir u għaldaqstant jirrimedja l-ħsarat darba għal dejjem sabiex jispiċċa l-inkonvenjent għar- residenti ta' l-Imtarfa Road, Mtarfa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "RABAT - VULTAĠĠ TA' DAWL", "21974.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi f'diversi nħawi tar-Rabat, il-vultaġġ tad-dawl qed ikun baxx ħafna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi pjan ta' xogħlijiet għandha Enemalta sabiex ittejjeb dan is-servizz essenzjali lill-kommunita' Rabtija?", "Billi wkoll f'dawn l-inħawi r-residenti qed jiffaċċjaw inkonvenjenza kbira, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru fl-affermattiv?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma jirriżultax li diversi nħawi tar-Rabat għandhom provvista ta' elettriku b'voltaġġ baxx u għalhekk ikun ta' għajnuna jekk l-Onor.", "Interpellant jista' jagħti indikazzjoni ta' dawn il- postijiet ħalli jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "Sadanittant l-Enemalta qed tistenna l-ħruġ ta' permess tal-bini biex tinbena substation ġdida f'Ta' Franton.", "Kmieni s-sena d-dieħla għandu jitħaddem ukoll cable ġdid ta' voltaġġ għoli li qed jitpoġġa fi trinek bejn il-Mosta u n-Nigret fir-Rabat biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku lejn ir-Rabat kollu u l-inħawi ta' madwaru.", "BUSKETT - XOGĦLIJIET FIL-WINERY", "21975.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: X'kienu x-xogħlijiet li saru fil-Winery tal-Buskett matul din is- sena?", "Għaliex ħafna xogħlijiet proġettati f'din il-winery tħallew abbandunati?", "Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet li hemm pendenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fl-aħħar tlett xhur u nofs, sar xogħol ta' tindif kemm ġewwa u barra l-Winery Station.", "Inħadmet l-art u saret żabra fuq id- dwieli u bexx matul is-sajf.", "Jien informat li se jsiru dalwaqt xi xogħlijiet fuq il-bjut.", "FORZI ARMATI - HELICOPTERS", "21985.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat- tweġiba għall-interpellanza tiegħi numru 21716, ma jidhrilux l-Prim Ministru li helicopters li jiġu mogħtija f'xi inċident fejn ikun hemm xi persuna li sofriet xi ġrieħi għandhom ikollhom ċilindru ta' l-ossiġnu u assistenza medika?", "L-informazzjoni li għandi hi li turista Ġermaniża kienet għadha ħajja meta ttellgħet fuq il-helicopter u allura l-użu ta' ossiġnu seta' kien ta' benefiċċju.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-mistoqsija tagħmel referenza dwar jekk il- helicopters tal-Forzi Armati għandux ikollhom fuqhom ċilindri ta' l-ossiġnu u assistenza medika.", "Fil-prattika, dan ifisser li jkun hemm tabib u nurse li jkunu stand-by lejl u nhar fil-ġranet kollha tal-ġimgħa.", "Minħabba limitazzjoni ta' riżorsi kemm fl-Armata kif ukoll fid-Dipartiment tas- Saħħa, mhux possibbli li għalissa jintlaħaq dan il-għan.", "SPTAR SAN RAFFAELE - OFFERTI", "21986.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' dawk il-kumpanniji li xeħtu offerti għal bini ta' l-isptar San Raffaele?", "Issa li dawn l-offerti ġew miftuħa, jista' l-Ministru jgħid ta' kemm kienet kull offerta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għad-domanda numru 21838 fis-seduta numru 325.", "TOROQ - XOGĦOL FUQ TOROQ", "22134.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid min huma l- kuntratturi li ngħataw ix-xogħol ta' toroq f'Malta?", "X'kien il-valur ta' kull kuntratt?", "X'inhu l-valur tal-ħlas dovut lil kull kuntrattur illum?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li l-kuntratturi li ngħataw ix- xogħol tat-toroq f'Malta huma dawn:", "Advert 545 Advert 546 North South", "Road Services Road Services Rite Mix - C Vella Ltd C Vella Ltd ASVC Cont.", "ASVC Cont.", "J Vella & Sons - - P Montebello Polidano Bros. Polidano Bros. Rock Cut Ltd Rock Cut Ltd Bonnici Bros Bonnici Bros - Kalaxlokk - C & F Enterprise - A Schembri & Sons - - - - Asfaltar Ltd Asfaltar Ltd Bitmac Ltd Bitmac Ltd", "Advert 547 Advert 548 East West", "Road Services Road Services - Rite Mix C Vella Ltd C Vella Ltd - - - - - - Polidano Bros Polidano Bros Rock Cut Ltd Rock Cut Ltd Bonnici Bros Bonnici Bros - - - C & F Enterprise - A Schembri & sons - Ph.", "Agius & Sons - Agius Stonework Asfaltar Ltd Asfaltar Ltd Bitmac Ltd Bitmac Ltd", "Il-valur ta' kull kuntratt u l-ħlasijiet dovuti li għad iridu jitħallsu huma dawn:", "Stima li Stima ta' gHad trid kuntratti titHallas mogHtija", "Bonnici Bros 210,000 400,000 Polidano Bros 151,000 400,000 Bitmac Ltd 180,000 400,000 Asfaltar Ltd 140,000 400,000 ASVC Cont.", "Ltd 62,000 200,000 H Vella & Sons 70,400 100,000 Rite Mix Ltd 48,000 200,000 Road Services 125,000 400,000 Kalaxlokk Ltd 7,000 100,000 A Schembri & sons 175,000 200,000 Ph.", "Agius & Sons 49,000 100,000 Agius Stonework 9,000 100,000 C & F Enterprises 7,000 200,000 P Montebello 5,000 100,000 Rock Cut Ltd 15,000 400,000 C Vella 270,000 400,000", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PERMESSI GĦALL-BINI", "22201.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jintervjeni personalment biex forsi fl-aħħar joħroġ il-permess PB 3581/91 li ilu pendenti għal tliet snin sħaħ?", "Għaliex dan il-permess baqa' ma ħariġx ladarba l-contribution ġiet imħallsa madwar tliet ġimgħat ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-permess Nru. PA 3581/91 ġie mpustat fl-20 ta' Ottubru 1994 lill-applikant u l-perit tiegħu.", "Dan il-permess ġie approvat fit-3 ta' Awissu 1994 u mbagħad inħareġ il- kont għall-Contribution li tħallas fl-24 ta' Settembru 1994.", "UFFIĊĊJU TA' L-AVUKAT ĠENERALI - POSTIJIET TA' PROKURATUR LEGALI,APPLIKAZZJONIJIET", "22202.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-applikazzjonijiet għall- postijiet vakanti ta' prokuratur legali fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiena nformat li s-sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti ta' prokuratur legali fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ntbagħtu l-Public Service Commission fl-1 ta' Ottubru, 1994.", "Tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf ukoll li minbarra l-applikazzjonijiet għal-prokuratur legali, se joħorġu wkoll sejħiet għal uffiċċjal legali Junior, Uffiċċju Legali, Avukati Anzjani u Assistent għall-Avukat Ġenerali.", "NOFS INHAR TA' MALTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "22203.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz- joni u Teknologija: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 21855 dwar asfaltar ta' toroq fin-Nofs Inhar ta' Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li l-Kunsilli Lokali kollha ġew mitluba jgħaddu lista ta' toroq li jeħtiġilhom asfaltar fil-lokal tagħhom, u ġew mitluba wkoll jagħmlu l-priorita' għal kull triq biex ikun jista' jitfassal il-pjan tax-xogħol għall- 1995.", "ENEMALTA - KONTIJIET TAD-DAWL", "22206.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18968 ċioe' nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 3573 fejn fir-risposta kien ingħad li proċeduri oħrajn jidħlu fis-seħħ aktar tard din is-sena (1993-1994).", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-proċeduri li kienu tħabbru issa daħlux u jekk le, meta huwa mistenni li dawn jibdew japplikaw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi ma ġewx imdaħħla proċeduri ġodda.", "MELLIEĦA - FTUĦ TA' PETROL STATION", "22207.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19430 ċioe' nirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 19165 fejn fiha jingħad li hemm applikazzjoni PA 1839/94 quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' petrol station.", "Dan ifisser li Enemalta dan l-aħħar ħarġet liċenzji ta' petrol stations aktar minn dak li kien hemm qabel?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, min huma s-sidien ta' dawn il-pompi u f'liema lokalitajiet ingħataw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l- Korporazzjoni Enemalta ma ħarġet ebda liċenzja ġdida ta' petrol station.", "ENEMALTA - UŻU TA' BOWSERS PRIVATI GĦAL KONSINJA TA' FUEL", "22208.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19556 ċioe' jgħid kemm intużaw bowsers privati minn Enemalta għal konsinja ta' fuel għal petrol stations eċċ f'dawn l-aħħar erba' snin?", "B'liema kondizzjonijiet ħadmu dawn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul dawn l-aħħar snin cioe' bejn l-1990 - 1994, it-taqsima tal-Pitrolju għamlet użu minn żewġ kuntratturi.", "Il-kuntrattur jingħata xogħol skond il-ħtieġa li ġeneralment jissejjaħ darbtejn fil-ġimgħa u jintużaw żewġ bowsers kull darba.", "Bejn Awissu 1992 u Mejju 1994 meta s-sistema li l-prodotti jinġarru f'bowsers dedikati, it-taqsima kellha bżonn ta' aktar bowsers u għalhekk f'dan il-perjodu kienu jitħaddmu madwar ħames bowsers xi tliet darbiet fil- ġimgħa.", "Il-kondizzjonijiet ta' dawn il-kuntratturi huma speċifikati fit-tender.", "AWTORITA' TA' L-ILMA - RIŻENJA TAL-FINANCIAL CONTROLLER", "22209.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19646 ċioe' jgħid hux veru li l-\"Financial Controller\" tal-Water Authority tefa' r-riżenja tiegħu?", "X'kienu r-raġunijiet li wassluh jagħmel dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nikkonferma li l-Financial Controller tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma spiċċa minn mal-Korporazzjoni fl- aħħar ta' Awissu.", "Ma ngħatat l-ebda raġuni partikolari għar-riżenja tiegħu minn mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "ENEMALTA - FTEHIM MAL-BEJJIEGĦA TAL-PITROLJU", "22210.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19849 ċioe' jgħid jew ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif intlaħaq il-ftehim bejn Enemalta u l- bejjiegħa tal-Pitrolju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'laqgħa li nżammet nhar l-Erbgħa 22 ta' Ġunju, 1994 bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-GRTU sar qbil verbali li l- bejjiegħa tal-pitrolju u l-kuntratturi jinformaw lit-taqsima b'kull bejgħ ta' pitrolju 'l fuq minn 54 litru.", "Dan biex il-Korporazzjoni tkun tista' tanalizza kif qiegħed isir l-użu minn dan il-prodott.", "SKEJJEL - STUDENTI FL-ISKEMA TAT-TAS", "22211.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'inhi r-raġuni li studenti fl-iskema tat-TAS ta' Jannar, 1990 li ġew imwegħda li se jingħataw impieg wara li jiggradwaw għadhom s'issa jitħallsu ta' studenti?", "Għaliex per eżempju studenti li ggradwaw fl-Industrial Design f'Jannar 1994 illum għadhom la ħadu l-arrears u wisq anqas il-paga minkejja li ilhom xhur jaħdmu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-iskema tat-TAS, li hija parti minn apprendistat, ma tiggarantixxix li apprendist jingħata impieg wara li jiggradwa.", "Madankollu jekk wara li apprendist jingħata l-journeyman's certificate jinżamm f'impieg li għalih kien imħarreġ, għandu jitħallas il-paga sħiħa ta' journeyman.", "Ir-responsabbilta' li dan isir taqa' fuq id-dipartiment, il-korporazzjoni jew l-azjenda li żżomm lill-ex apprendist fl-impjieg.", "It-tieni parti tal-mistoqsija għandha tiġi inkwadrata fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq.", "KUMMISSJONIJIET - SALARJI", "22215.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: F'kull Kummissjoni li ġew maħtura u jaħdmu skond kif titlob il-Kostituzzjoni, kemm hu s-salarju jew l-onorarju, skond il-każ, li qed jitħallas għall-kariga ta' chairperson kif ukoll għal dik ta' membru rispettivament bħala rikonoxximent tas-servizzi li dawn ġew mitluba jikkontribwixxu lill- kommunita' f'kull Kummissjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-onorarju li jitħallas għall-kariga ta' Chairperson u ta' Membru ta' Kummissjonijiet maħtura skond kif titlob il- Kostituzzjoni huwa kif jidher hawn taħt:", "Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku", "Chairman Lm5414 Deputat Chairman Lm4088 Membru Lm3660", "Kummissjoni Elettorali", "Chairman Nil Membru Lm2400 għal sena normali Lm1000 \"extra\" f'dik is-sena li ssir Elezzjoni Ġenerali", "Kummissjoni dwar l-Impiegi", "Chairman Lm1000 Membru Lm 750", "Awtorita' tax-Xandir", "Chairman Lm5414 Membru Lm3660", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ID-DRITTIJIET TAT-TFAL", "22220.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun ippubblikat Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet tat-Tfal b'liġi waħda kompriża ta' diversi forom b'aspetti ta' protezzjoni?", "X'għamla ta' liġi għandu jkollha din?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "UNJONI EWROPEA - SĦUBIJA TA' MALTA", "22221.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji sħaħ dwar il-laqgħa riċenti tiegħu fi Strasbourg mal-Euro M.P. Edward Mc Millan - Scott?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra li għaddielu fejn allegatament rabat l-applikazzjoni Maltija għal Sħubija fl-Unjoni Ewropea mal-fatt li sal-lum il-Gvern Malti naqas li jiffirma u jirratifika l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar \"child abduction?", "Malta meta mistennija tikkonferma u tirratifika dawn il-konvenzjonijiet?", "Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru dak li qalet is-Sunday Telegraph (30.10.94) li l- laqgħa kienet \"A highly charged meeting where during talks Mr. Mc Millan Scott made plain his belief that if Malta wanted to join the E.C. it was going about it the wrong way\"?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ir-realta` fuq il-laqgha ma Mr Mc Millan Scott hija differenti hafna min kif giet deskritta fis-Sunday Telegraph.", "Id-diskussjoni kienet biss marginalment fuq il-kaz indikat u kienet wahda kordjali hafna.", "Il-kaz gie deciz nhar il-Gimgha, 4 ta` Novembru, 1994 mill- Qorti ta` l-Appell.", "Diġa' ordnajt kopja tas-sentenza.", "L-ufficcju tal- Avukat Generali qieghed jezamina il-konvenzjoni indikata bil-ghan li tigi ratifikata.", "VAT - FISCAL CASH REGISTERS", "22222.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers tal-Fiscal Cash Registers li s'issa applikaw għand il-VAT Commissioner biex ikunu jistgħu ibiegħu dawn ir- reġistri?", "Meta fetħu l-applikazzjonijiet u meta għalqu?", "F'liema data mistennija li jiġu ppubblikati l-approved models fil- Gazzetta tal-Gvern?", "Kif tispjega l-fatt li l-kumpannija SAREMA bdiet tbiegħ il-Fiscal Cash Registers qabel ma ħarġet il-Policy Paper dwarhom?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kumpannija li se jwaqqaf il- Gvern biex jikkordina l-arranġamenti speċjali bejn is-suppliers u l-users ta' dawn il-cash registers?", "Meta se titwaqqaf u min se jkunu x-shareholders fiha?", "Kemm se jkun twil it-transition period biex jiġu sostitwiti n-Non Fiscal Cash Registers?", "Min juża aktar minn 3 Fiscal Cash Registers mhux se jibbenefika minn ebda sussidju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: 1) Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant li sat-2 ta' Novembru 1994 ma kien hemm l-ebda applikazzjonijiet minn suppliers ta' Cash Registers għaliex l-applikazzjonijiet fetħu mit-3 ta' Novembru 'l quddiem.", "2) Is-sejħa għall-applikazzjonijiet hija miftuħa mingħajr data u hija limitata għal dawk l-kumpanniji li jissodisfaw il-kwalifiki msemmija fl- ispecifications.", "3) L-approved models jiġu ppubblikati fil-Gażżetta tal-Gvern immedjatament meta dawn il-\"Cash Registers\" ikunu ġew ittestjati.", "Din id-data tiddependi minn kemm idumu s-\"suppliers\" biex jissottomettu il-\"Cash Registers\".", "4) Id-Dipartiment ma ta' l-ebda awtorizazzjoni biex jinbighu Fiscal Cash Registers sa data ta'din it-tweġieba.", "5) L-Għanijiet prinċipali ta'din il-kumpannija se jkunu l-iffinanzjar u s- sussidju tal-Basic Cash Registers, is-Sales u l-maintenace agreement għal Basic Fiscal Cash Registers biex niżguraw li jkun hemm After Sales Service effiċjenti.", "B'dawn l-arranġamenti jiġi żgurat li min qed juża l- Fiscal Cash Registers jiġi mħarreġ kif jużahom u jieħu ħsiebhom biex ma jkunx hemm ħsarat.", "6) Il-kumpannija se titwaqqaf mill-aktar fis-possibbli u x-share holder se jkun il-Gvern.", "7) It-transition period se jkun fid-diskrezzjoni tal-Kummissarju tal-VAT.", "Min juża aktar minn tliet Cash Regisers se jibbenefika sa l-ewwel tlieta biss.", "VAT - KUMPANNIJI TA' L-GĦAMARA", "22223.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid huwiex skond il-liġi li diversi kumpanniji ta' l-għamara fosthom ditta ewlenija qegħdin jitolbu fuq ordnijiet ġodda, depożitu kkalkolat bħala persentaġġ tal-valur ta' l-ordni bil-VAT miżjud tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond l-Liġi tal- VAT ma jistax jintalab depositu fuq ordnijiet ġodda, li jkun kalkolat bħala persentaġġ tal-valur ta'l-ordni bil-VAT miżjud miegħu.", "STRAJK ĠENERALI - ĦADDIEMA ASSENTI", "22224.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 22071 u ċioe' jista' jgħid nhar l-istrajk nazzjonali apparti mill-ħaddiema tal-Gvern u Korporazzjonijiet Parastatali li kienu on strike, kemm kien hemm nies:", "On leave;", "On sick leave;", "Eżentati milli jistrajkjaw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-attendenza fid- Dipartimenti tal-Gvern, Korpi Parastatali u l-kumpanniji ewlenin li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma nhar l-24 ta' Ottubru 1994 kienet kif tidher fit-tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar l-aħħar parti tal-domanda, irrid ngħid li eżenzjoni minn strajk ma tingħatax minn min iħaddem imma minn min ikun ta d-direttivi ta' l-istrajk.", "ENEMALTA - XIRI TA' PROPRJETA'", "22249.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li Enemalta dan l-aħħar xtrat xi proprjeta' mingħand il-privat, biswit il-Power Station tal-Marsa?", "Kemm inxtrat din il-proprjeta'?", "Fiex tikkonsisti din il-proprjeta'?", "X'beħsiebu jsir b'din il-proprjeta'?", "Jaħseb il-Ministru li din il-proprjeta' hija adattata għall-iskop li għalih ġiet mixtrija?", "Xi kemm huwa stmat li jridu jsiru spejjeż biex din il-proprjeta' titbiddel għal dak li għandha bżonn Enemalta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: a) Nikkonferma li nxtrat proprjeta' mingħand diversi persuni qrib ħafna tal-Power Station tal-Marsa.", "b) Il-propjeta' nxtrat għas-somma ta' Lm550,000.00.", "c) Din tikkonsisti fi 11-il warehouse, sitta f'livell ta' l-art u ħamsa fuq. erba' minnhom mingħajr ħitan diviżorji u għalhekk jifformaw warehouse kbira, għalhekk għandha erba' bibien.", "Hemm żewg liftijiet u shelving diġa' lest flimkien ma' uffiċini żgħar.", "Hemm madwar 1617 metru kwadru isfel u madwar 1061 metru kwadru fuq.", "d) Erba' warehouses qiegħdin jiġu rranġati bħala uffiċini u l-bqija biex jintużaw bħala general store flok l-Ospizio l-Furjana.", "e) Peress li hija qrib ħafna tal-Power Station għandha taqta' ħafna mill- iskariġġ preżenti, kif ukoll ikun hemm kontroll aħjar.", "Dan barra li tneħħew ċertu nkonvenjenzi għaż-żewġ naħat, bit-traffiku kbir li kien qiegħed jinħoloq minħabba l-containers.", "Hekk kważi din il-parti saret kollha ta' Enemalta u dan l-inkonvenjent naqas sewwa.", "f) Fejn sejrin ikunu l-istores ftit li xejn sar tibdil ħlief li wieħed ikollu jirranġa aktar dawl u tibjid.", "Fejn sejrin isiru l-uffiċini saru soqfa ġodda biex l-għoli li kien hemm jintuża ukoll.", "B'kollox huwa stmat li s-somma tilħaq madwar Lm60,000.00.", "VALLETTA - AUBERGE DE BAVIERE - BUS SHELTER", "22250.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter fejn hemm il-bus stop ta' quddiem l-Auberge de Baviere l-Belt Valletta peress li dan jintuża minn ħafna nies li jmorru għax-xogħol kif ukoll minn ħafna tfal ta' l-iskola u kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa dawn ibatu fix-xemx u fix-xita, rispettivament?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-talba ta' l-Onor.", "Membru se tkun ikkonsidrata aktar 'il quddiem peress li jien informat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha numru konsiderevoli ta' talbiet għal bus shelters.", "Barra minhekk, kif kelli l-okkazjoni ngħid drabi oħra, bħalissa m'humiex isiru bus shelters ġodda billi se tinhareg sejħa għal offerti ħalli dawn jibdew jsiru b'mod li jibda jkun hemm kompattibbilta' ta' stil bejn il-bus shelters u lokal fejn jitqiegħdu.", "ATT BIEX JIPPROMWOVI S-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "22251.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru xi addendi għal Att Numru VII ta' l-1994 \"biex jippromwovi s-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol\" sabiex tiġi salvagwardata aktar il-ħajja tal-mara tad-dar fejn jidher illi f'paragrafu dsatax (19) din mhix inkluża mal-lista?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mhux il-każ li l-mara tad-dar, bħala konsumatur, tista' effettivament tiġi protetta bl-Att VII ta' l-1994 li hu intiż biex jippromwovi s-saħħa u s-sigurta' ta' l-impjegati fuq il-post tax-xogħol.", "SKEJJEL - DĦUL TAT-TFAL TA' L-EMIGRANTI FIL-JUNIOR LYCEUM", "22252.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jivverifika jekk kenitx il-proċedura tad-dipartiment li meta jiġu tfal ta' emigranti mweldin barra minn Malta dawn jitpoġġew fis-sekonarja u mhux fil-Junior Lyceum?", "Din il-proċedura nbidlet, u jekk fl-affermattiv minn meta?", "Jaf il-Ministru li din is-sena skolastika ħamest ibniet tpoġġew fil- Junior Lyceum ta' Għawdex bla ma qagħdu għal entrance exam u tnejn oħra tpoġġew għalkemm dawn qagħdu għall-eżami msemmi u m'għaddewx?", "Jaf il-Ministru bl-ittri li ntbagħtu mit-Test Construction Unit iffirmati mis-Sur Arthur Sammut biex dawn it-tfal inbidlilhom il-post minn kif ġew klassifikati mill-iskola?", "Fuq il-parir ta' min intbagħtu dawn l-ittri?", "X'passi se jieħu l-Ministru biex tiġi rimedjata l-ħsara u l-inġustizzja li saret ma' sħabhom l-oħra li ma ngħatawx l-istess ċans?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tfal ta' emigranti mwelldin barra minn Malta, u li jirritornaw biex joqogħdu għal kollox fil-gżejjer Maltin, jitpoġġew fl- iskola u fil-klassi addatta għalihom skond l-eta', l-abilita' tagħhom, u l- postijiet vakanti fl-iskejjel.", "F'xi każijiet tiġi kkonsidrata wkoll saħħet l-istudent.", "Din il-proċedura ssir għaliex fil-każijiet kollha l-kurrikulu, is-sillabi u s-suġġetti (fosthom il-lingwi), li dawn it-tfal ikunu studjaw barra minn Malta huma differenti minn dawk li għandna fis-sistema edukattiva Maltija u għalhekk kull każ jiġi studjat fuq il-mertu tiegħu.", "Dwar iż-żewġ każi li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant jirriżultali li każ minnhom kien ta' tifla spastika li għaddiet minn sitt suġġetti u weħlet mill-Malti u tpoġġiet fil-Junior Lyceum fuq bażi umanitarja billi seħbitha li kienet tgħinha għaddiet għal din l-iskola.", "Il-każ l-ieħor kien ta' żball klerikali li nstab meta ntalbet reviżjoni tar-riżultat u għaldaqstant mhux il-każ li t-tifla in kwestjoni kienet fil-fatt weħlet mill-eżami.", "Ma jirriżultax li saret xi ħsara jew inġustizzja ma' dawk il-kandidati l- oħra li qagħdu għall-eżami u ma għaddewx.", "L-Uffiċjal ta' l-Edukazzjoni jieħu l-inkarigu li jispjega biċ-ċar u fid- dettal ir-riżultat ta' l-eżami lil dawk il-ġenituri li jitolbu tagħrif dwar kif marru wliedhom fl-eżami.", "Jekk jinstab xi żball klerikali dan jiġi rranġat kif jiġri f'kull eżami ieħor.", "Meta jiġi rranġat żball tkun rimedjata inġustizzja u b'ebda mod ma ssir inġustizzja jew ħsara fil- konfront ta' min ma jirriżultalux li kien hemm xi żball fir-riżultat ta' l- eżami tiegħu.", "GĦAWDEX: XLENDI - ILMA TAX-XITA FI TRIQ SAN XMUN", "22253.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex l-ilma tax-xita li jinżel minn Triq Ras il-Bajjada għal Triq San Xmun, Xlendi, Għawdex jiġi kkontrollat billi jintefa' l-baħar minn quddiem iċ-Ċima Restaurant u ma jitħallix ikompli nieżel ma' Triq San Xmun liema ilma qiegħed ikun ta' inkonvenjent u periklu għal pubbliku li jinzerta f'dawk l-inħawi waqt ix-xita?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "GĦAWDEX - TINDIF TAL-WIED TAX-XLENDI", "22254.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jitnaddaf il-wied tax-Xlendi speċjalment il-parti t'isfel ta' ħdejn il-car park peress li kull meta ma tnaddafx u għamlet ħafna xita dan rriżulta fi ħsarat kbar kemm għar- residenti u anke għat-toroq ta' dawk l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "GĦAWDEX: XATT TAX-XLENDI - DAWL", "22255.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jitwaħħlu bozoz fuq il-moll tax- Xlendi, sewwa sew fl-inħawi fejn jinġibdu l-opri tal-baħar peress li n- nuqqas ta' dawl qiegħed ikun ta' inkonvenjent għas-sajjieda u għal min jiffrekwenta dawn l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "KONVENZJONIJIET DWAR ID-DRITT MARITTIMU - RATIFIKAZZJONI", "22259.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 22118 u ċioe' jista' jgħid liema huma dawk il-konvenzjonijiet li Malta rratifikat s'issa fejn jidħol id- Dritt Marittimu u li qed isibu r-rifless tagħhom fil-Merchant Shipping Act 1973?", "X'konvenzjonijiet jidhrilha li għandha tirratifika aktar biex din il-liġi tkun prodott ta' konvenzjonijiet ta' portata mhux biss rikka iżda wkoll aktar kompleta?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni mitluba qeghdha tingabar.", "KONVENZJONIJIET/TRATTATI - INKORPORAZZJONI FIL-MERCHANT SHIPPING ACT", "22260.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-konvenzjonijiet jew trattati bilaterali li l-Gvern jixtieq jikkonsidra biex 'il quddiem jistgħu jiġu nkorporati fil-liġi diġa' eżistenti u ċioe' il-Merchant Shipping Act 1973?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru.", "22005.", "TA' QALI - TINDIF TA' L-AREA MADWAR IL-PITKALI", "22261.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-area madwar il-Pitkali f'Ta' Qali titnaddaf regolarment bħalma jsir kuljum wara li jiżżarma s-suq tal-Belt peress li l- ammont ta' ħmieġ li hemm f'din l-area jagħmel għajb tal-post li suppost hu Park Nazzjonali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-inħawi madwar il-Pitkali f'Ta' Qali jitnaddfu regolarment.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li teżisti problema f'dan il-post iżda din mhux waħda ta' nuqqas ta' tindif iżda ta' nuqqas ta' sens ċiviku minn naħa ta' bosta li jarmu ma' l-art l-iskart tagħhom minkejja li jeżistu reċipjenti apposta għall-użu tagħhom.", "ATTARD - TRIQ IL-PITKALI - KONTROLL TAT-TRAFFIKU", "22262.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tikkontrolla b'mod aħjar it-traffiku u l-ipparkjar bl-addoċċ li qiegħed isir f'Pitkali Road, Ħ'Attard peress li bħalissa dan it-traffiku qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta' din l-area?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Pulizija Distrettwali qed iżżomm għajnejha miftuħa sabiex fil-lokalita' imsemmija jiġi ikkontrollat it- traffiku, inkluż l-abbuż ta' ipparkjar bl-addoċċ ta' vetturi.", "Tlabt ukoll li l-Pulizija tat-Traffiku jippatroljaw din il-lokalita'", "QRATI - PERSUNI AKKUŻATI B'SERQ TA' ILMA", "22263.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-Qorti fuq serq ta' ilma mill-1 ta' sena sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul din is-sena kien hemm seba' każi li tressqu l-Qorti fuq serq ta' ilma.", "LUKANDA VERDALA - ĦLAS LILL-IMPJEGATI", "22264.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Ġaladarba issa tħabbar li l-lukanda Verdala fir-Rabat issa inbiegħet, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ex-impjegati ta' din il-lukanda humiex se jitħallsu tal-ħlas li għadu dovut lilhom?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-ex impjegati tal-lukanda Verdala li baqgħu ma tħallsux tal-pagi li kienu dovuti mill-kumpannija li kienet waqfet topera qabel mal-lukanda inxtrat mill-Malta Development Corporation jafu l-perdikament tagħhom lil minn ippreċipita il-krizi li sabet ruħa fiha l-lukanda Verdala fil-1984.", "B'danakollu, dak li kien dovut lilhom skond id-digriet tal-Qorti diga tħallas.", "Il-pożizzjoni tal-impjegati prezenti tal-lukanda Verdala giet salvagwardjata billi is-sidien il-godda huma tenuti li jzommu fl-impjieg l- istaff kollu tal-lukanda Verdala li kien hemm f'Marzu ta' din is-sena skond il-ftehim kollettiv.", "VALLETTA: OLD BAKERY STREET - TISWIJA", "22265.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex it-tarmac li ngħata f'Old Bakery Street, minn South Street 'l isfel fil-Belt ftit tax-xhur ilu nqala' ma' l-ewwel xita?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li f'Old Bakery Street, il-Belt ma sarx tarmac imma scarifying.", "Li gara hu li f'ċerti postijiet fejn it- tarmac kien baxx inqala' bix-xita.", "Dan issa ġie msewwi.", "IMPIEGI - PERSUNI B'HIGH VALUE ADDED FACTOR\"", "22267.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid f'liema intrapriżi ġew impjegati persuni fis-sena 1993/1994 li għandhom \"A High Value Added Factor\"?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma tiddistingwix bejn intrapriża u oħra skond il-kriterju tal-high value added factor għaliex mhix il-mansjoni tagħha li tagħmel dan.", "Għaldaqstant m'għandhiex l-informazzjoni mitluba.", "GROUP 4/SECURICOR - IMPJEGATI", "22268.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħaddem nies:-", "(1) full-time; u", "(2) part-time f'kumpanniji bħal Group 4, Securicor etc separatament?", "Kemm ġew impjegati nies permezz ta' l-ETC fis-sena 1993/1994?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ma' kumpanniji differenti li jipprovdu servizzi ta' sigurta' hemm 348 impjegat li minnhom 128 huma part- time.", "Mhix prassi li tingħata informazzjoni dwar impjegati ma' ditti jew kumpanniji privati individwali - u dan għal raġunijiet ta' konfidenzjalita' kummerċjali.", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - IMPJEGATI", "22269.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-2478 persuna mpjegati mill-ETC fis-settur privat fis-sena 1993/1994 daħlu jaħdmu fis-settur imsemmi?", "F'liema snajja' jew professjoni partikolari daħlu fid-diversi impiegi?", "Jista' l-Ministru jelenka dawn l-intrapriżi privati u n-numru li mpjegaw?", "Dawk daħlu bħala apprentisti?", "L-intrapriżi rċevew għajnuna finanzjarja?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - IMPJEGATI", "22270.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Mill-2478 persuna mpjegati f'sena 1993/1994 mill-ETC kemm minnhom daħlu:-", "1. ġo Dipartimenti tal-Gvern separatament; u", "2.", "Kumpanniji parastatali separatament?", "F'liema professjoni jew snajja' ġew impjegati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SKOLA MARIA REĠINA - GYMNASIUM", "22271.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: It-tfal li qed jattendu l-iskola sport fil-Gymnastics fl- Iskola Maria Regina, Blata l-Bajda nhar ta' Sibt fil-għodu qed isibu l- bibien tal-gymnasium magħluqin minħabba li l-watchman ma jkollux ċwievet u lanqas ma jkun konxju li dawn it-tfal għandhom jattendu fil-gymnasium.", "Jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rranġata mmedjatament ħalli kemm l-għalliema in kwestjoni kif ukoll it-tfal ma jkunux diżillużi aktar?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien informat li l-bibien tal-`gymnasia` kienu magħluqa mhux minħabba li l-watchman ma kellux ċwievet jew għax ma kienx konxju ta` l-attivitajiet, iżda minħabba l-fatt li r- risponsabiltajiet ta` l-użu tal-faċilitajiet fl-iskejjel ġiet mogħtija lill- Kunsilli ta` l-Iskejjel u billi l-elezzjoni tal-Kunsill ta` l-iskola Marija Reġina ma kienux saru sat-29 ta` Ottubru, il-Kap ta` l-Iskola ma ħassithiex f`pożizzjoni li tieħu responsabbilta`.", "Tajjeb li nżid li s-sitwazzjoni ġiet rimedjata immedjatament ma l- elezzjoni tal-Kunsill.", "POLIKLINIĊI - TILQIM KONTRA L-MARD", "22272.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta fil-polyclinics tal-Gvern it- tilqim kontra t-Tetnu u Difterite qed isir bi ħlas?", "Liema eta hija milquta b'din id-deċiżjoni", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tilqim li jingħata bi ħlas miċ-Ċentri tas-Saħħa huwa biss dak li jikkonċerna safar għal raġunijiet ta' btala.", "Tilqim għal safar għal raġunijiet filantropiċi jingħata b'xejn kif jingħata b'xejn kull tilqim ieħor stipulat fl-Iskeda ta' Tilqim ieħor stipulat fl-Iskeda ta' Tilqim tad-Diviżjoni tas-Saħħa.", "WIED IL-GĦAJN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "22273.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22006, jista' l-Ministru ġentilment jgħid min hu r-rappreżentant mill-Kunsill Lokali ta' Marsascala, min hu r-rappreżentant tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u tal- kuntrattur li bħalissa qed iħaddem l-impjant?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'referenza għall-ħolqien ta' monitoring board biex tinstab soluzzjoni definittiva għall-problema ta' rwejjaħ mill- impjant ta' Sant'Antnin, il-membri fuq dan il-board huma:", "Rappreżentant tal-Kunsill Lokali ta' Marsascala - it-Tabib Mark Sant", "Rappreżentant tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent -Is-Sur Vince Gauci (Koordinatur ta' l-Istrateġija Nazzjonali Dwar l-Iskart)", "Rappreżentant tal-Kuntrattur - Is Sur Joseph R Aquilina (Direttur Environmental Technology Ltd)", "STRAJK ĠENERALI - ĦADDIEMA TAN-NEWS ROOM TAL-PBS", "22274.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li għall-istrajk ġenerali orndat mill-General Workers Union sar ftehim bejn il-GWU u s-Sur Roland Flamini biex f'jum l-istrajk jidħlu jaħdmu n-News Room tal-PBS grupp ta' ħaddiema, membri tal-GWU fuq bażi volontarja?", "Veru li s-Sur Anġlu Fenech, Segretarju Ġenerali tal-GWU kien avżat u informat minn qabel dwar min kien se jħaddem in-News Room tal-PBS f'jum l- istrajk?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien informat li PBS ma daħlet fl-ebda ftehim mal-GWU dwar l-istrajk tal-24 ta` Ottubru.", "Dan il-kumpannija għamlitu ċar f`istqarrija tagħha li ġiet imxandra qabel l-istrajk.", "Il-PBS ħadmet b`min ġie għax-xogħol fil-ġurnata tal-istrajk.", "Naħseb li l- aktar persuna li tista` tgħid x`kien jaf jew ma` jafx is-Segretarju Generali tal-GWU hu s-Sur Anglu Fenech stess.", "MOSTA: TA' MLIET - KONTROLL TA' TERMITES", "22275.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji ħalli fil-Housing Estate l-antika tal-Mosta (Ta' Mliet) b'mod speċjali fil-għaxijiet, l-infestazzjoni ta' \"Termites\" tiġi kkontrollata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini tad-Djar fil-Ministeru għall-Ambjent.", "SKEJJEL: NADUR - RODIANNE BAJADA", "22276.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jara u jagħti struzzjonijiet sabiex ċerta Rodianne Bajada li qiegħda f'Year 6C n-Nadur, Għawdex, titpoġġa f'Year 6B peress illi ġiet il-50 waħda u għalkemm f'Year 6A tpoġġew 30 u f'Year 6B tpoġġew 24, hija li ġiet il-50 tpoġġiet f'Year 6C?", "Għaliex ir-repeaters tpoġġew f'Year 6B u hi f'Year 6C, ma jidhirlux il- Ministru li b'ġustizzja hija għandha titpoġġa f'Year 6B?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li, waqt li hu veru li Rodianne Bajada ġiet il-50 waħda minn 56, hija qiegħda fil-klassi li suppost tkun fiha.", "Fis-6A tpoġġew l-ewwel 30, fis-6B tpoġġew 17 u sebat itfal li rrepetew il- klassi u li s-sena ta' qabel (1993/94) kienu fis-6A.", "Il-kumplament tat-tfal (14), inkluża Rodianne Bajada, tpoġġew fis-6C, klassi żgħira fejn dawn it- tfal jistgħu jkollhom attenzjoni individwali.", "F'din il-klassi hemm ukoll tfal li fl-eżami annwali ġabu iżjed marki minn Rodianne Bajada.", "SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMI INTERN GĦAL UFFIĊJAL AMMINISTRATTIV", "22277.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nagħmel referenza għad-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji dwar l-ilment li ressaq Joseph Masini fuq reviżjoni ta' karti ta' l-eżami intern għal Uffiċjal Amministrattiv fis-Servizz Pubbliku.", "Referenza tal-Kummissjoni 4380/9 1.a.", "Billi sal-lum għadda żmien biżżejjed, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dak li rrikmandat il-Kummissjoni f'paġna 7 nru.8.6 li l-każ għandu jiġi riżolt billi l-applikant jingħata struzzjonijiet biex f'ġurnata u ħin stabbiliti jitħallas dak minnu dovut skond ir-regolamenti u ssir reviżjoni tal-karti kif jixtieq fil-preżenza ta' persuna ta' fiduċja tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17333 (Seduta 251) li fiha indikajt li s-Sur Masini kien talab u fil-fatt qed jingħata trattament preferenzjali.", "Jien informat li sa llum is-Sur Masini ma weriex li hu lest li jimxi la mal-proċedura stabbilita, u lanqas ma' dak li qal hu stess quddiem il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, jiġifieri li jħallas il-miżata dovuta.", "GĦAWDEX: RABAT - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "22278.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li l-uffiċċju tal-Pulizija fi Triq Kapuċċini, Rabat, Għawdex jiġi fornut b'apparat modern bħal computers, fax machines, u apparat ieħor biex jitħaffef ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proċess ta' komputeriżżazjoni ta' xogħol relatat mad-Dipartiment tal-Pulizija issa qabad ritmu tajjeb u għalhekk ix-xogħol fl-Uffiċċju msemmi, bħal f'kull Sezzjoni oħra tal-Pulizija, mistenni jitħaffef fil-futur.", "SPTAR GENERALI - TAGĦMIR TA' RADIO TELEPHONES FL-AMBULANZI", "22279.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu stallati r-radio telephones fl-Ambulanzi ta' l-iSptar Ġenerali t'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex għall-ħinijiet twal, bi nhar u bil-lejl, l-iSptar Ġenerali t'Għawdex ikun b'tabib wieħed biss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-radio telephones fl-ambulanzi ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġew installati u bdew jaħdmu f'Mejju li għadda.", "Informat ukoll li bejn it-8.00am u s-2.30pm ikun hemm madwar 28 Tabib bejn Konsulenti u Tobba fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Matul l-għases ikun hemm tliet Tobba ta' l-Isptar bejn is-2.30pm u 7.00pm, li jiżdidu għall-erba' Tobba bejn 7.00pm u t-8.00am peress li jiżdied is-servizz tal- 'General Practitioner' li matul il-lejl jingħata mill-Isptar Ġenerali.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MARDA TAL-CHOLERA", "22280.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qiegħed jieħu l- Ministru biex il-marda tal-Cholera li issa tfaċċat u milli jidher se tinfirex fl-Italja ma tidħolx hawn Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li minkejja l-fatt li l-epidemija tal-'Cholera' li hemm bħalissa fl-Italja hija minima, d-Dipartiment tas- Saħħa Pubblika diġa' ħa dawk il-miżuri kif kontemplati fl-'International Health Regulations' tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa sabiex kemm jista' jkun il- marda tal-'Cholera' ma tidħolx hawn Malta.", "It-Tobba tal-'Port Health Services', flimkien ma' l-Uffiċjali ta' l- 'Airport Passport Control', qegħdin jagħmlu sorveljanza (ta' mhux aktar minn ħamest ijiem) fuq dawk li setgħu ġew f'kuntatt ma' xi persuna bil- 'Cholera'.", "Kull vapur li ġej mill-Italja jew xi post ieħor fejn tinsab il-'Cholera' irid jgħaddi minn taħt it-Tabib tal-Port biex jingħata l-'pratique' biex jidħol Malta.", "Il-'Port Health Services' huma responsabbli wkoll biex jaraw li l-ikel kollu li jista' jġorr il-mikrobu ta' din il-marda, illi joriġina mir-Reġjun ta' l-Adriatiku (inkluż l-Italja), mhux qed jitħalla jidħol Malta.", "FABBRIKA MKI", "22281.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: L-MKI għalqet f'April 1993.", "Jista' l-Ministru jgħid min kien ġie nominat likwidatur?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li ngħataw is- sensja u kemm ammont ta' flus għandhom jieħdu?", "Hemm il-ħsieb li dawn jitħallsu l-ammont kollu dovut lilhom?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONIJIET - KAŻ BIN-NUMRU TAS-SIGURTA' SOĊJALI 0173618", "22296.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jivverifika l-każ tas-Sinjura Galea, armla ta' Anthony Galea li miet fit-22 ta' Ġunju, 1985 (Nru. tas-Sigurta' Soċjali 0173618) (Indirizz tas-Sinjura Galea 69 B, Sister Street, Paola) li mhijiex qed tingħata pensjoni sħiħa għax allegatament l-employer tar-raġel tagħha ma kienx ħallas il-kontribuzzjonijiet dovuti minn taħt il-liġi tas-sigurta' soċjali?", "Peress li s-Sinjura Galea trid tmanti persuna b'diżabilita', jista' l- Ministru jekk jogħġbu jara x'jista' jsir biex tiġi regolarizzata u mtejba l- pożizzjoni tas-Sinjura Galea?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.", "AWTORITA' TA' DJAR - KIRJIET TA' APPARTAMENTI TAL-GVERN", "22297.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispjega kif ġew maħduma l-għoti fil-kirjiet ta' l-appartamenti tal-Gvern?", "Jaħseb il-Ministru li kif saret din kienet ġusta ma' kulħadd?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferik għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 21182 (Seduta 316), u numru 21860 (Seduta 328).", "KUNSILLI LOKALI - RIŻENJI", "22298.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru riżenji mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex minn mindu bdew jiffunzjonaw?", "Min kienu u kemm minnhom kienu sindki?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Minn mindu bdew jiffunzjonaw il-Kunsilli Lokali kien hemm disa' riżenji ta' kunsilliera.", "Tnejn minnhom kienu sindki.", "L-ismijiet tagħhom jidhru fl-iskeda li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PULIZIJA - SORVELJANZA TA' TRAFFIKU", "22299.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern biex kemm jista' jkun il-pulizija tat-traffiku jkunu anqas ħin fil-Qorti u aktar ħin jissorveljaw it-traffiku fit-toroq b'mod speċjali fil-għodu fil- postijiet kruċjali fejn ikun hemm ħafna traffic jams?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proċedura legali tas-smiegħ ta' kawżi quddiem il- Qorti, inkluż is-smiegħ tax-xhieda, ma tippermettix lix-xhieda ma jitilgħux il-Qorti fil-ġurnata meta tkun appuntata l-kawża.", "Dan jgħodd ukoll għal xhieda tal-Pulizija.", "Qed isir kull sforz biex lokalitajiet li fihom jinġemgħa volum qawwi ta' traffiku, kemm f'ħinijiet tal-Qorti u kemm f'ħinijiet oħra jintbagħtu Pulizija minn din it-Taqsima biex titnaqqas kemm jista' jkun l- inkonvinjenza għall-pubbliku.", "BDIEWA - ĦSARAT WARA XITA QAWWIJA", "22300.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Wara x-xita qalila li kellna fuq il-gżejjer Maltin xi ħmistax ilu, jista' l-Ministru jinforma x'rapporti kellu ta' ħsara mill- bdiewa, jew x'konsegwenzi jista' jkollhom dawn fil-prodotti tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: In-numru ta' bdiewa u raħħala li rrapportaw ħsarat li ġarrbu kawża tal-maltemp li ħakem il-Gżejjer Maltin riċentement kienu 47.", "Id-Dipartiment qed jeżamina r-rapporti li rċieva sabiex jara kif jista' jagħti l-aħjar għajnuna u x'konsegwenzi kien hemm fil-produzzjoni.", "BALZAN - ĠNIEN PUBBLIKU", "22317.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: F'liema stadju waslu l-pjanijiet tad-Dipartiment sabiex isiru ameljoramenti u estensjoni tal-ġnien pubbliku fil-Pjazza ta' Ħal Balzan, fejn illum hemm il- playing field?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTARD - ASFALTAR TA' TOROQ", "22318.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz- joni u Teknologija: Issa li beda l-għoti ta' tarmac lit-toroq sekondarji fl-area Tal-Fuklar, Attard jista' l-Ministru jara li jsir l-istess għal Triq il-Gradilja u l-inħawi u toroq ta' madwarha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li Triq il-Gradilja hija asfaltata u riċentament ġiet ippaċjata.", "Il-programm ta'l-għoti ta' tarmac f'Ħ'Attard issa tlesta u ma jistax isir aktar għoti ta' tarmac matul din is-sena.", "Għas-sena d-dieħla dan it-tip ta' xogħol ser jiġi diskuss mall-Kunsill Lokali.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ATTI INSINWATI", "22319.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm ġew insinwati atti fir-Reġistru Pubbliku mill-1987 sal-lum?", "ONOR.", "JOE FENECH: In-numru ta' Iskrizzjonijiet għall-insinwa ta' Atti riċevuti fir-Reġistru Pubbliku mill-1987 sa l-4 ta' Novembru 1994 kien ta' 135,135 (mija ħamsa u tletin elf mija u ħamsa u tletin).", "UNIVERSITA' - NEFQA PUBBLIKA", "22320.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'kienet in-nefqa pubblika għall-Universita' ta' Malta (inklużi l-istipendji) mill-1986 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-nefqa pubblika għall- Universita' ta' Malta u għall-istipendji ta' l-istudenti universitarji mill- 1986 sa llum kienet hekk:", "Sena Spiża Spiża Stipendji Rikurrenti Kapitali Lm Lm Lm", "1986 1,348,000 0 0 1987 1,437,000 169,847 120,991 1988 1,566,000 197,896 503,817 1989 1,986,571 532,384 1,139,036 1990 2,600,000 1,399,663 1,750,148 1991 3,599,999 1,329,842 2,752,863 1992 4,500,000 499,480 2,873,462 1993 4,805,000 2,103,015 3,414,082 1994 * 4,583,330 1,386,745 2,974,557", "* sa Ottubru", "L-istipendji ma jitħallsux mill-Universita' iżda direttament mill-Gvern.", "DIPARTIMENT GĦALL-AMBJENT - KUMPENS GĦAL TEĦID TA' ART", "22321.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhu l- ammont sena b'sena li tħallas mid-Dipartiment għall-Ambjent bħala kumpens għal teħid ta' art għal skop pubbliku f'dawn l-aħħar seba' snin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KOLLIŻJONIJIET", "22322.", "L-ONOR.", "TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' kolliżjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin li ġew rapportati lill-Pulizija, u li ssejħu fuq il-post ta' l-inċident?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-1989 seħħew dawn il-kolliżjonijiet ta' vetturi li ġew irrapurtati lill-Pulizija:", "1989 8,780 1990 7,948 1991 9,444 1992 10,349 1993 10,322 1994 5,725 (sa l-aħħar ta' Ġunju)", "ŻEJTUN: - KUNSILL LOKALI - ITTRA MIBGĦUTA LID-DIPARTIMENT TAT-TOROQ", "22325.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-ittra datata 18/10/94 Ref RD 22/94 mibgħuta mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun lid-Direttur tad- Dipartiment tat-Toroq, jista' l-Ministru jgħid xi żvilupp kien hemm rigward l-ilmenti li ressaq il-Kunsill, kif ukoll rigward l-ittra RD 17/94 datata 22/9/94 ta' l-istess Kunsill?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq qed isegwi l-ilmenti li tresqu.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "22326.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mogħtija t-tarmac it-toroq ta' dawn l- Oqsma tad-Djar:", "1) Tal-Plier, f'Ħaż Żabbar;", "2) Bulebel Zabbar/Żejtun;", "3) Żonqor, Wied il-Għajn;", "4) Tal-Bujer, Wied il-Għajn;", "5) Ġebel San Martin, Żejtun;", "6) Ta' Ganza u Qasam Ħal Tmiem, iż-Żejtun;", "7) Ta' Kavallerizza, Marsaxlokk?", "X'tiswijiet saru f'dawn l-oqsma u kemm-il każ ta' tiswija kien hemm li saru jew li qed jintalbu li jsiru, rispettivament f'dawn l-oqsma quddiem it- Taqsima Tiswija u Bini tal-Gvern tad-Dipartiment għall-Ambjent?", "Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tara li jkun hemm aktar dawl elettriku f'dawn l-oqsma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward l-ewwel parti ta' din il- mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.", "Dwar it-tieni parti, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tieħu l- passi meħtieġa.", "ZABBAR - DAWL FIT-TOROQ", "22327.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tibdel il-bozza li ilha maqtugħa xi 15-il ġurnata ħdejn St. Albans Hse., Triq E. Catania, Zabbar?", "Meta se jitwaħħlu l-bozoz fit-Triq \"Taċ-Ċawsli\" (Cospicua Rd, Żejtun) ħdejn il-Housing Estate ta' Ħaż Żabbar bejn il-Mina ta' Hompesch u l-Mitħna peress li qed jiġri li meta tagħmel ix-xita u jinstadd il-culvert din il- parti tat-triq timtela' bl-ilma u jieqfu l-karozzi fiha ġod-dlam ċappa li joħloq ħafna periklu u hemm il-btieħi tad-djar tan-nies?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt l-ilment lill-Korporazzjoni Enemalta.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PERMESSI TAL-BINI", "22328.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija joħorġu l-permessi tal-bini ta' dawn:", "1) Mr John Degabriele, Irene Hse, Triq iċ-Ċulqana, Zabbar Applic.", "No 4958/94 u Ref No. PA 4958/94/AKN; u", "2) Mr Vella, Melfred Hse, M.B. Consiglii Str, Fgura - PA 3205/94 ladarba jidher li m'hemmx diffikultajiet biex joħorġu dawn il-permessi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma naħsibx li għar-rigward ta' l- applikazzjonijiet relattivament riċenti, huwa prudenti meta hemm l- Awtorita' ta' l-Ippjanar li hi struttura awtonoma, li jiena noqgħod nagħti xi dati meta se joħorġu jew ma joħorġux xi permessi partikolari.", "SKEJJEL: ĠUŻE' D'AMATO - TRASPORT", "22329.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' d-dipartiment jirrimedja biex il-private li tiġbor l-istudenti li jattendu l-iskola Ġuże' D'Amato ta' Raħal Ġdid (Boy's Secondary) - minn Ħaż Żabbar u Wied il-Għajn ma tibqax tkun ippakkjata bl- istudenti minħabba l-periklu?", "Tista' l-private tgħabbi biss lill-istudenti minn Ħaż Żabbar u Wied il- Għajn biss biex ma tibqax tkun mgħobbija daqstant u għal studenti minn irħula oħra (bħal Fgura) tmur għalihom private oħra?", "Kemm hu l-għadd ta' studenti li għandha tgħabbi private f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ir-rotot tat-trasport tat-tfal ta' l-iskola nħadmu b'mod biex ma jsirx l-ippakkjar li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, u jirriżultali li l-ilmenti fir-rigward tal-ġarr tat-tfal ta' l-iskola li saret riferenza għaliha fil-mistoqsija huma minimi.", "B'danakollu nkarigajt lill-uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jidħlu fil-mertu tal-każ u jsibu soluzzjoni mal-kumpanija konċernata f'każ li tabilħaqq jirriżulta li hemm problema.", "Inżid ngħid li hemm żewġ karozzi apposta għat-tfal mill-Fgura li jmorru l- iskola Ġuże' D'Amato, u għalhekk m'għandux ikun hemm il-ħtieġa li dawn jużaw it-trasport li jitlaq minn Ħaż Żabbar jew Wied il-Għajn.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija għandi ngħid li l-ftehim hu li karozza minn tal-linja tgħabbi 40 student waqt li coach tal-UBS tgħabbi 52.", "ZABBAR: TAL-ĦOFRA - XOGĦOL FIS-SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "22330.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-Hi-Mac u l-gaffa tal- kuntrattur li ħa l-offerta tad-drenaġġ fil-post magħruf bħala \"Tal-Ħofra\" f'Ħaż Żabbar intużaw biss għal jum wieħed u x-xogħol waqaf ħesrem?", "Jaf il-Ministru li kull ma sar xogħol kien tul ta' 20 pied?", "Jaf il- Ministru li l-Prim Ministru kien wiegħed lil dawn ir-residenti b'ittra qabel l-Elezzjoni ta' l-1992 li x-xogħol tad-drenaġġ kellu jkun lest f'dik is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant qiegħed jiġi investigat.", "IMPIEGI - IMPJEGATI BARRANIN", "22336.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-impjegati f'Malta li ma jitkellmux bil-Malti, jista' l- Prim Ministru jagħti dawn d-dettalji meħtieġa:-", "i) Nazzjonalita' tagħhom;", "ii) Min qed iħaddimhom;", "iii) Fejn jaħdmu (il-post fiżiku)", "iv) Kwalifiki;", "v) Esperjenza;", "vi) Deskrizzjoni tax-xogħol li qed jagħmlu;", "vii) Salarju;", "viii) Benefiċċji (eg. taxxa, dar, karozza, eċċ);", "ix) Jagħmlux eżami ta' ftehim fl-Ingliż;", "x) Jattendux kors tal-Malti?", "Jekk jattendu, wara kemm żmien iridu jagħmlu eżami ta' ftehim fil-Malti?", "xi) Jekk ikun hawn Maltin li jitkellmu bil-Malti u għandhom il-ħila jagħmlu xogħolhom, x'inhi l-proċedura biex jieħdu dak ix-xogħol?", "xiii) Lista bħal din għandha tiġi ppubblika kull sitt xhur.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nifhem li l-Onor Membru qed jirreferi għall- persuni barranin li qed jaħdmu hawn Malta.", "Fir-rigward ta' dawk il-persuni li jeħtieġu permess tax-xogħol (work permit) infakkar lill-Onor Membru li lista aġġornata ta' dawn il-persuni tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kull xahar.", "Din il-lista tinkludi isem il-persuna, il-professjoni jew ix-xogħol li tagħmel, il-kumpannija jew entita' li taħdem magħha u d-data sakemm ikun validu l-permess.", "Mhux il- każ li ma' din l-informazzjoni jiġu ppubblikati dettalji li ma jkunux ta' interess pubbliku.", "Jien informat li meta ssir talba sabiex persuna barranija taħdem hawn Malta, id-dipartimenti konċernati, partikolarment id-Dipartiment tax- Xogħol, jeżaminaw bir-reqqa t-talba li tkun saret u l-ewwel ma jaraw huwa jekk hawnx Maltin jew numru biżżejjed ta' Maltin biex jagħmlu x-xogħol konċernat.", "Jittieħdu in konsiderazzjoni ukoll il-kwalifiki ta' dik il- persuna kif ukoll l-esperjenza li jkollha fil-qasam li għalih jintalab permess.", "Ninforma lill-Onor Membru li minbarra l-barranin msemmija hawn fuq hemm numru sostanzjali ta' barranin (jew persuni li mhumiex ċittadini ta' Malta) bħal,", "1.", "Nisa barranin miżżewġin Maltin; 2.", "Irġiel barranin miżżewġin Maltin; u 3.", "Tfal ta' Maltin (speċjalment ta' Emigranti Maltin) li għandhom anqas minn 21 sena", "Dawn kollha għandhom dritt li jaħdmu Malta.", "BORMLA: POSTA - SKRIVANI", "22340.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fil- Posta ta' Bormla jerġa' jkun hemm żewġ skrivani, għaliex ftit ġranet ilu neħħew wieħed mill-iskrivani u bi skrivan wieħed in-nies qed jistennew ħafna ħin biex jinqdew?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li d-Dipartiment jħoss li preżentament fil-fergħa tal-Posta ta' Bormla skrivan wieħed huwa biżżejjed għal ħtigijiet ta' din il-fergħa.", "Mandankollu jekk ikun hemm żieda fil- volum tax-xogħol aktar il-quddiem id-Dipartiment lest li jikkunsidra s- suggeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - DIRECT ORDERS", "22341.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jirrispondi d-domanda tiegħi numru 22099 u ċioe' jista' jgħid kemm ingħataw direct orders minn Telemalta mill-1 ta' Mejju, 1987 sal-lum għal-liema xogħol u lil min?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Billi din il-mistoqsija tkopri perjodu twil ta' seba' snin, u fuqhom, mhuwiex possibbli li t-tagħrif jingħata malajr m'għandiex dubbju li l-Onor.Interpellant jifhem li trid akta żmien biex twieġeb għal din il-mistoqsija.", "BORMLA: VERDALA - SLEEPING POLICEMAN", "22342.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għad-domanda tiegħi numru 22065, jista' l-Ministru jgħidli f'liema data l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku approva t-talba biex fuq Verdala, Bormla jsiru sleeping policeman?", "Jista' l-Ministru jgħidli meta saret it-talba biex ġiet approvata fl-4 ta' Mejju, 1994?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Għall-ewwel parti tad-domanda nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22065.", "It-talba magħmula mill-Onor.", "Sandro Schembri Adami fil-mistoqsija tiegħu numru.", "14937 ġiet mgħoddija lis-segretarju tal-Bord għal-Kontroll tat- Traffiku fil-15 ta' Frar 1994.", "KALKARA - SCRAPYARD", "22343.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għad-domanda tiegħi numru 22103, jekk il-Ministru ifittex fid-debates tal-Parlament isib referenza għal dak li għedt jien, jiġifieri isib illi l-ex-Ministru ġie ndikat min hu fid-debate kif ukoll fejn intqalet u l-ex-Ministru konċernat qatt f'dan il-Parlament ma ċaħad dak li għedt jien, għalhekk jista' l-Ministru jgħidli meta u min ħareġ il- permess għal din l-iscrapyard?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li għamilt l-għalmu tiegħi biex insib id- debate li għaliha l-Onor Membru qed jirreferi, jiddispjaċini li la niftakar u lanqas sibt informazzjoni dwar din id-debate.", "Informat li l-permess ta' l-iscrapyard li tinsab fir-Ricasoli l-Kalkara ġie maħruġ mill-Pulizija fl-20 ta' Awissu, 1990.", "GĦAWDEX - SKOLA SIR M.A. REFALO - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "22344.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jivverfika jekk l-iskola Sir M.A. Refalo ġewwa Għawdex għandhiex nuqqas ta' għalliema li jgħallmu s-Systems of Knowledge?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex din l-iskola tiġi pprovduta bl-għalliema msemmija aktar 'il fuq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-għalliema li fis-snin l-oħra kienet tgħallem il-module dwar ix-xjenza (bħala parti mis-Systems of Knowledge) qiegħda fuq \"study leave\" matul din is-sena.", "Il-lezzjonijiet f'din il-'module' se jingħataw minn għalliema oħra fl- istess kumpless u din se tibda l-lezzjonijiet f'din il-'module' minn Jannar 1995.", "GĦAWDEX - NUQQAS TA' ĊILINDRI TAL-GASS", "22345.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid:-", "1.", "Jaf li għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat l-Għawdxin ma kenux provvduti b'ċilindri tal-gass bis-sistema tar-regolatur ġdid b'tali mod u manjiera li n-nisa tad-dar li għandhom l-apparat tat-tisjir mgħammar b'dawn it-tip ta' ċilindri ma kenux jistgħu jsajjru?", "2.", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex din l-iskarsezza tiġi megħluba u jiġu evitati tbatijiet bla bżonn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn mindu ġiet introdotta s-sistema tal- Clip-on, id-domanda kemm għal Għawdex kif ukoll għal Malta dejjem ġiet milqugħa.", "It-talba għaċ-ċilindri l-ġodda tat-12-il kilogramma li jinkorporaw is- sistema tal-clip-on hija kbira ħafna.", "Kif intqal diversi drabi oħra, minħabba n-numru sostanzjali taċ-ċilindri involuti, l-bidla għal dan id- daqs taċ-ċilindru ma tistax issir f'daqqa iżda fuq medda ta snin.", "B'dankollu Enemalta ħasbet biex tikkonverti numru sostanzjali ta' ċilindri kemm ta' l-10 kif ukoll tal-15-il kologramma għal din is-sistema tal-clip-on, dan bil-għan li tilħaq din id-domanda għal din is-sistema.", "Għaldaqstant m'hemm ebda nuqqas ta' provvediment ta' ċilindri b'din is- sistema tal-clip-on.", "ĦABS ĊIVILI - RIFORMA", "22354.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21431 u r- risposta mogħtija, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin li għandhom aktar minn Lm20.00c bħala credit facility?", "Kemm hemm ħabsin li għandhom aktar minn Lm50.00c for credit facility?", "Kemm hemm ħabsin li għandhom aktar minn Lm100 u Lm200 rispettivament bħala credit facility?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi l-Ħabs hu kommunita' żgħira u n-nies magħrufa, ma nħossx li hi etika li nirrivela l-informazzjoni mitluba.", "Nista' ngħid pero' li skond informazzjoni li għandi hemm 49, minn popolazzjoni ta' 205, fil-Ħabs li qed jużaw l-iskema tal-credit facility.", "Inżid ngħid li tlabt l-uffiċjali konċernati jagħtuni Rapport dettaljat biex wieħed ikun jista' jikkonsidra l-iskema għandiex tiġi riveduta u kif.", "Ma nsib l-ebda diffikulta li b'mod konfidenzjali ngħaddi kopja ta' dan ir- Rapport lill-Onor.", "Membru għas-suġġerimenti tiegħu.", "ĦABS ĊIVILI - SPEZZJONIJIET FIĊ-ĊELEL", "22355.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li parti mis-sigurta' fil-Ħabs hija l-inspections fiċ- ċelel, jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" xahar b'xahar matul 1993 - 1994 ta' l- inspections li saret fiċ-ċelel kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhix prattika normali li jiġi rivelat in-numru ta' tfittxija li jsiru fiċ-ċelel kuljum, jew xahar b'xahar.", "Dan għal raġunijiet ta' sigurta' u strateġija.", "Id-Diriġenti tal-Ħabs jiffissaw huma n-numru meħtieġ kuljum skond il-bżonnijiet tal-mument.", "Skond l-informazzjoni li għandi n-numru ta' tfittxija li saru fiċ-ċelel matul l-1993 u l-1994 kienu kif jidher hawn taħt:", "1993 582 1994 608 (sat-3 ta' Novembru)", "Il-figuri ma jinkludux tfittxija fuq il-persuna ta' priġunieri li jsiru kuljum, speċjalment fuq dawk suspettati u dawk li jirritornaw minn viżti barra l-Ħabs.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI TTESTJATI GĦAD-DROGA", "22356.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Mill-priġunieri li jinsabu l-Ħabs, kemm minnhom ġew ttestjati għad-droga u misjuba pożittivi?", "X'passi ttieħdu mill-awtoritajiet tal-ħabs fil-konfront ta' dawk li jinsabu pożittivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm diffikulta ta' etika professjonali u medika biex tiġi rivelata l-informazzjoni mitluba minħabba li fil-Ħabs hemm kommunita' żgħira, magħluqa u magħrufa, u għalhekk mogħti l-parir li jistgħu faċilment jiġu indentifikati l-persuni ttestjati u misjuba pożittivi permezz tat-tweġiba li nista' nagħti.", "Jeżisti programm ta' methadone taħt is-sorveljanza stretta tat-Tabib tal- Ħabs megħjun mill-Psikjatra tal-Ħabs.", "Skond il-'Master Plan' se jiġi mibni 'Unit' fejn dawk li jsoffru mill- effetti tad-droga jiġu imqegħda taħt programm approvat u sorveljat.", "Is- sitwazzjoni qed tiġi miżmuma taħt attenzjoni kontinwa u qed jiġu kkonsidrati miżuri sew 'short term' kif ukoll oħrajn li jirrikjedu aktar żmien biex jiġu implimentati.", "ĦABS ĊIVILI - SIGARETTI", "22357.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' sigaretti li mill- ħabs huwa ntitolat u dan fid-dawl ta' l-ammissjoni li bis-sigaretti jinxtraw id-drogi fil-ħabs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull priġunier huwa permess li jixtri biss sa żewġ grossi sigaretti fil-ġimgħa.", "ĦABS ĊIVILI - PASSI KONTRA PRIĠUNIERI LI ĦARBU", "22358.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtorita' tal-ħabs kontra dawk it-tliet ħabsin li riċentement ħarbu?", "(Qed nirrefi għall-passi oħra oltre l-akkuża fil-Qrati)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħarba mill-Ħabs hija meqjusa bħala att kriminali.", "Għalhekk il-Pulizija tieħu l-passi kollha neċessarji fil-Qorti kontra dawk il-priġunieri li jaħarbu mill-Ħabs.", "Fil-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, barra mill-passi fil-Qorti, ġejt informat li ttieħdu wkoll passi dixxiplinari kontra it-tliet priġunieri skond il-proċeduri tal-Ħabs.", "ĦABS ĊIVILI - TELEFONATI MILL-PRIĠUNIERI", "22359.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21420, jista' l- Ministru jikkonferma li \"l-Incoming Calls\" tat-telephone għall-ħabsin jiġu moniterjati mill-uffiċjali responsabbli mis-sigurta' tal-ħabs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li tlabt il-pariri ta' l-uffiċjali konċernati dwar il-privileġġ ta' telefonati bl-iskop li nara hemmx lok ta' rikonsiderazzjoni tal-'policy', ninsab informat li kull meta tidħol telefonata għall-priġunier dan dejjem ikun hemm uffiċjal preżenti li jisma' xi jkun qed jgħid il-priġunier.", "Hu maħsub ukoll li jiġi installat PABX modern li jippermetti kontroll aktar professjonali u effettiv.", "CASABLANCA DECLARATION - TAĦDIDIET BILATERALI FIL-MAROKK", "22381.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-\"Casablanca Declaration\"?", "Jista' jgħid x'taħdidiet bilaterali kellu fil-Marokk u dwar xiex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kopja tal-Casablanca Declaration tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Waqt il-parteċipazzjoni tiegħi fil-Middle East/North Africa Economic Summit f'Casablanca kelli okkażjoni niltaqa' ma' diversi kapijiet ta' l-Gvern li pparteċipaw iżda ma sarux taħdidiet bilaterali b'mod formali.", "PUBLUC BROADCASTING SERVICES - RIŻENJA TAL-HEAD OF NEWS", "22382.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għar-riżenja tal-Head of News Joe Mercieca minn mal-PBS?", "Min inħatar minfloku?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Il-kap tal-Aħbarijiet tal-PBS, is-Sur Joe Mercieca irreżenja għal raġunijiet personali.", "S`issa għadu ma inħatar ħadd minfloku."]} {"filename": "19990111_047d_par.doc", "date": "1999-01-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 47 It-Tnejn, 11 ta' Jannar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 47", "It-Tnejn, 11 ta' Jannar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "47", "It-Tnejn, 11 ta' Jannar, 1999", "WERREJ MINUTI 497", "KUNSENS GĦAL ATTI 497", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 497", "TQEGĦID TA' KARTI 502", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TA' REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR (L-EWWEL QARI) 505 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI) (L-EWWEL QARI) 505 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA (L-EWWEL QARI) 506", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOCJALI (IT-TIENI QARI) SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 507", "AĠĠORNAMENT 522", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 527", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 545", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 46 li saret fil-21 ta' Diċembru, 1998, ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. XXI ta' l-1998 - Att ta' l-1998 dwar l-Approprjazzjoni (1999);", "Att Nru. XXII ta' l-1998 - Att ta' l-1998 dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1998); u", "Att Nru. XXIII ta' l-1998 - Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ĦXEJJEX/FROTT - IMPORTAZZJONI", "2799.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-esportazzjoni tad-dulliegħ, cherry tomatoes u frawli, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-kwantitajiet li ġew esportati matul l-1994, l-1995, u l-1996 u xi prezzijiet ġabu l-bdiewa?", "Kemm fil-fatt ta għajnuna l-Gvern lill-bdiewa sabiex jiżviluppaw serer għall-esportazzjoni f'ċifra ta' flus u x'ġara minn dan is-suq ta' l- esportazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ma kien hemm l- ebda esportazzjoni ta' cherry tomatoes u frawli fis-snin imsemmija.", "33 tunnellata ta' dulliegħ ġew esportati bi prova fl-1995.", "Il-prezz mogħti lill-bdiewa kien ta' 15-il ċenteżmu kull kilo.", "Fl-1992 ġiet approvata għajnuna lil numru ta' bdiewa (7) sabiex jibnu serer għall-kultivazzjoni tal-frawli fil-growbags għall-esportazzjoni.", "L- għajnuna approvata kienet f'forma ta' sussidju ta' 3.5% fuq l-interessi fuq self mill-banek kummerċjali.", "Dan is-sussidju laħaq is-somma ta' Lm5,000 fuq perjodu ta' tliet snin.", "Saret esportazzjoni tal-frawli bi prova iżda s- suq lokali kien aktar remunerattiv.", "MR SPEAKER : L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jagħmel id-dipartiment sabiex itejjeb is-sitwazzjoni quddiem id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw il-bdiewa tagħna minħabba l-introduzzjoni mill-ġdid tal-VAT li għolliet ħafna l-prezzijiet tas-sustanzi li jużaw il-bdiewa biex ikabbru l-uċuh tar-raba' tagħhom, kif ukoll id-diffikultajiet minħabba l- introduzzjoni tar-regoli - li ovvjament jiġġeddu minn xahar għal ieħor u minn sena għal oħra - ta' l-Unjoni Ewropea li l-bdiewa tagħna jridu jirrispettaw f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell ta' residwi li jkun fih il- prodott?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-VAT f'pajjiżna l-bdiewa se jerġgħu jibdew jibbenefikaw mis-sistema ta' refunds bħalma kienu qabel l-1997 u meta jixtru prodotti bħal bexx, qamħ u żrieragħ li jiġu minn barra u li fuqhom titħallas il-VAT, ovvjament il- bdiewa japplikaw għar-refund u jingħataw lura l-flus li jkunu ħallsu bħala VAT.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, skond ma jirriżultali, il-bdiewa qed jiffaċċjaw żvantaġġ kbir ma' l-ewwel ftit jiem ta' l-introduzzjoni tal-VAT għaliex, per eżempju, prodott partikolari ta' bexx jew sustanza f'perjodu ta' ftit jiem minn Lm6 ġie jiswa Lm6.90.", "Jista' l-Ministru jfehemni kif dak il-bidwi li normalment kien jagħmel użu minn dan il-prodott issa se jmur aħjar?", "Barra dan il-prodott hemm diversi prodotti oħra li għolew.", "Nixtieq inkun naf jekk id-dipartiment investigax jekk din iż-żieda fil- prezzjijiet hijiex ġustifikata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalma kien jiġri qabel meta kien hawn fis-seħħ is- sistema tal-VAT f'pajjiżna, il-bidwi jixtri l-prodott u mbagħad jitlob ir- refund ta' 15% li jkun ħallas fuq dak il-prodott.", "Veru li fl-ewwel xahar il-bidwi jrid joħroġ dawk il-15% fuq dak li jixtri, pero' mbagħad se jitlob ir-refund u jieħu l-15% lura.", "Bil-VAT il-bidwi għandu jmur aħjar għaliex kulħadd jaf li bis-sistema ta' l-ETI, ETP u ETS ma kienx jieħu refunds u allura jekk, per eżempju, kien iqabbad electrician jew plumber biex jagħmillu ċerti xogħlijiet, kien iħallas l-ETS u ma kienx jieħu refund.", "Issa bis-sistema tal-VAT il-bidwi, ir-raħħal u s-sajjied se jieħu r-refund fuq dak li jkun ħallas bħala VAT u dan ifisser li din is-sistema se tkun ta' vantaġġ għal dawn l-operaturi f'din l-industrija.", "Nerġa' ntenni li l- bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda se jmorru aħjar bis-sistema tal-VAT milli marru bis-sistema ta' l-ETI, l-ETP u l-ETS.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma rridx inkun polemikuż imma nixtieq inkun naf jekk fhimtx lill-Ministru tajjeb fuq dan il-punt.", "Allura dawk il-bdiewa li diġa' bdew iħallsu Lm1 jew Lm2 iktar fuq il-bexx jew xi prodott ieħor li jixtru minħabba s-sistema ġdida tal-VAT, se jkollhom dawn il-flus refunded?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Se tingħata refund fuq il-VAT kollha li l-bdiewa jħallsu fuq prodotti li jużaw fil-proċess ta' tkabbir ta' xtieli u prodotti oħra bħalma kienu jingħataw refunds meta kienet titħaddem il-Liġi tal-VAT.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, id-domanda supplimentari tiegħi kienet dwar l-impatt ta' l-hekk imsejħa kondizzjonijiet stabbiliti mill-Unjoni Ewropea peress li l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa hija prijorita' fuq l- agenda tal-gvern u nafu li fis-sena 2000 l-Unjoni Ewropea se timponi iktar restrizzjonijiet dwar il-livelli ta' residwi li jistgħu jirriżultaw fuq il- prodotti mkabbra b'ċerti kimiċi u sustanzi artifiċjali.", "Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra x'qed isir min-naħa tad-dipartiment f'dan ir-rigward biex ma narawx sitwazzjoni li, fl-opinjoni tiegħi, se tkompli tiżvantaġġja lill-bdiewa tagħna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, hawnhekk qisna qegħdin immexxu l-common agricultural policy ta' l-Unjoni Ewropea!", "Qabel xejn irridu naraw ir- riforma sħiħa li qiegħda sseħħ kontinwament fil-common agricultural policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien informat - bħalma naħseb li huwa informat l- Onor. Noel Farrugia - li għall-ħabta ta' Marzu jew April se joħorġu ċerti dettalji dwar din ir-riforma.", "Irrid ngħid li d-dipartiment qed jagħmel screening u qed jara l-affarijiet kollha involuti f'dan is-settur li jista' jiġi milqut bħalma se tiġi milquta l-industrija kollha fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' rrid ngħid ukoll li meta aħna naslu fl-istadju li jibdew id- diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar is-sħubija ta' pajjiżna, il- ministeru u d-dipartiment jieħdu in konsiderazzjoni dawn l-affarijiet kollha fid-diskussjonijiet li jsiru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, qed insegwi b'interess dak li qed jgħid il-Ministru, pero' nixtieq nenfasizza li jeżisti livell ta' kompetizzjoni li s-settur ta' l-agrikoltura jrid jasal għalih.", "Għalhekk jagħmel sens li sija d-dipartiment u sija l-koperattivi tal-bdiewa jibdew jagħmlu monitoring ta' l-impatt li tħalli dik is-sustanza li tkun ġiet applikata fuq l-uċuh tar-raba'.", "Jien nifhem li ovvjament iridu jsiru iktar diskussjonijiet dwar dan imma dawn huma affarijiet stabbiliti u nifhem li se jiġu imposti mill-Unjoni Ewropea fi żmien ħdax-il xahar oħra.", "Naħseb li barra li jsiru diskussjonijiet, wieħed forsi għandu jispjega għall-ġid ta' din il-Kamra u għall-ġid ta' kulħadd min hi l-persuna responsabbli fid- dipartiment biex tara li dawn l-obbligi jiġu osservati, għaliex ma jkunx sewwa la għall-gvern, la għad-dipartiment u lanqas għall-bdiewa li niġu ffaċċjati b'sitwazzjoni li naturalment ma tagħmel ġid lil ħadd.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, din il-problema tal-bexx u ta' l-użu tal- kimika fuq l-uċuh tar-raba' ilha magħna għal diversi snin.", "Fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea hemm moviment biex ix-xtieli u ħxejjex oħra jibdew jitkabbru bis-sistema magħrufa bħala organic farming li minnha nnfisha bil-mod il-mod telimina l-użu ta' kimiċi, bexx u pestiċidi.", "Din it- tranżizzjoni tinsab għaddejja mhux biss fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, imma anke f'pajjiżna, għalkemm b'rata baxxa.", "Pero' din se tieħu s-snin.", "Inutli li jiġi xi ħadd u jgħidlek li ma tistax tuża iktar il-bexx u l- pestiċidi, għaliex wieħed irid jiftakar li l-użu tal-pestiċidi, bexx u kimika oħra fil-qasam ta' l-agrikoltura ilhom jintużaw u l-effett tagħhom se jibqa' jinħass għal numru ta' snin oħra għas-sempliċi raġuni li l-kimika li tintuża fil-ħamrija tagħna titħallat ma' l-ilma tax-xita, tipperkola fil- blat u, fil-każ ta' pajjiżna, ssib ruħha fil-water table.", "Hawnhekk tidħol il-problema ambjentali tal-ħxejjex u l-prodotti li jitkabbru.", "Bħalma meta persuna tidra tieħu ċerti pilloli, ngħidu aħna l-asperina, jasal żmien meta tibda teħodha għal xejn u tieħu kemm tieħu ma tagħmlilhiex effett, l-istess nistgħu ngħidu għax-xtieli li wara ċertu żmien li tkun ilek tagħtihom ċertu tip ta' bexx u pestiċidi, dawn ma jibqax ikollhom effett.", "L-użu tal-bexx irid jinqata' bil-mod il-mod u d-dipartiment irid jagħmel l-almu tiegħu biex, permezz ta' edukazzjoni u training lill-bdiewa tagħna, bil-mod il-mod issir din it-tranżizzjoni ħalli jispiċċa l-użu tal-kimika fit-tkabbir tal- ħxejjex u tas-siġar.", "Kulħadd jaf li l-użu ta' dawn il-pestiċidi u kimiki oħra fit-tkabbir tal-ħxejjex jista' jħalli effett negattiv fuq is-saħħa tal- bniedem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Il-Ministru għadu kif semma l-ħsara kbira li jagħmel l-użu tal-bexx, kemm fl-ilma li nixorbu kif ukoll fil-prodotti li nieklu, u qal li l-proċess biex naqilbu għall-organic farming miexi bil-mod wisq.", "Jista' l-Gvern jagħmel sforz biex dan il-proċess jitħaffef għall-ġid tal- poplu kollu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din it-tranżizzjoni bdiet issir imma wieħed ovvjament irid ikun prattiku u japprezza li din tieħu s-snin.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li f'pajjiżna għaddejna minn perjodu - mhux taħt gvern jew ieħor - fejn kienet daħlet il-moda li iżjed ma nużaw pestiċidi u kimiki biex neqirdu l-ħaxix ħażin iżjed se nieħdu prodott ta' malajr u bl-inqas xogħol possibbli.", "Illum kulħadd induna u tgħallem li dan ħalla impatt negattiv.", "Barra minn hekk, mhux la kemm tgħid li taqleb minn sistema għal oħra.", "Per eżempju, kien hemm żmien meta daħlet fis-seħħ il-Liġi tas-CET, qabel ma ġiet emendata fil-Parlament wara kritika min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, li l-uniċi oġġetti li kienu tħallew jiġu importati duty free kienu l-pestiċidi u l-insettiċidi.", "Nerġa' ngħid, illum id-dipartiment qed jaħseb fuq din il-fergħa tat-tkabbir tal-ħxejjex u tas- siġar u se jingħata training f'ċentru apposta biex il-ħaddiema f'dan il- qasam jiġu murija sistemi ġodda u iżjed moderni, mingħajr użu ta' kimika, għat-tkabbir ta' ħxejjex u siġar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' dak li għadu kemm qal il-Ministru, jista' jispjega lill-Kamra x'kienu r-raġunijiet li ma tkompliex il-programm li kien imħejji sabiex ammont ta' raba' fil-farm esperimentali jitkabbar - f'dan il-każ il-prodott kien il-patata - b'sistema organika, iktar u iktar meta d-dipartiment kien aġġornat dwar żviluppi ġodda fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' attivita' organika.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nixtieq li kulma nisma' hawn ġew ikun eżatt, pero' jiddispjaċini ngħid li minkejja l-kliem li nisimgħu hawnhekk fuq organic farming f'pajjiżna u jissemma l-farm ta' l-Għammieri, meta jien iċċekkjajt u tkellimt mad-diretturi responsabbli, mill-ewwel indunajt li fil-fatt ma kien sar assolutament xejn.", "Jiddispjaċini li jkolli nitkellem b'dan il-mod, pero' mhux la kemm wieħed jgħid li jrid jaqleb għal sistema ta' organic farming għaliex qabel xejn irid ikollok in-nies imħarrġa u jrid ikollok l-institute attrezzat biex verament jiċċertifika li prodott ikun tkabbar bis-sistema ta' l-organic farming.", "Fil-fatt diġa' hemm kollaborazzjoni ma' universitajiet barranin biex nieħdu n-knowhow neċessarju ħalli b'mod modern, xjentifiku u professjonali nkunu nistgħu nibdew nintroduċu sistema ta' organic farming li verament taħdem.", "Jien naqbel ma' sieħbi, l-Onor.", "Farrugia li d-dipartiment għandu jkompli jmexxi fuq bażi esperimentali fil-farm ta' l-Għammieri biex dak il-porzjon ta' art fl-istess farm iservi ta' laboratorju minn fejn il-bdiewa Maltin ikunu jistgħu jitgħallmu.", "B'hekk bil-mod il-mod imma b'ritmu stabbli nkunu kapaċi nintroduċu s-sistema ta' organic farming f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, qiegħed nisma' b'attenzjoni dak li qed jingħad dwar il-ħsara li jġib il-bexx.", "Pero' jien se nistaqsi lill- Ministru fuq il-ħsara li qegħdin jagħmlu għeruq tas-siġar fi Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid, fejn dawn l-għeruq qed itellgħu l-madum ta' l-art f'ċerti djar.", "Per eżempju, naf b'koppja anzjana li għaddejja minn din il- problema.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk tistax tittieħed xi azzjoni mill- ministeru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien bħala perit naf li ċertu tip ta' siġar, bħalma huma s-siġar tal-ficus, jagħmlu għeruq kbar u b'saħħithom u allura trid tara li ma jitħawlux qrib il-bini.", "Wara li jgħaddi l-ħin tal- mistoqsijiet nitkellem ma' l-Onor.", "Interpellant ħalli jagħtini l-indirizz eżatt li qed jirriferi għalih u nwiegħdu li nibgħat lin-nies tad- dipartiment biex jaraw x'inhi l-aħjar soluzzjoni għal din l-inkonvenjenza.", "Pero' nista' ngħidlek li jekk ikun hemm għeruq tas-siġar li jkunu daħlu fil- bini u għollew il-madum, l-unika soluzzjoni tkun li dawn is-siġar jinqerdu.", "Barra minn hekk, l-inkwilini li jkunu jgħixu f'dawn il-postijiet ikollhom jaqilgħu l-madum, titneħħa l-ħamrija li jkun hemm taħt il-madum u jagħtu saff konkos mill-ġdid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għadu kemm qal li ma kien hemm ebda indikazzjoni dwar informazzjoni professjonali u teknika fuq l-organic farming.", "Jien nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda dokumenti dwar stħarriġ xjentifiku li kien qed isir fuq il-prodott tat- tadam fil-laboratorji barranin sabiex id-dipartiment u l-ministeru jkollhom l-aħjar aġġornament f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex din l-informazzjoni titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Riżultati xjentifiċi mil-Laboratori Chimici Stante ta' Bologna dwar analiżi ta' ħamrija f'Malta.", "Jien qed nifhem sewwa li l-Ministru qed jgħid li l-Bio-Agro Cop. qatt ma kkomunika miegħu biex jgħarrfu li huwa lest li jkompli jonora l-istess arranġamenti li kellu ma' l-Amministrazzjoni preċedenti?", "F'laqgħat riċenti li kelli, lili informawni li lill-Ministeru informawh bil-programm li l- Amministrazzjoni preċedenti kienet qed tiftiehem kemm ma' l-istitut agronomiku ta' Bari kif ukoll mal-Bio-Agro Cop. sabiex f'pajjiżna jingħata l-aħjar għarfien lill-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura tagħna li sfortunatament lanqas huma konxji minn dawn l-affarijiet.", "Issa jien qed nitkellem dwar dan il-fatt biex nikkoreġi dak li qed jgħid il-Ministru meta jgħid li ħafna drabi hu jħoss li ma jkunx sewwa li jingħadu affarijiet li ma jkunux minnhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, aħna kellna diversi diskussjonijiet ma' l-istitut ta' Bari u flimkien qegħdin nagħmlu preparamenti bis-serjeta' u b'mod professjonali biex f'pajjiżna nibdew indaħħlu s-sistema ta' l-organic farming.", "(Interruzzjonijiet) Tisma' ħafna affarijiet imma meta tmur tfittex jgħidulek li kien kollox kliem fieragħ.", "Jien qed ngħid li huwa fl- interess tal-pajjiż li s-sistema ta' l-organic farming neħduha bis-serjeta' u nibdew indaħħluha bil-mod il-mod.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li s'issa ftit li xejn kien sar dan it-tip ta' farming.", "Jien żort serer fejn ikabbru t-tadam u fejn jistgħu jużaw is-sistema ta' l-organic farming, imma kulħadd jgħidlek li l-bidla trid issir bil-mod ħafna.", "Jien nispera li s-sistema ma ddumx ma tidħol u d-dipartiment se jagħmel minn kollox biex din tidħol fuq bażi soda.", "Irrid ngħid ukoll li aħna qegħdin f'kuntatt kontinwu ma' l- istitut ta' Bari u ma' istituti oħrajn biex nibagħtu lin-nies tagħna jitħarrġu hemmhekk ħalli mbagħad l-għajnuna u l-edukazzjoni li jieħdu jkunu jistgħu jgħadduha lil sħabhom.", "B'hekk nistgħu naslu biex b'mod verament professjonali u xjentifiku u b'ritmu sod indaħħlu s-sistema ta' l-organic farming f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk qed nifhem sewwa li l-Ministru qed jgħid li m'hawnx bdiewa li bdew dan il-programm ta' tkabbir bis-sistema organika mingħajr ma jużaw bexx u sustanzi artifiċjali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qed ngħid li saru tentattivi minn diversi bdiewa biex jaħdmu bis-sistema organika, għalkemm in-numru ta' bdiewa li ħadu din l-inizjattiva m'huwiex kbir daqskemm nixtiequ aħna.", "Pero' safejn naf jien għad m'hawnx sistema li taħdem mija fil-mija b'mod organiku.", "Barra minn hekk, mhux la kemm jien jew xi ħadd ieħor jgħid li x-xtieli qed jitkabbru b'sistema organika, il-prodott irid jiġi ċertifikat minn istitut kompetenti huwa verament prodott li qed jitkabbar mija fil-mija b'sistema organika.", "F'Diċembru li għadda kien hawn xi barranin f'Malta - naħseb li l-Onor.", "Farrugia ltaqa' magħhom – li wara li għamilna kuntatt magħhom wasalna għall- ftehim li nibagħtu barra minn Malta nies mid-dipartiment li huma kwalifikati f'dan il-qasam ħalli jaraw b'għajnejhom kif għandha ssir iċ- ċertifikazzjoni ta' prodotti li jiġu mkabbra bis-sistema organika.", "Jien persważ li wara li fix-xhur u fis-snin li ġejjin se jkollna nies li jmorru barra jieħdu t-training neċessarju, bħala team inkunu nistgħu nibdew mexjin b'ritmu stabbli ħalli fuq numru ta' snin indaħħlu s-sistema ta' organic farming f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijieta għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "L- Onor. Eddie Fenech Adami.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każijiet deċiżi u d-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji sa l-24 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2918; u", "Tagħrif dwar tenders ta' valur aktar minn Lm1,000 mogħtija mid- dikasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru bejn il-5 ta' Settembru u l-1 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2949.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 271 ta' l-1998 - Ordni ta' Standard Nazzjonali ta' l-1998 dwar Żieda fil-Paga għall-Impjegati", "Avviż Legali Nru. 272 ta' l-1998 - Ordni ta' Standard Nazzjonali ta' l-1998 dwar l-Inqas Paga Nazzjonali;", "Avviż Legali Nru. 273 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 li jemenda l- Ordni ta' Standard Nazzjonali dwar Allowance fil-Ġimgħa;", "Kopja ta' korrispondenza in konnessjoni ma' applikazzjoni Nru. HAS 13/96 għall-irranġar ta' dar f'Ħaż-Żebbuġ li saret lill-Awtorita' tad- Djar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2962; u", "Tagħrif dwar xogħol ta' konsulenza li sar minn Dr. Darmanin għas- Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa bejn l-1997 u l- 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 3 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għad-Diploma in Planning Studies;", "Avviż Legali Nru. 4 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1993 tal-Kors għall-Grad ta' Baċillier ta' l- Inġinerija u l-Arkitettura (bl-Unuri) - B.E.&A. (Hons);", "Lista ta' persuni li ngħataw promozzjonijiet fil-PBS bejn is-26 ta' Ottubru 1996 u l-5 ta' Settembru 1998, flimkien ma' tagħrif dwar il- gradi u l-għadd ta' persuni li kienu jokkupaw dawk il-gradi fis-26 ta' Ottubru 1996 u f'Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2896; u", "Tagħrif dwar tenders ta' valur aktar minn Lm1,000 li ġew approvati mid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u mill-Universita' ta' Malta bejn il-5 ta' Settembru u l-1 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2945.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Medja tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 275 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti dwar Taxxa fuq Trasferimenti li jeħtieġu permess mill-Ministru bis-saħħa ta' l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli minn Persuni mhux Residenti; u", "Avviż Legali Nru. 276 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar Valur ta' Immobbli fl-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli minn Persuni mhux Residenti; u", "Avviż Legali Nru. 5 ta' l-1999 – Regolamenti ta' l-1999 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Ħlas lura ta' Taxxa tas-Sisa fuq Ħażniet Kummerċjali).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Turiżmu.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 2 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 270 ta' l-1998 - Civil Aviation (Route Charges for Navigation Services) (Amendment) Regulations, 1998;", "Avviż Legali Nru. 277 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar in-Nollijiet għal Servizz tal-Valiġġa u tal-Passiġġieri għal Għawdex;", "Avviż Legali Nru. 278 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar l- Għoti ta' Tagħrif minn Provdituri Awtorizzati; u", "Kopja ta' Proklama Nru. XI ta' l-1998 dwar l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa ta' Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil- Mutur (Emenda Nru. 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 267 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' l-Importazzjoni (Emenda Nru. 2);", "Tagħrif dwar tenders ta' valur aktar minn Lm1,000 approvati mid- dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi bejn il-5 ta' Settembru u l-1 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 2946.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 266 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi oħra;", "Avviż Legali Nru. 268 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru. 2);", "Avviż Legali Nru. 269 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar il- Kummissarju ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabilitajiet) (Nru. 2); u", "Avviż Legali Nru. 274 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Pulizija ta' Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 1 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 dwar Ikel Intiż għall-Użu f'Dieti Ristretti fl-Enerġija għat-Tnaqqis fil-Piż; u", "Tagħrif dwar tenders ta' valur aktar minn Lm1,000 approvati mid- dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tas-Saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2948.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TA' REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa ta' Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa ta' Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1999 li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati)\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGURA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1999 li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuti oħra.", "Fis-6.36 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-6.56 p.m.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1999 li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "146", "FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |D'Amato Helen |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA : 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1999 dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1999 dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta\" ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOCJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-1 ta' Diċembru, 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li waħda mill-iktar affarijiet interessanti dwar dan l-abbozz ta' liġi hija li għall-ewwel darba qed niddiskutu tibdil li sar fil-budget mhux ta' xahrejn ilu imma fil-budget ta' sena u xahrejn ilu.", "Fl-introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi l-Ministru responsabbli qal illi dan l-Abbozz kien qiegħed jitressaq fil-bidu ta' Novembru li għadda minħabba l-waqfien għar-recess tas-sajf, kif ukoll minħabba l-elezzjonijiet ġenerali li saru f'Settembru, 1998.", "Pero' min-naħa l-oħra wieħed ma kienx jistenna li abbozz ta' liġi ta' ċerta importanza bħalma hu dan li jittratta servizzi u benefiċċji soċjali li ngħataw fil-budget għall-1998, sena u xahrejn ilu, għadna nkarkru bih.", "Fil-perjodu qasir li ilni f'dan il-Parlament ma niftakarx affarijiet simili u ndagajt anke ma' persuni li ilhom f'dan il-Parlament għal għexieren ta' snin li wkoll qaluli li ma jiftakrux dibattitu fuq abbozz ta' liġi dwar is-sigurta' soċjali li jkun għadu għaddej sena u xahrejn wara li tressaq il-budget li miegħu kienu konnessi t-tibdiliet li hemm fl- abbozz.", "Meta konna qed niddiskutu l-budget għall-1999 stennejt li kien se jkun hemm seduti allokati għal diskussjoni biex jiġu konfermati l-miżuri mħabbra fil-budget għall-1998 u fl-istess ħin nibdew naħsbu fuq abbozz ta' liġi bl-emendi meħtieġa għall-miżuri ta' sigurta' soċjali mħabbra fil- budget għall-1999.", "Pero' l-gvern tal-lum ma tantx jidher interessat li jikkonferma u jġib fis-seħħ it-tibdil li sar fil-liġijiet soċjali bil- budget ta' l-1998 u li jolqtu direttament liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Jidher li kien iktar entużjast biex ibambal il-VAT lill-pensjonanti u lil dawk li jgawdu l-benefiċċji soċjali!", "Mela għall-benefiċċju tal- pensjonanti, li wħud minnhom huma fiżikament fraġli u għandhom bżonn ta' ċerti servizzi iktar minn ħaddieħor, minflok ma kkonfermajna l-miżuri soċjali li kienu tħabbru fil-budget għall-1998, konna kuntenti li niġu hawnhekk u nagħmlu maratona ta' seduti biex ngħaddu malajr il-liġi tal-VAT u ndaħħlu fis-seħħ it-taxxa ta' 15%!", "Wieħed jiftakar li ftit ġimgħat ilu konna qed niltaqgħu f'dan il- Parlament għal sigħat twal, inkluż is-Sibtijiet.", "Jien qatt ma sibt oġġezzjoni li niltaqgħu għal dawk is-sigħat kollha f'dan il-Parlament, imma tajjeb li wieħed ifakkar li meta n-naħa l-oħra kienet fl-oppożizzjoni kienet oġġezzjonat – l-aktar permezz ta' Membri li llum qegħdin fil- Kabinett tal-gvern - li niltaqgħu s-Sibt u li nagħmlu ġranet sħaħ ta' seduti, fil-għodu, wara nofsinhar u fil-għaxija.", "Darba minnhom qalulna li lanqas fl-Ingilterra ma jiltaqgħu s-Sibt u li l-unika darba li ltaqgħu s- Sibt kienet minħabba l-gwerra tal-Falklands.", "Aħna konna nkunu kuntenti li niġu hawnhekk is-Sibt biex niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Imma mhux biex inwaħħlu l-VAT liċ-ċittadini Maltin, b'mod speċjali lil dawk l-anzjani li minħabba l-kondizzjoni fiżika fraġli tagħhom żgur li jkollhom bżonn ċerti servizzi iktar minn ħaddieħor.", "Ngħaddi biex insemmi xi punti li tqajmu tul id-diskussjoni li bdiet diversi ġimgħat ilu, għaliex issa għaddew ġimgħat sħaħ minn mindu konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi.", "Fost affarijiet oħra saru kummenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-istorja tas-servizzi soċjali f'pajjiżna.", "Jien nifhem li hawn ġew ma naqblux fuq diversi affarijiet, imma jekk se nispiċċaw biex anke l-istorja ta' pajjiżna tiġi mgħawġa jew parti minnha tiġi njorata daqslikieku qatt ma eżistiet, allura se nkunu qed nagħmlu farsa mill-istorja politika ta' pajjiżna.", "Huwa importanti li wieħed ifakkar li żmenijiet ilu l-iktar espressjoni komuni fuq fomm il-poplu Malti meta wieħed kien jispiċċa mix-xogħol jew ikollu l-isfortuna li tolqtu xi marda kienet \"Alla jgħinek\".", "Kienet ukoll komuni d-dehra ta' nies li jirtiraw mix-xogħol jittallbu fit-toroq ħalli jkollhom biex jgħixu.", "Dawn l- affarijiet ma rridux ninsewhom u ma rridux ninsew ukoll ir-rwol soċjali li kellha l-Knisja f'pajjiżna biex tgħin lil diversi individwi.", "Matul dan is-seklu eventwalment bdejna naraw l-introduzzjoni ta' diversi liġijiet f'pajjiżna relatati mas-servizzi soċjali u ma' għajnuniet li jingħataw lil dawk li huma verament fil-bżonn sabiex ma jibqax ikun hawn nies emarġinati fis-soċjeta'.", "Fil-fatt wara t-tieni gwerra dinjija kienu tressqu żewġ abbozzi ta' liġi dwar is-sigurta' soċjali f'pajjiżna, li wieħed jista' jsejħilhom l-għeruq tal-liġijiet li jirrigwardaw is-sigurta' soċjali f'Malta.", "Minn dawn l-għeruq imbagħad tela' z-zokk u ħarġu l- friegħi.", "Għall-grazzja ta' Alla nistgħu ngħidu li matul iż-żminijiet iż- żewġ naħat tal-Kamra taw sehemhom biex dawn l-għeruq jissodaw u jitla' zokk bi friegħi b'saħħithom.", "Sfortunatament illum nisimgħu wkoll min jipprova kważi jżeblaħ il-konċett ta' welfare state.", "Huwa importanti li wieħed ifakkar li b'mod speċjali matul dan is-seklu l-welfare state, mhux biss f'pajjiżna imma kważi fil- pajjiżi Ewropej kollha u anke f'ħafna pajjiżi oħrajn fid-dinja, kien il- bidu li wassal biex titnaqqas l-emarġinazzjoni ta' nies fis-soċjeta'.", "B'daqshekk nistgħu ngħidu li solvejna kollox?", "Jien ngħid li għad hemm ħafna affarijiet x'isiru f'dak li jirrigwarda tibdil li hemm bżonn isir fil- liġi tas-sigurta' soċjali.", "L-ewwelnett hemm bżonn li din il-liġi ssir aktar sempliċi b'mod li jifhimha kulħadd għaliex sfortunatament fiha ħafna ifs and buts u meta wieħed jiġi biex jara għal liema forma ta' għajnuna huwa intitolat, isib diversi problemi.", "Ta' min jgħid li l-liġi tas- sigurta' soċjali fiha nnifisha għadha tiddiskrimina bejn is-sessi u għalhekk naħseb li hemm bżonn li nifluha iktar fid-dettall ħalli dawn l- elementi ta' diskriminazzjoni kemm jista' jkun jiġu eliminati.", "Waħda mill- problemi li spiss niltaqgħu magħha hija li n-nies ma jkunux jafu eżattament għal xiex huma intitolati, għalkemm hemm oħrajn li jafu t-toqob kollha minn fejn għandhom jgħaddu, jafu sewwa għal xiex huma intitolati u jafu wkoll minn fejn jgħaddu biex jieħdu kull farka li hemm jafu.", "Per' huwa fatt ukoll li maġġoranza konsiderevoli ta' nies ma jafux għal xiex huma intitolati meta jilħqu ċertu eta' jew meta jiġu ffaċċjati b'ċerti sitwazzjonijiet.", "Għalhekk inħoss illi hemm bżonn li jkollna sistemi li jwasslu biex iktar individwi jkollhom l-informazzjoni neċessarja.", "Fil- fatt diversi kumpanniji diġa' qed jieħdu l-inizjattiva li jagħtu numru ta' lectures waqt il-ħin tax-xogħol lil dawk il-persuni li jkunu waslu biex jirtiraw.", "Jien kelli l-opportunita' li nindirizza xi wħud minn dawn il- lecturers li mhux biss kienu jittrattaw affarijiet relatati mas-sigurta' soċjali, bħalma hija l-pensjoni ta' l-irtirar imma kienu jinkludu wkoll suġġetti relatati ma' l-anzjanita', kif jieħdu ħsieb saħħithom, xi kwalita' ta' ikel għandhom jieklu u l-istil ta' ħajja li jridu jibdew jgħixu biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja itwal ikollhom stil ta' ħajja b'inqas problemi u jbiegħdu dak il-mard li ħafna drabi huwa relatat ma' l- anzjanita'.", "Ta' min jgħid li aħna bħala pajjiż niftaħru li t-tul medju tal-ħajja tal-Maltin hija ta' 78 sena, bin-nisa jgħixu iktar mill-irġiel.", "Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti diġa' kien hemm pjanijiet u kienu għaddejjin diskussjonijiet fuq livell ministerjali bejn id-dipartiment tas- saħħa u d-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex dan it-tip ta' lectures jingħataw ukoll lill-ħaddiema taċ-Ċivil li jkunu waslu biex jirtiraw.", "Hawnhekk m'iniex se nidħol fil-kwestjoni ta' jekk dawn il-lectures għandhomx jingħataw waqt il-ħin tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol stess, jew inkella għandhomx jingħataw mill-kunsilli lokali fuq bażi volontarja.", "Pero' jien inħoss li dawn il-lectures għandhom jingħataw sabiex jindirizzaw bis-serjeta' l-problema li tinħass kontinwament minn dawk li jkunu waslu biex jirtiraw bil-pensjoni.", "Ħafna drabi niltaqa' ma' persuni, b'mod partikolari nisa li kienu ħadmu mal-gvern, li ma jkunux konxji mill-fatt li kieku qabel ma għalqu s-60 sena rregolarizzaw ruħhom għal dak li għandu x'jaqsam ma' bolol, kienu jkunu intitolati għal xi benefiċċji soċjali.", "Peress li ħafna minnhom indunaw b'dan wara li għalqu s-60 sena, ma kellhomx dritt li jirranġaw l-affarijiet ħalli jkunu jistgħu jgawdu dak il- benefiċċju li kieku kellhom dritt għalih.", "Kif diġa' għedt, jien inħoss li hemm bżonn nidħlu fid-dettall tal-liġi dwar is-sigurta' soċjali u naraw kif nistgħu nsolvu l-ħafna problemi li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini għaliex ma jkunux jafu eżatt x'inhuma d- drittijiet tagħhom.", "Jien naf li ħafna drabi t-tekniċi jsibu diffikulta' meta jiġu biex jagħmlu jemendaw dawn l-intoppi li qed insemmi, imma naħseb li b'xi mod jew ieħor teżisti soluzzjoni għal kull problema u hemm bżonn li l-problemi f'dan ir-rigward nibdew nittekiljawhom mill-aktar fis.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar il-fatt li ġieli tiltaqa' ma' persuni li jkunu ilhom morda għal perjodu twil ta' żmien u għal xhur sħaħ jibqgħu ma jirċevux il-benefiċċju soċjali tal-mard.", "Issa rridu nifhmu li mhux il-familji kollha huma l-istess u filwaqt li hawn familji li jkollhom xi ħaġa tal-flus imwarrba u jkunu jaffordjaw jagħmlu perjodu ta' żmien jieklu minn ġewwa, hawn familji oħrajn li assolutament ma jaffordjawx jagħmlu dan u jkunu qed jistennew iċ-ċekk tal-paga minn xahar għall-ieħor.", "Allura meta l-breadwinner tal-familja jispiċċa marid jkunu qed jistennew bil-ħerqa ic-ċekk tal-benefiċċji soċjali.", "Mr Speaker, ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni li biex tirċievi ċ-ċekk tal-benefiċċji soċjali trid iddum tistenna x-xhur.", "Jien nifhem li ġieli jinqalgħu xi intoppi dwar xi ċertifikati li ma jkunux mimlijin sew, pero' naħseb li għandna nsibu metodi kif nevitaw li l-individwu jiġi, biex ngħid hekk, ikkastigat.", "Għaliex ħafna drabi jiġri li għall-individwu li jkun qed jistenna l- benefiċċju soċjali, nuqqasijiet żgħar bħalma huma ċertifikat li jkunx mimli sewwa jew li forsi ma jkunx iffirmat u allura jintbagħat lura biex wara xi xahrejn jiġi kkoreġut, ifissru ħafna.", "Mr Speaker, jien naħseb li rridu naraw ukoll li jkun hemm aktar kordinament bejn id-dipartiment tas-sigurta' soċjali hawn Malta u d- dipartiment f'Għawdex.", "Naqbel li lill-ħaddiema Għawdxin noħolqulhom ix- xogħol f'Għawdex ħalli jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu hemmhekk, imma hemm bżonn li jkun hemm iktar kordinament għaliex minkejja l-paroli kollu li jingħad, sfortunatament għad m'hemmx kordinament biżżejjed u dan mhux l- ewwel darba li joħloq problemi għaċ-ċittadin.", "Matul id-dibattitu ssemmew diversi punti li nixtieq naċċenna għalihom.", "Per eżempju, issemmew il-casual social assistants li jmorru fid-djar ta' l- anzjani jew inkella jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani fil-komunita'.", "Fil- budget għall-1998 li tressaq sena u tliet xhur ilu għall-ewwel darba ġie deċiż li ż-żieda fil-bolla ta' dawn il-casual social assistants li tiżdied bir-rata tas-self-employed għandha tingħata awtomatikament bħala żieda fil- paga tagħhom.", "Dan kien pass 'il quddiem għax dawn il-casual social assistants kienu fis-sitwazzjoni li meta jkun hemm żieda fil-bolla jispiċċaw joħorġuha minn ġewwa għaliex il-paga tagħhom ma kenitx tiżdied.", "Aħna rajna li dan ma kienx sewwa u għalhekk fil-budget għall-1998 ittieħdet il-miżura biex din l-anomalija titneħħa.", "Issa din il-pożizzjoni se tiġi mogħtija s-saħħa legali permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, filwaqt li m'iniex beħsiebni nelabora fuq dan il-punt, ma nistax ma nappellax biex id-djar ta' l-anzjani ma nagħmluhomx każini politiċi.", "Matul it-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista fid-djar ta' l- anzjani kien hemm taħlita ta' impjegati b'opinjonijiet politiċi differenti għaliex għalina l-importanti kien li lill-anzjani nagħtuhom servizz.", "Ma nistgħux nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn id-djar ta' l-anzjani jiġu qishom każin politku billi nneħħu lil dawk l-impjegati li huma ta' tendenzi Laburisti u minflokhom inpoġġu impjegati b'tendenzi Nazzjonalisti.", "Settur ieħor tal-popolazzjoni li għandu bżonn l-attenzjoni huwa dak tal- persuni b'diżabilita'.", "Jeħtieġ li dawn il-persuni jingħataw il-benefiċċji soċjali li ħaqqhom u huwa importanti li nagħtuhom ukoll l-ispazju biex jiżviluppaw billi lil dawk li għadhom żgħar fl-eta' nintegrawhom fis- sistema edukattiva tagħna u lill-adulti noħolquhom spazju fejn huma wkoll ikunu jistgħu jagħtu kontribut lis-soċjeta' permezz tax-xogħol.", "Hawnhekk qed nirriferi wkoll għall-persuni b'mard mentali.", "Naf li ħafna drabi jibdew jittieħdu inizjattivi b'ċertu entużjażmu imbagħad dan jispiċċa.", "Pero' hemm bżonn li dan l-entużjażmu jibqa' sostnut ħalli nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Bil-mod il-mod persuni b'diżabilita' fiżika qed jiġu aċċettati fis-soċjeta', imma hemm bżonn ta' iktar edukazzjoni f'dan ir-rigward.", "Ġieli smajt ommijiet ta' tfal żgħar b'diżabilita' fiżika jgħidu li jekk jieħdu lil uliedhom il-bandli jkun hemm ommijiet oħra li jneħħu lil uliedhom minn ħdejn dawn it-tfal.", "Dawn huma affarijiet li jweġġgħu, juru nuqqas ta' maturita' u ta' edukazzjoni ġenerali, kif ukoll nuqqas ta' impenn Kristjan.", "Jien naħseb li għalkemm bil-mod il-mod persuni b'diżabilita' fiżika qed jiġu aċċettati, għad hemm problemi kbar biex persuni b'diżabilita' mentali jiġu integrati fis-soċjeta'.", "Fadal ħafna x'nagħmlu biex inneħħu ċerta stigma li hemm dwar dawn il-persuni, u żgur li l-istigma li teżisti dwar l-Isptar Monte Carmeli ma tistax tiġi eliminata billi f'daqqa waħda niddeċiedu li nagħlqu Sala 10 ta' l-irġiel mingħajr pjanijiet ta' xejn, għas-sempliċi raġuni li sibna ruħna bla infermiera.", "Ftit jiem qabel ma ngħalqet Sala 10, numru ta' infermiera li kienu jaħdmu f'din is-sala tneħħew u minflokhom intbagħtu numru ta' persuni oħrajn ta' tendenza politika differenti.", "Imbagħad ħarġet direttiva industrijali min- naħa tal-GWU u tal-MUMN biex dawn il-ħaddiema ma jmorrux jaħdmu f'Sala 10.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar - u din m'iniex se ngħidha biex niftaħar għaliex niddejjaq niftaħar b'dak li nkun għamilt - li fi Frar/Marzu 1997 għall-ewwel darba sar ftehim ta' rġulija ma' l-unions kollha fis-sens li ħadd ma jagħmel iktar minn tliet snin jaħdem f'Sala 10.", "Ma setax ikun li jibqa' jiġri kif kien ġara meta tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern fl- 1987.", "Dak iż-żmien għadd kbir ta' Laburisti kienu ntbagħtu mill-ewwel f'Sala 10 għal disa' snin sħaħ.", "Kulħadd jaf li Sala 10 m'hijiex xi sala komda jew ta' lussu biex taħdem fiha.", "Għalhekk jien ħassejt li dawk il- ħaddiema li kienu ilhom jaħdmu f'din is-sala għal snin twal kellhom jitneħħew minn hemm u min imur minflokhom ma jagħmilx iktar minn tliet snin jaħdem hemm għax dan ma jkunx tajjeb lanqas għall-impjegat innifsu.", "Issa l- impjegati li tneħħew riċentement lanqas kienu ilhom sena u nofs jaħdmu hemm.", "Li ġara kien li ftit jiem qabel ma ngħalqet Sala 10 ta' l-irġiel numru ta' infermiera tneħħew u minflokhom intbagħtu numru ta' infermiera oħra li sussegwentement obdew id-direttiva ta' l-unions, bil-konsegwenza li ma kienx hemm infermiera biżżejjed biex din is-sala tkun tista' tiffunzjona.", "Għalhekk l-unika soluzzjoni kienet li tingħalaq għaliex min iċċaqlaq ma riedx imur lura, u min intbagħat hemm kien qed jobdi d- direttiva ta' l-unions.", "Pero' Sala 10 tan-nisa għadha miftuħa għax hemmhekk l-infermiera għadhom jaħdmu u allura ma nħassx il-bżonn li tingħalaq!", "Il-problema ta' Sala 10 ta' l-irġiel issolviet mil-lum għal għada billi ngħalqet.", "Mr Speaker, l-affarijiet m'għandhomx isiru b'dan il- mod.", "Fl-Isptar Monte Carmeli jrid ikun hemm programm sħiħ ta' tibdil biex bil-mod il-mod nersqu ħalli lil dawk il-persuni li għandhom problemi mentali nintegrawhom fis-soċjeta'.", "Bl-għeluq ta' Sala 10 sar biss frakass; li hemm bżonn isir huwa li naħdmu fuq programm globali li jittekilja d- diversi problemi li jeżistu fl-Isptar Monte Carmeli, fosthom il-problema tat-taħlit tal-pazjenti.", "Irrid ngħid ukoll li fejn jidħlu l-benefiċċji soċjali m'għandniex niġu fis-sitwazzjoni li lill-persuni bi problemi ta' saħħa mentali naraw kif se noffrulhom ix-xogħol mingħajr ma nżidulhom il-benefiċċji soċjali.", "Irid ikollna saqajna ma' l-art u nagħtuhom l-għajnuna kollha li għandhom bżonn filwaqt li naħdmu bis-sħiħ ħalli permezz ta' aktar edukazzjoni u taħriġ, inkunu nistgħu nintagrawhom fid-dinja tax-xogħol.", "Hemm problemi oħrajn assoċjati ma' dawn il-persuni, fosthom il-bżonn ta' saqaf fuq rashom.", "Meta konna qed naħdmu fuq tibdil fil-Mental Health Act ġejna ffaċċjati bil- problema li peress li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Mard Mentali m'hijiex entita' legali u minkejja li b'arranġament ma' l-Awtorita' tad-Djar kellha f'idejha numru ta' flats, il-kummissjoni ma setgħetx tgħaddihom lil dawk li kellhom bżonn.", "Għalhekk jien nappella biex naħdmu ħalli l-kummissjoni ssir entita' legali u b'hekk tkun tista' twettaq il-ftehim li għandha ma' l- Awtorita' tad-Djar u tgħaddi dawn il-postijiet li għandha f'idejha lil dawn il-persuni bil-ħsieb li ngħinuhom jgħixu fil-komunita'.", "Mr Speaker, m'iniex beħsiebni nieħu aktar ħin imma ridt insemmi diversi punti oħra li ssemmew tul id-diskussjonijiet li kellna xi ġimgħat ilu meta ġie introdott dan l-abbozz ta' liġi.", "Jiddispjaċini li jkolli nikkundanna lill-gvern li ħalla liġi importanti bħal din fuq l-ixkaffa waqt li kien kuntent jinfilza liġijiet oħrajn li lanqas biss kien hemm ħsieb li jitressqu f'din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Onorevoli Farrugia, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin.", "Għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq irrid ngħid ukoll li hemm bżonn li nerġgħu nħarsu lejn it-tibdil introdott fil- budget li għadda għaliex dan ma jilħaqx l-aspirazzjonijiet tal-wegħdiet li saru fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Naħseb li iktar 'il quddiem kelliema oħra minn din in-naħa se jkomplu jelaboraw fuq dan il- punt.", "Is-suġġett tas-sigurta' soċjali għandu jibqa' jiġi diskuss regolarment fi ħdan dan il-Parlament u d-diskussjoni għandha tkun waħda healthy u varjata.", "Il-kritika li ssir miż-żewġ naħat tal-Kamra għandha tkun kostruttiva, bil-ħsieb li dejjem inkomplu ntejbu l-liġi dwar is-sigurta' soċjali ta' pajjiżna ħalli ma jkunx hawn aktar persuni li sempliċement minħabba ifs and buts u difetti fil-liġijiet, sfortunatament jispiċċaw emarġinati.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif spjega tajjeb l-Onor.", "Michael Farrugia, qed nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali, abbozz li jinkorpora proposti li kienu saru fl-aħħar budget ta' Gvern Laburista għas-sena 1998, is-sena li għadha kif spiċċat.", "Qed nitkellmu fuq dawn l-emendi wara li ġie ppreżentat saħansitra l-ewwel budget ta' din l-amministrazzjoni.", "Se nipprova ma ntawwalx bla bżonn u ma nirripetix diskors li diġa' ntqal.", "Nibda bi kwotazzjoni żgħira li l- Ministru Lawrence Gonzi, dak iż-żmien shadow minister ta' l-oppożizzjoni dwar is-sigurta' soċjali, kien għamel meta kien qed jikkritika l-budget li kien tressaq għas-sena 1998.", "Hu kien qal dan il-kliem:", "\"Dan huwa budget li huwa nieqes kompletament minn kull sens ta' ġustizzja soċjali.\".", "Proprju waħda mill-ewwel liġijiet li l-gvern hekk msejjaħ ġdid Nazzjonalista ressaq quddiem dan il-Parlament kienet konsegwenzjali għall- budget li skond l-Onor.", "Lawrence Gonzi, illum ministru, kien kompletament nieqes minn kull sens ta' ġustizzja soċjali.", "Il-Ministru Gonzi fl-introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi ftit tal- ġimgħat ilu - għaliex fil-frattemp f'dan il-Parlament tkellimna fuq il- kunsilli lokali, tressaq il-budget ta' Gvern Nazzjonalista u għaddejna wkoll il-liġi tal-VAT - għażel li jagħmel diskors politiku u rripeta diversi argumenti li kien għamel hu stess meta kien fl-oppożizzjoni.", "Fost affarijiet oħra, qal li l-budget tal-5 ta' Novembru 1997 imressaq mill- Gvern Laburista ġab miegħu piżijiet kbar.", "Naħseb li m'huwiex ġust li tgħid li dak il-budget ġab miegħu piżijiet kbar u tieqaf hemm.", "L-ewwelnett wieħed irid jara x'wassal lill-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien biex jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "L-ewwel ħsieb li jiġi f'moħħ ħafna mill-Maltin u l- Għawdxin ċertament huwa dak dwar is-sitwazzjoni finanzjarja li kien hawn fil-pajjiż.", "Illum jidher li hawn consensus ġenerali li pajjiżna għandu diffikultajiet finanzjarji kbar.", "Pero' wieħed irid ifakkar li dawn id- diffikultajiet finanzjarji bdew u nħolqu mill-Gvern Nazzjonalista ta' qabel Ottubru ta' l-1996.", "Dan illum ġie ammess u nsibuh miktub fid-diskors tal- budget stess li tressaq mill-Gvern Nazzjonalista u li ġie diskuss qabel waqafna għall-vaganzi tal-Milied.", "Allura llum nafu meta bdiet din il- problema u qed naċċettaw li din il-problema teżisti.", "Il-budget ta' Gvern Laburista ġab miegħu piżijiet kbar proprju minħabba s- sitwazzjoni finanzjarja li wiret mingħand l-amministrazzjoni Nazzjonalista u li llum l-istess Partit Nazzjonalista fil-gvern qed ikollu jaffrontaha.", "Il-Ministru Lawrence Gonzi tkellem fit-tul mhux ħażin dwar dan l-abbozz ta' liġi u qal li qed jiġi diskuss aktar minn sena wara li ġie ppreżentat il- budget.", "Din hija verita', pero' naħseb li jkun nuqqas jekk ma' din il- verita' wieħed ma jżidx xi ħaġa.", "Jien se ngħid x'kienu r-raġunijiet, għallinqas fl-opinjoni tiegħi, li għalihom iil-Gvern Laburista dam xi ftit ma ressaq dan l-abbozz ta' liġi fil-Parlament.", "L-ewwelnett wieħed irid jagħmilha ċara li malli tħabbru fil-budget għall- 1998, dawn il-miżuri ġew fis-seħħ minnufih u allura wieħed ma jistax jgħid li konna qed inċaħħdu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw minn dawn il-miżuri soċjali.", "Kulma kien jonqos kien li dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi mill- Parlament biex jiġi emendat l-Att prinċipali.", "Pero', fl-opinjoni tiegħi, waħda mir-raġunijiet għaliex il-Gvern Laburista ma kellux ċans iressaq dan l-abbozz ta' liġi għad-diskussjoni fil-Parlament kienet proprju għaliex l- Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ma tantx kienet kostruttiva u ta' għajnuna sabiex il-Parlament jiffunzjona b'mod aktar leġġer.", "Naħseb li kulħadd jammetti li minħabba l-konfoffi li kienu għaddejjin fil-Parlament kien diffiċli li x-xogħol parlamentari jimxi b'ċertu ħeffa u jkun hemm l- opportunita' sabiex abbozz ta' liġi bħalma hu dan jitressaq quddiem il- Parlament.", "Mr Speaker, kien hemm ħafna liġijiet oħra fuq l-aġenda tal- Gvern Laburista, fosthom uħud li kienu urġenti, u jien niftakar li meta konna niltaqgħu fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ta' spiss konna ninsistu li din l-agenda l-gvern ried jgħaddiha sa ċertu żmien.", "Pero' kulħadd jaf x'ġara u m'iniex se noqgħod nidħol fil-merti ta' dak li nqala'.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri li meta wieħed jagħmel statement u jieqaf hemmhekk ma jkunx qed jgħid il-verita' kollha.", "Jien naħseb li dawn kienu wħud mir-raġunijiet - għax jista' jkun li hemm oħrajn - għaliex dan l-abbozz ta' liġi dam ma tressaq fil-Parlament.", "Il-Ministru Gonzi qal li l-Gvern Nazzjonalista huwa gvern li jagħti kas.", "Jekk nieqfu u naħsbu ftit fuq dan l-istatement - u hawnhekk m'iniex qed nikkritika lill-Onor.", "Gonzi fuq bażi personali imma qed nikkritika dak li qal - u fuq x'għamel Gvern Laburista fid-dawl ta' dan l-istatement, u niftakru wkoll li ftit ġimgħat ilu tressaq il-budget għas-sena 1999, ċertament li nistaqsu: Imma veru li dan huwa gvern li jagħti kas?", "Jien naħseb li r-risposta iktar tkun fin-negattiv milli fl-affermattiv.", "Jien ngħid li l-Gvern Laburista bis-serjeta' kien gvern li jagħti kas.", "Għaliex?", "Għaliex fejn pajjiżi barranin, fosthom anke diversi pajjiżi membri fl- Unjoni Ewropea, f'sitwazzjonijiet finanzjarji diffiċli bħal dawk li għandu pajjiżna l-ewwel ma għamlu kien li taw id-daqqa tal-mewt lis-servizz soċjali, Gvern Laburista fit-22 xahar li dam fil-gvern, għall-kuntrarju, żied in-nefqa tiegħu fuq l-edukazzjoni, is-saħħa u l-qasam soċjali li huma t-tliet pilastri li jgħinu lill-bniedem jgħix ħajja diċenti.", "Dan l-abbozz ta' liġi, li huwa konsegwenza ta' l-aħħar budget ta' Gvern Laburista, jikkonferma kemm dak kien gvern li verament jagħti kas għaliex ma qabadx u naqqas in-nefqa f'dawn l-oqsma soċjali bħalma għamlu diversi pajjiżi barranin sabiex isolvu l-problemi finanzjarji li kellhom.", "Ma naħsibx li l-kritika li kien ikollu l-Gvern Laburista li kien gvern bla kuxjenza soċjali treġi, iktar u iktar meta wieħed jara kif mexa l-Gvern Laburista fiċ-ċirkostanzi diffiċli li sab f'dak li għandu x'jaqsam ma' finanzi pubbliċi.", "Pero' llum m'huwiex il-lok li noqogħdu nsemmu dawn l- affarijiet.", "Mr Speaker, Gvern Laburista qatt ma qal li ma jimpurtax li niddejnu u mbagħad iħallsu uliedna.", "Dan id-diskors smajnieh anke minn ex-ministru Nazzjonalista, u sa ċertu punt dan juri li kienu qed jaħarbu mill- problemi.", "Għall-kuntrarju, Gvern Laburista qatt ma ħarab mill-problemi imma dejjem iffaċċjahom u lill-poplu dejjem qallu l-verita'.", "Ma naħsibx li dan il-valur jappartjeni lil min hu bla kuxjenza!", "Kulħadd jaqbel li hija verita' sagrosanta li pajjiżna għandu problemi finanzjarji u għalhekk il- Gvern ikollu jaġixxi f'dawk ir-restrizzjonijiet finanzjarji.", "Gvern Laburista qal il-verita' u jien ngħid li din spiċċa ħallas għaliha fl- aħħar elezzjoni għax ħafna drabi l-verita' tniggeż, toqros u ddejjaq u allura dak li jkun bilfors iħares x'imkien ieħor ġaladarba hemmhekk kien imwiegħed ħafna affarijiet b'togħma ħelwa u mhux b'togħma qarsa.", "Il-Ministru qal li kienet inizjattiva għaqlija tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern li beda l-proċess biex tidħol il-kompjuterizzazzjoni fid- dipartimenti kollha tal-gvern, fosthom fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Pero' l-Ministru ma qalx kelma waħda ta' apprezzament għad- diversi Gvernijiet Laburisti li għamlu kisbiet kbar fil-qasam soċjali.", "Huwa pass pożittiv li wieħed idaħħal sistemi ta' kompjuterizzazzjoni, sakemm dawn jitħaddmu sew, għalkemm sal-lum ma naħsibx li dan huwa l-każ; għallinqas ngħid li żgur li jistgħu jitħaddmu aħjar.", "Pero' kieku ma kenux id-diversi Gvernijiet Laburisti li daħħlu s-servizzi soċjali f'pajjiżna, naħseb li kieku l-computers ma kenux jaslu fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali!", "Sfortunatament l-istorja f'pajjiżna hija li gvern ma japprezzax dak li jkun għamel ta' qablu u dejjem naqgħu fin-nasba li min attwalment ikun fil-gvern jgħid li dak li għamel il-gvern ta' qabel kien kollu ħażin u dak li qed jagħmel hu huwa kollu tajjeb.", "Dan isir miż-żewġ naħat, jiġifieri m'iniex qed ngħid li aħna t-tajbin u n-naħa l-oħra huma l-ħżiena.", "Pero' hemm bżonn li nibdew napprezzaw dak li jkun għamel ta' qabilna, nimxu fuq it-tajjeb li jkun għamel u ovvjament inwarrbu l-ħażin.", "Fil-fatt il-Gvern Laburista f'iktar minn sena u nofs li għamel fil-gvern mexa b'din il-politika - li mhux dejjem tinftiehem - u bena fuq it-tajjeb li sab, għamlu min għamlu.", "Jien ngħid li politikament hemm bżonn li nimmaturaw aktar f'dan il-qasam.", "Illum għandna gvern li flok jirrikonoxxi li d- deċiżjonijiet qarsa li ħa Gvern Laburista kienu meħtieġa u għadhom meħtieġa, meta kien fl-oppożizzjolni approfitta ruħu mis-sitwazzjoni u issa li qiegħed fil-gvern qed jinqeda b'ħaddieħor sabiex jiġġustifika l- azzjonijiet li jieħu.", "Dan jispikka fid-diversi stqarrijiet u pubblikazzjoni li għamlet il-Federazzjoni ta' l-Industrija fuq il-finanzi pubbliċi; il-gvern inqeda biha biex jgħid dak li kellu jgħid.", "L-istess ġara fuq il-kwestjoni ta' l-istipendji li llum intesew.", "Minkejja l-ħafna wegħdiet li saru li hekk kif il-Partit Nazzjonalista jitla' fil-gvern din tkun waħda mill-ewwel affarijiet li kellhom jiġu tackled, sal-lum għadna ma nafux x'inhu jiġri.", "L-istess fuq it-tariffi tad-dawl u l-ilma; il-poplu kellu f'moħħu li dawn se jiġu kif kienu qabel l- 1997, imma llum nafu li t-tariffi ġew aġġustati għal ftit anqas minn kif għamilhom Gvern Laburista u ferm aktar minn kif kienu qabel l-1997.", "Il-qasam tas-servizzi soċjali huwa vast ħafna u fil-maġġoranza kbira tal- każijiet huwa komplikat ħafna.", "Kif diġa' qal l-Onor.", "Michael Farrugia, jeħtieġ li l-liġijiet li jirrigwardaw il-qasam soċjali jiġu aġġornati għaż- żmenijiet tal-lum.", "Għandna diversi liġijiet li għaddew għadd ta' snin minn fuqhom u għalhekk inkisbet ċerta esperjenza dwar kif jaħdmu u ma jaħdmux.", "Pero' llum jinħass li hemm bżonn li dawn il-liġijiet jiġu simplifikati u ma jibqgħux komplikati kif inhuma.", "Ħafna drabi lanqas min ikun kiteb il- liġi ma jifhimha jekk jerġa' jmur jaqraha, aħseb u ara kemm se jifhimha l- poplu Malti li fl-aħħar mill-aħħar huwa dak li se jgawdi minn dawn il- benefiċċji soċjali!", "Għalhekk huwa importanti li dawn il-liġijiet jiġu aġġornati u simplifikati b'mod li l-poplu jifhimhom.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar is-servizz li jingħata mid- diversi fergħat tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Wieħed irid jiftakar li dawk li jirrikorru għall-għajnuna soċjali ħafna drabi jkunu għaddejjin minn problemi u diffikultajiet, u għalhekk jippretendu li jsibu lil min jgħinhom u mhux bil-maqlub.", "Sfortunatament naħseb li fil-preżent meta jmorru f'dawn id-dipartimenti aktar qed isibu diffikultajiet milli min jipprova jagħmlilhom il-ħajja iktar faċli.", "Bl-ebda mod ma rrid nitfa' xi dell ikrah fuq l-impjegati, imma bħal f'kull qasam ieħor hemm bżonn li l- impjegati jiġu mħarrġa sabiex jagħtu servizz aħjar u jridu jifhmu wkoll li huma qegħdin hemmhekk sabiex jgħinu lil dawk iċ-ċittadini li huma fil-bżonn u u mhux biex jagħmlu minn kollox ħalli ma jaqdux lil dik il-persuna li jkollhom quddiemhom.", "Huwa importanti li dan il-messaġġ jasal l-ewwel għand min qiegħed fuq l-impjegati ħalli mbagħad jasal għand l-impjegati li jagħmlu dan ix-xogħol tant importanti ma' dawk in-nies li jkollhom bżonn l- għajnuna.", "Ta' spiss nisimgħu diskors fuq il-customer care u naħseb li fid- dipartiment tas-sigurta' soċjali l-customer care huwa meħtieġ aktar milli hu f'postijiet oħra għaliex, kif diġa' għedt, f'dan id-dipartiment ħafna drabi jmorru nies li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli u diffikultajiet fil-ħajja tagħhom u allura jkollhom bżonn nies li joffrulhom servizz tajjeb.", "Sur President, huwa importanti wkoll li jkun hemm kordinament bejn id- dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Onor.", "Gonzi.", "Dan qed ngħidu għaliex bosta drabi naraw li, per eżempju, l-anzjani jirċievu diversi questionnaires biex jimlewhom u jgħaddu l-informazzjoni lid-dipartiment.", "Issa jien naħseb li d-dipartiment ikun jista' jġib ċerta informazzjoni minn dipartimenti oħra imma forsi biex id-dipartiment ma joqgħodx jitlob l- informazzjoni minn dipartiment ieħor, jaqbad u jitlobha direttament mingħand l-anzjani.", "Aħna nafu li hawn anzjani li ma jafux jaqraw u jiktbu u allura dan joħloqilhom problema għaliex ikollhom imorru għand ħaddieħor.", "Nafu wkoll li hemm anzjani li kważi jitwerwru kif jirċievu karta.", "Għalhekk wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li għalkemm għalina dawn huma affarijiet żgħar u insinifikanti, ċertament li għal min iġarrabhom joħolqu ċerti inkonvenjenzi.", "Sur President, filwaqt li hawn diversi persuni li huma intitolati għas- servizzi soċjali, mill-banda l-oħra nsibu persuni li minkejja li ma jkunux intitolati għal xi għajnuna jew servizz ikunu jafu minn fejn għandhom jgħaddu biex jieħdu xi tip ta' għajnuna b'detriment għal min ikun verament jeħtieġ l-għajnuna.", "Jien naqbel mal-Ministru Gonzi li hemm bżonn naraw li min jieħu s-servizzi soċjali jkun verament intitolat għalihom ħalli ma jsirux abbużi għaliex fl-aħħar mill-aħħar irridu niftakru li s-servizzi soċjali qed iħallas għalihom il-poplu permezz tat-taxxi u jekk tiżdied in- nefqa fuq is-servizzi soċjali dan ikun ifisser li l-poplu jrid iħallas aktar taxxi.", "Għalhekk irridu naraw li t-taxxi li jħallas il-poplu jintnefqu b'mod tajjeb ħalli l-għajnuna soċjali tingħata lil min huwa verament intitolat għaliha.", "Naħseb li m'hawn l-ebda diffikulta' sabiex iż- żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuq dan.", "Sur President, kumment li għamel il-Ministru Gonzi fl-introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi dwar il-welfare gap, fejn ikkwota anke mid-diskors tal-budget, għaġġibni.", "Il-Ministru qal hekk:", "\"Li jdejjaqni huwa li sempliċement għaliex issa hemm Gvern Nazzjonalista li qed jiggverna dan il-pajjiż, jekk il-Ministru għall- Politika Soċjali jagħmel dan id-diskors u jħeġġeġ dan id-dibattitu jsib min jikkummenta b'mod politiku minflok jipparteċipa bis-serjeta' fid-dibattitu biex b'mod kostruttiv insibu s-soluzzjonijiet li tant għandna bżonn.\".", "Hawnhekk il-Ministru kien qed jitkellem fuq is-sistsema tal-pensjonijiet u kien qed jgħid li hemm bżonn nikkonsidraw metodi oħrajn ta' kif il- pensjonijiet jistgħu jiġu sostnuti, mhux biss min-naħa tal-Gvern imma anke forsi mill-privat.", "Imma jien nistaqsi: Dan id-diskors issa qed jingħad?!", "Għaliex meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-oppożizzjoni mhux talli ma tkellimx b'dan il-mod imma kien jagħmel bil-maqlub u kien proprju jirkeb fuq dawn l-affarijiet għal skopijiet ta' politika partiġġjana?", "Fih innifsu d-diskors li għadni kif ikkwotajt huwa tajjeb u naħseb li hemm bżonnu.", "Pero' meta wieħed ma jkunx konsistenti ma' dak li kien jgħid mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni u għaliex qiegħed fil-gvern u qed iħoss ir- responsabbilta' u d-diffikultajiet finanzjarji li hawn fil-pajjiż, qed jgħid dan it-tip ta' diskors, allura wieħed bilfors ikollu jgħid li f'dan il-pajjiż hemm bżonn li nkunu iktar serji u konsistenti f'dak li ngħidu.", "Ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni li meta nkunu qegħdin minn taħt nipprovaw nieħdu vantaġġ politiku u meta nkunu minn fuq irridu li kulħadd jikkollabora magħna ħalli l-problemi nsolvuhom flimkien.", "Naħseb li lkoll kemm aħna rridu nimmaturaw xi ftit aktar f'dawn l-affarijiet u m'iniex qed nirriferi għal xi ħadd partikolari.", "Nixtieq issa nikkummenta fuq dak li nsibu fl-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu.", "Fi klawsola 2 minflok id-definizzjoni ta' \"persuna għamja\" se tidħol id-definizzjoni ta' \"persuna b'vista batuta\" li se tibda tinkludi wkoll lil dawk il-persuni li ma jkunux kompletament għamja, għaliex insibu diversi persuni li minkejja li jkunu jaraw xi ftit xorta ma jkunux jistgħu jkomplu jagħmlu t-tip ta' xogħol li kienu jagħmlu qabel.", "Naħseb li permezz ta' din id-definizzjoni se nolqtu firxa aktar wiesgħa ta' nies.", "Ovvjament dan it-tip ta' persuni jridu jippreżentaw ċertifikati mediċi u jissodisfaw il-kriterji tal-liġi biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali kontemplata fil-liġi.", "Jien inqis li l-persuni nieqsa mid-dawl jew li jkollhom vista batuta għandhom diżabilita' u nemmen li tajjeb li nistudjaw ftit il-benefiċċji li huma intitolati għalihom il-persuni b'diżabilita', nelenkawhom u naraw ftit jekk wasalx iż-żmien li dawn il-benefiċċji jiġu riveduti biex jilqgħu aktar għall-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilita'.", "Nittama wkoll li fil-futur qarib nibdew niddiskutu l-liġi dwar opportunitajiet indaqs li diġa' sar l-Ewwel Qari tagħha f'dan il-Parlament u li fuqha jaqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Hemm bżonn li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jistudja ftit id-diversi benefiċċji soċjali li huma intitolati għalihom il-persuni b'diżabilita' sabiex dawn jiġu mtejba.", "Barra minn hekk wieħed irid jara jekk matul is-snin inħolqux bżonnijiet oħrajn anke minħabba l-emanċipazzjoni u l-pożizzjoni li l-persuni b'diżabilita' llum għandhom fis-soċjeta' tagħna.", "Nafu li sa ftit snin ilu s-sitwazzjoni kienet differenti, pero' l-mod kif illum il-poplu Malti jħares lejn persuni bi bżonnijiet speċjali juri li dawn il-persuni sabu aktar appoġġ u sabu aktar fejn jimirħu fis-soċjeta' tagħna.", "Naħseb li fid- dawl ta' dawn l-iżviluppi anke l-bżonnijiet tagħhom inbidlu u allura l- gvern għandu jara li jsir eżerċizzju bis-serjeta' biex jiġi studjat kif dawn in-nies jistgħu jiġu megħjuna aktar.", "Ta' min jinnota li fejn f'ħafna liġijiet insibu diskriminazzjoni bejn irġiel u nisa li dejjem tkun kontra n-nisa, fil-liġi dwar is-sigurta' soċjali hemm diskriminazzjoni bil-maqlub u permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna fil-fatt qed tiġi rimedjata d-diskriminazzjoni li kien hemm kontra l-irġiel fir-rigward ta' benefiċċji lir-romol.", "Kif qal l- Onor. Michael Farrugia, hemm diversi liġijiet oħrajn li jittrattaw is- sigurta' soċjali li ta' min idurhom biex jara li titneħħa d- diskriminazzjoni li fihom kemm kontra n-nisa kif ukoll xi drabi kontra l- irġiel.", "Punt ieħor li ta' min jistudjah aktar bis-serjeta' hija l-miżura li kien daħħal Gvern Laburista fil-budget għall-1998 li permezz tagħha ried jgħin lil min iħaddem nies li għandhom 'l fuq minn 40 sena billi l-gvern joħroġ 25% tal-kontribuzzjoni tas-sigurta' nazzjonali ta' dawn l-impjegati.", "Dan huwa pass pożittiv pero' ta' min jistudja kemm din il-miżura attwalment ħadmet għaliex inkella nispiċċaw nagħmlu miżuri li naħsbu li se jolqtu tant nies mentri forsi fil-verita' jkunu laqtu anqas jew aktar minn daqshekk.", "Jien ma naħsibx li din il-mżura kienet biżżejjed biex tiġi indirizzata din il-problema pero' għallinqas sar l-ewwel pass.", "Wieħed irid jiftakar li hemm numru ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena li qed ifittxu x- xogħol u m'humiex isibu fejn jaħdmu.", "Fil-fatt għal mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Adrian Vassallo fejn staqsa kemm hu l-għadd ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol, il- Ministru Gonzi wieġeb li f'Ottubru ta' l-1998 kien hemm 2,729.", "Meta wieħed iqis li minn total ta', bejn wieħed u ieħor, 7,200 persuna jirreġistraw għax-xogħol hemm 2,729 persuna li għandhom 'il fuq minn 40 sena, jirrealizza li hemm bżonn ta' iktar attenzjoni f'dan ir-rigward.", "Nerġa' ngħid li għalkemm il-miżura li kienet ittieħdet fil-budget għall-1998 ma solvietx il-problemi ta' dawn in-nies, għallinqas kienet pass żgħir 'il quddiem.", "Għalhekk huwa importanti li naraw kif ħadmet din il-miżura u kif 'il quddiem tista' tittejjeb.", "Sur President, hawnhekk iqumu mistoqsijiet oħrajn li nixtieq inġib għall- attenzjoni ta' din il-Kamra u anke ta' xi employers li forsi qed jisimgħuna.", "X'inhi r-raġuni li employer ma jħaddimx persuna li għandha 'l fuq minn 40 sena?", "Jien iltqajt ma' każijiet fejn persuni jkunu tajbin għal xi xogħol partikolari u l-unika ħaġa li żżomm lill-employers milli jimpjegawhom tkun l-eta' ta' 'l fuq minn 40 sena u xi drabi anke ta' 'l fuq minn 35 sena.", "Nista' nsemmi każ ta' ħabib tiegħi li proprju kien għadu kemm għalaq il-35 sena dik il-ġimgħa stess li mar sabiex jipprova jaħdem f'post. Wara li qalulu li kien tajjeb għal dak ix-xogħol partikolari staqsewh l-eta' u kif qalilhom li għandu 35 sena qalulu li għandu l-eta' kontra tiegħu.", "Nixtieq inkun naf x'inhi r-raġuni li diversi employers - mhux qed ngħid kollha - jirrifjutaw li jimpjegaw persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena.", "Jekk ir-raġuni hija n-nuqqas ta' knowhow jew il-bżonn ta' retraining l-ETC tista' tikkontribwixxi għal dan.", "Fl-istess mistoqsija parlamentari li għadni kemm ikkwotajt jingħata breakdown ta' kemm dawn il-persuni ilhom jirreġistraw u nsibu li, per eżempju, 1,000 persuna ilhom jirreġistraw inqas minn sena; 550 persuna ilhom jirreġistraw bejn sena u sentejn; 380 persuna ilhom jirreġistraw bejn sentejn u tlieta; 185 persuna ilhom jirreġistraw bejn tlieta u erba' snin, 146 persuna ilhom jirreġistraw bejn erba' u ħames snin u 382 persuna ilhom jirreġistraw aktar minn ħames snin.", "Kif diġa' għedt, jekk dawn il-persuni m'humiex qed isibu xogħol għax forsi għandhom bżonn ta' retraining tista' tidħol l-ETC, pero' hemm bżonn li jingħataw iktar inċentivi lill-employers biex jimpjegaw nies li jkunu qabżu ċerta eta'.", "Nerġa' ngħid li l-miżura ta' għajnuna fil-ħlas tal-kontribuzzjoni tas- sigurta' nazzjonali kienet pass tajjeb għalkemm żgħir 'il quddiem u ta' min jistudjah.", "Pero' nixtieq nappella wkoll lill-gvern biex meta joħroġ applikazzjonijiet għal xogħol mal-gvern, jagħti preferenza lill-persuni li jkollhom 'il fuq minn 40 sena jekk ikunu jikkwalifikaw għal dak it-tip ta' xogħol biex forsi s-sitwazzjoni f'dan il-qasam titjieb.", "Dan l-abbozz ta' liġi jittratta wkoll il-pożizzjoni ta' l-assistenti soċjali każwali li issa qed tiġi legalizzata.", "L-assistenti soċjali każwali huma konsidrati bħala self-employed u żidiet li jkun hemm fir-rata tal- kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali jridu jħallsuhom mill-paga tagħhom.", "Sinċerament ma nistax nifhem kif dawn il-persuni li qed jagħmlu xogħol daqstant utli u importanti ma' l-anzjani tagħna huma kkonsidrati bħala self-employed.", "Il-miżura li qed tittieħed hija tajba għax dawn kienu qed jispiċċaw isofru kull darba li jkun hemm żieda fil-kontribuzzjonijiet tas- sigurta' soċjali ta' self-employed li sal-lum - għaliex mis-sena d-dieħla se jiġu ndaqs - għadhom ogħla minn dawk li jħallsu l-maġġoranza tan-nies li m'humiex self-employed.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-pożizzjoni ta' dawn il- casual social assistants f'dan ir-rigward qiegħda tiġi rimedjata.", "Pero' rridu niftakru wkoll li l-assistenti soċjali każwali ma jeħdux iż-żieda għall-għoli tal-ħajja li titħabbar fil-budget u għalhekk naħseb li jkun tajjeb li l-Ministru responsabbli jħares b'mod globali lejn il- kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn in-nies u jara jekk dawn għandhomx jibqgħu kkonsidrati bħala self-employed jew inkella għandhomx jiġu integrati b'xi mod fis-servizz pubbliku.", "Ovvjament wieħed irid jara x'inhuma d-diffikultajiet - għax jista' jkun li jidħlu diffikultajiet legali - u safejn huwa possibbli li tiġi rranġata l-pożizzjoni tagħhom.", "Jekk dan ma jkunx possibbli, allura wieħed għandu jara kif jistgħu jiġu mtejba l-kondizzjonijiet li jaħdmu fihom l-assistenti soċjali każwali.", "Sur President, jien nappella biex mill-paroli ngħaddu għall-fatti għaliex ħafna drabi nindunaw li m'hemmx paragun bejn dak li ngħidu u dak li verament isir fir-realta'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli Abela, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Carmelo Abela jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con..", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Issemmiet diversi drabi l-ħtieġa - u jekk m'iniex sejjer żball semmieha l-Ministru stess - li l-liġi dwar is-sigurta' soċjali tiġi simplifikata.", "Jien nappella biex nagħmlu xi ħaġa konkreta f'dan ir-rigward u mill-paroli verament ngħaddu għall-fatti.", "Għalhekk nissuġġerixxi li jitwaqqaf kumitat intern fi ħdan il-Ministeru biex fi żmien stipulat mill- Ministru jħares lejn il-liġijiet, jagħmel suġġerimenti dwar kif dawn jistgħu jiġu simplifikati u mbagħad l-emendi proposti jiġu diskussi u eventwalment approvati minn dan il-Parlament.", "Sur President, il-Gvern Nazzjonalista jinsab inkwetat dwar il- pensjonijiet u dan jidher ċar minn bosta diskorsi li saru, kemm mill- Ministru kif ukoll minn persuni oħrajn fi ħdan il-Partit.", "Nittama li l- ħerqa li kellu l-Partit Nazzjonalista dwar il-kuxjenza soċjali meta kien fl- oppożizzjoni jkompli juriha issa bil-fatti u ma jnaqqar xejn mill-kisbiet soċjali tal-pensjonijiet u ta' dawk li qegħdin fis-saffi ta' isfel tas- soċjeta' tagħna.", "Huwa importanti li l-pensjonanti jkollhom moħħhom mistrieħ fuq il-pensjonijiet għax ħafna drabi jsir ħafna diskors u mhux dejjem tingħata r-risposta, bil-konsegwenza li jqumu ċerti suspetti.", "Għalhekk ikun tajjeb li dawn l-affarijiet jiġu ċċarati.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix ukoll l-għoli tal-ħajja li għaddej f'pajjiżna.", "Din m'hijiex xi ħaġa li qed nivvintaw aħna minn din in-naħa.", "Qabel ma waqafna għall-vaganzi tal-Milied, meta konna qed niddiskutu l-liġi tal-VAT konna ftaħna għajnejn il-gvern li l-VAT se ġġib magħha għoli tal- ħajja.", "Fil-fatt mill-ewwel ftit jiem li bdiet tiġi implimentata din is- sistema ta' taxxa bdejna naraw l-effett tagħha fuq l-għoli tal-ħajja.", "Għaliex qed norbot din il-kwestjoni mal-pensjonanti?", "Għaliex fl-aħħar mill- aħħar l-aktar nies li jħossu l-għoli tal-ħajja huma l-pensjonanti li ma jeħdux iż-żieda kollha għall-għoli tal-ħajja li jagħti l-gvern - anke fuq din ilna nisimgħu ħafna diskors u wegħdiet, imma s'issa għadu ma sar xejn - iktar u iktar minħabba l-mod kif sar il-ftehim kollettiv fir-rigward tal- pensjonanti.", "Allura bilfors li l-għaqdiet tal-pensjonanti u l-pensjonanti nfushom jinkwetaw meta jisimgħu ħafna diskors fis-sens li rridu naraw kemm se jkollna anzjani sat-tali sena, irridu naraw kif il-pensjonijiet li diġa' qed jiekluna ma jkomplux jiekluna u rridu naħsbu bis-serjeta' biex indaħħlu l-private pension funds.", "Jien naqbel li hemm bżonn li ssir xi ħaġa imma fl-aħħar mill-aħħar irridu nassiguraw lill-pensjonanti li m'hu se jsir l-ebda tnaqqir mill-pensjoni tagħhom.", "Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja diġa' m'hijiex biżżejjed għal min qed jeħodha kollha, aħseb u ara għall- pensjonanti li ma jeħduhiex kollha.", "Qed ngħid dan kollu għaliex issa li l- Partit Nazzjonalista qiegħed fil-gvern u qed iħoss il-piż tas-sitwazzjoni finanzjarja li fl-aħħar mill-aħħar ħoloq hu stess qabel Ottubru ta' l-1996 m'huwiex qed jitkellem b'mod ċar.", "S'issa kemm fid-Diskors tal-President tar-Repubblika kif ukoll fid-diskors tal-budget, intqal li l-infiq tal- gvern huwa insostenibbli, jiġifieri l-ispejjeż tant huma qawwija li wieħed irid jara x'jagħmel għaliex ma jistax ikompli għaddej b'dan ir-ritmu, u d- diskors waqa' proprju fuq is-servizzi soċjali.", "Hija verita' li n-nefqa fuq is-servizzi soċjali hija kbira, pero' l-uniku punt li l-gvern semma meta qal li hemm bżonn ċertu kontroll għax qed in-nefqa tal-gvern hija kbira, kien proprju s-servizzi soċjali, b'mod speċjali l-pensjonijiet.", "Sur President, illum għandna gvern li tkellem b'mod differenti ħafna meta kien fl-oppożizzjoni u allura issa li sab ruħu fil-gvern ħabta u sabta jrid jara kif jirrimedja għad-diskors li kien jgħid qabel.", "Ovvjament il-ħajja fl-oppożizzjoni hija differenti minn meta tkun fil-gvern għaliex fl- oppożizzjoni sempliċement tgħaddi l-problemi lill-gvern, waqt li meta tkun fil-gvern trid tara kif se tmexxi l-finanzi tal-pajjiż bil-problemi li jkun hemm.", "Issa waslet is-siegħa tal-prova ta' kemm għandu kuxjenza soċjali l-Partit Nazzjonalista!", "Ftit tal-ġimgħat ilu tressaq il-budget li ġie diskuss u approvat fil-ġimgħat li għaddew.", "Issa rajna kemm dan il- gvern verament għandu kuxjenza soċjali!", "Id-diskors li kien jingħad qabel l- elezzjoni ta' Settembru 1998, li l-Gvern Laburista ma kellux kuxjenza soċjali u l-ħafna wegħdiet elettorali li saru fuq kemm se nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż mingħajr ma taw kas tal-problemi finanzjarji huma differenti ħafna minn dak li qed jgħid issa l-gvern li għandu r- responsabbilta' tal-pajjiż f'idejh.", "Issa f'daqqa waħda beda jammetti li għandna problemi finanzjarji fil-pajjiż!", "Niftakru kemm il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien isemmi t-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Imbagħad proprju fl-ewwel budget ta' Gvern Nazzjonalista tħabbret żieda fil- prezz tal-petrol.", "Dan ifisser li n-nuqqas ta' dħul li se jkollha l- Korporazzjoni Enemalta mit-tariffi tad-dawl se ġġibu miż-żieda fil-prezz tal-petrol.", "Din hija miżura soċjali?", "Li hu żgur hu li l-Partit Nazzjonalista qatt ma qalhom dawn l-affarijiet waqt il-kampanja elettorali!", "Sur President, x'inhu d-dmir tagħna bħala oppożizzjoni?", "Id-dmir tagħna hu li niddefendu l-interessi tal-poplu Malti, b'mod partikolari ta' dawk li huma l-inqas fis-soċjeta' tagħna.", "Ġaladarba qed naraw li d-diska tal- Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni issa nbidlet għax qiegħed fil-gvern, aħna bħala oppożizzjoni għandna d-dmir li naraw li dak kollu li wiegħed il- Partit Nazzjonalista jwettqu għaliex m'huwiex sewwa li l-ewwel inparlaw ħafna, imbagħad meta naslu għall-fatti nagħmlu ftit li xejn.", "Sur President, konna u għadna nisimgħu ħafna diskors fuq id-dekadenza morali u meta wieħed jaħseb ftit dwar kif wasalna għaliha jinduna li l- konsum esaġerat fis-soċjeta' tagħna daħal iktar proprju bil-liberta' li l- Partit Nazzjonalista jiftaħar li daħħal f'pajjiżna.", "M'iniex qed ngħid li kellna nibqgħu kif konna fil-passat, imma fl-aħħar mill-aħħar kollox ikollu l-effetti negattivi tiegħu u allura mbagħad inutli li noqogħdu nibku fuq il- mejjet.", "Hemm bżonn li l-problemi li għandha s-soċjeta' tagħna niffaċċjawhom bis-serjeta' u mhux bil-paroli biss.", "Faċli nitkellmu imma l- isfortuna hi li meta nkunu f'pożizzjoni li nagħmlu xi ħaġa l-istorja tkun differenti.", "Issa konsegwenza ta' dan la se jbati l-Partit Nazzjonalista u lanqas il-Partit Laburista.", "L-aktar settur fis-soċjeta' Maltija li se jbati huwa dak li jiflaħ l-inqas.", "Min-naħa tagħna bħala Oppożizzjoni Laburista se nagħmlu ħilitna kollha sabiex niddefendu l-interess ta' dan is- settur fis-soċjeta' tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, m'hemmx dubju li din id-diskussjoni jkollha iktar valur jekk wieħed jaħseb f'dawk il-membri tas-soċjeta' tagħna li jeħtiġilhom ikunu sostnuti b'ċerti servizzi soċjali ħalli jgħixu ħajja diċenti.", "Minkejja li l-Gvern Laburista kien jiġi kkritikat li m'għandux kuxjenza soċjali, kien hu li rranġa numru ta' anomaliji li kienu jeżistu f'din il-liġi u pprova jirranġa sitwazzjonijiet oħra li kienu jiffaċċjaw numru ta' persuni li f'pajjiżna jgħixu bis-servizzi soċjali, bħalma huma, per eżempju, il-pensjonanti.", "Irrid infakkar li l-Gvern Laburista żied in-nefqa tal-budget għall-qasam soċjali bi Lm30 miljun.", "F'dan l-istadju naħseb li ta' min isellem lill-ex- ministru responsabbli għall-politika soċjali, il-Professur Edwin Grech, li fil-ftit żmien li għamel bħala ministru ra li l-qasam tas-servizzi soċjali f'pajjiżna jkun tassew aġġornat u sostnut skond iċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-pajjiż biex jagħti l-appoġġ neċessarju lil dawk in-nies fis-soċjeta' tagħna li huma fil-bżonn.", "Permezz ta' dawn iż-żidiet ibbenefikaw 'il fuq minn 6,000 pensjonant f'pajjiżna u wieħed irid jirrikonoxxi wkoll li kien hemm 1,700 pensjonant li bdew jibbenefikaw għall-ewwel darba mill-pensjoni tas-Servizzi Ingliżi.", "Kif qal il-kelliemi ta' qabli, l-Onor.", "Abela, tranġat l-anomalija li kienet teżisti dwar irġiel romol li ma kenux igawdu l-istess drittijiet bħan-nisa romol.", "Ix-xogħol li sar mill-gvern preċedenti permezz ta' din il-liġi juri kemm jeżistu nuqqasijiet li għal xi raġuni jew oħra ma nagħtuhomx daqstant attenzjoni bil-konsegwenza li jbatu ċ-ċittadini ta' pajjiżna.", "Jien nifhem li fl-istess liġi jeżistu diversi diffikultajiet oħra u nemmen li bi ftit interpretazzjoni aħjar tal-liġi nkunu nistgħu nsolvu ħafna mid-diffikultajiet li jiffaċċjaw ċerti pensjonanti.", "Bħal kull membru ta' din il-Kamra, jien niltaqa' ma' każijiet ta' nisa li jkunu tilfu lil żewġhom qabel l-eta' ta' l-irtirar u jispiċċaw ma jeħdux il- pensjoni li timmeritahom għar-raġuni li żewġhom ma jkunx ħallas il- kontribuzzjonijiet kollha tas-sigurta' soċjali.", "Allura llum li resqin lejn millennju ġdid u qegħdin ngħixu f'soċjeta' li minkejja ċ-ċokon tagħha dejjem għarfet u pprovat issolvi l-problemi vasti li jeżistu fi ħdanha, ma wasalx iż-żmien li nirrispettaw iċ-ċirkostanzi ta' dawn ir-romol u nibdew nagħmlu xi ħaġa billi għallinqas issir diskussjoni aktar wiesgħa dwar id- diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ir-romol f'pajjiżna?", "Kif diġa' għedt, meta armla titlef lil żewġha li jkun ħadem bħala self-employed u li għal xi raġuni ma jkunx ħallas il-kontribuzzjonijiet kollha tas-sigurta' soċjali, din l-armla mhux talli tkun qed tbati għaliex ikun naqas il-kap tal-familja u allura trid trabbi l-familja waħedha u trid tkompli tħares l-interessi ta' wliedha, talli tispiċċa mċaħħda miċ-ċans li tħallas dawk l-arretrati tal-kontribuzzjonijiet biex tkun tista' tibbenefika mill-pensjoni sħiħa.", "Fl- opinjoni tiegħi, wieħed għandu jara x'jista' jsir b'mod iktar prattiku u serju għal romol f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Għaliex?", "Jien naf romol li minħabba xi diffikultajiet konnessi man-negozju li kellu żewġhom, sfortunatament jispiċċaw imċaħħda minn pensjoni adegwata u jkollhom jagħmlu sagrifiċċji kbar biex irabbu u jedukaw familja bi tlett itfal.", "Sur President, meta d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jsir jaf li min ikun intitolat għal ċerti benefiċċji soċjali jkun għaddej minn xi problema ta' l-alkoħol jew logħob ta' l-azzard jista' jsir trasferiment tat-titolu u l-benefiċċju joħroġ fuq il-mara.", "Per eżempju, fil-każ tal-benefiċċju tal- SKA, jekk jiġi konfermat li r-raġel ikun għaddej minn xi problema ta' alkoħol jew logħob ta' l-azzard, id-Direttur tas-Sigurta' Soċjali għandu s- setgħa li l-pagamenti joħroġhom f'isem il-mara.", "Imma fejn jidħlu l- pensjonijiet dan it-trasferiment ta' titolu ma jeżistix.", "F'pajjiżna għandna anke pensjonanti li jgħaddu minn problemi ta' alkoħol u problemi oħra.", "Naħseb li kull membru ta' din il-Kamra jiltaqa' ma' każijiet ta' din ix-xorta u nafu li l-ebda gvern m'għandu xi stikka maġika biex isolvi kollox.", "Għalhekk jagħmel sens li f'diskussjonijiet fuq materja bħal din nirriflettu aktar fuq dawn is-sitwazzjonijiet u nieħdu l-opportunita' biex nagħtu l-veduti tagħna dwarhom ħalli kemm jista' jkun naraw li dejjem nagħtu l-aħjar servizz possibbli biex il-kejk tas-sigurta' soċjali tabilħaqq jitqassam b'mod ġust u b'mod li jirrispetta l-prinċipju tal- ġustizzja soċjali f'pajjiżna.", "Quddiem sitwazzjonijiet fejn il-qgħad qiegħed dejjem jiżdied u fejn il- VAT qed toħloq ċertu pressure fuq il-membri kollha tas-soċjeta', b'mod partikolari fuq il-pensjonanti, id-dipartiment tas-sigurta' soċjali jrid jifhem li ġaladarba l-pajjiż qed jinħakem minn numru ta' problemi għandna nżidu l-mekkaniżmi li permezz tagħhom nistgħu nindirizzaw ċerti sitwazzjonijiet diffiċli li kawża tagħhom ħafna familji qed ibatu serjament.", "Jien niltaqa' ma' każijiet fejn membru ta' familja jgħidli li missieru, għal xi raġuni jew oħra, lil ommhom ma jagħtihiex parti mill- pensjoni u din tispiċċa tiddependi fuq is-support finanzjarju li jkunu jistgħu jagħtuha l-ulied.", "Jien nemmen li f'ċirkostanzi bħal dawn għandna nkunu aktar prattiċi u naraw kif noħolqu mekkaniżmu biex insibu rimedju għall-ġid ta' kulħadd.", "Sur President, ċerti pensjonanti huma intitolati għall-mediċina b'xejn mill-isptar jew mill-polikliniċi tagħna.", "Aħna nafu li l-mediċini jogħlew minn mument għall-ieħor u sfortunatament ċerti mediċini mhux dejjem ikunu available mill-isptar.", "Illum il-ġurnata nafu li t-tobba qegħdin jirrakkmandaw lill-pensjonanti li biex jiġi evitat ċertu mard bħad-diabete u problemi oħra, ngħidu aħna ta' livell għoli ta' cholesterol fid-demm, isegwu ċerti dieti u jieklu ikel bnin għal saħħithom.", "Dan it-tip ta' pariri jingħataw ukoll lill-persuni b'diżabilita'.", "Jien nixtieq li d-dipartiment jistħarreġ dawn l-isfidi ġodda biex nassiguraw li jkollna servizzi soċjali li tabilħaqq ikunu qegħdin jagħmlu evalwazzjoni ta' l-ambjent soċjali li qed ngħixu fih.", "Id-dipartiment għandu jsib mezzi sabiex is-servizzi soċjali li jingħataw ikunu tassew aġġornati mal-ħteġijiet tas-soċjeta' tal-lum.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif meta mara jew raġel jormlu trid toqgħod issir talba minn xi deputat jew minn rappreżentant tal-familja biex forsi l-welfare officer ta' l-area office jmur għand dik il-persuna ħalli jgħinha timla l- formoli li jkun hemm bżonn biex tibda tieħu l-pensjoni jew xi benefiċċji soċjali oħra.", "Wara kollox irridu nuru ċertu sens ta' rispett lejn dak l-individwu li jkun ġarrab it-telfa ta' l-għażiż jew l-għażiża tiegħu.", "Ma naħsibx li għandu jkun hemm diffikultajiet kbar għall-area offices biex jipproċedu bla dewmien f'każijiet bħal dawn, għaliex hawnhekk ma naħsibx li qed nitkellmu fuq iktar minn mitt każ fis-sena għal kull lokalita'.", "Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali jista' jagħmel użu wkoll mis-servizzi tal-kunsilli lokali sabiex ikun jista' jakkommoda iktar liċ-ċittadini fis- servizzi li jingħataw.", "Per eżempju, il-kunsilli lokali jistgħu jgħinu billi jinformaw lil dawk iċ-ċittadini fil-lokal tagħhom li jkunu waslu biex jirtiraw li jridu japplikaw għall-pensjoni ta' l-irtirar.", "Jistgħu jsiru wkoll laqgħat mid-dipartiment, b'kordinazzjoni mal-kunsilli lokali, biex l- individwi konċernati jiġu informati dwar il-pensjoni ta' l-irtirar u jingħataw first hand information dwar ir-record tal-kontribuzzjonijiet tas- sigurta' soċjali li jkunu ħallsu matul il-karriera tax-xogħol tagħhom.", "Ġieli ssib uffiċjali tad-dipartiment li ma jkunux daqstant intiżi f'dak li għandu x'jaqsam ma' pensjonijiet - nagħmilha ċara li ma qed nitfa' dell ikrah fuq ħadd - u allura ma jkunx jista' jaqdi tajjeb liċ-ċittadin li jkun qed jitlob ċerta informazzjoni.", "Naħseb li lkoll kemm aħna niltaqgħu ma' każijiet ta' pensjonanti li jkunu tilfu ċerti drittijiet ta' ħlas proprju għaliex ma jkunux ingħataw rendikont tal-kontribuzzjonijiet tas- sigurta' soċjali li jkunu ħallsu tul il-karriera tax-xogħol tagħhom.", "Ġaladarba l-liġi ma tippermettix li dawn il-pagamenti jsiru wara li l- individwu jkun għalaq il-61 sena u in vista tal-fatt li d-dipartiment ma jibgħatx informazzjoni liċ-ċittadini f'dan is-sens, jagħmel sens li l- kunsilli lokali jkollhom din id-data available biex ikunu jistgħu jgħaddu l- informazzjoni liċ-ċittadini tal-lokal tagħhom.", "Jien nemmen li din il- miżura tista' tkun ta' ġid u tiffaċilita ħafna x-xogħol li jsir mid- dipartiment.", "Kull gvern huwa obbligat li jsostni s-servizzi soċjali u għalhekk huwa importanti li noħolqu mekkaniżmi li tabilħaqq jagħtu aktar support liċ- ċittadin.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex ġieli niltaqgħu ma' pensjonanti li jkunu ilhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali għal xi 40 sena u mbagħad idumu xi sitt xhur biex jibdew jirċievu l- pensjoni ta' l-irtirar.", "Jien nemmen li bi ftit iktar attenzjoni u rispett lejn iċ-ċittadini nistgħu nsolvu ċerti diffikultajiet li jeżistu fil-liġi u konvint ukoll li d-dipartiment jista' jimpenja ruħu biex jara li s-servizzi soċjali jingħataw fil-ħin opportun.", "Fil-każ tal-benefiċċju taċ-children's allowance din il-liġi tagħti s- setgħa lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li jinvestiga każijiet ta' li fl-opinjoni tiegħu ma jkunux ġenwini u allura jkun hemm ċertu abbuż.", "Ta' min jgħid li l-miżuri l-ġodda dwar iċ-children's allowance ħolqu ċerti diffikultajiet.", "Jien niftakar li f'seduta partikolari waqt il-question time kont għamilt osservazzjoni lil sieħbi l-Ministru Gonzi dwar in-numru ta' familji li kienu tilfu l-benefiċċju soċjali tac-children's allowance, li huma xi 8,373.", "Dan huwa fatt rikonoxxut miż-żewġ naħat tal-Kamra u għalkemm aħna la fil-manifest elettorali tagħna u lanqas f'xi papers li ppreżentajna m'għedna li naqblu ma' dak li qed isir, dejjem għedna li ċ- children's allowance huma soġġetti għaċ-ċirkostanzi finanzjarji li jkun qed jiffaċċja l-pajjiż.", "Qed ngħid dan għaliex irridu niftakru li f'ċerti żmenijiet f'dan il-pajjiż l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet tgħid li l- bolla kienet balla u kienet tagħmel anke kampanja ta' diżubbidjenza ċivili biex is-self-employed ma jħallsux il-bolla.", "Meta wara ċertu żmien tela' Gvern Nazzjonalista dawn is-segwaċi li qabel kienu jiġu mħeġġa biex ma jħallsux il-bolla baqgħu ma jridux iħallsuha u allura l-Gvern Nazzjonalista wiret is-sitwazzjoni li kien isostni l-Gvern Laburista li min ma jħallasx il-bolla mhux intitolat għall-benefiċċju taċ-children's allowance.", "Imbagħad kien intuża l-argument li t-tfal kienu innoċenti u kellhom dritt jgħixu, irrispettivament minn dak li kien iħallas jew ma jħallasx il-kap tal-familja, u allura xorta waħda kellhom jingħataw iċ- children's allowance.", "Jien nemmen li l-gvern m'għandux jieqaf sempliċement mal-kriterju li jekk l-income tal-familja jaqbeż ċertu ammont, dik il-familja ma jkollhiex dritt għall-benefiċċju taċ-children's allowance.", "Huwa veru li m'hemm ebda obbligu li dak li jkun jagħmel part- time job jew li jkun hemm żewġ jobs fil-familja imma ma naħsibx li għandna nitfgħu lil kulħadd f'qoffa waħda.", "Hawn familji li jagħmlu sagrifiċċji kbar biex iġibu 'l quddiem il-livell ta' l-għajxien tagħhom.", "Jien naqbel li għandna ninvestigaw mill-ġdid is-sitwazzjoni ta' dawk il-familji li d- dħul tagħhom jaqbeż bi ftit mijiet ta' liri d-dħul stipulat mil-liġi u allura ma jikkwalifikawx għaċ-children's allowance.", "Irridu nammettu li llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-VAT ġabet l-għoli tal-ħajja.", "Barra minn hekk, iktar ma jgħaddi ż-żmien il-familja iktar se jkollha bżonn tagħti attenzjoni lil uliedha.", "Għalhekk nemmen li quddiem dawn iċ-ċirkostanzi wieħed għandu jirrevedi dawn id-deċiżjonijiet li affettwaw 8,373 familja f'pajjiżna u l-uffiċjali tad-dipartiment għandhom jistħarrġu kif dawn il- familji ġew affettwati fl-erba' snin li għaddew.", "Huwa veru li jkun hemm familji li ma marrux daqstant ħażin b'din il-miżura, imma hemm familji oħrajn li jimmeritahom li s-sitwazzjoni tagħhom tiġi studjata mid- dipartiment biex wieħed jara jekk ħaqqhomx jieħdu l-benefiċċju taċ- children's allowance.", "Irridu niddeċiedu jekk iċ-children's allowance humiex xi tip ta' family bonus jew inkella servizz soċjali.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-privatizzazzjoni tal-pensjonijiet.", "Huwa importanti li l-gvern jifhem li jekk kemm-il darba tfalli skema ta' assigurazzjoni, tajjeb jew ħażin irid ikun il-gvern li jagħmel tajjeb biex jipprovdi l-pensjonijiet.", "Għalhekk irridu nifhmu eżattament jekk hux se nirrikonoxxu l-pensjoni bħala għajnuna jew inkella bħala pensjoni tas- sigurta' soċjali.", "Ma nistax nifhem kif naqbdu niddiskutu l- privatizzazzjoni tal-pensjonijiet mingħajr ma nkunu għamilna evalwazzjoni ta' kif is-sitwazzjoni tista' terġa' tiġi f'saqajn il-Gvern.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli titkellem.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Kont qed ngħid li wieħed irid iżomm dejjem quddiem għajnejh li meta niġu biex nitkellmu fuq sistema ta' privatizzazzjoni tal-pensjonijiet, aħna l-membri ta' din il-Kamra għandna nirriflettu akar u nitkellmu b'mod konsistenti għaliex jekk jiġri xi ħaġa f'dan il-qasam partikolari - huwa veru li jeżistu ċerti liġijiet li jobbligaw li jkun hemm assi biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għal ċerti ammonti f'każ ta' falliment ta' xi skema ta' pensjonijiet - il-problema terġa' tiġi quddiem dan il-Parlament.", "Li qed nipprova ngħid huwa li meta se nidħlu għal sfida ta' din ix-xorta, fejn il-gvern qed jgħid li għada pitgħada se jipprivatizza l-pensjonijiet, irridu nifhmu li l-investiment li jġib miegħu l-progress minn sena għal oħra jrid jibqa' jiġi sostnut sabiex il-pensjonijiet u s-servizzi soċjali jibqgħu jiżdiedu.", "Fl-istess ħin irridu nżommu quddiem għajnejna li xi darba jew oħra tista' tinqala' sitwazzjoni fejn numru ta' pensjonanti jitilfu d-dritt għal dik il- pensjoni u f'ċirkostanzi bħal dawn irid ikun il-gvern tal-ġurnata li jagħmel tajjeb.", "Nagħlaq billi ngħid li din il-liġi tikkonferma li l-Gvern preċedenti Laburista beda jirrimedja numru ta' anomaliji u nawgura li l-Gvern tal-lum, minkejja dak kollu li kien jikkritika lilna dwaru, jifhem l-importanza ta' ċerti sitwazzjonijiet li rriżultaw mill-mod kif tbiddlu l-liġijiet f'pajjiżna minn leġislatura għal oħra.", "Nemmen li din il-liġi għandna nkomplu nsaħħuha billi nkomplu nemendaw fejn hemm bżonn għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI; Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 12 ta' Jannar, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Emenda Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nitkellem fuq il-Euro li daħlet bħala l-munita komuni fi 11-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea u li ġiet launched fl-1 ta' Jannar li għadda b'ħafna manifestazzjonijiet.", "Naħseb li jkun tajjeb li l-poplu Malti jirrifletti ftit dwar kemm din il-currency fil- fatt hija inevitabbli jew le għal pajjiżna.", "L-ewwelnett il-Euro thinking fih innifsu jfisser li l-pajjiż jitlaq kompletament il-kontroll li jkun ilu jibni s-snin fuq il-currency biex tissaħħaħ is-sovranita' fiskali tal- pajjiż.", "Issa aħna nafu li meta titlaq il-kontroll fuq il-currency tal- pajjiż se tħalli r-regoli li jista' jagħmel il-European Central Bank fuq il- currency ta' l-Euro.", "Apparti minn hekk, appena tidħol f'dawn il- kondizzjonijiet fiskali ta' l-Euro se jkollok direzzjonijiet dwar ir-rati ta' interessi applikabbli f'pajjiżek kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' trading interests, kif ukoll ma' interessi oħra li jirrigwardaw il-kummerċ bħalma huma loans, eċċ. Fil-fatt pajjiżi intelliġenti ta' l-Unjoni Ewropea bħalma hija l-Ingilterra qalet li għalissa ma tridx tidħol fil-Euro.", "Ħalli nikkwota dak li qal Frank Field li ma tantx huwa favur l-Ewropa, huwa laburist bħalna u kien ukoll ministru.", "Dan qal:", "\"If we ditch the pound and join the Euro, that is the end of Britain as an independent country.\".", "Nisperaw li dan ma jkunx daqshekk perikoluż għal pajjiżna!", "Pero' żgur li rridu noqogħdu attenti u naraw l-implikazzjonijet kollha li l-Euro jista' jkollha fuq pajjiżna.", "Per eżempju, il-Ġermanja kellha interess kbir fil- launching ta' l-Euro, għalkemm il-Ministru tal-Finanzi Lafontaine deherlu li ma kellux ikun preżenti, forsi għax kellu impenji importanti oħra.", "Jidher li wara l-Euro issa jmiss li tidħol is-single taxation biex kollox ikun marbut flimkien u s-sovranita' u l-indipendenza tal-pajjiż jispiċċaw kompletament.", "Jien persważ li l-Partit Nazzjonalista ried l-indipendenza ta' pajjiżna iżda jekk xi darba nidħlu fis-single currency inkunu qegħdin inbigħu s-sovranita' fiskali ta' pajjiżna, is-sovranita' fil-mod kif inħaddmu s-sistemi tat-tassazzjoni tagħna, u jkollna d-dictum ta' l-Ewropa anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' single VAT rate.", "Meta wieħed jara l-ħsebijiet li kienu jiġu espressi u diskussi fl-Ewropa meta kienet għadha common market u l-ħsebijiet li jiġu diskussi llum li hija European Union, isib li d-dibattitu qiegħed dejjem jinxef u qed issir dejjem iktar Ewropa arroganti.", "Għalhekk m'għandniex inħalluhom jipprovaw ibellgħuhielna u jġegħluna nqisu li huwa inevitabbli li ningħaqdu ma' l- Unjoni Ewropea u nissieħbu fil-Euro, għaliex dan m'huwiex veru.", "Wieħed jiftakar kif żviluppat l-Ewropa fil-bidu tas-snin tletin u fil-bidu tas- snin erbgħin, meta l-elite ta' Hitler tant kien b'saħħtu li kważi ħadd ma seta' jżommu.", "Imma għaliex kien hemm min ried iżommu rajna lin-Nazi domination tiġi mkissra u dak li kien jidher inevitabbli fil-fatt ġie miżmum.", "Għalhekk pajjiżi b'saħħithom li qed jaraw dan l-iżvantaġġ qawwi għandhom jirrealizzaw li dak li llum fl-Ewropa jidher inevitabbli bl- introduzzjoni tal-Euro 'l quddiem jista' ma jibqax inevitabbli u pajjiżna ma jkunx l-eċċezzjoni.", "Meta wieħed jidħol fil-Euro jiżdidulu l-burdens u hemm ċerti burdens li aħna nħossuhom iktar milli jħossuhom pajjiżi oħra.", "Allura x'inhuma l- options tagħna?", "Fl-opinjoni tiegħi, għandna tliet options.", "L-ewwel waħda hija dik tal-Partit Nazzjonalista - li jien żgur ma naqbilx magħha - li mmorru b'ruħna u b'ġisimna lejn l-Ewropa u nidħlu membri sħaħ tal-European Union b'dak kollu li jimponi l-Maastricht Treaty u dak kollu li jista' jkun hemm sakemm xi darba Malta tasal biex tissieħeb.", "L-option l-oħra hija dik li jrid il-Partit Laburista, li jkollna l-aħjar relazzjonijiet ma' l-Ewropa u mal-Mediterran, filwaqt li nsaħħu r-relazzjonijiet ma' l-Amerika u maċ- Ċina kif għamilna meta konna fil-gvern, bil-għan li nżidu l-kummerċ ma' dawn il-pajjiżi u nsaħħu wkoll il-potenzjal ta' pajjiżna.", "Imbagħad hemm option oħra li hija interessanti pero' s'issa għadni qatt ma smajt diskussjoni fuqha u jien jidhirli li 'l quddiem wieħed għandu jħares lejha wkoll.", "Din hija li Malta tkun an island power.", "M'għandniex nibżgħu mill- possibbilta' li pajjiżna jkun an island power fl-istess sens li wieħed iħares lejn Hong Kong fil-konfront taċ-Ċina.", "Aħna għandna l-potenzjal li lil pajjiżna niżviluppawh u nkabbruh f'island power, iktar u iktar jekk ikollna r-riżors taż-żejt u l-gass li jkunu ta' ġid għal dan il-pajjiż.", "Sur President, il-punt li rrid nagħmel jien hu li m'għandniex għalfejn inħarsu l-ħin kollu lejn dak li qed jidher bħala inevitabbli, imma għandna nieħdu triq fejn inżommu relazzjonijiet tajbin ma' l-Ewropa mingħajr ma nidħlu għall-burdens li toffri l-istess Ewropa.", "Ladarba semmejt l-istorja u lil Hitler irrid ngħid li d-driving force fl-Unjoni Ewropea baqgħet il- Ġermanja u mill-analiżi li qed isiru f'dawn l-ewwel ġranet tal-launching ta' l-Euro qed naraw li l-interess tal-Ġermanja huwa li b'xi mod il- European Central Bank ikun immexxi fuq economic policy Ġermaniża.", "Il- Ġermanja tista' tgħid li hija dak li fir-realta' qed jiġi mpinġi bħala l- politika Ewropea.", "Jien nistieden lill-Partit Nazzjonalista biex jerġa' jikkonsidra l-ħsibijiet tiegħu għal dak li għandu x'jaqsam mal-Euro u ma' l- Unjoni Ewropea għaliex Malta għadha fil-mument li tistenbaħ qabel ma jkun tard wisq allavolja kważi diġa' qegħdin tard.", "Sur President, xtaqt nitkellem fuq qasam ieħor li huwa viċin il-problemi li jgħaddu minnhom iċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż, b'mod partikolari ċittadini li jkunu għaddejjin minn separazzjonijiet li jsiru bi ftehim bonarju.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' tnaqqis tal-manteniment dovut lill- mara jew lir-raġel - għaliex wara l-emendi li saru fl-1993 et sequitur anke r-raġel jista' jkollu jedd għall-manteniment mill-mara - għal xi raġuni jew oħra l-Kummissarju tat-Taxxi Interni qed japplika subartikolu 14 (a) ta' l- Income Tax Act fejn għall-fini ta' taxxa jekk ma jkunx hemm digriet tal- qorti li jgħid li r-raġel għandu jħallas tant manteniment lill-mara, dak li jkun imniżżel fil-kuntratt bonarju li jkun inizjalat ukoll mill-imħallef m'huwiex qed jiġi interpretat li jkun the amount actually paid in accordance with a court order.", "Jekk il-liġi qed tiġi interpretata b'dan il- mod, lil dawk li qegħdin fl-istadju li jisseparaw qed ngħidulhom li s- separazzjoni aħjar ma ssirx bi ftehim bonarju għaliex għall-finijiet ta' taxxa ma jaqbilhomx, imma għandhom imorru fis-Sekond'Awla u jottjenu digriet jew inkella jmorru fuq il-kontenzjuż fil-Prim'Awla, bil-konsegwenza li jdumu diversi snin, biex dak li jingħata bħala manteniment ikun jista' jitnaqqas mit-taxxa!", "Jien naħseb li din is-sitwazzjoni trid tiġi rranġata mill-iktar fis possibbli.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kwestjoni tal-wirt u nirriferi għal Kapitlu 308 li jiġbor fih il-liġi li tirregola l-qsim tal-wirt.", "Apparti l- istorja kif daħlet din il-liġi fl-1984, meta kienu saru dispożizzjonijiet ġodda għal-likwidazzjoni u għall-qsim ta' wirt, dan l-Att jipprovdi sistema iktar effiċjenti biex dawk il-werrieta li ma jiftehmux fuq il-likwidazzjoni u fuq il-qsim tal-wirt imorru quddiem tribunal minflok quddiem il-qorti ħalli l-affarijiet isiru b'mod iktar informali u kemm jista' jkun jitħaffu.", "Jien nixtieq nosserva li skond artikolu 3 li jittratta l-qsim tal-beni komuni, persuna li tkun trid tagħmel rikors quddiem dan it-tribunal biex tibda l-proċeduri ma tistax tagħmel talba quddiem it-tribunal ħlief wara li jkunu għaddew tliet snin mill-ftuħ tas-suċċessjoni, jiġifieri mill-mewt tal- persuna.", "Issa jekk fl-1984 kien hemm raġuni għaliex kellu jidħol dan l- artikolu li jistabbilixxi l-perjodu ta' tliet snin, illum tista' ssir emenda biex dawk il-persuni li jkunu jridu jagħmlu użu minn dan it-tribunal ma jkollhomx għalfejn jistennew it-tliet snin u l-ispirtu ta' dan it- tribunal jibqa' dejjem skond kif hemm imniżżel f'artikolu 10, jiġifieri li \"t-tribunal għandu jqiegħed għas-smigħ ir-rikors f'data kmieni\".", "Għalhekk m'għandniex nibqgħu fis-sitwazzjoni li rikorsi, għal xi raġuni jew oħra, idumu 'l fuq minn sena biex jiġu appuntati.", "Jien nitlob illi tiġi kkonsidrata din l-emenda għal artikolu 3 ta' l-Att li jirregola l-qsim tal- wirt biex kemm jista' jkun dan l-Att jiġi applikat għall-benefiċċju ta' dawk il-persuni li jkollhom bżonn jirrikorru għalih u mhux ikollhom jistennew tliet snin biex imorru quddiem dan it-tribunal.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fil-ftit ħin li għandi nixtieq nirriferi għal ċerti ċirkostanzi li fl-opinjoni tiegħi, jimmeritahom li jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kamra.", "L-ewwelnett wieħed josserva li matul dawn l-aħħar xhur irriżultaw numru ta' diffikultajiet fil-qasam tal-biedja u sajd.", "Prattikament qed nirriferi għall-kriżi li teżisti fil-mument dwar iċ-ċanga friska.", "Din is-sitwazzjoni ġiet imposta għallarrieda fuq din l- industrija mingħajr ma l-gvern ikkonsulta bis-serjeta' mal-partijiet kollha konċernati.", "Wieħed irid jirreġistra f'dan il-Parlament li jekk kemm-il darba l-gvern mhux se jibdel l-approach tiegħu, se jkompli jġib iktar inkwiet, instabilita' u pressjoni fuq il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda.", "Għal darba oħra nixtieq nagħmel riferenza għall-komunikat li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fil-bidu ta' Diċembru, 1998, mingħand is-Sindku ta' Portopalo fejn ġie kkonfermat li d-diskussjonijiet li kien hemm mal-gvern preċedenti ma kenux dwar l-użu ta' l-ibħra imma pjuttost kienu dwar il-mod kif irridu nikkomunikaw sabiex insaħħu l-perspettiva edukattiva tas- sajjieda Maltin u anke Sqallin.", "Ir-raġunijiet kienu ovvji għaliex wieħed irid ifakkar li l-gvern preċedenti kien ħadem biex qata' l-użu tas-sajd bil- purse seiners, bid-drift nets u bl-ajruplan u riżultat ta' dan kienet il- qabda tal-pixxispad li kien hemm fl-aħħar xhur.", "Din kienet il-konsegwenza ta' dawn il-miżuri li ttieħdu meta, flimkien mal-General Fisheries Council, Malta rnexxielha tikseb l-appoġġ sabiex is-sajjieda Sqallin, Taljani u Tuneżini ma jagħmlux użu minn dawn ix-xbieki fis-sajd tagħhom għat-tonn u l- pixxispad.", "Huwa importanti li wieħed jirrimarka wkoll li l-gvern preċedenti Laburista ried jiftaħ iktar id-dimensjoni tal-biedja u s-sajd u mhux biss ħa sehem f'diskussjonijiet kontinwi sabiex tiżdied l-esportazzjoni lejn il- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bħalma huma l-Olanda u l-Ingilterra, imma kien qed jaħseb ukoll sabiex isaħħaħ iktar l-attivita' ekonomika fir-reġjun tal- Mediterran, partikolarment mal-pajjiż ġar tagħna l-Libja.", "Fil-fatt kien sar protokoll ta' koperazzjoni sabiex id-dikasteri tal-biedja u s-sajd fiż- żewġ pajjiżi jirriflettu fuq kif jistgħu jagħmlu iktar investiment ħalli fuq kollox tkun sostnuta s-sigurta' tal-provvista ta' l-ikel taż-żewġ pajjiżi.", "F'dan ir-rigward kienu nbdew diskussjonijiet sabiex jinħolqu iktar inizjattivi bejn Malta u l-Libja li jrendu għall-ġid komuni taż- żewġ pajjiżi pero' mill-5 ta' Settembru 'l hawn ftit li xejn saru konsultazzjonijiet sabiex dan il-mekkaniżmu li kien inbeda jibqa' jagħti l- frott.", "Jien naf li f'xi ġurnali kienet saret riferenza għall-fatt li wieħed mill-prinċipji li kienu ġew stabbiliti bejni u bejn il-ministru responsabbli mill-marine wealth fil-Libja, kien li ma nistgħux ninvestu biex inkabbru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi fir-rigward ta' l- agrikoltura u s-sajd jekk ma ngħinux lis-sajjieda jkollhom l-opri tas-sajd tagħhom.", "F'dan il-każ fil-prinċipju konna qbilna li jsiru diskussjonijiet direttament mat-tarznari tagħna ħalli dawn jagħtu s-servizzi tagħhom għall- manutenzjoni u l-bini ta' trawlers u opri oħra tas-sajd sabiex is-sajjieda Libjani mhux biss ikunu qed jinvestu fil-qabda tal-ħut imma anke fl-apparat tagħhom.", "Min-naħa l-oħra konna qed nifhmu li għandna nressqu lill- koperattivi taż-żewġ pajjiżi biex jiddiskutu b'mod iktar miftuħ ħalli r- riżorsi ta' l-ibħra territorjali tagħna u tal-Libja jkunu jistgħu jiġu utilizzati aħjar għall-ġid komuni taż-żewġ pajjiżi u għall-istess industrija.", "Dan il-ftehim kien jaħseb ukoll biex isiru diskussjonijiet simili għar- rigward ta' l-industrija ta' l-akwakultura.", "Kien sar ftehim biex numru ta' studenti jingħataw taħriġ fiċ-ċentru ta' l-akwaltura li hemm fit-Torri ta' San Luċjan mhux biss fl-aspetti tekniċi u xjentifiċi, imma wkoll f'affarijiet bħalma huma l-manutenzjoni tas-sistema tad-dawl u tas-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fil-hatcheries u fil-farms ta' l-akwakultura.", "Il-ftehim kien jaħseb ukoll għal opportunitajiet għal dawk li jaħdmu fil- manutenzjoni ta' freezers, cold rooms u impjanti tal-fish processing.", "Nafu li fil-Libja hemm numru kbir ta' fabbriki u kumpanniji Ewropej li jipproċessaw il-ħut li jinqabad mix-xtut.", "Il-protokoll li kien previst mill-Gvern Laburista ma jagħrafx biss ir-rabta storika bejn iż-żewġ pajjiżi imma jindika kif għandna niggwidaw liż-żewġ popli biex jiżviluppaw iktar attivita' bejniethom.", "Aħna ngħixu f'reġjun fejn, irrispettivament minn xi tkun il-pożizzjoni tal-poplu tagħna, sija jekk ikun fl-Ewropa u sija jekk ma jkunx, irridu nirrispettaw iċ-ċirku ġeografiku ta' madwarna u għaldaqstant irridu nifhmu li hemm bżonn li tabilħaqq inkomplu nibnu fuq it-tajjeb li għandna sal-lum.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet fid-dawl tad-diskussjonijiet li kienu qed isiru dwar il-bejgħ ta' għoġiela lil intrapriżi Għarab u nappella biex dawn id-diskussjonijiet jerġgħu jibdew issa li l-Ewropa kkonfermat il-lifting tad-direttivi in konnessjoni mal-mad cow disease.", "Qabel ma kien qed isir assolutament l-ebda bejgħ ta' dan it-tip ta' laħam u dan ħalla impatt negattiv fuq l-industrija fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma issa li r-raħħala jistgħu jerġgħu jibdew ibigħu dan il-laħam, se jinħolqu opportunitajiet biex dawn is-swieq ma jkunux dominati minn laħam ta' annimali oħra li jiġu mkabbra f'pajjiżi oħra Ewropej li huma qrib tagħna wkoll.", "Jien inħoss li għandi niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għal dawn iċ- ċirkostanzi anke minħabba l-fatt li pajjiżna għandu d-dinjita' tiegħu u għandu jkollu l-privileġġ li jifhem x'inhu jiġri fl-ambjent kollu ta' madwaru u mhux f'parti minnu.", "Bl-ebda mod ma rrid ninftiehem li jien anti- Ewropew, anzi dejjem kont qrib ta' NGO's Ewropej għaliex nemmen li għandi ħafna x'nitgħallem mingħandhom.", "Imma dan ma jfissirx li qisha teżisti zona waħda biss fid-dinja li hija l-Unjoni Ewropea.", "Irridu nirrispettaw il-fatt ukoll li tul is-snin ħafna Maltin għexu u tkattru fil-Kanada, l-Awstralja u l-Amerika u għaldaqstant għandna nifhmu li m'għandniex ninteressaw ruħna fl- avvenimenti li jiġru f'parti biss mid-dinja, meta nafu li l-ġens tagħna huwa mxerred ma' l-erbat irjieħ tad-dinja.", "Sur President, fil-ftit ħin li fadalli nixtieq ngħid xi ħaġa dwar id- distrett tiegħi.", "Dan l-aħħar qed ikollna diversi lmenti li l-lokalita' tar- Rabat m'għadhiex tingħata l-attenzjoni li kienet tingħata matul l-aħħar xhur.", "Jien jiddispjaċini nisma' dawn l-affarijiet għaliex kif dejjem spjegajt, ir-Rabat għandu ċerta importanza strateġika.", "Il-lokal tar-Rabat jinkludi l-Imdina, il-ġonna tal-Buskett, ħafna fdalijiet storiċi li jeżistu f'pajjiżna u parti kbira mill-kampanja li għandna f'pajjiżna.", "Allura m'huwiex sewwa li, per eżempju, numru ta' roundabouts li jgħaddu minn ħdejhom kemm it-turisti, kif ukoll ir-residenti tal-lokal jitħallew abbandunati.", "L-istess ħaġa qed tiġri fl-Imtarfa fejn minkejja li kien hemm ċertu support kordinat bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex isiru ċerti xogħlijiet għall-benefiċċju ta' dik il- komunita', jien informat li llum il-ġurnata ftit li xejn qed isir xogħol f'dan ir-rigward, bil-konsegwenza li l-landscaping ta' l-inħawi qed jiddegrada.", "Dan la jawgura tajjeb għaċ-ċittadini ta' l-Imtarfa li hemm illum u lanqas għaċ-ċittadini li fis-snin li ġejjin se jibdew jgħixu f'din il-belt hekk imsejħa ġdida.", "Ma jistax ikun li tibda tiġi skartata mil-lum.", "Issa li resqin lejn is-sena 2000, kulħadd għandu jifhem aktar kemm hu importanti li dejjem nipprovaw insebbħu l-pajsaġġ Malti għall-ġid tal- ġejjieni taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 12 ta' Jannar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "2800.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-esportazzjoni tal-patata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kien id-dħul globali għall-bdiewa wara li nqatgħu l-ispejjeż għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-dħul nett globali li rċevew il-bdiewa għall-patata li kienet esportata skond il-kuntratt fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 kien kif jidher hawn taħt:-", "|1995|Lm985,303 jiġifieri medja | | |ta' Lm13.49-il qantar | |1996|Lm616,835 jiġifieri medja | | |ta' Lm12.53-il qantar | |1997|Lm964,877 jiġifieri medja | | |ta' Lm10.22-il qantar | |1998|Lm880,993 jiġifieri medja | | |ta' Lm9.88-il qantar |", "PRODUTTURI TAL-MAJJAL", "2801.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Billi l-Gvern jgħid li sħubija ta' Malta ġġib vantaġġi u mhux żvantaġġi fis-settur tal-biedja u sajd, jista' l-Ministru jispjega lill- Kamra kif il-produtturi tal-majjal lokali ma kienux jiffaċjaw il-problemi li matul dawn l-aħħar 24 xahar żviluppaw fl-industrija tal-majjal tal- pajjiżi membri tal-EU?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena ma nkun nista' qatt nispjega kif il-produtturi tal-majjal lokali ''ma kenux'' jiffaċċjaw il-problemi li matul dawn l-aħħar 24 xahar żviluppaw fl-industrija tal-majjal tal-pajjiżi membri tal-EU.", "L- ewwelnett f'dawk ix-xhur il-Ministru responsabbli kien proprju l- Interpellant l-Onor.", "Noel Farrugia u ma naħsibx li għandi ngħaddi dan it- tip ta' ġudizzju fuq id-direzzjoni li kien ikun kapaċi jagħti hu fiċ- ċirkostanzi.", "It-tieni jiena minn naħa tiegħi għandi fiduċja sħiħa fil- produtturi tal-majjal tagħna li huma kapaċi jiffaċċjaw il-problemi kollha li nqalgħu u għad jistgħu jinqalgħu daqs kwalunkwe produttur ieħor fl- Ewropa kollha.", "Minflok ma noqogħdu nintilfu fuq il-jekk u l-kieku, nerġa' għal darb'oħra ntenni li waqt id-diskussjonijiet tal-aċċessjoni li għad iridu jsiru, il- Gvern Malti se jassigura li l-industrija tal-majjal lokali ma tintlaqatx negattivament anzi, bl-upgrading fil-kwalita' ta' dan il-prodott, jiena konvint li l-produttur Malti, li nerġa' ngħid huwa bla dubju ta' xejn kapaċi daqs kwalunkwe produttur ieħor, ikun jista' mhux biss jissupplixxi s- suq lokali iżda wkoll jikkompetti sewwa mal-produtturi l-oħra fl-Ewropa.", "INDUSTRIJA TAL-MAJJAL", "2802.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-talba tal-Gvern Malti għas-sħubija sħiħa fl-UE, jista' l- Ministru jinformana bis-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-majjal tal-pajjiżi membri?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu l-prezzijiet għall- produtturi tal-majjal f'Malta matul dawn is-snin 1996, 1997 u 1998?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu l-prezzijiet għall-istess produtturi fil-pajjiżi membri tal-EU?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-majjal fil- pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea tvarja minn pajjiż għall-ieħor u minn żmien għal żmien.", "L-Unjoni Ewropea topera żewġ skemi ta' għajnuna għall- industrija tal-majjal.", "Dawn huma export refunds u private storage aids, barra skemi ta' għajnuna fuq investiment kapitali u income supplement.", "Meta Malta ssir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea, tkun tista' tibbenefika minn dawn l-iskemi u oħrajn li jiġu negozjati għall-produtturi Maltin, filwaqt li biż-żona ta' kummerċ ħieles li ppropona l-Partit Laburista Malta ma kienet tkun tista' tibbenefika minn ebda skema minn dawn waqt li l- protezzjoni fuq il-majjal kien ikollha tispiċċa kif qal l-Onor.", "Alfred Sant stess fid-29 ta' April, 1998.", "Il-prezz massimu tal-majjal f'Malta matul is-snin 1996, 1997 u 1998 kien kif ġie ffissat f'April tas-sena 1993 minn Gvern Nazzjonalista wara ftehim mal-koperattiva ta' minn Irabbi l-Majjal (KIM) jiġifieri hekk skond il- grade:", "|A1 |84c/kg | |A2 |82c2/kg | |A3 |80c4/kg | |B |78c/kg | |C |69c6/kg |", "Minn dawn il-prezzijiet trid titnaqqas il-levy li titħallas lill-KIM.", "(2c1/kg)", "Il-prezz bażiku ffissat għall-Unjoni Ewropea għas-sena 1998/99 ġie ffissat hekk:", "150.94ECU/100kg ekwivalenti għall-66c6/kg (2.2642 ECU= Lm1) iżda r- reference price medju għas-sena kollha u għall-15-il pajjiż membru kien hekk:", "|1996 |162.234 ECU/100kg | | |(71c7/kg) | |1997 |164.012 ECU/100kg | | |(72c4/kg) |", "fil-Greċja fl-1997 ir-reference price kien 182.54 ECU/100kg (80c6/kg)", "Fl-1998 l-Unjoni Ewropea awtorizzat għajnuniet speċjali għas-settur tal- majjal.", "BDIEWA/RAĦĦALA - QBIELA", "2831.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi s-sitwazzjoni tal- bdiewa/raħħala li għandhom il-qbila tagħhom amministrati mill-Joint Office?", "Kemm huwa n-numru ta' bdiewa in kwestjoni u fejn qed titħallas il-qbiela fil-mument u s-sena d-dieħla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FABBRIKA ĠDIDA TAL-ĦALIB", "2832.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Issa li għaddew tlett xhur mit-tmexxija tal-Gvern, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra fejn wasal il-proġett tal-fabbrika l-ġdida tal- ħalib?", "Kemm saru laqgħat bejn il-Planning Authority, l-MDP u l-MDC u meta?", "X'ġie diskuss, u l-Gvern se jirrikonoxxi r-rikmandazzjoni tal-gvern preċedenti sabiex tingħata lill-MDP l-art meħtieġa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Saret laqgħa fuq is-suġġett tal-fabbrika l-ġdida tal- ħalib mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib fl-20 ta' Ottubru u oħra mal- Malta Dairy Products fit-22 ta' Ottubru.", "Rappreżentanti ta' l-istess żewġ entitajiet u uffiċjali fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd marru f'żewġ okkażjonijiet, fl-4 u fit-30 ta' Novembru jżuru diversi siti sabiex tintgħażel is-sit ideali li fuqha tkun tista' tinbena l-fabbrika.", "B'riżultat ta' dawn il-laqgħat dalwaqt titressaq memo fuq dan is-suġġett lill-Cabinet tal-Ministri.", "TARXIEN - TRIQ MATER BONI CONSIGLII", "2863.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb kif kien fi ħsieb il-Gvern preċedenti li jsir ground sintetiku fejn illum hemm il-ġnien tas-Schreiber (tal-Boċċi) fi Triq Mater Boni Consiglii, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proposta li jsir ground bit-turf sintetiku kienet tressqet mill-Onor.", "Interpellant bħala Kunsillier għal Raħal Ġdid.", "Il-kunsill kellu jieħu ħsieb jipprepara pjanti u jibgħathom lill-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Isport biex tkun tista' tiġi studjata din il-proposta.", "Informat ukoll li ma sar ebda commitment mill-Gvern preċedenti għat- twettiq ta' dan il-proġett minħabba li l-permessi u stima ta' spejjeż ma ġewx sottomessi.", "PRODOTTI TA' L-IKEL - PREZZIJIET", "2868.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1683, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar fl-istħarriġ dwar il-prezzijiet ta' prodotti bl-użin bħal, per eżempju, perżut, bacon, mortadella u luncheonmeat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li minn tletin rapport dwar żieda fil- prezzijiet ta' prodotti bl-użin, s'issa saru għaxar spezzjonijiet u f'kull każ instab li l-prodotti kienu mmarkati bil-prezz korrett.", "Investigazzjonijiet oħra għadhom għaddejjin.", "PULIZIJA - PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA", "2869.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu Malta?", "F'liema setturi qegħdin nisa jew irġiel?", "X'eta' għandhom?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat- tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 621 u numru 2585, ninsab informat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub fil-mistoqsija.", "Ta' min jinnota li fl-ewwel Tnejn ta' kull xahar, id-Dipartiment ta' l- Informazzjoni jippubblika lista ta' dawk il-persuni barranin li għandhom permess biex jaħdmu f'pajjiżna li fiha jiġi ndikat l-isem tal-persuna, il- professjoni jew xogħol li jagħmel, ma' min jaħdem u d-data sa meta hi valida l-liċenzja.", "MIA - AIRPORT ATTENDANTS", "2870.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġew imwaqqfa l-airport attendants li daħlu f'Awissu li għadda mal-Malta International Airport fuq bażi ta' casual/part-time, meta għad hemm il-bżonn tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-impjiegi ta' l-Airport Attendants ġie tterminat fil-31 ta' Ottubru, 1998 skond it-termini tal-kuntratt tax-xogħol li kienu ngħataw meta bdew l-impjieg tagħhom mal-Malta International Airport.", "Il- kumpannija m'għandhiex bżonn ta' Airport Attendants żejda matul ix-xhur tax- xitwa.", "SPTARIJIET - SLEEP LABORATORY", "2871.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz ta' l-isleep laboratory fl-isptarijiet governattivi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-offerti li daħlu wara l-pubblikazzjoni tat-tender għas-Sleep Laboratory għadhom qed jiġu kkonsidrati.", "Ghalhekk id- dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni jgħid meta se jibda jingħata dan is- servizz.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - LIFT VANS", "2872.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għat-tenders għal lift vans?", "Għal kemm-il lift van kienet it-tender?", "F'liema stadju waslet din it- tender?", "Meta mistennija jaslu l-lift vans il-ġodda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-aħħar sejħa għat-tenders għal lift vans saret fis- 26 ta' Gunju, 1998 u għalqet fit-23 ta' Lulju, 1998.", "It-tender kienet saret għal sitt lift vans.", "L-ebda offerta mit-tlieta mitfugħa ma kienet skond il- bżonnijiet tad-dipartiment u għalhekk ġew irrifjutati kollha.", "Id- dipartiment qed jagħmel il-preparamenti sabiex jixtri lift vans second-hand mill-Ingilterra kif kien ga talab f'Mejju tal-1997 liema talba ma kienetz giet aċċettata mill-Ministeru tal-Finanzi dak inhar.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "2873.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jivverifika f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva numru H 15359 magħmula mill-persuna, li isimha qed jintbgħat separatament?", "Jaħseb il-Ministru li tali applikazzjoni minn persuna sabiex tkun tista' tieħu ħsieb ta' ħuha, li huwa persuna b'diżabilita' konfinat għal wheelchair, għandha tingħata priorita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall- Akkomodazzjoni Soċjali.", "Fi kwalunkwe każ il-post li trid il-persuna indikata għadu mhux disponibbli.", "SAĦĦA - TRASFERIMENTI TA' L-INFERMIERA", "2874.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi fid-dibattitu tal-budget fuq is-saħħa nhar it-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 intqal illi t-transfers tan-nurses jingħataw u hija responsabbilta' għalihom id-Direttriċi tan-nurses, jista' l-Ministru jgħid, grad grad, fid- Dipartiment kollu tas-Saħħa min hu nkarigat li jagħti u jerfa' ir- responsabbilta' tat-transfers?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħalma tennejt fit-tweġibiet oħra, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "MOSTA - TRIQ IL-ĦTAJRIET - ASFALTAR", "2875.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-asphalt meħtieġ fi Triq New Street off Triq il-Ħtajriet, Mosta meta r-residenti ilhom jgħixu hemm għal snin twal u żgur hemm min ilu jgħix għal 15-il sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-dipartiment u dejjem, jekk is-servizzi neċessarji huma diġa' mgħoddija.", "IMPJIEGI - KAŻ TA' ĦADDIEMA", "2876.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma ġiex mibgħut bħala welder trainee l-Malta Drydocks?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-aħħar lista ta' trainee welders li ntbagħtet mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ lill- Malta Drydocks kien fit-2 ta' Settembru, 1998.", "Il-persuna msemmija bdiet tirreġistra fl-10 ta' Settembru 1998 bħala electronics u telecom technician.", "SAĦĦA - SPEZZJONIJIET", "2883.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid hijiex l-intenzjoni tiegħu li jibgħat membri mill-minsteru jagħmlu żjarat għall-għarrieda fis-satra tal-lejl lin-nurses u t-tobba li jkunu xogħol kif kien isir b'mod regolari fi żmien il-gvern preċedenti?", "Jista' l-Ministru jgħid hijiex il-politika tiegħu li jħalli l-istrutturi diġa' eżistenti jikkontrollaw u jagħmlu sorveljanza fuq membri ta' dawn iż- żewġ professjonijiet u mhux ikun hemm idħil minn membri tal-ministeru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-isptarijiet u l-professjonijiet għandhom l- istrutturi maniġerjali tagħhom u dawn l-istrutturi għandhom jiġu msaħħa u mhux injorati.", "Il-policy tiegħi hi li f'kull livell il-kontroll u s- sorveljanza jiġu eżerċitati minn dawk li huma appuntati biex jagħmlu dan bil-poteri kollha li tagħtihom il-job description u l-istruttura manigerjali nfisha.", "L-atitudni tal-gvern preċedenti dwar din il-materja wasslet biex fl- istrutturi maniġerjali jidħlu id-demotivazzjoni u l-apatija.", "SAĦĦA - DIRETTUR TAN-NURSING SERVICES", "2884.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid jekk id-Direttur tan-Nursing Services hijiex qed tiltaqa' b'mod regolari ma' membri ta' din il-professjoni li jkunu jixtiequ jiltaqgħu magħha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi d-Direttur tan-Nursing qiegħda tiltaqa' ma' membri ta' din il-professjoni kull nhar ta' Ħamis, filgħodu.", "S'issa diġa' ġew aktar minn 40 impjegat sabiex iressqu xi lmenti jew suġġerimenti, minbarra numru akbar ta' membri li ġew sabiex jitkellmu fi ġranet oħra apparti nhar ta' Ħamis.", "SAĦĦA - PROFESSIONAL UNIT - SAHRA", "2885.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħed overtime xahar b'xahar minn Awissu 1998 sa Novembru 1998 fil-Professional Unit?", "Min jawtorizza li l-ħaddiema fil-Professional Unit jitilqu ta' spiss minn fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal Professorial Unit.", "It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija - xejn.", "Dwar it-tieni mistoqsija - fix-xogħol tagħhom dawn l-impjegati jkollhom joħorġu mill-uffiċċju biex jitkellmu mad-diversi konsulenti u tobba.", "Irrid ngħid li ma kien hemm l-ebda tibdil f'dak li qed jagħmlu dawn l- impjegati u dak li qed jagħmlu issa kienu wkoll jagħmluh qabel il-5 ta` Settembru, 1998.", "SAĦĦA - PRINCIPAL HEALTH INSPECTOR", "2886.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kif persuna li ħadet promozzjoni b'mod speċifiku biex taħdem f'Għawdex ġiet trasferita lejn Malta filwaqt li l-post tagħha dak ta' Principal Health Inspector f'Għawdex huwa issa vakanti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuna li qiegħed jirriferi għalija, l-Onor Interpellant fid-domanda tiegħu giet trasferita għall-Malta abbażi tal- parir preliminari tal-Ombudsman bid-data 26 ta' Awissu, 1998, li ġiet ikkomunikata lil dan id-dipartiment fil-31 ta' Awissu, 1998.", "Nikkonferma li l-post ta' Spettur Principali tas-Saħħa f'Għawdex issa huwa vakanti.", "ĊIMITERJI - WATCHMEN/GATEKEEPERS", "2887.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gatekeepers u/jew watchmen jaħdmu fiċ-ċimiterji tal-gvern?", "X'inhuma l-ħinijiet tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ħadd mill-impjegati fiċ-ċimiterji tal-Gvern m'għandu l-grad ta` gatekeeper jew watchman.", "Ninforma wkoll li tmien (8) persuni minn diversi gradi differenti jaħdmu bħala gatekeepers matul il-gurnata waqt li tmien (8) persuni minn diversi gradi differenti jaħdmu bħala watchmen matul il-lejl.", "Il-ħinijiet li jaħdmu dawn il-ħaddiema bħala gatekeepers u watchmen huma:", "|Gatekeepers|6.30am | | |sas-1.10pm | | |7.00am | | |sas-2.00pm | | |7.00am | | |sal-5.00pm | |Watchmen |5.00pm | | |sas-7.00am |", "PULIZIJA - TALBIET MILL-KUNSILLI LOKALI", "2890.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1525, jista' l-Ministru jwieġeb fid-dettall dwar dawn it-talbiet li saru mill-1 ta' Jannar, 1998?", "Jista' jgħid ukoll fejn dawn it-talbiet ġew aċċettati jew rifjutati?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 2449 f'Seduta Nru. 31.", "PIXXINA NAZZJONALI - GĦAWM", "2891.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1528, jista' l-Ministru jgħid kif wasal għal ħlas tas-somma ta' Lm1,655 lill-Pixxina Nazzjonali u Lm1,500 lir-Razzett ta' Ħbiberija għal perijodu bejn Ottubru 1998 u Mejju 1999?", "Sal-lum il-ħlasijiet ta' skola Sport għas-sena skolastika li għaddiet tħallsu kollha fejn jirrigwarda Pixxina Nazzjonali, għalliema eċċ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-somma ta' Lm1,655 lill-Pixxina Nazzjonali tkopri l-ispiża kif se nsemmi:", "23 sessjoni ta' 3 siegħat għall-użu ta' 4 lanes fil-Main Pool.", "23 sessjoni ta' 3 siegħat għall-użu ta' 2 lanes fid-Diving Pool", "23 sessjoni ta' sagħtejn għall-Waterpolo Is-somma ta' Lm1,500 lir-Razzett tal-Ħbiberija jkopru l-użu tal-pixxina għal 30 sessjoni ta' tliet siegħat.", "Il-ħlasijiet ta' Skolasport għas-sena skolastika li għaddiet saru kollha.", "SKEJJEL STATALI - TUCK SHOPS", "2892.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1527, jista' l- Ministru jgħid jekk meta saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ, instabx li kollox kien kif suppost?", "Jekk fin-negattiv, jista' jagħti dettalji dwar fejn u għaliex kien hemm ksur ta' regolamenti?", "Għalkemm wieħed japprezza li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandux kontrolli fuq x'jinbiegħ f'tuck shops ta' skejjel tal-Knisja u privati, jista' jara huwiex possibbli li dawn l-ispezzjonijiet, b'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet konċernati, jibdew isiru peress li għandi rapporti li qed jinbiegħu ħafna ċikkulata u prodotti oħra li mhumiex tajbin għas-saħħa tat-tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Sezzjoni tal-Kontroll tal-Prezzijiet fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ intalbet darbtejn twettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa.", "Sal-lum jien informat li l-ispezzjonijiet qed isiru u, fil-ġejjieni, nistenna rapport sħiħ mid-Dipartiment tal-Kummerċ rigward x'instab fit-tuck shops kollha.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha ebda kontroll fuq it-tuck shops ta' l-iskejjel tal-Knisja u privati.", "Jekk ikun hemm xi rapport speċifiku, allura jiġi informat id-Dipartiment tal-Kummerċ.", "AWTORITAJIET EKKLESJASTIĊI - FLUS", "2893.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus lill-awtoritajiet ekklesjastiċi matul l-1998 taħt il-ftehim li kien sar dwar trasferiment ta' l-artijiet tal-Knisja lill-gvern?", "Jista' jgħid meta sar kull ħlas matul din is-sena u f'liema ammonti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsija għandha tiġi riferita lill-Ministru responsabbli mill-Uffiċċju Konġunt.", "SKEJJEL - TISWIJIET", "2894.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hux qed ikollha konsultazzjonijiet mal-Kapijiet ta' l-Iskejjel ta' l-Istat dwar bżonnijiet ta' tiswijiet fl-iskejjel rispettivi?", "Il-kunsilli lokali qed jiġu nvoluti f'dan?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu bħalissa talbiet mill-iskejjel ta' l- Istat u/jew kunsilli skolastiċi għal tiswijiet fl-iskejjel tal-lokal?", "Fejn jinstabu dawn l-iskejjel u x'inhuma dawn it-tiswijiet?", "Kemm minnhom ġew kklassifikati bħala urġenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li intbagħtet ċrikolari fis-27 ta' Ottubru, 1998 lill-kapijiet kollha ta' l-iskejjel primarji u xi wħud sekondarji kif ukoll lil skejjel speċjali fejn il-kapijiet ġew mitluba biex, wara konsultazzjoni mal-kunsill ta' l-iskola u mal-kunsill lokali, jissottomettu lista ta' xogħlijiet f'ordni ta' priorita', sat-22 ta' Diċembru, 1998.", "Kien hemm 75 risposta.", "It-tiswijiet huma varji ħafna.", "Fil-bidu ta' Jannar ikollna stampa aktar ċara tal-kwantita' u l-kwalita' tax-xogħol rikjest, u f'dak iż-żmien issir analiżi tax-xogħlijiet meħtieġa.", "Dawn l-iskejjel jinsabu f'dawn il-lokalitajiet:", "B'Bugia, B'Kara, Cospicua, Dingli, Floriana, Gudja, Għargħur, Gżira, Ħamrun, Kalkara, Luqa, Marsa, Msida, M'Xlokk, Mellieħa, Mosta, Mqabba, Naxxar, Pembroke, Pieta', Qormi, Qrendi, Rabat, Safi, Senglea, Siġġiewi, St Venera, San Ġwann, St Julians, Tarxien, Valletta, Vittoriosa, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq.", "PBS - CHIEF EXECUTIVE - KUNTRATT", "2895.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt taċ-Chief Executive tal-PBS skadiex?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-deċiżjoni tal-Gvern rigward il- kuntratt taċ-Chief Executive preżenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bi ftehim bejn il-bord il-ġdid tal-PBS u ċ-Chief Executive, il-kuntratt taċ-Chief Executive ġie mġedded għal perjodu definit ieħor.", "Sadanittant il-Bord li ġie maħtur ftit ilu jilħaq jagħmel stima tas- sitwazzjoni biex ikun f'pożizzjoni aħjar li jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.", "PBS - PROMOZZJONIJIET", "2896.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fil-PBS bejn is-26 ta' Ottubru, 1996 u l-5 ta' Settembru, 1998?", "Min ħa dawn il-promozzjonijiet u fuq liema bażi ngħataw?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kif kienu l- gradi u n-numru ta' persuni li jokkupawhom fil-PBS fis-26 ta' Ottubru, 1996 u kif inhuma fil-preżent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li bejn is-26 ta' Ottubru, 1996 u l-5 ta' Settembru, 1998 ingħataw 99 promozzjoni fil-PBS.", "Id-dokumentazzjoni li ġejja tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta:", "- lista mmarkata Doc A li turi min kienu dawk li ngħataw promozzjoni.", "Il- promozzjonijiet ingħataw bħala riżultat ta' intervisti interni li saru minn Bordijiet ta' Għażla differenti u b'konsegwenza tal-Ftehim Kollettiv ġdid u anke ta' qablu.", "- listi mmarkati Doc B u Doc C li jagħtu l-informazzjoni kollha dwar il- gradi u l-għadd ta' persuni li kienu jokkupaw dawk il-gradi fis-26 ta' Ottubru, 1996 u li jokkupawhom fil-preżent.", "PBS - ĠURNALISTI", "2897.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-PBS għandux ġurnalisti regolari sabiex jirrapporta l-Qorti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-PBS qatt ma kellu ġurnalisti regolari biex jirrappurtaw il-Qorti.", "PBS - ĠURNALISTI", "2898.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar in-numru ta' ġurnalisti tal-PBS li jirrapportaw ix-xogħol li jsir fil-Kamra tad-Deputati?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol isirx minn ġurnalisti regolari tal-PBS u fuq liema bażi ta' ħlas isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapportaġġ tas-seduti parlamentari ta' filgħaxija ġeneralment kien u għadu jsir minn ġurnalista part-time kemm minħabba nuqqas ta' staff kif ukoll biex ikun hemm trażżin tas-sahra.", "Ix-xogħol ġie li jsir ukoll minn ġurnalista regolari tal-PBS.", "SKEJJEL: ADELIDE CINI - GĦALLIEMA TAL-CHEMISTRY", "2908.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif fl-iskola ta' Adelide Cini, Ħamrun m'hemmx għalliema tal-Chemistry tgħallem fil-Form 3?", "Meta jaħseb li se terġa' tmur l-għalliema?", "Kemm hemm skejjel li għandhom għalliema nieqsa?", "Ta' liema huma s-suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola Adelaide Ċini m'hemmx għalliema nieqsa.", "Skejjel fejn hemm għalliema nieqsa hemm 7, u s-suġġetti huma Computer, Physics, PSE, Music, Home Economics, Business Studies.", "TARXIEN - TNEĦĦIJA TA' ARBLU TAD-DAWL", "2909.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitneħħa arblu tad-dawl fi Triq Sant'Antnin, Tarxien peress li huwa ta' periklu kbir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li qed jittieħdu l-passi biex l-arblu li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant jitneħħa.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "2910.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2431, jista' l-Ministru jgħid meta ġew awarded u meta nbdew it- tenders immarkati: (i) u (iv) rigward id-dar ta' l-anzjani f'Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tender Mechanical and Electrical Services ġie ppubblikat fil-gazzetta tal-Gvern fis-7 ta' Novembru, 1997, ġie awarded L/A fit-30 ta' Marzu, 1998 u x-xogħol inbeda fil-15 ta' April, 1998.", "It-tender roofing works ġie ppublikat fil-gazzetta tal-Gvern fit-28 ta' Lulju, 1008, ġie awarded L/A fl-10 ta' Novembru, 1998 u x-xogħol inbeda fl-10 ta' Novembru, 1998.", "WSC - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "2911.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu il-kontijiet tad-dawl u l-ilma s- sena d-dieħla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-proċess biex jinħarġu l- kontijiet tad-dawl u l-ilma jinsab fi stadju avvanzat.", "Naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li l-amministrazzjoni preżenti mhux se tagħmel bħal Gvern Laburista li għal aktar minn sena baqa' ma ħariġx il- kontijiet.", "ŻABBAR - \"DUN LANZA\"", "2912.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jaf il-Ministru bl-art magħrufa Dun Lanza f'Ħaż-Żabbar li qed issir talba biex din tingħata għal bini (PA 6643/98)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa reġistrati fulltime li qed jaħdmu din l-art?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern rigward art għammiela u produttiva li tinħadem mill-ftit bdiewa li għad fadal f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Skond informazzjoni li għandi, hemm ħames bdiewa full- time li qed jaħdmu r-raba' magħruf bħala Dun Lanza f'Ħaż-Żabbar u li riċentement saret applikazzjoni għal bini fuqu.", "Dan ir-raba' jinsab fl- iskema tal-bini u skond il-liġi tal-qbiela ta' 1967 is-sid għandu d-dritt jibni fuqu basta r-raba' ma jkunx saqwi.", "F'dan il-każ ir-raba' jissaqqa permezz ta' pajpijiet minn spiera f'raba' ieħor fil-viċin u għalhekk jekk ir-raba' jiġi ddikjarat saqwi mill-bord tal-qbiela dan ir-raba' ma jinbeniex iżda hija kwestjoni legali.", "PA - PERMESSI GĦAL BINI", "2913.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward talba għal permess ta' bini f'art agrikola ferm tajba magħrufa bħala Dun Lanza ġewwa Ħaż-Żabbar (PA 6643/98)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li r-rapport dwar l-applikazzjoni PA 6643/98 ġie ffinalizzat u ser jintbagħat lill-applikant/perit fil-ġranet li ġejjien.", "Ir-rapport qiegħed jirrakkmanda dan l-iżvilupp li qiegħed fil- konfini ta' żvilupp kif indikat fi skema 56 tal-Pjan Regolatur ta' l-1988.", "Din iż-żona hija għal terraced houses b'għoli ta' żewġ sulari.", "IMPJIEGI - SPEZZJONIJIET", "2914.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jieħu xi inizjattivi biex ikollu mekkaniżmu biex jispezzjona l-ħaddiema tal-gvern fuq il-post tax-xogħol ħalli jiġi żgurat li qed jagħtu s-servizz li huma mħallsa għalih?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Servizz Pubbliku.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - SPEZZJONIJIET", "2915.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-ħaddiema u l-impjegati tal-gvern fuq il-post tax-xogħol qed jagħtu s-servizz li huma mħallsa għalih?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Ministeru qed iħejji eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni sabiex kull ħaddiem ikollu x-xogħol l-aktar addattat għalih.", "Barra minn hekk hemm ko-operazzjoni sħiħa ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li għal futur qed iħejji programm ta' inċentivi għal ħaddiema li jaqdu dmirijiethom.", "Dan il-programm jismu Multi Skilling and Re-Training Inititative.", "Naturalment isiru spezzjonijiet regolari fuq postijiet tax-xogħol minn uffiċjali għolja tad-dipartimenti kollha u fejn ikun meħtieġ jittieħdu l- passi neċessarji.", "Barra minn hekk il-Ministeru jagħmel użu effiċjenti mill- Internal Auditor tiegħu biex isiru spezzjonijiet għall-għarrieda u jiġi eżaminati proċeduri ħalli fejn hu possibbli dawn jiġu mtejba.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - SPEZZJONIJIET", "2916.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jieħu biex jispezzjona l-ħaddiema tal-gvern fuq il-post tax-xogħol ħalli jiġi żgurat li qed jagħtu s-servizz li huma mħallsa għalih?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fil-Ministeru għal Għawdex hemm spettorat biex jagħmel spezzjonijiet lill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "MINISTERU TAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - SPEZZJONIJIET", "2917.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jieħu xi inizjattivi biex ikollu mezzi li jispezzjonaw il-ħaddiema tal-gvern u ta' kumpanniji pubbliċi u parastatali fuq il-post tax-xogħol ħalli jiġi żgurat li qed jagħtu servizz li huma mħallsa għalih?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-entitajiet li jiena responsabbli għalihom għandhom diversi mezzi biex jaraw li kull ħaddiem ikun qed jaqdi dmirijietu.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant li ftit tax-xhur ilu wkoll kellu kariga ta' Ministru, dejjem hemm iktar xi jsir biex jitnaqqsu l-abbużi.", "Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jgħarrafni b'xi nuqqasijiet li jkunu qed iseħħu fl-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI - DEĊIŻJONIJIET", "2918.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: S'issa, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu deċiżjonijiet mit-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mindu twaqqaf?", "Liema każi ġew deċiżi u f'kull każ x'kienet id-deċiżjoni?", "Kemm fadal każi pendenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li minn meta twaqqaf it- Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji sal-24 ta' Diċembru, 1998, ingħataw 77 sentenza finali u 12-il sentenza parzjali.", "Lista tal-każi kollha deċizi u d-deċizjoni mogħtija mit-tribunal f'kull każ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Sas-6 ta' Jannar, 1999 kien hemm 1173 applikazzjonijiet pendenti.", "BUDGET 1993", "2919.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li fid-diskors tiegħu għall-Budget 1993, il-ministru ħabbar li għall-ħames snin li kienu ġejjin kellu l-mira li jżomm id-deficit pubbliku f'livell ta' 3% tal-prodott gross domestiku, jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex bejn l-1992 u l-1996 din il-mira mhux talli ma ntlaħqitx iżda ttriplat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fond konsolidat", "Attwali 1992 1993 1994 1995 1996", "Dhul Ordinarju 332.8 374.7 397.6 459.3 447.2 Infiq Rikurrenti 325.9 364.8 405.1 446.6 498.0 Infiq Kapitali 58.0 59.7 62.3 70.3 73.5 Deficit Strutturali 51.1 49.8 69.8 57.6 124.3 Ghotjiet 16.4 8.4 12.9 4.5 20.8 Hlas lura ta` Self tal-Gvern 8.5 12.7 5.9 9.0 0.3 Bejgh ta` ishma 0.5 0.7 12.6 14.6 0.09 Deficit Finanzjarji 25.7 28.0 38.4 29.5 103.1 GDP 874.7 940.0 1028.5 1145.5 1201.3 % 2.9 3.0 3.7 2.6 8.6", "Kif diġa' għidna fid-Diskors tal-Budget għall-1999, biex stajna nidentifikaw il-fissuri strutturali fil-finanzi pubbliċi, morna lura għas- sena 1985, u mill-istatistika finanzjarja tul dawn is-snin kollha, bnejna sena b`sena d-dħul ordinarju attwali u l-infiq rikurrenti u dak kapitali attwali.", "Minn dan l-analiżi, li tiegħu qed nipproduċi hawn fuq il-figuri relevanti għas-snin li semma l-Onor.", "Interpellant, jidher li kontroll fuq id-deficit kien fil-fatt qed isir.", "Dan jidher aktar ċar meta irnexxilna nniżżluh għall-medja ta` 3.0% bejn l-1992 u l-1995 minn medja ta` 5.1% fit- 3 snin ta` qabel.", "Rigward l-1996, diġa tajt raġunijiet għaliex spiċċat kif spiċċat, imma ta` min jgħid:", "1. l-interattivita tat-titjib fil-pensjonijiet li sar mill-1987 sa dak inhar mar-riforma fis-servizz ċivili li kkawżat żieda qawwija mhux biss fis- salarji imma wkoll fil-pensjonijiet;", "2. bejgħ ta` ishma li kien proġettat u li ma sarx għax dak inhar intqal li kien `kontra l-policy tal-Gvern` Laburista ġdid;", "3. l-eżerċizzju tal-MDD li kien ippjanat għall-1996 u li ma sarx f`dik is- sena imma tħalla għas-sena ta` wara biex iċ-ċifri dehru kif dehru;", "4. in-nuqqas ta` dħul mit-taxxa tal-VAT, b`riżultat tal-politiċiżżazzjoni ta` din is-sistema ta` tassazzjoni.", "SVPH - ATTIVITAJIET SOĊJALI", "2931.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il attivita' soċjali organizzaw il-Welfare Fund fl-Isptar San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għall-Welfare Committee u mhux il-Welfare Fund kif kiteb fil-mistoqsija.", "Il-Welfare Committee ma torganizzax attivitajiet soċjali fir-Residenza San Vinċenz.", "Dawn l-attivitajiet, li jsiru matul is-sena kollha, jiġu organizzati mill-Entertainment Section tar-residenza.", "WSC/ENEMALTA - QTUGĦ TA' SERVIZZI", "2932.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni ta' riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2813, ċioe' kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum kien hemm konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont, inġabritx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-perijodu msemmi saru 303 sospensjonijiet ta' elettriku fuq kontijiet ta' natura domestika, kummerċjali jew industrijali.", "Dawn is-sospensjonijiet saru peress li l- abbonati jkunu naqsu milli jħallsu l-kont.", "Tajjeb jingħad li s-sospensjoni tas-servizz issir wara li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun avżat diversi drabi lill- abbonat biex jirregola ruħu u dan jibqa' jinjora tali avviżi.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - FLUS MINFUQA", "2933.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2812 ċioe' tgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li mill-5 ta' Settembru, 1998 sas- 17 ta' Diċembru, 1998 il-fergħat kollha tal-ministeru nefqu b'kollox is- somma ta' Lm7609.47,0 biex jiġu rranġati.", "MALTACOM - QTUGĦ TA' LINJI TAT-TELEPHONE", "2934.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2810 ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum inqatgħu linji tat-telephone lill-konsumaturi għax ma ħallsux il- kont tat-telephone?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l- 15 ta' Diċembru, 1998 inqatgħu 526 linja tat-telefon minħabba li l-abbonati naqsu milli jħallu l-kont.", "Tajjeb jingħad li qabel isir il-qtugħ tas-servizz jittieħdu dawn il- passi:- 1. jintbagħat ''Avviż ta' l-Aħħar'' lill-abbonati, u 2. il-linja tiġi ristretta b'mod li l-abbonat ikun jista' jirċievi biss telefonati iżda ma jkunx jista' jagħmel telefonati.", "Dan isir sabiex il- kont ma jkomplix jiżdied.", "Il-qtugħ tal-linja jsir wara li l-Maltacom tkun aċċertat ruħha li l- isforzi tagħna ma swewx biex is-sitwazzjoni titjieb.", "TA' QALI - SIĠAR TAĊ-ĊIPRESS", "2937.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2776, peress li sa dak inhar tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 2776 is-siġra msemmija kienet għadha fl-istess post fejn indikajtlu fil-mistoqsija oriġinali, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni meħtieġa qed tittieħed?", "Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-abbuż imsemmi u x'passi se jittieħdu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-każ qiegħed jiġi nvestigat mill-pulizija.", "UE - KWESTJONARJU", "2944.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1235, jaħseb il-Viċi Prim Ministru li issa wasal il-waqt li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kwestjonarju mibgħut lilu mill- Unjoni Ewropea kif ukoll it-tweġiba tal-Gvern Malti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall- interpellanza numru 1235.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TENDERS", "2945.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2181?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn il-perijodu 05.09.98 sa l-01.12.98, id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji kellu tender waħda approvata ta' valur ta' aktar minn Lm1,000 li ġiet approvata fit-28.09.98.", "Il-valur tat- tender hija ta' Lm7,132 u ġiet awarded lil Messrs.", "Shelving Direct ta' 59 St Paul's Street, Valletta.", "In-natura tax-xogħol tat-tender hija:", "\"Shelving Units for the Public Records Depository, Ħal Far\".", "Fl-istess perijodu ta' żmien intalbu tliet kwotazzjonijiet għal xiri ta' żewġ photocopiers għall-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali.", "Il- photocopiers inxtraw mingħand VJ Salamone Ltd bil-prezz ta' Lm899 il-waħda.", "Il-kwotazzjonijiet l-oħra kienu ta' Lm976 u Lm1172 il-waħda rispettivament.", "Għal dak li għandu x'jaqsam id-Dipartiment tal-Mużewijiet, fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ingħataw dawn il-kuntratti, wara sejħa għall-offerti, bil-valur ta' aktar minn Lm1,000:", "1.", "Provvista ta' żewġ mobile toilets lil Temple Holdings Ltd għal valur ta' Lm2239.82.", "2.", "Xogħol ta' stamplar lil P.E.G. Ltd li għal valur ta' Lm1930.00.", "3.", "Provvista u tqegħid ta' scaffolding system fil-Kon Katidral ta' San Ġwann lil Jos F Spiteri & Co (1927) Ltd għal valur ta' Lm1355.00.", "(Il-Letter of acceptance dwar dan l-aħħar kuntratt fil-fatt għadha ma ħarġitx iżda hi mistennija li toħroġ dawn fil-ġranet li ġejjin).", "Lista ta' tenders ta' valur aktar minn Lm1,000 li ġew approvati mid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mill-5.9.98 sa l-1.12.98 (Dok.", "A), u mill- Universita' ta' Malta (Dok.", "B), tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Fil-perjodu msemmi, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, is-Segretarjat Parlamentari, id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, il-PBS, il-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija, il-Mediterranean Conference Centre u d-Dipartiment tal-Kultura ma approvaw ebda tender ta' valur aktar minn Lm1,000.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - TENDERS", "2946.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2176?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - TENDERS", "2947.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2173?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-1 ta' Diċembru, 1998 ġiet approvata tender waħda ta' valur aktar minn Lm1,000.", "Il-valur ta' din it-tender huwa ta' Lm8300 u ġiet mogħtija lil Schembri & Sons Ltd u lil JCR Ltd f'ammonti ta' Lm4200 u Lm4100 rispettivament għal provvista ta' paving blocks.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - TENDERS", "2948.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2172?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2172, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta bħala Appendiċi A lista tat-tenders dipartimentali li ngħataw mill-5 ta` Settembru, 1998 sa l-1 ta` Dicembru, 1998 u li kienu ta` valur ta` 'l fuq minn Lm1,000.", "Il-lista tinkludi wkoll in-natura tal-prodott, il-kuntrattur li rebaħ il-kuntratt u r-rata rispettiva ta` kull kuntratt.", "Minħabba l- fatt li, fil-maġġoranza kbira l-kuntratti ngħataw fuq bażi ta` żmien (time based) kif indikat f'Appendiċi A, mhux possibbli li jingħata l-valur totali ta` kull kuntatt minħabba li dawn il-kuntratti mhumiex marbutin ma' kwantitajiet definittivi.", "Infatti x-xiri fuq tali kuntratti isir skond il- bżonnijiet tad-dipartiment kull darba li tkun se ssir talba għal xi kunsinna.", "Minħabba din ir-raġuni wkoll, il-prezzijiet kif jidhru f'Appendiċi A huma bbażati fuq ir-rata kif mogħtija mill-kuntratturi fl- offerti taghhom.", "Pero', l-istima originali ta` kull waħda minn dawn it- tenders ma kenitx teċċedi l-Lm20,000.", "Flimkien ma' din it-tweġiba poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta Appendiċi B.", "OPM - TENDERS", "2949.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2170?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet parlamentari numri 2170 u 2949 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "QORMI - XOGĦLIJIET", "2960.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani x'qiegħed isir f'tarf Triq Manuel Dimech (ħdejn ir-roundabout ta' l-erba' qaddisin) f'Ħal Qormi?", "Meta hemm il-ħsieb li jiġi finalizzat ix-xogħol?", "Ix-xogħol qiegħed isir mill-kuntrattur jew minn ħaddiema tal-Gvern?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fis-sit imsemmi mill- Onor. Interpellant qed isir xogħol ta':", "* twessigħ tal-kanal ta' l-ilma * twessigħ tal-ftuħ taħt il-bridge tat-triq * elevazzjoni ta' l-istess bridge", "Dan ix-xogħol mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Frar 1999.", "Dan ix-xogħol qed isir minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, Kalaxlokk Co. Ltd. u aktar tard kuntrattur fuq xogħol ta' surfacing ta' toroq.", "DJAR - APPLIKAZZJONI HAS 13/96", "2962.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill- applikazzjoni għall-irranġar ta' dar li saret lill-Awtorita' tad-Djar HAS 13/96 f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-applikant tal-file HAS 13/96 ġie informat fil-21 ta' Frar, 1997 li l-applikazzjoni tiegħu hija invalida minħabba Klawsola 14 (3)(i) (Dokument A).", "Din il-Klawsola tgħid hekk:", "L-għajnuna f'flus għal xogħlijiet ta' rranġar u titjib ma tingħatax mill- awtorita' għal xogħlijiet li jkunu diġa' saru qabel l-approvazzjoni ta' l- applikazzjoni biex isir dan ix-xogħol u jekk dan ix-xogħol ma jkunx ġie ċċertifikat bħala neċessarju minn perit nominat mill-awtorita' għal dan il- għan;", "Meta fit-28 ta' Jannar, 1997 saret spezzjoni fuq il-post instab li x- xogħlijiet mitluba kienu diġa' saru (Dokument B).", "Skond ċertifikat maħruġ mill-perit ta' l-applikant stess, (Dokument C) ma jirriżultax periklu immedjat li jrid jinbidel is-saqaf.", "Dokumenti A, B, u C imsemmija hawn fuq tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-BELT VALLETTA", "2972.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Belt Valletta, f'Raħal Ġdid se tiġi rranġata, ġaladarba issa għaddew is-servizzi kollha minn taħt l-imsemmija triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li peress li din it-triq ġarbet ħafna ħsara qed issir kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tat-Toroq, il-Kunsill Lokali u l-Utilities biex jingħata wiċċ ġdid.", "Is-sejħa għall-offerti diġa' ħarġet u l-offerta li ntefgħet qed tiġi kkonsidrata.", "SEGRETARJAT PARLAMENTI GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA - IMPJEGATI", "3000.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'kuntratt bejn l-1997 u l-1998 fis-Segretarjat Parlamentari għad- Drittijiet tan-Nisa?", "Meta bdew u meta jagħlqu dawn il-kuntratti?", "Min kienu dawk fuq kuntratt?", "X'ħidma wettqu?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopji ta' xi studji li għamlu?", "Xi ħlas kellhom dawn il- persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn is-sena 1997 u 1998 kien hemm erba' persuni b'kuntratt fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa.", "Dawn kienu kif ġej:", "Dr Helen Borg LL.D. bdiet fil-11.11.96 b'kuntratt għal sena sa l-10.11.97 fil-kariga ta' Uffiċjal għall-pariri legali.", "Il-kuntratt, li kien għal ġimgħa ta' 15-il siegħa jew aktar skond l-esiġenzi tas-servizz, kien ġie mġedded sa l-10.11.98.", "Dr Borg kellha ħlas ta' Lm2,290 fis-sena.", "Mal- bidla fl-amministrazzjoni, il-kuntratt ġie tterminat skond klawsola fl- istess kuntratt.", "Ms Jane Attard bdiet fuq bażi fulltime fit-8.5.97 b'kuntratt għal sena fil-kariga ta' Uffiċjal tas-Segretarjat Privat.", "Il-kuntratt tagħha kien ġie mġedded sas-7.5.99.", "Ms Attard kellha hlas ta' Lm3,424 fis-sena.", "Mal- bidla fl-amministrazzjoni, il-kuntratt ġie tterminat skond klawsola fl- istess kuntratt.", "Sar kuntratt bejn il-Gvern u l-Malta University Services għas-servizzi ta' konsulenza ta' Dr Mary Darmanin bejn 1.9.97 u 30.8.98.", "Il-kuntratt kien għal ġimgħa ta' 20 jew aktar skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Il-ħlas għal dan ix-xogħol kien ta' Lm3,251.", "Ms Sandra Cachia B.A. (Hons.)", "Social Administration, bdiet fil-5.1.98 fil- kariga ta' Uffiċjal tas-Segretarjat privat.", "Il-kuntratt tagħha, fuq bażi fulltime, kien għal sena.", "Ms Cachia kellha ħlas ta' Lm3,907 fis-sena u allowance ta' Lm50 fix-xahar għal xogħol wara l-ħin.", "Il-kuntratt ġie terminat mal-bidla fl-amministrazzjoni skond klawsola fl-istess kuntratt.", "Nota separata tispjega x-xogħol li għamlet il-konsulenta Dr Darmanin li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MPO - KUNTATTI MAL-COMMONWEALTH", "3001.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għal dak li qalet l-Onor.", "Helena Dalli nhar il-Ġimgħa 18 ta' Diċembru, 1998 fil-Parlament waqt li kienet qed titkellem dwar l-Approprjazzjoni għas- sena 1999, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kuntatti għamel l-MPO mal- Commonwealth dwar esperti biex jgħinu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan- nisa fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tal-pajjiż?", "X'riżultati konkreti ħallew dawn l-kuntatti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi fit-30 ta' Settembru, 1997, il-Management and Personnel Office bagħat proposta dettaljata lill- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent dwar għajnuna teknika li seta jibbenefika minnha l-Gvern Malti.", "Il-proposta intitolata Strategy for increasing the representation by women in decision making positions in the Maltese public sector kellha tintbagħat lill-Commonwealth Fund for Technical Co-operation għal deċiżjoni finali.", "Fil-proposta ġew mitluba s-servizzi ta' espert fuq Gender Policy fis-settur pubbliku, u kien ġie propost ukoll li l-espert tkun stazzjonata fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa għal perjodu ta' tliet xhur, preferibbilment fil-bidu ta' l-1998.", "Sal-lum jidher li l-Commonwealth Secretariat qatt ma bagħat risposta, u għalhekk s'issa l-ebda espert tagħhom ma ġiet Malta biex tagħti għajnuna teknika lill-Gvern fuq Gender Policy.", "BANEK - DĦUL MINN TAXXI", "3002.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħħal il-gvern mill-eżitu tal-liġi li jimponi taxxa one off mill-banek kummerċjali?", "Kemm kien l- ammont minn kull bank?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ammont ta` flus li daħħal il-Gvern mill-eżitu tal- liġi li jimponi taxxa one off mill-banek kummerċjali huwa hekk:", "Lm Mid Med Bank 1,476,237 Bank of Valletta 1,621,118 APS Bank 93,909 Lombard Bank 89,729", "VALLETTA - PALAZZ TAL-PRESIDENT - TURRETTA", "3004.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhu jsir sabiex is-saqaf tat-Turretta fil-Palazz, il- Belt ma jibqax fi stat ta' periklu għall-ħaddiema tal-AFM?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li diġa' sar xogħol ta' manutenzjoni fit-Turetta fil-Palazz fl-aħħar ta' Diċembru 1998, fejn sar xogħol ta' waterproofing tas-soqfa.", "Xogħlijiet oħra meħtieġa se jsiru mill- iżjed fis possibbli.", "PULIZIJA - REFUĠJATI", "3005.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li bihom refuġjat jista' jibqa' residenti f'pajjiżna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li persuna f'Malta li tiġi dikjarata bħala refuġjata mill-UNHCR tiġġeddilha l-visa minn żmien għal żmien biex tkun tista' tibqa' f'Malta sakemm titlaq lejn il-pajjiż li jaċċettha biex tgħix fih.", "ŻEJTUN - POLIKLINIKA", "3021.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbena poliklinika fiż-Żejtun, fil- qasam tad-djar, ta' Ġebel San Martin jew f'xi żona oħra?", "Hemm xi ħsieb li l-berġa li tinsab maġemb l-għassa tal-pulizija fiż- Żejtun ittejjeb is-servizz tagħha, billi tinfetaħ aktar spiss kif ukoll li toffri servizzi oħra anke f'ħinijiet differenti, bħal ngħidu aħna wara nofs inhar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent ir-risposta għaż-żewġ mistoqsijiet hija fin-negattiv.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "3022.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2466, jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas anzjan li jgħix fid- dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Anzjan fid-Dar taż-Żejtun qed iħallas bħal kull anzjan ieħor fid-djar tal-Anzjani l-oħra tal-Gvern jiġifieri 60% tad-dħul tiegħu basta ma jeċċediex Lm4.00 kuljum.", "ŻURRIEQ - TRIQ TA' CIANTAR - PERMESS", "3023.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed jirrifjuta li jikkollabora ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex il-fond fi Triq ta' Ciantar, fiż-Żurrieq fejn qiegħed jiġi konness reat, jiġi magħluq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-Pulizija kkollaborat dejjem ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn jidħol rapporti li saru dwar dan il-każ.", "Barra minn dan, il-persuna lliċenzjata itellgħet il-Qorti mill-Pulizija u ġiet liberata.", "UE - ĦADDIEMA", "3054.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1730, jista' l-Ministru jgħid dawn il-persuni li għandhom employment licence x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 621 f'Seduta Nru. 20, mistoqsija parlamentari numru 2585 f'Seduta Nru. 34 u mistoqsija parlamentari numru 2869 f'din l-istess seduta.", "MIA - CHAIRMAN", "3055.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1735, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman preżenti ta' l-MIA maħtur minnu hux qiegħed hemm fuq bażi part-time?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi jekk iċ- Chairman ta' l-MIA jiddedikax anqas minn 30 siegħa fil-ġimgħa fuq xogħol ta' l-MIA, skond ir-regolamenti dwar ix-xogħol part-time, allura ninformak li ċ-Chairman ta' l-MIA jiddedika aktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa fuq xogħol ta' l-MIA.", "L-Onor.", "Interpellant għandu japprezza li l-kariga ta' Chairman ta' intrapriża bħall-MIA, iġġib ċerta responsabbiltajiet li la tkejjilhom bis- sigħat u lanqas ma jispiċċaw għax ikun sar il-ħin.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf jekk iċ-Chairman ta' l-MIA huwiex Executive Chairman, ir-risposta hija fin-negattiv.", "Iżda l-MIA illum m'għandhiex Chief Executive Officer u ċ-Chairman qed jaqdi wkoll l-funzjoni ta' Chief Executive Officer b'mod temporanju.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Bord tad-Diretturi ta' l-MIA diġa' beda jiddiskuti l-mili ta' din il-vakanza għax il-policy ta' dan il-gvern hi li jissepara il- karigi fl-aħjar interess tal-kumpannija.", "XROBB L-GĦAĠIN - PARK NAZZJONALI", "3056.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1734, jista'l-Ministru jgħid għalfejn il-bini eżistenti, ex-Deutschwelle, il-Gvern mhux qiegħed jikkonsidra sabiex dan jagħmel parti wkoll mill-park nazzjonali ta' Delimara?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet għal dan il-park nazzjonali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dwar il-bini ta' l-ex-Deutshcwelle, saret talba biex dan jinbidel għal użu residenzjali.", "F'dan l-istadju, t-talba għandha tiġi kkonsidrata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Sadanittant, fuq is-sit kollu tal-Park f'Delimara hemm Master Plan u qed nidentifikaw passaġġi biex jinħolqu mixjiet fil-kampanja li anke' jgħaqqdu mill-inħawi tal-Bajja ta' San Tumas sa dawk ta' Marsaxlokk.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "WIED IL-GĦAJN - SQAQ SAN ĠEJTANU", "W7 L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li Sqaq San Ġejtanu (maġemb il-Knisja ta' San Ġejtanu) Wied il-Għajn, jitkompla x-xogħol tal-wiħħ tat-triq, minħabba l- inkonvenjent li qed iħabbtu wiċċhom miegħu numru ta' bdiewa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 2787."]} {"filename": "20030116_849d_par.doc", "date": "2003-01-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 849 Il-Ħamis, 16 ta' Jannar 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 849", "Il-Ħamis, 16 ta' Jannar 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "849", "Il-Ħamis, 16 ta' Jannar 2003", "WERREJ", "MINUTI 265", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 265", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IN-NEGOZJATI GĦAS-SĦUBIJA TA' MALTA FL-UNJONI EWROPEA", "U L-MISTOQSIJA TAR-REFERENDUM - KONTINWAZZJONI 270", "AĠĠORNAMENT 298", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 302", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 848 li saret fil-15 ta' Jannar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PENSJONI TA' L-INVALIDITA'", "37867.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi Lm24.94 fil-ġimgħa pensjoni ta' l-invalidita' u bonus ta' Lm1.34 meta suppost tirċievi total ta' Lm28.15?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali informa lill-persuna indikata dwar il-każ tagħha.", "WIED IL-GĦAJN : SKOLA PRIMARJA - NFIQ", "37883.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37718?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37735.", "FONDAZZJONI GHALL-ISKEJJEL TA' GHADA - ĦRUĠ TA' TENDERS", "37884.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37717?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37735.", "SPTAR SAN LUQA: WARD S3 – AĊĊESSIBILITA'", "37885.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jistgħu jittieħdu passi biex pazjenti f'ward S3 fl- isptar San Luqa jkollhom fejn jistgħu jieħdu doċċa li tkun aċċessibbli għal dawk b'diżabilita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Bħala parti mir- refurbishing kontinwu ġewwa l-isptar San Luqa, il-ward S3 se tiġi refurbished fi żmien ftit xhur.", "Parti minn dan ix-xogħol jikkonsisti f'kostruzzjoni ta' showers minflok il-banjijiet kif nafuhom illum.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jaċċetta l-Ministru li f'ċirkostanzi bħal dawn, aktar u aktar wara li għaddejna l-liġi dwar id- drittijiet ta' persuni b'diżabilita', m'huwiex sew li dawn in-nies jibqgħu jistennew ix-xhur sakemm isir ir-refurbishing?", "Jistgħu jittieħdu miżuri amministrattivi biex dawn il-pazjenti għallinqas jitpoġġew f'ward fejn ikollhom il-faċilitajiet neċessarji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bħali jkollu l- opportunita' li jmur St. Luke's u jara b'għajnejh id-diversi swali li qed jiġu mmodernizzati ħalli sakemm jitlesta l-isptar il-ġdid, l-ambjent ġewwa St Luke's jitjieb.", "Fil-fatt jekk tmur illum tara sala mimlija pazjenti u jekk tmur għada taraha vojta, bil-ħaddiema jaħdmu fiha.", "Imbagħad jgħaddu ftit ġranet u l-pazjenti jerġgħu lura f'posthom, f'ambjent li jkun ftit aħjar.", "Issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed iqajjem il-kwestjoni ta' l- aċċessibilita', Sur President.", "Aħna bħala ministeru żgur li dawk bi bżonnijiet speċjali naraw li nieħdu ħsiebhom.", "Veru li għaddejna l-liġi dwar persuni b'diżabilita', pero' din tipprovdi wkoll illi l-proċess ta' aċċessibilita' f'postijiet li huma diġa' mibnija, kif inhu l-isptar San Luqa, bilfors irid jieħu ċertu żmien.", "Jiena napprezza l-concern ta' min jixtieq jarana nilqgħu għall-bżonnijiet ta' persuni bi bżonnijiet speċjali kemm jista' jkun malajr.", "Aħna lesti li fejn tidħol il-kwestjoni ta' l-aċċessibilita', għall-fini ta' faċilitajiet sanitarji, wieħed jipprova jimmira lejn areas li huma rilevanti fl-isptar San Luqa, bi priorita' fuq affarijiet oħrajn.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma ma jistgħux jittieħdu miżuri amministrattivi biex anke in vista tal-liġi li għandna dwar persuni b'diżabilita, sakemm isir ir-refurbishing meħtieġ fil-ward, immaterjali minn liema ward ikunu ġejjin, persuni b'diżabilita' jitpoġġew f'post fejn ikun hemm doċċa aċċessibbli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Naturalment fid-dinja kollox jista' jsir, pero' wieħed irid iqis li l-isptar m'huwiex lukanda fejn għandek il-fakulta' li meta trid tagħmel ir-refurbishing għax kulma trid hu li tagħlaq il-bieb u ma ddaħħalx iżjed nies.", "Fejn jidħol fl-isptar ma tistax tagħmel hekk, aktar u aktar meta għandna sptar wieħed biss akut.", "Ħafna drabi biex tagħmel refurbishing tkun trid tagħlaq sala għal numru ta' ġranet u tkun trid issib post alternattiv għal mill-inqas 30 ruħ.", "Issa jekk hemm perijodu fejn ma jaqbillekx tagħmel refurbishing huwa proprju fix-xitwa għax f'dak l-istaġun, anke jekk is-swali kollha jkunu qegħdin jaħdmu, nispiċċaw bis-sodod fil-kurituri.", "S'issa l-miżuri kollha li ħadna, fosthom li nikru sodod mill-privat biex innaqqsu mill- overcrowding tas-swali għadhom ma solvewx din il-problema.", "Naturalment din il-problema ma teżistix biss fl-isptar San Luqa imma teżisti fl-isptarijiet l-oħra kollha.", "Ovvjament fl-isptar Monte Carmeli, fejn m'aħniex magħfusin daqshekk bin-numru ta' sodod, ir-refurbishing li sar kien aktar intensiv.", "Fil-fatt ir-rapporti li saru f'dawn l-aħħar erba' snin juru biċ-ċar li qatt ma sar refurbishing strutturali f'dan l-isptar daqs kemm sar f'din il- leġislatura.", "Importanti wkoll li anke hemmhekk, biex ma jkollniex disruption tas- servizzi, qabel ma mbarkajna fuq programm ta' refurbishing estensiv, għamilna r-refurbishing ta' decanting ward li kienet ilha abbandunata 'l fuq minn 15-il sena.", "Fil-fatt din kienet isservi bħala valve biex meta nagħmlu r-refurbishing fis-swali l-oħra, inkunu nistgħu nilqgħu l-pazjenti fiha temporanjament.", "Ġewwa l-isptar San Luqa m'għandniex dak il-lussu, anzi l-problema hi li kieku kellna nagħlqu sala sakemm nagħmlu r- refurbishing ...", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jifhem li fi sptar iffullat, fejn m'għandekx sala waħda spare, trid tkun iblah biex timbarka fuq refurbishment ta' żewġ swali f'salt.", "U għalhekk fit-tweġiba qegħdin ngħidu li r-refurbishing tax- showers se jsir minn hawn u ftit żmien ieħor.", "Għax aħna dan ix-xogħol nagħmluh skond il-programm li għandna, programm kontinwu.", "Biżżejjed il- kollegi taż-żewġ naħat imorru sa l-isptar biex jaraw b'għajnejhom stess in- numru ta' swali li ġew refurbished.", "Anke qed isir ċaqliq ta' ċerti swali oħra biex inżidu l-effiċjenza u nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi umani li għandna, Sur President.", "Jien għalija din hija r-raġuni għala fir-risposta għedna li din is-sala se tiġi refurbished fi żmien ftit xhur oħra, għax dan l-eżerċizzju jrid jiffittja fi programm ta' refurbishing estensiv li bħalissa qiegħed in full swing.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-mistoqsija tiegħi ma kenitx dwar liema swali qed jiġu refurbished u x'qed jiġri fil-wards li qed jiġu refurbished.", "Jiena qed ngħid li persuni invalidi f'ward S3 mhux qed ikollhom aċċess għad- doċċa.", "Jistgħu jittieħdu passi, anke amministrattivi, biex sakemm jiġri dak li għandu jiġri u jsir ir-refurbishing, dawk diżabili jitpoġġew f'ward fejn id-doċċa tkun aċċessibbli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiena nifhem li biex ikunu jistgħu jidħlu pazjenti b'diżabilita' fil-ward, ikun ifisser it-twessigħ tal-bieb minn fejn jgħaddu.", "Jiġifieri jekk għandek persuna b'diżabilita' li qiegħda f'wheelchair u inti għandek bieb li minnu tista' tidħol biss persuna waħda, dak il-bieb bilfors se jkollok twessgħu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, qegħdin naqblu li f'ward S3 m'hemmx faċilitajiet ta' showers għal persuni b'diżabilita'.", "Issa sakemm jitlestew ix-showers, x'hemm xi jżomm milli dawn il-pazjenti jitpoġġew f'ward oħra fejn ix-showers huma aċċessibbli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, dwar dan ma nistax nagħti tweġiba u rrid niċċekkja l-affarijiet ma' l-amministrazzjoni ta' l-isptar.", "Għax jista' jkollok pazjenti li minkejja dawn in-nuqqasijiet, ikollhom bżonn joqogħdu f'ward S3 għax hemmhekk tingħata ċertu tip ta' kura li ma tingħatax fi swali oħra.", "Jekk tinqalagħlek l-istess problema f'post fejn jagħmlu l-cardiac surgery, per eżempju, lill-pazjent m'intix se tibagħtu f'ward oħra għax ovvjament dik il-kura speċifika tingħata hemmhekk.", "F'ward S3 tingħata kura speċjalizzata għall-kliewi, għall-prostata u affarijiet bħal dawn u għalkemm m'iniex qed neskludi li l-pazjent jista' jiċċaqlaq għal post ieħor, irrid niċċekkja mal-konsulent biex nara dan huwiex possibbli, Sur President.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - NGAGG TA' MESSAĠĠIER", "37896.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi 37727?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37735.", "TAL-PIETA' : SKOLA PRIMARJA - NFIQ", "37897.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi 37726?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37735.", "SANTA LUĊIJA - LIĊEO TAL-BNIET", "37898.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi 37725?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ewwel ġebla tal-liċeo tal-bniet f'Santa Luċija tqiegħdet nhar id-29 ta' Jannar, 1996.", "Din l-iskola laqgħet l-ewwel studenti fi ħdanha f'Settembru 1997.", "Il-faċilitajiet użati mill-ewwel studenti kienu jikkonsistu fi 15-il klassi, tliet laboratorji tal-fiżika, żewġ needlecraft rooms, żewġ kmamar tal-home economics, laboratorji tal-kimika, laboratorju tal-bioloġija, blokka amministrattiva li nkorporat l-uffiċċju tal-kap ta' l-iskola, l- uffiċċju ta' l-assistenti kapijiet, uffiċini segretarjali, staff rooms u kmamar għas-subject co-ordinators, kif ukoll l-użu ta' ġibjun u play area fuqu.", "KUMPANNIJI LI JOFFRU SERVIZZ TA' GWARDJANI PRIVATI", "37921.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm u liema huma dawk il-kumpanniji reġistrati skond il-liġi ta' l-1996 li huma liċenzjati biex joffru servizz ta' gwardjani privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi l-kumpanniji li huma liċenzjati biex joffru servizz ta` gwardjani privati huma kif jidher hawn taħt:", "|Safetrust Security | |J.F. Security Consultancy | |Services Ltd. | |Sterling Security Co. Ltd. | |Group 4 Securitas (Malta) Ltd. | |Group 4 Services (Malta) Ltd. | |Security Services Malta Ltd. | |The Guard & Warden Service House | |Ltd. | |Securital Ltd. | |Guardall Security Services | |Monitoring Services Ltd. | |I.H.B. | |Grange Security & Consultancy | |Services Ltd. |", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' il-Ministru jinformana x'tip ta' monitoring qed isir fuq l-operat ta' dawn il-kumpanniji?", "Qed ikun hemm sistemi li bihom nassiguraw li fl-operating structures u fis-security systems, dawn il- kumpanniji jikkonformaw ma' ċerti normi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, m'hemmx dubju li f'dan il-każ partikolari l-awtorita' regolatorja konċernata u l-ministeru jassiguraw li l-liġi qed tiġi nfurzata u segwita, anke fir-rigward ta' kriterji u standards li l- liġi tistabilixxi.", "Issa x'inhu l-eżitu ta' dan il-proċess ta' monitoring u x'jirriżulta minn dan il-proċess fil-konfront tad-diversi kumpanniji tas- sigurta' ma nafux f'dan il-mument.", "Naturalment jekk il-Kamra tkun tenħtieġ din it-tip ta' informazzjoni biex wieħed jara kif il-liġi qed tiġi applikata u x'riżultati qed ikollna, wieħed jista' jitlob din l-informazzjoni u m'hemmx dubju li l-ministru konċernat ikun jista' jagħti r-risposta tiegħu fil-ħin opportun.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qed neħodha li l-Ministru jaqbel li l- evalwazzjoni għandha ssir fuq bażi regolari u permanenti.", "Jaqbel li ħaġa bħal din għandha tkun wkoll pubblika ħalli kulħadd ikun jafha?", "Għax għalkemm ovvjament wieħed mhux se jiżvela informazzjoni interna fuq l- operat ta' dawn il-kumpanniji, nixtieq inkun naf jekk il-Ministru jaqbilx li informazzjoni dwar l-evalwazzjoni ta' l-operat ta' dawn il-kumpanniji li joffru servizz ta' gwardjani privati għandhiex tiġi ppubblikata b'mod regolari, kif jiġri anke fil-kwestjoni tal-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, hawn si tratta ta' kumpanniji li qed jagħtu servizz ta' sigurta' u jidhirli li biex wieħed iwieġeb għad-domanda li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, irid jirrifletti fiex jikkonsisti dan is-servizz qabel ma jiddeċiedi jekk għandux jiżvela jew le l- evalwazzjoni li tirriżulta fuq id-diversi kumpanniji.", "Jiena m'iniex il- ministru responsabbli minn dan id-dekasteru u ma nħossnix kompetenti biex niġġudika jekk din it-tip ta' policy għandhiex issir jew le, għalkemm nifhem li jeżistu istituzzjonijiet li jkunu qegħdin isegwu l-evalwazzjoni ta' dawn is-servizzi li jkunu qegħdin jingħataw.", "Biss qabel ma wieħed jgħid jekk din għandhiex tiġi ppubblikata għandu l- ewwelnett jikkonsidra xi tfisser u x'inhuma l-implikazzjonijiet, għax ma naħsibx li dawn tista' tqabbilhom mal-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali huma saff ta' amministrazzjoni pubblika, huma suġġetti għall-kontabilita'.", "Il-liġi tagħhom tipprovdi anke għall-pubbliċita' ta' l-operat tagħhom, anke f'ċertu dettall.", "Imma hawnhekk si tratta ta' entitajiet privati li qegħdin jagħtu servizz li veru huwa fil-qasam pubbliku u wieħed irid jara xi tfisser.", "Ma naħsibx li hija ħaġa stramba li wieħed jagħmel rapport ġenerali ta' x'inhu l- value for money tas-servizz li dawn qegħdin jagħtu, ta' x'inhuma l-affarijiet pożittivi li joħorġu minnu, ta' x'inhuma d- diffikultajiet u ta' x'inhi l-inċidenza ta' ħwejjeġ negattivi li dwarhom min jirċievi s-servizz jilmenta minn żmien għal żmien.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li trid tiġi kkonsidrata mill-awtoritajiet konċernati biex jiġi assigurat li l-pubbliċita' ma tkunx qiegħda la tikser prinċipji ta' relazzjoni bejn kumpanniji kummerċjali u l-klijenti tagħhom, u lanqas li forsi jkun hemm xi punti li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta' ta' entitajiet partikolari jew inġenerali li jistgħu jiġu pperikolati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma rridux ninsew li llum fi ħdan kull ministeru diġa' hemm il-mezzi ta' sigurta'.", "Jista' il-Ministru jgħid x'isir fid-dekasteru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ngħid li altru wieħed jitkellem fuq servizz ta' sigurta' li jista' jkollhom bżonn l-iskejjel u altru dan is-servizz.", "Ejja nimmaġinaw is-servizz ta' sigurta' li jista' jkollhom bżonn il-Monte di Pieta', per eżempju.", "Forsi hemmhekk hemm ħwejjeġ li biex teżaminahom trid iżżommhom b'manjiera kunfidenzjali għar-raġunijiet ta' sigurta' innifisha, iżda mbagħad hemm entitajiet oħrajn u allura l-każ ivarja minn ħaġa għal oħra.", "Naturalment hemm metodi kif dan il-parlament ikollu wkoll l-informazzjoni; jew dik uffiċjali fejn l-area ma tkunx sensittiva, jew inkella informazzjoni li mhux l-ewwel darba li tingħata b'gentlemen's agreement, b'mod kunfidenzjali, biex il-Kamra tittutela d-dritt tagħha għal ċertu monitoring u għal ċerta informazzjoni.", "Imbagħad jifdal dawk iċ-ċirkostanzi fejn min ikun responsabbli min-naħa tal-gvern, iħoss li lanqas b'mod kunfidenzjali f'dan il-livell ma jkun għaqli li jiżvela.", "Allura naħseb li filwaqt li l-prinċipju dejjem għandu jiġi mwieġeb favur il- kontabilita', favur li wieħed jagħti l-informazzjoni, favur li l- informazzjoni ssir anke pubblika bil-għan li tkun tista' tiġi skrutinata u vverifikata, naħseb li l-Kamra trid ukoll taċċetta li kull każ irid jiġi kkonsidrat fuq il-merti tiegħu.", "GWARDJANI PRIVATI LIĊENZJATI", "37922.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm huma dawk il-gwardjani privati li huma liċenzjati skond il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi fil-preżent hawn 832 persuna li għandhom liċenzja ta` gwardjani privati, skond kif rikjest bl-Att ta` l-1996 dwar il-Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ladarba issa hawn il-Ministru magħna - u nirringrazzjawh talli qed jattendi għal din is-seduta parlamentari! - jista' jirrispondi l-mistoqsija li qajjimt qabel, u cioe' jgħid jekk il- monitoring ta' kumpanniji ta' gwardjani privati hux qed isir b'mod regolari u jaqbilx li din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qabel l-1996, dan kien qasam kompletament mingħajr ebda regola u mingħajr ebda kontroll ta' xejn.", "Ma kien hemm assolutament xejn x'iżomm lil xi ħadd li anke jekk xi darba seta' kien instab ħati ta' hold-up, jagħmilha ta' gwardjan privat.", "Fl-1996 dan il-gvern għamel liġi sabiex filwaqt li jħalli ċerta liberta', jikkontrolla s-sitwazzjoni.", "Il- kontrolli stabiliti mil-liġi huma ta' żewġ tipi, Sur President.", "Hemm il-kontroll fuq persuni individwali li japplikaw għal-liċenzja, jew ta' gwardjan privat jew ta' gwardjan lokali, u mbagħad hemm il-kontroll fuq il-kumpanniji nnifishom - fil-fatt kienet saritli domanda fuq hekk u fir- risposta tiegħi kont għedt liema huma dawk il-kumpanniji li għandhom liċenzja – kemm għar-rigward tad-diretturi ta' dawn il-kumpanniji kif ukoll tax-shareholders, għalkemm hawnhekk qed nitkellem mill-memorja.", "Jekk id- diretturi jkollhom xi record kriminali jew hemm suspett li m'huwiex fl- interess pubbliku li dawn jingħataw liċenzja, ma tinħarġilhomx liċenzja.", "Il- kummissarju tal-pulizija għandu l-poter li jġedded jew ma jġeddidx liċenzja lil dawn il-kumpanniji, u allura jrid jagħmel monitoring tas-sitwazzjoni biex jara kienx hemm xi żvilupp minn mindu dawn il-kumpanniji jkunu ngħataw il-liċenzja – jista' jkun dak iż-żmien kien għad m'hemm xejn fuq xiex wieħed jissuspetta dwarhom – sakemm jiġu biex jerġgħu jġedduha.", "Il-liġi ma timponix obbligu li dan jiġi ppubblikat, Sur President.", "Fil-fatt lanqas timponi obbligu li jiġu pubblikati l-ismijiet tal-persuni li jingħataw liċenzja ta' gwardjan privat.", "Naħseb li f'dan il-qasam wieħed għandu jimxi kif nimxu f'oqsma oħra.", "(Interruzzjonijiet) Il-kunsilli lokali qed jamministraw fondi pubbliċi u allura tajjeb li wieħed jagħmel l- affarijiet mhux biss kif suppost imma wkoll b'mod pubbliku.", "F'dan il-każ, l-ewwelnett ma kienx hemm każi ta' liċenzji li ma ġewx imġedda.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Veru li m'humiex qed jużaw fondi pubbliċi direttament, imma ħafna minnhom huma mħallsin mill-fondi pubbliċi u d- delega li għandhom ukoll hi li jmexxu s-sigurta` pubblika.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hawn qiegħda fuq il-gwardjani privati.", "Il-gwardjani privati ma jistgħux lanqas jamministraw.", "Li hemm hu li wħud minnhom, mhux il-gwardjani privati imma l-gwardjani lokali, bilfors jagħtu servizz lill- kunsill lokali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IN-NEGOZJATI GĦAS-SĦUBIJA TA' MALTA FL-UNJONI EWROPEA U L- MISTOQSIJA TAR-REFERENDUM - KONTINWAZZJONI", "Ikompli mill-15 ta' Jannar, 2003.", "MR SPEAKER: Ngħarraf lill-Onor.", "Membri li s'issa f'dan id-dibattitu n- naħa tal-gvern ħadet 401 minuta filwaqt li n-naħa ta' l-oppożizzjoni ħadet 365 minuta.", "S'issa tkellmu 35 membru u d-dettalji ta' kif tqassam ix- xogħol s'issa huwa available fuq il-mejda tal-Kamra.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, dawk minna li ilna attivi fil-politika sa mis-snin sittin, li għexna l-istorja u ħadna sehem fil-kampanja referendarja li wasslet għall-indipendenza ta' Malta naraw xebh kbir bejn dak li ġara fl-1964 u dak li qed jiġri llum.", "F'dak iż- żmien ta' kolonjaliżmu wkoll kellna lil min ma qabilx jew lil min beża' mill-indipendenza, kemm għal raġunijiet ta' prinċipju kif ukoll għal raġunijiet oħra, fosthom għal raġunijiet finanzjarji, ta' politika partiġjana jew possibbilta` ta' telfien ta' setgħa fil-kurituri tal-poter.", "Fil-fatt dak iż-żmien Malta kienet infirdet f'żewġ kampijiet, kamp minnhom kien jispjega fiex se ssarraf l-indipendenza u x'kien se jikseb il-poplu bi ftehim finanzjarju u ta' difiża filwaqt li l-kamp l-ieħor kien f'kampanja li tiżra' d-dubji u tbeżża' lill-poplu minn babawijiet ineżistenti, kif qed isir illum.", "Min kien oppona għall-indipendenza ta' pajjiżna dak iż-żmien kien jgħid li l-indipendenza se ġġib il-ġuħ, il-qgħad, l-emigrazzjoni u li din kienet se tneżżagħna mid-difiża.", "Il-gvern Nazzjonalista dak iż-żmien kien ħaseb - bħalma għamel illum - għal perijodu transitorju biex jilqa' għat-tħassib u jagħti ċans lill-ekonomija Maltija tissaħħaħ, tiddiversifika u tirristruttura ruħha.", "Maż-żmien irnexxielna naqilbu l-ekonomija minn waħda marbuta ma' l-interessi tad-difiża tal-gvern Ingliż għal waħda bbażata fuq l-industrija tal-paċi, fosthom l-ikbar industrija li għandna llum; l-industrija tat-turiżmu.", "Lil min dak iż-żmien beża' jew ma qabilx ma' l-indipendenza jien nagħmillu domanda waħda biss.", "Trid treġġa' l- arloġġ lura?", "Mr Speaker, jien konvint li minkejja li dan il-pajjiż għadda minn ċerti episodji koroh fi żmien gvernijiet Laburista, episodji li lanqas konna għaddejna minnhom fi żmien il-kolonjaliżmu, żgur li t-tweġiba unanima ta' kulmin oppona għall-indipendenza dak iż-żmien tkun \"Le, ma rridx immur lura għaż-żmenijiet li fihom Malta kienet kolonja\".", "Għadni niftakar id-diskors ta' l-ex-Ministru Giovanni Felice, li kellu tfal kbar u kien nannu ta' neputijiet żgħar, kif jien illum, fejn qal li l-indipendenza la kienet se tibdillu ħajtu u lanqas timlilu butu imma għalih l-indipendenza fissret sodisfazzjon għax hu kien ta sehmu biex jiżgura ġejjieni aħjar għal uliedu, għal ulied uliedu u għall-ulied kollha ta' dan il-pajjiż, l-istess sodisfazzjon li nixtieq inħoss jien għaliex jien ukoll inkun tajt sehmi għall-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea biex niżgura ġejjieni u opportunitajiet ikbar u aħjar.", "Mr Speaker, f'40 sena, grazzi għall-ħidma tal-poplu Malti u Għawdxi, irnexxielna nibdlu ħajjitna minn lejl għal nhar, u dan għamilnieh weħidna.", "Għall-kuntrarju, il-pakkett li nnegozjajna ma' l-Unjoni Ewropea se jgħin lil Malta u lill-Maltin u l-Għawdxin jiksbu l-livelli ta' għajxien li dawn jixtiequ.", "Jien konvint illi l-poplu huwa kapaċi jikseb dawn il-miri mingħajr ħadd ma jibqa' lura.", "It-turiżmu hu kruċjali għall-ekonomija tagħna, u daqstant ieħor huwa kruċjali għal dan il-qasam li tirrenja l-paċi fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja għax l-ikbar industrija tagħna teħtieġ il-paċi u l-istrument li jwassal għall-paċi biex tkun tista' tistagħna, titkattar u trendi iktar.", "Matul dawn l-aħħar 40 sena l-poplu Malti bena l-qasam tat-turiżmu, u llum it-turiżmu jissarraf fi kwart ta' l-ekonomija Maltija, f'iktar minn 20% tad- dħul tal-gvern u f'mezz ta' għajxien għal wieħed minn kull tlieta li jaħdmu bi qligħ.", "Meta t-turiżmu jfur, tfur Malta u jfuru l-Maltin; jiġifieri jgawdi kulħadd.", "Fi żmenijiet oħra, meta jkun hemm slowdown, kif ġara dan l- aħħar minħabba t-terroriżmu, kulħadd iżomm il-brakes, kulħadd jibqa' lura milli jonfoq u għalhekk ir-rota ta' l-ekonomija titlef u tnaqqas mir-ritmu tagħha.", "Ara issa li rpiljajna u deħlin fir-raba' xahar pożittiv in fila, ir-rota reġgħet bdiet iddur.", "Kelli ħafna okkażjonijiet, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra, biex nispjega kemm hu kruċjali għat-turiżmu li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, l-iktar proprju f'dawn iż-żmenijiet meta l-Unjoni Ewropea qiegħda tieħu interess kbir biex tiżgura li l-membri tagħha jiksbu kull vantaġġ possibbli mill-industrija tat-turiżmu.", "Issa wasalna fir-raba' jum u fis- sitt seduta ta' dan id-dibattitu, imma madanakollu s'issa l-oppożizzjoni, li tant tgħid li temmen fit-turiżmu, ħlief għal kumment li jien ngħid li huwa żbaljat - u iktar 'il quddiem se nipprova li dan il-kumment kien żbaljat - ta' l-Onor.", "Cuschieri, għadha ma semmietx kif it-turiżmu se jintlaqat ħażin bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan jien inħossu li huwa rikonoxximent ċar tal-verita` sagrosanta; ċioe` li sħubija sħiħa toffri biss vantaġġi għat-turiżmu.", "Mr Speaker, ma tkunx biss ħasra iżda jkun diżastru għas-settur turistiku jekk Malta ma taħtafx l-opportunita` tad-deheb li għandha li tagħti saħħa ġdida lill-mutur ta' l-ekonomija tagħha.", "Għaliex?", "Għax din is-sena il- presidenza ta' l-Unjoni Ewropea se tinqasam bejn il-Greċja u l-Italja, żewġ potenzi tat-turiżmu fil-Mediterran u fid-dinja.", "B'hekk fl-Unjoni Ewropea tkun bdiet era ġdida fil-qasam tat-turiżmu, era li se jgawdu minnha biss il- pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din is-sena l-presidenza tal-Greċja u ta' l-Italja lestew programm t'attivitajiet importanti li jixhdu mpenn ikbar minn qatt qabel.", "Fil-fatt fost dawn l-attivitajiet nistgħu nsemmu iktar laqgħat għall-ministri, għall-esperti u għall-uffiċjali fejn jiġu diskussi u jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l- ismall and medium-sized enterprises - u fit-turiżmu Ewropew hemm madwar 2 miljuni small and medium-sized enterprises - dwar il-kompetittivita`, dwar kif l-Unjoni Ewropea tipproteġi lill-istati membri tagħha minn kompetizzjoni minn pajjiżi u minn kumpanniji stabbiliti minn barra l- unjoni, dwar l-iżvilupp sostenibbli tat-turiżmu, u għal darb'oħra saret laqgħa oħra kbira plenarja, it-tieni European tourism forum.", "Għal dawn il- laqgħat Malta mistiedna bi dritt u jkollha vuċi u sehem fid-deċiżjonijiet bi dritt, iżda biss jekk tkompli fuq it-triq ta' sħubija.", "Jekk ma tkomplix fuq din it-triq, Mr Speaker, Malta la tgawdi mill-miżuri li l-Unjoni Ewropea tħejji għall-membri tal-familja tagħha u wisq agħar, minħabba li tkun barranija u ma tkunx parti mill-familja, Malta tkun trid toqgħod għad- deċiżjonijiet kollha li jittieħdu.", "Terġa` agħar minn hekk, il-vantaġġi kollha li ksibna sal-lum minħabba li ta' l-Unjoni Ewropea diġa` qed jgħodduna bħala pajjiż membru nitilfuhom ukoll.", "Mr Speaker, it-turiżmu jgawdi mill-fondi strutturali ta' koeżjoni għaliex jiffinanzjaw proġetti ta' tisħiħ, tisbiħ u immodernizzar ta' l-ambjent u l- infrastruttura, l-iktar aspett debboli turistiku tagħna.", "F'okkażjonijiet oħra jien semmejt il-vantaġġi li jikseb is-settur turistiku fl-oqsma tal- pubbliċita`, tal-marketing, ta' promozzjoni, ta' moviment ħieles u tal- munita komuni Ewropea, u iktar importanti minn hekk, permezz tat-third package l-Air Malta tikseb id-drittijiet kollha biex tiżviluppa l-potenzjal tagħha li jwassal għal żieda sostanzjali fl-air seat capacity, u għalhekk Malta tkun qed tikseb opportunitajiet ikbar biex tattira u toffri mezz ta' trasport għal numru ikbar ta' turisti.", "Irrid inżid - u hawnhekk se nwieġeb lill-Onor.", "Cuschieri - li bħalissa l- Unjoni Ewropea qed tirrivedi t-tour operator margin scheme, u se naqra testwalment:", "\"The European Commission has proposed changes to the special margin scheme.", "The object of this proposal is to ensure more uniform application by extending the scope of the special scheme to cover the suppliers of travel packages to all clients and to abolish the various derogations relating to such supplies.", "The proposal also aims at eliminating the distortion of competition to the detriment of EU established tour operators, which is increasingly arising due to the introduction of new technology in the sector.\".", "Għalkemm it-tour operator margin scheme tagħmel effett minimu fuq il-prezz ta' l-ivvjaġġar l-Ewropa se tibda tapplika għal kulħadd, sew jekk aġenzija tkun stabbilita fl-Ewropea, kif ukoll jekk aġenzija tkun stabbilita barra mill-Ewropa u dan mingħajr telf ta' kompetittivita' għal min ikun qiegħed imsieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Dan mhux kif qal l-Onor.", "Cuschieri.", "Issemmiet il-visa.", "Il-visa m'hijiex projbizzjoni għad-dħul iżda għażla bejn turisti u negozjanti bona fide u bejn min jidħol f'pajjiż għal skopijiet ta' moħħu.", "Il-visa m'hijiex xkiel għat-turiżmu, iżda mezz kif nagħżlu minn qabel bejn dawk li jiġu Malta għal vaganza fil-lukandi u dawk li probabbilment jispiċċaw fil-ħabsijiet tagħna jew imkeċċijin minn Malta.", "Min jiġi jżurna bħala turist merħa bih, ħaddieħor le.", "Dan għamilnih ukoll fit-turiżmu fejn ftaħna l-bibien u lliberalizzajna l-industrija, esponejna l-kompetizzjoni, żarmajna l-monopolju, neħħejna s-sussidji u ftaħna s-suq għall-investiment f'kull qasam.", "Jiġi minn fejn jiġi basta barrani joqgħod għall-istess policies u standards li jirregolaw is-suq Malti.", "Sur President, illum barrani jista' jiftaħ jew jakkwista minn guest house sa lukanda u jmexxiha hu stess.", "Jista' jixtri kull negozju eżistenti fil- qasam tal-catering u jmexxih.", "L-istess tista'tgħid għal businesses oħra, fosthom aġenziji ta' handling.", "Dan ifisser li din m'hijiex policy ġdida.", "Ilha in vigore ħafna u ħafna snin minn meta ġiet stabbilita d-Danish village.", "Malta fil-fatt, Sur President, qatt ma rrifjutat investiment serju u għalhekk barrani jista' jinvesti u jmexxi aġenzija outgoing.", "F'dawn l- aħħar erba' snin ikkompletajna l-proċess tal-liberalizzazzjoni u neħħejna l- iskill kollu għall-investiment.", "Meta l-oppożizzjoni titkellem dwar setturi li għadhom mhux liberalizzati, l-oppożizzjoni tagħti dik l-impressjoni li se tiġi fuqna invażjoni ta' ħaddiema u distortion ta' suq u ta' kompetizzjoni li l-Maltin ma jkunux kapaċi jilqgħu għaliha.", "Fit-turiżmu fejn jaħdmu eluf ta' self-employed bil-kwiet, bil-mod u bis-serjeta' wettaqna l-liberalizzazzjoni sħiħa wkoll qabel ma dħalna membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "X'kien ir-riżultat, Sur President?", "Investiment barrani f'guest houses u lukandi żgħar tgħoddhom fuq id waħda.", "Il-lukandi kbar baqgħu f'idejn il-Maltin, ristoranti l-istess, tour operators wieħed jew tnejn biss għaliex kien hemm bidliet u taqlilbiet kbar fis-swieq internazzjonali.", "Hawnhekk ma' jgħoddx dak li jgħid il-gvern jew l- iscaremongering ta' l-oppożizzjoni, iżda r-regoli li jiddetta s-suq.", "Jien nistaqsi min hu dak l-iblah li jitlaq il-business tiegħu li jkun sejjer tajjeb, jitlaq pajjiżu u jisposta l-familja minn suq ta' mijiet ta' eluf għal suq ta' ftit eluf.", "Min irnexxa, Sur president, jibqa' f'pajjiżu u min falla jfalli kullimkien.", "Bil-liberalizzazzjoni tajna opportunita' lil Maltin isarfu l-investiment tagħhom bi prezzijiet aħjar.", "Dak li ġara fis- settur tal-catering u tat-turiżmu jiġru wkoll fis-settur l-oħra fejn il- Maltin li jafu jaħdmu u jafu jagħtu servizz tajjeb se jkunu kapaċi jegħlbu wkoll kull kompetizzjoni li jistgħu joffru barranin fl-istess dinja ta' xogħol.", "Ħafna drabi jien ngħid li diġa' qed ngħixu f'xenarju ta' l-EU.", "Irrid nippreċiża għaliex m'inix forsi kompletament korrett, għaliex għalkemm is- suq huwa liberalizzat u hemm level playingfield għall-Maltin u l-barranin, għalkemm napplikaw il-provvedimenti ta' l-acquis, għalkemm irristrutturajna u kien hemm min għadda minn ċerti weġgħat u tbatija wkoll, il-fatt hu li issa li għaddejna mill-pain tal-bidla, s'issa rnexxilna biss nakkwistaw ftit biss mill-gains li l-Unjoni Ewropea toffri lill-operaturi fis-settur tat-turiżmu.", "Il-kelma bil-Maltai għal partnership hija \"sħab\".", "Dan issibu biss fl-ajru u mhux fl-art tal-bnedmin waqt li l-pakkett negozjat u l-istess Unjoni Ewropea huma ċertezzi li jiggarantixxu vantaġġi kbar u jġibu magħhom il- veru gain hekk kif Malta u s-settur tat-turiżmu jsibu posthom fl-Unjoni Ewropea.", "Din, Sur President, hija għażla kruċjali għat-turiżmu.", "Hija l- għażla fuq kollox għall-futur ta' pajjiżna u ta' wliedna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kwestjoni ta' l-aħjar rabtiet li pajjiżna għandu jkollu ma' l-Unjoni Ewropea hija kwestjoni importanti ħafna u naħseb li għandna nieħdu ħsiebha b'moħħ miftuħ u naslu għall-konklużjonijiet tagħna x'għandha tkun din ir-rabta wara li nqisu u nanalizzaw l-affarijiet.", "Għandna nieħdu deċiżjoni bħal din b'għajnejna miftuħin mingħajr preġudizzju.", "Irrid ngħid bla ebda tlaqlieq li fost l-isbaħ żmenijiet, fost l-isbaħ esperjenzi li qattajna f'ħajti kienu ż-żmenijiet li għaddejt jew nistudja jew naħdem jew ngħix f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għad baqagħli ħafna ħbieb hemmhekk u bqajt inżurhom sal-lum.", "Dan qed ngħidu għax żgur li anke mill-esperjenza personali tiegħi m'għandi xejn li jagħmilni allerġiku għall- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, anzi nħares ħafna b'simpatija lejn dawn il- pajjiżi.", "Sal-lum nieħu gost naqra ħafna letteratura Ewropea, insegwi mużika Ewropea u waqt li jien Malti, waqt li jien Mediterranju nħossni Ewropew ukoll.", "Assolutament ma nħoss l-ebda kontradizzjoni li ngħid jien Malti, jien Mediterranju u li jien Ewropew u li fl-istess ħin nipprova nagħmel sforz biex inkun miftuħ anke lejn inħawi oħra tad-dinja.", "Id-deċiżjoni li wieħed jieħu fuq x'rabta għandu jkollu pajjiżna ma' l- Unjoni Ewropea ma toħroġx sew jekk inti għandekx simpatija jew antipatija ma' l-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea anke minnha nnifsha hija esperjenza pożittiva u sforz pożittiv.", "Aħjar ikollok pajjiżi li qegħdin ipoġġu madwar mejda biex isolvu d-differenzi ta' bejniethom milli jbiċċru lil xulxin fuq il-kamp tal-battalja.", "Wara kollox huwa aħjar anke għall-Maltin u l-Għawdxin li fuq il-kontinent Ewropew ikun hemm il-koperazzjoni u l-għaqda, għaliex kull darba li kien hemm il-konflitti u l-gwerer fuq il-kontinent Ewropew, spiċċajna batejna u sofrejna aħna wkoll.", "Il-mistoqsija li għandna quddiemna m'hijiex kwestjoni li aħna qed nintalbu ngħaddu vot dwar l-Unjoni Ewropea nnifsha.", "M'aħniex qed niġu mistoqsijin jekk aħna rridux nidħlu jew le fis-supporters club ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il- mistoqsija li rridu niffaċċaw ilkoll kemm aħna, nerġa' ngħid b'moħħ miftuħ u b'għajnejna miftuħin għar-realtajiet kollha, hi x'tip ta' relazzjoni rridu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li hawn ġew ħadd ma joħlom li ma jistax ikollna rabta ma' l-Unjoni Ewropea, imma x'tip ta' rabta għandu jkun hemm?", "Għandek ir-rabta ta' sħubija sħiħa li tfisser li inti tidħol għar-regoli ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea jew inkella għandek it-triq l-oħra li tibni relazzjoni ta' ħbiberija ma' l-Unjoni Ewropea fejn tista' taħdem id f'id ma' l-Unjoni Ewropea.", "Din l-aħħar triq qed tiġi konsidrata minħabba ċ- ċirkostanzi u minħabba realta' kompletament differenti minn dik ta' l- Unjoni Ewropea.", "Din toħroġ anke mir-realta' sempliċi ġeografika tagħna.", "Bilfors li r-realta' tagħna u l-istruttura ekonomika tagħna jkunu differenti minn dawk ta' l-Unjoni.", "Minħabba f'hekk ikollok bilfors tieħu miżuri biex ir-regoli li japplikaw għar-realtajiet fuq il-kontinent Ewropew ma jkunux japplikaw għalik.", "Mid-dokumenti li ħejja l-gvern innifsu biex jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea joħroġ ċar li anke l-gvern irrikonoxxa li aħna għandna realta' differenti u talab biex ir-regoli li jorbtu lill- Unjoni Ewropea ma jkunux jorbtu lilna f'kull qasam għaliex jagħmlulna l- ħsara.", "Nerġa' ngħid li l-Unjoni Ewropea, nħossha bħala forza pożittiva.", "Jekk il- Prim Ministru jippermettili nuża espressjoni li ġieli juża hu, jien ngħid li anke l-Unjoni Ewropea nnifsha għandha kwalitajiet tajbin u kwalitajiet inqas tajbin.", "Hemm min jikkritika ċerta direzzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju jien smajt lill-kollega l-Onor.", "Michael Frendo jitkellem hawn ġew fuq il-prinċipju tas-solidarjeta' u m'hemmx dubju li l- Unjoni Ewropea f'ħafna dokumenti ssib u tisqarr dan il-prinċipju ta' solidarjeta'.", "Imbagħad jekk nanalizzaw kemm dan il-prinċipju ta' solidarjeta' twettaq u tmexxa, nafu li bejn il-kliem u r-retorika miktuba fid-dokumenti u r-riżultati matul is-snin hemm differenza, għaliex anke fl- Unjoni Ewropea nnifisha hemm realtajiet ta' diżugwaljanza u ta' inġustizzji.", "Per eżempju, studji li saru mill-Unjoni Ewropea nnifsha juru per eżempju, kemm hemm problema anke ta' faqar f'pajjiżi membri ta' l-UE.", "Issa dawn m'humiex studji ta' Euro-xettiċi jew ta' nies li ma jaħmlux lill-UE, imma huma studji li saru anke minn istituzzjonijiet ġewwa l-UE nnifisha li minnhom jirriżulta li fl-Italja għandek wieħed minn kull ħamest itfal li jgħixu taħt il-poverty threshold li tagħti l-UE nnifisha.", "Issa l-Italja żgur ma tistax tgħid li dawk it-tfal jgħixu fil-faqar għax m'humiex fl-UE, għax huma kienu membri fundaturi.", "Dan qed ngħidu għax ma naħsibx li huwa ġust li kwestjoni importanti bħal din nittratawha b'mod leġġer billi npinġu lill-UE qisha xi prayer group u aħna qegħdin nintalbu biex nidħlu fi prayer group.", "Issa qed jgħidulna wkoll biex ma nivvotawx fuq kif se nintlaqtu materjalment.", "Issa ta' min igħid li anke fid-diskorsi li jsiru min-naħa tal-gvern jissemma ħafna dwar kif se nintlaqtu materjalment.", "Per eżempju fid-diskors li għamel il-ministru tal- finanzi fl-aħħar budget tiegħu semma' għaliex għandna nidħlu membri sħaħ fl- UE u dawk li semma' kienu vantaġġi materjali.", "Anzi huwa għamel lista ta' dnubiet li għandna f'pajjiżna u qal - u nikkwota kelma b'kelma ħalli ma niġix akkużat li qiegħed ngħawweġ il-kliem - li għandna nidħlu fl-UE għaliex sħubija sħiħa fl-UE nigarantixxu l-aqwa livelli f'kollox, fl- ambjent, fit-toroq, fl-isptarijiet, fl-iskejjel, fis-servizzi pubbliċi u privati, f'għajnuna soċjali u fis-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Issa meta nsemmi ġid materjali jiena mhux se nerġa nidħol fuq il-kwestjoni tal- Lm100 miljuni li ġejna mwiegħda li se jiġu kull sena wara li nidħlu.", "La dawk il-mijiet ta' miljuni ma ġewx qed niġu mwegħda li kull problema li għandna f'pajjiżna tissolva billi nidħlu fl-UE.", "Irrid ngħid li apparti l-wegħdiet, lanqas hu ġust li tinqed bl-UE biex tgħatti n-nuqqasijiet u l-fallimenti tiegħek, għaliex l-UE nnifisha għandha problemi ta' dan it-tip.", "Biżżejjed nieħdu l-kwestjoni ta' l-edukazzjoni.", "Il-mexxejja ta' l-UE huma mħassbin bis-serjeta` u wieħed jinduna b'dan jekk jaqra x'kienu ddiskutew u ddeċidew fis-summit ta' Lisbona tal-kapijiet ta' l-istat ta' l-UE.", "Dan is-summit kien wieħed mill-aktar summit li ta każ tal- problemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE għax tħossha li hemm oqsma fejn waqgħet lura mal-bqija tad-dinja.", "Per eżempju fil-qasam ta' l-informatika l- UE waqgħet lura mas-Singapore, mal-Ġappun, u ma' l-Istati Uniti.", "L-UE jkollha timporta eluf ta' Indjani biex jaħdmu fix-xogħol ta' l-informatika u allura qalu li għandhom jagħmlu pjan ta' azzjoni biex fejn waqgħu lura jimxu 'l quddiem.", "Dan qed ngħidu għax lanqas huwa ġust fuq l-UE nnifisha li wieħed ipinġi li hemmhekk hemm xi realta' bla problemi, avvanzata u li kulma rridu nagħmlu aħna hu li mirakolożament nidħlu fiha u l-problemi kollha li għandna jisparixxu.", "Mhux ġust għall-UE nnifisha għax jgħaddi ż-żmien u n-nies iduru kontra l-UE għaliex ikunu stennew li se jiġri miraklu u l-miraklu ma seħħx.", "L-UE trid tiġi ppreżentata bħala realta ekonomika soċjali, politika li hi stess qed tisforza biex timxi l-quddiem u biex tegħleb in-nuqqasijiet tagħha, imma realta li qegħda f'din id-dinja, li qegħda fuq din il-pjaneta.", "Meta l-kummissarji jieħdu l-ħatriet tagħhom u jibdew jinnegozjaw x'allowances u benefiċċji soċjali, u x'benefiċċju x'mijiet ta' eluf ta' liri se jaqilgħu, ġid materjali jkunu qed ifittxu.", "Jiġifieri huwa ġust li meta aħna ngħidu ejja nieħdu din id-deċiżjoni...", "Wara kollox pajjiżna m'huwiex xi ħaġa astratta, pajjiżna huwa l-eluf ta' familji Maltin u GĦawdxin li jgħixu hawn.", "Anke din ta' li rridu nagħmlu l-aħjar għażla għal uliedna m'hijiex għajta ġusta.", "Jiena qabel ma jien politiku, jien missier u għandi żewġt itfal, waħda ta' erbatax u l-oħra ta' sittax.", "M'għandix dubju li anke meta niġi biex nirrifletti x'rabta għandu jkollu pajjiżna ma' l-UE qed naħseb ukoll għall-futur tat-tfal tiegħi, dwar il-ġid tat-tfal tiegħi.", "M'hawn ħadd hawn ġew li għandu xi monopolju li jiddeċiedi hu dwar x'inhu ta' ġid.", "Wara kollox kulħadd jipprova jaħseb fil-ġid ta' uliedu bl-aħjar mod possibbli, jiġifieri mhux ġust li jintużaw l-ulied fi kwestjoni bħal din, qisu xi naħa għax tiddeċiedi mod għandha xi monopolju fuq kif taħseb fuq il-ġid tat-tfal u min ma jaqbilx huwa allura xi mostru kattiv li jrid il-ħsara ta' l-ulied.", "Assolutament ma' naħsibx li huwa ġust li kwestjoni bħal din napprowcjawha b'dan il-mod leġġer u b'dan il-mod ta' konfrontazzjoni superfiċjali.", "Nerġa ngħid fl-UE nnifisha għandha problemi ta' dan it-tip.", "Ftit ilu l- OECD, the organisation for economic co-operation and development, ħareġ rapport fuq is-sistemi edukattivi fl-UE u anke fil-bqija tad-dinja, fejn analizzaw il-kwalita' ta' l-edukazzjoni fi 32 pajjiż fost l-iżjed avvanzati fid-dinja.", "L-istudju kien jismu programme for international student assessment.", "Huwa bbażat fuq it-testijiet li jsiru lil adoloxxenti ta' 14-il sena u 15-il sena biex ikejlu l-ħiliet tagħhom fit-tħaddim tal-lingwa, tal- matematika u fix-xjenza, u l-kapaċita' li dak li tgħallmu fl-iskola jgħinhom biex isolvu l-problemi reali fid-dinja reali.", "Minn dan l-istudju jirriżulta li l-aqwa sistemi edukattivi huma dik tal-Korea t'isfel, warajha hemm il-Ġappun, imbagħad il-Finlandja, il-Kanada u l-Awstralja.", "Jiġifieri fost l-aqwa ħames sistemi edukattivi fid-dinja mill-UE hemm il-Finlandja biss għax tħaddem politika edukattiva nazzjonali f'pajjiżha stess fejn trid l-ugwaljanza u l-kwalita'.", "L-islogans tagħhom m'humiex slogans fil-vojt imma huma slogans li jippromwovu quality and equality.", "Hawn ta' min wieħed jgħid li pajjiżi oħra li ilhom fl-UE bħal Franza, il-Ġermanja u bħall- Italja lanqas biss huma fost l-ewwel għaxra.", "Dan qed ngħidu għax qed inpenġu l-Unjoni Ewropea b'mod mhux realistiku.", "Kien hawn min penġiha bħala fonti kbira ta' flus ħerġin minn kullimkien.", "Wara kollox nerġa' ngħid li lanqas hu ġust fuq l-UE nnifisha, għalkemm jien ngħid li huwa tort ta' ċerti uffiċjali ta' l-UE li jħallu lilhom infushom jintużaw b'dan il-mod.", "Jien niftakar niddiskuti din il-kwestjoni ma' diplomatiku għoli ta' l-UE u għedtlu li fl-aħħar mill-aħħar eventwalment, b'dan il-mod tkun qed taħdem kontra l-UE bħalma s'issa qed taħdem kontra l- approach li ħadu fuq l-Euro.", "Qed ngħid hekk għax intqal li l-Euro se jġib roħs fil-pajjiżi fejn daħħluh u issa wara sena jirriżulta li f'pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza u bħall-Italja l-Euro ġab għoli qawwi ħafna fil- prezzijiet tal-ħajja ta' kuljum u allura n-nies qed iħossuhom li ġew ittraduti għax l-ewwel kien hemm dik il-propoganda kollha ta' kif l-Euro se traħħas il-prezzijiet kullimkien u issa, x'ħin waqfu l-inbid u l-murtali taċ-ċelebrazzjonijiet u ġie launched l-Euro, mill-għada n-nies bdew ikejlu l-Euro mhux aktar bi propoganda u bi kliem sabiħ iżda meta jmorru jixtru x'isibu.", "Fl-Italja u hemm kontroversja dwarha din għax il-gvern Taljan qed jiġi akkużat li qed ibagħbas fil-figuri biex jaħbi l-problema għax jirriżulta li l-prezzijiet ta' l-ikel għolew ħafna, ħafna u ħafna.", "Jien ngħid li importanti li l-affarijiet jiġu ppreżentati b'mod realistiku.", "Irrid insemmi li kont qed nitkellem ma' diplomatiku għoli ta' l-UE u għedtlu li f'Malta l-istrateġija li tpinġi l-UE bħala xi ħaġa mirakoluża u pożittiva biss u li għandha biss x'tagħti lill-pajjiżna b'abbundanza kullimkien, eventwalment taħdem kontra.", "Fost oħrajn kont qed insemmilu l- kwestjoni tal-kaċċa u l-insib u l-fatt li tan-naħa l-oħra joqogħdu jwebblu lill-kaċċaturi u n-nassaba li m'hemmx problemi għall-prattika u għad- delizzju tagħhom.", "Hu weġibni b'ċertu ċiniżmu mtaffi bi tbissima u qalli li sakemm jgħaddi r-referendum u sakemm jiġi l-vot ta' xi triq se taqbad Malta ma' l-UE hemm bżonn li ġġorr in-nies miegħek.", "Lil dan jien ngħidlu li huwa perikoluż ħafna dan.", "In the short term forsi taħdem, in the long run iddur kontra.", "Din hija dik li nsejħilha l-istrateġija taz-zokkor.", "Meta konna żgħar - u ma nirrikmandax li t-tfal jilgħabu kif konna nilgħabu aħna - kien ikollna kaxxa tas-sulfarini, niftħuha ftit u konna nitfgħulha z-zokkor ġewwa biex naqbdu d-dubbien.", "Malli d-dubbien jidħol ġewwa tagħlaq il-kaxxa tas- sulfarini.", "Allaħares nistmaw liċ-ċittadini kif jiena nibża' li diġa` qed jiġu stmati, bħal dawn id-dubbien.", "Iz-zokkor huwa s-sussidji lill-bdiewa u lis-sajjieda u ċerti transition periods għat-tarznari.", "Dawn huma flejjes li qed jintefqu biex itaffu l-uġiegħ sakemm jidħlu ġewwa.", "X'ħin jidħlu ġewwa tagħlaq il-kaxxa mbagħad daqshekk, inqbadt.", "Naħseb li strateġija bħal din fit-tul taħdem kontra bħalma taħdem kontra li toqgħod tagħmel ħafna propaganda fuq kemm ġibt flus u kemm se ġġib flus imbagħad jirriżulta li ma jkunx veru.", "Inċidentalment la qed nitkellmu fuq il-flus, nixtieq nistaqsi dwar il- kwestjoni tal-protocol Taljan.", "Dan ġie marbut mal-kwestjoni tas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewopea.", "Il-protocol li għadu kemm ġie ffirmat ma' l-Italja qed jitqies bħala parti mill-isforz li Malta trid tagħmel għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena nixtieq nistaqsi jekk huwiex veru li hemm xi diżgwid fil-kabinett Taljan fuq dan il-protocol u jekk għaddiex mill- kabinett Taljan.", "Jekk għadda, għandna xi ħjiel meta se jitressaq fil- parlament u meta se jgħaddi mill-proċess kollu li n-naħa ta' l-Italja trid tgħaddi minnu biex tagħti dawk il-fondi?", "Dan qed nistaqsih għax ma nafx jekk huwiex veru dak li qed jingħad f'ċerti inħawi li hemm problemi minn xi membri tal-kabinett Taljan fuq dak il-protocol.", "Nixtieq nagħmel mistoqsija oħra, din id-darba ta' natura politika iktar milli ta' natura ekonomika.", "X'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern Nazzjonalista jekk jitlef ir-referendum?", "B'liema mod se jmur għall- elezzjoni ġenerali( Dan huwa xenarju possibbli.", "F'demokrazija kollox jista' jiġri, imma naħseb li din hija domanda importanti ħafna.", "Naf li hemm nies fil-quċċata tal-partit Nazzjonalista li qajmu din il-mistoqsija u hija mistoqsija li naħseb għandha bżonn tweġiba wkoll.", "X'se tkun il-pożizzjoni tal-partit Nazzjonalsita jekk jitlef ir-referendum u b'liema mod se jmur għall-elezzjoni ġenerali(", "Kont qed ngħid li r-rapporti li ħejja l-gvern stess biex jinnegozja ma' l- Unjoni Ewropea taw każ il-ġid materjali tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Qed insemmi dan għax għalkemm jiena wieħed minn dawk li għandi simpatija lejn l- iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea imma waħda mill-aspetti fejn żgur m'għandix simpatija hija l-kwestjoni tal-one size fits all. Għax regola jdaħħluha huma b'mod ċentrali mbagħad iriduha li tapplika fit-territorju kollu anke jekk dik ir-regola tagħmel ħsara f'xi parti tat-territorju.", "Hawnhekk nixtieq nirreferi għall-kwestjoni tat-taxxa tal-VAT fuq il-kotba.", "Meta qajjimt din il-kwestjoni waqt id-diskussjoni tal-budget, li m'huwiex aċċettabbli li f'pajjiżna tidħol il-VAT fuq il-kotba u fuq it-tagħmir għall-persuni b'diżabilita`, min-naħa tal-gvern kien hemm min ipprova jidħak bija u min ipprova jċekken problema bħal din.", "Jien sa dak iż-żmien kont għadni ma nafx li l-Ministeru tal-Finanzi fit-28 ta' Settembru ta' l-2001 ressaq dokument, li jiena nqisu dokument tajjeb ħafna, biex jispjega lill-Unjoni Ewropea għaliex m'għandhiex tidħol it- taxxa tal-VAT fuq il-kotba u materjal stampat.", "Jiena naqbel mal- konklużjonijiet ta' dak ir-rapport.", "Dak ir-rapport jgħid, kif għedt jien meta ddiskutejna l-budget hawn ġew, li t-taxxa tal-VAT fuq il-kotba u materjal stampat tolqot ħażin lill-uliedna speċjalment lil dawk li diġa` għandhom problemi tal-qari u lil dawk is-setturi tas-soċjeta` fejn għad irridu naħdmu ħafna biex inxerdu fihom il-kultura tal-qari.", "Issa din m'għadux jgħidha membru ta' l-oppożizzjoni li jista' jiġi akkużat li għandu interess biex ipinġi ħażin il-pożizzjoni tal-gvern.", "Dan jgħidu d- dokument tat-28 ta' Settembru tas-sena 2001 imħejji mill-Miniseru tal- Finanzi, imma mbagħad, minkejja dan id-dokument, il-gvenr ċediha din.", "U jekk Malta ssir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, bid-direttiva li se tidħol fis-seħħ f'Lulju ta' din is-sena fil-pajjiżi kollha membri fl-Unjoni Ewropea, se jkollna l-VAT fuq l-edukazzjoni, fuq il-kultura, fuq l-isports, fuq ix-xjenza u fuq affarijiet ta' rikreazzjoni.", "Se jkun neħħa l-VAT fuq il-ballet u fuq il-pjanu jew fuq il-mużika għal ftit żmien qabel ir- referendum imma eventwalment, kieku Malta kellha ssir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea dawk ikollhom jerġgħu jidħlu.", "Ir-risposta għall-mistoqsija dwar x'rabta għandu jkollu pajjiżi ma' l-UE minn dawn it-tip ta' mistoqsijiet toħroġ.", "Kieku l-Unjoni Ewropea żviluppat b'mod li ma tobbligax il-kulħadd li llum jew għada jrid bilfors japplika l- liġijiet u r-regoli kollha li għandha fl-acquis, fit-880,000 u iżjed ta' paġni regoli, kieku ma jkollix problema.", "Dak li jinkwetani wkoll bħala Malti hu li aħna se nkunu qegħdin inħallsu t-taxxi lil din l-entita` kbira u fit-tliet snin li ġejjin hemm maħsuba li barra t-taxxi li diġa` qegħdin inħallsu f'pajjiżna, rridu nħallsu Lm73 miljun oħra lill-Unjoni Ewropea.", "Ta' dawk it-taxxi, x'leħen se jagħtuna fl-istituzzjonijiet Ewropej?", "Il- leħen se jkun ftit, għax kemm fil-kummissjoni, kemm fil-Kunsill tal- Ministri, kemm fil-bank Ċentrali Ewropew, kemm fil-Parlament ta' l-Unjoni Ewropea is-say tagħna huwa baxx.", "Se nkunu qegħdin inċedu l-poter li mmexxu lilna nfusna bla ma nirbħu xi poter ġdid li bih ninfluwenzaw mhux biss dak li qed jiġri f'pajjiżna imma anke dak dak li jiġri f'pajjiżi oħra.", "L-iktar żvilup li qed jinkwetani fl-Unjoni Ewropea hu kif il-pajjiżi l-kbar qed jieħdu għalihom iżjed u iżjed poter u kif qed ifasslu l- istituzzjonijiet biex iktar tgħaddi tagħhom.", "Mill-banda l-oħra l-pajjiżi ż- żgħar ftit qed jingħataw say.", "Ikunu hemm imma fil-kejk kollu jkunu passolina jew tnejn.", "Hemm ikunu, imma kif se jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jieħdu l-kbar?", "Kieku l-integrazzjoni Ewropea tfisser li l-membri stati kollha jkollhom leħen indaqs, kieku hija kwestjoni differenti, imma f'dan il-każ m'huwiex leħen indaqs.", "F'dan il-każ id-deċiżjonijiet ewlenin li jittieħdu u li jolqtu kull qasam tal-ħajja se jiġu sottomessi għall- istituzzjonijiet fejn aħna ftit li xejn ikollna fejn niddeċiedu u fejn ninfluwenzaw mhux biss dak li jiġri f'pajjiżi oħra imma anke dak li jiġri f'pajjiżna.", "Għalhekk inħoss li l-aħjar rabta li għandu jkollna mal-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea hija rabta ta' ħbiberija, mfassla b'mod li fejn huwa ta' ġid għalina u fejn m'hemm l-ebda problema naħdmu flimkien u nħallu barra areas oħra li jkunu ta' problema minħabba r-realta` tagħna.", "Kieku aħna pajjiż ikbar, kieku aħna pajjiż li qegħdin parti mill-kontinent Ewropew, m'għandu jkun hemm problema assolutament ta' xejn, imma għax aħna qegħdin f'din ir- realta` rrid naħsbu dwar ir-rabta li għandu jkollna.", "U r-realta` tagħna titlob li jkollna relazzjoni ta' ħbieb, relazzjoni mill-qrib ħafna, relazzjoni li aħna qed insejjħulha ta' partnership.", "Din hija kelma li wara kollox aħna qed neħduha mill-Unjoni Ewropea nnifisha għax hi stess qed tgħid - u Prodi rrepetiha darba wara l-oħra - li l-kwestjoni m'hijiex ta' ġewwa ġewwa u ta' barra barra imma hi li dawk li jridu sħubija sħiħa jsiru membri sħaħ, u dawk li jridu jibnu relazzjoni mill-qrib jibnu relazzjonijiet minn qrib.", "Meta nħares lejn kwestjoni bħal din b'moħħ miftuħ u b'simpatija lejn l- iżilupp ta' l-Unjoni Ewropea imma u lejn ir-realta` ta' Malta u Għawdex, inħoss li l-aħjar rabta li għandu jkollu pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea hija rabta ta' partnership.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, xtaqt nibda dan l-intervent tiegħi billi nħares ftit lejn il-bażi tar-referendum li dwaru ġiet ippreżentata l-mozzjoni mill-Prim Ministru u li qegħdin niddibatu hawnhekk.", "Qabel xejn, xtaqt inħares ftit lejn l-istorja tal- proċess tar-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, li tista' tgħid bdiet mill-indipendenza nnifisha għaliex immedjatament wara l-indipendenza l-gvern Malti kien ħa d-deċiżjoni li jipprova jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea, jew aħjar, kif kienet imsejħa dak iż-żmien, komunita' ekonomika Ewropea u dan għamlu permezz ta' ftehim ta' assoċjazzjoni.", "Wieħed mill-ewwel irid jgħid li dan il-ftehim ta' assoċjazzjoni ma kellux ikun kif jgħidu bl-Ingliż an end in itself, jiġifieri ma kellux iservi bħala għan fih innifsu, imma l-idea kienet li dan il-ftehim ta' assoċjazzjoni kellu jgħin sabiex l-ekonomija Maltija tkun tista' tiżviluppa b'tali mod li eventwalment Malta ssib postha bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed jista' jgħid li l-ftehim ta' assoċjazzjoni serva għal dan l- iskop.", "Kien bis-saħħa tiegħu li Malta bdiet tindustrijalizza ruħha u bis- saħħa tiegħu wkoll anke l-kummerċ tagħna ma' pajjiżi differenti, b'mod partikolari ma' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, beda miexi 'l quddiem.", "Mr Speaker, fl-1979, anke minħabba t-taqlib politiku li Malta kienet għaddejja minnu matul dak iż-żmien, il-partit Nazzjonalista kien iddeċieda li fil-programm elettorali ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1981 idaħħal li meta l-partit Nazzjonalista jkun fil-gvern, jibda l-proċess sabiex Malta tasal biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li wara li rbaħna l-elezzjoni ta' l-1987 bdejna dan il-proċess u fil-fatt ippreżentajna l-applikazzjoni għal sħubija fl-1990.", "Wieħed irid ifakkar ukoll li aħna tlifna l-elezzjoni ta' l-1996 anke b'riżultat tal-fatt li fl- 1995 kienu ssieħbu tliet pajjiżi ġodda li kienu pajjiżi ta' l-hekk imsejħa EFTA u aħna konna bqajna barra minn dan it-tkabbir.", "Minħabba f'hekk kienet nibtet l-idea fost il-Maltin li l-Unjoni Ewropea mhux veru trid lil Malta.", "Niftakru anke kampanja min-naħa tal-Partit Laburista li l-Unjoni Ewropea ma tridx lil Malta u li l-Unjoni Ewropea qed tgħaddina biż-żmien.", "Dan kellu effett fuq il-psikoloġija tal-votant Malti u naħseb li kien kawża wkoll in parti tat-telfa elettorali ta' l-1996.", "Mr Speaker, wieħed irid jgħid ukoll li malli l-partit Laburista rebaħ l- elezzjoni ta' l-1996, l-ewwel pass li għamel kien li ffriża l-applikazzjoni ta' Malta sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Din il-friża kkawżat ir- realizzazzjoni daparti tal-Maltin li issa ntilef iċ-ċans li nissieħbu fl- Unjoni Ewropea, minħabba l-fatt li kien beda jersaq iżjed viċin il-bidu tan- negozjati ma' pajjiżi li aħna konna jew issottomettejna l-applikazzjoni tagħna magħhom, bħalma kien Ċipru, jew qabilhom, bħalma huma l-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant.", "Aħna meta konna fl-oppożizzjoni għamilna wkoll analiżi ta' dan kollu u wasalna biex iddeċidejna li la nkunu fil-gvern nagħmlu tliet affarijiet.", "Waħda kienet li nerġgħu nagħtu ħajja lill-applikazzjoni tagħna għal sħubija, it-tieni li nibdew in-negozjati malli dan ikun possibbli u t- tielet li ma' l-għeluq tan-negozjati nagħmlu referendum sabiex ikun il- poplu Malti u Għawdxi li jiddeċiedi dwar jekk Malta għandhiex tissieħeb fl- Unjoni Ewropea jew le.", "F'dan ir-rigward nixtieq nirriferi għall-programm elettorali ta' qabel l- elezzjoni ta' l-1998 fejn fil-kapitlu 9, li huwa fil-fatt intitolat \"fl- Ewropa wara r-referendum\" insibu l-paragrafu 228 li jgħid li l-gvern Malti, wara li jlesti n-negozjati u jkunu magħrufa l-kondizzjonijiet ta' sħubija, jagħmel referendum apposta biex ikun il-poplu Malti u Għawdxi b'vot apposta li jiddeċiedi jekk għandniex nidħlu jew le.", "Għalhekk, bis-suċċess elettorali ta' l-1998 ingħatajna l-mandat mill-poplu Malti sabiex kif għedt qabel,l-ewwelnett nagħtu l-ħajja lill-applikazzjoni tagħna, it-tieni nett li ninnegozjaw il-kondizzjonijiet għal sħubija u t-tielet li wara li nlestu n-negozjati nagħmlu referendum dwar jekk għandniex nidħlu jew le.", "Dan kien, Sur President, il-mandat li ngħatajna, mandat li nagħmlu riferendum dwar jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew le u mhux jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew inkunu xi Svizzera fil-Mediterran, mhux jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew li jkollna partnership ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk din il-mozzjoni qiegħda tirrifletti eżatt il- mandat li ngħatajna bis-saħħa tas-suċċess elettorali ta' l-1998.", "Jien nispera li l-partit Laburista għallinqas jirrispetta din id-deċiżjoni tal-poplu Malti u jħalli lil kulħadd imur jeżerċita d-dritt tiegħu li jivvota fir-referendum li se jinżamm.", "Kwalunkwe bojkott huwa ċ-ċaħda, huwa n-negazzjoni ta' dan id-dritt u kif għedt qabel, bis-saħħa tar-riżultat elettorali ta' l-1998 il-gvern ġie mogħti l-mandat biex jerġa' jagħti l- ħajja lill-applikazzjoni, li jinnegozja sabiex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u li wara n-negozjati jsejjaħ referendum.", "Xtaqt issa li nħarsu ftit lejn dak li ġie negozjat sabiex wasalna biex għalaqna dawn in-negozjati it-13 ta' Diċembru fis-summit ta' Copenhagen.", "Qabel ma nagħti ħarsa lejn dak li ġie negozjat, xtaqt ukoll ngħid li dawn in-negozjati kienu proċess fejn il-gvern Malti kkonsulta bis-sħiħ, involva lill-għaqdiet rappreżentattivi kollha bis-saħħa ta' kumitat li ġie mwaqqaf apposta, l-hekk imsejjaħ il-MEUSAC, il-Malta-EU steering and action committee, fejn kienu jsiru laqgħat regolari.", "F'dan il-kumitat kienet tiġi ppreżentata l-pożizzjoni għan-negozjati lil dawn l-għaqdiet rappreżentattivi u kienet tiġi diskussa magħhom sabiex fl-aħħar imbagħad il- gvern jadotta l-pożizzjoni tiegħu għan-negozjati.", "Irrid ngħid li din id-dokumentazzjoni, li issa ġiet ippreżentata fil- parlament, kienet tingħata kollha lill-membri tal-Malta-EU steering and action committee.", "Ovvjament kienet tingħata li dawk kollha li ddeċidew jipparteċipaw, għaliex tajjeb li wieħed ifakkar li l-partit Laburista, bħall-partiti politiċi kollha, ġie mistieden biex jipparteċipa pero' għal raġunijiet tiegħu huwa rrifjuta li jipparteċipa.", "Din id-dokumentazzjoni kollha, inkluża l-pożizzjoni tagħna, inklużi r-risposti ta' l-Unjoni Ewropea, inkluża il-pożizzjoni komuni aħħarija, ġiet komunikata lill- għaqdiet rappreżentattivi li kellhom il-mezz kollu li jkunu informati, li jkunu jafu, li jieħdu parti f'dak kollu li kien għaddej.", "Saret referenza wkoll għall-istudji.", "Meta dawn tlestew ingħataw lill-membri tal-MEUSAC u wkoll ġew imqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra żmien ilu.", "Sur President, aħna rnexxilna ninnegozjaw diversi arranġamenti speċjali.", "Xtaqt li nħares ftit fuq fuq lejn forsi dawk l-iżjed importanti mis-77 arranġament speċjali li nnegozjajna.", "L-ewwelnett fil-qasam tal-ħaddiema, aħna hawnhekk nnegozjajna arranġament speċjali dwar il-moviment tal- ħaddiema, innegozjajna li filwaqt li ħaddiema Maltin ikunu jistgħu jmorru jaħdmu fi kwalunkwe parti ta' l-Unjoni Ewropea - mhux bħall-Pollakki, iċ- Ċeki, is-Slovakki u ħaddiema mill-pajjiżi applikanti l-oħra ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, li l-Unjoni Ewropea fil-konfront tagħhom talbet li għandu jkun hemm perijodu transizzjonali ta' seba' snin qabel ma dawn ikunu jistgħu jidħlu liberalment fl-Unjoni Ewropea - ħaddiema mill-Unjoni Ewropea ma jkunux jistgħu jiġu hawn ħlief qabel ma jinħareġ work permit apposta.", "Ta' min jgħid ukoll li matul l-ewwel seba' snin, jekk ikun hemm raġunijiet li aħna nagħlqu l-bibien tagħna għal dawn il-ħaddiema minħabba li s-suq tax- xogħol ma jkunx jiflaħ għalihom, żammejna d-dritt li nagħmlu hekk u ninformaw lill-Unjoni Ewropea dwar il-pass li nkunu ħadna.", "Innegozjajna wkoll li jekk wara l-ewwel seba' snin jerġgħu jinqalgħu ċirkostanzi li jirrikjedu li aħna nieħdu xi miżuri minħabba dħul ta' ħaddiema li s-suq tax- xogħol Malti ma jkunx jiflaħ għalih, ikollna d-dritt li nikkomunikaw dan lill-Unjoni Ewropea biex flimkien naslu għal soluzzjoni li tkun adegwata.", "Nagħmel riferenza wkoll għal dak li nnegozjajna fil-qasam ta' l-akkwist ta' proprjeta` f'Malta.", "Irnexxielna niksbu deroga permanenti fejn nistgħu nżommu restrizzjonijiet fuq id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunux għexu Malta għal mill-inqas ħames snin biex ikunu jistgħu jiksbu t-tieni proprjeta` tagħhom.", "B'hekk serraħna moħħ kulħadd li ma jistax ikun hemm xiri ta' iżjed minn proprjeta` waħda ħlief minn min ikun għex hawn Malta għal perijodu ta' mill-inqas ħames snin.", "Għalhekk għalxejn l-opożizzjoni tipprova tbeżża' li bi sħubija ta' Malta fl- UE l-prezzijiet tal-propjreta` jogħolew.", "Anzi, ta' min jgħid li l-fatt li aħna nnegozjajna dan l-arranġament speċjali, din id-deroga permanenti jista' jkollha effett kuntrarju għaż-żieda fil-prezzijiet tal-propjreta`.", "Dan minħabba l-fatt li l-UE fir-rigward ta' akkwist ta' proprjeta` mill- Maltin f'partijiet oħra ta' l-UE ma talbitx xi tip ta' arranġament bħalma tlabna aħna.", "Allura investitur Malti, spekulatur Malti li jkun irid jinvesti fi proprjeta`, li jkun irid jispekula fuq proprejta` minflok ma għandu t-territorju limitat ta' Malta biss biex jagħmel hekk, għandu l- possibbilta` li jkun jista' jixtri proprjeta` fi kwalunkwe parti mill-UE.", "GĦaldaqstant din jista' jkollha l-effett li l-pressjoni li hemm fuq il- prezzijiet eżistenti, u li ilha magħna minħabba l-ammont limitat ta' proprjeta` li teżisti, addirittura tista' tonqos.", "Sur President, innegozjajna pakkett tal-biedja li jiggarantixxi l-għajxien tal-bdiewa Maltin u l-Għawdxin, anzi jiggarantilhom futur aħjar minn dak li qed igawdu llum.", "Se tingħata għajnuna finanzjarja lis-setturi differenti tal-biedja.", "Wieħed jista' jsemmi s-setturi tal-frott u tal-ħxejjex, tal- patata, tat-tadam, ta' l-inbid, tal-majjal, tal-ħalib, tat-tiġieġ u tal- bajd.", "Din l-għajnuna se tingħata in parti mill-gvern u in parti mill-UE u se tingħata biex il-bidwi u r-raħħal iżommu l-kompetittivita` tagħhom, filwaqt li jkunu jistgħu jimmodernizzaw u jtejbu l-kwalita` tal-produzzjoni tagħhom.", "B'hekk ikunu jistgħu jorħsu l-prezzijiet għall-konsumatur Malti sew minħaba fir-roħs tal-prodott importat bit-tneħħija tal-levies, u anke bir-roħs tal-prodott imkabbar lokalment bis-saħħa ta' l-għajnuna mogħtija in parti mill-gvern Malti u in parti mill-UE.", "Se tingħata għajnuna wkoll biex ikunu jistgħu jinżammu l-prezzijiet fuq materja prima importata minn barra, bħalma huwa z-zokkor, iċ-ċereali, ċerti prodotti taċ-ċanga u tal-ħalib sabiex ikunu jistgħu jinżammu l-prezzijiet tal-lum għall-benefiċċju tal-konsumatur u għall-benefiċċju ta' l-industrija agrikola.", "Ngħaddi issa għall-qasam tas-sajd fejn innegozjajna arranġament speċjali partikolari għalina li jieħu ħsieb il-ħtiġijiet tas-sajjieda Maltin.", "Fil- fatt innegozjajna żona ta' konservazzjoni fuq medda ta' 25 mil madwar Malta sabiex ikunu jistgħu jinżammu l-livelli tas-sajd b'mod li l-istock tal-ħut jinżamm f'livelli sostenibbli.", "GĦahekk il-liċenzji tas-sajd ma jiżdidux u sajd fil-25 mil isir minn dgħajjes twal sa 12-il metru.", "B'hekk effettivament sajjieda barranin ma jkunux jistgħu jistadu fil-25 mil tagħna.", "Se nagħtu għajnuna finanzjarja lis-sajjieda biex itejbu l-operat tagħhom u b'mod partikolari lil dawk li għandhom dgħajjes - li m'humiex wisq - li huma ikbar minn 12-il metru u li allura jkunu jridu, bħala regola ġenerali, jistadu barra l-25 mil.", "Ħadna ħsieb ukoll biex nipproteġu s-sajd tradizzjonali tal-lampuki.", "Fil-qasam tal-kompettizzjoni wieħed ma jistax ma jsemmix dak li nnegozjajna għat-tarzna fejn ksibna żmien ta' tranżizzjoni sa l-aħħar tas-sena 2008 biex jitwettaq il-pjan ta' ristrutturazzjoni li beda s-sena l-oħra.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien prim minsitru meta kien hemm gvern Laburista kien stqarr li gvern Laburista huwa kommess li sa ċertu żmien jara li s-sussidju finanzjarju li qed jingħata lit-tarzna jispiċċa għal kollox.", "Dan kien qalu waqt laqgħa għall-ħaddiema tat-tarzna li saret fit-8 ta' Awissu 1997.", "Fil-qasam tal-VAT innegozjajna li sas-sena 2010 inżommu s-sistema li għandna dwar il-VAT fuq l-ikel u l-mediċinali, li ma jitħallas ebda VAT fuqhom sa dik id-data.", "Huwa mifhum ukoll li sa dik id-data l-pajjiżi membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea jkunu daħħlu l-VAT ta' 5% fuq is-setturi ta' l-ikel u l-mediċinali.", "Għalhekk jekk jirriżulta li sas-sena 2010 ikun hemm xi pajjiż membru wieħed jew iżjed li jkunu għadhom ma daħħlux il-VAT fuq l-ikel u l-mediċinali allura aħna nerġgħu niftħu d-diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea biex inżommu s-sistema eżistenti.", "Jekk min-naħa l-oħra fl-Unjoni Ewropea kollha jkun hemm sitwazzjoni fejn il- VAT tal-5% tkun tapplika għal dawn is-setturi, allura l-gvern jieħu ħsieb idaħħal miżuri ta' natura soċjali ħalli l-familja Maltija ma ssofri ebda konsegwenzi negattivi, cioe` li ma jkun hemm ebda piż fuq il-familja Maltija.", "Innegozjajna wkoll pakkett partikolari għal Għawdex li se jkun klassifikat bħala reġjun separat fil-livell ta' NUTS 3, li huma l-klassifiċi li jsiru għal skopijiet ta' statistika.", "Intlaħaq ftehim għaż-żamma taż-zero rate tal-VAT fuq dak li jsejħulu l-inter-island passenger transport.", "Intlaħaq ftehim ukoll għal perijodu tranżizzjonali ta' ħames snin fuq l-għajnuna mogħtija għat-trasport ta' prodotti agrikoli bejn Għawdex u Malta.", "Hawnhekk irrid ngħid li nnegozjajna dan il-perijodu ta' ħames snin biex b'hekk inkunu nistgħu naraw kif fil-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-agrikoltura nkunu nistgħu nissostitwixxu din it-tip ta' għajnuna b'għajnuna oħra ekwivalenti li jkun jista' jibbenefika minnha l-bidwi Għawdxi minħabba l-iżvantaġġ li għandu li jrid jittrasporta dawn il- prodotti għal bejgħ hawn Malta.", "Innegozjajna wkoll li jibqa' ssussidjat it-trasport tan-nies residenti GĦawdex u ksibna dikjarazzjoni li se nikkwota l-aħħar paragrafu tagħha:", "\"Before the end of each community budgetary period entailing a redefinition of the community regional policy Malta will request that the commission report to council on the economic and social situation of Gozo and, in particular, on the disparities in the social and economic development levels between Gozo and Malta.", "The commission would be asked to propose appropriate measures as required in the framework of the community regional policy or other relevant community policies to ensure the continuation of the reduction of disparities between Gozo and Malta as well as the further integration of Gozo into the internal market on fair conditions.", "In particular, in the event that Malta as a whole would no longer be eligible to certain measures of the regional policy, the report would assess whether the specific economic situation of Gozo justifies a continued eligibility of Gozo to those measures and under which conditions during the reference period.\".", "Fi ftit kliem hawnhekk qed jingħad li jekk il-livell ta' l-għajxien ta' GĦawdex ma jlaħħaqx ma' dak ta' Malta, jiġifieri Malta tibqa' tiżviluppa u GĦawdex ma jilħaqx l-istess livell ta' Malta, u allura Malta taqbeż il- livell għal dak li jsejħulu l-objective 1, jiġifieri taqbeż il-75% ta' l- istandard ta' l-għajxien fl-Unjoni Ewropea, allura aħna jkollna d-dritt li nitolbu lill-Unjoni Ewropea sabiex GĦawdex jiġi kkonsidrat biex jibqa' jżomm l-istatus ta' objective 1.", "Sur President, fil-qasam ta' l-ambjent innegozjajna wkoll salvagward tad- delizzji tradizzjonali tal-kaċċa u l-insib.", "Ħadna ħsieb sabiex tibqa' l- kaċċa fuq il-gamiem u s- summien fir-rebbiegħa u ħadna ħsieb biex in- nassaba jkomplu jonsbu għal seba` għasafar ta' l-għana u għall-gamiem u s- summien fir-rebbiegħa u l-ħarifa.", "Il-liċenzji li jeżistu se jibqgħu jiġu mġedda mingħajr ma' jinħarġu ġodda sas-sena 2008 biex sa dik id-data Malta tkun trid tagħmel studju u tistabbilixxi sistema sħiħa għat-trobbija ta' l- għasafar maqbuda biex ikun sostnut l-insib tradizzjonali.", "Innegozjajna wkoll protokoll speċifiku dwar l-abort, għalkemm ma kienx hemm bżonn verament li ninnegozjaw għal wieħed minħabba l-fatt li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-abort is-sitwazzjoni hija ċara li din hija xi ħaġa li jiddeċidiha kull pajjiż membru.", "Iżda għamilna hekk minħabba l-fatt li kien qed jingħad xi għajdut li jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jkollna naċċettaw l-abort.", "Hawnhekk wieħed jista' jikkwota lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni stess li dwar l-abort qal li:", "\"Bl-ossessjoni ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox, il- gvern ta' Fenech Adami qed ikollu jaċċetta kull kondizzjoni.", "Jekk issirlu kundizzjoni li biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jkollu jaċċetta l-abort, Fenech Adami jaċċettah.\".", "Ta' min jgħid li fil-protokoll aħna għandna ftehim ma' l-Unjoni Ewropea li jagħmilha ċara, u qed nikkwota li:", "\"Nothing in the treaty on European Union or in the treaties establishing the European communities or in the treaties or acts modifying or supplimenting these treaties shall affect the application in the territory of Malta of national legislation relating to abortion.\".", "GĦalhekk naħseb li, bis-saħħa ta' dan il-protokoll, dawk il-biżgħat u dawk l-insinwazzjonijiet li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni issa spiċċaw kompletament fix-xejn.", "Innegozjajna wkoll li tiġi annessa mat-trattat ta' sħubija din id- dikjarazzjoni dwar in-newtralità.", "Din id-dikjarazzjoni min-naħa tagħna tgħid hekk:", "\"Malta confirms that its participation in the European Union's common foreign and security policy does not prejudice it's neutrality.", "The treaty on European Union specifies that any decision by the Union to move to a common defence would have to be taken by unanimous decision of the European Council adopted by the members states in accordance with their respective constitutional requirements.\".", "Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qalilna li sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tikkontradixxi n-newtralità tagħna.", "Dan kien qalu fil- parlament fis-6 ta' Marzu tas-sena 2000.", "Naħseb li din id-dikjarazzjoni tagħna aċċettata mill-Unjoni Ewropea turi biċ-ċar li s-sħubija tagħna fl- Unjoni Ewropea bl-ebda mod ma tikkontradixxi n-newtralità tagħna.", "Innegozjajna wkoll u ksibna li l-lingwa Maltija tkun fost il-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk ta' min ifakkar x'kien qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni anke f'dan ir-rigward.", "Kien qal li:", "\"L-Unjoni Ewropea żgur li ma taċċettax li r-regoli tagħha jkunu ppubblikati bil-Malti.", "Se jkollna sitwazzjoni għalhekk fejn il- liġijiet li jkunu japplikaw f'pajjiżna se jkunu b'lingwi oħra u mhux bil-Malti.\".", "Naħseb li dak li nnegozjajna juri biċ-ċar li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni anke f'dan ir-rigward kien żbaljat.", "Innegozjajna u ksibna kummissarju ksibna imħallef għall-qorti Ewropea u imħallef għall-qorti ta' l-awdituri, barra r-rappreżentanza tagħna fl- istituzzjonijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea bħall-pajjiżi membri l-oħrajn.", "L-uniku diżappunt li kellna kien il-fatt li ksibna ħames membri għall- parlament Ewropew, però żgur iżjed minn dak li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed jaħseb li se ningħataw, għax fil-fatt anke hawnhekk kien qal li aħna se nkunu ntitolati għal tnejn biss.", "Però wieħed jista' joqgħod ċert li malli aħna nissieħbu, fl-ewwel okkażjoni li jkollna dan il-punt nerġgħu nqajmuh biex minflok ħamsa ningħataw sitt membri parlamentari kif inħossu li Malta jistħoqqilha.", "Innegozjajna u ksibna suċċessi oħrajn li m'iniex beħsiebni noqgħod nidħol fihom kollha.", "Niġi issa għall-pakkett finanzjarju.", "Hawnhekk irrid ngħid li nnegozjajna bis-sħiħ u ksibna Lm81 miljun netti għall-perijodu mill-1 ta' Mejju 2004 li hija d-data tas-sħubija tagħna sa l-aħħar tas-sena 2006.", "Jiġifieri għal inqas minn tliet snin.", "Dan ifisser li l-Unjoni Ewropea kkommettiet għal Malta s-somma ta' Euro370 miljun għal dan il-perjodu waqt li Malta trid tħallas għall-budget ta' l-Unjoni Ewropea s-somma ta' Euro177 miljun.", "Għalhekk dan iħalli favur Malta figura netta ta' Euro 193 miljum, cioe` madwar Lm81 miljun.", "Sur President, tgħid x'tgħid l-oppożizzjoni, din hija l-figura li l-Unjoni Ewropea kkommettiet għal Malta.", "Naħseb xi kultant l-oppożizzjoni tkun trid idaħħak meta tgħid li se jibqgħalna kontanti f'idejna Lm1.5 miljun.", "Forsi sakemm naslu għar-referendum addirittura tibda tgħid li se jkollna nibdew inħallsu xi Lm81 miljun aħna lill-Unjoni Ewropea, flok ma taċċetta l-fatt li l-Unjoni Ewropea kkommettietilna s-somma ta' Lm81 miljun.", "Nixtieq ngħid ukoll li bħala membri aħna se nkunu ntitolati għall-ogħla livell ta' għajnuna possibbli għall-perjodu finanzjarju mis-sena 2007 sas- sena 2013, cioe` għall-perjodu finanzjarju li se jiġi wara dak li se jagħlaq fl-2006.", "U qed ngħid dan b'ċertezza għax m'hemmx dubju li, nagħmlu x'nagħmlu, il-livell ta' l-għajxien tagħna fi żmien tliet snin mill- llum mhux se jeċċedi l-75% tal-medja ta' dak li hu fl-Unjoni Ewropea.", "Ladarba m'hemmx ċans li jeċċedi l-75% jfisser li aħna bħala membri fis-sena 2007 ikollna d-dritt ta' l-hekk imsejjaħ objective one status.", "Ikollna d- dritt li nieħdu l-ogħla livell ta' għajnuna strutturali, ta' għajnuna ta' koeżjoni bħall-pajjiżi membri l-oħrajn kollha.", "U d-deċiżjoni dwar dan tittieħed mill-pajjiżi membri kollha b'unanimità.", "Jiġifieri aħna se jkollna vot daqs kwalunkwe pajjiż membru ieħor fid-deċiżjoni li trid tittieħed mill-Unjoni Ewropea dwar kif se jitqassmu l-flus ta' l-Unjoni Ewropea taħt il-politika reġjonali.", "Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li n-negozjati ntemmew fit-13 ta' Diċembru b'suċċess.", "Fil-fatt nistqarr li s-suċċess miksub kien ikbar minn dak mistenni, pero` sħubija fl-Unjoni Ewropea ma tikkonsistix f'dan biss.", "Mr Speaker, in-negozjati li għamilna ma' l-Unjoni Ewropea kienu importanti sabiex fl-ewwel snin ta' wara s-sħubija t-triq tagħna tkun waħda wietja.", "Aħna konna diġa` konformi ma' l-Unjoni Ewropea f'ħafna oqsma, fosthom fil- qasam tas-servizzi finanzjarji u fil-qasam tal-kumpanniji, pero` xorta waħda riedna nagħmlu ċerti aġġustamenti, liema aġġustamenti wħud minnhom stajna nagħmluhom sad-data tas-sħubija u għal oħrajn riedna ninnegozjaw perijodu tranżizzjonali li jmur lil hinn mid-data ta' sħubija.", "Hawn qed nirriferi fost l-oħrajn għall-qasam ta' l-ambjent u dak soċjali, li għalkemm m'għandix dubju li huma tajbin fihom innifishom, aħna kkonsidrajna li riedna ż-żmien biex inkunu nistgħu nilħqu l-livelli għolja li għandha l- Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma.", "Ta' min isemmi wkoll li peress li wħud mir-regoli huma tajbin għal pajjiżi oħrajn u m'humiex daqstant tajbin għalina minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u ċ- ċirkostanzi speċifiċi tagħna, aħna nnegozjajna biex ningħataw ċerti derogi, bħalma għamilna fil-qasam tal-proprjeta` u fil-qasam tas-sajd, biex nagħti biss żewġ eżempji.", "Madanakollu kif kont qed ngħid, sħubija fl-Unjoni Ewropea tfisser ferm iżjed minn hekk.", "Sħubija fl-Unjoni Ewropea, li hija xi ħaġa tajba fiha nnifisha, tfisser akkwisti għal Malta, liema akkwisti ma jinkisbux bin-negozjati.", "Fuq livell politiku, sħubija fl-Unjoni Ewropea tfisser li nkunu nistgħu ngħixu fil-paċi u fis-sigurta`, tfisser li jkollna vuċi fid-deċiżjonijiet li jolqtuna; fuq livell ekonomiku tfisser li jkollna aċċess bla xkiel għas-swieq ta' l-Unjoni Ewropea, tfisser iktar investiment lejn xtutna minħabba s-suq enormi Ewropew, tfisser għajnuna finanzjarja u appoġġ finanzjarju fejn l-iktar pajjiżi sinjuri fl-Unjoni Ewropea jgħinu lil pajjiżi inqas sinjuri; fuq livell soċjali tfisser iktar possibbiltajiet ta' xogħol f'Malta, u tfisser futur sod b'impjiegi u b'pagi aħjar għalina u għal uliedna.", "Fuq livelli oħra sħubija fl-Unjoni Ewropea tfisser ukoll li aħna nkunu nħaddnu l-aqwa standards f'kull qasam, fosthom fil-qasam ta' l- ambjent, f'dik li hija protezzjoni tal-konsumatur u f'dik li hija saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol u tfisser ukoll parteċipazzjoni bi dritt fil-programmi kollha ta' l-UE.", "Mr Speaker, wara li għedt dan kollu issa se ngħaddi biex nara x'qiegħda toffri l-oppożizzjoni minflok sħubija fl-UE.", "Għall-ewwel l-oppożizzjoni bdiet toffrilna Svizzera fil-Mediterran.", "Issa jekk inħarsu lejn il-mudell Svizzeru nsibu li għalkemm l-Isvizzera talbet relazzjoni speċjali ma' l-UE fuq 16-il qasam differenti, hija kisbet ftehim ta' kooperazzjoni f'seba' oqsma biss, u jekk wieħed janalizza dawn il-ftehim isib li l-Isvizzera kellha taċċetta kummerċ ħieles mingħajr restrizzjonijiet, kellha taċċetta li ċ-ċittadini ta' l-UE jkollhom dritt jaħdmu fl-Iżvizzera.", "Dawn il-ftehim kienu jfissru ukoll li t-trasport bl-art ta' l-Isvizzera jinfetaħ kompletament għal trakkijiet Ewropej, li jkun hemm kummerċ sħiħ fil-qasam ta' l-agrikoltura, li l-kuntratti tal-gvern Svizzeru jkunu japplikaw għall- pajjiżi kollha ta' l-UE u li ċ-ċittadini ta' pajjiżi mseħbin fl-UE jipparteċipaw fil-qasam tax-xjenza, fi programmi ta' l-edukazzjoni u f'affarijiet oħrajn a spejjeż ta' l-Isvizzeri stess.", "Insomma, fi ftit kliem nistgħu ngħidu li bil-politika tagħha, l-Isvizzera kellha taċċetta ħafna piżijiet filwaqt li ftit li xejn ingħatat benefiċċji mill-UE.", "Forsi kien għalhekk li dan il-mudell ġie mwarrab mill-partit Laburista.", "Hawn ta' min ifakkar ukoll li dan il-mudell dam biex twieled kważi għaxar snin.", "Mur ġibna nabbandunaw it-triq għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u nerġgħu ngħaddu minn xi għaxar snin negozjati biex nispiċċaw inwelldu ġurdien ta' imramma, kif iħobb jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "Kien hemm żmien ukoll meta xi kelliema Laburisti bdew jipprospettaw li Malta tissieħeb mal-pajjiżi li baqa' fi ħdan il-European Fair Trade Association u ssir parti mill-European economic area.", "Jien naħseb li kieku għamilna hekk, kien jiswielna ta' deni kbir għax illum qed naraw lill-Unjoni Ewropea tiddiskuti mal-pajjiżi ta' l-EFTA biex iħallsu daqs il-pajjiżi membri bħala kontribuzzjoni għat-tkabbir li jmiss, u allura kieku sirna membri ta' l- EFTA kien ikollna nħallsu għat-tkabbir li l-Unjoni Ewropea se tagħmel minflok ma nkunu parti minn dak it-tkabbir stess.", "Issa l-oppożizzjoni ħarġet bil-famuża \"partnership\".", "Il-problema fil-partnership hija li ma jeżistix mudell fuq xiex wieħed jista' jimxi u għalhekk l-oppożizzjoni qed tipprova tikkonvinċina li meta tkun fil-gvern, hija se tinnegozja ftehim maqtugħ għalina, liema ftehim jagħtina biss il-vantaġġi ta' sħubija fl- Unjoni Ewropea mingħajr l-ebda piżijiet.", "Dan m'huwa xejn għajr ħolm, u dan qaluh lill-oppożizzjoni diversi personalitajiet, fosthom il-kummissarju Verheugen innifsu, li qal illi ftehim speċjali tat-tip li qed ifittex l-Onor.", "Alfred Sant ma' l-Unjoni Ewropea ma jeżistix.", "Min-naħa tiegħu Romano Prodi qal dan il-kliem b'mod iktar diplomatiku għax qal li bħalissa Malta għandha opportunita` quddiemha.", "Huwa qal li \"Xi alternattivi oħra li smajt li qed jiġu diskussi fil-partit Laburista naħseb li huma diffiċli biex jintlaħqu.", "Malta trid tkun realistika u tara liema għażliet huma ġenwini u liema m'humiex\".", "Jien semmejt x'qalu Verheugen u Romano Prodi biss, imma kien hemm diversi mexxejja u ministri oħra mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea li qalu l- istess kliem.", "Mr Speaker, il-pożizzjoni tal-partit Laburista hija konvenjenti għax meta jiġu kkritikati li l-gvern għandu pakkett ċar u komplet li fuqu l-poplu jista' jiddeċiedi filwaqt li l-oppożizzjoni għandha biss partnership f'forma ta' assoċjazzjoni li m'hijiex definita, kif għedna fil-mozzjoni stess, huma jgħidu li bilfors m'għandhomx programm ċar f'dik li hija partnership għax ġaladarba ma jinsabux fuq il-bankijiet tal-gvern ma jistgħux jinnegozjaw, u għalhekk iridu li l-poplu jimxi bil-għama wara l- wish list ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Il-pożizzjoni tal-partit Laburista hija konvenjenti wkoll għax meta ngħidu lill-Membri ta' l-oppożizzjoni li partnership tfisser aċċettazzjoni tat-tneħħija tal-levies fil-qasam ta' l- agrikoltura, huma jgħidulna \"le\"; meta ngħidulhom li partnership tfisser li se jkunu jistgħu jibdew jaħdmu f'pajjiżna ħaddiema barranin, huma jgħidulna \"le\"; meta ngħidulhom li partnership tfisser li jkollna nobdu r-regoli tal- kompetizzjoni, huma jgħidulna \"le\"; u nistgħu nibqgħu sejrin.", "Anke meta ngħidulhom li partnership tfisser li se jkollna nġorru xi piżijiet tas- sħubija, il-Membri tal-partit Laburista mal-ewwel jgħidulna li dawn ma jkunux japplikaw, donnhom jinsew li l-Isvizzera kellha taċċetta dawn il- piżijiet.", "Issa l-partit Laburista qed jgħid li matul it-22 xahar li kien fil-gvern, hu kien irnexxielu jilħaq ftehim ma' l-Unjoni Ewropea dwar dan, u għalhekk nixtieq nitkellem ftit fuq dan il-ftehim.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kulma laħaq għamel il-partit Laburista matul it- 22 xahar li dam fil-gvern kien \"joint declaration on future relations between the parties\", jiġifieri bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, liema dikjarazzjoni tfisser biss li waslu biex jiftehmu li jibdew id- diskussjonijiet dwar ftehim eventwali possibbli bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, u allura l-kbir kien għadu ġej.", "Fil-fatt nixtieq nikkwota xi siltiet minn din il-joint declaration biex nuri kemm verament il-kbir kien għadu ġej.", "Fost affarijiet oħra, din il-joint declaration tgħid li:", "\"The association council recognized that a free trade area between the EC and Malta should be fully WTO compatible and cover substantially all trade.", "In this context both parties express their readiness to further improve market access and services and further liberalise public procurement.", "One of the objectives within the framework of Malta's industrial restructuring programme regards the changes in Malta's internal taxation system, including the customs and excise tax.", "Negotiations should be undertaken in order to achieve rapidly this objective within a fixed timetable and in any case before the entry into force of the agreement on a free trade area.\".", "Fi ftit kliem hawnhekk kien qed jintqal: Addio s-CET u addio s-sisa!", "Mela mhux ta' b'xejn li issa l-partit Laburista iddeċieda li jħalli l-VAT fil- pajjiż!", "Din il-joint declaration tkompli tgħid hekk:", "\"Various aspects of competition rules will need to be established.\".", "Dan imisshom jgħidulhom lit-tarznara, Mr Speaker!", "Hawnhekk ta' min ifakkar ukoll li l-gvern Laburista kien stqarr dan il-kliem quddiem l-association council:", "\"We can now confidently undertake that the future changes contemplated in our taxation system will ensure conformity with the association agreement and the WTO, and that this objective will be achieved before the entry into force of the free trade area.\".", "Dan ifisser, Mr Speaker, li l-partit Laburista ddeċieda li jwarrab il- leġislazzjoni li kien għadu kif għamel biex jerġa` jiġi konformi mal-ftehim ta' assoċjazzjoni.", "Dik sovranita`!", "Dan hu l-eżerċizzju tas-sovranita` li trid teżerċita l-oppożizzjoni!", "Nerġa` nenfasizza li l-partit Laburista kellu jaċċetta li jħott il-leġislazzjoni l-ġdida li kien għadu kif introduċa dwar it-tassazzjoni minħabba li ried jistabilixxi relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed jista' jagħmel riferenza wkoll għall-kliem li qal Robin Cook fl-istess okkażjoni, meta kien għadu l-ministru Ingliż ta' l- affarijiet barranin.", "Fil-fatt dan qal lill-gvern Laburista li:", "\"Such a free trade area should cover substantially all trade without excluding any sector.", "Agricultural trade should be progressively liberalised, taking as a starting point traditional trade flows.\".", "Imbagħad Robin Cook kompla jgħid li:", "\"As part of the process of completing the free trade area, new provisions in our relations should be included concerning competition rules compatible with the EC treaty.", "These rules should cover the following points: Antitrust, mergers, state aids, public undertakings, any state monopolies of a commercial nature.\".", "Insomma, fi ftit kliem nistgħu ngħidu li l-partit Laburista ried litteralment li jkollu sitwazzjoni ta' pain with no gain, kif jgħid l- Ingliż.", "Ħalli nkompli nikkwota dak li qal Robin Cook:", "\"Concerning the public procurement sector, negotiations to achieve further liberalisation, not only in the area of services but in trade in general, are considered desirable.", "Negotiations aimed at further improving market access in services may be considered.\".", "Għal dik li hija parteċipazzjoni fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea, dawn qalu lill-partit Laburista li jaċċettaw li nipparteċipaw, imbasta dawn ikunu bħala third country programmes, jiġifieri mbasta nħallsu għalihom aħna u l-parteċipazzjoni tagħna tkun limitata.", "Mr Speaker, jidher ċar li bil-politika tal-partit Laburista mhux talli ma kien se jkun hemm l-ebda trattament speċjali għal Malta imma talli konna se niġu trattati bħala pajjiż terz, u għalhekk stajna biss naspiraw li jlibbsuna xi libsa eżistenti magħmula għal pajjiżi li jew ma jistgħux jissieħbu, jew ma jridux jissieħbu jew inkella li għadhom m'humiex lesti li jissieħbu.", "Dan huwa l-partnership li jrid il-partit Laburista!", "Barra minn hekk, irrid ngħid ukoll li f'dawn il-laqgħat li l-partit Laburista kellu ma' l-Unjoni Ewropea ma ssemmiet l-ebda għajnuna finanzjarja li kienet se tingħata wara l-protokoll eżistenti u għalhekk kien hemm biss baħħ.", "Il- partit Laburista jista' jaqta' jiesu li xi darba se jikseb partnership fejn ikun jista' jwarrab il-piżijiet filwaqt li jgawdi l-vantaġġi kollha li ġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Kif għedt diġa`, il-partnership li qed jitkellem fuqha l-partit Laburista m'hijiex fattibbli jew realizzabbli.", "Kieku din il-partnership kienet fattibbli u realizzabbli, l-ebda pajjiż ma kien ikun irid jissieħeb ma' l- Unjoni Ewropea u persważ li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea kienu jagħmlu minn kollox biex joħorġu minn din l-unjoni.", "M'huwiex possibbli li tibqa' barra u tgawdi iżjed milli kieku kont ġewwa.", "Jien nistaqsi: Liema klabb jagħti kondizzjonijiet aħjar lil dawk li m'humiex membri tiegħu milli lil dawk li huma membri tiegħu?", "Jekk Allaħares qatt ma nsirux membri fl-1 ta' Mejju, 2004, wara din id-data kwalunkwe arranġament li jsir ma' l- Unjoni Ewropea jkun irid jiġi miftiehem ma' l-24 gvern tal-pajjiżi membri, li disgħa minnhom se jkunu għadhom kif għaddew mill-proċess ta' negozjati.", "Jien nistaqsi: Possibbli li hawn min jaħseb li mqar wieħed minn dawn il- pajjiżi se jaċċetta li Malta tingħata kondizzjonijiet aħjar milli ngħata hu?!", "Dan huwa kollu ħolm, Mr Speaker.", "X'toroq oħra hemm minbarra sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?", "Forsi l- istatus quo.", "Pero` jekk ma nissieħbux fl-Unjoni Ewropea, dan ma jfissirx li se nibqgħu kif aħna imma jfisser li naqbdu t-triq tan-niżla għax jekk aħna nibqgħu weqfin filwaqt li l-pajjiżi l-oħrajn jibqgħu mexjin 'il quddiem, dawn jgħadduna u aħna naqgħu lura.", "Mr Speaker, qabel ma nikkonkludi nixtieq nirriferi għall-emenda li ġiet mressqa mill-oppożizzjoni, eżattament għal dik il-parti li tikkritika l- ftehim miksub mill-gvern ma' l-Unjoni Ewropea, li tgħid li l-oppożizzjoni:", "\"Tagħraf li bil-ftehim miksub mill-Gvern ma' l-Unjoni Ewropea;", "Postijiet tax-xogħol u negozji tal-Maltin ikunu mhedda mill-barranin;\"", "- din hija gidba għaliex l-oppożizzjoni taf tajjeb x'innegozjajna ma' l- Unjoni Ewropea dwar il-moviment tal-ħaddiema -", "\"Il-prezz tal-proprjeta` ma jibqax jintlaħaq mill-Maltin;\"", "- din hija gidba oħra għaliex anke hawn, l-oppożizzjoni taf tajjeb x'innegozjajna ma' l-Unjoni Ewropea f'dak li hu akkwist ta' proprjeta` -", "\"Togħla l-ħajja u jintlaqtu ħażin l-industrija tal-manifattura u t- turiżmu;\"", "- issa din mhux talli hi gidba talli bit-tneħħija tal-levies il-ħajja torħos filwaqt li l-potenzjal ta' l-investiment lejn Malta jiżdied.", "Ara bil-partnership addio investiment ġdid! -", "\"Jiġi mhedded l-għajxien tal-bdiewa u tas-sajjieda;\"", "- jien nistaqsi: L-għajxien tal-bdiewa u tas-sajjieda se jiġi mhedded bl- għajnuna li dawn se jingħataw jew inkella bil-ftehim li nnegozjajna dwar iż- żona tal-25 mil?!", "Hawhekk ta' min ifakkar ukoll x'qal il-kummissarju Pascal Lamy f'dan ir-rigward meta kien qed jirriferi għall-partnership li jixtieq jilħaq il-partit Laburista.", "Fil-fatt dan qal li:", "\"Agriculture, for instance, cannot be excluded from a deal of this kind.\" -", "\"Jiddaħħlu taxxi fuq oqsma, servizzi u prodotti li mhux bilfors jaqblilna ndaħħluhom;\".", "- fil-fatt kien għalhekk li f'dan il-qasam aħna nnegozjajna perijodu transizzjonali sas-sena 2010 -", "\"Tintilef is-sovranita` u eventwalment in-newtralita` u l-ħelsien ta' pajjiżna;", "- din hija gidba oħra, Mr Speaker!", "Anzi aħna se naqsmu s-sovranita` mal- pajjiżi l-oħra, u allura se jkollna eżerċizzju ta' sovranita` iżjed effettiva filwaqt li kif għedt qabel, in-newtralita` tagħna hija garantita.", "Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna iktar jitħares.", "Jekk inkunu weħidna, għalkemm on paper inkunu sovrani, fir-realta` nkunu qed nitkaxkru wara ħaddieħor, bħalma ġralu l-partit Laburista meta kien fil-gvern fejn wiegħed li se jerġa` jħott is-sistema ġdida ta' tassazzjoni li kien għadu kif għamel minħabba r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea:", "\"Inħallsu lill-Unjoni flus u taxxi aktar mill-fondi li nirċievu mingħandha;\"", "- għal darb'oħra, din hija gidba, Mr Speaker!", "Diġa` semmejt it-Lm81 miljun netti li ksibna.", "Ara bil-partnership niksbu biss il-baħħ għax ma niksbu xejn! -", "\"Jintilef id-dritt li nfasslu l-politika barranija tagħna skond il- bżonnijiet ta` pajjiżna;\"", "Dan mhux minnu, Mr Speaker!", "Bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, ikollna vuċi ferm iktar b'saħħitha biex nippromwovu l-paċi, l-istabbilta` u s-sigurta` fil-Mediterran.", "Mill-kliem nkunu nistgħu ngħaddu għall-fatti.", "Bil- partnership, kliem biss jista' jkollna.", "Mr Speaker, qalulna li l-lingwa Maltija qatt m'hi se tiġi aċċettata bħala lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u marru żmerċ.", "Qalulna li mhux se jkollna kummissarju, u żelqu fin-niexef.", "Qalulna li Malta ma tkunx tista' żżomm in-newtralita` tagħha jekk tissieħeb, u kienu żbaljati.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li Għawdex m'hux se jkun intitolat għall- kondizzjonijiet speċjali, u ħasbu ħażin.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li Malta jkollha ddaħħal l-abort; ipprovaw jingannaw iżda ma rnexxielhomx.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li bi sħubija, il- kaċċaturi u n-nassaba se jbatu, u aħna wrejniehom x'negozjati kapaċi nagħmlu biex nissalvagwardjaw l-interessi tagħhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li meta nissieħbu, it-tarznari jkollhom jagħlqu, u kellhom żball.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li bi sħubija, il-bdiewa u sajjieda jmutu bil-ġuħ; u marru żmerċ hawn ukoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li bi sħubija se niġu invaduti mill-Isqallin, u anke hawn żbaljaw.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li bi sħubija l-prezzijiet tal-proprjeta` jogħlew; u żelqu fin-niexef hawn ukoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li bi sħubija se jogħlew il-prezzijiet ta' l-ikel, u ħasbu ħażin għaliex bit-tneħħija tal-levies il-prezzijiet se jorħsu u mhux jogħlew.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qalulna li iżjed se jkollna noħorġu mill-but milli ndaħħlu mill-Unjoni Ewropea, u ħadu falzastikka kbira, Mr Speaker!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, inħoss li għandi nikkonkludi dan id-diskors fuq nota differenti; nota li ma tħarisx lejn dak li nistgħu nieħdu, lejn dak li nistgħu nitilfu u lejn dak li ssalvagwardjajna imma tħares lejn il-bażi tal- proċess kollu ta' integrazzjoni Ewropea.", "Ma nistax nesprimi ruħi aħjar minn kif esprima ruħu l-kummissarju Ver-heugen meta kien qed jitkellem fuq l-ispiża tat-tkabbir għall-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa qal dawn is-sempliċi kelmiet:", "\"EU enlargement will cost Euro25 a head.", "The second world war costed a lot more.\",", "u kulħadd fostna jaf kemm swiet it-tieni gwerra dinjija.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, dan is-suġġett li qed niddiskutu llum huwa kruċjali għal dan il-pajjiż għax aħna hawnhekk m'aħniex qed nittrattaw xi liġi partikolari imma qed nittrattaw il-futur tagħna, ta' wliedna u tal- ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Nibda biex nirrimarka li meta wieħed jitkellem mal-poplu fuq din l-issue li qed niddiskutu jsib li l-poplu għadu mħawwad ħafna, u hawnhekk qed nirriferi kemm għal-Laburisti kif ukoll għan-Nazzjonalisti.", "Fil-fatt ħafna mill-Maltin u Għawdxin għadhom ma ddeċidewx kif se jivvotaw fir-referendum, u dan xejn ma jirrifletti tajjeb fuq il-partiti politiċi ta' dan il-pajjiż.", "Għaliex?", "Għax m'hijiex xi ħaġa pożittiva li fuq issue kruċjali bħal din, sal-lum, li qegħdin f'lejliet ir-referendum, għandna poplu li għadu mħawwad dwar kif se jivvota fir-referendum.", "Madanakollu jien lill-poplu ma nagħtihx tort li għadu mħawwad.", "Meta nisma' ċerti diskorsi, bħal dak li għadu kif għamel saħansitra l-Ministru responsabbli mill-affarijiet barranin, fejn pinġa lill-Unjoni Ewropea bħala xi ħaġa tal- meravilja u bħala xi ġenna ta' l-art u mbagħad tratta l-argumenti ta' l- oppożizzjoni bil-mod kif ittrattahom, jien lill-poplu ma nagħtihx tort li għadu mħawwad.", "Minkejja li fi ftit ġimgħat oħra aħna se nitolbu lill-poplu jieħu deċiżjoni, sal-lum dan għadu ma jafx kif se jivvota.", "L-Onor.", "Borg għadu kif qalilna li rridu niddeċiedu: Jew ġewwa, jew barra; jew sħubija sħiħa jew inkella naqtgħu kull relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea għax il-partnership ma teżistix!", "Jien nistaqsi: Allura kif in-Norveġja, l- Isvizzera, l-Islanda u l-Leichtenstein, minkejja li qegħdin barra mill- Unjoni Ewropea għandhom relazzjonijiet tajbin u huma sodisfatti bir- relazzjonijiet tagħhom ma' din l-unjoni?", "Dawn il-pajjiżi huma għażlu li jibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea, u jekk one fine day jidhrilhom li għandhom japplikaw għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jistgħu japplikaw at any time u jiġu aċċettati mill-Unjoni Ewropea bħala membri tagħha.", "Allura għaliex noqogħdu nipprovaw inbeżżgħu lill-poplu Malti u Għawdxi bħallikieku dan huwa l-uniku ċans li għandna li nidħlu fl-Unjoni Ewropea?", "Sal-lum il-pajjiżi li semmejt baqgħu barra mill-Unjoni Ewropea għax ħassew li hekk kien jaqbel, imma jekk 'il quddiem jaraw li jkun jaqblilhom li jidħlu f'din l-unjoni, m'hemm xejn xi jżommhom milli jagħmlu dan, u l- oppożizzjoni proprju hekk trid tagħmel.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-Unjoni Ewropea imma qed ngħidu sempliċement li minn studju li sar u li għadu qed isir intwera biċ-ċar li pajjiżna ma jaqbillux jissieħeb ma' l-UE għalissa, bħan-Norveġja.", "In-Norveġja m'hijiex immexxija mill-imġienen, bħalma qed tipprova tagħti l-impressjoni n-naħa tal-gvern.", "Fil-fatt huwa b'hekk li l-poplu tagħna qed jitħawwad.", "Iktar 'il quddiem se nitkellem ukoll fuq l-abort.", "Jew inkella x'jiġifieri niġu ngħidu li l-oppożizzjoni ħadet falzastikka meta qalet li jekk nissieħbu fl-UE l-prezzijiet tal-proprjeta` se jogħlew jew li se nispiċċaw inħallsu iktar milli nirċievu?!", "Imma għalissa se nħalli dawn il-punti u nittekiljahom iktar 'il quddiem.", "Jekk nibqgħu nkunu kategoriċi, bħalma qed tkun in-naħa tal-gvern, speċjalment il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, u lill-poplu ma nuruhx iż-żewġ naħat tal-munita, inkunu qed inħawduh.", "Kif għedt diġa`, minkejja li l-poplu jinsab f'lejliet il-ġurnata li fiha jrid jieħu deċiżjoni importanti li mhux sempliċement se teffettwa xi liġi partikolari imma se teffettwa lill-futur ta' pajjiżna, il-poplu għadu mħawwad.", "Mr Speaker, dan kollu huwa tort tal-politika li qed jieħu l-gvern.", "Għall- mument ħalli ninsew dak kollu Ii għadu kemm qal il-Ministru għall- Affarijiet Barranin u nitkellmu fuq aġenzija tal-gvern, il-MIC, li suppost qed teduka lill-poplu vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "Huwa fatt li l-MIC qed turi lill-poplu naħa waħda biss tal-munita, u dan meta s-serjeta` titlob li lill-poplu għandna nuruh iż-żewġ naħat tal-munita, iktar u iktar meta din l- aġenzija hija mħallsa minn flus iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin stess.", "Simon Busuttil ġie bl-argument - u dan l-argument għadu kemm irripetih issa l-ministru għall-affarijiet barranin - li tliet snin wara li nsiru membri sħaħ ta' l-UE, aħna bilfors se nibqgħu fuq il-kategorija ta' objective one għax sa tliet snin oħra l-average GDP tal-poplu Malti ma jkunx għadu laħaq il-75% tal-GDP Ewropew.", "Din hija illużjoni tal-ministru għall-affarijiet barranin u hija illużjoni tal-gvern!", "Għaliex ma jgħidulux lill-poplu Malti li billi fl-Unjoni Ewropea se jidħlu għaxar pajjiżi oħra b'popolazzjoni ta' 150 miljun, l- average GDP ta' l-UE se jonqos u allura aħna nafu nispiċċaw li ma nkunux f'objective one imma kif qed tgħid l-oppożizzjoni, nispiċċaw inħallsu lill- UE?", "Għaliex ma nuruhomlux dawn l-affarijiet lill-poplu?", "Possibbli li ma jgħaddilniex minn moħħna li ġaladarba issa se jidħlu għaxar pajjiżi ġodda fl-UE, l-average GDP ta' l-UE se jonqos?", "Huwa argument tajjeb dan jew le?", "Allura għandna ngħiduhielu lill-poplu din jew l-ewwel nuruh biss naħa waħda mill-munita u mbagħad nippretendu li dan jiddeċiedi x'għandu jagħmel il- pajjiż?", "Ejjew inkunu ċari fi kliemna u mhux niġu hawnhekk u nitkellmu b'dak il-mod unilaterali u kategoriku, kif tkellem l-Onor.", "Joe Borg, il- ministru għall-affarijiet barranin.", "Mr Speaker, imbagħad jien skandalizzajt ruħi meta l-ewwel kont nisma' lill- gvern Nazzjonalista jiftaħar li huwa jikkonsulta man-nies u mbagħad joħroġ 900 rikors lil nies bi twemmin Laburista biss fejn qalilhom li huma m'humiex kapaċi jiddeċiedu għax huma kważi mġienen, u dan meta nafu li dawn in-nies, apparti li m'humiex imġienen, għandhom esperjenza ta' ħafna snin u għandhom kontribut kbir x'jagħtu lis-soċjeta` Maltija.", "Naturalment l-iskop li għandu l-gvern Nazzjonalista huwa li, biex żgur tgħaddi tiegħu, iwarrab, jemarġina, ineħħi u joqtol il-voti ta' dawk li ma jaqblux miegħu.", "Allura x'konsultazzjoni hi din li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista mal-poplu?!", "Wara kollox ir-referendum lanqas huwa elezzjoni imma huwa sempliċement forma ta' konsultazzjoni mal-poplu.", "Allura possibbli li l-gvern Nazzjonalista jibża' daqshekk mill-konsultazzjoni?!", "Il-gvern Nazzjonalista jrid li l-poplu jieħu l-istess deċiżjoni li ħa hu akkost ta' kollox, u dan m'hux fair.", "Dan jindika l-paniku, in-nuqqas ta' konvinzjoni u n-nuqqas ta' argumenti li għandha n-naħa tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) L-argument huwa li intom tant tafu li ma kkonvinċejtuhx lill-poplu li lesti li ċċaħħdu lil 900 ċittadin milli jivvota!", "(Interruzzjonijiet) 900 rikors għamiltu intom, u dan mhux għal elezzjoni imma għal sempliċement referendum!", "Mr Speaker, issa se ngħaddi biex nitkellem fuq il-ftehim li għadu kif iffirma l-Onor.", "Eddie Fenech Adami fit-13 ta' Diċembru, li huwa ftehim li jmur kontra l-interess nazzjonali, u dan mhux qed ngħidu jien biss.", "Ħalli nsemmi fuq liema bażi qed nikkonkludi li dan il-ftehim imur kontra l- interess nazzjonali.", "Safejn naf jien - u dan ikkonfermahuli l-Ministru Tonio Borg il-bieraħ - fl-1997 il-partit Nazzjonalista beda jmexxi l-idea li pajjiżna għandu jsir membru sħiħ ta' l-UE bil-kondizzjoni li jikseb kondizzjonijiet xierqa, jiġifieri dak iż-żmien il-partit Nazzjonalista ma kienx jgħid li pajjiżna għandu jsir membru sħiħ ta' l-UE at all costs..", "Issa ħalli nsemmi x'kienu l-aspirazzjonijiet tal-partit Nazzjonalista tul in-negozjati dwar x'għandhom ikunu dawn il-kondizzjonijiet xierqa.", "Dak iż- żmien kienu qed jaħsbu li biex pajjiżna jkun jiflaħ għall-battalja li jrid jiġġieled biex jidħol fl-UE - għax biex pajjiż jidħol fl-UE jrid jagħmel battalja minħabba l-kompetizzjoni li jkun hemm - se nirċievu mal-Lm100 miljun fis-sena.", "Fil-fatt naħseb illi kieku pajjiżna rċieva dawn il-flus verament, din kienet tkun kondizzjoni xierqa.", "Darba minnhom il-Prim Ministru qal saħansitra li minn studji li saru, irriżulta li pajjiżna kellu jirċievi Lm50 miljun fis-sena bi dritt.", "Hawnhekk jien qed insemmi x'kien qed jaspira l-Onor.", "Eddie Fenech Adami li għandhom ikunu l-kondizzjonijiet xierqa biex pajjiżna jidħol bħala membru sħiħ fl-UE.", "Sa ftit tax-xhur ilu l-Onor.", "Fenech Adami kien qed jaspira wkoll li biex pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, kellu jkun hemm il-kondizzjoni xierqa li ma tiddaħħalx VAT fuq l-ikel u l-mediċini.", "Fil-fatt dalgħodu ssemma li l-gvern stess kien lesta studju u dokument biex bih ikun jista' jargumenta ma' l-UE li jekk tidħol il-VAT fuq il-mediċini u fuq l-ikel ukoll f'pajjiżna, in-nies se jbatu.", "Mela dik kienet kondizzjoni oħra mill-kondizzjonijiet xierqa li kellha tkun aċċettata biex pajjiżna jsir membru sħiħ fl-UE.", "L-UE kellha taċċetta wkoll il-kondizzjoni xierqa li jkun hemm limitazzjoni fil-proprjeta` li tinxtara mill-barranin hawn Malta għax inkella l- prezzijiet tal-proprjeta` jkollhom jogħlew, pero` dan falla wkoll, għax li jiġu jgħidulna li ġabu d-deroga li l-barranin ma jistgħux jixtru iktar minn proprjeta` waħda f'pajjiżna ...", "Fil-fatt din li barrani għandux jixtri iktar minn proprjeta` waħda f'Malta jew le qatt ma kienet on the table for discussion għax aħna dejjem bżajna li anke jekk il-barranin ikunu jistgħu jixtru proprjeta` waħda biss, dan xorta waħda jħalli effett drammatiku u negattiv fuq il-valur tal-proprjeta` hawn Malta bil-konsegwenza li ċ- ċittadini jbatu, speċjalment dawk li jkollhom jissellfu mill-bank biex jixtru proprjeta`.", "Il-ftehim tan-newtralita` mhux se nidħol fih, pero` huwa ċar, bħalma qal sieħbi l-Onor.", "George Vella, li l-liġi ta' l-UE hija suprema u dak kollu li tagħmel irid ikun konformi mal-politika barranija Ewropea.", "Dwar l-abort dawn ħassew li għandhom jagħmlu dikjarazjzoni unilaterali li f'pajjiżna ma jidħolx l-abort, meta jafu li meta nsiru membri sħaħ il-liġi ta' l-UE, kif diġa` għedt, tiġi liġi suprema.", "Jiġifieri jekk ikollok xi Daniża, xi Svediża jew xi Germaniża li tiġi toqgħod hawn Malta u tkun trid tagħmel l- abort, din tista` jaqbeż il-liġi Maltija u tapplika dik Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija s-sitwazzjoni.", "Mhux imbilli tgħidu li mhux hekk.", "(Interruzzjonijiet) Daqskemm ilkom tgħidu li mhux hekk.", "(Interruzzjonijiet) Il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea hija suprema u d- dikjarazzjoni li għamiltu hija dikjarazzjoni unilaterali.", "(Interruzzjonijiet) Il-punt hu li anke bid-definizzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista stess, il-ftehim li aċċetta l-gvern fit-13 ta' Diċembru ma jipprovdix il-kondizzjonijiet xierqa biex pajjiżna jidħol, u dan anke skond il-programmi elettorali tagħhom.", "Dan jindika kemm dawn in-nies fallew u ġabu pakkett li anke huma stess ma kenux jaċċettaw sa ftit ta' xhur ilu.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Issa qed jipprovaw jbellgħu lill-poplu Malti li dan għandna naċċettawh.", "L-Unjoni Ewropea mhux lil Malta biss tat pakkett ħażin, imma lill-pajjiżi kandidati kollha.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss.", "Aqraw il-gazzetti internazzjonali x'qegħdin jgħidu.", "Dawn il-pajjiżi kandidati, minħabba li huma ex-kolonji sovjetiċi, riedu jingħaqdu at all costs ma' l-UE u għalhekk tawhom kondizzjonijiet ħżiena ħafna.", "Il-flus li ngħatat il-Ġermanja ta` Lvant meta ngħaqdet ma` l-Unjoni Ewropea huma ħafna iżjed minn kemm se jingħataw dawn il-pajjiżi kandidati kollha f'daqqa.", "Kien hemm anke osservaturi internazzjonali li m'humiex kontra s-sħubija ta' dawn il- pajjiżi ma' l-UE li minħabba l-kondizzjonijiet ħżiena li tawhom qed jagħtuhom parir li jivvotaw le fir-referendum tagħhom biex imbagħad jagħmlu deal aħjar.", "Dan huwa l-parir li qed jingħataw dawn il-pajjiżi kandidati.", "Fil-fatt meta tara x'qed tgħid l-opinjoni pubblika f'dawn il-pajjiżi kandidati, f'seba' pajjiżi minnhom in-nies li qed jgħidu li jaħsbu li hi xi ħaġa tajba li jingħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea huma inqas minn 5%.", "Jiġifieri f'seba' pajjiżi hemm tendenza biex jgħidu le għas-sħubija ma' l-UE.", "U l-UE diġa` għamlet l-exercise tagħha biex dawn il-kandidati jkunu kandidati tat- tieni klassi.", "Per eżempju, f'Maastricht, f'Nice u f'Amsterdam għamlu patafjun ta' liġijiet biex meta dawn il-kandidati jingħaqdu jkollhom fait accompli u sakemm ikun hemm l-enlargement li jmiss qed jipprovaw jagħmlu kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex meta jidħlu dawn il-kandidati jsiru membri, nerġa` ngħid, jkollhom fait accompli, jew ħudha jew ħalliha hemmhekk.", "Dik hija l-kondizzjoni, Mr Speaker.", "Mhux talli hekk talli l-UE qed tipprova timpressjona u tagħmel effett fuq l-opinjoni pubblika ta' dawn il-pajjiżi u għandi informazzjoni li qed tivvota Euro100 miljun biex tagħmel propaganda biex dawn il-pajjiżi jivvotaw li jidħlu bħala membri ta' l-UE anke b'dawn il-kondizzjonijiet ħżiena.", "Il-pajjiżi l-popli tagħhom jafu li huma kondizzjonijiet ħżiena.", "Fil-fatt diġa` qed naraw protesti fir-Repubblika Ċeka u jagħmlu simbolu ta' imblokk kontra l-prodotti li se jidħlu minn dawn il-pajjiżi.", "Jiġifieri mhux aħna biss ingħatajna kondizzjonijiet ħżiena, imma anke l-pajjiżi l-oħra.", "Il-gvern preżenti għamel tattika ħażina li ħallatna ma' dawk il-pajjiżi kandidati l-oħrajn li riedu jidħlu at all costs għax kollha għandhom il-problemi politiċi tagħhom.", "Sur President, tant il-gvern Nazzjonalista jaf li ġab pakkett li huwa kontra l-interess nazzjonali u kontra l-aspirazzjonijiet tiegħu stess li fil-mistoqsija li poġġa quddiem il-poplu ma kellux il-kuraġġ jistaqsih dak li kien biħsiebu jistaqsih għaliex il-mistoqsija oriġinali, anke kif esprima ruħu l-Prim Ministru kellha tkun din: Taqbel li Malta għandha ssir membru ta' l-UE skond il-ftehim milħuq fit-13 ta' Diċembru?", "Hekk kellha tkun il-mistoqsija biex il-poplu jkollu l-inċentiv jgħarbel il-pakket sewwa u jiddeċiedi fuq il-pakkett.", "Imma għaliex jafu li l-pakkett li ġabu huwa pakkett ħażin, huwa kontra l-interess nazzjonali u ma jipprovdix kondizzjonijiet xierqa biex pajjiżna jsir membru ta' l-UE, dawn lill-poplu bidlulu d-domanda.", "U issa qed jistaqsuh: Taqbel li Malta għandha ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li jmiss fl-1 ta' Mejju, 2004?.", "Mela anke l-pakkett qed nipprovaw naħbu.", "Għaliex?", "Biex lill-poplu nkomplu nagħmuh u jiddeċiedi kif irid il-gvern għax il-futur politiku tal-partit Nazzjonalista jiddependi fuq li l-poplu jivvota iva, anke jekk ikun kontra l-interess tiegħu nnifsu.", "Sur President, gvern Nazzjonalista falla fil-pakkett għax ġab pakkett li huwa miżerabbli u falla wkoll fit-tmexxija tal-pajjiż.", "L-isfortuna hi li l- problemi li rriżultaw minħabba t-tmexxija ħażin ta' gvernijiet nazzjonalisti, dawk il-problemi qed jużahom u qed jgħid: Tant għandna problemi li jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea se nkomplu mmorru lura u ma nkunux nafu x'se naqbdu nagħmlu.", "Qed ibeżżgħu lill-poplu bil-problemi li ħolqu huma stess.", "U dan f'kull argument.", "Il-bieraħ, per eżempju, kien qed jitkellem l-Onor.", "Pullicino u beda jsemmi l-problema tal-Magħtab u qal li meta ningħaqdu ma' l-UE dik il-problema se nsolvuha.", "L-istess, jekk m'iniex sejjer żball, meta tkellem il-Prim Ministru qal li issa se nsolvu l- problema ta' l-ilma.", "Dawn huma problemi li issa ilhom magħna sbatax-il sena u iżjed.", "Kellhom iċ-ċans kollu jsolvuhom.", "Mhux talli ma solvejhomx talli ħolqu oħrajn.", "Sur President, jien se nitkellem ftit fuq il-qasam ta` l-ilma għax dak huwa s-suġġett tiegħi.", "Mela nfaqna dawk il-miljuni kbar ta' liri - u diġa' argumentajt li nfaqnihom ħażin - u issa qed ngħidu li meta ningħaqdu ma` l- UE se ntejbu l-kwalita` ta' l-ilma.", "Dawn huma l-advertisements u r-reklami li jġibu fuq il-mezzi tax-xandir, li se jitjib l-ilma u li se titneħħa l- miżbla tal-Magħtab.", "Nerġa` ngħid, il-problemi li ġabu huma stess qed jużawhom bħala lixka biex jipprovaw iġiegħelu lill-poplu jisma` mill-fehma tan-naħa tal-gvern.", "Dwar id-drenaġġ qed jgħidu meta nsiru membri sħaħ ta' l- UE se nieħdu parti minn dawk il-Lm81 miljun li se ningħataw biex insolvu l- problema li għandna f'dan il-qasam.", "Anke din turi li hija omen ħażin.", "Anke jekk il-partit Nazzjonalista verament jingħata flus mill-Unjoni Ewropea biex isolvi l-problemi mhux kapaċi jsolvihom għax fil-qasam tad-drenaġġ l- UE diġa' kienet tat lill-gvern Nazzjonalista somma ta' Euro3.5 miljun b'interessi baxxi ħafna u ma kienx kapaċi jużawhom u jsolvi l-problema.", "Jiġifieri l-argumenti li jġibu huma argumenti foloz.", "Issa se jkollha bilfors tidħol il-VAT fuq il-gass u fuq id-dawl l-elettriku.", "Il-budget li għadda kien l-ewwel pass biex jidħol id-diktat ta' l-Unjoni Ewropea u ndaħħlu l-VAT fuq il-gass u d-dawl elettriku.", "Meta l-Ministru qal li għalissa l-VAT mhux se tgħaddi għall-konsumatur, imma se tgħaddi għall- Enemalta, għal darb'oħra kien qiegħed jidħak bil-poplu.", "Il-ħin kollu nidħku bil-poplu basta tgħaddi ta' l-UE.", "Sur President, aħna nsostnu li r-relazzjoni li Malta se jkollha ma' l-UE tant hija relazzjoni li se taffettwa l-oqsma kollha tat-tmexxija tal-pajjiż - u intom tafu iżjed minna li l-liġijiet kollha kellhom jinbidlu - li għandha tkun elezzjoni ġenerali li tiddeċiedi din l-issue.", "Għaliex?", "Għax jekk isir kif qed jgħid il-partit Nazzjonalista, l-ewwel isir referendum imbagħad issir elezzjoni ġenerali minħabba li ż-żewġ partiti huma ferm viċin jista` jiġri li r-riżultat tar-referendum joħroġ mod u dak ta` l- elezzjoni joħroġ mod ieħor.", "Jekk tiġri din l-eventwalita` l-pajjiż jista` jintefa` ġo inċertezza kbira.", "Immaġina jkollok gvern, wieħed jew l-ieħor, li jkollu l-mandat oppost ta` dak li qal il-poplu fir-referendum.", "Għalhekk in-naħa ta' l-oppożizzjoni qiegħda tinsisti li fiċ-ċirkostanzi r-referendum m'huwiex l-għodda adatta biex tiddeċiedi din l-issue.", "Aħna qegħdin nipproponu li għandha tkun elezzjoni ġenerali għax l-issue ta' l-UE se tkun predominanti għax taffettwa kollox.", "Imma d-deċiżjoni tkun finali u ma jkunx hemm ekwivoku u l-pajjiż jintefa` f'din l-inċertezza hekk kbira.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li mhux sewwa li nippretendu li mmorru quddiem il-poplu biex nikkonsultawh meta ħawwadnih aħna stess, jew li jieħu deċiżjoni u nippretendu li dik id-deċiżjoni se tkun tajba meta nkunu tajnih informazzjoni ħażina jew żbaljata jew dik li aħna jidhrilna li hi tajba biss.", "Din hija xi ħaġa ħażina.", "Mhux sew li nippretendu li ngħidulu jieħu deċiżjoni mbagħad nistennew li jagħmel deċiżjoni oħra ftit ta' żmien wara li jista` li jeħodha kontra.", "Kif nippretendu li nikkonsultaw lill-poplu u mbagħad rriduh li at all costs jagħmel dak li ngħidulu aħna.", "Se nkomplu nħawdu lill-poplu.", "Dan is-suġġett huwa suġġett ferm importanti u mhux sewwa li lill-poplu nħawduh għax jista` jkollna riżultat li jikkaġuna inċertezza kbira fil-pajjiż.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Sur President, il-poplu Malti fi ftit ġimgħat oħra se jkollu l-okkażjoni, anzi d-dritt u l-obbligu li jesprimi ruħu u jgħid jekk jaqbilx li Malta tissieħeb ma' l-UE fit-tkabbir li jmiss.", "Il-poplu Malti, fil-programm elettorali tal-partit Nazzjonalita qabel l-elezzjoni ta' l- 1998 kien imwiegħed li wara li nkunu ntemmu n-negozjati ma' l-UE jsir ir- referendum.", "Hekk wegħedna fil-programm u hekk se jsir.", "Il-poplu Malti se jkun mitlub jiddikjara jekk iridx li Malta tifforma parti mill-UE fit- tkabbir li jmiss.", "Dan se jkun tkabbir storiku, mhux biss minħabba l- enormita` tat-tkabbir innifsu, iżda għax dan it-tkabbir ifisser li pajjiżi li qabel kienu jifformaw l-Ewropa ta` lvant u l-Ewropa tal-punent u li sa ftit snin ilu kienu armati sa snienhom kontra xulxin bi fruntieri riġidi u bi spjunaġġ kontra spjunaġġ, issa dawn se jingħaqdu bħala veru aħwa u jifformaw Ewropa waħda magħquda.", "Il-mappa ta' l-Ewropa se tikber, se tinbidel, se tespandi mill-punent għal-lvant u min-north għas-south.", "X'ifisser dan kollu?", "Dan ifisser li kważi 500 miljun ruħ, għalkemm joqogħdu f'25 pajjiż differenti u jtkellmu lingwi differenti se jgħixu bħala ċittadini ugwali bl-istess drittijiet.", "Dan ifisser li ċ-ċittadini Ewropej kollha se jaħdmu f'atmosfera ta' solidarjeta` bejniethom.", "Allura r- riżultat ta' dan se jkun li dawn iċ-ċittadini Ewropej kollha se jagħmlu minn kollox biex jikber il-kummerċ bejniethom.", "Dan it-tkabbir se jfisser ukoll li ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jaħdmu f'liema pajjiż jaħdmu se jgawdu mill-istess drittijiet.", "Ifisser ukoll li l-konsumatur, partikolarment iċ-ċittadin Ewropew igawdi minn assigurazzjonijiet f'dik li hija kwalita` fil-prodott permezz ta' standards għoljin u imposti mill-UE.", "Igawdi wkoll minn prezijiet tajbin riżultat ta' kompetizzjoni li wkoll tinsisti fuqha l-UE.", "Imma dan it-tkabbir fl-UE se jġib miegħu wkoll titjib enormi f'dak li jirrigwarda l-ambjent.", "Ħafna mill-pajjiżi applikanti, inkluża Malta, kellhom jagħmlu liġijiet u jieħdu miżuri biex l-ambjent fl-Ewropa jitjieb u jiġi 'l quddiem.", "Hemm, per eżempju, pajjiżi applikanti li għa dik li hija enerġija jiddependu minn impjanti nukleari.", "Dawn se jkollhom iżarmaw ħafna minn dawn l-istess impjanti peress li dawn huma qodma u peikolużi ħanfa.", "Din kienet waħda mill- kondizzjonijiet imposti mill-UE biex dawn il-pajjiż jsiru membri.", "Ħaġa bħal din tirrikjedi sagrifiċċji u spejjes enormi, iżda dan se jsir peress li l- UE qed tipprovdi u se tipprovdi fondi sostanzjali biex ikun jista' jsir.", "L- istess ħaġa se tagħmel fil-każ ta` malta biex inkunu nistgħu nsolvu l- problema tal-Magħtab u tal-purifikazzjoni tad-drenaġġ.", "Dan it-tkabbir se jressaq flimkien miljuni ta' nies li kollha għandhom kultura Ewropea li tvarja minn pajjiż għall-ieħor.", "Dan ifisser li l-wirt storiku ta' kull pajjiż se jkun salvagwardat u b'hekk igawdu minnu mhux biss dak il-pajjiż konċernat, imma ċ-ċittadini Ewropej kollha.", "Sur President, dan it-tkabbir ifisser ukoll opportunitjiet kbar għaż- żgħażagħ Ewropej fejn studenti u ħaddiema jistgħu jmorru bl-istess drittijiet jaħdmu u jistudjaw fil-pajjiżi ta' l-unjoni kollha.", "L-istudenti se jkunu jistgħu jidħlu fil-programmi kollha ta' tagħlim u taħriġli tipprovdi l-UE.", "Huwa minnu li dawn il-programmi jistgħu jieħdu parti fihom ċittadini li m'humiex membri ta' l-UE, pero` bid-differenza li min hu ċittadin ta' l-UE ma jkollux spejjeż żejda u l-oħrajn li huma barra jkollhom iħallsu, u jidħlu jekk ikun hemm post. Imma l-iktar ħaġa l-iktar ħaġa importanti li se jġib miegħu dan it-tkabir hija r-rieda assoluta ta' sliem u paċi, l-ewwel u qabel kollox, bejn il-pajjiżi Ewropej.", "Dan spjegah tant tajjeb il-Prim Ministru fl-introduzzjoni ta' din il-mozzjoni.", "Biex jintlaħaq l-għan għas-sliem u paċi fl-Ewropa d-drittijiet tal-bniedem u d- demokrazija jridu jkunu garantiti.", "Għalhekk naraw li dawk il-pajjiżi li għal għexieren ta' snin għexu taħt ħakma komunista fejn dawn id-drittijeit tal-bniedem u d-demokrazija ma kienux jeżistu - qed ngħid għall-pajjiżi ta' l-Ewropa ta' lvant - huma ħerqanin u għandhom seba` mitt sena biex isiru parti mill-UE.", "Hemm pajjiżi li diġa` qegħdin fl-UE bħala Spanja u l- Portugal, u sa ċertu punt anke l-Greċja, li għal diversi snin għexu fi stat dittatorjali, u issa, bil-valuri ta` l-UE, stanew mhux biss bil-flus imma wkoll bis-sens ta' ġustizzja u liberta`.", "Sur President, xogħol, ġustizzja u liberta` kienet għajta popolari ħafna xprunata mill-partit Nazzjonalista li mexxiet lill-poplu Malti biex fl-1987 neħħa min-nofs il-ħakma soċjalista ta' 16-il sena, liema ħakma rajna fiha theddida serja għad-demokrazija f'pajjiżna.", "Konna rajna l-qorti kostituzzjonali sospiża mhux għal xahar, mhux għal sena, mhux għal sentejn, imma għal tliet snin sħaħ.", "Il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien seta` jagħmel li jrid u ma tistax tieħdu fil-qorti kostituzzjonali għax din ma kenitx teżiti.", "Rajna ħaddiema u studenti msawta u mkeċċijin minn fuq il- post tax-xogħol għax ma kenux jaqblu mar-regime soċjalista Malti ta' dak iż- żmien.", "Rajna l-aqwa tobba Maltin jiġu eżiljati minn pajjiżna u rajna l- importazzjoni ta' tobba barranin, ħafna minnhom tal-ħabba gozz.", "Rajna nies arrestati jmorru d-depot tal-pulizija u joħorġu minn hemm imsawta u kien hemm minn ħareġ mejjet.", "Dawn il-ħneżrijiet ma jistgħux isiru iktar meta Malta tkun membru ta' l-UE.", "Hawnhekk nistaqsi: X'jiġri jekk Malta ma tidħol membru fl-UE fit-tkabbir li jmiss?", "L-ewwel u qabel kollox nitilfu l- garanzija tad-demokrazija u tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment jekk xi darba jitla` gvern u jiġi jitmejjel u jagħmel dak li jrid, li hija possibilita`.", "Jekk nagħlqu l-bibien għall-UE jbatu ħafna l- ħaddiema fil-fabbriki.", "Dan mhux biss għax ma jiġix investiment mill-Ewropa iżda għax dawk l-investituri li m'humiex Ewropej u li għandhom interess kbir li jinvestu f'Malta jitilqu, kif ukoll jistgħu jagħmlu l-industriji u fabbriki li għandna bħalissa.", "It-turiżmu żgur li jieħu daqqa ta' ħarta kbira jekk ma nidħlux għax l-UE qed tagħmel ħilitha kollha biex tippromwovi t-turiżmu intern.", "Pero` l-aktar traġedja, jekk se nsabbtu l-bibien f'wiċċna għad-dħul ta` Malta fl-UE, hija li dan il-bieb jibqa` magħluq għal għexieren ta' snin jekk mhux għal dejjem.", "Sur President, għandna quddiemna l-mozzjoni tal-Prim Ministru sabiex isir ir-referendum.", "GĦandna wkoll l-emenda ta' l-oppożizzjoni għat-talba ta' l- elezzjoni.", "Il-bieraħ smajt lill-Onor.", "Herrera jgħid li jaqbel mar- referendum iżda kieku dan ma jkunx viċin l-elezzjoni.", "Issa l-fatt li referendum konsultattiv ikun viċin l-elezzjoni ma fih xejn ħażin.", "Anzi pjuttost hija xi ħaġa tajba li dan isir.", "Il-poplu Malti se jgħid x'inhi r- rieda tiegħu u din ir-rieda tal-poplu trid tkun rispettata.", "Wara li nkunu nafu permezz tal-vot sigriet u ħieles x'irid il-poplu Malti l-partiti kollha għandhom jirrispettaw dan il-verdett u jfasslu l-programm tagħhom għall-elezzjoni skond dan il-verdett, li jien konvint li se jkun verdett li Malta ssir membru ta' l-UE.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, ta' min wieħed jinnota li dan id- dibattitu qed jagħtina l-opportunita` biex mhux biss niddibattu l-kwestjoni jekk deċiżjoni li tolqot tant b'mod nazzjonali lill-pajjiż għandhiex tittieħed b'referendum jew b'xi forma ta' elezzjoni.", "Jiena naħseb li hawn għandna nikkonċentraw u għandna d-dmir li nieħdu l-okkażjoni biex nidħlu settur settur u nispjegaw x'qed jistenna l-poplu Malti b'deċiżjoni tali ta' l-isħubija sħiħa fl-UE jew bl-alternattiva politika li qed joffri partit Laburista fil-gvern għas-snin li ġejjin.", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa take it or lump it kif qed jiġu imposti l-argumenti min-naħa tal-gvern.", "Qisu għandek xi ħaġa u jekk ma teħodhiex se nispiċċaw fid-dlam għax m'hemm xejn iktar.", "Hemm alternattiva oħra serja u possibbli minkejja l-ħafna propaganda u minkejja l-ħafna manipulazzjoni biex jagħtu l-impressjoni li qisu għandna deċiżjoni ta' Doomsday fuq dan il-pajjiż.", "Hemm alternattiva oħra li mhux qed jipproponiha quddiem il-poplu Malti dan il-gvern, la fil- mod kif qed iressaq il-mozzjoni quddiemna llum u lanqas bil-mod kif qed jimposta d-domanda quddiem l-elettorat Malti, sew jekk hux elettorat li jmur quddiem referendum sew jekk hux elettorat li jmur quddiem elezzjoni ġenerali.", "Sur President, jien nixtieq li fil-ftit ħin li għandi niffoka fuq settur partikolari li huwa kruċjali għall-ekonomija lokali tagħna li kulħadd jgħid li hu l-mutur li jiġġenera l-qasam tal-kummerċ ġewwa pajjiżna u l- ekonomija in ġenerali, u meta niġu għas-si u n-no donnu li kultant jintuża bħala Cinderella.", "Qed nirreferi b'mod partikolari għall-qasam tas-self- employed.", "Jekk hemm ħaġa ta' min jgħid f'dan id-dibattitu hija li fejn għandu x'jaqsam il-qasam tan-negozjanti ż-żgħar, tas-self-employed, ta' dawk li jaħdmu għal rashom b'sagrifiċċju kbir biex jgħinu l-ekonomija u lilhom infushom u ma jkunux ta' piż fuq ħaddieħor u jgħinu fl-impiegi fil- pajjiż, il-gvern ħass li lanqas kellu l-ħtieġa jinnegozja biex ikun hemm salvagwardja għal dan is-settur.", "Issa din mhux xi ħaġa kontroversjali jew xi ħaġa ta' interpretazzjoni.", "Il-gvern ħass li fejn jidħol is-settur tas-self-employed ma kellux jinnegozzja u ma ressaqx proposti ta' kif dan il-qasam jista' jkun salvagwardjat.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax fin-negozjati li għamel ma' l-UE tul dawn l-aħħar snin il-gvern Nazzjonalista kien qiegħed jitkellem fuq iċ-ċaqliq ħieles ta' nies bħala kapitlu partikolari minn dawn li ġew negozjati.", "Iċ-ċaqliq ħieles ta' nies huwa prinċipju fundamentali ta' l-UE li, fost l-affarijiet oħrajn, iċ-ċittadini ta' l-UE jkollhom d-dritt li jiġu jgħixu, jaħdmu, u jirrikrejaw ġewwa pajjiżna u ċ- ċittadini Maltin, jekk nissieħbu, jkollhom l-istess dritt vici-versa.", "M'hemm xejn kontroversjali b'daqstant.", "Pero' fejn jidħol is-settur tas-self- employed jekk wieħed jara kif seta` kien hemm xi forma ta' salvagwardja jsib li lanqas perijodi transitorji m'hemm għal dan il-qasam.", "Jiġifieri from day one, la darba jiġi aċċetat dak li qed jipproponi gvern Nazzjonalista ifisser li kull ċittadin ta` l-UE jkun jista` jiġi hawn u bi dritt, u mhux bi pjaċir, jiftaħ negozju ġewwa pajjiżna b'kompetizzjoni diretta ma' dawk li jaħdmu għal rashom mingħajr l-ebda salvagwardja.", "Meta kien qed jiġi negozjat dan il-kapitlu kont nistenna li fuq din il-gvern jagħmel xi forma ta' tentattiv.", "Ħalliha li kellha tkun l-oppożizzjoni li toħroġ dan il-punt għax Alla jbierek ħadd fil-pajjiż ma ħarġu, la l-MIC bil- fanfarunati u l-miljuni kollha li kellha għad-dispożizzjoni u lanqas il- gvern tal-ġurnata.", "Kellha toħorġu l-oppożizzjoni u dan joħroġ minn dak li ġie negozjat għal dan il-qasam.", "Sur President, fuq din il-kwestjoni il-gvern qed jgħid li hemm salvagwardji għall-ħaddiema li jistgħu jiġu jaħdmu ġewwa pajjiżna.", "Il-gvern qed jgħid li għall-perjodu ta' seba' snin, li matulu Malta tista` tapplika salvagwardji dwar id-dritt ta' ħaddiema mill-UE li jfittxu xogħol f'Malta, jistgħu jkunu imposti restrizzjonijiet unilatirament minn Malta imma – u hawn il-crux ta' kollox - f'każijiet urġenti u eċċezzjonali fejn id-dħul tal-ħaddiema mill- UE joħloq pressjoni fuq is-suq lokali tax-xogħol jew partijiet minnu.", "Imbagħad wara l-perjodu ta' seba' snin f'każi ta' influss kbir ta' ħaddiema mill-UE, Malta tkun xorta tista` tfittex rimedju permezz ta' l- istituzzjonijiet ta' l-UE.", "Jiġifieri rridu mmorru hemmhekk niddiskutu ma` dawn l-istituzzjonijiet u naraw x'nistgħu niksbu.", "Pero` dawn ma japplikawx għas-self-employed, għal min irid jiftaħ negozju.", "Jiġifieri s-salvagwardji kollha li ssemmew rigward ċaqliq ħieles ta' persuni li jistgħu jidħlu ġewwa pajjiżna, dan xejn ma japplika minnu.", "Jekk hemm xi ħaġa, kif inhu għaddej dan id-dibattitu jistgħu jgħiduhielna. jgħiduhilna.", "Meta ġejna ffaċċjati b'din is-sitwazzjoni kien hemm min qalilna li nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet.", "Per eżempju, qalu li nistgħu nagħmlu kwoti.", "Mela biex nipproteġu ċerti oqsma tan-negozju jridu jdaħħlu sistema tal-kwoti fi żmenijiet meta qed nitkellmu fuq liberalizzazzjoni u fuq iktar kummerċ.", "Li mhux qed jingħad - u hawn ngħid huwa b'malizzja - huwa li jekk tagħmel kwoti f'xi qasam partikolari tan-negozju inti tkun qed tagħmlu kemm għall-barranin u wisq aktar għall-Maltin.", "Mela Malti li llum jiddeċiedi li jixtieq jidħol f'ċertu tip ta' negozju, fuq kollox jieħu s-sogri li fih, biex ma jkunx ta' piż għax forsi m'għandux xogħol m'għandu l-ebda protezzjoni.", "Kellna ħafna tipi minn dawn s-self-employed.", "Is-suq tax- xogħol ma kienx qed jipprovdilhom u kellhom jagħmlu sagrifiċċju kbir u jinvestu l-kapital personali tagħhom li bl-għaqal tagħhom ikunu ġemmaw biex ma jibqgħux fuq ir-reġistrazzjoni għax-xogħol u jinvestu għal dak il-qasam.", "Lil dawn issa qed ngħidulhom li dan kollu li għamiltu m'għandkom l-ebda protezzjoni għalih bis- sħubija sħiħa fl-UE.", "Qed ngħidu li l-kompetizzjoni għalihom se tikber.", "Ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li aħna ta` din in-naħa tal-Kamra m'għandniex fiduċja fil-qasam tan- negozju.", "Dawn kapaċi jaħdmu bħalma kienu kapaċi jinvestu u jieqfu fuq saqajhom, ħafna drabi mingħajr ebda għajnuna ta' ħadd.", "Dawn kapaċi jinnegozjaw, kapaċi jikkompetu u jafu kif għandhom jimxu fis-suq.", "Pero` ejja nitilqu mill-punt li tagħtihom il-possibilta` li jagħmlu dan.", "Give them a fair deal.", "Agħtihom iċ-ċans li jieqfu fuq saqajhom mhux kif ġara f'dawn l-aħħar snin waqt li l-gvern qed jittratta, kważi kważi, mingħajr il- konklużjonijiet lesti, idaħħal leġislazzjonijiet u jimponi piżijiet fuq azjendi żgħar u fuq dawk li jaħdmu għal rashom mil-lum għal għada li jinvolvu ċertu tagħrif, ċerti spejjeż u li jitolbu ċertu żmien biex wieħed jaġġusta għalihom.", "Dan kollu għaliex l-attitudni kienet take it or lump it.", "Ġew f'pajjiżna u qaluhulna dan, forsi f'termini aktar diplomatiċi imma l- verita` dik hija.", "Ma kellux għażla ħafna drabi l-gvern Nazzjonalista fiha din.", "Kien diġa` minn qabel wera l-pożizzjoni tiegħu fejn akkosta ta` kollox irid jasal u f'dak kollu li għamel ma kellux għażla.", "Daħal fi sqaq u għax minn barra jgħidulu li biex inkomplu nimxu 'l quddiem tridu tagħmlu dan, hekk kellu jagħmel.", "L-isfortuna hi li ħafna drabi dan ninsewh.", "Nitkellmu biss fuq l-istilel u fuq l-opportunitajiet u meta ninżlu saqajna ma' l-art l-problemi vera ta' dan is-settur ma jissemmewx.", "Waħda mill-problemi bażiċi li diġa` qed tiġri llum - aħseb u ara bi green light klassiku bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea meta ħaddiema barranin jibdew deħlin bl-addoċċ ġewwa pajjiżna – hija dik li ssemmiet il-bieraħ stess f'laqgħa mas-self-employed għas-settur ta' Paceville, San Ġiljan u Tas-Sliema.", "F'din il-laqgħa ingħad li diġa` mimlijin b'barranin li qed jiġu hawn jieħdu xogħol il-Maltin.", "U hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq xogħol speċjalizzat.", "Kieku qed nitkellmu fuq xogħol speċjalizzat wieħed jifhimha.", "Imma qed titkellem fuq xogħlijiet fil-qasam tal-catering bħal barmen u waiters fejn għandna nies mħarrġa sew għalihom ħerġin minn istituti lokali partikolari u minflokhom qed jiġu magħżula nies barranin u jeħdulhom il- post tagħhom.", "Jien naħseb li din ċertament m'hijiex xi ħaġa ġusta.", "Huwa tajjeb li titkellem fuq kompetizzjoni, imma fl-opinjoni tiegħi meta titkellem fuq il-kompetizzjoni ikun tajjeb ukoll li titkellem fuq l-economy of scales.", "Ma tistax lil min hu żgħir titfgħu f'arena mal-gġanti bl-addoċċ u tippretendi li se jagħti u jaqdef daqs min hu b'saħħtu ħafna u tgħid li dan se jkun għall-ġid ta' dak li jkun.", "Sur President, aħna nemmnu li l-politika ta' partnership tal-partit Laburista hija waħda tali li twassalna li nistgħu ngħelbu d-diffikultajiet li jkun hemm fl-interess aħħari tagħna, imma dak li qed jipproponi l-gvern llum ċertament imur kontra l-interess nazzjonali.", "Jien fuq dan il-qasam nibqa` nikkwota dak li ġie miksub għaliex naħseb li finalment ħadd ma jista' jbiddel il-fatti ta' dak li nkiseb.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, kif ġie deskritt, u nasal biex naqbel, dan huwa verament mument storiku sew forsi għall-pajjiż u sew forsi għalina.", "Biss biex ma ninftiehemx ħażin, naħseb li l-mument preżenti iktar minn mument storiku, għax nemmen li mument storiku jkun meta jittieħdu d- deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, huwa iktar mument ta' riflessjoni.", "Naħseb li r-riflessjoni hawnhekk hija ta' importanza massima għax l-poplu in ġenerali għandu quddiemu għażla bejn dak li qed jipproponi l-partit Nazzjonalista u dak li qed jipproponi l-partit Laburista.", "Din ir- riflessjoni fl-opinjoni tiegħi hija ta' importanza massima iktar u iktar meta tiġi biex tħares lejn żewġ prinċipji fundamentali li jsawru d- drittijiet taċ-ċittadini li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Qed nirriferi għall-prinċipju ta' ċaqliq ħieles ta' persuni u l-prinċipju ta' ċaqliq ħieles ta' kapital.", "Biss huwa importanti wkoll li qabel ngħaddi biex nidħol f'dawn iż-żewġ prinċipji vis-à-vis kif se jolqot l-aspett tal- proprjeta` f'pajjiżna tajjeb ukoll li, kif ġie aċċennat qabel, issir indikazzjoni għall-mod kif il-mekkaniżmu ta' l-UE jinfluwenza ruħu fuqna.", "Naħseb tajjeb li niċċara li meta nitkellmu fuq l-UE rridu nżommu quddiem għajnejna li qed ninkorporaw il-liġi tal-komunita' Ewropea fis-sistema legali tagħna.", "Jiġifieri għandek korp li b'mod prinċipali s-sors tiegħu jemani mit-trattati li saru f'Ruma u Pariġi li jagħmel il-liġijiet tiegħu u aħna bħala pajjiż ninkorporawhom fis-sistema tagħna.", "Dan l-istess korp għandu bħala l-fulkru d-drittijiet li għadni kif semmejt, jiġifieri ċ-ċaqliq ħieles tal-persuni, ta` kapital, ta` servizzi u ta` prodotti.", "Sfortuna partikolari hi li waħda mill-ikbar problemi tagħna li hija d-daqs ta' l-art.", "Aqta` pajjiż wieħed m'hi problema ta' ħadd mill- pajjiżi l-oħra kollha li jifformaw l-Unjoni Ewropea għax huma pajjiżi kbar.", "Allura aħna rridu nħarsu lejn din l-inkorporazzjoni tal-liġijiet mill-mod kif se jaffettwaw lilna.", "Sur President, il-fatt li aħna nadottaw il-prinċipji li l-Unjoni qiegħda tmexxi 'l quddiem u proposti li jiġu parti fil-qafas legali tagħna fir- rigward tal-proprjeta` jolqtuna b'dan il-mod.", "Hekk kif Malta ssir membru sħiħ ta' l-UE ċ-ċittadini kollha ta' l-UE se jkollhom id-dritt li jiġu jgħixu hawn Malta.", "Dak huwa dritt ta' kull ċittadin li jivvjaġġa minn post għall-ieħor u jistabilixxi r-residenza tiegħu fejn irid.", "Ma' dan id-dritt se jkollhom ukoll id-dritt awtomatiku li jixtru proprjeta` hawn Malta, bħalma hu flat, maisonette, eċċ. Wara li jagħmlu ħames snin jgħixu hawn Malta jkollhom id-dritt li jixtru kemm iridu proprjeta`.", "Imbagħad għandek id-dritt l-ieħor li ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jixtru proprjeta` għal skopijiet ta' negozju u d-dritt li jinnegozjaw fil-proprjeta` jibda sa mill- ewwel ġurnata tas-sħubija.", "Mela rridu nġibu quddiem għajnejna l-kobor ta' Malta.", "Għandna pajjiżi oħra fejn għandhom l-istess problema tagħna li biex jissalvagwardjaw kontra tali diffikulta` ħadu miżuri drastiċi, fis-sens li jimpedixxu li barranin jakkwistaw proprjeta` fil-pajjiż tagħhom.", "Fl- opinjoni tiegħi din hija miżura drastika u m'iniex ngħid li għandna nadotawha.", "Imma biex jippreżervaw il-ftit art li għandhom, għax jafu li hi problema, dawn apparti li għażlu li jgħollu 'l fuq - u din hija xi ħaġa li ili nisħaqq fuqha, u l-Partit Laburista qiegħed jipproponi li għandna ninvestu fiha - għandhom miżuri li barrani ma jistax jakkwista, imma jista` biss jikri.", "Issa aħna qed ngħidu li kif nissieħbu fl-Unjoni Ewropea kwalunkwe ċittadin ta' l-UE se jkollu d-dritt awtomatiku li jiġi jirrisjedi hawn Malta.", "Hemm min qed jgħid li dan id-dritt huwa ristrett billi ċittadin ta' l-UE ma jistax jixtri proprjetà oħra qabel ma jgħaddu ħames snin.", "Fl-opinjoni tiegħi f'din hemm żewġ loopholes.", "L-ewwel loophole toħroġ mill-fatt li diġà spjegajt; ċittadin mill-Unjoni Ewropea se jkollu d-dritt li jiġi u jakkwista l-proprjetà tiegħu hawnhekk għal skopijiet ta' negozju.", "Fil-fatt hemm possibbiltà li kumpanniji kbar b'interessi ta' investiment qawwi jiġu hawn Malta biex jakkwistaw proprjetà u jiżviluppawha hawnhekk għal skop ta' kummerċ u dan huwa mod kif aħna nistgħu nitilfu mill-art li għandna.", "Huwa veru li ċittadin mill-UE jista' jixtri proprjetà waħda kif jiġi hawn Malta u jrid jistenna ħames snin biex jixtri proprjetà oħra imma huwa veru wkoll li fis-sistema tagħna, il-konvenji mhumiex reġistrati u ħadd ma jkun jaf il-konvenji li nidħlu fihom.", "Allura huwa probabbli li ħafna jkunu dawk iċ- ċittadini ta' l-UE li jiġu hawn Malta jistabbilixxu l-ewwel dar tagħhom hawnhekk, ikollhom kapital biżżejjed biex jaffordjaw aktar minn proprjetà waħda u jidħlu f'atti ta' konvenji u jorbtu dik il-proprjetà biex imbagħad jakkwistawha bil-libertà kollha meta jgħaddu l-ħames snin.", "Konsegwenza ta' dan kollu l-proprjetà hawn Malta se tkompli togħla - diġà għandna problema serja f'dan l-aspett – u l-problema se tkompli tikber aktar u aktar fuq dawk li jridu jixtru l-ewwel dar tagħhom.", "F'każ li naddottaw it-triq li qed jipproponi l-partit Laburista, jiġifieri dik ta' partnership, ma jkunx hemm il-possibbiltà li ċittadin barrani jiġi hawn Malta u jorbot proprjetà oħra biex imbagħad eventwalment jakkwistaha b'mod legali għax illum hemm liġijiet li jgħidu li wieħed irid jonfoq aktar minn Lm30 ̧000 u ma jistax jakkwista proprjetà oħra.", "Għalhekk b'dak il-mod qed nagħtu ċ-ċans li persuna ̧ ġejja minn fejn ġejja, tiġi tinvesti hawn Malta mingħajr ma jkun hemm lok ta' negozju qawwi kif tista' tiġi kkapparrata din il-proprjetà.", "Sur President, kull ċittadin ta' l-UE se jkollu d-dritt awtomatiku li jiġi u jistabbilixxi r-residenza tiegħu hawnhekk.", "Dan ħafna jarawh bħala dritt li permezz tiegħu se nkunu nistgħu naqsmu minn post għal ieħor bla diffikultà ta' xejn pero' bir-rispett kollu aħna mhu se nkunu qed nakkwistaw xejn ġdid.", "Jien nistaqsi: Liema hu dak iċ-ċittadin Malti li qed isiefer u m'għandux dritt jidħol f'pajjiż ħaddieħor?", "Liema hu dak iċ- ċittadin Malti li m'għandux dritt imur jaħdem fil-pajjiż ta' ħaddieħor?", "Għandna ħafna ċittadini Maltin li studjaw, ikkwalifikaw u ħadmu barra b'suċċess.", "Jien ngħid li minħabba l-fatt li qed nipprovaw nissieħbu fl- Unjoni Ewropea, ġew introdotti miżuri kontra Maltin li jaħdmu f'ċerti pajjiżi bħal-Libja, l-Eġittu u t-Turkija għax issa dawn iridu jħallsu l- flus u jridu jistinkaw biex jiksbu visa ħalli jkunu jistgħu jidħlu fil- pajjiż.", "Dan kollu juri li sħubija mhijiex l-aktar triq addattata u allura l- politika ta' partnership hija aħjar.", "Ħafna qed jistaqsu x'inhi partnership.", "Partnership huwa l-mod kif pajjiż jersaq qrib pajjiż ieħor, ipoġġu bil-qiegħda flimkien u jaraw fuqhiex jistgħu jaħdmu flimkien u fuqhiex ma jistgħux jiġifieri jkun hemm skambju ta' ideat.", "B'dan il-mod kull pajjiż jibqa' indipendenti u sovran, bil-kontra ta' dak li qed jiġi propost mill-gvern.", "Sur President ̧ illum stess fil-ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\" qrajt li kien hemm qbil bejn Franza u l-Ġermanja fuq kif se jibdew jamministraw u jmexxu.", "Issa dawn huma żewġ pajjiżi li huma fulcrum ta' l-UE u bla dubju ̧ dak li ftiehmu fuqu se jiġi ddettat fuq il-pajjiżi l-oħra kollha.", "B'politika ta' partnership nibqgħu mmexxu lilna nfusna u nimbottaw l-aspirazzjonijiet tagħna.", "Hija ħaġa naturali li toħroġ din id-distinzjoni għax ir-regoli li tagħmel l-UE huma meqjusa biex japplikaw fuq bażi kontinentali u mhux għall- gżira żgħira bħalma hi Malta.", "Jekk f'Malta jkollna politika ta' partnership pajjiżna jista' jsir niċċa fil-Mediterran u jkun hemm interazzjoni ta' diversi kulturi u kontinenti.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa punt importanti ħafna.", "Jien nifhem li l-Ġermanja, l-Italja u Franza jistinkaw biex jingħaqdu u jsiru Ewropa waħda imma aħna m'għandniex bżonn nissieħbu fl-UE biex insiru Ewropej.", "Aħna dejjem konna meqjusin bħala Ewropej u l-kultura tagħna dejjem kienet ixxaqleb lejn il-pajjiżi Ewropej u allura m'għandniex għalfejn nissieħbu fl-UE.", "Allura jkun aktar utli għalina ̧ li għandna l-ġirien tagħna li huma kontinenti, li nkunu pajjiż sovran u indipendenti minn kwalunkwe blokk għaliex illum id-dinja qed tinqasam f'diversi blokki.", "B'hekk nattiraw l-investiment li għandna nattiraw, kemm jekk dan ikun ġej mill-Amerka, kemm jekk ikun ġej mill- pajjiżi ta' l-UE ̧ kemm jekk ikun ġej mill-pajjiżi Għarab u anke jekk ikun ġej minn pajjiżi oħra.", "It-triq ta' partnership hija l-aktar triq li hija addattata għalina u ma nistax nifhem kif in-naħa tal-gvern ma taqbilx ma' dan.", "Per eżempju, bejn il-15 u t-18 ta' Novembru tas-sena 2002, hawn Malta kien hawn seminar ikkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea li fiha ġew diskussi l-patnerships li għandha l-UE ma' pajjiżi varji.", "Fil-fatt l-UE ffirmat association agreements ma' diversi pajjiżi fosthom ma' l-Alġerija, ma' l-Eġittu, ma' Iżrael, mal-Ġordan, mal-Libanu, mal-Marokk, ma' l-Awtorità Palestinjana, mas-Sirja u anke ma' Tuneż.", "Allura għalfejn aħna bħala pajjiż żgħir li qiegħed fil-Mediterran m'għandniex nagħżlu t-triq ta' partnership ma' l- istess UE aktar u aktar meta nafu li ġew diskussi temi bħall-political and security partnerships, economic and financial partnerships u social and cultural partnerships.", "Dawn huma kollha aspetti ta' partnerships li jistgħu jitwettqu u li permezz tagħhom ̧ aħna ̧ bħala pajjiż ċkejken ̧ nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna fl-ispettru globali u fl-istess ħin inżommu dak li hu tagħna u dak li hu sovran.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Issa nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu ̧ iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, il-Ħamis, 16 ta' Jannar ̧ 2003 ̧ fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar in-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l- mistoqsija tar-referendum – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, dalgħodu kont daqsxejn sorpriż għax smajt li qamet il-kwestjoni fuq il-problema tas-sala S3 ġewwa l-isptar San Luqa u ma nixtieqx li nikkwota lill-ministru ħażin, imma naħseb li smajt sewwa meta dan qal li l-S3 hija għal persuni li jbatu bi problemi tal- prostata, ta' l-awrina u affarijiet oħra relatati mad-dipartiment tal- uroloġija.", "Jiena skantajt għax l-S3 m'hijiex qiegħda għalhekk.", "Il-ministru kien qed jitkellem fuq is-sala S4 u l-fatt li għandek il-ministru tas-saħħa li lanqas biss jaf għal liema speċjalitajiet huma s-swali ta' l-isptar, huwa inkwetanti iktar u iktar meta dan jiġi fil-parlament u jagħtina informazzjoni, per eżempju, li biex wieħed jagħmel ritratt tal-mammogram - li huwa ritratt tas-sider tan-nisa u jintuża f'każi ta' cancer jew possibilita` ta' cancer f'dik il-parti tal-gisem - l-appuntament jingħata fi żmien erbat ijiem.", "Sfortunatament, il-ministru rnexxielu jidħak ukoll bil-ministru tal-finanzi meta fid-diskors tal-budget qal li biex wieħed jagħmel mammogram, l- appuntament jingħatalu fi żmien erbat ijiem.", "Anke l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, fil-ġurnal \"The Malta Independent\" tal-ġimgħa li għaddiet, kiteb li appuntament għal mammogram isir fi żmien erbat ijiem.", "Jiena ma nafx jekk dawn għandhomx xi channels oħra imma jiena kont semmejt fid-diskors tal- budget, li biex waħda tagħmel mammogram trid trid tistenna bejn għaxar jew 12-il ġimgħa biex tingħata appuntament.", "Fil-fatt, hemm pazjenti li riċentement ċempluli li għamlu appuntament għal mammogram u qalulhom li dan se jsir f'Mejju li ġej!", "Mela għal appuntament biss, diġa` qed ikollhom jistennew bejn erba' jew ħames xhur u dan sabiex isir sempliċiment test.", "Naħseb il-ministru tfixkel, forsi flok erbat ijiem ried jgħid erba' xhur pero` dan l-iżball qatt ma ġie kkoreġut u għalhekk, jiena ngħid li l-ministru tas-saħħa rnexxielu jqarraq bi sħabu kif ukoll qed iqarraq bil-poplu Malti u Għawdxi.", "Jiena nixtieq inkun naf minn fejn ġab dan l-perijodu ta' żmien u nispera li ma jiġix jgħidli, li meta qal erbat ijiem, kien qed jirreferi għal dawk il- każi urġenti.", "Meta tkellem il-ministru, ma kienx qed jirriferi għal każi urġenti li jsiru u fil-fatt, hawnhekk irrid nagħti wkoll prosit lil min jorganizza dawn l-affarijiet, għax fejn ikun hemm każi li jkun jidher ċar li hemm periklu kbir ta' kanċer, dawn it-testijiet isiru fi ftit sigħat jew fi ftit jiem imma meta qed nitkellmu fuq mamograms oħrajn, li kien qed jirriferi għalihom il-ministru, mhux veru li dawn isiru erbat ijiem wara li jsir l-appuntament.", "Dan kien qed jidħak bi sħabu u kien qed jidħak bil- poplu Malti u Għawdxi għax fil-każi li naf jiena, dawn għandhom l- appuntament tagħhom għal April u Mejju.", "Ma jistax ikun li l-Ministru jipprova jgħati l-impressjoni minn barra, li dan is-settur miexi tajjeb meta minn ġewwa, qed jaqa' kollox biċċiet.", "Dan ma japplikax biss għall-mammograms.", "Jekk speċjalista jordnalek CT scan u tmur biex tagħmel appuntament ħalli tagħmel dan is-CT scan, l-appuntament jingħatalek xahrejn jew tliet xhur wara.", "Jekk wieħed jiġi ordnat biex jagħmel ultra sound, dan ikollu jistenna xi erba' xhur minn meta imur jagħmel l-appuntament.", "L-istess ħaġa fuq l-MRI; dan huwa tip ta' ritratt li jagħti riżultat iktar dettaljat mir-riżultati l-oħrajn kollha tar-raġġi li jsiru.", "Huwa importanti għaliex ħafna drabi jidentifikalek difetti li ma jinqabdux b'tip ta' ritratti oħrajn li jittieħdu u allura huwa test importanti ħafna u jiffranka anke ċerti operazzjonijiet milli jsiru għalxejn.", "Jekk jiġi ordnat test tal-MRI illum, għandek bejn ħames jew sitt xhur biex isirlek.", "Immaġinaw pazjent li qiegħed fuq ix-xwiek jistenna biex jara l-problema ta' saħħtu x'inhi, jarah il-professur u jgħidlu li hemm bżonn li ssir investigazzjoni ħalli naraw iktar fid-dettall x'inhi l- problema tiegħu, imur id-dipartiment ta' l-X-rays u jgħidulu li biex jagħmel dan it-test, irid jistenna sitt xhur oħra!", "Immaġinaw x'sitt xhur se jgħaddi dak il-pazjent.", "Dan jista' jmur jagħmel dan it-test għand il-privat imma din tiġih xi Lm290.", "Sur President, għandna problemi oħra, per eżempju, persuna ċemplitli xi ħmistax ilu u qaltli li l-professur ordnalha test tat-tyroid u l- appuntament huwa għal Mejju ta' din is-sena.", "Ħames xhur waiting list!", "Mela minn barra, dan is-settur qed jinżeba' blu bl-istilel u ħafna tlellix ieħor u imbagħad minn ġewwa, kollox miexi għal riħu.", "Sur President, ħalli nsemmi dipartiment ieħor għax s'issa fuq tal-x-rays biss tkellimt.", "Ħa naqbad ma' dipartiment ieħor li jipprovdi żraben speċjali jew callipers jew tip ta' apparat mediku ieħor relatat ma' persuni li għandhom problema biex jimxu jew li għandhom problema ta' diżabilita`.", "Naf li din il-problema ilha għaddejja u m'hijiex xi ħaġa t'issa, imma llum il- ġurnata, id-dipartiment tas-saħħa qed jitkellem biex jara meta se jagħmel launching ta' l-uniformijiet il-ġodda għall-isptar Tal-Qroqq mentri l- problemi veri u serji qed ikomplu jaggravaw.", "Immaġina għandek persuna b'diżabilita u din għandha bżonn żarbun speċjali jew apparat mediku biex ikun jista' jimxi aħjar.", "Jitteħdulu l-qisien f'Ottubru li għadda u sal-lum, tliet xhur wara, dan it-tip ta' apparat għadu mhux provdut.", "Issa lkoll nafu li t-tfal jikbru u mhux bħall-adulti.", "Ħafna minna ma tantx invarjaw fil- qisien, anzi, min ikollu ċerta eta` jibda nieżel ftit ftit imma nista' nassigura lin-naħa tal-gvern li jekk jibda nieżel mill-istatura minħabba problemi fiżiċi, ma jfissirx li dan għandu problemi mentali wkoll u għalhekk, naqbeż fuq argument ieħor, ma kienx ħaqqhom jispiċċaw b'xi rikors fil-qrati għax dawn mentalment għadhom luċidi.", "Jiena tkellimt ma' ħafna minn dawn in-nies u nista' nassigura lil kulħadd li dawn jiftakru l-istorja li għaddew minnha ħafna aktar minn persuni oħrajn li jiftaħru li jafu l-istorja.", "Ma nafx kemm-il anzjan li għadu mentalment tajjeb spiċċa rċieva ittra li tgħidlu li hu mentalment instabbli u mhux kapaċi jivvota, pero` dan hu argument ieħor u ddevjajt ftit mis- suġġett.", "L-argument huwa li t-tfal jikbru u għalhekk, ħames xhur wara bilfors li jkun hemm xi differenza bejn il-qisien tal-callipers li jkunu ħadulhom!", "Il- problema tal-callipers ilha għaddejja u hemm bżonn li din il-problema nieħdu ħsiebha u mhux noqgħodu ninħlew fuq x'uniformijiet u x'kuluri se jkollhom ta' l-isptar tal-Qroqq!", "Joqgħodu jmorru fuq it-television biex juru kemm huma smart u biex il-poplu jara minn barra kemm id-dipartiment tas-saħħa miexi 'l quddiem imbagħad meta jiġu biex ikollhom bżonn xi ħaġa, jiskopru kemm is-servizz ma hux sodisfaċenti.", "L-aħħar punt tiegħi hu fuq il-problema li għandna ta' l-infezzjonijiet ta' l-għajnejn ġewwa l-isptar San Luqa.", "Hija ħaġa li ilha għaddejja għal diversi ġimgħat u naf li m'hijiex xi ħaġa faċli li tikkontrollaha imma x'inhu jagħmel il-gvern( X'inhu jagħmel id-dipartiment biex jikkontrolla din il-problema( X'soluzzjonijiet qed joffri( Il-problema kienet hemmhekk, qiegħda hemmhekk u jekk ma jsir xejn, se tibqa' hemmhekk.", "Każi ta' pazjenti li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol għax tidħol xi farka f'għajnejhom, imorru l-isptar, ineħħuwilhom, jgħaddu jumejn u dawn jispiċċaw b'għajnejhom kbar daqsxiex; x'inhi l-problema( Infezzjoni mill- apparat ta' l-isptar u flok jagħmel jumejn nieqes mix-xogħol, jispiċċa jagħmel xahar minħabba l-infezzjoni fejn kultant jispiċċa anke jinfetta l- familja wkoll jew imur xi ħadd jagħmel test ta' l-għajnejn wara li jkun mar xi wieħed b'infezzjoni u jispiċċa b'infezzjoni dan ukoll.", "Naħseb importanti li l-gvern jitkellem mal-poplu u mhux nisimgħu skiet perfett jew inkella jagħmel investigazzjoni biex jara kif jiena qed inġib l- informazzjoni.", "L-informazzjoni nġibha mill-pazjenti li jċemplu wieħed wara l-ieħor minn kull naħa ta' Malta għal problemi li jiltaqgħu magħhom.", "Nagħlaq billi ngħid li għalxejn li l-ħajt ta' barra jkun miżbugħ aħmar jew blu meta ġewwa jkun qed jaqa' kollox.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, wieħed mill-punti li nixtieq nitkellem fuqhom illum hu dwar il-mod ta' kif il-partit Nazzjonalista tant jinsab imbeżża' u dahru mal-ħajt, li qed jipprova jċaħħad id-dritt sagrosant tal-vot lil numru ta' ċittadini Maltin.", "Matul dawn l-aħħar ġranet, kellna esperjenza fejn il-partit Nazzjonalista across the board, b'lista kompjuterizzata identifika l-anzjani Laburisti kollha ta' 'l fuq minn 80 sena u bil-firma tat-tifel tal-Prim Ministru, fil- kapaċita` ta' avukat tal-partit Nazzjonalista, bagħat rikors lil dawn l- anzjani fejn akkużahom u kważi ċċertifikahom li huma mentalment mhux kapaċi jiddeċiedu meta jiġu biex jivvotaw.", "Personalment kelli esperjenzi ta' diversi anzjani li ċempluli u qalu li din l-azzjoni weġġgħet lill-anzjani involuti bis-serjeta`, weġġgħu l-familji tagħhom, weġġgħu lit-tfal tagħhom u lin-neputijiet tagħhom.", "Ħafna mill-anzjani fid-distrett tiegħi ċempluli u xi anzjani qaluli li wara l-bieb ta' darhom qatt ma kien mar pulizija qabel.", "Kellmuni anzjani li tul ħajjithom qatt ma rifsu l-għatba tal-qorti u nista' ngħidlek li kien hemm ħafna anzjani li kellhom jirrikorru għal vista ta' tabib wara dan il-każ.", "F'sitwazzjoni partikolari kelli saħansitra nitlaq minn fejn kont minħabba li l-persuna kienet emozzjonata għal-aħħar b'din l- attitudni min-naħa tal-partit Nazzjonalista.", "Jien insejjħilha attitudni vili li tikxef il-paniku li jinsab fih il-partit Nazzjonalista fil-preżent.", "Mhux l-ewwel darba li dawn l-anzjani qed jaqilgħu fuq rashom mingħand il- partit Nazzjonalista u l-alleati tiegħu.", "Ħafna minn dawn l-anzjani huma l- istess li snin ilu lanqas setgħu jmorru fil-knisja u jeżerċitaw is- sagramenti tat-twemmin reliġjuż tagħhom minħabba t-twemmin politiku tagħhom.", "Ħafna minn dawn l-anzjani kienu ingħataw transfer wara l-ieħor fi żmien sittin minħabba t-tendenzi politiċi tal-partner tagħhom.", "Dawn huma dawk l-anzjani li żammew lill-partit Laburista ħaj u dawn l-anzjani se jkomplu jżommu lill-partit Laburista ħaj.", "Il-partit Laburista jinstab preparat biex jiddefendi d-dritt sagrosant ta' dawn l-anzjani biex jivvotaw minkejja kull sforz immaġinabbli min-naħa tan-Nazzjonalisti biex dan ma jsirx.", "Il-paniku li ħakem il-partit Nazzjonalista wara li kkonkluda l-pakkett \"eċċezzjonali\" ta' l-UE - jiena ngħidilha l-kanna eċċezzjonali - hu xi ħaġa li ma tispjegahiex.", "Mela l-ewwel kellna lill-Prim Ministru, li ftit qabel ma kkonkluda l-pakkett, qalilna li din mhix kwestjoni ta' miljuni u konvenjentament nesa li kien hemm min qalilna li ġejjin il-Lm100 miljun mill-UE jew ġejjin Lm 50 miljun fis-sena bi dritt Issa dan ma rriżultax, il-Prim Ministru jaf li dan ma konniex se neħduh u allura issa rridna ninsewh.", "Agħar minn hekk, issa jridna ninsew il-pakkett kollu kemm hu; pakkett li se jolqot lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "L-aħħar mossa tagħhom f'dan l-istat ta' paniku li qegħdin fih kienet dik li jippruvaw iċaħħdu madwar 900 anzjan laburist milli jivvutaw.", "Jiena niskanta kif il-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Politika Soċjali, li huwa l-viċi kap tal-partit Nazzjonalista, iddikjara li ma jafx li saru dawn ir-rikorsi mill-partit tiegħu stess.", "Dan joħroġ fatt li jew irrid jinganna jew inkella ma jafx x'inhu jiġri fil-partit tiegħu.", "Jien niskanta kif is-segretarju parlamentari għall-anzjani jiġi f'dan il-Parlament u jgħid li mhux veru li l-partit Nazzjonalista jrid iċaħħad lil dawn l- anzjani mill-vot tagħhom u bilkemm ma jridx jiġġustifika r-rikorsi li saru mill-partit tiegħu.", "Jien naħseb li l-partit Nazzjonalista għandu jkollu kuraġġ jammetti li f'din il-biċċa tax-xogħol, għamel żball kbir u għandu jkollu d-diċenza li dawk ir-rikorsi li għamel, jirtirahom.", "Kieku n-nies responsabbli fil-partit Nazzjonalista jafu verament kemm dawn il-persuni u l-familjari tagħhom għaddew minn trawmi, kieku żgur xi ħadd mill-partit Nazzjonalista jkollu d- deċenza li jirtira dawn ir-rikorsi imma mid-dehra mhux biss ma jridux jirtirawhom imma donnu li jridu jibqgħu jsostnu biex akkost ta' kollox iġiegħlu lill-poplu Malti jivvota kif iridu huma.", "Din dejjem kienet it- tendenza Nazzjonalista; dik li jagħmlu minn kollox biex jibqgħu fil-poter.", "Imma din m'hijiex l-ewwel okkażjoni, niftakru kif, per eżempju, fis-snin sittin, speċjalment f'Għawdex imma anke f'lokalitajiet oħra Maltin, ħafna Laburisti kienu jiġu ntimidati għall-mod kif se jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom u dan kien isir bil-kompliċita` sħiħa tal-partit Nazzjonalista fejn kienu jgħid lin-nies li jekk jivvotaw lill-partit Laburista, dawn ikunu qed jagħmlu dnub mejjet.", "Jiġifieri din mhix l-ewwel darba u l-istorja qed tirrepeti ruħha għax min jitwieled tond ma jmutx kwadru!", "Fis-snin sittin, il-partit Nazzjonalista kien jisserva bil-Knisja u din id-darba l-istess storja qed naraw quddiemna fejn iridu bilfors li l-Knisja tiddeffes fil- politika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Bil-permess tal-kollega tiegħi, jien nixtieq ngħid li avviċinawni tlieta min-nies li ġralhom hekk u peress li jien tabib u minkejja li dawn kienu ta' opinjonijiet politiċi differenti, jien xorta tlabt lill-partit Nazzjonalista biex jirtira t-taħrika u fil-fatt, jien jirriżultali li din it-taħrika m'hijiex se tiġi proċessata iżjed.", "Jiġifieri jekk it-tobba ta' dawn il-persuni konċernati jagħmlu l-istess, għandi nifhem li l-partit Nazzjonalista jkun lest li jirtira t-taħrika.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Napprezza l-pożizzjoni li ħa d-deputat pero` hemm bżonn li din il-pożizzjoni tittieħed mill-uffiċjali għolja tal-partit Nazzjonalista għax s'issa ħadd ma ppronunzja ruħu f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Il-president tal-kumitat eżekuttiv tal- partit Nazzjonalista ppronunzja ruħu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Bir-rispett kollu, imma l-president tal-kunsill tal-partit Nazzjonalista ppronunzja ruħu fuq tliet każi fid-distrett tiegħu u mhux fuq il-pożizzjoni tal-partit.", "Issa ikun tajjeb jekk jgħidilna li se jirtirawhom forsi jirrikonoxxu li għamlu żball f'din iċ-ċirkostanza.", "Punt ieħor li xtaqt nitkellem fuqu hu dwar l-hekk msejjaħ suċċess ieħor ta' New Zealand Post f'Malta.", "Jidher li xi ħadd fil-Maltapost ħa deċiżjoni li jaqbad u jagħlaq ċertu numru ta' letter boxes u ma jħallihomx għas-servizz tal-poplu.", "Per eżempju, jien nista' nitkellem fuq każijiet f'San Ġiljan fejn f'postijiet partikolari, il-letter boxes ġew magħluqin u hemm avviż li jgħid li dawn mhux se jintużaw iżjed.", "Issa, dawn il-kaxxi ta' l-ittri ilhom snin twal hemmhekk, jintużaw speċjalment minn min hu anzjan.", "Insemmi każ partikolari fil-qasam residenzjali ta' Ta' Giorni fejhn kien hemm kaxxa ta' l-ittri li taqdi madwar 700 jew 800 familja li joqogħdu fl-inħawi, ingħalqet u fetħulhom oħra ħdejn il-knisja ta' San Ġiljan.", "Issa, hemmhekk hemm telgħa - kulmin joqgħod hemmhekk jaf għal fejn qed ngħid - u mhux possibbli li anzjan biex sempliċement jimposta ittra, jinżel u jerġa' jitla' telgħa bħal dik.", "Il-poplu Malti kien imwiegħed, li kemm fil-każ ta' l-HSBC u kemm f'każijiet oħra, li bil-privatizzazzjoni, dawn is-servizz se jkunu aktar effiċjenti u se jingħata servizz aħjar imma dan mhux qed jirriżulta għax meta tiffaċċja r-realta`, il-kwalita` tas-servizz qiegħda tonqos u dan li semmejt huwa eżempju ċar.", "Jien nixtieq nagħmel appell lill-Ministru responsabbli biex ma jħallix dawn l-affarijiet jiġru għax naf b'ħafna każi bħal dawn li semmejt.", "Ma jistax ikun li nkunu qed ingawdu minn servizz u dan is-servizz jiġi mnaqqas għax privatizzajna jew għax it-tmexxija tas-servizz għadda taħt kumpannija barranija.", "Jien xtaqt nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li aħna qegħdin fi żmien determinanti fejn kull ċittadin għandu responsabbilta` kbira.", "Hemm bżonn li ninsew il-propoganda sfrenata li qegħda ssir mill-partit Nazzjonalista - propoganda li l-partit Nazzjonalista għandu finanzi kemm irrid biex jagħmilha –u nfittxu l-verita` li qed tiġi moħbija għaliex anke fl-istess mistoqsija li l-partit Nazzjonalista qed jippreżenta, il-pakkett li suppost kellna nivvotaw fuqu anqas biss qed jissemma.", "Kull ċittadin għandu d-dmir li jfittex il-verita` ħalli meta jmur jieħu d-deċiżjoni tiegħu, joħodha b'kuxjenza lejn l-interess ta' pajjiżna u mhux skond ħolma ta' partit u politiku partikolari.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal Ħamis, 16 ta' Jannar, 2003 fis-6:00 pm bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GWARDJANI PRIVATI", "37923.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Ladarba x-xogħol tal-gwardjani privati sar wieħed professjonali li biex tagħmlu trid liċenzja, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinqata' l-abbuż minn dawk li qegħdin jaħdmu bla liċenzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li kull fejn jirriżulta lill-pulizija li jkun hemm ksur ta` l-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389) jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-qorti.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - PRIVATE SECURITIES", "37924.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru?", "Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Ministeru tas-Saħħa u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu m'għandhom l-ebda kuntratti għal securities privati.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - PRIVATE SECURITIES", "37925.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru?", "Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Ministeru tiegħi għandi security guard/receptionist wieħed li jitħallas bir-rata ta` Lm2.59 fis-siegħa - VAT inkluża.", "Dan is-servizz beda fl-ewwel ta` November 2002 (meta l-ministeru mar għall-uffiċċini fi Triq id-Dejqa, il-Belt) u se jibqa` fis-seħħ sakemm dan il-ministeru jiġi provdut b`uffiċjal tas- sigurta` u li għalih ġiet ippreparata sejħa għall-applikazzjoni mill-MPO."]} {"filename": "20020410_720d_par.doc", "date": "2002-04-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 720 L-Erbgħa, 10 ta' April, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 720", "L-Erbgħa, 10 ta' April, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "720", "L-Erbgħa, 10 ta' April, 2002", "WERREJ", "MINUTI 816", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 816", "TQEGĦID TA' KARTI 820", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI", "(ĊERTIFIKATI TA' OPERATURI TA' L-AJRU) (IT-TIENI QARI)", "CIVIL AVIATION (AIR OPERATORS' CERTIFICATES) (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 821", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 832", "AĠĠORNAMENT 842", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 847", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 719 li saret fid-9 ta' April, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WIED INĊITA NURSERY", "31091.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul is-sena li għaddiet sabiex ġew immodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fin-nursery ta' Wied Inċita?", "Kemm kienet l-ispiża ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li s-sena l-oħra saru dawn ix-xogħlijiet li se nsemmi fin-nursery ta' Wied Inċita, bi spiża totali ta' Lm1,800:", "a) fis-serra l-kbira nbidel il-plastik tas-saqaf, inħadem propagation bench tul din is-serra u kienu pprovduti 500 seed trays;", "b) fis-serra ż-żgħira nbidel is-saqaf, twaħħal plastik ġdid u tranġaw l- ħġieġ u aċċessorji oħra;", "c) tlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' shade house bir-riċenzjoni;", "d) kienet konvertita ċinta għas-siġar standard; u", "e) tfassal kanċell ġdid.", "Irrid ngħid ukoll li f'Wied Inċita m'hemm l-ebda laboratorju.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li f'din il-mixtla huwa meħtieġ li jkun hemm provvista adegwata ta' ilma, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fir- risposta tiegħu m'hu qed jagħmel l-ebda riferenza għal dan l-investiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Li nista' ngħid hu żgur hu li l-provvista ta' second- class water għat-tisqija hija regolari.", "Biss m'għandix dettalji preċiżi quddiemi u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda bil- miktub f'dan is-sens ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni eżatta.", "BIEDJA – LEVIES TA' PROTEZZJONI", "31092.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għad-diskors tal-Ministru lill-bdiewa fil-laqgħa li kellu mal-koperattiva fiż-Żebbiegħ - fejn qal li nidħlu u ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea xorta waħda rridu nneħħu l-levies ta' protezzjoni minħabba d-WTO - jista' jgħid għaliex il-Gvern Nazzjonalista se jdaħħal 87 kundizzjoni ta' kwoti u tariffi fuq prodotti u materja prima ta' l-ikel ġejjin minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bir-rispett kollu, naħseb li l-Onor.", "Interpellant għandu bżonn jifhem li llum il-protezzjoni hi regolata mid-WTO u trid tonqos u mistennija li tibqa' tonqos fil-futur.", "Għalhekk hu ta' importanza dak li jrid jagħmel il-gvern għas-settur tal-biedja, jiġifieri li l-biedja tibda tibbenefika taħt numru ta' mekkaniżmi u strutturi ta' għajnuna diretta.", "Dan ikun aktar possibbli taħt l-iskemi li għandha l-Unjoni Ewropea, li ovvjament fil-preżent għandha 87 tariff quotas biex tipproteġi s-settur agrikolu.", "Hawn qegdin ngħidu li bħalma aħna sal-lum għandna l-protezzjoni fuq prodotti tal-biedja permezz tal-levies, hekk ukoll l-Unjoni għandha l- protezzjoni għas-settur tagħha, sistema li skond id-WTO trid ukoll tispiċċa bil-mod il-mod.", "Il-blokk ta' 15-il pajjiż fl-Unjoni Ewropea għandhom sistema ta' negozju ma' diversi pajjiżi u kull meta jagħmlu dan it-tip ta' negozju, hemm dawk il-miżuri li fuqhom jiġi determinat kif isir is-suq.", "U biex l-Unjoni tipproteġi ċerti prodotti tagħha tagħmel il-kwoti.", "Per eżempju, jekk tesporta ż-żejt taż-żebbuġ lejn ċerti pajjiżi dawn jibagħtulha mbagħad ċertu materjal ieħor, jiġifieri qishom qegħdin ipartu.", "U allura biex l-Unjoni tipproteġi s-settur tagħha għandha dawn it-tariff quotas.", "Jekk nieħdu l-high quality beef, għandek ċerta kwota li tidħol b'dazju baxx u mbagħad meta din il-kwota tinqabeż id-dazju jsir full.", "Jekk nieħdu l-beef ta' l-Arġentina, per eżempju, hemm dak li jissejjaħ il-Hilton Agreement, li permezz tiegħu l-Unjoni Ewropea timporta madwar 38,000 tunnellata u meta din il-kwota tinqabeż jiġi applikat id-dazju.", "Dawn huma l-famużi tariff quotas.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimenetari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bla ma nsejħulhom \"famużi\" dawn it-tariff quotas li se jkunu mposti fuqna, jiġifieri fuq l-industrija tat-turiżmu u fuq il- konsumatur, jista' l-Ministru jgħid liema prodotti ta' l-ikel se jintlaqtu b'dawn it-tariff quotas?", "Jista' jgħid ukoll jekk huwiex il-każ li fejn hemm dawn it-tariff quotas, mhux talli l-poplu se jiġi mġiegħel iħallas it- tariffi u d-dazji, talli se jkun hemm limitu fuq kemm inkunu nistgħu nimportaw dawn l-istess prodotti minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l- Unjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, preżentement biex aħna nesportaw iċ-ċanga lejn l-Unjoni Ewropea rridu nħallsu dazju ta' madwar Lm1.60-il kilo.", "Ovvjament jekk hemm xi ħadd kapriċċuż fl-Unjoni Ewropea li jrid jimporta ċ- ċanga minn Malta jkun suġġett għal dan id-dazju mingħajr kwota.", "Pero' biex jidħol high quality Argentine beef fl-Unjoni Ewropea hemm kwota ta' madwar 38,000 tunnellata u biex teċċedi dak il-limitu jrid isir agreement speċjali.", "Jiġifieri sakemm tiddaħħal din il-kwota jkun hemm ċerta tariffa baxxa, imma mbagħad ladarba din il-kwota tinqabeż jibda jitħallas id-dazju full.", "L-Onor.", "Farrugia semma' wkoll it-turiżmu u l-industrija tat-tkabbir tal- bhejjem.", "Kull pajjiż għandu l-ħteġijiet speċifiċi tiegħu.", "Per eżempju aħna nimportaw madwar 50,000 tunnellata ta' qamħirrun biex naqdu l- ħteġijiet tagħna u qegħdin nitolbu special supply arrangements.", "Aħna mhux l-ewwel pajjiż li qegħdin nitolbu dawn l-arraġamenti.", "Fil-fatt hemm pajjiżi akbar minna li huma membri fl-Unjoni li ilhom jagħmlu dan mill- 1986.", "Qed nirriferi għal Spanja u l-Portugal li qabel ma ssieħbu fl-Unjoni kellhom l-istess problema – dawn it-tnejn li huma ma jipproduċux biżżejjed qamħ biex ilaħħqu mad-domanda - u allura jixtru l-qamħirrun minn sorsi internazzjonali u mhux mill-pajjiżi ta' l-Ewropa.", "Għalhekk talbu lill- Unjoni Ewropea biex tagħtihom dan id-dritt u jkomplu jixtru l-qamħirrun minn sorsi internazzjonali imma bi prezz anqas minn dak li tbiegħu l-Unjoni Ewropea.", "U l-Portugal u Spanja rnexxielhom għal 16-il sena jixtru l- qamħirrun minn sorsi internazzjonali, bl-Unjoni Ewropea tagħtihom din il- faċilita'.", "Issa aħna nimportaw 50,000 tunnellata qamħirrun.", "Spanja u l-Portugal jimportaw 2,500,000 tunnellata u l-Unjoni Ewropea tathom special supply arrangements.", "Jiġifieri aħna qegħdin ninnegozjaw 2% biss ta' dak li ħadu Spanja u l-Portugal.", "Hekk isiru l-affarijiet.", "Għax l-Unjoni Ewropea trid li kull min jissieħeb magħha jkun aħjar minn meta kien għadu barra.", "U hekk qegħdin ninnegozjaw aħna fuq diversi prodotti, fosthom il-qamħirrun, iċ- ċereali u z-zokkor.", "Dan hu li jrid jifhem l-Onor.", "Farrugia.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, biex inkompli ma' dak li qed jgħid il- Ministru, iva jiena għandi bżonn nifhem liema huma dawn is-87 tariff quotas li se jiġu mposti fuq il-konsumatur, fuq l-industrija ta' l-ikel u fuq l- industrija tat-turiżmu f'pajjiżna.", "Il-Ministru għadu kif spjega lill-Kamra li l-gvern qed jinnegozja ma' l- Unjoni Ewropea special supply measures sabiex pajjiżna jipprova jevita l- piżijiet kbar - hu stess jikkonferma u jammetti li l-gvern tiegħu qed jinnegozja dawn l-ispecial supply measures biex nippruvaw nevitaw din is- severe strain li se jġibu dawn it-tariff quotas – fuq ċerti prodotti – hu semma' disgħa - fosthom il-ġobon, il-laħam aħmar, it-trab tal-ħalib u numru ta' prodotti oħra.", "Imma meta dan tipparagunah mas-87 tariff quotas, allura dan ifisser illi l-gvern għandu xi studju li l-kumplament ta' dawn il- prodotti li se jkunu ristretti bi kwota li sal-lum qatt ma kellna, mhux se jħallu impatt?", "Il-Ministru għandu kull dritt jgħid li jrid imma almenu għandu jindirizza mistoqsija sempliċi u rraġunata li qed nipprova npoġġi mhux biss f'isem l-oppożizzjoni imma f'isem il-poplu li għadu fl-għama dwar dawn iċ-ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, tajjeb li ngħid li l-Onor.", "Interpellant ilu żmien jistaqsi u jsemmi dawn il-kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi.", "Naturalment hu jaf liema huma dawn iżda biex nagħmilha aktar easy għall- membri ta' din il-Kamra, lest li nġib lista ta' dawn is-87 prodott li qed isemmi.", "Barra l-agreement fuq 87 prodott, l-Unjoni Ewropea għandha l-common tariff biex tirregola l-importazzjoni.", "Irridu nifhmu li l-Unjoni Ewropea wkoll trid tieħu ħsieb il-prodotti tagħha bħalma jieħdu ħsieb il-blocks l-oħra tad-dinja.", "M'aħniex qegħdin nivvintawh aħna n-negozju!", "In-negozju ilu jiżviluppa bil-mod il-mod u wieħed jitgħallem mingħand l-ieħor.", "Għandek diversi gruppi, fosthom il-United States of America, is-South America, l- Awstralja u New Zealand li flimkien ikollhom diskussjonijiet fi ħdan id- WTO, fejn jippruvaw jikkontrollaw kemm jista' jkun is-suq, u dan isir biex l-ebda suq ma jkun fgat.", "Għax inti ma trid li l-ebda suq ikun fgat.", "Jekk inti għandek is-suq fgat, fl-aħħar mill-aħħar il-bidwi se jbati għax jekk iddaħħallu l-prodotti bl-amment u bla kontroll, x'jiġri?", "Jekk inti għandek l-istaġun tal-patata u kulħadd jibda jimportalek bl- amment, mingħajr kontrolli, u ma jkunx hemm il-mekkaniżmu li jirregola l- prezz tal-prodott, allura jekk inti żżomm il-prodott tiegħek għoli artifiċjalment u tħalli l-importazzjoni dieħla mingħajr ma tkun qed tagħti sussidju lill-bdiewa biex huma jkunu jistgħu jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom, se tispiċċa li jkollok is-suq fgat.", "Jekk ikollok is-suq fgat bilfors jaqa' il-prezz, u jekk jaqa' il-prezz se jbati l-bidwi u r-raħħal.", "Allura anke l-Unjoni Ewropea, biex ma tħallix il-prezzijiet tagħha jaqgħu, tirregola l-importazzjoni tal-prodotti fl-istess pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, u dawn huma t-tariff quotas.", "Sabiex fl-Unjoni Ewropea ma jkollokx surplus ta' ċanga, ngħidu aħna, l- Unjoni tagħmel il-kwoti fuq l-importazzjoni.", "L-istess jekk niġu għall- ġobon.", "L-Unjoni tant tipproduċi ġobon li jkollha surplus, tagħmel l- intervention u hemmhekk iddaħħal l-export subsidies – dawn ukoll iridu jispiċċaw - biex il-bidwi jibqa' jkollu qligħ xieraq u ġust.", "U allura biex l-Unjoni ma jkollhiex suq fgat għandha dan il-mekkaniżmu ta' 87 tariff quotas li permezz tagħhom tirregola kemm l-aspett tal-volum kif ukoll l- aspett tal-prezz.", "Dawn huma l-famużi 87 tariff quotas.", "Ovvjament l-Onor.", "Interpellant jaf bihom dawn għax kieku ma joqgħodx jagħmilli dawn id-domandi!", "Issa jiena se nqabbad lit-tekniċi tagħna biex jagħmluli din il-lista u nippreżentahielu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Waqt li napprezza li l-Ministru se jpoġġi din il- lista biex ir-rappreżentanti tal-poplu jkunu jafu liema huma dawk il- prodotti suġġetti għal dawn il-kwoti, nitolbu biex ġentilment ipoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-539 prodott ta' l-ikel, sija ta' materja prima u prodotti li se jkunu marbuta issa mhux mat-tariff quotas imma ma' dawk li nafuhom bħala special safeguard measures għall-istess skop illi spjega, ħalli l-poplu jkompli jkun aġġornat.", "Barra minn hekk, nixtiequ wkoll jagħti spjegazzjoni għaliex allura se jkun tajjeb li pajjiżna jipproteġi l-importazzjoni taz-zokkor, se jkun tajjeb li jipproteġi l-importazzjoni tal-ġobon u tal-butir, se jkun tajjeb għalih li jipproteġi l-protezzjoni tal-laħam aħmar, meta ġaladarba dawn il-prodotti ma nipproduċuhomx, nafu li mhux se nieħdu l-ebda benefiċċju ta' sussidju bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, kemm-il darba għedna li aħna ma nipproduċux ċanga biżżejjed u prattikament ġobon ma nipproduċu xejn.", "Sal- lum aħna nimportaw dawn l-affarijiet biex ikollna prodott biżżejjed għall- poplu Malti u Għawdxi.", "U dan ix-xiri tal-laħmijiet u tal-ġobon isir parti mill-international market u parti mill-Unjoni Ewropea, u hawnhekk fejn sal- lum għadna forsi nibbenefikaw minn dawk li jissejħu export refunds.", "Issa nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, xorta se nibqgħu nimportaw ladarba m'għandniex.", "Allura x'qegħdin ngħidu?", "Fl-Unjoni Ewropea, il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti huma ogħla milli qegħdin nixtruhom aħna sal-lum.", "Allura aħna qegħdin nitolbu li ningħataw il-fakulta` li nkomplu nimportaw il-ġobon u l-laħmijiet bi prezzijiet mis- suq internazzjonali, sakemm dawn ma jkunux fl-istess livell ta' l-Ewropa jew inkella vice-versa l-prezzijiet ta' l-Ewropa jitniżżlu bil-mod il-mod u jiġu għall-istess livell tal-prezz internazzjonali.", "Dak li qegħdin ngħidu aħna hawnhekk.", "Illum li qegħdin barra mill-Unjoni Ewropea, ċerti prodotti li aħna ma nipproduċux irridu nimportawhom u jekk inkunu fl-Unjoni xorta rridu nimportawhom.", "Allura qegħdin ninnegozjaw biex ningħataw il- faċilita' li nkomplu nixtru dawn il-prodotti mis-suq internazzjonali bi prezzijiet li jkunu vantaġġużi għalina.", "Mr Speaker, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq suq wieħed u l-politika tagħna hija li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u mhux the other way round, jiġifieri bl-Unjoni Ewropea tingħaqad magħna!", "U la aħna konvinti li jaqbel għall- pajjiż, irridu nagħmlu l-adjustment neċessarju biex inkunu nistgħu noperaw f'dan is-suq.", "U biex nagħmlu hekk hemm diversi miżuri li jridu jittieħdu.", "Pero' fejn inti se tkun fi żvantaġġ dawn se jkunu kompensati.", "Per eżempju, jekk nieħdu s-settur ta' l-agrikoltura naraw li f'perjodu ta' ftit snin, permezz ta' l-SMPPMA, l-agrikoltura tagħna se tieħu b'madwar Lm70 miljun.", "Dawn il-flus se jgħaddu għand il-bdiewa u r-raħħala tagħna bħala kumpens biex niggarantulhom dħul xieraq u ġust.", "Issa parti minn dawn il-flus se jmorru wkoll biex isir ir-ristrutturar neċessarju u niggarantixxu l-kwalita' ta' l-ikel.", "Hawnhekk għandna settur li għalkemm għamel l-avvanzi tiegħu tul iż-żmien, xorta jonqsu biex ikompli jirranġa ruħu.", "U allura anke permezz ta' dan l-ispecial market policy programme – jiġifieri Lm70 miljun, mhux ċajt - se nkomplu nirranġaw l- istandards tajbin li diġa' għandna, se nkomplu nagħmlu dak l-upgrading neċessarju ħalli niggarantixxu li l-poplu tagħna jkun qed jingħata prodott ta' kwalita` li jkun safe għall-ikel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura jekk il-gvern huwa konxju mill-problemi illi se jġibu dawn ir-regoli fuq prodotti ta' l-ikel u fuq materja prima li aħna ma nipproduċux, kif m'huwiex jargumenta bl-istess mod biex jipproteġi lill- bdiewa tagħna, lir-raħħala tagħna, lis-settur ta' l-ikel tagħna u lis- settur ta' l-agri-industrija tagħna, meta jaf li għandna bżonn protezzjoni li tirrigwarda l-interessi ta' pajjiżna u mhux protezzjoni li tirrigwarda l- interessi ta' l-Unjoni Ewropea?", "X'inhi din illi l-gvern se jgħabbi lill- konsumatur b'prezzijiet dejjem akbar - għax aħna la għandna bjar taż-żejt u lanqas bjar ta' l-Euros, u lanqas nifhem li se jkollna bjar ta' l-Euros meta se nidħlu – u m'aħniex inkunu speċifiċi u ċari fuq din il-kwestjoni li se tpoġġi fuqna diffikultajiet bla bżonn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ħalli nerġa' nirrepeti.", "Is-CAP taħdem billi għandek bażikament żewġ pilastri.", "L-ewwelnett għandek the first pillar, li huwa dak tad-direct payments, jiġifieri skond il-prodott li tkabbar, u minn hemm aħna ma niggwadanjawx ħafna għax din l-iskema hija indirizzata lejn produzzjoni tal-qmuħ, tal-ħalib, taz-zokkor u tat-tabakk.", "Dik hija prinċipalment il-bażi tal-first pillar, li tammonta għal 90% tal- budget kollu tal-common agricultural policy.", "Imbagħad għandek is-second pillar, fejn jidħol l-aspett ta' żvilupp rurali.", "U biex niggarantixxu li jkollna produzzjoni ta' prodotti aktar safe għall- ikel, l-Unjoni Ewropea diġa` tinsab miexja u qed tagħmel il-mid-term review.", "Irrid nagħmilha ċara li l-common agricultural policy ta' l-Unjoni Ewropea m'hijiex l-għaxar kmandamenti li Alla ta lill-Mose' u li qegħdin fixed.", "Is-CAP diġa' ġiet riformata erba' darbiet, inkluż fl-1992 u fl- 1999, u din is-sena qed issir il-mid-term review.", "Dan ifisser li l-Unjoni Ewropea se tispostja l-fondi mill-first pillar tad-direct payments għas- second pillar, dak tar-rural development.", "U minn hawnhekk aħna qegħdin nagħmlu t-target tagħna għall-benefiċċju tal-bdiewa.", "Veru li ż-żewġ naħat għandna politika differenti, pero' wara kollox aħna Maltin u m'hijiex ħaġa sabiħa li sal-lum f'pajjiżna għad m'għandniex pjan ta' żvilupp rurali.", "Issa dan se nagħmluh għas-snin 2003 sa l-2005.", "Allura fil-każ speċifiku tagħna, la aħna ma nipproduċux zokkor, la nipproduċu ċereali u lanqas tabakk, li nistgħu nibbenefikaw fiċ-ċokon tagħna huwa mir- rural development.", "U 'l hemmhekk irridu nimxu aħna, hemmhekk irid ikollna pjan.", "Aħna rridu naħdmu ħalli jkollna dan il-pjan ta' żvilupp rurali li permezz tiegħu nagħmlu l-pjani neċessarji ħalli s-settur agrikolu jiġi mwieżen kif jixraq mill-Unjoni Ewropea u niggarantixxu li l-biedja f'pajjiżna tibqa' sostenibbli fil-futur.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAM (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali li sar matul l-2001, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 32102; u", "Tagħrif dwar persuni li tkeċċew mis-servizz pubbliku matul l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32104.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar benefiċjarji ta' pensjoni kontributorja tas-sigurta' soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32479; u", "Kopja ta' l-għaxar skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32536.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI", "(ĊERTIFIKATI TA' OPERATURI TA' L-AJRU)", "CIVIL AVIATION (AIR OPERATORS' CERTIFICATES) (AMENDMENT)", "BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-9 ta' April, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni huwa in possession.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fis-seduta tal-bieraħ filgħaxija kont qed nitkellem dwar il-fatt li bażikament, dan l-abbozz ta' liġi se jdaħħal fis- seħħ il-ħtieġa li kull operatur li jipprovdi servizz ta' trasport pubbliku permezz ta' l-ajru, ikun ċertifikat.", "Il-liġi kif inhi sal-lum tispeċifika li jekk il-piż tal-mezz ta' trasport ikun ta' inqas minn 2,268 kilo, ma jkunx hemm ħtieġa ta' ċertifikat imma kull min se jopera wara li din il- liġi li għandna quddiemna tidħol fis-seħħ, se jkollu bżonn iċ-ċertifikat ta' operatur, irrispettivament mill-piż ta' l-ajruplan li jkun qed juża biex jipprovdi servizz.", "Wieħed jista' jgħid li dan huwa wkoll riżultat ta' żviluppi li komplew iseħħu madwarna u tal-konsiderazzjonijiet li ma nistgħux inħallu lilna nfusna iżolati mill-ħtiġijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Huwa mportanti li kull min b'xi mod ikun irid ikun operatur ta' dan it-tip ta' trasport f'pajjiżna, jifhem dan, proprju għaliex fir-rigward ta' l- avjazzjoni ċivili, aħna m'aħniex pajjiż iżolat imma aħna r-responsabbilta` li napplikaw il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet li jiġu miftiehma fil-livell internazzjonali għal min jopera fir-reġjun Malti.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li din il-ħtieġa partikolari tat-tneħħija tal- minimu tal-piż ta' 2,268 kilo hija riżultat ta' deċiżjonijiet li ħadet il- Joint Aviation Authority, li aħna membri tagħha, proprju biex tiġi assigurata s-sigurta`li kull passiġġier jippretendi minn min ikun qed jipprovdi dan is-servizz.", "Din is-sigurta` ma nippretenduhiex biss minn kumpanniji ta' l-ajru kbar, imma minn kull min jipprovdi s-servizz ta' trasport minn destinazzjoni għal oħra.", "Għamilt riferenza għall-JAA, u hawn tajjeb li wieħed ifakkar li bħal dan iż- żmien sentejn konna qegħdin insiru membri għall-ewwel darba f'din l- organizzazzjoni.", "Pajjiżna ġie aċċettat bħala l-21 membri f'din l- organizzazzjoni wara li din għamlet evalwazzjoni sħiħa ta' x'kien il- potenzjal li għandu d-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili Malti, x'inhuma l- modi ta' kif iħares dawk il-ħtiġijiet ta' sigurta` li wieħed normalment jippretendi.", "Fil-fatt, dan id-dipartiment għadda mill-eżerċizzju ta' x'potenzjal għandu f'dawk li huma sigurta`, personnel u equipment, proprju biex jiġi assigurat li l-operazzjoni ta' l-avjazzjoni ċivili f'pajjiżna tkun waħda li mhux biss tilħaq il-ħtiġijiet mil-lat lokali imma tilħaq ukoll il-ħtiġijiet fuq livell internazzjonali.", "Dan huwa mportanti li niftakruh u li nitkellmu dwaru għax huwa mezz ieħor li permezz tiegħu, il- passiġġieri jkollhom dak is-serħan tal-moħħ li wieħed jippretendi f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li matul dawn l-aħħar erba' snin, id- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili Malti għadda minn test ieħor meta l- Federal Aviation Authorities Amerikani raw x'inhu l-potenzjal ta' dan id- dipartiment u għamlu evalwazzjoni tal-livell ta' sigurta` li dan jipprovdi.", "L-FAA Amerika kienu qegħdin jaraw jekk id-DCA Maltija kinetx qed topera skond il-ħtiġijiet internazzjonali, b'mod partikolari skond il-ħtiġijiet ta' sigurta` li jippretendu l-FAA minn dawk kollha li b'xi mod għandhom il- possibilita` li joperaw lejn xi destinazzjoni f'Amerika.", "F'Diċembru 1996, l-FAA iddikjaraw li f'dik li hija sigurta`, id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili ta' pajjiżna ma setax jingħata dik li tissejjaħ category 1, jiġifieri l-iktar kategorija għolja f'dak li huwa livell ta' klassifikazzjoni ta' l-FAA.", "Pero', f'Ottubru 1999, meta l-istess FAA għamlet analiżi ta' x'inhu l-potenzjal tad-dipartiment, x'personnel għandu, kienet waslet għall-konklużjoni li dan bil-liberta` kollha jingħata category 1.", "Iva, pajjiżna wasal f'dan il-livell u allura dan ifisser li għamilna pass ieħor kbir 'il quddiem biex l-avjazzjoni ċivili Maltija tingħata d-dritt li topera.", "Fil-fatt, id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili ta' pajjiżna huwa meqjus bħala dipartiment li jista' jagħti dak is- serħan tal-moħħ li wieħed jistenna minn operazzjoni bħal din.", "Riċentement, l-International Civil Aviation Organisation ukoll għamlet analiżi ta' x'inhu l-potenzjal tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili Malti.", "Wieħed jista' jgħid li għal darb'oħra, għalkemm f'dan il-każ, din l- organizzazzjoni ma tikklassifikax f'kategoriji, xorta tat lil dan id- dipartiment dawk ir-rakkomandazzjonijiet kollha li wieħed jistenna, u ċioe` ta' ajruport serju, u waslet għall-konklużjoni li f'pajjiżna għandna dik is- sigurta` li wieħed jistenna meta jiġi biex jingħata xi servizz minn postijiet bħal dawn.", "Mr Speaker, kull sena, mill-ajruport ta' pajjiżna jgħaddu iktar minn 3,000,000 passiġġier.", "Fil-parti l-kbira tagħhom, dawn ma jgħaddux permezz ta' ajruplani eħfef minn 2,268 kilo, imma permezz ta' ajruplani ferm itqal minn dan il-piż.", "Aħna rridu nassiguraw li kull min jopera f'dan il-qasam, irrispettivament mid-daqs tal-mezz ta' trasport li jkun qed juża, irid jilħaq il-ħtiġijiet kollha ta' sigurta`, irid jaċċerta li il-miżuri kollha ta' sigurta` li wieħed jistenna, fil-fatt ikunu qegħdin jittieħdu.", "Allura nistgħu ngħidu Ii fih innifsu, dan l-abbozz ta' liġi huwa pass żgħir ieħor biex jiġi assigurat li kull min jgħaddi mill-ajruport ta' pajjiżna, ikollu moħħu mistrieħ mill-fatt li jkun fdat f'idejn persuni ċertifikati u ta' kompetenza.", "Id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili huwa fid-dmir li jaċċerta li kull operatur li jingħata ċ-ċertifikat jibqa' miexi skond il- kriterji li jkun stabbilixxa fil-bidu nett l-istess dipartiment.", "Fil-fatt irrid ngħid ukoll li din il-liġi li qegħdin nemendaw tipprovdi biex jekk xi ħadd, għal xi raġuni jew oħra, jabbuża u ma jkunx qed isegwiha, jittieħdu passi fil-konfront tiegħu", "Mr Speaker, għalissa nieqaf hawn ħalli nisma' l-kummenti min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, smajt b'attenzjoni lill-Ministru jitkellem dwar din il-liġi u min-naħa tiegħi irrid ngħid li ma nistax ma naqbilx ma' liġi bħal din, li se żżid l-assikurazzjoni kemm tal-passiġġieri kif ukoll ta' l-ajruport ta' Malta, filwaqt li żżid is-serjeta`.", "Jien m'iniex qed ngħid li fl-ajruport ta' pajjiżna m'hemmx serjeta', għax jekk wieħed idur l-Ewropa kollha jsib li l-ajruport Malti huwa wieħed mill- ftit fejn fih isib livell għoli ta' sigurta`.", "Xi darba jew oħra, naħseb li kulħadd siefer lejn xi destinazzjoni barranija u għalhekk naħseb li kienu bosta dawk li nnutaw il-laxkezza li hemm f'ċerti ajruporti barranin.", "Din f'Malta ma teżistix, u għalhekk jien jiddispjaċini li ċerti mezzi tal-media ma jagħtux importanza lil dan il-fattur.", "Fl-aħħar darba li sifirt kont mort f'pajjiż fejn kienu nqalgħu ħafna diffikultajiet dwar bagalja li kienet telqet minn pajjiżna.", "Dakinhar, flimkien miegħi kien hemm kollega tiegħi u persuna Ġermaniża, li l-bagalja tagħha ma kinetx waslet.", "Meta staqsejna x'kien sar mill-bagalja, ir- risposta li ngħatajna kienet li dik il-bagalja kienet se tiġi ma' l-oħra, u quddiem din it-tweġiba, jien erġajt staqsejt kif jista' jkun li din ġejja ma' l-oħrajn, se tiġi mgħobbija fuq l-ajruplan li jmiss mingħajr ħadd ma jaf ta' min hi.", "Qed insemmi dan l-inċident li ġara lili biex inkompli nuri kemm fl-ajruport ta' pajjiżna jeżisti livell għoli ta' serjeta` u sigurta`.", "Jien m'iniex qed ngħid li aħna perfetti, imma għal pajjiż żgħir bħal tagħna, is-sigurta` li hemm fl-ajruport hija effiċjenti, u dan grazzi għall-ħaddiema responsabbli li jaħdmu hemmhekk.", "Mr Speaker, kif diġa' għedt, jien naqbel ma' din il-liġi, liġi li kienet f'moħħ il-gvern Laburista, imma minħabba d-diżgrazzja li ġrat u li sal-lum ħadd għadu ma nstab responsabbli għaliha.....", "Kif qal il-Ministru, jien kont nistagħġeb kif kulħadd kien jiġi bl-ajruplani ż-żgħar, jitilgħu u jinżlu u jgħabbu magħhom lil min iridu, mingħajr ħadd ma jkun assigurat, u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Rajna tajjeb biżżejjed x'ġara fid-diżgrazzja li kellna.", "Huwa għalhekk li din il-liġi hija tajba, għax fin-nofs hemm il-ħajja tan- nies.", "Le, m'huwiex sew li l-ajruplani ż-żgħar jibqgħu jagħmlu dawn l- affarijiet.", "Huwa għalhekk li neħħejna l-piż minimu ta' l-ajruplani u għedna li kull ajruplan, żgħir kemm hu żgħir, irid bilfors ikollu l-liċenzja li tingħata minn nies kompetenti.", "Il-persuna responsabbli mill-għoti ta' dawn il- liċenzji imbagħad għandha d-dmir li tara li min japplika għal-liċenzja jkun jaf għal xiex se japplika.", "Aħna nafu li l-passiġġieri minn pajjiżi barranin jiġu dejjem b'ajruplani kbar, pero', iktar ma jgħaddi ż-żmien, l- ajruport ta' pajjiżna qed isir iktar internazzjonali u qed jiġi mfittex iktar minn ajruplani żgħar li wkoll qed iġibu magħhom numru ta' passiġġieri, bid-differenza pero' li dawn l-ajruplani m'għandhomx bżonn ta' din il-liċenzja u allura jinsabu liberi li jagħmlu li jridu u jgħabbu lil min iridu.", "Din il-liġi se torbot lill-operaturi ta' l-ajru biex ikollhom ċertifikat mid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Dan huwa pass fid-direzzjoni t- tajba u pass li jrid jittieħed bilfors jekk aħna nħossu li kulma jmur qegħdin nagħmlu parti iktar importanti mid-dinja ta' l-avjazzjoni.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, l-ajruport ta' Malta ġie ċċertifikat kemm mill-FAA Amerikani kif ukoll mill-JAA Ewropea.", "Dawn iċ-ċertifikazzjonijiet ma jingħatawx kif ġieb u laħaq, imma jingħataw wara li jsiru inspections minn żmien għal żmien u għax f'dak l-ajruport partikolari jkun hemm livell għoli biżżejjed ta' sigurta` u serjeta`.", "Illum il-ġurnata, pajjiżna ma jistax ma jimxix mar-regolamenti ta' dawn l-awtoritajiet u mal-liġi internazzjonali, għax illum id-dinja qed titlob affarijiet speċifiċi.", "Pajjiżna m'huwiex xi wieħed tat-tielet dinja, u l-ajruport li hawn ikompli jixhed kemm aħna żviluppati.", "Kull ajruport isir internazzjonali mhux għax titwaħħal tabella li tindika li hu hekk, imma għax il-barranin ifaħħru s- sigurta` li tkun teżisti ġo fih.", "Huwa għalhekk li l-ajruport ta' pajjiżna jitqies bħala tali, iktar u iktar għax f'ajruporti ta' pajjiżi ħafna ikbar minna, ftit li xejn teżisti minn din is-sigurta`.", "Għall-grazzja t'Alla, fl- ajruport ta' Malta ftit li xejn ġraw inċidenti lil lilna bħala poplu Malti ħammrulna wiċċna.", "Huwa veru li ġieli kien hemm anke hijacks, imma għajr għal wieħed, kollha spiċċaw b'wiċċ il-ġid.", "Aħna urejna li aħna serji, li ħadd m'hu se jagħmlilna bżieq fuq imneħirna, u sal-lum, bis-saħħa tas- sigurta` u s-serjeta` li nsibu fl-ajruport ta' pajjiżna, inċidenti koroh bħal dawn naqsu drastikament.", "Mr Speaker, illum huma ftit dawk in-nies li jagħtu kas tal-liġijiet ta' l- ajru.", "Ħafna min-nies sempliċiment jixtru biljett għad-destinazzjoni li jkunu jixtiequ, u jiġu jaqgħu u jqumu minn jekk ikunx hemm sigurta` jew la, l-aqwa li jsiefru.", "Per eżempju ħafna mill-complaints li jsiru fil-konfront tal-maġġoranza ta' l-ajruporti jkunu minħabba d-dewmien.", "Ngħid għalija, meta ninqabad f'dan id-dewmien ma jiddispjaċinix, għax inkun naf li dak il- ħin żejjed qed jittieħed biex l-affarijiet isiru bis-serjeta`.", "Fil-fatt, f'Malta jittieħdu bosta miżuri ta' sigurta`, imma peress li aħna żgħar, ħadd ma kien jaf bihom.", "Pero', illum il-ġurnata, dawk il-pajjiżi fejn kien hemm il-laxkezza, iddispjaċihom li qatt ma ħadu ċerti miżuri.", "Aħna jiddispjaċina għal dak li ġara fl-Amerika, imma mingħajr l-ebda disprezz lejn il-gvern Amerikan, jiena ngħid li l-inċidenti tal-11 ta' Settembru setgħu jseħħu proprju għax min kien responsabbli mis-sigurta` ħa kollox for granted u ġie jaqa' u jqum minn min tela' fuq l-ajruplani fatali.", "Kieku fl-Amerika, ix-xogħol sar bis-serjeta`, dawn l-inċidenti setgħu ġew evitati.", "Mr Speaker, f'dan l-istadju nixtieq nagħmel parentesi żgħira biex nitkellem dwar l-iskola li tħarreġ piloti għal ajruplani żgħar.", "Nista' ngħid li din l- iskola għaddiet minn ħafna diffikultajiet sakemm ingħatat il-liċenzja li kellha tieħu, pero' t-tort ta' dan la hu tal-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 u lanqas tal-gvern Laburista ta' l-1996, għax qabel ma ngħatat il- liċenzja, kulħadd ried ikun ċert li kollox sar b'mod serju.", "Ħadd ma jista' jaqbad u joħroġ liċenzja ta' dan it-tip mingħajr ma jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji, għax inkella, 'il quddiem, dik il-liċenzja tista' tagħmel ħafna ħsara.", "Kif jista' jikkonferma l-Ministru u kull min jaħdem fl-ajruport ta' Malta, kemm l-FAA kif ukoll il-JAA, perjodikament jagħmlu spezzjonijiet għall- għarrieda biex jaraw li fl-ajruport għadha teżisti s-safety neċessarja.", "Dawn huma affarijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tad-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili Malti.", "Jekk il-ħaddiema fl-ajruport ma jkunux responsabbli, l-FAA u l-JAA jistgħu faċilment jiġbru lura ċ-ċertifikati li tawna, ċertifikati li mingħajrhom, minkejja li l-linja ta' l-ajru Maltija jista' jkollha l-aqwa flotta ta' ajruplani u l-aqwa kumditajiet, l-ebda pajjiż serju m'hu se jippermettilha li tinżel fl-ajruporti tiegħu.", "Kif għedt iktar kmieni f'dan l-intervent, aħna naqblu perfettament ma' dak li qed isir.", "Jien dejjem ngħid li liġijiet ta' din ix-xorta ma jsirux għax fil-gvern ikun hemm partit partikolari, imma għall-poplu Malti kollu, għax jekk ma jkunx hemm sigurta` u jiġri xi inċident, kulħadd se jweġġa', kemm min hu Nazzjonalist u anke min hu Laburist.", "Għalhekk jiena nidħak meta l- media tassoċja dawn l-affarijiet ma' xi partit politiku.", "Le, is-sigurta` qiegħda hemm għall-pajjiż kollu, għall-poplu kollu.", "Huwa għalhekk li aħna bħala partit Laburista naqblu ma' din il-liġi li qed titressaq.", "Per eżempju jien ma naqbilx li l-media tirrapporta ċerti inċidenti Ii lilna jistgħu jagħmlulna l-ħsara.", "Forsi hawn min qed jgħid li jien ma nirraġunax, imma jien ma naqbilx li l-inċident li ġara ftit taż-żmien ilu bejn żewġ ajruplani, fejn kien sar xi żball, ġie rappurtat.", "Huwa veru li l- poplu għandu dritt ikun jaf b'dak li jkun ġara, imma jien ma naqbilx li jiġu rappurtati inċidenti li jagħmlu isem ħażin lil pajjiżna.", "Jien nemmen li jekk ikun hemm xi nuqqas jew jekk tiġri xi ħaġa ħażina, għandu jkun infurmat il-ministru responsabbli mhux il-poplu kollu.", "Jekk imbagħad il-ministru ma jwettaqx ir-responsabbiltajiet tiegħi, ikun tajjeb li dawk l-inċidenti partikolari jiġu ppubblikati fil-gazzetti, imma jekk jistgħu jiġu solvuti fil-kwiet, ma narax għalfejn għandu jsir mod ieħor.", "Per eżempju fir-rigward tal-kwestjoni tal-Lockerbie, il-gazzetti werwru lil kulħadd u saħansitra kien hemm min anke qal li iva, il-bomba telqet minn hawn Malta.", "Anke fir-rigward ta' l-oil spill mill-vapur Erika, l- importanza li ngħata dan l-inċident kienet pjuttost kbira u jien nemmen li b'din il-pubbliċita` kollha, il-ħsara li saret lil pajjiżna kienet kbira.", "Mr Speaker, jien lanqas ma naqbel ma' min ixandar li fl-ajruport ta' pajjiżna m'hemmx sigurta`, għax jekk dan jasal f'widnejn il-barranin, tkun qed issir ħsara lil pajjiżna.", "Barra minn hekk, l-ebda persuna responsabbli mill-ajruport ma tieħu pjaċir tisma' li wieħed jista' jidħol u joħroġ fi x'ħin irid.", "Huwa veru li aħbarijiet bħal dawn joħolqu furur fil-pajjiż, imma meta in the long run wieħed jagħsarhom biex jara x'ġid ħareġ, ma jsib assolutament xejn.", "Per eżempju fir-rigward ta' din il-liġi kien hemm min ċempilli u staqsieni kif se titkellem l-oppożizzjoni dwarha.", "Jien sa mill-bidu għedt li din il- liġi hiaj tajba, imma min għandu ajruplan żgħir ma jaħsibhiex bħali, għax se jkollu jidħol f'iktar spejjeż u se titkisser is-serjeta`.", "Allura l- liċenzja għas-sewqan ta' l-ajruplani għandha tkun faċli li tinkiseb daqs il- liċenzja tas-sewqan tal-karozzi?", "Fuq kollox, illum anke fir-rigward tal- karozzi, is-sewwieqa għandhom ikunu persuni responsabbli.", "Illum il-ġurnata, biex wieħed jakkwista l-liċenzja biex isuq karozza jrid jispeċifika x'tip ta' karozza se juża, jekk hux taxi, self-drive, mini bus, coach jew private car.", "U l-istess fir-rigward ta' l-ajruplani, kull min ikollu liċenzja għal ajruplan irid jispeċifika x'tip ta' ajruplan se jsuq u għal-liema skop.", "Dan hu dak li qed tgħid din il-liġi, li hija liġi pjuttost qasira imma li tispeċifika eżatt xi jrid isir.", "Għalhekk ħadd m'għandu jibża' minnha.", "Min ikun serju m'għandux għalfejn jibża' u jgħid li din il-liġi se tagħmillu l- ħsara.", "Din il-liġi se tagħmel is-sewwa, għax kull ajruplan żgħir li jingħata l-liċenzja biex iġorr il-passiġġieri għandu jkun serju u kull min jagħmel użu minnu għandu jkun covered, mhux jaqbad u jsiefer bih qisu m'hu qed jiġri xejn.", "L-inċident li ġara ftit taż-żmien ilu, għall-ħabta tal-Milied, għadu għaddej fil-qorti, u ma jistax jinqata', għax peress li ma kienux isiru l- inspections li suppost isiru, ħadd ma jaf x'ġara u x'ma ġarax.", "Jien nitlob lill-Ministru biex anke jekk hemm bżonn issir emenda min-naħa tal- Ministeru, li tkun tgħid li l-ajruplan għandu jiġi checked bħalma tiġi checked xarabank, din issir mill-aktar fis.", "Iva, kull ajruplan għandu jiġi checked biex jiġi determinat jekk dan għandux il-permess li jġorr il- passiġġieri u għalxiex se jintuża.", "L-iskop ta' kull ajruplan għandu jiġi checked minn żmien għal żmien.", "Għalkemm jien naħseb li dan se jiġi covered, il-liġi li għandna quddiemna ma ssemmi xejn dwaru.", "Barra minn hekk, naħseb ukoll li din il-liġi għandha tgħid li t-tiswijiet li jsiru fuq dawn l-ajruplani għandhom jiġu ċċertifikati li saru verament, għax illum ġejna f'sitwazzjoni li jekk is-sid ta' l-ajruplan ikun kapaċi jagħmel it-tiswijiet, well and good imma jekk ma jkunx jaf, l-ajruplan jibqa' kif inhu.", "Iva, kull ajruplan, wara li jkun ħa l-liċenzja, għandu jiġi checked għall-għarrieda, għax jekk ma jsirux dawn l-affarijiet, ikun inutli li aħna, minn din il-Kamra, ngħaddu liġi ta' din ix-xorta.", "Nerġa' ngħid li din il-liġi għandha tkopri wkoll dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, għalkemm forsi se noħroġ ftit 'il barra mis-suġġett, irrid nissuġġerixxi li l-għaqdiet ta' dawn l-ajruplani ż-żgħar għandhom jiftiehmu mal-Ministeru, through d-DCA, biex jiġi allokat lilhom post speċifiku fl- ajruport fejn ikunu jistgħu jniżżlu l-ajruplani tagħhom.", "Huwa veru li bħalissa f'Malta ma tantx hawn minn dawn l-ajruplani, imma qed naraw li dan in-numru qed jitla' bil-mod il-mod, u għalhekk naħseb li jekk isir dan it- tip ta' ftehim, dawn l-ajruplani jkunu iktar assigurati.", "Meta jien kont ministru, kien hemm min ried li jkun jista' jaqbad u jidħol fl-ajruport meta jrid, imma jien m'aċċettajtx għax l-ajruport tagħha huwa żgħir wisq biex iħalli laxkezza ta' dan it-tip.", "Pero' jien nissuġġerixxi li s-sidien ta' l-ajruplani ż-żgħar jiltaqgħu ma' min hu konċernat biex jaraw x'inhu u x'm'huwiex l-interess tagħhom.", "Issa aħna nafu li hekk kif dawn is-sidien jiġu mistoqsija xi jridu, bilkemma ma jissuġġerixxux li jingħataw ir-runway tal-jumbo jet.", "Pero' jiena nemmen li dawn l-ajruplani għandhom jingħataw parti mill-ajruport li tkun għalihom biss, ovvjament taħt is-sorveljanza tad-DCA u tas-sigurta` ta' ajruport.", "Illum f'Malta hawn madwar 50 minn dawn l-ajruplani, li mhux kollha huma reġistrati hawnhekk.", "Fiż-żmien meta jien kont ministru, is- sidien ta' dawn l-ajruplani kienu qed jitolbu li jingħataw hangar żgħir fejn ikunu jistgħu jagħmlu t-tiswijiet fuq l-ajruplani tagħhom.", "Fi żmien l- amministrazzjoni Laburista, kien inbeda xi ħaġa żgħira dwar dan u llum, il- Ministru jista' jkompli fuq dak il-ftit li kien diġa' sar.", "L-ajruplani ż-żgħar huma tip ta' turiżmu li għalkemm f'pajjiżna għandu żgħir, qiegħed jikber bil-mod il-mod.", "Huwa għalhekk li nerġa' ngħid li din il-liġi hija tajba, għax għalkemm dawn l-ajruplani m'humiex se jmorru per eżempju fl-Ingilterra, żgur li jagħmlu dawra ma' Malta bħala site-seeing u ħafna minnhom anke jaslu sa Sqallija.", "Għalhekk għandu jkun hemm l- assikurazzjoni neċessarja biex ħadd ma japprofitta mil-liċenzja li tkun ingħatatlu.", "Jien nissuġġerixxi li dan isir fuq l-ajruplani ż-żgħar biex jekk jiġri xi inċident, ikun hemm l-assikurazzjoni u mhux kollox jaqa' fuq il-gvern.", "Jekk tiġri xi diżgrazzja fuq ajruplan kbir, wieħed ikun jista' jfittex lill- kumpannija imma jekk jiġri xi ħaġa fuq ajruplan żgħir, wieħed lil min se jfittex?", "Illum, mingħajr insurance u mingħajr liċenzja ta' xejn, l- ajruplani ż-żgħar jistgħu jtellgħu magħhom lil min iridu u la din il-liġi tiġi fis-seħħ, minkejja li l-ajruplani se jkunu reġistrati u covered minn ċerti affarijiet, il-passiġġieri tagħhom xorta m'humiex se jkunu koperti.", "Allura jien nixtieq li min-naħa tal-Ministeru ssir emenda li tgħid li kull ajruplan żgħir li jtella' miegħu xi passiġġieri jrid ikun bilfors assigurat u fin-nuqqas li jagħmel dan, jeħel il-pieni li l-Ministru għandu jitkellem dwarhom iktar tard.", "Jien naħseb li b'hekk ikun hemm iktar serjeta`.", "Illum qed naraw kif fil-qrati, f'dawk il-kawżi ta' passiġġieri f'karozzi li jweġġgħu, is-sentenza qed tinqata' favur tagħhom.", "Dan ħadd ma kien jafu, għax kulħadd mingħalih li għax iwassal lil xi ħadd bil-karozza tiegħu, ikun qed jagħmillu pjaċir, imma jekk jinqala` xi inċident, dak il-passiġġier għandu d-dritt ifittex għad-danni.", "Għalhekk hemm bżonn li fil-liġi jintiżżel li kull ajruplan li jġorr miegħu xi passiġġieri għandu jkun assikurat.", "Rigward il-kwestjonijiet tal-makkinarju li l-Ministru qa li nxtara, hemm ċerti affarijiet qegħdin jaħdmu imma f'ċerti affarijiet oħra, għadna xi ftit 'il bogħod.", "Illum il-ġurnata, f'ħafna affarijiet, l-MIA ħadet over mid-DCA, inkluża l-kumpannija Air Malta.", "Iva, l-MIA tqis lil din il- kumpannija bħall-kumpanniji l-oħra, imma ċerti affarijiet, bħal per eżempju l-marshalling, għadu f'idejn....", "Minkejja li saru l-eżamijiet għal marshalls, minħabba l-kwestjoni li hemm bejn l-Air Malta u l-ħaddiema ta' l- MIA, xorta ħadd għadu ma ġie ngaġġat f'din il-pożizzjoni.", "Min ħa promotion u min ġie ċċertifikat bħala marshall, xorta għadu ma ġiex rikonoxxut, proprju minħabba din il-kwestjoni.", "Il-Ministru jgħid li m'għandux x'jaqsam magħha, imma jien nixtiequ jintervjeni ħalli dak ix-xogħol kollu li sar, fejn anke nġibu xi nies minn barra biex jgħallmu l-marshalling, ma jisfax fix-xejn u min ġie ċċertifikat li hu kapaċi għal dan ix-xogħol, jiġi rikonoxxut.", "Mr Speaker, f'dan l-intervent xtaqt insemmi wkoll il-kwestjoni tal-parking space ta' l-ajruplani.", "Jien jidhirli li ajruplan li ġej minn barra m'għandux idum nofs siegħa jistenna biex jerġa' jtir.", "Ġieli kien hemm ajruplani li damu jistennew anke siegħa biex jiġu l-bagalji.", "Dan żgur li ma jagħmlilniex unur.", "Jiena naqbel mad-dewmien biex l-iċċekkjar isir sew, imma imbagħad, bħalma hemm f'ajruporti barranin, għandu jkun hemm linja apposta biex il-Maltin jgħaddu minnha u ma jdumux.", "Barra minn hekk, jien lanqas ma naqbel li turisti li jaslu hawn fl-4.00 a.m., idumu siegħa biex jiġbru l-bagalji.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm linja apposta biex min ikollu d-dokumenti kollha in order, jgħaddi minnha u ma joqgħodx jistenna wara min ikollu l-visa u xi kumplikazzjonijiet bħal dawn.", "Din hija xi ħaġa importantissima jekk irridu li t-turisti jagħmlulna isem tajjeb meta jmorru lura f'pajjiżhom.", "Ħadd ma jieħu pjaċir idum siegħa fl- ajruport biex jiġbor il-bagalji, imbagħad xi siegħa oħra biex jissetilja fil-lukanda, u jħarbat il-ġurnata ta' wara.", "Sfortunatament, fl-ajruport ta' Malta għadna niltaqgħu ma' dawn is-sitwazzjonijiet xejn pjaċevoli.", "Huwa veru li anke f'ajruporti barranin jiġri dan, imma b'daqshekk m'għandniex niġġustifikaw dak li jiġri f'pajjiżna.", "L-interess tagħna hu li t-turisti li jiġu f'pajjiżna jkollhom moħħhom mistrieħ.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurta`, iva, it-turisti li jiġu f'pajjiżna għandhom moħħhom mistrieħ.", "Iva, l-ajruport ta' Malta huwa wieħed mill- ajruporti fejn insibu sigurta` minn x'ħin nidħlu sa x'ħin naslu fuq l- ajruplan, u dan grazzi għall-ħaddiema li hemm.", "Pero', ċerti nuqqasijiet żgħar, f'għajnejn il-barranin jidhru kbar, u allura għandna nagħmlu minn kollox biex neliminawhom.", "Jien ma nistax ngħid li l-ħaddiema ta' l-ajruport m'għandhomx kortesija mal-passiġġieri.", "Anzi, il-maġġoranza tagħhom jippruvaw imorru out of their way biex jgħinuhom.", "Dan għall-kuntrarju ta' dak li jiġri f'ajruporti barranin.", "Jekk fl-ajruport ta' pajjiżna m'hemm xejn, għallinqas hemm ħaddiema li kapaċi jitkellmu saħansitra b'erba' lingwi, bit-Taljan, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.", "Fi Franza, per eżempju, jekk wieħed jistaqsi xi ħaġa mhux bil-Franċiż, l-uffiċjal jibqa' jħares lejh u ma jkellmux.", "L-istess jiġri fl-ajruporti Ingliżi u Ġermaniżi.", "Għalhekk dan il-fattur huwa wieħed mill-assets li għandu l- poplu Malti.", "Ovvjament, l-eċċezzjoni se tkun hemm dejjem, imma fil- maġġoranza tagħhom, il-ħaddiema ta' l-ajruport ta' Malta jippruvaw jgħinu lill-passiġġier mill-aħjar li jistgħu.", "Il-Ministru jista' jgħid li m'għandux x'jaqsam ma' dawn il-kwestjonijiet, imma din hija waħda mill-miżuri ta' sigurta` ta' l-ajruport u ta' l-ajru.", "Allura aħna rridu nimxu f'din id-direzzjoni u fil-liġi rridu ngħidu speċifikament li l-liċenzja u l-ajruplan se jkunu covered.", "Barra minn hekk aħna nixtiequ wkoll li minkejja li l-ajruplan ikun ingħata l-liċenzja, isiru checking għall-għarrieda u meta jsirulu xi tiswijiet, ukoll ikun hemm iċċekkjar tajjeb, mhux inħallu kollox għaddej qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Ma rridux ninsew li mhux kull min għandu liċenzja tas-sewqan ta' ajruplan, fir- realta` jaf jagħmel dan.", "Iillum is-sistema ta' l-avjazzjoni m'għadhiex dik tas-snin 30, imma saret ħafna iktar sofistikata.", "Barra minn hekk, ħafna mir-rotot ta' l-ajru qed ikunu congested, u r-rotot fl-Ewropea qed jiġu mmexxija kollha minn Brussels.", "Fil-fatt ġieli esperjenzajna dewmien fit-tluq ta' l-ajruplani ta' l-Air Malta għax meta l-passiġġieri jittardjaw imqar ħames minuti, ma jkunx hemm iktar clearance fir-rotta u allura l-ajruplan ikollu jistenna biex itir.", "Aħna bħala oppożizzjoni naqblu li dwar dawn l-affarijiet ikun hawn liġi stretta, u nixtiequ li din ma tkunx liġi bħall-oħrajn, li tgħaddi minn dan il-parlament biex sempliċiment tkun għaddiet.", "Aħna rridu li once li din il- liġi tiġi fis-seħħ, jibdew jittieħdu l-passi li jkun hemm bżonn.", "Barra minn hekk, minn żmien għal żmien, din il-liġi għandha tiġi riveduta għax kif għedt iktar kmien f'dan l-intervent, il-qasam ta' l-avjazzjoni sar sofistikat.", "Aħna l-membri tal-partit Laburista m'aħniex se nivvutaw kontra din il-liġi għax inħossu li iva, din hija liġi mportanti għall-avjazzjoni ċivili, pero', kif kont qed ngħid, inħossu li għandha tkun infurzata, speċjalment issa li qed naraw li l-fenomenu ġdid ta' l-ajruplani żgħar qed jiżdied.", "Għalhekk hemm bżonn li anke fit-titjiriet li jsiru minn dawn l-ajruplani jkun hemm is-serjeta`.", "Din hija liġi tajba u j'Alla tiġi nfurzata mhux biex isiru l-vendikazzjonijiet imma biex tiżdied is-sigurta`.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nitlob lill-Ministru jikkonsidra s-suġġerimenti li għamilt fir-rigward ta' insurance u ta' checking iktar tajjeb.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt li nagħmel dan l-intervent biex inkun infurmat iktar bl-eżatt dwar il-kundizzjonijiet il-ġodda li se japplika pajjiżna biex isolvi l-problema li qed jiffaċċjaw is-sajjieda Maltin fir-rigward ta' l-ispotter planes.", "Tajjeb li nibda billi ngħid li l-amministrazzjoni preċedenti Laburista kienet għamlitha ċara ma' l-FAO, li fil-Mediterran hija rappreżentata mill- General Fisheries Council of the Mediterranean Region....", "F'dan il-kunsill jeżistu l-għodod u l-istrutturi neċessarji biex jitmexxa l-proċess tas-sajd fir-reġjun tal-mediterran, u biex dan ikun konformi ma' l-iżvilupp sostenibbli li jkun qed jiġi mmarkat u miftiehem bejn il-popli kollha tad- dinja li huma membri tal-Ġnus Magħquda.", "Jien nixtieq li fil-winding up, il-Ministru jiċċara l-policy tal-gvern tiegħu f'dan ir-rigward, jiġifieri jispjega x'kompla jsir biex dawn iċ- ċirkostanzi jiġu rimedjati.", "Jiena nifhem li sa issa, l-arranġamenti kienu li dawn l-ispotter planes jiġu użati fl-ibħra territorjali tagħna biex jagħtu tagħrif lil sajjieda barranin dwar 'il fejn ikun miexi t-tonn.", "Issa, permezz ta' din il-liġi, nifhem li se jkun hemm il-mekkaniżmu meħtieġ biex jiddefendi l-interessi tas-sajjieda Maltin u Għawdxin, li dwarhom inqalgħu sitwazzjonijiet diffiċli fejn anke setgħu seħħew inċidenti fatali.", "Biżżejjed nirriferi għall-każ li ġie investigat wara li fis-sajf li għadda, sajjied Malti spiċċa milqut minn bullet meta kien qed jintervjeni biex jipproteġi l-interess tiegħu, u ċioe` jipproteġi l-qabda tat-tonn.", "Għaldaqstant, ġaladarba issa se jintlaqgħu applikazzjonijiet ta' ajruplani żgħar, jien ningħaqad ma' dak li qal l-Onor.", "Debono Grech u nikkonferma li iva, aħna rridu naraw fejn huma l-pjanijiet tal-gvern biex ikun hemm l- assikurazzjoni meħtieġa kontra għall-isfruttar li jista' jsir mill- attivita` li tista' tiżviluppa f'pajjiżna bl-ajruplani żgħar, li daqs kemm jistgħu jattiraw lit-turisti, daqstant ieħor jistgħu jikkreaw inċidenti fatali.", "Allura huwa mportanti li l-oppożizzjoni, filwaqt li tikkondividi l-fatt li dan l-aġġornament jagħmel ħafna sens, tissimplifika l-pożizzjonijiet li hemm bżonn jiġu ndirizzati.", "Aħna rridu nżommu quddiem għajnejna wkoll il- fatt li l-preżenza ta' ajruplani żgħar trid tiġi studjata bl-iktar mod korrett, anke fid-dawl tal-fatt li pajjiżna huwa gżira żgħira, imma b'densita` tal-popolazzjoni kbira.", "Biżżejjed ngħidu li bil-preżenza tal- miljun turist li jiġu hawn kull sena, f'pajjiżna jkollna medja ta' 1,300 persuna kull kilometru kwadru.", "Meta dan il-fattur jiġi pparagunat mad-daqs ġeografiku ta' l-art tagħna, iktar u iktar allura jinħass il-bżonn li jkun hemm l-assikurazzjoni f'sens strateġiku u mhux biss fl-attivita` turistika.", "Fis-seduta tal-bieraħ, l-Onor.", "George Vella għamel riferenza għall-fatt li kważi kull ġimgħa, fil-portijiet tagħna qed naraw bastimenti militari, u għalhekk irridu dejjem inkunu attenti li barra milli jkollna l- assikurazzjoni, ikollna wkoll is-sorveljanza u l-management meħtieġ biex jiġi protett il-poplu ta' dawn il-gżejjer kif ukoll il-patrimonju li nsibu hawn.", "Qed ngħid dan mhux biex inbeżża', imma biex nirriflettu dwar il-fatt li meta qed isiru bidliet ta' din ix-xorta, irridu noqogħdu dejjem attenti li filwaqt li dawn il-bidliet ikunu qed jintegrawna fl-hekk imsejħa globalizzazzjoni, daqstant ieħor irridu nkunu responsabbli u xettiċi dwar dawk l-affarijiet li b'xi mod jew ieħor jistgħu jaffettwaw il-ġid komuni tal-poplu tagħna.", "F'dan il-każ, is-sajjieda ripetutament jagħmlu pressjoni fuq il-gvernijiet diversi biex dawn l-ajruplani li jiżvantaġġjaw is-sajda tagħhom, ikunu kontrollati.", "Allura, il-mod ta' kif il-gvern ipproċeda matul dawn it-tliet snin u nofs sabiex jilqa' għal din is-sitwazzjoni, jagħmel sens.", "Barra minn hekk irrid ngħid ukoll li l-gvern preċedenti Laburista kien għamel riferenza għal din il-kwestjoni fil-General Fisheries Council, fejn kien qed joġġezzjoni għat-tħaddim ta' dawn l-ispotter planes f'ċerti xhur partikolari, jekk m'iniex sejjer żball, bejn Mejju u Awwissu, mhux biss fil- kosta tas-sajd ta' Malta, imma anke fir-reġjun tal-Mediterran.", "Min-naħa l-oħra, peress li f'pajjiżna nafu qed jidħlu bastimenti u sottomarini tal-gwerra li kienu suġġett ta' xi attivita` nukleari u kienu anke ġejjin minn operazzjonijiet ta' attakki militari, wieħed għandu jkun realistiku u filwaqt li ma jinftiehemx li jrid ibeżża', bla dubju rid jitratta l-assikurazzjoni fir-rigward ta' din il-kwestjoni, ħalli min-naħa tagħna nkunu qegħdin nifhmu li dak li nilleġislaw ikun qed jirrifletti l- bidla sħiħa li hemm bżonn issir fis-soċjeta` tagħna.", "Il-bidliet m'għandhomx isiru biss biex b'xi mod jew ieħor jillimitaw ċerti ċirkostanzi li jekk Alla ħares qatt iseħħu, pajjiżna jkollu jġorr konsegwenzi kbar li jaffettwaw imbagħad il-ġid komuni tal-poplu, li dejjem kien kburi li għamel mill-aħjar li seta' biex żamm lil dawn il-gżejjer attivi u b'livell għoli ta' ħajja, kemm għal min jgħix u jaħdem fihom kif ukoll għat-turisti li jżuruhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nibda billi nirringrazzja lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni, li qanqlu ċerti punti li huma marbutin ma' l-avjazzjoni f'pajjiżna.", "Jien se nipprova li filwaqt li nagħmel riferenza għal xi punti li għamlu, ngħaddi xi kummenti oħra b'mod ġenerali dwar dan is-settur.", "Kif kont qed ngħid fl-introduzzjoni, għandna quddiemna abbozz ta' liġi li jitkellem dwar fergħa żgħira ta' l-avjazzjoni ċivili f'pajjiżna.", "Nista' ngħid ukoll li matul ix-xhur li ġejjin nistenna li jkun hemm diversi emendi oħra għal diversi liġijiet oħra li b'xi mod jew ieħor jikkontrollaw il- qasam ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Inħasset il-ħtieġa li din l-emenda għal din il-liġi partikolari tidħol fis-seħħ, proprju għaliex il-JAA, li kif għedt iktar kmieni hija l-organizzazzjoni Ewropea għal dan il-qasam, iddeċidiet li dan it-tip ta' kontroll li qed nippruvaw nagħmlu permezz ta' din l- emenda għandu jiġi estiż minn ajruplani li jipprovdu servizz ta' trasport pubbliku u li huma itqal minn 2,268 kilo.", "Dan huwa mportanti li nifhmuh għax irridu nassiguraw dak is-serħan il-moħħ li naħseb li kemm iż-żewġ naħat tal-Kamra kif ukoll kull persuna li b'xi mod se tingħata servizz billi tiġi trasportata minn destinazzjoni għal oħra, jaqblu li għandu jkun hemm.", "Fil-każ ta' pajjiżna, id-destinazzjoni ta' trasport li tkun se ssir hija dejjem għal barra mill-area Maltija, għax l-uniku trasport bl-ajru li jsir f'Malta stess huwa dak li bejn l-ajruport tal-Gudja u l-heliport ta' Għawdex.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar abbozz ta' liġi li jrid jassikura li kull min b'xi mod jiġi trasportat, iva, ikollu l-garanzija li l-persuna, l- organizzazzjoni li tkun se tagħtih dak is-servizz, tkun waħda li mhux biss hija rikonoxxuta u magħrufa fil-pajjiż, imma tkun qiegħda kontinwament tosserva l-ħtiġijiet ta' sigurta` li wieħed jippretendi minn għandha.", "Ovvjament, kull wieħed minna jista' jagħraf li organizzazzjonijiet kbar u magħrufa, bħal linji ta' l-ajru nazzjonali, m'għandhomx diffikulta` għax l- ajruplani tagħhom huma ferm itqal minn 2,268 kilo.", "Barra minn hekk hemm ukoll organizzazzjonijiet iżgħar, li għalkemm m'humiex linji nazzjonali, u fil-parti l-kbira tagħhom huma privati, ukoll għandhom il-liċenzja biex joperaw f'dan il-qasam u jġorru passiġġieri, pero' għal darb'oħra, il-mezz ta' trasport li jużaw huwa itqal minn 2,268 kilo.", "Sal-lum, kull min għandu ċ-ċertifikat li jista' jagħmel operazzjoni ta' trasport f'dan il-pajjiż, u għandu ajruplan itqal minn 2,268 kilo, irid ikun liċenzjat u mgħoddi mid-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili biex dan id-dipartiment ikun ċert li l-operatur ikun verament f'qagħda li jista' jipprovdi dan is-servizz, mhux l-ewwel ġurnata biss, għat-titjira inawgurali jew għall-ewwel ġimgħa, imma b'konsistenza kontinwa, mill-ewwel sa l-aħħar ġurnata ta' l-operazzjoni.", "Dan għaliex aħna rridu kontinwament inkunu ċerti li l-persuni li qegħdin jagħtu s-servizz, ikunu huma stess il- promoturi ta' l-osservanza tar-regoli, għax kif jafu, dawn l-operaturi huma l-ewwel persuni jdabbruha jekk xi ħaġa tmur ħażin, avolja iktar agħar minn hekk, il-pajjiż kollu jista' jbati l-konsegwenzi ta' xi diżgrazzja li tista' tiġri.", "Għalhekk huwa mportanti li kull min b'xi mod jista' jkollu l-intenzjoni li jopera f'dan is-settur, jifhem dan, għax kif kelli l-okkażjoni li ngħid fi drabi oħra, is-settur ta' l-avjazzjoni ċivili huwa l-istess bħas-settur tax- shipping.", "Jekk inkunu onesti magħna nfusna, minkejja l-fatt li pajjiżna ilu għal numru ta' snin jokkupa rwol importanti ferm f'dan il-qasam, id- diskussjoni dwaru, irrilevantement minn jekk wieħed jaqbilx jew le mal- kontenut tagħha, kienet saret wara li nqala' l-inċident tal-bastiment \"Erika\", fejn morna at a tangent u minflok iddiskutejna l-qasam tax- shipping fih innifsu, iddiskutejna inċident wieħed u nterpretajna u misinterpretajna dak kollu li seta' kien marbut miegħu.", "Mr Speaker, sfortunatament, il-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili jista' jkollu l-istess tip ta' konsegwenza jekk Alla ħares qatt isir xi inċident.", "Pero', b'xorti tajba, ftit kienu dawk l-inċidenti li fihom kien involut pajjiżna.", "Imma minkejja dan, ħadd u xejn ma jista' jiggarantixxi li dak li ma ġarax f'dan iż-żmien, ma jistax jiġri lanqas għada, għax nafu li fl-aħħar mill- aħħar, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar mezz ta' trasport li rridu jew ma rridux, qed jingħata minn magna.", "Huwa veru li din hija magna sofisitikata u bl-investiment li jsir fit-teknoloġija, il-kumpanniji l-kbar li jipprovdu l-ajruplani qed ikomplu jassiguraw l-użu tagħha, pero' bħal kull mezz ieħor mekkaniku, sfortunatament l-ajruplani huma wkoll suġġetti għal diffikultajiet li meta jinqalgħu, jistgħu jħallu konsegwenzi kbar.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar xi karozza li jmurilha l-isteering u tidħol f'xi ħajt, u forsi jista' jmut ix-xufier, il-passiġġieri jew xi ħadd ieħor li jkun għaddej minn fuq il-bankina f'dak il-mument partikolari, imma qegħdin nitkellmu dwar il-possibilita`, li grazzi għat-teknoloġija qiegħda dejjem qiegħda titnaqqas, li jekk jinqala' inċident fuq ajruplan, ikun diżastruż mhux biss għall-passiġġieri li jkun hemm fih imma anke għall-post fejn jaqa'.", "Barra minn hekk, minkejja li llum kulħadd jemmen li dan il-mezz ta' trasport huwa effiċjenti u reliable, għall-ewwel darba fl-istorja, fil- 11 ta' Settembru li għadda rajna ajruplani jintużaw bħala mezz ta' qerda.", "Fid-diskors tiegħu, l-Onor.", "Debono Grech għamel riferenza għall-ħtieġa li dawn il-persuni li jkunu liċenzjati li jistgħu joperaw f'dan is-settur, filwaqt li jkollhom l-assikurazzjoni fuq il-passiġġieri.", "Hawnhekk irrid nagħmel riferenza żgħira għall-fatt li iva, mil-liġi li qegħdin niddiskutu bħalissa ma jirriżultax li l-passiġġieri jrid ikollhom insurance, pero' imbagħad, fil-liċenzja li tingħata lill-operaturi, u ċioe` dik li tissejjaħ air services licence, hemm kundizzjonijiet li jgħidu li l-persuna jew l- organizzazzjoni li tkun se topera dan it-tip ta' servizz trid tkun insured.", "Min jingħata l-liċenzja kummerċjali biex jopera dan it-tip ta' servizz irid ikun kopert b'żewġ insurances, b'dik għal third party risk u b'insurance għall-passiġġieri.", "Allura f'dan ir-rigward, fl-opinjoni tiegħi id-domanda ta' l-Onor.", "Debono Grech hija imwieġba, mhux permezz ta' din il-liġi imma permezz ta' kundizzjonijiet oħra li huma mposti fuq min jopera dan is- servizz.", "Saret riferenza wkoll għall-ħtieġa li b'xi mod, fl-ajruport ta' pajjiżna jkun hemm faċilitajiet għal dawn l-ajruplani żgħar li qed nitkellmu dwarhom.", "Jiena rrid ngħid li matul it-tliet snin u nofs li għaddew, iktar minn darba kelli l-opportunita` li nisma' t-talbiet ta' dawk li jirrappreżentaw lis-sidien ta' ajruplani żgħar.", "Dawn kontinwament jitolbu li fl-ajruport ikun hemm parti delinjata għal dan it-tip ta' servizz.", "Filwaqt li per prinċipju, aħna naqblu li għandu jkun hemm din il-faċilita`, għad irridu nsibu soluzzjoni għall-kumplikazzjonijiet", "u d-diffikultajiet li jistgħu jinħolqu bil-preżenza ta' ajruplani żgħar f'parti mill-ajruport.", "Pero' jien nemmen li għandna ninkoraġġixxu spazju bħal dan għaliex iva, permezz tiegħu nistgħu nimxu ħafna 'l quddiem f'dan il-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili.", "Ħaġa oħra li ssemmiet u li sal-lum sfortunatament għadu ma rnexxielniex nimxu biżżejjed fir-rigward tagħha, hija l-kwestjoni ta' iktar reġistrazzjoni ta' ajruplani fir-reġistru Malti.", "Iva, jien naħseb li f'dan ir-rigward nistgħu nimxu ħafna iktar 'il quddiem milli fil-fatt imxejna sal- lum.", "Huwa veru li jeżisti numru żgħir ta' ajruplani reġistrati taħt ir- reġistru Malti.", "Huwa veru wkoll li forsi b'mod indirett, hemm ukoll ċerta reżistenza għax fl-aħħar mill-aħħar, m'huwiex worth it li għal ftit eluf ta' flus li jistgħu jiġu mir-reġistrat ta' ajruplani, nieħdu r-riskju tagħhom.", "Kif jgħid il-Malti, ikbar int ikbar hemmek, u allura ikbar ma jkun ir-reġistru, ikbar ikunu l-possibilitajiet ta' xi diżgrazzja.", "Madankollu, il-possibilitajiet ta' żvilupp huma ferm ikbar mill-biża' li reġistrazzjoni bħal din tista' ġġib, l-ewwelnett għaliex minbarra l-ftit eluf ta' flus hemm ukoll fatti oħrajn.", "Aħna nafu li llum il-ġurnata, fid- dinja hawn numru enormi ta' ajruplani żgħar li jtiru minn naħa għal oħra, pero' ħafna drabi, dan il-qasam qed isir il-mod lussuż, il-mod qawwi ta' kif persuni li għandhom ammont konsiderevoli ta' flus, jinvestuhom biex ikunu jistgħu imorru f'pajjiżi differenti.", "Dawn huma persuni li meta jkunu f'pajjiżi differenti, jgħinu biex jinħoloq kummerċ li m'huwiex marbut direttament mar-reġistrazzjoni ta' l-ajruplan fih innifsu, imma huwa marbut mal-fatt li dawn il-persuni jridu jħaddmu lil ħaddieħor magħhom biex jeħdilhom ħsieb ta' l-ajruplan u ta' affarijiet oħra.", "Barra minn hekk, dawn in-nies ġieli jixtru jew jikru proprjetajiet biex jabitaw fihom fiż- żmien li jkunu fil-bażi ta' fejn ikunu reġistrati, filwaqt li joħolqu ħafna xogħol b'mod indirett f'oqsma oħra, b'mod partikolari fil-qasam tal- catering.", "Meta joħorġu, dawn in-nies ma jmorrux jieħdu xi toast imma jonfqu ammont ta' flus li huwa iktar minn dak li normalment jista' jintefaq minn persuni oħra.", "Allura, il-ħtieġa li ngħinu biex kemm jista' jkun, ir-reġistru ta' l- ajruplani Maltin jiżdied, tidher ċara, għax dan huwa negozju ġdid li prattikament nistgħu nipprovduh 365 ġurnata fis-sena.", "L-Onor.", "Debono Grech, fid-diskors tiegħu għamel riferenza għall-iskola li tipprovdi t-tagħlim lokalment, u hawnhekk għal darb'oħra, kienet tajba s- sikkatura li kien hemm biex ingħataw il-liċenzji, għaliex ovvjament, min jingħata liċenzja biex jgħallem lil oħrajn irid ikun kontrollat b'mod tajjeb, u allura r-requirements internazzjonali, minkejja t-tgergir li jista' jinħoloq, huma tajbin.", "Irrid ngħid li għall-grazzja t'Alla, din l-organizzazzjoni qiegħda tagħmel l-affarijiet bis-sewwa.", "Pero' anke hawnhekk, aħna għandna l-possibilita` li prattikament nipprovdu t-tagħlim għal 300 ġurnata fis-sena.", "J'Alla lil din il-gżira nużawha biex nipprovdu iktar possibilitajiet ta' xogħol minn dan ir-rigward.", "Mr Speaker, għalkemm se noħroġ ftit 'il barra mis-suġġett, irrid nagħmel riferenza żgħira għall-organizzazzjoni Maltija ta' l-ajruplani verament żgħar, li twaqqfet ftit tax-xhur ilu biex tieħu ħsieb lil dawn l-ajruplani.", "Fil-ġimgħa li għaddiet kelli l-opportunita` li nattendi għal ċerimonja ta' għoti ta' permess lil operaturi li għaddew mill-eżamijiet neċessarji.", "Jien ngħid li huwa tajjeb li organizzazzjonijiet bħal dawn ikomplu jenfasizzaw il-pożizzjoni tal-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili f'pajjiżna.", "Ngħaddi issa biex nagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Noel Farrugia, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ispotter planes.", "Madwar tliet ġimgħat oħra jiftaħ l-istaġun tat-tonn u allura tibda l-kontroversja li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tmienja jew disa' snin, dwar x'inhuma dawn l- ajruplani, min joperahom, x'qegħdin jagħmlu f'dan il-pajjiż u affarijiet oħra bħal dawn.", "Jien niftakar li fl-1996, meta kont ministru responsabbli mill-qasam tas-sajd, kont niltaqa' ma' sajjieda jilmentaw dwar dawn l- ajruplani li jaraw fejn qiegħed it-tonn, imbagħad jgħaddu dik l- informazzjoni lil sajjieda barranin.", "L-ewwelnett huwa tajjeb li wieħed jiftakar li dawn huma ajruplani bħall- oħrajn kollha.", "M'għandhomx xi tabella jew xi equipment partikolari biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Ħafna drabi, kulma nkunu nafu aħna hu li jkun hemm ajruplan li qed jagħmel titjiriet b'mod regolari fl-inħawi ta' dawn il-gżejjer.", "Għalkemm dan l-ajruplan ikun jista' jinqabad fuq ir-radar, ma nistgħux inkunu nafu eżattament fejn ikun wasal.", "Kif diġa' għedt, peress li dawn l-ajruplani ma jistgħux jiġu distinti minn ajruplani oħra, allura tinħoloq diffikulta`.", "Irrid ngħid li d-direttur tal-fisheries, li huwa responsabbli minn dan is- settur, flimkien mad-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili qed jippruvaw isibu mod", "prattiku biex il-pożizzjoni ta' ajruplani li jkunu f'pajjiżna biex jidentifikaw minn fejn ikun għaddej il-ħut u jinfurmaw b'dan lis-sajjieda barranin, tiġi identifikata bis-serjeta`.", "Iva, dawn qegħdin jaraw jekk huwiex possibbli li r-rakkomandazzjoni tal-General Fisheries Council of the Mediterranean, li jekk m'iniex sejjer żball kienet tgħid li dawn l- ajruplani m'għandhomx jintużaw għal dan l-iskop fix-xahar ta' Ġunju, għax imbagħad f'Mejju, f'Lulju u f'Awwissu, tidħol kumplikazzjoni oħra dwar jekk għandux isir sajd għat-tonn inkella le, tiġi attwata.", "Dawn id-diretturi qegħdin jaraw jekk din ir-rakkomandazzjoni attwalment għandhiex is-saħħa ta' liġi, mhux biss fuq Malta imma fuq il-pajjiżi kollha ta' madwarna li b'xi mod huma wkoll milquta minn dan it-tip ta' ajruplan.", "Madankollu, s'issa m'huwiex qed jirriżulta li huwa fiżikament possibbli li jittieħdu miżuri, pero' jekk tirriżulta din il-possibilita`, jien konvint li d-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili jirrakkomanda l-miżuri li jistgħu jittieħdu.", "M'għandniex ngħidu li din hija xi ħaġa sempliċi, għax biċ-ċokon ta' l-ajruplani nvoluti, din hija xi ħaġa kumplikata ferm iktar minn kemm wieħed jista' jaħseb.", "Mr Speaker, nirritorna għas-sustanza tal-liġi li għandna quddiemna, u nerġa' nenfasizza dak li għedt diversi drabi matul dan id-diskors.", "Permezz ta' l-emenda għal din il-liġi, aħna ridna nassiguraw li ikun min ikun dak li qed jipprovdi s-servizz, kbir kemm hu kbir jew żgħir kemm hu żgħir, jeħtieġ ikollu ċ-ċertifikat ta' kompetenza f'dik l-organizzazzjoni li qed tħaddmu.", "Irridu naraw li ħaġa bħal din tkun tapplika għal kulħadd, u huwa tajjeb li ż-żewġ naħat tal-Kamra qablu dwar dan, għax fil-fatt, kif ingħad diġa' iktar kmieni dalgħodu, din m'hijiex xi ħaġa ta' partit jew ieħor, lanqas ma hija xi ħaġa tal-Maltin biss, għax jista' jkun hemm passiġġieri li minkejja li jitilqu minn Malta, ma jkunux ta' nazzjonalita` Maltija.", "Allura, permezz ta' din il-liġi rridu nassiguraw li kull min b'xi mod joffri dan is-servizz, filwaqt jagħmel dan biex iġib 'il quddiem lill- organizzazzjoni tiegħu, josserva r-regoli kollha u jara li qatt ma jkun ta' riskju iktar mil-limiti umani li wieħed jista' jistenna.", "Għalhekk permezz ta' din il-liġi qed nassiguraw ukoll iktar sigurta` għal dawk kollha li joriġinaw it-trasport tagħhom minn pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-Mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru), Kap. 218\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jitqiegħed għall-konsiderazzjoni quddiem il-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent, f'isem il-Ministru tal- Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16, biex jagħmel dispożizzjonijiet dwar il-ħlas ta' danni f'każijiet ta' korruzzjoni u biex jagħmel dispożizzjonijiet anċillari dwar dan\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq sabiex il-gvern Malti jkun jista' jiffirma u jirratifika l-konvenzjoni dwar liġi ċivili fuq il-korruzzjoni.", "Din hija konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li twieldet flimkien ma' konvenzjoni oħra, u ċioe` l-konvenzjoni tal-liġi kriminali dwar il-korruzzjoni.", "Hawnhekk għandna żewġ konvenzjonijiet dwar il-korruzzjoni, waħda dwar id-dritt penali u l-oħra dwar id-dritt ċivili.", "Fil-fatt irrid ninforma lill-Kamra li l-emendi fil-kodiċi kriminali ħarġu bħala l-Att nru.", "3 ta' l-2002, u issa qed niddiskutu l-korruzzjoni mil-lat tad-dritt ċivili.", "Din il-liġi li se nressqu llum, li temenda l-kodiċi ċivili, se tgħinna biex inkunu nistgħu niffirmaw u nirratifikaw il-konvenzjoni tal-Kunsill ta' l- Ewropa, intitolata Civil Law Convention of Corruption.", "Din il-konvenzjoni nfetħet għall-firem fl-4 ta' Novembru, 1999, u sa issa ffirmawha 30 pajjiż membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa u ġiet ratifikata minn ħames membri ta' l- istess kunsill.", "Fil-fatt, il-konvenzjoni għadha ma daħlitx fis-seħħ peress li għandha bżonn ta' 14-il ratifika, u sa issa hemm biss ħamsa.", "Mr Speaker, aħna qegħdin ngħidu li huwa tajjeb li niffirmawha u nirratifikawha, għax din il-konvenzjoni għandha rabta ma' Malta peress li fil-priambolu tagħha, issemmi li l-ewwel pass, għall-proċess li wassal biex tinfetaħ għall-firem u titfassal, sar proprju f'Malta, fl-1994, fid-19-il konferenza tal-ministri tal-ġustizzja Ewropej.", "Dawn il-ministri jiltaqgħu kull sena, u fid-19-il laqgħa tagħhom li saret f'Malta fl-1994, saret l- ewwel mozzjoni biex ikun hemm konvenzjoni internazzjonali sabiex il- liġijiet tal-pajjiżi membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-korruzzjoni, jiġu armonizzati.", "Wieħed mill-paragrafi tal-priambolu ta' din il-konvenzjoni jgħid hekk:", "\"recalling the conclusions and resolutions of the 19th Malta 1994 conference of the European ministers of justice\".", "Fil-fatt anke d-deputy attorney general ħa sehem attiv u għadu qed jieħu sehem fil-grupp imsejjaħ GRECO.", "Dan huwa l-group of states against corruption, il-kumitat li jivverifika x'inhu jiġri fl-istati membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa fir-rigward ta' liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-korruzzjoni.", "Aħna diġa' qed nipparteċipaw f'dan il-kumitat, avolja għadna ma ffirmajniex il-konvenzjoni tal-liġi ċivili.", "Dan il-group of states against corruption jagħmel monitoring kemm tal-criminal law convention on corruption kif ukoll tas- civil law convention on corruption.", "Jekk wieħed iħares lejn l-explanatory report, fit-tieni paragrafu jsib miktub hekk:", "\"At the 1994 Malta conference of the European ministers of justice, the Council of Europe launched its initiative against corruption.", "The ministers considered that corruption was a serious threat to democracy, the rule of law and human rights, and the Council of Europe, being the pre-eminent European institution, defending these fundamental values, should respond to that threat.\".", "Imbagħad twaqqaf kumitat, li kien il-multi-disciplinary group on corruption, li flimkien ma' kumitati oħra tal-Kunsill ta' l-Ewropa, beda jfassal din il-konvenzjoni.", "Dan il-grupp twaqqaf f'Marzu 1995, baqa' jaħdem f'din id-direzzjoni, imbagħad f'Ottubru 1997, sar it-tieni summit tal-heads of state and government tal-membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Aħna konna rappreżentati hawnhekk ukoll, u l-gvern ta' dak iż-żmien kien iffirma dikjarazzjoni li tgħid hekk:", "\"The heads of state and government of the Council of Europe, in order to seek common responses to the challenges posed by corruption throughout Europe and to promote cooperation among Council of Europe member states in the fight against corruption, instruct inter alia the committee of ministers to secure the rapid completion of international legal instruments persuant to the Council of Europe's programme of action against corruption.\".", "Baqgħu jsiru laqgħat ta' dan it-tip sakemm imbagħad, fl-1999, tfasslet il- konvenzjoni tas-civil law on corruption.", "Aħna jidhrilna li peress li l- ewwel inizjattiva saret f'pajjiżna stess, huwa xieraq li nagħtu eżempju lil ħaddieħor u mhux biss niffirmaw din il-konvenzjoni biex ngħidu ffirmajniha, u ma nirratifikawha qatt, imma ningħaqdu ma' ħames pajjiżi oħra li mhux biss iffirmawha imma anke rratifikawha.", "Irrid ngħid ukoll li din il-konvenzjoni ġiet iffirmata u rratifikata minn stat li m'huwiex membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa, u ċioe` il-Bosnia- Herzegovina, għaliex iva, huwa possibbli li ċerti stati li m'humiex membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa, bħal per eżempju s-Santa Sede, il-Ġappun, il- Messiku, l-Istati Uniti, il-Belarus, il-Bosnia u l-Kanada, jiffirmaw konvenzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa mingħajr ma jkunu membri.", "Pajjiżi oħra li rratifikaw din il-konvenzjoni huma l-Albanija, il-Bulgarija, l- Estonia, il-Fillandja u l-Greċja.", "Imbagħad hemm 25 pajjiż ieħor li ffirmaw din il-konvenzjoni imma ma rratifikawhiex.", "Malta la ffirmat din il-konvenzjoni u lanqas irratifikata.", "Aħna jidhrilna li meta wieħed iqis li l-inizjattiva ttieħdet proprju minn hawnhekk, għandna niffirmawha u nirratifikawha, kif fuq kollox qegħdin nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi jemenda l-kodiċi ċivili u jagħti definizzjoni ta' korruzzjoni.", "Sal-lum, il-korruzzjoni kienet reat kriminali li għandha x'taqsam biss ma' l-amministrazzjoni pubblika.", "Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn il-kodiċi kriminali jsib li l-fatt li wieħed jieħu vantaġġ inġust billi jagħti mhux biss flus imma affarijiet oħra, huwa reat kriminali biss jekk dik il-korruzzjoni ssir minn xi impjegat taċ-ċivil jew ta' korporazzjoni pubblika.", "Mela jekk xi ħadd ixaħħam lil manager ta' bank privat biex jagħti loan meta m'huwiex suppost jagħmel hekk, ma jitqiesx bħala li qed jagħmel reat kriminali.", "Bl-emendi li għamilna issa bl-Att nru.", "3 ta' l-2002, li ġie ppubblikat il- bieraħ fil-gazzetta tal-gvern, dan sar reat kriminali wkoll.", "Issa, ir- reati kriminali m'humiex biss dawk l-atti ta' korruzzjoni li jsiru biss minn uffiċjal pubbliku imma huma dawk l-atti ta' korruzzjoni li jsiru minn kwalunkwe persuna, anke fil-qasam privat.", "Allura din id-definizzjoni, li hija meħuda kelma b'kelma mill-konvenzjoni tas-civil law on corruption, tieħu in konsiderazzjoni dan il-fattur ukoll u telimina d-distizjoni li kien hemm bejn settur pubbliku u settur privat.", "Min jagħmel dan li se nsemmi, ikun qiegħed jagħmel reat kriminali u issa, f'din il-konvenzjoni se nirregolaw l-effetti ċivili.", "Filwaqt li l- konvenzjoni tal-liġi kriminali dwar il-korruzzjoni tgħid li l-istati membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa jrid jqisu lill-korruzzjoni bħala reat kriminali anke fil-qasam privat, din il-konvenzjoni se tgħidilna x'se jkunu l-effetti ċivili, x'se jiġri per eżempju jekk jirriżulta li l-gvern jew inkella kumpannija privata tagħmel kuntratt li jkun vizzjat b'xi korruzzjoni.", "Hawnhekk jingħad li f'dan il-każ, tista' ssir kawża biex dan il-kuntratt jiġi annullat, xi ħaġa li sal-lum ma kinetx possibbli li ssir.", "Għalkemm sal-lum wieħed seta' jfittex għad-danni, ma setax jannulla l-kuntratt li jkun sar.", "Hawnhekk qed jingħad ukoll li jkun possibbli li min sofra l-korruzzjoni mhux biss jista' jagħmel kawża ta' danni kontra l-persuna li kkaġunat dik il-korruzzjoni, imma anke kontra dik il-persuna li setgħet tipprevjeni milli ssir dik il-korruzzjoni, imma ma ħaditx il-passi u l-miżuri raġjonevoli biex ma ssirx.", "Jiġifieri jekk persuna tirċievi rapport mingħand xi ħadd u tinjorah, imbagħad issir il-korruzzjoni, għalkemm dik il- persuna ma kinetx involuta fil-korruzzjoni nnifisha, l-ommissjoni tagħha se tagħti d-dritt li tiġi konvenuta f'kawża ta' korruzzjoni.", "Ovvjament, dan se japplika wkoll għall-gvern, għalkemm hawnhekk saru xi kundizzjonijiet għal meta l-gvern ikun responsabbli wkoll għall-ħlas ta' danni lil min sofra xi att ta' korruzzjoni.", "Lura għad-definizzjoni ta' korruzzjoni, aħna kkupjajna kelma b'kelma d- definizzjoni li tagħti s-civil law on corruption, li tgħid hekk:", "\"Korruzzjoni tfisser li titlob, toffri, tagħti jew taċċetta, direttament jew indirettament, tixħim jew xi vantaġġ ieħor mhux dovut jew li jkun prospettat, li jgħawweġ it-twettiq kif imiss ta' xi dmir jew imġieba bi ħtieġa minn min jirċievi t-tixħim\".", "Hawnhekk qed jingħad li l-korruzzjoni m'huwiex biss dak l-att li jsir b'tixħim.", "Ovvjament, dak ikun l-iktar att gravi, pero' korruzzjoni tista' tkun ukoll dik li ssir b'xi kundizzjoni.", "Jekk persuna tagħmel kundizzjoni lil xi ħadd biex dan jagħtiha dak li jkun ħaqqha, jiġifieri tagħti xi ħaġa lil xi ħadd biex dan jagħmel dmiru jew jagħmlu ħażin, xorta tkun qed tgħawweġ it-twettiq kif imiss ta' xi dmir jew imġieba meħtieġa minn min jirċievi t-tixħim bil-vantaġġ mhux dovut jew kif ikun prospettat.", "Il-verżjoni bl-Ingliż tad-definizzjoni ta' korruzzjoni tgħid hekk:", "\"Corruption means requesting, offering, giving or accepting, directly or indirectly, a bribe or any other undue advantage or prospect thereof, which distorts the proper performance of any duty or behaviour required of the recipient of the bribe, by the undue advantage or the prospect thereof.\".", "Hawnhekk, l-undue advantage m'huwiex il-vantaġġ ta' x'wieħed se jakkwista.", "Anke jekk jakkwista xi ħaġa tajba, li jkollu dritt għaliha, il-fatt jibqa' li jkun ta xi ħaġa lil xi ħadd biex jagħmel dmiru, għandek dritt.", "Iva, dan l-att huwa wkoll att ta' koruzzjoni.", "Jekk imbagħad jingħata xi ħaġa lil xi ħadd li lanqas biss għandu dritt għaliha, allura dak l-att ta' korruzzjoni jkunu l-iktar gravi, pero' dawn iż-żewġ każi jaqgħu t-tnejn li huma taħt atti ta' korruzzjoni.", "Nirrepeti li din id-definizzjoni hija meħuda kelma b'kelma mill-artiklu 2 tal-konvenzjoni.", "L-ewwel prinċipju li nsibu fil-konvenzjoni jgħid hekk:", "\"Each party shall provide, in its internal law, for persons who have suffered damage as a result of corruption, to have the right to initiate an action in order to obtain full compensation for such damage.\".", "Dan il-prinċipju qed jiġi rifless ukoll fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, fejn qed jingħad hekk:", "\"Kull min ivanta li jkun sofra danni bħala riżultat ta' korruzzjoni għandu jkollu l-jedd li jieħu azzjoni biex jikseb kumpens għad-dannu kkaġunat lilu\".", "Imma kontra min se jsir dan?", "Hhawnhekk fejn qed issir id-differenza mil- liġi kif inhi sal-lum.", "Illum, skond il-liġi tad-danni, jien nimmaġina li jekk persuna tipprova li sofriet dannu b'riżultat ta' korruzzjoni, tista' tagħmel kawża għad-danni, aħseb u ara meta xi ħadd jikkommetti reat fil- konfront tagħha.", "Wara kollox, illum, kull reat kriminali jagħti lok mhux biss għal proċedura kriminali imma anke għal proċedura ċivili.", "Bis-saħħa ta' din il-konvenzjoni, li se jitbiddel huwa l-fatt li l-kawża tista' ssir kontra l-persuni li effettivament ikunu għamlu jew awtorizzaw l-att ta' korruzzjoni – u hawnhekk ma nbidel xejn mis-sitwazzjoni legali preżenti – u anke kontra \"min ikun naqas li jieħu passi raġjonevoli biex jipprevjenu l- att tal-korruzzjoni\".", "Din hija l-innovazzjoni, li l-kawża għad-danni minħabba korruzzjoni mhux biss tista' ssir kontra min effettivament għamel il-korruzzjoni, imma anke kontra kull min kellu l-poter li jwaqqaf dik il-korruzzjoni, u ma ħax il- passi meħtieġa, jew bi żball, jew b'intenzjoni, imma anke jekk mingħajr l- ebda intenzjoni.", "Dan jirriżulta minn artiklu 4 tal-konvenzjoni, li jgħid hekk:", "\"Each party shall provide, in its internal law, for the following conditions to be fulfilled in order for the damage to be compensated:", "1) the defendant has committed or authorised the act of corruption or failed to take reasonable steps to prevent the act of corruption\".", "Dan il-prinċipju qed jiġi nkorporat f'dan l-artiklu ġdid tal-liġi, pero' imbagħad, min jagħmel kawża għad-danni jrid jipprova li effettivament sofra d-dannu u li kien hemm relazzjoni ta' kawża u effett bejn l-att ta' korruzzjoni u d-danni, jiġifieri jekk persuna, b'riżultat ta' korruzzjoni, ma sofriet l-ebda dannu, ma tistax titħallas tad-danni.", "Prinċipju ieħor innovattiv huwa dak li jgħid li meta jsir att ta' korruzzjoni li għalih ikunu responsabbli mhux biss il-persuna li effettivament tkun wettqet dak l-att, imma anke dawk il-persuni li setgħu jagħmlu xi ħaġa biex iwaqqfu l-korruzzjoni milli ssir.", "F'dan il-każ, kemm il-persuna li twettaq l-att ta' l-korruzzjoni kif ukoll il-persuna li tibqa' gallarija u ma tagħmel xejn, ikunu jointly reliable għad-danni, jiġifieri jkunu solidalment responsabbli.", "Dan ifisser li l-kawża għad- danni trid issir kontra t-tnejn li huma, pero' mbagħad tiġi esegwita kontra kull wieħed minnhom.", "Jiġifieri jekk il-qorti tiddeċiedi li min sofra l- korruzzjoni għandu dritt għal Lm5,000, dawn ma jinqasmux bejn iż-żewġ persuni responsabbli imma jistgħu jintalbu Lm5,000 mingħand kull wieħed minnhom, imbagħad jiġġieldu bejniethom dwar kif se jinqasmu l-flus li għandhom iħallsu.", "X'jiġri meta l-att ta' korruzzjoni jkun sar minn impjegat tal-gvern?", "Hawnhekk, peress li l-amministrazzjoni pubblika hija kbira u iktar hemm ċans li att ta' korruzzjoni jseħħ fi ħdan l-eluf ta' nies li jaħdmu fl- amministrazzjoni pubblika, li wara kollox toħroġ permessi u tagħti liċenzi, qed isiru ċerti konċessjonijiet biex dan id-dritt ma jinqeridx imma jiġi regolat.", "Il-liġi tgħid li meta l-att ta' korruzzjoni jkun sar minn impjegat jew tal-gvern jew ta' xi korporazzjoni pubblika, u l-gvern jew il- korporazzjoni pubblika, minkejja li ma jkunux wettqu huma dak l-att, ikunu jafu bih u ma jagħmlu xejn, f'dak il-każ, anke l-gvern ikun responsabbli, basta jirrikorru dawn l-erba' kundizzjonijiet:", "1) li min ikun sofra d-danni jkun ta avviż lill-gvern jew lill-public corporation biex jieħdu dawk il-miżuri preventivi;", "2) li min qed jitlob id-danni ma jkunx hu nnifsu ġiegħel lil dak l-impjegat pubbliku biex jagħmel l-att ta' korruzzjoni;", "3) li min ikun sofra d-danni jagħmel il-kawża mhux kontra l-gvern imma kontra l-persuna li kkaġunat dak id-dannu;", "4) li l-gvern dejjem ikun parti mill-kawża tad-danni, biex mhux imbagħad jispiċċa bis-sentenza u ma jkunx ipparteċipa fiha.", "Jekk il-persuna li tkun sofriet id-danni tkun trid li titħallas mill-gvern, allura l-kawża trid tagħmilha mhux biss kontra l-impjegat pubbliku li kkaġuna l-korruzzjoni, imma anke kontra l-gvern.", "Il-gvern imbagħad ikun responsabbli biss għal dik il-parti tad-danni li ma tkunx ġiet irkuprata mill-persuna responsabbli, jiġifieri jekk is-sentenza tinqata' li għandu jsir ħlas ta' Lm10,000, il-gvern mhux bilfors ikun responsabbli għas-somma kollha.", "Jekk il-persuna li fetħet il-kawża jirnexxielha tiġbor Lm4,000 mingħand il-persuna li kkaġunat il-korruzzjoni, il-gvern joħroġ biss id- differenza.", "Subartiklu (5) ta' artiklu ġdid 1051A tal-Kodiċi Ċivili, kif propost fi klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi, jgħid hekk:", "\"Ma għandu jkun hemm ebda dritt għall-ħlas ta' danni b'kumpens meta l- parti li tvanta li tkun sofriet id-danni kienet hi nnifisha xjentement parti fl-att ta' korruzzjoni\".", "Again, hawnhekk qegħdin ngħidu li għandna nipproteġu lill-persuni innoċenti u mhux lill-persuni li jkunu kkommettew ir-reat.", "Qegħdin ngħidu wkoll li dan ma jfissirx li jekk bil-liġi ċivili kif inhi llum, persuna li tkun ħallset xi ħaġa illegalment, għandha dritt tirkupraha għax il-kawża ta' dak in-negozju kienet illeċita.", "Dan jista' jsir, pero' dik il-persuna trid tirkupra l-flus mingħand min irċevihom.", "Il-gvern m'għandux jiġi mfittex min-nies li kkommettew reat kriminali għax huma xjentement kienu parti mill- att ta' korruzzjoni.", "Allura hawnhekk qed nipproteġu persuni innoċenti li sofrew danni minħabba l-korruzzjoni, minħabba xi aġir ta' uffiċjal tal- gvern jew ta' xi korporazzjoni pubblika.", "Mr Speaker, meta aħna ngħidu \"settur pubbliku\", inkunu qed ninkludi t-tliet livelli, jiġifieri l-livell tad-dipartimenti tal-gvern, bħad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, il-pulizija u l-ħabs, il-public corporations, li huwa l- body corporate established by law, bħall-Planning Authority, l-Enemalta u l- Public Broadcasting Authority, u l-kumpanniji tal-gvern li huma kumpanni kummerċjali imma li l-gvern għandu l-maġġoranza fihom, bħall-MIA jew il- Maltacom.", "Il-Maltacom kienet public corporation tat-tieni kategorija, imbagħad fl-1997 saret kumpannija privata, biex tkun tista' tbiegħ ix- shares, pero' l-gvern għandu l-maġġoranza tax-shares fiha, jiġifieri għandu l-controlling interest.", "Dan l-artiklu japplika għall-ewwel żewġ tipi ta' livell pubbliku, għall- impjegati tal-gvern u għall-public corporations.", "B'daqshekk pero' ma jfissirx li jekk fil-Maltacom isir hemm att ta' korruzzjoni, din il- kumpannija ma tkunx responsabbli.", "Għalkemm ma tkunx responsabbli taħt dan l-artiklu, tkun responsabbli taħt l-artiklu ta' qabel.", "Mr Speaker, qegħdin nispeċifikaw ukoll perjodu ta' preskrizzjoni fejn wieħed jista' jressaq il-kawża għall-ħlas tad-danni, fejn qegħdin inkunu iktar ġenerużi mil-liġi ċivili kif inhi llum.", "Il-liġi ċivili tgħid li l- perjodu ta' preskrizzjoni għall-kawża ta' danni, bħala regola huwa ta' sentejn, ħlief f'dawk il-każijiet fejn ikun hemm reat kriminali wkoll, fejn allura l-preskrizzjoni tar-reat kriminali tkun preskrizzjoni tad-danni ċivili wkoll.", "Jekk persuna tagħmel kawża tad-danni b'riżultat ta' omiċidju, għalkemm ir-regola tgħid li l-kawża ta' danni trid issir fi żmien sentejn, ġaladarba l-kawża ta' danni hija riżultat ta' reat kriminali, għall-kawża ċivili tapplika l-preskrizzjoni ta' kawża kriminali, li fil-każ ta' omiċidju jidhirli li hija ta' 20 sena.", "Hawnhekk, bħala termini u kundizzjonijiet, użajna l-istess termini li tissuġġerixxi s-civil law on corruption ta' l-1999.", "Fil-fatt, kwalunkwe azzjoni ta' danni trid tiġi ppreżentata fi żmien tliet snin, li jibdew jgħoddu mid-data ta' meta l-persuna li sofriet id-danni tkun saret taf jew missha raġjonevolment saret taf, għax jekk jingħata d-dritt li t-tliet snin jibdew jgħoddu minn meta l-persuna tgħid li saret taf bil-każ ta' korruzzjoni, allura kulħadd se jibda jgħid li sar jaf meta rrapporta.", "Ovvjament, jekk il-każ ta' korruzzjoni jkun kompletament moħbi mill-persuna li tkun sofriet id-danni, it-tliet snin ma jibdewx jgħoddu, imma jekk il- persuna tkun taf jew missha saret taf jew kienet taf min hija l-persuna responsabbli, allura t-tliet snin jibdew jgħoddu minn dak il-mument.", "Jekk imbagħad il-persuna li tkun sofriet id-danni tkun taf li sar att ta' korruzzjoni imma ma tkunx taf min kien l-individwu responsabbli, allura t- terminu ta' tliet snin ma jibdiex jgħodd lanqas.", "Dan it-terminu jibda jgħodd biss meta l-persuna tkun naf, jew missha kienet taf li sar att ta' korruzzjoni fejn hi sofrejt id-danni, u kienet taf ukoll min hi l-persuna responsabbli minn dan l-att.", "Mr Speaker, qed jingħad ukoll li wara li jgħaddu 10 snin mill-każ ta' korruzzjoni, il-persuna li tkun sofriet id-danni ma tistax tfittex għalihom.", "Dan qed isir għax irid ikun hemm xi forma ta' capping fuq dawn l-azzjonijiet.", "Xi kultant ħafna nies ma jifhmuh il-kwestjoni tal- preskrizzjoni, anke fil-kamp kriminali, għax jgħidu li m'huwiex sew li qattiel, għax ikun għadda ċertu żmien, ma jkunux jistgħu jittieħdu passi kontra tiegħu.", "Fil-verita`, il-preskrizzjoni ssir biex tipproteġi d- drittijiet tan-nies, għax ikun inġust li 20 sena wara li xi ħadd ikun ikkommetta reat, isir proċess kontrih fejn kulħadd ikun nesa x'kien ġara u x-xhieda jkunu mietu.", "It would be unfair li jkun hemm min jittella' jixhed dwar x'ġara 20 sena ilu.", "Pero', anke fil-każ ta' omiċidju, jekk il-vittma jew vittmi ma jkunux jafu min hi l-persuna responsabbli, il-preskrizzjoni tiġi sospiża.", "Din il-kundizzjoni hija wkoll meħuda kelma b'kelma mill-konvenzjoni.", "Fil- fatt, artiklu 7 tal-konvenzjoni jgħid hekk:", "\"Each party shall provide, in its internal law, for proceedings for the recovery of damages to be subject to a period of not less than three years from the date the person has suffered the damage, became aware or should reasonably have been aware that damage has occurred or that an act of corruption has taken place, and of the identity of the responsible person.", "However, such proceedings shall not be commenced after the end of a limitation period of not less than 10 years from the date of the act of corruption.\".", "Kif kont qed ngħid, 10 snin wara li jkun sar l-att ta' korruzzjoni, irrilevantement minn jekk il-persuna kienet jew ma kinetx taf, sofriet jew ma sofrietx danni, taf jew ma tafx min kien responsabbli, ma tistax tiftaħ kawża għad-danni.", "Interessanti huwa sub-artiklu (7) ta' l-artiklu ġdid 1051A tal-Kodiċi Ċivili, kif propost fi klawsola 2, fejn jagħti d-dritt li persuna tannulla kuntratt.", "Fil-bidu ta' dan id-diskors insejt ngħid li aħna qed nemendaw il- Kodiċi Ċivili f'dik il-parti li titratta d-delitti jew il-kważi delitti.", "Dan it-titolu jirregola l-azzjoni ċivili li tirregola delitt jew kważi delitt.", "Jekk persuna, b'negliġenza, tikkaġuna ħsara lill-ġar tiegħi billi per eżempju tħalli l-ilma jfur fil-banju u tikkaġuna l-umdita` fil- proprjeta` tal-ġar tagħha, ikollha azzjoni ta' dannu taħt dan it-titlu ta' kważi delitti.", "Kawżi ċivili li joħorġu mill-korruzzjoni, kontra min ikkommetta reat kriminali, bħal min efettivament xaħħam jew ixxaħħam, pero' fil-konfront ukoll ta' nies li ma kkommettew l-ebda reat kriminali, imma huma responsabbli ċivilment, għax ma ħadux il-passi, qed jitpoġġew taħt dan it-titolu ta' delitti jew kważi delitti.", "Allura, din il-liġi se tolqot anke lil dawk li kriminalment ma jkunux responsabbli għall-korruzzjoni, imma jkunu responsabbli ċivilment, għax ma jkunux ħadu l-passi raġjonevoli biex jaraw li dik il-korruzzjoni ma ssirx.", "Li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li qed nagħtu wkoll id-dritt lil kull min sofra minn korruzzjoni, li mhux biss jirkupra d-danni imma li jannulla kuntratt li abbażi tiegħu jkun sar att ta' korruzzjoni.", "Per eżempju jekk persuna titfa' tender biex tieħu b'kera post tal-gvern, u wara jirriżulta li kien ħaqqha hi imma minflokha ħadu ħaddieħor b'att ta' korruzzjoni, sa 10 snin wara li jkun sar dak l-att, tista' tfittex għad-danni u sa sena wara li tkun saret taf, tista' wkoll tannulla l-kuntratt.", "Bħalissa hawn liġi oħra li hija simili għal din, u ċioe` dik il-liġi li tirregola meta xi wieħed mill-konjuġi jbiegħ proprjeta` tal-komunjoni ta' l- akkwisti mingħajr il-permess tal-konjuġi l-ieħor.", "Fil-fatt, f'din il-liġi wkoll hemm perjodu preskrittiv sa meta l-konjuġi li jkun sofra d-dannu jkun jista' jannulla dak il-kuntratt.", "Sa l-1983, jekk ir-raġel kien ibiegħ id- dar konjugali mingħajr ma jgħid lill-mara, ma kien ikun qed jagħmel xejn ħażin, la ċivilment u lanqas kriminalment, u kif jgħid il-Malti, il-parti l- oħra kien ikollha tibqa' ssaffar l-Aida.", "Fl-1983 din il-liġi ġiet emendata u ingħad li biex proprjeta` tal-komunjoni ta' l-akkwisti tinbiegħ, ikun jinħtieġ il-permess kemm tar-raġel kif ukoll tal-mara.", "Jekk xi ħadd ibiegħ proprjeta` tal-komunjoni ta' l-akkwisti bi ksur ta' din ir-regola, allura l- parti l-oħra tkun tista' tannulla l-kuntratt fil-perjodu stipulat.", "Fil-każ tal-liġi li għandna quddiemna, qed tingħad l-istess ħaġa.", "Il-parti innoċenti li tkun sofriet id-dannu u li fil-konfront tagħha jkun sar kuntratt li jkun qed jikkaġunalha dannu wkoll, tkun tista' titlob l- annullament ta' dak il-kuntratt.", "Il-liġi tgħid li dik il-persuna għandha jkollha dritt li tibda azzjoni, mhux aktar tard minn sena wara li ssir taf b'dak l-att ta' korruzzjoni jew minn meta kien imissha raġjonevolment issir taf b'dan, biex tannulla l- kuntratt jew xi klawsola minnu li tkun iddaħħlet minħabba dik il- korruzzjoni.", "Hawnhekk, it-terminu ta' preskrizzjoni huwa ta' sena minn mindu l-persuna ssir taf jew kien imissha saret taf u l-istess bħal f'każi oħra ta' korruzzjoni, wara 10 snin mid-data ta' l-att ta' korruzzjoni ma tkunx tista' ssir kawża għad-danni sofferti minħabba dak l-att.", "Mr Speaker, dan ukoll huwa meħud mill-konvenzjoni, fejn f'artiklu 8, intitolat \"Validity of Contracts\", tgħid hekk:", "\"Each party shall provide, in its internal law, for any contract or clause of a contract providing for corruption to be null and void.", "Each party shall provide, in its internal law, for the possibility for all parties to a contract whose consent has been undermined by an act of corruption, to be able to apply to the court for the contract to be declared void, notwithstanding their right to claim for damages.\".", "Din hija wkoll inkluża f'subartiklu (7) ta' l-artiklu ġdid 1051A tal-Kodiċi Kriminali, kif propost fi klawsola 2.", "L-aħħar provvediment ta' din il-liġi jitratta l-protezzjoni għal min jikxef att ta' korruzzjoni, li huwa wkoll meħud minn artiklu 9 tal-konvenzjoni, u li jgħid hekk:", "\"Ħadd ma jista' jieħu ebda azzjoni jew sanzjoni diskriminatorja kontra xi wieħed mill-uffiċjali, impjegati jew aġenti tiegħu minħabba f'li dawk l-uffiċjali jew impjegati, billi jkollhom tassew għaliex jissuspettaw li jkun hemm xi korruzzjoni, jkunu rrappurtaw b'mod bonafidi s-suspett tagħhom lil persuni jew awtoritajiet responsabbli, u kull min seta' kien il-vittma ta' tali azzjoni jew sanzjoni diskriminatorja għandu, mingħajr preġudizzju għal kull dritt ieħor li jkollu taħt xi liġi oħra, jkollu l-jedd għal kumpens għad-danni lilu kaġunati b'dik l-azzjoni jew sanzjoni diskriminatorja.\".", "Dan l-artiklu m'huwiex applikabbli biss għal meta l-korruzzjoni ssir fis- settur pubbliku, imma anke għal meta l-korruzzjoni ssir fis-settur privat.", "Kif diġa' għedt, dan huwa meħud minn artiklu 9 ta' konvenzjoni, li jgħid hekk:", "\"Each party shall provide, in its internal law, for appropriate protection against any unjustified sanction for employees who have reasonable grounds to suspect corruption and who report in good faith their suspicion to responsible persons or authorities.\".", "Is-sanzjoni trid tkun mingħajr ġustifikazzjoni, jiġifieri jekk persuna ma ħaqqhiex promotion, ma tistax tgħid li ma ħadithiex għax kixfet xi att ta' korruzzjoni, imma jekk ħaqqha dik il-promotion u m'hemm l-ebda spjegazzjoni għaliex ma ħadithiex, ħlief għaliex kixfet xi ħaġa ħażina, allura dik il- persuna mhux biss qed tiġi protetta milli ma titkeċċiex, imma jekk titkeċċa qed jingħatalha d-dritt għal kumpens.", "Mr Speaker, aħna daħħalna l-kelma \"good faith\" hawnhekk ukoll għax ma rridux li xi ħadd jabbuża mis-sistema.", "Din is-sistema qiegħda hemm biex tipproteġi lil nies innoċenti u mhux biex tagħti dritt lill-kriminali, li wara li jkunu kkommettew l-att ta' korruzzjoni, jieħdu kumpens.", "Għalhekk, id-dritt ta' kumpens, id-dritt ta' annullament tal-kuntratt u d-dritt ta' protezzjoni minn azzjoni diskriminatorja, qegħdin marbutin ma' nies in bouna fede u ma' nies li ma ċċappsux huma stess bil-korruzzjoni.", "Din hija konvenzjoni li qed tipproteġi lil persuni innoċenti, u peress li kienet proprju Malta li ħadet l-ewwel passi biex din issir, huwa ġust li Malta ssir is-sitt membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa li mhux biss iffirma imma wkoll irratifika din il-konvenzjoni.", "Huwa għalhekk li dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq għall-konsiderazzjoni tal-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, irrid nibda dan l-intervent billi ngħid li din in-naħa tal-Kamra taqbel ma' dan l-att li qed jitressaq quddiemna, u għal diversi raġunijiet.", "Waħda minnhom hi li meta bejn l- 1996 u l-1999, il-partit Laburista kien fil-gvern, ried imur oltre minn hekk għax ried joħloq struttura anke fil-kamp ta' investigazzjoni ta' korruzzjoni ta' super magistrate, biex hu jkun jista' jinvestiga l-atti ta' korruzzjoni ta' kull livell.", "L-Onor.", "Borg qal li wieħed mill-pajjiżi li ma kienx membru fil-Kunsill ta' l-Ewropa u li ffirma u rratifika l-konvenzjoni dwar is-civil law on corruption, kien il-Bosnia-Herzegovina.", "Issa jekk wieħed jara x'ġara f'dan il-pajjiż, malajr jinduna għaliex irratifika din il-konvenzjoni.", "Jien naf b'każijiet ta' refuġjati mill-Bosnia li ġew hawn Malta f'dak iż-żmien meta fil-Jugoslavia kien hemm bosta problemi, li biex akkwistaw ċertifikat li missierhom inqatel mis-Serbi, ċertifikat li on average iqum 20c, kellhom ixaħħmu uffiċjali fir-repubblika tal-Bosnia, u ħallsu madwar $50, li on average huma xahrejn paga ta' persuna f'dak il-pajjiż.", "Dan huwa l-iktar mod lampanti ta' korruzzjoni, u allura l-gvern tal-Bosnia għamel sew li minkejja li pajjiżu m'huwiex membru fil-Kunsill ta' l-Ewropa, iffirma u rratifika din il-konvenzjoni, pero' jien se ngħid iktar minn hekk.", "L-ewwelnett irrid ngħid li dan l-att jikkorrispondi ma' dak li diġa` jeżisti fil-kamp kriminali.", "Pero`għadna lura, għax l-ebda deċiżjoni għadha ma ttieħdet minn dan il-parlament biex f'dan il-pajjiż naqbdu linja dritta u l-atti ta' korruzzjoni li saru, irrilevantement minn min jew minn liema gvern, jiġu konklużi darba għal dejjem, bis-serjeta` u bl-iktar mod trasparenti.", "Jien nissuġġerixxi li l-gvern jikkonsidraw bis-serjeta` l- possibilita` tat-twaqqif ta' kumitat parlamentari ad hoc biex jinvestiga dawn l-atti, għax mhux biss uffiċċjali jew kapijiet ta' dipartimenti jkunu nvoluti direttament f'atti ta' korruzzjoni, imma anke persuni ta' influwenza kbira fil-pajjiż, li jistgħu jkunu jew ma jkunux fil-politika.", "M'huwiex sew li kif jgħid l-Ingliż, we don't come in terms with our conscience biex din is-soċjeta` tibqa' miexja 'l quddiem.", "Huwa għalhekk li jiena ngħid li dan l-att huwa a step in the right direction.", "Pero` xorta jibqa' l-fatt li għad baqa' ħafna iktar xi jsir.", "Għadni kif smajt lill-Ministru jitkellem dwar il-kwestjoni tal- preskrizzjoni, fejn qal li x'imkien trid tinqata' linja.", "It-Taljani għamlu biċċa xogħol li fl-opinjoni tiegħi, ta' min wieħed jammiraha.", "Kif jaf kulħadd, l-Italja għaddiet minn ħafna problemi ta' korruzzjoni, pero` kellha l-kuraġġ li meta saru l-investigazzjonijiet minn Di Pietro u maġistrati oħra tal-mane pulite, l-awtoritajiet in charge mill- investigazzjoni – fil-każ ta' Malta hawn il-pulizija u fil-każ ta' l-Italja hemm il-maġistrat u l-prokuratur ġenerali - ma qalux li dan il-każ ġie preskritt, avolja kien għadda t-terminu ta' preskrizzjoni.", "It-Taljani qalu li anke jekk għaddew 30 sena minn fuq delitt, mhux 20 sena, illum kulħadd jaf li l-persuni responsabbli huma identifikabbli.", "Hawn Malta, l-itwal preskrizzjoni hija ta' 20 sena, u hemm diversi sentenzi - illum m'aħniex se noqogħdu nsemmi s-sentenzi individwali għax hawnhekk m'aħniex qed nagħmlu trattazzjoni quddiem xi maġistrat jew imħallef – li jgħidu li l-preskrizzjoni tibda tiġri minn meta jkun hemm suspett ta' xi persuna li setgħet wettqet dak id-delitt, mhux meta the offender is known, imma meta jkun hemm suspett.", "Jien naqbel li dan il-parlament għandu jikkonsidra bis-serjeta` li meta jkun hemm preskrizzjoni ta' korruzzjoni u reati oħra serji bħal omiċidji, għandu jkun hemm is-saħħa ta' l-awtorita` li xorta waħda tressaq lill-persuni responsabbli ħalli xorta jkun hemm deċiżjoni, pero` mbagħad ma tkunx tista' tġi applikata l-piena.", "Dan hu dak li tgħid il-liġi Taljana, jiġifieri once li spiċċa l-perjodu ta' preskrizzjoni, dawk responsabbli mir-reat jistgħu jitressqu quddiem il- qorti u jingħataw sentenza.", "Għaliex wara li tiskadi l-preskrizzjoni, il- pajjiż m'għandux ikun jaf min kienet il-persuna li għamlet att ta' korruzzjoni?", "Allura għandha tingħata sentenza xorta waħda, pero' imbagħad il-piena ma tingħatax.", "Dan huwa żvilupp interessanti, kemm fil-kamp kriminali kif ukoll fil-kamp ċivili.", "It-Taljani għamlu dan għal diversi raġunijiet, fosthom għaliex kien hemm il-kuraġġ f'dik is-soċjeta`, u jien minn hawnhekk niddikjara personalment li nammira ħafna l-mod ta' kif imxew it-Taljani tul is-snin, fejn tgħallmu ħafna dwar kif għandhom jiġġieldu l-korruzzjoni f'pajjiżhom.", "It-Taljani raw li min jipprova jeħlisha mis-soċjeta` għax ikun għadda ż- żmien, xorta jixxandar pubblikament li huwa ħati, avolja ma jingħatax il- piena mistħoqqa.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija xi ħaġa li għandha tiġi kkunsidrata.", "Mr Speaker, punt ieħor li xtaqt nagħmel riferenza għalih huwa l-fatt li għalkemm aħna bħala oppożizzjoni qatt ma qbilna dwar il-mod ta' kif twaqqfet il-kummissjoni dwar l-investigazzjoni ta' każi ta' korruzzjoni - li safejn naf jien għadha teżisti - minn gvern Nazzjonalista, il-fatt li persuna trid tipprova l-każ tagħha quddiem il-qorti mill-findings Ii jkun sab ħaddieħor....", "Per eżempju l-kummissjoni għandha xhieda kontra diversi persuni li huma biżżejjed biex ċivilment wieħed jipprova l-każ tiegħu.", "Aħna nafu li biex persuna tipprova l-każ tagħha quddiem qorti kriminali, trid iktar saħħa, pero' fil-każ taċ-ċivil, fuq livell probatorju, wieħed jista' jimxi.", "Jien nixtieq inkun naf jekk humiex se jsiru xi emendi għal dak l-att li ħoloq il-kummissjoni, biex ovvjament .......", "Issa ma nistgħux noqogħdu ngħidu biss li aħna s-sitt pajjiż li se niffirmaw u nirratifikaw il-konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa, imma rridu naraw ukoll affarijiet oħra. jiena ngħid li jkun tajjeb għal pajjiżna li dawk in-nies li batew minħabba l- korruzzjoni - mhux Laburisti jew Nazzjonalisti, imma kulħadd – għandhom jingħataw rimedju.", "Xi darba, dan il-pajjiż irid jieħu nifs.", "Fi żmienna kien hemm min wettaq atti ta' korruzzjoni u konsegwenza tagħhom, hemm min għadu jbati sal-lum, mhux biss burden finanzjarju imma trawmi kbar, speċjalment dawk in-nies li batew minn korruzzjoni f'każi ta' artijiet.", "Huwa inutli li ngħidu li issa hemm l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u li qabel kien hemm il-PAPB.", "Il-verita` hi li l-vittmi huma parti mis-soċjeta` Maltija u li s'issa għadu ma nħoloq l-ebda makkinarju biex jinstab rimedju għal dawn l-inġustizzji.", "Hawnhekk jissemma dejjem uffiċjal jew impjegat tal-gvern.", "Ma jissemmewx persuni oħra.", "Din il-liġi titkellem u tagħti direzzjoni meta xi ħadd f'xi dipartiment jew korp kostitwit iwettaq att ta' korruzzjoni.", "Din il-liġi ma tapplikax għal min qiegħed f'xi korp mhux kostitwit.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel parti pero', li hija limitata biss...", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma t-tieni parti....", "Per eżempju jittieħdu passi kontra manager ta' l-HSBC, li qabel kien korp kostitwit.", "(Interruzzjonijiet) Ejjew insemmu lill-Maltacom, li qabel kienet korp kostitwit u li llum, parti kbira minnha, jekk mhux kollha, qiegħda għand il-privat.", "Ejjew nieħdu dan l-eżempju....", "(Interruzzjonijiet) Bir-rata li mexjin biha, ma nafx kemm se jibqa' korpi kostitwiti.", "(Interruzzjonijiet) Iva, per eżempju jkun hemm każ ta' korruzzjoni kontra manager ta' l-HSBC.", "Biex wieħed jipprova jieħu d-danni, wieħed jista' japplika l-ewwel parti tal-liġi billi jgħid li minħabba l-fatt li sar att ta' korruzzjoni, tilef id-dritt li jieħu loan.", "Issa jekk id-danni jkunu jammontaw għal per eżempju Lm50,000 u dan l-individwu, li huwa bank manager, ikollu Lm6,000 biss fil-bank.....", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, huwa għalhekk li jien għedt li din il-liġi tista' tiġi rranġata biex tkun aħjar.", "Jew se ninvestigaw lil kulħadd ....", "Jekk kemm-il darba bank manager ta' l-HSBC għamel att ta' korruzzjoni fil- konfront ta' persuna, u ovvjament, il-bank, kieku jagħmel dak li għandu jagħmel b'mod regolari, dejjem għandu jiskopri kif per eżempju, persuna ngħatat ċerti overdraft facilities li qatt ma setgħu joħorġu bis-securities li għandu l-bank, pero` ma ndunax ....", "(Interruzzjonijiet) Inti qed issejjaħlu żball u jien qed ngħid li t-testijiet bankarji, jekk isiru bħalma jsiru f'pajjiżi oħra, b'mod raġjonevoli, l-iżball għandu jinkixef.", "Allura mbagħad ma jibqax żball, imma jkun hemm ċertu livell ta' recklesness.", "Meta wieħed jidħol f'dan il-livell, jista' jkun qed jidħol ukoll fil-livell kriminali.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar il-każijiet kriminali, imma dwar każijiet ċivili.", "Fil-każ ta' korp kostitwit, il-persuna li tkun talbet ir- rikavat tad-danni li tkun sofriet minħabba l-azzjoni ta' korruzzjoni li tkun sofriet minn impjegat, uffiċjal, eċċ., jekk ma tasalx biex tieħu l- ammont kollu li tkun rebħet, tista' ddur fuq il-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Basta jkun avżah, imma fil-każ ta' l-HSBC – u naf x'jien ngħid – it-tieni parti ma tapplikax, għax l-HSBC m'huwiex korp kostitwit, u qed insemmi lill- HSBC bħala eżempju, għax ovvjament, jekk jinbiegħ kollox, nagħtu eżempju fuq kollox.", "Bħala bank, l-HSBC ma jistax jiġi kklassifikat bħala kostitwit jew gvern, s'hemmhekk qed naqblu, mela ċertament wieħed ma jistax .......", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-konfront tal-privat, biex nibqgħu fuq il-każ li semma; l-Onor.", "Farrugia, jekk wieħed jipprova li l-bank ma ħax passi raġjonevoli, allura huwa responsabbli solidament ma' l-individwu li għamel l-att ta' korruzzjoni.", "Kontra l-gvern, wieħed irid jagħti avviż ukoll, u jekk il-gvern ma jagħmel xejn, ikun responsabbli wkoll.", "Jiġifieri bejn wieħed u ieħor, qegħdin fl-istess ilma.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiena l-ewwelnett irid ngħid li d-drafting m'hu feliċi xejn.", "Ċertament li dan ma sarx mill-Ministru, pero' jekk jara l- konvenzjoni u d-drafting isib li there's much to be desired, pero` dak wieħed ikun jista' jarah fl-istadju ta' kumitat.", "Żgur li rridu naraw li dan ikun rifless sew fil-liġi, li meta persuna tkun vittma ta' korruzzjoni li tkun saret minn impjegat ta' kumpannija privata, tkun tista' tieħu r- rikavat, kemm minn dik il-persuna kif ukoll mill-employer tagħha.", "Għalhekk huwa importanti li dan jiġi definit b'mod ċar, biex jiġi assigurat li ħadd ma jaħseb li jekk iwettaq xi att ta' korruzzjoni, irrispettivament minn hekk ikunx impjegat tal-gvern jew ta' xi kumpannija privata, b'xi mod se jeħlisha ħafif.", "Aħna rridu naraw li l-liġi tkun tirrifletti dan b'mod ċar.", "Sur President, jien għalhekk għedt li hemm bżonn li nibnu fuq dan.", "Fl- introduzzjoni tiegħu, il-Ministru qal li fil-każ ta' reat, il-proċedura ċivili tieħu l-preskrizzjoni tar-reat, skond il-gravita` tiegħu, imma dejjem jekk il-persuna li jkunu qed jittieħdu passi kontra tagħha, tkun instabet ħatja.", "Jekk persuna tkun instabet ħatja ta' serq u allura tinfetaħ kawża ċivili kontra tagħha biex tħallas id-danni, ovvjament hemmhekk tapplika l-preskrizzjoni tar-reat.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux ma mexxewx, imma ejjew ngħidu li l-pulizija mexxew u l-persuna ġiet liberata għax ma kellha x'taqsam xejn mal-każ.", "Allura jekk din tkun ġiet liberata wara ħames snin, il-każ jaqa' taħt preskrizzjoni ta' sentejn.", "Dan huwa punt ta' liġi, u qed nirriferi għalih biex jiġi reġistrat fir-records ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Borg biex f'isem il-Viċi Prim Ministru, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal lejla l-Erbgħa, 10 ta' April 2002, fis-6:00 p.m., b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "---------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru) – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Grazzi, Mr Speaker.", "Jien xtaqt niddedika dan l- ewwel aġġornament min-naħa tal-gvern wara r-recess ta' l-Għid għall- avvenimenti traġiċi li qegħdin naraw u nisimgħu ta' kuljum għal dawn l- aħħar tliet ġimgħat.", "Naħseb li s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani timmerita attenzjoni profonda u għandha mhux biss tippreokkupana imma wkoll tnissel sens qawwi ta' apprensjoni u ta' biża'.", "Is-sitwazzjoni ħarbet mill-kontroll b'konsegwenzi traġiċi mhux biss għall-popli nvoluti – dak Iżraeljan u dak Palestinjan – iżda ċertament għall-popli u għall-pajjiżi fil-viċin u allura anke għal Malta tagħna.", "Alla poġġiena f'nofs il-Mediterran li fuqu tant inkitbu kotba, trattati u ftehim internazzjonali u kulħadd jaqbel li għandu jkun baħar ta' paċi.", "Min jaf kemm-il darba matul dawn l-aħħar deċenji saru sforzi biex ġewwa l- Mediterran issaltan il-paċi.", "Riċentement il-Mediterran ġie marbut mal- kunċett tal-progress soċjali u ekonomiku.", "Diversi entitajiet, fosthom b'mod speċjali l-Unjoni Ewropea permezz tal-ftehim li kienet nediet f'Barċellona fl-1995, ipprovat attivament tieħu l-inizjattiva biex tqarreb il-popli ta' l-Ewropa u tal- Mediterran, speċjalment dawk tal-Afrika ta' fuq.", "Dan għamlitu permezz tal-Euromed.", "L-Ewropa ppruvat tqarreb lil dawn il- pajjiżi viċin xulxin sabiex ikun hemm iktar prosperita` ekonomika u soċjali.", "Dawn it-tnejn għandhom jimxu id f'id.", "Meta jkun hemm progress ekonomiku x'aktarx ikun hemm inqas tensjoni soċjali u allura iktar progress soċjali.", "Permezz ta' hekk ikun hemm inqas lok għal ġlied u għal nuqqas ta' ftehim li jista' jiskala u jispiċċa faċilment f'konflitt reġjonali.", "Mr Speaker, il-Mediterran huwa baħar u reġjun sensittiv li mhux qed napprezzaw biżżejjed.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-komunita internazzjonali.", "Din mhux qed tifhem is-serjeta` u l-gravita` tas- sitwazzjoni, aktar u aktar meta wieħed iżomm f'moħħu li jekk imur lura għat-22 ta' Novembru 1967, għall-ewwel darba kienet għaddiet ir- riżoluzzjoni tal-kunsill tas-sigurta` tal-Ġnus Magħquda numru 242.", "Hawn se nikkwota testwalment: \"Emphasising the inadmissibility of the acquisition of territory by war.\"", "Hawnhekk qed nirreferu għall-akkwist ta' territorju permezz tad-demm u l-gwerra u qed tgħid li l-ġlied huwa inamissibbli u inaċċettabli.", "Fi kliem il-Qdusija tiegħu l-Papa l-ġimgħa l-oħra, il-ġlied huwa \"intollerabbli.\"", "Ir-realta' hi li mill-1967 sal-lum dak kien u għadu l- istat ta' fatt li għandu jħammar wiċċ il-komunita` internazzjonali.", "Din il- mistħija għandna nħossuha lkoll kemm aħna għax nagħmlu parti mill-komunita` internazzjonali.", "Wieħed jista' jgħid li l-poplu Palestinjan hu l-uniku poplu fid-dinja li spiċċa refuġjat f'art twelidu stess u din hija umiljazzjoni.", "Aħna l-Maltin sa ċertu punt nafu x'jiġifieri għax għal mijiet ta' snin konna soġġetti għal diversi ħakmiet kolonjali li spiċċaw bl- Ingliżi.", "Aħna nafu x'jiġifieri l-umiljazzjoni li nistaqsu għall-affarijiet bażiċi u essenzjali.", "Għall-dawn l-affarijiet kien ikollna nitolbu lill- ħakkiem, f'dak il-każ l-imperu Ingliż.", "Jekk il-ħakkiem jaħseb li xi persuni fil-pajjiż ikunu ta' theddida kien jispiċċa biex jinternahom f'pajjiżhom.", "Hekk ġralu grupp ta' Maltin fl-1942.", "Hawn kienet għaddiet liġi biex dan il- grupp jiġi deportat lejn l-Uganda.", "Dik kienet l-unika darba li aħna l- Maltin akkwistajna territorju barra minn xtutna għax għal finijiet tal-liġi li kienet għaddiet b'mod urġenti ħafna, il-gvern kolonjali kien iddekreta li l-Uganda hi parti mit-territorju Malti.", "Din kienet akrobazija ta' drafting legali biex l-Uganda ssir parti mit-territorju Malti u allura dawn il-Maltin setgħu jintbagħtu hemm.", "Hawnhekk il-gvern Ingliż kien qal li dawn qegħdin jintbagħtu f'estensjoni tat-territorju Malti.", "Aħna konna umiljati u suġġetti għal ħakma kolonjali sakemm fl-1964 ġibna l- indipendenza.", "Aħna nafu kemm hi iebsa, importanti u prezzjuża l-ġlieda għall-indipendenza biex nakkwistaw is-sovranita` tagħna u r-rispett internazzjonali għall-konfini tagħna.", "Ma ninsewx li Malta ħadet postha bi dritt qalb in-nazzjonijiet wara li ħadet l-indipendeza.", "Sa l-1964 Malta ma setgħetx tkun bil-qiegħda fil-konferenzi, fil-Ġnus Magħquda u f'postijiet oħra.", "Kien wara l-1964 li aħna twelidna bħala nazzjon, il-ġens tagħna ħa s- sura ta' nazzjon u stajna nieħdu postna bi dritt kemm fil-Ġnus Magħquda u kemm fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Aħna nistgħu nifhmu x'jiġifieri li wieħed ikun maħkum mill-barrani f'art twelidu u nifhmu x'jiġifieri li nħossuna barranin f'artna stess.", "Aħna nifhmu x'jiġifieri li jkollna d-drittijiet fundamentali mkasbra u li biex immorru x-xogħol f'darna ridna nieħdu permess mill-ħakkiem.", "Ir-riżoluzzjoni 242 ta' l-1967 kienet kompliet tgħid hekk:", "\"għandu jkun hemm rispett u rikonoxximent għas-sovranita`, l-integrita` territorjali u l-indipendenza politika ta' kull stat \"", "Ħafna drabi ninsew dawn it-tliet kelmiet importanti.", "Hawnhekk se nkompli bl- Ingliż:", "\"... and their rights to live in peace within secure and recognised boundaries free from threats or acts of force.\"", "Is-sovranita`, l-integrita` territorjali u l-indipendenza politika huma affarijiet li l-poplu Palestinjan għadu sal-lum imċaħħad minnhom.", "Dak li qrajt kien inkiteb fl-1967.", "Għadda ħafna żmien minn dak inhar u l-Ġnus Magħquda sussegwentement fl-1973 permezz tal-Kunsill tas-Sigurta' ħarġet ir- riżoluzzjoni 338 li titlob hekk:", "\" ... not later than 12 hours after the moment of the adoption of this decision...\"", "Hawnhekk qed jintalab biex ir-riżoluzzjoni 242 tal-1967 li għadni kemm iċċitajt tkun implimentata minnufih u jibdew in-negozjati biex jintlaħaq ftehim imsejjaħ \"Durable peace in the Middle East.\"", "M'għaddewx 12-il siegħa, iżda mill-1973 sal-lum għaddew kważi 33 sena.", "Illum qegħdin iffaċċjati bl-istat ta' fatt fejn fit-12 ta' Marzu li għadda l-Kunsill tas- Sigurta` reġa' għal darb' oħra f'riżoluzzjoni 1397 qal li għandu viżjoni ta' reġjun fejn żewġ stati jgħixu fil-paċi.", "Hawnhekk se nikkwota testwalment :", "\"A vision of a region where two states - Israel and Palestine - live side by side within secure and recognised borders.\"", "Din hija viżjoni u nispera li ma tibqax ħolma li ż-żewġ popli jsiru ndaqs għax id-dinjita` ma titkejjilx mid-daqs fiżiku jew ġeografiku tal-pajjiż.", "L- istat ta' San Marino, l-istat Malti u l-istat ta' pajjiż kbir għandhom l- istess dinjita` fil-komunita` internazzjonali.", "Minħabba dan nemmen bi sħiħ li Israel u l-Palestina għandhom u jistgħu jgħixu biswit xulxin fi ħdan territorju sikur , delineat, definit u rikonoxxut minn xulxin.", "Din ir-riżoluzzjoni 1397 tax-xahar li għadda enfasiżżat il-ħtieġa li jiġi mħares iċ-ċittadin u jkun imbiegħed minn kull periklu.", "Din ir-riżoluzzjoni reġgħet tenniet il-fehma li għandu jkun hemm \"a comprehensive just and lasting peace in the Middle East.\"", "Ilna wisq nisimgħu il-kliem paċi komprensiva, paċi li ddum u paċi dejjiema u ġusta.", "M'ilux kont qed naqra l-biografija ta' l-ex prim ministru Israeljan Rabin.", "Intqal ħafna fuqu u ġie kritikat ħafna imma jekk wieħed jaqra l-biografija isib kemm kien bniedem li minkejja kollox emmen li ż-żewġ popli għandhom u jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi u fis-serħan tal-moħħ.", "Kemm hu u kemm-il President Arafat kienu bdew il-proċess ta' paċi qalbiena.", "Irridu nemmnu li din tista' titwettaq u riżoluzzjoni 1397 tax-xahar li għadda tal-Ġnus Magħquda tgħid hekk:", "\"1. demands immediate suspension of all acts of violence,", "2. calls upon the Israeli and Palestinian sides and their leaders to co-operate in the implementation of the Tenet work plan and Mitchell report recommendations with the aim of resuming negotiations on a political settlement.\".", "Kif qal il-President Amerikan: \"Enough is enough\".", "Naħseb li l-komunita` internazzjonali kollha inkluż aħna tista' tħabbat fuq qalbha u tgħid mea culpa.", "Il-politiċi kollha - huma fejn huma – u dawk li għandhom xi forma ta' awtorita` jew poter, għandhom id-dover sagrosant li jitħabtu lkoll għall-paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani.", "Qed ngħid dan mhux biex inkun għedt xi ħaġa imma għaliex verament nemmen li ftit 'il bogħod minni għandna niċċa li qiegħda bil-mod il-mod taqbad u tiqsar.", "Min ħin għal ieħor tista' tisplodi u tinvolvi l-Mediterran kollu u għalhekk għandna għalfejn ninkwetaw għax aħna pajjiż li terz mill-prodott gross domestiku tagħna jiddependi mill-Mediterran.", "Nistaqsi liema turist se jiġi Malta meta ftit 'il bogħod minnu għandu żewġ popli jew iktar maqbudin f'xulxin.", "Nistaqsi wkoll liema investiment se jiġi fil-Mediterran meta ftit 'il bogħod hemm żona ta' insigurta', tkasbir ta' drittijiet u ta' qtil indiskriminat ta' l-innoċenti.", "Il-bieraħ bil-lejl il-Ġnus Magħquda bdiet tiddiskuti l-implimentazzjoni tar- riżoluzzjoni li għadha kemm għaddiet u talbet lill-Iżrael iwaqqaf l-attakki tiegħu fuq it-territorju Palestinjan u jirtira lura t-truppi tiegħu.", "Intqal li 250 Palestinjan innoċenti nqatlu dawn l-aħħar ġimgħatejn.", "L-ilma u d- dawl huma maqtugħin, l-infrastruttruttura distrutta u l-karozzi u proprjeta' tkissru jew twaqqgħu.", "Naħseb li għandna għalfejn ninkwetaw.", "Jien nagħmilha ċara li jien kontra t- terroriżmu ġej minn fejn ġej.", "Jien kontra t-terroriżmu għandu liema għamla għandu, immaterjalment jekk huwiex terroriżmu ta' individwu, ta' partit, ta' organizzazzjoni, ta' reġjun jew ta' stat.", "Ma tagħmilx differenza jekk huwiex magħmul minn suicide bomber waħdu jew minn armata għax għalija huma indaqs.", "Two wrongs do not make one right.", "Iż-żewġ naħat għandhom jifhmu li ma jistax ikun jibqgħu jgħidu u jiffukaw fuq x'għamel l-ieħor.", "Wasal iż- żmien li kull wieħed minnhom jgħid \"ara jien x'għamilt\".", "Meta għandek konflitt li faċilment jista' jispiċċa f'konflagrazzjoni fil-Lvant nofsani rridu ninkwetaw bi sħiħ.", "Semmejt ir-riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda.", "Kien hemm ukoll diversi riżoluzzjonijiet u diversi komunikati mill-Unjoni Ewropea li ħadet stand pjuttost iebes.", "Sal-bieraħt lura l-President Prodi għamel dikjarazzjoni – li għandi hawn - fejn ma eskludiex li l-Unjoni Ewropea tissospendi l-ftehim ta' assoċjazzjoni li għandha ma' l-Iżrael.", "Din hi xi ħaġa li ma konniex nisimgħu biha sa ftit xhur ilu.", "Qegħdin f'xifer il-preċipizju.", "Ma jistax ikun li jkun hemm attakki fuq siti storiċi u reliġjużi.", "Dan qisu xi ħadd tefa' bomba fi knisja nisranija fejn nemmnu li twieled il-Feddej.", "Kulħadd għandu dritt għall-emna tiegħu u jien nirrispetta ħafna r-reliġjon Lhudija u dik Musulmana.", "Madankollu nitlob li jirrispettaw tagħna wkoll.", "It-tliet reliġjonijiet li jemmnu fl-istess bniedem u fl-istess Alla għandhom jgħixu flimkien fl-istess belt.", "Dan hu l-appell li għamel il- Qdusija Tiegħu l-Papa dan l-aħħar.", "Kif qal il-President Prodi s-suicide bombers fi ftit ġimgħat qatlu mijiet ta' persuni innoċenti ġewwa Iżrael.", "Dan huwa kundannabbli u inaċċettabbli.", "Dawn l-aħħar għaxart ijiem inqatlu 300 Palestinjan, hemm mijiet oħrajn midruba u 1,400 arrestati.", "Ma nistgħux nibqgħu nippermettu dan l-istat ta' fatt.", "Il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm adottat 8 packages ta' 5 miljun Ewro - kważi Lm3 miljun - biex jgħinu l-kriżi umanitarja li hemm.", "Il-President Prodi qal \"The West Bank is rapidly turning into a major humanitarian crisis\".", "Dan hu li għandna quddiem għajnejna u lkoll kemm aħna rridu nirrikonoxxu li dan l-istat ta' fatt huwa wieħed li jħammrilna wiċċna.", "Dan iċ-ċiklu infernali u vizzjuż ta' vjolenza, tpattija, vendetta u ritaljazzjoni jrid jieqaf.", "Il-vjolenza ġġib aktar vjolenza.", "Il-vjolenza qatt m'hi se ġġib inqas vjolenza u inqas paċi.", "Ma jistax ikun li persuni ta' l-International Committee tar-Red Cross, il- Palestinian Red Crescent Society u personnel mediku ieħor jiġu sparati u mwaqqfa milli jaqdu dmirhom.", "Hemm saħansitra nies li qed jiġu miżmuma li jmorru l-isptar biex jiġu rikoverati.", "Ma jistax ikun li jitwaqqfu d-dawl u l-ilma ta' l-isptarijiet u ta' kull forma ta' komunikazzjoni, inkluż dik tat-telefon.", "Lanqas jista' jkun li wieħed jikkonfina lill-mexxej Palestinjan Yasser Arafat meta l-komunita internazzjonali kollha tgħid li huwa r-rappreżentant leġittimu tal-poplu Palestinjan.", "Wieħed ma jistax jiddileġitimizza u jiskredita persuna li ġiet eletta b'mod demokratiku mill- poplu Palestinjan u jipprova jumiljah bħalma kienet umiljat lill-Unjoni Ewropea Iżrael meta żammet lill-President Spanjol Pikes u lil Solana milli jiltaqgħu mal-President Arafat ġewwa l-kwartieri tiegħu.", "Huwa inaċċettabbli dan l-istat ta' fatt, Sur President.", "Irridu nifhmu ftit x'qed jiġri ftit 'il bogħod minna.", "Dan il-proċess ta' paċi jrid jerġa' jqum fuq saqajh.", "Jien nemmen bi sħiħ li jista' jqum fuq saqajh u naħseb li hija ħaġa pożittiva li ż-żewġ naħat f'dan il-parlament qablu lkoll li ma jistax ikollna paċi fl-Ewropa mingħajr paċi fil- Mediterran.", "Hekk kienet qalet Malta fl-1973 ġewwa Helsinki.", "Kull gvern Malti segwa dik il-politika.", "Il-komunita' internazzjonali ma tistax ma tinkwetax li l-futur tagħha qed jiġi mhedded.", "Ma jistax ikun li l-ftehim ta' paċi jew ir-riżoluzzjoniijet tal-Ġnus Magħquda jispiċċaw kif effettivament spiċċaw bħala requiem għall-paċi mitlufa u mkasbra.", "Aħna l-Maltin għandna nżommu dan in konsiderazzjoni tal-proċess tagħna ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Malta trid mhux biss tersaq viċin il-blokk politiku li huwa l-Unjoni Ewropea imma tajjeb li żżomm quddiem għajnejha li l-Unjoni Ewropea m'hijiex biss blokk politiku.", "Hawnhekk se niċċita l- President Havel fid-diskors li ta fl-okkażjoni taċ-ċena statali li saret ad unur tiegħu:", "\"It is no wonder that today we jointly percieve united Europe as a spiritual, cultural, political and economic area which we actively want to shape in the spirit of the best traditions of our nations and states...\"", "Ninnutaw li l-ewwel kelma li semma kienet \"spiritual\".", "L-Unjoni Ewropea hija żona primarjament spiritwali u kulturali u aħna l- Maltin irridu nissieħbu.", "Tajjeb li nsemmu l-fondi reġjonali, il-cohesion funds, il-fondi strutturali, is-self u d-deċiżjonijiet li jaffettwawna pero` rridu ndaħħlu dan l-argument li ma jingħatax importanza biżżejjed.", "Aħna rridu nissieħbu fl-ikbar blokk fejn hemm l-ikbar serħan tal-moħħ.", "L-aħħar 50 sena kienu l-ewwel 50 sena ta' paċi assoluta fl-Ewropa minn 3,000 sena' ilu 'l hawn.", "Minn żmien l-Imperu Ruman kull 50 sena kien hemm gwerra fl-Ewropa.", "Kien hemm gwerer ċivili u imperu kontra ieħor, pero` l- aħħar 50 sena kienu l-ewwel 50 sena ta' paċi assoluta fejn tkattar l- investiment u għalhekk tkattret il-prosperita`.", "Dan seħħ għaliex kien hemm il-paċi, is-serħan tal-moħħ u s-sigurta`.", "Ħaġa ġġib lil oħra u għalhekk importanti li Malta tidħol f'dan il-blokk mhux biss ekonomiku u politiku imma ta' sigurta` u ta' serħan il-moħħ.", "Irridu ningħaqdu jekk aħna rridu nġibu iktar investiment lejn xtutna u jekk aħna nifhmu eżattament x'ġara fil-11 ta' Settembru ġewwa l-Amerika.", "Dakinhar it-tagħlima prinċipali kienet li ħadd m'hu immun mill-attakki terroristiċi li aħna nikkundaw bla tlaqliq ġejjin minn fejn ġejjin jew isiru għalxiex isiru.", "Jekk nidħlu fl- Unjoni Ewropea ikun importanti li niggarantixxu lill-poplu tagħna serħan il- moħħ, ta' sigurta` u ta' paċi assoluta.", "Din irridu nifhmuha u ma naħsibx li ġiet spjegata biżżejjed.", "Wieħed mill-vantaġġi li se tagħtina l-Unjoni m'huwiex biss l-investiment u t-tkattir ekonomiku imma wkoll l-aspett ta' sigurta` u ta' serħan il-moħħ li aħna rridu nipparteċipaw fih bi dritt.", "Mr Speaker, la qed insemmi x'qal il-President Havel ma nistax ma nsemmix u nfaħħarx id-dikjarazzjonijiet li ħareġ il-gvern Malti f'dawn l-aħħar ġranet fuq il-Lvant Nofsani.", "Bla tlaqliq il-gvern Malti qal li ma jsib l- ebda ġustifikazzjoni fl-offensiva li qed issir fuq il-kwartieri tal- President Arafat.", "Il-Gvern Malti qal hekk: \"it considers Arafat to be the legitimate Palestinian Authority leader and urges the Israeli Government to heed the UN security council call to withdraw troops from Palestine.\"", "Kif qal il-President Havel, Malta għandha l-limitazzjonijiet tagħha iżda għandha rilevanza kbira.", "Jekk nagħmlu eżami ta' kuxjenza nsibu li aħna rridu nsiru membri fl-Unjoni Ewropea għax irridu li l-Ewropa takkwista dimensjoni Mediterranja akbar u aħjar.", "Tajjeb li l-gvern Malti jallinea ruħu mad-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea li l-Iżraeljani u l-Palestinjani għandhom jieħdu \"immediate and effective action to stop the bloodshed.\"", "Ma naħsibx li dan il-fatt ġie ribadid biżżejjed fil-komunita` internazzjonali.", "Naħseb li s-saltna tad-dritt internazzjonali, speċjalment il-humanitarian international law trid tkun salvagwardata, imħarsa u rispettata l-ħin kollu.", "Ma jistax ikun li nkunu parteċipanti fis-silenzju ta' wħud mill-pajjiżi tal-komunita` internazzjonali u naraw human rights violations għaddejjin ta' kuljum.", "Hemm il-kredibbilta` tal-komunita` internazzjonali li qiegħda fin-nofs u naħseb li tajjeb li ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra jixtarru l- possibbilta` li jsir forma ta' kumitat.", "Dan għandu jkun \"a bi-partisian committee biex aħna nixtarru b'mod limitat u b'mod umli.", "Ma nistgħux nippretendu li se nkunu l-United Nations jew l-Unjoni Ewropea imma tajjeb li ż-żewġ naħat juru li jaqblu b'vuċi waħda li s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani hija inaċċettabbli u ma tistax treġi aktar.", "Irridu nuru lil dan il- poplu li aħna kapaċi ningħaqdu f'forma simbolika u niddiskutu u nixtarru x'possibilitajiet ta' paċi jew ta' tiftix għall-proċess tal-paċi jista' jkun hemm.", "Nerġa' ngħid għandna l-limitazzjonijiet tagħna u ma nistgħux nippruvaw nilbsu żarbun li ma jiġiniex.", "Madankollu naħseb li bħala pajjiż ta' fidi nisranija li jħaddan il-valuri nsara ikollna nirribellaw kontra l- inġustizzja u kontra t-tkasbir tad-drittijiet u tad-dinjita` umana.", "Nistieden li lkoll ngħidu b'vuċi waħda li nemmnu fl-istat Palestinjan u fid-dritt inaljenabbli tal-poplu Palestinjan li jkollhom stat tagħhom imħares minn kulħadd.", "Daqstant ieħor nemmnu fi stat Iżraeljan li jgħix fil- paċi, fis-sigurta` u fis-serħan tal-moħħ sabiex iż-żewġ naħat jakkwistaw posthom u rilevanza akbar fil-komunita` internazzjonali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa, 10 ta' April, 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENEMALTA – BAĦRIJA", "31093.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li diversi residenti fil-Baħrija bħal dawk ta' Triq il-Marga u ta' Triq Tumas Xerri qed ikollhom vultaġġ baxx f'xi ħinijiet tal-jum tanti illi lanqas jinxtel tubu tad-dawl u television?", "Jista' jara li jitranġa dan l-inkonvenjent?", "Jista' jikkunsidra li matul din is-sena tissaħaħ aktar is-substation tad-dawl tal-Baħrija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex tissaħħaħ il- provvista ta' l-elettriku fl-inħawi msemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.", "TRIQ TUMAS XERRI - BAĦRIJA", "31094.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Peress li n-numru ta' residenti mill-Baħrija jilmentaw li l- pressa ta' l-ilma hija baxxa ħafna fosthom dawk ta' Triq Tumas Xerri, jista' l-Ministru jara li titranġa s-sitwazzjoni mmedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ĊENTRU TAL-MICROPROPOGAZZJONI - MODERNIZZAR - NEFQA", "31095.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul is-sena li għaddiet sabiex ġew immodernizzati l-laboratorji u l-faċilitajiet fiċ-ċentru tal- micropropogazzjoni f'Ħal Lija?", "Kemm kienet tinvolvi l-ispiża ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li l-apparat li nxtara għal-laboratorji u l-faċilitajiet f'Tal-Kmand Ħal Lija fis-sena 2001 hu dan:", "Apparat Faċilitajiet Marble for laboratory benches Fax machine 2 section push up ladder Office furniture Trolleys Glasshouse office", "Two drawer filing cabinet", "Drill with stand Nikon Camera", "L-ispiża ammontat għal Lm3,988.82", "BAĦRIJA - FOSOS", "31096.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Fid-dawl tas-sitwazzjoni tat-tħammil tal-fosos tal-Baħrija, jista' l-Ministru jara li jiġi investigat jekk dawn il-fosos humiex mimlija ħama tad-drenaġġ u għaldaqstant qed ikun kawżat il-fawran tagħhom matul il- jum għad-detriment ta' saħħiet ir-residenti u tal-ambjent rurali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-fossa tal-Baħrija ma jirriżultax illi hemm ħama.", "Id-dipartiment m'għandux rapporti illi qiegħed isir fawran peress illi l-bowsers qegħdin jintbagħtu regolarment inkluż fil-weekends.", "DAR TA' L-ANZJANI", "32101.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjani li jkunu jixtiequ joqgħodu ġew dar tal-anzjani tal-gvern humiex qed jintbgħatu ġo djar tal-anzjani privati?", "Jekk fl-affermativ, fejn qed jintbagħtu u kemm jiswa lill-gvern kull anzjan?", "X'inhuma l-kriterji biex anzjan jintbat ġo dar tal-gvern u dawk biex jintbagħat ġo dar immexija mil-privat?", "Kemm jiswa lil gvern, anzjan ġo dar tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern laħaq ftehim ma żewġ kumpaniji privati li huma Healthcare Services Ltd u Care Services Ltd.", "L-anzjani li japplikaw biex jidħlu f'dar tal-gvern isirilhom l-assessment mediku u soċjali biex jiġi stabbilit li veru jkollhom bżonn dan it-tip ta' servizz residenzjali.", "Imbagħad jiġu offruti post f'dar privata għall-anzjani kemm il-darba ma jkunx hemm post fid-djar tal-gvern.", "Il-gvern joħroġ id-differenza bejn dak li jikkontribwixxi l-anzjan u l- prezz miftiehem mal-operatur privat.", "Il-kriterji għad-dħul fid-djar residenzjali tal-gvern u f'dawk privati li l-gvern laħaq ftehim magħhom huma l-istess.", "Anzjan f'dar residenzjali tal-gvern għas-sena 2000 kien jiswa Lm10.18c kuljum.", "Din ir-rata għas-sena 2001 għadha qed tiġi kalkulata.", "XOGĦOL GOVERNATTIV - SAFAR", "32102.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm il-darba siefer fuq xogħol governattiv is-sena l-oħra?", "Kemm swiet kull żjara, kemm telgħu maltin fuq kull safra u x'kien ix-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar ħidma uffiċjali barra minn Malta fl-2001.", "PULIZIJA", "32103.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom is-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "29805, matul is-sena 2001, kien hemm 3 membri tal-korp oħra li b`xi mod weġgħu waqt il-qadi tad-doveri tagħhom.", "ĊIVIL - IMPJEGATI", "32104.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm tkeċċew impjegati minn maċ-ċivil is-sena l-oħra?", "Għaliex u ma liema dipartiment tal-gvern kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li kien hemm sitt uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-servizz pubbliku matul is-sena l-oħra.", "L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor.", "Interpellat tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "32105.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-vettura tal-pulizija kienet involuta f'inċidenti tat-traffiku is-sena l-oħra?", "X' tip ta' veikoli kienu u kemm swew biex ġew irranġati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, in-numru ta` vetturi tal-pulizija li kienu involuti f`kolliżżjonijiet kien ta` 106.", "Dawn kienu vetturi saloon - 82; vannijiet - 3; muturi - 18; vetturi heavy plant - 3.", "In-nefqa sabiex dawn jiġu rranġati kienet tammonta għal Lm10,393.", "AFM - TRAINING", "32106.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati li marru fuq training jew manuvri militari barra minn Malta is-sena l-oħra?", "X' rank kellhom u fejn marru u għaliex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li matul is-sena l-oħra 244 suldat u 55 uffiċjal ta' l-Armata marru fuq training jew manuvri militari (exercises/attachments) barra min Malta, f'dawn il-pajjiżi: Italja, Ġermanja, Renju Unit, Stati Uniti, Svezja u Belġu.", "Ir-ranks tas-suldati kienu hekk:", "Warrant officers 8 Staff sergeants 25 Surgenti 10 Burbardiera 28 Lance bombardiers 33 Gunners 140 244", "KUNSILL TA' L-UNIVERSITA' - PROMOZZJONIJIET", "32418.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l-kunsill ta' l-universita' approva l- promozzjonijiet lill-istaff akkademika ta' l-Universita', x'rapporti dettaljati jkollhom il-membri biex ikunu jistgħu jaslu għad-deċiżjoni tagħhom, jew joqogħdu fuq sempliċi rakkomandazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-bord tal-promozzjonijiet hu magħmul minn tliet membri li jiġu eletti mis-Senat minn fost il-full professors li huma membri tas-Senat u minn membru li jiġi elett mill-kunsill minn fost il- membri tiegħu li mhumiex membri ta' l-Universita`.", "Fil-każ ta' l-aħħar bord dan kien il-president tal-kunsill.", "Għalhekk, mhux korrett wieħed jgħid li l-kunsill joqgħod fuq sempliċi rakkomandazzjoni.", "Meta l-kriterji huma magħrufa l-bord, partikolarment meta deċiżjoni tkun waħda negattiva, ma jħossx li għandu jidħol fid-dettal bil-miktub.", "Ir-Rettur informa x'kienu n-nuqqasijiet lil dawk l-individwi, li ma ħadux promozzjoni u xtaqu jafu għaliex.", "UNIVERSITA' - PROMOZZJONI", "32421.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatax il-promozzjoni għal associate professor fl-Universita' X'nuqqasijiet għandha fil-kwalifiki akkademiċi u tekniċi li ma ħallewhiex jilħaq il-kriterji stabbiliti biex jinħatar associate professor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għall-aħħar parti tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "32413 u għal mistoqsija parlamentari nru.", "32418.", "UNIVERSITA' - PROMOZZJONI", "32423.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ngħatax il-promozzjoni għal associate professor fl-Universita?", "X'kellha defiċjenti fil-qasam tal- pubblikazzjonijet u l-lecturing tagħha li żammewha milli tilħaq il-kriterji stabbiliti biex tinħatar associate professor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat kif ġej: il-persuna msemmija saret lecturer fl-10 ta' Ġunju 1994 u ingħatat promozzjoni ta' senior lecturer tul l-aħħar eżerċizzju ta' promozzjonijiet fit-28 ta' Jannar 2001.", "Minkejja li ma għaddewx il-ħames snin minn meta saret senior lecturer, xorta waħda ntbagħtet barra l-applikazzjoni.", "Żewġ professuri barranin indipendentement minn xulxin ħassew li l-persuna konċernata ma kellhiex tingħata promozzjoni ta' associate professor.", "DAY CARE CENTRE - KUNTRATT", "32428.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 32231 jista' jinvestiga kif ingħata l-kuntratt tal-kunsill lokali għall-kiri tad-day care centre ta' l-anzjani f'San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B`referenza għall-mistoqsija preċedenti ta` każi ta` interess pekunarju li ġew investigati mid-dipartiment ninsab infurmat li meta d-dipartiment tal-kunsilli lokali lesta r-risposta għalija ma kien rċieva ebda allegazzjoni li fil-għotja tal-kuntratt għall-kiri tad-day care centre f`San Pawl il-Baħar, xi kunsillier li seta kellu interess pekunjarju ma ddikjarax dan u ħa parti fid-diskussjoni.", "Wara li saret id-domanda parlamentari odjerna, minn stħarriġ li għamel issa id-dipartiment jirrizulta mill-minuti approvati tal-kunsilli li kien hemm dikjarazzjoni ta` interess pekunjarju u l-kunsillier involut ma ħax parti fid-diskussjonijiet.", "Jidher ukoll mill-minuti provduti li l-kunsill segwa l-proċeduri kontemplati fir-Regolamenti tal-kunsilli lokali dwar l-offerti.", "Għaldaqstant ma narax lok ta` investigazzjoni.", "MCAST", "32431.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-fehma tal-kunsill edukattiv għal Għawdex dwar xi preżenza għandu l-MCAST f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TOURISM-BUSINESS LINKS", "32432.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-pariri tal-kunsill edukattiv għal Għawdex dwar tourism-business links fl-iskejjel Għawdxin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-kunsill edukattiv għal Għawdex qed jipprova jistabilixxi tourism business links agreements ma' l-iskejjel Għawdxin fuq l-istess linji kif ġew stabbiliti f'Malta l-education-business link agreements.", "SINGLE PARENT FAMILIES", "32476.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm single parent families mmexxijin mill-ommijiet klassifikat skond l- eta' u kemm għandhom tfal u dan fis-sena 2001?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ebda wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-istatistika mitluba mill-Onor.", "Interpellanti.", "SAINT VINCENT DE PAULE RESIDENCE", "32477.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inbediex ix-xogħol tar-rikonstruzzjoni tas-swali ta' l-irġiel u tan-nisa l- 2 u 3-4 fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule?", "Meta se jitlesta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' rikostruzzjoni tas-swali ta' l-irġiel 2/3-4 fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule beda u mistenni jitlesta għal nofs is-sena d-dieħla.", "PENSJONI", "32479.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċjarji tas-social security pension fis-sena 2001, skond it-tip ta' pensjoni u skond il-gender?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni dwar benefiċċjarji ta' pensjoni kontributorja tas-sigurta' soċjali, f'Diċembru 2001.", "LONE PARENTS", "32480.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm lone parents fis-sena 2001, skond l-istatus maritali u gender?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "32476 f'din l-istess seduta.", "AIR MONITORING EQUIPMENT", "32483.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: B'riferenza għal offerta CT 238/2001 mħabbra fil-gazzetta tal-gvern ta' l-24/8/1 dwar provvista ta' air monitoring equipment (auto analytical equipment), jista' jgħid dan l-equipment inxtarax u jekk bediex jintuża ?", "Fejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "DETOX OUT PATIENTS UNIT - REFURBISHMENT", "32486.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid ġiex mibdi x- xogħol ta' estensjoni u alternations / refurbisment fid-Detox out patients unit fl-Isptar San Luqa kif imħabbar skond offerta CT 302/2001 fil-gazzetta tal-gvern ta' l-24/08/01?", "Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u meta se jitlesta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ix-xogħol tad-Detox imbeda fil-15 ta' Frar, 2002.", "Dan jikkonsisti prinċipalment, fil-bini ta' ħames t-ikmamar fuq in-naħa ta' wara tal-bini eżistenti.", "B'dan it-tkabbir, dan iċ-Ċentru ser ikollu żewġ waiting areas, sitt clinics tat-tobba, tlett kmamar għal konsulenti, area minn fejn titqassam il- mediċina, aktar toilets separati għan-nisa, rġiel u għall-istaff kif ukoll uffiċċju, treatment room, u staff quarters.", "Barra minn hekk, il-post ser jiġi rranġat sabiex jilħaq għall-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilita' li jkunu jinħtieġu jattendu f'dan iċ-Ċentru.", "Dan it-tibdil jinkludi bini ta' rampi fl-entraturi u toilets apposta għalihom, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.", "Huwa stmat li x-xogħol jitlesta sa' Lulju ta' din is-sena.", "REDUNDANCY", "32497.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu in-numru ta' persuni li tilfu l-implieġ tagħhom minħabba redundancy minn Jannar sallum?", "X'tip ta' xogħol kienu jagħmlu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba redundancy u ġew jirreġistraw għax-xogħol matul Jannar u Frar 2002 huwa ta' 670.", "(Malta u Għawdex)", "Ix-xogħol li kienu jagħmlu dawn huwa kif ġej:", "l. 26 persuna kienu jaħdmu bħala senior officials jew managers", "2.", "9 persuni kienu jaħdmu bħala professionals", "3.", "32 persuna kienu jaħdmu bħala technicians", "4.", "44 persuna kienu jaħdmu bħala clerks", "5.", "91 persuna kienu jaħdmu bħala service workers", "6.", "14 il-persuna kienu jaħdmu bħala skilled agricultural and fishery workers", "7.", "154 persuna kienu jaħdmu bħala craft and related trades workers", "8.", "73 persuna kienu jaħdmu bħala plant and machine operators and assemblers", "9.", "227 persuna kienu jaħdmu bħala elementary occupations", "ILMA MILL-IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "32506.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux qed jingħata ilma mill-impjant ta' Sant' Antnin fiż-żona ta' Ħabel l-Abjad fiż-Żejtun?", "Id- dipartiment ser jidħol responsabbli għat-telf li dawn il-bdiewa qed isofru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li ilma mill-Impjant ta' Sant'Antnin għal Ħabel l-Abjad qiegħed jingħata b'mod regolari, iżda peress li fuq dan il- main hemm ħafna tappings li saru mill-istess bdiewa tal-viċinanza ta' l- istess main, minħabba fihom l-ilma qiegħed ibati biex jasal sal-ġibjun tal- Ħabel l-Abjad meta jiġi ppumpjat.", "Tajjeb li jingħad ukoll li l-ilma jiġi ppumpjat mill-impjant ta' Sant' Antnin għal ġo ħames ġibjuni mid-dipartiment tad-drenaġġ, filwaqt li d- dipartiment tal-biedja hu responsabbli mid-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "It- tappings li diġa' semmejt jinsabu fil-main li jwassal l-ilma mill-impjant għal ġol-ġibjuni.", "AFM - ĦSARAT TA' VETTURI", "32507.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għat-tiswija ta' ħsarat tal-vetturi u tgħamir ieħor tal-forzi armati?", "Kemm intefaq fis-sena finanzjarja li għaddiet biex jissewew vetturi, gaffef, eċċ?", "Kemm hemm vetturi - trakkijiet, karozzi, gaffef u impjant ieħor li bħalissa huma bil-ħsara?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li, b'eċċezzjonijiet rari, l- vetturi tat-triq tal-forzi armati jissewwew fil-workshops tagħhom stess.", "Matul is-sena 2001, intefqu total ta' Lm22,121.56c fuq tiswija u manutenzjoni tal-vetturi, gafef, eċċ.", "Jidhirli li l-informazzjoni l-oħra ma għandhiex tkun pubblikata.", "SPORTS - DROGA", "32508.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Bħala Ministru responsabbli mill-isports, jista' jgħid x'għajnuna qed tingħata lill-għaqdiet varji biex jiżguraw li ma jkunx hemm min jieħu droga fl- isport?", "Fis-sena finanzjarja li għaddiet u s'issa din is-sena kemm kien hemm talbiet mill-għaqdiet sportivi, għall-dan l-għan?", "Kemm intlaqgħu?", "X'risultati kien hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għajnuna lill-għaqdiet varji biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm abbuż ta' droga fl-isport tingħata permezz ta' għajnuna finanzjarja biex isiru testijiet barra minn Malta f'laboratorji speċjalizzati.", "Matul is-sena li għaddiet kien hemm talbiet mill-Malta football association u mill-kummissjoni regatta.", "Iż-żewġ talbiet ġew milqugħa.", "Din is-sena s'issa intbagħtu talbiet għall-għajnuna mill-istess għaqdiet.", "S'issa ġiet mgħoddija għotja lill-kummissjoni regatta.", "L-għajnuna lill-Malta football association tintbagħat wara li jiġu preżentati r-riċevuti.", "Id-dipartiment jitlob kopja tar-riċevuti biex jikkonferma t-testijiet meħtieġa.", "Ir-riżultati tat-testijiet ma jintbagħtux lid-dipartiment iżda jiġu pubblikati mill-istess għaqdiet.", "ISRAEL - AMBAXXATUR", "32509.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk meta dan l-aħħar kien hawn l- ambaxxatur ġdid tal-Israel, urieħx it-tħassib tal-Gvern Malti għas- sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani?", "Il-Gvern Malti għamel xi pressjoni għat- twaqqif tal-ġlied f'fora internazzjonali?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti dwar il-qagħda mwiegħra u l-iżviluppi nkwietanti li jseħħu kuljum fil-Lvant Nofsani hija magħrufa.", "Din il-pożizzjoni issostni l-ħtieġa li jiġu rrispettati r- riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-reġjun, li jkun rikonoxxut l- Istat Palestinjan u li tiġi garantita s-sigurezza ta' l-Israel.", "Meta, fi Frar 2002, l-ambaxxatur ġdid ta' l-Israel żar Malta sabiex jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-eċċellenza tiegħu l-President ta' Malta, kellu laqgħat, fost oħrajn, kemm mal-Prim Ministru kif ukoll miegħi.", "Ma setax jonqos li l-gvern juri t-tħassib tiegħu għat-tensjoni li teżisti fir-reġjun minħabba fil-ġlied kontinwu li għaddej, kif isir ukoll f'kull okkażjoni f'fora internazzjonali fejn ikun relevanti li jitqajjem dan is- suġġett.", "INDUSTRIJA TAT-TURISMU - ĦADDIEMA", "32510.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: 1) Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full time li qed jaħdmu fl-industrija tat-turismu? 2) Kemm hemm ħaddiema part time f'din l-industrija?", "Fil-każ ta 1 u 2 kemm il-ħaddiema ingħata is- sensja f'dan l-aħħar 6 xhur mill-1 ta' Settembru sa llum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond statistika miġbura mill-korporazzjoni għax- xogħol u t-taħriġ, f'Novembru 2001 kien hemm 9,496 persuna taħdem full-time fl-industrija tat-turiżmu.", "Mill-1 ta' Settembru 2001 sa Novembru 2001 kien hemm 135 persuna li kienu jaħdmu full u part-time li marru jirreġistraw għax-xogħol wara li ġew redundant mis-settur tat-turiżmu.", "Infurmat li, rigward in-numru ta' ħaddiema part-time fis-settur tat- turiżmu, l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "AFM – LANEĊ BIL-ĦSARA", "32511.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li numru ta' laneċ tal-forza marittima tal-armata huma bil-ħsara?", "Jista' jgħid jekk qed isirux taħdidiet ma' pajjiż ieħor biex l- iskwadra tiġi modernnizata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Hija ħaġa komuni li forza marittima jkollha numru ta' mezzi weqfin bil-ħsara jew għall-manutenzjoni.", "Dan jgħodd ukoll għall-iskwadra marittima tal-forzi armati.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nikkonferma li qegħdin isiru taħdidiet biex il-forzi armati jkollhom mezzi dejjem aħjar.", "HOUSING – STALLAR TA' LIFTS", "32527.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "31940, jista' l-Ministru jara li l-awtorita kompetenti tinvestiga dan il- każ sabiex jekk hu possibli jiġi nstallati lifts peress li sal-lum għadu ma sar xejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-awtorita' tad-djar għadha qed tinvestiga jekk hux possibbli li jiġi nstallat lift fil-post indikat.", "MIA - ATCC", "32533.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-ex-ħaddiema tal-(ATCC) air traffic control corps saru parti mill-MIA, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn (f'ħafna każi wara għexierien ta' snin servizz) humiex intitolati għal-titjib li kien hemm fil-pagi wara r-re-organizzazjoni li saret ftit ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-ex-ħaddiema ta' l-Air Traffic Control Corps mhux talli kienu ntitolati iżda fil-fatt ħadu t-titjib li kien dovut lilhom skond ir-riorganizazzjoni fis-servizz pubbliku li saret b'effett mill-1 ta' Jannar 2001.", "NATIONAL INSURANCE - RATI TA' ĦLAS", "32536.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rati ta' ħlas tal- bolla tan-NI għal din is-sena?", "Kif kienu fis-snin 1998, 1999, 2000 u 2001?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fl-għaxar skeda ta' l-att dwar is-sigurta' soċjali kif emendata u approvata mill-parlament fis-snin rispettivi.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-iskeda għas-snin mitluba.", "LANDS DEPARTMENT", "32538.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-ħlas ta' kumpens għall-fond 34A u 34B Sqaq Brittaniku No. 2 Tarxien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-vot biex isir ħlas ta` kumpens żdied b`mod sostanzjali matul dawn l-aħħar sentejn.", "Xorta jibqa` l- fatt li mhux it-talbiet kollha jistgħu jiġu indirizzati.", "U għalhekk dan il- gvern qed jieħu l-passi biex jindirizza din il-problema prinċipali.", "LANDS DEPARTMENT", "32540.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rreġistraw il-proprjeta tagħhom fl-iskema li kien hemm tul l-ewwel xahrejn tas-sena għal reġistrazzjoni volontarja tal-propjeta?", "Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-iskema volontarja ta` reġistrazzjoni ta` proprjeta` fil-Belt Valletta, Floriana, Birgu, Bormla u l-Isla fetħet fit-12 ta` Novembru 2001 u għalqet fit-28 ta` Frar 2002 peress li ġiet estiża.", "Ninsab infurmat illi l-ammont ta` applikazzjonijiet li saru minn sidien li wrew interess li jirreġistraw il-proprejta` tagħhom huwa kif ġej:", "Belt Valletta 470 Floriana 329 Birgu 275 Bormla 690 L-Isla` 384", "TRIQ IL-GANDOFFLA - B'BUĠIA", "32541.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-parti tan-nofs ta' Triq il-Gandoffla f'B'Bugia, jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb li din it-triq tinbena u tiġi mgħotija wiċċ bħall-kumplament tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari nru.", "32271.", "B'BUĠIA - TRIQ IR-RIZZA", "32542.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'referenza għal Triq ir-Rizza, B'Buġia fejn id-drains qegħdin ifuru fil-basements tad-djar kull meta tagħmel ix-xita, jista' l- Ministru jintervjeni u jara li dan l-istat ta' fatt ma jibqax jippersisti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-dipartiment m'għandu l- ebda rapporti ta' xi ħsarat fil-main tal-gvern.", "F'ħafna każi, peress illi diversi djar għandhom l-ilma tax-xita imqabbad illegalment mas-sistema tad- drenaġġ, dawn ifuru meta tagħmel ix-xita għaliex is-sistema tad-drenaġġ mhix maħsuba biex tlaħħaq ma' l-ilma tax-xita wkoll.", "ENEMALTA - TRIQ IL-GISTAKOR - ĦAL GĦAXAQ", "32543.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għal Triq il-Gistakor Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jara li tintlaqa' l-applikazzjoni tar-residenti, li ilha pendenti ma' l- Enemalta għal aktar minn sentejn sabiex isiru bozoz fit-triq tagħhom li għadha bla wiċċ, mhix imniffda, u mudlama?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba biex ikun hemm dawl adekwat fit-triq imsemmi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.", "ENEMALTA - B'BUĠIA", "32545.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-ħażna massiċċa ta' enerġija f'Birżebuġia bħalma huma gas, petrol, diesel u pitrolju, fost oħrajn, jista l-Ministru: a) jikkonferma illi din il-ħażna hija tant kbira li f'każ ta' emerġenza din tista' tkun potenti biżżejjed biex teqred B'Buġia? b) jgħid x'miżuri qegħdin jittieħdu sabiex tali eventwalita tiġi evitata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li t-taqsima tal-petroleum tal- korporazzjoni Enemalta qed tkompli tagħti l-attenzjoni kollha fuq il- manutenzjoni tat-tankijiet u kull apparat li għandha.", "It-taqsima tal-Gass qed tagħmel dak kollu possibbli fejn tidħol sigurta' ta' dan l-impjant.", "Madanakollu, peress li l-abitant resaq viċin wisq ta' l-impjant, dan, fi żmien qasir, ser jiġi trasferit għal post aktar adattat.", "MTIEĦEN TAR-RIĦ - POMPI", "32564.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' skema għal għajnuna għall-irranġar ta' l-imtieħen tar-riħ peress li dawn huma parti mill- pajsaġġ malti ukoll meta jkollhom xi ħsara, peress li jqumu ħafna sabhiex jittranġaw qegħdin monfok jitneħħew u jiġu sastituiti minn pompi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li l-kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja fi ħdan dan il-ministeru tilqa' u tikkonsidra talbiet għal għajnuna finanzjarja rigward tiswija u manutenzjoni ta' mtieħen tar-riħ u swieni, sabiex dawn jibqgħu jinżammu fi stat tajjeb u jkun ppriservat l- ambjent naturali ta' pajjiżna.", "L-għajnuna finanzjarja tikkonsisti f'għotjiet li jkopru l-ispejjeż kollha involuti fil-manutenzjoni ta' dan il- wirt kulturali Malti.", "CRASH BARRIER", "32565.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier quddiem ir- residenza li l-parikolaritajiet dwarha jidhru separatament minn din il- mistoqsija parlamentari nru. peress li mhux l-ewwel darba li daħlu fiha karozzi li jkunu għaddejjin minn din it-triq arterjali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li peress li fil-ġnub tal-bieb tar- residenza msemmija mill-Onor.", "Interpellant hemm postijiet li jintużaw għal użu kummerċjali, tajt struzzjonijiet lid-direttorat għat-toroq biex jikkunsidra s-suġġeriment flimkien mal-kunsill lokali.", "HOUSING - AKKOMODAZZJONI", "32568.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-każ ta' ġuvni li ftit tal-ġranet ilu mietu l-ġenituri tiegħu u allura jinsab waħdu, ismu qed jintbagħat under separate cover li applika biex il-post fejn jgħix idur fuqu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-persuna ndikata għandha tipproduċi d-dokumenti li ntalbet mid-dipartiment biex tkun tista' tiġi rikonoxxuta fil-kirja flok il-ġentituri tagħha.", "SKOLA PRIMARJA TA' Ħ'ATTARD - NEFQA", "32569.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa fuq xogħlijiet li qegħdin isiru fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard?", "X'xogħlijiet fadal li jitlestew u meta hu ippjanat li dan ix-xogħol jitlesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-aħħar snin sal-lum saret in-nefqa kapitali ta' Lm531,163 f'xogħlijiet fl-iskola primarja ta' ĦAttard.", "Ix-xogħlijiet li fadal jitlestew huma ta' finitura fis-sala l-ġdida li jikkonsistu f'xogħlijiet ta' injam, ħadid, zokklatura tal-ħitan u purtiera għal fuq il-palk: servizzi mekkaniċi u elettriċi u ta' finitura f'basement taħt is-sala ta' l-iskola u l-bini ta' sub-station fil-ġnien pubbliku li jmiss ma' l-iskola biex permezz tagħha tissaħħaħ il-provvista tad-dawl fl- istess skola.", "Dawn huma ppjanati li jitlestew sa tmiem is-sena 2002.", "Sadanittant fi sħubija mal-kunsill lokali ta' Ħ'Attard hu pproġettat li jsir tkabbir ta' l-ispazji rikreattivi ta' l-iskola u hu ttamat li l- proġett ikun komplut sa l-aħħar ta' Awissu 2003.", "UNJONI EWROPEA - INDUSTRIJA TAL-BARRIERI", "32570.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti ta' mistoqsija nru.", "32408, jiġifieri bħala l-ministeru responsabbli mill-industrija tal- barrieri x'qiegħed isir sabiex l-operaturi jiġu informati dwar ir-riformi meħtieġa fis-settur minħabba l-applikazzjoni tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropeja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku u jgħid għal liema regolamenti ta' l-Unjoni Ewropeja qiegħed jirreferi.", "KALAXLOKK - PERITI", "32571.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "32403 u cioe, jista' jgħid kif il-kumpanija Kalaxlokk għażlet lill-periti imsemmija?", "X'inhi r-rata ta' ħlas ta' dawn il-periti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-periti ġew magħżula direttament mill-Management tal-Kumpanija.", "Il-Periti Miċallef Grimaud u Zammit jitħallsu bir-rata ta' tnejn fil-mija tal-proġett li jkunu qed jieħdu ħsieb u l-Periti Mifsud u Greċh jitħallsu bir-rata fissa ta' Lm4.60 fis-siegħa, inkluża l-VAT.", "WSC", "32572.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru.", "32402, jista' l- Ministru jgħid liema distretti ġew rilokati f'liema postijiet mill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li d-distrett numru 1 li kien allokat il-Bombi (Floriana) ġie rilokat f'San Ġwann fil-bini li jinsab fih id- distrett numru 3.", "Il-maħżen ta' distrett numru 4 ġie rilokat fil-bini li jinsab fih id-distrett numru 2 fl-Imrieħel.", "PENSJONI", "32592.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk, il-persuna li d- dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament hawn annessi, hix qed tirċievi l- ammont dovut lilha bħala pensjoni stante illi apparentament din ilha snin ma tiġi riveduta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "32544, li kienet dwar l-istess persuna ndikata.", "BANK ĊENTRALI – NON-PERFORMING LOANS", "32608.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru fid-dawl tat-tħassib ġustifikat li wera pubblikamanet dan l-aħħar il-gvernatur tal-Bank Ċentrali dwar non-performing loans mill-banek kummerċjali tista tagħti indikazzjoni tal-medja ta' dawn in non-performing loans sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-medja ta' non- performing loans tvarja minn żmien għal żmien u hija effettwata minn numru ta' fatturi fosthom dawk regolatorji li jiġu stabbiliti biex tinżamm is- sanezza tas-settur bankarju.", "Għaldaqstant, minħabba is-sensittivita' tas- settur finanzjarju, l-awtorijtajiet regolatorji kienu u għadhom ta' l- opinjoni li l-figuri mitluba ma għandhomx jiġu ppubblikati.", "BERĠA TA' SAN GWANN - MEDIĊINI", "32609.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li anzjani minn San Ġwann li kienu jinqdew għall-mediċini kollha mill-Berġa tal-lokal issa f'ċerti każi qed ikollhom joqgħodu jmorru ċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira bi strapazz kbir għalihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-uniku tibdil li sar riċenti rigward ġbir ta` mediċini mill-bereġ kollha huwa dak li jikkonċerna mediċini li jaqgħu taħt il-kategorija ta` psikotropiċi/narkotiċi.", "Peress li fil-bereġ m'hemmx servizzi ta` spiżjar, it-tqassim ta` mediċini li jaqgħu taħt il-kategorija ta` psikotropiċi/narkotiċi fil-bereġ ma huwiex konformi mal-liġi u għaldaqstant il-pazjenti kienu mitluba biex jibdew jieħdu dawn il-mediċini mill-poliklinika tad-distrett tagħhom.", "Ċirkulari dwar dawn l-arranġamenti ġodda kienet inħarġet mid-diviżjoni tas-saħħa u tqassmet lin-nies kollha li jinqdew mill-bereġ.", "GĦAJN TUFFIEĦA - HUTS", "32610.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-huts u kmamar li kienu tas- servizzi ingliżi f'Għajn Tuffieħa u li sa ftit ilu kienu mifthuħin tant li kienu jintużaw temporanjament għar-rikrejazzjoni minn familji li kienu jmorru fl-inħawi?", "Billi huwa allegat li dawn ġew magħluqin dan l-aħħar tista' tindika jekk dawn ġewx magħluqin mill-gvern innifsu jew minn membri tal-pubbliku illegalment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi f`Għajn Tuffieħa hemm diversi huts u kmamar li kienu tas-servizzi Ingliżi u dawk kollha jaqgħu f`waħda jew oħra minn tlett areas li huma separatament mogħtija mill-gvern b`ċens temporanju lil Ħal Ferħ holidays co. ltd., lill-assoċjazzjoni tal-iscouts u lill-Partit Laburista Malti.", "TOMNA LANE - SAN ĠWANN", "32611.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid billi minkejja d-djuq tagħha, Tomna Lane f'San Ġwann hija waħda mill ftit triqat fir-raħal li tintuża two way għat-traffiku, issa li twessgħet parti minnha li qatt ma ġiet asfaltata tistax' t-triq titwessa' kollha kemm hi u tiġi asfaltata għall-konvenjenza tar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-sidien ta' l-art li għadha ma ġietx żviluppata għandhom applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar biex is-sit tagħhom ikun żviluppat.", "Għalhekk d-direttorat għat-toroq ser ikompli jsegwi l-każ.", "TOMNA LANE - SAN ĠWANN", "32612.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jkompli jinvestiga l-problema akuta ta' ġrieden li hemm fi Sqaq Tomna, San Ġwann għaliex għalkemm ġieli marru xi uffiċjali tas-sanita' biex jirrimedjaw il-problema, il-problema għadha akuta aktar minn qatt qabel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li fit-23 ta` Marzu 2002 ħaddiema mis- sezzjoni tal-Pest Control kienu diġa` għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-lokalita` ndikata fil-mistoqsija wara rapporti li saru lit-taqsima tas-saħħa ambjentali tad-dipartiment tas-saħħa pubblika.", "Trattament simili reġa` twettaq fit-28 ta` Marzu 2002.", "Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni ta` ġrieden tiġi taħt kontroll.", "LUKANDI - BEACH CONCESSIONS", "32613.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm hemm lukandi li allegatament ħadu beach concessions akbar milli suppost kienu intitilati għalihom?", "X'passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet dwar dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi d-dipartiment ta` l-artijiet ma jirriżultalux illi xi lukanda ħadet beach concession akbar milli hi intitolata għaliha.", "TRIQ LESLIE RANDLE - IMTARFA", "32614.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għad-deċiżjoni li Triq Leslie Randle, tiġi one way meta tiflaħ sew li tibqa two ways bħal diversi toroq oħra fl-inħawi fl-Imtarfa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija gad-domanda parlamentari Nru. 32279.", "HOUSING - KERA", "32615.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni tal- familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li sa riċenti kollhom Lm60 kera fis-sena u li d-dħul tagħhom ma jeċċedhiex Lm4000 fis- sena, ġew avżati b'awment fil-kera b'Lm10 aktar kull tlett xhur?", "Jarax li dan ma hux ġustifikat fiċ-ċirkostanzi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-sussidju tal-kera tal-familja indikata mill-Onor.", "Interpellant ġie rivedut skond il-kuntratt ta' kiri tal-4 ta' Mejju 1994 li ffirma l-istess inkwilin meta ġie allokat il-post.", "Jiena infurmat illi dan diġa' ġie spjegat kemm il-darba lill-istess inkwilin mid-dipartiment.", "HOMPESCH ROAD", "32631.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tielet parti tal- kustruzzjoni f'Hompesch road, mir-roundabout fejn taqsam Cospicua road, sal- mina ta' Żabbar, hix se titkompla?", "Jekk iva f'kemm żmien hu l-ħsieb li din il-parti titlesta?", "Meta din se tibda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-parti tat-triq li rreferiet għaliha l-Onor.", "Interpellanta hi parti mill-proġett u x-xogħol fiha ser jibda dalwaqt.", "Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta' fi żmien għaxar ġimgħat.", "Tajjeb wieħed ifakkar li kieku ma kienx hemm ħafna ħela ta' ħin fil-qrati mill-kunsill lokali Fgura, dan ix-xogħol sa issa kien ikun mibdi u kważi mitmum.", "MCAST – DRAFTSMAN COURSE - STIPENDJU", "32670.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kif l-istudenti li qed jieħdu d-draftsman course tal-MCAST għadhom lanqas ħadu l-istipendju ta' Marzu?", "X'inhi r-raġuni għal dan id- dewmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda ilmenti li xi studenti li qed jattendu l-kors ta' draftsman fl-MCAST ma rċevewx l- istipendju ta' Marzu fil-ħin."]} {"filename": "19990303_071d_par.doc", "date": "1999-03-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 71 LErbgħa, 3 ta' Marzu, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 71", "LErbgħa, 3 ta' Marzu, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "71", "LErbgħa, 3 ta' Marzu, 1999", "WERREJ MINUTI 531", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 531", "TQEGĦID TA' KARTI 535", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI) (IT-TIENI QARI) LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 536", "AĠĠORNAMENT 559", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 564", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 70 li saret fit-2 ta' Marzu, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL LI JGĦALLMU L-INGLIŻ", "2182.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-iskejjel reġistrati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, kif ukoll l-ismijiet tad-directors of studies ta' dawn l-iskejjel u l-kwalifiki relevanti ta' dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Il-lista ta' dawk l- iskejjel reġistrati mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin u li tinkludi wkoll l-ismijiet tad-directors of studies ta' kull skola li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien informat li l-kwalifiki relattivi ta' dawn id-directors of studies jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-avviż legali nru 60/1996 u skond kif emendati iżjed 'il quddiem b'avviż legali nru 133/1998.", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' l-Ministru jgħidli bejn wieħed u ieħor kemm jidħlu lmenti f'sena waħda fuq dawn l-iskejjel?", "Dawn huma lmenti ta' natura akkedemika jew huma lmenti ta' xi natura oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk u għalhekk ma nistax inwieġeb lill-Onor.", "Cristina.", "Tajjeb ukoll li wieħed jiftakar li l-monitoring board ta' l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill- barranin illum il-ġurnata għandu ċerta awtonomija u ċerti poteri eżekuttivi.", "Naturalment pero' nkun nista' nistaqsi lill-bord x'ilmenti qed jidħlulu, kif inhuma kkategorizzati u xi informazzjoni oħra li tista' tkun relatata ma' dawn l-ilmenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena naħseb li l-Ministru jaf bl-ilmenti li jidħlu dwar l-iskejjel ta' l-Istat u naħseb li jaf ukoll li fl-iskola tal-Verdala hemm il-headmaster nieqes.", "Hemm ukoll it-theddida li l-istudenti jitilqu 'l barra għaliex l-iskola tinsab verament f'sitwazzjoni tal-biki.", "Fil-każ li l-Ministru ma jafx li hemm din is-sitwazzjoni, jista' jindaga u jara li s-sitwazzjoni tiġi għan-normal u jiġu rranġati l-ħafna nuqqasijiet oħrajn li hemm fl-iskola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien informat b'din is-sitwazzjoni u nassigura lill-Onor.", "Membru li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qiegħda tieħu r-rimedji u l-passi li huma meħtieġa.", "Tagħlima li toħroġ fl-esperjenza ta' din l-iskola hija xi rwol kruċjali għandu l-kap ta' l-iskola u kemm huwa importanti meta wieħed jassenja l- kapijiet ta' l-iskejjel u meta jiġi biex ibiddel il-kapijiet ta' l- iskejjel.", "Meta nqalgħet din il-kwestjoni assigurajt li l-ilmenti li kienu qegħdin isiru fuq din l-iskola mill-ġenituri, studenti u oħrajn jiġu analizzati.", "Dan għamiltu billi nkarigajt lill-managment efficiency unit, bil-kollaborazzjoni tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, tagħmel rapport fuq dawn l-ilmenti.", "Fil-fatt dan ir-rapport sar.", "Inħarġet ukoll call for applications biex jimtela' l-post tal-kap ta' l- iskola u nkarigajt lid-direttur ġenerali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex fil-perijodu sakemm jintgħażel il-kap il-ġdid ikun hemm speċi ta' task force b'terms of reference preċiżi u maħsuba li tieħu in konsiderazzjoni l- ilmenti li saru.", "Se jittieħdu wkoll miżuri fuq diversi livelli biex is-sitwazzjoni f'din l- iskola tiġi kemm jista' jkun għan-normal, anke biex l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu bil-korsijiet tagħhom b'mod u manjiera li meta l-proċeduri għall-għażla tal-kap ta' l-iskola jkunu twettqu, dan ikun jista' jidħol fi skola li tkun irċeviet l-attenzjoni meħtieġa anke mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, sitwazzjoni oħra li teżisti u li tirrigwarda numru ta' familji li għandhom tfal ibatu minn xi diżabilita' hija l-kwestjoni tal-facilitators.", "Dawn il-familji kontinwament jagħmlu pressjoni mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni sabiex uliedhom ikollhom is- servizz tal-facilitators.", "Għalhekk xtaqt li l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar matul dawn l-aħħar xhur dwar din il-problema u x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex dawn il-persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jintegraw ruħhom aktar fl-iskejjel governattivi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li qegħdin nieħdu diversi miżuri biex inkomplu nsaħħu d-direzzjoni li kienet diġa' stabilita f'dan il- kamp.", "Per eżempju, ġie rikostitwit u msaħħaħ il-kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni inklussiva li permezz tiegħu qegħdin nagħmlu evalwazzjoni tax- xogħol li qed jagħmel l-istatementing board.", "Fil-fatt hemm working group li qiegħed jaħdem biex dan l-istatementing board, li xogħlu huwa li jeżamina kull każ individwali li għalih tkun qiegħda ssir talba ta' support speċjali, inkluż ta' facilitator, ikun jista' jaqdi din il-funzjoni aħjar, jagħmel aktar ġid lit-tfal, jinvolvi lill-ġenituri u jieħu in konsiderazzjoni wkoll il-politika nazzjonali li qiegħda tiġi segwita f'din il-materja.", "Sadanittant l-istatementing board li kien jeżisti ġie mitlub ikompli jsegwi dawn il-każijiet.", "Fil-fatt dan il-bord għandu numru ta' applikazzjonijiet quddiemu li jridu jiġu evalwati biex jiġi deċiż huwiex il- każ li jingħataw support, għajnuna speċjali, jekk għandhomx bżonn one to one facilitator jew għajnuna speċjali oħra.", "Miżura oħra li ħadna u li qegħdin inkomplu nsegwu hija li l-ewwel u qabel kollox niffokaw l-attenzjoni tagħna fuq dawk it-tfal li għandhom bżonnijiet speċjali u minħabba f'hekk ma kienu jattendu l-ebda skola.", "Aħna nsostnu li jekk ngħidu li l-eta' obbligatorja għall-iskejjel hija bejn 5 u 16-il sena, allura hija obbligatorja anke għal dawn it-tfal u rridu li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni twettaq l-obbligu tagħha li tipprovdilhom l-esperjenza edukattiva.", "Miżura oħra li qegħdin nieħdu tħares lejn ir-rwol ta' l-iskejjel speċjali llum, fid-dawl tal-politika għall-edukazzjoni inklussiva.", "Hawnhekk il-mira hija doppja għaliex l-ewwelnett irridu niddeċiedu fuq miżuri li jtejbu immedjatament il-kontenut, l-ambjent u s-servizz li jingħata fl-iskejjel speċjali; u t-tieni nett għaliex irridu nersqu lejn deċiżjoni dwar x'se jkun ir-rwol ta' l-iskejjel speċjali fil-qafas tal-politika nazzjonali li qiegħda taħdem għal edukazzjoni inklussiva, fejn it-tfal bi bżonnijiet speċjali, kemm jista' jkun u sa fejn hu umanament possibbli, imorru fi skejjel normali, dak li aħna ngħidulu mainstreaming.", "Barra minn hekk qegħdin isiru korsijiet biex ikun hemm il-personnel imħarreġ għal dan l- iskop.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex ir-riżultat tal- half-yearly ta' l-iskola tal-bniet Ġan Franġisk Agius de Soldanis tar- Rabat, Għawdex, għadu ma ħariġx minkejja li saret il-parents day?", "Safejn naf jien il-prassi hija li l-ewwel joħorġu r-riżultati u mbagħad issir il- parents day.", "Jista' l-Ministru jindaga u jara li dawn l-affarijiet ma jerġgħux jirripetu ruħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena m'iniex ċar li għandi naqbel ma' l-Onor.", "Borg li d-djalogu bejn l-għalliema u l-ġenituri - li nsejħulu parents day - għandu bilfors ikun iċċentrat fuq ir-riżultat ta' xi half-yearly test.", "Dan għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin nirrealizzaw l-importanza ta' continuous assessment, l-importanza li l-għalliema jevalwaw il-progress tat-tfal minn ġimgħa għal ġimgħa u m'għandi l-ebda dubju li l-għalliema ta' l-iskola msemmija mill-Onor.", "Borg huma fil-pożizzjoni li jitkellmu mal- ġenituri dwar il-progress ta' uliedhom mingħajr ma jkollhom bżonn il-ħtieġa tar-riżultati ta' dan it-test.", "Il-ġimgħa li għaddiet jiena personalment ukoll mort għall-parents day u ma kontx qiegħed niddiskuti l-progress tat- tifla tiegħi abbażi tal-half yearly test imma abbażi tal-progress u l- performance li t-tifla kellha mill-bidu tas-sena skolastika 'l hawnhekk.", "Naħseb li aħna bħala deputati għandna nirrealizzaw x'inhu r-rwol ta' l- eżamijiet jew testijiet u x'għandu jkun ir-rwol ta' l-assessments.", "Sur President, jiena naqbel li r-rwol ta' l-eżamijiet għandu jkun rwol importanti u huwa strument li bih irridu nsiru nafu l-bżonnijiet ta' l- istudenti tagħna.", "L-eżamijiet huma eżamijiet ta' ċerta kompetittivita', li bih wieħed jakkwista ċerti ċertifikati, imma jeħtieġ li aħna l-ġenituri, l- istudenti u l-għalliema nidħlu fil-kultura li l-eżami huwa għodda djanjostika, huwa għodda li tista' tgħinek issir taf iktar x'inhuma l-punti qawwija u dgħajfa ta' l-istudent biex inkunu nistgħu nieħdu l-miżuri li huma meħtieġa.", "Naħseb li l-mod kif nitkellmu f'dan il-kamp irid ikun mod informat u mod li jsegwi ċerta riċerka li qiegħda ssir f'pajjiżna kif ukoll barra minn pajjiżna biex ngħinu lill-ġenituri u l-istudenti jifhmu x'inhuma dawn l-eżamijiet.", "Naħseb li huwa żball li nimbottaw lit-tfal biex imorru tajjeb fl-eżami u ma nagħmlux l-istess enfasi biex jirrealizzaw li jridu jistudjaw ukoll għall-formazzjoni sħiħa tal-personalita' tagħhom, għall- iżvilupp ta' l-intelliġenza, il-kreattivita' u l-ħiliet komunikattivi tagħhom.", "Fuq il-punt speċifiku dwar meta joħorġu r-riżultati tal-half yearly tests, irrid nistaqsi lill-iskola partikolari biex inġib l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex ittieħdet id- deċiżjoni li jitwaqqaf ix-xogħol fl-iskola tal-kindergarten Ninu Cremona f'Raħal Ġdid meta fi żmien gvern preċedenti, flimkien mal-kunsill lokali, kellna kemm il-pjanti u l-fondi biex jibda x-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inwiegħed lill-Onor.", "Membru li nġib din l- informazzjoni u ngħaddihielu għaliex m'għandix l-informazzjoni hawnhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jikkonferma l-Ministru li s-sejħa għal applikazzjonijiet għall-vakanzi ta' segretarji f'erba' skejjel ġiet imġedda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jiena m'għandi l-ebda informazzjoni jekk din is-sejħa għalqitx, jekk ġietx imġedda u għaliex ġiet imġedda.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza li fil-livell tax-xogħol tagħna ma tkunx taf dawn id-dettalji kollha pero' meta ssir il-mistoqsija jkun l-obbligu tagħna li nistaqsu u nġibu l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett nirringrazzja lill-Ministru ta' l- informazzjoni li ta għaliex ħafna mill-ġenituri kienu nkwetati għaliex ma kenux jafu x'qed jiġri u allura huwa importanti li din l-informazzjoni ħarġet ħalli għallinqas ikunu jafu li qed issir xi ħaġa biex din il- problema tant serja tiġi solvuta.", "Pero' naħseb li l-Ministru jaf li f'din l-iskola hemm problemi ta' struttura, l-għamara li hemm hija antika u jkun hemm ukoll kesħa kbira.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk humiex qed jittieħdu passi?", "Fil-każ li m'humiex jittieħdu passi, jista' jara li jittieħdu biex dawn l-affarijiet jiġu rranġati u b'hekk it-tfal isibu ruħhom f'ambjent tajjeb u mingħajr ħsara għal saħħithom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett it-task force li se tieħu ħsieb li tgħin lill-assistant heads, lill-għalliema, lill-istudenti u lill- ġenituri biex jegħlbu d-diffikultajiet li hemm bħalissa f'din l-iskola se tkun immexxijja minn wieħed mill-ogħla uffiċjali tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u se tinkludi rappreżentant tiegħi, biex jiena jkolli informazzjoni regolari dwar x'qed jiġri, u persuna li xogħolha huwa proprju li tara l-bżonnijiet ta' l-ambjent fiżiku ta' din l-iskola biex dawk l- affarijiet li jistgħu jiġu rranġati immedjatament jiġu rranġati.", "Jien informat ukoll li fl-aħħar żmenijiet kien diġa' ġie avvanzat xogħol biex ikun jista' jsir pjan ta' titjib strutturali u ambjentali tal-faċilitajiet kollha f'din l-iskola u jekk jien informat tajjeb, qegħdin fl-istadju li noħorġu t-tenders skond il-proċedura li tuża d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Sur President, din l-iskola għaddejja minn perijodu diffiċli u għalhekk nixtieq nieħu din l-opportunita' biex nagħmel diskors ta' support u empowerment.", "M'huwiex normali li f'sitwazzjoni bħal din tinħatar task force ta' dan it- tip biex tipprova tarresta l-kriżi u tirrestawra pożizzjoni ta' stabilita' flok tħalliha tiddeterjora.", "Jeħtieġ għalhekk li aħna l-ġenituri, l- istudenti u l-għalliema - dan m'iniex qed ngħidu bi kritika u napprezza li l-Onor.", "Membru qajjem dawn il-mistoqsijiet għaliex tawna l-opportunita' li nqanqlu dan is-suġġett - nirrealizzaw li s-sitwazzjoni fl-iskejjel tista' tiġi megħjuna b'xi mod miċ-ċentru imma finalment li jagħmlu suċċess jew falliment ġo skola huma l-ewwel u qabel kollox il-kap u l-assistenti tiegħu, l-għalliema, l-appoġġ u l-interess tal-ġenituri, l-interess tal- komunita' in ġenerali u l-istudenti.", "L-esperjenza turina wkoll li għandek kemm għandek interess miċ-ċentru u tinvesti kemm tinvesti, jekk din it- taħlita ta' riżorsi umani ma tingħaqadx tajjeb, ma jkollokx riżultati tajbin.", "Jiena m'inix se nidħol fil-mertu għaliex u ta' min hu t-tort li din l- iskola waslet fejn waslet pero' rrid nappella lill-għalliema biex jingħaqdu flimkien ma' l-assistenti kapijiet u eventwalment mal-kap li se jiġi magħżul għal din l-iskola, isieħbu magħhom lill-ġenituri u jġibu wkoll l- appoġġ ta' l-istudenti għaliex għandi fiduċja li din hija opportunita' li tista' tagħmel ħafna ġid f'din l-iskola.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar uffiċjali pubbliċi li qalbu minn dipartimenti tal-gvern għal ma' entita' pubblika, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4437;", "Kopja ta' ċirkolari OPM 4/99 maħruġa fit-28 ta' Jannar 1999 dwar verifika ta' sick leave meħud minn impjegati tal-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4441; u", "Tagħrif dwar bordijiet u kumitati li nbidlu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-1 ta' Marzu, 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4652.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bordijiet u kumitati ta' tmexxija li nbidlu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-1 ta' Marzu, 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4653.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar computers fil-ministeru tiegħi u fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3592.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar computers fil-ministeru tiegħi u fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3591.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar computers fil-ministeru tiegħi u fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3590.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI)", "LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES)(AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Josè Herrera huwa in possession.", "ONOR.", "JOSÈ HERRERA: Mr Speaker, il-bieraħ kulma kelli kienu biss 12-il minuta biex nintroduċi s-suġġett imma minflok dħalt mill-ewwel fuq is- suġġett u għamilt analisi ta' l-abbozz ta' liġi kif propost, dħalt f'ċertu preambolu u spjegajt għaliex għamilt dan.", "Spjegajt li l-Partit Laburista fl-oppożizzjoni qed jiġi kostrett li kull meta jkollu opportunita' jifrex id-dibattitu fuq materja li tikkonċerna l-ekonomija ta' dan il-pajjiż, allura bilfors ikollu jisfrutta l-okkażjoni.", "Spjegajt ukoll pero' li kull meta tqum l-okkażjoni li l-Partit Laburista jiddibatti materja ta' natura finanzjarja, b'xi mod il-Partit Nazzjonalista fil-gvern dejjem jirnexxielu jagħlqilna ħalqna.", "Il-bieraħ, Sur President, fakkart f'żewġ liġijiet li kien ippropona l- Gvern Nazzjonalista, fosthom l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l- Erarju.", "Tkellimt ukoll dwar l-avviż legali nru 28 fejn il-Gvern Nazzjonalista ra kif għamel - għalkemm sa ċertu punt veru għamel irtirata - biex jevita dibattitu ta' natura ekonomika u finanzjarja dwar materja li tikkonċerna nfiq mill-fond konsolidat.", "Jiena m'iniex se nirripeti dak li ntqal il-bieraħ pero' l-kollega tagħna l-Onor.", "Josef Bonnici ddedika parti sostanzjali mill-intervent tiegħu fuq rimarki li kien għamel l-Onor.", "Evarist Bartolo dwar kif ir-renewal ta' l-avis ta' l-Unjoni Ewropea se jolqot l-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Kemm l-Onor.", "Bartolo kif ukoll l- Onor. Brincat ħadu l-opportunita' li jitkellmu dwar dan l-argument u għamlu sewwa.", "Jidher pero' li l-ministru għas-servizzi ekonomiċi ħa għalih meta ssemmiet il-kwestjoni ta' ċerti korpi parastali.", "Huwa tkellem b'ċerta teknikalita' u b'mod iebes u aktar tkellem bħala ekonomista milli bħala politiku.", "Is-soltu jgħajru lilna l-avukati li nitkellmu b'mod tekniku ħafna pero' jidher li l-ekonomisti qegħdin jittieħdu minna!", "(Interruzzjonijiet) Il-fatt hu li dan m'huwiex difett ta' l-avukati biss imma huwa difett ta' l-ekonomisti wkoll!", "Il-ministru ħa għalih u b'reazzjoni għal dak li qal l-Onor.", "Bartolo għamel id-diskors li għamel.", "Pero', bir-rispett kollu lejh, bit-teknikalita' kollha tiegħu u bl-għerf kollu tiegħu fil-materja, lili ma rnexxilux jipperswadini u naħseb li lanqas lill-poplu in ġenerali ma rnexxielu jipperswadih.", "Li qal l-Onor.", "Bartolo huwa li minħabba l-avis, ċerti korpi parastatali u kumpanniji pubbliċi se jsofru ċerti riperkussjonijiet.", "Niftakru li l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien jattakka lill- Gvern Laburista preċedenti li tilef il-kuxjenza soċjali u li konna nittrattaw il-korpi parastatali bħala entitajiet kummerċjali.", "L-argument hu li fl-avis hemm artiklu li jgħidlek li m'huwiex konduċenti li tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea jekk ikollok ċerti korpi parastatali jew entitajiet kummerċjali oħra li l-eżistenza tagħhom tiddependi minn sussidji governattivi, bħalma hi l-korporazzjoni Enemalta, per eżempju.", "Għalhekk meta l-kelliema ta' din in-naħa għamlu aċċenn għal dan kienu qegħdin jirripetu jew jagħmlu analisi ta' dak li jgħid l-avis.", "Jekk naraw l-estimi u l-accounts ta' dawn il-kumpanniji nsibu li dawn m'għandhomx surplus iżda telf u allura bilfors li jkunu jridu l-għajnuna.", "Huwa għalhekk li din in- naħa qed tgħid lill-gvern li jrid ikollu ċertu kriterju.", "Imma għaliex għedna dan ħadu għalihom u qalulna - hawn ġej l-element ta' teknikalita' u shrewdness fid-diskors - li qed ngħidu ċ-ċuċati!", "Qalulna li hemm żewġ tipi ta' fondi meta niġu biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, hemm il-fondi li nieħdu qabel u hemm il-fondi li nieħdu wara.", "Semmew ukoll l-istructural funds u qalulna li m'għandniex ninkwetaw lin-nies li l-element ta' sussidju fit- tarznari u l-korpi parastatali se jispiċċa għaliex jekk stess jispiċċa min- naħa tal-gvern jirnexxielhom iġibuh permezz ta' l-istructural funds u minn funds oħra.", "Imma jiena ngħidilkom li ħadd m'hu qed jemminkom għax, bir- rispett kollu, dawn kienu kummenti arbitrarji, nonostante li l-Onor.", "Josef Bonnici pprova jimpressjona b'terminoloġija iebsa u b'riferenzi għar- rapporti.", "Pajjiżna ilu minn qabel l-1993 jisma' diskorsi simili imma dawn il- wegħdiet qatt ma mmaterjalizzaw.", "Din il-problema ta' fondi u sussidji tqajmet ukoll fil-programm \"pjazza 3\" ta' Lou Bondi, fejn fost l-oħrajn kien hemm mistednin l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Guido de Marco.", "Il- kelliema tal-gvern kienu dejjem jgħidu li kif joħroġ it-tieni avis nkunu nafu kemm se nieħdu, imma meta mbagħad tkellem Boggio, ir-rappreżentant ta' l-Unjoni Ewropea, qalilna li ħadd għadu ma jaf xejn.", "Allura kif jiġi l- Onor. Bonnici u bil-prużunzjoni kollha jgħidilna li dak li qalu l-Onor.", "Bartolo u l-Onor.", "Brincat huma ħmerijiet u li dak li ma nkunux nistgħu nieħdu mill-gvern se neħduh mill-Unjoni Ewropea?", "Minn fejn jirriżulta dan?", "L-Avukat Simon Busuttil, li dejjem jitkellem fuq l-Unjoni Ewropea, kien qalilna li meta joħroġ ir-rapport inkunu nafu kemm se nieħdu.", "Issa r- rapport ħareġ u xorta bqajna ma nafu xejn.", "Ħafna nies kien mingħalihom li ġejja l-manna mis-sema iżda issa bdew jiftħu għajnejhom.", "Rigward is-sussidji għax-shipbuilding, per eżempju, dawn huma ntiżi biss għal ċertu perijodu biex jgħinu l-żvilupp.", "Jiġifieri dawn m'humiex garantiti li se jibqgħu hemm għal dejjem.", "Allura wara li jieqfu x'se jiġri?", "Dan qed ngħidu għaliex meta tqum il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea, bir-rispett kollu lejn kulħadd, jibdew isiru diskorsi bombastiċi u tekniċi u nibdew inwiegħdu ħafna affarijiet bħalma għamlu l-Onor.", "Bonnici u l-Onor.", "John Dalli.", "Allura jekk din il-wegħda ma timmaterjalizzax ruħha inkunu nistgħu ngħidu li din kienet wegħda oħra fiergħa għal dak li jirrigwarda l- Unjoni Ewropea.", "Ħalli niġi issa għall-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Irrid ngħid, Sur President, li jiena ninsab sorpriż bl-emendi li qed jiġu proposti llum u nispjega għaliex.", "Fil-qagħda finanzjarja u ekonomika tal- pajjiż kont nippretendi li jkun hemm emenda għal-liġi dwar self lokali pero' kont nippretendi emenda kompletament l-oppost għall-emenda kif proposta.", "Għaliex?", "Qed jissemma ħafna li għandna deficit li m'huwiex sostenibbli u issa se niġu f'pożizzjoni fejn se jkollna imgħax fuq self li ma jkunx iktar sostenibbli.", "Qed ngħid hekk għaliex jekk wieħed jara daqsxejn il-pożizzjoni kif kienet fl-1986, isib li kellna dejn nazzjonali ta' ¥63 miljun u kellna ¥23 miljun f'sinking funds.", "Illum għandha kważi ¥0.5 biljun dejn nazzjonali u għandna biss ¥43 miljun f'sinking funds.", "Fl- 1986 id-dejn nazzjonali kien ilaħħaq 13.6% tal-GDP tal-pajjiż imma fl-1996, meta telgħu n-Nazzjonalisti, id-dejn kien kważi nofs il-GDP.", "Dan ifisser li meta inti tiddejjen, trid terġa' tiddejjen u terġa' tiddejjen biex tħallas id-dejn u allura dan jibqa' jiżdied u jiżdied.", "Huwa veru li aħna wkoll kellna nżidu d-dejn imma għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna bħala gvern sibna dejn li jlaħħaq kważi nofs il-GDP u ma kien hemm xejn programmat biex jilqa' għal dan id-dejn.", "Allaħares il-gvern preżenti jiġi jikkritika lilna għal din il-qagħda ekonomika u finanzjarja daqstant prekarja!", "Sur President, il-fatti jitkellmu waħedhom għaliex id-dejn li żidna aħna għamilnih minħabba d-dejn li għamlu tan-naħa l-oħra għaliex l-imgħax xorta jrid jitħallas.", "Għalhekk il-kwestjoni prekarja u finanzjarja ta' dan il- pajjiż hija a recurring factor, sitwazzjoni li ġiet instigata minħabba l- isparpaljar u n-nuqqas ta' għaqal tal-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996.", "Aħna pprovajna niffaċċjaw din il-kwestjoni tad-deficit strutturali u għalhekk ħarisna lejn l-entitajiet parastatali u entitajiet kummerċjali oħra u għall-ewwel darba bdejna nirristrutturawhom bis-serjeta', imma minħabba f'hekk il-partit l-ieħor għajjarna li aħna bla kuxjenza u qam għagħa sħiħ.", "Aħseb u ara x'se jiġri issa li l-gvern minħabba l-avis se jkollu jgħaġġel ir-ristrutturar tiegħu!", "Aħna nafu x'fih l-avis u inutli l- gvern jgħid li se nġibu dawn il-fondi minn barra għaliex minn qabel l-1993 sal-lum ma ssarfet l-ebda wegħda li għamlu fejn tidħol l-Unjoni Ewropea.", "Allura kif jista' xi ħadd jemminhom?", "Dan kien l-argument li qajmu l-Onor.", "Bartolo u l-Onor.", "Brincat.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li huwa argument li wieħed irid iqisu meta qegħdin niddiskutu abbozz finanzjarju ladarba l- gvern għal darbtejn ma riedx jiddiskuti l-qagħda ekonomika tal-pajjiż.", "Jekk inħarsu lejn l-abbozz ta' liġi nnifsu nsibu li klawsola 2 temenda paragrafu (e) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 6 tal-liġi prinċipali.", "Din il- parti tal-liġi tgħid x'inhi l-proċedura li jrid jimxi biha l-ministru tal- finanzi meta joħroġ stocks u titoli reġistrati għal self lokali.", "L-aħħar li ġie emendat dan l-artiklu partikolari kien fl-1963 pero' huwa interessanti li wieħed jinnota li fejn qabel il-liġi kienet tikkontempla a half-yearly contribution lejn is-sinking fund, bl-emenda kif proposta llum il-ministru m'huwiex aktar obbligat li jiddikjara r-rata ta' kontribuzzjoni lejn dan il-fond.", "Għalhekk b'din l-emenda l-gvern qed jgħid li għandu bżonn jissellef imma qed jonqos li jiddikjara xi provvedimenti se jieħu biex jassigura kif se jħallas lura dan is-self.", "Il-Ministru Dalli dan ipprova jiġġustifikah u bażikament ried jgħid li meta saret il-liġi prinċipali l-ekonomija Maltija kienet għadha qed tiżviluppa u l-gvern kien qed jiddependi fuq ċertu self.", "Allura meta l-gvern kien joħroġ dawn l- istocks jew titoli reġistrati kien jagħmel dikjarazzjoni fejn jgħid kemm se jissellef, kemm se jagħti imgħax fuqhom, b'liema valur u f'liema dati se jissarrfu u jwiegħed illi parti mill-introjtu tiegħu jidħol f'fond speċjali li jissejjaħ sinking fund, biex meta tasal id-data ta' maturazzjoni jkun hemm flus biżżejjed biex jitħallas dan il-fond.", "Fil-prattika naturalment iċ-ċirkostanzi jitbiddlu, il-qagħda finanzjarja tal-gvern titbiddel, l- esiġenzi ta' l-Istat jitbiddlu u dak li jkun ideal bażilari jitbiddel ftit ukoll.", "Fil-fatt maż-żmien rajna li l-persentaġġi ta' GDP li jmorru f'dawn il-fondi biex jagħmlu tajjeb għal dan is-self bdew dejjem jonqsu.", "Għalhekk meta l-Onor.", "Dalli pprova jgħidilna li dawn il-fondi kważi kważi qegħdin hemm, għal xejn tefa' lixka mingħajr ma ssostanzja dak li kien qed jgħid.", "Tajjeb ngħidu pero' li gvern jista' jibqa' jissellef u jiddejjen sa ċertu punt għaliex fl-aħħar mill-aħħar se jasal f'pożizzjoni fejn ma jkunx jista' jadopera din il-proċedura aktar.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Dalli spjega wkoll li għal dak li jirrigwarda s-self barrani se jibqgħu jiġu kkreati sinking funds li jkopru l-ammont kollu għaliex jista' jkollok il-problemi li joħorġu mill-flat rates of exchange.", "Pero' f'klawsola 2 m'hi qiegħda ssir l-ebda riferenza għat-tip ta' self li se jsir u tħalli kollox fid-diskrezzjoni tal-ministru.", "Għalhekk ikun għaqli li l-liġi tkun aktar preċiża u mhux kollox ikun fid-diskrezzjoni tal- ministru.", "Biex inkun għedt kollox, il-ministru qalilna li s-sinking funds li jeżistu se jibqgħu hemm u li se jħaddem il-liġi b'ċertu mod u manjiera.", "Jiena nittama li huwa jimxi bil-mod li qed jgħid li se jimxi pero' jista' jimxi mod ieħor.", "Klawsola 3 ta' l-abbozz ta' liġi temenda artiklu 24 ta' l-Att prinċipali li jawtorizza lill-ministru tal-finanzi japproprja flus skond ir-rekwiżiti li jkun iddikjara qabel ma jkun ħareġ l-istock.", "B'dan l-abbozz ta' liġi l- accountant general qed jingħata l-poter li jawtorizza l-pagamenti msemmijja direttament mill-consolidated fund, pero' importanti li wieħed jgħid li dan jista' jagħmlu mingħajr vot ta' approprjazzjoni tal-parlament u in forza ta' dan l-Att.", "Biex inkun ċar, m'iniex qed ngħid li din tmur kontra l- Kostituzzjoni pero' tistona ftit mal-Kostituzzjoni.", "Fil-fatt subsection (2) ta' artiklu 102 tal-Kostituzzjoni jgħid:", "\"Ebda flejjes ma għandhom jiġu rtirati mill-Fond Konsolidat ħlief biex titħallas l-ispiża li hija addebitata lill-Fond b'din il-Kostituzzjoni jew xi liġi oħra li għal dak iż-żmien tkun isseħħ f'Malta jew meta l- ħruġ ta' dawk il-flejjes ikun ġie awtorizzat b'Att ta' Aapproprjazzjoni jew skond l-artikolu 104 ta' din il-Kostituzzjoni.\".", "Jidher pero' li l-argument tal-gvern se jkun li l-emenda li qed ngħaddu hija kkontemplata taħt subsection (2) ta' xi liġi oħra.", "Iżda l-iskop tal- Kostituzzjoni m'huwiex li l-parlament jgħaddi liġi jew jawtorizza xi awtorita' pubblika toħroġ flus kemm trid hi mill-fond konsolidat mingħajr l- awtorizzazzjoni tal-pParlament u mingħajr ma niddikjaraw kemm se jitħallas lill-ispecial fund.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Herrera.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex l-Onor.", "Membru jkun jista' jkompli għaddej bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT(Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nipproponi li l-Onor.", "Herrera jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Herrera jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSÉ HERRERA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Kont qed ngħid li se niġu f'pożizzjoni fejn l-accountant general, naturalment bl-acquiescence jew bid-diktat tal-ministru, ikun jista' joħroġ ċekkijiet mil-fond konsolidat li jitilgħu għal miljuni kbar ta' liri mingħajr l-iskrutinju tal-parlament, mingħajr vot ta' approprjazzjoni u mingħajr xejn.", "Jiena ma naħsibx li dan huwa l-mod idoneu kif wieħed jinterpreta l-kostituzzjoni.", "Fil-fatt il-kritika ta' l- oppożizzjoni dejjem kienet li meta nitkellmu fuq fondi pubbliċi, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern dejjem jara kif jagħmel biex jisparpalja l-flus mingħajr ma jħoss il-bżonn li jersaq quddiem il-parlament.", "Per eżempju, hemm il-legal notice no. 28, fejn il-gvern ikkrea fond speċjali ta' dak ivvotat fil-budget biex jonfqu kif irid.", "(Interruzzjonijiet) Issa m'inex se nitkellem fuq il-Kostituzzjoni għaliex l-Onor.", "Dalli jiddejjaq u allura se nipprova nitkellem mod ieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, din m'hijiex kwestjoni ta' jekk niddejjaqx jew le.", "Għamilna debate shiħ fuq il-legal notice li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Herrera u fiha hemm black on white li l-fatti m'humiex kif qed jgħidhom hu.", "Allura ma nistax nifhem kif jiġi hawn u jirripeti l- istess kliem.", "Jiena pprovajt nikkoreġih u ngħidlu li m'huwiex veru li qegħdin nagħmlu fond biex imbagħad jintnefaq kif irid xi ħadd.", "Dan se jintnefaq kif oriġinarjament ikun provdut fl-estimi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jiena fhimt li l-Onor.", "Herrera kien qiegħed jgħid li dan il-fond se jintnefaq skond ix-xewqa tal-ministru konċernat, fis-sens temporali tal-kelma.", "Jiġifieri l-line item jista' jibqa' għaddej imma l-ministru jew il-gvern konċernat jista' jiddeċiedi hu b'volonta' politika tiegħu f'liema sena jonfoq dawk il-fondi.", "Nivvotaw għalihom fl-1997, per eżempju, u jonfoqfom fis-sena 2001.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma niftħux dibattitu fuq dan il-punt.", "L- Onor. Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk l-Onor.", "Herrera kien qiegħed jifhem hekk, allura niskuża ruħi għax fhimtu ħażin.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: For the record, jikkonferma l-Ministru li dan kien is- sens tal-legal notice, jiġifieri li l-fond jista' jiġi vvotat fl-1997 u jintnefaq fis-sena 2005?", "Jista' għallinqas jikkonferma li dak huwa s-sens tal-legal notice?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, is-sens tal legal notice huwa li jekk tiġi vvotata somma f'sena u tkun minfuqa imma mhux imħallsa, allura tista' tiġi accrued - jiġifieri jrid ikun hemm hard commitment biex dik is-somma tiġi accrued - imma ma jfissirx li tista' tivvotaha f'sena u tonfoqa jew tagħmel il-proġett x'ħin trid.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-commitment li qiegħed isemmi l-ministru bl-ebda mod mhu speċifikat b'mod daqstant li jorbot fil-legal notice.", "Skond il- legal notice, din is-somma tista' tintnefaq anytime on the project to which it is supposedly allocated fis-snin ta' wara.", "Jiġifieri tista' tkun sena, tista' tkun sentejn u tista' tkun anke 20 sena wara.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "DALLI: Dan mhu veru xejn, Mr Speaker.", "Din hija sistema ta' accruals u torbot mar-regolamenti kollha ta' accruals kif normalment isiru.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, is-sistema tal-gvern m'hijiex ibbażata fuq accruals imma fuq cash accounting u allura ma tistax tgħid x'inhu accruals minn post ieħor u tgħid li se tapplikah f'cash accounting system.", "Ir-realta' hija li mhux veru hemm il-limitazzjonijiet legali li qiegħed jitkellem dwarhom il-ministru.", "Fil-legalita' tagħha m'hijiex qiegħda hekk.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, jidher li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni is missing the whole point.", "Ir-raġuni għalfejn saret il-legal notice hija li r-regolamenti eżistenti ma jipprovdux għall-accruals imma jipprovdu għal cash accounting u allura ridna nipprovdu għall-accruals.", "Għalhekk qegħdin nipprovdu għall-accrual system permezz ta' din il-legal notice.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, dan mhu veru xejn.", "F'sistema ta' cash accounting ma tistax taparsi ddaħħal biċċa regolament u tgħid li qed iddaħħal l-accruals.", "Teknikament assolutament m'huwiex il-każ li jirriżulta kif qed jgħid il-ministru.", "Kulma qiegħed jagħmel bil-legal notice - u għandu raġun l-Onor.", "Herrera - hija li qiegħed idaħħal tieqa f'sistema ta' cash accounting li fuq bażi taparsi allaċċjata ma' project spending u fuq bażi ta' commitment li jista' jkun open-ended - għaliex kuntrarju għal dak li qed jgħid il-ministru l-legal notice ma torbotx - dak l-ispending jista' jsir anytime into the future - veru kif qal l-ministru, relatat ma' dak il-vot - u allura m'hemm l-ebda kontroll ta' dan il- parlament fuq meta jintnefqu realment dawk il-fondi.", "U m'iniex se nikkummenta aktar għaliex din hija xi ħaġa li jikkonfermaha kull professjonista fil-qasam ta' l-accounting.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nerġa' nirripeti li dik il-legal notice qed tagħti l-fakulta' lill-gvern biex juża accruals fuq ċerti spejjeż li jkunu committed hard f'sena pero' l-pagamenti tagħhom ikunu għadhom ma sarux.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "José Herrera.", "ONOR.", "JOSÉ HERRERA: Mr Speaker, nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li wieħed irid janalizza ftit x'inhu l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Għalfejn qed nagħmluh dan l-abbozz ta' liġi?", "Fis-sentejn li konna fil- gvern aħna konna spjegajna x'inhi l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, u dan għamilnih b'ċertu sens ta' maturita' u serjeta', ħaġa li matul disa' snin u nofs ta' amministrazzjoni Nazzjonalista ħadd ma kellu l-kuraġġ jagħmilha.", "Ftit wara li tbiddlet ir-rota, it-ton tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern tbiddel għal kollox.", "Filwaqt li qabel kienu jikkritikawna li qegħdin nikkreaw stat ta' paniku għaliex konna nsemmu l-problemi finanzjarji, kif appena ħadu l-gvern f'idejhom - ibda mill-Ministru Dalli stess - sar rikonoxximent tal-problemi ekonomiċi u finanzjarji u tawna raġun.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa riaffermazzjoni li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern m'għandux fiduċja fih innifsu u tant waqgħu f'paniku minħabba r-ristrutturazzjoni li trid issir, kif mitlub fit-tieni avis, u minħabba d-dejn li għandna li għad iridu jagħmlu, tant jafu li f'budget ieħor u fil-budgets sussegwenti m'humiex se jkunu kapaċi jiddikjaraw persentaġġ reali għal dawn il-fondi u tant m'għandhomx tama li jirranġaw l-affarijiet li qatgħu qalbhom anke milli jżommu persentaġġ żgħir biex jikkreaw dawn il-fondi.", "Għalhekk il-messaġġ huwa wieħed li jinkorraġġixxi self mingħajr limitu u li jipposponi l- problemi għall-futur mingħajr lanqas biss jipproġettaw kif possibbilment jirrimedjaw is-sitwazzjoni.", "Din hija l-politika tal-Partit Nazzjonalista, jonfqu u jħawdu għall-mument u mbagħad jaraw ta' warajhom!", "Din kienet il- politika ta' l-Onor.", "Fenech Adami li tela' fil-gvern, sab il-finanzjament tal-pajjiż pjuttost b'saħħtu, għadda perijodu jisparpalja l-flus imma meta beda jħossu ssikkat ressaq elezzjoni malajr u tilifha.", "U llum għall-ewwel darba qed isib ruħu f'pożizzjoni finanzjarja li qed tkissru u ma jafx kif se joħroġ minnha u għalhekk se jerġa' jadopera l-politika tradizzjonali tiegħu li jipposponi l-problemi għal ħaddieħor.", "Din hija l-politika tal- Partit Nazzjonalista, dejjem kienet, għadha u tibqa'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, m'hemmx dubju li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa abbozz li qiegħed jagħmilha aktar faċli għall-gvern - faċli f'sens amministrattiv - biex jissellef għaliex qed inaqqas id- dixxiplina li l-poplu jimponi fuqu biex huwa jkun jista' jissellef.", "Dan l- abbozz ta' liġi qed jiġi mpoġġi 'l quddiem f'mument fejn il-finanzi tal- gvern huma suġġett leġittimu ta' diskussjoni, ta' tħassib u anke ta' dibattitu dwar x'inhuma l-alternattivi għaliha u qed jiġi mpoġġi 'l quddiem fi żmien fejn huwa leġittmu li wieħed jitlob li jkun hawn diskussjoni sħiħa dwar il-qagħda ekonomika fil-pajjiż.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet talbet u għadha qed titlob li jkun hawn dibattitu ffokat dwar il-qagħda ekonomika u finanzjarja ta' pajjiżna fiċ-ċirkostanzi tal-lum, fejn mhux biss jidher li l-finanzi tal-gvern m'humiex qed jiġu kkontrollati kif wieħed kien jistenna imma fejn il-prospetti ekonomiċi rrapportati mill- operaturi ekonomiċi m'humiex tajba u qed ikunu dejjem aktar negattivi.", "Aħna ġejna mitluba biex ma nibqgħux nagħfsu fuq din it-talba imma, jekk irridu, nibdew nitkellmu dwar din il-pożizzjoni anke matul it-tressiq ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Jiena naħseb li l-gvern stess qiegħed iħares lejn dan l-abbozz ta' liġi bħala okkażjoni biex wieħed mhux biss jitkellem dwar l-abbozz speċifiku imma jifrex aktar fuq il-background istituzzjonali, finanzjarju u ekonomiku tal-pajjiż.", "Aħna min-naħa tagħna - ċertament jien l-ewwel wieħed - ma nħossux li f'dak li għandu x'jaqsam mal-konġuntura ekonomika u finanzjarja bħalissa, id-dibattitu fuq dan l-abbozz ta' liġi joffri skop iffokat biex din id- diskussjoni timxi 'l quddiem.", "Inħoss li huwa aktar utli għall-pajjiż li jkollna diskussjoni ta' żewġ seduti li fihom tabilħaqq issir diskussjoni mingħajr polemika biż-żewġ naħat jgħidu tagħhom dwar il-konġuntura attwali, dwar x'wassal għaliha u dwar x'għandhom ikunu l-perspettivi għall-futur.", "Sur President, naħseb pero' li mil-lat l-ieħor, dan l-abbozz għandu jitqies bħala opportunita' biex nitkellmu mhux biss dwar il-qafas finanzjarju li fiha qed tiżviluppa imma wkoll fil-perspettiva kif il-qafas finanzjarju tal-gvern se jkun qiegħed jiżviluppa fiż-żmien li ġej, anke b'relazzjoni ma' xi ħaġa li okkupat ħafna u ħafna sigħat u se tkompli tokkupa ħafna sigħat oħra ta' debating time mhux biss f'dan il-parlament imma anke fil-pajjiż.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-iżviluppi istituzzjonali politiċi u ekonomiċi internazzjonali li dan il-pajjiż se jkun qiegħed jiffaċċja fis-snin li ġejjin u li se jkollhom bearing ċar fuq kif din il-liġi, ladarba tgħaddi, se titħaddem u kif il-finanzi tal-gvern se jkunu qegħdin jitħaddmu fis-snin li ġejjin.", "Jiena nemmen li l- background ta' l-iżvilupp ekonomiku u finanzjarju f'pajjiżna se jkun marbut sew ma' kif il-gvern se jkun qiegħed iħaddem il-finanzi tiegħu u se jkun marbut ukoll ma' kif il-gvern, ikun liema jkun, se jkun qiegħed imexxi l- background istituzzjonali li fih dan il-pajjiż imexxi r-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu.", "Allura fil-kuntest ta' l-avis li tressaq mill-kummissjoni bħala draft ħmistax ilu, naħseb li huwa leġittimu li ninkwadraw it-tifsira ta' dan l- abbozz ta' liġi fil-kwestjoni ta' kif jistgħu jiżviluppaw ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ukoll tal-qafas finanzjarju tal- gvern.", "Jiena qiegħed nieħu gost li għandi din l-opportunita' li nitkellem for the record għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat kont estensivament kkwotat u pproġettat b'mod abbużiv kemm min-naħa tal-media, kemm min-naħa tal-Prim Ministru kif ukoll min-naħa ta' l-akkoliti tiegħu.", "Allura tajjeb li f'dan il-qasam inkun on record bil-mod li nispeċifika aktar ċar x'inhuma l- options li għandna quddiemna.", "Għaliex ir-rabta bejn ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea fil-futur u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija preċiżament li jekk dawn ir-relazzjonijiet se jiżviluppaw b'mod li l-kapaċita' produttiva tal-pajjiż se tiġi affettwata, jekk dawn ir- relazzjonijiet se jiżviluppaw b'mod li l-kapaċita' tal-gvern biex iżomm il- finanzi tiegħu għaddejjin b'ċertu mod se jiġu affettwati, allura dawn irridu norbtuhom flimkien.", "Allura tajjeb li nħarsu ftit lejn x'inhuma l- perspettivi, x'inhuma t-toroq quddiem pajjiżna fiż-żmien li ġej fir- relazzjonijiet tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea u kif dawn imbagħad jorbtu mal- qafas finanzjarju tal-gvern u mal-qasam produttiv tal-pajjiż.", "Sur President, f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn ir-relazzjonijiet - se nitkellem apposta b'ċerta leħma teknika jew quasi teknika ħalli nbiegħed ftit 'il bogħod il-mod abbużiv kif il-Prim Ministru u l-akkoliti tiegħu f'dawn l-aħħar ġimgħat ipprovaw jipproġettaw l-affarijiet li għedt u li ssuġġerejt dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea - l- ewwelnett tajjeb li nifhmu li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u d-deċizjonijiet dwarhom se jaffettwaw bil-kbir fiż-żmien li ġej il-kapaċita' produttiva tal-pajjiż, jiġifieri l-ażjendi li għandu f'dan il- pajjiż biex jipproduċi s-servizzi u l-mod kif dawn jistgħu jbiegħu x-xogħol tagħhom f'pajjiżna u barra minn pajjiżna.", "It-tip ta' relazzjoni li se jkollna se jkollha mpatt dirett fuq il-qawwa produttiva ta' dawn l-istrutturi u ċertament li jekk il-qawwa produttiva ta' dawn l-istrutturi tmur lura, allura l-gvern se jkun qiegħed f'pożizzjoni żvantaġġjata kemm finanzjarjament u kemm ekonomikament.", "Allura rridu nħarsu lejn kif il-kapaċita' produttiva ta' dawn l-istrutturi se tiġi affettwata mir-relazzjoinijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk dawn l-istrutturi jmorru lura, il-probabbilta' hija li d-dħul tal-gvern se jonqos.", "Dan ifisser li l-gvern se jkollu iktar bżonn ta' finanzjament li ma jiġix bis-saħħa taċ-ċittadini u ta' l-ażjendi biex iħallsu t-taxxi u allura hemmhekk ukoll irridu noqogħdu attenti għal kif dawn ir- relazzjonijiet se jaffettwaw il-kapaċita' produttiva tal-pajjiż.", "It-tieni qasam li huwa ċar li se jaffettwa r-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea huwa l-qasam ta' kif se nimmodernizzaw l-istrutturi tat- tmexxija fil-pajjiż, kemm fil-qasam pubbliku u kemm fil-qasam privat.", "L- għażliet li se jsiru f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea se jkunu qed jiddeterminaw x'tip ta' tibdil se jsir fl- istrutturi tagħna biex isiru aktar moderni, biex isiru aktar jixbħu strutturi li jaħdmu b'ċertu mod.", "Hawnhekk imbagħad tidħol deċiżjoni ta' prinċipju dwar kif se mmexxu 'l quddiem il-modernizzazzjoni meħtieġa, jekk aħniex se mmexxuha b'ċerta triq jew bi triq differenti, jekk aħniex se nieħdu ċerta veloċita' jew veloċita' differenti u jekk aħniex se nikkopjaw mudell ta' modernizzazzjoni minn pajjiżi oħra jew aħniex se nfasslu u ngħaġnu l-mudell ta' modernizzazzjoni għall-bżonnijiet tagħna kif nifhmuhom aħna.", "It-tielet qasam li żgur jorbot ma' kif il-gvern fiż-żmien li ġej se jkun qiegħed iħares lejn il-bżonnijiet finanzjarji tiegħu marbuta mar- relazzjoniet ma' l-Unjoni Ewropea ġejja mill-pożizzjoni tal-gvern innifsu fil-framework tal-pajjiż kollu kemm hu, fil-framework ta' l-ekonomija tal- pajjiż.", "X'se tkun is-saħħa li se naċċettaw, il-proporzjon ta' prodott nazzjonali li se jkun qiegħed jikkonsma l-gvern?", "Se nitilqu għal għonq it- triq u din il-proporzjon tas-saħħa tal-gvern fl-ekonomija niddeterminawha skond il-kriterji tagħna?", "Se neħduha skond kriterji li ġejjin mir- relazzjoni tagħna ma' l-Unjoni Ewropea jew se nagħmlu mixing ta' kriterji Ewropej ma' kriterji li jirrelataw mal-bżonnijiet tagħna?", "Ċertament li din hija deċiżjoni politika u ekonomika imma hija deċiżjoni li tiddependi ħafna wkoll, irridu jew ma rridux, mill-konġuntura ekonomika li se nkunu qegħdin insuqu minnha.", "U se tiddependi wkoll min-natura ta' relazzjonijiet li se nkunu qed nimmiraw għalihom fil-qasam ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, ir-raba' qasam li żgur se jorbot ma' kif se jiżviluppaw ir- relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u li joħorġu b'impatt fuq il-finanzi u l-finanzjament tal-gvern għaż-żmien li ġej huwa l-qasam tal-fondi li se jkunu għad-dispożizzjoni tal-Gvern Malti minn barra l-pajjiż, kemm permezz ta' għajnuniet diretti li ma jkunux marbuta ma' imgħaxijiet jew obbligi oħra, id-dispożizzjoni ta' fondi li jkunu ġejjin minn self ta' natura differenti, self sussidjat jew self fuq bażi ta' rati kummerċjali jew jekk ikunx hemm xi forom oħra ta' obbligi marbuta miegħu, kemm min-naħa ta' finanzjament tal-gvern vis-a-vis stati jew entijiet barranin, kemm vis-a- vis l-gvern u l-financial markets pubbliċi jew privati barra il-pajjiż.", "Dan huwa punt li bħalissa forsi jinħass inqas kruċjali imma jiena nipprevedi li aktar ma' jgħaddi ż-żmien se jsir aktar kruċjali fis- sitwazzjoni finanzjarja attwali li għandu l-gvern quddiemu.", "Allura anke l- kwestjoni tal-fondi minn barra l-pajjiż li se jkunu għad-dispożizzjoni tal- gvern hija dimensjoni importanti f'dik li għandha x'taqsam mar- relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea u t-toroq li għandna quddiemna biex nagħżlu.", "Sur President, se nerġa nagħmal recap ta' l-erba' dimensjonijiet li f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea jorbtu wkoll ma' dak li għandna quddiemna llum.", "L-ewwelnett hemm kif se niżviluppaw il- kapaċita' produttiva tal-pajjiż għal li ġej, it-tieni hemm kif se timxi 'l quddiem il-modernizzazzjoni ta' l-istrutturi pubbliċi u privati fil-pajjiż, it-tielet hemm il-pożizzjoni tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam fil- proporzjon tas-saħħa tiegħu fl-ekonomija globali tal-pajjiż li torbot mar- relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea; u r-raba' hemm il-fondi li se jkollna għad-dispożizzjoni tagħna minn barra ħalli nkunu nistgħu nalimentaw u nagħtu l-fuel lill-finanzi tal-gvern.", "Dawn huma marbuta ma' x'tip ta' relazzjonijiet se jkollna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, f'dawn l- aħħar ġimgħat il-propaganda tal-Prim Ministru u ta' l-akkoliti tiegħu kienet li m'hemmx alternattiva għal sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea.", "Allura dawn ipprovaw idaħħlu l-idea f'moħħ iċ-ċittadini li inutli tiddiskuti jekk hemmx triq oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea għaliex hemm biss it-triq ta' sħubija sħiħa u m'hemmx x'nagħmlu ħlief li naċċettaw dak kollu li ħaġa bħal din timplika.", "Imma dan m'hu veru xejn, Sur President.", "M'hu veru xejn li hemm triq waħda biss f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk nitilqu mill-punt l-ieħor kardinali.", "Ħadd f'dan il-pajjiż mhu qiegħed jikkontesta li l-Unjoni Ewropea hija istituzzjoni tajba għall-Ewropa, li għamlet ħafna żviluppi pożittivi fl- Ewropa, li ġabet l-għaqda fil-kontinent, li serviet biex issaħħaħ is- sigurta' ta' l-Ewropej, illi serviet biex tkabbar il-paċi fl-Ewropa, li kompliet tgħaqqad l-ekonomiji Ewropej u tathom ċerta rankatura.", "Kumbinazzjoni jumejn ilu kien qiegħed jitkellem fuq hekk il-Kanċellier Schröder f'Milan meta kellna l-kungress tal-Partito Soċjalisti Ewropej.", "Din hija dimensjoni politika u ekonomika li kulħadd jaċċettaha bħala waħda pożittiva u m'hawn l-ebda kontestazzjoni f'dan il-pajjiż fuq din il-ħaġa.", "Jiġifieri meta qegħdin nevalwaw x'inhuma t-toroq ta' relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin, m'aħniex qegħdin nikkontestaw - la naħa u lanqas oħra - il-valur ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-qafas ta' konklużjoni komuni li l-Unjoni Ewropea hija żvilupp mill-aktar pożittiv fil- qasam Ewropew, id-diskussjoni għandha tkun dwar x'inhi l-aħjar rabta li Malta għandu jkollha ma' l-Unjoni Ewropea għall-ġid ta' l-Ewropej u fuq kollox għall-ġid tal-Maltin.", "Sur President, qed ngħidu li m'huwiex veru li l-unika triq li għandu quddiemu pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet tiegħu ma' l- Unjoni Ewropea hija s-sħubija sħiħa.", "Din ma' timplika bl-ebda mod xi reazzjoni negattiva, xi input jew assessment negattiv ta' xi tfisser l- Unjoni Ewropea.", "Qed tindika biss li oġġettivament wieħed irid jara x'inhuma l-aħjar toroq għal pajjiżna fir-relazzjonijiet tiegħu ma' xi ħaġa li hija pożittiva u li r-relazzjonijiet tagħna magħha rriduhom ikunu pożittivi.", "Anke hawn imbagħad trid tara x'inhuma t-toroq possibbli u oġġettivament m'huwiex veru li hemm triq waħda.", "Kif diġa' għidt, jiena għadni kemm ġej mill-kungress tal-Partiti Soċjalisti Ewropej f'Milan u kelli ċans nitkellem u nisma' lil diversi delegati minn diversi pajjiżi li kellhom iċ-ċans jispjegaw il-perspettiva ta' pajjiżhom fuq sħubija sħiħa jew fuq toroq oħra li biha jkollhom relazzjoni tajba ma' l-Unjoni Ewropea.", "Minn dak li qalu ħareġ ċar li kull pajjiż iħares lejn ir-relazzjoni tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea skond l-interessi tiegħu, skond il-qafas li fih qiegħed maqbud u skond il-qafas li fih jeżisti u allura jħares 'il quddiem biex ifassal ir-relazzjoni tiegħu skond l-interessi tiegħu kif jinsab ġeografikament, kif jinsab kulturalment u kif jinsab marbut mal-kontinent Ewropew.", "Effettivament minn kull ħaġa li ntqalet hemmhekk jirriżulta li kull pajjiż jagħmel l-assessment tiegħu skond l-interessi tiegħu, skond is- sitwazzjoni fejn jinsab u kelli wkoll l-okkażjoni li ninnota li s- sitwazzjoni tagħna hija totalment differenti mis-sitwazzjoni f'pajjiżi bħall-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija.", "Anzi, tajjeb li ngħid li r- rapporti li għamlu r-rappreżentanti għolja ta' dawn il-pajjiżi dwar is- sitwazzjoni ekonomika u soċjali tagħhom kienu rapporti ta' tħassib.", "Ir- rappreżentant Pollakk, per eżempju, tkellem dwar il-fatt li l-gvern ta' pajjiżu kien daħħal numru ta' miżuri ekonomiċi u soċjali qawwija f'daqqa waħda mingħajr preparazzjoni serja u ħoloq - bħalissa għaddejja ċerta kriżi soċjali fil-pajjiż - terremot soċjali u terremot ekonomiku mhux żgħir.", "Jiena m'iniex se nidħolf il-kwestjoni jekk il-gvern Pollakk kellux raġun jew le jagħmel hekk imma qed nitkellem dwar kif kull pajjiż jevalwa s- sitwazzjoni tiegħu, kif ir-relazzjonijiet li jkollu jew il-miżuri li jieħu biex iwettaq ċerti relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea affetwaw u qegħdin jaffettwaw l-ekonomija tal-pajjiż u ċertament il-finanzi tal-gvern.", "Ir-rappreżentant tar-Repubblika Ċeka tkellem dwar l-iżbilanċ finanzjarju qawwi li f'daqqa waħda qed jiffaċċjaw fil-budget ta' l-istat u fejn skond hu fl-ewwel xahar ta' tmexxija finanzjarja tal-gvern preżenti kienu diġa' nefqu 25% tal-budget tas-sena kollha u kif issa qegħdin jipprovaw jiffittjaw l-istrutturi soċjali u ekonomiċi tagħhom biex isegwu ċertu nfiq.", "Mill-ġdid m'iniex qed nikkummenta fuq il-miżuri li ħadu, jekk humiex tajba jew le imma kull stat u kull pajjiż jiġġudika l-miżuri tiegħu skond kif iqis li huma l-interessi partikolari tiegħu.", "Fil-każ tar-Rumanija, biex iwettqu ċerti affarijiet, il-gvern spiċċa b'rewwixta sħiħa tal-ħaddiema fil- minjieri tal-faħam u daqs 300,000 minnhom ħarġu jipprotestaw bil-kbir għax kien se jkun hemm shake-up qawwi fl-istruttura ta' l-industrija tal- minjieri.", "Sur President, dawn huma kollha riflessjonijiet dwar kif kull pajjiż għandu l-perspettivi differenti tiegħu u għalhekk ma nistgħux nitilqu minn ġeneralizzazzjoni ta' kif pajjiżi differenti qegħdin jieħdu toroq li qishom l-istess, qisu kulħadd qed jgħid li għandna mmorru għal sħubija sħiħa.", "Nerġa' ngħid, kull pajjiż qiegħed jagħmel ir-riflessjonijiet tiegħu u allura anke fil-każ tagħna irridu nagħmlu r-riflessjonijiet tagħna.", "Jien għalhekk qiegħed nagħfas fuq dan il-punt, Sur President, għaliex m'huwiex il-każ li pajjiżna m'għandux alternattivi.", "Pajjiżna għandu iktar minn alternattiva waħda u m'huwiex il-każ li għalina hemm biss it-triq ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u xejn iktar.", "Anzi filwaqt li nitilqu mill- consensus li hawn fil-pajjiż dwar il-ħtieġa li Malta jkollha l-aħjar relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea, ħaġa li jixtieqha kulħadd, in-nuqqas ta' consensus jinsab fiex tikkonsisti dik l-aħjar triq.", "Allura tajjeb li l- poplu jkun jaf li f'din il-ħaġa m'huwiex kundannat għal għażla waħda imma għandu aktar minn għażla waħda.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li għalkemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea nkomplu nsostnu li huwa żvilupp pożittiv għall-Ewropea u tajjeb li jkompli jiżviluppa u nawguraw li jkompli jiżviluppa u nibqgħu nsostnu li hemm bżonn ta' l-aħjar relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea ta' pajjiżna, min- naħa l-oħra lanqas ma rridu nipproġettaw - kif ta' spiss jagħmlu l-Prim Ministru u sħabu - l-idea li l-Unjoni Ewropea qisha xi ġenna, li kollox sejjer tajjeb.", "Mill-ġdid nista' nirriferi għad-dibattiti interessanti ħafna li għadni kemm smajt u ħadt sehem fihom ukoll f'Milan fejn iltaqgħu l- Partiti Soċjalisti Ewropej dwar il-problemi interni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Id-diskussjoni li saret kienet diskussjoni ċara u franka u tat xiehda li anke fi ħdan is-soċjalisti Ewropej hemm diverġenza ta' veduti quddiem ċerti sitwazzjonijiet li huma mblukkati, quddiem ċerti problemi soċjali u ekonomiċi li huma qawwija u evidentement imbagħad quddiem l-isfida politika ta' l-elezzjonijiet Ewropej dan is-sajf.", "L-aktar problema li tissemma u li ssemmiet ta' spiss kienet il-problema tal-qgħad.", "Hawn Malta diġa' qegħdin inħossuna shaky għax il-qgħad issa qabeż il-5% taħt dan il-gvern, li kellu suppost iġibilna awtomatikament malli jidħol Kastilja ġid, fiduċja u xogħol imma s'issa għadu ma ġie xejn.", "Imma hemmhekk l-isfida tagħhom m'hijiex 5%, anzi min għandu qgħad ta' 5% qiegħed iħossu ixxamplat.", "Ħdejja kelli l-Viċi-Prim Ministru tad-Danimarka li kienet happy ħafna li huma hemmhekk qed jagħmlu record fost l-Ewropej li niżlu għal 5.5% tal- qgħad u qalet li effettivament matul dawn l-aħħar sitta jew seba' snin għamlu show tajba u kelli naqbel għaliex kienu telqu minn ċifra ta' qgħad ta' 12%.", "Imma imbagħad hemm pajjiżi oħra bħal Spanja li għandha ċifra ta' qgħad ta' 18%, hemm il-Ġermanja fejn il-qgħad qabeż l-10% u qiegħed imiss il-11% u f'ċerti distretti u reġjunijiet laħaq anke s-17%.", "Kull kelliem, kull dibattitu, kull diskussjoni kienet effettivament dominata mill- argument kif l-Ewropej se jirnexxielhom joħolqu l-impjiegi.", "Kulħadd qiegħed jirrikonoxxi li effettivament din hija problema kbira marbuta wkoll mal-finanzjament ta' programmi u ta' proġetti li bihom jistgħu jinħolqu dawn l-istrutturi ta' mpjiegi marbuta wkoll ma' l-argument wiesa' u kbir tal-koeżjoni soċjali.", "Il-fatt li f'diversi ekonomiji kbar u f'diversi oqsma sostanzjali tal-pajjiżi differenti b'mexxejja politiċi differenti waqt li jirrikonoxxu l-problema li qed jiffaċċjaw ta' finanzjament statali, qed ikollhom jiġu wiċċ imb'wiċċ mal-fatt li l-koeżjoni soċjali fil-bliet u fiċ-ċentri tal-bliet qed tisparpalja ruħha għaliex il-koeżjoni soċjali m'hijiex qiegħda hemm.", "Qegħdin jirrealizzaw li l-Unjoni Ewropea, tajba kemm hi tajba u pożittiva kemm hi pożittiva, mhux jirnexxielha tiffaċċja l- isfida ta' kif fil-bliet ċentrali toħloq koeżjoni soċjali.", "Id-diskussjonijiet hawnhekk, fl-opinjoni tiegħi, ma kenux iffokati lanqas, fis-sens li għad m'hemmx soluzzjoni u jien għalhekk naħseb li l- Onor. Fenech Adami u l-ministri tiegħu jagħmlu żball li jippreżentaw lill- Ewropa qisha kienet f'kollox il-ġenna ta' dak li għaddej.", "Dawn qegħdin jagħtu impressjoni falza għaliex id-dibattitu soċjali, finanzjarju u ekonomiku fl-Ewropa huwa wieħed akut u mimli tensjoni politika.", "Wieħed mill-argumenti, per eżempju, kien kif se joħolqu proġetti komunitarji li għallinqas jipprovaw joħolqu koeżjoni soċjali u biex jipprovaw jimlew dan il-vojt - u biex inkun għedt kollox, huma s-Soċjalisti fl-Ewropa li qegħdin jiffaċċjaw dan id-dibattitu għax il-Liberali u l-Konservattivi għadhom jemmnu li akkost ta' kollox irid ikun hemm suq ħieles biex tasal x'imkien, mudell li effettivament qiegħed jispiċċa skreditat - u jaslu għal xi forma ta' proposti qed ikollhom imorru lejn il-proġetti li kien fassal u ppropona Jacques Delors, kważi għaxar snin ilu, proġetti ta' infrastruttura soċjali u ekonomika li ma jrendux minnufih imma li b'ċerta viżjoni, ikolli nammetti, bil-ħolqien stess tagħhom iwasslu biex jorbtu aktar flimkien il- kontinent Ewropew anke, biex inkunu għedna kollox, fil-qafas ta' l- istituzzjonijiet.", "Tajjeb ngħid hawnhekk li fil-mod kif jittieħdu ċerti deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea mhu veru xejn illi qisna qed niffaċċjaw xi ħaġa li hija perfetta għaliex il-mexxejja stess jirrikonoxxu illi l- istituzzjonijiet m'humiex jiffunzjonaw tajjeb.", "Allura min-naħa hemm l- argumenti kbar illi qajmet jumejn ilu Pauline Greene dwar korruzzjoni fil- livell parlamentari u fil-livell burokratiku tal-kummissjoni u korruzjoni anke fil-livell ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u d-dewmien biex jittieħdu d-deċiżjonijiet li ħafna drabi jimblokka l-affarijiet, u min-naħa l-oħra hemm il-punt sħiħ ta' kif se jkun hemm accountability ċara fuq deċiżjonijiet tal-kummissjoni u fuq kif il-Parlament Ewropew jiffunzjona b'mod li jibqa' trasparenti.", "Effettivament, Pauline Greene għamlet suġġeriment interessanti ħafna.", "Hija qalet li ma jistgħux jimxu 'l quddiem jekk ma jkunx hemm xi forma ta' armonizzazzjoni jew kordinament f'dak li għandu x'jaqsam mas-salarji u l- perkaċċi li għandhom il-parlamentari Ewropej.", "U wieħed jifhem għaliex għamlet dan is-suġġeriment għaliex jekk ma jkunx hemm din il-forma ta' armonizzazzjoni, allura l-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet bilfors ikun fallimentari jew għallinqas defiċitarju.", "Imbagħad hemm il-punt l-ieħor dwar kif l-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jaslu għal deċiżjonijiet finanzjarji li huma trasparenti u effikaċi.", "F'din il-ħaġa kien hemm u għad hemm tgergir sħiħ mhux min-naħa tax-xellug biss, biex inkunu ċari, imma anke min-naħa tal-lemin.", "Bħalissa għaddejja tug of war sħiħa dwar jekk għandhomx iressqu t-taxxi tal-pajjiżi differenti flimkien.", "Fil-fatt il- kelma li hija out hija li għandhom jipprovaw jarmonizzaw it-taxxi u l-kelma li hija in bħalissa hija li qed jipprovaw jikkordinaw it-taxxi bejniethom.", "Fil-fatt meta xi ħadd mill-pajjiżi illi huma kandidati tkellem dwar armonizzazzjoni tat-taxxi waqqfuh u qalulu li huma ma jgħidux \"armonizzazzjoni tat-taxxi\" imma jgħidu \"nikkordinaw it-taxxi bejnietna\".", "Anke f'dan hemm indikazzjoni illi l-istrutturi ta' kif jittieħdu d- deċiżjonijiet għadhom m'humiex qed iduru tajjeb biżżejjed, ħaġa li hija rikonoxxuta anke fil-mod kif jitkellmu dwar it-tqassim tal-cake finanzjarju u ekonomiku li l-Unjoni Ewropea jkollha għad-dispożizzjoni tagħha.", "Kien hemm imbagħad input interessanti ħafna minn Jacques Delors innifsu fejn qal li qabel wieħed jitkellem dwar bidla fl-istituzzjonijiet, dwar riforma fl-istituzzjonijiet u dwar aktar sofistikar ta' l-istituzzjonijiet, ikun aħjar u aktar importanti li l-istituzzjonijiet attwali jitħaddmu aħjar.", "Anke hawn għandu punt, fis-sens illi din l-Ewropa li hawn Malta tiġi mpinġija qisha makna perfetta minn l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu, fil- vista ġenwina ta' l-istess Ewropej m'hijiex dik il-makna perfetta li jipprovaw jippretendu li hi.", "Fil-fatt fil-vista ta' l-istess Ewropej hija xi ħaġa illi għad għandha ħafna affarijiet iġġamjati fiha u tajjeb li l- verita' ngħiduha right across the board u mhux nipprovaw nipproġettaw kollox b'kuluri sbieħ meta hemm affarijiet oħra li hemm lok ta' titjib u ta' kritika għalihom.", "Hemm imbagħad input ieħor, ir-rwol tal-gvernijiet fil-mod kif timxi l-Unjoni Ewropea, u din qed tinħass.", "Sur President, mhu veru xejn li hemm ugwaljanza sħiħa fid-deċiżjonijiet għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn jittieħdu skond is-saħħa tal-pajjiż.", "Din tinftiehem ukoll u m'hemm xejn stramb fiha imma m'għandniex nitilqu bl-idea li l-Ewropa taħdem b'mod illi pajjiż żgħir se jkollu l-istess leħen, l- istess saħħa u l-istess preżenza bħal pajjiż ħafna ikbar minnu.", "Dan mhu veru xejn.", "Biżżejjed tinnota kif isiru l-kungressi, per eżempju.", "Min hu rappreżentant ta' partit kbir jew ta' pajjiż kbir imexxi d-diskussjoni, min hu mbagħad rappreżentant ta' pajjiż iżgħar fl-istess Unjoni Ewropea jitkellem imma jinħass li l-vuċi tiegħu jew tagħha - għax kien hemm rappreżentanti nisa f'dan il-qasam - hija ta' piż differenti.", "Forsi se tgħidli li din hija ħaġa minn ewl id-dinja, Sur President.", "Iva, din hija minn ewl id-dinja, imma jekk se nitilqu mill-perspettiva li nevalwaw dak li għaddej mil-lat tal-parametri tal-pajjiż li jkun, jekk tkun pajjiż kbir tgħid li dan hu minn ewl id-dinja u jaqblilna u sewwa.", "Imma jekk tkun pajjiż żgħir tgħid li dan hu minn ewl id-dinja, imma aħjar noqogħdu attenti għax mhux bilfors jaqblilna.", "Dan huwa punt ieħor illi hemm bżonn li nisħqu fuqu u mhux f'sens negattiv jew biex nikkritikaw imma biex naraw id-dinja kif inhi tabilħaqq.", "Jiena nifhem illi għaddej attakk sħiħ bħalissa biex jipprovaw jippreżentaw lili u lil sħabi bħala xi xjaten fuq dawn l-affarijiet, li qisna qed ngħidu affarijiet outrageous, li qatt ma jinstemgħu u qisna qed ngħidu l-ġennati.", "Nifhimha mela le!", "Dan huwa eżerċizzju ta' propaganda li l-Onor.", "Fenech Adami jiddiletta bih u ilu snin jagħmlu.", "Imma r-realta' hija differenti u għalhekk qiegħed on the record illum ħalli aktar 'il quddiem min ikun irid ikun jaf eżattament x'qed ngħidu jista' jaqra' dan it-transcript u jkun jaf x'qed ngħidu mhux jaqra biss dak li jgħidu \"IN-NAZZJON\" jew \"Il-mument\" jew li qed jgħidu \"The Times\" jew \"The Malta Indpendent\".", "Sur President, aħna qed nitkellmu dwar l-affarijiet kif narawhom b'ċerta oġġettivita'.", "Issa, din kif torbot mal-finanzjament tal-gvern għas-snin li ġejjin?", "Jekk qed nitkellmu dwar għażliet f'qasam enormi importanti għal pajjiżna bħar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, din ir-rabta se jkollha impact, nerġa' ngħid, fuq il-kapaċita' produttiva tal-pajjiż, fuq il-modernizzazzjoni ta' l-istrutturi tagħna kemm pubbliċi u kemm privati, fuq il-pożizzjoni tal-gvern, is-saħħa tal-gvern, il-piż tal-gvern fl- ekonomija u fis-soċjeta' kollha kemm hi u se jkollha impact ukoll fuq il- fondi minn barra li l-gvern se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu fiż-żmien li ġej.", "Tajjeb allura li nibqgħu ninsistu illi pajjiżna m'għandux biss għażla ta' triq waħda; il-poplu tagħna għandu aktar minn għażla waħda u sta għalih li jagħżel.", "U din m'hijiex se tkun għażla li se jagħmilha għada filgħodu għax tfaċċa l-avis ġimgħatejn ilu.", "Se tkun għażla illi tibqa' quddiemu.", "M'huwiex minnu li malli ħareġ l-avis fi draft form ġimgħatejn ilu ngħalqu l-bibien.", "Min qed jgħid hekk ma jafx x'qiegħed jgħid.", "L- għażliet quddiemna hemm għadhom.", "L-ebda bieb ma ngħalaq.", "L-ebda bieb ma ssabbat u, min-naħa l-oħra, l-ebda bieb ma nfetaħ.", "Mela tajjeb illi nifhmu u nisħqu li hemm aktar minn triq waħda u tajjeb li ngħid ukoll x'inhi t- triq li ħadem fuqha l-Partit Laburista u li se jibqa' jaħdem fuqha b'galbu, bil-ħsieb u b'moħħu miftuħ.", "U meta jinbidlu ċ-ċirkostanzi ngħidu li li l- affarijiet qed jinbidlu.", "Sur President, jiena nista' ngħidlek li fil-jumejn li qattajt ma' sieħbi Michael Falzon f'Milan qgħadt attent biex nifhem in-nuances kollha, biex nara x'jista' jinbidel u ma jinbidilx.", "Nista' ngħidlek li d-diskussjoni li kien hemm mal-mexxejja tal-partit li ġej mill-pajjiżi kandidati kienet istruttiva ħafna biex nara jekk hemmx fiha xi ħaġa li tagħtina ħjiel li l- affarijiet qed jinbidlu.", "Imma sal-lum nista' nibqa' ngħid b'kuxjenza ċara li l-affarijiet huma eżattament kif konna qed ngħidu li huma.", "Jiġifieri illi f'relazzjonijiet bejn pajjiż li m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiż li huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-bilanċi ta' l-affarijiet iridu jinġibdu b'mod ċar, b'mod iebes, b'mod ġenwin u mingħajr ma jingħalqu l-bibien.", "Sur President, aħna dejjem għamilniha ċara u nibqgħu nagħmluha ċara illi l-Partit Laburista qatt ma jiġġudika l-affarijiet fuq l-emozzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-interess tal-pajjiż imma jiġġudika dejjem skond kalkolu ċar ta' x'inhuma l-interessi ta' pajjiżna llum u fil-futur.", "Allura f'dan il-każ nibqa' ngħid illi dak illi sostnejna sal-lum għadu jgħodd għal- lum.", "Imma mmur aktar 'il quddiem minn hekk.", "In vista tas-sitwazzjoni finanzjarja li qed jiffaċċja l-gvern illum u li se jibqa' jiffaċċjaha għada, jiena ngħid ukoll illi kieku jiena kont naqbel ma' sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea, kont nagħti parir tekniku lill-gvern li t-triq li kien beda biha l-Partit Laburista hija l-aktar triq li eventwalment tista' twassal għal sħubija sħiħa għaliex hija triq li hija pprogrammata, hija triq li ma tagħlaqx bibien u hija triq li hija mfassla apposta għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Sur President, pajjiżna għandu l-limitazzjonijiet tiegħu, għandu l- potenzjal tiegħu u għandu t-toroq tiegħu ta' kif isegwi l-affarijiet.", "Allura meta jiġi xi ħadd jgħidilna illi m'għandniex fiduċja fil-poplu Malti, jiena ngħid: Veru li r-rettorika politika xi kultant titla' għall- irjus u veru li ċerti ossessjonijiet xi kultant jiżbilanċjaw il-mod kif wieħed iżomm il-cool tiegħu, imma min-naħa l-oħra tajjeb li meta aħna nkunu qegħdin nassessjaw dak li nagħmlu nkunu ċari x'inhuma l-qabżiet 'il quddiem li trid tagħmel l-ekonomija tagħna u kif se ssir il-modernizzazzjoni meħtieġa.", "M'hu veru xejn illi l-Partit Laburista, per eżempju, xi darba qal illi ċerti affarijiet m'għandniex nagħmluhom.", "Anzi, konna aħna li bl- aktar mod konkret bdejna nimmodernizzaw ċerti strutturi f'dan il-pajjiż, għax l-oħrajn ilabalbu, ilabalbu u jlabalbu u jipprożaw, jipprożaw u jippożaw imma bil-fatti ma jagħmlu xejn, xejn u xejn.", "Anzi jagħlqu għajnejhom u jħallu kollox għaddej.", "Sur President, konna aħna li ftaħna u bdejna nagħfsu fuq il-ħtieġa li jiġu mmodernizzati l-istrutturi tal-finanzi tal-gvern.", "Konna aħna li sħaqna fuq il-ħtieġa li jiġu mmodernizzati l-korpi parastatali u mhux lanqas it-tarznari.", "Konna aħna ċertament imbagħad illi mexxejna 'l quddiem il-privatizzazzjoni in parti tal-parastatali l-kbar.", "Kellna proġetti sħaħ mexjin 'il quddiem imma aħna li suppost ma kellniex kuxjenza soċjali, qgħadna attenti illi dak li nwettqu u dak li mmexxu 'l quddiem fl- immodernizzar tal-pajjiż ikun affjatat ma' l-impatt soċjali li dan il- pajjiż jista' jassorbi.", "Ċertament illum wara li smajt x'kien l-impatt soċjali ta' ċerti miżuri li ttieħdu fil-Polonja, fir-Rumanija u fir- Repubblika Ċeka, nifhem kemm huwa importanti illi żżomm quddiem għajnejk l- importanza ta' l-impatt soċjali f'dak li tagħmel.", "Sur President, huwa faċli tgħid: \"Keċċi l-eluf tan-nies\", u faċli tgħid: \"Neħħi s-sussidji fuq it-tarznari jew fuq xi ħaġa oħra\", u tista' tagħmilha faċli wkoll!", "Imma x'se jkun l-impatt soċjali tagħha din?", "Nista' ngħid li fost ir-rapporti li kellna mir-Rumanija kien hemm, per eżempju, illi wħud minn dawk li mexxew lill-ħaddiema tal-minjieri tal-faħam spiċċaw il-ħabs għar-raġuni li nstab li xi sitt snin ilu kienu kkommettew xi reati kontra l-kostituzzjoni ta' pajjiżhom.", "Imma issa s-sitwazzjoni stabilizzat ruħha ma' l-impatt soċjali u din hija xi ħaġa li inutli nibqgħu ngħattuha u naħbuha.", "L-affarijiet li jridu jsiru f'dan il-pajjiż - u hemm ħafna affarijiet x'isiru - iridu jsiru a misura ta' x'tiflaħ it-tessut soċjali ta' pajjiżna.", "Sur President, ngħid ukoll li ma nistgħux nissograw illi nersqu lejn ċerti livelli ta' qgħad li, bir-rispett kollu, ilhom mitqiesa bħala aċċettabbli fl-Unjoni Ewropea.", "Kieku kellna konċepibilment naċċettaw li jkollna livelli ta' qgħad ta' 16% jew 17%, kieku mhux biss nifqgħu t-tessut soċjali ta' pajjiżna imma ma nifilħux aktar bħala pajjiż.", "Ċertament ukoll li lanqas nistgħu nikkonsidraw ċerti soluzzjonijiet li kienu jsiru fl- imgħoddi ta' emigrazzjoni.", "Allaħares nitilqu għal dawk it-toroq!", "Allura naħseb illi meta nkunu qegħdin nagħmlu din it-tip ta' diskussjoni, il- gambetti politiċi partiġġjani ovvjament jibqgħu jsiru pero' m'huwiex aċċettabbli li l-gideb jibqa' għaddej u li l-Onor.", "Fenech Adami jibqa' jgħid li aħna bħala gvern konna se nkeċċu 5,000 ruħ minn mal-gvern.", "Dik hija gidba.", "M'hu veru xejn.", "Kellna rapport ta' grupp ta' esperti privati u veru li fost l-affarijiet li ssuġġerewlna kien hemm li jitneħħew 5,000 ruħ minn mal-gvern imma hija ovvja li dan aħna ma konniex se nwettquh u fil- fatt lanqas biss ħarisna lejn dan is-suġġeriment.", "Iżda l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu għamlu kampanja elettorali sħiħa jgħidu li se nkeċċu 5,000 ruħ minn mal-gvern u n-nies emmnithom.", "Issa biex tgħaxxaqha l-avis li għandu quddiemu dan il-gvern huwa wieħed imperattiv u jrid iwettqu.", "Sur President, kif il-gvernijiet tar-Rumanija, tar-Repubblika Ċeka u tal- Polonja qed iwettqu l-avis li tawhom, l-Onor.", "Fenech Adami se jkollu jwettaq x'qed jgħidlu l-avis.", "Imma issa m'hijiex kwestjoni ta' twettiq ta' rapport illi huwa fakultattiv, kif kien tagħna, għaliex dan huwa rapport imperattiv.", "Fil-qasam tal-kaċċa u l-insib, per eżempju, ir-rapport ta' l- avis jgħid li huwa importanti li ddaħħal id-direttiva ta' l-għasafar.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-customs union huwa imperattiv li twettaqha malajr kemm jista' jkun.", "Jiena għalhekk qed ngħid li meta qed nitkellmu fuq dak li għandna nagħmlu m'għandniex nigdbu fuq xulxin.", "Forsi tigdeb darba, tigdeb darbtejn, tirbaħ darba, tirbaħ darbtejn imma t-tielet darba jew ir-raba' darba se tiżloq.", "Għalhekk, Sur President, f'dak li għandu x'jaqsam mat-triq li qed jissuġġerixxi l-Partit Laburista ejja nifhmu illi din it-triq hija mfassla biex l-impatt ekonomiku soċjali tagħha jkun tali li t-tessut ta' pajjiżna jista' jifilħu u illi s-sistema finanzjarja tal-gvern tista' tifilħu.", "Allura triq bħal din m'hijiex se tesponi lill-gvern għall-bżonnijiet finanzjarji li dejjem jiżdiedu, jiżdiedu u jiżdiedu imma se tipprova tagħmel il-brejkijiet hemmhekk ukoll.", "Min-naħa l-oħra din it-triq filwaqt li tikkontrolla l-impatt soċjali u l-impatt ekonomiku finanzjarju, hija maħsuba wkoll biex ma tagħlaq bibien bibien għal ħadd.", "Tajjeb allura li nerġa' ninsisti - hawnhekk qed nitkellem fuq livell konċettwali apposta, qed nitkellem fuq il-punt konċettwali li m'huwiex veru li pajjiżna għandu quddiemu biss sħubija sħiħa - li hemm toroq alternattivi oħra li għandna nkunu konxji minnhom u mbagħad jagħżel il-poplu.", "Sur President, it-triq u l-proposta tal-Partit Laburista hija ffokata - issa qed nitkellem mil-lat ekonomiku - l-ewwelnett fuq il-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles industrijali, xejn aktar u xejn anqas.", "Issa, jiena naf li f'dawn l-aħħar sena u nofs jew sentejn ipprovaw joħolqu kontroversja sħiħa fuq l-użu tal-kliem \"kummerċ ħieles\" b'kuntrast mal-kliem \"kummerċ ħieles industrijali\".", "Tan-naħa l-oħra bdew jgħidu: \"M'għadhomx jużaw aktar it-terminu \"kummerċ ħieles industrijali\" imma qegħdin jużaw it- terminu \"kummerċ ħieles\".", "Qed taraw kif f'daqqa waħda t-terminu twessa' għaliex l-Ewropej ma ħallewkhomx titkellmu biss fuq kummerċ industrijali!\".", "Imma dan mhu veru xejn, Sur President.", "Ir-realta' kienet u għadha illi t- triq li għandna nimxu fuqha bħalissa fl-opinjoni tal-Partit Laburista hija illi jkollna kummerċ ħieles ma' l-Unjoni Ewropea li rridu naslu għaliha fuq temp ta' żmien - issa nitkellem fuq it-temp ta' żmien ukoll - li tittratta dwar prodotti u kummerċ industrijali bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Huwa f'dan is-sens illi rridu naħdmu.", "Sur President, huwa veru li hemm ċerti prodotti tal-biedja li huwa fl- interess tagħna li nikkummerċjaw lejhom daqskemm hu mbagħad fl-interess tagħhom li jikkummerċjaw magħna.", "Jiġifieri t-tieqa għal ċerti prodotti tal- biedja illi jkun tajjeb li jkollna arranġamenti speċjali għalihom, hemm qiegħda.", "Qatt ma neħħejniha min-nofs.", "Imbagħad hemm il-punt l-ieħor, il- punt li meta wieħed juża terminoloġija diplomatika fir-rigward anke tal- world trade organisation, huwa importanti li ma jidhirx li qiegħed jeskludi setturi.", "Allura trid tintuża terminoloġija li tagħfas kemm jista' jkun skond in-normi tal-world trade organisation - għalhekk tuża l-kliem \"kummerċ ħieles\" - imma bl-intent, bil-ħsieb u bil-qbil - u dan il-qbil kien hemm - illi s-settur tal-biedja huwa sensittiv għalina daqskemm hu sensittiv għall-Unjoni Ewropea, u din ninsisti fuqha.", "Sur President, is-settur tal-biedja huwa sensittiv għalina u huwa sensittiv għall-Ewropej ukoll.", "Biżżejjed wieħed jitkellem dwar kif l- Ewropej qed jittrattaw il-pajjiżi Mediterranji fil-kuntest tal-kummerċ li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura bejniethom.", "U biżżejjed wieħed jiftakar fil-ġlieda li għandhom ma' l-Istati Uniti dwar il-kummerċ li għandu x'jaqsam ma' prodotti tal-biedja mill-pajjiżi tropikali.", "Mela hemmhekk l- arranġament diplomatiku kien li wieħed jitkellem dwar kummerċ ħieles, bl- intent, bil-ħsieb u bil-qbil illi s-settur tal-biedja huwa eskluż.", "Min jgħid mod ieħor qiegħed jigdeb.", "Il-qbil bejn Gvern Laburista u l-Unjoni Ewropea kien qiegħed hemm.", "L-Onor.", "George Vella qed jurini t-text minn fejn nista' nikkwota imma dak il-lat tekniku jista' jiġi esplorat u jista' jiġi spjegat aktar 'il quddiem.", "Dan huwa l-istatement tiegħi, and I stand by it, fuq l-unur tiegħi.", "Sur President, it-trattati, id-diskussjonijiet u d-dokumenti hemm qegħdin u jistgħu jiġu kkonsultati.", "Il-pożizzjoni tagħna kienet, għadha u tibqa' li l-ewwel pass għandu jkun żona ta' kummerċ industrijali ħieles.", "Tajjeb ngħid ukoll hawnhekk li min joqgħod jikteb dawk l-editorjali ta' \"The Malta Independent\" kompletament misinformati ma jafx x'qed jgħid!", "Mhu veru xejn illi konna ħallejna kollox fl-ajru fuq din il-ħaġa!", "Mas-settur industrijali u mas-settur kummerċjali konna wasalna fi ftehim, kif konna wasalna fi ftehim back to back verbalment ma' l-Unjoni Ewropea, illi ż-żona ta' kummerċ industrijali ħieles konna se naslu għaliha fuq temp ta' minn ħamsa għal seba' snin.", "U għaliex minn ħamsa għal seba' snin?", "Għaliex kien se jkun hemm prodotti li jwasslu sa ħames snin illi fuqhom ikun hemm żona ta' kummerċ industrijali ħieles u kien se jkun hemm prodotti oħra li jwasslu sa seba' snin.", "U kif kienet se ssir din?", "Sur President, din kienet se ssir billi tittratta kemm f'dak li għandu x'jaqsam mas-sisa u kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-levies.", "F'dak li għandu x'jaqsam mas-sisa konna se nekwiparaw fuq bażi gradata s-sisa tagħna applikabbli għal dak li ġej minn barra mas-sisa li kienet se tidħol gradatament fuq il-produzzjoni Maltija ex-factory, waqt illi fuq temp ta' tliet snin li jibdew qisu mir-raba' sena from the starting point il-levies kienu se jitneħħew.", "Dak kien is-scenario.", "Jiġifieri l-levies ma kenux se jitneħħew imperattivament minnufih, kif qed tgħid l-avis, imma kienu se jitneħħew bejn erba' u seba' snin mil-lum, minn meta kellha tidħol into effect is-sistema kollha.", "Din kienet ir-realta'.", "M'għandna xejn x'naħbu fuqha din il-ħaġa.", "Għidniha kemm-il darba u tant wettaqniha li fejn kien hemm impenn mill-gvern preċedenti ta' l-Onor.", "Fenech Adami illi fl-1996 ineħħi mat-300 levy, dak il-ftehim warrabnih u ma mplimentajniehx.", "Jiena nimmaġina li issa l-Ewropej se jiġu għand il-gvern preżenti u jgħidulu: Inti wegħedtna li sa l-1996 se tneħħi 300 levy, mela neħħihom issa.", "Din kienet it-tifsira kummerċjali u ekonomika ta' dak li għamilna.", "Forsi tistaqsini, Sur President: Kien hemm affarijiet li jmorru aktar 'il bogħod minn hekk?", "Ħalli ngħidlek l-affarijiet li ma kenux se jidħlu fiha.", "Nerġa' ngħid, il-biedja u s-sajd ma kenux se jidgħlu fiha.", "F'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tas-servizzi finanzjarji, dan ma kienx se jintlaqat minn din is-sistema waqt illi taħt sħubija sħiħa evidentement huwa parti mill-pakkett.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-profil tas-settur tal-gvern, kemm mil-lat finanzjarju u kemm mil-lat ta' nies, kien se jibqa' kompletament 'il barra minn dan il-ftehim.", "Forsi tiġi tgħidli: Imma intom ma kellkomx l-idea li timmodernizzaw is-settur tal-gvern?", "Dażgur, imma ċertament mhux fil-qafas ta' ftehim ma' l-Unjoni Ewropea, fejn inkunu obbligati nsegwu n-normi tagħhom!", "Dażgur li le!", "Il-modernizzazzjoni li ridna, li rridu u li għadna naqblu magħha tas-settur tal-gvern, tal- parastatali u ċerti monopolji fil-pajjiż u tal-qasam tat-tarznari kienet se tkun modernizzazzjoni mfassla skond in-normi ta' pajjiżna, skond il- ħteġijiet ta' pajjżna u ċertament ukoll imfassla b'mod biex tilqa' għall- impatt soċjali li jista' jkollha ħaġa bħal din.", "Aħna kellna diġa' miktuba fl-istrumenti li bihom ipprivatizzajna 40% tal-Maltacom illi l-monopolju kellu jibqa' jinżamm sas-sena 2010, u din għamilniha b'ċertu ħsieb u mhux waddabniha bl-addoċċ.", "Bl-ebda mod dak it-tip ta' impenn ma kien se jidħol fil-ftehim, fit-triq illi aħna nemmnu li Malta għandu jkollha ma' l-Unjoni Ewropea.", "X'kien se jidħol aktar f'qasam bħal dak?", "Ċertament kienu se jidħlu r-regoli ta' kompetizzjoni.", "Fil-fatt aħna konna lesti li niddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea ċertu kordinament ta' sistemi illi bihom issir il-kompetizzjoni għaliex hemmhekk għandhom raġun.", "Jekk inti qiegħed tikkompeti ma' pajjiżi li għandhom ċerti regoli ta' kif tinżamm il-kompetizzjoni, dawn ikollhom raġun jinsistu - kif għandna raġun ninsistu aħna - illi l-kompetizzjoni tkun b'xi mod jew ieħor magħmula skond normi ta' trasparenza.", "Għalhekk kellna l-ftehim illi jsiru ċerti diskussjonijiet u ċerti commitments u jittieħdu ċerti mpenji biex ikun hemm armonizzazzjoni u konverġenza tar-regoli ta' kompetizzjoni li del resto aħna naqblu magħhom għax nemmnu li jkun tajjeb li l-kompetizzjoni f'pajjiżna tkun maħduma, impoġġija u rregolata b'mod illi tassew tassigura li jkun hawn kompetizzjoni ġusta u ħielsa.", "X'kien eskluż mit-triq illi pproponejna u għadna nipproponu, Sur President?", "Li kien eskluż ċertament kien illi jkun hemm xi triq awtomatika minn punt fejn Malta jkollha żona ta' kummerċ industrijali ħieles għall- punt fejn ikollha għaqda doganali ma' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa veru illi hemm l-impenn diplomatiku illi Malta u l-Unjoni Ewropea jimmiraw għal għaqda doganali, u la qed nitkellem b'mod konċettwali u tekniku tajjeb ngħid ukoll x'inhi d-differenza bejn żona ta' kummerċ ħieles u għaqda doganali.", "Żona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea - qed nuża l-kliem \"żona ta' kummerċ ħieles\" fis-sens ta' \"żona ta' kummerċ industrijali ħieles\", biex ma jkunx hemm xi bravu li jerġa' jgħid li erġajt waqajt fl- idea ta' żona ta' kummerċ ħieles - tfisser illi Malta u l-Unjoni Ewropea bejniethom ma jkollhomx dazji jew restrizzjoni tal-kummerċ imma t-tnejn li huma jkollhom il-fakulta' illi jagħmlu dazji differenti fuq l-importazzjoni lejhom minn pajjiżi terzi, per eżempju, mill-Ġappun, mill-Istati Uniti u mil-Libja.", "Mela f'dak li għandu x'jaqsam ma' żona ta' kummerċ ħieles l- Unjoni Ewropea jkollha d-dazji tagħha għall-prodotti li ġejjin mill-Amerika u Malta jkollha d-dazji tagħha għall-prodotti ġejjin mill-Amerika.", "Taħt żona ta' kummerċ ħieles l-Unjoni Ewropea jkollha d-dazji tagħha għall- prodotti ġejjin mil-Libja u Malta jkollha d-dazji tagħha għall-prodotti ġejjin mil-Libja.", "Evidentement irid ikun hemm ċerti regoli li jassiguraw li ma jkunx hemm trade leakages imma għandek il-fakulta' illi żżomm dazji differenti, u din hija kruċjali u kardinali.", "Jekk niġu mbagħad għal għaqda doganali, din tfisser li kemm Malta u kemm l-Unjoni Ewropea mhux biss ma jkollhomx dazji bejniethom imma jkollhom l- istess dazji għall-prodotti ġejjin mill-Amerika kemm f'Malta u kemm fl- Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea tiċċarġja ċertu dazju fuq prodott Amerikan u Malta tiċċarġja l-istess dazju fuq prodott Amerikan.", "Issa din xi tfisser fil-prattika?", "Din ma tfissirx li l-Unjoni Ewropea se tbiddel id-dazji tagħha u tagħmilhom bħal ta' Malta għall-prodotti ġejjin mill-Amerika iżda tfisser illi Malta tagħmel l-istess dazji fuq dawn il- prodotti li għandha l-Unjoni Ewropea, xejn aktar u xejn anqas.", "Mela għaqda doganali bejn Malta u l-Unjoni Ewropea mhux biss tfisser illi Malta ma tiċċarġjax dazji fuq prodotti ġejjin mill-Ewropa - u l-Ewropa jagħmlu l- istess ħaġa fuq prodotti ġejjin minn Malta - imma tfisser ukoll illi Malta fuq prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi tibda tiċċarġja l-istess dazji li qed tiċċarġja l-Unjoni Ewropea.", "U tfisser ukoll illi l-istrutturi l-oħra illi bihom l-Ewropej iżommu l-prezzijiet fil-qasam tal-biedja, fil-qasam ta' l-industrija u f'oqsma oħrajn, nagħmluhom aħna wkoll.", "Dik hi d- differenza.", "Allura x'jiġri, Sur President?", "Jiġri li f'daqqa waħda b'għaqda doganali Malta tkun tilfet il- flessibbilta' kollha li biha tirregola l-kummerċ tagħha għaliex tibda tmexxi l-kummerċ tagħha ma' barra kompletament skond in-normi ta' l-Unjoni Ewropea.", "U din ħaġa tajba jew ħaġa ħażina, Sur President?", "Jiddependi x'pajjiż int, jiddependi x'inhi s-sitwazzjoni tiegħek u jiddependi minn xiex hu maħdum u mlaħħam il-kummerċ barrani tiegħek.", "Għal ċerti pajjiżi hija ħaġa tajba u ċerti pajjiżi jridu jikkonsidrawha aktar iżda għal ċerti pajjiżi tista' ġġib disturb kbir.", "Jekk nieħdu l-esportazzjoni lejn l- Amerika minn Malta, din għadha tgawdi ċertu trattament preferenzjali.", "L- Amerikani għadhom iqisuna b'mod preferenzjali għall-esportazzjoni industrijali.", "Imma jekk aħna nadottaw it-tariffi li għandhom l-Ewropej lejn prodotti Amerikani, l-Amerikani se jgħidulna: Jiena għalfejn għandi nittrattak preferenzjalment lilek?", "Ladarba lili qed tittrattani l-istess bħall-Ewropa, mela jiena se nitrattak bħall-Ewropa.", "Għalhekk jiena dan l- aħħar meta semmejt x'jista' jiġri mill-esportazzjoni ta' l-ST Micro Electronics - u kien hemm min skandalizza ruħu Alla jbierek - għidt li b'għaqda doganali l-esportazzjoni ta' Malta ta' l-ST Micro Electronics lejn l-Amerika filli għandha aċċess preferenzjali fil-qasam Amerikan u filli titilfu.", "Forsi hawn min jistaqsi: Imma taħt zona ta' kummerċ ħieles mhux se jiġri l-istess ħaġa?", "Mhux xorta l-Amerikani se jgħidulek: Kif lill-Ewropej qed tagħtihom tariffa zero u tippretendi li aħna nibqgħu nitrattawk preferenzjalment?", "Iva, hemm ċans li l-Amerikani din jistaqsuha, anke fil- każ ta' żona ta' kummerċ ħieles, imma f'dak il-każ ir-risposta tkun ċara għaliex bl-istess mod li għamilna żona ta' kummerċ ħieles ma' l- Ewropa,m'hemm xejn x'iżommna milli nagħmlu żona ta' kummerċ ħieles ma' l- Amerika għaliex Malta ma tkunx marbuta ma' l-għaqda doganali li jkollha ma' l-Ewropa, as easy as that.", "Mhux qed ngħid li se tagħfas buttuna u tiġri, imma ċertament li t-triq illi ssegwi hija koerenti daqskemm hija koerenti t- triq li rridu nsegwu vis-a-vis il-kummerċ li għandna mal-Libja u l- arranġamenti personali mal-Libja.", "Fil-qasam ta' dak li qed nipproponu aħna għal relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea, mhux biss ikollna din il- flessibbilta' li nżommu ċerti relazzjonijiet u ċerti rabtiet għal ċertu żmien raġonevoli imma nkunu nistgħu nagħmlu dan anke fil-qasam tal-persuni.", "Fil-qasam ta' l-ivvjaġar, parti mill-obbligi ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tkun tfisser illi pajjiżna jrid jadotta r-regoli ta' Schengen, hekk imsejħa fost l-Ewropej, li jirregolaw min jidħol u joħroġ minn fosthom.", "Jiena m'għandi xejn kontra l-ftehim ta' Schengen.", "X'jista' jkollna kontra dawn ir-regoli?", "Imma wieħed irid jistaqsi kif dan il-ftehim japplika għal pajjiżna.", "Waħda mill-affarijiet li japplikaw żgur tkun illi waqt li ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jiġu Malta bla problema ta' xejn - ħaġa illi għat-turiżmu diġa' teżisti - għaċ-ċittadini mill-Afrika ta' Fuq, mhux lanqas il-Libja, terġa' tidħol is-sistema tal-visa.", "Allura din hija ħaġa tajba jew ħażina għal pajjiżna illi jikklejmja illi ninsabu fiċ-ċentru tal- Mediterran u li rridu nattiraw kummerċ kemm min-naħa tan-north tal- Mediterran kif ukoll min-naħa tas-south tal-Mediterran?", "Dawn huma affarijiet illi tajjeb li ngħiduhom u tajjeb li nifhmu safejn it-triq li qed nissuġġerixxu aħna tasal.", "Sur President, it-triq li qegħdin nissuġġerixxu aħna teskludi wkoll ċerti miżuri illi, kif jirriżulta mill-avis, iridu jiġu mplimentati f'pajjiżna, miżuri li bihom ħaddiema, self-employed żgħar, jistgħu jiġu minn pajjiżi Ewropej u jissetiljaw f'Malta, jaħdmu f'Malta, joqogħdu f'Malta u jixtru djar u proprjeta' f'Malta.", "Naturalment issa se jgħidu li qegħdin nipprovaw nbeżżgħu lin-nies b'dak li jista' jiġri u li qegħdin nagħmlu scare- mongering, imma din mhi x xejn ħlief ir-realta'.", "Dak li tfisser illi jkollok ċerti affarijiet trid issegwihom u allura tajjeb li nispeċifikaw x'qegħdin ngħidu.", "It-triq l-oħra li qegħdin nissuġġerixxu aħna hija triq illi tmur fis-sens ta' modernizzazzjoni ta' pajjiżna imma hija triq illi ma tpoġġix pressjoni mhux sostenibbli la fuq is-soċjeta' tagħna u lanqas fuq il-finanzi tagħna.", "Hawnhekk nerġgħu norbtu mas-suġġett ta' dan id-debate.", "Għaliex huwa importanti li nisħqu fuq din is-sostenibbilta'?", "L-ewwelnett huwa importanti li nifhmu illi l-impatt soċjali jrid ikun parti essenzjali mill-mod kif niflu ż-żewġ toroq li għandna quddiemna.", "U huwa ċar li jekk triq waħda qiegħda timmodernizza imma qiegħda żżomm l-impatt soċjali f'ċerta miżura li hija bearable, li hija sostenibbli, allura għandek aktar ċans li tirnexxi fiha.", "Meta inti jkollok tbiddel kollox f'salt minn punt sa punt huwa ċar li trid tlaħħaq ma' ħafna affarijiet imma fil-fatt ma tlaħħaq ma' xejn.", "Waqt li jekk tibda biċċa u tiffoka fuqha u tagħmilha sa l-aħħar jiena ngħidlek li għandek chances ħafna aħjar illi twassalha u tagħmilha tajjeb!", "U meta tipprova tagħmel dan kollu f'salt u ma tikkonċentrax fuq li dak li jgħodd għal pajjiżek, aktar u aktar titħarbat!", "Sur President, jiena nistaqsi: X'inhu l-aktar għaqli, illi tieħu biċċa u tagħmilha sewwa u tkun żgur li qed tagħmilha tajjeb u li tgħodd għalik, jew li tiftaħ biex tkun ftaħt, biex tidher Ewropew aktar mill-Ewropej, Pâpa u kattoliku aktar mill-Pâpa u mbagħad tispiċċa mħarbat right across the board?", "U li tispiċċa mħarbat għandha l-impatt soċjali tagħha għaliex imbagħad trid tifli u mhux imbilli tkeċċi lin-nies minn mal-gvern, mhux imbilli tnaqqas is-sussidji fuq it-tarznari, mhux imbilli tneħħi l- monopolju tal-Maltacom, mhux imbilli tirrestrinġi s-servizzi finanzjarji!", "X'se jkun l-impatt soċjali ta' dawn l-affarijiet?", "U jekk l-impatt soċjali tagħhom se jkun negattiv, x'se jiġri fil-finanzi tal-gvern?", "Tajjeb li narawhom dawn l-options ħalli ħadd ma jgħid li qed nagħmilha ta' Cassandra f'kollox u npinġi kollox iswed.", "Sur President, jekk l-impatt soċjali jispiċċa negattiv l-ewwelnett jiżdied il-qgħad - u niftakru li l-bieraħ jiena kont qiegħed ma' mexxejja li f'pajjiżhom għandhom qgħad ta' 15% u 16% u minħabba f'hekk kellhom ir- rewwixti fit-toroq mill-ħaddiema tal-minjieri - u ċertament ukoll li d-dħul tal-gvern jonqos għaliex id-dħul mill-income tax jonqos.", "Anke d-dħul mill- VAT - u l-Onor.", "Dalli jiddiletta ħafna biha din - jonqos għaliex min hu qiegħed jonfoq anqas, imma mbagħad jogħlew il-ħlasijiet għall-benefiċċji soċjali għaliex ma naħsibx li l-gvern se jikkontempla li jnaqqas il- benefiċċju soċjali tal-qgħad, per eżempju.", "Allura x'jiġri hemmhekk?", "Jiġri li l-ħofra tal-gvern - din il-kelma li tant akkużawna biha - se tiżdied.", "Issa, fit-triq li qed jissuġġerixxi l-gvern, se jkun hemm fondi għal dawn l- affarijiet?", "Le, dażgur li le!", "M'hu se jkun hemm l-ebda fondi għall- general expenses tal-gvern.", "Jekk ikun hemm fondi - il-kelma \"jekk\" hija underlined tliet darbiet - dawn ikunu marbuta għal ċerti proġetti forsi wkoll għall-infrastruttura soċjali imma mhux se jkun hemm fondi għall- ispiża ġenerali.", "Sur President, għalhekk tajjeb illi nifhmu li t-toroq li għandna quddiemna m'humiex biss ir-rettorika li jiddiletta biha l-Onor.", "Fenech Adami meta jgħid kemm jien qed nittradixxi lil Malta.", "M'hijiex dik ir- rettorika li tgħodd imma x'inhuma r-realtajiet on the ground.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U tajjeb li dawn l-affarijiet nisħqu fuqhom.", "It- triq li qegħdin nissuġġerixxu aħna hija triq iffokata u sostenibbli, hija t- triq li tista' titwettaq, it-triq li taċċetta l-ħtieġa ta' modernizzazzjoni fil-pajjiż u t-triq li tħares lejn il-qafas finanzjarju tal-gvern u tal- pajjiż.", "Għaliex jekk ma nagħmlux hekk inkunu qegħdin niżolqu u jkun tajjeb li nifhmu ftit anke dak li qed jissuġġerixxi l-avis.", "Għaliex jiena s'issa tkellimt fuq it-triq li naqblu magħha aħna imma tajjeb li nħarsu lejn it- triq ta' l-avis u tajjeb illi din nibqa' nisħaq fuqha.", "L-avis lill-Onor.", "Fenech Adami m'huwiex jippreżentalu menu u jistaqsih x'jogħġbu minnu imma qed jgħidlu li jrid iwettqu kollu.", "Is-sena li għaddiet jew ta' qabel ċerti qaddisin stagħġbu bil-lingwaġġ li wżaw l-Ewropej meta bagħtu jgħidulna kif se nħaddmu 'l quddiem iż-żona ta' kummerċ industrijali ħieles.", "Allura dawn ma stagħġbux u ma skandalizzawx ruħhom bil-mod kif inkiteb l-avis!", "\"Imperattiv\", \"importanti\", \"malajr kemm jista' jkun\", din hija t-terminoloġija li wżaw!", "U nerġa' ngħid, Sur President, jien il-bieraħ u l-bieraħt lura ltqajt ma' mexxejja ta' pajjiżi li aċċettaw dawk it-tip ta' kondizzjonijiet u għaddejjin bl-iscreening.", "Fil-Polonja, per eżempju, qegħdin jgħaġġlu u jbiddlu l-affarijiet f'daqqa waħda imma issa qegdħin jirrokkaw.", "U jekk tħares lejn il-proġett ta' modernizzazzjoni li qed jiġi propost fl-avis, jiena nirritjeni li dan m'huwiex proġett ta' modernizzazzjoni mfassal skond il-parametri ta' Malta.", "M'huwiex l-iskop ta' l-Ewropej li jħarsu lejn il-finanzi tal-gvern Malti, lejn is-saħħa tal-qafas soċjali tagħna; dak huwa xogħolna.", "Huma qed jgħidulna: Jekk tridu tingħaqdu f'dan il-club tridu tagħmlu dawn l- affarijiet; agħmluhom inkella m'aħniex se neħdukom bis-serjeta'.", "Għalhekk, Sur President, jiena ma nistax nifhem fejn hu t-tradiment li wieħed jgħid lill-poplu Malti li dawn huma l-affarijiet li l-Ewropej qed jgħidu li rridu nagħmlu.", "Ma nafx fejn hu t-tradiment li tistaqsi lill-poplu Malti: Dawn it-tip ta' affarijiet, jekk tagħmilhom waħda wara l-oħra f'salt u malajr kemm jista' jkun, se jgħoddu għalina?", "Veru se nkunu qegħdin nimmodernizzaw lil pajjiżna jew se nifqgħuh?", "Veru li dawn il-bidliet huma mfasslin skond il-ħtieġijet tagħna jew huma mfasslin skond menu differenti li mhux bilfors jaqbel magħna?", "Hawnhekk, Sur President, tajjeb li nistaqsu: Meta timplimenta dawn il-proposti li l-Ewropew qed jgħidu li rridu nwettqu biex nersqu lejn sħubija sħiħa, il-qgħad se jiżdied?", "Din il-mistoqsija staqsejtha lil diversi nies u lkoll qaluli li l-qgħad bilfors se jiżdied.", "U din il-mistoqsija ma staqsejthiex hawnhekk biss imma staqsejtha barra minn Malta wkoll biex nara kif se jirreaġixxu.", "U l-esperjenza anke barra hija li l-qgħad qed jiżdied.", "Il-ħaddiema tal-minjieri fir-Rumanija, il- ħaddiema Pollakki qed jikkozzaw għaliex qed jaraw il-qgħad riesaq.", "U din ħaġa tajba jew ħaġa ħażina?", "Imbagħad hemm il-mistoqsija l-oħra.", "Bil- miżuri li qed jiġu proposti, l-investiment produttiv, l-investiment privat se jiżdied?", "Din hija mistoqsija importanti ħafna għaliex jekk qed ngħidu li hemm ċans li b'dawn il-miżuri l-qgħad jiżdied, għallinqas irid ikollna ċ- ċertezza li se jidħol u jiżdied investiment produttiv ġdid li għallinqas joffri speranza ta' impjiegi ġodda.", "Hawnhekk imbagħad iqumu żewġ punti, Sur President.", "L-ewwel punt huwa dan: Waqt li tkun qiegħed tibdel dawn l-affarijiet kollha, se jkun hemm ċaqliq soċjali, ċaqliq tal-prezzijiet, ċaqliq ta' nies qiegħda?", "Se jkun hemm ħteġijiet kbar ta' training ġdid, ħteġijet kbar ta' kif l-affarijiet jimxu 'l quddiem?", "U dan x'ifisser?", "Dan ma jfisser xejn ħlief li fil-pajjiż se jkollna inċertezza.", "Jekk qed nitkellmu fuq ristrutturar across the board u ħadd ma jaf kif se jibda, kif se jispiċċa u kif se jkompli, se jkun hemm rankar ta' inċertezza ekonomika u soċjali.", "Din l-inċertezza tista' ddum sentejn, tliet snin jew erba' snin imma se jkun hemm inċertezza.", "U fi klima ta' inċertezza stimulata minn dawn l- affarijiet biss - għaliex m'aħniex nitkellmu fuq l-inċertezza stimulata mill-budget deficit tal-gvern, m'aħniex qed nitkellmu fuq inċertezza stimulata minn ċaqliq internazzjonali finanzjarju ekonomiku - is it likely li jkun hemm aktar investiment produttiv?", "Naħseb li lanqas hemm għalfejn nirrispondiha din il-mistoqsija għax ma naħsibx li din il-ħaġa ma toħroġx ċara.", "Niġi issa għat-tieni punt, Sur President.", "Jekk inti riesaq lejn sitwazzjoni fejn se tkun qed iddaħħal, tekwalizza u tarmonizza l- kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tal-pajjiż ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea, dan ifisser li se nkunu qegħdin indaħħlu f'pajjiżna strutturi soċjali u ekonomiċi li huma ekwiparabbli ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura jiena nistaqsi: X'se jkun l-inċentiv biex jiġi investiment produttiv f'pajjiżna jekk se jkun dieħel f'ambjent li huwa mija fil-mija armonizzat ma' dak ta' l-Unjoni Ewropea, kemm fil-qasam produttiv tas- servizzi, fil-qasam produttiv finanzjarju u fil-qasam produttiv tal- manifattura?", "Jekk ikollna l-istess sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja armonizzata ma' Franza, ma' l-Italja tan-nofs, mal-Greċja, x'inċentiv għandhom li jiġu hawn investituri ġodda?", "Allura is it likely li taħt dawn il-kondizzjonijiet ta' inċertezza stimulata mit-twettiq tal-miżuri msemmija u ta' l-inċertezza u ta' l-ekwalizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jkollok investiment produttiv ġdid?\"", "Jiena ħaġa bħal din ma narahiex likely.", "Sur President, il-punt li jmiss huwa dwar it-tielet mistoqsija.", "\"Taħt il- kondizzjonijiet li qed jiġu ssuġġeriti fl-avis, x'inhi l-probabbilta' dwar l-ispiża tal-produzzjoni?", "X'se jiġri f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni?", "Se jiżdiedu jew se jonqsu?", "Aħna qegħdin nitkellmu dwar sitwazzjoni fejn qegħdin ngħidu li it is likely li jkollok aktar qgħad.", "Allura taħt dawn iċ-ċirkostanzi l-ispejjeż tal-produzzjoni se jitilgħu jew se jonqsu għal dawk li għadhom fl-impjieg?", "Din hemm żewġ risposti għaliha: L-ewwel risposta hija li bilfors se jkomplu jogħlew ħalli għallinqas dawk li qegħdin fl-impjieg ikunu jistgħu jifilħu għall- ispejjeż ogħla ta' ħajja li se jkollhom bl-implimentazzjoni ta' l-għaqda doganali.", "Imma dan ifisser ukoll li jekk l-ispiża tal-produzzjoni se togħla, il-produzzjoni tagħna se ssir anqas produttiva u anqas kompetittiva u allura se tonqos l-opportunita' għall-investimenti produttivi li diġa' jeżistu fil-pajjiż.", "Jekk min-naħa l-oħra ngħidu li għax il-qgħad għola allura l-ħaddiema se jkollhom inqas saħħa, il-unions se jkunu inqas b'saħħithom biex jipproteġuhom mill-għoli tal-ħajja u l-prezz relattiv tal- pagi, biex nibqgħu kompetittivi, jonqos, hemmhekk inkunu qegħdin naċċettaw mill-ġdid l-argument li t-tessut soċjali tagħna se nkunu qegħdin inħalluh jitberfel u jinfetaq.", "Dan huwa punt li tajjeb li nirriflettu fuqu.", "Punt ieħor li jorbot mal-qagħda konkreta li għandna quddiemna llum huwa dan: Taħt il-menu li jkollna nieħdu kollu ta' l-avis, x'inhi l- possibbilta' dwar il-fondi tal-gvern minn barra?", "X'inhi l-likelihood, x'inhi l-probabbilta'?", "Li dawn il-fondi se jiżdiedu biżżejjed biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispejjeż li se jkollu jiġġenera l-gvern?", "U r- risposta hija: Le, għaliex l-Ewropej diġa' qegħdin jagħmluha ċara illi l- fondi li se jkunu għad-dispożizzjoni tal-gvern minn barra mhux se jkunu għall-ispejjeż ġenerali imma se jkunu marbuta ma' proġetti li jkunu ddentifikati u co-financed mill-Gvern Malti.", "Jiġifieri jistgħu jġibu ¥20 miljun jew ¥30 miljun - żgur m'humiex se jġibu l-¥100 miljun li semmew fl- aħħar elezzjoni - imma żgur li dawk il-fondi se jkunu relatati ma' proġetti speċifiċi pubbliċi u parti minnhom iridu jiġu ffinanzjati mill-gvern.", "Allura, Sur President, jiena naħseb li anke hawn wieħed irid jifhem li t- tieni triq, dik li qed jagħfas fuqha l-Onor.", "Fenech Adami, hija triq li fejn għandhom x'jaqsmu l-fondi li jkunu relatati u available għall-gvern waqt li qiegħed iwettaq imperattivament id-direttivi ta' l-avis, dawn m'humiex se jkunu suffiċjenti biex jilqgħu għall-bżonnijiet kbar li se jkun qed jiffaċċja l-gvern.", "Għalhekk jiena nemmen li hemm bżonn li l-gvern mhux biss jinħela fir-rettorika tas-sinjali pożittivi, ta' \"erġajna qbiżna l- queue\", \"dħalna fil-queue\", \"ninsabu on the fast track\", \"screening u mhux screening\" u dawn il-ħafna affarijiet li forsi jimpressjonaw lin-nies imma jeħtieġ li jidħol fil-konkret u jifhem kif is-soċjali jorbot ruħu mal- finanzi tal-pajjiż u mal-qagħda ekonomika tal-pajjiż.", "Sur President, illum iffokajt apposta fuq kif il-qagħda finanzjarja u l- qagħda soċjali jgħaddu minn dan li għandna quddiemna bħala proposta tal- gvern biex idaħħal lil Malta membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "U qgħadt 'il barra milli niddiskuti dan kollu fil-kontest tal-qagħda finanzjarja ekonomika li għandu l-pajjiż bħalissa apposta għaliex dik hija a can of worms oħra, bettija oħra ta' problemi.", "Imma ċertament li 'l hinn mill- ħafna rettorika partiġġjana insolenti li nisimgħu min-naħa tal-gvern, it is about time li l-gvern għallinqas mhux biss ma jkomplix jitkellem fl-ajru dwar dawn l-affarijiet imma jitkellem b'mod konkret u bis-serjeta' u mhux fejn jinqalgħu l-intoppi jgħattihom bil-lostru u bil-lavanja.", "U tajjeb li nagħmluh dan il-punt għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien, irid jew ma jridx il- gvern, l-exposure tiegħu għall-financing estern aktar se tiżdied, tiġi kif tiġi dik l-exposure, għaliex hemm ħafna affarijiet li jimmedjaw għal kif tasal għaliha l-exposure finanzjarja esterna.", "Sur President, ċertament li ma rridux nagħlqu għajnejna u nagħlqu għajnejn il-poplu għall-punt li hemm aktar minn triq waħda.", "Nerġa' ngħid, min qiegħed jgħid li hawn triq waħda biss għal pajjiżna fir-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea m'għandux fiduċja fil-poplu Malti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Min jgħid hekk qed juri sinjali sħaħ ta' kumpless ta' inferjorita' u qed jiftaħ lil pajjiżna - ma ngħidx għall-perikli biex ma jkunx hemm min jgħid kemm jiena melodrammatiku - għal toroq li mhux veru se jwasslu għall-modernizzazzjoni imma għal toroq li, għaliex se jkunu qed jimminaw it-tessut soċjali tal-pajjiż, se jdaħħlu sentiment falz li l- modernizzazzjoni hija xi ħaġa anti-soċjali, li ma tistax titwettaq jew li taħraq is-swaba wisq.", "U jkun dnub li xi ħadd iwettaq din l-għażla, ikun dnub li xi ħadd idaħħalna f'dan l-isqaq.", "Hemmhekk pajjiżna jkun verament qed jiffaċċja tradiment.", "Tajjeb li nirriferi wkoll għall-mod kif qed iħarsu lejna ċerti aġenziji internazzjonali tar-rating.", "Jiena naf li l-mitoloġija tal-gvern hija li jipprova jdawwar kollox fuq il-gvern \"ta' Sant\", għaliex kull ħaġa li hija ħażina l-gvern \"ta' Sant\" jaħti għaliha!", "Dejjem itambar l-istess ħaġa.", "Ara kif tista' temminha!", "Kulmin għandu rasu fuq għonqu jaf li dan m'huwiex il-każ, imma li niqbgħu għaddejjin bi triq li qed iżżid l-assessment negattiv finanzjarju tal-pajjiż internazzjonalment hija xi ħaġa ħażina.", "U jiena ngħid li l-mod kif dan il-gvern huwa miexi anke fil-qasam tal- politika Ewropea, jiġifieri li jibqa' jisħaq internament u esternament li dik hija l-unika triq, qed ikompli jagħfasna f'dan it-tip ta' ċirku vizzjuż.", "Sur President, illum apposta ipprovajt nitkellem b'mod konċettwali u fuq it-teknika u apposta pprovajt inżomm kemm jista' jkun 'l bogħod it-timbru politiku għaliex xtaqt li l-affarijiet li jorbtu b'mod tekniku u b'mod politiku jew ekonomiku ma' l-issues li għandu quddiemna pajjiżna għallinqas ikunu on record, ħalli ma jkunx hemm aktar min jipprova jħawwadhom u jiddistortjahom fil-gazzetti u fid-diskorsi li jagħmel.", "Tajjeb li jkun hemm xi ħaġa on record ̧ illum għalija din hija benchmark, il-benchmark ta' kif wieħed iħares il-punt tat-tluq 'il hinn mir-rettorika partiġġjana imma b'sens ta' direzzjoni.", "Nerġa' nisħaq, Sur President, li hemm aktar minn triq waħda, hemm żewġ toroq mill-inqas.", "U fl-opinjoni tagħna t-triq li ħaddan u qed imexxi 'l quddiem il-Partit Laburista hija t-triq tal-vera modernizzazzjoni; hija t- triq li verament hija Ewropea; hija t-triq li tassew tiddefendi l-interessi tal-Maltin u ta' l-Għawdxin għat-titjib ta' pajjiżna b'sens sħiħ li dak li nagħmlu mhux jagħlaqna fina nfusna imma jiftaħna b'mod li jiggarantixxi t- tessut soċjali tagħna u li nimmodernizzaw b'mod iffokat u kontrollat.", "Allura nemmen imbagħad li l-issues li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija finanzjarja marbuta f'qafas realistiku bħal dan jiġu riżolti ħafna iktar malajr, ħafna iktar b'mod serju u professjonali minn kwalunkwe triq oħra.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear.)", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, naħseb li għal koerenza huwa importanti li nsostnu dak li għadu kemm qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid- dawl ta' l-abbozz tal-liġi li għandna quddiemna.", "Fil-fatt il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għadu kemm qal biex ma nitkellmux fis-sħab u ċ-ċpar imma nitkellmu fuq il-fatti u fuq dak li huwa neċessarju li jiġi indirizzat għall-ġid ekonomiku ta' pajjiżna.", "Għalhekk wieħed irid jifhem il-portata ta' dan li qed jipproponi l-Gvern Nazzjonalista fl-ambitu tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta' pajjiżna.", "Imma qabel nibda, Sur President, nixtieq nitkellem ftit dwar kif iħossu l-bniedem tat-triq meta l-parlament ikun qed jiddiskuti liġijiet ta' din ix-xorta.", "Qed ngħid hekk għaliex il-gvern qed jipproġetta li jdaħħal ¥60 miljun fis- sena minn fuq il-liċenzji u l-permessi - u min jaf kemm għad irridu nintroduċu taxxi mhux biss fuq id-drenaġġ imma anke fuq affarijiet oħra sabiex tittaffa s-sitwazzjoni ekonomika finanzjarja - biex minnhom inħallsu l-imgħaxijiet akkumulati fuq id-dejn li għandu pajjiżna.", "Allura n-nies meta jaraw dan, jistaqsu: Mela kif il-Gvern Laburista kien jiġi kkritikat u nsulentat mill-Partit Nazzjonalista li ma kienx qed jindirizza il- problema finanzjarja tal-pajjiż meta fil-perijodu qasir li għamilna fil- gvern żgur li m'għamilniex il-pastażata li għamlu n-Nazzjonalisti li biex jibnu airport internazzjonali kienu pproġettaw li se jonfqu Lm12 miljun u fil-fatt in-nefqa finali telgħet aktar mid-doppju?", "Jafu sħabna tan-naħa l- oħra li għad hemm bżonn isiru xogħlijiet oħra sabiex tabilħaqq nagħmlu l- ajruport tagħna wieħed diċenti u ta' livell internazzjonali?", "Biżżejjed insemmi, li minkejja li ntnefqu dawk il-miljuni kbar, lanqas biss għad hemm underground parking facilities.", "Ngħid għalija meta nisma' lil xi ħadd min-naħa l-oħra jgħaddi kummenti sarkastiċi bħal dawn - apparti li llum kollha moħħhom f'ħaġa waħda, ċioe' biex jattakkaw lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni - jien ngħid: Possibbli dawn l-iżbalji kbar li sal-lum pajjiżna għadu dgħajjef quddiemhom, tan-naħa l-oħra ma jirrealizzawhomx?", "Possibbli ma jirrealizzawx li kellu jkun Gvern Laburista li minkejja l- problema tad-deficit li sibna, għamel proġetti ta' upgrading u għamel l- investiment neċessarju kemm fin-naħa t'isfel ta' Malta, f'Wied il-Għajn, u kemm fin-naħa ta' fuq ta' Malta, f'Buġibba?", "Possibbli jibqgħu jgħajruna li pprattikajna politika fqira?", "Possibbli ma jirealizzawx li sal-ġurnata tal- lum is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk għadha ma ġietx indirizzata?", "Sur President, il-Gvern Nazzjonalista preċedenti ħalla aġenda vojta warajh u ma kellu l-ebda pjan għal dawn il-ħaddiema.", "Għalhekk aħna pprovajna naraw x'tip ta' xogħol nistgħu nagħtuhom.", "Uħud minnhom, per eżempju, kienu ngħataw xogħlijiet fil-proġett ta' Wied il-Qlejgħa, proġett li nieħu pjaċir ngħid li ġie introdott mill-gvern preċedenti.", "Dan il- proġett kien sar sabiex nipproteġu l-flora u l-fawna f'pajjiżna u nieħdu ħsieb il-geology, il-hydrology u l-ecology tal-post.", "F'dan il-proġett aħna pprovjana nkunu kreattivi minkejja l-limitazzjonijiet finanzjari li sibna u pprovajna nsostnu aġenda li kienet tagħti nifs ġdid lis-sitwazzjoni ekonomika u lill-aspett amministrattiv tal-gvern ċentrali sabiex ċerti problemi u kankriet jitjiebu.", "Imma mbagħad niġu hawnhekk u bl-iktar mod oxxen jipprovaw iċekknuna u jitfgħuna f'qoffa waħda, lilna li fi 22 xahar ridna nindirizzaw u ntejbu l-qagħda u l-attivita' ekonomika 'l hinn mid- dejn li jkompli jherri l-attivita' ekonomika f'pajjiżna!", "Sur President, fit-22 xahar li għamilna fil-gvern aħna nnegozjajna wkoll protokoll ta' koperazzjoni mal-Gvern Libjan għall-oqsma tal-biedja u s-sajd sabiex iż-żewġ popli jkomplu jinvestu u jiżviluppaw aktar l-attivita' ekonomika, isaħħu l-istrutturi ekonomiċi u jipprovdu nifs ġdid lill- ekonomija taż-żewġ pajjiżi.", "Permezz ta' dan il-protokoll it-tarznari qegħdin fil-pożizzjoni li jiffinalizzaw kuntratt ta' bini u manutenzjoni ta' trawlers tas-sajd.", "Dan ifisser ukoll li l-ħaddiema tat-tarznari jkunu qegħdin jaħdmu f'inqas periklu u barra minn hekk jonqsu l-overheads li jeżistu minħabba d-danger money.", "Permezz ta' dan il-protokoll rajna wkoll li jkun hemm żvilupp sabiex jinbnew quays fil-portijiet Libjani ħalli dan il-pajjiż ikompli jifrex l-attivita' tiegħu mal-pajjiiżi Mediterranji kollha inkluż dawk Ewropej.", "Il-Ministru Bonnici qal li kien jeżisti ftehim biex it-taxxa mposta fuq l- exports tal-fishfarms għall-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea minn 15% issir 7% u qal ukoll li dan aħna konna warrabnieh.", "Jien għedt diġa' li m'huwiex veru li dan il-ftehim aħna warrabnieh u qed nerġa' ngħidu llum biex inkun on record.", "Huwa veru li kien hemm għadd ta' diskussjonijiet għaddejjin imma meta aħna minn din in-naħa nirriferu għad-diskussjonijiet u t- trattattivi li konna għaddejjin bihom aħna ma' l-Ewropa, jgħidulna li dak kien biss ħolm u meta jqanqluhom huma qishom qed isemmu l-vanġelu!", "Għalija ma jagħmilx sens li meta niddiskutu abbozz ta' liġi li jirrigwarda self lokali wieħed ma jagħmilx riferenza għal dawn l-affarijiet, iktar u iktar meta dan is-self irid imur biex jindirizza s-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna bil-ħsieb li trendi aktar.", "Kif nistgħu ma nikkritikawx meta nafu kemm dan il-gvern f'dawn il-ftit xhur ħoloq problemi minħabba li jridna nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea?", "Per eżempju, huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea kollha għaddew minn inkwiet serju għal dak li jirrigwarda l-agrikoltura u sajd.", "Ħadd ma jista' jinnega li biex kull pajjiż sar membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea ra xita ta' bdiewa, sajjieda, raħħala u nies oħra li jaħdmu fl-agro- industrija u s-self-employed, bħall-istreet hawkers, jitilfu l-impjieg tagħhom filwaqt li l-konsumatur kellu jibda jħallas prezzijiet ferm u ferm ogħla.", "Sur President, aħna bħala oppożizzjoni m'għandna xejn kontra l-Unjoni Ewropea imma nifhmu li jistgħu jinħolqu konsegwenzi serji u nemmnu li hemm kategoriji tas-soċjeta' tagħna li se jkunu milquta ħażin u hemm bżonn li nkunu ċari dwarhom.", "Jekk nieħdu l-industrija tal-majjal, per eżempju, dawn se jgħidulna: Fiex triduna ninvestu meta jiena nġib prezz ta' 48c-il kilo jekk ma jkollix sussidju?", "Fiex triduna ninvestu meta tafu li l-produzzjoni tal-laħam fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea qiegħda dejjem tikber u l-prezz dejjem jitbaxxa u allura ma nkunu nistgħu qatt mmorru 'l quddiem?", "Fiex triduna nonfqu l-eluf ta' liri biex ikollna l-istandards neċessarji meta tafu x'inhi s-sitwazzjoni?", "U minkejja li min-naħa l-oħra jikkritikawna, tajjeb ngħid hawnhekk li fit-22 xahar li għamilna fil-gvern konna waqqafna l-importazzjoni tal-majjal u rajna l-attivita' tal-bejgħ tal-majjal tikber bi kważi ¥3 miljun.", "Jekk nieħdu l-industrija ta' l-ipproċessar taċ-ċanga, nafu li l-ewwel deċiżjoni li ħa dan il-gvern kienet li neħħa l-levy fuq il-laħam frisk ipproċessat.", "Dan meta diġa' kellu t-triq imwittija mill-Gvern Laburista u kulma kellu jagħmel kien li jġedded l-emenda għal avviż legali li konna għamilna aħna fil-gvern, u b'hekk inkomplu nsostnu din l-attivita' industrijali.", "B'riżultat ta' dan il-gvern ma sab lil ħadd li jrid jittenderja għal dan il-laħam u llum fil-biċċerija hemm 'il fuq minn 40 tunnellata laħam li għadu ma nbiegħx.", "Jekk nieħdu l-industrija ta' l- ipproċessar tat-tadam, il-gvern qed jgħidilhom li l-Unjoni Ewropea se tagħtihom prezzijiet garantiti imma dawn se jgħidulu: Jekk il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jħallsu 4c-il kilo u aħna nġibu bejn 7c u 9c-il kilo, kif qatt nistgħu mmorru aħjar?", "Imbagħad forsi jipprovaw jgħidulhom li l-mara tad-dar se tixtrih bl-irħis imma l-verita' m'hijiex dik.", "Jiena m'iniex se noqgħod ngħid x'jintqal fl-artikli ta' \"The Catholic Outlook\", jew kemm il- konsumatur Malti jħallas għal tużżana bajd frisk u li l-bqija tal- konsumaturi tal-pajjiżi membri fl-Unjoni jħallsu ħafna aktar.", "Imma aħna qed infehmuh lill-industrijalist, lill-produttur, lir-raħħal, lis-sajjied u lill-bidwi li minkejja li hemm dawn il-prezzijiet garantiti, dawn dejjem qegħdin jitbaxxew?", "Allura jekk il-gvern qed jissellef biex isostni l-futur ekonomiku tal-pajjiż, jeħtieġ li jkun realistiku, jitkellem b'saqajh ma' l- art u jagħtina l-istatistika li nitolbuh.", "Imbagħad min irid jikkritikana, min irid jikkritika l-individwalita' tagħna u min irid inassasna - u jeħtieġ li l-ġurnali tagħna jagħtu nifs huma stess u mhux ikunu razzisti lejn ir-rappreżentanti ta' dan il-parlament, partikolarment lejn il-mexxej tagħna - jagħmel hu.", "Imma aħna għandna nkunu poplu li tabilħaqq nifformaw soċjeta' demokratika u soċjeta' li tkun 'il hinn minn ċerti għanijiet razzisti.", "Sur President, parlament bħal dan irid iżomm diskussjoni ħajja imma jekk aħna nafu li l-industrija tagħna bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se tkun mhedda serjament, allura jkun assurd li ngħidu li dan is-self se jsir għaliex il-gvern preċedenti ma kienx responsabbli.", "Jiena nistaqsi: Il- gvern preċedenti kien irresponsabbli meta pprova jindirizza l-welfare gap fil-pajjiż u la għolla l-bolla u lanqas neħħa ċ-childrens allowance?", "Huwa veru li dawn is-sitwazzjonijiet ma għelibniehomx imma filwaqt li fis- sebgħinijiet u tmeninijiet il-Partit Nazzjonalista kien jgħajjarna bill- bolla balla u kien iġiegħel lis-self-employed ma jħallasx il-bolla, meta mbagħad telgħu fil-gvern qalu li se jinterpretaw il-liġi taċ-childrens allowance b'mod differenti.", "U r-raġuni li taw kienet li t-tfal huma innoċenti u jħallsu jew ma jħallsux bolla, il-ġenituri tagħhom għandhom dritt jieħdu l-allowance.", "Kienu qalu wkoll li anke dawk li ma jħallsux il- bolla għandhom dritt għall-benefiċċji tas-sigurta' soċjali, anke jekk kienu jaqilgħu iktar minn ¥10,000.", "Allura jekk minn din in-naħa nipprovaw infehmuhom - mhux qed ngħid niggwidawhom għaliex dawn m'għandhom bżonn lil ħadd, għandhom maġġoranza ta' ħamsa, għandhom ħafna nies kapaċi u allura lilna jarawna dubbien...Dan il-gvern lill-oppożizzjoni qed jixkupaha, m'għandux bżonn il-pariri tagħna imma aħna bi dritt kostituzzjonali nirrappreżentaw lill-poplu u għalkemm għorrief daqshom m'aħniex, għandna nieħdu kull okkażjoni sabiex bl-aktar mod ċar nuru l-veduti tagħna dwar is-sitwazzjoni li għaddejjin minnha u li lil dan il-gvern se tkompli tneżżgħu għarwien.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Farrugia, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession, grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali jressaq l-Aġġornament, jekk jogħġbu.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Speaker, illum xtaqt niffoka l-parti ta' l- aġġornament tiegħi rigward it-tieni avis li l-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea ħarġet fis-17 ta' Frar.", "Ikolli ngħid li l-ewwel impressjoni li ħadt ta' dan l-avis kienet waħda ta' superfiċjalita'.", "Ħassejt li dak li qalet il-kummissjoni f'dan l-avis kien daqsxejn superfiċjali u r-raġuni hija li l-kummissjoni qaltilna xi jkun hemm bżonn li nbiddlu, qaltilna kif irridu nadattaw il-leġislazzjoni tagħna biex tiġi konformi mal-liġijiet li għandhom fl-Unjoni Ewropea u waqfet hemmhekk.", "Huwa veru li huwa x-xogħol tal-kummissjoni li tgħidlek xi trid tbiddel pero' kif irridu nbiddlu huwa xogħolna.", "Għalhekk irridu nħarsu mingħajr passjoni politika u naraw x'se jkunu l-konsegwenzi ta' l-avis u tar-rakkmandazzjonijiet li nsibu fih.", "Dan huwa r-rwol li jrid jieħu l-Gvern Malti biex jissodisfa l-wegħda tiegħu li jpoġġi lil Malta ma' dawk il-pajjiżi li jridu jidħlu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ikolli ngħid ukoll li nħoss li fir-rapport li ħarġet il-kummissjoni hemm ċerti żbalji.", "Jiena ma nafx jekk dawn humiex frott ta' oversight pero' fiċ- chapter dedikat għall-membership criteria, per eżempju, insibu li l-Partit Nazzjonalista għandu l-intenzjoni li jżomm referendum \"upon completion of negotiations\" waqt li l-Partit Laburista jagħmel dan \"prior to accession negotiations\".", "Jidher ċar li dan huwa żball kbir u fattwali ħafna.", "Għalhekk ta' min wieħed jistaqsi x'kienet l-informazzjoni li kellha l- kummissjoni u abbażi ta' liema informazzjoni waslet għal ċerti konklużjonijiet li nsibu fir-rapport.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra li fix-xhur li għaddew għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Guido de Marco, dwar il-mistoqsijiet li għamlulu l-kummissjoni iżda jkolli ngħid li ma kien hemm l-ebda tweġiba li tissodisfa lil din in-naħa tal-Kamra.", "Aħna staqsejna biex għallinqas inkunu nafu x'kienu l-mistoqsijiet li għamlet il-kummissjoni u x'kienu t- tweġibiet li bagħtu l-awtoritajiet Maltin pero' dwar dan bqajna ma nafu xejn.", "Mhux talli hekk talli lanqas meta ltaqa' l-joint-parliamentary committee bejn il-membri parlamentari Ewropej u l-membri parlamentari Maltin dak inhar stess li ħareġ l-avis - għalkemm din setgħet kienet koinċidenza - ma kellna ċ-ċans niddiskutu dan l-avis.", "Biex inkompli fuq in- nuqqas ta' informazzjoni li ngħatat lill-kummissjoni, nixtieq inġib eżempji oħrajn dwar dak li qed jiġri lokalment.", "II-Ministru de Marco u l-Onor.", "Joe Borg qegħdin jitkellmu fuq diversi inizjattivi li qegħdin jieħdu huma fid-dikasteru tagħhom, per eżempju, fuq negotiating teams pero' m'huma jgħidu xejn iżjed.", "Aħna ma nafux x'sar s'issa, ma nafux min huma dawn in-nies u x'qegħdin jagħmlu u dan huwa nuqqas serju ħafna.", "Dan huwa nuqqas li jmur kontra wegħda prinċipali li għamel il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni meta qal li:", "\"ikun hawn pajjiż informat dwar l-iżviluppi li qegħdin iseħħu fir- relazzjoni ta' pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea\".", "Dan huwa nuqqas li jmur ukoll kontra l-prinċipju tar-referendum għaliex jekk il-ħsieb tal-gvern tal-ġurnata huwa li wara n-negozjati jsir referendum, allura l-poplu jrid ikun informat.", "Jekk ma jkunx informat, ir- referendum ma jkollu l-ebda saħħa u ma jkunx jiswa għaliex min jivvota f'dan ir-referendum ma jkollux il-back-up ta' informazzjoni li għandu bżonn.", "Għalhekk dan huwa nuqqas li għandu jħammrilna wiċċna, huwa nuqqas li pajjiżi li jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea, li aħna tant naħsbu u nippretendu li għandna nkunu magħhom, lanqas biss joħolmu.", "Rigward informazzjoni u miżinformazzjoni nixtieq nirriferi għal artiklu fil-magazine \"Trenta Giorni\", li l-editur tiegħu huwa Giulio Andreotti.", "Dan l-artiklu fih parti li tittratta fuq Malta u l-applikazzjoni tagħna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, iżda hemm ukoll diversi ineżattezzi u gideb.", "Per eżempju, parti mill-artiklu jgħid li permezz ta' Gvern Nazzjonalista preċedenti rnexxielna nġibu l-konferenza Ewro-Mediterranja hawn Malta u li dawn il-miżuri ttieħdu kontra u bl-oppożizzjoni min-naħa tal-Gvern Laburista meta dan m'hu veru xejn.", "Wieħed jista' jsemmi ineżattezzi oħrajn li hemm f'dan l-artiklu, pero' anke fl-avis hemm punti li għandhom iħammru wiċċ il-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami, anke jekk huwa jgħid li huwa sodisfatt li dan huwa rapport pożittiv u li huwa dak li kien qed jistenna l-gvern tiegħu.", "F'dan ir-rapport jintqal, per eżempju, li d-dejn pubbliku bħala ratio tal- GDP minn 33.2% fl-1993 tela' għal 50.8% sa l-1997, u dan huwa perijodu li fih fil-gvern kien hemm il-Partit Nazzjonalista.", "Fir-rapport tal- Kummissjoni Ewropea jintqal li l-current account nazzjonali minn wieħed bilanċjat fil-bidu tad-disgħinijiet żvijja għal wieħed ta' \"wide deficits\" li laħqu l-ogħla u l-qofol tagħhom fl-1995 bi 11% tal-GDP.", "Jidher ċar ukoll, Sur President, li wara l-avis kien hemm bidla fil-messaġġ li qed jgħaddi l-gvern tal-ġurnata.", "Minn dawk l-istilel u minn dik il-viżjoni maġika u minn dak it-tajjeb kollu li konna nisimgħu qabel l-elezzjoni dwar il-benefiċċji li jista' jkollna permezz ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, issa se ngħaddu għall-fatti.", "Sur President, fil-ftit ħin li baqagħli f'dan l-aġġornament - u se nżomm commitment li fl-aġġornamenti tiegħi nirriferi għal dan ir-rapport u għall-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu fis-setturi differenti li huma msemmijin fir-rapport - se nsemmi ftit mill-issues li ġew imsemmija fir-rapport ta' l-Unjoni Ewropea.", "Waħda mill-issues li ssemmiet hija d-direttiva ta' l-għasafar.", "Dan huwa każ tipiku fejn il-gvern preżenti rnexxielu jpoġġi sezzjoni tal- popolazzjoni Maltija litteralment ġo trabokk.", "Il-Kummissjoni Ewropea għamlitha ċara li Malta trid tissikka r-regolamenti u l-liġijiet li jirregolaw il-kaċċa u l-insib jekk it-talba tagħna għal sħubija sħiħa trid tittieħed bis-serjeta', u nikkwota.", "Ir-rapport jgħid:", "\"It is important that Malta fully transposes the acquis communautaire as far as the birds directive is concerned.\".", "F'dan il-kuntest niftakru fil-wegħdiet li kien jagħmel il-Prim Ministru Fenech Adami qabel l-elezzjoni ta' l-1998, wegħdiet dwar derogi u parteċipazzjoni tal-kaċċaturi fin-negozjati.", "Anzi jekk niftakar sew il- Ministru Gonzi kien wiegħed ukoll u ftiehem mal-kaċċaturi li r-regolamenti se jinbiddlu biss biex itejbu l-kondizzjonijiet tagħhom.", "U llum il-ġurnata nirċievu l-avis u nsibu realta' totalment differenti!", "Biex ikun fair, fir- realta' jistgħu jagħmlulhom allowances temporanji bħal dawk li għamlu, per eżempju, mal-Belġju u Franza, iżda l-membri ta' l-Unjoni Ewropea jridu jintroduċu liġijiet permanenti u Franza għadha kif ġiet immultata somma ġmielha talli kisret dawn ir-regolamenti tal-kaċċa.", "Dwar dan is-suġġett hemm ħafna iżjed x'wieħed jista' jgħid imma dan ngħiduh fil-ġimgħat li ġejjin.", "Rigward l-industrija li taħdem għas-suq lokali, jidher ċar li bil-VAT f'daqqa waħda din tilfet il-kompetittivita' tagħha.", "U tajjeb li wieħed iqabbel dan in-nuqqas ma' dak li kien fassal il-Gvern Laburista li f'medda ta' seba' snin kellu pjan għar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija u kien se juża fondi speċjali għal dan ir-ristrutturar.", "Sur President, it-tibdil li trid timponi l-Unjoni Ewropea fuq is-sistema ta' tassazzjoni jfisser id- daqqa tal-mewt ta' numru mdaqqas ta' kumpanniji żgħar lokali.", "Barra minn hekk, għandek l-insistenza ta' l-Unjoni Ewropea biex ċittadini mill-Unjoni Ewropea mhux biss jiġu hawn Malta meta jridu biex jiftħu n-negozji tagħhom iżda jistgħu wkoll jikkompetu għall-impjiegi fis-suq lokali.", "Il-kummissjoni qalet ukoll li l-Gvern Malti għandu jerġa' jbiddel il-liġi tal-VAT biex jagħmilha eqreb lejn dik Ewropea, indikazzjoni li r-rata trid issir l-istess bħal dik tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nafu wkoll li s-sena d-dieħla se jibdew il-preparazzjoni għall-armonizzazjoni tas-sistema komuni tal-VAT, u dan ikkonfermah il-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea Mario Monti li qal li d-differenza fl-interpretazzjoni tal- liġijiet, fl-interpretazzjoni tad-derogi u anke f'dik tar-rati differenti fil-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jagħmlu s-sistema diffiċli u għalhekk l- istruttura għall-armonizzazzjoni fir-rata tal-VAT trid issir bilfors biex tilħaq l-għanijiet ta' suq wieħed.", "Anke l-Kummissarju Yves-Thibault de Silguy qal hekk u jekk niftakar sewwa dan qalu fil-kuntest tal-Euro.", "Fil-kummissjoni għaddejja wkoll diskussjoni li tirrigwarda kemm se tkun ir-rata ewlenija għall-pajjiżi kollha.", "L-inqas rata preżentement hija dik tal-Lussemburgu, fejn għandhom rata ta' 15%, l-Ingilterra għandhom rata ta' 17.5% u l-ogħla waħda jekk m'iniex sejjer żball hija dik ta' l-Iżvezja b'25%.", "Jidher ċar għalhekk li l-liġi tal-VAT li daħħalna xahrejn ilu hija ħafna 'l bogħod u trid tinbidel.", "Per eżempju, għandek ir-rata preferenzjali ta' 5% fuq l-akkomodazzjoni turistika u din żgur li se jkollha tiżdied.", "Ta' min jistaqsi hawnhekk allura għalfejn meta konna qegħdin niddiskutu l-liġi dwar il-value added tax ma ħadniex ħsieb li nkunu konformi mill-bidu nett ma' dak li kien se jgħidilna l-avis.", "Dan juri biċ- ċar li l-gvern preżenti ma jafx ifassal u ma jafx jippjana l-ħidma tiegħu stess.", "B'riferenza għall-fondi, il-kummissjoni qalet iswed fuq l-abjad li m'għandhiex statistika preċiża dwar pajjiżna u għalhekk għadu kmieni ħafna biex tgħid jekk Malta tikkwalifikax għall-fondi strutturali.", "Għalhekk ta' min jistaqsi x'sar minnhom il-miljuni kbar li suppost kellhom jiġu mill- Unjoni Ewropea biex bihom insolvu l-problemi kollha ta' pajjiżna.", "Infakkru wkoll f'dak li kien qal il-Viċi Prim Ministru de Marco fis-sajf li għadda, meta qal li din is-sena biss kien ikollna ¥100 miljun mill-Unjoni Ewropea u dan meta Malta għadha m'hijiex membru sħiħ!", "Fejn huma dawn il-miljuni u għalfejn noqogħdu ninkwetaw minn fejn se nġibu l-flus, għalfejn noqogħdu ninkwetaw biex ngħaddu liġijiet għas-self lokali meta skond l-Onor. de Marco kellna dawn il-¥100 miljun li suppost ġew mal-budget ta' din is-sena!", "Imma issa d-diska nbidlet għax issa qegħdin jgħidu li għadu kmieni wisq biex jgħidulna kemm se jkunu dawn il-fondi u li dawn jiddependu mill- bidliet istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea.", "Il-verita' hija li dik kienet gidba ta' qabel l-elezzjoni u meta tqis il-ftit miljuni li diġa' hemm iċ- ċans li nitilfu minħabba li ma ressaqniex proġetti fil-ħin miftiehem, jiddispjaċini ngħid li s-sitwazzjoni se taggrava.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li nittama li aktar 'il quddiem ikollna iżjed opportunita' li niddiskutu u nagħmel suġġeriment lill-Onor.", "Dolores Cristina biex fil-foreign affairs committee li jmiss bħala parti mill-aġenda żżid ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, biex inżid ma' dak li għadu kif qal il- kollega tiegħi l-Onor.", "Cardona u mad-diskors tajjeb ħafna li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, tajjeb li naraw dak li hu fl-aħjar interessi ta' dan il- pajjiż għal dak li huwa long-term.", "Kif nafu n-naħa tal-gvern qed tgħid li l-aħjar għalina huwa li nkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea u aħna bħala Partit Laburista responsabbli, partit b'maturita' politika u partit li dejjem kien konsistenti, qegħdin ngħidu li għandna naraw l-interessi tal-pajjiż fiċ-ċirkostanzi preżenti.", "Il-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, permezz ta' l-avis, qed tgħid lill- Partit Nazzjonalista fil-gvern li l-problemi finanzjarji li ħoloqhom hu stess tant aggravaw li jeħtieġ li jirranġahom malajr.", "Hawnhekk jiena ngħid: Imma kien hemm bżonn tgħidilna l-European Union b'dawn il-problemi?", "Meta aħna ħadna l-gvern fl-1996, din il-problema konna qegħdin nindirizzawha mingħajr ma kellha għalfejn tiġi l-European Union b'dan l- avis iebes daqskemm se jkun iebes ir-rapport li se jkollu l-gvern mingħand l-IMF ftit tax-xhur oħra.", "Issa s-sitwazzjoni llum x'inhi?", "Il-qgħad, l-ekonomija u l-korpi parastatali bħat-tarzna u x-shipbuilding huma kollha affarijiet li rridu nħarsu lejhom.", "Imma allura biex nibqgħu nimxu mal-ħolma tan-Nazzjonalisti - għaliex għalkemm fil-ħajja huwa tajjeb li toħlom għal xi ħaġa aħjar, fl-istess ħin trid tagħmel il-kalkoli tajjeb u trid tkun responsabbli - se nagħmlu dak li qalulna fl-avis, fejn jidħlu l- ħaddiema tat-tarzna, tax-shipbuilding, ta' l-Enemalta, tal-Maltacom u taċ- ċivil, ħalli fl-iqsar żmien possibbli nkunu qegħdin nobdu l-kmandamenti imposti fuqna?", "Jew inkella se naraw x'inhu fl-aħjar interess ta' Malta u fl-interess tal-ħaddiem u allura naraw li dan kollu jiġi salvagwardat?", "U r- restructuring impost huwa ta' vantaġġ għal pajjiżna?", "J'Alla dan li qed narah ġej fuqna jibqa' biss ipotetiku imma wisq nibża' li l-eventwalita' immedjata hija li se jkollna staġnar, staġnar li qed jinħass diġa' bl- istess impożizzjoni tal-VAT, taxxa li l-poplu ma ridhiex u li ddaħħlet mingħajr ma kienet biss imsemmija fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Diġa' qegħdin naraw ukoll li l-ħajja tiela' 'l fuq b'mod sfrenat u anke l-qgħad qed jiżdied.", "Imbagħad jiġi l-avis u jgħidulna li għamilna tajjeb li erġajna daħħalna l-VAT imma li għad fiha x'jinbidel biex issir tixbaħ aktar il-VAT li titħaddem fl-Unjoni Ewropea!", "Kif qal l-Onor.", "Cardona, l-inqas rata li titħaddem hija ta' 15% imma meta se ssir l- armonizzazzjoni fir-rata tal-VAT se tkun ħafna iktar għolja minn 15% u dan jgħiduh fir-rapport stess.", "Imma mhux hekk biss, għaliex dak li hu pożittiv u dak li għamilna aħna stħaw jgħiduh, forsi għaliex hemm l-influwenza tal- partiti involuti.", "Fid-9 ta' Lulju 1998 aħna konna diġa' qed naħdmu biex nimxu fuq industrial restructuring programme, li konna se nħaddmuh fuq ħames sa seba' snin, u konna diġa' wasalna fi ftehim ma' l-Ewropej imma issa dan spiċċa kollu.", "Issa l-problema x'inhi, Sur President?", "Il-problema hija li n- Nazzjonalisti llum bilfors iridu jgħaddu mill-fast track, iridu jew ma jridux.", "Imma jista' l-Onor.", "Fenech Adami jinnegozja?", "Għandu s-saħħa jagħmel dan, bħalma kellha l-Greċja u bħalma kellha Spanja, fejn tidħol il- protezzjoni ta' ċerti industriji?", "Jiena m'iniex qed ngħid li ċerti regolamenti m'għandhomx jiġu mposti, imma jistgħu forsi jsiru derogi għal ċertu perijodu?", "Issemmiet il-kumpannija ST Micro Electronics, li nafu li tipproduċi iktar minn 40% tal-GDP tal-pajjiż.", "Allura sitwazzjoni bħal din mhux se jinnegozjaha l-Gvern Nazzjonalista għal dik li hija common customs tariff?", "Hemm regolamenti oħrajn fejn aħna bħala pajjiż żgħir qatt ma nistgħu nkunu at an advantage.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-kwestjoni tax- Schengen Treaty u f'dan is-sens ir-rapport kważi qed jiddeskrivina b'mod insolenti u jerġa' jdeffes lil-Libja b'doża ta' kritika.", "Fil-fatt ir- rapport jgħid li għandna minn 1% sa 2% tal-popolazzjoni li huma Libjani imma m'huwiex jgħid din il-ċifra minn fejn ġabha.", "Qed jiskantaw ukoll għaliex għandna trattat ta' koperazzjoni u ħbiberija mal-Libja ta' l-1984.", "Forsi hija xi ħaġa li għandna għalfejn nistħu minnha meta aħna stess, minħabba nies bħall-Ewropej u l-Amerikani qed inbatu l-konsengwenzi tad- deċiżjonijiet drakonjani tagħhom?", "Ilkoll nafu li l-Ewropa qatt ma ħarġet sidirha jew pproponiet soluzzjoni paċifika għall-problemi tas-sanzjonijiet imposti fuq il-Libja.", "Imma mhux hekk biss, Sur President.", "L-Onor.", "Fenech Adami għandu wkoll problema kostituzzjonali għaliex fejn tidħol il-common foreign security policy, l-avis qed jgħidilna li l- politika ta' newtralita' u non-alinjament m'hijiex konformi mal-politika ta' l-European Union u allura tista' toħloqilhom ċerti diffikultajiet.", "Allura jiena nistaqsi lill-Onor.", "Fenech Adami: Fuq din se tagħmel referendum ukoll?", "Se tistaqsi lill-poplu Malti jaqbilx li ma nibqgħux newtrali u allura l-parlament għandu b'xi mod jabbroga jew iwaqqa' l- prinċipju tan-newtralita' li missirijietna tant ħadmu għalih mingħajr ma kien hemm ċarċir ta' demm?", "Nerġa' ngħid, Sur President, li l-Ewropej kienu jissikkawna biex nagħmlu ċerti affarijiet imma aħna żammejna iebes u l- protokolli li nnegozjajna nnegozjajnihom fl-interess ta' pajjiżna u xorta ġew onorati.", "Għalhekk filwaqt li ngħid li dan huwa avis li jweġġa' u joħloq problemi kbar għal pajjiżna, inħeġġeġ lill-gvern, lill-Prim Ministru u lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, li jagħmlu l-kuraġġ u jgħidu lil Brussels biex ninnegozjaw ħalli ċerti regolamenti ma jiġux imposti fuqna kif qegħdin iwegħduna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 8 ta' Marzu fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TARXIEN - ASFALTAR", "3262.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Odilone Caruana f'Ħal Tarxien tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M`għandi xejn x`inżid fuq l-informazzjoni mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 853.", "TARXIEN - ASFALTAR", "3263.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Dun Gwann Magro f'Ħal Tarxien tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ser isir skond il-prioritajiet tax-xogħol tad-dipartiment, wara li jkun żgurat li s-servizzi kollha jkunu tqiegħdu b`mod permanenti.", "TARXIEN - ASFALTAR", "3264.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Fieres (parti) f'Ħal Tarxien tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ser isir skond il-prioritajiet tax-xogħol tad-dipartiment, wara li jkun żgurat li s-servizzi kollha jkunu tqiegħdu kollha b`mod permanenti.", "TARXIEN - DAWL", "3265.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Lorenzo Gonzi kantuniera ma' Triq Ġużeppi Montebello f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL", "3266.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Odilone Caruana ħdejn id-dar \"Ton Rose\", f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba għat-twaħħil ta' bozza fl-imsemmija triq ġiet approvata fil-15 ta' Frar, 1999.", "TARXIEN - DAWL", "3267.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Daniel Ceci fi Triq Francesco Crispi kantuniera ma' Triq Ġużeppi Montebello u fi Triq Fieres kantuniera ma' Triq id-Dejma f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba rigward Triq Daniel Ceci u Triq il-Fieres qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "Dwar il-bozza fi Triq Francesco Crispi, jiena nformat li t-talba ġiet approvata fit-22 ta' Frar, 1999.", "MINISTERU TA' L-INTERN - COMPUTERS", "3590.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartmenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - COMPUTERS", "3591.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil- ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Minstru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - COMPUTERS", "3592.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil- ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - COMPUTERS", "3593.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3567 fis-Seduta Nru. 67 tat-23 ta' Frar, 1999.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - COMPUTERS", "3594.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li fil-ministeru u fid- dipartimenti u dekasteru tiegħi hemm dawn il-computers kif ġej:", "MINISTERU", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW Acer 1 1996 Lm 550.", "Escom 1 1995 Lm 500.", "Escom 4 1996 Lm 2200.", "Gem 1 1993 M.S.U. Horizon 2 1995 Lm 1000.", "Horizon 4 1996 Lm 2250.", "Matrix 1 1995 Lm 500.", "Matrix 2 1996 Lm 1000.", "Matrix 2 1997 Lm 1120.", "Mitac 3 1995 Lm 1500.", "Mitac 2 1996 Lm 1150.", "Mitac 9 1998 Lm 4090.", "NCR 1 1993 M.S.U.", "Finance & Administration Dept.", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Escom 2 N/A M.I.T.T.S. Acer 13 N/A M.I.T.T.S. Mitac 1 N/A M.I.T.T.S. CAF 2 N/A M.I.T.T.S. Mitac/Horizon 17 1992/7 N/A Gem 4 1993 N/A Olivetti 5 1991 Lm 6894 (complete with network + software) Acros 1 1995 M.I.T.T.S. Matrix 2 1998 Lm 931.", "IBM 2 1995 M.I.T.T.S. Forton 2 1993 M.I.T.T.S.", "Construction & Maintenance Dept.", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Escom 3 N/A M.I.T.T.S. Horizon 4 N/A M.I.T.T.S. Mitac 4 N/A M.I.T.T.S. Acer 1 N/A M.I.T.T.S. CAF 1 N/A M.I.T.T.S.", "Districts Unit", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Mitac 6 1998 M.I.T.T.S. Horizon 5 1998 M.I.T.T.S. Escom 4 1998 M.I.T.T.S. DFI 4 N/A M.I.T.T.S. Gem 1 N/A M.I.T.T.S. IBM 2 N/A M.I.T.T.S. CAF 1 N/A M.I.T.T.S. Compaq 2 N/A M.I.T.T.S. NCR 2 N/A M.I.T.T.S.", "Building & Engineering Dept.", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Fortron 6 1991 M.I.T.T.S. Horizon 8 1994/8 M.I.T.T.S. IBM 2 1995 M.I.T.T.S. Acer 30 1994/8 M.I.T.T.S. Escom 5 1996/7 M.I.T.T.S. Lion 3 1997/9 M.I.T.T.S. Sun 3 1997 M.I.T.T.S. Mitac 1 1995 M.I.T.T.S. Premier 21 1999 M.I.T.T.S. TC 2 1997 M.I.T.T.S. Tech 2000 1 1997 M.I.T.T.S. Bios 1 1996 M.I.T.T.S. Gem 1 1991 M.I.T.T.S. CAF 6 1991 M.I.T.T.S. Hyundai 1 1991 M.I.T.T.S. Tatung 1 1995 M.I.T.T.S.", "Waste Management Dept. -", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Matrix 3 1997 Lm 1939.", "IBM 1 1996 N/A Acer 1 1996 N/A Compro 2 1991/3 Lm 1750.", "Elite 1 1992 Lm 335.", "DMA 2 1992/3 Lm 1120.", "Fl-impjant ta' Sant'Antnin hemm żewġ computers: 1 ex-Dipartiment ta' l- Ambjent u 1 ex-Marsa Garage.", "Door Numbering Unit", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Mitac 1 1998 Lm 466.", "Valletta Rehabilitation Project", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Horizon 3 1994/6 Lm 2990.", "Storm Water Systems Unit", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Horizon 1 1994 M.I.T.T.S. KT Technology 1 1995 Lm 495.", "Fortune 1 1994 N/A", "Director General's Office", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Escom 3 1996/7 M.I.T.T.S. TC 2 1997 N/A Acer 4 1995 M.I.T.T.S. DMAC 1 1991 N/A Gem 1 1991 N/A Matrix 4 1996 M.I.T.T.S. Mitac 1 1999 M.I.T.T.S. Fortron 1 1991 N/A IBM 1 1991 N/A", "Manufacturing & Servicing Department", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW Kirkop Garage NCR 2 N/A M.I.T.T.S. Gem 1 N/A M.I.T.T.S. Mitac 2 N/A M.I.T.T.S. Matrix & Hyundai 3 1996 Lm 1909.", "Marsa Garage", "Matrix 6 N/A M.S.U. NCR & Fortron 3 1994 Lm 1929.", "Zeno 2 N/A M.S.U. DFI 1 N/A M.S.U. Net Set 1 N/A M.S.U. Horizon 2 N/A M.S.U. Gem 5 N/A M.S.U. Lion 4 1999 M.I.T.T.S. Matrix 2 1996 Lm 1462.", "Hyundai 1 N/A M.S.U. Mitac 1 N/A M.S.U. Escom 1 N/A M.S.U.", "Dipartiment tad-Drenagg", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Matrix 4 1995 Lm 2900.", "Escom 4 N/A M.I.T.T.S. Hyundai 1 1991 Lm 800.", "Horizon 1 N/A Transferred from Ministry Gem 3 N/A N/A", "Building Industry Consultative Council", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Macintosh 10 1997 Lm15837.", "Mitac 1 1998 Lm 620.", "Horizon 1 N/A N/A Matrix 1 N/A N/A Escom 1 N/A N/A", "Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent", "DITTA NO.", "META KEMM NXTRAW SWEW", "Mitac 13 1998 Lm 5525.", "Gateway 1 1997 Lm 640.", "Funai 2 1997 Lm 1190.", "Mitac 4 1996 Lm 2380.", "Powertech 3 1995 Lm 1770.", "Mitac 2 1994 Lm 1200.", "AST 1 1994 Lm 950.", "CAF 1 1993 Lm 590.", "Fortune 2 1996 Lm 1420.", "Laptop 1 1995 Lm 746.", "Protec 5 1997 Lm 2100.", "Tech 2000 1 1995 Lm 480.", "Mitac 1 1993 Lm 430.", "NC3 1 1994 Lm 440.", "Horizon 1 1995 Lm 440.", "Matrix 1 1994 Lm 440.", "Premiere 1 1999 Lm 400.", "Matrix 6 1998 Lm 2550.", "Gem 2 1993 Lm 1200.", "Tatung 1 1996 Lm 590.", "Powertech 1 1996 Lm 590.", "Fujitsu (Laptop) 1 1999 Lm 620.", "Megabyte 1 1996 Lm 590", "MINISTERU TAL-FINANZI - COMPUTERS", "3595.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħtu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub huwakif ġej:", "Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm Swew Lm", "Ministeru 2 Acer 4 IBM 1995 1998 24,380 2 Escom 4 Compaq 7 Falcon 11 Horizon 4 Confident 1 Gem 4 Protek 1 Fujitsu 8 Matrix 3 Mitac 2 Hyundai Lottu Pubbliku 52 Horion, DMAC, Mitac, 1993 - 1998 31,522 NCR, Tech 2000, Digital, Epson, Elite, Matrix VAT 46 Acer 2 Matrix 1994 - 1998 madwar 61,370 33 Horizon 1 Compro 28 Falcon 1 Compaq 3 Fujitsu 1 Dell", "Teżor 2 Acer 5 Fortune 1994 - 1998 madwar 25,300 Acros Gem 7 Amstrad, 4 Horizon CAF 4 Confident 5 Hyundai 2 Dmac 2 Matrix, Mitac 4 Escom 5 NCR, Sampo 3 Tech 2000 3 Sicam Dwana 2 Acer 46 Horizon 1992 - 1998 madwar 74,250 4 Acer mate 1 Hyundai 7 Bios 2 IBM 6 Caf 11 Matrix 1 Compaq 2 Mitac 1Compro 4 NCR 5 Confident 2 Olivetti 5 Cybertech 7 Tech 2000 16 DMAC 2 Teleboss 4 Fortune 1 Toshiba 2 Fujitsu 1 Zino 1 Galileo 2 Unbranded Kuntratti 11 Horizon 1992 - 1998 madwar 11,682 3 IBM Aptiva 1 Matrix 2 Dual 1 Mitac 1 KT Technology 1 Compro Taxxi Interni 349 Fortune, Horizon, 1992 - 1998 madwar 165,775 Matrix, Mitac, Protek, Acer, Confident, Fujitsu, IBM, Amstrad, CAF, Compro, Deca Sys, Escom, Falcon, Hundai, NCR, Tandon, Televideo, Mtek, President, Proview, Shamrock, Comdell, New, Sampo", "MUŻEWIJIET/SITI STORIĊI - MATERJAL INFORMATTIV", "4400.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3542, jikkonsidra l- Prim Ministru li jitwaqqaf kumitat ad hoc li permezz tiegħu l-ewwel issir ir-riċerka kollha neċessarja biex tinġabar l-informazzjoni mitluba billi din tieħu numru sew ta' snin lura u li t-tieni li jagħmel suġġerimenti u proposti kif dan l-materjal jista' jiġi aġġornat u mqiegħed għad- dispożizzjoni tal-Mużewijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-istamperija tal-Gvern ma stampat l-ebda pubblikazzjoni konnessa mal-Mużewijiet u siti storiċi f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Jien informat ukoll li la d-dipartiment tal-Mużewijiet u lanqas il- Librerija Nazzjonali m'għandhom l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Membru.", "L-eżerċizzju li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant jieħu żmien twil ta' riċerka u jammonta għal spejjeż sostanzjali.", "PENSJONIJIET TA' UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "4436.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet dwar il-pensjonijiet ta' uffiċjali pubbliċi li qalbu minn dipartmenti tal-gvern għal ma' entita' pubblika?", "Ma' min qed isiru l-konsultazzjonijiet u kemm saru laqgħat s'issa?", "Hemm xi data meta l-konsultazzjonijiet huma maħsuba li jintemmu u jittieħdu d-deċiżjonijiet finali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-diskussjonijiet li kienu tħallew fi stat ta` konklużjoni fl-1996 u li baqgħu ma ġewx konklużi fil-kważi sentejn ta` Gvern Laburista, għadhom għaddejjin.", "SETTUR PUBBLIKU - UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "4437.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali pubbliċi li qalbu minn dipartimenti tal- gvern għal ma' entita' pubblika u li dwarhom għad iridu jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-pensjonijiet tagħhom?", "Mil-liema dipartimenti telqu u ma' liema entita' pubblika marru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infprmat illi n-numru ta' uffiċjali pubbliċi li qalbu minn dipartimenti tal-Gvern għal ma' entitajiet pubbliċi u li kienu daħlu mal-Gvern qabel is-16 ta' Jannar, 1979 huwa 1042.", "Id-dettalji kif mitluba huma murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Għadhom għaddejjin diskussjonijiet mal-unions dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Ordinanza dwar Pensjonijiet li tista tolqot lil dawn il-persuni.", "PULIZIJA - KUMPENS GĦAL ĦSARAT", "4438.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija se tikkumpensa l-ħsarat u t-telf ta' xogħol li sar lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li l-pulizija kissirtlu dgħajsa tal-fibre meta ħadithielu ta' Kandja u issa qed ikollu jidħol anki fi spejjeż legali biex jieħu l- kumpens tad-dgħajsa li l-pulizija kissritlu s-sajf li għadda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-dgħajsa li rrifera għaliha l- Onor. Interpellant kienet ilha mitluqa fuq il-moll għal żmien twil u għalhekk ġiet imneħħija skond ir-Regolamenti ta' l-1997 dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta' Oġġetti ta' Ingombru fir-Regolament tat-Traffiku, wara li l- pulizija ma rnexxiliex tintraċċa lil sidha.", "Peress li din hija purament materja ta' parir legali, il-persuna kkonċernata għandha tieħu parir legali sabiex tgħarraf tirregola ruħha.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "4440.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjonijiet se jittieħdu dwar il-benefiċċji soċjali tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li għadha ma ngħatatx il-benefiċċju għal Jannar 1999 u s'issa kulma għamel id-Dipartiment tas-Sigruta' Soċjali kien li bagħat għaliha u staqsieha jekk l-ex-raġel tahiex il-manteniment u hi wriet li ilu ħafna ma jagħtiha dan il-manteniment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna kkonċernata ġiet informata biċ- ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Ta' min iżid li l-persuna in kwestjoni kienet naqset li tirraporta l- iżviluppi li kien hemm fil-każ tagħha u għalhekk baqgħet tieħu l-benefiċċju meta dan ma kienx dovut lilha.", "SERVIZZ PUBBLIKU - SICK LEAVE", "4441.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4008 kif irriferieni l- Ministru tal-Politika Soċjali u ċioe': jista' jgħid x'passi ttieħdu fl- erba' xhur li għaddew biex jiġi mrażżan l-abbuż li jsir mis-sick leave mill- impjegati tas-Servizz Pubbliku?", "X'passi hemm maħsuba biex jittieħdu kontra dan l-abbuż li jispiċċa biex inġustament jagħti isem ħażin lis- Servizz Pubbliku kollu, inkluż lil dawk li jaħdmu b'mod eżemplari?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi minbarra l-proċeduri diġa' eżistenti għal verifika tas-sick leave, bħala waħda mill-miżuri tal-Ftehim Kollettiv, tħabbret sistema ġdida ta' kontroll biex jiġi mrażżan is-sick leave abbużiv.", "Din is-sistema ġdida hija spjegata fiċ-Ċirkolari OPM Nru. 4/99 li tagħha poġġejt kopja fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Iċ- ċirkolari ħarġet fit-28 ta' Jannar, ta' din is-sena.", "DISKORS TAL-PRIM MINISTRU - ZEJTUN", "4495.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fid- diskors li għamel il-Prim Ministru il-bierah, 7 ta' Frar 1999 ġewwa ż- Żejtun, ġie rrapportat li qal li \"l-ekonomija qed tirpilja\" jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema qasam qed jara l-ekonomija tirpilja?", "Fuq liema bażi tanġibbli wasal għal din il-konklużjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'hemmx dubju li wara sentejn ta' inċertezza, l- ekonomija issa bdiet tieħu r-ruħ.", "F'dawn l-aħħar xhur, il-gvern ta' direzzjoni ġdida u ċara lil pajjiżna.", "B'għaqal u determinazzjoni ħdimna sabiex ġiet imġedda l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-EU.", "Din se twassal għall-opportunitajiet ġodda għal pajjiżna.", "Bdejna programm ta' ħidma sabiex f'pajjiżna jerġa jibda jitkattar il-ġid.", "Tneħħiet it-taxxa ta' CET u minflokha daħlet il-VAT li hija aktar adattata għal pajjiżna u b'hekk neħħejna x-xkiel żejjed għan-negozju li kien hemm qabel.", "Ġew riveduti wkoll ir-rati tad-dawl u l-ilma sabiex jirriflettu aħjar is- sitwazzjoni lokali.", "Wasalna għal soluzzjonijiet importanti u ta' fejda f'diversi oqsma oħra bħal fil-ftehim kollettiv tas-Settur Pubbliku u t- twettiq b'mod għaqli tal-proġetti tal-Kottonera, tal-Port il-Kbir u ta' Manoel Island.", "Dan hu biss ftit mill-ħidma li wettaq s'issa dan il-gvern.", "Għalhekk, bdejna nsewwu l-ħsara li sibna u l-iżbalji li saru u li kienu wasslu għal staġnar ekonomiku.", "Il-poplu qed jerġa' jakkwista l-fiduċja f'pajjiżna u jidher li l-ħidma tagħna bdiet tħalli l-frott, kif joħroġ ukoll mix-xejriet pożittivi li ġew indikati fl-istħarriġ li għamel u ppubblika l-Bank Ċentrali dan l-aħħar.", "OPM - BORDIJIET/KUMITATI", "4652.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal- Prim Ministru li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "Min kienu l- membri qabel ma nbidlu?", "Min huma l-membri issa?", "X'remunerazzjoni qed jieħdu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - BORDIJIET/KUMITATI", "4653.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "Min kienu l-membri qabel ma nbidlu?", "Min huma l-membri issa?", "X'remunerazzjoni qed jieħdu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni li talab l-Onor.", "Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "QORMI - TRIQ SAN ĠWAKKIN", "4654.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 202 dwar it-twessigħ u l-istat ġenerali ta' Triq San Ġwakkin, f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal id-Dipartiment tat-Toroq biex iwettaq ix- xogħol bżonnjuż f'din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq beħsiebu jibda x-xogħol neċessarju biex isiru d-disinji meħtiega hekk kif xogħol ieħor li hemm fl-idejn jitlesta`.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA LI KIENU MAL-GVERN", "4655.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex ħaddiema li kienu mal-gvern u li llum huma mpjegati ta' entitajiet pubbliċi, biex dawk li llum huma pensjonanti u li l-pensjoni tagħhom intradmet fuq il-paga ta' meta kienu mal-gvern, issir ġustizzja magħhom u jiġu mogħtija lilhom dak li hu ħaqqhom skond il-paga li kellhom fl-entita' pubblika rispettiva li kienu fiha qabel spiċċaw mix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant tirriferi l-mistoqsija lill-Ministru għal-Finanzi, li taħtu taqa' r-responsabbilta' għad- Dipartiment tat-Teżor li jamministra l-pensjonijiet ta' l-impjegati tal- Gvern.", "VAT - ĦWIENET LI JBIEGĦU VATED ITEMS", "4656.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega kif id-Dipartiment tal-VAT qed jassigura li ma jsirux abbużi fir-rigward ta' ħwienet li jbiegħu items li huma vated iżda jirreġistrawhom fuq il-cash register bħala exempt?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bil-liġi tal-VAT, tal-ħwienet huma obbligati li ma` kull bejgħ li jagħmlu jagħtu rċevuti fiskali li turi xi jkunu l-oġġetti jew servizzi mibjugħa kif ukoll jekk kull oġġett jew servizz ikunx taxxabbli jew le.", "B`hekk l-ispetturi tad- Dipartiment tal-VAT ikunu jistgħu, waqt l-ispezzjonijiet li jagħmlu, jivverifikaw jekk irċevuta fiskali tkunx reġistrata korrettament fil-cash register jew le, u anke jekk ikun hemm bżonn billi jiċċekkjaw il-prodotti mixtrija ma` l-irċevuta.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - SINJAL TA' \"RESERVED\"", "4657.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid għaliex tneħħiet ir-\"reserved\" ta' persuna bi bżonnijiet speċjali (il-permess ilu madwar 10 snin) fi Triq il-Vitorja, Ħal Qormi qrib l-uffiċċju tal-kunsill lokali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-reserved parking area/keep clear bays quddiem residenzi privati ta' persuni f'diżabilita' bħala regola tingħata jew titneħħa mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fuq rakkmandazzjoni tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Mill-1 ta' Ottubru, 1998 sas-17 ta' Frar, 1999 il-kummissjoni m'għamlet l- ebda rakkmandazzjoni biex titneħħa xi reserved parking area/keep clear bays minn quddiem xi residenzi privati ta' persuni b'dizabilita'.", "AGRIKOLTURA U SAJD - XOGĦLIJIET", "4684.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li qed isiru xogħlijiet fil-bini tal-Ministeru?", "Meta kienu saru l-aħħar xogħlijiet fil- bini tal-Ministeru?", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, matul dawn l-aħħar tmien snin kemm intnefqu spejjeż sabiex jiġi rranġat il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u minn liema voti ttieħdu dawn il-flus minfuqa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 4683.", "RABAT - XOGĦLIJIET TA' ĦITAN TAS-SEJJIEGĦ", "4685.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li x-xogħlijiet ta' ħitan tas-sejjiegħ li qed jissoktaw mill-ħaddiema tad- Dipartiment ta' l-Ambjent fit-triq prinċipali tar-Rabat dalwaqt ikunu lesti, jista' l-Ministru ġentilment jara li dawn il-ħaddiema jintbagħtu jirranġaw il-ħitan tas-sejjiegħ ta' Triq Prinċipali ta' Binġemma u fl- istess ħin ikomplu jneħħu tankijiet li hemm ikerħu l-ambjent ta' l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi għalkemm il-ħaddiema tal-Countryside Section fi ħdan id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent dalwaqt ikunu lesti mix-xogħol ta' ħitan tas-sejjieħ fi triq tar-Rabat, dawn għandhom xogħol ieħor diġa' ppjanat.", "Dan minħabba li n-numru ta' ħaddiema li jibnu l-ħitan tas-sejjieħ fil-preżent huwa limitat ħafna.", "Pero' ta' min isemmi li dalwaqt jibdew l-eżamijiet u l-interviews biex jiżdiedu l- ħaddiema li kapaċi jibnu l-ħitan tas-sejjieħ.", "Irrid ninformak ukoll li s-Sezzjoni tal-Countryside ġiet informata bix- xogħol fit-Triq Prinċipali ta' Binġemma biex dan jidħol fil-lista tax- xogħol ukoll.", "TOROQ - TISWIJIET", "4686.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li Triq Żebbiegħ/Mġarr Rd tinsab żdingata waħda sewwa kemm għar-rigward ta' ħitan tal-ġenb tat-triq kif ukoll il-wiċċ tat-triq inkluż il-water culverts, jista' l-Ministru jara li jiġi kkordinat programm ta' xogħlijiet sabiex jispiċċa l-periklu tas-sewqan u l-inkonvenjent lir-residenti ta' l- Imġarr u ż-Żebbiegħ li jużaw din it-triq?", "Peress li hemm ħitan tal-ġebel tal-franka li kienu saru fuq ħitan tas- sejjiegħ li xorta reġgħu ġġarfu minħabba l-ilma li jiskula mill-uċuħ tar- raba tal-madwar, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-ħitan tal-ġnub ta' din it-triq li hija frekwentata mill-Maltin u turisti jsiru b'sistema ta' l- aġġjoni li qed jintużaw fil-proġett ta' riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-culverts eżistenti f'din it-triq m'humiex adegwati sabiex jieħdu l-ilma la waqt u lanqas wara li tieqaf ix-xita.", "L-istat li tinsab fiha din it-triq ma tippermettix li l- ilma jinġabar mal-ġnub kif inhi l-prattika normali, u għalhekk ma jagħmilx sens li jinbnew culverts jekk dan ix-xogħol ma jkunx ikkomplimentat bl- irranġar tat-triq.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Countryside Section fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent m'għandux ir-responsabbilta' tal-manutenzjoni la ta' l-uċuħ tat- toroq u lanqas tal-ħitan mibnija mill-ġebel tal-franka.", "Għar-rigward ta' bini ta' ħitan b'sistema tal-gabjuni li qed jintużaw fil- proġett ta' Chadwick Lakes, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jinsab kontra din is-sistema speċjalment fit-toroq biex inwarrbu l-ħitan tas-sejjieħ.", "RABAT - ĠNIEN SNOW WHITE & THE 7 DWARFS", "4687.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li wara li kien sar Ġnien Barnuża Ħamra fil-Baħrija limiti tar-Rabat kellu jsiru Ġnien Snow White & the 7 Dwarfs, fil-limiti tas-Salib, limiti tar- Rabat, sabiex f'dawn l-inħawi tal-kampanja fir-Rabat jsiru ġonna b'karatteristika rurali li tattira t-tfal, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza u jikkordina dawn ix-xogħlijiet li huma mistennija ħafna mit- tfal u l-familja ta' dawn l-inħawi fir-Rabat Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-ġonna msemmija mill- Onor. Interpellant kienu pproġettati mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill- Ministru konċernat.", "MARSAXLOKK - SIT ARKEOLOĠIKU", "4710.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema fażi wasal il- proġett oriġinarjament mibdi minn Gvern Nazzjonalista għall-preservazzjoni moderna tas-sit arkeoloġiku magħruf bħala tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRGU - RESTAWR TA' L-ARMERIJA", "4711.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' restawr tinsab l- Armerija fil-belt tal-Birgu u jekk hemmx il-ħsieb li l-post jinfetaħ għall- pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa m'hemm ebda tip ta' restawr għaddej fl-Armerija tal-Birgu u għad m'hemmx ħsieb fuq kif il-bini jista' jiġi żviluppat fil-futur.", "Ma jidher li hemm ebda informazzjoni eżistenti fuq l-istorja ta' dan il- bini ħlief li x'aktarx kienet isservi bħala Armerija ta' l-Ordni ta' San Ġwann qabel marru l-Belt Valletta.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "4712.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ippjanat li fix-xhur li ġejjin jiġu impjegati aktar persuni biex jaħdmu fil- Bibljoteka Nazzjonali l-Belt, fi Pjazza Reġina, sabiex jirrestawraw aktar kotba u dokumenti billi hemm numru sew li għandhom bżonn dan u hija ħasra li l-wirt storiku tagħna jintilef?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji għadu kif lesta eżerċizzju fejn impjegati eżistenti fil-grad ta' librara jiġu promossi għal grad aktar għoli.", "Fil-fatt applikazzjonijiet għal dawn il-gradi ġa għalqu u qed jiġi pproċessati.", "Qed isir eżerċizzju biex fil- futur qrib impjegati fil-grad ta' bookbinders jiġu mogħtija grad ta' restorer of documents.", "Ma' l-ewwel opportunita' d-dipartiment joħroġ sejħa għal applikazzjonijiet biex jiżdiedu l-impjegati fil-gradi tal-librerija fosthom in-numru ta' gradi li jwasslu għal grad ta' restawraturi.", "Barra minn hekk qed inħejji eżerċizzju li jeżamina sew il-ħidma u l- istruttura ta' dan id-dipartiment bil-ħsieb li jittieħdu miżuri ta' titjib.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI - RESTAWR", "4713.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba, dokumenti u manuskritti għandhom bżonn tiswija u restawr fil-Bibljoteka Nazzjonali l- Belt, fi Pjazza Reġina, u jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ilhom jistennew din it-tiswija sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kotba tal-Bilijoteka Nazzjonali kollha għandhom bżonn xi forma ta' tiswija jew restawr għax ma jeżistix ktieb li tista' ssejjaħlu pristine ħlief xi eċċezzjoni ta' xi ktieb rari li jinsab maqful f'cabinet jew showcase u naturalment dawk il-kotba li diġa' ġew irrestawrati.", "Id-dokumenti u l-manuskritti li qegħdin jistennew ir-restawr uħud minnhom ilhom is-snin.", "Dan ma jfissirx li huma out of circulation minħabba l-kondizzjoni tagħhom.", "Il-policy ta' l-uffiċjal inkarigat mil- laboratorju tar-restawr hija li jiġu rrestawrati kotba li għandhom użu qawwi, kotba rari u importanti, kotba li r-riċerkaturi qegħdin jużawhom u kotba li r-riċerkaturi jixtiequ jużawhom iżda minħabba l-kondizzjoni tagħhom ma jistgħux għax tiġrilhom iżjed ħsara.", "MDINA - - SANTO SPIRITO", "4714.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba u manuskritti ġew imsewwija u restawrati f'Santu Spirtu, fl-Imdina tul is- snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-Arkivji Nazzjonali, f'Santo Spirito ma ġie restawrat ebda ktieb fis-snin imsemmija ħlief wieħed fis-sena 1998.", "Dan ġie rrestawrat fil-laboratorju tar-restawr u meta kien żarmat, ġie fotokopjat peress li teżisti kopja waħda biss.", "RABAT - ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "4789.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4164 ċioe' sabiex isiru gates/xatba ġodda fit-triq prinċipali tar-Rabat u l-fatt li gates simili kienu saru fit-triq tad-daħla tal-Buskett fejn il-Palazz Presidenzjali mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura, Sezzjoni Rural & Urban Landscaping u suppost li kien hemm qbil li d-Dipartiment ta' l-Ambjent jagħmel il-gates tat-triq tar-Rabat, jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra li jawtorizza li jsiru dawn il-gates li sebħu l-ambjent fl-inħawi flok it-tankijiet u biċċiet ta' tustieri tas-sodod antiki li qed jintużaw bħala gates fil-mument?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif diġa' rrispondejt fil-mistoqsija parlamentari numru 4164, ma jirriżultax li qatt saru arranġamenti mad- Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex dan jagħmel gates ġodda fl- entraturi tar-raba' fi Triq Prinċipali li tagħti għar-Rabat u fil-fatt l- istess dipartiment qatt m'għamel gates ġodda għal dan l-iskop.", "Lanqas ma jirriżulta li kien hemm xi qbil li d-Dipartiment ta' l-Ambjent jagħmel il-gates tat-triq tar-Rabat jew xi mkien ieħor.", "KUNSILLI LOKALI - ĠONNA PUBBLIĊI", "4817.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- ispezzjonijiet li jsiru sabiex ikun stabilit il-livell taż-żamma tal-ġonna pubbliċi li huma fir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bis-sitwazzjoni preżenti fil-lokal tar-Rabat, Malta u ċioe'jagħti breakdown ta' kif kienu r-riżultati miksuba matul is- snin 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-sitwazzjoni preżenti fil-lokalita` tar- Rabat Malta, dwar l-ispezzjonijiet li jsiru sabiex jiġi stabbilit il- livell taż-żamma tal-ġonna pubbliċi, toħroġ mill-istess rapport dwar il- funzjonijiet tal-kunsilli lokali li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar il- 21 ta` Diċembru, 1998.", "Minn dan ir-rapport joħroġ ukoll paragun maz-żewġ rapporti ta` qabel.", "Ir-riżultati miksuba matul is-snin 1996, 1997 u 1998 jinsabu fir- rapporti ta` kull tliet xhur ta` dawn l-ispezzjonijiet li wkoll tpoġġew regolarment fuq il-Mejda ta` din il-Kamra.", "DJAR - KERA", "4953.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa fil- każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandu kera għolja ħafna meta hu għandu paga minima?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-kera inħadmet skond il- kondizzjonijiet tal-ħarġa numru 56 tal-Awtorita' tad-Djar li għaliha applikat il-persuna ndikata, u skond il-kuntratt li hi ffirmat.", "Is- sussidju diġa' ġie rivedut iżda nstab li skond il-kondizzjonijiet, dan għandu jibqa' l-istess.", "SKEJJEL - TFAL B'DIŻABILITA'", "4984.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri ta' tfal b'diżabilita' għandhomx dritt li jagħżlu huma f'liema skola jibgħatu lil uliedhom (tal-gvern jew privat)?", "Jekk le, għalfejn ma jistgħux?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ġenituri wara li jingħataw pariri siewja, għad għandhom id-dritt li jagħżlu jekk it-tfal tagħhom jattendux skola normali (mainstream) jew dik speċjali.", "Dan wara li l-każ jiġi eżaminat minn Statementing Board.", "Dan jgħodd għall-iskejjel statali.", "Fl-iskejjel tal-Knisja, u indipendenti, huwa l-kap ta' l-iskola li għandu responsabbilta' ta' l-għażla ta' l-intake ta' tfal fl-iskola tiegħu/tagħha.", "PTA - XUFIERA TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "5006.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħarrafni fejn waslu d- diskussjonijiet bejn il-PTA u l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal- Linja dwar kondizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema f'dan il-kamp fosthom ir- reviżjoni tan-nollijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern, permezz ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u l-Assoċjazzjoni tas- Sidien tal-Karozzi tal-Linja għadhom għaddejjin.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5007.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandha quddiemha l-ETC minn ċittadini Maltin għax-xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa?", "Kemm minnhom għandhom anqas minn 30 sena?", "Kemm minnhom għandhom anqas minn 50 sena u aktar minn 30 sena?", "Kemm minnhom għandhom 'il fuq minn 50 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fix-xahar ta' Diċembru 1998, kien hemm 7,437 persuna tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel Parti tar-reġistru.", "Minn dawn 6,430 kienu rġiel u 1,007 kienu nisa.", "Skond l-eta' kien hemm:", "* 2,898 kellhom anqas minn 30 sena, * 3,565 kellhom bejn it-30 u d-49 sena, * 974 kellhom minn 50 sena 'l fuq.", "ŻGĦAŻAGĦ - POLITIKA NAZZJONALI", "5008.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet bejn il-Gvern u r- rappreżentanti taż-żgħażagħ f'pajjiżna biex isir qbil finali dwar il- politika nazzjonali taż-żgħażagħ?", "Jista' l-Ministru jagħti target date ta' meta se jkunu finalizzati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4816.", "VETTURI - VEHICLE ROAD TEST", "5010.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li l-Gvern ħabbar li fi żmien mhux 'il bogħod se jintroduċi l-vehicle road test, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel biex l-ewwel jissewwew u jitranġaw it-toroq skond il-pariri ta' l-esperti Ġermaniżi?", "Jekk wara li karozza jirriżulta li tkun tajba għas-sewqan u minħabba ħsarat fit-toroq jiżviluppa xi inċident, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ- ċittadin huwiex se jkollu xi rimedju kontra l-awtoritajiet?", "Kif?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-esperti Ġermaniżi u d- Dipartiment tat-Toroq issa qegħdin jippreparaw il-pjan għar-restawr tat- toroq b`mod prioritarju li jikkonsidra ix-xogħol tal-utilities, aspetti ambjentali u diversi fatturi oħra.", "Il-vehicle road test għandu jiżgura li l-istat tal-vetturi ikun tajjeb għal użu fit-triq.", "IBĦRA MALTIN - SAJJIEDA SQALLIN", "5011.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin isiru diskussjonijiet bejn il- Gvern Malti u rappreżentanti ta' sajjieda Sqallin biex dawn ta' l-aħħar ikunu jistgħu jistagħdu fl-ibħra Maltin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ministeru tiegħi diġa ħareġ stqarrija eżattament fit-19 ta' Jannar, 1999, li ġiet ippubblikata fil-ġurnali li tgħid li m'hemm l-ebda diskussjonijiet tat-tip li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Minn dak inhar sal-lum, is-sitwazzjoni għada l-istess.", "SPTAR MONTE CARMELI - MALE WARD 10", "5012.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bħalissa fis-sala għaxra (Male Ward 10) fl-Isptar Monte Carmeli?", "Kemm daħlu pazjenti fl-istess sala mill-24 ta' Diċembru, 1998 sal-lum?", "Kemm minnhom kienu first admissions u kemm kien hemm re-admissions?", "Kemm kien hemm transfers ta' pazjenti minn swali oħra ta' l-istess sptar għal din is-sala?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Illum 25 ta' Frar 1999, fis-sala numru 10 ta' l- irġiel hemm erba' pazjenti.", "Tlieta riferuti mill-Corradino Correctional Facility u wieħed trasferit mill-Male Ward 2 (transfer intern).", "Mill-24 ta' Diċembru, 1998 daħlu 19-il pazjent.", "13-il pazjent riferuti mill-Corradino Correctional Facility u sitt pazjenti trasferiti internament.", "Mill-Corradino Correctional Facility, kien hemm ħamsa first admissions u tmienja re-admisssions.", "Transfers minn swali oħra kien hemm sitta.", "MINISTERU TAL-FINANZI - INFIQ TA' FLUS", "5029.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-5 ta` Settembru, 1998 s`issa ntnefqu Lm5,524 fl- uffiċini tal-ministeru biex jiġu rranġati.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - FLUS MINFUQA", "5030.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2650, Seduta Nru. 36.", "Sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l-għala qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal- mistoqsija.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - INFIQ TA' FLUS", "5031.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2649.", "Minn dak inhar 'il hawn ma ntnefqu ebda spejjeż oħra għal dan il-għan.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - INFIQ TA' FLUS", "5032.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl- uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal- lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2648.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda ma nara l-ebda skop li jingħata r- rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - INFIQ TA' FLUS", "5033.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal- Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l- Ministru jagħti rendikont itemized dwar il-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Biex jiġu rranġati l-uffiċini tal-ministeru fil- Berġa ta' Aragona, bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u llum, intefqet is-somma ta' Lm5460.58c.", "Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal- mistoqsija.", "MINISTERU TA' L-INTERN - INFIQ TA' FLUS", "5034.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ammont ta' flus minfuqa, bejn il- 5 ta' Settembru, 1998, u t-23 ta' Frar, 1999 biex jiġu rranġati l-uffiċini fil-Ministeru ta' l-Intern huwa kif spjegat hawn taħt :", "Ministeru - Lm 448.00 Segretarjat Parlamentari - Lm16,011.00 Taqsima Amministrazzjoni - Lm 3,671.00", "Ta' min jinnota li fil-bini tal-ministeru f'Casa Leoni, Santa Venera, kellhom isiru xogħlijiet sabiex jiġi akkomodat s-Segretarjat Parlamentari, liema faċilitajiet ma kenux qabel eżistenti.", "Sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għaliex qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal- mistoqsija.", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "5057.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il- gvern minn Settembru sal-lum, fuq safar, kuntatti u oħrajn, biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea?", "Liema huma l-pajjiżi kkonċernati?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u tingħata f' xi seduta oħra.", "DEFICIT TA' MALTA", "5058.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu deficit pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed ikollu jħallas pajjiżna globalment kuljum fuq dan is-self?", "Xi pjanijiet għandu l-gvern biex jikkontrolla d-deficit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn il-mistoqsijiet ġew risposti fil-budget li ppreżentajt f`Novembru li għadda.", "ŻWIEĠ BEJN PERSUNI TA' L-ISTESS SESS", "5083.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk żwieġ bejn tnejn minn nies ta' l-istess sess u li hu legali f'xi pajjiżi barra minn Malta, huwiex rikonoxxut hawn Malta?", "Billi ġo xi pajjiżi ta' l-UE żwiġijiet bejn persuni ta' l-istess sess u anke addottazzjoni ta' tfal minn dawn il-koppji huwa legali, jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' pajjiżna fir-rigward ta' dawn il- persuni jekk jiġu jgħixu ġo pajjiżna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liġijiet ta' Malta ma jipprovdux speċifikament għall-każijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.", "Ninsab informat li r-Reġistru Pubbliku qatt ma kellu talbiet konnessi ma' każijiet għal dawn, u għalhekk id-dipartiment konċernat għad irid jikkonsulta ruħu ma' l-Avukat Ġenerali tar-Reppublika għal pariri biex jirregola ruħu dwar dawn il-każijiet, meta u jekk jinqalgħu.", "UE - RAPPORT DWAR MALTA", "5084.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi jew x'se tkun il-policy tal- gvern fid-dawl tar-rapport dwar Malta maħruġ mill-UE dwar: a) il-petrol bla ċomb; b) il-ħwienet duty free; c) it-Tarznari; u d) bejgħ ta' proprjeta' lil barranin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li għadu kmieni biex wieħed jesprimi ruħu dwar il-policy li l-gvern se jadotta fil-futur.", "Inserraħ moħħ l-Onor.", "Interpellant li meta jkun il-waqt, il-gvern jagħmel pubbliku il-policy tiegħu rigward is-setturi li għalihom qed issir riferenza."]} {"filename": "19991130_193d_par.doc", "date": "1999-11-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 193 It-Tlieta, 30 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 193", "It-Tlieta, 30 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "193", "It-Tlieta, 30 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 576", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 576", "TQEGĦID TA' KARTI 582", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESPONSABBILTA' ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS", "MIŻ-ŻEJT (IT-TIENI QARI)", "OIL POLLUTION (LIABILITY AND COMPENSATION) BILL (SECOND READING) 582", "AĠĠORNAMENT 601", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 604", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 192 li saret fit-30 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - IMPJEGATI ĠODDA", "9579.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema fid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali fil-perijodu indikat.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, x'konnessjoni hemm bejn id- dipartiment responsabbli għall-manutenzjoni u d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment responsabbli mill-manutenzjoni huwa entita` separata mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - TRASFERIMENTI", "9580.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 fid- dipartiment għall-akkomdazzjoni soċjali?", "Jista jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-perijodu indikat sar trasferiment wieħed mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Dan sar għaliex l-impjegat konċernat inħatar VAT inspector.", "It-trasferimenti minn u għal dipartimenti oħra jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "ĦARSIEN TA' L-ANZJANI - IMPJEGATI ĠODDA", "9581.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment għall- ħarsien ta' l-anzjani mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-perijodu msemmi, id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani impjega bħala enrolled nurses mhux aktar minn 14-il ruħ.", "ĦARSIEN TAL-FAMILJA - IMPJEGATI ĠODDA", "9582.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-ċentru ħidma soċjali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-perijodu ta' bejn is-27 ta' April, 1999 u l-15 ta' Settembru, 1999 ma ġewx impjegati nies ġodda mad-dipartiment ħarsien tal-familja, fiċ-ċentru ħidma soċjali.", "Pero` għall-istess perijodu d- dipartiment għamel użu mis-servizzi ta' żewġ psikologi fuq bażi kuntrattwali part-time.", "Dwar it-tieni u t-tielet partijiet tal-mistoqsija t-tweġiba hija fin- negattiv.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rigward il-casual social assistants li jaħdmu ma' l-anzjani l-ombudsman kien għamel sensiela ta' rakkmandazzjonijiet, anke biex jekk jista' jkun f'dan il-qasam l-affarijiet ma jitmexxewx fuq linji tribali, skond min ikun hemm fil-gvern.", "Xtaqt inkun naf jekk sarx xi ħaġa biex nimxu fuq ir-rakkmandazzjonijiet li kien għamel l-ombudsman dwar ir- reklutaġġ u t-tqassim ta' social assistants.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ir-rapport ta' l-ombudsman ġie eżaminat u rrid ngħid li f'ċerti aspetti tiegħu għadu qed jiġi analizzat.", "Hemm ċerti rakkmandazzjonijiet li nistgħu nwettquhom bla diffikulta` ta' xejn, pero` hemm oħrajn - partikolarment il-metodu ta' l-għażla tal- casual social assistants għal min imbagħad jiġi assenjat ma' dik id-dar u ma' l-oħra - li joħolqu ftit komplikazzjonijiet u għalhekk għadna qed naraw kif nistgħu nindirizzawhom.", "Nista' ngħid pero' li ninsabu fil- proċess li nanalizzaw u nimplimentaw dawk ir-rakkmandazzjonijiet li nistgħu nimplimentaw.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, peress li fiċ-ċentru ħidma soċjali hemm numru ta' social workers, liema social workers fost problemi oħra jiltaqgħu ma' dawk li jirrigwardaw housing, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'weighting jingħataw ir-rakkmandazzjonijiet ta' dawn is-social workers mid-dipartiment jew mill-awtorita` tad-djar?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett irrid ngħid li jeżistu social workers mad-dipartiment tal-ħarsien tal-familja kif ukoll mas-social welfare development programme.", "Jien nikkonferma li f'xi wħud mill-każi jkun hemm ukoll l-aspett ta' l-akkomodazzjoni soċjali u nista' ngħid li r- rakkmandazzjonijiet li jagħmlu s-social workers jintbagħtu lid-dipartiment u jingħataw attenzjoni pero`, bħalma jaf l-Onor.", "Membru, is-sistema li għandna sal-lum tagħti piż qawwi, għalkemm mhux komplut, lis-sistema tal- punti, liema sistema ma tagħtix biżżejjed piż liċ-ċirkostanzi soċjali u partikolari li jkun hemm f'każi individwali.", "Minħabba f'hekk inħolqot din id-diffikulta`.", "Kif kelli l-okkażjoni ngħid diġa` fix-xhur li għaddew, is-sistema kollha tal-mod kif jiġu kkalkolati l-punti ġiet riveduta u f'dawn il-ġranet se ningħata l-proposti li ġew magħmula minn grupp ta' nies - li jinkludu rappreżentanti mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u mill- awtorita` tad-djar - li rrivedew is-sistema kollha bl-iskop li jkollna sistema li tagħti piż ikbar liċ-ċirkostanzi soċjali partikolari li l- individwu jkun għaddej minnhom, inkluż piż ikbar lill-parir jew ir-rapport li s-social worker tkun qiegħda tagħti f'kull każ partikolari.", "Jien nittama li din is-sistema jkollna okkażjoni li niddiskutuha f'livell tal-kumitat għall-affarijiet soċjali, meta jasal il-mument, li nispera li m'huwiex fil-bogħod wisq.", "ĦARSIEN TAL-FAMILJA - TRASFERIMENTI", "9583.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal- 15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema taċ-ċentru ħidma soċjali?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fid-dipartiment ħarsien tal-familja fil-perijodu 27 ta' April sal-15 ta' Settembru, 1999 saru żewġ trasferimenti; wieħed mit- trasferimenti sar minħabba promozzjoni, filwaqt li trasferiment ieħor sar fuq talba tal-impjegat konċernat.", "It-trasferimenti kollha jsiru minħabba esiġenzi tas-servizz.", "SEDQA - IMPJEGATI ĠODDA", "9584.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-Sedqa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 mas-Sedqa sar reklutaġġ ta' tliet impjegati full-time u waħda part-time.", "Dawn ġew ingaġġati wara l-ħruġ ta' applikazzjonijiet permezz ta' sejħa pubblika fil-gazzetti.", "RSC - SERVIZZI TA' SIGURTA`", "11175.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru: Peress li jirriżulta li l-armata m'hijiex titħallas għas- servizzi ta' sigurta` li jagħmlu l-ħaddiema tar-revenue security corps mal- Ħal Far groupage bonded stores, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?", "Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded, u ċioe` li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11172 f'seduta numru 192.", "Fil-fatt hawn sensiela ta' domandi bl-istess suġġett u, kif spjegajt dalgħodu, hemm ftehim li l-ispejjeż tar-revenue security corps għas- servizz li jagħmlu jibda jitħallas b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena li ġejja mill-gvern permezz tad-dwana.", "RSC - SERVIZZI TA' SIGURTA`", "11176.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru: Peress li jirriżulta li l-armata m'hijiex titħallas għas- servizzi ta' sigurta` li jagħmlu l-ħaddiema tar-revenue security corps mal- cash office tad-dwana, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni?", "Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded, u ċioe` li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11172 fis-seduta numru 192.", "RSC - SERVIZZI TA' SIGURTA`", "11177.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru: Peress li jirriżulta li l-armata m'hijiex titħallas għas- servizzi ta' sigurta` li jagħmlu l-ħaddiema tar-revenue security corps mad- dipartment ta' l-inland revenue, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?", "Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded, u ċioe` li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11172 fis-seduta numru 192.", "RSC - SERVIZZI TA' SIGURTA`", "11178.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li jirriżulta li l-armata m'hijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta` li jagħmlu l-ħaddiema tar-revenue security corps mad-dipartment ta' l- artijiet, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?", "Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded, u ċioe` li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11172 fis-seduta numru 192.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, qed nifhem tajjeb jien li s'issa d- dipartimenti u l-korporazzjonijiet li jagħmlu użu mill-ħaddiema tar-revenue security corps - bl-eċċezzjoni tal-banek, għaliex safejn naf jien dawn dejjem ħallsu - ma kenux qed iħallsu għal dan is-servizz?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din hija kwestjoni ta' sistema ta' accounting - il-cost tagħhom se jibda jiġi redistributed fid-dipartimenti partikolari li jużaw dan is-servizz u jidħol fil-budget tagħhom - u nista' nikkonferma li qatt ma kien hemm il-problema li n-nies tar-revenue security corps ma kenux se jitħallsu.", "RSC - SERVIZZI TA' SIGURTA`", "11179.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru: Peress li jirriżulta li l-armata m'hijiex titħallas għas- servizzi ta' sigurta` li jagħmlu l-ħaddiema tar-revenue security corps mad- dipartiment tal-lottu, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?", "Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded, u ċioe` li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11172 fis-seduta numru 192.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "11254.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9860, il-Ministru qed jirriferi għall-47 tunnellata Sante` jew Alpha?", "Jista' jagħti breakdown ta' l-ispejjeż taż-żewġ esportazzjonijiet tal-patata Alpha u Sante` għall-ewwel 471 tunnellata taż- żewġ varjetajiet?", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt ta' l-esportazzjoni Alpha mill-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L-ewwel 471 tunnellata patata msiefra din is-sena kienet tal-varjeta` Sante` u għaldaqstant it-tweġiba għall- mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant hija li ma setgħetx ma tikkonċernax din il-varjeta`.", "L-ispejjeż għall-ġarr tal-patata Sante` u dawk għall-ewwel 471 tunnellata Alpha laħqu Lm19,455 u Lm21,282 rispettivament.", "Kif jaf tant tajjeb l-Onor.", "Interpellant, il-kuntratt preżenti kien iffirmat fil-5 ta' Mejju 1998, jiġifieri qabel ma għalaq dak ta' qablu, fejn kawża ta' hekk il-kuntrattur ma kellux jagħmel xi sforzi żejda biex joħroġ ta' raġel lejliet l-għotja ta' kuntratt ġdid, għax ovvjament ħobżu kien diġa` maħbuż minn sena qabel.", "Kien għalhekk li l-patata dik is-sena ma kesbitx prezzijiet aħjar, peress li diġa' kellu l-kuntratt tat-tliet snin ta' wara f'idejh.", "DR. JOS.", "CANNATACI- ĦLAS", "11556.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi tħallas b'mod dettaljat mill-ministeru tiegħu u minn kull enti li taqa' taħtu - jew li fil-passat kienet taqa' taħt il-ministeru tiegħu - fil-perijodu bejn it- 12 ta' Mejju 1987 sal-lum, Dr. Joseph Cannataci f'salarji, benefiċċji u allowances xahar b'xahar?", "Bl-approvazzjoni ta' min saru tali ħlasijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma tħallsu ebda salarji, benefiċċji u allowances lill-persuna ndikata fil-mistoqsija mill-ministeru għall-politika soċjali jew minn kull enti li jaqa' jew kien jaqa' taħt dan il-ministeru bejn it-12 ta' Mejju, 1987 sal-lum.", "DR. JOS.", "CANNATACI - ĦLAS", "11557.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid xi tħallas b'mod dettaljat mill-ministeru tiegħu u minn kull enti li taqa' taħtu - jew li fil-passat kienet taqa' taħt il-ministeru tiegħu - fil-perijodu bejn it-12 ta' Mejju 1987 sal-lum, Dr. Joseph Cannataci f'salarji, benefiċċji u allowances, xahar b'xahar?", "Bl- approvazzjoni ta' mnin saru tali ħlasijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Il-ministeru tas-saħħa jew entitajiet li jaqgħu taħtu u li kienu jaqgħu taħtu fil-passat ma ħallsu xejn lil Dr. Joseph Cannataci bejn it-12 ta` Mejju, 1987 u llum.", "ĦATRA TA' AĠENT PRIM MINISTRU", "11558.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-avviż li deher fil-ħarġa tal-31 ta' Awissu 1999 tal-Gazzetta tal- Gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid x'wasslu biex jagħti parir lill- President ta' Malta biex il-ministru ta' l-edukazzjoni jassumi d-dmirijiet addizzjonali ta' prim ministru, b'seħħ minn nhar il-Ħadd id-29 ta' Awissu 1999?", "Jista' jgħid kemm kien twil il-perijodu li kien assenti fih u għal- liema raġuni dan seħħ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-parir imsemmi huwa wieħed normali li l-prim ministru jagħti lill-President ta' Malta skond artiklu 83(1) tal- kostituzzjoni kull meta hu (il-prim ministru) ikun assenti minn Malta.", "Il-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Settembru, 1999 kienet ġabet l-avviż li jien kont erġajt dħalt għad-dmirijiet tiegħi ta' prim ministru mill-1 ta' Settembru, 1999.", "Fit-tlett ijiem li kont imsiefer il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali kien ukoll imsiefer.", "GĦAWDEX - GOZO OFFICE", "11559.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9005, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gozo office ta' Triq l-Ifran fil-Belt Valletta hux qiegħed jinkera jew inkella nxtarax?", "Tista' l-Ministru f'kull każ tgħid xi tħallas f'kiri jew xiri minn meta nfetaħ sal-lum, kif ukoll tgħid f'kull każ x'se tkun in-nefqa sal-31 ta' Diċembru 2005?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gozo office li qed jirriferi għalih ġie mogħti lill-ministeru għal Għawdex mill-Bank of Valletta fuq bażi ta' tolleranza u għaldaqstant il-ministeru ma huwa jħallas xejn għall-użu tiegħu.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "11560.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7371 tas-26 ta' Mejju 1999, u cioe` jgħid x'tip ta' riorganizzazzjoni hemm maħsuba biex ikun hemm struttura li tieħu ħsieb ix-xogħlijiet kapitali fl-iskejjel tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "Konxju l-ministru li l-amministrazzjoni preċedenti kienet tat l-approvazzjoni biex tali struttura titwaqqaf biex l- affarijiet f'dan il-qasam dejjem isiru b'mod aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Din hi l-ewwel materja li qed jitratta l-office of review u t-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jiġu ffinalizzati l-proposti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien segwejt id-diskors tal-budget u segwejt anke l-fatt li dan l-aħħar mid-diviżjoni ħarġu diversi sejħiet għal applikazzjoni biex jimtlew postijiet f'dan l-office of review.", "Eżattament xi struttura se jkollu dan l-uffiċċju?", "Kemm mill-uffiċjali huma diġa` fil-ministeru jew fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u kemm minnhom huma fil-management efficiency unit?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-MEU se jkollna s-servizzi ta' ħames persuni; tlieta minnhom fuq bażi prattikament full-time u tnejn oħra jagħtuna numru ta' sigħat fil-ġimgħa.", "In-nies l-oħra jridu jiġu minn ħdan l-uffiċjali pubbliċi jew li diġa` jeżistu fil-ministeru ta' l-edukazzjoni jew inkella - jekk wieħed ma jsibx dak li hu meħtieġ - minn fost uffiċjali pubbliċi oħrajn f'dipartimenti oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' siringi li tqassmu miċ-ċentri tas-saħħa matul il-perijodu Jannar – Ottubru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11705.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESPONSABBILTA' ĊIVILI U KUMPENS GĦAL TINĠIS MIŻ-ŻEJT", "OIL POLLUTION (LIABILITY AND COMPENSATION) BILL", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, għandi messaġġ mill-President:", "THE DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO de MARCO PRESIDENT", "Il-President, wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi biex Malta taċċedi għall-Protokoll ta' l-1992 li jemenda l-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1969 dwar Responsabbilta' Ċivili għal Ħsara mit-Tinġis biż-Żejt, u l-Protokoll ta' l-1992 li jemenda l- Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1971 dwar it-Twaqqif ta' Fond Internazzjonali għal Kumpens għal Ħsara mit-Tingis biż-Żejt, u għall- implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Protokolli\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "30 ta' Novembru 1999", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1999 dwar Responsabbilta` Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed iħassar l-Att ta' l-1991 dwar l-istess suġġett u jdaħħal fis-seħħ miżuri ġodda illi għalkemm huma ġodda huma marbutin ma' l-abbozz ta' l- 1991.", "Il-ħtieġa illi l-abbozz ta' l-1991 jiġi mħassar, aktar mill- bżonnijiet lokali tirriżulta mir-responsabbiltajiet internazzjonali tagħna għaliex il-konvenzjonijiet li qegħdin nitkellmu dwarhom mhux biss jitolbu illi jkun hemm id-dħul fis-seħħ tal-konvenzjoni l-ġdida, imma wkoll illi dawk il-pajjiżi illi jirratifikaw il-konvenzjoni ta' l-1992 jinqatgħu mill- konvenzjonijiet il-qodma ta' l-1969 u l-1991 b'mod illi tkun il-konvenzjoni l-ġdida li tapplika għaċ-ċirkostanzi ġodda madwar id-dinja.", "Dawn iż-żewġ konvenzjonijiet, is-Civil Liability Convention ta' l-1969 u l-Fund Convention ta' l-1971 huma konvenzjonijiet illi kienu maħsuba biex jassiguraw illi jkun hemm il-ħlasijiet neċessarji f'każ li jkun hemm tinġis miż-żejt u wkoll illi jkun hemm fond maħsub minn qabel proprju biex jiġi assigurat illi r-responsabbiltajiet internazzjonali jkunu mħarsa.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa f'ħafna aspetti replika ta' l-Att ta' l- 1991 pero' jekk wieħed iħares lejn id-diskussjoni illi ġabet fis-seħħ dan l- abbozz ta' liġi u dak kollu li ġara minn dak iż-żmien sal-lum, wieħed jista' jgħid illi komplejna mexjin fid-direzzjoni li l-pajjiżi li jirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet ikunu f'qagħda kemm illi jerfgħu r- responsabbilta` internazzjonali tagħhom kif ukoll, jekk jinqala' l-każ, li jieħdu l-kumpens skond il-każ.", "Forsi wieħed qed jistaqsi kif qegħdin niġu f'dan il-parlament biex nirratifikaw protokolli seba` snin wara li dawn ħarġu.", "Dan qed jiġri għaliex dawn il-konvenzjonijiet, jiġifieri s-Civil Liability Convention ta' l-1992 u l-Fund Convention ta' l-1992 daħlu fis-seħħ f'Mejju ta' l-1996 għaliex it-twaqqif tagħhom kien jitlob li qabel jidħlu fis-seħħ ikun hemm numru ta' pajjiżi - jekk m'iniex sejjer żball tmienja - li jirratifikawhom.", "Issa, l-ewwel tmien pajjiżi damu sa l-1996 biex jirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet pero' s-sitwazzjoni llum hija li s- Civil Liability Convention ġiet ratifikata minn 49 pajjiż filwaqt illi l- Fund Convention ġiet ratifikata minn 46 pajjiż.", "Sur President, konvenzjonijiet bħal dawn huma meħtieġa u importanti biex jiġi assigurat illi kemm jista' jkun ma jkunx hawn tniġġiż minn żjut waqt li dan ikun qed jinġarr minn pajjiż għall-ieħor.", "Madanakollu, minkejja l- isforzi kollha li jsiru xorta waħda jibqa' jkollna okkażjonijiet fejn ikun hemm inċidenti ta' tniġġiż miż-żejt b'mod partikolari minħabba ħsarat fuq il-vapuri u allura nħass il-bżonn li jkun hawn fis-seħħ konvenzjonijiet internazzjonali illi jassiguraw ukoll li incidenti bħal dawn jiġu mnaqqsa jew aħjar evitati u wkoll li jkun hemm il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom jsir il-kumpens xieraq.", "Malta, bħala pajjiż li għandu responsabbiltajiet internazzjonali illi aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin jikbru u bħala pajjiż illi qiegħed fiċ-ċentru tal-baħar Mediterran li minnu jgħaddi ammont sostanzjali ta' negozju, trid tara li f'pajjiżna jkollna fis-seħħ l-aktar konvenzjonijiet riċenti u wkoll li dawn ikunu mħarsa.", "Kif għedt aktar kmieni, dawn il- konvenzjonijiet ġew ratifikati minn numru sostanzjali ta' pajjiżi u jekk aħna ma nirratifikawhomx bil-mod kif ġew aġġornati allura nibqgħu taħt il- konvenzjonijiet ta' l-1969 u l-1971 bil-konsegwenza li x-share illi jħallsu l-kumpanniji tagħna li jġorru ż-żjut f'każ ta' xi disgrazzja jkun ikbar minn dawk li jħallsu kumpanniji ta' pajjiżi li jkunu rratifikaw dawn il- konvenzjonijiet.", "Dan għaliex dawn il-konvenzjonijiet huma magħmula b'mod li f'każ ta' xi dfisgrazzja jkun hemm kontribuzzjoni minn dawk kollha li jkunu rratifikawhom b'mod illi l-ispejjeż biex jinżamm il-fond kif ukoll biex ikun hemm kumpens għall-ħsarat ikunu maqsuma bejn il-pajjiżi membri ta' dik il-konvenzjoni partikolari.", "Għalhekk huwa fl-interess ta' pajjżina illi nirratifikaw dawn iż-żewġ konvenzjonijiet.", "Sur President, is-Civil Liability Convention tgħid li l-vapuri illi jġorru ż-żjut minn pajjiż għall-ieħor, speċjalment dawk li jaqbżu l-2000 tunnellata, għandhom huma wkoll jikkontribwixxu s-sehem tagħhom.", "Naturalment l-akbar kontributur Malti għal dawn il-ħlasijiet hija l- Enemalta għaliex hija l-aktar kumpannija Maltija li timporta ż-żjut pero' hemm tliet kumpanniji oħrajn li jikkontribwixxu għal dawn il-ħlasijiet, li huma l-MOBC, l-Oil Tanking u s-San Lucjan.", "F'dan is-sens, wieħed jieħu gost jinnota li l-ammont ta' ħlas illi sar is-sena li għaddiet kien relattivament iżgħar minn dak li sar fis-snin ta' qabel.", "Is-Civil Liability Convention qiegħda tillimita wkoll l-ammont ta' danni illi jkun irid iħallas sid il-vapur f'każ illi jkun hemm xi tniġġiż miż- żejt, filwaqt illi Fund Convention qiegħda tistabbilixxi l-fond ta' ħlasijiet mill-kumpanniji fid-diversi pajjiżi importaturi ta' żjut.", "Tajjeb ngħid ukoll li jingħad li jekk kemm-il darba d-dannu jkun ikbar minn dak li tillimita s-Civil Liability Convention ikun hemm tip ta' ħlasijiet oħrajn mill-Fund Convention dejjem sabiex jiġi garantit illi l-ħsarat li jsiru jiġu kkumpensati.", "Wieħed jifhem li sid il-vapur li jkun qed iġorr iż-żejt ikollu xi tip ta' insurance cover pero' l-awgurju tagħna huwa li ma jkollna l-ebda inċidenti bħal dawn iżda minkejja l-prekewzjonijiet kollha mill- istess sidien u minn dawk li jirreġistraw il-vapuri, xorta waħda jibqgħalna diffikultajiet.", "Sur President, kif għedt, l-emendi prinċipali li rriżultaw minn din il- konvenzjoni huma marbutin ma' l-area illi dwarha jsir il-ħlas fil-każ li jkun hemm tinġis fiha.", "U filwaqt illi sa ftit ta' żmien ilu din l-area kienet tinkludi l-ibħra territorjali, illum qegħdin ngħidu li din tinkludi wkoll l-exclusive economic zones u allura se jkunu jistgħu jsiru ħlasijiet anke fil-każ li jkun hemm tinġis miż-żejt f'dawn iż-żoni.", "Dan ifisser li l- area li fiha jista' jinqala' xi inċident bħal dan se tikber.", "Se tikber ukoll il-possibbilta` ta' inċidenti bħal dawn u allura jikber ukoll ċ-ċans li jsiru ċerti ħlasijiet bħala kumpens.", "Għaliex tajjeb ngħidu li dawn l- inċidenti jagħmlu ħsara kbira mhux biss fl-ibħra imma anke fix-xtut u l- forom kollha ta' ħajja fl-istess baħar.", "Għalhekk huwa importanti li pajjiżna jkun mal-grupp ta' dawk il-pajjiżi illi rratifikaw dawn il- konvenzjonijiet.", "Sur President, jiena nemmen li dawn huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, pass li se jkompli jpoġġi lil Malta f'qagħda aġġornata għal dawk li huma responsabbiltajiet, obbligazzjonijiet u drittijiet internazzjonali tagħna.", "Nittama għalhekk li jkun hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra proprju għaliex dan l-abbozz ta' liġi qed ipoġġi lil pajjżna fuq il-platform modern li jinsabu fih pajjiżi oħrajn filwaqt li jgħin biex pajjiżna jkompli jibbenefika minn dawk li huma drittijiet internazzjonali.", "Jiena nieqaf hawnhekk, nisma' l-kummenti miż-żewġ naħat u mbagħad inkun f'qagħda li ngħaddi xi kummenti oħrajn aktar tard.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nibda biex f'isem l-oppożizzjoni ngħid li aħna nemmnu li dan huwa abbozz ta' liġi li huwa utli għall-pajjiż u kif qal il- kollega tiegħi l-ministru, ilu li nhass il-bżonn li dawn iż-żewġ konvenzjonijiet jiġu ratifikati, u dan għal diversi raġunijiet.", "Per eżempju, jekk Allaħares qatt tinqala' xi disgrazzja, bħala poplu u bħala pajjiż inbatu l-ewwelnett proprju minħabba li għadna ma rratifikajniex dawn il-konvenzjonijet u t-tieni nett minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħna.", "Sur President, aħna wkoll inħossu illi s-Civil Liability Convention tolqotna mill-viċin għaliex kif qal il-ministru aħna qegħdin f'nofs il- baħar Mediterran, baħar li minnu jgħaddu tankers kbar li ħafna minnhom iġorru ħafna aktar minn 2000 tunnellata ta' żejt.", "Għandi nifhem ukoll li l- istudju li sar mill-awtorita` marittima dwar din il-konvenzjoni u l-emendi li saru se jwasslu biex dak kollu li għandu x'jaqsam mat-tinġis ta' l-ibħra jkun covered.", "Pero' jiena ma nemminx illi għandna nidħlu fir- responsabbilta` ta' vapuri illi jġorru ż-żejt biss u naħseb li 'l quddiem għandna naraw kif nikkaverjaw vapuri oħrajn illi jiġu hawn Malta u jitilquhom fil-portijiet tagħna.", "Sur President, din hija uġigħ ta' ras għall-gvernijiet kollha u għalhekk min-naħa ta' l-oppożizzjoni qegħdin nagħmlu s-suġġeriment li ssir leġislazzjoni urġenti dwar l-aġenti tal-vapuri li ħafna minnhom, kif għedna kemm-il darba, meta jaraw li t-tali vapur m'huwiex covered jaħslu jdejhom u r-responsabbilta` taqa' fuq l-awtorita` marittima, fuq il-gvern Malti.", "Fil- passat għaddejna ħafna minn dan l-inkwiet; l-awtorita` marittima ġieli kellha ħames każijiet f'sena ta' vapuri li jiġu mitluqin fil-portijiet tagħna u jħammġu l-istess portijiet għaliex l-aġenti ma jidħlux responsabbli għalihom.", "Għalkemm din m'għandhiex x'taqsam direttament ma' dan l-abbozz ta' liġi, nemmen li hija xi ħaġa li għandha nieħdu ħsiebha b'mod urġenti għaliex jekk Allaħares qatt vapur marbut mal-moll jinqata' tista' tiġri ħafna ħsara.", "Kif qal tajjeb il-ministru, meta aħna nirratifikaw dawn iż-żewġ konvenzjonijiet, il-poplu Malti se jidħol għal aktar responsabbilta`, għal aktar fees u se jiġi covered minn dawn il-proċeduri kollha jekk jiġri xi ħaġa fl-ibħra territorjali tagħna.", "Kif diġa' għedt, aħna naqblu ma' din il- konvenzjoni u se nivvotaw favur tagħha għaliex hija xi ħaġa illi tolqot lill-poplu Malti kollu u għaliex jekk kemm-il darba ma nkunux covered minnha u tinqala' xi disgrazzja nbatu konsegwenzi koroh ħafna.", "Pero' m'huwiex biżżejjed li nirratifikaw din il-konvenzjoni.", "Jeħtieġ ukoll li jkollna biex ngħassu l-ibħra territorjali tagħna.", "Il-ministru qal tajjeb li bil-konvenzjonijiet il-qodma ta' l-1969 u l-1971 ma konniex covered pero' jekk m'ħaniex se jkollna biex nissorveljaw x'ikun għaddej mill-ibħra territorjali tagħna u biex nikkontrollaw it-tniġġiż tal-baħar u dak kollu li jista' jaffetwa l-baħar Mediterran inutli niffirmaw konvenzjonijiet.", "Sur President, qabel aħna konna esposti għal kwalunkwe disgrazzja u l- poplu Malti ma kienx jagħti kas.", "Tajjeb pero' li l-poplu jkun jaf li kieku Allaħares qatt kellha tiġri diżgrazzja u ma nkunux covered, tintlaqat anke l-industrija tat-turiżmu li bħala pajjiż niddependu ħafna minnha.", "Nafu li f'pajjiżi ikbar minna li għandhom aktar mezzi milli għandna aħna xorta jħabbtu wiċċhom ma' problemi li ma jkunux ippreparati għalihom f'disgrazzji bħal dawn, aħseb u ara pajjiż żgħir bħal tagħna x'ikollna nsofru!", "Din m'iniex qed ngħidha biex noffendi jew inmaqdar lil xi ħadd; ilkoll nafu li m'aħniex ippreparati għal diżgrazzji bħal dawn u lkoll nafu li bilfors rridu l-għajnuna tal-pajjiżi ta' madwarna.", "Nemmen ukoll li jekk niffirmaw din il-konvenzjoni, din l-għajnuna mill-pajiżi ta' madwarna tkun għajnuna vera.", "Sur President, fuq il-mezzi tax-xandir tagħna naraw u nisimgħu ħafna dwar diżgrazzji bħal dawn imma jiena ma nemminx li l-pollution tiġi biss miż- żejt.", "Anke meta jitnaddaf vapur ikun hemm pollution għaliex il-ħmieġ kollu jintefa' fil-baħar u jispiċċa fuq l-art.", "Fil-fatt il-ħmieġ li jkun hemm fil-bajjiet fl-inħawi tal-freeport kollu minn hemm ġej u dan qed ikun ta' inkonvenjent kbir għan-nies ta' dawk in-naħat pero' mhu qed isir xejn biex dan jieqaf.", "Dan barra li ħafna mill-vapuri li jkollna fil-freeport ma jkunux up to standard u la nistgħu nżommu responsabbli lill-kaptani u lanqas lill-aġenti.", "Dawn huma affarijiet żgħar pero' minħabba li aħna pajjiż żgħir jolqtuna mill-viċin u għalhekk aktar kmienu għedt li għandu jkollna iktar sorveljanza għaliex wara li nirratifikaw din il-konvenzjoni se nsibu ma' wiċċna iktar xogħol.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Din il-ġimgħa jiena u l-kollega tiegħi l-ministru konna fuq il-vapur Global Mariner u ġie f'idejja ktieb fejn rajna l-bandiera Maltija mniżżla ma' dawk li jissejħu flags of convenience.", "Jiena ddispjaċieni meta rajt dan u pprotestajt mas-segretarju ġenerali u għedtlu li hija disgrace għalihom li jsejħu l-bandiera Maltija bħala flag of convenience għaliex aħna għajjurin għall-bandiera Maltija.", "Barra minn hekk, fl-opinjoni tiegħi l-awtorita` marittima ta' Malta hija waħda mill-aktar awtoritajiet marittimi serji li hawn u fis-sena u tmien xhur li ħdimt magħha rajt li ma tħallix li jsiru affarijiet li la jixirqu lill-baħrin u lanqas lill-vapuri.", "M'iniex qed ngħid lanqas li nagħti tort lill-ministru preżenti li l- bandiera Maltija ġiet imniżżla bħala flag of convenience.", "Sur President, jiena nemmen li fl-awtorita` marittima hemm nies serji u nies li huma għajjurin għall-bandiera Maltija u mhu se jħalluha qatt taqa' fil-livell ta' flag of convenience.", "U l-barranin jgħiru għalina mhux għaliex aħna nħallu l-ħmieġ fuq il-vapuri għaliex it-72 inspector li hemm dejjem għamlu xogħlhom bis-serjeta` u l-vapuri li nqatgħu mir-reġistru meta kont ministru jiena ma nqatgħux għaliex ma ħallsux imma nqatgħu għaliex ma għamlux unur lill-bandiera Maltija.", "Safejn naf jien ix-xogħol kien isir u għadu jsir bis-serjeta` u għalhekk nikkundanna lil min niżżel f'dak il- ktieb lill-bandiera Maltija bħala flag of convenience.", "Nemmen ukoll li l- awtorita` marittima dejjem ħadet dawn l-affarijiet bis-serjeta` u għalhekk din il-konvenzjoni l-gvern għandu jeħodha bis-serjeta` għaliex dan huwa l- mezz ta' għajxien ta' ħafna ħaddiema u huwa l-vetrina tagħna fejn jidħol il- baħar.", "Nerġa' ngħid pero' li inutli niffirmaw din il-konvenzjoni jekk imbagħad ma naħdmux biex il-poplu Malti verament ikun protett mill- pollution.", "Sur President, l-ex-ministru ta' l-affarijiet barranin, sieħbi l-Onor.", "George Vella, ħadem ħafna biex din il-konvenzjoni tiġi ratifikata.", "Kien hemm fejn qbilna u kien hemm anke fejn ma qbilniex u żgur li huwa jista' jispjega iktar fejn konna wasalna.", "Nemmen pero' li f'din il-kwestjoni għandu jkun hemm il-qbil u l-kooperazzjoni taż-żewġ naħat għax din m'hijiex xi ħaġa li tolqot lill-gvern jew lill-oppożizzjoni imma tolqot lill-poplu Malti kollu.", "Ċertament li l-oppożizzjoni lesta tagħti l-kooperazzjoni sħiħa tagħha biex din il-konvenzjoni ladarba tiġi ffirmata taħdem verament bis-serjeta`.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, sfortunatament ftit huma dawk l- okkażjonijiet f'dan il-parlament fejn niddiskutu suġġetti bħal dawn li m'humiex ta' natura politika kontroversjali u allura fihom wieħed ikollu ċ- ċans li jaqbel fuq dak li jkun qed jiġi propost fl-abbozz ta' liġi pero' fl- istess ħin tittieħed ukoll l-okkażjoni biex wieħed jamplifika fis-suġġett ħalli jarrikkixxi d-dibattitu ngħid jiena anke għall-valur tar-records ta' dan il-parlament għada pitgħada minn min ikun irid jagħmel riċerka.", "Sur President, dan qed ngħidu għaliex il-kwestjoni tat-tinġis ta' l-ibħra biż-żejt hija xi ħaġa li għandha x'taqsam b'mod dirett ħafna mal-vokazzjoni marittima ta' pajjiżna.", "Pajjiżna huwa gżira u ma jistax ikun li meta nitkellmu fuq tinġis biż-żejt fil-baħar ta' madwarna ma nkunux qegħdin immissu concern, inkwiet, tħassib, preokkupazzjoni, li żgur irid ikollu kull pajjiż, stat, nazzjon bħal tagħna li huwa gżira.", "Il-kwestjoni tat- tinġis tal-baħar biż-żejt m'hijiex xi ħaġa moderna.", "Mill-ftit riċerka li għamilt sibt li fl-1754 diġa' kien jissemma' li hemm tinġis fil-Baħar Kaspju, ħdejn il-gżira msejħa Holy Island u dan probabbilment kien qed jillijkja mill-bastimenti li kienu jġorru l-qatran f'dik l-area - għaliex ovvjament wara kulħadd kien jaf kemm hemm minn dawn iż-żjut - biex jagħmlu t-tqalfit tal-bastimenti ta' l-injam.", "L-ispinta l-kbira ttieħdet wara li kien hemm ir-rivoluzzjoni industrijali fejn beda jintuża l-faħam u mbagħad ż-żejt.", "Fil-fatt fl-1886 kien ġie varat l-ewwel tanker u li kien jaħdem bl-isteam.", "Kien pero' fl-1907 li kien hemm l-ewwel inċident ta' tanker li baqa' jissemma'.", "Dan kien it- tanker Thomas W. Lawson, li nkalja qrib is-Scilly Islands u xerred madwar 8,000 tunnellata ta' crude oil.", "Aktar tard, fl-1922, l-Ingilterra li kienet fit-traffiku ta' dawn l-affarijiet, kienet minn ta' l-ewwel li għamlet dak li kien magħruf Oil in Navigable Waters Act.", "Sentejn wara l- Amerikani għamlu l-ewwel leġislazzjoni tagħhom fuq dan is-suġġett.", "Iktar ma beda jiżdied it-traffiku taż-żjut, naraw li ma kienx biżżejjed li pajjiżi separati jagħmlu r-regolamenti tagħhom għall-ibħra tagħhom.", "Fil- fatt ħafna liġijiet li llum neħduhom for granted dak iż-żmien ma kenux jeżistu.", "Allura beda jinħass il-bżonn ta' liġijiet internazzjonali, liġijiet li jorbtu flimkien pajjiżi differenti.", "Irridu nifhmu, Sur President, li fl-1938, jiġifieri ftit qabel il-Gwerra l-Kbira, l-Amerika, ir-Russja, il-Venezuela, l-Iran u l-Iraq kienu diġa' jipproduċu ż-żejt u kien hemm diġa' produzzjoni ta' madwar 272 miljun tunnellata.", "Wieħed irid jgħid ukoll li sena wara l-flotta ta' tankers li dak iż-żmien bdiet isir iktar popolari kienet diġa' laħqet is-16-il miljun gross tonnage.", "Jekk wieħed irid jikompara, sa l-1978 kien hemm 332 miljun gross tonnage, jiġifieri l-affarijiet kienu bdew jisplodu għaliex l- industrija bdiet tiddependi iktar fuq iż-żejt, iż-żejt beda jsir strument ekonomiku u allura wieħed beda jagħtih aktar importanza.", "Imma ħalli nerġgħu mmorru pass lura.", "Fl-1953 fl-Ingilterra bħala pajjiż marittimu li kellu imperu, li kellu l- industriji tiegħu u li kien fuq quddiem f'dawn l-affarijiet, twaqqaf kumitat speċjali biex jistudja t-tniġġiż u l-kontaminazzjoni ta' l-ibħra biż-żjut u jagħmel rapport.", "Dan wassal biex sena wara, eżattament f'April ta' l-1954, saret l-international convention for the prevention of pollution of the seabed, l-ewwel konvenzjoni internazzjonali bbażata ġewwa Londra li kienet titratta speċifikament il-prevenzjoni tat-tniġġiż ta' l- ibħra biż-żjut.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn saru numru kbir ta' konvenzjonijiet internazzjonali.", "M'iniex se nidħol fid-dettalji tagħhom għax hemm ammont enormi, pero' wieħed irid jgħid li għandek konvenzjonijiet li huma internazzjoanli u oħrajn li għalkemm huma internazzjonali m'humiex globali imma reġjonali.", "Fosthom, Sur President, hemm il-konvenzjoni ta' Bonn li tiġbor il-pajjiżi ta' madwar il-Baħar Nordiku u, kif jgħidu l- Ingliżi, nearer home, iktar lejn in-naħa tagħna, hemm imbagħad il- konvenzjoni ta' Barcelona dwar il-Baħar Mediterran.", "Fil-fatt fl-1975 beda l-proċess ta' koperazzjoni tal-pajjiżi tal- Mediterran flimkien biex iħarsu l-baħar Mediterran mit-tinġis u sena wara saret il-famuża Konvenzjoni ta' Barcelona, dik li kienet il-parti legali ta' dak li kien magħruf bħala l-blue plan tal-Mediterran ta' l-1975.", "Dan kellu żewġ protokolli li ġew enunċjati fi Frar ta' l-1976 imma li daħlu fis- seħħ fi Frar ta' l-1978 meta kien hemm biżżejjed ratifikazzjonijiet.", "Wieħed minn dawn il-protokolli kien jittratta d-dumping - u meta ngħidu dumping jista' jkun li nifhmu wkoll ir-rimi ta' żejt maħmuġ mill-bastimenti li jġorru ż-żejt fil-Mediterran kemm mill-ajruplani u kemm mill-vapuri - u l-protokoll l-ieħor kien jitkellem fuq il-koperazzjoni f'emerġenzi li jirriżultaw mit-tniġġiż.", "Sur President, ovvjament Malta kienet minn ta' quddiem li rratifikat dawn il-konvenzjonijiet u ħadmet ħafna fuqhom.", "Bi pjaċir infakkar hawnhekk ir-rwol u r-responsabbiltajiet li daħlet għalihom Malta meta flimkien mal-United Nations environment programme u l- IMO, il-Gvern Malti offra li f'Malta jiġi stabbilit dak li kien imsejjaħ ir- regional oil combating centre, ċentru reġjonali għall-ġlieda kontra t- tinġis tal-baħar Mediterran.", "Fil-bidu dan kien ibbażat f'Manoel Island u minn hemmhekk kiber, sar ir-RAMPAC u ta kontribut kbir u ħadem ħafna biex kompla kabbar din il-mentalita` u l-kuxjenza kontra t-tinġis fil- Mediterran.", "Hawnhekk ovvjament qegħdin nitkellmu fuq l-adozzjoni ta' żewġ leġislazzjonijiet internazzjonali li għandhom impatt dirett fuq il- kwestjoni tat-tinġis tal-baħar biż-żejt.", "Kif diġa' għedt hemm ħafna konvenzjonijiet u ħafna liġijiet, u dawn jiena nikklassifikahom fi tliet kategoriji għaliexx hemm ħafna overlapping bejniethom, ħafna minnhom jirrepetu dak li jgħidu oħrajn u ġieli anke jidħlu fl-għalqa ta' xulxin.", "Jekk wieħed jara b'mod goff kif inhuma maqsumin, isib li l-ewwel u qabel kollox għandek ruxxmata konvenzjonijiet li jitkellmu fuq il-miżuri li jridu jittieħdu qabel iseħħ l-inċident ta' tniġġiż, miżuri li jagħmlu minn kollox ħalli kemm jista' jkun l-inċidenti ma jiġrux.", "Dawn huma liġijiet li jitkellmu fuq id-disinn tal-vapuri, liġijiet li jikkontrollaw l-apparat tan- navigazzjoni li għandu jkollhom il-vapuri, liġijiet li jitkellmu fuq il- crew li għandhom ikollhom il-bastimenti, fuq il-kwalifiki u l-lingwi li jitkellmu u kif jiftehemu bejniethom, liġijiet li jitkellmu fuq il- kapaċitajiet u l-kwalifiki professjonali ta' min imexxi l-vapuri u liġijiet li jitkellmu dwar il-kontroll fuq il-movimenti tal-vapur għax għalkemm ħafna nies jaħsbu li mill-baħar tista' tgħaddi minn fejn trid mingħajr iċ- ċans li taħbat dan mhu minnu xejn.", "Fil-fatt ħafna liġijiet jitkellmu fuq dawk li huma magħrufa bħala traffic separation schemes li jitkellmu dwar min għandu d-dritta f'ċerti ibħra dojoq u dwar sistemi ta' monitoring ħalli wieħed jissorvelja l-moviment tal-vapuri speċjalemnt f'postijiet bħalma hu l-English Channel.", "Ħalli nsemmi uħud minn dawn il-konvenzjonijiet.", "Per eżempju, hemm l-agreement nordiku għall-koperazzjoni kontra t-tniġġiż tal-baħar, hemm il-konvenzjoni kontra r-rimi mill-vapuri u l-ajruplani għal ġol-baħar, hemm il-konvenzjoni internazzjonali magħrufa bħala l-MARPOL ta' l-1973 u hemm ukoll l-international convention for the safety of life at sea, il-famuża Solas Convention.", "Dawn kienu konvenzjonijiet tal-bidu u issa ngħid f'liema sfond l-iktar ħadu l-imbuttatura ħalli jsiru popolari u jattiraw lejhom in-numru ta' ratifikazzjonijiet li kellhom bżonn.", "Kellek imbagħad draft conventions fuq standards u kwalifiki tas-seafarers u fl- 1978 kellek l-IMCO tanker safety and pollution prevention conference recommendations li bdew jitkellmu fuq ship design, double bottoms u miżuri oħrajn maħsubin ħalli kemm jista' jkun jevitaw li jkun kbir id-diżastru jekk jiġri d-diżastru, jekk tiġri l-ħabta, jekk jiġri l-qsim tal-vapur.", "Allura kienu qegħdin jaħsbu biex kemm jista' jkun iż-żejt ta' ġol-vapur jiġi protett u ma jkunx hemm tixrid għal ġol-baħar anke jekk kemm-il darba jiġri l-inċident.", "Imbagħad bdew jidħlu liġijiet rigward il-kontrolli u poteri li għandu jkollhom l-awtoritajiet tal-portijiet fuq ċerti vapuri meta dawn ma jkunx skond in-normi, fis-sens li beda jsir ħafna diskors fuq il-poteri li għandu jkollhom l-awtoritajiet tal-port biex jekk hemm bżonn iżommu fil-port vapuri li jistgħu jkunu ta' theddida għall-ambjent.", "It-tieni grupp ta' konvenzjonijiet huma dawk il-konvenzjonijiet li jitkellmu fuq x'jiġri ladarba jkun ġara l-inċident.", "Dawn huma liġijiet li jippresupponu li l-pajjiżi, speċjalment gżejjer bħal tagħna li għandhom xtut kbar, ikunu diġa' qegħdin jaħsbu bil-quddiem li jkollhom dawk il- miżuri in place biex jekk jiġri xi ħaġa mmedjatament jieħdu miżuri ħalli kemm jista' jkun irażżnu l-ħsara li tiġrilhom.", "Hawnhekk allura qegħdin nitkellmu, Sur President, fuq il-preparazzjoni ta' contingency plans u action plans fejn inti tgħid: Fil-mument li jiġri xi ħaġa, se nibda nfittex fil-kotba ħalli nara x'jiġri jew inkella għandi pjan li jiskatta mmedjatament li jkolli l-alarm?", "Dawn jitkellmu, per eżempju, fuq l- istockpiling, jiġifieri l-ħażna ta' equipment li għandu jkollu pajjiż għal kontra t-tniġġiż li jinkludi kemm apparat mekkaniku, kemm dawk li huma booms li huma bħal salvauomo kbar li bihom jiċċirkondaw area fejn ikollok iż-żejt imxerred, kemm fuq makkinarju li jista' jeħel ma' bastimenti żgħar li jkun jista' jħallat il-kimika maż-żejt biex kemm jista' jkun jiġborha jew jgħarraqha kif ukoll fuq it-twaqqif ta' ċentri reġjonali.", "Hawnhekk niftakar b'nostalġija meta kont rapporteur fil-Kunsill ta' l- Ewropa aktar minn 20 sena ilu u għalhekk dan l-interess tiegħi f'dan is- suġġett u bqajt dejjem insegwih u nħobbu għax kont għamilt rapport fuq it- tinġis tal-Baħar Mediterran minn sorsi marittimi - jiġifieri mhux minn materjal li jinżel mill-art, il-ħmieġ li jinżel max-xmajjar mid-drenaġġi - u ż-żejt huwa l-iktar wieħed importanti minnom.", "Hemmhekk kont issuġġerejt ukoll - u llum nieħu gost ngħid dan wara dawn is-snin kollha - li għandu jkun hemm mhux ċentru wieħed reġjonali kontra t-tniġġiż taż-żejt imma sensiela ta' ċentri madwar il-kosta tal-Mediterran u anke tal-Kanal Ingliż u l-baħar nordiku fejn ikollok monitoring kontinwu.", "Fil-fatt illum il- ġurnata naf li anke Spanja u l-Portugal bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea waqqfu ċentri li bihom liiteralment jittrekjaw il-vapuri li jkunu għaddejjin u jkunu jafu l-movimenti tagħhjom kollha.", "F'din il-kategorija jaqgħu wkoll il-kuntratti ta' l-irmunkar u x'inhuma l-miżuri jew regolamenti li jirregolaw l-irbit u l-irmunkar ta' vapur li jinkalja fuq xi sikka.", "Jiena m'għandix dubju li hawnhekk għandna ħafna nies li huma ħafna iktar kompetenti minni fuq dan is-suġġett għaliex illum il-ġurnata hawn Malta bl- istitut marittimu mmexxi bl-iktar mod abbli mill-Prof David Attard m'hemmx dubju li poġġa lil Malta fuq il-mappa tal-kwalifikazzjonijiet u ta' l- istudji marittimi u naf li għandna numru ta' avukati u anke nies li m'humiex avukati li qabdu dan l-istudju partikolari u daħlu fil-fond fih biex jaġevolaw u jkabbru l-kuxjenza u l-kompetenza li għandu jkollna f'dan il-pajjiż ħalli jkun hawn min jifhem f'dawn ir-regolamenti.", "Nieħu gost anke bl-aħħar żvilupp li kien hawn biex dan il-pajjiż isir anke ċentru ta' arbitraġġ fejn possibilment anke kwestjonijiet bħal dawn jiġu solvuti hawnhekk u jkollna nies kwalifikati biżżejjed biex jagħtu l-kontribuzzoni tagħhom.", "F'din il-kategorija jaqgħu mbagħad liġijiet, regolamenti u konvenzjonijiet li jitkellmu fuq il-ġurisdizzjoni ta' l-istat rigward vapuri li jkunu qegħdin jagħmlu din il-ħsara.", "Nista' nsemmi, per eżempju, il-joint franco-british emergency plan, il-baltic marine environment protection commission u l-ftehim bejn l-Italja u l-ex-Yugoslavia rigward il- protezzjoni ta' l-Adrijatiku.", "Kien hemm ukoll - dawn se nagħmel riferenza għalihom aktar 'il quddiem - regolamenti u liġijiet li kienu jidħlu wara li jkun ġara l-inċident.", "Irridu nifhmu li l-bniedem jibda jimbotta iktar meta jara l-fatti jiġru u hawnhekk irrid nagħmel parenteżi żgħira u nfakkar li wieħed kien sensibilizzat ħafna fuq il-kruha ta' spill kbira ta' żejt meta bdew jiġru l-inċidenti.", "Nista' nsemmi hawnhekk il-famuż Tony Canyon li way back fl-1967 kien xerred madwar 120,000 tunnellata żejt mas-Scilly Islands li diġa' għamilt riferenza għalihom.", "Fl-1975 kellna mbagħad id-diżastru ta' dak it-tanker li kien inkalja mal- kosta tal-Portugal, imma l-iktar wieħed li xxokkja lid-dinja u li ġab anke ċerti problemi legali biex wieħed jieħu deċiżjoniiet fuqu kien il-famuż Amoco Cadiz li f'Marzu ta' l-1978 inkalja fuq il-kosta Franċiża, xerred madwar 230,000 tunnellata żejt u kien hemm il-problemi ta' min għandu d- dritt jintervjeni fuqu, min għandu dritt jieħu deċiżjoijiet, min għandu dritt jirmunkah u dawn l-affarijiet kollha.", "Dak iż-żmien jiena kont qiegħed Londra - kumbinazzjoni kont vaganza! - u niftakarni ngħaddi ġranet sħaħ nara t-television għax kien jirrapporta l-ħin kollu rigward x'qed jiġri minn mument għall-ieħor fi Brittany coast u dan il-każ kien ħalla impressjoni qawwija fuqi.", "Issa la darba jkun ġara l-inċident għandek ir- regolamenti, il-liġijiet u l-konvenzjonijiet li jitkellmu dwar xi jrid isir wara li għaddiet l-emerġenza, għax din m'hijiex xi ħaġa li tgħaddi u daqshekk.", "L-ewwelnett waqt jew immedjatament wara l-inċident wieħed irid, u hawnhekk jidħol anke l-aspett ambjentali tal-problema kollha, jagħmel minn kollox biex jikkontrolla l-ħsara.", "Jekk tagħmel xi ħaġa, minnflok ma toqgħod b'idejk marbuta, taf tnaqqas aktar u tikkontrolla l-ħsara li tista' ssirlek.", "Ovvjament imbagħad tqum il-kwestjoni tat-tindif tad-diżastru li jkun għamillek dan l-inċident.", "Wieħed irid jikkalkula l-ispejjeż ukoll.", "Kemm saret ħsara lit-tali pajjiż?", "Kemm huwa t-total tad-danni meta tiġri xi ħaġa bħal din?", "Wara li inti tagħmel il-kontijiet trid tara min huwa responsabbli li jħallas għal dan id-diżastru, min irid jammetti t-tort.", "Għalhekk niġu għal din it-tip ta' leġiżlazzjoni.", "Fil-bidu kien hemm ħafna leġiżlazzjonijiet li kienu bdew jagħmlu qbil volontarju.", "Niftakru l-qbil li kien hemm bejn ix-shipowners, fejn kienu qablu li jagħmlu fond bejniethom.", "Kumpannija kienet tikkontribwixxi f'dan il-fond biex jekk jiġri xi ħaġa ma tfallix għax ikun hemm minn fejn wieħed joħroġ.", "Imbagħad kien hemm fond ieħor maqbul bejn il-kumpanniji taż-żejt, għax għandek ix-shipowners li jġorru ż-żejt u għandek il-kumpanniji taż-żejt li huma n-nies li fil-fatt jinnegozjaw.", "Dawn il-liġijiet jinsabu wkoll fl-istorja tal-pollution imma xorta jibqa' l-fatt illi hemm liabilities civili.", "Hawn niġu għal dan li qed nitkellmu fuqu llum, fejn jidħlu ħsarat ċivili.", "Wieħed irid jgħid li hemmhekk għal prattikament snin l-industrija tas- sajd ħadet daqqa, ma ngħidx tal-mewt għax il-kosta hija kbira ħafna, imma kien hemm area enormi fejn l-industrija tas-sajd hemmhekk litteralment ġiet xkupata.", "Allura wieħed irid jara li jkun hemm, kif fil-fatt hemm, liġijiet li jaraw li dawn l-affarijiet jiġu miftehma bl-inqas problemi possibbli għaliex qegħdin nitkellmu fuq skali kbar w ammonti enormi ta' flus.", "Mhux qiegħdin nitkellmu biss fuq daqqiet lill-ambjent imma litteralment daqqiet lill-ekonomiji ta' ċertu pajjiżi kif se nsemmi meta niġu għall-kwestjoni ta' Malta.", "Proprju dan il-grupp ta' liġijiet jinkorpora dawn iż-żewġ konvenzjonijiet li qegħdin nitkellmu fuqhom.", "Issa quddiem dan il-parlament qiegħdin niftehmu li naġġornaw ir-ratifikazzjoni tagħna mil-liġijiet oriġinali ta' l-1969 f'dak li għandu x'jaqsam mal-konvenzjoni għas-civil liability għall-ħsarat mit-tinġis u allura naċċedu għal din li hemm riċenti u l-oħra tal-1971 li titkellem fuq it-twaqqif ta' fondi internazzjonali għall-kumpens għal ħsarat li jistgħu isiru.", "Fil-bidu għidt li din hija liġi li hawn Malta għandna l-unur għall-okkażjoni li nikellmu fuqha għax is- sitwazzjoni fil-Mediterran hija xi ħaġa speċifika u partikolari.", "Xi ħadd li qiegħed jismagħna jgħid li aħna dejjem nippretendu li aħna speċjali.", "M'aħniex speċjali f'din il-kwestjoni.", "Il-Mediterran huwa reġjun partikolari, għax jekk wieħed ifittex biss l-aktar postijiet fejn jiġi ppumpjat żejt, il-Lvant Nofsani, jifhem li prattikament kważi kwart taż- żejt kollu li jġorru t-tankers madwar id-dinja jgħaddi mill-Mediterran.", "Ma nistgħux ngħidu li aħna, fin-nofs ta' dan il-baħar magħluq, m'għandniex inkunu nkwetati u li m'għandniex ninvolvu ruħna f'dak kollu li se jiġri ħalli aħna naraw l-interessi tagħna.", "Jiena nirringrazzja lill-Bambin li s'issa dawn l-inċidenti kbar li semmejna kollha ġraw fl-Atlantiku jew inkella fil-Kanal Ingliż, barra minn hawnhekk.", "Ġraw diżastri fil-Mediterran pero' s'issa kienu żgħar.", "Setgħu jiġi kontenuti u ma kinux bħad-diżastri ambjentali li saru per eżempju fl- Alaska jew fil-kosta Franċiża.", "Iżda xejn ma jgħidilna li dan ma jistax jiġri meta nafu l-ammonti enormi ta' tankers taż-żejt li għaddejjin kuljum minn taħtna u minn fuqna fil-Mediterran.", "Hawn irrid nagħmel punt.", "Anke meta ktibna l-politika barranija ta' pajjiżna fl-1993 għall-Partit Laburista, meta tkellima fuq it-theddid għas-sigurta' ta' pajjiżna forsi kulħadd mar mill-ewwel bl-idea ta' xi attakk militari ġej minn xi super potenza jew inkella minn xi pajjiżi ġirien.", "Iżda aħna fost il-prijoritajiet għamilna referenza li waħda mit-theddidiet potenzjali għas-sigurta' ta' pajjiżna hi proprju li jista' jiġri inċident bħal dan fil-Mediterran.", "L-ewwelnett irridu nifhmu li l-aktar irjieħ qawwija u prevalenti huma min-naħa tal- grigal.", "Irjieħ prevalenti jiġu aktar mill-punent imma meta jkunu aktar qawwijin bil-maltemp u allura jaslu aktar dawn jiġu min-naħa tal-grigal.", "Barra minn hekk in-naħa tal-grigal ta' pajjiżna, in-north east, huwa l- aktar parti utilizzata għall-iżvilupp tal-faċilitajiet turistiċi.", "Din hi l- aktar parti li hija pperikolata jekk ikun hemm kontaminazzjoni.", "Hawnhekk wieħed jifhem malajr x'jista' jiġri fil-każ t'inċident ta' ċertu kobor fil- qrib ta' pajjiżna li ma jkunx ikkontrollat jew inkella ma jkunx ikkontenut mill-aktar fis.", "Jekk, Allaħares qatt, din il-firxa ta' żejt tasal fuq ix- xtut tagħna ma jkollokx biss diżastru ambjentali, li jeħodlok ix-xatt kollu minn Għawdex sa Marsaxlokk.", "Meta inti qiegħed tipparalizza l-industrija tat- turiżmu, li maż-żmien pajjiżna qiegħed aktar u aktar jiddependi fuqu, dan ifisser li hemm diżastru ekonomiku.", "Aħna din qisniha bħala theddida litteralment għas-sigurta' ekonomika ta' pajjiżna.", "Issa meta ġara dan kollu, għandna naraw li wieħed ma jgħidx: \"Mela aħna niffirmaw il- konvenzjonijiet u speċi mmorru norqdu!\" bħal ma semma tajjeb sieħbi l-Onor.", "Debono Grech.", "Jiena ma rridx indaħħal politika partiġġjana hawnekk imma ejja ngħidu li rridu nkunu viġilanti u ngħassu l-ħin kollu!", "Ser insemmi meta ħadt over id-dipartiment tal-ambjent fl-1996.", "Ma rridx nallarma lill- poplu.", "Dan se ngħidu għax issa għadda ż-żmien u llum l-affarijiet tbiddlu.", "Fl-1996 l-ewwel ħaġa li għamilt storbju fuqha u nkwetatni l-aktar kienet meta jien staqsejt ċar fejn huma l-contingency plan u l-action plan tagħna.", "Id-dipartiment tal-ambjent suppost kellu nies li qegħdin hemmhekk biex jaraw li aħna nkunu moħħna mistrieħ li malli ajruplan jew vapur jirrapporta theddida ta' firxa ta' żejt riesqa lejn ix-xtut tagħna jkun hemm programm li jiskatta f'daqqa waħda u tkun taf x'se tagħmel.", "Kont assolutament diżappuntat illi filwaqt li kien hemm ħafna apparat sparpaljat, għax minn jaf dan il-maħżen 'l hawn u minn jaf dan il-maħżen 'l hemm, min qiegħed f'idejn dak u min qiegħed f'idejn l-ieħor, ma kien hemm xejn li jorbot kollox flimkien illi at the word go xi ħadd jibda chain of command biex min hu responsabbli jidħol fl-azzjoni.", "Assolutament ma stajtx naċċetta li aħna, pajjiż daqshekk vulnerabbli, m'għandniex contingency plan u action plan illi jiġu attwati immedjatament.", "Billi jkollok il-konvenzjonijiet u l- iffirmar tagħhom, jiena ma rridx ngħid: \"U iva, għandi fejn immur sabiex nieħu parti mill-ispejjeż li saruli!\"", "Aħna t-tobba ngħidu li prevention is better than cure.", "Għalhekk nipprova li jekk jista' jkun ikolli kollox f'postu biex ma jkollix bżonn nirrikorri għal dawn il-leġiżlazzjonijiet.", "Kont adamant.", "Verament għamilt pressjoni kbira biex għallinqas ikollna action plan jew contingency plan, imqarr ifformulat b'emerġenza biex nibdew, ħalli aktar 'il quddiem dan jitkabbar u jiġi mlaħħam.", "Hawnhekk jiena rrid ngħid illi kellna ħafna u ħafna għajnuna mingħand in- nies tar-RAMPAC.", "Eventwalment anke n-nies li kien hemm fil-ministeru ħadu l- briga li jaħdmu magħhom u rajna lid-dipartiment jiġi strutturat u lin-nies jiġu risponsabiliżżati.", "Issa kellna chain of command, xi ħadd li jkun risponsabbli.", "Fit-tali ħin jekk jiġri xi ħaġa taf minn fejn se tibda.", "Nafu t-telephone numbers.", "Nafu fejn tinsab il-kimika li għandna bżonn, nafu fejn huma n-nies li jridu jmorru fuq il-vapuretti biex inaddfu, nafu fejn huma l- booms u nafu kollox.", "Hawnhekk kellna u sfortunatament għad għandna sitwazzjoni li għandna ħafna sparpaljar u kellna okkażjoni li nitkellmu fuqha fl-universita'.", "Parti mill-materjal qiegħed f'idejn l-armata, parti mill-materjal qiegħed f'idejn is-sezzjoni marittima, parti mill-apparat u dak li jkollna bżonn qiegħed f'idejn il-privat, għand dawk li għandhom ix- shipyards iż-żgħar bħal Cassar u parti mill-materjal qiegħed f'idejn min għandu l-oil bunkering.", "Ma dan kollu ma jeżistix programm li jgħaqqad dawn kollha flimkien u li jista' jgħid: \"Isma', jien għandi kontroll tagħhom u nista' nikkordinahom\".", "Illum il-ġurnata, b'ferħ ngħid li l-affarijiet kienu bdew jiffurmaw ruħhom meta bdejna nimbuttaw.", "Illum l-affarijiet huma ħafna aħjar minn kif sibnihom, aktar u aktar imbagħad meta ġie fformulat is-Civil Protection Act.", "Fi ħdanu poġġejna din il-kwestjoni tat-tinġis, fil-mużajk kollu tal-protezzjoni ċivili.", "Jiena nkompli nħeġġeġ lill-gvern biex jissorvelja d-dipartiment ta' l-ambjent.", "Dan mhux b'dispett lejn in-nies li hemm imma nħeġġeġ lill-gvern biex jara li dawn ikunu lesti għal kull emerġenza.", "Naf u anke reċentement rajt fil-gazzetti, li jsir anke ċertu drill ħalli wieħed ikun jaf the state of preparedness, kemm dawn huma lesti li jiskattaw meta jinqala' xi ħaġa.", "Hemm xi ħaġa oħra li nixtieq nitfa' għad-diskussjoni u nħalliha anke f'idejn il-gvern tal-ġurnata biex ikompli dawn l-ideat li konna bdejna aħna.", "Din hi ħaġa li tirriżulta mill-fatt li semmejt, jekk nistgħux b'xi mod nimminimiżżaw, innaqsu ftit u nbiegħdu kemm jista' jkun il-periklu li jista' jirriżulta minn dan in-numru enormi ta' tankers li għaddej mill- Mediterran.", "Għal min jistaqsi kif, kulħadd jaf li madwar id-dinja għandek ħafna postijiet fejn hemm qbil bejn żewġ pajjiżi.", "F'każ li hemm strait jew passaġġ ta' baħar li huwa relattivament dejjaq ikun hemm liġijiet internazzjonali li jikkontrollaw l-ammont ta' vapuri li jgħaddu minnu u anke t-tonnage ta' dawn i-vapuri.", "Bħal eżempju nsemmi l-famuż ftehim tal- iStrait of Bonifacio, bejn Sardegna u Corsica, li huwa strait żgħir.", "Iridu bilfors jgħaddu ċerti vapuri minnu pero' hemm qbil rigward kemm jista' jkun kbir dak il-vapur u kemm jistgħu jgħaddu vapuri f'ħin wieħed.", "Nitkellem ċar u ngħid li dawk kienu ideat li kont qsamt u kont nieħu pjaċir naħdem fuqhom mal-Prof David Attard, nerġa' nsemmih, illi huwa awtorita' fuq il-liġi marittima.", "Tkellimt miegħu fuq l-idea li din se tieħu ż-żmien, imma kont staqsejt jekk hux possibbli li bejn Malta u Sqallija, fejn għandna relattivament passaġġ dejjaq u f'postijiet minnu hemm inqas minn 40 mil, 'il quddiem forsi anke bi ftehim internazzjonali jew forsi bil- kooperazzjoni ta' l-IMO, li nnaqsu t-traffiku tal-bastimenti li jgħaddu minn hemmhekk.", "Qiegħed nirriferi għal bastimenti li jġorru ż-żejt.", "Ngħid hekk għaliex huwa fatt magħruf li ħafna mit-traffiku li għaddej bejn Malta u Sqallija m'għandux għalfejn jgħaddi minn hemm.", "Ma jkunx sejjer per eżempju Napli jew Ġenova jew inkella x-xatt tal-punent ta' l-Italja.", "Jekk kemm-il darba wieħed ġej min-naħa tas-Suez Canal, ġej mill-Middle East u jrid imur għal Ġibilta', għall-Atlantiku, jista' liberament jgħaddi min- naħa t'isfel ta' Malta.", "Ma tistax tikkmanda bastiment minn fejn jgħaddi għax qiegħed f'ibħra internazzjonali.", "Pero' tista' b'xi mod tibda ftehim li l-ewwel ikun fuq bażi bilaterali, bejn Malta u l-Italja.", "Aktar 'il quddiem imbagħad forsi jirnexxielek twasslu għal biex jiġi ratifikat b'mod internazzjonali fi ħdan l-IMO.", "Meta konna fil-gvern jien kelli diskussjonijiet fuq din il-kwestjoni ma' O'Neil, is-segretarju ġenerali tal-IMO.", "Irrid ngħid li ma ramihiex l-idea u qal: \"Iva, għandkom raġun, għax il-concerns tagħkom huma leġittimi\".", "Niftakar li anke matul l-ewwel żjara li għamilt fl-l-Italja meta kont iltqajt ma' Lamberto Dini, din kienet fuq l-aġenda.", "Jiena nistieden lill- kollega tiegħi il-Ministru Ċensu Galea biex jitlob il-minuti ta' dawk il- laqgħat għax anke t-Taljani they warmed up to the idea.", "Lil Dini stess għoġbitu l-idea u konna wegħedna lil xulxin li ser naħdmu fuqha.", "Xi ħaġa fuqha kien beda.", "Ma nafx fejn waslu l-affarijiet illum imma nħeġġeġ lill- Gvern biex ikompli jsegwi din l-inizjattiva.", "L-affarijiet jieħdu snin twal biex jiġru u mhux se jiġru m'illum għal għada.", "M'intix se tikkonvinċi malajr lit-tanker owners biex jgħaddu minn fejn trid inti għax jgħidulek li dan baħar internazzjonali.", "Iżda la għandna l-qbil anke mal-ħbieb tagħna t- Taljani għandna naħdmu fuq din l-idea għax hija waħda mill-miżuri li nistgħu nieħdu.", "Jekk għallinqas ma nikkonvinċux ċertu tankers li m'għandhomx jgħaddu minn dik in-naħa, niftehmu li jkun hemm dak li semmejt fil-bidu, traffic separation scheme.", "Irid ikun hemm normi ta' kif għandek tgħaddi minn dak il-kanal u d-distanzi li wieħed irid iżomm mhux niddependu fuq ilħna tal-Bambin għax jekk jiġru inċidenti jkunu kbar.", "Din hija l-inizjattiva li konna bdejna u qed nitlob lill-Gvern tal- ġurnata biex jekk jista' jkun isegwiha.", "Dawn l-affarijiet jieħdu ż-żmien imma ejja naraw li nimbuttaw fuqha.", "Dan imbagħad jista' anke jiġi kkorraborat u megħjun mill-iżvilupp teknoloġiku li hawn illum.", "Illum għandek global positioning systems.", "Dan huwa apparat li lill-vapur jista' jagħtieh eżatt, b'differenza ta' metri, fejn hu qiegħed, dik li hija latitude u longitude fil-baħar u anke fuq l-art meta jkun qed jintuża min- nies.", "B'dan l-apparat vapur jista' jirrapporta għal ċentru ta' rapportaġġ.", "Per eżempju, jekk inti għaddej bejn Malta u l-Italja jkollok żewġ channels li qed jagħmlu monitoring ta' x'inhu għaddej minn bejnietna.", "B'hekk inkunu nafu jekk hemmx 20 tanker jew inkella tlieta biss għaddejin f'dak il- mument.", "Għaliex vapur m'għandux jirrapporta x'għandu fuqu, per eżempju tanker biż-żejt, kimika perikoluża jew containers?", "B'hekk inkunu nafu.", "Illum għandek sistemi li jistgħu jiġu kemm fuq il-vapur, li jużahom biex jirrapporta, kif ukoll bħala satellite tracking systems biex minn ċentru fl- art inti tittraċċa xi jkun għaddej bejnek u bejn pajjiż ieħor.", "Kif semmejt dawn huma affarijiet li diġa' qed jiġru mal-kosta Spanjola u Portugiża u fil-Kanal Ingliż.", "Allura għaliex aħna għandna nħallu f'idejn u niddependu biss fuq il-ħniena t'Alla?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex l-Onor.", "Vella jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Vella jkompli jitkellem.", "ONOR.", "MEMBRU: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "George Vella jkompli bid- dibattitu tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sur President, il-kompitu tiegħi f'dan il-każ għamiltu.", "Ridt li nagħmel din ir-relazzjoni ħalli npoġġu l-isfond tal-importanza ta' dak li qegħdin nitkellmu fuqu għaliex iż-żewġ naħat għandhom l-inkwiet tagħhom għal dak li jista' jiġri fis-sitwazzjoni ġeografika ta' pajjiżna u dak li huwa għaddej madwarna.", "Għalhekk jiena nerġa' nappella biex niffirmaw il- konvenzjonijiet u mbagħad id-dettalji niddiskutuhom fl-istadju tal-kumitat ħalli naraw illum pajjiżna, li issa għandu r-raba' flotta tad-dinja, kemm irid iħallas skond dan l-abbozz.", "Jidħlu ċerti kalkoli ta' kemm irridu nħallsu, kemm se tiġi l-ispiża.", "Hekk inkunu nafu li aħna ser inġorru r- responsabbilta' tagħna bħala pajjiż li qiegħed jiġġestixxi r-reġistru ta' dawn il-vapuri kollha.", "Imma bħal ma jgħidu u nafu dejjem, ikbar m'inti ikbar ir-responsabbilta' tiegħek u f'dan il-każ Malta trid terfa' fuq spallejha.", "Iżda rigward dan il-ħsieb jien irrid li ċertu ħsarat ma jitħallsux bi flus, lanqas jekk ikun hemm fond bla qiegħ.", "Ċertu ħsarat ma jistgħu jiġu kkompensati bl-ebda mod, apparti l-fatt li l-leġiżlazzjoni stess li se nirratifikaw ukoll tagħmel limiti għall-ammont.", "Dan ifisser li trid taħseb għall-bqija u hemm imbagħad tara li hemm ċerti affarijiet illi m'humiex kwantifikabbli.", "Ma tistax tikkalkula kemm il-ħsara li ssir fuq l-art kif ukoll il-ħsara li ssir taħt l-baħar.", "S'issa tkellima biss dwar jekk iż-żejt li jkun inxtered wasallekx fl-art, pero' maħniex qiegħdin nikkonsidraw il- ħsara li ħafna drabi tiġri meta tattakka dak iż-żejt biex ma tħallihx jasal.", "Qabel semmejt li hemm kimiċi li jitħalltu ma' dan iż-żejt biex jiffurmaw blalen tan-nafta u jaqaw fil-qiegħ.", "Hemmhekk għandek ukoll il- ħsara lill-flora u l-fawna fil-qiegħ tal-baħar.", "Hemm il-fishstocks, il- fishfarms u fejn jistadu.", "Għandek il-possibbilta' ta' ħsara fir-reverse osmosis, l-impjanti ta' l-ilma tagħna.", "Minbarra dawn Malta qiegħda tattira ħafna mit-turiżmu ta' taħt il-baħar fejn ukoll hemm possibilta' ta' ħsara.", "Tispiċċa' li jkollok areas li jkunu assolutament inqerdu għal ħafna snin.", "Il-problema tant hi kbira u tant tista' testendi li bħal m'għedt, ma tistax tikkwantifika kull ħsara li tista' tiġrilek.", "Ma tistax tgħid li ċertu hsara tqum daqshekk.", "M'hemmx prezz għal ċertu affarijiet u fuq din nerġa' nappella biex nirratifikaw il-leġislazzjonijiet u l-konvenzjonijiet, imma ejja naraw li nkunu ppreparati lokalment ħalli ma ngħidux: \"U iva ma jimpurtax.", "Issa nitħallsu tal-ħsara\".", "Tajjeb li nagħmlu minn kollox u jkollna l-apparat, l-organizzazzjoni, l- action plans u l-contingency plans li bihom ikollna r-riżorsi umani tekniċi u l-kapaċitajiet professjonali.", "Dan mhux la kemm wieħed jaqbad u jmur jiġġildilha jekk jara ż-żejt ġej.", "Jiddependi minn kif ikun it-temp, mill- kwalita' taż-żejt, jekk l-area milquta hijiex sensittiva jew le u ħafna konsiderazzjonijiet.", "Dan huwa kamp li tiftaħ kemm trid fuqu.", "Pero' ejja naraw li aħna nkunu armati għalihom dawn.", "Pajjiżna, bħala gżira f'nofs baħar, ma jistax jgħaddi billi jkun inqas mill-aħjar f'dawn l-affarijiet.", "Inti tista' tkun armat sa snienek u ma jiġri xejn.", "Imma hażin jekk Allaħares qatt jiġri xi ħaġa u ninqabdu m'aħniex ippreparati.", "Żgur li jkollna rimors enormi, min hu responsabbli b'mod partikolari.", "Ma rridux nixxaħħu mal-faċilitajiet li għandna bżonn.", "Nagħmlu ħafna spejjeż f'dan il- pajjiż u nsemmu ħafna eluf u miljuni.", "Dan huwa investiment li ma nistgħux ngħaddu mingħajru sakemm ma rridux ngħidu: \"Isma', jekk jiġi rvinat it- turiżmu ma ġara xejn u jekk jiġi nvinat il-qiegħ tal-baħar ma ġara xejn\".", "Ma naħsibx li aħna daqshekk boloħ u mġienen.", "Żgur li rridu naraw li dawk il-flus li hemm bżonn kollha jiġu nvestiti fil-faċilitajiet tal-ilquħ u prevenzjoni kontra t-tniġġiż u anke fil-faċilitajiet li jgħidulhom early warnings system.", "Din hija sistema biex inti tkun taf eżatt ma' l-ewwel periklu li jkun hemm ħalli jkollok iċ-ċans tipprepara.", "Ħafna drabi ċ-ċans ma jkunx ta' sigħat twal għax meta jkun grigal qawwi u jkollok inċident 20 jew 30 kilometru 'l barra minn pajjiżek ma tantx għandek lussu ta' ħin biex tipprepara.", "Trid tkun ippreparat biex immedjatament taqbad tagħmel dak li għandek tagħmel.", "Il-gvern għamel tajjeb li kompla dak li konna bdejna aħna.", "Aħna konna naqblu magħha wkoll u konna ilna naraw li din il-leġiżlazzjoni trid tiġi hawnhekk.", "Jiena nħeġġeġ lill-gvern biex mhux biss nagħmlu leġiżlazzjoni, imma anke nsibu l-okkażjoni fejn anke jkollna l-opportunita' li nippreparaw.", "Għalhekk ħadt dan l-approach għal dan l-abbozz.", "Stajt qomt hawnhekk ngħid li sieħbi l-Onor.", "Debono Grech qal kulma kellu jgħid, naqblu magħha, inpoġġu bil-qiegħda u ngħaddu.", "Imma jiena ridt nieħu din l- okkażjoni ħalli l-poplu li qed jismagħna jħoss x'inhuma l-problemi marbutin mat-tinġis tal-baħar miż-żejt, ħalli anke jekk wieħed jgħid li nfaqna daqshekk miljuni fid-dipartiment tal-protezzjoni kontra t-tinġis il-poplu jkun jaf li dawk validi, li għandna bżonnhom.", "Anke gvernijiet wara xulxin raw li flejjes li jiġu fil-protokoll finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea jintużaw ħalli nsaħħu l-faċilitajiet tagħna tal-protezzjoni.", "Jien kont ikkritikajtu għaliex kellna apparat u affarijiet pero' ma kellniex kordinazzjoni ta' riżorsi.", "Nawgura lill-gvern ħalli jissorvelja u jkun viġili fuq id-dipartiment tal- protezzjoni kontra t-tinġis tal-baħar, il-PCCU, li hemm fi ħdan id- dipartiment tal-ambjent.", "Il-gvern għandu jikkordina kemm jista' jkun il- partijiet kollha li huma nvoluti u li għandhom say f'din il-kwestjoni, anke fi ħdan il-programm tal-protezzjoni ċivili għaliex ukoll hija hemmekk.", "Dan għandu jsir biex kemm jista' jkun il-gvern, il-pajjiż u l-poplu jkun moħħu mistrieħ li mal-problemi li għandna, u m'għandniex ftit għall-grazzja t'Alla, ma jkollniex ukoll f'mument meta wieħed lanqas jistennih, problema illi tkun l-akbar problema li jista jkollu l-pajjiż.", "Problemi oħra nafu bihom, niddiskutuhom u nippruvaw noħorġu minnhom.", "Iżda ma rridx li darba waħda nkunu qegħdin kwieti hawnhekk, niddiskutu xi ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn, nisimgħu l-aħbarijiet li jgħidulna li għandna theddida massiċċa ta' żejt riesaq lejn gżiritna u nsibu ruħna mingħajr ir-riżorsi jew inkella mingħajr l-organiżżazzjoni li hemm bżonn biex nilqgħulha.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: RSur President, rigward din il-liġi jidher ċar li l-Kamra kollha taqbel li pajjiżna jkollu liġi bħal din li fil-fatt tipprovdi biex Malta jkollha access għall-protokolli u għall-konvenzjoni msemmija dwar il-fond internazzjonali għall-kumpens ta' ħsara mit-tinġis biż-żejt.", "Qiegħed ngħid dan għaliex fil-fehma tiegħi l-fatt li tressqet liġi bħal din ikompli juri kemm hemm serjeta'.", "Il-mod kif tkellmu membri miż-żewġ naħat tal-Kamra fuq din il-liġi juri li dan il-pajjiż iħares bl- akbar serjeta' lejn il-bandiera tiegħu kif ukoll lejn ir-responsabbiltajiet tiegħu fil-komunita' internazzjonali marittima u lejn il-mod ta' kif għandu jaġixxi bħala pajjiż marittimu.", "Dan juri li Malta mhux biss interessata li tkun pajjiż attiv ħafna fil-qasam marittimu imma li tkun pajjiż li jaġixxi kontinwament bl-akbar responsabbilta'.", "Fil-verita' din il-konvenzjoni żżid fuq il-konvenzjoni ta' qabel f'diversi aspetti.", "Ma nixtieqx nieħu ħafna ħin għaliex aktar nies jixtiequ jitkellmu, iżda nsemmi ftit minnhom.", "Per eżempju, din il-konvenzjoni tifrex fuq it-tinġis li jsir mhux biss fit-territorju tagħna u fit-territorju jew baħar territorjali ta' pajjiż li jkun membru tagħha, imma wkoll fl- exclusive economic zone.", "Din allura turi r-responsabbilta' ta' min iġorr iż- żejt u affarijiet li jistgħu jniġġsu.", "B'hekk tifrex fuq area ħafna ikbar għaliex kif nafu hemm ħafna stati li għandhom exclusive economic zone kbira.", "Anzi hemm ċertu stati fejn l-EEZ hija kbira sa 200 mil li fil-fatt huwa l-limitu.", "Hija konvenzjoni li tipprova toħloq bilanċ bejn dak li għandu jkun ir-responsabbilta' ta' sid il-vapur u bejn dak illi huwa neċessarju u ġust li jkun ta' kumpens għal min isoffri xi ħsara illi ssir.", "L-ewwelnett hawnhekk għandna l-kunċett illi jekk issir ħsara, prattikament sakemm sid il-vapur ma jkunx jista' juri mod ieħor f'ċertu ċirkustanzi partikolari biss, il-liability hija fuqu u mhux fuq min jaħdem għalih jew il-membri tal-crew, xi pilota li jkun qed jagħmel xi servizzi fuq il-vapur, xi charterer jew ħaddieħor li jimmaniġġa l-vapur.", "Dan huwa neċessarju u ġust li jkun ta' kumpens għal min isofri xi ħsara li ssir.", "Dan ifisser li hawn ukoll ċertu liability qawwija marbuta mas-sid tal-vapur.", "Iżda dan għandu l-possibbilta' li jillimita l-liability tiegħu b'ċertu mod, sakemm ma jkunx muri bi provi li l-ħsara saret minħabba att tiegħu jew ommissjoni tiegħu personali u magħmula bl-intenzjoni ċara li ssir l-ħsara jew bi traskuraġni kbira.", "Il-konvenzjoni nnifisha, kif hija marbuta ma' din il-liġi, tipprova żżomm dan il-bilanċ kullimkien.", "Waħda mill-affarijiet li tolqtok fil-konvenzjoni hija li għalkemm is-sid tal-vapur għandu liability li jista' jillimitaha, jiġifieri għamel il-fond li hemm bżonn biex ikun jista' jillimita l- liability tiegħu, u ma jkunx ġara xi ħaġa li fiha dak il-limitu ma jistax japplikah, l-ebda persuna ma tkun tista' teżerċita xi dritt kontra xi assi oħrajn tas-sid ta' dak il-vapur.", "Din tfisser ħafna għal min jaħdem fix- shipping għax nafu li hawnhekk ma rridux nagħmlu xi kruċjata kontra s-sid tal-vapur.", "Hemm sidien ta' vapuri tajbin u hemm sidien ta' vapuri ħżiena u l-kunċett tal-konvenzjoni hu li tipproteġi lis-sidien tal-vapuri tajbin u li tassigura li s-sidien ta' vapuri ħżiena jew sidien ħżiena ta' vapuri jaqgħu taħt il-kontroll tagħha.", "Permezz ta' din il-konvenzjoni u ta' din il-liġi r-reġistru Malti se jkollu iktar saħħa biex jara l-affaijiet u jaċċerta li min ikun qed iġorr iż-żejt taħt il-bandiera Maltija jagħmel l-assigurazzjoni neċessarja, l- insurance jew financial security, u l-garanziji neċessarji u li r-reġistru jkollu ċertifikat li jattestahom.", "Il-konvenzjoni qiegħda tgħid li pajjiż li jkollu vapur reġistrat u li jkun ukoll membru ta' din il-konvenzjoni jkun jista' joħroġ iċ-ċertifikat li juri li s-sid għamel dmiru għar-rigward tal- insurance li għandu bżonn jew xi forma ta' security finanzjarja oħra.", "Dan jerġa' juri li Malta, meta tħares lejn ir-reġistru u lejn il-bandiera tagħha tħares ukoll lejn l-obbligi tagħha internazzjonali u tagħmilhom bl- akbar serjeta', mhux għax tapplika biex tidħol fl-Unjoni Ewropea imma għax Malta llum hija r-raba' l-ikbar pajjiż għar-rigward ta' reġistrazzjoni tal- vapuri fid-dinja.", "Din hija responsabbilta' lejn il-komunita' marittima internazzjonali li Malta kontinwament trid tkompli turi serjeta' fiha.", "Din il-konvenzjoni, din il-liġi u l-qbil li hawn f'din il-Kamra dwarha huma prova oħra li pajjiżna jieħu dawn l-affarijiet bis-serjeta' u li min irid jagħmel ħsara għall-isem tal-bandiera Maltija u tar-reġistru Malti jagħmel ħsara mingħajr ma jifhem l-isforzi kbar li dan ir-reġistru u pajjiżna qiegħdin jagħmlu f'consensus parlamentari kbir.", "Consensus parlamentari kbir jfisser li dan huwa pajjiż li jemmen tassew li ħaġa bħal din trid issir u trid isir sew.", "Din il-konvenzjoni hija favur pajjiżna għax f'każ li aħna jkollna l- isfortuna kbira li jkollna bżonn nieħdu kumpens, għandna l-possibbilta' li mmorru mhux biss fuq is-sid imma wkoll fuq il-fond internazzjonali għall- kumpens li fih jikontribwixxu dawk li jimpurtaw iż-żejt, per eżempju l- Enemalta, l-MOBC, San Lucjan u l-Oil Tanking f'pajjiżna.", "Min jimporta ż- żejt irid jagħmel kontribut għal dak il-fond u għalhekk jekk pajjiżna jkollu ħsara u ma jkunx biżżejjed il-kumpens li jista' jieħu mingħand is- sid, allura jista' jaqa' fuq dan il-fond.", "Liġi bħal din issaħħaħna aktar għallinqas għar-rigward tal-finanzjament ta' kif aħna nikkumbattu t-tinġis fl-ibħra tagħna u t-tinġis miż-żejt ikkawżat minn sid ta' vapur li ma jsegwix ir-regoli neċessarji, fi kwalunkwe każ sid ta' vapur li jikkawża dannu għal pajjiżna.", "Nemmen li hija ta' importanza kbira li aħna niffokaw fuq il-problema tat-tinġis miż-żejt għax, kif qal tajjeb ħafna l-Onor.", "Vella, dan huwa baħar li minnu tgħaddi kwantita' kbira ta' żejt li jinġieb u jgħaddi mis-Suez.", "Minbarra dan, la darba llum qed jinbnew u jeżistu pipelines mill-pajjiżi ġodda tal-ex Unjoni Sovjetika se jkollna iktar u iktar vapuri taż-żejt għaddejjin minnhom li wkoll jispiċċaw jgħaddu minn naħa jew oħra tax-xtut tagħna.", "Aħna pajjiż li jiddependi mill-ambjent marittimu tiegħu.", "It-turiżmu huwa wieħed mill-iktar setturi li huwa mutur ta' l-ekonomija tagħna.", "Qegħdin f'nofs dan il-baħar u jista' jkollna diżastru kbir.", "Jekk Alla ħares jiġri dan aħna nkunu qegħdin nitkellmu fuq tinġis tal-ibħra u tal-ambjent tagħna, imma nkunu qegħdin nitkellmu wkoll fuq telf ekonomiku enormi għal pajjiżna.", "Probabbilment huwa diffiċli li wieħed jikalkula dan it-telf iżda żgur jista' jfisser li jitfa' lil pajjiżna numru ta' snin lura fl-iżvilupp ekonomiku tiegħu.", "Dan qed ngħidu mhux biex inkun allarmista imma biex nenfasiżża l- importanza li konvenzjoni bħal din għandha għal pajjiż bħal tagħna, li qiegħed f'nofs il-Mediterran, f'nofs ir-rotot ta' ġar taż-żejt u li jibbaża l-ekonomija tiegħu parzjalment fuq it-turiżmu.", "Irrid nenfasiżża wkoll l- importanza, kif semmejt fil-bidu, ta' konvenzjoni bħal din għal pajjiż bħal tagħna li jirrappreżenta r-raba' l-ikbar bandiera fid-dinja.", "Dawn huma ż- żewġ aspetti ta' din il-liġi.", "Il-fatt li b'din il-liġi naċċedu għal protokolli ta' l-1992 ikabbar il-protezzjoni tagħna.", "Dan jagħmlu billi jkabbar l-area li fiha wieħed jista' jistabilixxi civil liability għal min iniġġes.", "Qed ngħid dan għax id-definizjoni ta' pollution damage f'din il- konvenzjoni hija usa minn dik li kien hemm qabel għax tinkludi għall-ewwel darba li l-kumpens iħares li l-ambjent terġa' ġġibu fl-istat li kien qabel, dak li fil-liġi ngħidulu restitutio in integro.", "Nikkwota:", "\"pollution damage means (a) loss or damage caused outside the ship by contamination resulting from the escape or discharge of oil from the ship, wherever such escape or discharge may occur, provided that compensation for impairment of the environment other than loss of profit from such impairmentt shall be limited to cost of reasonable measures of re-instatement actually taken or to be undertaken.\"", "Il-kunċett huwa li veru jrid ikun hemm miżuri li huma raġonevoli, imma dawn iridu jolqtu wkoll ir-reinstatement, jiġifieri li inti terġa' ġġib l- ambjent tiegħek fl-istess stat li kien qabel ma kien hemm diżastru bħal dan.", "Hekk mhux biss tħares lejn id-dannu immedjat imma tara wkoll li d- dannu jestendi għal dak li jkollok tagħmel b'mod raġonevoli biex iġġib l- ambjent kif kien qabel.", "Għal pajjiż bħal tagħna li huwa pajjiż, kif diġa' għedt, fejn it-turiżmu u l-baħar huma ta' importanza kbira, huwa tajjeb li minflok ma nibqgħu taħt ir-reġim l-antik nidħlu taħt konvenzjoni u taħt dan ir-reġim innifsu.", "Jista' jkun reġim li huwa wkoll xi ftit iktar oneruż għas- sid tal-vapur, imma la darba jkollok sidien tajbin m'għandux ikollok diffikulta'.", "Dan juri darba oħra li pajjiżna llum, bħala pajjiż kbir marittimu fid-dinja internazzjonali - u jien nixtieq li nieħu l-okkażjoni biex nifrah mal-awtorita' marittima wkoll - fl-aħħar għandu wkoll rappreżentanza fuq l-IMO.", "Ħafna drabi wieħed kien jistaqsi għaliex pajjiż li kien jikkontribwixxi daqshekk ma kienx ikollu ċ-ċans li jitla' fl-elezzjoni.", "Din irranġawha f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Huwa importanti għal pajjiżna, li huwa protagonista f'livell internazzjonali marittimu, li jkun fuq quddiem nett f'dawn il- konvenzjonijiet infushom.", "Diġa' sar l-argument li rridu nkunu prattiċi u nieħdu ħsieb li jkollna s-saħħa vera biex nattwaw anke ċerti azzjonijiet li għandna bżonn.", "Dan huwa argument validu u importanti.", "Wieħed irid jieħdu bis-serjeta' għaliex l-istrutturi ta' pajjiż żgħir ħafna drabi jkunu strutturi diffiċli.", "Jien nemmen li dan il-pass huwa pass importanti.", "Dan ifisser li pajjiżna mhux se jibqa' lura milli jkollu l-qafas leġiżlattiv neċessarju biex juri li huwa membru responsabbli tad-dinja internazzjonali marittima, li mhu se jħares lejn l-ebda interessi immedjati imma se jħares lejn l-interessi tal-komunita' marittima f'dak kollu li jagħmel.", "F'din il- liġi hawn ċerti sezzjonijiet li jolqtu wkoll id-dritt privat internazzjonali tagħna u nagħmel riferenza għalihom biss, partikolarment l- aħħar sezzjoni, id-9, l-10 u anke l-11, li tajjeb li wieħed jinnotahom għaliex jagħtu kontribut ukoll għal mod ta' kif jopera d-dritt internazzjonali privat f'pajjiżna.", "Forsi din aktar milli hi xi ħaġa akkademika hi xi ħaġa teknika li mhijiex tant tal-parlament, imma tajjeb li wieħed isemmiha għaliex ikompli jsaħħaħ il-qafas internazzjonali legali ta' kif wieħed ikun jista' japplika u jattwa sentenza li jkun ġab f'pajjiż ieħor u li jista' jatwaha f'pajjiżi oħrajn li jkunu membri ta' din il- konvenzjoni nnifisha.", "Dan huwa żvilupp tajjeb.", "Xi xahar ilu l-Italja għaddiet ukoll liġi bħal din, biex tirratifika dawn il-konvenzjonijiet u l-protokolli msemmija u li bħalissa pajjiżi bħar- Russja, li wkoll għandhom esperjenza marittima kbira, qed jiddiskutu.", "Għalhekk Malta qiegħda ma' pajjiżi oħrajn li qegħdin jassiguraw li dan il- qafas ikun imferrex ma' kullimkien fuq livell internazzjonali.", "Huwa importanti ħafna li meta jkun hemm ftehim bħal dan il-pajjiżi kollha, kemm jista' jkun, jersqu biex jattwaw dawn l-affarijiet biex ma jħallux toqob fis-sistema internazzjonali.", "Fid-diversi laqgħat li kelli meta kont responsabbli mis-settur marittimu ma' Neil Kinnock, il-kummissarju tat- trasport dak iż-żmien, kont ngħid kemm-il darba li Malta għandha responsabbilta' marrittima kbira u li għandha kull intenzjoni tattwaha bis- serjeta'.", "Dan mhux marbut mal-kwestjoni jekk nidħlux jew le' fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa marbut biss mal-fatt li aħna pajjiż żgħir kemm trid imma pajjiż serju fuq livell marittimu, u rridu nuru li l-imġiba tagħna hija mġieba ta' atturi tajbin għar-rigward tal-komunita' marittima internazzjonali.", "Dak iż-żmien kien ikun hemm ħafna pressure biex pajjiżna jżid is-safety record u affarijiet bħal dawn.", "Fil-fatt pajjiżna għamel avvanzi kbar u llum huwa ċar li anke l-Unjoni Ewropea hija interessata li pajjiżi bħal Malta u Ċipru iddaħħalhom fl- Unjoni Ewropea mingħajr ma jitilfu r-reġistrazzjoni li għandhom.", "Dan kien l- argument li konna nagħmlu aħna.", "Niftakarni nargumenta li Malta tista' tidħol fl-Unjoni Ewropea billi iġġib magħha tonnage kbir u flimkien ma' Ċipru dan ikun ta' vantaġġ għall-Unjoni Ewropea nnifisha.", "M'inhix qiegħed insemmi dan għaliex huwa direttament marbut ma' din il- konvenzjoni.", "Iżda dan huwa direttament marbut mal-fatt li pajjiżna mhux biss qed ifittex li jkun potenza jew attur importanti fil-livell marittimu bħal ma huwa llum, li wasal għar-raba' post. Prattikament qabeż lill-Greċja u qiegħed ras imb'ras mal-Bahamas għat-tielet post fid-dinja.", "Imma huwa daqstant importanti għalih li jkollu konvenzjonijiet li jinbtrabat bihom u jorbot lis-sidien ta' vapuri tiegħu, li bihom juri li l-qafas kollu internazzjonali jgħodd għall-bandiera Maltija u li l-bandiera Maltija mhix xi bandiera ta' kovenjenza.", "Hija bandiera serja.", "Veru li wieħed jista' jużha għall-vapuri tiehu għax iħallas inqas spejjes biex jagħmel dan, imma bl-ebda mod għar-riskju ta' xi tniġġis jew għan-nuqqas ta' responsabbiltajiet, anzi bl-istess responsabbiltajiet internazzjonali li għandhom pajjiżi oħrajn u għar-rigward tas-sigurta' tal-vapuri tal-bandiera Maltija.", "Wieħed m'hemmx għalfejn imur 'il bogħod biex jiftakar li wħud mill-iktar diżastri serji li kellna f'dawn l-aħħar snin, anke għar-rigward ta' vapuri tal-passiġġieri per eżempju, żgur li ma kenux taħt il-bandiera Maltija imma kienu taħt bnadar oħrajn.", "Uħud minn dawn il-bnadar huma dawk li meta jsibu ċans jikkritikawna, imma jinsew bl-iktar mod konvenjenti li huma kienu responsabbli għal ċerti nuqqasijiet kbar.", "Din hija liġi tajba u naħseb li l-consensus f'dan il-parlament juri li hija liġi li Malta tidħol għaliha b'responsabbilta' u b'serjeta' kbira.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President l-Onor.", "Frendo għamel sew li beda u spiċċa d-diskors tiegħu jiddefendi l-bandiera Maltija.", "Ċertament li dan il- parlament għandu jiddefendi l-bandiera Maltija.", "Niftakar meta konna tkellimna fuq xi ħaġa li kellha x'taqsam mal-qasam marittimu, jidhirli fl- aħħar leġislatura u jien kont għidt li l-parlament għandu jara li kull meta jkun hemm kritika kontra l-bandiera Maltija, f'dak li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni tal-vapuri, u din il-kritika tkun inġusta, għandna noħorġu bil-kontro kritika oġġettiva tagħna.", "Dan bħal ma semma issa l-Onor.", "Frendo f'każi fejn bnadar oħrajn li jkunu protetti, għax hemm interessi oħra, ma joħorġux daqshekk bi kritika kontra tagħhom.", "Fosthom hemm pajjiżi membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, li għandhom interess li jaraw li l- avvanz ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija jibqa' kemm jista' jkun contained.", "Jiena ħadt pjaċir li dan l-aħħar kont mistieden u attendejt għaċ- ċelebrazzjoni dwar ix-xogħol li għamel l-ex-ambaxxatur Arvid Pardo, u meta naqra dawn il-konvenzjonijiet ngħid li dan huwa frott tax-xogħol b'dedikazzjoni u bid-diffikultajiet kbar li kellu jiffaċċja.", "Nieħu wkoll din l-okkażjoni biex minn hawnhekk insellem lill-familjari tiegħu, lil martu li għadha ħajja u li kelli x-xorti niltaqa' magħha riċentement.", "Il- prinċipji ta' l-exclusive economic zone, il-contiguous zone u s-seabed huma prinċipji li sa 20 jew 25 sena ilu lanqas biss kienu jinstemgħu, imma llum dawn insibuhom f'numru kbir ta' konvenzjonijiet u huma kollha ħsebijiet li ħarġu wara li ġiet proposta l-convention on the law of the sea min- nota ta' Malta, konvenzjoni li nafu li ġiet ratifikata minn ħafna pajjiżi.", "Dan huwa żvilupp pożittiv grazzi għal Malta u għalhekk ngħid li għandna niddefenduha l-bandiera Maltija.", "Jekk ma niddefendux il-bandiera Maltija, lil min irridu niddefendu?", "Ilkoll kemm aħna rridu naraw illi l-interess veru ta' pajjiżna jiġi protett.", "Illum nafu li Malta ma tistax timxi 'l quddiem fil-kwestjonijiet ta' tinġis tal-baħar, b'mod partikolari miż-żejt - iż-żejt li daqskemm huwa importanti bħala xi ħaġa li tagħmlek aktar sinjur daqshekk ieħor jinkwieta lil ħafna nies għaliex jista' jagħmel ħsara kbira - u jien naf li kemm sieħbi l-Onor.", "George Vella kif ukoll sieħbi l-Onor.", "Joe Debono Grech ħadmu ħafna f'dan il-qasam meta kienu ministri.", "Tajjeb insemmi wkoll il-kulleġġ fejn isiru studji li huma relatati mad-dritt internazzjonali dwar il-baħar, speċjalment il-konvenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-safety, mat-tinġis u mal-liġi tal-baħar innifisha.", "Grazzi għax-xogħol tal-ħabib tiegħi l-Prof David Attard, illi diġa' ssemma u li nieħu din l-okkażjoni biex insellimlu jiena wkoll, nafu li f'pajjiżna regolarment isiru korsijiet li huma segwiti mhux biss minn Maltin imma anke minn numru kbir ta' studenti minn kull naħa tad-dinja, anke minn pajjiżi 'l bogħod bħal Samoa u Cook Island.", "Dan kollu jagħmel unur lilna, pero' hawn kulleġġi oħrajn illi jispeċjalizzaw f'dan l-istudju u jagħmlu riċerki.", "Għandi hawnhekk, Sur President, studju li ppreparajt biex infiehem lill- poplu Malti xi ħsara ssir biż-żejt fl-ibħra madwar id-dinja għaliex fuq kollox il-ħsieb ta' Pardo kien li l-baħar kollu huwa common heritage, u dan huwa prinċipju fundamentali illi rridu nipproteġuh, ħalli l-baħar kollu madwar id-dinja nagħmluh aktar ħieles minn diżastri bħal dawn għall-ġid tagħna u ta' ġenerazzjonijiet futuri.", "Dan huwa dover ta' kull wieħed u waħda minna f'dan il-parlament.", "Nafu li l-ħsara li ssir miż-żejt issir l- aktar minħabba routine maintenance tal-vapuri, fejn kull sena jintefgħu fl- oċeani mal-137 miljun gallun żejt.", "Għal dak li għandu x'jaqsam imbagħad ma' spillages li semma l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Vella, iċ-ċifra tlaħħaq is-37 miljun gallun żejt kull sena - jiġifieri ara x'abbuż isir mill-kaptani u mis-sidien tal-vapuri! - biex ma nsemmux imbagħad iċ-ċifra astronomika ta' 363 miljun gallun żejt fis-sena li jintefgħu bl-ibħra tagħna kapriċċożament.", "Jiena ngħid li huwa tajjeb li nirratifikaw dawn iż-żewġ konvenzjonijiet internazzjonali imma kemm huwa aktar importanti illi bħala pajjiż inqajmu kuxjenza internazzjonali bl-aktar mod b'saħħitha ħalli dan l- abbuż ta' tfiegħ ta' miljuni ta' galluni ta' żejt fl-oċeani jiġi kkontrollat?", "U din il-prevenzjoni ma tridx issir biss bil-kliem imma anke at a cost.", "L-Onor.", "Vella semma l-ammont kbir ta' tankers taż-żejt li jgħaddu viċin Malta, u huwa tajjeb li nagħmlu minn kollox biex nevitaw inċidenti fil- Baħar Mediterran, pero' l-baħar huwa wieħed u għalhekk kull ħaġa li ssir f'dan il-baħar - fil-Baħar Mediterran, fil-Baħar Atlantiku, fil-Baħar Baltiku, il-Baħar Indjan eċċ - b'nuqqas ta' responsabbilta` minn dawn il- kumpanniji kbar ta' bla kuxjenza ....", "Imma mhux talli hekk, Sur President, talli meta dawn jinqabdu mbagħad ikollhom l-aqwa difensuri ħalli meta tasal il-kawża jiġu eżonorati mir-responsabbilta`.", "Tajjeb ngħid ukoll illi dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħid illi meta ssir ħsara ambjentali minħabba tixrid ta' żejt, l-ewwel li trid tfittex huwa lil sid il-vapur u jekk kemm-il darba dan ma jasalx biex jagħmel tajjeb għall-ħsara li tkun saret imbagħad tista' tagħmel kawża lill-fund convention.", "Għaliex qed ngħid dan, Sur President?", "Jiena nħossni onorat li f'dibattitu bħal dan fil- parlament bħala gvern u oppożizzjoni għandna ħsieb wieħed pero' hemm aktar konvenzjonijiet li ħadd qatt ma ta kashom.", "Per eżempju, kemm imur żejt fl- arja?", "Nafu illi mat-92 miljun gallun żejt maħruq kull sena jispiċċa fl-arja u jkompli jagħmel ħsara lill-ozone layer?", "Nafu li għandna problema wkoll bix- xita li terġa' titfa' dawn il-hydrocarbons fl-ibħra tagħna?", "Dawn huma t- tip ta' problemi ambjentali li rridu niffaċċjaw madwar id-dinja għaliex din m'hijiex ħlief recycling ta' pollution u l-ħsara f'ċerti każijiet tant tkun kbira li huwa mpossibli li l-ambjent jerġa' jiġi għall-istat li kien fih qabel.", "Illum nafu illi ċerti oċeani tant ġew polluted biż-żejt illi huwa naturali li jkun hemm persentaġġ ta' pollution miż-żejt fihom.", "Xjenzati pprovaw li hemm ukoll tip ta' żejt li jiskula fl-ocean bottom bħalma l-ilma jiskula minn ġol-blat imma dan huwa minimu u m'huwiex dan li għandu jinkwetana.", "Dan l-abbozz ta' liġi mhux fuq dan qed jitkellem imma fuq il-ħsara ambjentali li ssir minn ammonti kbar ta' żejt illi jispiċċaw fil-baħar.", "Wieħed mill-agħar inċidenti li qatt sar kien meta tanker taż-żejt xerred il- crude oil kollu li kien qed iġorr u spiċċa mal-kosta ta' New Jersey fl- Amerika.", "Hemmhekkk il-ħsara ambjentali li saret kienet waħda fenomenali u l-ebda kawża ma tista' twassal għal rimedju ta' ħsara ambjentali bħal dik.", "B'xi mod tista' tasal għall-valutazzjoni u toħroġ kumpens pero' l-ħsara ambjentali kważi hija impossibbli biex tirranġaha.", "M'iniex qed ngħid li ma sarx progress f'dawn l-affarijiet, speċjalment fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin mill-combating centre f'Manoel Island, u naf ukoll li permezz ta' l- IMO illum f'Malta qed jinħolqu sitwazzjonijiet li naf li ħadem fuqhom anke l-President ta' Malta riċentement f'diskors qawwi li għamel fil-Fiji dwar l- indirizz ta' problemi internazzjonali fl-ibħra tagħna.", "Sur President, dawn huma ħsebijiet nobbli u għalhekk wieħed għandu jara illi dawn il- konvenzjonijiet ma nirratifikawhomx biss biex inkunu nistgħu ngħidu li qdejna l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħna.", "Dan m'huwiex biżżejjed.", "Jeħtieġ li minn dawn il-ħsebijiet, mill-kunċetti li għandhom warajhom dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali, naraw kif nistgħu navvanzaw aktar bħala pajjiż.", "Per eżempju, nafu li f'Malta sar spillage ta' żejt għaliex kellna każi fejn nies innotaw irqajja' ta' żejt fuq il-blat sabiħ ta' pajjiżna u l- ħsara ma ssirx waħedha imma tiġi kkawżata.", "Nafu wkoll li kull spillage ta' żejt hija lethal għall-ħxejjex naturali u kull forma ta' ħajja li tkun tgħix fl-ambjent fejn issir il-pollution, għalkemm forsi mhux neċessarjament immedjatament li jsir id-diżastru imma żgur li din ikollha effetti long-term.", "L-ispillage taż-żejt fil-baħar jista' jikkawża liver disease fil-ħut kif ukoll problemi fir-riproduzzjoni.", "Fl-ibħra tagħna qed tintefa' kwantita' ta' miljuni ta' żejt kull sena u għalhekk ċertu ħut ilu ma jidher u m'huwiex qed jinqabad bl-istess kwantita' li kien jinqabad qabel.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li ħafna miż-żejt ma jintefiex il-baħar b'aċċident imma jintefa' bl-aktar mod sfaċċat, mingħajr l-ebda kuxjenza u għall-ebda raġuni.", "Sur President, il-verita' hi li kulħadd irid jorganizza ruħu fil-clean- ups.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa importantissimu għax jirrigwarda spillage ta' żejt li b'xi mod jikkawża ħsara ambjentali.", "F'din il-liġi nsibu l- proċedura kif għandha tiġi ntavolata kawża quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti ta' Malta biex għallinqas inkunu nistgħu nġibu parti mill-ħsara li tkun saret fl-ibħra tagħna.", "Din tista' tkun indirizzata in parti lill-istess fond bħala konvenut u l-ministru konċernat għandu ħamest ijiem biex jinnotifika lill-kwartieri ġenerali ta' dan il-fond internazzjonali, l- IOPC.", "Min-naħa l-oħra apparti li għandna niġġieldu biex nirranġaw il- ħsarat li jkunu saru, il-clean-ups mhux bilfors għandhom ikunu organizzati taħt dawn il-konvenzjonijiet.", "Naf li hemm diversi konvenzjonijiet li Malta hija firmitarja tagħhom pero' m'iniex daqshekk konvint li rratifikat il- konvenzjonijiet kollha.", "Sur President, pajjiżna kien dejjem minn ta' quddiem f'dik li hija kuxjenza lejn l-ibħra u lejn drittijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l- obbligazzjonijiet internazzjonali imma hemm ħafna mill-konvenzjonijiet li Malta ma rratifikatx.", "Tajjeb li wieħed jagħmel daqsxejn ta' eżerċizzju dwar dan u għalhekk nistieden lill-gvern biex flimkien naraw għala ħafna mill-konvenzjonijiet illi jindirizzaw il-problema billi jirriduċu l- pollution taż-żejt li joħroġ mill-vapuri li jkunu qed jivvjaġġaw, għadhom ma ġewx ratifikati.", "Ħafna mill-pajjiżi li llum huma parti minn dawn il- konvenzjonijiet, jew għax irratifikaw jew għax ġabu l-liġi domestika u daħlu ħafna mill-obbligazzjonijiet li hemm fil-konvenzjoni, naqqsu l-abbuż ta' dan il-pollution b'60%.", "Tajjeb li l-messaġġi nagħtuhom mhux biss lil pajjiżna imma wkoll lil pajjiżi ġirien li jużaw it-territorju tagħna.", "Ħafna cargo tankers u vapuri oħra jikkonformaw mal-marine pollution convention u għandhom makkinarju apposta li jkun qiegħed fuq kull naħa biex f'każ li jkun hemm oil spillage, jorganizzaw ruħhom, ineħħu l-waste oil u jevitaw li ssir oil pollution fil- baħar li jkunu għaddejjin minnu.", "Imma kemm minn dawn il-vapuri li jużaw l- ibħra territorjali Maltin - anke bl-aktar mod viċin - għandhom dan il- makkinarju?", "Fil-Kanada per eżempju jintuża ħafna t-trasport bil-lakes.", "Biex wieħed jagħmel użu mit-trasport fuq Lake Ontario, li hija waħda mill- akbar lakes li jeżistu, irid jikkonforma ruħu ma' ċerti standards u regolamenti.", "Wasal iż-żmien li biex nipprevjenu diżastri ambjentali, illi żgur pajjiżna jbati mil-lat ta' turiżmu, mil-lat ta' għajxien, mil-lat ta' sajd u ta' natura hi x'inhi, irridu nipproteġuh qisu għandna akkwarju żgħir u kull meta l-ilma jiddardar nieħdu ħsiebu u naraw li l-eco-system tiegħu ma tinqeridx.", "Sur President, huwa d-dover tagħna li ndaħħlu din il-kuxjenza għax id-dinja li qed ngħixu fiha hija ta' kulħadd.", "Jiena ngħid li lanqas terz tal-poplu Malti għadu ma daħal fl-ispirtu li jaħseb biss li jagħmel recycling taż-żejt użat.", "Kemm hawn min jagħmel recycling taż-żejt?", "Lanqas il-gvern fl-industrija kollha tiegħu ma jagħmel dan għax lanqas għandu sistema biex jagħmel recycling taż-żejt użat.", "Issa ma ninsewx li llum hawn industriji internazzjonali li jaħdmu f'dan il-qasam u aħna għadna lanqas biss qed inħarsu lejn din id-direzzjoni.", "Ċipru, li hu pajjiżi żgħir bħal tagħna, diġa' beda jaħdem fuq din l-industrija biex jara kif iż-żejt użat jerġa' jużah.", "Dawn huma pajjiżi li m'għandhomx żejt imma għax għandhom avvanz f'dik li hija kuxjenza u teknoloġija, jużaw kull forma ta' enerġija bħalma jużaw ukoll fl-industrija tas-solar energy.", "Is-service stations tagħna m'għandhomx ibiegħu biss żejt, petrol u diesel imma għandhom ikunu wkoll ċentri fejn issir collection ta' dan il-used oil.", "Tmur fejn tmur fl-Ewropa ssib li s-service stations kollha jieħdu dan il- used oil.", "F'pajjiżna għandu jkun hawn id-dixxiplina biex nipproteġu l- ambjent.", "Din il-liġi qaddisa qed toħloq din il-kuxjenza u aħna rridu naraw li l-ambjent nipproteġuh mhux billi - kif qal sieħbi l-Onor.", "Joe Grech - nagħmlu l-liġijiet, dan huwa tajjeb ukoll imma huwa tajjeb ukoll li nkomplu nsegwu dak li nkunu qed nagħmlu.", "Mhux billi ngħidu li qed nirratifikaw u nagħmlu l-liġi internazzjonali parti mil-liġi domestika imma rridu naraw li l-lingwa tal-poplu hija l-lingwa li jaċċetta u li jifhem li dak li qed nagħmlu huwa fl-interess ta' pajjiżna biex jibqa' pajjiż b'saħħtu, f'ambjent b'saħħtu u f'dinja aktar b'saħħitha.", "Biex nagħlaq il-punti kollha li kelli neżawrixxi f'dan id-dibattitu, li ħadt pjaċir nipprepara biex inkun qed nagħti l-kontribut f'din il-liġi li hija importanti ħafna għal dan il-pajjiż, tajjeb li ngħid li meta jkun hemm azzjoni ċivili fil-Prim'Awla as a result ta' problema ambjentali, l-istess konvenzjoni taħseb li meta jkollok tnejn jew aktar vapuri li inti ma tkunx taf eżatt min minnhom ikkawża l-ħsara ambjentali pero' tkun taf li l-ħsara saret minn xi ħadd minnhom, hemm il-prinċipju ċivili li f'dan il-każ kull wieħed minnhom, sakemm ma jkunx ġustifikat mod ieħor - qed nagħmel referenza għal artiklu 4 ta' l-istess konvenzjoni ta' l-1992 - irid jikkontribwixxi.", "Is-sbuħija ta' din il-konvenzjoni hi li huma x'inhuma l- prinċipji, l-importanti hu li dawn jiġu attwati biex ir-rimedju ambjentali jsir.", "Ir-rimedju ambjentali huwa dak li b'xi mod tista' tirrepara within a reasonable ground il-ħsara ambjentali.", "Allura meta jkollok każ ta' accident involving two or more ships fejn pollution damage results, the owners of all ships concerned shall be jointly and severally liable for all such damage which is not reasonably separable, jiġifieri fejn il-ġudikant ma jkunx f'pożizzjoni daqshekk faċli li jissepara u jgħid ta' min huwa t- tort, ta' wieħed jew ta' l-ieħor.", "Interessanti wkoll il-punt li din il- konvenzjoni - ladarba aħna wkoll parti minnha u issa se tkun parti mil-liġi domestika għax qed naqblu fuqha - tiġi enforced bħala judgement barra kontra l-istess fond anke kontra kumpannija ta' vapuri li tkun estera, hi fejn hi.", "Ladarba l-pajjiż ikun parti minn din il-konvenzjoni, il-judgement jista' jiġi enforced f'dak il-pajjiż.", "Allura hawnhekk tidħol il-kwestjoni tad-dritt internazzjonali privat li semma' l-Onor.", "Michael Frendo.", "Hawnhekk għandna qafas miftuħ, qafas ta' konvenzjonijiet, qafas ta' liġi nazzjonali, liġi domestika u dak kollu li jirrigwarda mat-taħlita li tagħmilha aktar b'saħħitha.", "Bla dubju ta' xejn dan l-Att jagħmel ġieħ lill-istorja li dejjem qed tevolvi, f' dak li għandu x'jaqsam mad-dritt internazzjonali u għal dak li għandu x'jaqsam mal- protezzjoni ta' l-ambjent.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa l-1 ta' Diċembru, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas- Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – it- Tieni Qari.", "------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, dalgħodu l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Debono Grech, indika li jien missni tkellimt dwar il-kwestjoni ta' l- għarar li teżisti bħalissa f'Birkirkara.", "Jien nista' nsemmi mhux biss Birkirkara imma kważi l-inħawi kollha ta' Malta u Għawdex, fosthom Burmarrad, il-Marsa u Ħal Qormi.", "Ma jistax jonqos li l-maltemp li għamel f'dawn l-aħħar 48 siegħa ħarbat mhux biss il-komunikazzjoni bejn l-ibliet u l-irħula tagħna imma wkoll ħafna mill-infrastruttura tagħna li m'hijiex magħmula biex tilqa' għal dan l-ammont kbir ta' xita bħall-elettriku, telephones u dreneġġ.", "Biss irrid nagħmel eċċezzjoni fuq dak li qal il- kollega tiegħi dwar Birkirkara.", "L-Onor.", "Debono Grech ta l-impressjoni li kemm ilu li nbidel il-gvern ma sar xejn biex tittaffa l-problema ta' l-għarar.", "Illi sar xi ħaġa nista' nagħti xhieda tiegħu mhux biss jien imma anke r-residenti kollha ta' Birkirkara kif ukoll il-kunsill lokali li qiegħed jaħdem id f'id mal-gvern biex din il-problema tittaffa.", "Fil-fatt malli tlajna fil-gvern waqqajna xi bini strutturali li kien qiegħed isodd il-passaġġ ta' l-ilma b'riżultat li din is-sena f'ċertu nħawi, bħal f'Cane Street, l-ilma baqa' għaddej mingħajr ma sab ebda ostakolu.", "Irrid ngħid ukoll li l-kunsill lokali u l- gvern attwali ssottomettew pjan li għandu jirrijorjenta l-bini fl-inħawi ta' Cane Street u dan il-proġett - jista' jkun li diġa' qiegħed quddiem il- planning authority - miexi b'ritmu mgħaġġel.", "Fil-fatt l-awtoritajiet ċivili u l-kunsilliera qegħdin jikkuntattjaw lis-sidien ta' dawk l-inħawi biex jagħtuhom post alternattiv u l-post tagħhom ikun jista' jitwaqqa'.", "Irrid ngħid ukoll li kuntrarjament għal dak li kien isir qabel, bdew jingħataw il-warnings mill-uffiċċju meteoroloġiku biex in-nies ma jgħaddux minn dawn l-inħawi u l-kunsill lokali waqqaf ukoll pjan ta' kontinġenza biex jgħarraf lir-residenti tal-lokal u oħrajn biex ma jgħaddux minn ċerti toroq.", "Tajjeb ukoll li wieħed jagħti prosit lid-dipartiment tal- protezzjoni ċivili li mhux biss f'Birkirkara imma anke f'ħafna nħawi oħra ta' Malta u Għawdex qed jagħtu l-first aid u għajnuna oħra meħtieġa minn dawk li jsibu ruħhom f'diffikultajiet.", "Fil-fatt il-presenza ta' dawn in- nies qed tinħass sew.", "Sur President, li sar xi ħaġa joħroġ mill-fatt li minbarra li għall- grazzja t'Alla ma smajniex b'imwiet fiz-zona ta' Birkirkara, partikolarment fi Triq il-Wied, il-ħsarat li saru fi proprjeta' privata kienu minimi.", "Fil- fatt aktar saret ħsara fuq proprjeta' pubblika.", "Qabel kienu jiġu rrapportati każijiet fejn l-ilma kien jidħol fid-djar, anke sa l-ewwel sular, u jagħmel ħafna ħsara kemm fil-proprjeta' kif ukoll fl-għamara, fil- karrozzi, fil-garaxxijiet u fl-inġenji kollha li jkun hemm ġo fihom bħal muturi u makni oħra tal-mastrudaxxi.", "Minkejja li din is-sena għamlet xita qawwija immens, ma ġewx irrapportati każijiet simili.", "Mhux l-ewwel darba li kien hemm persuni li ħallew ħajjithom fil-wied ta' Birkirkara kif ukoll ħafna bhejjem, fosthom żwiemel, li jinġarru ma' l-ilmijiet.", "Dan kollu juri li kuntrarjament għal dak li pprova jagħti l-impressjoni sieħbi l-Onor.", "Debono Grech, il-gvern huwa konxju tal-problema u għamel u se jkompli jagħmel l-almu kollu tiegħu biex isir il-proġett ta' housing fl- inħawi ta' Cane Street.", "B'hekk mhux biss tittaffa l-problema ta' l- għargħar imma anke l-problema ta' housing li teżisti f'Birkirkara.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, se nkompli fuq in-nota li beda biha l- kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Asciak, u ċioe' dwar il-ħsarat li ġraw f'dawn l-erbat ijiem f'diversi nħawi.", "Nibda biex l-ewwelnett nirringrazzja lil dawk kollha li f'dawn l-aħħar ġranet, minkejja l-problemi li kellhom biex jaslu fuq il-post, taw l- għajnuna tagħhom għalkemm setgħu huma stess kienu esposti għal xi riskju.", "Jien informat li ħafna ħaddiema minn diversi dipartimenti tal-gvern għadhom sal-lum jagħtu l-assistenza tagħhom - veru li kien hemm persuni li baqgħu għal ħinijiet twal jistennew li tingħatalhom l-għajnuna meħtieġa pero' dan ġara għax kien hemm problemi oħrajn aktar gravi f'postijiet oħra - u wieħed irid japprezza x-xogħol siewi li għamlu dawn in-nies madwar il-gżira kollha.", "Wieħed irid juri wkoll solidarjeta' ma' dawk il-persuni li minkejja l-prekawzjonijiet li setgħu ħadu fil-passat, kellhom jerġgħu jgħaddu minn xi trawma u jaffaċċjaw problemi serji.", "Li nista' nwiegħed hu li ladarba tieqaf ix-xita, tkun tista' ssir evalwazzjoni aktar ċara tal- ħsara li saret, b'mod partikolari fl-għelieqi u fit-toroq.", "Jien inħoss li bħala ministru responsabbli mis-settur tat-toroq għandi nagħmel ftit kummenti dwar dak li għadda minnu pajjiżna u naturalment għadu għaddej minnu.", "L-aħħar problema li jien informat dwarha tikkonċerna l- inħawi ta' ħdejn il-BIM, fil-Marsa, fejn hemmhekk mhux soltu jegħreq.", "Dan il-post żamm ħafna ilma mhux minħabba xi tibdil fit-toroq imma minħabba l- ammont kbir ta' xita li għamlet.", "Fil-fatt kien hemm ġibjun li kien intenzjonat jiġbor fih l-ilma tax-xita biex imbagħad dan jinxtorob u jinżel fil-ġebel, fil-ġeoloġija ta' pajjiżna u b'hekk ma jkunx hemm problema fit- toroq tagħna.", "Pero' dan il-bir far, l-ilma ħareġ minnu u niżel fit-toroq ta' l-inħawi ndikati.", "Ġie skopert li x-xogħol li sar qed jikkawża għarar għalkemm ma rridx niftiehem li dan ix-xogħol kien marbut bilfors mal-fatt li sar fi żmenijiet oħrajn.", "Bħalissa t-toroq għaddejjin minn test ikrah u diffiċli ħafna għax bħalma għal snin twal ma kenux intenzjonati li minnhom jgħaddi traffiku ta' ċertu piż, lanqas kienu ddisinjati u mibnija biex jgħaddi minnhom ammont ta' ilma b'mod kostanti u fit-tul.", "Biex ħadd ma jaħseb li qed nipprova nsib xi skuża dwar dan il-fatt, tajjeb ngħid li sa nhar is-Sibt filgħodu ċ-Chadwick Lakes kienu prattikament nixfin għal kollox imma mbagħad sa nofsinhar ta' l-għada, dawn l-inħawi kienu diġa' qegħdin ifuru bl-ilma.", "Sal-lum komplejna bi kważi sittin siegħa oħra ta' xita kontinwa, b'konsegwenza li l-ħsarat fit-toroq komplew żdiedu.", "Mhux biss dawk it-toroq li diġa' kellhom problemi u li tkellimna diversi drabi dwarhom ġarbu ħsarat imma anke oħrajn li konna nqisuhom xi ftit jew wisq f'posthom.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent daqsxejn aktar mis-soltu meta jgħaddi minnhom għax jista' jsib ruħu ġo xi ħofra li żviluppat fil-ġranet li għaddew u dan jista' jwassal għal inċidenti gravi.", "Stajt ninnota li f'dawn il-ġranet ħafna mis-sewwieqa osservaw ir-regolamenti tat-traffiku.", "Jista' jkun li dan ġara minħabba l- fatt li t-toroq kienu mimlijin bl-ilma u dan ma kienx jippermettilhom isuqu aktar min-normal, pero' xorta waħda ssib min jabbuża u jipperikola kemm ħajtu kif ukoll ħajjet ħaddieħor.", "Ħaġa oħra li nnotajt b'sodisfazzjon kien il-fatt li f'dan il-maltemp kważi s-sewwieqa kollha xegħlu d-dwal tal- vetturi tagħhom.", "Dan ifisser li l-Maltin bdew jitgħallmu li d-dawl huwa meħtieġ meta jkollok dawn il-kondizzjonijiet għax il-viżibilita' ma tkunx ċara u min ikun ġej fid-direzzjoni l-opposta ma jarakx.", "Semmejt it-toroq, il-ħsarat li saru fihom u ma nistax ma nsemmix id- diversi postijiet li ilhom magħrufa għall-għarar bħall-Imsida, Birkirkara, il-Marsa u Burmarrad.", "Minkejja d-diffikultajiet li kien u għad fadal - mhux se nilludi ruħi u ngħid li ma kienx hemm problemi fil-mod ta' kif l- ilma għadda mit-toroq tagħna - madanakollu napprezza x-xogħol li sar fil- ġimgħat li għaddew biex jiġi assigurat li l-ftit culverts li jeżistu jiġu mnaddfa.", "Għalkemm kien hemm titjib fil-kostruzzjoni tat-toroq, għadna lura ħafna u għad irid isir ħafna aktar xogħol.", "Naturalment huwa diffiċli ħafna li tevita għal kollox dawn il-problemi u għalkemm il-culverts ġew imnaddfa, xorta waħda reġgħu ngħalqu bil-ġebel u b'materjal ieħor li ġarr miegħu l- ilma.", "Irridu nassiguraw rwieħna li malli tieqaf ix-xita mhux biss inkomplu għaddejjin bil-programm ta' ħidma li għandu d-dipartiment tat-toroq imma li l-ħsarat kbar li saru jiġu msewwija kemm jista' jkun malajr.", "Fuq il- ġurnali rajna diversi ritratti ta' postijiet li għandhom bżonn jitranġaw u qegħdin isiru preparazzjonijiet biex isir xogħol ta' emerġenza u nevitaw aktar ħsarat u inkonvenjenzi.", "Barra mit-toroq hemm diversi ħitan, b'mod partikolari dawk li jservu bħala lħuq għall-ħamrija kif ukoll dawk tal-ġebel tal-franka, li nqalbu għal nofs it-triq.", "Nappella biex min ikun għaddej mill-kampanja joqgħod attent aktar mis-soltu kif isuq.", "Nispera li ma jkunx hawn xi wħud li jsibuha faċli li jgħabbu dan il-ġebel li waqa' biex jużawh għal skopijiet tagħhom.", "Nagħmel appell ukoll biex dan il-ġebel ma jinġabarx ġol-gaffa għal ġot-trakk u jitwaddab ġo xi miżbla x'imkien.", "Huwa importanti ferm li ma mmorrux bl-entużjażmu li nnaddfu nispiċċaw narmu dan il-ġebel f'postijiet li mbagħad ma nkunux nistgħu nużawh 'il quddiem.", "Kulmin jagħmel xi xogħol fit-toroq għandu jara li dan mhux biss jitħaffef kemm jista' jkun malajr, speċjalment fix-xitwa, imma wkoll li jsir b'mod ordnat u b'mod li ma jħallix warajh ħafna konsengwenzi speċjalment meta ssir xi maltempata.", "Wieħed ma jistax jippretendi li jagħmel ix-xhur ma jaħdimx, madanakollu hemm safety measures li jistgħu jittieħdu, hemm bollards tal- concrete li jistgħu jitqiegħdu u hemm sistemi ta' signage - għamilna improvement pero' m'iniex sodisfatt bil-livell ġenerali tagħhom - waqt il- ħin tax-xogħol.", "Nispera li d-dipartiment, l-awtoritajiet konċernati u anke l-kuntratturi jieħdu dawn l-affarijiet bis-serjeta'.", "Sur President, nagħmel l-aħħar appell.", "Għandna diversi toroq li minħabba ċ-ċirskostanzi kellhom jingħalqu jew isiru two-way meta s-soltu jkunu one- way, bħal dik tal-Marsa u Mdina Road ġewwa Ħal Qormi.", "Nispera li minn dan il-maltemp li għamel dan l-aħħar, kemm jien bħala ministru u d-dipartimenti li jaqgħu taħti kif ukoll il-Maltin kollha, nagħrfu aktar il-ħtieġa li nagħmlu xogħol li jkun ta' standard - almenu mil-lum 'il quddiem - biex jitħarsu r-regolamenti u nnaqsu l-periklu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 1 ta' Diċembru, 1999 fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FMS - IMPJEGATI", "11561.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae, il-grad li fih ġew impjegati u l-grad li jokkupaw illum, id-data tagħhom ta' l-impjieg, f'kull każ igħid jekk qatt kienu impjegati ta' l- istess fondazzjoni forsi taħt isem ieħor kif ukoll x'salarju, benefiċċji u allowances oħra qegħdin jirċievu fis-sena u jekk l-impjieg tagħhom hux għal żmien definit jew indefinit billi jgħid ukoll meta hi l-iskadenza ta' kull kuntratt ta' xogħol ta' kull individwu rispettiv?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-lista ta` mpjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u d-dettalji mitluba joħorġu mill-kuntratti ta` kull impjegat, impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra ma Mistoqsija Parlamentari numru 10137.", "Il-Curriculum Vitae huma l-istorja personali ta` kull individwu u għaldaqstant kunfidenzjali.", "L-uniku persuna li kien diġa` impjegat tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi huwa s-Sur Emanuel Grech li oriġinarjament kien beda l-impjieg tiegħu nhar 01.10.1996 u ġie tterminat fit-31.05.1997.", "Huwa reġa` beda jaħdem mal-FMS fl-14.06.1999.", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "11579.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir b'dawk li applikaw għal nursing aides madwar erba' snin ilu?", "Għaliex ma ntbagħatx għalihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-applikazzjonijiet li għalihom qed tirreferi l- Onor Interpellant kienu għall-kors ta' Nursing Aides b'risposta għal sejħa li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Lulju 1997.", "Billi m'hemm l- ebda intenzjoni li jinfetaħ kors ieħor ta' Nursing Aides għax il- ``complement'' meħtieġ issa ntlaħaq, mhux ser tiġi proċessata s-sejħa għall- applikazzjonijiet msemmija.", "SPTAR TAL-QROQQ - TARAĠ", "11580.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid hux veru li twaqqa' t-taraġ ta' ġewwa fl-isptar il- ġdid f'Tal-Qroqq?", "Jekk iva, għaliex?", "Kemm sewa flus?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Huwa veru li twaqqa` t-taraġ ta` ġewwa fl-Isptar il- Ġdid f'tal-Qroqq, minħabba li kien hemm bdil fid-disinji.", "Ix-xogħol sewa LM2000.", "TOROQ - TISWIJA", "11581.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se titkompla l-parti t'isfel ta' Triq il-Ħelsien?", "Meta se jsir iċ-ċint min-naħa ta' l-għalqa, biex ma tkomplix timtela' biż-żibel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant tispeċifika l-parti li qed tirreferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari.", "WSC - ĦLASIJIET", "11582.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-talba ta' ħames familji mill-parti t'isfel ta' Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi, biex jiltaqgħu maċ- chairman ta' l-Enemalta minn Marzu s'issa għadha ma ntlaqgħat, dwar il-każ li kellhom iħallsu madwar Lm738 biex jitwassal id-dawl fir-residenza tagħhom meta residenti oħra fl-istess parti tat-triq ħallsu madwar Lm70 biss?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta hijiex tikkonsidra dan il-każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "QORMI - TRIQ SAN GWAKKIN", "11583.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Issa li reġgħu għaddew xhur sħaħ minn meta d- dipartiment kellu jippjana biex tittieħed l-azzjoni ħalli Triq San Gwakkin, Ħal Qormi tinbena, kif kont indikajt f'mistoqsija parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ li tant ilu biex isir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li din it-triq qiegħda fil-programm ta` xogħolijiet li qed iħejji d-Dipartiment.", "TOROQ", "11584.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinbena New Street, fi Triq il-Ħelsien, biex ir-residenti li jgħixu hemm ma jkomplux ibatu minn għadd ta' inkonvenjenzi, li saħansitra uħud minnhom anke qed jaffettwa s- saħħa tan-nies?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq imsemmija qegħda mniżżla fil-programm ta` xogħolijiet li qiegħed iħejji d-Dipartiment.", "SAĦĦA - TQASSIM TA'SIRINGI", "11705.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn minn kull poliklinika xahar b'xahar din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-siringi li tqassmu b'xejn xahar b'xahar minn Jannar sa Ottubru 1999, jinqassmu f'żewġ kategoriji:", "a) lid-dijabetiċi mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa skond kif jidher minn tabella 'A' li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "b) lil dawk li jsofru mill-vizzju tad-droga, li jitqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa skond kif jidher minn tabella 'B' li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Ma hux possibbli li jingħataw figuri globali, għaliex fil-każ tas-siringi li jitqassmu lid-diabetiċi l-informazzjoni li tinżamm hija in-numru ta` siringi li jitqassmu mill-Medical Stores għal kull spiżerija fis-sena u mhux xahar b'xahar u għalhekk jista` jiġi ikkalkulat biss konsum average fix-xahar.", "It-tqassim tas-siringi lill-pazjenti li jsofru mid-dijabete huwa ikkontrollat bir-riċetta tat-tabib.", "SAĦĦA - HIV TESTS", "11706.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru HIV tests għall-AIDS din is-sena, xahar b'xahar?", "X'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` testijiet għall-HIV għal din is-sena saru kif indikat fit-tabella ta` hawn taħt:", "|Xahar |Testijiet |Posittiv | |Jannar |417 |1 | |Frar |245 |1 | |Marzu |346 |3 | |April |402 |0 | |Mejju |325 |1 | |Ġunju |416 |1 | |Lulju |320 |1 | |Awissu |323 |0 | |Settembru |343 |0 | |Ottubru |374 |0 | | | | |", "In-numri msemmija ma jeskludux testijiet li setgħu saru aktar minn darba fuq l-istess persuna.", "SAĦĦA - PAZJENTI BL-AIDS", "11707.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi pazjenti li għandhom l-AIDS qed jingħataw il-Karta r-Roża u huma ntitolati għal mediċini b'xejn, jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa din il-kura fuq medda ta' sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta għadha qed tinġabar tingħata aktar tard.", "SAĦĦA - ĦLASIJIET LILL-INSURANCES", "11728.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm se jkunu il-ħlasijiet li se jitlob id- Dipartiment tas-Saħħa lill-insurances għal kura mogħtija lil persuni mdaħħla l-isptar wara traffic accidents?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-rati applikabbli huma dawk skond avviżi Legali Numri 147/89 u 18/97.", "SELF-EMPLOYED - ĦLAS TA' BOLOL", "11745.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien iħallas self-employed li jaqla' aktar minn Lm5,000?", "Wara l-miżuri tal- budget, kemm se jħallas f'bolla s-sena d-dieħla persuna self-employed li jaqla' Lm5,000, Lm6,000, Lm7,000, Lm8,000, Lm9,000, Lm10,000, Lm11,000, Lm12,000, Lm13,000, Lm14,000, Lm15,000, Lm16,000, Lm17,000, Lm18,000, Lm19,000 u Lm20,000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl- 1998 persuna li kienet taqla Lm5319 jew aktar minn ħidma ta' xogħol kien iħallas Lm15.94 fil-ġimgħa.", "Wara l-miżuri tal-budget, persuni self- employed jibdew iħallsu 15% tad-dħul tagħhom soġġetti għall-ħlas massimu ta' Lm18.64 fil-ġimgħa."]} {"filename": "19991206_199d_par.doc", "date": "1999-12-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 199 Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 199", "Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "199", "Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 807", "KUNSENS GĦAL ATTI 807", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIJET ORALI 807", "TQEGĦID TA' KARTI 812", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI 812", "AĠĠORNAMENT 846", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 847", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 198 li saret fit-3 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XIX ta' l-1999 - Att ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar id- Dazji ta' Importazzjoni.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Nru. 5 tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji għas- sitt xhur bejn it-2 ta' Ġunju u l-1 ta' Diċembru 1999; u", "Rapport ta' l-awditur ġenerali għas-sena 1998.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIJET ORALI", "JOINT OFFICE - FIDI TA' ĊENS", "9889.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni u t-talba li persuna - li d- dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament - għamlet għand il-joint office biex tifdi ċ-ċens li qabel kien tal-Knisja?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex din l-applikazzjoni tiġi pproċessata mill-iktar fiss possibbli u f'qasir żmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li din id-domanda tirrigwarda l-joint-office, pero` l-Viċi Prim Ministru jaf li bħala l-bniedem responsabbli mill-housing huwa jidħol fil-każi ta' min ikollu dar mogħtija mill-gvern u jkun irid jixtriha.", "Jien naħseb li bħali jaf li qed ikun hemm ħafna problemi li jirrigwardaw nies li qed joqogħdu fi djar tal-gvern u li meta ġew biex jixtru l-postijiet tagħhom sabu diffikultajiet jew minħabba xi ċens jew għaliex ma jkunux jafu ta' min ikun il-post.", "Jista' forsi l-Viċi Prim Ministru jispejga kif l-awtorita` tad-djar tidħol biex issolvi dawn il- problemi?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Affarijiet li jaqgħu taħt il-joint-office ovvjament ma jaqgħux taħt l-awtorita` tad-djar, pero` xorta waħda jsiru laqgħat ta' kordinament bejn l-awtorita` tad-djar, id-dipartiment tad-djar u l-joint-office.", "Naħseb li anke hemm affarijiet oħrajn li wieħed qiegħed jikkonsidra mhux biss biex ikun hemm kordinament imma anke biex ikun hemm konsolidament.", "F'dan il-pajjiż għandna ħabta nikkumplikaw l-affarijiet - għandna joint-office, għandna dipartiment tal-construction and maintenance, għandna dipartiment tal-housing u għandna awtorita` tad-djar - u minflok ma nikkonsolidaw, noħolqu skemi differenti bir-riżultat li ħafna drabi nirdoppjaw l-ispejjeż u nħawdu lin-nies, għaliex lanqas huma stess ma jkunu jistgħu jifhmu d-differenza bejn ħaġa u oħra.", "Mr Speaker, jien fil-fatt ġejt mitlub nintervjeni ħalli din l- applikazzjoni tiġi pproċessata mill-aktar fis possibbli.", "Jien naħseb li jkun aħjar, anke għall-każ partikolari - u għalhekk it-tweġiba saret b'dan il-mod - jekk l-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija partikolari lill- ministru konċernat.", "X'inhi eżatt it-talba ma jirriżultax minn hawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Viċi Prim Ministru daqsi jaf li hemm problemi ta' nies li għandhom post tal-gvern u jixtiequ jixtruh pero` qegħdin isibu problema minħabba xi kwestjoni tal-joint-office.", "Jien qed nitolbu jispjega - għaliex teżisti konfużjoni kbira f'dan ir-rigward - kif l-awtorita` tal-housing tista' tgħin lil dawn l-individwi jsolvu l-problemi u jkunu jafu jekk jistgħux jixtru l-post jew le, u jekk le jkunu jafu għaliex.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita` tista', naturalment bl-iskemi li għandha, tgħin lill-persuna tixtri d-dar partikolari tagħha, dejjem jekk it- titolu jkun jista' jiġi ttrasferit.", "Nista' ngħid li jeżistu każi - l-Onor.", "Membru li qed jagħmel il-mistoqsija huwa mill-Kalkara u jaf li hemmhekk hemm każi tipiċi - fejn artijiet li ttieħdu minn gvernijiet differenti ġew allokati bħala housing plots taħt il-home ownership scheme pero` kienu ġew allokati b'konvenji, pendenti li l-gvern jagħmel il-kuntratt li bih jakkwista t-titolu ta' dik l-art.", "Jiġifieri l-art teknikament sal-lum għadha tal-privat, pero` peress li l-privat għadu ma ġiex identifikat, il- gvern għad m'għandux it-titlu legali f'idejh u allura ma jistax jitrasferixxi dawk l-artijiet lis-sidien ta' dawn il-postijiet, li ilhom li nbnew numru ta' snin u li ħafna minnhom għandhom valur sostanzjali.", "Ma' dan kollu hemm ukoll il-komplikazzjoni taċ-ċens.", "Meta kien sar il-ftehim bl-għoti ta' ċens ta' dawn il-plots kien hemm kondizzjoni li tgħid li jekk min qed jingħata l-plot jiddeċiedi li jifdi ċ- ċens f'perijodu ta' ħames snin, per eżempju, allura jkun jista' jifdih b'ċertu rata; jekk jifdih wara għaxar snin, jifdih b'rata ogħla; u jekk jifdih wara l-għaxar snin, allura jifdih b'rata ogħla iktar minn dik.", "Uħud minn dawn l-individwi qegħdin jilmentaw, b'ċertu ammont ta' raġun, li huma xtaqu jifdu ċ-ċens ħames snin, sitt snin jew tmien snin ilu, pero` ma setgħux jagħmlu dan għaliex it-titlu għadu ma ġiex mgħoddi lill-gvern u allura huwa ma jistax jifdi dan iċ-ċens lill-individwu partikolari.", "F'dan il-każ, biex insolvu din il-problema, ħloqna skema li biha prattikament ippermettejna lill-individwi jiddepożitaw l-ammont ekwivalenti għall-fidi taċ-ċens u jekk id-depożitu sar, allura ċ-ċens qed jiġi kkonsidrat daqslikieku nfeda.", "Sadanittant qed isir sforz imma min-naħa tad-dipartiment - fl-aħħar mill- aħħar dan huwa l-iktar importanti - biex din il-kwestjoni tat-trasferiment tat-titlu sħiħ f'idejn il-gvern tiġi settled malajr kemm jista' jkun ħalli jkunu jistgħu jsiru l-kuntratti darba għal dejjem ma' dawn l-individwi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi jekk il-Viċi Prim Ministru jafx li ilhom isiru complaints min-nies li joqogħdu f'housing estates għaliex dawn ilhom isofru għal snin sħaħ l-inkonvenjent li jfurilhom id- drenaġġ ġod-djar.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li din il-problema tiġi solvuta darba għal dejjem?", "Qed nirriferi b'mod partikolari - għalkemm hawn aktar postijiet li għandhom din il-problema - għall-area Ta' Bighi.", "Minbarra li din hija problema għan-nies li joqogħdu f'dawk l-inħawi, hija wkoll problema għal kulmin ikun irid li jgħaddi minn hemmhekk għaliex isib id-drenaġġ kuljum, u peress li minn hemmhekk jgħaddu wkoll it-tfal bir- rota, din il-problema jista' jkollha wkoll effett ukoll fuq is-saħħa tagħhom.", "Jien nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jintervjeni ħalli din il-problema tiġi solvuta għaliex mhux sewwa li f'pajjiż ċivilizzat u li suppost huwa avvanzat għadna niltaqgħu ma' dawn it-tip ta' problemi.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien naf b'dan il-każ u fil-fatt id- dipartiment diġa' ntervjena biex jara x'xogħlijiet iridu jsiru sabiex din il-ħsara tiġi rrimedjata malajr kemm jista' jkun.", "Dan il-punt pero` jqajjem kwestjoni oħra.", "Donnu li f'dan il-pajjiż l-ewwel nibnu housing estates kbar bi spiża kapitali kbira għall-pajjiż imbagħad nitilquhom għal riħhom; nallokawhom, nagħtu l-kirjiet imbagħad qisu ħadd ma jinteressah li jżomm il-maintenance tagħhom.", "Minħabba f'hekk jgħaddu s-snin u, bħalma jiġri f'kollox, speċjalment fil-bini, jekk tittraskura tispiċċa tħallas biz- zalza għat-traskuraġni li tkun ħallejt isseħħ tul is-snin.", "Kulmin hu sid ta' dar jaf li kif jasal Settembru jieħu ħsieb iħalleb il- bejt, pero` għal dak li għandu x'jaqsam ma' bini tal-gvern ma jidhirx li għandna skema fissa ta' maintenance regolari li ssir mhux meta tqum il- kriżi jew meta xi ħadd jirrapporta li qed iqattar is-saqaf, imma li ssir b'mod preventiv u regolari biex nieħdu ħsieb il-proprejta` tal-gvern u allura tal-poplu Malti kollu kemm hu.", "F'dan is-sens qed niddiskutu anke possibbiltajiet differenti.", "Waħda mill-affarijiet li qed naraw hi kif nistgħu nikkordinaw ftit iżjed mal-kunsilli lokali fil-lokalitajiet differenti fejn hemm housing estates.", "Wieħed irid joqgħod attent li jesplora ftit il-possibbiltajiet li hemm, pero` naħseb li rridu noħolqu sens ta' ownership tal-lokalita` innifsha biex tieħu ħsieb il-housing estates u l-ambjent in ġenerali.", "Irridu nbiddlu wkoll il-kultura u l- mentalita`.", "Jien nieħu pjaċir li l-gvern iħeġġeġ lill-inkwilini tal-proprjetajiet tiegħu biex jixtru l-postijiet u jsiru sidien ta' djarhom - għaliex jien naħseb li din tgħin biex tbiddel il-mentalita', fis-sens li dak li jkun jieħu ħsieb iżjed il-post tiegħu u jieħu ħsieb iżjed il-maintenance tal- post - pero` jien nibqa' nissorprendi ruħi li jkolli lmenti dwar inkwilini fi blokk tal-gvern li ma jaqblux bejniethom dwar min se jħallas għal replacement ta' bozza.", "Jien naħseb li hawnhekk anke aħna għandna rwol importanti x'nilagħbu, fis-sens li rridu nfehmu lin-nies li qed jikru dawn il-postijiet mingħand il-gvern li għandhom iħallsu l-kirjiet dovuti - liema kirjiet nirriveduhom skond it-test tal-mezzi ta' l-inkwilini stess - u li għandhom id-dmir jieħdu ħsieb il-postijiet li qegħdin jokkupaw.", "Għaliex fil-limitazzjonijiet kollha li għandu dan il-pajjiż, fil-każ li tkun qed tokkupa post li għandu valur kummerċjali kbir b'kera li ħafna drabi tkun sussidjata, l-inqas li tista' tagħmel huwa li tikkontribwixxi biex tieħu ħsieb dak il-post.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, huwa veru li teżisti l-mentalita` li għaliex post ikun tal-gvern allura m'għandekx tagħmillu l-maintenance u tieħu ħsiebu, pero` jeżistu wkoll każi fejn l-inkwilini jkunu qegħdin ibatu minħabba xogħol li jkun sar ħażin mill-kuntratturi.", "Fil-każ li semmejt jien tal-Kalkara, jidher li fiż-żewġ blokkijiet - kemm dak li nbena taħt gvern Laburista kif ukoll dak li nbena taħt gvern Nazzjonalista - sar xogħol ħażin mill-kuntrattur.", "Għalhekk jien qed nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk f'dan il-każ hemmx lok ta' investigazzjoni biex l-ewwelentt jekk jirriżulta li sar xogħol ħażin ma jbatux dawk li qed joqogħdu fil- flats, u biex tissewwa malajr kemm jista' jkun il-ħsara li hemm.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI.", "Naturalment din il-materja ma taqax esklussivament taħt dan il-ministeru, pero` anke hawnhekk f'dan il-pajjiż hemm bżonn li tidħol dejjem iżjed il-kultura li kulħadd irid ikun responsabbli għal xogħlu u jekk ix-xogħol isir ħażin allura jinqala' u jerġa' jsir kif għandu jsir.", "Ħafna drabi ssib min jilmenta għaliex triq li tkun għada kemm saret terġa' tiġi maqlugħa.", "Dan jiġri għaliex it-triq ma tkunx saret sew u, akkost li jerġa' jinħoloq ċertu ammont ta' inkonvenjenza għall-inkwilini, dik it-triq ikun hemm bżonn li terġa' tinqala' ħalli ssir mill-ġdid.", "Hemm bżonn li n-nies jifhmu li jekk kuntrattur ikun tefa' tender b'ċerta prezzijiet, ikun rebaħ il-kuntratt, imbagħad jipprova jiffranka billi ma jagħmilx ix-xogħol kif għandu jsir, dan il-gvern għandu r-responsabbilta` li jġiegħel lill-kuntrattur jaqla' kollox u jerġa' jagħmlu mill-ġdid.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet u dwar dan naħseb li anke l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi.", "TAXXA - ARRETRATI", "9890.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jintervjeni biex arretrati ta' taxxa ta' persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament u li llum tgħix bil-pensjoni jiġu mogħtija lilha mid-dipartiment konċernat mill- aktar fis possibbli?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun awtorizzat mit- taxpayer, allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jew lill-amministratur tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li f'mistoqsijiet preċedenti l- Ministru kien qal li d-dipartiment qed jikkonsidra li jħallas l-arretrati ta' dawk li minkejja li jkunu rtiraw bl-eta` jkun għad għandhom pagamenti dovuti lilhom mid-dipartiment tat-taxxa, jista' jinformana jekk din is- sistema hijiex qed tiġi pprattikata u jekk eventwalment is-sena li ġejja hux se jkun hemm pagamenti li jingħataw lura lil dawn il-pensjonanti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, nista' ngħid li qiegħed isir xogħol intensiv biex l-assessments sas-sena bażi 1997 jiġu maħduma mill-aktar fis u jiġu maqtugħin il-bilanċi kollha li jeżistu.", "Qegħdin anke nagħmlu monitoring kontinwu ta' l-attivitajiet li qed isiru.", "Nista' ngħid li l-effiċjenza f'dan ir-rigward jidher li żdiedet b'mod qawwi ħafna, fis-sens li qegħdin jinħadmu ħafna iktar assessments milli kienu jinħadmu qabel u jien fiduċjuż li s-sena d-dieħla ħafna mill-credits li għad jonqos jingħataw, fil-fatt se jingħataw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, qed nifhem sew li l-Ministru qed jgħid li t-target date sabiex dawn l-arretrati jinqatgħu hija s-sena d-dieħla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-target finali hija li sa tliet snin oħra ikun maqtugħ kollox pero` qegħdin nipprovaw li ninżlu sena sena.", "Jiġifieri aħna bdejna mill-antik - meta bdejna dan l-eżerċizzju kien hemm assessments pendenti, għalkemm ftit, li kienu ta' l-1950 - u bħalissa qegħdin xi erba' snin lura u qed naqtgħuhom sena sena kif jiġu.", "Naturalment din is-sistema toħloq ċerta problema għaliex bniedem jista' jkollu jagħti ta' ċerti snin u jkollu jieħu fis-snin ta' wara.", "Jiġifieri meta qed naqtgħu sena sena, jista' jkun li ma nkunux qegħdin naqdu lil dak li jkun kif għandna naqduh.", "F'dawk il-każi qegħdin naraw kif wieħed jista' jirranġa u jakkomoda bl- aħjar mod, ħalli lil dak li jkun inkunu nistgħu neħilsulu l-assessments kollha tiegħu ħalli finalment naslu għall-aħħar bilanċ.", "Issa peress li daħlet is-sistema l-ġdida, kull credit li se jirriżulta fuq basis year 1998 se jkun maqtugħ sa Marzu li ġej u se nibqgħu għaddejjin hekk fis-snin li ġejjin.", "B'hekk il-credits m'humiex se jiżdiedu fis- sistema għaliex kull sena naqtgħu kollox u allura issa nistgħu nikkonċentraw fuq l-assessments li ffriżajna u fil-fatt qegħdin naqtugħhom b'ritmu mgħaġġel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm min inħadmulu l-assessments u jaf li għandu jieħu iżda xorta waħda għadu ma rċeva xejn.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dawk li diġa` nħadmulhom l-assessments u jafu li għandhom jieħdu, humiex se jitħallsu sa ċertu perijodu?", "Nitlob lill-Ministru jgħidilna wkoll liema fondi hemm allokati għal dan il-għan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Safejn naf jien kull meta joħroġ assessment bi kreditu dejjem jitħallas.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħid li naf b'każ fejn individwu partikolari jaf li l-assessments inħadmulu u li għandu jieħu iżda għadu ma rċeva xejn.", "X'qed iżomm milli jintbagħtu dawn l-assessments?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Veru li l-ħajt għandu widintu pero` ma nistax nifhem kif dan l-individwu jaf li nħadmulu l-assessments!", "Nista' ngħid li dawn fil-fatt qegħdin jinħadmu u jintbagħtu.", "Is-sistema kif konna qed nagħmluha sas-sena bażi 1997 kienet li kull sena l-gvern jivvota ċertu ammont għal dan il-għan - normalment madwar Lm3 miljun f'sena - u malli jispiċċaw dawk il-flus kienu jieqfu jintbagħtu l-assessments.", "(Interruzzjonijiet) Imma ħalli nispjega ftit ħalli kulħadd jifhem għaliex dawn m'humiex affarijiet sempliċi, anke biex tifhimhom.", "Minn din is-sena 'l quddiem mhux se jiġi allokat vot għar-refunds li jingħataw għax se jitnaqqsu mill-ewwel mill-income.", "Din saret biex ma jkollniex dawn il-problemi ta' limitu għall-credits.", "Dawk tas-snin ta' qabel qegħdin naqtgħuhom u fil-fatt erġajna vvotajna Lm3 miljun għas-sena d- dieħla u jekk hemm bżonn nivvotaw iktar.", "L-instructions li qed nagħtu huma biex naqtgħu kemm jista' jkun malajr dawn ir-refunds.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni li ħarbu waqt li kienu taħt il-kustodja tal- pulizija matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11823; u", "Tagħrif dwar persuni li ma tħallewx jidħlu f'Malta matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11824.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, ippresjeda.", "(Ikompli mis-Seduta 198 tat-3 ta' Diċembru, 1999)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Illum il-kumitat għandu quddiemu biex ikompli jiġu diskussi l-voti tal-ministeru għall-politika soċjali.", "Skond il-mozzjoni Nru. 111 tas-17 ta' Novembru 1999 il-ħin tad-diskusjoni matul din is-seduta tal-lejla huwa kollu disponnibbli għall-gvern.", "Is-Segretarju Parlamenti Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, wara li smajt il-kritika ta' l-oppożizzjoni fis-seduta ta' dalgħodu, tiġini t-tentazzjoni li noqgħod nirrispondi għall-allegazzjonijiet u l-ineżattezzi li ntqalu pero` ma naħsibx li jkun utli li nagħmel hekk.", "Jien naħseb li jkun aktar utli li naraw x'sar matul din is-sena u x'hemm proġettat għas- sena d-dieħla f'kull qasam li huwa kopert minn dan il-ministeru hekk vast.", "Nibda bil-qasam ta' l-anzjani.", "Id-dinjita` ta' l-anzjani hija waħda minn ħames prinċipji fundamentali li fl-1991 l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda adottat u nkoraġġiet lill- gvernijiet kollha biex jinkorporaw fil-programmi nazzjonali tagħhom.", "Il- gvern ta' dan il-pajjiż irid ikun hu l-ewwel li jagħti l-eżempju u jħares id-dinjita` ta' l-anzjani f'dak kollu li jipproponi u jwettaq.", "Għalhekk aħna mpenjati li naraw li ħadd mill-anzjani ma jibqa' lura, kull anzjan ikollu l-pensjoni tal-gvern assigurata għal ħajtu kollha, li kull anzjan ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu servizzi avvanzati ta' saħħa u ta' edukazzjoni, li kull anzjan ikollu l-għajnuniet neċessarji kollha biex jgħix f'daru b'kondizzjonijiet aċċettabbli u sakemm huwa possibbli, li dawk l-anzjani li jkollhom bżonn jgħixu f'istituzzjoni jingħatawlhom il-mezzi kollha biex ikunu jistgħu jagħmlu dan, li f'kull każ id-dinjita` u d- drittijiet tagħhom ikunu mħarsa u li kull każ ta' kull anzjan jiġi ttrattat individwalment u bl-aktar mod professjonali.", "Sur President, fattur importanti li jiddetermina l-kwalita` tal-ħajja tal- pensjonanti llum u fil-futur huwa żgur dak finanzjarju, jiġifieri l- pensjonijiet li qegħdin igawdu l-anzjani llum u li rridu nkunu żguri li jkomplu jgawduhom fil-futur.", "Naħseb li din hija l-ikbar sfida li għandu l- pensjonant għall-futur u l-ikbar sfida li jrid jiffaċċja l-gvern tal- ġurnata.", "L-istess nistgħu ngħidu għad-diversi benefiċċji soċjali li ħafna anzjani jirċievu, liema benefiċċji jgħinuhom jgħixu ħajja aktar komda u mingħajr skossi.", "Għall-pensjonant huwa importanti li l-pensjoni tal- ġurnata jibqa' jkollha l-valur tagħha meta tqisha fil-qafas ekonomiku soċjali tal-pajjiż kollu.", "Dan il-gvern irid u qed inaqqas id-deficit li ħaddieħor minflok naqqas żied, u dan ħalli jkun f'pożizzjoni li jkun jista' jkompli jiggarantixxi lill-anzjani tagħna kemm il-pensjonijiet kif ukoll il- benefiċċji u s-servizzi li qegħdin jirċievu bħalissa.", "Ċertament li l- kwalita` ta' ħajja li jrid igawdi l-pensjonant fil-futur se tkun tiddependi ħafna fuq ir-riforma sħiħa li trid sisir mhux biss fil-qasam tal- pensjonijiet iżda fis-sistema kollha tal-welfare.", "Huwa b'dan l-iskop li l- gvern waqqaf kummissjoni biex tistudja r-riforma tal-welfare li fil-brief tagħha, fost affarijiet oħra, hemm imniżżel li trid tissottometti rakkmandazzjonijiet fuq ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet.", "Din il- kummissjoni trid tindirizza, tanalizza u tħares il-futur tas-sistemi tal- benefiċċji soċjali fil-pajjiż, proċess li se jinvolvi l-imseħbin soċjali kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku.", "Sur President, il-gvern jemmen li biex inpoġġu l-pensjonijiet fuq bażi soda hemm bżonn li l-ewwelnett ikollna ekonomija b'saħħitha u soda.", "Huwa dover ta' importanza ewlenija li naraw li dan iseħħ.", "Allura għaliex għandha tiġi l-oppożizzjoni tikkritikana għaliex qegħdin nieħdu ċerti miżuri, li żgur ma jistgħux jissejħu anti-soċjali, biex innaqsu d-deficit?", "Il-fatt li l-gvern irnexxilu jnaqqas Lm26 miljun mid-deficit fl-ewwel sena m'huwiex ta' min wieħed jieħu gost bih u japprezzah?", "Jien ma nafx x'wiċċ irid ikollhom dawn in-nies li jiġu hawnhekk jitkellmu bil-mod li tkellmu, speċjalment meta wieħed jiftakar il-kliem li kien intqal minnhom f'din l- istess Kamra meta kienu fil-gvern.", "Qed nirriferi għall-aħħar budget tal- gvern Laburista preċedenti meta kellna d-dibattitu fuq il-ministeru għall- politika soċjali.", "Dakinhar min-naħa tal-gvern kien intqal hekk, u nikkwota:", "\"Dan m'huwiex budget ta' gvern li jħares biss sal-ponta ta' mnieħru u jara sas-sena d-dieħla imma huwa budget li jħares fit-tul bħalma jħarsu l-anzjani.", "Għalhekk aħna qegħdin inħarsu fit-tul għax ma rridux niġu f'sitwazzjoni fejn lill-anzjani ngħidulhom li biex inkomplu mexjin bħala pajjiż se jkollna bilfors innaqqsu l- pensjonijiet.", "Hekk kien qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista u hemmhekk kien se jasal.", "Kien f'pożizzjoni fejn mingħajr ma kien jinforma lill- anzjani kien ikollu bilfors inaqqas il-pensjonijiet.", "Aħna ma rridux nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn tant ikollok dejn xi tħallas li tispiċċa ma jkollokx biex tħallas pensjonijiet.\".", "Sur President, gvern Nazzjonalista jemmen u jrid li l-pensjoni ta' l- Istat għandha tkun l-ewwel pedament fundamentali għall-pensjonant.", "Il- gvern m'hu se jabbdika qatt ir-responsabbilta` tiegħu għas-sigurta` soċjali u għalhekk jiggarantixxi dik is-safety net fil-qasam tal-pensjonijiet.", "Ixerrdu kemm ixerrdu xnigħat u jgħidu kemm jgħidu gideb, il-gvern żgur li mhux se jonqos mir-responsabbilta` tiegħu f'dan il-qasam.", "Il-gvern huwa kommess li jassigura l-pensjoni kemm tal-ġenerazzjoni preżenti kif ukoll tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Il-gvern irid jassigura li se jkun f'pożizzjoni li jsostni l-programm ta' infiq tiegħu fis-snin li ġejjin, u kontra dak li qed jaħsbu l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, il-poplu qed jifhem l-implikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu llum biex fil- futur inkomplu nsostnu l-pensjonijiet.", "Jien ma nafx għalfejn tan-naħa l- oħra qegħdin jallarmaw lill-poplu sempliċement għaliex qed issir enfasi fuq il-fatt li l-benefiċċji għandhom imorru għand min l-aktar għandu bżonnhom.", "X'hemm ħażin li qegħdin ngħidu li l-abbużi mis-servizzi u l-benefiċċji soċjali rridu nnaqqsuhom għax dan huwa ta' detriment għal dawk il-persuni li l-aktar għandhom bżonnhom fosthom tant anzjani u persuni b'diżabilita`?", "M'hemmx dubju li l-kwalita` għolja tal-ħajja li qegħdin jgħixu l-anzjani llum ma tiddependix biss mill-fattur finanzjarju u ekonomiku imma hemm raġunijiet oħra li qegħdin jikkontribwixxu għall-mod kif l-anzjani, kemm dawk li għadhom kapaċi jgħixu fil-komunita` kif ukoll dawk li għal xi raġuni jew oħra kellhom jiġu istituzzjonalizzati, qegħdin igawdu din il- kwalita` tal-ħajja.", "Nimmaġina li kulħadd huwa konvint li s-servizzi provvduti lill-anzjani li għadhom jgħixu f'darhom - liema servizzi b'sodisfazzjon kbir ngħid li ġew introdotti fil-pajjiż mill-1987 'il hawn minn gvern Nazzjonalista - jgħinuhom ħafna biex jgħixu ħajja aħjar.", "Dawn is-sensila ta' servizzi qegħdin jagħmlu użu minnhom ħafna anzjani u persuni b'diżabilita` u f'ħafna każi jkunu huma li jgħinu lil dawn in-nies biex sakemm ikun possibbli jibqgħu jgħixu fil-komunita`.", "Hawnhekk qed nirriferi għas-servizzi li issa huma tant popolari ma' l-anzjani bħall- homehelp, telecare, handyman service, meals-on-wheels, incontinent service, il-kartanzjan u d-day centres.", "Minbarra dawn is-servizzi l-anzjan fil- komunita` jista' jagħmel użu jagħmel użu wkoll mis-servizzi eċċellenti li joffri l-Isptar Zammit Clapp, sptar ġerjattriku akut u riabilittattiv, ħolqien ieħor ta' gvern Nazzjonalista.", "Sur President, huwa veru li dawn is-servizzi kollha qegħdin jikkontribwixxu għal kwalita` aħjar ta' ħajja li qegħdin jgħixu l-anzjani fil-komunita` pero` huwa daqstant veru li rridu nwettqu pjan ta' azzjoni biex dawn is-servizzi jirrendu aktar lill-anzjani li veru jkollhom bżonnhom u b'hekk il-kwalita` tal-ħajja ta' l-anzjani tkun tista' tkompli titjieb fil-futur u m'hemm xejn xi jżommna li wara dan il-budget ma nagħmlux dawn l- affarijiet biex dawn is-servizzi lill-anzjani nkomplu nestenduhom u ntejbuhom.", "Ċertament li s-servizz tal-home-help, li bħalissa għandu 2,211- il household li jikkomprendu 2,638 benefiċċjarji li qed jagħmlu użu minnu, irridu nirrenduh aktar u aktar personalizzat.", "Għal dan il-għan il- korsijiet ta' taħriġ lill-assistenti soċjali każwali qegħdin ikomplu u qiegħda ssir reviżjoni tas-servizz kemm fuq livell amministrattiv kif ukoll fuq dak kwalitattiv.", "Bħal fil-każ ta' servizzi l-oħra, hemm numru ta' persuni b'diżabilita` li qegħdin jagħmlu użu minnu.", "Rigward is-servizz tat-telecare nista' ngħid li sa l-aħħar ta' Novembru kien hemm 7,426 subscriber li minnhom 265 huma taħt is-60 sena.", "Dan is- servizz qed ikollu bejn 350 u 400 sejħa kuljum.", "Dwar il-handyman service, li sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena inqdew bih 1,446 persuna, nixtieq ngħid li kellna taħdidiet preparatorji biex dan is-servizz jiġi kkombinat ma' servizzi oħra taħt skemi differenti ssussidjati mill- awtorita' tad-djar dwar irranġar u manutenzjoni ta' proprjeta`.", "Għal dak li jirrigwarda s-servizz ta' l-inkontinenza li sa l-aħħar ta' Novembru kien qed jaqdi 627 persuna taħt skema \"a\" u 1,392 persuna taħt skema \"b\", nixtieq ngħid li qegħdin jiġu mistħarrġa mezzi alternattivi kif nistgħu nindirrizzaw aħjar din il-problema.", "Sur President, aktar 'il quddiem nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-servizzi li qed jingħataw lill-komunita`.", "F'ħames snin ta' eżistenza tal-kunsilli lokali, kellna diversi okkażjonijiet ta' kollaborazzjoni bejn il-kunsilli u d-dipartiment ta' l- anzjani.", "Il-ftuħ ta' xi wħud mid-day centres kif ukoll il-ħruġ tal- kartanzjan u tnidija tal-proġett info-anzjan kien frott ta' dan il-ftehim.", "Fis-snin li ġejjin il-kunsilli lokali jrid ikollhom irwol ferm aktar importanti u determinanti fil-ħajja ta' kuljum ta' l-anzjani ta' kull stratt soċjali f'kull belt u raħal ta' pajjiżna.", "L-ewwelnett kull kunsill lokali jrid ikompli jaħdem bis-serjeta` u b'aktar enerġija fuq il-proġett info-anzjan għax b'hekk biss jista' wieħed ikollu stampa ċara u eżatta ta' l-anzjani kollha ta' dik il-lokalita`, jeżamina l-ħteġijiet u l-bżonnijiet ta' numru ta' anzjani li qabel ma kenux magħrufa u allura l-kunsill ikun f'pożizzjoni li joffri l-għajnuna tiegħu fejn meħtieġ.", "Rwol importanti tal-kunsilli se jkun fil-pjanifikazzjoni ta' aktar day centres possibbilment anke fil-ftuħ ta' xi night centres għall-anzjani.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, ir-responsabbilta` tal-kunsilli lokali aktar trid tikber sabiex naslu sal-punt fejn it-tmexxija ta' dawn iċ-ċentri tkun f'idejhom.", "Il-kunsilli lokali żgur iridu jgħinu lill-gvern ċentrali fil- pjanijiet tiegħu biex tinstab soluzzjoni dwar kif jistgħu jiġu moqdija kemm jista' jkun malajr dawk l-anzjani li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux ikomplu jgħixu fil-komunita` u allura jkunu jridu jidħlu f'xi istituzzjoni ta' l-anzjani.", "Il-kunsilli lokali għandhom ikunu huma l-promuturi ta' attivitajiet li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw numru kbir ta' anzjani biex b'hekk tissaħħaħ aktar l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjeta`.", "Jiena ngħid li l-kunsilli lokali jridu jkunu f'pożizzjoni li bil-funzjoni tagħhom jgħinu fit-twettiq tal-policy tal-welfare society li rridu li fis-snin li ġejjin ikun il-bażi tal-qasam soċjali kollu f'pajjiżna.", "Sur President, is-servizz tal-meals-on-wheels kiber u f'din is-sena, sa l- aħħar ta' Novembru, għamlu użu minnu 1,048 klijent, b'total ta' ikliet servuti li kienu jammontaw għal 42,229.", "Sa l-aħħar tas-sena din iċ-ċifra se tlaħħaq madwar is-46,000.", "Biex ilaħħqu ma' din iż-żieda ta' ikliet qegħdin jintużaw tliet vannijiet minflok tnejn sabiex iqassmu l-ikel.", "Diġa' tkellimt fuq id-day centres, servizz li żgur qiegħed ikun ta' utilita` u benefiċċju enormi għal tant anzjani.", "Irrid inżid ngħid li bħalissa hemm 636 persuna li qegħdin jattendu d-diversi ċentri li għandna s'pajjiżna.", "Tajjeb li nfakkar li matul din is-sena nfetħu żewġ ċentri ġodda f'Malta, fl-Imtarfa u f'Birkirkara, u tnejn oħra f'Għawdex, f'Għajnsielem u x-Xagħra, liema ċentri jilqgħu fihom ukoll persuni b'diżabilita`.", "Sur President, il-futur ta' dawn iċ-ċentri huwa marbut ma' kemm se jikoperaw f'dan ir-rigward il-kunsilli lokali.", "Nista' ngħid li s'issa fil-maġġoranza tal-każi kellna kooperazzjoni sħiħa mill-kunsilli lokali f'dawk il-lokalitajiet fejn diġa` nfetaħ day centre, saħansitra kien hemm il-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa li xtara hu stess il-post fejn se jinfetaħ day centre.", "Ix-xogħol fuq dan iċ-ċentru beda u huwa ttamat li jinfetaħ fl-ewwel xhur tas-sena l-ġdida.", "Biex inkomplu kemm jista' jkun inwettqu l-policy tagħna li ngħinu lill- anzjani jibqgħu jgħixu f'darhom, minbarra dawn is-servizzi fil-komunita`, il-ministeru għall-politika soċjali permezz ta' l-awtorita' tad-djar nieda diversi skemi ġodda.", "Żgur li waħda mill-miżuri ġodda meħuda reċentement u li permezz tagħha se jibbenefikaw ħafna anzjani, hija l-istallazzjoni ta' lifts f'appartamenti tal-gvern f'ċerti lokalitajiet.", "Din il-miżura, 'il quddiem trid tiġi estiża għal lokalitajiet oħra u forsi bi ftehim mas- sidien jistgħu anke jitwaħħlu lifts f'appartamenti mhux governattivi.", "Fost miżuri oħra li ħadna kien hemm dik dwar l-introduzzjoni ta' responsibility break.", "Din tgħin ukoll biex aktar anzjani jibqgħu jgħixu f'darhom mal- familja tagħhom.", "Matul din is-sena d-dipartiment ħa d-deċiżjoni li kull servizz li jingħata, jingħata fuq bażi ta' bżonn mhux fuq bażi ta' eta`.", "Erġajna tajna r-ruħ lill-proġett li l-moviment azzjoni soċjali kien nieda snin ilu mal-gvern, liema proġett kien ġie mwarrab fi żmien amministrazzjoni Laburista.", "Qed nirriferi għall-proġett tax-shelter home f'Għajnsielem Għawdex li bi pjaċir ngħid li l-ewwel fażi tiegħu se tiġi inawgurata f'Jannar li ġej.", "Huwa veru, kif intqal kemm-il darba, li l-politika ta' dan il-gvern dwar l-anzjani hija bbażata fuq it-twemmin li l-aħjar post għal persuna anzjana hi f'darha stess.", "Għalhekk konna aħna li ħloqna diversi servizzi għall- anzjani fil-komunita` biex ngħinuhom jibqgħu jgħixu f'darhom sakemm hu possibbli li jagħmlu hekk.", "Fl-istess waqt li qegħdin nagħtu prijorita` lill-estensjoni u t-titjib ta' dawn is-servizzi, nafu li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom f'darhom stess l-aktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom.", "Għaldaqstant il-gvern irid jaħseb ukoll f'dawn il-persuni billi jipprovdi djar residenzjali li jissodisfaw il-ħteġijiet ta' dawk li jagħżlu, jew li jkollhom bilfors jgħixu fihom.", "Fil-konsiderazzjoni tagħna għad-djar residenzjali għall- anzjani għandna nżommu quddiem għajnejna l-prinċipji li ssemmew fl- Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li saret f'Diċembru ta' l-1991, li huma independence, participation, care, self-fulfilment and dignity.", "Dawn huma l-prinċipji li jridu jkunu salvagwardati f'kull każ.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-qagħda tad-djar residenzjali għall-anzjani f'pajjiżna, isib li minbarra r-residenza ta' San Vinċenz de Paule li tospita aktar minn 1,000 ruħ, il-gvern għandu djar residenzjali għall-anzjani fil-Furjana, l-Imsida, il-Mosta, iż-Żejtun, il-Gżira u l- Imtarfa, fejn b'kollox hemm rikoverati madwar 400 anzjan.", "B'sodisfazzjon kbir ngħid li llum qiegħed f'pożizzjoni li nħabbar li d-dar ta' Bormla se tinfetaħ uffiċċjalment fit-18 ta' dan ix-xahar u se tkun tista' tospita madwar 78 persuna.", "Nixtieq hawnhekk nagħmel parentesi żgħira fuq din id- dar u nirriferi għall-kumment li għamel l-Onor.", "Silvio Parnis dalgħodu fejn bil-kemm ma tax mertu lill-Partit Laburista għat-tkomplija ta' din id-dar.", "Nista' nassigurah li kellna nagħmlu affarijiet kważi mirakulużi biex inpattu għall-iżbalji li saru u għax-xogħol li kien tant waqa' lura fit-22 xahar ta' tmexxija Laburista.", "Huwa veru li din id-dar ħadet wisq żmien biex tlestiet - din kienet inbdiet fi żmien gvern Nazzjonalista f'Jannar ta' l- 1996, tkompliet taħt gvern Laburista u issa se tkun tista' tilqa' għall- ewwel darba l-anzjani f'dan ix-xahar wara ħafna xogħol li wettaqna matul din is-sena - pero` nassigura lil din il-Kamra u lill-poplu Malti kollu li din id-dar se tkun ġahwra oħra għall-Bormla.", "Żgur li l-poplu tal-Kottonera jixraqlu li jkollu dar bħal din u tajjeb li wieħed hawnhekk jirrimarka li proġett bħal dan igiddeb għal kollox il-propaganda qarrieqa li għamlu l- oppożizzjoni, li gvern Nazzjonalista jittraskura l-poplu tan-nofsinhar ta' Malta.", "Id-dar ta' Bormla hija l-ikbar xhieda ta' l-interess kontinwu li l- Partit Nazzjonalista dejjem kellu u għandu f'din il-parti ta' pajjiżna.", "Matul din is-sena, eżattament f'April, irnexxielna wkoll nerġgħu niftħu d- dar ta' l-anzjani tal-Furjana li x-xogħol fuqha ta' tkabbir u mmoderniżżar kien inbeda taħt amministrazzjoni Laburista iżda x-xogħol kien ħafna lura meta aħna ħadna over f'Settembru tas-sena l-oħra.", "Tant kien lura x-xogħol f'dik id-dar li saħansitra kellna nbiddlu l-kuntratturi.", "Imbagħad jiġi hawnhekk l-Onor.", "Parnis u bil-kemm ma jridx jgħid li din id-dar tlestiet għaliex kien hemm gvern Laburista!", "Waqqafna wkoll task force biex tibda tistudja kif l-aħjar ikun żviluppat kumpless għall-anzjani fil-Mellieħa bil- possibbilta` ta' sħubija mal-privat.", "F'din it-task force hemm rappreżentat il-kunsill lokali tal-Mellieħa li permezz tiegħu l-għaqdiet tal-lokal għandhom ikollhom sehem kbir fit-twettieq ta' dan il-proġett.", "Sur President, djar residenzjali għall-anzjani mhux il-gvern biss għandu, u hawnhekk irrid, b'sens ta' gratitudni kbira, insemmi d-djar għall- anzjani mmexxija mill-knisja li kienet hi l-pijuniera f'dan il-qasam f'pajjiżna.", "Fid-djar residenzjali tal-knisja hemm aktar minn 600 ruħ jgħixu, u hemm ukoll 400 anzjan jgħixu fid-djar immexxija mill-privat.", "Jekk wieħed iħares lejn il-figuri tal-waiting list żgur li jieħu qata'.", "Biżżejjed insemmi li hemm aktar minn 1,000 ruħ jistennew biex jidħlu jew f'San Vincenz de Paule jew fid-djar residenzjali tal-gvern, u hemm madwar 600 anzjan jistennew biex jidħlu fid-djar tal-knisja.", "Meta wieħed jeżamina dawn il-figuri u jħares 'il quddiem bilfors li jirrealizza li s-sitwazzjoni hija waħda mwiegħra u jrid isir pjan kordinat għas-soluzzjoni ta' din il- problema li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tikber.", "Irridu neżaminaw kif jistgħu jiżdiedu l-postijiet għall-anzjani fid-djar residenzjali.", "Il-gvern żgur li mhux se jabdika mir-reresponsabbilta` kbira li għandu f'dan il-qasam, pero` aħna konxji li rridu nsibu alternativi oħra biex jiżdiedu postijiet għall-anzjani fid-djar residenzjali.", "It-triq tal-futur trid tkun f'xi forma ta' sħubija mas-settur privat biex jiġi provdut servizz ta' akkomodazzjoni għall-anzjani li jiggarantixxi kura kwalitattiva li tħares fost affarijiet oħra d-dinjita`, il-privatezza u d- dritt ta' l-għażla tal-persuna anzjana.", "Is-settur privat jista' jiġi mħajjar jinvesti f'dan il-qasam filwaqt li jitwaqfu l-istrutturi meħtieġa li jgħassu l-operat ta' dawn id-djar sabiex l-anzjan jitpoġġa qabel kull interess kummerċjali.", "F'dan ir-rigward irrid ngħid li din is-sena l- ministeru kellu jieħu l-miżura li ma jġeddidx il-liċenzja għal żmien temporanju lil tliet operaturi ta' djar privati għall-anzjani biex niżguraw livell adegwat ta' servizz f'dawn id-djar.", "Triq oħra kumplimentari għandha tkun ukoll il-kollaborazzjoni mad-diversi kunsilli lokali u għaqdiet volontarji.", "Ma jagħmilx sens jekk fil- konsiderazzjoni tal-kura residenzjali f'pajjiżna nħallu barra r-residenza ta' San Vinċenz de Paule.", "It-trasformazzjoni radikali li saret f'din ir- residenza, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' titjib fid-diversi wards, u iktar importanti, fil-kwalita` tal-ħajja li jgħixu r-residenti hija l-ikbar ċertifikat għall-gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista.", "M'għandix żmien biżżejjed biex noqgħod nelenka l-proġetti u t-tibdiliet kollha li rnexxielna nwettqu f'din ir-residenza mill-1987 'l hawn, pero` nixtieq nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet l-iktar importanti u essenzjali li saru f'dan il-post mill- 1987 'l hawn u lista ta' servizzi li hemm ipprovduti għall-anzjani li semmejt aktar kmieni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar xogħol li sar f'San Vincenz de Paule bejn l-1987 u l- 1999; u", "Tagħrif dwar servizzi għall-anzjani u l-għadd ta' residenti fid-djar tal-gvern għall-anzjani u l-waiting lists għall-istess djar fit-30 ta' Novembru 1999.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll fuq fuq dak li rnexxielna nwettqu matul din is-sena, u nibda bl-ikbar proġett li qatt żgur ma sar bħalu f'San Vincenz de Paule.", "Qed nirriferi għall-proġett ta' immodernizzar tas-swali 19 u 20 in-naħa tan-nisa, l-agħar żewġ swali li kien hemm f'din ir-residenza.", "Dan il-block se jinbena prattikament mill-ġdid u għall-ewwel darba se jkun jikkonsisti fi tliet sulari, kull sular b'40 sodda, jiġifieri dan il-block se jkun jista' jospita fih 120 resident.", "Dan il-proġett se jkun il-proġett tal-millennju għal San Vincenz de Paule u nittamaw li x-xogħol kollu jitlesta fiż-żmien stipulat ħalli nkunu nistgħu niftħu dawn il-wards fis- sena 2000.", "Għamilna refurbishment u upgrading tas-swali 7 u 8 n-naħa tan- nisa li kien jinkludi xogħol bħall-istallazzjoni ta' air-conditioning u għamara ġdida.", "Ftaħna wkoll l-istaff dining room li x-xogħol fuqha kien inbeda taħt amministrazzjoni Laburista iżda li kien waqa' ħafna lura.", "Saret manutenzjoni estensiva fil-mezzi tat-trasport u nxtraw żewġ ambulanzi bil-lifters għall-użu tar-residenti.", "Twaqqfu wkoll diversi kumitati, fosthom il-customer care committee li qiegħed jiffunzjona tajjeb.", "Inbdew servizzi ġodda fi ħdan it-team multi dixxiplinarju li jinkludi fih pathologist, speech therapist, dentista u dalwaqt se jkun hemm ukoll social worker.", "Nixtieq hawnhekk nirriferi għal dak li qal dalgħodu l-Onor.", "Silvio Parnis fejn skanta għaliex m'hemmx social worker f'San Vincenz de Paule.", "Jien ngħidlu li sala tista' taqbad u tibniha, kif fil-fatt għamilna, imma social worker ma tistax tibniha.", "Madankollu, issa se nibagħtu wkoll social worker ħalli r-residenti żgur ikunu moqdija minn kull naħa.", "Fil- lista li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra hemm elenkati 26 item li saru mill- 1987 u li jinkludu kisi ta' tarmac, ftuħ ta' swali ġodda u twaqqif ta' dipartiment tal-fiżjoterapija u ta' dipartiment ta' l-occupational therapy.", "Mingħajr ebda partiġġjaniżmu ngħid li minn dawn is-26 item elenkati f'din il-lista, waħda biss saret fit-22 xahar ta' gvern Laburista; il-ftuħ ta' spiżerija ġdida, liema proġett kien diġa` ippjanat fi żmienna u fetħuha fi żmienhom.", "Fi 22 xahar dan li kienu kapaċi jagħmlu, imbagħad jiġu hawnhekk jagħmlu ċerta kritika għal dan il-post li huwa l-ikbar ċertifikat ta' kif jaħdem gvern Nazzjonalsita fil-qasam ta' l-anzjani.", "Il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu għoġbu jagħmel riferenza għal xi press conference li jien tajt fejn fiha ħabbart li se jkun hemm reviżjoni tal- kontribuzzjoni li r-residenti ta' San Vincenz de Paule se jħallsu, liema kontribuzzjonijiet imorru fil-fond tal-welfare committee.", "Dalgħodu l-Onor.", "Silvio Parnis semma dan u qal li kienu żball meta għollew din il- kontribuzzjoni għal 60%.", "U jien ngħid li kellu raġun jammetti li kien żball għaliex dak iż-żmien ir-residenti ma kellhomx il-faċilitajiet u l- kwalita` ta' ħajja li qed igawdu llum.", "Jiena llum inħossni moralment u kuxjenzjożament ġust li se nieħdu din il-miżura għaliex ir-residenti qed jgħixu kwalita` ta' ħajja aħjar.", "Jiena naħseb li aħna ġustifikati nirrivedu dawn ir-rati wara 12-il sena l-ewwelnett minħabba t-titjib kontinwu li kif diġa` spjegajt huwa evidenti fil-kwalita` ta' ħajja li r- residenti qed jgħixu, it-tieni nett minħabba l-fatt li r-rati l-ġodda se jkunu l-istess bħar-rati li l-anzjani jħallsu għad-djar residenzjali tal- gvern, u t-tielet raġuni - u nagħmel enfasi fuq dan - hija l-fatt, li ma jista' jiċħdu ħadd, li f'numru ta' każi l-parti l-kbira tal-pensjoni li jirċievu l-anzjani ma jgawduhiex huma imma jgawduha l-qraba tagħhom.", "Għal dawn it-tliet raġunijiet aħna nħossuna ġustifikati li din ir-reviżjoni għandha tibda issa mill-1 ta' Jannar.", "Nista' nassigura lil kulħadd li l- flus li se jidħlu mill-kontribuzzjonijiet riveduti li se jibdew mill-1 ta' Jannar li ġej se jmorru fil-fond tal-welfare committee biex ikomplu jiġu utiliżati fir-refurbishment tal-kumplament tal-wards u fil-kontinwazzjoni tat-titjib fil-kwalita` ta' ħajja tar-residenti f'San Vincenz de Paule.", "Sur President, l-għan ewlieni tal-politika tal-gvern Nazzjonalista għall- anzjani huwa, li filwaqt li niżguraw l-ogħla livell ta' għajxien għalihom, jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni ta' l-anzjani f'kull settur tas- soċjeta` Maltija.", "L-anzjani jikontribwixxu b'mod sinifikanti għall- iżvilupp ta' l-ekonomija u għandhom jilagħbu parti attiva fit-twaqqif ta' soċjeta` inklussiva permezz ta' djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet.", "F'dan ir- rigward l-anzjani għandhom ikomplu jgħixu fil-qalba ta' l-attivita` soċjali, f'involviment kontinwu fil-komunita` li jgħixu fiha.", "Żgur li għas-sena li ġejja d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani jrid ikompli jaħdem biex jilħaq l-objettivi tiegħu.", "Irridu nassiguraw t-tqassim effiċjenti u effettiv tas-servizzi domiċiljari li huma ntiżi biex jgħinu lill-anzjani jkomplu jgħixu fl-ambjent familjari fil-komunita`, u rridu nkomplu nilħqu l-objettiv biex inwaqqfu day centres f'lokalitajiet diversi bil-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali biex jgħinu lill-anzjani jkomplu jgħixu ħajja attiva fil-komunita`.", "Irridu wkoll nipprovdu faċilitajiet residenzjali lill-anzjani li m'humiex f'pożizzjoni jibbenefikaw mis-servizz komunitarju.", "Irridu nkomplu naraw kif inżommu studju dwar il-ġerentoloġija u nipprovdu faċilitajiet edukattivi bħal korsijiet ta' taħriġ u parteċipazzjoni f'konferenzi nazzjonali u internazzjonali.", "Id-dipartiment irid ikompli jimplimenta ż-żewġ żviluppi prinċipali li kellna ta' importanza partikolari matul din is-sena, jiġifieri t-tisħiħ tar- relazzjonijiet aktar viċin bejn id-dipartiment u s-settur privat biex jinħolqu aktar servizzi residenzjali fit-tmexxija ta' dawn is-servizzi.", "Anke l-għotja ta' kull servizz trid tkun ibbażata fuq il-bżonn u mhux fuq l- eta`.", "Nixtieq li qabel ma naqleb għal qasam ieħor, il-qasam tal-persuni b'diżabilita`, nagħmel riferenza għall-allegazzjoni li għamel dalgħodu l- Onor. Silvio Parnis dwar il-mediċini.", "Qed issir ħafna propaganda qarrieqa għaliex il-gvern irid jaqta' l-abbużi fuq il-karta r-roża u l-karta s-safra.", "M'humiex veru li dawn se jitneħħew, la l-karta r-roża u lanqas is-safra; il-gvern sempliċement irid li min m'huwiex intitolat għalihom ma jeħodhomx.", "L-Onor.", "Parnis semma l-kwestjoni ta' l-iskimmed milk, u jien ngħidlu - peress li kien għadu mhux deputat fl- aħħar leġislatura - li d-deċiżjoni fuq l-iskimmed milk ma tteħditx minn gvern Nazzjonalista imma ttieħdet minn gvern Laburista, u aħna ta' galantomi li aħna ma kkritikajnihomx dakinhar għaliex hija ħaġa ġusta li hekk għandu jkun.", "Issa dawn qed jikkritikawna għaliex il-gvern mhux se jkompli jagħti l-iskimmed milk; provvediment li għamluh huma u issa qed iwaħħluh fuq gvern Nazzjonalista.", "Sa hawn jaslu l-allegazzjonijiet tagħhom, Sur President!", "Fil-ftit ħin li baqagħli nixtieq nikkaverja ftit il-qasam tal-persuni b'diżabilita`.", "Huwa veru li jiena stess ma kontx se ndum wisq nitkellem dwar dan is-suġġett wara l-maratona ta' dibattiti li kellna dwar il-liġi tal-persuni b'diżabilta` imma stennejt li fi tliet sigħat l-oppożizzjoni jsemmu almenu xi ħaġa fuq il-persuni b'diżabilita`, stennejt li jgħidu li per eżempju f'din is-sena ma sar xejn jew li fil-budget m'hemm xejn li jipprovdi għal dawn il-persuni.", "Jien naħseb li la ma semmewhomx, allura huma kuntenti bil-mod kif qed jimxi l-gvern tagħna f'dan il-qasam.", "Sur President, m'iniex se nagħmel xi paniġierku dwar dan il-qasam għaliex kif diġa` għedt, id-dibattitu li kellna f'dawn l-aħħar ġranet waqt l- istadju tat-Tieni Qari ta' l-abbozz ta' liġi dwar opportunitajiet indaqs kien wieħed twil, u għal darb'oħra stabbilixxa l-consensus li hawn hawn ġew, u ngħid jien fil-pajjiż kollu, dwar kif is-soċjeta` tagħna għandha tħares lejn dan il-qasam.", "Kien dibattitu li fih tkellmu numru kbir ta' deputati miż-żewġ naħat imma importanti li nenfasizza d-deċiżjoni li ħa l- Viċi Prim Ministru Gonzi u l-gvern li din il-liġi tmur quddiem il-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali biex hemmhekk tiġi mgħarbla sewwa u jintlaħaq ftehim fuq kull punt ta' diverġenza li jista' jkun hemm.", "Kif qal l-istess Viċi Prim Ministru, din il-liġi se tkun l-ewwel waħda li se tgħaddi minn dan il-parlament is-sena d-dieħla u allura se tkun l-ewwel liġi li ngħaddu fil-millennju l-ġdid.", "Għalhekk naħseb li huwa aktar utli li jiena napprofitta ruħi mill-ftit minuti li baqgħali sabiex nagħti ħarsa lejn il-ħidma ta' din l-ewwel sena u naraw x'hemm proġettat għall-futur.", "Sur President, artiklu 222 tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni jgħid li nadottaw politika fejn servizzi speċjalizzati għall-anzjani jkunu miftuħin ukoll għal persuni b'diżabilita` li għalkemm ta' eta` iżgħar ikollhom l-istess bżonnijiet bħall-anzjani.", "Kif kulħadd jaf, din il-policy bdejna nwettquha bis-sħiħ tul l-aħħar sena u issa dawn is-servizzi qegħdin jingħataw skond il-bżonn u mhux skond l-eta` jew id-diżabilita`.", "Fil-fatt skond risposta għal domanda parlamentari riċenti nsibu li hemm 288 persuna b'diżabilita` taħt is-60 sena li qed jirċievu s-servizz ta' għajnuna fid-dar, 538 li qed jirċievu s-servizz ta' l-inkontinenza, 256 li qed jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare, u 147 li għamlet użu mis-servizz tal-handyman.", "Fl-aħħar sena l-kummissjoni ħadmet b'mod intensiv dwar it-twaqqif ta' qafas amministrattiv li se jkun neċessarju għall-promolgazzjoni tal-liġi dwar opportunitajiet indaqs.", "Matul din l-ewwel sena l-ministeru għall- politika soċjali beda l-proċess biex titwaqqaf struttura adegwata għat- tmexxija u l-iżvilupp ta' ċentri ta' taħriġ għall-adulti.", "Fl-aħħar 12-il xahar, in-numri ta' persuni b'diżabbilita` li attendew f'dawn iċ-ċentri kien hekk: Ħal Far 81, Wied il-Għajn 56, l-Imtarfa 104, Fleur-de-lys 110 u Santa Venera 25.", "Id-dipartiment temm il-proċess biex jiġu mpjegati 34 care worker li jkunu jistgħu jieħdu ħsieb in-numru akbar ta' persuni b'diżabilita` li qed jattendu ċ-ċentri.", "Naħseb li l-akbar żvilupp f'din l-ewwel sena kien il-ftehim li ntlaħaq bejn il-ministeru għall-politika soċjali u l-ministeru ta' l-edukazzjoni li bih l-istudenti li jkunu waslu biex jispiċċaw l-iskejjel speċjali jagħmlu programm ta' transizzjoni qabel ma jimxu lejn il-ħajja adulta taċ-ċentri jew tax-xogħol.", "Irridu li fis-sena d-dieħla nagħtu spinta akbar lil dan il- qasam, u waħda mill-miżuri kontemplati hija li jinbeda x-xogħol fuq ċentri oħra.", "Din is-sena l-kummissjoni ħadmet ħafna biex il-prinċipji ta' l- aċċessibilita` għal kulħadd jitpoġġew fil-prattika.", "Għalhekk sar qbil ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex mill-1 ta' Jannar, 2000 bini miftuħ għall- pubbliku jingħata l-permessi neċessarji biss jekk ikun ċertifikat mill- kummissjoni li jirrispetta dawn il-prinċipji.", "Sur President, aħna nemmnu li l-impjieg ta' persuni b'diżabilita` għandu jkun priorita` għall-ETC.", "Għal dan l-iskop id-direttur eżekuttiv tal- kummissjoni nħatar direttur fuq il-bord ta' l-ETC u min-naħa tagħha din il- korporazzjoni qiegħda tfassal diversi skemi li għandhom iżidu l- opportunitajiet anke għall-persuni b'diżabilita`.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, on a point of order.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, ma xtaqtx inwaqqaf lill- Onor. Mifsud Bonnici mid-diskors li qed jagħmel pero` irrid ngħid li ma kienx korrett meta qal li ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma semma lill- persuni b'diżabilita`.", "Jiena personalment dalgħodu għamilt mistoqsija speċifika dwar jekk inħossux li dan il-budget se jgħolli l-livell ta' l- għajxien partikolarment ta' dawk il-familji li għandhom persuni b'diżabilita`.", "Jiena bħall-Onor.", "Mifsud Bonnici ma deherlix li għandi nidħol f'ħafna diskussjoni, wara kollox il-ħin huwa limitat għal kulħadd.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, proprju wara dan il-point of order jiena nagħlaq billi nistaqsi lill-Onor.", "Coleiro: taħseb li b'dik id-domanda trattajt il-qasam tal-persuni b'diżabilita`?", "Nirringrazzjak, Sur President.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, jien m'għedtx hekk.", "Jien għedt li wara dibattitu sħiħ hawnhekk fuq il-liġi dwar opportunitajiet indaqs - kif qal ukoll l-Onor.", "Mifsud Bonnici - ma deherlix li għandi noqgħod nitkellem wisq fit-tul fuq dan il-qasam.", "(Interruzzjonijiet) Fuq il-budget tista' tagħmel ġimgħa jekk trid titkellem!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Grazzi, Sur President.", "Illum xtaqt niffoka ftit fuq il-vot tal-korporazzjoni ta' mpjiegi u taħriġ, magħrufa minna lkoll bħala ETC, liema vot jammonta għal Lm1.4 miljun, żieda ta' aktar minn 27% fuq is-somma li ġiet allokata s-sena li għaddiet.", "Ma' din iż-żieda rridu nżidu wkoll it-Lm300,000 l-oħra li ġejjin mill-fondi għall-programmi ta' taħriġ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li hawnhekk ta' min wieħed ifakkar li l-għanijiet ewlenin ta' din il-korporazzjoni huma li tipprovdi u tassigura aċċess indaqs għal programmi ta' taħriġ u opportunitajiet tax-xogħol u li tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Il-miri strateġiċi ta' l-ETC huma li tgħin dik li tissejjaħ l- employability, jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li żżid il-potenzjal ta' l- individwu biex dan ikun aktar employable minn min iħaddem.", "Trid ukoll tiżviluppa l-entrepreneurship, jiġifieri tgħin lill-individwi joħolqu x- xogħol għalihom stess u fejn hu possibbli anke għal ħaddieħor, trid tgħin ukoll fl-adattament ta' l-organizzazzjonijiet u l-impjegati tagħhom billi turi kif kulħadd għandu jaġġorna ruħu għall-ħajja kompetittiva tal-lum, ħajja li għandha realtajiet ġodda fejn l-impjegati u min iħaddem irid ikun aktar flessibbli u produttiv.", "Fost l-istrategic goals tagħha, l-ETC issemmielna wkoll il-ħolqien ta' aċċess u ta' opportunitajiet ta' taħriġ u ta' xogħol indaqs għan-nisa u għall-irġiel kif ukoll l-istess kondizzjonijiet ta' ekwita` għal dawk milquta minn żvantaġġi naturali, personali jew soċjali bħal, per eżempju, persuni b'diżabilita`, nies li kellhom jew forsi għad għandhom ukoll problema ta' abbuż ta' alkoħol jew ta' droga, u oħrajn li minħabba reati mwettqa għamlu żmien f'faċilita` korrettiva u għalhekk isibuha diffiċli ħafna li jinserixxu ruħhom fil-ħajja tax-xogħol, partikolarment minħabba preġudizzju u nuqqas ta' fiduċja.", "Sur President, inkunu żbaljati jekk inħarsu lejn l-ETC bħala sempliċement aġenzija tax-xogħol li tabbina n-nies qegħda ma' vakanzi fis- suq tax-xogħol.", "Huwa veru li dan huwa parti integrali mill-ħidma ta' din il-korporazzjoni - fil-fatt hija l-aġenzija ċentrali f'dan il-pajjiż li tgħin biex persuni mingħajr xogħol ikunu ggwidati lejn l-opportunitajiet li jeżistu f'dan il-pajjiż - pero` ir-rwol ta' l-ETC imur oltre u huwa wieħed pro-attiv għaliex din trid tidentifika r-realtajiet tal-ħajja tax-xogħol, mhux biss tal-lum imma fejn jista' jkun anke ta' għada.", "L-ETC trid ukoll tiggwida s-sistema edukattiva tal-pajjiż lejn il-ħteġijiet tas-suq tax- xogħol, mhux biss tal-lum imma anke tal-futur.", "Hi stess trid toħloq il- programmi ta' taħriġ għal min jenħtieġ skills ġodda, trid tidentifika l- potenzjal ta' l-individwi li javviċinawha għall-għajnuna u trid tgħinhom ukoll jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid ukoll li r-rwol ta' l-ETC huwa wieħed li jkollu effett kbir fuq il-qagħda ekonomika tal-pajjiż, nerġa' ngħid, mhux biss tal-lum imma anke ta' għada.", "Sur President, il-korporazzjoni għandha rwol qawwi li tkun il-liasion bejn il-ħajja tal-bankijiet ta' l-iskola u s-suq tax-xogħol.", "Kulħadd jgħid li wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem huwa dak tax- xogħol.", "Meta niltaqa' ma' politiċi barranin, waħda mill-ewwel mistoqsijiet li jagħmlu dejjem tkun dwar ir-rata tal-qgħad f'pajjiżna li bħalissa tinsab fl-inħawi tal-5.5%.", "Meta nsemmi din iċ-ċifra, ħafna mill-barranin jistaqsuni kif jirnexxielna nżommu l-qgħad daqshekk baxx għaliex kulħadd jaf li l-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja għandhom ċifri ta' qgħad ħafna aktar ogħla minn hekk.", "Ngħid il-verita`, it-tweġiba tiegħi - anke jekk tkun forsi mentali u mhux dik li attwalment ngħid - tkun li anke din iċ- ċifra trid tinżel 'l isfel għaliex kull ċifra ta' qgħad hija waħda ta' tħassib meta nikkonsidraw li wara kull numru li jiġi reġistrat fl- istatistika hemm persuna u wara kull persuna l-probabbilta` hi li għandek familja.", "Aħna nafu li ħafna ekonomisti jqisu r-rata ta' 4% bħala full employment għaliex jgħidu li kull pajjiż iġorr l-hekk imsejħa unemployables tiegħu, jiġifieri nies li m'humiex adattati għall-ħajja tax-xogħol minħabba problemi fiżiċi, mentali jew soċjali, nies oħra li m'huma bl-ebda mod interessati li jidħlu fil-ħajja tax-xogħol, u nies li ma jkunux verament mingħajr xogħol pero` jidhru f'din iċ-ċifra.", "Jien nasal biex ngħid, bl- idealiżmu kollu, li jekk illum qed nitkellmu fuq il-konċett ta' employability bħala waħda mill-pilastri tas-suq tax-xogħol, allura anke din ir-rata trid tiġi riveduta.", "Ħalli naraw ftit kif inhi s-sitwazzjoni f'Malta llum.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-employment trends tax-xhur ta' Ġunju sa Ottubru ta' din is-sena jara li l-qgħad żdied u laħaq il-quċċata f'Awissu.", "L-ispjegazzjoni li tingħata hi li f'Lulju il-qgħad dejjem jiżdied minħabba studenti li jispiċċaw mill-iskola u jkunu għadhom ma daħlux fl-ewwel job tagħhom, u din is-sena kellna iż-żieda msejħa artifiċjali tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "L-istatistika turi li l- konswetudni hi li ċ-ċifra tal-qgħad tibqa' dejjem tiżdied minn Awissu 'l quddiem, u tibqa' tiżdied sa Jannar meta jispiċċaw ħaddiema minn xogħol relatat mat-turiżmu tas-sajf u anke ma' xi xogħol staġjonali bħal dak ta' l- ipproċessar tat-tadam u affarijiet oħra ta' l-ikel.", "Pero` din is-sena it- trend tbiddlet u minn Awissu għal Ottubru dan il-pajjiż irreġistra tnaqqis fiċ-ċifra tal-qgħad.", "Bla dubju ta' xejn dan huwa sinjal pożittiv ta' ekonomija li qed tirpilja.", "Fix-xhur li għaddew in-numru tal-gainfully occupied żdied bi kważi 2,000 ruħ, is-settur privat żdied b'2,200 ruħ, filwaqt li s-settur pubbliku niżel b'aktar minn 2,000 ħaddiem.", "Għalkemm din iċ-ċifra tinkludi wkoll iċ-ċaqliq ta' l-impjegati mill-Mid-Med Bank għall-HSBC xorta waħda t-tnaqqis fis- settur pubbliku baqa' dejjem jiżdied.", "U hawnhekk nixtieq ngħid li jenħtieġ naslu għal struttura sostennibbli aktar effiċjenti u li verament tagħtina value for money.", "Sur President, qegħdin naraw shift mis-settur tal-manifattura għal market services - liema servizzi lkoll nafu li jenħtieġu livell ogħla ta' edukazzjoni - u qed naraw ukoll żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil- ħajja tax-xogħol.", "Malta tibqa' b'rata li hija mill-aktar baxxi fejn ta' pajjiżi oħra ta' nisa li jaħdmu, pero` nafu li bil-mod il-mod din iċ-ċifra se titla' 'l fuq hekk kif aktar nisa jitħajru joħorġu jaħdmu.", "Illum diġa` tidher it-trend ġdida li nisa bil-familja jerfgħu mill-attivita` tax-xogħol tagħhom għal ftit snin imbagħad jerġgħu ifittxu job.", "Nafu wkoll li mhux faċli għal dawn in-nisa hekk imsejħa returners li jerġgħu lura wara interruzzjoni ta' snin u għalhekk hemm bżonn li dawn jaġġornaw ruħhom ukoll b'taħriġ.", "Barra minn hekk qed naraw ukoll introduzzjoni ta' telework li se jiftaħ opportunitajiet ġodda għan-nisa li jixtiequ jaħdmu imma ma jridux jew ma jistgħux joħorġu barra minn djarhom minħabba impennji tal-familja.", "Qed naraw li l-qasam tax-xogħol part-time qed jespandi mhux biss għal dawk li jridu jaħdmu ftit sigħat imma anke għal dawk li diġa` għandhom full-time job.", "Dan huwa aspett deċiżivament pożittiv għax l-ebda ekonomija staġnata ma tiġġenera opportunitajiet ta' xogħol part-time.", "Sur President, ix-xogħol ta' kuljum m'għandux biss jindirizza l-ħteġijiet finanzjarji ta' l-individwu imma jrid jindirizza wkoll il-bżonnijiet personali.", "Nitkellmu ħafna fuq job satisfaction and fulfilment u hekk għandu jkum meta tikkonsidra li bniedem irid iqum kull filgħodu, imur fuq il-post tax-xogħol, u jekk ma jagħmilx hekk ma jaqlax l-għajxien ta' kuljum.", "Ngħid il-verita` jien jiddispjaċini ħafna għal dawk in-nies li jridu jmorru f'post tax-xogħol li fih ikunu mdejqin u jagħmlu hekk għal sena wara sena tul ħajjithom kollha.", "Għalhekk hemm bżonn li l- opportunitajiet tax-xogħol li jinħolqu jkunu mhux biss sostennibbli, imma jagħtu wkoll il-job satisfaction.", "In-nuqqas ta' sodisfazzjon u kuntentizza fuq il-post tax-xogħol iwassal għal dak il-fenomenu ta' absenteeism, fejn impjegati jassentu ruħhom mill-post tax-xogħol bl-iċken skuża.", "Sur President, spiċċa ż-żmien li bniedem jidħol f'post tax-xogħol minn eta` żgħira u anke jekk ikun imdejjaq sal-ponta ta' mnieħru, jibqa' hemm sakemm jispiċċa bil-pensjoni, għaliex illum qed naraw dieħel il-fenomenu tal-job mobility fejn ħaddiem jiċċaqlaq bl-għażla tiegħu minn xogħol għall- ieħor.", "Din il-job mobility qiegħda dejjem tiżdied, speċjalment fil- ġenerazzjonijiet żgħażagħ tagħna.", "Fil-fatt hemm numru kbir ta' nies li jersqu lejn l-ETC biex isibu xogħol alternattiv għal dak li għandhom u dan dejjem bil-ħsieb li jsibu impjieg aħjar.", "Għandek min jiċċaqlaq lejn impjieg fl-istess qasam pero` għandek min jitlob taħriġ biex ibiddel it-tip ta' ħidma li jagħmel.", "Hawnhekk l-ETC tipprovdi numru sostanzjali ta' programmi ta' taħriġ, tagħti skills ġodda lil min jenħtieġhom u l- indikazzjonijiet jibqgħu li l-job mobility f'dawn l-aħħar xhur f'pajjiżna baqgħet għaddejja u baqgħet miexja b'ritmu mgħaġġel, sinjal ieħor ta' ekonomija li żgur m'hijiex staġnata.", "Inkompli fuq ir-rwol ta' l-ETC pero` din id-darba abbinat mal-qasam ta' l- edukazzjoni għaliex jidhirli li t-tnejn li huma ma tantx jistgħu jiġu separati, anzi nemmen li r-rwol tal-korporazzjoni hawnhekk għandu jimxi fuq żewġ binarji.", "Fost dawk li l-aktar jirrikorru għand l-ETC biex isibu x- xogħol hemm numru kbir ta' nies li minkejja s-sistema edukattiva li timponi l-klassi ta' l-iskola sa 16-il sena huma lliterati, m'għandhom skills u taħriġ ta' xejn u għalhekk per konsegwenza huma demotivati u jħossu li m'għandhomx futur fil-ħajja tax-xogħol.", "Raġel ta' 30 sena li la jaf jikteb u lanqas jaqra, ovvjament hija problema biex issiblu xogħol, kultant anke biex issiblu xogħol manwali għaliex min iħaddem dejjem jitlob ċerti kwalifiki bażiċi.", "Dawn huma nies li tul is-snin ma ħadu xejn mis-sistema edukattiva tagħna u issa sta għall-ETC biex tgħinhom isibu impjieg.", "Uħud minnhom jitħajru jidħlu għal wieħed mill-courses u jsibu kwalitajiet u kapaċitajiet ġodda li qatt ma kienu jafu li għandhom u għalhekk il-ħtieġa li jsir assessment individwali minn occupational psychologist f'dawn il- każi biex ikunu identifikati kemm il-potenzjal kif ukoll l-aptitude ta' min qiegħed ifittex ix-xogħol għaliex għandna faxxa ta' nies mingħajr kwalifiki u mingħajr skills u jien naħseb li tinserixxi lil dawn in-nies fil-ħajja tax-xogħol tibqa' waħda mill-ikbar sfidi li jkollha tiffaċċja l-ETC fis- snin li ġejjin għaliex ovvjament l-ETC issa trid tipprovdi dak kollu li l- iskola obbligatorja fuq medda ta' 11-il sena ma rnexxilhiex tipprovdi.", "Għandna imbagħad il-long term unemployed, nies li ilhom jirreġistraw għal żmien pjuttost twil, u ż-żgħażagħ li għadhom ħerġin mill-istudji tagħhom u għadhom ma sabux l-ewwel job.", "Hawnhekk irrid ngħid li dawn huma żgħażagħ li nqabbdu f'dik li ngħidulha l-catch 22 situation, kulħadd iridhom bl- esperjenza iżda ħadd ma jrid ikun hu li jagħtihielhom l-ewwel.", "Jien naħseb li rridu naraw kif noħolqu xi mezz ta' inċentiva biex il-first timers isibu l-jobs ukoll.", "Għandna wkoll dawk il-persuni li għandhom xi diżabilita` kemm fiżika kif ukoll mentali, nies bi problemi ta' alkoħol jew droga u oħrajn li xellfu diffrejhom ma' l-awtoritajiet u wettqu xi reat.", "Dawn kollha jidħlu fil-faxxa ta' nies żvantaġġjati li jridu attenzjoni speċjali biex jidħlu fil-ħajja tax-xogħol.", "Nixtieq hawnhekk nappella sabiex tinbidel il-mentalita' ta' min iħaddem u jkollna iktar nies li jgħarfu jagħtu opportunita` lil dawn il-persuni.", "Ma nistgħux nibqgħu nagħtu lip service lill-konċett ta' opportunitajiet indaqs u ta' riabilitazzjoni, noqogħdu nagħmlu liġijiet u programmi imbagħad sfortunatament jibqa' jiżfen fin-nofs il-preġudizzju u nibqgħu fejn inkunu.", "Irridu niftakru li x-xogħol jibqa' l-aħjar mod ta' protezzjoni soċjali għaliex inaqqas il-kriminalita` u problemi oħra li jinħolqu meta bniedem ikun nieqes minn focus, li hu x- xogħol, fil-ħajja tiegħu.", "Sur President, l-ETC trid tkun ukoll proattiva f'dak li tidentifika opportunitajiet ta' xogħol ġodda u taħdem id f'id mas-sistema edukattiva biex il-ħteġijiet tas-suq tax-xogħol ikunu indirizzati.", "Għalhekk il-bżonn tal-korporazzjoni fl-istadju ta' konsultazzjoni anke ta' tmexxija effettiva tal-kuleġġ vokazzjonali ġdid li se jinkorpora fih ħafna setturi.", "Naħseb li jenħtieġ jonqos ukoll il-mismatching fejn ikollna vakanzi ta' xogħol u ma jkollniex nies b'ħiliet li jimlewhom, u jkollna min għandu sengħa jew impjieg li fil-ħajja tal-lum qed isir outdated.", "Illum sirna nitkellmu ħafna fuq restructuring u oqsma ta' xogħol inovattivi, u lkoll nafu li jekk verament irridu nkunu kompetittivi fis-suq globali hemm bżonn li ssir restructuring, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "Nitkellmu ħafna wkoll fuq teknoloġija ġdida, teknoloġija li biddlet il-ħajja tagħna ta' kuljum, pero` fl-istess waqt nafu li hawn nies li għadhom iżommu lura mit-teknoloġija għaliex hemm element ta' biża'.", "Sfortunatament dawn ikunu fost l-aktar nies li għandhom bżonn taħriġ f'dan il-qasam, speċjalment jekk wieħed jikkonsidra dawk li għandhom fuq il-45 sena u ġew redundant u għandhom bżonn kwalifiki ġodda.", "Issa dan kollu li qed ngħid juri li l-ETC verament għandha ħafna xogħol x'tagħmel u għandha fejn tonfoq il-flus allokati lilha fil-budget u mhux l-inqas fil-monitoring biex jitnaqqsu l-abbużi.", "Illum stess qrajna fil-gazzetti li madwar 500 ruħ inqatgħu mir-reġistru ta' nies mingħajr xogħol għax instabu jaħdmu meta kienu jirreġistraw.", "Ilkoll nafu li dan jiġri u kull min jinqabad jikser il- liġi għandu joqgħod għall-konsegwenzi mingħajr eċezzjoni.", "L-ETC trid tkompli ssaħħaħ is-sorveljanza tagħha u naħseb li bil-law enforcement monitoring unit li għandu jitwaqqaf, dan jista' jseħħ.", "Ħalli issa ndur ftit fuq il-koperativi li din is-sena għandhom vot ta' Lm65,000.", "Irrid ngħid li l-gvern preżenti għandu l-għan li jiżviluppa l- ħolqien ta' koperativi ġodda b'mod partikolari fis-settur pubbliku għaliex jemmen bis-sħiħ li permezz tal-koperativi tiżdied l-effiċjenza u l- produttivita` fis-settur pubbliku.", "Fil-fatt huwa parti wkoll mill-proċess ta' ristrutturar u ta' privatizzazzjoni li numru ta' ħaddiema mis-settur pubbliku jifformaw koperativi.", "Il-gvern għandu wkoll interess li jgħin fis- suċċess tal-koperativi, jiġifieri mhux li jarahom jinħolqu mbagħad jitlaqhom mar-riħ, imma li li jipprovdi taħriġ biex il-membri jkunu equipped ħalli jkunu jistgħu jimmaniġġjaw l-ażjenda tagħhom b'mod professjonali għaliex kif nafu lkoll, spiċċa ż-żmien li kollox jgħaddi u li nipprovaw niddubbaw.", "L-anqas ħaġa li nistgħu nieħdu din l-attitudni fiha dan iż-żmien hija l-management għaliex dħalna f'era kompetittiva għall- aħħar u min imexxi jrid ikun kapaċi, effiċjenti u kompetenti inkella malajr imur il-baħar, u n-nuqqas ta' professjonalita` kulħadd jaf li jwassal għall- falliment u għalhekk il-gvern, apparti minn taħriġ bikri, jipprovdi wkoll appoġġ kontinwu u sors ta' konsultazzjoni.", "Meta fi Frar ta' din is-sena twaqqaf il-bord tal-koperativi għas-snin 1999/2001 dan il-bord fil-fatt ingħata l-parir li jerġa' jwaqqaf is-support unit li sfortunatament kien ġie żarmat, bil-għan li dan jgħin fit-twaqqif ta' koperativi ġodda u jgħin ukoll lil dawn il-koperativi jistabilixxu ruħhom fl-ekonomija Maltija.", "Il-bord għandu l-mezzi - kif diġa` għedt is- somma ta' Lm65,000 - biex hu stess ikun jista' jaħdem professjonalment fuq l-iżvilupp tal-koperativi.", "Din is-sena tnediet l-akbar koperativa fis- settur pubbliku, inizjattiva li ħaduha l-ħaddiema tal-laundry ġewwa l- Isptar Monte Carmeli u nistgħu ngħidu li hawnhekk għandna success story.", "Kellna grupp ta' negozjanti żgħar li ngħaqdu flimkien u anke dawn skoprew li flimkien għandhom aktar saħħa, kabbru l-kompetittivita` tagħhom, filwaqt li qed jibbenefikaw minn riżorsi kollettivi.", "Rajna wkoll numru ta' tobba li ffurmaw Touring Medicase Co-Op, professjonisti li wkoll qegħdin jagħtu servizz kollettiv.", "Il-gvern irid isaħħaħ l-moviment koperativ għaliex jemmen li dan il-moviment irid jgħin biex il-koperativi jkunu msejsa fuq il- prinċipji ta' sussidjarjeta` u solidarjeta` u biex flimkien ma' organizzazzjonijiet oħra wkoll jgħin lill-koperativi jaġġornaw u jorganizzaw irwieħhom għall-żviluppi li qegħdin iseħħu fit-teknoloġija ġdida biex jilqgħu l-isfidi tal-futur.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li hemm bżonn ta' aġġornament fil-liġi dwar il-koperativi u ngħid ukoll li hemm bżonn li nsibu metodi aktar flessibbli, aċċessibbli biex l-attivita` kummerċjali fil- qasam koperativ issib l-għajnuna li għandha bżonn, pero` fl-aħħar nett ngħid li l-ħolqien ta' aktar koperativi għandu jkun inkorraġit għax dejjem jagħti vuċi aktar qawwija lill-ħaddiema jiffurmaw parti minnhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, f'dawn il-ftit minuti li ġejjin xtaqt niffoka ftit fuq żewġ materji prinċipali li l-kollegi ta' l- oppożizzjoni dalgħodu fi tliet sigħat ta' dibattitu ma kellhomx id-diċenza jagħmlu riferenza għalihom, żewġ oqsma kruċjali u fundamentali fit-tfassil ta' politika soċjali ta' pajjiż.", "Dalgħodu smajna tliet sigħat ta' dibattitu fejn fihom kelliema ta' l- oppożizzjoni pprovaw jiġġustifikaw l-operat tagħhom meta kienu fil-gvern fid-dawl tal-ġustizzja soċjali - frażi li tant nisimgħu, nużaw u forsi anke nabbużaw - u fid-dawl tar-ruħ soċjali li l-gvern għandu jew m'għandux.", "Smajna tliet sigħat ta' diskors fejn kellna ħafna biki tal-kukkudril u theżżiż ta' snien, għall-miżuri mħabbra f'dan il-budget.", "Ikun tajjeb li hawnhekk wieħed ifakkar li ċerti miżuri mħabbra f'dan il-budget kellhom jittieħdu għaliex fi żmien gvern preċedenti d-dejn tħalla jespandi sa tali mod u b'tali rata li issa bilfors irridu nieħdu dawk l-azzjonijiet korrettivi neċessarji biex inpattu għall-għemil negliġenti ta' ħaddieħor.", "Kif kulħadd jaf, ħadd ma jagħti minn dak li m'għandux; jekk il-kaxxa ta' Malta sibniha magħsura, ma nistgħux nippretendu li wara l-ewwel 12-il xahar aħna nagħmlu l-mirakli u nroxxu l-flus.", "Pero` minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji ta' dan il-budget - u hawn hu s-sabiħ tal-filosofija ta' dan il-partit fil-gvern u għalhekk jiena kburi li nimmilita f'dan il-partit - il-gvern ma ttraskurax il-qasam soċjali ta' pajjiżna, anzi saħħaħ dan il- qasam b'miżuri konkreti, u se ngħid kif.", "Jekk aħna rridu nkunu gvern responsabbli u serju, aħna fid-dmir li niżguraw li 20 jew 30 sena oħra l-pensjonijiet ikunu sostenibbli, li meta dawk ta' l-eta` tiegħi jew uliedna jiġu biex jieħdu l-pensjoni, ikollhom pensjoni x'jieħdu u fuq xiex iserrħu moħħhom.", "Irridu niżguraw li jkollna soċjeta` ċivili, li ma tħalli lil ħadd warajha, li tagħti kas lid-dgħajfa u lil min ma jistax iġorr piż waħdu fuq spalltu.", "Dik hija l-ġustizzja soċjali.", "Il-ġustizzja soċjali hija dik il-filosofija li tipprova tieħu t- triq tas-sewwa bejn l-ideoloġija materjalista fejn il-flus huma kollox, u l- filosofija Marxista li titfa' kollox f'qafas wieħed u titratta lil kulħadd indaqs meta minn ewl id-dinja il-ġustizzja titlob li inti tgħin lil min hu l-aktar fil-bżonn.", "Sur President, jiena għadni skantat kif ħadd mill-oppożizzjoni ma semma' x'għamel dan il-gvern matul dawn l-aħħar 12-il xahar fil-qasam tad-droga, fil-qasam tal-kura u s-servizzi li jingħataw lill-vittmi ta' l-abbuż tad- droga, ta' l-alkoħol u ta' dipendenzi oħra.", "Ħadd mill-kelliema ta' l- oppożizzjoni ma semma' l-volontarjat u l-pjanijiet li dan il-ministeru diġa` ħabbar.", "Ir-raġuni għal dan hija li n-naħa l-oħra jistħu jammettu li f'dan il-qasam soċjali ġrejna bihom, lanqas biss tgħaddilhom minn moħħhom li l-politika soċjali tinkludi d-dmir tal-gvern li jassisti, u mhux bil- kliem biss, lill-vittmi tad-droga u jipprepara lil dawk li huma prone li għada pitgħada jkunu vittmi ta' l-abbuż tad-droga u l-alkoħol.", "U bir-raġun li ma jsemmux x'għamel dan il-ministeru f'dawn l-aħħar 12-il xahar fl- għajnuna lis-Sedqa, lill-OASI u lill-Caritas, għaliex l-unika darba li s- Sedqa tnaqqsilha l-budget kien fl-1998 meta kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern, għaliex l-unika darba li s-Sedqa spiċċat lanqas biss kellha flus biex tħallas il-pagi kien fi żmien il-gvern Laburista, u għaliex l- uniċi drabi li s-Sedqa żdidilha l-budget kien fi żmien gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt għas-sena d-dieħla, dan il-ministeru qed jipproponi żieda ta' xejn inqas minn Lm770,000 - żieda ta' Lm30,000 fuq is-sena li għaddiet - kontra s-Lm700,000 li ġew ivvutati fl-1997 fi żmien il-gvern Laburista.", "Mela fejn hu d-dmugħ tal-kukudrill li kienu jxerrdu għall-vittmi tal- barunijiet tad-droga?", "Fejn huwa t-tagħfis ta' qalb l-oppożizzjoni fil- ġlieda kontra dik li nistgħu nsejħulha l-pjaga tas-seklu?", "U dan apparti żidiet oħra lil, per eżempju, l-SWDP, li minn Lm415,000 għas-sena d-dieħla qed jiġu vvutati Lm440,000.", "Sur President, xtaqt li niffoka ftit fuq is-Sedqa u ngħid x'kienet l- attivita` u x'inhuma l-pjanijiet għax-xhur li ġejjin ta' din l- organizzazzjoni pjuttost żagħżugħa li proprju għadha kemm iċċelebrat il- ħames snin mit-twaqqif tagħha.", "L-ewwel sfida prinċipali ta' dan il-gvern f'dan il-qasam tal-ġlieda kontra l-abbuż mid-droga u l-għajnuna lill-vitmi tad-droga, kien it-tisħiħ tal-qafas legali bi ħsieb li jfassal struttura ta' liġijiet, struttura ta' regolamenti li jirriflettu r-realtajiet moderni marbutin ma' l-użu ħażin ta' sustanzi illeċiti.", "Dan kien pass kuraġġuż u għamilnieh.", "Ħafna drabi pass kuraġġuż ma tagħmlux biex tieħu l-prosit, imma għax temmen fih, u aħna nemmnu f'dak li ngħidu għax kellna l-kuraġġ nintroduċu regolamenti ġodda sabiex id-divertiment taż-żgħażagħ ikun wieħed aktar san u inqas riskjuż.", "Dan huwa mertu tas-social affairs committee li fih ġie dibattut però mertu wkoll tal-viżjoni ta' dan il-ministeru li kellu l-kuraġġ jaffronta din il-problema u kif jgħidu bil-Malti safi \"jaqbad il- barri minn qrunu\".", "Fl-ewwel 12-il xahar ta' dan il-gvern, il-ħidma tiegħu kienet ibbażata fuq diversi inizjattivi mill-aġenzija Sedqa.", "Kellna inizjattivi sabiex isaħħu s-servizzi u l-programmi preventivi u riabilitattivi eżistenti kif ukoll - għax hemmhekk il-progress - l-introduzzjoni ta' programmi u servizzi ġodda.", "Per eżempju, proprju l-bieraħt lura ġie ntrodott uffiċjalment - però kien ilu għaddej bħala pilot project għal diveri xhur - programm ġdid ta' prevenzjoni sekondarja fl-iskejjel post sekondarji, b'enfasi speċjali fuq tfal b'riskju ta' dipendenza.", "Dan il-programmm imsejjaħ \"Storm\" għax proprju huwa sintomatiku tal-qalba psikoloġika li jgħaddi minnha żgħażugħ mill-età ta' tfajjel għall-età post-adoloxxenti.", "Huwa mmirat għal dawk iż-żgħażagħ li huma l-iktar prone li għada pitgħada jkunu vittmi ta' l-abbuż tad-droga.", "J'Alla l-iskejjel post-sekondarji kollha f'pajjiżna jipparteċipaw f'dan il-programm.", "Kif ħabbar il-bieraħt lura l-Viċi Prim Ministru, mill ftit żmien li ilu jiġi mħaddem ir-response kien wieħed ferm aktar tajjeb milli wieħed qatt seta' jistenna.", "Xejn inqas min 25 żagħżugħ u żagħżugħa ta' età pjuttost żgħira kienu identifikati.", "Dawn huma persuni li potenzjalment għada pitgħada, sena jew tliet snin oħra jistgħu jaqgħu f'din il-misħuta nassa ta' l-abbuż tad-droġa.", "Jiġifieri għandna 25 persuna inqas minn fuq il-lista li għada pitgħada jista' jimmira lejhom t-traffikant tad-droga.", "Tajjeb li nagħtu mertu ta' dan lis-social affairs committee għax din ukoll kienet inizjattiva li ħarġet minn spunt imqanqal waqt id-dibattiti f'dan il-kumitat.", "Tajjeb ngħidu wkoll li b'dan il-programm qed tiġi indirizzata l-wegħda elettorali 158 tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Kellna inizjattivi ġodda bħal dik ta' \"outreach\" immirata lejn prevenzjoni primarja fil-komunità.", "U tajjeb li nispjegaw il-programm primarju, is-sekondarju u t-terzjarju għax bil-programm ta' prevenzjoni sekondarja is-Sedqa pprovat timla vojt bejn il-prevenzjoni primarja - dik indirizzata lejn il-popolazzjoni in ġenerali - u l-programm terzjarju mmirat lejn dawn li diġà qegħdin fil-problema ta' l-abbuż tad-droga.", "Kellna gap ta' min għad ikun vittma jew potenzjalment jista' jkun li ma kenitx qed tiġi indirizzata.", "Issa b'dan il-programm ġiet indirizzata.", "Kellna wkoll it-tisħiħ tas-servizzi ta' l-alkoħol u dawk immirati lejn il- familji ta' dipendenti fuq id-droga u/jew l-alkoħol.", "Skema interessanti ħafna li nfaħħarha għal mitt darba hija l-iskema professjonali ġdida ta' referral għal żgħażagħ arrestati mħaddma bejn il-pulizija u s-Sedqa.", "F'din is-sistema li bdiet titħaddem minn Lulju ta' din is-sena, community worker ta' Sedqa jkun on call tista' tgħid il-ħin kollu biex wara li l-pulizija tkun arrestat u interrogat persuna li tkun suspettata li kkommettiet reat, jekk jirriżultalhom li dan kien qed jikkommetti dan ir-reat minħabba l- problema tad-droga li għandu - u ħafna drabi nafu li ħafna serq isir biex imantnu l-vizzju tad-droga - id-drug squad tirriferih dak il-ħin stess lis- Sedqa.", "Allura appena tispiċċa l-interrogazzjoni jiġi community worker jinvista lil din il-persuna, ovvjament jekk din il-persuna arrestata tkun trid, sabiex mill-ewwel jibda l-programm ta' kura.", "U hawn nawgura lill- pulizija, speċjalment lill-pulizija tad-drug squad, li jħaddmu dan il- programm bis-serjetà għax dan jista' jagħmel id-differenza bejn bniedem li jibqa' jippersisti fin-nassa ta' l-abbuż tad-droga u allura fin-nassa tal- kriminalità, li ħafna drabi jkunu petty thefts, u bniedem ieħor li jqum fuq saqajh u jgħid li għada jrid ikun aħjar mil-lum u jwaqqaf din il-ħajja ta' kriminalità.", "J'Alla l-pulizija jimplimentawha bis-serjetà.", "Kellna t-tisħiħ ta' programmi preventivi fuq il-post tax-xogħol, per eżempju, is-SAFE Programme, is-substance abuse free environment.", "Tajjeb li nfakkru u nfiehmu, kif kelli x-xorti nindirizza konferenza tas-Sedqa fis- sajf li għadda, li dan il-programm huwa intiż sabiex l-employer, malli jinduna li impjegat qed jabbuża mid-droga, mhux ikeċċih mill-ewwel, instant dismissal li ħafna drabi mbagħad tiġih iz-zalza ogħla mill-ħut, għaliex l- employer ikun investa tant xhur fit-training ta' dik il-persuna, u meta jkeċċih se jkollu jerġa' jibda kollox mill-bidu.", "Allura b'dan il-programm in kollaborazzjon mas-Sedqa ikun jista' jgħin lill-individwu aħjar, mhux sempliċement biex joħroġ mill-problema tad-droga, imma anke biex ikun pro- attiv fuq il-post tax-xogħol.", "F'dawn l-aħħar 12-il xahar tnediet website interessanti u informattiva tas-Sedqa fejn ingaġġat numru ta' gradwati ta' psikoloġija u social workers sabiex tlaħħaq mal-ħteġijiet tal-klijenti.", "Akkwistat faċilitajiet ġodda f'Ħal-Lija u f'Ħal Balzan għas-servizzi ta' kura ta' l-istess aġenzija.", "Kien hemm l-iżvilupp ta' l-alcohol community services għal problem drinkers u għal dawk bi problema inqas kronika.", "Twaqqfet il-kooperattiva residenti tal-komunità ta' Santa Marija biex ir-residenti li qed isegwu programm residenzjali fil-kura tad-droga jipparteċipaw fl-iżvilupp tagħhom stess billi anke jaraw il-frott tal-ħidma tax-xogħol tagħhom.", "Ġiet introdotta marketing policy biex il-pubbliku jkun mgħarraf aħjar bis-servizz li qed tipprovdi s-Sedqa.", "Qed naraw Sedqa aktar pro-attiva għax il-gvern li jemmen fis-sussidjarjetà qed jimplimenta dan il-prinċipju bl-appoġġ finanzjarju, billi żied il-fondi li jagħti lis-Sedqa, lill-Oasi u lill- Caritas.", "Jekk tippermettuli nagħmel suġġeriment, j'Alla s-Sedqa tinvolvi ruħha anke fil-qasam tal-homeless.", "Hawn ħafna żgħażagħ, speċjalment dawk li jlestu l-programm ta' rehabilitation minħabba l-abbuż tad-droga, li ma jkollhomx fejn joqogħdu għax m'għandhomx familja jew inkella għax familthom tkun ċaħħdithom.", "Naħseb tajjeb li s-Sedqa in conjunction ma' dipartimenti oħra tinvolvi ruħha anke f'dan il-qasam.", "Ftit ġimgħat ilu kellna wkoll it-twaqqif tal-kummissjoni nazzjonali dwar l-abbuż tad-droga, l-alkoħol u dipendenzi oħra, preseduta mill-maġistrat Meli u komposta minn membri ġejjin minn firxa wiesgħa ta' kompetenzi, bħal psikjatrija, l-istudju taż-żgħażagħ, psycology u neuropharmacology.", "Tajjeb li wieħed jgħid li wara l-kummissjoni li kellna fl-1994, imwaqqfa wkoll minn Gvern Nazzjonalista, mill-ministru ta' dak iż-żmien l-Onor.", "Louis Galea, li kienet wasslet għat-twelid tas-Sedqa, din il-kummissjoni ridimensjonata u b'termini ta' riferenza aktar adatti għar-realtajiet tal- lum trid tara, per eżempju, kif il-profil ta' persuna li tabbuża mid-droga huwa differenti ħafna minn dak ta' ħames snin ilu.", "Illum għandna l-konċett tal-polydrug user, m'għandniex wieħed li juża l-kokaina biss, l-eroina biss, il-cannabis biss imma jħallat u jagħmel cocktail.", "Illum għandna d- drug addict bi problemi ta' dual diagnosis jiġifieri jkollu kondizzjoni psikjatrika minħabba storja ta' dipendenza fuq id-droga, u allura hawnhekk naħseb li hija importanti l-kollaborazzjoni bejn is-Sedqa u Mount Carmel Hospital biex jintroduċu l-half-way houses.", "Permezz tax-xogħol tiegħi professjonali naf b'każijiet ta' nies li la jkun posthom Mount Carmel biss u lanqas ikun posthom f'komunità residenzjali biss, allura hemm bżonn ta' half-way institutions.", "Illum għandek ir-relazzjoni bejn l-injezzjoni tad-droga u t-tixrid ta' mard infettiv u għandek il-fenomenu tad-drogi sintetiċi u tajjeb li nsemmu l-kampanja li s-Sedqa se tagħmel minħabba l-millennium parties li ġejjin.", "Tajjeb li din il-kummissjoni se teżamina wkoll il-qagħda tas-servizzi eżistenti, u trid tara kif tindirizza n-nuqqas ta' servizzi għall-individwi bi problema ta' dipendenza fuq il-logħob ta' l-azzard.", "L-użura hija pjaga kbira u jiena nibqa' nħambaq li dan il-misħut vizzju ta' l-użura jsir reat ad hoc fil-kodiċi kriminali b'penali anke ta' konfiska ta' proprjetà.", "Tixb' tara familji meqruda, familji mkissra minħabba dawk li jeżerċitaw l- użura li bla skrupli ta' xejn jheddu u ħafna drabi jivvittimizzaw u jaggredixxu persuni dgħajfa minħabba s-self b'interessi esaġerati.", "Din il-kummissjoni trid teżamina wkoll x'benefiċċji jista' jkun hemm bit- twaqqif ta' qorti tad-droga, ħaġa li ilni nitkellem fuqha u semmejtha anke meta indirizzajt il-konferenza tas-Sedqa s-sajf l-ieħor.", "Id-drug squad kienu suċċess f'Miami, fi Florida u huwa importanti li jkollna qorti li tittratta biss każijiet relatati mad-droga.", "Il-volontarjat ma ssemmiex min-naħa l-oħra, ħadd mill-Oppożizzjoni ma semma kif dan il-gvern għas-sena d-dieħla qed jipproponi nfiq ta' aktar minn Lm1.8 miljun fuq programmi u inizjattivi ta' ħarsien soċjali.", "Ħadd ma semma ż-żieda ta' Lm30,000 lill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità!", "Ħadd ma semma li nbeda x-xogħol fuq programm residenzjali ġdid għal żgħażagħ ġuvintur li jkollhom bżonn appoġġ professjonali biex ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità kronika!", "Is-settur tal-volontarjat huwa s- sinsla tas-servizz ta' appoġġ fil-pajjiż u l-gvern żied in-nefqa b'aktar min Lm270,000 f'għajnuna lill-NGO's għas-sena d-dieħla.", "Ejja nagħtu l- eżempji għax tan-naħa l-oħra nsewhom.", "Il-moviment ta' Kana minn Lm12,000 se jieħu Lm30,000; id-Dar Qalb ta' Ġesu' minn Lm6,000 se tieħu Lm14,000; l-OASI minn Lm31,000 se tieħu Lm43,000; l-Osanna Pia Hostel minn Lm8,000 se tieħu Lm55,000; ir-Richmond Fellowship Foundation minn Lm36,000 se tieħu Lm75,000 is-sena d-dieħla; l- Azzjoni Kattolika għotja ta' Lm2,000; Moviment Azzjoni Soċjali għotja ta' Lm27,000; id-Down Syndrome Group għotja ta' Lm1,150; l-Eden Foundation se tieħu somma fenomenali għax minn Lm20,000 se tieħu s-somma ta' Lm150,000, qabża ta' kważi għaxar darbiet aktar.", "Dawn iġibu total ta' Lm704,000 kontra s-somma ta' Lm433,000 li ħadu qabel.", "Dan l-impenn finanzjarju jirrifletti l-kuxjenza soċjali ta' dan il-gvern, Sur President!", "Jekk Alla jrid wara d-dibattiti li kellna fil-ministeru għall-politka soċjali nistgħu ngħidu li fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla se tiġi varata l- liġi li tirregola l-volontarjat, fejn se jkun hemm ir-rikonoxximent ta' dan is-settur mill-Istat.", "Din il-liġi se tispeċifika l-istatus fiskali ta' l- għaqdiet volontarji biex il-membri tal-kumitati ma jkunux responsabbli personalment għall-obligi ta' l-għaqdiet.", "J'Alla din il-liġi tawspika wkoll aktar kollaborazzjoni bejn il-housing authority, l-ETC, l-NGO's u l- welfare department biex ikollna approach ħolistiku.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li dan il-gvern miexi fid- direzzjoni tajba anke fil-qasam soċjali.", "Il-progress ekonomiku jimxi id f'id mal-progress soċjali u l-progress soċjali jfisser progress ekonomiku, u progress ekonomiku ma jistax ikun mingħajr progress soċjali.", "Dik hija l- ġustizzja soċjali, il-politika soċjali għal dan il-gvern saret il-qies li bih il-gvern qed jimplimenta l-programm elettorali li l-poplu Malti vvota għalih is-sena l-oħra.", "Poġġejna fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tagħna lill- bniedem u lil familtu.", "Hekk irridu, hekk wegħedna, hekk qed nagħmlu u hekk se nkomplu nagħmlu.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi. l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, l-iskop ta' l-eżerċizzju tal- budget, dak li jonqos id-deficit, wieħed malajr jista' jifhmu meta jara l- mission statement taħt dan il-ministeru għal dak li jirrigwarda social security u jsib il-kliem:", "\"In order to avoid all possible hardship to those who need them.\"", "Din hija proprju r-raġuni għaliex huwa importanti li jonqos id-deficit, kif diġà qal l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici qabli.", "Għaliex jekk wieħed iħares lejn l-estimi għas-sigurtà soċjali, wieħed isib li filwaqt li n- nefqa reali fis-sena li għaddiet kienet ta' Lm18.6 miljun, in-nefqa li hija proġettata għas-sena d-dieħla hija ħafna ogħla.", "Għalhekk huwa importanti li jonqos id-deficit sabiex wieħed ikun jista' jżomm kelmtu mal-pensjonanti u ma' kull min jinħtieġ l-għajnuna soċjali.", "Importanti li wieħed jittratta l-problema kbira ta' l-akkomodazzjoni, u jekk wieħed iħares lejn dan is-settur jinduna kemm huwa importanti li fis- sena li ġejja ssir l-amalgamazzjoni bejn id-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali, l-awtorità tad-djar kif ukoll id-dipartiment għat- tiswija u l-bini tad-djar.", "Permezz ta' din l-amalgamazzjoni jkun hemm sistema waħda ta' punti li jingħataw lill-applikanti sabiex tonqos l- inċertezza ta' l-istess applikanti u s-sistema tkun iktar trasparenti.", "Dan il-gvern, kuntrarjament għal dak li għamel il-Gvern Laburista, qiegħed jipproġetta li jkollu diversi postijiet għall-kiri proprju immirati għal- lower income groups.", "Ovvjament il-gvern jipprova jsib soluzzjonijiet immedjati għal dawk li jkollhom il-problemi soċjali, imma b'danakollu m'għandux jissagrifika serjetà u ħsieb fit-tul f'dan il-qasam.", "U għalhekk il-gvern preżenti ħa ħsieb li jwaqqaf ir-research and policy development unit.", "L-awtorità tad-djar nidiet diversi skemi importanti u huwa importanti li l-poplu jkun jaf iktar bihom.", "Fost dawn hemm skema dwar għotja għal xogħlijiet ta' rranġar u titjib fi djar privati mill-inkwilini; skema dwar għotja għal xogħlijiet ta' rranġar u titjib fi djar privati okkupati jew li se jiġu okkupati mis-sidien u self sussidjat.", "Ġiet imġedda skema dwar għajnuna finanzjarja għal xogħlijiet ta' titjib fir-residenzi okkupati minn persuni b'diżabilità, u tajjeb li wieħed jgħid li din l-għajnuna issa telgħet għal massimu ta' L2,800.", "Hemm skema dwar sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar fi djar proprjetà tal-gvern.", "Skema oħra ta' kera sussidjata fuq residenzi privati u proprju f'din l-iskema d-dħul annwali ta' l- applikant tela' sa Lm5,000 u l-applikant ma jridx ikollu issa assi kapitali ta' aktar minn Lm12,000.", "Is-sussidju annwali fuq il-kera tela' minn massimu ta' Lm215 għal Lm315.", "Skema oħra li kienet importanti hija dik dwar l-għoti ta' self sussidjat fuq Lm5,000 bir-rata ta' 3.5% fis-sena lis-sidien ħalli jirranġaw id-djar vojta li għandhom bżonn ta' titjib, ħalli mbagħad jinkrew liċ-ċittadini Maltin.", "Skema oħra hija dwar kera sussidjata fuq residenzi privati u skema oħra dwar xiri ta' proprjetà privata mill-Awtorità tad-djar.", "F'Marzu li għadda l-Awtorità tad-djar talbet applikazzjonijiet mingħand sidien ċenswalisti perpetwi ta' postijiet privati vojta li jixtiequ jbigħulha din il-proprjetà li fil-fatt applikaw għaliha 29 applikant.", "Kien hemm anke l- iskema dwar l-istallazzjoni ta' lifts fil-proprjetà tal-gvern li għall-bidu kienet ristretta għall-Belt, il-Furjana u l-Kottonera, imma bħala parti mill-attivajiet ta' din il-ġimgħa dedikata għall-persuni b'diżabilità, l- Awtorità tad-djar qed testendi l-iskema ta' l-istallazzjoni ta' lifts f'entraturi ta' appartamenti residenzjali li huma mibnija mill-gvern fil- lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex li fihom qed tgħix xi persuna b'diżabilità li għandha problemi ta' mobilità.", "Meta wieħed jara dan l- impenn malajr jifhem kemm fil-qasam tad-djar il-gvern qed jagħmel ħiltu kollha.", "Tajjeb li n-nies jifhmu li meta jkollhom problema ta' akkomodazzjoni li tista' tissolva permezz tad-diversi skemi ta' l-Awtorità tad-djar huwa aħjar li jiġri hekk u mhux jippretendu li bilfors jingħataw post alternattiv.", "L-Awtorità tad-djar għamlet 210 spezzjoni fil-Belt Valletta, il-Furjana, il-Kottonera u l-Kalkara, f'dawk il-postijiet li r- residenti tagħhom għandhom applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva mad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali peress li kellhom xi periklu.", "Għalkemm numru minn dawn ir-residenti kkwalifikaw taħt xi skema ta' l- awtorità , dawn l-okkupanti insistew li jridu post alternativ u ma ridux jipparteċipaw taħt l-iskemi ta' l-awtorità tad-djar.", "U dan huwa wieħed mill-eżempju fejn il-poplu jrid jikkopera iktar mal-gvern fil-qasam tad- djar.", "Sur President, id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali f'sena waħda għamel ma' l-2,139 inspection.", "U din mhijiex ċajta!", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-istock li għandu d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali huwa pjuttost limitat.", "Fil-fatt saru biss 163 allokkazzjoni meta n- numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem id-dipartiment huwa ta' 3,274.", "Imma tajjeb wieħed jgħid li l-awtorità qiegħda żżid ir-ritmu tagħha u fis- snin li ġejjin se jitqassmu madwar 400 post f'Pembroke, għexieren ta' postijiet f'Ħal-Luqa, f'Bormla, fil-Fgura, fil-Qawra, fl-Imtarfa, fil-Mosta u f'San Ġiljan.", "Fil-mission statement jingħad li:", "\"The department of housing, construction and maintenance will retain its primary role of developing new housing units on behalf of the Housing Authoirty.", "These include major projects at Pembroke and slum clearance projects at Valletta, Cospicua, Msida, Floriana, Vittoriosa and Tarxien.\"", "Dan huwa importanti mhux tant għal dak li jirrigwarda l-qasam soċjali, imma għal dak li jirrigwarda l-kultura ta' l-ibliet f'pajjiżna fejn huwa meħtieġ li ssir demolition.", "Huwa importanti li dawn l-ibliet ma jibqgħux ħerġin in- nies minnhom u jsiru ghost towns bħalma hu l-każ fil-Kottonera.", "Però issa fil-Kottonera qed isir iktar impenn min-naħa ta' l-Awtorità tad-djar u tajjeb li jsir l-istess fil-Belt u fil-Furjana.", "Il-kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera dalwaqt se ttippreżenta r-rapport finali tagħha u punt importanti ieħor għal dak li jirrigwarda l-qasam tad-djar huwa li fis-sena li ġejja se tiġi organizzata konferenza nazzjonali dwar il-housing.", "Dan għandu jgħin biex filwaqt li wieħed ikompli jittratta l-problemi li jinqalgħu minn ġimgħa għall-oħra jkun hemm iktar ħsieb fit-tul f'dan il-qasam.", "Ix-xahar li għadda kien hemm konferenza organizzata miċ-Chamber of Architects and Civil Engineeers dwar housing affordability in Malta u tajjeb li wieħed jaqra l-iskop ta' din il- konferenza: \"The conference aims at looking at housing in Malta from different perspectives including the involvement of the private sector, the provision of housing stock to match various income brackets\".", "Filwaqt li l- gvern veru qed jimpenja ruħu f'dan il-qasam, bħalma jgħid il-programm elettorali tiegħu, huwa importanti wkoll li jkun hemm iktar involviment mis- settur privat.", "Qasam ieħor li xtaqt nitkellem dwaru huwa l-qasam tas-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Skantajt mhux ftit kif il-ħames kelliema ta' l- Oppożizzjoni mill-Partit Laburista li jriduha ta' partit tal-ħaddiema lanqas għamlu l-iċken riferenza għal dan is-suġġett.", "Imbasta bid-dmugħ tal- kukkudrilli joqogħdu jiġġieldu għad-drittijiet tat-trade unions!", "Tajjeb li wieħed jgħid li terz tal-ħin tal-ħaddiema wara kollox huwa fl-istess post tax-xogħol.", "Fl-1998 kien hemm madwar 5,500 inċident li 800 minnhom kienu serji u 12 minnhom kienu fatali.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta' dawn l-inċidenti jsib li 73% jiġru f'siti ta' quarrying, construction, manufacturing u commerce, u 57% ta' dawn l-inċinċidenti jiġru lil- labourers.", "Wieħed isib ukoll li 78% tal-kawżi ta' dawn l-injuries huma minħabba impatt ma' oġġetti kif ukoll minħabba waqgħat mill-għoli.", "Sur President, fl-1940 kienet għaddiet il-Factories Ordinance u diġà kien hemm is-safety unit fid-department of labour kif ukoll l-occupational health unit fid-dipartiment tas-saħħa.", "Kienet l-Amministrazzjoni Nazzjonalista li fl-1994 għaddiet minn dan il-Parlament l-Occupational Health and Safety (Protection) Act li ma baqgħetx tittratta biss il- fabbriki imma bdiet tittratta l-postijiet tax-xogħol kollha.", "Twaqqfet kummissjoni li kellha diversi funzjonijiet fosthom li tagħti pariri u informazzjoni u kellha wkoll poteri ġudizzjarji, fejn permezz ta' diversi spetturi setgħet tinforza dawn il-liġijiet u kien hemm anke żieda fil- penali għal min kien jiksirhom.", "Fl-1995 kien hemm amalgamazzjoni ta' żewġ units li semmejt fid-department of labour u fid-dipartiment tas-saħħa.", "L- istatistika turi li f'sena waħda biss din il-kummissjoni għamlet 2,012-il eżami mediku fuq ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, 638 spezzjoni ta' postijiet tax-xogħol u kienet responsabbli wkoll għall-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni ta' 7,069 kimika proċessata.", "Kien hemm ukoll ħruġ ta' ċertifikati ta' apparat proċessat fil-każ ta' 1,545.", "Ovvjament dawn il- figuri jixhdu kemm sar xogħol f'dan il-qasam anke fis-sena li għaddiet.", "Meta wieħed iħares lejn l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam isib kif mis-snin sebgħin l-Unjoni Ewropea kienet diġà tinforza l-liġijiet dwar dawn l-oqsma.", "Iktar riċenti kien hemm community programme for safety hygene and health at work li jinkorpora s-snin 1996 sas-sena 2000.", "Hemm diversi liġijiet oħra li ġew nforzati tul is-snin mill-Komunità Ewropea.", "Per eżempju, fl- 1989 kien hemm leġislazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet ta' min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiem, u iktar lura fl-1980 kien hemm leġislazzjoni dwar exposure għal kimiċi kif ukoll physical and biological agents fil-post tax- xogħol.", "Din is-sena stess kien hemm leġislazzjoni dwar riskji li għandhom x'jaqsmu ma' exposure għal carcinogens, jiġifieri kimiċi li huma magħrufa li jistgħu jġibu l-cancer.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-Unjoni Ewropea tagħmel updates għal kif wieħed jista' jħares kontra riskji ġodda li jistgħu jinqalgħu minħabba żviluppi fit-teknoloġija u fix-xjenza.", "U jien kont skantajt mhux ftit meta smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li x- xogħol fil-qasam tas-servizzi għalih mhuwiex rilevanti meta anke l-Unjoni Ewropea fid-dokument dwar dan il-qasam tgħid li:", "\"A major trend is the shift towards a service economy which poses new challenges for health and safety.", "Similarly the proportion of working women is steadily on the increase and this throws up certain specific requirements of its own.\"\"..", "L-Unjoni Ewropea għandha programm li jismu SAFE li jgħin lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju biex huma jkunu jistgħu jirregolarizzaw ruħhom mar- regolamenti tagħha.", "L-Unjoni Ewropea tħares ukoll lejn il-millennju l-ġdid u Agenda 2000 jgħid ċar u tond li l-pajjiżi li applikaw għal sħubija fl- Unjoni Ewropea jridu jimplimentaw din il-leġislazzjoni meta jidħlu membri.", "Jingħad ukoll li permezz ta' l-accession partnerships il-Kummissjoni Ewropea tgħin lil dawn il-pajjiżi permezz ta' diversi programmi fosthom PHARE u TAIEX.", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra kien hemm l-iscreening process dwar is- social policy u l-iktar punt fejn wieħed sab x'jiddiskuti kien proprju l- qasam ta' health and safety, kif intqal anke fil-gazzetti:", "\"The issue which dominated the session was that regarding health and safety at work.", "The present level of the protection of health and safety at work in Malta is considerably lower than that required by EU legislation.\"", "Il-press release ta' l-EU MIC ikompli jgħid:", "\"The Government is in the process of assessing the economic impact that the impimplementation of EU legislation would have on the local economy before finalising Malta's negotiating position.\"", "Fost l-oħrajn din il-press release issemmi t-twaqqif ta' l-awtorità għall- occupational health and safety li tkun responsabbli mill-well being tal- ħaddiema, tara li min iħaddem jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu li jidentifika l-hazards u jittieħdu l-miżuri biex jitnaqqsu dawn il-hazards.", "Irid ikun hemm ukoll facilitators f'kull post tax-xogħol ħalli l-ħaddiema jkunu jistgħu jifhmu iktar u jipparteċipaw iktar f'din il-miżura.", "Ovvjament l-impjegati jridu jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom u jikkoperaw ma' min iħaddimhom u ma' dan il-facilitator stess.", "Huwa importanti li din l-awtorità mhux biss tiddedika l-enerġiji tagħha biex teduka iktar lill-ħaddiema u tipprovdi servizzi ta' emerġenza u first aid fuq il-post tax-xogħol, imma tagħmel ukoll investigazzjonijiet u anke riċerka xjentifika fejn ikun meħtieġ.", "Din l-awtorità se tagħmel pieni li jkollhom jitħallsu minn min ma josservax dawn ir-regolamenti anke għaliex ma jkunx ġust li jkun hemm min josservahom u jkun hemm oħrajn li ma jidħlux f'dawn l-ispejjeż u ma josservawhomx.", "Minn dawn il-pieni jkunu jistgħu joħorġu inċentivi biex iktar organizzazzjonijiet, kumpanniji u employers jinforzaw dawn ir-regolamenti.", "Veru li n-nefqa meħtieġa biex isiru dawn il- preparamenti m'hijiex żgħira, imma din m'hi xejn ħdejn dak li jgħaddi minnu l-ħaddiem meta jweġġa'.", "Fl-aħħar mill-aħħar din hija ħaġa li lanqas l- ikbar ammont ta' flus ma jista' jagħmel tajjeb għaliha.", "Imma anke jekk wieħed jitkellem biss fuq bażi ekonomika, żgur li l-ispejjeż li jsiru f'tagħmir u taħriġ biex jiġu evitati l-inċidenti huma ġustifikati anke għaliex ikunu inqas minn dawk li jkollu jħallas l-employer - li hu marbut bir-regolamenti u l-liġi taċ-CERA - u dak li jkollu jħallas il-gvern u t- taxpayer permezz tal-liġijiet tas-sigurtà soċjali meta xi ħaddiem iweġġa' gravi b'persentaġġ ta' diżabilità għolja u anke meta sfortunatament jiġi nieqes xi ħaddiem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, min segwa d-diskorsi ta' dalgħodu seta' jisma' l-frażijiet \"ġustizzja soċjali\" u \"kuxjenza soċjali\" kemm-il darba u qalulna għal ħafna drabi li dan il-budget huwa anti-soċjali u jmur kontra l-familja.", "Fid-diskors ta' nhar it-Tnejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna wkoll li dan il-budget qed jherri s-social cohesion.", "Sur President, tajjeb li naraw l-ewwel u qabel kollox x'inhi l-mira ta' dan il-budget.", "Fi kliem sempliċi dan il-budget qed jindirizza d-dejn tal- pajjiż u fl-istess ħin il-gvern jrid jibqa' jonora l-obbligi li għandu fil- qasam soċjali, edukattiv, tas-saħħa, eċċ. U dan b'risq il-familji kollha Maltin u aktar u aktar lejn dawk il-familji li lanqas jifilħu jġorru l-piż.", "Matul din l-aħħar sena smajna kontinwament li t-tort tad-dejn huwa tal- Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996.", "Donnu time stood still bejn l-1996 u l-1998 u d-dejn li għamel il-Partit Laburista fil-gvern donnu ma jeżistix u qisu l-Partit Laburista qatt ma kien fil-gvern matul dawn is-snin.", "Sur President, xi nkunu qegħdin nifhmu meta ngħidu \"social cohesion\"?", "Din tfisser li kull membru tas-soċjetà jiġi megħjun jipparteċipa bl-aktar mod sħiħ fl-oqsma kollha soċjali, ekonomiċi u kulturali.", "Tfisser li jitnaqqsu d-differenzi bejn il-qligħ ta' dawn in-nies u tfisser ukoll li l- ġid komuni tal-pajjiż jitqassam b'mod ġust.", "Dan il-budget mhux talli ma jherrix il-fibra soċjali u mhux talli ma jnawwarx is-social cohesion, talli l-mira ta' dan il-budget hija proprju li tindirizza dik il-faxxa ta' nies li l-oppożizzjoni tant qed tibki għalihom.", "L-ewwel u qabel kollox tajjeb li nżommu f'moħħna li l-fatt li l-pajjiż jindirizza b'mod konkret il- problemi soċjali, li jagħmel investiment fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fil- prevenzjoni, fis-saħħa, eċċ., ifisser li se ngawdu minnhom aħna lkoll.", "Se ngawdu minnhom aħna u se jgawdu minnhom uliedna u anke ulied uliedna.", "Inkunu qed nagħmlu żball jekk naħsbu li l-miżuri li ttieħdu b'solidarjetà ma' min jiflaħ l-inqas qishom qed isiru biss għal xi grupp ta' nies partikolari.", "Nerġa' ngħid li dan se ngawdu minnu aħna lkoll, anke jekk apparentement naħsbu li aħna m'aħniex f'dik il-faxxa ta' nies, anzi qegħdin f'dik il-faxxa ta' nies li nqisu ruħna li dejjem ħallasna t-taxxi, dejjem ħdimna, qatt ma waqajna fuq il-benefiċċji soċjali, u wliedna m'għandhomx xi problema partikolari bħalma hija l-problema tad-droga, ta' l-alkoħol, eċċ.", "Sur President, il-fibra soċjali u l-familja jitnawru meta l-gvern jagħmel taxxi fuq kulħadd l-istess, bħalma għamel il-Partit Laburista fuq id- drenaġġ, fuq il-meter tad-dawl u fuq l-ilma, u fl-istess ħin inaqqas ukoll il-finanzjament lil dawk l-aġenziji li jridu jgħinu lil min jiflaħ l-inqas biex ikun jista' jiġi fuq saqajh.", "U dan kien proprju li ġara taħt amministrazzjoni Laburista.", "Dalgħodu intqal li dan il-budget huwa kontradittorju għax filwaqt li żdiedet it-taxxa, u allura qed nherru l- familja, żdied ukoll il-finanzjament lil dawn l-aġenziji li jridu jgħinu lill-familja.", "Dan il-punt ġie rikonoxxut.", "Din m'hijiex kontradizzjoni.", "Din hija l-kuxjenza soċjali.", "It-taxxa fuq id-dħul ma messitx lil dawk il- familji li jaqilgħu sa Lm5,500 fis-sena, jiġifieri aktar minn Lm100 fil- ġimgħa.", "Mela b'din ir-rata lanqas il-pensjonanti li għandhom pensjoni normali ma ġew minsusa u lanqas dawk li huma l-aktar 'l isfel fl-iskali tal- paga.", "U għalhekk jien ma nistax nifhem kif fit-tabelli li ħareġ l-Onor.", "Alfred Sant u li ġew pubblikati fil-gazzetti, huwa qed jgħid li familja ta' erbgħa min-nies, familja b'żewġt itfal ta' taħt l-għaxar snin u jekk dik il- familja taqla' sa Lm4,000, teħel Lm8 taxxa.", "U l-istess tagħmel familja li taqla' Lm5,000.", "Sur President, dan huwa ingann, dan mhux veru.", "Dawk li jaqilgħu sa Lm4,000 ma jħallsu xejn għax it-taxxa ma taqbadhomx.", "Dawk li jaqilgħu sa Lm5,000 mhux se jħallsu aktar milli ħallsu sal-lum għax dawn in-nies ma ntmessewx peress li jifilħu l-inqas u allura ġew protetti.", "U la semmejt it- tabelli li ħareġ l-Onor.", "Alfred Sant nhar it-Tnejn, nagħmel parentesi hawn għax nixtieq nirriferi għalihom fi ftit aktar dettall.", "Dawn it-tabelli huma eżerċizzju perfett tal-calculator.", "Qed jgħidulna li kull familja se żżid in-nefqa bejn Lm5 u Lm9 fil-ġimgħa u dalgħodu xi ħadd qal li se tiżdied b'Lm7 fil-ġimgħa.", "Biex ma naħlix ħafna ħin se nirriferi biss għal tabella waħda li tgħidilna kif se tintlaqat familja ta' erbgħa min-nies b'żewġt itfal żgħar.", "L-ewwelnett il-matematika tiegħi tgħidli li wieħed fil-mija żieda fil-bolla fuq Lm4,000 tfisser Lm40 u mhux Lm43.", "Nixtieq inkun naf dawk it-Lm3 l-oħra minn fejn ġew.", "L-income tax diġà għedt li min jaqla' Lm4,000 ma jħallas xejn u hawnhekk għandna Lm8 income tax imniżżla fil-lista.", "Din il-familja b'żewġt itfal żgħar li nassumi li jmorru l-iskola se tuża b'Lm5 petrol fil-ġimgħa u fl-istess ħin se joqogħdu jmorru l-Belt almenu kuljum b'tal-linja.", "Din il-familja tgħidx kemm se tixrob whisky u brandy ibbottiljat Malta għax l-ispiża tax-xorb li tixtri se tiżdied b'Lm10 u tgħidx kemm se tiekol ħobż għax ħlief ħobż m'hijiex se tiekol!", "L-Onorevoli membri tan-naħa l-oħra sikwit jgħidulna: Iddaħquniex!", "Però llum se ngħidilhom jien: Iddaħquniex!", "Possibbli dawn iċ-ċifri huma ta' min jiblagħhom!", "Sur President, dalgħodu smajna wkoll li l-qasam soċjali ma tistax tisseparah mill-qasam finanzjarju.", "Naqbel perfettament.", "U jekk il- problema li għandna ma tiġix indirizzata, il-qasam soċjali ma jkunx jista' jiġi sostnut.", "Huwa veru.", "Sur President, aktar qabel għedt ukoll li qalulna li dan il-budget huwa kontradittorju u minflok jiena sejjaħtlu \"ġust\".", "U hekk hu għaliex filwaqt li l-piż qed jintefa' fuq min jiflaħ, fl- istess ħin qed jipproteġi lil min ma jiflaħx u qed jassigura li dawk l- istrutturi li jaħdmu favur it-tisħiħ tal-familja mhux talli ma naqsilhomx il-finanzjament, talli żdied u nerġa' ngħid li minn dan il-finanzjament se ngawdu aħna lkoll.", "Huwa importanti li ma ninsewx li taħt amministrazzjoni Laburista kellna xita ta' taxxi li ttieħdu across the board, id-dejn kompla żdied u l-finanzjament fl-istrutturi soċjali naqas.", "Dan hu li jnawwar il- kuxjenza soċjali.", "Mhux hekk qed jiġri issa.", "Ħalli nkompli.", "Nibda bl-investiment fl-aġenzija Sedqa li daħal fih fid-dettall l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Dan l-investiment se jgawdu minnu uliedna wkoll, sew jekk sfortunatament uliedna diġà nħakmu minn dan il-vizzju u aktar u aktar jekk uliedna m'humiex maħkumin.", "U dan huwa ferm importanti.", "L-investiment lil Sedqa żdied biex Sedqa tkun tista' tagħti aktar servizzi, mhux biss servizzi ta' rijabilitazzjoni imma aktar u aktar servizzi ta' prevenzjoni biex niskansawhom milli uliedna jinħakmu minn dan il-vizzju.", "Dalgħodu qalulna wkoll li mhux biżżejjed li nagħtu aktar finanzjament lis-Sedqa iżda importanti li ma nħallux id-droga tidħol f'pajjiżna.", "Naqbel ukoll.", "U jekk inqallbu ftit il-paġni u mmorru fuq l-estimi tal-ministeru ta' l-intern, insibu li n-nefqa kapitlai tad-drugs intelligence unit, żdiedet bid-doppju biex jinxtara aktar apparat.", "Dan minbarra l-fatt li qed tkompli tissaħħaħ din il-unit permezz tal-ko-ordinazzjoni li ġiet rijattivata mas-security service.", "Din hija l-kuxjenza soċjali!", "Anke fil-każ tal-housing authority, li tkellem b'mod ampju ħafna dwarha l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, żidna l-finanzjament, u parti minnu żdied anke b'Lm200,000 fuq l- 1998.", "Min se jgawdi minn dan il-finanzjament, jekk mhux il-familji Maltin li huma l-aktar fil-bżonn u dawk il-persuni li jinsabu fi żvantaġġ f'konfront ma' oħrajn?", "Il-budget totali li jinkludi l-housing authority u l-housing department għandu żieda ta' Lm3 miljun.", "Nixtieq issa nsemmi l-qasam edukattiv, għalkemm ma jaqax taħt dan il- ministeru, imma dalgħodu ntqal li din is-sena t-tfal li jattendu skola primarja tal-gvern qed ikunu imġiegħla jixtru l-kotba.", "Dan m'huwiex veru.", "Jien għandi t-tifla li tmur skola tal-gvern u qiegħda fil-year 6 u naf x'qed ngħid.", "It-tfal fl-ebda ħin ma ġew imġiegħla jixtru l-kotba.", "Mhux talli t-tfal fil-primarja u fis-sekondarja ma ntmessilhomx dan id-dritt li jkollhom kotba b'xejn, iżda l-bieraħ smajna wkoll lill-Onor.", "Galea jgħidilna x'investiment qawwi qed isir mhux biss fil-kotba imma fl-apparat l-aktar sofistikat li għandna f'dawn iż-żmenijiet, il-computer.", "U min qed igawdi minn dan jekk mhux uliedna u wlied il-familji li għandhom dħul baxx u medju li fil-maġġoranza assoluta tagħhom jibagħtu lil uliedhom fl- iskejjel tal-gvern?", "Sur President, insemmi issa l-aġenzija SWDP li mill-aħħar budget ta' gvern Laburista kellha żieda sostanzjali.", "Fl-1998 kellha Lm290,000, is- sena l-oħra tela' għal Lm415,000 u din is-sena l-finanzjament tagħha reġa' tela' għal Lm440,000.", "U b'dan il-finanzjament min se jgawdi?", "Fl-1998 din l-aġenzija mhux talli ma żdidulhiex il-fondi, talli naqsulha.", "B'dan il-mod therri l-fibra soċjali, meta ssib ruħek f'pożizzjoni fejn ma tkunx tista' tgħin lil min hu fil-bżonn, il-familji, it-tfal, in-nisa.", "Niftakru kif l- SWDP ma setgħetx timpjega social workers għax kellha friża.", "Dik il-friża issa nħallet.", "Is-sena l-oħra ġew impjegati s-social workers u proprju din il-ġimgħa kien hemm avviż fil-gazzetta biex din l-aġenzija tkompli żżid il- work force tagħha ħalli tkun tista' tgħin lil min jiflaħ l-inqas.", "U jekk dan l-investiment mhux se jgħin lil min għandu bżonn is-support tagħna, lil min se jgħin?!", "Sur President, insemmi wkoll l-għaqdiet volontarji li din is-sena bejniethom raw żieda ta' kważi Lm300,000, minbarra l-Lm50,000 li ngħataw lill-Caritas għan-new hope programme u l-Lm150,000 oħra li ngħataw mill- ministeru tal-finanzi.", "Aħna nenfasizzaw fuq il-ħtieġa li s-settur volontarju jissaħħaħ dejjem aktar għaliex nemmnu li l-qasam soċjali jiddependi ħafna wkoll mill-qasam tal-volontarjat.", "U dan huwa r- rikonoxximent li dan il-gvern qed jagħti lill-għaqdiet volontarji.", "U nerġa' nagħmel il-mistoqsija: Minn dan kollu, min se jgawdi, jekk mhux dawk il-familji u individwi li ta' l-oppożizzjoni tant qed jibku għalihom?", "Insemmi wkoll iż-żieda fil-finanzjament lill-ETC, li tkellmet ħafna dwaru l-Onor.", "Dolores Cristina.", "Again min se jgawdi jekk mhux aħna lkoll u uliedna?", "Dalgħodu ntqal li l-mara Maltija \"miskina\" qed ikollha toħroġ minn ġol-bejta tal-familja biex ikollha x'tiekol.", "Jiena ma naqbel xejn ma' dan it-tip ta' diskors.", "Imissu jistħi min qal dan it-tip ta' diskors!", "Hekk inħarsu lejha l-mara Maltija aħna?", "Ix-xogħol li qed isir minn tant nies, anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni, biex il-mara Maltija tipparteċipa aktar f'kull qasam tas-soċjetà, allura lil dawk li jieħdu din l- opportunità, li qegħdin jikbru, se ngħidulhom li huma \"imsieken\", li m'għandhomx x'jieklu?", "Fil-bejta rriduha lill-mara Maltija?", "Sur President, lill-mara Maltija rridulha l-aħjar għaliha, irridu nagħtuha l-għażla, irriduha terfa' r-responsabbiltajiet tagħha ta' omm flimkien mal-missier, imma lil dawn it-tnejn irridu ngħinuhom biex flimkien ikunu jistgħu jibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet tagħhom fil-familja u fuq il-post tax- xogħol.", "U dan diġà wettaqna parti minnu u allura ma nistax hawn ma nsemmix l-introduzzjoni tar-responsibility break ukoll.", "Sur President, din il-miżura nixtiequ narawha mhux biss fis-settur pubbliku, kif daħlet diġà, imma wkoll fis-settur privat.", "U nifraħ lil Farsons li fl-aħħar collective agreement daħħlu din il-miżura.", "Il-familja Maltija llum ma tistenniex biss il-budget biex tieħu ftit taż-żieda, imma għandha wkoll l-opportunità tal-collective agreements.", "In-numru li qed jiżdied ta' nisa Maltin li jaħdmu huwa sinjal pożittiv, u huwa sinjal li hawn l-opportunitajiet.", "Huwa propjru għalhekk li l-ETC qed tniedi wkoll korsijiet ta' train the trainers biex dawk in-nisa li jiddeċiedu li jieqfu għal ftit żmien mix-xogħol, isibu l-opportunita' li jaġġornaw il-ħiliet tagħhom u jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Sur President, dalgħodu ma ssemmewx l-inizjattivi mmirati direttament lejn in-nisa u l-unika darba li ssemmew in-nisa per se kien proprju f'din il-parti tal-bejta, kif se tixtri l-ħobż biex timla' l-istonku ta' l-ulied u kif il-mara Maltija qed ikollha inqas tfal għax ma tlaħħaqx ma' l-għoli tal-ħajja.", "U dan meta dan il-ministeru jiġbor fih id-dipartiment tal-mara fis-soċjetà.", "Qalulna li l-Onor.", "Dalli se titkellem dwar dan il-qasam meta jiġu diskussi l-Voti tal-prim ministru.", "Din illum għalija hija abdikazzjoni għax ir-rwol tal-mara fis-soċjetà għandu jiġi diskuss f'kull qasam imma aktar u aktar taħt dan il-ministeru.", "U x'inhuma l-inizjattivi li ttieħdu favur il-mara Maltija speċjalment tul din l-aħħar sena?", "Se nibda bil-gender mainstreaming għaliex dan l-aħħar fil-gazzetti dan il- minsteru kien ikkritikat li fir-rapport annwali tiegħu ddedika biss erba' paġni għall-ħidma tiegħu favur in-nisa.", "Issa jekk wieħed jifli dan id-dokument jinduna li l-politika fil-qasam soċjali hija mibnija proprju fuq il-konċett ta' mainstreaming.", "Semmejt diġà l-kors ta' training the trainers li huwa mmirat lejn in-nisa, il-ftuħ ta' żewġ ċentri ta' l-anzjani li 90% tan-nies li jattendu dawn iċ-ċentri huma nisa, skemi tal-housing, skemi mmirati speċjalment għas-single mothers, żieda fis-sussidju lejn il-Cana movement b'risq il-counselling services għall-familja, żieda fis-social assistance tas-single mothers, riċerka biex tiġi ndirizzata l-anomalija li għad hemm fil-liġi tas-sigurtà soċjali, il-ftuħ fil-futur qarib ta' shelter għal nisa li jkunu msawta f'darhom.", "Il-pjanti għal dan ix-shelter suret in-nies - m'iniex se nidħol dwar x'tip ta' shelter kien imħolli lilna bħala wirt - għal dawn in-nisa msawta qegħdin quddiem il-planning authority.", "Iżda sadanittant kien hemm żieda fil-finanzjament lil djar immexxija mill-Knisja, bħalma huma Dar Qalb ta' Ġesu', Dar Merħba Bik u l-SWDP kif diġà semmejt.", "In-nisa li jkunu f'shelters issa qed jieħdu l-assistenza soċjali kollha kemm hi u dawn ukoll ikunu jistgħu jikkontribwixxu allura lejn dik id-dar.", "Nistgħu nibqgħu sejrin u nsemmu l-liġi tal-vjolenza kontra n-nisa, liġi komprensiva li trid tinkludi mhux biss il-vjolenza domestika imma l-vjolenza lejn in-nisa, is- sexual harassment u liġijiet oħra, il-liġi tat-tfal, eċċ.,", "Sur President, meta tagħmel investiment fil-qasam soċjali ma tkunx qed tagħmel biss miżura soċjali imma wkoll miżura ekonomika għaliex jekk dawn in-nies li jinsabu fil-faxxa t'isfel tas-soċjetà jinqalgħu mis-sitwazzjoni tad-dipendenza, huma wkoll jibdew jikkontribwixxu lejn l-ekonomija tal- pajjiż.", "Sur President, il-fibra soċjali tal-pajjiż mhux se tiddgħajjef!", "Din tiddgħajjef jekk inħallu l-finanzi tal-gvern imorru aktar lura u minħabba f'hekk il-pajjiż ma jkunx jista' jonora l-obbligi soċjali tiegħu.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Ministru biex jagħmel il- winding-up tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Grazzi, Sur President.", "Wasalna fl-għeluq ta' dan id-dibattitu ta' ministeru li jiena nikkonsidrah bħala wieħed mill- ministeri li jirrappreżenta l-fus kollu li fuqu u madwaru ddur il-politika f'pajjiżna ta' kull gvern.", "Aħna qegħdin fil-politika kollha kemm aħna biex nagħmlu l-ġid, biex inġibu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu tagħna 'l quddiem, allura kull avvanz li nagħmlu fl-oqsma kollha f'pajjiżna, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ekonomija, l-edukazzjoni, s-saħħa, kollox idur proprju madwar l-aspett tal-politika soċjali għaliex fuq dik tiddependi l-kwalità tal-ħajja li ngħixu aħna, b'mod partikolari l-kwalità ta' ħajja li jgħixu dawk li huma l-aktar batuti.", "Inħossni fid-dmir li nibda billi nirringrazzja lill-kelliema kollha, kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni, li ħadu sehem f'dan id-dibattitu ta' dan il-ministeru importanti għaliex kulħadd iressaq l-opinjonijiet tiegħu, anke jekk nistgħu ma naqblux fuq kif inħarsu lejn ċerti affarijiet.", "Irrid nirringrazzja b'mod partikolari lill-kelliema tan- naħa tal-gvern li bl-oqsma li trattaw taw ħarsa partikolari fuq oqsma differenti u allura lili jiffrankawli li nidħol fid-dettalji tad-diversi oqsma, għalkemm ċerti punti wieħed ta' min jerġa' jirribattihom.", "Bi pjaċir ngħid li l-ministeru għall-politika soċjali u l-vot tiegħu qiegħed jiġi diskuss proprju fil-jum internazzjonali tal-persuni b'diżabilità, li huwa llum, mhux kif qalet \"The Malta Independent\" li kien il-bieraħ.", "U rrid nieħu l-okkażjoni biex f'ismi u f'isem il-membri kollha f'din il-ġurnata nerġgħu nirribattu l-messaġġ favur il-persuni b'diżabilità li huwa messaġġ aktar wiesa' fis-sens li s-soċjetà tagħna trid li ma nħallu lil ħadd barra u kemm jista' jkun ninkwadraw u ninvolvu lil kulħadd fis-soċjetà li qed ngħixu fiha.", "Sur President, kieku kelli nħares lejn id-dibattitu li kellna b'mod oġġettiv, naħseb li ħareġ b'punti li jistabilixxu d-differenza ċara bejn kif iħarsu l-oppożizzjoni lejn ċerti affarijiet u kif inħarsu lejhom aħna min-naħa tal-gvern.", "U din id-differenza li toħroġ naħseb tistabbilixxi ruħha fuq tliet punti prinċipali: L-ewwelnett ir-riżultati li akkwistajna aħna bħala gvern f'dawn l-ewwel 14-il xahar, b'mod partikolari f'dawn l- aħħar 12-il xahar mill-aħħar budget sal-lum, ir-riżultati li akkwistajna s'issa li ressaqnihom għal kulħadd fil-budget li ppreżentajna, kontra r- riżultati li kienu ġew akkwistati min-naħa tal-Partit Laburista meta kien għamel it-22 xahar tiegħu fil-gvern.", "It-tieni differenza li toħroġ b'mod ċar f'dan id-dibattitu huwa l-fatt li l-gvern tal-ġurnata għandu politika li qiegħda tirbaħ il-kredibilità, politika li qiegħda tirrendi, qed iġġib ir-riżultati u qed tpoġġi lill- pajjiż fid-direzzjoni li jixraqlu bħala pajjiż biex ikun jista' jiggarantixxi l-futur tiegħu u tal-poplu tiegħu.", "U t-tielet differenza li ħarġet hija differenza ċara, li donnu għalina l-kejl tal-ġustizzja soċjali jidher li huwa differenti.", "Ma nistax nifhem għaliex, imma l-kejl ta' x'jikkostitwixxi l-ġustizzja soċjali, il-kuxjenza soċjali, huwa differenti min-naħa tal-gvern meta mqabbel man-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Se nipprova nidħol ftit fid-dettall f'dawn it-tliet differenzi mingħajr ma ntawwal iż- żejjed.", "L-ewwel punt ta' differenza bejn il-politika tal-gvern u ta' l- oppożizzjoni huwa pjuttost wieħed ekonomiku, fis-sens li r-riżultati li akkwistajna f'dawn it-12-il xahar b'riżultat tal-politika tagħna huma riżultati essenzjalment ekonomiċi.", "Però anke hawn nagħmlu żball kollha kemm aħna jekk naħsbu li l-politika soċjali tgħix maqtugħa mir-realtà ekonomika.", "Ir-realtà ekonomika għandha impatt qawwi fuq il-benefiċċji soċjali, fuq ix-xibka soċjali li aħna nipprovdu u viċi-versa, ix-xibka soċjali stess tgħin lir-realtà ekonomika.", "Dawn it-tnejn jimxu id f'id u ma tistax tisseparahom.", "Dan il-punt, jekk m'iniex sejjer żball, għamlitu l- Onor. Marie Louise Coleiro dalgħodu u jiena nissottoskrivi li hekk hu.", "Imma allura jekk ir-realtà ekonomika timxi id f'id mar-realtà soċjali f'pajjiżna, ir-riżultati ekonomiċi tas-sena li għaddiet, kif spjegahom il- ministru tal-finanzi fid-diskors tal-budget tiegħu u kif jidhru fl-estimi, juru biċ-ċar li kienu riżultati eċċellenti, anke aħjar minn dawk li konna qegħdin nistennew.", "Dan huwa r-riżultat ta' 12-il xahar xogħol.", "Issa x'kien il-punt tat-tluq tagħna 12-il xahar ilu meta ġejna quddiem dan il- parlament b'budget u poġġejna l-isfidi u l-benchmarks għalina nfusna?", "Sena ilu tlaqna b'sitwazzjoni fejn il-pajjiż kellu Lm150 miljun deficit.", "Din hi l-verità; induru kif induru u ngħawġu kemm ngħawġu, din hija ċifra li wieħed jista' jivverifikaha, Lm150 miljun deficit għall-1998.", "Aħna għedna mill-ewwel li dan huwa deficit strutturali u ma nistgħux bħala pajjiż inkomplu mexjin f'din it-triq u wegħedna li se nipprovaw innaqqsu dawn il-Lm150 miljun deficit għal Lm134 miljun.", "Fil-fatt illum ġejna hawn u lill-parlament qegħdin nuruh bl-istatistika, biċ-ċifri, li minflok Lm134 miljun deficit kif konna kkalkulajna, morna aħjar għax niżżilna dan id- deficit għal Lm124 miljun.", "Issa min igawdi minnu dan?", "Igawdi l-pajjiż!", "M'għandniex inċapċpu kollha kemm aħna li rnexxielna għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar tliet snin, erba' snin, li minflok li kabbarna d-deficit ċekkinnieh!", "M'għandniex nieħdu pjaċir li filwaqt li meta kien fil-gvern il- Partit Laburista tella' d-deficit li sab fl-1996 - ejja ngħidu li kien Lm110 miljun, ejja ma nidħlux f'dak il-mertu - minn Lm110 miljun għal Lm130 miljun u mbagħad għal Lm150 miljun wara sentejn ta' amministrazzjoni Laburista, u fi 12-il xahar din l-amministrazzjoni l-Lm150 miljun niżlitu għal Lm124 miljun!", "U jgawdi l-poplu kollu b'dan!", "Għaliex?", "Għax issa għandna gvern li jista' jgħid: Qed inpoġġu l-vapur lura fid-direzzjoni skond il-boxla kif nixtiquha aħna.", "Sur President, anke f'dak li jirrigwarda d-dejn nazzjonali, fi 22 xahar ta' gvern Laburista d-dejn nazzjonali kien żdied b'Lm247 miljun, filwaqt li s-sena l-oħra kellna bżonn nissellfu biss Lm117 miljun u din is-sena se jkollna bżonn nissellfu biss Lm56 miljun.", "Naqqasna l-bżonn tad-dejn f'pajjiżna.", "Mhux tajjeb dan?", "M'għandniex nisimgħu lil xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni li jqum u jgħidilna: Iva, dan tajjeb.", "Issa kkritikaw kemm tridu, imma huwa tajjeb li naqqasna l-bżonn tad-dejn f'pajjiżna!", "Anke fejn tidħol l-inflazzjoni, mill-istatistika u mill-indiċi tal-prezzijiet jirriżulta li filwaqt li fi 22 xahar ta' gvern Laburista kien hemm żieda ta' għoli tal-ħajja ta' 3%, fi 12-il xahar ...", "(Interruzzjonijiet) Tajba din!", "Mur staqsi lill-poplu!", "Mela issa meta jaqblilna nikkwotaw iċ-ċifri ta' l-indiċi u meta jaqblilna mmorru nistaqsu lill-poplu!", "(Interruzzjonijiet) Qed tara, malli tgħid xi ħaġa mill-ewwel infuru!", "Jien qed inkejjel like with like jiena, mhux qed inkejjel xi ħaġa ma' xi ħaġa oħra!", "Qed inkejjel xi ħaġa li teżisti ma' l-istess ħaġa!", "Qed inkejjel l- inflazzjoni li ġiet iddikjarata fl-aħħar sena ta' gvern Laburista li kienet ta' 3%.", "F'dawn l-aħħar 12-il xahar l-indiċi tal-prezzijiet juri li l-għoli tal-ħajja kien biss ta' 1.7%.", "Min gawda?", "Gawdew il-pensjonanti, gawdew l- aktar li huma batuti f'dan il-pajjiż!", "Gawdew dawn kollha għax il-paga tagħhom serviethom iżjed milli serviet meta kien fil-gvern il-Partit Laburista!", "Kien hemm paragun ieħor importanti ħafna bir-riżultati ekonomiċi li aħna akkwistajna li huma relatati direttament mal-politika soċjali.", "Fi żmien l- amministrazzjoni Laburista kien hemm it-tnaqqir tal-benefiċċji soċjali minħabba taxxi inġusti li kienu ġew imposti mill-gvern Laburista bl-iskop li jindirizzaw il-problema tad-deficit - fair enough - però aħna għedna li m'għandniex għalfejn nużaw taxxi inġusti biex insolvu l-problema tad- deficit f'pajjiżna, iżda nistgħu nkunu ħafna iżjed għaqlin, ħafna iżjed intelliġenti u ħafna iżjed ġusti man-nies.", "U min gawda minn dan kollu?", "Bid-deċiżjoni li nneħħu t-taxxi inġusti gawdew proprju dawk li huma l-aktar batuti f'pajjiżna.", "Sur President, kien hemm ukoll ir-riżultat tas-sistema ta' tassazzjoni.", "Sena ilu ħadna battikata kollha kemm aħna għaliex fl-istess ħin li għaddejna l-budget konna qed ngħaddu l-liġi tal-VAT u konna qed niltaqgħu filgħodu, f'nofsinhar u filgħaxija!", "Dakinhar l-oppożizzjoni kienet qaltilna: X'diżastru se tagħmlu!", "Se tgħollu l-ħajja!", "Se tisfrundaw il- kaxxa tal-gvern!", "Issa taraw kif is-sisa kienet taħdem iżjed!", "X'irriżulta wara 12-il xahar?", "Irriżulta li aħna mill-VAT daħħalna Lm30 miljun iżjed milli kontu qed iddaħħlu intom taħt is-sistema tas-sisa!", "Tafu x'jiġifieri Lm30 miljun?", "Aħna għamilna sentjen bis-sistema tas-sisa.", "Allura li kieku fl-1997 daħħalna Lm30 miljun u fl-1998 daħħalna Lm30 miljun, kieku għandna Lm60 miljun aħna ġol-kexxun x'imkien!", "U dawn telqu issa!", "U dan bil-fatti qegħdin nitkellmu!", "X'irrendiet il-VAT illum u x'irrendiet is-sisa qabel?", "Isma', Lm30 miljun għal sentejn fuq xulxin jagħmlu Lm60 miljun!", "B'Lm60 miljun inħallas l-ispiża kollha tas-saħħa f'pajjiżna!", "B'Lm60 miljun inkopru l-ispiża tal-pensjonijiet f'sena!", "Intom għedtulna li se nirrovinaw is-sistema tat-tassazzjoni!", "X'irrovinajna?", "Irrovinaha l-gvern Laburista li bi żball biddel is-sistema.", "Jiena ngħid bi żball għax ħadd m'hu miġnun li jagħmilhom għal tapposta dawn l-affarijiet!", "Għamlu żball, żball kbir!", "Din kienet waħda mill-affarijiet li ridna nipprovaw nirranġaw għal din is- sena!", "Dawn huma r-riżultati u d-differenza li hemm bżonn li nirreġistraw.", "Aħna għedna li dawwarna r-rotta u donnha l-oppożizzjoni ma ħadux pjaċir li aħna wżajna l-kliem \"dawwarna r-rotta u r-rota issa bdiet iddur!\"", "Imma l- verità hi li dawwarna r-rotta!", "Quddiem dawn ir-riżultati l-oppożizzjoni ġiet iffaċċjata b'għażla u għandha żewġ toroq biss quddiemha, jew iddur fuq il-gvern u tgħidlu: \"Prosit, ġibtu riżultat tajjeb!\"", "Jew inkella tgħidlu: \"Qed tgħawweġ il- figuri, dawn iċ-ċifri m'humiex ta' vera!\"", "Issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għażel it-tieni triq, li jgħidilna: Isma', dawn iċ-ċifri m'humiex ta' vera, dawn iċ-ċifri ma jaqblux, mhux veru intom qed tindirizzaw id-deficit.", "Taf xi tfisser din?", "Li jekk jirriżulta li vera, allura jrid jgħidilna prosit.", "Għax malli tgħidli: \"Dawn mhux veri\", ifisser li kieku kienu veri, allura ħaqqek prosit bħala gvern.", "Mela l-kwestjoni kollha issa hija: Vera jew mhux vera din iċ-ċifra?", "Vera jew mhux vera li indirizzajna d- deficit u bdejna nsolvuh?", "Ma solvejnihx għadna, fadlilna parti mit-telgħa x'nitilgħu jekk il-Bambin irid!", "Però bħalma ġibna riżultati f'dawn l-ewwel 12-il xahar inġibu riżultati wkoll bil-għaqal u bil-kalma fit-12-il xahar li ġejjin.", "Imma issa jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-oppożizzjoni qiegħda titfa' xi dubju fuq iċ-ċifri, u mbagħad jirriżultalha li ċ-ċifri huma tajbin, allura jrid ikollha l-irġulija li tiġi hawn u tgħid: Iva, bdejna nsibu s-soluzzjoni u dan il-gvern bil-politika tiegħu qed jibda jsib is-soluzzjoni għall-isfidi kbar li għandu dan il-pajjiż.", "It-tieni pargun huwa l-kredibilità li għandha l-politika ta' dan il-gvern li toħroġ ukoll minn dan li għadni kif għedt.", "Aħna ġejna b'wiċċna minn quddiem b'dan il-budget quddiem il-poplu u għednielu: Isma', din hi s- sitwazzjoni!", "Iebsa, diffiċli, però din hi!", "Hemm xi ħaġa li taqtagħlek qalbek?", "Le, l-indikazzjonijiet huma pożittivi, li b'li għamilna flimkien bħala poplu matul it-12-il xahar li għaddew irnexxielna nġibulkom ir- riżultati.", "Jekk nibqgħu mexjin f'din id-direzzjoni, inkunu nistgħu npoġġu lil pajjiżna fuq pedament sod.", "U x'inkunu qed nagħmlu b'daqshekk?", "Qed nagħtu garanzija, qed nagħtu serħan tal-moħħ lil kulħadd li l-affarijiet qed inpoġġuhom fuq pedamenti sodi, u lill-ġenerazzjonijiet futuri qed nagħtuhom fuqxiex jibnu, mhux innawrulhom il-pedament tagħhom.", "U allura din hija politika li tirbaħ il-kredibilità mit-track record, għax il- kredibilità mhux mill-paroli tiġi!", "Nista' ndum nagħmel diskorsi jien!", "Fl- aħħar mill-aħħar il-fatti fejn qegħdin?", "Illum nistgħu niġu quddiem dan il- parlament u ngħidu: Dawn huma ċ-ċifri!", "Dawn huma r-riżultati!", "U l- kredibiltà tintrebaħ minn hemm.", "Tintilef meta inti tiġi quddiem il- parlament tgħid li se tagħmel ċerti affarijiet u mbagħad ir-riżultat ikun kompletament bil-kontra.", "Din kienet l-esperjenza ta' 22 xahar ta' gvern Laburista!", "Illi kellhom intenzjoni, mela le!", "Qalu li hawn deficit strutturali li kienu se jipprovaw isolvuh.", "Solvejtuh?", "Le, għamiltuh agħar!", "Din hi l-problema!", "U allura kienet politika sfiduċjata mentri din il-politika, li għandha l-appoġġ ta' l-elettorat fl-elezzjoni ġenerali tal- 5 ta' Settembru tas-sena li għaddiet, wettaqnieha f'dawn it-12-il xahar u qiegħda tagħti r-riżultati.", "Issa niġi għat-tielet paragun li huwa l-aktar wieħed importanti.", "U hawnhekk nixtieq li anke l-membri ta' l-oppożizzjoni jipprovaw jifhmu x'qed nipprova ngħid għax jiena ma rridx nitfa' d-dellijiet fuq ħadd, imma jidher li m'aħniex naqblu sew fuq xi tfisser li jkollok il-kuxjenza soċjali jew li jollok politika mibnija fuq il-kuxjenza soċjali.", "Kien hemm uħud mill- membri ta' l-oppożizzjoni li qalulna li dan huwa budget anti-soċjali u anti- familja.", "U l-Kap ta' l-Oppożizzjoni saħansitra qalilna li dan il-budget jew l-miżuri ta' dan il-budget b'xi mod jew b'ieħor idgħajfu l-koeżjoni soċjali.", "Issa jiena niskanta kif il-membri ta' l-oppożizzjoni ma jindunawx li proprju b'dawn l-argumenti huma stess qegħdin jitgħfu l-ġebla fuq saqajhom u qegħdin jerġgħu jikkonfermaw illum, fl-oppożizzjoni, li għadhom huma stess jiġġustifikaw politika li wettqu matul it-22 xahar, li kulħadd jaqbel f'dan il-pajjiż li bil-miżuri li huma adottaw kienet politika nieqsa għal kollox mill-prinċipji tal-ġustizzja soċjali.", "Jiġifieri li inti tħares lejn dak li jiflaħ l-inqas u tkun għaqli fil-konfront ta' dak li jiflaħ l- inqas u l-piż tixħtu iżjed fuq dak li jiflaħ milli fuq dak li ma jiflaħx!", "Issa ħa nieħdu l-miżuri waħda waħda, malajr u mingħajr ma ndumu.", "Ejja naqbdu l-kwestjoni tat-taxxa ta' l-income tax li qlajna kritika mingħand l-oppożizzjoni dwarha.", "Qed jgħidulna: X'għarukaża, intom qegħdin tintaxxaw lil dawk li huma l-aktar batuti, jew li l-inqas jifilħu!", "Ejja nieħdu dan l-argument u ngħidu li familja miżżewġa li ma taqlax iżjed minn Lm5000 ma missejnilhiex sold din!", "Baqgħet l-istess!", "Però familja miżżewġa li taqla' iżjed minn Lm5000 issa se jkollha tibda tħallas ftit iżjed!", "Imma skużi, jiġifieri għall-oppożizzjoni min jgħix bil-minimum wage, min jaqla' Lm2000 f'sena l-istess bħal xi ħadd li jaqla' Lm5000!", "Hekk qed tgħidulna intom?", "Din il-kuxjenza soċjali?", "Mhux ta' b'xejn li fajjartu l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma fuq kulħadd bil-lant!", "Jekk għalikom min jaqla' Lm2000 hu l-istess bħal min jaqla' Lm5000!", "Issa qed nifhem sew x'inhi l-politika tagħkom anke fl-oppożizzjoni!", "Allura nifhem għaliex għamiltu dak l-iżball meta kontu fil-gvern intom u waħħaltu t-taxxa tad-drenaġġ, u rdoppjajtu r-rati tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u ġennintu lil kulħadd!", "Dażgur, jekk inti għalik min jaqla' Lm5000 u Lm6000 hu l-istess bħal min jaqla' Lm2000 u Lm3000!", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni qed jirrealizzaw li koppja miżżewġa li tiddeċiedi li timla formola ta' l- income tax separata, ir-raġel jimla għal rasu u l-mara timla għal rasha, wieħed qed jaqla' Lm4000 u l-oħra qed taqla' Lm4000, mhux se tagħmlilhom differenza u ma jħallsux sold iżjed minn dak li qed iħallsu llum.", "Aħna ma missejnihomx dawn.", "Mela koppja li jimlew formola separata u qed jaqilgħu Lm8,000 mhux qed iħallsu sold iżjed.", "Allura kif mill-oppożizzjoni jibqgħu jgħidulna li aħna weġġgħajna lil dawk li huma l-iktar batuti?", "Kif qed jgħidulna li min jaqla' Lm8,000 huwa l-istess bħal min jaqla' Lm2,000?", "Dan x'kejl hu?", "Jidher li m'aħniex qegħdin naqblu fuq x'irridu nfissru b'ġustizzja soċjali jew inkella m'għandniex l-istess kategorija ta' nies quddiem għajnejna dwar lil min għanda ngħinu.", "Xi ħadd irid jerfgħu dan il-piż - u nammetti bil- quddiem li hemm piż - u dan qed nerfgħuh kollha kemm aħna, imma l- oppożizzjoni x'qed tgħidilna?", "L-oppożizzoni qed tgħidilna li xi ħadd li jaqla' Lm8,000 ma jiflaħx.", "Jien ma naqbilx.", "Min jaqla' Lm8,000 jew Lm7,000 jiflaħ.", "Ma jiflaħx kollox, imma żgur jiflaħ iżjed minn min jaqla' Lm2,000 jew Lm3,000.", "Allura fuq dan ma nistgħux naqblu?", "Sur President, l-oppożizzjoni kkritikatna wkoll għax żidna r-rata tal- bolla b'1%.", "Ir-rata tal-bolla hija perċentwali fuq il-paga u dan ifisser li min jaqla' iżjed awtomatikament se jħallas iżjed.", "Anke' hemmhekk hemm il-limitu, għax hemm il-massimu safejn tista' tasal, pero' anke f'dan il- kas, min jaqla' l-inqas qed iħallas l-inqas.", "Allura dan mhux prinċipju li huwa marbut mal-ġustizzja soċjali, fejn inti qed titfa' l-piż l-iktar fuq min qed jaqla' l-iżjed?", "Jimporta nagħmluhom ċari dawn l-affarijiet?", "Sur President, ġejna kkritikati wkoll għax għamilna l-VAT fuq il-petrol.", "Huwa veru li b'din il-miżura jintlaqat kulħadd għax illum kulħadd juża karozza, imma li jkollok Mercedes jew BMW - li Alla jaf kemm jixorbu petrol - biex toqgħod tixxala u tiġri biha mod u li jkollok karozza li inti tużaha għal bżonnijiet huwa mod ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Iva se tħallas ukoll, pero' l-piż fuq wieħed huwa differenti mill-piż fuq l-ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Mela kkritikani għax huwa piż imma mbagħad tgħajjarnix b'nuqqas ta' kuxjenza soċjali.", "Jekk tgħajjarni hekk allura għalikom min isuq Mercedes huwa l-istess bħal xi ħadd li għandu xi Mini Minor jew karozza żgħira li jużaha għall-bżonnijiet tal-familja tiegħu.", "Hawnhekk ukoll irridu nifhmu li hemm differenza kbira, u rridu nifhmu wkoll li b'dan it-tip ta' raġunament l-oppożizzjoni qed turina li dak li kienet temmen fih meta kienet fil-gvern - u li rriżulta li kien żbaljat għall-aħħar u hi stess kienet ammettiet pubblikament li kien żbaljat - għadha temmen fih issa wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Fil-kritika tagħkom għadkom qegħdin isostnu l-istess ħaġa.", "Sur President, issemma wkoll li aħna neħħejna s-sussidju minn fuq il-ħobż pero' ħadd ma kellu d-diċenza jsemmi li tajna Lm10 r-ras li fissret spiża ta' Lm4 miljun.", "Dalgħodu l-Onor.", "Silvio Parnis għamel statement li għandu jiġi korrett għax dan qal li l-Lm10 se tingħata darba biss u m'hijiex se terġa' tingħata.", "Dan kien żbaljat għax aħna għidna li sa sena oħra din l- ispiża tal-ħobż se tiġi kalkolata fl-indiċi ta' l-għoli tal-prezzijiet u allura dan l-għoli fil-prezz tal-ħobż se jiġi konsidrat bħala parti miż- żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Issa l-Lm10 se tingħata għal kull persuna li tgħix f'din il-gżira immaterjalment jekk din il-persuna għandhiex tlett ijiem, għandhiex sitt xhur, għandhiex għaxar snin jew għandhiex 75 sena.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni poġġa tabella fuq il-Mejda tal-Kamra - l-Onor.", "Helen D'Amato diġa' semmietha din - li tfisser li kull familja tiekol tmien ħobżiet kuljum.", "Bir-rispett kollu,din hija kritika tal-pudina tal-ħobż.", "Mela hawn xi ħadd f'dan il-pajjiż li jiekol tmien ħobżiet kuljum?!", "B'dan il- mod irridu nikkonvinċu lill-poplu?", "Mhux ta' b'xejn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jgħid li ċ-ċifri ta' kif indirizzajna d-deficit strutturali m'humiex tajbin!", "(Interruzzjonijiet) Iċ-ċifri ta' kif indirizzajna d- deficit strutturali huma tajbin, huma ċ-ċifri tal-ħobż tiegħek li m'humiex tajbin.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din il-familja li ġabulna eżempju biha tirkeb il-karozza tal-linja erba' darbiet kuljum, tiġri bil-karozza tagħha l-ħin kollu u kuljum, ħlief tixrob l-alkoħol u tpejjep ma tagħmilx u ħlief tiekol il-ħobż ma tagħmilx.", "Din x'tip ta' familja hi?", "Hekk irridu nagħmlu l-kritika f'dan il-parlament?", "(Interruzzjonijiet) Qed nieħu pjaċir li qed tisħon għax f'mument minnhom ħsibt li kont qed nargumenta mas-sufani vojta quddiemi!", "Sur President, f'dan il-budget hemm ukoll diversi inizjattivi u programmi li jaqgħu taħt il-ministeru għall-politika soċjali.", "Ħafna minn dawn il- programmi diġa' ssemmew mill-kelliema ta' din in-naħa u meta wieħed iħares lejhom jirrealizza l-investiment kbir li dan il-gvern qed jagħmel fl- aġenziji u fil-kummissjonijiet fejn veru jsir ix-xogħol direttament f'servizzi fil-komunita' ma' dawk li huma l-iktar fil-bżonn.", "Hawnhekk għandi tabella li turi fondi vvotati jew minfuqa taħt id-diversi voti tal- ministeru għall-politika soċjali bejn l-1997 u l-2000 li nitlob il-permess biex inqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta tqabbel l-ispiża totali mingħajr ma tieħu in konsiderazzjoni l-housing jirriżulta li fl-1998 kien hemm vot totali ta' kważi Lm4.4 miljun mentri din is-sena hemm ivvutati kważi Lm5.5 miljuni.", "Dan ifisser li din is-sena qed nivvotaw madwar Lm1.1 miljun iżjed biex dawn is-servizzi jkunu jistgħu jiffunzjonaw, ikunu jistgħu jkabbru l-firxa tagħhom, ikunu jistgħu jimpjegaw iżjed social workers u jkunu jistgħu jagħmlu x-xogħol tagħhom b'mod aktar effettiv ma' dawk li l-iktar għandhom bżonn.", "U hawn min għandu bżonn, għax jiena kultant ngħid li qed naqbdu biss the tip of the iceberg f'ċerti problemi soċjali f'dan il-pajjiż.", "U minkejja li qed nivvotaw Lm1.1 miljun iżjed u we are putting our money where our mouth is irrid ngħid li għad irridu ninvestu iżjed.", "Issa din iż-żieda terġa' toħroġ iktar qawwija jekk ma' taħt l-istess umbrella npoġġu wkoll il- voti tal-housing department u l-housing authority.", "Din l-istess tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra turi li meta tgħodd ukoll il-vot tal-housing għall-1998 iċ-ċifra sħiħa titla' għal Lm14.5 miljun u għal din is-sena titla għal kważi Lm19.6 miljun.", "Din tfisser qabża ta' Lm4 miljun.", "Naħseb li din hija prova li dan il-gvern qed jinvesti fl-oqsma fejn hemm dawk li l- iktar għandhom bżonn.", "Sur President, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar xi oqsma partikolari.", "Il- qasam tax-xogħol diġa' ġie ttrattat mill-kelliema ta' din in-naħa u jiena se nerġa' nirrepeti partijiet minnu.", "L-aħħar ċifra uffiċjali ppubblikata turi li l-qgħad f'Ottubru kien ta' 7,869.", "Din hija ċifra li titlob l- attenzjoni u ċifra li tisfidana għal iżjed xogħol.", "M'hijiex ċifra li jiena kuntent biha u rridu nibqgħu ninsistu biex noħolqu ekonomija li toħloq opportunitajiet ta' xogħol tajbin għal kulħadd.", "Din hija l-ikbar sfida li għandna quddiemna, qegħdin impenjati fiha u jiena konvint li l-politika ta' dan il-gvern se toħloq opportunitajiet ġodda fil-market services.", "Naħseb li bi slip il-Kap ta' l-Oppożizzoni naqqas l-importanza ta' dan is-settur.", "Se neħodha hekk għax lanqas nista' nemmen li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma riedx jagħti importanza lil dak li huwa konsidrat fid-dinja kollha bħala l-iktar parti li qed tespandi fl-opportunitajiet ta' xogħol, pero' ejja nqabblu daqsxejn iċ-ċifri dwar il-qagħad.", "Fl-ewwel sena ta' gvern laburista l- qgħad kien żdied minn 5,628 - iċ-ċifra li sab f'Ottubru ta' l-1996 - għal 6,901.", "Din hija żieda ta' 1,273.", "Issa sfortunatament il-qgħad żdied anke fl-ewwel 12-il xahar ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalista, pero' fl-ewwel 12-il xahar żdied b'682, jiġifieri b'nofs iż-żieda li ġiet reġistrata fil- qgħad fl-ewwel 12-il xahar ta' l-amministrazzjoni laburista.", "Barra minn hekk, f'dan it-12-il xahar kemm ilna aħna, il-labour supply żdied b'mod sostanzjali meta mqabbel mat-22 xahar ta' gvern laburista.", "Dan żdied b'1,865 ruħ, jiġifieri fit-12-il xahar minn Settembru 1998 sa Settembru 1999 daħlu 1,865 ruħ ġodda li ħafna minnhom jirrappreżentaw nisa li qed ifittxu x-xogħol.", "Dan ukoll huwa sinjal tajjeb ħafna.", "Din iż-żieda fil- fatt hija d-doipju taż-żieda li kienet seħħet fl-aħħar sena ta' l- amministrazzoni laburista u tfisser li aktar nies qed ifittxu xogħol u iktar nies qed jirreġistraw għax jemmnu li se jsibu x-xogħol.", "Sur President, aktar kmieni jiena semmejt is-settur tal-market services.", "Skond l-economic survey - tabella 3.10 paġna 169 - bejn Settembru 1997 u Settembru 1998 taħt l-amministrazzjoni laburista l-market services żied 460 ruħ.", "F'dawn it-12-il xahar bejn Setembru 1998 u Settembru 1999 taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista l-market services żdied b'1,877, jiġifieri erba' darbiet iżjed.", "Barra minn hekk is-settur privat ħoloq 1,038 impjieg ġdid, l-impjiegi part-time għal dawk li għandhom impjieg permanenti żdiedu b'1,082 u fost dawk li jaħdmu part-time biss hemm żieda ta' 2,111 li l- biċċa l-kbira minnhom huma nisa.", "Dawn mhux sinjali pożittivi?", "Mela dawn iċ- ċifri kienu jiżdiedu kieku l-ekonomija mhux qed toħloq l-opportunitajiet?", "Dawn iż-żidiet ġew reġistrati għax l-ekonomija qiegħda tiġġenera l- attivita' u qiegħda toħloq l-opportunitajiet tax-xogħol.", "Dan ifisser li aħna kuntenti?", "Assolutament le!", "Għad fadal ħafna iżjed x'nagħmlu pero' hawnhekk ippretendejt li għallinqas xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni jsemmihom dawn l-affarijiet.", "Dan bħalma ppretendejt - u dan il-punt għamlitu l-Onor.", "Dolores Cristina - li xi ħadd min-naħa l-oħra jsemmi l- fatt li l-ETC din is-sena għandha vot li huwa record meta mqabbel mas-snin l-oħrajn.", "Ġew ivvotati Lm300,000 iżjed milli qatt ġie vvotat lill-ETC għax nirrikonoxxu li dan huwa mument ta' sfida u mument fejn irridu ninvestu ħafna f'ħafna affarijiet inkluż u b'mod partikolari t-taħriġ.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li għaddejjin diskussjonijiet importanti ħafna bejn il-ministeru għall-politika soċjali u l-ministeru ta' l- edukazzjoni għax għandna bżonn ninvestu ħafna iktar fil-parti vokazzjonali.", "Hawnhekk ukoll kont nistenna li ssir riferenza għall-fatt li taħt il-vot ta' l-edukazzjoni hemm vot qawwi maħsub biex jitwaqqaf il-kulleġġ Malti għall-arti, xjenza u teknoloġija.", "Hemm investiment ta' eluf kbar ta' liri biex dak il-kulleġġ isir għax dan ikun is-sigriet kif nistgħu nkomplu mhux biss naħsbu għall-isfidi tal-ġejjieni imma anke biex inkunu nistgħu noħolqu ġenerazzjoni ġdida li tkun tista' twieġeb għall-isfidi tat-teknoloġija moderna.", "Din m'hijiex ħaġa tajba?", "Allura għaliex m'għandniex il-kuraġġ li niġu hawnhekk u ngħidu li din hija ħaġa tajba?", "Sur President, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia għamel kumment fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Ħadd min naħa l-oħra ma semma' dan il- qasam.", "Allura din ma tiswa xejn?", "Din m'għandha x'taqsam xejn mal-boxxla soċjali u mal-kuxjenza soċjali?", "Irridu nifhmu li f'dan il-qasam qegħdin lura ħafna meta mqabbel ma' pajjiżi oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) X'għandha x'taqsam l-Unjoni Ewropea fuq din?", "Din tfisser li l-ħaddiema tagħna jkollhom kondizzjonijiet ta' xogħol xierqa.", "Il-ħaddiema tagħna lanqas bi standards minimi m'huma salvagwardati.", "Issa din il-ħaġa se nsolvuha għax se jsiru l-istandards minimi u se tinħoloq l-awtorita' għas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Issemmew ukoll l-emendi għal liġi dwar il- kondizzjonijiet ta' l-impieg u għal dik tar-relazzjonijiet industrjali.", "Iva, dawk se jsiru wkoll.", "Jiena stajt għażilt li nagħmel bulldozing u naqbad u nippreżenta abbozz ta' liġi mingħajr ma nagħti kas ta' ħadd.", "M'għażiltx hekk imma għażilt li nitkellem u nistenna.", "Għażilt li nikkonsulta mal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, u s'issa għadni qed nistenna.", "Hemm limitu safejn nista' nistenna, ħalli nagħmilha ċara, pero' nixtieq ħafna li jekk jista' jkun ikollna qbil mal-partijiet soċjali f'dan ir-rigward.", "Nixtieq li jekk jista' jkun dawn l-emendi jkollhom l-appoġġ tal- partijiet soċjali kollha, imma mbagħad fejn mhux possibbli allura l-gvern jerfa' r-responsabbilta' tiegħu u jieħu d-deċiżjonijiet.", "Sur President, fuq il-housing diġa' tkellmu kelliema oħrajn u allura mhux se nidħol fid-dettal.", "Irrid ngħid li għal dak li għandu x'jaqsam mal- housing kien hemm bidla importanti ħafna fil-politika tal-gvern.", "Ix-shift qed ixaqleb iżjed lejn focus soċjali.", "Mhux għax dan ma kienx qabel pero' rridu nirrikonoxxu li aħna qed intejbu dak ix-shift u qed nikkonċentraw iżjed fuq il-bżonnijiet soċjali f'pajjiżna.", "Jiena rrid nirreġistra, għax kburi biha, li matul dawn it-12-il xahar dan ix-shift komplejna nimbuttawh lejn il-bżonnijiet soċjali u fost affarijiet oħra tejjibna l-iskemi li jirrigwardaw l-istallazzjoni tal-lifts, tejjibna skemi oħra u tejjibna s- sistema tal-means testing.", "Barra minn dawn ħadna ħafna inizjattivi oħra li m'hemmx għalfejn nerġa' nirrepetihom.", "Dwar il-persuni b'diżabilita' tkellem ukoll l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "(Interruzzjonijiet) Veru li l-Onor.", "Marie Louise Coleiro għamlitli mistoqsija, pero' li tistaqsini sempliċement mistoqsija ma naħsibx li dan ifisser li tkun tkellmet fuq il-persuni b'diżabilita'.", "Jien mhux se noqgħod nitkellem fuq il-fatt li aħna żidna l-vot lill-kummissjoni u fuq il-liġi għall-persuni b'diżabilita' pero' rrid ngħid li huwa vantaġġ li jkollok ministeru li jiġbor kollox taħt umbrella waħda, għaliex ħafna mill-politika f'dak li għandu x'jaqsam, per eżempju ma' l-akkomodazzjoni soċjali huma mfassla wkoll għall-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilita'.", "Sur President, l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici semma wkoll il-bidla uffiċjali fil-politika f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi għall-anzjani.", "Għamilna dikjarazzjoni ċara li s-servizzi fil-komunita' għall-anzjani m'hijiex kwestjoni ta' eta'.", "Ma jfissirx li malli tilħaq l-eta' tal- pensjoni allura tiġi intitolata għas-servizzi.", "Li huwa importanti huwa l- bżonn.", "Bniedem jista' jkollu 30 sena u jkollu bżonnijiet kbar u ieħor jista' jkollu 70 sena u ma jkollu bżonn ta' xejn .", "Dak huwa l-kriterju li qed nużaw.", "Dik hija l-ġustizzja soċjali!", "U jrid ikollok il-kuraġġ biex tieħu dawn id-deċiżjonijiet.", "U din id-deċiżjoni ttieħdet uffiċjalment u l- Onor. Antoine Mifsud Bonnici kkwota ċ-ċifri biex juri li fil-fatt din il- policy importanti qiegħda titwettaq.", "Sur President, issemmew ukoll aġenziji importanti ħafna li wkoll huma kruċjali u li l-gvern qiegħed jinvesti ħafna flus biex ikunu jistgħu jtejbu s-servizzi tagħhom.", "Fuq l-SWDP rridu nirrikonoxxu li għandha r-rwol importanti ħafna, għamilna tajjeb li s-sena li għaddiet investejna flus fiha u għamilna iżjed tajjeb li din is-sena li qed inkomplu nżidu.", "Qed ngħid hekk għax bħalissa qed naħdmu - u qegħdin fi stadju avvanzat - fuq liġi komprensiva għal dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tat-tfal f'pajjiżna.", "Din hija liġi li fl-aħħar mill-aħħar tolqot mill-viċin ħafna lill-familja, hija liġi li aħna rridu norqmuha iżjed u li fiha l-SWDP - li hija aġenzija importanti u ċentrali f'pajjiżna fil-qasam ta' l-appoġġ għall- familji, għan-nisa msawwta u għat-tfal li jkunu abbużati - għandha rwol importanti ħafna.", "Sur President, xtaqt ngħid żewġ kelmiet ukoll fuq in-nisa.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro dalgħodu nformatna li l-oppożizzjoni ddeċidiet li titkellem fuq il-qasam tan-nisa meta jiġi quddiem dan il-parlament il-vot tal-prim ministru.", "Fair enough pero' nixtieq nirreġistra li konċettwalment din hija ħaġa skandaluża.", "L-oppożizzjoni għandha l-opportunita' li tiddibatti l- qasam tan-nisa f'mument meta qed nitkellmu fuq opportunitajiet ta' xogħol, fuq saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol, fuq dak li għandu x'jaqsam mal- familja u fuq dak li għandu x'jaqsam ma' nisa bi problemi, għandha l- opportunita' li titkellem dwar single mothers, dwar in-nisa fil-qasam tal- housing u fuq kemm qed nipprovdu postijiet li jkunu addattati għal nisa li jkunu ġew imsawwta u mkeċċija minn żwieġhom pero' għażlet li titkellem fuq dan il-qasam taħt il-voti tal-prim ministru.", "Jiena nirrispetta d-deċiżjoni ta' l-oppożizzjoni, pero' fl-opinjoni tiegħi - li tistgħu ma taċċettawhiex - konċettwalment l-oppożizzjoni qed turi li m'hijiex qed tfittex dak li hu ta' sustanza, għax is-sustanza hi li titkellem proprju fuq l-affarijiet li jolqtu direttament lill-mara.", "Jiena m'għandix dubju li l-Prim Ministru jieħu pjaċir jisma' interventi li għandhom x'jaqsmu man-nisa f'pajjiżna, pero' jiena kont nistenna u kont nippreferi li kieku l-oppożizzjoni tkellmet dwar kif nistgħu ngħollu r-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl- iżvilupp ta' l-ekonomija fil-pajjiż u dwar kif jirrelataw in-nisa max-xibka soċjali ta' pajjiżna.", "Dak hu li xtaqt nisma', imma ma smajtux.", "Sur President, fuq l-anzjani m'hemmx għalfejn nidħol fid-dettal għaliex is-suġġett koprih tajjeb ħafna l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici pero' fuq il- pensjonijiet importanti li ngħidu żewġ kelmiet b'serjeta' u b'maturita'.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli, tipprovawx tippolitiċizzaw l-issue tal- pensjonijiet.", "Meta tagħmlu hekk tkunu qed tagħmlu ħsara lill-pajjiż u lill- ġenerazzjonijiet futuri ta' pajjiżna.", "Bħala gvern u bħala oppożizzjoni kellna - u għad għandna - ċ-ċans inpoġġu madwar mejda u flimkien ma' l- esperti biex naraw sewwa s-sitwazzjoni u nipprovaw naslu għas- soluzzjonijiet.", "Aħna waqqafna kummissjoni li fiha qed jipparteċipa kulħadd - inkluż il-unions u ż-żgħażagħ - minbarra l-oppożizzjoni.", "Issa din il- kummissjoni qiegħda hemm biex issolvi problemi għall-ġenerazzjonijiet futuri inkluż uliedna!", "(Interruzzjonijiet) Ikkritika kemm trid, ħu opportuniżmu politiku kemm trid, imma skużi, ma tistax tikkontradixxi lilek innifsek!", "Ma tistax tiġi hawn u tikkritika fuq il-pensjonijiet u fl-istess ħin tgħid li ma tridx tipparteċipa f'kummissjoni li qegħda hemm biex tipprova ssolvi l-problema u taqbad u taħsel idejk.", "Mhux talli hekk, talli fuq stazzjon tat-television jiena smajt lid-deputat kap tal-Partit Laburista, Dr. Joe Brincat, jgħid li dik hija problema ta' 20 sena oħra u allura jkun aħjar jekk naraw il-problemi tal-lum.", "Imma din x'serjeta' hi?", "Din hija waħda mill-ikbar sfidi għall-ġenerazzjonijiet ta' għada u l- oppożizzjoni taħsel idejha minnha!", "(Interruzzjonijiet)", "Mhux talli hekk talli l-Onor.", "Karl Kirkop dalgħodu staqsieni għaliex il- vot tal-pensjonijiet m'huwiex l-istess bħal tas-sena ta' qabel.", "Imma jaħasra l-vot li qed jikkwota l-Onor.", "Karl Kirkop huwa l-vot li jirrappreżenta l-estimi ta' spiża għas-sena d-dieħla li trid tmur għall- pensjonijiet ta' l-irtirar.", "Issa din tiddependi ħafna fuq l-eżerċizzju tar- reviżjoni tal-pensjonijiet u tiddependi ħafna wkoll fuq kif tikkalkola l- estimi.", "Dan ma jfissirx li se jonqsu l-pensjonijiet.", "Imma jaħasra, nerġa' nirripeti, ejjew għal darba nagħmlu sforz ta' maturita' f'dan il-pajjiż.", "Fuq issue li tittratta t-tfal tagħna għall-futur għandu jkollna l-kuraġġ li npoġġu madwar mejda u nitkellmu apertament ħalli nsibu s-soluzzjonijiet.", "Il- pajjiżi kollha tad-dinja qed jagħmlu dan.", "Din m'hijiex problema ta' Malta biss imma hija problema li qed jiffaċċjawha l-pajjiżi tad-dinja kollha minħabba l-mod kif qed tiżviluppa l-popolazzjoni fil-pajjiżi kollha.", "Allura f'dan il-pajjiż fuq ħaġa bħal din m'aħniex kapaċi li npoġġu bilqiegħda u nsibu mod kif nitkellmu?!", "Ma jkun ġara xejn jekk tikkritika politkament, imma għallinqas agħti l-kontribut!", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-ministeru għall-politika soċjali ma jistax jaħdem f'garżella maqtugħ mir-realtajiet l-oħrajn u huwa ministeru li jrid ikollu interface tajba ħafna mal-ministeri l-oħra kollha.", "Il-ġid li rridu noħolqu fl-aħħar mill-aħħar irid jibbenefika minnu kulħadd, speċjalment dawk li huma l-iktar batuti.", "F'dan il-qasam matul it-12-il xahar li għaddew sar eżerċizzju tajjeb ħafna - u fuqu anke qed nibnu inizjattivi għas-sena d-dieħla - b'kordinazzjoni sħiħa mal-ministeru tal- finanzi.", "L-iskop ta' dan l-eżerċizzju kien li naraw jekk ix-xibka ta' benefiċċji soċjali li għandna f'pajjiżna hijiex veru qed tmur għand dawk li l-iktar għandhom bżonn u naraw ukoll jekk hemmx abbużi.", "Issa dan l- eżerċizzju ma sarx sempliċement biex naqtgħu l-kurżita' dwar jekk għandniex sistema li għandha xi toqba 'l hawn u 'l hemm minn fejn wieħed jista' jgħaddi imma sar biex jiġi deċiż x'għandu jsir.", "Barra minn hekk, min qgħad attent għad-diskors tal-ministru tal-finanzi u min analizza l-estimi induna li għas-sena d-dieħla se titwaqqaf unit li se jingħata għodda biżżejjed biex ikun effettiv ħalli permezz tiegħu nkunu ċerti - u din hija r-responsabbilta' li għandna fuq spallejna kollha kemm aħna, u jagħmlu sew il-membri ta' l-oppożizzjoni meta jgħidulna biex nieħdu ħsieb li ma jkunx hawn l-abbuż - li jitnaqqsu l-abbużi.", "Il-ministru tal-finanzi qal li din m'hijiex xi kummissjoni għall-moralita' fiskali - li kienet tajba u jien mhux qed ngħid li hawnhekk m'għandniex nitkellmu fuq il- moralita' fiskali - imma hija tax compliance unit.", "Se nsibu lill- oppożizzjoni warajna biex nieħdu dawn il-passi?", "Issa naraw, iż-żmien jagħtina parir.", "Sur President, l-aħħar żewġ kelmiet nixtieq niddedikahom lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Irrid ngħid li dan id-dipartiment irid ikompli fl- inizjattivi tiegħu biex jirfina dejjem iżjed il-kwalita' tas-servizzi li huwa qed jagħti.", "Dan irid jagħmlu billi l-ewwelnett hu stess jaċċerta li s- servizzi kollha jmorru għand dawk li l-iktar għandhom bżonn.", "Wara kollox dawn is-servizzi hekk kienu ddisinjati u dan kien is-sens wara kull miżura ta' benefiċċji soċjali li dan il-pajjiż daħħal taħt kull gvern.", "Pero' ejjew niftiehmu sewwa, irridu nkunu ċerti li dawk il-miżuri qed imorru tassew għand min l-iktar għandu bżonn u rridu wkoll li matul is-sena li ġejja nkomplu fil-proġett li aħna konna bdejna din is-sena li jkollna area offices li jkunu tassew jixirqu dak li pajjiżna għandu jkollu proprju fiż- żminijiet tal-lum.", "Dawn m'għandhomx ikunu biss uffiċċji fejn ikollok front office clerk fejn wieħed imur u jippreżenta formola imma għandhom ikunu uffiċċji li minnhom jingħata servizz ta' kwalita' liċ-ċittadin, lill- pensjonanti, lil min qed japplika għar-relief u lil min qed jirreġistra.", "Sur President, jien nagħlaq billi l-ewwelnett nirringrazzja - bħalma jien għandi d-dover li nagħmel u nagħmlu bil-qalb - lill-ħaddiema kollha li direttament u indirettament jaħdmu taħt l-umbrella tal-ministeru għall- politika soċjali.", "Il-programmi li nagħmlu jirnexxielna nwettquhom u ntejbuhom bis-saħħa tagħhom.", "Jien ngħid li dan budget żgur li ma darx mal- lewża imma mar f'ras il-għajn fejn il-gvern qed ikompli fuq dak li rnexxielu jirreġistra matul dawn it-12-il xahar.", "Kellna riżultati tajbin fit-12-il xahar u jekk il-Bambin irid fit-12-il xahar li ġejjin bis-saħħa tal-budget inkunu nistgħu nkomplu mexjin 'il quddiem.", "Dan huwa budget li jikxef min tassew qiegħed jaħdem fl-interess nazzjonali tal-ġenerazzjoni ta' issa u fl-interess nazzjonali tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Il-pass, iebes kemm hu iebes, fl-aħħar mill-aħħar ma jitteħidx biss biex inserrħu rasna għal-llum, għax inkella nkunu qed naraw sal-ponta ta' mneħirna, imma aħna rridu nserrħu rasna wkoll għall-futur u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Sur.", "President, dan huwa budget li fl-opinjoni tiegħi huwa għaqli u li jagħti kas ta' min se jintlaqat u kif se jintlaqat.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa budget li se jkompli jsaħħaħ il-kredibilita' li għandha l- politika mħaddma minn dan il-gvern.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 10 imressqa mill-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Billi intalbet votazzjoni, il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti skond il-Mozzjoni Numru 110 tas-17 ta' Novembru 1999.", "Billi fid-9.31 p.m. intalbet votazzjoni, il-kumitat kien sospiż u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "197", "FAVUR : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores|Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Vot 10 tal- Ministeru għall-Politika Soċjali.", "VOT 10 - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,190,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 - Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa. .", "VOTAZZJONI NRU.", "197", "FAVUR: 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 10 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 11 - SIGURTA` SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 56,459,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 - Sigurta` Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 11 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 13 - FAMILJA U ĦARSIEN SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 615,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Familja u Ħarsien Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 13 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 14 - KURA TA' L-ANZJANI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 9,827,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Kura ta' l-Anzjani, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 14 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 15 - DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 452,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Djar, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 15 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 16 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 638,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot 16 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT II - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,830,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt il-Vot II għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 10, 11, 13, 14, 15, 16 u II taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Diċembru, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2000 Ir-Raba' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skond il-mozzjoni Nru. 111 tas-17 ta' Novembru 1999 il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Diċembru fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.47 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SIGURTA SOĊJALI", "9891.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li ħlas b'lura ta' sentejn bolol, tal-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, ma ġewx u mhux qed jiġu aċċettati mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata mid-dipartiment dwar il-qagħda tagħha.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant jista' jikkuntattja lill-persuna direttament u jottjeni l-informazzjoni kollha mixtieqa.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - XOGĦOL NUTARILI", "9957.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8576, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex intgħażlu n-nutara msemmija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-każ tat-Tarzna ta` Malta, l-Air Malta, il- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta` Malta u l-Korporazzjoni Enemalta, intużaw l-istess kriterji li dawn l-azjendi wżaw fil-passat.", "In-nutar li wżat il- Maltacom tokkupa l-kariga ta` assistant general manager - legal affairs fl- istess kumpanija u li kellha l-kwalifiki u r-rekwiżiti kollha biex tagħmel dan ix-xogħol.", "Id-diviżjoni ta` l-ppjanar ekonomiku wżat is-servizzi tan- nutar tal-gvern kif hija l-prattika fejn jidħlu dipartimenti tal-gvern.", "ĠURIJIET", "9958.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jiġbor l-informazzjoni mitluba u ċioe' jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8555?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 8555 fis-seduta 179 ta' l- 10.11.99.", "MIDDLE SEA INSURANCE - BORD TAD-DIRETTURI", "10144.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8588, jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumplament tad-diretturi fuq il-bord tal-Middle Sea Insurance?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kumplament tad-diretturi fuq il-bord tal-Middle Sea Insurance huma dawn:", "Is-Sur Mario C Grech (Chairman) Is-Sur Joseph FX Zahra (Deputy Chairman) Is-Sur Giorgio Daboni Is-Sur Roland Franke Is-Sur Joseph V Gatt Is-Sur Louis Grech Dott John C Grech Is-Sur Mario Grima Is-Sur John G Hogg Dott Edgar Mizzi Is-Sur Frans Spiteri Is-Sur Lino Spiteri", "EU - ĦALIB TAT-TRAB - SUSSIDJU", "11642.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l- industrija lokali li tuża bħala kompożizzjoni l-ħalib tat-trab se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill-poplu?", "Jista' l- Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent ma teżisti l-ebda skema fejn il-gvern iħallas sussidju fuq l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib.", "EU - ĦOBŻ - SUSSIDJU", "11643.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l- industrija lokali tal-ħobż se titlef sussidju fuq l-importazzjoni tal-qamħ u dqiq, jista' jgħid kif dan se jaffetwa lill-industrija lokali u lill- poplu?", "Jista' jgħid xi studju sar mill-gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-importazzjoni kollha tal-qamħ f`Malta ssir permezz tal-Medigrain, kumpanija li fiha l-gvern għandu l-maġġoranza ta` l- ishma.", "Il-Medigrain tħaddem skema maħsuba sabiex il-prezz li bih jinbiegħ il-qamħ f`Malta jibqa` wieħed stabbli.", "Dan fil-prattika jimplika sussidju fuq l-importazzjoni tal-qamħ li jintuża sabiex jinħadem fi dqiq.", "Fl-istess waqt, bħalissa, teżisti levy fuq l-importazzjoni tad-dqiq.", "Mad-dħul ta` Malta fl-Unjoni Ewropea, il-levy fuq l-importazzjoni tad- dqiq trid tispiċċa.", "Min-naħa l-oħra, il-pożizzjoni tal-Medigrain u ta` l- operat tagħha għadu qed jiġi studjat.", "EU - TRAB TAL-ĦALIB - SUSSIDJU", "11644.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l- industrija lokali li tagħmel użu mit-trab tal-bajd u prodotti oħra simili se titlef sussidju fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti u prodotti oħra mportati magħmula minnhom, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffetwa lill- industrija lokali u lill-poplu?", "Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent ma teżisti l-ebda skema fejn il-gvern iħallas sussidju fuq l-importazzjoni tat-trab tal-bajd.", "INDUSTRIJALI TAL-MAJJAL - SUSSIDJU", "11645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, l-industrija lokali tal-majjal se titlef sussidju fuq l-importazzjoni tal-gwież, il-protezzjoni tal-levy u tal-kwota tal-produzzjoni, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffettwa lill-industrija lokali u lill-poplu?", "Jista' jgħid xi studju għamel il-gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan l-impatt?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' dan ir- rapport?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper ta' Malta vis-a-vie l-industrija tal-majjal qed tiġi ppreparata u meta jkun il-waqt tiġi ppublikata.", "MAJJAL - PREZZIJIET", "11646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-produtturi tal-pajjiżi membri ta' l-UE li jġiebu prezz medju ta' 82c-il kilo għal majjal, kif iġiebu fil-preżent il-produtturi Maltin u Għawdxin?", "Jista' jgħid kemm huwa kkalkolat li produttur Maltin jrid iwaqqa' l-prezz tiegħu sabiex ikun bħal produtturi ta' l-UE?", "Jista' l-Ministru jgħid f'Settembru ta' din is-sena kemm kienu l- prezzijiet tal-majjal f'Malta għall-produtturi lokali u kemm kien dak f'kull pajjiżi membru ta'l-UE għar-raħħala tal-pajjiżi membri?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezzijiet ivarjaw minn żmien għal żmien u minn suq għal suq, anki fl-istess Ewropa u saħansitra wkoll anke minn suq għal suq ġewwa l-istess pajjiż Ewropew.", "Għaldaqstant ma nafx x'sens jagħmel li wieħed jipparaguna l-prezzijiet mingħajr ma jkun qed jagħti każ il-fatturi ekonomiċi kollha relevanti u prevalenti f'kull suq.", "Infakkar ukoll li l-prezz tal-majjal jiddependi fuq il-bilanċ bejn provvista u domanda.", "L-Onor Interpellant għalekk għandu jsir konxju tal- fatt li l-proġett fjask tiegħu ta' l-esportazzjoni tal-majjal fejn b'tant daqq ta' trombi kien jgħid li kellha ssir esportazzjoni ta' 10,000 majjal, meta fir-realta' ġew esportati biss 43 majjal, l-istess qerq u ingann ta' l-Onor Farrugia serva biss biex ġiegħel lir-raħħala jkabbru l-produzzjoni meta ma kienx hemm bżonnha u allura din iż-żieda serviet ta' dannu għall- istess industrija.", "MAJJAL - PRODUTTURI", "11647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru qal li l-produtturi tal-majjal bi sħubija sħiħa ta' Malta se jesportaw kemm iridu l-prodotti tagħhom lejn il-pajjiżi ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat il-prezz tal-majjal li bih il-produtturi Maltin iridu jesportaw il-prodotti tagħhom sabiex ikunu kompetittivi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezz tal-majjal fis-swieq tal-pajjiżi membri ta' l-UE ivarja minn żmien għal żmien.", "Li hu żgur huwa li l-majjal Malti, meta nkunu membri sħaħ ta' l-UE, ma jkunx suġġett għad-dazji projbittivi kif suġġett meta ġie esportat il-majjal fi żmien l-Onor.", "Interpellant.", "Infakkar ukoll li l-prezz tal-majjal jiddependi fuq il-bilanċ bejn provvista u domanda.", "L-Onor.", "Interpellant għalhekk għandu jsir konxju tal- fatt li l-proġett fjask tiegħu ta' l-esportazzjoni tal-majjal, fejn b'tant daqq ta' trombi kien jgħid li kellha ssir esportazzjoni ta' 10,000 majjal meta fir-realta' ġew esportati biss 43 majjal, l-istess qerq u ingann ta' l- Onor. Farrugia serva biss biex ġiegħel lir-raħħala jkabbru l-produzzjoni meta ma kienx hemm bżonnha u allura din iż-żieda serviet ta' dannu għall- istess industrija.", "VETTURI IMPRESSED", "11821.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies impjegati bħala impressed mal- gvern?", "Kemm hemm vetturi li huma kkalkolati bħala impressed?", "Kemm intuża fuel, petrol u diesel matul dawn l-ewwel 11-il xahar?", "X'kontrolli hemm biex jiġi żgurat li jintuża biss dak il-fuel li jkun hemm bżonn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.", "PIXXINA NAZZJONALI", "11822.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11062, jista' l-Ministru jikkonferma li biex il-bord amministrattiv tal- pixxina nazzjonali ħallas is-somma ta' Lm18,300 kellu jitlob il-gvern biex jingħata bil-quddiem il-ħlas ta' tliet xhur li l-gvern jagħti biex jgħin fil-ħlas ta' fuel u xogħol ieħor?", "Kif ħadem il-bord tal-pixxina biex iħallas il-kontijiet matul Ottubru, Novembru u issa Diċembru, la m'għandux għad-dispożizzjoni tiegħu s-somma ta' aktar minn Lm6,000 li l-gvern jgħaddilu kull xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-bord tal-pixxina nazzjonali jmexxi l-kumpless b'fondi mogħtija lilu mill-gvern u oħrajn ġenerati minnu stess b'attivitajiet li jsiru fil-pixxina nazzjonali.", "Dawn il-fondi huma biżżejjed biex il-bord jissodisfa l-obbligi tiegħu għal din is-sena.", "PULIZIJA - PERSUNI MAĦRUBA", "11823.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1999 kemm-il persuna ħarbet meta kienet taħt il-kustudju tal-pulizja?", "Jista' f'kull każ jagħti: (a) l-isem tal-persuna; (b) in-nazzjonalita'; (c) meta saret il-ħarba; u (d) jekk il- persuna nqabditx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA TA' L-IMMIGRAZZJONI - ĊITTADINI MAROKKINI", "11824.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11065, jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' nies li matul din is-sena nżammu milli jidħlu f'pajjiżna: (a) fl-ajruport; (b) fil-port?", "Tinżamm statistika dwar in- nazzjonalita' ta'dawn in-nies?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti l-lista tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - NIES ARRESTATI", "11825.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika biex turi kemm minn nies arrestati mill-pulizija jkunu qed jabbużaw mid-droga, anke jekk jiġu arrestati fuq każi ta' serq, attentat ta' qtil, eċċ.?", "Jekk iva, jista' jagħti l-figuri għal din is-sena?", "Jekk le, jaħseb li statistika bħal din għandha tibda tinżamm biex tgħin lill-pulizija fix-xogħol tagħha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma tinżammx.", "Ninsab informat ukoll li skond il-pjan strateġiku tal-korp tal-pulizija għas-snin 1999 - 2000 hu maħsub li din it-tip ta` statistika tibda tinżamm.", "MMA - KAPTAN VENICH JURGENS", "11826.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tiegħu dwar id-duties tal-Kaptan Venich Jurgens tal-MV Global Mariner, kif irrapportat mill-gazzetti, fejn ikkritika l-operat tal-vapuri li joperaw taħt il- bandiera Maltija?", "Din is-sena, kemm-il vapur taħt il-bandiera Maltija nżamm milli jsalpa minn portijiet minħabba kundizzjonijiet ħżiena fuq il- vapur jew minħabba nuqqas ta' ħlas ta' pagi lill-ekwipaġġ?", "X'passi tieħu l- awtorita' marittima meta jkun hemm rapporti bħal dawn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn informazzjoni li għandha f`idejha s'issa l-awtorita' marittima jidher li matul din is-sena kien hemm madwar 40 bastiment Malti li ġew detenuti minħabba xi defiċjenzi li għandhom x`jaqsmu mal-kundizzjonijiet ta` l-għajxien tal-baħħara fuq il- bastiment.", "Każijiet bħal dawn li jiġu għall-attenzjoni ta` l-awtorita` marittima jiġu mistħarġa bil-għan li d-defiċjenzi li jkun hemm jiġu rranġati mill-aktar fis possibbli.", "Għalkemm jidhirli li l-kummenti tal-kaptan kienu esaġerati, xorta waħda tlabt lill-ITF. biex jekk ikollha xi informazzjoni dwar dak li għamel riferenza għalih il-kaptan, dan ukoll jgħaddi l-informzzjoni lilna.", "SENIOR OPERATIVE (RUBBLE WALL BUILDERS)", "11827.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformana fiex kien jikkonsisti t-trade test u l- interview għal postijiet ta' senior operative (rubble wall builders)?", "Meta se jsir test ieħor bħal dan?", "Kemm applikaw persuni għal dan it-test u kemm għaddew mit-test u mill-interview?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-trade test u l- interview għall-postijiet ta' senior operative (rubble wall builders) kien jikkonsisti:", "L-ewwel parti kienet trade test, eżami prattiku fejn kull kandidat kellu jibni biċċa ħajt tas-sejjieħ;", "It-tieni parti kien l-interview li kien jikkonsisti f'numru ta' mistoqsijiet fuq is-sengħa tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ.", "Kien hemm ukoll xi mistoqsijiet fuq is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;", "Għal dan il-post kien hemm 101 applikazzjoni.", "Għaddew mill-parti prattika 48 u għaddew mill-interview 41.", "Huwa maħsub li applikazzjoni oħra għall-postijiet ta' senior operative (rubble wall builder) terġa' toħroġ għal Mejju/Ġunju tas-sena 2000.", "EDUKAZZJONI - EU", "11828.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tikkonferma li ġie maħtur kordinatur bejn il-ministeru tagħha u d-dipartiment ta' l-edukazzjoni f'Għawdex biex dan jistruwixxi lit-tfal dwar l-importanza ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jekk dan huwa minnu, tista' tikkonferma jekk huwiex isir l-istess fl-iskejjel f'Malta?", "X'inhu s- salarju ta' dan il-kordinatur?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ingaġġ ta' dan il-kordinatur?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li ma ġie maħtur l-ebda kordinatur bejn il-ministeru għal Għawdex u l-fergħa ta' l-edukazzjoni f'Għawdex.", "TOROQ - TISWIJA", "11829.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħtini l-lista tat-toroq li l- kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għadda lid-dipartiment tat-toroq sabiex dawn jiġu asfaltati mill-Gvern Ċentrali?", "Meta waslet din il-lista (data)?", "Kif hi l-ordni ta' prijorita' ta' dawn it-toroq kif rakkmandat mill-istess kunsill?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment qed jistenna l- informazzjoni mill-kunsill lokali ta` Ħaż-Żebbuġ peress li fi żmien li l- kunsilli lokali kienu qed jgħaddu l-informazzjoni meħtieġa dwar l-asfaltar ta` toroq lid-dipartiment, il-kunsill lokali ta` Ħaż-Żebbuġ ma kienx għadu kostitwit.", "Sal-lum din l-informazzjoni għadha ma ngħatatx.", "ENEMALTA - AZZJONI INDUSTRIJALI", "11830.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-azzjoni industrijali sabiex ħaddiema ma jirrispondux it-telephone ordnat mill-GWU fil- korporazzjoni Enemalta kienet għada effettiva nhar is-Sibt 27 ta' Novembru, il-Ħadd 28 ta' Novembru, it-Tnejn 29 ta' Novembru u t-Tlieta 30 ta' Novembru?", "Jaf il-Ministru li f'dawn il-ġranet bil-maltemp qawwi diversi residenti sfaw mingħajr dawl elettriku b'detriment qawwi fuq kulmin kien jenħtieġ is- servizz tad-dawl?", "Il-GWU kienet aware ta' din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-azzjonijiet industrijali ordnati mill-General Workers` Union lill-membri tagħha ġewwa l-Enemalta bdew fit-18 ta` Novembru li għadda u ġew sospiżi b`seħħ mill-1 ta` Dicembru, u għaldaqstant fil- ġranet li għalihom qed issir riferenza kienu għadhom fis-seħħ.", "Naħseb li mhux jien biss , iżda kull persuna li tgħix f`dawn il-gżejjer kienet konxja li l-maltemp li ħakem lil pajjizna f`dawk il-ġranet ikkawża ħsara fis-sistema elettrika li kienet ta` detriment qawwi għal dawk kollha milquta.", "MALTACOM - HUMAN RESOURCE MANAGER", "11833.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk Mr Cole, human resource manager fil-Maltacom ġiex sospiż mix-xogħol tiegħu fil-kumpannija?", "Jekk fl- affermattiv, għaliex sar il-pass?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-human resources manager ġie sospiż mix-xogħol tiegħu bħala pass dixxiplinarju.", "ENEMALTA - XIRI TA' ŻEJT", "11834.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara żejt - kull tip - mill- Enemalta minn Frar, 1999 'l hawn?", "B'liema prezz inxtara u x'kien il-prezz fl-istess ħin fuq is-suq internazzjonali?", "Jista' l-Ministru jirrispondi għal kull xirja li saret u kemm inxtara materja prima f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-informazzjoni mitluba hija kollha ta` natura kunfidenzjali u qatt ma kienet il-proċedura li tiġi ppublikata.", "FSM - TINDIF", "11835.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna li qed tieħu ħsieb it-tindif u li ġiet offruta kuntratt mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi?", "Din il-persuna ġiet impjegata mill-ETC, jew wara sejħa għall-ingaġġ fil-ġurnali, jew inkella b'mod divers?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' din il-persuna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal liema post ta` tindif qiegħed jirreferi.", "SAĦĦA - HOSPITAL AUXILIARIES", "11836.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm hospital auxiliaries li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif, eskluż dawk li jaħdmu fil-laundry?", "Dawn il-hospital auxiliaries se jitħallew fejn huma jew hemm xi ħsieb li jintbagħtu kollha jagħmlu xi tindif ta' l-isptarijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "QRATI - TESTIJIET TAD-DNA", "11837.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li f'kawża ta' filjazzjoni u paternita' l-imħallfin jingħataw il-poter jordnaw li jsiru testijiet tad- DNA, u dan sabiex naġġornaw il-proċedura maż-żmenijiet?", "Jaħseb il- Ministru li f'dan is-sens għandha ssir liġi idonea biex tiġi regolata din it-tip ta' prova?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi għall-artikoli 70 u 100A tal-Kodiċi Civili li jitkellmu dwar il-poteri tal-qrati fil-każi ndikati mill-Onor.", "Interpellant."]} {"filename": "20000405_279d_par.doc", "date": "2000-04-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 279 L-Erbgħa, 5 ta' April, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 279", "L-Erbgħa, 5 ta' April, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "279", "L-Erbgħa, 5 ta' April, 2000", "WERREJ MINUTI 788MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 788", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA SKOND ORDNI PERMANENTI NRU.", "13 794", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PRIVATTIVI INDUSTRIJALI (IT-TIENI QARI) PATENTS BILL (SECOND READING) 798 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMUNITAJIET U L-PRIVILEĠĠI DIPLOMATIĊI (IT-TIENI QARI) DIPLOMATIC IMMUNITIES AND PRIVILEGES (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 811", "AĠĠORNAMENT 813", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 818", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 278 li saret fl-4 ta' April, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "FINANZI - XIRI TA' KAROZZI", "13326.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mixtrija mill-ministeru jew minn xi entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lil individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid lil min ingħataw; x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; kemm swew fi flus Maltin; u xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw donazzjoni bħal din?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġibija hija fin-negattiv.", "FINANZI - UŻU TA' KAROZZI TAL-KIRI", "13340.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mikrija lill-ministeru jew xi entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew proprjetà tal- ministeru jew ta' xi entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jgħid minn min qed jintużaw; minn meta bdew jintużaw; x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; kemm swew fi flus Maltin; u xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba hija fin- negattiv.", "PRIVATIZZAZZJONI - TASK FORCE", "15161.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "14916?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-task force tal- privatizzazzjoni ħejjew rapport li ntuża mill-world bank fit-tfassil tal- white paper.", "TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "15188.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jkun daqstant ġentili li jintervjeni sabiex individwu minn Ħal Tarxien - dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - jieħu l-arretrati dovuti lilu mid-dipartiment tat-taxxi interni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer, allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "15190.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex taxpayer mill-Fgura - dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - jirċievi l-arretrati dovuti lilu mid-dipartiment tat-taxxi interni, liema arretrati ilhom dovuti mill-1993 u jammontaw għal kważi Lm1,700?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-istess, ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa awtorizzat mit-taxpayer, allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "AMBJENT - DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "13509.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li xi snin ilu d-dipartiment tad-drenaġġ inqasam f'żewġ sezzjonijiet, b'sezzjoni minnhom stazzjonata l-Marsa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li l-awtoritajiet ta' dak iż-żmien ħassew li skond l-esiġenzi tas-servizz dakinhar kien aħjar li d-dipartiment jinqasam b'dak il-mod, għal aktar effiċjenza.", "AMBJENT - DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "13510.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d- dipartiment tad-drenaġġ tal-Marsa jinsab fi stat degradanti?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk qattx irċeva rapporti dwar dan?", "Jista' jgħid meta u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninforma lill- Onor. Interpellant li t-taqsima tax-xogħlijiet diġà ħadet il-passi neċessarji biex jinbena post ġdid minflok il-workshops li hemm il-Marsa.", "Għal dan il-għan diġà ġiet sottomessa applikazzjoni lill-awtorità ta' l- ippjanar.", "LOCKERBIE - INVESTIGAZZJONI", "13511.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew Malta investigaturi mit-team tal-prosekuzzjoni tal-ġuri dwar il-każ ta' Lockerbie?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li l-investigaturi li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant ġew Malta diversi drabi.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti vis-a-vis dak li qed jiġri fil-ġuri dwar il-każ Lockerbie?", "Jista' jgħid jekk għandux xi standing vis- a-vis kif qed isir il-ġuri, anke forsi permezz ta' avukat li jirrappreżentah jew li jsegwi dak li jkun għaddej?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment il-każ Lockerbie qed jiġi segwit però m'iniex informat li qed tittieħed xi stand partikolari.", "Naħseb jien li jkun iktar għaqli li wieħed jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru għall- affarijiet barranin.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Intqal li l-Air Malta għandha avukat jew avukati jirrappreżentawha fil-kuntest ta' dak il-ġuri.", "Allura f'dan ir-rigward ċertament li jaqa' taħt il-kompetenza tal-ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Air Malta kellha lil Dr Edgar Mizzi jirrappreżentaha u issa ġie appuntat avukat ieħor f'dawn l-aħħar jiem.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma x'qed jistenna l-gvern mill-Air Malta fir- rigward tar-rappreżentanza?", "X'inhi l-policy ta' l-Air Malta?", "X'inhi l- policy tal-gvern vis-a-vis l-policy ta' l-Air Malta rigward ir- rappreżentanza tagħha f'dan il-ġuri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, ma naħsibx li l-Air Malta qed tieħu xi pożizzjoni partikolari, però dan huwa każ delikat u jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għandu xi mistoqsija partikolari nitolbu jagħmilha bil-miktub għaliex m'għandix l-informazzjoni li qed jitlob.", "LIĊENZJI - DĦUL", "13512.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mil- liċenzji tas-sewqan mill-1987 sa l-1996?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "LIĊENZJI - DĦUL", "13513.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 sa l-1996 kemm inġabru flus mil-liċenzji tal-karozzi u inġenji oħra li jinsaqu fit-triq li jitħallsu kull sena mis-sidien tal-vetturi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "DRENAĠĠ - ILBIES PROTETTIV", "13514.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' lbies protettiv suppost jużaw il-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ?", "Jista' jgħid jekk l- ilbies protettiv huwiex ta' protezzjoni assoluta u jassigura li huwa biżżejjed biex il-ħaddiema fl-ebda ħin u fl-ebda ċirkostanza ma jkunu qed jipperikolaw ħajjithom permezz tad-diversi gassijiet tossiċi li jistgħu jiltaqgħu magħhom fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninforma lill- Onor. Interpellant li qegħdin isiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mad- dipartiment tal-health & safety biex jiġi assigurat li l-protective clothing li jużaw il-ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ huwa sodisfaċenti għat-tip ta' xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Madankollu nixtieq ngħid li d-dipartiment kellu lbies protettiv għad- dispożizzjoni tal-ħaddiema.", "Dan ma jfissirx li għandna niefqu hemm u ma nfittxux jekk jeżistix ilbies ieħor li jkun aħjar u li jagħti aktar assigurazzjoni lill-ħaddiema.", "RABAT - TRIQ NIKOLA SAURA - DAWL", "15062.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li r-reflectors taż-zebra crossing fi Triq Nikola Saura fir-Rabat ilhom maqtugħin mhux ħażin, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa mill-aktar fis qabel ma jkun hemm xi inċident kawża ta' dan in-nuqqas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-manutenzjoni fuq id-dwal imsemmija diga` saret.", "GHEMIERI - BOZOZ", "15063.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li hemm bozoz maqtugħin ġo farmhouse fl-Għemieri - dettalji qed jintbagħtu separatament - jista' l- ministru jara li ssir il-manutenzjoni mill-aktar fis possibbli peress li dawn il-familji jgħixu fil-kampanja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-manutenzjoni fuq il-bozoz li għalihom qed issir riferenza diga` saret.", "MELLIEĦA - TRIQ IL-KAPPILLAN MAGRI - DAWL", "15064.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li fi Triq il-Kappillan Magri fil-Mellieħa hemm bozoz maqtugħa, jista' l-Ministru jara li ssir il- manutenzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-manutenzjoni fuq il-bozoz li għalihom qed issir riferenza diga` saret.", "HSBC - INVESTMENT FUNDS", "15159.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li b'kollox l-awtoritajiet Maltin diġà taw permess lill-HSBC biex jibagħtu barra minn Malta Lm30 miljun f'investment funds?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li kulmin jixtieq iqiegħed il-flus f'investment fund awtorizzat li jinvesti barra minn Malta, jista` jagħmel dan bla permess sal- limitu ta` investiment li kull individwu adult Malti jista` jagħmel f`munita barranija kull sena.", "Fil-preżent dan il-limitu hu ta` Lm15,000.", "Għaldaqstant fund managers m'għandhomx bżonn permess biex jibagħtu barra minn Malta flus bħal dawn.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' Ministru jgħidilna jekk kienx hemm xi intervent min-naħa tal-ministeru tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l- HSBC biex tibda tiċċarġja 50c fuq kull ċekk tal-gvern li jinħareġ u jiġi cashed għand l-HSBC?", "Għamel xi intervent fuq din il-ħaġa u, jekk iva, f'liema direzzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-HSBC hija kumpannija privata u naturalment dan mhux kompitu tal-ministeru tiegħi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-Ministru li din iċ-charge ta' 50c biex jissarrfu ċ-ċekkijiet tal-gvern se tnaqqas il-purchasing power tal- ħaddiem, tal-pensjonant u ta' min qiegħed fuq ir-relief?", "Ma jidhirlux li din se jkollha impatt ekonomiku u anke impatt soċjali?", "Allura ma jqisx li dan huwa kriterju biżżejjed validu biex jintervjeni f'din iċ-ċirkostanza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb wieħed jgħid li din iċ-charge qiegħda hemm għal min m'għandux account mal-bank, għax min għandu account mal-bank m'għandux dik iċ-charge.", "It-tieni nett hawnhekk għandek element ta' kompetizzjoni, għax mhux bank wieħed għandna fil-pajjiż.", "Naturalment wieħed irid jara kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni u m'għandix dubju li l-awtorità kompetenti tħares lejn dawn l-affarijiet u teżamina jekk ikunx hemm kompetizzjoni biżżejjed li twassal għal servizz tajjeb.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nifhem tajjeb li l-ministeru qed jagħmel monitoring tas-sitwazzjoni ħalli jara jekk banek oħra humiex se jagħmlu 50c charge ukoll, u li allura beħsiebu jintervjeni jekk banek oħra jibdew jagħmlu 50c charge, għaliex ħaġa bħal din awtomatikament tkun qed tinnega l- prinċipju tal-kompetizzjoni li qed isemmi l-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni japprezza li la l-bank ċentrali u lanqas l-MFSC ma jaqgħu qatt il-kompetenza tiegħi, mhux bħal fil-każ ta' l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta, li huwa obbligat li jsegwi dawn l-affarijiet.", "Once li għandek regolatur speċifiku għal dan is- settur, wieħed normalment iħalli lilu jagħmel monitoring tas-sitwazzjoni.", "Jekk inhuma issues ta' kompetizzjoni jkun hemm konsultazzjoni mar- regolatur, peress li l-banek jaqgħu taħt il-Competition Act.", "Il- competition office ikun jista' jintervjeni wkoll u fil-fatt m'hemm xejn li jżomm lil xi ħadd milli jressaq il-każ quddiem l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jikkonsidra l-Ministru li l-fatt li meta lill- pensjonanti, lil dawk li qegħdin fuq ir-relief, lil dawk il-ħaddiema li qegħdin fuq il-minimum wage u lill-ħaddiema l-oħra li m'għandhomx kont fil- bank qed tiċċarġjahom 50c, tkun qed tnaqqsilhom il-purchasing power u tkun qed tagħmel impact fuq il-pożizzjoni tagħhom bħala konsumaturi?", "Allura mil- lat tal-politika favur il-konsumatur, ma jħossx il-Ministru li għandu r- responsabbiltà li jintervjeni direttament biex għallinqas jindaga x'inhu jiġri?", "Jaħsibx ukoll li l-banek l-oħra li ma daħħlux dik iċ-charge issa se jkunu f'pożizzjoni li jdaħħlu dik iċ-charge, biex jiġu kollha in line u jipproteġu l-interessi tagħhom?", "Għax f'sitwazzjoni kompetittiva bħal din kulmin għandu ċekk xi jsarraf se jmur għandhom u l-banek l-oħra issa għandhom kull inċentiv biex jiċċarġjaw huma wkoll il-50c.", "Allura x'passi beħsiebu jieħu fid-difiża tal-konsumatur, fid-difiża tal-pensjonant, fid- difiża ta' min qiegħed fuq ir-relief, fid-difiża ta' min qiegħed fuq il- minimum wage, fid-difiża ta' min m'għandux kont u m'għandux għalfejn ikollu kont mal-banek, biex jara li din is-sitwazzjoni tiġi monitored, sorveljata u korretta malajr kemm jista' jkun?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, naħseb li din is-sitwazzjoni qed tiġi ġġudikata bil-quddiem wisq min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Personalment ma narax għaliex wieħed għandu jikkonkludi li l-kompetizzjoni se twassal biex banek oħra jagħmlu l-istess kif għamel dan il-bank.", "Irridu nifhmu wkoll li din m'hijiex charge għal kulmin irid isarraf ċekk imma għal min m'għandux account ma' dak il-bank - jiena naħseb li l-parti l- kbira tan-nies għandhom account u hemm kompetizzjoni biżżejjed - u ma tistax taqbad u tikkonkludi li dan huwa piż li se jeħel bih kulħadd.", "Wieħed irid jara li l-konsumatur ikollu l-għażla li jsib dak li l-aktar jaqbillu.", "Naturalment huwa fatt li kull transazzjoni lill-bank tqumlu dik ix-xi ħaġa wkoll, però hemm kompetizzjoni biżżejjed bejn il-banek biex wieħed ikun jista' jsib l-aħjar opportunitajiet għall-konsumatur.", "F'dan l-istadju jiena m'iniex qed nara li din hija xi sitwazzjoni fejn wieħed irid jintervjeni b'xi mod taħt il-Competition Act u jkun għaqli li naraw kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Konxju l-Ministru li teżisti statistika li mhux aktar minn 20% tal-persuni li regolament isarrfu cheque tal-gvern għandhom kont mal-bank?", "Konxju li ħafna minn dawk li m'għandhomx kont mal-bank huma persuni bil-pensjoni, persuni bi dħul baxx u persuni li jgħixu bir- relief u ċertament allura m'humiex f'pożizzjoni li joqogħdu jiftħu kont bankarju?", "F'dan il-kuntest, jirrealizza li qed ikun hemm attakk fuq il- purchasing power ta' dawn il-persuni u allura fin-nofs hemm kwestjoni li tittratta d-drittijiet tal-konsumatur u, indipendentement minn x'inhi s- sitwazzjoni kompetittiva, hemm lok li l-ministeru jintervjeni biex jinvestiga kif qed jintlaqat il-konsumatur?", "Jikkonferma dan il-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Li nista' nikkonferma hu li Malta għandha waħda mill-iktar rati għoljin ta' flus fl-idejn ras għal ras.", "Naturalment wieħed irid jara d-distribuzzjoni kif inhi - u mhux faċli jkollok dik l- istatistika - però jista' jkun li fost dawk li jirċievu pensjoni hemm min m'għandux kont mal-bank però f'dak il-każ għandu l-alternattiva li jinqeda f'bank ieħor.", "Sur President, ma narax li din hi xi ħaġa allarmanti li qed twassal għal xi tbatija.", "Irrid ngħid li ġieli ltqajt ma' każi fejn wieħed ma jkollux account mal- bank mhux għax ma jistax imma għaliex ikun imdorri jżomm il-flus id-dar u għalhekk li kultant jinqalgħu problemi f'dawn il-każi.", "Il-fatt li wieħed ikollu account mal-bank iwassal għal użu aħjar tar-riżorsi finanzjarji, imma min ma jridx ikollu account mal-bank għandu l-għażla fejn isarraf ċekk mingħajr ma jeħel xejn iktar.", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa li twassal għal xi nuqqas fil-livell ta' l- għajxien ta' xi grupp ta' nies, kif qed jipprova jpoġġiha l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, għaliex bank wieħed minn diversi banek ddeċieda li jagħmel charge ta' 50c biex isarraf ċekk għal min m'għandux account miegħu .", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed nifhem li l-Ministru beħsiebu jintervjeni jekk ikun hemm banek oħra li jdaħħlu l-istess charge?", "Allura min-naħa tal-gvern, din il-miżura qed titqies bħala inċentiv biex iċ- ċittadin jiftaħ kont mal-bank?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija jiena diġà spjegajt bl-iktar mod ċar li hawn l-għażla u mhijiex kwestjoni li wieħed joqgħod jgħid x'jiġri u ma jiġrix jekk l-oħrajn jagħmlu l-istess.", "Illum hawn l-għażla u s-sitwazzjoni hija tali li min mhux kuntent u m'għandux account jista' jinqeda bl-istess faċilità minn banek oħra.", "It-tieni nett jien onestament naħseb li huwa għaqli li wieħed ikollu account mal-bank għax b'hekk ikun qiegħed jimmaniġġja flusu aħjar u anke r- riżors finanzjarju ikun qed jintuża aħjar.", "Illum il-banek qed jinkoraġġixxu lin-nies jużaw sistemi iktar moderni, iktar effiċjenti, bħad- direct payment, għax in-nies jirċievu l-pensjoni u l-pagament tagħhom imur direttament fil-bank mingħajr ma jmorru jsarrfu ċekk.", "Għalhekk din iċ- charge mhix xi ħaġa li qed timponi xi piż partikolari, speċjalment meta għad hemm l-għażla ta' banek oħra li joffru l-istess servizz mingħajr ma jagħmlu dik iċ-charge.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA SKOND ORDNI PERMANENTI NRU.", "13", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, artiklu 13 ta' l-istanding orders jipproponi li jkun hawn l-aġġornament tal-Kamra fuq ħaġa definita ta' importanza pubblika u urġenti.", "Qed nirriferi għal dak li ġara matul dawn l- aħħar ġimgħat u xhur bħala konsegwenza tal-preżentazzjoni u l- implimentazzjoni tal-budget 2000, liema budget daħħal miżuri anti-soċjali qawwija li qanqlu reazzjoni negattiva kbira u kellhom konsegwenzi negattivi kbar, speċjalment fuq familji li għandhom dħul baxx u familji li għandhom dħul medju, familji li matul dawn l-aħħar xhur bdew jinqarsu bil-kbir bil- miżuri tal-budget.", "F'dan il-kuntest ninnotaw ukoll l-intransiġenza li biha l-gvern qed jiffaċċja t-talbiet ġustifikati tal-unions.", "Il-GWU ressqet ċerti proposti għal miżuri korrettivi, għal miżuri kompensatorji, biex dawk li l-aktar intlaqtu ħażin ikunu jistgħu għallinqas jibqgħu fil-wiċċ, imma jidher li ma kien hemm l-ebda sens ta' rieda tajba min-naħa tal-gvern biex itaffi l- effetti anti-soċjali u negattivi tal-budget.", "Jirriżultalna li effettivament il-gvern daħal fi sqaq fuq din il-ħaġa u m'hemmx prospetti ta' qbil mal-unions bħalissa, speċjalment mal-GWU.", "Meta diġà għandna sitwazzjoni ekonomika iebsa ħafna fil-pajjiż, sitwazzjoni ta' inċertezza kkawżata minn aspetti oħra tal-politika tal-gvern, issa se naslu biex jittieħdu miżuri min-naħa tal-GWU - u nimaġina anke minn unions oħra - biex jirreaġġixxu għall-intransiġenza ċara u determinata tal-gvern.", "Allura fir- rigward tal-miżuri li ġew dikjarati l-bieraħ u miżuri oħra li jidher li se jiġu ddikjarati aktar 'il quddiem, u fir-rigward tar-reazzjoni li għamel il- gvern illum għall-miżuri mħabbra l-bieraħ mill-GWU, quddiem l-impass maħluq mill-istess intransiġenza tal-gvern li tikkuntrasta bil-kbir ma' kif kien jitkellem il-prim ministru meta kien kap ta' l-oppożizzjoni ftit ta' żmien ilu, naħseb li huwa urġenti li l-parlament jikkonsidra b'mod urġenti din is- sitwazzjoni li qed tiżvilupa b'mod li assolutament mhuwiex ta' min jifraħ bih.", "Jeħtieġ li l-parlament jaġġorna ħalli f'diskussjoni dwar dan niżvolġu ideat dwar kif nistgħu niffaċċjaw dan l-impass.", "Mr Speaker, għalhekk jien qed inressaq din il-mozzjoni:", "\"Taħt artiklu 13 ta' l-istanding orders tal-Kamra, nipproponi l- aġġornament tal-Kamra fuq ħaġa definita ta' importanza pubblika u urġenti li tirriżulta minn nuqqas serju ta' ftehim bejn il-gvern u l- unions, partikolarment il-GWU, dwar miżuri meħtieġa biex itaffu l- effetti soċjali negattivi tal-budget għas-sena 2000, liema nuqqas serju ta' ftehim issa qed jagħti lok għal azzjonijiet industrijali mifruxa li se jkollhom impatt fuq il-ħajja nazzjonali tal-pajjiż.", "Il-Kamra għandha tingħata żmien li tiddiskuti b'urġenza l-impass maħluq mill-attitudni intransiġenti tal-gvern, li m'hu qed juri ebda sens ta' rieda tajba biex itaffi l-effetti qawwija u anti-soċjali li qed jinħassu mill-familji bi dħul baxx u medju bħala konsegwenza tal- miżuri tal-budget li ddaħlu bla ħsieb serju u li qed jikkaġunaw tbatija u inċertezzi kbar.", "Matul l-istess dibattitu l-Kamra tkun tista' tagħti l-pariri tagħha lill-gvern dwar kif jista' jikkoreġi l-azzjonijiet tiegħu fl-aħjar interess nazzjonali u skond kriterji ta' ġustizzja soċjali, bil-ħsieb li b'hekk il-konfront industrijali li qed jinħoloq bla bżonn mill- gvern jiġi mwitti.\"", "Din hija l-proposta għall-aġġornament tal-Kamra taħt standing order 13.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, mozzjoni taħt artiklu 13 ta' l-istanding orders nafu x'rekwiżiti titlob, cioe' trid tkun kwestjoni ta' materja ta' importanza nazzjonali u urġenti.", "Il-mozzjoni li qara l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhijiex mozzjoni a tenur ta' standing order 13 imma mozzjoni li jekk irid jista' jippreżentaha biex tiġi diskussa f'din il-Kamra.", "Min-naħa tal-gvern nieħdu pjaċir jekk in-naħa ta' l-oppożizzjoni jirrealizzaw li dan huwa pajjiż wieħed u li lkoll irridu naħdmu fl-interess tal-pajjiż, u jekk hawn xi suġġerimenti utli x'isiru ċertament li l-gvern lest jismagħhom.", "Din suppost hija mozzjoni taħt standing order 13 u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni pprova jimmotivaha billi qal li l-gvern daħal fi sqaq.", "Jiddispjaċini ngħid li l-GWU daħlet fi sqaq għaliex bdiet b'ħafna għajjat fit-toroq li trid tiddiskuti l-miżuri tal-budget, il-gvern kien dispost jiddiskuti imma effettivament il-GWU ma kellha ebda proposta x'tagħmel.", "Fuq diversi suġġerimenti tal-gvern ridnieha tagħmel proposti bil-miktub u finalment għamlithom u ġew diskussi.", "Mhux veru li l-gvern kien intransiġenti, anzi l-gvern għamel offerta li qiegħda tiġi implimentata - hawnhekk qed nirriferi għat-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fis- sens li r-rebate ma titnaqqasx għal din is-sena - u evidentement il-GWU għażlet li tieħu stand politiku fuq din il-materja.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni rrifera wkoll għall-miżuri mħabbra mill-GWU u r- reazzjoni tal-gvern.", "Jien għamilt dak li hu dmir tiegħi li nagħmel, kif għamel il-Kap ta' l-Oppoizzjoni meta hu kien prim ministru u sab ruħu f'sitwazzjoni fejn kien hemm strike ta' simpatija fil-freeport.", "F'dak il- każ huwa ta struzzjonijiet biex jittieħdu passi bil-qorti biex jiġi ddikjarat li l-istrike kien illegali u effettivament hemm deċiżjoni tal- qorti li strike bħal dak, strike li mhux motivat minn trade dispute fis- sens li trid il-liġi, huwa wieħed illegali.", "Dak li għamilt illum huwa eżattament l-istess ħaġa, jiġifieri attirajt l-attenzjoni tal- korporazzjonijiet li l-azzjoni industrijali li ttieħdet mill-GWU għar- rigward tagħhom hija illegali għax m'hemm ebda trade dispute mal-gvern kif definita fil-liġi tagħna.", "Ma naħsibx, anzi ċert li ma tistax titressaq mozzjoni bħal din u tiġi milqugħa taħt standing order 13, iżda jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid li jkun hawn diskussjoni fuq il-materja kollha, jista' jippreżenta mozzjoni u naħseb li ma jkunx hemm diffikultà li jsir dibattitu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, is-serjetà u l-urġenza joħorġu mill-fatt li l-miżuri diġa' qegħdin jiġu implimentati - anke l-kontro-miżuri qegħdin jiġu implimentati - u qed ikollhom effett nazzjonali.", "Barra minn dan hemm kuntrast kbir bejn dak li għadu kemm qal il-Prim Ministru issa u l-mod kif kien jitkellem bih sa ftit ta' żmien ilu.", "Ħalli nikkwotah:", "\"Il-Prim Ministru .... \"", "- ma kienx qed jgħid għalih dak iż-żmien! -", "\"... għandu jwarrab is-suppervja tiegħu u jħares l-interessi veri nazzjonali billi jieqaf jimponi budget li se jkompli jgħaddas lill- pajjiż, budget li dwaru hawn kor ta' diżapprovazzjoni.\"", "Nirriferih ukoll għal meta qal, ovvjament mhux f'dan il-kuntest imma f'kuntest ieħor simili:", "\"Gvern serju li quddiemu għandu pajjiż sħiħ jgħidlu li l-proposti tiegħu huma żbaljati, m'għandux jinjora dak li qed jingħad minn kulħadd.\"", "Dan il-kliem intqal minn Dr Fenech Adami nnifsu.", "Minn hawn toħroġ l-urġenza u minn hawn toħroġ is-serjetà ta' l-istorja.", "Nerġa' nsemmilu xi ħaġa oħra li qal hu wkoll:", "\"Gvern Nazzjonalista lest jiggarantixxi l-kuxjenza soċjali lejn il- poplu Malti kollu billi l-piż jinfirex fuq kulħadd mingħajr ma jbatu dawk li jifilħu l-inqas, bħall-anzjani u l-pensjonanti.\"", "Bir-rispett kollu, l-urġenza u s-serjetà tal-kwestjoni hija preċiżment il- kuntrast bejn dak li ntqal u dak li jrid jitwettaq f'sitwazzjoni fejn qegħdin jittieħdu ċerti miżuri.", "Nerġa' ngħid li għandna impass.", "Issa jekk irid ikompli f'dan l-impass, infakkar lill-Prim Ministru li huwa ta maħfra presidenzjali l-ewwel darba fil-każ ta' Żeppi l-Ħafi, it-tieni darba lill-attivisti u mexxejja tal-GWU mingħalih, u t-tielet darba jmissu jagħti maħfra presidenzjali lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li se jkollu jibqa' dieħel f'dan l-isqaq.", "U hawnhekk ġejja l-urġenza nazzjonali u s-serjetà nazzjonali li dan il-parlament imissu jiddiskuti minnufih.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "Nixtieq li jekk jista' jkun ma niftħux f'dibattitu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Eżattament għax ma nafx x'għandu x'jaqsam dan li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mal-kwestjoni ta' l-urġenza.", "(Interruzzjonijiet) Assolutament ma nirtira l-ebda kelma mill-kummenti li għamilt dwar il-budget ippreżentat f'Novembru 1997.", "Dak kien budget li veru kien hawn kor unanimu fil-pajjiż, inklużi ministri u deputati tal- gvern stess li riedu li l-gvern ibiddel il-pożizzjoni tiegħu.", "U safejn naf jien il-prim ministru ta' allura, ċioe' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tal-lum, kien qal li kienu ħadu żball għax ma kenux għamlu l-istudji sew u kienu anke lesti jbiddlu xi miżuri.", "Kienet is-suppervja li mbuttat lill-gvern li ma jibqax jisma' dawk l-ilħna u kienet is-suppervja li wasslet biex il- gvern kellu vot kontra tiegħu f'dan il-parlament u morna għall-elezzjoni.", "Il-poplu eżerċita d-dritt sovran li jagħżel gvern ġdid u jiena onorat li wara li warrab lill-Partit Laburista mill-poter, il-poplu reġa' kkonferma l- fiduċja tiegħu fil-partit tiegħi.", "Imma inutli noqogħdu ngħidu x'għedt jiena dak iż-żmien, għax dak iż-żmien għedt dak li kien attinenti għal dak iż-żmien u għadni ngħid li dak li għedt dak iż-żmien kien tajjeb.", "Sur President, nerġa' ngħid li jien nikkontesta li hawn xi urġenza lllum.", "Hawn azzjoni industrijali illegali fil-pajjiż bħalissa.", "Il-gvern qiegħed hemm biex imexxi l-pajjiż skond il-politika tiegħu, politika li tagħti kas tal-kuxjenza soċjali għax jekk wieħed iħares biss lejn iċ-ċifri li hemm imniżżla fir-rapport preliminari tal-kummissjoni dwar il-welfare - dan tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn - dan juri x'irresponsabbiltà kbira jkollu l-gvern jekk jirtira mill-miżuri li ħa biex isewwi d-deficit li wiret, partikolarment tas-snin 1997/1998.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk jogħġobkom, naħseb li issa rridu naslu għal konklużjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, Sur President.", "Għadu kemm spiċċa l-Prim Ministru imma l-konklużjoni mhux hu jrid jagħmilha għax kont jien li pproponejt il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Iva, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dak li għadu kemm qal il-Prim Ministru jikkonferma l- urġenza tagħha għax għadu kemm uża l-kliem \"azzjoni industrijali illegali.\"", "Din hija azzjoni industrijali li qed tittieħed f'kuntest ta' diskussjoni nazzjonali u ta' konfrontazzjoni nazzjonali fuq il-miżuri tal-budget għas- sena 2000 li jgħid x'jgħid il-Prim Ministru, il-maġġoranza sostanzjali tan- nies iqisuhom ħafna iktar qawwija u iebsa minn dawk tas-sena 1998.", "Mela jekk huma attinenti r-rimarki tiegħu għall-budget ta' l-1998, kemm huma aktar u aktar attinenti l-istess rimarki għall-budget tas-sena 2000!", "Minn hawn toħroġ l-urġenza, minn hawn toħroġ l-importanza nazzjonali u minn hawn toħroġ is-serjetà tas-sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru, fil-qosor ħafna.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, irrid infakkar lil din il-Kamra li biex jiġu attwati l-miżuri tal-budget, dan il-parlament iddibatta għal 28 seduta l-kontenut tal-budget.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fil-qosor ħafna.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-istess rimarka tapplika għall-budget ta' l-1998, li Dr Fenech Adami kien baqa' jinsisti li hemm bżonn jiġi riżolt u mibdul.", "Bl-istess argumentazzjoni, anke għal dan il-budget għas-sena 2000 hemm għalfejn isiru l-istess affarijiet, aktar u aktar fis-sens ta' l-urġenza nazzjonali li hawn bħalissa.", "MR SPEKAER: Is-seduta hija sospiża għal ftit minuti sakemm nagħti ruling.", "Fis-6.45 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-7.28 p.m.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membri jieħdu posthom.", "Is-Sedja kkonsidrat bir-reqqa t-talba tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni sabiex il-Kamra tissospendi x-xogħol tagħha ħalli tiddiskuti l-materja msemmija fid-dikjarazzjoni ppreżentata minnu.", "Is-Sedja tfakkar li kull talba li titressaq taħt Ordni Permanenti 13 għandha tissodisfa tliet rekwiżiti, cioe' li tkun materja definita ta' importanza pubblika u urġenti.", "Il-punti ttrattati fil-mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fit-totalità tagħhom jikkostitwixxu materja definita u ta' importanza pubblika.", "Madanakollu meta jinqala' każ taħt Ordni Permanenti 13, l-element ta' urġenza huwa neċessarjament element fundamentali għall- konsiderazzjoni tas-Sedja sabiex hi tasal għall-konklużjoni jekk għandhiex tilqa' t-talba taħt l-ordni permanenti msemmija.", "Meta s-Sedja tikkonsidra l-urġenza, għandha tara mhux biss jekk il- materja nnifisha hijiex urġenti iżda wkoll jekk din tkunx tant mgħaġġla li l-Kamra jkollha tiddibattiha dak il-ħin u tissospendi xogħol ieħor għax inkella jkun tard wisq jekk tiġi dibattuta fi stadju ieħor.", "Is-Sedja tfakkar li dejjem jeżisti r-rimedju li titressaq mozzjoni taħt il-proċeduri normali stabiliti bl-ordnijiet permanenti.", "Fid-dawl ta' dak li ġie ddikjarat illejla stess f'din il-Kamra min-naħa tal-Prim Ministru, u nikkwota: \"Naħseb li ma jkunx hemm diffikultà li jsir dibattitu\", is-Sedja temmen li hemm lok li dan is-suġett jiġi ttrattat taħt il-proċeduri normali.", "Għaldaqstant fiċ-ċirkostanzi ma tħossx li għandha tilqa' t-talba u għalhekk il-Kamra issa tgħaddi għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PRIVATTIVI INDUSTRIJALI", "PATENTS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' April, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER:Is-Segretarju Parlamentari huwa in possession.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, il-bieraħ bdejt nitkellem fuq din il-liġi u bdejt nagħti ċertu background għalfejn naħseb li din il-liġi għandha tgħin mhux biss biex nirregolarizzaw dan il- qasam imma anke biex ngħinu aspetti oħra ta' l-ekonomija tagħna, partikolarment ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Fil-fatt għedt li din il-liġi għandha tliet għanijiet, l-ewwelnett biex nippromwovu r-riċerka u l- innovazzjoni, it-tieni biex din ir-riċerka u l-innovazzjoni ssir f'forma ta' koperazzjoni u anke biex titkattar il-kultura għall-intellectual property rights.", "Il-bieraħ analizzajt liema huma l-istrutturi f'pajjiżna li jagħmlu r-riċerka, u fosthom semmejt il-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija, però forsi l-iktar struttura li wieħed jistenna li tagħmel ir- riċerka hija l-Università ta' Malta, xi ħaġa li jidentifikaha anke r-Rambol report.", "Għedt ukoll li kienu identifikati ċerti oqsma fejn Malta jista' jkollha niċċa fejn tagħmel ir-riċerka u għalhekk jeħtieġ li jkun hawn ċerta nefqa għar-riċerka.", "Infatti semmejt li hemm diversi kejl kif nikkalkolaw kemm pajjiż għandu standing f'dak li għandu x'jaqsam ma' riċerka, fosthom in- numru ta' xjenzati fil-pajjiż u n-numru ta' papers li jkunu ppubblikati mill-universitajiet.", "Kejl ieħor huwa li wieħed jara n-nefqa fir-riċerka bħala persentaġġ tal-GDP.", "Pajjiżi moderni jonfqu madwar 2% tal-GDP f'riċerka.", "Kieku Malta kellna nonfqu daqshekk allura suppost li jkollna xi Lm20 miljun għar-riċerka, iżda dik hija ċifra li aħna ħafna ħafna 'l bogħod minnha.", "Però wieħed irid iżomm f'moħħu mistoqsija oħra importanti: F'pajjiżna għandna nies kapaċi biżżejjed biex jagħmlu din ir-riċerka?", "Naħseb li issa li qegħdin inħejju ruħna biex nibdew nipparteċipaw fi programmi ta' riċerka, tipo l-fifth framework programme, din hija mistoqsija relevantissima.", "Jekk aħna ma nistgħux nibdew nagħmlu riċerka b'mod wiesa' immedjatament, żgur għandna nibdew ninvestu f'capacity- building għar-riċerka f'dan il-pajjiż.", "Kif diġà għedt, jeżistu diversi istituzzjonijiet li jagħmlu r-riċerka barra l-università, fosthom il-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija, il- marine network, l-alternative energy centre, il-micro-propagation centre li jagħmel riċerka fil-qasam ta' l-agrikoltura, iċ-ċentru ta' l-akwakultura u l-water services corporation.", "Però hawn ukoll numru ta' industriji f'Malta li jagħmlu riċerka u kien hawn numru minnhom li kienu lesti jipparteċipaw anke fil-fourth framework programme xi snin ilu.", "Per eżempju, l-S.T. Microelectronics kellha proġett biex tagħmel riċerka, però minkejja li kienet sabet il-partners u għamlet proposta li safejn naf jien kienet aċċettata, meta kien tela' gvern Laburista u ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, waqqafna l-parteċipazzjoni tagħna fil- fourth framework programme u dak il-proġett ta' riċerka kellu jitwaqqaf.", "Ħafna mill-membri ta' l-oppożizzjoni staqsew għalfejn il-budget tal- kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija baqa' l-istess?", "Naħseb hija mistoqsija rilevanti għal din id-diskussjoni għax il-kunsill Malti għax- xjenza u teknoloġija huwa wieħed mill-istrutturi li suppost jikkordina dak kollu li għandu x'jaqsam max-xjenza, teknoloġija, riċerka u innovazzzjoni f'dan il-pajjiż, però mhux veru li baqa' l-istess il-budget tal-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija.", "Fil-fatt din is-sena għall-ewwel darba kien hemm vot partikolari ta' Lm50,000 biex dan il-kunsill ilesti l-bini tiegħu, dak il-proġett ġewwa Bighi.", "Tajjeb li ngħidu x'qed jagħmel il- kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija, Mr Speaker.", "Fl-aħħar snin dan il-kunsill ixxekkel b'ħafna networks u ħafna part-time networks li ma pproduċewx, però fil-passat dan il-kunsill ipproduċa ħafna.", "Fil-fatt dan il-kunsill żviluppa n-national IT strategy, l-alternative energy institute, l-istandardisation authortiy u ħadem anke għall- parteċipazzjoni li kellna fil-fourth framework programme.", "Imma sfortuntatament matul dawn l-aħħar erba' snin il-missjoni ta' dan il- kunsill intilfet.", "Kif għedt, twaqqfet il-parteċipazzjoni fil-fourth framework programme, twaqqaf ukoll il-proċess li dan il-kunsill imur Bighi, u anke l-missjonijiet tan-networks partikolari naħseb li ċċajpru.", "Għalhekk mill-elezzjoni 'l hawn ipprovajna nerġgħu nsibu l-missjoni ta' dan il- kunsill.", "Fil-fatt waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħadna kienet li dan imur f'Bighi.", "Dan ma jfissirx li se jitħassar dak il-proġett taċ-ċentru tar-restawr imma stajna nakkomodawhom it-tnejn, kif fil-fatt qegħdin nagħmlu.", "Ta' min jgħid li huwa ppjanat li sa l-aħħar ta' din is-sena jitlesta x-xogħol fil-palazz ta' Bighi u |-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija jkun jista' jiġi ttrasferit hemmhekk, ħalli nkomplu bil-viżjoni li jkunu żviluppati il-hands-on museums jew is-science and technology centre.", "Xogħol ieħor li kien qed jaħdem fuqu l-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija hija l-energy policy u naħseb li din is-sena nlestuha.", "Qed naħdmu wkoll fuq l-istreamlining tan-networks u fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu okkupati ħafna bil-business plan ġdid għal dan il-kunsill.", "Però naħseb l-ikbar biċċa xogħol li għandu dan il-kunsill hija l-parteċipazzjoni fil-fifth framework programme, li torbot ħafna ma' din id-diskussjoni li għandna hawnhekk fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Dan il-programm jista' jagħti spinta 'l quddiem lir-riċerka f'Malta għax iġegħelna nħarsu lejn x'riċerka qed issir u kif aħna ninkwadraw fiha.", "L-għan tal-programm kollu huwa li kemm jista' jkun immorru minn riċerka li hija bbażata fuq performance bħala għan aħħari għal riċerka li tiffoka fuq il-bżonnijiet soċjali u ekonomiċi li qed tiffaċċja s-soċjetà.", "Fil-fatt il-fifth framework programme għandu diversi temi, fosthom quality of life and management of resources, user-friendly information society, competitive and sustainable growth, etc. Jiġifieri anke fl-Ewropa r-riċerka mhijiex riċerka pura u forsi għat-teknoloġija imma qed jipprovaw jiffokaw it- teknoloġija għas-servizz tal-bniedem.", "Naħseb li dan huwa s-sabiħ tar- riċerka.", "Fil-bidu għedt li din il-liġi qiegħda tippromwovi wkoll il-koperazzjoni, u għalhekk nistgħu ninkwadrawha ma' dan ix-xogħol tal-fifth framework programme.", "Ħafna drabi l-proġetti ta' dan il-programm isiru billi wieħed isib partners barranin f'istituzzjonijiet ta' riċerka li jkollhom aspetti komuni u flimkien joħolqu proġett partikolari, jissottomettu dan il-proġett għall-fondi u mbagħad issir din ir-riċerka.", "Naħseb li mhux biss f'Malta imma fid-dinja kollha r-riċerka trid tibda ssir billi jinħolqu dawn in- networks ta' riċerka xjentifika.", "Ħafna drabi meta wieħed ikun qed ifittex partners għal għajnuna xjentifika u anke meta jkun qed jikkonsidra protokolli barranin, l-ewwel ħaġa li jistaqsuh hija: X'leġislazzjoni fuq intellectual property għandek fil-pajjiż?", "Għalhekk tajjeb li permezz ta' din il-liġi niiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' Malta fi programmi ta' koperazzjoni ta' riċerka.", "Din il-liġi għandha wkoll l-għan li tkattar kultura ta' intellectual property rights għax f'pajjiżna naħseb li m'hawnx il-kultura kif nilleġislaw, niddefendu u anke nisfruttaw dawn id-drittijiet.", "Dan il-fatt jippreokkupa lil diversi ekonomiji anke ikbar minn tagħna.", "Per eżempju, fil-Kanada sabu li s-small and medium sized enterprises tagħhom ma jisfruttawx biżżejjed din il-kultura tal-patents, allura din qed tiġi tackled mil-lat ta' risk management, jiġifieri qed jgħidulhom x'jitilfu jekk ma jisfruttawx dawn id-drittijiet.", "Din il-liġi tista' tkun il-bidu ta' din il-kultura li rridu nippromwovu.", "Hemm ħafna aspetti li wieħed irid jidħol fihom, fosthom l-ispiża involuta biex wieħed jittraduċi dawn il- patents fil-lingwi ta' diversi pajjiżi.", "Aspett ieħor huwa l-ispiża tal- litigazzjoni fil-qorti fuq patents kif ukoll il-patent litigation insurance.", "Jekk irridu nkunu pajjiż modern irridu nitkellmu fuq dawn l- aspetti kollha għax din hija liġi tajba li se timbotta 'l quddiem ir- riċerka u l-innovazzjoni.", "Nispera li din il-kultura tibda tidħol f'ċerti strutturi tagħna, bħall-università, għax jegħtieġ li dawn iħossu l-bżonn li jonfqu iktar flus fir-riċerka biex verament pajjiżna jkun modern.", "M'għandniex inħarsu biss short-term għaliex il-flus li nkunu qed nonfqu fir- riċerka llum se jkollhom riżultat dirett kemm fuq l-università, fuq il- partners li tattira, u żgur li se jħallu investiment dirett fl-ekonomija in the medium term.", "Jien naħseb li din il-liġi hija tajba u għalhekk għandu jkollha s-support taż-żewġ naħat tal-parlament.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, nistieden lis-Segretarju Parlamentari biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Sur President, smajt b'interess il-kontribut li għamlu d-diversi kelliema f'dan il-qasam, partikolarment dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li ħa linja ftit differenti mill-kumplament tal-Kamra, fis-sens li għadda diversi kummenti - fil-verità mhumiex argumenti oriġinali - kontra l-bżonn ta' protezzjoni tal- privattivi.", "Jeżisti dibattitu fis-sens li hawn min hu favur sistema ta' regolamentazzjoni stretta favur il-privattivi u hawn min ma jaqbilx li għandu jkun hawn din it-tip ta' sistema.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li hemm it-tendenza li forsi nħarsu lejn dan il-qasam mil-lenti ta' dawk li m'għandhomx aċċess għall-kapital.", "Qal ukoll li dan huwa eżerċizju ta' kif jiżdiedu l-profitti ta' min għandu l- monopolju, u b'hekk se nżidu d-dominanza ta' dawn it-tip ta' kumpanniji.", "Kumment ieħor li għadda kien li l-globalizzazzjoni mhijiex xi ħaġa intrinsikament tajba, jew li aħna qegħdin insegwu kriterji liberali tas- suq.", "Dawn huma kollha argumenti li jintużaw minn dawk li mhumiex daqshekk favur ir-regolamentazjoni tal-privattivi.", "Kif għedt, dawn mhumiex argumenti oriġinali, imma fil-verità għandhom ċertu piż ukoll għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq dritt ta' min jivvinta xi ħaġa.", "U d-dritt ta' min jivvinta xi ħaġa mhuwiex li hu jkun jista' jipproduċi dak l-oġġett li vvinta, imma iktar huwa d-dritt li jżomm lil ħaddieħor milli jipproduċi dak l-oġġett.", "Allura huwa ovvju li dawk il-persuni jew dawk l-għaqdiet - ejja nħarsu lejhom mil-lenti daqsxejn dejqa li ħares lejhom il-Kap ta' l- Oppożizzjoni - dawk il-pajjiżi li għandhom vantaġġ fis-sens li għandhom iżjed kapital għar-riċerka, li għandhom iżjed teknoloġija avvanzata, iżjed hemm ċans li huma se jiżviluppaw prodotti ġodda u se jirreġistraw privattivi.", "Dan l-argument nifhmu però wieħed ma jistax jaqbel li ma tagħtix piż għall-argumenti kuntrarji.", "Jiġifieri meta trid tinkuraġġixxi l-iżvilupp ma tistax ma tagħtix protezzjoni adegwata għaliex min għandu l-kapaċità li jagħmel ir-riċerka - kapaċità kemm mil-lat finanzjarju, kemm mil-lat ta' expertise u minn lati oħra - jekk ma tagħtihx l-inċentiv billi tiggarantilu l-protezzjoni, allura jkun hemm it-tendenza li dak it-tip ta' żvilupp ma jsirx.", "U fl-aħħar mill-aħħar, biex id-dinja tkun post aħjar fejn wieħed jgħix, ikun tajjeb li ngawdu mill-frott ta' dan it-tip ta' riċerka.", "Għalhekk nibża' li wieħed ikun qed jieħu ċertu riskju meta jieħu pożizzjoni bħal din, pożizzjoni li kieku jien kont nippreferi li ma neħodhiex.", "Fl-introduzzjoni qasira li pprovokat tant diżgwid fil-Kamra d-darba l- oħra, kont bdejt nelenka l-vantaġġi li ġġib sistema ta' regolamentazzjoni, għax nerġa' ngħid li aħna qegħdin nersqu lejn bilanċ bejn id-drittijiet tal- persuni li jivvintaw xi ħaġa, id-dritt li jipproteġu dik l-invenzjoni, u d- drittijiet taċ-ċittadini ordinarji bħalna li mbagħad irridu ngawdu minn dawk l-invenzjonijiet.", "Ovvjament irridu nipprovaw ma nħallux lil dawn l- inventuri jżommu l-affarijiet għalihom.", "Mal-vantaġġi li semmejt, għedt li din is-sistema ta' regolamentazzjoni tinkoraġġixxi l-invenzjoni u tikkontribwixxi għall-iżvilupp u riċerka.", "Fil-fatt fid-diskors tagħha l-Onor.", "Marie Louise Coleiro għamlet ħafna enfasi fuq il-bżonn ta' riċerka.", "Naqbel mija fil-mija li l-pajjiż għandu jinvesti iżjed fir-riċerka, kif għadu kemm qal tajjeb l-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "Naturalment wieħed jirrealizza li l-kutra hija daqsxejn qasira, li l-fondi li pajjiż għandu għad-dispożizzjoni tiegħu huma li huma, allura tiġbed minn fejn tiġbed dejjem se tinkixef minn x'imkien.", "U filwaqt li wieħed jista' jinkoraġġixxi azjendi biex jinvestu iżjed f'riċerka, mhux dejjem ikun hemm il-fondi daqshekk readily available.", "Punt tajjeb li għamel l-Onor.", "Mugliett huwa l-aċċess li wieħed ikollu għall-fifth framework programme ta' l-Unjoni Ewropea, li sa qabel l-elezzjoni ta' l- 1996 konna in line biex ingawdu minnu, tramite l-applikazzjoni li kienet għamlet l-ST Microelectronics.", "Din kienet se tgawdi minn madwar LM0.5 miljun fondi f'riċerka iżda dawn intilfu meta l-gvern Laburista għoġbu jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta.", "Jiena llum kważi nifraħ li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin japprezzaw x'wieħed ikun tilef minn din it-tip ta' deċiżjoni.", "Apparti li jkun hemm iktar aċċess għar-riċerka, din it-tip ta' sistema twassal ukoll għall-investiment u għal technology transfer, għaliex ladarba f'pajjiżna jkollna dawn it-tip ta' liġijiet - kif aħna qegħdin nipproponu li nagħmlu għax fil-verità qed nemendaw dak li sibna - inkunu qegħdin nattiraw l-investiment għax kumpanniji li għandhom interess li jipproduċu jew jikkreaw prodotti ġodda, ifittxu biex jibbażaw l-operazzjoni tagħhom f'pajjiżi fejn isibu l-protezzjoni.", "Jiġifieri għalkemm ngħidu li aħna pajjiż żgħir iżda ma jfissirx li pajjiż żgħir ma jistax jikkontribwixxi wkoll.", "Mingħalija l-Onor.", "Gulia semma li aħna kellna our fair share ta' nies li vvintaw xi ħaġa, fosthom Sir Temi Zammit, fil-każ tal-brucellosis, u oħrajn.", "Però kollox huwa skond il-proporzjon, mhux biss ta' l- intelliġenza tal-poplu imma anke ta' kemm inti lest li tinvesti fir- riċerka.", "Naħseb li għandna ninkwadraw l-argumenti tagħna mhux biss fil- qafas tal-fruntieri tagħna imma anke fil-qafas iktar wiesa' tal-parti li rridu nilagħbu fid-dinja.", "Allura l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li naraw x'inhuma l-obbligi tagħna internazzjonali.", "F'dan il-qasam l-iktar strument importanti huwa l-famuża Konvenzjoni ta' Pariġi għall-protezzjoni ta' proprjetà industrijali.", "Din hija konvenzjoni antika ħafna ta' l-1883 li hija l-bażi ta' kollox.", "Hemm ukoll it-TRIPS, il- world trade agreement on trade related aspects of intellectual property ta' l-1994; hemm il-patent co-operation treaty , il-PCT ta' l-1970; u hemm il- European patent convention, l-EPC ta' l-1973.", "Se nidħol ftit fihom għax meta smajt il-kontribuzzjoni ta' l-Onor.", "Brincat indunajt li forsi ma konniex daqshek ċari fl-iskop ta' dawn it-trattati.", "Filwaqt li l- Konvenzjoni ta' Pariġi u t-TRIPS jistabilixxu, fost affarijiet oħra, il- livell minimu ta' protezzjoni li għandhom jagħtu pajjiżi membri fil-qasam tal-patents, il-PCT u l-EPC joħolqu sistemi ta' reġistrazzjoni internazzjonali fejn individwu, permezz ta' applikazzjoni waħda f'uffiċċju ċentrali, jista' jikseb reġistrazzjoni ta' l-invenzjoni tiegħu f'diversi pajjiżi.", "Issa ma ninsewx li aħna m'aħniex membri fil-Konvenzjoni ta' Pariġi, la fil-PCT u lanqas fl-EPC, però aħna firmatarji tat-TRIPS.", "Anzi issa niċċara ftit dan il-kunċett ukoll.", "Hemm tliet regolamenti prinċipali taħt il-Konvenzjoni ta' Pariġi.", "Dawn jikkonċernaw l-ewwelnett it-trattament nazzjonali, li jfisser li kull pajjiż membru huwa obbligat li jagħti lill-persuni li ġejjin minn pajjiżi membri l-istess livell ta' protezzjoni li jingħata lill-persuni ta' dak il- pajjiż.", "Imbagħad hemm dak li jissejjaħ id-dritt għall-prijorità, li jfisser li bis-saħħa ta' applikazzjoni sottomessa f'xi pajjiż membru, persuna tista' titlob dritt ta' prijorità fuq applikazzjonijiet oħrajn f'xi pajjiżi membri oħra.", "Dan jista' jsir diment li l-applikazzjoni ssir fi żmien stipulat ta' 12-il xahar mill-ewwel applikazzjoni.", "Hemm ukoll il- fatt li l-applikazzjonijiet għall-istess invenzjoni li jiġu sottomessi f'diversi pajjiżi membri huma indipendenti minn xulxin.", "Dan ifisser li r- reġistrazzjoni ta' patents f'wieħed jew aktar mill-pajjiżi membri ma tobbligax lil pajjiż membru ieħor li jaċċetta r-reġistrazzjoni ta' l-istess patent.", "Hemm id-dritt li l-inventur jissemma bħala l-inventur tal-patent u li l-permess li kull pajjiż membru jista' jintroduċi miżuri leġislattivi bħala liċenzji mhux volontarji f'sitwazzjoni meta invenzjoni li jkollha protezzjoni ta' patent ma tinħadimx jew tinħadem b'mod suffiċenti.", "Dawn il- punti qed nirriproduċuhom fil-liġi tagħna u niġi għalihom iżjed tard.", "Niġi issa għall-ftehim magħruf bħala TRIPS.", "Kif diġà semmejna meta konna qed naraw il-liġijiet l-oħra tal-copyright u tat-trademarks, dan huwa ftehim amminsitrat mid-WTO.", "Barra obbligi li għandhom x'jaqsmu ma' diversi tipi ta' proprjetà intellettwali, bħalma huma copyright, trademarks u designs for manufacture, dan il-ftehim jistabilixxi wkoll li kull pajjiż membru għandu l-obbligu li joffri protezzjoni ta' patent f'kull qasam ta' teknoloġija.", "Jekk ma jinkludix protezzjoni ta' patent fuq plant varieties, għandu l-obbligu li jintroduċi sistema ta' protezzjoni sui generis, l-obbligu li jista' jagħżel li jintroduċi liċenzji mhux volontarji u esplojtazzjoni governattiva - iżda dawn il-proċeduri huma limitati, fil-fatt hemm xi 15-il kondizzjoni li tillimitahom - u l-obbligu li terminu ta' patent m'għandux ikun inqas minn 20 sena u t-terminu jibda jiddekorri mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni.", "Niġi għall-PCT ta' l- 1970, li kien ġie stabilit taħt l-awspiċi tal-WIPO, trattat li llum għandu 106 membru assoċjat.", "Permezz ta' dan it-trattat, persuna li għandha nazzjonalità jew li hija residenti ta' pajjiż membru tal-PCT tista' tagħmel applikazzjoni waħda internazzjonali f'lingwa waħda fl-uffiċċju nazzjonali ta' pajjiż membru tal- WIPO.", "F'din l-applikazzjoni wieħed jindika f'liema pajjiż tal-PCT jixtieq protezzjoni u sa dan l-istadju jkun ħallas pagament wieħed.", "Wara li l- applikazzjoni tkun iċċekkjata għad-dettalji neċessarji, issir riċerka internazzjonali mill-uffiċċji nazzjonali ewlenin li jipproteġu l-patents, liema uffiċċju jikkwalifika bħala awtorità internazzjonali ta' riċerka fuq il-patents.", "L-uffiċċju li jagħmel ir-riċerka, li jkollu aċċess għal databases ta' eluf u eluf ta' invenzjonijiet, jagħti lista ta' dawk l- invenzjonijiet li huma simili għal dik spjegata fl-applikazzjoni.", "Jekk l- applikant ikun jixtieq, jista' jitlob li jsir eżami internazzjonali preliminarju ta' l-applikazzjoni li jirriżulta fl-opinjoni ta' l-uffiċċju.", "Wara dan l-applikant ikun jista', jekk irid, jitlob lill-WIPO biex tgħaddilu l-applikazzjoni tiegħu lill-uffiċċju nazzjonali ta' dawk il- pajjiżi membri tal-PCT fejn hu jkun indika li xtaq il-protezzjoni.", "F'dan l- istadju jrid iħallas il-pagamenti dovuti lil dawn l-uffiċċji li wara jiddeċiedu jekk ħaqqux protezzjoni tal-patent fil-pajjiż tagħhom jew le.", "Naturalment taħt din is-sistema hemm diversi vantaġġi, anke meta kkomparati mas-sistema taħt il-Konvenzjoni ta' Pariġi.", "L-ewwelnett filwaqt li taħt dik il-konvenzjoni hemm 12-il xahar biex wieħed jagħmel talba għal prijorità, taħt il-PCT il-perijodu huwa ta' 20 xahar.", "Vantaġġ ieħor huwa li l-applikant għandu 18-il xahar biex jieħu deċiżjoni jekk jixtieqx jikseb protezzjoni f'pajjiżi membri oħra; biex jappunta patent agents fil-pajjiżi fejn hu jkun jixtieq jagħmel l-applikazzjoni; biex ilesti traduzzjonijiet tad-deskrizzjoni tal-patent fil-lingwa uffiċjali ta' diversi pajjiżi u biex iħallas il-pagamenti dovuti lejn kull pajjiż.", "Ma ninsewx li aħna s'issa m'aħniex membri ta' din is-sistema u allura bħala konsegwenza mhuwiex daqstant faċli biex inventuri jirreġistraw il-patents tagħhom f'pajjiżna.", "L-uffiċċju nazzjonali ftit li xejn għandu jagħmel riċerka u eżaminazzjonijiet għax il-biċċa l-kbira tax-xogħol ikun sar bis-saħħa tar- riċerka internazzjonali li tkun saret fil-bidu nett.", "Għalhekk bil-PCT jiżdied n-numru ta' applikazzjoijiet fl-uffiċċji nazzjonali.", "Peress li dawn ikollhom dettalji dwar l-invenzjoni, imprendituri u riċerkaturi Maltin jista' jkollhom aċċess għal teknoloġija moderna hekk kif tkun qed tiġi ppubblikata.", "Niġi issa għall-European patent convention li semma l-Onor.", "Brincat.", "Din kienet stabilita fi Munich fl-1973 permezz tal-konvenzjoni għall- konċessjoni ta' patent fl-Ewropa, convention for the grant of European patents, li minn dakinhar saret magħrufa bħala l-European patent convention.", "Din għandha 19-il membru u teżisti wkoll fergħa li għandha funzjoni leġislattiva li hija l-European patent office.", "Permezz tas- sistema introdotta minn din il-convention, persuna legali tista' tissottometti applikazzjoni waħda lill-EPO f'waħda mil-lingwi uffiċjali, jiġifieri l-Ingliż, il-Franċiż, jew il-Ġermaniż, u b'hekk tikseb patent f'wieħed jew f'uħud mill-pajjiżi membri.", "Il-EPO kienet stabilita fi Munich fl-1979 u għandha fergħa f'The Hague u fergħat oħrajn f'Berlin u fi Vienna.", "Bħalissa l-EPO tilqa' madwar 70,000 patent fis-sena u hija organizzazzjoni li tiffinanzja lilha nnifisha.", "Il-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea huma membri ta' l-EPC iżda mhuwiex obbligu li pajjiż ikun membru ta' l-Unjoni biex ikun membru ta' l-EPC.", "Fil-fatt hemm 19-il membru, allura l-figuri jitkellmu waħedhom.", "Jekk wieħed iħares lejn il-lista tal-pajjiżi membri jinnota pajjiżi bħall-Isvizzera, Monaco u Ċipru però Malta sal-lum mhijiex.", "Fil-proċess ta' l-applikazzjoni taħt l-EPC kull persuna legali tista' tissottometti applikazzjoni waħda bl-Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż ma' l- uffiċċju ta' Munich.", "L-applikazzjoni tista' ssir ukoll f'The Hague, f'Berlin jew fl-uffiċċju nazzjonali ta' l-istati membri.", "F'dan l-istadju l- applikant għandu jindika f'liema pajjiż membru jixtieq protezzjoni.", "Wara li ssir riċerka dwar jekk jeżistux invenzjonijiet simili x'imkien fid-dinja - għax ma ninsewx li hemm l-aspett tan-novelty, allura biex tirreġistra invenzjoni trid tkun invenzjoni ġdida u mhux użata x'imkien ieħor - ir- riżultat tar-riċerka flimkien ma' l-applikazzjonijiet jiġu pubblikati prattikament 13-il xahar wara li tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni.", "L- iskop ta' dan il-perijodu huwa biex il-pubbliku in ġenerali jkollu aċċess għal teknoloġija li qed tiġi żviluppata iktar malajr.", "Għal daqstant jiġi evitat il-ħela ta' flus u ta' enerġija biex tiġi żviluppata x'invenzjoni simili, liema riżorsi jkunu jistgħu jintużaw għal titjib ta' invenzjonijiet jew invenzjonijiet kompletament differenti.", "Ma ninsewx li hemm it-tendenza li jkun hemm gruppi differenti ta' riċerkaturi qegħdin jaħdmu għall-istess għan, allura iktar ma jkunu jafu malajr li xi ħadd ikun laħaq l-iskop ta' dik ir-riċerka, aktar ikunu jistgħu jiddevjaw l-attenzjoni tagħhom għal xi riċerka differenti u ma joqogħdux jaħlu ż-żmien, għax jekk jaslu għall- istess konklużjoni xi xhur wara, ikunu tilfu ċ-ċans tagħhom.", "Fis-sitt xhur ta' wara l-pubblikazzjoni, l-applikant jista' jagħżel isirx eżami fil-fond ta' l-applikazzjoni jew li jiddetermina jekk l-invenzjoni tkunx ġdida biżżejjed, ikunx hemm qabża innovattiva biżżejjed vis-a-vis l- invenzjonijiet kwotati fir-riċerka li tkun saret.", "Jekk ir-riżultat ikun pożittiv allura l-uffiċċju, l-EPO tagħti patent għal 20 sena f'kull wieħed mill-pajjiżi fejn l-applikant ikun indika li xtaq il-protezzjoni.", "Ladarba toħroġ il-patent, il-kompetenza tiġi trasferita għand il-pajjiż individwali, u l-patent tista' tiġi opposta sa disa' xhur minn meta tkun aċċettata.", "Waqt id-diskussjoni dwar din il-liġi, ħadt l-impressjoni li kien hemm l- idea li teżisti xi tip ta' community patent.", "Fil-fatt hemm diskussjoni dwar dan il-possibbiltà ta' dan l-iżvilupp, però s'issa għadu ma ntlaħaq ebda ftehim dwar dan, allura l-pajjiżi individwali għandhom il-kontroll jew il-kompetenza li jiddiskutu l-patents li joħorġu minn dan l-uffiċċju li qed insemmi.", "Il-vantaġġi ta' applikazzjoni taħt il-EPC huma li din toffri sistemi iktar effikaċi biex persuna tapplika għal patent f'numru ta' pajjiżi bl-inqas spejjeż u ħin.", "Il-konsiderazzjoni ta' spejjeż ġiet imqanqla wkoll f'dan id-dibattitu.", "Forsi wieħed ma kienx ċar biżżejjed li l-iskop ta' dan l-eżerċizzju huwa biex inaqqas l-ispejjeż u mhux biex iżidhom.", "Fil-fatt saret kritika anke mill-Onor.", "Gulia fis-sens li jeħtieġ noqogħdu attenti li ma nżidux l-ispejjeż fir-reġistrazzjoni tal-patents.", "Però l-iskop ta' dawn it-trattati huwa biex kemm jista' jkun ikun hemm tnaqqis fl-ispejjeż tal-patents għax ma ninsewx li kull darba li xi ħadd irid jirreġistra privattiva industrijali, irid idur litteralment id-dinja kollha u iktar ma wieħed ikun jista' jekonomizza fl-ispejjeż, iktar ma jkun jista' jagħmel applikazzjoni waħda li tolqot pajjiżi differenti, ikun aħjar għax jiffranka ħafna flus.", "It-terminu ta' patent li aħna qed insejħulu \"manutenzjoni\" fil-liġi tagħna, id-dritt għal renewal u r-raġunijiet għal invalidament ta' patent huma kollha l-istess fil-pajjiżi membri kollha.", "Hemm ċertu ammont ta' uniformità.", "Hemm il-vantaġġ li kull European patent hija b'saħħitha għax tkun għaddiet minn eżami estensiv, tkun għaddiet prattikament minn żewġ eżamijiet.", "Hemm il-vantaġġ li tinkoraġġixxi reġistrazzjoni fil-pajjiżi li kieku ma jiġux ikkonsidrati għar-reġistrazzjoni.", "Din hija waħda mir- raġunijiet li semmejt jien għaliex aħna ma konniex qed niġu indikati bħala pajjiż fejn jista' jiġi reġistrat patent, għaliex ma konniex fuq din il- lista.", "Konsegwenzjali għal din, parti sostanzjali tal-pagamenti għar- renewal hija mogħtija lill-pajjiżi membri.", "Allura vantaġġ ieħor għal pajjiż membru - li forsi qabel ma kienx jiġi kkonsidrat biex tiġi reġistrata patent hemmhekk - huwa li issa qed igawdi anke mill-fees ta' reġistrazzjoni.", "Niġu issa għall-aspett ta' l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħna u tal-protezzjoni f'Malta.", "Kif semmejt qabel, għalkemm Malta kienet aċċediet għall-Konvenzjoni ta' Pariġi fl-1967, ma kienx qabel l-1977 li attwalment sirna membri tal-WIPO.", "F'Jannar ta' l-1995 Malta formalment irratifikat id- WTO, li tinkorpora fiha l-ftehim tat-TRIPS.", "Issa għar-rigward tal- Konvenzjoni ta' Pariġi Malta kienet firmatarja però ma kenitx marbuta ma' l- artikli sostantivi u ntrabatna biss ma' dawk amministrattivi.", "Fil-prattika dan kien ifisser li ma konna marbutin prattikament ma' xejn.", "Min-naħa l- oħra t-TRIPS rabtet lil Malta li tosserva l-artikli sostantivi tal- Konvenzjoni ta' Pariġi, u dan suppost li kellna nagħmluh sa Jannar ta' din is-sena.", "Dan qed ngħidu għaliex kien hemm anke l-kritika li aħna qegħdin ngħaġġlu dawn il-liġijiet minħabba l-impenn tal-partit fil-gvern li kemm jista' jkun malajr indaħħlu lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt infakkru li aħna konna marbutin li nallinjaw ruħna ma' l-obbligazzjonijiet tat-TRIPS sa Jannar ta' din is-sena.", "Fil-preżent l-invenzjonijiet Maltin huma protetti bħala patents taħt l- Ordinanza tal-Proprjetà Industrijali ta' l-1900.", "Kif semmejna fil-liġijiet li kkonsidrajna l-ġimgħa l-oħra u ta' qabel, din kienet tinkludi t- trademarks kif ukoll id-disinji u mudelli ta' manifattura.", "Din il-liġi ġiet emendata diversi drabi u l-aħħar emenda saret fl-1997 u kienet tikkonċerna prinċipalment il-pubblikazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u b'hekk ġie ffaċilitat ħafna l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet.", "Naħseb li f'dan l-istadju aħjar niġi għal-liġi li qegħdin nipproponu issa.", "Meta wieħed jikkonsidra l-investiment ta' flus, ħin, expertise u dak kollu li tinvolvi t-teknoloġija moderna, anke permezz ta' reverse engineering, wieħed jirrealizza kemm hu faċli li invenzjoni tiġi kkopjata bi spiża relattivament insinifikanti.", "Għalhekk wieħed malajr jirrealizza kemm huwa importanti li investitur u inventur ikunu protetti u anke kkompensati.", "Jekk wieħed ma jkunx kkompensat, ma jistax ikollu inċentiv biex jinvesti u biex jiżviluppa prodotti li jkunu aħjar minn ta' qabilhom.", "Huwa imperattiv li biex tħajjar investiment barrani u lokali, u biex tħeġġeġ imprendituri u inventuri, għandu jkollok din is-sistema ta' protezzjoni li qegħdin niddiskutu.", "Sabiex jintlaħaq dan il-għan u biex Malta tkun konformi mal-konvenzjoni li semmejna, kemm tat-TRIPS kif ukoll mal-Konvenzjoni ta' Pariġi, aħna kellna nagħmlu diversi suġġerimenti.", "Għalhekk niġi biex nikkummenta ftit iżjed fid-dettall dwar xi punti saljenti tal-liġi proposta.", "L-ewwelnett l-abbozz jirrikjedi li biex ikollha dritt għal protezzjoni invenzjoni trid tinvolvi pass inventiv, trid tkun ġdida u trid tkun applikabbli fl-industrija.", "Dan huwa l-qofol tal-kunċett.", "Hawnhekk qed naraw żvilupp fuq id-definizzjoni li nsibu fl-ordinanza, li tinkludi fiha l- aħħar żewġ kondizzjonijiet biss taħt il-frażi \"invenzjoni ta' proċess jew riżultat industrijali ġdid\", imma ma tagħtix tifsira.", "Barra minn hekk m'hemm l-ebda rikjesta għal pass inventiv li ġie mdaħħal f'dan l-abbozz.", "L- iskop tal-ħtieġa li jkun hemm dan il-pass inventiv huwa ħalli ma jiġux protetti żviluppi ovvji fuq invenzjonijiet eżistenti imma nipproteġu biss invenzjonijiet ġenwini.", "Il-liġi kurrenti tipprovdi lista ta' invenzjoijiet li mhumiex eliġibbli għal protezzjoni għax, kif semmejt fil-bidu, aħna qegħdin inħarsu lejha daqsxejn bil-kontra.", "Aħna mhux qed nagħtu dritt lil xi ħadd li jagħmel xi ħaġa imma qed nagħtu dritt lil xi ħadd li ma jħallix lil ħaddieħor jagħmel xi ħaġa.", "L-abbozz żamm l-istess lista li kienet teżisti qabel ta' invenzjonijiet li mhumiex eliġibbli għal protezzjoni, però żied ukoll invenzjonijiet li l-esplojtazzjoni tagħhom tmur kontra l-ordni pubbliku jew moralità pubblika.", "Fl-abbozz insibu wkoll li m'għandhiex tingħata privattiva għar-rigward ta' varjetà ta' annimali jew proċessi bijoloġiċi għall-produzzjoni ta' pjanti jew annimali.", "Lanqas m'għandu jitqies bħala xi invenzjoni li tkun tista' tiġi applikata industrijalment xi metodu għall- kura ta' ġisem il-bniedem jew ta' annimal permezz ta' kirurġija jew ta' terapija u metodu djanjostiku li jiġi pprattikat fuq ġisem il-bniedem jew ta' annimal.", "F'dan l-istadju nixtieq ngħid li hemm il-ħsieb li niċċaraw aħjar, anke permezz ta' emenda fl-istadju ta' kumitat, il-kwestjoni tal-moralità pubblika.", "Wara li smajt l-intervent ta' l-Onor.", "Farrugia fid-dibattitu dwar il-copyright, meta għamel riferenza għal \"playing with God's laboratory\", il-kunċett tal-cloning u biotechnological inventions, huwa ta lil wieħed x'jifhem - jew għallinqas jien fhimt li hu kien qed jaħseb - li kemm-il darba nidħlu fl-Ewropa qisna se nagħtu lok għal dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt huwa proprju l-kontra għax id-direttiva relattiva ta' l-Unjoni Ewropea hija proprju li dawn m'humiex suġġetti għal protezzjoni.", "Fl- intervent tiegħu l-Onor.", "Michael Asciak ħeġġeġ li din tiġi ċċarata billi ndaħħlu definizzjoni iktar ċara.", "Jiena qed nieħu is-suġġeriment ta' l- Onor. Membru u xtaqt li minn issa nagħmluha ċara li human cloning, il- modifikazzjoni ta' l-hekk imsejjaħ genetic identity tal-bniedem, l-użu ta' l-embryo uman għal skopijiet industrijali u kummerċjali, kif ukoll il- modifikazzjoni ta' l-identità ġenetika ta' l-annimali li tista' tikkawżalhom differenza, m'humiex se jkunu permessi u m'humiex se jiġu protetti.", "Dan qed nerġa' ngħidu biex nevita kull malintiż li seta' kien hemm.", "Tajjeb li wieħed jinnota li fejn hemm invenzjonijiet li l-esplojtazzjoni tagħhom tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-moraltà pubblika m'humiex se jiġu kkonsidrati eliġibbli sempliċement għax l-użu tagħhom huwa kontra l- liġi.", "Biex nagħtu eżempju, ħalli niftehmu, filwaqt li l-abbuż tad-droga huwa kontra l-liġi - u hawn noqgħod daqsxejn attent li ma niġix miżinterpretat – l-iżvilupp tad-droga fih innifsu bħala żvilupp ta' mediċinali m'huwiex projbit.", "Min-naħa l-oħra, biex nieħdu eżempju daqsxejn estrem, bombi intenzjonati li joqtlu jew li jimmankaw bnedmin jew annimali mhux biss huma kontra l-liġi imma anke kontra l-ordni jew il-moralità pubblika.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn il- permess tal-Kamra biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn Leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nirringrazzja lill-Kamra għal dan il-permess.", "Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi jagħmilha ċara li kuntrarju għal dak li tgħid il-liġi preżenti – u din hija differenza importanti – skoperti m'humiex eliġibbli għal patent.", "Taħt il-liġi l-antika xi ħadd li jiskopri xi ħaġa fih innifsu kien soġġett għall-protezzjoni, imma llum qed ngħidu li dan mhux soġġett għall-protezzjoni għaliex skoperta fit-terminoloġija tal- proprjetà industrijali tfisser sejba ta' xi ħaġa li diġà teżisti u mhux invenzjoni ġdida, filwaqt li aħna qegħdin inħarsu lejn invenzjonijiet u mhux skoperti.", "Ovvjament l-użu ġdid ta' xi ħaġa eżistenti, diment li taqdi r-rekwiżiti ta' l-abbozz ta' liġi, tkun eliġibbli għal protezzjoni.", "Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li l-invenzjoni ta' varjetà ġdida ta' pjanti mhijiex eskluża mill-protezzjoni ta' patent.", "Huwa rikjest taħt id-WTO, taħt it-TRIPS, li titlob protezzjoni jew taħt sistema ta' patents li fil-fatt żammejna aħna, jew taħt sistema ta' protezzjoni tad-dritt sui generis, jiġifieri dritt ad hoc imsawwar madwar l-esiġenzi ta' din it-tip ta' invenzjoni.", "Ta' min isemmi li dan huwa settur li kontinwament qed jevolvi u li fih jintnefqu miljuni kbar ta' liri fis-sena biex isiru żviluppi fl-agrikoltura u ortikoltura li jippermettu aktar prodotti, li jirriżulta fi ħsad akbar u li jkunu aktar reżistenti kontra l-mard.", "Dawn naturalment ikollhom bżonn ta' inqas pestiċidi li ovvjament jista' jfisser ġid għal kulħadd.", "Għalhekk huwa xieraq li dawn il-varjetajiet ta' pjanti jingħataw xi forma ta' protezzjoni għax kulma jrid biex wieħed jikkopjahom huwa li jiżragħhom.", "Sur President, qed inżommu s-sistema tal-patent għax s'issa tqieset li din hija l-aħjar sistema għal pajjiżna minflok is-sistema adottata fl- Ewropa, dik tal-protezzjoni sui generis.", "Però dan qed jiġi studjat u allura jista' jkun li 'l quddiem tiġi ntrodotta sistema sui generis.", "Dan qed ngħidu għaliex smajt lill-Onor.", "Noel Farrugia jisħaq fuq il-bżonn li ninċentivaw lill-bdiewa biex jiżviluppaw anke prodotti ġodda.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li dawn fil-fatt għandhom protezzjoni available li jistgħu jieħdu vantaġġ minnha.", "Jekk kemm-il darba joħorġu b'xi prodott totalment ġdid li huma jidhrilhom li jkun jimmerita protezzjoni, se jkollhom il- faċilità li dan jagħmluh.", "Kif għedna diġà, biex invenzjoni tikkwalifika għal patent trid tkun ġdida, jiġifieri ma tkunx tagħmel parti minn dak kollu li qabel id-data li tkun preżentata l-applikazzjoni bl-informazzjoni meħtieġa jkun disponibbli għall-pubbliku f'għamla miktuba jew xort'oħra grafika, b'deskrizzjoni orali, b'użu jew b'kull mod ieħor x'imkien ieħor fid-dinja.", "Dan huwa l- qofol tal-kunċett, allura kemm-il darba l-prodott ikun fis-suq għal xi żmien qabel ma ssir l-applikazzjoni, il-preżunzjoni hija li mhijiex ġdida.", "Però dan il-knċett ta' \"prijorità\" jagħmel eċċezzjoni għal dan, jiġifieri dment li l-prodott ma jkunx ilu iżjed minn sena għandu jitqies li huwa ġdid.", "Fil-fatt meta wieħed japplika għal patent bi prijorità skond il- Konvenzjoni ta' Pariġi jfisser li wieħed jitlob li d-data ta' l- applikazzjoni tiegħu m'għandhiex titqies dik li fiha attwalment jippreżenta l-applikazzjoni, imma dik id-data qabel li fiha jkun ippreżenta l-ewwel applikazzjoni tiegħu f'pajjiż ieħor.", "Dan jgħodd diment li l-pajjiż fejn ikun għamel l-ewwel applikazzjoni jkun pajjiż membru tal-konvenzjoni u dment li l-applikazzjoni aħħarija ssir fi żmien 12-il xahar mill-ewwel applikazzjoni.", "Sur President, kulħadd jaf id-diffikultà li wieħed jiffaċċja meta jkun irid japplika għal patent f'diversi pajjiżi, l-ammont ta' flus sinifikanti li jirrikjedi u l-problemi biex tagħmel traduzzjonijiet speċjalizzati, u trid tqabbad rappreżentanti.", "Hemm ċertu ammont ta' spejjeż, allura din is- sistema ta' prijorità tippermetti li l-inventur iqassam l-applikazzjoni tiegħu fuq medda ta' 12-il xahar mingħajr ma jmur kontra l-prinċipju li l- invenzjoni trid tkun ġdida.", "Għalhekk huwa importanti li dan il-konċett jitħaddem tajjeb.", "Issa l-liġi kurrenti tħaddan il-konċett ta' prijorità, però titlob li l-applikant li jixtieq prijorità minn applikazzjoni li tkun saret f'pajjiż ieħor jippreżenta l-applikazzjoni aħħarija fi żmien 12-il xahar mill-ewwel applikazzjoni, basta li tkun akkompanjata b'kopja tad- dokument li juri li l-applikazzjoni ġiet milqugħa, ġiet mogħtija patent f'uffiċċju barrani.", "Dan effettivament, kif wieħed jista' jobsor, joqtol kull possibbiltà ta' patent bi prijorità f'Malta billi rari ssib li patent tiġi mogħtija f'inqas minn 12-il xahar.", "Għalhekk il-liġi li qegħdin nipproponu tindirizza l-problema billi titlob kopja ta' l-applikazzjoni u mhux iżjed iċ-ċertifikat tal-patent f'pajjiż differenti.", "L-ordinanza tgħid li huwa l-awtur ta' l-invenzjoni li għandu dritt għal patent u l-awtur biss jista' japplika għall-protezzjoni.", "Din fil-prattika teskludi l-possibbiltà li l-invenzjoni jew l-applikazzjoni ssir minn impjegat bħala parti mix-xogħol tiegħu jew bħala riżultat ta' eżekuzzjoni ta' kummissjoni li jkun ingħata.", "Dan joħloq ukoll problemi dwar il- validità ta' applikazzjoni meta din issir f'isem min iħaddem jew min ħareġ il-flus għar-riċerka.", "Voldieri fil-prattika naraw li huma l-kumpanniji l- kbar li jinkarigaw ir-riċerka u li allura meta jkun hemm invenzjoni jkun hemm il-ħruġ tal-patent f'isem dik il-kumpannija.", "Issa fil-prattika nafu li neċessarjament ir-riċerka tkun saret minn individwi li jkunu impjegati u dawn ma jkollhom l-ebda tip ta' rikonoxximent.", "Issa l-liġi proposta mhux biss tipprovdi għal din l-eventwalità imma anke tistipula, kif titlob il- Konvenzjoni ta' Pariġi, li l-inventur għandu jkollu d-dritt li jiġi msemmi bħala tali fuq id-dokument li juri li ġie mogħti patent.", "L-abbozz jipprovdi wkoll li l-inventur għandu dritt għal rimunerazzjoni jekk l-invenzjoni jagħmilha bħala parti mix-xogħol tiegħu taħt kuntratt ta' mpjieg.", "Jiġifieri bażikament li qed isir huwa rikonoxximent ta' l-isforzi ta' l-impjegati tal-kumpanniji.", "Din ir-remuneration għandha tieħu in konsiderazzjoni s-salarju ta' l-impjegat, il-valur ekonomiku ta' l- invenzjoni u kull benefiċċju li l-prinċipal jikseb mill-invenzjoni.", "Dan l- element ġie introdott biex jikkumpensa inventur impjegat li naturalment huwa strumentali f'dan it-tip ta' proċess u li mingħajru l-invenzjoni ma kenitx isseħħ.", "L-ordinanza tipprovdi li wara li l-kontrollur ikun eżamina l-patent irid jippubblikaha tliet darbiet fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Hawn ukoll se nindirizzaw problema oħra li jiltaqa' magħha kull min jaħdem f'dan il- qasam, għalkemm ma naħsibx li f'Malta għandna ħafna esperti fil-patents, tenut kont tan-numru żgħir ta' applikazzjonijiet li s'issa kienu jidħlu.", "Għalhekk taħt l-ordinanza min jixtieq jopponi patent għandu xahrejn li huma marbutin mal-perijodu tal-pubblikazzjoni.", "L-applikant imbagħad għandu xahrejn ċans biex jagħmel il-kontro-proposti fir-rigward ta' l- applikazzjoni u abbażi ta' dak li jiġi sottomess il-kontrollur irid jieħu deċiżjoni jekk il-patent għandhiex tintlaqa' jew le.", "Hawnhekk huwa importanti li wieħed jinnota li f'dan il-każ kulma jiġi ppubblikat huwa t-titolu ta' l-invenzjoni u m'hemm l-ebda dettalji oħra, allura fil-prattika ma jkun qed jiġi żvelat assolutament xejn qabel tliet xhur mill-għoti tal-patent.", "Dan ovvjament mhux biss huwa proċess twil li jżomm l-inventur milli jakkwista drittijiet tal-patent relattivament malajr, imma huwa kemmxejn irregolari għaliex wieħed ma tantx jista' jifhem kif jista' jagħmel oppożizzjoni adegwata għar-reġistrazzjoni jekk m'għandux available id-dettalji ta' dak li jkun qed joġġezzjona għalih.", "Barra minn hekk, kif semmejna meta konna qed niddiskutu t-trade marks, jista' jiġri li wieħed ma jarax il-Gazzetta tal-Gvern u għaldaqstant peress li jkun marbut b'dawk ix-xahrejn jitlef l-opportunità li joġġezzjona għall-ħruġ tal- patent.", "Il-liġi li qegħdin niddiskutu tindirizza din il-problema billi l- ewwelnett tirrikjedi li jiġu ppubblikati d-dettalji ta' l-invenzjoni, u t- tieni nett billi tintroduċi sistema ta' invalidità flok is-sistema ta' l- oppożizzjoni.", "Voldieri bażikament il-kontrollur ikun qed jilqa' l-patent ladarba hu jkun ikkonvinċa ruħu li qed jiġu sodisfatti l-kriterji tal-liġi u jekk kemm-il darba jkun hemm min għandu interess li jopponi jkun jista' jopponi mingħajr time limit, mingħajr dak l-uġigħ ta' ras li jekk jitlef ix-xahrejn jitlef id-dritt tiegħu.", "Allura t-talba għal din it-tip ta' oppożizzjoni tista' ssir f'kull żmien wara l-ħruġ tal-patent u mhux sakem jinħareġ il-patent.", "Fil-qasam tal-privattivi industrijali d-data minn meta tibda sseħħ il- protezzjoni hija ta' importanza kbira ħafna, iżjed u iżjed fil-konfront ta' infringements.", "Skond l-ordinanza din id-data għandha tkun id-data meta l- applikazzjoni tiġi sottomessa fl-uffiċċju tal-kontrollur.", "Biex applikazzjoni tiġi kkonsidrata bħala valida jrid ikun fiha dettalji ta' l- applikant jew tal-mandatarju tiegħu flimkien ma' dikjarazzjoni li l- applikant huwa l-proprjetarju ta' l-invenzjoni.", "Iridu jiġu depożitati wkoll il-pagamenti dovuti, kopji ta' speċifikazzjonijiet li jiddeskrivu dettaljament l-invenzjoni, it-titolu oriġinali jew f'kopja legali li minnha tidher il-patent mogħtija barra meta l-patent tintalab bi prijorità, l-att tal-prokura magħmul b'att notarili jew b'kitba privata, kif ukoll lista ta' karti u oġġetti preżentati.", "Din kienet tqajjem ukoll ċerti diffikultajiet.", "Taħt il-liġi preżenti jidher ċar li d-data tal-preżentata hija marbuta ma' għadd kbir ta' formalitajiet li mhux tant faċli li wieħed jottjeni reġistrazzjoni fl-iktar data viċina possibbli, iktar u iktar meta wieħed ikun qed jagħmel talba bi prijorità.", "L-abbozz ta' liġi l-ġdid anke fuq l-istess linji li semmejna tal-European patent convention jagħmel distinzjoni bejn dak li għandu jiġi sottomess biex tingħata data tal-preżentata u dak li hemm bżonn biex l- applikazzjoni tiġi aċċettata.", "Voldieri fl-Att il-ġdid biex l-applikant jingħata data tal-preżentata, li kif qed ngħidu hija d-data l-iktar importanti, l-applikazzjoni jrid ikun fiha biss indikazzjoni espressa jew impliċita li tkun pretesa l-konċessjoni ta' privattiva, indikazzjonijiet li jkunu jippermettu li tiġi stabbilita l-identità ta' l-applikant, kif ukoll deskrizzjoni ta' l-invenzjoni li dwarha tkun qiegħda ssir l-applikazzjoni għall-patent.", "Għalhekk filwaqt li l-liġi preżenti tipprovdi għal speċifikazzjonijiet proviżorji, l-abbozz il-ġdid jelenka formalitajiet minimi li jridu jiġu sottomessi għall-applikazzjoni biex wieħed jottjeni d- data tal-preżentata.", "Barra minn hekk, kif jitolbu t-TRIPS u l-EPC, minn dan l-abbozz joħroġ ċar li l-applikazzjoni għandha tiżvela l-invenzjoni b'mod li jkun biżżejjed ċar u komplet sabiex l-invenzjoni tkun tista' tinġieb fis-seħħ minn persuna li tkun tas-sengħa.", "Permezz ta' hekk, il-liġi tistabilixxi proċedura għall- mod kif għandhom jiġu ppreżentati l-informazzjoni u d-dettalji ta' l- invenzjoni.", "Dan flimkien mal-fatt li fuq l-istess linji ta' l-EPC id- dettalji ta' l-applikazzjoni jridu jiġu esposti għall-pubbliku jgħin biex issir riċerka aktar effettiva minn inventuri oħra.", "Malli wieħed ikun jaf diġà x'jeżisti fil-linja tiegħu jkun jista' jieħu spunt minn dak ir- riżultat u jkun jista' jikkonċentra l-isforzi tiegħu u ma jaħlix ħin u flus kif semmejna aktar qabel fl-invenzjonijiet li jkunu diġà saru.", "Taħt l- Ordinanza wieħed jista' japplika għal protezzjoni ta' invenzjoni waħda f'applikazzjoni waħda, applikazzjoni waħda ma' invenzjoni waħda.", "Taħt l- abbozz il-ġdid b'applikazzjoni waħda l-applikant ikun jista' japplika għal diversi invenzjonijiet jew għal grupp ta' invenzjonijiet li jifformaw konċett inventiv uniku.", "Dan qed isir bl-iskop li jitnaqqsu l-ispejjeż għall-applikant.", "Ħaġa li hija importanti ħafna u li qanqlet ħafna interess, anke fil- proċess ta' konsultazzjoni li għamilna qabel ma wasalna għal din il-liġi, hija l-kwestjoni tat-terminu tal-protezzjoni.", "Taħt il-liġi attwali għandna terminu ta' 14-il sena mid-data ta' l-applikazzjoni li jista' jiġġedded għal terminu ta' 14-il sena ieħor.", "Taħt il-liġi l-ġdida it-terminu huwa ta' 20 sena.", "Dan naturalment huwa kif jitolbu t-TRIPS u l-EPC.", "B'hekk l- inventur għandu terminu ta' protezzjoni iżjed fit-tul minn dak tal-liġi preżenti u m'għandux l-obbligu li jitlob lill-ministru jestendilu t- terminu.", "Dan qed jintroduċi element ta' ċertezza u telimina xi ftit id- diskrezzjoni ministerjali.", "Niġi issa għad-drittijiet li ġġib magħha l-patent u għall-infringements.", "L-ordinanza tipprovdi li awtur ta' patent jew ta' skoperta industrijali ġdida għandu l-jedd esklussiv li jaħdimha għall-qligħ tiegħu nnifsu għaż- żmien, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti.", "Din l-ordinanza tipprovdi wkoll li kull min b'qerq u bi vjolazzjoni tal-patent jaħdem prodotti jew juża makni jew mezzi jew mezzi industrijali oħra, inkella jbigħ, jew jesponi għall-bejgħ, jew ikollu għall-bejgħ, jew iġib f'Malta oġġetti ffalsifikati, fuq talba tal-pussessur tal-patent jista' jiġi kkundannat għal dan in-nuqqas mill-qorti tal-kummerċ.", "Dan l-abbozz ta' liġi min-naħa l-oħra jipprovdi li jista' jkun hemm kontravenzjoni mhux biss ta' patent maħruġa, imma anke fi stadju li l-applikazzjoni tkun qed tiġi proċessata.", "Voldieri l-perijodu ta' protezzjoni jibda miż-żmien ta' l- applikazzjoni u mhux minn meta l-applikazzjoni tkun diġà ġiet aċċettata.", "Dan ifisser li jekk wieħed jikkopja invenzjoni jew jikser xi wieħed mill- jeddijiet li tagħtih il-patent fl-istadju li tkun qed tiġi proċessata l- applikazzjoni, xorta waħda titqies bħala kontravvenzjoni.", "Dan l-abbozz jintroduċi l-kunċett ta' process patents u jelenka numru ta' drittijiet aktar estensivi.", "Il-proprjetarju tal-privattiva jkollu d-dritt li jżomm lil terzi milli jwettqu attijiet mingħajr ma jkollhom l- awtorizzazzjoni tiegħu, fosthom l-għemil ta' prodott li jkun jinkorpora s- suġġett tal-privattiva.", "Hawnhekk niġbed l-attenzjoni li fil-committee stage irridu nagħmlu emenda għat-test Malti għax f'paragrafu (a) ta' subklawsola 27(1) tat-test Malti hemm il-kelma \"att\" meta din trid tkun \"prodott\".", "Il-proprjetarju tal-privattiva jkollu wkoll id-dritt li jżomm terzi milli joffru għall-bejgħ, iqiegħdu fuq is-suq, jagħmlu użu tal- prodott, jimportaw jew jaħżnu dawn l-oġġetti li semmejna li huma protetti mill-patents, kif ukoll li jħajru lil terzi li jwettqu xi wieħed minn dawn l-atti.", "Subklawsola 27(2) tgħid li:", "(2) Meta l-privattiva tkun tinvolvi xi proċess, il-proprjetarju tal- privattiva jkollu d-dritt li jipprevjeni lil terzi milli jwettqu, mingħajr ma jkollhom l-awtorizzazzjoni tiegħu, dawn l-attijiet li ġejjin:", "(a) l-użu ta' xi proċess li jkun is-suġġett tal-privattiva;", "(b) dwar kull prodott direttament miksub mill-użu tal-proċess, xi wieħed mill-attijiet imsemmija fis-subartikolu (1) (b), ukoll meta privattiva ma tkunx tista' tinkiseb għal dak il-prodott;", "(ċ) it-tħajjir ta' terzi li jwettqu xi wieħed mill-attijiet hawn aktar qabel imsemmija.", "Hawnhekk importanti li wieħed jinnota li fl-abbozz propost ġie ntrodott il- konċett tar-reversal of the burden of proof, li huwa skond it-TRIPS.", "Dan jirriferi għal meta jkun hemm invenzjoni li tikkonsisti fi proċess.", "Jiġifieri meta inti għandek żewġ prodotti identiċi wieħed jassumi li l- proċess li jkun wasal għalih it-tieni prodott li jiġi għar-reġistrazzjoni jkun l-istess bħall-proċess li jkun intuża fl-ewwel prodott u l-oneru tal- prova qed jiġi mgħoddi fuq it-tieni applikant.", "Niġi issa għall-eċċezzjonijiet, xi ħaġa li naħseb hija importanti wkoll - ma ninsewx li l-patents qegħdin joħolqu forma ta' monopolju u allura għandhom kemm jista' jkun jiġu limitati; għalhekk li f'kull liġi jkun hemm numru ta' eċċezzjonijiet għad-dritt li tagħtik il-patent - u nixtieq nelenka xi eċċezzjonijiet għax huma importanti daqs id-drittijiet innifishom.", "Subklawsola 27(3) tgħid li l-proprjetarju ta' privattiva m'għandu l-ebda dritt li jżomm lil ħaddieħor milli jwettaq, mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħu, l-attijiet li joħorġu mid-dritt tal-patent fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi li ġejjin:", "\"(a) meta l-att ikun jirrigwarda prodott li jkun tqiegħed fis-suq mill- proprjetarju tal-privattiva, jew bil-kunsens espress tiegħu, sakemm dak l-att jitwettaq wara li dak il-prodott hekk tqiegħed fis-suq f'Malta jew f'xi territorju li jista' jiġi speċifikat b'regolamenti.\"", "Jiġifieri jekk kemm-il darba sid il-patent ikun poġġieh fis-suq hu stess, ma jistax imbagħad jippretendi li dak il-prodott ma jiġix ċirkolat.", "Eċċezzjonijiet oħra huma dawn li ġejjin:", "(b) meta l-att isir privatament u għal għanijiet mhux kummerċjali, sakemm dan ma jkunx jippreġudika b'mod sinifikattiv l-interessi ekonomiċi tal-proprjetarju ta' dik il-privattiva.", "(ċ) meta l-att ikun jikkonsisti f'għemil jew fl-użu ta' dak il-prodott għal għanijiet purament sperimentali jew għal riċerka xjentifika.\"", "- din hija eċċezzjoni importanti ħafna -", "\"(d) meta l-att ikun jikkonsisti fit-tħejjija improvviżata għal każijiet individwali, ġo xi spiżerija jew minn tabib mediku jew veterinarju, ta' xi mediċina skond riċetta medika jew ta' attijiet li jirrigwardaw il-mediċina hekk imħejjija.\"", "Nixtieq ngħid li fl-istadju tal-kumitat se nipproponi emenda li tippermetti lill-ministru jintroduċi aktar eċċezzjonijiet, dejjem skond kif tippermetti t-TRIPS, li f'dan il-mument jistgħu jkunu fl-interess tal-pajjiż.", "Aspett ieħor huwa l-liċenzji mhux volontarji fejn għandna differenza sostanzjali mill-ordinanza.", "L-ordinanza kienet tipprovdi li wieħed jista' jiġi mġiegħel iċedi d-drittijiet tiegħu, jew jista' jiġi mġiegħel li jagħti l-użu lil ħaddieħor kemm-il darba ma jkunx għamel użu mill-iskoperta jew l- invenzjoni li għaliha tkun tirriferixxi l-patent fi tliet snin ta' wara l- għoti tagħha.", "L-abbozz li għandna quddiemna ma jikkontemplax li l- possessur jista' jiġi mġiegħel iċedi l-jeddijiet tiegħu, però minflok jipprovdi rimedju bil-qorti fis-sens li l-kontrollur jista' jiġi ordnat mill-qorti li jikkonċedi liċenzja mhux esklussiva u mhux volontarja kemm-il darba l-invenzjoni koperta bil-patent ma tinħadimx jew tinħadem b'mod mhux suffiċjenti f'Malta.", "Voldieri li qegħdin ngħidu bażikament huwa li meta xi ħadd jirreġistra patent f'Malta u din ma jużahiex, wieħed li jixtieq juża dik it-teknoloġija u juri li talab li jużaha u l-proprjetarju ta' dik it- teknoloġija ma kkonċedihilux, dan jista' jitlob lill-qorti biex tordna lill- kontrollur li joħroġ liċenzja għal dak l-iskop.", "Biex tingħata liċenzja bħal din l-applikant irid juri li jkollu l-kapaċità li jaħdem l-invenzjoni li jkollha dik il-patent f'Malta.", "Naturalment apparti li jkollu l-kapaċità jrid juri wkoll li jkun talab liċenzja u din ma ngħatatlux.", "Minbarra hekk l-abbozz jagħti wkoll il-poter lill-ministru li fl-interess tas-sigurtà nazzjonali jew sigurezza pubblika, jawtorizza l-ksur tal-patent fis-sens li jawtorizza lil xi persuna tuża jew tbigħ invenzjoni li dwarha jkun hemm patent jew applikazzjoni għal patent.", "Din hija forma ta' compulsory licensing li tista' tiġi ordnata biss mill-qorti f'każi jew ta' non uso li semmejt, jew inkella f'xi każijiet estremi ta' theddid għan- national security jew għall-public safety.", "Jien nittama li fl-istadju ta' kumitat inkunu nistgħu nidħlu f'iżjed dettall.", "Kif semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u anke kif qerrejt miegħu jien stess, m'huwiex suġġett eċitanti ħafna, però wieħed jirrikonoxxi li huwa ta' importanza kbira u li jista' jkollu impatt anke fuq l-industrija Maltija.", "Qegħdin niddiskutu l-implikazzjoni tal-liġi kontinwament ma' setturi interessati li nammetti li fil-bidu mhux kollha kienu daqshekk kuntenti b'dawn il-proposti, però naħseb li llum huma iżjed u iżjed konvinti li jista' jkun fl-interess tagħhom li t-tip ta' protezzjoni li qegħdin noffru tkun konformi mal-protezzjoni li hemm fil-kumplament tad- dinja żviluppata għaliex jistgħu jieħdu vantaġġi li s'issa ma kenux qegħdin jesplojtjaw biżżejjed.", "Jien nixtieq nieqaf hawn f'dan l-istadju u nidħlu fid-dettall aktar tard.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi dwar ir-reġistrazzjoni u r-regolament tal-Privattivi\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jgħaddi quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi dwar ir-reġistrazzjoni u r-regolament tal-Privattivi\", ikun trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "Onor. Membri Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMUNITAJIET U L-PRIVILEĠĠI DIPLOMATIĊI", "DIPLOMATIC IMMUNITIES AND PRIVILEGES (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi, Kap. 191\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li qed jagħmel emenda żgħira ħafna għall-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi.", "Tajjeb wieħed jara eżattament x'inhi r-raġuni ta' din l-emenda.", "L-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi jipprovdi għal privileġġi u immunitajiet li huma mogħtija lir-rappreżentanti ta' stati u artiklu 5 ta' din il-liġi jipprovdi wkoll għall-privileġġi u immunitajiet li huma mogħtija lill-organiżżazzjonijiet ta' natura internazzjonali li Malta hija membru tagħhom.", "Issa nqala' l-bżonn li jingħataw privileġġi u immunitajiet lil organizzazzjoni internazzjonali jew reġjonali li Malta għandha relazzjonijiet magħha iżda li Malta mhix membru tagħha.", "Qed nirriferi għall-Bank għall-Investiment Ewropew.", "Allura l-iskop immedjat ta' din l-emenda huwa sabiex il-liġi tiġi emendata b'tali mod li l-Istat Malti jkun jista' jagħti privileġġi u immunitajiet lir-rappreżentanti tal- Bank għall-Investiment Ewropew.", "Iżda peress li jista' jkun hemm okkażjonijiet oħrajn fil-futur fejn Malta jkollha bżonn tagħti l-istess privileġġi u immunitajiet lir-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li għalkemm Malta ma tkunx membru tagħhom, jista' jkollha relazzjonijiet kontrattwali magħhom, din l-emenda ġiet ifformulata b'mod li ma tirriferix speċifikament għall-Bank għall-Investiment Ewropew iżda tirriferi għal kull organizzazzjoni li l-ministru jista' b'ordni jiddikjara li tkun organizzazzjoni li magħha Malta jew il-gvern tagħha jkun stabilixxa relazzjoni kuntrattwali.", "Nixtieq ngħid minn issa li fl-istadju ta' kumitat beħsiebni nressaq emenda l-ewwelnett sabiex din l-emenda nnifisha tkun taqbel eżatt ma' l- għanijiet u raġunijiet ta' l-abbozz, għas-sempliċi raġuni li l-emenda titkellem fuq \"organizzazzjoni li magħha Malta jew il-gvern tagħha jkun stabilixxa relazzjoni kuntrattwali\", waqt li fl-għanijiet u r-raġunijiet hemm riferenza speċifika għal \"organizzazzjonijiet internazzjonali li tagħhom Malta mhix membru iżda li magħhom Malta stabiliet jew dalwaqt tistabilixxi relazzjoni internazzjonali.\"", "Għalhekk se nipproponi emenda fl- istadju ta' kumitat sabiex din tiġi estiża mhux biss biex tkopri dawk li magħhom Malta diġà għandha relazzjoni kuntrattwali, imma anke lil dawk li magħhom Malta tista' tistabilixxi, apparti minn dawk li diġà għandha, relazzjonijiet kuntrattwali.", "Wieħed irid jgħid li tradizzjonalment kellna relazzjonijiet mal-Bank għall-Investiment Ewropew li ilhom sa mill-1976, jiġifieri sa minn meta sar l-ewwel protokoll finanzjarju bejn Malta u dik li llum tissejjaħ l-Unjoni Ewropea, wara li kien sar il-ftehim ta' assoċjazzjoni li ġie fis-seħħ fl- 1971.", "U bis-saħħa ta' l-ewwel protokoll finanzjarju kien hemm provvediment għall-fondi li Malta kienet intitolata għalihom f'forma ta' self mill-EIB.", "Dawn kienu eżattament ECU16 miljun f'forma ta' self u fil-fatt fil- protokolli l-oħra sussegwenti dejjem kien hemm provvediment għal self, però ġara li r-raba' protokoll finanzjarju skada fl-aħħar tas-sena l-oħra u llum m'għadx għandna relazzjonijiet hekk imsejħa kuntrattwali ma' l-EIB.", "Issa qegħdin fl-aħħar fażi tad-diskussjonijiet sabiex jerġa' jkollna relazzjoni kuntrattwali ġdida ma' l-EIB, fil-forma ta' framework agreement li l-Unjoni Ewropea tidħol fih ma' pajjiżi terzi.", "L-EIB għandu framework agreements ma' diversi pajjiżi, fosthom mal-pajjiżi applikanti l-oħrajn.", "Tista' tgħid li dan huwa l-metodu normali li l-EIB jadotta sabiex jidħol f'relazzjoni kuntrattwali ma' pajjiżi terzi, ħlief għall-pajjiżi ta' l- Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku - li magħhom l-Unjoni Ewropea għandha relazzjoni speċifika taħt l-hekk imsejħa Lomé Convention - u l-pajjiżi tal- European economic area.", "Ta' min jgħid li l-pajjiżi li jagħmlu parti mill- Konvenzjoni ta' Lomé jipprovdu għal għotja ta' privileġġi u immunitajiet lir-rappreżentanti ta' l-EIB waqt li fil-kuntest tal-pajjiżi tal-EFTA li jaqgħu taħt l-EEA flimkien mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea hemm mandat speċjali mogħti mill-bord tal-gvernaturi ta' l-EIB f'dan ir-rigward.", "Fil-framework agreement li huwa propost ma' Malta, li jixbaħ ħafna lill- framework agreements li hemm ma' pajjiżi oħra li magħhom l-EIB għandu relazzjonijiet kuntrattwali, f'subartiklu (2) ta' artiklu 8 ntitolat Privileges and Immunities, hemm provdut:", "\"Representatives of the Bank, while engaged in work connected with or in the implementation of this agreement, shall enjoy at least the following immunities and privileges:", "a) immunity from legal and administrative proceedings in respect of acts performed by them in their official capacity except in cases where the bank waives such immunity;", "b) diplomatic privileges accorded by Malta to representatives of other international financial institutions carrying on equivalent activities in the territory of Malta.\"", "Dan huwa l-ftehim li Malta beħsiebha tiffirma ma' l-EIB.", "Peress li hemm din il-klawsola li, kif għidt qabel, tinstab fil-framework agreements kollha li l-EIB għandu ma' pajjiżi applikanti u ma' pajjiżi terzi oħra, allura hemm in-neċessità li ssir din l-emenda għal-liġi eżistenti tagħna biex ikun possibbli li Malta tagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi lill-organizzazzjoni internazzjonali bħalma li magħha aħna għad m'għandniex relazzjonijiet kuntrattwali.", "U anke kieku kellna relazzjonijiet kuntrattwali, aħna m'aħniex membri tagħha, waqt li l-liġi eżistenti tipprovdi biss għall-għotja ta' privileġġi u immunitajiet lil dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali li tagħhom Malta hija membru.", "Nixtieq ngħid ukoll li fl-istadju ta' l-kumitat beħsiebni nressaq emenda mhux biss fis-sens li semmejt qabel, imma li tispeċifika ftit aħjar l- ewwelnett l-għotja tal-privileġġi u l-immunitajiet lill-EIB; u t-tieni nett li l-gvern ikun jista' jagħti privileġġi u immunitajiet lil organizzazzjonijiet oħrajn għax ikun beħsiebu jidħol f'relazzjonijiet kontrattwali jew ikun diġà daħal f'relazzjonijiet kontrattwali magħhom.", "Minflok ma tibqa' kif inhi, jiġifieri li l-ministru jista' joħroġ ordni biex jagħmel dan, se tiġi li din isseħħ wara riżoluzzjoni tal-parlament.", "Din l-emenda se nipproponiha fl-istadju tal-kumitat wara, li tkellimt dwarha max-shadow minister għall-affarijiet barranin u qbilna li b'dan il- mod tkun tagħmel iżjed sens u tkun iżjed ċara.", "Xtaqt ngħid ukoll li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-EIB huwa importanti li nagħmlu din l-emenda minħabba li bis-saħħa ta' dan il-framework agreement se nkomplu fuq il- passi li ħadna diġà f'dak li għandu x'jaqsam mal-protokoll finanzjarji.", "Per eżempju, taħt l-ewwel protokoll finanzjarju ma' l-EIB konna ħadna self għal żewġ proġetti, wieħed tal-Port il-Kbir fejn saru wharves u jetties ġodda u l-ieħor kien jirrigwarda l-upgrading tas-sistema tat- telekomunikazzjonijiet ta' Malta.", "Taħt it-tieni protokoll finanzjarju kien hemm loan ta' ECU16 miljun li ntużaw għall-air terminal il-ġdid ta' Ħal Luqa u għas-solid waste recycling plant.", "Fil-fatt il-loan innifsu kien intuża għan-new air terminal, waqt li l-parti tal-loan li kienet b'rati ta' imgħaxijiet speċjali ntużat għas- solid waste recycling plant.", "U l-istess taħt it-tielet protokoll finanzjarju.", "Bis-saħħa issa ta' dan il-fremework agreement Malta se tkun intitolata li tieħu loans mill-EIB b'rati ta' imgħax li huma kompetittivi ħafna.", "Allura jekk ikun hemm bżonn li Malta tieħu self mill-EIB bħalma jsir anke ma' pajjiżi oħra, fosthom pajjiżi applikanti, aħna jkollna din il-faċilità.", "Ladarba niffirmaw dan il-framework agreement, ir-rappreżentanti ta' l-EIB ikollhom id-dritt għal dawn il-privileġġi u l-immunitajiet u għalhekk inħass il-bżonn li ssir din l-emenda li qiegħed nipproponi llum.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nixtieq nirrapporta li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att li jemenda Diversi Liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-Trasferiment ta' Servizzi mill-Air Traffic Control Corps u mill-Airport Company tal-Forzi Armati ta' Malta għal Malta International Airport\" għadda b'emendi mill-istadju ta' kumitat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 10 ta' April, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ----------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, in-naħa tal-grigal ta' Malta teżisti ġerħa li kulma jmur dejjem qed tikber u tespandi.", "Fis-sebgħinijiet l- awtoritajiet kienu taw bidu għal miżbla n-naħa tal-Magħtab bl-iskop li din tingħalaq wara ċertu perijodu ta' żmien, iżda l-affarijiet żviluppaw mod ieħor u in fatti fid-disgħinijiet ħarġet ordni biex il-miżbla tiġi estiża.", "Il-ħsieb kien li tiġi estiża orizzontalment biss pero' bil-mod il-mod bdejna ninnotaw, b'mod speċjali fl-aħħar snin, li din il-miżbla mhux talli ġiet estiża u kważi kważi ġiet tmiss mal-baħar iżda stajna narawha tiela' dejjem aktar 'il fuq, b'tali mod li meta taqbad - u l-miżbla taqbad ħafna drabi b'kawża ta' dekompożizzjoni ta' l-iskart domestiku li jkun qiegħed jintrema' hemmhekk - ikollna vulkan artifiċjali.", "Apparti l-ġerħa li tweġġa' l-għajn, wieħed ukoll jinnota b'dispjaċir li minn din il-miżbla qed joħorġu diversi prodotti tossiċi li qegħdin jaffettwaw kemm l-art ta' taħt il-miżbla u kemm l-ibħra tal-madwar, li fih qed jiskulaw diversi metalli tqal kif ukoll diversi gassijiet u anki tipi ta' veleni bħalma hi d-diossina.", "Il-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kien konxju minn dawn il-fatti u wara diversi visti fuq is-sit, anke permezz ta' helicopter, kien ġie deċiż li l-miżbla tal-Magħtab ma setgħetx tkompli għaddejja kif kienet u kienu saru diversi diskussjonijiet fi ħdan il-kabinett ħalli jittieħdu l-passi kollha neċessarji u jinstabu alternattivi oħra biex din il-ġerħa tispiċċa darba għal dejjem.", "Meta ngħid ġerħa ma nkunx qed infisser biss xi ħaġa li tweġġa' l-għajn imma ġerħa anke għall-ambjent ta' l-arja, tal-baħar u ta' l-art.", "Dan apparti li Alla biss jaf id-distanza safejn dawn il-prodotti tossiċi jaffettwaw prodotti veġetali u jaffettwaw il-bhejjem li nrabbu f'pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għax studji fuq dawn l-affarijiet ftit li xejn saru.", "Iżda qabel ma nitkellem dwar x'inhu jiġi ssuġġerit, irrid nitkellem ukoll fuq il-fatt li kemm-il darba lmentajna, anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, dwar il-ħmieġ u t-tajn li jinġema' fit-toroq, b'mod speċjali meta tagħmel ix-xita, bit-trakkijiet ħerġin u deħlin il-Magħtab.", "F'perijodu meta tagħmel daqsxejn xita mhux ħażin wieħed jista' jara tjun kull fejn iħares bejn il-miżbla u l-bidu tan-Naxxar, in-naħa ta' San Pawl tat-Tarġa.", "Dawn it-tjun jinġemgħu wkoll bejn il-miżbla u l-area tas-Salini u bejn il- miżbla u St. Andrews.", "Din is-sitwazzjoni taggrava meta tieqaf ix-xita, jibda jinxef it-trab u dan jinfirex ma' kullimkien permezz tal-karozzi u l- inġenji.", "Issa ta' min jgħid li l-oriġini ta' dawn it-trabijiet ġej mill- miżbla tal-Magħtab.", "Mr Speaker, j'Alla ma ndumux ma naraw din il-miżbla magħluqa darba għal dejjem.", "Wara kollox irridu nżommu f'moħħna li mhux affarijiet veġetali u bhejjem biss jeżistu fil-viċinanzi imma jeżistu wkoll bnedmin u hemm diversi djar.", "L-irwejjaħ tal-miżbla jinxtammu fiċ-ċirkonferenza kollha tal-madwar, skond 'il fejn ikun jonfoħ ir-riħ, u din ir-riħa taffettwa mhux biss residenzi imma taffettwa wkoll is-settur tat-turiżmu, li huwa settur li aħna nqisuh bħala wieħed mill-pilastri ta' l-ekonomija tagħna.", "Dan ifisser li barra li m'huwiex tajjeb għas-saħħa tal-Maltin li l-ħin kollu jgħixu hemmhekk, dan lanqas m'huwa reklam tajjeb għat-turiżmu.", "Aħna dejjem ngħidu li rridu nkomplu nsaħħu dan is-settur u anke nħajru aktar persuni biex ifittxu x- xogħol fis-settur tat-turiżmu u allura m'għandux ikollna affarijiet li jiskoraġġixxu t-turiżmu.", "Hemm ħafna affarijiet li jiskoraġġixxu t-turiżmu, imma żgur li m'għandniex inkomplu nagħmlu affarijiet bħall-miżbla tal- Magħtab, li kulma tmur aktar qed tespandi u trewwaħ.", "Mr. Speaker, kien hemm diversi proposti u x-short-listing wassal biex fil- Magħtab, fl-area ta' wara t-Torri ta' l-Għallies, titħaffer barriera.", "Għalkemm rapporti tekniċi jgħidu li t-tip ta' ġebel li jinsab hemmhekk mhux tajjeb kummerċjalment, jidher li għadda minn moħħ xi ħadd li l-ġebel li jitqatta' mill-barriera li se titħaffer jintuża għaż-żrar.", "Jekk dan huwa vera, dan it-tqattiegħ u tkissir taż-żrar fejn se jsir?", "Se jsir wara t- Torri ta' l-Għallies?", "Jekk se jsir hemmhekk, apparti t-trabijiet mill- barrieri li sfortunatament in-Naxxar u partijiet mill-Mosta u minn Ħal Għargħur huma mdawrin bih, se jkollna wkoll manifattura taż-żrar.", "Imbagħad intqal li wara li titħaffer, din il-barriera se tintuża bħala engineered landfill.", "Issa ħafna drabi tisma' ħafna kliem li jidher sabiħ fuq il-karta imma meta niġu għall-prattika jkun hemm bżonn li jsiru ċerti mistoqsijiet.", "Kemm se neħduha bis-serjeta' jekk verament se ssir din l- imbierka landfill u jintrema' ż-żibel fiha?", "Dan qed ngħidu għax jidher li l- proposta hija li din il-barriera tintuża biex jintrema' ż-żibel fiha.", "Għalkemm qegħdin ngħidu li din se tkun b'tali mod li ma taqbiżx il-livell minn ma' l-art, jekk ma jitteħdux l-affarijiet bis-serjeta' se nispiċċaw li se noħolqu sors ieħor li din id-darba se jkun viċin iktar ir-residenzi tas- Salina u anki ta' proprjeta` kummerċjali f'dawk in-naħat.", "Xtaqt nistaqsi wkoll jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi ħaġa mill-enerġija li se tiġi prodotta mid-dekompożizzjoni ta' l-iskart minn din il-landfill.", "Nisimgħu ħafna kliem bħal \"engineered landfill\", nisimgħu li hemmhekk se jintuża għal xi skop industrijali u meta wieħed jibda jikkombina ħaġa ma' l- oħra bilfors jiġuh ċerti mistoqsijiet li jkun tajjeb li jkollu risposta għalihom.", "Jekk hemm l-iskop li dik l-enerġija tintuża biex issir xi industrija f'dik l-area, wieħed se jibda jagħmel mistoqsijiet iktar minn hekk.", "Jekk ħaddieħor ma riedx ċertu tip ta' industrija wara biebu għal raġunijiet ovvji, nispera li dak li ma sarx in-naħa tas-Siġġiewi mhux se jsib ruħu f'daqqa waħda lejn il-Magħtab!", "Mr. Speaker, jiena ngħid li qabel immorru biex nimplimentaw ċerti affarijiet, irridu nkunu ċerti minn dak li qed jiġi propost.", "U bħalma kien hemm żmien li għamilna pressjoni biex ma ssirx barriera bieb ma' bieb mad-djar ġewwa s-Sgħajtar tan-Naxxar, hekk ukoll se tkompli ssir il-ħidma kollha neċessarja - u s'issa jidher li hemm koperazzjoni minn kulħadd - biex il-ġerħa li hemm fil-Magħtab ma titħalliex tkompli tikber taħt diversi kliem sabiħ bħal \"engineered landfill\" u kliem ieħor li fl-aħħar mill-aħħar jista' jissarraf f'dannu kbir għaċ-ċittadini u għall-kummerċ kollu li hemm dik in-naħa.", "Jiena ngħid li mhux ta' b'xejn jingħaqdu flimkien in-nies tan-Naxxar - u meta ngħid in-nies tan-Naxxar mhux qed nitkellem għan-Naxxar biss imma anki għall-areas tal-madwar bħalma huma Baħar iċ-Ċagħaq, is-Salini, il-Magħtab u l-area Tal-Budaq - dawk ta' l-area ta' St. Andrews, l-area ta' Ħal Għargħur, tal-Mosta kif ukoll ta' San Pawl il-Baħar.", "Dawn qed iħossu li hemm bżonn li din il-ġerħa neqirduha darba għal dejjem u ma nkomplux nagħmlu iktar ħsara lill-ambjent permezz ta' xi skoperti oħrajn u b'ħafna kliem sabiħ li fl-aħħar mill-aħħar iservi ta' dannu għal dik l-area.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fil-ftit ħin li baqa' xtaqt nitkellem dwar il-lokalitajiet tat-12-il distrett, partikolarment dwar il-lokal tar- Rabat, kif ukoll dwar ċerti sitwazzjonijiet li jirriżultaw jekk kemm il- darba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Nibda sabiex nifraħ lill-kunsilliera li ġew eletti fl-Imġarr, l-Imdina, l- Imtarfa u r-Rabat, kif ukoll lil dawk kollha li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Nawgura wkoll li jiġu rrimedjati l-problemi li nqalgħu dwar l-għażla tas-sindku tar-Rabat u ta' l-Imtarfa biex dawn il- kunsilli jkunu jistgħu jibdew il-ħidma tagħhom għall-ġid tal-komunitajiet rispettivi.", "Nieħu l-okkażjoni sabiex insellem ukoll lill-ex sindku u ex- kunsilliera ta' raħal twelidi - fosthom Edwige Xuereb, Eddie Gatt, Joe Caruana, Frankie Attard, Paul Attard, George Sharples u Edwin Privitera - u rrid ukoll nappella sabiex mingħajr aktar telf ta' żmien jiġu ttrattati l- ħafna problemi li qed jolqtu ħażin lir-residenti Rabtin.", "Mr. Speaker, dawn il-problemi ilhom snin kbar jikkawżaw inkonvenjenzi kbar għall-komunita` Rabtija u dan minkejja s-sehem kbir ta' kulmin fl- imgħoddi ħadem għal soluzzjoni għalihom.", "Fost dawn il-problemi hemm dik li aħna nafuha bħala l-għalqa ta' Kola.", "F'din l-area hemm ħafna trabijiet u hemm ambjent ikrah u degradanti li huwa eyesore għat-turisti.", "Il-komunita' Rabtija ilha snin twal titlob sabiex din l-għalqa tittranġa u issa li bdejna s-sena 2000, hemm bżonn nirrealizzaw li dawn il-problemi jiġu indirizzati mingħajr aktar telf ta' żmien.", "Mr. Speaker, irrid nagħmel riferenza wkoll għall-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa.", "Sfortunatament matul dan l-aħħar xahar dan il-proġett ġie abbandunat u hemm bżonn li dan jitkompla, mhux biss għall-benefiċċju tal-komunita` tar-Rabat imma wkoll għall-interess ta' pajjiżna, minħabba li dan il-proġett jinvolvi r-restawr u r- riabilitazzjoni tal-widien li ġġarrfu matul is-snin.", "Irrid nirriferi wkoll għall-bypass ta' l-Imtarfa, fejn riċentement żviluppa ħajt tal-konkos, li kompla kerraħ l-ambjent.", "Id-djuq li fiha din il-bypass qed jikkawża problema u ma nafx x'sitwazzjoni tinħoloq jekk hemmhekk ikollna xi ħabta bejn żewġ karozzi.", "Nittama li din l-imbierka bypass ma ddumx ma tinfetaħ b'mod li tkun tissodisfa l-komunita` kemm dik tar-Rabat kif ukoll dik ta' barra r-Rabat, li fil-weekend titla' hemmhekk sabiex tqatta' sigħat twal fil-kampanja sabiħa, karatteristika tar-raħal tagħna.", "Irrid ukoll nitkellem dwar l-importanza li tinbena s-sala fl-iskola tar- Rabat.", "Għandna komunita' ta' 'l fuq minn għaxart elef familja u dan in- numru biss jikkonferma l-bżonn u l-urġenza li tiġi stabilita din is-sala għall-bżonnijiet tat-tfal Rabtin li jattendu l-iskejjel kemm primarji u sekondarji.", "Mr Speaker, ta' min jgħid xi ħaġa wkoll dwar is-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku.", "Il-venda għadha ma marritx lura kif kien miftiehem mal-kunsill lokali u lanqas ġie estiż it-trasport għal Għar Barka, għall-Imtarfa u għall-villaġġi rurali oħra.", "Din l-osservazzjoni ilha titqajjem ħafna mill- komunita` tar-Rabat.", "Dawn il-problemi ma jistgħux ikomplu jiġu injorati għaliex fuq kollox qed ikunu l-istess ċittadini Rabtin li qed ibatu dawn l- inkonvenjenzi.", "Per eżempju, hemm ukoll il-ħtieġa li jsir studju dwar il-lifts li hemm bżonn isiru fil-housing estates tar-Rabat u dan għar-raġuni li l-eta` tal- familji li joqogħdu hemmhekk kompliet tikber.", "Il-kunsill lokali flimkien ma' l-awtorita' tad-djar għandhom immedjatament jibdew jagħmlu pjani sabiex tkun stabilita n-nefqa li jirrikjedi xogħol bħal dan u l-importanza li jsir dan l-iżvilupp.", "Irrid ngħid ukoll li ġie abbandunat il-ġnien li kellu jsir f'Għar Qajjet.", "F'din il-lokalita` m'hemmx ġonna u għalhekk għandu jkun hemm dan is-servizz adegwat għar-residenti f'dawn l-inħawi.", "Nixtieq ngħid ukoll li r-Rabat Ajax football club għad m'għandhomx it- titolu uffiċjali tal-ground u naturalment hu importanti li dan jiġi rrimedjat ħalli l-club, bħall-clubs oħra fil-premier division, ikun jista' jkompli jtejjeb l-istruttura tiegħu sabiex jilħaq aktar tfal tan- nursery u tal-minors, naturalment biex irawmuhom għall-premier.", "Importanti wkoll li nsemmi l-programm ta' bini ta' ħitan tas-sejjiegħ, it- tarmac li hemm bżonn jingħata fit-triq tal-Baħrija, kif ukoll ix- xogħlijiet li kellhom isiru fuq ir-relief valve tad-drenaġġ.", "Insemmi wkoll il-ħidma li kienet qed tiġi kkordinata sabiex il-kunsill lokali tar-Rabat flimkien mat-torball blind association jiżviluppaw ċentru modern ħalli jkun jista' jindirizza u jilqa' għall-ħteġijiet ta' persuni nieqsa mid-dawl fis- soċjeta' tagħna.", "Irrid ukoll nagħmel riferenza wkoll għall-importanza tar-restawr fil-bini storiku fl-Imdina.", "Minkejja li napprezza li ħarġu xi skemi sabiex ikunu jistgħu jiġu riabilitati mill-ġdid ċerti karatteristiċi, jiena nemmen li hemm bżonn li jsir ħafna iktar.", "Issa li ħarġu l-permessi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex isir ix-xogħol ta' l-asfaltar fl-għalqa ta' Kola, is- sitwazzjoni titlob li l-problema tiġi indirizzata bla aktar telf ta' żmien.", "Irrid nappella wkoll sabiex tkompli l-koperazzjoni li bdiet ma' Leeds City Council u ma' Tarquinia fl-Italja, fejn il-kunsilliera preċedenti, fosthom Rudolph Grima, ħadu l-inizjattiva sabiex jifformaw u jisfruttaw it- turiżmu bejn iż-żewġt ibliet.", "Tajjeb jingħad li f'Leeds biss hemm komunita` ta' aktar minn 900,000 ruħ u jekk il-kunsill jirnexxilu jiżviluppa ambjent fejn jibdew jiġu t-turisti, żgur inkunu qed nagħtu spinta lill-attivita' ekonomika fir-Rabat u naslu biex nagħtu l-kuraġġ li għandhom bżonn il-kummerċjanti Rabtin, li fil-mument żgur li m'humiex għaddejjin minn żmien tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Dawn jilmentaw miegħi li qed jiffaċċaw numru ta' problemi minħabba li ma tantx għaddejja attivita` ekonomika li tista' tinkoraġġihom.", "Niġi issa biex ngħid xi ħaġa li tinteressa lill-poplu kollu u mhux biss lil raħal twelidi, u ċioe' s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Ili x- xhur ngħid li wara li Malta tidħol membru fl-Unjoni, il-poplu jitlef il- benefiċċju ta' l-export refund minn fuq l-importazzjoni annwali ta' materja prima ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel li qed jiġu importati llum mill-pajjiżi ta' l-Unjoni stess.", "Matul dawn l-aħħar xhur jien spjegajt lill-gvern, lit-trade unions u lin-negozjanti, permezz ta' artikli u diskorsi fil-parlament, li fuq importazzjoni annwali ta' ħames prodotti li huma laħam aħmar, zokkor, ġobon, butir u ġwież se nitilfu madwar Lm17 miljun fis-sena.", "Fil-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jeżisti deficit ta' madwar Lm13 miljun, li minħabba fih farrakna lill-poplu tagħna bil-kontijiet għoljin ta' l-ilma.", "Mela jekk biex niġbru Lm13 miljun deficit tal-WSC farrakna lill-poplu, kif qed nippretendu li ma nfarrkuhx jekk fuq il-ħames prodotti li semmejt se jkollna nħallsu s-somma ta' Lm17 miljun aktar fis-sena?", "Jista' xi ħadd jagħtini tort li bil-qawwa kollha u b'urġenza kbira nitlob lill-gvern Nazzjonalista biex jippubblika studji professjonali li għamel dwar dan l-impatt fuq is-soċjeta' tagħna?", "Mr Speaker, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll li l-pagi se jiżdiedu u jien nistaqsi: Hawn xi union fil-pajjiż li tista' tiggarantixxi kemm se jogħlew il-pagi tal-ħaddiema wara li Malta ssir membru ta' l- Unjoni?", "Hawn xi union fil-pajjiż li tista' tiggarantixxi li mhux veru li l- common agricultural policy se tiġi tiswa lill-familji Maltin u Għawdxin spiża ta' aktar minn Lm600 fis-sena?", "Hawn xi union fil-pajjiż li għandha xi garanzija mingħand xi kumpannija privata lokali li qed tgħid li se tmur aħjar bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni, li mhux biss se jgħollu l-pagi daqs dawk ta' l-Ewropa imma wkoll li se jibqgħu jżommu fl-impjieg in-numru attwali ta' ħaddiema li għandhom illum?", "Hawn xi union fil-pajjiż li għandha xi forma ta' garanzija mill-gvern dwar kemm se tikber l-ekonomija wara li Malta tkun membri ta' l-Unjoni?", "Fid-dawl li qed jingħad li tant se jiġu opportunitajiet ġodda u kbar, hawn xi union fil-pajjiż li għandha xi garanzija mill-gvern li se jorħsu l-prezzijiet?", "Skond l-istess gvern, il-prezzijiet ta' l-ikel mhux veru se jogħlew.", "Mr. Speaker, għaliex qed ngħid dan kollu?", "Qed ngħid hekk għax lili jirriżultali li minkejja l-għaqda l-ġdida tal-Ġermanja u minkejja li l- Ġermanja hija stat membru ta' l-Unjoni, il-pagi tal-ħaddiema ta' l-ex Ġermanja tal-Lvant għadhom ma ġewx ugwali ma' dawk tal-Ġermanja tal-Punent.", "L-istess fil-każ tal-kumpanniji lokali, bħal per eżempju Farsons, fejn id- direttur ġenerali riċentement qal li jaqbel li Malta tidħol fl-Unjoni għaliex il-politiċi m'humiex dixxiplinati.", "Bir-rispett kollu, jien nistaqsi lil dan l-individwu jekk hux lest li jagħti garanzija lix-shareholders tal- kumpannija tiegħu li jkollna aktar investiment minkejja ż-żieda fil-pagi, taxxi u l-levies fuq l-importazzjoni ta' materja prima jekk kemm il-darba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Din il-kumpannija trid tidħol fi spiża ta' madwar 22c fil-kilo fiz-zokkor u 3c fuq kull kilo xgħir u dawn iż- żidiet bilfors se jirriflettu fuq il-kompetittivita' tagħha.", "Mr. Speaker, qed nagħmel dawn l-osservazzjonijiet għaliex sa issa ħadd għadu qatt ma ta dawn il-garanziji minkejja li diġa` qed isir it-tibdil mitlub mill-Unjoni Ewropea sabiex niġu konformi mar-regoli tagħha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 10 ta' April, 2000 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAĦĦA - PAZJENTI", "15235.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kkwalifikaw biex jieħdu apparat u tagħmir mediku matul l-1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infOrmat li n-numru ta` persuni li matul l- 1999 ikkwalifikaw għal apparat u tagħmir mediku ieħor b`xejn kien ta` 3154.", "SAĦĦA - SCHEDULE V", "15236.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' pazjenti li bdew jibbenefikaw mis-Schedule V matul l-1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta` pazjenti li bdew jibbenefikaw mix-Schedule V fis-sena 1999 kien 8802.", "SKEJJEL - SKOLA FRA DIEGO BONANNO", "15275.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-tiswijiet meħtieġa fil-bini ta' l- iskola Fra Diego Bonanno tal-Marsa biex ma tibqax bis-saqaf iqattar u bil- ġir u l-ġebel nieżel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li qed isiru t-tħejjijiet biex kemm jista' jkun ix-xogħol meħtieġ isir fis-sajf li ġej.", "SKEJJEL - FRA DIEGO BONANNO - LIFT", "15276.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-lift għall- iskola Fra Diego Bonanno tal-Marsa ilu minn Ottubru 1999 jistenna fil-bitħa biex jitwaħħal?", "Qed issir ħsara lil dan l-apparat mir-riħ u x-xemx?", "Meta se jitwaħħal il-lift?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li meta l-unit għall-aċċessibilita` tad- Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-Taqsima tax-Xogħlijiet rat il- possibbilta` ta' l-istallazzjoni ta' \"lift\" fil-kumpless skolastiku tal- Marsa, ma kkonsidratx il-fattur tas-\"supply\" adegwat ta' l-elettriku li hemm bżonn fl-istess kumpless.", "Bl-intervent tat-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni, waqt li kienet qiegħda tagħmel \"survey\" tas-\"supply\" ta' l- elettriku fl-iskejjel in konnessjoni ma' l-introduzzjoni tal-\"computers\" fil-klassijiet 5 u 6 tal-primarja u fis-sekondarji, ġiet a konoxxenza ta' dan il-problema.", "Fil-fatt b'ittra datata 15 ta' Marzu, 1999 il-Korporazzjoni Enemalta ntalbet biex tipprovdi s-\"supply\" meħtieġ.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni b'ittra datata 26 ta' Lulju, 1999 ġiet informata li biex il-Korporazzjoni Enemalta taqdi l-ħtiġijiet ta' l-elettriku ta' l-erba' skejjel f'dan il- Kumpless, kien meħtieġ il-bini ta' \"substation\".", "Għaldaqstant id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fit-12 ta' Ottubru, 1999 issttomettiet din l-applikazzjoni għall-bini lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u ħallset lill-Korporazzjoni Enemalta għat-tagħmir tas-\"substation\".", "Ladarba joħroġ il-permess għall-bini tas-\"substation\" u din tinbena, il- Korporazzjoni Enemalta tqiegħed is-\"switchgear\" meħtieġ fiha u jsiru l- alterazzjonijiet strutturali fejn sejjer jitqiegħed il-\"lift\" u l-istess \"lift\" ikun jista' jiġi nstallat.", "UNIVERSITA' - EŻAMIJIET TAL-MATSEC/DEGREES", "15320.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eżamijiet tal-Matsec u d- degrees ta' l-Universita' ta' Malta hux se jkunu rikonoxxuti fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jekk Malta ssir membru sħiħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li diġa' m'hemmx diffikultajiet biex ċertifikati ta' l-Universita` ta' Malta jkunu rikonoxxuti fil-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Aktar u aktar ma jkunx hemm diffikulta` meta Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni.", "ARTIJIET - GAZZETTA TAL-GVERN NO.", "16912", "15321.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jispjega l-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Frar, 2000, No. 16912, paġna 1499, li kien jgħid:", "Dipartiment ta' l-Artijiet Il-Kummissarju ta' l-Artijiet jgħarraf illi -", "Offerti ssiġilatti għall-Avviż li ġejjin għandhom jintefgħu fil-kaxxa ta' l-offerti tad-dipartiment ta' l-artijiet, Auberge de Baviere, Valletta sal-10.00 a.m. tal-Ħamis, l-24 ta' Frar, 2000... ... ...", "Dan ifisser li l-avviż ħareġ jumejn biss qabel ma kellhom jgħalqu dawn l- offerti?", "Ma jidhirlux l-Ministru li min jirċievi l-Gazzetta tal-Gvern bil- posta, irċieva dan l-avviż probabbli fil-ġurnata li għalqu l-offerti u għaldaqstant kienet inġusta ma' dawk li xtaqtu japplikaw, iżda per konsegwenza, ma setgħux?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-avviżi li rriferit għalihom l- Onor. Interpellanti dwar l-offerti li kellhom jinfetħu l-Ħamis, 24 ta` Frar 2000, fl-10.00 a.m., dehru għall-ewwel darba fil-ħarġa tal-Gazzetta tal- Gvern ta` l-4 ta` Frar, 2000.", "Bħall-avviżi kollha li joħroġ id-Dipartiment ta` l-Artijiet għall- kiri/bejgħ ta` proprjeta`, dawn l-avviżi baqgħu jidhru kull nhar ta` Tlieta u kull nhar ta` Ġimgħa, jiġifieri fit-8 ta` Frar, 2000, fil-11 ta` Frar, 2000, fil-15 ta` Frar, 2000, fit-18 ta` Frar, 2000 u fit-22 ta` Frar, 2000, sakemm għalqu l-offerti fl-24 ta` Frar, 2000.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "15322.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellhom punti dawn il-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament biex ikkwalifikaw għal postijiet u li ġew mogħtija residenza alternattiva bħala housing soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "SKEJJEL - PARENTS' DAY", "15323.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema skejjel sekondarji sejħu l- Parents' Day qabel ma saru l-eżamijiet ta' nofs is-sena u allura qabel ma' l-ġenituri ħadu r-riżultati?", "Għaliex sar dan?", "Il-Ministru jidhirlu li hi sistema tajba li l-Parents' Day issir qabel l-eżamijiet?", "Jekk iva, x'se jagħmel biex dan ma jibqax isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel sekondarji li sejħu Parents' Day qabel ma saru l-eżamijiet ta' nofs is-sena kienu dawn li ġejjin:", "Cospicua Girls' Secondary School Ħamrun Girls' Secondary School St Andrews Girls' Secondary School B'Bajda Girls' Secondary School Mrieħel Girls' Secondary School S'hurst Girls' Secondary School Samra Girls' Secondary School Rabat Girls' Secondary School", "Informat li l-amministrazzjoni ta' l-iskejjel imsemmija ħasset illi iktar kien jaqbel li l-ġenituri jiltaqgħu ma' l-għalliema ta' wliedhom qabel l- eżamijiet ta' nofs is-sena sabiex dawn jingħataw informazzjoni dwar l- andament ta' wliedhom u jekk ikun il-każ tittieħed xi azzjoni korrettiva li jkun hemm bżonn qabel ma' t-tfal joqogħdu għall-eżami.", "TAQSIMA TAD-DRENAĠĠ - APPARAT", "15324.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jasal l-apparat għat-taqsima tad- drenaġġ, issa li diġa' għaddew tliet xhur mit-traġedja taċ-Ċirkewwa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad- Drenaġġ bħalissa pprepara specifications biex ikun jista' jinxtara l- apparat kollu li hemm bżonn.", "Dan ix-xogħol issa ġie ffinalizzat u d- dipartiment issa se jkun f'pożizzjoni biex jagħmel l-ordni.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM MRIEĦEL", "15325.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jaf il-Ministru li l-istudenti tal-Form IV li jattendu fil- Junior Lyceum ta' l-Imrieħel, damu sa Frar bla għalliem tar-reliġjon?", "Jaf li dawn l-istudenti ġew mitluba joqogħdu għall-eżamijiet ta' nofs is-sena, mingħajr ma kienu għamlu s-syllabus tas-suġġett imsemmi?", "Għalhekk jista' l- Ministru jgħid issa x'se jiġri mit-tagħlim li suppost ħadu dawn l- istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm għal xi żmien ma kienx possibbli li tintbagħat teacher tar-Reliġjon, dawn l-istudenti kienu, permezz ta' arranġament intern, ikollhom lezzjoni fil-ġimgħa.", "Minn Jannar, minn meta intbagħtet għalliema sar kull sforz biex l- istudenti jirkupraw dak li tilfu.", "Fil-fatt kull mistoqsija fil-karta ta' l- eżami kienet ġiet ittrattatha fil-klassi.", "SAĦĦA - ANGIOPLASTICS", "15328.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru: angiographics; pace makers angioplastics; stents; vulvaloplastics;electro physiology studies; rotablation u ASD closures matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "1996 1997 1998 1999 ------------------------------------------------ Angiographics 1447 1546 1574 1617 ------------------------------------------------ Pacemakers 158 185 205 216 ------------------------------------------------ Angioplastics 346 328 353 380 ------------------------------------------------ Stents 136 244 347 437 ------------------------------------------------ Valvulo 13 4 6 2 Plastics ------------------------------------------------- EP Studies 25 42 24 29 ------------------------------------------------- Rotablation * * 8 4 ------------------------------------------------- ASD Closure 5 2 1 14 -------------------------------------------------", "* Servizz ma kienx jingħata SKEJJEL - MIŻATI", "15337.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji tal-gvern biex jiġi stmat x'effett għandu fuq il-ġenituri l-ħlas tal-miżati fl-iskejjel indipendenti?", "Kemm-il laqgħa saret bejn il-Ministru u/jew uffiċjali tiegħu u l-kapijiet ta' dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa saru żewġ laqgħat mal-mexxejja ta' l-iskejjel indipendenti.", "Matul din il-laqgħa ġew diskussi punti ta' interess komuni.", "L-istħarriġ tas-sitwazzjoni qiegħed fil-fażi tal-bidu.", "PULIZIJA - SEDUTI TAL-QORTI", "15338.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Minsitru jgħid għaliex il-ġudikanti ma ġewx informati minn qabel li l-pulizija ma jkunux jistgħu jattendu għal uħud mis-seduti tal-qorti fis- 6 ta' Marzu, meta kien hawn Malta il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Romano Prodi?", "X'inhi l-proċedura meta, minħabba xi ħaġa bħal żjara statali, numru ta' pulizija ma jkunux jistgħu jattendu l-qorti u tiġi nformata l-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kif hija l-prassi f`okkażżjonijiet bħal dawn, l-uffiċjal prosekuturi ħadu ħsieb jinformaw minn qabel lill- Maġistrati sedenti f`kawżi li l-Pulizija ma setgħux jattendu minħabba li kienu impenjati fuq xogħol ieħor b`konnessjoni maż-żjara li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "SPTARIJIET - SERVIZZI", "15339.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tal-pazjenti barranin li wżaw l-Isptar San Luqa, fl-ewwel xahrejn tas-sena u l-ħlas li sar skond kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari numru 14838?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta` pazjenti barranin li użaw l-Isptar San Luqa fl-ewwel xahrejn ta`din is-sena kien 505.", "Minn dawn 157 persuna kienu eżenti mill-ħlas.", "348 pazjenti intalbu jħallsu s-somma ta` Lm49889.", "Tħallsu s'issa Lm21266.", "EU - NEGOZJATI", "15343.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Fid-dawl tas-sejħa mill-President tal-Federazzjoni ta' l- Industriji li hemm bżonn li ma' l-Unjoni Ewropea jiġi negozjat pakkett li jgħin fil-ħolqien ta' l-impjiegi u titqajjem l-ekonomija lokali, x'pożizzjoni konkreta se jieħu l-gvern Malti fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex jiġi żgurat pakkett b'dawn l-elementi?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern qed jikkonsulta mal-Federazzjoni ta' l-Industriji u mal-korpi kostitwiti l-ohra kollha fuq in-negozjati għas-sħubija ta 'Malta fl-Unjoni Europea, biex b'hekk jassigura li l-pakkett li jiġi nnegozjat hu fl-aħjar interessi ta' Malta.", "Dan qed isir fi ħdan il- Malta-EU Steering and Action Committee fejn il-Partit Laburista għadu jista jinnomina r-rappreżentant tiegħu jekk irid.", "PATATA - EŻENZJONIJIET", "15352.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' eżenzjonijiet li saru fuq l-importazzjoni tal-patata ta' l-ikel matul l-1999 u fl-ewwel xhur ta' Jannar, Frar u Marzu tas-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minkejja li l-eżenzjonijiet mill-ħlas tal-levy jiġu ppublikati regolarment fil-Gazzetta tal-Gvern, xorta se nagħti l- informazzjoni lill-Onor.", "Interpellant.", "Fl-1999 ħarġu ħames eżenzjonijiet mill-ħlas tal-levy fuq patata mportata.", "Dawn kienu jikkonsistu minn :", "42 tunnellata għall-produzzjoni tal-crisps.", "112 tunnellata għall-produzzjoni tac-chips.", "25 tunnellata għall-isptarijiet u stituzzjonijiet tal-Gvern.", "F'Jannar u Frar ta' din is-sena ħarġu erba' eżenzjonijiet mill-ħlas tal- levy.", "Dawn kienu jikkonsistu minn : 104 tunnellata għall-isptarijiet u stituzzjonijiet tal-Gvern.", "26 tunnellata għall-produzzjoni tal-crisps.", "F'Marzu, 2000 ma ħarġet ebda eżenzjoni mill-ħlas tal-levy fuq importazzjoni tal-patata.", "L-eżenzjonijiet ħarġu minħabba n-nuqqas ta' patata w l-prezzijiet għoljien fis-suq lokali.", "Ingħatat konsiderazzjoni wkoll fil-każ ta' l-isptarijiet, li jekk ma jkunx hemm patata friska pprovduta lilhom, il-pazjenti jingħataw patata tat- trab miżjuda bl-ilma.", "Għaldaqstant jien ħadt il-parir ta' l-uffiċjali kompetenti fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, u fl-aħjar interessi ta' dawn il-pazjenti u b'assigurazzjoni li m' hu se jsir l-ebda mpatt negattiv fuq il-bdiewa, rrakomandajt it-tneħħija tal-levy.", "PATATA - EŻENZJONI", "15353.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru fil-Parlament nhar it-Tnejn 27 ta' Marzu qal li l-amministrazzjoni preċedenti tat lil min deherilha eżenzjoni fuq il- patata ta' l-ikel importata, jikkonferma l-Ministru li l-kumpannija li ġiet eżentata mhix protetta bil-levy ta' protezzjoni fuq l-istess prodott impurtat?", "Jikkonferma li l-prodotti l-oħra bħal crisps, eċċ, huma protetti bil- levy?", "Jikkonferma li l-eżenzjoni li ngħatat il-kumpannija taħt l- amministrazzjoni preċedenti kienet għall-VAT li l-ħxejjex kienu għoljin minħabba l-maltemp tant li fil-fatt kienu ġew eżentati prodotti oħra bħal kaboċċi u pastard fl-istess sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nistgħux nikkonferma l-ewwel parti tal-mistoqsija għax il-patata chips għall-\"catering\" hija suġġetta għal levy ta' 25c per kg.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant jaf li l- patata u l-ħxejjex mhux suġġetti għall-VAT.", "Barra minnhekk din is-sena wkoll il-prezz tal-patata kien għoli minħabba l-maltemp."]} {"filename": "20000517_295d_par.doc", "date": "2000-05-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 295 L-Erbgħa, 17 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 295", "L-Erbgħa, 17 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.04 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "295", "L-Erbgħa, 17 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 535", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 535", "TQEGĦID TA' KARTI 540", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL- KOMUNIKAZZJONI(IT-TIENI QARI) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (SECOND READING) 540", "AĠĠORNAMENT 557", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 562", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 294 li saret fis-16 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "IMPJEGATI TAL-GVERN - GĦAWDXIN F'MALTA", "15497.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta f'dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali?", "F'liema dipartimenti huma mqassma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Prim Ministru): In-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta f'dipartimenti tal-gvern huwa ta' 273.", "Ma hemm ebda persuna Għawdxija li taħdem hawn Malta f'xi korp parastatali jew entita' pubblika li taqa taħt id-dekasteru tiegħi.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi f'liema dipartimenti dawn huma mqassma.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: X'politika qed iħaddan il-gvern biex kemm jista' jkun malajr dawn l-Għawdxin imorru jaħdmu Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, safejn naf jien il-politika dejjem kienet li fejn hu possibbli wieħed jagħmel dawn l-arranġamenti, pero' dejjem skond l-esiġenzi tas-servizz u skond iċ-ċirkostanzi partikolari.", "Bħalma jaf il-kollega tiegħi fil-bidu tal-leġislatura kien għaddej il- proċess ta' trasferiment ta' numru ta' ħaddiema Għawdxin li ġew minn diversi dipartimenti oħrajn u li ngħaqdu mad-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jibda jsir back-office work tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali ġewwa Għawdex.", "Parti minn dan il-proċess kien inbeda minn grupp ta' ħaddiema li kien jonqoshom ħafna taħriġ biex ikunu jistgħu jaqdu dan ix- xogħol għax dawn ġew minn dipartimenti oħrajn u ma kellhom ebda esperjenza ta' xejn.", "Il-proċess ta' taħriġ kompla jsir sa l-ewwel tliet xhur ta' l- 1999 u parti sostanzjali tax-xogħol tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali ġie ttrasferit ġewwa Għawdex u beda jsir minn hemm.", "Imbagħad għall-ħabta ta' l-1999 beda l-proċess ħalli jgħaddi t-tieni grupp ta' ħaddiema biex il-complement sħiħ li kien stabilit għal Għawdex jimtela' u sabiex ix-xogħol ta' back-office jibda jsir kompletament minn dawn il-ħaddiema.", "Dan il-proċess sar, sar ukoll it-taħriġ għalihom u l- informazzjoni li għandi jien hi li s-sistema qed taħdem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li x-xogħol għandu jitqassam aħjar jekk verament il-gvern jixtieq li ħaddiema Għawdxin li fil- preżent qegħdin jaħdmu Malta jintbagħtu lura lejn Għawdex?", "Per eżempju, ftit ilu tneħħiet il-laundry mill-isptar ta' Għawdex u ntbagħtet Malta għax intqal li dan huwa iktar ekonomiku.", "Din ma narahiex tagħmel sens u għalkemm mhux qed nagħti tort lill-Viċi Prim Ministru, naħseb li għandu jsir sforz ġenwin biex id-dipartimenti f'Għawdex jiġu organizzati aħjar, jaħdmu bi spejjeż inqas u l-ħaddiema Għawdxin jkunu jistgħu jaħdmu f'Għawdex stess.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, m'għandix id-dettalji speċifiċi fuq il- laundry service li semma' l-Onor.", "Interpellant pero', kif diġa' għedt, ċerti xogħlijiet isiru skond l-esiġenzi tas-servizz u naturalment dawn jinkludu l-effiċjenza u anke l-cost-effectiveness.", "Jekk sar proċess li b'riżultat tiegħu x-xogħol tal-laundry ġie ttrasferit f'Malta b'mod li żdiedet l-effiċjenza, anke dik finanzjarja, naqbel perfettament li proċedura bħal din tagħmel sens.", "Fl-opinjoni tiegħi jkun żball kbir jekk il-kriterju li jintuża jkun biss li taqbad u tittrasferixxi n-nies minn gżira għal oħra sempliċement għax ikunu Għawdxin.", "Naħseb li l-mira tagħna għandha tkun li nfittxu l- effiċjenza, fil-kuntest ukoll taċ-ċirkostanzi partikolari.", "Jidhirli li dan qed isir u nerġa' nenfasizza li l-ewwel interess ikun li nfittxu l- esiġenzi tas-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nixtieq inkun naf jekk fir-rigward ta' l-eżerċizzju li qed isir jeżistux target dates.", "Minbarra d-dipartiment li semma' hu, hemm dipartimenti oħrajn li qed jipparteċipaw f'dan l- eżerċizzju?", "Għax mhux biżżejjed li niġu informati x'qed jiġri u mbagħad f'daqqa waħda jiġu tterminati ċerti servizzi - bħalma semma l-kollega tagħna l-Onor.", "Karmenu Borg - bir-riżultat li ma jkunx hemm aktar postijiet vakanti għall-ħaddiema Għawdxin.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, fejn ikun hemm deċiżjonijiet u target dates dawn jinżammu u l-miżura titwettaq kif għandha titwettaq.", "Jien tajt eżempju ta' dipartiment wieħed għax naf id-dettalji tiegħu, peress li nzertajt jien il-ministru responsabbli.", "Jiena m'għandix dettalji dwar dak li qed jiġri f'dipartimenti oħrajn u min jixtieq jagħmel mistoqsija partikolari fuq xi dekasteru jew dipartiment ieħor għandu l-liberta' kollha li jagħmel hekk.", "Li naf hu li meta tittieħed deċiżjoni u jkun hemm target dates, dawn jinżammu, kultant b'ċerta tbatija.", "Jien naċċerta lill-Kamra li biex aħna għaddejna mill-proċess ta' trasferiment ta' ħaddiema għal Għawdex ħalli jsir back-office work tad- dipartiment tas-sigurta' soċjali assolutament ma kien faċli xejn.", "Kważi dawn il-ħaddiema kollha ġew minn dipartimenti differenti - edukazzjoni, saħħa, dwana, eċċ. - u f'daqqa waħda dawn riedu jiġu mħarrġa f'sistema li hija xi ftit jew wisq komplikata, illi għandha x'taqsam ma' reġistrazzjoni ta' talbiet għall-benefiċċju ta' mard u mal-proċeduri kollha li huma marbutin mad-dipartiment tas-sigurta' soċjali, b'sistemi komputerizzati u allura riedu jiġu mħarrġa sew.", "Din il-proċedura ħadet ħafna żmien, bil- periklu wkoll li tkun qiegħed tagħti servizz u naturalment ma tkunx trid tnaqqas mill-effiċjenza ta' dak is-servizz minħabba li jkollok ħaddiema li jkunu għadhom ma drawx is-sistema.", "Veru li ħadna numru ta' xhur biex għamilniha pero' saret u saret bit-target dates li kellna f'rasna.", "Irrid ngħid - u din konna tkellimniha f'dan il-parlament - li oriġinarjament l-ewwel grupp ta' ħaddiema Għawdxin li kellhom jiġu ttrasferiti f'Għawdex biex jagħmlu dan ix-xogħol kien ippjanat li jseħħ fil- bidu ta' l-1999 pero', peress li f'Settembru 1998 kienet ġiet l-elezzjoni ġenerali, grupp ta' ħaddiema kienu nqabdu u ntbagħtu lock, stock and barrel ftit ġranet qabel id-data ta' l-elezzjoni flimkien ma' trakkijiet ta' files.", "Jiġifieri f'daqqa waħda kulħadd sab ruħu hemmhekk mingħajr ma kien jaf x'se jagħmel u ma jagħmilx.", "Fl-ewwel perijodu, jiġifieri minn Ottubru 1998 sa Marzu 1999, kellu jsir investiment qawwi ta' taħriġ għal dawn il-ħaddiema.", "Naturalment mhux se toqgħod timpjega nies minn barra biex jagħmlu dan ix-xogħol, u għalhekk uffiċjali minn Malta kellhom jitilgħu kuljum Għawdex biex iħarrġu lil dawn il-ħaddiema.", "Dan il-proċess ried isir b'għaqal kbir għax għalkemm din iċ- ċirkostanza tkun aħjar għal ħaddiem partikolari - nifhem li l-ewwel xewqa tal-ħaddiem tkun li jaħdem fil-gżira tiegħu stess, għax hekk ikun aktar komdu għalih u barra minn hekk jevita ċertu ammont ta' skariġġ - finalment wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-ewwel prijorita' hi li s-servizz ma jmurx lura.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant irid jagħmel xi mistoqsija partikolari fuq xi dipartiment ieħor, nistiednu biex jagħmilha lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, filwaqt li fil-lista li hawn quddiemi ta' Għawdxin li jaħdmu Malta m'iniex nara la pulizija u lanqas membri ta' l- armata - fil-fatt hawn indikat li 72 persuna jaħdmu mad-dipartiment ta' l- edukazzjoni, 15-il persuna jaħdmu d-dwana u 96 ruħ oħra li jaħdmu mad- dipartiment tas-saħħa - nixtieq inkun naf jekk fost dawn sarx eżerċizzju biex naraw min minnhom irid jibqa' jaħdem Malta?", "Għax jista' jkollok każi fejn għal xi raġuni jew oħra l-individwi jkunu jippreferu jibqgħu jaħdmu Malta.", "Dan l-eżerċizzju sar jew le?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma nistax u ma nafx inwieġeb il- mistoqsija supplimentari li qed jagħmel l-Onor.", "Membru, pero' m'għandix dubju li jekk l-Onor. kollega jagħmel din il-mistoqsija bil-miktub lill- prim ministru, għandu jingħata tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jaħseb il-Viċi Prim Ministru li ż- żmien huwa matur biżżejjed biex il-gvern jifrex dan l-eżerċizzju mad- diparitmenti kollha, b'mod aktar kollettiv u kordinat, ħalli l-policy fiha nnifisha tkun marbuta ma' żmien partikolari li tkun tobbliga lil kull dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li għalkemm teżisti policy, il-kriterju kardinali u kruċjali għandu jkun li nfittxu dejjem li dan il-proċess ikun skond l-esiġenzi tas-servizz u li nfittxu l-effiċjenza tas-servizz.", "Jiġifieri dan il-kriterju huwa l-aktar wieħed importanti.", "Għax irridu napprezzaw li kultant f'dan il-proċess ikun hemm komplikazzjonijiet kbar, għax jista' jkollok sitwazzjoni ta' promotions u kondizzjonijiet tax-xogħol differenti.", "Meta individwu jagħmel talba biex jiċċaqlaq minn dipartiment għal ieħor, biex minflok jibqa' jaħdem Malta jkun jista' jmur jaħdem Għawdex, m'hijiex daqshekk faċli li t-talba tiegħu tiġi milqugħa - għax dik il-proċedura tista' taffettwa l-għażliet tiegħu personali, l-effett tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tiegħu u l-probabbiltajiet ta' promotions tiegħu personali, pero' tista' taffettwa wkoll strutturi u servizzi fid-dipartimenti u dawn l- affarijiet kollha - u allura rridu noqogħdu attenti għax din m'hijiex xi ħaġa daqshekk sempliċi.", "Għalkemm trid timmira lejn ċerta policy, trid tqis li għandna servizz pubbliku - kemm jekk tkun taħdem Malta kif ukoll jekk tkun taħdem Għawdex - u d-dmir tagħna lejn il-pubbliku Malti hu li dak is-servizz nagħtuh tajjeb, b'mod effiċjenti u nagħmlu ħilitna biex nippruvaw dejjem intejbuh.", "Għalhekk l-esiġenzi tas-servizz jiġu l-ewwel.", "Naturlament jekk f'dan il-proċess inkunu nistgħu nilħqu l-għan ta' l- effiċjenza, l-għan tal-cost-effectiveness u fl-istess ħin lill-individwu nkunu nistgħu nakkomodawh għaċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, ma narax għalfejn m'għandniex nikkuntentawh.", "Jien ġieli jkolli talbiet simili u dan il-prinċipju ma jgħoddx biss għal Għawdex imma jgħodd ukoll għal Malta.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali hemm nummu ta' area offices mqassma f'diversi postijiet.", "Ġieli jkun hemm min jitlobni nagħmillu pjaċir billi nċaqilqu minn tali post għal tali post ieħor.", "Riċentement kien hemm xi ħadd li f'daqqa waħda ommu mardet serjament u għalkemm dan joqgħod f'post viċin il-lokalita' ta' l-area office fejn kien qed jaħdem, xtaq li jkun viċin il-post ta' fejn qiegħda ommu biex jekk jinqala' xi ħaġa hu jkun available.", "Ivverifikajna, rajna li ċ-ċirkostanzi kienu korretti, rajna li stajna b'xi mod jew ieħor nakkomodaw it-talba tiegħu mingħajr ma ntellfu l- effiċjenza tas-servizz u akkomodajnih.", "Pero' dan mhux dejjem inkunu nistgħu nagħmluh għax l-ewwel prijorita' tagħna hi li nagħtu servizz tajjeb lill-pubbliku.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - STUDJU", "15762.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru 13537, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija, u cioe' meta saru dawn l-istudji u riċerki?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li r-riċerka msemmija f'mistoqsija parlamentari nru.", "13537 bdiet issir immedjatament wara l-inċident taċ-Ċirkewwa u kienet tinkludi wkoll żjara fil-Ġermanja.", "Saret ukoll xi riċerka dwar x'tip ta' gassijiet jiġu ċċekjati f'pajjiżi oħra bħall-Ingilterra.", "Dan l-istħarriġ wassal biex jiġi identifikat x'tip ta' apparat hemm bżonn biex ix-xogħol isir b'anqas periklu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'kienu r-raġunijiet li din ir-riċerka jew dawn l- istudji ma sarux ukoll f'pajjiżi Mediterranji, fejn għandi nifhem li l- klima f'ċirkostanzi bħal dawn taffetwa ukoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li dak li kellu jkun stabilit fir- riċerka li qed nirriferu għaliha hu l-effett ta' dawn il-gassijiet perikolużi fuq il-ħaddiema, kif ukoll il-ħtieġa li wieħed iħares lejn prattiċi ta' uħud mill-iktar pajjiżi avvanzati f'dan is-settur, biex ikun hemm dak is-serħan il-moħħ li jekk inti qed tara prattika li miexja b'mod tajjeb, li hija proven u li għandha track record tajjeb, allura inti mbagħad tkun tista' tkun aktar ċert li l-apparat li ser tordna se jkun kompatibbli ma' dak ta' pajjiżi oħra, li dawn il-pajjiżi diġa' għandhom track record tajjeb dwar kif jamministraw dak l-apparat, li se jkollok ukoll il-faċilita' meħtieġa ta' taħriġ f'dak is-settur u allura li l- ħaddiema ta' dan id-dipartiment se jkollhom is-serħan tal-moħħ li qed issir għażla li hija ppruvata u li taħdem tajjeb.", "F'dan is-sens bħala ministeru ma ndħalniex lid-dipartiment jekk in-nies li ntbagħtu barra jmorrux il-Ġermanja, Franza, l-Ingilterra jew f'xi pajjiż ieħor, pero' nifhem li għamlu għażliet fejn dan l-apparat mhux biss huwa wżat imma anke prodott u fejn hemm track record tajjeb li allura jwassal għas-serħan il-moħħ tal-ħaddiema involuti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA La l-Ministru qed jikkonferma li fil-fatt ir- riċerki saru wara l-inċident, jiġifieri wara li mietu l-ħaddiema, dan ifisser li qabel l-inċident id-dipartiment ma kienx qed iħossu daqshekk responsabbli biex jippreveni inċidenti bħal dawn?", "Issa peress li diġa' bdew xi proċeduri mill-familjari tal-vittmi ta' dan l-inċident, id-dipartiment qiegħed jikkonsidra li jasal f'xi out-of-court settlement biex kemm jista' jkun jiġu evitati kawżi fil-qorti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-ewwelnett kif kelli l- okkażjoni nirrepeti diversi drabi, id-dipartiment jsostni li kellu apparat li b'mod ġenerali huwa tajjeb biex iħares lill-ħaddiema kontra l-perikli konnessi max-xogħol tagħhom.", "Naturalment l-inċident taċ-Ċirkewwa - fil- passat kien hemm okkażjonijiet oħra fejn inqala' inċident f'qasam jew ieħor li mbagħad inti ma tagħtix kas, qisu ma ġara xejn u ma tagħmilx eżerċizzju biex tara x'hemm bżonn isir għall-futur - lilna għamilna aktar konxji tal- ħtieġa li mhux biss noqogħdu sempliċement fuq dak li dejjem sar f'Malta matul dawn l-aħħar 50 sena, imma li naraw wkoll jekk hemmx prattiċi oħra barra minn Malta li huma applikabbli għal pajjiżna.", "Id-diffikulta' prinċipali f'dan il-każ kienet x'livell ta' sigurezza għandu jkun hemm meta ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ jinżlu f'livell relattivament viċin it-triq, jew jekk hemmx livelli ta' sigurezza li huma differenti meta jinżlu f'livelli ferm iktar 'l isfel.", "Għax donnu t- tendenza kienet li jekk jinżlu fi sewers ferm aktar 'l isfel f'mini tad- drenaġġ allura jużaw l-apparat kollu tas-sigurezza meħtieġa, inkluż sistemi ta' arja artifiċjali - ossiġenu jew arja permezz ta' kompressur li jiġi minn fuq u allura ma jkunx ġej mill-akkwati immedjati ta' fejn ikun qed isir ix-xogħol tagħhom - filwaqt li jekk ikunu qed jaħdmu f'livell viċin ħafna tat-triq dak l-apparat ma jużawhx.", "Aħna ridna naraw jekk f'pajjiżi oħrajn il-prattika hijiex hekk.", "Naturalment kull pajjiż jagħmel distinzjoni skond il-livell ta' periklu, imma ridna naraw anke fid-dawl ta' l-esperjenza taċ-Ċirkewwa x'qed jiġri f'pajjiżi oħrajn.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' jekk id- dipartiment ħaseb jew ma ħasibx biżżejjed - għax naħseb li with hindsight naqblu lkoll li kien imissu ħaseb aktar - pero' l-punt kruċjali f'dan il- każ hu li wara traġedja bħal din, mhux sempliċement tagħmel inkjesta interna imma tieħu l-miżuri kollha billi tmur on the field, tieħu l- ħaddiema miegħek - mhux sempliċement imur wieħed waħdu - biex jaraw b'għajnejhom, isir anke tender pubbliku biex tara x'inhu l-apparat li hawn available ...", "Ma' l-informazzjoni li diġa' tajt irrid inżid li issa hemm apparat ordnat li se jasal Malta l-ġimgħa d-dieħla - kemm apparat ta' monitoring kif ukoll apparat ta' sigurezza - u se jibda wkoll it-taħriġ lil units differenti ta' ħaddiema biex dan l-apparat ikun jista' jintuża u jkun hemm livell ta' sigurezza ogħla minn dak li kien hemm qabel.", "Rigward it-tieni mistoqsija, la personalment u lanqas bħala ministru m'għandi l-ebda talba quddiemi mill-qraba tal-vittmi jew minn xi nies oħra għal xi forma ta' kumpens.", "Naf x'qed tgħid gazzetta partikolari imma aħna quddiemna m'għandna xejn minn dan kollu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar safar barra minn Malta minn uffiċjali fil-ministeru għall- ambjent, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 15805.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar serq rapportat lill-pulizija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 15900.", "MR SPEAKER Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mis-16 ta' Mejju, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, il-bieraħ fid-diskors tiegħi kont qiegħed ngħid li wieħed irid joqgħod attent li jiddistingwi ż-żmien ta' meta għandu jsir dak kollu illi huwa fl-interess ta' pajjiżna.", "Hija ħaġa ċerta li t-target tal-gvern huwa li sas-sena 2003 jilliberalizza l- komunikazzjoni elettronika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ.", "Issa jiena nistaqsi: Kif qed jara din is-sitwazzjoni l-gvern Nazzjonalista u kif għandu jaraha kull gvern responsabbli li 'l quddiem jista' jmexxi pajjiżna?", "Ikun hemm min ikun hemm fil-gvern, irid jimxi b'oġġettivita' u jrid jieħu in konsiderazzjoni kemm l-istat finanzjarju u kemm dak soċjali tal-pajjiż.", "Imma pajjiżna huwa fil-pożizzjoni li jilqa' għal din l-isfida daqshekk malajr?", "Aħna bħala Partit Laburista nemmnu - hekk konna nemmnu anke meta konna fil-gvern - li dawn l-affarijiet għandhom isiru pero' b'mod aktar gradwali.", "Mr Speaker, meta qed nitkellmu fuq il-liberalizzazzjoni ta' dan is- servizz wieħed irid jitkellem ukoll fuq il-privatizzazzjoni.", "Meta wieħed jara kif dan kollu jorbot ma' l-avis li ġie impost fuqna minħabba li l- gvern irid jidħol membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, allura bilfors irid jagħmel ċerti domandi.", "Riċentement kont f'delegazzjoni on a familiarisation visit fil-Parlament Ewropew u waħda mid-domandi li staqsejna kienet jekk hemmx xi kriterji min-naħa ta' l-Unjoni li wieħed għandu juża meta jiġi biex jipprivatizza.", "Din kienet domanda importanti sabiex wieħed ikun jaf kif jaħsbuha l-osservaturi li għandna fi Brussels.", "Dawn qalulna li m'hemm l-ebda kriterji min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea li wieħed għandu jimxu fuqhom sabiex pajjiż ikun jista' jipprivatizza.", "Ġaladarba l-Unjoni Ewropea ma tgħid xejn dwar kif pajjiż għandu jipprivatizza, għaliex il-gvern Nazzjonalista qiegħed jiġri biex il- Maltacom u kumpanniji oħra li qegħdin fil-lista fosthom il-freeport - u nafu li ħarġet white paper dwar dan - jipprivatizzahom?", "Għandu jipprivatizza b'mod totali jew le?", "Xi studju sar min-naħa tal-gvern Nazzjonalista sabiex ddeċieda - issa qed jidher ċar - li jmur għal privatizzazzjoni totali?", "Ikun għaqli li tipprivatizza s-settur tat- telekomunikazzjoni b'mod totali u titlaq il-kontroll kollu minn idejk?", "Jew ikun iżjed fl-interess tal-pajjiż li dan is-settur ma titilqux kollu f'idejn il-privat u timxi paripassu mal-liberalizzazzjoni?", "Wieħed jifhem li l-kunċett tal-liberalizzazzjoni strettament meta tiddiskutih m'għandekx tinkludi l-kunċett tal-privatizzazzjoni, imma kif inhuma mexjin l-affarijiet bilfors ikollok tiddiskutihom għax f'dawn is- sena u disa' xhur ta' gvern Nazzjonalista diġa' kellna xalata ta' privatizzazzjoni.", "Forsi wieħed jgħid li huwa tajjeb li nipprivatizzaw għax b'hekk indaħħlu ammont ta' flus u b'xi mod titfejjaq il-ġerħa li l-gvern għandu bħalissa.", "Imma in the long term dan huwa biżżejjed biex jintlaħaq l- iskop tal-gvern?", "Hawnhekk nistaqsi lill-ministru: Kif jaraha l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ir-rabta bejn privatizzazzjoni totali u l- liberalizzazzjoni kif qed tiġi introdotta f'dan is-settur?", "Jidher li l- gvern Nazzjonalista se jaqbad is-sistema ta' Margaret Thatcher, li kienet tipprivatizza kollox, u huwa interessanti li l-ewwel li pprivatizzat kienet il-kumpannija tat-telephones.", "Kulħadd jaf il meta Thatcher bdiet tipprivatizza n-nies kienu jibżgħu jinvestu fuq proġetti, u hekk qed isir illum f'pajjiżna.", "Bħalissa hawn ħafna flus tan-nies fil-banek għax mhumiex jiġu investiti f'investiment ieħor ta' produzzjoni.", "Dak li jkun l-unika ħaġa li tinteressah huwa li jinvesti fil-bank jew f'xi ħaġa simili bħal, per eżempju, ix-xiri tax-shares, bonds, stocks, eċċ. Dan hija xi ħaġa li ssir dejjem meta jkun hemm proċess ta' privatizzazzjoni.", "Mr Speaker, ta' min jgħd li l-long-term policy ta' Thatcher kienet li waqt li tipprivatizza fl-istess ħin tkun qed iżżid it-taxxa indiretta, bħalma preċiżament qed isir proprju llum taħt gvern Nazzjonalista.", "Jiena għandi ktieb quddiemi miktub minn ċertu Davies intitolat \"We The Nation\", li jittratta dwar x'għamel kemm dam fil-gvern il-Partit Konservattiv fl- Ingilterra, b'mod speċjali meta kien immexxi minn Thatcher.", "F'dan il-ktieb Davies jgħid li meta tagħmel privatizzazzjoni totali \"you will be shifting the tax burden from direct to indirect taxation, that is you increase the gap between those on high and those on low income\".", "Dik hija l-verita' kollha.", "Meta inti tibda titlaq minn idejk il-kontroll li jkollok fuq kumpanniji u tagħtih lill-privat, l-uniku safeguard li jista' jkollok biex tqassam xi ħaġa hija li tagħmel aktar taxxi u dan, bil-miżuri ta' l-aħħar budget, diġa' bdejna narawh iseħħ u għalhekk il-GWU kellha raġun tgħid li dawk il-miżuri kellhom jiġu diskussi.", "Biex nibqa' fuq is-suġġett tat- telekomunikazzjoni, per eżempju, il-gvern introduċa l-VAT fuq is-servizz tat-telephone.", "Hawn nixtieq nistaqsi lill-ministru: Veru li diġa' beda jinħass nuqqas fl-użu tat-telephone lokali minn ċerta kategorija ta' subscribers.", "Jiġifieri barra li diġa' naqset l-effiċjenza fil-Maltacom, issa għandna l-problema l-oħra li kważi għandek il-biża' ta' l-użu għax għandek ukoll l-implikazzjoni ta' dak li għadni kif ikkwotajt mill-ktieb \"We The Nation\".", "Aħna m'aħniex ngħidu biex ma tipprivatizzax, imma tipprivatizzax b'mod totali u titlaq kollox minn idejk.", "Jiena naf Nazzjonalisti li huma influwenti, forsi mhumiex qegħdin fix-xena politika, li baxx baxx jgħidulek li l-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC kien żball kbir min-naħa tal-gvern Nazzjonalista għax il-bejgħ qatt ma messu sar b'dak il-mod.", "X'ġara fl-Ingilterra meta l-Partit Konservattiv fil-gvern beda jipprivatizza kollox?", "Il-poplu beda jħossu aħjar għax beda jixtri x-shares u jaqla' l-flus min-negozju tagħhom fl-istock exchange - diġa' qed jagħmlu hekk ċerti Maltin - imma meta kien hemm il-kollass ftit kienu dawk li rnexxielhom isalvaw mill-mewġa kerha li ġiet fuqhom u ħafna minnhom marru bankrupt.", "Jiena ngħid li huwa tajjeb li l-kbir jkollu ambjent li jħajru jinvesti pero' l-kbir jaf jieħu ħsieb tiegħu nnifsu.", "Ma naf lil ħadd mill- kbar li bata ħafna.", "Dejjem iż-żgħar ibatu u dejjem iż-żgħar jispiċċaw foqra.", "Per eżempju, kien hawn żmien fejn gvernijiet daħħlu fil-mentalita' tal-ħaddiema ż-żgħar li l-politika tagħhom tant hija tajba li qed tagħtihom ċans li jagħmlu ħafna overtime, jinvestu 'l hemm u jinvestu 'l hawn u jagħmlu ħafna flus.", "Imbagħad dak li jkun jidħol fi djun kbar - per eżempju, jieħu loan biex jixtri dar - u f'daqqa waħda ma jkunx kapaċi jkompli jħallas u jitlef kollox u jiftaqar.", "Dan li qed jiġri f'pajjiżna.", "Nixtieq li l-ministru jgħidli kemm f'din l-aħħar sena l-HSBC, il-BOV u banek oħra bagħtu ittri uffiċjali lil dawk in-nies li ħadu house loan u li għal xi raġuni jew oħra mhumiex f'pożizzjoni li jkomplu jħallsu l-mortgage.", "Issa ladarba dawn diġa' bdew ifallu, x'se jiġri 'l quddiem?", "Dawn huma indikazzjonijiet soċjali li wieħed irid joqgħod attent għalihom.", "Huwa tajjeb li nwaqqfu ċerti awtoritajiet imma trid tagħmilhom b'mod li l-gvern ikollu grip serja ħalli jipproteġi lis-soċjeta'.", "Dan qed isir minn gvern Nazzjonalista?", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia.", "Nagħmel appell lill-Onor.", "Membri biex jekk jista' jkun il-mobile telephone iżommuh mitfi waqt li s- seduta tkun għaddejja.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, jiddispjaċini imma ma nistax naqbel miegħek.", "Inti qiegħed bit-telephone ħdejk għal li jista' jkollok bżonn u aħna rridu nitfu l-mobile telephone tagħna!", "Dan mhux sew.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, għal darba tnejn, tlieta dawwarna ċirkolari fejn ġbidna l-attenzjoni ta' kulħadd biex kemm jista' jkun il-mobile telephones jintużaw bi prudenza kbira fil-Kamra.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, kif għedt il-bieraħ, huwa importanti li l-gvern iżomm il-unions aġġornati bl-aħħar tagħrif uffiċjali għaliex il- unions huma organizzazzjonijiet tal-ħaddiema li jafu xi drittijiet iridu jiġu protetti.", "Per eżempju, min se jipproteġi d-drittijiet ta' l-1,200 ħaddiem tal-Maltacom?", "Kulħadd jaf kif jinsabu mwerwrin dawn il-ħaddiema.", "Meta inti tipprivatizza b'mod mgħaġġel tifqa' s-sistema tal-welfare state.", "Jiena ma rridx nallarma lill-poplu, imma kif inhuma sejrin l-affarijiet xi ħaġa se jiġri għax meta inti tiskossja s-sistema tal-welfare, għax ma tkunx qed tikkomplimentaha b'policies li jagħmlu sens, jitlagħlek il-qgħad u allura bilfors trid tagħmel xi ħaġa.", "Per eżempju, is-sistema ta' benefiċċji li kellhom il-Fillandja tant ġiet under strain meta beda tiela' l-qgħad minħabba raġunijiet li gvernijiet mhux daqshekk Soċjalisti ...", "(Interruzzjonijiet) Dejjem irid ikun gvern Soċjalista biex jipproteġi dawn l-affarijiet, għax mhux se jkun gvern Soċjalista li jagħmel pass mgħaġġel bħal dan meta jaf li se jweġġa' lin-nies.", "Illum nafu x'inhu jiġri f'pajjiżna, Sur President.", "Illum għandna faqar ġdid u dan japprezzah kemm l-istess gvern Nazzjonalista kif ukoll il-kleru.", "Il-faqar ġdid mhux dak li kellna dari, fejn kont tara lil xi ħadd fi Strada Rjali jitolbok xi sitta jew xi sold.", "Il-faqar ġdid huwa li għandna ħafna nies li mhumiex ilaħħqu mal-kontijiet u mat-taxxi li regolarment qed jiġu imposti fuqhom minn dan il-gvern.", "Kif jista' jkun li gvern, ikun min ikun, ma jindirizzax ċerti problemi partikolari u jara fejn għandhom jingħataw ċerti benefiċċji.", "Per eżempju, x'għamlet s'issa l-Maltacom f'każi fejn għandek subscribers li huma bedridden, handicapped jew single parents?", "Tathom xi benefiċċju?", "Tathom xi trattament differenti mis-subscribers l-oħra bħal, per eżempju, tnaqqis fil- prezz tat-tariffi jew tant calls b'xejn mar-renta?", "Kienet ħaġa sabiħa - u personalment inħoss li għandi nirringrazzja lill-Maltacom - li l-Ħadd li għadda tat konċessjoni biex f'Jum l-Omm is-subscribers ikunu jistgħu iċemplu barra minn Malta mid-dar bil-1c per minute.", "Dik hija xi ħaġa pożittiva u ta' min ifaħħarha u j'Alla titkompla f'sistemi oħra meta jkun hemm ġranet partikolari.", "Imma li rrid ngħid hu - u dan hu l-qafas kollu - hemm bżonn li nipprivatizzaw b'mod komplet, jew irridu dejjem inżommu f'moħħna wkoll il-kunċett tal-welfare state?", "Jekk kemm-il darba, dawn huma sinjali li qegħdin quddiemna u m'aħniex nindirizzawhom, mela l-iskop tal- gvern jista' jkun wieħed differenti.", "Dan mhux sew u l-gvern għandu jgħidilna x'irid jagħmel.", "Se jagħmel bħal Thatcher, li kienet ġiet taqa' u tqum meta l-unemployment fl-Ingilterra tela' għal 2.5 million.", "Tafu li fi żmienha, kemm damet hi fil-gvern, l-Ingilterra kellha average growth rate ta' 1.6% per year, mentri taħt gvernijiet Laburisti, fosthom dak ta' Wilson, il-growth rate dejjem kienet aktar minn 3%.", "Mela fejn hi l- politika tajba tar-right?", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik imma skadielek il- ħin u għandek bżonn extension biex tkompli bl-intervent tiegħek.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli bid- diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawn quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fid-9.56 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, qegħdin niddiskutu liġi li sejra twaqqaf awtorita' li se jkollha x'taqsam mal-communications.", "Din il-liġi, fl- opinjoni tiegħi, tirrifletti l-iżvilupp tal-komunikazzjoni u ta' l- informatika.", "Iżda ma jkun hemm żviluppi f'dan il-kamp, aktar se jkollna bżonn ta' regolamentazzjoni sabiex min-naħa ma jkunx hemm l-abbuż la ta' l- awtorita' fir-relazzjonijiet tagħha mal-poplu, u min-naħa l-oħra lanqas ikun hemm nies individwali li jieħdu s-sopravvent u jagħmlu dak li jridu u dak li jfettlilhom.", "Fl-intervent tiegħi jiena se nitkellem fuq żewġ binarji, Mr Speaker, fuq l-iżvilupp tal-komunikazzjoni minn 14-il sena 'l hawn u fuq il-funzjonijiet ta' din l-awtorita'.", "Mr Speaker, 20 sena ilu konna nitkellmu biss fuq komunikazzjoni permezz tal-morse code, permezz tar-radju, permezz tat-telegrafija u permezz tat- televiżjoni.", "Dawn illum ġew superati totalment u ġew kważi mpoġġija fit- tieni livell, biex ngħid hekk, għax illum hemm mezzi ġodda ta' komunikazzjoni li sa ftit taż-żmien ilu lanqas biss konna noħolmu bihom.", "Bħalissa qed niftakar f'dik il-famuża entry form li fi żmien l- amministrazzjoni Laburista ta' qabel l-1987 wieħed ried jimla jekk kemm-il darba ried idaħħal computer, fejn kien mitlub jiddikjara li t-tali importazzjoni ma kenitx se tissarraf fit-tkeċċija ta' xi nies mill-impjieg tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fl-10.04 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "L-Onor.", "Tony Abela huwa in possession.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, kif kont qed ngħid, bniedem irid jara l- mezzi ta' komunikazzjoni li żviluppaw mill-1987 'l hawn.", "Nafu li kien hawn żmenijiet fejn bniedem lanqas biss seta' jixtri television tal-kulur.", "Dik kienet ukoll restrizzjoni fil-mezzi ta' komunikazzjoni.", "Kif żviluppat ix-xena f'dan is-settur?", "Kien hawn ħafna liġijiet li ġew diskussi kważi ad nauseam u kien hawn min kien kontra tagħhom, pero` llum nistgħu ngħidu li min-naħa rajna li taħt l-amministrazzjoni ta' gvern Nazzjonalista ngħataw liċenzji għal diversi stazzjonijiet televiżivi u kulħadd ngħata ċ-ċans li jagħmel test transmissions, mentri sentejn ilu, taħt amministrazzjoni Laburista, għax il-Partit Nazzjonalista ried jagħmel tests permezz ta' l- antenna tal-Għargħur, spiċċajna b'nofs il-grupp parlamentari Nazzjonalista kważi jaffronta lill-pulizija u bil-prim ministru, dak iż-żmien Dr Alfred Sant, flimkien ma' l-ex-ministru Joe Mizzi jmexxu proċeduri fil-qorti, tramite d-direttur tal-cable and wireless, biex il-Partit Nazzjonalista ma jkunx jista' jagħmel il-provi televiżivi ħalli ikun jista' jwassal l- messaġġ tiegħu lill-poplu.", "Mr Speaker, din il-liġi hemm bżonnha biex ma jkunx hawn iżjed iċ-ċans li gvern jipprova jrażżan dawn l-avvanzi.", "Mr Speaker, konna aħna li tajna d-dritt għax-xandir permezz ta' l- istazzjonijiet tar-radju.", "Illum fuq ir-radju ssib stazzjonijiet lokali kemm trid u n-nies jistgħu jagħżlu li jisimgħu dak l-aktar li jinteressahom.", "Min tinteressah il-mużika, min tinteressah xi diskussjoni politika u min tinteressah diskussjoni ta' natura differenti.", "Hawn id-diversifikazzjoni u wieħed jista' jagħżel.", "Illum tieħu pjaċir tisma' kelliema ewlenin min-naħa l-oħra jitkellmu favur din il-liġi u jgħidu x'jidhrilhom li hemm bżonn li jsir biex dawn l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Illum, bil-mod kif żviluppaw it-trasmissjonijiet permezz tas-satellita, gvern, hu min hu, ftit li xejn għandu ċans li jipprova jrażżan il-mezzi lokali ta' komunikazzjoni u jżommna milli nisimgħu u naraw l-aħbarijiet ta' barra.", "Jien nemmen li ma tistax tirripeti ruħha l-istorja li għaddiet minnha Malta ftit tas-snin ilu, imma żgur li dawn l-affarijiet ma nistgħux ninsewhom għax jekk ninsewhom jista' jkun li l-istorja terġa' tirripeti ruħha.", "Illum qrajna fil-gazzetta li d-diretturi tal-Maltacom se jintroduċu mezz ieħor ta' komunikazzjoni permezz tal-mobile phones.", "Dan huwa mezz ta' komunikazzjoni ieħor neċessarju fid-dinja tal-lum, għax permezz tiegħu bniedem li ma jkunx preżenti f'ċerti postijiet għandu l-mezzi kollha sabiex ikun jista' jikkomunika ma' min irid.", "Tgħid, kieku l-ambjent kien għadu kif kien qabel l-1989, kienu jingħataw dawn id-drittijiet u kien ikun hawn min min-naħa l-oħra jiġi jiftaħar li dan huwa riżultat tax-xogħol tagħhom?", "Għall-grazzja t'Alla jidher li dak l-ambjent inbidel u nbidel darba għal dejjem.", "Mr Speaker, waqt li qed nitkellem fuq din il-liġi nistaqsi: Fejn huma l-parametri li jiftħu jew li jagħlqu din il-liġi?", "Safejn tista' tasal din il-liġi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha?", "Meta wieħed iħares lejn klawsola 4 li tittratta dwar il-funzjonijiet ta' l-awtorita` u lejn subklawsola (3) ta' l-istess klawsola u jara it-tip ta' regolamenti u l-wesgħat li tista' teżerċita fihom, bniedem jgħid: Isma', għadna kif għaddejna liġijiet dwar id-drittijiet ta' l-awtur, qegħdin ngħaddu liġi oħra dwar it-trademarks, qegħdin ngħaddu l-liġi dwar il- privattivi industrijali - din bħalissa qiegħda quddiem il-kumitat permanenti dwar abbozzi ta' liġi - u qegħdin ngħaddu wkoll liġi dwar ix- xandir u oħra dwar it-trasport pubbliku, li fih innifsu huwa mezz ieħor ta' komunikazzjoni .....", "Allura din il-liġi se jkollha s-sopravvent fuq dawn il-liġijiet l-oħra jew se timxi paripassu magħhom?", "Jien ngħid li rridu nsibu mod fejn dawn il-liġijiet joħolqu dik li aħna ngħidulha xibka ta' komunikazzjoni, li flimkien jistgħu jagħtu bl-iżjed mod liberu pero` fil- parametri tal-liġi, kull mezz possibbli ta' komunikazzjoni biex bniedem jasal għal dak li huwa messaġġ privat, messaġġ pubbliku, messaġġ industrijali, messaġġ edukattiv u messaġġ ta' kummerċ.", "Għalhekk nitlob lill-ministru sabiex waqt il-winding-up jgħidilna fejn jaslu l-parametri ta' din il-liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li reġa' m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Għal darba oħra s-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fl-10.18 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "L-Onor.", "Tony Abela huwa in possession.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, din l-awtorita` qed tingħata d-dritt li tamministra u tirregola kull settur li għandu x'jaqsam mal-communications.", "Jekk wieħed jara l-mod li bih illum espanda l-E-commerce, li huwa l-mod kif wieħed permezz ta' l-internet jikkomunika ma' kumpanniji oħrajn u jagħmel il-business, allura fl-istadju ta' kumitat irridu naraw iridx ikun hemm interpretazzjoni għall-paragrafi (a) sa (r) kif enumerati f'subklawsola (3) ta' klawsola 4 dwar il-provvedimenti u l-parametri li għandha tirregola din il-liġi.", "Per eżempju, f'paragrafu (ċ) jingħad li l-awtorita' għandha -", "\"tirregola u tiżgura li jkun hemm interkonnessjoni fil-produzzjoni, it- trasmissjoni u distribuzzjoni tas-servizzi, prodotti, operazzjonijiet jew attivitajiet li jirrigwardaw kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att,\"", "Jiġifieri rridu nassiguraw li jekk se tagħmel regolamenti f'dan is-sens, fil-funzjoni tagħha din l-istess awtorita` trid tkun imparzjali u ma tiġbed lejn ebda entita` b'mod li tagħti vantaġġ la ekonomiku u lanqas politiku lil naħa jew oħra.", "F'dan l-abbozz ta' liġi jingħad ukoll li l-awtorita' għandha tistabilixxi standards minimi ta' kwalita` u sigurezza għal kull waħda mill-imsemmija servizzi, prodotti, operazzjonijiet u attivitajiet.", "Jien nemmen li dawn il-parametri li qed nagħtu b'din il-liġi sejrin definittivament jidħlu fuq liġijiet oħrajn li qegħdin ngħaddu jew li diġa' għaddejna u allura fl-interpretazzjoni ta' din il-liġi wieħed irid jillimita l-mezz u l-mod safejn għandha tasal l-awtorita` fl-eżerċizzju tal- funzjonijiet tagħha.", "Mr Speaker, il-liġi tgħidlek ukoll li l-awtorita' għandha dritt tagħmel studju, riċerka jew investigazzjoni fuq kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att.", "Imma safejn tista' tidħol fl-affarijiet privati tal-kummerċ ta' dak li jkun?", "Safejn għandha dritt tidħol?", "Għax jekk minn din l-awtorita' nneħħu \"kull persuna li għandu xi interess finanzjarju jew ieħor f'xi intrapriża li tista' taffettwa l-funzjoni tiegħu bħala membru ta' l- awtorita`\" - kif qed jingħad f'dan l-abbozz ta' liġi - se naslu f'punt illi kważi ħadd ma jista' jifforma jew ikun membru ta' din l-awtorita` għax ħlief bniedem li ma jagħmel xejn, li ma jinteressa ruħu f'xejn u li m'għandux interess f'mezzi ta' komunikazzjoni kważi ma jistax ikollok f'din l-awtorita'.", "Per eżempju, bniedem li għandu shares fil-Maltacom ma jistax ikun membru ta' din l-awtorita'.", "Lanqas bniedem li għandu shares ġo bank ma jista' jipparteċipa f'din l-awtorita', sakemm ma nżidux illi bniedem mhux biss irid jiddikjara l-interess jew ix-shareholding li għandu f'soċjeta` jew li jipparteċipa f'xi tip ta' kummerċ li jista' jaqa' taħt l-ambitu` ta' din l-awtorita`, pero` jrid ukoll jara li dawn l-interessi jkunu by and large definiti u fejn wieħed għandu interess primarju li huwa veru ta' konflitt għandu jżommu milli jipparteċipa fil-funzjoni ta' din l-awtorita` sakemm għandu dak l-interess konfliġġenti.", "Pero` fejn m'hemmx dan l- interess konfliġġenti fuq binarju primarju, jiġifieri bniedem ikollu shareholding f'kumpannija tat-telekomunikazzjoni mingħajr ma jkun direttur jew għandu xi poteri eżekuttivi f'dik l-entita`, allura hemmhekk naħseb li bniedem għandu jindika safejn għandu jasal l-interess ta' dak li jkun li jżommu milli jipparteċipa f'dik il-funzjoni jew amministrazzjoni.", "Mr Speaker, inkompli nitkellem fuq klawsola 4 u ngħid li jekk wieħed iħares lejn ir-regolamenti kif inhuma elenkati taħt il-paragrafi (c), (e), (f), (g), (i), (k), (m) u (p) isib li kważi kull ħaġa li tidħol taħt dan l- ambjent hija inkluża u wisq nibża' li l-poteri ta' din il-liġi se jkunu jiddependu ħafna mill-bniedem li se jkun chairman ta' din l-awtorita` u rridu naraw safejn dan se jipprova jwessa' l-poteri tiegħu f'dan ir- rigward.", "Issa aħna għandna nimxu pass 'il quddiem billi noħolqu din l- awtorita` - u nħoss li huwa pass tajjeb li se tinħoloq din l-awtorita` għaliex hemm bżonn regolamentazzjoni f'ċerti affarijiet - pero` ma nħossx li għandna noħolqu ħaġa li b'xi mod tista' tagħti poteri żejda u mbagħad toħloq ċertu tip ta' red tape, ċertu tip ta' brejkijiet fuq il-free market li għandu jirrenja f'dan il-pajjiż fil-parametri tal-liġi eżistenti fil- kamp industrijali.", "Mr Speaker, illum it-teknoloġija fl-informatika tant kibret illi din hija liġi li żgur se tkun ħajja, liġi li bil-maturita` tas-snin, wara li aħna nkunu wżinna tajjeb x'effetti se jkollha fuq il-poplu tagħna, x'effetti se jkollha fuq id-dinja kummerċjali ta' ħajjitna, x'effetti se jkollha fuq id- dritt ta' kull wieħed u waħda minna għall-informazzjoni, x'effetti se jkollha anke fuq kif nistgħu nużaw il-komunikazzjoni sabiex nibqgħu nagħtu informazzjoni sabiex nedukaw aħjar lil uliedna, irridu naraw safejn twassal din l-informazzjoni u safejn jwasslu l-poteri ta' din l-awtorita`.", "Huwa tajjeb li aħna nixtarru sew din il-liġi għax b'hekk biss nistgħu nassiguraw irwieħna li din il-liġi tkun waħda tajba, tkun waħda li tpoġġiet quddiem il-poplu Malti bl-aħjar intenzjonijiet, bl-aħjar interpretazzjoni u li allura tkun mezz aħjar sabiex tmexxi lil dan il-poplu tagħna 'l quddiem f'dan is-settur.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, li kieku l-gvern Nazzjonalista kien serju, kieku din il-liġi kellha tiġi quddiemna bi pjan strateġiku ta' kif attwalment mhux biss jiftaħ it-triq biex isseħħ il-liberalizzazzjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni, imma kien jiġi bi pjan strateġiku ta' kif attwalment se jirristruttura jew qed jirristruttura l-Maltacom biex iħares l-impjiegi tal-ħaddiema.", "Din il-liġi suppost ġiet quddiemna biex b'mod ġenwin il-gvern suppost jiftaħ it-triq ħalli jilliberalizza dan il-qasam importanti, imma meta mbagħad tibda tifli l-liġi nnifisha ssib li hemm għanijiet moħbija, għanijiet li ma jidhrux b'mod uffiċjali taħt l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Kieku kelli nagħmel drafting ta' l-għanijiet u r-raġunijiet wara din il- liġi kont inżid ukoll li hija liġi - għalkemm din tissemma f'waħda mill- iskedi - li qed titressaq mill-gvern Nazzjonalista biex jikkonforma ruħu ma' dak li tgħid l-Unjoni Ewropea, imma wkoll hija liġi li għandha għan moħbi biex toħloq niċċa lil xi żewġ benefatturi tal-Partit Nazzjonalista u jekk wieħed jifli dan l-abbozz ta' liġi tajjeb isib li hemm riferenza għal dan li qed ngħid għax f'paġna C645 hemm imniżżel hekk:", "\"Il-gvern iqis li l-pakkett ta' riforma huwa vantaġġuż sew għall- pubbliku u għat-tliet operaturi kurrenti li se jgawdu diversi opportunitajiet li jidħlu fi swieq ġodda b'riżultat tal- liberalizzazzjoni.\".", "Jien naħseb li żewġ operaturi ried jgħid u mhux tlieta għaliex il-fatt li m'hu qed jiġri xejn fil-Maltacom biex ikun hemm ristrutturar ħalli tkun tista' tilqa' għall-kompetizzjoni, iċ-chances huma li l-Maltacom se tnaqqas mill-market share tagħha.", "Allura waħda mir-raġunijiet moħbija li attwalment għandha din il-liġi hija biex twaddab 'il quddiem l-interessi ta' żewġ benefatturi kbar tal-Partit Nazzjonalista u biex toħloq niċċa ħalli xi erba' bażużli Nazzjonalisti li għadu ma nstabilhomx post, din l- awtorita` sservi ta' kappa tajba biex dawn jimpjegaw ruħhom.", "Mr Speaker, li kieku verament il-gvern Nazzjonalista kien serju u verament ried iressaq liġi ġenwina ħalli ssir il-liberalizzazzjoni ta' dan il-qasam importanti, kieku kien jiġi hawnhekk bi pjan strateġiku u jgħidilna kif se jirristruttura lill-Maltacom u kif se jassigura li bil- liberalizzazzjoni u bil-ftuħ tal-kompetizzjoni f'dan il-qasam mhux se jintilfu l-impjiegi tal-ħaddiema tal-Maltacom.", "Kien, per eżempju, jiġi wkoll jagħtina tweġiba dwar x'se jiġri fuq il-kwestjoni tal-kumpens lill- Maltacom wara t-tneħħija tal-monopolju.", "Meta l-Partit Laburista kien fil- gvern kien se jagħmel dan fuq medda ta' snin u kien se jagħti ċans sas- sena 2010 sabiex b'mod gradwali l-Maltacom tilħaq tirristruttura u fejn hemm lok li jkun hemm shedding of labour minħabba r-ristrutturazzjoni, dawn jilħqu jiġu assorbiti.", "Issa nqaleb kollox u f'daqqa waħda l-gvern Nazzjonalista se jneħħi l-monopolju tal-Maltacom ħesrem, bir-riskju kbir - u għandhom raġun il-ħaddiema tal-Maltacom jinkwetaw - li l-impjieg ta' wħud mill-ħaddiema jkun mhedded.", "Mr Speaker, rigward il-kwestjoni tal-kumpens kont nippretendi li jkollna tweġiba dwar jekk il-gvern huwiex se jagħti kumpens lill-Maltacom issa li dawwar l-istorja kollha u se jneħħi l-monopolju ħesrem għax il-kumpens huwa marbut mar-ristrutturazzjoni.", "Biex tirristruttura ruħha l-Maltacom għandha bżonn ukoll tinvesti b'mod qawwi, b'mod massiċċ, biex tbiddel ċerta teknoloġija u ċerti practices ħalli l-ħaddiema jkunu f'qagħda li jistgħu jassiguraw l-effiċjenza biex b'hekk ikunu on a level playing field ma' l- operaturi l-oħra li se jkunu fil-kompetizzjoni f'dan il-qasam.", "Jien nittama li ma nispiċċawx bħall-affarijiet l-oħra kollha li kienu qed jiġru f'dawn it-18-il xahar ta' gvern Nazzjonalista u f'ġieħ il- liberalizzazzjoni, f'ġieħ il-kompetizzjoni u f'ġieħ il-globalizzazzjoni l- ħaddiema bħas-soltu jispiċċaw iħallsu l-ispejjeż ta' dawn il-ġieħijiet kollha.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar id-definizzjoni ta' \"komunikazzjoni\" peress li f'paġna 584 jingħad hekk:", "\"\"Komunikazzjoni\" tinkludi telekomunikazzjonijiet, servizzi postali, protezzjoni ta' data, kummerċ elettroniku, servizzi ta' l-internet, u dawk l-affarijiet l-oħra kollha li l-ministru jista' permezz ta' ordni minn żmien għal żmien jippreskrivi.\".", "Issa din il-frażi \"servizzi postali\" tidher biss proprju f'din id- definizzjoni ta' \"komunikazzjoni\".", "Wieħed jifhima din għax is-servizzi postali wkoll huma mezz ta' kif il-bniedem jikkomunika ma' ieħor, imma mbagħad fil-liġi kollha ma jissemma xejn.", "Jiena nistaqsi: Jiġifieri qed inħejju t-triq li, per eżempju, issa anke l-Maltapost tiġi liberalizzata?", "F'dan l-istess paragrafu li jien qrajt, fid-definizzjoni ta' \"komunikazzjoni\" hemm ukoll l-għoti tas-setgħa lill-ministru li \"jista' permezz ta' ordni minn żmien għal żmien jippreskrivi\".", "Jiġifieri b'legal notice, wara li tgħaddi din il-liġi, il-ministru jista' jiġi u jgħid li l- monopolju li għandha l-Maltapost se jispiċċa minn għada.", "Forsi hemm il- ħsieb min-naħa tal-gvern Nazzjonalista li 'l quddiem jilliberalizza anke l- Maltapost?", "Qed ngħidu dan għaliex huwa importanti li l-poplu tagħna jkun jaf x'inhuma eżattament il-pjanijiet tal-gvern u jkun jaf lejn liema triq il-gvern riesaq.", "Mhux talli il-poplu għandu jkun jaf f'liema triq il-gvern ikun se jeħodna imma l-gvern għandu jibda jagħmel xi ħaġa ħalli ma jkunx hemm spejjeż li jitħallsu mill-ħaddiema, partikolarment meta ssir il- liberalizzazzjoni.", "Mr Speaker, jiena kont nippretendi li awtorita' bħal din tkun entita' li jkollha s-snien u tkun 'il fuq mill-politika partiġjana.", "Huwa importanti li f'qasam bħal dan jkollna regolatur li jikseb il-fiduċja mhux biss fil- pajjiż imma li jagħti l-messaġġ ukoll lill-investituri li jistgħu jħarsu lejn Malta u jitħajru jinvestu f'pajjiżna.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax meta wieħed jaqra din il-liġi jsib li attwalment din se tkun awtorita' fejn kollox se jkun jiddependi mill-ministru.", "Is-setgħat li qed tagħti din l- awtorita' lill-ministru huma kbar ħafna.", "Se jkun il-ministru li jaħtar il- membri ta' l-awtorita'; se jkun il-ministru li jekk jiddeċiedi li jneħħi membru minn fuq l-awtorita' jneħħiħ; se jkun il-ministru li jista' jiddeċiedi fuq policy; u se jkun il-mrinistru li jkun qed jagħmel ħafna affarijiet oħra.", "Per eżempju, fi klawsola 3 subklawsola (2) jingħad hekk:", "''Il-membri ta' l-awtorita' għandhom jinħatru mill-ministru għal żmien sena jew għal dak il-perijodu itwal li jista' jiġi speċifikat fl- istrument tal-ħatra suġġett għall-massimu ta' tliet snin iżda li l- membri jiġu hekk maħtura jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid malli jiskadi ż-żmien tal-ħatra tagħhom.''", "Mela hawn qegħdin ngħidu li se jkun il-ministru li se jaħtar il-membri ta' din l-awtorita'.", "Imbagħad f'subklawsola (3) ta' klawsola 3 jingħad hekk:", "''Il-ministru jista' jinnomina lil wieħed mill-membri l-oħra ta' l- awtorita' bħala viċi president u l-membru li jiġi hekk nominat ikollu s-setgħat kollha u jwettaqt il-funzjonijiet kollha tal-president matul l-assenza jew l-inkapaċita' tiegħu li jagħmilha ta' president ...''", "Dan ifisser li l-ministru se jaħtar ukoll iż-żewġ top guys, biex ngħid hekk, ta' din l-awtorita'.", "Aktar 'l isfel f'subklawsola (6) ta' l-istess klawsola jingħad li:", "''Membru ta' l-Awtorita' jista' jitneħħa mill-kariga mill-Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx idoneu biex ikompli f'dik il-kariga jew ikun sar inkapaċi milli jwettaq sew dmirijietu bħala membru.''", "Mr Speaker, mela t-tneħħija ta' membru se tkun imħollija wkoll f'idejn il- ministru.", "Il-Ministru wkoll se jkollu s-setgħa li meta jidhirlu hu jgħid li tali membru mhuwiex idoneu biex ikompli f'dik il-kariga u jaqbad u jneħħiħ.", "Il- kelma ''idoneu'' hija kelma vaga ħafna.", "Għaliex qed nikwirja dawn is- setgħat f'idejn il-Ministru?", "Għax wara kollox il-ministru huwa l-bniedem li għandu r-responsabbilta' politika u rridu nkunu b'saqajna ma' l-art għax f'dan il-pajjiż ġieli ġraw affarijiet li ma jiġru imkien f'dinja demokratika.", "Nafu kemm inbatu bil-kulur, nafu kemm inbatu bil- partiġjaniżmu u jekk irridu verament niksbu fiduċja f'dak li nkunu qegħdin nagħmlu ma rridux inħallu l-possibilitajiet ta' loopholes għax xi ħadd, hu min hu - mhux qed nirreferi għall-ministru li hemm illum, l-Onor.", "Ċensu Galea - forsi jista' jiġi ttantat li l-passjoni politika partiġjana tiegħu tegħlbu u juża l-yardstick tal-kulur politiku tiegħu.", "Mr Speaker, ma naħsibx li setgħat bħal dawn, għal awtorita' li suppost għandha tkun waħda teknika u above il-partiġjaniżmu politiku, jawguraw tajjeb biex awtorita' bħal din tikseb il-fiduċja kemm f'pajjiżna kif ukoll minn dawk il-potential investituri li jistgħu jkunu interessati li jiġu f'pajjiżna u jinvestu f'dan is-settur.", "Imma l-kwestjoni tas-setgħat tal-ministru ma tieqafx hawn, Sur President.", "Fil-fatt jekk wieħed jaqra daqsxejn subklawsola (2) ta' klawsola 5 f'paġna C 589 isib li qed jingħad hekk:-", "''Għandhom jitwaqqfu d-direttorati hekk kif inhuma elenkati fl-Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Att, li jkollhom ir-responsabbiltajiet kif inhuma hemm deskritti.", "Il-ministru jista', wara li jikkonsulta lill- awtorita', b'ordni fil-gazzetta jabolixxi xi wieħed jew iktar minn dawn id-direttorati, jibdel ir-responsabbiltajiet tagħhom u jistabilixxi dawk id-direttorati l-oħra li jista' minn żmien għal żmien iqis bħala li jkunu meħtieġa.''.", "Mela l-ministru qed jingħata s-setgħa li meta jrid ineħħi direttorat u meta jrid jista' anke jżid id-direttorati.", "Jekk wieħed verament irid li jkun hemm entita' li taspira fiduċja, tista' tkun l-istess awtorita' li għandha l-hands on fuq dak ix-xogħol tekniku u tiddeċiedi u tgħid: Isma' dan id- direttorat m'għadux relevanti jew dan id-direttorat irid jespandi, jew hemm bżonn ta' direttorat ieħor.", "Imma anke f'dan il-każ il-ministru qed jingħata s-setgħa biex ikun hu l-omnipotenti u jiddeċiedi hu x'għandu jsir.", "F'subklawsola 4 ta' klawsola 5 insibu li l-ministru qed jingħata setgħa oħra u qiegħed jingħad hekk:-", "''Kull wieħed mid-direttorati hekk stabbiliti għandu jitmexxa minn individwu li jista' jkun sew uffiċjal pubbliku assenjat biex iwettaq dmirijietu ma' l-awtorita' jew impjegat ta' l-awtorita', li f'kull każ ikollu esperjenza u konoxxenza adegwati fl-isfera rispettiva ta' l- operat hekk kif il-ministru jista' jistabilixxi.''.", "Jiġifieri huwa l-ministru li jrid jerġa' jistabilixxi dan li qed iwiegħed f'dan l-artiklu.", "Tant huma kbar is-setgħat tal-minsitru fuq din l- awtorita' li wieħed assolutament lanqas jista' ifiehemhom.", "F'subklawsola (7) dejjem ta' klawsola 5 f'paġna C 590 jingħad li:-", "''L-eżekuttiv prinċipali u d-diretturi għandhom jinħatru mill-ministru għal żmien ta' tliet snin u dak iż-żmien jista' jiġi mtawwal għal perijodi oħra ta' tliet snin kull wieħed.''.", "Jiġifieri anke l-eżekutitv ta' din l-awtoirta' se jkun mħolli f'idejn il- ministru biex jiddeċiedi hu mingħandu jkun.", "Is-setgħat tal-ministru huma kważi infiniti f'din il-liġi.", "F'liġi li suppost se tagħti lil pajjiżna awtorita' teknika biex tkun hi li tirregola dan il-qasam importanti tal- komunikazzjoni u biex tkun hi li tinforza dan li qed jingħad f'din il-liġi s-setgħat tal-ministru huma kważi infiniti.", "Allura wieħed jista' jgħid li din l-awtorita' se tkun qisha sempliċement dipartiment fi ħdan id-dikasteru tal-ministeru responsabbli mill-komunikazzjoni.", "Setgħat oħra li din il-liġi qed tagħti lill-ministru nsibuhom ukoll fi klawsols 6.", "Per eżempju, f'subklawsola (1) jingħad hekk:", "''Il-ministru jista', għar-rigward ta' dawk l-affarijiet li jkunu jidhrulu li jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti lill-awtorita' direttivi ta' xorta ġenerali, li ma jkunux inkonsistenti mal-provvedimenti ta' dan l-Att, dwar il-policy li għandha tiġi segwita fit-twettiq tal-funzjonijiet vestiti fl-awtorita' minn jew taħt dan l-Att, u l-awtorita' għandha, kemm jista' jkun malajr, iġġib fis-seħħħ dawk id-direttivi kollha.''.", "Jiġifieri l-ministru jista' jiddeċiedi wkoll fuq policy formation.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-ministru għandu jkun estran għall-affarijiet imma li l-ministru jista' kważi jimponi fuq l-awtorita' li mhijiex ħaġa healthy.", "Dawn setgħat kbar wisq, partikolarment meta wieħed jikkonsidra li din il- liġi suppost qed tagħti awtorita' li se tkun qed tirregola qasam kummerċjali, qasam tal-komunikazzjoni liberalizzat, fejn għandek kompetizzjoni kbira.", "Setgħa oħra li l-ministru qed jingħata tinsab ukoll fi klawsola 6, subklawsola (2), fejn qed jingħad hekk:-", "''L-awtorita' għandha tagħti lill-ministru faċilitajiet għall-ksib ta' informazzjoni dwar il-proprjeta' li jkollha u l-attivitajiet tagħha u tibgħatlu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra li jkollha x'taqsam ma' dan, u tagħtih il-faċilitajiet kollha biex ikun jista' jivverifika l-informazzjoni mogħtija b'dak il-mod u f'kull waqt li huwa jista' hekk raġonevolment jeħtieġ.''.", "Jiġifieri l-ministru se jkollu aċċess kompletament għal kwalunkwe tip ta' informazzjoni.", "Din il-liġi qed tagħti s-setgħa lill-ministru li jitlob x'jitlob mill-awtorita' għandu aċċess għalih.", "Għaliex qiegħda nerġa' nagħmel dan l-enfasi, Mr Speaker?", "Għaliex il-ministru wara kollox huwa wkoll persuna politika u nafu kemm ġieli ġraw każi fejn il-partiġjaniżmu għeleb lil ħafna nies.", "Allura din il-liġi ma nistgħux neħduha bħala waħda ġenwina li qed tipprova verament tiftaħ 'il fuq għal-liberalizzazzjoni kif għandha tkun.", "Għalhekk fil-bidu jiena għedt li din il-liġi għandha għanijiet moħbija għaliex meta wieħed iqis li din il-liġi qed titkellem fuq tliet operaturi li huma l-Maltacom, il-Vodafone u l-Melta Cable - nafu min huma u nafu min hemm warajhom u nafu wkoll xi benefatturi huma tal-Partit Nazzjonalista - u mbagħad allura tgħaqqad dan il-fatt magħruf minn kulħadd mal-fatt li din il-liġi qed tgħabbi dawn is-setgħat omnipotenti lill- ministru ta' partit politiku, allura bilfors jien inkompli ninsisti li din mhix liġi li se tagħti lil pajjiżna awtorita' li taspira fiduċja.", "Barra minn hekk din il-liġi qed tagħti wkoll setgħa overall lill-prim ministru għax fi klawsola 6 subklawsola (3) jingħad hekk:", "''Jekk l-awtorita' tonqos milli tħares xi ordni maħruġa taħt dan l- artikolu, il-prim ministru jista' jagħti ordni li biha jittrasferixxi lill-ministru għal kollox jew biss f'parti xi funzjoni jew funzjonijiet ta' l-awtorita'.''.", "Hawn qed ngħidu li jekk l-awtorita' tonqos - l-awtorita' hija magħmula minn persuni maħturin mill-ministru - il-prim ministru se jkollu s-setgħa li jaqbad u jxolji din l-awtorita' u jgħaddi r-responsabbiltajiet kollha jew parti minnhom lill-ministru.", "Jien ma nistax nifhem.", "Il-gvern Nazzjonalista bis-serjeta' se jwaqqaf din l-awtorita' għax qed nistħajjilni qed nara xi logħba partiġġjana tal-ping-pong!", "Jien naraha li hija inkonsistenza kbira li l-gvern iġib għad-diskussjoni liġi biex titwaqqaf awtorita', imbagħad jekk il-prim ministru jidhirlu li għandu jxoljiha jaqbad u jxoljiha u mingħajr ma jiġi diskuss xejn f'dan il-parlament u jgħaddi r-responsabbiltajiet lill-ministru.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar klawsola, 20 li titkellem dwar il-pubblikazzjoni ta' l-estimi approvati għax din ukoll għandha x'taqsam ma' dak li qed ngħid.", "F'din il-klawsola jingħad li:-", "''L-estimi u l-estimi supplimentari kollha ta' l-awtorita' approvati mill-ministru għandhom, kemm jista' jkun prattikament malajr, jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti.''.", "Jien hawnhekk nistaqsi: Jiġifieri issa l-estimi ta' din l-awtorita' li l- gvern Nazzjonalista qed jipproponi li jwaqqaf permezz ta' dan l-abbozz li qed niddiskutu, mhux se jiġu għad-diskussjoni f'dan il-parlament?", "Ma jagħmilx sens li titwaqqaf entita' bħal din u mbagħad lanqas ikun hemm ħin allokat biex jiġi diskuss l-operat tagħha f'dan il-parlament.", "Jingħataw is- setgħat lill-ministru u l-prim ministru biex once li tgħaddi din il-liġi allura jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin!", "Referenza oħra li xtaqt nagħmel għal-liġi li wkoll torbot ma' dan li qed ngħid qiegħda proprju fi klawsola 24 li titkellem dwar ir-rapport annwali ta' l-awtorita' tgħid hekk:-", "''L-awtorita' għandha, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-ministru u lill-ministru responsabbli għall-finanzi rapport li jkun ġeneralment jittratta dwar l-attivitajiet ta' l-awtorita' matul is-sena finanzjarja u li jkun fih dik l-informazzjoni relattiva għall-proċedimenti u l-policy ta' l- awtorita' b'dak il-mod li xi wieħed mill-ministri msemmija jista' minn żmien għal żmien ikun jeħtieġ.", "Il-ministru għandu jara li kopja ta' kull rapport bħal dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm jista' jkun malajr.''.", "Hawn m'hawn l-ebda indikazzjoni jekk dan il-parlament hux se jingħata l-ħin biex jiddiskuti dan ir-rapport annwali jew inkella hux biżżejjed allura li jkunu jafu bih il-ministru tal-finanzi u l-ministru responsabbli mill- komunikazzjoni u sempliċement jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għall- informazzjoni u wieħed jieqaf hemmhekk.", "Jien ma nistax nirreżisti u ma ngħidx li fil-fehma tiegħi din mhix serjeta' min-naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Mhix serjeta' li niġu b'liġi bħal din biex titwaqqaf awtorita' għal qasam tant importanti f'pajjiżna u mbagħad, jekk jiġri xi ħaġa li fil-fehma tal-ministru jew tal-prim ministru tkun ħażina, din l- awtorita' li tkun twaqqfet minn dan il-parlament tiġi xolta jew inkella jinbidlu n-nies - għax skond il-fehma tal-ministru ma jkunux idonei - mingħajr ma dan il-parlament ma jkollu l-opportunita' li jiddiskuti u jerġa' jagħti l-fehma tiegħu.", "Jien irrid nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni tad-dimensjoni soċjali tal- komunikazzjoni u ma nistax ma nirreferix għal xogħol u servizzi li tagħti l- Maltacom.", "Sal-lum nistgħu ngħidu li l-Maltacom għandha dimensjoni soċjali għalkemm f'dawn l-aħħar xhur din id-dimensjoni soċjali bdejna narawha titnaqqar.", "Tajjeb li jkollna aktar espansjoni tal-mobile phones imma ma nistgħux nimminimizzaw l-importanza ta' l-end lines, b'mod partikolari għall-anzjani u għan-nisa tal-familji.", "Illum kulħadd qed jitkellem fuq iż- żieda fir-rata ta' l-anzjani.", "Nafu kemm għandna anzjani li minħabba l- bidliet soċjali li qed iseħħu qed jgħixu waħedhom.", "Illum m'għadhiex in- norma li jkollok ommok jew missierek u tista' teħodhom id-dar mal-familja għax għal ħafna nisa llum huwa essenzjali li joħorġu jaħdmu, u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar dan il-bżonn qed jikber u iktar qed naraw nisa miżżewġin li joħorġu jaħdmu.", "Allura l-anzjani mbagħad jibqgħu jgħixu waħedhom u jipprovaw ikunu indipendenti.", "Uħud minnhom ikunu jixtiequ li jinġabru fid-djar ta' l-anzjani u dawk li forsi jifilħu jħallsu jirnexxielhom jidħlu fi private home u dawk li ma jifilħux iħallsu jibqgħu fuq il-lista biex forsi xi darba jmisshom ħalli jidħlu fid-djar residenzjali għall-anzjani tal-gvern.", "Mela in vista ta' din is-sitwazzjoni l-end line mhuwiex sempliċement xi attivita' ekonomika tal-kumpanniji li tipprovdiha, f'dan il-każ il-Maltacom.", "Aħna li nirrappreżentaw lill-poplu, meta qegħdin nitkellmu ħalli naraw x'inhuma l-bżonnijiet u l-interessi tal-poplu, irridu naraw li d-dimensjoni soċjali ta' the end line tibqa' hemm u tibqa' mħarsa.", "L-uniku mod ta' komunikazzjoni li għandhom ħafna mill-anzjani mal-kumplament tal-familja tagħhom huwa permezz tal-linja tat-telephone.", "Għaliex għedt li din id- dimensjoni soċjali tat-telefonija f'dawn l-aħħar xhur bdiet tonqos ħafna?", "Għax l-introduzzjoni ta' 5% VAT fuq il-kont tat-telefon li ġiet imposta fl- aħħar budget tal-gvern Nazzjonalista waddbet piżijiet ġodda mhux biss fuq l- anzjani imma wkoll fuq il-familja kollha li għandhom dħul baxx.", "Barra minn hekk din il-miżura għabbiet piż anke fuq l-istess Maltacom għax waqt li l- konsuamur qed iġorr 5% tal-piż il-kumplament qed jinġarr mill-Maltacom.", "Imma it-theddida tad-dimensjoni soċjali tat-telephones iktar ma tmur iktar qed tidher u iktar qed tħasseb nies, partikolarment l-istqarrija li saret dan l-aħħar miċ-chairman tal-Maltacom innifsu, fejn kien qal li jista' jkun hemm il-possibilita' ta' żieda fir-rati tat-tariffi tat-telephones għal-lokal.", "Ħaġa oħra li turi li d-dimensjoni soċjali tat-telephone qed tiġi ridotta huwa l-fatt li l-klijenti, jifilħu jew ma jifilħux, qed jiġu mġiegħla iħallsu kontijiet ebsin wisq.", "Jien iltqajt ma' anzjani li rċevew kontijiet tat-telephone tant esaġerati li wħud minnhom lanqas huma spjegabbli u li minkejja li għamlu oġġezzjonijiet fuqhom xorta waħda qed jiġu mġiegħla iħallsuhom.", "Naf b'każi fejn qalulhom li kellhom telefonati għall-Peru meta dawn l-anzjani lanqas biss jafu li jeżisti dan il-post u jibqgħu jgħidulhom li dawk il-calls saru mid-dar taħghom.", "Imbagħad meta l-anzjani jibqgħu jinsistu li ma jistax ikun li dawk il-calls saru mid-dar tagħhom, jgħidulhom li forsi għamilhom xi tifel milli għandhom meta fil-każi li naf jien dawn l-anzjani m'għandhom lil ħadd.", "Dawn spiċċaw - għax naturalment ma' l-istituzzjoni ż-żgħir ma tantx jirnexxielu jirbaħ - biex kellhom iħallsu dawn il-kontijiet ta' mijiet ta' liri.", "Spiċċaw li mill-pensjoni jridu jħallsu pagamenti enormi.", "Dawn l-anzjani bkew miegħi għaliex twaddbu f'piżijiet li ma jifilħuhomx mingħajr ma ġew mogħtija wisq konsiderazzjoni.", "Hemm bżonn li d-dimensjoni soċjali f'dan is-settur nagħtuha iktar konsiderazzjoni għax din hija bżonn kbir għal ċertu settur tal-poplu taħgna.", "Qed nagħmel din l-enfasi kollha għaliex aħna diġa' għaddejna minn esperjenza meta begħna x-shares tal-Mid-Med Bank lill-HSBC.", "Meta l-Mid-Med Bank inbiegħ lill-HSBC kien sar ħafna ftaħir u ntqal li issa se jaqa' l- investiment kollu tad-dinja f'Malta u sal-lum, iżjed minn sena wara, għadna ma nafux x'investiment l-HSBC għamlu.", "Wara ftit xhur l-attakk mill-ewwel mar fuq id-dimensjoni soċjali tal-banking għax ġiet introdotta tariffa ta' 50c fuq it-tisrif taċ-ċekkijiet.", "Għal ħafna nies 50c minn ċekk tal-pensjoni jew 50c miċ-ċekk taċ-childrens allowance huma ħafna u għalhekk qed nagħmel din l-enfasi.", "Mela l-HSBC iddeċieda li jiċċarġja 50c biex isarraf ċekk u l-BOV iddakkar minnu u spiċċajna allura li mhux il-konsumatur mar tajjeb billi tneħħew il-piżijiet, imma żdiedu l-piżijiet u ġabu lil xulxin bilanċ.", "Qed ngħid dan għaliex l-Onor.", "John Dalli f'Lulju ta' l-1994, meta f'din il-Kamra kien qiegħed jintroduċi l-liġi dwar il-VAT ma ddejjaqx jammetti - il-verita' wara kollox - li l-kompetizzjoni f'Malta daqqa taħdem u daqqa ma taħdimx.", "Aħna ma nistgħux nikkomparaw rwieħna ma' pajjiżna fejn is-suq tagħhom huwa kbir u għalhekk daqqa taħdem u daqqa ma taħdimx.", "Allura aħna rridu noqogħdu iktar attenti li ma naqgħux f'nasbiet.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi biex ma nispiċċax niġi kkwotata li jien qed nitkellem kontra l-liberalizzazzjoni.", "Żgur li ma teżistix kontroversja fuq din.", "Id-differenza bejn iż-żewġ partiti hija l-mod ta' kif issir.", "Aħna, min-naħa tagħna, nemmnu li l-liberalizzazzjoni u l-ftuħ għall- kompetizzjoni rridu neħduhom b'mod gradwali, ħalli ħadd ma jsofri għax l- affarijiet ikunu qed isiru bil-pass tagħna u bil-libsa tagħna, filwaqt li l- Partit Nazzjonalista jemmen li jista' jaqbad u jiftaħ il-bibien beraħ u ma jimpurtax x'jiġri, u mbagħad min iħallas l-ispejjeż ta' dik it-tip ta' deċiżjoni merħba bih.", "Allura meta aħna nafu li f'pajjiżna l-kompetizzjoni daqqa taħdem u daqqa ma taħdimx minħabba s-swieq żgħar tagħna, aktar u aktar joħroġ l-argument li awtorita' bħal din għandha tkun serja, integra, indipendenti, professjonali u awtorita' li jkollha s-snien u tkun ibbekkjata b'tisħiħ anke ta' leġislazzjoni u struttura f'dik li għandha x'taqsam mal-kompetizzjoni ġusta.", "Fil-fatt hawnhekk għandna riferenza għall-kummissjoni tal-kompetizzjoni ġusta imma aħna nafu li anke l-kummissjoni u l-leġislazzjoni li għandna f'dan il-qasam, they fall short milli jkunu effiċjenti sabiex ċerti affarijiet wieħed jilqgħalhom mill-bidu.", "Is-suq tagħna tant hu żgħir li jekk xi ħadd jiddeċiedi li jġib prodott minn barra u jagħmel marketing tajjeb u jirnexxielu jaqbad market share qawwi, b'container wieħed jifqu s- suq għal sena.", "Jekk wieħed jitfa' l-każ tiegħu quddiem il-kummissjoni għall-kompetizzjoni ġusta, il-proċeduri jieħdu ċertu żmien u dak li jkun ikun laħaq għamel dak li jkollu jagħmel.", "Jiġifieri aħna rridu noqogħdu attenti ferm li meta niġu biex nilliberalizzaw rridu nserrħu rasna li r- regolatur, dak li se jenforza, ikun indipendenti u integru.", "MR SPEAKER: Onor. Coleiro, ippermettili ninterrompik imma skadielek il- ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "Min qed jipproponi?.", "ONOR CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "MR SPEAKER: Nissekonda.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Coleiro tkompli bid-diskors tagħha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membru: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR CARMELO ABELA: Mr Speaker, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fl-11.14 a.m. is-Seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, għandna quddiemna abbozz ta' liġi li permezz tiegħu se titwaqqaf awtorita' li tkun magħrufa bħala awtorita' dwar il-komunikazzjoni sabiex tissorvelja u tirregola l-iżvilupp ta' servizzi u teknoloġiji ta' komunikazzjoni f'Malta.", "Mid-diskorsi li saru s'issa mill-keliema taż-żewġ naħat tal-Kamra jidher li hawn qbil li l-kummerċ f'pajjiżna jiġi lliberalizzat.", "In-nuqqas ta' qbil li hawn huwa fil-metodu ta' kif proprju se naslu għal din il- liberalizzazzjoni tas-suq.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi qegħdin naraw li filwaqt li l-kelliema ta' l- oppożizzjoni qegħdin jgħidu li huma favur il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, fl-istess ħin jipprovaw jiskreditaw kull bidla li dan il-gvern ikun qed jagħmel biex il-pajjiż ikun kapaċi jilqa' għall-isfidi fis-sistema ta' globalizzazjoni, ħalli pajjiżna jkun jista' jlaħħaq ma' pajjiżi barranin.", "Din hija oppożizzjoni li bl-atitudni tagħha f'dan id-dibattitu trid tiskredita din il-bidla li dan il-gvern irid iġib 'il quddiem.", "Din hija oppożizzjoni li trid tiskoraġġixxi lill-ħaddiem Malti u għalhekk kull darba qisha trid tallarma lill-ħaddiema tal-Maltacom.", "Hija oppożizzjoni li trid tiskoraġġixxi kull bidla li tista' ttejjeb ix-xenarju tas-suq ħieles biex il-kompetizzjoni tkun imxekkla.", "Jekk aħna verament irridu nġibu 'l quddiem l-interessi tal-ħaddiema fis-settur kummerċjali ma nistgħux ngħidu li qegħdin inwettqu dan id-dmir jekk kemm-il darba naħsbu li qegħdin nagħmlu tajjeb jekk niskoraġġixxu dawn il-bidliet, anzi bil-kuntrarju.", "Jiena ngħid lill-ħaddiema fil-Maltacom li hija diżonesta' min-naħa ta' l- oppożizzjoni li titkellem dwarhom bil-mod li qed titkellem f'dan id- dibattitu.", "Mhux qed jgħidu ir-realta' tal-fatti.", "Ir-realta' hija li min hu kuraġġuż irid jgħid: Din il-bidla trid issir għax ma neżistux waħedna f'din id-dinja.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li dan qed isir għax il-forzi ta' Brussels qed jiddeċiedu għalina.", "Jiena ngħid li dan mhux veru.", "Irridu niddeċiedu aħna x'inhu tajjeb għalina, x'jaqbel għalina u x'politika rridu għall-ġid tagħna biex dan il-pajjiż fix-xibka ta' kummerċ li jista' joħloq ikun kapaċi jieħu postu f'dan il-cake ta' kummerċ globali.", "Aħna rridu s- sehem tagħna fin-nisġa ta' kummerċ globali li hawn.", "Bil-mod ta' kif qed titkellem l-oppożizzjoni jidher li dan l-iżvilupp trid ixxekklu.", "Anke meta kienu fil-gvern ma kellhomx il-kuraġġ li jmexxu dan l-iżvilupp 'il quddiem, ma jimpurtax li jkollna min jiddubita, ma jimpurtax li jkollna min jibża', pero' huwa meħtieġ ħafna li jkollna min għandu l-kuraġġ li jrid jagħmel dawn il-passi 'l quddiem u lill-ħaddiema tal-Maltacom ngħidilhom biex joqogħdu attenti x'inhuma jgħidu min-naħa ta' l-oppożizzjoni għax meta kienu huma fil-gvern ix-shares tal-Maltacom biegħuhom kif riedu huma u lil min riedu huma mingħajr ebda pjan.", "Dawk huma l-fatti.", "U llum nitlob lill- ħaddiema tal-Maltacom biex joqogħdu attenti u ma jħallux lil min ibellgħalhom ir-ross bil-labra u jaraw min veru iridilhom il-ġid.", "F'ħafna mill-prinċipji u mill-ideat li l-oppożizzjoni qed tipprova timxi bihom, m'hemm l-ebda viżjoni ta' kif se nisfidaw l-iżviluppi ġodda li qed iseħħu fid-dinja tal-lum biex dan il-pajjiż imur 'il quddiem.", "L-uniku għan li għandhom huwa kif se jirbħu lura l-poter.", "Dik hija diżonesta'.", "Jiddispjaċik tara oppożizzjoni li tipprova ddaħħal f'moħħ il-poplu, anke permezz ta' ċerti unions, li mhuwiex tajjeb li ċerti sistemi qodma jinbidlu m'oħrajn ġodda biex l-effiċjenza tkun iktar garantita.", "Is-sistemi tal- bieraħ forsi kienu tajbin għall-bieraħ.", "Issa wasal iż-żmien li dawn jinbidlu għax m'għadhomx tajbin għaż-żmenijiet tal-lum.", "Ma nistgħux nibqgħu b'sistemi antiki in aeternum.", "Jekk se nibqgħu bis-sistema antika li biex nirranġaw telephone jridu jmorru erbgħa min-nies meta dan jista' jsir minn bniedem wieħed, allura dik ''Peppa'' u dik ''Ċikka'' li ma jimpurtahiex mill-internet u mill-E-commerce imma, kif qal il-bieraħ l- Onor. Noel Farrugia, jimportaha biss li taqbad it-telephone ħalli ċċempel u jkollha ma' min titkellem, se tispiċċa li meta jkollha t-telephone bil- ħsara, bil-ħsara jkun u bil-ħsara jibqa'.", "Hekk jiġri jekk ma nkunux kuraġġużi biżżejjed u nagħmlu t-tibdil li hemm bżonn għax b'hekk biss tista' tiżdied l-effiċjenza.", "L-oppożizzjoni flimkien ma' sħabha soċjali qed jipprovaw iwaqqfu kull żvilupp li pajjiżna jeħtieġ.", "Mr Speaker, dan li qed nagħmlu hija deċiżjoni li qed tittieħed b'kuraġġ minn dan il-gvern biex proprju nkunu nistgħu ntejbu l-infrastruttura, il-loġistika ta' kif nistgħu nagħtu servizz aħjar.", "Din hija risposta ta' gvern li qed jara l-bidliet li qed iseħħu madwaru u jaf li jrid isir xi ħaġa biex jirrispondi għalihom.", "Mr Speaker, meta wieħed jitkellem fuq suq liberalizzat m'għandniex nifhmu li se jkollna suq ta' libertinaġġ.", "Qiegħed ngħid dan għax milli smajt jidher li kien hawn min qed iħallat.", "Suq liberalizzat ma jfissirx suq ta' libertinaġġ.", "Aħna qegħdin ngħidu li se mmorru għall-privatizzazzjoni, jiġifieri li l-gvern mhux se jkollu majority shareholding f'kollox.", "Għal ħafna żmien kellna gvern, amministrazzjoni waħda wara l-oħra, li mexa b'policy li ried ikun hu li jmexxi kollox f'dan il-pajjiż.", "Bil-mod il-mod ħerġin minnha din u m'għadniex naraw iktar il-gvern bħala l-ikbar businessman tal-pajjiż, pero' jkun qiegħed hemm biss bħala r-regolatur bil- ministru mogħti r-responsabbilta' politika li tixraqlu.", "Jiena ma naqbilx ma' dak li qalet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro li bdiet titkaża għaliex issa l-ministru se jkollu dan il-poter.", "Allura x'nagħmlu?", "Inwaqqfu awtorita' u nneħħu l-ministeru?", "Mr Speaker, meta n-nies ħarġu jivvotaw biex jeleġġu gvern, lil min fdawha r-responsabbilta' politika?", "Lil xi chairman ta' xi awtorita' jew inkella lill-politiku li marru jivvotaw għalih?", "Kienet skorretta l-Onor.", "Marie Louise Coleiro meta kienet qed tipprova tinstiga sfiduċja f'min ikun ministru.", "Il-ministru, ikun min ikun, irridu ngħabbuh bir-responsabbilta' u għandu jerfa' d-deċiżjonijiet li jeħtieġ jerfa' u ma jistax ikollna min ikollu responsabbilta' ministerjali u joqgħod jistrieħ fuq ħaddieħor biex ħaddieħor jerfa' d-deċiżjonijiet hu.", "Jiena ngħid li hija ħaġa tajba li l-ministru jingħata ċerti poteri u m'għandux ikun hemm ħsebijiet negattivi li jinstigaw nuqqas ta' fiduċja għaliex din il-liġi qiegħda tobbliga lill-ministru biex ikun hu li jiddeċiedi ċerti affarijiet.", "Mr Speaker kont qed ngħid li se jkollna suq liberalizat.", "Ma jfissirx li se jkun hawn il-liġi tal-ġungla, fejn kulħadd jagħmel li jrid.", "Ma jfissirx li fi kwalunkwe settur tan-negozju se jkollna sitwazzjoni fejn issa għax il- gvern se joħroġ mix-xena kummerċjali u mhux se jibqa' l-ikbar negozjant allura se nispiċċaw li kulħadd jagħmel li jrid.", "Mhux se jiġri hekk għax ma rridux li jkollna libertinaġġ fejn kulħadd jaħseb li jista' jagħmel li jrid u għalhekk din l-awtorita' li se nwaqqfu se jkollha l-funzjoni li tagħmel ċertu regolamentazzjoni.", "Ma nistgħux naħsbu li f'suq kummerċjali f'daqqa waħda nistgħu ngħaddu mingħajr regolamenti u mingħajr kondizzjonijiet ta' kif wieħed jista' jaħdem.", "Permezz ta' din il-liġi qegħdin nilqgħu għall- isfidi ta' madwarna li l-istess kummerċ joħloq biex inkunu nistgħu naraw li jkollna suq liberalizzat li jaf x'inhuma l-obbligi tiegħu.", "Mr Speaker, il-kelliema ta' l-oppożizzjoni f'kull dibattitu u f'kull ċans li jkollhom, speċjalment l-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Noel Farrugia, jgħidu li pajjiżna qed jitmexxa skond kif jgħidu ta' Brussels.", "Anzi l- Onor. Anġlu Farrugia kien onest biżżejjed u qal meta delegazzjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra kienet Brussels on a familiarisation visit fil-Parlament Ewropew u staqsewhom jekk hemmx xi kriterji min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea li wieħed għandu juża biex jipprivatizza, dawn qalulhom li m'hemm ebda kriterji li wieħed għandu jimxi fuqhom biex pajjiż jilliberalizza.", "Mela allura għandna biċ-ċar li aħna m'għandna xejn impost fuqna għall-mod ta' kif irridu naslu.", "Mela allura rridu nneħħuha minn moħħna li din il-liġi u liġijiet oħra qed nagħmluhom għax hekk trid l-Unjoni Ewropea.", "Dawn il- bidliet qed nagħmluhom għax verament hekk hemm bżonn biex inlaħħqu mal- bidliet kbar li qed isiru fid-dinja tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fil-11.37 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Is-Segretarju Parlamentari huwa in possession.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, qabel inkompli nitkellem fuq l-abbozz li għandna quddiemna, nixtieq niftaħ daqsxejn ta' parentesi żgħira u ngħid li d-differenza li tgħaddi bejni, bħala kelliem tal-gvern, u bejn l-Onor.", "Cuschieri, kelliem ta' l-oppożizzjoni, hija li x'ħin imissu jitkellem hu m'hu se jkollu lil ħadd min iwaqqfu, u meta nkunu qed nitkellmu aħna huma l- ħin kollu jitolbu għal quorum biex iżommuna milli nkomplu nitkellmu.", "Din hija wirja ta' kemm il-membri ta' l-oppożizzjoni jemmnu fid-demokrazija!", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, f'din il-Kamra ħadd m'għandu dritt jinsinwa li l-oppożizzjoni mhijiex demokratika meta kulma qegħdin nagħmlu hu li nimxu ma' l-istanding orders.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, f'dan id-dibattitu qegħdin nipprovaw naraw kif nistgħu inressqu 'l quddiem leġislazzjoni li permezz tagħha s- settur tat-telekomunikazzjoni jkun lest li jiffaċċja t-tibdil kbir li qed isir f'dan il-qasam u l-oppożizzjoni qed tipprova żżomm il-brejkijiet biex l-għan tagħna ma mmexxuhx 'il quddiem.", "Mr Speaker, qabel ma ġejt interrott permezz ta' talba għall-quorum, kont qed ngħid li dan l-abbozz ta' liġi mhux qed niddiskutuh għax trid hekk l- Unjoni Ewropea.", "Din hija deċiżjoni li rridu nieħdu għall-ġid tagħna ħalli l-poplu tagħna jkun jista' jiġi offrut l-aħjar servizz bħalma jiġi offrut f'pajjiżi oħra barra minn Malta.", "Irridu nneħħu d-differenza li toħloq żbilanċ bejn is-servizzi kif offruti fil-pajjiżi moderni u kif offruti f'pajjiżna.", "Ma nistgħux naqgħu lura.", "Qegħdin nilliberalizzaw is-suq biex indaħħlu l-kompetizzjoni u din l-awtorita' li se nwaqqfu se tkun qiegħda tirregola li jkollok suq ħieles li jkun kapaċi jikkompeti u li ma jħalli l- ebda kumpannija tiddomina lis-suq biex nissalvagwardaw l-interessi tal- konsumaturi.", "Ara l-oppożizzjoni ma tridx hekk.", "Trid li kollox jibqa' ki finhu jew imur kollox għall-agħar.", "Mr Speaker, dawn qegħdin jgħidu li kieku ma waqqfux il-kumpanniji huma meta kienu fil-gvern kieku aħna ma konniex insibu x'nipprivatizzaw.", "Jiena ngħidilhom li meta kienu fil-gvern dejjem kienu gvern tas-second-hand!", "Anke meta sentejn ilu kienu fil-gven urew l-inkompetenza tagħhom għax flok riedu li Malta tingħaqad ma' l-aqwa pajjiżi tad-dinja, rieduha tingħaqad mal-pajjiżi tat-tielet dinja.", "Il-pajjiż kienu jmexxuh b'politika tat- tqanċiċ u bl-issikkar taċ-ċintorin.", "Għiduhom dawn l-affarijiet?", "Fejn kienu jkunu t-telecells fl-idejn!", "Tafu li f'ċerti żmenijiet kontru kontra li kumpanniji jdaħħlu l-computers għax kontu tgħidu li l-ħaddiema jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom?", "U llum il-ġurnata daħlu l-computers u l- ħaddiema żdiedu għax il-computers qegħdin joħolqu x-xogħol.", "(Interruzzjonijiet) Dik għidilna inti, għax inti taf kemm taf!", "Intom ġibtuha u aħna żammejniha ħajja u f'idejna kibret.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni li għandna llum trid iżżomm lill-gvern fuq il- handbrake biex jekk jista' jkun dan il-pajjiż ma jimxix pass 'il quddiem.", "Arawhom illum lin-negozjanti jinnegozjaw minn fuq it-telecell!", "Nista' ngħid li l-kompetizzjoni diġa' bdiet tagħti l-frott tagħha għax il-prezz tas-servizz għall-konsumatur diġa' beda jorħos.", "Dan messhom jgħidu tan- naħa l-oħra u mhux noqogħdu ngħidu, bħalma qal l-Onor.", "Noel Farrugia, li ''Ċikka'' jew ''Peppa'' ma jimpurtahomx mill-internet.", "Mr Speaker, aħna nagħrfu li biex ''Ċikka'' tkun moqdija aħjar, anke meta tmur għand tal- ħanut u għall-mediċini, ikun ferm aħjar jekk ikollna xibka ta' telekomunikazzjoni privatizzata biex tkun iżjed kompetittiva, għax il- kompetizzjoni hija sens ta' protezzjoni għall-konsumatur għax aħna għandna politika ta' protezzjoni.", "Fi żmienkom x'politika ta' protezzjoni kien hawn?", "Kien ikun hawn ħafna nies jiġġieldu biex forsi jirnexxielhom iġibu permess ta' l-importazzjoni u kienu jħallsu biex jixtru dak il-permess!", "ONOR.", "MEMBRU: Issostanzjaha!", "ONOR EDWIN VASSALLO: Dawn huma fatti u lin-negozjanti ma nnessuhomlhomx dawn l-affarijiet!", "Il-vapur t'Għawdex kontu ġibtuh qisu l-Arka ta' Noe, ġej u sejjer bejn Malta u Sqallija, biex il-Maltin iġibu l-affarijiet - illum Ibiza jmorru għal holiday - u n-nies t'hemm ikellmuhom dwar Mintoff u Fenech Adami!", "Dak iż-żmien kulħadd jistenna l-familjari tiegħu jew xi ħbieb ġejjin minn Sqallija biex forsi jiddubbaw xi kaxxa ċikkulata Mars!", "Hekk kontu rriduċejtuha Malta, Onor. Cuschieri, u meta tqumu titkellmu araw li jkollkom il-kuraġġ li tgħidu lill-ħaddiema tal-Maltacom li intom triduhom jibqgħu kif inhuma ħalli tiddefendu l-għażż għax la ma tridux issir din il-bidla l-għażż tkunu qed tiddefendu.", "Iddefendu l-għażż ħalli mmorru 'il quddiem!", "L-għażż tridu tiddefendu intom!", "Jiena ngħid lill- ħaddiema u negozjanti Maltin kieku aħna m'għandniex din il-viżjoni li rridu nidħlu biex nikkompetu f'suq ikbar kieku ċerti bidliet ma jsirux, imma kieku intom kontu tmorru mill-agħar u mhux min irid iżomm din il-mixja ta' progress 'il quddiem.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro qalet li din hija awtorita' li qed tiġi mwaqqfa biex bażużli Nazzjonalisti li jgħinu lill-partit ikunu vvantaġġati.", "Dawn huma akkużi banali.", "Għalfejn qegħdin ngħidu dan id- diskors?", "Taf x'se jkun ifisser it-twaqqif ta' din l-awtorita'?", "Se jkun ifisser li permezz tagħha kull servizz se jkun qed jingħata taħt kappa ta' liġijiet li jħarsu lejn l-interessi tal-konsumatur.", "Fejn kellna liġijiet tal-konsumatur li ma kellhomx dritt jinfluwenzaw jew jirregolaw kumpannija tal-gvern issa se jkollhom.", "U allura hawnhekk qegħdin naraw ukoll bidla importanti li se tħares proprju l-interessi tal-konsumatur.", "Mr Speaker, il- bieraħ l-Onor.", "Noel Farrugia staqsa: Kif f'din l-awtorita' m'għandekx min jirrappreżenta lill-konsumatur?", "Mela se nibqgħu bl-idea li biex tirrappreżenta lil xi ħadd trid iddaħħlu fix-xibka ta' l-istess struttura?", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk!", "Il-konsumatur se jkun imħares mil- liġijiet li jgħaddu minn dan il-parlament.", "U għalhekk se nwaqqfu din l- awtorita'.", "Din se tkun qiegħda tirregola u tara li l-konsumatur se jkollu l-protezzjoni bil-liġijiet tiegħu.", "B'dan il-mod il-monopolju jispiċċa biex ikun hemm il-kompetizzjoni li ttejjeb l-effiċjenza fis-servizzi u fl-istess ħin traħħas il-prezz tas-servizzi, bħalma ġara f'ħafna servizzi oħra bħal, per eżempju, fil-każ tat-telecells.", "Mr Speaker, ngħaddi biex nitkellem dwar l-isfida tal-kummerċ elettroniku.", "Illum permezz ta' dan l-iżvilupp elettroniku fid-dinja tal-computers, wieħed jista' jixtri waqt li bil-lejl ħwienet ikunu magħluqin jew anke nhar ta' Ħadd.", "Jiġifieri n-negozjanti Maltin ikunu qed jikkompetu permezz ta' dan is-servizz ġdid, l-E-commerce, u jkunu qed jikkummerċjaw ma' nies li lanqas biss ikunu qed jarawhom.", "Kif se ntellgħu dawn in-negozji Maltin, anke jekk żgħar, biex jikkompetu fuq l-istess level playing field bħal diversi kumpanniji oħra li huma aċċessibbli għall-konsumaturi Maltin?", "Per eżempju, il-ħwienet tal-kotba, li kull student imur jixtri mingħandhom, illum il-ġurnata iridu jikkompetu ma' ħanut tal-kotba bl-E-commerce għaliex kull individwu jista' jixtri ktieb minn fuq l-internet u jasallu fi żmien qasir u forsi anke irħas.", "Allura aħna se nibqgħu inżommu milli jsir l- iżvilupp biex is-settur tan-negozju nżommuh milli jkollu dawn is-servizzi, milli jkollu regolamentazzjoni li tista' tmexxih biex javvanza bħalma avvanzaw negozji oħrajn?", "Hekk triduna nagħmlu?", "Inżommu lura s-settur tal- kummerċ tagħna milli javvanza 'il quddiem?", "Aħna mhux talli ma' naqblux ma' dan talli biex inkomplu nsaħħu l-infrastruttura u l-loġistika kollha ta' kif jaħdem il-kummerċ f'pajjiżna rridu naraw li s-settur tan-negozju, żgħir kemm hu żgħir, ikun armat bl-istess għodod li qiegħed ikun armat in- negozjant barra minn Malta, f'pajjiżi moderni fejn il-gvernijiet b'kuraġġ jaqblu li biex imorru 'il quddiem iridu jbiddlu l-proeċduri antiki ma' oħrajn ġodda li kapaċi jrendu servizz effiċjenti bi prezz u jiggarantixxi l- kompetizzjoni.", "Għal dan il-għan, proprju biex naraw li nkunu nistgħu ngħinu lis-settur tan-negozju ż-żgħir, se nkunu qegħdin inwaqqfu kumitat ta' ħidma fi ħdan il-ministeru proprju biex ikun jista' janalizza l-effetti ta' l-E-commerce fuq in-negozji tagħna biex b'hekk is-settur tan-negozju jkun iktar konxju ta' dan is-servizz u jkun jista jużah aħjar għall-vantaġġ tiegħu.", "B'hekk lis-settur tan-negozju nkunu nistgħu nuruh l-isfidi li għandu madwaru bil-kompetizzjoni li qed tinħoloq u nkunu nistgħu ngħinuh biex ma jaqax lura.", "Mr Speaker, aħna nemmnu li rridu nimxu 'il quddiem, kapaċi nwettqu l- bidliet li għandna bżonn, għandna l-kuraġġ li nagħmlu dawn il-bidliet u ma nippermettu lil ħadd jaqa' lura lanqas f'din id-dinja tas-servizzi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal–lejla l-Erbgħa, 17 ta' Mejju 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Nixtieq nitkellem dwar il-pjan lokali għat-tramuntana ta' Malta, jiġifieri dak li jindirrizza il- ħteġijiet u l-proposti konkreti għall-area li tikkomprendi l-lokalitajiet tal-Gżira, l-Imsida, Tal-Pieta', Pembroke, San Ġwan, Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, l-Ibraġġ, St. Andrew's u Ta' Xbiex.", "Fis-6 ta' Mejju l- awtorita' ta' l-ippjanar varat it-tielet minn seba' pjanijiet lokali.", "Mis- seba' pjani lokali li kellhom jitlestew sa l-2003, b'insistenza tal-gvern preżenti ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar dawn kolha se jkunu lesti sa tmiem is-sena 2001.", "Dan in-north harbours local plan ġie varat għal konsultazzjoni pubblika - hemm perijodu ta' seba' ġimgħat li jibdew mis-6 ta' Mejju - u l- konsultazzjoni fuq dan l-abbozz - għax dan mhux pjan finali iżda proposta min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar - tispiċċa fil-23 ta' Ġunju.", "Issa hemm dawn is-seba' ġimgħat biex ir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet u l- pubbliku in ġenerali jkollhom ċans jirreaġġixxu għall-proposti kif imniżżla f'dan il-pjan.", "Nappellalhom li qabel xejn jinformaw irwieħhom bil-kontenut tal-pjan.", "Il-konsultazzjoni pubblika mhux qed issir biex sempliċement tkun saret imma rridu parteċipazzjoni wiesgħa attiva w effettiva min-naħa tal- pubbliku.", "L-opinjoni u r-reazzjoni tal-pubbliku se jkollha piż fid- deċiżjoni finali ta' kif isir il-pjan.", "Nista' ngħid, Sur President, li l- awtorita' ta' l-ippjanar ħadet ħsieb li tara li l-informazzjoni kemm jista' jkun tinfirex biex il-pubbliku jinforma ruħu.", "Per eżempju, hemm wirja fl-uffiċji ta' kull kunsill lokali, f'kull waħda mill-lokalitajiet li jkopri dan il-pjan, bil-kontenut tal-proposti u l- policies li hemm.", "Minbarra dan ser issir laqgħa pubblika f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet.", "Hemm ukoll informazzjoni fuq il-web site ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar u min għandu s-servizz ta' l-internet jsita' jniżżel l-informazzjoni tad-dokument sħiħ.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar ħadet ħsieb ukoll li bl-għajnuna tal-kunsilli lokali tqassam, f'kull dar tar- residenti ta' dawn il-lokalitajiet, leaflet li jispjega b'mod ħafif x'inhu l-intiż f'dan il-pjan, kif ukoll biex tinformahom fejn se ssir il-laqgħa pubblika fil-lokalita' tagħhom, meta u f'liema ħin ser issir.", "Importanti li l-pubbliku ma jibqax passiv f'dawn is-seba' ġġimgħat ta' konsultazzjoni pubblika.", "Importanti li jinforma ruħu u jekk hemm affarijiet li ma jaqbilx magħhom jew jixtieq li jbiddel, jew forsi persuna jidhrilha li għandha proposta li mhix ihkluża fil-pjan, allura importanti li n-nies jipparteċipaw u jressqu l-punti, il-mistoqsijiet u l-proposti tagħhom fuq dan il-pjan.", "Lanqas jiena, li qed naqra dan il-pjan b'mod dettaljat, ma naqbel ma' kulma fih, għax hemm affarijiet li jogħġbuni ħafna u hemm affarijiet li ma naqbilx magħhom.", "Għalhekk qed nistenna bil-ħerqa dawn il- laqgħat pubbliċi biex nara verament x'se tkun ir reazzjoni tal-pubbliku fuq dawk il-proposti li hemm.", "Biex tiffaċilita l-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni, l-awtorita' ta' l- ippjanar ħadet ħsieb li mill-abbozz sħiħ li jikomprendi madwar 300 paġna tiġi prodotta CD ROM għal bejgħ bi prezz irħis ħafna ta' Lm3.", "Minnbarra dan l-awtorita' ta' l-ippjanar se tagħmel laqgħat pubbliċi fil-ġranet tal-Ħadd.", "Se jkun hemm caravan fil-pjazez li tmur minn lokalita' għal oħra, fejn il- pubbliku jiġi informat bil-proposti li hemm.", "Mela l-awtorita' ta' l- ippjanar f'dan il-każ għamlet il-parti tagħha li tinforma.", "Issa importanti li n-nies jieħdu l-opportunita' u jirreaġġixxu għal dawn il-proposti.", "Għalkemm għedt li ma naqbilx ma' dak kollu li ġie propost, nemmen li meta tħares b'mod sħiħ lejn dan il-pjan tara li jipprovdi kontroll biex jiġu protetti l-interessi tal-komunita', speċjalment dik residenzjali, u opportunitajiet ta' żvilupp għas-settur kummerċjali.", "Fil-fatt waħda mill-proposti bħala mezz ta' kontroll hija li l-areas kummerċjali ma jitħallewx jinfirxu b'mod li jtellfu t-trankwilita' tar- residenti u ma jħallux l-effetti negattivi tal-kummerċ f'żoni residenzjali.", "Per eżempju, għall-ewwel darba ġew definiti dawk li qed jissejħu ċentri primarji, ċentri sekondarji kif ukoll ċentri lokali tal-lokalitajiet li jikkomprendu din l-area ta' Malta li tagħha qed isir il-pjan lokali.", "Hemm proposta ta' definizzjoni ta' liema tip ta' attivita' kummerċjali tista' ssir f'dawn iċ-ċentri kummerċjali.", "Qed jiġi propost ukoll liema tip ta' attivita' kummerċjali - u dik l-attivita' kummerċjali biss - tista' ssir barra dawn iċ-ċentri biex l-impatt kummerċjali ma jħallix effetti negativi fuq il-komunita' residenzjali.", "Dan ma jfissirx li qedin inniżżlu fruntieri għal kull attivita' kummerċjali.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, li nixtieq nara u nisma' r-reazzjoni tal-pubbliku għal din il-proposta.", "Fost il-proposti konkreti bħala areas ta' opportunita', wieħed jista' jsemmi l-area fejn dari kien hemm l-istadium tal-Gżira, dak li kien jissejjaħ l-empire stadium.", "Hemm art oħra definita bejn l-isptar il-ġdid u s-Swatar u art oħra għal dak li għandu x'jaqsam ma' Pembroke.", "Hemm ukoll proposta li fl-area tal-Balal, bejn San Ġwann u l-Għargħur, ikun hemm spazju għal dawk li jissejħu garage industries biex hemmhekk titħalla dik it-tip ta' attivita' li sal-lum ħafna minnha qiegħda fiċ-ċentri residenzjali u qed ikollha impatt negattiv fuq ir-residenti.", "M'illum min għandu attivita' kummerċjali f'ċentru residenzjali se jkollu l-opportunita' jitrażloka l-attivita' tiegħu f'din l-area.", "Kuntrarjament għal dak li forsi wħud jifhmu, dan mhux qed jintalab jitlaq minn hemmhekk jew se jkollu bilfors jitlaq minn hemmhekk - jekk għandu permess għall-attivita' kummerċjali tiegħu f'dak il-garage jista' jibqa' għaddej bl-attivita' tiegħu - imma aħna se noffru li jekk wieħed irid jespandi l-attivita' tiegħu se jkollu fejn f'din l-area l-ġdida.", "Issa se nitkellem ukoll, Sur President, fuq tliet linji prinċipali oħrajn li joffri l-pjan.", "Il-pjan jidentifika l-ħtieġa ta' faċilitajiet komunitarji f'kull lokalita', speċjalment fl-areas il-ġodda bħal dawk tas-Swieqi, l-Ibraġġ, St Andrew's u San Ġwann, kif ukoll f'żoni antiki fejn xorta għad m'hemmx dawn il-faċilitajiet, bħall-area tal-Gżira u ta Tas-Sliema.", "Il-pjan jiddentifika żoni fejn jistgħu jsiru dawn il-faċilitajiet komunitarji.", "L- awtorita' ta' l-ipjanar mhijiex se tipprovdi hi l-faċilitajiet komunitarji iżda tagħti biss id-direzzjoni billi tiddentifika l-aħjar post u timbotta biex isiru policies sabiex dawn il-faċilitajiet komunitarji jsiru.", "Il-pjan jitkellem ukoll dwar il-ħtieġa ta' parkeġġ għal karozzi..", "Ħafna mir- residenti ta' dawn l-areas igergru bi dritt għax is-sitwazzjoni saret insopportabbbli.", "F'ħafna areas ma ssibx fejn tipparkja għax l-ammont ta' vetturi fit-toroq huwa eċċessiv.", "Il-pjan jindividwa areas fejn jistgħu jsiru dawn il-parkeġġi għall-karozzi, speċjalment bi prijorita' ta' faċilita' għar-residenti.", "Il-pjan jipprova wkoll jindirrizza s-sistema tat-traffic.", "Il-pjan jgħid biċ-ċar li mhux se tkun l-awtorita' ta' l-ippjanar li twelled il-proposti ta' l-immaniġjar tat-traffiku iżda tistenna li l-proposti jibdew mill- kunsilli lokali stess.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar mhix se timponi l- proposti tagħha.", "Anke f'dan il-każ, joħroġ id-deċentrament tal-poter u jagħti aktar stimolu lill-kunsilli lokali biex ikunu huma stess li joħorġu bil-proposti.", "Nittama li l-pubbliku issa jisfrutta b'mod pożittiv iċ-ċans li għandu li jipparteċipa fil-konsultazjzoni pubblika.", "L-appell tiegħi mil- ġdid huwa li l-pubbliku jutiliżża dawn is-seba' ġimgħat billi l-ewwel jinforma ruħu.", "Jista' jara hu stess x'qed jiġi propost u minnflok joqgħod fuq dak li jisma' b'mod mgħawweġ ikun hu li jivverifika x'hemm fil-pjan, imbagħad jagħti r-reazzjoni tiegħu.", "Xi kultant niltaqa' ma' nies li jistaqsuni għaliex hawnhekk se jsir hekk per eżempju.", "Ngħidilhom li dak se jsir hekk għax ġie deċiż fil-pjan ta' struttura fl-1990 jew dak ġie deċiż fil-pjani lokali.", "Imbagad jgħiduli li ma kinux jafu.", "Iddejjaqni ħafna li l-pubbliku in ġenerali ma jkunx jaf.", "Issa l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-gvern insistew li jkun hemm trasmissjoni ta' l-informazzjoni bl-aktar mod wiesgħa u l-appell tiegħi lill-media huwa li kemm jista' jkun jaraw li tinfirex l-informazzjoni fuq dawn il-proposti, għax dawn se jħallu impatt mhux biss fuq ir-residenti imma anke fuq l-attivita' kummerċjali, faċilitajiet komunitarji u l- immaniġjar tat-traffiku ta' kull lokalita', speċjalment għat-tramuntana ta' Malta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, jien għandi reputazzjoni li nħobb naqra u nħobb nixtarr biex ikolli viżjoni ikbar tal-politika f'pajjiżna u nipprova bil-qari tiegħi nkun wieħed minn dawk li nikkontribwixxi għal dak li modestament naħseb li jista' jkun għall-avvanz tal-politika Maltija.", "Ftit tal-jiem ilu reġa' ġie f'idejja l-ktieb li Eric Shephard kien ippubblika fl-1922 bl-isem \"Malta and Me\".", "Dan Eric Shephard kien qed jikteb fil-bidu tal-ħajja kostituzzjonali u demokratika Maltija.", "Ftit wara li daħlet fis-seħħ l-Amery Miller Constitution ta' l-1921 hu kien għamel dawn ir-rimarki:", "\"Politics in Malta are not really a bit more absurd than the same things elsewhere but with the island being so small they are more intensive and at close quarters.\"", "Ikompli jgħid:", "\"The good old game according to the rules of the mother of parliaments acquires in the hands of southern players a fine punch, a rare thrill, as may be judged from the fact that ever since the Malta Legislative Assembly was impressively inaugurated by the Prince of Wales in 1921, no other house of entertainment on the island has been able to compete with its debates.\"", "Quddiem din nistaqsi jekk wara 80 sena inbidilx xi ħaġa minn dak li Eric Shephard kien kiteb fuq dan il-parlament.", "Dan il-parlament tilef il- primat tiegħu li jkun house of entertainment?", "Sfortunatament wieħed irid jammetti li ma nbidel xejn u kull darba hemm episodju ġdid.", "Pajjiżi oħrajn irnexxielhom jikkreaw it-telenovellas.", "Imma possibbli li anke fil-parlament tagħna għandna dan it-tiġdid kontinwu ta' affarijiet li ilna naraw mis- seklu l-ieħor?", "Il-puntata bħalissa hija tal-quorum, fejn kull naħa tiddibatti fuq dan il-famuż punt.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, il-quorum m'huwiex arma f'idejn xi naħa jew oħra tal-Kamra, xi frosta li tiġi użata min-naħa biex issawwat lin-naħa l-oħra.", "Il-quorum qiegħed hemm sempliċement biex jgħin lis-Sedja tikkonstata jekk hemmx interess jew le mill-membri ta' din l-assemblea leġislativa li jaħdmu f'dan il-blokk kbir tal-palazz.", "Huwa mod kif wieħed jista' jivverifika jekk il-membri għandhomx l-interess li jaħdmu. ll-membri għandhom interess kbir f'din l-assemblea u jaħdmu ħafna pero' qegħdin inwasslu l-mekkaniżmu tal-quorum f'sitwazzjoni redikola.", "Kwalunkwe regola fid-dinja għandha l-użu proprju tagħha iżda jekk dan l-użu proprju jiġi żnaturat, minflok jiġi użu tajjeb jiġi abbuż u dan li aħna għandna quddiemna.", "Hawnhekk qisna dħalna f'kompetizzjoni.", "Sfortunatament jidher li hemm min min-naħa l-oħra tal-Kamra jaħseb li iktar ma jagħmel talbiet għal quorum iktar se jottjeni voti fl-elezzjoni li ġejja.", "Isiru talbiet għal quorum waħda fl-oħra bla sens u b'mod abbużiv.", "Jien insejjaħlu abbużiv għax jekk tagħmel sejħa għal quorum u jkun hawn 'il fuq mil-15 -il Membru fil- Kamra ma tistax, wara li jgħaddu għaxar minuti, terġa' tagħmel talba oħra għal quorum.", "Is-sens tal-quorum huwa wieħed biss, li jara li fil-post kollu tal-bini tal-parlament hawnx il-membri li qegħdin jaħdmu.", "Il-bieraħ sibt lili nnifsi fil-kumitat tal-liġijiet, Sur President.", "Dan il-kumitat għandu aġenda twila u għandu ħafna xogħol x'isir.", "Qegħdin niltaqgħu kuljum, ċerti drabi sa l-10.30 p.m. biex nippruvaw inlaħħqu max- xogħol voluminuż li għandu quddiemu dan il-kumitat.", "Il-bieraħ dan il- kumitat waqaf erba' darbiet minħabba talbiet għal quorum.", "Il-fatt li aħna ma nkunux preżenti hawn imma nkunu qegħdin f'laqgħa tal-kumitat ma jfissirx li aħna m'għandniex interess li nieħdu sehem fid-dibattiti tal-parlament.", "Kull kumitat jiltaqa' diversi drabi.", "Ċerti drabi anke aħna ma nsibux post fejn niltaqgħu u jkollna niltaqgħu fil-librerija.", "Ix-xogħol qed isir u qed isir b'mod intensiv, pero' kull regola trid tiġi interpretata b'raġuni.", "Huwa fir-raġun li wieħed jagħmel talba għal quorum meta jaf li hawn diversi membri li qegħdin fil-bini tal-parlament jew li wieħed jgħid li hawn diversi membri qegħdin 'l hemm u 'l hawn, wieħed jagħmel ħaġa u l- ieħor jagħmel oħra?", "Kif qalet tajjeb dalgħodu l-gażżetta \"The Malta Independent\" fl-editorjal tagħha, f'diversi parlamenti jekk ix-xogħol irid isir mhuwiex neċessarrju li wieħed ikun il-ħin kollu bil-qiegħda fil-Kamra.", "Wieħed irid jagħmel l-affarijiet barra, jiltaqa' man-nies, jiddibatti u jisma' l-affarijiet kontinwament.", "Jiġifieri din għalija hija stultifikazzjoni tal-ħidma demokratika ta' dan il-parlament u m'huwiex veru li bl-għajta tal-quorum wieħed qed jipprova jżomm demokrazija.", "Ma nifhimx kif kelliem min-naħa l-oħra qalilna li tant id-demokrazija hija mhedda li wasalna f'istat li anke jista' jkollna t-tixrid tad-demm!", "Din in-naħa qiegħda tgħid li kull membru għandu jesponi l-ideat tiegħu f'40 minuta u li m'għandux bżonn iktar.", "In-naħa l-oħra tal-Kamra mhux qed jaraw li kienu qed jagħmlu kompetizzjoni bejniethom fuq kemm idumu jitkellmu!", "Kellna kelliem li dam xi tliet sigħat waqt li kelliem ieħor dam xi erba' sigħat oħra.", "Se noqogħdu nħallu kompetizzjonijiet isiru bejn naħa u oħra tal-Kamra jew bejn deputati ta' l-istess naħa?", "Aħna jidhrilna li 40 minuta huwa ħin tajjeb u kull deputat hawnhekk jaf li 40 minuta huma biżżejjed biex wieħed jesponi kulma jrid.", "Barra minn dan ma nistax nifhem fejn qiegħed dan it-tixrid ta' demokrazija għax jekk għandna nkunu raġonevoli allura għal kull dibattitu iż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom jgħidu minn qabel min ser ikunu l-kelliema tagħhom, mhux kulħadd irid jitkellem fuq kull liġi li tiġi hawnhekk.", "Naf li hawn nies li jifhmu f'kollox imma dawn in-nies is-soltu huma l-eċċezzjoni u mhux ir-regola!", "Allura wieħed jitlob bir-raġun li jkollok erba' min-nies li jkunu ppreparati fuq liġi partikolari.", "Dawk l-erba' min-nies jiġu jitkellmu u mhux f'kull liġi jridu jitkellmu 20 ruħ għax dan mhux mod kif isiru l-affarijiet!", "Pero' dan jindika li hemm min jaħseb, min-naħa l-oħra, li l-fatt li tgħajjat li qed isawtuk imbagħad tkun inti stess li tagħmel il-ħmerijiet ipenġik bħala vittma f'għajnejn il-pubbliku!", "Hemm min jaħseb li tista' tipprova tgħajjat għall-lupu meta inti stess il-lupu u din hija l-problema!", "Qed tiprova tgħid li hawn id-demokrazija mhedda waqt li inti stess qed thedded d-demokrazija għax dan l-abbuż irid jiġi kkontrollat.", "Huma l-membri stess li jridu jkunu raġonevoli u jkkontrollaw dan kollu.", "Jiena nara dan anke fil-politika ġenerali tal-parti l-oħra.", "Per eżempju, saret protesta quddiem il-poliklinika ta' Bormla.", "Ġew ħafna nies jibku għax il-poliklinika ta' Bormla mhijiex tiftaħ għal ħinijiet itwal minħabba l- problema tan-nuqqas ta' tobba.", "Il-biki li qed jibku jien ngħidlu dmugħ tal- kukkudrilli.", "Min-naħa l-oħra tal-Kamra qisu qed ikun hemm pjaċir għax il- poliklinika ta' Bormla mhijiex qed tiġi użata u allura l-ġid li qegħdin nagħmlu mhuwiex qed jinħass mal-poplu.", "L-istess għandu jingħad fuq il-ħajt tal-baċir nru.", "1.", "Niġu attakkati li dan waqqafnih milli jitwaqqa' meta hija d-drydocks li qed żżommna.", "Aħna rridu nkomplu nwaqqgħuh u f'dan id-dawl qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra li d-direttur ġenerali bagħat liċ-chairman tal-Malta Drydocks fil-11 ta' April, fejn qed jitolbu biex jagħtih il-permess ħalli jidħol fil-post u jkompli x-xogħol għax il- Malta Drydocks kienet żammitu mili jkompli jagħmel l-affairjiet.", "Biex nagħlaq ngħid li fid-demokrazija ma tgħidx biss li int favur ta' punt imma trid taġixxi b'mod li juri li inti favurih.", "Sfortunatament fil- Malta Labour Party japplika dak li aħna nsejħu paroli si fatti no. Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex l-Onor.", "Mifsud Bonnici jpoġġi d-dokument li semma?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla l-Erbgħa, 17 ta' Mejju fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fit-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WSC - ŻJARA TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA", "15792.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-attivitajiet organizzati fl-okkażjoni taż-żjara ta' l-Eċċ.", "Tiegħu l-President tar- Repubblika fil-WSC?", "Jista' l-Minsitru jgħid x'kienu l-attivitajiet, u kull waħda kemm ġiet tiswa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li fl-okkażjoni taż-żjara li l- President tar-Repubblika għamel lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma ntefqet is-somma ta` Lm607.", "SAN ĠILJAN - RAMPA", "15802.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk rampa li tagħti għall-baħar u li saret fil- bajja ta' San Ġiljan, ħdejn il-pont magħruf bħala \"Tal-Banis\" u li saret bl-aktar mod traskurat, saritx mill-ħaddiema ta' xi dipartiment li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: min ordna li din ir-rampa ssir; kemm ġiet tiswa fi spejjeż; jekk hemmx permess ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar?", "Jekk kollox sar bla permess, x'passi se jittieħdu?", "Jekk ix-xogħol sar mill-ħaddiema ta' xi dipartiment li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu mingħajr il-proċedura u l-approvazzjonijiet meħtieġa, x'passi se jittieħdu kontra min kien responsabbli li ordna dan ix- xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol oriġinali ta' dan l-iskall sar mid-dipartiment tax-xogħlijiet sezzjoni tal-marine fis- snin 1984/1985, jiġifieri ferm qabel ma ġiet stabilita l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn saret ħafna ħsara kawża tal-maltemp u ġiet innotata li saru xi modifiki minn terzi persuni mhux magħrufa.", "ALL WHEEL DRIVE CLUB", "15803.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkunsidra li tingħata site lill-all wheel drive club, biex ikollhom fejn jipprattikaw l-isport tagħhom peress li sal-lum dawn m'għandhomx post fejn jipprattikaw l-isport favorit tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li diġa' hemm diskussjonijiet ma' l- awtoritajiet konċernati rigward sit għall-all wheel drive club.", "PULIZIJA - SLIEMA - HSBC", "15804.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-pulziija li kienu duty mal-fergħa ta' l- HSBC ta' High Street, Sliema (Plaza complex) u Volksbank (Lombard) ta' 63 Triq Dingli, Sliema, bejn 1 ta' Diċembru, 1999 u l-15 ta' April, 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nħossx li dettalji personali dwar is-servizz imsemmi fil-mistoqsija għandhom jiġu pubblikati.", "AMBJENT - SAFAR", "15805.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'din l-aħħar sena fis-segretarjat permanenti għall- ministeru ta' l-Ambjent, kemm siefru uffiċjali?", "Jista' jgħid min kienu?", "Fejn marru?", "X'kienet l-okkażjoni ta' kull żjara?", "Kemm laħqet l-ispiża f'kull okkażjoni ta' kull individwu nvolut?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PA - INVESTIGAZZJONIJIET", "15897.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każi rrapportati lill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar abbużi fuq xogħlijiet ta' kostruzzjoni u li fil-mument għadhom qed jiġu nvestigati?", "Meta hu maħsub li jitlestew dawn l- investigazzjonijiet u liema minn dawk il-każi qed jiġu kkonsidrati ta' prijorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta` każi rrapportati lill- awtorita` ta` l-ippjanar u li qegħdin jiġu nvestigati hu ta` 4,311.", "Ix- xogħol fuq l-investigazzjoni ta` dawn il-każi huwa proċess kontinwu.", "Ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm 1,154 każ ieħor li qed jiġu kkunsidrati bħala prijorita`.", "Azzjoni diretta dwar dawn il-każi tittieħed mill-awtorita` ta` l-ippjanar kważi kull ġimgħa.", "PULIZIJA - IMPJEGATI", "15898.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li telqu u/jew spiċċaw mill-korp matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?", "Kemm kien in-numru ta' pulizija ġodda li daħlu fil-korp matul l-istess perijodu u kemm saru transfers fl-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur ta` din is- sena spiċċaw mis-servizz 29 membru tal-korp tal-pulizija, filwaqt li daħlu 76 membru ġodda.", "Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu kien hemm 107 membru tal-korp li tbiddlilhom ix-xogħol fid-diversi sezzjonijiet tal-korp tal-pulizija.", "PULIZIJA - HOLD UPS", "15899.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold-ups irrapportati mill-pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?", "Kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus irrapportata misruqa u kemm weġġgħu persuni f'dawn il-hold ups?", "Kemm tressqu persuni l-qorti konnessjoni ma' dawn il-hold ups?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur tas-sena 2000, ġew irrappurtati lill-pulizija 12-il-każ ta` hold up, li fihom huwa rrappurtat li nsterqu madwar Lm12,045 u 250 Mark Ġermaniż, filwaqt li weġġgħu żewġ persuni.", "Ninsab infurmat ukoll li 3 persuni ġew imressqa l- qorti in konnessjoni ma` dawn il-hold ups.", "PULIZIJA - SERQIET", "15900.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irrapportati lill-pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?", "Kemm kien in-numru ta' karozzi misruqa?", "Kemm minn dawn il-każi kienu jinvolvu serq ta' oġġetti u flus mid-djar privati tal-pubbliku?", "Kemm huwa l-valur globali ta' l-oġġetti misruqa rrapportati lill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: NInsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "15901.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li l-pulizija ressqet il-qorti b'konnessjoni ma' serqiet li saru matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-pulizija ressqet il-qorti 90 persuna b`konnessjoni ma` serqiet li twettqu matul l-ewwel erba` xhur tas- sena 2000.", "SAJJIEDA", "15902.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għad-direttiva 92/29 ta' l-UE li tesiġi li s-sajjieda tal- pajjiżi membri jżommu madwar 620 item ta' mediċina eċċ, fuq il-qoxra li tkun twila aktar minn erba' metri, jista' l-Ministru jinformana jekk dawn is-620 item li l-UE timponi fuq is-sajjieda Maltin u Għawdxin humiex se jiġu mposti wara li nsiru membri ta' l-UE?", "Jista' jgħid x'inhuma l-multi ta' l-UE kemm-il darba s-sajjieda jinstabu li mhux jonoraw din id-direttiva?", "Jista' jgħid kemm se jiswew dawn is-620 item li l-UE tobbliga li s- sajjieda lokali jżommu fuq l-opri tas-sajd tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li direttiva 92/29 ta' l-UE qatt ma ġiet diskussa mid-diviżjoni tas-saħħa.", "Peress li direttiva 92/29 ta' l-UE għandha x'taqsam mas-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "15965.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-pulizija għall- ipparkjar, xahar b'xahar din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej", "Jannar Frar Marzu April 3,717 3,785 3,520 3,371", "PULIZIJA - ANZJANI - REATI", "15966.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li sfaw vittmi ta' xi reat, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li mir-records disponibbli taħt forma kompjuterizzata, it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|1997 |1998 |1999 |2000 | |602 |1,107|990 |438 |", "Dawn iċ-ċifri jinkludu kull tip ta` reat, eż. serq minn/jew ta` vettura ta` persuna 'l fuq minn 60 sena.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI", "15967.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddewwew nies ġo l-Isptar San Luqa u ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa s-sena l-oħra?", "Kemm minn dawn kienu kaġunati minn armi tan-nar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li matul l-1999: (i) 106,676 attendew id-dipartiment ta' l-emerġenza fl-Isptar San Luqa; (ii) 109,307 persuna ġew invistati/ittrattati fid-diversi ċentri tas-saħħa.", "Dwar persuni li attendew, kemm fl-Isptar San Luqa kif ukoll fiċ-ċentri tas-saħħa, ma jinżammux records speċifiċi kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR - INĊIDENTI", "15968.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu jew mietu nies kawża ta' armi tan-nar is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm minn dawn kienu aċċidentali jew kawża ta' traskuraġni?", "Kemm kienu intenzjonati?", "Kemm ġew rapportati każi waqt il-kaċċa u x'kienet l-arma li ntużat f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar, 1999 u l-14 ta` Mejju, 2000 kien hemm 16-il każ li fihom persuni sofrew feriti permezz ta` arma tan-nar, filwaqt li kien hemm 11-il każ ieħor li fihom persuni tilfu ħajjithom.", "Minn dawn is-27 każi, kien hemm 6 każi li kienu aċċidentali, 15 kienu intenzjonati, filwaqt li 6 każi għad mhux stabilit jekk kenux aċċidentali jew le.", "Ninsab infurmat ukoll li minn dawn il-każi, 8 kienu waqt il-kaċċa u li l-arma ta` l-inċident kienet senter.", "SAĦĦA - DIVING ACCIDENTS", "15969.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar is-sena l-oħra għal xi forma ta' kura minħabba xi aċċidenti waqt li kienu qed jgħoddsu (diving accidents)?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li fis-sena 1999 ġew ikkurati tmien pazjenti fid-decompression chamber.", "Madwar 20 oħra ġew ikkurati fl-isptar, iżda mingħajr ħtieġa ta' kura fiċ- chamber.", "Dan kien l-iżgħar numru ta' għaddasa kkurati f'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin.", "Is-sena l-oħra kien hemm żewġ fatalitajiet waqt l- għads.", "Wieħed biss minn dawn inġieb l-isptar u miet fl-emerġenza.", "VAT - PETROL/DIESEL", "15970.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern minn fuq VAT fuq il- petrol u/jew diesel u minn fuq il-kontijiet tat-telephone, din is-sena s'issa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, bejn l-1 ta` Jannar u s-6 ta` Mejju ta` din is-sena, d-dħul tal-gvern mill-VAT minn kumpaniji li jipprovdu li jagħtu provvista ta` petrol u diesel u servizzi ta` telephone kien ta` Lm1,881,743,9 u Lm1,163,040.97 rispettivament.", "Dawn l-ammonti jinkludu fihom VAT li tħallset fuq provvista ta` prodotti jew servizzi oħra li l-operaturi nvoluti normalment jagħmlu u li ma jidhrux separatament fid-denunzji tat-taxxa.", "Dawn huma ċifri gross u ma jurux it-tnaqqis li jkun hemm minn operaturi li jkunu ħallsu l-VAT u li għandhom dritt għal rifużjoni.", "LABOUR FORCE SURVEY 2000 - INTERVIEWERS", "16018.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għas-sejħa li saret fost l-impjegati tal-gvern biex jieħdu sehem bħala Interviewers for labour force survey 2000\", jista' l-Ministru jgħid kemm se jintagħżlu mpjegati biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "Meta se jsir dan l-eżerċizzju?", "Kemm hemm flus ivvotati għal dan is-survey?", "Meta hu previst li jkun hemm l-ewwel riżultati ta' dan is-survey?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa mahsub li madwar 150 impjegat tal-Gvern se jintalbu sabiex jghinu fil-Labour Force Survey 2000.", "Is-survey se ssir lejn l-aħħar ta` Mejju u l-bidu ta` Ġunju.", "Huwa stmat li dan is-survey se jiswa madwar Lm20,000.", "Għadu kieni wisq biex wieħed jgħid b`mod definit meta jistgħu jinħarġu r-riżultati ta` dan is-survey.", "Madanakollu se jsiru l-isforzi kollha sabiex dawn ikunu ppubblikati kmieni kemm jista` jkun.", "PULIZIJA - BOMB THREAT", "16019.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm il-każ ta' bomb threat kien hemm is-sena l-oħra (1999) u mill-ewwel tas-sena sal-lum?", "Jista' jgħid kull każ fejn kien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999 kien hemm 91 każ ta` bomb threat, filwaqt li fis-sena 2000, sad-9 ta` Mejju, kien hemm 40 każi simili.", "Għal raġunijiet ovvji ma nħossx li għandhom jiġu magħmula pubbliċi d-dettalji dwar fejn kienu saru dawn il-każijiet.", "REPUBBLIKA TA' MALTA", "16020.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha mwaqqfa r-Repubblika ta' Malta sal-lum, kemm persuni ħadu l-unur ta' Ġieħ ir-Repubblika?", "Jista' jgħid min kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mill-1975, meta twaqqfet ix-Xirka Ġieh ir- Repubblika, 'l hawn żewġ ċittadini Maltin u 19-il ċittadin ta' pajjiżi barranin inħatru rispettivament Imsieħbin u Imsieħbin fuq Bażi Onorarja tax- Xirka.", "Dawn kienu:", "Msieħbin", "Il-Prof Sir Anthony Mamo SG L-ET Mons Guseppi Mercieca SG", "Msieħbin Onorarji", "L-ET l-Kurunell Muammar Gaddafi SG L-ET Prof Giovanni Leone SG L-ET s-Sur Li Xiannian SG L-ET s-Sur Kim Il Sung SG L-ET s-Sur Jose Manuel Durao Barroso SG L-ET s-Sur Jose Manuel Briosa E Gala SG L-ET s-Sur Joao Diogo Nunes Barata SG Il-General Carlos Azeredo SG L-ET Antonio Syder Santiago SG L-ET Mons Giovanni Battista Re SG L-ET Mons Jean-Louis Tauran SG L-ET Mons Pier Luigi Celata SG L-ET Dott Dino Marrajeni SG L-ET s-Sinjura Susanna Agnelli SG L-ET s-Sur Gaetano Gifuni SG L-ET Dott Marco Colombo SG L-ET s-Sur Giulio di Lorenzo Badia SG L-ET Dott Luigi Amaduzzi SG Il-General C A Paolo Scaramucci SG", "TARXIEN - TRIQ IL-KNISJA - ARBLU", "16021.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinbidel bozza maqtugħa li hemm ma' arblu tad-dawl fi Triq il-Knisja, Tarxien kantuniera ma' Triq Despott, u li ilha maqtugħa xhur sħaħ?", "Huwa veru li l-arblu li hemm il-bozza miegħu kien jixxokkja u kien ġie \"skonnettjat\" biex jitneħħa l-perikolu?", "Jaf l- Ministru li l-affarijiet ilhom hekk, għal aktar minn sitt xhur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat, li kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, ix-xogħol meħtieġ fuq il-lampa msemmija diġa` sar.", "Biex sar dan ix-xogħol kellu jiġi skonnetjat l-arblu li kien hemm il- lampa miegħu.", "Il-connection reġgħet saret f`Diċembru tas-sena l-oħra.", "PBS - SETTIJIET TAT-TV REĠISTRATI", "16022.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati settijiet tat-television?", "Kemm minnhom iħallsu l-liċenzja u kemm inġabru flus mill-ħlas tal-liċenzja sena b'sena mill-1995 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' settijiet tat-television reġistrati huwa 214,235.", "L-istatistika tinżamm fuq licence holders u mhux fuq television sets.", "Dan għaliex kull liċenzja tista' tkopri aktar minn television wieħed.", "Dettalji ta' ġbir ta' flus mill-ħlas tal-liċenzji mill-1995 'l hawn huma:", "Sena Lm", "1995 2,009,000 1996 2,015,000 1997 2,264,000 1998 2,314,000 1999 2,304,000", "MUŻEW TAL-GWERRA - ĦSARAT STRUTTURALI", "16023.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi ħsarat strutturali hemm fil-Mużew tal-Gwerra?", "Jista' jgħid jekk hemmx inventarju ta' l-oġġetti kollha?", "Jista' jgħid x'oġġetti nsterqu f'dawn l-aħħar snin?", "Jista' jgħid jekk il-gvern jagħtix xi forma ta' għajnuna finanzjarja lil dan l-istess mużew?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kienet tammonta din l- għajnuna sena b'sena mill-1995 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-akbar ħsara strutturali fil-Mużew tal- Gwerra kienet tinsab fis-saqaf tar-right annexe.", "Dan is-saqaf kien jinsab f'kondizzjoni daqstant ħażina, minħabba l-qedem tiegħu.", "Dan l-aħħar dan is- saqaf ġie mibdul.", "Imbagħad hemm ħsarat oħra, mhux daqstant kbar u li bi ftit xogħol ta' manutenzjoni dawn jiġu faċilment irranġati.", "Fosthom hemm bżonn ta' xogħol ta' tikħil u kisi, xogħol ta' żebgħa ta' injam (bibien, twieqi, eċċ.) u manutenzjoni ta' soqfa.", "Barra minn hekk il-kanċell tal-bieb prinċipali (tal-ħadid) huwa antik u tqil ħafna.", "Iċ-ċappetti tal-ħadid saddu u b'hekk qed jaqsmu l-ġebel.", "Għalhekk hemm bżonn li dawn iċ-ċappetti jinbidlu u b'hekk il-kanċell jiġi jinfetaħ kif suppost.", "Informat li hemm inventarju ta' l-oġġetti li hemm fil-mużew u li dan l- inventarju qiegħed jinżamm min-National War Museum Association.", "Tagħrif dwar oġġetti li nsterqu mill-Mużew tal-Gwerra u mill-istores tiegħu f'dawn l-aħħar snin qed tinġabar.", "Dwar għajnuna finanzjarja lill-Mużew tal-Gwerra, il-mużew jaqa' taħt ir- responsabbilta` tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li għandu l-allokazzjoni ta' fondi allokati fil-budget ta' kull sena.", "POSTIJIET STORIĊI - ĦLAS", "16078.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2000 ħallsu lira biex iżuru t-tempji ta' Ħal Tarxien u l-Mużew Arkeoloġiku tal-Belt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat illi l-persuni li żaru l-Mużew ta' l- Arkeoloġija (l-Belt) u t-Tempji ta' Ħal Tarxien minn Jannar sa Marzu 2000 huma kif ġejjin:", "2000 Muzew Arkeologiku Tempji ta' Hal Tarxien Jannar 1,720 1,184 Frar 1,800 2,654 Marzu 2,906 2,177", "POSTIJIET STORIĊI - BILJETTI AWTOMATIĊI", "16079.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar tat-tender għall- introduzzjoni tal-makni elettroniċi tal-biljetti awtomatiċi għad-dħul fil- mużewijiet u siti storiċi f'pajjiżna?", "Kemm intefgħu offerti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ipproċessar tat-tender għall- introduzzjoni tal-makni elettroniċi tal-biljetti awtomatiċi għad-dħul fil- mużewijiet u siti storiċi għadu mhux lest.", "B'kollox intefgħu tmien offerti."]} {"filename": "20020610_752d_par.doc", "date": "2002-06-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 752 It-Tnejn, 10 ta' Ġunju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 752", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "752", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 466", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 466", "TQEGĦID TA' KARTI 471", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI (L-EWWEL QARI) 472", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI (IT-TIENI QARI)", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 472", "AĠĠORNAMENT 496", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 501", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 751 li saret fil-5 ta' Ġunju, 2002 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li skond artiklu 10 ta' l-Att Nru VIII ta' l-1997, is-Sedja rċeviet kopja tar-rapport tat- tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji għall-perijodu ta' bejn it- 2 ta' Diċembru 2001 u l-31 ta' Mejju 2002.", "Dan ir-rapport qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "TURIŻMU - OVERTIME", "32339.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu matul is-sena li għaddiet minn impjegati tekniċi, eċċ., fid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Kemm minn dawn is- sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li l-għadd ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena li għaddiet minn impjegati tekniċi fid-dipartiment kien ta' 232 siegħa, liema sigħat tħallsu kollha.", "L-għadd ta' ħaddiema li ħadmu dan l-overtime kien erbgħa u dan sar fit- taqsima tal-beach cleaning.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ftit ta' żmien ilu l-Ministru ħareġ regolamenti jew guidelines ġodda għal host families.", "Jista' jgħidli jekk kellux xi feedback, ilmenti jew kummenti dwar dawn ir-regolamenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ fil-31 ta' Mejju ta' din is-sena u ovvjament qgħadna attenti ħafna biex fihom ma ndaħħlux dak li mhux kompatibbli mal-linja ta' xogħol tal-host families.", "Wara djalogu mar-residenti ta' Pembroke, Swieqi, San Ġiljan u ta' Tas- Sliema - l-erba' postijiet fejn l-aktar li hemm familji reġistrati biex jilqgħu studenti barranin - l-abbozz oriġinali tar-regolamenti li kien ġie miftiehem wara laqgħat bejn l-awtorita' tat-turiżmu, l-iskejjel ta' l- Ingliż, l-aġenziji u l-FELTOM ġie mibdul b'mod li ċerti piżijiet li kienu maħsubin li jidħlu a karigu tal-familji ma jidħlux.", "Nista` ngħid li oriġinarjament kien propost l-obbligu li kull membru tal- familja jforni ċertifikat tal-kondotta u anke li ssir pjanta tal-post sħiħ, li allura kien ikun ifisser li trid tagħmel ċerti spejjeż biex tqabbad perit jew draughtsman.", "Minflok daħħalna regola li tgħid li ċ-ċertifikat tal-kondotta huwa neċessarju biss għal dik il-persuna li titlob li jkollha liċenzja ta' host family, pero' din il-persuna issa qed tiġi mitluba li tiddikjara li l-ebda persuna oħra maġġorenni li toqgħod f'dik id-dar ma tkun instabet ħatja ta' xi delitt kontra l-bonordni jew ta' xi delitt in konnessjoni mad-droga.", "Forsi l-Onor. kollega tiftakar li dan is-suġġett kien qam f'din il-Kamra stess u kont jien li mpenjajt ruħi li nara li jidħol fir-regolamenti.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-provvista ta' pjanta tal-post - li kif għedt, kien ikun ifisser spiża mhux ħażin minħabba l-fees li trid tħallas biex tqabbad perit jew draughtsman – din inbidlet fi skizz li jista' jsir freehand u li jirrigwarda biss il-kmamar jew l-ambjent fejn jiġu allokati l- istudenti.", "Dan l-iskizz mhux sempliċement jiġi sottomess mill-familja u daqshekk imma jrid jiġi kkonfermat mill-iskola ta' l-Ingliż li magħha tkun irreġistrata dik il-familja.", "Daħħalna wkoll regolament fejn organizzajna ftit aħjar il-mod kif żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena għandhom jiġu ndukrati fil-familji Maltin.", "Ħassejna wkoll li l-pressjoni li kienet qed issir biex jinżel għal tlieta n-numru ta' studenti li host family tista' takkomoda fl-istess ħin jinżel għal tlieta ma kenitx ġustifikata u allura n-numru ħallejnieh kif kien, jiġifieri erbgħa.", "Ma jidhirlix li saru xi lmenti wara d-djalogi u l-kjarifiki li kien hemm, pero' il-bieraħ f'xi gazzetta qrajt dwar xi kummenti li għamel il-president tal-FELTOM, liema kummenti lili ma waslulix b'mod uffiċjali.", "F'wieħed minn dawn il-kummenti – dan lili laqatni b'mod partikolari - il-president tal- FELTOM qed jgħid li dawn ir-regolamenti kien imisshom ħarġu sitt xhur ilu.", "Nistagħġeb kif qed jgħid hekk meta sitt xhur ilu kien hu stess qed jinnegozja ma' l-MTA biex isiru dawn ir-regolamenti.", "Irrid ngħid ukoll li dawn ir-regolamenti damu ftit ma ħarġu għax kien hemm bżonn li ssir il-konsultazzjoni pubblika - naħseb li l-president tal-FELTOM jaqbel li dan kien żvilupp pożittiv - u fl-istess ħin wieħed irid jiftakar ukoll li ma' dawn ħarġu disa' regolamenti oħra li jirregolaw areas oħra ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Jekk l-Onor.", "Membru tixtieq aktar informazzjoni, nitlobha tagħmilli domanda bil-miktub u nkun aktar preċiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li filwaqt li x-xogħol li jagħmlu l-beach cleaners fuq il-bajjiet huwa siewi, min-naħa l-oħra jista' jservi wkoll ta' dannu.", "Qed ngħid hekk għax l-alka u ċ-ċagħaq jipproteġu milli r-ramel jinħasel 'il barra, speċjalment fix- xitwa.", "Per eżempju, ir-ramel li kien hemm fil-bajja ta' Marsalforn u fil- bajja tax-Xlendi ntilef minn mindu sar il-concrete ma' tarf il-blat.", "Allura x'qed isir bil-għan li filwaqt li nagħmlu affarijiet b'intenzjoni tajba, dak li nagħmlu ma jkollux effett negattiv fuq il-bajjiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli qajjem il-punt dwar il-beach cleaning, ngħidlu li għandu raġun dwar dak li qal.", "Ċertament nieħu pjaċir li f'din il-Kamra nista' nitkellem dwar dan is-suġġett għax mhux l-ewwel darba li jkollna lmenti, li hemm l-alka max-xtut, speċjalment f'Novembru u f'Diċembru.", "Il-verita` hi li din inħalluha hemm apposta għax kif qal l-Onor.", "Interpellant, l-alka mxarrba tipproteġi r-ramel fil-bajja.", "Allura li nagħmlu hu li nneħħu ftit alka mill-wiċċ u dan ix-xogħol nibdewh ftit qabel l-Għid.", "Ovvjament bħalissa dan ix-xogħol isir ta' kuljum għax m'hijiex qed tidħol ħafna alka, pero' meta tidħol inħalluha tinxef ukoll.", "L-Onor.", "Interpellant għandu raġun meta jgħid li rridu noqogħdu attenti meta nagħmlu xi kostruzzjoni max-xatt, speċjalment meta tkun se ssir xi triq jew isir xi moll għax bl-imbatt tal-mewġ ir-ramel joħroġ 'il barra.", "Fil-fatt il-ġimgħa li għaddiet kont ix-Xlendi u kelli l-okkażjoni nara xi ritratti ta' kif kienet il-bajja madwar 50 sena ilu.", "Huwa ferm evidenti li kien hemm stretch kbira ta' ramel qabel ma sar il-passaġġ quddiem dawk li darba kienu boathouses, fejn illum hemm żewġ lukandi u ħafna ristoranti.", "Naħseb li l-Onor.", "Borg jieħu pjaċir isir jaf li fil-proġett pilota li qegħdin nagħmlu biex nirrestawraw ir-ramla ta' San Ġorġ, fil-limiti ta' San Ġiljan – nista` nikkonferma li dan ix-xogħol issa ġie approvat mill- awtorita' ta' l-ippjanar - il-pjanti ġew magħmula b'mod li ma jerġax jiġri dak li kien ġara fl-imgħoddi meta nbniet it-triq li hemm quddiem il-Villa Rosa.", "L-idea hi li hemmhekk ikollna bajja li fiha joħroġ madwar 40 metru ta' ramel - proġett li se jkun inkorporat mal-parti ta' San Ġorġ u jgħaqqad ma' xi żviluppi oħra li se jsiru f'Paceville – u l-pjanti ġew imfasslin b'mod li jilqgħu minn deterjorazzjoni tal-qagħda tar-ramel, naturalment dejjem bil-parir ta' l-esperti.", "Aħna mhux talli ma rridux nitilfu l-ftit ramel li għandna imma pjuttost irridu nsaħħu l-bajjiet li għandna u nirristewrawhom għal dak li kienu qabel.", "Jekk dan il-proġett jirnexxi, wieħed ikun jista' jirrepeti l-istess metodi f'bajjiet oħrajn għax b'hekk biss nistgħu nsaħħu l-prodott tas-sajf ta' Malta u nistgħu nikkompetu ma' pajjiżi oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, mhux l-ewwel darba li tkun miexi ħdejn il-baħar jew ma' xi moll, bħal dak ta' ħdejn il-Gillieru f'San Pawl il-Baħar, u tara l-wiċċ tal-baħar miksi b'boroz tal-plastic u ħmieġ ieħor li nassumi jintrema' minn fuq id-dgħajjes.", "Dan min hu responsabbli li jara li l-affarijiet ma jibqgħux hekk?", "Din hija responsabbilta' tal-kunsill lokali tal-post?", "Hija responsabbilta' tan-nies li jnaddfu x-xtut?", "Hija responsabbilta' tal-ministeru għall-ambjent?", "Jista' l-Ministru jgħidli ta' min hi din ir-responsabbilta'?", "Għax niftakar li s-sena li għaddiet ukoll kont ippruvajt niġbed l-attenzjoni għall-istess problema u bqajt qatt ma ngħatajt tweġiba ċara ta' min hi r-responsabbilta' vera.", "Li naf żgur hu li mbagħad dan il-ħmieġ kien naddfu r-riħ, u naturalment m'għandniex ministru nkarigat mir-riħ!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Iva, kieku kont minflok l-Onor.", "Bartolo kont nagħmel l-istess domanda.", "Nista' nwieġeb in parti li l-beach cleaners huma fil-fatt general hands - colloquially ngħidulhom beach cleaners, għax il- parti l-kbira tax-xogħol tagħhom għandu x'jaqsam mat-tindif ta' l-ixtut - u ċertament it-tindif tal-baħar m'huwiex kompitu ta' dawn il-ħaddiema, l- aktar għax m'għandhomx l-equipment neċessarju biex inaddfu l-baħar.", "Nimmaġina li biex tnaddaf il-baħar irid ikollok xi xbieki jew xi mezz ieħor kif tiġbor il-boroż jew flixken tal-plastic u xi ħmieġ ieħor li jista' jidħol minn barra, speċjalment minn jottijiet, vapuri jew dgħajjes oħra.", "Safejn naf jien – mingħajr ma nipponta subgħajja lejn ħadd – m'hawnx ministeru li għandu l-kompitu li jnaddaf il-baħar.", "Fl-imgħoddi mhux l- ewwel darba li tlabna l-għajnuna ta' l-armata jew tad-dipartiment għall- protezzjoni ta' l-ambjent – għalkemm ma nafx speċifikament għandhomx dan il- kompitu - u din l-għajnuna tawhielna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Il-Ministru semma li qiegħed isir studju biex naraw kif nerġgħu nirrestawraw il-bajjiet bir-ramel fihom.", "Allura sar xi forma ta' studju biex naraw kif il-bajjiet tax-Xlendi u Marsalforn jistgħu jiġu rrestawrati?", "Naħseb li possibbilta' waħda hi li jinbena forma ta' ħajt bħal sikka fil-qiegħ, kif hemm fir-Ramla, biex iżżomm ir-ramel milli jinħasel totalment 'il barra.", "Għaliex m'għandux isir studju u nfittxu soluzzjonijiet ta' dan it-tip u soluzzjonijiet oħra biex naraw kif nistgħu nirrestawraw dawn il-bajjiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Le, ma sarx studju fuq dawn iż-żewġ bajjiet speċifiċi.", "Kif diġa' għedt, sar studju fuq il-bajja ta' San Ġorġ u dan sar bħala proġett pilota.", "Jekk ix-xogħol fil-bajja ta' San Ġorġ jirnexxi, m'għandux għaliex ma jirnexxix f'bajjiet oħra li jintgħażlu biex isir ir- restawr kif qegħdin ngħidu.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Interpellant, hemm diversi sistemi kif wieħed jista' jaħdem biex jagħmel renourishment ta' dawn l-ixtut ramlin.", "Diversi esperti mill-Olanda, mill-Italja, minn Franza u minn postijiet oħra ilhom jiġu mill- 1987 - jiġifieri qabel ma kont responsabbli jien - biex jagħtuna l-pariri tagħhom dwar dan il-qasam u dawn kollha ħarġu b'teoriji differenti.", "Fil- fatt kont smajt b'teorija bħal dik li semma' l-Onor.", "Borg, li jistgħu jsiru speċi ta' boroż mimlijin bir-ramel biex iservu bħala lqugħ biex ma jintilifx ir-ramel.", "Kien hemm min issuġġerixxa li jsir bini taħt il-baħar għall-istess skop.", "Kien hemm min issuġġerixxa li joħorġu arms min-naħħiet tal-bajja biex ibiddlu x-xejra tal-mewġ u allura r-ramel jinġema` b'mod naturali.", "U hemm ukoll is-sistema li beħsiebna nsegwu għall-bajja ta' San Ġorġ, Sur President.", "Il-ħsieb hu li nġibu ramel ta' l-istess tip u kwalita' li hemm fil-post illum – fil-fatt wieħed mill-proġetti li qed nagħmlu huwa li nsibu dan it- tip ta' ramel f'Malta stess jew anke barra minn Malta – u nżidu mar-ramel li hemm billi nippompjawh għal fuq il-bajja kif inhi.", "Bl-istess mod wieħed jagħmlu f'diversi livelli u b'diversi lqugħ, kif semma' l-Onor.", "Borg, biex jara jekk din is-sistema tirnexxix ħalli b'hekk ikollna xtut ramlin kif kienu darba qabel ma saru l-interventi tal-bniedem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qed jgħid li l-alka minn fuq ix-xtut tibda titnaddaf minn April.", "Allura x'inhi r-raġuni li Golden Bay, per eżempju, għadha mimlija alka?", "Kif jista' jkun li għandek gaffa waħda biex tnaddaf disa' bajjiet?", "Per eżempju, x'inhi r-raġuni li fil-weekend li għadda ħafna mix-xtut ma tnaddfux, fosthom l-Għadira, bil-konsegwenza li l- iskart u l-ħmieġ neħħa ħafna mill-pjaċir ta' dawk li jiffrekwentaw dawn il- bajjiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Biex inkun onest, ma nafx jekk f'dan il-weekend tnaddfux jew le l-bajjiet.", "Kulma naf anzi hu li s-soltu s-Sibt u l-Ħadd dawn il-bajjiet jitnaddfu darbtejn.", "Naf ukoll li fil-weekend li għadda f'dik il-parti ta' Malta ħabat ir-riħ, daħal il-mewġ u daħlet l-alka, li żgur ma tistax tgħidlu ħmieġ.", "Il-ħmieġ huwa dak li jħallu n-nies u dak li jtella' l-baħar li m'huwiex alka.", "Ċertament din l-alka m'ilhiex miġmugħa mix-xhur ta' April għax Golden Bay u l-bajjiet l-oħra li semma' l-Onor.", "Membru żgur li tnaddfu minn dak iż-żmien 'il hawn.", "Fil-fatt illum fil- gazzetta stajt nara l-intervista li saret lid-direttur tat-turiżmu, li after all semma' l-fatti li semmejt jien.", "Rigward il-gaffa li semma` l-Onor.", "Farrugia, dik m'hijiex tad-dipartiment iżda mikrija.", "Imma żgur ma tistax tgħid li dik hi l-unika gaffa għax is- sena li għaddiet u anke għal din is-sena ħareġ kuntratt għal żewġ inġenji oħra, waħda li se tintuża għall-parti t'isfel ta' Malta u l-oħra għall- parti ta' fuq ta' Malta.", "INTERN U AMBJENT - OVERTIME", "32340.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu matul is- sena li għaddiet minn impjegti tekniċi, eċċ fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta` sigħat li nħadmu matul is-sena li għaddiet minn impjegati tekniċi, eċċ f`kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu.", "|Uffiċċji |Impjeg|Sigħat|Sigħat| | |ati |Maħdum|Imħall| | | |a |sa | | Segretarjat| 7 |858 |858 | |Permanenti | | | | |Ċittadinanza|13 |2,304 |2,304 | |u | | | | |Expatriates | | | | |Sigurta' ta'|2 |28 |28 | |l-Ajruport | | | | |Reġistrazzjo|14 |1,493 |1,493 | |ni Ċivili | | | | |Reġistru |15 |170 |170 | |Pubbliku | | | | |Reġistru ta'|26 |4,214 |4,214 | |l-Artijiet | | | | |Awtorita' |224 |33,232|33,232| |ta' | | | | |l-Ippjanar | | | | |Protezzjoni |107 |36,940|36,477| |Ċivili | | | | |Servizzi |206 |69,034|69,034| |Korrettivi | | | | |Uffiċċju |25 |9,433 |9,433 | |Konġunt | | | | |Proprjeta' |57 |10,224|10,224| |tal-Gvern | | | | |Pulizija | 1,323|150,45|150,45| | | |4 |4 |", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jispjegalna għaliex 26 ħaddiem fir-reġistru ta' l-artijiet għamlu dak l- overtime kollu?", "Hemm xi raġuni partikolari għal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hawnhekk qed ngħidu li 26 ħaddiem għamlu 4,214 siegħa overtime fuq perjodu ta' 12-il xahar.", "Li naf żgurissimu – għax fil-verita' kien qalli xi ħaġa f'dan is-sens id-direttur ġenerali – hu li dawn il- ħaddiema għamlu ħafna overtime konness ma' ċerti reġistrazzjonijiet.", "Ċertu eżerċizzju sar għax aħna xtaqna li proprjeta' tal-gvern tiġi rreġistrata fuq l-informazzjoni li għandhom il-lands u l-joint office.", "Fil- fatt xi erba' snin ilu dan l-eżerċizzju sar fuq il-Belt u l-Furjana u issa se nagħmlu dan l-eżerċizzju fuq Malta kollha.", "Jiġifieri għalkemm il- proprjeta' kollha tal-gvern m'hijiex formalment reġistrata mar-reġistru ta' l-artijiet, għandna sistema komputerizzata ta' bejn wieħed u ieħor il- proprjeta' kollha tal-gvern, safejn nistgħu naċċertaw.", "Wieħed japprezza li dan ix-xogħol huwa importanti li jsir, anke biex jevita serq ta' proprjeta' tal-gvern.", "Għax ġieli jkun hemm proprjeta' tal-gvern li tiġi okkupata jew inkella jsiru żbalji anke fit-trasferimenti, u allura l-gvern ikun jista' jikkontrolla aħjar meta ssir reġistrazzjoni preċiża ta' artijiet u jara li mhux qed issir reġistrazzjoni fuq art tiegħu.", "Għalkemm hawnhekk m'għandix l-informazzjoni kollha, safejn naf jien din kienet ir-raġuni għala sar dan l-overtime kollu u niftakar ukoll li d- direttur ġenerali u d-direttur ta' l-artijiet kienu talbu l-awtorizzazzjoni tal-finanzi f'dan is-sens.", "TRANSPORT U KOMUNIKAZZJONI - OVERTIME", "32341.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu matul is-sena li għaddiet minn impjegati tekniċi, eċċ., fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li n-numru ta' sigħat li nħadmu matul is-sena li għaddiet minn impjegati tekniċi, eċċ. f'kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu huwa kif ġej:", "|Uffiċċju |Impje|Sigħa|Sigħat | | |gati |t |imħalls| | | |maħdu|a | | | |ma | | | | | | | |Avjazzjoni |16 |776.5|776.5 | |Ċivili | | | | |Liċenzji u |45 |6291 |6291 | |Testijiet | | | | |Toroq |32 |5200 |5200 | |Telegrafija |6 |178 |178 | |mingħajr | | | | |Fili | | | | |Servizzi |6 |463 |463 | |Korporattivi| | | |", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' persuni 'l fuq minn 40 sena li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33939; u", "Kopja tad-diskors li għamlet l-Onor Helen D'Amato matul il-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tfal li saret fi New York f'Mejju 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34020.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 135 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 ta' l- avjazzjoni ċivili dwar l-investigazzjoni ta' diżgrazzji u inċidenti ta' l-ajru;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 133 ta' l-2002 - kodiċi dwar l-użu tajjeb ta' l- ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir;", "Avviż Legali Nru 134 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 dwar l-Att dwar ix-Xandir (emenda tat-tielet skeda); u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' għalliema f'Bormla, il-Birgu, l-Isla u l- Kalkara li talbu transfer, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33933; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 136 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar ħanut ħieles minn dazju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' inċidenti tat-traffiku rrapportati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33840.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 137 ta' l-2002 – Ordni ta' l-2002 li jemenda l-ordni dwar id-delega ta' infurzar minn kunsilli lokali; u", "Avviż Legali Nru 138 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw l-iskeda ta' l-Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Tonio Borg.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2002 li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni, Kap 217\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "Ikompli mid-29 ta' Mejju 2002.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, bħala ministru li nirrappreżenta wieħed mill-iktar ministeri li qiegħed f'kuntatt dirett u kontinwu ma' diversi kunsilli lokali, ħassejt il-ħtieġa li nintervjeni wkoll f'din id-diskussjoni.", "Dan l-abbozz ta' liġi jemenda diversi provvedimenti dwar il-kunsilli lokali, preċiżament biex ikun hemm sistema ta' maniġġjar dejjem aħjar ta' l-istess kunsilli lokali.", "Irrid ngħid li l-gvern preżenti huwa kburi li kien hu li waqqaf il-kunsilli lokali u li ħa l-pass importanti biex ikun hawn dawn il-kunsilli lokali f'pajjiżna, biex jingħataw il-poteri meħtieġa, biex ikun hemm il-qafas leġislattiv, biex ikun hemm proċess dejjem jikber ta' devoluzzjoni ta' aktar poteri lejhom.", "U dan għamlu għaliex emmen fihom mill-ewwel ġurnata tat-twaqqif tagħhom.", "Meta aħna ġibna l-leġislazzjoni oriġinali għat-twaqqif tal-kunsilli lokali fil-Parlament, la għedna li Malta żgħira wisq biex ikollha daqstant kunsilli lokali, la għedna li fil-pajjiż m'humiex se jinstabu nies biżżejjed, la għedna li dawn se joħolqu ħafna firda fil-pajjiż u li allura aħjar wieħed jevita.", "U lanqas qatt ma ssuġġerejna li jkun aħjar li naggruppawhom b'mod reġjonali ħalli nnaqqsu mill-importanza tal-poter fil- livell lokali.", "Mhux talli m'għamilniex hekk talli l-prova fissret ukoll l- allokazzjoni kull sena ta' fondi addizzjonali lill-kunsilli lokali, mhux l- inqas minħabba d-doveri addizzjonali li dawn għandhom.", "Apparti dan kollu, il-gvern permezz ta' diversi ministeri qiegħed f'kuntatt kontinwu u dirett ma' l-istess kunsilli lokali biex jagħtihom kull għajnuna oħra li dawn jirrikjedu.", "U fil-każ tal-Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura rrid ngħid mill-ewwel li meta wieħed jagħmel il-kalkoli kollha tax-xogħlijiet li jsiru f'diversi partijiet tal-pajjiż, fosthom xogħol ta' tisbieħ f'żoni turistiċi li naturalment huma żoni ffrekwentati wkoll minn ħafna Maltin.", "Nistgħu nsemmu l-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' areas storiċi u importanti f'pajjiżna, proġetti ta' restawr ta' wirt storiku u artistiku li għandu l-pajjiż, u anke dak li nagħmlu b'mod dirett mal-kunsilli lokali.", "Fuq talbiet li jagħmlulna ngħinuhom direttament jew fuq proġetti jew billi nallokawlhom sa tliet ħaddiema biex jagħmlu doveri ma' dawk il-kunsill lokali, però l-pagi tagħhom jibqgħu joħorġu mingħand il- gvern permezz tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "L-infiq kollu relatat mal-kunsilli lokali mill-Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura waħdu jammonta għal aktar minn Lm2 miljun fis-sena.", "Meta qed ngħidu li, apparti l-allokazzjonijiet li l-gvern jagħti direttament lill-kunsilli lokali permezz tal-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali - li llum jammontaw għal madwar Lm10 miljun fis-sena - qed nitkellmu wkoll fuq Lm2 miljun oħra permezz ta' ministeru wieħed - għax hemm ħidma ta' ko- operazzjoni ma' ministeri oħrajn - dan ifisser li għandek allokazzjoni ta' Lm1 addizzjonali għal kull Lm5 li l-gvern qed jagħti lill-kunsilli lokali.", "Naturalment kollegi differenti jipprovaw jinterpretaw din il-ħidma b'mod differenti.", "Fl-intervent tiegħu f'dan il-Parlament l-Onor.", "Joseph Cuschieri pprova jagħti xi impressjoni li din il-ħidma mill-Ministeru għar- Riżorsi u l-Infrastruttura hija prattikament limitata fl-areas tad- distretti li jien nirrappreżenta f'dan il-Parlament.", "Mr Speaker, xejn m'hu aktar 'il bogħod mill-verità!", "U la saret din ir-rimarka llum irrid nagħti diversi eżempji tal-ħidma tal-ministeru mal-kunsilli lokali kollha li jitolbu l-għajnuna.", "Dawn jippreżentaw diversi proġetti fejn aħna nistgħu noffru l-parti tagħna b'mod li l-impatt ta' dik il-ħidma jinħass mal-pajjiż kollu u l-għajnuna li aħna noffru lill-kunsilli lokali tkun ispirata verament mill-prinċipju tat-twemmin tagħna fl-istess kunsilli lokali.", "Jekk wieħed iħares lejn kif il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jqassam l-allokazzjoni ta' Lm2 miljun lid-diversi kunsilli lokali, jara li fuq proġetti ta' rijabilitazzjoni jkun hemm viċin is-Lm600,000, f'xogħol li jsir permezz ta' l-uffiċċju ċentrali tad-distretti jkun hemm man-Lm0.5 miljun fis-sena, apparti l-pagi li aħna nħallsu lill-ħaddiema li jkunu mal- kunsilli lokali, fuq xogħol ta' embellishment f'żoni differenti tal-pajjiż illum nallokaw madwar Lm1 miljun fis-sena.", "Imbagħad nagħmlu xogħlijiet oħra bħal tindif f'diversi nħawi li normalment jaqbeż il-Lm100,000 fis- sena.", "Se nagħti ftit eżempji b'mod ġenerali u mbagħad nagħti eżempji speċifiċi u anke l-ammonti ta' flus minfuqa.", "Fost il-proġetti li twettqu nsibu proġetti ta' tisbieħ li, għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Cuschieri, ma twettqux biss f'Tas-Sliema u San Ġiljan, imma twettqu wkoll f'San Pawl il-Baħar u l- Qawra, twettqu u qed ikomplu jitwettqu f'Marsaxlokk, f'Birżebbuġa u f'Marsascala.", "Barra minn dawn hemm il-proġetti ta' restawr fil-Belt Valletta, f'Bormla, fl-Isla, fil-Birgu, fl-Imdina, f'Għar Lapsi, fis-Siġġiewi, f'San Lawrenz ġewwa Għawdex, f'areas minn Ħal Balzan, il-proġett ta' Joanne Gardens ta' Ħal Tarxien, l-Għajn tal-Ħasselin ta' l-Imsida, u proġetti ma' diversi partijiet ta' Malta kollha fuq storm water culverts fejn għamilna intervent ta' tindif f'diversi minnhom preċiżament biex l-area in kwestjoni tkun tista' tilqa' aħjar għall-ilma tax-xita.", "Hemm proġetti li huma on-going, li jsiru b'mod regolari ma' kunsilli lokali.", "Hemm proġetti oħrajn li nkunu ilna ngħidu li hemm il-ħtieġa tagħhom fil-pajjiż, però mbagħad inkunu aħna, bl-intervent li nagħmlu mal- kunsill lokali, ubl-impenn li nagħmlu f'diversi partijiet tal-pajjiż, li ngħidu li dak li ilu jissemma f'Malta hemm bżonn isir.", "Eżempju ċar f'dan ir-rigward huwa l-proġett tat-tneħħija tal-ħajt ħdejn il-Baċir Nru. 1 f'Bormla, fejn mhix biss tneħħa dak il-ħajt, imma sar railing dekorattiv u bankina dekorattiva fl-inħawi.", "Għalhekk dak li l-gvern preċedenti kien għal taparsi qed jagħmel għax waqqa' żewġ filati meta lanqas biss kien hemm il-permess mill-awtorità ta' l-ippjanar, issa sar b'mod reali u b'mod konkret ġewwa Bormla.", "U dan m'huwiex l-uniku proġett li wettaqna hemmhekk.", "Mr Speaker, biex nagħti eżempju ieħor ta' proġetti f'lokalitajiet li ilhom jitolbu għal proġetti speċifiċi, insemmi il-ġnien Alexander Ball f'Ħal Safi li kien ilu mitluq għal żmien twil u bilkemm kien għadu aċċessibbli għall- pubbliku.", "Il-kunsill lokali ġibdilna l-attenzjoni għar-rigward ta' xogħlijiet li kienu meħtieġa li jsiru hawnhekk, bħalma huma pavimentar ġdid, bankijiet, għajnuna fis-sistema ta' l-elettriku u xogħol ieħor li kien hemm bżonn.", "Fil-fatt dak il-ġnien sar u kien inawgurat aktar minn sena ilu u llum qed jitgawda mill-poplu ta' Ħal Safi.", "Naħseb li l-Onor.", "Membri jaqblu miegħi li dawn iż-żewġ eżempji, Bormla u Ħal Safi, m'humiex partijiet mid-distretti elettorali fejn jien nikkontesta.", "Insemmi wkoll iċ-ċentru rikreattiv Re Ġorġ V fil-Floriana li hija area ta' ġmiel inkredibbli.", "Meta mort hemmhekk l-ewwel darba ntbaħt li hemm potenzjal għax naturalment ma tistax ma tapprezzax il-veduta inkredibbli li hemm tal-Port il-Kbir kollu taħt dak il-ġnien.", "Dan il-post kien assolutament abbandunat.", "Il-kunsill lokali tal-Furjana spjegalna għaliex jeħtieġ li nagħtu attenzjoni partikolari għal dan il-proġett.", "U b'investiment fuq l-area taċ- ċentru rikreattiv Re Ġorġ V, li waħdu involva infiq ta' Lm150,000, minbarra s-salarji tal-ħaddiema li wettqu dak ix-xogħol, erġajna tajna lin-nies tal- Furjana, u sa ċertu punt anke lill-Beltin - għax tradizzjonalment kienu jinżlu minn Triq Ġlormu Cassar u jmorru lejn il-Furjana - post tassew rikreattiv u dinjituż.", "Dan il-post kien ippjanat mill-ġdid għax, apparti l- passaġġi li ġew pavimentati, inbnew żewġ gazeboes, inbena kjosk ġdida, tqiegħed tagħmir ġdid tal-logħob, żdiedet għamara ġdida tal-ġonna, żdiedu dwal dekorattivi ġodda, saru public toilets ġodda b'faċilitajiet għall- persuni bi bżonnijiet speċjali, sar xogħol ta' restawr, xogħol ta' żebgħa u xogħol ta' tindif.", "Apparti dan kollu fil-Furjana - dejjem qed nitkellem fuq iċ-ċentru rikreattiv Re Ġorġ V - inbnew faċilitajiet sportivi ġodda, fosthom tennis court u football pitch five-a-side biex hekk il-post ġie upgraded b'mod totali.", "Naturalment jekk nibqa' fuq il-Furjana u mmur lil hinn mill- proġett taċ-ċentru rikreattiv Re Ġorġ V, ma nistax ma nsemmix ukoll kif ħdimna fuq sistema ta' irrigazzjoni fil-ġonna tal-Mall, kif ħdimna biex nirrestawraw il-monument ta' Vilhena, biex isir pavimentar ta' Pjazza Tonna, biex sar xogħol ta' restawr f'Robert Sammut Hall.", "Sar ukoll xogħol li jiswa eluf kbar ta' liri fuq l-ospizji li kienu abbandunati u li aħna qed nagħtuhom ħajja ġdida billi nintegrawhom ma' proġetti tat-taqsima tax-xogħlijiet fi ħdan il-ministeru.", "Sar ukoll xogħol ta' restawr fuq il-faċċata u fuq ġewwa tal-Knisja ta' Sarria, apparti l- impenn tagħna lejn ir-restawr ta' dak li bla ebda dubju m'huwiex biss monument tal-Furjana imma ta' Malta kollha, li f'xi ħin jew ieħor ngħaddu minnu jew minn maġenbu kuljum.", "Qed nirriferi għall-Bieb il-Bombi fejn għamilna d-disinji meħtieġa biex il-gvern jagħmel dak il-proġett.", "Meta nżur postijiet bħall-Furjana u niltaqa' mas-Sindku t'hemmhekk jew ta' Ħal Safi, Bormla u postijiet oħra li se nsemmi, insib il-ko-operazzjoni u l- kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali.", "U rrid ngħid li b'mod ġenerali nsib il-ko-operazzjoni u l-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali irrispettivament minn jekk il-maġġoranza f'dawk il-kunsilli lokali tkunx maġġoranza Nazzjonalista jew Laburista.", "Sakemm iħalluhom!", "Għax huwa evidenti li min- naħa tal-Partit Laburista issa bdejna sistema ta' pressjoni kbira fuq kunsilli lokali fejn għandhom maġġoranza biex dawn ma jikkoperawx mal- gvern.", "Imma safejn iħalluhom aħna naħdmu magħhom u jien mhux biss insib il- kollaborazzjoni tagħhom, iżda b'mod ġenerali nħoss l-apprezzament tagħhom tax-xogħol li nkunu qed inwettqu fid-diversi lokalitajiet.", "Iktar kmieni semmejt il-konċett li f'numru kbir ta' kunsilli lokali nallokaw numru ta' ħaddiema li l-pagi tagħhom jibqgħu fuq il-gvern, jiġifieri f'dan il-każ jibqgħu bħala parti mill-ispiża tal-Ministeru għar- Riżorsi u l-Infrastruttura.", "Li għamilna differenti mill-gvern preċedenti huwa li għamilna regola b'mod ġenerali li n-numru ta' ħaddiema m'għandux jaqbeż allokazzjoni ta' tliet ħaddiema ma' kull kunsill lokali.", "Però għedna wkoll li l-kunsill lokali jista' hu stess jissuġġerixxi ismijiet ta' ħaddiema lill-ministeru li huma jkunu jafuhom għax ikunu mil-lokalità stess jew li jħossuhom iktar komdi li jaħdmu magħhom, li huma għandhom fiduċja fihom, ħalli n-nies li jmorru jkunu verament nies li jistgħu jagħtuhom ix- xogħol mitlub minnhom u li jgħinuhom fil-ħidma tagħhom bħala kunsilli lokali.", "Din hija differenza sostanzjali minn dak li kien isir mill-gvern preċedenti Laburista bejn l-1996 u l-1998.", "U tajjeb li nagħmel din il-parentesi biex infakkarha għax l-iktar nies li jipprovaw inessuna li kienu fil-gvern huma, huwa l-partit Laburista.", "Dak iż-żmien kienu jibagħtulhom numru ta' ħaddiema, ġieli anke akbar, però l-għażla kienet issir dejjem mill-gvern, allura kienu jibagħtulhom l-iktar nies diffiċli, li mal-kunsill lokali jispiċċaw ma jaħdmux xorta.", "U għaliex kienu jagħmlu hekk?", "Għax dak iż- żmien il-mentalità kienet li l-kunsill lokali tqisu bħala l-manager, tibgħatlu n-nies li inti m'għandekx bżonnhom mad-dipartimenti kollha tal- gvern u tgħidilhom jeħduhom u jaraw x'jagħmlu bihom huma għax xogħol il- kunsilli huwa ta' managers.", "Il-feedback li għandi mill-kunsilli lokali huwa li jippreferu s-sistema tal- gvern preżenti fejn huma stess jissuġġerixxu n-nies li għandhom bżonn.", "Veru għandhom limitazzjoni ta' tlieta kull lokalità, però ma' dawk in-nies ikunu jistgħu jagħmlu l-pjani ta' ħidma kollha li jkun hemm bżonn issir fil- lokalitajiet.", "Mr Speaker, meta nħares lejn it-totalità ta' ħaddiema li ġew assenjati b'dan il-mod insib li aħna assenjajna 94 ħaddiem li l-pagi tagħhom biss - jiġifieri hawnhekk qed immorru lil hinn mill-ispejjeż l-oħra ta' xogħlijiet li nagħmlu għall-kunsilli lokali - skond il-kalkolu bbażat fuq il-pagi ta' din is-sena, jammontaw għal Lm436,000.", "Naħseb li dan huwa importanti għax li kieku l-kunsilli lokali kellhom joħorġu l-pagi ta' dawn il-ħaddiema mill- vot allokat lilhom, ifisser li jkollhom inaqqsu dan l-ammont ta' flus kollu minn dak li jistgħu jonfqu fuq affarijiet oħra.", "Mr Speaker, dawn in-nies huma allokati biex jagħmlu xogħol li l-kunsill lokali stess jiddetermina għalihom minn ġurnata għall-oħra, inkluż xogħol ta' manutenzjoni u xogħol immedjat li jkun hemm bżonn.", "Per eżempju, trid issewwi malajr bankina li tkun ixxellfet, jew xi xogħol ieħor fejn trid l- intervent immedjat.", "Għalhekk trid nies ta' sengħa miegħek il-ħin kollu.", "Il-parti l-kbira minnhom dawn huma labourers, skilled labourers u wħud minnhom huma anke fi gradi ogħla b'taħriġ partikolari li qed jagħmlu x- xogħol dettaljat lilhom minn ġurnata għall-oħra mill-istess kunsill lokali.", "Iżda, apparti dawn kollha, fil-parti l-kbira tagħhom l-kunsilli lokali kellhom laqgħat miegħi direttament fejn indikaw xi proġett ta' importanza partikolari għalihom.", "Per eżempju l-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr, li għandu dak iz-zuntier tal-knisja uniku għad-daqs tiegħu u għall-pożizzjoni ċentrali fir-raħal, qalilna li hemmhekk jixtieq sistema ta' pavimentar ġdid u xogħol tal-ġebel ġdid mad-dawra taz-zuntier.", "Allura aħna niftiehmu li l- provvista tal-materjal meħtieġ għall-proġett li aħna nkunu qbilna fuqu ssir mill-allokazzjoni tal-fondi li l-gvern jagħti lill-kunsill lokali, però aħna nibagħtu l-ħaddiema kollha meħtieġa biex isir dak il-proġett.", "Naturalment sakemm ikollna riżorsi minn fejn nallokaw għax illum tant għandna talbiet minn dawn li issa beda jsir diffiċli li nallokaw iżjed ħaddiema.", "Dan jista' jkun xogħol ta' pavimentar taz-zuntier jew ta' pjazza partikolari, xogħol fuq toroq, xogħol fuq sensila ta' bankini jew xogħol fuq ġonna pubbliċi.", "Għax ħafna drabi kull kunsill lokali - u dan huwa parti mill-mertu tagħhom - jidentifika areas pubbliċi, li qabel wieħed ma jkunx ħaseb dwarhom, fejn jista' jinħoloq pulmun aħjar għar-raħal tagħhom.", "Naturalment dak jinvolvi disinn li nipprovduh aħna, spiża oħra li l- kunsilli jistgħu jiffrankaw għax dak huwa xogħol tekniku għali ħafna.", "Ġieli jiġu b'disinn huma stess u niddiskutu mal-periti tagħna kif nameljoraw il-proposti tagħhom.", "Apparti l-proċess tad-disinjar u l-proċess ta' l-ippjanar, imbagħad niftiehmu li aħna nipprovdu l-ħaddiema u huma jipprovdu l-materjal.", "Naturalment dawn il-ħaddiema li nallokaw b'dan il-mod, billi jkunu speċifiċi għall-proġetti li nkunu qbilna dwarhom, ma jkunux fl-allokazzjoni ta' tliet ħaddiema lill-kunsill għax dawk huma meqjusa bħala nies li jagħmlu l-manutenzjoni li tkun meħtieġa f'partijiet oħra tal-lokal minn ġurnata għall-oħra.", "Mela meta nsemmi dawk it-tliet ħaddiema ma nkunx qed ninkludi dawn li jammontaw għal mijiet ta' ħaddiema oħra li aħna nallokaw għal xogħlijiet speċifiċi.", "Mr Speaker, qabel ma nagħti eżempji ta' xogħlijiet li saru direttament mal- kunsilli lokali, nixtieq nirriferi għall-allokazzjoni li saret fis-sena 2000 fuq proġetti ta' tisbieħ f'żoni turistiċi.", "Ma rridux naħsbu li għax il-gvern għadu kif inawgura x-xogħlijiet ta' tisbieħ li saru fuq il- promenade ta' Tas-Sliema jew għax nitkellmu fuq ix-xogħlijiet ta' tisbieħ li għaddejjin fuq il-promenade ta' San Ġiljan, qisna qed nagħmlu dawn biss!", "Fis-sena 2000 il-gvern preżenti alloka s-somma ta' Lm210,000 fuq l-area ta' Buġibba u l-Qawra, peress li kien għad hemm xogħol addizzjonali xi jsir fuq il-proġett ta' Buġibba li kien sar mill-gvern preċedenti.", "Jekk inħarsu lejn Marsascala nsibu li fl-istess sena nfaqna Lm184,000, f'Birżebbuġa nfaqna Lm113,000, u f'Marsaxlokk infaqna Lm100,000.", "Jekk immur għas-sena ta' qabel, l-1999, insib li l-allokazzjoni fuq Buġibba u l- Qawra kienet kważi Lm390,000, fuq Marsascala kienet Lm370,000, fuq Birżebbuġa kienet Lm245,000 u fuq Marsaxlokk kienet Lm115,000.", "Dawn huma l- allokazzjonijiet fuq il-proġetti l-kbar.", "Kif għedt qabel, hemm dawk li jkunu ordnati speċifikament mill-kunsill lokali.", "Però anke qabel niġi għal dawk u anke wara dawk taż-żoni turistiċi, irrid infakkar li aħna għaddejjin bi proġetti ta' restawr fuq dak li huwa wirt storiku u kulturali f'kull rokna ta' pajjiżna.", "U anke hawn se nagħti ftit eżempji ta' proġetti li swew ammonti ta' flus konsiderevoli.", "Mil-lat tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kellna t-talba biex nagħmlu xogħlijiet fuq is-Salinos Ground, anke bħala konċett ta' rijabilitazzjoni għax li inti tagħti faċilitajiet sportivi f'ċerti nħawi hija parti mir- rijabilitazzjoni tal-lokalità, mhux l-inqas f'dan il-każ, fejn għandek ground li huwa biswit is-swar tal-Belt.", "U fuq hemmhekk biss infaqna Lm40,000.", "Xogħol ta' restawr ieħor li għamilna f'Marsascala kien il-proġett tar- restawr tat-Torri ta' San Tumas fejn infaqna Lm40,000 oħra.", "Fil-limiti tal- Qrendi, fit-Torri tal-Ħamrija nfaqna Lm23,000.", "Fuq restawr ta' akwedotti nfaqna Lm32,000.", "Fuq il-monument ta' Sir Alexander Ball il-Belt - mhux il- ġnien ta' Sir Alexander Ball ta' Ħal Safi - infaqna Lm27,000.", "Fuq ir- rikostruzzjoni ta' partijiet mill-ospizju fil-Furjana nfaqna Lm65,000.", "Fuq ir-restawr tal-faċċata u s-saqaf tal-Knisja ta' Santa Caterina d'Italia, ġol-Belt Valletta, biss infaqna Lm242,000.", "Fuq fażi oħra ta' xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' San Tumas infaqna Lm40,000 oħra, jiġifieri total ta' Lm80,000.", "Mr Speaker, infaqna Lm75,000 oħra fuq xogħol biex ikollna surveying tas- sistema ta' foritifikazzjonijiet fl-Imdina.", "F'xogħlijiet ta' restawr fuq il-Polverista Gate ġewwa Bormla nfaqna Lm80,000.", "F'xogħlijiet ta' restawr fuq il-Knisja ta' San Pawl ġewwa Bormla nfaqna Lm42,000.", "F'xogħlijiet ta' restawr fuq il-Mina ta' Santa Liena ġewwa Bormla nfaqna Lm55,000.", "F'xogħlijiet ta' restawr fuq il-Pjazza Santa Margerita nfaqna Lm81,000.", "U qed insemmi lil Bormla daqshekk għax ippermettili ngħid, Mr Speaker, li huwa ta' unur għalija li ħdimt ma' diversi sindki ġewwa Bormla, b'mod partikolari mas-sindku preżenti li ma nafx għadux hemm sal-lejla.", "Għax il- partit Laburista jaħdem bil-metodi tiegħu meta jsib lil xi ħadd li mingħalih irid jużah bħala eżempju ta' dixxiplina, u naturalment issa ddeċidew li jorganizzaw mod kif jeliminaw min-nofs lis-Sindku Pawlu Muscat.", "Sal-bieraħ, almenu, dan ħdimt miegħu ...", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit għax hawn talba għal point of order.", "L- Onor. George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru, li għaddej b'maratona jgħid x'għamel ħaddieħor - mhux x'għamel hu għax hu m'għamel xejn - nitolbu jissostanzja dan li qed jgħid, li l-partit Laburista qed jagħmel pressjoni biex iwarrab lil Pawlu Muscat.", "Issostanzjaha u irtiraha, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Le, le, ma nirtira assolutament xejn għax huwa fatt magħruf li saret pressjoni fuq il-kunsilliera Laburisti ġewwa Bormla biex ineħħu lil Pawlu Muscat minn sindku.", "Pero' dawk huma problemi tagħhom imma jien ma nistax nifhem kif iqum l-Onor.", "Vella u jgħid li x-xogħol kollu li qed isir mill-gvern preżenti għamluh huma.", "La qed insemmu s-sindki Laburisti ̧ l-Onor.", "Vella jmissu jaf ukoll bil-pressjoni li għamel il-partit Laburista fuq is-Sur Joe Farrugia, li huwa sindku ieħor Laburista u s-sindku ta' Birżebbuġa ̧ li ried imur fuq it-team ta' Where's Everybody biex isir programm in konnessjoni mal-proġett \"Skart\" ħalli l- problemi tal-lokalità tiegħu jkunu trattati hemmhekk.", "Naturalment meta lili jistednuni biex immur inwieġeb fuq programm bħal dak naċċetta u nilqa' l-isfida kollha imma għax il-partit Laburista jħossu komdu li jagħmel bojkott kontra programmi li fihom ikun irid iwieġeb għal ċerti mistoqsijiet, jagħmel pressjoni wkoll fuq l-istess sindku li kien talab hu stess biex isir programm bħal dak u jgħidlu biex ma jmurx bil-konsegwenza li jwaqqgħu għaċ-ċajt mal-poplu kollu ta' Birżebbuġa.", "Għall-partit Laburista mhux il-kunsilli lokali huma mportanti imma l-politika partiġġjana li jeżerċita kuljum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker ̧ jien nixtieq nagħmel kumment għax dawn huma nies li huma mdorrijin ilabalbu u jxewxu lin-nies.", "Il-fatti huma li d- deċiżjoni mill-Eżekuttiv tal-partit Laburista li jkun hemm bojkott tal- programm \"Xarabank\" u Where's Everybody ilha li ttieħdet ħafna.", "Issa x'għamel is-sindku ta' Birżebbuġa hija storja oħra pero' ħadd m'għamel pressjoni fuqu biex ma jmurx fuq il-programm \"Xarabank\".", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, tan-naħa l-oħra għamlu pressjoni kbira fuq is-sindku ta' Birżebbuġa biex ma jmurx fuq il-programm.", "Jekk l-Onor.", "Vella jiċħad fatti bħal dawn allura l-kredibilità ta' l- oppożizzjoni nqisha fil-livell li nqisha u nkompli nqisha f'livelli anqas.", "Pero' jien se nkompli ngħid il-fatti u naturalment hawn min ma jeħux pjaċir jismagħhom dawn.", "Jien nixtieq nagħti aktar eżempji dwar il-ħidma li qed nagħmlu mal-kunsilli lokali ta' Malta kollha.", "(Interruzzjonijiet) Dan kollu għamilnieh bħala gvern u nixtieq nirringrazzja lill-periti, lit-tekniċi u lill-ħaddiema kollha tagħna b'impenn favur il-kunsilli lokali.", "Aħna kburin li bħala gvern għamilna dan ix-xogħol kollu u jekk l-Onor.", "Vella jinkwieta jisma' l- verità dik hija problema tiegħu u mhux tiegħi.", "Mr Speaker ̧ nista' ngħid li aħna pprovdejna materjal jew ħaddiema jew it- tnejn flimkien biex nagħmlu proġetti partikolari.", "Per eżempju, f'Ħ'Attard għamilna xogħol ta' tisbiħ fl-area tal-housing estate.", "F'Ħal Balzan għamilna xogħolijiet fl-area ta' Triq Birbal u fl-area tal-Pjazza Annunzjata u l-pjazza tal-parroċċa.", "Diġà għamilt riferenza għax- xogħolijiet ta' tisbiħ f'Birżebbuġa b'mod ġenerali imma kellna wkoll xogħolijiet speċifiċi fuq in-naħa tal-Bajja s-Sabiħa.", "Fl-area tal-Furjana għamilna xogħlijiet ta' tindif fuq Spencer Hill.", "Fil-Għargħur għamilna xogħlijiet biex ħloqna mill-ġdid Ġnien il-Paċi ̧ area ta' rikreazzjoni mill- isbaħ.", "Fil-Gżira għamilna xogħlijiet fl-area tal-promenade.", "Fil-Kalkara għamilna xogħlijiet fl-area tal-Bajja tar-Rinella u x-xogħlijiet li għamel il-gvern swewlu madwar Lm20,000.", "Għamilna xogħlijiet varji fl-area ta' Ħal Kirkop li waħedhom swew Lm45 ̧000.", "Saru wkoll xogħlijiet fl-inħawi ta' Marsascala.", "In-naħa ta' Marsaxlokk kellna l-proġett ta' tisbiħ li aktar qabel tkellimna dwaru fid-dettall.", "Għamilna ħidma fl-area ta' Ħal Qormi.", "Xogħlijiet oħra li għamilna f'postijiet oħra jinkludu xogħol fuq il-ġebel fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Per eżempju ̧ f'Ħaż-Żebbuġ għamilna xogħlijiet fl- area ta' Ħal Mula ̧ fi Triq il-Ġdida fi Triq l-Imdina, fi Triq Srina, fi Triq Tal-Ħlas u fl-area ta' San Blas complex fejn mhux biss ħdimna mal- kunsill lokali imma ħdima wkoll biex ngħinu lill-Caritas.", "Għamilna xogħlijiet ukoll fi Triq il-Buskett.", "L-istess għamilna fit-toroq prinċipali ta' dak li nsejħulu Distrett 5 ̧ fosthom Triq il-Qolla ̧ Triq il- Wied u t-tennis court ta' San Blas.", "Nista' ngħid li fuq Wied Qirda għamilna spejjeż kbar.", "Ħdima wkoll fl-area ta' Triq Mikielang Sapiano, kantuniera ma' Triq Srina, Triq il-Falkunier ̧ Triq il-Mitħna, fl-areas Tal-Bebbux u Tal-Bronja, Triq San Luqa u Triq Ġiswalda Calleja.", "Dawn huma eżempji varji ta' żoni li fihom saru ħafna xogħlijiet.", "Lill-Onor.", "Cuschieri nagħmillu appell biex jekk jaħseb li dawn l-areas kollha huma fid-distrett tagħna għandu joqgħod attent għax hu joħroġ f'dan id-distrett ukoll.", "Fil-każ nagħtih din il-lista kollha għax naf li bħalissa għaddej bil-home visits.", "Nixtieq insemmi wkoll il-proġett ta' l-Imdina li se jkun storiku f'dan il- pajjiż.", "L-Imdina – lanqas din mhi parti mill-Għaxar Distrett – hija belt medjevali, storika u l-eqdem belt tal-pajjiż u qed ngħidu li se nonfqu kulma hemm bżonn biex inneħħu kull wire li hemm fiha.", "Fil-fatt dawk il- wires issa se nqegħduhom taħt l-art.", "Nafu li l-Imdina hija belt fejn hemm diversi saffi ta' storja.", "Dan ifisser li meta toħloq it-trinek biex tqiegħed il-wires fihom awtomatikament se tiltaqa' ma' saffi ta' storja preċedenti għall-era medjevali.", "Għalhekk żammejna team ta' nies li jifhmu fl-arkeoloġija biex jassistuna waqt dan il-proġett bil-konsegwenza li llum fl-Imdina skoprejna fdalijiet Rumani li ma konniex skoprejna qabel.", "Fl- Imdina skoprejna wkoll fdalijiet ta' ħitan oriġinali li kienu jdawru din il- belt u parti minnu li qiegħed faċċata tal-katidral ta' l-Imdina, eżattament fi Pjazza San Pawl ̧ se nħalluh mikxuf għal tapposta biex min jitla' hemmhekk fil-futur ikun jista' jarah.", "Hemmhekk hemm ukoll fdalijiet ta' qabel ir-Rumani u fdalijiet Puniċi.", "Fil- fatt bil-fdalijiet Rumani li sibna fl-Imdina se noħolqu mużew dwar l- istorja ta' l-Imdina f'din il-belt stess.", "Se nagħmlu wkoll pavimentar ġdid ̧ kemm fil-qalba kif ukoll f'kull parti ta' l-Imdina fejn se nużaw materjal għal tapposta li jaqbel ma' l-ambjent medjevali tal-post.", "Mr Speaker ̧ fl-Imqabba għamilna xogħol f'Valletta Road u f'Kirkop Road flimkien mal-kunsilli lokali.", "Dawn huma eżempji ta' ħidma kontinwa ta' kull kunsill lokali li jrid jaħdem mal-gvern.", "Issa jekk se jkun hemm kunsilli lokali li ssir pressjoni politika fuqhom biex għal xi raġuni jew oħra ma jikkollaborawx mal-gvern preżenti hija kwestjoni oħra pero' l- esperjenza tiegħi hija li rrid naħdem bl-aktar mod miftuħ ̧ apert u ta' kooperazzjoni totali mal-kunsilli lokali kollha.", "Hawnhekk nixtieq nagħti eżempji ta' xogħlijiet li għamilna fiż-Żejtun eżattament fl-area għall-Eden Foundation, fl-area ta' Sqaq San Gejtanu ̧ f'Ramla Road u f'postijiet oħrajn.", "Il-kunsill lokali kellu diversi laqgħat miegħi u fil-fatt qbilna fuq proġetti li nwettqu flimkien.", "Meta nduru dawn iż-żoni kollha, il-messaġġ li joħroġ bl-aktar mod konsistenti huwa li l-kunsilli lokali mhumiex qegħdin hemmhekk għalina biex nipprovaw nieħdu l-iżvantaġġi politiċi minnhom.", "Min jipprova jħares lejn il-kunsilli lokali b'dan il-mod ikun il-partit li jittratta bil-mod li ttratta l-partit Laburista lis-sindku ta' Birżebbuġa, ikun il-partit li jittratta diversi kunsilliera b'mod li jagħtihom ordnijiet speċifiċi fuq kif għandhom iġibu ruħhom fuq diversi aspetti tal-pajjiż u jkun ukoll il-partit politiku li jwassalna għal ereżiji demokratiċi fil-pajjiż bħalma kellna l-ereżija demokratika ġewwa l-Fgura fejn is-sindku Laburista talab għall-pulizija biex joħorġu kunsillier Nazzjonalist 'il barra għax ma qabilx miegħu.", "Meta tħares lejn il-kunsilli lokali bħala strument biex tieħu vantaġġ politiku minnhom u meta tħares lejn il-kunsilliera tiegħek qishom xi pupi f'idejk li toqgħod tmexxihom u ċċaqlaqhom għall-konvenjenza politika tiegħek allura forsi tkun qed tirraġuna b'mod li tibda taħseb li forsi l- gvern qed jikkonċentra fuq ċerti nħawi biss għax ma jkollokx ġo fik dik il-fiduċja, dak it-twemmin u dak is-sens ta' rispett totali għal din il- forma ta' gvern lokali li ħloqna għax nemmnu tassew fiha ̧ minkejja l- kritika totali li kellna min-naħa l-oħra tal-Kamra li ma reditx li dawn jitwaqqfu f'pajjiżna.", "Tant hu hekk li sa sentejn ilu l-partit Laburista ma kienx joħroġ il- kandidati tiegħu għall-kunsilli lokali.", "Dak iż-żmien kien jipparteċipa billi juża kandidati taparsi indipendenti u allura issa qed iħares lejn il- kunsilli lokali bħala strument biex jipprova jiggwadanja minnhom.", "Kulħadd jipprova jiġġudika l-aġir ta' ħaddieħor bil-mentalità tiegħu u forsi dan hu li wassal lill-oppożizzjoni biex tikkonkludi li aħna bħala gvern għandna xi interess li ngħinu lil xi nħawi biss.", "Mr Speaker, il-bibien tal-ministeru kienu ̧ għadhom u jibqgħu bl-aktar mod miftuħa għal kulmin irid jaħdem bis-serjetà magħna, għal kull min irid jidentifika proġetti li nistgħu nagħmlu flimkien ̧ għal kulmin irid jiġi għand il-gvern mingħajr xi għamad ta' politika partiġġjana u għal min jemmen bis-serjetà li meta tagħmel ġid fil-lokalità tiegħek tkun qed tagħmel ġid lil pajjiżek ukoll.", "Għalhekk l-interess ta' min irid jaħdem bis-serjetà fil-kunsilli lokali biex lil pajjiż immexxuh kif hemm bżonn huwa interess wieħed u interess favur Malta tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, qed nitkellmu fuq liġi li għandha implikazzjonijiet finanzjarji u qabel ma niġi għad-diversi aspetti pożittivi li fiha, jekk jippermettili l-ministru nixtieq nagħmel preambolu żgħir.", "Inħoss li huwa ironiku li dan l-abbozz ta' liġi dwar il-kontroll aħjar tal-finanzi tal-kunsilli lokali qed jersaq fi żmien meta hemm bżonn ta' kontroll u dixxiplina finanzjarja anke fuq livell ta' gvern ċentrali.", "Per eżempju ̧ jien ma nafx kif nistgħu nitkellmu fuq kontroll finanzjarju u drittijiet tal-konsumatur meta l-awtoritajiet tal-pajjiż m'huma qed jagħmlu xejn biex joffru gwida u jedukaw lill-konsumaturi Maltin biex jaħsbuha darbtejn qabel jinvestu flushom f'ċerti bonds lokali, li wħud minnhom 'il quddiem jistgħu ma jkunu jsarrfu xejn.", "Billi l-awtoritajiet tal-pajjiż inewħu privatament dwar dawn l-affarijiet naħseb li mhuwiex biżżejjed.", "Il-konsumatur għandu bżonn jiġi nformat ̧ edukat u ggwidat dwar ir-riskji li għada pitgħada ċerti bonds jistgħu ma jkunu jsarrfu xejn aktar minn junk bonds normali.", "Gvern Laburista jagħmilha prijorità tiegħu li jeduka liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin dwar dawn l-affarijiet ħalli ħadd ma jaħraq idejh sforz in-nuqqas ta' edukazzjoni u tagħrif min-naħa ta' l-awtoritajiet finanzjarji.", "Biżżejjed kien hemm min ingidem dwar investimenti f'bonds ta' l-Arġentina iżda daqstant ieħor huwa mportanti li niftħu għajnejn iċ-ċittadin Malti anke dwar ċerti nases li jistgħu jkunu qed jitpoġġew quddiemhom minn kumpanniji lokali li jkunu falluti.", "Jien ngħid – dan mhux qed ngħidu b'sens ta' partiġġjaniżmu għax stajna konna aħna fil-gvern – li l-passività f'dan ir- rigward mhi xejn ħlief negliġenza kriminali.", "Issa ħalli niġi għall-argument prinċipali li nixtieq nagħmel.", "Din il-liġi qed tersaq ukoll fi żmien meta l-finanzi pubbliċi tant jinsabu f'qagħda kritika li meta nqisu x'qed jiġri bħalissa fil-qasam tal-parastatali nintebħu li l-pajjiż ninsab litteralment fuq bomba tal-ħin.", "Qed ngħixu fi żmenijiet meta ras għal ras id-dejn nazzjonali huwa ogħla milli huwa fl- Arġentina ̧ għalkemm biex inkun fair u ma nallarma lil ħadd, id-dejn tagħna huwa primarjament dejn domestiku u ta' l-Arġentini huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu dejn ta' natura barranija.", "Mr Speaker, għandna dejn li kiber b'aktar minn 12-il darba milli kien meta l-gvern Laburista niżel mill-poter fl-1987.", "Għandna public debt servicing – jiġifieri l-piż ta' l-imgħax fuq id-dejn – li huwa saħansitra ogħla minn dak li huwa maħsub li pajjiżna jdaħħal mill-aħħar żewġ privatizzazzjonijiet li tħabbru din is-sena.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Maltapost u għall- MIA.", "Dwar il-qasam tal-parastatali rrid ngħid li mhux biss huwa inkwetanti li għandna Lm417 miljun f'government guaranteed debts minn fuq il- korporazzjonijiet tal-gvern u minn intrapriżi pubbliċi iżda qed jaslulna ħafna rapport Ii billi l-gvern m'għandux flus aktar likwidi x'igħaddi lill- korporazzjonijiet minħabba li din is-sena rabat lilu nnifsu li ma joħroġx stocks ġodda ħlief dawk li qed jiġu mġedda u rolled over ̧ għandna ħafna korporazzjonijiet li qed jaqgħu fuq bank kummerċjali partikolari fejn il- gvern għad għandu interess li dawn jiffinanzjaw il-ħteġijiet kapitali u rikorrenti tagħhom.", "Saħansitra wasalna fl-assurdità li l-privatisation tal- Freeport - skond tweġiba li tani l-Ministru tal-Finanzi - qed tiġi maħduma b'tali mod li l-privatisation unit qed jiġi biss mgħarraf u aġġornat u mhux biss involut dwar dak li qed isir.", "Fil-fatt dan qiegħed saħansitra jdur fuq il-banek biex jiffinanzjaw l-iżvilupp tiegħu lejlet il- privatizzazzjoni.", "Fil-fehma tagħna dan kollu se jkompli jirrendi lil ċerti banek partikolari ̧ kif igħidu l-Ingliżi ̧ unprivatisable, jiġifieri jkun diffiċli li tipprivatizzahom, tkun xi tkun il-politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Jekk diversi aġenziji internazzjonali tal-kreditu jsiru jafu b'dan żgur li jibdew iħarsu lejhom b'lenti negattiva.", "Huwa veru li meta l-banek jidħlu għal dan it-tip ta' dejn ̧ dan ikun garantit mill-gvern ̧ iżda min jirraġuna hekk ikun qed iħares biss sal-ponta ta' mnieħru għax dan huwa long-term debts li għalih m'hemmx suq u ħlas lura ta' malajr u jibqa' jiddependi b'mod sħiħ fuq id-dħul tal-gvern innifsu.", "Meta huwa magħruf li bank partikolari għandu l-loan portfolio tiegħu f'qagħda kritika ̧ pressjonijiet biex jiġu akkomodati dawn il-parastatali ma jagħmlu ġid lil ħadd, l-aktar lill-finanzi pubbliżi u lill-image tal- pajjiż.", "Il-prattika li l-gvern jiffinanzja d-deficit tiegħu fir-rigward tal-vot kapitali permezz ta' self mill-banek kummerċjali hija prattika li għandha tinkwieta mhux biss lilna imma anke lill-fond monetarju internazzjonali għax soltu din tiġi addottata biss fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fil-pajjiżi tat-tielet dinja.", "Bħala pajjiż applikant għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta żgur qed tmur kontra l-ispirtu ̧ jekk mhux l-ispirtu ̧ tat-trattat ta' Maastricht u qed tħasseb lil ħafna analisti finanzjarji li kellna kuntatt magħhom.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn il-figuri uffiċjali u komparattivi ta' dħul u ħruġ li ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern dan l-aħħar għall-ewwel erba' xhur tas-sena nsibu diversi fatturi interessanti biex ma ngħidx ukoll inkwetanti.", "Qed ngħid dan għax kien hemm drop fit-total revenue ta' 10% li ġiet accounted for mill-fatt li ma kienx hemm receipts straordinarji kif kien hemm is-sena l-oħra.", "Per eżempju ̧ qed jikbru l-indikazzjonijiet li ċerti pagamenti qed jiġu differiti għal dati aktar tard minħabba problemi ta' cashflow ta' l-istess gvern.", "Dan jirriżulta mill-fatt li filwaqt li ċerti voti għandhom budget ogħla mis-sena ta' qabel – bħal ngħidu aħna d- Department of Social Security, il-Ministeru tal-Politika Soċjali, l-Inland Revenue Department ̧ il-Customs Department, u l-VAT Department – in-nefqa attwali fl-ewwel erba' xhur tas-sena kienet proporzjonalment inqas milli kienet għall-istess perijodu għas-sena l-oħra.", "Dan ifisser li jidher ċar li qed ikun hemm immaniġġjar tal-figuri u posponiment ta' ċerti pagamenti għal dati aktar tard fl-istess sena finanzjarja.", "Mr Speaker, biex inkunu għidna kollox min-naħa l-oħra għandna dipartimenti li minn dak li għandhom budgeted għall-ewwel xhur diġà nefqu aktar mix- share tagħhom ta' 33%.", "Qed ngħid 33% għax jekk erba' xhur tiddividhom b'persentaġġ ta' 12-il xahar ovvjament jagħtuk 33%.", "Fil-fatt insibu li f'dak li għandu x'jaqsam ma' pensjonijiet diġà ntnefaq 47% tal-budget annwali kollu, intnefaq 54.6% tan-nefqa totali tat-Teżor u ntnefqu 36.8% tan-nefqa fuq l-ambjent.", "Jien mhux qed ngħid li dan l-infiq m'għandux isir jew ma kellux isir imma l-fatt li proporzjonalment dawn qabżu diġà t-terz ta' l-infiq tas-sena finanzjarja juri li l-expenditure f'dawn l-oqsma diġà hija spinning out of control.", "Għandek ukoll ministeri li huma big spending ministeries, bħal ngħidu aħna l-Ministeru tas-Saħħa fejn Alla jbierek in-nefqa għall-ewwel terz tas-sena tirrappreżenta preċiżament 33% tal-budget ta' Lm64 miljun.", "M'huwiex ċar, per eżempju, jekk il-kontribuzzjoni għas-sinking fund imħallas din is-sena kienx ġie pospost mis-sena li għaddiet.", "Filwaqt li jkun tajjeb li nsiru nafu jekk trażżanx l-użu tat-treasury clearance fund wara twissija li tat l- IMF lill-gvern, xorta waħda jidher ċar li l-accruals, fi ħlasijiet lill- kuntratturi u anke lis-supplies tal-mediċini ̧ għadhom ta' ċerta portata ̧ rilevanti u kbar.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li din is-sena l-gvern ċentrali għandu wage freeze u m'għandux il-piż taż-żidiet fil-ftehim kollettiv tal-pagi u s-salarji li kellu s-sena li għaddiet.", "Il-problema ta' dan kollu hija li filwaqt li għandna poplu intaxxat aktar minn qatt qabel, iż-żieda fid-dħul tat-taxxi xorta waħda m'hijiex qed tkun biżżejjed biex tlaħħaq mar-rankatura rampanti fin-nefqa pubblika speċjalment dik ta' natura rikorrenti.", "Għalhekk hemm bżonn li l-gvern jitgħallem il-lezzjoni – hawnhekk qed nirriferi għall-gvern ċentrali u mhux għall-gvern lokali - li kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea u barra l-Unjoni Ewropea li ma werix ir-rieda politika, il-ħila u l-impenn li jindirizza din il-problema ma rnexxilux isib tarf tal-problema tad-deficit u ta' djun li huma komposti minn deficits akkumulati.", "Ma naħsibx li l-gvern Malti se jkun xi eċċezzjoni għar- regola u għalhekk l-appell tiegħi huwa li għalkemm għadda biżżejjed żmien u għalkemm forsi diġa' qegħdin tard wisq għaliex ninsabu kważi sena biss 'il bogħod mill-elezzjoni ġenerali, għallinqas fuq il-kotba, naħseb li huwa importanti li l-gvern jindirizza din il-kwestjoni ta' żieda fid-dħul tiegħu li għalkemm hija żieda sostanzjali, m'hijiex qed tlaħħaq mar-rankatura rampanti fin-nefqa pubblika, l-aktar dik ta' natura rikorrenti.", "Niġu issa għal-liġi proprja li għandna quddiemna, Sur President.", "Naħseb li huwa ta' sodisfazzjon li l-emendi għal-liġi dwar il-kunsilli lokali li qed jitressqu llum raw in-nisel tagħhom fid-diskussjoni u fil-konklużjonijiet unanimi li kien hemm fi ħdan il-PAC meta żammejna żewġ laqgħat proprju dwar din il-materja.", "Dawn huma emendi li se jdaħħlu aktar kontabilità u aktar trasparenza, filwaqt li jaqbdu lill-barri minn qrunu għal dawk li għandhom x'jaqsmu deficits reġistrati mill-kunsilli lokali.", "Bħala punt tat-tluq kien hemm il-kunsens tal-membri tal-PAC li s- sitwazzjoni tad-deficits fil-kunsilli lokali m'għandhomx jiġu aktar tollerati, l-ewwelnett għaliex dawn imorru kontra l-liġi u t-tieni nett għaliex il-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali ma kellux il-poter fil-liġi li b'xi mod jew ieħor jista' jikkontrolla s-sitwazzjoni li tkun kontra l-liġi.", "Meta qbilna li ndaħħlu l-konċett tal-working capital account bħala kejl, jiġifieri current assets kontra liabilities pero' miżjud magħhom ukoll dawk il-liabilities, li huma aktar minn 12-il xahar, konna qed nagħżlu l- aktar kejl li dehrilna li huwa prattiku u flessibbli.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq deprezzament.", "Qed jiddaħħal ukoll il-konċett biex id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jibda jkollu d-dritt li jintervjeni b'seħħ immedjat u mhux meta jkun iffaċċjat biss b'sitwazzjoni prekarja li forsi tkun ilha teżisti madwar sitt xhur jew aktar.", "Jekk id-dipartiment ma jingħatax intervention powers meta jkun hemm id-deficits ̧ allura nibqgħu ġġammjati.", "Fil-fatt sal-lum kienet tinħoloq din il-problema għaliex id- dipartiment ma kellux il-poteri tas-sanzjoni.", "Bit-tibdil fil-liġi se nkunu nistgħu niżguraw li kunsill lokali se jkun jista' jiġi lura għal xi forma ta' bilanċ.", "Jien ma nistax ma nroddx ħajr lill-membri kollha tal-PAC li ħarġu b'rakkmandazzjonijiet u targets in line ma' dak li kien qiegħed jipproponi l-ministru nnifsu.", "L-emendi li għandna quddiemna llum huma taħlita ta' tibdiliet ta' proċeduri finanzjarji kif ukoll ta' tibdiliet ta' natura amministrattiva.", "Jekk tippermettili, se ninża' l-kappell taċ-chairman tal-PAC u se nitkellem bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni.", "Irrid nirreġistra l-fatt ukoll li dawn il-proposti li għandna quddiemna llum huma in line ukoll mal-politika tal- partit Laburista li tgħid li l-fondi pubbliċi għandhom jitħaddmu bil-galbu minn kull settur ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Illum li l-kunsilli lokali huma aċċettati u nkoraġġuti minn kulħadd u minn kull sezzjoni tas-soċjeta` Maltija, huwa mportanti li nżommu f'moħħna l- fatt li hemm bżonn li dawn ikunu accountable, għax huma wkoll huma parti mill-amministrazzjoni pubblika.", "Irridu neliminaw il-mentalita`, l-idea, il- fissazzjoni li amministrazzjoni pubblika tfisser biss l-amministrazzjoni ta' fondi ta' gvern ċentrali.", "Gvern lokali, deċentralizzazzjoni tal-poter u kunsilli lokali huma wkoll parti mill-amministrazzjoni pubblika.", "Aħna qegħdin naqblu ma' dawn l-emendi anke għaliex qed idaħħlu iktar dixxiplina fl-operat tal-kunsilli lokali, mingħajr ma jxekklu jew ixellfu l- awtonomija tagħhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jien naħseb li kulħadd se jgawdi minnhom, għax id-dipartiment tal-kunsilli lokali se joħroġ imsaħħaħ għax se jkun jista' jgħaddi wkoll mil-limitazzjoni tal-monitoring għas-sanzjonar effettiv, filwaqt li l-kunsilli lokali nfushom se jibdew jaħdmu b'iktar effiċjenza u iva, anke b'iktar serjeta`.", "Dan li qed ngħid m'iniex qed ngħidu b'xi mod intenzjonat biex jitfa' xi dell fuq il-kunsilli lokali kif ħadmu sal-lum.", "Dan għaliex għalkemm kien hemm ċerti nuqqasijiet f'kunsilli lokali individwali, fil-maġġoranza tagħhom ħadmu tajjeb u b'ċerta serjeta`, iżda fl-istess ħin huwa d-dmir tagħna li nbeżbżu u nikkontrollaw lil min għadu jirraġuna li r-regolamenti qegħdin hemmhekk biex jinkisru jew jiġu injorati.", "Il-fondi tal-kunsilli lokali, l-istess bħall-fondi tal-gvern ċentrali, ma nistgħux inħarsu lejhom bħala l-fonti ta' l-ilma mbierek.", "Sur President, qed jiġi sottolineat ukoll il-fatt li r-rwol tas-segretarju eżekuttiv, li jrid iġorr ċerta responsabbilta`, kultant anke vis-à-vis s- sindki u l-kunsilliera nfushom, huwa importanti, avolja ħafna drabi, il-job tiegħu stess jiddependi fuq dawn in-nies, għaliex kull kuntratt xi darba jiġi fit-tmiem tiegħu.", "Jien nixtieq li l-Ministru, fil-winding up jgħidilna fiex wasal l-agreement li kien sar mal-Malta Institute of Management sabiex inkunu nistgħu naslu f'sitwazzjoni fejn kull segretarju jkollu diploma minn dan l-istitut u jkun jista' jattendi refresher courses ta' kull sena.", "(Interruzzjonijiet) Bdew diġa`?", "Ninnota l-kumment li għadu kif għaddieli l-Ministru.", "Tajjeb li nistaqsi wkoll jekk intlaħaqx ftehim ma' l-assoċjazzjoni tas- segretarji.", "La bdew naħseb li ovvjament, il-ftehim intlaħaq, imma jekk le, tajjeb li nkunu nafu x'intoppi setgħu nqalgħu sakemm wasalna għal dan il- ftehim.", "Pero' jiena nawgura li issa li l-Ministru qed jgħid li bdew, anke jekk għall-bidu forsi jibdew b'xi ftit sulluzzu, l-importanti hu li jitħaddmu b'mod effettiv li juri li qed jagħtu riżultat.", "Dan qed ngħidu bla ebda dell fuq is-segretarji li hemm illum, għax naf li ħafna minnhom huma serji u ta' l-affari tagħhom.", "Iżda personalment inħoss li l-funzjoni tas-segretarji tant qed tevolvi li jekk segretarju ma jkunx imħarreġ biżżejjed professjonalment, se jkun diffiċli għalih mhux biex sempliċiment jagħmel xogħlu imma anke li jiggwida kif suppost lis-sindku u lill-kunsilliera tal-kunsill lokali fejn jinzerta jaħdem.", "Fuq nota pożittiva rrid nuri l-apprezzament għall-fatt li l-għadd ta' deficit tal-kunsilli lokali, f'dak li aħna nsejħulu working capital account, jidher li kulma jmur qiegħed saħansitra jonqos.", "Dan juri li l- impenn taż-żewġ naħat tal-Kamra qed jissarraf f'messaġġ li qed jasal fejn għandu jasal.", "Xorta waħda nħoss li għandna nkomplu nagħfsu fuq dawk il- lokalitajiet li huma irregolari f'dan il-qasam tal-kontabilita` u fis- serjeta` tat-tħaddim ta' dawn il-fondi pubbliċi.", "Jiena rrid nagħmel appell sinċier għas-sorvelja fl-aħħar sena tal-ħajja tal- kunsilli lokali.", "Il-Ministru diġa' rrimarka dwar dan, jiġifieri m'iniex re- inventing the wheel, imma naħseb li hu tajjeb li min-naħa tagħna nappellaw ukoll biex ikun hemm din it-tip ta' sorvelja, għaliex kif ċerti gvernijiet ta' kull lewn għandhom it-tendenza li jvaraw ħafna proġetti lejliet elezzjoni ġenerali, daqstant ieħor huma bosta dawk il-kunsilli lokali li meta tkun riesqa elezzjoni lokali, jonfqu kemm jifilħu ħalli jkabbru l-voti li jkunu kapaċi jġibu.", "L-appell tiegħi huwa li permezz tal-mekkaniżmi ġodda li qed naqblu fuqhom illum, għandna niżguraw fil-prattika li d-deficit ma jikbirx u li kulħadd jibqa' jopera in line mingħajr ma l-problema tkompli taħrabilna.", "Naqbel ukoll, fl-aħħar nett, mas-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Charles Mangion fil-PAC, u ċioe` li qabel ma jidħol id-dipartiment biex jintervjeni fejn ikun hemm deficit, għandha l-ewwel tiġi involuta l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, u dan biex qabel ma l-Ministru jimplimenta d-deċiżjoni, ikun hemm l- assoċjazzjoni li tkun qiegħda tirrappreżenta lill-kunsill lokali konċernat.", "Min-naħa l-oħra nemmen li f'dan ir-rigward għandu jkun hemm ukoll ċerta flessibilita` u anke ċerta diskrezzjoni.", "Jiena persważ, Sur President, li meta ngħaddu dawn l-emendi, fl-aħħar mill- aħħar, l-aktar li se jissaħħu huma l-kunsilli lokali nfushom u dik li tissejjaħ id-demokrazija lokali, kunċett li forsi għall-bidu, ma fehmuhx ħafna, fehmuh il-ftit, imma huwa kunċett li llum huma l-ftit biss li għadhom m'għarfux l-importanza tiegħu u tal-valuri intrinsiċi li dan l- istrument tajjeb u effettiv tad-deċentralizzazzjoni tal-poter kapaċi jwassal, mhux biss għall-ġid tal-kunsilli lokali nfushom imma għall-ġid tal- komunita` in ġenerali u għall-ġid tas-soċjeta` Maltija u Għawdxija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq ngħaddi xi kummenti dwar dawn l-emendi għall-kunsilli lokali Ii għalkemm huma miġburin fil-qosor, huma importanti ħafna.", "Din il-liġi hija xhieda tal-fatt li iktar ma jgħaddi żmien minn fuq il-kunsilli lokali, iktar wieħed jara kif jagħmel biex jipprova jtejjeb l-operat tagħhom.", "Il-kunsilli lokali twaqqfu fl-1994, u f'dawn it-tmien snin kellhom bosta esperjenzi.", "Għalkemm għaddew tmien snin, xorta għadhom jeżistu xi difetti fl-immaniġġjar u għalhekk huwa tajjeb li dawn jiġu rranġati, anke għall-ġid tar-residenti tal-lokalitajiet diversi.", "Irrid infakkar li l-esperjenza tal-kunsilli lokali, fit-totalita` tagħha, kienet waħda pożittiva ħafna.", "Kienet esperjenza li ġabet dak li jissejjaħ a paradigm shift fl-operat tal-politika Maltija, filwaqt li tat iktar attenzjoni għad-dettalji.", "Bis-saħħa tal-kunsilli lokali, illum hemm xi ħadd li lest li jagħti kas tal-problemi u l-ilmenti li jinqalgħu lir- residenti ta' l-ibliet u l-irħula Maltin, u għandu s-saħħa tal-liġi u s- saħħa finanzjarja biex jaqbad lill-barri minn qrunu ħalli jkun jista' jsolvi dawn il-problemi.", "Jien niftakar Ii minn meta kont sindku ta' Birkirkara fl-1994 għal meta erġajt ġejt elett fl-istess kariga fl-1996, rajt differenza kbira f'dik li hija żieda fil-poteri li stajt nuża f'din il-kapaċita` amministrattiva.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn għaddew ħames snin u allura huwa ovvju li dawn il- poteri komplew jiżdiedu.", "Bħala eżempju nista' nsemmi l-allokazzjoni tal- flus, li żdiedet b'mod sostanzjali, u s-sistema tat-traffic wardens, li għalkemm fil-bidu kien hawn bosta tgergir dwarhom, illum kulħadd japprezza li issa Ii t-teething troubles għaddew, din saret sistema mportanti għaż- żieda tad-dixxiplina u l-ordni fil-pajjiż.", "Mr Speaker, problema li nqalgħet u li hija relatata mal-kunsilli lokali kienet proprju dik li kultant, bi żvista kien isir l-iżball li persuna li tkun tidher fir-reġistru elettorali ta' l-elezzjonijiet ġenerali, ma tkunx tidher fir-reġistru elettorali tal-kunsilli lokali.", "Dan l-iżball jista' jsarraf biex persuna li tiġi eletta f'kunsill lokali partikolari, intortament titlef postha għax ma tkunx tidher fir-reġistru elettorali.", "Għalhekk huwa tajjeb li din il-liġi li għandna quddiemna qiegħda tindirizza din il-problema, biex ma jerġax jiġri bħalma ġara fis-Siġġiewi ta' kunsillier Nazzjonalist, bla ebda ħtija spiċċa biex tilef postu fil-kunsill lokali minħabba żball tal-kummissjoni elettorali.", "Mill-esperjenza tiegħi, dan l-iżball jiġri spiss, għax fi tliet snin li kunsill lokali jdum jiffunzjona, ikun hemm ħafna bdil ta' indirizzi tal- kunsilliera.", "Għalhekk nerġa' ngħid li huwa tajjeb li din il-liġi qed temenda biex tagħmel tajjeb għal din il-problema pjuttost komuni.", "Proviżjoni oħra ta' dawn l-emendi tirrigwardja l-approprjazzjoni finanzjarja tal-kunsilli lokali.", "Dan ukoll huwa pass fid-direzzjoni t- tajba, għax sfortunatament, ċerti kunsilli lokali kienu qegħdin jabbużaw.", "Per eżempju ma kienx ġust Ii kultant, xi kunsill lokali kien jidħol f'dejn kbir meta jkun jaf li sakemm jiskadi t-terminu tiegħu, m'huwiex se jkun kapaċi jħallsu lura.", "Għalhekk huwa tajjeb li issa din il-liġi qiegħda taħseb biex dan ma jibqax isir, għaliex iva, ċerti kunsilli lokali kienu qed japproprjaw għalihom il- budgets ta' kunsilli lokali futuri, bir-riżultat li meta imbagħad jiġi elett kunsill lokali ġdid, ma jkun jista' jagħmel l-ebda nefqa sinifikanti qabel ma jħallas id-dejn li jkun għamel il-kunsill lokali ta' qablu.", "Mr Speaker, jien naħseb li ormai tgħallimna li dan m'għandux isir u li kull kunsill lokali għandu jimxi mar-regolamenti finanzjarji u mal-budget li jkollu allokat għalih.", "Din il-liġi li għandna quddiemna tagħmel riferenza wkoll għad-donazzjonijiet.", "Kulħadd jaf li skond it-tmien skeda tal-liġi, kull kunsill lokali jista' jagħti donazzjonijiet biss lil dawk l- organizzazzjonijiet li jidhru taħt din l-iskeda, pero' kultant il-kunsilli lokali kienu qegħdin jagħtu donazzjonijiet enormi lil dawn l- organizzazzjonijiet u anke lil oħrajn li ma jidhrux taħt it-tmien skeda.", "Ovvjament, kull NGO f'kull raħal titlob xi mod ta' għajnuna mill-kunsill lokali tagħha, pero', jekk dak il-kunsill lokali jħoss li għandu jgħin lil din l-organizzazzjoni li iżda ma tkunx tagħmel parti mit-tmien skeda tal- liġi, kulma għandu jagħmel hu li jitlob lill-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex jemenda din l-iskeda, xi ħaġa li ssir ripetutament.", "Kif diġa' għedt, ċerti kunsilli lokali bdew jagħtu donazzjonijiet lil organizzazzjonijiet li ma jissemmewx fit-tmien skeda, u hawnhekk ta' min jgħid li l-ammonti mogħtija ma kienux ikunu ta' Lm1 jew Lm2 imma ta' Lm15,000, Lm20,000 u Lm30,000.", "Dawn huma kollha flus il-poplu Malti, flus li jinġabru mit-taxxi, u għalhekk għandhom jintużaw b'mod korrett.", "Għalhekk naħseb li qiegħed jagħmel sew il-Ministru li qiegħed javża lill- kunsilli lokali li dan l-abbuż irid jieqaf.", "Issa l-Ministru qiegħed jagħmilha ċara d-donazzjonijiet fi flus jistgħu jsiru biss lil dawk l- organizzazzjonijiet li huma msemmija fit-tmien skeda filwaqt l-ammonti mogħtija m'għandhom jaqbżu 0.5% ta' l-allokazzjoni għal dik is-sena partikolari.", "Barra minn hekk, jekk il-Ministru jidhirlu li tkun saret xi donazzjoni b'abbuż, se jnaqqas il-budget tas-sena ta' wara tal-kunsill lokali li jkun għamel dan.", "Mr Speaker, għalkemm dan li qed isir huwa tajjeb, naħseb li wieħed jista' jagħti ftit kas tal-fatt li jekk kunsill lokali jkun qiegħed fl-aħħar sena ta' l-amministrazzjoni tiegħu, jista' jiġi jaqa' u jqum mill-kunsill lokali li jkun elett warajh u xorta jagħti donazzjonijiet b'mod abbużiv, għax ikun jaf li t-tnaqqis mill-budget li jkun imiss ma jkunx se jbatih hu.", "Għalhekk naħseb li tkun idea tajba li f'każ ta' kunsill lokali li jkun qiegħed fl- aħħar sena tiegħu, it-tnaqqis isir mill-budget ta' dik is-sena u mhux minn dak tas-sena ta' wara, ħalli ma ssirx ħsara lill-kunsill li jkun elett warajh.", "Xi ħaġa oħra li ma rridx ninsa nsemmi huwa l-fatt li forsi wasal iż-żmien li minflok isiru elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kull sena, biex jiġu eletti kunsilli lokali għall-perjodu ta' tliet snin, wieħed jibda jaħseb biex dawn l-elezzjonijiet jibdew isiru kull sentejn u jibdew jeleġġu kunsilli lokali għall-perjodu ta' erba' snin.", "B'hekk il-partiti politiċi jkunu jistgħu jieħdu break mill-piż qawwi li jitgħabbew bih ta' kull sena biex jagħmlu kampanja għal dawn l-elezzjonijiet.", "Fl-intervent li għadu kif għamel, l-Onor.", "Leo Brincat għamel riferenza għat- trattat ta' Maastricht, fejn wera t-tħassib tiegħu għall-fatt li forsi jista' jkun li m'aħniex qed nimxu fuq il-linji ta' dan it-trattat.", "Jien nieħu gost li l-Oppożizzjoni tuża lill-Unjoni Ewropea bħala l-kejl ideali tagħha meta tevalwa l-avvanzi tal-gvernijiet lokali u ta' dak ċentrali.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li l-kunsilli lokali, fi ħdan l-Unjoni Ewropea huma stmati ħafna.", "Fil-fatt teżisti istituzzjoni, li tissejjaħ Committee of the Regions, li fiha, il-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex ikunu jistgħu jieħdu sehem qawwi, anke biex jiġbdu lejhom ċerti fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-kumitat ilu jaħdem għal perjodu ta' żmien li m'huwiex qasir, u għalhekk m'huwiex xi istituzzjoni ewlenija, xorta għandu ċerta importanza.", "F'dan il-kumitat tar-reġjuni, il-kunsilli lokali ta' pajjiżna jista' jkollhom ir-rappreżentanti tagħhom, li jiddiskutu ma' kunsilli oħra u ma' uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u jipparteċipaw fi programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea ħalli jġibu 'l quddiem lill-irħula u l- ibliet rispettivi tagħhom.", "Minkejja li pajjiżna għadu ma sseħibx fl-Unjoni Ewropea, il-kunsilli lokali Maltin u Għawdxin diġa' qegħdin jipparteċipaw fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea, għax il-fatt li pajjiżna applika biex isir membru ta d-dritt lill- kunsilli lokali biex jipparteċipaw f'dak li jissejjaħ EU Programmes Unit.", "Fil-programm imsejjaħ Youth, li huwa mħaddem taħt l-awspiċi tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, diġa' ħadu sehem bosta kunsilli lokali billi bagħtu rappreżentanti tagħhom, fosthom anke residenti tal-lokalitajiet rispettivi tagħhom, fuq exchange visits fi bliet fl-Unjoni Ewropea, liema exchange visits kienu ffinanzjati mill-istess Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, diġa' ħadu sehem diversi kunsilli lokali fil-programm \"Youth\" ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar, u s-sena d-dieħla se jieħdu sehem f'dan il-programm il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara u xi kunsilli lokali oħra Għawdxin, bħal jekk m'iniex sejjer żball, il-Kunsill Lokali tal-Qala, li diġa' bagħat persuni għal exchange visits, liema exchange visits qed jiġu mħallsin mill-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa pass pożittiv 'il quddiem, u dan juri li jekk pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, il-kunsilli lokali Maltin u Għawdxin se jkunu qed igawdu iktar benefiċċji milli qed igawdu llum.", "Bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, il- kunsilli lokali Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jsibu posthom, mhux biss għax ikunu jistgħu jagħmlu l-lobbying ta' l-ogħla istituzzjonijiet ta' l- Unjoni Ewropea imma anke għax ikun jista' jkollhom sehem finanzjarju fil- programmi ta' l-Unjoni Ewropea u anke fil-European Union Programme Unit li minnhom il-Maltin jistgħu jieħdu vantaġġi kbar.", "Ovvjament jekk min-naħa l- oħra, pajjiżna ma jsirx membru ta' l-Unjoni Ewropea, aħna ma nkunux nistgħu nieħdu sehem fil-programmi li torganizza din l-unjoni.", "Mr Speaker, issa jkun tajjeb jekk ngħid xi ħaġa wkoll fuq liema bliet u rħula jikkwalifikaw għan-nomenklatura ta' bliet.", "Għal dawk li huma kunsilli lokali, teżisti distinzjoni bejn il-bliet u l-irħula, dawk li bl- Ingliż jissejħu \"towns\" u \"villages\", u naħseb li wasal iż-żmien li din in- nomenklatura tiġi riveduta.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax, per eżempju, jien personalment inħoss li s'issa n-nomenklatura ta' belt ingħatat lil dawk il-lokalitajiet Maltin u Għawdxin li għandhom background storiku, bħal ngħidu aħna, il-Belt, il-Birgu, l-Isla u Bormla, u fl-opinjoni tiegħi, wasal iż-żmien li ċerti lokalitajiet kbar li għandna f'pajjiżna, bħal ngħidu aħna, Tas-Sliema u Birkirkara, jingħataw in-nomenklatura ta' belt ukoll u ma jibqgħux jiġu msejħa bħala villaġġi.", "Mr Speaker, issa nixtieq ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq l-indħil politiku li xi kultant ikun hemm fil-kunsilli lokali.", "Aħna, bħala partit Nazzjonalista, dejjem emminna li l-kunsilli lokali huma magħmula minn politika li ssir miċ-ċittadin tal-lokal stess, liema politika hija importanti daqskemm hija importanti l-politika nazzjonali u saħansitra dik internazzjonali.", "Issa aħna nemmnu bil-prinċipju tas-sussidjarjeta` u fil- fatt minn dejjem insistejna li l-partiti politiċi għandhom jipparteċipaw fl- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, kif wara kollox jagħmlu l-partiti politiċi tad-dinja kollha, pero` l-partit Laburista kien ħareġ bil-famuża teżi li l-partiti politiċi m'għandhomx jipparteċipaw fil-kunsilli lokali, liema teżi kienet barra minn lokha tant li mbagħad maż-żmien dan il-partit politiku biddel il-fehma tiegħu u llum qed jipparteċipa fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali wkoll.", "Fortunatament illum kulħadd fehem li l-kunsilli lokali jifformaw parti mill- politika lokali, u fil-politika lokali, bħal fil-każ tal-politika nazzjonali, għandu jitħalla spazju għall-partiti politiċi.", "Dan huwa dritt kostituzzjonali li lill-partiti politiċi ħadd ma jista' jneħħihulhom.", "Fil- fatt il-partiti politiċi għandhom sehem importanti ħafna fil-kunsilli lokali, u fost ix-xogħol li jagħmlu, huma jiggwidaw lill-kunsilliera u jieħdu ħsieb jagħmlu l-istrutturi fi ħdan il-partiti tagħhom biex il- kunsilliera jkunu jistgħu jsemmgħu leħinhom.", "Jiddispjaċini ngħid li sal- lum il-partit Laburista għadu jibża' xi ftit f'din il-ħaġa.", "Ara l-partit Nazzjonalista, għandu iktar esperjenza f'dan il-qasam, anke għaliex kien hu, permezz tal-foresight tiegħu, li rnexxielu jwaqqaf l-istrutturi meħtieġa vis-a-vis l-kunsilli lokali fil-partit tiegħu.", "Madanakollu xi kultant ikun hemm ċertu ndħil fl-operat tal-kunsilli lokali li wieħed ma jistax isejjaħlu bħala \"ndħil pożittiv\", u jneħtieġ li kulmin huwa mdaħħal fil-politika jifhem li għalkemm huwa tajjeb li tiggwida lill-kunsilliera fix-xogħol li huma jkunu qed jagħmlu u li tiġborhom flimkien biex dawn ikunu jistgħu jiddiskutu mal-kumitati sezzjonali tal-partiti politiċi, hemm ċertu limitu safejn dan jista' jsir.", "Per eżempju, jien ma nistax naqbel bl- ebda mod li jkun hemm partit politiku li jindaħal lis-sindku, li huwa elett miċ-ċittadini ta' dak il-lokal stess, x'għandu jagħmel u ma jagħmilx, u hawnhekk se nsemmi tliet każijiet fejn inħoss li kien hemm ċertu ndħil min- naħa tal-partit Laburista vis-à-vis l-kunsilli lokali.", "L-ewwel abbuż li se nsemmi huwa dak ta' meta l-partit Laburista ġiegħel lis- sindku ta' Birżebbuġa biex ma jmurx fuq il-programm \"Xarabank\".", "Dan l- indħil kien imur kontra l-interess tal-poplu ta' Birżebbuġa għax kien il- Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa stess, inkluż is-sindku, li kkuntattja lid- diriġenti tal-programm \"Xarabank\" biex isir programm fuq issue partikolari; għax ħass li kellu jqajjem kuxjenza fuq problema li qed tolqot lil-lokal ta' Birżebbuġa.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li l-programm \"Xarabank\" m'huwiex xi programm partiġjan, u fil-fatt ma jiġix trasmess fuq xi stazzjon politiku imma fuq il-PBS.", "Nerġa' nenfasizza li wara li l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa kkuntattja lid-diretturi tal-programm \"Xarabank\" fejn ħeġġiġhom biex jagħmlu programm fuq problema partikolari li fuqha ħassew li kellhom isemmgħu leħinhom fil-pubbliku, ħarġet ordni mill-partit Laburista biex is-sindku u l-kunsilliera ta' Birżebbuġa ma jidhrux fuq dan il- programm għax il-partit Laburista kien iddeċieda li jibbojkottja dan il- programm televiżiv.", "Dan huwa abbuż sfaċċat, anke għaliex l-ewwel dover tas-sindku u tal- kunsilliera ta' Birżebbuġa huwa lejn il-poplu ta' Birżebbuġa, u għalhekk il- partit Laburista żbalja li ndaħal b'dan il-mod fl-operat ta' dan il-kunsill lokali partikolari.", "Ċertament wieħed għandu jikkundanna dan it-tip ta' ndħil, u nispera li ma narawx iktar minnu għax imbagħad jibda jiġini dubju fuq is-sinċerita` tal-partit Laburista f'dak li għandu x'jaqsam mat-tħaddim tal-kunsilli lokali.", "Każ ieħor li nixtieq insemmi u li għadni ma nafx kif żvolġiet is-sitwazzjoni dwaru huwa dak il-każ li ġie rrapportat fuq il- gazzetti, fejn skond il-gazzetti, għax sempliċement is-sindku ta' Bormla kellu xi clash mal-leaders tal-partit Laburista, ħarġet ordni biex dan jitneħħa minn sindku, anzi mhux hekk biss imma tpoġġiet saħansitra pressjoni fuq sħabu billi qalulhom li jekk dan l-individwu ma jitneħħiex minn sindku, huma ma jitħallewx jerġgħu jikkontestaw fl-elezzjoni li jmiss jew inkella jiġu blacklisted.", "Jien naħseb li kien ikun ħafna aħjar li kieku ma sarx dan l-indħil fl-operat tal-Kunsill Lokali ta' Bormla għax dan it-tip ta' ndħil imur oltre min dak li jitlob l-ispirtu tal-liġi.", "Huwa importanti ħafna li dan it-tip ta' ndħil jiġi kkundannat mill-iktar fis possibbli ħalli ma jilħaqx jindara mill-partiti politiċi, partikolarment mill-partit Laburista, li sfortunatament huwa espert f'dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt naħseb li waħda mill-problemi l-kbar tal-partit Laburista hija li dan għadu ma darax jipprova jikkonvinċi lin-nies minflok ma jipprova jbellagħlhom xi ħaġa ġo griżmejhom, u jibqa' jipprova jagħmel hekk sakemm fl-aħħar jirnexxielu jbellagħhielhom bilfors.", "Indħil ieħor li sar kien meta wara li s-sindki kollha ta' Malta u Għawdex iffirmaw memorandum li ntbagħtet lill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, liema memorandum kienet tittratta dwar pjan ta' ħidma, il-partit Laburista ta ordni lis-sindki Laburisti biex jitilqu 'l barra mil-laqgħa ta' l-assoċjazzjoni tas-sindki, li saret fl-aħħar ta' Mejju proprju biex jiġi diskuss dan il-pjan ta' ħidma.", "Dan minkejja li, kif għedt diġa', is- sindki Laburisti kienu diġa' ffirmaw il-memorandum li ntbagħtet fuq din l- issue.", "Sal-lum jien għadni ma nafx x'inhi eżattament ir-raġuni li għaliha l-partit Laburista ddeċieda li għandu jibbojkottja din il-laqgħa, pero` bla ebda dubju dan it-tip t'atteġġjament ma jgħinx lill-kunsilli lokali jimxu 'l quddiem.", "Mr Speaker, bi pjaċir ngħid li l-esperjenza tat-traffic wardens kienet waħda pożittiva, u minkejja li kif semmejt qabel, għall-bidu kien hemm ċerti teething troubles, kif wara kollox ikun hemm kull darba li tibda titħaddem sistema ġdida, on the whole nistgħu ngħidu li s-sistema tat- traffic wardens irnexxiet.", "Nixtieq nifraħ ukoll lill-Ministru konċernat għas-sistema l-ġdida li qed iħaddem f'dak li hu parking, li diġa' bdiet titħaddem f'ċerti bliet, fosthom f'San Ġwann u fir-Rabat, Għawdex.", "Anke hawn, minkejja li fil-bidu tagħha, din is-sistema ġabet magħha ċerti problemi, meta bdiet tindara kulħadd għaraf li huwa tajjeb li f'pajjiżna ddaħħlet sistema li tirregola l-parking mingħajr ma l-poplu jkollu għalfejn iħallas it-taxxi li kien ikollu jħallas li kieku din is-sistema ma rnexxietx u allura minflokha kellhom jiddaħħlu l-parking meters.", "Ta' min jgħid li bis-sistema tal-parking meters, mhux biss min kien jipparkja ħażin kien ikollu jħallas imma anke min kien jipparkja tajjeb, u għalhekk wieħed irid japprezza l-isforz li qed jagħmel il-gvern flimkien mal-kunsilli lokali biex jirregola t-traffiku mingħajr ma jġiegħel lill-poplu jħallas xi forma ta' taxxi oħra.", "Ħafna mill-Maltin u l-Għawdxin jibdew igorru kull darba li tidħol xi regola jew liġi ġdida, pero` hemm bżonn li wieħed jifhem li at the end of the day mingħajr ordni jkun hemm biss diżordni.", "Mr Speaker, ma nistax nifhem għaliex uħud mill-kunsilli lokali ta' pajjiżna daħħlu ċerti regolamenti fil-by-laws tagħhom biex lil min, per eżempju, ikun se jagħmel xi attivita` jew jarma xi stand fil-lokal, il-kunsill lokali konċernat ikun jista' jitolbu jħallas miżata nominali bl-iskop li din il-miżata tgħinu jkabbar il-finanzi tiegħu.", "Bħala prinċipju, dan huwa tajjeb, pero` jiddispjaċini ngħid li hemm min qed jabbuża minn dawn ir- regolamenti ġodda, u għalhekk irridu noqogħdu attenti.", "Per eżempju, il- Kunsill Lokali tal-Marsa, li safejn naf jien huwa kunsill lokali b'maġġoranza Laburista, introduċa miżata għal kulmin ikun irid jarma matul il-ġranet tal-festa.", "Issa hawn ta' min jgħid li dawn is-self-employed iż-żgħar li jarmaw fil- lokalitajiet li jkunu qed jiċċelebraw il-festa tal-patrun tagħhom, diġa' qed iħallsu miżata oħra biex iġibu l-permessi meħtieġa tal-gvern ħalli jkunu jistgħu jarmaw, u għalhekk il-kunsilli lokali għandhom joqogħdu attenti li ma jgħabbux lil dawn is-self-employed iż-żgħar b'piż li forsi ma jifilħux għalih.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Kunsill Lokali tal-Marsa wasal biex jieħu din il-miżura, u fil-fatt diġa' ġew diversi self-employed għandi, li fost affarijiet oħrajn ibigħu l-hot dogs, il-ġelati u l-qubbajt matul il-ġranet tal-festa, minħabba li jħossu li din il-miżata l-ġdida hija inġusta.", "Mr Speaker, jien naħseb li għedt dak li kelli xi ngħid, u se nikkonkludi d- diskors tiegħi kif bdejtu, ċioe` billi ngħid li llum il-kunsilli lokali mexjin dejjem iktar 'il quddiem, saru parti mill-istorja politika Maltija u bl-esperjenza li qed jiksbu iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed jikkonsolidaw irwieħhom.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħaddi suġġeriment lill- kunsilli lokali billi ngħidilhom ikunu iktar proattivi fil-qasam ta' l- ambjent.", "Għaliex qed ngħaddilhom dan is-suġġeriment?", "Għax jien inħoss li l-kunsilli lokali iktar jistgħu jirregolaw il-ksur tal-liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent mill-gvern ċentrali minħabba li l-attenzjoni tagħhom hija biss fuq lokal partikolari u mhux fuq pajjiż sħiħ.", "Naħseb li l- kunsilli lokali, bil-għajnuna tal-wardens tagħhom, għandhom il-mezzi neċessarji biex jinforzaw ir-regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' l- ambjent, u fil-fehma tiegħi, hemm bżonn li l-liġijiet ta' l-ambjent jiġu inforzati daqs il-liġijiet tal-parking u tas-sewqan ħażin.", "Illum kulħadd qed isir iktar konxju mill-ambjent ta' pajjiżna, u għalhekk huwa tajjeb li l-kunsilli lokali, flimkien mal-gvern ċentrali, jagħtu struzzjonijiet u jagħmluha possibbli li l-wardens jagħtu l-attenzjoni partikolari tagħhom għall-ambjent.", "Irridu nżommu f'moħħna li there is no order without the law, u huwa importanti li l-liġi jirrispettaha kulħadd għax meta din ma tiġix rispettata, min ikun responsabbli jkun irid iħallas ta' għemilu.", "Dan l-aħħar smajt lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Intern, l-Onor.", "George Pullicino, jgħid li ma jeskludix il-possibbilta` li anke l-Malta Environment Planning Authority ikollha l-wardens tagħha.", "Nixtieq nagħti prosit lil kulmin ħadem biex illum għandna dawn l-emendi quddiemna u nawgura lill-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex kollha ħidma aħjar għall-belt u r-raħal rispettiv tagħhom.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa neċessarju, jagħmel sens u hemm qbil dwaru miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fil-fatt kif qalu l-kelliema ta' qabli, l-idea li jkun hemm dan l-iskrutinju mill-ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali tqajmet ukoll waqt waħda mil-laqgħat tal-PAC meta kienu qed jiġu eżaminati l-estimi u r- rapporti finanzjarji ta' wħud mill-kunsilli lokali u nstab li dawn kellhom ċerti deficits għax ovvjament il-gvern irid isib rimedju biex kemm jista' jkun, ma jkunx hemm kunsilli lokali li jkollhom deficits simili.", "Issa l-kunsilli lokali ilhom jeżistu xi għaxar snin jew 11-il sena, u fil- bidu ma kenux jagħtu l-attenzjoni rikjesta lill-aspetti finanzjarji tagħhom, anke għax kellhom dak li jissejjaħ \"teething trouble\".", "Kif għedt diġa', diversi kunsilli lokali kienu qed imexxu b'deficit.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-kunsilli lokali kienu qed jagħmlu dan b'intenzjoni ħażina għax ħafna drabi dan ma kienx il-każ, imma forsi minħabba li kellhom ħerqa żejda u kienu qed jaraw kbir iżżejjed, minħabba li kellhom nuqqas ta' esperjenza jew inkella minħabba negliġenza.", "Madanakollu għalija li kunsill lokali jtella' ċertu ammont ta' dejn huwa aġir abbużiv, u iktar 'il quddiem se nispjega għaliex.", "Fil-fatt xi darba jew oħra ż-żewġ naħat tal-Kamra kkritikaw dan l-aġir abbużiv, u fl-aħħar il-kunsilli lokali - forsi anke minħabba li saħansitra fil-ġurnali tagħna nkitbu artikli dwar dan l-aġir abbużiv - rrealizzaw li kienu qed jesaġeraw u allura bdew jużaw iktar kawtela bir-riżultat li llum, minkejja li l-problema għadha teżisti, naqset sostanzjalment.", "Forsi min qed jismagħni jistaqsi: Allura mhux daqstant ieħor huwa ħażin meta l-gvern jissellef il-flus jew jipproġetta ħażin?", "U mhux daqstant ieħor huwa ħażin li ministeru jonfoq iktar mill-flus li jkunu ġew ivvotati lilu?", "Ir- risposta hija din; li għalkemm illum spiss nitkellmu dwar is- sussidjarjeta`, fil-verita` l-kunsilli lokali tagħna mhux veru qed jimxu b'sussidjarjeta` f'dawk li huma finanzi.", "Hemm pajjiżi fejn il-gvernijiet lokali tagħhom - u qed nuża l-kelma \"gvernijiet\" apposta - għandhom sistema ta' tassazzjoni lokali.", "Jekk inħarsu lejn ċerti pajjiżi kbar insibu li dawn għandhom sistema fejn minbarra li jkollhom kunsill lokali għal kull belt jew raħal, ikollhom ukoll dawk li jissejħu \"parochial councils\".", "Per eżempju, f'Oxford, li jien inħobb inżuru ħafna, minbarra li hemm il-kunsill lokali ta' Oxford, hemm diversi parochial councils, u din il-belt, li ta' min jgħid li l- popolazzjoni tagħha hija ikbar minn dik ta' pajjiżna, għandha dritt tagħmel ċerti tassazzjonijiet, kemm diretti kif ukoll indiretti, fejn imbagħad naturalment il-parochial councils jieħdu parti mill-flus li jivvotalhom il- kunsill lokali ta' Oxford.", "Hemm ukoll pajjiżi, speċjalment pajjiżi federali, li jħaddmu sistema fejn minflok ma jkollhom il-kunsilli lokali, kull żona jkollha l-parlament tagħha u min-naħa tiegħu, il-gvern ċentrali jagħti s-sussidjarjeta` assoluta tiegħu.", "Madanakollu minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u minħabba li l-popolazzjoni tagħna hija daqs dik ta' belt jew raħal ta' pajjiżi oħra - fil-fatt il-popolazzjoni tagħna ta' 400,000 hija kbira daqs dik ta' Catania, ta' Palermo u ta' Reggio Calabria - wieħed ma jistax jippretendi li aħna noperaw bl-istess mod li joperaw pajjiżi oħra, li kif qed ngħid, huma ferm ikbar minna.", "Il-kunsilli lokali tagħna jixbħu ħafna lill-parochial councils jew inkella lis-civic communities ta' pajjiżi oħra għax anke dawn, filwaqt li għandhom ċertu awtonomija vis-a-vis l-belt jew ir-raħal tagħhom, biex jieħdu l-fondi jiddependu fuq assemblea leġislattiva oħra.", "Il-kunsilli lokali ta' pajjiżna, bħall-parochial councils jew is-civic communities ta' pajjiżi oħra, jiddependu fuq il-Parlament għal dawk li huma fondi, u Allaħares ma kienx hekk għax kieku konna nkunu qed noħolqu sistema ta' tassazzjoni ulterjuri, liema sistema mhux biss tmur kontra l-politika Laburista imma anke kontra l-ispirtu tal-Kostituzzjoni tagħna, li tgħid li l-unika istituzzjoni fil-pajjiż li għandha dritt tilleġisla fuq kwestjonijiet ta' tassazzjoni hija l-istituzzjoni tal-Parlament, li huwa magħmul mir- rappreżentanti tal-poplu.", "F'Malta kulħadd jidher li huwa kuntent b'din is- sistema, u allura jekk il-Parlament Malti jgħaddi vot għal kunsill lokali partikolari, dak il-kunsill lokali huwa marbut b'dik is-somma, jaqbel jew ma jaqbilx.", "Jekk imbagħad ikun hemm xi kunsilli lokali li jonfqu iktar mill-ammont li jkun ġie vvotat lilhom, dawn ikunu qed jabbużaw għax ikunu qed japproprjaw flejjes għalihom li ma kenux ġew ivvotati lilhom minn dan il-Parlament, li huwa ultra vires.", "Fil-fatt dan l-abbuż sar kemm-il darba f'pajjiżna, u għalhekk il-Parlament kellu jintervjeni.", "F'Malta l-istampa finanzjarja m'hijiex daqshekk ċara għax kif nafu lkoll, fuq livell nazzjonali għandek id-deficit, li issa ilu jeżisti mhux ħażin u li huwa biċċa wġigħ ta' ras ġmielha.", "Illum m'huwiex il-mument li wieħed jiddibatti l-għaqal ta' l-oppożizzjoni jew tal-gvern u se ngħid biss li f'dan il-Parlament kulħadd jiddibatti biex jara kif nistgħu nnaqqsu dan id- deficit ħalli nagħmluh kemm jista' jkun aċċettabbli.", "Imbagħad pajjiżna għandu wkoll il-problema tad-dejn nazzjonali, li llum sploda, u fil-fatt dalwaqt jilħaq is-somma ta' Lm1.5 biljun.", "Ta' min jgħid li biex il-gvern iħallas l-interessi biss fuq dan id-dejn kollu, irid joħroġ flus iktar milli joħroġ flus għall-ikbar ministeru ta' pajjiżna, u allura bir-raġun kollu, kemm il-gvern kif ukoll l-oppożizzjoni jinsabu kawti u attenti ħafna li ma jiġrix l-istess fuq livell lokali, iktar u iktar għax dawn jafu li filwaqt li l-gvern ċentrali, b'xi mod jew ieħor, jista' jissellef, anke billi joħroġ bonds, il-kunsilli lokali ma jistgħux jagħmlu l-istess għax m'għandhomx il-poter li jagħmlu dan.", "Għalhekk jekk il-kunsilli lokali jispiċċaw b'dawn id-djun kollha, ma jkunux jistgħu jiffunzjonaw, u kulma jkunu jistgħu jagħmlu s-sindku, il-viċi- sindku u l-kunsilliera huwa li jilbsu l-midaljun u jattendu għaċ-ċerimonji.", "Din il-kwestjoni hija preokkupanti, u jkun tajjeb jekk il-Parlament jilleġisla biex jagħti ċerti poteri lill-ministru, li wieħed jispera li juża dawn il-poteri ġodda b'ċerta kawtela, għax hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar xi tribunal, xi bord jew xi entita` governattiva imma qed nitkellmu dwar demokrazija fuq livell lokali.", "Min-naħa l-oħra, billi l- kunsilli lokali huma eletti mill-istess poplu, dawn irid ikollhom ċerta awtonomija, anke għal dak li huwa nfiq, għax jekk nikkreaw il-kunsilli lokali u ma nħalluhomx imexxu kif jidhrilhom huma, l-iskop li għalih ikunu twaqqfu l-kunsilli lokali jisfaxxa fix-xejn.", "Tkun idea tajba wkoll illi jekk lill-kunsilli lokali nneħħulhom l-awtonomija fiskali tagħhom, jinħatar commissioner jew segretarju għal kull kunsill lokali li jkun responsabbli hu f'dak li għandu x'jaqsam ma' fondi.", "Pero` naturalment aħna naqblu li wieħed irid iżomm bilanċ, u naħseb li dan l-abbozz ta' liġi kif inhu, qed iżomm bilanċ, anke għax fost affarijiet oħrajn, qed naraw li l-ministru se jingħata l-poter li lill-kunsilli lokali jagħmlilhom speċi ta' benchmarks ta' kemm jistgħu jonfqu mill-vot mgħoddi lilhom.", "Fil-fatt fid-diskors tiegħu, il-Ministru Gatt qal li huwa mhux biss qiegħed jispera li l- kunsilli lokali ma jmexxux b'deficit imma li jmexxu b'surplus ta' 10%, u jekk ma jagħmlux dan, il-ministru qed jingħata d-dritt li jekk jidhirlu li jkun meħtieġ, iżomm porzjon mill-ammont li jkun ġie vvotat lill-kunsilli lokali sabiex b'hekk jassigura li jkun hemm rimedju għal kull bilanċ negattiv li dawn ikunu qed jagħmlu.", "Fil-fatt is-sustanza kollha ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija proprjament din; li l-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali se jingħata l-poter u d-dritt li jekk kunsill lokali jkun qed jonfoq iktar milli jiflaħ u jkun qed imexxi b'deficit, huwa jkun jista' jżommlu porzjon mill-flus li jkunu ġew ivvotati lilu, u dan mhux biex jerġa' jinjettahom fil-consolidated fund imma biex iħallas id-djun li jkun qed jagħmel l-istess kunsill lokali.", "Jekk imbagħad jirriżulta li dan il-kunsill lokali jibqa' jmexxi bi traskuraġni, allura f'dak il-każ il-gvern se jkun jista' jissikkah iktar billi jfakkru li huwa \"istituzzjoni awtonoma\" għax huwa xorta waħda jinsab taħt il-kappa tal- gvern ċentrali, u allura jekk huwa m'huwiex se jmexxi skond il-linji gwidi tal-gvern ċentrali, il-gvern ċentrali se jibda jamministralu flusu hu, u f'ċirkostanzi estremi, l-infiq kollu li jagħmel dan il-kunsill lokali partikolari jkun irid jibda jiġi approvat mill-istess ministeru.", "Din hija xi ħaġa pożittiva.", "Sur President, ġieli kien hemm ukoll każijiet fejn kunsilli lokali ma ġabux id-dokumenti li kellhom iġibu skond artiklu 64 ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali jew ma għamlux ir-rapporti finanzjarji li kellhom jagħmlu meta ġew rikjesti biex jagħmlu dan.", "Huwa veru li l-gvern se jkollu dritt jikkontrolla, pero` jekk kunsill lokali ma jġibx id-dokumenti u ma jagħmilx ir-rapporti finanzjarji li suppost jagħmel, il-gvern jista' jibqa' ma jkunx jaf bid-deficit li jkun qed jagħmel dan il-kunsill lokali.", "Għalhekk kien meħtieġ l-gvern ikollu l-għodda biex ikun jista' jikkontrolla anke f'dawn il-każijiet, għax huwa inutli li tgħaddi liġi jekk imbagħad f'ċerti każijiet, il-gvern ma jkunx jista' jikkontrolla.", "Fil-fatt anke hawn, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l-gvern qed iżomm id- dritt li jżomm porzjon mill-flus li jkun ivvota lill-kunsill lokali partikolari, pero` din id-darba mhux biex iħallas id-djun li dan il-kunsill lokali jkun għamel imma biex jippenalizza lil dak il-kunsill lokali li ma jkunx ġab d-dokumenti jew inkella ma jkunx ippreżenta r-rapporti meta kellu jippreżentahom, imbasta dan il-porzjon ma jeċċedix il-1% tal-flus ivvotati lil dan il-kunsill lokali.", "Issa hawn ta' min iżomm quddiem għajnejh li kunsill lokali li ma jkunx qed imexxi kif suppost, ikollu interess li jgħatti d-deficit li jkun qed jagħmel, anke jekk jispiċċa biex iwikkih lill- kunsilliera ta' warajh, u allura wieħed jistaqsi: Id-deterrent ta' 1% huwa suffiċjenti?", "Fl-opinjoni tiegħi, m'huwiex suffiċjenti, u jien naħseb li dan il-1% għandu jiżdied biex ikollok element ta' deterrent ferm iktar qawwi.", "Għaliex?", "Għax jekk il-kunsilli lokali ma jaderixxux ruħhom ma' dak hemm provdut f'artiklu 64 ta' l-Att prinċipali, il-gvern ma jkunx jista' jikkontrolla.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li wasal iż-żmien li jiġi nominat xi ombudsman jew inkella xi spettorat fuq livell lokali għax imbagħad naqgħu fir-redikolu, pero` naħseb li iva, il-gvern irid iżomm poter ikbar u jippenalizza b'iktar qawwa jekk ikun hemm dawn it-tip t'abbużi.", "Ħalli mbagħad il-kunsill lokali, jekk jidhirlu mod ieħor, jingħata d-dritt li jmur quddiem il-qrati u jikkontesta.", "Aspett ieħor li nixtieq nidħol fih illum jikkonċerna l-kwestjoni tad- donazzjonijiet.", "Il-poteri tal-kunsilli lokali għal dawk li huma donazzjonijiet huwa limitat, u huwa limitat bi ħsieb; biex nipproteġu lill- istess kunsilli lokali.", "Għaliex?", "Għax bla ebda dubju, ġaladarba l- kunsilliera joperaw fl-istess lokal li jkunu ġew eletti minnu, dawn żgur li se jiġu bbumbardjati biex jagħtu d-donazzjonijiet mill-għaqdiet soċjali, politiċi, sportivi u kulturali ta' dak il-lokal.", "Anke aħna l-Membri Parlamentari, li m'għandniex xi allowances biex minnhom nagħtu d- donazzjonijiet, niġu bbumbardjati minn dawn l-għaqdiet, aħseb u ara l- kunsilliera, li għandhom il-fondi pubbliċi u l-amministrazzjoni f'idejhom!", "Għal din ir-raġuni, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jipprovdi għal dan billi qed jgħid li d-donazzjonijiet jistgħu jsiru biss skond l- iskedi li hemm.", "Madanakollu xorta waħda jistgħu jiżolqu xi donazzjonijiet jew inkella jingħataw xi donazzjonijiet eċċessivi, speċjalment meta tkun ġejja xi elezzjoni, kif fil-fatt ġieli sar, u għalhekk dan l-abbozz ta' liġi qed jillimita kemm kunsill lokali jista' jagħti donazzjonijiet mill- vot tiegħu, u l-persentaġġ li ġie stabilit huwa ta' 0.5%.", "Fl-opinjoni tiegħi, anke dan il-persentaġġ huwa baxx wisq, speċjalment meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni li għalkemm hawn qed nitkellmu fuq donazzjonijiet, jekk per eżempju, għaqda kulturali tal-lokal tkun qed tippromwovi ċertu interess fil-lokal, ġaladarba din tiġi megħjuna finanzjarjament biex tagħmel dan mhux dik l-għaqda biss tgawdi imma l-lokal kollu.", "Jien naqbel li għandu jiġi stabilit ċertu ceiling għal dawk li huma donazzjonijiet, pero` fil-fehma tiegħi s-ceiling ta' 0.5% huwa baxx wisq.", "Sur President, l-aħħar punt li nixtieq nagħmel m'huwiex ta' natura finanzjarja imma lili jinkwetani ħafna, u hawn qed nirriferi għal dak li hemm ipprovdut fi fi klawsola 3.", "Jien qatt ma qbilt li persuna li tkun ġiet eletta f'kunsill lokali, għax din, wara sentejn jew tlieta tiżżewweġ u tmur tgħix f'xi lokal ieħor għandha titlef is-siġġu.", "Fil-fatt dan l-aħħar ġie rrapportat fuq il-ġurnali każ patetiku fejn bniedem litteralment tilef is-siġġu tiegħu fil-kunsill lokali li kien ġie elett fih minħabba li ismu jew l-identity card tiegħu ma baqgħetx tidher fir-reġistri jew fuq il- computer.", "Jien ma nistax nifhem kif ma rnexxielniex insolvu din il- problema bil-konsegwenza li bniedem li ġie elett mill-poplu tal-lokal, u li allura jgawdi l-fiduċja tal-poplu tal-lokal, litteralment tilef is-siġġu tiegħu fuq żball tal-computer.", "Din hija xi ħaġa inaċċettabbli u inċidenti bħal dawn iwaqqgħuna għaċ-ċajt u jirredikolawna.", "Għalhekk ħadt pjaċir meta rajt li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jindirizza dawn it-tip ta' problemi billi qed jipprovdi li jekk persuna tkun ġiet eletta b'mod regolari fuq ċertu lokal, jekk din il-persuna ma tibqax tgħix hemm, ma titlifx is-siġġu tagħha.", "Madanakollu issa nixtieq li wieħed jikkonsidra - din hija opinjoni personali tiegħi, u hawnhekk m'iniex qed nitkellem għan-nom tal-partit politiku li nifforma parti minnu - illi anke jekk persuna tkun marret toqgħod f'xi lokal ieħor qabel ma tkun saret l-elezzjoni tal-kunsilli lokali, din xorta waħda jkollha dritt toħroġ għal-local councils election li tkun se ssir f'raħal twelidha.", "Kif jaf kulħadd, minkejja li mhux kulħadd jibqa' jgħix f'raħal twelidu, ħafna persuni, li jkunu għexu l-parti l-kbira ta' ħajjithom hemmhekk, jibqgħu ddedikati ħafna għal dak ir-raħal tant li jibqgħu anke membri ta' l-għaqdiet kulturali, sportivi jew soċjali ta' dak il-lokal.", "Per eżempju, hawn anke tobba li minkejja li ma jkunux baqgħu jgħixu f'raħal twelidhom, huma jkollhom il-klinika tagħhom hemmhekk, il-pazjenti tagħhom ikunu minn hemmhekk, ikunu membri fil-każin tal-banda tar-raħal, ikun hemm ukoll każijiet fejn ikunu saħansitra t-tobba ta' l-għaqdiet sportivi tar- raħal u jkunu aware tal-problemi kollha li jkollu r-raħal.", "Għalhekk jien ma naqbilx li għax sempliċement dan it-tabib ma jkunx baqa' jgħix f'dak il- lokal, m'għandux jitħalla jikkontesta fl-elezzjoni tal-kunsill lokali ta' dak il-lokal.", "Qed nara quddiemi lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia m'għadux joqgħod il-Furjana, imma dan ma jfissirx li m'għandux l-għeruq tiegħu fil-Furjana jew li m'għadux jaħdem bħala tabib fil-Furjana.", "Daqskemm li kieku l-Onor.", "Austin Gatt ma jibqax jgħix il- Belt, xi ħadd jista' jazzarda jgħidlu li m'huwiex mill-Belt!", "Għalhekk wieħed ma jistax jeskludi a priori.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan is- suġġeriment li qed nagħmel għandu jitwettaq bilfors, pero` nixtieq li għallinqas jiġi diskuss għax kulħadd iħobb jaħdem fil-post fejn ikollu l- irbit u l-interess tiegħu.", "Per eżempju, jien naħdem u ngħix kważi l-ġurnata kollha ġo belt partikolari, u involut b'mod attiv fl-għaqdiet soċjali ta' din il-belt, u għalhekk lili wieħed ma jistax jeskludini minn dik il-belt.", "Wara kollox lanqas il-presidenti tal-każini tal-baned ma jkunu ġejjin bilfors mill- istess raħal, bħall-president tal-Vilhena Band Club, li għalkemm huwa Furjaniż, ma joqgħodx il-Furjana.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li f'Malta r-riżorsi umani huma limitati ħafna tant li fl-elezzjonijiet ta' ċerti kunsilli lokali lanqas biss joħorġu kandidati biżżejjed, u hija biċċa wġigħ ta' ras għaż-żewġ partiti politiċi li f'ċerti rħula żgħar, fejn il- popolazzjoni ġieli tkun ta' inqas minn 1,000, isibu kandidati ta' kwalita`.", "Ara f'lokalitajiet kbar, bħal Tas-Sliema jew Birkirkara, huwa iktar faċli li ssib nies ta' kwalita` li jkunu lesti li joħorġu għall-elezzjoni tal- kunsill lokali.", "Għalhekk ta' min jikkonsidra dan is-suġġeriment li qed nagħmel.", "Naturalment għandu jkun hemm ċerti kriterji biex, per eżempju, jekk jien Għawdxi ma nkunx nista' nikkontesta fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal- Belt jew ta' Tas-Sliema, imma jekk bniedem ikun imwieled f'dak il-lokal u jkollu ċerti konnessjonijiet ma' dak il-lokal, ma nara xejn ħażin li dan jingħata d-dritt li jikkontesta għall-elezzjoni tal-kunsill lokali ta' dak il-lokal.", "Nerġa' ngħid li din hija idea tiegħi u m'iniex qed ngħid li għandha ssir mil-lum għal għada jew li għandha ssir hekk, pero` naħseb li ta' min jagħtiha xi ftit food for thought.", "Per eżempju, jien naf Ħamruniż li ma jistax jikkontesta fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għax m'għadux joqgħod hemmhekk, u dan minkejja li huwa għex xi 40 jew 50 sena minn ħajtu fil-Ħamrun u għadu attiv fl-għaqdiet ta' dan il-lokal.", "Din hija ħasra għax dawn ikunu nies li verament iħobbu l-lokal tagħhom.", "Sur President, issa se nitkellem fuq xi ħaġa li diġa' tkellimt fuqha, għalkemm mhux f'dan il-Parlament.", "Dak li jikkawża li kunsill lokali jonfoq iktar mill-budget tiegħu huwa l-fatt li filwaqt li l-voti tal-kunsilli lokali huma baxxi, l-aspettattivi taċ-ċittadini huma kbar.", "Il-politika Laburista f'dan ir-rigward hi - u naħseb li l-gvern Nazzjonalista jaqbel ma' din il-politika wkoll, għalkemm forsi m'hux qed jinkoraġġiha biżżejjed - hija li ċerti proġetti jsiru b'partnership bejn il-kunsill lokali konċernat u l-gvern ċentrali jew inkella bejn il-kunsilli lokali stess.", "Naħseb li kulħadd jaqbel miegħi li hemm ċerti proġetti li għalkemm huma tajbin, huma kbar wisq biex jiġu amministrati jew introdotti mill-kunsilli lokali weħidhom.", "Sfortunatament minħabba l-pika żejda li jkun hemm bejn kunsill lokali u ieħor, ħafna drabi dawn ma jaslux biex jagħmlu ċerti proġetti bejniethom, b'mod reġjonali, imma jien naħseb li tkun xi ħaġa pożittiva li jekk ikun se jsir xi proġett kbir li jkun se jiġi jiswa l- flus, dan isir fuq livell reġjonali.", "Fil-fatt il-partit Laburista jħeġġeġ din it-tip ta' politika f'dawk il- kunsilli lokali fejn għandu maġġoranza, u żgur li meta jerġa' jkun fil- gvern, huwa se jieħu diversi inizjattivi biex isiru anke proġetti bejn il- kunsilli lokali u l-gvern ċentrali, għax filwaqt li l-kunsill lokali jkun jista' jservi ta' għajnuna lill-gvern minħabba li dan ikun iktar aware tal- bżonnijiet tal-lokal, min-naħa l-oħra l-gvern ċentrali jkun jista' jservi ta' għajnuna lill-kunsill lokali minħabba li huwa jkollu l-mezzi neċessarji biex jużufruwixxi dak il-proġett.", "Din l-idea li tidher qed titħaddem attwalment, m'hijiex ideali.", "Għaliex Għawdex huwa differenti mid-distretti l-oħra?", "L-idea hija li Għawdex inqisuh bħala reġjun, u dan mhux għax l-Għawdxin m'humiex Maltin.", "Imma peress li huma isola għandhom karattru għalihom u għandhom bżonnijiet partikolarissimi, li huma forsi iktar partikolari minn belt għal belt jew minn distrett għal distrett f'Malta.", "Il-fatt li inti isola tikkreaa ċerta awtonomija b'mod awtomatiku.", "Pajjiżi kbar li għandhom l-isoli magħhom iħarsu lejhom bħala reġjuni.", "Aħna nemmnu li biex Għawdex jiffunzjona diffiċli li l-proġetti jsiru għal-lokal biss, imma jekk isiru fuq livell reġjonali jsiru aħjar.", "Allura l-idea li jkollok forum fejn jiltaqgħu il- forzi tal-kunsilli lokali kollha f'daqqa forsi joħorġu ftit tal-flus bejniethom – il-ftit tal-ftit flimkien jagħmlu ħafna – biex ċerti proġetti fuq livell reġjonali jkunu jistgħu jitwettqu.", "Jekk ma jsirx hekk, b'kunsilli żgħar b'vot żgħir lanqas biss tkun tista` tħallas l-ispejjeż amministrattivi.", "Imma jekk tingħaqad u jkollok forum fejn tiddiskuti fuq livell reġjonali inti tkun tista` twettaq forsi dak li għalik ikun ħolma.", "Jiena naħseb li l-idea li tikkrea dawn it-tip ta` reġjuni m'hijiex idea ħażina.", "Naturalment dan it-tip ta` kunsill ikunu jistgħu jipparteċipaw fih il-membri parlamentari.", "Sur President, ħaġa oħra li wieħed irid japprezza wkoll hija l- limitazzjonijiet tal-kunsilli.", "Aħna l-politiċi rridu noqogħdu attenti kif nitkellmu fuq il-kunsilli u kif nindirizzaw il-problemi tagħhom.", "Jiena niftakar li ftit xhur ilu fl-aħħar kampanja elettorali f'waħda mill- attivitajiet li jsiru fid-distrett kont mistieden biex nindirizza lill- kumitat distrettwali tagħna u kien hemm ukoll l-Onor.", "Alfred Sant u waqt li kien qed jitkellem għamel kumment li lili laqatni ħafna.", "L-Onor.", "Alfred Sant lil dawk preżenti qallhom hekk: Jiena ġejt hawnhekk biex nitkellem fuq il-bozza tat-triq.", "Dan ma jfissirx li l-kunsilli lokali qegħdin hemm biex isewwu l-bozza tat-triq.", "Imma dan qalu biex jenfasizza l-limitazzjonijiet tal-kunsilli u li l-kunsilli qegħdin hemmhekk biex jamminstraw il-lokal tagħhom biss u mhux biex jinħlew f'dibattitu li jikkonċerna biss il- politika fuq livell nazzjonali.", "Naħseb li dak kien il-messaġġ li l-partit Laburista beda jagħti kull fejn kien hemm elezzjoni fuq livell lokali.", "Għalina l-politika tal-kunsilli lokali hija politika li tenfasizza u tissottolinja verament x'inhuma l-funzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Din nenfasizzawha biex il-kunsilli ma jinħlewx f'dibattiti u f'ħolm li ma jispettax lilhom, qisu għandek cross debate politiku.", "Kieku lill-kunsilli lokali f'Malta li huma tant żgħar inħalluhom jaħdmu 'l hinn mill-politika jiffunzjonaw aħjar.", "Dik hi l-ieda tagħna għax li qed jiġri huwa li tant tidħol politika partiġġjana, anke fuq livell lokali, li xi kultant li dawn flok jamminstraw il-ġid tal-lokal tagħhom jinħlew biex iservu bħala paraventu għall-partit politiku li jkunu jirrapreżentaw, u dan huwa ħażin.", "Din kienet is-slogan tagħna fl-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Alfred Sant kien ġie mgħajjar li uża l-calculator għax beda jgħid x'persentaġġi wettqu l-kunsilli mill-wegħdi li għamlu.", "Hekk trid tagħmel biex tindirizza kampanja elettorali tal-kunsilli lokali u mhux toqgħod tgħid xi proġetti u pjanijiet għandu l-partit u ssemmi l-Ewropa u l- politika barranija.", "Mhux hekk tindirizzaha kampanja elettorali fuq livell lokali imma bil-calculator f'idejk.", "Kulħadd beda jidħak imma fuq hekk ivvotaw in-nies.", "Hekk trid tagħmel, taqbad il-calculator u tgħid: Isma', kien hemm wegħda li se jsir dak il-pont, kien hemm wegħda li se ssir dik it- triq u kien hemm wegħda li se jitħawwlu dawk is-siġar.", "Kemm twettqu minn dawn il-wegħdiet?", "Dak li jridu mill-kunsilli lokali n-nies.", "Ma jridu xejn spettakolari.", "Ma jridux parlamenti lokali jew gvernijiet lokali, imma kunsilli.", "L-importanti hu li meta dak li jkun ikollu xi problema livell lokali jmur quddiem il-kunsill lokali u mingħajr ma joqogħdu jħarsu lejn il- kulur politiku jipprovaw isolvulu dik il-problema.", "Dik hija l-ħolma tal- kunsilli lokali.", "Aħna naqblu mal-kunsilli u nħeġġuhom.", "Pero` sfortunatament f'pajjiżna hawn polarizzazzjoni politika eċċessiva – imkien fid-dinja m'hawn din il-polarizzazzjoni politika li ddejjaq lil kulħadd, kważi anke lilna – u naħseb li kien żball fundamentali li dan ir-reġim li jeżisti daħħalnih anke fuq livell lokali u l-poplu tagħna risposta.", "Il- poplu jrid kunsilli li jgħarfu l-limitazzjonijiet tagħhom u li jwettqu l- wegħdiet elettorali fil-limitazzjonijiet tagħhom.", "Dak huwa li jrid il-poplu u dik hija d-direzzjoni tal-Partit Laburista f'dik li hija politika lokali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, jiena ħadt gost nisma` lill-Onor.", "Herrera jgħid li l-Partit Laburista huwa favur il-kunsilli lokali għax qisu li meta l-partit Laburista jkun favur xi ħaġa dejjem jasal tard.", "Kien hemm żmien meta l-partit Laburista – mhux il-partit Laburista t'issa imma l- istess Partit Laburista mmexxi diversament – kien kontra l-kunsilli lokali bħalma kienu kontra l-Kostituzzjoni ta` l-Indipendenza u bħalma issa huma kontra l-Unjoni Ewropea.", "Jiena nawgura li l-istess moviment li għamlu fuq il-kunsilli lokali jagħmluh fuq aspetti oħra politiċi f'dan il-pajjiż.", "Pero` jiddispjaċini li narahom dejjem jaslu tard u l-iktar ħaġa li tinkwetani hija li meta jaslu tard, ħafna drabi iżommu lura wkoll lill- pajjiżna fl-iżvilupp politiku tiegħu.", "Sur President, illum għandna abbozz li essenzjalment qiegħed jirfina u jsaħħaħ liġi il-liġi eżistenti dwar il-kunsilli lokali, liema liġi ħadem fuqha dan il-gvern u li fl-opinjoni tiegħi kienet suċċess enormi fil- prattika tagħha f'dan il-pajjiż.", "Naturalment ikun hemm ups and downs f'kull kunsill lokali.", "Ikun hemm kunsill lokali aħjar minn ieħor, kunsill lokali effiċjenti iżjed minn ieħor u kunsill lokali li finazjarjament ikun jaf jamministra aħjar minn ieħor.", "Imma madanakollu m'hemmx dubju li bl- introduzzjoni tal-kunsilli lokali dan il-pajjiż m'għadux bil-poter ikkonċentrat mhux biss f'idejn ftit nies jew f'idejn il-gvern imma l-poter illum ġie mferrex fuq il-livelli kollha.", "Jien naħseb li l-iktar riflessjoni importanti li rridu nagħmlu, anke meta jkollna liġi bħal din, hija li l-metodu ta` kif dan il-pajjiż huwa ggvernat illum huwa drammatikament differenti minn kif kien sabu dan il-partit meta wara ħafna snin tela` fil-gvern.", "Naħseb li drammatikament tbiddel il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "U jekk hawn eżempju tal-prinċipju tas- sussidjarjeta` - issa se nisimgħu ħafna fuqu wkoll fil-konvenzjoni Ewropea u fl-Ewropea – huwa eżattament il-liġi tal-kunsilli lokali u l-mod kif il- gvern lokali qed jiżviluppa f'dan il-pajjiż u ċioe` fil-ħsieb, li wara kollox huwa ħsieb demokristjan, li kemm jista` jkun id-deċiżjonijiet iridu jittieħdu fl-iktar livell viċin in-nies abbażi tal-fatt li jkunu l-iktar effettivi.", "Jiġifieri inti għandek tieħu deċiżjonijiet fil-livell l-iktar qrib tal-poplu basta jkunu deċiżjonijiet magħmulin b'mod effettiv.", "Allura l-kunsilli lokali mhux biss twaqqfu, imma baqa` dejjem jiżdidilhom il-poter tagħhom.", "Naturalment minn żmien għal żmien ikun importanti li jkun hemm ċerti reviżjonijiet biex ikun hemm dejjem xprunar aħjar tal-liġijiet.", "Waħda mill-bidliet li jdaħħal din il-liġi hija li jekk persuna tkun ikkwalifikata li tkun membru fil-kunsill lokali fiż-żmien ta` l-elezzjoni, meta dik il-persuna ma tibqax fuq dak ir-reġistru wara li hija tkun saret membru xorta tkun tista` tibqa` fil-kunsill.", "Naħseb li dawn huma affarijiet raġonevoli u affarijiet li jassiguraw li ma jkunx hemm diffikultajiet tekniċi għax ir-realta` hija li n-nies huma marbutin mal- lokalita` pero` fin-natura tal-ħajja n-nies jistgħu wkoll ibiddlu l- lokalita` fejn ikunu joqogħdu.", "Pero` dan ma jfissirx li għal dak il- perjodu ma jistgħux ikomplu jagħtu s-servizz tagħhom bħali membri fil- kunsill lokali tal-lokal li kienu joqogħdu fih qabel ma marru joqogħdu x'imkien ieħor.", "Naħseb li jagħmel ħafna sens li emenda bħal din tidħol fil- liġi tagħna, bħalma jagħmlu sens l-issues l-oħra li huma msemmijin li għandhom jidħlu f'din il-liġi, inkluż dik li għandu jkun hemm limitazzjoni dwar in-natura ta` donazzjonijiet li jsiru kif ukoll l-ammont ta` kemm jistgħu jsiru donazzjonijiet għar-rigward tal-flus allokati għalihom u flus li jinġabru min-naħa tagħhom.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi dawn huma affarijiet li huma raġonevoli u li din hija liġi li fil-fatt ta` amministrazzjoni aħjar.", "Allura meta fl- istadju tat-tieni qari titkellem dwar liġi bħal din naħseb li tajjeb nirriflettu li pajjiżna llum għandu metodu differenti ta` kif in-nies iħarsu lejn il-gvern.", "In-nies illum m'għadhomx iħarsu lejn il-gvern jew lejn id-deputati bħala dawk il-persuni li jridu jieħu ħsieb l-affarijiet tal-post fejn joqogħdu huma.", "Illum in-nies draw li l-kunsilli lokali għandhom l-awtorita`, il-finanzi u l-obbligu li jieħdu ħsieb il-lokalita` tagħhom.", "Fil-fatt wieħed jista` jinnota li sar titjib fuq l-aspetti kollha, sew fuq l-aspett ta` kultura sew fuq l-aspett ta` infrastruttura sew fuq l-aspett ta` manutenzjoni ta` postijiet pubbliċi sew fuq l-aspett ta` l-ambjent kif ukoll fuq aspett tat-tindif.", "Wieħed jista` jara wkoll l- aspett tal-bankini u l-mod kif jinżammu l-postijiet.", "Hemm ħafna affarijiet żgħar estetiċi u importanti bħalma huma l-ismijiet tat-toroq.", "M'hemmx dubju, sar titjib fuq kull livell.", "Għaliex dan it-titjib fuq kull livell?", "Jiena naħseb li l-introduzzjoni tal-kunsilli lokali għamlet differenza kbira u għalhekk hemm dan it-titjib kollu.", "Jiena nħoss li l-bidla li saret bil-kunsilli lokali kienet bidla li għamelt impressjoni qawwija fuq l-ambjent lokali f'pajjiżna.", "Qabel konna ngħidu li l-Malti kapaċi jżommu d-djar tagħhom nodfa pero` barra mid-djarhom ma jagħtux kasu.", "Jiena naħseb li l-kunsilli lokali taw kontribut biex nibdew inħossu li għallinqas il-lokalita` fejn noqogħdu hija parti mid-dar tagħna.", "Li n-nies iħossuhom iktar parti mill-komunita` u iktar viċin it-tmexxija ta` dik il-komunita` naħseb li hija xi ħaġa posittiva immens.", "Ma naħsibx li wieħed ikun qed jagħmel ħażin jekk ifakkar li kien dan il-gvern li ħadem biex isiru l-kunsilli lokali.", "Illum dawn il-kunsilli lokali huma kunsilli li jiffunzjonaw, huma aċċettati mill-elettorat u kulħadd aċċetta l- importanza tagħhom.", "Tant hu hekk li kien hemm ukoll diskussjoni fuq l- issue jekk il-partiti politiċi għandhomx joħorġu għall-kunsilli lokali.", "Sur President, naħseb li hawnhekk ħafna drabi nħalltu l-argumenti u nġibu argument kontra xi ħaġa meta dik ix-xi ħaġa ma kellha x'taqsam xejn ma` l- argument tagħna.", "Fil-fehma tiegħi l-issue hawnhekk hija jekk aħna nemmnux f'politika li hija serja għall-pajjiżna, jekk aħna nemmnux li l-politika trid tkun dejjem u neċessarjament dik il-politika li ngħidulha partiġġjana, jekk il-politika tridx tkun dik il-politika fejn wieħed jippika fuq xi punt jew ieħor, it-tip tal-politika tal-Corrida jew irridux li l-politika tkun serja u titkellem fuq il-policies ta` kif pajjiżna għandu jitmexxa u ta` kif il-lokalitajiet f'pajjiżna għandhom jitmexxew.", "Il-Malta Labour Party, għal ħafna żmien, ipprova jgħid li m'għandux ikun hemm preżenza tal- partiti politiċi fil-kunsilli lokali.", "Jiena naħseb li din hija negazzjoni tal-politika.", "Illum huwa aċċettat li jkun hemm il-preżenza tal-partiti politiċi.", "Fil-fatt il-Malta Labour Party, kif għedt, wara li jgħaddi ż- żmien jasal għaliha.", "Sfortunatment jieħu daqsxejn taż-żmien biex jasal jgħid li jkun hemm bżonn li jsir ċertu bdil fil-pajjiż.", "Il-partit politiċi jridu jagħtu sehemhom mhux biss fuq livell nazzjonali imma wkoll fuq livell lokali.", "Irridu noqogħdu b'seba` għajnejn li dik il- politika nagħmluha b'mod serju u l-poplu Malti, fuq il-livell nazzjonali u fuq il-livell lokali, irid jagħmel mill-aħjar biex kontinwament jassessja l- performance tal-partiti politiċi u l-performance ta` min ikun qiegħed fuq il-livell nazzjonali u l-livel lokali u mbagħad meta jiġu għall- elezzjonijiet irid jirrifletti dik il-performance.", "Naħseb li dan huwa l- iktar qies importanti u mhux jekk ikunx hemm partiti politiċi jew le.", "Fil- fehma tiegħi huwa importantissimu għall-politika ġewwa pajjiżna li l- partiti politiċi jkunu involuti fuq il-livell kemm nazzjonali kif ukoll fuq livell lokali.", "Wara kollox din hija l-impressjoni li għandi li jiġri fil- bqija ta` l-Ewropa - u mhux ta` l-Ewropa biss - fejn inti għandek l- organizzazzjoni politika li għandha programm ta` azzjoni politika li trid tmexxiha mhux biss fuq il-livell nazzjonali imma trid tmexxiha wkoll fuq il- livell lokali.", "Allura huwa importanti li ma noħolqux l-idea li qisu min ikun fil-politika hija xi ħaġa ħażina.", "Bl-atteġġjament li ħa l-Malta Labour Party meta qal li ma jridx li jkun hemm partiti politiċi fil-kunsilli lokali seta` kien qed iwassal dan il-messaġġ.", "Speċi dak li qed nagħmlu fuq livell nazzjonali hija xi ħaġa li diġa` qed tirrita lil kulħadd u allura ma rridux inlaħħquha għal-livell lokali.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa atteġġjament assolutament ħażin.", "Irridu kontinwament nivvalorizzaw il-politika fuq il-livell kemm nazzjonali kif ukoll fuq il-livell lokali billi nkunu serji f'dak li qegħdin nagħmlu, billi jkollna politika ċara u billi lin-nies nagħtuhom għażliet veri kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll fuq il-livell lokali.", "Allura anke n- nies li jieħdu l-esperjenza fuq il-livell lokali huwa wkoll mezz kif inti tħarreġ persuni li jkunu lesti li jagħtu servizz għall-komunita`.", "Naħseb li anke dan huwa żvilupp importanti ħafna għall-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Sur President, jiena naħseb li l-kunsilli lokali huma punt ta` riferenza importanti anke għall-informazzjoni u biex iċ-ċittadin ikun jista` jinqeda aħjar.", "Illum qegħdin naraw l-introuduzzjoni ta` l-e-government kif ukoll diversi aspetti oħra ta` l-informatika.", "Il-kunsilli lokali huma parti mis- sistema ta` l-Istat biex iċ-ċittadin ikun jista` jinqeda aħjar.", "Qegħdin naraw li l-kunsilli lokali huma essenzjali fil-katina ta` servizzi li jista` jagħti l-Istat liċ-ċittadin.", "Is-servizzi li jagħtu l-kunsilli lokali jagħmlu l-ħajja iktar faċli għaċ-ċittadini u naħseb li waħda mill- affarijiet li josserva hija li daħlet il-kultura li inti tirriferi ċerti affarijiet lill-kunsilli lokali.", "Qabel kont tirriferi kollox lid-deputat jew tirriferi kollox fuq livell tal-parlament nazzjonali.", "Illum daħlet il- kultura li ċerti issues tirriferihom lill-kunsilli lokali.", "Fil-fehma tiegħi din hija xi ħaġa tajba, xi ħaġa li saħħet il-politika ġewwa pajjiżna, li saħħet il-mod kif jiġi ggvernat pajjiżna u naħseb li ċ- ċittadin illum huwa ħafna iktar moqdi aħjar fil-livell tal-kunsill lokali milli seta` kien jiġi moqdi mingħajr dawn l-istrutturi l-ġodda.", "Dawn huma strutturi li ħadmu u strutturi li bla dubju ta` xejn kienu suċċess.", "Illum ma tisma` lil ħadd jgħid li jmissna nneħħu l-kunsilli lokali.", "Allura liġi bħal din tagħtina l-okkażjoni li ngħidu li dan is-suċċess huwa suċċess li ġab ħafna ġid għaċ-ċittadini Maltin.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta 11 ta` Ġunju, 2002 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Grazzi, Sur President.", "Nixtieq nirriferi għall-aġġornament li ħa l-Onor.", "Joe Mizzi nhar l-Erbgħa filgħaxija, f'liema aġġornament jiena kont ukoll intervjenejt biex noġġezzjona għall-fatt li hu kien qed jgħid li ma kontx iffirmajt il-petizzjoni kontra l-moħqrija ta' l- annimali.", "Dakinhar l-Onor.", "Mizzi baqa` jsostni li jien ma ffirmajthiex.", "Sur President, illum jiena nixtieq inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' parti minn din il-petizzjoni fejn hemm diversi firem tal-membri parlamentari, fosthom ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo, l-Onor.", "Joe Cuschieri u tiegħi stess.", "Sur President, għaliex persuna hawn ġew m'għandiex temmen persuna oħra?", "Jiena ma nistax nifhem kif lanqas din il-ħaġa m'aħna kapaċi nagħmlu hawn ġew.", "Illum jiena kont għand familja li lanqas taf b'din il-petizzjoni u din staqsiet kif ma naqblu fuq xejn.", "L-Onor.", "Joe Mizzi dehrlu li kellu jwieġeb b'dan il-mod wara l-aġġornament li ħadt jien.", "Issa f'dan l-aġġornament jiena tkellimt għal kwarta u ma għamilt ebda referenza għal dak li ġara meta ġiet ippreżentata l-petizzjoni ħlief fl-aħħar parti fejn għedt - dan l-Erbgħa, 29 ta' Mejju - li wieħed jiskanta kif anke f'qasam fejn żgur li hemm qbil dwaru bejn iż-żewġ naħat, u f'ċirkostanza fejn kien hemm qbil bejni u bejn l-Onor.", "Chris Cardona sabiex il-petizzjoni jressaqha f'ismi wkoll, jitkellem hu biss u jiena nieħu l-aġġornament ta' l-għada, xorta nsibu wieħed mill-old guard tal-partit Laburista li ma jħallix din it-tip ta' għaqda sseħħ.", "Jiena jiddispjaċini ħafna nara dawn l-affarijiet.", "Dawn it-tip ta' affarijet iwasslu biex ikun hawn nuqqas ta' fiduċja fis-sistema politika u fil-politiċi minħabba li jkun hemm xi persuna bħall-Onor.", "Joe Mizzi li ma jħallix demm ġdid bħall-Onor.", "Cardona u lili naħdmu u nippruvaw naraw fejn nistgħu naqblu sabiex pajjiżna jibqa` jimxi l-quddiem.", "U huwa għalhekk li jinħolqu gruppi bħal NoGlobal, fejn l-NGOs u l-media jippruvaw jersqu lejn il-politiċi sabiex jaħdmu flimkien.", "(Interruzzjonijiet) Għedt ukoll grazzi għax nemmen fil-korteżija, Sur President.", "Jiena għamilt kritika kostruttiva fil-konfront ta' nies li qed jaġixxu b'dan il-mod.", "(Interruzzjonijiet) U din nibqa` nsostniha għax huwa fatt. Mhux se nsemmi ismijiet għax jien għandi sens ta' rġulija.", "Sur President, jien nemmnu jekk bniedem jgħidli li nqabad fit-traffiku minħabba purċissjoni li naf li kien hemm.", "Jiena nemmnu jekk tabib jgħidli li kien qed jara pazjent jew pazjenta li kellha bżonnu dak il-ħin.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-whip jgħid li ċempel ħames minuti qabel biex ifakkarni li hemm din il-petizzjoni, ma jfissirx li dan kien jaf bil- petizzjoni pero' minkejja dan l-Onor.", "Mizzi lanqas emmen li ma kienx jaf.", "Le, il-whip tiegħi ma kienx jaf bil-petizzjoni.", "Sar jaf ħames minuti qabel.", "Jien m'għedtlux biha għax ma dehrlix li kelli għalfejn, tant kien hemm qbil fuqha din.", "Jiena m'għandi xejn personali kontra l-Onor.", "Mizzi imma jiddispjaċini li ma jridx jifhem u jemmen lil ħaddieħor, u minn fuq jgħajrek giddieb u irresponsabbli.", "Jien ma rridx nerġa nirrepeti biex ma nibqgħux għadejjin biha, biss irrid ngħid li ittra f' \"The Times\" ta' l- ewwel ta' Ġunju intitolata Petty Bickering - jiġifieri dehret wara li ħadt l-aġġornament jien u allura ma stajtx nirriferi għaliha - kienet tgħid hekk:", "\"I refer to the parliamentary report \"Petition on animal cruelty leads to House discord May 23rd .", "It is indeed sad that those supposedly enlightened men and women assigned the honourable duty to represent citizens in parliament, descend to petty bickering matches which have no consequence for the task at hand, namely the protection of animals.", "Reading your report I can now proudly account myself one of the enlightened.", "I have seen the light, I now know why this country has gone to the dogs.", "Our sadistic animal hating compatriots need not bother throw acid in this sad nation's flea ridden face to get their kicks.", "Our MPs are doing an excellent job unaided.\".", "U din il-persuna ffirmat b'isimha, Sur President.", "Għandu raġun jikteb hekk u dan lili jinkwetani.", "Jien m'għandix għalfejn ninkwieta għax inkun dħalt ħames minuti tard, Sur President.", "Ninkwieta iktar meta nara demm ġdid ġo dan il-parlament jipprova jegħleb l-ostakoli li ilhom is-snin, imma jsib li lanqas fuq ċerti affarijet li żgur m'għandux ikun hemm kontroversja fuqha, ma jirnexxielu jasal.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Joe Mizzi saħansitra dehrlu li kellu jgħid ukoll li jien ma nkunx preżenti f'din il-Kamra.", "Jien, Sur President, f'parlamenti barranin mort ukoll, naħseb li l-Onor.", "Mizzi mar ukoll, u suppost li jaf li l-fatt li wieħed ikun preżenti għas-seduta kollha hija xi ħaġa unheard of.", "Jien lanqas irrid inkun tant magħluq bejn erba` ħitan hawn ġew u ma nkunx viċin in-nies.", "Jien irrid inkun viċin in-nies, imma madankollu qatt ma nqast minn dmiri minkejja li għandi x'nerfa' fuq spallejja.", "Qatt ma nqast mid-dmirijiet tiegħi u qatt ma jien se nonqos mid-dmirijiet tiegħi.", "Huwa inġust li niġi attakkat li jien wieħed minn dawk li ma nkunx preżenti hawn ġew.", "Jien niġi għal kull seduta hawnhekk, u f'dik is-seduta stess kien hemm xejn inqas minn 21 membru parlamentari li assenta ruħu.", "Qed nirriferi għas- seduta ta' nhar l-Erbgħa filgħaxija.", "Kien hemm żewġ membri li kienu skużati għax kienu parti mill-konvenzjoni dwar l-Unjoni Ewropea pero' b'kollox dakinhar kien hemm 21 membru parlamentari assenti.", "Ovvjament ikun hemm min ikun imsiefer, ikun hemm min ikun fuq xogħol u jkun hemm min ikun fuq xogħol tal-gvern, imma li tattakka membru parlamentari li sad-9:20p.m kien għadu hawn u tgħidlu li ma jkunx hawn meta taf li jkun preżenti f'kull seduta hija daqqa below the belt.", "L-istess kif kienet daqqa below the belt li tgħid li jien ma ffirmajtx il-petizzjoni li nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li rrifera għalih l-Onor.", "Farrugia?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estratt minn petizzjoni kontra l-krudelta` ta' l-annimali, iffirmata minn għadd ta' persuni u ppreżentata fil-Kamra f'seduta numru 742 tat- 22 ta' Mejju 2002.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, dan l-aġġornament kien ipprogrammat għall-ġimgħa l-oħra, proprju għall-Erbgħa, 5 ta' Ġunju meta d-dinja kollha ċċelebrat jum l-ambjent.", "Din hija tema speċjali fis-sens li llum il-ġurnata l-ambjent huwa l-iktar ħaġa għall-qalb dawk li verament iħobbu jaraw li pajjiżna jkun nadif u li jkun hemm ukoll il-kura assoluta ta' dak kollu li jsebbaħ lil pajjiżna u ta' dak kollu li jagħmel lil pajjiżna ġawra fil- Mediterran.", "Mr. Speaker, jiena ma rridx inkun distruttiv f'dan l-aġġornament imma nixtieq nagħmel mistoqsija.", "Nistgħu nibqgħu nieħdu aktar l-ambjent f'termini politiċi?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia għadu kemm qal li f'ċerti materji m'għandniex indaħħlu politika.", "L-istess huwa l-ambjent.", "Jagħmel aktar sens jekk nikkonsidraw din il-materja hekk sensittiva f'termini ekonomiċi u soċjali u jkun tajjeb jekk inneħħu t-termini politiċi proprju mill-materja ta' l-ambjent ġewwa pajjiżna.", "Aħna pajjiż verament żgħir u allura aktar għandu jkun hemm koperazzjoni bejnietna.", "Huwa inutli li noqogħdu ngħajru lil xulxin għaliex ma tkunx saret xi biċċa xogħol u jkun aħjar jekk naraw x'nistgħu nagħmlu aħna bħala individwi, kull wieħed u waħda minna ġewwa pajjiżna biex inżommu l-ambjent verament kif jixraq lil pajjiżna.", "Mil-lat politiku m'għandniex noqogħdu nikkritikaw biss jew inkella noskuraw l-affarijiet jew ma noħorġux l-ideat.", "Kulħadd għandu jikkontribwixxi għal din il-materja tant u tant importanti li tiswa' ħafna wkoll mil-lat ekonomiku u mil-lat soċjali.", "Qed insemmi dawn l-aspetti għax mil-lat ekonomiku, permezz ta' ambjent aħjar, pajjiżna jista' jaqla' aktar flus b'mod speċjali foreign currency li permezz tagħha nkunu nistgħu nsostnu lilna nfusna bi proġetti oħra.", "Mill-banda l-oħra meta nirreferi għal-lat soċjali nkun qed infisser mil-lat ta' saħħa.", "Aħna nafu kemm ikollna kontaminazzjoni ta' l-arja mill-industrija, mill-karozzi u minn elf ħaġa oħra.", "Din it-tip ta' kontaminazzjoni tipperikola s-saħħa u allura għandna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha.", "Dan id-diskors jiena rripetejtu diversi drabi kemm fuq il-gazzetti, kemm permezz ta' xi aġġornament kif ukoll permezz ta' xi diskors f'dan il-parlament dwar xi liġi li jkollha x'taqsam ma' l-ambjent.", "Illum qed nerġa' nirrepetih għax huwa importanti li wieħed ikompli jagħmel enfasi sħiħa biex innisslu kuxjenza verament nazzjonali għal din il-materja tant importanti u tant vitali għal kull wieħed u waħda minna.", "Mr Speaker, wieħed ma jridx jinsa wkoll li kien taħt gvern Nazzjonalista fl- 1991 permezz tal-liġi dwar l-ambjent li ġew introdotti ċerti miżuri.", "Imbagħad għaxar snin wara nħasset il-ħtieġa importanti u urġenti li jkun hemm reviżjoni ta' dik il-liġi u fl-2001 dan il-parlament reġa' ħareġ att dwar l-ambjent li fih kienu inklużi termini oħra aktar moderni u aktar aġġornati mal-qabża li bdiet tagħmel id-dinja kollha għall-protezzjoni ta' l-ambjent kemm f'termini lokali kif ukoll f'dawk reġjonali.", "Il-Kunsill ta' l-Ewropa fl-1996 – jiġifieri meta kienet ilha biss ħames snin l-ewwel liġi biex tħares l-ambjent - ukoll ħareġ direttivi lill- ministri ta' l-istati membri.", "Dawn id-direttivi jesiġu commitment qawwi mill-pajjiżi membri.", "Saret enfasi wkoll sabiex dawn id-direttivi, li huma tip ta' enforcements, ikunu parti mil-liġijiet tal-pajjiżi membri inkluż pajjiżna u hekk għamel il-gvern.", "Il-gvern minn dak iż-żmien 'il hawn għaqqad flimkien żewġ entitajiet li kienu importantissimi.", "Dawn huma s-sezzjoni mill-planning authority li kienet imsejħa l-environment management unit, li kienet tat kontribut tajjeb, u l-environment protection department li kien jagħmel parti mid- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Bil-liġi l-ġdida dawn iż-żewġ entitajiet proprju ngħaqdu flimkien u għandna l-awtoritaż magħrufa bħala l- Malta environment and planning authority.", "Dan ifisser li issa m'għandniex żewġ setturi maqsumin.", "Qabel spiss kienet issir il-mistoqsija: Min se jieħu ħsieb l-environment, il-planning authority li kellha l-environment management unit jew inkella d-dipartiment għall-ambjent dak li kellu l- environment protection department?", "Kien hemm konflitt bejniethom, imma llum il-ġurnata dawn ingħaqdu flimkien.", "B'dan il-mod għaqqadna l-isforzi tagħna flimkien biex isir sforz wieħed biex l-ambjent insostnuh kif għandu jkun.", "B'dan il-mod ukoll nittamaw li f'pajjiżna jiżdied ukoll l-enforcement f'dak li jirrigwarda l-ambjent.", "Mr Speaker, wieħed irid jikkonsidra wkoll li pajjiżna fih ftit inqas minn 400,000 ruħ pero' għandu biss area ta' madwar 330 kilometri kwadri, jiġifieri għandna pajjiż densely populated.", "Jekk niftakar tajjeb huwa Singapore li jgħaddina f'dik li hija densita'.", "F'kull kilometru kwadru aħna għandna jgħixu 1,200 persuna.", "Dan juri kemm f'pajjiżna hemm bżonn aktar tħaris l-ambjent b'mod speċjali fejn jidħlu aspetti li jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-poplu.", "Dan grazzi wkoll għal miżuri li ttieħdu matul iż- żmenijiet anke bit-twaqqif tal-planning authority u bl-istructure plan tagħha.", "Din l- istructure plan tieħu ħsieb li tinżamm ċerta art agrikola bħala l-pulmun ta' pajjiżna fejn wieħed jista' jmur jiddeverti, jieħu arja pura u nadifa.", "Nafu ma tantx huwa possibbli, imma qed nagħmlu kull mezz possibbli biex l-arja nżommuha kemm jista' jkun nadifa.", "Waħda mill-iktar affarijiet li rnexxiet mill-1988 'l hawn meta ħarġet it- temporary provision scheme ta' fejn jista' jinbena, fejn ma jistax jinbena qatt ma ġie mittiefes ħlief f'xi eċċezzjonijiet verament żgħar.", "Aħna naraw li anke dan ħalla effett pożittiv qawwi.", "Fil-fatt f'dawk li huma flats, minn 40% ta' l-ammont ta' applikazzjonijiet li kien hemm għand l-awtorita' ta' ippjanar fl-1993 telgħu għal 52% għax kien hemm l-ekonomija fuq l-art.", "Per eżempju maisonettes fl-1993 kellna 22% ta' l-ammont ta' applikazzjonijiet li kien hemm għand l-awtorita' ta' ippjanar u llum dawn telgħu għal 31%.", "Ta' min igħid li fil-każ ta' maisonette, fuq plot wieħed jinbnew żewġt idjar.", "It-terraced houses, minn 34% ta' l-applikazzjonijiet kollha fl-1998 illum niżlu għal 17% għax indunajna li ma jistax ikun li tibqa' tokkupa plot għalik waħdek imma jeħtieġ li tekonomizza l-art u f'dik is-sit iddaħħal iktar minn familja waħda.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kuxjenza nazzjonali beyond all proportions li għaddejja bħalissa dwar il-landfills.", "Nafu li fżdan il- qasam għandna problemi kbar bħal m'hija dik tal-Magħtab u x'se jsir minnha, pero` wieħed irid jifhem li ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż nibqgħu għaddejjin bl-idea li jqumu l-irwiefen kollha għal kull proposta li jkun hemm mingħajr ma jiġi studjat jew jiġi maħsub x'hemm wara dawk il-proposti.", "Jiena m'inix neħodha kontra n-nies ta' Birżebbuġa għax ma jridux li tinbena landfill ġewa Bengħisa u m'inix neħodha kontra dawk il-persuni li qegħdin viċin il-Magħtab fejn il-gvern qed jipproponi li ssir landfill oħra f'parti oħra, m'inix kontra dak is-settur li qed joġġezzjona minħabba l-impatt fuq it-turiżmu, imma rridu nifhmu li aħna mhux sempliċement qbadna biċċa area bħalma kient oriġinarjament il-Magħtab matul is-snin 70 u għedna li issa se jibda jintefa' l-iskart mingħajr l-ebda programm ta' xejn.", "Dan li l-poplu jrid jifhem li issa se jkun hemm programm ta' waste management.", "Hemm bżonn li wieħed jara x'inhuma l-impatti u mhux naqbdu u ngħidu le għal ħaġa.", "Il- gvern qed jonfoq miljuni ta' liri għal dan il-għan.", "Nafu x'jiġifieri meta għandek ħafna tipi ta' skart kollu mħallat flimkien.", "Il-household material, affarijiet tossiċi, affarijiet ta' industrija u materjal tax-xogħol tal- bini kollox imħallat flimkien u allura bilfors trid tara x'hemm u x' m'hemmx qabel tibda tagħmel xi ħaġa.", "Mr Speaker, niftakar li madwar sena jew sentejn ilu kien hemm proposta li viċin il-lokalita` tiegħi fejn kien se jkun hemm jkun hemm diviżjoni ta' l- iskart.", "Anke jien kont ipprotestajt, imma qabel ridt nara x'hemm fil- proposta.", "F'dak il-każ ma kienx se jkun hemm household waste imma kien se jkun hemm affarijiet tal-ħġieġ u ħadid, li dawn ma jħammġux u għandna bżonnhom.", "Hawnhekk jidħol il-kunċett tat-three R's jiġifieri reduce, re- use u recycle.", "Jekk m'aħniex se nimxu ma dan il-kunċett m'aħna se nagħmlu xejn.", "Irridu nimxu mil-lat pożittiv, ejja naraw x'inhu l-aħjar għal pajjiżna.", "Ejja naraw x'inhu l-iktar bżonn u ejja naraw li dak li nagħmlu nagħmluh sewwa, bil-għaqal u b'management tajjeb biex mhux jiġri li wara ftit imur out of hand kompletamnet.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll l-afforestation project li qed isir bħalissa.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern qed jaħseb fit-tul u mhux in the short term, u billi nikkritikaw li ma sar xejn ma nieħdu xejn.", "Qed isir xogħol u sar ukoll tindif ta' postijiet li ilhom żmien twil biex jitnaddfu.", "Dan l-aħħar rajna tindif fil-Kalkara, fin-naħa ta' Delimara u n- naħa ta' l-iMnajdra fejn kemm kien hemm postijite mimlijin terrapin, u materjal mormi matul is-snin li ħadd qatt ma ta kas.", "Il-gvern qabad il- barri minn qrunu u beda jnaddaf, jiġifieri qed nagħmlu xi ħaġa, pero` waqt li qed nagħmlu qegħdin ukoll nistudjaw għal-iktar ħidma estensiva biex pajjiżna nġibuh fi stat verament li jkun jixraq għal ġawhra tal-Mediterran.", "Ma tantx fadalli ħin u għalhekk naqgħlaq billi ngħid li hemm bżonn nagħtu kas tal-pollution.", "Qegħdin nikkontrollaw u qegħdin nieħdu miżuri biex innaqqsu l-ħsara tossika li qed issir fl-arja.", "Il-pollution ta' l-arja qed tkun ta' dannu għas-saħħa tal-pubbliku u jiena nispera li din il-materja terġa' tieħu spinta qawwija u jerġa' ssir sforz qawwi biex isir dak li hemm bżonn.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li hawn Mata rridu nkomplu ninkoraġġixxu dawk l-aġenziji li qegħdin jaħdmu kemm jifilħu fil-qasam ta' l-ambjent.", "Per eżempju l-kumpannija Maltija Edible Oil - u nsemmiha b'isimha għax verament ħadt pjaċir u kulmin għandu għal qalbu l-ambjent japprezza dak li qed tagħmel - qed tiġbor il-catering oil b'mod legali mill-catering establishments u tikkonvertih f'bio-diesel li ġie pprovat fil-fabbrika tagħha tagħha stess fuq xi makni.", "Nispera li jkolli ċans darb'oħra li nerġa' nkompli fuq din il-materja tant importanti, għax ikun tajjeb jekk kull wieħed u waħda minna jikkontribwixxi għal dan l-ambjent.", "M'għandniex noqogħdu biss ngħajtu u nikkritikaw imma għandna nikkritikaw anke pożittivament biex dak li għandu jsir, isir fl-aħjar interess għall- Maltin kollha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 11 ta' Ġunju, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦADDIEMA TEKNIĊI - OVERTIME", "32342.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir- responsabbilta` tad-dekasteru tagħha?", "Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f'kull dipartiment, in-numru ta' dawn il-ħaddiema kif ukoll is- sigħat li tħallsu minnhom fl-2001.", "|Diparti|Numru ta' |Numru|Numru | |ment |Ħaddiema |ta' |ta' | | |li ħadmu |sigħa|sigħat | | |overtime |t li |li | | |fl-2001 |nħadm|tħallsu | | | |u |fl-2001 | | | |fl-20| | | | |01 | | |Servizz|3 |296.5|276 | |i | | | | |Korpora| | | | |ttivi | | | | |Custome|535 |17,93|11,342 | |r | |7 | | |Service| | | | |s | | | | |Proġett|16 |1,587|1,491 | |i u | | | | |Żvilupp| | | |", "ĦADDIEMA TEKNIĊI - OVERTIME", "32344.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir- responsabbilta` tad-dekasteru tiegħu?", "Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill- ħaddiema tekniċi, eċċ f'kull dipartiment u s-sigħat li tħallsu.", "|Dipartim|Numru |Numru |Numru | |ent |ta' |ta' |ta' | | |ħaddiem|sigħat |sigħat | | |a |li |li | | |Li |nħadmu |tħallsu | | |ħadmu |fl-2001|fl-2001 | | |overtim| | | | |e | | | | |Fl-2001| | | |Uffiċċju|2 |85 |85 | |tal-Prim| | | | |Ministru| | | | |Dipartim|1 |704 |704 | |ent ta' | | | | |l-Inform| | | | |azzjoni | | | | |Stamperi|52 |9,555 |9,555 | |ja | | | | |tal-Gver| | | | |n | | | | |Uffiċċju|1 |392 |392 | |Elettora| | | | |li | | | |", "ĦADDIEMA TEKNIĊI - OVERTIME", "32345.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?", "Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f`kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu.", "|Diparti|Numru |Numru |Numru ta' | |ment |ta' |ta' |sigħat li | | |ħaddiem|sigħat |tħallsu | | |a li |li ħadmu|fl-2001 | | |ħadmu |f'overti| | | |l-overt|me | | | |ime |fl-2001 | | | |fl-2001| | | |M.J.L.G|NIL |NIL |NIL | |. | | | | |A.G. |NIL |NIL |NIL | |Law |1 |3 |3 | |Courts | | | | |Local |29 |2070.75 |2070.75 | |Council| | | | |s | | | |", "PULIZIJA - SAN ĠILJAN - BEJGĦ TA' XORB ALKOĦOLIKU", "33835.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija identifikawx xi ħwienet fl-inħawi ta' San Ġiljan, u dan mhux eżattament f'Paceville, li qed ibigħu fliexken tax-xorb alkoħoliku lil tfal li għad m'għandhomx 16-il sena?", "Jista' jara li l-pulizija tieħu ħsieb li ċerti ħwienet tal-merċa ma jibqgħux miftuħin wara l-ħin biex ma jsirx bejgħ ta' fliexken sħaħ ta' xorb alkoħoliku lil żgħażagħ taħt l-eta`?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma jirriżultax li ġew identifikati mill-pulizija xi ħwienet kif imsemmi fil-mistoqsija.", "Informat ukoll li l- pulizija tad-distrett ta' San Ġiljan jagħmlu ronda fl-inħawi, sabiex jassiguraw li l-ħinijiet ta` l-għeluq tal-ħwienet jiġu osservati.", "SKEJJEL - TUCKSHOPS/CANTEENS", "33836.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa kemm saru spezzjonijiet fit-tuckshops/canteens ta' l-iskejjel biex jiġi identifikat jekk hux qed isir bejgħ ta' dak li jissejjaħ junk food lit- tfal?", "F'liema skejjel saru?", "Meta?", "X'instab?", "Ittieħdu passi kontra min qed imexxi dawn it-tuckshops/canteens?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt għall-kiri ta' tuckshops, min imexxi t-tuckshop huwa marbut x'għandu u x'ma għandux ibigħ u fost dawn hemm il-junk foods.", "Matul din is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa, saru tliet spezzjonijiet minn spetturi tas-saħħa pubblika f'kull skola li fiha hemm tuckshop.", "Ma saru ebda rapporti, la minn dawn l-ispetturi sanitarji u lanqas mill-kapijiet ta' dawn l-iskejjel, li nbiegħu xi junk foods minn xi skola.", "PULIZIJA - LOGĦBA BEJN IL-BIRGU U ST.", "GEORGE'S", "33837.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi kemm għandu jkun hemm pulizija preżenti fil-grounds tal-football?", "Jista' jiġġustifika l-ftit pulizija li kienu preżenti għal-logħba tat-tielet diviżjoni play off bejn il-Birgu u St. George's fis-centenary stadium nhar il-Ħadd 19 ta' Mejju?", "Jaf il-Ministru li din kienet logħba magħrufa bħala high risk?", "Jaf li għal-logħba ta' inqas interess ikun hemm aktar pulizija?", "Jaf li f'din il- logħba partikolari l-pulizija ma setgħux jikkontrollaw kullimkien u kien hemm min qabeż fil-ground wara l-logħba?", "Jaf li weġġa' pulizija li ġie attakkat minn numru ta' supporters?", "Kontra kemm-il persuna ttieħdu passi fuq kontravvenzjonijiet ta' l-ordni pubblika fl-istess logħba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li għal-logħba msemmija mill-Onor.", "Interpellant il-pulizija ħadet ħsieb li jkun hemm numru adegwat ta' pulizija skond ma kienu jirrikjedu ċ-ċirkostanzi.", "Fil-fatt kien hemm 12-il pulizija u spettur.", "Dan huwa d-doppju li jkun hemm fin-normal.", "Informat ukoll li dwar l-inċident li nqala` fejn membru tal-korp weġġa' ħafif, hemm proċeduri pendenti quddiem il-qorti kontra erba' persuni.", "PULIZIJA", "33839.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fil-junctions imsemmija hawn taħt għal kull sena, mill-1987 sa l-1991?", "F'kemm minn dawn ġew irrapportati ġrieħi ta' natura gravi, u kemm minnhom kienu fatali? - roundabout ta' Santa Luċia (qabel tibda Triq tal-Barrani)", "- ħruġ minn Ħal Tarxien għal ġo Triq tal-Barrani", "- ħruġ mit-Triq tal-Gudja għal ġo Triq tal-Barrani", "- ħruġ minn Triq San Leonard għal ġo Triq tal-Barrani", "- ħruġ minn Vjal 25 ta' Novembru (Zejtun) għal ġo Triq tal-Barrani", "- roundabout ta' Bir-id-Deheb", "- ħruġ mit-triq ta' Marsaxlokk għal ġo Triq tal-Barrani.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.", "PULIZIJA", "33840.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fil-junctions imsemmija hawn taħt għal kull sena, mill-1997 sa 2001?", "F'kemm minn dawn ġew irrapportati ġrieħi ta' natura gravi, u kemm minnhom kienu fatali?", "- roundabout ta' Santa Luċija (qabel tibda Triq tal-Barrani)", "- ħruġ minn Ħal Tarxien għal ġo Triq tal-Barrani", "- ħruġ mit-Triq tal-Gudja għal ġo Triq tal-Barrani", "- ħruġ minn Triq San Leonard għal ġo Triq tal-Barrani", "- ħruġ minn Vjal 25 ta' Novembru (Żejtun) għal ġo Triq tal-Barrani", "- roundabout ta' Bir-id-Deheb", "- ħruġ mit-triq ta' M'Xlokk għal ġo Triq tal-Barrani.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li tagħrif dwar inċidenti tat-traffiku huwa disponibbli taħt forma komputerizzata mill-1 ta' Jannar 1998 u jinżamm bit-toroq u mhux eżatt bil-post kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Għaldaqstant it-tagħrif disponibbli huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "HOUSING - MOSTA", "33914.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament u li tgħix fis-sular ta' fuq jigi mogħti lilha flat groundfloor u dan minħabba mard li tbati minnu hija stess u minħabba li għandha familja li għadha qed trabbi, liema każ diġà huwa f'idejn il-housing?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-każ qed ikun ikkonsidrat.", "KUNSILLI LOKALI - PARKING", "33915.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ittieħdet id-deċiżjoni mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar li Triq Parades, San Pawl il- Baħar, fejn hemm ħafna residenti bil-karozza privata tagħhom, ġew esklużi li jipparkjaw ft-triq tagħhom stess meta ġiet imdaħħla bay kollha reserved li tibqa' sejra sal-kantuniera u eskludiet parkeġġ għal madwar 30 vettura?", "Jarax li din id-deċiżjoni li ttieħdet minn min hu suppost responsabbli, qed tiddiskrimina bil-kbir mar-residenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita` legali distinta u fil- qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabblitajiet tal-kunsill.", "NAXXAR - BEJGĦ TA' ART", "33918.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jinformana għal liema raġuni biċċa art ġewwa n- Naxxar (L581/77) ħarġet għall-bejgħ darbtejn u d-darbtejn ġiet irtirata?", "Hemm ħsieb li terġa' toħroġ u jekk iva, meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-offerti li saru fl-ewwel sejħa ma ġewx aċċettati minħabba li d-dipartiment ħass li seta' jġib prezz aħjar.", "Fit-tieni sejħa ż-żewġ offerenti li kienu interessati fuq din l-art bdew proċeduri legali kontra d-dipartiment ta` l-artijiet għax kull wieħed minnhom ippretenda li jieħu d-dritt ta` l-ewwel rifjut peress li din l-art tmiss ma' proprjeta` tagħhom.", "In vista ta` dan id-dipartiment iddeċieda li ma jagħti t-tender lil ħadd.", "It-tender tista` terġa` toħroġ meta d- dipartiment jidhirlu li ma hemmx problemi legali.", "PEMBROKE - LUNA PARK - SPETTURI TAS-SAĦĦA U S-SIGURTA`", "33919.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi spetturi tas-saħħa u s-sigurta` li marru jiċċekkjaw jekk il-volum qawwi ta' mużika tal-luna park f'Pembroke hijiex fil-limiti permissibbli?", "Xi spezzjonijiet għamlu?", "X'riżultati kien hemm f'dawn l-ispezzjonijiet?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-Awtorità għas-Saħħa u s- Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li hi responsabbli li jiġu osservati l- provvedimenti tal-liġi dwar is-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, ma rċeviet ebda rapport dwar l-ilment imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "B'danakollu, l-awtorità se tieħu l-passi neċessarji biex jiġi aċċertat li l-ħaddiema fl-istabbiliment indikat ma jsofrux dannu għal saħħithom.", "MOSTA - SKOLA SEKONDARJA LILY OF THE VALLEY", "33920.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi ħsarat strutturali jirriżulta li hemm fis-sala ta' l-iskola sekondarja Lily of the Valley tal-Mosta?", "X'effett ħallew dawn il-ħsarat fuq il-bqija tal-bini ta' l-iskola?", "X'passi se jittieħdu biex jissewwew dawn il-ħsarat u meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed jiġu verifikati analisi fuq is-saqaf tal-concrete tas-sala ta' l-imsemmija skola li x'aktarx ikun hemm bżonn li jinbidel.", "S'issa ma rriżulta ebda effett ieħor fuq il-bqija tal-bini ta' l- iskola.", "MELLIEĦA - TAS-SELLUM - ĊIMITERJU", "33921.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol li hemm ippjanat għar-riabilitazzjoni taċ-ċimiterju militari fl-inħawi tas-Sellun fil-Mellieħa biex ikun jista' jintuża mir-residenti tal-lokal?", "X'xogħol se jsir?", "Se jiġu offruti għall- bejgħ l-oqbra taċ-ċimiterju?", "Meta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li x-xogħol li hemm ippjanat għar- riabilitazzjoni taċ-ċimiteru militari fl-inħawi tas-Sellun fil-Mellieħa, aktar magħruf bħala tal-Jugoslavi għadu qed jiġi studjat.", "Diġà saru diskussjonijiet ma' l-Awtorità ta' l-Ippjanar dwar x'permessi jkunu meħtieġa għax-xogħol eventwali.", "Ix-xogħol meħtieġ fuq oqbra, passaġġi u soqfa huwa estensiv.", "Wara li tali xogħol jitlesta u n-numru ta' oqbra għall-bejgħ jiġi determinat, dawn jingħataw kif isir f'ċimiterji oħra tal- gvern, skond il-waiting list li diġà qiegħda tinżamm.", "PULIZIJA", "33925.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi hemm għall-attività li għaddejja tal-luna park f'Pembroke?", "Għal liema jiem u għal liema ħinijiet tista' topera din il-luna park?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-luna park imsemmija mill-Onor.", "Interpellant għandha permess li topera mit-2 sad-29 ta` Ġunju 2002, bejn id- 9.00 a.m. u s-1:00pm u mill-5:00pm sa nofs il-lejl.", "Dan il-permess tal- pulizija inħareġ wara li kien hemm clearance mid-dipartiment ta' l-artijiet u mill-kunsill lokali.", "PULIZIJA", "33926.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi lmenti rċeviet il-pulizija dwar storbju mil-luna park f'Pembroke?", "X'passi ħadet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-pulizija kellha lmenti permezz ta` telefonati anonimi, li f`dan il-luna park kienet qed tindaqq mużika b'volum għoli.", "Dan kien għall-ħabta ta' l-10:30 p.m. Il-pulizija aċċediet fuq il-post fejn instab li l-mużika li kien hemm kienet tali li normalment ikun hemm f`dawn il-luna parks.", "Madankollu il-persuna responsabbli ġiet imwissija mill-pulizija sabiex ma toħloqx inkonvenjent.", "PULIZIJA", "33927.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministu jgħid x'livell ta' volum ta' mużika għandu permess il-luna park f'Pembroke?", "X'evalwazzjoni saret mill-pulizija dwar il-livell ta' volum permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-permess maħruġ mill-pulizija għal- luna park imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huwa li l-mużika tista' tindaqq biss sal-11:00 p.m. Jekk ikun hemm ilmenti l-pulizija tinvestiga u tieħu l- passi meħtieġa skond dak li jirriżulta.", "GOZO CHANNEL - BEJGĦ TA' IKEL FUQ IL-VAPURI", "33928.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hemm nies impjegati mal-Gozo Channel li qed jieħdu ħsieb il-catering fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid sarx profitt jew telf mill-catering fuq il-vapuri?", "Tista' tgħid kemm kien it- telf jew profitt għas-sena li għaddiet?", "Tista' tgħid hux minnu li xi xogħol ta' l-ikel li jinbiegħ fuq il-vapuri mhux isir mill-impjegati tal- Gozo Channel?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-catering fuq il-vapuri tal-kumpannija Gozo Channel isir mill-impjegati ta' kuntrattur.", "Il-kumpannija timpjega direttament bniedem wieħed biss biex jieħu ħsieb l-operazzjoni tal- catering, inkluż il-kontroll.", "Sal-ġurnata tal-lum dejjem sar profitt mill-catering fuq il-vapuri, iżda minn meta l-kumpannija ħadet f'idejha l-operazzjoni tal-bejgħ mis-sena 2000, il-profitti żdiedu.", "Fis-sena finanzjarja li għaddiet, il-catering operation ħalliet qligħ nett ta' madwar Lm63,000.", "Nistgħu nikkonfermaw li x-xogħol ta' l-ikel li jinbiegħ fuq il-vapuri ma jsirx mill-impjegati tal-Gozo Channel.", "KOTTONERA - GĦALLIEMA - TALBA GĦAL TRASFERIMENT", "33933.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema mis-sena 1995 sal-lum fl-iskejjel ta' Bormla, Birgu, Isla u Kalkara separatament li talbu transfer?", "Kemm minnhom ġew milqugħa?", "F'liema lokalita` kienu residenti dawk li għamlu dawn it-talbiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba dwar l-iskejjel primarji msemmija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GOZO CHANNEL - INĠINIERA", "33934.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġranet daħlux inġiniera mal- kumpannija Gozo Channel?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' l- inġiniera li ġew ingaġġati?", "X'inhi n-nazzjonalita` ta' dawn l-inġiniera?", "Jekk fin-negattiv, hemm ħsieb li jiġu ngaġġati inġiniera mal-kumpannija msemmija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li b'seħħ mill-1 ta' Marzu ta' din is-sena, il-kumpannija Gozo Channel ingaġġat erba' chief engineers.", "Tnejn minn dawn l-inġiniera huma ta' nazzjonalità Bulgara, li wieħed minnhom ġie ingaġġat wara li Bulgaru ieħor irriżenja, wieħed Eġizzjan u wieħed Tork.", "Tajjeb jingħad li dawn l-inġiniera ġew ingaġġati wara li ma kienx hemm applikanti wara li saru l-proċeduri normali għall-impjieg f'kumpanniji parastatali.", "KOTTONERA - SKEJJEL - GĦALLIEMA", "33935.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġu posted għalliema ġodda?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li l-aħħar fl-għażla jkunu skejjel tal-Kottonera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema ġodda jiġu posted skond ir- riżultat (order of merit) ta' l-interviews u skond il-vakanzi li jkun baqa' wara li jkunu ġew effettwati t-transfers ta' l-għalliema regolari, skond it- talba tagħhom.", "Jiġi kkonsidrat ukoll il-post tar-residenza ta' l- għalliema.", "Ir-risposta għat-tieni domanda hija definittivament fin-negattiv peress li għalliema ġodda fil-Kottonera li jiġu minn ta' quddiem jintbagħtu fil- Kottonera.", "BORMLA - POLIKLINIKA", "33936.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jivverifika l-ilmenti li saru fil-konfront tal-poliklinika ta' Bormla nhar is-Sibt l-1 ta' Ġunju 2002, u dan għax ma nqdewx nies li marru biex jieħdu injections?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li skond investigazzjoni li saret jidher li fl-1 ta' Ġunju 2002 mar klijent bit-tarbija biex din tiġi mlaqqma fiċ- Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla.", "Jirriżulta li dak il-ħin l-infermiera kienet f'kamra oħra.", "Il-klijent, minflok ma stenna fil-waiting room, kif wieħed mistenni li jagħmel, iddeċieda li jitlaq.", "COACHES TA' SPORT", "33937.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm coaches ta' l-isport li għandhom il- permess jaħdmu ma' xi għaqda sportiva f'Malta u Għawdex?", "Kemm minnhom għandhom il-permess jaħdmu, anke fuq bażi part-time ma' xi skola?", "Taħt liema kondizzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment taż-żgħażagħ u sport ma jkollux informazzjoni dwar permessi ta' xogħol tal-coaches ta' l-isport.", "Id-dipartiment jagħmel biss rakkmandazzjonijiet lill-Management and Personnel Office meta jiġi mitlub jagħmel dan f'każ ta' coach barrani li japplika biex jaħdem f'Malta.", "Informat ukoll li ma hemmx coaches ta' l-isport li huma impjegati f'xi skola, la fulltime u lanqas part-time.", "Minn żmien għall-ieħor, assoċjazzjonijiet ta' l-isport jingħataw permess biex jagħmlu coaching f'xi skejjel ta' l-Istat, dejjem fil-kondizzjoni li ma jesiġux ħlas.", "ETC", "33939.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom aktar minn 40 sena u qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Mil-liema lokalità ġejjin?", "Kemm ilhom jirreġistraw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar persuni ta' 40 sena jew fuqhom li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'April 2002.", "BORMLA – BUS TERMINUS", "33940.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li terġa' tibda ssir karozza tal- linja diretta kull filgħodu mit-terminus ta' Bormla sa St. Luke's Hospital?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li diskussjonijiet ma' l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku dwar dan is-servizz għadhom għaddejjin.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - DIRECT ORDERS", "33944.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33789, jista' jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ, anke dawk li ingħataw wara talba għal quotation, mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum?", "Xi jkopri dan ix-xogħol?", "Lil min ingħata u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "DWEJRA", "33946.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 33780?", "B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 33656, tista' l-Ministru tgħid kemm-il fażi fih il- proġett tat-tindif tad-Dwejra?", "Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol li fadal u meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li x-xogħol li fadal isir mhux kompitu tal-Ministeru għal Għawdex.", "IMSIDA/SWATAR - TRIQ INDRI GRIMA", "33956.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex qabel jitkompla l-asfaltar ta' Triq Indri Grima, Swatar Imsida, jinbidlu s- servizzi li hemm peress li dawn huma antiki u jenħtieġ li jinbidlu?", "Jista' jieħu l-passi wkoll biex ix-xogħol jitkompla peress li bħalissa huwa wieqaf u dan b'inkonvenjent għar-residenti li saħansitra ma jistgħux jidħlu bil- karozza fejn joqogħdu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għat-toroq f'diskussjoni li kellu mal-utilities, irriżulta li dawn għandhom bżonn jibdlu biss il-komunikazzjonijiet tas-servizzi ta' l-ilma għal ġod-djar.", "Is-Sindku ta' l-Imsida informa lid-direttorat li r-residenti kienu nkwetati li l-main tad-drenaġġ seta' għandu xi ħsarat u għalhekk id-direttorat għat- toroq qed jieħu l-passi biex issir inspection bis-CCTV.", "Ix-xogħol għadu għaddej u l-kuntrattur ingħata struzzjonijiet mid- direttorat għat-toroq biex jassigura li kulħadd ikollu aċċess raġonevoli għall-proprjetà tiegħu.", "KORS UNIVERSITARJU - SUĠĠETTI", "33957.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 33815 għad hemm bżonn li f'suġġetti fil-livell advanced studenti bilfors iridu jgħaddu minnhom fl-istess sessjoni sabiex jidħlu f'xi kors l-università?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li biex jidħlu f'xi kors fl-universita`, l- istudenti għandhom bżonn iċ-ċertifikat tal-matrikola u li jissodisfaw ir- rekwiżiti għad-dħul fil-fakulta` li jixtiequ.", "Ir-regolamenti taċ- ċertifikat tal-matrikola jitolbu li l-kandidati jagħmlu żewġ eżamijiet fil- livell avvanzat u tliet suġġetti fil-livell intermedju u s-Systems of Knowledge f'sessjoni waħda, li tinkludi l-eżami ta' Mejju u l-eżami supplimentari f'Settembru.", "Biex jikkwalifikaw għaċ-ċertifikat, il- kandidati jridu jġibu minimu ta' 44 punt minn 100, u jgħaddu minn suġġett ta' Grupp 1 (lingwa), suġġett ta' Grupp 2 (suġġett umanistiku jew suġġett kummerċjali), suġġett ta' Grupp 3 (xjenza jew matematika) u s-Systems of Knowledge.", "Ir-rekwiżiti għad-dħul fil-fakultajiet huma differenti minn fakulta` għall-oħra.", "ŻBILANĊ KUMMERĊJALI", "33958.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-gvern sabiex jindirizza l-iżbilanċ kummerċjali li jeżisti bejn Malta u pajjiżi li huma membri sħaħ fl-UE, meta skond l-istess quarterly review tal-bank ċentrali dan l-iżbilanċ qed jikber sakemm laħaq il-figura inaċċettabbli li Malta timporta 60% tal-bżonnijiet tagħha mill-UE u tesporta biss 30% tal-prodotti tagħha lejn l-UE?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant għal dan li ġej:", "M'huwiex il-gvern li jiddeċiedi kif jimxi l-kummerċ, iżda l-privat.", "Meta fil-passat il-gvern ipprova jikkontrolla l-kummerċ billi żamm l- importazzjoni minn ċerti pajjiżi, kif ukoll permezz ta' kontrolli oħra, dan xejn ma kellu effett sabiħ fuq l-ekonomija.", "Ta' min isemmi li parti kbira mill-materjal importat u esportat tirrifletti l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' kumpannija waħda ta' l-elettronika li tesporta ħafna lejn l-Istati Uniti.", "Jekk jitneħħa l-valur ta' materjal importat u esportat minn din il-kumpannija mit-total globali allura l- pożizzjoni tkun ferm differenti.", "Ta' min jgħid ukoll li m'għandniex biss inħarsu lejn il-kummerċ fil- prodotti meta nanalizzaw il-pożizzjoni kummerċjali esterna ta' Malta.", "Niftakru li Malta tiddependi ħafna mill-esportazzjoni ta' servizzi bħalma huma t-turiżmu, servizzi finanzjarji u trasport.", "Jekk jingħaddu dawn il- figuri allura l-kummerċ ma' l-Ewropa jiżdied sew.", "MEPA", "33959.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal major projects quddiem l-MEPA?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma għal outline development permits?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li hemm 239 applikazzjoni pendenti quddiem l-MEPA li ġew riferuti lill-major projects team għall-ipproċessar.", "11 minn dawn l-applikazzjonijiet huma outline applications.", "MEPA", "33960.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-MEPA għall-bini ta' towers?", "F'liema lokalitajiet huma dawn l-applikazzjonijet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li m'hemm l-ebda applikazzjoni pendenti quddiem l-MEPA li d-deskrizzjoni ta` l-iżvilupp tagħha tinkludi l- kelma \"tower\".", "GUDJA - SKOLA", "33961.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li l-Ministru kemm-il darba ta l-assigurazzjoni tiegħu lin-nies tal-Gudja li l-iskola se jsirilha l-maintenance li tenħtieġ, jista' l-Ministru jagħti ħjiel ta' meta dan il-maintenance fuq l-iskola tal-Gudja fil-fatt se jsir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ċertu xogħol bilfors irid isir meta l- iskola tkun vakata mill-istudenti.", "Għalhekk ix-xogħol ta' maintenance se jsir fil-vakanzi tas-sajf.", "KUNSILLI LOKALI - MINIBUSES", "33962.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-ko-operattiva tal-minibuses ta' kull vjaġġ li għamlet waqt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru f'Marzu li għadda u kemm kien l-ammont globali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-ko-operattiva tal-minibuses tħallset Lm17.95 għal kull vjaġġ li għamlet waqt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru f'Marzu li għadda u l-ammont globali kien ta' Lm1,633.45.", "SWATAR/IMSIDA - TRIQ INDRI GRIMA", "33963.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir fi Triq Indri Grima, Swatar, Msida jista' l-Ministru jara li jiġu ikkunsidrati t-talbiet tar-residenti fil-petizzjoni mibgħuta lilu jiġifieri li s-servizzi infrastrutturali jiġu mibdula u sir retaining ħalli jilqa' għall-ammont kbir ta' radam li hemm fil-pedamenti ta' din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tar-risposta Parlamentari Numru 33956.", "Dwar il-bini tar-Retaining Wall ninsab infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jeżamina jekk hemmx il-ħtieġa għal dan ix-xogħol.", "ĦABS", "33964.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu fil-każ ta' sejba ta' żewġ joints tal-hashish li kienu nstabu fuq conduit casing fid-division 5 tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin xi xhur ilu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-inċident imsemmi qatt ma ġie rrapurtat lill-awtoritajiet tal-ħabs.", "Ninsab infurmat ukoll li kull meta instabet xi sustanza suspettuża l- awtoritajiet tal-ħabs dejjem infurmaw lill-pulizija b'dan u kull meta kien il-każ saret inkjesta maġisterjali.", "ĦABS", "33965.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċjal li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbgħatu separatament tneħħa mill-SRT għaliex xi xhur ilu, waqt li l- persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament kien qiegħed fuq prison leave, l-uffiċjal konċernat tat xi orndi biex ma jġibx ruħu b'ċertu mod waqt li kien fil-kumpanija ta' martu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li mhux minnu li l-uffiċjal indikat separatment fil-mistoqsija tneħħa mill-SRT għar-raġunijiet msemmija fil- mistoqsija.", "Skond ir-records li jinżammu mill-awtoritajiet tal-ħabs, dan l-uffiċjal qatt ma għamel skorta mal-priġunier indikat fl-istess mistoqsija kull meta dan il-priġunier ibbenefika minn prison leave, ħlief f'okkażżjoni waħda li kienet fit-18 ta` Awissu 1998.", "ĦABS", "33966.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid li l-priġunier li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament kien jew għadu jinsab fi stat ħażin minħabba abbuż ta' droga u ilu ma jiġi mibgħut għall-urine check għal diversi ġimgħat minkejja l-sitat ovvju li jinsab fiħ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-priġunier indikat separatament fil- mistoqsija ittieħditlu l-urina darbtejn din is-sena.", "Darba fl-24 ta' Frar 2002 u l-oħra fit-2 ta' Marzu 2002.", "Fiż-żewġ okkażżjonijiet ir-riżultat kien negattiv.", "Fil-11 ta' Marzu 2002 il-priġunier imsemmi rrifjuta li jagħti l-urina u għalhekk ittieħdu passi dixxiplinari kontrih skond ir- regolamenti ta` l-1995 dwar il-ħabs.", "Ninsab infurmat ukoll li l-imsemmi priġunier qed jiġi segwit regolarment mit-tobba tal-ħabs u qed isirulu l-eżamijiet u t-testijiet kollha meħtieġa.", "Minħabba s-sigriet professjonali, ir-riżultati ta` dawn l-eżamijiet ma jiġux ikkomunikati lill-awtoritajiet tal-ħabs.", "PULIZIJA", "33967.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċjal li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament kien irrapporta sick waqt li kien qiegħed jaħdem fl- uffiċini tal-partit nazzjonalista fil-Pieta`?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li kull meta t-tabib tal-ħabs jew xi uffiċjal għoli tal-ħabs marru fir-residenza ta` dan l-uffiċjal meta kien bis-sick leave, dan dejjem instab id-dar ħlief f`okkażżjoni waħda.", "Fl-1 ta' April 2002, għal ħabta tas-7pm saret spezzjoni għal għarrieda fir- residenza ta` dan l-uffiċjal u dan ma fetaħx il-bieb.", "Sar rapport u ttieħdu passi dixxiplinari kontrih.", "Instab ħati u bħala kastig inqatgħetlu ġurnata paga.", "L-Awtoritajiet tal-Ħabs qatt ma rċevew informazzjoni li l-uffiċjal imsemmi kien qed imur jaħdem fil-post indikat fil-mistoqsija meta dan kien bis-sick leave.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu informazzjoni dettaljata u jista' jindika xi xhieda li jistgħu jwasslu biex dan il-każ jiġi ippruvat, ikunu jistgħu jittieħdu l-proċeduri neċessarji.", "HOUSING", "33968.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Rigward l-istallazzjoni tal-lifts fl- appartament tal-gvern fil-Furjana jista' l-Ministru jgħid: i) hemmx xi żviluppi dwar l-użu tal-bitħa fil-każ tal-fond bl-indirizz 46 Triq Sant' Anna Floriana ii) hemm xi żviluppi dwar l-istallazzjoni fil-fond bl-indirizz 55 Triq is- Sur Floriana?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Infurmat li dwar fond numru 46, Triq Sant' Anna Floriana, it-tromba tat-taraġ hija dejqa wisq biex takkomoda lift filwaqt li ma jidhirx li hemm bitħa fejn jista' jiġi nstallat lift.", "Fir-rigward tal-fond numru 55, Triq Is-Sur Floriana l-każ huwa simili.", "Fiż-żewġ każijiet għad trid issir spezzjoni minn Engineer biex jikkonferma jekk hemmx possibilitajiet oħra.", "ENEMALTA", "33972.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l- investigazzjoni kif rakkmandata fil-mistoqsija parlamentari 33306?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li saret riferenza għaliha qed tiġi pproċessata.", "Din ħadet fit-tul prinċipalment minħabba li riedet tiġi investigata fid-dettall peress li l-post jinsab 'il bogħod aktar mil-limitu li jipprovdu r-regolamenti għall-provvista ta' l- elettriku (electricity supply regulations).", "L-istima issa inħadmet u ġiet mibgħuta lill-applikant.", "Ix-xogħol ikun jista' jsir appena l-applikant jaċċetta l-istima li intbagħtitlu.", "HOUSING", "33973.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlas li jrid jieħu lura l-gvern mingħand dawk l-inkwilini ta' flats fejn ġew stallati l-lifts mill-awtorita` tad-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-awtorita' tad-djar għandha tieħu lura s-somma ta' Lm8,275 mingħand is-sidien ta' l-appartamenti fejn ġew stallati l-lifts.", "Din is-somma tirrappreżenta 50% mis-sehem li diversi sidien ta' l-appartamenti kellhom iħallsu filwaqt li l-Awtorita' tissussidja l-50% l-oħra.", "Inkwilini li mhumiex sidien ta' l-appartamenti fejn jiġu stallati lifts mill-awtorita` ma jħallsu ebda sehem għall-istallar.", "WSC", "33974.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga b'mod urġenti l-main ta' l-ilma fi Triq Żabbar, Raħal il-Ġdid (quddiem il-Fleming Pharmacy) li ilu ħiereġ ilma minnu għal dawn l-aħħar jumejn, u jara li jsirulu t-tiswijiet meħtieġa mill- aktar fis?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-ħsara imsemmija issewwiet.", "BENEFIĊĊJU", "33975.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li kull persuna li hi ntitolata jew tingħata l-karta anzjana tingħata ukoll lista ta' benefiċċji jew servizzi li l-persuna li tkun intitolata għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li għalkemm dawk li jingħataw il- karta anzjan, meta jmorru jiġbruha, jiġu nfurmati verbalment bil-benefiċċji u s-servizzi li huma ntitolati għalihom, id-dipartiment konċernat se jikkunsidra s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "QORTI", "33976.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi jsir minnhom is-snieter tal-kaċċa li jiġu kkonfiskati mill-qrati?", "Kemm hemm minnhom fil-preżent u taħt liema kustodju jinsabu kemm-il darba dawn ma jiġux distrutti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-snieter li jiġu konfiskati mill-qrati jew jinżammu f`post apposta fil-bini tal-qorti jew jiġu distrutti.", "Ma tinżammx statistika ta' snieter konfiskati għalkemm tinżamm lista ta' kull għamla ta' snieter miżmuma.", "Dawn is-snieter jinżammu taħt il-ħarsien ta' l-uffiċjal inkarigat mill- esebiti.", "ĦABS", "33977.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-probation li qed jaħdmu fil-preżent mad-dipartiment tas-servizzi korrettivi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta' uffiċjali tal-probation li qed jaħdmu mad-dipartiment tas-servizzi korrettivi hu ta' żewġ senior probation officers, u tmien probation officers.", "Ninsab infurmat ukoll li waħda mill-probation ifficers qiegħda barra minn Malta fuq study leave, filwaqt li probation officer oħra hija mislufa lid- dipartiment tal-pulizija.", "PULIZIJA – PROBATION OFFICERS", "33978.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm probation officers fi ħdan il- probation services?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellanti għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 33977 f'din l-istess seduta.", "PULIZIJA – PROBATION OFFICERS", "33979.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-probation officers preżenti humiex jilħqu l-iskopijiet li għalihom twaqqfet il-liġi l-ġdida tal- probation u jekk le x'biħsiebu jagħmel il-ministru sabiex l-effiċjenza li hi indikata fil-liġi tiġi milħuqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liġi l-ġdida tal-probation għadha ma ġietx fis- seħħ.", "L-Onor.", "Interpellanti tapprezza li wieħed ma jistax jagħmel ġudizzju dwar jekk il-probation officers preżenti humiex jilħqu l-iskopijiet li għalihom twaqqfet il-liġi ġdida.", "Dan għax kif qed tindika l-istess mistoqsija, il- liġi l-ġdida hija mistennija żżid l-effiċjenza, apparti li l-introduzzjoni ta` servizz ġdid, ċioe` s-servizz fil-kommunita`, jenħtieġ ċerti preparamenti.", "Biex din il-liġi ġdida tkun effettiva, hija meħtieġa ukoll il- kooperazzjoni, fost l-oħrajn tal-pulizija, tal-qrati, ċerti NGOs u l- pubbliku in ġenerali.", "Għaldaqstant għadu prematur li tingħata risposta dettaljata f`dan l- istadju.", "PULIZIJA – PROBATION OFFICERS", "33980.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir xogħol ieħor mill- probation officers barra x-xogħol assenjat lilhom mill-qorti?", "Jekk fl- affermattiv x'inhu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li minbarra x-xogħol assenjat lilhom mill-qorti, il-probation officers qed jiġu assenjati ukoll xogħol fil- faċilita` korrettiva ta` Kordin speċifikament fit-taqsima taż-żgħażagħ.", "Ninsab infurmat ukoll li kull priġunier qed jiġi assenjat probation officer biex l-istess priġunier ikun jista` jiġi segwit kemm idum fil-ħabs.", "PULIZIJA – PROBATION OFFICERS", "33981.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-caseload preżenti ta' kull probation officer?", "Kemm għandha tkun il-kwota tal-caseload ta' kull probation officer?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-caseload taż-żewġ senior probation officers hija ta` 18-il każ kull wieħed, filwaqt li l-caseload tal-probation officers hi ta' 73, 94, 59, 63, 59 u 65 każ rispettivament.", "Ninsab infurmat ukoll li l-kwota tal-caseload ta' senior probation officer hija ta` 12-il każ filwaqt li dik ta` probation officer hija ta` 35 każ.", "Tajjeb li jingħad li sfortunatament, minkejja li ta` kull sena, il- ministeru qiegħed jissussidja kors fl-universita`, mhux kulmin jispiċċa l- kors qed juri ħajra jidħol għal dan ix-xogħol interessanti imma impenjattiv.", "B`danakollu din is-sitwazzjoni hi ħafna aħjar minn dak iż-żmien meta minkejja li kellna liġi tal-probation, għal snin twal kien hemm probation officer wieħed u ġieli tnejn biss.", "PULIZIJA – PROBATION OFFICERS", "33982.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa sabiex jiġu ngaġġati probation officers ġodda?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "Jista' jgħid kemm beħsiebu jimpjega probation officers ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li diġa` inbeda il-proċess biex toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal postijiet ta` probation officers/trainee probation officers.", "Hemm il-ħsieb li f`dan l-istadju, jiġu impjegati massimu ta` erba` probation officers hekk kif jitlesta l-proċess kollu.", "ENEMALTA", "33986.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet jew se tieħu l-Enemalta biex tiġi msaħħa l-provivsta ta' dawl fl-inħawi tal-Bidni f'Ħaż-Żabbar/Wied il-Għajn?", "Billi hemm diversi lmenti minn residenti dwar provvista baxxa tad-dawl li qed toħloq inkonvenjent lir-residenti, possibbli l-Enemalta tieħu l-passi meħtieġa biex din il-problema tiġi riżolta u biex ir-residenti jkunu nfurmati dwar xi pjanijiet għandha l-Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FORTI CHAMBRAI", "33999.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' forti Chambrai?", "Huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant Taljan Roberto Memmo jiżganċja ruħu mill-proġett?", "F'hiex wasal il-proġett innifsu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ŻABBAR – PJAZZA MEDJATRIĊI", "34000.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru Fi Pjazza Medjatriċi, Żabbar humiex isiru mill-gvern?", "Jekk iva, meta nbeda x- xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fi Pjazza Medjatriċi, Żabbar qed isir mill-kunsill lokali.", "Ix-xogħol f'din il-pjazza beda f'Awissu 2001 u għandu jitlesta sa Awissu 2002.", "ŻABBAR - PJAZZA S-SLIEM", "34001.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fi Pjazza s-Sliem, Żabbar humiex qed isiru mill-gvern?", "Jekk iva, meta nbeda x- xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fi Pjazza s- Sliem, Żabbar, qiegħed isir mill-kunsill lokali.", "Ix-xogħol f'din il-pjazza kien parti minn xogħlijiet li saru mill-kunsill fi Triq is-Santwarju u hu maħsub li jitlesta sal-bidu ta' Awissu 2002.", "ŻABBAR - TRIQ SPADARO", "34002.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru permezz tar-roads department jidħol biex jagħmel patching ta' Triq Spadaro Żabbar għax minkejja li din taqa' taħt il- kunsill lokali tinsab fi stat ħażin ħafna?", "Billi din it-triq hi waħda prinċipali possibli r-roads department jikkunsidra li jagħmel il-patching hu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-direttorat għat-toroq biex jagħmel inspection fit-triq sabiex ikun jista' jiġi kwantifikat ix-xogħol li jrid isir kif ukoll minn min għandu jsir.", "TRASPORT PUBBLIKU", "34003.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hux possibbli li l-awtorita` għat- trasport pubbliku tikkunsidra li terġa' tressaq il-bus stop, għal mal-ġemb tal-knisja parrokkjali fi Pjazza Medjatriċi (ħdejn il-mużew tal-knisja parrokjali) fejn kien oriġinarjament peress li mindu tressaq għal Labour Avenue, f'Ħaz-Zabbar, jinsab ftit 'il bogħod minn fejn kien oriġinarjament bosta anzjani li qabel kienu jsibu l-bus stop ħdejn il-knisja konvenjenti issa qed issibuha diffiċli jimxu sal-bus stop il-ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li wara li kien sar xogħol biex isebbaħ il-Pjazza Medjatriċi rriżulta li ma kienx aktar possibbli li l-bus stop jibqa' fejn kien.", "Għaldaqstant, tressaq għal Labour Avenue.", "Ta' min ifakkar li ftit 'l isfel fi triq is-Santwarju hemm il-venda kif ukoll bus stop ieħor faċċata tagħha.", "ENEMALTA", "34004.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'rifirenza għall-mistoqsija preċedenti tiegħi jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta jgħid x'passi ħadet l-Enemalta biex Triq is-Santwarju Żabbar tinxtegħel kollha għax s'issa din għadha mhux mixgħula kollha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li din it-triq hija fir- responsabbilta` tal-kunsill lokali.", "Il-Korporazzjoni Enemalta diga` ipprovdiet il-materjal neċessarju biex tkun tista' tinxtegħel kollha.", "PULIZIJA", "34005.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se titneħħa l-vettura abbandunata ġo garaxx privat bla bieb ta' l-għamla Ford Cortina bajda numru ta' reġistrazzjoni JAS 718 ġewwa triq ġdida fi Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ f'bitħa garaxxijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-pulizija qed tistħarreġ sabiex issib lis-sid tal-garaxx imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "QORTI", "34007.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb għal mistoqsija numru 33852 u jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex din is-sena ma ġietx appuntata subbasta waħda?", "X'beħsiebu jagħmel biex dan in-nuqqas serju jiġi rimedjat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien infurmat li wara li fil-Qorti t`Għawdex ġiet appuntata direttur għal dik il-qorti, qamu xi problemi dwar min għandu jkollu responsabbilta` għal dawn is-subbasti.", "Jien infurmat ukoll li x- xogħol relattiv issa beda jsir u hu mistenni li l-15-il subbasta li hemm pendenti jigu appuntati dalwaqt.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA` SOĊJALI - APPELL", "34010.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li appell ta' missier li l- partikolaritajiet jidhru separatament li qiegħed jistenna mill-arbitru jitmexxa 'l quddiem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu se tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.", "MIC", "34011.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-MIC mill-1999/2000/2001 sal- lum, sena b'sena?", "Jista' jgħid fiex intnefqu l-flus f'din is-sena, xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SENSJI", "34012.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33811 u jista' jgħid liema huma dawk l-ażjendi u l-fabbriki li taw is-sensji lill-ħaddiema f'dawn l-aħħar tliet snin jiġifieri minn Settembru ta' l-1998 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għall-aħħar parti tat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 33500 f'seduta numru 738.", "DREDGER", "34013.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fuq id- dredger ''Il-Kennies''?", "Jista' jgħid kemm hemm Maltin u kemm hemm barranin jaħdmu fuqu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li sal-lum l-awtorita` marittima ta' Malta ma tistabbilixxix in-numru ta' impjegati fuq id-dredgers.", "Mgħarraf ukoll li ma jeżisti l-ebda dredger bl-isem ta' \"il-Kennies\".", "X-RAYS", "34014.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi jsir mill-x-rays ta' pazjenti wara l-mewt tagħhom?", "Wara kemm żmien jiġu distrutti u kif jiġu meqruda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-proċedura ma nbidlitx għal dawn l- aħħar snin.", "Ninsab infurmat li wara l-mewt ta' pazjenti, d-dipartiment tar-radjoloġija jieħu passi sabiex jiġi stabbilit jekk X-Rays ikunux suġġetti għal xi inkjesta maġisterjali jew mitlubin bħala materjal għal tagħlim.", "F'każ li jiġi stabbilit li l-films ma jkunux meħtieġa, dawn jintbagħtu sabiex jiġi rkuprat il-fidda minnhom.", "Il-poċess jiġri bejn ġimgħatejn u tliet xhur mill-mewt ta' l-individwu.", "VAT", "34015.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara li fid-dipartiment tal-VAT, first floor, ikun hemm aktar prudenza, u l-imprudenza ta' użu ta' speakers kbar għad-daqq ta' mużika tispiċċa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tal- VAT dejjem insista ma' l-istaff biex tintuża l-prudenza waqt il-ħin tax- xogħol fl-użu ta' kull mezz ta' kommunikazzjoni, inkluż l-computers.", "Fejn tirriżulta l-imprudenza msemmija fil-mistoqsijsa ta' l-Onor. membru, jittieħdu passi konkreti biex din l-imprudenza tinqata' minn għeruqha.", "PAZJENTI", "34016.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi jsir mill-files personali tal-pazjenti li jmutu u li l- każ tal-mewt tagħhom ikun għaddej minn investigazzjonijiet tal-maġistrat?", "Wara kemm żmien jiġu distrutti u kif jiġu meqruda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-files personali tal-pazjenti li mietu, u li l- każ tal-mewt ikun għaddej minn investigazzjonijiet tal-maġistrat, jittieħdu fuq struzzjonijiet tal-qorti, mill-maġistrat.", "Wara li tiġi konkluża l- investigazzjoni, il-files jiġu ritornati lid-dipartiment u jiġu merfuha.", "ĦADDIEMA BOARDED OUT", "34017.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi jsir mill-files personali ta' dawk il-ħaddiema li jersqu quddiem il-bord biex jiġu boarded out minn mal-gvern?", "Wara kemm żmien jiġu distrutti u kif jiġu meqruda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li d-dokumenti li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant jiġu merfugħa f'post flimkien ma' dokumenti oħra.", "PAZJENTI", "34018.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi jsir mill-files personali tal-pazjenti wara li dawn imutu?", "Wara kemm żmien jiġu distrutti u kif jiġu meqruda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-files personali tal-pazjenti ma jiġux meqruda iżda jinżammu f'post apposta fl-iSptar Monte Carmeli.", "ĊENTRU TAL-ĦIDMA SOĊJALI", "34019.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn telephone box li minnha jċemplu l-ħaddiema tneħħiet mill-basement taċ-ċentru tal-ħidma soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li t-telephone box li kien hemm fl-entratura taċ-ċentru hi għal persuni għomja għalhekk sibna li hi aktar aħjar li din it-telephone box tkun fid-dining room taċ- ċentru ħalli l-klijenti jkollhom aktar privatezza waqt li jkunu jitkellmu.", "UNITED NATIONS - KONFERENZA", "34020.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kenietx rappreżentata fl-aħħar konferenza li saret mill-United Nations fuq it-tfal?", "Jekk iva, minn min?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- kontribut dokumentat ta' pajjiżna għal din il-konferenza?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar konferenza speċjali tal-ġnus magħquda dwar it-tfal, li saret ix-xahar l-ieħor Malta kienet rappreżentata mill-Onor Helen D'Amato u mill-Ambaxxatur Malti għall-Ġnus Magħquda fi New York.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li l-Onor.", "D'Amato għamlet fil-konferenza bħala l-kap tad-delegazzjoni Maltija.", "ENEMALTA", "34021.", "L-ONOR.", "JOSEPH SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li każ konċernat ta' twaħħil ta' bozza li kellu jsir fi Triq Lepanto kantuniera ma Triq St. Francis Marsaxlokk u għalfejn din għadha ma twaħħlitx?", "Jista' jara li din teħel pero` aktar 'il ġewwa bejn il-fond bl-isem taż-Żebbug u Għajn ix-Xemx fi Triq Lepanto?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.", "VAT", "34022.", "L-ONOR.", "JOSEPH SAMMUT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara li jittieħdu passi immedjati sabiex fid-dipartiment tal-VAT il-computers, b'mod partikolari s-sistema ta' l-internet, ma tibqax tintuża għal skopijiet ħżiena, saħansitra pornografiċi?", "X'possibilita' hemm li ssir investigazzjoni sabiex ma jkunx hemm abbuż bħal dan?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-internet fid- dipartiment tal-VAT huwa limitat għal numru żgħir ħafna ta' uffiċjali u dan biex jintuża għal skopijiet ta' nformazzjoni u aċċess ta' dokumenti relatati mal-VAT.", "Bħalma jsir f'oqsma oħra, minn żmien għal żmien isiru spezzjonijiet biex wieħed jiżgura li ma jsirux abbużi b'din il-faċilita' ta' teknoloġija moderna.", "Wieħed irid ikun speċifiku għal xiex qiegħed jirriferi.", "Jista' jkun, per eżempju, li wieħed jirċievi affarijiet fuq l-e-mail li ma jkunx talab għalihom.", "Fil-fatt illum, fuq l-indirizz ta' l-e-mail tiegħi tal- Gvern qiegħed nirċievi propaganda tal-MLP mingħajr ma tlabt għaliha u mingħajr ma ridtha.", "Fejn ikun hemm abbuż, jittieħdu l-passi dixxiplinari skond ir-regolamenti."]} {"filename": "20000503_287d_par.doc", "date": "2000-05-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 287 L-Erbgħa, 3 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 287", "L-Erbgħa, 3 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "287", "L-Erbgħa, 3 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 259", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 259", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 260", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 286 li saret fit-3 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "POLITIKA SOĊJALI - SAFAR", "14199.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill- ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Fil-perijodu msemmi d-dekasteru kien jinkorpora dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet differenti minn dawk tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, allura għaliex kienu differenti ma ningħatawx risposta?", "Jiġifieri l-Viċi Prim Ministru lanqas jindenja ruħu jagħti informazzjoni fuq dawk id-dipartimenti li dak iż-żmien kienu jaqgħu taħt dan il-ministeru?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, mhux kif inhi l-mistoqsija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, mela m'għandniex għalfejn noqogħdu hawn biex ma ningħatawx risposta.", "Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.10 p.m. il-Kamra ġiet sopiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tikkonstata li m'hawnx in-numru meħtieġ ta' membri kif jitolbu l-istanding orders u għaldaqstant il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn bl-istess aġenda.", "Fis-6.17 p.m. il-Kamra aġġornat għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Mejju, 2000 fis- 6.00 p.m. bl-istess aġenda.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FINANZI - SAFAR", "14200.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għar-rigward tad-dipartimenti jkun pubblikat kull sena fil-financial report taħt Item 28 - Travel.", "Għar-rigward ta` l-entitajiet l-oħra fid-dekasteru, inħoss li l-interess li jista` jkun hemm fit-tagħrif mitlub ma jiġġustifikax ix-xogħol involut fil-ġbir tiegħu.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR", "14201.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "JOE BORG: Bħalma kelli l-okkażjoni nirrispondi f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "AMBJENT - SAFAR", "14202.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalma kelli l-okkażjoni nirrispondi f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "BIEDJA U SAJD - SAFAR", "14203.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l- 1996 mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalma kelli l-okkażjoni f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l- ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "SAĦĦA - SAFAR", "14204.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill- ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħalma kelli l-okkażjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l- ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "TIMESHARE - PERMESSI", "15457.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'permessi għandha l-kumpannija tat-timeshare worldwide holiday biex timpjega Maltin u barranin magħha?", "Xi spezzjonijiet saru mill-ETC minn Settembru, 1999 sal-lum biex jiġi stabilit jekk din il-kumpannija hijiex tħaddem Maltin u barranin bla ktieb tax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, minn żmien għal żmien, tagħmel spezzjonijiet f'diversi kumpaniji u organizzazzjonijiet.", "Il-korporazzjoni dejjem taġixxi b'mod immedjat meta jew tirċievi xi rapport jew ikollha xi suspett li hemm xi persuni jaħdmu b'mod illegali.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-korporazzjoni ma għandha l-ebda tagħrif dwar il-kumpanija bl-isem timeshare worldwide holiday għaldaqstant l-informazzjoni li qed tintalab ma tistax tingħata.", "FAĊILITAJIET RIKREATTIVI", "15460.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jappoġġa t-talba ta' dawk - dokument qed jintbagħat separatament - li jixtiequ li sit li jista' jiġi żviluppat għal faċilitajiet rikreattivi u sportivi ma jingħatax lil min irid jagħmel pompa tal-petrol fil-post b'detriment għall-facilitajiet sportivi eżistenti u għall-iskola tal-gvern fil-viċin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14678 mogħtija mill-Ministru ta' l- Intern, inżid li ninsab informat li d-dipartiment taż-żgħażagħ u sport ma għandux ta' żvilupp fis-sit konċernat għax is-sit ma jaqax fil-kriterji stabiliti.", "Għar-rigward tad-detriment imsemmi jidhirli li għandi noqgħod fuq id- deċiżjoni meqjusa ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, li nifhem li tkun ukoll qed tieħu in konsiderazzjoni l-pożizzjoni dikjarata tal-kunsill lokali.", "KURRIKULU NAZZJONALI - SOTTO KUMITATI", "15562.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li twaqqfu sotto-kumitati biex jiddiskutu l- implimentazzjoni ta' partijiet tal-kurrikulu nazzjonali?", "Jista' jagħti lista tal-membri ta' dawn is-sotto-kumitati?", "Meta għandhom jippreżentaw ir- rapport finali tagħhom?", "Xi jkun il-pass li jmiss wara li jsir dan ir- rapport finali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nikkonferma li twaqqfu 18-il sotto-kumitat biex jiddiskutu l-implimentazzjoni ta' partijiet tal-kurrikulu nazzjonali.", "Lista ta' dawn il-kumitati tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Dawn il-kumitati mistennija jippreżentaw ir-rapporti finali sa l-aħħar ta' Mejju.", "Il-pass li jmiss hija konferenza nazzjonali li fiha jiġu ppreżentati u diskussi dawn ir-rapporti.", "WSC - KONTIJIET", "15563.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "14837 dwar ilmenti dwar kontijiet tad-dawl u ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numri 14269, 14313 u 14848 li kollha jittrattaw l- istess materja.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "15564.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru mal-familji li joqogħdu fi blokk 5, tal-qasam tad- djar f'St George's, Pembroke dwar akkomodazzjoni alternattiva meta jitwaqqa' dan il-blokk biex jinbena ieħor?", "Sar qbil fuq fejn, kif u meta dan se jsir?", "Kemm hemm familji nvoluti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għadhom ma sarux diskussjonijiet dwar akkomodazzjoni alternattiva billi l-ewwel irid joħroġ il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Madankollu r-residenti ġew mogħtija assigurazzjoni li ser isiru diskussjonijiet magħhom dwar dan is-suġġett, proprju meta jkun ħareġ il-permess.", "In-numru ta' familji affettwati hu ta' disgħa.", "DETOX CENTRE", "15565.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14458, jista' issa l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figura mitluba għax-xahar ta' Frar?", "Jista' wkoll jagħti l-figuri għal Marzu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul Frar in-numru ta' persuni li wżaw iċ-ċentru tad-Detox għall-kura mill-abbuż tad-droga, kien kif ġej:", "In-numru totali kien ta' 535 li minnhom:", "- marru għall-ewwel darba 13;", "- kienu ta' nazzjonalita' barranija 53;", "- l-ikbar persuna minn dawk kollha li attendew għandha 55 sena;", "- l-iżgħar persuna minn dawk kollha li attendew għandha 17-il sena;", "- l-ikbar persuna minn dawk li attendew għall-ewwel darba għandha 35 sena;", "- l-iżgħar persuna minn dawk li attendew għall-ewwel darba għandha 17-il sena.", "L-informazzjoni mitluba fuq ix-xahar ta' Marzu tingħata aktar 'il quddiem minħabba li għadha ma nġabritx kollha.", "MALTACOM - BORMLA", "15645.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-uffiċċju tal-Maltacom li kien hemm Bormla m'għadux jiftaħ?", "Jista' jgħid jekk dan hux se jerġa' jiftaħ għall-pubbliku?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, allura meta se jerġa' jiftaħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li l-fergħa tal-Maltacom f`Bormla kellha tingħalaq wara li żviluppat ħsara fil-parti komuni tal-binja ta` appartamenti li tinsab fih.", "Qabel tissewwa din il-ħsara, li ma tistax issir mill-Maltacom, din il-fergħa ma tistax tintuża.", "Il-Maltacom qed tagħmel l-almu tagħha biex it-tiswijiet jitlestew fl-iqsar żmien possibbli.", "Sadanittant, il-Maltacom għamlet arranġamenti temporanji biex il-fergħa li għandha fil-Birgu tiftaħ kuljum, minflok it-Tlieta u l-Ħamis biss, biex tkun tista` taqdi l-ħtiġijiet tan-nies ta` Bormla.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "15646.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li t-tankijiet ta' l-ilma li jissupplixxu d-dar ta' l-anzjani ta' Bormla tħalltu bid-diesel jew petrol?", "X'sar sabiex jitneħħa dan il-periklu?", "Għaliex għaddew aktar minn 15-il ġurnata u l-anzjani għadhom ma jistgħux jużaw l-ilma b'mod normali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Huwa minnu li wieħed mit-tankijiet tal-ilma li jissupplixxu d-dar ta' l-anzjani ta' Bormla tħallat b'xi ftit diesel.", "L- ammont ta' diesel li tħallat tant kien minimu li bl-azzjoni li ttieħdet f' waqtha ma nħolqot l-ebda inkonvenjenza lir-residenti ta' din id-dar u għalhekk huwa assolutament mhux veru li l-anzjani ma jistgħux jużaw l-ilma b'mod normali.", "Ta' min iżid li b'ebda mod qatt ma ġie affettwat l-ilma tax- xorb.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "15647.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, issa li fetħet id-dar ta' l-anzjani ta' Bormla, meta se jiftaħ id-day centre fl-istess dar?", "Min se jmexxi dan id-day centre?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'kontinwazzjoni għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15647 id-day centre ta' Bormla nfetaħ fil-25 ta' April, 2000 u hu mmexxi mid-dipartiment għall- ħarsien ta' l-anzjani.", "BIRGU - PEDESTRIAN CROSSING", "15648.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fit-triq li mill-Birgu tagħti għal Bormla, fl- area magħrufa bħala ħdejn Cafe Riche?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li din it-triq arterjali hija waħda minn dawk li huma aktar wiesgħa mis-soltu u f`qagħda ta` niżla qawwija.", "Għalhekk l-area tirrikjedi ppjanar estensiv mill-ġdid qabel ma tista` titqiegħed pedestrian crossing.", "PA - IMTARFA BYPASS - ĦAJT", "15695.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamlu l-uffiċjali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar il-ħajt monstru tal-concrete li nbena fil-bypass ta' l-Imtarfa?", "Meta sar dan ir-rapport u x'follow up qed isir?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-awtorita' ta' l-ippjanar investigat il-każ imqajjem mill-Onor.", "Interpellant u fil-fatt saru diversi laqgħat mad-dipartiment tat-toroq f'dan ir-rigward.", "F'dawn il-laqgħat ġie rilevat li dan ir-retaining wall inbena bħala miżura temporanja minħabba materjal li beda jċedi wara xogħlijiet li saru fuq il-by-pass ta' l- Imtarfa.", "Min-naħa ta' l-awtorita' ġie kkonstatat li dan il-ħajt, kif inbena, mhux aċċettabbli u li din it-tip ta' kostruzzjoni kienet teħtieġ permess.", "Għalhekk ġie propost li, bħala miżura temporanja, għandha titneħħa filliera ta' blokki minn kull waħda mit-tliet filati mibnija f'dawn il-blokki.", "B'hekk jitbaxxa l-gradient ta' dan il-ħajt u jkun jista' jitgħatta bl-istess materjal tafli li jinsab fuq is-sit.", "Id-dipartiment tat-toroq qabbad perit speċjalizzat f'dan it-tip ta' xogħol biex ikun jista' jagħti parir dwar dawn is-suġġerimenti.", "Fil-fatt il-perit għamel il-proposti tiegħu u dawn qegħdin jiġu kkunsidrati mill- awtorita' sabiex wara jkunu jistgħu jittieħdu l-passi u jsiru l- applikazzjonijiet neċessarji biex ikun hemm soluzzjoni permanenti.", "WSC - KONTIJIET - REVIŻJONI", "15696.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-kont tad-dawl u l-ilma numru 940176380, peress li armla qed tiġi mitluba tħallas Lm317 fi spejjeż ta' konsum tad-dawl u l-ilma meta din tgħix waħedha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma qed tinvestiga dwar il-kont imsemmi peress li rrizulta` li l-qari ta` l-arloġġi tad-dawl u l-ilma għall-perijodu bejn Settembru, 1999 u Jannar, 2000 ingħata mill-konsumatur stess u mhuwiex konsistenti mal-qari tal-perijodu ta` qabel.", "REVENUE SECURITY CORPS - SERVIZZI TA' SIGURTA'", "15712.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 11175 fejn il-Prim Ministru ta indikazzjoni li xogħol tal-membri tar-revenue security corps huwa garantit, jista' jgħid kif il-membri ta' l-RSC spiċċaw mill-groupage bonded stores ta' Ħal Far?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li kien hemm medja ta' 20 membru tar-revenue security corps, minn total ta' 152, jagħmlu xogħol ta' sigurta' f'Hal Far groupage complex.", "Oriġinarjament is-servizz kien provdut fuq bażi ta' 24 siegħa l-ġimgħa kollha.", "B'effett minn Jannar ta' din is-sena, id-dipartiment tad-dwana informa lill-Forzi Armati li l-istess servizz ta' l-RSC kien meħtieġ bejn is-7.00 p.m. u s-7.00 a.m. Eventwalment, id-dipartiment tad-dwana għarraf lill-Forzi Armati li s- servizz ta' sigurta' fl-istess kumpless seta' jitħaddem kompletament mill- gwardjani tad-dwana fuq bażi ta' 24 siegha b'effett mill-1 ta' April, 2000.", "Għalhekk il-membri ta' l-RSC ingħataw xogħol ieħor u bdew jaħdmu bil- ġurnata minflok bix-xift bħal parti kbira tal-membri tal-Forzi Armati.", "Il-pożizzjoni li kont tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "11175 ma nbidlitx.", "REVENUE SECURITY CORPS - PIXKERIJA", "15713.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba tal-Prim Ministru għal mistoqsija parlamentari numru 11175 fejn il-Prim Ministru ta indikazzjoni ta' xogħol tal-membri tar-revenue security corps huwa garantit, jista' jgħid kif il- membri ta' l-RSC spiċċaw mill-pixkerija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi x-xogħol li kienu jagħmlu l-RSC qegħdin jagħmluh il-pulizija għaliex is-servizz li qed joffri l-korp tal-pulizija huwa orħos u huwa komplut bl-akkumpanjament tal- kaxxier sal-Bank Centrali.", "UE - TARIC", "15714.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li l- gvern għamel dwar l-impatt li jkollhom is-sistemi tat-TARIC fuq il-poplu wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jinfurmana kemm hija t-tariffa (levy) li permezz tat-TARIC li l-Unjoni Ewropea timponi fil- mument fuq il-laħam aħmar importat minbarra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fl-Unjoni Ewropea stess?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15406 magħmula minnu stess waqt seduta nru.", "284.", "BIRGU - TAL-ĦAWLI", "15715.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "15489, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-kerrej li joqgħod fi block B, flat 1, Tal-Ħawli, Birgu, ikun jista' jneħħi l-ħamrija tal-front garden sabiex minflok jagħmel il-madum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li biex fi front garden isir it-tip ta` tibdil li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant hu meħtieġ il-permess ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar, u hu fid-dawl tal-permess li jkun ingħata mill- awtorita` li t-taqsima proprjeta` tal-gvern tikkunsidra dawn it-tip ta` talbiet.", "Ninsab infurmat ukoll li fil-każ speċifiku l-inkwilin għadu m`għamel l- ebda talba lit-taqsima proprjeta` tal-gvern u lanqas m`għamel applikazzjoni lill-awtorita` ta` l-ippjanar u għalhekk hu diffiċli biex wieħed jagħti parir tekniku mingħajr ma jara l-proposta.", "Normalment każi simili jiġu diskussi ma` uffiċjali ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar fi pre-submission meetings.", "Ninsab infurmat ukoll li prima facie l-awtorita` ta` l-ippjanar toġġezzjona li soft landscaped areas li llum huma bis-siġar u fjuri jinbidlu f`hard landscaped areas.", "MELLIEĦA - QAMMIEĦ ROAD - DRENAĠĠ", "15716.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex ix-xogħlijiet li kellhom isiru fl- inħawi ta' Qammieħ Road, Għadira, Mellieħa, ħalli ma jibqax isir il-fawran tad-drenaġġ fl-inħawi li ilu jiżbroffa għal dawn l-aħħar sitt xhur, isir mill-aktar fis possibbli?", "Jista' jinformana fil-fatt x'inhuma x-xogħlijiet li jridu jsiru, u kemm se jiswew lid-dipartiment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li qegħdin isiru ġol-Qammieħ, Għadira, Mellieħa jikkonsisti fi proġett ta' xogħlijiet akbar minn dak li qal l-Interpellant.", "Fil-fatt saru xi xogħlijiet ta' manutenzjoni u tindif fuq dan it-trunk main prinċipali li parti minnu huwa mini.", "Waqt dawn ix-xogħlijiet instab li hemm bżonn jitkabbru xi pajpijiet u għaldaqstant qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15747.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess TL/G/16/95 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-awtorita' ta' l- ipppjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premess għal manifattura u bejgħ ta' pies fl-istess bini meta pies żgur li ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l- awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15748.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-awtorita' ta' l-ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil- kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' cheese cakes fl-istess bini meta cheese cakes żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l-awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15749.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-awtorita' ta' l-ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil- kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' pies fl-istess bini meta pies żgur li ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l- awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15750.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-awtorita' ta' l-ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil- kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' pizza fl- istess bini meta pizza żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l-awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735.", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15751.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-awtorita' ta' l-ippjnar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil- kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' tortellini fl- istess bini meta tortellini żgur li ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l-awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735", "PA - CONFECTIONERY GOODS", "15752.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-awtorita' ta' l-ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil- kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' ravioli fl- istess bini meta ravioli żgur ma jammontawx għal confectionery?", "Ikkonsulta ma' l-awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15735.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - APPLIKAZZJONI", "15771.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega għaliex saret applikazzjoni PA 1088/00 mid- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi lill-awtorita' ta' l-ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li applikazzjoni PA 1088/00 saret biex jinbena kiosk ġdid flok dak li jeżisti f'Fond Għadir, bħala parti mill-proġett ta' upgrading fil-promenade f'Tas-Sliema.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - APPLIKAZZJONI", "15772.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara applikazzjoni PA1084/00 li saret mid-dipartiment tat-toroq lill-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex issir triq ġdida barra mill-ischeme fix-Xemxija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kulħadd jaf bis-sistema perikoluża ta' aċċessi u ħruġ għaż-żona residenzjali li hemm taħt il-knisja tax-Xemxija.", "Għalhekk saret l-applikazzjoni sabiex issir triq ġdida li tipprovdi aċċess tajjeb mir-roundabout li nbniet faċċata tal-knisja.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - ĦADDIEM", "15793.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma meta tħallsu l-ammont ta' Lm600 għal 1000 siegħa overtime li ħadmet il-persuna li - isimha qed jintbagħat separatament - u li taħdem fid-dipartiment tax-xogħlijiet għal perijodu bejn l-1987 u Ottubru, 1989 kif indikat fir-rapport li għamel l-ombudsman case no. 302, meta fil-fatt jien informat li dawn sal-lum għadhom ma tħallsux lill-persuna ndikata?", "Jista' allura l-Ministru jara li dan il-ħlas iseħħ malajr biex ma tibqax tiġi mġedda din l-inġustizzja?", "Il-Ministru ma jarax li każi bħal dawn, meta għandek rakkmandazzjonijiet mill-ombudsman, li l-gvern għandu jara li japplika dawk ir- rakkmandazzjonijiet minnufih?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-taqsima tax-xogħlijiet s'issa m'għandhiex approvazzjoni mill-ministeru tal-finanzi sabiex tħallas dawn is-Lm600. lill-persuna konċernata.", "Peress li l-ombudsman informa lill-persuna konċernata li l-ministeru tal- finanzi kienu approvaw dan il-ħlas, id-dipartiment tal-finanzi u l- amministrazzjoni talab lill-ministeru tal-finanzi għal kjarifika.", "Ta' min jgħid li l-ministeru tal-finanzi kien approva l-ħlas ta' Lm1346.634 għal xi overtime li kien sar fl-1989 u fl-1991 u dan tħallas fl- aħħar ta' l-1995.", "PULIZIJA - BAĦRIN PAKISTANI", "15799.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta xi persuna tinżamm mill-pulizija ta' l-immigrazzjoni għal xi raġuni għal perijodu ta' żmien fl-ajruport u/jew fil-port, x'faċilitajiet jeżistu biex dawn jistrieħu, jieklu u jinħaslu?", "Fil-każ tal- baħrin Pakistani li nżammu għal jumejn sħaħ (22/23 ta' April), dawn kellhom fejn jorqdu u faċilitajiet oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li meta persuna ta' nazzjonalita' barranija tkun ġiet rifjutata dħul fil-pajjiż li jkun meħtieġ li tinżamm għal xi żmien fl-ajruport, din tiġi miżmuma f'ċentru mgħammar b'faċilitajiet fejn persuna tista' torqod u tistrieħ, kif ukoll b'faċilitajiet sanitarji.", "Persuni hekk miżmuma jkunu provduti wkoll bl- ikel u anke jingħataw faċilita' li jużaw it-telephone kemm għal sejħiet lokali kif ukoll għal barra minn Malta.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jien informat li dawn il-faċilitajiet kollha kienu disponibbli.", "ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-MILLENNJU - FURJANA", "15800.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar l-irranġar tal- ground tal-football fil-Furjana wara li dan intuża għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju?", "Kemm hu stmat li jrid jintnefaq b'kollox biex il-ground jiġi għalli kien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "15650.", "SKEJJEL", "15801.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15047 matul din is-sena skolastika kien hemm skejjel tal-gvern, indipendenti u tal-Knisja, li rrapportaw lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li keċċew u/jew issospendew studenti tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, minn liema skejjel tkeċċew/ġew sospiżi?", "Għal-liema raġunijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-bidu ta' din is-sena skolastika mill- iskejjel statali ġew irrappurtati lil din is-sezzjoni ħames studenti li kienu ġew sospiżi mill-kap ta' l-iskola minħabba disruptive behaviour.", "Ebda student mill-iskejjel indipendenti u tal-Knisja ma ġew irrappurtati li ġew sospiżi.", "Ma jidhirlix li għandi niżvela l-ismijiet ta' l-iskejjel li rrappurtaw dawn il-każi.", "DJAR - TA' FARSINA - LIFTS", "15822.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx pjanijiet min-naħa tal-gvern, li jiġu nstallati lifts fi blokki ta' appartamenti tal-gvern, tip f'Ta' Farsina, Qormi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent l-awtorita' tad-djar qiegħda tipproċessa l-applikazzjoni li rċeviet taħt l-iskema V - skema ta' installazzjoni ta' lifts fi blokki/entraturi residenzjali li huma proprjeta' tal-gvern - li tkopri l-lokalitajiet tal-Cottonera, Kalkara, Floriana u Valletta u f'dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex li fihom tgħix xi persuna b'diżabilita' ta' mobilta'.", "Hemm l-intenzjoni li 'l quddiem l-iskema tal-lifts ser tiġi estiża għal-lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex.", "DJAR - TRASFERIMENTI", "15823.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija l-proċedura tat-trasferimenti minn residenza għal oħra fi proprjeta' tal-gvern?", "X'inhija fil-każ ta' trasferiment bejn proprjeta' tal-gvern u oħra tal-privat?", "X'kundizzjonijiet hemm fiż-żewġ każi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15823 tingħata f'seduta oħra.", "PORT ĦIELES - KUMPANNIJA ELBROS", "15824.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa x-xogħol li qed jingħata b'kuntratt lill-kumpannija Elbros, fil-Freeport?", "X'tip ta' kuntratt għandhom l-Elbros?", "Għaliex ġie mqabbad l-Elbros biex isewwi u jibdel l- makna ta' RTG crane?", "Għaliex il-ħsarat tar-restackers li nġibu mill-Italja qed isiru mill-Elbros u mhux mill-ħaddiema ta' l-engineering section impjegati mal-Freeport?", "L-Elbros kif ġew mogħtija spazju permezz ta' warehouse fil-Freeport fejn isewwu l-ingenji u l-engineering section tal-Freeport stess m'għandhomx fejn jaħdmu?", "Ma jidhirlux il-Ministru li l-Elbros qed jieħdu xogħol il-ħaddiema tal- Freeport?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan il-fatt jikkontrastja ma' dak li jgħid il- management tal-Freeport li m'hemmx flus u mbagħad jitqabbdu nies barra l- Freeport, meta hemm impjegati fil-Freeport li jistgħu jagħmlu l-istess xogħol?", "Għaliex il-ħaddiema ta' l-engineering section qed jiġu mitluba jaħdmu b'four day in u four day out?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-kuntratt li hemm bejn il- Freeport u l-kumpannija Elbros huwa dwar xogħol ta' manutenzjoni tal- paving.", "L-imsemmija kumpannija ma ġietx imqabbda ssewwi jew tibdel makna ta' krejn RTG u lanqas għandha kuntratt biex issewwi ir-reach stackers.", "Ninsab informat ukoll li kuntrarjament għal dak allegat fil-mistoqsija, il- kumpannija Elbros ma ngħatat ebda spazju fil-Port Ħieles.", "Il-korporazzjoni tal-Port Ħieles tagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi umani li għandha.", "Dwar il-ħaddiema fis-sezzjoni ta' l-inġinerija, ta' min jgħid li dawn qed jaħdmu skond kif provdut fi ftehim kollettiv.", "SOCIAL WORKERS", "15825.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu f'Għawdex, fid-dipartimenti differenti, dipartiment dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fit-taqsima ta' ħidma soċjali f'Għawdex tad- Dipartiment għall-ħarsien tal-familja hemm jaħdem registered social worker II wieħed biss.", "Dan hu assistit minn sitt casual welfare officers.", "KUMMISSJONI GĦAR-REVIŻJJONI TAL-LIĠIJIET TAL-KERA", "15826.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnha l-kummissjoni għar-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera?", "Għadha tiffunzjona?", "Jekk iva, x'rakkmandazzjonijiet għamlet lill-gvern?", "Xi pjanijiet għandu l-gvern dwar ir-rakkmandazzjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iċ-chairman ta' din il-kummissjoni nfurmani li l- kummissjoni lestiet id-diskussjonijiet tagħha u huwa qiegħed fil-proċess li jħejji r-rapport finali.", "Malli dan ir-rapport jitlesta u jiġi ppreżentat lili jsir il-proċess ta' evalwazzjoni tal-proposti li jkun fih.", "PULIZIJA - DEALERS TAL-KAROZZI", "15827.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk dealers tal-karozzi għandhomx permessi li jipparkjaw il-karozzi għal bejgħ tagħhom fit-triq?", "Jekk le, jista' l- Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija ma' dawk li jiksru r-regoli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-ipparkjar fit-triq ta' vetturi esposti għall-bejgħ, mhux permess.", "Fejn il-pulizija tosserva jew ikollha rapporti li qed ikun hemm dan l-abbuż, jittieħdu kemm passi sabiex il- vetturi hekk esposti jitneħħew kif ukoll jittieħdu proċeduri bil-qorti kontra l-persuna li tkun wettqet dan l-abbuż."]} {"filename": "19930714_164d_par.doc", "date": "1993-07-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 164 L-Erbgħa, 14 ta' Lulju, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 164", "L-Erbgħa, 14 ta' Lulju, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.17 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "164", "L-Erbgħa, 14 ta' Lulju, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "195", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "195", "MERĦBA LIL DELEGAZZJONI MILL-KUWAJT ...................", "201", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "201", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (EMENDA NRU.", "2)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "Kumitat ............................................", "203", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "236", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "244", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 163 li saret fit-13 ta' Lulju, 1993 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MARSA - TINDIF PUBBLIKU", "7864.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Jistgħu jiġu rranġati l-inħawi ta' Nerik Sacco Street, il-Marsa, in partikolari dik l-area ħdejn il-knisja ta' Maria Reġina fejn għal żmien twil ilu ħiereġ drainage minn żewġ garages biswit?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Jien informat li s- sistema tad- drenaġġ f'din il-lokalita' ġiet spezzjonata u ma nstabet l- ebda rregolarita'.", "L-awtoritajiet sanitarji ġew avżati wkoll biex jiġi nvestigat jekk hemmx xi ħsara f'xi katusa tad-drenaġġ privata.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l- Ministru jgħidli jekk fl-inħawi tal-port - inkluża wkoll il- Marsa - hux qiegħed jillijkja d-drenaġġ u hux għal din ir- raġuni li n-nies ma jistgħux jgħumu ġewwa l-port?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jingħad li qatt ma huwa konsiljabbli li n-nies jgħumu fil-portijiet, jiġifieri f'ibħra magħluqa minħabba t- tinġiż li jista' jkun hemm li mhux neċessarjament ikun ġej mid-drenaġġ.", "Il-parir mogħti mill-awtoritajiet tas-saħħa huwa li ġewwa l-portijiet m'għandux isir għawm.", "It- testijiet ta' l-ilma jsiru fuq bażi regolari u din is-sena qatt ma ġie indikat li l-baħar ta' dawk l-inħawi huwa mniġġeż minn overflow tad- drenaġġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, filwaqt li kemm-il darba smajt li n-nies m'għandhomx jgħumu fil-port u fil-bajjiet li jmissu miegħu, ma qed jidhru l- ebda avviżi li jindikaw dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jingħax li aħjar ma jsirx għawm f'dawn l-inħawi mhux għax fil- port saru xi testijiet u nstab li hemm xi leakage tad- drenaġġ, imma għax hija prassi tad- Dipartiment tas-Saħħa - u aħna naqblu magħhom - li tavża biex f'portijiet magħluqa ma jsirx għawm.", "Ir-raġuni għal dan hija evidenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma f'dawn l-areas partikolari tista' ssir xi ħaġa biex tinġibed l- attenzjoni tal-pubbliku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: In- nies għandhom ikunu jafu li fil-portijiet m'għandhomx imorru jgħumu.", "PARK NAZZJONALI - NEFQA", "7865.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif intnefqu l-Lm0.25 miljun li ġew ivvotati fil- Budget 1990 għall-Park Nazzjonali, u jista' jagħti breakdown tax-xogħol u ta' l- infiq li sar hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-ispiża kapitali attwali għall- Park Nazzjonali f'Ta' Qali fl-1990 laħqet Lm309,547 u kienet imqassma hekk:-", "Lm", "Pagi 89,346 Materjal 34,494 Kiri ta' tagħmir 19,452 Kuntratt 163,190 Servizzi tad-Dipartimenti oħra 3,065", "TAGĦMIR LI NXTARA GĦALL- UNIVERSITA'", "7891.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-tagħmir kollu li l- Universita' xtrat tul is-snin 1987 - 1993 u għal liema fakultajiet?", "Minn fejn inxtara dan it-tagħmir kollu u kemm sewa lill- Gvern/Universita', sena b'sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Il-ħlas għal tagħmir li nxtara għall- fakultajiet mill-ispiża kapitali għas- snin 1987 - 1992 hu kif jidher hawn taħt:-", "FAKULTA' 1987 1988 1989 1990 1991 1992", "1.Theology - - - 1530 1193 899 2.Law - - 135 1499 2415 - 3.Medicine & Surgery 3642 127812 153835 256847 178186 39524 4.Dental Surgery 5171 - 4267 7898 10957 7478 5.Arch & Civil Eng.", "1300 4637 11284 77938 40736 16889 6.Mech & Elect Eng.", "2974 21862 116713 15554 115417 12834 7.Econ.", "Mangt& Acct 1300 1300 - 1620 170 - 8.Education 1300 1300 974 5290 11087 - 9.Arts 1494 3444 1384 16630 56112 8705 10.", "Science 9986 14374 49796 23517 299311 50299 TOTAL FAKULTAJIET 27167 174729 338388 619978 515584 136628", "Minbarra dawn il-fondi vvotati speċifikament għall- fakultajiet imsemmija, ġew allokati wkoll somom ta' flus minn vot komuni għall- Universita' kollha li għal kull sena kien jammonta hekk:-", "1987 1988 1989 1990 1991 1992 Lm Lm Lm Lm Lm LM 20742 26022 34105 160662 159921 170966", "Dan it-tagħmir kien jikkonsisti f'apparat għal- laboratorju, apparat awdjo- viżiv, photo-copiers, computers, fax machine u equipment ieħor.", "Dan l-apparat inxtara mingħand diversi aġenti jew ditti Maltin jew inkella nġabu direttament minn barra minn Malta, mir-Renju Unit, l- Italja, l- Istati Uniti ta' l- Amerika, il-Ġermanja, l- Isvizzera u pajjiżi oħra.", "KORDIN - GRAIN TERMINAL", "7892.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu t-tiswijiet kbar li ntqal li saru fil-Grain Terminal ta' Kordin u kemm ġie jiswa lill-poplu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GOERGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): F'Ottubru 1992 il- KGT ħarġet sejħa għall-offerti sabiex:-", "a) Jitwaqqgħu l-ħitan ta' barra tal-bini u jinbnew ħitan ġodda.", "b) Jitranġaw il-qigħan tal-bini bil-grawling.", "c) Titkabbar it-tinda tal-ħadid li hemm fuq is-silos.", "Dan huwa meħtieġ għax jekk, per eżempju, fuq is-sit hemm 100 metru ta' silos, 50 metru biss huma covered, mentri l- oħrajn jinsabu fl-apert bil- konsegwenza li qiegħed jidħol l-ilma minnhom.", "L-offerti għaddew mill- proċess normali u bħalissa qegħdin f'idejn il- Kumitat tal- Kuntratti.", "Il-kuntratt biex dawn is-silos ikunu jistgħu jitranġaw ingħata għas-somma ta' Lm1.3 miljun.", "Sur President, irrid nagħti spjegazzjoni dwar din ir- risposta.", "Din id- domanda kienet magħmula fis-26 ta' Jannar ta' din is-sena, ir- risposta tagħha ġiet għandi fit-28 ta' Jannar, jiġifieri jumejn wara, imma sfortunatament qed tingħata llum, l-14 ta' Lulju.", "Pererss li dalgħodu ma kontx l-uffiċċju għax kont qiegħed fuq xogħol ġewwa l- Freeport, ma lħaqtx erġajt rajt ir-risposta u għalhekk qrajt dik li rċevejt f'Jannar.", "Naturalment minn dak inhar 'l hawn l-affarijiet inbiddlu u allura r- risposta mhijiex korretta għal kollox.", "BINI TA' MOLL FIL-BELT U GROUPAGE CONTAINER TERMINAL F'ĦAL FAR", "7893.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMi staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie l-bini ta' moll ġdid bejn id- Dwana u l-moll tal-Kurċifiss kif ukoll il-bini ta' Groupage Container Terminal f'Ħal-Far, u x'użu se jkollu/għandu dan il- bini?", "ONOR GEORGE BONELLO DU PUIS: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru għat- Trasport u Kommunikazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Peress li l-Ministru qed jieħu daqshekk żmien biex jagħti r- risposta, u billi l-Ministru qiegħed jgħid li jiena għandi nagħmel id-domanda ...", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq nistaqsi x'tip ta' protezzjoni jista' jkollna meta wara xi sitt xhur li nkunu ppreżentajna l-mistoqsijiet, jirrisponduna li dawn għandhom jiġu riferuti lil xi Ministeru ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jiena nista' nirrispondi għad- domanda meta tidher fuq l- agenda u mhux qabel.", "Jien nippreferi li tiġi tistaqsi lili personalment, għax barra li ngħidlek mill-ewwel, inkunu qegħdin niffrankaw xi mitt karta.", "MR SPEAKER: L-Onot.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Punt li kemm-il darba ġie sollevat huwa li nagħmlu d- domandi minn xi sitt xhur qabel.", "Allura issa qegħdin tgħidulna m'għandniex dritt li nagħmlu dawn id-domandi?", "(Interruzzjonijiet)", "OIL TANKING MALTA LTD", "7894.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Oil Tanking Malta Ltd u għal liema skop twaqqfet?", "Min huma l-membri ta' l-Oil Tanking Malta Ltd?", "X'sehem għandha u/jew kellha l-Oil Tanking Malta Ltd f'dik li hi ħażna u bunkering taż-żejt?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-kumpannija Oil Tanking Malta Ltd twaqqfet fit-13 ta' Ottubru 1989.", "L-għanijiet kummerċjali tagħha jinkludu l-ħażna, taħlit, u forniment ta' prodotti taż-żejt.", "L- azzjonisti tal- kumpannija huma Oiltanking Gmbh tal-Ġermanja, li għandhom 70% ta' l-ishma u l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles li għandha l-kumplament, 30% ta' l-ishma.", "Il-kapaċita' ta' ħażna preżentement hi ta' 174,000 metri kubi u l-forniment ta' żejt isir mal- moll tal-breakwater.", "Billi l- informazzjoni mitluba fl- aħħar parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma nħossx li għandha tingħata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Hemm ħsieb li l-kapaċita' tal-ħażna għaż-żejt tkompli titkabbar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Iva, fil-fatt għandna l-ħsieb la nkabbru din il-kapaċita' għal nofs miljun metru kubu ta' żejt.", "ROBERTO MEMMO U N-NEGOZJU TA' CHAMBRAY", "11423.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Prim Ministru: Peress li dokumenti pubblikati fl-Italja żvelaw in-numru tat- tessera ta' Roberto Memmo fil- P2 u dawn l-istess dokumenti żvelaw li Memmo kien iħaddem il-flus tal-loġġa tal-Mażuni tal-P2, u meta nafu li l-P2 kienet imdaħħla fit-tixrid tad- drogi u attivitajiet illegali oħra, b'riżultat ta' dawn l- affarijiet il-Prim Ministru jibqa' ta' l-istess fehma li Memmo jiddeffes fin-negozju ta' Chambray?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali) (f'isem il- Prim Ministru): Nirreferi lil-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt fit-23 ta' Frar u fis-17 ta' Marzu 1993 rispettivament għal mistoqsijiet numri 8457 u 8664.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' Ministru jinforma l-Kamra jekk lill- applikazzjoni għal dan il- proġett ġietx imġedda għal darba oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, m'inix f'pożizzjoni li nagħti din l- informazzjoni, imma l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija apposta f'dan is-sens tkun tista' tiġi mwieġba bil-miktub.", "MR SPEAKER: l-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Irrid ngħid li fil-fatt kien hemm talba biex l- applikazzjoni li kien hemm qabel tiġi meqjusa bħala talba għal outline application pero' - il- kumpannija li għamlet il- kuntratt kellha terminu ta' sitt xhur minn mindu ffirmat il-kuntratt biex tagħmel ċerti applikazzjonijiet u dan it- terminu għadu m'għalaqx.", "S'issa għadu ma skadiex iż-żmien ta' meta kellhom jagħmlu ċerta applikazzjoni.", "VANDALIŻMU MAL-PATRIMONJU STORIKU TAL-PAJJIŻ", "11424.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi kien hemm xi persuni rresponsabbli li heddew bil- kitba li jivvandalaw u jagħmlu ħsara lit- tempji uniċi ta' Ħaġar Qim jekk il-Ministru jkompli bil-bini tal-ħajt periferali madwar dawn it- tempji, jikkonsidra l-Ministru li jagħmel għassa 24 siegħa kuljum bis-suldati, peress li l-Interpellant għandu biża qawwija li dawn il-ftit nies irresponsabbli jaslu biex jagħmlu dak li jheddu?", "Jista' l-Ministru jġib malajr liġijiet iebsa biex min jinqabad jivvandala l- patrimonju storiku ta' pajjiżna jeħel pieni ħorox ta' ħabs?", "Jista' l-Ministru jagħmel appelli fuq ix-xandir u l- gazzetti biex iħajjar ċittadini jirrapportaw lill-pulizija atti vandali?", "Peress li l-Interpellant huwa inkwetat ħafna dwar il- possibilita' li dawn it-tempji uniċi jiġu mtajra b'xi bomba, jikkonsidra l-Ministru li malajr kemm jista' jkun, b'koperazzjoni mal-Ministeru ta' l-Intern u l-Prim Ministru, jittieħdu miżuri preventivi biex nevitaw xi diżastru li wara jiddispjaċina minnu?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nifhem il-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Nifhem ukoll illi għalkemm sar il-ħajt u ġew impjegati l- wardens, l- aqwa protezzjoni tiġi mill- poplu nnifsu.", "Nitlob il- koperazzjoni kemm tal-forzi ta' l-Istat, kif ukoll ta' kull min jista' jgħin bl-influwenza tiegħu.", "ĦAGAR QIM - ART GĦAN-NASSABA QRIB IT-TEMPJI", "11425.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li kien hemm theddid minn xi persuni irresponsabbli li jtajru t-tempji preistoriċi ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra jekk il-Gvern inaqqas l-ispazju għan-nassaba, jikkonsidra li jiltaqa' man-nassaba u jagħtihom art alternattiva li hija abbundanti fil- limiti ta' dawn it-tempji, liema art hi tal-Gvern, biex dawn in- nassaba, dejjem skond il-liġi, jkomplu bid-delizzju tagħhom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Meta xi żmien ilu ltqajt mar- rappreżentanti tan-nassaba tal- Qrendi, kont assigurajthom, u l-assigurazzjoni għadha hemm, illi fil-pjanijiet biex jinħoloq il-park arkeoloġiku f'Ħaġar Qim u Mnajdra, ma kienx hemm li huma se jiġu mitfugħa 'l barra bla ma jiġi provdut post alternattiv.", "Naħseb li n- nassaba dan jafuh, iżda dejjem jinqala' min irid ixewwex.", "Naf li ħafna minn dawn iċ-ċittadini japprezzaw il-wirt storiku ta' pajjiżna, u ħadd m'għandu jqegħedhom fil-pożizzjoni li jaraw lil dawn it-tempji bħala theddida għalihom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru għadu kif qal li jista' jkun hemm xi ħadd li qiegħed ixewwex lil dawn in- nies, il-Ministru għandu idea min huma dawn in-nies li qegħdin ixewxu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Min kien qiegħed ixewwex żgur li ma kienx l- Onor. Interpellant.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija suppli- mentari.", "ONOR.", "LOUIS BUĦAGIAR: Il- Ministru jaf b'xi ħadd ieħor li jista' jxewwex dawn in-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jiena naf li fost dawn l- assoċjazzjonijiet sar ħafna diskors u naf ukoll li kien hemm min qal li jmur jagħmel xi ħaġa hemmhekk.", "Naf ukoll min kien berridhom u naf ukoll min kien xewwixhom.", "Għaldaqstant qiegħed nitlob il-koperazzjoni ta' kulħadd biex ma jdaħħalx f'moħħ in-nassaba l-idea li dawn it-tempji huma xi forma ta' theddida.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "MERĦBA LIL DELEGAZZJONI MILL-KUWAJT", "MR SPEAKER: Bil-permess tal- Kamra nixtieq nagħti merħba lid- delegazzjoni li għandna preżenti mill-Assemblea Nazzjonali tal-Kuwajt.", "I would like to welcome the Hon.", "Saleh al-Fodala, Deputy President for the Kuwait National Assembly and the delegation that is accompanying him.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Tqegħid ta' karti.", "Il-Miistru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'isem il-Prim Ministru npoġġi fuq il- Mejda tal- Kamra:", "Kopja tal-Ftehim bejn il- Gvern Malti u l-Isptar San Raffaele ta' Milan fuq il- bini ta' sptar ġdid u l- użu tiegħu, bi tweġiba għall-mistoqsija parla- mentari numru 12065.", "Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' pazjenti mibgħuta r-Renju Unit matul l-1992 u l- 1993 u l-indikazzjonijiet għaliex ġew riferuti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12062.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'isem il-Ministru tal-Finanzi npoġġi fuq il-Mejda tal-Mejda:", "Avviż Legali Nru 83 ta' l- 1993 - Direttiva mill- Ministru tal-Finanzi, għall-Ħruġ ta' Lm20,833,200 7% Stock tal- Gvern ta' Malta 2003 (It- Tieni Ħruġ); u", "Avviż Legali Nru 84 ta' l- 1993 - Direttiva mill- Ministru tal-Finanzi, għall-Ħruġ ta' Lm7,966,800 6.35% Stock tal-Gvern ta' Malta 1998 (L-Ewwel Ħruġ).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: F'isem il-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 85 ta' l- 1993 - Regolamenti ta' l- 1993 li jemendaw ir- Regolamenti dwar id- Dgħajjes tax-Xtajta għal Wied iż-Żurrieq (Tariffa tan- Nollijiet).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarr- ijiet ministerjali?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, irrid nirreferi għal rapport li deher illum front page - anzi kien poster story - fil-ħarġa ta' \"L-Orizzont\" li suppost kien qed jagħmel referenza għal dak li għidt jien fl-Aġġornament ta' nhar it-Tnejn li għadda.", "Fl- opinjoni tiegħi meta taqra dan ir-rapport issib li huwa wieħed malizzjuż, skorrett għall-aħħar u jwassal messaġġ għal kollox kuntrarju għal dak li għidt jien.", "Mr Speaker, f'dak l- Aġġornament jien faħħart il- bidla u r-refurbishing li huma ppjanati li se jinbdew dalwaqt fl-Isptar San Luqa u mhux biex ma kkritikajtx is-sistema, iżda għamiltha ċara li qed nikkritika lis-sezzjoni tal- poplu li tabbuża mill-isptar u bl-ebda mod ma kkritikajt l- isptar.", "Jiġifieri t-titlu li jgħid li fil-Parlament jien iddeskrivejt l-isptar \"bħala ċentru ta' abbużi u serq\" - apparti affarijiet oħra li ntqalu - huwa titlu malizzjuż u għal kollox kuntrarju għal dak li għidt jien.", "Minbarra t- titlu dawn ipprovaw jagħtu l- impressjoni li jien għidt li l- isptar miexi waħdu u li qiegħed fi stat tal-biki u ssemmew aġġettivi u frażijiet li jiena ma wżajtx.", "Il-messaġġ li wassalt jien f'dak l- Aġġornament kien għal kollox għall-kuntrarju.", "Għalhekk, Mr Speaker, nitolbok tinvestiga dan l- ilment u tieħu l-passi kollha li jidhirlek li huma neċessarji u xierqa f'dawn iċ- ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Nixtieq niġbed l-attenzjoni li fit-Triq tal-Barrani, ħdejn ir-Roc-A-Go neħħew is-signs tal-one- way li kien hemm u ħafna mit- turisti qed jużaw it-triq bħala double lane.", "Għalhekk nappella lill- Ministru biex qabel ma ssir xi diżgrazzja kbira - u ma nkomplux inżidux ma' dawk li diġa' qed jiġru - jieħu l- passi immedjatament, jara min hu responsabbli għall-fatt li ma sarux is-signs adegwati u jarrestah.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, jien għamiltlek is- sinjal qabel l- Onor. Salvu Sant minħabba l-fatt li jien kont se nirreferi għal xi ħaġa li kienet għadha kemm intqalet mill-Onor.", "Mario Galea.", "Peress li f'gazzetta l- Onor. Galea ġie rapportat li qal eżattament il- kontra ta' dak li qal fil- Parlament jidhirli li dan jikkostitwixxi breach of privilege u meta qallek biex tieħu l-passi neċessarji, Mr Speaker, ma nafx jekk riedx iressaq breach of privilege.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea talabni biex ninvestiga dan il- każ.L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, la qed nitolbok tinvestiga rapport li fl- opinjoni tiegħi huwa skorrett u jwassal messaġġ għall-kuntrarju ta' dak li ntqal, dan huwa ksur ta' privileġġ.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Dan il-każ ħalluh f'idejja għax jien irrid niddeċiedi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (EMENDA NRU.", "2)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-13 ta' Lulju, 1993", "Klawsola 4 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 6 tal-Kodiċi.", "(Kont.)", "Clause 4 - Substitution of section 6 of the Code.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, l-ewwelnett nixtieq nieħu l-opportunita' biex ninforma lill-Iskrivan tal- Kamra li verbalment se nintroduċu l- punteġġjatura meħtieġa biex artiklu 6 fi klawsola 4 ma jiġix misinterpretat.", "Allura l-punteġġjatura trid tiġi bil-mod li se nindika jien u naqra.", "Artiklu 6 jrid jaqra hekk:", "\"Id-dmir ta' manteniment ta' parti fiż-żwieġ lejn il-parti l-oħra jintemm jekk il-parti l-oħra, wara li tkun telqet mid-dar taż-żwieġ, bla raġuni xierqa ma tkunx trid tmur lura fid-dar.\".", "Allura fl-emenda proposta għal din il-klawsola fejn qegħdin inġibu t-test Ingliż konformi mat-test Malti - u anke hawnhekk nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra jinnota l- punteġġjatura - nipproponi li l-punteġġjatura tkun kif se nindika jien u naqraha.", "Mr Chairman, se nerġa' naqra l- emenda:", "\"The duty of one spouse to maintain the other shall cease if the latter, having left the matrimonial home, without reasonable cause refuses to return thereto.\".", "Dan għar-rigward tal-punt li tqanqal il-bieraħ mill-Onor.", "Mifsud Bonniċi fejn intqal li n-nuqqas ta' din il- punteġġjatura - li fil-fatt hija wżata fl-artiklu li jeżisti llum fil-Kodiċi Ċivili - seta' jagħti lok għal misinterpretazzjoni.", "Saru wkoll argumenti dwar il- fatt, f'nuqqas ta' qbil il- koppja tirrikorri għall-qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja.", "Biex nirrikapitola l- linja ta' l-argumentazzjoni li kienet qed issir, l-ewwelnett irrid ngħid li ntqal li dan l-artiklu għandu jinbidel għaliex anke għal kwestjonijiet li mhumiex ta' importanza fundamentali għandu jkun hemm il-possibbilta' li wieħed imur quddiem il- qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja.", "Intqal ukoll li meta wieħed irid imur quddiem din il-qorti biex tiddeċiedi hi minflok il-koppja, il- possibilta' li wieħed imur quddiem din il-qorti m'għandhiex tkun ristretta għal meta ż-żewġ partijiet flimkien espressament jitolbu li jmorru quddiem din il-qorti.", "U nġabu diversi raġunijiet għal dan, fosthom li wieħed irid jiffaċilita l-funzjoni tal- qorti bħala awtorita ta' parir u bħala awtorita' li tiddeċiedi fin-nuqqas ta' qbil.", "Iqajjem ukoll l- argument li jekk wieħed se jpoġġi lill-koppja fis- sitwazzjoni li biex iġġib deċiżjoni mill-qorti trid taġixxi flimkien, kif qed jgħid l-Abbozz, u mhux fuq it-talba ta' xi waħda mill-partijiet fiż-żwieġ, donnu se nkunu qegħdin nimbottaw lill-koppja li flok tfittex is-soluzzjoni permezz ta' deċiżjoni tal- qorti, tfittex is-soluzzjoni permezz ta' azzjoni għal separazzjoni.", "Kif setgħet tinnota l-Kamra, jien smajt b'attenzjoni l- argumentazzjoni li saret miż-żewġ naħat - għaliex dan huwa punt li fuqu kien hawn kummenti miż-żewġ naħat tal-Kamra - u llum komplejt nirrifletti wkoll fuq dak li kien qiegħed jingħad.", "Wara din ir-riflessjoni nħoss li huwa aktar korrett li l- klawsola tibqa' kif inhi milli kieku kellha tinbidel.", "Ir- raġunijiet fissirthom anke l- bieraħ u jidhirli li huma raġunijiet validi, filwaqt li r-raġunijiet u l-argumenti li nġabu ma nħossx li huma validi biżżejjed biex wieħed jipprospetta bidla għal din il- klawsola.", "Ħalli nerġa' nirrikapitola dak li għidt.", "Artiklu 6A kif qed jiġi propost qed jipprovdi l- possibilita' ta' qorti li se tgħin lill-koppja u tipprova twassalha għal ftehim.", "Barra minn hekk qed jingħad li din il-qorti, jekk tkun mitluba miż-żewġ partijiet flimkien, tista' tassumi funzjoni ta' arbitru u tiddeċiedi hi x'għandha tkun is-soluzzjoni għal dak in-nuqqas ta' qbil, f'liema każ ma jkunx hemm appell minn dik id-deċiżjoni.", "Jidhirli li ma kienx hawn problemi dwar l- ewwel parti ta' din il-klawsola, jiġifieri dwar il-punt li l-qorti tagħti l- għajnuna tagħha u tipprova twassal lill-partijiet għal ftehim.", "Naħseb li l-Kamra taqbel li din il-funzjoni tal- qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja f'dan l-istadju hija funzjoni li aktar tista' tkun ta' għajnuna għaliex hija funzjoni konċiljattiva.", "Fir-rigward tat-tieni funzjoni, jien sostnejt u għadni nemmen li jkun żball li wieħed jagħti l-possibilita' lil xi parti fiż-żwieġ illi wara li jkun falla l-attentat ta' konċiljazzjoni mill-qorti, titlob lil dik il- qorti tiddeċiedi hi kif għandu jiġi riżolt dak id-disgwid.", "Għaliex hawnhekk m'aħniex qegħdin nipprovdu għall- funzjoni tal-qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja meta xi waħda mill-partijiet fiż- żwieġ tkun iddeċidiet li tibda l-ewwel passi tas-separazzjoni, imma qegħdin nikkontemplaw ċirkostanzi fejn is-separazzjoni tista' lanqas biss tkun mixtieqa u prospettata minn xi parti fiż-żwieġ.", "F'dan l- istadju aħna rridu li f'nuqqas ta' qbil il-qorti ma tissostitwixxix id-deċiżjoni tal- koppja, ħlief jekk il- koppja taqbel minn qabel li dik id-deċiżjoni għandha tingħata u tkun torbot, tant li lanqas biss ikun hemm appell.", "Mr Chairman, aħna jidhrilna li dan hu l-metodu li għandu jiġi wżat fil-fażi ta' nuqqas ta' qbil fuq il-materji li qed nitkellmu fuqhom.", "Huwa proprju jekk minn dan il-mument, meta m'hemmx ħsieb ta' separazzjoni, nagħtu l-faċilita' lil xi waħda mill- partijiet li, independentement mix-xewqa tal-parti l-oħra fuq dawn il-materji, tkun tista' titlob lill-qorti tiddeċiedi, li fil-fehma tiegħi nistgħu nkunu qed ninkoraġġixxu lill- koppja għal separazzjoni u mhux bil-metodu li qed nissuġġerixxu aħna.", "Nerġa' ngħid li aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq ħwejjeġ ta' ċertu portata u qed inħallu barra l-ħwejjeġ li m'għandhomx il-portata ta' importanza fundamentali skond kif inhuma deskritti fil-liġi.", "Hawnhekk apposta m'aħniex qed ngħidu li l-koppja tista' tmur quddiem il-qorti fuq kull materja, jiġifieri anke fuq materja ta' importanza żgħira u frivola, ladarba f'dan l- istadju m'għandniex il- qorti ta' ġurisdizzjoni volontarja li nirrenduha f'forum, fejn anke jiġu dibattuti kwestjonijiet li m'humiex ta' importanza fundamentali bejn il- miżżewġin.", "Li kieku nħallu l-lok li anke fuq ħwejjeġ ċkejknin il-koppja tkun tista' tirrikorri għal dan il-forum, anke jekk in-numru tal-koppji li jistgħu jagħżlu li jagħmlu dan x'aktarx ma jkunx daqstant numeruż - u hawn nies li jistgħu jkunu ftit litiġużi li f'dawn iċ- ċirkostanzi jħossuha faċli li jieħdu dan il-pass fuq kwestjonijiet żgħar - dan il- pass xorta jkollu rifless negattiv fuq il-ħajja taż- żwieġ.", "Mr Chairman, b'umilta rrid ngħid li għalkemm ħsibt ħafna, ma nħossx li nista' naċċetta emenda li tirrendi l- makkinarju maħsub f'artiklu 6A kompletament differenti u n- natura tiegħu tinbidel radikalment.", "Jien naħseb li b'dan il-mod fissirt il- ħsebijiet tiegħi fuq dan is- suġġett.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"E\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, aħna naqblu ma' artiklu 6 kif ġej fil-Kodiċi imma ma naqblux ma' subartiklu 6A(2).", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l- intestatura Sub-Titolu II tat- Titolu I ta' l- Ewwel Ktieb tal- Kodiċi.", "Clause 5 - Amendment of heading of Sub-Title II of Title I of Book First of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Issa se ngħaddu għall-parti ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l- kwestjonijiet tal-manteniment tal-qraba, l-axxendenti u d- dixxendenti.", "Il-prinċipju tal- klawsoli li se nittrattaw bażikament huwa li filwaqt li fiċ-ċirkostanzi tal-lum il- manteniment lejn l-axxendenti, id- dixxendenti, l-aħwa u viċeversa m'hemmx dubju li għadu konċett validu, il- konċett tal-manteniment fil- konfront ta' qraba oħra biż- żwieġ, dawk li ngħidulhom in- laws u viċe-versa, huwa inqas validu.", "Għaldaqstant l-emenda għal klawsola 5 hija emenda li tibdel it-titolu.", "Illum Sub- Titolu II ta' Titolu I ta' din il-parti fil-Kodiċi Ċivili jgħid \"Fuq il-jeddijiet u d- dmirijiet bejn axxendenti, dixxendenti, aħwa, u xi qraba oħra bi żwieġ\".", "Issa l-emenda qed tipproponi li jitħassru l- kliem \", u xi qraba oħra bi żwieġ\" biex it-titolu jiġi jaqra \"Fuq il-jeddijiet u d- dmirijiet bejn axxendenti, dixxendenti u aħwa.\"", "Allura f'dan l-istadju jkun hemm bżonn emenda verbali għaliex filwaqt li bl-emenda li għandna qed naqtgħu l-kliem \", u xi qraba oħra bi żwieġ\", jekk ma nżidux il-konġuntiv \"u\" bejn \"dixxendenti\" u \"aħwa\", it- titolu ma jkunx tajjeb fl-istil tiegħu.", "Allura t-titolu eventwalment bl-emenda jiġi jaqra \"Fuq il-jeddijiet u d- dmirijiet bejn axxendenti, dixxendenti u aħwa.\"", "THE CHAIRMAN: Onorevoli, naħseb li aħjar li nagħmlu emenda formali mhux emenda verbali għaliex mill-Abbozz ta' Liġi ma jirriżultax fejn nistgħu ninserixxu din l- emenda.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li huwa aħjar li wieħed jifformalizza emenda u għalhekk nitlob il-permess tal-Kumitat biex din il-klawsola tiġi posposta u eventwalment ngħaddu għall-klawsola li jmiss li hija fuq l-istess suġġett.", "Fil-fatt hawn numru ta' klawsoli li prattikament kollha jittrattaw dan il- punt, jiġifieri l- kwestjoni li issa qegħdin nneħħu minn din il-parti tal- Kodiċi tagħna d-dmir u d-dritt tal-manteniment fir-rigward ta' qraba oħra biż-żwieġ.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 5 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l- artikolu 7 tal-Kodiċi.", "Clause 6 - Amendment of section 7 of the Code.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 6 tgħid li l-ġenituri għandhom l-obbligu li jmantnu u jedukaw lil uliedhom bil-mod stabbilit f'artiklu 3B tal-Kodiċi.", "Infakkar li dan l-artiklu, li għadna kif approvajnieh fis- seduta ta' jumejn ilu, huwa artiklu ġdid u jgħid li:", "\"Iż-żwieġ jimponi fuq il- miżżewġin l-obbligu li jieħdu ħsieb, imantnu, jgħallmu u jedukaw lill- ulied li jiġu miż-żwieġ skond il-ħila, xeħtiet naturali u aspirazzjonijiet ta' l-ulied.\".", "Sal-lum artiklu 7 tal-Kodiċi jgħid li l-ġenituri għandhom id-dmir li jmantnu u jedukaw lil uliedhom, pero' issa qed ngħidu li dan id-dmir iridu jaqduh \"bil-mod stabbilit fl- artikolu 36 tal-Kodiċi\", jiġifieri, biex ngħidu hekk, din hija emenda konsegwenzjali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Kumitat jiftakar x'għidna meta konna qegħdin niddiskutu artiklu 3B.", "Kienet saret mistoqsija speċifika dwar l- eta' ta' l-ulied, li qed nirreferu għalihom.", "U r- risposta kienet li qed nirreferu għall-ulied li huma taħt l-eta'.", "Jien naħseb li meta wieħed jikkonsidra l- artikli li qed nikkonsidraw issa, jasal għall-konklużjoni li l-obbligu tal-manteniment mhuwiex ristrett għall-ulied taħt l-eta' imma anke għall- ulied l-oħra li għandhom bżonn tal-manteniment.", "Dawk għandhom dritt iduru fuq il-ġenituri u, in mancanza fuq l-axxendenti tagħhom.", "Allura għandna nikkontemplaw li l-kelma \"ulied\" użata f'artiklu 3B, mhijiex kwalifikata bl-eta' u rridu naraw li dak l-obbligu enunzjat f'artiklu 3B, jekk għandu jibqa' kif inhu, in vista tal-fatt li hemm qed nitkellmu fuq ulied li mhumiex taħt l-eta' għaliex qed ngħidu li \"ulied\" fiha nnifisha ma tikkonnotax limitazzjoni t'hekk ...", "Għax meta qed nitkellmu fuq il-manteniment fit-tliet artikli ta' wara, qed nitkellmu fuq nies li m'humiex taħt l-eta' imma għandhom l- eta' tagħhom.", "It-tieni punt li rrid nagħmel hu li hemm differenza bejn dak li jgħid artiklu 3B u dak li jgħid subartiklu 7 (1) tal- Kodiċi Ċivili li qed nemendaw bil-klawsola li qed niddiskutu.", "F'artiklu 3B hemm imsemmijin erba' konċetti u mhux tnejn għax inħasset il-ħtieġa - m'inix ngħid li dan hu żbaljat - li jiżdied il-kliem \"jieħu ħsieb u jgħallem\".", "Fil-fatt insibu li l-ġenituri għandhom id-dmir li jieħdu ħsieb, imantnu, jgħallmu u jedukaw lil uliedhom.", "F'subartiklu 7 (1) hemm żewġ konċetti biss li huma \"imantnu u jedukaw\" u ħallejna barra \"jieħdu ħsieb u jgħallmu\".", "Issa forsi hemm xi differenza fil-portata tal- konċetti ta' artiklu 3B u subartiklu 7 (1), pero' jekk m'hemmx, is-suġġeriment tiegħi hu li għandna nkunu uniformi fid-diċitura li nużaw u mhux niddistingwu, għax meta inti tiddistingwi fid- diċitura f'temp ta' erba' artikli wieħed jista' jaħseb li l- leġislatur hemmhekk ried jgħid mod u hawnhekk ried jgħid mod ieħor, la ma wżax l- istess kliem.", "Punt li xtaqt insemmi hu li rridu nikkontemplaw ukoll x'jgħid subartiklu 7 (2) li mhux qed jiġi emendat.", "Dan jitkellem fuq l-axxendenti u jgħid hekk:", "\"Meta m'hemmx il-ġenituri, jew jekk dawn m'għandhomx il-mezzi biżżejjed, id- dmir tal-manteniment jew ta' l-edukazzjoni ta' l- ulied jaqa' fuq l- axxendenti l-oħra.\".", "Issa hawnhekk reġa' għandna d- dritt ta' l-edukazzjoni u tal- manteniment u m'għandniex l- obbligi msemmija f'artiklu 3B, jiġifieri wieħed jieħu ħsieb u jgħallem lill-ulied.", "Mela jekk f'subartiklu 7 (1) l-obbligi msemmija huma biss dawk tal- manteniment u l-edukazzjoni, u dawn mhux neċessarjament jinvolvu li tieħu ħsieb u li tgħallem, allura l-axxendenti se jkollhom l-istess obbligi tal-ġenituri li jirriżultaw minn subartiklu 7 (1), li se jkunu inqas minn dawk li jirriżultaw minn artiklu 3B.", "Pero' jekk dak li qed jgħid subartiklu 7 (1) ma jinkludix dak li hemm f'artiklu 3B, allura l-axxendenti li jidħlu in mancanza tal-ġenituri, jew fejn dawn m'għandhomx il-mezzi, mhux se jkollhom iż-żewġ obbligi li jieħdu ħsieb u li jgħallmu lill-ulied.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nixtieq nikkonferma dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Membru għar-rigward ta' l-eta' ta' l-ulied.", "Jien dak inhar kont għidtlu li qed nifhmu sa l-eta' maġġorenni, pero' fil- fatt L-Onor.", "Membru huwa korrett; l-ulied jibqgħu ulied, hi x'inhi l-eta', jiddependi dejjem fuq iċ-ċirkostanzi ta' kull każ, u l-ġenituri għandhom l-obbligu li jissodisfaw ċerti dmirijiet u bżonnijiet fil- konfront tagħhom.", "Rigward id-differenza bejn artiklu 3B u dan l-artiklu, wieħed jista' jargumenta li l- portata ta' artiklu 3B hija aktar wiesgħa, u fil-fatt hekk għandu jkun.", "Ir-raġuni hija li dak li qed jiġi kopert f'din il-parti iktar għandu x'jaqsam mal-kwestjoni ta' manteniment ta' natura finanzjarja u materjali.", "Meta nitkellmu fuq il-kwestjoni ta' manteniment iktar tidħol l- obbligazzjoni materjali tal-miżżewġin milli dik globali fil-konfront ta' uliedhom.", "Ma nikkonsidrawx li l-leġislatur apposta qed jirrestrinġi l- konċett għall- obbligazzjoni materjali minflok għal obligazzjoni aktar wiesgħa?", "Jien iddiskutejt dan il-punt mal-kollega tiegħi, il- Ministru Fenech, u rajna li m'hemm l-ebda diffikulta' biex din il-parti inġibuha konformi eżatt ma' artiklu 3B u minflok li toqgħod issir referenza għal artiklu 3B, wieħed jirriproduċi hawn dak l-artiklu, pero' fil- konfront tal- ġenituri lejn l- ulied.", "Mr Chairman, tajjeb li nisma' aktar kummenti dwar dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Jien naqbel in parti ma' dak li qed jgħid il- Ministru Galea, iżda naqbel kompletament ma' dak li qal l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.", "Artiklu 3B qed jimponi fuq il- ġenituri l- obbligu li jieħdu ħsieb, jedukaw, imantnu u jgħallmu lit-tfal.", "Ma jagħmilx sens li issa f'dan l-artiklu ma tużax il-kliem kollu, inkella trid tagħti raġuni għax altrimenti l-qrati jibdew ifittxu r-raġuni għaliex ma ntużawx il-kwalifiki kollha li kien hemm.", "U la fil-konfront tat-tfal l-obbligu fuq il- ġenituri, li jitwieled miż- żwieġ, huwa illi jridu jagħmlu dan kollu, jien jidhirli illi anke hawn għandu jitniżżel.", "Per eżempju, jekk ikollok tifel handicapped mhux tmantnih u tedukah biss trid imma trid tibqa' tieħu ħsiebu irrispettivament mill-eta' li jkollu.", "Allura naqbel perfettament mal- ħabib tiegħi, l-Onor.", "Mifsud Bonnici, illi hawnhekk għandna ndaħħlu dawn l-erba' kwalifiki u nħallu wkoll ir-referenza għal artiklu 3B - jekk ma rridux nirrepetu d-diskors kollu li hemm f'dak l-artiklu - li jgħid:", "\"... taking into account the abilities, natural inclinations and aspirations of the children.\".", "Jiġifieri qed tikkwalifika dawn l-obbligi tal-ġenituri fil- konfront tat- tfal filwaqt li tieħu dawn l-affarijiet in konsiderazzjoni.", "Allura tista' żżid dawn l-erba' kwalifiki u tħalli r-referenza għal artiklu 3B.", "Fuq il-kwestjoni ta' subsection (2) naqbel ukoll ma' l-Onor.", "Mifsud Bonnici li din bilfors trid tinbidel għax inkella r-responsabilita' tiġi limitata u l-axxendenti ma jkollhomx l-istess obbligu li għandhom il- ġenituri għat-tenur ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura issa huwa lok li terġa' titqajjem id-diffikulta' li semmejt l-aħħar darba.", "Ladarba qed nitkellmu fuq maġġorenni rridu nkunu kawti dwar il- kwestjoni ta' l-aspirazzjonijiet ta' l-ulied.", "Jekk tifel għandu l-aspirazzjoni li jrid imur jistudja Oxford - kif għidt l-aħħar darba - u l- ġenituri tiegħu għandhom il- mezzi, dan għandu d-dritt illi jissodisfa l-aspirazzjoni tiegħu u jmur Oxford?", "Aħna rridu nagħtu dan id-dritt?", "Il-liġi se tagħmilha tassattiva li jekk jien għandi 25 jew 30 sena, irrid immur nistudja u missieri għandu l-mezzi biex jibgħatni, jien għandi d-dritt indur fuq missieri u ngħidlu biex iħallasli.", "Għaliex issa mhux qed nitkellmu fuq l- edukazzjoni ta' tfal minorenni.", "Meta saret il-Liġi Ċivili ħadd ma kien jikkontempla l- edukazzjoni beyond a certain age bħala obbligu fuq il- ġenituri u l-mateniment biss kien konsidrat bħala obbligu tal-ġenituri lejn ulied maġġorenni.", "Imma issa qed nespandu l-konċetti għal affarijiet oħra u rridu noqogħdu attenti għall- konsegwenzi ta' din l- espansjoni meta niġu biex napplikawhom għall- maġġorenni.", "Għalhekk meta konna qed niddiskutu artiklu 3B jien għidt li jekk qed nitkellmu fuq maġġorenni, il-kelma \"aspirazzjonijiet\" forsi hija xi ftit żejda.", "Jien naqbel li jibqgħu il-kliem \"il-ħila u x- xeħtiet naturali\" imma l-kelma \"aspirazzjonijiet\" hija wisq; forsi tista' ssir \"pretensjonijiet ta' aspirazzjonijiet\".", "Jien naħseb li għall-minorenni, sa l-edukazzjoni terzjarja tista' tibqa' l-kelma \"aspirazzjonijiet\", imma ma naqbilx li meta l-ulied jiġu għall-ispeċjalizzazzjoni l- konsiderazzjonijiet ta' l- aspirazzjonijiet tibqa' l- obbligu tal-ġenituri.", "Jien mhux qed ngħid li ma jistgħux jgħinu jekk iridu, imma qed nitkellem dwar l-obbligu statutorju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, artiklu 3B huwa, ispirat jew ikkopjat minn artiklu 147 tal-Kodiċi Ċivili Taljan li jgħid hekk:", "\"Il matrimonio impone ad ambedue coniugi l'obbligo di mantenere, istruire ed educare la prole, tenendo conto delle capacita' dell'inclinazione naturale e delle aspirazioni dei figli.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'hemmx dubju li dan għall- minorenni qed jirreferi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Qabel ma ġie introdott dan, kien hemm sentenza tal- qrati Taljani li kienet tgħid:", "\"L'obbligo dei genitori di educare, istruire e mantenere i figli non cessa automaticamente quando questi abbiano raggiunto maggior eta'.\".", "Jiġifieri anke qabel ma ġie introdott dan kien diġa' hemm sentenza tal- Kassazzjoni Taljana.", "Wieħed irid jara kif ġew interpretati l-liġijiet, mhux billi ngħadduhom mill-Parlament għax l-interpretazzjoni tgħin biex nifhmu l-liġi nnifisha.", "Allaħares kellna nidħlu fid- dettalji ta' dak kollu li jista' jiġi regolat fiż-żwieġ u ta' kull problema li tinqala'.", "Aħna nimxu fuq il-prinċipju, imbagħad il-qorti tinterpretah dak li jkun ġie leġislat meta nimmaġina li meta l-qorti tiġi biex tinterpreta l-liġi tħares lejn kif ġie interpretat l- istess kliem f'pajjiż ieħor għalkemm tista' ma taqbilx ma' dak li jkun intqal f'dak il- pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll fil- liġi tagħna kif inhi llum fejn titkellem rigward il- manteniment imkien m'hawn illi dan l-obbligu jtieqaf ma' l- eta' ta' 18-il sena, anzi tgħid bil-maqlub.", "Tant hu veru li jekk naraw il-liġi kif inhi llum insibu li subartiklu 7 (1) jgħid:", "\"Parents are bound to maintain and educate their children.\".", "Imbagħad artiklu 8 jgħid hekk:", "\"The children are bound to maintain their parents ...\".", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx dubju li din tapplika wkoll għall-manteniment ta' tfal li laħqu l-eta', kollox meħud in konsiderazzjoni.", "Fil-fatt, dan l- artiklu kif ġie interpretat fl-Italja, jgħid li:", "\"Il dovere di mantenimento della prole non puo' invece perdurare quando il figlio maturo istruito ...\".", "\"Maturo istruito\" jista' jfisser ukoll li jibqa' jistudja sa Oxford?", "Din hija kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "Meta t-tifel jaqbad il-linja tal- professjoni tiegħu - u fl- interpretazzjoni ta' dan il- punt ħadu in konserazzjoni wkoll il-mezzi tal-ġenituri nfushom - dan l-obbligu tal- manteniment jieqaf.", "M'hemmx data fissa imma jieqaf awtomatikament meta jifforma familja hu stess.", "Dawn kollha huma kriterji li jittieħdu in konsiderazzjoni mill-qrati biex jaraw jekk ikunx għadu jeżisti l-obbligu tal- manteniment.", "Pero' żgur li f'ċerti ċirkostanzi dan japplika anke oltre l-eta' ta' 18-il sena.", "Kollox jittieħed in konsiderazzjoni, bħalma huma l-mezzi tal-ġenituri, x'tip ta' linja ntgħażlet kif ukoll jekk il- persuna ifformatx il-familja tagħha stess, f'liema każ dik il-persuna jkollha l-obbligu li tmanti lil ħaddieħor.", "Jiġifieri wieħed ma jistax jaqta' linja.", "Jien nippreferi li nħalluha għall-interpretazzjoni tal-qrati milli noqogħdu ngħidu li l-obbligu jibqa' sa l-edukazzjoni terzjarja, per eżempju.", "Naħseb li hawnhekk dak li jrid jgħid il-leġislatur joħroġ ċar, jiġifieri li l- obbligu tal-manteniment ma jiqafx awtomatikament ma' l- eta' ta' 18-il sena, imma huwa iktar importanti qabel dik l- eta', proprju fl-eta' formattiva ta' dak li jkun.", "Pero' naħseb li huwa diffiċli li wieħed jagħmel regoli dwar meta jieqaf dan l-obbligu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-punt tiegħi mhux dwar l- obbligu tal- manteniment kien, imma l-obbligu li jossidisfaw l-aspirazzjonijiet ta' l- ulied.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din interpretawha b'mod li dak li jkun għandu jkun istruwit u matur.", "Pero' dan jiddependi minn x'linja jkun ħa l-bniedem f'kull każ.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Wieħed irid jiddistingwi bejn l-obbligu tal-manteniment u l- obbligu ta' l-edukazzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fuq l- edukazzjoni tkellimt meta għamilt referenza għal artiklu 3B.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-każ li ċċitajtilna jirrigwarda l- obbligu tal- manteniment fejn trid tieħu in konsiderazzjoni wkoll l-eta' u kemm dak li jkun ikun immatura.", "Jien qed ngħid li l- obbligu ta' l- edukazzjoni, kif inhu fil-Kodiċi Ċivili, huwa kondizzjonat mill-mod kif kienet taħseb is-soċjeta' dak iż-żmien.", "Issa dak l-obbligu ta' l- edukazzjoni qed nagħtuh interpretazzjoni estensiva kif hemm f'artiklu 3B.", "Allura jekk se nibqgħu nitkellmu fuq l- obbligu ta' l-edukazzjoni - u mhux l-obbligu tal-manteniment - bil-mod estensiv li hemm f'artiklu 3B, dak l- obbligu issa se nimponuh fuq il- ġenituri anke vis-a-vis il- maġġorenni.", "Dak hu li qed nipprova ngħid.", "ONOR.", "JOE FENECH: Naħseb li anke hawn wieħed irid joqgħod attent.", "Jien nixtieq nara x'interpretazzjoni ngħatat mill-Qorti tal-Kassazzjoni dwar l- obbligu ta' l-edukazzjoni fil-konfront ta' l-aspirazzjonijiet tat-tfal.", "Jekk l- aspirazzjoni tat-tifel tkun li jgħaddi ħajtu jġib gradi u degrees minn Oxford, jibqa' l- obbligu li tibgħat lit-tifel Oxford biex joqgħod iġib degree wara ieħor għax l-aspirazzjoni tiegħu tkun li jkollu kultura vasta.", "Jien naħseb li din il- kwestjoni rridu nikkjarifikawha.", "Jekk hemm xi interpretazzjoni mill-Qorti tal- Kassazzjoni allura dik tista' ssolvilna l-problema, u jekk m'hemmx naħseb li wieħed irid jiċċaraha.", "ONOR.", "TONIO BORG: X'inhi d- definizzjoni tal-manteniment illum?", "Artiklu 19 jgħid hekk:", "\"In regard to children and other descendants, it shall also include the expenses necessary for their education.\".", "Dan ifisser li anke llum, id- definizzjoni tal-manteniment tinkludi wkoll l-ispejjeż ta' l-edukazzjoni.", "Allura dak li qed jiġi propost mhuwiex radikalment differenti mis- sitwazzjoni tal-lum.", "Dak li qed jiġi propost għandu aktar kliem u aktar targets 'il fejn għandha tiġi indirizzata l- edukazzjoni.", "Illum fil- konfront ta' l-ulied diġa' hemm inklużi l-ispejjeż neċessarji ta' l-edukazzjoni pero' m'hemmx safejn tasal l-edukazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, dik kienet kondizzjonata għall- konċett ta' l-obbligu ta' l-edukazzjoni li kellha s- soċjeta' li tbiddel, tevolvi u tespandi maż-żmien, imma issa permezz ta' artiklu 3B, il- konċett ta' l-edukazzjoni qed nestenduh anke għall- aspirazzjonijiet.", "Jien qed ngħid li ladarba ma' l-obbligu ta' l-edukazzjoni qed ninkludu l- aspirazzjonijiet, dan l- obbligu għandna nħalluh vis-a- vis il-maġġorenni wkoll.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena favur li nikkontemplaw l- aspirazzjonijiet ta' l-ulied anke meta dawn jagħlqu 18-il sena għaliex fiċ-ċirkostanzi tal-lum nafu li aktar ma jgħaddi ż-żmien il-ħajja edukattiva aktar qegħda ttul lil hinn minn 18-il sena biex tinkludi l-edukazzjoni terzjarja li ħafna drabi taqbeż din l-eta'.", "Mela jien naħseb li huwa tajjeb li llum fl- Abbozz ta' Liġi nirriflettu wkoll din l-aspirazzjoni li hija l-aspirazzjoni tas- soċjeta' kollha.", "Fi żmenijiet oħrajn ftit kienu l-ġenituri li jaspiraw li uliedhom imorru l- Universita'.", "Illum in-numru ta' ġenituri u ulied li jkollhom din l-aspirazzjoni kiber b'rata enormi u j'Alla jkompli jikber.", "Mela din hija liġi li qegħda tirrifletti l-iżvilupp tas- soċjeta' kif inhu għaddej.", "Aħna ma wasalniex fi stadju li l- aspirazzjoni ġenerali tal- pajjiż tkun li mmorru Oxford, per eżempju, imma naħseb li għar-rigward ta' l-edukazzjoni l-aspirazzjoni raġjonevoli li qegħdin nitkellmu fuqha hija li wieħed jasal sa edukazzjoni terzjarja f'xi qasam jew ieħor.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Nesa li għada se nkunu fl- Ewropa dan!", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, ma nsejtx li għada se nkunu fl- Ewropa.", "Fi Franza, per eżempju, li huwa pajjiż li qiegħed fil-Komunita' Ewropea, l- aspirazzjoni ġenerali mhijiex li jmorru jistudjaw fl-Italja, il-Belġju jew band'oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Imma hemm min jaspira li jmur.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, imma dawn huma ftit.", "Jien naħseb li tajjeb li naddottaw ir-regola ġenerali li meta tiġi interpretata trid tissodisfa t- test tar-raġjonevolezza.", "Jien naħseb li fid-dinja kollox hekk.", "Is-sens tar- raġjonevolezza japplika għal kull liġi li nagħmlu għaliex l- ebda liġi m'għandha tiġi interpretata b'mod ieħor, ħlief b'mod raġjonevoli.", "F'dan il- kamp partikolari r- raġjonevolezza se tiġi stmata skond l-isfond edukattiv, finanzjarju u soċjali ta' kull min ikun involut f'din il- kwestjoni.", "Jiġifieri jien nifhem li wieħed jgħid li rridu noqogħdu attenti - u tajjeb li dan l-argument tqanqal - li ma niġux fis-sitwazzjoni li nestendu l- obbligu għall- finijiet ta' l-edukazzjoni u manteniment sal-livell fejn il- wild ikun maġġorenni, ikun diġa' ħa l-ewwel grad, probabbilment ikun diġa' fforma familja u dan kollu.", "Jiena ngħid li fir-raġjonevolezza ta' l- affarijiet ħadd m'hu se jfittex lil missieru jew lil ommu jekk huwa diġa' kkwalifika biex imbagħad ikompli affarijiet oħra u wisq aktar jekk ikun diġa' ħa l-istat fil- ħajja tiegħu.", "Lanqas il-qrati meta jinterpretaw din il- klawsola m'huma se jaqbdu u jiddeċiedu b'mod li fil- konfront ta' wild li stabbilixxa ruħu u għandu aspirazzjoni ta' ċertu tip, jilqgħu dik l- aspirazzjoni b'xi mod leġġer.", "Jien naħseb li altru li jagħmlu analiżi tas- sitwazzjoni u taċ-ċirkostanzi ta' dak il-każ biex jiddeċiedu għandhomx jilqgħu t-talba jew le.", "Allura jien naħseb li artiklu 3B huwa artiklu tajjeb u fil-linja ta' l-iżvilupp li għandha s-soċjeta' pero' naqbel ma' l- Onor. Membru li artiklu 7 għandu jiġi mibdul biex jikkonforma ruħu ma' l- erba' kwalifiki li hemm f'artiklu 3B.", "Forsi ta' min jaqra l-emenda formalment.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: In vista ta' dak li hemm f'artiklu 9, ma nafx il- Ministru jinsistix li jneħħi l- kelma \"qraba\".", "Għax artiklu 9 jikkontempla l-għajnuna li trid tingħata lill-qraba tal-parti l-oħra.", "Rigward klawsola 7 rrid ngħid ...", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 7 tittratta dwar moral support.", "Fil-fatt se nressaq emenda għat-test Malti li jitkellem fuq għajnuna.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 6:", "\"F\" Minflok is-subartikolu (1) li hemm fil-klawsola 6 għandu jidħol is- subartikolu li ġej:", "\"(1) Il-ġenituri għandhom l-obbligu li jieħu ħsieb, imantnu, jgħallmu u jedukaw lil uliedhom bil- mod stabbilit fl-artikolu 3B ta' dan il- Kodiċi.\".", "\"F\" For subsection (1) in clause 6, there shall substituted the following:", "\"(1) Parents are bound to look after, maintain, instruct and educate their children in the manner layed out in section 3B of the Code.\".", "Din l-emenda qed nintroduċuha wara l-proposta ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura l-obbligu ta' l- axxendenti se jkun differenti minn tal-ġenituri.", "F'artiklu 7 hemm żewġ konċetti differenti għax subartiklu 7(1) jikkontempla konċett differenti minn dak li hemm f'subartiklu 7 (2).", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "Jien naħseb li huwa ġustifikat li fir-rigward ta' l-axxendenti l- obbligu ma jkunx estensjoni ta' l-obbligu tal-ġenituri.", "Naħseb li hemmhekk din id-distinzjoni għandha tibqa'.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l- intestatura Sub-Titolu II tat- Titolu I ta' l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Clause 5 - Amendment of heading of Sub-Title II of Title I of Book First of the Code.", "Posposta aktar kmieni fil- Kumitat", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 5:", "\"G\" Minflok il-klawsola 5 għandha tidħol il-klawsola li ġejja: \"Sostituzzjoni ta' l- intestatura tas-sub-Titolu II tat-Titolu I ta' l- Ewwel Ktieb tal-Kodiċi.", "5.", "Minflok l-intestatura tas-Sub-Titolu II tat- Titolu I ta' l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi, għandha tidħol l-intestatura li ġejja:", "\"Fuq il-jeddijiet u d- dmirijiet bejn axxendenti, dixxendenti u aħwa\".\".", "\"G\" For clause 5 there shall be sustituted the following;", "Substitution of the heading of Sub-Title II of Title I of Book First of the Code.", "5.", "For the heading of Sub-Title II of Title I of Book First of the Code, there shall be sustituted the following:", "\"Of the mutual rights and duties of ascendents, descendents, brothers and children\".\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 7 - Sostituzzjoni ta' l-artikoli 9, 10 u 11 tal- Kodiċi.", "Clause 7 - Substitution of sections 9, 10 and 11 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nixtieq inressaq emenda biex inġibu t- test Malti u t- test Ingliż konformi ma' xulxin, u fil-fatt diġa' tajt kopja ta' din l- emenda lill-Oppożizzjoni.", "Mr Chairman, nipproponi din l- emenda:", "\"H\" Il-klawsola 7 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fit-test Malti ta' l- artikolu 9 li hemm fil- klawsola 7, minflok il- kelma \"l-għajnuna\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-appoġġ morali\".", "\"H\" In the Maltese text of section 9 in clause 7, for the word \"l- għajnuna\" there shall be substituted the words \"l-appoġġ morali\".", "Permezz ta' din il-klawsola qegħdin nemendaw artikli 9, 10 u 11.", "Artiklu 9 jitkellem dwar id-dmirijiet ta' żewġ il-bint lejn missier il-mara; artiklu 10 jittratta dwar meta żewġ il- bint m'għandux dmirijiet lejn missier u omm il-mara jew inkella meta jispiċċa d-dmir ta' żewġ il-bint lejn omm il- mara, u meta jispiċċa d-dmir ta' missier ir-raġel lejn mart ibnu.", "Barra minn hekk artiklu 10 jgħid wkoll li t-tieni żwieġ ta' mart l-iben jew ta' omm ir- raġel jew il-mara ma jeħlishomx minn ċerti dmirijiet.", "Artiklu 11 jgħid x'inhuma l-effetti tal-mewt tar-raġel u tal-mara li minnhom tkun tnisslet il-qrubija u tat-tfal taż-żwieġ li nissel il-qrubija.", "Peress li qed inneħħu l-konċett tal- manteniment fil-konfront ta' qraba li l- affinita' tagħhom ġiet minħabba ż-żwieġ, ma' dawn it-tliet artikli qed indaħħlu klawsola li tipprovdi li kull parti fiż-żwieġ għandha l- obbligu li tagħti l-appoġġ morali għall-obbligazzjonijiet tal-parti l-oħra rigward l- axxendenti u d-dixxendenti tagħhom.", "Dan qed ngħiduh għaliex illum qed inneħħu l- ħtieġa li r-raġel imantni lill- ġenituri ta' martu, lil ħut martu jew lill-ulied ta' ħut martu, pero' qed jibqa' l- obbligu tal-mara fil-konfront ta' ommha, ta' missierha u ta' ħutha.", "Dawk l-obbligi baqgħu sanċiti mil-liġijiet tagħna.", "Allura aħna qed ngħidu li filwaqt li kull parti għandha obbligi fil-konfront tal- ġenituri tagħha u ta' ħutha, il- parti l-oħra għandha tagħtiha l-appoġġ morali kollu possibbli u tiffaċilita l- ħarsien u t-twettiq ta' dawk l- obbligi b'mezzi pekunjarji imma mhux neċessarjament b'mezzi materjali u konkreti.", "Dawn huwa s-sens ta' din il- klawsola kif qed nemendawha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Wieħed irid jipprova jirrealizza f'liema sitwazzjoni se niġu wara li tgħaddi din l- emenda.", "Għalkemm qed insemmu għajnuna jew appoġġ morali, jekk il-mara hija obbligata bil-liġi li tagħti l- manteniment lil missierha fiċ- ċirkostanzi stipulati mil-liġi, il- manteniment qed jitħallas ukoll mir-raġel ta' dik il-mara għax tonqos il- komunjoni.", "Dan ifisser li anke l-għajnuna materjali tal-manteniment qed jagħtiha r-raġel.", "Issa jekk il-mara ma jkollhiex mezzi jew dħul, missierha ma jistax idur fuq żewġ bintu imma jekk missier ir-raġel ma jkollux mezzi u ibnu jkollu għax jaħdem, il-mara ta' ibnu se tissubixxi għall-ħlas tal- manteniment ta' żewġha lil missieru.", "Dan l-obbligu se jibqa', allura fil- fatt se nneħħu biss l-obbligu tar-raġel għall-manteniment tal-ġenituri ta' martu, imma l-obbligu tal- mara lejn il-ġenituri ta' żewġha fil-fatt ma neħħejnihx għaliex jekk il-ġenituri jew l- axxendenti tar-raġel ma jkollhomx mezzi u t-tifel, jiġifieri żewġha, ikollu allura f'dak il-każ il- mezzi ta' żewġha jridu jonqsu biex jiġi sodisfatt l-obbligu tal- manteniment lejn missieru u ommu u l-axxendenti tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk nieħdu s-sitwazzjoni kif inhi llum bl-obbligu tal-manteniment fil-konfront tal-qraba miż- żwieġ, naraw li l-mara għandha l-obbligu li tmantni lil missierha u lil ħutha, li allura huma l-qraba miż- żwieġ ta' żewġha, u dak l-obbligu hija tista' tissodisfah mill- komunjoni ta' l-akkwisti jew mill-affarijiet tal-familja.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNIĊI: Imma għaliex hemm l-obbligu fuq żewġha wkoll.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, pero' aħna qegħdin ngħidu li l-obbligu fuq żewġha qed jitneħħa - u qed jitneħħa għaliex fil-fehma tagħna mhuwiex konformi ma' l-iżviluppi soċjali fis-soċjeta' li wieħed jibqa' jżomm dan l- obbligu li bażikament waqa' in disuso minħabba l-prattika li ġiet segwita għal ħafna snin, jiġifieri l-mod kif żviluppa l- istat soċjali - u allura l- obbligu fuq ir-raġel m'għandux ikun b'mezzi pekunjarji, bħal fl-eżempju li nġab, imma b'appoġġ morali.", "Jien naħseb li wieħed irid jitlaq minn dan il- punt.", "Jekk aħna qegħdin niddipartixxu mill-mudell li nsibu fil-Kodiċi llum fejn qed ngħidu li l-istat soċjali żviluppa b'mod li ma jirrendix prattiku u viġenti biżżejjed il-manteniment fil-konfront tal-qraba miż-żwieġ u viċeversa, allura mbagħad wieħed irid jibqa' miexi fuq dan il-prinċipju fid- diversi klawsoli li għandna.", "Jien naħseb li għandna npoġġu l- obbligu morali ta' l-appoġġ fuq il-partijiet fil-konfront tal- qraba miż-żwieġ tagħhom.", "U din hija ħaġa sewwa għaliex ladarba jien m'inix se nagħti appoġġ materjali konkret, m'għandix inkun permess li b'xi mod infixkel lill- parti l-oħra milli tagħti l-appoġġ, anke materjali safejn tista', lill- ġenituri tagħha u lil ħutha.", "Dan hu s-sens ta' l-argument, Mr Chairman.", "Naturalment ma jistax ikollna ż-żewġ affarijiet.", "Ma nistgħux ngħidu li m'għandux ikun hemm iktar manteniment fil-konfront tal- qraba miż-żwieġ u fl-istess ħin imbagħad ngħidu li f'din il- parti se nerġgħu nirritornaw għal dak il-prinċipju.", "Il- prinċipju li qed jaddotta l- Gvern f'dan l- Abbozz ta' Liġi huwa li l-manteniment għandu jkun fil-konfront ta' l- axxendenti, id-dixxendenti u l- aħwa.", "L-obbligu primarju tal- manteniment hu tar-raġel lejn martu.", "Imbagħad wieħed irid jara x'inhuma l-mezzi tar- raġel f'dan ir-rigward.", "Fir-rigward tal-qraba dan il-manteniment m'għandux ikun b'obbligu.", "Pero' fil-konfront tal-parti li se tibqa' obbligata - għax fil- konfront ta' l-axxendenti u d- dixxendenti u l-aħwa kulħadd se jibqa' obbligat - l-parti l- oħra għandha tkun obbligata li testendi l-appoġġ morali.", "Huwa veru li biex jien nieħu ħsieb il-ġenituri tiegħi nista' niġi f'sitwazzjoni li rrid nagħmel użu mill-fondi tal-komunjoni - li l-mara tiegħi għandha sehem għalihom - pero' fir-rigward eventwali ta' kif se tiġi amministrata l-komunjoni ta' l- akkwisti, jiġifieri bl-emendi li qegħdin indaħħlu, se jkun iktar faċli li l-parti tagħmel użu mill-proprjeta' tagħha u anke minn fondi li jistgħu jkunu tagħha mill-komunjoni biex tkun tista' tissodisfa dan l-obbligu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq li jiġi mifhum il-punt li qed jiġi magħmul u nieħdu eżempju ta' koppja miżżewġa fejn ir-raġel jaqla' Lm10,000 fis-sena, il-mara ma taħdimx u m'għandhiex qliegħ u ommha hija indiġenti u għalhekk għandha bżonn l-għajnuna.", "F'dak il-każ l-omm ma tistax tieħu manteniment mingħand bintha allavolja d-dħul tal-familja ta' bintha, cioe' ta' żewġha, huwa ta' Lm10,000 fis-sena.", "Ħalli nieħdu każ ieħor ta' koppja miżżewġa fejn it-tnejn jaħdmu u bejniethom għandhom dħul kumulattiv ta' Lm5,000, jiġifieri Lm2,500 kull wieħed u omm il-mara hija indiġenti.", "F'dan il-każ, omm il-mara għandha dritt għall-manteniment minn bintha għax bintha għandha l-mezzi.", "Din hi s-sitwazzjoni li ġejjin fiha issa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, fl-istat soċjali attwali, fejn għandek dak li komunament huwa magħruf bħala welfare state - għax fil- liġijiet tagħna ddaħħlu benefiċċji bħalma huma s- social assistance for females għal dawk ix-xebbiet li jieħdu ħsieb l- anzjani u d-dritt għall-pensjoni tal-wens lill- ulied u lil dawk il-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani jekk jissodisfaw l-eżami tal-mezzi u ċirkostanzi oħrajn - mhuwiex aktar konċepibbli illi wieħed iżomm fil-Kodiċi Ċivili l- konċett ta' manteniment fil- konfront tal-qraba li l-qrubija tagħhom tkun tnisslet miż- żwieġ.", "Illum għandna nirres- rinġu l-kwestjoni tal- manteniment għal dak li huwa livell primarju, ir-raġel lejn martu, il- ġenituri lejn l-ulied u viceversa, u lejn l- axxendenti, jiġifieri li kull wieħed jibqa' obbligat lejn il- ġenituri tiegħu u lejn ħutu.", "Issa dan kif se jiġi eżerċitat jekk il-mara m'għandhiex minn fejn tmantni lil ommha u lil missierha u r-raġel mhux se jkun obbligat li jmantniha?", "L- argument kollu hu illi llum il- pożizzjoni hija li jekk il-mara ma tistax, ma tistax u hemm l- istat soċjali li jagħmel tajjeb, imma l-manteniment bħala prinċipju għandu jieqaf u jiġi ċirkoskritt għal dawn il- persuni li qed insemmu, jiġifieri l-axxendenti, id- dixxendenti u l-aħwa.", "Dan hu l- prinċipju.", "Issa jekk se naddottaw dan, huma x'inhuma ċ- ċirkostanzi, tista' jew ma tistax il-mara ...", "Pero' hawn qegħdin ngħidu illi skond iċ- ċirkostanzi tal-każ, ir-raġel huwa obbligat li jagħti l- appoġġ morali biex nassiguraw li f'ċirkostanzi fejn xi waħda mill-partijiet tista' tissodisfa l-obbligu tal- manteniment in konfront ta' missierha, ommha jew ħutha, il- parti l-oħra ma tkunx tista' timpedixxi li dan isir.", "Aħna qed nevitaw dak it-tfixkil u iktar minn hekk ma nistgħux nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"H\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Emenda ta' l- artikolu 12 ta' dan il-Kodiċi.", "Clause 8 - Amendment of section 12 of the Code.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'ċertu sens din il-klawsola hija konsegwenzjali.", "Bi klawsola 8 qegħdin nemendaw artiklu 12 tal-Kodiċi li sal-lum ipoġġi f'ordni lill-persuni li huma taħt dmir li jagħtu l- manteniment.", "Illum il-Kodiċi jgħid li għall-finijiet ta' manteniment l-ewwel jiġi l- missier u mbagħad tiġi l-omm.", "Aħna dawn qed nabbinawhom u qed ngħidu \"il-ġenituri\".", "Allura l-ewwel fl-ordni għall-finijiet ta' manteniment se jibqgħu, kif tgħid il- Kodiċi llum, \"l-ulied jew dixxendenti tal-persuna li titlob il-manteniment, fl-ordni kif huma mil-liġi msejħa għall- wirt tagħha\".", "Fil-preżent, fil- Kodiċi wara l-ulied u d- dixxendenti tal-persuna jiġi l- missier u mbagħad warajh tiġi l-omm.", "Aħna qed namalgamawhom flimkien u qed insejħulhom \"il- ġenituri\".", "It-tielet jiġu dawk li llum insibu f'paragrafu (d) ta' artiklu 12 preżenti, fejn hemm:", "\"l-axxendenti l-oħra, fl- ordni kif huma mil-liġi msejħa għall-wirt ta' dik il-persuna;\".", "B'din il-klawsola qed ngħidu li l-ordni għandha tieqaf hemm biex inkunu konsistenti ma' dak kollu li għidna s'issa.", "B'hekk qed jinqatgħu paragrafi (e), (f), (g) u (ħ) li jittrattaw dwar persuni li huma kwalifikati fir- relazzjoni tagħhom bl-affinita' minħabba ż-żwieġ.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 8 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Emenda ta' l- artikolu 14 tal-Kodiċi.", "Clause 9 - Amendment of Section 14 of the Code.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, din hija konsegwenzjali għall-emendi li diġa' approvajna.", "B'din il-klawsola qed nemendaw subartiklu 14 (1) tal- Kodiċi u qed ngħidu li minlfok il-kliem minn \"fl- artikolu 12:\" sal-kliem \"fi grad wieħed\" għandhom jidħlu l- kliem \"fl-artikolu 12\".", "Dan għaliex illum l-artiklu jgħid li:", "\"Meta żewġ persuni jew aktar jitolbu l- manteniment mingħand min m'għandux imnejn jagħtih lilhom ilkoll, fil- preferenza li tingħata lil waħda fuq l- oħra, għandu jiġi mħares l-ordni miġjub fl-artikolu 12; Iżda, f'dan il-każ, il- missier u l-omm jitqiesu li huma fi grad wieħed.\".", "Issa qed jitħassar il-kliem \"l- artikolu 12\" minħabba li neħħejna dawk is- subparagrafi fl-artiklu preċedenti u għalhekk irridu nġibu artiklu 14 konformi ma' artiklu 12.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Emenda ta' l- artikolu 16 tal-Kodiċi.", "Clause 10 - Amendment of section 16 of the Code.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda biex nikkorreġi t-test Ingliż.", "Klawsola 10 hija konsegwenzjali għal dan li qegħdin ngħidu, pero' t-test Ingliż irid jinbidel biex grammatikament ikun korrett.", "Mr Chairman nipproponi din l- emenda:", "\"I\" Il-klawzola 10 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Minflok il-paragrafu (b) tat-test Ingliż tal- klawżola 10, għandu jidħol li ġej:", "\"(b) In the proviso to subsection (2) thereof, for the words \"is the father, mother, or\" there shall be substituted the words \"are the parents, or\".", "\"I\" For paragraph (b) of the English text of clause 10, there shall be substituted the following:", "\"(b) In the proviso to subsection (2) thereof, for the words \"is the father, mother, or\" there shall be substituted the word \"are the parents or\".", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 10 kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 10 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Emenda ta' l- artikolu 17 tal-Kodiċi.", "Clause 11 - Amendment of section 17 of the Code.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, din il-klawsola hija konsegwenzjali għall-emendi li ġew approvati s'issa.", "F'artiklu 17 tal-Kodiċi qed jitneħħa l-kliem \"il-qarib bi żwieġ jew\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Tħassir ta' l- artikolu 18 tal-Kodiċi.", "Clause 12 - Repeal of section 18 of the Code.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, b'din il-klawsola qed nipproponu illi nneħħu artiklu 18 li għandna llum fil-Kodiċi.", "F'artiklu 18 il-Kodici jitkellem dwar meta l-obbligu tal-manteniment jgħaddi għall- werrieta.", "Aħna jidhrilna illi dan l-artiklu llum għamel żmienu u m'hemmx iktar lok għalih.", "Pero' lanqas ma rrid neskludi illi meta nkunu qegħdin inġibu l- Abbozz ta' Liġi li se jkompli jemenda dan il-Kodiċi fir-rigward tas- suċċessjoni wieħed jerġa' jħares lejn it-tifsira ta' dan l-artiklu u l- implikazzjonijiet tiegħu, mhux tant fid-dawl tal- manteniment f'dan is-sens imma iktar fid-dawl ta' obbligi naxxenti minn suċċessjonijiet.", "Allura f'dan l-istadju għandu jitneħħa minn din il-parti tal- liġi u se mai wieħed ikun jista' jirrikonsidra xi obbligi fil-kwadru ta' dak l-istitut, jekk ikun il-każ.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Emenda ta' l- artikolu 19 tal-Kodiċi.", "Clause 13 - Amendment of section 19 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fi klawsola 13 qegħdin inżidu obbligu mill-iktar naturali.", "Sal-lum artiklu 19 tal-Kodiċi meta jagħti t-tifsira ta' manteniment jgħid li l- manteniment ifisser \"ikel, ilbies u abitazzjoni\" u fir- rigward ta' l-ulied u dixxendenti oħra jidħlu \"l- ispejjeż meħtieġa għall- edukazzjoni tagħhom\".", "Aħna dehrilna li kellna ninkludu wkoll l- ispejjeż meħtieġa għas- saħħa.", "Naħseb li b'hekk it- test ikun kemm jista' jkun komplet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li f'dan ir-rigward wieħed irid jemenda wkoll subartiklu 19 (1).", "Sal-lum \"is-saħħa\" mhix inkluża, la f'subartiklu 19 (2) fil-każ ta' l-ulied u dixxendenti u lanqas f'subartiklu 19 (1) li jitkellem fuq x'inhu manteniment in ġenerali.", "Jien jidhirli li l- kelma \"manteniment\" hawn tista' tapplika anke għall-ġenituri vis-a-vis l- axxendenti u mhux għat-tfal u dixxendenti kif jikkontempla f'subartiklu 19 (2).", "Naħseb li hemm trid tidħol \"is-saħħa\".", "Jiġifieri l-ispejjeż meħtieġa għas-saħħa tal-ġenituri u l-axxendenti għandhom ikunu koperti fil- konċett tal-manteniment dovut mill-ulied u mid-dixxendenti tagħhom.", "Huwa veru li llum ċerti spejjeż ta' saħħa huma koperti mill-komunita', imma ladarba qed ninkludu s-saħħa fil-każ ta' l-ulied jien naħseb li għandna ninkludu wkoll is- saħħa fil-każ tal-ġenituri u l- axxendenti.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, din se nikkonsidraha imma naturalment irridu nifhmu li l-portata ta' l-obbligu ta' manteniment għar-rigward ta' saħħa fir-rigward ta' axxendenti jista' jkun ta' entita' sostanzjalment akbar milli fil-konfront ta' l-ulied.", "It-tobba jgħallmuni li normalment meta jidħlu l- axxendenti anzjani - u hawn qed nirreferu għall-ġenituri anzjani - il-portata ta' l-obbligu ta' manteniment rigward saħħa hija ħafna ikbar mill- portata ta' l-obbligu fir- rigward ta' l-ulied.", "Jiena nixtieq nisma' ftit iktar f'dan ir-rigward, pero' lest li nikkonsidra xi suġġerimenti li jsiru fuq dan; forsi jistgħu jilluminawni t-tobba.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vincent Moran.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Mhux bilfors illi l-quantum ta' spejjeż rigward is-saħħa fil- każ ta' l-axxendenti jew ġenituri anzjani jkun ikbar milli fil-każ ta' l-ulied għax dan jiddependi mis-saħħa ta' l- ulied u ta' l- axxendenti f'kull każ partikolari.", "Jista' jkun hemm każi fejn l-ulied jirrikjedu somom konsiderevoli ta' flus għall-kura tagħhom - u llum nafu li hemm kondizzjonijiet mediċi u fiżiċi f'nies ta' eta' żgħira illi jirrikjedu ċertu ammont ta' flus biex wieħed ikun jista' jmantni dan l-istat ta' saħħa - filwaqt li fil-każ tax-xjuħ ma jkunx hemm din il-ħtieġa.", "Pero' naħseb li, kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici, jekk wieħed iħoss li taħt id- definizzjoni ta' manteniment għandu jdaħħal ukoll l-obbligu ta' ħlas ta' spejjeż ta' saħħa fil-każ taż- żgħar, fejn il-probabilita' ta' diżabilitajiet jew mard fiżiku hija inqas, dan iktar u iktar għandu jinħass bħala obbligu fil-konfront tal-ġenituri u l- axxendenti.", "Ma tistax tgħid liema se tqum l-iżjed, jekk hijiex il-kura tat-tfal jew inkella ta' l- axxendenti.", "Kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonniċi, ta' min jikkonsidra jekk taħt id- definizzjoni ta' manteniment għandhomx jiddaħħlu wkoll l- ispejjeż tas- saħħa fil-każ tal- ġenituri u l-axxendenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk fhimt tajjeb dak li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici, allura jkun hemm bżonn ta' emenda għall-ewwel paragrafu ta' artiklu 19 tal-Kodiċi biex nispeċifikaw li l-manteniment jinkludi l-ikel, l-ilbies, is- saħħa u l-abitazzjoni, jiġifieri rridu nżidu l-kelma \"saħħa\".", "Pero' t-tieni paragrafu jibqa' kif qed jiġi emendat.", "Nitlob il-permess tal- Kumitat biex nipposponi din il- klawsola ħalli nkun nista' nifformola l- emenda.", "THE CHAIRMAN: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 14 - Emenda ta' l- artikolu 24 tal-Kodiċi.", "Clause 14 - Amendment of section 24 of the Code.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, klawsola 14 hija konsegwenzjali għall- argument tal-manteniment għar-rigward tal-qraba u ma naħsibx li teħtieġ xi spjegazzjoni partikolari.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Tħassir ta' l- artikolu 26 tal-Kodiċi.", "Clause 15 - Repeal of section 26 of the Code.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, permezz ta' klawsola 15 qed inħassru l- provvedimenti għar-rigward tad-dota.", "L- ewwelnett nixtieq infakkar illi bi klawsola transitorja qegħdin nissalvagwardaw id-drittijiet kollha li jistgħu jeżistu sal- lum rigward dota.", "Pero' rajna illi wasal iż-żmien illi għall- futur jispiċċa l-obbligu tad- dota.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari kont fhimt illi l-Oppożizzjoni xtaqet illi wieħed iħalli s- sitwazzjoni kif inhi biex eventwalment id-dota tmut mewta naturali.", "Min-naħa l-oħra aħna ħsibna illi wasal iż-żmien illi wieħed ineħħi dan il-konċett, l-ewwelnett għax nafu illi fil- prattika ftit huma l- każijiet illi jeżistu.", "Bħalissa ma nafx jekk hemmx kawżi pendenti fuq id- dota.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament illum id-dota għadha tingħata, imma hawn qed nitkellmu fuq id-dota f'sens ta' obbligu.", "Il-kwestjoni tad-dota ma tittrattax dik li l-ġenituri jagħtuk fl-okkażjoni taż-żwieġ għax fl- okkażjoni taż-żwieġ il-ġenituri kollha jgħinu lil uliedhom mill-aħjar li jistgħu skond il-mezzi li jkollhom.", "L-argument hu jekk għandniex inħallu s- sistema li l-wild jista' jfittex lill- ġenituri biex bilfors jagħtuh id- dota.", "Illum wieħed li jkun se jiżżewweġ jista' jfittex lill-ġenituri biex jagħtuh id- dota.", "Normalment tkun it-tifla li tingħata d-dota.", "Jien ngħid li fis-soċjeta' tagħna wasalna fl-istadju li m'hemmx raġuni għalfejn għandu jibqa' dan l- obbligu.", "Jiġifieri għandna nħallu lill-ġenituri fil- liberta' li jgħinu mill-aħjar li jistgħu lil uliedhom meta jkunu se jiżżewġu, kif ġeneralment jagħmlu, mingħajr ma nħallu l-obbligu tad-dota kif inhu sal-lum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Moran.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Illum l-obbligu tad-dota jeżisti.", "Veru li kif qal il-Ministru forsi m'hemmx kawżi ta' ulied li qegħdin ifittxu lill- ġenituri tagħhom għal dan l- obbligu, jiġifieri li jagħtuhom id-dota.", "Dan l- obbligu daħal minħabba li l-ulied nisa kienu joqogħdu d-dar biex jgħinu lill-ġenituri u għalhekk ma kienx ikun possibbli għalihom li jkollhom biżżejjed finanzi biex ikunu jistgħu jibdew il- ħajja miżżewġa.", "Illum il- maġġoranza ta' l-ulied bniet joħorġu jaħdmu u 'l quddiem ftit ikunu dawk li ma joħorġux jaħdmu għaliex iridu jduru bil- ġenituri.", "Pero' aħna nafu b'każijiet speċifiċi fejn il- bniet ma joħorġux jaħdmu għax iridu jduru bil- ġenituri anzjani tagħhom.", "Allura dawn issa m'hu se jkollhom l-ebda dritt ...", "Forsi xi ħadd jgħidli li l-Istat diġa' qed jaħseb għal din l- eventwalita' billi lill-ulied li jibqgħu jduru bil-ġenituri, u allura ma jkunux jistgħu joħorġu jaħdmu, qed jipprovdilhom remunerazzjoni.", "F'dan l- każ il-bniet jieħdu l-pensjoni tal-wens, l- SAF, imma rridu naraw ukoll jekk hux ġustifikat li nipprovdu għal dawk l-ulied bniet li għal xi raġuni ma jistgħux joħorġu jaħdmu u lanqas jistgħu jieħdu l- benefiċċju tas- sigurta' soċjali mingħand l-Istat.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Aħna qegħdin nitkellmu fuq id-dritt legali li bint jista' jkollha li tipproċedi fil-konfront tal-ġenituri tagħha rigward id- dota.", "L-ewwelnett hemm żewġ tipi ta' dota, id-dota konvenzjonali li tiġi miftiehma, u d-dota legali.", "Fuq id-dota li tista' tiġi miftiehma nitkellmu aktar tard.", "Billi qed inneħħu din l- istituzzjoni tad-dota, ma jfissirx li ma jistax ikun hemm ftehim f'dan ir-rigward.", "Il- Kodiċi Taljan jirrendi d-dota konvenzjonali illegali u nulla, u allura ma tistax tagħmilha, imma jekk xi ħadd irid jagħmel ftehim f'dan il-kontest, il- ftehim ikun legali.", "X'jista' jiġri għar-rigward tad-dota legali?", "L- ewwelnett kif għidna, l-obbligu tal-ġenituri huwa li jieħdu ħsieb, imantnu, jgħallmu u jedukaw lil uliedhom, jieħdu ħsieb saħħithom u joħorġu l-ispejjeż f'dawk iċ-ċirkostanzi.", "Kif qal l-Onor.", "Moran, jista' ikun hemm każ ta' xebba li ma ħarġitx taħdem biex tieħu ħsieb il- ġenituri tagħha u allura m'għandhiex mezzi finanzjarji tagħha u fl-istess ħin lanqas tista' tiġi kumpensata mill- Istat għax forsi l-mezzi tal- household jeċċedu dawk stabbiliti mil-liġi.", "Jekk meta din tiġi biex tieħu l-istat tagħha, il- ġenituri jkunu ingrati lejha u ma jgħinuhiex, sal-lum din għandha dritt għal rikors kontra l-ġenituri tagħha biex tieħu d-dota.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li se nneħħu d- dota imma m'aħniex ngħidu li se nneħħu d-dritt tal- bint li jekk tkun waslet fl-istat impossibbli, biex insejjaħlu hekk, li tfittex lill-ġenituri tagħha għad-dota, ma tkunx tista' tfittixhom għas- serviġi.", "Illum m'aħniex qed nitkellmu fuq l-obbligu morali u lanqas qed ngħidu li l- ġenituri ma jistgħux jagħtu dota lil uliedhom.", "Fil-fatt normalment il-ġenituri jagħtu dota.", "Issa x'inhu r- raġunament?", "Jekk naslu fl- istat li biex bint tieħu din id-dota jew xi ħaġa oħra jkollha tfittex lill-ġenituri tagħha bil-qorti, xi might as well tfittixhom għas- serviġi, u probabbli jkun jaqblilha tagħmel hekk.", "Jekk tkun wasalt f'dak il-livell ta' relazzjonijiet ħżiena ma tantx tagħmel differenza finanzjarja liema kawża taqbad.", "Jekk se tesiġi d-dota permezz ta' kawża fil- qorti, minflok li tesiġi d-dota biss tista' tesiġi wkoll is- serviġi, jiġifieri l- kumpens talli tkun ħadt ħsieb il- ġenituri tiegħek.", "Illum il- qorti tista' tagħtik il- kumpens ta' l-aħħar ħames snin, u b'dan il-mod f'ċertu sens lill-ġenituri z-zalza tista' tiġihom ogħla mill-ħuta.", "Jien naħseb li jekk naraw x'jiġri fil-prattika nsibu li normalment il-ġenituri jagħmlu l- aħjar li jistgħu biex jgħinu lil uliedhom meta jkunu se jiżżewġu.", "Bil- Kodiċi kif inhu llum, jekk dawn il-ġenituri jkollhom il-mezzi imma jirrifjutaw, il-bint tista' tieħu azzjoni bil-qorti kontra l-ġenituri tagħha.", "Aħna qed ngħidu li jekk bint tant tkun waslet f'dan il-livell ta' relazzjonijiet ħżiena li jkollha tieħu lill-ġenituri l- qorti minħabba d- dota, minflok li tfittixhom għad-dota biss forsi jkun jaqblilha tfittixhom għall-kumpens ta' kemm tkun ħadet ħsiebhom.", "Naħseb li m'aħniex inneżżgħu lill-bint minn dawn id-drittijiet.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Nixtieq li l- Ministru jgħidilna x'jaħseb li kien l-iskop li għalih kien iddaħħal l- obbligu tad-dota għall-ulied bniet fil- Kodiċi Ċivili, u fil-fatt baqa' s'issa.", "B'hekk naraw kif varjaw iċ-ċirkostanzi li minħabba fihom qed ngħidu li llum il-konċett tad-dota huwa outdated.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt darba qrajt li d-dota twieldet fl-antik biex kulħadd ikun jista' jiżżewweġ, inklużi dawk in-nisa li ma kenux daqstant attraenti u forsi minħabba d- dota kienu jsiru aktar attraenti.", "Dawk kienu żmeni- jiet differenti.", "(Interruzzjonijiet) L-iskop tad-dota kien skop intelliġenti għaliex biha kulħadd kważi kien ikollu garanzija li jkun jista' jiżżewweġ.", "Naf li f'dan il- Parlament tnejn biss - wieħed minn kull naħa - ma eżerċitawx dan id-dritt!", "Naturalment qabel ftit kienu n-nisa li kienu joħorġu jaħdmu u d-dota kienet isservi bħala bażi finanzjarja jew mod ieħor meta jiġu biex jiżżewġu.", "Jien nimmaġina li l-intenzjoni tal- leġislatur tal-lum wara l- konċett tat-tneħħija tad-dota ta' dan it-tip hija l-istess intenzjoni li kellu l- leġislatur fl-1985 meta ppropona l-Abbozz ta' Liġi dwar il-familja f'dan il-Parlament.", "Hawn se nikkwota mill-Abbozz ta' l-1985 fejn kien ġie propost li jitneħħa l-konċett tad-dota li llum jinsab f'artiklu 26 tal- Kodiċi.", "Dak iż-żmien kien ġie propost li:", "\"A child has no claim against his parents to compel them to make to him any provision in contemplation of marriage or for any other cause.\".", "Jiġifieri l-obbligu tad-dota anke dak inhar kien se jispiċċa u nimmaġina li mill- 1985 'l hawn ma kienx hemm żviluppi li jiġġustifikaw li d- dota tibqa', imma t-tendenza pjuttost hija li d-dota tispiċċa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, ma naħsibx li l- Gvern ħadem biżżejjed fuq din il-kwestjoni.", "Li wieħed jargumenta li l-kawżi fil-qorti dwar id-dota huma ftit jew xejn, ma jfissirx li l-prattika ta' l-għoti tad- dota m'għadhiex teżisti fis-soċjeta'.", "Nafu li l-prattika ta' l-għoti tad- dota għadha komuni, speċjalment ma' ċerta kategorija tal- popolazzjoni, għaliex tinħass bħala obbligu naturali tal- ġenituri lejn binthom.", "Dan l- obbligu minn fejn ġej?", "Fil- fatt il-ġenituri jafu li dak huwa obbligu statutorju.", "Jistgħu jħossuh bħala obbligu naturali imma fil-fatt huwa mibni fuq obbligu statutorju.", "Jekk dan jispiċċa minn obbligu statutorju se jintlaqtu biss dawk il-każijiet fejn l- obbligu tad-dota ma kienx jinħass bħala obbligu naturali, jiġifieri proprju f'dawk il- każijiet fejn l-aktar li hemm il-bżonn.", "Għaliex?", "Fil- maġġoranza tal-każi, il- ġenituri jħossu li huma obbligati li jgħinu lil uliedhom bniet meta jiżżewġu, imma hemm numru żgħir ta' każi fejn il-ġenituri jiġu jaqgħu u jqumu minn dan l-obbligu morali.", "Allura l-obbligu statutorju se jitneħħa proprju f'dawk il-każijiet meta normalment l-aktar li jkun hemm il-ħtieġa li l-ġenituri jagħmlu sforz u jgħinu lil binthom meta tkun se tiżżewweġ.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed iħoss il-ħtieġa li jneħħi dan l-obbligu mil-liġi.", "Pero' ħalli naraw dan x'ifisser.", "Jekk il-Gvern qed jinsisti illi m'hemmx iktar obbligu li l-ġenituri jaħsbu f'binthom meta tkun se tiżżewweġ, allura l-Istat għandu iktar obbligu li jagħti l-marriage grant skond il-liġi tan-national insurance?", "U għaliex l-Istat jagħti l- marriage grant?", "Għax iħoss illi hu obbligu wkoll tal- komunita' illi b'xi mod, żgħir kemm hu żgħir, tgħin lil dik ix-xebba li tkun se tiżżewweġ.", "Allura jidhirli li m'hemmx raġunijiet validi biżżejjed biex wieħed jirtira dan l- obbligu statutorju.", "Rigward il-kwestjoni tas- serviġi, l-Onor.", "Galea m'għandux raġun fl- argument li ġab.", "Għaliex?", "Għax l-obbligu tad-dota mhuwiex vis-a-vis il- ġenituri biss imma meta l- ġenituri ma jkunux jistgħu jaqdu dan l-obbligu, id-dmir jaqa' fuq l-axxendenti.", "Mela jekk tfajla pprestat serviġi lill- ġenituri tagħha, inutli li meta tkun se tiżżewweġ tagħmel azzjoni għas- serviġi jekk dawn ma jkollhomx mezzi.", "Imma jekk f'dak il-każ il-ġenituri tagħhom, jiġifieri l-axxendenti tagħhom, għandhom il-mezzi, din il-mara mhux se jkollha iktar id-dritt li ddur fuqhom għad- dota u għas-serviġi li rrendiet lil uliedhom, li jiġu l- ġenituri tat-tfajla.", "Subartiklu 26 (2) li jittratta dwar id-dota u jikkontempla dota minn axxendenti issa se jitneħħa.", "Jien naħseb li m'aħniex qegħdin nanalizzaw biżżejjed kemm mhux għaqli li wieħed jaqbad u jagħmel blanket removal ta' dan l-obbligu mill- Kodiċi Ċivili.", "F'subartiklu 26 (1) li se jiġi abolit ukoll insibu l- istatement illi ġuvni ma jistax ifittex lill-ġenituri biex jagħmlulu assenjament f'każ ta' żwieġ jew għal xi raġuni oħra.", "Il-liġi tgħid li s-subien m'għandhomx iduru fuq il- ġenituri biex jitolbu dota jew biex jagħmlulhom assenjament għaż- żwieġ jew għal xi raġuni oħra.", "Jekk se nneħħu mil-liġi l-projbizzjoni tal- fakulta' tat-tfal li jduru fuq il- ġenituri biex jagħmlulhom xi assenjazzjoni għal xi raġuni oħra li ma tkunx iż-żwieġ, ergo wieħed proprju se jagħti lis- subien din il-fakulta'.", "Għax subartiklu 26 (1) jipprojbixxi żewġ affarijiet; li s-subien iduru fuq il-ġenituri biex jitolbuhom assenjament f'każ ta' żwieġ, kif ukoll assenjament għal xi raġuni oħra li ma tkunx iż-żwieġ.", "Nerġa' ngħid li jekk din il- projbizzjoni se nneħħuha mill- Kodiċi, allura issa s-subien jistgħu jargumentaw li huma għandhom dritt - la m'għadux iktar projbit - li jduru fuq il-ġenituri għal xi assenjament mhux f'każ ta' żwieġ.", "(Interruzzjonijiet) Il-liġi hi kontemplata għax ma naħsibx li l-leġislatur kien qed jaħseb fil-friefet imma kien qed jipprospetta li jista' jkun hemm kontinġenza f'każ speċifiku.", "Il-liġi mhux jien ktibtha imma ilha miktuba mijiet ta' snin.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Illum il- pożizzjoni se tkun li skond il- liġi it- tifel jew it-tifla se jkollhom id-dritt jitolbu xi assenjazzjoni mingħand il- ġenituri għal xi raġuni li tkun rikonoxxuta mil-liġi.", "Aħna se nneħħu biss id-dritt tad-dota u tad-dotarju.", "Jiġifieri jrid ikollok dritt bil- liġi biex inti tkun tista' titlob din l- assenjazzjoni mingħand il- ġenituri.", "Issa fil-konfront tad-diffikultajiet li qanqal l- Onor. Mifsud Bonnici meta staqsa x'inhi l-ħtieġa li nneħħu l-parti li tirrigwarda d- dota, irrid ngħid li l-ħtieġa wassalha ż-żmien għax jekk qabel kien kważi skandlu li mara toħroġ taħdem - m'aħniex nirreferu għal mijiet ta' snin ilu - illum dan l-istat soċjali mhux talli nbidel, talli llum kulħadd imur jaħdem.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa se tobbliga lil kulħadd li jmur jaħdem għax biex xebba tiddota ruħha bilfors ikollha toħroġ taħdem peress li ma tistax iddur aktar fuq il- ġenituri tagħha.", "ONOR.", "JOE FENECH: Bir- rispett kollu taf li dan mhux il-każ għax illum ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: M'hemmx cross debates, Onorevoli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk inti m'intix se tħalli l- fakulta' li xebba li tkun waslet biex tieħu l-istat taż- żwieġ u ma jkollhiex mezzi ddur fuq il-ġenituri, tkun qed tgħidilha biex tmur taħdem inkella ma tkunx tista' tiżżewweġ.", "ONOR.", "JOE FENECH: Aħna qed ngħidu li għandna nirrikonoxxu l-istat ta' fatt li jeżisti llum għaliex l-obbligu naturali li tgħin lit-tfal jikkostitwixxi prattika magħrufa u rikonoxxuta.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li n-numru ta' każijiet meta xi ħadd li jkollu l-mezzi ma jgħinx lit-tfal u t- tfal ifittxuh, huwa negliġibbli.", "Illum it-tfal jaħdmu pero' l- ġenituri xorta waħda jgħinuhom skond il-prattika tradizzjonali li tipprova tgħin lit- tfal.", "Din ma ħarġitx mill-obbligu tal-liġi imma l-liġi ħarġet mill-obbligu naturali li l- ġenituri jgħinu lit-tfal tagħhom.", "Issa barra minn hekk, jekk din nagħmluha fil-konfront tad-dota nibża' li nkunu qed niksru wkoll kondizzjoni kostituzzjonali għaliex jew se tagħmilha għat-tifel u t-tifla jew se tiddiskrimina b'xi mod ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hemm proviso fil-Kostituzzjoni li jgħid li fejn jidħlu l- privileġġi mhux konsidrat bħala diskriminazzjoni.", "Dik għamilnieha meta daħħalna l- provision ta' l-ugwaljanza.", "ONOR.", "JOE FENECH: Jien qed ngħid li din trid tikkontemplaha u trid teħodha in konsiderazzjoni anke safejn twassal fis-saving clause u għalfejn saret.", "Jiena ngħid li llum is-sitwazzjoni soċjali tal-pajjiż hi li kulħadd joħroġ jaħdem u jipprova jgħin lilu nnifsu.", "Ir-raġunijiet għaliex kienet teżisti d-dota fiż-żmien li saret ilhom sor passati u huwa każ korrett li jsir dak li fil-fatt kien ukoll ġie kontemplat mill-Gvern Soċjalista fl- 1985 meta qalu espressament li din għandha tiġi abolita.", "Fost l-oħrajn kien intqal li:", "\"A child has no claim against his parents to compel them to make to him any provision in contemplation of marriage or for any other cause.\".Hawnhekk forsi jidħol l- argument li semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici li kif inhi kontemplata, din qed tolqot dak il-każ fejn jidħol kumpens \"for any other cause\".", "Jien ma naf bl-ebda każ ieħor, jekk mhux xi każ li tikkontempla l-liġi, kif tista' titlob lill-ġenituri tiegħek biex jagħtuk kumpens \"for any other cuase\".", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, jiena nixtieq niċċara ftit dan il-punt.", "L-ewwelnett għar-rigward ta' klawsola 26 irrid ngħid li fil-fehma tiegħi meta qed jiġi mneħħi dan l-artiklu ma nkunux qegħdin indgħajfu xi possibilita' li diġa' teżisti.", "Jien informat li oriġinarjament is-subien kellhom id-dritt, bħall-bniet, illi f'każ ta' żwieġ mhux biss jistgħu jitolbu dota imma jistgħu anke jitolbu assenjament għal xi raġuni oħra.", "Fis-soċjeta' konjugali antika, is-subien anke meta kienu jiġu biex isiru qassisin, bi dritt setgħu jitolbu assenjament favur tagħhom.", "Jiġifieri waħda minn dawn ir- raġunijiet setgħet tkun it- teħid ta' l-istatus reliġjuż.", "Pero' dan id-dritt li kien jeżisti fil-Kodiċi qed jiġi mneħħi.", "F'subartiklu 26 (1) insibu t-tneħħija ta' dak id- dritt għar-rigward tas- subien.", "Meta nkunu qegħdin inneħħu dan l-artiklu assolutament ma jfissirx li nkunu qegħdin nirravvivaw dak li kien hemm tant snin ilu.", "Jiġifieri billi llum se nabolixxu l- klawsola li tgħid illi ġuvni ma jistax ifittex lill-ġenituri għal xi assenjament għal xi raġuni oħra, bl-ebda mod ma jfisser li awtomatikament se jiġi ravvivat xi dritt.", "Mhux dan il-każ.", "Dan qed ngħidu biex niċċara l-pożizzjoni illi meta nneħħu subartiklu 26 (1) ma jfissirx li s-subien se jakkwistaw xi dritt li jfittxu lill-ġenituri għal xi assenjament għal xi raġuni oħra barra ż-żwieġ.", "It-tieni punt huwa li aħna m'aħniex qed ngħidu li l- ġenituri ma jistgħux jaqblu li jagħtu dota.", "Dażgur li jistgħu jaqblu li jagħtuha.", "Aħna m'aħniex qegħdin niddikjaraw dak il-ftehim null jew illegali kif għamlu t- Taljani, imma qed inħalluh filwaqt li m'aħniex inħalluh bħala obbligu bil- liġi.", "Il-liġijiet tagħna ma jitkellmux fuq kull kwalita' ta' ftehim li jista' jsir u allura jista' jsir ftehim dwar id-dota bejn il-ġenituri u l- bint.", "Jiġifieri d-dota konvenzjonali, bi ftehim, se tibqa'.", "Mela m'hemmx dubju li se jibqa' l-obbligu morali tal- ġenituri, ħafna drabi mwettaq minnhom, li jgħinu lil uliedhom fiż-żwieġ, se jibqa' l- possibilita' li jiftiehmu anke b'kuntratt, jekk iridu, li jagħtu d-dota.", "Jiġifieri m'aħniex qegħdin ngħidu li dak il-kuntratt huwa illegali u null, u bil- klawsola transitorja qegħdin nissalvagwardaw il-kuntratti kollha u d- doti kollha legali u konvenzjonali li saru s'issa.", "Jidhirli li b'dan il-mod se nkunu qegħdin nissalvagwardaw is-sitwazzjoni biżżejjed.", "Illum l-istat ta' l-iżvilupp soċjali li qegħdin fih jirrendi dan il-konċett bħala wieħed antikwat.", "Anke jekk f'xi każijiet jista' jifdal il- ħtieġa ta' rikonoxximent tal- bint fid-dar, naħseb li dan ir- rikonoxximent m'għandux jingħata bid-dota, imma għandu jkun rikonoxximent taħt forma oħra.", "Suġġett li tqanqal kien dwar il-proposta li oriġinarjament kienet tressqet mill-Gvern preċedenti - dehret kemm f'forma ta' White Paper u kemm fl- Abbozz - biex jitneħħa l- istitut tad-dota u aħna erġajna proponejnieha fil- White Paper li ħriġna qabel ma ppublikajna dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Kellna ħafna diskussjonijiet u t- talbiet biex tibqa' d- dota kienu mill-iktar marġinali.", "Allura jekk kien hawn dan il- ħsieb kollu, fuq perjodu ta' kważi għaxar snin, dwar jekk id-dota għandhiex tispiċċa u fl-1986 kien sar dibattitu twil fuq dan is-suġġett u l-Kamra kollha qablet li għandha titneħħa, għaxar snin wara se ngħidu li għandna nżommuha meta hemm rimedji oħra?", "Illum mhux biss hemm l-iżvilupp ta' l- istat soċjali - li minn dak iż- żmien 'l hawn daħlu ċerti benefiċċji - ...", "Anke l- marriage grant imxiet paripassu mal-marraige leave u mal- maternity leave.", "Taħt l-istat tas-sigurta' soċjali kif kien, lil dawk li jaħdmu u jħallsu l- kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali ingħatalhom id-dritt għal 13-il ġimgħa maternity leave u mbagħad qam l-argument li dawk li ma jaħdmux barra mid- dar kienu se jkunu diskriminati jekk ma jingħataw xejn.", "U l-Gvern preċedenti ġustament kien qal li bħalma lil dawk li jaħdmu u jħallsu l- bolla kien se jingħatalhom il- marriage leave, dawk li ma jaħdmux u għandhom jingħatalhom il-marriage grant.", "Imma ngħata f'dan is-sens u mhux fis-sens li l-Istat kien qed jirrikonoxxi xi forma jew obbligu ta' xi dota għal min se jiżżewweġ, jiġifieri ngħata għaliex skond l-iżvilupp soċjali at that point in time, ta l-marriage leave lil min jaħdem u ta l- marriage grant lil min joqgħod id-dar.", "Allura jien naħseb li ċ-ċirkostanzi kollha jimmilitaw favur li nżommu d-dota konvenzjonali - m'aħniex qed ngħidu li qed niddikjarawha illegali - u għalhekk qegħdin ngħidu li d-dota legali spiċċa żmienha.", "ONOR.", "KARMNEU MIFSUD BONNICI: Jiena ma nistax nifhem kif wieħed jista' jargumenta li l- konċett tad-dota huwa konċett antikwat meta fl-istess nifs jinsisti li huwa obbligu morali li l-ġenituri jagħtu d-dota lil binthom.", "Jien ma nistax nifhmu dan.", "Mela allura l-konċett li jkun hemm azzjoni għad- dota huwa antikwat u mhux il-konċett tad-dota.", "Dawn huma żewġ affarijiet differenti.", "Dan biex ma ngħidux li hemm raġuni waħda biss għaliex wieħed qed jinsisti għat-tneħħija tat- dota.", "Xi wħud mill-movimenti tan-nisa erronjament jinsistu li d-dritt ta' xebba li titlob id-dota mill-ġenituri, b'xi mod jiddiskrimina kontra d- dinjita' tagħha.", "Peress li l- irġiel m'għandhomx dak id-dritt allura lanqas in-nisa m'għandu jkollhom.", "Allura l- pressjoni biex titneħħa d-dota mhijiex ġejja mill-ġenituri li għandhom dan l-obbligu, imma minn dawk il-movimenti tan-nisa li jafu li dan huwa dritt tal-mara.", "Jien jidhirli li wieħed għandu jinsa l-pressjoni u r- raġunament falz u jara oġġettivament jekk l-obbligu statutorju tad-dota għandux jitneħħa.", "Illum tfajla bilfors trid tagħmel numru ta' snin taħdem biex tfaddal qabel ma tiżżewweġ.", "L-ispejjeż tant huma kbar li jekk tfajla ma jkollhiex is-support u l-appoġġ ta' l-għoti tad-dota mill- ġenituri, ma tistax tidħol għaż-żwieġ, barra li bilfors trid tagħmel numru ta' snin taħdem biex tfaddal.", "Għalhekk jien jidhirli li m'għandniex għalfejn inġibu lil numru ta' tfajliet f'din il-qagħda li jekk il-ġenituri tagħhom ma jħossux dan l-obbligu morali li jgħinuhom u fil-fatt ma jgħinuhomx volontarjament, ma jkunux jistgħu jiżżewġu jekk ma jkunux għamlu tant snin jaħdmu.", "Jien ma jidhirlix li għandna nbiddlu l-liġi meta nafu li l- liġi tista' tiġi nvokata - għalkemm mhux fil-prattika, għax fil-prattika l- ġenituri kollha, jew almenu fil- maġġoranza tal-każi, jagħtu għajnuna lit- tfajla - f'numru żgħir ta' każijiet fejn l-iktar li huwa indikat li għandna l- obbligu li nħallu din il- fakulta' għat-tfajliet li fil- fatt għandhom bżonn din l- għajnuna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, wieħed jibda jissuspetta li jekk il-Gvern ried ineħħi d-dota, imissu qal li jrid li d-dota tibqa' ħalli mbagħad ħaddieħor jgħid il- kontra!", "Għaliex jien ma nistax nifhem kif illum qed jitkellmu b'dan il-mod, meta fl-24 ta' Ġunju 1986, diversi Membri min- naħa tal-Gvern ta' dak iż-żmien kienu tkellmu kontra li l- konċett tad-dota għandu jibqa' bħala obbligu.", "Per eżempju, fl- 24 ta' Ġunju, 1986, l-Onor.", "Joseph Brincat qal hekk:", "\"Hawnhekk naħseb li waħda mill-agħar tip ta' kawżi li jistgħu jsiru hija meta l-bint tiġi mġiegħla mir- raġel tagħha tieħu lil ommha u lil missierha l- Qorti biex jagħtuha d- dota.", "Din hija ħaġa kerha għax barra li hija diskriminatorja kontra l- irġiel - għax it-tifel jista' jkun f'sitwazzjoni li jkollu bżonn - dan huwa inġust u hija ħaġa kerha.\".", "Imbagħad xi ħadd qal li dawn huma kawżi għall-Qorti, speċi din qegħda biex l-avukati jagħmlu l-kawżi l-Qorti.", "Jien naħseb li din hija perspettiva differenti u kulħadd qed jgħid kemm hija inġusta.", "Fil-liġi kif inhi llum għandek dritt ta' azzjoni kontra l-ġenituri, pero' f'każ li l-ġenituri ma jkollhomx mezzi tista' tfittex għad-dota lin-nannu wkoll.", "Dak iż-żmien tant kulħadd għamel paniġierku kontra din id-dota li fil-fatt din il- klawsola għaddiet nem. con.", "Issa kif jista' jkun li seba' snin wara, meta se mai l-iżviluppi soċjali kienu fis-sens li d-dota tispiċċa qed nagħmlu dan il- cavallo di battaglia?", "Jien din assolutament ma nistax nifhimha.", "L- Oppożizzjoni tista' tispjegalna xi żviluppi kien hemm mill-1986 'il hawn biex bidlet il-pożizzjoni tagħha?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk l-Onor.", "Tonio Borg jara x'kienu l- ispejjeż taż-żwieġ fl-1986 u jara x'inhuma l- ispejjeż taż-żwieġ fl-1993 isib li llum dawn huma għaxar darbiet aktar.", "Per eżempju, għandu jibda biex jara d- drittijiet tal-permessi tal- bini li qed jimponi l-Gvern.", "Dawk huma r-raġunijiet.", "Issa bil-mod kif qed tiżviluppa u tevolvi s- soċjeta', l-obbligu ta' l-għajnuna qiegħed jikber u mhux jiċkien.", "Meta tfajla jkollha l-mezzi tagħha, d-dritt tad-dota jonqos proporzjonalment għall-mezzi li għandha.", "Għalhekk id-dritt għandu tifsira meta hija ma jkollhiex mezzi.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 15 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Emenda ta' l- artikolu 19 tal-Kodiċi.", "Clause 13 - Amendment of section 19 of the Code.", "(Posposta aktar kmieni fil- Kumitat)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, se nipproponi din l- emenda:", "\"J\" Fil-klawżola 13, minnufih wara l-kliem \"u għall- edukazzjoni tagħhom\" għandhom jidħlu l-kliem \"; u fis-subartikolu (1) ta' l-istess artikolu, minflok il-kliem \"l-ikel, l-ilbies u l-abitazzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-ikel, l- ilbies, is-saħħa u l- abitazzjoni.\".", "\"J\" In clause 13, immediately after the words \"and education\" there shall be added the words \"; and in subsection (1) of the same section, for the words \"food, clothing and habitation\" there shall be substituted the words \"food, clothing, health and habitation.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"J\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 13 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Emenda ta' l- artikolu 27 tal-Kodiċi.", "Clause 16 - Amendment of section 27 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, issa ġejjin numru ta' klawsoli li huma konsegwenzjali għad-dibattitu kollu li għamilna fuq il-kwestjoni tad- dota.", "Jistgħu jerġgħu jsiru l- istess argumenti imma, almenu daparti tiegħi, naħseb li l- pożizzjoni għamiltha ċara.", "Klawsola 16 qegħda temenda artiklu 27 tal-Kodiċi, artiklu li jitkellem dwar il-jedd tal- manteniment u għad-dota u jgħid meta dan il-jedd jispiċċa.", "Issa qegħdin inħallu l-artiklu biex jipprovdi għal meta jispiċċa l- jedd tal-manteniment pero' qegħdin inneħħu minnu r- referenzi għall- kwestjonijiet tad-dota b'konsegwenza ta' l- emenda li għadna kif għaddejna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 16 għaddiet u ġiet ordnata biex isisr parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 - Emenda ta' l- artikolu 29 tal-Kodiċi.", "Clause 17 - Amendment of section 29 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, anke klawsola 17 hija konsegwenzjali għal dawn l- emendi li għadna kif għamilna għaliex artiklu 29 jitkellem fuq ċerti obbligi, inkluż l- obbligu tad-dota.", "Allura aħna qegħdin nemendaw dak l- artiklu biex titneħħa dik ir- referenza.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 17 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Tħassir ta' l- artikoli 30 u 31 tal-Kodiċi.", "Clause 18 - Repeal of sections 30 and 31 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fi klawsola 18 qegħdin nipproponu li nħassru artikli 30 u 31 tal- Kodiċi.", "Biex nifhmu ftit l- anakroniżmu, se naqra artiklu 30 li jgħid hekk:", "\"Kull persuna li taqa' taħt xi wieħed jew ieħor mill-obbligi msemmijin fl- artikolu 27, tiġi ipso facto meħlusa minn dak l- obbligu jew obbligi, jekk iż-żwieġ isir, bla konnivenza tagħha, quddiem kappillan jew ministru ieħor kompetenti tal- Knisja Kattolika Rumana, mingħajr iċ-ċerimonji u l- formalitajiet illi, skond il-liġi ta' l-istess knisja, għandhom isiru qabel iż-żwieġ, ħlief jekk l-awtorita' kompetenti tal-knisja tkun tat id- dispensa minn dawn iċ- ċerimonji jew formalitajiet.\".", "Jien naħseb li lkoll naqblu li llum dan l-artiklu spiċċa żmienu anke minħabba liġijiet oħra li jeżistu fil-pajjiż.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Spiċċa żmienu għaliex m'hemmx raġuni għalih, imma l-bqija ż- żweġijiet li ma jsirux quddiem il-kappillan għadhom jistgħu jsiru bil-liġi għaliex il-Liġi Kanonika tippermettihom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Artiklu 31 jittratta l-kwestjoni tal- manteniment minħabba l- affinita' li diġa' tħadditna dwarha u hija konsegwenza ta' emendi oħra li għaddejna qabel.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki fuq klawsola 18?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 18 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Sostituzzjoni ta' l-artikolu 32 tal-Kodiċi.", "Clause 19 - Substitution of section 32 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, fi klawsola 19 qed nippropopnu li flok artiklu 32 kif inhu tidħol din il-klawsola li titratta dwar ir-raġunijiet li għalihom il-ġenituri jistgħu jiċħdu l-manteniment ta' wliedhom.", "Din il- klawsola tgħid hekk:", "\"Minbarra r-raġuni msemmija fl-artikolu 27, ġenituri jew axxendenti oħra jistgħu jiċħdu l- manteniment lit-tfal jew dixxendenti oħra, għal kull waħda mir-raġunijiet li għalihom dixxendent jista' jiġi diżeredat minn axxendent.\".", "Hawnhekk qed titneħħa r- referenza għal artiklu 30 tal- Kodiċi ladarba dan l-artiklu ġie mħassar bil-klawsola preċedenti.", "Artiklu 32 kif inhu llum jagħmel referenza għal artiklu 623 tal-Kodiċi u minħabba li r- raġunijiet ta' diżeredita' mhumiex biss dawk kontenuti f'artiklu 623, ħassejna li artiklu 623 ta' dan il-Kodiċi għandu jitneħħa u għandu jitneħħa wkoll subartiklu 32 (2) minħabba l- emendi li għamilna rigward id- dota.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 19 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Emenda ta' l- artikolu 33 tal-Kodiċi.", "Clause 20 - Amendment of section 33 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 20 ta' l-Abbozz ta' Liġi hija klawsola konsegwenzjali għall- argument li għamilna fuq it- tneħħija tal-manteniment fil- konfront tal-qraba b'affinita'.", "Din il-klawsola qed temenda artiklu 33 tal-Kodiċi u b'konsegwenza ta' l-emendi li diġa' approvajna fil-Kumitat, qed tneħħi l-frażi \"lil ħuha, lil oħtha, jew lil qarib bi żwieġ\" pero' qed inżommu l- frażi \"lil ħuha jew lil oħtha\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Sostituzzjoni ta' l-intestatura tas-Sub-Titolu III tat-Titolu I ta' l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi.", "Clause 21 - Substitution of heading of Sub-Title II of Title I of Book First of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'din il- klawsola se niftħu d- diskussjoni fuq is- separazzjoni personali.", "Permezz ta' klawsola 21 pjuttost qed inġibu l- Abbozz ta' Liġi aktar aġġornat.", "Sal-lum it-titolu tas-Sub-Titolu III huwa \"Fuq il-Firda tar-Raġel u l-Mara minn Xulxin\".", "Issa aħna qed nipproponu li dan ikun \"Fuq il- Firda Personali\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fil-liġi l-kelma \"personali\" hija kuntrastata b'att patrimonjali.", "X'inhi r-raġuni li hawn inħasset il-ħtieġa li nagħmlu l-kelma \"personal\"?", "Għandek tiftakar li l-kelma \"personali\" hija kontra l-kelma \"patrimonjali\".", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ma naħsibx li meta hawnhekk nitkellem fuq il- firda personali xi ħadd se jifhem li qed nitkellmu fuq xi firda jew separazzjoni ta' xi patrimonju.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, għax ma tistax tinkludi l- provvedimenti li jirregolaw il- patrimonju.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fit-test Ingliż irridu nbiddlu t-title li llum qiegħed \"Of Separation From Bed And Board\".", "Naqblu li għandna nneħħuh?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Apparti l-kwestjoni tal-bed and board, għandna noqogħdu attenti.", "L-Onor.", "Borġ jista' jgħid li \"personali\" hija dejjem distinta mill-konċett tal-patrimonjal.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa veru li fil-Kodiċi Ċivili hemm din id- distinzjoni bejn \"personali\" u \"patrimonjali\" pero' meta f'dan l-istadju qegħdin nitkellmu fuq firda personali u kontestwalment fl-Inġliż qegħdin ngħidu \"of personal separation\" m'hemmx dubju li qegħdin nitkellmu fuq is- separazzjoni bejn il-miżżewġin u li l-affarijiet l-oħra li se jsegwu għall- finijiet tal- patrimonju huma b'konsegwenza ta' din il-firda.", "Bl-Inġliż it- titolu huwa \"Of Separation from Bed and Board\".", "Allura se nagħmluh \"of separation between husband and wife\"?", "Aħna mhux dejjem \"of personal separation\" ngħidu?", "U fil-lingwaġġ li jintuża mhux dejjem \"separazzjoni personali\" ngħidu?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Is-separazzjoni personali hija waħda mit- talbiet u dwar il- proprjeta' mbagħad irridu nagħmlu talba speċifika fiċ- ċitazzjonijiet.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qed jgħiduli sħabi, il-kwestjoni dwar it-talba għax-xoljiment tal-komunjoni u għas- separazzjoni tal-beni hija l- konsegwenza li tista' tasal għaliha bir-riżultat tas- separazzjoni personali.", "Issa dan huwa titolu u naħseb li finalment is-sustanza mhijiex qegħda daqstant fit-titolu daqskemm qegħda fil-klawsoli l- oħra li jsegwu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 21 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Emenda ta' l- artikolu 35 tal-Kodiċi.Clause 22 - Amendment of section 35 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 22 hija konsegwenzjali għall- klawsola li għadna kif approvajna għaliex fit-test Ingliż ta' artiklu 35 tal- Kodiċi hemm ir-referenza għal \"separation from bed and board\" li qed nipproponu li tkun \"personal separation\" u fit- test Malti hemm \"Bil-firda tar- raġel u l- mara minn xulxin\" li qed nissostitwuha bil-kliem \"Bil-firda personali\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonniċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa rridu noqogħdu attenti għaliex ġejjin artikli fejn f'parti qegħdin nużaw \"firda personali\" u f'parti oħra qegħdin nużaw il-kelma \"firda\" biss.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Eventwalment irridu nikkonsidraw jekk hemmx il-ħtieġa li kull darba noqogħdu ngħidu \"firda personali\".", "Jien naħseb li ma jkunx hemm din il-ħtieġa, imma forsi nistgħu nikkonsidrawha meta jkollna l-ewwel każ.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki fuq klawsola 22?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 22.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 22 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Emenda ta' l- artikolu 36 tal-Kodiċi.", "Clause 23 - Amendment of section 36 of the Code.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 23 tittratta l-istess suġġett u hija konsegwenzjali għall- klawsoli preċedenti.", "Fit-test Ingliż qed nissostitwixxu l- kliem \"Separation from bed and board\" bil-kliem \"Personal Separation\" u fit-test Malti minflok il-kliem \"Il-firda\" qed indaħħlu l- kliem \"Il-firda personali\".", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Dan imur kontra dak li għadu kemm qal il- Ministru ftit ilu meta qal li m'hemmx għalfejn noqogħdu ngħidu \"il-firda personali\" f'kollox.", "Issa qed iħoss li għandu jdaħħal \"il-firda personsli\" anke fejn oriġinarjament fil-Kodiċi kien hemm imsemmija biss \"il- firda\", mhux il-firda bejn ir- raġel u l-mara.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien kont qed nirrispondi għall-kumment li għamel l- Onor. Mifsud Bonnici u issa rridu nikkonsidraw jekk hemmx il- ħtieġa tal- konsistenza tal- frażi.", "Fl-Abbozz ta' Liġi qed inżommu konsistenza bil- kliem \"firda personali\" għaliex bdejna biha u bqajna sejrin biha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Irridu noqogħdu attenti għaliex qed nagħmlu emenda għal subartiklu 35 (1) biex indaħħlu \"il-firda personali\", f'subartiklu 35 (2) qed inħalluha \"il-firda\" u mbagħad qed nerġgħu nagħmlu emenda għal artiklu 36 biex indaħħlu \"il- firda personali\".", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Subartiklu 35 (1) jibda billi jgħid: \"Bil-firda tar-raġel u l- mara minn xulxin ...\",", "u issa minflok \"il-firda\" se nagħmlu \"il-firda personali\".", "Dan ifisser li f'subartiklu 35 (2) \"il-firda\" tfisser \"il- firda personali\".", "Irrid nammetti li ma qgħadtx nirrifletti biex nieħu deċiżjoni konxja, imma r- reazzjoni tiegħi hi li \"il- firda\" f'artiklu 36 għandha tiġi mibdula bil- kliem \"il- firda personali\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma mbagħad il-bidla għal \"firda personali\" tieqaf hemm, jiġifieri fl-artikli li ġejjin ma ntħassitx il- ħtieġa li ssir il-bidla u jien jidhirli li m'għandhiex issir f'dak l- artiklu.", "Jekk fl-ewwel artiklu hemm \"firda personali\" imbagħad dejjem insibu l-kelma \"firda\" li tkun qed tirreferi għall- firda personali, tkun qisek f'artiklu 36 biss ħassejt il- ħtieġa li tikteb il-frażi kollha.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, il-pożizzjoni suppost li għandha tkun - u għandha tkun aċċettabbli - li fil- Kodiċi kif inhu llum diġa' hemm din it- tip ta' sitwazzjoni.", "Hemm artikli li jibdew \"Bil- firda tar-raġel u l-mara minn xulxin\" jew inkella \"Separation from bed and board\", imma mbagħad mhux f'kull artiklu ssib \"separation from bed and board\".", "Fil-biċċa l- kbira ta' l-artikli se nsibu biss il-kelma \"separation\".", "Jekk issopravivejna matul dawn is-snin kollha bil-Kodiċi li jirrepeti t-titlu f'xi artikli imma mhux f'oħrajn, naħseb li nistgħu nissopravivu fil- kontest ta' dawn l-artikli jekk xi mkien ngħidu \"firda personali\" u f'xi artiklu ieħor ngħidu \"firda\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Moran.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Rigward klawsola 23, il- Ministru ma jħossx li għandha tibqa' kif inhi fil-Kodiċi oriġinali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-test Ingliż irridu nibdluh għax kull fejn tokkorri l-frażi \"separation from bed and board\" ma tagħmilx sens.", "Issa ladarba tkun qed tbiddel dan u ddaħħal il-kliem \"personal separation\", mill-punto di vista ta' drafting forsi jkun aħjar li fit-test Malti jidħol il-kliem \"firda personali\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 23 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal- Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il- Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu, l-Prim Ministru jressaq l- Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nipproponi l- Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Lulju, fis- 6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Emenda fil-Liġijiet dwar Bordijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar iż- Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal- Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il- Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qariż u", "Xi agenda oħra li tista' tiġi kommunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Lawrence Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, meta nhar il-Ġimgħa kien qed isir id- debate fuq l-avis tal- Komunita', xi ħadd mill- Oppożizzjoni akkuża lill-Gvern li qed jabbanduna l- Mediterran meta dak il-ħin stess f'Malta kienet qed issir il-laqgħa tal- GFCM, jiġifieri l-General Fisheries Council of the Mediterranean, li għaliha attendew delegati minn ħafna pajjiżi tal-Mediterran.", "Dan il- kunsill li ġie fformat fl- 1948, żamm l-20 sessjoni tiegħu f'Malta, sentejn ilu ltaqa' fl- Italja u sentejn oħra se jiltaqa' fi Spanja.", "Għal din is- sessjoni attendew delegati minn Spanja, Franza, l-Italja, Malta, il-Marokk, Iżrael, it- Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu.", "Delegati minn dawn il-pajjiżi kollha tal-Mediterran ġew hawn Malta biex flimkien jiddiskutu l-problemi tas-sajd tal- Mediterran li jolqtu lil dawn il-pajjiżi kollha.", "Barra dawn id-delagati li ħadu sehem, bħala osservaturi kien hemm ukoll delegati tal- Ġappun, il- Komunita' Ewropea, il-Kunsill ta' l-Ewropa, il-United Nations Environment Programme u l- International Commission for the Exploitation of the Mediterranean Sea.", "Dawna attendew bħala osservaturi għaliex mhumiex membri f'dan il-Kunsill.", "L-iskop ta' dan il-Kunsill huwa li ssir amministrazzjoni tajba, studju u konservazzjoni tar-riżorsi tal-ħut fil- Mediterran u fl- ibħra li jagħtu għall- Mediterran, bħalma huwa l-Baħar l- Iswed.", "Dan huwa forum uniku għaliex fih jiġu diskussi issues tekniċi u policies għas- sajd fil-Mediterran.", "Dan isaħħaħ il-koperazzjoni bejn il- pajjiżi tal-Mediterran għaliex għandhom iċ-ċans li flimkien jiddiskutu l- problemi komuni tas-sajd li mhumiex xi problemi żgħar.", "Kulħadd jaf li l-ħut fil- Mediterran qed jonqos kull sena u r-raġunijiet prinċipali għal dan huma tnejn, jiġifieri l- inkwinament u s-sajd bla rażan.", "Kulħadd jaf xi kwantita' ta' materjal ħażin dieħel fil- Mediterran u kulħadd jaf il- ħsara li jagħmel it-tniġġiż tal-baħar.", "Nafu wkoll li kulħadd jipprova jaqbad ħut kemm jista' f'dan id-daqsxejn ta' baħar li għandna u bis-sajd żejjed li qed isir qed nissograw li neqirdu l-ħut darba għal dejjem.", "Minħabbba dawn iż-żewġ problemi, fl-aħħar 25 sena l-ħut naqas b'2% kull sena.", "U jekk nibqgħu sejrin hekk is-sajd fil-Mediterran jispiċċa darba għal dejjem.", "Per eżempju, hemm kważi kollass totali tas- sajd minħabba sajd bla rażan fil-Mediterran apparti li l-ħut kollu qiegħed jonqos.", "Hemm il-periklu imminenti li s-sajd kummerċjali tas-sardin u l- inċova jispiċċa darba għal dejjem.", "U dan il- kunsill qed jiddedika l- enerġija kollha tiegħu biex jipprova jsalva l-baħar Mediterran u b'hekk is- sajd tagħna ma jispiċċax fix-xejn.", "Mhux sewwa li aħna naqbdu ħut kemm nifilħu u lil ta' warajna nħallulhom baħar mejjet, għax jekk nibqgħu sejrin kif aħna u ħadd ma jagħti kas ta' dawn il- problemi, nispiċċaw biex minflok baħar Mediterran ikollna baħar mejjet.", "L-iskop ta' din il-laqgħa kien biex isir programm ta' studju xjentifiku dwar kontroll tas-sajd u ta' l-inkwinament tal-Mediterran ħalli nipprovaw insalvaw dan il-baħar.", "Malta se tieħu sehem kbir f'din ir- riċerka permezz taċ-ċentru tagħna ta' San Luċjan li llum huwa attrezzat ħafna.", "Id- delegati kollha li marru jarawh baqgħu mistagħġbin kif ilħaqna għamilna dan kollu fil-ftit snin li ilu jopera.", "Huma kollha wrew approvazzjoni għal dan iċ-ċentru li, kif għidt, se jkun wieħed miċ-ċentri li se jieħu sehem fl- istudju li se jsir għall-Mediterran kollu.", "Biex jaslu għal din il- protezzjoni hemm bżonn li jittieħdu miżuri serji u l- kunsill hawn Malta ddiskuta x'miżuri għandhom jittieħdu biex insalvaw il-baħar.", "L- ewwel u qabel kollox hemm bżonn ta' statistika aktar realistika, għaliex ħafna drabi jiġri li s-sajjieda jbigħu l- ħut tagħhom huma stess u allura ma jkunx hemm statistika reali tal-qbid li jsir fil- Mediterran.", "Ħafna drabi jinqabad ħut minn vapuri li mhumiex fil-Mediterran u ovvjament ħadd ma jkun jaf xi kwantita' ta' ħut inqabad fil- high seas.", "Lanqas il-pajjiżi tal-Mediterran m'għandhom statistika reali għaliex ħafna mill-ħut jinbiegħ jew on the high seas jew mis-sajjieda li jidħlu fil-port mingħajr ma jirreġistraw il-qbid tagħhom f'xi dipartiment jew uffiċċju li mbagħad ikun jista' jagħmel statistika reali.", "Per eżempju, hawn Malta l- istatistika tagħna kienet tgħid li l-qbid uffiċjali ta' ħut li jidħol fil- Pixkerija huwa ta' madwar 1,000 tunnellata fis-sena.", "Issa din iċ-ċifra qegħda tonqos imma din mhix reali għaliex is- sajjieda stess jgħidulna li għal kull tunnellata li tidħol il-Pixkerija, jinbiegħu żewġ tunnellati li jibqgħu barra mill-Pixkerija u ħadd ma jkun jaf bihom.", "Aħna u diversi pajjiżi oħra m'għandniex statistika reali tal-qbid tal-ħut fil-Mediterran, u ma tistax tagħmel studju jekk ma jkollokx statistika vera.", "Għalhekk il- kunsill iddeċieda li lill-FAO jagħtiha l-parir - biex ma ngħidx li ordnalha - li tara li jsiru training courses mill-pajjiżi kollha tal-Mediterran dwar l-istock assessments ta' dan il-baħar, billi jsir studju fuq id- database u computer software use.", "Dawn l-istudji se jkunu sponsored mill- FAO u nispera li aħna wkoll nieħdu parti fihom.", "Il-geographic information system techniques, il-GIS, huwa importanti ukoll għaliex jekk ma jkollniex uniformita' fl-informazzjoni ma nkunux nistgħu nikkoperaw bejnietna.", "Illum għandna rebus sħiħ għax kull pajjiż għandu sistema għalih ta' kif jiġbor l- informazzjoni u peress li l- metodi ta' kull pajjiż huma differenti, il-Kunsill qiegħed jistudja sistema kif din l- informazzjoni tinġabar b'kollaborazzjoni sħiħa bejn il-pajjiżi kollha.", "B'hekk l- informazzjoni tkun miġbura kollha bl-istess mod u kull pajjiż ikun jista' jgħaddiha lil pajjiż ieħor permezz tat- teknoloġija moderna tal- computer.", "B'dan il-mod aħna nsiru nafu x'informazzjoni għandu ħaddieħor u ħaddieħor ikun jaf x'għandna aħna u fl- aħħar kulħadd ikun jista' jkollu statistika reali.", "Din hija waħda mid-deċiżjonijiet li ħarġu minn dan il-Kunsill, jiġifieri li l-FAO torganizza studju fuq is-software, fuq il- GIS u fuq affarijiet oħrajn fil-pajjiżi kollha tal- Mediterran ħalli kulħadd ikollu uniformita' fis-sistema ta' ġbir ta' informazzjoni biex imbagħad din kulħadd ikun jista' jgħaddiha lil xulxin.", "Hemm bżonn ukoll li l- liġijiet tas-sajd jiġu armonizzati bejn il-pajjiżi tal-Mediterran.", "Għalxejn aħna jkollna liġi li tgħid ċerti affarijiet u mbagħad pajjiżi oħra m'għandhomx l-istess liġijiet.", "Għalxejn tagħmel konservazzjoni ta' ċertu ħut jekk ħaddieħor ma jagħmilhiex, għax dak il- ħut li aħna ma nistadux għalih fiż-żmien li jkun qiegħed ibid, xorta jispiċċa jinqabad minn ħaddieħor u x-xogħol tagħna jispiċċa fix-xejn.", "Allura qiegħed isir sforz biex il- pajjiżi kollha jkollhom l- istess liġijiet tas-sajd.", "Aħna tlabna lill-FAO biex tagħmlilna liġi tas-sajd, u fil-fatt għamlitilna liġi li hija l- istess bħal tal-pajjiżi l- oħrajn kollha u bħal tal- Komunita' Ewropea.", "Nispera li ma ndumx ma nressaq fil- Parlament din il-liġi li permezz tagħha l-pajjiżi kollha jkunu jistgħu jikkordinaw bejniethom ix-xogħol tal- Mediterran rigward conservation areas għax inutli pajjiż jagħmel ċerti kontrolli jekk pajjiżi oħra ma jagħmlux l- istess.", "Ġie deċiż ukoll li l-istudju dwar l-organizzazzjoni ta' dawn il-liġijiet għandha ssir mill- GFCM flimkien mal-Komunita' Ewropea għax il-Komunita' wkoll għandha interess fil-Mediterran bħalma għandu l-GFCM.", "Allura b'kordinazzjoni bejn il- Komunita' u l-FAO, permezz tal- GFCM, se jkollna studju dwar kif il-liġijiet tal-pajjiżi kollha tal-Mediterran jistgħu jiġu konformi.", "Imbagħad hemm ukoll metodi differenti tas- sajd għax mhux il- pajjiżi kollha jistadu bl-istess metodi għall-istess speċi.", "Allura hemm bżonn li jsir studju ħalli naraw x'metodi qed juża kull pajjiż għall- konservazzjoni sabiex ikun hemm konformita' bejn il-pajjiżi, għax meta joħorġu r-regoli għandhom joħorġu l-istess għal kulħadd.", "Jekk aħna nużaw metodu u ħaddieħor juża metodu ieħor, iridu joħorġu regolamenti differenti.", "Allura qed jaraw x'metodi juża kull pajjiż għal kull speċi li hawn fil- Mediterran biex il-FAO, permezz tal-GFCM u l-EC, tkun tista' tagħmel regolamenti li japplikaw għall-pajjiżi kollha.", "Wara diskussjonijiet li saru waslu wkoll għall-konklużjoni illi l- akwakultura hija importanti ħafna għall- Mediterran għax tgħin fir- riabilitazzjoni tal-baħar.", "Illum peress li r-riżorsi tal- baħar dejjem qed jonqsu u l- qbid mis-sajd tradizzjonali qiegħed dejjem jonqos, irridu nagħmlu tajjeb għall-ħut li ma jinqabadx mill-baħar b'ħut ieħor li jiġi farmed.", "Il-GFCM qed tagħti ħafna importanza lill-akwakultura għax din tnaqqas il-pressjoni fuq l- istocks eżistenti fil-baħar, li fil-Mediterran qegħdin dejjem jonqsu.", "Min-naħa l-oħra d- domanda għall-ħut qegħda dejjem tikber anke minħabba n- nutrition awareness li qed tiżdied kullimkien.", "Għalhekk dejjem qed tiżdied il-pressure f'dan is-settur, anke hawn Malta, għax filwaqt li l-ħut qiegħed in demand iżjed minn qabel, l-istocks qegħdin jonqsu.", "L-akwakultura qegħda tnaqqas din il-pressjoni billi tissupplixxi ħut mhux mill- istocks li għandna fil- Mediterran.", "Barra minn hekk, ġiet diskussa wkoll il- possibilita' illi l-friegħ li jfaqqsu fil-hatcheries ta' l- akwakultura, fil-marine hatcheries, jiġu mitfugħa fil- baħar biex ikomplu jżidu l-ħut fil-baħar.", "Kulħadd jaf li meta hawn Malta minħabba l- maltemp joħroġ xi ftit ħut mill-farms li għandna, kullimkien ifur bil-ħut u s-sajjieda jagħmlu festa.", "Ħafna minn dan il-ħut ikun żgħir u jista' jibqa' jikber iżjed.", "Kemm ilna bl- akwakultura f'Malta qed naraw ħut li kien ilu snin twal li spiċċa minn hawnhekk.", "Il-GFCM qed tistudja l-probabilita' illi jsiru hatcheries biex jitfaqqas il-ħut, imma dan flok ma jiġi mrobbi fil-gaġeġ jiġi mitfugħ fil-baħar ħalli jkompli jżid l-istocks tal- Mediterran.", "Il-MEDRAP, li hija fergħa tal-United Nations, hija l- għaqda li tieħu ħsieb il- proġetti ta' l-akwakultura fil- Mediterran u issa ġie miftiehem li din taqa' taħt il-kontroll tal-GFCM biex flimkien jagħmlu proġetti ta' l- akwakultura illi llum anke l-GFCM qed taqbel li għandna bżonnhom biex inkomplu nkabbru l-istocks tal-ħut fil- baħar.", "Dan il-proġett li ġie studjat hawn Malta jrid jiġi mwettaq taħt l-amministrazzjoni tal-MEDRAP permezz ta' proġetti li s-soltu kienu jinħadmu minn din l-għaqda.", "Jiena għandi pjaċir ngħid li llum aħna qegħdin minn ta' quddiem fl- akwakultura, speċjalment fl- offshore farming.", "Fil-fatt għal dak li huwa offshore farming fil-Mediterran, aħna qegħdin l-ewwel għax mill- pajjiżi kollha tal- Mediterran Malta tipproduċi l-ikbar kwantita' ta' ħut mill-offshore farming.", "Il-ħsieb tagħna huwa li 'l quddiem inkomplu nżidu din il- produzzjoni.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet esportajna xi 300 tunnellata ħut u din is- sena hemm il-probabilita' li l- esportazzjoni iżjed minn tirdoppja, u dan minn farm wieħed biss.", "Imbagħad hemm farms oħrajn li se jibdew jipproduċu din is-sena stess.", "Nisperaw li nibqgħu mexjin f'dan il- qasam ta' l- akwakultura għaliex din l- industrija moderna li hija approvata min-nazzjonijiet kollha hija importanti ħafna minħabba l-problemi li jeżistu għas-sajd fil-baħar.", "Mr Speaker, ġie studjat ukoll kif jista' jiġi kontrollat is- sajd f'dawk li huma high seas, l-ibħra ta' bejn il-baħar territorjali ta' nazzjonijiet differenti, għaliex s'issa dan il-kontroll ma jeżistix.", "L-area tal-baħar tagħna hija ta' 25 mil u minn hemm 'il quddiem, sa l-area ta' pajjiż ieħor il- baħar huwa ta' kulħadd u fih jistadu mhux biss il-pajjiżi tal- Mediterran imma anke sajjieda minn pajjiżi oħrajn, bħall-Gappun u l-Korea.", "Għalhekk il-GFCM qed tara kif jista' jiġi kontrollat dan is- sajd għaliex diġa' qed issir ħafna ħsara.", "Per eżempju m'hemm ebda kontroll fuq it- trawling biex ma jinqeridx qiegħ il-baħar, ma jinqeridx l- ħut li 'l quddiem irid jagħti l-friegħ.", "Għaldaqstant irid isir kontroll aħjar ħalli ma nkomplux neqirdu l-istocks kollha li għandna.", "Per eżempju, qed isiru wkoll abbużi minn vapuri li għandhom il-bandiera ta' konvenjenza u li qed jistadu fil-high seas.", "Wara l-laqgħa li saret hawn Malta, ħafna mid-delegati marru New York fejn qed jiġi studjat kif dawn il-vapuri jiġu kontrollati.", "Jekk isir sforz bejn il-pajjiżi kollha tal- Mediterran, li jista' jsir biss f'laqgħat ta' din ix-xorta, jiġifieri bħalma torganizza l- GFCM, allura jista' jsir kontroll.", "Mill-bqija jkun diffiċli li pajjiż waħdu jikkontrolla dawn il-vapuri li għandhom din il- bandiera u li qed jagħmlu ħafna ħsara għaliex m'hemm ebda kontroll fuqhom.", "Ġie studjat ukoll it-twaqqif ta' riżervi tal-baħar, bħal artificial reefs u santwarji għall-ħut.", "Hemm bżonn li kull pajjiż jagħmel ħiltu kollha biex iżid il-ħut fil-baħar.", "L- artificial reefs u s-santwarji tal- ħut huma areas importanti fejn jista' jikber il-ħut mingħajr ma jiġi mistad qabel ma jasal il-waqt, u hemm bonn li dawn l-affarijiet isiru anke hawn Malta.", "Fil-fatt għandna l-ħsieb li ndaħħlu kemm ir- reefs kif ukoll is-santwarji tal-ħut għaliex mir-riżerva li għamilna madwar Filfla rajna kemm jista' jinġabar ħut anke f'area daqstant żgħira.", "Għalhekk hemm bżonn li nagħmlu aktar minn dawn ir-riżervi u meta semmejt affarijiet bħal dawn u anke l-closed season mas-sajjieda, dawn ma qalux li ma jaqblux li anke f'Malta jidħol il-closed season.", "Għax jekk naqbdu l-ħut waqt li jkun qiegħed ibejjed 'il quddiem ma nsibux il-friegħ meta niġu biex nistadu għalihom la jiġi l-istaġun tagħhom.", "Hemm bżonn ukoll li jiġu protetti ċerti speċi ta' pjanti u annimali tal- baħar li huma fil-periklu li jinqerdu darba għal dejjem.", "Dan il-kumitat qed jistudja wkoll kif nistgħu insalvaw l-ispeċi li huma fil- periklu imminenti li jispiċċaw.", "Dawn se jkunu protetti u meta l-liġijiet tal- pajjiżi kollha jkunu konformi, inkunu nistgħu nsalvaw l-ispeċi li hawn fil- Mediterran għax il-liġi tkun tgħodd għal kulħadd.", "Kif għidt fil-bidu, huwa inutli li aħna nipproteġu ċertu ħut jekk il- pajjiżi viċi tagħna ma jipproteġuhx għaliex il-baħar tagħna, jiġifieri l-area ta' 25 mil madwar Malta, huwa żgħir u meta l-ħut joħroġ minn din l- area jkun ta' kulħadd.", "Allura jekk minn hemm 'il quddiem il- protezzjoni tispiċċa, il-ħut jispiċċa kollu.", "Hemm ċerti speċi li diżgrazzjatament bil- mod il-mod qed jispiċċaw u dan il-kumitat qiegħed jara li jrid jgħaġġel fl-azzjonijiet tiegħu qabel ma jkun tard wisq u dawn l-ispeċi jispiċċaw darba għal dejjem.", "Per eżempju, il-Ġappun u l-Marokk qed jagħmlu proġett bejniethom biex isalvaw it-tonn u jiġi konservat.", "Din is-sena konna ffortunati li qbadna ħafna tonn imma ma jfissirx li kull sena se jiġri l-istess.", "Il-Marokk u l-Ġappun bejniethom għandhom programm biex jikkonservaw it-tonn ħalli din tibqa' ħuta importanti għall- Mediterran.", "Kulħadd jaf li t- tonn hu importanti ħafna għall- Ġappun u jimportaw ħafna tonn mid-dinja kollha, anke minn Malta.", "Fil-fatt din is-sena l- parti l-kbira tat-tonn li nqabad hawn Malta ġie esportat lejn il-Ġappun.", "Fi tmiem din il-laqgħa tal-GFCN ġie fformat il-kumitat eżekuttiv għas- sentejn li ġejjin u għandi l- pjaċir ngħid li t- tliet pajjiżi li d-delegati tagħhom se jifformaw il-kumitat għas-sena d- dieħla se jkunu Spanja - u din se tippresjedi l-kumitat - Malta permezz tal- Professur Agius, li ħa parti kbira f'dan il-kunsill, u l-Marokk.", "Iċ- chairmanship ġie offrut lil Malta imma l-Professur Agius ma setax jaċċetta minħabba x- xogħol li għandu.", "Pero' aħna se nkunu wieħed mit-tliet pajjiżi membri tal-kumitat eżekuttiv li se jifformola x- xogħol li ħareġ minn din il- konferenza għas-sentejn li ġejjin, sakemm sentejn oħra ssir il-laqgħa li jmiss fi Spanja.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li lid-delegati li kien hawn Malta ħadnihom jaraw iċ-ċentru tagħna u stagħġbu bix-xogħol li sar.", "Dawn qalulna li ċ- ċentru tagħna se jkollu parti kbira f'dan il-programm li għandu l- GFCN, għalkemm dan diġa' qed jieħu parti attiva ħafna fil- MEDRAP.", "Tant hu hekk, li ċ- ċentru tagħna ġie magħżul biex jieħu ħsieb il-Mediterran kollu għal dak li għandu x'jaqsam mal-mard tal-ħut.", "Ir-riċerki kollha fuq mard tal- ħut, se jibdew isiru fiċ-ċentru tagħna u naturalment dan ix-xogħol se jiġi mħallas mill-MEDRAP stess.", "Dan juri apprezzament għax- xogħol li għamilna s'issa u għax-xogħol li se nkomplu nagħmlu f'din il-linja ta' l- akwakultura.", "Mr Speaker, xtaqt insemmi xi ħaġa li lili urtatni ħafna.", "Meta dan il- kunsill - li ilu fformat mill-1948 - kien qed isir għall-ewwel darba hawn Malta, l-Onor.", "Noel Farrugia ħareġ stqarrija f'\"The Times\" bil-heading \"Fishing Industry in Critical Situation\" li fost affarijiet oħra kienet tgħid - u hawnhekk se nikkwota - li:", "\"\"The fishing industry situation in Malta was in a critical situation which was treathening the livelihood of Maltese and Gozitan fishermen\", Mr Noel Farrugia co-ordinator of Rural Youths said.\".", "Li toħroġ stqarrija bħal din f'mument meta kien hawn l- experts kollha tal-Mediterran hawn Malta, għalija tindika malinjita' speċjalment meta din dehret f'gazzetta bħal \"The Times\" biex żgur ikunu jistgħu jaqrawha.", "Dan għalija huwa bniedem irresponsabbli għaliex mingħajr ma pprova dak li qal - u m'għandix ħin biżżejjed biex nipprovalu kemm huwa żbaljat ...", "Jien lest li 'l quddiem nipprovalu kemm is-sajd mar 'il quddiem, pero' għalissa ngħidlu li l-figura ta' l- export kienet fenomenali u ġieli f'ġurnata waħda marru tliet ajruplani bil-ħut għall- Ġappun u dak li jesporta għall- Ġappun darbtejn ġab ajruplan dirett mill-Ġappun biex jesporta t-tonn u dan ħadu bi prezzijiet fenomenali.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Farrugia u jgħidilna li s-sajd sejjer lura!", "Nixtieq li kelli ħin biżżejjed biex inkun nista' nispjega x'inhuma jgawdu s- sajjieda llum.", "Illum is- sajjeda Maltin huma l-uniċi fid-dinja kollha li għandhom prezz garantit ta' kull ħuta li jaqbdu għaliex aħna għandna ftehim ma' l- importaturi li dak il-ħut li jibqa' ma jinbiegħx fil-Pixkerija iridu jixtruh bilfors bi prezz miftiehem magħhom u mas-sajjieda.", "L-Onor.", "Farrugia qal li l- qliegħ tas-sajjieda tagħna qed jonqos u jien ngħidlu li jekk jara kif tela' l-average price ta' kull kilo ħut malajr jinduna kemm dak li qal mhux minnu.", "Biżżejjed ngħidlu li fl-1986 l-average price kien ta' 82 cents kull kilo, fl- 1989 tela' għal 98 cents, fl- 1990 tela' għal Lm1.09, fl- 1991 reġa' tela' għal Lm1.21 u fl-1992 dan kompla tela' għal Lm1.39.", "Meta nara dawn il- figuri jien bilfors ikolli ngħid li l-Onor.", "Farrugia ma kienx qed ikun serju meta qal li s-sajjieda qegħdin f'pożizzjoni kritika u li l- livelihood tagħhom qiegħed jiġi perikolat.", "Jekk irid jagħmel xi kritika l-ewwel għandu jara li jista' jipprovaha.", "Aħna għalhekk qegħdin hawnhekk, biex naċċettaw kull kritika li ssir imma imbagħad mhux jiġi dan u jinħeba wara l-għaqda tar- Rural Youths biex jgħid dawn l- affarijiet.", "Jien naħseb li dawn m'għandhomx ilsien biex jitkellmu għaliex dejjem hu jitkellem għalihom - ma nafx jekk forsi xi darba dehrux f'xi gazzetti jew x'imkien - u qatt ma rajt stqarrija maħruġa minnhom personali.", "Imbagħad jiġu dawn l-istess nies u jitolbuni sabiex jieħdu r- razzett li hemm il-Buskett.", "Jien ma nistax nagħtihulhom għaliex din m'hi xejn ħlief għaqda jew fond ta' l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Issa jekk jien nagħtih dar f'razzett mhux ma' sħabi jkolli l-inkwiet imma ma' sħabu tan-naħa l-oħra għax din hija propaganda għalih, la hu biss jitkellem għalihom.", "Hu għandu jitkellem imma għallinqas għandu jgħid jekk hux hu li qed jagħmel dan id- diskors jew inkella l-għaqda.", "Hija ħaġa kundannabbli li dan joħroġ stqarrija f'żewġ linji żgħar li tgħid li hawn Malta s- sajd qiegħed f'pożizzjoni kritika meta jkun hawn l- experts kollha tal-Mediterran.", "Dan seta' għamel li ried pero' jmissu spjega dak li qal u pprovah.", "Jien mhux qed ngħid dan għaliex ikkritikana imma għax dawn tkellmu fuq il-ħut u fuq is-sajd proprju meta f'Malta kien hawn din il-konferenza.", "Issa dan jew ma riedx din il- konferenza, jew m'għoġbitux jew ried jipprova jagħti stampa kerha ta' Malta ma' dawn in- nies.", "Imma dawn tant ma tawx kasu li lil Malta riedu jagħżluha bħala ċ-chairman ta' dan il-kunsill!", "Barra minn hekk Malta hija wieħed mit- tliet pajjiżi li jifformaw il- kumitat eżekuttiv.", "Nista' ngħid li Malta hija rappreżentata fuq l-isteering committee tal- MEDRAP li jkopri l-akwakultura tal-Mediterran kollu u aħna norganizzawlha l- laqgħat.", "Anke hawn Malta organizzajna l-laqgħat tal- MEDRAP u l-Professur Agius - li huwa wieħed mill-konsulenti tal-FAO - organizza laqgħat barra minn Malta wkoll.", "Aħna qed nagħmlu ħilitna kollha mhux biss biex inġibu s- sajd 'il quddiem imma biex inħeġġu lis- sajjieda tagħna jidħlu fil- qasam ta' l-akwakultura li hija s-sajd tal-mument.", "Jien kont sorpriż meta l- Onor. Vella ħadha kontra proġett li se jsir f'Marsaxlokk.", "L-ewwel qalu li nsejna lin-naħa ta' isfel ta' Malta u issa għax għandna proġett f'Marsaxlokk - li fih se ndaħħlu jaħdmu sajjieda minn Marsaxlokk u minn dawk in-naħat - dan ħareġ kontrih bil-qawwa kollha għax qal li se jsiru xi structures koroh.", "Li se jkun hemm huma pajpijiet wesgħin li qegħdin madwar metru 'l fuq mill-ilma u li jifformaw il-gaġġa.", "Din hija l- istruttura kerha li minħabba fiha oġġezzjona bil-qawwa biex dan il-proġett ma jsirx.", "Jien nistieden lilu u lil kulħadd - u ħafna minn sħabu ġew - biex jiġu ċ-ċentru tagħna u nispjegawlhom x'inhi l- akwakultura u x'aħna nagħmlu.", "Qabel ma għamel din l- oġġezzjoni l-Onor.", "Vella jmissu mar ikellem lis-sajjieda ta' Marsaxlokk u tad-distrett tiegħu u jara kif jaħsbuha għax permezz ta' dan il-proġett se nagħmlu l-marine acquaculture park li fih se nagħtu ċans lis- sajjieda biex jagħmlu l-gaġġa tagħhom.", "Is- sajjieda jistgħu jagħmlu gaġġa ma' dan il- proġett - u aħna ngħinuhom finanzjarjament ukoll - biex ikollhom il-gaġġa tagħhom u jkomplu jżidu l- qliegħ tagħhom ħalli meta ma jkunux jistgħu joħorġu jistadu minħabba xi maltemp jew għax jonqos il-ħut, għallinqas ikollhom qliegħ ieħor.", "Għandna xi sajjieda li huma interessati li jkollhom diskussjonijiet magħna u aħna lesti li lis-sajjieda nagħtuhom anke għajnuna fuq l-imgħax li jissellfu mill-bank bħalma nagħmlu fi proġetti kbar.", "Mr Speaker, dan huwa dak li xtaqt ngħid biex nuri x'sar f'dan il-kunsill u jien ċert illi se jkollna laqgħat oħra bħal dawn.", "Fil-fatt fl-aħħar ta' Settembru f'Malta se jkollna l-laqgħa ta' l- agrikoltura ta' l-Ewropa kollha li minnha joħorġu programmi għall-Ewropa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Ghaqda kaccaturi,Ghoti ta' art CALR,Ghaqda kaccaturi,Ghoti ta' art MIFU,Ghaqda kaccaturi,Ghoti ta' art GĦAQDA KAĊĊATURI - GĦOTI TA' ART", "11426.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li hemm talba mill- Għaqda Kaċċaturi tal-Qrendi biex jingħataw biċċa art qrib l-inħawi tal-Qrendi biex dawn ġustament jipprattikaw l- isparar fuq il-plattini, jista' l-Ministru jagħti din l-art lil dawn id-dilettanti u jitlobhom il-koperazzjoni tagħhom biex theddid bħalma kien hemm li jiġu mtajjra t-tempji ta' l- Imnajdra u Ħaġar Qim, jitnaqqas u jinstab tarf ta' min għamel din it-theddid irresponsabbli?", "Jista' għalhekk il-Gvern juri ftit rieda tajba ma' dawn id- dilettanti li fil-maġġoranza tagħhom huma nies serji u jdaħħalhom sħab mal-Gvern biex nipproteġu l-patrimonju storiku ta' l-inħawi?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Napprezza s-solleċitazzjoni ta' l-Onor. ħabib tiegħi.", "Għalkemm għadni responsabbli għall- monumenti storiċi, illum ir- responsabbilta' tal-protezzjoni ta' l-Ambjent u tad- dispożizzjoni ta' l- Artijiet m'għadhiex tiegħi.", "B'danakollu naħseb li anke l-ħabib tiegħi il- Ministru li llum huwa responsabbli għall-Isport, jieħu pjaċir jara li l- isparar fuq il-plattini jinxtered ħalli dan l-isport olimpiku jkompli jiżviluppa ruħu.", "Skejjel,Kullegg Savio,Donazzjonijiet CALR,Skejjel,Kullegg Savio,Donazzjonijiet MIFU,Skejjel,Kullegg Savio,Donazzjonijiet SKEJJEL: KULLEĠĠ SAVIO - DONAZZJONIJIET", "11427.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li studenti li ġenituri tagħhom ma jħallsux donazzjonijiet mitluba minn ċertu skejjel forsi ma jingħatawx l- attenzjoni kollha meħtieġa, jista' l-Ministru jara għaliex min qed imexxi Savio College qed jitlob Lm100 donazzjoni kull tlett xhur lill-ġenituri minkejja li suppost din l- iskola hija b'xejn wara l- miljuni li qed iħallas il- poplu Malti lill-Knisja Maltija biex l-iskejjel tagħha, suppost saru b'xejn?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Min imexxi Savio College jidher li jimxi fuq l-ittra tal-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Knisja dwar l-iskejjel.", "Qabel isiru talbiet għal donazzjoni, il- materja tiġi diskussa mal- Knisja.", "Ma ssir ebda pressjoni.", "Anzi kien hemm okkażjonijiet, fejn, bil- prudenza kollha, id-donazzjonijiet ġew ritornati għaliex setgħu qiegħdu l-familji taħt ċerta diffikulta'.", "Awstralja,Zjara tal-President ta' Malta CALR,Awstralja,Zjara tal-President ta' Malta DALJ,Awstralja,Zjara tal-President ta' Malta AWSTRALJA - ŻJARA TAL-PRESIDENT TA' MALTA", "11535.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Min ħallas l- ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l- akkomodazzjoni tas-Sur Mark Miċeli Farrugia u ta' Colin Tabone, li akkumpanjaw lill- President tar-Repubblika fiż- żjara li qed jagħmel fi New Zealand u l-Awstralja?", "Jekk ħallas il- Gvern dan kien ġustifikat?", "Għandu idea kemm se jkunu l- ispejjeż għal dawn it-tnejn min-nies, jekk ħallas il-Gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bħal fi żjajjar statali oħra li l- President għamel fl-imgħoddi, l-Kamra tal-Kummerċ u l- Federazzjoni ta' l-Industriji ta' Malta kienu mistiedna jagħżlu huma rappreżentant kull wieħed biex jakkumpanjaw lid- delegazzjoni fil-mawra tal- President għal New Zealand u għall-Awstralja.", "Il-Kamra tal-Kummerċ għażlet lis-Sur Mark Miċeli Farrugia bħala rappreżentant tagħha waqt li l-Federazzjoni ta' l- Industriji għażlet lis- Sur Colin Tabone.", "Il-Gvern Malti ma ħallas xejn għal dawn iż-żewġ persuni.", "Cash Registers,Prezz tat-Till Rolls farn,Cash Registers,Prezz tat-Till Rolls dalj,Cash Registers,Prezz tat-Till Rolls CASH REGISTERS - PREZZ TAT-TILL ROLLS", "11774.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid hux veru li t-Till Rolls tal-Cash Registers li ssoltu jinxtraw għal 17ċ ir-roll, biex ikunu konvenjenti għall-ġbir tal-levy dawn ir-rolls se jibdew jinbiegħu għall Lm2.00 (żewġ liri Maltin) flok 17ċ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il- prezzijiet tat-till rolls tal- Cash Registers li se jibdew jintużaw għall-ġbir ta' Expenditure Levy ivarjaw minn 16ċ sa Lm2.", "F'ħafna każi it-till rolls se jinbiegħu bi prezz irħas minn dak li s- soltu jixtruhom is- sidien ta' l-istabbilimenti konċernati.", "It-till rolls li se jinbiegħu b'Lm2 il-wieħed huma dawk li s- soltu jinxtraw bi Lm3 il- wieħed.", "Valletta,Manutenzjoni FARN,Valletta,Manutenzjoni FALM,Valletta,Manutenzjoni VALLETTA - MANUTENZJONI", "11775.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Fejn il-latrina ta' Melita Street, Valletta kantuniera ma' Triq Merkanti il-Belt hemm partijiet mill- bankina li jinħtieġu manutenzjoni għaliex qed joħolqu inkonvenjenzi kbar lill-pubbliku, jista' l- Ministru jara li jsiru x- xogħlijiet?", "Billi dawn ix-xogħolijiet ilhom jiġu mitluba xhur, jista' l-Ministru jawtorizza li x- xogħlijiet isiru immedjatament?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol imsemmi se jsir mid- Dipartiment tad- Distretti tat-Taqsima tax- Xogħlijiet dalwaqt.", "Kumpanniji ta' Assikurazzjoni,Persuni bi bzonnijiet specjali BARE,Kumpanniji ta' Assikurazzjoni,Persuni bi bzonnijiet specjali BONG,Kumpanniji ta' Assikurazzjoni,Persuni bi bzonnijiet specjali KUMPANNIJI TA' ASSIKURAZZJONI - PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "11789.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Peress li persuni bi bżonnijiet speċjali jgħidu li jsibuha diffiċli - jekk mhux impossibbli - li jsibu kumpanniji li jassikurawhom, għaliex il-kumpanniji jitħallew jagħmlu dan?", "Hemm il-ħsieb li kumpanniji ta' l-assikurazzjoni ma jitħallewx jaġixxu b'dan il-mod kontra persuni b'diżabilita?", "Meta se jittieħdu dawn il- passi?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Minn informazzjoni li għandi jirriżulta li kull kumpannija ta' assigurazzjoni topera kriterji partikolari tagħha.", "Dawn il-kriterji jvarjaw minn kumpannija għal oħra.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi li hu responsabbli għall-Poliċy dwar l-assigurazzjonijiet.", "Lukanda Verdala,Hlas ta' xoghol lill-haddiema FARN,Lukanda Verdala,Hlas ta' xoghol lill-haddiema BONG,Lukanda Verdala,Hlas ta' xoghol lill-haddiema LUKANDA VERDALA - ĦLAS TA' XOGĦOL LILL-ĦADDIEMA", "11793.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra x'se tkun il-pożizzjoni ta' l- ex ħaddiema tal-lukanda Verdala, li kienu tilfu l- impieg tagħhom f'Diċembru ta' l-1982 u kien baqgħalhom jitħallsu għas-servizz ta' xogħol li wettqu fil-lukanda?", "Kemm-il darba tinbiegħ il- lukanda dawn il-flus dovuti lill-ħaddiema għall-pagi, overtime, bonus eċċ se jitħallsu?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: B'sentenza tal-Qorti tal- Kummerċ, l- Imħallef Carmelo Sċiċluna, nhar it-Tnejn 30 ta' April, 1990 kien laqa' t- talba tal-ħaddiema tal-Grand Hotel Verdala Limited u awtorizza l- ħlas ta' Lm200 lil kull ħaddiem kif provdut bil-liġi.", "Il-kumpannija li kontriha l- ħaddiema setgħu jagħmlu xi talba oħra issa hi likwidata.", "Lukanda Verdala,Tenders FARN,Lukanda Verdala,Tenders BONG,Lukanda Verdala,Tenders LUKANDA VERDALA - TENDERS", "11794.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi tal- Lukanda Verdala?", "X'qed jikkawża d-dewmien bl- aħbar tat-tenders li ħarġu riċentement?", "Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-lukanda Verdala se tiżviluppa f'kumpless għall- anzjani?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nħoss li jkun prematur jekk tinħareġ informazzjoni dwar dan il-każ qabel ma tittieħed deċiżjoni finali.", "Sptarijiet,San Luqa,Dipartiment ta' l-Emergenza,Infermiera GALM,Sptarijiet,San Luqa,Dipartiment ta' l-Emergenza,Infermiera GALL,Sptarijiet,San Luqa,Dipartiment ta' l-Emergenza,Infermiera SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA - INFERMIERA", "11876.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Wara li dan l-aħħar sar magħruf li diversi nurses mill-Casualty Department ta' l-isptar San Luqa ngħataw taħriġ mill-membri ta' l-SAG, jista' l-Ministru ġentilment jgħid:- X'tip ta' taħriġ ingħata?", "Kemm tħarrġu nurses?", "X'kien il-grad tagħhom?", "Hemm il-ħsieb li jkun hemm aktar taħriġ u ko-ordinazzjoni bejn il- Casualty Department u l-SAG?", "Jekk fl-affermattiv, xi pjanijiet hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In- nurses tal-Casualty ingħataw taħriġ speċjali mill-SAG dwar salvataġġ ta' persuni korruti fuq il-post ta' l-inċident, li kien jinkludi wkoll taħriġ dwar kif l-infermier għandu jevita perikli għalih innifsu f'ċirkostanzi bħal dawn.", "B'kollox tħarrġu 32 infermier.", "Il-gradi tagħhom kienu hekk:", "17 SRN u 15 SEN.", "Wara dan l-eżerċizzju l- istaff tal-Casualty ta' kors intensiv ta' l- ewwel għajnuna lill-membri ta' l-SAG.", "Il- kooperazzjoni bejn dawn iż-żewġ taqsimiet hija tajba ħafna u inizjattivi bħal dawn jgħinu biex f'każi ta' emerġenza veri jkun hemm koordinament u ftehim fl-interess ta' dan is- servizz daqshekk vitali.", "Sptarijiet,San Luqa,Mechanics GALM,Sptarijiet,San Luqa,Mechanics GALL,Sptarijiet,San Luqa,Mechanics SPTAR SAN LUQA - MECHANICS", "11877.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hemm meċhaniċs fil-garaxx ta' l-ambulanzi ta' l-isptar San Luqa?", "Kemm hemm ambulanzi bil- ħsara?", "Kemm hemm vetturi tad- Dipartiment tas-Saħħa bil- ħsara?", "Il-meċhaniċs li hemm fil- garaxx ta' l-ambulanzi jagħmlu manutenzjoni regolari fuq l- ambulanzi u vetturi oħrajn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' Meċhaniċs fil-garaxx ta' l- Ambulanzi ta' l-isptar San Luqa huwa 4.", "In-numru ta' ambulanzi bil- ħsara huwa 7.", "In-numru ta' vetturi tad- Dipartiment tas-Saħħa bil-ħsara huwa ta' dawk li jkunu għall- manutenzjoni tal-ġurnata.", "Isir xogħol ta' manutenzjoni regolari mill-ħaddiema tal- garaxx ta' l- ambulanzi fuq kull vettura li għandu d-dipartiment.", "Zejtun,Tiswija ta' toroq GALM,Zejtun,Tiswija ta' toroq FALM,Zejtun,Tiswija ta' toroq ŻEJTUN - TISWIJA TA' TOROQ", "11878.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Meta se ssir l- extension tas-sewer li hemm bżonn għad-djar ta' l-anzjani taż- Żejtun ħalli tkun tista' tingħata l-ftit metri tarmaċ li fadal f'din it- triq?", "Billi din it-triq li għadha mħarrbta minħabba l-extension tas-sewer li trid issir, tintuża ħafna fix-xhur tas- sajf, possibbli li dan ix- xogħol jitlesta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li dalwaqt se ssir sejħa għall- offerti għall- kuntratt biex isiru x- xogħlijiet mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Wied il-Ghajn,Arbli tad-dawl GALM,Wied il-Ghajn,Arbli tad-dawl FALM,Wied il-Ghajn,Arbli tad-dawl WIED IL-GĦAJN - ARBLI TAD-DAWL", "11879.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Hu possibbli li Enemalta idur l-arbli li hemm fi Triq is-Salini, f'Wied il- Għajn li għandhom il-bieba tal- parti t'isfel imkissra?", "Billi wħud minnhom ġew imsewwija b'biċċa njama, taħseb Enemalta li meta għandek post daqshekk imfittex fix-xhur tas- sajf, fosthom anke minn ħafna turisti, dan mhux il-mod ideali kif kellhom jiġu msewwija dawn l-arbli?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "Pulizija,Qtil tal-Baruni Sant Cassia BARE,Pulizija,Qtil tal-Baruni Sant Cassia GALL,Pulizija,Qtil tal-Baruni Sant Cassia PULIZIJA - QTIL TAL-BARUNI SANT CASSIA", "11893.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li fit-tweġiba għall- mistoqsija numru 11110 il- Ministru qal li l-informazzjoni fl-ewwel parti hija skorretta, jista' jgħid jekk minn meta nqatel il-Baruni Sant Cassia il-file/parti minnu/xi ittra jew dokument minnu dwar il-qtil intbagħat jew ġie fotokopjat lil xi uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "Lil min?", "Meta?", "Jista' jkompli jwieġeb il- kumplament tal-mistoqsija oriġinali tiegħi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mid- diversi domandi tiegħek dwar dan il-każ jidher li xi ħadd żleali lejn il-Korp tal- Pulizija tak aċċess għall- informazzjoni konfidenzjali li tinsab miġbura fil-file investigattiv.", "Dan jammonta għal kxif ta' sigrieti uffiċjali.", "Nispera li dalwaqt tiġi identifikata din il- persuna kif ukoll min instigaha tiżvela din l- informazzjoni.", "Għalkemm nista' nifhem ukoll x'wasslek tagħmel id-domanda numru 11110 u din id-domanda, nħoss li m'għandi xejn x'inżid ma dak kollu li weġibtek dwar dan il-każ u nerġa' nikkonferma li l-informazzjoni fl- ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 11110 hija skorretta.", "Klinici Privati, BARE,Klinici Privati, GALL,Klinici Privati, KLINIĊI PRIVATI", "11897.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu n-numru ta' kliniċi privati liċenzjati?", "Fejn jinstabu?", "Taħt liema isem huma liċenzjati?", "Lil min issejjaħ kull liċenzja?", "Meta ġiet liċenzjata kull klinika?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawn il-kliniċi?", "Min għamel kull applikazzjoni?", "F'dawn l-aħħar ħames (5) snin ġiet rifjutata xi applikazzjoni?", "Minn min kienet saret?", "X'raġuni ngħatat għal dan ir-rifjut?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Illum hemm kliniċi privati liċenzjati kif se nsemmi:", "Fejn jinstabu F'isem ta' min Meta ġiet illiċenzjata illiċenzjata", "Seed Plot Street Misraħ Kola Dr Lino German 1981", "Cospiċua Road Paola Dr Miċhael Cordina 1981", "Villa Florenzia Calleja Street Żebbuġ Dr Joe Vella 1986", "65 St James Street, Zabbar Dr Josie Musċat 1986", "Marina Court Sir Ugo Mifsud Street, Ta' Xbiex Mr Charles Swain 1987", "Middleman Street Attard Dr Frank Portelli 1988", "St Luke's Square Gwardamangia Dr Eddie Agius 1989", "10 Għar il-Lembi Street, Sliema Dr Mario Sċhembri 1993", "Din is-sena l-liċenzji għadhom ma ġewx imġedda peress li r-regolamenti relevanti ġew riveduti u se jiġu ppubblikati fi żmien qasir.", "Hemm applikazzjoni waħda pendenti ta' Paul Apap u Miċhael Mizzi f'isem A & B Properties Ltd.", "F'dawn l-aħħar ħames snin ma ġiet rrifjutata ebda applikazzjoni.", "Klinici Privati,Kummissjoni lit-tobba BARE,Klinici Privati,Kummissjoni lit-tobba GALL,Klinici Privati,Kummissjoni lit-tobba KLINIĊI PRIVATI - KUMMISSJONI LIT-TOBBA", "11898.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Hija kkonsidrata bħala etika professjonali li meta tabib privat jibgħat pazjent tiegħu għand klinika privata għal xi testijiet tad-demm, ta' l-urina u testijiet toxikoloġiċi oħra, dan jippretendi bi dritt li jingħata kummissjoni talli jkun bagħat il-pazjent hemmhekk?", "Jaf il-Ministru li din qed tintalab ukoll minn xi aġenzji tal-vapuri li jibgħatu xi baħri li jkollu bżonn dawn it- testijiet waqt li jkun hawn Malta?", "Jaf il-Ministru li dawn il- kliniċi privati qed ikollhom jgħollu il- \"fees\" tagħhom minħabba f'hekk?", "Jista' l-Ministru jieħu azzjoni billi jinvestiga u jwaqqaf dan l-abbuż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li din il-materja hija kompetenza tal- Kunsill Mediku, jiena bgħatt kopja tal- mistoqsija lill-istess Kunsill għall-konsiderazzjoni tagħhom.", "Swieqi,Ipparkjar hazin BARE,Swieqi,Ipparkjar hazin GALL,Swieqi,Ipparkjar hazin SWIEQI - IPPARKJAR ĦAŻIN", "11899.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Wara l-ittra tas-St.", "George's (Swieqi) Residents Assoċation lilek u lill-Kummissarju tal- Pulizija datata 18 ta' Marzu, 1993: 1. saret laqgħa ma' l- Assoċjazzjoni dwar l-ilmenti tagħhom minħabba \"parking\" ħażin ħdejn id-djar tagħhom?", "2.", "Saru suġġerimenti u ttieħdet azzjoni minn naħa ta' l-awtoritajiet tal- Pulizija biex l-inkonvenjent li qed jbatu dawn ir-residenti jittaffa kemm jista' jkun?", "3.", "Mill-1 ta' Jannar sal-lum kemm saru ċitazzjonijiet mill- Pulizija għal (a) ipparkjar ħażin u (b) ostruzzjoni fl-area ta' Swieqi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Biex tittaffa l-problema li hemm ġewwa s-Swieqi u St Georges minħabba l-kwantita' ta' traffiku li jgħaddi minn din il- lokalita', il-Pulizija ħadet passi biex issir sorveljanza aktar milli kienet issir qabel.", "Fil-fatt żewġ Pulizija tat- traffiku qed jiġu ddettaljati biex jagħmlu sorveljanza f'din il-lokalita' mit-Tnejn sal- Ġimgħa bejn l-4.oo p.m. u nofs il-lejl, u s-Sibt u l-Ħdud bejn l-4.00 p.m. u s-2.00 a.m..", "Kien hemm residenti li marru d- depot tal-Pulizija u wrew is- sodisfazzjon tagħhom għal dawn l-arranġamenti.", "Saret talba wkoll lid- Dipartiment tax-Xogħlijiet biex f'St Augustine Street, St Georges issir ċentre strip wiesgħa biex ma jsirx parking kif ġie ġie.", "Saru wkoll speed ramps u tabelli biex ma jsirx parking ta' mini buses f'Lourdes Lane li saret one-way biex it- traffiku jimxi aħjar f'ċertu ħinijiet.", "Mill-1 ta' Jannar, 1993 f'dawn il-lokalitajiet, jiġifieri, Swieqi, St. Georges u Paċeville, saru 4,179 ċitazzjoni dwar ksur ta' regolamenti tat- traffiku.", "Grounds tal-football,Manutenzjoni BARE,Grounds tal-football,Manutenzjoni FREM,Grounds tal-football,Manutenzjoni GROUNDS TAL-FOOTBALL - MANUTENZJONI", "11900.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Nirreferi l-Ministru għall- mistoqsijiet parlamentari numri 8246, 9933 u 10934 dwar manutenzjoni fil-grounds tal- football.", "Jista' l- Minsitru jara li din il-mistoqsija tiġi mwieġba qabel ir-reċess tas- sajf?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ir- risposta bid-dettalji għadha qed tinġabar mill- uffiċjali responsabli li ġew imwissija formalment li jekk ma jwassluliex it- tagħrif meħtieġ sa ħmistax oħra mil-lum jittieħdu passi dixxiplinari kontrihom.", "Niskuża ruħi mal- Onor. Interpellant għal dan id- dewmien.", "Pitkalija,Computer analyst FARN,Pitkalija,Computer analyst GATL,Pitkalija,Computer analyst PITKALIJA - COMPUTER ANALYST", "11928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11327, jista' l-Ministru jgħid jekk l-MSU daħlitx f'din il- kwestjoni?", "Jekk iva, lil min intervistaw ta' l-MSU?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l-MSU dwar il-ħatra?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: M'hemm xejn xi nżid mar- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11327.", "L-MSU kienu nvoluti biss bħala l-aġenzija tal-Gvern li qed timplimenta l- proġett tal- komputerizzazzjoni fil- Pitkalija.", "Handikappati,Karta ta' l-identita' FARN,Handikappati,Karta ta' l-identita' GALL,Handikappati,Karta ta' l-identita' PERSUNI B'DIŻABILITA' - KARTA TA' L-IDENTITA'", "11929.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Għaliex persuni b'diżabilita' ilhom aktar minn erba' xhur jistennew biex tingħatalhom l- ID Card ta' persuni b'diżabilita'?", "X'qed jikkawża dan id- dewmien?", "Jista' l-Ministru jara li jitħaffu l-proċeduri fil-ħruġ ta' dawn il- ċards?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Applikazzjonijiet għall-ID Card Speċjali jiġu pproċessati b'żewġ modi:", "a) dawk li qed jieħdu l- allowanċe speċjali tat-tfal jew il-pensjoni tal- ħandikappati mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "F'dawn il-każijiet il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tiċċekkja ma' dan id- Dipartiment u l- karta toħroġ f'massimu ta' żmien ta' sebgħa ġimgħat.", "b) dawk li jridu jgħaddu bord mediku (fil-maġġoranza tagħhom fid-djar ta' l-applikanti stess) u li fil-preżent qed jiġi amministrat mid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "F'dawn il-każijiet il-proċess hu itwal u l-massimu taż-żmien li jieħu hu ta' madwar tliet xhur.", "Kawża ta' dewmien aktar minn kif spjegat hawn fuq huma:", "a) l-applikant ma jimliex il- formola kif suppost (inkluż li jrid iġib żewġ ritratti)", "b) l-applikant ma jkunx mela l-kwestjonarju li l-Kummissjoni qed tagħmel għall-persuni b'diżabilita' kollha.", "Is-sitwazzjoni preżenti hi li fl-ewwel sitt xhur ta' l-1993 il- Kummissjoni rċeviet 388 applikazzjoni għal din il-karta li minnhom:", "a) 229 diġa' ħadu din il-ċard;", "b) 35 għad iridu jibgħatu r- ritratti neċessarji;", "ċ) sebgħa jridu jġibu l-ċard il-qadima (f'każijiet ta' tiġdid tal-ċard)", "d) 25 iridu jagħtuna aktar informazzjoni;", "e) 11 qegħdin jistennew biex jarahom il-Bord Mediku;", "f) ħamsa irtiraw l-applikazzjoni tagħhom;", "g) 17 mhumiex eliġibbli;", "h) 41 għadhom qed jiġu pproċessati; u", "i) 18-il raġuni oħra tekniċi.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' hi konxja li dan is- servizz hu bżonnjuż ħafna għall-persuni b'diżabilita' u tagħmel dak kollu possibbli biex dawn il-ċards joħorġu fl-iqsar żmien possibbli.", "Marsaxlokk,Tiswija ta' Toroq GALM,Marsaxlokk,Tiswija ta' Toroq FALM,Marsaxlokk,Tiswija ta' Toroq MARSAXLOKK - TISWIJA TA' TOROQ", "12017.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Hu possibbli li tinżebaħ iż-zebra ċrossing li hemm ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta' Marsaxlokk?", "Hu possibbli li jiġi rranġat id-dawl li hemm ma' din iż- zebra ċrossing?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- Dipartiment konċernat ingħata struzzjonijiet sabiex isiru x- xogħlijiet meħtieġa.", "Anzjani,Ghajnuna fid-Djar GALM,Anzjani,Ghajnuna fid-Djar GALL,Anzjani,Ghajnuna fid-Djar ANZJANI - GĦAJNUNA FID-DJAR", "12018.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hawn anzjani li qed jibbenefikaw mill-Home Help?", "Kemm-il siegħa ta' Home Help tingħata kull ġimgħa f'Malta u Għawdex?", "Kemm hi l-ispiża kull sena biex jingħata dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In- numru ta' anzjani li qed jibbenefikaw mill-Home Care Help huwa ta' 2,594 maqsuma: 1,847 f'Malta u 747 f'Għawdex.", "Qed jingħataw total ta' 9,032 sigħat ta' Home Help fil- ġimgħa: 5962 siegħa f'Malta u 3,070 siegħa f'Għawdex.", "L-ispiża biex jingħata dan is-servizz kienet Lm694,605 fl- 1992.", "Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura GREE,Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura GALL,Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura SPTARIJIET - PAZJENTI MSIEFRA GĦALL-KURA", "12062.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti ir-Renju Unit fl- 1992 u din is-sena xahar b'xahar?", "X'kienu l- indikazzjonijiet għaliex ġew riferuti?", "Kemm minnhom kienu jaqgħu taħt il-Health Agreement u kemm le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It- tagħrif mitlub tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti f'din is- seduta.", "Sptarijiet,San Luqa,Operazzjonijiet GREE,Sptarijiet,San Luqa,Operazzjonijiet GALL,Sptarijiet,San Luqa,Operazzjonijiet SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "12063.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l- waiting list ta' l- operazzjonijiet ta' kull Konsulent Kirurgu fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' operazzjonijiet pendenti fid- Dipartiment tal-Kirurġija, konsulent b'konsulent, kien kif ġej fit-12 ta' Lulju, 1993:", "Numru Anqas minn xahar Xahar jew iżjed", "Prof L Cutajar 18 15 3", "Mr A Feliċe 43 33 10", "Mr C Swain 36 25 11", "Mr D Gatt 58 39 19", "Prof G Laferla 72 58 14", "Mr A Zammit 50 40 10", "Mr N Formosa 6 6 -", "Mr G R Feliċe 23 19 4", "Totali: 306 235 71*", "* Ġiet innotata żieda fin-numru ta' dawk il-każijiet li jistennew xahar jew iżjed matul l-aħħar ġimgħat.", "Hemm diversi fatturi fosthom il-fatt li fix- xhur ta' Lulju u Awissu jkollok aktar konsulenti bil-leave u numru ta' operating sessions li jingħataw lill-visiting ċonsultants.", "Ma' dawn wieħed jinkludi dawk il-każijiet li minħabba raġunijiet tekniċi jew fuq talba tal-pazjent, isiru f'dati aktar lura.", "Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid GREE,Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid FENE,Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid SPTARIJIET - BINI TA' SPTAR ĠDID", "12064.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Isptar il-ġdid li se jinbena fuq art ta' l- Universita' bl-għajnuna ta' San Raffaele huwiex kopert b'xi self jew grant minn sorsi barranin?", "Kemm huwa kkalkolat li jqum dan l-isptar?", "Min se jkun responsabbli għat-tmexxija tiegħu, id-Dipartiment tas- Saħħa jew l- Universita'?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-European Soċial Development Fund tal- Kunsill ta' l-Ewropa approva self ta' Lm12-il miljun biex jgħin fl-iżvilupp ta' l- Istitut Xjentifiku u Sptar San Raffaele, Malta.", "Waqt li n- nefqa kapitali fuq l-isptar mistennija li tlaħħaq miljuni, mhux opportun li tingħata stima definita f'dan l-istadju peress li d-disinn dettaljat għadu qed jinħadem.", "Madanakollu, wieħed għandu jifhem li ħafna iktar importanti minn nefqa kapitali hi n-nefqa rikorrenti.", "Din hi waħda mir-raġunijiet li mmotivat lill-Gvern jimbarka fuq riforma radikali tat- tmexxija ta' l- isptarijiet pubbliċi, biex filwaqt li niżguraw l-għola livelli ta' prattika medika possibbli għal pajjiżna, inkunu wkoll nistgħu ndaħħlu sistemi ta' mediċal auditing u quality assuranċe u b'hekk il-poplu jieħu dak li hu xieraq għall-flus li jonfoq f'dan is-settur.", "Dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija, filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Membru għal tweġibiet fuq dan is-suġġett mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, fil- qosor ħafna nista' ngħid li bħala parti mir-Riforma fis- Settur Pubbliku, u bħalma huwa maħsub li jiġri fl-isptarijiet l-oħra tal- Gvern Malti, hu mistenni li dan l-isptar ikun ukoll immexxi minn Bord awtonomu, waqt li d-Dipartiment tas-Saħħa iżomm il-funzjoni ta' direzzjoni ġenerali u ta' kontroll tal-kwalita' tas- servizzi li jingħataw fl- isptar.", "Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid GREE,Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid FENE,Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid SPTARIJIET - BINI TA' SPTAR ĠDID", "12065.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Issa li ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Isptar San Raffaele ta' Milan fuq il- bini ta' sptar ġdid u l-użu tiegħu, jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja ta' dan il-ftehim fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern beħsiebu jinforma lill-Oppożizzjoni bid-dettalji kollha dwar ir-riforma u l- proġetti konnessi ma' l- isptarijiet pubbliċi, inkluż id-dettalji tal-ftehim li għalih qed jirreferi l-Onor.", "Membru.", "Kopja ta' l-imsemmi ftehim mingħajr l-annessi tiegħu li mhux opportun li jsiru pubbliċi f'dan l-istadju, tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Xghajra,Kumpens ghal xiri ta' ilma BUHC,Xghajra,Kumpens ghal xiri ta' ilma FALM,Xghajra,Kumpens ghal xiri ta' ilma XGĦAJRA - KUMPENS GĦAL XIRI TA' ILMA", "12073.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11514, jista' l-Ministru jikkonsidra ma jiċċarġjax lir-residenti ta' Triq Ġdida fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Xgħajra għal meters ta' l-ilma u l-istimi tal- konsum u forsi jagħti xi kumpens għax-xiri ta' ilma bil- bowser sakemm titlesta l-ewwel fażi tat-tqegħid tal-pipeline tal-Qrendi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Iċ- ċharge tal-kera tal-meter qiegħed isir b`mod korrett.", "Mhux suppost li jsir ħlas għall-provvista ta` ilma bil- bowsers tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta` l-Ilma.", "Marsa,Impjant tar-Reverse Osmosis BUHC,Marsa,Impjant tar-Reverse Osmosis FALM,Marsa,Impjant tar-Reverse Osmosis MARSA - IMPJANT TAR-REVERSE OSMOSIS", "12074.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-manutenzjoni neċessarja fuq ir-raċks tat-train tar-Reverse Osmosis Plant tal-Marsa ilha ma ssir aktar minn sentejn meta dan qiegħed jikkaġuna ħsara f'dan l-impjant?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li manutenzjoni neċessarja tar- Reverse Osmosis Plant tal-Marsa se ssir fix- xitwa li ġejja u li bħalissa qed isiru l-arranġamenti u l- preparazzjoni meħtieġa biex dan il-waqfien idum mill-inqas possibbli.", "Sptarijiet,Appuntamenti ma' konsulenti GREE,Sptarijiet,Appuntamenti ma' konsulenti GALL,Sptarijiet,Appuntamenti ma' konsulenti SPTARIJIET - APPUNTAMENTI MA' KONSULENTI", "12075.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l- waiting list għall-appointments (new patients) fl-out-patients fid-Dipartiment tal-Mediċina Interna għal kull konsulent?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pazjenti riferuti għall- ewwel darba jarawhom u jiġu eżaminati mill-konsulent ma' min ikollu l- appointment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-ewwel data għall- appuntament bħala new ċase fl- out-patients tad-Dipartiment tal-Mediċina Interna għal kull konsulent hija kif jidher hawn taħt:", "Figuri fit-12 ta' Lulju, 1993.", "Prof F F Feneċh 29.07.93 Prof A Psaila 20.07.93 Dr J Azzopardi 26.07.93 Dr J Caċċiattolo 23.07.93 Dr C Mallia 02.08.93 Dr Caruana Galizia 31.07.93 Dr E Farrugia 27.07.93 Dr M Vassallo 04.09.93 Dr E Pulliċino 24.07.93 Dr L Buhagiar 23.07.93", "Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 11939."]} {"filename": "20020701_763d_par.doc", "date": "2002-07-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 763 It-Tnejn, 1 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 763", "It-Tnejn, 1 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "763", "It-Tnejn, 1 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 50", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 50", "TQEGĦID TA' KARTI 56", "KONDOLJANZI 57", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "IMMIGRATION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 57", "AĠĠORNAMENT 77", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 83", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 762 li saret fis-26 ta' Ġunju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - MOBILE PHONES", "32439.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30937 u jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-ministeru u tad- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru 2001?", "Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ftit tal-ġimgħat ilu f'gazzetta dehret ittra mill-PRO tal-kamra ta' l-avukati fejn intqal li l-istess kamra ilha ħafna tissuġġerixxi li jkun hemm a fixed timetable għas-smigħ tal-kawżi, proposta li skond il-kamra ta' l-avukati qed issib reżistenza min-naħa uffiċjali.", "In vista li l-avukati jridu a fixed timetable u anke l-istess pubbliku jaf kemm is-sistema preżenti hija inkonvenjenti, għaliex din ir-reżistenza kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, l-Onor.", "Membru taf li l-qorti ċivili għandha sistema komputerizzata ta' diary management li ilha topera mill- 1994.", "Dan ifisser li teżisti l-possibbilta' li kull kawża ċivili, barra li tiġi scheduled bil-ġurnata tiġi wkoll scheduled bil-ħin, għalkemm mhux kull kawża tista' tiġi scheduled bil-ħin preċiż pero' ċertament li numru ta' kawżi jiġu scheduled b'dan il-mod.", "Li wieħed juża' s-sistema tad-diary komputerizzat aktar milli qed tiġi użata llum hija verita', daqskemm hija verita' wkoll li l-maġġoranza ta' l- imħallfin jużaw is-sistema tad-diary.", "Iżda sfortunatament hemm xi wħud mill-imħallfin li jidhrilhom li s-sistema tad-diary ma tistax tkun applikabbli dejjem u għalhekk jippreferu li ma jużawhiex, li allura jfisser illi avukat prattikanti mhux dejjem ikun jista' jqassam il-ġurnata sħiħa tiegħu.", "Biex wieħed juża s-sistema tad-diary ifisser ukoll li ma tistax tqassam tant kawżi kuljum.", "Ħalli nġib eżempju bis-sistema Ingliża fejn kull kawża hija scheduled.", "Minħabba s-sistema kif inhi fl-Ingilterra, dawn għandhom difett li sakemm tidher l-ewwel darba ddum snin twal pero' ladarba tidher il-kawża hija tied to a conclusion.", "Hemm il-vantaġġi u l-iżvantaġġi bis-sistema tagħna tal-lum u issa wara diskussjonijiet twal li nżammu mal-ġudikatura, mal-kamra ta' l- avukati u mal-kamra tal-prokuraturi legali, jidher li wasalna għall- kompromess li tipprova tlaqqa' ż-żewġ affarijiet.", "Fil-fatt għadu kemm ġie ppubblikat abbozz ta' liġi bil-għan li tinbidel is-sistema tas-smigħ tal- kawżi.", "Wara diskussjonijiet li damu sejrin madwar sena u nofs hemm il-qbil kemm tal-ġudikatura, kemm tal-maġistratura, kemm tal-kamra ta' l-avukati kif ukoll tal-kamra tal-prokuraturi legali dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Irrid ngħid ukoll li permezz ta' tibdil fis-sistema komputerizzata, se nkunu kapaċi wkoll li ngħaqqdu d-diary tal-kawżi ċivili ma' dawk tal-kawżi kriminali – dan it-tibdil se jidħol fis-seħħ f'Ottubru li ġej - u allura b'dan il-mod ikun hemm diary wieħed u b'hekk ikun ħafna aktar faċli li jsir l-ippjanar.", "Imma b'danakollu sakemm ma ssirx riforma oħra fil-qrati, speċjalment fil-qasam kriminali, dejjem se jibqa' ammont ta' kawżi li qatt ma jiġu scheduled.", "Fosthom nista' nsemmi bħala eżempju l-kawżi hekk imsejħa tad-distrett, fejn ikollok 100 jew 150 persuna li jiġu akkużati f'ġurnata waħda.", "Huwa impossibbli li jiġu scheduled dawk it-tip ta' kawżi, li ġeneralment ikunu ta' relevanza żgħira.", "Jiena nemmen li bil-bonavolonta' ta' kulħadd meta jgħaddu dawn l-emendi u jkollna s-sistema komputerizzata in place, is-sistema tad-diary tibda titħaddem b'aktar regolarita'.", "UE – LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "32825.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li wara s- sħubija ta' Malta fl-UE jidħlu forom ta' levies fuq l-importazzjonni ta' prodotti ta' l-ikel ferm ogħla minn dawk li se jitneħħew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): In-negozjati finali ma' l-Unjoni Ewropea fuq kapitolu 7 - agrikoltura, għadhom fl- istadju inizjali u għalhekk m'hux il-mument opportun li tingħata l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "UE – LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "32827.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li l- levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-biedja se jiżdiedu u mhux jonqsu fuq 75% tal-prodotti li ma niproduċux lokalment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jistenna sakemm jiġu konklużi n-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea fuq kapitolu 7 - agrikoltura.", "UE – TARIC FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "32829.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-UE timponi fuq pajjiżna s-sistema tat-TARIC fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Unjoni Ewropea ma timponi xejn fuq pajjiżna la qabel u lanqas wara li Malta tissieħeb.", "UE - KWOTI FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "32830.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-UE se timponi kwoti fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li se jgħollu u mhux iraħħsu l-prezzijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 32829.", "UE - SPECIAL SAFEGUARDS FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI AGRIKOLI", "32831.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-UE timponi special safeguards fuq prodotti agrikoli importati f'Malta sabiex tipproteġi l-biedja?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 32829.", "UE – IL-KONSUMATUR U T-TNEĦĦIJA TAL-LEVIES", "32836.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li r-roħs fil-prezzijiet ta' l-ikel imħabbar mill-gvern minħabba t-tneħħija tal-levy, se jkun limitat sal-perjodu qabel Malta ssir membru ta' l-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Le, ma nikkonfermax li r-roħs tal-prezzijiet ta' l- ikel imħabbar mill-gvern minħabba t-tneħħija tal-levies se jkun limitat sal- perjodu qabel Malta ssir membru ta' l-Unjoni.", "L-għajnuna finanzjarja li se tingħata mill-gvern titkompla wkoll wara s-sħubija, bil-għan li l- prezzijiet tal-prodotti lokali jkunu kompetittivi fis-suq lokali.", "PULIZIJA – ĦLAS GĦAL XOGĦOL EXTRA", "34278.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-ditti/banek/għaqdiet eċċ li għadhom ma ħallsux dak li kien dovut minnhom għal xogħol extra tal-pulizija mill-1999 sal-lum?", "Kemm għandha tagħti kull organizzazzjoni?", "X'inhu issir biex dawn il-flus jinġabru?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar ħlasijiet dovuti lill- pulizija minn ditti, banek, għaqdiet eċċ, huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informat ukoll li qed isir kull sforz sabiex il-ħlasijiet dovuti jkunu miġbura.", "MATSEC – DATI ALTERNATTIVI GĦALL-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA", "34279.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 33952, jista' l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija dwar jekk qattx kien hemm taħditiet bejn rappreżentanti ta' l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti ma' l-awtoritajiet konċernati biex isir xi ħaġa f'dan ir- rigward?", "Għaliex ma kienx intlaħaq ftehim?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f' isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li għaddejin taħditiet bejn uffiċjali tal-MATSEC support unit u rappreżentanti ta' l-iskejjel ta' l-Istat, tal- Knisja u dawk indipendenti biex jesploraw dati alternattivi għall-eżamijiet taċ-ċertifikat tal-matrikola.", "L-iskop tat-taħditiet hu biex isir magħruf kif id-dati alternattivi jistgħu jaffettwaw l-iskejjel u x'jistgħu jkunu l- implikazzjonijiet fuq aspetti oħra.", "SKEJJEL – BEJGĦ MINN TUCK SHOPS", "34281.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija 33836, dan ifisser li l-iskejjel kollha fl-ebda ħin ma biegħu dak li jissejjaħ junk food?", "Jista' jgħid x'jifhmu b'junk food dawk li jelenkaw l-oġġetti li jistgħu jew ma jistgħux ibigħu fit-tuck shops ta' l- iskejjel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Safejn ninsab informat, ir-regola li ma jistax jinbiegħ junk food mill-canteens ta' l- iskejjel tiġi osservata, iżda huma l-ispetturi tas-saħħa pubblika li jispezzjonaw l-iskejjel u jżommu nota ta' ksur ta' dawn ir-regolamenti.", "Jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi każi ta' ksur tar-regolamenti napprezza li jgħaddili l-informazzjoni għall-istħarriġ meħtieġ.", "SWIMMING ZONES", "34282.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bajjiet li dan is-sajf se jkun ipprojbit milli jidħlu fihom bċejjeċ tal-baħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bajjiet riservati bħala swimming zones ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern ta' l-14 ta' Mejju 2002.", "MALTA RACING CLUB", "34292.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija 34140, jista' l- Ministru jgħid x'għajnuna ta lill-Malta racing club matul is-sena 2001 u matul din is-sena?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi ħsieb jew ftehim dwar għajnuna oħra fil-futur u x'inhi t-tip ta' għajnuna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li ma ngħatat ebda għajnuna lill-Malta racing club matul is-sena 2001 u matul din is-sena minn voti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi.", "ITS - KONSULENTI", "34293.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija 34137, jista' l- Ministru jgħid x'ħidma wettqu l-persuni msemmija bħala konsulenti ma' l- istitut għall-istudji turistiċi dwar il-prodott turistiku u dwar l-UE rispettivament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Dwar is-Sur George Micallef u s-Sur Lino Borg, nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija 11162.", "Is-Sur Jean Micallef Grimaud hu konsulent mal-ministeru dwar l-Unjoni Ewropea f'suġġetti li jirrigwardjaw it-turiżmu u għandu dawn id-dmirijiet:", "Jirriċerka dwar dak kollu li jista' jolqot it-turiżmu fl-Unjoni Ewropea;", "Jagħmel rapport kull xahar dwar din ir-riċerka kif ukoll jispjega kull ma jirriżulta minn din ir-riċerka; u", "Għandu l-obbligu li jattendi laqgħat dwar l-Unjoni Ewropea, iktar u iktar meta dawn ikunu jirrigwardaw it-turiżmu direttament jew indirettament.", "NATIONAL LAB – INGAĠĠ TA' NIES MILL-KORP TAL-PULIZIJA", "34314.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor Gavin Gulia) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33902?", "Jista' jgħid jekk dawk l-esperti fil-laboratorju tal-pulizija li japplikaw u jintgħażlu bħala forensic divisional manager jew scientists jew technicians mal-MIMCOL, iżommux il-grad u s-seniority li kellhom mal-korp tal-pulizija?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal dawk li huma seconded mal-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Tajjeb jingħad li l-ingaġġ imsemmi huwa man-national laboratory u mhux mal-MIMCOL.", "Il-pożizzjoni ta' kull min ikun jaħdem fin-national laboratory, inkluża dik fil-forensika, tiġi determinata skond il-bżonnijiet tal-laboratorju u tas- servizzi forensiċi u li jkun ta' fejda għal min ikun qiegħed jagħmel ix- xogħol meħtieġ.", "Il-pożizzjoni tal-persuni li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant tiġi determinata meta u kif ikun hemm bżonn u wara konsultazzjoni ma' dawk involuti.", "Nassigura lil Onor. Membru li kollox isir fl-aħjar interess ta' kulħadd u tas-serjeta' tax-xogħol involut.", "MFSC – PAKKETT FINANZJARJU TAD-DIRETTUR ĠENERALI", "34321.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju offrut lid-direttur ġenerali ta' l-MFSC?", "Huwa minnu li l-pakkett finanzjarju tac-chairman ta' l-MFSC qed jiġi rinegozjat?", "Jekk fl-affermattiv fiex wasal u fiex jikkonsisti?", "X'inhu l-pakkett attwali tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-pakkett finanzjarju tad-direttur ġenerali ta' l-MFSC ġie stabilit fuq l-istess livell bħalma jirċievi ċ-chief executive taċ-ċentru.", "M'huwiex il-każ illi r-remunerazzjoni taċ-chairman ta' l-MFSC qed jiġi rinegozjat.", "Il-pakkett attwali huwa dak li jirċievi chairman ta' bord fuq skala \"A\" fuq l-iskali li kienu ġew stabiliti mill-kabinett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fid-dawl ta' l-ewwel paragrafu tat-tweġiba, fejn qed jingħad li d-direttur ġenerali ta' l-MFSC għandu pakkett finanzjarju ugwali għal dak taċ-chief executive taċ-ċentru, kemm huwa korrett li ngħid li dawn għandhom pakkett finanzjarju ta' Lm30,000 kull wieħed?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-pakkett taż-żewġ uffiċjali huwa l-istess.", "Għalkemm hawnhekk m'għandix dettalji dwar l-ammont preċiż pero' huwa f'dak l-ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tobba m'għadx għandhom il-ħtieġa li joħorġu riċevuta fiskali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif diġa' kelli okkażjoni ngħid drabi oħra, il-ħtieġa li wieħed joħroġ riċevuta toħroġ mill-liġi tal-VAT.", "Minkejja dan jeżistu ċerti servizzi li ma jaqgħux fl-iskop tal-liġi, cioe' dawk is-servizzi li huma ddikjarati bħala eżenti.", "Biex nagħti eżempju dawn jinkludu s-servizz bankarju u dak ta' l-insurance.", "Meta servizz ikun eżenti jkun ifisser li min jagħti dak is-servizz ma' jiċċarġjax VAT, pero' lanqas għandu d-dritt jitlob lura l-VAT li jkun ħallas fuq l-affarijiet li jixtri.", "Minn meta daħħalna s-sistema tal-VAT – u dan anke fl-1995 - it-tobba ma kenux dikjarati bħala eżenti imma kienu dikjarati bħala zero-rated, li hija differenti minn eżenti.", "Zero-rated tfisser li għalkemm min jagħti is- servizz ma jiċċarġjax VAT, pero' fuq is-servizz li qed jagħti għandu d- dritt li jitlob lura l-VAT li jkun ħallas fuq dak li jixtri.", "Xi xhur ilu ttieħdet deċiżjoni biex it-tobba u anke s-servizzi ta' l-edukazzjoni ma jibqgħux zero-rated imma jiġu eżenti.", "Dan biex nikkonformaw ukoll mas-sistemi li jeżistu barra minn Malta.", "It- tobba ma baqgħux aktar zero-rated imma baqgħu eżenti xorta u allura ma jiċċarġjawx VAT fuq is-servizz tagħhom.", "Dan ifisser li hemm żewġ effetti fuqhom, Sur President.", "L-ewwel effett hu li huma jispiċċalhom id-dritt li jagħmlu claims għal refund fuq il-VAT li jħallsu fuq dak li jixtru, bħal per eżempju equipment, karozza u affarijiet oħra.", "Min-naħa l-oħra, billi issa dawn ġew maħruġa l- barra mis-sistema tal-VAT, tneħħielhom l-obbligu wkoll li jagħtu l-irċevuta fiskali li qabel kienu obbligati li jagħtu.", "Din hija xi ħaġa konsegwenzjali għall-bidla li għamilna fil-klassifika tas-servizz mediku, allavolja kien hawn min interpreta dan il-pass bħala li m'aħniex se nibqgħu ninsistu biex naraw li t-tobba jikkonformaw u jiddikjaraw id-dħul tagħhom kif suppost.", "Nista' nassigura lill-Kamra li dan m'hu veru xejn, Mr Speaker.", "Fil-fatt meta aħna ħadna din id-deċiżjoni li nirriklassifikaw lit-tobba minn zero-rated għal exempt, bil-konsegwenzi li għadni kif spjegajt, ħadna wkoll in konsiderazzjoni li issa saru l-benchmarking exercises fuq is- settur mediku kollu u l-fatt li issa għandna t-tax compliance unit li qabel ma kellniex, li qiegħed biex jinvestiga dan is-settur bħalma qed jinvestiga setturi oħrajn bil-mod kif dejjem konna ngħidu li għandhom jiġu investigati, mhux kif kien isir fl-antik fejn kienet tintefa' x-xibka fuq kulħadd l-istess imma b'mod individwali u b'interviews li jsiru wieħed wieħed fejn jirrigwarda d-dikjarazzjoni tad-dħul.", "Nerġa' ngħid it-tobba qatt ma kienu problema f'dak li hija VAT li għandha titħallas, għaliex it- tobba, kontra setturi oħra, qatt ma kienu jiċċarġjaw VAT għas-servizz li jagħtu.", "Dan ifisser li l-irċevuta konna daħħalniha aħna bħala mezz kif isiru kontroll mill-pubbliku dwar il-mod kif il-livell tad- dikjarazzjonijiet ikun qed isir.", "Hawn irrid nagħmel parentesi żgħira, Mr Speaker.", "Kif għidna kemm il-darba, l-irċevuta fiskali m'hijiex meħtieġa għas-sistema tal-VAT u fil-fatt f'ħafna sistemi tal-VAT ma hemmx il-bżonn li tingħata riċevuta fiskali.", "Aħna konna daħħalna l-ħtieġa ta' riċevuta fiskali biex inpoġġu awareness publika dwar il-livell ta' tassazzjoni.", "Aħna konna minn dejjem impenjati bis-sħiħ, anke akkost li nitilfu l-popolarita', li nagħmlu dak li nemmnu fih, jiġifieri li nġibu l-ġustizzja soċjali f'dik li hija ħlas tat-taxxa.", "Qatt ma bżajna li bil-passi li nieħdu konna se nġibu fuqna ċertu nuqqas ta' popolarita' għax hekk hu sewwa u fil-fatt daħħalna l-skema ta' riċevuta fiskali biex inġibu lill-poplu aware ta' kif u min qiegħed jottempora ruħu u min hu serju fl-income tax tiegħu u min m'huwiex.", "Dik hija r-raġuni ta' l-irċevuta fiskali.", "IIlum aħna aware li f'ċerti oqsma ta' servizzi - l-aktar fejn ikun hemm relazzjoni one-to-one bejn min qed jagħti s-servizz u min qed jirċevih - min jagħti s-servizz jittanta lil dak li jkun bi prezz irħas basta ma jitolbux riċevuta u jista' jkun li din it-tentazzjoni tirbaħ lill- individwu.", "Dan huwa fl-opinjoni tiegħi nuqqas ta' sens ċiviku.", "L-irċevuta hija importanti għaliex kull wieħed u waħda minna llum għandna mod proattiv kif nassiguraw ruħna li t-taxxi li għandhom jitħallsu fil-fatt jitħallsu.", "Kieku kulħadd jikkopera u jagħmel dmiru lejn pajjiżu, allura nkunu qed naċċertaw irwieħna li fil-fatt kulħadd qiegħed iħallas sehmu.", "Mr Speaker, l-akbar problema li teżisti f'dak li huwa għoti ta' riċevuta u dikjarazzjonijiet tinsab fis-settur tas-servizzi.", "Din hija problema li mhux biss il-gvern, jiġifieri l-poplu Malti, jiffaċċja fid-dħul tat-taxxa tiegħu, imma jiffaċċjawha wkoll negozjanti oħrajn onesti li minħabba f'hekk ma jkollhomx a level playingfield fil-konfront ta' ħaddieħor li ma jkunx onest.", "Meta ninsistu fuq il-ħlas dovut tat-taxxa ma nagħmlux hekk biss biex indaħħlu revenue akbar - u nafu wkoll li l-gvern qed joħroġ ħafna aktar milli jdaħħal għall-benefiċċju ta' kulħadd – liema flus wara kollox imorru biex jitħallsu l-skejjel, l-isptarijiet, biex isiru it-toroq, biex jiġu mgħejjuna l-bdiewa, biex jiġu mgħejjuna l-industrijalisti biex ikunu jistgħu jipprovdu aktar impjiegi, biex jiġi mgħejjun il-qasam turistiku.", "Lanqas ma nagħmlu hekk biex ngħidu kemm aħna bravi u kemm qed niġbru taxxa imma biex ngħidu li għandna pajjiż li jista' jkollu servizzi aħjar u finalment biex inġibu lil dan il-pajjiż fuq bażi viabbli.", "Għalhekk aħna nitolbu għal u nirsistu fuq il-koperazzjoni ta' kulħadd.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 156 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 dwar riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza dwar it-terroriżmu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 157 ta' l-2002 – direttiva għall-ħruġ ta' Lm 176,200 stock tal-gvern bis-7%, 2012 (II).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 154 ta' l-2002 - merchant shipping (minimum wage) regulations, 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'Annex 8 tal-Ftehim milħuq bejn is- Santa Sede u l-Gvern ta' Malta, dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill-Gvern; u", "Lista li turi n-nazzjonalita' ta' barranin li għandhom ċittadinanza Maltija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34334; u", "Tagħrif dwar is-centre for environmental assessment and management, flimkien ma' tagħrif dwar l-esperjenza li għandhom Karl Fuller u John Henry Looney, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34350.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 155 ta' l-2002 – avviż ta' dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2001 dwar l-Inbid (Att Nru. XXII ta' l-2001).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "KONDOLJANZI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker ̧ ġimgħa ilu l-Kamra tatni l- kondoljanzi għall-mewt tal-papa' tiegħi Josie.", "Sfortunatament ma kontx fi stat li nattendi għax ma nistħix ngħid li ħadtha bi kbira ħafna, għalkemm kont qed nistenniha u kont nitlob lil Bambin biex ma jħallihx isofri.", "Naf li attendew ħafna membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra u rċevejt ħafna kondoljanzi mis-soċjetà kollha ̧ mill-kbir saż-żgħir.", "Jien mhux biss se nżomm dan l-apprezzament imma se ngħożżu tul ħajti kollha.", "Nagħlaq billi formalment nirringrazzja lilek personali, Mr Speaker, għal dak li għamilt miegħi u għas-solidarjetà li wrejt miegħi.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għan-nom tal-grupp Laburista u lill-Onor.", "Lawrence Gonzi li bħalissa huwa Aġent Prim Ministru għall-kondoljanzi li bagħatli u għax-xewqat sbieħ tal-grupp Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI", "IMMIGRATION (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-25 ta' Ġunju ̧2002", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent huwa in possession.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, qabel xejn nixtieq nerġa' nfakkar li dan l-abbozz ta' liġi għandu żewġ għanijiet.", "L-ewwelnett għandu l-iskop importanti li jħaffef u jiffaċilita d-deportazzjoni ta' min m'għandux dritt li jibqa' Malta u fl-istess ħin jiggarantixxi dawk is-salvagwardji neċessarji sabiex min irid ikun jista' jikkontesta t-tkeċċija tiegħu minn Malta.", "Pero' dan minflok se jsir fil-qrati se jsir fit-tribunal amministrattiv.", "Fil-fatt l-ordni ta' tkeċċija mhux se tibda tinħareġ neċessarjament mill-qorti iżda se tibda tinħareġ mill-pulizija u min irid, jista' jikkontesta hu quddiem it-tribunal amministrattiv.", "Illum il-proċedura hija li biex tkeċċi lil xi ħadd minn Malta trid tressqu l-qorti anke jekk ikun kiser biss il-liġi dwar l-immigrazzjoni.", "Ovvjament meta wieħed ikun kiser liġijiet oħrajn - per eżempju ̧ jkun seraq jew ikun ikkommetta stupru jew hold-up - bilfors trid ittellgħu l-qorti u mbagħad l-ordni ta' tkeċċija ssir minn hemmhekk.", "Pero' għall-maġġoranza kbira ta' nies li jitkeċċew minn Malta li jkunu biss kisru l-liġi dwar l- immigrazzjoni se jitwaqqaf tribunal amministrattiv li fih dawn ikunu jistgħu jikkontestaw l-ordnijiet ta' tkeċċija li jsiru mill-pulizija.", "Waqt l-introduzzjoni tiegħi waqaft ftit biex nagħti ċans lill-Onor.", "Herrera jistaqsi mistoqsija dwar jekk din il-proċedura l-ġdida tiksirx il- Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Jien spjegajt li din ma tinkisirx għax wieħed mill-protokolli jiggarantixxi drittijiet għall- barranin f'pajjiż membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa u ma jgħidx li t-tkeċċija bilfors trid issir mill-qorti.", "L-importanti hu li l-persuna konċernata jkollha dritt li tikkontesta t-tkeċċija tagħha quddiem tribunal indipendenti u imparzjali.", "Nixtieq ngħid ukoll li jekk wieħed iħares lejn il-Kostituzzjoni tagħna jsib li din tippermetti l-arrest u d-detenzjoni ta' immigranti pprojbiti u ma ssemmix li għandu jkun hemm proċess legali bilfors fil-qorti.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn artiklu 34 tal-Kostituzzjoni – dan qed inżidu bħala argument ma' l-argument li kont semmejt meta kien hawn preżenti l-Onor.", "Herrera – isib li hemm lista ta' eċċezzjonijiet għad-dritt tal-libertà jiġifieri f'dawk is-sitwazzjonijiet il-pulizija tista' tarresta u żżomm taħt arrest lin-nies.", "L-aktar ħaġa ċara u ovvja tkun meta xi ħadd jikkommetti reat.", "Mela meta xi ħadd jikkommetti reat jew ikun hemm suspett li għamel dan jista' jiġi arrestat.", "Pero' mbagħad waħda mill- eċċezzjonijiet tgħid hekk:", "\"... for the purpose of preventing the unlawful entry of that person into Malta ...\",", "- mela żżommu milli jidħol u allura tarrestah –", "\"... or for the purpose of effecting the expulsion, extradition or other lawful removal of that person from Malta.\".", "Dan ifisser li wieħed li jitkeċċa minn Malta m'hemmx għalfejn igħaddi mill- mekkaniżmu tal-qorti imma huwa biżżejjed li jgħaddi minn ċerti proċeduri.", "Dawn il-proċeduri se jkunu garantiti lilu permezz ta' appell li jista' jagħmel fi żmien tlett ijiem tax-xogħol lil dan it-tribunal ġdid li se nwaqqfu dwar appelli ta' l-immigrazzjoni.", "It-tieni skop ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa partikolarment artiklu 4A kif propost fi klawsola 6 li se jagħti dritt lill-ministru li jagħmel regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' trattati internazzjonali li Malta tkun iffirmat b'mod partikolari ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn it-trattati jkunu jittrattaw kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu jew ma' immigrazzjoni – mad- dritt tax-xogħol, mad-dritt li wieħed jidħol f'Malta, mad-dritt li wieħed joħroġ minn Malta, li wieħed jirrisjedi f'Malta – jew inkella ma' kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' sorveljanza komuni ta' fruntieri esterni.", "Nhar it-Tlieta li għaddew kont għidt li dawn għandhom x'jaqsmu ma' Schengen Agreement ta' l-1985 li mbagħad ġie konfermat fl-1990.", "Huwa f'dan il- kontest li mbagħad ir-regolamenti li nerġa' ngħid, jidħlu in vigore biss fuq bażi ta' reċiproċità meta l-Unjoni Ewropea tagħtina l-istess drittijiet, ikunu mfassla skond l-arranġamenti speċjali li Malta akkwistat matul il-perijodu tan-negozjati.", "B'hekk f'sitwazzjonijiet urġenti Malta tkun tista' żżomm milli jinħarġu permessi tax-xogħol f'areas partikolari.", "Dan ikun japplika għal Malta unilateralment matul perijodu ta' seba' snin u huwa eċċezzjoni għall-moviment ħieles tal-persuni fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk biex Malta tkun tista' tattwa din il-klawsola f'każ li jkollna bżonnha – jista' jkun li ma jkollniex bżonnha – se żżomm ̧ anke wara li ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea ̧ is-sistema preżenti tal-work permits.", "Għal ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea l-work permit jinħareġ mill-ewwel mingħajr formalitajiet żejda.", "Pero' s-sistema tal-work permit se tinżamm ħalli jekk ikun hemm influss żejjed f'xi qasam partikolari u Malta unilateralment tqis li dik tkun sitwazzjoni urġenti ̧ tkun tista' twaqqaf milli jinħarġu permessi tax-xogħol għal perijodu ta' seba' snin.", "Jien se nikkwota parti mill-arranġament speċjali li Malta akkwistat li tgħid hekk:", "\"On accession Malta will apply the acquis but may invoke a safeguard clause until the end of the seventh year following its accession.", "During this period Malta may retain its work permit system for EU nationals but shall issue such permits automatically.\".", "Malta tkun tista' tinvoka dan id-dritt f'każijiet urġenti u b'mod ta' eċċezzjoni – mhux bħala regola – u f'dawn il-każijiet urġenti tkun tista' tissospendi l-għoti ta' work permits f'dak is-settur partikolari.", "Kif diġà qal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, wara dak il-perijodu ta' seba' snin:", "\"Should the accession of Malta give rise to the difficulties relating to the free movement of workers, the matter may be brought before the institutions of the Union in order to obtain a solution to this problem.\".", "Dan ifisser li waqt li fis-seba' snin Malta unilateralment tista' tieħu passi biex tissospendi l-acquis rigward il-moviment ħieles ta' ħaddiema, – mhux ta' self-employed kif korrettement qal il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin – wara dawk is-seba' snin trid tilħaq il-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea fi ħdan it-trattati preżenti li hemm.", "Rigward is-self-employed – għalkemm dan ma japplikax għas-self-employed imma japplika għall-free movement of workers - irrid ngħid li Malta xorta waħda tkun tista' timponi restrizzjonijiet bħalma jimponu pajjiżi oħrajn.", "Dan ifisser li jekk f'Malta biex tkun tista' taħdem bħala self-employed ikollok bżonn permess, liċenzja jew tkun trid tirreġistra mal-VAT department, dawk l-affarijiet xorta waħda jkollok bżonnhom jekk tkun ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk f'Malta ma nistgħux noħorġu permessi għal spiżeriji aktar minn ċertu numru allura lanqas għall-barranin ma jista' jinħareġ dan in-numru.", "Wieħed ma jistax jiddiskrimina bejn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u ċittadini Maltin ħlief f'każijiet li huma speċjali ħafna ta' interess pubbliku.", "Per eżempju ̧ jekk wieħed iħares lejn il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jsib li kien hemm każijiet fejn stati tħallew idaħħlu ċerti restrizzjonijiet fl-interess pubbliku ̧ għalkemm dawn il-każijiet ma kenux ħafna.", "Għalhekk jien mhux qed nagħti impressjoni li dawn huma restrizzjonijiet li faċli tagħmilhom imma ġieli kien hemm każijiet fejn dawn saru.", "Pero' dawn xorta waħda huma soġġetti għall-burokrazija ̧ għall-formalitajiet u għar-regoli kollha li jista' jkun hemm biex wieħed ikun self-employed f'Malta wkoll.", "Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li dawn id-drittijiet u regolamenti huma soġġetti – hawnhekk qed nirriferi għad-dritt tax-xogħol ̧ għad-dritt li tirrisjedi u għad-dritt li tidħol u toħroġ minn Malta – għal restrizzjonijiet raġonevolment meħtieġa fl-interess ta' public policy, public health u public security.", "Issa meta nidħlu f'Schengen Agreement – mhuwiex previst li l-membri kandidati jidħlu f'Schengen Agreement mal-ewwel malli jidħlu fl-Unjoni Ewropea għas-sempliċi raġuni li biex ikun hemm synchronization tas-sistema komputerizzata tax-Schengen Information System, l-Unjoni Ewropea wkoll trid ċertu żmien – ikunu jistgħu jinħarġu regolamenti li bihom aħna nkunu nistgħu nikkoperaw fit-tisħiħ tal-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt l-idea ta' Schengen Agreement hija li jiġu liberalizzati l-fruntieri interni tal-pajjiżi li hemm fi ħdan dan it-trattat li jkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea u jiġu msaħħa l-fruntieri esterni.", "Riċentement attendejt għal seminar f'Ruma msejjaħ mill-Ministru Sciola u mill-presidenza Spanjola proprju dwar kif il-pajjiżi kollha fl- Ewropa jkunu jistgħu jerfgħu l-piż tas-sorveljanza tal-fruntieri komuni meta issa l-Ewropea ma tibqax l-Ewropea ta' ħmistax imma ssir Ewropa ta' 25.", "Hawnhekk nixtieq insemmi b'mod partikolari l-Italja li għandha kosta enormi u li qed iġġorr piż aktar milli suppost fil-ġlieda tagħha kontra l- immigrazzjoni legali.", "Allura l-punt tal-gvern Taljan li miegħu aħna naqblu huwa li tinħoloq struttura fl-Unjoni Ewropea fejn il-pajjiżi jikkooperaw ma' xulxin fis-sorveljanza ta' dawn il-fruntieri komuni esterni għax il- fruntieri interni se jispiċċaw.", "Per eżempju ̧ l-akbar diffikultà tagħna hija fuq il-baħar għax hemmhekk mhuwiex faċli li żżomm l-immigranti illegali milli jidħlu.", "Għalhekk kieku jkollna s-saħħa mhux ta' pajjiż wieħed imma ta' 25 pajjiż flimkien bir-riżorsi differenti tagħhom ̧ ikollna vantaġġ għax pajjiżna qiegħed fil-periferija ta' l-Ewropa.", "Nixtieq insemmi wkoll każ fejn ikun hemm xi emerġenza f'xi pajjiż.", "Fis- seminar li sar f'Ruma li għalih attendew il-ministri ta' l-intern kollha tal-pajjiżi kandidati u anke tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea kien hemm l-idea li f'każ li jkun hemm emerġenza ta' influss ta' immigranti illegali f'pajjiż wieħed – hawnhekk nistgħu nieħdu l-eżempju ta' l-Italja meta kellhom 1, 000 ruħ li daħlu Catania f'daqqa – il-pajjiżi l-oħrajn għandhom jagħtu l-għajnuna tagħhom permezz ta' nies ̧ mezzi u training.", "Għalhekk il-konċett tal-joint patrol tal-fruntieri esterni ġodda ta' l- Unjoni Ewroepa mhux talli ma jbeżżagħniex talli rridu naħdmu għalih biex dak il-piż ̧ li anke l-Italja tħossu tqil aħseb u ara Malta ̧ ma nġorruhx waħedna imma nġorruh flimkien.", "Għaliex se jissaħħu l-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' Schengen Agreement?", "Kulmin huwa f'Schengen Agreement se jipparteċipa fix- Schengen Information System – apparti l-Europol – li bih Malta taqsam l- informazzjoni li għandha hi u l-informazzjoni li għandu ħaddieħor dwar nies li m'għandhomx jidħlu fil-fruntiera esterna u komuni b'mod li aħna mhux se niddependu fuq l-informazzjoni li għandna aħna imma fuq l-informazzjoni tal- 25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu jipparteċipaw fix-Schengen Information System.", "Huwa veru li ladarba li tidħol fl-area tax-Schengen bħala regola jkollok ċirkolazzjoni libera ġewwa Schengenland biex insemmuha hekk, anke jekk m'intix ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea ̧ imma mbagħad se nsaħħu l-fruntieri esterni tagħha billi se nipparteċipaw fix- Schengen Information System li diġà teżisti għat-13-il pajjiż li huma fix- Schengen Agreement u li huma l-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea ħlief l- Irlanda u l-Ingilterra.", "Għalhekk meta nidħlu fix-Schengen Agreement se nsaħħu l-fruntieri esterni tagħna anke meta jiddaħħlu l-visas ma' pajjiżi li llum m'għandhomx bżonn visa ̧ b'mod partikolari l-pajjiżi kollha tan- North Africa.", "Kif spjegajt l-aħħar darba huwa veru li l-visa huwa att burokratiku jiġifieri mhux qed ngħid li huwa aktar faċli mingħajr visa milli bil-visa pero' l-visa se jkollha żewġ vantaġġi.", "L-ewwel wieħed huwa li ladarba tinħareġ il-visa se jispiċċaw jew jonqsu drastikament il-każijiet ta' persuni li jiġu rifjutati at point of entry fl-ajruport.", "Dan għaliex in- nies ikunu ġew sifted minn qabel u tkun ingħatatilhom il-visa minn qabel.", "Jista' jkun hemm każ eċċezzjonali li xi ħadd li xorta waħda nħarġitlu l- visa ma jitħalliex jidħol f'Malta għax ikunu ġraw affarijiet wara li tkun inħarġitlu l-visa jew għal raġunijiet ta' sigurtà ma jitħalliex jidħol.", "Pero' r-regola assoluta se tkun li ġaladarba tkun inħarġitlek il-visa allura titħalla tidħol f'Malta.", "Sur President, malli nidħlu f'Schengen Agreement ̧ jekk xi ħadd ̧ per eżempju, mit-Tuneżija jidħol f'Malta, aħna mhux biss noħorġulu visa biex jidħol f'Malta imma noħorġulu visa biex ikun jista' jidħol fil-25 pajjiż kollha ta' l-Unjoni Ewropea ħlief dawk li ma jaċċettawx ix-Schengen Agreement.", "Il-fatt li l-kandidati membri mill-pajjiżi kandidati kollha aċċettaw dan l-agreement ifisser illi kieku llum kellna nidħlu f'Schengen Agreement ̧ Tuneżin jidħol f'Malta u noħorġulu x-Schengen visa jkollu dritt li jidħol fi 23 pajjiż ta' l-Ewropa, ħlief l-Irlanda u r-Renju Unit.", "Pero' rrid ngħid li hemm pajjiżi, bħan-Norveġja, li mhumiex membri ta' l- Unjoni Ewropea li daħlu fix-Schengen Agreement ukoll.", "Għalhekk minkejja li hemm żewġ membri ta' l-Unjoni Ewropea li mhumiex fix-Schengen Agreement ̧ hemm imbagħad min qiegħed barra mill-Unjoni Ewropea li għandu trattati speċjali ta' moviment ħieles tal-persuni ma' l-Unjoni Ewropea wkoll.", "Issa aħna għamilna artiklu 4A għal kull pajjiż li miegħu Malta jista' jkollha trattat li mhux biss jista' jkun pajjiż li mhuwiex membru ta' l- Unjoni Ewropea imma jista' jkun pajjiż li lanqas għandu intenzjoni li jkollu xi relazzjoni ̧ speċjali jew mhijiex, ma' l-istess Unjoni.", "Għal dawn ir-raġunijiet kollha li semmejt ̧ kemm nhar it-Tlieta li għaddew u anke llum, dan l-abbozz ta' liġi nirrikkmandah għall-approvazzjoni tal- Kamra u nispera li fi stadju ta' Kumitat inkunu nistgħu nirraffinawh.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li se jsaħħaħ idejn l-awtoritajiet Maltin fil- ġlieda kontra l-immigranti illegali u se jipprova jipprevjeni li hawn Malta jiġu persuni mingħajr visa.", "Dan l-abbozz ta' liġi se jippermetti li l- gvern Malti jfassal, skond iċ-ċirkostanzi ̧ regolamenti li jkollhom x'jaqsmu ma' l-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' kif għidt qabel ̧ dan mhux qed nagħmluh esklussivament fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea imma għal kwalunkwe trattat li pajjiżna jista' jkollu ma' pajjiżi oħrajn.", "Għal dawn ir-raġunijiet nerġa' nirrikkmanda l-approvazzjoni mill- Kamra ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President ̧ jien segwejt b'attenzjoni d-diskors introduttorju ta' l-Onor.", "Borg fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Irrid ngħid mill- bidu nett li dan huwa abbozz ta' liġi li ilni nistennih xhur sħaħ proprju minħabba t-tibdil fl-Att dwar l-Immigrazzjoni u minħabba l-adeżjoni li qed ifittex il-gvern Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam mal-free movement of workers u mal-free movement of capital tal-kolonna prinċipali li fuqha hija fondata l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"L-għanijiet ewlenija ta' dan l-Abbozz hu biex jipprovdi li jingħata seħħ għal kull obbligazzjoni internazzjonali li Malta tista' tidħol għaliha għar-rigward ta' affarijiet li jolqtu l-immigrazzjoni ̧ u sabiex tiġi faċilitata t-tneħħija ta' immigranti projbiti minn Malta, filwaqt li jiġu garantiti s-salvagwardji legali neċessarji.\".", "Irrid ngħid li l-warming up fil-media u fid-diskors introduttorju tal- ministru tana l-impressjoni li dan huwa abbozz ta' liġi li prinċipalment għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali.", "Ovvjament kull pajjiż jagħmel l-isforzi tiegħu biex jiġġieled din il-problema.", "Pajjiż mhux neċessarjament jiġġieled lill-immigrant ipprojbit – naturalment għandna liġijiet li jipprojbixxu l-immigrazzjoni illegali – imma jiġġieled l-isfruttament ta' dawn in-nies li jiġi mwettaq minn ċrieki ta' kriminalità organizzata għal skopijiet ta' profitt illeċitu finanzjarju imma inti tieħu l-impressjoni li dan huwa abbozz ta' liġi li l-iskop prinċipali tiegħu huwa proprju dan.", "Pero' I beg to differ – kif inhu l-grupp parlamentari Laburista – fuq l-iskop prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi għax naħseb li l-iskop tiegħu mhuwiex biss il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata – għalkemm dan huwa għan ieħor importanti – imma huwa biex Malta tibda tipprepara ruħha u tallinja r-regolamenti tagħha ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li l-iskop prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa sabiex jiġi faċilitat il-moviment ħieles ta' ċittadini mill-Unjoni Ewropea ġewwa pajjiżna, il-moviment ħieles ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea ġewwa pajjiżna kif ukoll il-moviment ħieles tal-kapital għal dak li jirrigwarda r- residenzi u x-xiri ta' proprjetà f'pajjiżna jekk qatt Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea.", "Naturalment din hija kwestjoni ta' importanza fundamentali u politika nazzjonali li ċertament l-Oppożizzjoni ssib faċilita sabiex tivvota favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Pero' għar-raġuni li dan l-abbozz ta' liġi huwa intenzjonat li jallinea liġi partikolari importanti, li hija l-Att dwar l- Immigrazzjoni ma' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea, nista' niddikjara minn issa stess għan-nom tal-grupp parlamentari Laburista – naturalment wieħed ikun qed jistenna wkoll x'inhi r-reazzjoni politika ta' l-Oppożizzjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi – li ladarba aħna ma naqblux ma' sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea, se nivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi b'division.", "Naturalment jien u l-kollegi tiegħi se nagħtu r- raġunijiet tagħna b'mod dettaljat għaliex aħna se nivvotaw kontra.", "Jien naħseb li kulħadd fehem – il-ministru spjega lealment u dettaljatament – x'inhuma l-effetti ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt ta' ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu jistgħu jiċċirkolaw fil-pajjiżi kollha msieħba fl-Unjoni Ewropea inkluż Malta jekk qatt tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Peress li dan l-abbozz ta' liġi jimmira biex jemenda l-parti li għandha x'taqsam mar-residence permits allura f'dak li għandu x'jaqsam ma' residenzi jkun tajjeb li wieħed jidħol ukoll fil-kwestjoni tad-dritt li ċittadini mill-Unjoni Ewropea akkwistaw it-tieni proprjetà ġewwa pajjiżna.", "Hemm ukoll kwestjonijiet oħrajn li għadhom x'jaqsmu ma' visa imma dwar dan nitkellem aktar tard.", "Jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea bilfors trid tallinea ruħha mal-kolonni, biex insejħulhom hekk ̧ li huma l-erba' libertajiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk ikun tajjeb li wieħed jagħmel distinzjoni bejn kif inhuma l-affarijiet illum u kif ikunu l-affarijiet jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea għal dak li jirrigwarda d-dritt ta' libertà ta' moviment ta' ċittadini jew ħaddiema fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President ̧ ikun tajjeb li wieħed jinnota li l-ewwel tmien faċċati mill- 14-il paġna li fih dan l-abbozz ta' liġi huma dwar l-implimentazzjoni ta' libertà ta' moviment ta' ħaddiema u fih jingħad hekk:", "\"Il-Ministru ta' l-Intern jista' jagħmel regolamenti sabiex jagħti u jirregola d-dritt ta' kull ċittadin ta' Stat tal-Ftehim jew id- dipendenti tagħhom ̧ li jidħlu ̧ jibqgħu joqgħodu u jirrisjedu fi, u jitilqu minn, Malta;", "li jagħti u jirregola d-dritt ta' persuni msemmija fil-paragrafi preċedenti li jfittxu impjieg u jaħdmu f'Malta u li jistabbilixxu u ̧ jew jipprovdu jew jirċievu servizzi f'Malta.\"", "Dan ifisser li dawn ir-regolamenti huma ntiżi sabiex jiffaċilitaw mhux biss iċ-ċirkolazzjoni libera ta' ħaddiema impjegati imma wkoll il-libertà ta' moviment ta' ċaqliq ta' ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-self-employment jiġifieri dawk li jaħdmu għal rashom.", "Dan l-abbozz ta' liġi jimmira wkoll li jagħti lill-minstru d-dritt li joħroġ ir-regolamenti biex jagħti u jirregola d-drittijiet ta' residenza u ta' xogħol lil kull persuna u d-dipendenti tagħha li tkun leġittimament qiegħda fit-territorju ta' xi stat li jkun marbut bi ftehim dwar fruntiera.", "Issa meta l-abbozz ta' liġi jagħmel riferenza għall-kelma \"Ftehim\" jew \"Ftehim dwar Fruntiera\" jkun qed jirriferi għal kwalunkwe arranġament li jista' jsir fuq livell bilaterali jew mhux bilaterali.", "Pero' huwa ovvju li dan l-abbozz ta' liġi qed isir sabiex jiffaċita l-implimentazzjoni tar- regolamenti dwar dak il-ftehim dwar fruntiera li hija l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk qed isiru dawn l-emendi dwar l-Att dwar l-Immigrazzjoni.", "Sur President ̧ x'inhi l-pożizzjoni llum?", "Illum għandna pożizzjoni li tiddiskrimina b'mod pożittiv favur il-ħaddiem Malti kontra drittijiet jew fakultajiet ta' ħaddiema barranin.", "Issa meta qed insemmi ħaddiema barranin mhux qed nirriferi biss għall-ħaddiema mill-Unjoni Ewropea imma qed nirriferi wkoll għall-ħaddiema minn kwalunkwe pajjiż ieħor li m'għandux x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Din hija diskriminazzjoni pożittiva biex il- ħaddiem Malti jiġi protett fis-suq tax-xogħol lokali.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax ħaddiem Malti jista' jaħdem mingħajr ma jitlob permess mill-gvern Malti.", "Ikun hemm vacancy u jekk il-prinċipal ikollu pjaċir jimpjegah, allura jimpjegah.", "It's as simple as that.", "Hawnhekk qed nitkellem limitatament għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impjiegi għax dwar il-qasam tas-self-employment nitkellem aktar 'il quddiem.", "Għalhekk Malti m'għandu l-ebda restrizzjoni biex japplika għal kwalunkwe tip ta' xogħol.", "Dan huwa dritt li għandu tiegħu li jiddistingwih minn ċittadini ta' pajjiżi barranin inkluż ċittadini mill-Unjoni Ewropea.", "Il-pożizzjoni llum għal dak li jirrigwarda ċ-ċittadin mill-Unjoni Ewropea u kwalunkwe ċittadin minn kwalunkwe pajjiż hija li dan jista' jiġi jaħdem f'pajjiżna pero' għandu ċerti restrizzjonijiet fundamentali li ma sarux b'kapriċċ imma saru biex jipproteġu liċ-ċittadin Malti.", "Dwar dan m'hemmx xi forma ta' kontroversja bejn il-gvern u l-oppożizzjoni.", "Qed ngħid hekk għax minn mindu sar l-Att dwar l-Immigrazzjoni, kwalunkwe gvern - kemm gvernijiet Laburisti kif ukoll gvernijiet Nazzjonalisti - addotta l-policy li jiddiskrimina pożittivament favur il-ħaddiem Malti.", "Issa dan kif isir?", "Dan isir għax ċittadin mill-Unjoni Ewropea jew ċittadin barrani ta' kwalunkwe pajjiż ma jistax jiġi f'pajjiżna – anke jekk għandu l-fakultà li jaħdem ġewwa pajjiżna – u jibda jaħdem.", "Qabel xejn ċittadin mill-Unjoni Ewropea jrid japplika mal-Ministeru ta' l-Intern sabiex jinħariġlu work permit.", "Mhux hekk biss imma biex jinħariġlu dak il-work permit ̧ iċ- ċittadin barrani li jkun qed japplika ̧ inkluż ċittadin mill-Unjoni Ewropea ̧ irid jikkonvinċi lill-Ministeru ta' l-Intern jew lis-Citizenship and Expatriates Department li hu se jagħmel xogħol li ma jafx jagħmel ċittadin Malti inkella l-work permit ma joħroġlux.", "Per eżempju ̧ hawnhekk ma jistax jiġi bniedem japplika għall-work permit biex jaħdem bħala waiter u dan joħroġlu.", "Dik it-tip ta' applikazzjoni tiġi immedjatament irrifjutata.", "Jien naf kemm dawn ir-regolamenti huma applikati rigorożament u kemm l-awtoritajiet konċernati huma inflessibbli sabiex joħorġu dawn il-work permits.", "Dawn it- tip ta' work permits ma joħorġuhomx.", "Jekk ix-xogħol li jixtieq iwettaq ċittadin barrani jew ċittadin mill-Unjoni Ewropea, ikun min ikun, japplika għal dak il-ġeneru ta' xogħol, dan jiġi rrifjutat awtomatikament.", "Jista' jkun hemm eċċezzjonijiet żgħar fejn ma jkunx hemm biżżejjed nies sabiex jaħdmu f'qasam ta' xogħol partikolari li jkun jaf jagħmlu Malti.", "Allura f'ċirkostanzi verament rari - verament rari u naf x'jien ngħid - id- dipartiment tas-citizenship and expatriates, naturalment wara li jgħaddi l- applikazzjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-awtorità tat-turiżmu - fil-każ li tkun applikazzjoni in konnessjoni ma' xogħol fit-turiżmu - jista' jagħti dak il-permess.", "Imma qegħdin nitkellmu dwar eċċezzjoni għar- regola ġenerali.", "Ir-regola ġenerali hija li l-ebda ċittadin barrani, l- ebda ċittadin mill-Unjoni Ewropea ma jista' jagħmel xogħol li jaf jagħmel Malti.", "Sur President, tajjeb li dan il-punt nenfasizzah għax aħna noqogħdu nsemmu f'dan il-parlament, fil-ġurnali u fi stqarrijiet li joħorġu, li kif Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea se jkunu jistgħu jiġu jaħdmu hawn Malta ċittadini mill-Unjoni Ewropea, mentri dik m'hijiex l-iktar ħaġa importanti.", "Huwa importanti wkoll il-mod kif dan se jkun jista' jaħdem ġewwa pajjiżna, però tajjeb li jiġi enfasizzat li ċittadin mill-Unjoni Ewropea jew ċittadin barra mill-Unjoni Ewropea ma jistax jagħmel xogħol li jaf jagħmel Malti.", "Dik hija l-pożizzjoni sal-lum.", "Issa rrid nenfasizza li din hija pożizzjoni li l-gvern Nazzjonalista sostna għal diversi snin.", "Fuq dan hawn qbil.", "Qatt ma kien hemm xi raġuni politika, ideoloġika or whatever li l-gvern Nazzjonalista ma qabilx magħha, li jkun hawn din id-diskriminazzjoni pożittiva favur il-ħaddiem Malti.", "Diversi gvernijiet Laburisti u diversi gvernijiet Nazzjonalisti applikaw u implimentaw din il-policy.", "Allura tajjeb li nirripeti li dan it-tip ta' regolament, li għadu jeżisti sal-ġurnata tal-lum u wieħed jittama li jibqa' jeżisti fil-ġejjieni, ma sarx b'kapriċċ imma sar sabiex jipproteġi liċ- ċittadin Malti proprju minħabba ċ-ċokon tas-suq tax-xogħol ġewwa pajjiżna.", "Issa x'se jiġri jekk qatt Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea?", "Jien spjegajt kif inhi l-policy illum.", "Iżda jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jiskattaw awtomatikament ir-regolamenti li jkun jista' jagħmel il-ministru ta' l-intern bis-saħħa ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Allura l-ministru ta' l- intern ikun jista' joħroġ regolamenti sabiex jiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni tal-ħaddiema mill-Unjoni Ewropea biss - għax naturalment ir- restrizzjonijiet li għad hemm illum jibqgħu japplikaw għall-ħaddiema li m'humiex ċittadini ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea - u jiskattaw dawn ir- regolamenti.", "Allura x-xenarju kif nafuh illum jinbidel kompletament.", "Għalkemm huwa veru li ċittadin mill-Unjoni Ewropea se jkun irid xorta waħda japplika għall-work permit, il-fatt li japplika għall-work permit huwa biss formalità għax il-work permit ikun irid joħroġ mal-ewwel mill-ewwel ġurnata li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li filwaqt li meta ċittadin mill-Unjoni Ewropea japplika għal job partikolari llum irid jistenna sabiex il-gvern jiddeċiedi jagħtihulux jew le, u l-gvern għandu dritt li jiċħadulu, f'każ li Malta tkun membru fl-Unjoni Ewropea u ċittadin mill-Unjoni Ewropea japplika għall-work permit, dak il-work permit ikun irid joħroġ awtomatikament.", "Mhux hekk biss - u dan hu l-aktar punt importanti li rrid nerġa' nenfasizza - dak iċ-ċittadin mill-Unjoni Ewropea jkun jista' japplika għal qualsiasi tip ta' xogħol li jaf jagħmel ċittadin Malti.", "Jiġifieri d-diskriminazzjoni pożittiva li llum teżisti favur il-ħaddiem Malti se tispiċċa awtomatikament kif Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropa.", "Dan ifisser li dawn l-impjiegi li se nsemmi li llum huma protetti mhux se jibqgħu protetti.", "Fost dawn insibu impjiegi fil-qasam tal-waitering, impjiegi klerikali, segretarji, labourers, kaxxiera, fattigi, messaġġiera, gwidi turistiċi u oħrajn.", "Illum dawn ma jingħatawx work permit sakemm, per eżempju, ma jkunx hemm bżonn ta' segretarja li taf tikkommunika b'lingwa partikolari li f'Malta ma jkun hawn ħadd li jafha.", "F'dak il-każ jingħata l-work permit anke llum, naturalment għax il-persuna li tkun qed tapplika tispeċjalizza f'ħaġa li ma jafx jagħmel ċittadin Malti.", "Allura l-ministru ma jistax jirrifjuta l-permess.", "Filwaqt li llum il-ministru jista' jirrifjuta l-permess - u l-ministru jirrifjuta l-permess illum - jekk 'il quddiem Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropa l-ministru ma jistax jirrifjuta dak il-permess.", "Jiġifieri dawk iċ- ċittadini mill-Unjoni Ewropea li llum qed japplikaw għall-work permits m'għandhomx għalfejn ikomplu japplikaw għall-work permit, imma sempliċement tiġi estiża, imma ma tkunx soġġetta għad-diskrezzjoni tal-ministru jekk jerġax jestendihielhom jew le.", "Fil-każ ta' applikazzjonijiet ġodda ta' ċittadini mill-Unjoni Ewropea l- ministru jrid bilfors jaċċetta li dak iċ-ċittadin jaħdem f'pajjiżna anke f'oqsma ta' xogħol - u nibqa' nirrepeti dan il-punt - li llum huma riżervati esklussivament għall-Maltin.", "Jiġifieri jekk Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea l-impjiegi li llum huma riżervati għaċ-ċittadini Maltin se jkunu soġġetti għall-kompetizzjoni ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern Nazzjonalista għamel dak li huwa sejjaħ il-ftehim storiku ma' l- Unjoni Ewropea.", "Jien niftakar kif il-gvern kien ħareġ jiddikjara trijonfalment li għamel xi deal importanti li bih se jiġu protetti ċ- ċittadini Maltin.", "Niftakar il-mod sinkronizzat li bih l-MIC, il-ġurnali hekk imsejħa indipendenti u l-gvern, permezz tad-DOI, kienu fgaw - intenzjonalment s'intendi - il-mezzi ta' komunikazzjoni biex jiftaħru u jferfru rixhom b'dan il-ftehim storiku.", "Dan il-ftehim storiku jgħid li ċittadini mill-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jibdew jaħdmu ġewwa Malta bi dritt mill-ewwel ġurnata li Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea.", "La kien hemm perjodi transitorji u lanqas kien hemm xi derogi, la waħda u lanqas l-oħra.", "In-naħa tal-gvern tipprova tagħti l- impressjoni li ġabet perjodu trasitorju ta' seba' snin, li m'hu perjodu transitorju xejn.", "U se nispjega għalfejn.", "Perjodu transitorju jfisser li r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea ma japplikawx għal perjodu ta' żmien.", "Kif jiskadi dak iż-żmien jibdew japplikaw ir-regolamenti.", "Deroga tfisser li fl- ebda żmien ma jibdew jitwettqu r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li bl-arranġament \"storiku\" li għamel il-gvern Nazzjonalista la deroga u lanqas perjodu transitorju ma ġab mill-Unjoni Ewropea għas- sempliċi raġuni li, mill-ewwel ġurnata li Malta tissieħeb, ħaddiema mill- Unjoni Ewropea se jkunu jistgħu bi dritt jaħdmu ġewwa pajjiżna.", "Il-gvern qal li l-arranġament tiegħu - u jgħid li din hija l-aktar ħaġa importanti - matul l-ewwel seba' snin jagħtih id-dritt li jwaqqaf id-dħul ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea jekk fil-fehma tiegħu jkun hemm xi major disruption fis- suq tax-xogħol lokali.", "Dan m'huwiex perjodu transitorju.", "Dan m'huwiex xi dritt li l-gvern Malti ma japplikax ir-regolament ta' l-Unjoni Ewropea, imma huwa biss rimedju li l-gvern ikollu f'każ li tinqala' l-problema.", "Jiġifieri din m'hijiex miżura sabiex tipprevjeni l-major disruption li tkellmu dwarha f'dan il-ftehim, imma huwa rimedju vag ħafna.", "Għax il-major disruption li jitkellem dwarha dan il-ftehim ma nafux x'inhi, ma ġietx definita.", "U jekk il-gvern Malti jkollu d-dritt li jagħlaq is-suq tax- xogħol għaċ-ċittadini mill-Unjoni Ewropea ġeneralment jew f'setturi partikolari, se jkollu jikkonvinċi lill-Unjoni Ewropea li fil-fatt teżisti verament a major disruption.", "Sur President, aħna nsostnu li dan il-ftehim ma jipproteġix liċ-ċittadin Malti.", "Fil-fatt dan il-ftehim se jiftaħ u se jilliberalizza s-suq tax- xogħol ġewwa pajjiżna.", "Huma jqajmu l-argumenti banali li aħna nħobbu ngħidu li se jkun hawn invażjoni ta' ċittadini mill-Unjoni Ewropea ġewwa pajjiżna.", "Aħna qatt ma semmejna dan l-argument għax dan m'huwiex kredibbli.", "Li jista' jiġri huwa li minħabba ċ-ċokon tas-suq tax-xogħol tagħna qualsiasi ċaqliq żgħir fil-patterns tradizzjonali tas-suq tax-xogħol tagħna jista' jikkawża disruption.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li jrid ikollna xi invażjoni ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea biex ikun hawn disruption fis- suq tax-xogħol lokali.", "Imma huwa fatt li jekk illum hemm ħames opportunitajiet ta' xogħol available għal ċittadini Maltin esklussivament, jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea dawk se jkunu miftuħa għall- konkorrenza ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru kkwota l-artikolu ġdid 4A, kif propost fi klawsola 6 ta' dan l- abbozz ta' liġi, li huwa meħud mit-trattat ta' Schengen.", "Subartikolu 4A(2) jgħid li kull dritt mogħti lill-ministru li jagħmel regolamenti ikun dejjem soġġett għal dawk il-limitazzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment ġustifikati minħabba fil-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika.", "Però b'dawn il-limitazzjonijiet m'aħniex se nnaqqsu b'xi mod id-dritt li se jakkwistaw ħaddiema mill-Unjoni Ewropea sabiex jiġu jaħdmu hawn Malta.", "Jiġifieri din m'aħniex se noqogħdu nressquha - u fil-fatt qalha l-Ministru stess - kull darba bħala skuża sabiex ħaddiema mill-Unjoni Ewropea ma jkunux jistgħu jiġu jaħdmu ġewwa pajjiżna.", "Huwa fatt li jekk ikun hemm kriminal magħruf, allura għar-raġunijiet ta' sigurtà pubblika huwa ovvju li dan ma jingħatax il-permess biex jaħdem ġewwa pajjiżna anke jekk Malta tkun imsieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Imma din hija xi ħaġa li teżisti anke llum.", "Meta ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea japplika għall-permess sabiex jagħmel xogħol speċjalizzat li ma jafx jagħmel Malti, dan jiġi rrifjutat il-permess jekk il-pulizija tkun konvinta li din hija persuna ta' karattru dubbjuż għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika.", "Il-Ministru dejjem għandu l-poter li jirrifjuta l-work permit.", "Il-pulizija diġà għandha l-poter li tiċħad id-dritt li ċittadin mill-Unjoni Ewropea jiġi jaħdem f'pajjiżna għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika.", "L- istess fil-każ ta' raġuni ta' saħħa pubblika.", "Jekk persuna jkollha xi marda infettiva u qed tapplika sabiex taħdem hawn Malta, sija jekk Malta tkun fl-Unjoni Ewropea u anke llum li qiegħda barra, l-awtoritajiet konċernati għandhom dritt li jopponu li dik il-persuna tingħata l-permess sabiex taħdem f'pajjiżna.", "Imma dawn huma limitazzjonijiet li diġà qed jiġu applikati llum.", "Jiġifieri meta l-Ministru Borg semma l-limitazzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment ġustifikati minħabba fil-politika pubblika, is-sigurtà u s- saħħa pubblika, fil-fatt ma kien qed jgħid xejn speċjali u xejn ġdid.", "Allaħares ma kienx hekk!", "U jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea Allaħares ċittadin mill-Unjoni Ewropea jkun jista' jiġi jaħdem hawn anke jekk ikollu xi marda infettiva jew jekk ikun xi kriminal.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li nafuhom u għalkemm huma msemmijin fl-abbozz ta' liġi ma jfissru xejn speċjali u ċittadin Malti ma ggwadanja xejn bihom fil-konfront ta' ħaddiem mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, il-weakness ta' l-agreement li għamel il-gvern Nazzjonalista fuq il-free movement of workers joħroġ ukoll mill-fatt li l-gvern mhux se jkollu rimedju preventiv, imma rimedju wara li jiġri l-fatt, wara li jkun hawn a major disruption.", "Allura aħna nibqgħu bil-problema li jkollna.", "Jiġifieri jekk Malta tiffaċċja din il-problema ta' disruption, x'se jagħmel il-gvern?", "Il-ftehim ma jikkontemplax li l-gvern ikun jista' jnaqqas mill- work force barranija li jkollna fil-pajjiż f'każ ta' major disruption.", "Allura x'rimedju għandu l-gvern?", "Għax jekk għandna a major disruption we will already have a problem that we will have to deal with.", "U aħna rridu nsolvu l-problema.", "Barra minn hekk inkunu rridu nikkonvinċu lill-Unjoni Ewropea li fil-fatt għandna a major disruption u l-Unjoni Ewropea tista' ma taqbilx mal-konklużjonijiet tal-gvern li fil-fatt ikollna a major disruption.", "Aktar minn hekk, wara li jgħaddu s-seba' snin minn meta Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea l-gvern lanqas biss ikun jista' jwaqqaf ħaddiema mill-Unjoni Ewropea milli jiġu jaħdmu f'Malta, anke jekk se jżomm id-dritt li xorta waħda jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea sabiex jipprova jwaqqaf l-intake ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri d-dritt li l-gvern ikollu unilateralment li jwaqqaf aktar dħul ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea jkun japplika biss matul l-ewwel seba' snin u ma jibqax japplika wara.", "Allura jekk ikun hemm a major disruption wara dawk is-seba' snin il-gvern Malti ma jkunx jista' jwaqqaf l-intake ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk il-gvern Malti jkun kostrett li jaċċetta l-applikazzjoni ta' ħaddiema barranin, minkejja l-problemi li jista' jkun hemm fis-suq tax-xogħol Malti.", "Sur President, nerġa' nenfasizza li mhux realistiku li wieħed jitkellem dwar invażjoni ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa argument li jinqdew bih in-Nazzjonalisti sabiex jipprovaw jirredikolaw l-argumenti tagħna.", "Però tenut kont taċ-ċokon tas-suq tax-xogħol tagħna, ċaqliq żgħir jista' jkun biżżejjed sabiex joħloq problemi.", "F'Taqsima III ta' dan l-abbozz ta' liġi, paragrafu (b) ta' subartikolu 4A(1), kif propost fi klawsola 6, jgħid li l-ministru jista' joħroġ regolamenti sabiex jirregola d-dritt ta' persuni li jipprovdu jew jirċievu servizzi f'Malta.", "Allura hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq il-qasam ta' l- impjiegi biss, imma anke dwar il-qasam tas-self-employed ġewwa pajjiżna.", "Dan m'għandux x'jaqsam tant mal-libertà ta' moviment tal-ħaddiema, imma aktar maċ-ċaqliq ta' servizzi.", "Filwaqt li l-gvern kien ħareġ idoqq it-trombi u jgħid li għamel ftehim storiku ma' l-Unjoni Ewropea fuq id-dritt ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea li jiġu jaħdmu ġewwa pajjiżna, ma smajna proprju xejn fuq il-qasam tas- servizzi.", "Bħallikieku n-nies li jaħdmu għal rashom ma jistħoqqilhomx almenu tentattiv mill-gvern Nazzjonalista li jinnegozja xi ħaġa għall- benefiċċju tagħhom.", "Sur President, dan huwa settur li barra li nafu li ftit snin ilu l-gvern Nazzjonalista kien għajjarhom ħallelin, huwa settur li reġa' spiċċa mhux protett mill-gvern Nazzjonalista.", "Il-gvern ipprova jagħmel xi ħaġa fil- qasam ta' l-impjiegi, għalkemm aħna ngħidu li ma kien ftehim storiku xejn u s-suq ta' l-impjiegi f'pajjiżna jista' jiġi pperikolati bil-ftehim li wettaq il-gvern Nazzjonalista.", "Però l-gvern tal-ġurnata lanqas biss indenja ruħu jinnegozja xi ħaġa għall-benefiċċju tas-self-employed ġewwa pajjiżna.", "Jien ma nafx jekk din saritx b'intenzjoni jew saritx bi svista.", "Forsi l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ikollu l-opportunità li jispjegalna.", "Sur President, id-dritt tal-moviment ħieles ta' servizzi ġewwa pajjiżna jfisser li nies li jaħdmu għal rashom f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea se jkollhom id-dritt awtomatiku li jiġu jistabbilixxu ruħhom ġewwa pajjiżna mingħajr ebda restrizzjonijiet.", "Jiġifieri hawn la għandna derogi, la għandna perjodi transitorji u lanqas xi forma ta' arranġament għall- ħaddiema self-employed Maltin.", "Assolutament xejn.", "Mill-ewwel ġurnata li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea persuna self-employed se tkun tista' tiġi tinnegozja hawn Malta kemm għas-suq lokali kif ukoll għas-swieq barranin.", "Sur President, jien niftakar li meta l-Onor George Vella qajjem dan il-punt fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin il-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin ikkonferma li fil-fatt ma ġie nnegozjat xejn u li mill- ewwel ġurnata li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ċittadini self-employed mill-Unjoni Ewropea se jkunu jistgħu jiġu liberalment jistabbilixxu ruħhom ġewwa pajjiżna.", "Eventwalment, wara ħafna tkaxkir tas-saqajn, smajna l-ewwel reazzjoni ta' difiża min-naħa tal-gvern fejn qalu li m'huwiex awtomatiku d-dritt li ċittadini self-employed mill-Unjoni Ewropea jiġu jaħdmu f'Malta.", "L-ewwel smajna lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid li dawn se jkunu jistgħu jiġu liberalment jistabbilixxu ruħhom ġewwa pajjiżna, imbagħad smajna lill-Onor.", "Edwin Vassallo, is-segretarju parlamentari responsabbli mis-self-employed jikkonferma dan, u mbagħad il-Prim Ministru ċaħad dan kollu.", "Qal li m'hu veru xejn li dawn jistgħu jiġu liberalment jistabbilixxu ruħhom ġewwa pajjiżna.", "Jiġifieri dawn ma jafux fejn qegħdin.", "Il-Prim Ministru jitkellem b'mod li jagħti l-impressjoni li s-self-employed għandhom xi forma ta' protezzjoni minima, imbagħad il-Ministru għall- Affarijiet Barranin u s-segretarju parlamentari responsabbli mis-self- employed jgħidu li ċittadini mill-Unjoni Ewropea m'għandhom l-ebda restrizzjonijiet u li s-self-employed Malti m'huwiex protett.", "Jidhirli li anke l-Ministru tal-Finanzi John Dalli, f'kumment li ta f'waħda mil-laqgħat ta' nhar ta' Ħadd kien qal li fil-fatt hemm xi restrizzjonijiet fuq self-employed barranin.", "Allura kkontradixxa wkoll dak li kienu qalu l- Ministru għall-Affarijiet Barranin u s-segretarju parlamentari responsabbli mis-self-employed.", "Sur President, il-pożizzjoni rigward is-self-employed hija ċara.", "Dawn jistgħu jiġu jistabbilixxu ruħhom f'pajjiżna sa mill-ewwel ġurnata tas- sħubija tagħna Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru imbagħad beda jitkellem b'mod differenti u qal li biex jagħmlu dan, dawn iridu japplikaw għall-permessi mingħand l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, il-kunsilli lokali, il- Pulizija eċċ. Imma dawn huma affarijiet li trid tagħmilhom kull persuna Maltija li tistabbilixxi xi forma ta' negozju, jiġifieri aħna diġa' nafu b'dan.", "Allura, l-argument tal-membri tal-gvern, li m'huwiex faċli li self- employed barranin jistabbilixxu ruħhom hawnhekk, għax iridu japplikaw għal ċerti permessi, ma jreġġix, għax anke dawk il-Maltin li jibdew xi forma ta' negozju jkollhom jagħmlu dan.", "M'hemm l-ebda distinzjoni bejn il-permessi meħtiġa mis-self-employed Maltin u dawk meħtieġa mis-self-employed barranin.", "Illum, persuna self-employed ma tistax tistabbilixxi ruħha f'pajjiżna, speċjalment fil-qasam tar-retail u tal-wholesale.", "Mill-għada li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, ħaddiema mill-pajjiżi membri se jkunu jistgħu jaħdmu fil-qasam tar-retail u tal-wholesale Malti, bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri ħaddiema mill-Unjoni Ewropea li huma self- employed, qegħdin f'sitwazzjoni ħafna agħar minn dawk li huma mpjegati, għalkemm jien xorta nemmen li bl-arranġament li għamel dan il-gvern, il- ftehim storiku li semma' għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema mill- Unjoni Ewropea, huwa ftehim fqir li ma jipproteġix biżżejjed.", "Smajt lill-Ministru Tonio Borg jirrepeti diskors li għamel il-Ministru għall-Affarijiet Barranin rigward id-dritt li l-gvern, jekk irid, jista' jagħmel kwoti f'ċerti oqsma tas-self-employment.", "Aħna nafu diġa' li jeżistu ċerti kwoti.", "Il-Ministru ta' l-Intern tkellem proprju dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiżeriji, fejn ma tantx jeżistu kwoti.", "Sa fejn naf jien, hawn liberalizzazzjoni...", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, hawn ċerti kwoti, imma dawn ma jeżistux f'Malta biss.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, f'fora oħra instema' jgħid n-numru ta' spiżeriji għandu jkun determinati mid-daqs tal-lokal, jiġifieri lokal żgħir li lanqas biss għandu kunsill lokali ma jistax ikollok iktar minn spiżerija waħda, filwaqt li n-numru ta' spiżeriji fi bliet u rħula mdaqqsin ikun determinat mid-daqs tal-popolazzjoni ta' dak il-lokal.", "Hemm ukoll ċerti restrizzjonijiet oħra, per eżempju jrid ikun bilfors spiżjar li jiġġestixxi n-negozju ta' spiżerija, imma dawn huma affarijiet li ilna nafuhom.", "Jien nixtieq li xi kelliem min-naħa tal-gvern, forsi anke l-Ministru għall- Affarijiet Barranin, ikollu l-opportunita` li jispjegalna jekk huwiex biħsiebu joħloq kwoti f'oqsma oħra ta' self-employment, fejn allura, f'dak il-każ, isofru ħaddiema self-employed Maltin, għax illum dawn jistgħu japplikaw liberalment peress li m'hemm ebda restrizzjoni ta' kwoti f'ċerti ġeneri ta' negozju.", "Aħna rridu nkunu nafu b'mod aktar ċar dwar jekk il- gvern huwiex biħsiebu jistabbilixxi kwoti ħalli ċittadini mill-Unjoni Ewropea ma japplikawx.", "Pero' tajjeb li wieħed ikun jaf li l-kwoti li jiġu applikati lil ċittadini mill-Unjoni Ewropea, ikunu jridu jiġu applikati bl- istess mod lil ċittadini Maltin, għax ma tistax issir distinzjoni bejn ħaddiema Maltin u dawk mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, teżisti wkoll il-kwestjoni dwar dak li għandu x'jaqsam ma' self-employment u mal-qasam ta' l-impjiegi, fejn in-Nazzjonalisti jħobbu jgħidu li m'huwiex faċli għal persuna barranija li tiġi taħdem f'dawn l- oqsma f'pajjiżna.", "Jien nagħmel riferenza għal dak li żvela l-ġurnal \"MaltaStar.com\" ftit tal-jiem ilu, u li sfortunatament, għal raġunijiet ovvji, dak li ġie pubblikat f'dan il-ġurnal ma ġiex riprodott fuq il- ġurnali li jissejħu indipendenti, jiġifieri l-ġurnali bl-Ingliż.", "Sa fejn naf jien, dak li deher fuq il-\"MaltaStar.com\" għadu ma ġiex miċħud u kontraditt mill-gvern Nazzjonalista.", "Se naqra testwalment dak li nkiteb f'dan il-ġurnal, forsi issa xi ħadd jirriproduċih fuq gazzetta, għax ħadd m'għamel hekk, minbarra l-fatt li ħadd min-naħa tal-gvern ma kkontestah.", "Fil-ġurnal \"MaltaStar.com\" tat-22 ta' Ġunju, 2002, intqal hekk:", "\"Malta is the candidate country where most Italians, French, Belgians, Danes, Dutch and Spaniards, are most interested in living, if the country joins the European Union.", "A Eurobarometer survey, commissioned by the European Commission, showed that Malta tops the list of countries where EU citizens would be interested in working, living and studying, if the country decides to join the European Union.", "Following the publication of this report, \"MaltaStar.com\" requested and was granted access by the European Commission to the workings of this report.", "These workings show that the surveyed population in Belgium, Denmark, France, Italy, Luxembourg and The Netherlands indicated Malta as the country they would be most interested in working and living.", "Of particular relevance..., \"", "- dan m'huwiex xi survey tal-partit Laburista, imma huwa survey tal- Kummissjoni Ewropea, u għalhekk naħseb li l-gvern Nazzjonalista m'huwiex se jipprova jimmina l-kredibilita` ta' surveys bħal dawn -", "\"... is the fact that Malta is the country where by far, most Italians would be interested to re-locate.", "In fact, Italians who prefer Malta are more than double those who chose the Czech Republic, which is the second most preferred destination among the citizens of our neighbouring country.", "Malta was ranked second most preferred country for re-location, amongst British, Irish, Finns, Swedish, Greeks and Germans.", "One has to remark that the survey differs between the former West and East Germany.", "Malta is the most preferred country for re-location amongst East Germans, while it ranks second in the most effluent West.\".", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex noħloq xi paniku fil-pajjiż jew biex nagħti lil wieħed x'jifhem li se jkun hawn invażjoni mill-Unjoni Ewropea.", "Jien wieħed minn dawk il-persuni moderati, ma nagħmilx esaġerazzjonijiet, pero' nibqa' nsostni li anke l-iċken ċaqliq f'patterns tradizzjonali fis-suq tax-xogħol f'pajjiżna jista' jkun detrimentali għall-ħaddiem Malti, li jeħtieġ li jibqa' jiġi protett bil-policies attwali li l-istess gvern Nazzjonalista, sal-ġurnata tal-lum, għadu jżomm in vigore.", "Jien nistieden lill-gvern Nazzjonalista biex jekk verament jemmen li bit- tneħħija tal-policy li hawn f'pajjiżna bħalissa, m'hu se jiġri xejn, allura jneħħiha issa.", "Imma din il-policy m'hijiex se titneħħa għax huwa fl- interess tal-pajjiż li jsir hekk, imma għax l-Unjoni Ewropea trid li jsir dan.", "(Interruzzjonijiet) It works both ways.", "Il-Ministru għall- Affarijiet Barranin qiegħed jgħid li it works both ways, għax jekk irid, ċittadin Malti jista' jmur jaħdem f'pajjiż fl-Unjoni Ewropea.", "L- arranġamenti li qiegħed jagħmel il-gvern għall-benefiċċju tal-ħaddiema mpjegati u tas-self-employed, żgur li m'humiex vantaġġjużi għal dak il- qasam partikolari.", "Teżisti l-kwestjoni tal-visa, li naturalment inqalgħet minħabba l-common visa policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "U dan l-abbozz ta' liġi jimmira biex il- Ministru jagħmel regolmenti ħalli jelenka lill-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom ikollhom bżonn visa għal kull permanenza għal dak il-perjodu ta' żmien li jista' jiġi ordnat, jew li ċ-ċittadini tagħhom ikunu eżentati minn dik il-ħtieġa, jew li jirregola l-aspetti kollha tal-ħruġ ta' visa jew ta' għamliet oħra ta' awtorizzazzjoni li jipprovdu dwar kull xorta differenti ta' visa, inklużi visas b'riferenza għad-dħul jew dħul mill-ġdid f'singlu jew multiplu.", "Il-punt m'huwiex li ċittadini ta' pajjiżi li llum jeħtieġu l-visa biex jidħlu f'Malta, mhux se jkollhom iktar dan il-bżonn hekk kif nissieħbu fl- Unjoni Ewropea.", "Jien ma narax raġunijiet fundamentali għaliex per eżempju ċ-ċittadini tar-Rumanija u tal-Bulgarija għandhom bżonn visa biex jidħlu f'Malta.", "Jekk pajjiżna u l-Bulgarija jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, allura ovvjament, ċittadini mill-Unjoni Ewropea ma jkollhomx għalfejn japplikaw għall-visa biex jidħlu f'dawn il-pajjiżi.", "Il-problema li jara l-partit Laburista m'hijiex din.", "Jekk jitneħħew il- visa requirements għal ċerti pajjiżi, u pajjiżna ma jisseħibx fl-Unjoni Ewropea għax fil-gvern ikun hemm il-partit Laburista, mhux neċessarjament jerġgħu jiddaħħlu dawn ir-requirements.", "Il-problema li naraw aħna hija għal dawk il-pajjiżi li llum ma jeħtiġilhomx li jkollhom visa u li mas- sħubija, minħabba li Malta tkun trid tallineja ruħha mal-common visa policy ta' l-Unjoni Ewropea, ikollhom isirulhom visa requirements.", "Ovvjament, hawnhekk qed nirriferi għal dawk il-pajjiżi fin-nofsinhar ta' Malta, bħal- Libja, it-Tuneżija, l-Eġittu, li minnhom kollha, jidhirli li ċ-ċittadini ta' l-Alġerija biss għandhom bżonn visa biex jidħlu f'pajjiżna.", "Sur President, għal raġunijiet anke kummerċjali, politiċi u kulturali li stabbiliet Malta ma' dawn il-pajjiżi tul is-snin, aħna nħossu li jkun detrimentali u mhux f'loku li Malta toħloq barriera ma' dawn il-pajjiżi bl- introduzzjoni ta' visa requirements.", "Gvern Laburista jara kif jirripristina ċ-ċirkostanzi tal-lum, fis-sens li jara kif jagħmel biex liċ- ċittadini ta' dawk il-pajjiżi li minħabba l-common visa policy, ikollhom bżonn visa biex jidħlu f'pajjiżna, jagħtihom id-dritt li jidħlu f'pajjiżna bil-fakulta` li għandhom illum.", "Il-Ministru qal li l-visa għandha l-vantaġġ li Tuneżin jew Libjan, jekk jidħol f'Malta jkun jista' japplika biex jidħol fi kwalunkwe pajjiż ta' l- Unjoni Ewropea, imma din il-kwestjoni l-Ministru qiegħed iħares lejha biss mill-perspettiva tat-Tuneżini, tal-Libjani, eċċ. Aħna għandna ħafna negozjanti Maltin li jmorru l-Libja biex jaħdmu, u ovvjament, dan jiżvantaġġjahom fil-kors tan-negozju tagħhom, u anke jekk ikunu jridu jmorru f'dawn il-pajjiżi għal btala.", "Aħna nsostnu, u anke l-Ministru qal dan, li l-visa dejjem tqajjem problemi ta' burokrazija u kumplikazzjonijiet fil-mod ta' kif wieħed jittrasporta ruħu bejn pajjiż u ieħor.", "Huwa veru li jista' jkun hemm il-ħruġ ta' multiple visa, imma forsi meta semma' dan, il- Ministru kien qed jirriferi għal dawk li llum huma diġa' ben stabbiliti, allura l-awtoritajiet Libjani, Tuneżini jew Eġizzjani jafuhom diġa'.", "Pero' jista' jkun hemm problemi biex tinħareġ visa għal min hu ġdid, għall- kuntrarju tal-lum, fejn dan jista' jsir mingħajr problemi ta' xejn.", "Nixtieq nagħmilha ċara u nenfasizza li mhux neċessarjament, pajjiż li llum jeħtieġ il-visa u minħabba l-common visa policy, dan il-bżonn jitneħħa, jekk ikun hemm partit Laburista fil-gvern, jerġa' jimponi l-bżonn ta' dik il-visa.", "Jista' jkun li gvern Laburista jżomm l-istess dritt li jerġa' jimponi l-visa, jew iħallih miftuħ.", "Pero', għal dawk il-pajjiżi li llum m'għandhomx bżonn ta' visa, jekk dan il-bżonn jiġi mpost fuqhom, gvern Laburista jreġġa' s-sitwazzjoni għal dik li hi llum.", "Sur President, fil-parti konklussiva ta' l-intervent tiegħi irrid insemmi l- kwestjoni ta' xiri ta' proprjeta` f'pajjiżna minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru, rightly so, ikollu d-dritt li jirrevoka residence permit għax il-liġi ma tipprovdix li dan, ġaladarba jingħata, jista' jiġi revokat.", "Fi kliem ieħor, persuna li tiġi tirrisjedi hawn Malta mhux neċessarjament tixtri proprjeta`, għax jista' jkun li tikri, allura l- kwestjoni ta' residence permit m'hijiex fundamentali għal dan l-abbozz ta' liġi.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa, fuq fuq, rigward ċittadini ta` l-Unjoni Ewropea li l-intenzjoni tagħhom tkun li jiġu jirrisjedu f'Malta b'mod permanenti.", "Kif inhi l-liġi llum dawn għandhom bżonn li japplikaw għall- acquisition of immovable property permit anke għall-ewwel proprjeta` li jixtru.", "Naturalment ma jkunux jistgħu jixtru proprjeta` oħra.", "Pero` jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea u ċittadin tagħha jkun irid jiġi jgħix Malta permanentement ma jkollux għalfejn joqgħod japplika għall-acquisition of immovable property permit għax id-dritt fuq ix-xiri ta` l-ewwel proprjeta` jingħata awtomatikament.", "Qiegħed ngħid dan għax intqal ħafna diskors li jagħtik x'tifhem li l-gwadann prinċipali kien fuq ix-xiri tat- tieni proprjeta`, qisu l-affarijiet baqgħu kif kienu għal dak li għandu x'jaqsam ma` l-acquisition ta` l-ewwel proprjeta`.", "Fil-fatt kien hemm bidla fundamentali għax ċittadin ta` l-Unjoni Ewropea li għandu l- intenzjoni li jiġi jgħix Malta permanentement mhux se jkollu għalfejn japplika għall-acquisition of immovable property permit.", "Nerġa` ngħid li biex illum ċittadin ta` l-Unjoni Ewropea ikun jista` jixtri proprjeta` ġewwa pajjiżna jrid japplika u jakkwista acquisition of immovable property permit, u mhux hekk biss, imma jrid ukoll jissodisfa ċerti restrizzjonijiet finanzjarji.", "Per eżempju, ċittadin mill-Unjoni Ewropea li jirrisjedi b'mod permanenti ġewwa pajjiżna ma jistax jixtri flat li jkun jiswa inqas minn Lm30,000 u ma jistax jixtri dar li tkun tiswa inqas minn Lm50,000.", "Din hija policy li ż-żewġ gvernijiet applikaw għal għexieren ta` snin sabiex jipproteġu s-suq tal-proprjeta` ġewwa pajjiżna.", "Dan biex ċittadin barrani ma jkunx jista` jixtri proprjeta` b'inqas minn Lm30,000 jekk huwa flat u b'inqas minn Lm50,000 jekk hija dar sabiex dawn it-tip ta` proprjetajiet ikunu riżervati esklussivament għal ċittadini Maltin.", "Issa din se tinbidel, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma` l-ewwel proprjeta`, hekk kif Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Għaliex?", "Għax ċittadin mill-Unjoni Ewropea li l-intenzjoni tiegħu hija li jiġi jirrisjedi hawn Malta b'mod permanenti la jkollu għalfejn japplika għal residence permit, la jkollu għalfejn japplika għall-acquisition of immovable property permit u lanqas ikun marbut aktar bir-restrizzjonijiet finanzjarji li jeżistu llum.", "Dan ifisser li hekk kif Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ċittadin mill-Unjoni Ewropea jkun jista` jixtri proprjeta` anke ta` Lm10,000 jew ta` Lm15,000, jiġifieri proprjeta` li hija ferm inqas minn Lm30,000 jew Lm50,000.", "Sur President, nidħol issa daqsxejn fl-iskop l-ieħor ta` l-abbozz li għandna quddiemna li huwa intiż li jiġġieled il-kriminalita` organizzata f'dak li għandu x'jaqsam speċifikament ma` l-immigrazzjoni illegali.", "Illum skond l-Att dwar l-Immigrazzjoni l-uffiċjal prinċipali ta` l-immigrazzjoni għandu dritt li at the point of entry, jiġifieri fl-ajruport u fil- portijiet, ikun jista` jirrifjuta d-dħul ta` ċitttadin barrani sempliċiment għax iħoss li dik il-persuna m'għandhiex il-mezzi biex iżżomm lilha nnifisha hawn Malta matul il-perjodu li tkun se li toqgħod f'pajjiżna.", "Dan id-dritt diġa` jeżisti.", "L-intenzjoni tal-gvern hija li jestendi dan id- dritt lill-uffiċjal prinċipali ta` l-immigrazzjoni għat-territorju ta` Malta u Għawdex, ikun fejn ikun.", "Jiġifieri jekk l-uffiċjal prinċipali ta` l-immigrazzjoni għandu suspett u anke jistabbilixxi li persuna qiegħda f'Malta illegalment, allura jkollu d- dritt li jaqbad u jiddeportah barra minn pajjiżna.", "Ikollu dritt li jżommha fil-kustodja sakemm jagħmel l-arranġamenti biex tittrasportah barra minn Malta.", "Dan huwa tibdil importanti fil-pożizzjoni kif inhija llum għax kif inhi, jekk il-pulizija jkollha suspett li persuna tkun qiegħda f'pajjiżna illegalment huwa d-dmir u l-obbligu tal-pulizija li tarresta lil dik il- persuna, tressaqha quddiem il-qorti u l-qorti tisma` l-każ u tara hi jekk il-persuna in kwestjoni hijiex ħatja ta` immigrazzjoni klandestina jew b'xi mod jew ieħor hijiex qiegħda f'pajjiżna b'mod irregolari.", "Jekk imbagħad il- qorti tistabbilixxi din il-prova l-qorti timponi l-piena li tħoss li tkun ġusta fiċ-ċirkostanzi u tordna d-deportazzjoni immedjata ta` dik il- persuna.", "Issa fir-realta` x'jiġri?", "Fir-realta` jiġri li dawn in-nies jitressqu l-qorti u fil-biċċa l-kbira tingħata l-piena ta` section 9.", "Dan l-aħħar il-qrati saru xi daqsxejn iktar riġidi u kien hemm fejn imponiet sentenza ta` ħabs.", "Pero` l-aktar miżura importanti li tapplika l-qorti hija dik tad-deportazzjoni.", "Irridu ngħidu wkoll li 90% ta` dawn il-każi jiġu ammessi mill-imputat ma` l-ewwel dehra tiegħu fil-qorti.", "Sur President, hija sfortuna li din il-miżura qiegħda titressaq mar- regolamenti l-oħra ta` l-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mad-dritt taċ- ċaqliq tal-ħaddiema, tas-servizzi u tal-kapital.", "M'hemm l-ebda raġuni partikolari li wieħed jista` jikkritika din il-miżura li qisha qiegħda tiddepenalizza r-reat ta` immigrazzjoni klandestina.", "Din il-miżura hija intenzjonata sabiex tiffaċilita` t-tkeċċija ta` persuni li jkunu qegħdin irregolarment ġewwa pajjiżna.", "Jeħtieġu naturalment ċerti kjarifiki.", "Forsi fl-istadju tal-kumitat naraw kif se tiġi implimentata din il-miżura għax huwa fatt li hawn Malta għandna problema ta` immigrazzjoni klandestina.", "Ma nistgħux ngħidu li hija xi problema keotika, pero` bħalma r-reġjuni tat- tramuntana tal-Mediterran intlaqtu b'din il-problema Malta m'hijiex eċċezzjoni, għandna din il-problema anke jekk m'hijiex keotika.", "Jiena, per eżempju, għad irrid nikkonvinċi ruħi kif se tiġi implimentata.", "L-abbozz ta` liġi jitkellem aktar dwar persuna li tinżamm fil-kustodja tal-pulizija sakemm isiru l-arranġamenti sabiex din il-persuna titlaq barra minn Malta.", "Skond dan l-abbozz ta` liġi l-persuna trid tintbagħat lura fil-pajjiż ta` l- oriġini tagħha, pero` jista` jkun hemm problemi kif timplimentaha għax jista` jkun li l-pajjiżi ta` l-oriġini tagħha jew ma jaċċettax lil dik il- persuna jew forsi ma jkunx hemm flights diretti għal dak il-pajjiż.", "Jista` jkollok problema – m'humiex problemi ta` kuljum – li persuna tinżamm f'kustodja u ma jkunx jaf kemm se jdum jinżamm f'kustodja sakemm il-gvern ikun għamel l-arranġamenti kollha sabiex tinbagħat fil-pajjiż ta` oriġini tagħha jew f'pajjiż terz u sakemm dik il-persuna mbagħad tiġi trasportata mill-pajjiż terz għall-pajjiż ta` oriġini tagħha.", "Jistgħu jinqalgħu problemi amministrattivi għax naħseb li hemm limitu sakemm wieħed jista` jinżamm taħt kustodja.", "Illum qegħdin jinżammu Ta` Kandja, pero` dawn għaddejjin mill-proċess tal-qorti.", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma affarijiet li wieħed jarahom fl-istadju tal-kumitat.", "Sur President, li ma stajtx nifhem – u jien għamilt interjection lill- Ministru meta kien qed jagħmel id-diskors introduttorju tiegħu - kienet din id-diskriminazzjoni bejn ċittadini mill-Unjoni Ewropea u ċittadini minn pajjiżi oħrajn li m'humiex imsieħba fl-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin f'pajjiżna b'mod irregolari.", "Ir-raġuni hija li l-persuna li tinstab f'pajjiżna b'mod irregolari se jkollha dritt ta` appell quddiem il-bord ta` l-appell dwar l-immigrazzjoni.", "Pero` barrani li m'huwiex ċittadin ta` l- Unjoni Ewropea se jkollu dritt li jappella quddiem dan il-bord f'każ li jikkontesta d-deċiżjoni ta` l-uffiċjal prinċipali ta' l-immigrazzjoni li jiddeportah immedjatament mill-pajjiż.", "Dan id-dritt huwa daqsxejn differenti minn dak li japplika għal ċittadin mill-Unjoni Ewropea fis-sens li ċittadin mill-Unjoni Ewropea li jinqabad li qiegħed f'pajjiżna b'mod irregolari, l-uffiċjali prinċipali ta` l-immigrazzjoni mhux se jkollu d- dritt li jkeċċih awtomatikament barra minn Malta, imma jrid bilfors jirriferi l-każ lit-tribunal.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn hemm din id-distinzjoni meta kemm il-persuna li hija ċittadin ta` l-Unjoni Ewropea kif ukoll dik li ġejja minn pajjiż li m'huwiex fl-Unjoni Ewropea t-tnejn ikunu qegħdin f'pajjiżna b'mod irregolari.", "Jista` jkun hemm xi raġuni legali.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, m'huwiex dak il-każ.", "Imma ma nistax nifhem għaliex l-istess dritt ma jingħatax awtomatikament lil ċittadin ta` pajjiż li m'huwiex imsieħeb fl- Unjoni Ewropea.", "L-aħħar darba staqsejt lill-Ministru u ma kontx sodisfatt bir-risposta li tani.", "Forsi l-Ministru eventwalment illum jagħtini risposta.", "Sur President, wasalt fl-aħħar parti ta' l-intervent tiegħi u rrid ngħid li l-pożizzjoni tal-Grupp Parlamentari Laburista hija li l-iskop prinċipali ta` dan l-abbozz ta` liġi huwa li l-Partit Nazzjonalista jallinea l- liġijiet Maltin – hawnhekk qed nitkellmu fuq l-Att dwar l-Immigrazzjoni – mar-regolamenti ta` l-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x'jaqsam mal-free movement of workers, mal-free movement of services u mal-free movement of capital għal dak li għandu x'jaqsam ma` xiri ta` proprjeta`.", "Għalhekk għar- raġunijiet li jiena diġa` tajt u għar-raġunijiet li l-kollegi tiegħi se jagħtu meta jkunu qed jitkellmu dwar dan l-abbozz il-grupp parlamentari Laburista se jivvota kontra dan l-abbozz ta` liġi.", "Irridu nagħmluha ċara li naturalment il-gvern qed jippreżenta abbozz ta` liġi li fih taħlita ta` affarijiet.", "Hemm, per eżempju, affarijiet li huma ta` concern għal kulħadd li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali.", "Naturlament il-Partit Laburista mhux se jivvota kontra dan l-abbozz ta` liġi minħabba dik, imma għax imħallta magħha hemm l-iskop prinċipali tal-gvern – u jiena nibqa` ngħid li l-gvern qed jaqbad dan l-abbozz minn siequ minflok minn rasu - li huwa li jallinea l-liġijiet Maltin ma` l-acquis communautaire.", "Allura għal din ir-raġuni l-oppożizzjoni Laburista se tivvota kontra dan l-abbozz ta` liġi b'division.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, ftit tal-ġranet ilu konna qed niddiskutu abbozz ta` liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea li diġa` għadda mill-istadu tat-tieni qari.", "Qed insemmih għax l-abbozz ta` liġi li għandna quddiema jikkumplimenta ħafna miegħu.", "Fil-fatt artiklu 1 tas-seba` protokoll li hemm mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad- Drittijiet tal-Bniedem u tal-Liberatjiet Fundamentali li daħħalnih fil-liġi tagħna jitkellem dwar salvagwardi proċedurali li għandhom x'jaqsmu mat- tkeċċija ta` frustieri jgħid hekk:", "\"1.", "Frustier li jkun b'mod leġittimu residenti fit-territorju ta` xi Stat m'għandux jiġi mkeċċi minn dak l-Istat ħlief b'konsegwenza ta` xi deċiżjoni magħmula skond il-liġi u għandu jkun permess: a. li jippreżenta r-raġunijiet tiegħu għaliex m'għandux jitkeċċa.", "b. li jkollu l-każ tiegħu rivedut, u", "c. li jkun rappreżentat għal dawn ir-raġunijiet quddiem l-awtorita` kompetenti jew xi persuna jew persuni li jiġu msemmija minn dik l- awtorita`.\".", "Sur President, jiena smajt lill-Onor.", "Gulia jitkellem u ddikjara li l- oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "X'inhuma r-raġunijiet li għalihom se jivvotaw kontra din il-liġi?", "L-Onor.", "Gulia qal li għalkemm jaqblu mal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali xorta waħda se jivvotaw kontra għax, skond hu, l-għan prinċipali tal-gvern huwa li l-liġijiet Maltin jiġu konformi ma` l-acquis communautaire ta` l-Unjoni Ewropea.", "Speċi joqomsu u jgħidu li dak li qegħdin nilleġislaw favur l-Unjoni Ewropea m'għandux jiġi aċċettat min-naħa tagħhom.", "Jiena ma nirraġunax hekk.", "Jiena ngħid li bl-emendi li għamilna fil-liġijiet tagħna u l-intoduzzjoni ta` ċerti liġijiet ġodda li l-acquis communautaire jirrikmanda għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea qegħdin naġġornaw ruħna maż-żmenijiet tal-lum.", "Kieku ma kienx għall-applikazzjoni ta` Malta fl-Unjoni Ewropea kieku dawn il-liġijiet m'aħniex nagħmluhom.", "Wieħed irid jifhem li dawn il-liġijiet qed isiru għall-avvanz tagħna l-Maltin kif ukoll għall-avvanz tal-frustieri li jistgħu jiġu f'pajjiżna, fosthom refuġjati u immigranti illegali.", "Nerġa` ngħid kieku aħna ma qbadnix it-triq li trid twassalna għal sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea kieku dawn il-liġijiet qatt ma jiġu aġġornati.", "Dawn qegħdin jiġu aġġornati għall-ġid tagħna stess biex insiru aktar moderni u nsiru nixbħu pajjiżi oħra.", "Mhux biex inkunu bħal pajjiżi oħra, imma għax nifhmu li l-poplu tagħna għandu dawn dawn il-liġijiet.", "Dawn l-inizjattvi li qed jieħu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern barra li huma meħtieġa biex inkunu konformi ma` l-acquis communautaire huma wkoll ta` benefiċċju kbir għalina għax b'hekk inkunu nistgħu nadottaw ruħna għaċ- ċirkostanzi li nistgħu nsibu ruħna fihom.", "Sur President, waħda mill-iktar ħaġa importanti f'din il-liġi hija l- introduzzjoni tal-viża.", "Aħna nafu li hawn 88 pajjiż madwar id-dinja kollha li ċ-ċittadini tagħhom għandhom bżonn il-viża biex ikunu jistgħu jidħlu Malta.", "Bosta minn dawn il-pajjiżi jinsabu 'l bogħod ħafna minna għax il- biċċa l-kbira tagħhom jinsabu fis-South America u allura ma tantx ikollna problemi bihom għax ftit huma ċ-ċittadini ta` dawn il-pajjiżi li jiġu hawnhekk.", "Jekk wieħed jara l-aħħar abstract of statistics li ħareġ fl-1999 li jagħtik statistika dwar minn liema pajjiżi ġew iċ-ċittdini barranin f'Malta jsib li kienu waħdiet iċ-ċittadini li ġew minn dawn it-88 pajjiż li bħalissa għandhom bżonn viża biex jidħlu Malta.", "Jiġifieri għandek numru insinifikanti.", "Pero` issa permezz tas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea se nżidu 45 pajjiż ieħor li ċ-ċittadini tagħhom ikollhom bżonn viża biex jidħlu Malta.", "Ovvjament kull wieħed minn dawn il-pajjiżi jista` jintroduċi l-viża biex ċittadini Maltin ikunu jistgħu jidħlu f'xi wieħed minnhom.", "Fil- fatt sa ftit taż-żmien ilu – subject to correction - il-Libjani ma kellhomx bżonn viża biex jidħlu Malta, pero` minħabba ċirkostanzi straordinarji li kienu ġraw dan l-aħħar il-gvern Malti kien introduċa viża għall-Libjani li għadha sal-lum in vigore.", "Mela kif kont qed ngħid Malta se żżid 45 pajjiż li ċ-ċittadini tagħhom ikunu jeħtieġu viża biex jidħlu Malta.", "Din hija xi ħaġa tajba għax ħafna minn dawn il-pajjiżi huma pajjiżi ta` l-Afrika u l- aktar problemi li qed ikollna ta` immigranti illegali – anke dawk li jitolbu l-istatus ta` refuġjati - proprju ġejjin minn dawn il-pajjiżi.", "Allura issa se jkun hemm mod differenti ħafna ta` kif wieħed jista` jittratta dawn il-problemi.", "Malta bħala pajjiż f'nofs il-Mediterran li huwa milħuq minn kullimkien huwa pajjiż vulnerabbli ħafna.", "Immigranti illegali li jkunu fi triqthom lejn Sqallija b'daqsxejn ta` żiffa riħ faċilment isibu ruħhom hawn Malta u dan jikkawżalna konsegwenza koroh ħafna.", "U fil-fatt qed ikollna konsegwenzi kbar ħafna minħabba dawk l-emigranti illegali li jsibu ruħhom fix-xtut tagħna.", "Jiġifieri li rrid ngħid jien huwa li bl- introduzzjoni tal-viża għaċ-ċittadini ta` pajjiżi bħalma huma s-Sierra Leone, Swaziland, il-Mauritius, il-Marokk u postijiet oħra, Malta tkun tista` tikkontrolla aħjar id-dħul ta' ċittadini minn dawn il-pajjiżi li ħafna drabi jinvolvu lill-pajjiżna spejjeż kbar li l-gvern irid joħroġ għall-bżonnijiet kollha li jkollhom dawn in-nies sakemm iżommhom taħt arrest preventiv jew taħt ċertu kontroll f'ċerti kwartieri.", "Importanti ħafna li l-viża kif qed tiġi proposta f'din il-liġi se tkun f'database madwar il-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea kollha u din fiha vantaġġi kbar.", "Għaliex?", "Għax fl-inqas diffikulta` li jista` jkollna aħna nkunu nistgħu naraw persuna xi kwalita` ta` viża kellha biex daħlet f'pajjiżi oħra u x'diffikultajiet kien hemm fuq il-viża partikolari tagħha u x'azzjonijiet kriminali tali persuna setgħet kienet imdaħħla fihom.", "Sur President, issemma wkoll l-agreement ta` Schengen u ta` min wieħed jispejga daqsxejn dan il-ftehim x'inhu.", "Schengen huwa pajjiż ġewwa l- Lussemburgu li fih fl-1985 kien sar trattatt bejn erba` pajjiżi li kienu l- Ġermanja, Franza, il-Belġju u l-Olanda.", "Dawn huma erba` pajjiżi li għandhom fruntieri magħqudin ħafna ma` xulxin u dan il-ftehim kien sar biex dawk in-nies li jkunu jridu jaqsmu minn pajjiż għall-ieħor ma jkollhomx bżonn ħafna formalitajiet.", "Sempliċiment daqsxejn ta` identity card kienet tkun biżżejjed.", "Imma mbagħad l-Unjoni Ewropea tant rat li dan l-agreement kien importanti li adottatu għall-pajjiżi kollha membri ta` l-Unjoni.", "Dan ġie rikonoxxut u llum il-ġurnata dawk il-persuni li jgħaddu minn post għall- ieħor ta` l-Unjoni Ewropea qed ikollhom bżonn biss din l-identity card.", "Dawn l-affarijiet kulħadd jinnotahom għax meta nsiefru naraw li dawk iċ- ċittadini li jkunu ġejjin mill-Unjoni Ewropea ma jgħaddux mill-proċedura tal-passaporti imma sempliċiment juru din l-identity card jew inkella jibqgħu għaddejjin għax hemm il-moviment ħieles bejn il-pajjiżi membri ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri meta aħna nsiru membri ta` l-Unjoni Ewropea, meta ċ-ċittadini tagħna jmorru f'xi pajjiż minn ta` l-Unjoni mhux se jkollhom għalfejn joqogħdu jistennew fil-queue biex juru l-passaport tagħhom, imma jistgħu jaqbdu u jidħlu fil-pajjiż li jkunu se jżuru.", "Dan huwa wieħed mill-vantaġġi kbar għalina l-Maltin għax jiffaċilita` l-metodu biex wieħed jgħaddi minn pajjiż għall-ieħor.", "Sur President, dik id-database dwar il-viża li semmejt ftit qabel bl-ebda mod ma qed tikser xi regoli dwar il-protezzjoni ta` l-informazzjoni minħabba s-sistema magħrufa bħala SIRENE, jiġifieri supplementary information request at the national entry.", "Din hija importanti ħafna għax lilna bħala gżira żgħira tista` tevitalna ħafna inkwiet minħabba li nkunu nistgħu nżommu li jidħlu f'pajjiżna ċerti nies li ma nkunux nixtiequhom jidħlu.", "Jiġifieri Malta se jkollha vantaġġi kbar f'dak li jirrigwarda protezzjoni ta` dħul ta` persuni mhux mixtieqa u kontroll aktar strett.", "Sur President, hawnhekk wieħed bilfors irid isemmi l-ftehim li ntlaħaq dwar il-free movement of workers.", "Dan il-ftehim ġejna kkritikati fuqu, pero` naħseb li fin-negozjati li kellu pajjiżna ma` l-Unjoni Ewropea dan il- ftehim, apparti r-rikonoxximent tal-lingwa Maltija, huwa wieħed mill-ikbar akkwisti li għamilna.", "L-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet li aħna bħala pajjiż żgħir nistgħu nikkontrollaw il-free movement of workers.", "Il-kelliema ta` l- oppożizzjoni kienu jipprovaw ibeżżgħu lin-nies li hekk kif nidħlu fl-Unjoni Ewropea jibdew ġejjin il-barranin jaħdmu Malta u jieħdu xogħol il-Maltin.", "Issa qegħdin jgħidu li anke s-self-employed għandhom dritt jiġu u jaqbdu jiftħu negozju ġewwa Malta.", "Nista` ngħid li l-gvern ħaseb ħafna għal dan fil-fatt Malta kienet iebsa ħafna fit-trattattivi li saru dwar dan.", "F'dawn it-trattattivi l-gvern għamel l-almu kollu tiegħu biex jieħu l-aħjar li jista` mingħand l-Unjoni Ewropea mingħajr ma nxellfu d-drittijiet li għandhom il-ħaddiema Maltin għax dawn iridu jaqilgħu l-ħobża tagħhom minn hawn Malta.", "M'hu veru xejn dak il-biża` kollu li jbeżżgħuna bih dawk li qed jopponu d-dħul ta` Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa hawn tliet fronti li ma jaqblux li Malta tissieħeb fl-Unjoni għax qed jgħidu li dan mhux talli mhux se jkun ta` ġid għal Malta imma se jkun ta` dannu.", "Qegħdin jgħidu li m'huwiex fl-interess ta` Malta li tissieħeb fl- Unjoni u aħjar nieħdu ħsieb l-interessi tagħna ta` ġewwa milli affarijiet oħra.", "Jiena nħobb inqabbel dan max-xogħol ta` mara tad-dar.", "Mara tad-dar ikollha ħafna affarijiet x'tagħmel id-dar u trid tieħu ħsiebhom, pero` jekk tibqa` ġewwa u ma toħroġx barra titkellem man-nies ħalli tkun taf x'qed jiġri madwarha u tadatta ruħha maċ-ċirkostanzi tal-ħajja, allura dik il-mara tad-dar tibqa` b'moħħha magħluq.", "Jekk Malta tibqa` barra mill- Unjoni Ewropea nibqgħu b'dik l-anarkija li wieħed jista` jimmaġina f'sitwazzjoni bħal din.", "Sur President, dan il-ftehim li Malta għamlet dwar il-free movement of workers huwa wieħed ferm importanti għax sa seba` snin se jkun hemm kontroll sħiħ fuq l-influss tal-persuni li jridu jidħlu hawn Malta u iktar minnhekk wara li jgħaddu s-seba` snin il-gvern Malti xorta waħda jibqa` jkollu d-dritt li jikkontrolla d-dħul ta` barranin li jkunu jridu jaħdmu Malta.", "Mhux kif qed tgħid l-oppożizzjoni li wara seba` snin jgħaddi kollox u jibdew deħlin il-frustieri mill-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea u jieħdu xogħol il-ħaddiema Maltin.", "Il-gvern Malti jista` jaġixxi skond iċ- ċirkostanzi li jkun jinsab fihom il-pajjiż u jista` jitlob estensjoni fuq dawk is-seba` snin u ħafna restrizzjonijiet oħra li jkun hemm bżonn.", "B'hekk waħda mill-iktar affarijiet li biha kienu qed ibeżżgħu lill-Maltin dawk li qed jopponu d-dħul ta` Malta fl-Unjoni Ewropea sfumat fix-xejn għax il- gvern Malti rrikonoxxa bis-sħiħ li ħadd mill-Maltin m'hu se jitlef ħobżu u ħadd minn dawk il-barranin li se jiġu m'hu se jtellef xogħol il-Maltin.", "Dan huwa unur kbir għan-negożjaturi Maltin li marru jinnegozjaw ma` l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk wieħed għandu jara kemm huwa importanti dak li qed jagħmel il-gvern Malti.", "Il-gvern fin-negozjati li qed jagħmel ma` l-Unjoni mhux qed iħares biss lejn li akkost ta` kollox nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, imma qed jara li jġib l-aħjar ftehim possibbli għall-Maltin.", "Sur President, f'artiklu 7 ta` dan l-abbozz ta` liġi li għandna quddiemna jingħad hekk:-", "\"Kull persuna, li tkun waħda li ma jkollhiex id-dritt ta` dħul, jew ta` dħul u residenza, jew ta` moviment jew transitu taħt it-Taqsimiet preċedenti, tista` tiġi rifjutata milli tidħol, u jekk hija tiżbarka jew tkun qiegħda f'Malta mingħajr il-permess ta` l-Uffiċjal Prinċipali ta` l-Immigrazzjoni, hija tkun immigrant projbit.\".", "Il-gvern qiegħed joħloq tribunal biex kawżi dwar immigranti prjobiti ma jittieħdux fil-qorti fejn kultant jieħdu x-xhur u anke s-snin biex jiġu deċiżi.", "Illum il-ġurnata nħadem makkinarju hawn Malta li rnexxa f'diversi postijiet oħra wkoll.", "Per eżempju, għandna s-small claims tribunal, il- consumers' claim tribunal u s-sistema fejn avukati jagħmluha ta` assistenti ġudizzjarji fil-każijiet tat-traffiku u każijiet żgħar oħra.", "Dawn huma tribunali li rnexxew ħafna u naqqsu l-load tax-xogħol minn fuq il-qrati tagħna.", "L-istess se nagħmlu dwar il-każi ta` immigranti projbiti.", "Dawn mhux bilfors iridu jmorru l-qorti, imma se jkun hemm tribunal apposta għalihom.", "Din hija xi ħaġa ta` benefiċċju għalihom u bħalma rnexxew tribunali oħra li għadni kemm semmejt hekk ukoll għandu jirnexxi dan li qed inwaqqfu permezz ta` din il-liġi.", "Bi tribunal bħal dan il-każi ta` immigranti illegali jkunu jistgħu jiġu mħaffa u wieħed jista` jieħu dawk il- miżuri neċessarji fi żmien qasir.", "Sur President, aħna bħala pajjiż jaqblilna ħafna li nidħlu fl-Unjoni Ewropea għax inkunu nistgħu nakkwistaw ħafna vantaġġi minn dawk l- organizzazzjonijiet li hemm lesti għalina mad-dħul tagħna fl-Unjoni.", "Nista` ngħid li xi wħud minn dawn il-vantaġġi diġa` qed ingawduhom.", "Per eżempju, meta qed nitkellmu fuq l-immigranti illegali wieħed jista` nsemmi l-ħolqien tal-viża u r-ripatriazzjoni u ftehim għad-dħul mill-ġdid li qegħdin ninkorporaw f'din il-liġi.", "Qegħdin ngħidu wkoll li għandu jkun hemm skambju ta` informazzjoni permezz ta` statistika biex il-pajjiżi jkunu mgħejjuna jieħdu deċiżjonijiet aktar malajr.", "X'ifisser dan?", "Per eżempju, jekk pajjiżna jkollu bżonn ta` xi informazzjoni hemm database li tista` tiġi komunikata bejn pajjiż u ieħor f'kemm ili ngħidlek u dik l- informazzjoni tasal f'inqas żmien posibbli.", "Qiegħed jingħad ukoll li se jkun hemm assistenza u għajnuna teknika u finanzjarja lill-pajjiżi ta` l-oriġini u pajjiżi li jintużaw għat-transitu ta` nies.", "Jissemma wkoll il-ħolqien ta` pulizija Ewropew għall-kontroll tal- fruntieri.", "Dawn diġa` jeżistu pero` bħalissa ma nistgħux nagħmlu użu minnhom għax aħna għadna m'aħniex membri ta` l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed ma jridx jinsa jsemmi l-ġlieda kontra t-traffikar u l-kummerċ tan-nies u l- appoġġ akbar mill-Europol fl-investigazzjonijiet li jsiru mill-awtoritajiet ta` pajjiżi membri ta` l-Unjoni.", "Wieħed jista` jkompli jsemmi ħafna iktar minn dawn il-vantaġġi u jibda bil-kooperazzjoni", "bejn il-pulizija u d-dwana.", "Kif nafu, mid-dwana jistgħu jidħlu diversi tipi ta' kuntrabandu, fosthom xogħol ta' piraterija, ħasil ta' flus u flus foloz, u għalhekk huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa bejn id- Dwana ta' pajjiżna u dik ta' pajjiżi oħra.", "Fil-fatt fost ir- rakkmandazzjonijiet li saru, ġie rrikmandat li jitwaqqaf qafas komuni bejn il-pajjiżi fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' persuni minn pajjiż għall-ieħor.", "F'Malta wkoll isir traffikar illegali tal-persuni, u dan it- traffikar isir l-iktar permezz tad-dgħajjes.", "Trid issir ġlieda anke kontra l-isfruttar sesswali u l-pornografija tat-tfal kif ukoll kontra l- kriminalita` bl-internet, u l-gvern qed jieħu l-passi kollha meħtieġa f'dan ir-rigward.", "Infatti biżżejjed infakkar li l-ġimgħa l-oħra smajna li se tiġi addottata sistema tajba ħafna sabiex tiġi evitata l-kriminalita` permezz ta' l-internet.", "Sfortunatament sal-lum aħna, minħabba li għadna m'aħniex membri sħaħ ta' l- Unjoni Ewropea, ma nistgħux nissieħbu fil-Europol.", "Ta' min jgħid li l- Europol huwa ċentru li fih tiġi kkoordinata l-ħidma tal-pulizija tal- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, u mas-snin ir-responsabbiltajiet ta' l- Europol qed ikomplu jiżdiedu tant li llum din qed tkopri firxa wiesgħa ta' issues, fosthom it-traffikar illegali ta' droga, ta' vetturi misruqa u ta' bnedmin.", "Dan l-aħħar inqabdu żewġ persuni Maltin jaħbu droga li ġiet importata hawn Malta minn pajjiżi oħra, u li kieku mhux għax ingħatat ċerta informazzjoni lill-pulizija u li l-pulizija Maltija, il-pulizija Taljana u l-pulizija ta' pajjiżi oħra ma ħadmux id f'id, kieku l-Bambin biss jaf għand min kienet tispiċċa dik id-droga.", "Jien qed insemmi dan il-każ biex nuri - u fil-fatt m'iniex se noqgħod nelabora fuq dan il-każ partikolari - kemm huwa importanti li f'ċirkostanzi bħal dawn, il-pajjiżi jingħaqdu flimkien u jgħaddu l-informazzjoni li jkollhom lil xulxin.", "Il-Europol tidħol ukoll fil-kwestjonijiet ta' sfruttament sesswali tan-nisa u tat- tfal, ta' falsifikazzjoni ta' dokumenti kif ukoll ta' kuntrabandu ta' materjal radju-attiv u nukleari.", "Jiddispjaċini ngħid li f'pajjiżi oħra qed jiddaħħal ukoll ċertu materjal radju-attiv u nukleari, li l-Bambin biss jaf jekk dan ikunx se jintuża biex jitwettqu xi atti terroristiċi, u meta wieħed joqgħod jaħseb fuq il- konsegwenzi li jista' jħalli dan il-materjal, dejjem jekk jintuża, iktar u iktar għandu jirrealizza kemm hi importanti l-Unjoni Ewropea, li taħdem kontinwament għall-ġid komuni ta' l-400 miljun persuna li tgħix fl-Ewropa.", "Għal min ma jafx, jeżisti wkoll is-CEPOL, li huwa kulleġġ tal-pulizija Ewropej li permezz tiegħu, il-pulizija tal-pajjiżi Ewropej ikunu jistgħu jikkoordinaw il-ħidma tagħhom bejniethom, partikolarment fil-ġlieda tagħhom kontra dawk l-azzjonijiet li tant jagħmlu ħsara lill-bniedem.", "Hija ħasra li pajjiżna ma jistax jifforma parti minn dan il-kulleġġ minħabba li għadu m'huwiex membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Min jaħdem fid-dwana ma jistax jagħlaq għajnejh u kif jgħidu l-Ingliżi, he turns a blind eye għal dak li jkun se jiddaħħal fil-pajjiż, pero` għandi l- pjaċir ngħid li matul dawn l-aħħar snin, il-pulizija Maltija, anke permezz ta' informazzjoni li ngħatatilha minn pajjiżi oħra, kellha suċċessi kbar f'dan il-qasam u rnexxielha taqbad ħafna kriminali, partikolarment traffikanti tad-droga.", "Jien nappella minn hawnhekk biex fid-Dwana mhux biss jiddaħħlu jaħdmu persuni kapaċi imma dawn il-ħaddiema jiġu mħarrġa f'xogħolhom.", "Hawhekk jien nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nistaqsi wkoll: Dawk in-nies li qed tiġġeddilhom il-visa minn żmien għal żmien qed jiġu spezzjonati biex inkunu nafu sewwa sew x'qegħdin jagħmlu f'pajjiżna, jew inkella qed inġeddulhom il-visa u nieqfu hemm?", "Dan biex ma nsemmix ukoll lil dawk li qed jibqgħu jgħixu hawn Malta minkejja li tkun ingħalqitilhom il-visa.", "Fl- opinjoni tiegħi, minbarra li l-pulizija għandha tqis il-passi ta' dawn in- nies ħalli tkun taf x'qegħdin jagħmlu f'pajjiżna, għandha tara wkoll jekk dawn humiex qed jieħdu ħobż il-Maltin jew inkella humiex qegħdin jagħmlu affarijiet oħra li bihom ikunu qed jeqirdu l-valuri tagħna.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem ftit dwar il-ħidma li qed issir fil-ġlieda kontra d- droga.", "L-ewwelnett ta' min isemmi l-fatt li l-Unjoni Ewropea fasslet strateġija kkoordinata dwar id-droga, liema strateġija tagħmel enfasi fuq il- prevenzjoni u t-tnaqqis fid-domanda għad-droga billi tħeġġeġ il- parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u billi tiġbor, tanalizza u tqassam informazzjoni dwar il-fenomenu tad-droga f'pajjiżi li huma membri fl-Unjoni Ewropea.", "Hawn Malta aħna wkoll għandna għaqda li qed taħdem ħafna fil-ġlieda tagħna kontra d-droga, u hawn qed nirriferi b'mod partikolari għal \"Sedqa\", li qed tagħti kontribut kbir f'dan il-qasam.", "Għalkemm il-gvern qed jagħti lil din in-non-governmental organisation l- appoġġ u l-għajnuna tiegħu kollha possibbli u hemm ħafna nies li jappoġġjawha, is-\"Sedqa\" għad għandha bżonn ħafna appoġġ u għajnuna biex tkun tista' tkompli tiġġieled kontra t-traffikar u l-vizzju misħut tad- droga, liema vizzju qed jirrovina diversi familji, mhux biss Maltin imma anke barranin għax ħafna drabi pajjiżna jservi ta' transit u ħafna mid- droga li tiġi importata f'Malta terġa' tmur f'pajjiżi oħra.", "Mr Speaker, illum l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jenfasizza l- bżonn li jkun hemm kooperazzjoni ġudizzjarja dwar materji ċivili u kummerċjali billi l-avukati u l-ġudikatura ta' pajjiżi differenti jifhmu iktar lil xulxin.", "Għalkemm kull pajjiż ikollu r-regoli u l-liġijiet tiegħu, hemm bżonn li jkun hemm iktar kooperazzjoni bejn il-pajjiżi wkoll, u l-Unjoni Ewropea sservi ta' għajnuna kbira biex dan iseħħ.", "Per eżempju, mhux il-liġijiet kollha ta' Malta jaqblu ma' dawk ta' l-Italja, imma jekk ikun hemm ċerta kooperazzjoni bejn l-avukati u l-ġudikaturi ta' pajjiżi differenti, ir-riżultat ikun ħafna iktar pożittiv.", "Anke jekk pajjiż jagħti status ta' refuġjati lil dawk li jkunu marru f'dak il-pajjiż minħabba li f'pajjiżhom ikun hemm ċerti problemi li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu hemmhekk, dak diġa' jissejjaħ att ta' kooperazzjoni.", "Issa ħalli niġi għall-aħħar punt tiegħi, li jirrigwarda t-terroriżmu.", "Mr Speaker, ara ma jmurx ikun hawn min jaħseb li Malta ma tistax tintlaqat mit-terroriżmu wkoll.", "Huwa biżżejjed li niftakru f'dak li ġara fil-11 ta' Settembru tas-sena l-oħra biex nirrealizzaw li l-atti tat-terroriżmu jħallu effetti negattivi fuq kull pajjiż tad-dinja.", "Irridu noqogħdu b'seba' għajnejn biex naraw li pajjiżna ma jintużax bħala transit għal pajjiżi oħra fil-ġarr ta' armamenti jew ta' splussivi.", "Fl-opinjoni tiegħi, kien pass tajjeb ħafna li llum qed jitressaq abbozz ta' liġi bħal dan quddiem il- Parlament għax dan l-abbozz ta' liġi mhux biss se jżid ċertu kontroll fil- qasam ta' l-immigrazzjoni, imma se jħares ukoll lil dawk l-immigranti li jiġu f'pajjiżna bi skop ġenwin.", "Madanakollu hawnhekk se nagħmel l-istess appell li għamilt meta kont qed nitkellem fuq dawk il-persuni li jiġu f'pajjiżna bil-visa.", "Hemm bżonn li dawk il-persuni barranin li għandhom il- work permit hawn Malta jiġu monitored kontinwament ħalli naraw li mhux qegħdin jaħdmu f'pajjiżna għalxejn imma li almenu qegħdin iħarrġu lill- Maltin f'dak ix-xogħol ħalli għada pitgħada ma jkollniex bżonn inġibu lill- barranin biex jagħmlu dak it-tip ta' xogħol, imma dan ix-xogħol jibda jsir mill-Maltin stess għax fl-aħħar mill-aħħar xogħol il-Maltin m'għandu jieħdu ħadd.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nappella lill- oppożizzjoni sabiex tħares lejn abbozzi ta' liġi bħal dawn b'mod pożittiv għax abbozzi ta' liġi ta' dan it-tip żgur li se jħallu ħafna ġid, u jien persważ li meta għada pitgħada dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jibda jiġi implimentat, dan ikun qed jagħmel unur ieħor lill-gvern Nazzjonalista, li wara kollox kien hu li ressqu quddiem dan il-parlament.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru ta' l- Intern u l-Ambjent biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2002 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Artijiet - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, xtaqt niddedika dan l- aġġornament għall-memorja tal-Professur Vittorio Baschelet li miet fit-12 ta' Frar 1980 u jkolli nistqarr miegħek, Sur President, li ili bil-għan li nikkommemorah minn Frar li għadda pero` din hi l-ewwel opportunita` li jiena għandi sabiex niddedika aġġornament u allura, biex ma noqgħodx nistenna sat-12 ta' Frar tas-sena li ġejja, għażilt li d-diskors tal-lum se jkun dedikat għalih.", "Il-Professur Vittorio Baschelet kien professur fid-dritt amministrattiv u d- diskors tal-lejla se jittratta ftit is-sitwazzjoni tad-dritt amministrattiv u t-tmexxija amministrattiva tal-pajjiż tagħna.", "Infakkar li l-Professur Baschelet kien inqatel f'nofsinhar tat-12 ta' Frar 1980 fejn ħdejh kellu l- assistenta Rosi Bindi li aktar tard saret ministru fi ħdan il-partit popolari Taljan u fi ħdan iċ-centro sinistra.", "Jiena xtaqt nagħmel ftit tar- riflessjonjiet fuq it-tagħlim ta' dan il-professur kif ukoll fuq il- bżonnijiet li dan il-pajjiż għandu f'dak li jirrigwardja d-dritt amministrattiv.", "Naħseb li l-bżonnijiet taċ-ċittadini qegħdin jikbru aktar u r-rapport bejn l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-poplu qegħdin dejjem jitjiebu.", "Jekk inħarsu ftit lura, insibu li f'perjodu ta' ftit ta' snin saru numru ta' emendi li bidlu s-sitwazzjoni f'dak li huwa d-dritt amministrattiv.", "Kellna l-emenda li saret fil-kodiċi ta' proċedura ċivili, fl-artiklu 469A, li din fetħet ferm aktar ir-raġunijiet abbażi ta' liema ċittadin jista' jagħmel kawża l-qorti biex iwaqqa' deċiżjoni li tittieħed mill-istat.", "Id- deċiżjonijiet amministrattivi jistgħu jiġu attakkati llum għal numru ta' raġunijiet ferm akbar milli kienu fi żminijiet oħrajn meta ċittadin kien ikollu diffikultajiet kbar biex iwaqqa' deċiżjoni li tkun ittieħdet minn uffiċjal jew istituzzjoni pubblika.", "Infakkar ukoll li kien hemm żmien fejn kien hemm duttrina li numru kbir minn dawn id-deċiżjonijiet pubbliċi lanqas biss stajt tagħmel kawża kontrihom fil-qorti.", "Irridu ngħidu wkoll li fl-1995 sar pass kbir 'il quddiem b'dak li llum hu l- kapitlu 385 u cioe` l-ftuħ ta' l-uffiċċju ta' l-Ombudsman.", "Uffiċċju li għamel ħafna passi 'l quddiem u li llum hu backbone importanti fl- amministrazzjoni.", "Ma rridx nonqos milli nsemmi wkoll l-emenda fil-kodiċi ċivili li għada kif ġiet proposta hawnhekk fejn qed jiġi propost li f'każ ta' korruzzjoni fl-amministrazzjoni, wieħed ikun jista' jagħmel kawża ċivili.", "Sur President, dawn li semmejt huma kollha miżuri prattiċi sabiex iwasslu għall-accountability akbar u sabiex ikun hemm rapport aħjar bejn min jieħu d-deċiżjonijiet u min jiġi affetwat minn dawn id-deċiżjonijiet.", "Wara kollox irridu nżommu f'rasna li l-poplu hu sovran u huwa li jagħti l- poteri lil dawn l-istituzzjonijiet u allura huwa sewwa u xieraq li jkun hawn aktar deċiżjonijiet li jkunu accountable fis-sena li jekk il-poplu jintlaqat ħażin minnhom, ikun jista' jgħid li dawn ittieħdu kontra il-liġi.", "L-aspettativa` tal-poplu llum qed tikber.", "Jiena niltaqa' ma numru kbir ta' nies li jaħsbu li ladarba huma jħallsu t-taxxi allura jippretendu li jkollhom amministrazzjoni aħjar mill-pajjiż.", "Fil-fatt ħafna drabi, meta jkun hemm problema, in-nies sikwit jistaqsuni għala dawn għandhom iħallsu t- taxxi jekk mhux qed jieħdu s-servizz.", "Dan huwa l-punt importanti u naħseb hemm bżonn kbir li naraw kif intejbu s-sitwazzjoni.", "Per eżempju, għad hemm numru ta' dipartimenti li tiktbilhom u jdumu biex jagħtuk risposta.", "Fil- fatt riċentement irċevejt risposta ta' ittra minn dipartiment tal-gvern li jiena kont bgħatt fl-1996.", "Għaliex ċerti nies jagħmlu talbiet biex jieħdu xi ħaġa li hi ta' benefiċċju għalihom u li wara kollox għandhom dritt għaliha u għal dawn it-talbiet jew applikazzjonijiet ma jkollhom l-ebda feedback lura ta' x'qiegħed jiġri?", "Tiltaqa' ma bniedem u jgħidlek li għamel applikazzjoni għat-tali ħaġa pero` ma jafx x'ġara minnha għax ma ingħatax risposta.", "M'hemmx mekkaniżmu biex tkun taf min se jieħu deċiżjoni fuq file partikolari, fuq bniedem jekk għandux benefiċċju jew le, jekk bniedem hux intitolat biex jieħu self jew le eċċ. M'hemmx mekkaniżmu min-naħa ta' l- istat sabiex iċ-ċittadin ikollu viżjoni ta' dak li qiegħed jiġri mit-talba jew applikazzjoni tiegħu.", "Ħaġa oħra li hi problematika fis-settur amministrattiv hi l-kwestjoni ta' trasferimenti jew promozzjonijiet fl-intern taċ-ċivil.", "Tara li ċerti drabi jkun hemm konflitti interni fl-istess amministrazzjoni u dawn huma problemi li ilna nkaxkru saqajna fuqhom għal żmien twil u naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jidħol ftit aktar fihom u ntejbuhom għax meta wieħed jiġi biex jitkellem f'dan il-proċess amministrattiv, irid jammetti dak li qal professur Ingliż li t-terminu \"administrative process\" ikopri", "\"a wide range of different decision making contexts and generalisation is problematic.", "It is possible to identify the key elements of these terms by saying that administrative process is a decision making procedure authorised under some form of legislative or executive enactment granting a power to a public official or institution.\".", "Għax ovvjament ir-range kbira ta' deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu minn uffiċjal pubbliku jew minn instituzzjoni taħt il-kappa tal-leġislatura u ta' l-eżekuttiv hija verament endless u l-esperjenza tul din il-leġislatura hija wkoll li qed inżidu fil-kwantita` kbira ta' poter amministrattiv, liema poter bilfors jolqot aktar liċ-ċittadin u għalhekk naħseb li wasal iż- żmien li wieħed jipprova jtejjeb dan is-settur u nagħtuh spinta 'l quddiem.", "Per eżempju, kulmin jagħmel talba biex jakkwista xi ħaġa mill-istat għandu jkun jaf min hi l-persuna responsabbli mit-talba tiegħu u għandu jkun jaf x'qiegħed jiġri mill-każ tiegħu.", "Dawn huma eżempji ta' kif nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Ċerti drabi nisma ilmenti min-nies li jmorru fid-dipartiment tal- gvern u jistaqsu fuq il-każ tagħhom u jkun hemm każijiet – mhux dejjem – fejn jgħidulhom li l-file tagħhom qiegħed għand it-tali skrivan imma dan ikun qiegħed bil-leave jew inkella li l-applikazzjoni tal-persuna konċernata tkun intilfet jew tkun f'xi dipartiment ieħor.", "Iċ-ċittadin għandu jkollu mekkaniżmu ta' monitoring sabiex ikun jaf min qed jieħu ħsieb l-file tiegħu u f'liema stadju wasal.", "Naħseb ukoll li ċ- ċittadin għandu jkollu rabta ma l-istat fis-sens li jkun jaf kemm se ddum biex tiġi proċessata t-talba tiegħu.", "Il-poplu jħoss li m'hemmx żmien definit ta' meta se tirċievi risposta għal talba li għamilt.", "Ma hemmx żmien definit fejn ir-risposta trid bilfors tasal għand iċ-ċittadin.", "Kollox hu ftit miftuħ.", "Għandek setturi tal-liġi fejn hemm kollox regolat pero` l-idea ġenerali tal-poplu hija li din hi l-eċċezjoni u mhux ir-regola.", "Naħseb li llum il-ġurnata huwa fl-interess ta' dan il-pajjiż li aħna nagħmlu pass ieħor 'il quddiem sabiex il-proċedura li tiġi segwita fl- amministrazzjoni - speċjalment meta wieħed qiegħed jieħu deċiżjonijiet li tajjeb jew ħażin jeffetwaw lin-nies - tkun aħjar.", "Bniedem jista' jkun għamel talba għar-refuzjoni ta' flus ta' l-income tax jew bniedem irid iħallas l-income tax jew għamel talba biex jieħu benefiċċju ta' xi ħaġa jew għamel talba biex jiġi eżentat minn xi ħaġa; dawn huma kollha affarijiet li jeffettwaw il-ħajja tal-bniedem u din hija xi ħaġa li l-esperjenza demokratika dejjem tgħallem, li l-instituzzjonijiet demokratiċi jkollhom aktar saħħa u aktar rikonoxximent mill-poplu li vvota għalihom meta jkun hemm aktar sempliċita`, accountability u trasparenza ta' kif il-prattiċi li jeffettwaw il-ħajja tan-nies jiġu proċessati.", "Il-poplu jieħu pjaċir meta l- affarijiet isiru malajr u b'mod loġiku u meta d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm fuq il-liġi kif ukoll fuq il-ġustizzja.", "Naħseb li wieħed mill-punti kardinali li pprova jagħmel dan il-gvern Nazzjonalista u rnexxilu, huwa li jdaħħal fl-operazzjoni l-uffiċċju ta' l- ombudsman fejn dan qiegħed jagħmel ħafna xogħol tajjeb u qiegħed jieħu ħsieb ħafna każijiet.", "Ovvjament ma jistax jieħu ħsieb il-każijiet kollha li jaslulu pero` dan qiegħed jgħin biex idaħħal il-good practice f'numru ta' dipartimenti sabiex ma jkunx hemm dawn it-tipi ta' każijiet u sabiex ma jkunx hemm sitwazzjoni fejn persuna ddum biex tieħu r-rimedju tagħha.", "Jiena qrajt id-diskors tal-laqgħa li saret fl-4 ta' Marzu tas-sena 2000 tal- kumitat tal-Kamra fejn deher l-ombudsman u ta spjegazzjoni ta' dak li qiegħed isir fl-uffiċċju tiegħu u elenka wkoll numru ta' affarijiet li jitolbu attenzjoni.", "L-ombudsman miss punt importanti ħafna u hawn qed nirreferi għal dak li għandu x'jaqsam mar-rimedji li l-poplu jitlob għax fil-kamp amministrattiv inti għandek żewġ kapijiet; dak li huwa r-review, li inti tħares lejn id-deċiżjoni amministrattiva ttieħdet kif ttieħdet, u għandek ir-rimedju li tagħti lil xi ħadd li jkun ġie effetwat ħażin, jew minn applikazzjoni ħażina tal-liġi jew għal xi raġuni oħra li tmur 'il barra mill-ambitu tal-liġi u hemmhekk l-ombudsman qal li waħda mill- problemi prinċipali li hu għandu hija f'dak li għandu x'jaqsam ma l-għoti tar-rimedju.", "Hu qal li l-problema mhux tant li jsib li xi ħaġa ma saritx kif suppost jew le - jew skond il-ġustizzja jew le għax dak hu kriterju ieħor u hu interessanti li qiegħed bil-mod il-mod jiġi żviluppat dak li hu sew u ta' dak li mhux sew fl-interpretazzjoni tal-liġi għax din trid tkun ukoll b'mod raġunat speċjalment meta inti tħares lejn il-prinċipju etiku fundamentali tagħha – imma li jagħti r-rimedju.", "L-ombudsman ilmenta u qal testwalment", "\"Jien noqgħod attent ħafna meta nagħmel rakkmandazzjonijiet għaliex bir-rakkmandazzjonijiet mhux biss trid tħares lejn il-kuntest ta' l- individwu imma anke trid tħares ukoll lejn l-eku ta' partijiet oħra li jistgħu jkunu milquta.\".", "U jgħid li kull darba idum itella` u jnizzel sabiex jieħu d-deċiżjoni fuq liema rimedju hu l-aktar feasable u prattiku.", "L-ombudsman jitkellem ukoll fuq id-diffikultajiet tal-rakkmandazzjonijiet u jgħid li hu għandu diffikulta` għax ċerti drabi, ċerti rakkmandazzjonijiet ma jiġux implimentati u jitħallew hemmhekk.", "Hawn jkollok problema kbira.", "Fil-fatt aħna nsegwu mudell ta' l-ombudsman li hu bħal tad-Danimarka u ta' New Zealand mentri hemm pajjiżi oħrajn bħall-Isvezja fejn jekk l-ombudsman jara li r-rakkmandazzjoni tiegħu ma ġietx implimentata, jista' jagħmel proċess il-qorti u jitlob li r-rakkmandazzjoni tiegħu tiġi mplementata quddiem il- qorti.", "Dan il-punt hu importanti ħafna għax hu l-punt li fuqu jkun hemm ħafna problemi fil-pajjiż.", "Xtaqt hawnhekk nikkwota l- awtur tad-dritt amministrattiv fejn qali li:", "\"The direct impact of an administrative decision is on the individual case at hand.", "The significance of the individual case has the potential to change administrative procedures.", "The extent which public officials follow judicial directions, varies.", "This represents a challenge to the authority of the court and is often based on the notion that the courts don't understand the situation of administrators and impose excessively costly procedures.\".", "Dan hu l-punt importanti; Li minn deċiżjoni individwali joħorġu ħafna riperkussjonijiet li fihom l-amministrazzjoni tkun trid tbiddel kompletament il-linja u l-proċedura li tkun qed tieħu u tbiddel ukoll il- prattika biex b'hekk l-effett tagħha jkun mhux biss fuq dak il-bniedem imma jkun fuq nies oħrajn, fuq l-amministrazzjoni u jkollha wkoll effett inti tiġi għal kwestjonijiet li huma pertinenti l-qorti.", "F'dan il-kuntest, il- kwestjoni tar-rimedji u tar-rakkmandazzjonijiet li jagħti l-ombudsman hu aktar komplikat meta inti tidħol fil-kamp tal-qorti għax kif jingħad, il- mentalita` li tiġi segwita mill-ombudsman mhux dejjem tkun l-istess mentalita` tal-ġudikanti.", "Il-frame of mind tal-ġudikant biex japplika l- liġi hi differenti minn dik li għandu l-ombudsman.", "Dan hu punt fundamentali fil-parti li qed nipprova nwassal.", "Naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jibda jikkontempla li jkollna tribunal amministrattiv permanenti.", "Sfortunatament għandna ħafna tribunali amministrattivi li jitwieldu minn numru kbir ta' liġijiet li nagħmlu hawnhekk kull sena; kull sena aħna nwelldu sitta jew sebgħa tribunali amministrattivi ġodda bil-problemi u l-konsegwenzi amministrattivi kollha tagħhom.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li nibdew nikkontemplaw li barra l- ombudsman, noħolqu wkoll tribunal amministrattiv permanenti li fih ikun hemm kemm l-esperjenza ta' l-ombudsman kif ukoll l-esperjenza tal-ġudikant f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni ta' l-istat.", "Dan hu importanti għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett ħaġa huwa żball li rakkmandazzjoni ta' l-ombudsman ma tiġix applikata, u kif qal tajjeb l-istess ombudsman, din timmina l-fiduċja taċ- ċittadin fl-istituzzjonijiet għax iċ-ċittadin l-ewwel ikun mar għand l- ombudsman biex jieħu r-rimedju, jieħu r-raġun mingħandu imma r- rakkmandazzjoni ma tiġix implementata u dan xorta jibqa' b'xejn.", "L- amministrazzjoni jkollha r- raġunijiet tagħha għalfejn ma timplementahomx għax dan xejn ma jsir b'kapriċċ pero` naħseb li wasal iż-żmien li nsibu mod ta' kif insolvu dawn il-problemi li m'humiex ħafna bħalissa pero` qegħdin jiżdiedu bil-mod.", "Fil-fatt hemm każijiet ta' nies li jkunu marru għand l- ombudsman u d-deċiżjoni tiegħu ma tissodisfahomx.", "Per eżempju, kien hemm każijiet fejn l-ombudsman jagħti raġun liċ-ċittadin li l-ħaġa ma saritx kif kellha ssir pero` xorta ma jagħtihx rimedju, fis-sens li ma jgħidlux kif jista' jpatti għat-tort u hemm każijiet fejn l-ombudsman, minħabba id- diffikultajiet ta' l-implementazzjoni tar-rakkmandazzjonijiet tiegħu - u minħabba anke l-problema li għandna fil-pajjiż, li biex tidħol ċerta miżura jridu jiġu nvoluti korpi oħrajn bħal, per eżempju, il-public service commission – dawn ir-rakkmandazzjonijiet ma jiġux implementati.", "Jiġifieri l-ombudsman - li qiegħed hemm biex isolvi l-problemi bejn l- amministrazzjoni u l-poplu – qed iwassal biex jinħolqu numru ta' problemi u għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu dan it-tribunal amministrattiv li jieħu ħsieb dawn il-problemi ta' nuqqas ta' rakkmandazzjonijiet ta' l- ombudsman.", "Mhux biss hekk imma jieħu ħsieb ukoll min irid jagħmel appell bħal jekk, per eżempju, il-gvern ma jkunx qabel mar-rakkmandazzjonijiet li għamel l-ombudsman u jkollu r-raġunijiet validi tiegħu.", "Jiena ngħid li għandu jkun hemm post fejn problemi bħal dawn jiġu deċiżi.", "Hawn numru ta' rakkmandazzjonijiet li ġew imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra u xorta baqgħu ma ġewx implementati.", "Saru wkoll domandi parlamentari minn numru ta' membri fuq iż-żewġ naħat fuq dan il-punt u wieħed jinnota li s-sitwazzjoni ma tantx qed tiċċaqlaq.", "Allura naħseb li wasal iż-żmien li nimxu 'il quddiem għax hemm bżonn li jkun hemm rapport aħjar bejn iċ-ċittadin u l-eżekuttiv bħalma hemm bżonn rapport aħjar bejn l-ombudsman u dan il-parlament.", "Tajjeb qal l-ombudsman f'dik il-laqgħa ta' l-4 ta' Marzu fejn qal li hemm bżonn li jiġi mwaqqaf kumitat.", "Fil-fatt dan il-punt jiena diġa` semmejtu f'żewġ aġġornamenti li għamilt xi sena ilu, fejn tlabt li jiġi nominat kumitat ta' petitions and complaints fejn il-poplu jkollu l-possibilita` li jmur quddiem dan il-kumitat biex jagħmel l-ilmenti tiegħu u naħseb li dan il-kumitat għandu jkollu rapport ma' l-ombudsman anke fuq il-problemi li qed isib l-ombudsman fl- implimentazzjonijiet ta' ċerti deċiżjonijiet li jieħu.", "Huwa importanti wkoll għaliex wieħed irid jgħid li l-ombudsman għandu wkoll il-fakulta` li jagħti pariri li ċerti liġijiet qegħdin joħolqu ċerti sitwazzjonijiet ta' inġustizzja u qed ikollhom effett ħażin fuq il-poplu.", "F'ċerti każi jista' jiġri li minflok qiegħed jiġi mplementat dak li rridu aħna, qiegħed jiġi mplementat il-kontra u l-ombudsman għandu din il-fakulta` li fejn jara dan, jagħmel is-suġġerimenti tiegħu.", "Jiena naħseb li dan il-kumitat li semmejt jkun tajjeb li nagħmluh sabiex dan jibda jagħmel proposti leġislattivi għax il-proposti leġislattivi kienu dejjem xi ħaġa aċċettata anke fi żmien id- dritt ruman fejn membru fil-parlament jista' jagħmel rapport legali għal tibdiliet fuq ċerti partijiet mil-liġi.", "Ir-rumani kellhom il-famuż senat konsulta.", "Dan is-senat konsulta kien ikun parir li jagħti avukat u li kien jiġi approvat mis-senat u sussegwement applikat mill-ġudikanti ta' Ruma.", "Din hi xi ħaġa importanti oħra fil-mekkaniżmu sabiex tagħmel l- amministrazzjoni tal-pajjiż aktar accountable, aktar viċin tal- poplu u li nevitaw li jkun hemm xi qasma bejn naħa u oħra ta' x'jiġi deċiż hawnhekk u x'verament jieħu lura l-poplu.", "Xtaqt qabel nagħlaq nitkellem ukoll fuq żewġ punti oħra li ħarġu minn dak ir-rapport ta' l-4 ta' Marzu li naħseb li jimmeritaw l-attenzjoni.", "L-ewwel il-punt kien imsemmi mill-Onor.", "George Vella fejn dan ta parir li l- ombudsman għandu jagħmel kampanja ta' informazzjoni.", "Naħseb li dak hu pass importanti li għandu jsir.", "Irrid ngħid ukoll li hija ħasra li l-ombudsman ma tarahx jipparteċipa fl-attivitajiet tal-pajjiż u eżempju ta' dan kien li fl-attivita` tas-Sette Giugno l-ombudsman ma kienx hemm.", "Dan għandu jipparteċipa għax huwa uffiċjal għoli ħafna fil-pajjiż u m'għandhiex tiġi aktar aċċettata s-sitwazzjoni li l-ombudsman ma jingħatax il-ġieħ u l- pożizzjoni li ħaqqu.", "Naħseb li għandna nħarsu ftit aktar 'il quddiem, Sur President, u naċċettaw li l-amministrazzjoni sħiħa illum dieħla f'revoluzzjoni fuq żewġ binarji; L-effetti u l-problemi tal- privatizzazzjoni.", "X'qed ikun l-effett tal-privatizzazzjoni li huwa aċċettat mad-dinja kollha li huwa xi ħaġa li għandna tkompli tagħmel il-ġid u x'qiegħed ikun l-effett tagħha fuq il-kamp ta' l-amministrazzjoni speċjalment fuq id-dritt amministrattiv.", "Punt importanti ieħor li bilfors irrid nidħol fih huwa l-kwistjoni ta' diversi istituzzjonijiet internazzjonali kemm ekonomiċi kif ukoll dawk kbar oħra fil-kamp soċjali u kulturali li wkoll għandhom l-effett tagħhom fuq il- poplu permezz ta' l-istituzzjonijiet tal-pajjiż tagħna stess li wkoll jimmeritaw attenzjoni.", "Naħseb li l-poplu għandu d-dritt li jitlob din il- ħaġa.", "Fil-kuntest ta' l-effiċjenza, qed tinħass li l-privatizzazzjoni hi l- aħjar triq.", "Jien għedt :", "\"the prevailing dominance of efficiency over and above other vital concerns of administrations especially democracy and equity is seen to be found in privatisation.", "We are seeing the privatisation of state power.", "This power devolves not to the people, as classical liberal thought might suggest, but largely to institutions on the private side in forms such as private regularity capacities.\".", "Dan hu ċ-challenge li aħna dieħlin fih.", "Il-punt fundamentali hu li hemm bżonn niddedikaw aktar ħin għal dak li għaddej minnu d-dritt amministrattiv għax kif qal professur tad-dritt amministrattiv", "\"the people entrust power upon institutions and these institutions carry a burden of being accountable to the people for the exercise of the power they hold in trust.\".", "U dan hu d-dmir tagħna hawnhekk.", "Sur President, inti tista' tinnota li kemm ili deputat jien, iddedikajt numru ta' aġġornamenti sabiex nagħmel aġġornament tas-sitwazzjoni kostituzzjonali u amministrattiva tal-pajjiż għax naħseb li pajjiż jixraqlu li jkollu dritt kostituzzjonali u amministrattiv modern li jkun ilaħħaq ma' żminijietna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 2 ta' Lulju 2002 fid-9:00 am bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 pm, il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GŻIRA - TRIQ MANOEL - TRAFFIKU", "34322.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex it- trasport jibda jitla' minflok jinżel Triq Manoel, il-Gżira sabiex jiġu evitati l-bosta nċidenti li ġraw dan l-aħħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Triq Manoel hija diviża b'Rue d'Argens, parti tinżel lejn Rue d'Argens u l-parti l-oħra mix-Xatt tal-Gżira titla' lejn Rue d'Argens.", "Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal dik il-parti li tinżel lejn Rue d'Argens.", "Minn stħarriġ li sar, kemm mid-direttotrat għall-maniġġ tat-traffiku u l- kunsill lokali tal-Gżira, mhux vijabbli li tinbidel id-direzzjoni tat- traffiku f'din il-parti minħabba l-fatt li:-", "1. it-traffiku li jkun nieżel minn Triq Sliema, li hi triq distributorja u għalhekk esposta għal ħafna traffiku, jinqasam fuq Triq Manoel minn Triq Luqa Briffa li t-tnejn li huma jesporġu għal Rue d'Argens; u", "2. irid jinbidel it-traffic management ta' Triq Reid u Misraħ Turu Colombo.", "Biex jiġu evitati nċidenti tat-traffiku, id-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku kien approva l-istallazzjoni ta' 35Km/h speed limit signs fiż-żona u dan sabiex il-veloċita` tal-vetturi tkun aktar ikkontrollata.", "HOUSING - SAN ĠWANN", "34323.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar sale of property?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-bejgħ mill-awtorita` tad-djar ta' appartamenti tal-gvern taħt l-iskema \"Sir Sid Darek\" jista' jsir meta l-inkwilin ikun rikonoxxut mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u/jew mid- dipartiment ta' l-artijiet.", "Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ma tissodisfax din il-kundizzjoni.", "WSC - SAN ĠWANN –TNEĦĦIJA TA' METER TA' L-ILMA", "34324.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jitneħħha l-meter ta' l-ilma mill-fond indikat ukoll separatament, liema talba ilha pendenti minn Frar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tieħu l-passi meħtieġa biex it-talba tal-konsumatur imsemmi tintlaqa'.", "Ta' min ifakkar li f'każijiet bħal dawn, il-korporazzjoni tagħlaq il-kont mid-data ta' l-applikazzjoni.", "Għaldaqstant il-konsumatur m'hu se jħallas l-ebda service charge minn Frar 'il hawn.", "VAT", "34325.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-area tad-dipartiment tat-taxxi interni, fil-parapett ta' block 3, Beltissebħ hemm Fiat Regata GVN 078 abbandunata b'liċenzja li ilha li skadiet minn Lulju tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-karozza Fiat Regata GVN 078 li kienet tintuża mid-dipartiment bħala general purpose vehicle u li kienet inxtrat f'Marzu ta' l-1990 kienet qed tkun ta' spiża kbira għad-dipartiment minħabba konsum qawwi ta' petrol u spejjeż relatati oħra fosthom tiswijiet.", "Għandu jiġi appuntat bord skond avviż legali 83 ta' l-1999 tal-financial and administration audit act biex jirrikkmanda x'azzjoni trid tittieħed biex niddisponu minn din il-karozza.", "RELIEF – KAŻ TA' SEPARAZZJONI", "34326.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi investigat il-każ tal- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tinsab separata mir-raġel tagħha li għandu wkoll kustodja tat-tfal tagħha, billi din inqagħtet mir-relief u saritilha rakkmandazzjoni biex tfittex tibda taħdem minkejja li fil-preżent ma tantx hija fit għax-xogħol minħabba depression - iċċertifikat minn speċjlista mediku - li tinstab għaddejja minnu u b'konsegwenza ta' dan kollu qed tkun ta' hardship fuq il-ġenituri tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu se tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "34330.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex missier ta' familja b'żewġt itfal – partikolarijiet dwaru qed jintbagħtu separatament - inqatagħlu kull dħul mis-social services?", "Jista' dan is- sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu se tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.", "GĦAJN TUFFIEĦA - KANNA TA' L-ILMA", "34332.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex tissewwa l- ħsara li hemm fil-kanna ta' l-ilma nieżla lejn il-bajja ta' Għajn Tuffieħa li minnha qed jintilef u jinħela ħafna ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ġiet infurmata b'dan il-każ biex tieħu l-azzjoni relattiva mill-aktar fis possibbli.", "TAS-SLIEMA - TRIQ SANT ANĠLU - ĦSARAT", "34333.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex tissewwa l- ħsara li hemm fi Triq Sant Anġlu f'Tas-Sliema li qed twassal biex jinħela ħafna ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li l-ħsara msemmija fil-mistoqsija fil-fatt diġa` issewwiet.", "DUAL CITIZENSHIP", "34334.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema pajjiżi ġejjin dawk li ħadu d-dual citizenship skond ir-risposta għall-mistoqsija 34204?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellanti hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "DETOX CENTRE - POST ALTERNATTIV", "34335.", "L-ONOR.", "JOSE` HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jinstab post aktar adattat għad-Detox centre peress li qiegħed f'post abitat ħafna u minbarra l-isptar, viċin ħafna tad-Detox hemm saħansitra skola primarja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BORMLA - SKOLA PRIMARJA - TENDERS", "34336.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33333, meta se jiġu ppubblikati d- diversi tenders għax-xogħlijiet meħtieġa fl-iskola primarja ta' Bormla?", "Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li qed nivverifika t-tagħrif miġbur, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻURRIEQ - TRIQ MATTEOLO SALIBA - XOGĦLIJIET", "34338.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ħa t-tender biex issir it-Triq Matteolo Saliba Żurrieq u meta hu maħsub li jibda x- xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-kuntratt għax-xogħlijiet fi Triq Matteolo Saliba ż-Żurrieq għadu kif ingħata lid-ditta Alfred Schembri & Sons u l-kuntrattur qiegħed jagħmel il-preparamenti neċessarji biex jinbeda x-xogħol.", "BIRGU - TRIQ IL-MAJJISTRAL", "34339.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fit- Triq il-Majjistral, il-Birgu, waqaf u issa ilu wieqaf għal aktar minn seba' ġimgħat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "XUFIERA TA' L-AMBULANZI – TILWIMA INDUSTRIJALI", "34341.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tilwima industrijali li teżisti bejn il-gvern u l-UĦM rigward ix-xufiera ta' l-ambulanzi għadha ma' ġietx riżolta wara xahrejn sħaħ?", "Minħabba din it-tilwima qed ikun hemm ħafna tbatija fuq il- pazjenti infushom, l-istaff tal-casualty, u argumenti bejn ix-xufiera stand- by u x-xufiera tal-ambulanzi.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-gvern ma jħossx li t-talbiet li qegħdin jagħmlu x-xufiera ta' l-ambulanzi huma ġustifikati.", "Il-Ministeru tas-Saħħa qiegħed jagħmel minn kollox biex il-konsegwenzi ta' l-azzjoni li qIegħda tittieħed mix-xufiera ta' l-ambulanzi jkollha riperkussjonijiet mill-anqas.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34349.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment ġew sottomessi lill-awtorita` ta' l-ippjanar fejn jirrigwardja żviluppi marittimi matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm minn dawn kienu barranin u kemm minn dawn kienu Maltin?", "Minn min saru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34071.", "L-EIAs kienu ikkoordinati minn dawn il-kumpanniji:", "Applied Economics Consulting Ltd", "Aquabiotech Ltd", "EKOplan", "EMDP Ltd", "Insular Coastal Dynamics Institute (ICOD)", "Lino Bianco & Associates", "Malta University Services Ltd", "Tnejn mill-EIAs saru minn grupp ta' konsulenti mhux koordinati minn ebda kumpannija.", "Dawn il-konsulenti kienu kollha Maltin, ħlief għal wieħed li huwa barrani iżda jgħix Malta.", "MEPA - ESPERTI BARRANIN", "34350.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għal mistoqsija 34075, min kienu ż-żewġ esperti barranin u xi kwalifiki kellhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ż-żewġ esperti kienu is-Sur Karl Fuller, Manager tas-centre for environmental assessment and management (CEAM) ta' l-institute for environmental management and assessment (IEMA) ta' l-Ingilterra u Dr John Henry H. Looney li huwa wkoll membru fuq il- Kunsill ta' l-IEMA.", "Dawn iż-żewġ esperti għandhom esperjenza twila f'dan il-qasam.", "Id-dettalji dwar l-istitut u l-esperti huma kif jidher fid- dokument hawn mehmuż.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34352.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment/statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "TONIO BORG: La l-ministeru u l-ebda dipartiment li jaqa' taħtu ma talab biex isir xi EIA.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34354.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment/statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li matul il-perijodu msemmi l- Forzi Armati, fuq talba ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, ikkummissjonaw studju wieħed ta' dan it-tip (EIA).", "Dan kien dwar il-proġett ta' estensjoni tal-moll tal-bażi marittima f'Xatt it-Tiben, Furjana u sar mill- kumpannija Environment Management Design and Planning.", "B'kollox, l-istudju sewa Lm11,600.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34355.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment/statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal- ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ma sar ebda environmental impact assessment/statement minn Settembru 1998, fuq talba tal-Ministeru għall-Politika Soċjali jew dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34356.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment/statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal- ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-environmental impact assessments/statements kienu dawn:", "|STUDJU |MINN MIN SARU |NEFQA | |Malta |AIS |Lm | |North |Environmental |8,797.50| |Sewage |Ltd. | | |Treatment| | | |Plant | | | |(Sit 1) | | | |Malta |AIS |Lm | |North |Environmental |7,877.50| |Sewage |Ltd | | |Treatment| | | |Plant | | | |(Sit 2) | | | |Gozo |AIS |Lm | |Sewage |Environmental |5,520.00| |Treatment|Ltd | | |Plant | | | |Hay Wharf|EMDP, Mosta |Lm11,600| | | |.00 |", "TIĠDID TA' KARTI TA' L-IDENTITA`", "34358.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Waqt it-tiġdid tal-karta ta' l-identita` qiegħed jiġi enfasizzat li fejn hemm in-numru tar- residenza dan għandu jieħu l-priorita` fuq kull mezz ieħor ta' identifikazzjoni ta' dik ir-residenza partikolari?", "X'inhi l-policy li qiegħda tuża l-kummissjoni elettorali f'din il-materja?", "In-numru tar-residenza qiegħed jiġi rifless u jkun aġġornat fuq ir-reġistru elettorali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat mill-kummissjonjarju elettorali ewlieni li n-numru tal-bieb tar-residenza jieħu l-priorita` fuq il-mezz l-ieħor ta' identifikazzjoni (jiġifieri l-isem) tar-residenza minħabba li n-numru jkun dak uffiċjali mogħti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Insfrastruttura.", "L-uffiċċju elettorali jaġġorna d-database tiegħu sabiex sew ir-reġistru elettorali u sew il-karta ta' l-identita` l-ġdida jkunu stampati bin-numru l-ġdid.", "Meta jkun il-każ, l-isem tar-residenza, li għandu l-importanza tiegħu, jidher ukoll fuq il-karta ta' l-identita` wara n-numru tal-bieb.", "Fejn m'hemmx numri allokati jidher biss l-isem tar- residenza.", "Iżda, minħabba raġunijiet tekniċi, fir-reġistru elettorali jidhru l-ewwel l-isem tad-dar, imbagħad in-numru tal-bieb.", "MEPA - ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ SAN MARTIN", "34359.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq San Martin, Ħaż-Żebbuġ hemmx indikat li jsir front garden fuq xi naħa waħda tat-triq?", "Ħarġu permessi f'xi residenza fi Triq San Martin biex isiru front gardens?", "Hemm xi enforcement pendenti fi Triq San Martin biex jitneħħew front gardens li saru mingħajr permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond il-pjan regolatur attwalment viġenti, it-triq in kwestjoni mhix indikata bħala waħda għall-bini bil-front gardens.", "Għalkemm it-triq hija kommessa bl-iżvilupp, din taqa' f'żona 'l barra mill- iskema uffiċjali tal-bini hekk kif indikata fl-iskemi ta' provvedimenti temporanji ta' l-1988.", "Għaldaqstant m'hemm l-ebda gwida uffiċjali jekk għandux ikun imponut front garden jew le f'din iż-żona u kull każ jitqies fuq il-meriti tiegħu.", "Jirriżulta li pjanti approvati f'permess partikolari, ċioe` PB 4972/89/650/89, maħruġ fis-26 ta' Diċembru 1989, hemm indikati ħitan quddiem il-faċċata tal-bini u dan sabiex jiġi iffurmat front garden.", "Barra minn hekk u iżjed riċenti, inħareġ permess ieħor PA 1712/01 datat 2 ta' Ottubru 2001.", "Dan jindika xatba u ħajt il-barra mill-linja tal-bini fejn ġie iffurmat front garden.", "Mill-banda l-oħra, permess li kien maħruġ fid-9 ta' Mejju 1996 (PA 1799/95) impona l-eliminazzjoni tal-front garden li kien rikjest mill-applikant.", "Sal-lum dan baqa' ma sarx.", "Rigward l-aħħar parti ta' l-Interpellanza jirriżulta li fil-preżent m'hemm l-ebda każ ta' infurzar pendenti sabiex jitneħħa xi front garden.", "MARIA BUGEJA CASH FOR CANCER FOUNDATION", "34360.", "L-ONOR.", "JOSE` HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il- gvern biex xtara l-bini li kien intenzjonat għal Maria Bugeja Cash for Cancer Foundation?", "Jista' jgħid kemm kien hemm dejn fuq dan il-bini?", "Jista' jispjega għal xiex se jiġi wżat dan il-bini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-prezz għax-xiri tal-post indikat mill-Onor.", "Interpellant kien ta' Lm350,000.", "Minn din is-somma, Lm88,146.39 tħallsu direttament lill-kreditur bħala full and final settlement għax-xogħol li kien għamel fl-istess post. Mill-bilanċ, il-Maria Bugeja Cancer Support Foundation tat lura b'donazzjoni lill-gvern is-somma ta' Lm150,000 bl-iskop li tintefaq fuq xiri ta' apparat jew tiffinanzja proġetti relatati ma' l- onkoloġija, kif miftiehem bejn l-imsemmija fondazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-gvern dwar is-saħħa.", "Kif diġa` ġie mħabbar pubblikament meta nxtara l-post, dan il-bini se jservi biex jakkomoda l-awtorita` tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax- xogħol, li fil-futur qarib mistennija żżid in-numru ta' mpjegati biex iġġor b'mod effettiv ir-responsabbiltajiet legali li għandha u tiżgura prattiċi u livelli għolja ta' saħħa u sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol.", "TKEĊĊIJA TA' BARRANIN", "34361.", "L-ONOR.", "JOSE` HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tkeċċija ta' barranin ġiet ordnata wara li dawn ikunu ġew dikjarati baħala illegal aliens għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TAS-SLIEMA - TRIQ VIANI - SERVIZZ TA' L-ILMA", "34363.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex residenti fi Triq Viani f'Tas-Sliema jkollhom is-servizz ta' l-ilma wara li ilhom tlett ijiem bla ilma fid-djar tagħhom b'ħafna tbatija għalihom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tħejji l-pjanijiet biex jinbidlu l-mains ta' l-ilma bil-ħsieb li titjieb il-pressa ta' l-ilma fi Triq Viani f'Tas-Sliema.", "Dan qed isir minħabba li s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'din it-triq tinsab fi stat ħażin b'konsegwenzi li l-pressa titbaxxa.", "KAŻIN MALTI - TIĠDID TA' ĊENS", "34365.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli titressaq riżoluzzjoni fil-Parlament biex jiġġedded iċ-ċens tal-Każin Malti b'kundizzjonijiet aġġornati b'mod adegwat biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ għall- ħarsien u użu aħjar ta' l-istrutturi tal-bini tal-Każin Malti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ċ-ċens ta' l-art fejn jinsab il- Każin Malti baqagħlu sentejn u nofs oħra biex jiskadi.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - XOGĦLIJIET", "34367.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumentazzjoni li l- fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada bagħtet lill-ministeru tiegħu biex ikun possibbli li l-kumpannija Kalaxlokk twettaq xogħol fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn, kif ukoll kopja ta' l-awtorizzazzjoni maħruġa mill- ministeru tal-finanzi li tippermetti li l-istess kumpannija twettaq tali xogħlijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Filwaqt li nixtieq ninforma lill-Onor> Interpellant li t-talba tal-Fondazzjoni qed tiġi pproċessata mill-Ministeru tiegħi, ma rridx nissopponi li hu kontra li jsir Ix-xogħol maħsub fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn, speċjalment fil-perIjodu tal-vaganzi tas-sajf, u lanqas li x-xogħol jitwettaq mill-kumpannija Kalaxlokk.", "KONT TAD-DAWL - PAOLA", "34369.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jinqaleb fuq isimha l-kont tad-dawl ta' l- anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament u li ilha tagħmel it-talba għal tant żmien wara li żewġha miet madwar disa' snin ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ħadet il-passi meħtieġa sabiex il-kont li qed issir riferenza għalih jinqaleb fuq isem il-konsumatriċi.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - PENSJONI TAR-ROMOL", "34371.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi vverifikat li l-armla, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi l-pensjoni tar-romol skond il-bolol li r-raġel tagħha kien ħallas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu se tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.", "IŻ-ŻAMBI - ARTIKLU FIL-GAZZETTA", "34374.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 33698 b'riferenza għall-pubblikazzjoni tas-7 ta' April 2002, f'paġna 7 ta' l-artiklu ntitolat \"Iż-Żambi jitħalla barra mil-lista tal-prosekuzzjoni\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond ir-regolamenti tal-ħabs (1995) kull priġunier li jkun issentenzjat għandu d-dritt li jikteb lil min irid, u dan skond ir- regolament 51.1.", "Minn stħarriġ li sar, irriżulta li l-persuna indikata, bejn Diċembru 2001 u s-7 ta' April 2002 bagħtet żewġ ittri u l-ebda waħda ma kienet indirizzata skond kif allegat fl-artiklu tal-gazzetta indikat.", "TNAQQIS MIS-SERVIZZI SOĊJALI", "34375.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, għaliex tnaqqsulha Lm28.90 fix-xahar ta' April 2002?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu se tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.", "MEPA - ŻVILUPP FIL-GUDJA", "34376.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' żvilupp huwa approvat mill- awtorita` ta' l-ippjanar sabiex isir fit-triq li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li parti mit-triq li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant qiegħda f'urban conservation area, u parti oħra tinstab barra mill-area imsemmija.", "Fil-parti li qiegħda ġewwa l-UCA, l-iżvilupp għal skopijiet residenzjali għandu height limitation ta' żewġ sulari filwaqt li fil-parti l-oħra żvilupp jista' jitla' sa tliet sulari.", "SERVIZZ TAT-TELECARE - SUSSIDJU", "34377.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li anzjana, li l- partikolaritajiet tagħha jidhru separatament, tibda tieħu s-sussidju fuq it- telecare peress li issa ilha xhur li applikat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li f'Mejju li għadda l-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet notifikata li se tibda tgawdi mis- sussidju fuq it-Telecare b'seħħ minn Jannar 2002.", "GAZZETTA TAL-GVERN", "34379.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jikkunsidra l- Prim Ministru li jinħatar kumitat biex jirrevedi dik il-parti tal-gazzetta tal-gvern li tirrigwarda emendi għall-liġijiet sussidjarji fis-sens li jkun hemm fuq naħa l-pubblikazzjoni sħiħa ta' l-artiklu eżistenti waqt li fuq parti l-oħra l-istess artiklu kif qiegħed ikun emendat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: It-tibdil propost mill-Onor.", "Interpellant joħloq diskrepanzi kbar fil-layout li jintuża għall-istampar tal-liġijiet (avviżi legali, liġijiet u abbozzi ta' liġijiet) u jista' jagħti lok għal kumplikazzjonijiet u żbalji billi jkollok taħlita ta' liġijiet eżistenti, żidiet, emendi u tħassir fl-istess dokument.", "Minbarra hekk, żgur joħloq żieda sostanzjali fl-ispiża li d-dipartiment ta' l-informazzjoni diġa` għandu fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-gazzetta tal-gvern.", "F'każijiet fejn tinħass il-ħtieġa li emendi proposti jiġu spjegati aktar fid-dettall il-ministru responsabbli għal dik il-liġi partikolari normalment jagħti konferenza stampa jew tinħareġ press release.", "Xi kultant spjegazzjoni għal xi liġi jew emendi għal liġi eżistenti tingħata f'pubblikazzjoni separata.", "MARSASCALA - TRIQ IS-SALINI – TRASPORT PUBBLIKU", "34390.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwassal talba li saret minn residenti fi Triq is-Salini, Marsascala sabiex ir-rotta tal-karozza tal-linja bin-numru 22 tgħaddi minn din l-istess triq peress ukoll li f'din it-triq joqogħdu għadd ta' residenti anzjani?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li r-rotta preżenti numru 22 ma tinkludix Triq is-Salini.", "Din ir-rotta ġiet miftehma bejn id-direttorat għat-trasport pubbliku, l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku u l-kunsill tal-lokalita`.", "ŻABBAR - TOROQ", "34394.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti biex isir wiċċ ġdid f'dawn it-toroq ġewwa Ħaż-Żabbar?", "Triq il-Marloċċ; Triq Leli Tabone; Trid ir-Redentur; Triq G. Agius Muscat; Triq Sant'Awturu; Triq Spadaro u Triq Nikol Biancardi; Triq it-Tut u tal-Pier Housing Estate.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq qiegħed jiddiskuti proposta tal-kunsill sabiex jiġu rranġati dawn it-toroq, u x- xogħol fihom ikun jista' jsir wara li dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - GĦOTI TA' ART", "34396.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'idejn min qiegħda u għal liema skop ingħatat art li tinsab eżatt bejn il-ground ta' St Patrick u s-sur biswit Bieb is-Sultan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li skond ir-records tat-taqsima proprjeta` tal-gvern, il-biċċa art li hemm bejn il-ground ta' St. Patrick u s-sur biswit Bieb is-Sultan mhix mikrija.", "WSC – TILWIMA INDUSTRIJALI", "34406.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadha ma ġietx riżolta t- tilwima industrijali bejn il-ħaddiema tal-water services corporation u l- gvern?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kwestjoni ma ġietx riżolta għax it-talba għal żidiet fil-pagi u salarji li għamlet il-GWU hi għola minn dik li lest jagħti l-gvern.", "ĠARR TA' ĦAMRIJA", "34407.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid tul l-2001 u l-2002 sa l-1 ta' Ġunju kemm saru applikazzjonijiet biex tkun tista' tinġarr ħamrija minn post għal ieħor?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul is-snin 2001 u 2002 (sa' l-1 ta' Ġunju) saru 77 applikazzjoni biex tkun tista' tinġarr ħamrija minn post għal ieħor.", "55 applikazzjoni saru matul is-sena 2001, u 17-il applikazzjoni saru fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-MUNXAR - XOGĦLIJIET", "34408.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru permezz tad-dipartiment tat-toroq jgħid min suppost jirranġa Triq il-Muxar, Wied il-Għajn li fiha joqgħodu għadd ta' residenti u tinsab fi stat ħażin ħafna?", "Jista' jirranġaha d- dipartiment tat-toroq fid-dawl tal-fatt li baqgħat ma saritx mill-kunsill lokali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpelllant għad fiha żvilupp xi jsir kif ukoll xogħol għat-tqegħid ta' servizzi.", "Id-direttorat għat-toroq flimkien mal-kunsill lokali qed jimplimenta programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil- lokalita` jsir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "ENEMALTA – BDIL TA' BOZOZ", "34409.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta jara li jinbiddlu l-bozoz kollha li huma mitfija fi Triq Sir Philip Pullicino, Imtarfa għaliex dawn ilhom mitfija żmien twil?", "Possibbli jinterveni l-Ministru għaliex ir-residenti ilhom żmien jiġru mingħand il-kunsill għall-Enemalta u sadattant it-triq baqgħat mitfija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "34410.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għal-lease LD/88/86 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' l-investigazzjoni li kellha ssir mid-dipartiment u jgħid x'passi neċessarji ttieħdu minn Novembru 2001 'il hawn?", "Kien hemm xi kondizzjonijiet minn din il-kirja li mhux qegħdin jiġu osservati u x'passi ħa d-dipartiment?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-investigazzjoni msemmija mill-Onor.", "Interpellant saret minn impjegati tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Ir-riżultat ta' din l- investigazzjoni, bħal f`każijiet oħra, ġie miktub fil-file relattiv.", "Ġie konfermat li l-kundizzjonijiet tal-kirja huma kollha onorati.", "Filwaqt li nagħmel riferenza għar-risposti li ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari numri 28941, 29378 u 30102, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- dipartiment għadu qiegħed f'kuntatt mal-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, li hu l-promoter tal-proġett, biex jinstab sit alternattiv li jkun tajjeb għal użu speċifiku li qiegħed isir mill-proprjeta` in kwestjoni.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ L-IMMAKULATA - XOGĦLIJIET", "34411.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir Triq l- Immakulata, f'Wied il-Għajn?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx il- ħsieb li jsiru xi toroq fl-inħawi Ta' Munita, Wied il-Għajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 33761.", "MIC - FAMILIARISATION VISITS", "34417.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ġurnalisti u nies oħrajn li ntbagħtu Brussels fuq familiarisation visits mill-MIC?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-lista ta' ġurnalisti u nies oħrajn li ntbagħtu Brussels fuq żjarat ta' familjariżżazzjoni hija kif ġej:", "Karl Stagno-Navarra Chris Scicluna Joseph Felice Pace Charles Muscat Ingrid Brownrigg Nathaniel Attard Tony Gaffiero Ruth Amaira Mario Xuereb Reno Bugeja Joe Mifsud Martin Debattista", "Nixtieq inżid, sabiex jiġi evitat kwalunkwe ekwivoku, li, skond informazzjoni li ngħatajt, kien hemm ġurnalist wieħed biss li applika mis- Super 1 u li fil-fatt intgħażel.", "SEXUAL HARASSMENT", "34418.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod il-kummissjoni għall-avvanz tal-mara u d-dipartiment tan-nisa fis-soċjeta` ġew ikkunsultati fit-tħejjija tar-rapport sexual harassment at the work place in Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-rapport li qed tirreferi għalih l-Onor.", "Interpellanti huwa wieħed ta' riċerka dwar il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol li sar mill-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien ma' l- aġenzija Appoġġ.", "Dan ir-rapport jiġbor fih ir-riżultati ta' l-istudju msemmi u ma kien qatt intenzjonat bħala rapport ta' konsultazzjoni.", "Jirriżulta wkoll li l-kummissjoni għall-avvanz tal-mara, li fiha hemm ukoll rappreżentanza tad-dipartiment għan-nisa fis-soċjeta`, kienet informata b'mod dettaljat bil-proposta ta' dan l-istudju u li tat is-sapport tagħha għal dan l-istudju."]} {"filename": "20001107_417d_par.doc", "date": "2000-11-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 417 It-Tnejn, 6 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 417", "It-Tnejn, 6 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "417", "It-Tnejn, 6 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 546", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 546", "TQEGĦID TA' KARTI 549", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET", "ELETTRONIĊI (IT-TIENI QARI)", "ELECTRONIC COMMERCE BILL (SECOND READING) 550", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA TAD-DWANA (IT-TIENI QARI)", "CUSTOMS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 566", "AĠĠORNAMENT 571", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 576", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 416 li saret fl-1 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TURIŻMU - TOSS - SUQ INGLIŻ", "20322.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tħallas lis-suq Ingliż bejn l-1996 u l-1999?", "Kemm ġew turisti minn dan is-suq fl-istess perijodu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Qed inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, il-Ministru jikkonferma li l-iskema tat-TOSS se tinbidel?", "Jikkonferma li saru diskussjonijiet ma' operaturi, hoteliers u oħrajn biex tiddaħħal skema ġdida?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Huwa veru li l-iskema li għandna bħalissa se tinbidel, kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, imma għad fadlilha.", "Fil-fatt bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet ma' tour operators Ingliżi biex tiġi introdotta skema on a one-to-one basis.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Il-Ministru għandu idea kemm tista' tqum bejn wieħed u ieħor l-iskema l-ġdida?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, għalissa ma nistax ngħid l-ammont eżatt għax għaddejjin bid-diskussjonijiet.", "L-MTA taf bejn wieħed u ieħor x'fondi se ddaħħal mingħand il-gvern għall-erba' snin li ġejjin, x'kontribuzzjonijiet se jkollha mis-settur privat, x'se jkollha tonfoq għall-amministrazzjoni u spejjeż oħrajn u allura l-ftehim li trid tagħmel ma' l-operaturi jiddependi ħafna minn dawn l-ispejjeż.", "L-idea hi li l-iskema ma tibqax miftuħa biss għall-operaturi Ingliżi imma tkun miftuħa għal tour operators oħrajn, fosthom dawk Ġermaniżi, Taljani u anke Franċiżi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fir-revised version ta' l-NPAA hemm riferenza speċifika għall-fatt li għandu jkun hemm żmien transitorju in konnessjoni mat-TOSS.", "Jista' l-Ministru jagħtina ħjiel tat-transitional period li għandu f'moħħu l-gvern?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Din ir-riferenza hija pubblika u anke dehret fil- gazzetti.", "L-idea hi li nibqgħu għaddejjin sas-sena 2004.", "TURIŻMU - NEFQA PROMOZZJONALI", "20325.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' promozzjoni fis-swieq prinċipali tagħna u kemm ġew turisti minn kull suq bejn l-1996 u l-1999?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda li turi n-nefqa fi promozzjoni fil-core markets u l-oħra li turi l- għadd ta' turisti li żaru Malta minn kull suq bejn l-1996 u l-1999.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, tista' ssir xi ħaġa, forsi bi ftehim mas-COS, biex in-numru ta' turisti kif ukoll in-numru ta' bednights jibda jidher kull meta tiġi ppubblikata l-istatistika?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Irrid ngħid li l-istatistika fil-fatt għamlet avvanzi kbar f'dak li għandu x'jaqsam ma' produzzjoni u provvista fir- rigward l-industrija tat-turiżmu.", "Huwa veru li l-bednights u l-per capita spending jiġu aktar tard mill-arrivals, iżda rrid nirrileva li ħadd ma jista' jagħmel paragun bejn il-bednights ta' din is-sena u l-bednights tas- snin ta' qabel, għas-sempliċi raġuni li huma mfasslin fuq bażi kompletament differenti.", "Sas-sena 1999 konna qed nibbażaw il-guestnights fuq l-embarkation u d- disembarkation cards u allura kienu jieħdu ftit aktar żmien - għalkemm forsi kienu jkunu aktar preċiżi - u llum, peress li l-embarkation card m'għadhiex teżisti, il-guestnights qed jiġu kkalkolati abbażi ta' stħarriġ li qed jagħmel is-COS.", "Il-ministeru u d-dipartiment għandhom relazzjoni mill-qrib mas-COS u ċertament l-istatistika li qed toħroġ bħalissa hija aktar aċċessibbli minn qatt qabel.", "Ġieli konna ndumu anke sa Diċembru biex ikollna l-istatistika ta' Awissu, mentri din is-sena l-istatistika għal Awissu kienet diġa' ħarġet f'Ottubru.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, qabel ma niġi għall-mistoqsija nixtieq nagħmel kumment żgħir.", "Il-Ministru qal li ma tistax tqabbel il- bednights ta' din is-sena mal-bednights tas-snin ta' qabel u nifhimha.", "L- unika differenza hi li qabel l-istatistika kienet tinġabar mill-outgoing embarkation card, filwaqt li issa qed tinġabar mill-incoming embarkation card u allura qed tittieħed minn fuq l-average stay tat-turist bil-quddiem.", "Fil-fatt is-COS qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna.", "Issa peress li l-informazzjoni mhux se tinġabar aktar permezz ta' l- embarkation card, il-probabbilta' hi li l-arrivals se jkollhom jitkejlu permezz ta' questionnaires u surveys u allura qatt ma jista' jkollna l- preċiżjoni li kien ikollna qabel.", "Hemm il-ħsieb li jsir xi ħaġa sabiex l- embarkation card ma tinqatax għal kollox jew inkella biex l-istatistika - li hija l-għira ta' ħafna pajjiżi oħrajn - tkun tista' tibqa' toħroġ eżatta kif qed toħroġ illum?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, ma nixtieqx nidħol f'polemika għax m'għandix il-karti quddiemi, imma assolutament ma naqbilx ma' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Interpellant.", "Meta ħarġet l-istatistika ta' Marzu u fl- istatement tas-COS rajt in-nota li l-kalkolu sar fuq bażi ġdida, staqsejt biex nara dan x'kien ifisser u d-direttur ta' l-istatistika ġentilment bagħatli l-workings kollha.", "Hu qalli li n-numru ta' bednights fl-ewwel quarter ta' l-1999 ma deherx sempliċement għax is-sistema qiegħda tinbidel.", "Qalli wkoll li peress li s-sistema m'hijiex apples for apples, ma tistax tagħmel dak il-paragun.", "Fil-fatt lanqas fit-tieni quarter m'għamlu l- paragun mas-sena ta' qabel.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-kwestjoni ta' embarkation cards tiddependi kemm Malta ddum barra mill- Unjoni Ewropea.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħidilna li l-preċiżjoni fl-istatistika tagħna se tintilef minħabba l-kondizzjonijiet u r- regolamenti ta' l-EU?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Din m'hijiex kwestjoni li l-preċiżjoni tista' tintilef għax bil-metodu l-ġdid is-surveys jistgħu jkunu aktar eżatti.", "Is- sistema diġa' bdiet tnħadem u over a period of time jista' jkollna statistika li kemm l-Onor.", "Vella kif ukoll jien nixtiequ li jkollna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, bl-umilta' kollha ngħid li m'huwiex korrett il-Ministru meta jgħid li s-surveys jistgħu jkunu aktar accurate mill-actual measurement, għax meta qed tieħu kull turist li jidħol u kemm qed idum, differenti minn meta tieħu sample survey ta' 1,000 turist fix- xahar.", "Fil-fatt l-istatistika li kellna aħna dwar is-suq Malti - meta joħroġ, kemm idum barra, eċċ. - diġa' naqqasna ħafna minnha għax filwaqt li għat-turist barrani għadha teżisti l-embarkation card hu u dieħel Malta, għat-turist Malti la għandna l-embarkation card hu u ħiereġ u lanqas hu u ġej lura.", "U hawhekk diġa' tlifna biċċa sew mill-accuracy ta' l- informazzjoni u nemmen li bl-istess mod se nitilfu l-għadd ta' turisti barranin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Fil-bidunett, lill-Onor.", "Interpellant għedtlu li ma ridx nidħol f'polemika u forsi l-kelma \"polemika\" m'hijiex il-kelma ġusta.", "Ma nixtieqx nidħol f'diskussjoni dwar dan il-punt għax m'għandix il- karti quddiemi, pero' nistieden lill-Onor.", "Membru biex jerġa' jagħmilli d- domanda u nirrispondih f'seduta oħra", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE G.F. ABELA", "20350.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- lift tal-junior college Ġian Franġisk Abela, fl-Imsida, jista' jintuża biss mill-għalliema u mhux mill-istudenti wkoll?", "Min ħa din id-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-uniċi żewġ lifts fil-bini tal-junior college ilhom snin twal fis-servizz u jenħtieġ li jinbidlu.", "Mhux konċepibbli li dan il-lift ikun disponibbli għall-aktar minn 2,700 ruħ.", "Il-lift jintuża mill-istaff - kemm akkademiku kif ukoll mhux akkademiku - ta' xi 250 impjegat u l-istudenti li għandhom ċertifikat mediku li jitlob il-bżonn ta' l-użu ta' dan il-lift jistgħu jużawh.", "Din id- deċiżjoni ttieħdet mill-amministrazzjoni tal-kulleġġ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, x'investigazzjonijiet saru dwar l- ilmenti li tqajmu minħabba xamma ta' gass fl-iskola ta' l-Imtarfa?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm spetturi li jmorru jispezzjonaw din l-iskola b'mod regolari u jekk jinqala' l-bżonn tingħata attenzjoni akbar.", "Meta jsiru diskussjonijiet interni fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar skejjel nirriferu għall-bini b'mod partikolari, pero' fir-rigward ta' l-iskola ta' l-Imtarfa ndaħħluha fost il-lista ta' skejjel li nkunu nixtiequ nieħdu azzjoni kompletament deċiżiva fuqhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, intqal li l- lift fil-junior college Ġian Franġisk Abela qed jintuża biss mill-għalliema u minn dawk l-istudenti li jkollhom ċertifikat mediku.", "Ma kienx ikun aktar għaqli kieku minflok applikajna dan l-apartheid, il-lift jintuża minn kulmin għandu ċertifikat mediku, anke jekk ikun student?", "Ma jagħmilx sens li f'istitut edukattiv bħal dan teżisti din id-diskriminazzjoni!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kieku wieħed kellu jkun hu l-amministratur ta' dan il- kulleġġ, m'iniex ċert jekk kienx jagħmel l-istess tip ta' deċiżjoni!", "Naturalment naqblu li l-lifts għandhom ikunu aċċessibbli għal dawk li għandhom ċertifikat mediku imma personalment ma naqbilx li nirrestrinġuhom għall-istaff li għandu ċertifikat mediku.", "Ma ninsewx li wħud minn dawn l- għalliema għandhom ċerta eta' u allura mhux sew li l-lifts ma jkunux aċċessibbli għalihom ukoll.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija għadda.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-diskors li għamilt fil-konferenza organizzata mill-ETC fis- 27 ta' Ottubru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20893.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi li nxtraw mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħti, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20852.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 226 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar it-telegrafija mingħajr fili (ħlasijiet ta' liċenzi dwar xandir).", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 225 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-ħabs; u", "Tagħrif dwar l-art akkwistata għall-bini ta' l-isptar f'Tal-Qroqq, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20778.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-allokazzjoni ta' fondi sabiex jiġu assistiti organizzazzjonijiet li jkunu jridu jżommu ruħhom aġġornati ma' l- iżviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20760.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI", "ELECTRONIC COMMERCE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-1 ta' Novembru, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari huwa in possession.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Il-ġimgħa l-oħra kont qed nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi li jittratta qasam li kif kien hawn min jiddeskrivih, huwa qasam li ġab rivoluzzjoni.", "Fil-fatt kien hawn kontestazzjoni jekk din hijiex rivoluzzjoni jew le.", "Pero' huwa żgur li dan huwa qasam li biddel ħafna mill-mod kif naħdmu, nistudjaw u ngħixu f'din id- dinja u forsi għalhekk wieħed jazzarda li din isejħilha rivoluzzjoni.", "L- aħħar darba għedt li din ir-rivoluzzjoni għexniha mingħajr ma ndunajna u mingħajr ma kellna bżonn indaħħlu xi miżuri ta' awtserita' filwaqt li ma tlifna l-ebda mpjiegi.", "Mhux talli hekk, talli l-impjiegi żdedu u kompla jogħla l-livell ta' l-għajxien.", "Fid-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li saru ħafna rivoluzzjonijiet u li m'għandniex inpinġu dawn il-bidliet bħala l-akbar bidliet li qatt saru bil-konsegwenza li nibdew ngħaġġlu biex taparsi nkunu qed nagħmlu xi ħaġa għax nibżgħu li nibqgħu lura.", "Fost l-oħrajn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma rivoluzzjonijiet oħrajn bħal, per eżempju, ir- rivoluzzjoni dwar il-komunikazzjonijiet li saret fis-seklu l-ieħor, u ma nafx jekk semmiex ukoll il-ferrovija.", "Ikun tajjeb li hawnhekk nagħmel parentesi żgħira għax għalkemm ħafna minna jaħsbu li din hija rivoluzzjoni li seħħet f'dawn l-aħħar 15-il sena, fil-fatt dan il-proċess li qed ngħixu llum huwa t-tarf ta' proċess li beda 50 sena ilu meta kien hemm l- invenzjoni tat-transistor, imbagħad kien hemm l-iżvilupp tas-semiconductor u wara l-isplużjoni tal-computer u ta' l-internet.", "Nistgħu ngħidu wkoll li fi żmien ir-rivoluzzjoni li ġabet il-ferrovija kien hawn interess simili għall-interess li hawn illum fuq l-internet u fuq l-e-commerc.", "Tant hu hekk li meta bdew joħorġu bonds bl-addoċċ u l-prezzijiet tagħhom kienu ġew inflated b'mod artifiċjali, kien hemm kumpanniji li fallew u barra minn hekk l-ekonomiji li kienu nvestew f'dik it-teknoloġija xorta waħda baqgħu jikbru.", "Sur President, kien hawn min qal li l-internet se jġib il-paċi fid-dinja għax jekk ikun hawn aktar komunikazzjoni, il-popli se jitkellmu aktar bejniethom.", "Pero' naħseb li dan l-argument m'huwiex ta' min jorbot fuqu.", "Kien hawn min qal ukoll li l-internet inaqqas il-konsum ta' l-enerġija u l-inkwinament, u naħseb li hawnhekk xi ftit tal-verita' hawn.", "Fil-fatt hemm statistika li turina li fl-aħħar sentejn l-ekonomija Amerikana kibret bi 8% pero' ma kienx hemm l-istess żieda fid-domanda għall-enerġija.", "Għalhekk jista' jkun li veru li l-konsum ta' l-enerġija jonqos b'din it-teknoloġija, għalkemm xi ftit jew wisq tuża xi ftit.", "Fil-fatt f'Silicon Valley ġieli jitbaxxielhom il-konsum minħabba numru ta' computers u sistemi li jkun hemm magħhom u minħabba l-air-conditioners.", "Hawnhekk tkellimna ħafna dwar id-digital divide pero' fuq \"The Economist\" qrajt li min hu fqir mhux qed juża l-internet mhux għax ma jaffordjahx imma għax ma jkollux il-ħiliet biex jesplojtjah.", "Fil-fatt l-akbar arma li għandna kontra d-digital divide hija l-edukazzjoni.", "Għalhekk ikun tajjeb li nelenkaw xi ftit aspetti kif wieħed qed jantiċipa li s-sistema edukattiva se tinbidel fis-snin li ġejjin.", "Per eżempju, hawn min qed jipprevedi li fit-30 sena li ġejjin ħafna aktar nies se jfittxu li jkollhom kwalifiki formali f'dan il-qasam u hawn min qed jgħid ukoll li fil- ħames snin li ġejjin, l-edukazzjoni online, jiġifieri l-edukazzjoni permezz ta' l-internet, se tiżdied b'75%.", "Huwa kkalkulat ukoll li fis- sentejn li ġejjin 720 milljun ruħ se jkunu qed jużaw l-internet.", "Barra minn hekk it-traffiku fuq il-worldwide web qiegħed jirdoppja kull sena.", "Dan kollu jwassal għall-argument li jekk inti fl-edukazzjoni ma jkollokx preżenza diġitali tista' tgħid li m'intix f'istituzzjoni moderna u effettiva.", "Għal dan il-għan l-Unjoni Ewropea ħarġet paper fuq l-e-commerce u l-e- learning li tgħid li f'dan il-qasam hemm bżonn erba' lines of action.", "Fil- fatt l-ewwel waħda tgħid li wieħed għandu jkollu l-aħjar apparat u li l- multimedia computers ikunu integrati u t-tieni waħda titkellem fuq it- taħriġ fil-livelli kollha - per eżempju, il-vocational training iwassal għal taħriġ lejn dawk l-istudenti li forsi jkollhom l-inqas kwalifiki b'mod akkademiku - u fuq l-iżvilupp ta' multimedia services ta' kwalita' tajba u l-iżvilupp ta' ċentri ta' networking biex wieħed ikun jista' jakkwista t- tagħrif.", "Din il-liġi hija rilevanti ħafna anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni li mhuwiex qasam purament kummerċjali għax fis-sistema ta' edukazzjoni online ikollok, per eżempju, applikazzjonijiet li jkunu online u affarijiet li huma kuntrattwali u allura jkollok firem elettroniċi li jkunu rikonoxxuti.", "Dawn kollha huma affarijiet rilevanti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta x'wieħed jifhem li qegħdin ngħaġġlu u li qabel ma ressaqna dan l-abbozz ta' liġi hawnhekk imissna ħloqna dibattitu.", "Pero' jien ma naħsibx li f'dan il-pajjiż għandna nibqgħu nagħmlu l- liġijiet b'reazzjoni.", "Għalfejn għandna nagħmlu regolamenti fuq il-ħmieġ tal-klieb, per eżempju, wara li nirrealizzaw li qegħdin inħammġu f'pajjiż?", "M'aħniex kapaċi nantiċipaw ftit?", "Aħna qed inressqu dan l-abbozz ta' liġi għax irridu li pajjiżna jibda jipparteċipa f'dak li għandu x'jaqsam mal- kummerċ elettroniku.", "Din qed insejħulha l-ekonomija l-ġdida u l-akbar benefiċċju ta' din l-ekonomija l-ġdida m'huwiex għall-produttur imma huwa għall-konsumatur.", "Meta jitjieb il-passaġġ ta' informazzjoni bejn min ibigħ u min jixtri, is-suq isir aktar effiċjenti u r-riżorsi jintnefqu bl-aktar mod effiċjenti u allura jgawdi aktar il-konsumatur.", "Fil-fatt hawn diversi esperti li jgħidulek li l-aqwa effett ta' l-ekonomija l-ġdida hija li din se tagħmel l-ekonomija l-qadima aktar effiċjenti.", "U naħseb għalhekk qegħdin ngħaġġlu.", "Ħafna ekonomiji Ewropej huma meqjusa bħala ekonomiji qodma.", "Issa forsi l-ekonomija ta' pajjiżna aktar nikkonsidrawha bħala emerging economy pero' żgur li din se tibda tipparteċipa f'dawn it-tip ta' proċessi kemm jista' jkun malajr.", "Ġeneralment aħna nitkellmu fuq il- konsumaturi jew fuq il-business to consumer transaction.", "Per eżempju, ġieli ngħidu kif wieħed għandu jordna l-kotba mingħand istituzzjonijiet u kumpanniji tipo l-Amazon.", "Pero' qasam ieħor li għadna ma tantx bdejna nitkellmu dwaru f'dan il- pajjiż huwa dak li nsejħulu l-business to business commerce.", "Fil-fatt naħseb li liġi bħal din tħalli aktar effett fuq dan il-qasam.", "Huwa maħsub li l-internet se jġib bidla enormi u fil-fatt qed jingħad li se jkun hemm tnaqqis fil-procurement costs, titjib fis-supply chain management u kontroll aħjar ta' l-inventarju.", "Tant hu hekk li qed jaħsbu li din it-tip ta' teknoloġija se tkabbar il-business to business commerce b'mod sostanzjali.", "Għalhekk din il-liġi se tkun waħda indispensabbli għal ekonomija żgħira bħal tagħna li qed tiżviluppa u li hija magħmula minn numru kbir ta' intrapriżi żgħar.", "Din hija tip ta' teknoloġija li l- intrapriżi ż-żgħar tagħmilhom aktar vijabbli għax dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-ekonomija mondjali b'aktar faċilita'.", "Mhux faċli tippenetra ċerti swieq għanja u nistgħu ngħidu li ħadd mill-emerging economies ma jista' jippenetra dawn is-swieq minħabba li dawn għadhom istituzzjonijiet aktar tajbin u aktar effiċjenti li jmorru qrib il- konsumatur.", "Għalhekk din it-tip ta' teknoloġija tqarreb l-intrapriżi ż- żgħar, anke f'pajjiż tat-tielet dinja, lejn dak it-tip ta' konsumatur.", "Dawn huma affarijiet rilevanti u naħseb li m'aħniex qed ngħaġġlu meta nagħmlu din il-liġi anzi qed nagħtu messaġġ bil-kontra.", "Dan huwa pajjiż li qed iħares lejn dawn it-teknoloġiji li qed jiżviluppaw u li qed ibiddlu dak kollu li nagħmlu u naħseb li b'dan il-mod aħna qed ngħidu li pajjiżna għandu jipparteċipa f'din it-tip ta' dinja.", "M'għandniex nibżgħu li din il- liġi forsi ma tkunx l-aktar waħda perfetta.", "Naħseb li l-aktar ħaġa importanti f'dan il-qasam huwa li nagħmlu l-qabża fil-mentalita' u li nuru li aħna qed nipparteċipaw.", "Aħna rridu nkunu parti minn din id-dinja u minn din l-ekonomija ġdida li qed tinbena għax jekk nibqgħu lura x'aktarx li l-ekonomija ssir ineffiċjenti mhux parteċipattiva u mbagħad meta jgħaddi ż-żmien ikun tard wisq.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur Presdient, meta wieħed jitkellem dwar il-kummerċ elettroniku bilfors ikollu jħares lejn dak li huwa mistenni li jkompli jiġri fil-qasam tat-teknoloġija, fil-qasam tal-kummerċ dinji u f'dak li għandu x'jaqsam ma' globalizzazzjoni.", "Kif ngħidu kemm-il darba f'dan il- parlament m'huwiex biżżejjed li nressqu l-liġijiet hawnhekk imma rridu naraw kif ċerti oqsma, bħal, per eżempju, dan il-qasam li qed niddiskutu se jolqot lis-suq lokali u lis-suq internazzjonali.", "Meta nitkellmu fuq l-internet u fuq il-kummerċ elettroniku nkunu qed nitkellmu fuq l-għaqda li hemm bejn il-computer u l-qasam tat- telekomunikazzjoni u t-teknoloġija marbuta magħha.", "Dan kollu irrivoluzzjona bis-sħiħ il-mod kif wieħed jakkwista u jaqsam ma' ħaddieħor l-informazzjoni.", "Meta wieħed jitkellem fuq dan il-qasam mhux biss jista' jitkellem fuq komunikazzjoni diretta bejn in-negozjant u l-klijent, dak li ngħidulu business to customer, imma jista' jitkellem ukoll fuq negozju u ieħor, dak li ngħidulu l-business to business.", "Dan kollu jissejjaħ il- kummerċ elettroniku jew aħjar l-e-commerce.", "Sur President, sa l-1996 it-traffiku fuq l-internet fl-Istati Uniti kien qiegħed jirdoppja kull mitt ġurnata.", "Fil-fatt fl-1995 kien stmat li fl- Istati Uniti waħedha kien hemm bejn miljun u żewġ miljun persuna li kienet tagħmel użu mill-internet.", "Skond id-dipartiment tal-kummerċ ta' l-Istati Uniti, sa nofs l-1997, dan l-ammont qabel l-erba' miljuni u sa l-aħħar ta' l-istess sena, jiġifieri l-1997, din il-figura telgħet għal għaxar miljuni.", "Qed ngħid dan biex nuri li f'sitt xhur l-internet users irdoppjaw.", "Ir-rata li biha qed jikber il-kummerċ elettroniku juri illi sakemm tibda tinġabar ċerta informazzjoni u tiġi ppubblikata jkollna informazzjoni li diġa' tkun ġiet outdated.", "L-avvanz f'dan il-qasam huwa kbir ħafna, qisu kalamita li tiġbed in-nies ġodda magħha l-ħin kollu.", "Per eżempju, fl-Istati Uniti ġie pproġettat illi l-bejgħ u l-konsum permezz ta' l-e-commerce, din is-sena kellu jilħaq is-$US 7 biljun, figura li sakemm joħroġ ir-rapport għal din is-sena tkun inqabżet diġa'.", "Sur President, jidher ukoll li fl-aħħar quarter ta' kull sena - dan iż- żmien ikun marbut mal-festi tal-Milied - dan it-tip ta' kummerċ ikun akbar mill-bqija tas-sena.", "Dan il-qasam espanda minn kull angolu.", "Per eżempju, hawn Malta qed jiġi operat ukoll il-qasam tal-banking elettroniku u l- online stock trading fejn ħafna kummerċjanti, filwaqt li joħorġu l-istock tagħhom, ikunu jafu x'jonqoshom biex jerġgħu jordnaw stock ieħor ġdid u xi prospetti tas-suq għandhom għax-xhur li jkun imiss u allura dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-kalkoli tagħhom ferm aħjar.", "Dan kollu jsir bis-saħħa ta' dawn is-sistemi teknoloġiċi.", "Huwa kkalkulat li sas-sena 2003 fl- Istati Uniti biss, l-ekonomija permezz ta' dan it-tip ta' kummerċ se jkun laħaq $ US 1.5 triljun.", "Fl-Istati Uniti l-business to business transactions, jiġifieri t-transactions bejn negozju u ieħor, bejn supplier u ieħor li jfornu s-suq u bejn is-small and medium sized businesses u s-suppliers tagħhom qed jiżdiedu b'mod rapidu ħafna.", "Dawn il- firms qegħdin jużaw l-internet connections, iċ-chain management u l-after sales support.", "Jien semmejt l-eżempju ta' l-Istati Uniti l-ewwelnett għax dan huwa l- front runner f'dan il-qasam u huwa l-pajjiż li ra t-twelid ta' din it-tip ta' teknoloġija u issa qed jara l-iżvilupp tagħha u allura naħseb li għandu jkun xempju għal pajjiżi oħrajn.", "Pero' jekk wieħed iħares lejn il- globalizzazzjoni li tant nitkellmu fuqha wieħed jinnota l-famuż digital divide bejn ċerti partijiet tad-dinja u partijiet oħrajn inqas żviluppati f'dan it-tip ta' kummerċ elettroniku.", "Biżżejjed ngħidu illi fuq bażi globali l-Istati Uniti u l-Kanada għandhom l-akbar persentaġġ ta' internet users.", "Biss biss bejniethom għandhom madwar 56.6% ta' l-internet users mondjali.", "Imbagħad insibu li l-Ewropa, li forsi hija eqreb lejna, għandha 23.4% ta' internet users globali li qed jagħmlu użu mill-e-commerce.", "Fl- aħħar ta' l-1999 minn madwar 180 miljun internet users madwar id-dinja kollha, kien hemm ftit aktar minn 3% li jinsabu fl-Amerika ta' Isfel, 0.5% mil-Lvant Nofsani, 0.6% mill-Afrika u 15.8% mir-reġjun tal-Paċifiku.", "Pero' r-rata li qed jikber bih l-internet use nistgħu ngħidu li huwa darbtejn aktar mgħaġġel fl-Istati Uniti u l-Kanada milli attwalment qed jikber fir-reġjuni l-oħrajn li semmejt.", "F'dan il-parlament issemma l-famuż digital divide, jiġifieri d- differenza bejn ċerti negozji u oħrajn, ċerti individwi u oħrajn u ċerti familji u oħrajn, dawk li bl-Ingliż ngħidulhom il-have u l-have-nots.", "Jekk aħna rridu verament li l-kummerċ ikun wieħed liberalizzat u aċċessibbli għal kulħadd irridu naraw li dawn id-digital divides internazzjonali jispiċċaw darba għal dejjem.", "Kulħadd għandu jkun aċċessibbli għal dan is-suq ġdid.", "Ikun inutli li jeżisti dan is-suq jekk ma jkollokx il-businesses tiegħek equipped biex ikunu jistgħu jidħlu fih u jinnegozjaw f'dan il-qasam ġdid ta' negozju.", "Id-digital divide għandu jitneħħa mhux biss fl-interess tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw imma wkoll fl- interess tal-pajjiżi żviluppati.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħataw aċċess għas-suq ta' l-internet u għas-suq tal- kummerċ elettroniku, jiggwadanjaw il-pajjiżi li huma żviluppati għaliex jiksbu ordnijiet ġodda u jsibu domanda ġdida għall-prodotti li għandhom x'joffru u għas-servizzi tagħhom li qegħdin jirriklamaw fuq l-internet.", "Għalhekk huwa obbligu ta' kulħadd li din id-digital divide internazzjonali tinqered darba għal dejjem.", "Apparti d-digital divide internazzjonali għandek ukoll id-digital divide bejn pajjiżi differenti, bejn ċerti areas u anke bejn in-nies.", "U f'pajjiżna m'għandniex eċċezzjoni.", "Kull min għandu foresight għal quddiem jirrikonoxxi l-potenzjal qawwi li għandu l-kummerċ elettroniku pero' biex dan il-potenzjal jiġi rrealizzat irid ikun hemm l-għajnuna teknika u finanzjarja neċessarja biex dawk li m'humiex equipped teknoloġikament u li m'għandhomx il-hardware u s-software addattat biex ikunu jistgħu jidħlu f'dan is-suq, ikunu jistgħu jaddattaw irwieħhom u jkunu aċċessibbli.", "Per eżempju, jien nixtieq nara aktar programmi u skemi min-naħa tal-gvern jew mill-organizzazzjonijiet tiegħu, bħalma huma l-IPSE u l-MDC, biex kull tip ta' negozju jkun jista' jaddatta ruħu għalihom.", "Jien mhux qed nitkellem fuq affarijiet ta' barra minn hawn imma qed nitkellem fuq expertise li jkun provdut minn dawn l-aġenziji.", "Lanqas qed nirriferi għal dawk it-tip ta' skemi fejn dawn l-organizzazzjonijiet jitgħabbew b'ħafna piżijiet biex isiru l-business plans.", "Hemm bżonn naraw affarijiet bħal online connections u dawn mhux bilfors ikunu bil-computer imma jistgħu jkunu bil-linja tradizzjonali tat-telephone.", "B'hekk bniedem fin-negozju li jixtieq jimbarka fuq sistemi elettroniċi għan-negozju tiegħu jkollu l-possibbilta' li jċempel, isib nies imħarrġa f'dawn l-oqsma, jagħtuh il-pariri u l-guidelines u jgħinuh biex isib software addattat għat- tip ta' negozju li huwa jkun jopera u mhux iħalluh jgħum f'din il-ġungla kbira li huwa l-qasam tal-kummerċ.", "Huwa sabiħ li jkun hawn il- liberalizzazzjoni tas-suq imma huwa sabiħ ukoll li dan is-suq ikun organizzat b'tali mod illi jagħmilha possibbli għal kulħadd li javvanza n- negozju tiegħu.", "Jien ngħid li minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u ta' l- intrapriżi tagħna u minħabba l-istat naturali tagħna dan l-element għandu sinifikat kbir.", "Aħna għandna ħafna inbuilt hindrances li jtellfu l-operat tan-negozju f'pajjiżna u hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, l-fatt li aħna mdawrin bil-baħar.", "Minħabba l-istat ġeografiku ta' pajjiżna, biex nesportaw jew nimportaw il-prodotti ikollna nħallsu l-cost tal-freight u initial costs oħrajn.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed jipprova jdawwar l-iżvantaġġi li jkollu favurih.", "U ngħidu kemm ngħidu dwar sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u dwar relazzjonijiet speċjali ma' din l-għaqda, hemm bżonn li nkabbru l-esportazzjoni biex inkunu nistgħu navvanzaw, niżviluppaw u nikkompetu ma' ħaddieħor u nittekiljaw id-deficit strutturali li għandna bis-serjeta'.", "Is-sistemi li jeżistu llum jistgħu jgħinu biex jingħelbu l- ħafna barrikati li għandna meta niġu biex nikkompetu ma' ħaddieħor għax permezz tagħhom wieħed jista' jikkomunika ma' kullimkien u jista' jsib swieq ġodda madwar id-dinja.", "Issa hawnhekk jista' jkun hemm min jaqbeż u jgħid li l-esportazzjoni diġa' qed inkabbruha pero' meta tanalizza x'inhu jiġri ssib li mhux biżżejjed li tkabbar l-esportazzjoni b'5%, per eżempju, u l-importazzjoni tiżdied b'10% għax minflok passi 'l quddiem tkun qed tagħmel passi lura.", "Kif diġa' għidt, din it-tip ta' teknoloġija tista' tgħinna biex navvanzaw 'il quddiem pero' mhuwiex biżżejjed li ngħaddu liġi ta' kafkaf biex dawk ta' Brussels iserrħu rashom li dak li jridu jaraw f'pajjiżna qed iseħħ.", "Irridu naraw li l-affarijiet isiru bis-serjeta' u li l-groundwork li għandu jsir lin-negozjanti tagħna jsir b'mod effettiv, b'mod li jilħaq l- għanijiet ta' dawn il-liġijiet li qegħdin ngħaddu biex forsi nibdew naraw ir-riżultati li wieħed tant jixtieq jara.", "Għalhekk din id-digital divide teżisti wkoll bejn azjendi u oħrajn u bejn sezzjoni kbira tal- popolazzjoni u sezzjoni oħra li tixtieq tinveti f'dan il-qasam.", "Per eżempju, jien naf ħafna familji li meta jiġu biex jixtru personal computer għal uliedhom isibu diffikultajiet kbar għax ħafna drabi l- istrutturi li jeżistu fil-pajjiż ma jiggwidawhomx biżżejjed f'dan il- qasam u allura dawn ma jkunux jafu x'għandhom jagħżlu u x'tip ta' software huwa l-aktar addattat għalihom.", "Issa jien qed nitkellem fuq l- inqas livell, jiġifieri fuq personal computer għall-familja, imma jidher li anke hawnhekk insibu nuqqasijiet kbar.", "Barra minn hekk hemm oħrajn li jixtiequ jagħmlu dan il-pass u ma jistgħux.", "Allura x'qed isir dwar dan biex dawn il-problemi nkunu nistgħu nindirizzawhom?", "Aħna rridu li l-liġi dwar il-liberalizzazzjoni tispiċċa f'liġi tal-ġungla fejn min hu b'saħħtu jirrenja u min mhux ikollu jaqa' lura?", "Jien ngħid li biex ma naqgħux f'dawn id-diffikultajiet irridu naħdmu b'mod għaqli u b'accompanying packages li jgħinu din it-tip ta' leġislazzjoni.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, li nerġa' ngħid huwa pass pożittiv 'il quddiem, qed tinħoloq ċerta infrastruttura elettronika u qed jiġi aspirat li jinħoloq suq virtwali għal prodotti u servizzi li jista' jkun hemm fil-qasam tal-kummerċ.", "Jekk inħarsu lejn x'inhu jiġri madwarna nsibu li f'pajjiżi bħalma huma l-Awstralja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, qed issir riorganizzazzjoni kbira f'dak li għandu x'jaqsam ma' management tas- sistemi, partikolarment ta' public procurement.", "Tista' tgħid li f'dawn il- pajjiżi għandek average ta' madwar 10% tal-gross domestic product li qiegħed jiġi mħaddem permezz tas-sistema ta' l-internet.", "L-introduzzjoni ta' dan is-suq f'dawn il-pajjiżi - hawnhekk qed nitkellmu l-aktar fuq transazzjonijiet bejn il-gvern u l-qasam tal-kummerċ u n-negozji, mhux neċessarjament biex isir kummerċ imma anke biex issir aċċessibbilta' akbar għall-informazzjoni - fiha nnifisha hija ingredjent għal riorganizzazzjoni sħiħa li jkun hemm bżonn f'kull tip ta' negozju u f'kull tip ta' qasam u hija wkoll channel dirett bejn gvern u konsumatur.", "Hawnhekk jidher li qegħdin nimbarkaw ukoll f'dawn id-direzzjonijiet ukoll.", "Ovvjament imbagħad għandek il-konvenjenza li tiġi ma' sistemi bħal dawn.", "Per eżempju, għal min jidħol f'dan is-suq virtwali, għandek inqas costs - dan huwa attraenti ħafna għall-qasam tan-negozju - u f'dak li għandu x'jaqsam ma' tax compliance, hemm sistemi li jistgħu jagħmluha possibbli illi b'mod aktar effiċjenti, b'mod aktar rapidu u b'mod aktar clear-cut, jista' jkollok aktar titjib u produttivita'.", "Huwa importanti wkoll li nsemmi, per eżempju, l-managing ta' l-after sales service.", "Dan huwa servizz li jiġi offrut b'mod dirett u b'mod l-aktar rapidu fejn bniedem ikun jista' jidħol f'website partikolari biex ikun jista' jieħu l- after-sales service hu.", "Din hija an unlimited area li fiha jkun hemm marketing dirett għall-konsumaturi.", "Fil-fatt illum jekk tidħol fl-internet issib ħafna paġni bi prodotti ġodda biex iħajru lill-konsumaturi.", "Ikun tajjeb li nsemmi wkoll li f'pajjiżi oħrajn għandek sistemi bħalma hija l- voter registration fejn wieħed jista' jirreġistra ruħu għall-vot minn fuq il-computer.", "Jien nixtieq nara din is-sistema f'Malta imma naħseb li hawnhekk tant għandna nuqqas ta' fiduċja f'din il-ħaġa li kważi hija ħolma li wieħed ikun jista' jirreġistra ruħu b'din is-sistema.", "Pero' dawn huma affarijiet li jeżistu barra minn xtutna.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa l-ħlasijiet li jkollhom iħallsu ċerti negozji.", "Illum f'pajjiżna diġa' għandna sistemi ta' banking li jkun jista' jsir mid-dar.", "Per eżempju, jien nista' ngħid li kull filgħodu nidħol f'sistema biex inkun nista' nittrasferixxi ċerti pagamenti tal-klijenti minn kont għal ieħor jew nagħmel pagamenti diretti f'accounts ta' ċerti public utilities.", "Din hija sistema konvenjenti ħafna għal min qiegħed fin- negozju għax li kieku bniedem kellu jqabbad l-impjegati biex imorru jagħmlulu ċerti pagamenti jew ċerti ordnijiet, jinħela ħafna ħin fil- queues.", "X'differenza milli bniedem joqgħod fuq il-personal computer tiegħu u bi click ta' mouse jagħmel dan ix-xogħol kollu fi ftit sekondi!", "Dawn is- sistemi jkattru aktar effiċjenza u jevitaw ħafna costs lin-negozjant.", "Illum anke li tibgħat ċekk biex tħallas kont saret xi ħaġa outdated għax wieħed xorta waħda jkollu jimla l-formoli, jħallas il-bolla u jibgħat l- envelope u sakemm jirċievi l-irċevuti jdum ftit.", "Bl-e-commerce in- negozjant jista' jagħmel dawn l-affarijiet f'ħakka ta' għajn u dan huwa dak li rridu naslu għalih.", "Pero' hawnhekk nistaqsi: Fejn huma l-programmi u l-iskemi li jista' jsib in-negozjant iż-żgħir u l-konsumatur li jixtieq jagħmel aktar użu minn dan it-tip ta' suq?", "Fejn qegħdin dawn il-possibbiltajiet li jakkumpanjaw leġislazzjoni bħal din li tant hi far-reaching?", "Minn dan kollu jidher li m'hemm proprju xejn u qed nerġgħu naraw lil kulħadd jitħalla għal riħu u min ilaħħaq ilaħħaq u min ma jlaħħaqx affari tiegħu.", "Jien naħseb li mhux dan irridu imma rridu nakkumpanjaw lis-self-employed u lill-SMEs f'dak kollu neċessarju biex dawn ikunu jistgħu jidħlu f'dan it-tip ta' suq.", "Fl- opinjoni tiegħi irridu naslu f'sitwazzjoni fejn il-konsumatur jibda jitħajjar juża dawn is-sistemi u mhux jibqa' jaddatta sistemi antikwati li aktar ikun fihom red tape, kemm min-naħa tal-gvern u kemm mid-day-to-day running tan-negozji.", "Illum il-ġurnata qed inħarsu wkoll lejn dik li tissejjaħ paperless administration, anke min-naħa tal-gvern.", "B'din is- sistema, minkejja li jispiċċaw il-karti jkollok records aktar dettaljati milli jkollok jekk, per eżempju, żżomm volumi ta' dokumenti.", "Jien inħares l-aktar lejn l-information economy ta' pajjiżna, pero' naħseb li biex ikun hawn il-bilanċ li wieħed irid jikseb f'dawn l-affarijiet l-information economy u l-information society iridu jimxu id f'id.", "Sur President, naħseb li wieħed għandu jqiegħed dan it-tip ta' kummerċ fuq tliet pilastri.", "L-ewwel pilastru huwa dak li jissejjaħ il-portal u dan huwa importanti mhux biss għal meta nkunu qed nitkellmu fuq l-e- commerce imma huwa importanti wkoll għal meta nkunu qed nitkellmu fuq gvern u fuq e-government.", "Issa l-portal x'inhu?", "Il-portal huwa s-sinjal għal aċċess komuni għal kulħadd, bħal meta wieħed jiftaħ il-programm windows.", "Fih innifsu l-programm windows huwa portal għal affarijiet oħrajn fejn imbagħad wieħed ikun jista' jagħżel.", "Pero' huwa importanti ħafna li meta tidħol fis-sistema għall-ewwel darba jkollok l- authentication rules, id-data protection rules u s-security biex wieħed ikompli jutilizza s-servizz ta' l-e-commerce.", "Naħseb li l- liġijiet li jirrigwardaw id- data protection u l-e-government hemm ħafna xi tgħid dwarhom.", "It-tieni staffa biex ikollok l-e-commerce u l-e-government hija dik li ngħidulha d-delivery channels.", "Dawn huma l-mezz ta' komunikazzjoni biex tasal għat-tranżazzjoni li tkun trid.", "Issa dawn jistgħu jkunu mobile phones, webs, internet, digital tv, call centres u anke l-kunsilli lokali, ngħid jien, li għandhom rwol kbir f'dan il-qasam.", "Naħseb li jkun tajjeb li fil-winding-up tiegħu l-ministru, li huwa responsabbli wkoll minn dawn il-kunsilli lokali, jgħidilna ftit x'qed isir f'dan il-qasam rigward dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali.", "L-aħħar staffa hija dik li tissejjaħ the back-end fejn wara li tkun għamilt l-aċċess u wara li tkun użajt id-delivery channel li trid, isseħħ l-interaction bejn min jipprova jikseb is-servizz ta' dan it-tip ta' teknoloġija u min qed joffri dan is-servizz.", "Sur President, wieħed jista' jidħol f'ħafna areas b'mod aktar dettaljat pero' ma tantx fadal ħin.", "Per eżempju, biżżejjed insemmu l-oqsma ta' l- electronic signatures li permezz tagħhom wieħed ikun jista' jivverifika l- identita' tas-sistema tal-computer, jikkontrolla l-aċċess jew jawtorizza saħansitra t-tranżazzjoni.", "Għandna wkoll dak li jissejjaħ encryption li huwa encoding ta' messaġġi elettroniċi biex wieħed jittrasferixxi ċerti informazzjoni importanti u data li biha l-keys tal-keyboard jiġu utilizzati biex jintbagħtu jew jiġu riċevuti messaġġi f'dan it-tip ta' kummerċ elettroniku.", "Jien ma nistax nidħol f'dawn l-oqsma għax ma baqagħlix ħin għad- dispożizzjoni tiegħi pero' nittama li jkun hemm okkażjonijiet oħra fejn inkun nista' nespandi aktar fuqhom.", "Jekk irridu li jkollna information economy akkumpanjata minn information society iridu jispiċċaw id-digital divides li semmejt aktar qabel u aktar minn kollox irid ikollok il- kunfidenzjalita' ta' dak kollu li jkun qed iseħħ.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, jien nixtieq nitkellem fil-qosor dwar dan l-abbozz ta' liġi għaliex ħafna mill-kelliema diġa' tkellmu fid- dettall dwar x'qed jiġri fis-suq tal-kummerċ elettroniku.", "Li nixtieq ngħid huwa li aħna qegħdin fil-bidu ta' rivoluzzjoni fil-qasam tal-kummerċ u naħseb li f'dan l-istadju mhux qed nifhmu eżattament id-dimensjoni ta' dan kollu.", "Huwa veru li l-kummerċ elettroniku qed jiżdied imma għad baqa' ħafna u ħafna fejn jiżviluppa.", "Per eżempju, filwaqt li fl-Amerika ċerti oġġetti u servizzi qed jinbiegħu bil-mail catalogues, hawnhekk il-kummerċ elettroniku għad irid jiżviluppa ħafna aktar.", "M'hemmx dubju li din hija liġi importanti, liġi li ġġib lil Malta fl- istess livell ta' pajjiżi oħrajn li diġa' għamlu liġijiet bħal dawn biex jirregolaw il-kummerċ elettroniku u wkoll liġi li tpoġġina 'l quddiem minn ċerti pajjiżi oħrajn li għadhom ma ħadux ħsieb li jirregolaw dan is-settur.", "Meta jkunu qed isiru ċerti żviluppi ma tistax tħalli li jkollok vacuum legali u ma jistax ma jkollokx liġijiet u normi li jirregolaw dan is-settur fis-soċjeta' tiegħek.", "Naturalment huwa importanti li meta tirregola tagħmel dan b'mod minimali għaliex ma tridx li b'xi mod toħnoq l-iżvilupp ta' dan is-settur anzi trid li dan is-settur tinkoraġġih u toħloq qafas ta' liġi li jirrifletti l-prinċipji li diġa' jkollok u tapplikahom għal din it- tip ta' realta' differenti.", "Illum il-kummerċ elettroniku mhux biss qed jiżviluppa fil-qasam ta' business to business li huwa l-qalba tiegħu imma qed jiżviluppa wkoll fil- livell ta' business to consumer u allura lill-konsumatur aktar trid tagħtih il-protezzjoni neċessarja.", "Fil-fatt din il-liġi tħares lejn il-protezzjoni tal-konsumatur billi ssegwi ċerti regoli li qegħdin fid-diversi direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u regoli oħrajn minn liġijiet oħra.", "Irridu ngħidu li anke l-Unjoni Ewropea qed tagħmel drive kbira biex tirregola, fuq livell armonizzat u fuq il-livell Ewropew, dan it-tip ta' negozju biex b'hekk toħloq common market ta' business elettroniku.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna għaliex l-affarijiet li jinqalgħu f'dan is-settur huma ta' natura legali wkoll u dawn jista' jkollhom effett fuq il-mod ta' kif isir il-kummerċ.", "Dawn huma affarijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni tal- konsumatur u jirrigwardaw ukoll il-liġi li tirregola dawn it-tip ta' transazzjonijiet li jsiru fis-cyberspace u allura huwa importanti li tagħti direzzjoni ċara.", "Bla dubju ċerti aspetti minn dan l-abbozz ta' liġi jsegwu dak li għamlu liġijiet oħrajn li ħadu ħafna mill-model law fuq l-electronic commerce li kien għamel l-UNCITRAL li ċertament influwenza l-mod ta' kif żviluppaw ċerti affarijiet.", "Pero' dan l-abbozz ta' liġi qed iħares ukoll lejn id- direttivi Ewropej, partikolarment lejn id-direttiva li titkellem fuq il- kummerċ elettroniku nnifsu li riċentement għaddiet mill-proċessi kollha tal-leġislazzjoni fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk għandna wkoll x'inhi d- definizzjoni ta' kuntratt elettroniku, meta l-kuntratt elettroniku jkun magħluq u kif wieħed jista' jikkonsidra li kuntratt elettroniku jkun ġie konkluż u allura dan għandu l-istess effett li għandu kull kuntratt ieħor.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi jgħid li dak li jsir b'mod elettroniku m'għandux ma jkollux l-effett legali sempliċement għaliex huwa elettroniku.", "Dan l-abbozz ta' liġi joħloq dik il-parita' bejn dak li huwa elettroniku u dak li huwa stampat jew miktub.", "Hemm ċerti aspetti, bħalma huma, per eżempju, l-kuntratti tan-nutara, li huma esklużi minn liġi bħal din, pero' gradwalment, aktar ma wieħed jitgħallem mill-esperjenza, s- soċjeta' tagħna se tkun qed tagħmel ħafna mit-tranżazzjonijiet tagħha elettronikament.", "Per eżempju, l-oqsma tal-banking, l-oqsma tal-business to consumer u l-oqsma tax-xiri tat-tickets ta' l-ajru huma kollha eżempji ta' dan.", "Illum l-internet qiegħed jiġi estiż f'kull dar Maltija u Għawdxija u huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li nara dan għaliex meta ġie ntrodott l-internet f'Malta - dan ġie introdott b'mod liberalizzat u b'mod li beda din ir-rivoluzzjoni enormi li qed taħkem lil pajjiżna - jien kont ministru responsabbli minn dan il-qasam.", "Dan qed ngħidu għaliex fil- politika tkun sodisfatt ħafna meta tara li l-affarijiet li tkun bdejt int ikomplu mexjin 'il quddiem.", "Fil-ħajja politika tiegħi dejjem fittixt l-interess ta' pajjiżi u dejjem rajt li l-affarijiet li nagħmel ikollhom effett pożittiv għas-soċjeta' tagħna.", "Jien żgur m'għamiltx dak li għadu jinsinwa sal-lum il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li jagħti l-impressjoni li jien dħalt fil-politika biex nagħmel il-korruzzjoni, imbagħad meta pprova jakkużani b'ħafna affarjiet baqa' kollox ma' wiċċu għaliex il-fatti wrew li kien qiegħed joħlom.", "Pero' minkejja dan xorta jibqa' jagħmel ċerti dikjarazzjonijiet - bħalma għamel illum f'waħda mill-gazzetti - għaliex ma jaħmilx li jkun tellief.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa a bad loser u n-nies se jibdew jistaqsu x'interess għandu li jkompli jattakka b'dan il-mod.", "Naħseb li minn hawn u ftit ieħor meta dawn jibdew jaraw kif jiżvolġu ċerti affarijiet jibdew jistaqsu jekk hemmx xi forzi politiċi jew ekonomiċi li qed jitpaxxew b'dak li qed jgħid hu.", "Jien ngħid li għandna nitkellmu fuq affarijiet serji u mhux fuq affarijiet li jagħmlu għajb lill-politika f'Malta u lil min jgħidhom għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jmissu jistħi jsemmi affarijiet bħal dawn u aħjar jagħlaq ħalqu għaliex aktar ma jitkellem, aktar jitlef il-kredibbilta' li forsi baqgħalu f'xi ftit affarijiet.", "Huwa importanti li naraw l-effett tax-xogħol politiku li wieħed ikun għamel.", "Per eżempju, llum l-internet qed jagħmel rivoluzzjoni sħiħa f'pajjiżna u dan li qed niddiskutu llum huwa żvilupp ieħor li qed joħloq qafas tajjeb biex pajjiżna jkun jista' jimxi ' l quddiem fil-kummerċ elettroniku u jkun jista' jikkompeti għaliex l-għażliet li qed jagħmel il- gvern huma għażliet biex pajjiżna jimxi 'l quddiem u jkun jista' jikkompeti internazzjonalment.", "Ikun iblah min jaħseb li sempliċement tmur fuq l- internet, tagħmel webpage u tibda tagħmel il-business.", "Huwa veru li inti għandek id-dinja kollha available għalik imma jrid ikollok ukoll il- preparazzjoni kummerċjali neċessarja biex tagħmel business bħal dan.", "Per eżempju, f'pajjiżi barranin ċerti kumpanniji, anke fil-qasam ta' l- electronic commerce, ma komplewx u ma rnexxewx għaliex ma fehmux ir-realta' li jridu jkunu organizzati, li jrid ikollhom id-distribution channels tagħhom u li jrid ikollhom il-kapaċita' li jwasslu l-prodotti u mhux sempliċement ikollhom biss website fuq l-internet.", "Din hija xi ħaġa li l- kumpanniji tagħna għandhom jarawha fid-dettall.", "Filwaqt li l-kummerċjanti għandhom jagħmlu użu minn din il-liġi dawn iridu jieħdu ħsieb li jkollhom il-loġistika kollha f'postha.", "Dan qed ngħidu għax din il-liġi tagħti s- saħħa lill-kummerċjanti ta' pajjiżna.", "Per eżempju, wieħed mill-kummenti li jagħmlu ħafna nies huwa li llum jekk ikun hemm pajjiż li ma jagħmilx qafas ta' liġi li jirregola l-kummerċ elettroniku jkun qed ipoġġi lill- kummerċjanti tiegħu fi żvantaġġ.", "Huwa importanti li jkollna liġi bħal din għall-iżvilupp ta' diversi setturi - inklużi setturi li l-MFSC qed tiżviluppa sal-lum - għax b'hekk ikollna qafas serju fil-mod ta' kif nirregolaw il-liġijiet tagħna.", "Sur President, m'hemmx dubju li biex wieħed iwettaq ċerti aspetti minn din il-liġi li jitkellmu wkoll fuq id-digital signatures hemm bżonn ikollna public e-infrastructure u hemm bżonn niżviluppaw ċerti expertise neċessarju biex nibdew naraw li f'pajjiżna dan il-qafas jiġi utilizzat bl-iktar mod tajjeb.", "Huwa importanti li jkollna wkoll - dan huwa neċessarju internazzjonalment, mhux biss f'pajjiżna - guidelines ċari rigward kif wieħed għandu jiġi intaxxat fi tranżazzjonijiet bħal dawn.", "Wieħed jista' jifhem li ħafna amministrazzjonijiet statali madwar id-dinja kollha qegħdin jinkwetaw li jista' jkun hemm problemi ta' evażjoni ta' taxxa bil- mod kif isir il-business fuq is-cyberspace u allura pprovaw isibu xi forma ta' regoli biex dan jiġi żviluppat.", "Naturalment aħna rridu nħarsu lejn dan ukoll pero' rridu nħarsu wkoll lejn il-possibbilta' li nkompli nagħtu s- servizzi tagħna bħala pajjiż li għandu low tax jurisdiction u bħala pajjiż li għandu s-sistema tiegħu.", "Fil-fatt din toħloq opportunitajiet oħrajn ta' xogħol.", "Meta nara l-iżviluppi li qegħdin isiru, anke b'ċerti kumpanniji tal- betting li qed jistabilixxu ruħhom f'Malta li qed jagħmlu transazzjonijiet kummerċjali u kuntratti u li qed jiġu regolati mil-liġi dwar il-kummerċ elettroniku u nara wkoll kif dawn jorbtu flimkien mal-liġijiet li konna għaddejna minn dan il-Parlament dwar il-financial services, nifhem li f'dan il-pajjiż qed jinħoloq ix-xogħol f'setturi ġodda u attivitajiet li qabel ma kellniex.", "Dan ix-xogħol u din l-attivita' kummerċjali qed jinħolqu għaliex il-gvern qed jagħmel għażliet u azzjonijiet tajbin biex jinħolqu impjiegi ġodda.", "Meta nitkellmu fuq il-possibbilta' li jkun hawn il-call centres f'pajjiżna u dan ikun marbut mal-fatt li jkollna l-kummerċ elettroniku, li jkollna l-użu ta' l-internet u li jkollna l-liġijiet finanzjarji tagħna nkunu qed ngħaqqdu d-diversi aspetti tal-leġislazzjoni tagħna biex noħolqu politika li verament tagħmel sens.", "Din hija politika li tagħmel sens għaliex ma tħarisx lejn il-politika li toħloq affarijiet grandjużi li mbagħad ikunu white elephants - bħalma nħoloq f'ħafna snin ta' gvern Soċjalista - imma tfittex is-servizzi.", "U dan li qed nagħmlu llum huwa parti mill-infrastruttura ta' servizzi.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa parti mill-infrastruttura neċessarja biex jinħolqu l-impjiegi f'dan is- settur u dan huwa l-valur politiku ta' dak li qed nagħmlu.", "Huwa tajjeb li nitkellmu fuq diversi aspetti ta' dan is-suġġett imma ma naħsibx li hawnhekk niġu biex nagħmlu l-lectures imma niġu biex nitkellmu fuq l- effett politiku ta' dak li qed isir biex il-poplu jifhem li l-azzjoni leġislattiva u politika ta' dan il-parlament hija intiża biex f'dan il- pajjiż jinħoloq xogħol ġdid f'setturi ġodda.", "Sur President, irridu naraw ukoll kemm kien bil-għaqal u bis-sens l- investiment fl-infrastruttura tat-telekommunikazzjonijiet li sar fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li lil dan il-pajjiż ippreparah għal affarijiet bħal dawn.", "Kieku ma għamilniex dan it-tip ta' investiment, kieku f'pajjiżna mhux possibbli li jkollna l-kummerċ elettroniku, mhux possibbli li nużaw l-internet u mhux possibbli li nkunu pajjiż verament modern u pajjiż li jkun jista' jikkompeti internazzjonalment f'dan il- qasam.", "Hawnhekk għandna ħafna x'nagħmlu għaliex l-infrastruttura tagħna tat-telekomunikazzjonijiet trid tiġi upgraded, partikolarment il- kummissjoni internazzjonali u l-international connectivity tagħna bħala pajjiż.", "B'hekk ikollna aktar spazju għal aktar żvilupp u għal aktar informazzjoni li tiġi trasmessa fuq is-sistema ta' inter-kommunikazzjoni tagħna.", "Huwa veru li l-Istati Uniti qegħda 'l quddiem fil-qasam tal- computer penetration u l-użu ta' l-internet imma l-Ewropa qegħda l-ewwel fid-dinja fil-mobile telephony.", "Fil-fatt huwa kkalkolat li l-vantaġġ li għandha l-Ewropa fil-mobile telephony għandha wkoll tikkumpensa dan il-fatt u għandha wkoll tintroduċi l-electronic commerce u l-mobile telephony wkoll.", "Irridu nħarsu wkoll lejn dan l-iżvilupp u l-banek tagħna u l- istituzzjonijiet tagħna u l-kumpanniji tagħna tat-telekommunikazzjonijiet tajjeb li jħarsu lejn il-potenzjal enormi li hawn għal kummerċ elettroniku u l-mobile telephony.", "Sur President, dan kollu ma jistax isir jekk ma jkollniex liġi li tagħti qafas.", "Jien ma ngħidx li din hija l-aħħar liġi li tagħti qafas fuq dan is- settur sempliċement għaliex l-ebda pajjiż m'hu preżentuż daqshekk li jgħid li din hija l-aħħar kelma fuq qasam bħal dan.", "Dan huwa qasam dinamiku u qasam li qed jinbidel kontinwament u allura ma rridux inħarsu lejn il- liġijiet li rridu ngħaddu minn dan il-parlament b'mod tradizzjonali mbagħad niġu hawn għaxar snin wara u nirreveduha.", "Illum il-liġijiet tant iridu jkunu flessibbli u tant wieħed irid jarahom fil-mixja taż-żmenijiet li jien m'għandix dubju li rridu nkompli nirrevedu, naraw kif qed tiżviluppa d- dinja u naraw x'emendi jkun hemm bżonn nagħmlu f'dawn il-liġijiet biex dejjem nirraffinaw dan is-settur.", "Aħna m'aħniex waħedna f'dan għax ħafna pajjiżi jifhmu li tant qed isiru affarijiet mgħaġġla li huwa diffiċli li tilleġisla b'mod li tkun watertight u allura dejjem trid tara l-iżviluppi li qed isiru biex dejjem tirfina l-mod kif tirregola.", "Jien nemmen li dan huwa abbozz ta' liġi importanti u jkun tajjeb li jkun hawn il-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra dwaru.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li juri li pajjiżna qiegħed fuq quddiem nett biex ikollu regolamentazzjoni serja dwar il-kummerċ elettroniku u huwa wkoll marbut ma' liġijiet oħrajn li jista' joffri opportunitajiet kbar ta' kummerċ u ta' kompetizzjoni internazzjonali għal pajjiżna u għan-negozjanti tagħna.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li qed ipoġġi lil min jagħmel in-negozju, lil min joħloq il-ġid f'dan il-pajjiż, lill-intrapriżi privati u lill-entrepreneurs tagħna fuq livell ugwali bħall-entrepreneurs ta' pajjiżi oħrajn għax dawn se jkollhom qafas legali li jistgħu jaħdmu fih u li bih jistgħu jikkompetu mhux biss f'pajjiżna imma wkoll ma' pajjiżi oħrajn.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, minn meta l-bniedem irrealizza li minn post għall-ieħor hemm ċerta distanza ra kif jiżviluppa l-ivvjaġġar u l- kuntatt bejn post u ieħor.", "Per eżempju, fl-aħħar seklu saru żviluppi kbar fis-settur ta' l-ivvjaġġar u fejn qabel kont tieħu jiem sħaħ biex tasal minn post għal ieħor, illum dan sar ħafna aktar faċli, ħalliha li riċentement kien hemm xi ajruplani li twaqqfu milli jiffunzjonaw temporanjament.", "Hawnhekk wieħed jista' jsemmi wkoll l-iżvilupp li sar riċentement fis-settur tal-telekommunikazzjoni u fis-settur tal- komputerizzazzjoni.", "Sur President, faċli li tiġi f'dan il-parlament tagħmel diskorsi għall- gallerija pero' fl-aħħar mill-aħħar kemm qed nieħdu ħsieb id-diversi setturi essenzjali tal-popolazzjoni?", "Qed ngħid dan għax waħda mill- isfortuni li rajna kienet li minkejja li diversi pajjiżi kienu qed jagħmlu passi kbar fil-qasam ta' l-edukazzjoni, hawn Malta konna mexjin b'pass ta' nemlu.", "Ħafna drabi wieħed kien qed jingħata x'jifhem li qed tiddaħħal l- edukazzjoni fost iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin imma l-isfortuna kienet li meta wieħed beda jara r-riżultati, sena wara sena, ta' studenti li qed jispiċċaw l-iskola konna qed insibu li fil-qasam ta' komputerizzazzjoni ma konniex qed inlaħħqu ma' diversi pajjiżi oħrajn industrijalizzati.", "Fil- fatt dawk li qed jitgħallmu ftit li xejn qed jaraw x'ċans għandhom li jiżviluppaw.", "Hawnhekk nixtieq infaħħar u nirringrazzja lil dawk iċ-ċentri, anke politiċi, li qed jipprovaw jagħmlu l-almu kollu ħalli aktar ċittadini, irrispettivament mill-eta' u mis-sess tagħhom, jieħdu korsijiet bażiċi li jwasslu biex wieħed jersaq aktar lejn dan l-iżvilupp li għaddej fid-dinja.", "Sur President, f'dan il-qasam jidħol ukoll is-settur mediku.", "Per eżempju, tliet snin ilu rajna li f'pajjiżna daħal il-konċett tat- telemediċina.", "X'inhi t-telemediċina?", "It-telemediċina huwa kuntatt minn pajjiż għal ieħor u minn sptar għal ieħor li permezz tiegħu jista' jkun hemm tixrid ta' informazzjoni, tixrid ta' edukazzjoni medika u saħansitra konsulti fejn wieħed ikun jista' jitkellem anke fuq pazjenti.", "Per eżempju, fin-Norveġja, minħabba l-problemi tat-temp u minħabba s-silġ li hemm, jekk pazjent ma jkunx jista' jittieħed minn sptar għall- ieħor, jibqa' fl- isptar fejn ikun u fl-istess ħin ikollu kuntatt kontinwu ma' ċentri speċjalizzati mingħajr il-bżonn li jiġi trasportat fi sptarijiet oħrajn.", "Bis-saħħa tat-telemediċina wieħed ikun jista' jara wkoll pazjent li jkun qed jiġi operat minn sptar ieħor li jkun ċentralizzat u saħansitra wieħed ikun jista' jagħti anke pariri lill-kirurgu li jkun qed jopera f'dak il- mument.", "Hawn Malta t-telemedicina ddaħħlet għal żewġ skopijiet.", "L-ewwel skop kien li wieħed jgħin lill-isptar ta' Għawdex.", "Nafu li meta jkun il- maltemp ikun impossibbli li wieħed jivvjaġġa bejn Għawdex u Malta u bis- saħħa ta' hekk wieħed ikun jista' jagħti l-pariri mingħajr il-bżonn li pazjent jinqala' minn hemmhekk u jinġieb hawn Malta.", "Din is-sistema ddaħħlet ukoll biex ikun hemm kuntatt ma' Great Ormond Hospital li jispeċjalizza fil-pedjatrija u allura ma jkunx hemm il-bżonn li pazjenti żgħar jintbagħtu barra minn Malta biex isiru t-testijiet fuqhom qabel isir xi xorta ta' intervent.", "Għalhekk wara li tkun saret konsulta bejn speċjalisti Maltin u Great Ormond Hospital fl-Ingilterra, wieħed ikun jista' jiddeċiedi l-line of treatment li għandu jkun hemm bżonn.", "Dan jiffranka ċertu skariġġ mhux biss għall-pazjenti, li f'dan il-każ ikunu t- tfal, imma wkoll għall-ġenituri tagħhom u allura wieħed jitla' fi sptarijiet barra minn Malta biss meta verament ikun hemm bżonn.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kuntatti li jsiru fis- settur tal-kummerċ.", "F'dan il-qasam jistgħu jsiru kuntatti bejn importaturi u manifatturi barranin u kumpanniji Maltin ikunu jistgħu jidħlu fil-website u fl-internet biex jirreklamaw il-prodotti tagħhom.", "Allura jkun aktar faċli li ċerti negozjanti f'postijiet oħrajn jidħlu fil-website ta' dawn l- industriji u b'hekk dawn ikunu aktar magħrufa.", "Tajjeb li wieħed isemmi li f'dawn it-tip ta' setturi mhux dejjem ikun faċli li jkun hemm ċerta ħeffa fil-proċessi.", "Qed ngħid hekk għax waħda mill-problemi li dejjem jiġi iffaċċjat biha d-dipartiment tas-saħħa hija t-talba li jkun hemm biex jintbagħtu ammonti ta' samples ħalli jkunu jistgħu jiġu ttestjati.", "Minkejja li nipprovaw inħaffu l-proċess kollu l-problema tas-samples żgur li mhux se tinqata' u allura filwaqt li ċerti setturi se jiġu megħjuna bit- tibdil fis-sistema tal-komunikazzjoni, ċerti setturi oħrajn mhux se jitħaffu.", "Għalhekk ċertu tibdil mhux possibbli li jsir f'ċerti setturi, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tfigħ ta' offerti fis-settur tal- mediċina.", "Sur President, mhuwiex l-iskop tiegħi li nipprova nidħol f'xi battibekk politiku jew nagħmel diskors għall-gallarija biex nidhru sbieħ u forsi jġibu xi titli fil-ġurnali, kif għamel il-kelliemi ta' qabli.", "Li rrid ngħid jien huwa li jien nippretendi li l-liġijiet jiġu aġġornati skond it- tibdil li jkun qed isir.", "Pero' t-tibdil m'għandux isir għax ikun impost fuqna minn ħaddieħor imma għax ikun hemm il-bżonn.", "Għalhekk ħafna drabi wieħed aħjar iwarrab ċertu paroli fil-ġenb u nkomplu mexjin ħalli nipperfezzjonaw il-liġijiet li jkollna quddiemna.", "Ma nistax ngħid li l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa perfett u allura nittama li fl- istadju ta' Kumitat isiru t-tibiliet kollha neċessarji.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Sur President, kif diġa' għedt fl-introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi dan huwa abbozz ta' importanza kbira għall-futur ta' pajjiżna.", "Fil-fatt l- ewwel punt li xtaqt nirribatti huwa punt li ssemma minn diversi kelliema għax donnu li mhux kulħadd fehem preċiż x'qed nagħmlu.", "Din hija liġi li toħloq qafas legali biex isiru transazzjonijiet permezz tal-computer u tirregola kuntratti ġodda li qed isiru jiġifieri la hija liġi li tirregola l-e-government u lanqas hija liġi li tirregola kif iżżomm id-data.", "Għalhekk min qiegħed iħawwad din il-liġi ma' xi liġi jew xi teknika differenti qiegħed jiżbalja għal kollox kif, fl-opinjoni tiegħi, żbalja bil-kbir il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qal li għaġġilna ħafna għax ma missniex fridna l-e-commerce mill-e-government.", "Jekk għaġġilna ħafna biex fridna l-e-commerce mill-e-government segwejna l-eżempju ta' pajjiżi bħall-Isvezja, Singapore, l-Amerika, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Ġappun, il- Malażja, Bermuda, Hong Kong, il-Ġermanja, il-Fillandja u d- Danimarka.", "Dawn l-istess ħaġa għamlu għax l-e-commerce u l-e-government m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn, la bħala konċetti u lanqas bħala strutturi legali.", "Fil-fatt biex tagħmel l-e-government bilfors irid ikollok e-commerce legislation - jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jifhem x'inhu e-government, għax wara d-diskors li għamel bdejt niddubita jekk jafx x'inhu computer! - għax mingħajr e-commerce legislation la huwa validu li tagħmel applikazzjoni għal skopijiet ta' l-e-government u wisq inqas huwa validu li tagħmel pagament fil-kontest ta' l-e-commerce.", "Għalhekk min qed jgħid li aħna spezzettajna xi ħaġa huwa żbaljat mil-bidu sa l-aħħar u aktar u aktar huwa żballjat min qal li qegħdin ngħaġġlu.", "Jien naqbel ma' dawk li għamlu l-argument li minbarra dan l-abbozz ta' liġi rridu nieħdu inizjattivi oħra, bħala gvern, biex inkabbru l-awareness fost dawk fis-settur kummerċjali li jibdew jużaw dawn il-mezzi u sieħbi l- Onor. Edwin Vassallo diġa' qal li parti mix-xogħol tad-dekasteru tiegħu se tkun li jkabbar din l-awareness.", "Huwa veru li rridu nkunu pro-attivi ħafna fost il-kummerċjanti tagħna biex inkabbrulhom l-awareness tagħhom dwar il- bżonn li huma jmorru online, li jibdew jixtru online, li jibdew ibigħu online, li joħolqu l-istrutturi online u biex ikunu aċċessibbli għall-bejgħ online u dan huwa parti mix-xogħol li jrid jagħmel il-gvern.", "Il-gvern ma jridx jagħmel dak li jridu jagħmlu l-kummerċjanti.", "Fl-aħħar mill-aħħar il- kummerċjant irid jieħu l-inizjattiva pero' l-gvern għandu jkabbar ċertu awareness u ċertu bżonn.", "Wara kollox huwa f'idejn kull kummerċjant individwali li jirrealizza li dan huwa bżonjuż għall-futur kummerċjali tiegħu, li mingħajr dawn l-affarijiet hu ma jasalx biex 'il quddiem ikampa fis-suq kummerċjali.", "Li qed noħolqu llum huwa l-qafas legali biex dan ikun possibbli u għalxejn tmur fost il-kummerċjanti u tgħidilhom biex jibdew jikkreaw il-websites u biex jibdew ibigħu meta dak il-bejgħ m'għandux il- qafas legali biex jikkonkludi l-kuntratti.", "Għalhekk filwaqt li naqbel perfettament ma' min irraġuna li għandna bżonn inkabbru l-awareness fost il-kummerċjanti tagħna, ma naqbel assolutament xejn ma' min qal li għaġġilna biex ippreżentajna dan l-abbozz ta' liġi.", "Tant m'għaġġilniex li qegħdin wara numru ta' pajjiżi oħra pero' llum qegħdin nilleġislaw f'realta' li diġa' teżisti.", "Ma naħsibx li għandi għalfejn noqgħod inġib l-eżempji kemm Maltin stess diġa' bdew jużaw l-e-commerce biex jagħmlu kuntratti biex jixtru.", "Irridu nkomplu nkabbru dan il-qasam u nkabbruh biss jekk ikun hawn il-qafas legali biex dan isir.", "Ma nistgħux nespandu mingħajr ma jkollna qafas legali.", "Illum qed nilleġislaw realta' li diġa' teżisti, għalkemm forsi ma teżistix għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jista' jkun li mhuwiex daqshekk familjari mad-dinja tal-computers.", "Pero' din żgur hija realta' li teżisti għall-eluf u eluf kbar ta' Maltin.", "Nagħmlu ħażin li nippretendu li aħna għandna nagħmlu liġi, kif ippretendew numru ta' kelliema min-naħa ta' l- oppożizzjoni, mingħajr ma nikkonstataw x'qed isir madwarna.", "Ir-realta' kummerċjali tal-lum hija li l-bejgħ permezz tal-computers huwa transnazzjonali u ma nistgħux nibnu sistemi li ma jagħtux kas ta' x'qed jiġri barra minn xtutna u aktar u aktar ma nistgħux infasslu leġislazzjoni li ma teħux dan in konsiderazzjoni.", "F'dan il-pajjiż għandna għerf daqs ħaddieħor pero' fil-qasam kummerċjali m'għadniex gżira għal rasna.", "Fil- qasam kummerċjali l-attitudni tagħna hija li rridu nikkummerċjaw mad-dinja kollha u r-rivoluzzjoni li qed isseħħ illum hija li permezz ta' l-e- commerce, pajjiżi żgħar bħal tagħna għandhom l-aċċess għad-dinja kollha li qabel qatt ma kellhom.", "Sur President, fuq wieħed mill-istazzjonijiet Taljani hemm riklam li verament japplika għalina għax juruk kif mill-Ġappun - naturalment dawn jagħtuk idea ta' ditta kbira tal-karozzi - jistgħu jixtru apparat żgħir minn garaxx fl-Italja.", "Jekk il-kummerċjanti tagħna jirrealizzaw dawn l- opportunitajiet allura jirrealizzaw ukoll kemm l-e-commerce tista' tgħinhom.", "U aħna għalhekk ma għaġġilniex u għalhekk fassalna abbozz ta' liġi li jieħu in konsiderazzjoni dak li qed jiġri barra minn pajjiżna.", "U għalhekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien żbaljat meta qal li aħna għaġġilna dan l-abbozz ta' liġi għax qed iġegħluna nagħmlu hekk minn Brussels.", "Dan m'hu veru assolutament xejn.", "Kemm jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea u kemm jekk ma nidħlux, dan il-pajjiż għandu bżonn din il-leġislazzjoni.", "Jien nistgħaġeb kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni joħroġ b'dan l-istatement li ċaħħduh saħansitra kelliema ta' l-oppożizzjoni stess.", "Ovvjament li l-liġi tagħna hija kompattibbli mad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea u dan ħadnih in konsiderazzjoni pero' l-liġi tagħna daqstant ieħor hija kompatibbli mad- direttivi li ħarġu mid-WTO u mad-direttivi li ħarġu mill-UNCITRAL.", "Dawn bilfors irridu neħduhom in konsiderazzjoni.", "Mela aħna nistgħu ninjoraw l- istandards li qed tagħmel l-Ewropa, li qed tagħmel l-Amerika, li qed jagħmlu l-pajjiżi tal-Far East u li qed jagħmlu l-organizzazzjonaijiet internazzjonali?", "Mhux bilfors magħhom irridu naħdmu.", "Għalhekk jien niċħad bl-aktar mod kategoriku li din hija xi liġi imposta minn Brussels anzi jekk wieħed jara l-leġislazzjoni, li jien konvint li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma tantx qraha fid-dettall, isib li aħna ħadna l-linja minimalista f'dak li għandu x'jaqsam mad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna rridu naderixxu ma' din id-direttiva għax dawk huma l-istandards li se jkun hemm fl-Ewropa kollha pero' filwaqt li ċerti pajjiżi fl-Unjoni Ewropea ħadu d-direttiva kollha, aħna mxejna fuq il-linja ta' l-Isvezja li ħadet il-linja minimalista fejn tidħol din id-direttiva u applikajna l- istandards minimi għax ridna li jkollna qafas ħafna aktar wiesa'.", "Hawnhekk naqbel ma' l-Onor.", "Brincat, mingħalija, li qal li filwaqt li b'mod ġenerali l-Ewropa mxiet ħafna aktar mill-Amerika f'dik li hija telefonija, qed tirrestrinġi ruħha wisq fl-istandards li għandhom x'jaqsmu ma' l-e-commerce vis-a-vis dak li qed jiġri fl-Amerika.", "Pero' din m'hijiex kwestjoni tagħna biss.", "Din hija kwestjoni tad-direzzjoni li mexjin lejha u naħseb li aħna għamilna l-pass għaqli ħafna li ma rristrinġejniex lilna nfusna billi għamilna leġislazzjoni preskrittiva fuq is-sistemi imma ħallejna leġislazzjoni miftuħa li titkellem biss fuq prinċipji għax din tkun ħafna aktar adattata.", "Jien għalhekk stagħġibt bil- kbir meta l-Kap ta'l-Oppożizzjoni qalilna li missna għamilna white paper u jmissna kkonsultajna aktar.", "Dr. Sant kien qal hekk: \"Staqsejt lill-operaturi jekk ħadux sehem f'xi dibattitu u qaluli li lanqas jafu biss li għaddejja din il-liġi.\".", "Jiena kultant ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħidulu xi ħaġa, jiblagħha u jirrepetiha hawnhekk, pero' jien ma nafx kif tista' tgħid li jmissna għamilna white paper meta din ġiet ippubblikata f'Mejju ta' din is-sena.", "Aħna ppubblikajna white paper b'din il-leġislazzjoni u bil-leġislazzjoni l-oħra dwar id-data protection, ressaqniha quddiem dan il-parlament, tlabna għall-kummenti, stedinna lil min ried jiltaqa' magħna u iltqajna maċ- chamber of commerce, ma' l-FOI, mal-MUBE, ma' l-MCBA, mal-MAM - mingħalija dawn kienu bagħtu xi rapport - mas-central bank u mat-terranet.", "Barra minn hekk numru ta' ministeri kienu kkummentaw fuq din il-white paper ukoll.", "Aħna ltqajna ma' kull min talabna meeting u ma' min ried jeżaminaha sewwa.", "Allura min huma dawn l-operaturi li ma jafux biha din?", "Jekk dawn huma operaturi bħall-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li għalihom il-computer huwa xi ħaġa ta' barra minn hawn, ma nistgħaġibx li lanqas jafu biha.", "Pero' li jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħidilna li missna għamilna white paper ifisser li lanqas il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jaf x'inhu jiġri f'dan il- pajjiż għax mhux biss għamilniha din il-white paper talli għamilna press conference, ippubblikajniha, kellna madwar 1,000 kopja tagħha u bil- kuntrarju ta' white papers oħra din kienet white paper li kellna rispons kbir għaliha.", "Imbagħad jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jistqarr li ma jafx li għamilna white paper, affarijiet ta' barra minn hawn.", "Pero' dan ma kienx biżżejjed għax l-isbaħ waħda kienet - din niżżiltha għal tapposta - li filwaqt li l-membri ta' l-oppożizzjoni kollha qalu li din hija rivoluzzjoni, l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li din mhijiex xi ħaġa fenomenali għax li qed jiġri huwa kif kien ġara meta daħlu l- brigantini fis-seklu XVI.", "Dan qal li qabel biex tmur minn post għall- ieħor biex tieħu l-posta u tagħmel il-kummerċ kont trid timxi fuq it-toroq tar-Rumani u kont tieħu sentejn jew tliet snin, imbagħad fis-seklu XVI daħlu l-brigantini u biddlu d-dinja kollha għax kollox beda jsir aktar malajr.", "Jien naħseb li meta sabu kif tqabbad in-nar kien hemm rivoluzzjoni, meta skoprew il-ħadid kien hemm rivoluzzjoni, meta bdew jaħdmu t-trains kien hemm rivoluzzjoni, pero' ma nistax nimmaġina kif tista' tqabbel il-mod kif id-dinja qalbet għall-computers u r- rivoluzzjoni tal-komunikazzjoni mad-dħul tal-brigantini fis-seklu XVI!", "Bħal dak li qallu li xi ħadd fil-Malawi kien jaf bil-brigantini!", "Naħseb illum anke persuna li tgħix f'nofs id-deżert taf li jeżistu l-computers.", "Dan kollu juri mhux in-nuqqas tekniku tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew l- antipatija li għandu lejn il-computers imma juri n-nuqqas ta' viżjoni ta' dan il-bniedem.", "Għax kif jista' jkollok prim ministru potenzjali - u naħseb li potenzjali se jibqa' - li jekwipara l-viżjoni tal-computers mal- brigantini?", "Allura l-oppożizzjoni qed toffrilna kap ta' l-oppożizzjoni li jgħidlek li r-rivoluzzjoni tal-computer hi l-istess bħall-brigantini li ġew minn Marsilja għal Malta u li kienu jdumu ġejjin sitt xhur u llum bil- computer f'nofs sekonda mhux minn Franza tiġi imma mill-Ġappun!", "Jekk bil- brigantina kont iddum ġej sitt xhur biex iddaħħal erba' xkejjer tadam u timla' l-istiva, illum tbigħ u tixtri t-tadam f'nofs sekonda!", "Kif tista' tqabbel dan kollu mal-brigantini meta llum minn fuq il-computer għandek kull biċċa enċiklopedija li teżisti fid-dinja u għandek l-aċċess għal kull mużew, għal kull xorta ta' kultura u għal kull ħaġa li li ġabar il- bniedem matul is-snin!", "Dan x'Kap ta' l-Oppożizzjoni għandna?", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaħseb b'dan il-mod jiddispjaċini ngħid li għandu nuqqas kbir ta' viżjoni.", "Ħafna tkellmu wkoll fuq id-digital divide jiġifieri l-bżonn li ma nħallux sitwazzjoni fejn ikun hawn min jaf il-computer u min ma jafx għax inkella se jkollna ħafna nies li dan il-mezz li dejjem aktar se jsir parti essenzjali mill-ħajja tagħna mhux se jkunu jafu jutilizzawh.", "Fl-opinjoni tiegħi rridu noqogħdu attenti ħafna x'infissru b'digital divide.", "Jekk bid- digital divide qed infissru n-nies illiterati jew in-nies li m'għandhomx aċċess fiżiku għal computer, naħseb li qed nagħmlu targeting ħażin għax il- computer għandu l-mezz kif jeqred id-diviżjoni li hemm bejn il-litterat u l- illiterat.", "Fil-fatt se naslu f'pożizzjoni u f'punt fejn ladarba għandek aċċess għall-computer - l-aċċess jista' jkun b'diversi modi kif se nispjega ktar 'il quddiem - il-fatt li inti illiterat jew għandek xi diżabilita' m'hu se jfisser assolutament xejn.", "Per eżempju, illum diġa' jeżistu webpages għal min hu nieqes mill-vista.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' webpages min huwa nieqes mill-vista jista' jħaddem il-computer bl-aktar mod faċli u l-avvanzi se jkunu tali li wieħed ikun jista' jħaddem affarijiet oħra wkoll.", "Illum jeżistu computers biex min għandu xi diżabilita' - anke jekk ma jkollux dirgħajn - jista' jħaddem il-computer ukoll.", "Il-computers se jevolvu - u dan diġa' qed narawh - fuq sistema interattiva fejn jekk ma tafx taqra tista' tkellem lill-computer u dan ikellem lilek għax jagħraf dak li tkun qed tgħid.", "Jien mhux qed ngħid affarijiet kbar imma qed ngħid affarijiet li fi ftit snin se jkunu qed iseħħu.", "Per eżempju, llum min ma jafx jaqra jew ma jistax jixtri computer għax m'għandux flus jista' jkollu aċċess ukoll.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra għadna kemm għamilna launching ta' sistema ta' kirjiet fil-kunsilli lokali.", "Dan ifisser li wieħed jista' jmur fil-kunsill lokali, jħallas għall-kirja, u jkollu aċċess għall-computer.", "Eventwalment irridu nibnu kiosks għall- pubbliku li tkun tista' tħaddimhom b'sistemi interattivi u dan tista' tagħmlu anke jekk ma tkunx taf taqra.", "Irridu nibnu wkoll call centres fejn mid-dar tkun tista' ċċempel, tgħid lil persuna oħra x'għandek bżonn u din tħaddem il-computer għalik.", "Għalhekk f'dak li għandu x'jaqsam ma' illitteriżmu jew diżabilitajiet fiżiċi, l-computer għandu jnaqqas dan id- divide mhux ikabbru.", "Id-delivery systems li tkellem fuqhom l-Onor.", "Cilia huma maħsubin għal dan il-għan pero' d-digital divide tibqa' - u hawn huwa l-periklu - jekk ikun hawn dak li tkellem fuqu l-Onor.", "Bartolo.", "Hemm bżonn li pajjiżna jħarreġ in-nies fit-teknika tal-computer u li t-tfal, minn mindu jkunu żgħar, jifhmu li mingħajr computers m'humiex se jsibu fejn jaħdmu.", "Pero' f'dak li għandu x'jaqsam ma' taħriġ ta' nies tekniċi m'għandniex inkunu b'għajnejna magħluqin.", "Kien hawn min qal li rridu noqogħdu attenti għax jekk ma nħarrġux biżżejjed nies se jibdew jiġu n-nies minn barra biex jaħdmu fil-qasam Malti.", "Inħarrġu kemm inħarġu nies se jiġu nies minn barra biex jaħdmu fil-qasam Malti kif qed imorru l-Maltin barra minn Malta.", "Hawnhekk nista' ngħid, per eżempju, li lill-MITTS kumpanniji kbar enormi ħadulhom numru ta' nies.", "B'daqshekk m'hu qed ngħid l-ebda sigriet.", "Issa jien qed nirriferi għas-Sound Systems għall-Microsoft, għall-Lucent u għas- Sisco.", "Dawn huma Maltin li marru jaħdmu ma' kumpanniji multi-nazzjonali.", "Per eżempju, nafu Maltin - mhux se noqgħod insemmi ismijiet - li għamlu kumpanniji tas-software fl-Indja, fis-Saudi Arabia, fl-Olanda u f'Pariġi.", "Din hija d-dinja tal-lum.", "Ma rridux indaħħlu f'moħħna li dawn huma sistemi li se jagħmluhom il-Maltin biss u nagħlqu ruħna għall-Maltin biss imma rridu li jkollna exchanges kontinwi mal-pajjiżi kollha.", "M'għandux ikollna l-mentalita' magħluqa ta' l-antik li jien kultant naħseb li telqet pero' kultant terġa' tfiġġ li dan huwa post għall-Maltin u ma nistgħux indaħħlu barranin.", "Dan huwa post għall-Maltin u għal kulħadd.", "Aħna għandna tfal, nies u kumpanniji li ma jibżgħu minn ħadd f'dan il-qasam u dik trid tkun il-mentalita'.", "Ara fejn qed ibigħu s-software companies li għandna f'Malta!", "Mela jbigħu għall-Maltin biss!", "Dawn qed ibigħu lid- dinja kollha u aħna nixtru mid-dinja kollha.", "Dak huwa s-suq, dik hija t- triq u dik hija l-fiduċja.", "Hemm bżonn ngħallmu u niftħu aktar.", "Kulħadd isemmi l-aċċess għall-internet pero' dan m'għandux ikun make or break.", "L-aċċess għall-internet b'mod jew ieħor jiġi.", "Il-make or break huwa li jkollok technicians, software developers u hardware technicians tajbin.", "Dan huwa l-make or break li għandu bżonn dan il-pajjiż u hemm huwa fejn irridu nħarrġu aktar lit-tfal, mhux kulħadd għadu jrid imur avukat, perit u tabib, dejjem l-istess professjonijiet!", "Dan kollu huwa challenge.", "U fis-seklu XVI qbadna erba' brigantini u morna naraw fejn se nikkummerċjaw aħseb u ara x'nagħmlu issa bil-computers u b'dawn l- affarijiet kollha.", "Għall-ewwel darba aħna għandna sistema ta' kummerċ li ma tiddependix mir-riżorsi fiżiċi imma tiddependi mir-riżorsi mentali ta' pajjiżna.", "Dan il-gvern jaf kif inhi t-triq u għandu viżjoni ċarissima ta' fejn se mmorru.", "Nafu li l-e-commerce u l-e-government huma differenti u nafu li l- e-commerce u l-e-society huma differenti wkoll.", "Għalhekk irridu nibnu pass wara l-ieħor biex ikollna e-Malta wkoll.", "Pero' nispera li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jifhem x'aħna ngħidu.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu biex ma jismax minn din in-naħa imma għallinqas jisma' mill-membri tan-naħa tiegħu li tkellmu bis-sens.", "Dan kellu bżonn jiftaħ moħħu għal sħabu, mhux għalina, għax għalina żgur mhux se jiftħu daqskemm għandu rasu iebsa.", "Naħseb li kulħadd tkellem bis-sens min-naħa ta' l-oppożizzjoni minbarra l- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Hemm bżonn ukoll li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkollu wkoll ftit aktar fiduċja fil-Maltin u mhux jingħalaq u jgħidilna li jmissna stennejna.", "X'missna stennejna meta l-kuntratti qed isiru u meta l- kelma qed tingħata bil-miktub fuq il-computer?", "Dan x'ridna nistennew aktar?", "Illum il-pajjiżi kollha qed jgħaġġlu biex jilleġislaw għax jafu li meta tiġi biex tinvesti l-ewwel kelma li jgħidulek hija jekk għandekx e- commerce legislation.", "Jekk lil dawn in-nies tgħidilhom li m'għandekx e- commerce legislation jitilqu 'l hinn pero' jekk tgħidilhom li għandek din it-tip ta' leġislazzjoni, dawn ikunu jridu jeżaminawha ħalli jibdew minn hemmhekk.", "Mela llum jekk jiġi xi ħadd jinvesti l-miljuni hawn Malta se tgħidlu le!", "Fejn għaġġilna aħna?", "Jien nispera li wara dan id-dibattitu l-messaġġ ħareġ ċar.", "Dan huwa gvern li għandu viżjoni ċara fil-qasam tal-kummerċ permezz tat-teknoloġija ġdida.", "Dan huwa gvern li ppreżenta liġi studjata.", "Naħseb li ħadna l-aħjar mil-liġijiet kollha li jeżistu llum u niddubita jekk ħallejniex barra xi leġislazzjoni li ma eżaminajniex, għalkemm skartajna ħafna.", "Pero' huwa żgur li eżaminajna 90% tal-liġijiet kollha li jeżistu.", "Aħna studjajna fuq li studjajna u ilna nistudjaw mill-1995.", "Pero' meta tela' l-għaref Kap ta' l-Oppożizzjoni waqaf kollox.", "Immaġina tmur tkellmu fuq l-e-commerce f'dawk is-sentejn, mhux biżżejjed kellu problemi!", "Aħna pproponejna liġi li hija realistika, flessibbli u li tagħti kas il- fatt li 'l quddiem se jkollna nbiddlu l-pożizzjonijiet tagħna għax kif qalu anke l-kelliema tan-naħa l-oħra, t-teknoloġija tant qed titbiddel li rridu nieħdu ħsiebha.", "Għandna qafas ta' liġi li toffri lill-Matin l- opportunitajiet li għandhom il-pajjiżi l-kbar kollha fosthom pajjiżi mill- Ewropa u pajjiżi mill-Far East.", "Jien nawgura li s-setturi differenti tal- gvern li għandhom x'jaqsmu mal-qasam kummerċjali jagħmlu kampanja fost il- kummerċjant iż-żgħir u anke l-kbir għax naħseb li lanqas il-kummerċjant il- kbir m'għadu irrealizza biżżejjed x'għandu jagħmel, kif għandu jippreżenta ruħu għal dawn l-affarijiet, fejn għandu jinvesti u kif jista' jixtri, jbigħ u jagħmel ċerti kuntatti.", "Hemmhekk għandna bżonn awareness campaign qawwija mingħajr ma nissosttitwixxu ruħna għall-kummerċjant.", "Il- kummerċjant irid jagħti sehmu għax l-aħħar mill-aħħar il-kummerċ huwa tiegħu u hu jrid iġibu 'l quddiem.", "Li jista' jagħtih il-gvern huwa biss il- qafas fejn jaħdem pero' fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni tkun tiegħu.", "Din m'hijiex liġi li se tagħmel l-e-government jew l-e-society imma hija liġi li qed tilleġisla qafas li mingħajru la jkun jista' jsir l-e- government, la l-e-society u lanqas l-e-Malta.", "Jien nemmen li dan il- gvern għandu biex jiftaħar li kien mhux biss il-gvern li daħħal ir- rivoluzzjoni teknoloġika fil-qasam tal-gvern kollu imma kien ukoll il-gvern li ppreżenta l-leġislazzjoni kollha kemm hi biex verament ikollna pajjiż dehen tagħna l-Maltin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-rigward tal-kummerċ elettroniku u sabiex jipprovdi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' dan jew li hu anċillari għalih\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi li dan l-istess Abbozz ta' Liġi jitressaq quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l- Abbozzi tal-Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-rigward tal-kummerċ elettroniku u sabiex jipprovdi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' dan jew li hu anċillari għalih\", jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA TAD-DWANA", "CUSTOMS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Sur President, nipproponi t- Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, dan huwa abbozz ta' liġi qasir li ma jirrigwardax taxxi pero' jirregola aħjar l-organizzazzjoni tad-dwana u jagħti ċerti poteri lill-kontrollur tad-dwana għax mill-esperjenza li nkisbet matul iż-żmien u mit-tibdil li qed isir fid-dinja ta' madwarna jinħass li dawn huma meħtieġa biex l-effiċjenza u l-enforcement fid- dipartiment tad-dwana jkunu jistgħu jissaħħu.", "Dan l-abbozz ta' liġi għandu tliet oġġettivi.", "L-ewwel oġġettiv huwa li jikkontrolla l-abbużi meta wieħed ikun qed iħott il-containers.", "It-tieni oġġettiv jagħti dritt lill-kontrollur tad-dwana biex dan jiddisponi minn affarijiet li jkun qabad u b'hekk jiġu evitati l-problemi li qed jiġu ffaċċjati llum b'oġġetti maqbuda li jkunu parti mix-xhieda fil-qorti.", "Nafu li l-qrati tagħna ma jiddeċidux l-affarijiet mil-lum għal għada u allura dawn l-oġġetti jew jitmermru jew jitilfu ħafna mil-valur tagħhom, jekk ma jsirux antikitajiet ukoll.", "It-tielet oġġettiv huwa li tingħata bażi legali għall-exchange of information li l-kontrollur tad-dwana u d- dipartiment ikollu bżonn jagħmel bis-saħħa ta' trattati bilaterali li nagħmlu ma' pajjiżi oħra u li bihom il-kontrollur ikun jista' jaqsam informazzjoni biex jiġu kkontrollati abbużi ta' traġitt illeċitu ta' oġġetti", "Jien għedt li l-ewwel oġġettiv huwa li l-kontrolur tad-dwana jżid xi ftit il-kontrolli tiegħu.", "Dan qegħdin nagħmluh billi qegħdin inżidu l- possibilita' li l-kontrollur jagħfas l-importaturi jew l-aġenti tagħhom meta dawn ma jkunux taw l-informazzjoni kollha meħtieġa meta jiġu biex jirrilaxxaw il-containers.", "Illum il-manifest u d-dettalji tal-kontenut tal- containers huwa importanti aktar u aktar minħabba xogħol ta' intelligence li jkun qed isir mid-dwana.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li permezz ta' din il- liġi l-kontrollur se jkollu saħħa iktar li jżomm il-ħruġ ta' oġġetti mid- dwana sakemm l-aġent tal-vapur jaqdi dmiru u jgħaddi l-manifest li jkun hemm bżonn.", "Qegħdin nagħmlu enforcement ukoll fuq is-sistema tar-release at base fejn il-containers jiġu rilaxxati fl-exit gate tad-dwana mingħajr ma jinfetħu għall-eżami - dan huwa l-quick release li qed nagħmlu biex naqtgħu xi ftit mill-burokrazija li għandna f'pajjiżna - u ladarba dawn jiġu rilaxxati l-importatur jew il-burdnar ikollu dritt jiftaħ il-container u jibda l-operazzjoni tal-ħatt tal-merkanzija.", "Permezz ta' qafas ta' enforcement li qegħdin nagħmlu permezz ta' din l-emenda l-kontrollur jista' jimponi kondizzjonijiet fuq kif isir dan ir-rilaxx.", "Dan huwa importanti għax jista' jkun li tad-dwana jkunu għaddew minn xi esperjenzi ma' nies partikolari u minflok jgħidulhom li m'għandhomx joħorġu l- containers tagħhom release at base jgħidulhom li għandhom joħorġuhom b'ċerti kondizzjonijiet.", "Qegħdin nesiġu wkoll li meta jkun hemm dan it-tip ta' release ta' containers il-ħatt ikun jista' jsir biss fl-indirizz prenotat li jkun ingħata qabel ma joħroġ il-container u b'hekk dan m'għandux joqgħod jgħaddi minn xi warehouse għall-oħra biex l-ewwel iħottu biċċa mbagħad iħottu oħra.", "Permezz ta' emenda oħra qegħdin inżidu l-possibbilta' li min jikser dawn ir- regolamenti u jħott containers mingħajr ma jkun awtorizzat se jkun liable li jeħel il-pieni u l-multi li hemm stabbiliti fil-liġi.", "Il-biċċa l- kbira minnhom dawn huma penali ta' bejn il-Lm100 u l-Lm1,000.", "Ħassejna wkoll li permezz ta' din il-liġi nsaħħu l-kontroll li jsir fuq il-baħar, per eżempju, mill-Armata li tkun qed iddur jew tagħmel xi checks fuq yachts jew vapuri.", "Per eżempju, ġieli nstab li għalkemm ċerti pakketti li jkunu ġew issiġillati mid-dwana jkunu għadhom fl-ibħra territorjali tagħna dawn ikunu diġa' miftuħa.", "Fil-fatt kien hemm każi fejn membri ta' l-armata sabu li l-pakketti oriġinali tas-sigaretti kienu tneħħew, għalkemm ma kien instab xejn nieqes.", "Pero' xorta qegħdin nagħmlu provvediment li f'dak il-każ jista' jiġi kkonsidrat li sar ħatt ta' merkanzija mingħajr permess.", "Qegħdin insaħħu wkoll idejn il-kontrollur fuq id-dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet li jieħu biex jistabilixxi oġġett f'liema klassifikazzjoni jkun.", "Qed ngħidu li meta jkun hemm dikjarazzjonij, id-deċiżjoni tad-dwana li tkun ibbażata fuq analiżi xjentifika jew perizja teknika għandha tiġi aċċettata u ma tistax tkun ikkontestata sakemm ma jkunx raġjonevolment ovvju li d-deċiżjoni ma tkunx waħda raġjonevoli u allura jkun hemm id-dritt li ssir il-kontestazzjoni meħtieġa.", "Mill-esperjenza sibna wkoll li jkollna każi l-qorti fejn minkejja li dak li jittella' mid-dwana jiġi misjub ħati, l-qorti tagħtih biss piena ta' ħabs li tkun sospiża u allura minbarra li d- dwana ma tieħu xejn din ma tkunx f'pożizzjoni li tirkupra l-ispejjes li tkun għamlet biex tinfetaħ il-kawża.", "Għalhekk qed nagħmlu provvediment biex indaħħlu l-penali monetarji u b'hekk il-maġistrat jew l-imħallef, ikun min ikun, ikun jista' jinkludi dawn il-kundanni penali minbarra s- sentenzi sospiżi ta' ħabs.", "Illum il-prattika hija li jekk l-oġġetti konfiskati mid-dwana ma jkunux annimali ħajjin jew affarijiet ta' l-ikel il-kontrollur ikollu jżommhom sakemm tinqata' l-kawża.", "Issa kif diġa' għidt, f'Malta l-kawżi jdumu jtawlu għal ħafna raġunijiet u qed niġu f'sitwazzjoni li d-dwana qed ikollha tidħol f'ħafna spejjes biex taħżen dawn l-oġġetti.", "Barra minn hekk l-oġġetti nfushom - ġieli jkun hemm karozzi u affarijiet ta' l- elettronika - ssirilhom ħafna ħsara u mbagħad meta tinqata' l-kawża dawn tant ikunu antiki li l-valur tagħhom jispiċċa.", "Allura hawnhekk qed nagħmlu provvediment li bih il-kontrollur tad-dwana jkun jista' jbigħ dawn il-prodotti.", "Naturalment jekk il-kawża tinqata' kontra l-kontrollur tad- dwana u allura dak li jkun ikun irid il-prodott lura, dan jirċievi mingħand il-kontrollur il-flus li jkun irċeva l-kontrollur għal dak l- oġġett jew inkella jirċievi l-market value fi żmien il-konfiska.", "Emenda oħra li qed nagħmlu hija li ntawlu ż-żmien ta' preskrizzjoni l- ewwelnett minħabba li ċerti investigazzjonijiet jieħdu fit-tul u t-tieni nett għaliex ċerti investigazzjonijiet jibdew wara li tkun rilaxxata l- merkanzija.", "Hawnhekk qed intawlu ż-żmien ta' preskrizzjoni għal sitt snin kif fil-fatt għamilna f'liġijiet oħra bħal fil-każ tal-liġi tal-VAT u fil- każ ta' meta għaddejna l-liġi biex il-valutazzjoni ta' l-oġġetti ssir skond ir-regolamenti tal-WTO.", "Emenda oħra li hija konsegwenzjali għal din l- emenda li għadni kemm semmejt qegħdin nagħmluha biex niġu konformi kemm jista' jkun u konsistenti bejn liġi u oħra.", "Kif diġa' għidt, it-tielet oġġettiv huwa li l-kontrollur tad-dwana jkollu l-possibbilta' bil-liġi, mhux bil-prassi biss, li jgħaddi informazzjoni lil dwaniera oħrajn barra minn Malta fuq il-bażi ta' trattati reċiproċi li pajjiżna jagħmel ma' pajjiżi oħra fil-kontest tal- kontroll kontra l-importazzjoni abbużiva ta' affarijiet.", "Għalhekk biex ikunu jistgħu jsiru investigazzjonijiet fuq bażi internazzjonali jkollha tgħaddi din l-informazzjoni minn dwanier u ieħor u b'din il-liġi qed nagħtu l-kopertura legali lill-kontrollur biex ikun jista' jgħaddi din l- informazzjoni.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, m'huwiex spiss li din il-Kamra jkollha opportunita' li tiddiskuti l-operat tad-dwana u għaldaqstant, bil- permess tiegħek, nixtieq li apparti milli ngħaddi xi osservazzjonijiet dwar ċerti aspetti tal-liġi li, kif qal il-ministru, hija pjuttost liġi teknika u ta' natura amministrattiva, nixtieq nagħti ftit ħarsa lejn l-operat tad- dwana in ġenerali ħalli naraw kif din evolviet tul is-snin taħt id-diversi amministrazzjonjiet, f'liema qagħda tinstab illum u f'liema direzzjoni tinsab miexja.", "Jekk tħares lejn is-settur tad-dwana on paper, anke minħabba l-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis, issib li hemm ħafna x'isir f'dan ir-rigward imma, bir-rispett kollu, mingħajr ma nkun kritiku żżejjed, naħseb li rridu niddivorzjaw daqsxejn dawk it-tibdiliet li huma meħtieġa għall-gvern tal-ġurnata minħabba l-politika tiegħu stess vis-a-vis l-Unjoni Ewropea u anke dwar il-qagħda kif qed tiżviluppa f'termini reali, kemm fuq livell ta' riżorsi umani u anke fuq livell organizzattiv fi ħdan id-dwana nnifisha.", "L-ewwelnett ħalli nitkellem ftit fuq dan l-abbozz ta' liġi nnifsu.", "Fil- prinċipju aħna naqblu li għandha tiġi regolata t-tneħħija ta' ċerti kondizzjonijiet fuq oġġetti konfiskati waqt li jkunu għaddejjin il- proċedimenti, li għandhom jiġu fis-seħħ ċerti arranġamenti reċiproċi ma' servizzi tad-dwana oħrajn u li wieħed jipprovdi wkoll infurzar aħjar tal- liġi.", "Pero' fl-istess ħin wieħed ma jistax jaqbel, forsi fid-dettall, mal- mod kif ġiet abbozzata din il-liġi u ma' ċerti poteri li qegħdin jiġu mgħoddija lill-kontrollur tad-dwana, li fl-opinjoni tagħna, jistgħu jidhru li huma xi ftit drakonjani żżejjed.", "Ovvjament jien qed nirriferi għall- kontrollur bħala kariga mhux għall-persuna li hemm illum li hija persuna integra, li ħdimt magħha fl-imgħoddi.", "Naħseb li nagħmlu ħażin jekk nippersonalizzaw il-kritika tagħna f'dawn l-affarijiet.", "L-ewwelnett filwaqt li qed jingħad li ebda persuna m'għandha tneħħi, tibdel, tikser jew tiddistruġġi xi siġilli jew sokor ieħor imwaħħlin ma' xi container ħlief taħt l-ististruzzjonijiet tal-kontrollur ma jingħad xejn f'dan l-abbozz ta' liġi, per eżempju, dwar x'jiġri f'każ ta' emerġenza bħal meta jkollok ċerti leakages, ħruq, każ ta' container li jkun inqaleb jew inċidenti oħrajn.", "Naħseb li kien ikun aħjar kieku dan l-abbozz ta' liġi kien jipprovdi għal dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Huwa veru li dawn huma sitwazzjonijiet out of the ordinary imma naħseb li fil-ħajja ta' kuljum dawn l-affarijiet jistgħu jinqalgħu għal għarrieda mingħajr l-iċken mistenni.", "Meta jingħad li l-kontrollur jista' jawtorizza lill-importatur jew lill- aġent tiegħu biex jikser xi siġilli jew jikser xi sokor ieħor imwaħħlin ma' xi container wara li dan ikun ġie rilaxxat mid-dwana mhuwiex jingħad jekk dan jistax isir verbalment jew iridx isir formalment bil-miktub biss u anke jekk dan huwiex se jkun soġġett għal kondizzjonijiet partikolari.", "Per eżempju, lanqas jogħġobni l-użu tal-kelma ''saħħa'' meta jintqal li l- kontrollur għandu jżomm id-dritt u s-saħħa li jagħmel dawn l-ispezzjonijet u l-kontrolli li jidhirlu li hemm bżonn isiru.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qed jingħad li ebda container ma jista' jinħatt f'xi indirrizz ħlief dak indikat bil-miktub mill-importatur jew mill-aġent tiegħu u għandu jiżdied ukoll jekk ma jkunx hemm approvazzjoni mod ieħor.", "Per eżempju, tissemma multa għall-kaptan tal-bastiment jekk xi oġġetti mniżżlin fil-manifest jinstabu li jkunu tneħħew mill-post fejn ikunu ġew issiġillati mid-dwana jew ikunu tneħħew jew inħarġu", "Per eżempju, tissemma multa għall-kaptan tal-bastiment jekk xi oġġetti mniżżlin fil-manifest jinstabu illi jkunu tneħħew mill-post fejn ikunu ġew issiġillati mid-dwana jew ikunu tneħħew jew inħarġu mill-pakkett oriġinali li kienu fih meta ttieħdu abbord qabel l-ispedizzjoni tal-bastiment.", "Mela hawnhekk tqum mistoqsija oħra.", "X'jiġri jekk dawn jitneħħew illegalment mingħar il-kunsens jew il-konoxxenza tal-kaptan?", "Qed nistaqsi dan għax jien ma jidhirlix li hemm xi provvediment għal dan li qed ngħid.", "Meta tissemma analiżi xjentifika jew perizja teknika li tkun trid issir sabiex jiġi stabbilit jekk xi oġġetti humiex differenti minn dawk li jkunu jidhru fuq il-fattura tal-fornitur jew dawk li jkunu dikjarati mill-importatur jew mill-aġent tiegħu, tajjeb li wieħed jistaqsi wkoll jekk jistax isir użu mis- servizzi ta' esperti indipendenti.", "Fil-fehma tiegħi id-diskrezzjoni assoluta tal-kontrollur tinħass l-aktar fi klawsola 5 fejn jintqal li:", "''Minkejja kull dispożizzjoni illi hemm f'dan l-artikolu, il- Kontrollur jista' jagħżel li jagħti lura l-oġġetti kkonfiskati lill- importatur meta dan jaqbel li jħallas dak id-depożitu jew dawk id- depożiti lil, u kif ikun determinat mill-Kontrollur ...''.", "Din tidher li se tkun fid-diskrezzjoni assoluta tal-kontrollur u allura jien nistaqsi: Dan se jkun bla dritt għall-appell tal-qrati?", "Jien m'inix xi wieħed li nħobb nidħol f'dawn l-affarijiet litigużi tal-qrati imma naħseb li d-dritt għall-appell fil-qrati għandu jiġi kkonsidrat meta nkunu qed nitkellmu dwar diskrezzjoni li tidher li hija assoluta fir-rigward tal- kontrollur tad-dwana nnifsu.", "Qed jingħad li d-deċiżjoni tal-kontrollur dwar prezz li jrid jitħallas għall-oġġetti tkun deċiżjoni finali u konklużiva.", "Qed jintqal ukoll li l- oġġetti jistgħu jinbiegħu b'ordni tal-kontrollur u jien nistaqsi: Dan għaliex ma jistax isir ukoll fuq talba ta' l-importatur jew tas-sid?", "Għaliex m'għandux ikun hemm dritt, per eżempju, għall-kontestazzjoni legali min-naħa tas-sid jew l-importatur jekk dan ma jkunx jaqbel mal-fehma tal-kontrollur?", "Ovvjament ir-rikors għall-qorti għandu jitħalla dejjem għaliex għall-benefiċċju tal-ġustizzja l-qorti qatt m'għandha tkun eskluża, fil-fehma tagħna, milli tidħol f'ċerti materji, anke jekk dawn ikunu ta' natura purament amministrattiva.", "Meta mbagħad l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar kumpens għal oġġetti mhux soġġetti għall-konfiska, il-kontrollur għandu jagħti mhux biss ir-rikumpens immedjat imma għandu jkun responsabbli wkoll, fil-fehma tagħna, għad-danni kollha, inklużi għall-imgħaxijiet li jistgħu jiġu sofferti mis-sid jew mill- importatur minħabba l-konfiska illi forsi ma kellhiex tkun.", "Dan qed ngħidu mhux biex tiddgħajjef l-id tal-kontrollur għax għalkemm l-ewwel jien oġġezzjonajt għall-kelma \"saħħa\" ovvjament dan irid ikollu ċerti poteri u rrid nirrikonoxxi dan kollu fil-ħsieb tal-leġlaturi.", "Pero' naħseb li huwa importanti illi f'kulma nagħmlu, għandu dejjem jibqa' ċertu sens ta' bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi kemm tal-gvern tal-ġurnata kif ukoll taċ- ċittadin, kemm jekk dan huwa konsumatur kif ukoll jekk inhuwa importatur.", "F'partijiet oħra ta' l-abbozz ta' liġi ntqal, per eżempju, li l-kontrollur jista' jordna u jien naħseb li għandu jkun hemm limitu għal dan għaliex żgur illi m'għandux ikollu s-setgħa illi jordna, minbarra l-poteri illi tagħtih il-liġi nnifisha.", "Dwar l-arranġamenti reċiproċi magħmula ma' servizzi oħra tad-dwana naħseb li dawn huma arranġamenti li għandhom ikunu pubbliċi u għandhom ikunu miġjuba fis-seħħ anke f'forza tar-regolamenti.", "Sur President, nhar il-Ġimgħa l-ministru għaddieli xi emendi, li nirringrazzjah tagħhom, li kelli ċans nagħtihom daqqa ta' għajn fil- weekend.", "Għalkemm ma jidhirx li dawn huma emendi ta' xi natura daqshekk kontenzjuża nista' ngħid li dwarhom nixtieq nagħmel xi rimarki pero' naħseb li jkun aktar opportun li dawn inħallihom għall-istadju tal-kumitat.", "Pero' hemm xi żewġ osservazzjonijiet li xtaqt nagħmel anke f'dan l-istadju.", "Per eżempju, f'paġna 4 ta' dawn l-emendi hemm illi d-dritt tal-kontrollur qisu qiegħed għal żmien indefinit u mhux jingħata proviżjoni jew provvediment biex at some stage l-issue ssir a police matter.", "Allura jien nistaqsi: F'liema stadju ta' din iċ-chain għandu jkun hemm dan it-tip ta' evoluzzjoni li qed insemmi u mhux inħallu kollox f'idejn il-kontrollur innifsu?", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi fl-interpretazzjoni tal-kontrollur hemm din ir-riferenza:", "''that no reasonable person would have reached them\".", "Ovvjament dan il-kliem qed jirriferi għall-karatteristiċi ta' oġġetti li jkunu ġew maħtufa mid-dwana.", "Jien naħseb li l-kelma \"reasonable\" - għalkemm jien nemmen li kulħadd għandu sens ta' raġuni f'din il-Kamra - hija soġġettiva għax forsi dak li jidher raġjonevoli għall-ministru, għal din in-naħa jista' ma jkunx jew bil-maqlub.", "Pero' l-preokkupazzjoni prinċipali tiegħi hija proprju dik li semmejt aktar kmieni għax jien inħoss li għandu jkun hemm aktar recourse għall-qrati f'diversi proviżjonijiet tal- liġi illi għandna quddiemna.", "Osservazzjoni oħra fuq l-emendi hija illi hemm ċerta anomalija jew two weighs and two measures, sejħilha li trid, għax qed jingħad li meta l- kontrollur tad-dwana jkun biegħ oġġett, l-ammont irid ikun ekwivalenti għall-proceeds tas-sale, u meta hu jiddistruġġih, l-ammont irid ikun ekwivalenti għall-market value ta' l-oġġetti fil-mument tas-seizure tiegħu.", "Issa jien naħseb li jekk se jkun hemm market value, dan għandu jiġi applikat fiż-żewġ ċirkostanzi.", "Osservazzjoni oħra li rrid nagħmel hija dwar l-effetti ta' l- arranġamenti reċiproċi li għandu jkun hemm mad-dwana ta' pajjiżi oħrajn.", "Fil-prinċipju aħna naqblu li għandu jkun hemm dawn it-tip ta' arranġamenti għax din m'hijiex kwestjoni ta' EU u mhux EU imma hija kwestjoni ta' kuntatti li jkun hemm mad-dwana differenti madwar id-dinja.", "Jien naħseb li l-ebda dwana ma tista' iżżomm ruħha f'iżolament mingħajr ma tipprovdi biex ikollha dawn l-iskambji reċiproċi mal-customs authorities ta' pajjiżi oħrajn.", "Pero' jien nixtieq nistaqsi x'tip ta' safeguards qed ikun hemm biex tiġi miżmuma ċerta segretezza kummerċjali.", "Jiena din tas-segretezza kummerċjali naraha anke mill-aspett ta' dak li jista' jkun qed jagħmel il- gvern innifsu.", "Hawnhekk qed nirriferi għal meta l-gvern, per eżempju, b'mod leċitu, mhux b'mod klandestin, iġib armamenti għall-armata jew għall- pulizija tiegħu.", "Min-naħa l-oħra jista' jkollok safeguards ta' segretezza, anke fil-qasam purament kummerċjali, biex inti tilqa' għal dak illi huwa magħruf bħala industrial espionage.", "U jiena naħseb illi jkun tajjeb jekk il-ministru, fil-winding-up tiegħu, jgħidilna kif il-gvern qed jaħseb li jżomm, ikabbar u jkattar dawn it-tip ta' arranġamenti reċiproċi, li aħna favur li jkun hemm, mad-dwana ta' diversi pajjiżi oħrajn, kemm fir-reġjun ta' madwarna u anke lil hinn minn xtutna.", "Ikun tajjeb li nkunu nafu wkoll x'qed isir biex ikun hemm dawn is-safeguards għal dawn il-provvedimenti sensittivi kemm fir-rigward ta' dak li jista' jkun qed iġib il-gvern bħala procurement għalih innifsu jew għall-aġenziji jew azjendi tiegħu kif ukoll biex iħares l-ispjunaġġ industrijali li jista' jimpinġi b'mod negattiv kontra azjendi kummerċjali Maltin.", "Jien nisma' diversi lmenti fuq id-dwana mis-settur kummerċjali.", "Fil-fatt jekk m'inix sejjer żball f'xi suppliment li kien hemm mal-ġurnal '\"The Times\" ta' Ottubru kien hemm illi ċerti complaints li ilhom long-standing - din tismagħha anke minn esponenti tal-kamra tal-kummerċ - ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Brincat, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 7 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, kemm hija sabiħa l-arti tal- politika.", "Dan kien il-ħsieb li għaddieli minn moħħi u li għadni nirrifletti fuqu wara ż-żjara li kellna f'dawn l-aħħar jumejn ġewwa l-belt ta' Ruma.", "Kelli l-unur u x-xorti li miegħek, Sur President, u ma' l- iSpeaker, Anton Tabone, flimkien mal-kollegi maż-żewġ naħat ta' din il- Kamra nattendu għall-Ġublew tal-parlamentari.", "Jiena naħseb li nista' nitkellem b'ċertu mod anke għan-nom ta' sħabi għaliex naħseb li l-fatt li din kienet żjara edifikanti huwa sentiment komuni.", "Din kienet żjara memorabbli mhux biss għaliex rajna lill-Papa mill-viċin jew attendejna għall-quddiesa tal-Papa, imma wkoll għax iltqajna ma' ħafna deputati mid- dinja kollha.", "Fil-fehma tiegħi kienet żjara sabiħa wkoll għad-diskorsi li saru minn personaġġi ta' ċerta statura internazzjonali.", "Ovvjament id-diskorsi tal- Papa għandhom iħallu timbru fuq kull wieħed u kull waħda minna li attendejna għal dawn il-jumejn ta' attivitajiet u ta' inkontri, pero' apparti li ngħid fuq x'ġara u x'ma ġarax matul dawn il-jumejn fil-Vatikan, jien f'dan l-aġġornament xtaqt inħabbar xi ħaġa li permezz tagħha se nipprovaw inpoġġu fil-prattika dak li aħna smajna u dak li aħna qrajna fuqu matul dawn l-aħħar ġranet.", "Kien hemm madwar 95 delegazzjoni mid-dinja kollha li bejn wieħed u ieħor kienu jammontaw għal 2000 delegat, fosthom 25 deputat minn Malta.", "Fil-fatt tagħna kienet waħda mill-ikbar delegazzjonijiet meta tqis li kważi attendejna terz ta' dan il-parlament.", "Kien ġublew interessanti fejn il-Qdusija Tiegħu l-Papa għoġbu jiddikjara lil Thomas Moore qaddis protettur u patrun ta' kulmin huwa involut fil- politika jew b'xi mod huwa mdaħħal fl-arti ta' l-iggvernar.", "Kif kulħadd jaf, Thomas Moore għex bejn wieħed u ieħor 500 sena ilu u fl- aħħar kien ġie maqtul minn Henry VIII ta' l-Ingilterra għaliex dan il- bniedem qaddis ma riedx jagħmel kompromessi mal-kuxjenza.", "Thomas Moore kien avukat u kien ukoll politiku.", "Fil-fatt kien l-Speaker tal-House of Commons fl-1523 u sa xahar ilu kien l-aħħar speaker kattoliku tal-House of Commons.", "Ix-xahar li għadda, kif kulħadd jaf, il-parlamentari Brittaniċi eleġġew lil Michael Martin bħala suċċessur għal Betty Boothroyd.", "Mr Speaker Martin ukoll huwa kattoliku.", "L-aħħar wieħed qabel Martin kien proprju Thomas Moore, kważi ħames mitt sena ilu.", "Il-Papa fid-diskors tiegħu rrifera kemm-il darba għall-virtujiet li kellu dan il-bniedem u li kulmin hu involut fil-politika għandu jħares lejh u jipprova jitgħallem xi ħaġa mill-mod ta' l-għajxien tiegħu.", "Qabel xejn Thomas Moore kien bniedem li kien jemmen ħafna fil-liberta' tal-kuxjenza u li ħadd u xejn ma kellu dritt jimponi fuqu u fuq il- konvinzjonijiet morali tiegħu.", "Sa wasal biex jirrifjuta li jagħti rikonoxximent u jwiegħed il-fedelta' tiegħu lr-Re Enriku VIII, meta dan kien qed jiksirha mal-Vatikan u jipprova jwaqqaf il-knisja tiegħu.", "Mingħajr ma nidħlu fl-intriċċi u fid-dettalji ta' x'ġara dawk iż-żmenijiet, l- importanti huwa li dan Thomas Moore kien bniedem li kien lest jieqaf quddiem il-poter tad-dinja.", "Ma riedx jagħmel kompromessi mal-kuxjenza.", "Naħseb li din hija l-iktar tagħlima importanti li kull wieħed u waħda minna għandna nżommu quddiem għajnejna meta nkunu qegħdin fil-politika.", "Kif qal il-Papa l-politika hija vera l-arti tal-kompromess pero' qatt m'għandha tkun l-arti tal-kompromess mal-kuxjenza.", "Aħna hawn ġew nipproponu u nagħmlu kontro-proposti u nippruvaw noħolqu kompromess.", "Fil-ħajja tagħna l-isbaħ ħaġa li naħseb li wieħed jista' jagħmel huwa li jqarreb tnejn min-nies li jkunu 'l bogħod minn xulxin biex jilħqu kompromess, u kompromess, kif nafu jfisser li kull naħa nvoluta f'tilwima ċċedi biċċa.", "Il-vera politika nobbli għandha verament timmira biex ikun hemm kompromess pero' politiku qatt m'għandu jagħmel kompromessi mal-kuxjenza.", "Mr. Speaker, dan l-avukat u politiku sar qaddis.", "Aħna l-politiċi naqilgħu kritika li aħna mill-agħar u bla morali, pero' kien hemm politiku - inzerta wkoll kien avukat - li wasal biex jiġi ddikjarat qaddis fl-1935 u f'Ottubru li għadda ġie ddikjarat qaddis patrun ta' kulmin huwa involut fil-politika.", "Naħseb li matul dawn il-jumejn aħna esperjenzajna l- ġustifikazzjoni tal-ħajja politika tagħna għaliex diversi personalitajiet, fosthom Cossiga, Andreotti, Violante, Mancino, Casini, Veltroni, Sodano u ovvjament il-Papa nnifsu fid-diskorsi tagħhom kollha enfasizzaw kemm il- politika għandha tiġi mħaddma u wieħed għandu jesperjenzaha bħala eżerċizzju fl-ispirtu tas-servizz.", "Per eżempju, Violante tkellem fuq kemm Thomas Moore għandu jkun ta' ispirazzjoni għal kulħadd.", "Issa ma ninsewx li Violante m'huwiex bniedem kredenti jew almenu mhux nisrani prattikanti, eppure f'St. Thomas Moore jara ispirazzjoni.", "Ovvjament Violante tkellem ukoll fuq il-bżonn - u aħna naqblu fuq din il- ħaġa - li l-istatut tal-qorti kriminali internazzjonali jiġi rratifikat mill-iktar fis mill-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Tkellem ukoll fuq il-faqar u hija xi ħaġa terribbli li fid-dinja tal-lum biljun ruħ qed jgħixu b'inqas minn dollaru kuljum.", "Il-faqar huwa l-kważi prinċipali tal-mewt fid-dinja.", "Tkellem ukoll fuq xi ħaġa partikolari li laqtitni, il-feminizzazzjoni tal- faqar.", "Fil-fatt ħafna minn dawk li huma fqar u li jmutu huma nisa.", "Dan huwa ċiklu vizzjuż.", "Għaliex mara hija dgħajfa, allura twelled tfal li huma dgħajfa bil-perikli kollha u bil-konsegwenzi kollha ta' mard u x'naf jien.", "Għamel osservazzjoni interesssanti fuq ir-riżorsi naturali fid-dinja fejn qal li r-riżorsi ta' l-ilma fid-dinja huma aktar minn suffiċjenti għall- bżonnijiet tal-bnedmin fid-dinja kollha eppure hemm postijiet fid-dinja li lkoll nafu li ma jafux prattikament x'inhu l-ilma.", "Osservazzjoni verament importanti li għamel kienet dik li qal li l-għan prinċipali tal-politiku għandu jkun li jirrikonoxxi l-limitazzjonijiet tiegħu u ma jaħsibx li hu jaf kollox u li huwa għandu l-monopolju tal-verita'.", "Irid jisma' u jrid jikkonsulta għaliex politiku veru qatt ma jista' jkun know-it-all imma jrid ikollu widna għal dak li jkun qed jintqal madwaru.", "Id-diskors ta' Casini wkoll kien interessanti ħafna.", "Il-proċess tal- globalizzazzjoni kulħadd tkellem fuqu, anke l-Papa u Gorbachev, pero' Casini qal: \"Bisogna dar anima alla globalizzazzione\".", "Irridu nagħtu r-ruħ lill-globalizzazzjoni u ma jistax ikun li l-globalizzazzjoni tkun eżerċizzju ekonomiku biss imma hemm l-aspett soċjali wkoll.", "Casini qal li rridu nikkoltivaw l-umanita' u l-ispirtwalita' tal-bniedem.", "U hemmhekk ikkwota l-enċiklika Centesimus Annus, fejn qal li hawn ġid biżżejjed għal kulħadd u l-ġid li hawn fid-dinja huwa ta' kulħadd u mhux ta' naħa ad esklużjoni ta' ħaddieħor.", "Mancino, il-President tas-Senat, aktar tard għamel kumment interessanti ħafna li bil-globalizzazzjoni l-fruntieri qed jaqgħu, il-konfini qegħdin jispiċċaw u d-dinja qed issir aktar trasparenti.", "Naqblu, pero' hemm aspett ieħor li mhux qed nagħtu kasu aħna l-politiċi fid-dinja kollha.", "Dan hu li aħna qed insiru kompliċi ta' dak li qed jiġri f'pajjiż ieħor.", "Ma nistax jien illum nibqa' ngħid li jien leġislatur ta' dan il-Parlament Malti u daqshekk, full stop.", "Jien irrid nirrikonoxxi li l-azzjonijiet ta' kull wieħed u waħda minna fil-politika jimpinġu fuq dak li jiġri anke f'pajjiż ieħor għaliex il-globalizzazzjoni tfisser li qed tqarreb il-pajjiżi lejn xulxin u allura dak li jagħmel xi ħadd tant mili 'l bogħod jista' jaffettwa lili f'dan il-pajjiż.", "Dan qed ngħidu biex nuri li r-responsabbilta' tal- politiku tal-lum hija ħafna u ħafna ikbar minn dak ta' ftit tas-snin ilu.", "Gorbachev ukoll tkellem dwar l-effetti tal-globalizzazzjoni.", "Hu għamel osservazzjoni - purtroppo hija vera - li d-differenza bejn il-pajjiżi sinjuri tan-north u dawk tas-south, qegħda dejjem tikber.", "Hawnhekk ikkritika kemm il-komuniżmu fundamentalista kif ukoll il-liberaliżmu fundamentalista, u naħseb li hawnhekk bażikament kien qed jaqbel ukoll mat- tagħlim soċjali tal-knisja li l-libertinaġġ, ir-regoli slavaġ tas-suq waħedhom, jiġifieri free-for-all in a free market u l-komuniżmu kif kien jiġi pprattikat huma ħżiena u trid tinsab it-triq tan-nofs, fejn ikollna free market b'ruħ soċjali.", "Qal ukoll - interessanti ħafna - li l-iskop tar- reliġjonijiet tad-dinja kollha huwa li jġibu l-paċi, u l-paċi għandha tkun id-dover morali ta' kull wieħed u waħda minna f'dan is-seklu l-ġdid.", "Aspett importanti li ħareġ ukoll matul din il-konferenza huwa l-bżonn li neħilsu lill-bniedem mill-bżonn li jkun tallab.", "Mill-mument li l-bniedem huwa liberu mill-bżonn li jitkarrab għal xi ħaġa, li tista' tkun xogħol, tista' tkun tazza ilma, tista' tkun platt ikel, hemmhekk qed tiġi rispettata d-dinjita' tal-bniedem.", "U naħseb tajjeb li din nirriflettu fuqha għaliex tista' taffettwa kemm fuq livell żgħir u anke fuq livell ikbar.", "Fid-diskors tiegħu, il-Qdusija Tiegħu l-Papa għamilha ċara li l-politika hija vokazzjoni li ppermetta s-Sinjur Alla.", "U naħseb li dan huwa l-animu li bih għandna nieħdu l-politika.", "Aħna għandna nħossuna xxurtjati.", "Verament aħna għandna piż fuq spallejna u forsi wħud minna għandhom ħafna iktar piż minn oħrajn, imma kull wieħed u waħda minna għandha vokazzjoni kemm quddiem Alla kif ukoll quddiem il-bnedmin.", "Jien personalment il-politika naraha bħala missjoni.", "Għadni niftakar il-kliem li kien qal - ovvjament ma smajtux jien pero' smajthom jirrakkontaw - Nerik Mizzi ftit qabel ma miet li l-politika hija missjoni; li ssir avukat hija professjoni, li ssir qassis hija vokazzjoni pero' l-politika hija missjoni.", "U naħseb li dan il- konvenju li kellna dan l-aħħar jumejn verament għandu jimlina bil-kuraġġ, b'ottimiżmu u b'sens ta' orgolju li aħna għandna nħossuna kburin li qed naħdmu f'din l-għalqa diffiċli pero' nobbli ta' servizz għall-oħrajn.", "Fil- fatt il-Papa jiddefenixxi l-politika - u se nikkwotah testwalment - bħala:", "\"Uso del potere legittimo per il raggiungimento del bene comune della societa'\"", "Jiġifieri inti fil-politika ma tridx tfittex l-utilita' tiegħek stess, il- ġid tiegħek, tal-partit tiegħek jew tal-gvern tiegħek, imma tas-soċjeta' kollha, speċjalment ta' dawk li huma l-aktar lura u ta' dawk li huma l- aktar żvantaġġati.", "Hawnhekk f'dan il-punt il-Papa għamel aċċenn għall-importanza li l- gvernijiet u l-politiċi kollha jkunu sensittivi.", "Is-sensibilita' fil- politika hija importanti għax il-politika jrid ikollha ruħ.", "Fil-fatt il- Papa ddefinixxa l-arti ta' l-iggvernar bħala an excercise in virtue.", "Kemm hija sabiħa!", "Hafna drabi din nittraskurawha jew neħduha for granted.", "Fil- fatt min huwa fil-politika, hu f'liema pajjiż hu, suppost qed jagħmel eżerċizzju fil-virtu'.", "Hija arti nobbli u tajjeb li narawha bħala tali.", "Il-Papa qalina li l-politiku għandu jfittex il-ġustizzja u l-ġustizzja ma tfissirx biss tagħti lil kull wieħed u waħda minna dak li jistħoqqlu, pero' li toħloq kondizzjonijiet ta' opportunitajiet indaqs lil dawk kollha li huma l-aktar lura fis-soċjeta'.", "U naħseb għandna nkunu kburin meta aħna nilleġislaw f'dan il-parlament, kif għandna kemm għamilna m'ilux meta għaddejna l-liġi ta' opportunita' indaqs u tant liġijiet oħrajn fejn verament inpoġġu dan kollu fil-prattika.", "Meta nagħmlu hekk verament inkunu qegħdin nimxu bħala politiċi serji bi prinċipji serji.", "Fl-aħħarnett ovvjament il-Papa talabna li nżommu quddiem għajnejna l- ideal ta' St. Thomas Moore, li għandna ngħidu le għal dik il-liġi li tmur kontra l-kuxjenza, għal xi kompromess mal-kuxjenza u għal kull ħaġa li thedded il-valuri tagħna.", "Thomas Moore kien bniedem umli, kien bniedem li jaf jiċċajta, kien bniedem serju, kien bniedem intelliġenti, pero' qatt,qatt u qatt ma mar lura mill-prinċipju li mal-kuxjenza ħadd ma jilgħab.", "Dak huwa l-politiku vera u naħseb li meta nkunu qegħdin nagħmlu dmirna lejn is-soċjeta' u lejn il-poplu tagħna kull wieħed u waħda minna għandu jżomm dan f'moħħu.", "Li tkun elett hija xi ħaġa sabiħa u naħseb huwa l- ikbar unur li ċittadin jista' jagħtik għax qed jeleġġik biex inti tirrappresentah u tirrappreżenta l-interessi tiegħu, pero' dak ma jfissirx li inti tbaxxi rasek għal kulma jgħid il-votant.", "Hemm il-prinċipju, għandek is-sinsla ta' dahrek li inti trid iżżomm sod u tgħid le meta għandek tgħid le u tgħid iva meta għandek tgħid iva.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li tajjeb fil-ħajja politika tagħna llum, il-bieraħ u għada nżommuhom u nipprattikawhom ilkoll kemm aħna kemm fuq livell żgħir u anke meta jkunu fuq livell ogħla minn hekk.", "Sur President, dan kollu jwassalni biex nitkellem fuq it-tieni tema tiegħi.", "Aħna nistgħu nittrasmettu dan li għadni kemm għedt ma' dawk li bħalissa qegħdin jaraw kollox ħlief solidarjeta' u ma' dawk li bħalissa huma mkasbrin f'arthom stess, bħall-Palestinjani.", "Nixtieq ngħid li dawn l- aħħar ġranet kont qiegħed nitkellem mal-ħabib u kollega tiegħi, il- ġurnalist bravu Joe Mifsud.", "Għalkemm għandna opinjoni politika kompletament differenti, it-tnejn naqblu li dak li qed jiġri fil-Lvant Nofsani huwa ħażin u naqblu wkoll li billi nikkundannaw biss m'huwiex biżżejjed.", "Jien fil-fatt ħriġt stqarrija, per eżempju, bħala segretarju internazzjonali tal- PN u l-gvern ukoll ħareġ stqarrija.", "Dak huwa tajjeb, pero' nistgħu nagħmlu xi ħaġa iktar, ovvjament tenendo conto tal-limitazzjonijiet tagħna.", "Allura nibtet l-idea f'din id-diskussjoni li kelli ma' Joe Mifsud li għandha titla' delegazzjoni minn Malta komposta minn nies f'oqsma differenti fis- soċjeta' Maltija biex jaraw b'għajnejhom x'qed jiġri verament fil-Lvant Nofsani u noffru dik l-id tas-solidarjeta' li hemm bżonn.", "Jekk il-Bambin irid nhar il-Hadd li ġej delegazzjoni ta' xi disgħa jew għaxra min-nies, avukati, politiċi, ġurnalisti, preżentaturi u akkademiċi se nitilgħu l- Palestina għal żjara ta' ftit ġranet, fejn se niddiskutu u se niltaqgħu ma' esponenti prinċipali taż-żewġ naħat in kwestjoni u naraw eżattament b'għajnejna x'qed jiġri f'dan ir-reġjun.", "F'dan ir-reġjun suppost ftit tal-ġimgħat oħra jiċċelebraw it-twelid ta' Kristu.", "Aħna f'Malta diġa' bdejna nbiegħu l-christmas trees u t-tinsels imma l-ironija hi li fil-post fejn twieled dak li aħna niċċelebraw qegħdin jisparaw u qegħdin jisparaw fuq nies innoċenti.", "Allura se mmorru hemmhekk biex anke nżuru xi kampijiet tar-refuġjati u xi postijiet oħra u bl-ebda mod ma nieħdu side.", "Bl-ebda mod m'aħna se ngħidu li dan għamel tajjeb jew dan għamel ħażin, pero' se mmorru hemmhekk u naraw x'qed jiġri hemmhekk ħalli nkunu nistgħu nwasslu lill-poplu Malti first-hand experience ta' xi nkunu rajna u ta' xi nkunu smajna.", "Aħna nagħmluha ċara li aħna disposti li niltaqgħu ma' kulmin se jkollu pjaċir bina li jiltaqa' magħna u qegħdin nipprovaw ikollna laqgħat ma' esponenti għolja taż-żewġ naħat li huma involuti f'din il-kwestjoni.", "Naħseb li dan kollu juri kemm huwa diffiċli tikseb il-paċi u kemm huwa diffiċli tikkonvinċi persuna ċċedi biċċa.", "U aħna jekk għandna messaġġ x'nagħtu huwa proprju dan.", "Ftit tal-ġimgħat ilu qrajt il-ktieb ta' Kissinger, statista kbir Amerikan ta' żmien Nixon - naħseb li huwa wieħed mill-ikbar li qatt kien hawn, taqra anke l-kotba tiegħu tara x'viżjoni, xi profondita' ta' ħsieb - u fil- ktieb tiegħu bit-titlu \"Diplomacy\" jitkellem fuq l-importanza tal-kisba tal- paċi.", "Jagħmel osservazjoni li l-kisba tal-paċi minnha nnifisha hija importanti pero' m'hijiex kollox.", "Il-vera paċi tinkiseb meta tkun paċi b'ġustizzja, meta tkun paċi ġusta, peace with justice.", "U naħseb aħna li se mmorru għal din id-delegazjoni b'sagrifiċċju kbir personali - u naħmluha ċara li se jkun sagrifiċċju kbir personali, kemm fuq livell ta' ħin, ta' sforz u anke fuq livell finanzjarju, minħabba li ħadd m'hu se jħallsilna xi passaġġi jew xi affarijiet oħra bħal dawn - bl-ebda mod m'aħna naħsbu li se mmorru hemmhekk biex nikkonvinċu lil xi ħadd.", "Pero' aħna nixtiequ naraw b'għajnejna x'qiegħed jiġri u nwasslu lill-poplu tagħna first-hand experience dwaru, ħalli b'hekk tqum aktar kuxjenza favur dak li qed jiġri ftit tal-mili bogħod.", "Sur President, dak li qed jiġri hemmhekk huwa bejn wieħed u ieħor siegħa u nofs ajruplan 'il bogħod minna.", "Hemmhekk għandek kaldarun bollente li minn ħin għal ieħor jista' jaħrablek mill-idejn.", "F'din il-kwestjoni mhux biss dak ir-reġjun hemm involut imma għandek il-Mediterran kollu.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm kienet għaqlija Malta li kull gvern, wieħed wara l- ieħor, dejjem għamilha ċara li ma jistax ikollna paċi fl-Ewropa jekk ma jkollniex paċi fil-Mediterran.", "Din hi viżjoni għaqlija u kull Gvern Malti, kemm Laburista kif ukoll nazzjonalista dejjem segwa dik il-politika b'mod persisitenti, b'mod konsistenti u b'mod insistenti.", "Malta għandha sehem, għandha rwol importanti u għandha vuċi xi ssemma.", "Meta aħna mmorru nżuru l- postijiet ta' Ramallah, Gaza, l-artijiet okkupati, ovvjament Bethlehem u Jerusalem, irridu nwasslu messaġġ ta' rieda tajba, pero' wkoll inqajmu kuxjenza f'dan il-pajjiż li l-kliem biss huwa tajjeb, pero' jekk tista' tagħmel aktar, għamel aktar.", "Jiġifieri dak huwa l-messaġġ li aħna nixtiequ nwasslu hemmhekk għaliex aħna verament nemmnu li l-politika hija servizz.", "Il-Papa għamel osservazzjoni profonda ħafna pero' vera, li kważi kważi tiksaħ meta taħseb ftit fuq ir-responsabbilta' li għandek.", "Il-Papa qal li kull politiku li huwa leġislatur huwa viċin ħafna ta' Alla għaliex Alla l- Imbierek huwa l-leġislatur suprem u allura l-bniedem li jilleġisla, tajjeb jew ħażin qed jieħu kważi rwol bħal tal-Ħallieq.", "X'responsabbilta' allura għandna fuq spallejna!", "Fil-politika l-ottimiżmu huwa importanti pero' aktar minn hekk jien ngħid li fil-politika huwa importanti r-realiżmu.", "Aħna nixtiequ li din Malta tagħna tkompli f'din il-mixja lejn il- konvinċiment ta' kulmin hu involut f'dak il-konflitt imdemmi li bl-armi jew bit-tfigħ tal-ġebel ma nġibu xejn.", "Mal-mejda tan-negozjati nifhmu kollox u hemm kollox x'nirbħu.", "Naħseb li dan huwa l-messaġġ u nerġa' ngħid grazzi għal kulmin għena, għal kulmin ħa paċenzja bina, anke minn din il-Kamra stess, f'din iż-żjara li kellna f'dawn l-aħħar jumejn għaliex naħseb li kbirna, tgħallimna u j'Alla dak li smajna matul dawn il-jumejn fil-Vatikan inpoġġuh fil-prattika aktar minn qatt qabel biex Malta ta' għada tkun aħjar minn Malta tal- bieraħ.", "Naħseb li dak huwa x'jixtieq minna l-pajjiż.", "J'Alla verament din il- ħaġa npoġġuha fil-prattika.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 7 ta' Novembru 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif kommunita mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WSC - KONTIJIET", "20382.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex kontijiet ta' l- ilma tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġu riveduti peress li l-individwu konċernat qiegħed joġġezjona bil-qawwa kollha għall-kontijiet mibgħuta lilu peress li skond hu qatt ma għamel użu minn dak l-ammont ta' ilma li qed jingħad li ntuża?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li r-rekords tal-korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma juru li l-meter ta' l-ilma rreġistra konsum qawwi.", "Qabel ma tiġi kkunsidrata reviżjoni, jinħtieġ li jsiru l- investigazzjonijiet relattivi.", "Aktar 'il quddiem il-konsumatur jiġi mgħarraf bil-miktub bil- konklużjonijiet ta' dawn l-investigazzjonijiet.", "KUNSILLI LOKALI - GWARDJANI LOKALI", "20404.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, separatament, kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali li ntroduċew is-sistema tal-wardens?", "Kemm huma dawk li għadhom ma ntroduċewx din is-sistema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn 68 kunsill s'issa hemm ħamsa li għadhom mingħajr delega ta' l-infurzar tal-liġijiet li huma, Birzebbuga, Floriana, Marsa, Mtarfa u Xgħajra.", "VAT - CLAIMS", "20602.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' claims li għandu quddiemu d- dipartiment tal-VAT fil-mument?", "Kemm hija s-somma f'ċifra ta' flus involuta f'dawn l-claims, favur jew kontra, id-dipartiment?", "Jista' jara li jiġi rimedjat il-claim tal-VAT li qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sat-28 ta' Ottubru 2000 n-numru ta' talbiet għall-ħlas lura ta' kreditu eċċessiv lill-persuni reġistrati taħt l-Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kien ta' 1,389.", "Dawn it-talbiet jammontaw għal Lm1,252,793.56.", "Sa l-istess data, in-numru ta' persuni reġistrati li kellhom taxxa ddikjarata dovuta lid- dipartiment taħt l-istess att kien ta' 651.", "Din it-taxxa tammonta għal Lm1,026,308.16.", "Il-verifikazzjoni dwar il-każ li għalih qed jirriferi l- Onor. Interpellant tlestit u l-persuna konċernata se tiġi mgħarrfa bir- riżultat fi żmien qasir.", "BDIEWA/SAJJIEDA - GĦAJNUNA", "20603.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt tmur lura l-aktar talba pendenti li għandu quddiemu d-dipartiment tal-biedja għall-għajnuna lill- bdiewa/sajjied?", "X'jikkawża dan id-dewmien u x'inhija l-pożizzjoni ta' dawn il-bdiewa u sajjieda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "18452, fejn tgħid illi l-aktar talba li ilha pendenti hija dik ta' bidwi mir-Rabat li kien għamel talba fis-6 ta' Mejju, 1996.", "Din it-talba kienet ġiet approvata mill-ministru ta' dak iż-żmien fit-28 ta' Awissu, 1998.", "Din ma kenitx ingħatat peress li ma kienx hemm fondi.", "SKEJJEL - TRASPORT", "20604.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' lmenti dwar nuqqasijiet ta' trasport għall-iskejjel li ġew irrapportati lid-dipartiment mindu bdiet is- sena skolastika?", "X'inhija l-pożizzjoni llum fid-dawl ta' dawn l-ilmenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn mindu bdiet is-sena skolastika 2000- 2001 kellna madwar 30 ilment fl-ewwel ġranet minn madwar 1,600 trip kuljum.", "Il-pożizzjoni fil-preżent hi sodisfaċenti.", "MTARFA - GARAXXIJIET", "20605.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani jekk hemmx arranġamenti bejn id-dipartiment tal-kultura u dipartimenti/awtoritajiet oħra sabiex garaxxijiet abbandunati fl-Imtarfa jiġu wżati mid-dilettanti li jarmaw il-karrijiet tal-karnival?", "Jekk iva, meta, u meta bdew jintużaw dawn l-arranġamenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sitwazzjoni ta' użu ta' propjeta` tal-gvern għall- iskopijiet ta' kostruzzjoni ta' karrijiet tal-karnival hija waħda mimlija irregolaritajiet li f'xi mumenti jeħtieġ li jiġu ndirizzati.", "Il-ħsieb għal dawn l-aħħar snin kien li jinbena villaġġ għall-karrijiet tal-karnival iżda minħabba prioritajiet oħra, il-proġett ma setax jitwettaq.", "Id-dewmien għas- soluzzjoni ta' din il-problema m'għandhom qatt jiġu interpretati bħala xi aċċettazzjoni min-naħa tal-gvern tal-pussess tal-prorpjeta` tiegħu li, fejn m'hemmx prova kuntrarja, huma kollha abbużivi u kontra l-liġi.", "Dwar il- garaxxijiet imsemmija fl-Imtarfa hemm diskussjonijiet bejn id-dipartimet tal-kultura u d-diviżjoni tas-saħħa.", "PLANT HEALTH - ĦADDIEMA", "20606.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema jaħdmu fid- diviżjoni tal-plant health fil-mument?", "Xi grad għandhom?", "X'apparat kellha din is-sezzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru ta' ħaddiema li jaħmu fis-settur tal-plant health huma 42 kif huma elenkati fit-tabella hawn taħt:", "|[pic] |", "Dawn il-ħaddiema jaħdmu fi tliet sezzjonijiet differenti: fil-laboratorji li jinsabu fl-Għammieri, Marsa; fil-plant biotechnology centre f'Hal-Lija u fil-plant quarantine station f'Ta' Qali.", "F'dawn l-aħħar ħames snin inxtara numru ta' apparat differenti skond il- ħtieġa, u nbena laboratorju ġdid li ġie attrezzat kompletament.", "PLANT HEALTH - DIRETTUR", "20608.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni tal-bżonn tad-direttur tal- plant health kif spjegat fil-ħarġa tal-gazzetta tal-gvern tas-6 ta' Ottubru, 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant ċertament jifhem li mhux biżżejjed li l-prodott jitwassal il-pitkalija imma li d-dipartiment ikollu l-mezzi kif ukoll in-nies li huma kapaċi jserrħu ras il-konsumatur li l- prodott mhux biss huwa sabiħ imma fuq kollox ta' kwalita' tajba, u li ma jagħmilx ħsara lil min jikkunsmaħ.", "Inżid ngħid illi peress li s-settur fitosanitarju hu settur importanti, inħasset il-ħtiega li dan is-settur jiġi ristrutturat, u dan irrispettivament jekk pajjiżna jisseħibx fl-Unjoni Ewropeja jew le.", "Wara studju intensiv, fost il-konklużjonijiet tagħha, il-management efficiency unit tat il-parir biex jintelgħu postijiet ta' ufficjali xjentifiċi u bħala kap ikun hemm direttur responsabbli għad-diviżjoni tal- plant health.", "GĦAWDEX - POSTA", "20757.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif tinġarr il-posta għal Għawdex?", "X'perċentaġġ hemm ta' posta li jekk tiġi mpostata qabel is-7.00 a.m. tasal Għawdex fl-istess jum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li x-xogħol postali destinat għal Għawdex jiġi proċessat fis-CPU tal-Marsa u jintbagħat permezz ta' żewġ vannijiet darbtejn kuljum, filgħodu kmieni u wara nofinhar, bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa u darba filgħodu nhar ta' Sibt.", "Il-persentaġġ ta' xogħol li jiġi mpostat qabel is-7.00 a.m. u li jasal Għawdex fl-istess jum huwa ta' 37%.", "PULIZIJA - KAĊĊA", "20758.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li l-pulizija tinvestiga għaliex qed titħalla ssir kaċċa filgħodu minn taħt is-swar fuq in-naħa ta' Ħaż-Żabbar li jiċċirkondaw il- kulleġġ ta' St. Edward's?", "Minbarra l-ħsara li tista' ssir lill-ambjent, jaf li l-bċejjeċ tal-porvli, jaqgħu wkoll fil-grounds tal-kulleġġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kemm il-pulizija tad-distrett kif ukoll il-membri tat-taqsima ta` l-ALE jagħmlu spezzjonijiet regolari fil- lokalita` ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "B`riżultat ta` dan, il-pulizija tad-distrett irnexxielha taqbad żewġ persuni li kienu għall-kaċċa f`din il- lokalita`.", "Ninsab infurmat ukoll li membri ta` l-ALE qabdu 13-il persuna li kisru xi regolamenti tal-kaċċa fl-inħawi ta` Ħaż Żabbar, inkluża l- lokalita` li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - INSIB", "20759.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid, matul Settembru u Ottubru, kemm-il-persuna nqabdet tonsob illegalment?", "X'kienu r-ragunijiet?", "F'liema lokalita' nqabdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Settembru u Ottubru ta` din is-sena, il-pulizija qabdet ħames persuni jonsbu illegalment.", "Tnejn kienu mingħajr liċenzja, tnejn użaw tisfir illegali u wieħed uża xibka wieqfa.", "Dawn kienu fl-inħawi ta` Baħar iċ-Ċagħaq, Dingli, Ħal Far, Qrendi u Siġġiewi.", "UE - FONDI", "20760.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għal fond amminstrat mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, mill- Ministeru tal-Finanzi u mill-Ministeru tiegħu, biex jassisti lil diversi organizzazzjonijiet iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi fi ħdan l- Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 kemm ġew allokati fondi lill-organizzazzjonijiet u liema kienu, apparti mill-Kamra tal-Kummerċ, l-FOI, il-GRTU, il-GWU u l-UĦM?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kif ġew allokati l-flus mill-fond amministrat mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, mill- Ministeru tal-Finanżi u mill-Ministeru tiegħi, biex jassisti lil diversi organizazzjonijiet izommu ruħhom aġġornati dwar l-izviluppi fi ħdan l- Unjoni Ewropea.", "Ta' min jinnota li għas-sena 2000, 55% ta' l-allokazzjoni tħallset bil-quddiem, iżda prova ta' l-infiq trid tiġi provduta għal ammont kollu li jitħallas.", "Din il-lista ma tinkludix riżorsi finanżjari li ngħataw lill-Kamra tal-Kummerċ, l-FOI, il-GWU, il-UĦM, u l-GRTU li ġew allokati Lm25,000 kull waħda għas-sena 2000, ħlief għall-aħħar waħda li giet allokata Lm20,000.", "|Korpi |Allokazzjoni | |kostitwiti/organizz|għas-sena 2000| |jonijiet | | |Gozo Chamber of | 3,000.00 | |Commerce | | |Malta Chamber of | 2,000.00 | |Pharmacists | | |Kunsill Studenti | 1,000.00 | |Universitarji | | |Association of | 800.00| |Speech and language| | |Pathologists | | |Għaqda Bdiewa | 1,000.00 | |Progressivi | | |AIESEC | 1,000.00 | |Malta Commercial | 1,000.00 | |Bank's Association | | |Malta Union of | 4,000.00 | |Teachers | | |Nature Trust | 1,500.00 | |APEX - | 3,000.00 | |Organizazzjoni | | |tal-Koperattivi | | |Maltin | | |AEDE | 800.00| |The Malta Institute| 1,000.00 | |of Accountants | | |The Dental | 1,000.00 | |Association of | | |Malta | | |European Movement | 4,500.00 | |Malta Union of | 2,000.00 | |Midwives and Nurses| | |Fondazzjoni | 500.00| |Ceratonia | | |Malta Hotels and | 7,000.00 | |Restaurants | | |Association | | |Malta Employers' | 7,000.00 | |Association | | |Malta Institute of | 2,500.00 | |Management | | |National Council of| 1,500.00 | |Women | | |Federation of | 1,500.00 | |Organisations for | | |People with | | |Disabilities | | |CMTU - | 8,000.00 | |Confederation of | | |Malta Trade Unions | | |Cathedral Church – | 400.00 | |Gozo | | |Union Ħaddiema Bank| 500.00 | |Ċentrali (UĦBC) | | |The federation of | 2,000.00 | |Malta Hotels, | | |Pensions and | | |Catering | | |Establishments | | |Federazzjoni | 1,500.00 | |Kaċċaturi Nassaba | | |Konservazzjonisti | | |The Medical | 2,000.00 | |Association of | | |Malta | | |Assocjazzjoni | 1,000.00 | |tar-Ristoranti ta' | | |Malta u Għawdex | | |Alternattiva | 4,000.00 | |Demokratika | | |Malta Institute of | 1,000.00 | |Taxation | | |Malta Federation of| 4,000.00 | |Professional | | |Associations | | |MUBE - Malta Union | 4,000.00 | |of Bank Employees | | |Għaqda | 500.00| |għad-Drittijiet ta'| | |l-Irgiel | | |Assocjazzjoni | 2,500.00 | |Bdiewa | | |Foundation for | 1,000.00 | |Human Resources | | |Development | | |TOTAL | 80,000.00 |", "PULIZIJA - KAĊĊA", "20761.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru kemm inqabdu kaċċaturi li kienu għall-kaċċa f'post riservat mil-liġi?", "F'liema nħawi nqabdu?", "Kemm- il kaċċatur inqabad għaliex ma kienx fid-distanza mill-abitat kif mitlub mil-liġi?", "F'liema lokalita'?", "Kemm-il kaċċatur inqabad minħabba ksur ieħor ta' liġi?", "Fejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Settembru u Ottubru ta` din is-sena, il-pulizija qabdet tliet persuni li kienu għall-kaċċa f`post riservat mil-liġi.", "Dawn kienu r-Rabat, Buskett u Sannat.", "Kien hemm ukoll tliet persuni oħra li nqabdu għall-kaċċa f`distanza mill-abitat inqas minn dik permessa mil-liġi, fis-Siġġiewi, il-Madliena u l-Baħrija.", "96 persuna oħra nqabdu bi ksur ieħor tal-liġi f`diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.", "PULIZIJA - VJOLENZA DOMESTIKA", "20762.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew rapportati lill-pulizija każi ta' vjolenza domestika matul din is-sena?", "Jista' jelenka n-natura tal-każi rrapportati?", "Kemm-il-każ spiċċa l-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Ottubru, 2000, ġew irrapportati lill-pulizija 142 każ li jistgħu jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika.", "F`121 każ minnhom ittieħdu proċeduri bil-qorti, filwaqt li fil-kumplament, il-vittma irrinunzjat għall- passi kriminali.", "Dawn il-każi kienu jinkludu: swat mir-raġel fuq martu/uliedu; swat mill-iben/bint fuq ġenituri; swat/theddid mill-għarus/a jew ħabib/a; swat mill-ġenitur/i fuq l`ulied; u korrimenti ta` membri tal- familja waqt argument.", "PULIZIJA - PIRATERIJA", "20763.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija mħarrġin fil-ġlieda kontra l- piraterija?", "Kien hemm xi konnessjoni bejn ir-raid riċenti li sar kontra CDs pirati u l-fatt li l-għada kellha tiftaħ konferenza internazzjonali kontra l-piraterija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-membri tal-korp tal-pulizija fit-taqsima ta` l-economic crime għandhom taħriġ bażiku fil-qasam ta` piraterija tal-copyright, pero` f`ċerti investigazzjonijiet tintalab l- għajnuna ta` esperti f`dan il-qasam.", "Il-pulizija ma tieqaf qatt mill-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra dan ir- reat u l-investigazzjoni li qiegħed isemmi l-Onor.", "Interpellant, fl-aħħar parti tal-mistoqsija, ma kellha x`taqsam xejn ma` din il-konferenza internazzjonali.", "SERVIZZI SOĊJALI - ABBUŻI", "20764.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fil-unit li għandu l-ministeru biex jinvestigaw allegati abbużi fis-servizzi soċjali?", "Beda jaħdem il-bdil ta' informazzjoni mat-tax compliance unit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-unit li għandu d-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jinvestiga allegati abbużi fis-servizzi soċjali jikkonsisti f'seba' minn nies.", "Madankollu, dan il-unit jagħmel użu wkoll minn xogħol ieħor li jkun irid isir minn uffiċjali oħra fid-dipartiment.", "Kemm dan il-ministeru kif ukoll il-ministeru tal-finanzi qegħdin jikkordinaw il-ħidma li qed issir u li għad trid issir bejn dan il-unit u t- tax compliance unit, kif ukoll f'oqsma oħra li jistgħu jgħinuna ħalli l- abbuż ma jitħallhiex isir mill-bidunett minflok li jinqabad snin wara.", "UŻURA - VITTMI", "20765.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Fid-dawl tal-lobbying ġustifikat tal-fondazzjoni għall-vittmi ta' l- użura, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qiegħed jagħti konsiderazzjoni xierqa lill-possibbilta' li jilleġiżla dwar dan is-suġġett?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, iva.", "KERA - REVIŻJONI", "20766.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu l-gvern dwar il-kwestjoni tar-reviżjoni tal-kera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor Interpellant jiċċara għal-liema kwestjoni tar-reviżjoni tal-kera qed jirriferi.", "ŻJARA FIL-LIBJA", "20767.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet in-natura taż-żjara riċenti tiegħu fil-Libja?", "X'laqgħat uffiċjali kellu u ma' min?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ż-żjara saret fuq stedina tal-Gvern Libjan biex saru diskussjonijiet dwar il-politika ekonomika u industrijali issa li l-Libja qiegħda tkun attrazjoni ta' investiment minn pajjiżi barranin.", "Kien hemm laqgħat ukoll dwar il-LIMSUK.", "Saru laqgħat mas-segretarju tal-kumitat pubbliku għall fondazzjoni ta' l- industrija pubblika, ma' l-assistent segretarju għall-investiment u kummerċ barrani.", "NURSING AIDS", "20773.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri rigward in-nursing aids li fl-1996 li ġew imwegħda li se jiġu upgraded għal scale 13 iżda sal-lum baqgħu scale 15?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond il-ftehim bejn il-gvern u l-unions konċernati, nursing aides jitilgħu fi Skala 13 fuq bażi personali wara li jkollhom ħames snin servizz ta' nursing aide fi Skala 14.", "L-ewwel grupp ta' nursing aides li ser jibbenefikaw minn dan il-ftehim biex jitilgħu fi Skala 13 imisshom fl-1 ta' Jannar 2001.", "Għalhekk ma nistax nifhem għaliex l-Onor.", "Interpellant qed tallega li saret xi wegħda lin-nursing aide li ma twettqietx.", "SPTAR ĠDID", "20774.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.20593, jista' l- Ministru jgħid jekk fadalx aktar bini fl-isptar il-ġdid li jrid jitwaqqa'?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-bini?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li ma fadalx aktar bini x'jitwaqqa' fl- isptar il-ġdid.", "SKEJJEL - ASSISTANT HEAD", "20775.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex il-part-time clerks fl- iskejjel jiġu upgraded, partikolarment fejn m'hemmx assistant head u dawn ikollhom jerfgħu ħafna responsabbilta' fix-xogħol amministrattiv ta' l- iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol ta' part-time clerks fl-iskejjel ma għandux x'jaqsam max-xogħol ta' assistenti kapijiet.", "Ta' l-ewwel huwa xogħol klerikali/amministrattiv u tat-tieni huwa xogħol edukattiv/maniġerjali.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - VETTURA", "20776.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li għandha l-vettura tad-dipartiment tax- xogħlijiet pubbliċi bin-numru tar-reġistrazzjoni 259?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-vettura li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tintuża għall-bżonnijiet tal-main stores ta' l-Imrieħel.", "Il-vettura tintuża għal tqassim ta' materjal lid- distretti, ġbir ta' kwotazzjonijiet għal xiri ta' materjal, ġbir ta' statements mingħand it-tarmac plant, eċċ...", "Il-vettura trid titla' wkoll kuljum il-Furjana minn fejn jinġabru l-karti li jsiru għall-ordnijiet, il- GSPOs u jinġabu wkoll l-invoices għall-pagamenti.", "ĦAL-LUQA - ĦAJT TAL-BARRIERA", "20777.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta id-dipartiment għall-ambjent se jirranġa l- ħajt tal-barriera li kienet tintuża bħala refuse dump fi Triq Valletta, Ħal- Luqa, li parti minnhu huwa mwaqqa' u li b'konsegwenza qed jerġa' jitwaddab iż-żibel fiha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tajt struzzjonijiet biex dan il-ħajt jissewwa fil-ġimgħat li ġejjin.", "ARTIJIET - ESPROPRIJAZZJONI TA' ART", "20778.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet espropriata art sal-lum għal bini ta' l-isptar ġdid f'Tal-Qroqq?", "Ta' liema persuna/kumpannija hija din l-art?", "X'kien id- daqs u l-valur ta' l-art ta' kull persuna/kumpannija li tteħditilha art b'dan il-mod?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-kejl totali ta` l-art li ġiet dikjarata meħtieġa għall-isptar f`Tal-Qroqq minn meta saret l-ewwel dikjarazzjoni sal-lum hu ta` circa 128,451 metri kwadri.", "Ninsab informat ukoll illi l-kejl totali ta` l-art li s`issa ġiet akkwistata permezz ta` kuntratti jew ċedoli ta` depożitu hu ta` circa 40,830 metri kwadri.", "It-tabella mmarkata A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tindika l-art imqassma fi plots, il-kejl, il-valur u s-sidien.", "Dwar il-kumplament ta` l-art li l-kejl tagħha hu ta` circa 87,621 metri kwadri, ninsab informat illi għadhom qegħdin isiru r-riċerki neċessarji biex jiġu stabiliti s-sidien attwali u jinħarġu l-avviżi għall-ftehim.", "Peress li l-valur ta` kull biċċa art għad jista` jinbidel, ma nħossx li f`dan l-istadju hu prudenti li jingħata l-valur ta` dawn l-artijiet.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella mmarkata B li tindika l-art imqassma fi plots u l-kejl.", "UE - SHIPBUILDING U TARZNA", "20779.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' tagħrif dwar l- effetti ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE qed jingħata lil ħaddiema tal- Marsa Shipbuilding u tat-Tarzna ta' Bormla?", "Jista' jqiegħed it-tagħrif, jekk qed jingħata u hu bil-miktub, fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOE BORG: L-effetti tas-sħubija ta' Malta fuq it-tarzna jirrigwardaw il-kwestjoni ta' l-istate aid u l-impatt tal-politika soċjali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fir-rigward ta' l-istate aid din tinkwadra fl-isfond ġenerali tal-futur tat-tarzna bħala intrapriza viabbli.", "F'dan ir-rigward sar l-istudju Appeldore u qed tkompli ssir evalwazzjoni kontinwa tal-pożizzjoni.", "Fir-rigward tal-benefiċċji għall-ħaddiema f'dak li għandha x'taqsam il- politika soċjali ta' l-Unjoni Ewropea, il-ħaddiema jkunu jistgħu jibbenefikaw minn livelli għolja Ewropej dwar is-saħħa u s-sigurezza tal- ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u wkoll it-titjib tal-legizlazzjoni dwar il- qasam tax-xogħol.", "L-unions tal-ħaddiema qed jircievu fondi apposta mill-gvern biex jinformaw lilhom infushom u lill-membri tagħhom dwar l-Unjoni Ewropea, u l- ministeru jaf li huma qed jagħmlu dan b'mod regolari.", "PULIZIJA - DINGLI - VETTURI ABBANDUNATI", "20780.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li jitneħħew iż-żewġ vetturi abbandunati (waħda safra u oħra blu) li hemm fejn Villa Psaigon, Dingli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-vetturi li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant tneħħew.", "SVPR - TINDIF", "20781.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20543?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nikkonferma li dan l-aħħar sar xi tindif minn kuntrattur privat.", "Qabel ma sar dan ix-xogħol inġabru, skond il- proċedura, kwotazzjonijiet minn tliet kumpaniji - il-Bad Boy General Cleaners Ltd., il-General Cleaners Co. Ltd. u l-MCCS Co. Ltd.", "(Mr Clean).", "Peress li l-offerta tal-Bad Boy General Cleaners Ltd. kienet l-aktar waħda vantaġġuża x-xogħol ingħata lil din il-kumpanija.", "PULIZIJA - DINGLI - VETTURA", "20782.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li jitneħħa l-van blu li hemm abbandunat fi Triq il-Ġnien, Dingli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-vettura li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, tneħħiet.", "PULIZIJA - PARKER - PERMESSI", "20783.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru 20530 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid x'inhuma l-proċeduri biex persuna tkun tista' tapplika għal parker ?", "Jista' jgħid jekk jeżistux vaganzi għal dan il-post?", "Jekk iva, fejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond regolament 65 tar-Regolamenti dwar Vetturi bil- mutur, persuna tista` taħdem bħala car park attendant biss wara li tingħata liċenzja mill-kummissarju tal-pulizija.", "Il-proċedura hija li min ikun interessat japplika mal-pulizija u jindika l-post li fih ikun interessat jagħmilha ta` parker.", "Jekk dan is-sit ikun wieħed rikonoxxut bħala car park u jkun hemm post vakanti ta` parker, allura l-applikazzjoni tiġi pproċessata skond il-kriterji stabiliti.", "Informat ukoll illi fil-preżent il-postijiet vakanti ta` car park attendants huma f`dawn il-lokalitajiet:", "Valletta - Delimara - Marsaxlokk - Buskett - Floriana - Ta` Qali - San Ġorġ - Mosta - Għar Lapsi - Għadira - Yacht Marina - Buġibba - Paola - Armier - Tigne` - Selmun.", "SWAR", "20784.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "19074?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'huwiex ċar għal liema parti tas-swar qiegħed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Is-sistema tad-dwal tas-swar tal- Belt Valletta u l-Floriana tiffunzjona sewwa.", "Irid jingħad li jkun hemm ħsara konsiderevoli, kaġun prinċipalment għal vandaliżmu.", "Tul ix-xhur tas- sajf saret manutenzjoni fuq il-parti l-kbira ta' din is-sistema.", "Il-problema ta' vandaliżmu fuq is-sistema tad-dawl tas-swar saret waħda allarmanti ħafna.", "L-ispiża ta' manutenzjoni hija waħda konsiderevoli.", "Din il-problema, apparti dik finnanzjarja, żamm il-VRP milli jattwa t-tieni fażi tal-proġett li ilu snin biex isir.", "Hemm partijiet tas-sistema, speċjalment madwar il-Forti Sant'Iemu, fejn il-lampi jitkissru immedjatament kif isiru u fil-fatt hemm deciżjoni li din il-parti titħalla mitfija.", "Għar-rigward tal-Kottonera ma hemmx sistema ta' floodlighting ħlief għal parti żgħira mill-Forti Sant' Anġlu.", "Dan l-aħħar kienet saret sistema ġdida għal Couvre Porte.", "Hemm il-ħsieb li jsir aktar dwal mas-swar fil- Kottonera fix-xhur li ġejjin.", "SVPR - OVERTIME", "20785.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20535?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li bejn Jannar u Settembru 2000 tħallsu Lm2,523,247.33c9 f'pagi u Lm314,470.74c7 f'overtime lill-impjegati fl-SVPR", "GRANMASTRU DE VILHENA - MONUMENT", "20786.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "19075?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li il-proġett ta' restawr tal-monument tal-Granmastru Manoel de Vilhena beda f'dawn il-granet.", "Ix- xogħol stmat li jiswa mal-Lm10,000 u se jsir mir-restawratur Taljan Sante Guido li diġa' wera l-kapaċita' tiegħu sewwa fuq monumenti oħrajn tal- bronz f'Malta.", "Il-VRP se jieħu ħsieb il dan il-monument uniku jiġi konservat u jkollu protezzjoni mit-tniġġiż.", "FURJANA - ĠONNA TAL-MALL", "20787.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "19072?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-VRP diġa' beda l- proġett tal-mall billi ħa ħsieb li jissewew xi ħitan u ħwejjeg zgħar oħra.", "Sadanitant ġie kkummissjonat rapport minn perit sabiex isir proġett sħiħ għal dan il-ġnien.", "Dan il-proġett se jkun wieħed mill-proġetti ewlenin tal- VRP tul is-sena li ġejja.", "PARKING BAYS - NIES B'DIŻABILITA'", "20788.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20636?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta' parking bays riservati għal persuni b'diżabilita' bil-blue sticker huwa kif ġej:", "|Attard |3 |Munxar |1 | | | |(Gozo) | | |Birgu |1 |Naxxar |1 | |Birkirkara|5 |Paola |1 | |Birżebbuġa|4 |Qala (Gozo)|1 | |Dingli |1 |Qrendi |3 | |Fgura |5 |Rabat |17 | | | |(Gozo) | | |Floriana |2 |Rabat |6 | | | |(Malta) | | |Fontana |2 |San Ġiljan |3 | |(Gozo) | | | | |Gudja |1 |San Ġwann |3 | |Gzira |4 |San Pawl |7 | | | |il-Baħar | | |Għajnsiele|1 |Santa Lucia|6 | |m (Gozo) | | | | |Għargħur |2 |Santa |4 | | | |Venera | | |Għaxaq |8 |Siġġiewi |6 | |Hamrun |3 |Sliema |8 | |Kerċem |1 |Tarxien |1 | |(Gozo) | | | | |Kirkop |2 |Valletta |5 | |Lija |1 |Xagħra |1 | | | |(Gozo) | | |Luqa |1 |Xewkija |2 | | | |(Gozo) | | |Marsa |2 |Xgħajra |1 | |Marsascala|3 |Żabbar |3 | |Mdina |2 |Żebbuġ |4 | | | |(Gozo) | | |Mellieħa |9 |Żebbuġ |2 | | | |(Malta) | | |Mġarr |3 |Żejtun |1 | |Mosta |2 |Żurrieq |3 | |Mtarfa |1 |Malta |4 | | | |Internation| | | | |al Airport | |", "QORMI - VALLETTA ROAD", "20789.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għal mistoqsija u t-tweġiba parlamentari nru 19374, jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ġo Valletta Road, Ħal-Qormi u t-toroq tad-dawra tal-housing estate ?", "Jaf li dawn it-toroq ilu ma jkollhom manutenzjoni tajba għal snin sħaħ, bil-konsegwenza li f'ċertu partijiet jeżisti anke periklu serju kemm għas- sewwieqa kif ukoll għal dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil- qadi tal-funzjonijiet tagħhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirriferi g;aliha fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-kunsilli.", "PULIZIJA - CDS - QBID", "20791.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il-kopja ta' C.D. video tapes u playstation games mhux oriġinali nqabdu tul din is-sena mis-swieq Maltin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn l-ewwel ta` Jannar u l-aħħar ta` Ottubru ta` din is-sena, il-pulizija kkonfiskat 2,248 CDs, video tapes u logħob tal-playstation mhux oriġinali mis-swieq lokali.", "IMPJIEGI - WORK PERMIT", "20792.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet li kienet qed timpjega magħha barranin li ma kellhomx work permit tul din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li bejn Jannar u Ottubru 2000, kien hemm 48 persuna li nqabdet timpjega barranin li ma kellhomx work permit.", "PULIZIJA - ARRESTATI", "20793.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-barranin li tul din is-sena ġew arrestati u mressqa l-qorti minħabba xi reat?", "Minn liema pajjiżi kienu ġejjin?", "X'tip ta' reati kienu akkużati bihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20084 li kienet tkopri l-perijodu Jannar - Settembru 2000.", "Ninsab informat illi matul Ottubru ta` din is-sena, il- pulizija ressqet 61 persuna ta` nazzjonalita` barranija quddiem il-qorti.", "L-akkużi kienu jinkludu serq, traffikar ta` droga, pussess ta` droga, attakk u resistenza fuq uffiċjali pubbliċi, offiżi fuq il-persuna u ksur ta` l-immigrazzjoni.", "Il-pajjiżi li minnhom kienu ġejjin il-persuni msemmija għall-perijodu Jannar - Ottubru 2000, kienu kif ġej :", "Alġerija, Awstralja, Armenja, Afrika t`Isfel, Bulgarija, Ċina, Kanada, Eġittu, Franza, Filippini, Ġermanja, Indja, Iraq, Italja, Ġordan, Libanu, Libja, Moldavja, Marokk, Niġer, Niġerja, Olanda, Pakistan, Palestina, Polonja, Russja, Rumanija, Renju Unit, Sirja, Somalja, Svizzera, Turkija, Tuneżija, Ungerija, Ukrajna, Jugoslavja u Yemen.", "PULIZIJA - KONTRAVENZJONIJIET", "20794.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il membru tal-korp tal-pulizija weħlu crime fis-snin 1999 u 2000 talli ma waħħlux biżżejjed traffic contravention tickets?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fis-snin 1999 u 2000 kien hemm 93 membru tal-korp li ttieħdu passi dixxiplinari kontra tagħhom talli, mingħajr raġuni tajba u xierqa, naqsu milli jirrapportaw kontravenzjonijiet biżżejjed, bħalma huma fid-dmir li jagħmlu.", "SKEJJEL - BORMLA SKOLA - PRIMARJA", "20795.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' manutenzjoni li kellu jsir fis-sajf fl-iskola primarja ta' Bormla ma sarx sabiex qed isir issa meta l-istudenti qed jattendu l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li, għalkemm ix-xogħol fuq l-irranġar ta' toilets fl-Iskola primarja, Bormla, beda fil-bidu tas-sajf li għadda, dan waqaf għal xi żmien minħabba li saret talba għal varjazzjoni fix-xogħol u għal xogħol addizzjonali.", "L-approvazzjoni għal dawn ix-xogħlijiet ingħatat lill-kuntrattur f'nofs Settembru meta seta' jitkompla x-xogħol.", "Il-kumpanija Kalaxlokk għandha l-inkarigu li tibdel is-saqaf tat-tromba tat-taraġ ta' l-imsemmija skola.", "Minħabba raġunijiet tekniċi, ix-xogħol ma setax jibda fis-sajf li għadda u għalhekk ittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi mħarsa s-saħħa ta' min jagħmel użu mill-imsemmi taraġ.", "Hemm ħsieb li l-kumpanija Kalaxlokk tagħmel dan ix-xogħol matul il-vaganzi ta' l-Għid.", "SKEJJEL - BORMLA - SKOLA PRIMARJA", "20796.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet hemm bżonn isiru fl-iskola primarja ta' Bormla?", "Jista' l-Ministru jserraħ ras il-ġenituri li m'hemmx ħsarat fis-soqfa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola primarja, Bormla, jinħtieġu dawn ix-xogħlijiet:", "* tibdil tas-saqaf tat-tromba tat-taraġ, * tiswijiet u tibdil ta' numru ta' aperturi; * tiswija tal-kolonni fil-faċċata; * tiswijiet fil-waterproofing membrane; u * ridekorazzjoni ta' klassijiet u kuriduri.", "Is-saqaf tat-tromba tat-taraġ li se jinbidel tul il-vaganzi ta' l-Għid mill-kumpanija Kalaxlokk, twaħħal taħtu tagħmir għall-iskansar mill- periklu.", "Għaldaqstant ġejt assigurat dwar is-safety u s-sigurta` meħtieġa għal kulħadd.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - SIRINGI", "20802.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid matul din is-sena kemm intalbu siringi b'xejn miċ-ċentri tas- saħħa?", "Jista' jagħti l-figuri għal kull ċentru?", "Minbarra ċ-ċentri tas- saħħa, minn fejn aktar jistgħu jintalbu siringi?", "Jista' jagħti wkoll figuri għal dawn il-postijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena miċ-ċentri tas-saħħa ntalbu u ngħataw 119,197 siringa b'xejn lil dawk li jsofru mill-vizzju tad-droga.", "Il-figuri għal kull ċentru huma dawn:", "|Furjana | 15,000 | |Gżira | 24,728 | |Mosta | 17,852 | |Rabat | 7,492| |Qormi | 9,235| |Raħal Ġdid | 35,360 | |Bormla | 9530|", "Siringi jistgħu jintalbu biss miċ-ċentri tas-saħħa.", "PENSJONIJIET", "20808.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il- persuna li n-numru ta' l-identita' tagħha qed jintbagħat separatament qiegħed jingħad li tħallset pensjoni żejda meta din il-persuna kkontribwixxiet għal żewġ pensjonijiet (tal-bolli u tas-servizz)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor Interpellant biex ġentilment jgħaddi b'mod kunfidenzjali aktar dettalji tal-każ imsemmi sabiex tkun tista' tingħata risposta.", "BINI - WERRIETA", "20809.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hiex qed tiġi kkunsidrata li meta persuna tmut u tħalli postijiet (bini) mikrija lill-werrieta, il-bini jiġi stmat skond il-kera li jkunu qegħdin idaħħlu flok jiġi stmat il-bini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PROGRAMM ELETTORALI - PN - TAXXI", "20810.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk, skond il-Programm Elettorali PN Item No. 8, romol għal skop ta' taxxa hux se jibqgħu jiġu ntaxxati bħala ġuvintur/xebbiet imma bħala miżżewwġin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skond l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income Kap. 123 kif emendat b'Att XI tas-sena 2000, taħt Artikolu 56, romol u genituri separati jew mhux mizzewgin (single parents) li qed irabbu l-ulied, jiġu meqjusa bħala miżżewġin għall-fini tat-taxxa fuq l-income.", "Din l-emenda bdiet tgħodd mis-sena ta' stima 2000 fuq l- income tas-sena bażi 1999.", "TOROQ - ŻEBBUĠ", "20819.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet għal titjieb ta' New Street in Kandlora Street, Zebbuġ (parti minn Triq Ħal- Dwin) liema triq qiegħda fi stat ta' abbandun?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw minn dan il-programm.", "DIPLOMA TA' NURSING - APPOINTMENT", "20821.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min għandu diploma fin-nursing ta' l-1995 għadhom bla appointment?", "Kemm hemm groups ta' nurses kwalifikati li għadhom bla appointment?", "Meta laħqu kull group?", "Meta hu mistenni li jingħataw l- appointment?", "Il-fatt li għadhom bla appointment, kif qed u se tafettwalhom il-paga u l-increments?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li m'hemmx infermiera li ħadu diploma fin-nursing fl-1995 u għadhom bla appointment.", "In-numru ta' infermiera kwalifikati li għadhom bla appointment huwa 154 (60 enrolled nurses u 94 staff nurses).", "Dawn laħqu kif jidher hawn taħt:", "60 Enrolled Nurses", "| Numru |Meta Kwalifikaw | | 6 |Ottubru 1999 | | 54 |Ġunju 2000 |", "94 Staff Nurses", "| Numru |Meta Kwalifikaw | | 50 |Ġunju 1999 | | 7 |Novembru 1999 | | 37 |Ġunju 2000 |", "Billi s-sejħiet għal applikazzjoni għall-mili ta' postijiet ta' enrolled nurses u staff nurses qed jiġu pproċessati mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "Il-fatt li għadhom bla appointment ma taffettwalhomx il-paga.", "Iżda l- increments jibdew sena wara d-data ta' l-appointment.", "DJAR - LIĠI TAL-KERA", "20826.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi kienu saru minn mistoqsija parlamentari nru.", "6949 tat-12 ta' Mejju 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn meta ngħatat it-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "6949, komplejna ninsistu biex jitlesta r-rapport, iżda sal-lum dan għadu ma ġiex ippreżentat lill-ministeru.", "Il-gvern ser jagħti sa l-aħħar tas-sena biex il-kummissjoni dwar ir- reviżjoni tal-liġijiet tal-kera, li kienet waqqfet l-amministrazzjoni Laburista 1996-98, tlesti x-xogħol tagħha u tirrapporta lill-gvern.", "Jekk dan ma jsirx, allura l-gvern ikollu jikkummissjona rapport biex jiġbor fih ix-xogħol li kien sar u l-konklużjonijiet li kienet waslet għalihom il- kummissjoni.", "BORMLA - TRIQ SAN ĠWANN - FLATS", "20827.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal aħħar mistoqsija parlamentari fuq is-suġġett, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma l-Kamra f'liema stadju wasal il-bini tal-flats ġewwa Triq San Ġwann, Bormla?", "Jista' wkoll jinforma l-Kamra kemm ġew sburżati spejjeż u sommom neċessarji u relattivi s'issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li dawn l-appartamenti huma kważi lesti u jonqoshom biss li jitlestew xi xogħolijiet addizzjonali u li jiġu provduti s-servizzi essenzjali.", "Jien informat ukoll li sal-lum tħallsu Lm222,718 lill-kuntrattur.", "IPOĠEW", "20829.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista l-Ministru jinforma l-Kamra: (a) kemm visitaturi marru jaraw l-Ipoġew; (b) kemm ħallsu għal dan il-għan; u (c) kien hemm xi tfal ta' skejjel primarji u sekondarji li marru hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li:- (a) bejn Awissu u Settembru 2000 marru jaraw l-Ipoġew 2626 visitaturiħ (b) 2452 visitaturi ħallsu għal dan il-għanħ (c) s'issa ma kienx hemm tfal ta' skejjel primarji u sekondarji li marru hemm.", "LUQA - ŻURRIEQ ROAD - TRAFFIC ISLAND", "20830.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega għaliex it-traffic island li hemm f'Żurrieq Road, Luqa, ġiet maqlugħha, u dan wara li l-kunsill lokali kien nefaq flus biex għamel din l-istess traffic island?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment hu nfurmat li l- kunsill lokali qed iwettaq proġett biex isiru water culverts u traffic channelizations ġodda fil-lokal.", "MUŻEWIJIET U POSTIJIET STORIĊI", "20832.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Karma kemm tfal ta' skejjel primarji ttieħdu jaraw uħud mill-mużewijiet u postijiet storiċi?.", "Jista' jiġi ndikat post post l-ammont ta' tfal li marru jżuruh?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux possibbli jingħad kemm tfal ta' skejjel primarji ttieħdu jaraw uħud mill-mużewijiet u postijiet storiċi peress li l-istatistika li tinżamm, tinżamm għal tfal ta' l-iskejjel kollha.", "Informat ukoll li bejn Jannar u Settembru 2000, 28, 060 tfal ta' l- iskejjel ittieħdu jaraw uħud mill-mużewijiet u postijiet storiċi.", "L-ammont ta' tfal li marru huwa:", "|museums of archaeology |1962 | |museums of fine arts | 546 | |museum of natural history|2577 | |museum of Roman |2154 | |antiquities | | |Għar Dalam cave and |2226 | |museum | | |Ħaġar Qim temples |2008 | |Inquisitor's Palace |1795 | |Maritime museum | 928 | |Palace armoury |1791 | |Palace State Rooms |1257 | |St Paul's catacombs |1382 | |Ħal Saflieni Hypogeum | / | |Tarxien temples |2053 | |War museum | 647 | |Museum of archaeology, | 806 | |Gozo | | |Museum of folklore, Gozo |1244 | |Museum of natural | 341 | |science, Gozo | | |Ġgantija Temples, Gozo |2721 | |Windmill, Gozo |1622 |", "BSE INQUIRY - RAPPORT", "20833.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dipartiment huwiex informat bir-rapport preżentat l-Ingilterra, magħruf bħala BSE inquiry, u nħassx il-bżonn li jinbidlu xi proċeduri preżentement użati minħabba r-rakkmandazzjonijiet milħuqa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas- servizz veterinarju għad mgħandux dettalji kollha tar-rapport.", "Bħalma jaf hu dan ir-rapport kien estensiv ħafna, speċjalment fuq il-mod kif ġie ttrattat il-kontroll ta' din il-marda.", "Biss nixtieq inserraħ moħħ l-Onor.", "Interpellant billi ninfurmah li dwar din il marda, f'Malta ttieħdu u għadhom qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha skond id-direttivi li nħargu mill-Komunita' Ewropea.", "KUMITAT TA' L-AGRIKOLTURA U ŻVILUPP RURALI", "20834.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dipartiment konċernat huwiex infurmat fuq bażi regolari bl-atti tal- kumitat ta' l-agrikoltura u żvilupp rurali li jiltaqa' fil-Parlament Ewropew u jekk le jħossx il-bżonn li dan jibda jsir?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Ministeru huwa abbonat fil-ġurnal uffiċċjali ta' l- Unjoni Ewropea li fih ikun hemm l-atti kollha li jkunu adottati jew proposti sabiex ikunu adottati mill-kunsill tal-ministri fl-Unjoni u, fejn hu l-każ, mill-Parlament Ewropew.", "ARTIJIET - ESPROPRIAZZJONI - L58/62/48", "20835.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "19719, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ilu d-dipartiment ta' l-artijiet jistenna tweġiba u huwiex soltu li jkun hemm dewmien f'każi simili?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi d-dipartiment ta` l-artijiet ilu jistenna tweġiba mit-12 ta` April 2000.", "Huwa normali li risposti għal talbiet bħal dawn jieħdu ċertu tul ta` żmien.", "DRAMM", "20836.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'konnessjoni mar-IV Edizzjoni Konkors Kitba għall-Palk Francis Ebejer, organizzat mid-dipartiment tal-kultura fl-1999, jista' l-Minsitru jgħid kemm nefaq id-dipartiment tal-kultura biex isir id-dramm rebbieħ \"Kull Ġieħ u Glorja fit-Teatru Manoel\"?", "Min ħadu d-dħul li kien hemm mill-bejgħ tal-biljetti?", "Għaliex id- dipartiment tal-kultura ddeċieda li jiffinanzja d-dramm \"Tkun Darb'Oħra, Mikelanġ\" biex dan isir fit-Teatru Manoel meta d-dramm la ħa t-tieni u lanqas it-tielet premju u ġie l-aħħar wieħed fost il-ħamsa li ssemmew b'ġieħ?", "Id-dipartimenti tal-kultura beħsiebu jiffinanzja d-drammi li ġew it- tieni, it-tielet u l-erba' l-oħra li ssemmew qabel \"Tkun Darb'Oħra, Mikelanġ\" biex dawn ikunu jistgħu jsiru wkoll?", "Jekk le, din ma tkunx diskriminazzjoni kontra dawn?", "Kemm ħareġ flus id-dipartiment tal-kultura għall-\"Tkun Darb'Oħra, Mikelanġ\" u kif tqassmu?", "Min se jieħdu d-dħul li jkun hemm mill-bejgħ tal-biljetti għal dan id- dramm?", "Kemm ħarġet l-Universita' ta' Malta f'pustaġġ, stampar ta' karti, eċċ biex tagħmel propaganda lil \"Tkun Darb'Oħra, Mikelanġ\" u għaliex l- Universita' ddeċidiet li tagħmel dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li:-", "a) l-ispiża kienet ta' Lm3298 kollox inkluż anke l-kiri tat-Teatru Manoel bl-ispejjeż tiegħu; b) id-dħul mill-biljetti ħadu d-dipartiment tal-kultura; c) ma kienx hemm klassifika f'dawk id-drammi li fil-fehma tal-ġurija spikkaw fuq l-oħrajn\"; d) mhux l-ewwel darba li d-dipartiment tal-kultura għin fil-produzzjoni ta' drammi bil-Malti u mhux biss dawk li jkunu ġew ippremjati f'xi konkors; e) le; f) id-dipartiment tal-kultura sponsorja parzjalment dan id-dramm billi ser joħroġ Lm2000.", "Dawn ikopru biss parti mill-ispejjeż ta' din il- produzzjoni.", "Informat ukoll li l-Universita` ma nefqet xejn fl-istampar ta' ebda materjal b'konnessjoni mad-dramm \"Tkun darb'oħra, Mikelanġ\".", "Hija parti mill-mission statement tal-Precincts office li jgħin kemm lill-istudenti kif ukoll lill-istaff ta' l-Universita` fl-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta' attivitajiet kulturali organizzati minnhom.", "Is-somma totali li ntefqet f'pustaġġ in konnessjoni mad-dramm imsemmi keinet ta' Lm15.", "SKEJJEL - TRASPORT", "20837.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal ilmenti pendenti dwar transport ta' l- iskejjel?", "Jinżamm rekord dwar dan?", "Liema sezzjoni hi nkarigata minn ilmenti dwar transport?", "Din is-sessjoni għandha customer service?", "Jekk iva, x'ħinijiet jaħdmu?", "Fejn hi stazzjonata din is-sezzjoni?", "Minn min hi komposta u x'inhuwa l-grad tagħhom?", "X'channels iridu jużaw min ikollu lment dwar transport ta' l-iskejjel?", "X'inhi l-ispiża għat-trasport ta' l- iskejjel fis-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma hemmx ilmenti pendenti pero' f'dan it- tip ta' xogħol l-uffiċjal responsabbli jkun qed isegwi l-andament tat- trasport fuq każi ta' kuljum.", "Rekords ta' l-ilmenti jinżammu ta' kuljum mill-bidu tas-sena skolastika.", "L-uffiċjal inkarigat mit-trasport u l-uffiċċju tiegħu jilqgħu l-ilmenti waqt il-ħinijiet ta' l-uffiċċju.", "Dan l-uffiċċju jinsab fil-bini tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-Furjana u hu kompost mis-Sur Mario Abela (enforcement officer I) uffiċjal inkarigat mit-trasport ta' tfal, u mis- Sinjorina Cecilia Pace (general hand) li tagħmel xogħol klerikali.", "Kull min ikollu xi lment għandu jċempel fuq numru 225124.", "L-ispiża biex jitwasslu mat-tlieta u għoxrin elf student/a kuljum taqbeż il-Lm1 miljun fis-sena.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "20838.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm studenti l-Universita' minn kull raħal u belt f'Malta u Għawdex fl-1985, 1986 u sa Mejju 1987 u fl-1999 u 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhuwiex possibbli li tingħata l- informazzjoni mitluba għas-snin 1985,1986 u 1987 peress li f'dak iż-żmien l- informazzjoni ma kenitx komputerizzata.", "L-informazzjoni għas-snin 1999 u 2000 tingħata f'seduta oħra peress li matul ix-xahar kollu ta' Ottubru jkun hemm ħafna ċaqliq ta' studenti minn kors għal ieħor, kif ukoll studenti li għalkemm ikunu aċċettati f'xi kors ma jibdewx il-kors u għalhekk ir- reġistru ta' l-istudenti ma jkunx stabbli qabel nofs Novembru.", "QORMI - TRIQ IL-VITORJA - DAWL", "20839.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi nstallat dawl li jindika li hemm zebra crossing ħdejn il-health centre ta' Ħal Qormi, fi Triq il- Vitorja, peress li minkejja li hemm din il-faċilita', il-fatt li m'hemmx dawl li jindikaha, xorta baqa' r-riskju għal min jagħmel użu minnha wara li jibda jbexbex jew jidlam?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-korporazzjoni Enemalta qed tistenna risposta kemm mingħand il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi kif ukoll mid-dipartiment tat-toroq wara li aktar kmieni din is-sena kienet għadditilhom stima ta' kemm jiswa x-xogħol li għalih qed issir riferenza.", "SERVIZZ PUBBLIKU - GĦAWDEX", "20851.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru joġġi fuq il-Mejda tal-Kamra list aġġornata tal-clerks Għawdxin li jaħdmu Malta f'ordni ta' seniority?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li hawn 106 li r-residenza tagħhom hija f'Għawdex u li qed jaħdmu Malta bħala clerks.", "Ma nħossx li hija etika li jingħataw id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi każ partikolari huwa mitlub jagħmel mistoqsija f'dan ir-rigward.", "TURIŻMU - XIRI TA' KAROZZI", "20852.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20290?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - XIRI TA' KAROZZI", "20853.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20291?", "ONOR LOUIS DEGUARA; Informat li l-karozzi ġodda li nxtraw fid-dekasteru tiegħi mill-1992 sal-lum huwa kif ġej:", "|Rover | 2 | |Alfa Romeo | 2 | |Hyundai | 8 | |Fiat | 3 | |Daewoo | 1 | |Kia | 4 | |Toyota | 2 | |Seat | 1 | |VW | 2 | |Citroen | 1 | |Mazda | 3 | |Skoda | 3 |", "HOSPITALITY - BREAKDOWN", "20854.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija nru.", "19902, jista' jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari nru.", "19902 jirriferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor.", "Membru li joħroġ iċ-ċifra li talab.", "Dwar il-breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għal mistoqsija parlamentari nru.", "19173 fuq l-istess suġġett.", "HOSPITALITY - BREAKDOWN", "20855.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "19900, jista' l- Minisitru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari nru.", "19900 jirriferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor.", "Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.", "Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inzid mat-twegiba li tajtu għal mistoqsija parlamentari nru.19186 fuq l-istess suġġett.", "HOSPITALITY - BREAKDOWN", "20856.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "19899, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari nru.", "19899 jirriferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta` hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor.", "Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.", "Dwar breakdown ta` kif intnefqet iċ-ċifra m`għandix x`inżid mat-tweġiba li tajtu għal mistoqsija parlamentari nru.", "19184 fuq l-istess suġġett.", "HOSPITALITY - BREAKDOWN", "20857.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "19897, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intnefqu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari nru.", "19897 jirriferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta' hospitality fl- Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onor.", "Interpellant li joħroġ iċ- ċifra li talab.", "Dwar breakdown ta' kif intnefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għal mistoqsija parlamentari nru.", "19175 fuq l-istess suġġett.", "PULIZIJA - FSS", "20867.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-FSS ma kenitx implimentata immedjatament fil-korp tal-pulizija bir-riżultat li issa l-membri tal-korp qed iħallsu somom kbar ta' flus mill-paga f'arretrati tat-taxxa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li s-sistema tal-FSS ġiet introdotta fid-dipartimenti kollha, inkluż id-dipartiment tal-pulizija, b`effett mill- 1 ta` Lulju 1997.", "Jekk hemm xi membri tal-korp li qed jiġu mitluba jħallsu somom ta` flus f`arretrati tat-taxxa, dan żgur li mhux ġej minn xi nuqqas min-naħa ta` dan id-dipartiment.", "BIRKIRKARA - TRIQ IL-WIED - DAWL", "20870.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi hemm ħafna dlam fl-area tat-Taurus Centre, Triq il-Wied, Birkirkara, jista' l-Ministru jara li ssir bozza ġdida quddiem il-Knisja ta' San Pawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li mill-investigazzjoni li saret jirriżulta li fit-triq imsemmija hemm dawl adegwat.", "PULIZIJA - ŻEBBUĠ - SPARATURA", "20873.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk itteħditx azzjoni legali kontra dak l-individwu li spara fuq \"Osprey\" Imdina Road, Żebbuġ, liema rapport deher fuq \"The Times\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija identifikat il-persuna li sparat fuq l-Osprey, u kkonfiskatlu l-arma tan-nar.", "Din il-persuna mistennija titressaq il-qorti fit-22 ta` Novembru, 2000.", "DJAR - LIFTS", "20878.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar meta ser jiġu mwaħħla lifts fil-bini magħruf bħala Kamerata ġewwa Merchant Street, Valletta?", "Jista' jikkonferma wkoll hux beħsiebu jimplimenta proċess ta' twaħħil ta' lifts fil-housing estates tal-Pieta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-ġranet li ġejjin l- awtorita' tad-djar se tissottometti l-applikazzjoni meħtieġa lill-awtorita' ta' l-ippjanar għall-installazzjoni ta' lift fil-bini ndikat fl-ewwel parti tal-mistoqsija.", "Ninsab informat ukoll li l-awtorita' tad-djar waslet biex tassenja t- tender għal żewġ lifts f'żewġ blokki fil-Pieta' fejn jgħixu persuni b'diżabilita' li jsofru minn nuqqas ta' mobilita'.", "ARTIJIET POSSESSION AND USE", "20879.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'pożizzjoni beħsiebu jieħu l-gvern dwar dik il-proprjeta' attenuta permezz ta' possession and use?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20304.", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "20880.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji tan-negozju mill-pulizija fl-1998 u 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta` liċenzji għal ftuħ ta` negozji ġodda li nħarġu mill-pulizija fis-snin 1998 u 1999 kien ta` 388 u 522 rispettivament.", "PTA - RIŻENJI", "20882.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex irriżenjaw iċ- chairman u l-viċi chairman ta' l-awtorita' tat-trasport?", "Min qed imexxi din l-awtorita' bħalissa?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport li tlesta fil-bidu tas- sena mill-aħħar chairman dwar it-tibdil li kien hemm meħtieġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s-Sur Alfred Triganza rriżenja minħabba pressjoni ta' xogħol fil-professjoni tiegħu, waqt li s-Sur Pius Fenech irriżenja mingħajr ma ssottometta ebda raġuni.", "RAĦAL ĠDID - LUQA ROAD - ZEBRA CROSSING", "20883.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jintervjeni sabiex issir zebra crossing mill-aktar fis possibbli f'Luqa Road, Paola quddiem il-Carters supermarket peress li minħabba l-volum qawwi ta' traffiku li jgħaddi n-nies li jaqsmu t-triq prattikament jissugraw ħajjithom kull darba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-bord għall-kontroll tat-traffiku, qed jagħmlu survey neċessarju biex tiġi nstallata zebra crossing fil-viċinanza ta' Carters supermarket.", "PASSAPORTI - INTERNET", "20884.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jogħġbu l-Ministru jgħid għaliex fid-dipartiment tal-passaporti fil-Belt twaqqaf is- servizz ta' l-internet għall-impjegati ta' dan id-dipartiment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-aċċess għall-internet ma tneħħiex lil uffiċjal li għandu l-awtorita` li juża dan il-mezz għal ħteġijiet biss ta` l-uffiċċju tal-passaporti.", "GUDJA - TRIQ TARXIEN - PELICAN LIGHTS", "20886.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jogħġbu l-Ministru jara li jiġu nstallati pelican lights ħdejn il-bini tal-gvern fi Triq Tarxien, Gudja, peress li n-nies li joqogħdu fil-flats tal-gvern u l-viċinanzi ma jistgħux jaqsmu din it-triq mingħajr ma jirriskjaw ħajjithom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lid-dipartiment tat-toroq u l-bord għall- kontroll tat-traffiku biex jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "GUDJA - TRIQ DAWRET GUDJA - ZEBRA CROSSING", "20887.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi nstallata zebra crossing mill-aktar fis possibbli fi Triq Dawret il-Gudja, Gudja (triq li mill-Gudja twasslek l-airport) peress li min irrid jaqsam din it-triq wiesgħa u traffikuża jrid kull darba jipperikola ħajtu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lid-dipartiment tat-toroq u l-bord għall- kontroll tat-traffiku jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "DETOX CENTRE - METHADONE", "20888.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jindaga għalfejn il-Methadone li jingħata lill-pazjenti tad-Detox centre ma jkollux artificial sweetener minflok zokkor li qiegħed jikkawża problemi kbar fis-saħħa orali ta' dawn l-istess pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pazjenti li jattendu d-Detox u li huma diabetics' kif ukoll dawk li qegħdin jistennew tarbija, jingħataw Methadone b'artificial sweetener.", "Qegħdin isiru wkoll sforzi biex il- Methadone kollu li jinxtara jkun sugar-free.", "GUDJA - TRIQ ĦAL-GĦAXAQ - BUS STOP", "20889.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jogħġbu l-Ministru jara li jiġi nstallat stage għall- karrozzi tal-linja fi Triq Ħal-Għaxaq, Gudja (ħdejn Palazz Bettina) peress li l-eqreb bus stop hu ferm 'il bogħod (dejjem fid-direzzjoni tal-Gudja)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku se tikkunsidra t-talba, ma' talbiet oħra simili, sabiex jiġi nstallat stage fi Triq Ħal Għaxaq, Gudja.", "ETC - KONFERENZA", "20893.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tad-diskors li għamel fil-konferenza ta' l-ETC fis-27 ta' Ottubru, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kopja tad-diskors li għamilt fil-konferenza organizzata mill-ETC fis-27 ta' Ottubru 2000, tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra .iktar kmieni f'din is-seduta.", "ENEMALTA - DOMESTIC SUPPLY", "20894.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "19590?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li sal-31 ta' Lulju 2000, il-bilanċ dovut lill-Korporazzjoni Enemalta għal ħlas ta' elettriku kien jammonta għal Lm26,121,993.", "Minn dan l-ammont, is-settur domestiku u klijenti kummerċjali żgħar, kellhom jagħtu Lm13,231,803, li minnhom Lm5,599,114 huma marbuta ma' kontijiet kurrenti.", "Is-settur kummerċjali għandu jagħti s-somma ta' Lm3,054,721, li minnhom Lm557,790 huma relatati mal-kontijiet kurrenti.", "Fil-preżent l-Enemalta m'għandhiex fis-sistema tar-records tagħha n-numru ta' residenti u stabilimenti kummerċjali li huma lura fil-ħlas.", "Meta wieħed jiftakar li llum in-numru ta' klijenti jlaħħaq madwar 227,000, żgur li fil-futur irid jinstab mezz ta' ġbir aħjar minn dak preżenti.", "Is-sistema magħrufa bħala pre-payment metering illum titħaddem f'diversi pajjiżi u hi aċċettata anke bħala mezz ta' kif wieħed jirregolarizza l- konsum peress li jkun qiegħed iħallas waqt li jkun qed juża l-elettriku.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IR-RUMI - TOROQ", "20900.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li ssir spezzjoni, u possibbilment tiġi rranġata, Triq ir-Rumi, Wied il-Għajn liema triq hi abitata u minkejja li r-residenti ilhom diversi snin - aktar minn għaxar snin - jitolbu li tiġi rranġata baqgħet kif kienet?", "Billi din it-triq kellha tiġi rranġata mir-roads dept - wara li ma kenitx irranġata sew wara li għaddew minnha s-servizz ta' l-ilma ħafna snin ilu - u dan skond mistoqsijiet parlamentari preċedenti tiegħi, possibbli li tittieħed azzjoni għax issa dawn ir-residenti ilhom ħafna snin jistennew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fir-risposta parlamentari nru.", "19907 kien diġa' spjegat li x-xogħol huwa wieħed ta` manutenzjoni li huwa responsabbli għalih il-kunsill lokali.", "Jien informat li t-triq ġiet spezzjonata u l-ħsara li fiha tirrikjedi resurfacing li minnu nnifsu hu xogħol li jaqa` taħt ir-responsabbilta` tal- kunsill lokali.", "Aktar ma jgħaddi żmien u dan ir-resurfacing idum ma jsir, il-ħsara żgur li ser tikber b'mod li l-wiċċ tat-triq jinqala' kollu, u hemm jidħol id- dipartiment tat-toroq biex jerġa' jasfalta t-triq mill-ġdid.", "Għalhekk id- dipartiment tat-toroq ser jgħaddi l-każ lill-kunsill biex dan jara x`jista' jsir.", "REĠISTRAR TA' VAPURI", "20912.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vapuri ġodda matul l-aħħar sena?", "Kemm għandhom tunnellaġġ bejniethom?", "Kemm ikkontribwew f'liċenzji il-vapuri reġistrati ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant ser tkun inkluża fir-rapport annwali ta` l-awtorita` marittima ta` Malta li dalwaqt ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "VAPURI - LIĊENZJI", "20913.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm vapuri naqsu li jħallsu l- liċenzja jew għażlu bandiera oħra flok dik Maltija?", "Kemm kienu jħallsu f'liċenzji l-vapuri li naqsu li jħallsu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "20912.", "VAPURI - STANDARDS INTERNAZZJONALI", "20914.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm vapuri reġistrati Malta kienu projbiti milli joħorġu minn portijiet barranin għax ma kellhomx standards internazzjonali ta' sigurta'?", "Jista' jgħid ukoll kemm vapuri reġistrati Malta kienu nvoluti f'inċidenti fuq il-baħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "MMA - IMPJIEGI", "20915.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet impjegati ġodda l- Maritime authority matul l-aħħar sena?", "F'liema grad ġew impjegati u x'inhu s-salarju tagħhom?", "X'benefiċċji tħallsu dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita' marittima daħlet total ta` 12-il impjegat ġdid mill-1 ta` Novembru 1999 sal-31 t`Ottubru 2000 li huma dawn:", "|Data ta|Impjieg |Replac|New |Salar| |l-Impie| |ement |Post|ju | |g | | | | | |03.04.0|informat| |NP |6165 | |0 |ion | | | | | |systems | | | | | |support | | | | | |exec. | | | | |24.07.0|draughts| |NP |3883 | |0 |man\\site| | | | | |supervis| | | | | |or | | | | |01.09.0|cleaner |Rep. | |4175 | |0 | | | | | |01.09.0|merchant|Rep. | |6165 | |0 |shipping| | | | | |executiv| | | | | |e | | | | |11.09.0|assistan|Rep. | |5918 | |0 |t | | | | | |accounta| | | | | |nt | | | | |19.09.0|clerk |Rep. | |4550 | |0 | | | | | |19.09.0|clerk | |N.P.|4550 | |0 | | | | | |22.09.0|clerk |Rep. | |4550 | |0 | | | | | |27.09.0|clerk | |N.P |4550 | |0 | | | | | |28.09.0|clerk |Rep. | |4550 | |0 | | | | | |29.09.0|clerk |Rep. | |4550 | |0 | | | | | |02.10.0|clerk | |N.P.|4550 | |0 | | | | |", "Il-ħaddiema kollha ta` l-awtorita` marittima jibbenefikaw minn skema ta` health & accident insurance.", "KONVENZJONI TAS-CITES", "20927.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jdaħħlu speċi protetti ta' flora u fauna u kemm minnhom kienu prottetti mill-Konvenzjoni tas-CITES?", "Kemm minnhom kienu f'appendix 1,2 u 3 ta' CITES?", "Kemm ġew maqbuda mid-dwana, ambjent, pulizija jew xi awtorita' oħra?", "Sakemm jittressaq il-qorti min jinqabad, x'inhi l-proċedura, fejn jinżammu dawn l-ispeċi ħajja, min jieħu ħsiebhom?", "Xi training għandu?", "Kemm mietu waqt li kienu għadhom taħt ir- responsabbilta' ta' dan il-gvern u għaliex dawn ma jintelqux mill-ewwel?.", "Jista' jgħid jekk il-pulizija għandhiex xi ftehim mal-qrati jew mal ministeru tal-ġustizzja biex każi bħal dawn isiru malajr biex titnaqqas il- tbatija fuq l-annimali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-1 ta` Jannar 2000 sal-lum inqabdu tliet persuni jdaħħlu speċi ta` flora u fauna li huma protetti mill- Konvenzjoni tas-CITES.", "Fit-tliet każi l-ispeċi kienu f'appendix 1, 2 u 3 ta` CITES.", "Sakemm tkun qiegħda ssir l-investigazzjoni, dawn jinżammu mid-dipartiment tad-dwana jew ta` l-ambjent li jkunu għamlu s-sejba.", "Kif titlesta l- investigazzjoni u l-persuna tiġi akkużata quddiem il-qorti, dawn l-ispeċi jiġu esibiti l-qorti u l-istess qorti tipprovdi dwar iż-żamma u l- protezzjoni tagħhom skond il-liġi.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li ma hemmx tali arranġament.", "CITES - PRODOTTI ILLEGALI", "20928.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk inqabdux prodotti illegali magħmula minn xi parti ta' xi speċi protetti mis-CITES, eżempju, avorju, ġilda tas-sriep, kukkudrilli eċċ u jekk hawnx persuni kwalifikati biex jagħmlu DNA testing fuq speċi jew partijiet ta' speċi li huma protetti mis-CITES?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-persuni fuq dan ix-xogħol ta' protezzjoni humiex ittrejnjati biex jgħarfu dawn l-ispeċi?", "Kemm hemm persuni ittrejnjati minn kull dipartiment involut u fejn jaħdmu?", "X'korsijiet attendew f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-1 ta` Jannar 2000 sal-lum ma nqabdux prodotti illegali magħmula minn xi parti ta` xi speċi protetti mis- CITES.", "Ninsab informat ukoll li l-membri ta` l-iskwadra ta` l-ALE tal-pulizija, għandhom taħriġ bażiku fuq dan is-suġġett, pero` dawn dejjem jikkonsultaw mad-dipartiment ta` l-ambjent meta jkun meħtieġ.", "KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI", "20929.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal- protezzjoni ta' l-ambjent li Malta hi parti minnhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-protezzjoni ta' l-ambjent li Malta hi parti minnhom huma kif ġej:", "*1948 The Convention on the International Maritime Organisation, as amended.", "*1949 Agreement for the Establishment of a General Fisheries Counsil for the Mediterranean.", "* 1951 The International Plant Protection Convention.", "* 1954 International Convention for the Prevention of Pollution of the Sea by Oil.", "* 1958 The Convention on the Continental Shelf.", "* 1958 The Convention on the Territorial Sea and the Contiguous Zone.", "* 1963 Treaty Banning Nuclear Weapon Tests in the Atmosphere, in Outer Space and Under Water.", "* 1969 International Convention on Civil Liability for Oil Pollution Damage.", "* 1971 The Treaty on the Prohibition on the Emplacement of Nuclear Weapons and Other Weapons of Mass Destruction of the Sea-Bed and the Ocean Floor and in the Subsoil Thereof.", "* 1971 International Convention on the Establishment of an International Fund for Oil Pollution Damage.", "* 1971 The Convention on Wetlands of International Importance Especially as Waterfowl Habitat.", "* 1972 The Convention on the Prohibition of the Development, Production and Stockpiling of Bacteriological (Biological) and Toxic Weapons, and their Destruction.", "* 1972 The Convention on the Prevention of Marine Pollution by Dumping of Wastes and Other Matter.", "* 1973 The Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora.", "* 1974 The International Convention on the Safety Of Life At Sea.", "* 1976 The Convention for the Protection of the Mediterranean Sea Against Pollution and the 1996 Amendments to it.", "* 1976 The Protocol For the Prevention of Pollution of the Mediterranean by Dumping from Ships and Aircraft.", "* 1976 The Protocol concerning Co-operation in Combating Pollution of the Mediterranean Sea by Oil and Other Harmful Substances.", "* 1976 The Protocol For the Protection Of the Mediterranean Sea Against Pollution From Land Based Sources.", "* 1979 The Convention on Long Range TransboundaryAir Pollution.", "* 1979 The Protocol to the Convention on Long Range Transboundary Air Pollution on Long-Term Financing of the Co-Operative Programme for Monitoring and Evaluation of the Long Range Transmission of Air Pollutants in Europe (EMEP).", "* 1982 United Nations Convention on the Law of the Sea.", "* 1985 The Vienna Convention for the Protection of the Ozone Layer.", "* 1986 The Protocol concerning Mediterranean Specially Protected Areas.", "* 1987 The Montreal Protocol on Substances that Deplete the Ozone Layer.", "* 1992 The United Nations Framework Convention on Climate Change.", "* 1994 United Nations Convention to Combat Desertification in those Countries Experiencing Serious Drought and/or Desertification, particularly in Africa.", "* 1996 Protocol Concerning Protected Areas and Biological Diversity in the Mediterranean.", "*1996 Protocol on the Prevention of Pollution of the Mediterranean Sea by Transboundary Movement of Hazardous Wastes and their Disposal.", "Hemm deċiżjoni mill-kabinett biex nirratifikaw:", "* 1979 Convention on the Conservation of Migratory Species of Wild Animals (Bonn Convention). * 1992 Convention on Biodiversity.", "ENVIRONMENT INSPECTORS", "20930.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn environment inspectors illum u f'liema qasam ta' l-ambjent huma speċjalizzati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-dipartiment għall- ħarsien ta' l-ambjent għandu 11-il spettur ta' l-ambjent.", "Dawn qegħdin imqassmin kif jidher hawn taħt:", "|sezzjoni tal-pollution | 2 | |control | | |sezzjoni tan-nature | 4 | |protection | | |sezzjoni tas-sites and | 4 | |habits | | |ministeru ta' l-intern | 1 |", "KUNSILLI LOKALI - ASSOĊAZZJONI", "20931.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fondi li l-gvern għadda lill-assoċazzjoni tal-kunsilli lokali f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Kemm minn dawn il-fondi ntnefqu fuq safar, kull sena, kemm saru safriet, għal fejn saru, ġo liema pajjiż, min siefer fuq kull safra?", "Kemm nefqet l-assoċazzjoni kull sena fuq attivitajiet li saru ġo lukandi, kemm Malta kif ukoll Għawdex kull sena u x'kien l-iskop ta' l-attivita'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-informazzjoni trid tinġabar nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "HIV", "20933.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru testijiet għal HIV din is-sena u kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta` testijiet għall-HIV li saru din is-sena u kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin huma:", "SENA TOTAL REQUEST 1991 2461 1992 3131 1993 2369 1994 3935 1995 3963 1996 3912 1997 3809 1998 4249 1999 4264", "Matul is-sena 2000 saru (s'issa) 1137 test għall-HIV.", "PULIZIJA - SERQ", "20937.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'tip ta' sorveljanza qiegħed jagħmel il-korp tal-pulizija fl-inħawi ta' Ħ'Attard u Ħal-Balzan, in vista tas-serq li sar matul dawn l- aħħar ġimgħat minn djar residenzjali f'dawn l-irħula?", "Jista' jgħid kemm saru serqiet f'dawn l-inħawi mill-1 ta' Jannar, 2000 sal- ġurnata tal-lum?", "Kemm ġew solvuti każi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-1 ta` Jannar sal-31 ta` Ottubru 2000, ġew irrapportati lill-pulizija 40 każ ta` serq mil- lokalitajiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Fl-istess perijodu ġew solvuti tliet każi.", "Ninsab informat ukoll li kemm il-pulizija tad-distrett, kif ukoll dawk tal-mobile żiedu l-patrols fl-istess inħawi.", "PULIZIJA - GĦASES - ATTARD/BALZAN", "20938.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ikun hemm uffiċjali tal-pulizija fl-għasses ta' Ħ'Attard u Ħal-Balzan matul il-ġurnata u matul il-lejl?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fl-għassa ta` Ħal Balzan ikun hemm pulizija għassa l-ġurnata kollha - 24 siegħa kuljum - filwaqt li l- għassa ta` Ħ`Attard tinfetaħ skond kif jippermettu l-esiġenzi tas-servizz.", "Barra minnhekk, ikun hemm ukoll il-pulizija tat-taqsima tal-mobile jippatroljaw dawn l-inħawi.", "NEIGHBOURHOOD WATCH", "20939.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk għadhiex tinħadem in-neighbourhood watch u fil-każ affermattiv f'liema lokalitajiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent in-neighbourhood watch qiegħda titħaddem fil-lokalitajiet ta` Ħal Tarxien, Sliema, Rabat (Tal- Virtu`), Mosta (Il-Blata l-Għolja), Mellieħa (Santa Maria Estate) u Buġibba (Lukandiera).", "Ninsab informat ukoll illi qed isiru taħditiet bejn il-pulizija u xi kunsilli lokali, fosthom dawk ta` Ħal Qormi u tal-Gżira, sabiex tiġi introdotta in-neighbourhood watch f`dawn il-lokalitajiet.", "PULIZIJA - SERQ", "20940.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid, in vista taż-żieda fis-serq din is-sena, x'qiegħed isir mill-korp tal-pulizija u/jew mill-ministeru biex titrażżan din il-mewġa ta' serq?", "ONOR TONIO BORG: Fl-ewwel għaxar xhur ta` din is-sena kienu reġistrati xi żidiet f`xi tipi ta` serqiet u nuqqas f`xi tipi oħra.", "Per eżempju, jidher li filwaqt li kien hemm żieda ta` 36.75% fil-pick-pocketing, kien hemm nuqqas ta` 46.51% f`hold-ups u 36.97% fi snatch and grab waqt li serq mill- karozzi baqa` kważi l-istess.", "Il-ġlieda tal-pulizija kontra kull tip ta` kriminalita` hija proċess kontinwu li ma jieqaf qatt.", "Il-pulizija tieħu dawk il-miżuri kollha li jidrilha li jkunu xierqa sabiex kemm jista` jkun ma jkunx hemm abbużi.", "Kif jista` japprezza l-Onor.", "Interpellant, l-istess natura tal-ħidma tal- pulizija kontra l-kriminalita` hija xi ħaġa li minnha nnfisha titlob ċertu riservatezza, sabiex jintlaħaq l-għan tagħha.", "Pero` nista naċċerta lill- Onor. Interpellant illi l-pulizija hija impenjata bis-sħiħ sabiex jinkiseb ir-riżultat mixtieq minn kulħadd.", "PULIZIJA - SERQIET", "20941.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti breakdown tal-każi kollha ta' serq li sar mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-ġurnata tal-lum, b'indikazzjoni ta' liema minn dawn il- każi ġew solvuti u kemm tressqu persuni in konnessjoni ma' dawn is-serqiet quddiem il-qrati?", "Jista' jagħti dettalji dwar l-eta' tal-persuni mressqa quddiem il-qrati fuq każi ta' serq?", "Jista' jgħid kemm minn dawn li tressqu qegħdin isegwu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga, jekk ikun il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar in-numru ta` każi ta` serq u dawk minnhom solvuti għal perijodu minn Jannar sa Settembru 2000, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19988.", "Ninsab informat li matul Ottubru 2000, ġew irrappurtati lill-pulizija 741 każ ta` serq.", "Fl-istess xhur ġew solvuti 20 serqa.", "Ninsab informat ukoll illi l-etajiet tal-persuni imressqa l-qorti fuq il- każi solvuti jvarjaw bejn it-13 u 67 sena.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat li l-pulizija ma żżommx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub."]} {"filename": "20011119_642d_par.doc", "date": "2001-11-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 642 It-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 642", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "642", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 36", "INFORMAZZJONI 36", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 36", "TQEGĦID TA' KARTI 42", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 43", "AĠĠORNAMENT 67", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 72", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 641 li saret fl-14 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President tal- Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi kkomunika lis-Sedja riżoluzzjoni dwar pożizzjoni komuni dwar id-deficits fil-kunsilli lokali li ġiet approvata unanimament mill-kumitat fl-14 ta' Novembru, 2001 u se nqiegħed kopja tar-riżoluzzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IMPJEGATI", "28794.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' l-impjegati kollha, inklużi dawk industrijali, grad bi grad u dipartiment b'dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar, 1998 u fl-1 ta' Ottubru, 2001?", "Jista' jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f'xi kategoriji ta' impjegati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.", "OPERAZZJONI TAL-CARTILAGE", "28926.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall- operazzjoni tal-cartilage għal kull professur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li l-waiting list għall-operazzjoni tal-cartilage hi kif ġej:", "|Konsulent |Arthrosco| | |py | |Mr. F. Zammit |over 300 | |Maempel | | |Mr. A. Bernard | 154 | |Mr. C. Grixti | 84 | |Mr. C. Sciberras |over 400 |", "OPERAZZJONI TAL-CRUCIATE", "28927.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall- operazzjoni tal-cruciate għal kull professur.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-waiting list għall-operazzjoni tal-cruciate hi kif ġej:", "|Konsulent |Cruciat| | |e | |Mr. F. Zammit |25 | |Maempel | | |Mr. A. Bernard |10 | |Mr. C. Grixti | | |Mr. C. Sciberras | |", "MONTE CARMELI", "28928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-isptar Monte Carmeli?", "Jista' jgħid kemm minnhom għandhom permess li f'xi jum jingħaqdu mal-familja tagħhom?", "Min jista' jibbenefika minn dan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li sat-8 ta' Novembru, 2001 kien hemm 497 pazjent ġewwa l-Isptar Monte Carmeli u 227 li kienu qegħdin bil- leave.", "Informat ukoll li numru żgħir minn dawn il-pazjenti m'għandhomx permess li f'xi jum jingħaqdu mal-familja tagħhom minħabba li minn żmien għal żmien ikunu disturbati ħafna.", "Fil-fatt 409 pazjent jibbenifikaw billi f'xi jum jingħaqdu mal-familja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xogħol ta' refurbishment fis-swali ta' l-isptar Monte Carmeli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, kulmin jaħdem fl-isptar Monte Carmeli jista' jikkonferma li qatt ma sar xogħol ta' refurbishment daqskemm sar f'dawn l-aħħar sentejn.", "Qed isir xogħol fl-MIC admission ward, li se jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena, u qed isir xogħol ieħor f'sala oħra.", "Dan huwa kollu mmirat lejn żewġ linji; li jkun hemm tqassim aħjar tal-pazjenti u aktar importanti minn hekk li l-pazjenti jiġu ntegrati kemm jista' jkun lura fis-soċjeta`.", "BUĠIBBA/QAWRA", "29573.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex inħawi sħaħ f'Buġibba u l-Qawra ma jibqgħux maħmuġa, mitluqa u żdingati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali (f'isem il- Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li f'partijiet ta' Buġibba u l- Qawra fejn l-art hija pubblika, hemm diversi gangs minn unit imwaqqaf biex isir tindif u xogħol ta' manutenzjoni bħal żebgħa ta' railings u bankijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex l-ilmenti regolari li ilhom isiru għal bosta xhur - kemm mill-komunita` kif ukoll mill-operaturi tat-turisti - dwar il-ħmieġ u l-iżdingar li jeżisti f'Buġibba u l-Qawra jingħata l-attenzjoni meħtieġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hawnhekk m'għandix id-dettalji tax-xogħol kollu li qed isir b'mod ġenerali, kemm min-nies tal-gvern kif ukoll mill-kunsilli lokali, u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda speċifika lill-Onor.", "Zammit Dimech.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jidher ċar li tul dawn l-aħħar snin proġett kapitali li sewa l-miljuni tal-liri sabiex isir upgrading f'din l- area daqshekk kbira u turistika, ġie mitluq.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ġara hekk u x'tip ta' xogħol qed isir biex dan l-proġett ma jibqax mitluq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jista' jkun li l-Onor.", "Cuschieri ma semax ir-risposta tiegħi fejn għedtlu li f'Buġibba u l-Qawra ġew imwaqqfa diversi gangs biex jagħmlu xogħol ta' tindif u manutenzjoni, bħal żebgħa ta' railings u bankijiet.", "Dan il-gvern għamel sentejn sħaħ jonfoq l-eluf tal-liri biex jirranġa xogħlijiet ħżiena li kienu saru minn gvern preċedenti - fosthom tibdil ta' metri twal ta' ħadid, qlugħ ta' siġar, twaħħil ta' siġar u bdil ta' funtana - mal-promenade kollu ta' Buġibba.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Cuschieri għandu bżonn jitgħallem ftit mir-regoli tad-diċenza u ma jinterrompix.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, jien m'iniex ngħid li dan il-proġett kien ħażin, anzi huwa tajjeb u sebbaħ lil dawn l-inħawi, pero` l-Onor.", "Interpellant irid jammetti li sar ħafna xogħol ħażin, fosthom il-famużi lampi fil-pjazza li kellhom ikunu tal-galvanised steel u ħarġilhom is-sadid.", "Safejn naf jien - hawn m'iniex qed nitkellem f'isem l-Onor.", "Zammit Dimech – il-problema prinċipali li qed jaffaċċja l-kunsill lokali ta' Buġibba hija dik li għandha x'taqsam mal-ġbir ta' l-ammont kbir ta' skart li qed jinġema' f'dawn l-inħawi u għalkemm is-sajf li għadda l-iskart kien qed jinġabar erba' darbiet kuljum f'ħinijiet differenti, xorta baqgħet din il-problema.", "Dan qed jiġri prinċipalment minħabba li mhux qed ikun hemm kooperazzjoni biżżejjed mill- pubbliku in ġenerali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fid-dawl tad-dettall li għoġbu jagħti l- Ministru fir-rigward ta' sitwazzjonijiet ta' gvern preċedenti Laburista u tal-fatt li l-business community tal-Qawra u Buġibba lmentat li l-pjazza qed titnaddaf pero` lokalitajiet oħra le – naf li l-Ministru jagħti attenzjoni għal ċerta kritika li ssir fil-ġurnali speċjalment meta din tkun indirizzata lill-kunsill lokali, f'dan il-każ ta' San Pawl il-Baħar - jista' almenu jgħidilna x'investigazzjonijiet għamel hu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena dejjem insostni li l-kunsilli lokali m'humiex responsabbli lejja imma lejn il-poplu li jeliġġihom.", "Kien hemm persuna li esprimiet il-kritika tagħha fuq il-gazzetta u l-kunsill lokali rrisponda b'mod dettaljat fl-istess gazzetta u semma żewġ punti partikolari; li l- ewwelnett m'huwiex minnu dak li kien qed jingħad u t-tieni, li meta huma ppruvaw jikkoperaw mal-business community billi jagħtuhom erba' sweepers basta tħaddimhom hi, ma sabu ebda kooperazzjoni ta' xejn u rrifjutat li tagħmel dan.", "M'huwiex kompitu tiegħi li niġġudika jekk il-kunsill lokali huwiex qed jagħmlu xogħlu sew, dan huwa kompitu tal-poplu stess li jivvutalu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: 'Il hinn mill-ittra tal-negozjant li qed isemmi l-Ministru kien hemm ukoll sensila ta' ritratti li dehru f\"The Malta Independent\" ta' ammont ta' skart li kien miġbur f'partijiet ta' Buġibba u l-Qawra.", "Ta' min jinnota li f'dawn iz-zoni hemm ċerti areas li huma ndaf filwaqt li oħrajn huma mitluqin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif diġa` għedt, il-kunsill lokali stess ammetta li l- problema kbira li kellu dan is-sajf kellha x'taqsam mal-ġbir ta' skart.", "Huma ppruvaw jeliminaw din il-problema billi żiedu l-ammont ta' collection cars u xorta waħda ma rnexxielhomx għax ma kienx hemm kooperazzjoni biżżejjed.", "Għax jekk il-pubbliku jiġi mgħarraf li l-iskart se jinġabar fit- tali ħin u hu xorta waħda jibqa' joħorġu x'ħin jidhirlu hu, l-ebda kunsill lokali qatt m'hu se jkollu l-mezzi biex fir-realta` jsolvi din il-problema.", "L-edukazzjoni trid issir b'mod ġenerali u mbagħad jiddependi mir- responsabbilta` ta' kull individwu li jikkopera.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jagħtini dettalji dwar ix- xogħol ta' tibdil li sar f'Buġibba u l-Qawra matul l-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar huwiex jiltaqa' ma' problema ta' finanzi jew ta' management biex ikun jista' jagħmel ix-xogħol li għandu jagħmel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Cuschieri jixtieq ikun jaf id-dettalji preċiżi tax-xogħol kollu li sar f'dawn l-inħawi, nitolbu jagħmel domanda bil-miktub.", "Nassigurah li l-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar m'huwiex jiltaqa` ma' problemi finanzjarji.", "Fil-fatt kien iltaqa' ma' problemi finanzjarji meta l-gvern ta' l-Onor.", "Cuschieri kien qatgħalu l-budget u kien se jiltaqa' ma' problemi finanzjarji akbar kieku l-gvern ta' l-Onor.", "Cuschieri għamel kif kien iddeċieda, jiġifieri kieku neħħa Buġibba minn ma' San Pawl il-Baħar u ta lill-kummerċjanti biex imexxuha huma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Ministru Gatt iwassal il-messaġġ lill- Ministru Zammit Dimech li fl-għelieqi faċċata tat-traffic lights li jieħdu għal ġo Buġibba hemm problema kbira għax id-drenaġġ qed ifur ġo dawn l- għelieqi u l-bdiewa ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat ma jistgħux jidħlu fihom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għalkemm il-Ministru qal li l-kunsilli lokali m'għandhomx problema ta' flus ma qalx jekk għandhomx problema ta' management.", "Peress li dan il-kunsill huwa staġnat u m'huwiex qed jindirizza l-problemi kemm tal-komun, kemm tal-bdiewa kif ukoll tal- business community, ma jaħsibx li wasal iż-żmien li almenu nikkonċentraw ftit fuq din is-sitwazzjoni?", "Għax fl-opinjoni tiegħi nkunu qed nidħqu bin- nies jekk ngħidu li kollox huwa organizzat meta nafu li jeżistu dawn id- diffikultajiet kbar u permanenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nafx kif l-Onor.", "Interpellant ħa l-impressjoni li aħna m'aħniex konxji mill-problema li teżisti.", "Jiena l-ewwel wieħed li għedt li l-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar ammetta miegħi stess li f'ċerti areas ma jlaħħaqx ma' l-iskart, jiġifieri huwa aware tal-problema li teżisti u għalkemm ipprova jbiddel il-ħinijiet tas-servizz għal kulħadd b'mod differenti, fir-realta` sab problema oħra.", "Id-diversi ħwienet u lukandi baqgħu ma kkoperawx u qed joħorġu l-boroż biż-żibel f'ħinijiet li jidhrilhom huma.", "Dan iħallilek l-art imtebba', iż-żibel jinxtered ma' kullimkien minħabba fil-qtates u allura din il-problema ma tistax tiġi solvuta jekk ma tikkonvinċix lin-nies biex jikkoperaw.", "Kellna bżonn f'dan il-pajjiż ma nitfgħux dejjem il-ħtija fuq min għandu l- obbligu jagħti s-servizz.", "Trid tqis li f'dawn l-inħawi hemm popolazzjoni kbira, hemm ħafna ħwienet u stabbilimenti li joħorġulek ammont enormi ta' skart x'ħin jaqbel lilhom mingħajr ebda rispett lejn il-komunita` u dan kollu jrendi diffikulta` kbira lil min jagħti s-servizz.", "U allura din ma tkunx biss kwestjoni ta' management imma tkun kwestjoni ta' kemm kull wieħed u kull waħda minna aħna konxji mill-obbligi tagħna lejn il-komunita` u lejn kulmin joqgħod fl-inħawi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Teżisti xi sistema biex f'każ li kunsill lokali jiltaqa' ma' problema li ma jkunx jista' jsolviha waħdu, speċjalment f'lokalitajiet kbar bħal San Pawl il-Baħar, Ta' Sliema u San Ġiljan, tingħatalu għajnuna jew assistenza diretta mill-gvern ċentrali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-unika darba fejn ġiet affaċċjata din il-problema kienet meta kellna l-istrajk tal-ġbir ta' l-iskart domestiku u allura hemmhekk f'ċerti partijiet indaħal il-gvern direttament u ta l-għajnuna lill-kunsill lokali għall-ġbir ta' l-iskart.", "Fil-każ ta' San Pawl il-Baħar ma teżistix din il-problema.", "Il-kunsill żied is-servizz tiegħu għas-sajf, anzi irduppjah jekk mhux ittriplah, pero` billi kulħadd irid jibqa` jopera bil-kumdita` tiegħu ...", "Fil-fatt lill- establishments kienu qed imorru jiġbrulhom l-iskart fit-3.00 a.m. biex żgur ma jiddisturbawlhomx iċ-ċiklu ta' meta jaħdmu, imma mbagħad m'hemmx x'tagħmel jekk ikollok commercial establishment li jibqa' jinsisti li l- ħmieġ tiegħu, inkluż l-iswill, joħorġu f'nofsinhar, bix-xemx tiżreġ u t- turisti mexjin!", "Jiġifieri l-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar ma laħħaqx mhux għax ma kellux il-mezzi.", "Jien nassigura lill-Onor.", "Interpellant li dawn għandhom mezzi finanzjarji.", "Fil-fatt huwa wieħed mill-aktar kunsilli li għandu budget qawwi u li jimmaniġġja l-accounts tajbin.", "Lesta s-sistema biex jiżgura li għandu collection at differernt times skond il-patterns normali tan-nies imma jekk imbagħad kulħadd jassumi li m'għandu l-ebda responsabbilta` ta' xejn u lejn ħadd, allura l-ebda kunsill u l-ebda gvern ma qatt jista' jkollu sistemi effiċjenti!", "Għax l-unika vera sistema mbagħad hi li jew tqabbad lill-pulizija u l-wardens biex jibdew iħarrku lin- nies direttament jew inkella trid tibda tagħlaq l-istabbilimenti.", "Imbagħad probabbilment nibdew niġu f'din il-Kamra nattakkaw lill-gvern għax għalaqna l-istabbilimenti għax xi ħadd ġie jitmellaħ u tefa' iż-żibel barra!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk jeżistux bye-laws mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar biex jinforza aktar il-liġi fil- konfront ta' l-istabbilimenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandek bżonn l-ebda bye-law għax hemm il-liġi ġenerali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Imma l-liġi ġenerali ma tirrestrinġikx f'liema ħinijiet trid toħroġ l-iskart u safejn naf jien ir-regolamenti permezz ta' bye-laws iridu jsiru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-liġi tgħid li inti għandek toħroġ l-iskart within a reasonable time of collection.", "Issa l-interpretazzjoni tal-qrati ta' reasonable time of collection hija ta' one hour within the advised times.", "Jekk il-kunsill lokali jgħid li l-collection car se tgħaddi f'nofsinhar, inti tista' toħroġ l-iskart bejn il-11:00a.m. u nofsinhar.", "Dik hija l- interpretazzjoni tal-liġi fejn waħħlu n-nies fuqha.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-liġi ġenerali li tgħidlek li l-commercial establishments suppost lanqas jinġabrilhom l-iskart.", "Jiġifieri dawn jistgħu jirrifjutaw li jiġbru l-iskart tal-commercial establishments.", "Immaġina x'tagħmel in-naħa l-oħra kieku nieħdu l-attitudni li napplikaw il- liġi!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fid-diskors li għamel f'dan il-Parlament il- Ministru għat-turiżmu ħabbar li mal-liċenzja tas-sena d-dieħla ta' l- istabbilimenti, restaurants u lukandiera jrid jiġi ppreżentat il-kuntratt li dawn iridu jifformolaw ma' kumpannija tal-ġbir ta' l-iskart minn qabel inkella ma tiġix mġedda l-liċenzja.", "F'dan il-kontest, jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isir koordinament bejn il-ministeru tal-kunsilli lokali, bejn il-ministeru għall-ambjent u l-istess ministeru għat-turiżmu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-problema f'dan il-pajjiż m'hijiex la l-liġijiet, la r-regolamenti u lanqas il-koordinament.", "Il-problema f'dan il-pajjiż huwa l-enforcement għax fil-fatt dan il-kuntratt suppost diġa` jeżisti bil- liġi.", "Il-commercial establishment huma obbligati f'parti mill-kondizzjoni li jkollu kuntrattur biex jeħodlu s-swill, jiġifieri suppost diġa` għandu kuntrattur.", "Il-problema m'hijiex li tippreżenta l-kuntratt għax dan kulħadd se jippreżentahulek mal-liċenzja, imma min se jinforzah?", "Dan ifisser li jien se mmur wara l-istabbiliment \"X\" li għandu l-kuntratt miegħi biex nara li jmur jiġbor dak l-iswill kuljum.", "Din hija d- diffikulta` prattika.", "F'dan il-pajjiż il-problema hija kif se nenforzaw fuq kulħadd.", "Pero` mbagħad jaf sew l-Onor.", "Cuschieri li malli tibda tenforza liġijiet li ilhom hemm xi 20 jew 40 sena, iqum storbju sħiħ u probabbilment nibdew ngħidu li rridu nagħmlu kampanja ta' edukazzjoni, qisna m'għamilniex kampanja ta' edukazzjoni f'dawn l-aħħar 20 sena fuq li ma narmux il-pakkett tas- sigarretti barra, fuq li ma nitfgħux il-karti fit-triq, fuq li ma noħorġux iż-żibel f'ħinijiet li m'għandniex noħorġu!", "U mbagħad wara li nispiċċaw nagħmlu l-kampanja ta' edukazzjoni ngħidu: Imma issa ilna 20 sena ma nagħmlu xejn fuqha din il-ħaġa, se nagħmlu kollox f'daqqa issa!", "Ejja nagħmlu kollox bil-mod il-mod u nagħmluhom fuq il-ħames snin li ġejjin!", "Jew irridu is-serjeta` jew ma rridux is-serjeta`!", "Din il-veru deċiżjoni li ħafna drabi n-naħa l-oħra ma tridx tieħu għax konvenjentement qiegħda fl- oppożizzjoni!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid kif wasal għal din l- aħħar parti tal-konklużjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi għandi moħħ biex naħseb u n-naħa l-oħra hija ċarissima kif timxi, ma tantx trid għerf kbir biex tasal għal din il- konklużjoni!", "SERVIZZI PUBBLIĊI - RIFORMA", "29574.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il rapport ressqet il-kummissjoni għar-riforma tas- servizz pubbliku li ħatar fis-27 ta' Mejju 1988?", "Kemm-il rakkmandazzjoni ressqet din il-kummissjoni biex is-servizz ċivili jsir aktar effiċjenti u effettiv?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-kummissjoni għar-riforma tas-servizz pubbliku ressqet rapport wieħed bit-titolu \"A new Public Service for Malta\" li ħareġ fi tliet partijiet:", "Dawn huma:-", "\"A Report on the Organisation of the Public Services\"", "\"Supplementary Papers\"", "\"Further Proposals on Administrative Structures, Grading, Staff Development, Selection and Compensation\"", "Dawn il-partijiet ħarġu f'Lulju ta' l-1989, f'Jannar ta' l-1990, u fi Frar ta' l-1990 rispettivament.", "Il-Kummissjoni ressqet numru kbir ta' rakkmandazzjonijiet fl-ewwel u fit- tielet parti tar-rapport u dawn jinsabu miġburin f'sommarju fil-parti rispettiva.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel parti tar-rapport tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta nru.", "326 nhar il-15 ta' Diċembru, 1989.", "Iż- żewġ partijiet l-oħra tqiegħdu f'seduta 369 nhar l-14 ta' Mejju, 1990.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jikkonsidra l-Prim Ministru li l-gvern jagħmel evalwazzjoni ta' xi twettaq u ma twettaqx f'dawk ir-rakkmandazzjonijiet li saru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien niftakar li kont ingħatajt pariri biex il- gvern jiddeċiedi liema rakkmandazzjonijiet kien sejjer jilqa' jew le wara l- preżentazzjoni tar-rapporti.", "Jien ridt li nkun iktar prammatiku u għedt li l-iskop tal-kummissjoni kien li jindika kif jistgħu jsiru riformi u ppreferejt li ċerti deċiżjonijiet in konnessjoni mar-rapporti jittieħdu mal- ewwel, per eżempju, li twaqqfu l-MPO u l-SDO u bdew jaħdmu, imbagħad, as we went along, bdejna nipprovaw inpoġġu fil-prattika ħafna mir- rakkmandazzjonijiet.", "Naturalment wieħed jista' jirrevedi r-rapporti u jgħid li sal-lum twettqu dawn ir-rakkmandazzjonijiet, però naħseb li l-importanza tar-rapport tal- kummissjoni kien kultura ta' riforma fis-civil service.", "M'adottajniex kollox kif ġie suġġerit u fi żmien qasir, imma bdejna nadottaw man mano li beda jgħaddi ż-żmien.", "Per eżempju, waħda mir-rakkmandazzjonijiet kienet li jkun hemm performance agreements u effettivament in-nomini ta' kapijiet ta' dipartimenti ma jsirux iktar darba u tibqa' hemm sakemm tirtira, iżda kulħadd isir b'kuntratt ta' tliet snin.", "Naħseb li ħafna mir-rakkmandazzjonijiet illum ġew attwati.", "Dan huwa eżerċizzju li jista' jagħmlu kulħadd, jiġifieri nista' nqabbad lil xi ħadd biex jiċċekkja kemm ġew attwati rakkmandazzjonijiet sal-lum.", "Però nassigura li minn dak iż-żmien sal-lum, parti kbira tar-riformi li saru u qed jitwettqu fis-civil service huma riżultat tar-rakkmandazzjonijiet li kienu saru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2000-2001 u estimi tad-dħul u nfiq għas-sena 2001-2002;", "Avviż Legali Nru 287 ta' l-2001 - Ordni ta' l-2001 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 4);", "Avviż Legali Nru 288 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 dwar il- Fond Ċentrali tal-Koperativi għar-rigward ta' Soċjetajiet Koperativi;", "Tabella li turi l-għadd ta' nies li bdew jirreġistraw għax-xogħol bejn Jannar u Ottubru 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29704;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar- Reġistru tax-Xogħol bejn Jannar u Ottubru 2001, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29709; u", "Tabella li turi l-għadd ta' postijiet allokati mid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali, skond kull lokalita', matul l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29851.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. 20/17/2001 - Bye-Laws ta' l-2001 dwar Użu ta' l-Informatika (Kunsill Lokali Gudja);", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' purtinara li jaħdmu full-time fi skejjel primarji tal-Gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29706;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 289 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Komputerizzazzjoni, Spezzjoni u Riċerki fir- Reġistru Pubbliku; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni qiegħed fuq il-Medja tal- Kamra:", "Lista ta' toroq li fuqhom sar xogħol matul l-2001, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29707.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mill-14 ta' Novembru, 2001)", "Klawsola 8 - Aġenzija operattiva.", "Clause 8 - Operating agency.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, il-Ministru Galea għaddieli draft ta' emenda għal din il-klawsola li tgħid hekk:", "Klawsola 8 għandha tiġi emendata kif ġej:", "a) minnufih fi tmiem subklawsola (1) għandhom jiżdiedu l-kliem \"Il- missjoni ta' l-Aġenzija tkun li tiżgura li dawk l-elementi tal- patrimonju kulturali fdati lilha jkunu protetti u jsiru aċċessibbli għall-pubbliku, kif provdut f'dan l-Att.\";", "b) subklawsola (4) għandha tiġi emendata kif ġej:-", "i) f'paragrafu (a), minflok il-kliem \"ta' valur kulturali,\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jifformaw parti mill-patrimonju kulturali,\";", "ii) minflok paragrafu (d) għandu jidħol dan li ġej:", "\"(d) li tikkoordina ma' l-Awtorita' dwar it-Turiżmu ta' Malta, ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ma' korpi oħra involuti, miżuri li jitqiesu meħtieġa sabiex oġġetti, siti u bini ta' patrimonju kulturali jkunu protetti u jsiru aċċessibbli permezz ta' kull konservazzjoni, restawr, esibizzjoni u promozzjoni meħtieġa;\";", "(iii) fil-paragrafu (f), minflok il-kliem \"li tassisti lill- Kunsilli Lokali\" għandhom jidħlu l-kliem \"f'koordinazzjoni mas- Sovrintendenza, li tassisti u tagħti parir, kif ikun meħtieġ, lill- Kunsilli Lokali\";", "c) subklawsola (5) paragrafu (a) għandu jiġi emendat fit-test Malti tiegħu billi minflok il-kliem \"tqegħid fis-suq\" għandhom jidħlu l- kliem \"marketing\".", "Clause 8 shall be amended as follows:-", "a) immediately at the end of subclause (1) there shall be added the words \"The mission of the Agency is to ensure that those elements of the cultural heritage entrusted to it are protected and made accessible to the public as defined in this Act.\";", "b) subclause (4) shall be amended as follows:", "i) in paragraph (a), for the words \"of cultural value,\" there shall be substituted the words \"forming part of the cultural heritage,\";", "ii) for paragraph (d) there shall be substituted the following:", "\"(d) to co-ordinate with the Malta Tourism Authority, the Planning Authority and other pertinent bodies, measures which are deemed necessary so that objects, sites and buildings forming part of the cultural heritage are protected and made accessible through any necessary conservation, restoration, exhibition and promotion;\";", "(iii) in paragraph (f) for the words \"to assist Local Councils\" there shall be substituted the words \"in co-ordination with the Superintendence, assist and advise as necessary, Local Councils\";", "c) in the Maltese text of subclause (5) paragraph (a) for the words \"tqegħid fis-suq\" there shall be substituted the word \"marketing\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fl-aħħar seduta l-ministru kien qiegħed jagħmel spjega fiex tikkonsisti din il-klawsola għaliex issa ġejna għal parti importanti ħafna, l-istruttura ta' l-aġenzija operattiva li se timmaniġġja s-siti.", "Jien għandi sensila ta' mistoqsijiet x'nagħmel, imma forsi l-ewwel irid jagħmel l-ispjega l-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, kif qal tajjeb l-Onor.", "Bartolo, apparti s- sovrintendenza, din il-klawsola tintroduċi l-ewwel istituzzjoni li hija body corporate established by law.", "Din hija xi ħaġa ġdida wkoll fis-sens li l-aġenzija operattiva se tkun korporazzjoni pubblika.", "Meta ngħidu korporazzjoni pubblika tfisser xi ħaġa tal-gvern li hija stabbilita b'liġi u li jkollha personalità ġuridika distinta mill-gvern innifsu u mill-membri li jikkomponuha.", "Allura bħala tali għandha ċerti drittijiet legali li joħorġu mil-liġi.", "Ħalli nagħti eżempju wieħed biss ta' vantaġġ li tkun public corporation; li proprjetà tal-gvern tkun tista' tgħaddiha lil public corporation mingħajr il-bżonn ta' kwalunkwe forma ta' sejħa għall-offerti peress li hija korporazzjoni pubblika.", "L-istess bħalma nagħmlu fil-każ tal- kunsilli lokali.", "Ikollha wkoll il-proċedura tagħha ta' recruitment, dejjem soġġetta għal artiklu 110 tal-Kostituzzjoni, imma bħall-korpi mwaqqfin b'liġi għandha iktar flessibilità.", "Subklawsola (3) ta' l-istess klawsola titkellem dwar rappreżentanza legali u ġudizzjarja li qiegħda f'idejn il-President ta' l-aġenzija.", "Imbagħad hemm il-funzjonijiet li dwarhom se nagħmlu xi emendi, partikolarment għal paragrafu (a) fejn hemm il-kliem \"imqiegħda fis-suq\" bħala traduzzjoni tal- kelma marketing.", "Peress li \"mqiegħda fis-suq\" tista' tfisser li nistgħu nbigħu l-proprjetà kulturali, biex żgur ħadd ma jinterpretaha hekk, se ndaħħlu l-kelma bl-Ingliż \"marketing\".", "Anke lili kienu ġibduli l- attenzjoni xi nies dwar dan u jien kont għedt lill-ministru.", "Fil-fatt se ssir din l-emenda fis-sens li kull fejn jidher il-kliem \"tqegħid fis-suq\", kemm fis-subklawsola (4) u kemm fis-subklawsola (5), għandha tidħol il- kelma \"marketing\".", "F'subklawsola (5) jingħad li l-aġenzija operattiva tista', bl-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru, u f'konsultazzjoni mas-sovrintendent, tiddelega l- funzjonijiet tagħha lil xi enti eżistenti jew lil xi enti li għad trid tiġi mwaqqfa, sew pubblika sew privata.", "Għalhekk il-ministru għandu l- intenzjoni jagħti struzzjonijiet biex ċerti poteri li jolqtu l-patrimonju kulturali f'Għawdex jiġu delegati għal aġenzija f'Għawdex.", "Però dan ma jfissirx li jkollna aġenzija oħra separata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Lil hinn mill-konsiderazzjonijiet ta' prinċipju għaliex issa, kif iddiskutejna anke fuq is-sovrintendenza, irridu nħarsu lejn il-parti operattiva ta' dak li qed niddiskutu.", "Ħalli niġi għall-punt li nixtieq nagħmel hawnhekk.", "Fl-aħħar seduta, meta bdejna nitkellmu fuq is- sovrintendenza l-ministru spjega li qed isir eżerċizzju biex jintgħażlu n- nies li jaħsbu li l-aktar li huma idonei biex imorru fil-qasam tas- sovrintendenza u dawk li għandhom il-kwalitajiet meħtieġa biex ikunu fl- aġenzija.", "Ma nafx jekk fil-briefing file tal-ministru hemmx xi informazzjoni fuq x'konsultazzjonijiet saru s'issa ma' l-impjegati u ma' l- uffiċjali involuti u mal-unions biex jispjegawlhom eżatt x'inhi l-aġenzija li se titwaqqaf.", "Għaliex jekk qed ninterpreta tajjeb dak li nisma' minn diversi individwi li huma involuti, tneħħi xi laqgħa jew tnejn, ma sarux laqgħat fejn ġie spjegat eżatt x'inhi l-aġenzija li se titwaqqaf.", "Qabel inkompli bil-mistoqsijiet tiegħi, ikun aħjar li l-Ministru Borg jgħid jekk għandux informazzjoni dwar xi laqgħat li setgħu saru.", "Jien għandi informazzjoni li s'issa saru xi żewġ laqgħat, imma ħadt l-impressjoni li hemm ħafna inċertezza, għalkemm nifhem li kull bidla ġġib ċerta anzjetà u inċertezza.", "U naħseb li hemm anzjetà li hija pożittiva għax tajjeb li ninbidlu u tajjeb li nilqgħu għal sfidi ġodda għax dak li qed nagħmlu mhux bilfors huwa l-aħjar mod kif immexxu.", "Imma meta tiġi biex twaqqaf struttura ġdida u qed tara l-funzjonijiet ġodda li se tagħmel, ma tkunx idea tajba, speċjalment meta l-ministru diġà ta l-impressjoni li għas- sovrintendenza se juża n-nies li diġà għandu, li jagħmel l-istess fil-każ ta' l-aġenzija operattiva, jew se jiġu nies minn barra s-settur pubbliku?", "THE CHAIRMAN: Il-ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, għal din il-kwestjoni li għadu kemm qajjem l-Onor.", "Bartolo, iktar tard fi klawsola 18 hemm previst kif uffiċjali pubbliċi jkunu jistgħu jiġu assenjati doveri ma' l-aġenzija.", "Jien ma naħsibx li din il-klawsola saret biex ikollna klawsola ta' valur akkademiku biss, imma biex tintuża.", "Jiġifieri żgur m'hijiex eskluża l- possibbiltà li din l-aġenzija operattiva ddaħħal nies skond il- Kostituzzjoni, jiġifieri by public call, biex jidħlu mal-korporazzjoni pubblika, però nemmen ukoll li jkunu jistgħu jiġu assenjati nies, li llum jaħdmu mal-gvern, li huma idonei biex ikunu ma' l-aġenzija operattiva.", "Anzi skond it-text tal-liġi - sakemm ma nbiddluhx - l-intenzjoni hija li jordna.", "Infatti klawsola 18 tgħid li l-Prim Ministru jista', fuq talba ta' xi entità, minn żmien għal żmien jordna li uffiċjal pubbliku jiġi mqabbad jaqdi dmirijiet ma' l-entità f'dik il-kariga u minn dik id-data li tista' tkun speċifikata fl-ordni.", "Naturalment meta jagħmel hekk qed tiggarantilu wkoll ċerti drittijiet, fosthom drittijiet ta' pensjoni u l-istatus ta' uffiċjal pubbliku.", "Meta jiġri hekk dak l-uffiċjal pubbliku jkun taħt l- awtorità amministrattiva u l-kontroll ta' l-entità.", "Imma għal kull skop ieħor għandu jibqa' jitqies u jkun trattat bħala uffiċjal pubbliku.", "Jiġifieri f'każ li dan ikun se jitkeċċa, ikun irid jgħaddi mill-proċedura tal-Public Service Commission.", "Allura veru li jista' jiġi ordnat li jmur jagħmel doveri ma' l-aġenzija operattiva, però hu jibqa' uffiċjal pubbliku sakemm ma jiddeċidix li jitlaq minn mal-gvern u jidħol ma' l-aġenzija operattiva.", "Jidhirli li dawn il-klawsoli li qegħdin fit-Taqsima IV tista' ssibhom f'diversi korporazzjonijiet pubbliċi ġodda li twaqqfu matul dawn l-aħħar snin.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Bartolo li wieħed irid jispjega lil dak li jkun x'inhuma l-funzjonijiet, għax jekk bniedem tordnalu jmur hemmhekk kontra qalbu, xorta ma tkun solvejt xejn.", "Però naħseb li d-drittijiet tiegħu huma protetti b'mod sodisfaċenti fit-Taqsima IV.", "Żgur m'hijiex l-intenzjoni tal- gvern li uffiċjal pubbliku, li jkun idoneu għall-aġenzija operattiva, ma jiġix ordnat imur hemmhekk sempliċement għall-gost u l-pjaċir li jidħol xi ħadd minn barra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Forsi nista' nżid iktar fuq il-lat prattiku.", "Jien tkellimt ma' l-esperti tal-ministru u nformawni li s'issa nżammu laqgħa jew tnejn, kif qal l-Onor.", "Bartolo, fejn ġiet spjegata lill-ħaddiema l-liġi kif drafted.", "Nista' nimmaġina li liġi ma tantx tiġi spjegata bl-iktar mod ta' komunikazzjoni faċli li jifhem kulħadd.", "Però l-intenzjoni kienet li wara dik l-ispjega l-ministeru jistenna li l-liġi tiġi kristallizzata biex ikunu ċerti kif se tkun finalment għax ħafna drabi, jekk tibda titkellem kmieni wisq, forsi tibda tgħolli xi aspettattivi dwar kif se taħdem, imbagħad jekk tbiddel xi ħaġa meta l-liġi tiġi fil-parlament jibdew jistaqsuk għalfejn biddiltha.", "Allura l-intenzjoni kienet li ladarba tiġi kristallizzata l- liġi f'dan l-istadju, minn hemm 'il quddiem jibdew numru ta' laqgħat żgħar biex jiġi spjegat is-set-up futur, u se jkun hemm perjodu komdu ta' tranżizzjoni fejn il-ħaddiema jkunu jistgħu jistaqsu domandi u jaraw jekk jaqblilhomx jispostjaw ruħhom.", "Dawn se jkollhom żmien diċenti biex jieħdu deċiżjon li trid tkun deċiżjoni informata, kif qal l-Onor.", "Bartolo.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma rridx ninftiehem li qed inqajjem dawn il-punti sempliċement b'mod akkademiku.", "Ħalli nispjega għaliex.", "Mill-mod kif ippreżenta dan l-abbozz ta' liġi l-gvern u kemm mid-diskussjoni li kellna s'issa f'din il-Kamra - u jidhirli li hija diskussjoni li qed tħalli l- frott għax il-liġi qed tiġi enriched mhux ħażin - jidher li se naqilbu paġna ġdida dwar il-mod kif se nħarsu l-wirt storiku u kulturali tagħna.", "Jien qed nifhem li meta niġu biex naqilbu paġna ġdida, jekk jista' jkun irridu nitbiegħdu mill-vizzju li għandna f'Malta li paġna ġdida tfisser li \"Ġamri\" tibda ssejjaħlu \"Jimmy\".", "Fil-każ ta' din il-liġi jien fhimt li issa d-dipartiment tal-mużewijiet se jiġi xolt.", "Jiġifieri mhix kwestjoni li qed inżommu d-dipartiment tal- mużewijiet u mbagħad nagħtuhom iċ-ċans li min irid imur ma' l-aġenzija u min irid jibqa' mad-dipartiment tal-mużewijiet.", "Jien qed nifhem li d- dipartiment tal-mużewijiet se jiġi xolt.", "Għat-tieni mistoqsija li għandi ma nippretendix li jirrisponduni la l-Onor.", "Gatt u lanqas l-Onor.", "Borg għaliex il-ministru Galea jista' jgħidli, imma nifhem ir-raġuni għaliex mhux qiegħed hawn.", "Tajjeb li mar jiċċelebra l- gradwazzjoni tat-tifla tiegħu.", "Hekk jonqos issa, li nċaħħduhom f'dawn il- mumenti!", "Mhux biżżejjed inċaħħduhom lit-tfal tagħna!", "Allura żgur li mhux qed ngħid dan b'xi kritika għall-fatt li l-ministru Galea m'huwiex hawn.", "Il-punt li nixtieq nagħmel huwa li issa qed ngħidu li se naqilbu paġna ġdida, allura meta jiġu biex jintgħażlu n-nies għal ma' l-aġenzija xi kriterji se jintużaw?", "Safejn naf jien, diġà saru xi laqgħat - li mill- informazzjoni li għandi jien ma kenux ma' l-impjegati nfushom jew ma' l- uffiċjali nvoluti - fejn diġà qed tinġabar lista ta' min se jintgħażel biex imur ma' l-aġenzija.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hi: Xi kriterju qed jintuża?", "U qed ngħid dan għax biex naqilbu paġna ġdida hemm bżonn li jittieħdu ċerti passi u li l-għażla ssir bil-għaqal.", "L-ewwelnett sinċerament nawgura li kemm jista' jkun l-għażla ma ssirx fuq il-bażi tan-networks personali ta' min hu ħabib ma' min hu ħabib.", "Dik il- problema kienet teżisti u għadha teżisti.", "Issa li se jsir il-pass il-ġdid, naħseb li ma jagħmilx ġid li ċerti nies mid-dipartiment tal-mużewijiet imorru fl-aġenzija.", "Se nitkellem ċar mingħajr ma nsemmi individwi għax hemm każ li għadu sub judice.", "Imma kien hemm nies u għad hemm nies li fuqhom hemm - ħalli nuża kelma prudenti - suspett li fix-xogħol ta' management li jagħmlu fil-mużewijiet, il-flus li suppost imorru fil-fondi pubbliċi jispiċċaw imorru fil-but privat.", "Fis-snin li għaddew, meta saru raids għall-għarrieda biex wieħed jiċċekkja d-dħul fil-mużewijiet - għax il-privatizzazzjoni fuq livell politiku u nazzjonali ndumu biex nagħmluha, imma fil-ħajja ta' kuljum hemm kampanja qawwija mhux ħażin ta' privatizzazzjoni għax il-boundaries bejn il-privat u l-pubbliku f'dawn l-affarijiet ma jeżistux - in-nies tad-dipartiment li qegħdin hawnhekk jistgħu jikkonfermaw kif, per eżempju, minn Ottubru ta' l- 1996 għal Ottubru, 1997, il-qabża tad-dħul kienet minn Lm70,000 għal Lm113,000, qabża ta' 60%.", "Dan ma jfissirx li daħħlu 60% iktar, imma jfisser li l-flus marru fejn kellhom imorru.", "Mr Chairman, il-punt li rrid nagħmel huwa li jekk aħna flok dipartiment se nagħmlu aġenzija u se nibqgħu bil-vizzji ta' qabel inutli niġu hawn ġew inbiddlu l-liġijiet u nbiddlu l-ismijiet għax se jkollna l-istess problema.", "Qed ngħid hekk għax, jekk jien informat tajjeb, dawn in-nies - li nerġa' ngħid ma rridx niġġudikahom jien għax huma sub judice - ma tantx jidhru li huma inkwetati li se ssir xi bidla fejn huma se jispiċċaw mix-xogħol li qed jagħmlu.", "Ħalli nagħmilha ċara li ma nippretendix li din se tkun fil-liġi.", "Ma nistgħux nagħmlu klawsola biex ngħidu li l-ħallelin ma jintgħażlux biex imorru fl-aġenzija.", "Imma ejja noqogħdu attenti li l-ewwelnett l-għażla tkun kemm jista' jkun ċara u skond kriterji trasparenti għaliex jekk isiru l-listi tal-ħbieb it-taqliba li se nagħmlu mhux se sservi għall-ġid jew ma sservi għal xejn.", "Jien ma nafx jekk f'laqgħa minnhom, fejn kienu preżenti l-impjegati u spjegawlhom kif se taħdem l-aġenzija, sarx xi diskors mill-Ministru Galea li min imur ma' l-aġenzija mhux se jkollu ċans imur lura fl-impjieg mal- gvern.", "Imbagħad ikollhom jirriżenjaw mill-impjieg pubbliku.", "Qed nistaqsi dan għaliex meta tkellimna fuq is-sovrintendenza l-Ministru Galea ta l- impressjoni li se jkun hemm iċ-ċans li jmorru lura, imma dak forsi kien fil- każ tas-sovrintendenza u fil-każ tas-sovrintendent.", "F'dak il-każ jien nifhem li jrid ikollu dik l-option available.", "Ma nafx l-Onor.", "Borg għandux l-informazzjoni jekk min imur ma' l-aġenzija hux se jkun jista' jmur lura mal-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, ħalli nagħmlu distinzjoni.", "Se jkun hemm nies li se jidħlu bħala impjegati tal-korporazzjoni pubblika minn barra, skond il-proċedura stabbilita fil-Kostituzzjoni ta' call for applications.", "Ħadd m'għandu jaħseb li l-korporazzjonijiet pubbliċi jistgħu jaqbdu lil xi ħadd mit-triq u jgħidulu li minn għada se jkun is-sovrintendent.", "Veru li mhux se jiġu impjegati through the PSC, imma xorta waħda l-Kostituzzjoni tgħid li jekk f'xi korp pubbliku - anke jekk ma jkunx dipartiment tal- gvern, għax dan m'huwiex dipartiment tal-gvern - jagħżel li jimpjega n-nies irid jew ikun hemm eżami pubbliku jew inkella mil-labour office.", "Dawk huma ż-żewġ sorsi ta' impjieg mal-gvern.", "Naturalment min jiġi impjegat b'dan il- mod jista' jaħdem ma' l-aġenzija biss, jiġifieri ma jistax jippretendi li mbagħad imur mal-gvern għax dak ikun ġie impjegat ma' l-aġenzija jew mas- sovrintendenza.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Bartolo qed jistaqsini dwar dawk l-uffiċjali pubbliċi li jiġu ordnati mill-prim ministru, kif hemm stabbilit fi klawsola 18, biex imorru jaħdmu ma' l-aġenzija.", "Klawsola 18 tirrispondi din id- domanda, jiġifieri li veru li meta jiġu hekk ordnati dawn amministrattivament jaqgħu taħt il-kontroll ta' l-aġenzija jew tal- korporazzjoni pubblika, iżda xorta jibqa' uffiċjal pubbliku.", "Però jekk is- substantive salary tiegħu mal-korporazzjoni pubblika tkun ogħla mis-salarju li għandu mal-gvern, dan jista' jippreferi li jinża l-protective cover li għandhom l-uffiċjali pubbliċi bil-Kostituzzjoni, u jidħol mal-korporazzjoni pubblika.", "Imma sakemm ma jagħmilx hekk jibqa' uffiċjal pubbliku.", "Veru li mbagħad hemm subklawsola (4) ta' klawsola 18 li tgħid:", "\"Without prejudice to the generality of the foregoing, a public officer detailed for duty as aforesaid -", "(a) shall not during the time while such officer is so detailed -", "(i) be precluded from applying for a transfer to a department of the Government in accordance with the terms and conditions of service attached to the appointment under the Government held by that public officer at a date on which he was detailed for duty;\"", "Allura, minkejja li qiegħed ma' l-aġenzija operattiva, uffiċjal pubbliku jista' japplika għal transfer ma' dipartiment tal-gvern, u meta jkun impjegat ma' dik l-aġenzija ma jistax ikollu rimunerazzjoni inqas favorevoli minn dik li għandu mal-gvern.", "S'issa l-esperjenza wrietna li kull min telaq minn dipartiment tal-gvern u mar ma' korporazzjoni pubblika jew baqa' fejn kien jew mar aħjar.", "Ma naf lil ħadd li telaq minn ma' dipartiment tal-gvern u ħa salarju agħar minn dak li kellu.", "Imbagħad f'paragrafu (b) insibu fid-dettall il-garanziji tal-pensjoni li għandhom l- impjegati tal-gvern.", "Jiġifieri t-tweġiba għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Bartolo hija iva.", "THE CHAIRMAN: Ma nafx jekk dan li qed jgħid il-ministru japplikax għat- tielet kategorija.", "Għandna l-kategorija ta' dawk li jiġu reklutati minn barra wara li tkun saret call for applications, jiġifieri dawn ma jkunux f'impjieg pubbliku.", "Imbagħad hemm l-impjegati li l-prim ministru jista' jordnalhom biex imorru f'dak l-impjieg, u hemm it-tielet kategorija, dawk li diġà qegħdin mad-dipartiment tal-mużewijiet u se jingħataw iċ-ċans li jmorru ma' l-aġenzija.", "Jien qed nifhem li malli jmorru ma' l-aġenzija jsiru impjegati tagħha u ma jistgħu jerġgħu jmorru lura f'dipartiment governattiv.", "Fil-laqgħa li saret għall-impjegati fis-sajf li għadda spjegawlhom li min qiegħed mad-dipartiment tal-mużewijiet u jintgħażel biex imur ma' l-aġenzija, imbagħad ma jistax jitlob li jmur jaħdem f'xi dipartiment tal-gvern ieħor.", "Jien fhimt li qalulhom li se jsiru impjegati ta' l-aġenzija u daqshekk.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament jien ma nafx x'intqal fil-laqgħa, però ħalli nġib analoġija mill-awtorità tat-turiżmu.", "Aħna qgħadna attenti li d- drafting ta' dawn l-awtoritajiet kollha jkun kollu l-istess ħalli ma jkollniex problemi ta' interpretazzjoni.", "Allura se nġib l-analoġija ta' x'ġara fl-awtorità dwar il-komunikazzjoni, fl-awtorità tar-riżorsi, fl- awtorità tat-turiżmu u l-oħrajn.", "L-enti l-ġdida ħarġet talbiet għal impjiegi magħha.", "Dawn mhux dejjem ħarġithom għan-nies minn barra, imma ġieli ħarġithom għall-ex-impjegati tad-dipartiment biss.", "Il-liġi ma teskludix li dik l-enti, per eżempju, tgħid li għandha bżonn erba' museum managers u minflok toħroġ call for applications minn barra toħroġ sejħa għall-ħaddiema tad-dipartiment tal-mużew biss, bħala kariga fl-enti.", "U min japplika għaliha jkun irid jirriżenja minn mal-gvern u jidħol ma' l-enti.", "F'dak il-każ dak li jkun ma jkunx jista' jirriverti.", "Imbagħad hemm il-każ l-ieħor fejn l-enti tista' tiddeċiedi li fil-grad ta' museum attendant - ma nafx jeżistix - m'hemmx bżonn tagħmel call for applications minn barra, u allura titlob lill-prim ministru biex jordna li l-museum attendants li hemm imorru jagħmlu xogħol ma' l-enti partikolari.", "F'dan il-każ ta' secondment dik il-persuna li hija museum attendant ma tistax tmur lura bħala museum attendant għax dak il-post ikun ġie abolished, però żżomm id-dritt li tista' tmur f'dipartiment ieħor tal-gvern.", "Jiġifieri ma jistax ikollok the best of both worlds; li impjegat fid-dipartiment tal-mużewijiet, li l-post tiegħu se jiġi abolished, imur bħala impjegat f'post li l-enti qed tikkrea għax jidhrilha li timxi aħjar jekk dak il-post jimtela minn persuna impjegata direttament magħha, u fl-istess ħin dak l-impjegat iżomm ukoll il- post tal-gvern.", "Dak ma jistax ikun.", "Din iltqajna magħha f'diversi awtoritajiet u biex proprju tevita - kif qal l-Onor.", "Bartolo u li jien naqbel miegħu - li jsiru l-listi, l-unika soluzzjoni kważi kważi hija li tgħid li kulħadd jiġi miegħi.", "Imbagħad dak jikkrea problema kuntrarja għal dak li qal l-Onor.", "Bartolo, allura you have to fall between both stools.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan bħall-ġudizzju tal-bniedem li tispera li jkun ġudizzju format u onest.", "Naħseb li ma nistgħux nagħmlu iktar minn hekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Subklawsola (4) ta' klawsola 8 telenka l- funzjonijiet ta' l-aġenzija u l-ewwel waħda tgħid li l-aġenzija tgħid li tiżgura li mużewijiet, kollezzjonijiet, siti, bini u proprjetà jiġu ppreżentati għall-esebizzjoni bl-aħjar mod possibbli.", "Meta ddiskutejna t- tifsir ħassejna li, anke bħala punt ta' prinċipju, għandna ndaħħlu l-kliem \"skond politika ta' inklużjoni soċjali\".", "Ma nafx jekk hemmx il-bżonn li nirrepetuha f'din il-klawsola wara l-kliem \"bl-aħjar mod possibbli\" biex tiġi tinqara \"bl-aħjar mod possibbli u skond politika ta' inklużjoni soċjali\".", "Peress li fit-tifsir għamilnieha bħala punt ta' prinċipju forsi nħossu li m'hemmx għalfejn indaħħluha għax tkun suferfluwa hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt hawnhekk tkun superfluwa kemm għax daħlet fid-definizzjonijiet, u iktar minn hekk billi għandna l-liġi dwar il- persuni b'diżabilità li tikkmanda fuq kull liġi oħra mbagħad.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Id-darba l-oħra konna qed niddiskutu li b'inklużjoni soċjali m'aħniex qed nifhmu biss aċċess għal nies b'diżabilità, imma anke aċċess għal persuni li s-soltu huma esklużi milli jħossu li għandhom għalfejn imorru l-mużewijiet.", "Jiġifieri biex indaħħlu l- obbligu ta' l-outreach soċjali ħalli nilħqu lill-akbar numru possibbli ta' nies.", "Skond paragrafu (d) ta' subklawsola 8(4), li ġie emendat, waħda mill- funzjonijiet ta' l-aġenzija se tkun \"li tikkoordina ma' l-Awtorità dwar it- Turiżmu ta' Malta, ma' l-Awtorità ta' l-Ippjanar u ma' korpi oħra involuti ...\".", "Fl-emenda qed nużaw il-kliem \"u ma' korpi oħra involuti\" bħala blanket clause?", "Nerġa' nagħmel il-punt li għamilt id-darba l-oħra.", "Il-kunsilli lokali, li huma protagonista importanti ħafna f'dan il-qasam, qed jissemmew b'isimhom, allura l-kumitat ta' rijabilitazzjoni tal-Belt, il-kumitat ta' rijabilitazzjoni tal-Kottonera, il-kumitat ta' rijabilitazzjoni ta' l- Imdina qegħdin naqbduhom permezz ta' din il-frażi \"u ma' korpi oħra involuti\"?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Indubjament, inkunu qed naqbdu kull korp, hu x'inhu, pubbliku jew privat.", "Irrid ngħid ukoll li l-ewwelnett aħna għandna stil Ingliż fid-drafting, allura inqas ma ssemmi iktar aħjar, għalkemm dan l- aħħar snin qisna qed nitilfuh dan l-istil.", "It-tieni nett, meta ssemmi lil xi ħadd speċifikament, normalment issemmi biss istituzzjonijiet li huma mwaqqfin b'liġi.", "Prattikament id-distinzjoni hija li dak li huwa mwaqqaf b'liġi huwa aktar permanenti minn dak li huwa mwaqqaf amministrattivament.", "L-Ingliżi jieħdu din il-linja fid-drafting, allura fil-liġi kemm jista' jkun dejjem insemmu xi ħaġa li hija mwaqqfa b'liġi u mhux xi ħaġa li hija mwaqqfa amministrattivament.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nifhem l-ispjega tal-ministru u dak li qed jgħid hu jagħmel sens.", "Però proprju minħabba f'hekk u anke minħabba li meta konna qed niddiskutu klawsola 2 u klawsola 4 għedna - u naħseb li kellu raġun il-Ministru Galea - li kull meta nsemmu dikjarazzjoni ta' prinċipju tajjeb li naħsbu liema hi fil-liġi dik l-istruttura li se tieħu ħsieb li dak il-prinċipju jittwettaq.", "Fid-diskussjonijiet li kellna dwar klawsola 4 konna qbilna li fit-tfassil ta' politika kontra t-tniġġis ambjentali - waħda mir-raġunijiet għaliex il- wirt storiku huwa mhedded - għandu jittieħed in konsiderazzjoni l-wirt storiku u kulturali.", "Jien aktar kont inħossn feliċi li kieku ma jissemmewx l-awtorità dwar it-turiżmu u l-awtorità ta' l-ippjanar għax, kif staqsejt fil-bidu, għaliex se jissemmew dawk it-tnejn?", "U jekk se jissemmew dawk it- tnejn u jien naċċetta l-ispjega tal-Ministru Gatt, huwa l-każ li nsemmu l- awtorità dwar l-ambjent?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tendenza li għandi fid-drafting li nagħmel jien hija proprju kif qiegħed jgħid l-Onor.", "Bartolo.", "Però malli tibda ssemmi l- awtoritajiet b'isimhom awtomatikament tqum il-problema għaliex ma semmejtx lil kulħadd.", "Jien napprezza ħafna dak li qed jgħid l-Onor.", "Bartolo.", "Fil- fatt ħafna drabi li jiġri huwa li l-ewwel issemmi l-ġeneralità u mbagħad, kif nagħmlu fid-drafting Ingliż, ngħidu \"coordinates with any constituted body and, without prejudice to the generality of the above, with\" u ssemmihom hemmhekk bħala eċċezzjonijiet tar-regola ġenerali.", "Diffikultà oħra li tqum hija li jekk ħames snin oħra jew sitt snin oħra nagħmlu awtorità oħra, kif għandna t-tendenza li nagħmlu, se noqogħdu nemendaw din il-liġi biex nagħmlu proprju dan?", "Għalhekk il-metodu ta' ftit kliem tad-drafting Ingliż huwa ħafna aħjar, għax jekk inti tgħid \"with any constituted body which may have an interest in such restoration\" ultimament tkun qed tħalliha fid-diskrezzjoni ta' min qed jamministra l-liġi.", "Allura ħafna drabi l-ġeneralità hija ħafna aħjar milli meta tkun speċifiku.", "Iżda rrid ngħid li bl-emenda li qed tiġi suġġerita l-awtorità dwar l- ambjent hija legalment koperta.", "Hija iktar kwestjoni ta' stil milli ħaġa oħra.", "Forsi jkun aħjar jekk fuq dan il-punt biss nikkonsultaw lill- Ministru Galea.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għandi punt ieħor li ma naħsibx li jkun hemm problemi dwaru għax l-Onor.", "Galea kien qed jaċċettah bħala awtomatiku.", "Fejn hemm elenkati l-funzjonijiet li trid tagħmel din l-aġenzija, fejn jingħad f'paragrafu (d) \"sabiex oġġetti, siti u bini ta' valur kulturali jiġu l-aħjar konservati, restawrati, esibiti u ppreżentati\", dehrilna - u m'aħniex qed nilagħbu bil-kliem - li għandna ndaħħlu l-kelma \"manutenzjoni għax hemm bżonn li ndaħħlu l-kultura tal-manutenzjoni f'pajjiżna u mhux inħallu l-affarijiet jitgħarrqu biex imbagħad nirrestawrawhom jew nikkonservawhom.", "Ridna ndaħħlu l-prinċipju ta' preventive u continuous maintenance.", "Fl-emenda proposta mill-ministru jingħad \"sabiex oġġetti, siti u bini ta' patrimonju kulturali jkunu protetti u jsiru aċċessibbli permezz ta' kull konservazzjoni, restawr, esibizzjoni u promozzjoni meħtieġa.\"", "Jien qed nissuġġerixxi li għandha tidħol il-kelma \"manutenzjoni\" wara l-kelma \"konservazzjoni.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed naqblu li għandha tidħol din l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nikkummenta fuq paragrafu (f) li jgħid: \"li tassisti lill-kunsilli lokali fit-twettiq ta' dmirhom li jippreservaw il-patrimonju kulturali fil-lokalità tagħhom.\"", "Mhux l-ewwel darba li hawn ġew qajjimna issues li għandhom x'jaqsmu mal-kunsilli lokali.", "Jien naħseb li l-entużjażmu eċċessiv tagħhom kultant iwassal għal problemi u ħsara aktar milli ġid.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi meta l-Kunsill Lokali tal- Belt ħa d-deċiżjoni li jagħti ż-żejt il-monument ta' l-Assedju quddiem il- qorti, li mbagħad kellu jsir xogħol fuqu biex jirrijabilitawh.", "Naħseb li huwa importanti ħafna li ninkoraġġixxu lill-kunsilli lokali biex fit- twettiq tad-dmir li jippriservaw il-patrimonju kulturali fil-lokalità tagħhom ikun hemm politika sħiħa ta' koordinazzjoni bejn din l-aġenzija u l- kunsilli lokali biex il-kuntatt ikun kontinwu u sħiħ.", "Din mhix xi ħaġa li wieħed isemmiha fil-liġi, imma x'se tkun l-istruttura li tiżgura li jkun hemm din il-koordinazzjoni bejn l-aġenzija operattiva u l-kunsilli lokali?", "Il-kunsilli lokali jistgħu jagħmlu ħafna ġid imma jistgħu jagħmlu ħsara wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien naqbel perfettament ma' dak li qal l-Onor.", "Bartolo.", "Fil-fatt jien, qua ministru responsabbli għal dan il-qasam, dejjem insistejt li huwa tajjeb li l-kunsilli lokali jiffinanzjaw restawr u manutenzjoni, imma biex jagħmlu hekk iridu jqabbdu lil min hu kompetenti biex jiddeċiedi x'għandu jsir u ma jsirx.", "Fil-fatt kelli battibekki ma' xi kunsilli lokali, speċjalment fuq ir-restawr ta' numru ta' mini li għandna madwar Malta li xi kunsilli lokali pretendew li jirrestawrawhom huma, imma aħna żammejniehom milli jagħmluh.", "Però jien xtaqt inqajjem domanda li tidħol iktar fil-qalb ta' din il- klawsola, għax hawnhekk qed jingħad: \"li tassisti lill-kunsilli lokali fit- twettiq ta' dmirhom li jippreservaw il-patrimonju kulturali fil-lokalità tagħhom.\"", "Ċertament il-kunsilli lokali għandhom dmir morali li jagħmluh, però m'għandhomx dmir legali.", "Allura l-kelma \"dmir\" f'dan il-kuntest hija wżata ħażin.", "Fil-fatt it-test Ingliż jgħid \"to assist Local Councils in the performance of their duty to preserve the cultural heritage in their locality\", jiġifieri it is not a legal duty għaliex l-Att dwar il-kunsilli lokali ma jagħtihomx dan il-poter.", "U naħseb ikun żball li f'din il-liġi ngħidu li huwa duty, għax jekk ngħidu li huwa duty hawn Malta jiġi interpretat bħala dritt.", "U l-aħħar ħaġa li għandna bżonn f'dan il-qasam huwa li l-kunsilli lokali jibdew jgħidu li tajniehom id-dritt li jippreservaw, allura jippretendu li jibdew jagħmlu l-preservazzjoni huma flok is-sovrintendenza.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn indaħħlu emenda.", "Jekk irridu li jiġi highlighted ir-rwol tal-kunsilli lokali, iktar għandna ngħidu li għandu jkun hemm konsultazzjoni mal-kunsilli lokali meta s-sovrintendenza tkun se tieħu xi inizjattiva f'xi lokal partikolari.", "Għax kif qiegħed issa paragrafu (f) wieħed jieħu l-impressjoni li hawnhekk qed nagħtu obbligu ġdid u dritt ġdid lill-kunsilli lokali.", "U naħseb li dan huwa perikoluż f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru Gatt qed jagħmel punt tajjeb ħafna, speċjalment minħabba l-mod kif inhu miktub dan il-paragrafu għax hawnhekk qed ngħidu li l-kunsilli lokali jieħdu l-inizjattiva huma u l-aġenzija tassistihom, jiġifieri r-role ta' l-aġenzija se jkun sekondarju.", "Jien naħseb li din għandha tiġi rephrased.", "Aktar kmieni, anke fi klawsola 2, konna diġà għamilna l-punt li l-kunsilli lokali qed jingħataw wisq importanza.", "Nerġa' ngħid li naqbel ma' dan l-ispirtu, li l-kunsilli lokali għandhom importanza biex il-wirt storiku ma jibqaqx biss dak li hemm f'ċerti erba' postijiet prominenti imma anke fl-irħula u l-ibliet fejn ngħixu.", "Imma l-fatt li kull darba qegħdin insemmu l-kunsilli lokali għalija jfisser li qed nagħtuhom ċentralità li mbagħad torbot anke ma' dak li qed jgħid il-Ministru Gatt.", "Jekk tara l-liġi dwar il-kunsilli lokali, il-bye-laws u l-istatuti tagħhom issib li m'għandhomx dawk id-dmirijiet.", "Jiġifieri forsi huwa l-każ li l- paragrafu (f) jiġi rephrased peress li faċilment jista' jiftiehem li minn issa 'l quddiem il-kunsilli lokali għandhom id-dmir li jwettqu l- preservazzjoni tal-patrimonju kulturali u kulma għandha tagħmel is- sovrintendenza hu li tassistihom.", "Jien naħseb li mhux miktub tajjeb.", "Qgħadna attenti ħafna meta tkellimna dwar is-sovrintendenza u għedna li x- xogħol irid isir b'warrants u b'liċenzja biex niżguraw li x-xogħol ikun ta' kwalità tajba, imma hawnhekk naħseb li qed inħallu baħar li jista' jkun perikoluż.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nissuġġerixxi li nemendawha b'dan il-mod: \"li s-Sovrintendenza tikkonsulta mal-kunsilli lokali fl-ippreservar tal- patrimonju kulturali fil-lokalità tagħhom.\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ministru, niġbidlek l-attenzjoni li issa rridu nimxu mad-draft ta' l-emenda li qrajt aktar kmieni u mhux mat-text ta' l- abbozz ta' liġi.", "L-emenda issa qiegħda: \"f'koordinazzjoni mas- Sovrintendenza, li tassisti u tagħti parir, kif ikun meħtieġ, lill-Kunsilli Lokali\".", "Naħseb li min għamel din l-emenda induna li konna qed nagħtu baħar miftuħ ħafna.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien kont se nirtira l-emenda kif preżentata, u allura nerġa' niġi għal paragrafu (f) kif qiegħed fl-abbozz, inħassar paragrafu (f) u minfloku jidħol: \"li jikkonsulta mal-kunsill lokali fl- ippreservar ta' patrimonju kulturali fil-lokalità tagħhom.\"", "Irid jinkiteb mill-ġdid.", "Allura l-funzjoni ta' l-aġenzija tkun il-konsultazzjoni mal- kunsill lokali.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Però fl-emenda kif preżentata mill-ministeru hemm il-kliem \"f'koordinazzjoni mas-Sovrintendenza.\"", "Naħseb li dak huwa importanti ħafna.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Allura nissuġġerixxi li nagħmluha \"f'koordinazzjoni mas-Sovrintendenza, li tikkonsulta mal-kunsill lokali fl-ippreservar tal- patrimonju kulturali fil-lokalità tagħhom.\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri inti qed tħalli li l-inizjattiva tkun ta' l-aġenzija u tikkonsulta mal-kunsill lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tikkoordina mas-Sovrintendenza u tikkonsulta mal- kunsill lokali.", "Ħalli nagħmel id-drafting tagħha issa.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Klawsola 8 għandha tiġi emendata kif ġej:", "d) minnufih fi tmiem subklawsola (1) għandhom jiżdiedu l-kliem \"Il- missjoni ta' l-Aġenzija tkun li tiżgura li dawk l-elementi tal- patrimonju kulturali fdati lilha jkunu protetti u jsiru aċċessibbli għall-pubbliku, kif provdut f'dan l-Att.\";", "e) subklawsola (4) għandha tiġi emendata kif ġej:-", "iii) f'paragrafu (a), minflok il-kliem \"ta' valur kulturali,\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jifformaw parti mill-patrimonju kulturali,\";", "iv) minflok paragrafu (d) għandu jidħol dan li ġej:", "\"(d) li tikkoordina ma' l-Awtorita' dwar it-Turiżmu ta' Malta, ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ma' korpi oħra involuti, miżuri li jitqiesu meħtieġa sabiex oġġetti, siti u bini ta' patrimonju kulturali jkunu protetti u jsiru aċċessibbli permezz ta' kull konservazzjoni, manutenzjoni, restawr, esibizzjoni u promozzjoni meħtieġa;\"; u", "f) subklawsola (5) paragrafu (a) għandu jiġi emendat fit-test Malti tiegħu billi minflok il-kliem \"tqegħid fis-suq\" għandhom jidħlu l- kliem \"marketing\".", "\"D\" Clause 8 shall be amended as follows:-", "d) immediately at the end of subclause (1) there shall be added the words \"The mission of the Agency is to ensure that those elements of the cultural heritage entrusted to it are protected and made accessible to the public as defined in this Act.\";", "e) subclause (4) shall be amended as follows:", "iii) in paragraph (a), for the words \"of cultural value,\" there shall be substituted the words \"forming part of the cultural heritage,\";", "iv) for paragraph (d) there shall be substituted the following:", "\"(d) to co-ordinate with the Malta Tourism Authority, the Planning Authority and other pertinent bodies, measures which are deemed necessary so that objects, sites and buildings forming part of the cultural heritage are protected and made accessible through any necessary conservation, maintenance, restoration, exhibition and promotion;\"; and", "f) in the Maltese text of subclause (5) paragraph (a) for the words \"tqegħid fis-suq\" there shall be substituted the word \"marketing\".", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nistgħu ngħaddu għal subklawsola (5) għax wieħed jifhem paragrafu (g) li jgħid: \"li twettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista' minn żmien għal żmien jassenjalha\".", "Però issa jeħtieġ li niċċaraw subklawsola (5) li tgħid:", "\"Bil-għan li jiġu żgurati l-aħjar konservazzjoni, restawr, tmexxija, amministrazzjoni, tqegħid fis-suq - li issa se tiġi \"marketing\"- esibizzjoni, preżentazzjoni - f'din il-lista naħseb li nistgħu ndaħħlu l-kelma \"manutenzjoni\" - jew studju ta' xi qasam partikolari tal- patrimonju kulturali, l-Aġenzija tista', bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru, u f'konsultazzjoni mas-Sovrintendent, jew tiddelega l- funzjonijiet tagħha lil xi enti eżistenti jew lil xi enti li għad trid tiġi mwaqqfa, sew pubblika u sew privata, jew lil xi soċjetà msieħba magħha, kif ikun meħtieġ, u f'kull każ taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti mis-Sovrintendent u approvati u ppubblikati mill-Ministru fil-Gazzetta.\"", "Jien qed insib diffikultà bil-kliem \"l-Aġenzija tista'\".", "Fil-klawsola ta' qabel konna għedna li minnha nnifisha l-kelma \"tista'\" timplika li tista' tfisser li ma tistax.", "Allura dik tfisser li tista' tħallilha ħidma tagħha mhix regolata f'affarijiet li huma importanti ħafna?", "Din hija kwestjoni ta' kif infasslu l-liġijiet?", "Għax fil-każ tal-klawsola l-oħra biddilnieha, ma ħallejnihiex daqshekk ambigwa u daqshekk miftuħa għall-interpretazzjoni, u għamilnieha aktar ċara u għedna \"meħtieġ li\".", "M'iniex qed ngħid li bilfors għandna nagħmlu hekk f'din il-klawsola.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, jien ma nistax nifhem kif tista' tkun mod ieħor milli \"tista'\" għaliex hija fakultattiva.", "Din tinstab ukoll f'korporazzjonijiet pubbliċi oħrajn.", "Aħna qed nagħtu l-fakultà li xi wħud mill-funzjonijiet ta' l-aġenzija tgħaddihom lil ħaddieħor.", "L-Onor.", "Bartolo qed jistaqsi jekk hix tajba l-kelma \"tista'\".", "Kieku kellna nneħħu l-kelma \"tista'\" u nagħmluha \"shall\", per eżempju, nispiċċaw ma jkollniex għalfejn nagħmlu aġenzija għax tibda ttajjar il-funzjonijiet kollha nispiċċaw ma jkollniex għalfejn nagħmlu aġenzija għax tibda ttajjar il-funzjonijiet kollha tagħha.", "Fit-teorija din tista' tiġi abużata.", "Għalhekk hemm is- salvagwardji tal-gazzetta tal-gvern, ħalli wara xi sena ma niskoprux li l- aġenzija tkun tat xi funzjoni importanti lil ħaddieħor.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ħu paċenzja b'persuna li m'hijiex legali.", "Meta konna qed niddiskutu l-ħatra tas-sovrintendenza sibna li għandna nbiddlu l- kliem.", "Issa l-kollega tiegħek huwa avukat ukoll, jiġifieri mhix kwestjoni li lgħabtu bil-kliem biex ikkonvinċejtu ħalli jbiddlu.", "F'subklawsola (4) ta' klawsola 7 li tgħid: \"Is-Sovrintendent jinħatar mill-Ministru għal perjodu ta' mhux iżjed minn ħames snin taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jissemmew fl-ittra tal-ħatra tiegħu.\"", "Dik iddiskutejnieha u l-ministru qabel miegħi li kienet miftuħa wisq, u biddilnieha b'dan il-mod: \"dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet kif stabbilit fl-ittra tal-ħatra tiegħu.\"", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma ż-żewġ affarijiet huma differenti.", "Fl-ewwel waħda kien hemm il-possibbiltà li jagħtuh il-ħatra u ma jagħmlulux il- kondizzjonijiet għaliex, kif kienet qabel, li: \"Is-Sovrintendent jinħatar mill-Ministru għal perjodu ta' mhux iżjed minn ħames snin taħt dawk il- pattijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jissemmew fl-ittra tal-ħatra tiegħu\", ifisser li fil-ħatra tiegħu jgħidlu li jinnominah bħala sovrintendent u daqshekk.", "Allura nbidlet biex tiġi tassattiva li jridu jgħidulu x'inhuma l-kondizzjonijiet.", "Iżda fil-każ ta' subklawsola 8(5), id- delega trid tkun fakultattiva.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hawnhekk jien qed nifhem li m'aħniex qed nagħtu poteri illimitati biex b'mod arbitrarju jkun hemm fejn din l-approvazzjoni tingħata bil-miktub mill-ministru b'konsultazzjoni mas-sovrintendent ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Dejjem.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri dejjem irid isir hekk.", "Jien nixtieq nifhem sewwa għax jinkwetawni dawk it-tip ta' safeguards.", "Il-management għandu jgħaddi lill-privat, immab'din il-klawsola qegħdin inħarsu dawn is- salvagwardji kollha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-esperjenza tiegħi, huwa diffiċli biex issib drafter li jibda bit-test Malti.", "Normalment id-drafting jibda bl-Ingliż u jekk taqra t-test Ingliż issib li qiegħda \"may, with the written approval of\".", "Ir-rabta hija ħafna iktar intima, imma jekk tibda bl-Ingliż u mbagħad taqleb għall-Malti mhux dejjem tiġi eżatt.", "Jiġifieri bla dubju hekk hija l- interpretazzjoni li għandha tingħata; li l-fakultà hija li tista' tagħmilha jew ma tagħmilhiex, imma jekk tiddeċiedi li tista' tagħmilha irid dejjem ikun hemm l-approvazzjoni tal-ministru li tingħata wara l-konsultazzjoni mas-sovrintendenza u jrid ikun hemm il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal- gvern.", "Dawk huma tassattivi jekk tiġi eżerċitata dik id-diskrezzjoni.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri din il-klawsola qed tgħid li l-aġenzija trid tiżgura l-aħjar konservazzjoni eċċ., u dik tkun qed tagħmilha hi, imma mbagħad tista', bl-approvazzjoni tal-ministru u b'koordinazzjoni mas- sovrintendenza, tiddelega li kumpannija privata jew għaqda non-governattiva tmexxi xi post hi.", "Hekk qed nifhimha jien.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien ngħid li m'hemm l-ebda dubju li hekk hi legalment, però ma nsib l-ebda diffikultà jekk tixtieq li nispostjaw dawk il-kliem minn hemm u nagħmluhom wara l-kliem \"u f'kull każ\", biex tkun iktar ċara.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li huwa importanti li nagħmluha għaliex hemm punt ta' prinċipju importanti ħafna.", "Qed nitkellmu fuq il- wirt kollettiv tagħna, allura rridu nserrħu ras dawk li qed jaħsbu li għax aħna naqblu ma' private public partnership f'dan il-qasam, se jkun hemm xi privatizzazzjoni tal-wirt kulturali, li m'huwiex l-iskop.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dawn it-tip ta' klawsoli ssib ħafna minnhom u billi huma kollha kkopjati mill-Ingliż - mhux dan il-każ speċifiku, però dan it- tip ta' drafting - il-Malti beda jiġi drafted hekk, tajjeb jew ħażin.", "Jien ċertament m'iniex espert li nista' ngħid hux tajjeb jew ħażin.", "U kultant meta tispostja l-metodu tad-drafting minn liġijiet oħra, il-qrati jkollhom tendenza li jinterpretaw b'mod differenti.", "Li nirrikkmanda jien huwa li filwaqt li nbiddluha bil-Malti, bl-Ingliż ma nbiddluhiex.", "Billi t-test Malti jirbaħ suppost nibdew nagħmlu d-drafting bil-Malti, imma fir-realtà kulħadd jagħmel id-drafting bl-Ingliż u mbagħad jaqleb għall-Malti.", "Din tikkrea problemi prattiċi.", "Almenu fl-Ingliż hemm konsistenza ta' drafting ta' snin twal, imma fil-Malti m'hemmx dik il-konsistenza.", "Allura filwaqt li nistgħu nieħdu r-riskju li nċaqalqu bil-Malti, ma nirrikkmandax li nagħmlu hekk fl-Ingliż.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kliem li qed jintuża hawnhekk, li r-regoli u l- kondizzjonijiet jiġu stabbiliti mis-sovrintendent u approvatu u ppubblikati mill- ministru fil-gazzetta.", "Dak ifisser li jkollhom status ta' avviż legali li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra u li jkunu għas-sorvelja tal- parlament.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, ma naħsibx li qed jgħid hekk.", "Huwa by order imma ma naħsibx li huwa by regulation.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Irridu noqogħdu attenti minn din għax jien qed nifhem li meta niġu biex nagħtu biċċa art tal-gvern irid ikollna riżoluzzjoni fil-parlament, anke jekk tkun biċċa art kwalunkwe, allura meta niġu biex ngħaddu xi fortizza tal-Kavallieri jew xi tempju biex jiġi managed minn xi kumpannija privata jew minn xi għaqda non-governattiva, il- kondizzjonijiet m'humiex se jiġu soġġetti għas-sorvelja tal-parlament?", "M'iniex qed ngħid li l-proċess għandna nagħmluh burokratiku, imma naħseb li rridu noqoħdu attenti.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq trasferiment ta' artijiet, imma fuq trasferiment ta' funzjonijiet.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nifhem li dik għamilnieha ċara u m'hemmx problemi dwarha, imma jekk se nagħtu, per eżempju, il-Hypogeum biex jiġi managed - nenfasizza biex jiġi managed - minn xi kumpannija privata, ma nħossux il- bżonn li jkun hemm iċ-ċans li wieħed ikun jista' jressaq mozzjoni fil- parlament biex jiddisksuti dawn il-kondizzjonijiet?", "Jien nirrikkmanda li għandna nħallu xi forma ta' sorvelja meta niġu biex ngħaddu management ta' siti storiċi, pre-istoriċi u ta' valur storiku.", "Sakemm il-ministru qiegħed jikkonsulta ma' l-esperti tal-ministeru, nixtieq nikkummenta li veru li, kif qal il-Ministru Gatt, hemmhekk konna qed nitkellmu fuq trasferiment ta' art u mhux delega ta' management, imma anke bl-esperjenza li kellu dan il-pajjiż, amministrazzjonijiet differenti ħassew il-bżonn li b'xi mod jew ieħor indaħħlu mezzi ta' sorvelja.", "Jiġifieri jew permezz ta' kumitat, u meta ma jkunx hemm qbil fil-kumitat jiġi anke fil-parlament, nikkonsidraw u nanalizzaw il-kondizzjonijiet li bihom tiġi trasferita l-art.", "Jien inħoss li anke bl-esperjenza li kellna - uħud minnha sabiħa u ħafna minnha kerha - ta' kif postijiet storiċi ngħataw lil individwi jew lil xi għaqdiet ...", "Veru li hawnhekk qed indaħħlu s-salvagwardja \"f'konsultazzjoni mas-sovrintendent\", imma anke hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax tista' tiġi abbużata.", "Għax inti qed tgħid li l-aġenzija tista', bl-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru, u f'konsultazzjoni biss mas-sovrintendent, tgħaddi għall-management ta' postijiet storiċi lil xi enti oħra.", "Jien qed nifhem li anke jekk is-sovrintendenza ma taqbilx, se tgħaddi tal-ministru għax nafu xi tfisser il-kelma \"apparovazzjoni\".", "Is- saħħa qiegħda għand min qiegħed japprova.", "Allura jien sinċerament inħoss li importanti li jkun hemm struttura ta' sorvelja pubblika li tirrivedi l- kondizzjonijiet stabbiliti mis-sovrintendent u jiġu approvati mill-ministru u ppubblikati fil-gazzetta.", "Jien ma naqbilx li huwa biżżejjed li sempliċement jixxandru l-kondizzjonijiet li bihom postijiet storiċi u pre- istoriċi jiġu managed minn xi organizzazzjoni oħra.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm xi mekkaniżmu ta' review f'dan il-parlament.", "Nerġa' ngħid li kif inhi mfassla, din is-subklawsola tgħid li bl- approvazzjoni bil-miktub tal-ministru, u kulma rridu mingħand is- sovrintendent hija konsultazzjoni.", "Jekk il-ministru jrid li tgħaddi tiegħu, tiegħu se tgħaddi.", "Jiġifieri jekk irid jaqbad u jagħti l- management ta' forti lil xi ħadd, tiegħu se tgħaddi.", "Aħna assolutament ma naqblux ma' din.", "Din mhix kwestjoni ta' kliem imma hija kwestjoni ta' prinċipju.", "Nerġa' ngħid li naqblu li jkun hemm skemi ta' sħubija bejn il- pubbliku u l-privat anke fl-immaniġġjar - nagħmilha ċara li fl-immaniġġjar - ta' siti ta' valur storiku, imma naħseb li għandna ndaħħlu xi forma ta' review dwar dawn il-kondizzjonijiet.", "Ma nafx jekk il-ministru għandux xi kumment fuq hekk.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tkellimt fit-tul ma' l-esperti u qaluli li japprezzaw u jifhmu sew il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Bartolo u fil-fatt se nipproponi li ma ngħaddux għall-vot fuq din il-klawsola ħalli wieħed jaraha sew.", "Hemm żewġ punti li jridu jiġu trattati.", "L-ewwelnett li mhux biss l- immeniġġjar ut sic tal-patrimonju kulturali, imma forsi rridu naħsbu iktar fuq it-trasparenza li hemm bżonn dwar kif isir dak it-trasferiment.", "Qed nirrealizza wkoll li kif inhi drafted hawnhekk nistgħu nagħtu ad intendere - għalkemm ma naħsibx li kienet l-intenzjoni tad-drafters - li dan it-trasferiment ta' management jista' jsir mingħajr ma wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-liġijiet l-oħra li jeżistu fil-pajjiż.", "U naħseb li għandha tkun ċara li l-liġijiet l-oħra jridu jiġu osservati.", "Jekk se noħroġ kuntratt tar-restawr ma naħsibx li d-drafter hawnhekk qed jgħid li l- liġijiet dwar il-public procurement irridu ninsewhom, għalkemm nistgħu ninftiehmu hekk.", "Irridu niċċaraw dan il-punt.", "It-tieni punt li semmewli l-esperti huwa d-distinzjoni bejn l-oġġetti kbar u l-oġġetti żgħar, biex insejħulhom b'mod faċli, li hawnhekk m'aħniex nagħmluha.", "Huma qed jgħidu li jixtiequ li jkollhom flessibbiltà fejn għandhom delega ta' xi affarijiet żgħar.", "Per eżempju, kif inhi drafted illum, id-data dwar il-patrimonju kulturali huwa wkoll patrimonju kulturali, mela jekk m'hemmx din il-klawsola bilfors l-aġenzija trid timmeniġġja l-IT system jew tista' tiddelega din il-funzjoni?", "Issa dħalna f'affarijiet li żgur mhux intenzjonati li nkopru hawnhekk.", "Allura jien nitlob li l-esperti jingħataw iktar żmien biex jarawha fl-ispirtu li għedna ż-żewġ naħat, li naħseb huwa spirtu komuni li rridu nilħquh flimkien, ħalli jkollna drafting aħjar din il-klawsola ħalli wieħed jilħaq dawn l- iskopijiet li semmejt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ħalli niċċara ftit il-prinċipju, anke fid-dawl ta' l-esperjenza kerha li kellu dan il-pajjiż.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex partijiet sħaħ mill-patrimonju kulturali tagħna ġie ferut - biex nuża l-kelma pulita u ma ngħidx li hemm partijiet minnu li ġew stuprati - kienet li kien hemm l-għażla arbitrarja ta' xi ministru li jaqbad forti u jagħtiha lil xi ħadd biex jagħmel xi ħaġa biha li żgur ma kenitx ta' valur storiku u kulturali, ħalli nitkellmu ċar.", "Aħna ċerti li kif inhi mfassla din il-klawsola din m'hijiex se tibqa' hekk.", "Jien naħseb li se tibqa' miftuħa hekk għax aħna qegħdin ngħidu \"bl-approvazzjoni bil-miktub tal- ministru.", "Jekk il-ministru jrid li jagħmel hekk, kulma jrid jagħmel huwa li jikkonsulta mas-sovrintendenza.", "Imbagħad jgħid li huwa kkonsulta, però jħoss li jrid jagħti dik il-forti għat-trobbija tan-nemus.", "U hekk jiġri.", "Jiġifieri jien sinċerament nappella ħalli xi ħaġa li fl-imgħoddi ġiet abbużata nitgħallmu minnha biex il-liġi nfassluha b'mod li anke fil- management ta' dawn is-siti ndaħħlu system of review.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Bartolo, u se nieħu l- okkażjoni wkoll biex inressaq l-emenda għal paragrafu (f) li tkellimna fuqu aktar kmieni.", "Nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Paragrafu (f) ta' subklawsola (4) ta' klawsola 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(f) b'koordinazzjoni mas-Sovrintendenza, li tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali fl-ippreservar ta' patrimonju kulturali fil-lokalita' tagħhom; u\".", "\"E\" Paragraph (f) of subclause (4) of clause 8 shall be substituted by the following:", "\"(f) in co-ordination with the Superintendence, to consult with Local Councils in the preservation of the cultural heritage in their locality; and\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien qed nifhem li din il-klawsola se nipposponuha biex imbagħad niddiskutuha meta ssir emenda għaliha.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, Mr Chairman, nitlob il-permess biex din il- klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 9 - Bord tad-Diretturi.", "Clause 9 - Board of Directors.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li tajjeb ikollna spjega mill-ministru dwar il-ħatra tal-bord tad-diretturi.", "Qed ngħidu li l-aġenzija se jkollha bord tad-diretturi li l-membri tiegħu jinħatru mill-ministru għal perjodu ta' mhux inqas minn tliet snin imma mhux iżjed minn ħames snin kif jista' jkun deċiż fl-ittra tal-ħatra tagħhom.", "Il-membri tal-bord jistgħu, meta jiskadi ż-żmien tal-kariga tagħhom, jerġgħu jiġu maħtura.", "Ma nafx jekk il- ministru għandux xi background information li jista' jagħti fuq dan il-bord u l-ħatra tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, dan il-bord huwa l-bord eżekuttiv ta' l- aġenzija li jħaddem il-poteri kollha mogħtija lill-aġenzija.", "Bħala aġenzija tal-gvern il-bord huwa maħtur mill-ministru.", "Hemm flessibbiltà kemm fil-perjodu taż-żmien li għalih jinħatru d-diretturi kif ukoll fin- numru ta' membri li għandu jkun kompost minnu.", "Prattikament ġiet segwita l- forma normali tal-bord tad-diretturi li tintuża f'dawn l-aġenziji.", "Hemm ukoll indikazzjonijiet ta' affarijiet tekniċi bħal min jgħajjat is-seduti, x'għandu jkun il-quorum, il-possibbiltà tal-konflitt ta' interess u regolamentazzjoni oħra li wieħed deherlu li kien hemm bżonn li jpoġġi fl- abbozz ta' liġi.", "Iktar 'il quddiem hemm numru ta' klawsoli oħra li jimpinġu dwar kif jaħdem il-bord tad-diretturi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien qed nifhem li dawn huma ħatriet politiċi.", "Kif għedna diġà, l-aġenzija hija marbuta bil-Kostituzzjoni kif timpjega lin- nies u ma ssegwix il-proċedura tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "Imma din m'hijiex ħatra amministrattiva ladarba qed nitkellmu fuq membri tal- bord li jinħatru mill-ministru, imma hija ħatra politika.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq impjiegi, imma fuq ħatriet - sejħilhom politiċi jekk trid - li jsiru mill- ministru direttament.", "Fin-normalità tat-tradizzjonijiet li għandu pajjiżna dawn huma bordijiet li jispiċċaw biż-żmien u jispiċċaw ma' kull gvern.", "Dawn huma bordijiet li normalment you tender your resignation malli jkun hemm elezzjoni.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Huwa importanti li din qalha l-Ministru Gatt għax kien hawn min ixxokkja ruħu b'affarijiet li suppost jiġru fit-tmexxija normali.", "Kull ministru ġdid, kemm ta' l-istess gvern jew ta' gvern differenti jsib quddiemu lista ta' dawk li kienu maħturin minn ministru ieħor, kemm ta' l-istess gvern u kemm ta' gvern ieħor, li jissottomettu r- riżenja tagħhom, imbagħad sta għall-ministru jekk jaċċettahiex jew le.", "Jiġifieri l-istess qed nifhmuha.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma li hekk nifhimha jien.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ħalli niġu għall-funzjonijiet tal-bord, li waħda minnhom hija li jimpjega u jmexxi r-riżorsi umani meħtieġa biex jikseb il- miri ta' l-aġenzija.", "Hawnhekk qed nifhmu li huwa l-bord li se jimpjega lin- nies.", "Jiġifieri fid-dawl ta' dak li konna qed nitkellmu qabel, li se jkun hemm xoljiment tad-dipartiment tal-mużewijiet, jien qed nifhem li l-ewwel stadju se jkun il-ħatra tal-bord u mbagħad il-bord se jċaqlaq il-proċeduri biex jibda jirrekluta n-nies.", "Jiġifieri l-għażla ta' min se jiġi offrut li mid-dipartiment tal-mużewijiet imur ma' l-aġenzija se ssir malli jinħatar il-bord tad-diretturi.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli nitkellem mil-lat anke ta' prattiċità.", "Biex timpjega lil xi ħadd ma' l-aġenzija l-ġdida jrid ikun hemm firmatarju f'isem l-aġenzija, allura jrid ikun hemm ir-rappreżentanza legali ta' l- aġenzija li hija vestita fil-president tal-bord tad-diretturi.", "Jiġifieri qabel ma jkollok il-legal representation in place inti attwalment lanqas tista' tagħmel l-għażla u lanqas tista' timpjega.", "Ħadd ma jista' jaġixxi f'isem il-bord tad-diretturi.", "Jiġifieri li kieku l-għażla ssir, biex ngħid hekk, mill-permanent secretary tad-dipartiment tal-mużewijiet u mbagħad jinħatar il-bord tad-diretturi, dan irid jerġa' jagħmel il-proċess kollu għax il-bord irid jagħmel l-għażla.", "Ma jistax jagħmilha ħaddieħor f'ismu, allura neċessarjament irid ikun hemm il-bord tad-diretturi qabel ma ssir l- għażla.", "Mr Chairman, issa nixtieq nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Fi klawsola 9 subklawsola (1) minflok il-kliem \"u ieħor il-Viċi President\" għandhom jidħlu l-kliem \", ieħor il-Viċi President, u ieħor nominat mill-Ministru responsabbli għal Għawdex\".", "\"F\" In clause 9 subclause (1) for the words \"and another the Deputy Chairperson\" there shall be substituted the words \", another the Deputy Chairperson, and a member nominated by the Minister responsible for Gozo\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ħalli nkompli nitkellem fuq il-bord u l-ħatra tal- membri.", "Aħna qed naqblu li dawn il-membri tal-bord se jkunu għasafar tal- passa bħall-ministri.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nisperaw li le.", "Nisperaw li f'dan il-pajjiż kapaċi nsibu bord għal dan ix-xogħol li jkun jista' jibqa' hemmhekk.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mela qed nawguraw li l-għasafar tal-passa jsiru għasafar tal-post u ma jkunx hemm min jispara fuqhom.", "Ħalli nagħmluha ċara li hawnhekk qed nitkellmu fuq il-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali, settur li r-responsabbiltà u s-serjetà tiegħu ċertament titlob li min jidħol għalih jidħol b'impenn li jmur lil hinn minn leġislatura jew minn għażla ta' ministru.", "Imma xi tkun il-pożizzjoni tal-membri tal-bord jekk jirriżulta - forsi l-ministru jgħidli li qed inġebbidha u qed nagħmel kwestjoni ipotetika - li dawn għamlu xi ħaġa li biha għamlu ħsara kbira lill-wirt storiku u kulturali?", "Jekk jitneħħew, x'responsabbiltà jkollhom biex iwieġbu għal għemilhom?", "Kif tkun il-pożizzjoni f'sitwazzjoni bħal din?", "M'iniex qed nawgura li jiġri hekk.", "Imma hawnhekk qed nitkellmu fuq qasam li huwa daqsxejn differenti.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq kumpannija kummerċjali, u allura m'aħniex qed nitkellmu fuq konsegwenzi li jista' jkun hemm taħt il-commercial partnerships Act jew il-companies Act fuq diretturi ta' kumpannija kummerċjali.", "Jekk dak l-att magħmul mid-diretturi ta' dan il-bord jikkwalifika bħala reat kriminali, allura għandhom responsabbiltà.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li fid-diskussjonijiet li qed isiru bħalissa fil- kumitat li qed jiddiskuti l-emendi għall-Kodiċi Kriminali qegħdin indaħħlu numru ta' klawsoli kemm dwar korruzzjoni - u qed nestendu l-kelma korruzzjoni anke għal użu indebitu ta' influwenza personali - kif ukoll dwar il-corporate liability.", "Għall-ewwel darba qed indaħħlu l-konċett - li ħadnieh mill-Greco Convention tal-Kunsill ta' l-Ewropa li tirregola l- istandards etiċi fil-qasam pubbliku u anke fil-qasam privat - tal-corporate liability personalizzata ta' diretturi li jaġixxu qua diretturi kemm ta' kumpanniji kummerċjali u kemm ta' entitajiet li m'humiex kummerċjali, bħall- fondazzjonijiet eċċ.", "Ir-risposta tiegħi kwalifikata għal dak li qal l-Onor.", "Bartolo hija iva, għandhom responsabbiltà sakemm dak l-att jinkwadra ruħu taħt il-liġijiet kriminali tagħna.", "Qatt ma nista' nsib lil xi ħadd responsabbli għal deċiżjonijiet meħuda ħażin jekk dak il-ħażen mhux motivat minn korruzzjoni jew minn influwenza indebita.", "Imma no-one can be faulted for wrong decisions, biex ngħidu hekk.", "U Allaħares naslu f'dak l-istat għax inkella naħseb li l-ewwel ma nfittxu huma l-ministri.", "Però qua bord tad-diretturi, sakemm dak l-aġir tiegħu jaqa' taħt il-klawsoli ġodda li deħlin issa fil- Kodiċi Kriminali, allura iva, kuntrarjament għal dak li kien jiġri qabel għandu responsabbiltà personali kriminali llum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dawn il-punti li qed isemmi l-ministru huma interessanti ħafna.", "Allura dan ifisser li malli jidħlu dawk il-klawsoli, ikunu japplikaw across the board, għal kull min ikun f'dawn il-ħatriet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kulħadd.", "Però ħalli nieħu eżempju li l-aktar li jiġri f'Malta.", "Meta persuna tuża b'mod indebitu l-poter li għandha biex tinfluwenza deċiżjoni, hi x'inhi, minn impjieg sa kuntratt - anke fil-qasam privat, anke deċiżjoni ta' kumpannija dwar lil min tagħti tender għall-bini ta' headquarters - se tkun ħatja ta' reat kriminali.", "Bl-istess mod hemm numru ta' reati kriminali konnessi.", "Per eżempju, ix-xiri ta' persuni bi flus anke fil-qasam privat issa se jsir reat kriminali.", "Jiġifieri jekk inti tmur għand direttur ta' kumpannija X, li taf li dan jista' jiddeċiedi jekk kuntratt ta' ġarr ta' merkanzija jmurx għand wieħed jew l-ieħor, u tipprova li dak id-direttur iddeċieda b'dak il-mod għax ħa gwadann personali, dak se jsir reat fil-qasam privat ukoll.", "Jiġifieri dawn se jeffettwaw kollox fl-oqsma kollha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx iniex inġebbed l-argument, imma nagħmlu mod li hemm post storiku u jiddeċiedu li biex ikun imħares dan iridu jżommuh magħluq, jagħmlulu ċerti temperaturi, eċċ., eċċ., li mbagħad jirriżulta li jitgħarraq.", "Dik tinkwadra ruħha jew le?", "Għax tista' tiġi interpretata bħala deċiżjoni ħażina, imma mhux deċiżjoni ta' negliġenza kriminali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma rridx noqgħod nagħti pariri ta' avukat għax ma naħsibx li għandi nagħtihom jien.", "Però trid tinkwadra ruħha żgur bħala reat kriminali.", "Issa r-reat kriminali għandu żewġ elementi; l-intenzjoni u l-azzjoni.", "Jekk id-deċiżjoni li waslu fiha waslu fiha ġenwinament u inti ma tistax tipprova - u hija l-prosekuzzjoni li trid tipprova - li dawk kellhom l-intenzjoni li hemmhekk jagħlquh malgrado li kienu jafu li jekk jagħlquh se jiġrilu l-ħsara.", "Jekk id-deċiżjoni ħaduha with the best abilities li kellhom huma, wara li għamlu r-riċerka li in good faith għandhom jagħmlu, allura le.", "Però jekk inti tipprova li, per eżempju, dawn kellhom rapport li jgħid li jekk jagħlquh jagħmlu ħsara irreparabbli, allura hemmhekk forsi jibda jinkwadra xi reat.", "Però mbagħad jiddependi mill-kwalità ta' prova li jkun hemm.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Issa rrid nirriferi għal subklawsola (4) li tgħid li: \"Il-Bord għandu jaħtar Uffiċjal Ewlieni Esekuttiv li jkun responsabbli lejn il-President u l-Bord.\"", "F'liġijiet oħrajn u anke f'dan l- abbozz stess kien hemm kif jiġi maħtur l-uffiċjal ewlieni eżekuttiv.", "Għandna xi spjega dwar dan?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju naħseb li tajjeb li wieħed jiċċara l- punt li tqanqal ftit qabel.", "Kif se jiġu assenjati n-nies li llum għandna fid-dipartiment tal-mużewijiet?", "Hemm ċerta sekwenza li mhux neċessarjament tiddettaha l-liġi, imma hija dettata minn ċertu sens komun u sens amministrattiv.", "Irid ikun hemm sovrintendent li jinħatar mill-bidu kif ukoll il-bord ta' l-aġenzija li għandhom għad-dispożizzjoni ta' bejniethom numru ta' impjegati f'livelli differenti.", "Fl-ewwel stadju l-qasma trid tkun tixbah pjuttost il-qasma li għandna llum fis-sens li llum għandna grupp limitat ħafna li diġà qed jikkonċentraw mhux fuq kurazija ta' mużewijiet imma xogħolhom huwa li jagħmlu proprju din is-sovrintendenza.", "Per natura x'aktarx li dak il-grupp, li diġà kiseb ċerta esperjenza, iżżommu qrib is-sovrintendenza.", "Għandna grupp ta' nies oħrajn u kuraturi oħrajn li diġà qegħdin assenjati.", "Min jieħu ħsieb il-mużew marittimu, min jieħu ħsieb il-mużew tal-belle arti, min il-mużew ta' l-arkeoloġija u postijiet oħrajn.", "Inizjalment id-detailing iġibhom jaħdmu kif qegħdin bażikament, imbagħad hemm il-livelli t'isfel fejn is-sovrintendenza trid tara x'għandha bżonn.", "Is-sovrintenenza għandha bżonn nies biex jieħdu ħsieb ċerti bżonnijiet immedjati, u m'għandhiex bżonn xi cleaners jew xi security.", "Dawk jiġu attached ma' l-operatur innifsu.", "Is-sistema li bħalissa l-gvern qiegħed jipprova jiżviluppa biex jagħmel l- aħjar użu possibbli min-nies li diġà għandu fis-settur pubbliku, hija billi jħaddem il-proċess ta' dak li l-MPO qed isejħulu l-attachment.", "L- attachment ikun ifisser - u din hija xi ħaġa li aktar tard naħsbu fiha fil- liġi - li l-Prim Ministru permezz ta' l-MPO jassenja numru ta' uffiċjali pubbliċi to be attached ma' l-operating agency.", "Ma nużawx il-kelma transfer għax aħna mhux qegħdin nittrasferixxu minn dipartiment għal dipartiment, u lanqas qed nużaw il-kelma secondment għaliex bħala policy il- gvern ma jridx li jkollu secondment għax secondment ifisser li l-persuna tiġi sekondata lil xi ente oħra - kellna diversi ma' dawn il- korporazzjonijiet u anke mat-tarzna - li f'dak il-proċess ikunu dawk l- entijiet li jirrifondu lid-dipartiment s-salarju ta' dak li jkun, imma l- individwu jirċievi s-salarju mid-dipartiment fejn hu.", "Aħna qegħdin ngħidu attachment li jfisser li l-individwu amministrattivament jiġi attached ma' l-ente l-ġdida, u allura jkun fuq il- kotba tagħha, jitħallas mill-kotba tagħha u l-budget ikun ivvotat lil dik l- ente u s-salarju tiegħu ma jkunx ivvotat ġo ente oħra.", "Jiġifieri dan hu l- proċess li qed niżviluppaw biex inkunu nistgħu nutilizzaw għall-massimu r- riżors uman li għandna, mhux biss fid-dipartiment tal-mużewijiet imma eventwalment anke f'dipartimenti oħrajn.", "L-operatur, Patrimonju Malta, jista' jgħid li għandu bżonn ċerta kwalità ta' nies.", "Jista' jkun li hemm nies mas-settur pubbliku li m'humiex deployed to the full u jkun hemm arranġamenti fejn ikun hemm ċertu ingranaġġ bejn l-MPO, is-sovrintendenza u l-ministeru kkonċernat sakemm wieħed jgħid li dawn in-nies se jiġu attached ma' dawn l-entijiet.", "Iktar tard nitkellmu biex ngħidu li dawn ma jitilfu xejn mill-istatus u d-drittijiet fundamentali tagħhom.", "F'subklawsola (4) qegħdin ngħidu li l-bord se jaħtar l-uffiċjal ewlieni.", "Il-bord jista' jaħtru indipendentement mill-istatus tiegħu, għax jista' jaħtar uffiċjal pubbliku li diġà qiegħed mad-dipartiment tal-mużewijiet u jagħtih l-inkarigu ta' chief executive, però jista' jirreklama tramite l- permessi meħtieġa ta' l-ETC biex ikun jista' jingaġġa chief executive.", "F'dan il-każ il-bord jaħtar iċ-chief executive bil-metodu normali kif jinħatru l-uffiċjali kollha.", "Dawn it-tip ta' entijiet se jkollhom żewġ sources minn fejn jaħtru; jistgħu jaħtru minn fost is-settur pubbliku jekk l-MPO jakkomodahom u jibagħtilhom in-nies meħtieġa, però jistgħu jaħtru minn barra tramite l-ETC u taħt il-proċeduri u r-regolamenti tagħha.", "Fil- każ taċ-chief executive iż-żewġ toroq jistgħu jintużaw.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-membri tal-bord għandhom terminu preċiż ta' mhux inqas minn tliet snin imma mhux iżjed minn ħames snin u jistgħu anke jerġgħu jinħatru.", "Kumbinazzjoni waqt il-ħin tal-mistoqsijiet il-Prim Ministru wieġeb domanda tiegħi fejn tkellimna fuq ir-riformi fiċ-Ċivil u kif anke fil-gradi ta' direttur, direttur ġenerali, segretarji permanenti hemm terminu anke ta' tliet snin għax fiċ-Ċivil ridna ndaħħlu kultura li jkun hemm performance agreement u trid tkun accountable.", "Kif inhi miftuħa hawnhekk, l-uffiċjal ewlieni eżekuttiv se jinħatar ad aeternum jew hemm il- ħsieb li dan ukoll jirrispondi għal dik il-loġika li għandu terminu ta' żmien li fih irid ikollu ċertu performance?", "Hawnhekk kważi se mmorru lura mnn dak li sar fiċ-Ċivil.", "Daħħalna ċertu tibdil fiċ-Ċivil u għamilna terminu biex wieħed ikun on his toes ħalli jwieġeb għal għemilu, imma kif inhi hawnhekk jien qed nifhem li m'hemmx terminu ta' żmien għall-ħatra ta' dan iċ-chief executive.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qed jgħid l-Onor. membru l-liġi mhix qiegħda timponi terminu ta' żmien.", "Jista' jagħti l-każ li meta konna qed nabbozzaw din il-liġi ħadna xi affarijiet for granted għaliex jien u anke sħabi assumejna li dan se jkun on a performance contract.", "Jien ma nsibx diffikultà li, kif għamilna fil-każ tas-sovrintendent, fil-liġi ngħidu li jinħatar għal perjodu ta' mhux iżjed minn ħames snin taħt dawk il- pattijiet u kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-ittra tal-ħatra tiegħu u nirrepetu l-istess wording.", "Forsi jagħmel sens anke biex ikun hawn ftit uniformità.", "Jiġifieri ma' subklawsola (4) li tgħid: \"Il-Bord għandu jaħtar Uffiċjal Ewlieni Esekuttiv li jkun responsabbli lejn il-President u l-Bord\" għandna nirrepetu dak li hemm f'subklawsola 7(4), li l-ħatra għandha tkun ta' mhux iżjed minn ħames snin taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li jistgħu jissemmew fl-ittra tal-ħatra tiegħu.", "Meta jagħlqilha ż-żmien tal- kariga persuna tista' terġa' tinħatar għal perjodu jew perjodi ulterjuri.", "Issa tiġi drafted din l-emenda u nippreżentaha iktar 'il quddiem", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ministru, iktar kmieni konna qed niddiskutu proprju dak li kont qed tispjega inti fuq x'se jiġri dwar id-detailing.", "Ħalli nieħu eżempju fuqi nnifsi.", "Jien museum officer u ma nafx kif se ssir l-għażla biex immur ma' l-aġenzija.", "Se jkun hemm xi kriterji biex issir l- għażla?", "Se tistaqsu lil kulħadd?", "Se tagħżlu lil uħud u oħrajn tgħidu li aħjar ma jintgħażlux?", "It-tieni mistoqsija.", "Wara li jien bħala museum officer - u għal tapposta qed inkun daqshekk konkret iddeċidejt li mmur ma' l-aġenzija, jien imbagħad insir impjegat ta' l-aġenzija?", "Jiġifieri wara li tgħaddi sena jien ma nistax ngħid li xbajt ma' din l-aġenzija u mmur mad-dipartiment tax- xogħlijiet pubblilċi.", "X'se tkun is-sitwazzjoni f'każ bħal dan?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Aħna qegħdin fi proċess ta' tranżizzjoni li jista' jieħu ħafna żmien għaliex niddependu minn kif se jevolvi s-settur pubbliku kollu mal-milja taż-żmien.", "Id-diffikultà hi meta għandek uffiċjali pubbliċi li għal ċirkostanzi validi li jevolvu maż-żmien, ikun hemm bżonn li dawn l-uffiċjali pubblilċi jiġu assenjati dmirijiet ma' entijiet li jidħlu għal xogħol li qabel kien isir mid-dipartiment tagħhom jew inkella li qabel kien isir minn dipartiment tal-gvern.", "Kieku m'għandniex is- sitwazzjoni li qed nilleġislaw issa u baqa' dipartiment tal-mużewijiet, l- ebda uffiċjal pubbliku strettament ma seta' jirrifjuta ordni ta' l-MPO biex jirrapporta u jagħmel ċertu xogħol mad-dipartiment tal-mużewijiet, salv il- kwalifiki u l-kompetenzi meħtieġa.", "F'dan il-każ partikolari, meta a museums officer jiġi attached ma' l- operating agency, hu se jibqa' impjegat pubbliku.", "Dan jiġi attached ma' l- operating agency mhux għall-finijiet strettament ta' l-istatus tiegħu, jiġifieri hu se jibqa' public officer, se jibqa' bid-dritt li japplika għall-promotions li jkun hemm fid-dipartimenti li jibqgħu jeżistu mal-gvern u se jibqa' anke bid-dritt li jitlob transfer.", "Naturalment sta għall-MPO jilqax it-talba għal dik it-transfer jew le, kif jiġri llum.", "Jekk impjegat kellu ċerti drittijiet ta' pensjonijiet se jiġu salvagwardati.", "Però issa flok bħala museums officer se jirrispondi lill-kap tad-dipartiment, issa se jibda jirrispondi liċ-chief executive ta' l-operating agency li fuqu hemm il-bord tad-diretturi.", "U dak il-museums officer se jibda jiġi detailed miċ- chief executive għall-finijiet ta' l-amministrazzjoni ta' kuljum u għal dak li jiġi fdat fir-responsabbiltà tiegħu.", "Jiġifieri l-museums officer mhux se jibqa' jmur għand is-sovrintendent fuq ċerti affarijiet.", "Illum qegħdin ngħidu li t-tmexxija ta' mużew se tkun soġġetta għal din l- operating agency li għandha dan il-bord u dan il-kap li qed insejħulu chief executive.", "Il-museums officer se jibda jirrapporta lilu.", "Issa l-work practices iridu jevolvu.", "Naturalment jekk għandek museums officer li huwa conditioned għal ġimgħa ta' ħamest ijiem, għal ġimgħa ta' 40 siegħa, għal nofs ta' nhari fis-sajf, dawk huma drittijiet kweżiti li se jżommhom.", "Ma jfissirx li jekk l-aġenzija eventwalment tingaġġa nies minn barra bilfors trid tingaġġahom ukoll b'dawk il-kondizzjonijiet.", "Tista' tagħżel li tagħmel xi kondizzjonijiet differenti jekk jidhrilha li trid iktar flessibilità fil-ftuħ tal-mużewijiet u f'ċerta ħidma oħra li tista' tagħmel.", "Imma f'dan il-konċett hemm id-distinzjoni bejn li jkollok uffiċjal pubbliku li huwa attached ma' l-operating agency, qua li jibqa' impjegat pubbliku imma jirrispondi għall-amministrazzjoni ta' kuljum lill- operating agency, u impjegati oħra li se jiġu ngaġġati kompletament b'mod ġdid.", "Dawk jidħlu direttament fuq il-kotba ta' l-aġenzija u jridu jissottomettu ruħhom għal kondizzjonijiet u għal framework ta' work practices li tistabbilixxi l-aġenzija.", "Naturalment ikun hemm numru ta' snin ta' transition period, u sakemm dawn ikunu settled dejjem ikun hemm dawk ir-rough edges li wieħed irid jara x'inhuma.", "Apparti dak li tgħid il-liġi, il-policy tagħna hija li nimmassimizzaw l- akbar użu ta' l-uffiċjali pubbliċi għar-raġunijiet l-iktar ovvji ta' spiża pubblika.", "Naturalment xi wħud jista' jkollhom bżonn xi taħriġ.", "Kull fejn hu possibbli se nipprovaw nirrikorru għal din il-policy.", "Din hija operazzjoni li tirrikjedi ċertu xogħol għax se jiġi żmien meta din l- operating agency ikollha bżonn iktar nies u biex timpjegahom l-ewwel trid tfittex fil-pool ta' l-impjegati tal-gvern u mbagħad toħroġ barra.", "Aħna diġà qed niltaqgħu ma' ċerti sitwazzjonijiet.", "Per eżempju, jekk il-Malta College of Art, Science and Technology ikollu bżonn l-iskrivani, meta dan jitlob lill-MPO ir-risposta tkun li m'għandhomx skrivani, imma probabbilment jekk jitlob impjegati fi gradi inqas għandhom mnejn jipprovdulu.", "Imma aħna diġà nafu x'ġara f'ċerti oqsma.", "Per eżempju jekk inkunu rridu l-cleaners l-MPO jibgħat ħafna għax hemm iż-żejda fl- iskejjel.", "Imma meta jibdew ġejjin wieħed jibda jistaqsi jekk dawn humiex adattati biex jaħdmu f'mużew.", "Jiġifieri dan il-proċess sakemm jiġu magħżula l-impjegati żgur se jeħdilna ċertu żmien.", "Fil-każ ta' l-iskejjel kien ovvju li l-aħħar kelma ta' l-għażla kellha tkun f'idejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u mhux f'idejn l-MPO.", "Imbagħad kellna battikata biex nikkonvinċu lill-MPO li n-nies li kienu bagħtulna ma kenux tajbin.", "Jiġifieri ġo din il-ġungla ta' burokrazija, biex insejħilha hekk, trid titgħallem tipprova tikkontrolla l-ispiża pubblika billi ssib nies li tista' tużahom hawnhekk.", "Iżda tibqa' r-realtà li xi individwi ma tkunx tista' tiffittjahom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed nistaqsi dan għax aktar kmieni konna qed nitkellmu fuq x'informazzjoni qed tasal għand l-impjegati.", "Kif diġà għedt meta jkun żmien ta' bidla, minnha nnifisha ġġib ċerta inċertezza u anzjetà.", "U fil-fehma tiegħi, jekk qegħdin nevalwaw mill-ġdid kif għandna noperaw biex inġibu bidla, dik it-tip ta' inċertezza u anzjetà hija enerġija pożittiva li tużaha tajjeb biex tbiddel il-mod kif topera.", "Imma jista' jkun li hemm inċertezza u anzjetà fil-complement eżistenti tal-mużewijiet fejn jien nawspika li tispjegawlhom x'għandkom f'raskom għax in-nies li tkellmu miegħi - veru li dawk mhux bilfors huma kampjun tajjeb - li huma fi gradi differenti għandhom mistoqsija kbira x'se jiġri minnhom.", "Il-ministru għandu ħsieb li jagħmel dawn il-laqgħat ta' informazzjoni biex jispjegawlhom x'se jiġri mill-impjegati?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa kellna laqgħa waħda li ovvjament m'hijiex biżżejjed.", "Meta niġi biex niltaqa' ma' l-impjegati rrid li jkolli sitwazzjoni ftit iktar konkreta x'niddiskuti magħhom.", "Kelli sitwazzjoni bħal din fil-każ tal-kulleġġ minħabba li ċerti kondizzjonijiet damu ma ġew definiti mill-awtoritajiet kompetenti.", "Kulħadd japprezza li l-ministru jew xi kap ta' dipartiment ma jistax jiddeċiedi ċerti kondizzjonijiet in ġenerali.", "Trid tikseb ġerarkija ta' approvazzjonijiet u dawn dejjem jiġu mgħarbla b'lenti minħabba l-impatt li dawn jistgħu jkollhom fuq klassijiet oħrajn għaliex ikollok ftit effect fuq talbiet li jista' jkollok minn unions.", "Meta niġu għal dan il-każ in partikolari l-pożizzjoni li qed nieħu hija li l-impjegati kollha, safejn nistgħu, inżommuhom magħna u rridu nieħdu in konsiderazzjoni l-esperjenza u l-kompetenza tagħhom u anke x-xewqat tagħhom.", "Naturalment hemm limitu safejn ix-xewqa ta' dak li jkun tista' tissodisfaha.", "Jiġifieri jekk ix-xewqa ta' bniedem hi li jservi f'dan il- mużew fejn serva b'mod tajjeb, fejn għandu rapporti tajbin, fejn m'hemm l- ebda raġuni valida għaliex ma jibqax iservi hemmhekk, allura jien irrid insib il-manjiera ġusta u trasparenti biex inżommu jaħdem hemm.", "Mhux se nkun jien, imma l-bord ikollu dawn il-policy guidelines.", "Għad irridu naraw eżattament kif se nqassmu l-affarijiet għaliex, anke jekk mhux fil-bidu, imma in the medium term, jien nispera li jkollna xi sit jew tnejn li niddeċiedu li se tmexxih, per eżempju, il-Fondazzjoni Patrimonju Malti.", "Diġà kellna talba mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti biex tmexxi sit, imma d-deċiżjoni għadha on the back burner biex issa tiġi kkonsidrata in the light ta' dawn il-provvedimenti l-ġodda.", "Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti kif se topera?", "Se taħdem billi tuża r-riżorsi li għandu d- dipartiment tal-mużewijiet li m'għandux riżorsi biżżejjed?", "Jien naħseb li, b'saqajna fl-art, meta nħarsu lejn dawn is-siti kollha li għandna nindunaw li biex inħarsuhom għandna bżonn iktar nies, u nies ta' ċerta expertise.", "F'dan l-istadju jien nista' ngħid biss li se nibdew il-proċess ta' transition li inizjalment ikollu ċaqliq mill-inqas, imbagħad una volta s- sovrintendent ikun f'postu u jgħaqqad it-team tiegħu, jista' jagħti l-każ li jitlob lil ċerti nies li llum qegħdin f'mużewijiet biex imorru miegħu.", "Issa aħna nafu wkoll li tista' tieħu lil xi ħadd ħdejn xniegħa biex jixrob, imma jekk ma jkunx irid jixrob ikun inutli.", "Jiġifieri kulħadd se juża din ir-riga prattika li jekk wieħed ikun kontra qalbu, għalfejn tieħdu?", "Wieħed irid juża l-għaqal li lil dak li jkun jgħidlu: Inti qed titħallas mill- fondi pubbliċi, allura jeħtieġ li tagħti s-servizz tiegħek fejn hemm bżonn tagħtih, salv it-test tar-reasonableness.", "Wieħed ma jistax jagħti garanziji.", "Fil-passat saru żbalji anke meta tajna l-option għax meta tajna l-option biex nagħmlu ċerti operazzjonijiet ġietna z-zalza ogħla mill-ħut.", "Illum ma nistgħux ngħidu li rridu nagħmlu l-istess xogħol li konna nagħmlu sal-lum imma rridu nipprovaw nagħmluh aħjar, u min kien qed jagħmel ix- xogħol sal-lum nagħtih l-għażla jridx jibqa' jagħmlu jew le.", "Jien ma naqbilx ma' dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Proprju f'din il-linja kont qed nitkellem jien għax jekk irridu nibdew paġna ġdida, nibdewha u dan ifisser li taħdem b'mod ġdid.", "Billi struttura li qabel kont issejħilha dipartiment issa tibda ssejħilha aġenzija ma jfissirx li f'daqqa waħda se jkun hemm bidla.", "Ministru aħna ssospendejna d-diskussjoni fuq subklawsola 8(5).", "Għalkemm ma nafx jekk hux il-każ li nidħlu issa f'dik id-diskussjoni, aħna konna bdejna nitkellmu mal-Ministru Gatt proprju fuq il-każ li semmejt inti, ta' meta jkun hemm sit li jingħata lil xi fondazzjoni biex jitmexxa minnha.", "Jien staqsejt lill-ministru Gatt dwar l-aħħar żewġ linji ta' dik is-subklawsola li jgħidu: \"li jistgħu jiġu stabbiliti mis-Sovrintendent u approvati u ppubblikati mill-Ministru fil-Gazzetta.\"", "Il-pubblikazzjoni fil-gazzetta tagħtihom status li jistgħu jiġu reviewed minn din il-Kamra?", "Il-Ministru Gatt qalli li din m'hijiex awtomatika.", "Kellu raġun kif interpretaha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien qed nitlob li jiġi kkonsidrat li din tiġi reviewed.", "U qed nagħmel hekk mhux biex inżid il-burokrazija jew biex inkun diffiċli just for the sake of it.", "Din is-subklawsola qed tgħid li: \"l- Aġenzija tista', bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru, u f'konsultazzjoni mas-Sovrintendent,\" jiġifieri qed ngħidu li l-ministru japprova u s-sovrintendenza qed tintalab biss konsultazzjoni, allura fl- aħħar mill-aħħar tgħaddi tal-ministru.", "Jien naf li l-ministru jaqbel miegħi, għax esprima ruħu anke pubblikament, li fil-passat saru żbalji koroh minn nies li jokkupaw kariga ministerjali, li qabdu u taw biċċiet mill-patrimonju Malti b'mod mhux daqshekk xieraq, ħalli nkunu prudenti.", "Il- biża' tiegħi hi li kif inhi mfassla din is-subklawsola, dik għadha tista' tiġri.", "Forsi l-ministru jgħidli li mhix se tiġri bil-mod estrem u redikolu kif kienet tiġri qabel għax hemm provdut: \"taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti mis-sovrintendent u approvati u ppubblikati mill- Ministru fil-Gazzetta.\"", "Fl-opinjoni tiegħi m'aħniex qed nagħlqu biżżejjed.", "Jien ma ddejjaqnix jekk inħalluha miktuba hekk, imma nissuġġerixxi li jkun hemm xi mekkaniżmu ta' review pubblika meta jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn.", "Ministru kont qed insemmi li ż-żewġ amministrazzjonijiet tgħallmu mill- iżbalji ta' xulxin dwar meta niġu biex nittrasferixxu art.", "Veru li hawnhekk m'aħniex qed nittrasferixxu l-proprjetà u l-pussess, imma qed nittrasferixxu management, imma anke meta nittrasferixxu biċċa art kwalunkwe dan il-parlament ħoloq mekkaniżmu - u għamel sewwa għax tgħallem mill-passat - biex ikun hemm review f'kumitat apposta, u jekk ma jkunx hemm qbil f'dak il-kumitat tiġi quddiem din il-Kamra.", "Jien m'iniex qed nitkellem fuq dawk li d-dipartiment tal-mużewijiet bir-raġun isejjaħ l- affarijiet żgħar.", "Jiġifieri għandu jkun hemm raġonevolezza min-naħa tagħna li altru inti qed tgħid li se tagħti l-Hypogeum lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti biex imexxuh u altru qed tgħid li għandna bżonn li d-database tiġi trasferita minn post għall-ieħor.", "M'iniex qed ngħid li għandu jkun hemm xi dibattitu jew mozzjoni fuq id-database u l-inventarju.", "Imma sinċerament naħseb li għall-ġid ta' kulħadd ikun jaqbel li jkun hemm xi mekkaniżmu ta' review jekk il-ministru, bir-rieda kollha tajba tiegħu, jiddeċiedi li jgħaddi l-management tal-Hypogeum f'idejn il-Fondazzjoni Patrimonju Malti.", "Naħseb li jsib il-qbil għal dan fil-pajjiż, bħalma jsib kieku jgħid li se jgħaddi l-management ta' xi fortizza f'idejn Din l-Art Ħelwa.", "Imma jien naħseb li jkun fl-interess tal-minstru nnifsu, fl- interess tal-partrimonju Malti u anke fl-interess ta' l-enti li tkun se tidħol għal dan il-management, li jkun hemm xi mekkaniżmu ta' review, li l- kondizzjonijiet jiġu ppubblikati minn qabel u, fil-fehma tiegħi, għandhom jiġu sorveljati u jistgħu jiġu contested jekk ikun hemm xi ħaġa li għandha tiġi contested.", "Meta qed nitkellmu fuq il-wirt storiku u kulturali tagħna ma naħsibx li jkun xi ħaġa żejda dan l-instrument of review.", "Naf li jista' jiġi abbużat, imma mbagħad jiġġudika l-pubbliku.", "Nixtieq li nirriflettu bis-serjetà fuq xi forma ta' parliamentary review ta' meta niġu biex ngħaddu l-management ta' siti ta' valur storiku u kulturali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-punt li qiegħed jitqanqal huwa validu u importanti, però m'iniex ċert jekk fil-provvedimenti tal-liġi aħniex qed naħsbu għalih diġà.", "Għax hawnhekk il-ħsieb hu li t-tmexxija u l- preżentazzjoni tal-patrimonju kulturali tagħna, li huwa pubbliku, tieħu ħsiebu din l-aġenzija operattiva.", "Però qed ngħidu wkoll li din tista' bl- approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru, u f'konsultazzjoni mas- Sovrintendent, jew tiddelega l-funzjonijiet tagħha lil xi enti eżistenti jew lil xi enti li għad trid tiġi mwaqqfa, sew pubblika sew privata, jew lil xi soċjetà msieħba magħha, kif ikun meħtieġ, u f'kull każ taħt dawk il- kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti mis-Sovrintendent u approvati u ppubblikati mill-Ministru fil-Gazzetta.", "Hawnhekk qed niddelegaw waħda mill- funzjonijiet li nsibuhom elenkati fil-paragrafi ta' qabel.", "F'subklawsola 8(5), meta qed ngħidu: \"Bil-għan li jiġu żgurati l-aħjar konservazzjoni, restawr, tmexxija, amministrazzjoni, marketing, esibizzjoni, preżentazzjoni jew studju ta' xi qasam partikolari tal- patrimonju kulturali,\" f'ċertu sens qed ngħidu li se npoġġu in guardianship.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dik ċara.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħalli nibqa' nsemmi l-Fondazzjoni Patrimonju Malti.", "Mela biex inpoġġi sit partikolari fil-kurazija tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti rrid nimxi skond clause 48 li jgħid: \"Is-Sovrintendent jista' fl- awtorità tal-Ministru jagħmel permezz ta' att pubbliku...\"", "L-att se jkun pubbliku, jiġifieri jien ma nistax naqbad u nagħti wieħed mis-siti lill- Fondazzjoni Patrimonju Malti.", "Illum nista' nagħmel hekk, imma meta tgħaddi l-liġi rrid nagħmel att pubbliku, att ta' kurazija li bih il-kustodja u l- amministrazzjoni ta' proprjetà kulturali immobbli tiġi mgħoddija għal għand il-Kunsill Lokali jew organizzazzjoni mhux governattiva, taħt dawk ir- regolamenti li jistgħu jiġu preskritti u skond dawk il-kondizzjonijiet li ma jkunux inkonsistenti.", "Subklawsola 48(2) tgħid li: \"Id-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, m'għandhomx japplikaw għall-att ta' kurazija.\"", "Dan għaliex ovvjament jekk jien se ngħaddilek sit, taħt kwalunkwe titolu, b'kera jew b'ċens, irrid niġi quddiem il-parlament.", "Mentri hawnhekk qegħdin ngħidu li għandu jitqiegħed kopja ta' l-att fuq il- Mejda tal-Kamra u fi żmien erba' ġimgħat jekk il-Kamra jidhrilha li hemm xi ħaġa mhix f'postha wieħed jista' jġib mozzjoni quddiem il-parlament.", "Issa nkompli nistudja dawn iż-żewġ klawsoli ħalli nserraħ rasi li qed jolqtu dan il-punt li qed jitqanqal.", "Irrid inressaq emenda wkoll biex id- deċiżjoni ma tkunx biss tal-ministru responsabbli mill-kultura imma anke tal-ministru responsabbli mill-artijiet.", "Jekk hemm xi ħaġa oħra li naraw li jkollha bżonn dan ir-review nipprovaw ninkluduha.", "Però jekk noqgħod neżamina l-funzjonijiet ta' l-aġenzija, għalkemm hawnhekk jgħid li l- aġenzija tista' tiddelega l-funzjonijiet tagħha, mhux kull funzjoni tista' tiddelega, imma tista' tiddelega dawk il-funzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' konservazzjoni, restawr, tmexxija, amministrazzjoni, marketing, esibizzjoni eċċ. Naħseb li hawn biżżejjed proċess ta' review.", "Però, jekk jippermettili l-Onor.", "Bartolo, nixtieq nistaqsi lid-direttur tal-mużewijiet dwar diffikultà li għandi fuq dan il-punt.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Forsi ta' min jirrifletti wkoll fuq il-punt l- ieħor li semmejt jien, fejn hemm li l-ministru japprova u s-sovrintendent li għandu biss poter ta' konsultazzjoni.", "Ladarba l-ministru nnifsu qed jgħid li tajjeb li ma jkunx responsabbli l-ministru tal-kultura waħdu imma għandu jkun responsabbli wkoll il-ministru ta' l-artijiet, però kif se niżguraw ...", "Veru li ma tistax tagħmel xi garanzija li tagħlaqha tight, imma iktar tard qed ngħidu hekk: \"taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti mis-Sovrintendent u approvati u ppubblikati mill-Ministru fil-Gazzetta.\"", "Jien kważi naċċetta l-kliem \"bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru u f'konsultazzjoni mas-Sovrintendent\", imma ta' min jagħmilha iktar tassattiva meta niġu għall-kliem \"taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Biex nagħmluha bħalma għamilna fil-klawsola l-oħra.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dak li kont se nissuġġerixxi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiġifieri tiġi \"u f'kull każ taħt dawk il- kondizzjonijiet kif stabbiliti mis-Sovrintendent.\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li tiġi aħjar hekk.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, hawnhekk xtaqt ukoll niċċara ftit il- punt li diġà tqanqal fid-dibattitu, però tajjeb li nerġa' nispjegah ftit jien.", "Fi klawsola 9 li qegħdin niddiskutu qegħdin nipproponu li l-bord tad- diretturi jrid ikollu rappreżentant li huwa nominat mill-ministru responsabbli għal Għawdex.", "Issa rrid ngħid li Għawdex ukoll jippreżenta fatturi li huma speċjali f'dak li huwa wirt.", "Bħal ħafna miż-żewġ naħat tal- Kamra jien żgur nemmen li l-wirt Għawdxi huwa wirt ta' ċerta karatteristika u ta' ċertu valur partikolari.", "Għalhekk irrid ngħid minn issa li l-ħsieb tagħna hu li jekk għandna l-Heritage Malta għandu jkollna l-Heritage Gozo.", "M'aħniex qegħdin indaħħlu fil-liġi li għandu jkun hemm operating agency oħra li jkun jisimha Heritage Gozo għax subklawsola 8(5) diġà tippermetti li jkun hemm enti li għad trid tiġi mwaqqfa li tkun tista' tieħu ħsieb il- linji ġenerali għall-finijiet ta' Għawdex.", "Ħafna drabi nisimgħu l-parir kemm hu ta' siwi li għall-finijiet ta' turiżmu Għawdex jiġi rreklamat bħala Għawdex, iktar milli bħala parti minn Malta.", "U anke fejn jidħol il-wirt kulturali u storiku żgur li jagħmel ħafna sens li Għawdex ikollu l-Heritage Gozo bl-istess image korporattiva tal-Heritage Malta, mingħajr ma jkun eskluż li l-Heritage Malta jkollha l-overall responsability għall-patrimonju kulturali kollu Malti u Għawdxi, bħalma s- sovrintendenza għandha l-overall responsability.", "Jien inħoss li tajjeb li Għawdex ikollu l-istruttura operattiva tiegħu, però mbagħad ikun żball jekk dan jinqata' kompletament mir-rimja ta' l-iżviluppi, tal-ħsieb u tad- diskussjoni li tkun qed issir f'Malta.", "Jekk wieħed jilleġisla fil-liġi li fuq l-istess livell ta' Heritage Malta ikollu Heritage Gozo nibża' li jistgħu jiġru dawn l-affarijiet.", "Però f'dan l-istadju niddikjara li l- ħsieb huwa li f'Għawdex ikollna wkoll il-fergħa tal-Patrimonju Malta li tkun il-Patrimonju Għawdex.", "Jekk tippermettili l-Kamra, f'din il-klawsola għandi diffikultà oħra li nixtieq nistaqsiha lid-direttur tal-mużewijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naħseb li tajjeb li niċċaraw il-punt li tqanqal mill-Onor.", "Bartolo dwar klawsola 8 biex inkunu ċerti li fejn si tratta delega li tinvolvi guardianship jiġu osservati l-kondizzjonijiet ta' klawsola 48.", "Allura naħseb li għandna nagħmlu emenda f'dan is-sens li se niddraftjaha iktar tard.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq delega, imma meta wieħed jagħmel delega biex jipprovdi t-tindif, għall-argument, hemmhekk mhix kwestjoni ta' kurazija.", "F'dak il-każ flok li l-aġenzija timpjega l- impjegati hi, qed tiddelega din il-funzjoni lil xi ħaddieħor.", "Imma fejn si tratta li l-aġenzija tiddelega l-management, the administration, the presentation ta' sit partikolari, allura hemm irridu nifhmu li dik mhix delega ta' amministrazzjoni normali ta' kuljum, imma qed tiddelega taħt l- aspett kollu tal-guardianship.", "Allura subklawsola 8(5) timplika li rridu nsegwu l-proċedura li qed tiġi stabbilita fi klawsola 48.", "Għalhekk, jekk qed nifhem tajjeb, apparti l-emendi li għadu kif ippreżenta l-Ministru Gatt għal klawsola 8, se jkollna żewġ emendi oħra għal subklawsola 8(5).", "Waħda biex ngħidu \"dawk il-kondizzjonijiet kif stabbiliti\" minflok \"dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti\" u l-oħra biex inżidu r-riferenza għal klawsola 48 f'każ li d-delega tkun tammonta għal kurazija.", "Issa nerġa' mmur għal klawsola 9.", "S'issa kellna emenda waħda dwar ir- rappreżentant nominat mill-ministru responsabbli għal Għawdex.", "U f'subklawsola 9(4) li titkellem dwar il-ħatra ta' uffiċjal ewlieni esekuttiv, se nżidu t-terminu, kif għamilna fil-każ tas-sovrintendent.", "Il- bqija, din hija pjuttost klawsola ta' proċedura ta' kif trid topera l- aġenzija.", "Diġà rajna kif jinħatru l-membri tal-bord, x'inhuma l- funzjonijiet stretti tal-bord, kif jitlaqqgħu s-seduti u l-għadd ta' membri li jikkostitwixxu quorum, u anke kif jiġu trattati issues ta' conflict of interest.", "Għaldaqstant għada nressqu l-emenda għal klawsola 9 ħalli ninkorporaw dan it-tibdil.", "Jiġifieri l-ħsieb huwa li għada nagħlqu l-klawsoli 8 u 9 għax nippreżentaw dawn l-emendi kif ftehemna.", "Tajjeb li nagħlqu wkoll klawsola 4 dwar il-prinċipji, jekk m'għandna xejn iktar x'inbidlu fiha.", "Nissuġġerixxi li nħallu l-klawsola 2 tat-tifsir sospiża sa l-aħħar biex jekk jinqala' l-bżonn ta' xi tifsira oħra li ma ħsibniex fiha ma nkunux ilħaqna għaddejnieha.", "Għalhekk, Mr Chairman, nitlob il-permess biex klawsola 9 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri s'issa għaddejna klawsoli 3, 5, 6 u 7 u għada fil-għodu se nkunu fil-pożizzjoni li ngħaddu klawsoli 4, 8 u 9, u nħallu klawsola 2 miftuħa.", "Klawsola 10 - Ċentru Malti għar-Restawr.", "Clause 10 - Malta Centre for Restoration.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, hawnhekk nidħlu f'kamp ftit differenti minn dak li kellna s'issa għax meta konna qed nabbozzaw din il-liġi wżajna l-ħin kollu l-keyword \"restawr\" kemm fit-taqsima dwar il-prinċipji u dmirijiet, fil-parti tas-sovrintendenza u fil-parti ta' l-operatur.", "Użajna ta' spiss il-kliem \"restawr, konservazzjoni, preżentazzjoni\", jiġifieri l- kelma \"restawr\" tirrikorri kontinwament, allura ħassejna li fil-liġi għandna ninkorporaw iċ-Ċentru Malti għar-Restawr li ġie mwaqqaf bejn il- ministeru ta' l-edukazzjoni flimkien ma' l-università ta' Malta.", "L-ewwelnett hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi ħaġa li għad irridu noħolquha, imma fuq enti li diġà teżisti, li għandha l-personalità ġuridika tagħha u qed topera.", "Infatti klawsola 10 tgħid hekk: \"Iċ-Ċentru Malti għar-Restawr imwaqqaf mill-Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni flimkien ma' l-Università ta' Malta qiegħed b'dan jerġa' jiġi mwaqqaf u rikostitwit - din hija t-terminoloġija legali li trid tintuża biex wieħed jinkorpora enti ġo liġi oħra - bħala korp magħqud b'personalità ġuridika distinta li jista', bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, jagħmel kuntratti, jikseb, iżomm u jiddisponi minn kull xorta ta' proprjetà għall-finijiet tal- funzjonijiet tiegħu, li jħarrek u jiġi mħarrek, u li jagħmel dawk l- affarijiet kollha u li jagħmel dawk it-transazzjonijiet li jkunu inċidentali jew li jwasslu għall-eserċizzju jew it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att.\"", "Il-parti tal-personalità ġuridika hija għal darba oħra t-template li aħna nsegwu fil-liġijiet tagħna.", "Ir-rappreżentanza legali taċ-ċentru qed tiġi vestita fil-president tiegħu, iżda dan jista' jaħtar lid-direttur jew lil xi wieħed jew aktar mill-uffiċjali biex jirrappreżentaw liċ-ċentru.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Nirringrazzjakom.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 20 ta' Novembru, 2001 fid-9.00 a.m., b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem fuq xi ħaġa li forsi f'dan il-parlament ma nitkellmux biżżejjed fuqha.", "Xtaqt nitkellem fuq il-valur ta' min jiddedika ruħu għall-ħajja pubblika u għall-persuni li jkollhom responsabbiltajiet pubbliċi u allura jridu jaqdu d-doveri tagħhom lejn l-Istat u lejn il-poplu.", "Kontra dak li jaħsbu ħafna nies ħafna drabi dan ipoġġihom mhux f'vantaġġ imma f'sitwazzjoni anke ta' żvantaġġ, u tajjeb li nirriflettu ftit fuq il-pożizzjoni tal-persuna li tagħti servizz pubbliku lil dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, primarjament dak li ġegħelni nitkellem fuq dan kienet l-aħbar li jien, bħal kull persuna oħra, smajt f'dan il-pajjiż li l-ex-kummissarju tal-pulizija kien qiegħed il-Belt u kien hemm min ħebb għalih u tah daqqa ta' ponn biex speċi jpaċi l-kontijiet miegħu meta huwa ma baqax kummissarju tal-pulizija.", "Dan l-inċident ġegħelni nirrifletti mhux biss fuq dak li ġara imma wkoll fuq il-fatt li sussegwentement il-penali – li kienet multa ta' Lm70 - għal dan kollu kien, fil-fehma tiegħi ma kenitx tirrifletti dak li ġara.", "Dan m'iniex qed ngħidu bi kritika, għaliex wieħed ikollu wkoll ir- restraints tal-liġijiet infushom, imma qed ngħidu bħala stat ta' fatt. M'iniex qed ngħidu lanqas bi kritika speċifika għall-qorti li ħadet dik id- deċiżjoni għaliex wara kollox minn dan il-parlament irridu nuru l-akbar rispett għad-deċiżjonijiet kollha tal-qorti u sta għalina illi bħala lleġislaturi nagħmlu d-dover tagħna biex jekk naħsbu li hemm xi ħaġa fil- liġi li m'hijiex tajba, nagħmlu l-bidliet li għandna nagħmlu biex nirranġawha.", "Sur President, l-osservazzjoni li għamilt meta ġara dan l-inċident kienet illi persuna li tkun wafqet tagħti servizz pubbliku lil dan il-pajjiż malajr issib lil min jieħu l-liġi b'idejh u jagħmel dannu għaliha.", "Naħseb li bħala pajjiż ċivilizzat, bħala pajjiż li jemmen li l-istat irid ikollu nies li jagħtu servizz tajjeb u serju lill-komunita' tagħhom irridu nagħmlu xi ħaġa iktar biex nipproteġu u biex nivvalorizzaw lil min jagħti servizz pubbliku.", "M'hijiex l-ewwel darba li ġrat xi ħaġa bħal din għax naturalment wieħed ikun jaf b'inċidenti individwali ta' membri parlamentari u ta' min ma jkunx għadu membru parlamentari.", "Jien ma rridx nidħol f'dettalji bħal dawn imma tajjeb li nosservaw li jekk dan il-pajjiż irid ikun serju bil- mod ta' kif jirregolamenta l-affarijiet, fil-fehma tiegħi jrid jassigura li jkun hemm pieni ibsin għal min jabbuża mil-liġi b'mod illi jieħu azzjoni li tkun ta' dannu għal persuni li kienu qegħdin jagħtu servizz pubbliku.", "Il-liġijiet tagħna jipproteġu lil min ikun qed jagħmel servizz pubbliku imma hemm bżonn li ssir xi ħaġa biex tipproteġi lil min ikun irtira jew m'għadux fis-servizz pubbliku.", "Din m'hijiex xi ħaġa ġdida u hija xi ħaġa li pajjiżi oħrajn ħarsu lejha.", "Hemm nies li jkunu okkupaw ċerti pożizzjonijiet li jkunu ta' riskju, bħalma huwa l-kummissarju tal-pulizija, il-ministru ta' l-intern, u nies oħra f'ċerti livelli tas-soċjeta' tagħna li jagħmlu deċiżjonijiet, li b'konsegwenza ta' ċerti deċiżjonijiet li jieħdu ġieli anke ħallsu b'dannu personali.", "Jiena nemmen, Mr Speaker, li bħala pajjiż serju u bħala soċjeta` serja, ma nistgħux inħallu inċident bħal dan jgħaddi u jintesa qisu qatt ma ġara xejn, u għalhekk inħeġġeġ lill-ministru tal-ġustizzja, lill-ministru ta' l- intern u lill-gvern biex iħarsu bis-serjeta` lejn din il-materja u jaraw hemmx bżonn - kif naħseb illi hemm - li nilleġislaw biex nassiguraw li min jagħti servizz pubbliku jibqa' protett mill-Istat anke wara li jispiċċa mill-kariga tiegħu.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li rridu nosservawha u naħdmu fuqha.", "Ma nistgħux ngħidu li dan kulma tah kienet daqqa ta' ponn u kollox jibqa' għaddej.", "Il-bieraħ kien l-anniversarju tiegħi ta' kemm ili fil-ħajja pubblika f'dan il-pajjiż.", "Jiena ili fil-ħajja pubblika sa minn Novembru ta' l-1977 u nħoss li dan il-pajjiż għadu qed jinbena u jrid ikompli jinbena bl-akbar serjeta`.", "Irridu naraw li ċ-ċittadin ikun protett mhux biss jekk ikun fil-politika għax bniedem jista' jkun f'pożizzjonijiet li jieħu deċiżjonijiet li jistgħu jeffettwaw u jolqtu ħażin lil ċerti nies anke jekk ma jkunx fil-politika.", "L-istati kollha barra minn pajjiżna jħarsu lejn dawn l-affarijiet u l-protezzjoni trid tkompli tingħata.", "Jiena nemmen li jekk wieħed kien kummissarju tal-pulizija, sakemm jibqa' ħaj irid jingħata protezzjoni mill-istat anke jekk jirtira u anke jekk ikun qed jagħmel xogħol ieħor fil-ħajja tiegħu.", "Ladarba kien jokkupa dik il- kariga hemm bżonn li l-istat ikun serju u jagħtih protezzjoni.", "Mhux qed ngħid li din għandha tkun l-unika kariga li jkollha dik it-tip ta' protezzjoni.", "Irridu nevolvu l-ħsieb tagħna illi meta jkollna nies li taw servizz lil pajjiżna, meta mbagħad jispiċċaw minn dak is-servizz, ma nibdewx inħarsu lejhom bħala qatt ma eżistew.", "F'pajjiżi oħrajn ċerti nies li kienu fil-politika jew f'ċerta kariga u ma baqgħux f'dik il-kariga xorta kull ċertu żmien jiġu briefed fuq ċerti affarijiet li jkunu qegħdin isiru fl-istat, li jkunu qed isiru fil-gvernijiet partikolarment ta' dak il-mument għaliex dawn ikunu nies li taw servizz u jkunu nies li f'mumenti diffiċli l-pajjiż ikun jista' jerġa' jsibhom.", "Aħna qatt ma nistgħu ngħidu x'ikunu mumenti diffiċli, qatt ma nistgħu ngħidu ta' liema persuna se niġu bżonn bħala pajjiż, għax il-pajjiż, bħall-pajjiżi kollha fid-dinja, jgħaddi minn mumenti li ma jistennihomx u allura tajjeb li jkun hemm ċertu tip ta' affjatament bejn in-nies tal-politika u n-nies fis-servizz pubbliku b'mod ġenerali biex ikun hemm ċerta kontinwita' biex l-istat ikun jista' jassigura l-aħjar interess ta' dan il-poplu.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għaliex nemmen li minn dan il-parlament aħna rridu dejjem infittxu l-iktar interess ta' dan il-poplu.", "U biex inħarsu iktar l-interess ta' dan il-poplu, ma rridux noħolqu soċjeta' fejn ikollna sempliċement kultura ta' politician bashing.", "Ma naħsibx li għandu jkollna kultura f'dan il-pajjiż fejn min hu fil-politika jiġi mpinġi bħala xi ħadd li qiegħed hawnhekk biex jakkwista jew biex ikabbar il-glorja tiegħu imma rridu nivvalorizzaw ukoll ix-xogħol li jagħmel il-politiku.", "Żgur li ma rridux nagħmlu dan it-tip ta' politician bashing li kultant sfortunatament tidher fil-ġurnali u fil-kultura tagħna.", "B'dan il-mod nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn nies serji u nies li jistgħu jagħtu dan il-kontribut lil dan il-pajjiż jispiċċaw li jitnaffru mill-politika.", "Il-politika hija servizz, hija xi ħaġa sabiħa immens, hija xi ħaġa kreattiva u dinamika.", "Meta wieħed iħares lejha bħala mod kif jista' jagħti servizz għall- komunita` hija xi ħaġa li hi wkoll ta' sodisfazzjon kbir għaliex wieħed jara li l-bidliet li jkunu saru jkunu bidliet li huma dejjiema.", "Nista' ngħid li wieħed iħoss sodisfazzjon meta jħares lejn ix-xogħol li jkun għamel fil-politika, almenu daparti tiegħi hekk inħoss.", "Ftit tal-jiem ilu ġie jkellimni xi ħadd mill-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ u qalli li beħsiebhom jagħmlu xi kommemorazzjoni f'għeluq l-10 snin minn mindu twaqqaf dan il-kunsill.", "Għalija huwa ta' sodisfazzjon li kelli l-fortuna u l-unur li kont is-segretarju parlamentari, imbagħad ukoll il-ministru responsabbli miż-żagħżagħ meta nħoloq dak il-kunsill.", "Huwa ta' sodisfazzjon li nara li l- ideat li wettaqt għadhom għaddejjin.", "Naturalment dawn ma wettaqthomx waħdi imma bl-għajnuna ta' ħafna nies fis-servizz pubbliku, fis-settur privat u anke nies fl-għaqdiet volontarji.", "Xejn ma jsir waħdu mill-politiku biss; il- politiku jrid ikun catalyst, irid ikun biss dak li jgħaqqad u jieħu l- inizjattiva biex iġib il-bidla, imma barra minn hekk il-politiku jrid ikollu lil ħaddieħor li jkun miegħu biex dik il-bidla tattwa ruħha.", "U żgur huwa ta' sodisfazzjon li tara istituzzjonijiet li nħolqu u li fil-fatt kif jgħidu bl-Ingiż stood the test of time.", "Jien naħseb li fil-politika, din hija l-aktar ħaġa li tagħtik sodisfazzjon għax turik li l- affarijiet jkunu mxew 'il quddiem mhux għax kienu marbutin mal-persuna li għamlithom imma għax kienu diretti li jkollhom ħajja tagħhom u u l- vitalita` tagħhom stess.", "Mr Speaker, biex insaħħu l-ħajja politika f'dan il-pajjiż, irridu wkoll nittrattaw id-defamazzjoni tal-politiċi b'mod serju.", "Hemm tendenza fil- fehma tiegħi li n-nies jgħidu li la persuna tkun qiegħda fil-politika allura jistgħu jgħajjruha kemm iridu.", "Sa ċertu punt, il-fatt li qiegħed fil-ħajja pubblika tfisser li l-liġi, l-leġislazzjoni u anke l-qrati jrid ikollhom komma aktar wiesgħa miegħek, fis-sens li inti trid tkun lest li tkun soġġett iktar għall-kritika u għall-kummenti.", "Ma jridx ikollok il- ġilda tarija wisq imma trid tkun kapaċi tieħu l-kritika, kultant anke kritika li twaqqgħek għar-redikolu.", "Meta tkun fil-ħajja pubbika tajjeb li taċċetta wkoll lil min jagħmel użu umoristiku minn dak li tkun għamilt jew dak li ma tkunx għamilt.", "Tajjeb li wieħed jaċċetta dan kollu, u nifhem li meta l-liġi tiġi applikata trid tieħu in consideration li d-diskors li jkun sar jew inkiteb fuq persuna ma jkunx fuq il-ħajja privata imma fuq il- ħajja pubblika allura hija esposta għal aktar kritika, pero` mill-banda l- oħra fil-fehma tiegħi hemm bżonn li l-leġislazzjoni hawnhekk tiġi revisited għax hemm xi nuqqasijiet fiha.", "Fil-fehma tiegħi l-leġislazzjoni ma tagħtix biżżejjed saħħa lill-fatt li persuna pubblika tbati iktar l-effett tad-defamazzjoni tagħha milli tbatih persuna fil-ħajja privata.", "Mela hawnhekk biex il-qrati jaslu biex jgħidu li hemm defamazzjoni ta' persuna pubblika għandhom jieħdu in konsiderazzjoni iktar fatturi u jridu jkunu iktar ristretti għax meta jiġi skopert li hemm defamazzjoni fil-fatt tal-persuna pubblika, l-konsegwenzi huma ikbar.", "Għal min huwa fil-ħajja pubblika jew għal min ikun fil-parlament defamazzjoni tista' tfisser it-tmiem tal-karriera tiegħu.", "Jista' jkun li l-persuna tkun qiegħda f'kariga u jkollha tirriżenja, u allura la l-konsegwenzi huma ikbar fil-fehma tiegħi l-ġustizzja titlob li l-piena għal min jagħmel defamazzjoni għandha tkun ikbar ukoll.", "Din il-bidla fil-liġijiet ta' min iħares lejha.", "Qiegħed ħafna attent kif inpoġġi l-kliem għax ma rrid lil ħadd jifhimni li qed ngħid li m'għandhiex issir kritika lill-persuni fil-ħajja pubblika, anzi nerġa' nirrepeti li l-kritika fil-ħajja ta' persuna pubblika trid tkun wiesgħa u tista' ssir b'iktar liberta` milli lejn persuna privata.", "Bla dubju ta' xejn naħseb li dan huwa parti mid-difiża tad-dritt tal- ġurnaliżmu u ta' l-espressjoni li mingħajru ma jistax ikollna la demokrazija u lanqas ħelsien f'pajjiż li jemmen fil-pluraliżmu.", "Jiena nemmen ħafna u bis-sħiħ fil-pluraliżmu tax-xandir u fil-pluraliżmu tal- ġurnaliżmu.", "Wara kollox f'dan il-parlament kont jien li ressaqt il-liġi dwar il-liberalizzazzjoni u d-dħul tal-pluraliżmu fix-xandir.", "Nemmen li dik hija waħda mill-bażi fundamentali tad-demokrazija.", "Nemmen ukoll li l- kritika tal-persuna pubblika tista' tkun wiesgħa kemm jista' jkun pero` ladarba jiġi stabbilit li hemm id-defamazzjoni, il-pieni għandhom ikunu ħafna akbar ladarba l-konsegwenzi fuq persuna tal-ħajja pubblika jkunu ħafna ikbar minn dawk li ssofri persuna fil-ħajja privata.", "Jekk ma nagħmlux hekk ma nkunux qegħdin nagħtu protezzjoni ġusta bejn id-drittijiet u l- obbligi li għandu kulħadd.", "Kulħadd fis-soċjeta` għandu drittijiet u obbligi, liema drittijiet u obbligi jridu jiġu protetti sewwa u b'mod ġust.", "Mr Speaker, bl-istess mod, għaliex nemmen li fil-ħajja pubblika l- affarijiet għandhom isiru sewwa, ma nemminx li min kien fil-ħajja pubblika għandu d-dritt li jgħid li hemm il-preskrizzjoni jekk xi ħadd jakkużah bil- korruzzjoni.", "Jiena favur li jekk hemm xi ħadd li għamel akkuża ta' korruzzjoni, anke jekk għadda ż-żmien tal-preskrizzjoni, għandu jirrispondi.", "Fil-fehma tiegħi għandna jkollna l-kuraġġ li ngħidu li persuni li qed jagħtu servizz pubbliku u li qegħdin jużaw fondi pubbliċi li huma vvutati minn dan il-parlament, ma jistgħux jistaħbew wara l-fatt li għadda ż-żmien tal-preskrizzjoni jekk xi ħadd jagħmlilhom xi akkużi ta' korruzzjoni.", "Jiena nemmen fil-protezzjoni tal-membri tal-parlament u ta' kulmin qiegħed fis-servizz pubbliku, pero` fl-istess waqt nemmen fid-dritt ta' kull ċittadin li jassigura u jagħmel kulma hemm bżonn biex jassigura li l-fondi pubbliċi jintużaw tajjeb u li kulmin għandu l-poter jużah b'mod tajjeb.", "Nemmen li kulmin jagħti servizz lill-pubbliku - u hawn m'iniex qed nirriferi għall-politiku biss – għandu jkun fil-pożizzjoni li jkun skrutinizzat u jkun lest li jirrispondi għal deċiżjonijiet tiegħu biex dejjem nassiguraw li d-drittijiet taċ-ċittadin komuni jkunu rispettati.", "Fl-aħħarnett biex insaħħu anke l-parlament irridu nirriflettu fuq kemm hija importanti l-leġislatura.", "Il-leġislatura għal ħafna nies hija realta` li ma teżistix.", "Sfortunatament għal ħafna nies il-parlament huwa post fejn in- naħa tal-gvern u ta' l-oppożizzjoni joqogħdu jiġġieldu bejniethom.", "L- impressjoni hija li fil-parlament hemm eżekuttiv u oppożizzjoni li qed tikkontensta l-eżekuttiv mentri l-verita` hija ħafna differenti minn hekk.", "Għaliex in-nies iħarsu lejn il-parlament bħala gvern u oppożizzjoni u ma jħarsux lejn l-istituzzjoni tal-parlament kif inhi bħala istituzzjoni?", "Dwar dan nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet għaliex ma jistax ikun li fi ftit minuti nidħol f'suġġett daqshekk vast b'mod li jagħmel ġustizzja għals-suġġett innifsu.", "Aħna għandna sistema parlamentari li hija diversa minn dik li teżisti f'pajjiżi oħrajn; hija diversa kompletament mis-sistema Amerikana u hija sistema parlamentari bbażata fuq dik ta' Westminster.", "Naturalment hemm ħafna pajjiżi fil-Commonwealth li għandhom sistema bħal din għaliex din is- sistema serviet ta' gwida għal ħafna.", "Fis-sistema Amerikana, per eżempju, diffiċli biex wieħed jgħid li l-eżekuttiv huwa identifikat mal-leġislatura għaliex il-leġislatura hija indipendenti mill-eżekuttiv.", "Il-president jappunta l-persuni tal-kabinett tiegħu li ma jkunux mal-leġislatura imma li jkunu barra mil-leġislatura.", "Għandek il-president eżekuttiv li għandu l-poteri ċari u li m'huwiex parti mill-parlament ta' l-Istati Uniti.", "Għandek ukoll il-qrati li huma separati.", "Anke fis-sistema tagħna l-qrati huma separati, indipendenti u protetti bil-Kostituzzjoni, u dan ġustament għax inkella lanqas hemm ma jkollna liberta` u demokrazija vera.", "Fl-Istati Uniti hemm sistema fejn għandek is-senat u l-kamra tar- rappreżentanti fejn għandek il-kungress li jirrappreżenta l-poplu u huwa poter indipendenti mill-eżekuttiv u huwa poter għalih innifsu.", "Fis-sistema tagħna m'għandniex hekk.", "Aħna għandna sistema li ilha taħdem bla ebda interruzzjoni għallinqas mill-1921 fejn il-konfużjoni għan-nies hija ħafna iktar faċli għaliex jaraw lil kulħadd miġbur fil-parlament imma l-ġabra fil- parlament hija ġeneralment il-ġlieda bejn il-gvern u l-oppożizzjoni.", "Jien m'iniex qed ngħid dan għax nemmen li għandna nbiddlu s-sistema tagħna jew għaliex nemmen li għandna niddepartixxu minn din is-sistema u naqbdu sistema kompletament differenti imma għax nemmen - u iktar ma ndum f'dan il-parlament iktar nemmen dan - li d-difiża vera taċ-ċittadini f'dan il- pajjiż tkun tista' sseħħ iktar jekk f'dan il-parlament il-membri jagħmlu l- punt tagħhom bħala membri parlamentari u mhux neċessarjament bħala membri ta' l-oppożizzjoni jew membri ta' l-eżekuttiv.", "Mr Speaker, dan deher ċar fil-kwestjoni meta dan il-parlament ġie biex jiddeċiedi jekk għandux jiġi mneħħi imħallef.", "Din hija deċiżjoni diffiċli ħafna għal kull demokazija pero` deċiżjoni li ġiet imressqa f'dan il- parlament bl-akbar responsabbilta` u b'diskussjoni li saret f'diversi livelli li nkludew kumitati tal-parlament.", "Hemmhekk kellna ċirkostanzi fejn wieħed seta' vvota bħala membru parlamentari għax il-vot kien ta' kuxjenza u kien wieħed liberu.", "Dan għandu jsir mhux biss f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Aħna għandna nsaħħu l-kunċett tal-parlament bħala entita`, bħala isitutuzzjoni importanti u bħala l-post fejn issir leġislazzjoni.", "S'issa l-parlament m'għandux il-poter l-jinizja leġislazzjoni.", "Lanqas il-parlament Ewropew m'għandu d-dritt li jinizja leġislazzjoni imma l-membri parlamentari Ewropej jgħidulek li meta l-parlament Ewropew jagħmel riżoluzzjoni, u jgħid li hemm bżonn li ssir direttiva u liġi fuq dan il-punt, rari huwa l-każ meta l-commission ma taqbadx dak li qal il-parlament u tagħmel leġislazzjoni fuq dan.", "Aħna m'għandniex din is-sistema, għalkemm ma naħsibx li jkun ħażin kieku niżviluppaw sistemi bħal dawn.", "Għallinqas għandna naħsbu ftit u mhux nibqgħu għaddejjin kif konna għaddejjin dejjem mingħajr ma noħorġu b'ideat u mingħajr ma noħolqu diskussjoni ħajja u vera ta' kif irridu li dan il-pajjiż jiġi ggvernat.", "Jiena nemmen li l-leġislatura rridu nsaħħuha.", "Anke lill-membri parlamentari individwali rridu nsaħħuhom.", "Ma naħsibx li huwa iktar aċċettabbli li membru ta' dan il-parlament jiġi f'dan il-parlament u m'għandux kamra fejn joqgħod.", "Illum kulħadd joqgħod f'kamra waħda u kulħadd irid jipprova juża t- tliet computers li jeżistu.", "Ma naħsibx li dan huwa iktar aċċettabbli.", "Biex dan il-parlament insaħħuħ hemm bżonn li membru parlamentari jkolu minn fejn jaħdem, ikollu assistenza biex jaħdem u jkollu min jgħinu fir-riċerka u mhux jibqa' mitluq għal rasu, sempliċement jiġi hawnhekk jagħmel id- diskorsi u forsi jiġi wkoll biex jivvota u daqshekk.", "Mr Speaker, jekk trid vera tiżviluppa d-demokrazija, trid issaħħaħ dik l- istituzzjoni li hija l-parlament.", "Jien nemmen bis-sħiħ li d-demokrazija ssaħħet fis-snin li għaddew u nemmen ukoll li llum għandna żewġ partiti li jemmnu fid-demokrazija pluralista, pero` hemm bżonn li niftħu iktar minn hekk.", "Irridu noħolqu verament parlament li n-nies jifhmuh u jirrikonuxxuh bħala forza oħra politika fil-pajjiż.", "Ma rridux li n-nies jibqgħu bl- impressjoni li pajjiż ikun biss maqsum bejn l-eżekuttiv u l-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, nieqaf hawn u ngħid biss li fil-fehma tiegħi jekk jirnexxielna nsaħħu l-parlament jirnexxielna wkoll nirrisolvu ċerta firda żejda li hawn.", "Nistgħu wkoll nagħtu iktar eżempju bħalma diġa` tajna f'dan il-parlament dwar il-mod kif naslu għal iktar consensus.", "B'dan il-mod il-poplu tagħna jkun jista' jirrispetta aktar lil min qiegħed fil-ħajja pubblika.", "Wara kollox min qiegħed fil-ħajja pubblika ma jistax jippretendi li ħaddieħor jirrispettah jekk hu ma jirrispettax ukoll lilu nnifsu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, 20 ta' Novembru, fid-9:00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBAXXATA MALTIJA", "29577.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "28170?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa irrispondejt il-Mistoqsija numru 28170 fis-seduta numru 610 meta weġibt il- Mistoqsija numru 28341 li kienet tirreferi għall-Mistoqsija 28170.", "ĦABSIN MALTIN", "29578.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru.", "24158 aġġornat għal-lum?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li diġa' rrispondejt il-mistoqsija numru 24158 fis-seduta 529 meta weġibt għall-Mistoqsija numru 24703 li kienet tirreferi għall-Mistoqsija numru 24158.", "Kif mitlub, qiegħed nagħti l-informazzjoni li ġejja biex naġġorna t-tagħrif mogħti minni fir-risposta għall-Mistoqsija numru 24703.", "|Pajji|Numru|Akkuż|Sentenzj|Aċċess| |ż |ta' |a |at/arres|konsol| | |priġu| |tat |ari | | |nieri| | | | |Franz|1 |Atten|Arrestat|Iva | |a | |tat | | | | | |ta' | | | | | |qtil | | | |U.S.A|1 |Offiż|Arrestat|Iva | |. | |a ta'| | | | | |droga| | | |U.A.E|1 |Sewqa|Sentenzj|Iva | |. | |n |at | | | | |taħt | | | | | |l-inf| | | | | |luwen| | | | | |za | | | | | |ta' | | | | | |xorb | | |", "Nixtieq ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li persuna li kienet qed tiskonta sentenza ta' ħabs fil-Marokk ġiet meħlusa wara intervent mill- Gvern Malti.", "GĦAJNUNA FINANZJARJA", "29579.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "26863?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27110 fis-6 ta' Ġunju 2001.", "TROBBIJA TAT-TIĠIEG - SPEZZJONIJIET", "29580.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24351 bit- tagħrif mitlub aġġornat għal-lum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li saru diversi laqgħat mal- kooperattiva dwar ħruġ ta' liċenzji għat-trobbija tat-tjur li għaliha jirriferi l-Avviż Legali 156 ta' 1989.", "L-ispezzjonijiet bdew isiru f'Jannar 2001 u sal-lum saru 150 spezzjoni f'Malta u 58 f'Għawdex.", "F'Malta ħarġu 75 liċenzja u f'Għawdex hemm arranġament li meta l-ispezzjonijiet isiru kollha, il-liċenzji jinħarġu kollha flimkien.", "Minbarra dawn l-ispezzjonijiet saru spezzjonijiet f'irziezet għar-rigward ta' management, mard u iġene biex jiġu immeljorati l-irziezet u l-prodotti.", "FAĊILITAJIET/BINI", "29619.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma numru ta' għaqdiet clubs, għaqdiet nazzjonali eċċ li qed jitolbu lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni sabiex jestendilhom faċilitajiet/bini eċċ talli jorganizzaw l-attivitajiet u l- avvenimenti tagħhom?", "Liema huma u meta huwa maħsub li dawn it-talbiet jiġi rimedjati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif meħtieġ intalab lil diversi Dipartimenti u qed nistenna risposta biex nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "KSUR TAL-LIĠI", "29623.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet rapportati lill-pulizija dwar rimi ta' skart fil-kampanja?", "X'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l- Qorti akkużati b'dan il-ksur tal-liġi bejn Jannar u Ottubru f'Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2001, il-Pulizija kellha 24 ir-rapport dwar rimi ta` skart fil- kampanja, filwaqt li nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 22- il persuna, b`konnessjoni ma` dawn ir-reati.", "Dawn il-każi kienu kollha f`Malta.", "SKEJJEL", "29625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li fallew l- iskejjel sekondarji u primarji matul x-xahar ta' Ottubru f'Malta u Għawdex separatament?", "Jista' jagħti l-istess tagħrif għas-sena preċedenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR", "29627.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għall-żviluppi ta' serer li ma approvatx l-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta` serer matul din is-sena.", "PLANNING AUTHORITY", "29630.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il talba għar-raklamazzjoni ta' l-art agrikola ġiet reġistrata ma' l-PA matul din is-sena u l-2000 u l-1999?", "Kemm minnhom ġew approvati u kemm rifjutati?", "Kemm huwa n-numru ta' tmien ta' art involuti fil-każijiet approvati u rifjutati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001, ġew sottomessi 16-il applikazzjoni għal żvilupp li jinkludi reklamar ta` art.", "Minn dawn, tlieta (li jinvolvu 17.4 tomna) ġew approvati, filwaqt li tmienja (li jinvolvu 13.4 tomna) ġew rifjutati.", "AIRMALTA", "29632.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġarret l-Airmalta matul Ottubru ta' din is-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-istess attivita' f'Ottubru tas-sena l- oħra u l-1999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul ix-xahar ta' Ottubru ta' din is-sena, l-Air Malta ġarret 124,149 persuna fuq it-titjiriet ta' skeda.", "Matul l-istess xahar tas-sena l-oħra l-ammont ta' persuni li nġarru kien ta' 131,428 filwaqt li fl-imsemmi xahar ta' l-1999 in-numru ta' persuni kien jammonta għal 155,910.", "UNJONI EWROPEA", "29685.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid l-ispecial unit li kellha titwaqqaf biex tiġbor u tgħaddi lill-kummissjoni ewropeja riżorsi finanzjarji bħala kontribut ta' Malta meta tidħol fl-Unjoni Ewropeja twaqqfet", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iSpecial Unit dwar il-ħdim u l-ġbir tal-kontribut ta' Malta lejn il-Budget tal- Unjoni Ewropeja skond il-position paper taħt Kapitlu 29 tal-Acquis Communitaire twaqqfet fl ħdan il-Ministeru tal-Finanzi.", "Din il-Unit hi ppreseduta mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru u koordinata mid- Direttur Ġenerali responsabbli mill-Amministrazzjoni Finanzjaraja.", "PJAN TA' ŻVILUPP NAZZJONALI", "29686.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jaġġorna lill-kamra dwar ix-xogħol li sar s'issa flimkien ma' Ministeri oħrajn għat-tfassil ta' pjan ta' żvilupp nazzjonali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il- Mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "PUBLIC FINANCE MANAGEMENT BILL", "29687.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid il-public finance management bill meta mistenni li jiġi ppublikat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-drafting ta' dan l-Abbozz ġdid ta' Public Finance Management qiegħed fi stadju avvanzat u mistenni li jkun ippublikat fl-ewwel tlett xhur tas-sena d-dieħla.", "COMMON AGRICULTURAL POLICY UNIT", "29688.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta mistennija titwaqqaf il-common agricultural policy unit fid-Dipartiment tad-Dwana?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-'CAP Unit' taħdem formalment mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja.", "Iżda rrid ngħid illi diġa hemm nukliju ta' uffiċjali fid-Dwana li segwew u qed isegwu taħriġ fil- materja mogħti f'Malta minn esperti li jiġu min pajjiżi Membri kif ukoll isiru żjarat f'dawn il-pajjiżi biex tittieħed esperjenza diretta f'dal- qasam.", "Dan it-taħriġ, fid-diversi aspetti li jolqtu d-Dwana, huwa l-bażi ta' dal- Unit u huwa il-ħsieb li l-uffiċjali konċernati jkomplu jingħataw taħriġ iktar prattiku u sostenut fl-aħħar xhur ta' qabel is-sħubija biex il- liġijiet u l-proċeduri jkunu segwiti sewwa.", "UNJONI EWROPEA", "29689.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid ir-regolamenti ġodda dwar xiri pubbliku biex jarmonizzaw ir- regolamenti preżenti mad-direttivi tal-UE meta mistennija li jiġu ppublikati bħala abbozz ta' liġi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, safejn għandu x'jaqsam id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti, ix-xogħol fuq l-armonizazzjoni tal-Public Service (Procurement) Regulations preżenti mar-regoli ta' l- Unjoni Ewropeja, jinsab fi stadju avvanzat ħafna u għandu jkunu lest sa' l- aħħar ta' din is-sena.", "Meta r-regolamenti emendati jiġu approvati minn kull aspett dawn jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra skond il-proċedura stabbilita.", "VAT DEPARTMENT", "29690.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru kemm ġew investigati kumpaniji u/jew individwi mit-Tax Compliance Unit s'issa?", "Kemm minnhom huma bbażati fuq listi li thejjew mill-Vat Department u minn dipartimenti oħrajn?", "Kemm hemm każi li għandhom x'jaqsmu mad-dipartiment tat-taxxi interni F'kemm il-każ minnhom ġew applikati l- benchmarks?", "Meta effettivament ġew fis-seħħ il-benchmarks?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lil-Onorevoli interpellant li s'issa 36 każ ġew referuti lit-TCU għal-investigazzjoni fuq evażżjoni tat-taxxa.", "Dawn jiġu nvestigati kemm għall xi evażżjoni tat-taxxa tal-VAT jew tal-Income Tax kif ukoll għal evażżjoni ta' Dazju, jekk ikun il-każ.", "TENEMENT", "29696.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Riferibbilment għat-terminazzjoni ta' kiri tas-17 ta' Lulju 2001 ta' raba tal-kejl ta' madwar 42.34 metri quadri li tifforma parti minn tenement no. 50511, jista' l-Ministru jgħid jekk it-terminazzjoni ta' kiri tirreferix biss għal 42.34 metri kwadri mill-istess tenement?", "Jekk le, jista' l- Ministru jispjega għaliex it-terminazzjoni tal-kirja hija għat-tenement kollha meta l-parti li jrid il-kummissarju ta' l-artijiet tkejjel biss 42.34 metri kwadri?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kummissarji ta' l- artijiet aċċetta l-qbiela mingħand il-maġġoranza ta' l-inkwilini u m'aċċetahiex mingħand tnejn minnhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi saret xi terminazzjoni fuq it-Tenement 50511.", "PULIZIJA - ARRESTI", "29697.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew arrestati persuni qabel u waqt rave parties din is- sena?", "Kemm kellhom żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-12 ta` Novembru 2001, ġew arrestati 36 persuna.", "L-eta` tagħhom kienet tvarja bejn 16 u 43 sena.", "Ir-rave party hu terminu tekniku u ma tinżammx statistika separata.", "PULIZIJA - RAVE PARTIES", "29698.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni illi kellhom iffitxu kura l- isptar wara jew waqt li kienu qed jattendu għar-rave parties?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma jkollhiex din it- tip ta` informazzjoni u għalhekk nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BORMLA - KINDERGARDEN", "29699.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-kindergarden ta' Bormla ilhomx żmien bla ilma?", "Jekk iva għalfejn u kemm ilhom b' din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li skond tagħrif mill-awtoritajiet ta' l- Iskola Primarja ta' Bormla ma jirriżultax li s-sezzjoni tal-Kindergarten ilha għal xi żmien bla provista ta' ilma.", "BORMLA - SKOLA PRIMARJA", "29700.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid f'liema ħin studenti tal-primarja ta' Bormla qed jaraw videos tat-tfal?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-videos hux qed jintwerew kulljum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskop ta' l-apparat tal-video qiegħed fil-klassijiet biex jintwera materjal li jkun ta' appoġġ edukattiv waqt il- lezzjonijiet li jsiru waqt il-ħin ta' l-iskola.", "Waqt il-ħin tal- lezzjonijiet ma jintwerewx videos lit-tfal meta dawn ma jkunux relatati mas- suġġett.", "Informat ukoll li, temporanjament, minħabba xi xogħlijiet pendenti u perikolużi fl-ground ta' quddiem l-iskola (liema ground hu porpjeta` ta' Dipartiment ieħor), it-tfal fil-klassijiet iż-żgħar qed jiġu murija videos addattati għalihom minflok joħorġu barra.", "Dawn il-videos huma pprovduti mill-iskola.", "BORMLA - TRIQ ALESSANDRU", "29701.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min fejn hu ġej ilma tad-dranaġġ li nieżel min Triq Alessandru Bormla għal quddiem l-iskola tal-primarja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li minn spezzjoni li saret mid- Dipartiment irriżulta li la quddiem Triq Alessandru u l-anqas quddiem l- iskola primarja ma nstab li kien nieżel xi ilma tad-dranaġġ.", "Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill irċieva l-istess ilment u d-Dipartiment tad-Dranaġġ għamel spezzjoni wkoll u ma sab l-ebda ilma tad-dranaġġ nieżel.", "MCAST - COURSE", "29702.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-course tal-yacht master offshore tal-MCAST li se jsir fil-Maritime Institute nhar it-Tnejn 12 ta' Novembru 2001 hux bil-ħlas jew le?", "Jekk iva kemm qed jintalbu jħallsu dawn iż-żgħażagħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Course ta' Filgħaxija għal Yachtmasters beda fit-12 ta' Novembru 2001 u jibqa' sejjer għal tlett xhur sħaħ b'sagħterjn lecturers kull ġimgħa.", "Il-ħlas għal dan il-Course, li huwa leisure-oriented u mhux career oriented, huwa ta' Lm125.", "FGURA - TRIQ HOMPESCH", "29703.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' rdim ta' medda sħiħa bil-katusi ġodda tad-drenaġġ li kienu għadhom kemm saru mil- kuntrattur li qed jaħdem fi Triq Hompesch Fgura, biex dan reġa għamel oħrajn ħdejhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fil-lokalita` saret estenzjoni ta' main f'parti mit-triq taħt il-bankina li saret biċċa main oħra ġdida f`nofs it-triq biex titkabbar dik li kienet eżistenti.", "Barra minn hekk inbidlet medda żgħira tal-main eżistenti fejn dan kien fil- linja tal-medda l-ġdida tal-storm water system li kellha titpoġġa mal-ġenb għax ma kienx hemm spazju fiżiku bejn il-main tad-dranaġġ u l-optic fibre cable tal-Maltacom u l-main tal-Enemalta biex jippermetti it-tqegħid tal- pipe tal-storm water system.", "XOGĦOL - REĠISTRAR", "29704.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol din is-sena xahar b'xahar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "TARZNA - LA SALLE", "29705.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħalla qliegħ għat-Tarzna x-xogħol fuq il-La Salle?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-qliegħ għat-Tarzna mill-kuntratt ta' xogħol fuq il-USS La Salle kien ta' Lm1.5 miljun.", "Dan m'huwiex aktar minn Lm600,000 f'pagi li ħalla x-xogħol fit-Tarzna.", "Dawn ir-riżultati jindikaw bl-aktar mod ċar għaliex dan ix-xogħol huwa mportanti għat-Tarzna u kemm kien qed jitwarrab bla bżonn xogħol li ma kinitx tidħol għalih it-Tarzna meta kienet immexxijja bis-sistema ta' self-management.", "SKEJJEL - PURTINARA", "29706.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm purtinara jaħdmu full-time waqt il-ħinijiet ta' l- iskola fl-iskejjel primarji (skala A u skala B)?", "Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, skola skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Informat li l-iskejjel primarji ta' Għawdex mhux inklużi billi dawn il- ħaddiema jitħallsu minn Ministeru ieħor, u records tagħhom jinżammu mid- Dipartiment konċernat.", "PRIVATE ROADS", "29707.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn saru private roads matul dawn l-aħħar tnax il-xahar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta` toroq li sar xogħol fihom matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u jkopru erbgħin lokalita`.", "Din il-lista tinkludi wkoll l-ismijiet ta` toroq li qed isir xogħol fihom.", "MAINS TAD-DRENAĠĠ", "29708.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'tul ta' mains tad-drenaġġ ġodda saru matul dawn l-aħħar tanx il-xahar, kif ukoll il-lokalitajiet fejn saru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-estensjonijiet ġodda ta' mains tad-drenaġġ li saru matul dawn l-aħħar tnax-il xahar huma:", "Ħal-Bordi, Lija 80m Ta' Fġieni Area, Attard 150m Triq Barbaro Sant, Lija 80m Triq it-Tin, Żurrieq 100m Triq il-Ħtajriet, Mosta 180m Triq Fiteni, Mosta 100m Triq San Franġisk, Marsascala 120m Triq il-Likama, Marsascala 70m Triq l-Iskall, Marsascala 130m Triq tal-Ibgħal, Birkirkara 120m Triq in-Namura, Baħrija 170m Triq il-Lampura, Baħar iċ-Ċagħaq 70m Triq il-Lok ta' Coppins, St. Andrews 100m Triq id-Dris, St. Andrews 100m St. Helen's Gate, Cospicua 190m Triq it-Tank, Siġġiewi 80m Qasam Sperimentali, Luqa 120m Fond Għadir SumpTriq San Franġisk, Marsaxlokk 40m Triq Ħal-Millieri, Żurrieq 70m Triq il-Greċja, Naxxar 100m Triq il-Gistakor, Għaxaq 100m Triq il-Għirgħien, B'Buġa 100m Exiles, Sliema 80m Triq il-Kurunell Mass, Tarxien 125m Triq l-Isqof Alferan, Żurrieq 35m Vjal l-Indipendenza, Żurrieq 45m Triq il-Munxar, Marsascala 70m Triq il-Għargħur, Birkirkara 30m N/S in Tower Street, Birkirkara 80m Triq Patri Ġuże Delia, Siġġiewi 90m Triq Mike Pulis, Birkirkara 30m Triq il-Qasam Sperimentali, Luqa 200m Kortin, Sewer Gravity – Mellieħa 400m Għargħur Galleries 60m Triq il-Baltiku, San Ġwann 105m Triq G Sandys, San Pawl tat-Tarġa 70m Triq Daħlet il-Ġibjun, Naxxar 150m Triq Gregory Mifsud, Qrendi 270m Triq Oscar Zammit, Ħamrun 60m N/S in Triq il-Mellieħa 150m Triq ir-Rand, Attard 80m N/S in Triq il-Kananea, Attard 80m Triq il-Lanġas, Naxxar 170m Triq Dun V Schembri, Naxxar 40m N/S in Tan-Nadur Area, Marsascala 30m N/S in Daħlet Marsascala 70m Triq il-Munxar, Marsascala 70m Triq Nerik Xerri, Kirkop 35m Triq tal-Ħniena, Qrendi 100m Dawret il-Wied, Mosta 135m Triq San Dwardu & Triq il-Port Ħieles , B'Buġa 180m Kortin, Sewer Gravity – Mellieħa 400m Għargħur Galleries 50m Għargħur Sewer Gravity Mains 250m Triq Dun Vinċenz Caruana, Żurrieq 40m Triq Magri/Triq Bubaqra, Żurrieq 80m Triq Santa Margherita, Siġġiewi 70m Paola, near Corradino Prison 40m Triq Hompesch, Fgura 60m Pembroke 100m Ħajt il-Wied, Żejtun 250m Triq Barth, Ħamrun 50m Triq P Dacoutros, Ħamrun 60m", "XOGĦOL - REĠISTRAR", "29709.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqataw persuni mill- ewwel parti tar-reġistru għal dawk bla xogħol din is-sena xahar b'xahar u għaliex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "ENEMALTA", "29710.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru.", "29153, x'irriżulta mill-investigazzjoni li għamlet l-Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta, irriżulta li hemm il-ħtieġa li jiżdied id-dawl tat-triq fl-inħawi indikati mill-Onorevoli Interpellant fil- mistoqsija numru 29513.", "Infatti din it-talba qed tkun ikkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "KERA - LIĠIJIET", "29711.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi dwar ir-rapport tal-kummissjoni dwar riformi fil-liġijiet tal- kera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar laqgħa li kelli mal-Kummissjoni għar- Reviżjoni tal-Liġijiet tal-Kera, ġejt infurmat li l-minuti tal-laqgħat tal- Kummissjoni kienu jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet li ser jitressqu.", "Għalhekk sar qbil li l-Kummissjoni kellha tiġbor dawn il-minuti f'forma ta' rapport biex jkun preżentat lili sa l-aħħar ta' Settembru li għadda.", "Peress li sallum dan għadu ma sarx, il-Ministeru ser jerġa jikkomunika mal- Kummissjoni biex ir-rakkomandazzjonijiet li hemm imniżżla fil-minuti jittieħdu bħala rapport finali.", "KONSULENT - SERVIZZ", "29712.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-konsulent li ismu qed jintbagħat separatament jerġa' jkun f'pajjiżna sabiex jagħti s-servizzi tiegħu lill- pazjenti li huma bżonnhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li dan il-konsulent għandu bħala data provviżorja biex jiġi Malta s-6 ta` Diċembru 2001.", "Imma din id-data għadha mhix ikkonfermata.", "MARSA - TRIQ IS-SAJJIEDA", "29713.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid peress li drenaġġ qed ifur fil-kanal tax-xita f'Triq is-Sajjieda l-Marsa jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa issa li qed tinqala' t-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad- Drenaġġ m'għandu l-ebda rapport ta' xi drenaġġ fil-kanal tax-xita fi Tir is- Sajjieda, il-Marsa.", "Għalhekk, qegħdin isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex jekk hemm xi ħsarat jissewwew minnufih.", "AĠENZIJA APPOĠĠ - STATISTIKA", "29714.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal skond statistika tal-aġenzija appoġġ li huma: 1) addottati? 2) taħt foster care? 3) taħt next of kin foster care? 4) iltiema?", "Tista' tingħata breakdown tal-etajiet ta' dawn it-tfal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Aġenzija Appoġġ ma toffrix servizzi relatati ma' l-adozzjoni u għalhekk ma żżommx statistika dwar dawn it-tfal.", "L-Aġenzija ma żżommx statistika dwar in-numru ta' tfal iltiema.", "Ninsab infurmat li skond ir-rekords miżmuma mill-Aġenzija, n-numru ta' tfal taħt foster care hu 73, filwaqt li n-numru ta' tfal li qed jiġu fostered minn next of kin hu ta' 10.", "L-etajiet ta' dawn it-tfal ivarjaw bejn sena u tmintax il-sena.", "ĦAŻ-ŻABBAR - SQAQ IL-BURZETT", "29715.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir Sqaq il-Burzett ġo Ħaż-Żabbar peress li din qatt ma kellha sufacing u tinsab fi stat perikolu għan-nies u l-karozzi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 26501.", "Xogħolijiet oħra msemmija isiru skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d- Dipartiment.", "SERVIZZ TAS-SAĦĦA - BRITISH PASSPORT", "29716.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti nformazzjoni riġward id-drittijiet li għandhom turisti li għandhom british passport bħala servizz tas-saħħa meta jkunu fuq btala f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li turisti bi British Passport li jkunu ilhom Malta għal mhux aktar minn 30 jum u li jkollhom ħtieġa ta` kura medika urġenti jistgħu jingħataw din il-kura bla ħlas f'xi wieħed mill- isptarijiet jew Ċentri tas-Saħħa tal-gvern.", "HOUSING AUTHORITY", "29717.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'ġara minn applikazzjoni li saret mill-applikant dwar xiri ta' flat 9, Bini tal-Gvern, Triq it-Tabib Anton Tabone, Rabat, Għawdex u dan peress illi l-applikant irċieva żewġ acknowledgements u sal-lum għadu bla risposta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar tixtieq tinforma lill-Onor.", "Interpellant li Skema Sitta ġiet magħluqa.", "L-applikazzjonijiet kollha taħt din l-Iskema ser jiġu kkunsidrati taħt Skema ġdida li l-Awtorita' ser tippubblika fi ftit ġranet oħra.", "L-applikant ser ikun informat f'qasir żmien bil-kundizzjonijiet ta' l- Iskema l-ġdida.", "SAN GWANN - TRIQ NAXXAR", "29718.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li fi Triq Naxxar (Ta' Żwejt) San Gwann isir ftit konkos fis-sqaq quddiem Leli il-Ġinġer?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali jispezzjona u jara x`hemm bżonn li jsir fil- lokalita`.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - OVERTIME", "29719.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru.", "24135 kienx hemm xi żviluppi fuq it-talba għal-ħlas ta' overtime minħabba li l-ħaddiema mhumiex kuntenti bil-mod kif il-gvern b'mod arbitrarju qabad u qatagħlhom nofs is-sahra li verament ħadmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-kwestjoni ġiet magħluqa bil-ħlas li ngħata kif spjegat fir-risposta tiegħi għall- Mistoqsija Parlamentari numru 24135.", "ESTS - SPONSORS", "29720.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'irid jagħmel student li qiegħed fl-Extended Skills Training Scheme (ESTS) sabiex jibdel l-isponsor peress li fejn ikun qiegħed ma jkunx qiegħed jiġi mogħti xogħol skond is-sengħa tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li r-responsabilta` sabiex jinstab jew jinbidel ix-xogħol taħt l-iskema ESTS hija tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u għat-Taħriġ, l-istudent konċernat għandu jibda billi jiddiskuti l-każ ma' l- uffiċjal inkarigat fl-ETC.", "INCOME TAX – ĦLAS", "29721.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jivverifika għala l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament b'diżabilita li ilha barra mix-xogħol diversi snin baqgħet sal-lum tirċievi talbiet għal-ħlas ta' kontijiet ta' income tax?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali.", "Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "BUĠIBBA/ĊIRKEWWA - RESERVED PARKING", "29731.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li f'Buġibba u ċ-Ċirkewwa jsir parking riservat għall-persuni b'diżabilita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta` l-Onor.", "Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.", "B'KARA - PJAZZA SANT' ELENA", "29732.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li hemm kaxxa b'mutur tad-dipartiment tal- agrikoltura imwaħħla b'mod perikoluż fi Pjazza Sant' Elena B'Kara, (ħdejn l- Empress Helena Bar), li din titwaħħal tajjeb?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li se jittieħdu passi biex il-kaxxa li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, tiġi rranġata.", "SKEJJEL - VAT", "29733.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħalsu VAT l-iskejjel fuq xogħol kapitali jew fuq xiri ta' materjal din is-sena?", "Kemm ħalset kull skola?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta' Jannar 2001, it-tax status ta' persuni reġistrati li jipprovdu servizz ta' edukazzjoni taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud sar eżenti mingħajr kreditu.", "F'dan ir-rigward dawn il-persuni reġistrati ma baqgħux obbligati li jibgħatu d-denunzja tat-taxxa kemm-il darba ma jkunux qed jagħmlu attivita' ekonomika oħra taxxabbli jew eżenti bi kreditu.", "Għaldaqstant id-Dipartiment mhux f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.", "ENEMALTA - IMPJIEGI", "29741.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-Enemalta timpjega electrical fitter & installer u winderer (ċertifikati licensee A & B)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha Electrical u Mechanical Fitters fost l-impjegati tagħha, iżda l-gradi ta' Electrical Fitter and Installer u Winderer ma humiex inklużi fl-istaff complement tagħha.", "F'każ li jkun hemm bżonn ħaddiema fil-gradi msemmija, il-Korporazzjoni l- ewwel toħroġ sejħa interna għall-applikazzjonijiet.", "Jekk il-postijiet jibqgħu vakanti, issir talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal kandidati li jkunu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol jew biex issir sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet permezz tal-Gazzetta tal-Gvern.", "ŻEJTUN - KONTROLL TAT-TRAFFIKU 29742.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru, peress tal-Board tal-Kontroll tat- Traffiku, jara xi problemi qed iħabbtu wiċċhom magħha numru ta' residenti li joqgħodu fi Triq l-Ispirtu s-Santu fiż-Żejtun u jikkunsidra li jew issir one way u/jew ikun hemm parking ristrett?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mal-Kunsill Lokali ser jieħdu l-passi meħtieġa biex Triq l-Ispirtu s-Santu ssir one way.", "SAFAR", "29743.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-mistoqsija numru 29365, kemm kienet in-nefqa għas-Segretarjat Parlamentari u għall-Ministeru b'mod separat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Apparti l-ispjega diġa` mogħtija, informat li t- tagħrif dwar in-nefqa fuq safar matul il-perjodu indikat mill-Onor.", "Membru kienet tammonta għal Lm4678.36 tas-Segretarju Parlamentari u ta' Lm5318.64 għall-Ministeru.", "FGURA - TRIQ IL-WARD TAX-XEMX", "29744.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu l-passi meħtieġa ħalli l- problema ta' pressa baxxa ta' l-ilma fi Triq il-Ward tax-Xemx ġewwa l-Fgura tiġi solvuta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-pressa fil-provvista ta' l- ilma fit-triq imsemmija hija tajba wara li saret il-manutenzjoni meħtieġa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "BANK ĊENTRALI - SUĠĠERIMENT", "29745.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħaddi suġġeriment lil Bank Ċentrali sabiex it-twieqi li hemm kulur d-deheb tal-aluminju jiġu mibdula f'materjal li jixraq l-ambjent u l-post?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment tiegħu qed jiġi kkunsidrat.", "RABAT - ĠNIEN", "29746.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex possibli li issir żabra u kura aħjar tal-ġnien li hemm r-Rabat inti u dieħel l-Mdina fuq is-Saqqaja?", "Jistgħax ukoll jara li jkun hemm dawl u pavimentar aħjar billi l-post għandu dan il-bżonn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-parti l-kbira tas-siġar li jinsabu fi Ġnien Ħoward huma koniferi u dawn jinżabru biss għal skopijiet korrettivi.", "Fir-rigward tad-dawl u pavimentar, jien infurmat li qed jitħejja proġett għal dan il- ġnien mill-proġett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina b'koordinazzjoni mal- Kunsill Lokali ta' l-Imdina.", "Jien infurmat ukoll li bħalissa qed jitħejjew żewġ rapporti b'konnessjoni ma' dan il-proġett.", "Rapport minnhom hu dwar is- siġar.", "STUDENTI SEKONDARJI - LATIN", "29747.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi ttieħdu fl-aħħar tlett snin mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sabiex jiġi mgħallem l-latin lill-istudenti tas-sekondarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Latin huwa offrut bħala wieħed mis- suġġetti li studenti jistgħu jagħżlu u xejn aktar ħlief li l-Guidance Teachers jittrattaw din il-lingwa bħal lingwi l-oħra.", "MDINA - RESTAWR", "29748.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma l-kamra x'passi ttieħdu ġewwa l-Belt tal-Mdina fir-restawr tagħha tul s-sena 2001 u jistgħax jinforma x'qed jsir presentement?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li matul din is-sena l- Proġett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina fi ħdan il-Ministeru kkonċentra fuq il-proġett ta' tneħħija ta' wires minn mal-ħitan ta' l-Imdina u t- titjib tas-servizzi bi tħejjija għal meta l-belt tiġi pavimentata.", "Dan huwa proġett ta' kumplessita' kbira kemm minħabba li l-M.R.P. jrid jikkordina bejn erba' korporazzjonijiet kif ukoll minħabba problemi biex isir ix- xogħol marbut mat-toroq dojoq tal-post.", "Dan il-proġett huwa miexi skond kif kien pjanat.", "Marbut ma' dan il-proġett kien hemm ix-xogħol ta' skavi arkijeloġiċi.", "Kif kien mistenni bit-tħaffir tat-trinek instab ammont kbir ta' fdalijiet inkluż pedamenti ta' torri, ġebel kbir ta' epoka rumana, ħitan medjevali, ħafna fuħħar, ħġieġ, metall eċċ.", "Matul din is-sena ġie restawrat it-Torri dello Standardo minn ġewwa, sar titjib fi Pjazza s-Sur, tpoġġew mat-tletin bank (il-parti l-kbira f'Howard Garden in kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali), ġew restawrati żewġ bibien tal-Palazz Vilhena, bdew isiru t-tħejjijiet għal pavimentar tal-forecourt tal-palazz Vilhena.", "Saru wkoll diversi xogħlijiet żgħar.", "In kollaborazzjoni mar-Restorations Unit fl-istess Ministeru qed jitħejjew rapporti dwar il-qagħda strutturali tal-palazz Vilhena u l-mini ta' taħt l- Imdina.", "AUBERGE DE CASTILLE - VIŻITI", "29749.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari numru 18801 u l-oħra preċedenti u anteċedenti jinforma l-Kamra jekk huwiex possibli li jsir pjan sabiex l-Auberge De Castille jiġi miftuh għall-pubbliku u għat-turisti għal żmien qasir matul is-sajf li ġej tas-sena 2002 jew tas-sajf ta wara?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lest li nikkunsidra viżiti organizzati simili ta' dawk li rreferrejt għalihom fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 26637 f'Seduta 561 tal-25 ta' Ġunju 2001.", "BORMLA - KNISJA TAL-MADONNA TAS-SOKKORS", "29750.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari numru 17158 jinforma l-Kamra jekk kemm il-darba hemmx xi progress fil-kwistjoni tal- Knisja tal-Madonna tas-Sokkors ġewwa Bormla billi għaddej iż-żmien u għadha mhux utilizzata tajjeb jew l-faċċata tagħha rranġata tajjeb?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li qabel ma jinstab użu permanenti għall-kappella tal-Madonna tas-Sokkors ġewwa Bormla ma jistax isir proġett finali.", "Ser nerġa' nitlob li jsir sforz biex dan il-proġett jiġi konkluż.", "ŻEJTUN - ĦAJT IL-WIED", "29758.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar il-problema tad-drenaġġ f'Ħajt il-Wied fiż-Żejtun, speċjalment wara ittra li l-kunsill lokali taż-Żejtun kiteb ittra li ġġib id-data tat-2 ta' Novembru 2001?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li diġa' saret l-ewwel parti ta' l-estensjoni f'Ħajt il-Wied permezz ta' main tal-10\" biswit il- main eżistenti ġol-Wied stess.", "Baqa' t-tieni fażi, fejn iridu jsiru katusi oħrajn mill-post fejn wasalna issa għal ġewwa l-mini aktar l-isfel ġo l- għelieqi stess.", "Dan ġie spjegat lill-bdiewa minn uffiċjal għoli tad- Dipartiment tad-Drenaġġ stess f'laqgħa li għamel magħhom fuq il-post, fit-8 ta' Novembru 2001.", "It-tender għat-tieni fażi għandu joħroġ fil-futur qarib.", "INTERVENT KIRURĠIKU", "29761.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta sejjer isir l-intervent kirurġiku fuq il-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha 5 xhur tistenna li ssirilha dik li hi magħrufa bħala molla biex tinfetħilha l-vina jew arterja tal-qalb?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.", "ENEMALTA – BIDNIJA", "29762.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara kif sejra tiġi ameljorata is-sistema tad- dawl fil-Bidnija u dan peress li kull meta jkun hemm sajjetti tinqata' l- provita kollha tad-dawl fil-Bidnija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fil-Bidnija hemm pjan maqsum f'żewġ fażijiet.", "L-ewwel fażi tikkonsisti fit-tqegħid ta' transformer centre ġdid fil-Bidnija.", "Fil-fatt dan ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat.", "It-tieni fażi għandha tgħaqqad il- Bidnija maż-Żebbiegħ permezz ta' cable biex b'hekk il-provvista f'dawn l- inħawi tissaħħaħ.", "PENSJONI - CHEQUE", "29764.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament l-aħħar cheque tal- pensjoni ma kienx jinkludi l-bonus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.", "SPTAR SAN LUQA - HOSPITAL MANAGEMENT COMMITTEE", "29766.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta kien l-aħħar darba li ltaqa' l-hospital management committee fl-isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-aħħar darba li ltaqa` l- Hospital Management Committee fl-Isptar San Luqa kien fis-6 ta` Lulju 2001.", "PULIZIJA – QAWRA", "29767.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-puliizja fi Triq l-Imħar, Qawra f'dak li huwa ordni pubbliku u dan speċjalment minħabba r-restaurants li hemm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija qegħda u ser tibqa` tagħmel ronda fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll f`toroq oħra.", "SAFAR", "29768.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29607?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "VEGETABLE HAWKER – GĦAJN TUFFIEĦA", "29769.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-vegetable hawker li dejjem ikun f'Għajn Tuffieħa preċiżament quddiem l-apples eye restaurant għandhux liċenzja ta' fixed hawker u x'liċenzja għandu u x'prodotti jista' jbiegħ skond il-liċenzja li għandu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l- Onor. Interpellant, għandha liċenzja maħruġa mill-Pulizija ta` bejjiegħ fit- triq permezz ta` vettura bil-mutur (hawker) għall-bejgħ ta` ħaxix, ilma minerali, fruit juices, squashes, bajd, frott imnixxef u lewż.", "SPTAR MONTE CARMELI", "29770.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 29472?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li pazjenti mill-Isptar Monte Karmeli jintbagħtu d-Dipartiment ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa peress li jkunu jinħtieġu kura jew investigazzjonijiet speċjalizzati li jistgħu isiru biss fl-Isptar San Luqa.", "Dawn il-pazjenti normalment iridu jsegwu r- regoli tad-Dipartiment ta` l-Emerġenza rigward triage.", "F'dan il-każ il- pazjent konċernat qabeż is-sistema ta` triage u ddaħħal mal-ewwel fid- Dipartiment ta` l-Emerġenza.", "Peress li l-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinvolvi dettalji ta` natura personali. għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għal-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.", "SAFAR", "29771.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 29531?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li n-nefqa fuq ħidma uffiċjali barra minn Malta li saret mill-Jannar 2001 sa' l-aħħar ta' Settembru 2001 mill-Uffiċċju tiegħi kienet fil-limiti tas-somma totali ivvutata fl-Estimi Ġenerali għal dan l-iskop.", "Il-viżiti li jsiru barra minn Malta jikkombinaw kemm l-aspett ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll tħaddim tal-politika barranija fuq bażi bilaterali.", "L- eżerċizzju biex wieħed janalizza n-nefqa ta' kull viżita biex joħroġ l- element relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta għal tisħib fl-Unjoni Ewropea huwa wieħed impossibbli.", "RIFUZJONI", "29772.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fil-każ tal-persuna li d- dettalji tagħha qegħdin hawn jiġu annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r- raġuni li permezz tagħha l-ammont li qiegħed jiġi mitlub lilu bħala rifuzjoni tela għal-Lm 178.74 meta dan kellu jkun anqas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment informa lill-persuna imsemmija dwar il-każ tiegħu.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - OVERTIME", "29773.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-gradi fid-dipartiment tas-saħħa fi skala 6 li jintitolhom għall-overtime?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li fid-Diviżjoni tas-Saħħa hemm żewġ gradi fi skala 6 li minħabba nuqqas ta` staff professjonali/tekniku ġew awtorizzati mill-Ministeru tal-Finanzi li jitħallsu ta` l-overtime.", "Dawn huma Manager Radiographer (In Theraphy) u Principal Scientific Officer (Radiation Physicist).", "Barra minn dawn hemm tobba li jaħdmu fl-Isptar San Luqa.", "PENSJONI", "29776.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin hawn jiġu separatament annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r- raġuni li konsegwenza tagħha ma hi tirċievi pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata personalment bl-eżitu tal-każ.", "CHILDREN ALLOWANCE", "29777.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward tal-persuni li d-dettalji tagħhom qegħdin jiġu separatament annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li kawża tagħha m'hijiex tirċievi c-children allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li dwarha għamel interpellanza diġa' qed jirċievi l-Allowance tat-Tfal.", "SAĦĦA - TOBBA BARRANIN", "29778.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk biex tabib barrani jaħdem fid-dekasteru tas-saħħa jridx ikollu l-permess tal-kunsill mediku qabel jiġi ngaġġat mal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li biex tabib barrani jaħdem f'Malta irid bil-fors ikollu l-liċenzja mill-Kunsill Mediku ta` Malta.", "PENSJONI", "29779.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu hawn anessi separatament m'hijiex tirċievi pensjoni skond il-liġi", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma rċieva ebda applikazzjoni għall-pensjoni mill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "PENSJONI", "29780.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Fil-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament annessi, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għan- nuqqas ta' aġġustament fil-pensjoni tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.", "QORMI - TRIQ MANWEL DIMECH", "29782.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaf l-Ministru li t-traffic lights li dan l-aħħar ġew installati fi Triq Manwel Dimech, Qormi ma jixgħelux fuq iż-żewġ lanes f'daqqa bil-konsegwenza li min jaqsam irid jistenna għal xi ħin f'nofs din it-triq passaġġa u perikoluża?", "Jaf li fi ftit ġimgħat li ilhom installati seħħew għadd ta' inċidenti tat-traffiku fejn karozzi daħlu fuq l-ispeċi ta' centre strip li hemm fin-nofs li saħansitra inċident minnhom kważi kisser kollox?", "Jista' jirranġa dwar it-traffic lights b'mod li jinxtegħelu iż-żewġ naħat f'daqqa biex jiġi evitat li persuna toqgħod tistenna f'nofs ta' triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-mod kif ġew kostruwiti t-traffic lights jaħdmu ndipendentament minn xulxin.", "Dan it-tip ta` disinn jiġi mplimentat f`postijiet fejn d-distanza li jridu jaqsmu l-pedestrians tkun twila u b'hekk il-karozzi li jkollhom jieqfu ma jieqfux għal tul taż-żmien żejjed u b'hekk jiġi evitat li jiżviluppa queue twil ta` karozzi weqfin.", "ĦAL QORMI - TRIQ L-GĦARGĦAR", "29785.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-lqugħ li hemm bżonn fi Triq l-Għargħar - Ħal Qormi fil-parti li tiġi mal-wied bil-għan li jiġu mgħeluba u sskansati l-perikli waqt ħalbiet tax-xita qawwija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fl-ispezzjoni li saret fil-lokalita` irriżulta li hemm djar li l-livelli tagħhom qiegħed prattikament mal-livell tal-wied, u għalhekk kwalunkwe kostruzzjoni tista` tikkaġuna aktar għargħar.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ - APPLIKAZZJONIJIET", "29786.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li jgħallmu l-ingliż lill- barannin li qed joperaw bħalissa?", "Kemm hemm applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' skejjel ta' din ix-xorta?", "Minn min saret kull applikazzjoni?", "F'liema lokalita'?", "Meta saret kull applikazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' skejjel ta' l-Ingliż liċenzjati li hemm bħalissa huwa ta' 33.", "Minn mindu nħatar il-Bord ġdid ma rċieva ebda applikazzjoni għal skola ġdida, iżda sab dawn l- applikazzjonijiet u qed jaħdem fuqhom biex tkun tista' tinħareġ liċenzja:", "* Żvilupp ta' Moynihan House/Sebħa House, San Ġiljan, f'ċentru residenzjali għal studenti barranin u fi skola ta' l-Ingliż.", "* Bdil ta' Shamrock House, Pjazza Dingli, Sliema fi skola ta' l-Ingliż.", "* Bdil ta' parti minn guesthouse, Salini Residence, Triq il-Lifruna, Marsalforn, fi skola ta' l-Ingliż.", "* Bdil ta' residenza, Triq Birbuba, Għarb, fi skola ta' l-Ingliż.", "* Ftuħ ta' skola fil-Kumpless St George's Bay Hotel.", "* Talba biex Mayfair Academy tibdel l-isem ta' l-iskola għal EF International School u l-formazzjoni tal-kumpanija li tamministra din l- iskola.", "ĦAL QORMI – TRIQ IL-WIED", "29787.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf tajjeb il-Wied ta' Ħal Qormi peress li issa beda l-istaġun tax-xita, u minħabba l-ħmieġ u skart, hemm perikli serji kemm għar-residenti w ħwienet tax-xogħol li hemm f'valley road?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li Triq il-Wied, Ħal-Qormi (Valley Road) li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.", "ĦAL QORMI - TRIQ IL-WIED", "29788.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta s-siġar li hemm fi Triq il- Wied, Ħal Qormi se jinġabru peress li ilhom madwar 10 snin ma jinġabru u qed joħolqu ċerti diffikultaijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li s-siġar li hemm fi Triq il-Wied, Ħal Qormi nżabru xahar ilu u wkoll is-sena li għaddiet.", "CENTRAL BANK – IMPJEGATI ĠODDA", "29789.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex c-central bank għamel sejħa għall-impjegati ġodda li biex ikunu eliġibbli ridt ikollhom l-A Levels u mhux is-C.I.B. f'April 2001?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalifiki mitluba mill-Bank Ċentrali ta Malta għal reklutaġġ ta' skrivani f'April 2001 kienu:", "- Sitt passes fil GCE jew matrikola jew SEC fIl-livell ordinarju, li jinkludu l-matematika, u l-lingwi tal-Malti u Ingliż, U - żewġ passes (ta' l-anqas fi grad C jew aħjar) fil-GCE jew Matrikola fil-livell avanzat f'dawn is-suġġetti: Accounts, Economics, Statistics, Matematika, Informatika.", "Il-Bank ħass li ċerti skills gaps setgħu jiġu ndirizzati billi jitlob dawn il-kwalifiki.", "Impjegati fil-Bank Ċentrali ta' Malta għandhom il-fakulta li jsegwu kors fil-għaxija fil-Banking u għaldaqstant fiż-żmien li sar ir- reklutaġġ il-Bank ma kellux bżonn impjegati bil-kwalifika fil-Banking.", "Ir-rekwiżiti għar-reklutaġġ jiġu ddeterminati mill-Bank skond il-bżonnijiet minn żmien għal żmien.", "SKEJJEL - LINGWA INGLIŻA", "29790.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar il-ftuħ ta' skejjel li jgħallmu l-Ingliż?", "Jaħseb il-Ministru li bħalissa hemm numru biżżejjed minn dawn l-iskejjel għas-suq li hemm għall-Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li liċenzji għall-ftuħ ta' skejjel ġodda jiġu maħruġin mill-Bord jekk dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-liġi (LN No. 60-1996) u jaqblu mal-Policy Guidelines tal-Monitoring Board.", "Ma hemm ebda limiti ta' kemm jistgħu jinħarġu liċenzji, jew f'liema lokal, sakemm dan mhux barra l-pjan nazzjonali ta' żvilupp.", "Bħala regola, l-Bord jinkoraġġixxi ftuħ ta' skejjel barra ż-żona tal-Port, fejn ġa hemm konċentrazzjoni ta' skejjel ta' l-Ingliż.", "Ma hemm ebda indikazzjoni li l-iskejjel li hawn mhux ilaħħqu man-numru ta' studenti barranin li qed jiġu biex jistudjaw l-Ingliż f'Malta.", "MCAST", "29791.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid hux vera li c-chief technician u technician fil-communications u l-engineering section ta' l-MIA qed imorru jagħtu l-lezzjonijiet l-MCAST u sadanitant baqgħu fil-post tagħhom mal- kumpanija b'salarju sħiħ?", "Veru li dawn il-ħin tal-lezzjonijiet mhux jeħduh mill-leave tagħhom?", "Għaliex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li biex ikompli jiġi mtaffi n- nuqqas ta' għalliema f'suġġetti speċjalizzati, id-Diviżjoni ta' l- Edikazzjoni għamlet talba formali lill-M.I.A. sabiex żewġ impjegati tal- Kumpanija jagħtu s-servizz tagħhom għal tlitt sigħat fil-ġimgħa matul il- perjodu skolastiku.", "Il-Kumpanija tħoss li għandha tagħti kull għajnuna fejn hu possibbli u għaldaqstant din it-talba ġiet milqugħa mill-M.I.A. sakemm dan is-servizz ma jkunx ta' detriment għall-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tal-Kumpanija.", "Il- Kumpanija infurmat ukoll lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li l-impjegati konċernati jkunu jistgħu jitħallew jagħtu s-servizzi tagħhom skond l- esiġenzi tal-Kumpanija.", "APPLIKAZZJONI TA' PERMESS - CHANGE OF USE", "29792.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni tal-permess li qed nibgħat under separate cover li ilha pendenti għall-kważi sena u li titratta sempliċi change of use?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant qegħda fl-istadju ta` appell quddiem il-Bord ta` Appelli dwar l-Ippjanar li kien ġie sottomess fis-7 ta` Marzu 2001, wara li din l-applikazzjoni kienet ġiet rifjutata fid-29 ta` Jannar 2001.", "Infurmat ukoll illi hu mistenni illi dan l-appell jinstema` fit-30 ta` Jannar 2002.", "PUBBLIKAZZJONI ON SITE - PRINTING", "29794.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-pubblikazzjoni on site? 1) Jista' jgħid kemm-il kopja ġiet stampata? 2) Fejn sar l-artwork u kemm sewa? 3) Fejn sar il-printing u kemm saru? 4) Kemm intefaq f'postaġġ biex ġie iddistribwit?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-\"On Site\" kienu ppubblikati erba' darbiet.", "Rigward l-ewwel u t-tieni pubblikazzjoni nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25545 (Seduta 550), filwaqt li l-informazzjoni dwar it- tielet ur-reba' pubblikazzjoni hija kif tidher hawn taħt:", "| |Nru. 3 |Nru. 4 | |Kemm Jiswa |Lm1700.00 |Lm1700.00 | |Nru. ta' |10,000 |10,000 | |Kopji | | | |Artwork / |Harrild |Harrild | |Printing |Printing |Printing | | |Press Co. |Press Co. | | |Ltd. |Ltd. | |Pustaġġ |Lm339.00 |Lm655.00 |", "MATSEC – CLASHES OF SUBJECTS", "29796.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwiex se joffri xi soluzzjoni lil dawk l-istudenti li se joqogħdu għall-eżamiijiet tal-MATSEC u l-London Board fil-livell ordinarja fis-sessjoni ta' Mejju 2002, li se jkollhom clashes f'xi suġġetti?", "Jaħsibx li l-istudenti għandhom jingħataw iċ-ċans li joqogħdu għall-eżamijiet taż-żewġ bordijiet biex ikollhom żewġ ċansijiet li jakkwistaw iċ-ċertifikati mixtieqa wara li jkunu lestew is- sekondarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kif kien deċiż fis-snin l-imgħoddija, la d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u lanqas il-Bord tal-MATSEC ma jistgħu jagħmlu arranġamenti speċjali għall-clashes bejn eżamijiet tal-Bord tal- MATSEC u eżamijiet ta' Bordijiet oħra barranin.", "Informat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet hu marbut li jimxi mat-time tables li joħorġu l-Matsec Examination Board u l-Edexcel International ta' londra rispettivament.", "Fl-applikazzjonijiet tal-MATSEC il-kandidati huma avżati li candidates should note that clashes with local and oversees examining boards will not be considered.", "Min-naħa l-oħra l-Edexcel International jeżiġu li ma jkunx hemm ċaqliq fit-time-table tagħhom aktar u aktar minħabba sigurta`.", "Il-kandidati huma liberi li japplikaw għal liema eżamijiet iridu u għalkemm iridu.", "DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA - APPOINTMENT TA' SECURITY OFFICER", "29797.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għalfejn xi persuni li għaddew w ingħataw l-appointment ta' security officer fid-divizjoni tas-saħħa għadhom qed jagħmlu xogħol ta' fattigi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda persuna fil-grad ta` Security Officer fid-Dipartiment tas-Saħħa li qed tagħmel xogħol ta` fattiga.", "Il-persuni li ġew maħtura Security Guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa ser jintbagħtu jaħdmu xogħol relatat mal-grad il-ġdid tagħhom mill-aktar fis possibli.", "ILMA TAT-TISQIJA TA' SANT ANTNIN – SERQ TA' ILMA", "29798.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm il-ħsieb li s-sistema ta' l-ilma tat- tisqija ta' Sant Antnin issir close channel biex jitnaqqas l-abbuż ta' serq ta' ilma u l-ilma jasal għand kulħadd?", "Kemm hi stmata li hu l-ispiża biex isir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalissa m'hemmx il-ħsieb li s-sistema ta' l-ilma tat- tisqija ta' Sant' Antnin issir close channel.", "KUMMISSJONI TAS-SERVIZZ PUBBLIKU - SUPPLY TEACHER", "29800.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk supply teacher li tgħallem il-physics hemmx ċans jew possibilita li tiġi impjegata fuq bażi full time jekk u meta jkun hemm il- vakanza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "Biex Supply Teachers isiru regolari jrid ikollhom Baċċelerat fl-Edukazzjoni jew 1st Degree u P.G.C.E., jew M.A jew Dottorat, u japplikaw u joqgħodu għall-interview wara sejħa mill- Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku biex jimtlew il-vakanzi li jkun hemm.", "ENEMALTA - MOSTA", "29808.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara kif jista' jitjieb l-istreet lighting fi Triq Rużar Briffa, fil-Mosta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li t-talba biex jiżdied id-dawl fit- triq imsemmija qed tkun ikkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "29811.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku li fihom kienu nvoluti persuni li kienu jużaw pedestrian crossings is-sena l-oħra u fl- ewwel 10 xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant, ma jinżammx taħt forma ta` statistika.", "PULIZIJA - TRAFFIKU", "29814.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rraportati lill-pulizija fejn ittajru pedestrians bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?", "Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mir-rekords miżmuma mill-Pulizija jirriżulta illi n-numru ta` pedestrians li ġew imtajra matul is-sena 2000, u matul is-sena 2001, sa l-aħħar ta` Ottubru, kien ta` 246 u 183 rispettivament.", "Fil-perijodi msemmija n-numru ta` dawk li mietu kawża ta` dawn l-inċidenti kien ta` 3 u 4 rispettivament.", "PULIZIJA - TRAFFIKU", "29816.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku rapportati mill- 1 ta' Jannar ta' din is-sena u matul is-sena l-oħra f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2001, kien hemm 10,990 l-inċident tat-traffiku rrapurtati lill- Pulizija, filwaqt li matul is-sena 2000 kien hemm 12,644.", "PULIZIJA - TRAFFIKU", "29818.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-persuna tilfet ħajjitha minħabba inċidenti tat-traffiku tul is-sena 2001 sa l-aħħar ta' Ottubru?", "Kemm kien in-numru s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni li tilfu ħajjithom minħabba inċidenti tat-traffiku matul is-sena 2000 kien ta` 12, filwaqt illi matul is-sena 2001, sa l-aħħar ta` Ottubru, in-numru kien ta` 12 ukoll.", "PULIZIJA - INĊIDENTI", "29820.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm weġgħu nies kawża ta' nċidenti tat-traffiku s- sena l-oħra u fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 weġgħu 1,177 persuna kawża ta` inċidenti tat-traffiku, filwaqt li fl-ewwel għaxar xhur ta` din is-sena weġgħu 1,030 persuna.", "PERSUNA TBATI MILL-MARD ĊERTIFIKAT", "29827.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatment annessi, jista' l-Ministru jinvestiga 1) x'inhi r- raġuni li t-tobba jew uffiċjali nkarigati ma jridux jaċċettaw li l-persuna tbati mill-mard ċertifikat? 2) Din il-persuna li għandha familja, meta ser tingħata l-għajnuna li qiegħda titlob?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ser tirċievi pensjoni wara li l-kundizzjoni ta' saħħitħa ġiet ċertifikata mit-tobba tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Din il-persuna ġiet infurmata mid-Dipartiment dwar l-għoti ta' din il-pensjoni.", "KARTA ANZJAN - BENEFIĊĊJU", "29830.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-karta Anzjan għal dawk li għandhom aktar minn 75 sena mhux qed tiġi rrikonoxxuta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-benefiċċju marbuta mal-Kartanzjan (75 sena) baqgħu l-istess bħal ma kienu.", "RESERVED PARKING SPACE", "29839.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li r-reserved parking space għall- persuna bi bżonnijiet speċjali li tgħix fl-indirizz li qed nibgħat separatament tiġi mogħtija ż-żebgħa safra mill-ġdid peress illi din iċċarat u jinkiteb il-kliem reserved jew jitpinġa s-simbolu ta' wheelchair kif hemm f'partijiet ta' parkeġġ reserved simili?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hijiex kompetenza ta' dan il-Ministeru li jagħmel refreshing taż-żebgħa ta' reserved parking għall-persuni b'diżabilita'.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - TRANSFERS", "29840.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fir-Rabat (il- guy tar-Rabat) ġewx trasferiti kollha għal mal-ex-RDC?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan u kif qed isir biex ma jeħżinux il-ħinijiet tax-xogħol tal-individwi kkonċernati?", "Jista' jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tiegħu dwar l- ex RDC u il-ħaddiema (guyijiet) tal-Mellieħa u r-Rabat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-transfers li saru tal- ħaddiema msemmija saru skond il-ħtieġa tad-Dipartiment u l-ħinijiet tax- xogħol baqgħu l-istess.", "Preżentament, m'hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu xi ħinijiet jew kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema msemmija.", "GOZO CHANNEL", "29843.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li M/V Gaudos m'huwiex fuq ir-rotta ta' bejn iċ-Ċirkewwa u l-Mġarr, Għawdex minħabba li żviluppawlu ħsarat estensivi?", "Kemm hija stmata li se tiswa din il-ħsara u fejn żviluppat l-istess ħsara?", "Fejn qiegħed jissewwa fil-preżent dan il-bastiment tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li bħalissa l-vapur MV Gaudos mhux qiegħed fuq is-servizz bejn Malta u Għawdex għaliex jinsab fil-Malta Shipbuilding biex isirulu xi tiswijiet konnessi mal-guarantee docking li normalment isir fuq vapur ġdid fi żmien sena minn mindu jibda jaħdem.", "It-tiswijiet jinkludu xogħol fuq ir-rampi u l-flooring tal-vapur.", "Dawn il- ħsarat mhumiex estensivi u peress li huma koperti bil-garanzija tal-vapur mhux mistenni li jkun hemm xi spiża għas-sidien tal-vapur.", "PULIZIJA – BULLET PROOF VESTS", "29844.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma illi f'Għawdex il-Korp tal-Pulizija m'għandhom l-ebda bullet proof vests?", "X'inhi r-raġuni ta' dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li sal-1999 kienet biss it-Taqsima ta` l-SAG li kienet fornita b`dawn il-ġgieget.", "Fis-sena 2000 din ġiet estiża ukoll għall-sezzjonijiet oħra tal-Pulizija.", "Din is-sena ħarġet tender oħra għal aktar ġgieget u din ser tkopri l-bżonnijiet t`Għawdex ukoll.", "PLANNING AUTHORITY – KAWŻI L-QORTI", "29845.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm tul dawn l-aħħar tletin (30) sena ittellgħu nies il-Qorti mixlija bi ksur ta' l-artikolu 6 abbinat mal- artikolu 3 tal-Att dwar il-protezzjoni ta' l-Antikitajiet (Kap 54) riferibbilment għal dak il-bini li ilu mibni ħamsin (50) sena u liema bini kellu l-permessi maħruġa mill-mużewijiet jew/u mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor Ħabib tiegħi japprezza d-diffikulta` tat- tweġiba għal din il-Mistoqsija.", "Id-dipartiment tal-mużewijiet ma jżommx dawn ir-records li pero` jinsabu l-Qorti anke jekk mhux fi stat kumpilat.", "Lest nordna r-riċerka f'każ li hemm xi każ partikolari li jinteressa l-Onor Membru.", "NATIONAL EMPLOYMENT AUTHORITY – APPELLI PENDENTI", "29846.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem in-National Employment Authority minn Malta u Għawdex?", "Kemm hu iż-żmien tal-każi separatament li l-aktar ilhom jistennew biex jinstemgħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li sal-14 ta' Novembru 2001, kien hemm 292 appell pendenti quddiem in-National Employment Authority, li minnhom 32 huma minn Għawdex.", "L-appell li l-aktar ilu pendenti f'Malta daħal fit-3 ta' Mejju 2001.", "Dan l- appell kellu jinstema' fil-31 ta' Lulju 2001 u l-appellant talab li jiġi pospost għal meta jiġi ntitolat għal-leave biex ikun jista' jattendi għas- smiegħ.", "L-appell li l-aktar ilu pendenti f'Għawdex daħal fl-4 ta' Jannar 2001.", "Dan l-appell instema' fit-2 ta' April 2001 u ġie pospost sakemm l-appellant jiġi eżaminat mit-tobba.", "Issa li wasal ir-rapport tat-tobba, l-appell mistenni jinstema' fis-26 ta' Novembru 2001.", "RAĦAL ĠDID - ROUNDABOUT", "29847.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl mar-roundabout ta' ħdejn it-telgħa ta' Raħal Ġdid ħdejn Sare ta' l-Irħam peress li min kemm ilu li sar il-proġett tat-tarmac u l-bankini dan id-dawl qatt ma nxtegħel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ż-żona tar-Roundabout hija diġa mdawwla mill-arbli ta` Street Lighting ta` l-Enemalta u m'hemmx ħsieb li jsir dawl mar-Roundabout inifisha.", "MSCL – WORK FORCE", "29848.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi rakkomandazzjoni li l-work force fil- M.S.C.L. titnaqqas?", "X'numru ta' ħaddiema hu propost li jibqa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern appunta Task Force biex tiddiskuti r-ristrutturar tat-tarznari.", "Ix-xogħol ta' din it-Task Force għadu għaddej, u għaldaqstant għadu prematur biex wieħed jagħti dettalji dwar din il-materja.", "MSCL - PROĠETTI", "29849.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk fuq proġetti tal-Gvern jew ażjendi tal-Gvern il-MSCL tingħatax preferenza għal xogħol li tista' tagħmel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar snin, ix-xogħol li għamlet il-Malta Shipbuilding konness ma' azjendi tal-Gvern kien il-kuntratt għall-bini tal-vapuri għall-kumpanija Gozo Channel li l-gvern preċedenti kien ipprova jikkanċella.", "FREEPORT - XOGĦOL", "29850.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ser isir xi xogħol ta' estensjoni fuq krejniijiet fil-Freeport?", "Kif ser jingħata dan ix-xogħol, b'tender jew direct order?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li x-xogħol ta' estensjoni fuq krejnijiet fil-Port Ħieles ser isir mill-kostruttur oriġinali għal dawn ir- raġunijiet:", "1. ir-responsabbilta' legali u professjonali li jġorr il-kostruttur oriġinali tul il-ħajja kollha tal-krejn.", "2. ir-regolamenti ta' sigurta' internazzjonali, fejn il-proċedura titlob l-approvazzjoni tal-kostruttur oriġinali għal kwalunkwe tibdil.", "3. ix-xogħol jinkludi rivalwazzjoni ta' l-istrutturi eżistenti li jinħtieġu tisħiħ minħabba l-ammont ta' ċikli ta' użu - il-kostruttur tal-krejnijiet biss huwa f'pożizzjoni li jindirizza speċifikament u effiċjentement dawk il-partijiet ta' l-istruttura li jkollhom bżonn intervent.", "DIPARTIMENT TAL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "29851.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet din is-sena mid-dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali?", "Fejn kienu l-postijiet ċivili ta' kull min ibbenifika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li din is-sena ġew allokati 141 post mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-kumplament ta' l- informazzjoni mitluba.", "FESTA TAL-KUNĊIZZJONI - ŻBIR TA' SIĠAR", "29852.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li ta' kull sena, qabel tasal il-festa tal-Kunċizzjoni jinżabru s- siġar li hemm fi Triq S. Tereża, Bormla, jistax il-Ministru jara li dan ix- xogħol isir?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li s-siġar fi Triq S. Tereża jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali."]} {"filename": "20030218_872d_par.doc", "date": "2003-02-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 872 It-Tlieta, 18 ta' Frar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 872", "It-Tlieta, 18 ta' Frar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "872", "It-Tlieta, 18 ta' Frar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 381", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 381", "TQEGĦID TA' KARTI 385", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR REĠISTRU ĊENTRALI (L-EWWEL QARI) 386", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TPAĊIJA U NETTING F'KAŻ TA' INSOLVENZA (IT-TIENI QARI)", "SET-OFF AND NETTING ON INSOLVENCY BILL (SECOND READING) 386", "AĠĠORNAMENT 406", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 411", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 871 li saret fis-17 ta' Frar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "38415.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' jingħad kemm hemm impjegati jaħdmu fl-uffiċċju tal-prim ministru?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan u kemm hemm bil-kuntratt?", "X'salarju għandhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi) (f'isem il-Prim Ministru): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab f'diversi listi li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, waħda għal kull ministeru.", "Dawn il- listi ma jinkludux impjegati fis-servizz pubbliku li qegħdin ma' korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi oħra.", "BIĊĊERIJA - DANGER MONEY U OVERTIME GĦALL-BIĊĊIERA", "38305.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinformani kemm ħadu overtime u danger money dawk il-biċċiera li qegħdin f'periklu kontinwu minħabba li l-post fejn issir il- qatla tal-majjal huwa żgħir ħafna?", "Kif jista' ikun li x-xogħol għadu mhux lest wara ħames xhur, meta oriġinarjament lill-biċċiera kienu qalulhom li m'hemmx aktar minn xahrejn xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li l-biċċiera mhumiex jingħataw la overtime u lanqas danger money sempliċement għax il-qatla qed issir tul il-ħin normali.", "Biss żgur li m'hemmx periklu iżjed minn qabel, Sur President.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħidilna għal liema raġuni reġa' żdied in-numru ta' biċċiera?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, prinċipalment il-processing isir fuq il- majjal, fuq il-laħam taċ-ċanga u fuq il-tjur, f'sitwazzjoni fejn sal-lum m'għandniex cutting and deboning plant waħda - b'kollox għandna mat-13 jew 14-il processing plant - u biex isir l-istrutturar meħtieġ hemm żewġ toroq x'nistgħu nieħdu.", "Għax jew nagħmlu cutting and deboning plant f'kull processing plant, jew inkella nagħmlu cutting and deboning plant waħda ċentrali.", "Fil-fatt wara li saru l-kalkoli u rajna liema strateġija tkun l- iktar cost-effective, ġie deċiż li għandha ssir cutting and deboning plant waħda fil-biċċerija ċentrali.", "Biss biex tagħmel cutting and deboning plant, irid ikollok nies biżżejjed u nies mħarrġa f'dan il-qasam.", "Issa hawnhekk ta' min isemmi li dan l-aħħar ġiet introdotta sistema ġdida kif issir il-qatla tal-majjal.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra stess saru trial tests fejn ġiet użata din is-sistema ġdida u bi pjaċir ngħid li kollox mexa kif suppost.", "Pero` żgur li hemm bżonn li jkollna nies esperti fuq din il- linja, jiġifieri fuq il-cutting and deboning.", "Għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna, il-cutting isir għal min ikun irid il-parti ta' l-ispalla, il- parti tal-koxxa jew il-parti ta' wara; waqt li d-deboning isir biex jitneħħa l-għadam minn mal-laħam, dak li bil-Malti ngħidulu spulpjar.", "Reċentement grupp ta' trainees ingħataw kors ta' sena, fejn ġew imħarrġa fuq kif għandu jsir il-cutting and deboning fuq it-tjur, fuq il-broilers, fuq il-majjal u fuq iċ-ċanga, peress li kien ilu jinħass il-bżonn li n- numru ta' biċċiera jiżdied.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li issa l-karkassa tal-majjal mhux se tibqa' tinbiegħ sħiħa imma se tibda tinbiegħ f'partijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tajjeb li wieħed jgħid li aħna għandna biċċiera tal- post iżda għandna wkoll biċċiera privati, fis-sens li dak li jixtri l- baqra jew l-għoġol mingħand ir-raħħal u jinnegozjahom, lil dak ukoll nirriferu għalih bħala biċċier.", "Għalhekk meta ngħidu li fil-biċċerija m'għandniex biżżejjed biċċiera, inkunu qed nirriferu għall-biċċiera tal- post u mhux għall-middlemen.", "Terġa` kif diġa` għedt, illum m'huwiex biżżejjed li jkollok il-full complement ta' biċċiera imma jrid ikollok ukoll nies imħarrġa fil-cutting and deboning.", "Sal-lum għad m'għandniex cutting and deboning plant waħda u sabiex ngħinu li jsir l-istrutturar meħtieġ fil-processing plants li għandna, ġie deċiż li ssir cutting and deboning plant waħda fil-biċċerija ċentrali u ġie anke deċiż li nħarrġu grupp ta' nies biex jagħmlu dan ix- xogħol, xogħol li qabel ma kienx isir, Sur President.", "Irrid nagħmel ukoll il-punt li filwaqt li bis-sistema ta' qabel kienu jistgħu jinqatlu massimu ta' 100 majjal kull siegħa, illum bis-sistema l- ġdida jistgħu jinqatlu massimu ta' 160 majjal kull siegħa; u ovvjament iktar ma tikber il-produzzjoni u aktar ma jkollna majjal għall-qatla, iktar ikun hemm bżonn ta' ħaddiema biex jipproċessaw il-majjal.", "L-Onor.", "Interpellant staqsa wkoll jekk il-karkassa hijiex se tibqa' tinbiegħ sħiħa jew inkella hijiex se tinbiegħ f'partijiet.", "Nerġa` ngħid li ġieli jkun hemm processors li jkunu jridu jixtru l-parti tas-sidra biss jew il-parti ta' l-ispalla biss, il-parti tal-kustilji biss jew il-parti tal- koxxa biss u allura, f'dak il-każ, wara li jsir ftehim bejn il-processor u l-KIM dwar il-prezz - u l-gvern ma jindaħalx f'dan l-aspett - il-koperativa tipprovdielu dawk il-partijiet biss.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-KIM ftehmet mal-gvern jew ma' xi proċessuri li minflok tbiegħelhom il-karkassa sħiħa, tbiegħelhom biss partijiet minnha?", "Jew għadu kollox kif kien, bil-KIM tbiegħ il-karkassa sħiħa?", "Għaliex minn dak li qed jgħid il-Ministru jien neħodha li se tiddaħħal sistema ġdida fejn il-KIM tibda tbigħ biss partijiet tal- karkassa, u dan meta llum l-arranġamenti huma differenti u l-proċessuri huma marbuta li jixtru l-karkassa sħiħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sal-lum il-proċedura għadha li l-proċessur jixtri l- karkassa sħiħa.", "Pero' billi hawn proċessuri li jippreferu jixtru partijiet biss tal-karkassa, jista' jkun li fil-futur qarib dawn se jkunu jistgħu jiftehmu mal-KIM fuq il-prezz kummerċjali u jixtru biss dawn il- partijiet.", "Ikun tajjeb ukoll jekk nagħmel il-punt li llum sebgħa minn kull għaxar majjali li jidħlu fil-biċċerija, imorru għall-processing.", "Nhar il-Ġimgħa li għaddiet saret laqgħa interessanti bejn il-proċessuri u l- KIM fl-uffiċċju tiegħi, u fost l-affarijiet li ġew diskussi, ġiet diskussa wkoll il-possibbilta` li 'l quddiem il-proċessuri jkunu jistgħu ma jixtrux il-karkassa sħiħa.", "Matul din il-laqgħa ħadt gost ninnota li kemm il-KIM kif ukoll il-proċessuri dehru ħerqana biex ikomplu jsaħħu l-katina bejn il- proċessuri u l-produtturi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, xtaqt inkun naf ukoll fejn qed jintrema' id-demm wara li ssir il-qatla; u anke x'apparat ġie introdott għal dan il-għan bħala parti mill-iżvilupp li qed isir fil-biċċerija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Rigward il-problema tad-demm fil-biċċerija m'għandix informazzjoni, pero` inwiegħed li se niċċekkja eżattament x'qiegħed jiġri.", "Naf li dan l-aħħar minħabba r-ristrutturar li qed isir, inbidlu diversi sistemi u jien anke informat li fil-biċċerija kien hemm xi problema fil-mains tad-drenaġġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, smajt lill-Ministru jawgura li jintlaħaq ftehim biex il-karkassa ma tibqax tinbiegħ sħiħa, imma jibdew jinbiegħu biss partijiet minnha.", "Iżda min-naħa tagħha, x'qalet li se jiġri l-KIM jekk kemm-il darba ċerti partijiet mill-karkassa jibqgħu ma jinbigħux u allura dan jirriżulta f'telf għall-istess KIM u għall- proċessuri?", "Se jkun hemm xi forma ta' assigurazzjoni jew xi fond li jkun qed jagħmel tajjeb għal meta l-karkassa ma tinbigħx kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien m'għedtx li l-karkassa m'hijiex se tibqa' tinbiegħ sħiħa.", "Ħalli nirripeti dak li għedt, Sur President.", "Jien għedt li saret diskussjoni li matulha l-KIM u l-proċessuri tkellmu fuq diversi modi kif jistgħu jikkonsolidaw il-ħidma tagħhom, u wħud mill-proċessuri wrew ix-xewqa li minflok ma jkollhom jixtru l-karkassa sħiħa, ikunu jistgħu jixtru partijiet biss minnha.", "Issa ovvjament f'dan il-każ il-prezz ivarja u għalhekk iktar 'il quddiem se tiddaħħal sistema fejn meta l-proċessur ikun jixtieq partijiet speċifiċi tal-karkassa, jiftiehem prezz kummerċjali mal-KIM u jkun jista' jieħu biss dawk il-partijiet.", "Ġaladarba l-prezz ikun jaqbel għaż-żewġ naħat, jien ma narax li għandha tkun problema li tibda titħaddem din is-sistema.", "Ovvjament jekk il-proċessur ikun irid jixtri l-parti tal-koxxa, il-prezz ma jkunx l-istess bħal dak li normalment jinżamm għall-karkassa imma jkun xi ftit ogħla, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma meta nafu li l-produttur tal-majjal se jitlef is-sussidju li llum jingħata fuq il-bolla - veru li jistgħu jsiru arranġamenti biex is-sussidju jingħata f'affarijiet oħra, imma żgur mhux fil-qasam tas-sigurta` soċjali - jista' il-Ministru jgħidli kif se jkun megħjun il-produttur biex jekk ma jirnexxilux ibiegħ il-karkassa sħiħa, almenu ma jitlifx flusu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nafx għaliex nitkellmu bil-Malti u ma niftehmux!", "Ovvjament meta l-produttur ibiegħ il-koxxa jew l-ispalla separatament, mhux se jiċċarġja 82c imma jitlob prezz ogħla.", "Inti taħseb li hawn xi produttur daqshekk fidil, daqshekk iblah u daqshekk injorant li se jbigħ il-parti tal- koxxa jew il-parti ta' l-ispalla bl-82c, bl-istess prezz li tinbiegħ il- karkassa?", "Il-loġika tgħidli lili li meta produttur ibigħ il-parti tal- koxxa jew il-parti ta' l-ispalla, ibigħha bi prezz ogħla biex ipatti għal dawk il-partijiet li ma jġibx biżżejjed flus tagħhom.", "Meta jbigħ partijiet biss mill-karkassa u mhux il-karkassa sħiħa, il-produttur jrid jara kif jassigura ruħu li ma jitlifx flusu, anzi jara li jaqla' xi ħaġa oħra wkoll!", "Hekk isir in-negozju.", "Mela l-produtturi huma daqshekk imġienen li se jbigħu biss partijiet mill-karkassa u mhux il-karkassa sħiħa biex jitilfu!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien żgur m'għedtx li hawn produtturi mġienen.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Int staqsejt - u min irid jista' jisma' r-recording - jekk il-produttur li se jbigħ biss partijiet mill-karkassa u mhux il- karkassa sħiħa huwiex se jitlef mill-overall price tal-karkassa – u min irid jista' jisma' r-recording – u jien għedtlek li ma naħsibx li hawn xi produttur daqshekk miġnun li se jispiċċa jitlef il-flus.", "Għax ovvjament il- produttur se jbigħ l-ispalel u l-koxox bi prezz above average u b'hekk iġib il-flus għall-partijiet l-oħra li tagħhom jaf li se jġib anqas.", "Hekk isir in-negozju, Sur President.", "L-Onor.", "Farrugia għamel ukoll l-istatement li l-produttur se jitlef is- sussidju li sal-lum qed jieħu fuq il-bolla, statement li ma nistax naqbel miegħu għax minflok dan it-tip ta' sussidju se tiddaħħal forma oħra ta' għajnuna.", "Kif għedt xi jiem ilu, sal-lum l-għajnuna li tingħata lill- produtturi hija taħt forma u isem mod, filwaqt li meta nissieħbu fl-Unjoni se tkun taħt forma u isem mod ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Bi sħubija fl- Unjoni, is-sussidju li qed jingħata llum se jinbidel f'benefiċċju ieħor iktar vantaġġuż ngħid jien mill-benefiċċju li r-raħħala llum qed jieħdu.", "Fil-fatt bħalissa qed jiġu studjati l-options flimkien mar-raħħala biex flimkien nagħżlu l-iktar option vantaġġuża.", "L-Onor.", "Farrugia qalilna wkoll li bis-sħubija fl-Unjoni, il-produttur mhux se jibqa' protett għax il-levies se jitneħħew.", "Nerġa` ngħid li nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni, il-levies xorta jridu jitneħħew.", "Madanakollu ta' min jgħid li permezz ta' l-ispecial market policy programme for Maltese agriculture, hekk kif pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni, is-settur tal-majjal se jibbenefika minn Lm13.6 miljun f'għajnuna, u dan biex jitneħħew il- levies u biex isir ir-ristrutturar ta' l-irziezet.", "Biex ma nsemmux ukoll li r-raħħala se jibbenefikaw minn miżuri finanzjarji taħt l-iskema ta' żvilupp rurali, b'mod partikolari taħt l-iskema ta' farm modernisation u waste management.", "Fil-fatt ir-raħħala se jingħataw perijodu ta' żmien li matulu jkunu jridu jraħħsu l-prodott tagħhom biex jiġu kompetittivi, pero` fl-istess ħin se jiġi assigurat li ma jitilfux mill-prezz kif inhu llum.", "Ta' min jgħid ukoll li matul l-ewwel ħames snin tas-sħubija, sakemm isir ir- ristrutturar, il-gvern se jkollu l-għodda neċessarja f'idejh biex b'hekk ikun jista' jikkontrolla l-importazzjoni fil-pajjiż.", "Jekk, per eżempju - u hawn se nġib eżempju sempliċi kemm jista' jkun biex jifhimni kulħadd - il- pajjiż jikkonsma 100 kilo kuljum meta għandu biss produzzjoni ta' 99 kilo, il-gvern jagħti liċenzja sabiex jiġi importat dak il-kilo li jkun jonqos, ħalli b'hekk jinżamm bilanċ bejn il-produzzjoni u d-domanda.", "Jekk matul dan il-perijodu ta' ħames snin ikun hemm xi ħadd bravu li jaqbad u jimporta prodotti iktar milli s-suq ikun jiflaħ – u allura biex inkompli bl-eżempju li ġibt, jekk ikun hemm xi ħadd li jimporta iktar minn dak il- kilo wieħed li jkun jonqos - f'dak il-każ il-gvern se jkollu f'idejh l- għodda legali kollha neċessarja biex iġiegħlu jirtira l-prodotti li jkun importa u anke jwaħħlu multa.", "B'dan il-mod se jkunu protetti r-raħħala tagħna, Sur President.", "Dan minbarra li kif diġa` għedt, permezz ta' l-ispecial market policy programme for Maltese agriculture, hekk kif pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni, is-settur tal-majjal se jibbenefika minn Lm13.6 miljun f'għajnuna fuq perijodu ta' snin biex b'hekk ikun jista' itejjeb l-operat u jdaħħal iktar effiċjenza.", "Se tingħata wkoll għajnuna biex f'dan is-settur ikun hemm iktar iġjene u jkun hemm standards ogħla.", "B'dawn l-għajnuniet kollha, ikun jista' jiġi assigurat li s-settur tal-majjal ikun qed jiġi msaħħaħ u jsir iktar sostenibbli, filwaqt li l-għajxien tar-raħħala li jaħdmu fl-istess settur ikun qed jiġi ggarantit.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk kemm-il darba ma jintlaħaqx qbil fuq il-prezz bejn il-proċessuri u l-KIM meta jiġu biex jinbiegħu partijiet mill- karkassa, id-dipartiment jew il-KIM se jkollhom xi safeguard biex il- proċessur jiġi obbligat li jixtri l-karkassa sħiħa, kif inhu obbligat li jagħmel illum, u mhux jimporta dawk il-partijiet li jkun jaqbillu minn barra mingħajr levy, kif se jkollu l-liberta` li jagħmel ġaladarba nissieħbu fl-Unjoni?", "Nixtieq li l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar dan u ma jaħrabx mid-domanda li qed nagħmillu, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-verita' hawnhekk inti qed tagħmel il-punt li kont qed nagħmel jien fil-bidu.", "Imma qabel xejn irrid ngħid li s-safeguard clause la se tkun f'idejn il-KIM u lanqas se tkun f'idejn il-proċessur iżda se tkun f'idejn il-gvern.", "Ir-raħħala u l-proċessuri huma nies għaqlin biżżejjed - kif diġa' għedt, nhar il-Ġimgħa stess bdew jersqu lejn xulxin iżjed milli qatt resqu qabel - u lkoll jafu li ftit hawn majjal aħjar minn dak ta' Malta.", "Prezz bi prezz, il-proċessuri jippreferu jixtru l- majjal ta' Malta.", "Kif għedt lir-raħħala, il-prezz tal-majjal ta' barra li jkun ta' l-istess kwalita` ta' dak ta' Malta, huwa ogħla minn dak ta' pajjiżna.", "Għalhekk kemm il-produtturi msieħba fil-KIM kif ukoll il-proċessuri ftehmu li għandhom jaħdmu iktar flimkien biex jassiguraw li dan is-settur jibqa' sostenibbli.", "Dawn ftehmu wkoll biex jikkoperaw iżjed bejniethom ħalli l- ewwel prodott li jinxtara jkun dak ta' Malta.", "Fil-fatt huma bdew anke jagħtu ċerta informazzjoni lil xulxin, bħal per eżempju, kemm qed ibassru li se jkun hawn majjal għall-qatla f'ġimgħa waħda fil-futur immedjat, u dan sabiex ikunu jistgħu jippjanaw ix-xogħol tagħhom aħjar.", "Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra stess wieħed mill-proċessuri stqarr quddiem il- membri kollha tal-KIM li preżentement il-majjal importat minn barra, naturalment ta' l-istess kwalita` tal-majjal ta' Malta, huwa ogħla minn dak ta' Malta.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma għax għad għadna s-sussidju!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Lill-Onor.", "Farrugia nfakkru li l-exercise ta' ispecial market policy programme for Maltese agriculture diġa` sar fuq iċ- ċifra ta' bejn l-1998 u s-sena 2000.", "Jiġifieri l-ammont ta' state aid għal dan is-settur diġa` huwa miftiehem ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk issa, li l-prezz ta' barra għolla rasu, il-produttur Malti jista' jkompli jibbenefika u jista' jkompli miexi biex iseħħ l-istrutturar b'pass iktar mgħaġġel.", "Nerġa` nirripeti li l-ammont ta' state aid huwa miftiehem ma' l-Unjoni Ewropea iswed fuq l-abjad, u dak l-ammont ta' state aid se jibqa' jingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar prodotti agrikoli importati li dwarhom Malta tkun tista' tapplika skema ta' state aid wara sħubija fl-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 38313.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Josef Bonnici, f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR REĠISTRU ĊENTRALI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq abbozz ta' liġi għall- ewwel qari mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonommiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta` l-Intern u l- Ambjent nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar Reġistru Ċentrali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar Reġistru Ċentrali\". jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TPAĊIJA U NETTING F'KAŻ TA' INSOLVENZA", "SET-OFF AND NETTING ON INSOLVENCY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-17 ta' Frar 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien kont wasalt biex nagħlaq fuq il- punt li f'każ ta' falliment jew insolvenza rridu dejjem inżommu quddiem għajnejna l-bidla li ġġib magħha f'dan ir-rigward is-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea.", "Fid-dawl li pajjiżna jidħol jew ma jidħolx fl-Unjoni jrid jibqa` jimporta kollox minn barra u allura l-kompetittivita` tagħna tiddependi mis-swieq internazzjonali rridu noqogħdu attenti li ma nimbarrawx il-flessibilta` li għandna bħalissa.", "Meta nafu li minkejja l- flessibilita` li kien hawn xorta waħda kien hawn chain ta' supermarkets kbria li falliet u kien hawn negozjanti żgħar jilmentaw li d-dħul tagħhom nixef minħabba ċerti mekkaniżmi li daħħal dan il-gvern.", "Immaġina xi fraġell ġej fuq il-kumpanniji tagħna meta issa jirriżulta li mhux biss se jkollna l- barrieri minn fejn nistgħu nimportaw imma se nkunu ristretti anke biex nesportaw lejn is-swieq ta' l-Unjoni Ewropea dawk il-prodotti li l-gvern se jissusidja taħt l-istate aid.", "Per eżempju, kellna kumpannija li tiftaħar li trid tesporta l-birra, il-luminati u l-juices, u j'Alla tagħmel hekk.", "Biex tipproduċi l-birra, il-luminati u l-juices trid tuża l-materja prima taz- zokkor, il-qamħ u ċ-ċereali.", "Issa, għax il-gvern se jissusidjaha fuq il- produzzjoni u l-importazzjoni attwali, mhux se tkun tista' tesporta lejn is- suq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għaldaqstant, huwa importanti li dak li tgħallimna barra minn dan il-Parlament, jiġifieri li qatt m'għandna npoġġu l-karettun quddiem il-ħmar, inkunu qed nirrealizzawh fid-doveri tagħna.", "Għaliex?", "Għax jien ma nistax nifhem kif tista' tagħmel liġi biex tagħmel dispożizzjonijiet ġodda ħalli tassigura ċerti kriterji meta jinqalgħu wara li tkun saret l-attivita` kummerċjali, imbagħad minn qabel tkun qed thedded il-flessibilta' marbuta maċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Pajjiżna se jibqa` jiddependi mill-importazzjoni għax kif għedt il-bieraħ m'għandniex art biżżejjed biex nipproduċu l-prodotti ta` l-ikel li jieklu Maltin u l-Għawdxi, il-miljun turist li jżurna u t-tjur u l-bhejjem.", "Issa, għal xi raġuni jew oħra, qegħdin nintrabtu biex filwaqt li nċekknu din il- flessibilta`, fl-istess ħin nipprovaw nirregolaw forom oħra ta' kif jista' jeżerċita dan il-pajjiż f'każ ta' falliment, u dan meta l-falliment se nkunu qed noħolqu minn qabel minħabba dawn il-kriterji u dawn iċ- ċirkostanzi li bir-rispett kollu l-gvern naqas li jinnegozja u jġib għal vantaġġ ta' pajjiżna fin-negozjati tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, din hija liġi teknika u interessanti ħafna.", "Pero' għalkemm hija liġi teknika ħafna, fis-sustanza fiha ċerti difetti, li se nipprova nitkellem fuqhom.", "Barra minnhekk tħallat ukoll ċerti kunċetti ma' kunċetti oħra bħal, per eżempju, il-parti ta' l-abbozz ta' liġi li tirriferixxi għal Business Promotion Act u l-Industrial Development Act.", "Jien nara li dawn huma emendi li ma messhomx ġew preżentati f'dan l-abbozz ta` liġi għaliex qishom m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin.", "Fil-fatt kieku ma kienx hemm dawn l-emendi għall-Business Promotion Act u għall-Industrial Development Act probabbli l-oppożizzjoni kienet tivvota favur din il-liġi.", "Imma minħabba l-emendi li qed jitressqu mill-ministru tal-finanzi għal dawn iż-żewġ tipi ta' leġislazzjonijiet naturalment l-oppożizzjoni se jkollha tivvota kontra.", "Se tivvota kontra għaliex l-emendi għall-Business Promotion Act u l-Industrial Development Act huma intiżi sabiex fi ftit kliem jitneħħu varji inċentivi li jeżistu llum, għaliex jitqiesu bħala tipi ta` subsidies, u naturalment minħabba l- acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea u minħabba r-reġim f'dak li huwa kamp kummerċjali u kamp tal-kumpanniji ta' l-Unjoni Ewropea ma jistax inti jkollok dawn it-tip ta' inċentivi u dawn it-tip ta' sussidji.", "Allura naturalment minħabba l-politika Ewropea tal-gvern kellhom isiru dawn l- emendi.", "Dawn l-emendi ħafna minnhom huma wkoll retroattivi u naturalment ikun hemm ċerti kumpanniji u ċerti businesses li jkunu ħejjew il-business plans tagħhom, f'moħħhom ikunu wkoll żammew possibbilta' li se jieħdu dawn it-tip ta' inizjattivi u naturalment liġi bħal din tintronkahom u titfagħhom lura.", "Naturalment minħabba f'dan aħna se nivvotaw kontra.", "Imma hemm ukoll aspetti li jikkonċernaw il-freeport, pero' fuq dan il-punt se titkellem f'aktar fid-dettall il-kollega tiegħi Marie Louise Coleiro.", "Sur President, naturalment f'dan l-abbozz, l-iktar li hemm huma emendi li jikkonċernaw il-kumpanniji.", "Biex inkun fair irrid ngħid li bla dubju ta` xejn hemm bżonn ta' ċertu upgrading tal-liġi tal-kumpanniji tagħna.", "Il-liġi tal-kumpanniji tagħna kienet ifformolata bażikament fuq il-liġi Ingliża fl- 1962.", "Imbagħad konna għamilna żmien bqajna lura.", "L-Ingliżi biddluha, reġgħu biddluha u reġgħu biddluha u aħna bqajna bil-liġi antika.", "Pero' ftit snin ilu kif jaf kulħadd għamilna upgrading tal-leġislazzjoni tagħna għal dak li jikkonċerna l-liġi tal-kumpanniji u tas-soċjetajiet u ta' min jgħid li l- liġi tagħna llum hija liġi pjuttost moderna, progressiva u avvanzata, pero' baqagħla ċerti lakuni u toqob li ta' min isoddhom.", "Sur President, għaliex dawn il-kwestjonijiet saru iktar urġenti?", "GĦaliex naturalment il-liġi tal-kumpanniji qiegħda hemm għal tliet aspetti.", "Wieħed minnhom hu li jkollok soċjetajiet limited liability companies sabiex in- negozjanti jkunu jistgħu jkabbru n-negozji tagħhom u jirregolaw l- affarijiet tagħhom b'mod aħjar u mingħajr biża' li jekk huma jkabbru żżejjed in-negozju tagħhom jistgħu jesponu ruħhom individwalment u personalment għal ċerti riskji.", "Jekk m'għandekx kumpanniji n-negozji fil- pajjiżi jispiċċaw, allura dak huwa l-iskop li inti jkollok dawn it-tip ta' kumpanniji.", "It-tieni nett ir-regolamenti qegħdin intiżi biex jipproteġu lill-azzjonisti mill-aġir tad-diretturi speċjalment l-azzjonisti li jkunu minority shareholders u t-tielet skop ta' liġi bħal din u l-liġi li aħna għaddejna riċenti hu sabiex jiġu protetti l-kredituri.", "Infatti l-enfasi aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħda tersaq lejn li wieħed irid jipproteġi l- kredituri, għax jekk inti jkollok liġi kummerċjali, liġi li tirrigwarda s- soċjetajiet konfużjonali jew mhux serja, jew m'hijiex up to standard din ikollha impatt negattiv grossolan fuq l-ekonomija.", "Jekk ikollok liġi ta' dak it-tip, Malta ma tidhirx pajjiż serju.", "Ħadd ma jirriskja jinvesti jekk m'hemmx ċerta serenita' tal-moħħ u ċerta trasparenza u l-affarijiet m'humiex qed jimxu up to standard u bil-mod ta' kif għandhom jimxu.", "Jekk ikollok liġi li tippermetti li kumpannija tista' taħbi ċ-ċirkostanzi ekonomiċi jew l-istat finanzjarju tagħha ħadd ma jażżarda jieħu riskju u jinnegozja mas-soċjetajiet Maltin.", "Allura biex Malta tippromwovi l- attivita` kummerċjali u ekonomika, l-ewwel ħaġa li jrid ikollok indubjament hija qafas legali serju li jikkontrolla dawn l-affarijiet.", "Sur President, għaddejna kemm għaddejna liġijiet xorta kien baqa' lakuna kbira għal dak li jikkonċerna protezzjoni ta' kredituri.", "Jiena naħdem il- qorti fil-kamp tal-litiġju u nista' ngħid li nonostante l-liġijiet kollha li għaddejna dawn l-aħħar snin, sfortunatament għadni nieħu qatgħa kull darba li jiġi xi ħadd l-uffiċċju u jgħidli li għandu jieħu xi ammont ta' flus mingħad xi soċjeta`.", "Jekk ma tkunx xi soċjeta` rinomata nieħu qatgħa għax ħafna drabi n-negozjant żgħir li jiġġestixxi n-negozju tiegħu taħt l- umbrella ta' kumpannija fil-verita` jkun qed iħallat l-interessi tal- kumpannija ma' l-interessi personali tiegħu u l-ġid jew l-assets tal- kumpannija jitfagħhom fil-but u d-dejn u l-obbligazzjonijiet iħallihom fil- kumpannija.", "Minħabba f'hekk, meta inti tiġi biex tenforzja jew tesegwixxi xi sentenza tal-qrati kontra xi soċjeta`, aktar iva milli le tispiċċa b'sentenza tajba li tista' tagħmilha ġo frame pero' l-kreditur xorta jibqa' minn taħt.", "Din hija problema endemika fil-pajjiż.", "GĦal snin twal qatt ma kien hemm makkinarju jew qafas legali li jintroduċi dak li l-Ingliżi jsejħu the lifting of the corporate veil.", "Fil-fatt jekk tmur l-universita` titgħallem li l-unika sentenza li hemm fuq dan il-kunċett tal-lifting of the corporate veil ingħatat - u mhux se nsemmi l-isem għaliex forsi ma nkunx etiku - fil-bidu tad-disgħinijiet fejn il-qorti ta' l-appell tagħna ddeċieda li jekk ikun hemm abbuż skjaċċanti jew żlealta' kommessa mid- diretturi ta' kumpannija allura l-qrati jistgħu f'ċertu ċirkostanzi ben definiti jgħollu l-corporate veil.", "GĦall-ewwel darba fil-qrati tagħna kellek dan il-kunċett li d-diretturi jew l-azzjonisti jistgħu f'ċerti ċirkostanzi jiġu ritenuti personalment responsabbli għad-danni jew biex jonoraw ċerti obbligazzjonijiet tal-kumpannija nnifisha.", "Wara din is- sentenza mbagħad kellna l-emendi li saru fil-kamp tal-kumpanniji u bil-mod il-mod beda dieħel il-kunċett li wieħed jgħolli l-corporate veil.", "Sur President, issa f'daqqa waħda qed insibu ma` wiċċna din it-tip ta' leġislazzjoni għaliex nonostante l-emendi kollha li saru, nonostante s- saħħa aktar li ngħataw il-qrati tagħna biex jikkontrollaw l-abbużi, xorta waħda Malta għaddiet minn esperjenza kerha s-sena l-oħra u s-sena ta' qabel meta fallew kumpanniji kbar – u waħda kienet chain ta' supermarkets u hemm kumpannija oħra qiegħda mdendla - li kienu jimpjegaw ħafna nies u li kienu jaħdmu on credit.", "U meta fallew dawn il-kumpanniji fallew magħhom jew niżlu magħhom mijiet ta' kumpanniji jew intraprendisti żgħar.", "GĦaliex?", "GĦax dawn is-soċjetajiet tajjeb jew ħażin - u għalhekk daħħalna l-kunċett ta' l- awdituri u l-accountants...", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt f'liġi riċenti emendejna l-professjoni ta' l-accountants u għamilniha aktar serja u jiena kont għedt li huwa about time li nagħmluhom aktar accountable.", "(Interruzzjonijiet) Jiena se nispjega x'ġara minħabba li d-dokumentazzjoni ta' dawn il-kumpanniji kienet tagħti stampa ta' pożizzjoni finanzjarja tajba.", "Minħabba f'hekk anke meta fallew, dawn il-kumpanniji baqgħu jiġġestixxu n-negozju meta mhux suppost li għamlu hekk u baqgħu jingħataw kreditu għaliex in-negozjanti l-oħra li kienu qed jagħmlu business magħhom meta marru jivverifikaw il-kotba tal-kumpanniji kienu jsibu li l-kumpanniji kienu għadhom b'saħħithom u li kienu għadhom jagħmlu l-profitti.", "Li ġara hu li l-kotba aktar iva milli le f'ħafna minn dawn il-kumpanniji, kienu mbagħbsin, kienu żleali, u minħabba f'hekk ħafna nies baqgħu jagħtuhom il- flus.", "Dawn il-kumpanniji baqgħu jidħlu f'ħafna obbligazzjonijiet allura meta mbagħad fallew huma, magħhom fallew il-kumpanniji ż-żgħar l-oħra kollha li kienu għamlu n-negozjati magħhom.", "Naturalment inħoloq paniku sħiħ f'dan il-pajjiż.", "Sur President, jiena ma rridx nidħol f'aktar dettal għaliex id-ditta ta' avukati tiegħi għandha xi kawżi kontra xi kumpanniji bħal dawn u għall- ewwel darba qed nipprovaw nimmiraw responsabbilta` fuq id-diretturi personalment u fuq anke l-awdituri ta' l-istess kumpannija.", "Ngħid din biss li meta ġara l-istess fl-Amerika lil soċjetajiet bħall-Enron, Xerox, u Worldcom tant tqajjem għagħa li l-president innifsu George Bush għamel intervent presidenzjali u qal li jrid li l-parlament Amerikan jgħaddi leġislazzjoni ad hoc, anke retroattiva, biex min ikun ħati ta' amministrazzjoni ħażina jew ta' abbużi, sija l-accountants, sija l-awdituri jew sija d-diriġenti tas-soċjetajiet jiġu ritenutu responsabbli personalment għal dan it-telf.", "Kien hemm intervent mill-president fl-Amerika u l-affarijiet irranġaw.", "Sur President, f'dibattitu fuq liġi oħra jien kont għedt ukoll li wasal iż- żmien li l-Prim Ministru Malti, jew il-Ministru tal-Finanzi, jew inkella l-gvern jidħol f'din il-kwestjoni ta' dawn il-kumpanniji ġganti f'Malta li kienu qed ifallu b'dan il-mod għaliex kieku m'għamilniex qafas legali b'saħħtu konna nitilfu l-kredibbilta` tagħna bħala pajjiż.", "Jista' jkollok kaos ekonomiku sħiħ jekk il-kumpanniji kbar inħalluhom joperaw b'dan il- mod.", "Dan jista' joħloqlok a ripple effect u jista' jkollok traġedja ekonomika sħiħa.", "Issa jiena se jkolli ngħidha, għax il-verita` hija l- verita`.", "Il-Ministru Dalli qed jipprova jindirizza dawn il-problemi pero` fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li se jolqot il-musmar fuq rasu.", "L-ewwelnett f'artiklu 57 ta' dan l-abbozz qed nerġgħu nistabbilixxu x'inhuma the general duties tad-direttur pero' meta wieħed jaqrahom ma jsib xejn ta' sustanza għaliex l-obbligi tad-direttur tant qed jingħataw diskrezzjoni ġenerali li qishom ma jfissru xejn.", "Fil-fatt fil-Companies Act kif inhi llum diġa` nsibu li jekk direttur jaġixxi wrongfully jew b'mod frawdulenti allura jista' jiġi ritenut responsabbli.", "Lid-direttur hawn qed jgħidulu buon lavoro pater famiglia.", "Hawnhekk irrid ngħid li dawn il- kunċetti kienu diġa` jeżistu, allura fil-fatt f'din il-parti m'hu qed isir xejn ġdid u l-pożizzjoni qed tibqa' kif inhi ħlief forsi f'dak li jikkonċerna insider dealing.", "Għalkemm il-kwestjoni ta' insider dealing diġa` teżisti u ġiet imdaħħla fil-liġi ta' l-istock exchange, l-insider dealing kienet tirriferixxi bażikament għal dawk il-kumpanniji li marru public.", "Pero` l-insider dealing jista' ukoll jaqa' taħt l-umbrella jew taħt id-diskrezzjoni ġenerali ta' wrongful trading.", "Mela fuq dmirijiet tad- diretturi m'hu qed inżidu assolutament xejn.", "X'qed ngħid b'dan jien?", "Qed ngħid li mhux niddeskrivu x'inhuma l-poteri u l-obbligazzjonijiet jew id-doveri tad-direttur jew tad-diretturi.", "Għaliex?", "Għax id-doveri tad- diretturi huma diġa` magħrufa minn kulħadd.", "Issa billi tgħidli li direttur tal-kumpannija jkun marbut li jaġixxi b'onesta` u in bona fide?", "Mhux ovvja?!", "Jingħad ukoll li d-diretturi tal-kumpannija għandhom jippromwovu l-benessere tal-kumpannija u jkunu responsabbli għat-tmexxija ġenerali.", "Dawn affarijiet li diġa` nafuhom u li diġa` jeżistu.", "Fejn hi l- lakuna?", "Fejn hemm vojt li jrid jimtela?", "Il-vojt li jrid jimtela hi l- kwestjoni ta' liability.", "Bħalissa liability diretta għal diretturi li jaġixxu kontra dawn il-prinċipji ma teżistiex.", "Teżisti għal dak li huwa frawdulenti u wrongful trading fil-kamp kriminali għaliex illum, wara l- emendi li saru, id-diretturi li jaġixxu b'intenzjoni ħażina jistgħu jiġu ritenuti responsabbli kriminalment.", "Pero` jgħallimni kulħadd li meta si tratta fuq kriminal, il-grad ta' prova irid tkun ferm ikbar.", "Jekk hu responsabbli kriminalment u għamel danni, min sofra minħabba l-aġir kriminuż tiegħu għandu dritt għal risarċiment ta' danni.", "Veru, imma biex inti tipprova stanza kriminali, il-livell tal-provi huwa ferm ogħla.", "Tista' tfittxu fuq tort biss.", "Fl-opinjoni tiegħi d-direttur għandu jkollu wkoll responsabbilta` kontrattwali.", "Jien naħseb li jmissna dħalna iktar fid-dettall fil-kunċett tal-lifting of the corporate veil.", "Veru li ġie suġġerit li x-shareholders li jistgħu jiġu tenuti responsabbli wkoll, pero' jiena ma naqbilx jekk ix- shareholders ma jkollhomx controlling power jew ma jkunux diretturi huma nfushom.", "Ma naqbilx li minority shareholder għandhom ikunu ritenuti responsabbli, għaliex ħafna drabi dawn ikollhom ix-shares u ma jkunux involti fit-treġija tal-kumpannija.", "Pero` jien nemmen li jekk wieħed li jmexxi kumpannija jaġixxi b'mod frawdulenti jew wrongfully għandu jkun espost direttament għal azzjoni ċivili quddiem il-qrati.", "Sur President, f'artiklu 78 daħħalna għall-ewwel darba l-kwestjoni ta' l- awdituri u ta' l-accountants.", "Inqala' panic minħabba li kienu qed isiru, jew hemm allegazzjonijiet serji li kienu qed isiru ċerti abbużi mill- awdituri.", "Issa l-pożizzjoni f'Malta qiegħda antipatika.", "Għaliex?", "Għax għalkemm awditur huwa uffiċjal pubbliku, fil-verita` awditur imexxi billi jaqdi lill-klijenti tiegħu li jiġu appuntati minn ditti.", "Dan ifisser li awditur ħafna drabi jsib ruħu f'diffikultajiet għax minn banda waħda jrid jeżonera l-obbligi tiegħu li jaġixxi bħala uffiċjal pubbliku ta' l-istat u mill-banda l-oħra jrid ikun ftit kompjaċenti ma' min jimpjegah għaliex jekk ma jagħmilx hekk jispiċċa mingħajr xogħol.", "Illum hemm il-kompetittivita` u n-negozji huma li huma u allura hemm din id-diffikulta` u din is-sena smajna allegazzjonijiet serji li l-kotba ta' ħafna assoċjazzjonijiet kbar li kienu doctored b'tali mod li kellek din il-konfużjoni fil-kamp ekonomiku ta' pajjiżna.", "X'qed tgħid din il-liġi?", "Din il-liġi qed tgħid li jridu jibdew ikunu huma responsabbli għal dak li huwa obligation to respect international accounting standards and international auditing standards.", "Dak li tgħid il- liġi.", "Jiġifieri huma obbligati li jirrispettaw standards internazzjonali għal dak li jikkonċerna accounting and auditing.", "Issa dawn diġa' huma ritenuti b'dan il-mod fil-professjoni tagħhom.", "Diġa` huma ritenuti li jżommu dawn l-istandards.", "Fil-fatt meta jsir l-eżami tagħhom isir l-eżami biex jiġi verifikat jekk dawn għandhomx dawn l-istandards.", "Jiena diġa` semmejt numru ta' test cases fejn ipprovaw għall-ewwel darba jikkolpixxu b'mod dirett l-accountants u l-awdituri.", "Dawn huma test cases għaliex il- liġi ma tipprovdix għalihom, u l-emendi previsti f'din il-liġi bl-ebda mod m'huma qegħdin jintroduċu xi forma ta' responsabbilta` ċivili lejn l- accountants u lejn l-awdituri.", "Sur President, jekk hemm xi ħaġa li lili ddejjaqni hija l-lip service.", "Mela jekk jkollok għagħa mill-komunita` tan-negozju fil-pajjiż minħabba li ħafna kredituri spiċċaw falluti minħabba ċerti abbużi li jkun hemm, jekk ikollok ċerta pressjoni u lobbying fuq il-gvern biex jagħmel xi ħaġa u ikollok ċerta pressjoni min-naħa l-oħra, x'se taqbad x'tagħmel?", "Tagħmel dak Ii kienu jsejħu fl-antik lip service lill-Parlament.", "Jiġifieri tagħmel liġi li meta taqraha tidher li hija liġi sabiħa, tidher li hija teknika, tidher li qed tidħol f'ħafna dettall u tidher liġi fina imma fil-verita` jekk tgħasarha ssib li ma qed tbiddel assolutament xejn.", "Din il-liġi kulma qed tagħmel hu li jew qed tiċċara jew qed terġa' tirripeti dak li diġa` jeżisti.", "Jien naħseb li l-ministru kellu jkun iktar kuraġġjuż f'leġislazzjoni bħal din.", "Naħseb kellu jniżżilha black on white li jekk ikun hemm abbużi mill-awdituri, jew mill-accountants billi jiġu doctored il-kotba tal-kumpanniji a skapitu tal-kredituri, dawn għandhom jiġu ritenuti responsabbli personalment flimkien mal-kumpannija u ma' min ikun komparteċipi mad-diretturi, eċċ. Huwa dan li hemm bżonn li jsir u mhux ngħidu li l-awdituri u l-accountants tagħna jridu jżommu ma' ċerti standards.", "Il-punti li semmejt huma importanti ħafna imma l-iskop tal-liġi hija li tagħmel is-set-offs.", "S'issa jekk kumpannija tfalli, kreditur ma jistax jagħmel set-off mal-kumpannija għax għandek l-iscaling u l-preferenzi tal- kredituri.", "Per eżempju, l-ewwel għandek il-ħaddiema, imbagħad għandek lil min ibigħ il-merkanzija li jkollu privileġġ fuqha, imbagħad għandek il- banek u għandek ukoll lil min ikollu ipoteka eċċ. Mela għandek l- iscaling jew il-grading ta' min ikollu jitħallas l-ewwel, it-tieni, it- tielet, ir-raba', eċċ. Għalhekk hawnhekk ikun hawn l-ironija - fil- prattika din issir ħafna – li jekk, per eżempju, jien għandi nieħu Lm30,000 mingħand kumpannija ta' xi kuntratti li għamilt pero' din il-kumpannija għandha tieħu mingħandi Lm20,000, allura ma nistax nagħmel set-off u nagħtiha Lm10 ̧000.", "Jien ikolli nagħti Lm30,000 kollha lill-kumpannija u mbagħad isir il-konkors tal-kredituri u jekk jibqa' nieħu xi ħaġa.", "Din ma tagħmilx sens.", "Allura l-iskop ta' din il-liġi hu – hawnhekk din hija ċċarata u hija tajba ħafna – li jien, per eżempju, inkun nista' nagħmel set-off.", "Per eżempju, s'issa jekk jien inkun dħalt f'appalt ma' kumpannija li kellha tagħmilli ċerti xogħlijiet u dawn m'għamlithomx għax falliet, allura jien ma nistax nipparteċipa fil-konkors għal xi tip ta' kumpens.", "Pero' llum permezz ta' din il-liġi, jien se nkun nista' nikkwantifika l-pretensjoni tiegħi.", "Li hemm ħażin u m'huwiex ċar – naħseb li din nistgħu nirranġawha fi stadju ta' Kumitat – huwa f'dak li għandu x'jaqsam ma' grading.", "Jekk jien nikkwantifika claim li titwieled minn obbligazzjoni mhux pekunjarja u jkun hemm konkors ̧ jien fejn se nkun?", "Jien ngħid li għandi nkun fuq l-istess livell daqslikieku nkun begħt xi ħaġa għaliex jien inkun għamilt tranżazzjoni u allura m'għandix inkun inqas minn tranżazzjoni ta' bejgħ.", "Għalhekk huwa importanti li dan it-tip ta' kreditu jiffittja x'imkien għal dak li jikkonċerna l-konkors tal-kredituri għax inkella meta l-qrati jiġu biex jimplimentaw din il-liġi se jsibu ruħhom ġo vacuum.", "Hemm xi ħaġa oħra interessanti pero' li fiha difett ukoll.", "Din hija l- kwestjoni ta' l-ispecial controller.", "Illum il-qrati għandhom dritt li jekk kumpannija tfalli jiġu applikati l-proċeduri l-ġodda u jiġi nominat speċi ta' stralċjarju li jamminstra l-likwidazzjoni hu.", "Għall-ewwel darba - u din hija xi ħaġa tajba ħafna - il-qrati tagħna qed jingħataw poter li f'ċerti ċirkostanzi jappuntaw special controller biex jekk soċjetà tkun sejra l-baħar, jamministraha hu.", "Issa jien naf li ċerti soċjetajiet li jidhru li sejrin il-baħar - mhux se nsemmi liema huma - għadhom jiġġestixxu u jieħdu credit qisu xejn m'hu xejn u l-kredituri jew il-minority shareholders ma jkollhomx rimedju.", "Naturalment dawn m'għandhomx interess li s-soċjetà tiġi dikjarata bankrupt għaliex jekk kumpannija ma tibqax tiġġestixxi hemm il-probabbiltà li dawn jitilfu l-kreditu tagħhom kollu.", "Pero' mill-banda l-oħra jkunu jixtiequ li l-kumpannija tiġi ġestita b'ċerta serjetà f'idejn terzi persuni li ma jkunux interessati għaliex ma jkunux qed jafdaw id-direzzjoni ġenerali ta' dik is-soċjetà.", "Per eżempju ̧ ġieli jiġu nies jgħiduli li għandhom jieħdu Lm20 ̧000 mingħand kumpannija li tkun qiegħda f'diffikultà għax ikollha ħafna dejn u ma jkunux jafu x'se jaqbdu jagħmlu.", "Jekk dawn jagħmlulha mandat ikun hemm ripple effect għax kulħadd jibda jagħmel il-mandati.", "Għalhekk li jista' jsir hu mandat kawtelatorju u jekk dawn iħossu li l-kumpannija tkun waslet biex tfalli jsiru l-proċeduri taħt l-ambitu tal-falliment.", "Pero' żgur li ma kienx hemm rimedju ieħor.", "Għalhekk issa għandna klawsola tajba ħafna, fl-opinjoni tiegħi ̧ għax issa lil dak li jkun tista' tgħidlu li nistgħu naġixxu bil-qorti u din tinnomina kontrollur speċjali.", "B'hekk il-kumpannija taqa' f'idejn nies esperti nominati mill-qorti li jmexxu l-kumpannija u jaraw jistgħux isalvawha.", "X'hemm ħażin fiha din?", "Dan it-tip ta' rikors jew din it-tip ta' talba lill- qrati tista' ssir mill-kumpannija stess wara extraordinary resolution.", "Dan ifisser li d-diretturi jew ix-shareholders jagħmlu general resolution u jitolbu li jiġi nominat kontrollur biex imexxi hu.", "Din iddejjaqni ftit għax jista' jkollok diretturi li biex ifarfru xi responsabbiltajiet futuri li jista' jkollhom jistgħu jużawha b'malizzja.", "Fil-fatt dawn jistgħu jagħmlu riżoluzzjoni simili, jiskolpaw lillhom infushom minn ċerti obbligazzjonijiet u jarmu l-kejk għand ħaddieħor.", "Għalhekk din fiha t- tajjeb u fiha l-ħażin.", "F'dan l-abbozz ta' liġi għandna jingħad \"by creditors representing more than half the value of the liability.\".", "Hawnhekk qiegħed l-iżball.", "Per eżempju ̧ jekk nieħdu l-każ tal-Price Club insibu li 50% of the liabilities jappartjenu lil għaxar kumpanniji jiġifieri nofs id-dejn huwa tagħhom pero' l-50% l-oħra huma ta' mijiet ta' kumpanniji oħra.", "Mela jista' jkollok xenarju simili fejn kreditur li ma jippreżentax in-nofs ikollu jieħu ammont sostanzjali, li jista' jkun Lm20,000 ̧ per eżempju ̧ u jitkisser.", "Mela min-naħa qed tipproteġi lill- majority creditors u mbagħad lill-kredituri ż-żgħar li forsi jkollhom aktar bżonn protezzjoni mill-kredituri l-kbar għaliex dawn ikollhom aġenziji u ditti żgħar, mhux qed tagħtihom ċans ta' rimedju.", "Jien naħseb li din għandha tiġi mneħħija.", "Ovvjament mhux qed ngħid li kreditur ta' ammont insifikanti jista' jagħmel dan it-tip ta' rikors imma jien nemmen li 50% threshhold imsemmija fil-liġi hija għolja wisq.", "Għalhekk nistieden lill- ministru jew lil kulmin se jkun involut fl-istadju ta' kumitat biex din naħsbu fuqhom u jekk jista' jkun inbaxxu din it-threshold.", "Jekk il-kredituri li jirrappreżentaw 10% tad-dejn ta' kumpannija jagħmlu sforz bejniethom għandu jkollhom dritt li jmorru quddiem il-qorti u mbagħad din tara hi.", "Din m'hijiex xi ħaġa awtomatika imma hija xi ħaġa li se tiġi sindikata mill-qrati u jekk tkun talba frivola u vessatorja naħseb li l- imħallef jew min jiddeċiedi, mhux se jaqbad u jilqagħha malajr.", "Għalhekk jekk ikollok kreditu sostanzjali u tara li l-kumpannija ma tkunx sejra tajjeb u tibża' li se tfalli jew ma tkunx qed tafda d-direzzjoni tagħha, almenu għandu jkollok dritt li tagħmel udjenza quddiem imħallef.", "B'hekk it- talba tiegħek tkun tista' tiġi vetted u jekk jirriżulta li inti qed tesaġera ̧ tibqa' b'xejn.", "Imma jekk jirriżulta li inti għandek raġun, anke fuq talba tiegħek il-qorti għandu jkollha s-saħħa li tieħu d-direzzjoni ta' dik il-kumpannija, tgħaddiha f'idejn terzi biex jipprovaw isalvawha u ma jkunx hemm abbużi.", "Sur President, kelli ħafna ħafna aktar points fuqhiex nitkellem għax din il- liġi fiha iktar minn 150 emenda.", "Fosthom hemm ħafna emendi għal-liġi tal- kumpanniji u naturalment jekk inti toqgħod tfettaq issib ħafna xi tgħid.", "Però, kif nifhimha jien, li għandha bżonn din il-liġi huwa fine tuning.", "Kif spjegajt qabel, għandna liġi ġenerali u fiha dikjarazzjonijiet ta' prinċipji, x'jixtieq il-ministru, x'jixtieq il-gvern, x'jixtieq l-istat.", "Però li jonqosha din il-liġi huwa s-snien biex jiġi inforzat dak il- prinċipju li qed jipproponi l-istess ministru.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Herrera quddiemna għandna Att li qed jiġbor diversi emendi għal diversi liġijiet taħt kappa waħda.", "Huwa Att li fil-fehma tiegħi jrid jittieħed ukoll fil-kuntest tal-politika sħiħa tal-Partit Nazzjonalista, mhux għalih waħdu jew biċċa biċċa.", "Wieħed irid iħares lejh fil-kuntest ta' politika sħiħa.", "Huwa veru li huwa Att tekniku li forsi ħafna nies ftit li xejn jifhmuh, ħlief xi nies f'ċertu mestier li jolqothom direttament, iżda f'dan il-Parlament aħna għandna rwol ta' facilitators, biex ngħid hekk, fis- sens li huwa d-dmir tagħna li nfissru lin-nies dak li jkun qed jiġri fl- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Wara kollox dak kollu li jkun qed jiġri fi kwalunkwe qasam f'pajjiżna, ekonomiku u finanzjarju, mhux biss ikun qed jeffettwa lill-industrijalist, lill-manager, liċ-chief executive ta' kumpannija, jew lis-self-employed, imma jkun qiegħed jeffettwa lil kull ċittadin Malti u GĦawdxi.", "Għaldaqstant se nieħu ċerti aspetti u se ninterpretahom mill-aspett soċjali.", "Sur President, dan l-Att fih diversi aspetti li bħala oppożizzjoni naqblu magħhom, imma hemm oħrajn li ma naqblux magħhom.", "Per eżempju, aħna naqblu jekk dan l-Att se jagħti l-assigurazzjoni assoluta li ma jerġax ikollna ripetizzjoni ta' esperjenzi mill-iktar koroh bħalma kien il-każ tal-Price Club ftit tax-xhur ilu, li għamlu riferenza għalih il-kollegi tiegħi.", "In- nies involuti ma ħadux xi daqqa ta' ħarta, imma kien hemm ħafna u ħafna businessmen, self-employed żgħar li sfortunatament qalgħu daqqa ta' ħarta, u wħud minnhom baqgħu taħt id-daqqa.", "Jiġifieri m'hemmx dubju li naqblu jekk dan l-abbozz se jservi bħala detterent biex ma jkollniex esperjenzi ta' din ix-xorta.", "Iżda hemm provvedimenti oħra li definittivament ma nistgħux naqblu magħhom.", "Per eżempju, dan l-abbozz ta' liġi qed idaħħal emendi għal liġjiiet oħra li bihom qed ikompli jħott f'daqqa l-aid to industries.", "Qed jemenda l- Business Promotion Act u qed ikompli jneħħi l-inċentivi lill-industrija għax bil-politika tiegħu dan il-gvern ma jistax ikompli jagħtihom peress li jrid jikkonforma mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma apparti li dawk ir-regolamenti ma jħallulniex flessibbiltà għas-suq żgħir tagħna, il- fatt li ċerti inċentivi qed jispiċċaw kompletament ma jħalluniex inkunu daqshekk attraenti għal ċertu investiment barrani li jista' jiġi fostna.", "Agħar minn hekk, Sur President, it-tneħħija ta' dawn l-inċentivi qed imorru lura, jiġifieri in retrospect.", "Hawnhekk qed jissemma Jannar 2004.", "Aħna nafu li hemm kumpanniji, industriji li l-financial year tagħhom ma tibdiex f'Jannar u tispiċċa f'Diċembru, imma tibda minn April u tispiċċa fl-aħħar ta` Marzu.", "Nafu wkoll li industrija serja ma tagħmilx il-business plans tagħha minn issa għal tliet xhur oħra, imma taħdem abbażi ta' business plan fuq numru ta' snin.", "Jiġifieri l-industriji jkunu ppjanaw mod, imma bl- emendi li qed isiru f'din il-liġi fejn qed jinħattu ċerti inċentivi, se jintlaqtu ħażin.", "Jiġifieri aħna ma nistgħux naqblu ma' dawn it-tip ta' provvedimenti li jkomplu jgħabbu u jissikkaw lill-industrija Maltija.", "Ħaġ'oħra li laqtitni ħafna f'dan l-abbozz tirrigwarda l-fatt li l-emendi għall-Competition Act li qed isiru taħt dan l-Att ma japplikawx għall- freeport.", "Qed nirriferi għal Taqsima VI ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 19, li qed temenda l-artikolu 30 ta' l-Att dwar il-Kompetizzjoni, qed tgħid li dawk l-intrapriżi li ġew fdati bit-tħaddim ta' servizzi li jkunu ta' interess ekonomiku ġenerali jew li jkollhom ix-xejra ta' monopolju li jipproduċi dħul finanzjarju għandhom ikunu suġġetti għad- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Jiġifieri l-kwestjoni ta' monopolju qed intajruha kompletament.", "Imma mbagħad subartikolu (3), kif emendat, li qed jgħid li l-ministru jista' b'legal notice jiddikjara xi servizz speċifiku fdat lil intrapriża partikolari bħala servizz fl-interess ekonomiku ġenerali.", "Allura dan ikun jista` jitħalla jopera b'monopolju.", "U tifhimha din, għax għandna servizzi li fl-interess nazzjonali jrid jibqa' ċertu ammont ta' monopolju.", "Jiġifieri ma jistax ikun hemm liberalizzazzjoni assoluta.", "Imma meta tħares lejn klawsola 14, li temenda l-artikolu 20A ta' l-Att dwar il-Portijiet Ħielsa ta' Malta, issib li din tgħid ċar u tond li d- dispożizzjonijiet ta' klawsoli 18 u 19 ta' dan l-abbozz ma jgħoddux għall- finijiet tal-portijiet ħielsa ta' Malta.", "Allura dan ifisser li l-port ħieles tagħna se jkun soġġett għall-kompetizzjoni?", "Jiġifieri dan se jiġi liberalizzat?", "Jien qed nistaqsi għax hekk jirriżultali minn dan li hawn iswed fuq l-abjad u domt ħafna nifli dawn il-klawsoli.", "Aħna nafu li l-freeport ta' Malta diġa` għandu diffikultajiet u jekk irridu nkunu realistiċi u responsabbli fl-interventi tagħna rridu ngħiduhom dawn l-affarijiet.", "Jekk se nkomplu niftħu l-kompetizzjoni minn dan il-lat allura hemm ħafna implikazzjonijiet kemm għall-istess negozju u kemm għall-ħaddiema.", "Aħna nafu li l-ħaddiema tax-xatt diġa` qegħdin taħt theddida - ma ġietx fuqna mingħajr ma stedinnieha - għax bil-politika ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea il- gvern Nazzjonalista qed jistedinha.", "Dan għaliex hemm direttiva mill-Unjoni Ewropea li jista' jidħol vapur f'port u l-istess ħaddiema ta' fuq dak il-vapur jistgħu jħottu l-merkanzija huma b'detriment għall-ħaddiema ta' dak il-port.", "U inutli li l-gvern jagħmel minn kollox biex din l-istorja jċajparha għaliex il-verita` hekk hi.", "Fil-fatt jien ġibt stqarrija tal-European industrial relations observatory ta' l-aġenzija uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, il-European foundation for the improvement of living and working conditions fejn qed jitkellmu fuq din id-direttiva.", "Dawn qed jgħidu hekk:", "\"Dock workers are concerned about the possible social and economic consequences that would result from the implementation of the proposal in its present form.\".", "Aktar 'il quddiem ikomplu jgħidu:", "\"Nevertheless unions still fear that the proposal to liberalise access will open up docks for specialised operators, thus resulting in a deterioration of workers' employment situation and working conditions.", "They are also concerned about a potential negative impact on health and safety.", "Additionally the unions maintain that dockers' vocational training would suffer and that consequently their skills would be weakened.", "They believe that the quality of service provided to port users would be harmed leading to substandard ports which would operate as ports of convenience that would risk safety in general.\".", "Din hija stqarrija ta' aġenzija uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fejn qed jaċċettaw l-iżvantaġġi ta' din id-direttiva, mhux bħall-gvern Nazzjonalista.", "Il-gvern Malti ipprova jċajparaha, bħallikieku din hija xi ħaġa ivvintata mill-General Workers' Union meta l-ħaddiema tax-xatt f'Malta ħarġu jipprotestaw.", "Naturalment dawn ingħaqdu mal-kumplament tad-dockers fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-verita` hi li dawn qegħdin taħt theddida u mhux theddida li ġiet fuqna u ma stajna nagħmlu xejn dwarha, imma theddida li ġiet mistiedna bil-politika ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea tal-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, apparti t-theddida tad-direttiva mill-Unjoni Ewropea għall- ħaddiema tal-port, hemm il-kwestjoni li l-freeports tagħna jistgħu jiġu liberalizzati u miftuħin għall-kompetizzjoni.", "Issa nittama li ma niġix interpretata li qed nitkellem kontra l-competition policy.", "Jien m'iniex qed nitkellem hekk, imma rridu noqogħdu attenti kif nimxu għax hemmhekk għaddej negozju li qed jiġġenera dħul lejn pajjiżna, għalkemm qiegħed f'kompetizzjoni.", "Illum m'aħniex waħedna u fl-introduzzjoni tiegħu għal din il-liġi l-ministru għamel enfasi kbira li m'aħniex waħidna f'dan in-negozju partikolari, imma qegħdin f'kompetizzjoni ma' ħaddieħor.", "GĦalhekk iktar u iktar ma rridu nagħmlu xejn li bih nistgħu nwaddbu fix-xifer jew noħolqu xi theddida ġdida u nirriskjaw dan it-tip ta' negozju.", "Sur President, fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru Dalli qal li l-gvern qed iressaq din il-liġi biex jissinkronizza l-Companies' Act ma' liġijiet finanzjarji oħra, biex tikber il-protezzjoni għall-konsumatur u biex jinħoloq level playingfield.", "Qal li aħna m'aħniex waħidna fi kwalunkwe qasam u hemm l-interess globali li naraw li n-negozju jkun regolat.", "Qal ukoll li din il-liġi għandha l-għan li tkabbar in-negozju fil-pajjiż billi żżid il-kredibilita`.", "Jekk tħares lejhom hekk dawn mingħajr ma tanalizza s- sitwazzjoni sħiħa kif inhi m'hemmx dubju li naqblu perfettament ma' dawn ir- raġunijiet u ma' dan l-animu li l-Ministru Dalli ppreżenta hawnhekk meta kien qed jintroduċi din il-liġi.", "Imma ma nistgħux nieqfu biss fuq il-kliem tal-Ministru Dalli.", "Kieku tajjeb!", "Anzi l-kliem tal-Ministru Dalli rridu nixtarruh speċjalment meta nanalizzaw dak li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ilu jgħid u dak li wettaq għax meta tikkompara dan id-diskors ma' dak li attwalment ġara u qed jiġri u se jiġri ssib kontradizzjonijiet kbar.", "Dan qed ngħidu għax il- legal framework huwa importanti ħafna għar-regolamentazzjoni.", "Il-qafas legali dejjem huwa importanti bħala fundament biex nibnu fuqu, imma ma nistgħux nistrieħu biss fuq legal framework tajjeb biex nattiraw in- negozju.", "Mal-qafas legali jrid ikollna fuq kollox politika u ambjent xieraq, li ma jirriżultax mill-qafas legali imma minn ħafna fatturi oħra.", "Għalhekk jien se niffoka fuq aspetti ta' dak li qal il-Ministru Dalli fl- introduzzjoni tiegħu u nagħmel paragun fil-kuntest sħiħ tal-politika tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Filwaqt li, kif diġà għedt, huwa importanti li jkollna l-qafas legali addattat, jekk imbagħad ma jkollniex ambjent addattat, ma jiġix investiment lejn il-pajjiż - xi ħaġa li mingħajrha naqgħu lura bħall-granċ, kif sfortunatament kien qed jiġri f'dawn l-aħħar snin - jew inkella min jitħajjar jiġi jinvesti hawn, jiġi bi skop li jabbuża.", "Kellna diversi esperjenzi ta' abbużi minn barranin, fosthom il-każ ta' numru ta' snin ilu tal-fabbrika ta' l-AMS.", "Dawn ġew hawnhekk b'ħafna pompa u f'daqqa waħda dabbru rashom b'kollox u ma ħallew xejn.", "Dan l-aħħar kellna xi investituri li l-ewwel ġew b'ħafna wegħdi – fosthom l-HSBC - ta' kemm se jġibu investiment lejn Malta u wara li ilhom xi sentejn ħadu biss rikba tajba minn fuq dahar il-poplu Malti kollu.", "Wara kollox l-assi tal- Mid-Med kienu tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u mhux tal-gvern.", "Dawn ħadu rikba tajba minn hemm u sal-lum ma rajniex farka investiment ġej mill-HSBC.", "L-unika ħaġa li nistgħu ngħidu li qed tiġri bl-HSBC fil-pajjiż huwa li d- depożiti tal-Maltin qed joħorġu barra l-pajjiż u jaħdem bihom fejn irid.", "Sur President, riċentement suppost instab l-istrategic partner għall-MIA, imma dan ma ġabx flus miegħu.", "Ġie hawn u ssellef mill-banek Maltin.", "Jiġifieri reġa' rikeb fuq id-depożiti tal-Maltin.", "Aħna rridu legal framework tajjeb, imma mal-legal framework jeħtieġ noħolqu ambjent xieraq li jiġbed l-investiment u ma rridu nagħmlu xejn li bih nirriskjaw li nbegħduh jew inkella li jiġi dak l-investiment li jinqeda bina u minflok jagħtina palata, ikompli jgħaddosna 'l isfel jew inkella jitlaq bi flusna 'l barra.", "Sur President, xtaqt nibda fuq il-kwestjoni tal-level playingfield li hija xi ħaġa importanti ħafna għal pajjiżna mhux biss fil-kuntest ta' kif irridu naħdmu ma' l-Unjoni Ewropea - issa jekk hux permezz ta' sħubija sħiħa jew inkella ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea, it-tnejn li aħna naqblu li rridu naħdmu magħha - imma anke fil-kuntest globalizzat.", "Illum anke l-istess Unjoni Ewropea, minkejja li hija klabb esklussiv u protettiva għall-membri tagħha, taħdem b'mod globalizzat fis-sens li trid tirregola ruħha wkoll mar-regoli tal-World Trade Organisation.", "Allura aħna ma nistgħux inħarsu biss sal-ponta ta' mneħirna, irridu nħarsu fuq il-firxa kollha ta' dak li qed jiġri ħafna iktar 'il bogħod minn xtutna.", "GĦalhekk fil-fehma tiegħi l-kwestjoni tal-level playingfield hija fattur importanti ħafna li ma nistgħux inħarsu lejha biss mill-aspett ta' l-industrijalist, mill-aspett tan-negozjant, imma rridu nħarsu lejha mill-aspett ta' dawk il- players kollha li jagħmlu n-negozju, li jagħmlu l-industrija.", "U m'hemmx dubju li wieħed mill-players importanti fl-industrija u fin-negozju huma wkoll il-ħaddiema.", "Sur President, meta l-gvern jitkellem fuq level playingfield u jgħid li rridu nkunu fuq l-istess livell biex inkunu nistgħu nilagħbu l-logħba, ma' min u bejn min qed nilagħbu?", "Għaliex sfortunatament anke f'pajjiżna lanqas għandna level playingfield bejn l-industrijalisti u n-negozjanti.", "Se nagħti eżempju biex inkun konkreta.", "Ikun hemm industrijalist jew negozjant onest, li jimxi b'mod rett u lill-ħaddiem jagħtih kondizzjonijiet addattati u xierqa, u hemm industrijalist jew negozjant li jiġi jaqa' u jqum minn dak kollu li suppost jagħmel, u jagħti kondizzjonijiet mill-agħar lill-ħaddiem.", "Allura diġà hemm diżlivell bejn industrijalist u ieħor għax l- industrijalist onest jagħti dak kollu li suppost jagħti, allura l-profitti tiegħu jkunu tant, u dak li huwa diżonest dejjem jiġbed lejh u l-profitti tiegħu jkunu aktar.", "U l-istess fil-każ tal-ħaddiem.", "Il-ħaddiem li qed jaħdem ma' industrijalist jew negozjant onest għandu kondizzjonijiet ta' xogħol u ambjent xieraq u dinjituż, imma ħaddiem li qed jaħdem ma' industrijalist li jara kif idur u jsib it-toqob kollha minn fejn jgħaddi biex dejjem jiġbed lejh, żgur li mhux qed jgħix f'ambjent ta' xogħol korrett.", "Qed ngħid dan għaliex - nerġa' ndur għall-punt li kont qed nagħmel qabel - inutli nagħmlu ħafna fuss li għandna liġi tajba, jekk ma jkollniex l-istrutturi biex nimplimentaw dik il- liġi u, jekk ikun hemm bżonn, ninforzawha wkoll.", "Mela rridu nħarsu lejh ukoll f'dan il-kuntest.", "Eżempju ieħor ta' żbilanċ huwa bejn industrijalist li jaf għand min imur għaliex wieħed mill-ħbieb tal-ħbieb u industrijalist ieħor li jipprova jaħdem miċ-channels normali.", "Ma nistgħux nipparagunaw bejniethom.", "Ma nistgħux ma nammettux li kellna industrijalisti jew nogozjanti li ġew iffavoriti.", "Jiġifieri nagħmel enfasi li l-ewwel ma jrid jibda l-level playingfield huwa bejnietna, imbagħad nistgħu nibdew nibnu biex l-industrijalist Malti jkun fuq level playingfield ma' l- industrijalist barrani ħalli naturalment ikun kompetittiv biżżejjed ħalli jkun jista' jasal.", "Sur President, fl-introduzzjoni għal din il-liġi l-Ministru Dalli saħaq fuq kemm hija importanti l-kredibilità għal pajjiżna biex jikber in-negozju.", "Jien bħalu naħsibha u għalhekk qed insemmi dawn il-punti.", "Min ikun qed iħares lejna u jara dawn il-bużullotti bejnietna, ma tantx jista' jibni kredibilità għax il-kredibilità ma nibnuhiex biss billi noffru ċerti affarijiet, imma anke bil-mod kif naħdmu.", "Dik ukoll hija parti mis-serjetà u mill-bini ta' kredibilità biex investitur jitħajjar jinvesti f'pajjiżna.", "Aħna għandna rapporti li jindikaw kemm aħna lura f'dik li hija level playingfield, u r-rapporti m'humiex tal-Maltin, jew inkella tal-Maltin imma vverifikati wkoll mill-barranin.", "U fost l-affarijiet li l-iktar jinkwetawni hija l-level playingfield f'dak li huwa training tal-ħaddiema biex ikollhom il-ħiliet meħtieġa għas-suq tax-xogħol tal-lum.", "Bħala pajjiż li m'għandniex riżorsi naturali fuqhiex naqgħu u għandna wkoll l-iżvantaġġ li aħna maqtugħin mill-mainland - żvantaġġ fis-sens li trid tikkonsidra l- fattur ta' l-ispejjeż biex tivjaġġa - ir-riżorsa umana hija fattur importanti ħafna.", "Jeħtieġ ikollna workforce flessibbli, skilled u multi- skilled ħalli nippreżentawha bħala vantaġġ min-naħa tagħna.", "Dan huwa fattur li l-industrijalist, investitur barrani serju żgur se jħares lejh.", "Dan l-aħħar kellna eżempju ċar ta' kemm l-investitur serju jfittex li jkollu ħaddiema ta' kwalità - meta ngħidu ħaddiema ta' kwalità nfissru li jkunu mħarrġin fis-snajja' u fil-ħiliet tal-lum - fil-każ tal-Lufthansa Technik.", "In-naħa tal-Partit Nazzjonalista bdew jiftaħru li dawn għażlu lilna għax issa qegħdin fuq l-għatba - ma nafx jekk ftaħniex l-antiporta u dħalna! - biex nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Imma l-management tal- Lufthansa Technik malajr qatgħu l-għatx bil-perżut ta' kulħadd u qalu li huma għażlu lil Malta għax Malta għandha ħaddiema li huma kapaċi.", "Għalhekk ġew Malta u ma marrux iċ-Ċekoslovakkja jew inkella xi post ieħor bieb u għatba magħhom.Dan huwa eżempju ċar ta' kemm nistgħu nkunu attraenti aktar għall-investitur barrani, jekk nieħdu ħsieb li jkollna workforce imħarrġa għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol tal-lum.", "Jien se nagħmel riferenza għall-joint assessment report li kien ġie ffirmat mill-Viċi Prim Ministru Gonzi u s-Sinjura Diamantopoulou li hija l- kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea għax-xogħol u l-affarijiet soċjali, fejn sfortunament - dan mhux qed ngħidu b'xi gost, imma biex inkunu realistiċi waqt dibattitu bħal dan - qed jindikalna kemm waqajna lura.", "U qed ngħid \"waqajna lura\" għaliex kien hemm diversi affarijiet li l-gvern Nazzjonalista raqad fuqhom tul l-14-il sena li ilu fil-gvern.", "Fost l-oqsma li waqa' lura fihom insibu proprju l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Ma tistax tħarreġ ħaddiem mil-llum għal għada, trid iż-żmien għax dan huwa proċess twil.", "Qed ngħid li waqajna lura għax illum tistħi meta għad għandna sitwazzjoni fejn fi studju li sar mill-fakulta` ta' l-edukazzjoni ta' l-universita` stabbilixxew li għandna areas f'pajjiżna fejn hemm 20% tat-tfal li għandhom seba` snin huma illitterati.", "Minn statistika tal-NSO ssib li it-tfal tas-sekondarja ta' l-istat ras għal ras ikunu assenti għal 14-il ġurnata fis-sena.", "Fil-livell primarju ta' l-istat issib li ras għal ras it-tfal ikunu assenti għal 8.5 ġranet fis-sena mingħajr raġuni.", "F'dinja daqshekk kompetittiva fejn il-ħiliet tal-ħaddiema huma tant importanti, 12% biss taż-żgħażagħ bejn il-15 u t-18-il sena qed jattendu kors vokazzjonali.", "L-istatistika ta' l-NSO turina li 3.3% taż-żgħażagħ bejn il-15 u t-18-il sena huma bla skola ta' xejn.", "Jiġifieri m'għandhomx għalfejn jieħdu għalihom tan-naħa tal-gvern meta ngħidulhom li waqqgħu l- pajjiż lura.", "Jiġifieri apparti li kien hemm linji ta' politika li kienu falza stikka tul is-snin, ma ħadux ħsieb biex tul l-14-il sena fil-gvern iħarrġu u jaraw kif jindirizzaw il-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ tat- tfal u ż-żgħażagħ tagħna b'mod serju ħalli jkollna work force li tkun l- għira ta' ħafna u tattira l-investiment lejn pajjiżna.", "Dan li qed ngħid huwa vverifikat anke fil-joint assessment report li f'paġna 6 jgħid:", "\"Education levels in the labour force are rather low compared to the EU average.", "According to the 1995 census, 52% of the working age population had not completed secondary school.", "The corresponding EU average is 40%.\"", "Jiġifieri hemm 12% diskrepanza u hawn tidħol il-kwestjoni tal-level playingfield.", "Skond l-aħħar ċensiment 36% had completed secondary level, 3.5% post-secondary level, 7.3% tertiary and post graduate level.", "Imbagħad jgħidlek hekk ukoll:", "\"Summing up the challenges facing employment policy today in relation to participation rate and skill levels is particularly important in the context of an aging population and a decline in birth rates, both from the point of view of labour supply and the capacity to finance social protection.", "As a result, concern arises over the relatively large number of people who are inactive.", "Low participation rates, particularly for women and to a lesser degree older workers are to be addressed.", "The youth unmeployment rate also needs close monitoring.", "The rise in educational attainment in Malta must be sustained and improved to address emerging skill shortages which are particularly evident in the IT and construction sectors, in certain professions and in middle management.\".", "Dan joħroġ ċar minn rapport iffirmat mill-Viċi Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-sinjura Anna Diamantopoulou li hija kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u social affairs.", "Forsi tistaqsuni: X'għandu x'jaqsam dan ma' din il-liġi.", "GĦandu x'jaqsam ħafna għax għadni ma ltqajt ma ħadd fin- negozju jew fl-industrija li qiegħed imexxi x-xogħol tiegħu bla ħaddiema.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq ħaġa mill-iktar kruċjali.", "Dan l-istess rapport ikompli jgħid hekk:", "\"The illiteracy rate is also rather high.", "There is a lack of a real connection between the initial vocational/ educational system and continuing vocational training.", "Continuing vocational training in Malta is not regulated.\".", "Dan x'qed jgħid dan il-joint assessment report of the employment policy priorities of Malta.", "Xtaqt insemmi rapport ieħor li ġie ppreżentat lill-membri tal-grupp tal- MEUSAC fejn għandha x'taqsam iċ-chapter dwar il-freedom of movement of persons, biex nuri kif dan il-gvern jistieden aktar gwaj bil-politika tiegħu ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Meta għandna sitwazzjoni fejn sfortunatament għandna ċertifikat dwar kemm qegħdin lura fil-ħiliet tal- ħaddiema tagħna meta kkomparati ma' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, u allura joħroġ il-bżonn kbir li nimbuttaw u nimbuttaw għal aktar xogħol f'dan il- qasam, il-gvern qed jikkometti ruħu li mad-dħul fl-Unjoni Ewropea ċ- ċittadini tal-pajjiżi membri jkunu jistgħu jipparteċipaw fit-training schemes tagħna, minkejja r-riżorsi finanzjarji diġà limitati li għandha l- ETC.", "Mhux hekk biss, talli jistgħu jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jaħdmu f'Malta through din l-aġenzija.", "Dan ir-rapport tal-21 ta' Diċembru tas-sena 2000 li ġie ppreżentat lill- MEUSAC members jgħid proprju hekk:", "\"On accession, EU nationals will be able to participate in the training schemes organized by the ETC and may notify their intention to work in Malta through this agency.\".", "Sur President, mela fuq naħa qegħdin nistqarru li għandna dan id-diżlivell bil-Ministru Dalli jenfasizza l-bżonn tal-level playingfield - u l-ħaddiema deffinitivament jridu jkunu parti integrali biex jinkiseb il-level playingfield - u sadanittant mir-riżorsi limitati li qed toffri aġenzija tal-gvern, li hija ffinanzjata mit-taxxi tagħna, il-gvern jaċċetta li fl- eventwalita` li Malta tidħol membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea żgħażagħ minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jiġu hawn u jaqsmu magħna t-training li tipprovdi l-ETC li huwa ffinanzjat mit-taxxi tagħna.", "Sur President, xtaqt niġbed l-attenzjoni fuq il-mod kif il-gvern qed ikompli jistieden il-gwaj.", "Minn naħa l-Partit Nazzjonalista jgħid li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema se jkunu tajbin, u jsemmi ħafna l-kwestjoni tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax- xogħol - qisha trid tkun l-Unjoni Ewropea biex tiġi tagħmlilna l-liġijiet u l-istrutturi li hemm bżonn, bħallikieku aħna l-Maltin m'għandniex sinsla biex nagħmluhom - imma min-naħa l-oħra nsibu li l-gvern ikun qed jilgħab mod ieħor.", "Huwa biżżejjed li nsemmi l-każ ta' l-ST Microelectronics.", "Fil- fatt f'April 1999 l-ST Microelectronics kienet ġibdet l-attenzjoni lill- Viċi Prim Ministru li jekk jiġu imposti fuqha ċerti regolamenti tas-social charter, hija kienet se tiltaqa' ma' ċerti problemi.", "Imbagħad għax qed ngħidu li bil-working time directive se jispiċċa l-overtime, il-Viċi Prim Ministru tgħidx kemm qal li aħna qed inbeżżgħu lin-nies.", "Aħna ma rridu nbeżżgħu lil ħadd imma qegħdin sempliċement nappellaw lill-gvern biex ikollu d-diċenza li jgħid lin-nies il-verita`.", "Issa hawn ta' min jgħid li l-Viċi Prim Ministru stess kiteb ittra minn taħt lill-ħaddiema ta' l-ST Microelectronics biex iserrħilhom moħħhom li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, ix-shifts li hemm preżentement f'din il-kumpannija kollha se jibqgħu in vigore, jiġifieri addio l-working time directive.", "Anke hawn, irridu naraw x'inhi l-level playingfield tal-kondizzjonijiet tal-ħaddiema.", "Sur President, filwaqt li dan l-abbozz ta' liġi jidher wieħed tekniku, huwa għandu ħafna implikazzjonijiet u għalhekk ma nistgħux niżolaw abbozzi ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna minn kif qed jgħix il-poplu Malti u Għawdxi preżentement taħt gvern Nazzjonalista.", "Matul id-diskors tiegħi identifikajt xi punti li fih dan l-abbozz ta' liġi biex ningħataw spjegazzjoni dwarhom, u hawn qed nirriferi fost l-oħrajn għas-settur tal- Freeport għax għadna ma nafux sewwa sew x'se jiġri mill-ħaddiema tax-xatt.", "Per eżempju, jien nistaqsi: Il-Freeport se jinfetaħ għall-kompetizzjoni?", "Għax ma jridx wisq biex ikun hawn xi ħadd li jitwebbel joħloq xi intrapriża oħra ta' din ix-xorta meta llum il-ħaddiema tal-Freeport diġa` qegħdin taħt theddida bil-famuża direttiva ta' l-Unjoni Ewropea!", "Il-Ministru Dalli jista' jrodd slaleb kemm irid imma l-fatt jibqa' li n-nies serħan tal-moħħ iridu.", "Kieku n-nies m'għandhomx bżonn serħan tal-moħħ, lanqas għandna għalfejn niddiskutu dwar dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Issa fil- winding-up serrħilhom moħħhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux ħmerijiet qed ngħid; jien mistoqsijiet għamiltlek.", "Spjega ftit x'hawn fil-klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi ħalli nserrħulhom moħħhom lin-nies.", "Imma dan ma tagħmlux bir-radd tas-salib!", "Is-salib roddu quddiem il-Mulej forsi jħenn għalina u jeħlisna minn dan il-gwaj li waddabtuna fih!", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, meta jiġu quddiemna abbozzi ta' liġi ta' natura teknika, huwa importanti ħafna li wieħed jifhem x'ikun il-ħsieb wara dak l-abbozz ta' liġi u f'liema direzzjoni jkun qed jimxi.", "Meta l-Ministru kien qed jintroduċi dan l-abbozz ta' liġi saru ħafna statements li prima facie wieħed jgħid li m'humiex kontroversjali għax jagħmlu ħafna sens u mexjin fid-direzzjoni t-tajba, pero` ħafna drabi bejn dak li jingħad u li attwalment jiġi achieved ikun hemm baħar sħiħ x'wieħed jgħum biex jasal għalih.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jolqot lill-qasam tal-kummerċ, lill- qasam ta' l-ekonomija u lill-qasam tan-negozju fil-laħam il-ħaj.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi li għandhom id-diretturi tal-kumpanniji, dwar każijiet ta' bankruptcy f'każijiet ta' kumpanniji li jkunu se jfallu jew ikunu fallew u dwar ċerti inċentivi li jeżistu taħt il-Business Promotion Act u taħt il-Freeport Act.", "Qiegħed ukoll jemenda diversi liġijiet, fosthom il-Commercial Partnerships Act u l-Companies` Act.", "Sur President, biex tagħmel suċċess f'dan il-qasam irid ikollok sistema ta' regolamentazzjoni finanzjarja li tinżamm fuq saqajha kontinwament u li tinżamm aġġornata mal-ħteġijiet tal-kummerċ f'dinja moderna, mat-tibdiliet li jiġru fl-ekonomija u mal-lezzjonijiet li wieħed jitgħallem mill- esperjenza.", "Mal-ewwel daqqa t'għajn, wieħed jgħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa ġabra ta' dan kollu, pero` sfortunatament għandu wisq emendi ta' liġijiet differenti.", "Fl-opinjoni tiegħi, kemm jista' jkun għandu jiġi evitat li jsiru emendi li jolqtu liġijiet differenti f'abbozz ta' liġi wieħed għax jista' jkun li wieħed ikun qed jaqbel ma' ħafna affarijiet tajbin li jkun fih abbozz ta' liġi bħal dan u mbagħad minħabba ċerti affarijiet żgħar ikollu jivvota kontrih.", "Għalhekk jien nappella biex ħaġa bħal din tiġi evitata milli ssir ħalli nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem, speċjalment f'oqsma importanti bħal dawn li qed niddiskutu llum.", "Sur President, trid tkun is-sistema regolatorja li semmejt l-ewwel li tkattar il-kredibbilta` lejn min irid jinvesti fl-ekonomija, kemm min irid jinvesti f'pajjiżna stess kif ukoll min irid jinvesti barra minn Malta.", "Jeħtieġ nagħmlu sforz biex il-kredibbilta` tkun mifruxa fuq iż-żewġ fronti, kemm fuq il-livell intern kif ukoll fuq il-livell internazzjonali.", "Biex wieħed jifhem u japprezza dan l-abbozz ta' liġi aħjar, irid iħares lejn l- aspetti kollha tad-dinja tal-kummerċ, jiġifieri ma jridx iħares biss lejn l- aspett ta' min qed jopera fin-negozju, imma jrid iħares ukoll lejn ir- ripple effect.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jitkellem ukoll dwar l-awdituri u d-debituri, li huma katina waħda fid-dinja ta' kummerċ, u anke dwar l-operaturi in ġenerali.", "Ħafna drabi meta wieħed jitkellem dwar in-negozju, f'moħħu jkollu lill-kumpanniji għax meta wieħed jopera permezz ta' kumpannija jkun qiegħed jiftaħ il-possibbiltajiet li jkollu ċertu limited liability f'dak il-qasam li jopera fih u għalhekk ir-riskji għal min ikun qed jinvesti jkunu inqas.", "Madanakollu fl-istess ħin irridu noqogħdu attenti li jkun hemm bilanċ xieraq biex nolqtu l-gosti u l-ħteġijiet ta' kulħadd, inkluż dawk tal-konsumaturi billi dawn jingħataw protezzjoni xierqa, kemm ta' dawk li joperaw lill-kumpannija, bħad-diretturi, kif ukoll ta' dawk li jirriskjaw il-kapital tagħhom f'xi azjenda partikolari.", "Anzi jien ngħid iktar minn hekk.", "Jien ngħid li huwa importanti ħafna li l-istrutturi regolatorji jaraw x'ikun qed jiġri u jkunu huma li jieħdu l-inizjattivi biex b'hekk jiġu protetti l-konsumaturi, id-diretturi u kulmin jista' jintlaqat ħażin b'operazzjoni negattiva u saħansitra b'operazzjoni malizzjuża.", "Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed iħares lejn il- kumpanniji li jiġu f'diffikulta`.", "Kif nafu, hemm kumpanniji li minkejja l- intenzjonijiet tajbin kollha tagħhom, in-negozju tagħhom qiegħed f'riskju għax ġieli jiġu żminijiet fejn l-affarijiet jiġu favur il-kumpannija u ġieli jiġu żminijiet ukoll fejn l-affarijiet jibdew mexjin ħażin.", "Issa hawn ta' min jgħid li ħafna drabi d-debituri u l-kredituri ta' kumpannija jkunu l-istess nies, jiġifieri min ikollu x'jagħtiha jkollu x'jieħu wkoll, u għalhekk jista' jinġab l-argument li dak li għandhom jagħtu ma jagħtuhx.", "U dan l-argument smajnieh kemm-il darba f'dan il-Parlament meta nkunu qed niddiskutu xi ħaġa li għandha x'taqsam mat-tassazzjoni għax hawn ħafna li jġibu l-argument li jekk għandhom x'jieħdu mingħand il-gvern, dak li għandhom jagħtuh ma jagħtuhx.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li minkejja li jien nifhem dan it-tip t'argument, dan m'huwiex raġunar tajjeb.", "Issa dan l- abbozz ta' liġi qed jgħid li biex nissimplifikaw l-affarijiet, f'każijiet bħal dawn għandu jkun hemm tpaċija, għandu jkun hemm netting, u mbagħad in- net result ikun jiddetermina jekk wieħed ikunx debitur jew kreditur, jew fi kliem ieħor, jekk wieħed għandux jagħti jew jirċievi.", "Ċertament din m'hijiex xi ħaġa ħażina, anzi tagħmel ħafna sens, u fil-fatt nieħu pjaċir jekk din il-ħaġa naraha tiġri anke fl-istrutturi governattivi, speċjalment fil-qasam tat-tassazzjoni, għax minkejja li kien sar ħafna diskors fuq is- set-offs fil-prattika ma nbidel xejn fil-qasam tat-tassazzjoni.", "Sur President, issa jkun tajjeb jekk naraw ukoll kif joperaw id-diretturi ta' kumpannija.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jipprovdi ċerti gwidi li d-diretturi tal-kumpanniji għandhom jimxu fuqhom biex jekk jista' jkun l-affarijiet jimxu tajjeb, u fost dawn il-gwidi wieħed isib li direttur ta' kumpannija għandu jimxi in good faith għax naturalment, jekk in-nies li jkunu qed imexxu l-kumpannija ma jkunux qegħdin imexxu in bona fide, dan la jkun ta' ġid għall-kumpannija - u huwa hawnhekk fejn tidħol il- kredibbilta` - la għall-konsumatur u lanqas għall-operazzjoni partikolari li wieħed ikun jaħdem fiha.", "Jien nixtieq li jsiru sforzi ikbar milli qed isiru mill-awtoritajiet konċernati f'dan il-qasam biex iktar nies li jmexxu xi kumpannija partikolari jitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat, liema esperjenzi ħafna drabi kienu negattivi.", "Każ klassiku li għad irid jibqa' jissemma għal snin twal huwa l-każ tal-Price Club.", "Issa jien m'iniex se nidħol fid-dettalji ta' dan il-każ, bħal per eżempju, x'ġara tajjeb f'din l- azjenda partikolari, x'ġara ħażin, kif seta' jiġi evitat dan il-falliment u jekk f'dan il-każ kenitx imdaħħla l-malizzja jew le għax dawk huma affarijiet li għad iridu jiġu deċiżi, imma jkun tajjeb jekk naraw x'effetti ħalla dan il-falliment.", "Fil-fatt b'dan il-falliment ġew effettwati mijiet, jekk mhux eluf, ta' negozji żgħar, li l-effett tagħhom fuq l-ekonomija ġenerali tagħna kien kbir, u wieħed jiskanta kif azjenda kbira bħal dik tal-Price Club, li mingħalija kellha turnover ta' madwar Lm24 miljun fis-sena, tħalliet tasal fis-sitwazzjoni li waslet fiha.", "Hawnhekk jien nistaqsi: Fejn kienu l- awtoritajiet regolatorji dak iż-żmien?", "Għandna noqogħdu nsemmu l-obbligi tad-diretturi involuti biss jew għandna naraw jekk itteħditx xi inizjattiva min-naħa ta' min suppost qed jirregola fil-pajjiż u jekk l-obbligi humiex qegħdin jaslu kif għandhom jaslu?", "Kif ġieli semmejt, mhux neċessarjament meta kont qed nitkellem fuq dan il-każ partikolari, ħafna drabi jiġu depożitati abridged accounts, liema accounts ma jidħlux fid-dettall u bihom ma jkunx possibbli li tara x'ikun għaddej verament f'dik l-azjenda partikolari.", "Per eżempju, jista' jkun li l-obbligi legali jkunu twettqu, pero` s-salvagwardji ma jkunux seħħew, u l-konsumatur u kulmin jopera jew jinvesti fil-kumpanniji għandhom bżonn xi forma ta' salvagwardja għax jekk din is-salvagwardja ma tingħatalhomx, at the end of the day jiġri bħalma ġara fil-każ tal-Price Club.", "Imma possibbli, irridu ngħaddu minn falliment ieħor biex nitgħallmu?", "U jien nistaqsi: Huwa ħażin jekk ir- responsabbiltajiet ta' l-istituzzjonijiet regolatorji jikbru jew le?", "Sfortunatament bħalma jiġri fil-ħajja, anke fil-qasam tan-negozju, issib lil min hu tajjeb u ssib lil min hu ħażin, u fil-fatt ċerti individwi f'dan il-qasam għandhom fama ta' kemm kapaċi jqarrqu u jidħku b'dak li jkun fid- dinja tan-negozju u miskin min jinqabad fl-intriċċi tagħhom, imma madanakollu qisu qatt ma ġara xejn.", "Hemm min jgħidlek biex tfittex nies bħal dawn bil-qorti, imma xi snin ilu tneħħiet il-priġunerija għal dawk il- każijiet fejn ikun hemm id-djun, u tant hemm min għandu esperjenza tal- ħażen fid-dinja tal-kummerċ li jaf il-liġijiet aħjar minna, li nilleġislaw, u jaf il-liġijiet daqs l-aqwa avukat u l-aqwa mħallef.", "Ħafna drabi nies bħal dawn tarahom jidħlu f'kumpannija, ifalluha, imbagħad jidħlu f'kumpannija oħra, jerġgħu ifalluha and the story goes on. Ħafna drabi lil nies bħal dawn lanqas tkun tista' tfittixhom għax issib li ma tkun tista' teħdilhom assolutament xejn.", "Naturalment huma joperaw taħt il-kappa ta' kumpannija biex ikollhom il-limited liability, imma anke jekk il-liability tkun unlimited, meta tfittixhom personalment ma ssib xejn fuq xiex taqbad.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dawn l-affarijiet qed jagħmlu ħafna ħsara lill- qasam tal-kummerċ.", "Issa bit-teknoloġija avvanzata li għandna llum, wieħed jista' jkun jaf min huma d-diretturi ta' xi kumpannija jew ix-shareholders tagħha with a touch of a button, imma minkejja dan kollu dawn in-nies qed jibqgħu jirrepetu din l-istorja f'kull kumpannija li jissieħbu magħha.", "Dan huwa ċirku vizzjuż, imma Alla jbierek dawn in-nies qegħdin gallerija, dejjem jiggwadanjaw, u miskin hu min jinqabad mill-malizzja tagħhom.", "Għalhekk jien nistaqsi: L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jipproteġihom minn dawn in-nies liċ-ċittadini li jkunu jridu jinnegozjaw fid-dinja tal-kummerċ?", "Għax ħafna drabi dawn lanqas ikunu jafu li jeżistu nies bħal dawn, bħalma ma jkunx jaf bihom il-konsumatur.", "Ara aħna n-nutara forsi nidrawhom lil ċerti nies, pero` min per eżempju, ikun se jixtri xi proprjeta`, ħafna drabi huwa jkun se jixtri proprjeta` għall-ewwel darba u ma jkollux esperjenza f'dan il-kamp, u allura jispiċċa jingidem.", "Ġeneralment dawn in-nies isibu nutara ġodda li jkunu għadhom jilħqu u li ma jkollhomx wisq esperjenza.", "Jien ma nafx kif dawn it-tip ta' nies jirnexxielhom jidħku saħansitra bil-banek għax aħna nafu kemm qegħdin jagħfsu fuq ċerti negozji l-banek, pero` minkejja dan kollu, ħafna drabi dawn it-tip ta' nies mhux talli jirnexxielhom jidħku b'kumpannija imma talli jirnexxielhom saħansitra jidħku bil-bank għal darba darbtejn bil- konsegwenza li l-bank jispiċċa lampa stampa.", "Issa hawnhekk iqumu ċerti mistoqsijiet, bħal per eżempju, kif dawn it-tip ta' nies jirnexxielhom jieħdu l-faċilitajiet bankarji għal darba darbtejn.", "Huwa veru li ħafna drabi dawn in-nies jippreżentaw ruħhom taħt kappa ta' kumpanniji differenti, imma l-istorja tibqa' l-istess.", "Jekk wieħed jindaga, isib li dawn l-individwi lanqas jixirqilhom li jkunu diretturi ta' kumpanniji, u l-istorja tagħhom hija xiehda ċara ta' dan li qed ngħid.", "Jien nistaqsi: Illum għandna mezzi fil-liġijiet tagħna biex nagħmlu xi forma ta' blacklist għal dawn it-tip ta' nies?", "Jien niftakar li meta kellna laqgħa interessanti ferm mal-credit management association hawn Malta, huma kienu qed jipproponu liġi f'dan l-aspett, u huwa tajjeb li aħna nitkellmu fuq dawn l-affarijiet ukoll.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex qed ikopri dan l-aspett u lanqas qed jirregola kemm wieħed għandu jiddejjen u safejn jista' jiddejjen.", "Illum lanqas jeżistu limits f'dawk li huma credits, bir-riskju li l-istorja tal-Price Club terġa` tirrepeti ruħha għax dak li jkun jirraġuna li jkun aħjar jekk jopera milli ma jopera xejn għax inkella jitlef ħafna xogħol, u dawn it-tip ta' nies jibdew jiddettawlu t-terms fis-suq u jagħmlu r-regoli tal-logħba bil- konsegwenza li dan ikollu jew jaddatta ruħu għal dawk ir-regoli jew inkella jibqa' lampa stampa.", "Fin-negozju hija xi ħaġa komuni li jkun hemm min jaħdem b'riskju li ma jitħallasx.", "Issa jekk din hijiex prattika tajba jew le is another matter, imma din hija r-realta`, u ladarba din hija r-realta` tas-sitwazzjoni kummerċjali ta' pajjiżna rridu naraw li jkun hemm xi forma aħjar ta' protezzjoni, kemm għal min irid jaġixxi fil-konfront tat-tali kumpanniji u wisq u wisq iktar għan-nies li jaħdmu bħala diretturi.", "Ħaġ'oħra inkwetanti li dan l-abbozz ta' liġi ma tantx jitkellem dwarha hija l-kwestjoni ta' meta jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn xi diretturi, speċjalment f'azjendi żgħar.", "Issa l-maġġoranza l-kbira tal-kumpanniji li għandna f'pajjiżna ma jkollhomx iktar minn żewġ diretturi jew tlieta, u n- nuqqas ta' qbil ma jkunx neċessarjament marbut man-negozju, anzi ħafna drabi ma jkollu x'jaqsam xejn man-negozju, imma madanakollu dan in-nuqqas ta' qbil jitfa' lill-kumpannija partikolari fl-inkwiet għax din f'daqqa waħda ma tibqax topera, l-affarijiet ma jiġux managed kif suppost u r- responsabbiltajiet li jkollha l-kumpannija ma jibqgħux jiġu attwati.", "Ħalli nieħdu l-accounts ta' tali kumpannija.", "X'jiġri jekk f'kumpannija jkollok żewġ diretturi u wieħed minnhom, għal xi raġuni jew oħra, ma jiffirmax l- accounts tal-kumpannija?", "Il-kumpannija tiġi meqjusa li m'hijiex tesegwixxi l-obbligi legali li għandha li tippreżenta l-accounts annwalment.", "Jien niltaqa' ma' ħafna każijiet minn dawn meta nkun qed nittratta każijiet ta' wirt għax ġieli jkollok każijiet fejn ikun hemm ħafna werrieta u mbagħad wieħed minnhom iżomm kollox.", "Forsi hawn wieħed jista' jistaqsi: Imma dan il-wieħed m'għandux ikollu d-dritt li jżomm kollox?", "Jien ngħid li għandu jkun hemm rikors fejn wieħed ikun jista' jitlob intervent mill-awtoritajiet kompetenti biex affarijiet ta' din in-natura jiġu eliminati, kemm għall-ġid tal-kumpanniji nfushom, kemm għall-ġid ta' min irid jaħdem fin-negozju verament kif ukoll għal min ikun investa ġidu f'azjendi simili.", "Għalkemm l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsemmi ċirkostanzi bħal dawn, ma jidħolx f'dan l-aspett u jgħidlek sempliċement li jekk kulħadd jimxi b'ċertu galbu, b'ċerta paċenzja u b'ċertu ippjanar, kumpannija tista' ssalva.", "Dan l-abbozz ta' liġi qiegħed ukoll jintroduċi r-rescue operation għal dawn it-tip ta' kumpanniji fil-liġijiet tagħna.", "Sur President, ġieli l-kredituri jippanikjaw meta jaraw li s-sitwazzjoni tal-likwidita` tal-kumpannija tkun batuta.", "Il-każ tal-Price Club żgur li ma jgħinx f'dan il-kuntest, u llum ħadd ma jikkontesta l-fatt li fil-qasam tan-negozju tagħna hemm nuqqas ta' likwidita`, titkellem ma' min titkellem, għax din hija realta`.", "Kif kont qed ngħid, meta l-kredituri jaraw li hemm il-possibbilta` li s-sitwazzjoni teħżien b'mod li huma jistgħu jispiċċaw ma jitħallsux dak kollu li hu dovut lilhom, ħafna drabi dawn jippanikjaw.", "Jien għamilt seba' snin naħdem ma' bank, u mill-esperjenza bankarja tiegħi nista' ngħid li l-iktar ħaġa importanti hija l-fiduċja.", "Jekk tintilef il- fiduċja - u hawn hi l-kredibbilta` li semmejt fid-diskors tiegħi - jintilef kollox.", "Aħna nafu li billi Malta hija żgħira, il-kelma malajr tiġri, u meta kumpannija tkun se tfalli, il-kelma malajr tinxtered.", "Issa dan l- abbozz ta' liġi qed idaħħal proċedura ġdida billi qed jgħid li meta jkun hemm il-possibbilta` li kumpannija ssalva minkejja d-diffikultajiet ta' likwidita` li jkollha biex tħallas lill-kredituri, jista' jinħatar bniedem professjonali bħala special controller, li xogħlu jkun li jara li l- kontijiet isiru tajjeb u li jkun hemm ippjanar għaqli ħalli b'hekk tiżdied il-possibbilta` li kumpannija ssalva.", "Din m'hijiex xi ħaġa never-ending u mingħajr limiti.", "Dan l-ispecial controller għandu l-parametri tiegħu u jingħata perjodu ta' sena li fiha għandu jagħmel l-almu tiegħu f'dawn iċ- ċirkostanzi.", "Pero' jien ngħid li permezz ta' din il-proċedura għandna possibbiltà ġdida fil-liġijiet tagħna.", "Per eżempju, din il-liġi qed tgħid li l-kredituri jridu jieħdu ftit paċenzja ̧ iridu jżommu pass lura u f'dak il-perjodu ta' sena li fiha l-ispecial controller ikun qed jipprova jirranġa l-affarijiet dawn ma jagħmlux azzjonijiet ̧ mandati u kawżi l- qorti li jkomplu jdaħħlu lill-kumpannija f'ħafna spejjeż.", "Dawn huma kollha affarijiet li bi ftit għaqal jistgħu jiġu evitati.", "Sfortunatament dawn l-affarijiet huma komuni fin-negozju u ssib nies li jew minħabba traskuraġni jew minħabba nuqqas ta' ippjanar – mhux qed ngħid li dawn ikollhom ċerta malizzja jew jipprovaw iqarrqu - ma jkunux kapaċi jirregolaw in-negozju tagħhom b'mod li jevitaw ħafna spejjeż inutli.", "Fil- fatt jekk dawn ikollhom xi diffikultajiet ma jipprovawx jiffaċċjaw is- sitwazzjoni imma jaħbu mill-kredituri u jipprovaw jagħtu impressjoni totalment differenti.", "Meta mbagħad il-verità toħroġ fil-wiċċ ikun hemm ħafna paniku u l-problemi jkomplu jikbru.", "Kif għedt ħafna nies ikunu ġenwini u ma jkollhomx intenzjonijiet ħżiena u ġieli jkun hemm min lanqas ikun jaf jikteb ismu u jidħol għal dawn l-affarijiet imma dawn tasal biex tifhimhom.", "Pero' jkun hemm nies li malizzjożament iduru ma' l-affarijiet u jipprovaw jidħku b'dak li jkun u dawn l-affarijiet ma rridux naċċettawhom.", "Jien ngħid li jekk irridu nkabbru l-kredibilità f'dan il- pajjiż u nħajru lill-investituri jiġu jinvestu hawnhekk ma jistax ikollok diretturi li jkollhom konflitt ta' interess għax dawn l-akbar interess tagħhom ikunu l-interessi personali tagħhom u mhux tal-kumpannija.", "Għalhekk jien nemmen li l-liġi għandha tieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Din il-liġi tagħti wkoll direzzjoni amministrattiva u tipprova tissimplifika ċerti affarijiet ̧ bħal meta ̧ per eżempju, tasal id-data partikolari ta' l-annual returns li jkunu marbutin mad-dati ta' reġistrazzjoni tal-kumpannija u jinħoloq chaos sħiħ kemm għall-awdituri kif ukoll għal min ikun irid ilaħħaq l-affarijiet sa ċertu żmien.", "F'din il- liġi qed tissemma wkoll l-eżenzjoni mill-awditjar ta' kumpanniji żgħar, xi ħaġa li kienet imwegħda fil-budget biex naslu għal xi ħaġa tanġibbli pero' li damet tkaxkar ħafna.", "Ma nafx għalfejn għandna nistennew daqshekk biex il-miżuri li jkunu ilhom li ġew imħabbra jiġu konkretizzati.", "Xi ħaġa li hija nieqsa f'din il-liġi – din issemmiet ukoll mill-Onor.", "Leo Brincat – hija li llum m'għandekx biss id-diretturi li joperaw f'kumpannija.", "Illum iċ-chief executive officers huma b'saħħithom aktar mid- diretturi u ftit qed naraw xi forma ta' accountability u xi forma ta' responsabbiltà ta' dawn l-individwi.", "Barra minn hekk għandek ukoll liċ- chief financial officers u ċ-chief operating officers.", "Jien ngħid li llum iċ-chief executive officer ikun jaf aktar mid-direttur x'ikun qed jiġri f'kumpannija jew f'negozju partikolari u naħseb li jkun tajjeb kieku f'din il-liġi nieħdu ħsieb dawn l-affarijiet ukoll.", "Sur President, din il-liġi tieħu ħsieb ukoll l-unaccounted assets, jiġifieri dawk l-assi ta' kumpanniji li għal xi raġuni jew oħra waqt li jkunu qed isiru l-proċeduri ma joħorġux imma joħorġu aktar tard.", "Fil-fatt se jkun hemm il-possibbiltà li sa żmien ħames snin ̧ minn wara li kumpannija tiġi struck off mir-reġistru, wieħed jista' jieħu dawn l-assi in konsiderazzjoni biex jagħmlu tajjeb għad-djun u għad-debiti li jkunu dovuti mill-kumpannija partikolari.", "Sur President, naħseb li fil-qosor jien għidt x'tinkorpora fiha din il- liġi.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex liġi negattiva per se, pero' huwa żgur li fiha hemm affarijiet li wieħed ma jistax jaċċettahom.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-bidla fil- Business Promotion Act li fiha klawsola li tattakka l-inċentivi biex isir l-investiment ġewwa pajjiżna.", "Hawnhekk naraw id-differenza bejn it-triq li qed jagħżel il-gvern, li jimponi fuqu nnifsu ċerti regoli li jkunu in line mal-politika tiegħu ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u l-flessibbilta` li jista' jkollok fl- inċentivar li tista' toffri l-partnership li qed joffri l-Partit Laburista.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, jien se nikkonċentra parti mid- diskors tiegħi fuq emenda partikolari.", "Fil-fatt din il-liġi ̧ fost affarijiet oħra ̧ tagħmel riferenza għall-emenda tal-Malta Freeport Act.", "Issa kif jaf kulħadd ̧ il-freeport jikkonsisti f'diversi oqsma.", "Għandek il- qasam li huwa magħruf bħala t-transhipment li huwa l-aktar qasam magħruf fostna u barra minn Malta.", "Għandek il-qasam ta' l-istorage jew tal- warehouses li fih numru ta' metri sostanzjali li fihom wieħed jista' jikri l-istorage tiegħu sabiex ikun jista' jerġa' jibgħatu barra mill-pajjiż mingħajr ma jkollu bżonn l-applikazzjoni ta' ċerti liġijiet bħal-liġi tad- dwana u għandek qasam ieħor li huwa ta' natura industrijali u servizz.", "Il- korporazzjoni tal-freeport hija distinta mill-operat.", "Fil-fatt il-freeport jikkonsisti fil-korporazzjoni li bażikament hija r-regolatur u għandek ukoll il-ħaddiema li jaħdmu fit-terminal.", "Parti mill-kumpless tal- freeport kien ġie riżervat għall-azjendi li jistgħu jingħataw liċenzja biex joperaw mill-freeport innifsu u dawk l-azjendi kienu u huma, skond il- liġi preżenti sal-lum, eżentati minn ċerti piżijiet finanzjarji.", "Fil-fatt il-liċenzji ngħataw wara analiżi lil ftit kumpanniji.", "Per eżempju, għandek kumpannija li għandha x'taqsam mal-ħażna taż-żejt u għandek kumpannija oħra li għandha x'taqsam ma' l-analiżi ta' affarijiet li jistgħu jkunu taż-żejt jew affarijiet oħra li jistgħu jkunu kemm fluwidi u kemm mhux fluwidi.", "Skond il-kodiċi ta' etika jien irrid nagħmel dikjarazzjoni li fil-professjoni legali tiegħi jien ikkonsultajthom lil dawn iż-żewġ kumpanniji.", "Qed ngħid dan biex l-affarijiet ikunu ċari u ħadd ma jgħid li jien qed nipprova nuża l-Parlament biex nippromwovi l-klijenti tiegħi.", "Il-kwestjoni hija li dawn iż-żewġ kumpanniji se jiġu f'pożizzjoni li mhux se jibqgħu jgawdu l-benefiċċji li kienu jgawdu meta nvestew f'pajjiżna.", "Dawn iż-żewġ kumpanniji għamlu investiment sostanzjali ta' miljuni kbar ta' liri f'pajjiżna għax meta ddeċidew li jinvestu f'Malta kellhom ċertu benefiċċju.", "Dan il-benefiċċju li huwa wieħed relatat ma' ħelsien minn ċerti taxxi u li għalihom huwa importanti ħafna imma bis-saħħa ta' din l- emenda dawn iż-żewġ kumpanniji mhux se jibqgħu jgawdu l-benefiċċji finanzjarji kbar taħt il-Malta Freeport Act iżda jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal benefiċċji taħt att ieħor li huwa l-Business Promotion Act.", "Issa jien nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministru li qed jippilota din il-liġi kif ukoll tal-ministru responsabbli mis-servizzi ekonomiċi li l- ewwel ħaġa li għandha ssir - fl-opinjoni umli tiegħi ̧ hekk jixraq għall- kumpanniji kif ukoll għall-kredibbilta` ta' dan il-pajjiż – hija eżenzjoni speċifika minn din l-emenda għal min għandu liċenzja biex jopera fil- preżent.", "Jekk ma jsirx hekk l-applikazzjoni tal-Business Promotion Act se tnaqqsilhom sostanzjalment mill-benefiċċji li jgawdu minnhom illum u jien naħseb li dan jista' ikun ta' diżinċentiv kbir għall-espansjoni ta' dawn iż- żewġ kumpanniji.", "Jien informat li waħda mill-kumpanniji ̧ li hija l-Oil Tanking Company Limited, qiegħda fil-proċess li tiddeċiedi li f'Malta tkabbar bil-kbir l- investiment tagħha.", "Din hija kumpannija internazzjonali li għandha faċilitajiet f'ħafna kontinenti u qed tiġi kkonsidrata bħala waħda mill- aktar kumpanniji sofistikati li għandna f'pajjiżna.", "Din il-kumpannija li għandha a very high profile hija kumpannija magħrufa internazzjonalment u hija kumpannija li jħarsu lejha ħafna dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l- industrija ta' storage, mixing, żjut u affarijiet oħra.", "Jien naf li waħda mir-raġunijiet li din il-kumpannija kienet ġiet Malta kienet proprju għaliex kellha benefiċċji sħaħ u eżenzjoni sħiħa ta' taxxa bla limitazzjoni u fil-fatt għamlet investiment ta' miljuni kbar ta' liri f'pajjiżna.", "Barra minn hekk għandha intenzjoni li tinvesti miljuni kbar biex testendi l-faċilitajiet li għandha fiż-żona tal-freeport fejn topera.", "Għalhekk naħseb li jkun għaqli ħafna li biex ma nagħtux messaġġ ħażin lill- investitur li jiġi minn barra għandha ssir emenda fis-sens li dawk li diġà qegħdin igawdu mil-liċenzja biex joperaw skond il-liġi, mhux emendata, għandhom jibqgħu jgawdu minn dawk il-benefiċċji.", "Fin-nuqqas ta' dan se nagħtu sinjal ħażin ħafna.", "Aħna attirajna ċertu investiment f'pajjiżna billi tajnih benefiċċji kbar u wara li għamel dan l-investiment ta' miljuni kbar biddilna l-liġi b'mod li ma jibqax igawdi mill-vantaġġi li kellu.", "Meta inti tkun qiegħed tattira investiment dirett barrani u tbiddel il-liġi biex tneħħilu minn dawk il-benefiċċji li tkun tajtu meta investa tkun qed tagħti sinjal ħażin u dan m'għandux ikun.", "Jien mhux qed nitkellem politikament imma qed nitkellem bħala esponent biex inġibu investiment aktar f'pajjiżna, ikun min ikun qed jamministrah.", "Ma tistax tagħti inċentivi u tneħħihom jew tbiddilhom b'mod li dak li jkun ma jibqax jibbenefika minnhom.", "Dan huwa diżinċentiv għall-espansjoni possibbli li l- Oil Tanking Company Limited kienet beħsiebha tagħmel - dik hija deċiżjoni tagħha u ninkoraġġiha li tespandi f'pajjiżna - u ma tistax tbiddel il-goal posts f'qasam daqshekk sensittiv.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kumpannija Sybolt li għandha investiment u servizz li huwa top-notch.", "Il-laboratorji ta' din il-kumpannija huma kkonsidrati internazzjonalment fost l-aqwa li hawn.", "Din il-kumpannija għandha investiment sofistikat u meta tgħid li għandek il-laboratorji tas- Sybolt tkun qed tattira ċertu tip ta' industrija li aħna rridu nattiraw; industrija ta' teknoloġija kbira b'investiment kbir fejn ir-riżultati jkunu ta' benefiċċju kbir.", "Issa biex nuri kemm din il-liġi m'għandhiex issir kif qiegħda ssir nixtieq nirriferi għal-liġi oħra li għamel l-istess gvern ftit ilu li għandha x'taqsam ma' l-industrija.", "Aħna nafu li l-gvern biddel ċerti liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' inċentivi finanzjarji u fost affarijiet oħrajn għamel il-Business Promotion Act.", "Taħt dik il-liġi l- gvern mexa b'mod differenti milli mexa b'din l-emenda.", "Fil-fatt taħt il- Business Promotion Act ta għażla lil dawk il-kumpanniji li kienu qegħdin igawdu mill-benefiċċju permezz tal-liġi l-antika li jew jibqgħu jgawdu taħt l-inċentivi li kienu japplikaw għalihom jew inkella jagħmlu crossover u jibdew jiġu kkonsidrati taħt l-inċentivi l-ġodda li saru permezz tal- Business Promotion Act.", "Jien mhux se noqgħod ngħid jekk il-Business Promotion Act hijiex tajba jew ħażina imma nixtieq ngħid lill-gvern li f'dik il-liġi li għamel hu stess ftit taż-żmien ilu mexa b'mod aktar għaqli milli qed jimxi f'din il-liġi.", "F'dik il-liġi qal li dawk il-kumpanniji li qegħdin jieħdu benefiċċju minn kif kienet il-liġi jistgħu jagħżlu li jew jibqgħu taħt dawk l-inċentivi li preżentement qed igawdu minnhom jew inkella jagħmlu qabża għal dawk l- inċentivi li qegħdin jingħataw permezz tal-Business Promotion Act.", "Hawnhekk qed isir bil-maqlub.", "Hawnhekk din il-liġi m'hijiex qiegħda b'xi mod timxi fuq l-istess prinċipji tal-liġi preċedenti, il-Business Promotion Act.", "Hawnhekk m'hijiex qed tagħti għażla lil dawn il-kumpanniji li jistgħu jibqgħu kif inhuma jew inkella jaqgħu taħt liġi oħra li f'dan il-każ hija l- Business Promotion Act.", "U din il-liġi għandha tiġi emendata f'dan is-sens.", "GĦandha tiġi emendata sabiex min hu diġa' liċenzjat u qed jopera jkollu l- għażla li jew jibqa` taħt ir-reġim ta' inċentivi eżistenti permezz tal- Malta Freeport Act, jew inkella jekk jixtieq, ikun jista' jaqa` taħt il- Business Promotion Act.", "Issa jista jagħti l-każ li dawn il-kumpanniji jagħżlu li jew jibqgħu kif inhuma - u jien ngħid li jekk jiċċalinġjaw din il-liġi anke fil-qorti se jkun hemm possibilita` ta' messaġġ ħażin lill-investitur barrani - jew inkella minn jeddhom jagħżlu, għar-raġunijiet tagħhom, li jaqgħu taħt il- Business Promotion Act għaliex forsi l-gvern tal-ġurnata jasal għal xi arranġament magħhom fuq bażi ta' diskussjoni, fuq bażi li wieħed jista jippromwovi inċentivi differenti.", "Li rrid ngħid hu li anke jekk dawn, minn jeddhom jagħżlu li jaqgħu taħt waħda jew l-oħra, il-liġi trid tagħti l- għażla.", "Jekk ma jsirx hekk il-messaġġ li se jingħata l-investitur barrani se tkun li dawn tpoġġew ġo kantuniera, u dan mhux sew.", "L-għażla trid tkun ħielsa u f'idejhom, u jien qed nitkellem b'dan il-mod biex niftaħ għajnejn in-naħa tal-gvern li għalkemm din l-emenda tolqot biss ftit intrapriżi, dawn huma intrapriżi li jagħmlu investiment kbir ġewwa pajjiżna.", "Żgur każ wieħed għandu intenzjoni - jew kellu intenzjoni - li jespandi b'mod massiċċ.", "L-investiment tiegħu titilfuħx, għax wisq nibża' li l-investiment ta' miljuni kbar jintilef jekk dawn il-kumpanniji ma jitħallewx b'mod ħieles li jagħżlu u ma tiġix imposta fuqhom liġi u reġim li wieħed jista' jagħti sinjal ħażin lill-industrijalist.", "Sur President, qabel m'għamilt dan id-diskors jiena kellimt lill-kollega tiegħi l-ministru tal-finanzi u spjegajtlu li hemm bżonn li wieħed jara kif isolvi din il-problema f'dan il-qasam.", "Huwa possibbli li ntlaħqu xi arranġamenti speċjali dwar dan li qed ngħid.", "Jekk intlaħqu jien nieħu pjaċir, imma nieħu pjaċir aktar jekk l-għażla tingħata u dawk l- arranġamenti jintlaħqu b'buona grazia u mhux by imposition.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi jista` jibda l-winding-up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nibda billi ngħid grazzi lill-kollega tiegħi l-Onor.", "John Attard Montaldo fuq il-kummenti li għamel.", "Nirringrazzja wkoll lil dawk il-membri kollha ta' din il-Kamra li tkellmu b'mod oġġettiv fuq il-liġi li għandna quddiemna.", "Jiena nieħu gost nisma`' kummenti li jkunu f'dak l-istess spirtu ta' meta għamilna dak li għamilna s'issa fis-settur finanzjarju.", "Nieħu gost nisma' li l-liġi li qed nippreżentaw hija liġi teknikament tajba.", "Naturalment kien hemm diskordanza fuq xi emendi li qed nagħmlu għal-liġijiet oħra fosthom dik li tkellem fuqha l-Onor.", "John Attard Montaldo jiġifieri l-Malta Freeport Act u l- Business Promotion Act.", "Dawk huma d-diskordanzi bażikament li kien hemm, pero` fuq il-liġijiet kollha tas-servizzi finanzjarji hemm qbil bażikament fuq kollox.", "Kien hemm kummenti li nista` ngħid minn issa li aħna qegħdin nieħdu into consideration u fl-istadju ta' kumitat inkunu qed nistudjawhom bir-reqqa fil-kuntest ta' dak li rridu nagħmlu, pero' naturalment wieħed irid jirreaġixxi u jirrispondi għall-kummenti li saru.", "Nixtieq nirrispondi immedjatament fuq dak li spiċċa l-Onor.", "John Attard Montaldo dwar il-port ħieles u imbagħad, billi kulma fadal huma żewġ minuti, inkompli għada fuq dak li qalet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro fuq il-port ħieles.", "Fuq il- kwestjoni tal-kundizzjonijiet li kellhom xi kumpanniji li qegħdin joperaw ġewwa l-freeport illum irrid ngħid li naturalment il-gvern ħa in konsiderazzjoni l-pożizzjoni tagħhom meta konna qed ninnegozzjaw ma' l-UE dwar dak kollu li għandu x'jaqsam magħhom u dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-inċentivi industrjali.", "GĦalkemm għada nista` nkun iktar preċiż, jien informat li s-sitwazzjoni ta' dawn il-kumpanniji ġiet ikkonsidrata b'mod attiv u fil-fatt fil-pakkett li huwa issa in vigore fil-Business Promotion Act hemm parti li taqdi l- ħteġijiet u l-bżonnijiet ta' dawn il-kumpanniji.", "Mil-lat ta' taxxi dawn se jibqa' jkollhom eżenzjoni sa l-2011, imbagħad wara se jkompli jkollhom eżenzjonijiet bażati fuq investiment li aħna konna għamilna.", "Waħda mill- inċentivi li daħħalna fil-Business Promotion Act hi li dawk il-kumpanniji li jinvestu u jkollhom investiment qawwi ikollhom 60% ta' l-investiment tagħhom bħala tax credit.", "Din ma tiġix meħuda mit-taxxa bħala xi allowance imma tiġi bħala tax credit fil-kontijiet tat-taxxa tagħhom.", "Din il-miżura għandha tara li kumpanniji bħall-Oil Tanking Company Limited li semma l- Onor. John Attard Montaldo, l-iktar fiċ-ċirkostanzi ta' llum, tibqa' b'tax holiday għal żmien twil u twil ta' snin.", "Qed insemmi lil din il-kumpannija għax sa ġimgħa ilu jien kont qed nitkellem magħhom fuq l-investiment qawwi li dawn beħsiebhom jagħmlu f'pajjiżna.", "Dan huwa investiment li kważi se jirdoppjaw jekk mhux iktar il-kapaċita` ta' l-oil tanking li għandhom u konna qed nitkellmu fil-fatt fuq it-teknikalitajiet ta' dan l-investiment.", "Jiġifieri biex anke inserraħ ras l-Onor.", "John Attard Montalto, li jien ċert li tkellem bl-iktar mod oġġettiv, il-pjani ta' investiment tal-kumpannija għadhom on stream anzi għadhom mexjin b'rittmu qawwi u jien nispera li l-investiment ta' din il- kumpannija jsir ma jdumx u jkun ta' benefiċċju għal ħafna u ħafna Maltin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nifhem li l-Ministru se jibqa' in possession.", "Issa nitolbu biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar 2003, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel xi rimarki fuq il- lokalitajiet li jien nikkontesta, anke fid-dawl tal-bidla li saret fid- distretti elettorali tar-Rabat, il-Mosta, il-Baħrija u l-Imtarfa.", "Fil- lokal tar-Rabat resqin lejn elezzjoni għall-kunsilli lokali u bir-raġun li nappella lill-komunita`, lill-poplu Rabti, tal-Baħrija u dak ta' l-Imtarfa li għalkemm itellgħu żewġ kunsilli jgħarfu jtellgħu kunsill Laburista.", "Hija l-istorja, it-tradizzjoni u l-karatteristika li fejn ikun hemm kunsilli Laburisti jwettqu prattikament mad-90% u iktar tal-wegħdiet li jagħmlu lill-elettorat u għaldaqstant żgur li x-xogħlijiet saru kemm mil- lat ta' bżonn għar-residenti u kemm mil-lat ta' xogħol professjonali.", "Jiddispjaċini ninnota li t-triq tal-Baħrija li saret ftit ġimgħat ilu, bix- xita li għamlet reġgħet inqalet.", "It-triq ġiet mogħtija t-tarmac u dan jikkonferma kemm l-affarijiet qed isiru bl-addoċċ u ta' kafkaf.", "Illum il- Baħrija tinsab mingħajr dawl meta wara erba' snin suppost li kellhom isiru l-manutenzjonijiet u l-kunsill lokali tar-Rabat b'maġġoranza nazzjonalista li tela' ripetutament matul l-aħħar snin suppost kellu jara li fil-Baħrija jkun hemm provvista ta' dawl adegwata.", "Minkejja dan, dan ir-raħal rurali u karatteristiku reġa' jinstab mingħajr dawl kif kien jinstab tliet ġimgħat ilu u numru ta' jiem u ġimgħat oħra.", "Sur President, irrid infakkar x'inhi s-sitwazzjoni fil-Mosta llum wara dawk is-snin ta' tmexxija minn kunsill b'maġoranza nazzjonalista.", "Il-kunsill tal- Mosta huwa maħkum minn djun u diffikultajiet finanzjarji kbar, u dan minkejja n-nuqqas ta' xogħlijiet li wettaq abbażi tal-wegħdiet li saru.", "Apparti dan illum insibu li l-wegħda li kien għamel il-gvern Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu li se ddur is-sistema tat-traffiku fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, matul dawn l-erba' snin ma saritx u baqgħet hemm ma' wiċċ il-Mostin u għadha qed toħloq problemi kbar.", "Saru wkoll il- wegħdiet li se jitnaddfu wied il-għasel u wied l-esperanza u kollox tħalla mitluq.", "Kellha ssir il-manutenzjoni ta` Triq l-Esperanza li nteshiet bħall- Erbgħa fost il-ġimgħa.", "Imbagħad għandek Triq il-Fortizza, it-triq il- ġdida li tinsab fi Triq il-Kostituzzjoni għadha kollha mgħaqluha.", "Kellhom ukoll isiru t-toroq fl-industrial estate li hemm in-naħa ta' Wied il- Għasel u baqa' kollox abbandunat.", "Sur President, saru diversi laqgħat biex jibda x-xogħol tal-pjazza u minkejja l-ħafna paroli li sar f'dawn il-laqgħat baqa' ma sar xejn.", "Kienet saret il-wegħda li se jiġi rranġat u mdawwal il-ġnien Reggie Cilia u sal- lum dan għadu mudlam u kulħadd għadu jitkellem fuq il-kwantita` ta' siringi li qed ikun hemm f'dawn l-inħawi.", "Ta` min jgħid ukoll li l-oqsma tad-djar Ta' Mlit u ta' Santa Margherita baqgħu abbandunati, u dan minkejja li s-segretarju parlamentari wiegħed lin- nies li joqgħodu f'Nikola Isuoard Street, f'Valley Road u fil-pjazza fejn jarma l-monti li kellhom isiru linji ġodda sabiex id-diffikultajiet u l- inkonvenjenzi li qed isofru r-residenti u li qed jilmentaw tant dwarhom jiġu rranġati.", "Imbagħad kellek il-wegħda li se jsiru l-culverts fil-parti ta' Triq il-Kbira, in-naħa ta' Ta' Qali u dawn baqgħu ma sarux.", "L-għargħar baqa' dejjem ġej wara li tagħmel ix-xita, u b'detriment għall-familji li jgħixu hemmhekk.", "Hemm rapporti li minħabba l-konok li saru fil-parti ta' Triq il-Kostituzzjoni hemm periklu kbir kemm għan-nies li jkunu mexjin kif ukoll għal dawk li jkunu għaddejjin bil-karozzi tagħhom.", "Dan għaliex m'hemmx aċċess minn fejn jgħaddi l-ilma tant li kull meta tagħmel ix-xita l- familji li joqogħdu hemmhekk jgħerqu bl-ilma li jidħilhom ġewwa.", "Dan naturalment jikkawża umdita` għolja u kulħadd jaf kemm din taffetwa lill- persuni ta` ċerta` eta`.", "Sur President, jiddispjaċini ngħid li din hija attitudni li ma tixtaqx lill-Mostin, iktar u iktar meta nafu li l-Prim Ministru jiġi elett minn dak id-distrett li l-Mosta tagħmel parti minnu.", "It-tmexxija nazzjonalista, kemm tal-gven lokali u tal-gvern ċentrali, iddiżappuntat bil-kbir lill- Mostin kollha, sew nazzjonalisti kif ukoll laburisti, għax 80% tat-toroq ma sarux u dan minkejja l-ħafna wegħdiet li dan il-gvern għamel qabel l- elezzjoni li għaddiet.", "Nista` ngħid li tul dawn l-erba` snin u nofs baqa' ma sar xejn u llum kulħadd jinsab diżappuntat għall-mod irresponsabbli kif ġew trattati dawn ir-residenti.", "Biżżejjed ngħid li 40 membru ġo klabb tal- boċċi ġew mitluba jħallsu Lm180 biex jibqgħu jipprattikaw l-isport li jinteressa lilhom u biex fl-istess ħin jipprovaw iħallu dan il-patrimonju tad-dilettanti Mostin jibqa' jintiret u ma jintilifx.", "Sur President, nixtieq nagħmel riferenza għall-ittra li qed jibgħat il- Ministru Ninu Zammit lill-produtturi, liema ittra qed tiġi ċirkolatata permezz ta` fotokopja ta' artiklu li kien għamel il-Prim Ministru Laburista Dr Alfred Sant fl-1998 bħala intervista fil-ġurnal \"The Times\".", "Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ikkonferma li dik l-intervista kienet ġiet ikkorreġuta u l-Onor.", "Helena Dalli poġġiet kemm-il darba fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrezzjoni li saret għal dan l-artiklu imma bl-iktar mod malizzjuż, disonest u irresponsabbli, il-Ministru Ninu Zammit qed ikompli jagħmel dikjarazzjoni falza b'kapriċċ u jgħid li fl-1998 Dr Alfred Sant kien diġa` ntrabat li bil-politika tiegħu ta' partnership xorta se jneħħi l-levies.", "Sur President, din ġiet miċħuda kemm-il darba mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu u anke mill-Oppożizzjoni kollha.", "Sejjer inpoġġi wkoll kopja ta' dikjarazzjoni li saret lill-bdiewa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni stess fejn din tiggarantixxi li gvern ġdid bil-politika ta' partnership iżomm il- protezzjoni għall-bdiewa Maltin u Għawdxin ħalli s-Sedja tkun tista' tanalizza x'tip ta' diżonesta u dikjarazzjonijiet foloz qed jagħmel dan il- ministru b'mod irresponsabbli u b'mod li bilfors wieħed irid jikkundanna.", "Irrid infakkar ukoll li kienu l-bdiewa stess li għamlu dikjarazzjonijiet uffiċjali li l-gvern m'għandux għalfejn ineħħi l-protezzjonijiet tal-levy biex ikun konformi mar-regoli tad-WTO tal-lum u tas-sena 2010.", "Jien nisfida lill-Ministru Ninu Zammit u lill-gvern, li qed jagħmlu dawn id- dikjarazzjonijiet foloz lill-poplu, biex ikunu responsabbli u jpoġġu fuq il- Mejda tal-Kamra, Schedule CXV11 tad-WTO fejn taħt it-titlu \"Most Favoured Nation Tariff Section 1: Agriculture Products - Section IA Tariffs\" skond in-normi tal-WTO pajjiżna jkun jista' jagħmel bound rates of duty ad valorem.", "Dawn huma stabiliti min-naħa tad-WTO fid-dawl ta' dak li spjegaw kemm-il darba l-mexxejja Laburisti, jiġifieri kemm dak li tlaqna minnu f'Marrakech, fl-Uruguay u f'Doha għaliex iċ-ċirkostanzi strateġiċi tal- biedja f'pajjiżna huma tali li jippermettu li ssir protezzjoni fuqhom għax pajjiżna m'għandux riżorsi naturali oħra.", "L-uniċi riżorsi naturali li għandna huma l-biedja u s-sajd u dawn m'humiex biżżejjed la biex ilaħħqu mad-domanda li joħolqu l-miljun turist li jżur pajjiżna u lanqas għad- domanda li joħolqu l-istess Maltin.", "Fid-dawl ta' dan kollu li semmejt, jiena bilfors irrid niġbed l-attenzjoni tas-Sedja biex tinvestiga ħalli dawn l-istqarrijiet foloz ma jibqgħux jingħadu la fil-Parlament u lanqas barra u tajjeb li wieħed jgħid li jekk Malta tidħol fl-UE, din se tkun marbuta li tipproteġi dak kollu li jipproduċu l-bdiewa u r-raħħala fl-UE.", "Biex nagħti eżempju.", "Illum f'pajjiżna ma nimponu l-ebda kwota, tariffa jew levy fuq prodotti li ma nipproduċux lokalment imma bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, il-Ministru Ninu Zammit u l-gvern Nazzjonalista jafu li se jkollhom jimponu kwoti, tariffi u levies li se jaffettwaw l-importazzjoni ta' prodotti li ma nipproduċux u dan se jibqa' sejjer sa wara l-2010 kif ġie kkonfermat mill- OECD.", "Is-Sedja għandha tassumi r-responsabbilta` li meta l-poplu jrid jiddeċiedi fuq kwestjoni daqshekk importanti, m'għandhiex tħalli li jsiru dikjarazzjonijiet li jiżvijjaw il-ġenwinita` tas-sitwazzjoni b'mod daqstant malizzjuż.", "Għaldaqstant jiena sejjer inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-garanzija li ta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ta' l-artiklu u nerġa' ngħid li s-Sedja għandha tinvestiga jekk hux minnu li s-Schedule CXV11 ta' l-WTO tippermetti l-bound rates tad-dazji skond il-valur li fuqu jiġi importat il- prodott u dan fid-dawl li tkun norma għal pajjiżna li jipprattika din il- protezzjoni għas-settur tal-prodotti lokali u dan ikun skond l-istandards mhux biss tad-WTO imma skond l-istandards li qegħdin hemmhekk biex isostnu l-protezzjoni ta' l-industrija li tipprovdi l-ikel għall-pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li l-ministri u l-membri huma responsabbli tad-dikjarazzjonijiet li jsiru f'dan il- Parlament u s-Sedja m'għandha l-ebda setgħa fuq dawn id-dikjarazzjonijiet.", "L-Onor.", "Farrugia għandu xi dokumenti li jrid ipoġġihom fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' ittra li qed tintbagħat lill-bdiewa mill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd, datata 14 ta' Frar 2003; u", "Kopja ta' dokument maħruġ mill-Partit Laburista \"Partnership l-Aħjar Għażla – 5 garanziji lill-bdiewa\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, dan l-aħħar kellna inċident fatali fit- toroq tagħna li l-vittma involuta fih inzertat persuna magħrufa fil-qasam ta' l-ispettaklu.", "Jiena nixtieq li qabel kollox nagħti l-kondonlanzi tiegħi f'isem il-partit lill-familja li sofriet minħabba dan l-inċident.", "Naħseb li jkun tajjeb li jkun hemm aktar attenzjoni f'postijiet fejn ikunu qed isiru xi xogħlijiet ta' kostruzzjoni għax minn dak li stajt nifhem mill- aħbarijiet, jidher li minkejja li l-persuna forsi kellha inċident bil- karozza pero` żgur li fil-post fejn ġara l-inċident ma kienx hemm ilqugħ u għalhekk ikun tajjeb li nenforzaw il-liġijiet fejn hemm bżonn sabiex inċidenti ta' dan it-tip ma jsirux.", "Sur President, f'dawn l-aħħar ġranet esperjenzajna jiem tax-xitwa mill- aktar kefrin b'ħafna xita u maltemp li ħallew toroq mimlijin ħofor b'perikli għas-sewwieqa għax kulħadd ikun ħsiebu biex jevita l-ħofor ħalli ma jagħmilx ħsara lill-karozzi bil-konsegwenza li jistgħu jiġru l- inċidenti.", "Naħseb li jkun tajjeb kieku jsir xi ħaġa immedjata sabiex nevitaw inċidenti.", "Illum ħadt gost meta ftaħt ġurnal lokali u rajt li l- awtorita` dwar it-trasport pubbliku se tieħu ħsieb sabiex issewwi l-ħsarat fit-toroq arterjali tagħna.", "Pero` nittama u nappella sabiex it-tiswijiet ta' dawn il-ħsarat kbar li hemm fit-toroq tagħna ma jsirux biss fit-toroq arterjali imma f'dawk it-toroq li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali li m'għandhomx fondi biex jagħmlu t-tiswijiet huma.", "Naħseb li jkun tajjeb, f'dan il-mument diffiċli għall-kunsilli lokali tagħna li f'daqqa waħda sabu din il-problema kbira tat-toroq, li l-gvern jidħol sabiex jgħinhom isewwu l- ħsarat fit-toroq.", "Sur President, nhar it-8 ta' Marzu Malta se jkollha żewġ votazzjonijiet, dik tar-referendum u dik tal-kunsilli lokali.", "Jien xtaqt nitkellem dwar il- kunsilli lokali għaliex fid-distrett li minnu ġejt elett jien se jkollna ħames elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Dawn se jkunu fil-Fgura, fil- Kalkara, fix-Xgħajra, f'Bormla u f'Ħaż-Żabbar, li parti minnu tagħmel ukoll mat-tieni distrett elettorali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq kunsilli lokali fejn il-maġġoranza tagħhom huma magħmula minn kunsilliera Laburisti, liema kunsilli żgur ma kellhomx ħajja faċli għax mhux biss ftit li xejn sabu għajnuna mill-gvern ċentrali u mill- korporazzjonijiet imma xi kultant anke sabu min jagħmillhom il-bsaten fir- roti.", "Jiena se nitkellem fuq dawn il-lokalitajiet li se jkollhom l-elezzjoni tal- kunsilli lokali nhar it-8 ta' Marzu u se nibda b'Ħaż Żabbar.", "Nixtieq nitkellem b'mod partikolari fuq area ġo Ħaż-Żabbar li hija magħrufa bħala St Peter's. GĦal min forsi ma jafx il-post, l-area ta' St Peter's hija area bejn Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra u l-Kalkara u jien kultant insejħilha no man's land għaliex minkejja li tagħmel parti minn Ħaż-Żabbar, din tinsab fit-tarf wisq u naħseb li kien ikun aktar bis-sens li kieku kienet tagħmel parti mill-kunsill lokali tax-Xgħajra jew tal-Kalkara.", "F'din l-area nsibu telqa kbira fejn hemm toroq li qatt ma saru, minkejja l-fatt li r- residenti ta' din l-area ħallsu r-road contributions, bankini mkissra, plots li għadhom mhux mibnija għadhom mingħajr il-boundary walls li llum saru miżbliet żgħar għaliex aħna nafu li meta jkollok plots mhux mibnijin, in-nies jispiċċaw jarmu fihom.", "Ir-residenti ta' din l-area qegħdin jitolbu lill-kunsill lokali tagħhom sabiex dawn it-toroq kif ukoll il-bankini jingħataw l-attenzjoni li jixraqilhom.", "Jiena bħala wieħed mir-rappreżentanti ta' dawn ir-residenti ressaqt l-ilmenti tagħhom kemm lil din il-Kamra kif ukoll lill-kunsill lokali.", "Tajjeb li ngħid li fis-sajf li għadda għamilt l-almu tiegħi u ltqajt mal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar fejn ressaqt l-ilment tar- residenti ta' dawn in-naħat, pero` sfortunatament dan il-kunsill lokali - kif wara kollox huma l-maġġoranza tal-kunsilli lokali - ġie mgħobbi b'ċerti piżijiet imma l-fondi biex jilqa' għal dawn il-piżijiet ma waslux.", "Pero` l- kunsill lokali għamel kuntatti mal-ministeru responsabbli u sirt naf ukoll li dan ġie mwiegħed li l-gvern kien se jikkonsidra li jagħmel erba` toroq sa l-aħħar tas-sena.", "Dawn it-toroq kellhom ikunu Triq il-Farfett tal- Fejġel, Triq l-Gakrux, Triq il-Berebis u Triq il-Marżebb.", "Pero` ż-żmien għadda u bħal ħafna wegħdi oħra li saru lill-kunsilli lokali, dan spiċċaw fix-xejn u ma sarux.", "Din l-attitudni qed tagħmel ħsara kbira lill-kunsilli lokali għax m'huwiex sewwa li ngħabbu lill-kunsilli lokali b'piżijiet li ma jistgħux jerfgħu.", "Għalhekk f'isem il-Partit Laburista jiena nwiegħed li l-kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista se jkollhom l-għajnuna ta' gvern Laburista ġdid li se jkun impenjat sabiex b'partnership mal-kunsilli lokali, f'dan il-każ mal- kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar, inkunu nistgħu naħdmu flimkien biex it- toroq li ilhom biex isiru, effettivament isiru.", "Sur President, lokalita` oħra li għandha l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali hi l-Kalkara.", "Il-kunsill lokali ta` din il-lokalita` huwa wieħed mill-aktar kunsilli attivi għax irnexxilu jagħmel il-maġġoranza tax-xogħol li wiegħed fil-programm elettorali tiegħu.", "Pero` nixtieq insemmi wkoll il-pressjoni kbira li għamel dan il-kunsill lokali flimkien ma' għaqdiet oħra sabiex il- wied tal-Kalkara ma jinqeridx.", "Sfortunatament is-saħħa tal-flus ta' l- ispekolatur jidher li għelbet is-saħħa tal-kelma tar-residenti għaliex il- qerda tal-wied baqgħet għaddejha.", "Aħna bħala gvern Laburista ġdid inwegħdu li flimkien mal-kunsill lokali u r-residenti nibqgħu nappoġġjaw u nagħmlu l-almu tagħna sabiex l-interessi tar-residenti tal-Kalkara kif ukoll tal- Kottonera jiġu salvagwardjati għax l-uniku pulmun li għandha l-Kottonera għandu jkun salvat.", "Elezzjoni oħra tal-kunsilli lokali se ssir fix-Xgħajra.", "Dan il-kunsill ta` dan il-lokal żgħir ħadem ħafna u saru numru ta' toroq u tejjeb ħafna s- sitwazzjoni tal-lokal minkejja li għad hemm ħafna problemi bl-iżbroff tad- drenaġġ fit-toroq minħabba numru ta' rżieżet li hemm fil-viċin.", "Ikun tajjeb li dan il-lokal nagħtuh l-attenzjoni li jixraqlu għax fix-xhur tas-sajf ikun hemm splużjoni fin-numru ta' persuni li joqogħdu hemmhekk għax dan il- post hu ta' rikreazzjoni u hemm ħafna min-nies tal-Kottonera li għandhom il-villeġġatura tas-sajf fix-Xgħajra.", "Anke f'din il-lokalita`, gvern Laburista ġdid se jaħdem fuq partnership mal-kunsill lokali tax-Xgħajra sabiex intejbu l-ambjent kif ukoll il-ħajja tan-nies tax-Xgħajra.", "Il-kunsill lokali tal-Fgura wkoll huwa kunsill lokali b'maġġoranza Laburista.", "Nistgħu ngħidu li dan il-kunsill ħadem ħafna fl-interess tar- residenti tal-Fgura minkejja l-bsaten fir-roti li bdew idaħħlulu mhux biss il-gvern u l-korporazzjonijiet, imma anke xi kunsilliera li suppost qegħdin jirrappreżentaw lir-residenti tagħhom.", "Għadni niftakar sew il-protesta paċifika li għamilna flimkien mal-kunsill lokali minħabba l-istat disastruż tat-triq li llum jisimha Triq tax-xemx u l-Qamar fejn hawnhekk stajna naraw l-arroganza tal-kunsilliera Nazzjonalisti li wrewna li mhux vera għandhom għal qalbhom l-interess tar-residenti imma għandhom għal qalbhom biss, l- interess tal-partit tagħhom.", "Dawn il-kunsilliera Nazzjonalisti pprovaw ifixklu din il-protesta paċifika li saret biex inħeġġu l-gvern jagħmel triq li qatt ma saret u li hija responsabbilta` tal-gvern li tingħata wiċċ diċenti.", "F'din il-lokalita` kellna wkoll il-bini mill-ġdid ta' Triq Hompesch.", "Naħseb li ftit huma il-persuni li ma semgħux dwar l-allegazzjonijiet li saru min-naħa tal-gvern li l-kunsill lokali ried ifixkel fix-xogħol ta' din it-triq.", "Il-kunsill lokali magħmul minn persuni li jgħixu fil-Fgura u għalhekk jafu x'inhuma l-aħjar interessi tan-nies tal-Fgura.", "Dawn kellhom l- opinjonijiet tagħhom dwar kif setgħet tinbena aħjar din it-triq.", "Il-gvern webbes rasu, għamel dak li ried u llum, wara li din it-triq saret, nistgħu naraw ir-riżultati.", "Triq Hompesch, minkejja li issa tlestiet, qiegħda tgħereq u għad għandna postijiet minnha fejn la ssodisfaw lin-nies u naħseb lanqas lill-gvern u hemm partijiet li reġgħu inqalgħu.", "Gvern Laburista ġdid jaħdem flimkien mal-kunsill lokali tal-Fgura sabiex ix-xogħol li sar ħażin jerġa` jsir kif suppost.", "L-aħħar lokal fid-distrett tiegħi fejn se jkun hemm elezzjoni tal-kunsilli lokali hija Bormla.", "Dan huwa l-lokal fejn noqgħod jiena u allura naħseb li nista' nitkellem ħafna aktar minn ċerta nies li jiġu jitkellmu fuq dan il- lokal mingħajr biss qatt ma jersqu 'l hemm.", "Kellna ftaħir min-naħa tal- gvern dwar kemm saru xogħlijiet f'dan il-lokal.", "Jien ngħid prosit tax- xogħol li sar fil-Knisja ta' San Pawl u fil-mina ta' Santa Liena, iżda xorta ngħid li n-nies ta' dawk l-inħawi jixirqilhom iżjed affarijiet li jistgħu jmissu b'idejjhom.", "Pero` jiena ma ngħidx prosit għall-mod kif reġa` nbena l-ħajt li kien twaqqa` għax in-nies ta' Bormla ġew imwegħda ħafna aħjar.", "Dawn ġew imwegħda li l-baċir numru 1 jingħata lilhom bi dritt.", "Il-kunsill lokali ta' Bormla huwa wieħed minn dawk il-kunsilli lokali li għax għandu maġġoranza Laburista qed isib tfixkil il-ħin kollu mill- korporazzjonijiet tal-gvern.", "Per eżempju, meta l-kunsill iressaq xi talbiet tar-residenti dwar bozoz maqtugħa quddiem l-Enemalta, dan ikollu jdum jistenna x-xhur sabiex din il-bozza tinbidel.", "U min jeħel?", "Jeħel il- kunsill lokali, għax il-gvern hekk irid.", "Sur President, kulmin jersaq lejn il-Kottonera bilfors irid jgħaddi mid- daħla tat- tlett ibliet li minn Raħal Ġdid twasslek lejn l-ibliet tal- Kottonera.", "Din id-daħla ilha bla dawl iżjed minn sitt xhur iżda minkejja l- mistoqsijiet parlamentari kollha li nagħmel jiena u membri oħra, u minkejja l-pressjoni tal-kunsill lokali din it-triq għadha bla dawl.", "Gvern Laburista ġdid iwiegħed għajnuna, appoġġ u kulma jista' jagħmel sabiex il-livell ta' l-għajxien tan-nies li jgħixu f'dawn in-naħat jitjieb.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 19 ta' Frar, 2003 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE – IMPORTAZZJONI TA' ZOKKOR", "38313.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-Unjoni Ewropea zokkor - u/jew prodotti magħmula minn kompożizzjoni ta' zokkor - b'sussidju min-naħa tal-Gvern Malti sal-kwota stabilita fin-negozjati, biex imbagħad wara nkunu nistgħu nerġgħu nesportaw dan l-istess prodott lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni mingħajr ma nħallsu tariffi?", "Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-kwota stabilita taz-zokkor, skond kif miftehma bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Interpellant jaf li hekk kif Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, dak kollu prodott f'pajjiżna awtomatikament diġa' ikun jagħmel parti mis-suq wieħed Ewropew.", "Għaldaqstant dak li jiġi prodott f'Malta ma jibqax ikun suġġett għall-ebda tariffi meta jinbiegħ f'xi pajjiż ieħor ta' l-Unjoni.", "Dan huwa riżultat dirett u fundamentali tas-sħubija u ma jirrikjedi l-ebda ftehim separat jew ulterjuri.", "Fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, Malta kisbet id-dritt li timplimenta mekkaniżmu ta' sussidju fuq ċerti prodotti agrikoli importati, bil-gvern ikun jista' jikkumpensa għal xi żidiet li jista' jkun hemm fil-prezz lokali ta' dawn il-prodotti, minħabba d-differenza bejn il-prezz tal- prodott fis-suq internazzjonali u dak fl-Unjoni Ewropea.", "B'dan il-mod mhux mistenni li l-konsumatur Malti jiffaċċja għoli fil-prezz ta' dawn il- prodotti.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-prodotti li dwarhom Malta nnegozjat u kisbet id-dritt li tapplika skema ta' special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported agricultural products, flimkien mal-kwoti relattivi li jispeċifikaw il- kwantitajiet massimi li fuqhom jista' jiġi applikat dan is-sussidju.", "UE – IMPORTAZZJONI TA' ĊANGA", "38314.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-Unjoni Ewropea ċanga tal-friża - u/jew prodotti magħmula minn kompożizzjoni ta' ċanga - b'sussidju min-naħa tal-Gvern Malti sal-kwota stabilita fin-negozjati, biex imbagħad wara nkunu nistgħu nesportaw dan l- istess prodott lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni mingħajr ma nħallsu tariffi?", "Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-kwota stabilita taċ-ċanga tal-friża, skond kif miftehma bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38313.", "UE – IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM TAL-ĦARUF", "38315.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi:", "B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-Unjoni Ewropea laħam tal-ħaruf - u/jew prodotti magħmula minn kompożizzjoni ta' ħaruf - b'sussidju min-naħa tal-Gvern Malti sal- kwota stabilita fin-negozjati, biex imbagħad wara nkunu nistgħu nesportaw dan l-istess prodott lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni mingħajr ma nħallsu tariffi?", "Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-kwota stabilita tal-laħam tal-ħaruf, skond kif miftehma bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38313.", "UE – IMPORTAZZJONI TA' CORNED BEEF", "38316.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi:", "B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-Unjoni Ewropea corned beef - u/jew prodotti magħmula minn kompożizzjoni ta' corned beef - b'sussidju min-naħa tal-Gvern Malti sal- kwota stabilita fin-negozjati, biex imbagħad wara nkunu nistgħu nesportaw dan l-istess prodott lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni mingħajr ma nħallsu tariffi?", "Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-kwota stabilita ta' corned beef, skond kif miftehma bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38313.", "UE – IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI PROĊESSATI", "38317.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi:", "B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-Unjoni Ewropea prodotti proċessati, b'sussidju min-naħa tal- Gvern Malti sal-kwota stabilita fin-negozjati, biex imbagħad wara nkunu nistgħu nesportaw dawn l-istess prodotti lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni mingħajr ma nħallsu tariffi?", "Jista' il-Ministru jgħid x'se tkun il-kwota stabilita ta' prodotti proċessati, skond kif miftehma bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38313.", "MEPA – AIR POLLUTION", "38480.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jiżvela jekk il-MEPA ħaditx xi kampjuni ta' l-arja sabiex timmoniterja l-arja għal livelli ta' heavy metal u asbestos, speċjalment f'żoni urbani?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi s`issa ttieħdu l-ewwel kampjuni biex jinstabu l-livelli ta` ċomb fl-arja.", "Monitoraġġ ta` asbestos f`żoni urbani mhux normali li jittieħed.", "MEPA – AIR POLLUTION", "38482.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħidilna kemm daħlu complaints fir-rigward ta' tinġis ta' l-arja u kemm instabu postijiet li m'humiex konformi?", "Kemm ittieħdu passi legali u kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-ispetturi ta' l-ambjent tal- MEPA?", "Kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-ispetturi tal-waste management section tad-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent, speċjalment vis-a-vis rimi ta' skart?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi minn total ta' 95 complaint, hemm 63 relatati mal-kwalita` ta' l-arja.", "Informat ukoll illi sal-lum ma kien hemm l-ebda kontravenzjoni dwar l-arja.", "Fis-sena 2002 kien hemm 70 enforcement notice and stop order fuq rimi ta' skart kontra l-ligi.", "UE - KYOTO PROTOCOL", "38483.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kif Malta se jirnexxielha tiġi konformi mat- targets tal-Kyoto protocol hekk kif pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea?", "Veru li Malta jkollha tfendi għal rasha f'dan ir-rigward?", "Il-Kummissjoni Ewropea kienet sodisfatta bil-pjan ta' Malta meta rratifikat il-protokoll?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi Malta rratifikat il-Kyoto protocol fis-sena 2000 u allura f'dan is-sens aħna antiċipajna lill-Unjoni Ewropea fir-ratifika ta` dan il-protocol.", "L-obbligi taħt il-protocol mhux ser jinbidlu bis-sħubija ta' pajjiżna fl- Unjoni u bħala firmatarja tal-protocol, Malta għandha l-possibbilta` li taħdem bi sħab ma` pajjiżi oħra biex tnaqqas il-greenhouse gases.", "Malta ma kellha l-ebda obbligu li tissottometti xi pjani għar-ratifika ta` dan il-protocol.", "UE - ENVIRONMENT FOR EUROPE", "38484.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Wara li b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37770 kien intqal li l- informazzjoni mitluba kienet qegħda tinġabar, jista' il-Ministru jgħid jekk din l-informazzjoni s'issa nġabritx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li Malta rratifikat il-konvenzjoni ta` Aarhus u anke ffirmat il-konvenzjoni ta` Stockholm.", "Il-kontribuzzjoni ta` Malta s`issa kienet tikkonsisti fil-parteċipazzjoni ta` uffiċjali f`attivitajiet tal-UNECE, għalkemm ma ħadna l-ebda assistenza minn dan il-proċess.", "Malta kommessa li twettaq l-obbligi relatati mar- rapportar ta` data u se tibda tirrapporta din id-data minn din is-sena.", "Il-Kummissjoni Ewropea m`għamlet l-ebda kumment dwar negliġenza.", "MEPA - DREDGING WASTE", "38485.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid f'liema siti l-MEPA qiegħda tagħti permess biex jiġi mormi dredging waste?", "Għamlet xi studji jew analisi biex tkun tista' tkejjel jekk kienx hemm xi ħsara ambjentali?", "Kemm ittieħdu kampjuni ta' dredging material jew skart ieħor li l-MEPA tat permess biex jintrema fil- baħar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi permessi għal depożitu ta` dredging material jingħataw fl-area stipulata fl-avviż legali 128 ta` l-1997, jiġifieri 35°55.1'N, 014°34'E. Il-MEPA qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-materjal li jingħata permess biex jiġi mormi, jiġi spezzjonat.", "UE – FTEHIM DWAR KAĊĊA U NSIB", "38486.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Peress li għadni ma ħadtx risposta għall-mistoqsija parlamentari 37779 – fis-sens ta' jekk il-Gvern Malti huwiex lest li jonora xi struzzjonijiet ebsin li tista' toħroġ il-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-habitat directive u l-bird directive hekk kif Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment għal dak li jirrigwarda kaċċa u nsib - jista' jgħid x'jagħmel il-Gvern Malti jekk dawn l-istruzzjonijiet ġodda jkunu se jnaqqsu xi drittijiet li l-gvern qed isostni li ġab fin-negozjati vis-a-vis il- kaċċaturi u n-nassaba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ftehim li ġab il-Gvern ta` Malta dwar il-kaċċa u l- insib sar ma` l-Unjoni Ewropea.", "Hekk kif Malta ssir membru, kull tibdil li jsir irid isir bi qbil mal-Gvern Malti.", "DETOX CENTRE – ABBUŻ TAD-DROGA", "38586.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' persuni li fittxew l-għajnuna tad-detox minħabba l-abbuż tad- droga f'Jannar 2003?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "X'kienet l-aktar sustanza abbużata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "CCF - PRIĠUNIERI LIBJANI", "38587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni priġunieri Libjani li kienu l-ħabs wara sentenza fuq droga, tħallew imorru lura pajjiżhom biex ikomplu s-sentenza tagħhom hemmhekk?", "Min jiġi kkonsultat f'każ bħal dan?", "Kif jiġi żgurat li fil-fatt dawn il-priġunieri jservu s-sentenza sħiħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 25995 u 31698.", "SKEJJEL - TAGĦLIM LILL-BARRANIN", "38588.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' skejjel biex jgħallmu lill-barranin?", "Minn min saru dawn it-talbiet u meta saru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm tliet applikazzjonijiet pendenti, waħda ta' l-4 ta' Novembru, 2002 għall-estensjoni ta' liċenzja eżistenti biex jiġi offrut programm li jwassal għal diploma/grad fil-computing u information system ta' l-Universita' ta' Londra għall-Maltin u barranin; u oħra tal-31 ta' Ottubru, 2002 għal university foundation courses lill- Maltin u barranin.", "Id-diviżjoni irrakkmandat l-applikazzjoni lill-MEPA.", "Applikazzjoni oħra saret fit-8 ta' Mejju, 2001 f'post mhux speċifikat.", "L- applikant ġie mgħarraf li qabel ma jingħata tagħrif dwar il-premises ta' l- iskola, l-applikazzjoni tibqa' wieqfa in abeyance.", "S'issa dan it-tagħrif għadu ma wasalx.", "Ma jidhirlix li jkun sewwa li nippubblika l-ismijiet ta' l-applikanti f'dan l-istadju.", "IRMA – DIRETTUR TALJAN", "38603.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38540, jista' il-Ministru jgħid min hu r-rappreżentant tad- ditta IRMA f'Malta?", "Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mad-ditta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-kuntatt li kellhom it- taqsima tax-xogħlijiet mad-ditta IRMA kien dejjem mad-direttur Taljan tal- kumpannija.", "It-taqsima tax-xogħlijiet ma taf bl-ebda rappreżentant Malti.", "Il-ftehim tax-xogħol mad-ditta IRMA ma sarx direttament bejn id-ditta u t- taqsima tax-xogħlijiet iżda sar permezz ta' l-universita' ta' Bologna, liema universita' kienet qed tagħti servizz lit-taqsima tax-xogħlijiet bħala parti mill-protokoll finanzjarju tal-Gvern Taljan.", "RAĦAL ĠDID - TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "38608.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' persuna li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-kaz li ghalih qieghed jirriferi l-Onor.", "Interpellant gie deciz mit-tribunal ghall-investigazzjoni ta' ingustizzji fl-10 ta' Dicembru, 2002 u għalissa għadu qed jigi pproċessat.", "ŻEJTUN: TRIQ IS-SUQ – XOGĦOL FUQ SUBSTATION", "38616.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlimentari 38564, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li niġi informat x'azzjoni ttieħdet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-korporazzjoni Enemalta se tieħu ħsieb biex jitneħħa x-xaħx li kien tħalla mill-kuntrattur meta ġie ordnat jieqaf mix-xogħol.", "Anke se jiġi ordnat jibni ċint temporanju madwar il- post fejn kienet qed tinbena s-substation.", "MCAST: ISTITUT TAL-BINI U KOSTRUZZJONI – STUDENTI", "38617.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex studenti li jattendu l-istitut tal-bini u kostruzzjoni ta' l-MCAST, fin-Naxxar, għadhom ma ħadux maintenance grant għall-kors li qed jagħmlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-uniċi studenti li ma kenux ħadu stipendju kienu dawk tal-plastering u t-tilelaying, u dan minħabba raġunijiet tekniċi bejn l-MCAST u l-ETC.", "Dawn il-problemi issa ġew solvuti u l- istudenti se jieħdu l-istipendju minn meta bdew il-kors.", "L-arranġamenti ġew iffinalizzati nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Frar 2003.", "UNIVERSITA' - DIFFIKULTAJIET FINANZJARJI", "38618.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed taħseb li tieħu l-universita' biex tnaqqas l-ispejjeż minħabba diffikultajiet finanzjarji serji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ammont approvat mill-parlament fil-budget għas-sena 2003 kien ta' Lm12.2 miljun.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-universita' tagħmel minn kollox biex tattira fondi oħra minn sorsi oħrajn.", "Filwaqt li bħal kull entita' oħra pubblika, l-universita' hi marbuta li tinvesti l-flus lilha mogħtija bl-aktar mod effettiv fl-edukazzjoni, fit- taħriġ u fir-riċerka, il-gvern hu kommess li n-numru u l-kwalita' ta' l- istudenti li jkomplu l-istudji tagħhom vokazzjonali u terzjarji jkompli jitjieb u kien għalhekk li l-ispiża f'dan is-settur żdiedet b'mod sostanzjali f'dawn l-erba' snin.", "Gvern u universita' se jkomplu jaħdmu flimkien biex jinstabu l-aħjar sistemi għall-iffinanzjar adegwat ta' l-universita' fid-dawl ta' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna.", "EDUKAZZJONI – VARIABLE BUDGETING", "38619.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: X'passi se jieħu l-ministeru u l-oqsma li jaqgħu taħtu biex inaqqas in- nefqa għas-sena 2003 b'10%, kif ordna l-ministeru tal-finanzi permezz ta' ċirkolari ta' l-24 ta' Jannar, 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fiċ-ċirkolari msemmija, il-ministeru tal-finanzi ma ordnax it-tnaqqis imsemmi.", "Iċ-ċirkolari hi dwar variable budgeting biex flus il-poplu jiġu wżati b'mod aktar programmat.", "GŻIRA: TRIQ LUQA BRIFFA – FOND BI STRUTTURI PERIKOLUŻI", "38620.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid huwiex possibbli li l-MEPA tinvestiga l-ilment tal- familja - id-dettalji qed jintbagħtu separatament - dwar strutturi perikolużi ta' fond ieħor fl-istess triq, li dwarhom diġa' saru rapporti mill-istess familja kemm lill-MEPA kif ukoll lill-għassa tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi minn investigazzjoni li saret minn uffiċjal tal-MEPA, jirriżulta li riċentement saru xi lmenti mill-persuna msemmija rigward allegat perikolu li nħoloq minn struttura fuq il-bejt tal- fond sovrapost u kif ukoll minn gallerija li tesporġi għal fuq it-triq.", "Wara diversi tentattivi mill-uffiċjal inkarigat sabiex isir kuntatt ma' l- okkupant tal-post - u dan sabiex issir l-ispezzjoni neċessarja - saru arranġamenti sabiex il-post jinfetaħ.", "Is-sezzjoni ta` l-infurzar ta` l- awtorita` tieħu dawk il-passi li jidhrilha li huma xierqa skond il-liġi jekk verament jirriżulta xi żvilupp bla permess.", "Irrid ngħid illi allegazzjonijiet rigward perikoli minn strutturi m`huwiex kompetenza ta` l-istess awtorita` li tivverifikahom, iżda għandu jitqabbad perit privatament biex jivverifika jekk jeżistix periklu jew le.", "GŻIRA – TINĠIS TA' L-ARJA", "38621.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jinvestiga l-ilmenti ta' bosta residenti fil-Gżira, speċjalment dawk li jbatu bl-asthma, dwar tinġis ta' l-arja ikkawżat mill-impjant tal- Golden Harvest li jinsab fl-abitat, b'mod partikolari fir-rigward tar- residenti fi Triq Luqa Briffa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li l-ebda ilment dwar tinġis ta' l- arja kkawżat mill-impjant tal-Golden Harvest ma wasal għand id-dipartiment tas-saħħa pubblika.", "Il-monitoraġġ dwar tinġis ta' l-arja jsir mid-direttorat għall-protezzjoni ambjentali fi ħdan il-MEPA u nissuġġerixxi li tali mistoqsija tiġi riferuta lill-ministru kkonċernat.", "GŻIRA: TRIQ LUQA BRIFFA – AĊĊESS GĦAL GARAXX", "38622.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-bord għall-kontroll tat-traffiku jieħu deċiżjoni dwar talba mressqa quddiemu mill-kunsill lokali tal-Gżira f'isem familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex ma jkunx hemm parking quddiem garage fl-istess triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-problema hija waħda ta' enforcement, li allura taqa' taħt ir-reponsabilita' tal-pulizija u/jew tal-gwardjani lokali u dan skond ir-regolamenti ta' l-1994 dwar vetturi bil-mutur.", "GŻIRA: TRIQ TAS-SLIEMA - BANKINA", "38623.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jistgħu jittieħdu passi dwar bankina għolja żżejjed ħdejn bus stop fi Sliema Road, il-Gżira, billi din qed tkun ta' inkonvenjent għar- residenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bhalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil- qadi tal-funzjonijiet taghhom, dawn jagixxu skond il-prioritajiet, l- esigenzi u l-mezzi taghhom.", "Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tieghu lill-kunsill tal-lokalita', billi l-funzjoni li qed jirriferi ghaliha hija wahda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "GŻIRA – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "38624.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga każ urġenti ta' familja ta' ħamsa minn nies li jabitaw f'fond b'kamra tas-sodda waħda, bid- dettalji jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-każ qed jiġi kkonsidrat.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ L-IMRIEKEB - ASFALTAR", "38625.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex parti minn Triq l- Imriekeb, f'Wied il-Għajn, li qed issir bħalissa mill-kuntrattur, se titħalla kollha blat u mħarbta kif inhi?", "Jaqbel il-Ministru li mhux aċċettabbli li parti minn din it-triq tiġi rranġata filwaqt li l-parti l- oħra titħalla kif inhi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi fil-preżent qed isiru diskussjonijiet mal-Maltacom sabiex il-cables li qegħdin fil-wiċċ jitbaxxew għal-livell meħtieġ, bħalma diġa' ġie mifthiem mal-korporazzjoni Enemalta fir-rigward tal-cables tad-dawl.", "Meta dan ix-xogħol jitlesta, it-triq tkun tista' titlesta kollha.", "--------"]} {"filename": "19991215_209d_par.doc", "date": "1999-12-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 209 L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 209", "L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "209", "L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 288", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 288", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 2000 L-GĦAXAR JUM STABBILIT MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 293", "AĠĠORNAMENT 322", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 323", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 208 li saret it-Tlieta, 14 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - SAN GILJAN - SACRED HEART", "11281.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex informat li fl-iskola Sacred Heart, f'San Ġiljan, qed isiru dimostrazzjonijiet pubbliċitarji minn rappreżentanti tal-Mid-Med Bank biex iħajru lill-istudenti japplikaw għall-quickcash card?", "Jista' jgħid jekk dimostrazzjonijiet pubbliċitarji bħal dawn humiex permessi fl-iskejjel governattivi u anke f'dawk non-governattivi?", "Jista' jgħid jekk attivitajiet bħal dawn jenħteġux il-permess tad-dipartiment ta' l- edukazzjoni?", "Jista' jgħid jekk f'dan il-każ intalabx il-permess meħtieġ u eventwalment dan il-permess ingħatax?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma għandhiex il-kompitu li tiddeċiedi hi min jidħol biex jagħmel attivita` bħal dik imsemmija fil-mistoqsija.", "F'dawn il-każi d-deċiżjoni hi dik tal-kap ta' l- iskola konċernata.", "Informat ukoll li l-kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat kienu ġew informati li jistgħu jaċċettaw talbiet minn banek differenti biex uffiċjali tagħhom iżuru l-iskola u jkellmu lill-istudenti ta' Form 5.", "AFM - PEMBROKE - TRAINING", "11282.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex kull darba li l-forzi armati ta' Malta jkunu se jagħmlu eżerċizzju militari f'Pembroke, ir-residenti tal-post jiġu informati u avżati minn qabel permezz ta' ittra u mhux sempliċement b'avviż fil-ġurnali?", "Jaqbel il-Prim Ministru li b'hekk tkun assigurata kull prekawzjoni minn kull periklu li eżerċizzji bħal dawn iġibu magħhom, u dan dejjem fl-interess ta' l-istess residenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li kull programm ta' sparar fir-ranges ta' Pembroke jiġi avżat minn qabel fuq il- media kollha.", "Il-kunsill lokali ta' Pembroke wkoll jiġi avżat minn qabel meta l-forzi armati ta' Malta jkunu se jagħmlu eżerċizzju militari f'dan il- lokal.", "Kull meta jsir taħriġ jittellgħu sinjali apposta kif ukoll ikun hemm suldati għassa f'postijiet strateġiċi għal raġunijiet ta' sikurezza.", "Meta t-taħriġ ikun tat-tip seaward, ikun hemm patrol boats 'il barra mill- kosta sabiex iżommu opri tal-baħar 'l barra mir-range tal-kanuni.", "Ma naħsibx li hu meħtieġ li r-residenti kollha jiġu avżati permezz ta' ittra individwalment.", "PEMBROKE - TRIQ BONAVITA - ILMA", "11283.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex main ta' l-ilma fi Triq Ignazio Gavino Bonavita f'Pembroke jinbidel f'wieħed ġdid peress li jirriżulta li għal dawn l-aħħar xhur dan kellu diversi ħsarat u b'riżultat ta' hekk it-triq imsemmija saritilha diversi ħsarat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-ilment ta` l- Onor. Interpellant għaddejtu lill-korporazzjoni ghas-servizzi ta` l-ilma sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz jittieħdu l-passi meħtiega.", "PEMBROKE - ACTION PLAN", "11284.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal u meta se jkun finalizzat u eventwalment pubblikat il-pjan ta' azzjoni għall- Pembroke?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Il-pjan għall-portijiet tat- tramuntana jinkludi policies għal Pembroke li eventwalment joħorġu għall- konsultazzjoni pubblika fix-xhur li ġejjin.", "Dan il-pjan ikun jinkludi l- area ta` Pembroke li qabel kienet se tkun koperta bil-pjan ta` azzjoni.", "Marbut ma` dan, l-awtorita` ta' l-ippjanar qed tħejji pjan ta` żvilupp għal żona partikolari f`dan il-lokal.", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, bħalissa qegħdin fil-fażi fejn il- pubbliku in ġenerali jgħaddi l-kummenti tiegħu.", "Kemm huwa possibbli li dan il-pjan jingħata lill-awtorita' ta' l-ippjanar?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Irrid ngħid illi oriġinarjament il-pjan għat-tramuntana ta' Malta kien se jkun lest sa l- aħħar tas-sena 2003.", "Bit-timetable il-ġdida dan il-pjan se jkun lest sas- sena 2001, jiġifieri avvanzajna b'sentejn.", "Issa bdiet il-fażi ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali u sar meeting għall-kunsillieri li jiġu mit-tramuntana ta' Malta.", "Wara li titlesta l-fażi ta' konsultazzjoni mal- kunsilli lokali, ikun hemm l-ewwel draft tal-pjan lokali imbagħad ikun dak id-draft li joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika ġenerali.", "PEMBROKE - MISRAH IL-FORTIZZA - TOROQ", "11285.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għal ħruġ ta' tenders biex isir ix-xogħol ta' tarmac f'Misraħ il- Fortizza u l-akkwati f'Pembroke?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li x-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ikun jista' jsir meta l-cables li hemm fil-wiċċ jitranġaw mill-Maltacom.", "SKEJJEL - SLIEMA - PRIMARJA", "11286.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti tal-year I li jattendu l-iskola primarja Alfons Maria Galea, f'Tas- Sliema, m'humiex jiġu mgħallma is-suġġett tal-lingwa Ingliża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond il-kurrikulu ta' l-ewwel klassi ta' l-iskejjel primarji, it-tagħlim formali tal-lingwa Ingliża għandu jibda wara l-Milied.", "Għaldaqstant kull tagħlim f'din il-lingwa fl-ewwel term ta' l-ewwel klassi huwa inċidentali u mhux formali jew obbligatorju.", "SKEJJEL - TRASPORT", "11954.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali ta' l-ispejjeż tat-trasport minn Novembru 1998 sa Novembru 1999 fl- oqsma kollha li jaqgħu taħt il-ministeru?", "Mil-liema voti differenti ttieħdu l-flus biex tiġi koperta n-nefqa totali?", "Tista' tagħti l-ammonti differenti minn voti differenti?", "X'passi qed jittieħdu biex ma jkunx hemm ħela f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biex jinġabar it- tagħrif kollu, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ANZJANI - SAN VINĊENZ DE PAULE - PENSJONI", "11955.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jidħlu matul is-sena 2000 mill- miżura mħabbra li mill-1 ta' Jannar, 2000 il-gvern se jibda jżomm 60% tal- pensjoni ta' l-anzjani residenti f'San Vinċenz de Paule?", "Jista' jgħid jekk l-istess miżura hijiex maħsuba li tibda sseħħ fi djar ta' l-anzjani u sptarijiet oħra tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Il-gvern ma jdaħħal xejn mill-persentaġġ tal-pensjoni għaliex skond il-liġi dawn il-fondi jidħlu fil-fond amministrat mill-welfare committee u jintużaw fl-interess esklussiv ta' l-istess anzjani.", "Fid-djar ta' l-anzjani r-residenti ilhom is-snin iħallsu 60% tal- pensjoni.", "L-isptarijiet oħra tal-gvern huma b'xejn.", "RESTAWR - SKULTURI TAL-BRONZ", "11956.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Minħabba s-sitwazzjoni ħażina li jinsabu fihom skulturi tal-bronz f'postijiet pubbliċi fil-Belt u fil-Furjana, jista' l- Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ir-restawr meħtieġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-pożizzjoni s'issa hi li l-manutenzjoni tal-monumenti pubbliċi fil-Belt u l-Furjana m'humiex responsabbilita` diretta tad-dipartiment tal-mużewijiet imma tar-restoration unit tal-works division u tal-Valletta rehabilitation committee.", "Id-dipartiment tal- mużewijiet jirritjeni, skond ir-regolamenti għall-ħarsien ta' antikitajiet, is-sovrintendenza ta' din il-kura, billi kull entita` attiva f'dan il-kamp obbligata tikkonsulta mad-dipartiment tal-mużewijiet qabel kull intervent jew restawr.", "L-istess dipartiment diġa' ta l-parir tiegħu dwar il-kura meħtieġa għall- monumenti pubbliċi tal-bronz li jinsabu fil-Belt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'gazzetta lokali dalgħodu kien hemm rapport dwar il- Ġgantija f'Għawdex.", "Nistaqsi lill-Ministru jekk saritx xi ħsara lil dan it- tempju minħabba x-xita li għamlet dan l-aħħar.", "Jekk fl-affermattiv, hemm xi ħsieb li ssir xi tiswija?", "Id-dipartiment ġie ppreżentat b'xi rapport dwar il-ħsarat u dwar it-tiswija u r-restawr neċessarju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Rappreżetanti tad-dipartiment tal-mużewijiet marru fuq il-post biex ikunu jistgħu janalizzaw il-ħsara li ġarrab il-monument tal-Ġgantija minħabba x-xita qawwija li għamlet f'dawn il-ġranet.", "Jirriżulta li mill-faċċata waqgħu żewġ ġebliet filwaqt illi mill-abside tat- tempju ta' fuq tan-naħa tax-xellug kien hemm ċaqliqa ċkejkna fl-art.", "Almenu dawn huma r-rapporti preliminari li għandi.", "L-uffiċjali tad-dipartiment tal- mużewijiet diġa' marru hemmhekk biex ikunu jistgħu jikkonstataw il-livell tal-ħsara li saret u jaraw x'rimedji hemm bżonn.", "Nista' ngħid li bħalma ġara fil-każ ta' Ħaġar Qim, f'dan il-każ ukoll se jiġu applikati rimedji simili.", "F'dan il-kamp hemm rapport, illi huwa iktar akkurat, dwar is- sitwazzjoni tat-tempji Neolitiċi kollha kemm huma fejn hija meħtieġa azzjoni preventiva kostanti.", "Id-dipartiment tal-mużewijiet diġa' ħareġ applikazzjonijiet biex ikollu persuna teknika li tkun tista' timplimenta din l-opra ta' konservazzjoni.", "Hemm ukoll abbozzati liġijiet li jkunu jistgħu jagħtu xejra ħafna iktar flessibbli lill-organizzazzjoni ta' strutturi pubbliċi f'dan is-settur.", "Naturalment imbagħad ikun jonqos l- investiment finanzjarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk id-dipartiment hux qed jikkonsidra li jitlob fondi minn organizzazzjonijiet barranin, bħall- world heritage, sabiex jiġu restawrati siti storiċi bħal dawn li huma ta' wirt mondjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dipartiment tal-mużewijiet għadu qed jikkonsidra x'inhuma l-aħjar kuntatti li jista' jagħmel.", "Fi kwalunkwe każ, l-għajnuna finanzjarja li tiġi minn kumitati li jinteressaw ruħhom f'dan is-settur - kif inhuwa l-world heritage committee tal-UNESCO - hija limitata ħafna.", "Kulħadd jaf li dawn m'għandhomx biżżejjed riżorsi biex ikunu jistgħu jgħinu fit-tiswija tas-siti kollha li hawn fid-dinja.", "Hawn ħafna siti li huma ta' importanza mondjali u aħna hawn Malta fortunati li diġa' għandna sebgħa li huma ddikjarati fuq din il-lista tal-world heritage.", "Jiena ma naħsibx li nistgħu nsolvu l-problema ta' l-investiment meħtieġ billi nistrieħu fuq l- għajnuna li tista' tiġi minn barra, għalkemm din hija dejjem apprezzata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Peress li l-Ministru qal li l-Valletta rehabilitation committee huwa responsabbli minn dan ir-restawr, dan ifisser illi mhux id-dipartiment tal-mużewijiet biss huwa responsabbli għal dawn l- affarijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fejn si tratta ta' restawr tal-ġebla hemm l-istitut tar-restawr tal-ġebla, li qiegħed fi ħdan il-ministeru responsabbli għall- ambjent.", "Għal dak li huwa riabilitazzjoni ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Belt Valletta għandek il-Valletta rehabilitation committee.", "Fil-każ ta' l-Imdina hemm l-Imdina rehabilitation committee u fil-każ tal-Kottonera hemm il-Cottonera rehabilitation committee.", "Id-dipartiment tal-mużewijiet la għandu riżorsi finanzjarji u lanqas għandu riżorsi umani biex ikun jista' jagħmel ir-restawr fejn l-iktar li jkun hemm bżonn.", "Għandu biżżejjed riżorsi umani u biżżejjed kompetenza professjonali biex jiġi assigurat l- ewwelnett stima ta x'restawr hemm bżonn u x'tip ta' restawr hemm bżonn, kif ukoll biex ikun jista' jissorvelja opri ta' restawr waqt li dawn ikunu qegħdin isiru.", "Ir-rwol tad-dipartiment tal-mużewijiet huwa l-ewwel u qabel kollox rwol ta' sovraintendenza, li jrid jassigura li dak kollu li għandu x'jaqsam mal-wirt ta' pajjiżna jkun imħares kemm jista' jkun.", "Aħna fortunati li għandna wirt nazzjonali ta' kobor illi huwa iktar minn dak li proprjament jiflaħ pajjiżna.", "Napprezzaw inizjattivi privati, bħal dik riċenti ta' Farsons, li ħadu ħsieb ir-restawr ta' Nettuno f'dan il-palazz.", "Għandna wkoll inizjattivi ta' valur enormi mnedija minn għaqdiet volontarji bħal din l-art ħelwa, wirt artna u fondazzjonijiet oħrajn.", "Naf ukoll illi hemm fondazzjonijiet privati oħrajn li qegħdin jinteressaw ruħhom illi jidħlu fil-kamp tar-restawr.", "Mr. Speaker, ta' min jgħid ukoll li l-Gvern Malti qiegħed jagħmel investiment ta' eluf kbar ta' liri fiċ-ċentru Malti tar-restawr illi twaqqaf f'Bighi, li diġa' beda l-ewwel korsijiet tiegħu u li diġa' anke qed jibda jipprova jagħti l-kontribut tiegħu f'dan is-settur.", "Huwa ttamat li meta jgħaddi ċertu żmien ikollna biżżejjed Maltin li jkunu kompetenti biżżejjed fir-restawr.", "Irrid ngħid li għandna numru ta' Maltin illi f'ċerti oqsma huma kapaċi jagħmlu xogħol tajjeb u nispera li biċ-ċentru Malti tar-restawr din il-kompetenza tiżdied sostanzjalment.", "Dan kollu se jgħin biex ċerti affarijiet nibdew nagħmluhom b'mod ħafna iktar ippjanat u iktar organizzat.", "Jifdal dejjem il-problema tal-finanzi li l-pajjiż irid jiddedika għal dan il-proċess ta' konservazzjoni u ta' restawr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex qed jinbidel ir-rwol tad-dipartiment tal-mużewijiet.", "Jiena naf illi saru diversi xogħlijiet ta' restawr - kif għadhom isiru sal-lum - minn dawk impjegati mad-dipartiment tal-mużewijiet.", "Billi qed issir ħidma minn nies oħra, id-dipartiment tal-mużewijiet għada pitgħada se jispiċċa jissorvelja biss u ma jkunx hu li jkollu n-nies tiegħu jagħmlu r-restawr?", "Rigward iċ- ċentru Malti tar-restawr, il-kors illi qed isir hemmhekk huwa rikonoxxut mill-universita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-aħħar mistoqsija, ir-risposta hija li skond il- liġi dwar l-edukazzjoni, il-korsijiet li jagħti ċ-ċentru Malti tar-restawr jistgħu jiġu rikonoxxuti mill-universita' u hemm proċeduri stabiliti kif dan isir.", "Fil-fatt iċ-ċentru Malti tar-restawr diġa' beda dawn il- proċeduri biex jissottometti l-korsijiet tiegħu għall-eżami tas-senat ta' l-universita', imbagħad sta għas-senat li jagħti r-rikonoxximent tiegħu.", "Jiena naħseb li hemm ir-raġunijiet kollha għaliex għandu jirrikonoxxi dawn il-korsijiet.", "Rigward id-dipartiment tal-mużewijiet, il-ħsieb hu li nibdluh radikalment.", "Nispera li dan nipproponih is-sena d-dieħla, wara li nippreżentaw il-liġi li tirregola l-wirt ta' pajjiżna.", "Id-dipartiment tal- mużewijiet irid jitmexxa bir-regoli li jirregolaw is-servizz pubbliku sew f'dak li huwa ngaġġ, sew f'dak illi huwa ħruġ ta' akkwist ta' servizzi, akkwist ta' kompetenzi kif ukoll f'dak li hu akkwist ta' affarijiet illi huma intimament marbuta mal-proċess ta' konservazzjoni u ta' restawr.", "Biżżejjed ngħid illi biex id-dipartiment tal-mużewijiet jingaġġa perit bil- kompetenzi meħtieġa ħalli jkun jista' jmexxi t-team ta' konservazzjoni jispiċċaw jgħaddu x-xhur, jerġa' jkollna l-maltempati u jerġa' jaqa' l- ġebel!", "Issa aħna rridu naslu fi stat fejn id-dipartiment tal-mużewijiet ikun l- aktar b'saħħtu fil-kontroll, fil-monitoring, fir-riċerka u fl-ippjanar.", "Anke biex jagħmel dan kollu, id-dipartiment tal-mużewijiet mhuwiex organizzat tajjeb biżżejjed.", "Imbagħad hemm servizzi li jistgħu jiġu mogħtija minn aġenziji, anke jekk pubbliċi, li jistgħu jkunu regolati.", "L- iktar funzjoni li huwa obbligat li jħares id-dipartiment tal-mużewijiet hija li jkun regolatur espert f'dan il-kamp.", "Irrid ngħid li wieħed huwa favur li jimxi fid-direzzjoni - u jiena naf li anke n-naħa l-oħra taqbel fuq dan - li nipprovaw naraw noħolqux sħubija ma' fondazzjonijiet jew għaqdiet mhux governattivi, jew anke mas-settur privat biex dawn jibdew jidħlu għar-responsabbilta' tal-ħarsien, tat-tmexxija, tal- management u ta' l-użu regolat u kkontrollat ta' dawn is-siti.", "Il-mudell illi s'issa donna wasalna biex irfinajna huwa dak dwar it-tempji ta' Ħal Tarxien.", "Nispera li fil-bidu tas-sena nkunu nistgħu niffirmaw il-kuntratt definittiv biex it-tempji ta' Ħal Tarxien jgħaddu taħt it-tmexxija tal- heritage trust, biex taħt regoli miftiehma u taħt standards internazzjonali li huma aċċettati jirranġa dan is-sit, jagħmlu preżentabbli iktar u jagħmel minnu esperjenza aktar edukattiva u iktar kulturalment valida għal kulmin iżur dan is-sit.", "B'dan il-mod is-sit jiġġenera ċertu ammont ta' fondi li parti minnhom imorru għall-konservazzjoni u l-parti l-oħra jmorru biex l- investiment ta' eluf kbar ta' liri li jrid isir ikollu return ġust.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "L-GĦAXAR JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 111 tas-17 ta' Novembru 1999, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- gvern.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, se nressaq dawn ir-riżoluzzjonijiet:", "VOT 50 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 16,757,768 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 50 - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2000.", "VOT XI - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,110,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-abbozz ta' l-estimi ġenerali ta' nefqa għas-sena 2000.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Borg.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Sur President, se nressaq din l-emenda:", "Vot 50 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Personal Emoluments Item 11 - Holders of Political Office.", "Ħassar iċ-ċifra ta' Lm10,531 u ssostitwixxi minflokha ċ-ċifra Lm10,530.", "Delete the figure Lm10,531 and substitute therefore the figure Lm10,530.", "Sur President, ma' l-ewwel daqqa t'għajn lejn il-budget, l-oppożizzjoni Laburista bir-raġun ħarġet tgħid li dan huwa anti-soċjali li jimmina s- servizzi soċjali, liema servizzi ma waqgħux mis-sema imma ġew bil-ħidma kontinwa tal-gvernijiet, speċjalment dawk Laburisti.", "Jekk jekk wieħed iħares lura lejn is-snin sittin isib li l-paga medja kienet ta' madwar Lm2.50 fil-ġimgħa.", "Wieħed isib ukoll li meta l-mara kienet taħdem kienet taqbad paga ta' tliet kwarti ta' dik tar-raġel, jiġifieri jekk raġel kien jaqla' Lm100 il-mara kienet taqla Lm75 ta' l-istess xogħol u ta' l-istess ħin.", "Barra minn hekk jekk tiżżewweġ il-mara kien ikollha titlaq miċ-ċivil.", "Barra dawn wieħed irid isemmi wkoll il-pensjonijiet miżeri li kellhom ir- romol.", "Dak iż-żmien, kif jgħid il-Malti, dawn kellhom iqanqċu biex jgħixu.", "Għall-aħħar tas-snin sittin ukoll kien hemm domanda kbira għad-djar f'Malta u iktar u iktar f'Għawdex, u kopji żgħażagħ u anke familji ma kellhomx fejn joqgħodu.", "Barra minn hekk, tant kien hemm nuqqas fil-gżejjer Maltin li f'dawk iż- żmenijiet l-emigrazzjoni kienet laħqet il-qofol tagħha.", "Familji sħaħ Maltin u iktar Għawdxin kien ikollhom ifittxu xogħol barra minn pajjiżhom u kienu jemigraw lejn l-Amerika, il-Kanada, l-Ingilterra u l-Awstralja.", "Dik kienet il-qagħda f'pajjiżna dak iż-żmien, dawk kienu s-servizzi soċjali li kienu jeżistu f'dak il-perijodu, pero' meta tela' gvern Laburista fl-1971 dan għamel bidliet radikali fis-servizzi soċjali, żdiedet il-pensjoni ta' l- anzjani u tar-romol, ġiet iffissata l-paga minima, ġab il-paga tal-mara daqs tar-raġel, ġab li l-mara tkun tista' tkompli taħdem, ingħata l-bonus u ċ-children allowance, djar għal kulħadd u kulmin ried jaħdem seta' jaħdem.", "Mhux talli kien hawn xogħol għall-persuni li kien hawn Malta, talli dawk li kienu msiefra bdew jirritornaw lura u jsibu x-xogħol.", "Dan hu t-tibdil li sar f'dawn l-aħħar 20 jew 30 sena.", "U tant kien pass għaqli li ntejbu s- servizzi soċjali li gvern Nazzjonalista ta' l-1987 reġa' kompla jtejjeb u jirranġa dawn is-servizzi soċjali.", "Sur President, kellha problemi ma' wiċċha amministrazzjoni Laburista dakinhar?", "Dażgur li kellha!", "L-ewwelnett kienet sabet deficit ta' xi Lm40 miljun minħabba problemi internazzjonali fil-provvista taż-żejt u anke minħabba r-riċessjoni.", "Gvern Laburista kellu wkoll l-inbix kontinwu ta' l- oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dakinhar.", "(Interruzzjonijiet) Dan qed ngħidu biex wieħed ma jaħsibx li s-servizzi soċjali waqgħu mis-sema u għalhekk wieħed għandu jibża' għalihom.", "Qed ngħidu wkoll, għax hija ħaġa inkwetanti, li s-servizzi soċjali qed jitnaqqru b'mod allarmanti.", "Minħabba f'hekk se jbati l-poplu Malti u Għawdxi u l-iktar li se jbati huwa l-poplu Għawdxi għaliex meta jkun hawn l-influwenza huwa ż-żgħir li jlaqqatha l- ewwel.", "Ejjew naraw kif it-tmexxija ta' pajjiżna bdiet thedded dawn is- servizzi soċjali.", "Wara l-1992 kien beda jerfa' rasu d-dejn tal-pajjiż u l-oppożizzjoni Laburista kienet kontinwament tiġbed l-attenzjoni tal-mexxejja Nazzjonalisti li dan l-infiq esaġerat kien se jwassalna f'katastrofi.", "Min- naħa l-oħra l-mexxejja Nazzjonalisti kienu jipprovaw jirredikolaw u jwaqqgħu għaċ-ċajt - u jekk wieħed iħares lejn id-diskors li għamel il-Prim Ministru Fenech Adami fil-budget isib li dan ma kkritikax l-ilmenti li qajmet l-oppożizzjoni imma għamel attakk personali fuq il-Kap ta' l- Oppożizzjoni - dawn it-twissijiet.", "Issa x'qed isir biex forsi jiġi kkontrollat id-deficit li qabel l-elezzjoni li għaddiet kienu jgħidu li ma jeżistix?", "Barra l-għoli fil-prezzijiet tal-fuel u tal-ħobż għandna wkoll il-white paper dwar il-privatizzazzjoni li ċċirkolawlna mal-budget.", "Il- privatizzazzjoni fiha t-tajjeb tagħha jekk issir bil-galbu pero' huwa ħażin jekk din issir sempliċement biex nagħmlu tajjeb għad-deficit.", "Din is- sitwazzjoni wieħed jista jxebbaħha ma' sitwazzjoni ta' familja fejn minħabba t-tberbiq esaġerat tal-ġenituri, illum waslet fi stat fejn il- banek jibdew jippressawha biex tħallas id-djun, dawn ma jkollhomx minn fejn iħallsu u allura jduru għad-deheb tal-mara u jbiegħhulha.", "Illum hekk qed jagħmel il-gvern.", "Dan qiegħed ibigħ l-azjendi li qegħdin jirrendulu l-flus u li qegħdin isostnu s-servizzi soċjali.", "Sur President, il- privatizzazzjoni mistennija li tolqot iktar lil Għawdex milli lil Malta.", "Meta l-azjendi jiġu pprivatizzati dawn se jkollhom inaqqsu l-ħaddiema.", "Per eżempju, fl-azjendi li ġew privatizzati sar tnaqqis fil-ħaddiema bil- pulit.", "Il-ministru għal Għawdex se tiggarantixxi li meta jkollna aktar privatizzar ix-xogħol f'Għawdex mhux se jonqos?", "Dan qed ngħidu għaliex kulħadd jaf li f'Għawdex m'hemmx fejn wieħed jillapazza, u kien għalhekk li gvern Laburista daħħal is-sistema fejn xogħol jinġieb minn Malta biex jinħadem speċifikament f'Għawdex.", "Din is-sistema se tibqa' tapplika jew le?", "Kif jidher din is-sistema m'hijiex se tibqa' tapplika.", "Jidher ukoll li t- tmexxija għal Għawdex qiegħda tkun personalizzata wisq u l-ministeru aktar qiegħed hemm biex jieħu ħsieb l-interess tal-ministru għal Għawdex milli biex jieħu ħsieb l-interess ta' l-Għawdxin kollha.", "Per eżempju, id- dipartimenti qegħdin jaħdmu b'mod diżastruż u fihom hemm ħafna tifrik.", "Barra minn hekk f'dawn id-dipartimenti kollox jinsab miexi għal rieħu iżda għal-lum, minħabba nuqqas ta' ħin, se nittratta biss il-każi li hemm fl- isptar ġenerali t'Għawdex, Sur President.", "Minħabba nuqqas ta' surgeons, illum għandna sitwazzjoni li kulmin iżur dan l-isptar jiġi għax ma jkollux finanzi jew għax ma jkollux triq oħra biex jieħu l-kura tiegħu ġo sptar privat.", "Tant hu hekk li min stħarriġ li sar jirriżulta li 40% tal-pazjenti fl-isptarijiet privati huma Għawdxin.", "Dan ifisser li l-pazjent Għawdxi jrid iħallas għas-servizz tas-saħħa tiegħu meta dan suppost diġa' kkontribwixxa għalih permezz tat-taxxi.", "Barra minn hekk meta pazjent Għawdxi jiġi biex jieħu l-kura tiegħu fi sptar privat hu jrid jaqsam lejn Malta għax f'Għawdex m'hemmx sptarijiet privati.", "Sur President, tajjeb li ngħid li m'huwa qed isir xejn biex din is-sitwazzjoni titjieb.", "Bħala eżempju nsemmi l-kariga ta' konsulent fil-fergħa tal- oftalmoloġija li damet ħafna żmien biex imtliet.", "Disa' xhur wara li għalqu l-applikazzjonijiet kont għamilt mistoqsija parlamentari dwar din il-kariga u l-ministru rrispondieni li wieħed minn tal-bord mediku kien ma jiflaħx.", "Jien nistaqsi jekk is-saħħa tal-poplu Għawdxi tiġix wara s-saħħa ta' wieħed mill-bord?", "Kellu għalfejn jittieħed dak iż-żmien kollu biex din il-vacancy timtela?", "Barra minn hekk tajjeb li ngħid ukoll kif imtliet din il-vacancy.", "Għaliha kkwalifikaw mill-inqas żewġ Għawdxin pero' ntgħażel wieħed barrani miżżewweġ Maltija, li għandu inqas kwalifiki minn xi wħud minn dawn l-Għawdxin.", "Eżempju ieħor huwa l-każ tal- psikjatrija.", "Għandna bniedem Għawdxi kkwalifikat pero' dan għadu ma ngħatax ix-xogħol ġust biex jagħti s-servizz tiegħu lill-Għawdxin.", "Barra minn dawn, anke' l-kariga ta' nursing manager ilha vojta għal bosta żmien.", "Bin-nuqqas ta' nursing manager in-nurses qiegħdin ibatu għax xogħolhom mhux qed jitqassam sew.", "Minħabba f'hekk fl-aħħar mill-aħħar qiegħed ibati l- pazjent.", "Sur President, barra nuqqasijiet ta' staff fl-isptar ġenerali hemm ukoll nuqqasijiet oħrajn.", "Jekk wieħed iżur is-swali ta' l-operazzjonijiet isib li dawn żviluppaw konsenturi li qed ifixklu x-xogħol pero' lanqas biss ittieħdu passi biex dawn jiġu rranġati.", "Hemm problemi wkoll fil-laundry ta' l-isptar u l- ħaddiema li jaħdmu f'dik is-sezzjoni għandhom raġun jilmentaw.", "Din il- problema solvewha billi x-xogħol tal-ħasil tal-bjankerija se jagħtuh lil lukanda privata.", "Jiena nistaqsi: Kemm-il darba nbidlu l-washing machines u l-makkinarju minn mindu nfetaħ l-isptar?", "Fiż-żmien tal-lum mastrudaxxa jgħaddi njama minn naħa ta' makna u joħroġ bieb lest min-naħa l-oħra.", "Nistgħu nintroduċu sistema bħal din biex intejbu l-isptar?", "Jiena naħseb li nistgħu imma milli jidher l-affarijiet qegħdin isiru b'mod ta' qassam u aqsam, għax bilfors iqumulek ċerti dubji meta tara li l-lukanda Mġarr Bay Hotel għandha permess biex tagħmel il-ħasla tal-lukanda biss u mhux biex tagħmel xogħol pubbliku.", "Dan kien sar minħabba li n-nies tal-madwar ilmentaw - u bir-raġun - minħabba ħsejjes, irwejjaħ u minħabba l-kimika li tintuża.", "Madanakollu nistaqsi kif intgħażlet din il-lukanda meta l-permessi maħruġa mill-awtorita' ta' l-ippjanar ma jikkwalifikawhiex għal dak ix- xogħol.", "Hija għażla għaqlija li titfa' l-bjankerija ta' sptar biex tinħasel barra mill-isptar?", "Pajjiżi kbar bħall-Kanada u l-Amerika bħalissa mwerwrin mill-virus B5N1.", "Dan huwa virus li jinstab fuq it-tjur u hemm periklu li jista' jgħaddi għall-bniedem u jimxi bħal ma timxi l-influwenza.", "Dawn jinsabu mwerwrin għaliex dan il-virus jista' jidħol mat-turisti.", "Issa aħna ġewwa Għawdex qegħdin nippruvaw naħslu l-bjankerija ta' l-isptar f'lukanda.", "L-effett ta' dan jista' jkun li minflok ma nżommu l-affarijiet miġburin fl-isptar dawn qegħdin inferrxuhom m'Għawdex kollu.", "Dan huwa l-għaqal li turi din l- amministrazzjoni.", "Fl-aħħar irrid ngħid li għall-Għawdxin is-saħħa diġa' ġiet privatizzata għax biex jieħdu s-servizz li jixirqilhom qed ikollhom imorru fi sptar privat.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-settur privat.", "X'inhi s-sitwazzjoni ġewwa Għawdex illum?", "Tkellem lil min tkellem biex jimpjegalek lil xi ħadd, dan jirrispondik li lanqas jista' jżomm dawk li diġa' għandu, aħseb u ara kemm se jimpjega nies ġodda!", "Jekk inħarsu lejn il-qasam industrijali tax-Xewkija naraw li sena wara sena dejjem qegħdin jonqsu l-azjendi.", "Dan l-aħħar għalqet il- Merit, kumpannija li kienet tagħmel xogħol utli u delikat, u li kellha kuntatti tajbin għax kienet timmanifattura electrical parts għal karozzi stabiliti fl-Ewropa.", "Din għalqet ukoll u lill-ħaddiema qaltilhom li jekk iridu jistgħu imorru jaħdmu Malta.", "Dan huwa l-mod li bih irridu mmexxu f'Għawdex, billi ngħidulhom imorru jaħdmu Malta jew inkella ntellquhom lejn l-Amerika, il-Kanada jew l-Awstralja?", "Din hija s-serjeta'?", "Dan id-diżastru kollu qiegħed jiġri minħabba tmexxija ħażina u tberbiq bla rażan.", "Il- mexxejja Laburisti ilhom mill-bidunett jiġbdu l-attenzjoni ta' l- amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li dan it-tberbiq se jwassal lill-pajjiż f'kaos, u fil-fatt hekk qed jiġri.", "Eżempju ta' fejn qed isir dan it-tberbiq f'Għawdex hu l-proġett tal- Pjazza San Franġisk, ta' l-isptar il-qadim.", "Li kieku kellu jsir proġett suret in-nies kieku llum hemm il-qorti u l-azjendi kollha miġburin ġo fih, iżda jiena naħseb li l-ebda gvern ma jaf kemm intnefqu flus fuqu.", "Dan il- proġett ilu li beda mill-1986 u budget wara budget ġew ivvotati l-flus għalih.", "Fil-budget ta' din is-sena wkoll hemm Lm40,000 ivvotati.", "Jekk se nipprivatizzaw id-dipartimenti tagħna, x'inhu l-iskop li tkompli tonfoq il- flus fuqu?", "Dan ma jagħmilx sens!", "Sar tberbiq ta' flus ukoll fi Triq Sant' Antnin, f'Għajnsielem.", "Permezz ta' mistoqsija parlamentari jien tlabt u ġbidt l-attenzjoni tal-gvern li din it-triq tinsab f'periklu li taqa' minħabba li hemm id-drenaġġ inixxi.", "Damu tliet snin ma taw kasha u din it-triq laħqet iġġarrfet u kellu jkun sieħbi stess li rranġha.", "Intnefqu eluf ta' flus u t-triq ġiet sabiħa pero' li kieku x-xogħol sar mill-ewwel konna nagħmluha anke' bi ftit mijiet.", "Dawn il-flus m'hu qiegħed iħallashom ħadd ħlief il-poplu permezz tat-taxxi u tat- tnaqqis fis-servizzi soċjali.", "Din hija s-serjeta' tat-tmexxija li għandna Għawdex!", "Sur President, la qed insemmi t-toroq nixtieq insemmi wkoll Triq l- Imġarr fin-Nadur li ilha bl-istess problemi għal snin twal.", "Hemmhekk id- drenaġġ ma ttranġax u minħabba f'hekk qed tisfronda t-triq.", "Minkejja dan għadhom ma ttieħdu l-ebda passi biex il-ħsara li hemm ma tkomplix issir.", "X'se nagħmlu?", "Qegħdin nistennew li taqa?", "Fil-fatt wara x-xita qalila li għamlet in-nies tan-Nadur avżaw lil kulħadd biex ma jintużawx dawk it- toroq għax jinsabu fi stat perikoluż.", "Barra minn din it-triq, anke n-naħa l- oħra għat-triq Ta' Xħajma, kif titlaq in-Nadur, qiegħda fl-istess stat.", "Dwar din it-triq tajjeb li ngħid li kien ħa l-offerta biex jirranġha kuntrattur, imbagħad raw kif din l-offerta dawruwha biex ħassruhielu u tawha lil ħaddieħor.", "Meta tara dan bilfors ikollok taħseb li l-mod ta' tmexxija jikkonsisti f'qassam u aqsam.", "Din it-triq għadha ma ttranġatx, bil- konsegwenza li hija perikoluża biex tgħaddi minnha.", "Din ukoll qegħdin jistennew li taqa' u toqtol lil xi ħadd jew li tagħmel ħsara fil-bini t'hemmhekk?", "Sur President, l-argument tiegħi jkompli bi Triq il-Qala, fin-Nadur.", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1996 inbeda d-drenaġġ fiha - m'hemm xejn ħażin hemmhekk, anzi j'Alla l-poplu Għawdxi kollu jkollu d-drenaġġ - iżda ġara li suq u ġerri, niżżlu rising main biex isiru l-pompi, qattgħu t-triq u sal- lum la saru pompi u lanqas sar xejn!", "Dan xogħol mhux maħsub, lanqas biss huwa komplut u lanqas jafu kif se jitkompla.", "Barra minn hekk minflok sistema ta' pompi setgħet intużat sistema by gravity.", "Kieku ntużat din is- sistema la kien ikun hemm għalfejn tonfoq l-eluf biex iġġib il-pompi, la kien ikollok bżonn tħallas il-manutenzjoni tagħhom u lanqas kien ikollok bżonn li taħli dik l-enerġija kollha.", "Dawn huma kollha flus sejrin barra mill-pajjiż, għax biex toqgħod tippompja trid l-enerġija u biex nagħmlu l- enerġija rridu nġibu l-fuel minn barra.", "Dan hu l-għaqal u din hi s- serjeta'.", "Sur President, eżempju ieħor huwa dak ta' Kenuna.", "Hawn asfaltaw it-toroq - u m'għandi xejn kontra dan, anzi minn hawn tlabt kemm-il darba biex isir ix-xogħol - u għaddew il-main tad-drenaġġ u n-nies laħqu qabbdu mal-main - u f'dan ukoll m'hemm xejn ħażin - pero' dan għadu ma jmur imkien għax ma saritx konnessjoni biex ikompli sejjer mal-main.", "Għadhom itellgħu u jniżżlu għax iridu jagħmlu l-pompi, meta jekk tgħaddi t-tul ta' mina ta' 100 metru dan jista' jibqa' nieżel għal Triq l-Imġarr by gravity.", "B'dan il-mod la kienu jintefqu flus, la kienet tinħela enerġija biex tippumpjah, la jkollok ħsarat u lanqas ikollok bżonn ta' nies għassa mal-pompi kontinwament.", "Meta nara dan jiena ngħid li l-mod kif qegħdin isiru l-affarijiet m'huwiex serju.", "Minħabba f'hekk il-poplu spiċċa jħallas qares permezz tal-budget li ppreżentalna dan il-gvern.", "Sur President, tajjeb li ngħid li fil-futur dan it-tberbiq se jkompli jsir għax jekk wieħed jaqbad il-budget jara li għall-asfaltar tat-toroq hemm ivvotati Lm750,000.", "Kif se nasfaltaw it-toroq tagħna meta lanqas għadna sibna mod kif jinġabar l-ilma tax-xita?", "Mela se jintnefqu dawn il- flus kollha meta tliet snin oħra rridu ngħaddu bil-moħriet it-toroq kollha li nkunu asfaltajna biex ngħaddu s-sistema tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita!", "Dan m'huwiex pass għaqli u dawn huma nuqqasijiet ta' tmexxija li qegħdin iġiegħlu lill-poplu tagħna jħallas aktar taxxi u jitnaqqsulu servizzi soċjali.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li kont nieħu pjaċir ħafna li kieku l- ministru għal Għawdex imqarr ħarġet bi pjanti biss dwar kif se jitjieb l- isptar t'Għawdex.", "Hawn m'inix qiegħed nirriferi għall-kostruzzjoni ta' l- isptar biss iżda għall-professjonisti li jkun hemm jaħdmu fih.", "Jekk il- ministru tagħmel dan nghid għallinqas hemm pjan u l-poplu jaf ta' xiex se jħallas.", "Kieku, per eżempju, vvotat Lm500,000 biex trawwem tobba li għadhom kif iggradwaw - biex meta jiġu lura jagħtu servizz lill-Għawdxin - kieku kont ngħid li hemm skop imma minn dan ma smajna xejn.", "Li kieku fil-budget kien hemm ivvotati Lm1 miljun u kien hemm pjan kif se tiġi solvuta l- problemi tat-traffiku fir-Rabat jew ta' fl-Imġarr, kont ngħid li għallinqas hemm xi ħaġa imma f'dan il-budget ma ssib xejn minn dan.", "Jien kont qiegħed nistenna li l-ministru għal Għawdex kellha toħroġ bi proġetti għall- millennju l-ġdid biex fi żmien 30 sena jissolvew ħafna mill-problemi li ilhom magħna żmien, pero minn dan ma smajna xejn.", "Sur President, nagħlaq id-diskors tiegħi billi nagħti l-festi t-tajba u l- awguri għas-sena d-dieħla lil kulħadd f'ismi, f'isem il-familja tiegħi u f'isem sħabi l-Laburisti.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, qabel ma nibda d-diskors tiegħi fuq il- budget nixtieq insellem lill-kap tiegħi, l-Onor.", "Alfred Sant, lid-deputati Għawdxin u lil sħabi membri ta' din il-Kamra, u anke lill-Ministru Giovanna Debono li s-sena l-oħra ħdimna flimkien fl-interess t'Għawdex.", "Nispera li b'dak li se ngħid ħadd ma jieħu għalih għax dan se ngħidu b'intenzjoni tajba u b'mod kostruttiv, bit-tama li nġibu lil Għawdex tagħna 'l quddiem.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha, mill-kbir saż-żgħir, illi din is-sena ħadmu fl-interess t'Għawdex u ta' l-Għawdxin.", "Lil dawk li ma ħadmux jien nitlobhom li għas-sena d-dieħla jagħmlu riżoluzzjoni li jagħtu xogħolhom biex nippruvaw negħlbu l-ħafna problemi li għandna.", "Jiena dejjem għedt li l-problemi kbar li għandha l-gżira Għawdxija rridu nsolvuhom aħna l-Għawdxin u li l-ebda Malti mhu ġej fil-gżira Għawdxija biex isolvilhomlna hu.", "Aħna biss nistgħu nagħmlu dan u jekk inkunu magħqudin, almenu nkunu nistgħu ntaffu ftit minn dawn il-problemi kbar.", "Wasalna f'millennju ġdid li se jġib lill-poplu sfidi kbar u għalhekk hemm bżonn li aħna l-Għawdxin infittxu dak illi verament jgħaqqadna u nwarrbu dak illi jifridna, għax l- għan tagħna huwa li lil Għawdex tagħna nħalluh ftit aħjar milli sibnih.", "Nixtieq nibda billi ngħid li meta reġa' sar il-ministeru għal Għawdex kien hawn ħafna li għamlu bħall-kardinali li jidħlu għall-konklavi fil- Kappella Sistina u wara joħroġ wieħed minnhom u jannunzja b'ferħ kbir li laħaq papa ġdid.", "Hekk ġara f'Għawdex.", "Minn segretarjat reġa' ġie ministeru u kien hemm ferħ kbir illi issa verament Għawdex se jimxi 'il quddiem.", "Fil- Kappella Sistina hemm ukoll pittura ta' l-aħħar ġudizzju ta' Michelangelo u fil-każ tal-ministeru għal Għawdex hekk ukoll ġara.", "Milli jidher anke' l- gazzetti diġa' bdew jagħtu l-ġudizzju tagħhom u jiena nixtieq nibda billi nikkwota minn artiklu li deher fi ''Il-Ġens'' - issa din mhijiex gazzetta tal-Partit Laburista u kulħadd jaf lejn fejn ixxaqleb - fil-ħarġa ta' l-10 ta' Diċembru ta' din is-sena.", "Dan kien artiklu ta' Asterisk li kellu t- titlu ''Telqa Kbira f'Għawdex'' u jgħid hekk:", "''F'Għawdex m'aħniex neqsin mis-segretarju permanenti, diretturi fuq diretturi, kapijiet ta' dipartiment u gozz uffiċjali oħra ta' kull isem u ta' kull saħħa.", "Intant, minkejja dan kollu, fejn tħares tara pajjiż rovinat bit-telqa kbira ta' dawk kollha responsabbli u bl- egoiżmu tal-maġġoranza.", "Kulħadd jipponta lejn ta' fuqu u ħadd m'hu responsabbli minn xejn.", "Kulħadd, kif jgħidu l-Ingliżi, shedding off responsibility, iwikki fuq ħaddieħor.", "Pajjiż rovinat, pajjiż illi ma jdumx wisq ma jfalli.", "Il-gvern joħroġ il-flus u l-flus minflok jintużaw għall-pajjiż imorru biex iħaxxnu bwiet individwali, biex inbnew vilel sbieħ, biex inxtraw karozzi ta' eluf ta' liri u biex isir safar fenomenali f'pajjiż illi miexi lejn preċipizzju\".", "Imbagħad l-artiklu jkompli hekk:", "\"Niġu għall-ħmieġ.", "Riċentement tlajt saċ-Ċittadella ma' xi ħbieb illi ġew minn barra u nista' ngħid li m'hemmx rokna waħda nadifa għax fliexken ta' l-ilma, fliexken tal-birra, boroż ta' kull xorta, sa tyre ta' karozza rajt f'rokna.", "Possibbli li ħadd m'hawn responsabbli mill- indafa ta' dan il-post li jżuruh eluf ta' barranin u Maltin!", "Minn barra dan, f'ħafna rkejjen innotajt munzell wara l-ieħor ta' imbarazz tal-bini u għall-bini.", "Ma nagħmlux mod illi xi ħaddiema tal-gvern ma jagħmlu ebda attenzjoni biex inaddfu sew biex jaqilgħu u jiġbru l- materjal li jibqa'!", "Hekk naħseb, għax kull fejn iddur tara telqa kbira.", "L-istess, innotajt illi l-barrikati li darba kienu jintużaw biex il- karozzi ma jipparkjawx taħt il-mini ż-żgħar inqalgħu minn xi ħadd biex ovvjament jipparkja hu u tefagħhom fil-foss.", "Possibbli ħadd m'hawn responsabbli?", "F'diversi uffiċini tal-gvern tara wkoll telqa kbira, telqa fil-mod illi bih huma miżmuma l-postijiet, telqa għax lanqas ikollhom aptit jaqduk meta titlobhom jagħmlu xi ħaġa jew xi riċerka ta' problema li jkollok.", "Insomma kollox juri li mexjin lura.''", "Naħseb li asterisk tana summary tas-sitwazzjoni fil-pajjiż.", "Aħna mhux darba u tnejn ipprovajna niftħu għajnejn il-ministru li f'Għawdex ma tistax tmexxi bin-nies tagħha biss.", "Hemm bżonn illi jkollok kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti.", "Anke dawk li m'humiex la Nazzjonalisti u lanqas Laburisti jridu jkunu miegħek, għax inti bżonn kulħadd għandek.", "Ma jistax ikun illi f'kull bord jinħatru biss nies tal-ministru.", "Mr Chairman, nixtieq nikkwota wkoll mill-ġurnal \"l-orizzont\" tad-9 ta' Diċembru.", "Hawn miktub hekk:", "\"Jekk hemm ħaġa li spikkat kemm ilha ministru s-Sinjura Giovanna Debono hija l-ħolqien ta' kumitati, bordijiet u kummissjonijiet.", "Tgħidx kemm għandna minn dawn f'Għawdex!", "Imma dawn jintużaw biex fihom jiddaħħlu biss dawk illi huma tal-qalba, dawk li aħna l-Għawdxin ngħidulhom figatelli.\"", "Imbagħad l-artiklu jkompli hekk:", "\"Il-Prim Ministru tant ftaħar li dan huwa gvern tal-Maltin u l- Għawdxin kollha, meta dan mhuwiex ħlief gvern tal-bażużli.", "U ngħidu bażużli għax anke Nazzjonalisti skantaw kif qatt ma ġew mitluba jew sabu ruħhom f'xi wieħed minn ma nafx kemm il-kumitati li waqqfet il- ministru għal Għawdex\".", "Eżempju ta' dan huwa l-famuż kumitat tal-millennju.", "Imbagħad daħal is-sotto- kumitat u s-sotto-kumitat tas-sotto-kumitat pero' jiddispjaċini ngħid li f'dawn il-kumitati ma ssibx wieħed li huwa laburist jew almenu li huwa bniedem ta' l-affari tiegħu li għandu tendenzi laburisti.", "Jien infakkar lill-ministru li aħna konna nagħmluha ċara u noqogħdu attenti li n-nies magħżula għal fuq xi bord jkunu miż-żewġ naħat.", "Dan jafu kulħadd u ħadd ma jista' jiġi hawnhekk u jmerih għax dawn kollha jidhru fil- brochure li għamlu.", "Allura dan kif jista' jkun?", "Possibbli li m'hemmx wieħed Laburist illi jaf xi ħaġa fuq il-kultura, jew forsi l-Laburisti kollha suwed!", "Martin Luther King kellu viżjoni li fl-aħħar forsi s-suwed jiġu bħall-bojod iżda mhux hekk qed jiġri f'Għawdex.", "Aħna l-Laburisti ninsabu mwarrbin u barra minn hekk in-nies li qegħdin f'dawn il-kumitati kollha qiegħdin iħawdu, igerfxu u jaħlu l-flus.", "Tafu x'għamel dan is- suppost kumitat tal-millennju?", "Dan għamel torri tal-karta pesta b'arloġġ tar-reklami li kont ġibt jiena mill-Mid-Med Bank, lill-ħaddiema Sqallin ġabhom Għawdex jaħdmu bla permess u issa se jġib il-grupp Abba biex ikanta ''mamma mia''.", "Veru li Għawdex miexi mamma mia!", "Mr Chairman, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-voti dwar Għawdex.", "Hawnhekk irrid ngħid li huwa importanti li nimxu b'viżjoni għax mingħajr din ma tistax tmexxi.", "Qegħdin niġu hawn u meta aħna nistaqsu domandi dwar kemm ingħataw direct orders, ir-risposta tan-naħa l-oħra tkun li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Dawn mingħalihom li qed jinħbew wara subgħajhom.", "Ma jafux li fil-ministeru stess hemm min jagħtina l-informazzjoni!", "Meta jiena staqsejt kemm intnefaq mill-voti t'Għawdex, il-ministru rrispondiet li minn vot ta' Lm1.5 miljun ma ntnefqux aktar minn Lm0.5 miljun.", "Din hija ħaġa ħażina għax kulħadd jaf li dawn jerġgħu jmorru lura t-teżor u meta terġa' tapplika għall-flus għas-sena ta' wara jiġbdulek l-attenzjoni dwar dan.", "Dan ifisser ukoll li ma jkun sar xejn.", "Possibbli ma kienx hemm fejn jintnefqu dawn il-flus, speċjalment meta fl-isptar t'Għawdex għandek daqstant makkinarju li jrid jinxtara?", "Per eżempju, minn risposta għal domanda parlamentari rriżulta li tħassar l-apparat tal-X-ray li kien antik u li kien l-uniku wieħed li jaħdem meta ma jkunx hemm dawl.", "Spiċċajna li llum l-isptar ġenerali t'Għawdex m'għandux apparat ta' l-X-ray li jaħdem bil-generator għal meta jmur id-dawl.", "Issa mmaġinaw il-konsegwenzi jekk issir diżgrazzja u jidħol xi ħadd l-isptar meta ma jkunx hemm dawl.", "Dawk in-Lm0.5 miljun ma stajniex nużawhom biex almenu nixtru apparat bħal dan, li huwa bżonjuż, importanti u indispensabbli għall-poplu Għawdxi?", "Eżempju ieħor huwa x-xiri ta' makna tal- kliewi.", "Kien hemm għalfejn tidħol il-Gozo Channel biex tinxtara din il- makna?", "Possibbli li wasalna f'din l-estremita'?", "Mr. Chairman, nixtieq insemmi wkoll il-kas tal-laser machine li kont ġibt jiena għal Għawdex.", "Kont lestejt kollox.", "Issa possibli li wasalna f'sitwazzjoni li jkollha tgħaddi sena biex kamra tinbena u titkaħħal?", "Imbagħad biex din il-kamra tinbarax kien hemm bżonn insibu wieħed ħaddiem ta' l-isptar stess u nagħtuh għoxrin ġurnata time-off biex jobroxha?", "Per eżempju, min qatt jemmen li qegħdin nużaw il-vot kapitali għall-isptar t'Għawdex biex inħallsu l-ispiża rikorrenti?", "Dan ħareġ ukoll minn risposta għal mistoqsija parlamentari.", "Dawn huma affarijiet kontra l-liġi.", "Safejn naf jiena dawn l-affarijiet ma jistgħux isiru mingħajr il-permess tal- ministeru tal-finanzi.", "Ta' min jgħid ukoll li qegħdin fi stat li l-isptar m'għandhomx biex jixtru washing powder u żraben għas-security guards.", "Imbagħad nużaw vot kapitali mingħajr il-permess tal-ministeru tal-finanzi biex inħallsu l-kontijiet li normalment jitħallsu mill-voti rikorrenti!", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux.", "Hemm bżonn illi nippjanaw u naħdmu bis- serjeta'.", "Intenni li d-difett tal-ministeru huwa li tlifna s-sens nazzjonali u tlifna s-sens ta' direzzjoni.", "Id-domanda li dejjem issir għandha tkun: X'inhu l-aħjar fl-interess tal-gżira Għawdxija?", "Pero' llum m'għadniex nagħmluha iktar dik id-domanda.", "Issa d-domanda hi: X'inhu l- aħjar fl-interess tiegħi biex jiena nakkwista l-voti?", "Illum, kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-unika industrija li qegħda taħdem fil-gżira Għawdxija hija l-industrija tal-voti!", "Din l-industrija qegħda tiffjorixxi pero' Għawdex qed jisparixxi u jekk nibqgħu sejrin hekk Għawdex se jkun pajjiż ta' rovina.", "Bir-rispett kollu għal kulħadd, hemm ukoll nuqqas ta' maturita' fit- tmexxija.", "Qed nidħlu fi problemi li kieku min qed imexxi jagħti parir tajjeb ma jkollniex għalfejn nidħlu fihom.", "Nieħu l-problema tat-tabib bħala eżempju.", "Il-ministru kienet ħarġet tgħajjat li t-tabib se tneħħiħ u kulħadd kien kuntent u ferħan, iżda wara xahar jew xahrejn it-tabib reġa' daħal.", "Din is-sena anke kellna l-problema kbira tal-part-time instructors.", "Il-ministru lil dawn qaltilhom biex jinżlu kollha jaħdmu Għawdex mill-1 ta' Settembru ta' l-1999.", "Meta dawn niżlu Għawdex il-UĦM ipprotestat dwar dan - issa nixtieq li l-ministru tirrispondini fuq din il-biċċa xogħol - u l- ministru ta' l-edukazzjoni jrid jerġa' jtellagħhom kollha Malta u qiegħed jhedded li jagħtihom charge u jieħu passi ta' dixxiplina għaliex dawn baqgħu jaħdmu Għawdex.", "Dan ġara' għaliex m'hemmx sens ta' maturita' fid- deċiżjonieiet li jittieħdu u fuq kollox l-affarijiet qed isiru fuq livell personali.", "Mr Chairman, il-ġimgħa l-oħra fil-gazzetta tal-gvern ħarġu applikazzjonijiet for the blue-eyed boys, għall-ingaġġ ta' casual substitute principals, executives u clerks fil-ministeru għal Għawdex.", "Nixtieq li l-ministru tirrispondini fuq dawn.", "Clerks hemm kemm trid fil- gżira Għawdxija, u qabel ma niżel il-Partit Laburista mal-gvern daħlu aktar.", "Issa l-ministru jidhrilha li din hija ħaġa sewwa meta għandek daqstant Għawdxin illi qegħdin Malta u qatt m'għandhom ċans jiġu jaħdmu Għawdex?", "Allura issa dawn il-ftit postijiet vojta li baqa' se jimtlew bl- Għawdxin stess.", "Il-ministru se ddaħħalhom sempliċement b'interview u ħames 'O' levels waqt li sħabhom, li huma clerks ukoll, se jibqgħu Malta?", "Jidhrilkom li l-UĦM, jekk verament hija union, se tħalli dawn l-affarijiet għaddejjin meta fi żmien il-gvern Laburista din kienet ġiet għandi għal darba, tnejn, tlieta tinsisti li anke nies illi kienu qegħdin jagħmlu xogħol ta' clerks bħal pustiera, riedet tneħħihom biex l-Għawdxin - u bir- raġun kollu - li jaħdmu Malta jmorru Għawdex?", "Din hija ħaġa sewwa?", "(Interruzzjonijiet) Jiena qiegħed nipprova niftaħ għajnejn il-ministru.", "Dawn huma affarijiet ħżiena u m'għandekx tilgħab bihom għax kull Għawdxi li qiegħed Malta jrid jmur lura Għawdex.", "Veru li l-ministru wegħdet lil ħafna nies illi ddaħħalhom clerks pero' għandha toqgħod attenta għax dawn l-affarijiet will eventually backfire u f'Malta kulħadd jaf fejn hu postu.", "Ma jistax ikun illi timla' l-postijiet f'Għawdex bis-substitute clerks meta għandek daqstant Għawdxin jaħdmu f'Malta.", "Li tagħmel hekk bi principals u executives nasal biex nifhimha, għax forsi dawk li jkunu tal-post ikunu morda jew bil-pregnancy leave, imma ma tistax tagħmel hekk bil-clerks.", "Issa dan qed jiġri meta gvern Laburista kien tant ħadem biex jara kif iġib xogħol fil-gżira Għawdxija biex dawn il- clerks jiġu lura minn Malta.", "Aħna ilna sena ninsistu biex dawn il-ħaddiema jinġiebu jaħdmu Għawdex.", "Dawn issa ġejjin u probabbilment ġejjin biex il- ministru tkun tista' tgħid fil-vot tal-budget li ġejjin!", "Bir-rispett kollu jiena ngħidilha li kienet hi li kissret dan il-proċess billi fil-ministeru ħadet ħaddiema minn Għawdex li kienu diġa mħarrġin.", "Dawn l-istess nies 'il bieraħ informawni li lanqas għandhom post u lanqas għandhom skrivanija fejn jaħdmu, mbasta llum tiġi hawn u xxandar illi ġabet għoxrin skrivan jaħdmu fil-gżira Għawdxija!", "Dan la huwa l-mod kif taħdem, la huwa l-mod kif tapplika politika għall-gżira Għawdxija, la kif tippjana u lanqas huwa l- mod kif ikollok direzzjoni.", "Qalbi tuġagħni meta nara dawn l-affarijiet.", "Hemm bżonn li r-rotta f'Għawdex tinbidel u timxi mod ieħor.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-kamra tal-kummerċ u hawnhekk għandna problema oħra li l-ministru daħlet fiha bla bżonn.", "Nistaqsi jekk tafx li l-Prim Ministru stess huwa kontra tagħha.", "Dan ma jridx li fil-gżira Għawdxija jkun hemm kamra tal-kummerċ.", "Naħseb li taf li meta ċ-chairman Magro talab li jiltaqa' mal-Prim Ministru biex jagħtih ir- rikonoxximent, dan qallu li ma kienx se jiltaqa' magħhom għaliex ma jridx li fil-gżira Għawdxija jkun hemm kamra tal-kummerċ.", "Din hija l-verita.", "Jien informat ukoll illi fl-20 ta' dan ix-xahar se jiġi ffirmat il-kuntratt għat- twaqqif tal-kamra tal-kummerċ.", "Din se ssir jew mhijiex se ssir?", "Veru jew le li l-Prim Ministru ma jridx illi fil-gżira Għawdxija nwaqqfu din il- kamra tal-kummerċ?", "Għall kull kwestjoni li nqalgħet fil-gżira Għawdxija, il- ministeru dejjem wera ruħu ineffettiv jew inkapaċi.", "Problema kbira oħra kienet it-tkissir ta' l-industrija tas-siment fil- gżira Għawdxija.", "Il-ministeru lanqas indenja ruħu jerfa' subgħajh biex jara jekk ir-riħ huwiex tramuntana jew grigal u forsi jipprova jsolvi l- problema.", "L-istrike tal-buses ukoll fena lill-Għawdex.", "Dan kien strike parzjali għax il-buses qed jaħdmu mis-7.00 a.m. sa l-4.00 p.m., pero' jagħmlulek il-privates u s-Sibt u l-Ħadd ma jaħdmux.", "Dawn se nħalluhom hekk, bil-passiġġieri jsofru kontinwament?", "L-aqwa li moħħna biex inwaqqfu l- kumitati, bordijiet u sotto-kumitati biex nipprovaw nitmejlu bil-poplu Għawdxi.", "Imbagħad nidhru fil-programm \"Għawdex Illum\", fejn ngħidu li nħobbu liż-żgħażagħ u rridu nagħmlu kumitat ta' għaqda taż-żgħażagħ u l- affarijiet importanti għall-gżira Għawdxija nħalluhom dejjem għall-aħħar!", "Mr. Chairman, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-sajjieda Għawdxin.", "Dawn issa waslu f'estremita' illi mhux biss għandhom il-problema tal-lampuki, li biex jagħmlu r-rimja jridu jidħlu Sqallija u s-sajjieda Sqallin ma jriduhomx jidħlu, imma għandhom ukoll it-Tuneżini jattakkawhom.", "Madanakollu m'huwa qiegħed isir xejn min-naħa tal-ministeru.", "Nixtieq insemmi wkoll l-Unjoni Ewropea, li tant tiftaħar biha l-ministru u tgħid li ġejjin il-miljuni għal Għawdex!", "Din hija politika ta' konvenjenza u qalha anke l-ministru ta' l-affarijiet barranin.", "Mhux veru li jekk Malta tidħol fl-Unjoni, Għawdex se jibbenefika iktar minn Malta.", "F'Għawdex il-ministru nnominat wieħed, l-għerf ta' Salamun, li l-ħin kollu jiftaħar li ġej u sejjer fi Brussels.", "Dan qiegħed imur fl-iskejjel tal- gvern jgħidilhom illi għall-Milied iridu jtellgħu play bilfors fuq l-Unjoni Ewropea.", "Tahom ukoll mappa, fuqha pittrilhom il-pajjiżi li m'humiex fl- Unjoni bl-iswed u l-pajjiżi li huma fl-Unjoni bil-blu u qalilhom li aħna rridu nidħlu fil-blu u mhux noqogħdu fl-iswed, affarijiet illi ma jitwemmnux.", "Imbagħad meta nagħmlu mistoqsija parlamentari inutli li l- ministru tirrispondina li mhux veru.", "Dawn huma affarijiet illi jafhom il- poplu Għawdxi kollu u hemm bżonn li naraw kif nirranġawhom.", "Per eżempju, is- sajjieda jridu li d-diesel tagħhom ma jkunx bl-għoli u mhux li joqogħdu jisimgħu li ġejjin l-eluf u l-miljuni meta kulħadd jaf illi m'hu veru xejn!", "Insemmi wkoll il-prattika fl-eżamijiet tal-Matsec.", "Fi żmieni l-prattika għal dawn l-eżamijiet dejjem kienet issir Għawdex.", "Illum wasalna f'estremita' illi l-prattika ta' dawn l-eżamijiet se jeħduha Malta.", "Allura aħna qegħdin ngħidu li lil Għawdex nikkonsidrawh bħala reġjun, imbagħad affarijiet tant żgħar bħal dawn neħduhom Malta?", "Fi żmien il-gvern Laburista konna ħabrikna biex l-appelli kriminali nġibuhom Għawdex billi l-imħallef jiġi Għawdex u mhux l-Għawdxin jmorru Malta.", "Din kienet irnexxiet u sew l-Imħallef Degaetano kif ukoll l-imħallef Arrigo bdew jiġu Għawdex kull xahar biex jisimgħu l-appelli kriminali.", "Kien jonqos biss biex ir-reġistru tal-qorti, jiġifieri l-post fejn inti tippreżenta l-karti, jiġi Għawdex.", "Din hija ħaġa żgħira ħafna iżda qegħdin fl-assurdita' li biex bniedem jippreżenta l-karti jrid imur Malta pero' imbagħad l-appell jinstema' Għawdex.", "Il-ġimgħa l-oħra sibt lill-Ministru Austin Gatt u staqsejtu jekk jafx b'din il-biċċa xogħol u hu qalli li ma jafx biha, li din hija ħaġa żgħira u li se jirranġawha mill-ewwel.", "Ili ntambar u ngħid żmien fuq din il-biċċa xogħol u l-ministru lanqas biss indenjat ruħa tkellem lil seħibha u tara kif tirranġaha.", "B'affarijiet żgħar bħal dawn lill-poplu Għawdxi tkun qiegħed tagħtih servizz u dawn huma affarijiet illi rridu noqogħdu attenti għalihom.", "Irridu nkunu aħna l-Għawdxin ili niġġieldu għal Għawdex tagħna, kif kien anke jiġġieled l-iSpeaker preżenti, li fuq ċerti każi insellimlu għax għamel affarijiet tajbin bħal, per eżempju, iċ-ċentru ta' l-universita'.", "Din kienet biċċa xogħol tajba illi kulħadd għadu jieħu l-frott minna.", "Għamel ukoll il-heliport u aħna komplejna fejn ħalla hu.", "Komplejna wkoll nagħmlu enfasi kbira fuq il-kuntest reġjonali u ħriġna b'oħra iktar illi għidna li l-Għawdxin stess iridu jkunu nies illi verament jaraw kif isolvu l-problemi tagħhom għax huma jafu x'inhuma l-veri problemi.", "Issa jekk jekk il-ministru preżenti m'hijiex se tieħu ħsieb dawn l-affarijiet se mmorru l- baħar.", "Proprjament diġa' morna l-baħar, kif qalet ''Il-Ġens''.", "Jekk inkomplu sejrin hekk is-sena d-dieħla mmorru iktar il-baħar m'illum.", "Mr. Chairman, irrid ngħid ukoll li l-ftit industriji li għandna fil- gżira Għawdxija jinsabu mkissrin.", "Il-ministru taf bil-Merit, fejn lanqas biss refgħet subgħajha għal dawk il-ħaddiema li ngħataw ultimatum.", "Dawn ingħataw l-għażla li jew imorru Malta jew jispiċċaw barra.", "Dawk in-nies sa' din il-ġimgħa jispiċċaw barra.", "Kellna wkoll kwestjoni ma FX Borg, fejn ma tkellimna xejn fuq il-ħaddiema u ħallejnihom għaddejjin minn dan il- martirju.", "F'Għawdex hemm ukoll retail outlets, bħall-Olympus, li qegħdin jagħlqu u jiftħu outlet f'Malta.", "Irridu noqogħdu attenti għax il-ftit fabbriki u ħwienet li għandna qegħdin jagħlqu u jmorru Malta.", "Ma nifilħux nitilfu mill-ftit li għandna għax sejrin lura u sejrin għar-rovina.", "Jien nixtieq inkun pro-attiv u aħna minn hawn dejjem għidna li lesti nagħtu kwalunkwe għajnuna, pero' ma rridux inkunu kummidjanti, ma rridux nidhru f'laqgħat jew immorru parties biex taparsi ngħidu kemm għandna sew, kemm hawn djalogu u li kollox miexi sew.", "Jew nimxu bis-serjeta' jew ma nimxu xejn.", "Dan il-pajjiż miexi b'mod li n-nies li qed jiġu magħżula huma nies illi huma kollha ta' naħa waħda.", "U dawn mhux nazzjonalisti biss iridu jkunu imma nazzjonalisti tal-Ministru.", "L-ewwel wieħed jien nerġa' ngħid li ma mmur imkien, jistednuni fejn jistednuni, għax m'jien lest li nkun pupu ta' ħadd.", "Ma nixtieqx nagħti l-kunsens tiegħi u nuri li l-affarijiet mexjin sew.", "Meta l-affarijiet jimxu kif suppost, mhux biss bi kliem sabiħ u bil- kummiedji, il-ministru jkollha l-koperazzjoni tiegħi u ta' sħabi kollha, imma jekk l-affarijiet jibqgħu mexjin kif inhuma se mmorru lura u l-pajjiż se jirvina ruħu.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem ukoll dwar l-edukazzjoni.", "Kulħadd jaf illi fl-edukazzjoni gvern Laburista kien ħadem bis-sħiħ.", "Jiena niftakar lill-ex ministru ta' l-edukazzjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo, jitla' Għawdex u jiltaqa' ma' kulħadd.", "Konna nidentifikaw il-problemi veri li għandna fil-gżira Għawdxija.", "Niftakar li l-Onor.", "Bartolo kien qalli: \"Ejja naraw kif nagħmlu biex anke x-xogħol ta' l-edukazzjoni naraw kif inġibuh fil-gżira Għawdxija\".", "Konna ħdimna bis-serjeta u għamilna pjan li wara li jitilgħu l-ħaddiema tas-social security konna nġibu x-xogħol ta' l- edukazzjoni f'Għawdex.", "Illum għandek l-edukazzjoni, jiddispjaċini ngħid, rovinata.", "Meta l-ministru ħadet l-inkarigu f'idejha kkummissjonat rapport u dan ir-rapport dam ma tlesta mitt sena.", "Imbagħad fid-diskors tal-budget il- ministru ftaħret dwar kemm għamlet xogħol fl-edukazzjoni u dwar kemm għamlet manutenzjoni ta' skejjel, bħallikieku fi żmien l-Onor.", "Anton Tabone u fi żmieni l-manutenzjoni ma saritx!", "Kieku biex nirkbu fuq dahar ħaddieħor nagħmlu ħafna affarijiet!", "Il-ministru ftaħret ukoll bid-day centre ta' l- anzjani.", "Din ma tafx illi d-day centre għamilnih aħna.", "Wieħed mill-proġetti tagħha fl-edukazzjoni huwa l-ftuħ tal-laboratorju fl-iskola post- sekondarja.", "Ma tarax li dan il-bini għamlu gvern Laburista u kien tlesta fl- 1998?", "Imbagħad il-laboratorju dam sena sħiħa biex jiġi mgħammar waqt li f'sena aħna konna ġibna l-permessi u lestejna l-bini.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-għalliema fl-iskejjel sekondarji u tas- snajja'.", "Nistaqsi jekk il-ministru tafx li fil-gżira Għawdxija wara tliet xhur ta' skola hemm għalliema fl-iskejjel sekondarji u fl-iskejjel tas- snajja' li għadhom ma ġewx ippustjati.", "Din il-ħaġa qatt ma ġrat f'Għawdex.", "Għandna skejjel mingħajr għalliema u għandna wkoll postijiet ta' kapijiet u ta' assistenti kapijiet li jinsabu vakanti.", "Imbagħad xi ngħidu għaċ-ċentru ta' l-universita'?", "F'Għawdex għandna sistema li għalkemm tista' ġġib iċ- ċifri minn hawn u minn hemm, pero' m'għandniex biex tikkalkula ċifri bħall- GDP.", "M'għandniex ċentru fejn tista' tagħmel uffiċċju ta' l-istatistika, fejn nistgħu nkejlu l-progress t'Għawdex.", "Wieħed mill-proġetti importanti tal-gvern Laburista kien li f'Għawdex nagħmlu link bejn l-universita' u dan iċ-ċentru u niftħu ċentru ta' l-istatistika.", "F'din l-amministrazzjoni ilhom jgħidu ħafna li se jagħmlu dan il-proġett, imma milli jidher dan ġie abbandunat ukoll.", "Mhux talli ġie abbandunat talli ċ-ċentru ta' l- universita' m'hu qiegħed jingħata enfasi ta' xejn.", "Hemm bżonn illi ċ-ċentru ta' l-universita' fil-gżira Għawdxija nagħtuh iktar importanza.", "Fi żmien il- gvern Laburista kellna proġett ta' sistema ta' teleconferencing, fejn bniedem li jrid jieħu lecture jaqbad link ma' l-universita' u jiġi lectured permezz ta' video.", "Konna bdejna s-sistema mal-Maltacom u konna wasalna wkoll biex nixtru l-apparat.", "Milli jidher din is-sistema spiċċat.", "Nixtieq li l-ministru tgħidilna x'se jiġri minn din is-sistema tat- teleconferencing, li kien anke ħadem tant fuqha l-ex ministru Joe Mizzi.", "Mr. Chairman, kif qed nitkellem dwar l-edukazzjoni nixtieq insemmi wkoll il- l-kunsill ta' l-edukazzjoni li l-ministru ħabbret li se twaqqaf.", "Tkun ħaġa tajba li jiġi mwaqqaf dan ikun kunsill u nispera li dan ma jibqa' fuq il- karta.", "Ngħid hekk għaliex f'sena sħiħa l-ministeru ilu jwiegħed li se jixtri minibus għall-edukazzjoni u wara sena din il-minibus għadha ma nxtratx.", "Punt ieħor rigward l-industrija hu li ilna żmien twil ngħidu li qegħdin niddiskutu mal-planning authority biex insibu post għall-intrapriżi ż-żgħar li jaqgħu taħt l-IPSE.", "Meta konna fil-gvern neħħejna l-MDC u għidna li l- MDC f'Għawdex qiegħda għal xejn.", "Dak iż-żmien iddeċidejna li aħjar nagħtuha orjentazzjoni ta' l-IPSE għaliex f'Għawdex il-fabbriki huma żgħar.", "Konna sibna l-post Ta' Xħajma u kellna nibdew bil-proġett biex lil kull self- employed nagħtuh post fejn jista' jaħdem.", "Nista ngħid li ħadna ħafna gambetti mill-awtorita' ta' l-ippjanar f'dan il-proġett.", "Dawn darba minnhom ħarrku lil dawn is-self-employed kollha li jħallsu l-bolla u jħaddmu n- nies, meta aħna konna diġa' qegħdin niddiskutu biex nagħtuhom post. Nixtieq li l-ministru tgħidilna fiex wasal dan il-proġett.", "M'għandux ikun li l- awtorita' ta' l-ippjanar titmejjel b'kulħadd, taparsi qed issib il- postijiet u fil-fatt ma ssib xejn!", "Din qed tittratta lil dan il-gvern bl- istess mod kif ittrattat lilna.", "Il-ministru għandha f'idejha l-ħobża ta' kuljum ta' kull self-employed - aħna sibna dan il-post f'Ta' Xħajma, li fih diġa' hemm il-bini - u m'għandhiex toqgħod tara biss dak li tgħid l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Wara kollox il-ministru ilha sena tiddiskuti ma' l-awtorita' u dan il-post għadu ma sarx.", "Mr Chairman, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-mezzi tat-trasport bejn il-gżejjer.", "Illum biex aħna l-membri parlamentari Għawdxin wasalna hawn tafu kemm domna?", "Il-vapur tas-7.30a.m. telaq 45 minuta tard u wasalna hawn fid-9.15.a.m.", "Il-bieraħ il-vapur ta' l- 10.00 p.m. ma stenniniex, morna lura ma' dak tal-11.00 p.m. u wasalna Għawdex f'nofs il-lejl jew 1.00 a.m. Aħna u sejrin beda dieħel l-ilma fuq il-vapur u ħsibna li l-vapur kien se jegħreq.", "Hemm bżonn li fil-gżira Għawdxija jkollna an all-weather port.", "Kemm se ndumu ngħiduhom dawn l- affarijiet?", "Il-portijiet huma l-ħobża ta' kuljum tagħna l-Għawdxin.", "X'jimpurtana mill-bugħaddasa jew li hemm xi tip ta' ħaxixa fil-baħar!", "Dawn il-mollijiet huma l-ħobża tagħna u hemm bżonn li nippjanaw bis-serjeta' biex ma nħallux lil ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ibellgħuhielna aktar li qagħdu jistudjaw.", "Issa qegħdin jgħidulna li dawn bagħtu sample lill- awtorita' marittima fl-Ingilterra biex jagħmlu t-testijiet fuqha.", "X'se jittestjaw?", "Dan li qed ngħid jaqblu miegħu anke sħab il-ministru stess u hemm bżonn li l-ministru tqum fuq tagħha.", "Id-drittijiet ta' l-Għawdxin trid tiġġieled għalihom.", "Fadal erba' snin għall-elezzjoni.", "Ma nistgħux inkomplu serjin hekk.", "Il-mollijiet hemm bżonn li jsiru għax dawn huma ta' martirju għal min jużahom, martirju għalina l-imsejknin li dejjem nitilgħu bil- karozza u għal ħaddiema li telgħin u neżlin kuljum b'tal-linja.", "Jekk għandna nagħmluh ejja nagħmluh issa dan il-proġett.", "Imbagħad niġu għall- awtorita' ta' l-ippjanar, Sur President.", "Għalkemm lili jikkritikawni li neħodha kontra l-awtorita' ta' l- ippjanar, nirribatti u ngħid li jiena kont il-wieħed li flimkien ma' Dr Alfred Sant kont ħdimt biex lill-awtorita' ta' l-ippjanar nagħtuha post fil- gżira Għawdxija.", "Il-post konna tajnihula b'xejn għaliex emminna li din kienet se ġġib is-servizz hemmhekk.", "Issa għandek sitwazzjoni fejn l-appelli jsiru hemm pero' s-sittings tad-DCC ma jsirux hemm.", "Seduta waħda biss saret hemm, meta kien ġie l-ex-ministru George Vella.", "Dawn qegħdin jitmejlu b'kulħadd u bil-poplu Għawdxi.", "Għandhom post attrezzat b'kollox u d-DCC sittings isiru Malta biex jirranġaw u jqabbżu l-applikazzjonijiet ta' dak u ta' l-ieħor.", "Jekk wieħed jara l-computer jinduna b'dawn l-affarijiet.", "Għaliex dawn l-affarijiet?", "Jiddispjaċini li qed nitkellem hekk iżda rridu nieħdu stand, kif konna ħadna jiena u Dr Sant.", "Waħda mill-kondizzjonijiet li konna għamilnilhom kienet li biex jieħdu dak il-post, is-sittings tad- DCC jsiru fil-gżira Għawdxija.", "Issa m'għandhomx joqogħdu jitmejlu bina iktar u jgħidulna li m'għandhomx post. Għandhom post u tajnihulhom b'xejn.", "Għamilna sagrifiċċju, irranġajna s-segreterija li kienet se taqa', neħħejna kollox minn hemm biex jidħlu tal-planning authority u wara sena dawn għadhom m'għamlu xejn.", "Dawn huma l-affarijiet li qegħdin jolqtu qalb l- Għawdxin u jekk ma niġġildux għalihom aħna m'humiex se jiġġieldu għalihom il-Maltin.", "Mr Chairman, fil-programm elettorali tal-Partit Laburista kien issemma li ridna dwana fil-gżira Għawdxija.", "Meta konna fil-gvern konna bdejna naħdmu fuqha jien u l-Onor.", "Leo Brinċat.", "Bdejna wkoll is-sistema tal-heliport, li min ikun se jsiefer iħalli l-bagalja hemm u jiġborha at his final destination.", "Għamilna wkoll il-biljett ta' Lm5 għal dawk li jmorru bl-Air Malta.", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet intejbuhom.", "Hemm bżonn li l-Għawdxin ikollhom dwana.", "Issa l-poter qiegħed f'idejn il-ministru u hi trid tiġġieled.", "Aħna li nemmnu fil-poplu Għawdxi nkunu warajha.", "Ma nkunux warajha meta jiġri bħalma ġara u jidħlu 25 baħħar mingħajr ktieb tal-baħar mal-Gozo Channel.", "Irrid insemmi wkoll li lanqas it-traffic-lights ma tranġaw.", "Ilna sena bit-traffic-lights mkissrin.", "Kif nistgħu ma nsolvux problemi żgħar u nippruvaw insolvu l-kbar?", "Sur President, biex nagħlaq irrid ngħid li aħna l-Għawdxin iridu naħdmu biex ma nibqgħux iktar ċittadini tat-tieni klassi.", "L-ebda Malti m'hu se jiġġieled għalina.", "Il-ministru tista' tinsieħ il-kumitat tal-millennju li qegħda tagħmel.", "Il-kumitat tal-millennju messu ġab il-Brockdorff circle, li huma xogħlijiet tal-poplu Għawdxi, li flok qegħdin ġo kaxxa f'Malta misshom qegħdin esebiti b'mod permanenti fil-gżira Għawdxija.", "Bihom messu fetaħ mużew ta' l-arti fil-gżira Għawdxija.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu nagħmlu.", "Nagħlaq billi nagħti l-awguri tiegħi tal-Milied lill-poplu Malti u Għawdxi kollu u j'Alla jkollna sena tajba wkoll, Sur President.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, in-numri juru bl-aktar mod ċar x'inhi l-problema strateġika li hemm fil-ministeru għal Għawdex.", "Għalkemm naf li n-numri jdejqu lil ħafna nies, se jkolli nibda bihom għaliex ma tistax taħrab minnhom.", "Il-problema fundamentali tal- ministeru għal Għawdex hija preċiżament illi Għawdex jinsab maqbud f'sitwazzjoni finananzjarja diffiċli.", "Jekk inħarsu lejn l-ispiża rikorrenti nsibu li 87.3% mill-ispiża rikorrenti tal-ministeru għal Għawdex fl-1998 marru fuq pagi għall- impjegati tal-gvern.", "Jekk inħarsu lejn kif ġew approvati l-estimi tal-gvern għas-sena 1999 insibu li fuq pagi għall-impjegati tal-gvern marru 90.6% ta' din l-ispiża.", "Skond il-budget li għandna quddiemna l-previżjoni hi li għas- sena d-dieħla l-parti ta' l-ispiża rikorrenti li se tmur fuq pagi se tkun ta' 90.4%.", "Dan ifisser li 90% u aktar mill-fondi rikorrenti għal Għawdex imorru fuq pagi u anqas minn 10% jmorru fuq materjal, fuq manutenzjoni u fuq affarijiet li bihom titmexxa l-amministrazzjoni.", "Jekk inqabblu dan ma' dipartiment li għandu ħafna nies fih, id-dipartment ta' l-edukazzjoni, naraw li din is-sena 85.8% mill-voti rikorrenti ta' dan id-dipartiment marru fuq pagi, jiġifieri 5% anqas minn Għawdex.", "Dawn il-figuri juru li l- ispiża tal-ministeru għal Għawdex hi maqbuda fi tnalja.", "Mhux ta' b'xejn allura li ħafna drabi nsibu li waqt li jitgħabbew l-impjiegi fil-ministeru għal Għawdex, it-tmexxija tiegħu ssib ruħha hamstrung.", "Minn hawn imbagħad toħroġ l-inizjattiva, is-sens ta' direzzjoni, is-sens ta' viżjoni, is-sens ta' leadership ta' min ikun qed imexxi l-ministeru għal Għawdex.", "Bir-rispett kollu, ikolli ngħid li waqt li nikkritika, lill-iSpeaker preżenti tal-Kamra, l-Onor.", "Anton Tabone, nirrikonoxxi li hu kien juri leadership meta kien imexxi l-ministeru għal Għawdex - u anke sieħbi l- Onor. Anton Refalo wera viżjoni ta' leadership meta kien segretarju parlamentari - imma meta nħares lejn x'inhu għaddej bħalissa f'Għawdex taħt il-Ministru Giovanna Debono, bir-rispett kollu ngħid li dan m'huwiex il- każ.", "Mhux talli huwa leadership ħażin u li m'hemmx viżjoni imma talli f'Għawdex qed jitkabbru ċerti ċirki vizzjuzi li taħt l-apparenza ta' qdusija u kliem sabiħ, tipo dawk ta' Maria Goretti, qegħdin ikomplu jimminaw u jnawru s-soċjeta' Għawdxija.", "Minflok turi leadership għal Għawdex kollu kemm hu, il-ministru qed iddaħħal diviżjoni akbar mhux biss bejn Laburisti u Nazzjonalisti imma anke bejn Nazzjonalisti u Nazzjonalisti, għaliex jew ikollok il-boll tagħha jew tispiċċa out of it.", "Agħar minn hekk imbagħad, viżjoni u sens ta' leadership m'hemmx.", "Bil-preżenza tagħhom stess ministru jew segretarju parlamentari għandu jkollhom is-sens ta' identita', ta' push, ta' saħħa u ta' inizjattiva li jġiegħel l-affarijiet jiġru f'Għawdex.", "Issa għandna ministru li l-unika industrija li qed tippromwovi hemmhekk bħalissa hija kif se ġġib aktar voti hi!", "Għandha network tal-knisja u tal-partit Nazzjonalista antik tal-familja tagħha li jinsab dejjem għaddej.", "Fl-ewwel sena ta' tmexxija ħafna Għawdxin kienu mpressjonati f'dak li qed jiġri għaliex tradizzjonalment f'Għawdex hemm l-argument li min jaħdem għan-nies tiegħu jgħidulu prosit, imma fil- kuntest ta' Malta u Għawdex bħalissa malajr qed tidher kemm din l-approach mhijiex biss kontro-produċenti imma qed toħloq diviżjonijiet, ċirki vizzjużi ġodda u qegħda wkoll tistaġna t-tmexxija f'Għawdex.", "L-aktar ħaġa li lili tixxukkjani hija li meta jinqalgħu affarijiet li jidhru iebsa, jaħarqu jew jidhru ta' dwejjaq u li jridu jiġu ffaċċjati, il-ministru ma' tidħolx għalihom b'dik il-leadership mistennija.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li lili kellmuni l-ħaddiema ta' FX Borg.", "Jien staqsejthom jekk kellhomx xi appoġġ min-naħa tal-ministru għal Għawdex, pero' dawn qaluli li l-ministru tismagħhom u tgħidilhom: Issa naraw x'nistgħu nagħmlu, u kollox jibqa' kif ikun.", "Staqsejt ukoll jekk il- ministru għal Għawdex ħaditx inizjattiva f'dak li għandu x'jaqsam mal- Merit.", "Jekk ħadet xi inizjattiva din baqgħet moħbija kompletament u ma kellha l-ebda effett.", "Qed nitkellmu dwar sitwazzjonijiet fejn ħaddiema Għawdxin qegħdin jiġu obbligati jmorru jaħdmu Malta jew jitilfu l-impjieg tagħhom.", "F'ħaġa bħal din trid turi sens ta' preżenza u sens ta' leadership il-ministru għal Għawdex, pero' din tinsab maqbuda b'voti li 90% minnhom bilfors trid tonfoqhom fuq impjiegi u 10% biss għal tmexxija ongoing ta' manutenzjoni.", "Sur President, bħalma semma l-Onor.", "Anton Refalo hemm il-problema tas- siment li damet tbaqbaq u għaddejja għal ġimgħat sħaħ u hemm ukoll dik tat- trasport pubbliku.", "Fejn hemm l-iebes noqogħdu lura qisu ma ġara xejn!", "Wieħed jistaqsi wkoll x'appoġġ għandha l-ministru għal Għawdex minn sħabha l-ministri l-oħra.", "Fi żmien gvern Laburista - għalkemm ma' domniex wisq fil- gvern - safejn naf jien is-segretarju parlamentari għal Għawdex kien ikollu backing sħiħ mill-kabinett u mill-ministri f'ċerti oqsma bħall-edukazzjoni, public works, finanzi u l-qasam tal-ġustizzja.", "Allura jien ngħid li it's about time li jekk tabilħaqq nemmnu li Għawdex għandu jkun immexxi min-nies tiegħu stess, irid ikun hemm il-leadership min-naħa tal-ministru u mhux il- ministru stess timmina lil sħabha u tagħti eżempju ħażin.", "Sur President, aktar kmieni fid-dibattitu tal-budget jien kont semmejt każ li jirrigwarda tnejn min-nies li tilfu r-relief għaliex qabduhom jaħdmu.", "Dawn marru għand deputat Għawdxi li qalilhom: Issa jekk ksirtu l-liġi, ksirtu l-liġi!", "Imbagħad jumejn wara reġgħu marru għandu u qalulu: Isma', irranġatilna l-ministru u erġajna qegħdin nirċievu l-benefiċċji!", "Dan il-każ għadu ma rrisponda fuqu ħadd.", "Għawdex kollu jitkellem fuqhom dawn l- affarijiet.", "Mela min-naħa ma nuru l-ebda leadership u min-naħa l-oħra nimxu b'mod li joħloq dejjem aktar ċrieki vizzjużi fis-soċjeta' Għawdxija waqt li nibqgħu għaddejjin qisna Maria Goretti bi kliem ta' qdusija!", "Sur President, l-argument sħiħ ta' x'viżjoni għandna għal ħolqien ta' opportunitajiet f'Għawdex mar l'hinn minn hemm.", "Hawnhekk ilna nitkellmu dwar il-kuntest li l-gvern għandu problema strutturali li qed tiżdied u se tibqa' tiżdied pero' xorta waħda għandu jkun hemm ħidma biex f'Għawdex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol li ma jinvolvux lill-gvern.", "F'dan ir-rigward il-ministru għal Għawdex u l- gvern ta' Dr Fenech Adami kellhom sensiela sħiħa ta' proġetti u ideat li kienu mibdija u li setgħu komplew fuqhom, pero' kien hemm paralisi totali u dawn il-proġetti u ideat twaqqfu.", "Wieħed minn dawn kien il-proġett tal- yacht marina.", "Minflok ħadmu fuqu, qalu mill-ewwel li dan il-proġett mhux tajjeb u bdew jaqilgħu d-diffikultajiet.", "Żgur li kien hemm ċerti diffikultajiet iżda l-gvern messu pprova jsolvihom, kif konna qegħdin nippruvaw nagħmlu aħna.", "Dak huwa l-mod kif timxi.", "Minflok li l-gvern jinvesti f'dawn il-proġetti direttament hu, dan kellu jippromwovihom u joħloq partnership mas-settur privat biex dawn jimxu 'l quddiem.", "Iva, hemm bżonn li f'Għawdex jinħolqu aktar impjiegi fit-turiżmu permezz ta' proġetti bħal dak tal-yacht marina.", "Insemmi wkoll il-proġett tal-golf-course u nfakkar li fi żmien gvern Laburista kienu jikkritikawna għaliex konna qed insemmu l-golf-courses.", "Kellem lill-Għawdxin u għidilhom jekk jaqblux ma l-idea sakemm ikun hemm ħarsien ambjentali serju u nagħmel enfasi fuq il-kliem ħarsien ambjentali serju!", "Issa dan il-proġett sfuma fix-xejn allavolja diġa' kien hemm nies barranin interessati li jabbinaw ruħhom ma' proġett bħal dan.", "Barra minn hekk dan kien ikun proġett maħsub speċifikament biex turisti ma jiġux Malta u jqattgħu nofs ta' nhar Għawdex imma jiġu biss Għawdex u jqattgħu vaganza ta' ġimgħa ffokata fuq golfing.", "Din tagħmel sens u dan joħloq opportunitajiet ġodda għall-Għawdxin tagħna u f'dan il-każ jiena nerġa' nistaqsi fejn hu l-leadership f'Għawdex.", "Affarijiet bħal dawn niffaċċjawhom u nsolvuhom mingħajr m'għandna bżonn ta' voti kbar.", "Id-90% ta' pagi jibqgħ.", "Kulma trid huwa sens u inizjattiva u minflok toqgħod taħli l-ħin tbażwar 'il hemm u tbażwar 'il hawn biex tara fejn se ddaħħal lin-nies tiegħek, tibda taħdem fuq proġetti għall-Għawdxin kollha.", "Barra minn dan konna qegħdin nimbuttaw ukoll biex isir casino ma' waħda mil-lukandi li jkunu lesti jagħmlu ħlasijiet serji bla spekulazzjoni ta' xejn.", "Imma anke hawn, ma smajna xejn aktar fuq din l-idea.", "Sur President, l-Onor.", "Anton Refalo semma wkoll il-proġett li jinbena industrial estate suret in-nies biex dawk il-ħafna self-employed żgħar f'Għawdex ikollhom opportunitajiet tajba u ma jibqgħux jimpjegaw lilhom infushom imma jimpjegaw lil xi ħadd ieħor magħhom.", "Veru li kien hemm id- diffikultajiet ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar - u ma nafx ta' kemm-il anġlu u xitan ieħor - imma l-ministru għal Għawdex qiegħda tiffaċċja u tipprova ssolvi dawn l-affarijiet fl-interess ta' l-Għawdxin?", "Dan il-proġett ma jinvolvix xi spiża li m'hijiex aċċettabbli għall-gvern, anzi hija xi ħaġa li toħloq opportunitajiet ġodda għal Għawdex.", "Jiena għalhekk ngħid li din il-ministru ma jistħoqqilhiex fiduċja għax m'hijiex qed turi leadership fl- affarijiet li huma essenzjali u, minbarra dan, hemm il-partiġġjaniżmu sfrenat li qed timxi bih, anke f'ċerti affarijiet ta' direct orders.", "Sur President, f'Għawdex kulħadd jitkellem dwar kif qed isiru l-affarijiet u lanqas nilħaq nirfes l-art li ma jiġux ċerti nies fuqi u jgħiduli x'qed jiġri.", "Intenni li dan huwa aġir 'il hinn mis-serjeta' u jiena ninsab ixxukkjat bil-mod ultra partiġġjan li qed jitmexxew l-affarijiet f'Għawdex.", "Jiena wieħed min-nies li l-aktar niġi kkritikat meta nkun Għawdex.", "Il- Laburisti jgħiduli: Qed tara, inti kont tipprova żżomm ċertu bilanċ bejn in- Nazzjonalisti u l-Laburisti u issa għandna ministru li miexja bil- bulldozer!", "U lil min taqdi mhux Nazzjonalisti biss iridu jkunu imma Nazzjonalisti tagħha biss!", "Issa dan kollu jsir quddiem screen u preżentazzjoni ta' qdusija kbira.", "Kulħadd jaf ikun qaddis jew jidher qaddis imma t-tagħlimiet qed jittieħdu u l-ħdura qed tikber.", "Dan li rridu f'dan il- pajjiż?", "Hekk irridu mmexxu l'Għawdex, post fejn kulħadd jiġi minn kulħadd u kulħadd jaf lil kulħadd?", "Bid-dispjaċir kollu jkolli ninnota li meta tiġi ffaċċjat b'sitwazzjoni bħal din trid taħdem bil-ponn għax ma tistax tibqa' taħdem bl-ingwanta.", "In-nies qed tistenna u għandha raġun ukoll.", "Quddiem ponn imkeffen f'dehra ta' qdusija trid tuża ponn ieħor u issa aħna lesti li nużawh il-ponn.", "Jiddispjaċini li jkolli nitkellem b'dan il-mod imma ħalli nagħtik eżempju fejn tabilħaqq jiena urtat b'dak li qed jiġri.", "Aħna konna rranġajna biex dawk li japplikaw quddiem it-tribunal għall- investigazzjoni ta' inġustizzji jkollhom assistent ġudizzjarju f'Għawdex.", "Dan jitla' Għawdex u jitkellmu quddiemu.", "Nistaqsi jekk hemmx xi ħaġa ħażin f'dan.", "Qed nirriferi għat-tribunal u mhux għall-qorti.", "Hawnhekk min għandu d-dritt tiegħu se jieħdu u min m'għandux dritt ma jeħdux.", "Le, ma kenux kuntenti biha din.", "Irranġaw ħalli titlaq l-assistenza ġudizzjarja u ma reġgħux tellgħu assistent ġudizzjarju ieħor.", "Jien nixtieq nuża kelma vulgari biex niddiskriviha din il-ħaġa.", "Din hi oxxenita'.", "Mhux sew li dawn l-affarijiet jiġru u qisu ma ġara xejn.", "Qed nipprotesta bl-aktar mod formali fuq ħaġa bħal din.", "(Interruzzjonijiet) Tibżgħux, għax ir-rota ddur!", "U verament se ddur, għaliex anke nies li jien ngħidilhom moderati qed jaraw li mhux sew li jsiru dawn l-affarijiet.", "Sur President, bl-istess mod in-nies m'humiex qed jemmnu l-gideb li għaddej dwar l-Unjoni Ewropea.", "L-affarijiet li se jibdew isiru se jkollhom impatt dirett u negattiv fuq il-ħajja u l-prospetti ta' l-Għawdxin.", "Nistgħu nagħmluha ċara minn issa li m'hemmx ċans ta' industrija żgħira jew kbira taħt il-kondizzjonijiet li bihom mexjin lejn sħubija sħiħa fl-Ewropa.", "Mela diġa' qegħdin nitfu batterija waħda f'Għawdex, dik tal-manifattura!", "(Interruzzjonijiet) Dik daqshekk, wipe-out!", "Bl-istess mod, il-biedja m'għandna l-ebda ċans li timxi 'l quddiem taħt il-kondizzjonijiet ta' sħubija sħiħa fl-Ewropa.", "Naħseb li allura aktar u aktar hemm bżonn li l- Għawdxin jirriflettu u jkunu informati għaliex l-istrateġija tal-gideb u li toqgħod tbella' l-illużjonijiet m'hijiex se taħdem aktar.", "Fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali li jinsab fihom pajjiżna, aktar u aktar Għawdex, m'intix se tasal b'din it-tip ta' strateġija ta' ngann.", "M'intix se titwemmen u m'intix se tasal.", "Sur President, fid-diskussjoni dwar il-futur ta' Għawdex għandna niffukaw fuq viżjoni, għaliex viżjoni, m'hemmx.", "Irridu niffukaw fuq leadership għaliex leadership taħt il-ministru preżenti m'hemmx u rridu niffukaw ukoll fuq l-interess ta' l-Għawdxin kollha, bla ebda ħsus partiġġjani li qed inawru u jivvizzjaw lis-soċjeta' tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l-oppożizzjoni u l-ħin li fadal huwa kollu għall-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, it-tieni budget ta' din il- leġislatura li qed jppreżenta l-ministru tal-finanzi wera li mhux biss laħaq il-miri li għamel il-budget għall-1999 iżda anke morna xi ftit aħjar minn dak previst.", "L-akbar problema li għandu quddiemu l-gvern Nazzjonalista hi li jbaxxi kemm jiflaħ l-iżbilanċ strutturali li sar insostenibbli.", "Fil- budget ta' l-1999 il-Ministru Dalli kien ippreveda li jbaxxi dan l-iżbilanċ minn Lm150 miljun għal Lm135 pero' llum nafu li dan kompla niżel għal Lm124 miljun.", "Anke l-iżbilanċ bejn dak kollu li jdaħħal u joħroġ il-gvern kellu jkun ta' Lm71 miljun u fil-fatt dan niżel għal Lm56 miljun.", "Dan ma jfissirx li ma fadalx ħafna xi jsir, u l-gvern huwa mpenjat li jissokta jaħdem fl- interess tal-pajjiż, u s-sena d-dieħla huwa pproġettat li l-iżbilanċ ikompli jonqos għal Lm109 miljun.", "Il-gvern jixtieq li f'dan il-budget jikseb riżultat li jkun ta' serħan il-moħħ.", "Dan qed ngħidu għax bil-mod kif kien miexi l-gvern ta' qabel, in-nies kienu nkwetati sew bl-iżbilanċ kbir li gvern Laburista kien ġab fil-pajjiż.", "F'dan il-budget il-gvern wera li l- problema qegħda hemm iżda m'hijiex xi waħda li għandha twerwer lin-nies.", "Sur President, jenħtieġ li dwar din il-problema ta' l-iżbilanċ inkomplu bir-rankatura meħtieġa biex jinbidel dak li hemm bżonn għall-ġid tal-poplu u tal-pajjiż.", "Il-gvern qed jagħti messaġġ ċar biex naqtgħu l-ħela u nkomplu mexjin biex il-kisbiet li saru jkomplu jissaħħu.", "Il-poplu Malti jaf li jekk taqta' qalbek qatt ma tista' timxi 'l quddiem.", "Mhux bilfors kulħadd jaqbel mal-Partit Nazzjonalista imma kulħadd jammetti li dejjem kien dan il-partit li ħoloq il-ġid f'Għawdex u naturalment anke f'Malta.", "Minn meta tħabbar dan il-budget bdejna mexjin b'pass mgħaġġel fid- direzzjoni mibdula ta' pajjiżna.", "L-ebda gvern waħdu, b'saħħtu kemm hu b'saħħtu, m'huwa se jirnexxielu jbiddel id-direzzjoni tal-pajjiż u biex iseħħu l-bidliet neċessarji, irid ikun l-istess poplu li jifhem fejn irid jasal il-gvern tal-ġurnata.", "Nemmen li qbadna t-triq it-tajba, li r-rotta tal-pajjiż daret sew u li l- poplu qed jifhem li l-passi li qed jittieħdu llum huma fl-interess tiegħu.", "Wieħed jistaqsi jekk il-miżuri li ttieħdu kenux meħtieġa, jekk il-pajjiż setax ikompli jiddejjen bir-rata li dejjem iddejjen il-gvern Laburista jew jekk l-imgħaxijiet fuq id-dejn setgħux ikomplu jikbru bl-istess rata tant li llum jissuperaw in-nefqa fuq is-saħħa.", "Tweġiba negattiva għal dawn il- mistoqsijiet tfisser li l-miżuri meħuda mill-gvern tal-lum għandhom isibu l- appoġġ ta' kulħadd.", "Sur President, il-gvern qagħad attent ħafna biex il-miżuri li ħa ma jaffettwawx lil dawk bi dħul baxx.", "Żamm l-istess pożizzjoni fir-rigward ta' dawk li għandhom dħul ta' inqas minn Lm4,000.", "Dawk li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx Lm5,500 m'huma se jħallsu ebda taxxa żejda.", "Bil-għan li l-ekonomija tibqa' għaddejja bir-rittmu li qabdet, il-gvern qagħad attent ukoll li ma jgħabbix piż żejjed fuq in-negozju.", "L-introduzzjoni mill-ġdid tal-VAT uriet kemm il-gvern Laburista kien żbalja meta neħħiha.", "Iċ-ċifri juru b'mod l- aktar ċar dħul ta' Lm30 miljun aktar mill-VAT.", "Dawn huma miżuri meħudin b'kuxjenza soċjali li jippermettu lill-ekonomija tkompli tespandi biex jinħolqu aktar opportunitajiet ta' xogħol.", "Nammetti li mhux kulma fih il- budget huwa faċli u nammetti wkoll li għad hemm problemi, bħall-ħela, l- ineffiċjenza u l-abbużi, pero' nafu li bħal l-aħħar budget li kellna, wara li jgħaddu t-12-il xahar minn fuq dan il-budget, se jkollna pajjiż aħjar, pajjiż aktar modern imma fuq kollox pajjiż b'inqas piżijiet għal dawk li se jiġu warajna.", "Dan se jgħinna wkoll biex Malta u Għawdex ikomplu mexjin fit-triq tal-progress mixtieq.", "Sur President, it-twaqqif tal-ministeru għal Għawdex f'Mejju ta' l-1987 mil-gvern Nazzjonalista kien l-ewwel pass ta' deċentraliżżazzjoni mwettaq fil-pajjiż.", "Dan kien pass kbir u pass 'il quddiem fil-mixja ta' l-iżvilupp tal-gżira.", "L-esperjenza wriet li l-ħolqien tal-ministeru kien l-aħjar mod ta' tmexxija għal Għawdex.", "B'dan il-mod Għawdex seta' jkollu l-għodda tiegħu biex tintuża għall-iżvilupp ekonomiku fit-triq tal-progress u tal- prosperita' u tgħinu dejjem aktar biex jikkontribwixxi għall-ġid nazzjonali, kif fil-fatt għamel fl-aħħar snin.", "Il-pass li jmiss hu li gvern Nazzjonalista jikkonsolida dak li għamel s'issa u jkompli fil-proċess ta' deċentraliżżazzjoni u ta' devoluzzjoni.", "Dan jagħmlu għax jemmen li Għawdex, bħala gżira, għandu l-ħteġijiet tiegħu għat-trasport pubbliku, għas-sistema ta' l-ilma, dawl, drenaġġ, telekomunikazzjoni, għall-ħarsien u tisbieħ ta' l-ambjent u għall-iżvilupp ekonomiku.", "Għalhekk Għawdex għandu bżonn ta' amministrazzjoni integrata.", "Il-ministeru għal Għawdex qed iħejji dan il- pass li jmiss wara mixja mgħaġġla iżda maħsuba ta' għaxar snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Sur President, nixtieq ukoll nagħmel riferenza għat-trasport bejn Malta u Għawdex.", "Illum il-link tal-vapuri bejn il-gżejjer mhux sempliċement neċessita' iżda huwa lifeline għall-ħajja ta' kuljum, għall-industrija, għat-turiżmu u għas-servizzi f'Għawdex.", "Vapuri komdi, portijiet kennija u organizzati, servizz ta' trasport effiċjenti u komdu, dan kollu huwa neċessita' u mhux lussu.", "L-upgrading li sar fis-servizz ġab miegħu bżonn ta' aktar upgrading.", "It-titjib li sar mil-1987 'l hawn ġab xogħol, kummerċ u kumdita'.", "Illum dak li mmeravilja qabel huwa kkonsidrat qadim u jekk irridu aktar xogħol u kummerċ f'Għawdex, irridu bilfors intejbu aktar is- servizz.", "Huwa minħabba f'hekk li għamilna u investejna f'vapuri ġodda, mibnija apposta għall-ibħra tagħna, f'port ġdid fiċ-Ċirkewwa, b'arranġament għal traffiku fuq l-istess linji ta' l-Imġarr u passenger terminal fiċ- Ċirkewwa u ieħor l-Imġarr.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq issue li hija fuq fomm kulħadd, dik ta' l-Unjoni Ewropea, għax hawn min irid jallarma lin-nies u jbeġġagħhom li meta Malta tidħol fl-Ewropa, minħabba ċ-ċokon tagħha tinbela' mill-pajjiżi l-oħra.", "Gvern Nazzjonalista jemmen li l-Ewropa mhux qed iġġiegħelna nagħmlu xi tibdil li aħna ma għandniex bżonn nagħmlu xorta waħda għall-interess tagħna.", "Kif qal il-ministru tal-finanzi, l-Ewropa tagħtina l-kejl ta' kwalita' u effiċjenza li tajjeb nimmiraw għalih.", "L-Ewropa se tagħtina possibbiltajiet akbar li niżviluppaw aħjar ir-riżorsi kolha tagħna.", "Għawdex per eżempju huwa parti integrali mill-gżejjer Maltin iżda mhuwiex xi kolonja ta' Malta u lanqas m'hu mmexxi mill-Maltin.", "Għawdex huwa rappreżentat fl-istituzzjonijiet kollha Maltin, anke fil-kabinett permezz tal-ministru għal Għawdex, u m'hemm xejn li jista' jżomm lil xi ħadd Għawdxi milli jokkupa pożizzjoni għolja ta' tmexxija.", "Żgur li ħadd ma jista' jgħid li Għawdex imbela' minn Malta.", "Bl-istess mod, la darba nissieħbu fl-Unjoni Ewropea Malta tkun parti mill-Unjoni iżda ma tinbelax minnha.", "Malta jkollha postha wkoll fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet li jolqtu lill-Ewropa u allura jolqtu wkoll lill-Maltin.", "Naturalment anke għal Għawdex hemm post fl-istituzzjonijiet Ewropej.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għal dak li jissejjaħ il-committee of regions.", "Jekk kollox jibqa' kif inhu, fih jista' jkollna sa sitt rappreżentanti minn Malta, li fosthom nifhem li għandu jkun hemm ukoll wieħed Għawdxi.", "Sur President, biex nivverifikaw jekk fil-fatt aħniex se ninbelgħu jew le mill-Unjoni Ewropea hemm il-prova tas-sussidjarjeta'.", "Jekk hemm deċiżjoni li nista' nieħu jien iżda minflok din jeħodha xi ħadd li qiegħed fuqi, allura hemm xi ħaġa ħażina u l-probabbilta' tkun li jien m'għandix l- indipendenza li naħseb li għandi.", "It-tajjeb tas-sussidjarjeta' m'huwiex biss li d-deċiżjoni tkun ittieħdet minn min għandu jeħodha, f'dan il-każ Għawdex u l-Għawdxin, imma aktar minn hekk id-deċiżjoni tkun aktar effettiva milli kieku jkun ħadha ħaddieħor, li allura ma jistax japprezza s-sitwazzjoni minħabba li jkun distakkat mill-problemi tal-ħajja ta' kuljum ta' Għawdex.", "Ir-riżultati huma li meta wieħed jasal s'Għawdex isib li l- problemi ta' dehra u ta' ndafa huma ferm inqas minn dawk ta' Malta, fejn il- kultura ta' sussidjarjeta' daħlet aktar tard.", "Fi kliem ieħor Għawdex mhux talli ma nbelax minn Malta talli f'ċerti każi mar aħjar.", "Fil fehma tiegħi jekk kien hemm esperiment li rnexxa f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin kien propju dak tas-sussidjarjeta' f'Għawdex.", "Sa ftit ta' snin ilu l-budget kien jitqies bħala xi eżerċizju fejn wieħed isib mezz biex jibbilanċja l-kontijiet.", "Dan kien eżerċizju li bejn wieħed u ieħor iħallik fejn tkun.", "Ħafna mill-kelliema tan-naħa l-oħra tkellmu dwar l- għoli fil-prezz tal-ħobż, sigaretti u fuel, iżda din hija biss parti żgħira mill-budget.", "Il-budget ta' din is-sena hu eżerċizju li jagħtik viżjoni għall-futur.", "Jiena se nikkwota silta mid-diskors tal-Ministru Dalli dwar id-direzzjoni ekonomika fil-preżentazzjoni ta' dan il-budget.", "Huwa qal:", "\"Jibqa' dejjem il-fatt li rridu nżommu ħarsitna fuq kif se nkattru l- valur miżjud f'pajjiżna.", "Il-bidla fid-dinja qed issir b'pass mgħaġġel.", "Meta wieħed jara kif il-bażi tal-valur qiegħed jinbidel minn assi materjali għal assi intellettwali, wieħed jinduna li l-opportunitajiet li qed jinfetħu għal pajjiż żgħir bħal tagħna huma tabilħaqq kbar.\"", "Imbagħad il-Ministru jkompli hekk:", "\"Iċ-ċentru għas-servizzi finanzjarji miexi 'l quddiem b'firxa ta' servizzi li pajjiżna jeħtieġ biex jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol għall-ħaddiema tagħna u fost dawn insemmu back-office work u call centres.\"", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Iċ-ċentru se jkompli jiżviluppa ambjent biex jibqa' jiġbed l- investiment lejn pajjiżna.", "Il-kummerċ elettroniku huwa wieħed mis- setturi ewlenin li ċ-ċentru se jikkonċentra fuqu.", "Illum l-internet sar mezz qawwi biex jinxtraw prodotti bankarji, assikurazzjoni u prodotti oħra ta' investiment.", "Dan il-qasam qed jattira dejjem aktar ħafna pajjiżi b'ħolqien ta' eluf ta' impjiegi mħallsa tajjeb.\"", "Dan qed nikkwotah biex nuri kemm kull żvilupp ekonomiku jrid jagħraf jisfrutta l-vantaġġi tal-lokal.", "Inutli nitħajru nkabbru uċuħ tar-raba' jekk m'għandniex vantaġġi bħall- art jew provvista rħisa ta' materja prima biex inkunu kompetittivi f'dan is- settur.", "Għalija l-aktar vantaġġ importanti huwa s-sbuħija naturali u t- trankwillita' ta' Għawdex.", "Dawn it-tnejn għandhom valur ekonomiku kbir.", "Jekk il-kwalita' ta' ħajja f'Għawdex tibqa' kif inhi, Għawdex ikun f'pożizzjoni ideali biex jattira l-investiment meħtieġ biex isostni l- attivita' ekonomika b'mod suffiċjenti.", "B'hekk jintlaħaq livell ekonomiku li jikkompara tajjeb ma' pajjiżi b'livell t'għixien ferm ogħla minn tagħna.", "Vantaġġ komparattiv ieħor huwa l-karattru dinamiku ta' l-abitanti, karattru li ħafna drabi jara x'jivvinta biex jaqla' l-ħobża ta' kuljum.", "Ma' dan irridu nżidu n-numru dejjem jikber ta' Għawdin li jiggradwaw mill- universita'.", "Il-mezzi l-ġodda ta' telekomunikazzjoni jippermettu li ħafna xogħol jista' isir kemm fl-ibliet ewlenien tad-dinja kif ukoll f'Għawdex.", "Per eżempju, il-kumpanniji l-kbar mexxew ix-xogħol tal-computers tagħhom lejn pajjiżi fejn hemm numru kbir ta' programmers tajbin li huma ferm irħas minn dawk li jistgħu jimpjegaw f'pajjiżhom.", "Din it-tendenza se tkompli għax kulħadd huwa konxju mill-bżonn ta' kompetittivita' dejjem tikber u aktar kontroll fuq l-ispejjeż.", "Kif qed nitkellem fuq it-telekomunikazzjoni ngħid ukoll li l-internet ukoll qed jiftaħ oriżżonti ġodda li qatt ma konna nimmaġinaw qabel.", "Il-villaġġ globali sar realta' u aħna rridu nkunu żguri li ma nibqgħux lura minnu.", "Il-kunċett ta' distanza qiegħed isir aktar irrelevanti minħabba t-telekomunikazzjoni mill-aqwa li għandna fid-dinja tal-lum.", "Jeħtieġ li nagħmlu kuraġġ għall-isfruttar ta' teknoloġiji ġodda li jiġu żviluppati minn żmien għal żmien.", "Mijiet ta' mpjiegi jistgħu jinħolqu fis-settur tat-teknoloġija jekk ikun hawn il-kondizzjonijiet ideali u l-ħajra ta' dak li jkun.", "Għawdex jista' jservi ta' testing ground għal inizjattivi fejn, permezz tal-computers, mid-dar jew mill-uffiċċju ħaddiem ikun qisu qed jaħdem f'uffiċċju Malta jew f'pajjiż ieħor.", "Ma ningannawx ruħna li din hija xi soluzzjoni faċli iżda naħseb li għandha tkun il-politika ta' dan il-gvern li jinvesti f'nies u f'know-how biex nesploraw it-toroq ġodda ta' dan ix-xogħol.", "Sur President, fi ftit ta' żmien aħna morna 'l quddiem ekonomikament u neħħejna l-biża' li ma jirnexxilniex ngħixu b'rajna f'idejna.", "L-ambizzjoni m'għandhiex tieqaf hawn iżda għandna nfittxu dawk il-fatturi li jippermettu żvilupp sostenibbli f'din il-gżira.", "Fil-football, permezz tal-GFA, irnexxielna nibdew nilagħbu fil-premier league.", "Politikament, permezz tal- gvern Nazzjonalista, ukoll qegħdin nilagħbu fil-premier u jiena ninsab fiduċjuż li sakemm ikollna gvern Nazzjonalista żgur li m'ahniex se niġu relegati!", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Victor Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Sur President, s'issa kien hawn ħafna kritika kostruttiva pero' kellna wkoll kritika negattiva.", "Dalgħodu ħadt pjaċir għaliex apparti xi ftit punti negattivi, il-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra żgur li wrew solidarjeta' ma' din in-naħa għar-rigward Għawdex, għaliex finalment l-interessi ta' Għawdex irridu nieħdu ħsiebhom bis-serjeta'.", "Jekk ħareġ xi ħaġa minn dan il-budget żgur li wieħed ma jistax jgħid li dan kien budget li jiġbed il-voti.", "Dan kien budget ta' kuraġġ kbir u naħseb li kien ukoll wieħed mill-aktar budgets realistiċi u serji għal dawn l- aħħar snin.", "Minħabba l-kobor tad-dejn nazzjonali ridna nieħdu ħsieb biex kemm jista' jkun innaqqsu l-ħela minn kull settur, kull azjenda, kumpannija u dipartiment.", "Li kieku din il-ħela nipprovaw inrażżnuha, il-gvern tal- ġurnata jkun jista' joffri iktar servizzi, ikun jista' jimponi inqas taxxi u allura l-poplu kollu Malti u Għawdxi jgawdi aktar.", "Qed insemmi l-ħela għaliex tħares fejn tħares din tista' taraha b'għajnejk u tmissha b'idejk.", "Per eżempju, iġġarraf ħajt minħabba l-kwantita' ta' xita li niżlet u dan dam ġimgħatejn biex jitla' biċċa minnu; reġgħet għamlet ix-xita u dan il- ħajt reġa' ġġarraf u se jkollu jerġa' jinbena.", "S'issa għaddew iktar minn erbat ġimgħat biex tela' terz minn dan il-ħajt u jiena nikkalkula li s'issa ġie jiswa Lm1,000 aktar.", "Dawn huma flus li jistgħu jmorru fuq proġetti, fuq xogħlijiet oħra u fuq benefiċċji għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Issa jiena ġibt eżempju żgħir imma dawn huma affarijiet ta' kuljum li jtellgħu l- ispiża b'miljuni kbar u lkoll kemm aħna nħabbtu wiċċna magħhom.", "Sur President, wieħed mill-pilastri l-kbar ta' l-ekonomija żgur li huwa t-turiżmu.", "Huwa veru li l-awtorita' tat-turiżmu qed tagħmel xogħol tajjeb pero' fl-aħħar mill-aħħar dan is-settur jiddependi fuq kull Malti u fuq kull Għawdxi.", "Jekk aħna se nibqgħu nittrattaw lit-turist bħala numru minflok bħala investiment, allura dan is-settur se jmur lura.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għall-kumitat tal-millennju li ttella' mill-ministeru għal Għawdex, li għamel sensiela ta' żjarat f'kappelli mxerrdin mal-gżira Għawdxija.", "Jiena attendejt għal numru minnhom u hawnhekk nixtieq infaħħar lil Godwin Vella għaliex kull darba li attendejt, dan ta lectures li kienu informattivi u edukattivi ħafna.", "Irrid ngħid ukoll li l-attendenza għal dawn iż-żjarat kienet waħda numeruża, għalkemm forsi barra r-residenti barranin kienu qed jattendu wkoll numru kbir ta' Għawdxin.", "Dan jawgura tajjeb għax juri li ikar ma jgħaddi ż-żmien il-poplu iktar qed isir konxju tal-wirt nazzjonali.", "Sur President, waħda mill-kappelli li żorna kienet dik ta' Santa Ċeċilja, li għandha 'l fuq minn 1,600 sena.", "Taħt il-gvern preċedenti kienu ttieħdu l- passi biex din il-kappella tiġi f'idejn il-gvern - u sewwa sar, għalkemm ma naqbilx li l-gvern jaqbad u jieħu proprjeta' tal-privat mingħajr ma jagħti kumpens xieraq - pero' tajjeb li jiġi nnotat li l-ġnub tagħha bdew jiżżaqqu.", "Dan ġara għaliex xi bravu kien seraq il-miżieb u allura għamel bokka ġo fiha, bir-riżultat li kull ftit ilma tax-xita tinżel għal ġo din il-kappella.", "Jekk ma neħdux passi immedjati wisq nibża li din il-kappella għad insibuha mġarrfa.", "Dwar dan il-każ m'għandniex nagħmlu xi ġabra biex niġbru l-fondi biex nirrangawha imma għandna naqbdu u nirranġawha immedjatament għaliex jekk taqa' naturalment din mhux se terġa' titla.", "Sur President, la qed insemmi l-kappelli rrid ngħid li tkun ħaġa tajba jekk isir xi audio-visual dwar bini simili biex inkunu aktar konxji tal-wirt nazzjonali.", "Lanqas huwa ħażin kieku jsir ukoll CD Rom fuq il-gżira Għawdxija, fuq is-slaleb, fuq in-niċeċ li għandna, fuq il-leġġendi tal- kappelli u fuq il-knejjes.", "Għalkemm Għawdex huwa ħafna iżgħar minn Malta, din hija gżira li tippossjedi ħafna wirt kulturali li jista' jiġi gawdut minna, minn uliedna kif ukoll minn min jiġi jżurna.", "Fejn jidħol it-turiżmu jeżistu wkoll abbużi fi kwalunkwe mezz tat- trasport.", "Jekk aħna nipprovaw nivvintaw xi sistema ta' biljetti għat-turist jew għal min juża l-mezzi tat-trasport nevitaw l-abbużi u nkunu qed intejbu iktar dan is-servizz.", "Hemm ħafna lmenti oħra li jistgħu jsiru rigward dan is-settur.", "Per eżempju, fuq id-day trippers jiddispjaċini ngħid li għadna fejn konna.", "Imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni ta' servizz aktar effiċjenti.", "Tliet ġimgħat ilu inzertajt kont sejjer lura lejn Għawdex u ċempilli wieħed mill-gwidi u informani li fit-3.15 p.m. kien hemm numru kbir ta' turisti x- xatt ta' l-Imġarr - uħud minnhom kienu fuq wheelchair - bdiet tagħmel ħafna xita u għalkemm il-vapur \"Għawdex\" kellu r-rampa mniżżla, lil dawn ħadd ma ndenja ruħu joffrilhom post għall-kenn fuq il-vapur.", "Jekk tkellem lill- pulizija jgħidlek li hu mhux suppost jiċċaqlaq għaliex inkella jaqlagħha fuq rasu u l-crew tal-Gozo Channel ikollhom l-ordni li ma jħallu lil ħadd jitla' fuq il-vapur għaliex jistgħu jisirqulu xi makna.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija!", "Donnu li aħna nippretendu li lil dawn it-turisti, li jkunu ilhom imqajmin iktar mis-6.00 a.m. biex jiġu Għawdex, indawruhom dawra, nitimgħuhom imbagħad Alla jbierek nesponuhom għall-elementi!", "Issa dan huwa settur li lilna l-Għawdxin qed irendilna l-flus u qed jimpjegalna n-nies pero' xorta waħda nibqgħu nagħtuh bis-sieq.", "Nisperaw li meta jsir il-passenger terminal dawn il-problemi kollha jispiċċaw, pero' sadanittant nerġa' nagħmel appell li ta' l-inqas issir biċċa tinda.", "Dawn it-turisti m'humiex bħalna.", "Aħna ftit ribellużi għaliex aħna għandna demm Latin imma t-turist jekk tpoġġih f'kantuniera joqgħod hemm għal siegħa sħiħa.", "Allura jekk dan il-povru turist li jiġi fil-gżira Għawdxija huwa ftit anzjan, għaliex għandna nittrattawh hekk?", "Għaliex m'għandniex nagħmlu bank u ntellgħulu tinda?", "Ma naħsibx li din xi ħaġa kbira li se tiswa' ħafna flus.", "Sur President, la qed nitkellem fuq it- terminal nixtieq nagħmel proposta.", "Fil-Magħtab għandna muntanja li nħolqot bil-construction waste.", "Għaliex dan il-waste m'għandux jitħallat bis-siment u biż-żrar biex isiru blokok kbar ta' għaxar jew għoxrin tunellata biex jintużaw għal dan il-moll?", "Jiena m'inix bniedem tekniku - hawn l-Onor.", "Borg li huwa perit forsi jista' jgħidilna ftit aħjar - pero' jien naħseb li forsi dan ikun mezz kif neħilsu minn dan il-waste.", "Sur.", "President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-industrija.", "B'dispjaċir ngħid li Għawdex ma kien ittrattat xejn tajjeb f'dan il-budget għall-fondi li ġew allokati għall-MDC Għawdex.", "L-MDC Malta ħadet Lm5.5 miljun u Għawdex ħa biss Lm100,000 li jfisser 1.8% biss ta' dak li ħadu l- industrji f'Malta.", "Dan ma jawgurax tajjeb biex nikkreaw ix-xogħol fil- gżira Għawdxija.", "Dawn il-Lm100,000 jintużaw biex nagħmlu l-manteniment tal- fabbriki li għandna u biex innaddfu u nagħmlu s-surfacing tat-toroq fl- industrial zone.", "Darba kont staqsejt għaliex ma jitteħdux passi biex isir studju wkoll għal cluster zone fejn nindikaw artijiet li kienu tal-knisja, fejn jistgħu jitilgħu industriji żgħar imħalltin ukoll ma' farms tal- bhejjem.", "Dawn żgur li jkunu kompatibbli mal-fabbriki u fil-fehma tiegħi jekk nagħmlu dan inkunu qed noħolqu iktar ġid.", "Sur President, biex nagħlaq irrid nerġa' ngħid li fil-pajjiż għandna l- ħela.", "Din il-ħela m'hi tajba għal ħadd u jien personalment m'inix lest li ndaħħal idejja fil-but biex noħroġ il-flus f'taxxa għal xi ħaġa li tinħela.", "Kull individwu għandu jagħmel hekk u hemm bżonn li nieħdu l-affarijiet iktar bis-serjeta'.", "Din il-ħela m'hija tajba għal ħadd u l-poplu Malti u Għawdxi jista' jiggwadanja iktar jekk tiġi mrażżna.", "Sur President, biex nagħlaq jiena nawgura lilek u lill-familja tiegħek, lil kull membru ta' din il-Kamra u lil kull Malti u Għawdxi bidu ta' millennju forsi aktar kristjan u bidu ta' millennju mimli ġid, paċi u saħħa.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO Sur President, smajt b'attenzjoni l-interventi li għamlu l-kollegi sħabi miż-żewġ naħat tal-Kamra u minkejja li f'xi mumenti l-kritika min-naħa l-oħra ma nistgħux ngħidu li kienet tirrifletti l- verita' jew li kienet ġusta, irrid ngħid li wara kollox kull kelliem dalgħodu ried juri bil-mod tiegħu s-sitwazzjoni ta' Għawdex issa u kif se tkun bl-estimi li għandna quddiemna.", "Irrid ngħid ukoll li tan-naħa l-oħra pprovaw joskurawni personalment b'aġġettivi li jidhrilhom huma pero' lil dawn ngħidilhom li l-poplu Għawdxi jaf jagħmel il-ġudizzju tiegħu.", "Per eżempju, tan naħa l-oħra qalu - b'mod partikolari l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li jiena nbeżża' lin-nies.", "Jiena ngħidilhom li jekk irridu nkunu serji u kredibbli u jekk irridu nkunu politiċi maturi u verament irridu l-ġid ta' Għawdex, irridu nużaw dan il- parlament mhux biex nitkellmu kif jaqblilna mingħajr ma nivverifikaw l- affarijiet u naslu għall-konklużjonijiet żbaljati imma kliemna jrid ikun meqjus.", "Il-kritika kostruttiva tagħmel ġieh mhux lil min jagħmilha biss imma tagħmel ukoll ġieh lill-gżira tagħna.", "Jien dan li se nipprova nagħmel dalgħodu fl-intervent tiegħi.", "Sur President, meta wieħed iħares lejn il-mission statement kif preżentat fl-estimi, wieħed malajr jinnota bil-ħidma siewja li saret fl- amministrazzjoni tal-gżira Għawdxija.", "Jien ma rridx ngħid li konna perfetti f'kollox jew li xi affarijiet ma setgħux anke marru xi ftit aħjar imma m'hemmx dubju li aħna meddejna għonqna għax-xogħol b'ħeġġa, kuraġġ u bi skopijiet ġenwini u mxejna 'l quddiem ħafna minkejja d-diversi problemi u diffikultajiet li sibna ma' wiċċna.", "Per eżempju, ma kenux faċli l- iniżjattivi li ħadna fil-qasam edukattiv, fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam turistiku u f'diversi oqsma oħra li l-ministeru għal Għawdex huwa responsabbli għalihom.", "Kien hawn kritika li dan il-budget ma jiffokax fuq Għawdex.", "Intqal ukoll li lil Għawdex kważi anke nsejnih u li bilkemm issemma.", "Il-figuri u l-fatti li se nikkwota issa, Sur President, iwaqqgħu dawn l-argumenti u juru bl-aktar mod ċar kemm il-paroli ta' l-oppożizzjoni huma 'l bogħod mill-verita' u juru li l-kelliema tan-naħa l-oħra jridu jaħbu s-sewwa magħruf.", "Dawn ma jridux jammettu li f'dan il-budget il-gvern ta lil Għawdex dik l-importanza li tistħoqqlu.", "Mela ħalli niġi għall- ispiża kapitali.", "Irrid ngħid mill-bidunett li għas-sena d-dieħla qed jiġu vvotati Lm2.11 miljun għal Għawdex.", "Din hija l-akbar somma li qatt ġiet ivvotata.", "Jekk neżaminaw il-programm kapitali għal Għawdex matul dawn l-aħħar tnax-il sena nsibu li fl-1997 - jiġifieri l-unika sena sħiħa ta' gvern Laburista - in- nefqa kapitali lanqas kienet waħda f'termini assoluti, jiġifieri ma kienx hemm flus ivvotati speċifikament għalih.", "Ħin minnhom L-Onor.", "Anton Refalo qal li kien hemm trasferiment minn fuq il-vot kapitali għall-voti rikorrenti.", "Dan ġara minħabba li ma jkunux għadhom lesti ċerti xogħlijiet pero' llum din is-sitwazzjoni ġiet rimedjata u kollox jinsab miexi sew u anke l-vot kapitali se jkun intnefaq kollu sa l-aħħar tas-sena.", "Ma ninsewx li fl-1997 Għawdex ħa l-inqas share min-nefqa nazzjonali.", "Imbagħad fl-1998 gvern Laburista kien ivvota biss Lm1.27 miljun, li żiedhom għal Lm1.75 miljun wara li għamel reviżjoni.", "Ma naħsibx li l-oppożizzjoni ma tafhomx dawn il-figuri u għalhekk jiena ma naċċettax il-kritika li saret.", "Illum mhux talli Għawdex ma naqqasx mill-ispiża kapitali, talli għas-sena d- dieħla qed tiġi vvotata l-akbar somma qatt ivvotata.", "Forsi dan il-kliem ma jdoqqx għal widnejn kulħadd imma l-Għawdxin ġenwini żgur li japprezzaw li jrid ikun hemm gvern Nazzjonalista sabiex Għawdex jieħu dak li ħaqqu.", "Sur President, irrid nagħmel riferenza wkoll għal vot li jidher żgħir iżda li għandu prospetti kbar.", "Qed nirriferi għall-vot ta' Lm20,000 għal proġett ta' kostruzzjoni li qegħdin insejħulu ċentru komunali.", "Dan il-vot se jservi biex isir studju ta' cost benefit ta' proġett fiċ-ċentru tar- Rabat li għandu jkun ta' benefiċċju għal Għawdex kollu.", "Diġa' lestejna development brief dwaru u dan l-iżvilupp propost se jinkludi faċilitajiet kummerċjali kif ukoll multi-level underground carpark għall-komunita'.", "Huwa maħsub ukoll li jkun proġett li jservi ta' promozzjoni għall-attivitajiet soċjali u kulturali, u anke joħloq spazju tajjeb għall-intrapriża privata.", "Fil-fatt is-sehem tal-privat f'dan il-proġett għandu jkun wieħed qawwi u żgur li jservi wkoll biex joffri aktar opportunitajiet ta' xogħol ġewwa Għawdex.", "Jiena nittama li ma ndumux ma nikkonkludu l-istudji biex jekk il- Bambin irid dan iċ-ċentru komunali jkun jista' jinbeda.", "Sur President, bil-kliem kulħadd jista jgħid li jrid imma l-fatti u l-figuri ma jista' jmerihom ħadd.", "Dawn huma x-xhieda tal-verita' u każ tipiku ieħor huwa dwar in-nefqa kapitali fuq it-toroq.", "Smajna ħafna kritika dalgħodu fuq il-kwestjoni tat-toroq imma anke f'dan ir-rigward irrid infakkar li l-inqas nefqa li qatt saret fuq it-toroq f'Għawdex matul dawn l-aħħar tnax-il sena kienet fl-1997, l-unika sena sħiħa ta' gvern Laburista.", "Dakinhar intnefqu biss Lm254,858 filwaqt li għas- sena d-dieħla se nivvotaw Lm750,000, jiġifieri l-akbar nefqa li qatt saret fuq it-toroq ġewwa Għawdex.", "Taħt din l-amministrazzjoni saru diversi toroq bit-tarmak f'diversi rħula f'Għawdex u tajna madwar 20,000 metru kwadru ta' tarmak fejn l-aktar kienet teżisti prijorita'.", "Hemm diversi toroq oħra - jekk m'inix sejra żball madwar xi tnax-il triq oħra - li diġa' nħarġu l- offerti għalihom u se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.", "Xtaqt kieku kellna l- mezzi biex nagħmlu aktar toroq, pero' filwaqt li qed nagħmlu dak li hu l- aktar meħtieġ, ridna wkoll li minn dan il-vot inħallsu parti sostanzjali mid-dejn li aħna sibna.", "Ridna nħallsu lill-kuntratturi tax-xogħol li kienu għamlu snin ilu u li kienu għadhom ma tħallsux tiegħu.", "Ħafna minnu dan kien xogħol li kien sar qabel l-aħħar elezzjoni.", "Ħafna minn dan ix-xogħol ma kienx hemm flus biżżejjed għalih imma sar għaliex kienet ġejja l-elezzjoni.", "Nista' ngħid li ħallasna numru sew ta' kontijiet minn dawn u nwiegħed li nagħmel dak kollu li nista' sabiex il-kuntratturi jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu kemm jista' jkun malajr għax dawn ukoll min-naħa tagħhom iridu jħallsu lill-ħaddiema.", "La qed nitkellem dwar it-toroq irrid nagħmel riferenza għall-akkwist importanti li qed iseħħ din is-sena u qed nirriferi għall-introduzzjoni tal- quality service charter fir-roads section.", "Irrid ngħid li bl-introduzzjoni tal-quality service charter il-ħaddiema tar-roads section qed jirnexxielhom jilħqu l-livell mistenni wkoll.", "Bħal-lum sena jien kont għamilt riferenza għall-water culvert fit-Triq Fortunato Mizzi.", "Xtaqna li għamilnih diġa' pero' ċ-ċirkostanzi ma ppermettewx.", "Irrid ngħid li proprju f'dawn l-aħħar ġranet inħarġet it- tender għal dan ix-xogħol, ma nafx għalqitx jew le, pero' dan ix-xogħol dalwaqt se jkun jista' jinbeda.", "Din se ssolvi l-problema kbira li hemm fi Triq Fortunato Mizzi kemm għar-residenti kif ukoll għat-tfal ta' l-iskola u l-culvert huwa maħsub li mhux biss jilqa' għall-waterflow imma biex taħtu jitpoġġew cables u pajpijiet.", "Sur President, saru diversi xogħlijiet oħrajn li l-ħin ma jippermettix li nsemmihom imma rrid ngħid ukoll li għas- sena d-dieħla għandna ppjanati diversi xogħlijiet dwar it-toroq.", "Sur President, tkellimt dwar in-nefqa kapitali tal-gvern u dwar in-nefqa kapitali tat-toroq, fejn urejt li fiż-żewġ każi qed nivvotaw l-akbar somma qatt ivvotata u issa nixtieq insemmi wkoll id-drenaġġ li għalih qed nivvotaw Lm570,000.", "Dan barra l-programm li wettaqna din is-sena, fejn saru 3,500 metru ta' estenzjonijiet ġodda tad-drenaġġ kważi fl-irħula kollha ta' Għawdex u ma' l,000 metru ta' bdil ta' mains qodma tad-drenaġġ.", "Inbeda wkoll ix-xogħol fuq it-twessiegħ tal-mini li mir-Rabat iwasslu għal Ras il-Ħobż.", "Dan sar bħala parti mill-proġett tal-master plan.", "Saru wkoll xogħlijiet ta' relief f'mains fis-Sannat, ix-Xewkija u l-Qala u diversi xogħlijiet oħrajn.", "Biex inwieġeb anke għad-domanda li għamel l-Onor.", "Borg irrid ngħid li x-xogħol ta' drenaġġ f'Kemmuna se jsir bħala parti mix- xogħol li se jitwettaq fuq it-triq ta' Xħajma u l-pompa ta' Qala Road.", "Bħalissa qegħdin nistennew permess mill-planning authority u appena joħroġ inkunu nistgħu nibdew anke dan ix-xogħol.", "Sur President, bħal fil-każ tan-nefqa kapitali, anke dik rikorrenti tal- gvern għal Għawdex se tkun l-ogħla waħda li qatt saret, fejn qed nivvotaw somma ta' Lm16,766,000.", "Billi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel riferenza għan-nefqa rikorrenti rrid ngħid li fl-1996, meta konna għadna taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista, in-nefqa rikorrenti kienet ta' Lm1,430,000.", "Appena mbagħad tela' l-Partit Laburista fil-gvern din tnaqset b'Lm280,000.", "Hawn irridu nsemmu kollox għaliex m'huwiex għaqli li ngħidu affarijiet li ma jkunux daqshekk preċiżi u dettaljati.", "Sur President, nixtieq insemmi nefqa kapitali sostanzjali oħra li qed issir favur Għawdex.", "Jekk wieħed iħares lejn il-programm kapitali ta' l- awtorita' marittima ta' Malta jsib li għas-sena d-dieħla hemm proposta nefqa ta' Lm750,000 għall-proġett ta' titjib tal-faċilitajiet fl-Imġarr.", "Dan qed ngħidu biex inserraħ ras il-kelliema kollha li dalgħodu qajmu dan il-punt.", "Dan minbarra x-xogħlijiet maħsuba għaċ-Ċirkewwa li huma smati li s- sena d-dieħla se jiswew mal-Lm1.5 miljun.", "Hemm ukoll il-bini tal-vapuri li s-sena d-dieħla huwa stmat li se jitħallas ammont sostanzjali għalihom.", "Sur President, jiena ninsab ċerta li l-mollijiet il-ġodda u t-terminals fiċ- Ċirkewwa u l-Imġarr, flimkien mal-bini tal-vapuri l-ġodda, nistgħu nħarsu lejhom bħala proġett nazzjonali li se jolqot l-aktar lil Għawdex u lill- Għawdxin.", "Għawdex jiddependi ħafna fuq il-mezzi tat-trasport bejn iż-żewġ gżejjer u dan minn dejjem għarfu gvern Nazzjonalista u minn dejjem ra kif għamel biex itejjeb is-servizz bejn Malta u Għawdex.", "Issa b'din in-nefqa kapitali se nissiġillaw għal darba oħra t-timbru ta' gvern Nazzjonalista li b'impenn serju ħaseb u qed jerġa' jaħseb biex min jivvjaġġa bejn iż-żewġ gżejjer ikollu servizz xieraq taħt kull ċirkostanza bl-inqas tbatija possibbli.", "Kulħadd jaf li barra numru sabiħ ta' Maltin u anke turisti huma l- Għawdxin infushom li ħafna minnhom jivvjaġġaw b'mod regolari bejn Malta u Għawdex.", "Dawn ma jagħmlux dan b'kapriċċ, Sur President, imma fil- maġġorparti tagħhom jagħmluh jew għax jistudjaw Malta jew għaliex jaħdmu Malta jew għax jiġu għal qadjiet oħra.", "Għalhekk aħna nħarsu lejn il-Gozo Channel bħala servizz soċjali u għalhekk kienet miżura anti-soċjali meta gvern Laburista qabad u għolla n-nollijiet tal-vapur u waqqaf anke l- catamaran.", "Il-gvern dakinhar ma qgħadx iqis kif deċiżjoni bħal din taffettwa l-livell ta' l-għajxien ta' l-Għawdxin.", "Ma tax kas ta' l-impatt li ż-żieda tal-nollijiet kien se jkollha fuq l-ekonomija Għawdxija.", "Din iż- żieda fin-nollijiet għamlet effett, Sur President, għaliex hemm differenza kbira bejn in-numru ta' passiġġieri u vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex bejn Jannar u Novembru tas-sena 1997 u dawk li qasmu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena .", "Din is-sena qasmu 211,636 passiġġier iżjed u 97,640 vettura aktar milli qasmu fl-1997.", "Sur President, jingħad li l-ekonomija f'Għawdex hi staġnata pero' l- fatti juru xort' oħra.", "F'dawk li huma vetturi kummerċjali kellna żieda ta' 270,000 vettura, jiġifieri żieda ta' 14.5%.", "Din iċ-ċifra hija indikazzjoni ċara wkoll ta' żieda fil-volum tal-kummerċ f'Għawdex bejn l-1997 u l-1999.", "Din iż-żieda affettwat ukoll in-numru ta' trips għaliex kellna żieda ta' 1,800 trip.", "La semmejt iż-żieda ta' passiġġieri u vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex, xieraq li hawn nikkwota figuri oħra dwar Maltin u turisti li għaddew iljieli - u nagħmel enfasi fuq il-kelma \"iljieli\" għaliex huma t- turisti li l-iżjed jaffettwaw l-ekonomija tagħna ġewwa Għawdex - f'lukandi u guesthouses f'Għawdex.", "Bejn Jannar u Settembru tas-sena l-oħra u Jannar u Settembru ta' din is- sena f'lukandi 5-star kellna żieda ta' 10,480 Malti u 14,107 turist; f'lukandi 4-star fl-istess perijodu kellna żieda ta' 3,000 Malti u 15,000 turist; f'lukandi 3-star kellna żieda ta' 778 Malti u 17,300 turist; f'guesthouses kellna żieda ta' 2,299 Malti u 1,672 turist; jiġifieri bejn is-sena l-oħra u din is-sena b'kollox kellna żieda ta' aktar minn 65,000, żieda ta' 46.5%.", "X'differenza għal dak li kien ġara bejn l-1997 u l-1998 taħt l-amministrazzjoni Laburista meta dakinhar in-numru ta' ljieli li l- Maltin u l-barranin għaddew f'Għawdex kien naqas b'14,000!", "Sur President, jiena ħassejt li għandi nġib dawn il-figuri għall-attenzjoni ta' din il-Kamra għaliex huma dawn biss li jwieġbu għall-kritika inġusta li saret.", "Żieda ta' 65,000 ta' Maltin u barranin li għaddew iljieli f'Għawdex hija figura li titkellem waħedha.", "Ta' min jgħid li din iż-żieda saret fl- istaġuni kollha pero' xejn ma jiġi waħdu u l-qabża 'l quddiem fil-qasam turistiku f'Għawdex li hi qabża anke fil-kwalita' - hija frott ta' politika li qed tgħin lis-settur privat.", "Kienet deċiżjoni tajba, per eżempju, l-inizjattiva li ħa l-ministeru għal Għawdex biex titwaqqaf il-Gozo tourism association.", "Din għandha l-għan li tgħaqqad flimkien lil dawk kollha involuti fis-settur turistiku f'Għawdex biex flimkien jaħdmu ħalli Għawdex jirriklamawh bħala destinazzjoni turistika distinta matul is-sena kollha.", "Il-ministeru għadda lill-Gozo tourism association il-faċilitajiet li għandu fil-fieri internazzjonali tat- turiżmu, li jinżammu kull sena f'Londra, Milan u Berlin u l- parteċipazzjoni tal-GTA f'dawn il-fieri qiegħda tagħti l-frott.", "Biżżejjed jingħad li fil-world travel market ta' Londra li nżammet ix-xahar li għadda r-rappreżentanti tal-GTA kellhom laqgħa ma' 55 tour operators, travel agents u ġurnalisti li l-parti l-kbira tagħhom ma kenux jafu dwar Għawdex.", "Il-ministeru għen bi sħiħ lill-GTA meta f'Novembru li għadda l-vapur ''Xlendi'' ġie mgħarraq ftit 'il barra mix-Xatt l-Aħmar biex dan iservi bħala diving site.", "Irrid ngħid li l-GTA qegħda taħdem ukoll - u din hija inizjattiva tajba ħafna - biex ikollna l-guide book fuq Għawdex bi tmemin faċċata b'erba' lingwi.", "Sur President, kif qegħda nitkellem fuq it-turiżmu rrid ngħid ukoll li ftit xhur ilu kont ħtart kumitat ad hoc biex jipprepara rapport dettaljat dwar iċ-ċentru ta' l-ITS ġewwa l-Qala.", "Fil-fatt l-ewwel parti ta' dan ir-rapport tlesta - u hawn qed nirriferi għall-parti li tkopri l-kċina, ir-ristorant, il-bar u anke s-sala tal-lectures - u diġa' ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol li jekk Alla jrid jibda ma jdumx.", "Issemmiet wkoll il-Gozo business chamber, li l-Onor.", "Anton Refalo qal li l-Prim Ministru ma jaqbilx magħha.", "Jien ngħidlu hawnhekk li huwa żbaljat u l-ftit differenzi kienu rigward l-għażla ta' l-isem u mhux fuq il-body nnifsu.", "Fil-fatt illum intlaħaq ftehim bejn il-partijiet kollha - l-isem se jkun Gozo business chamber - u għandu jsir l-iffirmar tiegħu proprju l- ġimgħa d-dieħla għall-kuntentizza ta' kulħadd.", "Jiena ninsab ċerta li fix- xhur li ġejjin il-Gozo business chamber se taħdem fuq inizjattivi ħalli jinġiebu l-interessi tan-negozji Għawdxin 'il quddiem.", "Ma rridx nagħti l- impressjoni li għaliex għandna dawn l-inizjattivi issa se jkollna moħħna mistrieħ, li mhux se jkun hemm problemi u li m'għadx fadal aktar xi jsir rigward l-ekonomija u l-industrija f'Għawdex.", "Altru minn hekk, Sur President, imma lanqas huma ġusti l-kummenti ta' l-oppożizzjoni li Għawdex kollu jinstab staġnat jew li ma twettqitx ħidma biex tissaħħaħ l-ekonomija.", "Sur President, jien ma niddejjaqx mill-kritika, anzi kritika bħal din ta' l-oppożizzjoni hija sinjal li wieħed ikun qed jaħdem pero' wieħed jiddejjaq meta ma tingħadx il-verita', meta wieħed jivvinta l-affarijiet li m'humiex minnhom jew meta wieħed ibellgħulu l-ħmerijiet u jaqbad u jgħidhom bl-addoċċ mingħajr ma jivverifika.", "Ma naħsibx, per eżempju, li l-kummerċ staġna minn Settembru tas-sena l- oħra sa Settembru din is-sena.", "Wara kollox f'dan il-perijodu kellna żieda ta' madwar 400 vettura reġistrati ġodda f'Għawdex.", "(Interruzzjonijiet) Qed nirriferi għall-vetturi kummerċjali, vetturi self-drive, garage hire u agricultural.", "Anke rigward in-nies li jaħdmu fis-settur privat kellna żieda għax filwaqt bejn Ottubru 1996 u Settemrbu 1998 intilfu 158 post fix- xogħol tas-settur privat, minn Settembru tas-sena l-oħra 'l hawn mhux bqajna fejn konna, mhux staġnajna jew tlifna postijiet tax-xogħol, kif ġara taħt l-amministrazzjoni Laburista, imma kellna żieda ta' 110 post tax- xogħol.", "Dawn huma l-fatti u jiena nħalli lill-poplu biex jiġġudika l- istaġnar f'moħħ min qiegħed, Sur President!", "Sur President, isemmew ukoll il-garaxxijiet ta' l-industrijalisti ż- żgħar.", "Ilu jinħass il-bżonn li tinstab zona f'Għawdex għal dawn l- industrijalisti ż-żgħar u nista' ngħid li ilna b'din il-problema għal bosta u bosta snin meta jiena lanqas biss kont għadni membru parlamentari.", "Saru diversi tentattivi minn amministrazzjonijiet differenti, u nemmen ukoll li kull sforz li sar b'xi mod għen ukoll biex inkunu nistgħu naslu għall-aħjar soluzzjoni.", "Matul din is-sena saru diversi laqgħat kemm ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar kif ukoll ma' l-MDC u stħarriġna bir-reqqa u qisna ċ- ċirkostanzi kollha u d-diversi sites li ġew issuġġeriti.", "Nista' ngħid li issa qegħdin noqorbu sew biex tittieħed deċiżjoni u b'hekk nittama li fl- aħħar inkunu f'pożizzjoni li nistgħu ngħidu li solvejna din il-problema.", "Industrija oħra f'Għawdex li timmerita attenzjoni hija l-industrija tal- biedja u sajd.", "Sur President, matul din is-sena ħadna ħsieb li nipprovdu żewġ freezers ġodda fil-cold stores tax-Xewkija, waħda għall-benefiċċju tas-sajjieda u l- oħra għall-benefiċċju tal-produtturi tal-majjal.", "Din qed tiġi equipped bħalissa sabiex isservi ta' storage għall-majjal u l-aktar sabiex ukoll innaqsu u forsi anke neliminaw il-bżonn li dawn il-produtturi tal-majjal jiqbgħu jieħdu l-majjal ħaj lejn Malta.", "Apparti l-iskariġġ għall-istess produtturi, inkunu wkoll qegħdin neliminaw is-sitwazzjoni kważi inaċċettabbli tal-ġarr tal-majjal fuq l-istess vapur mal-passiġġieri.", "Din il-ħaġa għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Anton Refalo wkoll u jiena naqbel miegħu.", "Sur President qed inwettqu wkoll aktar xogħol fil-biċċerija.", "Dan huwa xogħol importanti ħafna għaliex bħalissa qed titwettaq ħidma biex nisseparaw id-dirty area mill-clean area.", "Qegħdin nisseparaw l-area minn fejn jidħlu l-annimali ħajjin u allura tkun area mhux daqstant nadifa minn ma' area minn fejn joħroġ il-laħam biex jiġi stored jew imqassam li ovvjament trid tkun area nadifa.", "La qed insemmi l-prodott agrikolu rrid ngħid ukoll li din is-sena l- bdiewa Għawdxin biegħu mal-Lm1,358,000 mill-pitkalija.", "Jekk nipparagunaw dan il-bejgħ għas-sena 1997 insibu li kien hemm żieda ta' kważi Lm0.3 miljun.", "Għas-sena d-dieħla barra x-xogħol ta' rutina, huwa ppjanat li nkomplu ntejbu l-qagħda tal-biċċerija kemm f'dak li huwa xogħol infrastrutturali kif ukoll f'dak li huwa apparat neċessarju.", "Irrid ngħid ukoll li l-ħidma f'dan il-qasam qatt m'hija biżżejjed u l-ministeru mhux se jieqaf milli jkompli jeżamina l-ħteġijiet marbuta mal-biedja u sajd fejn imbagħad ovvjament jimxi wkoll bi programm ta' prijorita'.", "Sur President, il-kwestjoni ta' prijorita' rridu napplikawha f'kull dipartiment għaliex il-ħteġijiet f'kull settur huma kbar.", "Il-finanzi huma dawk li huma u allura l-għaqal jitlob programm ta' tmexxija u politika li tagħraf tinvesti fejn hu l-aktar essenzjali.", "Hekk ukoll mexjin fis-settur soċjali.", "Matul din is-sena saret ħidma bla heda biex insaħħu l-qasam soċjali.", "Ilkoll naqblu li dan huwa qasam importanti ħafna, qasam wiesa' li kważi jolqot lil kull familja u kif inhu xieraq tajnih prijorita' ewlenija.", "Niġi wkoll għall-edukazzjoni, Sur President.", "Dalgħodu f'din il-Kamra saret kritika għall-edukazzjoni pero' rrid ngħid li f'dan is-settur aħna mxejna bi pjan.", "Kien sfortunatament taħt amministrazzjoni Laburista meta kellna Lm145,000 ivvotati għal Għawdex u dawn intenfqu f'manutenzjoni f'Malta.", "Irrid ngħid ukoll li l- amministrazzjoni preżenti wirtet sitwazzjoni ta' skejjel primarji u sekondarji li kienu jeħtieġu ħafna manutenzjoni u anke kostruzzjoni minħabba l-problema ta' spazju.", "Minħabba f'hekk aħna kkummissjonajna l- perit tal-gvern biex iħejji rapport tekniku tax-xogħlijiet kollha meħtieġa fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji.", "Għamilna hekk għaliex ma ridniex nimxu bl-addoċċ.", "Bil-pjaċir ngħid li llum għanda rapport - u jiena nifraħ lill-perit għax dan ir-rapport huwa wieħed serju u dettaljat - li jinkludi wkoll pjan ta' azzjoni fuq medda ta' erba' snin.", "Qabel, xogħol ta' manutenzjoni, tiswijiet, tiġdid u titjib fl-iskejjel kien isir bla pjan.", "Issa qed inwettqu pjan integrat u anke prijorizzat u fil-fatt ix- xogħlijiet skond dan il-pjan jinsabu għaddejjin b'rittmu tajjeb.", "Bħalissa, per eżempju, għaddej xogħol f'diversi skejjel u nsemmi l-iskola primarja tal-Qala, li kellha s-sistema tad-dawl antikwat ħafna mingħajr il- prekawzjoni ta' salvavita.", "Dan ix-xogħol issa nbeda flimkien ma' xogħol ta' refurbishment organizzat b'mod li ma jtellifx it-tagħlim ta' l-iskola.", "Matul is-sajf ukoll, permezz tal-ħaddiema tad-dipartiment ta' l- edukazzjoni u l-ħaddiema tas-CNU, bajjadna l-iskejjel Sir Mikelanġ Refalo tar-Rabat, l-iskola post-sekondarja u l-iskejjel primarji ta' Għajnsielem u tan-Nadur.", "Fl-iskola tas-Sannat biddilna t-twieqi li ħafna ma kenux fi stat tajjeb u għaminihomlhom ta' l-aluminium.", "Fl-iskola ta' l-Għarb għadu kif tlesta l-kisi tal-bjut bil-membrane u lill-istudenti li jmorru l-iskola tal- biedja fix-Xewkija bnejnilhom glasshouse ġdida.", "Ħadna ħsieb ukoll li nbiddlu s-sistema tal-gass ffil-junior lyceum tal-bniet u dak tas-subien għaliex kienu jinsabu fi stat perikoluż ħafna.", "Fl-iskola Ninu Cremona, li hi skola sekondarja tas-subien għalaqna l-kurituri kollha bl-aluminium u din l-iskola llum ġiet toffri ambjent ħafna aħjar għall-istudenti tagħna.", "Sar ukoll xogħol ta' kostruzzjoni ta' żewġ lecture rooms ġodda fiċ-ċentru ta' l-universita'.", "Sur President, konna konxji wkoll mill-problema ta' spazju li kellha l- iskola post-sekondarju Sir Mikelanġ Refalo fir-Rabat.", "Aħna nieħdu ġost naraw numru ta' studenti fl-iskejjel post sekondarji li qiegħed dejjem jiżdied pero' l-konsegwenza ta' dan hu li l-ispazju sar wieħed limitat ħafna.", "Il-bżonn għal dan il-bini kien ilu jinħass, inħarġu t-tenders taħt amministrazzjoni Laburista - u kienet ħaġa tajba - u aħna f'Novembru ta' l-1998 bdejna x-xogħol.", "Dan tlesta fi Frar li għadda u komplejna mexjin bil-ħteġijiet li kien hemm bżonn.", "Lestejna x-xogħol ta' l- electrical u mechanical u bħalissa għaddej it-tibjid.", "Kif ikun lest dan inkunu nistgħu nagħmlu t-twieqi u l-kumplament.", "Jiena ħassejt li kelli nsemmi dawn ix-xogħlijiet kollha għaliex tajjeb li l-poplu Għawdxi jkun jaf kemm matul din is-sena investejna fl-edukazzjoni u kemm ħdimna għal ġid ta' wliedna.", "Din kienet ħidma bil-għaqal mingħajr ħafna daqq ta' trombi, u forsi l-oppożizzjoni għalhekk tikkritikana, għaliex ma tkunx taf x'ħidma siewja tkun għaddejja.", "Irrid ngħid li dak li sar huwa biss parti mix- xogħlijiet li għandna ppjanat għall-iskejjel tagħna, u dan jirriżulta mill- istess rapport li għamilt riferenza għalih aktar kmieni.", "Sur President, aħna tajna l-importanza meħtieġa wkoll lill-aspett akkademiku għaliex proprju qabel bdiet is-sena skolastika laqqajna l- kapijiet kollha ta' l-iskejjel u magħhom iddiskutejna l-pjan ta' ħidma għal din is-sena.", "Irrid ngħid li fil-bidu tas-sena skolastika suppost li ma kellniex problemi ta' teachers pero' rriżulta li xi għalliema nisa avzaw li kienu se jieħdu l-maternity leave u ovvjament inħolqu l-vakanzi proprju kif bdiet is-sena skolastika.", "Dawn ukoll ħdimna fuqhom biex nirrimedjaw għalihom.", "Ta' min insemmi wkoll inizjattivi oħra li ttieħdu fl-edukazzjoni.", "Insemmi, per eżempju, l-iskola sport.", "Fil-fatt din bdiet għall-ewwel darba f'Għawdex u kienu ħafna dawk l-istudenti li applikaw biex jattendu għal din l-iskola.", "Irrid ngħid li qegħdin jattendu mas-700 student, li huwa numru verament sodisfaċenti u allura ta' min japprezza l-mod kif qed tiżdied il- kultura favur l-isport.", "Ta' min ifaħħar u jirringrazzja anke lill-kunsilli lokali Għawdxin li qegħdin jikkollaboraw flimkien mal-ministeru f'din l- inizjattiva ta' skola sport.", "Sur President, la semmejt l-isport tajjeb ngħid ukoll li waħda mill- prijoritajiet tal-ministeru għal Għawdex f'din il-leġislatura hija l- manutenzjoni ta' faċilitajiet sportivi f'Għawdex.", "Fil-fatt diġa' wettaqna diversi xogħlijiet f'dan il-kamp.", "Fost l-oħrajn insemmi t-tiswijiet tas- saqaf minn barra u tibdil ġenerali fis-sistema elettrika ta' l-isports complex li kienu fi stat ħażin.", "Ovvjament issa rridu nieħdu ħsieb ukoll il- parquet għaliex dan fih ukoll ħsarat li rridu nsewwuhom.", "Lestejna wkoll iż- Żebbuġ shooting range u anke ħdimna fil-korsa taż-żwiemel, fejn għamilna l- manutenzjoni li kien hemm bżonn.", "Biex nagħlaq dwar l-edukazzjoni rrid ngħid li ftit ġimgħat ilu jiena ħtart kumitat biex jibda kampanja dwar l- edukazzjoni sesswali, liema kumitat fih rappreżentanti minn kull qasam edukattiv.", "Dan sar biex jimla' vojt li kien ilu jinħass.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-qasam tas-saħħa.", "Dalgħodu l-Onor.", "Borg għoġbu jikkritika l-isptar ta' Għawdex pero' rrid infakkar fis-sitwazzjoni xejn sabiħa ta' l-isptar f'Għawdex li wirtet din l- amministrazzjoni.", "Hemmhekk sibna sptar b'nuqqasijiet kbar, anke f'dawk li huma l-aktar affarijiet neċessarji.", "Kien hemm sitwazzjoni fejn sezzjonijiet ta' l-isptar kien ilu ma jkollhom manutenzjoni ġenerali għal snin twal u issa aħna bdejna l-ħidma tagħna biex din is-sitwazzjoni tirranġa.", "Nista' ngħid li saru sar ammont konsiderevoli ta' xogħol fl- isptar ġenerali ta' Għawdex, bi skop li l-pazjenti tagħna jiġu offruti servizz aħjar.", "L-Onor.", "Borg semma l-kwestjoni tal-laundry.", "Jiena ma nafx min fejn ivvinta li aħna diġa' tajna xi kuntratt lil xi ħadd meta għadha lanqas biss ħarġet it-tender, Sur President!", "Jiena ma nafx b'liema mod l-Onor.", "Membru jaqbad u jgħid li hemm lukanda partikolari f'Għawdex li għandha diġa' dan il-kuntratt.", "Semma wkoll il-kwestjoni ta' l-opthalmic u qal li ntgħażel wieħed barrani meta lanqas biss għadha saret l-interview!", "Jiena niskanta b'dawn l-affarijiet, Sur President.", "Verament aħna kellna raġun meta għidna li tan-naħa l-oħra jiġu hawnhekk u jgħidu dak li jbellgħalhom ħaddieħor mingħajr ma jivverifikaw l-affarijiet!", "Sur President, biex inkompli fuq l-isptar irrid ngħid li l-ġimgħa d- dieħla jekk il-bambin irid se nawgura s-CSSD.", "Bi pjaċir ngħid li s-CSSD issa tinsab mgħammra b'kollox.", "Biex nisterilizzaw l-apparat li jintuża għall-operazzjonijiet qabel kien ikollna neħduh Malta imma issa dan ix- xogħol se jibda jsir ġewwa Għawdex stess.", "Anke kollna ilna ngħidu wkoll li nixtiequ li jkollna s-servizz tar-renal unit fl-isptar ġenerali.", "Bil- kollaborazzjoni anke tal-ministru tas-saħħa, u anke grazzi għall-Gozo Channel, dan is-servizz se jibda wkoll f'Għawdex u se jieqfu darba għal dejjem it-tbatijiet li jgħaddu minnhom ħutna Għawdxin li jbatu bil-kliewi u li jkunu jridu jitilgħu tliet darbiet fil-ġimgħa f'Malta għall-kura.", "Insemmi wkoll l-isolation unit li tlestiet din is-sena.", "Irrid ngħid li bdew isiru wkoll operazzjonijiet tal-katarretti f'Għawdex.", "F'Marzu bdejna s- servizz tal-broncoscopy.", "F'Mejju bdejna s-servizz tan-neurology, f'Ottubru beda anke s-servizz ta' nutritionist u l-operazzjonijiet tat-total replacement ta' l-irkoppa.", "Sur President, altru li ma qgħadnix b'idejna fuq żaqqna fuq kwestjonijiet ta' saħħa!", "Irrid ngħid ukoll li issa għandna l- kunsill l-ġdid tas-saħħa u rrid nirringrazzja lil dawn in-nies li qegħdin iwettqu.", "Kien ilna ħafna wkoll nisimgħu u naqraw fil-gazzetti kritika fuq is- sezzjoni ta' l-anzjani tan-nisa f'Għawdex.", "Din kienet kritika ġusta imma anke hawnhekk, Sur President, aħna tajna spinta lil din is-sezzjoni billi bil-kollaborazzjoni tal-welfare committee issa bdejna r-refurbishment fuq is-sala ta' l-anzjani f'Għawdex li verament kellha bżonn spinta.", "La qed insemmi l-anzjani rrid ukoll nagħmel riferenza għall-anzjani li m'humiex l- isptar imma għadhom jgħixu fi djarhom.", "Nafu li din hija sena ddedikata għall-anzjani u aħna wkoll ġewwa Għawdex ma qgħadnix lura.", "Ħadna diversi inizjattivi dwar l-anzjani tagħna fosthom li beda jiffunzjona d-day centre ġewwa Għajnsielem - u hawnhekk nirringrazzja lill-kunsilli lokali u lill- Knisja f'Għawdex tas-sehem tagħhom f'dan il-proġett - li rrid ngħid li l- oriġini tiegħu kien taħt amministrazzjoni Laburista pero' dan beda fi żmienna għaliex stinkajna għaliha.", "L-anzjani li qegħdin jattendu f'dan iċ- ċentru verament għandhom kliem ta' tifħir u apprezzament għal din l- inizjattiva.", "Dwar l-anzjani rrid ngħid ukoll li bdejna wkoll l-universita' tat-tielet eta'.", "Din id-darba wkoll kellna konkorrenza verament tajba u nieħu ġost nara anzjani jattendu għal dan il-kors.", "Barra dan ħadna żewġ inizjattivi oħra ġodda.", "Proprju nhar is-Sibt se nibdew is-servizz tal-meals on wheels għal Għawdex, servizz li sfortunatament kien ilu ħafna mixtieq u fi Frar li ġej se nibdew il-pre-retirement course.", "Sur President, dawn huma proġetti sbieħ u ta' min ifaħħarhom u jikkoraġġihom.", "Irrid ngħid ukoll li saru żewġ seminars għall-anzjani f'Għawdex u fid-dipartiment tal-kura ta' l- anzjani bħalissa għamilna wkoll il-launching tal-quality service charter.", "Irrid ngħid ukoll li bħal-lum sena kont għamilt riferenza għal NGO Centre.", "Dakinhar xtaqt li dan il-proġett jibda u fil-fatt bdejnih, lestejnih u fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna l-ftuħ uffiċjali tiegħu.", "Dan huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f'Malta u Għawdex u żgur li se jservi ta' support qawwi għal NGOs kollha li aħna tant nixtiqulhom ħidma tajba.", "Politika oħra li qed iwettaq il-Ministeru għal Għawdex hija dik li jivvalorizza l-wirt kulturali u storiku tal-gżira Għawdxija.", "Irrid ngħid li Għawdex ipparteċipa fi programm tal-Euro-Med heritage iffinanzjat mill- Unjoni Ewropea.", "Dan il-programm reġjonali għandu l-għan li jivvalorizza kif jixraq il-patrimonju kulturali Ewro-Mediterranju u qed jipparteċipaw fih ukoll tmien reġjuni Ewropej, fosthom Siena u Versailles flimkien ma' Għawdex.", "Inizjattiva oħra, Sur President, hija dik li pproponejt f'laqgħa li attendejt għaliha f'waħda mill-konferenzi għar-reġjuni marittimi u periferali magħrufa bħala s-CPMR.", "Dawn il-konferenzi jittrattaw diversi temi li jolqtu reġjuni bħal Għawdex u anke joffru numru ta' servizzi u assistenzi għal gżira żgħira bħal Għawdex.", "F'din il-laqgħa jiena kont ipproponejt li ta' kull sena jibdew isiru festivals ta' folk u kultura f'diversi gżejjer.", "Din il-proposta nlaqgħet unanimanent u hemm diversi gżejjer li qed juru interess qawwi fiha.", "Billi r-riżoluzzjonijiet tas-CPMR jintbagħtu l-kummissjoni Ewropea, il-proposta tiegħi waslet għand il- kummissjoni li talbet li jsiru l-laqgħat ma' l-islands commission u biex ukoll tiffinanzja dan il-proġett għaliex temmen li dan iġib 'il quddiem u jsaħħaħ il-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-gżejjer.", "Inizjattiva oħra li nixtieq insemmi hi li issa wasalna wkoll biex nintroduċu faċilitajiet fil-Ggantija li permezz tagħhom min iżur dawn it- tempji jkun jista' juża recording li jispjegalu l-istorja tat-tempji tal- Ggantija hekk kif ikun qiegħed idurhom.", "Dawn it-tapes se jkunu f'ħames lingwi, ċioe' Malti, Ingliż, Franċiż, Taljan u Ġermaniż.", "Kif qed insemmi l-wirt kulturali nixtieq ngħid ukoll xi ħaġa żgħira dwar il-mużewijiet.", "Hawnhekk aħna stallajna a fire fighting system u a closed circuit television system u anke xtrajna d-dehumidifiers li tant kienu bżonjużi.", "Bħalissa qed isir ukoll xogħol ta' restrawr fuq il-faċċata tal-mużew tal- folklor.", "Saru diversi xogħlijiet oħrajn ta' restawr fiċ-Ċittadella, bħal fil-każ tal-kavallier ta' San Martin, wieħed miż-żewġ kavallieri li jiddominaw iċ-Ċitadella u wkoll mexjin il-proċeduri biex ikun jista' jsir xogħol strutturali meħtieġ tat-Torri ta' Mġarr ix-Xini.", "Fil-fatt diġa' sar parti mill-iscaffolding ta' l-istess torri.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll il-qasam kulturali u storiku.", "F'dawn l-aħħar xhur saret ħidma permezz tal-kumitat tal-kultura u l- kumitat festi popolari nazzjonali li kienu jeżistu qabel u kellna l-ħolqien tal-kumitat għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju f'Għawdex.", "Saru diversi riferenzi għal dan il-kumitat pero' sfortunatament kultant issib lil xi ħadd li jipprova jitfa' xi dell fuq ċerti affarijiet sbieħ u tajbin.", "Kien ta' sodisfazzjon li naraw jiżviluppaw inizjattivi li ttieħdu matul din is- sena.", "Kellna attivitajiet tajba ħafna li ntlaqgħu verament tajjeb minn kulħadd, iżda kif għedt ma għoġbux lil kulħadd, u anke l-organizzazzjoni f'Għawdex forsi kien hemm min ikkritikaha u pprova jbellgħa xi affarijiet, bħal meta smajna li tajna xogħol lit-Taljani għat-tiżjin bid-dawl ta' Triq ir-Repubblika.", "Dan m'huwa veru xejn, Sur President, u minn mistoqsija parlamentari joħroġ ċar li aħna tajna x-xogħol lil kuntrattur Malti u dan għoġbu li jagħmel subcontracting lil kumpannija Taljana.", "Sur President, jekk ma għoġbux lil ftit, dawn ix-xogħlijiet għoġbu lil ħafna għaliex il- messaġġi u l-apprezzament għal dan it-tiżjin kienu tali li verament wieħed seta' jagħmel kuraġġ anke bihom.", "Imma qabel isir il-ħin, Sur President, nixtieq insemmi xi punti fuq fuq bħal, per eżempju, il-ħidma li saret bejn il-ministeru u l-kunsilli lokali.", "Irrid ngħid li anke biex inwettqu l- wegħda fil-programm elettorali, matul din is-sena aħna ħdimna biex inkunu nistgħu nibnu kumitat konġunt biex jikkordina bis-sħiħ ċertu xogħol partikolari bejn il-ministeru u l-kunsilli lokali.", "Irrid insemmi wkoll, Sur President, it-trasferiment tal-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta.", "Kien pass tajjeb li ħadet l-amministrazzjoni preċedenti li jiġi ttrasferit back-office work lejn Malta u din il-ħaġa wkoll qegħda fl-aġenda tagħna u bqajna naħdmu fuqha.", "Ta' min jgħid li x- xogħol ittawwal minħabba li nħass li kienet ġejja l-elezzjoni u l-iskrivani Għawdxin ittieħdu Għawdex malajr mingħajr it-training meħtieġ.", "Qabel ħadna l-kumplament ta' l-Għawdxin aħna ridna nikkonsolidaw dak li kien diġa' f'Għawdex biex ma nirrovinawx is-sistema.", "Fil-fatt irrid ngħid li l-grupp li jmiss se jiġi ttrasferit proprju nhar il-Ġimgħa lejn Għawdex u kif jaslu Għawdex dawn ikunu jistgħu jibdew ix-xogħol tagħhom.", "Xtaqt semmejt affarijiet oħra bħall-ħidma li wettaq il-ministeru biex nittrattaw il-każ ta' l-iskart f'Għawdex imma l-ħin ovvjament itir.", "Jiena nagħlaq billi nirringrazzja lill-uffiċjali tal-ministeru, l- uffiċjali u ħaddiema tad-dipartimenti kollha u korpi parastatali ġewwa Għawdex, għaliex dawn ilkoll għandhom sehem fil-ħidma siewja li saret matul din is-sena.", "Kif urejt dalgħodu, Sur President, b'sodisfazzjon u bi pjaċir nerġa' ntenni li mexjin bi pjan, mexjin b'għaqal, ħadna diversi inizjattivi, wettaqna ħafna xogħol ta' fejda u ta' ġid għall-gżira Għawdxija u jekk Alla jrid se nkomplu sejrin hekk fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada issa l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 50 imressqa mill-Onor.", "Karmenu Borg.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU:Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura, din il-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-kumitat kien sospiż rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda mressqa mill-Onor.", "Karmenu Borg għal Vot 50.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri:No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU:Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "211", "FAVUR: 30", "L-Onor", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles|Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Vot 50 - Ministeru għal Għawdex:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm16,757,768 miljun li titħallas mill- fond konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 50, Ministeru għal Għawdex kif dettaljata f'Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali tan-nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "212", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 30", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 50 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Vot XI - Ministeru għal Għawdex:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,110,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għal Għawdex kif dettaljata f'Abbozz ta' l-Estimi tan-nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri:Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot XI għaddiet.", "F'12.40 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Vot 50 u XI taħt il-Ministeru għal Għawdex kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra, għal-lejla l-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2000", "Il-Ħdax-il Jum Stabbilt", "Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Skond il-Mozzjoni Nru. 111 ta' 17 ta' Novembru, 1999 il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999 fis-6.00 p.m. bl- agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "F'12.41 il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VENEZJA - ESEBITI LOKALI", "11957.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom l-esibiti lokali fil-Biennale ta' Venezja?", "Meta se jinġiebu lura u kemm se tqum din l-operazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-esibiti li nbtagħtu għall-Biennale ta' Venezja huma proprjeta` ta' l-artisti li f'din il-Biennale rrappreżentaw lil pajjiżna.", "Dawn l-esibiti bħalissa qegħdin fil-fażi li jiġu ppakkjati u jintbagħtu lura Malta.", "Huwa stmat li din l-operazzjoni tqum xi ftit inqas minn Lm2,000, inkluża l-insurance u xi ispejjeż anċillari oħra.", "Figura aktar preċiża tkun magħrufa fil-ġimgħatejn li ġejjin.", "FELTOM - CHAIRMAN", "11961.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Ministru fid-dawl tal- kummenti li għamel iċ-chairman tal-FELTOM li minkejja li l-monitoring board fuq l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin għandu ħafna poteri, mhux qed jużahom u qed jieħu attitudni laissez faire li qed tbaxxi l-istandards lokali f'qasam internazzjonali daqstant kompetittiv?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar il-kummenti li c-chairman tal-FELTOM għamel fil- konfront tal-monitoring board fuq l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill- barranin jien informat li:", "a) l-istess chairman tal-FELTOM kien u għadu wieħed mill-membri ta' l- istess monitoring board u għalhekk għandu sehem fl-applikazzjonijiet tal- policies u fid-deċiżjonijiet kollha ta' l-istess monitoring board. b) f'Jannar li għadda l-monitoring board ifformola new policy guidelines u questionnaire li qed jiġu esegwiti attentament fil-ħruġ ta' liċenzji ġodda għall-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż;", "c) minkejja li f'dawn is-sentejn, minn meta twaqqaf il-board, kien hemm għadd konsiderevoli għall-ħruġ ta' liċenzji, in-numru ta' applikazzjonijiet li ġew approvati kien biss ta' sitta.", "d) bħalissa qed isir monitoring tal-kwalifiki tat-teachers kollha li jgħallmu fl-iskejjel ta' l-Ingliż u dawk biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-liġi qed jingħatalhom il-permess li jgħallmu - EFL Permit.", "e) fit-tlett xhur tas-sajf isiru inspections mill-membri kollha tal- monitoring board fl-iskejjel kollha u fl-extensions fejn isir it-tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin.", "Mhux rari l-każ li jsiru wkoll żjajjar lil xi skejjel matul is-sena skond il-ħtieġa.", "f) il-monitoring board jgħarraf li hemm diffikultajiet mhux tant fl- iskejjel daqskemm fil-home accomodation.", "Dawn il-problemi, ta' aspetti diversi, qed jingħataw attenzjoni speċjali bil-koperazzjoni sħiħa tal- ministeru tat-turiżmu.", "PORT ĦIELES - TERMINAL 2", "11974.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm se titħallas b'kollox in- Novita' għax-xogħol li għamlet fuq Terminal 2 tal-Freeport?", "Kemm tħallset s'issa minn din is-somma?", "Minn dak li tħallas jew se jitħallas, kemm hemm minnu għal extra work?", "Fiex jikkonsisti l-extra work?", "Jikkonferma l-Ministru li mill-ħlasijiet dovuti lil Novita' se titnaqqas is-somma ta' Lm3.1 miljun talli ma żammitx magħha l-ħaddiema tal-Kalaxlokk?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "UE - ĠOBON - EXPORT REFUNDS", "12010.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel, bħal ġobon eċċ, b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall- konsumaturi kollha, inkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin?", "Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida, kemm-il darba jkun importat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il-prodott għall-poplu tagħna, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "EU - CEREALS - EXPORT REFUNDS", "12011.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel, bħal breakfast oats, cornflakes eċċ. b'riżultat li jogħla sostanzjalment il- prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha, inkluż dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin?", "Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffa/levy ġdida kemm-il darba jkun importat f'Malta minn pajjiżi li ma' jkunux fl-UE liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il- prodott għall-poplu tagħna, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l- impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "EU - DQIQ TAL-ĦOBŻ - EXPORT REFUNDS", "12012.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jintilfu l-export refunds fuq prodotti essenzjali ta' l-ikel kif ukoll jintilfu ħafna benefiċċji ta' sussidju, bħalma huma dawk li diġa' bdew jintilfu fuq id-dqiq tal-ħobż b'riżultat li jogħla sostanzjalment il-prezz ta' dan il-prodott għall-konsumaturi kollha, inkluż dawk li jiddependu mill- benefiċċji soċjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif dan l-impatt se jolqot il-familji Maltin u Għawdxin?", "Peress li bi sħubija ta' Malta fl-UE dan il-prodott ikun ukoll suġġett ta' tariffi/levies ġodda, kemm-il darba jkun importat f'Malta minn pajjiżi li ma jkunux fl-UE liema miżura wkoll terġa' tgħolli l-prezz ta' dan il- prodott għall-poplu tagħna, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jkun l- impatt ta' dan fuq il-familji Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "EU - POLITIKA KOMUNI", "12013.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li sabiex f'pajjiżna ndaħħlu l-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea jkun ifisser għall-poplu tagħna li l- ispejjeż ta' l-amministrazzjoni tal-pitkalija u tal-biċċerija li llum jissussidja l-Gvern Malti jgħaddu fuq il-konsumaturi u l-industriji lokali, inkluż l-industrija tal-catering, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'impatt se jkollhom dawn il-bidliet fuq is-soċjeta u ċioe' fuq il-familji Maltin u Għawdxin u dawk li l-għajxien tagħhom jiddependi mill-benefiċċji soċjali?", "Peress li l-ministru ma' jirrikonoxxix li s-sistema/regoli tal-politika komuni tal-biedja ta' l-UE se jiswew lill-poplu Malti u Għawdxi aktar minn Lm600 fis-sena għal kull household li f'pajjiżna hija kkalkulata 3.2 persuni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li din il- politika se tiswa fi spejjeż u f'taxxi diretti u ndiretti?", "Il-Viċi Prim Ministru jassigura lill-poplu li din il-politika komuni tal- biedja ta' l-UE mhux se tpoġġi lill-familji Maltin u Għawdxin fi spejjeż u f'taxxi diretti u ndiretti ta' mill-inqas Lm600 fis-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor Interpellant hu mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ENEMALTA - KONTIJIET", "12014.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga kif persuna li toqgħod waħedha - account 9401 363 80 - qed tirċievi kontijiet għoljin tad-dawl u l-ilma, fil-livelli ta' Lm102.00 kull term, meta suppost is-servizzi tad-dawl u l- ilma kellhom jorħsu u mhux jgħolew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li fil-każ li għalih qed issir riferenza ma ġiex speċifikat l-ammont ta` konsum, wieħed ma jistax jasal għal konklużjoni immedjata.", "Il-każ ġie mgħoddi lill-korporazzjoni ta` l-ilma sabiex jiġi mistħarreġ.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "12022.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Mir-rapport ta' l-esperti Belgjani li kien ġab il-Gvern Nazzjonalista bejn l-1992 u l- 1996, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli li jistgħu joħorġu mill-isptar u jgħixu fil-komunita'?", "X'inhu jagħmel il- gvern u xi pjanijiet għandu biex jipprovdi support fil-komunita' bit-tama li dawn il-pazjenti xi darba joħorġu mill-Isptar Monte Carmeli u jerġgħu jintegraw ruħhom fil-komunita'?", "Jikkonsidra li jaħtar task force fi ħdan id-diviżjoni tas-saħħa, magħmula minn team multi-dixxiplinarju bil-għan li jaħdem speċifikament fuq dan il-għan, jiġifieri li fl-aħħar in-nies li m'għandhomx għalfejn joqogħdu f'Monte Carmeli jsibu l-għajnuna u s-support biex jgħixu fil-komunita'?", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm pazjenti f'Monte Carmeli, u jekk teżisti statistika riċenti ta' kemm minnhom jiġu jarawhom nieshom, u kemm le?", "X'inhi l-eta' medja ta' dawn il-pazjenti?", "Kemm għandu eta' l-iżgħar pazjent u kemm għandu eta' l-akbar wieħed?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard.", "MTARFA - BYPASS", "12023.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid ma' min saru l- konsultazzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-bypass ta' l-Imtarfa?", "Meta saru l- laqgħat mal-kunsill lokali tar-Rabat u l-kumitat tar-residenti ta' l- Imtarfa qabel ma bdew ix-xogħlijiet fuq il-bypass?", "Peress li tqanqlu ħafna lmenti dwar il-mod ta' kif qed tiġi ddisinjata din il-bypass, u ċioe' dwar l-aċċess ta' l-ispazju tat-triq fil-parti li minnha tkun niżel minn din il- bypass, jista' l-Ministru jinformana x'investigazzjoni saret dwar dawn l- ilmenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq għamel ix- xogħol li kien hemm bżonn biex jiġu preparati l-pjanti meħtieġa għal dan il- proġett b`konsultazzjoni sħiħa ma' l-esperti Ġermaniżi li għandu l-gvern għal dan il-għan.", "Id-dipartiment tat-toroq irċieva lment wieħed biss mingħand persuna li normalment tinżel bit-truck minn niżla ta` l-Imtarfa, u l-bankina f`din il-lokalita ġiet irranġata biex dan it-tip ta` truck kbir ikun jista` jimmanuvra bla tfixkil.", "Minbarra hekk, meta tfassal ix-xogħol meħtieġ ittieħed in konsiderazzjoni l-volum tat-traffiku li jgħaddi, jew jista` jgħaddi, minn din it-triq.", "Fil-fatt, wara din l-analiżi ġie deċiż li filwaqt li fid- direzzjoni t`isfel hemm lane wieħed tal-lay bys, id-direzzjoni `l fuq ser issir b`żewġ lanes."]} {"filename": "19990203_060d_par.doc", "date": "1999-02-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 60 L-Erbgħa, 3 ta' Frar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 60", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "60", "L-Erbgħa, 3 ta' Frar, 1999", "WERREJ MINUTI 1172", "TQEGĦID TA' KARTI 1176", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 1998/99 1177", "AĠĠORNAMENT 1205", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1209", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 1222", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 59 li saret fil-2 ta' Frar, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SANTA LUĊIJA - DAWL FIS-SUBWAY", "3196.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal floodlight fl-entratura tas-subway f'Tal-Barrani, Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jara l-erba' poles tad-dawl li hemm imkissra u li qegħdin fil-playing-field ta' Ta' Giorni ssirilhom il- manutenzjoni meħtieġa mill-iktar fis possibbli għax peress li wħud mill- poles jixxokkjaw, dawn qed ikunu ta' periklu għat-tfal li jiffrekwentaw il- playing-field?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naħseb li jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini d-dettalji dwar dan il-każ bil-miktub għaliex naturalment jien ma jkollix l-informazzjoni kollha.", "Fil-fatt il-bieraħ l-Onor.", "Cuschieri staqsieni fuq it-triq tas-Salina u wara li jien għamilt daqsxejn ta' riċerka dwar din it-triq irriżultali li għat-triq tas-Salina hemm maħsub proġett li hu maqsum f'sitt fażijiet u l-ewwel fażi m'għandhiex iddum ma tibda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru fiex waslu t- taħdidiet li kienu qed isiru bejn is-segretarjat parlamentari li huwa responsabbli mill-kunsilli lokali u l-Enemalta dwar il-possibbilta', li tidher pjuttost imminenti, illi l-kunsilli lokali jidħlu responsabbli huma għall-istreet lighting.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt saru diversi laqgħat dwar dan, b'mod partikolari mas-segretarju parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali, u sar arranġament biex filwaqt li t-tibdil tal-bozoz jibda jsir mill- kunsilli lokali, l-Enemalta tibqa' ġġorr il-costs hi.", "Ta' min jgħid li l- kunsilli lokali se jibdew joħorġu dan ix-xogħol b'tender u l-korporazzjoni se tkun tista' titfa' tender hi stess biex tagħmel ix-xogħol meħtieġ.", "Il-vantaġġ li se jkollha l-Enemalta b'dan l-arranġament hu li b'hekk se tkun tista' tiffoka iktar fuq it-twaħħil u t-tibdil ta' dawk il-bozoz li ma jaqgħux taħt il-kunsilli lokali u b'hekk ir-riżorsi ta' din il- korporazzjoni se jkunu jistgħu jintużaw aħjar.", "Issa nispera li jkollna riżultati ferm aħjar u ma jibqax ikun hemm dan id-dewmien kollu biex tinbidel bozza.", "Sfortunatament dik hi s-sitwazzjoni li writna aħna u qed nipprovaw naraw x'nagħmlu biex inkunu nistgħu nsolvuha.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien qed nieħu pjaċir nisma' lill-Onor.", "Interpellant tan-naħa l-oħra jgħidli: Qiskom interessati fil-bozoz!", "Naħseb illi l-fatt li minn meta tlajna fil-gvern kelli 140 mistoqsija parlamentari proprjament dwar il- bozoz, huwa indikatur ċar li fi żmien l-amministrazzjoni Laburista ma kienx qed isir xogħol biżżejjed għax kieku ma kienx ikolli dawn it-talbiet kollha wara biss ftit xhur illi nbidel il-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Segretarju Parlamentari): Nista' ninforma lill-Onor.", "Abela li d-dipartiment tal-kunsilli lokali u l-Enemalta għamlu d-drafting ta' model agreement dwar dan, liema model agreement huwa ddettaljat ħafna u għandu jmur għall-approvazzjoni quddiem il-bord ta' l-Enemalta din il- ġimgħa.", "Malli dan jiġi approvat mill-bord ta' l-Enemalta - u jien għandi nifhem li m'hemmx problemi biex dan jiġi approvat - ikunu jridu joħorġu test quotations sabiex nistabilixxu r-rata li biha jkunu jridu jitħallsu l- ispejjeż għax-xogħol konness ma' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' street lighting.", "Ġaladarba jkollna dawn il-quotations f'idejna mbagħad ikun baqa' biss li dan il-model agreement jiġi ffirmat uffiċjalment mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u mill-Enemalta.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li matul id-diskussjonijiet li saru aħna kellna nieħdu policy decision - minflok policy decision preċedenti - għaliex l-Enemalta informatna li kienet qed tikkonsidra li ċ-charge għall- public lighting jibda jsir mill-kunsilli lokali.", "Il-gvern preżenti ħa deċiżjoni li għandu jibqa' responsabbli l-gvern tal-ġurnata għall- finanzjarment tal-public lighting ħalli l-kunsilli lokali ma jitgħabbewx b'din l-ispiża li tidher li kienet qed tiġi maħsuba minn xi ħadd matul l- amministrazzjoni preċedenti, li m'iniex ċert jekk kienx min-naħa ta' l- Enemalta jew inkella min-naħa tal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jara li l-front ta' Tas- Sliema, mit-Torri sa ħdejn il-Fortizza, jiġi mdawwal għax minkejja li l- bollards ilhom li twaħħlu żmien twil, dik il-parti baqgħet bla dawl?", "Ġaladarba l-Ministru semma l-wirt tal-gvern preżenti, irrid ngħidlu li nispera li d-disa' snin u nofs li dam fil-gvern il-Partit Nazzjonalista qed jikkonsidrahom ukoll!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, naturalment kull talba li ssir għal dak li huwa street lighting tiġi kkonsidrata skond il-priorita' mistħoqqa.", "Jien naħseb li jkun tajjeb jekk l-Onor.", "Interpellant jindikali bil-miktub fejn eżattament qed jgħid illi hemm bżonn li jiddawwal, pero' fl-istess ħin wieħed irid jifhem ukoll illi t-talbiet li jsiru jintlaqgħu skond il- prioritajiet u skond ir-riżorsi li hemm available.", "Hija xi ħaġa loġika li jekk isir ċertu xogħol li jkun jirrikjedi spiża qawwija, dan ikun ifisser li f'postijiet oħra nkunu rridu nnaqqsu l-ispejjeż u għalkemm m'huwiex faċli, wieħed irid isib bilanċ biex jissodisfa liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru b'liema proċedura jiġi deċiż liema triq għandha tingħata priorita', għal dak li għandu x'jaqsam ma' street lighting għax, per eżempju, jien għandi lista sħiħa ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ li ilhom is-snin fi dlam ċappa.", "Biżżejjed ngħid li Triq il-Ħlewwa u Triq il-Ġdida fi Triq il-Gandlora ilhom tliet snin bla dawl.", "(Interruzzjonijiet) Jien nikkritika fejn għandi nikkritika, tibżax!", "Issa hawnhekk ta' min iżid jgħid li dawn it-toroq huma industrial zones u wħud mill-imħażen li hemm hemmhekk għandhom stocks li jqumu eluf kbar ta' liri.", "Jiġifieri n-nuqqas ta' dawl f'dawn it-toroq qed ikun anke ta' stedina għal ħallelin.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li ġie rrapportat li sar xi serq f'dawn l-areas imma minkejja l-insistenza kollha li qed issir, kemm mill-kunsill lokali kif ukoll minni personalment ...", "(Interruzzjonijiet) Le, ma naqbilx ma' dak li kiteb il-Ministru Josef Bonnici f'\"il-mument\" tal-31 ta' Jannar rigward il-mistoqsijiet parlamentari.", "MR SPEAKER: Onor. Bonnici, jekk jogħġbok ejja għad-domanda.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jien nixtieq li l-Ministru jispjegali x'inhi l- proċedura li biha jiġi stabilit liema huma l-prioritajiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' street lighting.", "Jiena nħoss li dawk it-toroq li jinsabu bla dawl, almenu għandha titwaħħlilhom imqar bozza waħda sakemm isir ix-xogħol neċessarju.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett irrid ngħid li xi kultant jinqalgħu ċerti diffikultajiet biex jittejjeb il-livell ta' l-istreet lighting, anke mil-lat finanzjarju.", "Ħafna drabi mhux la kemm tibdel bozza għax peress li wara ċertu żmien ix-shades jibdew jittertqu bix-xemx, ikun jeħtieġ li minbarra l-bozoz, li mbagħad lanqas jibqgħu juru, jinbidlu wkoll ix-shades.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "George Vella qed jistaqsini x'jagħmlu fl- Ewropa f'każijiet bħal dawn!", "Onor. Vella, jien naħseb li l-pajjiżi ta' l- Ewropa jingħataw assistenza kontinwa minn fondi strutturali apposta għal din it-tip ta' infastruttura, pero' sfortunatament filwaqt li pajjiżi Ewropej oħra qed jiġu megħjuna, aħna qed ikollna nġorru dan il-piż kollu weħidna.", "Mr Speaker, għar-rigward tal-punti l-oħra li qajjem il-kollega tiegħi l- Onor. Bonnici, nista' nassigurah li qed nagħmel l-almu kollu tiegħi biex ma jkunx hemm ħafna dewmien biex tinbidel bozza.", "Pero' huwa tajjeb li wieħed ikun jaf - u jien bqajt iċċassat meta ngħatajt din l-informazzjoni għax kważi kważi lanqas ridt nemmen - li n-numru ta' ħaddiema li hemm detailed fuq bdil ta' bozoz ma' Malta kollha huwa biss 13.", "Din hi s-sitwazzjoni li sibt jien.", "Għalhekk filwaqt li nemmen li r-riżorsi umani ta' l-Enemalta għandhom jitqassmu aħjar, naħseb ukoll li d-deċiżjoni li ħadna biex il- kunsilli lokali jkunu responsabbli huma mill-bdil ta' street lamps and bulbs għandha ttaffi din is-sitwazzjoni sewwa u għandha twassal għal bidla radikali f'dik li hi effiċjenza f'dan il-qasam.", "Vantaġġ ieħor li se ngawdu minn din id-deċiżjoni huwa li b'hekk l- Enemalta se tkun tista' tikkonċentra iktar fuq l-istreet lighting tal-major highways, jiġifieri ta' dawk it-toroq prinċipali li ma jaqgħux taħt ir- responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Imma biex inkun għidt kollox, irrid ngħid ngħid ukoll illi peress li hija l-Enemalta li se tibqa' responsabbli finanzjarjament mill-istreet lighting, se jkun hemm ċerti limitazzjonijiet fil-budget li jkun hemm allokat għall-istreet lighting u sfortunatament dan se jwassal ukoll għal ċerti diffikultajiet.", "Pero' sadanittant aħna se nħarsu wkoll lejn sistemi oħra biex naraw kif nistgħu, b'xi mod jew ieħor, intejbu din is-sitwazzjoni.", "Madanakollu huwa fatt li b'din id-deċiżjoni li ttieħdet għamilna pass kbir 'il quddiem.", "Jien napprezza dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici u naturalment jekk hemm każijiet partikolari li wieħed jista' jidentifikahom bħala priorita' bħal, per eżempju, fejn għandek każijiet ta' serq minn fabbriki jew minn residenzi, għandha tinġibed l-attenzjoni ta' l-Enemalta immedjatament.", "SANTA LUĊIJA - TRIQ IT-TULIPAN - DAWL", "3197.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa f'passaġġ bejn Triq it-Tulipan u Triq Żinja f'Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura anke jekk talba tkun saret sena ilu, din tkun għadha qed tiġi kkonsidrata wkoll!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, meta ħadt il-kariga ta' ministru u fost affarijiet oħrajn ħadt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta, ġiet quddiemi lista ta' xi tliet faċċati ta' talbiet għal twaħħil jew tibdil ta' bozoz, liema lista kienet qed tistenna l-approvazzjoni tal-gvern preċedenti.", "Mingħajr ma qgħadt naħsibha darbtejn, qbadt u approvajt it- talbiet kollha li kien hemm.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li wħud minn dawn it-talbiet kienu jmorru sa anke sena lura.", "(Interruzzjonijiet)", "Jista' jkun li f'din il-lista kien hemm anke talbiet għal twaħħil jew tibdil ta' bozoz f'xi toroq ġewwa l-Mosta.", "Dan hu li qed nipprova niċċekkja bħalissa, wara l-kumment li għamel il-bieraħ l-Onor.", "Cuschieri.", "Jiġifieri filwaqt li l-bieraħ f'dan il-parlament kien hawn min ipprova jimplika li llum il-bozoz qed jinbidlu b'xi interess distrettwali, il- verita' hi li l-parti l-kbira tal-bozoz li nbidlu s'issa kienu approvati mill-amministrazzjoni preċedenti; u żgur li l-ministru li kien responsabbli mill-Enemalta dak iż-żmien ma kellux x'jaqsam mad-distrett tal-Mosta!", "Imma sfortunatament hawn ġew kulħadd jinterpreta l-affarijiet kif jaqbillu biex jieħu vantaġġ politiku.", "Jien nemmen li dan m'hux sew.", "(Interruzzjonijiet) Iva, nerġa' niddikjara li l-parti l-kbira tat-talbiet li ġew approvati mill-gvern preżenti kienu diġa' ġew approvati mill-amministrazzjoni preċedenti, imma sa l-elezzjoni kien għadu ma sar xejn għax kienu għadhom qed jistennew xi firma ta' xi ministru.", "Ġaladarba semmejt il-firma tal-ministru rrid ngħid illi jien għadni ma nistax nifhem għaliex affarijiet bħal dawn għandhom bżonn il-firma tal- ministru biex jitwettqu.", "Ngħid jien, għalfejn biex titwaħħal bozza hemm bżonn li jitressaq il-file quddiem il-ministru biex japprova t-talba hu!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ippermettili nagħmel personal explanation għaliex kemm domt ministru qatt ma naf li kelli niffirma biex tingħata l-awtorizzazzjoni li jitwaħħlu jew jinbidlu l-bozoz u naħseb li anke llum ma teżistix il-prassi li jrid ikun hemm il-firma tal-ministru biex titwaħħal jew tinbidel bozza.", "SANTA LUĊIJA - TREJQET IL ĠIRASOL - DAWL", "3198.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lampi oħra ma' waħda eżistenti fi Trejqet il-Ġirasol u Triq Ineż Soler f'Santa Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk tagħti ħarsa lejn dawn il-mistoqsijiet parlamentari li għamel l-Onor.", "Parnis, li kollha jikkonċernaw l-istreet lighting ġewwa Santa Luċija, jiġik dubju dwar jekk din il-lokalita' għandhiex bozoz!", "Irrid ngħid ukoll li jien kelli niffirma għal numru sostanzjali ta' talbiet illi qaluli li kienu qed jistennew il-firma tal-ministru.", "Jien qed nitkellem skond kif informawni li kienet il-proċedura, jiġifieri ma nafx jekk qabel dawn kenux jiġu ffirmati mill-ministru.", "Għalhekk forsi illi kien hemm dawn it-talbiet kollha pendenti għax il-proċedura kienet li dawn iridu jiġu ffirmati mill-ministru u għal xi raġuni jew oħra dan ma kienx qed isir.", "Insistejt kemm-il darba li ma nħossx illi għandi għalfejn noqgħod niffirma għall-bozoz jien għax din m'hijiex xi ħaġa li għandha toqgħod tistenna lill-ministru imma hija xi ħaġa li għandha tiġi mwettqa skond lista ta' priorities.", "Kif semma l-Onor.", "Michael Bonnici, jista' jkun li hemm każi li għandhom bżonn jingħataw priorita' minħabba raġunijiet ta' serq u perikli oħra.", "Per eżempju, jien nemmen illi dawk it-toroq li huma ffrekwentati mit-turisti għandhom jingħataw priorita' wkoll għax ma nistgħux naħsbu biex intejbu l- prodott turistiku jekk lanqas biss għandna toroq li huma mdawlin tajjeb.", "Jien nista' ngħid li tlabt biex isir rapport f'dan ir-rigward dwar il- policy li qed tiġi segwita preżentement mill-Enemalta ħalli naraw jekk hemmx il-bżonn li nirtukkawha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Il-Ministru jikkonsidraha bħala priorita' illi jingħata s-servizz tad-dawl eżattament fejn hemm il-kamra tan-nar tal-każin tal-banda \"12th May\" ġewwa Ħaż-Żebbuġ?", "Fil-fatt jien ilni nagħmel din it- talba mill-1987 imma għal xi raġuni jew oħra din qatt ma ġiet milqugħa.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid illi meta kienet taret din il-kamra tan-nar, il- pulizija kellhom jixegħlu d-dwal tal-karozzi u l-vannijiet tagħhom biex setgħu jaraw għax dak il-ħin illi seħħ l-inċident kien kważi dalam.", "Jista' l-Ministru jispjegali għaliex din it-talba baqgħet ma ġietx milqugħa minkejja li, kif għidt diġa', din ilha ssir mill-1987?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini l- informazzjoni neċessarja nkun nista' nivverifika aktar pero' rrid ngħid li jista' jkun illi peress li din il-kamra tan-nar qiegħda 'l bogħod mill-area residenzjali, biex jingħata dan is-servizz trid issir spiża sostanzjali - xi kultant biex titwaħħal sempliċement bozza jkunu jridu jitwaħħlu diversi arbli u jkun irid jgħaddi l-cable ukoll - pero' napprezza l-punt li semma l- Onor. Interpellant għax ċertament illi huwa importanti ħafna li jkun hemm is-servizz tad-dawl ħdejn kamra tan-nar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, f'isem Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti l-għadd ta' impressed drivers li jaħdmu mal-gvern jew korporazzjonijiet parastatali fis-26 ta' Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4184; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' skejjel li jestendu faċilitajiet ta' l-iskola wara l-ħin skolastiku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3847.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar operaturi ekonomiċi li ddeċidew li ma jidħlux fis-sistema tal-VAT imqassma skond it-tip ta' attivita' ekonomika, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4011; u", "Audit reports ta' kull kunsill lokali minbarra dak ta' Sannat għas- sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu 1998.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid nirrimarka li l-kunsill lokali ta' Sannat ma bagħatx ir-rapport tiegħu skond l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali u għal dan il-għan se jittieħdu l-passi skond l-istess Att.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-Ombudsman maħruġ fis-16 ta' April, 1997 dwar ilmenti minn impjegati mal-korporazzjoni Telemalta dwar il-ħatra ta' customer service officers, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4187.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 1998/99", "Ikompli mit-2 ta' Frar, 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri huwa in possession of the House.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed ngħid illi hemm kontradizzjoni bejn dak li hemm fir-rapport li għandna quddiemna u r- risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt jien stess fis-27 ta' Ottubru, 1998.", "Fil-mistoqsija li għamilt lill-Ministru Gonzi jien staqsejtu hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-gvern li jiġu stallati l-lifts fl-apartment blocks fl-oqsma residenzjali ta' Ta' Ġiorni u ta' Ta' Xbiex?\"", "Il-ministru rrispondieni hekk:", "\"Kif aktarx jaf l-Onor.", "Interpellant, il-ħsieb tal-gvern preċedenti kien li jtella' sular ieħor fuq il-blokk eżistenti u bħala parti mill-proġett jiġu stallati lifts għall-benefiċċju kemm tar-residenti eżistenti kif ukoll tar- residenti l-ġodda.", "Kif aktarx jaf ukoll l-istess Onor. Membru, l- applikazzjoni kienet ġiet rifjutata mill-awtorita' ta' l-ippjanar minħabba li dan il-proġett kien se joħloq wisq konġestjoni.", "Għalhekk issa li l- proġett mhux ser jitwettaq, il-possibbilta' li jiġu stallati dawn il-lifts trid tiġi evalwata mill-ġdid.\".", "Imbagħad f'paġna 22 ta' dan ir-rapport li għandna quddiemna jingħad ċar u tond li l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet permessi għall-bini ta' sulari ġodda f'diversi lokalitajiet u fosthom jissemma Ta' Ġiorni.", "Għalhekk nixtieq li l-ministru jagħtini spjegazzjoni dwar dan.", "Mr Speaker, fid-diskors tiegħi l-bieraħ jien irriferejt ukoll għal dak illi qal il-Ministru Gonzi, jiġifieri li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l- awtorita' tad-djar kienet tonfoq ħafna flus għal bini ta' djar bi skopijiet soċjali.", "Pero' jekk wieħed iħares lejn it-tabella li hemm f'paġna 10 tar- rapport ta' l-awtorita' tad-djar jinduna mill-ewwel li kien biss fil-ġranet ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1991 u l-1996 li l-Gvern Nazzjonalista nefaq l- ikbar ammonti ta' flus u qassam l-ikbar numru ta' appartamenti.", "Dan juri biċ-ċar kemm il-Gvern Nazzjonalista dejjem kien jaħseb biex qabel l- elezzjoni iroxx, iroxx u jroxx forsi jirbaħ ftit voti.", "Mr Speaker, punt ieħor li xtaqt insemmi u li l-bieraħ ma lħaqtx semmejtu minħabba l-limitazzjoni tal-ħin, jirrigwarda l-ħatra tas-Sinjura Marisa Micallef Leyson bħala chairperson ta' l-awtorita' tad-djar, ħatra politika li qed toħloq ħafna dubji fost in-nies.", "Jekk irridu nimxu b'mod ġenwin f'dawk li huma karigi u ħatriet daqstant sensittivi, il-politika għandha tinżamm 'il barra u jien nispera li din il-ħatra ma saritx bħala ħlas lura għal dak li s-Sinjura kienet tikteb f'\"The Times\" bejn l-1996 u l-1998.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Gonzi qed jgħaddili xi rimarki.", "Issa nispera li meta jiġi għall-winding-up il-ministru jirrispondini fuq dawn l- affarijiet u jien żgur li m'iniex se ninterrompih.", "Jien nemmen li din il- ħatra tirrifletti nuqqas ta' serjeta' u nuqqas ta' impenn biex il-gvern jittekkilja l-problemi tal-housing għall-ġid ta' min verament għandu bżonn l-għajnuna u nispera li ħatriet bħal dawn ma jerġgħux isiru.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kif jaf kulħadd, il-Gvern Laburista preċedenti mill-ewwel kien beda jaħdem biex jagħmel a social economic development plan għan-nofsinhar ta' Malta li kien maqsum bejn il- lokalitajiet tal-Kottonera, il-coastal group, li kien magħmul minn Birżebbuga, Marsascala, Marsaxlokk u x-Xgħajra u l-inland group, li kien magħmul mill-Fgura, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun.", "Hawnhekk ta' min ifakkar ukoll li waqt laqgħa li kienet saret fil-Jerma Palace Hotel fil-5 t'April, 1997 il-partiti politiċi kienu qablu li kellu jsir dan l-istudju u li dan l- istudju kellu jkun lest biex jitressaq quddiem konferenza oħra li għaliha kellhom jattendu diversi għaqdiet.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk ngħid li f'dan l-istudju ħadu sehem numru sostanzjali ta' rappreżentanti minn dipartimenti tal-gvern, rappreżentanti tal-kunsilli lokali, rappreżentanti tal-partiti politiċi, għaqdiet volontarji, għaqdiet tal-knisja u diversi clubs soċjali.", "Nista' ngħid ukoll li minn dan l-istudju ħarġu ħafna aspetti, kemm soċjali kif ukoll ambjentali, li jolqtu lin-naħa t'isfel ta' Malta, fosthom l-aspett soċjali tal-housing.", "Issa meta tlesta l-istudju u sar rapport fuqu, kien hemm qbil illi dan huwa rapport dettaljat u li wieħed ta' min jimxi fuqu u għalhekk kien inħoloq kumitat ta' azzjoni apposta sabiex ir-rakkmandazzjonijiet ta' dan ir-rapport jibdew jitwettqu mill-iktar fis possibbli.", "Pero' ġara li ssejħet elezzjoni bikrija, minħabba ċ-ċirkostanzi li pajjiżna kien jinsab fihom, u mal-bidla fil-gvern dan il-kumitat intalab jirriżenja iżda minkejja li dan bagħat ir-riżenja tiegħu, sal-lum għadu ma rċieva l-ebda risposta.", "Min-naħa l-oħra meta l-ministru responsabbli mill-affarijiet soċjali, fosthom mill-housing, kien Bormla u ġie mistoqsi jekk ir- rakkmandazzjonijiet ta' dan ir-rapport humiex se jiġu attwati jew le, huwa wieġeb illi hemm bżonn li nibdew naħdmu fuqu.", "Pero' sfortunatament minkejja li issa għaddew ħames xhur, mhux talli baqa' ma sar xejn f'dan ir- rigward imma talli l-kumitat għadu lanqas biss jaf jekk ir-riżenja tiegħu ġietx aċċettata jew le.", "Jien għadni ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jisħqu fuq il-bżonn li n-naħa t'isfel ta' Malta tingħata ħafna attenzjoni u mbagħad insibu li l-ministru injora rapport li jirrigwarda dawn il-lokalitajiet minkejja li kien qal pubblikament illi ta' min jimxi fuqu.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li dan ir-rapport jagħti importanza kbira lill-qasam tal-housing u fost affarijiet oħra jaċċenna għall-problemi soċjali li jiġu kkaġunati proprju minħabba problemi ta' housing, kif ukoll għall-bżonn illi l-gvern jieħu in konsiderazzjoni anke l-ambjent meta jiġi biex iwettaq ċerti proġetti, kif qal tajjeb il-Ministru stess meta kien qed jintroduċi dan ir-rapport li għandna quddiemna.", "Fil-fatt dan ir-rapport jispjega bl-iktar mod ċar li m'huwiex biżżejjed illi l-gvern jibni l- proprjeta' imma wieħed irid jikkonsidra wkoll il-problemi soċjali li jiltaqgħu magħhom ir-residenti, per eżempju, tal-Kottonera, jara kif jista' jsolvihom kif ukoll jara xi prioritajiet hemm.", "Madanakollu llum dan il- kumitat qed jiġi ttrattat qisu ping-pong għax il-ministru responsabbli mill- kunsill lokali qed jgħid li għad irid jara jekk huwiex responsabbli minn dan il-kumitat il-ministru għall-ambjent, waqt li dan ta' l-aħħar qed jgħid li għad irid jara jekk huwiex responsabbli minn dan il-kumitat il-ministru għall-politika soċjali u noqogħdu nilagħbu hekk.", "Issa f'dan il-parlament, biex nagħtu l-impressjoni li se ngħinu lir- residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta, qed niġu ngħidu li se nibagħtu nies apposta fil-lokalitajiet tan-naħa t'isfel ta' Malta biex ir-residenti jkunu jistgħu jitkellmu magħhom fuq il-problemi li jeżistu hemmhekk.", "Jiġifieri minkejja li sar dak l-istudju kollu, saru dawk ir-rakkmandazzjonijiet kollha u l-gvern stess qabel mar-rapport, iddeċidejna li għandna ninjoraw dan kollu u ngħidu sempliċement illi se nibagħtu nies apposta fil- lokalitajiet tan-naħa t'isfel ta' Malta biex jitkellmu mar-residenti fuq il- problemi li jiltaqgħu magħhom.", "Jien wisq nibża' li din hija xi gimmick u li hawnhekk se tiddaħħal xi logħba politika fin-nofs.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex ikun aħjar li jiġi injorat dak l-istudju kollu li sar u nibagħtu lin-nies jitkellmu mar-residenti ħalli b'hekk l-ilmenti u l- problemi ma jkunux qed imorru direttament għand il-gvern u b'hekk ma tkun tista' tinħoloq l-ebda riperkussjoni politika.", "Din hi l-logħba li qed tintlagħab hawnhekk u dan hu li qed jiġri għaliex kieku kien jitwettaq dak li qabel miegħu kulħadd.", "Jien iktar u iktar nemmen li din hija gimmick politika meta niftakar li eżattament wara l-elezzjoni l-ministru responsabbli mill-housing kien qal: Tiġux għandi għax m'għandix djar x'inqassam!", "Din ukoll kienet trick sabiex dawk in-nies illi qabel l-elezzjoni ġew imwiegħda li la jkun hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ...", "Issa hawnhekk m'iniex se nitfa' dell ikrah fuq il-ministru direttament biex ma jmurx jaħseb li qed ngħid għalih personalment imma kien hemm kandidati min-naħa tal-Partit Nazzjonalista li wegħdu lill-kostitwenti tagħhom li jekk jitilgħu fil-gvern se jsibulhom post fejn joqogħdu u qed nitkellem b'dan il-mod għax naf nies illi ġew ingannati.", "Fil-fatt kien għalhekk illi mbagħad malli telgħu fil-gvern il- membri parlamentari tal-Partit Nazzjonalista laqgħulhom mill-ewwel lill- kostitwenti tagħhom u qalulhom li m'hemmx djar x'jitqassmu.", "Pero' minkejja li dawn qalu li m'hemmx djar x'jitqassmu kien hemm min ħa xi post mingħand il-gvern.", "Mela x'inhi din il-biċċa xogħol?", "Allura dak li qed isir illum għall-qasam tal-housing qed isir biex jieħu post min huwa l-iktar fil- bżonn, jew biex il-pressjoni politika tonqos kemm jista' jkun ħalli meta jkun hemm min għandu bżonn xi akkomodazzjoni min-naħa tal-gvern u jibqa' ma jinqediex ikollna fuq min nitfgħu t-tort?!", "Jien naħseb li hekk qed isir għax kulħadd jaf li s'issa kull ministru li kien responsabbli mill-housing qatt ma qagħad jgħid li peress li hemm il- problemi f'dan il-qasam, wieħed irid jistenna lill-gvern jibni u jaħdem b'ċerti prinċipji.", "Sfortunatament ħafna nies li jkunu jridu xi akkomodazzjoni jgħidulek: Jew tagħtini jew ingergru kontrik - tgħidx kemm bata sieħbi Freddie Portelli minħabba dan it-tip ta' raġunament, minkejja li ħadem ħafna f'dan il-qasam - imma issa qed insibu tattika politika biex nitfgħu t-tgergir u l-wegħdiet li għamlu setgħu saru minn xi deputati fuq ħaddieħor, u jien għalhekk m'iniex nemmen li qed jieħu l-postijiet tal- gvern min verament ħaqqu.", "Per eżempju, jien nixtieq li xi ħadd jispjegali kif ġuvni li kellu l-appartament tiegħu, dan l-aħħar akkwista post tal- gvern.", "B'liema sistema ngħata dan il-post?", "Intom tafu għal min qed ngħid!", "Nista' ngħid ukoll li għax kien hemm wieħed li kellu s-saqaf perikolanti tawh id-dar li ried minkejja li setgħu jagħtuh postijiet oħra.", "Jekk verament irridu li jkun hawn it-trasparenza għandu jkun hawn xi ħadd li jgħidilna min ħa dawk il-postijiet li tqassmu f'dawn l-aħħar tliet xhur ġewwa l-Kottonera u jgħidilna wkoll b'liema marki ngħataw u għaliex ħadhom it-tali minflok l-ieħor li kellu bżonn aktar urġenti.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nerġa' ngħid illi kieku l-gvern preżenti ried jimxi verament b'serjeta' u b'ġustizzja soċjali kien jgħin lil min l-iktar huwa batut u kien jimxi fuq dak l-istudju li, kif għidt diġa', biex sar taw sehemhom ħafna nies ġejjin minn oqsma differenti, fosthom mill-partiti politiċi, għaqdiet reliġjużi u kunsilli lokali.", "Anke l-ministru preżenti qabel ma' dan l-istudju u għalhekk, meta minkejja dan kollu, nara li dan l-istudju qed jiġi mwarrab, bilfors ikolli naħseb li kulma qed jingħad hawn ġew mill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra huwa sempliċement paroli biex permezz tiegħu jipprovaw jitfgħu t-tort fuq ħaddieħor u fl-istess ħin ikunu jistgħu jiggwadanjaw xi ħaġa politikament.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, jien m'iniex se noqgħod nagħmel xi eloġju jew inkella xi kritika, la pożittiva u lanqas negattiva, għax il- qasam tal-housing huwa qasam li lili jinteressani ħafna u għalhekk ma nixtieqx nitlef ħin bla bżonn u se nikkonċentra d-diskors tiegħi billi nagħmel xi punti prattiċi lill-ministru f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, qed jingħad ħafna dwar il-ħatra taċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar.", "Ngħid il-verita' lil din il-persuna ftit nafha, pero' mill-curriculum vitae tagħha jidher li din is-sinjura hija struwita sew u saħansitra kienet taħdem l-Ingilterra, fejn għamlet diversi korsijiet.", "Jien nemmen illi huwa irrilevanti jekk persuna ħarġitx għall-elezzjoni mal-Partit Nazzjonalista jew le, l-importanti huwa li jkollok persuna kkwalifikata.", "Aħna għandna l-ikbar fiduċja li s-Sinjura Micallef Leyson se tmexxi l- awtorita' tad-djar bl-iktar mod professjonali, bl-iktar mod prattiku u bl- iktar mod fair.", "Ta' min jgħid illi l-qasam tal-housing huwa magħmul minn erba' friegħi - il-ministeru tal-housing, l-awtorita' tad-djar, id-dipartiment tad-djar u l- kuntratturi li jieħdu ħsieb il-bini u l-kostruzzjoni - u l-ewwel suġġeriment li rrid nagħmel lill-ministru huwa li dawn l-erba' friegħi, li preżentement qed jaħdmu indipendentement minn xulxin, għandhom jingħaqdu kollha taħt l-awtorita' tad-djar ħalli b'hekk ikollna entita' waħda li tkun qed taħdem għal skop soċjali waħdani.", "B'hekk inkunu qed nevitaw ukoll l- iskariġġ ta' dak li jkun li biex jagħmel talba għal akkomodazzjoni alternattiva jkollu jagħmel ħafna ġiri 'l hawn u 'l hemm u, bla ebda dubju, jekk l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-qasam tal-housing ikunu jaqgħu taħt organizzazzjoni waħda, ix-xogħol ikun jista' jsir b'mod iktar koordinat.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-awtorita' tad-djar, l-awtorita' ta' l- ippjanar u l-uffiċċju konġunt għax anke dawn għandhom bżonn li jaħdmu lkoll flimkien, iktar u iktar meta llum l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tħaffef il- proċess tal-local plans.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-awtorita' tad- djar twaqqaf kumitat apposta għal-local plans biex dan ikun jista' jaħdem flimkien mal-grupp ta' nies li għandha l-awtorita' ta' l-ippjanar u b'hekk isir pjan wieħed.", "Ta' min jgħid li Dr Karmenu Mifsud Bonnici kien għamel riċerka tajba ħafna fuq postijiet battala u fil-fatt fir-rapport li għamel identifika 500 post battal.", "Għalhekk jien inħoss li l-awtorita' tad-djar għandha tkun involuta fil-proċess li għaddejja bih l-awtorita' ta' l- ippjanar għal dawk li huma local plans, anke biex tissuġġerixxi areas li fihom jista' jsir żvilupp.", "Per eżempju, jien lest li nidentifika diversi artijiet li fihom jista' jsir żvilupp u nista' ngħid li biss biss ġewwa Ħaż- Żebbuġ hemm fejn jinbnew 300 housing unit ġdid.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li wasal ukoll iż-żmien illi jsir xi studju biex naraw kif b'xi mod jew ieħor il-prezzijiet ta' l-art jiġu kkontrollati.", "Naf li l-art hija skarsa pero' l-prezzijiet li qed jiġu mitluba huma esaġerati nfern u għalkemm naf li dan li qed ngħid m'huwiex faċli biex jitwettaq, anke minħabba li jeżistu diversi riperkussjonijiet fuq dan il-qasam, jeħtieġ li jsir xi ħaġa f'dan ir-rigward għall-benefiċċju tal-ġid soċjali stess.", "Mr Speaker, ir-raba' punt li rrid nagħmel huwa li rridu ngħaġġlu l- proċess li bih qed jinbnew id-djar tal-gvern.", "Bla ebda dubju, waħda mill- iktar affarijiet li qed tikkawża dewmien biex joħorġu l-permessi tal-bini mill-awtorita' tad-djar hija l-burokrazija jew inkella n-nuqqas ta' kordinament li hemm bejn l-awtorita' tad-djar u l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Biżżejjed ngħid li kien hemm każi fejn permess dam kważi sena biex ħareġ mill-awtorita' tad-djar għax l-awtorita' ta' l-ippjanar ma qablitx mal-pjanti li għamlet l-awtorita' tad-djar jew id-dipartiment tal- kostruzzjoni u bini.", "Jien naħseb li jekk kemm-il darba l-uffiċjali ta' l- awtorita' tad-djar imorru għand il-case officer ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar, jgħidulu xi pjanti qed jissottomettu u mbagħad iduru madwar mejda biex kulħadd iressaq il-punti tiegħu, il-permessi jibdew joħorġu iktar malajr mill-awtorita' ta' l-ippjanar għax huwa dan in-nuqqas ta' kordinament li qed iżomm milli jitħaffef ix-xogħol.", "Aħna lkoll nafu li meta jinbidel il-gvern iridu jgħaddu l-isbaħ sena u nofs qabel ma tibda ssir xi ħaġa għal dan il-qasam għax il-gvern ikun irid ibiddel il-policies, jara x'kien isir qabel u ħafna affarijiet minn dawn.", "Imbagħad wara dan iż- żmien kollu ġeneralment il-gvern jieħu xi sena u nofs oħra biex jibda jfassal il-pjanti.", "Jiġifieri b'kollox ikunu għaddew tliet snin u nkunu diġa' bdejna naħsbu għal elezzjoni oħra u għalhekk mhux ta' b'xejn li m'hemmx effiċjenza f'dan il-qasam.", "Per eżempju, hija xi ħaġa tal-mistħija li d-dipartimenti tal-gvern u l- awtorita' ta' l-ippjanar ilhom seba' snin sħaħ jargumentaw fuq bini li kien waqa' seba' snin ilu fi Strada Sant'Ursola l-Belt u li xi partijiet minnu ġew demolished minħabba li kienu perikolanti għax min jgħid li l-kumplament ta' dan il-bini għandu jaqa' u min jgħid li għandna nikkonservaw il-faċċata u nibnu l-kumplament mill-ġdid.", "Issa bir-ridikulaġni kollha ħriġna avviż fil-gazzetta tal-gvern biex in-nies jagħtuna l-opinjonijiet tagħhom dwar jekk il-faċċata għandhiex taqa' jew le.", "Iva possibbli li ż-żewġ periti li hemm, li wieħed jirrappreżenta l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-ieħor jirrappreżenta lill-awtorita' tad-djar ma jistgħux jaslu għal ftehim bejniethom?", "Kien hemm għalfejn noqogħdu nitolbu l-opinjoni pubblika dwar din il-ħaġa?", "Kemm-il darba nkitbu artikli dwar dan fil-gazzetti għax, ngħiduha kif inhi, hija vera għarukaża li ilna seba' snin biex nibnu blokk ta' appartamenti.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-proġett ta' l-Imsida għax minkejja li din hija waħda mill-iktar lokalitajiet li minnha jgħaddi għargħar ta' ilma meta jkun il-maltemp, il-proġett li kien hemm maħsub għal din il-lokalita' ilu wieqaf għal sitt snin sħaħ.", "Kif għidt diġa', ma nixtieqx nikkritika pero' jeħtieġ li nkunu prattiċi u nsibu rimedju f'dan ir-rigward billi l-awtorita' tad-djar, id-dipartiment tal-bini u kostruzzjoni u l-awtorita' ta' l-ippjanar jiddiskutu dawn l- affarijiet u jaqtgħuhom fi żmien relattivament qasir.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-home ownership scheme.", "Mr Speaker, bħalma qal tant tajjeb il-ministru, saret biss nefqa ta' Lm110,000 biex iktar nies isiru sidien ta' darhom.", "Issa hawnhekk ta' min jieqaf jirrifletti ftit għax jekk kull persuna ssellfet Lm10,000, dan ifisser li 11-il persuna biss setgħu jibbenefikaw mill-home ownership scheme u, ngħiduha kif inhi, kif nistgħu ngħidu li qed ninkoraġġixxu lil dak li jkun isir sid ta' daru jekk minn din l-iskema setgħu jibbenefikaw biss madwar 11-il persuna?", "Hemm bżonn ukoll li tingħata pubbliċita' ferm akbar lill-iskemi li jinħarġu mill-awtorita' tad-djar għax sfortunatament sal-lum huma ftit dawk in-nies li jafu, per eżempju, li hemm skemi li jgħinu lil dak li jkun isir sid ta' daru, jixtri ċ-ċens jew inkella jirranġa daru.", "Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Mizzi, lanqas meta qal li se jintbagħtu n-nies biex ikellmu lir-residenti għall-finijiet politiċi, anzi jien naħseb li din hija inizjattiva pożittiva li ta' min ifaħħarha għax nemmen li jekk il-muntanja ma tiġix għandek, inti tista' tmur għand il- muntanja.", "Ngħid jien, x'hemm ħażin illi l-uffiċjali tad-dipartiment imorru għand in-nies u flimkien ma' perit jgħidulhom x'għandhom jagħmlu biex ir- residenza tagħhom issir iktar abitabbli?", "Anzi, kif qal il-Ministru stess, jien ngħid li din hija verament idea tajba u sublimi li għandha tiġi inkoraġġita, mhux fil-Kottonera biss imma wkoll f'diversi lokalitajiet oħra.", "Mr Speaker, punt ieħor li rrid nagħmel jirrigwarda s-surrounding areas of flats and other government buildings għax sfortunatament wara li jinbnew l- appartamenti u l-maisonettes, jilħqu jgħaddu snin twal qabel ma jiġu surfaced it-toroq tal-madwar.", "Fil-fatt dan l-aħħar saret mistoqsija parlamentari fuq Triq Ġanni Bonnici, li tmiss ma' Siġġiewi Road, f'Ħaż- Żebbuġ għax għalkemm l-appartamenti li nbnew dan l-aħħar mill-Gvern Nazzjonalista ġew sbieħ ħafna u n-nies diġa' qed joqogħdu fihom, it-toroq tal-madwar għadhom imħarbtin ħafna.", "Naturalment dan li qed ngħid ma japplikax għal Ħaż-Żebbuġ biss imma wkoll għal diversi lokalitajiet oħra u dan qed isir proprjament minħabba li ma jeżistix kordinament għax il-works division qed jgħid li dan ix-xogħol huwa responsabbli minnu d-dipartiment tat-toroq, id-dipartiment tat-toroq qed jgħid li dan ix-xogħol huwa responsabbli minnu d-dipartiment tal-bini u kostruzzjoni ...", "Iva, possibbli li huwa daqstant diffiċli biex kull dipartiment ikun jaf għal xiex inhu responsabbli?", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk u ċertament jeħtieġ li t-toroq ta' madwar il-maisonettes u l-appartamenti li jkunu nbnew mill-gvern jingħataw it-tarmac malajr kemm jista' jkun.", "Issa nixtieq ngħaddi biex nagħmel l-aħħar suġġeriment.", "Mr Speaker, m'huwiex daqshekk diffiċli biex wieħed jirrealizza li huma ħafna dawk li joqogħdu jistennew lill-gvern joħroġ l-appartamenti u l- maisonettes qabel ma jixtru xi proprjeta' mingħand il-privat.", "Meta wieħed jieħu post tal-gvern ikollu l-prezz sussidjat u jekk, per eżempju, appartament ikun jiswa Lm24,000, il-gvern jissussidja din in-nefqa u jagħtihulu Lm20,000, jiġifieri b'hekk dak li jkun ikun iffranka Lm4,000.", "Huwa veru li meta wieħed jiġi biex jissellef mil-Lohombus, il-bank jikkonsidralu d-dħul tiegħu u d-dħul tal-partner tiegħu u mbagħad jagħtih sussidju fuq l-loan, pero' l-bini ma jiġix sussidjat bħalma jiġi ssussidjat il-bini tal-gvern.", "Għalhekk jien naħseb li l-gvern għandu jieħu l- inizjattiva li meta wieħed jixtri xi flat jew maisonette mingħand il- privat, mhux biss jissussidjah fuq is-self imma jagħtih għotja daqs li kieku dan ikun qed jixtri mingħand il-gvern stess.", "B'hekk inkunu qed ninkoraġġixxu iktar nies jixtru l-proprjeta' tagħhom mingħand is-settur privat.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid li f'Tas-Sliema biss hemm kważi 1,000 appartament li ġew mibnija mis-settur privat u li m'humiex mibjugħin, u hawn m'iniex qed nirriferi għal dawk l-appartamenti li jiswew xi Lm80,000 jew Lm100,000.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi għamel aċċenn għall-konferenza li saret f'April ta' l-1997 u hawnhekk jien nista' naċċenna għall-konferenza li saret f'Settembru ta' l-1996 dwar l-art u l-housing market f'Malta, liema konferenza jekk m'iniex sejjer żball kienet saret fid-Dolmen Hotel.", "Fost il-policies li ssemmew f'din il-konferenza hemm li għandhom jitwessgħu l- ischeme boundaries, billi l-awtorita' ta' l-ippjanar tirrivedi l-local plans; li għandhom jiġu riveduti r-rent laws - fil-fatt ta' min ifakkar li l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien irriveda l-liġi tal-kera - li għandha tiġi considered the introduction of a land holding tax, li għalkemm fiha l-problemi tagħha qed tiġi ssuġġerita wkoll; li wieħed għandu jirrivedi l-għajnuna li għandha tingħata fuq is-self; u li għandhom jiġu introdotti differential development permit fees.", "Jien naqbel li għandha tiġi introdotta din il-policy li semmejt l-aħħar ħalli b'hekk min, per eżempju, ikun se jibni proprjeta' għal skop residenzjali, jingħata rati preferenzjali mill-awtorita' ta' l-ippjanar fuq id-development fees, pero' mbagħad naturalment ikollu jaċċetta l-istess kondizzjonijiet li jsiru lil min jixtri maisonette u appartament tal-gvern, fosthom li mbagħad ma jkunx jista' jbiegħ dik il-proprjeta' qabel ma jgħaddu għaxar snin.", "Iva, nista' nikkonferma li minn din il-konferenza nazzjonali ħarġu suġġerimenti validi ħafna.", "Anke l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet diversi pubblikazzjonijiet li jitkellmu fuq dan il-qasam, fosthom pubblikazzjoni li ġġib l-isem \"Towards a More Effective and Efficient Use of the Housing Stock\" fejn, fost affarijiet oħra, hemm miktub li f'Malta hawn 29,650 post vojt u f'Għawdex hawn 6,000 post vojt.", "Għalhekk ta' min jaqra dawn ir-rapporti u jistudja s- suġġerimenti li fihom għax persważ li jekk ikollhom jiġu attwati dawn jagħtu riżultat pożittiv ħafna.", "L-awtorita' tad-djar għandha wkoll tikkonsidra s-suġġerimenti kollha li hemm fl-istructure plan monitoring report li kien sar fl-1995.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll il-monitoring programme li kien sar fl-1996 dwar il-housing li, fost affarijiet oħra, jgħid illi \"an estimated 22,000 new households will require accommodation\" sa tliet snin oħra u jekk magħhom iżżid il-proprjetajiet li jridu jinbnew għal skop turistiku din il-figura titla' għal 60,000.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid illi jien nemmen li l-awtorita' tad-djar qiegħda tagħmel l-almu kollha tagħha biex ittaffi l-problemi li jeżistu fil-qasam tal-housing u kulma jonqosha hija ftit iktar effiċjenza, liema effiċjenza wara kollox huma neqsin minnha diversi dipartimenti u korporazzjonijiet oħra u għalhekk f'dan id-diskors jien semmejt kemm jista' jkun suġġerimenti biex tiżdied l-effiċjenza u jitħaffef il-proċess f'dan il-qasam, ħalli b'hekk kull Malti u Għawdxi jkollu akkomodazzjoni xierqa.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, is-suġġett li qed nitkellmu fuqu għandu impatt kbir fuq pajjiżna u dan qed ngħidu għal diversi raġunijiet.", "Biżżejjed ngħid li minn studju li sar minn A. M. Abela, studju li ġabar iċ- ċifri u l-istatistika li ħarġet miċ-ċensiment li kien sar fl-1994 fuq il- housing, joħroġ ċar li kważi 6% tal-familji Maltin - u meta ngħid 6% inkun qed nitkellem fuq madwar 6,792 familja - illum għadhom qed jgħixu f'postijiet substandard jew inkella kkundannati; u allura għandi nifhem li bosta minnhom għandhom applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva quddiem id-dipartiment tad-djar jew inkella quddiem l-awtorita' tad-djar.", "F'dan l-istudju nsibu wkoll li hemm madwar 104 familji li jgħixu f'kamra waħda u ċertament li fiż-żmenijiet tal-lum tgħix f'kamra waħda m'hijiex kondizzjoni ċivili sabiex familja tgħix ħajja normali u komda.", "Għal dawn ir-raġunijiet kull gvern issirlu pressjoni politika kbira sabiex itaffi din il-problema kemm jista' jkun.", "Fil-fatt aħna min-naħa tagħna għalhekk qed nikkritikaw il-ħatra taċ-chairperson, mhux għaliha personalment jew għax m'għandhiex il-kwalifiki meħtieġa imma minħabba l-fatt li hi għandha konnessjonijiet mill-qrib mal-Partit Nazzjonalista, li llum qiegħed fil- gvern, u huwa ovvju li s-Sinjura Micallef Leyson ma tistax tagħmel dik il- pressjoni politika fuq il-gvern.", "Problema li diġa' ssemmiet f'dan id- dibattitu u anke waqt waħda mil-laqgħat tal-kumitat permanenti dwar l- affarijiet soċjali matul il-leġislatura preċedenti hija l-problema tal- kera, u hawnhekk jien nixtieq infakkar li fi żmien l-amministrazzjoni Laburista kien tqabbad avukat li flimkien ma' xi nies oħrajn kien qed jistudja kif tista' tiġi emendata l-liġi tal-kera.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk il-ministru jgħidilna fiex wasal dan l-istudju sabiex forsi din il- problema tibda tittaffa.", "Mr Speaker, illum qed nitkellmu fuq ir-rapport ta' ħidma li saret fl- aħħar sena ta' amministrazzjoni Laburista u żgur li meta wieħed jaqra dan ir-rapport jirrealizza li fil-ftit xhur li l-Partit Laburista għamel fil- gvern ħadem sew għal dan il-qasam, anke permezz tal-preparazzjoni li għamel fit-tul.", "Irrid ngħid ukoll li meta wieħed iqis illi filwaqt li l-Partit Laburista fil-gvern iddedika ministeru sħiħ għall-qasam tad-djar, illum il- ministeru għall-politika soċjali huwa responsabbli minn diversi oqsma oħra minbarra mill-qasam tal-housing u wisq nibża' li min-naħa tal-gvern mhux se jkun hemm impenn serju biżżejjed, għallinqas mill-bażi ministerjali, daqskemm kien hemm impenn serju fi żmien il-Gvern Laburista.", "Biżżejjed nerġa' nirriferi għal dak li qal il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Joe Mizzi - li rrimarka li kif tela' fil-gvern, il-Partit Nazzjonalista qal li m'għandux djar x'iqassam, wara dawk il-ħafna wegħdiet elettorali li kienu għamlu - biex wieħed ikun jista' jara dan in-nuqqas ta' impenn.", "Sur President, min ta ħarsa lejn dan ir-rapport li għandna quddiemna seta' jinnota li fl-aħħar sena ta' Gvern Laburista saret ħafna ħidma li kienet indirizzata lejn persuni b'diżabilita'.", "Naturalment għad fadal ħafna x'isir f'dan il-qasam pero' wieħed irid jirrikonoxxi t-tajjeb li jkun sar sabiex imbagħad ikompli jibni fuqu.", "Per eżempju, ta' min isemmi li permezz ta' l-ewwel skema li nħarġet sabiex il-proprjeta' li joqogħdu fiha persuni b'diżabilita' tkun tista' ssir iktar aċċessibbli, dawn in-nies setgħu japplikaw għal għajnuna sa massimu ta' Lm2,300 u, safejn naf jien, kull meta nħarġu xi postijiet tal-gvern għall-bejgħ, l-applikazzjonijiet li kien hemm minn persuni b'diżabilita' kollha ġew sodisfatti.", "Issa nixtieq nirrimarka dwar kif il-problemi li jeżistu fil-qasam tal-housing qed jaffettwaw liż-żgħażagħ.", "Mr Speaker, jekk wieħed iqalleb ftit ir-rapport u jara kemm saru applikazzjonijiet għal postijiet tal-gvern, malajr jirrealizza kemm hemm koppji li llum qed isibuha diffiċli li jsibu post fejn joqogħdu u ħafna minn dawn il-koppji huma żgħażagħ.", "Biżżejjed insemmi li l-ewwel darba li l- Gvern Laburista preċedenti ħareġ l-appartamenti għall-bejgħ, għall-20 appartament li kellu għall-bejgħ kien hemm 873-il applikazzjoni.", "It-tieni darba kien hemm 765-il applikazzjoni u dan meta għall-koppji għarajjes kien hemm 34 unit biss.", "Id-darba ta' wara saru 461-il applikazzjoni, meta kull ma kien hemm għall-bejgħ kienu 14-il unit.", "Kif għidt diġa', fi żmien il- Gvern Laburista kien sar minn kollox biex din il-problema li teżisti fost iż-żgħażagħ tittaffa u l-gvern kien iressaq diversi proposti quddiem l- awtorita' ta' l-ippjanar għal dan il-għan, pero' sfortunatament minkejja dan kollu din il-problema għadha teżisti fost iż-żgħażagħ.", "Aħna ż-żgħażagħ żgur li ma nistgħux ninsew l-isforzi li għamel Gvern Laburista biex jgħin liż-żgħażagħ meta wara ħafna diskussjonijiet siewja ntlaħaq ftehim mal-Lohombus Bank sabiex filwaqt li l-bank jagħti iktar żmien ħalli l-koppji li jissellfu mingħandu jroddulu lura dak li jkunu ssellfu - u kien żied il-perijodu ta' 25 sena għal 30 sena - l-awtorita' tad-djar tgħin lill-koppji żgħażagħ f'dawk li huma mgħaxijiet.", "Ta' min ikompli jgħid li f'dawn id-diskussjonijiet ġie deċiż ukoll li l-Lohombus Bank għandu jnaqqas il-fees tiegħu fuq dawk l-applikazzjonijiet ta' self li jkunu qed isiru minn koppji żgħażagħ.", "Għalhekk hu tajjeb jekk il-ministru jgħidilna x'beħsiebu jagħmel il-gvern preżenti sabiex itaffi xi ftit il- problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ li jkunu qed jaħsbu biex jiżżewġu.", "Jien, li ftit taż-żmien ilu għaddejt minn din l-esperjenza, iktar u iktar nista' nifhem il-problemi u l-preokkuppazzjonijiet kollha li l-preparazzjoni għaż-żwieġ iġġib magħha u nista' ngħid li waħda mill-ikbar preokkuppazzjonijiet ta' l-għarajjes hija meta jiġu biex jixtru dar.", "Mr Speaker, huwa importanti li l-gvern mhux biss iqassam id-djar u jieqaf hemm imma għandu jara wkoll kif jista' jgħin lill-koppji żgħażagħ anke permezz ta' modi oħra, bħalma kien sar meta ntlaħaq dak il-ftehim li għadni kemm semmejt mal-Lohombus Bank.", "Pero' sfortunatament s'issa kulma għamel dan il-gvern għall-koppji żgħażagħ li għandhom il-ħsieb li jiżżewġu huwa li żidielhom piż ieħor tal-VAT.", "Bla ebda dubju, bid-dħul tal-VAT dawn iż- żgħażagħ intlaqtu ħażin u bħala konsegwenza qed insibu li mhux biss qed ikun hemm iktar żgħażagħ li qed jissallbu imma li qed ikun hemm żieda kbira fin-numru ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva quddiem l- awtorita' tad-djar u għalhekk issa din l-awtorita' trid tara x'tagħmel biex flimkien mad-dipartiment tad-djar tipprova tilqa' l-applikazzjonijiet il- ġodda li għandha quddiemha.", "Mr Speaker, il-Gvern Laburista ħejja diversi proġetti ta' housing, li bosta minnhom ma kenux laħqu bdew minħabba d-dewmien li kien hemm min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u għalhekk jien naqbel ma' dak li qal l- Onor. Bonnici, jiġifieri li l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-awtorita' tad- djar għandhom ikunu iktar viċini ta' xulxin fil-ħidma għax jekk dan ma jsirx, fl-aħħar mill-aħħar huma ż-żgħażagħ li se jbatu.", "Jien ukoll nixtieq inħeġġeġ sabiex id-diversi skemi li toħroġ minn żmien għal żmien l- awtorita' tad-djar jingħataw iktar pubbliċita' ħalli jsiru jafu bihom iktar nies u xi wħud mill-iskemi għandhom jiġu mtejba billi fost l-oħrajn l- ammont ta' flus li jingħataw jiżdied.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk huwiex possibbli li l-flus li jingħataw lill-applikanti f'uħud mill-iskemi - u hawnhekk qed nirriferi fost l-oħrajn għal dik li hi indirizzata lill- anzjani li jkunu jridu jagħmlu xi manutenzjoni fid-dar tagħhom - jingħatawlhom minn qabel ma jsir ix-xogħol għax bosta anzjani jsibu diffikulta' biex iħallsu lill-ħaddiema huma.", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq dawn l-iskemi, ikun tajjeb jekk nappella wkoll biex l-applikazzjonijiet għal dawn l-iskemi ma jkunux komplikati ħafna għax ġieli jkun hemm min jaqta' qalbu biex jimliehom, speċjalment l-anzjani.", "Mr Speaker, fl-aħħar mill-aħħar inħeġġeġ lill-Gvern Nazzjonalista biex jagħti iktar attenzjoni lill-problema li teżisti ta' proprjetajiet substandard, liema problema teżisti l-iktar fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Jien, li ġej mit-Tielet Distrett, nista' ngħid li fiż-Żejtun u f'Ħaż-Żabbar hemm diversi familji li jgħixu f'postijiet substandard u għalhekk jeħtieġ li wieħed jara kif jista' jgħin biex intejbu l-livell ta' għajxien liċ- ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Fl-aħħarnett nixtieq nappella lill-gvern preżenti sabiex ma jibqax jittraskura lin-naħa t'isfel ta' Malta, bħalma diġa' għamel meta waqqaf diversi proġetti li kienu nbdew taħt l- amministrazzjoni Laburista.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, fil-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq noħroġ il-punt illi l-awtorita' tad-djar hija waħda mill-iktar entitajiet li għandha funzjoni soċjali.", "Issa biex inkun konċiż kemm jista' jkun, nixtieq niġi għas-sugu tas-suġġett billi mill- ewwel ngħaddi biex nagħmel suġġeriment.", "Matul dawn l-aħħar snin twaqqfu diversi dipartimenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-aspett tal-housing.", "Nistgħu nsemmu fost l-oħrajn id-dipartiment tad-djar, l-awtorita' tad-djar, l-uffiċċju konġunt, id-dipartiment ta' l-artijiet, kif ukoll il-housing maintenance and construction unit, li lkoll jinsabu fi ħdan il-ministeru għall-politika soċjali.", "Jien nemmen li sabiex ikun hemm iktar effiċjenza fix-xogħol ta' dawn l-entitajiet, dawn għandhom jingħaqdu kollha taħt kappa waħda.", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa daqstant diffiċli li ssir u jekk din il-kappa tkunx tissejjaħ awtorita', dipartiment jew inkella diviżjoni ma tagħmilx differenza.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-ħatra taċ- chairperson ta' l-awtorita' tad-djar.", "Mr Speaker, m'għandix dubju li s-Sinjura Marisa Micallef Leyson m'għandhiex bżonn avukati biex jiddefenduha pero' nixtieq ngħid biss illi urtani ħafna dak illi qalu xi żewġ kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni għax jien nemmen li meta tikkritika qatt m'għandek tikkritika persuna imma se mai azzjonitha.", "Lil din il-persuna jien ilni nafha biss ftit xhur u nista' ngħid sinċerament illi meta kienet tikteb xi artikli f'\"The Times\" kienet tagħtini l-impressjoni li kienet xi bniedma Ingliża b'tendenzi xelluġin ta' kif jipprattikaw s-soċjaliżmu fl-Ingilterra.", "Jista' jkun ukoll illi din kienet taħseb li fl-Ingilterra jipprattikaw is-soċjaliżmu kif jipprattikawh is-soċjalisti f'Malta, pero' nerġa' ngħid onestament li lili assolutament ma kenitx tagħtini l-impressjoni li hija xi waħda pro-PN.", "Madanakollu l-importanti hija l-kwalita' tal-persuna u Mrs Marisa Micallef Leyson hija l-unika persuna f'pajjiżna li hija ggradwata professjonalment fil-qasam tas-social housing.", "M'hawn ħadd ħliefha f'Malta li għandu dak it- tip ta' training.", "Jien ma nixtieqx noqgħod insemmi ismijiet hawnhekk pero' nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li fil-bord ta' l-awtorita' tad-djar hemm min għalkemm m'huwiex favur il-Gvern Nazzjonalista, imma għax huwa bniedem rett u għax huwa bniedem intelliġenti u għax huwa bniedem serju ħass li għandu jibqa' membru ta' dan il-bord anke taħt il-gvern preżenti, minkejja li kien ġie propost mill-Gvern Laburista, għax għandu kontribut x'jagħti lil dan il-qasam.", "Jekk intix iswed, abjad jew isfar m'huwiex importanti imma l-importanti huma l-valuri li taspira għalihom u li temmen fihom, il- prinċipji, l-intelliġenza, is-serjeta', l-integrita', l-attitudni u dak li jkollha x'toffri persuna u mhux il-persuna nnifisha.", "Dawn huma l- kwalitajiet illi għandhom jixprunaw lil kull membru tal-bord ta' l- awtorita' tad-djar u ta' kull bord ieħor.", "Mr Speaker, jien naħseb li lkoll naqblu li kienet inizjattiva tajba li fl- 1976 twaqqfet l-awtorita' tad-djar pero' l-iktar tarġa importanti tlajnieha wara l-1987 meta l-ex-segretarju parlamentari, Dr Joe Cassar, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk, kien introduċa ċerti riformi fl-istess awtorita' biex tkun iktar ġusta u trasparenti.", "Per eżempju, permezz ta' dawk ir- riformi li saru dak iż-żmien l-applikant sar ikun jaf minn qabel għal kemm punti huwa intitolat u jekk kemm-il darba ma jġibx il-punti li jkun qed jistenna li jġib, għandu dritt li jikkontesta.", "Qabel l-1987 dak id-dritt ma kienx jeżisti u kien ikollok konklav - bħal meta l-kardinali jeleġġu lill-papa - fejn jiddeċiedu kemm jallokaw punti lil persuna \"X\", sewwa \"Y\" u persuna \"Z\" fuq l-ebda kriterji speċifiċi, jew aħjar fuq kriterji pjuttost diskrezzjonali.", "Jien nibża' ħafna meta diskrezzjoni wiesgħa tiġi fdata lil persuna waħda għax ikun hemm lok għal abbuż.", "Naħseb illi lkoll niftakru li fi żmien il-leġislatura preċedenti kien hemm deputat min-naħa tal-gvern ta' dak iż-żmien li kien issottometta f'daqqa 'l fuq minn 500 interpellanza fuq l-awtorita' tad-djar.", "Naħseb illi lkoll niftakru wkoll li l-Onor.", "Jose' Herrera kien kiteb ittra lill- ministru tal-housing ta' dak iż-żmien, il-ħabib tagħna Freddie Portelli, u qallu: Isma', lin-nies tagħna m'aħniex qed naqduhom biżżejjed, għandi ħafna tgergir u ma nistax naħdem b'dawk il-queues twal ta' nies li qed ikolli quddiem il-bieb ta' l-uffiċċju!", "Imma skużi, ir-raison d'être ta' l- awtorita' tad-djar m'hijiex li taqdi lin-nies tiegħi jew lin-nies tiegħek imma biex taqdi lil min hu verament fil-bżonn.", "Għalhekk huwa importanti li l-awtorita' tad-djar ikollha housing stock għax tkun xi ħaġa parodossali jekk l-awtorita' tad-djar ma jkollhiex housing stock tagħha nnifisha.", "Hawnhekk ta' min isemmi li f'pajjiżna għandna xejn inqas minn 18% djar vojta, kollha jitkarrbu biex jiġu allokati lil min hu fil-bżonn.", "Iva, f'pajjiżna hawn min hu fil-bżonn u bla ebda dubju jeħtieġ li ssir emenda ulterjuri għal-liġi tal-kera.", "Huwa veru li wara l-1995 il-liġi tal-kera ġiet emendata u, biex tinkoraġġixxi iktar sidien jikru l-proprjeta' tagħhom, is-sid tal-kera ngħata d-dritt li jgħolli l-kera wara ċertu żmien - biex ma jiġrix li persuna li tkun daħlet f'post b'kera ta' xi Lm2 jew Lm5 fis-sena tibqa' tħallas dak l-ammont miżeru ta' kera għall-bqija ta' ħajjitha, kif kien jiġri qabel ma ġiet emendata l-liġi fl-1995 - pero' dan m'huwiex biżżejjed.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq nieħu spunt minn dak li kont qed naqra riċentement fuq dak li jsir l-Ingilterra.", "S'issa f'Malta min jagħmel kawża biex jiżgombra inkwilin mill-post idum ix-xhur jistenna li tinqata' l-kawża u jekk imbagħad jagħmel appell, din il- kawża faċilment tista' ddum għal sentejn sħaħ.", "Min-naħa l-oħra jekk naraw x'jiġri fl-Ingilterra, fejn hemm jgħixu miljuni ta' nies, jekk is-sid jagħmel dik li tissejjaħ notice of intention to seek possession, jiġifieri jagħmel azzjoni partikolari biex jerġa' jieħu lura l-pussess ta' post, fi żmien tmien ġimgħat dan jieħu l-post tiegħu lura.", "Għalhekk għalkemm il- pass li ħadna fl-1995 meta emendajna l-liġi tal-kera kien importanti, dan m'huwiex biżżejjed u għad fadlilna ħafna x'nagħmlu f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li kulħadd sema' bl-inizjattiva li ttieħdet mill-awtorita' tad-djar u mill-kunsilli lokali li kull ġimgħa se jduru lokal partikolari ħalli jidentifikaw dawk id-djar li llum jinsabu vojta.", "Din hija inizjattiva tajba li ta' min jinkoraġġieha; u hawnhekk ikun tajjeb jekk nikkoreġi punt li għamlet l-Onor.", "Law il-bieraħ meta qalet li qabel l-aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista wiegħed li se jqassam ħafna djar u issa qed isib problema biex iwettaq dak li wiegħed.", "Skużi, kien il-Partit Laburista li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kien għamel diversi wegħdi f'dan ir-rigward, u dan mhux djar wiegħed imma plots, u hija ġennata mill-kbar nett li waħda bħalha għad trid tinstema' li twiegħed il-plots meta l-art u r-riżorsi tagħna huma daqstant limitati.", "Li jonqosna issa huwa li nibdew nibnu fuq il-baħar!", "Aħna lkoll niftakru li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il- Partit Laburista kien wiegħed il-plots pero' meta mbagħad ġie għas-si u n- no sab l-ajma.", "Ħaġ'oħra li qalet l-Onor.", "Rita Law hija li b'din l-inizjattiva li l- awtorita' tad-djar qed tieħu mal-kunsilli lokali, issa l-kunsilli lokali se jispiċċaw isaqqfu wiċċhom mal-problemi li qed jiltaqgħu magħhom ir- residenti u l-awtorita' se tispiċċa tfarfar qabda affarijiet minn fuq spallitha.", "Fir-realta' l-iskop ta' din l-inizjattiva hija li kemm l- awtorita' tad-djar kif ukoll il-kunsilli lokali, they be in a position to reach out to the people.", "Wara kollox dan huwa l-customer care, li jekk ma tistax iġġib il-muntanja lejk tmur lejn il-muntanja int. Anzi jien ngħid li ta' min ifaħħar il-policy ta' dan il-bord għax hija waħda soċjali, mentri l-policy li kien iħaddem il-bord preċedenti kienet iktar immirata għal commercial housing, jiġifieri għal skopijiet ta' qligħ.", "Ċertament l- iskop ta' l-awtorita' tad-djar m'huwiex li din tagħmel il-qligħ imma li tgħin lil min hu ġenwinament fil-bżonn, irrispettivament minn jekk huwiex blu, jekk huwiex aħmar, jekk huwiex aħdar jew jekk huwiex isfar.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nirriferi għal dak li qal il-Ministru Gonzi meta kien qed jintroduċi dawn l-estimi, jiġifieri li huwa tajjeb li jiġu allokati ammonti dejjem akbar ta' flus għal dan il- qasam, pero' min-naħa l-oħra m'għandniex natribwixxu importanza żejda għall- kwestjoni tan-numri għax l-importanti huwa l-aspett soċjali.", "Hemmhekk biss tkun qed tmiss il-polz ta' min huwa verament fil-bżonn.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Speaker, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nagħmel riferenza għal dak li għadu kemm qal il-kollega tagħna l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Kien interessanti meta l-Onor.", "Azzopardi qal li kienet amministrazzjoni Nazzjonalista li rrendiet il-policy tal-housing waħda trasparenti u ġusta għal kulħadd u kien interessanti wkoll meta l-istess Onor. Membru rrifera għall-ittra li kien bagħat l-Onor.", "Jose' Herrera lill- ministru tal-housing ta' dak iż-żmien, fejn kien ilmentalu dwar il-fatt li partitarji Laburisti kienu qegħdin igorru minħabba li ma bdewx jinqdew.", "Jien ngħid illi dan huwa unur għall-Gvern Laburista għax b'hekk wrejna biċ- ċar li fejn jidħol il-qasam tal-housing aħna ma nagħmlux distinzjoni u nimxu bl-istess measuring tape ma' kulħadd.", "Ara fi żmien il-gvernijiet Nazzjonalista, qatt ma nisimgħu li hemm xi partitarji Nazzjonalisti li jilmentaw mal-ministru tal-housing.", "Dik hija indikazzjoni ċara li l- partitarji Nazzjonalisti kollha jinsabu kuntenti u qed jinqdew mill-koxxa.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li qed nitkellem bis-serjeta'!", "Jien għadni qatt ma smajt lil xi Nazzjonalist igorr biex jinqeda min-naħa tal-housing.", "Imma issa ħalli ngħaddi biex nagħmel xi punti oħra.", "Mr Speaker, il-qasam tal-housing jifforma parti minn diversi entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru għall-politika soċjali, liema ministeru dejjem kien wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Partit Laburista.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn l-istorja u naraw x'għamel il-Partit Laburista fil-passat insibu li dan dejjem ta sehmu f'dan il-qasam, kemm meta kien fil-gvern kif ukoll meta kien fl-oppożizzjoni.", "Biżżejjed insemmi xi wħud mil-liġijiet ġodda li għamel u oħrajn illi aġġorna maż-żmenijiet.", "Per eżempju, huwa grazzi għall-Partit Laburista li llum l-anzjani għandhom il-pensjonijiet, li l-ħaddiema għandhom il-paga minima nazzjonali u l-bonus beda jittieħed bħala parti mis-salarju f'Ġunju u f'Diċembru, li ġiet introdotta ċ-children allowance, li l-ġimgħa tax-xogħol ġiet ristretta għal 40 siegħa u ma baqgħetx sottomessa għan-numru ta' sigħat li jidhirlu li għandu jaħdem l- employer u li ġew introdotti benefiċċji għan-nies qegħda u għal persuni b'diżabilita'.", "Bla dubju ta' xejn il-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali kien aspett ieħor li l-Gvern Laburista dejjem ħa ħsieb tiegħu u jekk inħarsu lejn l-istorja nsibu li huwa dejjem ra kif għamel biex irendi l- ħajja tal-ħaddiem iktar komda.", "Biżżejjed insemmi n-numru ta' plots li kienu joħorġu fi żmien l-amministrazzjoni Laburista.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Azzopardi qalilna li qabel l-elezzjoni l- Partit Laburista kien wiegħed li jekk kemm-il darba jitla' fil-gvern kien se joħroġ numru ta' plots.", "Dan huwa veru pero' dan kien se jagħmlu fil- limiti u fil-parametri imposti mill-istess pjan ta' struttura, kif wara kollox għamel dejjem.", "Għalkemm il-gvernijiet Laburista qassmu diversi plots, madanakollu dawn dejjem tqassmu within the scheme u qatt ma ttieħdet art minn xi green area jew minn xi area oħra li mhux suppost isir żvilupp fiha.", "Fil-fatt anke llum il-ġurnata għad hemm fejn jinbnew siti ġodda tal- gvern u għalhekk l-Onor.", "Azzopardi kien skorrett meta pprova jagħti l- impressjoni li kieku l-Partit Laburista tela' fil-gvern u kellu jwettaq dak li wiegħed, kien se jkollu jibni fil-baħar.", "Le, Gvern Laburista kien se jibni skond il-parametri imposti fil-pjan ta' struttura.", "Il-Partit Laburista spjega kemm-il darba kif dan jista' jsir, jew billi titwaqqa' proprjeta' privata u tinbena mill-ġdid, jew inkella billi tiġi żviluppata parti mill-proprjeta' li kienet tal-knisja u li mbagħad għaddiet għand il- gvern.", "(Interruzzjonijiet) iva, hemm numru ta' plots li jistgħu jingħataw u naturalment jingħataw bi skop soċjali.", "Mr Speaker, bla dubju ta' xejn il-Partit Laburista se jibqa' msemmi għar- record li waqqaf f'dak li huwa housing.", "Biss biss matul il-perijodu ta' bejn l-1971 u l-1987, Gvern Laburista kien bena oqsma sħaħ ta' housing u b'hekk solva diversi problemi lil eluf ta' koppji għarajjes u miżżewġin.", "Żgur li kulħadd jiftakar il-liġijiet tal-kera li ġew introdotti mill-istess gvern għax ta' min jgħid li għalkemm illum dawn m'għadhomx jirriflettu l- bżonn ta' dak iż-żmien, f'dak il-perijodu kienu qed jingħalqu ħafna ċnus u ħafna kirjiet kienu qed ikunu soġġetti għal dak li jrid is-sid, bil- konsegwenza li l-pajjiż kien se jiġi sottomess għal sitwazzjoni fejn eluf ta' familji Maltin kienu se jispiċċaw bla dar.", "Għalhekk il-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien ra kif għamel biex jassigura b'mod leġislattiv li pajjiżna ma jispiċċax f'din is-sitwazzjoni billi introduċa l-liġijiet tal- kera.", "Huwa veru li llum dawn il-liġijiet m'għadhomx daqshekk in linea mal- ħajja moderna u għalhekk hemm bżonn li wieħed jara kif dawn jistgħu jiġu emendati b'mod li jkunu kompatibbli maż-żmenijiet tal-lum, pero' dak iż- żmien il-Gvern Laburista kien għamel pass importanti ħafna meta ssalvagwarda s-saqaf ta' eluf ta' Maltin.", "Jien naħseb li kulħadd jiftakar f'liema sitwazzjoni kien jinsab pajjiżna fl-1971, partikolarment fejn jidħol il-qasam tad-djar, u biex solva din il-problema enormi l-Gvern Laburista alloka diversi plots u estates biex l-ewwelnett qered ħafna slum areas, it-tieni nett kisser il- kultura ta' żoni magħluqa li konna nsibuhom f'diversi irħula u t-tielet nett irnexxielu jtella' l-istandard ta' għajxien tal-poplu Malti b'tali mod li kulħadd seta' jkollu daru.", "Ta' min jgħid li dawn il-plots li kien alloka l-Gvern Laburista kienu ngħataw b'xejn jew inkella b'sussidju.", "Ta' min ifakkar ukoll li kien il-Gvern Laburista li waqqaf l-awtorita' tad-djar sabiex iżżomm ċertu kontroll f'dan il-qasam u fil-fatt din l-awtorita' għadha teżisti u tagħti l-kontribut tagħha sal-lum.", "Mr Speaker, matul il-perijodu ta' bejn l-1996 u l-1998 il-Gvern Laburista għal darb'oħra reġa' mpenja ruħu bis-sħiħ f'dan il-qasam u reġa' rnexxielu jwaqqaf diversi records.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid li dan ir- rapport li għandna quddiemna llejla, liema rapport huwa ċertifikat tal- ħidma li wettaq il-Partit Laburista fil-21 xahar li dam fil-gvern, jgħid ċar u tond li kien hemm 420 ruħ li bbenefikaw f'dan il-perijodu, li bejniethom ingħataw is-somma fenomenali ta' Lm3,301,443 f'sussidji.", "Barra minn hekk hawn ta' min isemmi wkoll is-somma ta' Lm2,654 li l-familji Maltin ingħataw bħala sussidju fuq self u s-somma ta' Lm870,656 li ngħataw fuq ċnus.", "Mr Speaker, hawnhekk ta' min isemmi wkoll in-numru sabiħ ta' postijiet li l-Gvern Laburista ħareġ f'Għawdex.", "Dan huwa punt sinifikattiv ħafna għax jekk naraw kemm ħareġ postijiet għall-bejgħ f'din il-gżira l-Gvern Nazzjonalista preċedenti, insibu li dan ma kien ħareġ xejn.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li mill-ewwel tiġbed l-għajn meta wieħed iħares lejn ir- rapport u mbagħad kien il-Gvern Laburista li ra kif ħareġ postijiet ġodda f'Għawdex ma' l-ewwel opportunita' li kellu.", "Biżżejjed ngħid li hekk kif fl-1996 il-Gvern Laburista ħa r-riedna f'idejh, ħareġ 74 unit ġdid ħalli iktar Maltin u Għawdxin setgħu jkunu sidien ta' darhom u peress li għal dawn l-74 post tefgħu applikazzjoni 1,089 ruħ, immedjatament wara l-istess gvern reġa' ħareġ fis-suq 120 post ieħor.", "Issa hawnhekk ta' min isemmi li dawn il-postijiet inħarġu ġebel u saqaf biex l-ewwelnett min jixtri dawn il- postijiet ikun jista' jagħmel il-finishing li jrid hu u t-tieni nett b'hekk setgħu jinqatgħu ħafna mill-complaints li kienu jsiru fuq il-kuntrattur minħabba li dan mhux dejjem kien jesegwixxi x-xogħlijiet b'mod tajjeb.", "Imbagħad fis-27 ta' Jannar, 1998 reġgħet saret sejħa oħra għal applikazzjonijiet u din id-darba għal 67 post kien hemm 519-il applikant.", "Issa hawnhekk ta' min jerġa' jħares ftit lejn iċ-ċifri li għadni kif ikkwotajt għax, kif wieħed seta' jinnota filwaqt li meta l-gvern Laburista ħareġ l-ewwel grupp ta' postijiet hekk kif tela' fil-gvern kien hemm 1,089 applikazzjoni, imbagħad għat-tieni grupp kien hemm 905 applikant u meta reġa' ħareġ it-tielet grupp ta' postijiet it-talba għal din it-tip ta' akkomodazzjoni reġgħet naqset għal 519, jiġifieri l-applikazzjonijiet kważi naqsu bin-nofs.", "Dan juri li l-isforzi li kien qed jagħmel il-Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 bdew jirnexxu.", "Barra minn hekk ta' min isemmi wkoll li f'Jannar ta' l-1998 bdew tħejjijiet oħra sabiex f'Awissu ta' l-1998 jinħarġu numru sostanzjali ta' postijiet għall-bejgħ jew għall- kera u sa dik id-data ġew identifikati diversi postijiet li kienu se jinbiegħu jew inkella jingħataw għal kiri.", "Hawnhekk wieħed jista' jara kemm il-Gvern Laburista ma waqaf qatt jaħdem fil-qasam tal-housing u kemm dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, meta rrimarka li l-policy tal-Partit Laburista f'dan il-qasam kienet biss intiża għall-qligħ, m'hijiex minnha.", "Fi żmien gvernijiet Laburista kienu se jinħarġu wkoll diversi postijiet għal kiri, kif qed isir taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista, li ħafna minnhom kienu fl-akwati tal-Qawra u f'lokalitajiet oħra viċin, pero' sfortunatament dawn ma laħqux inħarġu minħabba l-istorja tal-famuża elezzjoni li għadna kif ħriġna minnha.", "Mr Speaker, il-Gvern Laburista ħoloq diversi inizjattivi oħra biex itaffi t-tbatija lil min ikun qed ifittex dar fejn joqgħod u waħda minn dawn l-inizjattivi kienet il-ftehim li kien intlaħaq mal-Lohombus Bank.", "Barra minn hekk l-istess gvern ħoloq diversi skemi biex dak li jkun ikun jista' jagħmel il-manutenzjoni neċessarja f'daru u hawn nista' nsemmi fost l-oħrajn dawk l-iskemi li nħolqu sabiex jgħinu lil min jgħix f'post tal- gvern u għandu dħul finanzjarju baxx.", "Fil-fatt il-Gvern Laburista kien alloka ammont sabiħ ta' flus biex min jikkwalifika minn dawn l-iskemi jkun jista' jirranġa d-daru.", "Skema oħra li ħoloq Gvern Laburista kienet indirizzata għal min ried iżid xi kmamar u hawnhekk għal darb'oħra l-iskop kien li l-gvern jgħin lil min jixtieq itejjeb l-ambjent li jgħix fih.", "Taħt l-amministrazzjoni Laburista kienet inħolqot ukoll skema ta' għajnuna għal min għandu dar tal-gvern u jixtieq jeqred l-umdita', kif ukoll għal min ibati b'xi diżabilita' u jixtieq jirranġa daru, sabiex kemm jista' jkun jgħix ħajja indipendenti.", "Imma dan m'hux kollox għax il-Gvern Laburista kien qed jaħseb biex jintroduċi diversi skemi oħra, fosthom li jistalla lifts fil-blokki l-antiki ta' l-appartamenti tal-gvern, ħalli b'hekk kemm l- anzjani kif ukoll il-persuni b'diżabilita' li joqogħdu fl-estates tal-gvern ikollhom aċċess mingħajr ħafna tbatija żejda.", "Gvern Laburista ħa wkoll l-inizjattiva li jara kif jagħmel biex min għandu post tal-gvern u jixtieq jixtrih jew inkella jifdi ċ-ċens jkun jista' jagħmel dan, pero' sa l-elezzjoni l-gvern kien għad ma kellux dan it- titolu legali.", "Din il-kwestjoni kienet tinkwieta diversi nies għax għalkemm dawn ilhom joqgħodu fl-istess proprjeta' għal snin twal, pero' sal-ġurnata ta' meta kienet qed tiġi ppjanata din l-iskema kienu għadhom ma sarux sidien ta' darhom.", "Fil-fatt din l-iskema li ġiet imħabbra fl-aħħar jiem mill-gvern preżenti, hija skema li taf l-oriġini tagħha lill-Gvern Laburista għax kienet bis-saħħa ta' l-inizjattiva ta' l-ex ministru Freddie Portelli li llum il-ġurnata din qed tiġi applikata.", "Dan qed ngħidu għax dan mhux biss juri l-kontinwita' min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar iżda juri wkoll l- isforzi li saru fil-ftit xhur li l-Partit Laburista għamel fil-gvern.", "Kien hemm ukoll l-introduzzjoni ta' skema ġdida għal xiri ta' proprjeta' privata, li hija Skema II.", "Din hija skema li permezz ta' l-avviż legali li kien deher fit-13 ta' Frar, 1998, l-awtorita' tad-djar kienet ħabbret li kienet qiegħda taċċetta applikazzjonijiet mingħand sidien ta' postijiet privati vojta u li jixtiequ jbiegħuhom lil l-istess awtorita.", "Din l- iskema l-gvern preżenti sabha lesta u qed ikompli jaħdem fuqha u huwa importanti li din titħaddem.", "Għalfejn?", "Għax meta tmur f'ċerti postijiet f'Malta, partikolarment ġewwa l-villaġġi, issib li ċ-ċittadini dejjem jibnu mal-periferija u dejjem ħerġin il-barra, b'mod li ċ-ċentri qed jibqgħu vojta.", "B'konsegwenza ta' dan il-ftit anzjani li jibqgħu jgħixu f'dawn il- lokalitajiet jirrendu ruħhom vulnerabbli għal kwalunkwe attentati ta' serq, bħalma smajna riċentement fiz-Zurrieq u barra minn hekk jispiċċaw siti mitluqa u abbandunati.", "Permezz ta' din l-iskema li kienet ġiet introdotta mill-Gvern Laburista, kulmin kellu proprjetajiet li xtaq jiddisponi minnhom u li għal xi raġuni ma setax, seta' faċilment javviċina lill-awtorita' tad-djar biex din tixtrihom hi bil-prezz kurrenti biex jiġu żviluppati.", "Din l-iskema kienet intiża mija fil-mija biex tagħmel użu aħjar mill-artijiet tal- proprjeta' li għandna u li kienet qiegħda toħloq l-inċentiv, li within the zone ippjanata li tista' tinbena, jerġgħu jibdew telgħin units ġodda li ma kienu jaslu qatt fuq is-suq jekk mhux bl-inizjattiva ta' l-awtorita' tad- djar.", "Fil-fatt dan l-esperiment konna rajnih jaħdem fil-Furjana fejn diversi proprjetajiet li kienu ilhom mitluqin issa qegħdin jiġu żviluppati wara li kienu ġew mibjugħa lill-awtorita' tad-djar.", "Dan ir-rapport li tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra huwa wkoll xhieda ta' sussidju rekord ta' Lm3,734,589 li l-ministeru kien ta fil-perijodu 1997- 1998.", "Dan kien sussidju fejn il-gvern kien nefaq aktar milli kien ippjana għalih.", "Jekk wieħed jara l-estimi li kien hemm fil-budget għas-snin ta' qabel isib li dan is-sussidju kien qabeż dak allokat u dan żgur juri kemm il-kuxjenza tal-Gvern Laburista kienet u għadha tħabbat, mhux kif kien jiġi allegat dawk iż-żmenijiet.", "Barra minn hekk, wieħed jinnota wkoll li f'dan il-perijodu kien hemm pjan ta' 4,000 post ġdid, b'ħidmet il-Partit Laburista li ħalliet il-frott tagħha kemm huwa dam fil-gvern.", "Ta' min jinnota wkoll li apparti dak l-attentat biex jinħolqu iktar units, il-Gvern Laburista ma waqafx u ħalla l-proġetti li kienu mibdijin jew li sab mibdijin weqfin.", "Fil-fatt ta' min jagħmel riferenza għall-proġett ta' l- Imtarfa, li kien inbeda taħt Gvern Laburista preċedenti ta' l-1981, li l- Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant kompla żied u sebbaħ billi għamel ġonna, għamel ċentri ġodda, fosthom gymnasium ġdid, għamel it-toroq u postijiet fejn jistgħu jipparkjaw vetturi, żied il-bini u ħejja sabiex bini antik jiġi riabilitat għal nies b'diżabilita'.", "Din kienet estensjoni ta' dak li kien diġa' jeżisti.", "Barra minn dan, saru wkoll sforzi kbar biex jiżdied l-ammont ta' postijiet li kellhom jinbnew f'Pembroke.", "Hawnhekk ta' min jinnota li l- awtorita' tad-djar, taħt amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista, kienet qegħda titħabat biex forsi jinbnew 600 unit iżda fi żmien Gvern Laburista, bl-intevent ta' Freddie Portelli, dan in-numru tela' għal 1000 unit.", "Barra dan l-isforz, wieħed irid jissottolinea l-ħidma intensiva li kienet għaddejja sabiex jinstabu lokalijieta u zoni ġodda, dejjem within the scheme, sabiex jinbnew postijiet ġodda.", "U hawnhekk nerġa' nagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, kif ukoll nagħmel riferenza għall-kummissjoni ppreseduta mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, li bħala riżultat tal-frott u tax-xogħol siewi li sar minnha, mhux talli kienu identifikati l-postijiet fejn dawn għandhom isiru imma qalet liema hi u fejn tinsab din l-art tal-gvern u anke n-numru ta' units li jistgħu joħorġu minn dawn is-siti.", "Dan ix-xogħol kien siewi ħafna għax żied in- numru ta' units li jistgħu jingħataw lill-poplu Malti.", "Biżżejjed jingħad li l-amministrazzjoni Laburista ħalliet talba għall- bini ta' madwar 1,300 unit quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jekk wieħed allura jgħodd kollox f'daqqa - cioe', bejn is-siti identifikati f'Pembroke, bejn is-siti identifikati mill-kummissjoni ta' Dr Mifsud Bonnici, kif ukoll ix-xiri ta' siti mingħand il-privat - isib li l-Gvern Laburista kellu ppjanati circa 4,000 unit, li 2,000 minnhom huma indikati fir-rapport imsemmi.", "Fil-fatt kien ikkalkolat li s-snin 1999-2000 se jkunu snin li fihom il-problema tal-housing kienet se tkun kontrollata b'mod li t- tbatijiet preżenti ma jibqgħux jinħassu.", "Jekk wieħed jara l-mod kif kienet għaddejja din il-ħidma, mill-ewwel jinduna kif il-problema tal-housing naqset b'mod sostanzjali mill-lista li kien hemm pendenti taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "In-numru ta' units li kienu ġew ippjanati w identifikati kien se jkun qrib l-4,000, li kien jissupera n-numru ta' talbiet li kien hemm taħt amministrazzjoni Laburista.", "Kien programm li fi żmien qasir ta' Gvern Laburista beda jbiddel l-affarijiet bis-serjeta', xi ħaġa li l-amministrazzjoni Nazzjonalista ma nrexxiliex tagħmel f' disa' snin u nofs.", "Ta' min wieħed jagħmel riferenza wkoll għall-istudji li kienu għaddejin f'oqsma oħra, fosthom dawk li kienu qed isiru fl-inħawi ta' f'Ħaż-Zabbar.", "Dan qed ngħidu mhux biex infaħħar lil Freddie Portelli - mhux għax ma ħaqqux - iżda juri kemm il-Gvern Laburista u l-ministeru mmexxi minn seħibna kienu qed jieħdu bis-serjeta' l-mod kif isir l-ippjanar, u b'mod partikolari fejn tidħol l-amministrazzjoni ta' fondi pubbliċi.", "Hawnhekk qed nirriferi għas-survey li kien ġie ppreparat fl-area ta' Ħaż-Żabbar, b'mod partikolari fl-inħawi magħrufin bħala Tal-Misraħ u Tal-Biċċieni, f'liema survey kienu nvoluti 500 dar barra dawk ir-residenti li hemm fl- isqaqin t'hemmhekk.", "Din l-area kienet qed tiġi studjata biex imbagħad tinkwadra ruħha fuq areas l-oħra ta' madwar Malta kollha.", "Kien hemm ukoll survey dwar l-estate ta' Hompesch, li hu kompost minn flats tal-gvern, biex l-istess meta jitlesta dan is-survey ikun jista' jiġi amplifikat b'mod aktar ampju fuq l-estates oħra li jeżistu f'Malta u Għawdex.", "Ir-raġuni għalfejn qed nagħmel riferenza għal dawn is-surveys hi għax dan l-aħħar ġie rrapportat li l-Onor.", "Gonzi ħabbar li kienet ser issir estensjoni ta' l-iskema ta' rranġar ta' postijiet.", "Din l-iskema li fil- fatt tħabbret fit-2 ta' Frar, in segwitu tal-press conference li ta l- Ministru Gonzi, hija frott ta' dawn is-surveys.", "Dan qed ngħidu biex nuri li dawn is-surveys ma kenux xi ħaġa kapriċċusa daparti ta' l- amministrazzjoni Laburista biex forsi niġbru xi erba' voti, iżda kienu surveys bis-serjeta' li tant taw frott li l-istess amministrazzjoni preżenti qiegħda tħaddem u sejra tamplifika fuq lokalitajiet oħra.", "Minn dak li għadni kif għidt jirriżulta li din l-iskema mhix għajr frott il- ħidma tal-ministru ta' qabel Freddie Portelli.", "Nikkonkludi billi ngħid li ma nixtieqx nagħti l-impressjoni li dan kien kollox u l-programm Laburista għall-housing kien se jieqaf hawn.", "Lanqas ma ridt nagħti l-impressjoni li billi il-Gvern Laburista kien identifika 4,000 post kien ifisser li l-problema tal-housing kienet ġiet taħt kontroll u allura wieħed seta' jserraħ rasu u jgħid biex għall-mument ninsew l-aspett tal-housing u nħarsu lejn oqsma oħra.", "Gvern Laburista kien għamilha ċara li meta ssir il-privatizzazzjoni ta' diversi azjendi - u waħda fost dawk li ssemmew kienet il-Maltacom - kien beħsiebu jgħaddi parti mid-dħul minn dan l-eżerċizzju għal aspetti soċjali u kien ser jinvesti ma' l-20% minn dan id- dħul fuq il-qasam tal-housing.", "Dan juri biċ-ċar li Gvern Laburista kien qiegħed jippjana li ladarba jkollu l-qasam tal-housing taħt kontroll u jkollu rasu mistrieħa li d-domanda ma tkunx ikbar minn dak li qed jissupplixxi, allura jkompli miexi bil-programm tiegħu billi jwarrab fondi biex meta jinqala' l-bżonn isibhom.", "Ta' min jirrimarka li dan ir-rapport ma huwa xejn għajr ċertifikat ta' kemm il-ħidma Laburista kienet miftuħa u ampja.", "Irrid infakkar li meta l-kummissjoni ta' Dr Mifsud Bonnici kienet bdiet tanalizza l-artijiet li kien hemm, kienet identifikat mat-33,000 biċċa proprjeta' tal-knisja li kienu se jgħaddu għand il-gvern, xi ħaġa li sa ftit żmien qabel kienet ħolma li xi darba nsolvu l-problema tal-housing.", "Dan kien proġett li bl-inizjattiva tiegħu personali, Freddie Portelli wera li kien kapaċi jaqbad il-barri minn qrunu u ġabar lista sħiħa ta' dawk il- proprjetajiet li bdew jiġu analizzati biċċa biċċa, b'mod li llum l-ġurnata l-awtorita' tad-djar u anke l-ministeru tal-housing għandhom lista sħiħa ta' kif jistgħu jiġu utilizzati dawn il-proprjetajiet.", "Dan ir-rapport imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra huwa ċertifikat ta' kemm Gvern Laburista fil-ftit xhur li għamel ħa bis-serjeta' din il-problema u l- fondi li ġew allokati ġew utilizzati bl-iktar mod tajjeb.", "Dan jikkonferma dak li kien jgħid il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien li bil-ftit tista' tagħmel il-ħafna.", "Dan hu ċertifikat li bih il-Gvern preżenti sab is-sodda mifruxa fil-qasam tal-housing u jekk irid verament juri kemm għandu għal qalbu ċ-ċittadin, jekk verament għandu l-kuxjenza soċjali li wera l-Gvern Laburista, irid jara kif se jżomm ir-ritmu li kien qabad Gvern Laburista.", "Dan huwa importanti għax jekk il-Gvern Nazzjonalista preżenti mhuwiex se jalloka l-istess sforzi li għamel Gvern Laburista, se nerġgħu nispiċċaw bis- sitwazzjoni fejn se jkollna domanda kbira għall-housing, sew fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali u sew fil-qasam ta' siti li jiġu ddentifikati.", "Domanda tiġi ristretta billi tiġi kkontrollata bl-iktar mod serju u sfortunatament, kif inhuma mexjin l-affarijiet, jidher li diġa' beda jintilef ir-ritmu li kien inqabad.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, qabel nibda l-intervent tiegħi xtaqt li minn hawnhekk insellem u nagħti ħajr lil Freddie Portelli, ex ministru tad-djar.", "Insellem ukoll lill-membri ta' l-istaff li kellu fil- ministeru u anke nagħti ħajr lil Victor Galea, l-outgoing chairman ta' l- awtorita' tad-djar, u lill-membri l-oħra tal-bord li kienu miegħu.", "Fuq kollox dan ir-rapport li għandna quddiemna għad-diskussjoni huwa mertu tal- ħidma li kienet qed titwettaq mill-awtorita' tad-djar u mill-ministeru tad- djar fi żmien Gvern Laburista.", "Sur President, il-problema tal-housing f'Malta tmur lura għexieren ta' snin.", "Din il-problema ta' nuqqas ta' akkomodazzjoni xierqa kompliet tikber u tiżviluppa mal-progress soċjali u ekonomiku li seħħ f'pajjiżna matul is- snin, pero' ma nistgħux ma ngħidux li kienu l-gvernijiet Laburisti tas- sebgħinijiet u tmeninijiet li bdew jindirizzaw bis-serjeta' din il-problema akuta.", "Kienu gvernijiet Laburisti ta' dawk iż-żmenijiet li taw spinta qawwija lil din l-isfida li l-gvernijiet ta' pajjiżna kellhom jiffaċċjaw matul is-snin.", "Kienu wkoll gvernijiet Laburisti li żviluppaw b'mod effettiv sistemi biex taw akkomodazzjoni xierqa - u kultant anke aktar milli kien jiflaħ l-ispazju tal-pajjiż - lill-eluf ta' familji Maltin u Għawdxin.", "Kienu wkoll gvernijiet Laburisti li taw bidu bis-serjeta' għal proċess biex kemm jista' jkun Maltin u Għawdxin isiru verament sidien ta' darhom.", "Dawn il-fatti ma nistgħux innessuhom.", "Kienet il-vokazzjoni tal-Partit Laburista li jwettaq il-ġustizzja soċjali fil-prattika, vokazzjoni li wara kollox ġabet bidla fil-kultura soċjali tagħna fir-rigward ta' l-aspettattivi li l-Maltin illum għandhom dwar l- abitazzjoni tagħhom u l-familji tagħhom.", "Jien ċerta li jekk il-Partit Laburista ma jibqa' msemmi għal xejn, li żgur mhux il-każ, se jibqa' msemmi fir-rigward tal-qasam tal-housing.", "Wara kollox ħadd ma jista' jinnega li kien il-Partit Laburista li bena l-pedamenti u waqqaf kolonna ta' sistemi effettivi għall-vera ġustizzja soċjali f'dan il-pajjiż.", "M'għandnix dubju li l-qasam tal-housing huwa qasam ieħor li l-Partit Laburista dejjem ħadem fuqu bis-serjeta' u mhux bil-paroli biss.", "Illum nistgħu ngħidu li m'hawnx belt jew raħal f'Malta jew f'Għawdex li fih ma ssibx uħud mill-monumenti ħajjin li nbnew biex setgħu ġew supported familji sħaħ li ma setgħu qatt ikollhom akkomodazzjoni xierqa li kieku l-gvernijiet Laburisti ma ħadmux bis-serjeta' fuq dan il-qasam.", "Sur President, mingħajr tlaqliq ngħid li ma naqbel xejn ma' l-Onor.", "Gonzi meta fl-introduzzjoni tiegħu qal li fl-1997-98 l-awtorita' tad-djar ma laħqitx l-objectives tagħha.", "M'iniex se niċħad li l-problema tal-housing għadha magħna, pero' ħafna drabi nibża' li bħal ħafna affarijiet oħra din il-problema wkoll qed tiġi ttrattata b'approach partiġjan, bħalma smajna l- bieraħ f'diversi interventi u anke xi drabi llum.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Gonzi u anke xi kelliema oħra tal-gvern qalu li f'20 xahar il-Gvern Laburista preċedenti qisu m'għamel xejn u allura l-problema kompliet tikkarga u li Allaħares ma kenux il-gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti biex sar xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Dawn il-paraguni issa xbajna nisimgħuhom.", "Safejn naf jien biex tagħmel paragun tajjeb l-ewwel irid ikollok l-istess bażi u trid tipparaguna like with like.", "U hawn li ma nistax nifhem kif il-Gvern Nazzjonalista jqabbel f'kull ħaġa dak li sar f'disa' snin u nofs ma' 20 xahar ta' Gvern Laburista.", "Jekk irridu nkunu serji u nagħmlu appraisal serju ta' dak li twettaq irridu ngħidu kollox.", "Mr Speaker, jeħtieġ li jsir appraisal serju fuq dan il-qasam billi hemm bżonn naraw iktar minn sena waħda ta' ħidma biex inkunu f'qagħda aħjar ħalli naraw bis-serjeta' x'inhu l-aħjar għall-pajjiż u fuq kollox l-iktar għal dawk il-gruppi soċjali fostna li ilhom jistennew ħafna s-soluzzjoni għall-problema tal-housing.", "L-approach li rridu nieħdu jrid ikun wieħed imparzjali, biex b'hekk inkunu nistgħu nindirizzaw ruħna tajjeb lejn il- problema ta' ħafna nies.", "Iva, sfortunatament għadhom ħafna dawk li għandhom bżonn l-għajnuna effettiva u ta' malajr.", "Din il-problema ma tistax tibqa' tiġi indirizzata b'ħafna kliem sabiħ li meta mbagħad tagħsru ssib ftit li xejn.", "Jenħtieġ li nagħmlu analisi serja, jenħtieġ pjan serju għall-immedjat u għat-tul.", "Jenħtieġ ukoll li l-pjan ikun wieħed sħiħ li jindirizza l-problema anke mil-lat ambjentali, pjan li jkollu viżjoni, li jindirizza l-problemi diversi li jeżistu.", "Hemm diversi problemi għal ħafna gruppi fis-soċjeta' tagħna li huma milqutin serjament minn din il-problema minħabba raġuni jew oħra.", "Sadanittant inħoss li biex nagħmel analisi fil- ftit żmien qasir li għandi se jkolli mmur xi ftit lura fiż-żmien ukoll.", "Is- sitwazzjoni llum f'dan il-qasam għadha kerha u allura bil-fors ikolli ngħid x'sab Gvern Laburista malli tela' f'Ottubru 1996.", "Dakinhar il-gvern sab ma' l-4,000 applikazzjoni pendenti għall- akkomodazzjoni alternattiva u minkejja l-ħafna diskors li smajna, dan l- ammont hekk kbir ta' applikazzjonijiet li ma ġewx sodisfatti jirrifletti ħafna ħażin fuq il-performance tal-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Dan il-fatt waħdu żgur li ifisser li jew kien hemm nuqqas serju ta' impenn jew nuqqas serju ta' ppjanar min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista.", "Li kieku l- gvernijiet Nazzjonalisti ppjanaw u ħadmu bis-serjeta' f'disa' snin u nofs żgur li ma konniex insibu ma' l-4,000 applikazzjoni pendenti.", "U dawk kienu dawk li kienu jidhru għax naturalment ma nafux kemm kienu dawk l- applikazzjoni tagħhom ma baqgħetx konsidrata.", "Ma ninsewx li Gvern Nazzjonalista kien introduċa sistema ġdida dak iż-żmien li min ma jġeddidx l-applikazzjoni tiegħu quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, jinqata' mil-lista kiesaħ u biered.", "Jien personalment iltqajt ma' ħafna nies li jgħidulek li kien ilhom snin applikati l-housing department u meta marru jiċċekkjaw qalulhom li l-file tagħhom kien intilef.", "Mhux wieħed u tnejn kienu dawn u għalhekk jibqa' jberren il-moħħ u d-dubju ma jħallikx kwiet.", "Qed ngħid hekk aktar u aktar għax dak iż-żmien il-Gvern Nazzjonalista kien jgħid li money no problem u li l-ħofor ma kenux jeżistu.", "(Interruzzjonijiet) Insomma d-diska llum żżarżret u kulħadd jaf biha.", "Sur President, se nipprova nanalizza dak li qed ngħid biex niftiehem aħjar.", "Dan mhux qed ngħidu biex nitgħajjar iżda biex niftaħ għajnejn il-gvern ħalli jqis u jerġa' jqis x'politika għandu jadotta f'dan il-qasam importanti għaż-żmien li ġej.", "Mr Speaker, tul id-disa' snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista l-problema tal-housing kibret f'dimensjoni oħra, dimensjoni li ġejja mill-fatt li s- suq tal-proprjeta' f'Malta tħalla f'libertinaġġ assolut.", "L-ispekulaturi tħallew jagħmlu li jridu u r-riżultat nafuh lkoll.", "Ħadt gost illum nisma' lill-Onor.", "Michael Bonnici jagħmel aċċenn fuq l-ispekulazzjoni tal- proprjeta'.", "Illum biex tixtri dar jew appartament modest trid il-belli liri u mhux qed nitkellem fuq postijiet ta' lussu iżda qed nitkellem fuq abitazzjonijiet diċenti għal familja.", "Nafu x'qed jiġri.", "Ħafna qed isibuha kważi impossibbli biex jixtru mingħand il-privat u hawn mhux qed nitkellem dwar dawk li għandhom dħul baxx biss iżda anke għal dawk li għandhom dħul medju.", "Jien nikkalkola li hemm tliet kategoriji minn dawn.", "Hemm dawk li għandhom dħul baxx jew inkella li jgħixu bl-assistenza soċjali u li naturalment għandhom diffikulta' ta' akkomodazzjoni xierqa, li jridu u ma jridux ikollhom jistennew sakemm forsi xi darba jmisshom akkomodazzjoni mingħand il-gvern.", "Imbagħad hemm il-kategorija l-oħra li għandhom dħul medju u tista' tgħid li hija xi ħaġa kważi impossibli li jixtru mingħand il- privat minħabba l-prezzijiet esorbitanti li jiġu mitluba biex iħallsu.", "Uħud minn dawn jiddeċiedu li jidħlu fil-queue jistennew biex forsi xi darba jmisshom akkomodazzjoni xierqa tal-gvern.", "Imbagħad hemm l-aħħar kategorija li, fl-opinjoni tiegħi, hija ta' dawk li għandhom dħul medju wkoll iżda li jirrealizzaw li jekk se jistennew għall-akkomodazzjoni tal-gvern se jdumu snin kbar u allura jiddeċiedu li jidħlu għal piżijiet finanzjarji kbar minħabba d-dejn li jidħlu fih għal għomorhom.", "Dwar dan il-grupp ta' l- aħħar irrid nieqaf u nagħmel xi rimarki għax b'konsegwenza ta' dawn il- piżijiet finanzjarji kbar li ħafna familji qed jidħlu għalihom, qed jinħolqu problemi soċjali oħra.", "Per eżempju, hemm il-pressjoni li taqa' fuq il-koppji, minħabba li dawn ikollhom jaħdmu ħinijiet twal ta' xogħol, li ħafna drabi tirriżulta li familji sħaħ illum bilkemm jaraw lil xulxin.", "Issa fejn għandek koppja u t- tnejn jaħdmu ssib pressjoni mod u fejn għandek ir-raġel biss jaħdem issib pressjoni ta' tip ieħor.", "Nafu b'każijiet oħra li ċerti pressjonijiet żejda fuq il-familji ġabu anke konsegwenzi familjari ta' niket, ta' separazzjonijiet, ta' dwejjaq u ta' nervożissmu anke fuq it-tfal.", "Nafu b'każijiet ukoll fejn pressjonijiet finanzjarji bħal dawn ġabu konsegwenzi fejn it-tfal ġew saħansitra inkoraġġiti biex ma jkomplux l-edukazzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu minn kmieni ħalli jgħinu lill- familja finanzjarjament.", "Qed insemmi dawn il-ftit eżempji biex nirrealizzaw kemm fil-fatt irid ikollna viżjoni bi spectrum wiesa' għall- politika tal-housing li rridu nadottaw f'pajjiżna.", "Nafu f'liema konsegwenzi soċjali u ekonomiċi jissarfu dawn l-eżempji li semmejt.", "Illum kważi kważi nqis li jekk ikollna housing adattat inkunu bdejna nimmaturaw fejn tidħol il-politika soċjali għaliex inkunu bis-serjeta' bdejna nadottaw miżuri ta' preventive social spending, miżuri li wara kollox huma essenzjali għas-sostenibilita' tal-progress u l-ġustizzja soċjali f'pajjiżna.", "Dan jinkiseb bi ppjanar u ħidma serja u mhux bi kliem sabiħ biss.", "Meta semmejt dawn id-diffikultajiet mill-ewwel ġew f'moħħi l- għarajjes għax hawnhekk ukoll għandna problema serja oħra.", "Biżżejjed wieħed jara tajjeb t-tabelli li għandna fir-rapport - u qed nirriferi għal paġni, 4, 6 u 8 - biex jibda jallarma ruħu.", "Per eżempju, f'paġna 4 nsibu li applikaw 873 koppja għarajjes u tqassmu biss 20 unit, b'rata ta' tqassim ta' post wieħed għal kull 44 koppja li applikat.", "Immorru għal paġna 6, fejn insibu li kienu applikaw 765 koppja għarajjes u units allokati kien hemm 34.", "Imbagħad f'paġna 8 nsibu 461 applikant u units imqassmin kien hemm 14.", "U allura jien nistaqsi: Għaliex l-għarajjes fi kwantitajiet kbar qed iħarsu lejn il-gvern biex jipprovdilhom akkomodazzjoni?", "X'inhi din ix-xi ħaġa li qed twassal biex id-domanda għall-akkomodazzjoni minn dan is-settur qed narawha tispara 'l fuq?", "Għalhekk hawn ukoll jenħtieġ li l-awtorita' tad-djar u l-Gvern Nazzjonalista fi żmien immedjat jiddedikaw l-enerġija u r-riżorsi tagħhom biex jindirizzaw din il-problema li tidher biċ-ċar li teżisti bil-kbir.", "Aħna li nagħmluha man-nies nafu x'inkwiet għandhom ħafna għarajjes biex jakkwistaw akkomodazzjoni xierqa.", "Jiġifieri m'hemmx dubju li din torbot ma' dak li konna qed ngħidu qabel, minħabba li llum biex takkwista xi akkomodazzjoni diċenti - u nerġa' nenfasizza li qed nitkellmu fuq akkomodazzjoni diċenti u mhux akkomodazzjoni ta' lussu - trid il-belli liri.", "Iż-żgħażagħ tagħna ovvjament qed ikollhom ukoll jiffaċċjaw din il- problema kbira fil-bidu tal-ħajja tagħhom.", "Niġi issa, Sur President, għar-rimarka li għamel l-Onor.", "Gonzi meta kkritika r-rapport ta' l-awtorita' tad-djar, dwar il-fatt li matul is-sena ta' ħidma li qed niddiskutu l-Gvern Laburista ma ħariġx postijiet għall- kiri.", "Minn dak li qal il-ministru, ta x'jifhem li bil-kiri nistgħu nsolvu l-problema tal-housing għal ħafna nies.", "Naturalment meta l-Onor.", "Gonzi kien qed jagħmel din il-kritika għamel ukoll paragun ma' dak li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista preċedenti meta kien ħareġ numru ta' postijiet għall- kiri.", "Uħud minn sħabi diġa' għaddew il-kumment fuq dan u jien se ningħaqad magħhom u nkompli nenfasizza li mhux għax toħroġ il-postijiet b'kera jfisser li qed tgħin lil xi ħadd, tkun x'tkun il-kera, speċjalment meta nafu li fi żmien Gvern Nazzjonalista kien hemm kirjiet b'mijiet ta' liri.", "Nafu wkoll li minkejja s-sussidju, hemm familji sħaħ li biex ikollhom akkomodazzjoni xierqa spiċċaw biex krew mingħand il-gvern għax dik kienet l- ewwel availability li sabu u komplew issallbu finanzjarjament.", "Xi drabi jekk ikollok kera għolja iktar ikun jaqbillek li tidħol biex tixtri għaliex tista' tidħol fi skema bl-instalments u xi darba se jkollok xi ħaġa tiegħek.", "Niskanta fil-fatt kif l-Onor.", "Gonzi pprova jġib il-fatt tal-kera bħala eżempju ta' kemm il-Gvern Laburista ma għamel xejn u allura kemm ħadem il-Gvern Nazzjonalista f'dan il-qasam; u fl-istess waqt qed jgħid li l-politika tal-housing tal-Partit Nazzjonalista hija mmirata biex il- Maltin u l-Għawdxin isiru sidien ta' djarhom.", "Niskanta mbagħad kif l-Onor.", "Gonzi ma semma xejn fuq il-fatt li l- awtorita' tad-djar fi żmien il-Gvern Laburista rnexxielha ttejjeb il- kondizzjonijiet ta' self mal-Lohombus.", "U hawnhekk qed nirriferi għal paġni 8 u 9 tar-rapport.", "Nifhem li l-ministru qrah dan imma se nikkwota purposely ħa mmur on record.", "Hawnhekk insibu:", "\"Bħala riżultat ta' taħdidiet mal-Lohombus Bank Ltd, min jissellef mingħand il-bank b'rata sussidjata jista' jħallas lura s-self fuq medda ta' 30 sena minflok 25 sena ...''", "- jiġifieri s-soft loan li kienet diġa' available kompliet saret aħjar għaliex żdiedu ħames snin oħra -", "'' ... u jista' jissellef b'rata sussidjata sa 90% tal-prezz sussidjat tal-fond minflok sa Lm6,000 ....'' - din kienet xi ħaġa importanti ħafna għaliex qabel il-prezz sussidjat kien ikun abbażi ta' Lm6,000, immaterjalment kemm fil-fatt kien ikun il-prezz tal-post li tkun se tixtri -", "'' .... kemm biex jixtri u jlesti l-maisonette jew biex jixtri l- appartament.", "B'hekk il-benefiċjarju jħallas somma iżgħar bħala depożitu.''", "Barra minn hekk, bħala riżultat tat-taħdidiet mal-bank, jgħid ir-rapport: ''L-ispejjeż għall-ipproċessar ta' l-applikazzjoni u dawk legali tal- Lohombus Bank Ltd tnaqqsu drastikament.\"", "Jien inħoss li jekk irridu nkunu serji u responsabbli u nkunu verament qegħdin nagħtu stampa ċara ta' l-affarijiet bilfors irridu ngħidu kollox.", "Sadanittant irrid ngħid li jekk il-Gvern Nazzjonalista jrid verament iwettaq il-wegħda li għamel lill-poplu Malti u Għawdxi fil-manifest elettorali tiegħu - u nista' nikkwota mill-manifest tal-Partit Nazzjonalista fejn qal:", "\"L-ideal tal-Partit Nazzjonalista se jibqa' dejjem li kull familja tkun is-sid ta' darha.\"", "- allura għandu jara li fost affarijiet oħra jeħtieġ li ma jkunx hawn aktar spekulazzjoni fuq il-proprjeta' biex il-prezzijiet ma jkomplux jogħlew b'mod mill-iktar esorbitanti.", "Il-Gvern ta' Fenech Adami għandu jara li l- postijiet tal-gvern li joħorġu għall-bejgħ ikunu bi prezzijiet raġunati u jkompli jtejjeb il-kondizzjonijiet ta' self mal-Lohombus, b'mod partikolari fejn jidħlu l-imgħaxijiet.", "Dan għaliex minkejja s-sussidju li jingħata, hemm strixxa sħiħa ta' nies li mhux qed ikunu milħuqin u huma wkoll fil- bżonn.", "U din se nagħmel enfasi fuqha.", "Fil-fatt fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista din kienet waħda mill-wegħdi solenni u li kieku tlajna fil-gvern f'Settembru 1998 konna nwettquha, jiġifieri li nnaqqsu l- imgħaxijiet fuq is-self li jsir għax-xiri ta' residenzi.", "Jekk verament il- Gvern Nazzjonalista jrid jgħin biex il-Maltin u l-Għawdxin isiru sidien ta' darhom, hemm bżonn jaħdem ukoll biex itaffi r-rati ta' l-imgħax fuq is-self li jittieħed ħalli jinxtraw ir-residenzi minkejja s-sussidju li hemm diġa' allokat.", "Il-Ministru Gonzi fl-introduzzjoni tiegħu stieden lilna lkoll f'din il- Kamra biex min għandu xi ideat jgħidhom dwar kif nistgħu nikkonvinċu aktar lis-sidien privati biex jidħlu sħab mal-gvern fuq proprjeta' privata u li mhijiex tintuża.", "Kien hawn diversi kelliema minn din il-Kamra li għamlu riferenzi għall-ammont kbir ta' postijiet madwar Malta u Għawdex li huma magħluqin.", "Jekk niftakar tajjeb l-Onor.", "Jason Azzopardi semma anke l- persentaġġ ta' xi 18%, li hija rata enormi.", "Dwar din il-ħidma m'hemmx dubju li naqblu lkoll għaliex din hija tkomplija fuq ix-xogħol mibdi fi żmien il-Gvern Laburista.", "Iżda nixtieq inżid li sakemm il-prezz tal- proprjeta' jibqa' wieħed esorbitanti u bla kontroll, ħafna sidien qatt m'hu se jarawha vijabbli jidħlu fi ftehim sakemm il-gvern ma jkunx lest li jħallas prezz kummerċjali.", "Għalhekk il-kontroll fuq l-ispekulazzjoni tal- proprjeta' issa sar iktar essenzjali jekk rridu nsolvu ħafna mill-problemi tal-housing u fl-istess waqt nagħmlu użu aħjar mir-riżorsi li sal-lum kienu moħlija.", "Naturalment ir-reviżjoni fil-liġi tal-kera għandha tkompli tiġi kkonsidrata, dejjem sakemm ma nkunux qed inbiddlu b'mod li nwaddbu lill- kerrej f'qagħda żvantaġġata.", "Irridu nkomplu nanalizzaw biex fejn hu possibbli ntejbu l-qagħda tas-sidien.", "Naturalment b'hekk nifhem li għandhom jiġu mħajra iktar ventures ta' kiri raġunat mal-gvern jew inkella dawn is- sidien jikru minn jeddhom il-postijiet tagħhom lill-Maltin u l-Għawdxin.", "Sadanittant inħoss li biex nanalizzaw il-problema tal-housing irridu naqsmuha fi tliet oqsma ewlenin, l-ewwel fir-rigward ta' dawk li għadhom qed ifittxu akkomodazzjoni bażika b'faċiltajiet sanitarji adattati u spazju xieraq għall-membri kollha tal-familja.", "Għad għandna familji sħaħ li għadhom qed ifittxu livell xieraq ta' akkomodazzjoni.", "Ħadd ma jista' jinnega li għad għandna slum areas li huma neqsin minn faċilitajiet u spazji mill-iktar bażiċi.", "Ħadd ma jista' jinnega lanqas li għad għandna postijiet li fihom jgħixu n-nies u li huma mill-iktar perikolużi u li għad għandna wkoll akkomodazzjonijiet li huma over populated għaliex fihom tgħix aktar minn familja waħda u litteralment dawn qed jgħixu fuq xulxin.", "It-tieni qasam jirrigwarda lil dawk il-persuni li minħabba li s- sitwazzjoni ta' ħajjithom inbidlet, jenħtieġu li bi bżonn ibiddlu l- akkomodazzjoni li qed jgħixu fiha; sfortunatament dawn għandna ħafna każijiet minnhom.", "F'dan il-qasam teħtieġ attenzjoni kbira wkoll.", "L-għadd ta' anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li għandna fid-djar, b'mod partikolari f'appartamenti, huwa kbir.", "Dawn l-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali sfortunatament spiċċaw priġunieri f'darhom.", "Il-bżonn li darhom tkun mgħammra bl-attrezzi meħtieġa għall-bżonnijiet partikolari tagħhom issa qed isir urġenti.", "Fil-fatt minkejja li l-Gvern Laburista ġie mgħajjar tant li ma kellux kuxjenza soċjali, ta bidu għal skema oħra utili ħafna fejn każijiet bħal dawn ta' l-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jingħataw għajnuna finanzjarja ħalli jwettqu t-tibdiliet meħtieġa.", "Dan huwa mod serju ta' kif tgħin lil min hu fil-bżonn u fl-istess waqt tkun qed tgħin biex anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunita' li sal-lum kienu mdorrijin jgħixu fiha.", "Hawnhekk tidħol problema oħra għax illum nafu li d-djar ta' l-anzjani kollha għandhom waiting list ta' persuni li jridu jidħlu.", "Dan ifisser li iktar ma nżidu faċilitajiet fid-djar ta' l-anzjani u fid-djar ta' persuni bi bżonnijiet speċjali, li jkunu jistgħu jgħinuhom ħalli jkomplu jgħixu kemm jista' jkun indipendenti imma fi ħdan il-familja tagħhom, iktar allura inkunu qegħdin intaffu problema oħra li dan il-pajjiż għandu ma' wiċċu.", "Skemi bħal dawn jeħtieġ li jitkomplew u jiżdiedu b'mod immedjat.", "Per eżempju, bl-istallazzjoni tal-lifts fl-appartamenti nkunu nistgħu ntaffu ħafna din il-problema.", "L-istallazzjoni ta' dawn il-lifts ilha snin mwegħda minn Gvern Nazzjonalista u nittamaw li għad naslu.", "Sadanittant hemm kategorija oħra ta' nies li għax inbidlet is-sitwazzjoni ta' ħajjithom sabu ruħhom fi problema ta' akkomodazzjoni diċenti.", "Illum għandna ħafna nisa u anke rġiel li minħabba l-isfortuna li ż-żwieġ tagħhom tkisser sabu ruħhom mingħajr dar fejn jgħixu.", "Sfortunatament ħafna minn dawn għadhom ukoll irabbu l-familji tagħhom u allura l-problema ta' housing hija akbar.", "Għal dawn ukoll jeħtieġ li l-gvern jaħseb bis-serjeta'.", "Kien pass għaqli ta' Gvern Laburista li meta reġa' daħħal is-sistema tal-punti, reġa' beda jagħti punti sħaħ lit-tfal kollha ta' l-applikanti.", "Sadanittant qasam ieħor li jrid jiġi analizzat ukoll meta nitkellmu fuq housing huwa li mhux billi nkunu pprovdejna l-faċilita' ta' abitazzjoni xierqa iżda wkoll li l-ambjent ta' barra u l-madwar ikun wieħed adattat.", "X'jiswa li noħolqu l-housing estates biex imbagħad l-ambjent ta' barra u l- madwar ikun diżastru!", "Se nagħti ftit eżempji biex inkun konkreta f'dak li qed ngħid.", "Per eżempju, f'Ħal Farruġ, limiti ta' Hal Luqa, u f'Tal-Blat, limiti ta' Hal Qormi, meta wieħed imur f'dawn il-postijiet, litteralment jinduna li hemmhekk jgħixu n-nies għax jara d-djar għax mit-toroq li trid tgħaddi minnhom hemm diżastru.", "Ftit ilu kont f'Ħal Farruġ u kienu qegħdin jgħiduli familji sħaħ li għandhom tfal li biex iwassluhom sal-minibus biex imorru l-iskola, jridu mhux jeħduhom bil-mixi kantuniera bogħod imma jkollhom idaħħluhom fil-karozza u jdawruhom xi żewġ blokki, għax peress li t-toroq mhumiex magħmulin kif għandhom ikunu jinżlu ħafna ilmijiet, bil- periklu li t-tfal jistgħu jweġġgħu.", "F'Ħal Farruġ partikolarment, il- problema kienet saret aktar akuta fi żmien Gvern Nazzjonalista ta' qabel l- 1996, fejn kienu nbnew żewġ blokki flats, imma qatt ma ġiet rranġata l-area tal-madwar, bil-konsegwenza li hemm it-terrapien u l-ilma li jinżel hemm u li qabel kienet tixorbu l-ħamrija issa qed jaqa' kollu fit-toroq fejn il- blokki l-oħra l-antiki.", "Dan qed ngħidu biex nuri li inutli noħolqu l- housing estates u nagħtu l-allokazzjonijiet imbagħad inħallu dawn it-tip ta' diżastri.", "Nista' nsemmi wkoll housing estates oħra li huma neqsin mill- iktar servizzi bażiċi, bħat-trasport pubbliku.", "F'Ħal Qormi għandna Ta' Farżina, fejn nistgħu ngħidu li hemm raħal ieħor, biex imbagħad in-nies hemmhekk mhumiex moqdijin b'karozza tal-linja.", "U għamilna parliamentary questions u anke l-kunsill lokali daħal fiha.", "Jien waħda minn dawk u żgur li m'iniex l-unika li staqsejt jekk il-public transport authority għamlitx xi survey biex tara kif jistgħu jiġu moqdijin aħjar iċ-ċittadini Qriema.", "Jien semmejt Ta' Farzina bħala area waħda imma hemm ħafna areas imbegħdin miċ-ċentru li mhumiex moqdijin bħalhom.", "U Alla jbierek risposti ta' xejn u allavolja jgħaddu s-snin, nafu li n-nies mhumiex moqdijin u nibqgħu reqdin fuq l-affarijiet.", "Imbagħad x'jiswa li jkollna l-housing estates mingħajr ma jkollna faċilitajiet ta' ħwienet u lanqas ta' playing-fields!", "Ir-residenti ta' Ħal Farruġ biex jixtru l- bżonnijiet tagħhom iridu jew jinżlu Ħal Qormi jew jitilgħu Ħal Luqa, jiġifieri jekk mara jew raġel ma jafux isuqu karozza jridu jew jitilgħu ikaxkru bil-basktijiet jew jaraw kif se jagħmlu.", "L-istess ħaġa fl-estate f'Tal-Ħandaq u l-estate ta' wara l-Canada Dry, fejn ma jeżistu faċilitajiet sportivi ta' xejn, lanqas roqgħa x'imkien fejn it-tfal jistgħu joħorġu b'mod safe jilagħbu l-ballun.", "Dawn huma fatti li jista' jarahom kulħadd u li jitkellmu dwarhom in-nies, partikolarment ir- residenti t'hemmhekk.", "Per eżempju, housing estate li fih il-periklu huwa dak ta' Mdina Road, Tal-Ħandaq u hemm ieħor Ta' Pascarella f'Ħal-Qormi.", "Il- ġenituri li joqgħodu f'dawn l-estates, meta jmorru biex iwasslu lit-tfal tagħhom għall-iskola, iridu jieħdu fifty - fifty chance li ttajarhom xi karozza meta jiġu biex jaqsmu Mdina Road.", "Jien għamilt domandi parlamentari meta se ssir xi tip ta' pedestrian crossing f'din l-area.", "Ingħatajt tweġibiet li se jsiru imma meta ma nafux.", "Qegħdin jgħaddu x-xhur u s-snin, isiru t-traġedji hemmhekk u xorta waħda nibqgħu b'għajnejna magħluqin jew ċassi quddiem dawn is-sitwazzjonjiet.", "Jiġifieri, jien li qed ngħid huwa li meta nippruvaw insolvu l-problemi tal-housing irridu naraw li l-ambjent tal-madwar ikun adattat li jipprovdi l-faċilitajiet u s- servizzi neċessarji u ma jkunx hemm perikli żejda.", "Naturalment dan ma jgħoddx biss għal min joqgħod f'housing estates tal-gvern imma qed insemmi lilhom għaliex il-gvern għandu jkun il-mudell ta' kif jiġu ppjanati l-areas għall-akkomodazzjoni.", "Jien inħoss ukoll li l-gvern għandu jkun wkoll ir- regolatur li jesiġi anke mal-privat biex meta jiżviluppa xi area ġdida jara li jimxi skond standards xierqa u stabiliti.", "Irrid nirrimarka wkoll dwar dak li qal il-Ministru Gonzi meta rrifera għar-rapport finanzjarju f'paġna 28 u tkellem dwar in-nefqa totali ta' l- awtorita' tad-djar.", "Nixtieq ukoll li l-Ministru Gonzi jħares lejn paġna 34 tar-rapport biex jara kif in-nefqa soċjali tirrifletti ruħha fis- sussidji li kien hemm.", "Fil-fatt in-nefqa soċjali telgħet b'Lm160,000 fuq dik li kienet stmata fuq is-sena ta' l-1996/1997, li kienet kważi l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista.", "In-nefqa fuq is-sussidji trid tiġi kkalkolata fuq bażi ta' lira b'lira fil-waqt li l-infiq totali, li jkopri l- infiq kapitali u dak rikorrenti, ma jistax jiġi pparagunat lira b'lira għas-snin 1994/1995, 1995/1996 u parti mis-sena 1996/1997 minħabba li fihom hemm rifless l-effetti tal-VAT fuq l-infiq kapitali u l-infiq rikorrenti.", "Irrid inżid li s-sena ta' ħidma under review kienet ukoll issena ta' l- elezzjoni, fejn għal xi żmien l-affarijiet kellhom jieqfu, li huwa kuntrarju ta' dak li ġara qabel l-elezzjonijiet ta' l-1992 u l-1996, kif irrifera għalihom wieħed minn sħabi llum stess.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-akkomodazzjoni xierqa hija dritt ta' kull individwu u l-housing addatat huwa prinċipju bażiku tal-ġustizzja soċjali.", "Kull gvern Malti li jipprofessa li huwa champion tal-ġustizzja soċjali għandu responsabbilta' kbira li jara li b'rispettt sħiħ lejn l-ambjent ta' pajjiżna, iżda b'attenzjoni u b'vokazzjoni kbira lejn il-ħtieġa urġenti li għandhom għadd ta' familji, irid jaħdem biex jagħtihom l-appoġġ sħiħ ħalli dawn il-familji jkollhom akkomodazzjoni diċenti.", "Kien b'għarfien sħiħ ta' dan il-prinċipju li l-Partit Laburista, minkejja l-qagħda finanzjarja mwergħa li ħalla warajh Gvern Nazzjonalista preċedenti, ħadem fil-qasam tad- djar biex kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs għall-akkomodazzjoni xierqa.", "Il-Partit Laburista kien diġa' ppjana li l-priorita' ewlenija għalih kienet se tkun li jniedi proġett soċjali ħalli kull familja Maltija u Għawdxija jkollha dar diċenti fejn tgħix.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li fadal huwa kollu għad- dispożizzjoni tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Gonzi biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, irrid nibda billi nirringrazzja lill- kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu imma rrid ukoll mill-ewwel nesprimi d-diżapprovazzjoni tiegħi għal ċerti diskorsi minn uħud mill- kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Dawn sfortunatament ma weġbux għall-appell li jiena għamilt fil-bidu ta' dan id-dibattitu meta għedt li f'dan il-qasam m'għandniex indaħħlu argumenti politiċi li jiżvijjaw lil din il-Kamra mir- riflessjoni serja li trid issir fuq qasam li jolqot lil ħafna familji li huma fuq firxa soċjali l-iktar dgħajfa u li ma' dawk il-familji m'hemmx kuluri imma hemm bżonnijiet u bżonnijiet kbar.", "Sfortunatament kien hawn kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni li għażlu li jittrattataw dan is- suġett minn angolu purament partiġjan.", "Dawn għamlu diversi kummenti li jien ma rridx naqa' għat-tentazzjoni li nwieġeb għalihom bit-ton li jixirqilhom imma u rrid nagħmel sforz daqxejn qawwi biex ma naqax għal din it-tentazzjoni.", "Irrid nżomm kemm jista' jkun mal-prinċipju tiegħi li dan huwa qasam li veru għandna nittratawh b'serjeta', bi ħsieb u b'ħafna għaqal.", "Ħadt pjaċir ninnota diversi punti li għamlet l-aħħar kelliema, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro fid-diskors tagħha u segwejt il-punti prinċipali li għamlet, għalkemm irrid nikkummenta mill-ewwel fuq żewġ punti partikolari - jekk fhimt tajjeb dak li kienet qiegħda tgħid l-Onor.", "Membru - fost id- diversi punti l-oħrajn li għamlet.", "Punt li laqatni ħafna kien il-kritika li hi indirizzat naturalment lejja, fis-sens ta' kritika politika, dwar meta jiena fid-diskors ta' introduzzjoni għal dan id-dibattitu l-bieraħ għamilt paragun bejn dak li għamel il-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar sena tiegħu, jiġifieri fl-1996 - meta dak inhar jien għedt li Gvern Nazzjonalista kien ħareġ 263 post għall-bejgħ u kien ħareġ ukoll 262 post għall-kera; kont għedt ukoll li fl-1997, fl-ewwel sena ta' Gvern Laburista, kienu ħarġu 197 post għal bejgħ pero' ma ħarġu xejn għal kera, u fl-1998, din is-sena li qegħdin niddiskutu, l-awtorita' tad-djar ħarġet 67 post għall-bejgħ u xejn għall-kera ...", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Onor. Gonzi, naħseb huwa importanti li nippreċiżaw l-affarijiet għax fil-fatt ħarġu postijiet bil-kera taħt Gvern Laburista.", "Dawn ħarġu f'Santa Liena ġewwa Bormla u anke fl-Imsida, jiġifieri dawn l-affarijiet huma rrekordjati u wieħed jista' jsibhom.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni li għandi jien hija li fl-1997 l- awtorita' tad-djar ħarġet 197 post għall-bejgħ u xejn għall-kiri u fl-1998 ħarġet 67 post għall-bejgħ u għall-darba oħra xejn għall-kiri.", "Meta għamilt dak il-punt, jien għedt li donnu kien hemm deċiżjoni ta' policy taħt l-amministrazzjoni Laburista li jċaqalqu l-mira ta' l-awtorita' tad- djar iktar lejn postijiet għall-bejgħ milli postijiet għall-kiri u jiena fhimt li l-Onor.", "Coleiro kienet donnha taqbel ma' din il-policy.", "L- argument ta' l-Onor.", "Membru kien li mhux biżżejjed li toħroġ il-postijiet għall-kiri għax ħafna drabi dawn ikunu kirjiet għoljin u hawn familji li ma jistgħux ilaħħqu ma' dawn il-kirjiet.", "Jiena fhimt li l-messaġġ li kienet qed tipprova twassal kien li aħjar li wieħed jinvesti r-riżorsi ta' l-awtorita' tad-djar f'postijiet li eventwalment jiġu offruti għall-kiri bl- iskema ta' sussidji u l-għajnuna kollha li hemm mibnija madwar dik is- sistema, milli toffri postijiet b'kera għoli.", "Qabel xejn irrid ngħid li hemm skemi li jissusidjaw il-kirjiet li huma marbutin mad-dħul tal-familji u li jiġu riveduti regolarment kull sentejn, jekk m'iniex sejjer żball.", "Il-punt jibqa' pero' dwar x'inhi l-politika min- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Hi politika li qegħda tgħid li għandna nikkonċentraw iżjed fuq bejgħ ta' postijiet?", "Jew inkella għandna nixxiftjaw iktar għal fuq il-kera, għaliex hawn ċerti familji li żgur qatt mhuma se jkunu fl-istat li jistgħu jixtru postijiet, anke bl-iskemi ta' appoġġ kollu li l-Awtorita' diġa' qiegħda toffri llum?", "Dan kien il-punt li għamilt fid-diskors tiegħi meta għedt li hawn familji li bl-iskemi ta' għajnuna u ta' sussidji kollha li aħna nipprovdu taħt l-awtorita' tad-djar, xorta waħda mhumiex se jkunu - jew bħalissa mhumiex - f'pożizzjoni li jixtru dawn il-postijiet.", "U allura għedt li bħala awtorita' tad-djar u bħala gvern għandna nagħrfu l-fatt li jeżistu familji li ma jistgħux jixtru l-appartament jew il-maisonette tagħhom u għalhekk għandna nwieġbu għal dan il-bżonn billi nipprovdu postijiet b'kera li tkun sussidjata u li tkun marbuta mad-dħul tal-familji li jkunu qegħdin japplikaw.", "Dik l-ewwel riflessjoni li ridt nagħmel fuq punt li għamlet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "It-tieni punt importanti - jekk fhimt tajjeb lill-Onor.", "Coleiro - huwa li qegħda terġa' tressaq il-politika li jiena nafha bħala l-politika tal- Partit Labursta ta' snin ilu, li għandu jkun hemm kontroll strett fuq il- prezzijiet tal-bini.", "U donnu l-messaġġ tagħha kien li l-gvern għandu jadotta politika mhux ta' liberaliżżazzjoni jew ta' kompetizzjoni imma għandu jkollu politika li jikkontrolla l-prezzijiet tal-bini billi b'xi mod jew ieħor jindaħal fis-suq u jagħmel speċi ta' price control fuq dawn il- prezzijiet.", "Irrid ngħid li jekk din hija l-pożizzjoni tal-Partit Laburista bħalissa allura kulħadd għandu jieħu nota tagħha.", "Jien personalment ngħid li jistgħu isiru metodi u proċeduri differenti u ma naqbilx mat-tip ta' kontroll li b'xi mod jew ieħor jifga l-ekonomija.", "Fl-istess ħin naqbel ħafna ma' miżuri biex il-gvern jagħti l-appoġġ tiegħu lil dawk li huma l- iktar batuti billi jagħtihom dawk is-sussidji li għandhom bżonn ħalli jkunu jistgħu jinqdew fil-bżonnijiet partikolari tagħhom.", "Fid-diskors tiegħi ta' introduzzjoni kkritikajt u ma ridtx nippolitiċiżża pero' għedt li rridu nirrikonoxxu li f'dan ir-rapport li qed niddiskutu, li jittratta tnax-il xahar sħaħ, jigifieri minn Ottubru 1997 sa Settembru 1998 - u allura m'għandux ikun hemm l-iskuża ta' sena ta' l- elezzjoni - wieħed jirrealizza kemm l-awtorita' tad-djar taħt l- amministrazzjoni Laburista ma rnexxilhiex tilħaq it-targets tagħha stess.", "Nerġa' ndur fuq l-istess rapport annwali li qrat minnu l-Onor.", "Coleiro u nistedinha tħares lejn paġna 33 ta' dan ir-rapport fejn hemm x'kienet il- mira u fil-fatt x'laħqet għamlet l-awtorita' tad-djar fit-tnax-il xahar sħaħ.", "Hawn issib li l-mira ta' l-awtorita' tad-djar kienet li fis-sena li għaddiet tonfoq Lm6,323,000.", "Dik kienet l-istima għal 1997/1998 li kienet maħsuba li tintefaq fuq programm ta' bini ta' appartamenti u djar ġodda.", "Iżda meta mbagħad tara fl-istess kolonna maġembha fil-fatt x'nefqet, issib li din nefqet Lm2,732,000 biss.", "Mill-ewwel tinduna u tgħid: Imma x'ġara?", "Kif jista' jkun li l-awtorita' tad-djar fil-bidu tas-sena taħt amministrazzjoni Laburista immirat li tonfoq LM6,323,000 u spiċċat biex nefqet tnax-il xahar wara Lm2,732,000 biss?", "Xi ħaġa ħażina ġara.", "L-istess ħaġa jekk inti tara daqsxejn il-paġna l-oħra fejn għandek in- nefqa soċjali.", "Hawn issib li l-mira li l-awtorita' tad-djar kellha għas- sena li għaddiet kienet li tonfoq Lm1.5 miljun f'sussidji lis-sidien.", "Fil- fatt issib li n-nefqa kienet ta' Lm1.2 miljun, jiġifieri madwar Lm300,000 inqas minn dak li kien stmat.", "Imbagħad iktar l-isfel insibu s-sussidju fuq kera għall-inkwilini tas-settur privat.", "Hemmhekk kien stmat li jkun hemm nefqa soċjali tajba - u m'iniex qed nikkritika l-mira għax veru kienet tajba - imma xi ħaġa ġara għax dan ma seħħx.", "Issa billi niġi hawn f'din il- Kamra u nippreżenta stima u ngħid li s-sena d-dieħla rrid nonfoq Lm20 miljun meta naf li dak it-target ma jistax jintlaħaq!", "Għal din is-sena li għaddiet kienu vvotati Lm544,000 għal sussidju fuq kera għal inkwilini tas- settur privat, li huwa settur importanti.", "Jien diġa kont semmejt fid- diskors tiegħi li din hi ċ-ċavetta li tiftaħ dan il-bieb li jdaħħalna f'dawn l-eluf ta' postijiet - min jgħid 20,000 u min jgħid 30,000 - ta' sidien privati li qegħdin magħluqin u mhux okkupati li jistgħu jindirizzaw il-problema kważi kollha ta' dawk li qegħdin jistennew biex jikru post. Jiġifieri dan hu sussidju importanti ħafna u kont nistenna li dan jingħata priorita'.", "Jidher li mill-ammont ta' Lm544,000 li ġew vvotati matul is- sena li għaddiet ntefqet biss is-somma ta' Lm163,000.", "Allura rridu nistaqsu lilna nfusna mhux b'sens partiġjan imma rridu naraw kif l- awtorita' tad-djar telqet b'ċerti miri u dawn ma ntlaħqux.", "Nistaqsu din il-mistoqsija mhux biex nagħmlu kritika partiġjana politika, bħal ma smajt minn xi wħud mil-kelliema ta' l-oppożizzjoni, imma għax ġenwinament irrid li nsibu s-soluzzjoniiet għax dawn huma sussidji li jagħmlu sens u li ridu nsaħħuhom.", "Aħna għamilna din l-analisi f'dawn l-aħħar erba' jew ħames xhur minn mindu tlajna fil-gvern biex nippruvaw insibu s-soluzzjoniiet għax mirakli ma nistgħux nagħmlu.", "Il-mirakli mhumiex parti mir-responsabbiltajiet tad- dekasteri tagħna pero' importanti li aħna b'għaqal u b'attenzjoni neżaminaw u nipprovaw nagħmlu sforz biex nindirizzaw fejn morna tajjeb u u fejn morna ħażin għax naħseb li dan jagħmel sens.", "Issa billi jiġi xi ħadd hawnhekk u joqgħod jikkritikani lil min innominajt fuq bordijiet!", "Ngħidlu li qed nirredikolaw lil dan il-pajjiż b'atteġġjament bħal dan.", "Ġejna hawnhekk biex niddibattu qasam importanti ħafna u għajb għal min jipprova jirriduċi diskors ta' dibattitu fuq wieħed mill-iktar oqsma importanti għan- nisġa soċjali ta' pajjiżna f'livell daqstant baxx.", "Issa ħalli ma ntawwalx fuq dan għaliex l-iskop huwa li nħarsu 'l quddiem.", "Jien irrid inħares 'il quddiem u ngħid lil din il-Kamra li kont nistenna per eżempju, kummenti dwar dak li hemm miktub fir-rapport dwar il-proġetti għall-futur.", "F'paġna 23 hemm lista twila u m'għandix għalfejn insemmihom kollha imma nsemmi l- iktar importanti.", "Per eżempju, hawn miktub li s-sena d-dieħla se jibda l- proġett ta' Pembroke, fejn wara li jinħarġu l-permessi tal-bini mill- awtorita' ta' l-ippjanar se jingħata bidu għall-iżvilupp ta' 221 maisonette u 148 appartament.", "Nafu li l-proġett ta' Pembroke huwa proġett kbir u importanti ħafna u hawn l-impenn ta' l-awtorita' tad-djar li tara dan il- proġett din is-sena jvara ruħu u jibda jsir realta'.", "Dwar il-proprjeta' li għaddiet għand il-gvern mingħand il-knisja, smajt deputati min-naħa ta' l-oppożizzjoni qishom skoprew l-Amerika bir-rapport ta' l-Avukat Mifsud Bonnici jgħid li din il-proprjeta' tista' tintuża għall- bini ta' plots.", "Issa f'dan ir-rapport hawn miktub ċar u tond fit-tieni faċċata li:", "\" ... bħala riżultat tal-kummissjoni nominata biex tidentifika art tajba għal bini li hija proprjeta' tal-gvern jew li ġiet għand il- gvern mingħand il-knisja, l-awtorita' tad-djar sejra tagħmel dak li hu neċessarju u hu ttamat li jinbnew madwar 500 post residenzjali fuq din l-art.", "Fil-fatt diġa' inbeda l-ippjanar fuq uħud minn dawn l- artijiet.\"", "Hawn nixtieq nistaqsi lid-deputati min-naħa ta' l-oppożizzjoni li kkumentaw fuq dawn l-affarijiet jekk fil-fatt qrawħx dan ir-rapport għax hawn kollox black on white.", "F'dan ir-rapport insibu wkoll li bħalissa għaddej il-bini ta' postijiet ġodda fejn qabel kien hemm kerrejjiet u issa twaqqgħu u l-lokalitajiet fejn hemm proġetti simili jew ta' riabilitazzjoni huma l-Belt Valletta, il- Birgu, Bormla, il-Furjana u l-Imsida.", "L-istess għal dak li għandu x'jaqsam mal-fidi ta' ċens dwar il-plots tal-home ownership scheme.", "Diġa' ħadna azzjoni biex dawk il-proġetti għall-futur li hawn msemmijin f'dan ir- rapport, li nkiteb tliet xhur erba' xhur ilu, jibdew jiġu mplimentati biex ikunu jistgħu jinfdew dawk iċ-ċnus fuq artijiet li sal-lum għadhom lanqas huma proprjeta' tal-gvern.", "Irrid ngħid ukoll li fuq din l-iskema li ħabbarna ftit ġimgħat ilu u li diġa qegħda titwettaq kellna riżultat pożittiv ħafna.", "Dwar l-iskema \"Q\" irrid ngħid li din hija skema biex benefiċjarji ta' plots minn dawk tal-home ownership scheme li fuqhom il- gvern għad m'għandux titolu legali jkunu jistgħu jifdu dak iċ-ċens b'rata sussidjata sa 9%.", "Diġa ntwera interess kbir s'issa u allavolja kulma għaddew madwar 15-il ġurnata minn meta tħabbret, diġa' kellna 263 applikazzjoni taħt din l-iskema ġdida.", "Kien hemm ukoll skema li kienet diġa' teżisti u emendajniha fit-18 ta' Jannar ta' l-1999 biex għamilniha aħjar milli kienet.", "Issa taħt din l- iskema li ħabbarna ftit tal-ġranet ilu biex tħajjar inkwilini f'postijiet residenzjali tal-gvern biex isiru sidien ta' darhom, diġa' kellna 112 l- applikazzjoni.", "Dan kollu jfisser li qed inwieġbu għad-domanda, jfisser li qed nipprovdu s-servizz li n-nies għandhom bżonn, u jfisser ukoll li l- awtorita' tad-djar qiegħda twieġeb għar-realtajiet ta' pajjiżna.", "Bil- maqlub, meta tara x'kienet it-tweġiba tal-poplu taħt l-amministrazzjoni Laburista fl-20 xahar li għamlu fil-gvern għall-iskemi li kienu jeżistu sal- lum, issib li fuq skema minnhom, Skema \"M\", li hi għotja fuq xiri ta' djar mill-privat, seba' applikazzjonijiet biss kellhom; fuq is-sussidju għall- kera ta' residenzi privati kellhom seba' applikazzjonijiet oħra; u fuq l- iskema ta' fidi ta' ċens fuq plots tal-home ownership scheme kellhom 25 applikazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Mela allura l-awtorita' tad-djar minflok qagħdet b'idejha fuq żaqqha tistenna biex l-awtorita' ta' l- ippjanar toħroġ il-permessi biex naqbdu nibnu l-plots, din qabdet u ħadet l- inizjattiva hi stess.", "Naħseb li din il-Kamra għandha tirrikonoxxi li l- awtorita' tad-djar miexja fuq linja tajba għall-futur u f'dawn l-ewwel xhur tagħha diġa' bdiet tindirizza l-bżonnijiet tan-nies.", "Dan li ppretendejt li nisma' minn din il-Kamra, u mhux noqgħod nisma' diskors fuq l-individwi u fuq il-persuni jew fuq il-personalitajiet.", "Allaħares kelli nipprova nirreaġġixxi b'dan il-mod u nipponta subajja lejn individwi u persuni li ġew innominati fuq bordijiet matul l-20 xahar li l-Partit Laburista għamel fil-Gvern.", "Ma ridtx nirriduċi ruħi f'dak il-livell anzi qgħadt attent ħafna kemm ili ministru li nirringrazzja lil kulmin ta s-sehem tiegħu u ħallejt u nkompli nħalli n-nomini jiskadu sa l-aħħar biex bl-ebda mod ma nwassal messaġġ b'xi mod ieħor lil xi ħadd li jkun offra s-servizzi tiegħu għall-pajjiż, anzi nagħtih il-kredtu ta' hekk u nirringrazzjah tax-xogħol li jkun għamel.", "Naħseb li għandna nieħdu eżempju minn xulxin għax dan ikun sinjal ta' maturita' u xtaqt li narah reċiprokat.", "Jiddispjaċini ngħid li dan ma rajtux minn xi wħud mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Nerġa' nirrepeti li paġna 23 tar-rapport issemmi miżuri oħrajn ta' proġetti li l-awtorita' tad-djar għandha quddiem għajnejha, inkluż f'Għawdex.", "Irrid ngħid li f'dan id- dibattitu ma ssemma assolutament xejn dwar Għawdex pero' fir-rapport hemm miktub li l-awtorita' tad-djar qegħda tippjana li jinbnew 47 maisonette u garaxxijiet fix-Xewkija, fl-Għasri u fil-Victoria.", "Barra minn dan, ir- rapport isemmi wkoll fejn għandna xogħlijiet għaddejjin u diversi affarijiet oħrajn .", "Irrid forsi niġbed l-attenzjoni għal dak li hemm miktub f'paġna 26, fejn hemm imsemmi t-total ta' appartamenti li fl-aħħar, meta jkun sar ix-xogħol kollu, wieħed qed jimmira għalih u hawn qegħda tissemma l-figura ta' 2,000 appartament u maisonette.", "Issa rrid nispjega ċar u tond biex ħadd ma joqgħod jaħseb li l-pjan huwa li fi tnax-12 il xahar aħna se nkunu bnejna 2,000 appartament.", "Dan il-pjan qiegħed mifrux fuq numru ta' snin li jkun jinkludi l-proċess ta' applikazzjonijiet lill-Planning Authority, il-ħruġ ta' dawk il-permessi, il-ħruġ tat-tenders, l-għotja ta' dawk it-tenders u l- kostruzzjoni ta' dawn il-binjiet.", "Pero' għall-inqas il-Kamra taf li għandna mira li rridu nilħqu fuq firxa ta' snin 2,000 appartament, biex wara jkunu jistgħu jingħataw għall-akkomodazzjoni soċjali, apparti miżuri oħrajn.", "Mr Speaker, fl-għeluq ta' dan id-dibattitu irrid inħabbar ċerti inizjattivi ġodda.", "L-ewwelnett irrid inħabbar li l-awtorita' tad-djar minn hawn u ftit ġranet oħra sejra tippubblika skema dwar ir-refużjoni tal-VAT fuq bini ta' postijiet ġodda.", "Il-kundizzjonijiet ta' din l-iskema se jitħabbru iktar tard.", "L-informazzjoni li għandi hija li din l-iskema diġa' ġiet preżentata lill-ministeru tal-finanzi għall-approvazzjoni tagħhom għar-refund.", "Minn hawn u ftit ieħor inkunu nistgħu nħabbruha bid- dettalji kollha tagħha, bl-iskop naturalment li ngħinu lil dawk il-familji li huma l-iktar fil-bżonn.", "Irrid ngħid ukoll li fil-ġranet li ġejjin sejrin inħabbru skema ġdida li għandha x'taqsam ma' l-istallazzjoni ta' lifts fil-blocks tal-flats li huma proprjeta' tal-gvern.", "Jien għandi d-dettalji kollha ta' din l-iskema li se tagħti priorita' f'liema postijiet f'Malta u f'Għawdex għandna nibdew biex nikkonċentraw ir-riżorsi tagħna.", "L-ewwel fażi ta' din l-iskema se tkun applikabbli għal dawk il-blocks ta' flats li għandna fl-areas ta' Bormla, il-Furjana u l-Belt.", "Ir-raġuni hi li din hija wegħda oħra li għamilna fil- programm elettorali tagħna li l-Kottonera fiha nnifisha hija reġjun ta' priorita' għal dan il-gvern .", "Barra minn dan, iċ-ċifri, ir-realta', l- istatistika, il-familji, l-persuni u l-individwi kollha jindikawlna li dik għandha tkun waħda mill-ewwel areas li għandha tirċievi l-attenzjoni immedjata.", "Ngħid l-istess ħaġa għall-Furjana kif ukoll ghall-Belt.", "Id- dettalji ta' din l-iskema se jitħabbru wkoll fil-ġranet li ġejjin u b'hekk inkunu wettaqna wegħda oħra li tissemma' fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista u la issa qegħdin fil-gvern, dik il-wegħda qegħdin nimplimentawha wkoll.", "Irrid inħabbar skema oħra li hija kompletament ġdida .", "Din hija skema li tagħti sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar strutturali fi djar privati li huma vojta.", "Permezz ta' din l-iskema se nipprovaw ninċentivaw lis-sidien ta' postijiet privati billi ngħinuhom finanzjarjament jirranġaw postijiet li huma għandhom bil-kondizzjoni li dawn il-postijiet iridu jinkrew lill- Maltin.", "Id-dettalji ta' din l-iskema se jkunu mħabbra fil-ġranet li ġejjin u se tkun għajnuna li tikkonsisti f'dan li ġej.", "Jekk l-applikant ikun is- sid, il-gvern se jagħti għotja sa massimu ta' Lm1,800 u self sa massimu ta' Lm5,000 b'rata sussidjata ta' 3.5% fis-sena; mentri jekk l-applikant ikun l- inkwilin prospettiv, jiġifieri l-persuna li se tikri mill-privat, allura l- iskema se tipprovdi għal għotja sa massimu ta' Lm2,500.", "M'iniex se nidħol f'iżjed dettal ta' din l-iskema għaliex din se taħseb ukoll għal x'tip ta' xogħlijiet, rranġar u titjib ieħor tkopri.", "Fosthom hemm tiswijiet ta' strutturi perikolużi, bdil ta' stallazjonijiet qodma ta' l- elettriku, xogħlijiet ta' titjib fil-kmamar tal-banju u tant affarijiet oħra.", "Pero' irrid infiehem li din l-iskema hi parti waħda minn strateġija ċara li hija mmirata bħala miżura flimkien ma' miżuri oħrajn biex jekk jista' jkun ninkorraġġixu lis-sidien ta' postijiet privati biex joffruhom għall-kera lill-Maltin.", "Naħseb li b'din l-iskema s-sidien privati se jkunu jistgħu jibbenefikaw għaliex post li sal-lum għandu ċertu ħsarat qiegħed mitluq u prattikament mhu tajjeb għal ħadd, issa s-sid għandu l-inċentiva li l-gvern stess se jgħinu biex jirranġa dak il-post bil-kondizzjoni ġenwina li dan se jinkera lill-persuna Maltija.", "L-istess ħaġa qegħdin ngħidu għal dawk l-inkwilini Maltin li jkunu se jikru mingħand il-privat, pero' l-post ikollu bżonn ċerti tiswijiet.", "Anke f'dan il-każ din l-iskema se tkun tapplika għalihom ukoll.", "Nixtieq inħabbar miżura oħra li diġa' teżisti, kif irriferejt iktar kmieni fid-diskors tiegħi, li hija l-iskema ta' kera sussidjata fuq residenzi privati.", "Din l-iskema hija miżura oħra li tgħin biex niftħu s- settur tal-bini ta' proprjeta' privata għall-kera lill-Maltin.", "Sal-lum, kif diġa' għedt, din l-iskema ma tantx kellha s-suċċess li kollha kemm aħna xtaqna, għax l-interess fiha ma weriex xi riżultat li wieħed jista' jgħid li kellha suċċess.", "Għaldaqstant qed inħabbar tibdil sostanzjali f'dik l- iskema.", "Pero' qabel xtaqt ngħid biex inkun ċar li sal-lum kienu jeżistu żewġ skemi ta' sussidju għall-kirjiet, waħda li hija amministrata mid- dipartiment tad-djar u l-oħra amministrata mill-housing authority.", "Issa taħt l-iskema tad-dipartiment tad-djar, jekk id-dħul tal-familja kien jaqbeż l-Lm2,800 ma kenitx tkun intitolata għall-ebda benefiċċju, waqt li taħt l-iskema ta' l-awtorita' tad-djar jekk id-dħul tal-familja partikolari kien jaqbeż l-Lm4,000 allura l-individwu jew il-familja partikolari ma tkunx intitolata għall-ebda sussidju.", "Issa aħna x'qed nagħmlu?", "L-ewwelnett qegħdin inbiddlu is-ceiling, jiġifieri qegħdin nagħmlu ceiling wieħed ta' skema waħda minflok tnejn.", "Dan is-ceiling se jkun ta' Lm4,000 kif kien sal-lum fl-awtorita' tad-djar, pero' bid-differenza li jekk l-applikant ikun miżżewweġ u jkunu jaħdmu t-tnejn jiġifieri l-koppja, fid-dħul tal-koppja jittieħed biss 50% ta' l-income.", "Id-dħul mhux se jinkludi d-dħul tat-tfal ta' l-applikant li jgħixu miegħu u ma jinkludix l- anqas il-ħlasijiet tal-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali fil- kalkulazzjoni tal-means test.", "Barra minn dan mhux se ninkludu l-anqas fil- kalkulazzjoni kull assistenza għad-diżabilita' u kull benefiċċju taċ- children allowance li jista' jkun hemm.", "Fil-fatt kif inhi l-iskema llum tad-dipartiment għall-akkommodazzjoni soċjali, kull medical assistance bħal per eżempju pensjoni ta' diżabilita' u wieħed minn kull għaxra mid-dħul tat- tfal kollha jittieħdu fil-konsiderazzjoni tal-means test.", "Dan kollu qed inneħħuh u allura jfisser li fil-prattika qegħdin ngħollu sostanzjalment is- ceiling tal-means test li jippermetti li bniedem jibbenefika taħt is- sussidju tal-kera.", "Barra minn dan, qegħdin inżommu id f'id mal-wegħda li għamilna fil- programm elettorali tagħna fejn irrikonoxxejna li għandna nagħtu importanza lil dawk il-familji li huma deskritti bħala familji numerużi, jiġifieri familji b'ħamest itfal jew iżjed.", "F'din l-iskema - li d-dettalji tagħha jiġu mħabbra fil-ġranet li ġejjin - qegħdin ngħidu li għal dawk il-familji b'ħamest itfal jew iżjed, is-ceiling li semmejt ta' Lm4,000 fil-fatt se jogħla għal Lm5,000.", "Irrid ngħid ukoll li s-sussidju annwali fuq il-kera se jitla' sa Lm315, mentri llum il-massimu tas-sussidju huwa sa' Lm215.", "Dan ifisser li se nkunu qed inżidu dan is-sussidju b'ammont sostanzjali, prattikament b'terz ieħor fuq l-ammont li kien jeżisti.", "Naħseb li b'dawn l-inizjattivi kollha, flimkien ma' l-inizjattivi l-oħrajn li ttieħdu mill-awtorita' tad-djar f'dawn l-aħħar erba' jew ħames xhur, li kienu xhur ta' attivita' kontinwa li kienet tinvolvi l-ewwelnett analisi tas-sitwazzjoni u rikonoxximent ta' realta' soċjali, riedna nagħrfu li l- programm ta' bini ta' appartamenti ġodda u ta' postijiet ġodda jrid jitkompla, anzi rridu nistimulawh, pero' fl-istess ħin riedna nagħrfu wkoll li waħedha dik is-soluzzjoni mhijiex biżżejjed.", "Għaldaqstant trid bil-fors issaħħaħ miżuri oħrajn.", "B'dawn l-inizjattivi kollha li ttieħdu f'temp ta' ħames xhur, naħseb li l-awtorita' diġa' qiegħda tagħti prova li hija proattiva, qed tieħu l-inizjattiva hi stess, qiegħda tindirizza din il- problema b'mod prattiku u nittama li minn hawn u sena oħra nkunu nistgħu niġu quddiem din il-Kamra u ngħidu x'kienu l-inizjattivi li ħadna u x'kien ir-riżultat.", "Jista' jkun li r-riżultat ma jkunx daqskemm nixtiequh imma għall-inqas inkunu nistgħu niġu quddiem din il-Kamra b'idejna fuq il- kuxjenza li aħna għamilna dak kollu li stajna, speċjalment biex ngħinu lil dawk il-familji l-iktar bi bżonn .", "Naħseb li dak ikun l-ikbar ċertifikat li jista' jkollha bħala awtorita' tad-dar li tindirizza verament il- bżonnijiet soċjali ta' dan il-pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jista' l-ministru jikkonferma li l- iskemi li għadu kif semma' kienu frott ta' subcommittee tal-kabinett ta' Gvern Laburista?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, ma nikkonfermax.", "Dawn huma skemi ta' l- awtorita' tad-djar.", "Ma nikkonfermax dak li qed jgħid l-Onor.", "Cuschieri, bħalma ma nikkonferma xejn minn dak li qal, l-anqas fid-diskors oriġinali li għamel quddiem din il-Kamra.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u infiq ta' l-awtorita' tad-djar għas-sena 1998/1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u infiq ta' l-awtorita' tad-djar għas-sena 1998/1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "154", "FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 29", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l-awtorita' tad-djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' Settembru 1999 skond l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar, Kap 261, kienu approvati.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu l-Ministru Gonzi jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Frar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1998/1999", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – it-Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra tħabbar li fil-futur immedjat se jsiru diversi laqgħat f'Malta u Għawdex sabiex jiġi stabilit xi bdil hemm bżonn fil-liġi li tirregola l-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex din mhux biss tkun iżjed user friendly imma telimina ħafna mil-problemi li jeżistu llum f'dan is-settur.", "Forsi għadu kmieni li bniedem jidħol f'ċertu dettal f'dak li huwa bżonn pero' huwa tajjeb żgur li l-poplu Malti kollu permezz ta' dawn il-laqgħat jipparteċipa sabiex jara li t-tibdil li jsir ikun wieħed fit-tul bi qbil mal-partijiet kollha konċernati.", "F'dan ir- rigward jidher li hemm bżonn mhux biss il-bdil fil-liġi ta' kif jiġu ttrattati ċerti applikazzjonijiet u kif isiru imma hemm bżonn tibdil fil- mentalita' ta' kif il-planning authority tamministra ċerti affarijiet li llum huma stat ta' fatt pero' li għandhom bżonn li jiġu llegalizzati mill- iktar fis.", "F'dan il-kontest irrid insemmi l-ammont sostanzjali ta' bini li minkejja li fiż-żmien kien inbena bħala basement jew taħt il-livell tat-triq, illum jintuża bħala residenza.", "Dan ikun xorta in konformita' mal-ħteġijiet tas- sanita' pero' għal xi raġuni jew oħra l-bini jkun spiċċa bħala residenza.", "Hemm bżonn li s-sitwazzjoni terġa' lura għal dik li kienet qabel saret il- liġi tal-planning authority fl-1990, fis-sens li jekk bniedem jibni u jrid jibdel l-użu tal-proprjeta', sakemm ma jkunx għal wieħed kummerċjali u sakemm dan jimxi mal-ħteġijiet li titlob is-sanita', allura ma jkunx hemm bżonn permessi mingħand l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq insemmi wkoll li dawk l-appartamenti li jkunu mibnija fuq plot waħda, fejn uħud minnhom ikunu jagħtu għall-faċċata tat-triq u l-oħrajn ikunu mibnija fuq wara ta' l-istess plot jiġu mogħtija l-barka tal-liġi sakemm dawn ikunu jikkonformaw mal-ħteġijiet tas-sanita'.", "B'hekk ma jibqgħux jingħataw iktar stop notices lil dawk is-sidien tad-djar li ma jkunux żviluppaw il-proprjeta' tagħhom huma stess u li diġa' tkun ingħatat is-servizzi tad-dawl u ta' l-ilma mill-entitajiet konċernati wara li l-building inspector ikun mar jagħmel l-ispezzjoni tiegħu.", "Jien naħseb ukoll li min ikun bena sular iktar milli suppost għandu jeħel penali ta' bejn Lm500 u Lm1,000 u mbagħad jingħata d-dritt li jillegalizzah u fejn huwa possibbli jingħata l-permess li jibni sular ieħor ħalli b'hekk inkunu qed nattwaw il-policy tagħna li nibnu iktar 'il fuq u mhux naħlu iktar mill-art limitata li għandna.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed nitkellem favur l-iżviluppatur li jkun bena dik il- proprjeta' bla permess imma qed nitkellem favur dawk in-nies li jkunu xtraw din il-proprjeta' għall-użu residenzjali għax mhux sew li xi wħud minnhom ikunu ilhom jgħixu f'din il-proprjeta' xi għaxra jew 12-il sena u mbagħad l- awtorita' ta' l-ippjanar toħorġilhom summons biex imorru l-qorti minħabba li dak li jkunu xtraw il-proprjeta' mingħandu jkun kiser il-liġi.", "Fil-ftit ħin li għad fadalli nixtieq insemmi li qed ikun hemm każi fejn minkejja l-intenzjoni tajba tal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni, id-double lines li qed isiru xejn m'huma qed ikunu prattiċi.", "Biex nagħti eżempju ta' dan li qed ngħid nista' nsemmi t-triq prinċipali li minn Ħ'Attard tieħu għar-Rabat jew inkella t-triq li mix-Xemxija tieħu għall- Mellieħa.", "Ċertament ma jagħmilx sens li sewwieq li jkun tiela' t-telgħa ta' Selmun u jispiċċa wara xi trakk mgħobbi bil-materjal, jew wara xi bowser tal-pitrolju jew inkella wara xi karozza tal-linja ma jkunx jista' jaqbiżhom għax inkella jsib lill-pulizija ma' wiċċu lest biex iħarrku talli jkun kiser il-liġi.", "Jien naħseb li minflok ma noqogħdu naħlu l-ħin nagħmlu d-double lines ikun aħjar jekk nużaw il-ħin u l-finanzi tagħna billi nirranġaw it-toroq tagħna mill-iktar fis possibbli.", "Jiddispjaċini ngħid li hemm toroq li mhux jiġu rranġati għandhom bżonn imma jinbnew mill-ġdid.", "Jien nifhem li peress li t-toroq prinċipali ma jaqgħux taħt il-kunsilli lokali, il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni jkollu problemi finanzjarji biex jissodisfa l-ħteġijiet li jirrikjedi dan il-qasam, pero' huwa fatt li ċerti toroq ma jistgħux jibqgħu iktar fl-istat ħażin li jinsabu fihom illum, u mingħajr ma nkun partiġjan irrid ngħid li dan juri nuqqas ta' serjeta' fil-mod li bih ġew mibnija t-toroq jew fil-maintenance li saritilhom.", "Per eżempju, illum min jgħaddi minn Qormi Road, li tinsab bejn Ħal Qormi u l-Ħamrun, jaħseb li nieżel it-taraġ u tkun stajt iddum tieħu ħsieb il-karozza u tpoġġiha kuljum ġol-garage għaliex il-karozza mhux talli tispiċċa ma tgħaddix mit-test ta' l-MOT imma talli lanqas tibqa' tajba għat-triq.", "L-istess nista' ngħid għal dik it-triq li mill-Mosta tieħu għall-Imġarr, speċjalment in-naħa tar-roundabout li hemm fejn iċ- Chadwick Lakes, għax peress li din it-triq iżżomm ħafna ilma spiċċat kollha ħofor, liema ħofor qed jikkawżaw diversi inċidenti.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll it-triq li minn Ħaż-Żebbuġ tieħu għar-Rabat.", "Jien għandi karozza four-wheel drive, pero' naħseb li biex ngħaddi minn ċerti toroq għandi bżonn tank tal-gwerra għaliex tant fihom ħofor li ma tistax tevitahom!", "Mr Speaker, jekk aħna rridu verament nattiraw iktar turisti lejn pajjiżna - u hawn jien m'iniex qed nikkritika lil xi partit jew ieħor għax dawn m'humiex affarijiet tal-partiti u wara kollox jien naħseb li l-pajjiż kollu jrid li jkollna infrastruttura aħjar - hemm bżonn li mhux ikollna mobile squad tal-pulizija biex joqogħdu jħarrku lin-nies talli jkunu qabżu d- double lines imma jkollna mobile squad ta' ħaddiema li jkunu responsabbli mill-maintenance tat-toroq prinċipali u jekk tinqala' xi ħsara, jekk jista' jkun din tissewwa fi żmien 24 siegħa.", "Hemm bżonn immedjat li meta tinbena triq, din ma tibqax tinbena ċatta imma tinbena f'forma ta' crown ħalli l- ilma tax-xita jmur fil-ġnub tat-triq u t-toroq ma jibqgħux jiġu mgħarrqa ma' kull xita li tagħmel.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nagħmel żewġ kummenti żgħar.", "L-ewwelnett irrid infakkar li x-xahar id-dieħel terz tal- popolazzjoni ta' Malta u Għawdex se jkollhom l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Illum kulħadd jaf li l-kunsilli lokali qed imexxu 'l quddiem il- lokalita' tagħhom f'kull qasam u għalhekk huwa importanti li n-nies jieħdu l-inċentiv li jmorru jivvotaw lil min jaħsbu li huwa kapaċi jaqdi l- bżonnijiet tal-lokal tagħhom.", "Permezz tal-kunsilli lokali l-ħteġijiet ta' kull lokalita' qed jiġu diċentralizzati u għalhekk filwaqt li n-nies qed ikunu jistgħu jinqdew fil-lokalita' tagħhom stess, fl-istess ħin, peress li lil min ikunu qed ikellmu jkun mill-istess belt jew raħal tagħhom u x'aktarx ikunu jafuh, iktar jittieħdu passi malajr.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Sant qal li huwa ma sabx lil min joħroġ għall- kunsilli lokali minħabba li l-Ministru Debono qed tbeżża' lin-nies, pero' jien hawnhekk nixtieq inserraħ moħħ in-nies li dan m'hu xejn ħlief sinjal ieħor tan-nuqqas ta' kredibbilta' li issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ilu juri għal xhur sħaħ.", "Il-verita' hi li llum il-poplu qed jirralizza li l-membri tal-kunsill lokali ta' l-Għasri u ta' lokalitajiet oħrajn f'Għawdex huma nies kapaċi u l-Partit Laburista m'huwiex qed ikun kredibbli fil-viżjoni li għandu tal-kunsilli lokali, u din hi r-raġuni vera għaliex dan il-partit mhux qed isib lil min irid jikkontesta f'ismu.", "Jien meta nisma' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li hu, li jirrappreżenta 47% tal-poplu Malti, ma sabx lil min jikkontesta f'ismu minħabba li min kien imħajjar jagħmel hekk ġie mhedded mill-Ministru Debono ngħidlu li n-nies kienu jiġu mhedda meta kienu jissawtu fid-depot jew inkella meta kienu jmorru l-meetings tal- Partit Nazzjonalista u jitfgħulhom il-gass tad-dmugħ jew jisparaw fuqhom.", "Hemmhekk żgur kienu jkunu mhedda n-nies!", "Sakemm f'dan il-pajjiż ikun hemm Gvern Nazzjonalista nista' nassigura lil kulħadd illi min irid jista' jikkontesta mal-Partit Nazzjonalista, min irid jista' jikkontesta bħala indipendenti u min irid jista' jikkontesta mal- Partit Laburista għax il-Gvern Nazzjonalista jirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd.", "Issa jekk aħna nagħdrux lil dawn in-nies jew le, dik hija kwestjoni oħra, pero' aħna nirrispettaw l-opinjoni ta' kulħadd u min irid jikkontesta mal-Partit Laburista jista' jibqa' ċert illi la se jsib theddid min-naħa tal-Partit Nazzjonalista u lanqas min-naħa ta' l-Onor.", "Giovanna Debono.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, kif nafu s-sena 1999 hija s-sena internazzjonali ta' l-anzjani li hija msejħa \"Lejn Soċjeta' għal Kull Eta'\" u fil-fatt proprju llum infetħet konferenza internazzjonali mill-Prim Ministru li fiha kont preżenti anke jien.", "Jien nispera li din il-konferenza, li ovvjament qed tiffoka fuq sezzjoni tal-popolazzjoni li hija importanti ħafna, ċioe' fuq l-anzjani, tkun suċċess.", "Ta' min jgħid li f'din il-konferenza se jieħdu sehem ħames kelliema li ġew minn barra minn Malta biex jitkellmu fuq dan il-qasam ukoll, u dawn huma Mrs Jackie Pritchard li hija social worker, Dr Amanda Squires li ġejja mill-Ingilterra, Mrs Iris Taylor, il-Prof Cornet li ġej minn Franza u l-Prof.", "Alexander Siderenco, li huwa responsabbli mill-Ġnus Magħquda fuq il-programmi għall-anzjani.", "Dawn, flimkien man-nies Maltin li huma esperti fil-qasam ta' l-anzjani wkoll, se jagħtu l-veduti tagħhom dwar x'nistgħu nagħmlu biex din is-sena, li kif għidt diġa' hija s-sena internazzjonali ta' l-anzjani, intejbu l-image ta' l-anzjanita' f'pajjiżna.", "Huwa fatt innegabbli li jekk kien hemm qasam fis-soċjeta' Maltija li matul dawn l-aħħar snin saret rivoluzzjoni sħiħa fih, dan żgur li huwa l- qasam ta' l-anzjani, u fil-fatt illum wieħed jista' jara d-differenza ta' kif qed jgħixu l-anzjani llum ma' kif kienu jgħixu xi għaxar jew 12-il sena ilu.", "Naturalment dan m'huwiex biss mertu tal-Gvern Nazzjonalista imma żgur li l-Gvern Nazzjonalista għandu mertu kbir għax aħna dejjem emminna li dak li l-anzjani ħaqqhom jieħdu mingħand il-gvern m'għandhomx jeħduh bħala karita' imma għandhom jeħduh bi dritt, u dan minħabba li aħna dejjem żammejna quddiem għajnejna li l-anzjan huwa bniedem li tant ta għas- soċjeta' Maltija u għal pajjiżu li huwa d-dover tal-gvern illi jagħmel ċerti affarijiet fil-qasam soċjali li minnhom jibbenefikaw l-anzjani.", "Qabel ma tela' l-Gvern Nazzjonalista fl-1987 kien hemm l-idea li huwa biżżejjed li tagħti pensjoni tajba lill-anzjan biex tgħix ħajja relattivament komda, imma meta tela' l-Gvern Nazzjonalista pprova jbiddel din l-idea minkejja li mill-1987 sa l-1996 f'kull budget ta' Gvern Nazzjonalista kien hemm żieda fil-pensjonijiet.", "Sur President, issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira għax għalkemm illum jien ma kontx beħsiebni nitkellem fuq il-pensjonijiet, madanakollu nixtieq inserraħ moħħ il-pensjonanti kollha fuq il-propaganda qarrieqa li qed tagħmel il-media Laburista, speċjalment fuq is-Super One.", "Jien ma nixtieqx nuża ċerti kliem imma din hija propaganda moqżieża u qarrieqa milli jafu jagħmlu huma fejn qed ibeżżgħu lill-pensjonanti li l- Gvern Nazzjonalista għandu xi ħsieb li jnaqqas il-pensjonijiet jew saħansitra jtellifhom il-pensjoni li għandhom.", "Minn hawnhekk nista' nassigura lill-pensjonanti kollha li din l-idea li qed jipprova jagħti l- Partit Laburista ma teżistix għax aħna ma tlajniex biex inneħħu l- pensjonijiet li hemm imma biex inżiduhom.", "Il-passat juri li l-Gvern Nazzjonalista qatt ma naqqas il-pensjonijiet u jien nista' nassigura lill- anzjani kollha li filwaqt li l-gvern huwa miftuħ għal kull proposta li tista' ssir f'dan ir-rigward, huwa mhux se jabdika r-responsabbiltajiet li għandu f'dan il-qasam u fil-futur se jkompli jiggarantixxi lil kulħadd il- pensjoni dovuta lilu min-national insurance.", "Ovvjament huma qed jagħmlu din il-propaganda qarrieqa għaliex jafu li llum l-anzjani rrealizzaw li jekk kien hemm gvern li dejjem ħaseb fihom dan kien il-Gvern Nazzjonalista.", "Ħaġ'oħra li qed tingħad hija li l-Gvern Nazzjonalista għandu xi pjanijiet illi jtella' l-eta' ta' l-irtirar mix-xogħol flok minn 60 għal 65 sena.", "Dawn ukoll huma qlajjiet ta' l-oppożizzjoni u minn hawn irrid nerġa' nserraħ moħħ kulħadd li l-Gvern Nazzjonalista qatt m'hu se jasal biex dawn l-affarijiet.", "Il-Gvern Nazzjonalista huwa gvern realistiku u jaf li biex żgur jassigura l-pensjoni għal kulħadd u biex din il-biża' tispiċċa darba għal dejjem jeħtieġ li jsir studju dwar dan il-qasam.", "Fil-fatt għal dan il- għan din is-sena se jwaqqaf kummissjoni nazzjonali dwar il-pensjonijiet li fiha mhux biss se jkun hemm involuti n-nies tal-gvern imma wkoll it-trade unions u s-soċjetajiet tal-pensjonanti konċernati.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li ġie maħtur kumitat apposta biex jorganizza attivitajiet matul din is-sena kollha peress li hija ddedikata lill-anzjani u għal dawn l-attivitajiet li qed jiġu organizzati aħna nixtiequ li jkun hemm parteċipazzjoni iktar attiva u qawwija ta' anzjani ħalli b'hekk jibqgħu integrati fis-soċjeta'.", "Fil-fatt dan il-kumitat għandu diversi programmi mħejjija għal fuq il-mezzi tax-xandir ukoll u kull xahar qed issir public lecture għall-anzjani, li l-ewwel waħda saret ix- xahar li għadda ġewwa d-day centre tal-Ħamrun.", "M'hemmx dubju li dawn it- tip ta' attivitajiet se jkompli jtejbu l-image ta' l-anzjani.", "Filwaqt li kif għidt diġa', il-konferenza internazzjonali li nfetħet illum bit-tema \"Ageing: A Challenge for the New Millennium\", infetħet mill-Prim Ministru, nhar is-Sibt se jagħlaqha l-E.T. l-President tar-Repubblika u bħal din il- konferenza iktar 'il quddiem se jsiru diversi konferenzi oħra li se jkunu jittrattaw dwar diversi topics u hemm ukoll il-ħsieb li jittella' festival ta' kanzunetti tat-tfal fl-isptar St Vincent de Paule.", "Sur President, mingħajr ma nkun partiġjan irrid nerġa' nisħaq li ħadd ma jista' jinnega l-fatt illi l-Gvern Nazzjonalista ġab lill-qasam ta' l- anzjani 'il quddiem u l-anzjani u l-pensjonanti żgur li għandhom iserrħu rashom li sakemm hemm Gvern Nazzjonalista l-interessi tagħhom huma salvagwardjati.", "Il-Gvern Nazzjonalista dejjem mexa b'mod illi filwaqt li ħares lejn il-futur, ħares ukoll lejn il-passat biex isewwi fejn żbalja u jien persważ li l-anzjani kollha, kemm dawk li jgħixu fir-raħal jew fil- belt tagħhom kif ukoll dawk li jgħixu f'xi istituzzjoni tal-gvern se jkollhom ċans jaraw li d-dinjita', l-indipendenza u l-prestiġju tagħhom m'huwiex minsi għax hemm gvern li jaħseb fihom.", "Sur President, għalkemm din is-sena qed jiġu organizzati diversi attivitajiet minħabba li hija ddedikata lis-sena internazzjonali ta' l- anzjani, madanakollu l-ħidma tagħna m'hijiex se tieqaf fl-aħħar tas-sena u fil-fatt waħda mill-prijoritajiet tagħna hija li ndaħħlu l-mentalita' li dak li l-gvern jagħmel ma' l-anzjan ma jagħmlux bħala karita' imma bħala dover u bħala sens ta' gratitudni għax jekk f'pajjiżna hawn sezzjoni tal- popolazzjoni li ħaqqha kull mertu mill-gvern, din żgur li hija s-sezzjoni ta' l-anzjani.", "Nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nawgura li din is- sena, li hija s-sena internazzjonali ta' l-anzjani, isservina ta' motivazzjoni ikbar ħalli nkomplu nagħmlu l-ġid f'dan il-qasam għall- benefiċċju ta' l-anzjani kollha Maltin u Għawdxin.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Frar, 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fl-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TARXIEN - DAWL FIT-TOROQ", "3199.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Sammat f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL FIT-TOROQ", "3200.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq San Ġużepp fuq Dar Nru.24 f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL FIT-TOROQ", "3201.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Sammat Nru.228 f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SAĦĦA - GĦOTJA TA' RIGALI", "3305.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal- Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-okkażjoni tal-Milied 1998 ma ngħatawx rigali.", "Bħalma jsir kull sena ngħataw rigali lit-tfal fil-wards ta' l-iSptar San Luqa fi żmien il-Milied.", "Dawn ma swew xejn lid-dipartiment.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - GĦOTJA TA' RIGALI", "3306.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal- Milied 1998?", "Jekk ingħataw, tista' l-Ministru tgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl- okkażjoni tal-Milied 1998 il-Ministeru għal Għawdex qassam hampers lill- persuni b'diżabilita' li jattendu l-Adult Training Centre fl-Għajnsielem.", "L-ispiża ta' dawn il-hampers kienet ta' Lm60.00,6.", "AGRIKOLTURA U SAJD - GĦOTJA TA' RIGALI", "3307.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali li xi individwi fl- okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ispiża totali ta' rigali li ngħataw fl-okkażjoni tal- Milied 1998 mill-Ministeru tiegħi laħqet is-somma ta' Lm50.", "Ingħataw rigali lill-membri ta' l-istaff kolla (25 ruħ) li jaħdmu fil-prossimita ma' l-uffiċċju tiegħi matul is-sena.", "Dan it-token simboliku ingħata bħala apprezzament għal-ħidma tagħhom.", "MINISTERU TA' L-INTERN - GĦOTJA TA' RIGALI", "3308.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma ngħataw ebda rigali lill-individwi fl-okkażjoni tal- Milied 1998.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - GĦOTJA TA' RIGALI", "3309.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l- individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal għoti ta' rigali mill-fondi pubbliċi allokati għall-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "It-tweġiba hija fin-negattiv.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - GĦOTJA TA' RIGALI", "3310.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998?", "Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l- individwi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma ngħataw l-ebda rigali fl- okkażjoni tal-Milied 1998.", "UE - TAXXI/DAZJI", "3712.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra bil-guidelines ta' taxxi/dazji dovuti fuq importazzjoni ta' materja prima minn barra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għall-Agro Industrija, cioe' jekk din il-materja prima hijiex se tiġi eżentata kif kienet taħt il-liġi tas-CET?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-materja prima għall-Agro Industrija tikkonsisti prinċipalment fi prodotti ta` l-ikel li għad iridu jiġu pproċessati.", "M`hemm l-ebda VAT fuq dawn il-prodotti ġejjin min fejn ġejjin.", "Jekk ikun hemm materja prima oħra li fuqha tkun tħalset xi VAT din it-taxxa tiġi refunded.", "Dwar dazji, ma kienx hemm l-ebda tibdil min kif kienu r-rati fl-1998.", "KALKARA - ĊIMITERJU TAL-LHUD", "3770.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport rigward l-possibbilta' tal-ftuħ taċ-Ċimiterju tal-Lhud ġewwa l-Kalkara għal pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ċ-Ċimiterju tal-Kalkara huwa monument storiku tas-seklu 18 u li llum m'għadux jintuża bħala post tad-dfin.", "Għaldaqstant m'hemm ebda oġġezzjoni għal-ftuħ ta' dan is-sit għal pubbliku sakemm in-natura sensittiva ta' dan il-post tiġi rispettata.", "Id- Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandu ebda studju speċifiku rigward il-ftuħ ta' dan is-sit għal pubbliku.", "MARSA - ĊIMITERJU TAT-TOROK", "3771.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport rigward il-possibbilta' tal-ftuħ ta' l-hekk imsejjaħ Ċimiterju tat-Torok ġewwa l-Marsa għal pubblika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ċ-Ċimiterju Iżlamiku ġewwa l-Marsa (magħruf bħala ċ-Ċimiterju tat-Torok) huwa monument storiku tas-seklu 19 u għadu qed jiġi użat attivament bħala post tad-dfin mill-komunita' Iżlamika ta' Malta.", "Għaldaqstant mogħti l-parir li dan il-post m'huwiex addatat għall-ftuħ għall-pubbliku ġenerali.", "MARSA - ĊIMITERJU TAL-LHUD", "3772.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport rigward il-possibbilta' tal-ftuħ taċ-Ċimiterju tal-Lhud ġewwa l-Marsa għal pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li -Ċimiterju tal-Lhud ġewwa l-Marsa huwa monument storiku li nbena fis-Seklu 19.", "Dan iċ-ċimiterju għadu qiegħed jintuża attivament bħala post ta' dfin mill-Komunita' Ebrajka ta' Malta.", "Għaldaqstant mogħti l-parir, li dan il-post m'huwiex addatat għall-ftuħ għall-pubbliku ġenerali.", "MTIEĦEN - ŻVILUPPI", "3773.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru żviluppi fuq ir-rapport ippreżentat mill-mibki Perit Joseph Huntingford rigward l-istat ta' l-imtieħen ġewwa Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, se ikolli nwieġeb f'xi seduta oħra.", "KALKARA - ILMA TAX-XITA", "3774.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx possibbilta' li matul din is-sena l-problemi li l-ilma tax-xita qed jikkaġuna fit-Triq it-Turetta, Kalkara jiġu studjati u solvuti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jinvestiga il-problema biex ikun determinat x`hemm bżonn isir.", "KALKARA - ASFALTAR", "3775.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tistax tiġi eżaminata u studjata l-possibbilta' li l-parti tat-triq li qegħda f'Wied Għammieq, Kalkara tiġi bit-tarmac billi x-xogħol li sar f'Awissu li għadda jidher li sar mgħaġġel u din il-parti tħalliet barra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol mill-Onor.", "Interpellant se ssir skond il-prioritajiet tax-xogħol tad-dipartiment wara li jiġi assigurat li s-servizzi fil-post huma permanenti.", "PENSJONIJIET", "3825.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt il-61 sena li qegħdin jieħdu pensjoni mill-Gvern?", "X'tip ta'pensjoni għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lil Onor. Interpellant li l-istatistika li tinżamm mid-dipartiment hija n-numru ta' persuni li qed jirċievu xi pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Qed nipproduċi tabella li turi n-numru ta' persuni taħt il-61 sena li qed jirċievu xi pensjoni taħt l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "PERSUNI TAHT IL-61 SENA LI QED JIRCIEVU PENSJONI KONTRIBUTORJA", "TIP TA' PENSJONI Numru ta' Persuni", "Pensjoni dwar Invalidita' 4432 Pensjoni tar-Romol 1773 Pensjoni ghal Korriment 391 Allowance ghal Iltim 12 TOTAL 6608", "PERSUNI TAHT IL-61 SENA LI QED JIRCIEVU PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA", "TIP TA' PENSJONI Numru ta' Persuni", "Pensjoni tal-Wens 316 Pensjoni tad-Dizabilita' 1898 TOTAL 2214", "Ninforma lil Onor. Interpellant li l-eta' tal-pensjoni kontributorja għal nisa u għall-pensjoni mhux kontributorja ta' l-eta' (kemm għal raġel sew għal mara), hija 60 sena.", "Fl-istatistika mogħtija hawn fuq, dawk li jirċievu dawn it-tip ta' benefiċċji u għadhom ma għalqux il-61 sena mhumiex inkluża.", "TAXXI INTERNI - ĦLAS TA' ARRETRATI", "3826.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern f'arretrati dovuti lill-ħaddiema tal- gvern in konnessjoni mar-riorganizzazzjoni fis-servizz ċivili 96/98?", "Kemm se jħallas il-gvern fis-snin li ġejjin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif stabilit mill-Ftehim Kollettiv ġdid għall- impjegati fis-settur pubbliku, il-gvern intrabat li jħallas lill-impjegati tiegħu permezz ta` cash payments arretrati dovuti għas-snin 1996-1998.", "Skond figuri li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Dipartiment tat-Teżor, jirriżulta li l-ammont ta` arretrati li tħallsu s`issa hu ta` Lm6,061,021.", "Returns minn xi dipartimenti għad irid jiġu proċessati.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA LI TELQU", "3827.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu nies minn mal-gvern qabel m'għalqilhom iż-żmien li jirtiraw bl-eta' s-sena li għaddiet?", "Kemm minnhom irriżenjaw, kemm ġew imkeċċija u kemm ġew boarded out?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi matul is-sena li għaddiet, 241 uffiċjal pubbliku irriżenjaw, 17 ġew imkeċċija, u 277 ġew medically boarded out.", "Dawn il-figuri jistgħu jiżdiedu xi ftit għaliex l-informazzjoni fuq dawn l-impjegati għadha dieħla.", "DJAR - TA' XBIEX - STALLAZZJONI TA' LIFTS", "3828.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Billi diversi persuni residenti ġewwa l- flats tal-Housing Estate ta' Ta' Xbiex qed isibu diffikulta' biex jitilgħu t-taraġ jew għax huma anzjani jew għax huma morda, jista' l-ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex fil-futur isiru lifts biex jgħinu lil dawn il- persuni li qed jinqabdu priġunieri ġewwa darhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2988.", "TA' XBIEX - TIBDIL STRUTTURALI", "3829.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi fit-tarf ta' Ġuseppe Cali Street, Ta' Xbiex lejn in-naħa tal-ġnien tal- Gżira qed isir xi tibdil strutturali ġo dar li qabel kienet residenzjali, jista' l-Ministru jgħid x'użu se jsir mid-dar in kwestjoni wara li jispiċċa x-xogħol?", "Jekk l-użu se jkun ta' tip kummerċjali u m'hemmx fejn jiġu pparkjati aktar karozzji f'din iż-żona, għaliex qed joħorġu permessi ta' dan it-tip mill-Planning Authority ġewwa Ta'Xbiex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li dwar is-sit li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant hemm permess li nħareġ fit-2 ta' April, 1998, sabiex titwaqqa' d-dar eżistenti u jinbnew basement għall-karozzi, l-ewwel sular biex jintuża bħala showroom u żewġ sulari oħra għall-użu bħala uffiċini.", "Fil-11 t'Awissu, 1998, saret applikazzjoni sabiex jinbidel l-użu minn residenza għal waħda ta' insurance offices.", "Din l-applikazzjoni għada qiegħda tiġi pproċessata.", "TA' XBIEX - CONVERSIONS GĦAL BINI KUMMERĊJALI", "3830.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi ġo Ta' Xbiex speċjalment lejn in-naħa t'isfel ta' Abate Rigord Street u lejn in-naħa tal-vilel qed isiru ħafna conversions minn bini residenzjali għal wieħed kummerċjali, u li qed jirriżulta fi problemi kbar bħal residenti u anke għat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Planning Authority għal dan it-tip ta' tibdil f'użu?", "Kemm ħarġu permessi ta' dan it-tip fl-aħħar għaxar snin?", "Huwa l-ħsieb li jibqgħu joħorġu permessi ta'dan it-tip?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iddeċidiet ħames applikazzjonijiet għall-bdil f'użu minn bini residenzjali għal wieħed kummerċjali fi Triq Abate Rigord, Ta' Xbiex.", "Minn dawn l- applikazzjonijiet, tnejn minnhom għandhom l-entratura minn toroq sekondarji u side elevation fuq Triq Abate Rigord.", "L-awtorita' għandha applikazzjoni waħda pendenti fl-imsemmija triq li tikkonsisti fi bdil ta' użu minn basement għall-arkivji ta' uffiċini eżistenti.", "Dwar il-ħruġ ta' permessi futuri ta' dan it-tip fiż-żona ndikata, kull applikazzjoni tiġi kkonsidrata fid-dawl tal-policies vigenti ta' l- awtorita'.", "SKEJJEL - SERVIZZ TA' FAĊILITAJIET", "3847.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2993, Seduta Nru. 52?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista ta' l-iskejjel li f'Malta u Għawdex jestendu faċilitajiet ta' l-iskola wara l-ħin skolastiku tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-Kunsilli ta' l-Iskola jiddeċiedu jekk l-iskejjel ikunux f'pożizzjoni li jilqgħu t-talbiet li jkollhom.", "PULIZIJA - PERSUNI RRAPPORTATI NIEQSA", "3848.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini Maltin u persuni barranin li jgħixu f'Malta li ġew irrapportati lill-pulizija bħala nieqsa matul dawn l-aħħar ħames snin?", "X'investigazzjonijiet saru u qed isiru mill-pulizija?", "Kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena fost il-persuni rrapportati nieqsa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn l-1994 u l-1998 ġew irrapportati lill-Pulizija, 847 persuna nieqsa.", "Minn dawn, 189 kienu taħt it-18-il sena filwaqt li disgħa persuni biss minnhom baqgħu ma nstabux.", "Fejn il-persuna tibqa' ma tinstabx, il-pulizija testendi l-investigazzjoni tagħha anke barra minn Malta, permezz ta' l-Interpol.", "ENEMALTA - DAWL FIT-TOROQ", "3849.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-bdiewa residenti fl-inħawi ta' farmhouse Wied il-Bużbież (Spring) l-Imtaħleb, l/o Rabat, Malta jenħtieġu li jiddawwal ir-razzett tagħhom ħalli jkollhom aktar sigurta' bħal bdiewa oħra fl-inħawi, jista' l- Ministru jawtorizza li jsiru x-xogħlijiet neċessarji, cioe' japprova li tiġi stallata bozza?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ORGANIZZAZZJONIJIET NAZZJONALI SPORTIVI", "3906.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li talbiet ta' l-Organizzazzjonijiet Nazzjonali Sportivi tas-sewqan tal-muturi u karozzi off hand sabiex żgħażagħ taħt it-18-il sena jitħarġu u jipparteċipaw f'ċerti kategoriji ta' dixxiplina sportiva tas-sewqan li jorganizzaw l-istess organizzazzjonijiet sabiex jedukaw aħjar lil dawn l- atleti fis-sewqan, għandhom pendenti, jista' l-Ministr jikkonsidra mill- ġdid l-appell tiegħi li għamilt f'Seduta Nru. 44 ċioe' sabiex jitwaqqaf kumitat interministerjali bejn l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, ta' l-Intern, ta' l-ambjent u eċċ ħalli tiġi stabilita policy guidelines dwar dan l- isport hekk popolari fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett għadni qed nistenna tagħrif dwar it- talbiet imsemmija stante li ninsab informat li mill-5 ta' Settembru 'l hawn id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ma jidhirx li rċieva xi talba minn Organizzazzjonijiet Nazzjonali Sportivi sabiex żgħażagħ taħt it-18-il sena jitħarrġu u jipparteċipaw f'ċerti kategoriji ta' dixxiplini tas-sewqan.", "Tlabt ukoll li ningħata parir dwar is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru.", "PTA - TRASPORT PUBBLIKU", "3924.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-rotot il- ġodda li se jiġu estiżi din is-sena sabiex it-trasport pubbliku jkun aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini?", "Liema huma dawk il-villaġġi rurali f'Malta u f'Għawdex li qed jitolbu li jkollhom aċċess ta' trasport pubbliku u x'qed isir mill-ministeru sabiex tiġi mistħarġa din is-sitwazzjoni?", "X'inhuma l-possibbilitajiet li tiġi rimedjata din il-problema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li qed jittieħdu passi biex l-eżerċizzju msemmi mill-Onor.", "Interpellant ikun jista` jsir.", "Ta` min jirrimarka li f`dawn l-aħħar sentejn ftit li xejn sar xogħol biex ikun magħaruf x`għandu jsir biex it-trasport pubbliku jiġi organizzat u b`hekk ikun aktar aċċessibli għall-pubbliku.", "MADLIENA - DAWL FIT-TOROQ", "4004.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu dwal pubbliċi f'dawn it-toroq fil- Madliena peress li huma mudlana u b'periklu għar-residenti: Triq il- Prekursur, Triq Zejni u Triq il-Hummejr?", "Meta se jitwaħħlu dawn id-dwal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - SICK LEAVE", "4008.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu fl- erba' xhur li għaddew biex jiġi mrażżan l-abbuż li jsir mis-sick leave mill- impjegati tas-Servizz Pubbliku?", "X'passi hemm maħsuba biex jittieħdu kontra dan l-abbuż li jispiċċa biex inġustament jagħti isem ħażin lis-Servizz Pubbliku kollu, inkluż lil dawk li jaħdmu b'mod eżemplari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il- mistoqsija lill-Prim Ministru minħabba li s-Servizz Pubbliku jaqa' taħt id- dekasteru tiegħu.", "WIED GĦOMOR", "4009.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi hemm maħsuba biex dak li fadal minn Wied Għomor jiġi protett u riabilitat biex ikun jista' jitgawda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi t-Taqsima tax- Xogħlijiet qed tagħmel studju biex jiġi stabbilit l-aħjar mod li bih il- wied jista' jiġi protett minn aktar ħsara u fl-istess ħin ikun hemm żvilupp pożittiv sabiex il-wied jibda jintuża għall-finijiet ta' rekreazzjoni minn nies ta' l-inħawi.", "F'dan il-kuntest it-Taqsima tax-Xogħlijiet qed ikollha diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar dan il-proġett.", "ANZJANI - DJAR GĦALL-ANZJANI", "4010.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-Knisja dwar id-djar għall-anzjani?", "Min ħa sehem f'dawn il-laqgħat?", "X'ġie deċiż f'dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall- Politika Soċjali kellu xi laqgħa informali mal-Knisja dwar id-djar għall- anzjani.", "F'dawn il-laqgħat ma tteħdet l-ebda deċiżjoni.", "VAT - OPERATURI EKONOMIĊI", "4011.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm operaturi ekonomiċi li ddeċidew li ma jidħlux fis-sistema tal-VAT?", "F'liema qasam ta' attivita' ekonomika huma f'kull każ?", "Kemm minnhom huma part-timers?", "Kemm minnhom huma self-employed?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` operaturi ekonomici li sal-21 ta` Jannar, 1999, ddeċidew li ma jidħlux fis- sistema tal-VAT huwa ta` 11,251.", "Dawn huma mqassmin f`attivitajiet ekonomiċi differenti kif jidher fid-dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Minn dawn 4,983 huma part-timers, imbagħad 9,863 huma sole proprietors.", "PORT USERS ADVISORY COMMITTEE", "4012.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Port Users Advisory Committee?", "Kemm-il darba ltaqa' minn mindu twaqqaf dan il- kumitat?", "X'xogħol għamel dan il-kumitat s'issa?", "X'rakkmandazzjonijiet għamel?", "Kemm intlaqgħu minnhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bħalissa il-Port Users Advisory Committee mhuwiex kostitwit.", "Dan il-Ministeru qiegħed attivament jikkonsidra li dan il-kumitat jerġa jiġi rikostitwit.", "Il-kumitat kien twaqqaf f`Lulju ta` l-1992 u kien jikkonsisti minn A. Micallef Attard (Chairman), P. Abela, M. Anastasi, L. A. Cuschieri, J. Debono, K. Gollcher, Chev J. Parnis England, J. Scorey, A. Borg u G. Scerri (membri) u A. Caruana (Segretarju).", "Il-Kumitat reġa ġie appuntat fl-1993 u wara ma reġax ġie mwaqqaf.", "Matul il-perjodu msemmi il-kumitat iltaqa` sitt darbiet.", "Fost ir-rakkmandazzjonijiet li kien għamel il-kumitat insibu wħud dwar l- operat f`Xatt il-Laboratorju dwar is-sigurta`, il-ħtieġa ta` makkinarju ġdid u dwar ċerti prattiċi tal-port.", "F`dawn l-aħħar snin l-Awtorita` Marittima waqfet sezzjoni responsabbli mis-sigurta`.", "Twaqqfu wkoll working groups bl-iskop li jiġu faċilitati ċerti proċeduri tal-port.", "Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan il-kumitat jerġa jitwaqqaf.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "4121.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-ġurnal \"KullĦadd\" li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mal-bidla fil-gvern ingħatat karozza tad-dipartiment tas-saħħa meta dan lanqas huwa mpjegat tal-gvern u lanqas għandu xi forma ta' kuntratt mal-gvern?", "Jikkonferma l-Ministru rapporti li dehru fil-ġurnali li se tinħoloq vakanza għal transport officer for the ambulance garage proprju biex tinqeda din il-persuna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuna li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant kienet tagħti s-servizzi tagħha fil-garage ta' l-ambulanzi tad- Dipartiment tas-Saħħa matul l-aħħar seba' xhur ta' qabel l-elezzjoni tal- 1996 u kompliet tagħmel dan għal 14-il xahar matul l-amministrazzjoni preċedenti.", "Minħabba diffikultajiet li bħalissa jeżistu f'dan il-garage l-Operations Manager u l-Purchasing Officer talbu transfer, ta' l-ewwel minħabba li qed jiġi kontinwament mhedded.", "L-Assistant Manager reġa' mar fid-dipartiment tiegħu u l- Assistant Operations Manager irtira mis-servizz.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli, l-persuna msemmija ġiet mitluba tgħin l- amministrazzjoni ta' dan il-garage.", "Ix-xogħol rikjest minnha jenħtieġ l-użu ta' karozza u minħabba li fil-passat il-karozza ta' din il-persuna ġiet vandalizzata, id-dipartiment flok poġġa karozza bid-driver għad- disposizzjoni tiegħu tah l-użu ta' karozza li jsuq hu stess.", "Din il-persuna mhux qed titħallas tas-servizz li qed tagħti.", "Id-Diviżżjoni tas-Saħħa mhu se toħloq ebda vakanza għal Transport Officer for the Ambulance Garage.", "PULIZIJA - QTIL TA' SHQAQI", "4122.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Fid-dawl ta' rapporti li dehru fl-istampa, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi x'tirrapporta dwar il-qtil ta' Shqaqi li kien sar f'Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-każ li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant huwa suġġett ta' inkjesta maġisterjali u l- investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.", "Għaldaqstant, m'huwiex opportun li tingħata xi informazzjoni dwar dan il-każ.", "IMPJIEGI - QGĦAD", "4123.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tal-qgħad għax- xahar ta' Diċembru 1998?", "B'kemm żdied il-qgħad f'dan ix-xahar mill-aħħar ta' Awissu 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iċ-ċifra tal-qgħad għax-xahar ta' Diċembru għada qed tiġi verifikata u tiġi ppubblikata aktar tard.", "PJAN LOKALI - NOFSINHAR TA' MALTA", "4139.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'sar minnu l-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta li kien tfassal mill-kumitat immexxi mill-Perit Bianco?", "X'inhuma l-pjanijiet tal- gvern fir-rigward ta' dan il-pjan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-pjan lokali għan-nofs in-nhar ta' Malta sejjer jiġi riattivat biex jitwettqu numru ta' inizjattivi li ġew iddentifikati u li se jkunu ta' benefiċċju għal dan ir-reġjun.", "Biex dan il-pjan jirnexxi, il-gvern għandu l-intenzjoni li jinvolvi sew dawk il-ministeri li b'mod dirett jew indirett għandhom x'jaqsmu mal- proposti tal-pjan, filwaqt li se tkompli tissaħħaħ ir-rappreżentanza tal- kunsill lokali fit-twettiq ta' dan il-pjan.", "PENSJONIJIET", "4140.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm titnaqqas il- pensjoni ta' min qiegħed f'dar ta' l-anzjani tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-anzjani fid-djar tal-gvern jikkontribwixxu 60% tad-dħul kollu tagħhom fis-sena.", "Din il-kontribuzzjoni ma tistax taqbeż l- Lm1,460 fis-sena.", "Għaldaqstant m'hemmx rata fissa ta' tnaqqis mill- pensjoni.", "Meta resident jidħol f'San Vinċenz, jibda jitnaqqaslu 40% mill-Pensjoni tas-Sigurta' Soċjali tiegħu.", "Dan jinkludi wkoll il-bonus.", "SERVIZZI SOĊJALI - HOME HELP", "4141.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ġie rifjutat s- servizz tal-home help minn CSA?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni li hija konfidenzjali tingħata biss jekk ikun hemm il-permess tal-persuna konċernata.", "Normalment, id- deċiżjoni tittieħed għaliex mir-rapport tas-social worker ikun jidher li l- persuna tkun fully independent u għalhekk ma jkolliex il-ħtieġa ta' Home Help.", "BORMLA - GROUND", "4142.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li f'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3413, il-Ministru ta' l- Edukazzjoni qal li x-xogħol fuq il-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla kellu jitlesta fi żmien tliet ġimgħat, imbagħad f'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3419 l-għada, il-Ministru qal li x-xogħol kien sospiż minħabba talba mid-direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija, jista' l- Ministru jiċċara ftit x'inhi l-pożizzjoni dwar dan il-ground li tħalla nofs leħja minn dan il-gvern wara li kien inbeda minn Gvern Laburista fis-sajf li għadda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-talba biex jiġi sospiż ix-xogħol saret permezz ta' ittra bid-data 7 ta' Jannar, 1999.", "Riċentament kien hemm żviluppi ġodda dwar l-implimentazzjoni tal-proġett ta' Pjazza Santa Margerita, Bormla.", "Hu mistenni li l-ewwel fażi tax-xogħol fuq din il- pjazza jinbeda fi żmien qasir.", "L-ittra biex jieqaf ix-xogħol intbagħtet għax parti mix-xogħol li sar u kien qed isir ma kienx fi qbil strett mal- pjanti għall-ewwel fażi tal-proġett tal-Pjazza ta' Santa Margerita liema pjanti kienu approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dan il-permess kien jimponi li jsir ġibjun kbir għall-ilma tax-xita, u kien instab li l-post ideali biex dan jinbena, kien taħt il-ground tal-football li jifforma parti mill-ġnien.", "BORMLA - PROĠETT", "4143.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li d-dar għall-anzjani f'Bormla tinsab fi stadju avvanzat, jista' l-Ministru jgħid x'sar u x'se jsir mill-proġett imwiegħed fi Pjazza Santa Margherita, Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi peress li dan hu proġett ta' ċerta entita', hemm ħsieb li xogħol fuq dan il-proġett ikun maqsum fi tliet fażijiet.", "Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi sejjer ikun ikkonċentrat viċin id-Dar għall- Anzjani u sejjer jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "DJAR - TISWIJIET", "4144.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal- persuni li joqogħdu fl-indirizz li qed nibgħat separatament sabiex isir xi xogħol fil-flat tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar se jagħti priorita' lit-talba ta' dawn l-inkwilini.", "Nissuġġerixxi li l-inkwilini issa għandhom isegwu t-talba tagħhom direttament mad- dipartiment.", "PA - BARRIERA TA' WIED IL-GĦOMOR", "4167.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'konsiderazzjoni qegħda tagħti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar lill-fatt li l-estensjoni proposta tal-barriera ta' Wied il-Għomor tista' tkun ta' periklu għar-residenti ta' Victoria Gardens, Ta' l-Ibraġġ, Tas- Swieqi u ta' San Gwann?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħalissa għandha quddiema applikazzjoni minn sid il-barriera sabiex jestendi l- istess barriera fid-direzzjoni ta' Victorita Gardens.", "Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-awtorita' wara li s-sid kien twaqqaf mill-istess awtorita' milli jestendi l-barriera llegalment.", "L-applikazzjoni (PA 6163/97) hija suġġetta għall-Environment Impact Assessment (EIA) li qiegħed jiġi ppreparat minn konsulenti indipendenti.", "It-terms of reference għall-EIA jinkludu, fost affarijiet oħra, l-impatt soċjali tal-barriera.", "Qabel ma' jiġi konkluż l-EIA għas-sodisfazzjon ta' l-awtorita' u tad- Dipartiment ta' l-Ambjent, din l-applikazzjoni ma tistax tkompli tiġi pproċessata.", "Sadanittant is-sid jista' jopera fil-parti tal-barriera koperta bil- liċenzja viġenti tal-pulizija.", "GĦAWDEX - CSAs", "4182.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' casual social assistants li kienu u qed jaħdmu f'Għawdex, sena b'sena?", "Kemm hu n-numru ta' anzjani li għamlu użu minn dan is-servizz, sena b'sena, u lokal b'lokal?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Intepellant hija dik annessa.", "|Lokal |1989|1990|1991|1992|1993| |Victoria |51 |198 |311 |344 |334 | |Nadur |25 |63 |101 |112 |138 | |Xaghra |25 |46 |76 |91 |96 | |Marsalfor|2 |6 |8 |8 |7 | |n | | | | | | |Sannat | |3 |15 |17 |22 | |Ghasri | |7 |13 |14 |11 | |Kercem | |7 |20 |20 |24 | |Zebbug | |6 |10 |11 |13 | |Ghajnsiel| |4 |16 |24 |18 | |em | | | | | | |San | |8 |8 |9 |9 | |Lawrenz | | | | | | |Qala | |1 |2 |10 |14 | |St. Lucia| |4 |5 |5 |4 | |Gharb | |1 |0 |3 |7 | |Xewkija | |15 |33 |47 |51 | |Munxar | | | |8 |8 | |Xlendi | | | |1 | | |Numru ta'|103 |369 |621 |724 |756 | |anzjani | | | | | | |li ghamlu| | | | | | |uzu | | | | | | |mis-servi| | | | | | |zz | | | | | | |Numru ta'|24 |76 |129 |136 |134 | |Casual | | | | | | |Social | | | | | | |Assistant| | | | | | |s | | | | | |", "|Lokal |199|1995|1996|1997|1998| | |4 | | | | | |Victoria |338|339 |336 |348 |346 | |Nadur |124|124 |112 |139 |144 | |Xaghra |102|96 |107 |110 |121 | |Marsalfor|5 |6 |5 |7 |5 | |n | | | | | | |Sannat |25 |22 |28 |33 |30 | |Ghasri |12 |12 |17 |16 |16 | |Kercem |23 |28 |29 |26 |25 | |Zebbug |12 |16 |14 |16 |15 | |Ghajnsiel|23 |26 |25 |29 |29 | |em | | | | | | |San |9 |7 |7 |9 |6 | |Lawrenz | | | | | | |Qala |13 |15 |18 |15 |13 | |St. Lucia|4 |3 |3 |3 |3 | |Gharb |5 |8 |7 |10 |9 | |Xewkija |69 |72 |73 |71 |72 | |Munxar |9 |11 |9 |19 |16 | |Xlendi | | | | | | |Numru ta'|773|785 |790 |842 |850 | |anzjani | | | | | | |li ghamlu| | | | | | |uzu | | | | | | |mis-servi| | | | | | |zz | | | | | | |Numru ta'|135|136 |135 |135 |126 | |Casual | | | | | | |Social | | | | | | |Assistant| | | | | | |s | | | | | |", "ANZJANI - DĦUL FL-ISPTAR ZAMMIT CLAPP", "4183.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 904, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' l- individwu in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-każ ta' din il-persuna ġie mistħarreġ u tqegħdet fil-lista ta' priorita', iżda sfortunatament ġejt informat li l-persuna ġiet nieqsa f'dawn l-aħħar ġranet.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPRESSED DRIVERS", "4184.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impressed drivers li jaħdmu mal-gvern jew korporazzjonijiet?", "F'liema dipartimenti jew korporazzjonijiet?", "X'vetturi għandhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Skond l-aħħar informazzjoni li għandu dan l- uffiċċju jidher li fis-26 ta' Ottubru, 1998 kien hemm 724 drivers ta' vetturi impressed b'kuntratt mal-gvern jew korporazzjonijiet parastatali.", "Lista ta' drivers ta' vetturi impressed kif huma mqassma fid-dipartimenti u korporazzjonijiet parastatali tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda l-informazzjoni tista tiġi mitluba mill- Ministru għall-Politika Soċjali.", "PULIZIJA - PROTEZZJONI LIĊ-ĊITTADINI", "4185.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3953, jista' l-Ministru jagħti spjega ta' x'inhuma d-diversi raġunijiet u għaliex ma jistgħux isiru arraġamenti sempliċi ma'l-indivdwi konċernati biex il-pulizija on duty fuq fixed points għal sigħat twal ikun jista' jagħmel użu minn faċilitajiet sanitarji?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li jien tajt għall- mistoqsijiet parlamentari numri 3780, 3952, u 3953, dwar dan is-suġġett.", "MALTACOM - CUSTOMER SERVICE OFFICERS", "4186.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Customer Service Officers fi ħdan il-Maltacom qegħdin iwettqu ħidma fir-roster tal-Customer Service Assistants fil-fergħa tagħha fil-Belt?", "Jekk ir-raġuni hija li għax hemm iżjed Customer Service Officers milli hemm ħtieġa għalihom, jista' l- Ministru jispjega għaliex il-Maltacom wettqet ħatriet fil-grad ta' Customer Service Officers riċentement?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Customer Service Officers, li għalihom qed tirriferi l-Onor.", "Interpellant, ma setgħux jibqgħu jagħtu s- servizz tagħhom fil-post ta' qabel għal raġunijiet indipendenti mill- Maltacom.", "Dawn il-Customer Service Officers iddaħħlu fir-roster biex jaħdmu 'kif ikun meħtieġ' wara ftehim ma' l-unions li tirrapreżentahom.", "MALTACOM - CUSTOMER SERVICE OFFICER", "4187.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet li l- Ombudsman kien għamel lit-Telemalta, illum Maltacom, fuq l-ilment li għadd ta' mpjegati kienu ressqu quddiemu rigward il-ħatra ta' Customer Service Officer skond is-sejħa 4/94?", "Jikkonferma l-istess Ministru li l-Ombudsman kien ħejja rapport lit-Telemalta u jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Rapport ta' l-Ombudsman li għalih qed tirriferi l- Onor.Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "PENSJONANTI", "4216.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi u l-Madliena li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Intellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MSIDA: TRIQ SANT'ANTNIN - ASFALTAR", "W10.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata jew tingħata t-tarmac Triq Sant'Antnin ġewwa l-Imsida?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien nformat li l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida qed jieħu ħsieb biex dan ix-xogħol isir.", "TA' XBIEX - BUS SHELTER", "W13.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara illi ġewwa Ta' Xbiex isir bus shelter fuq ir-rotot użati mill-karozzi tal-linja peress li ġo Ta' Xbiex kollu ma teżisti ebda bus shelter?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejt it-talba tiegħu lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex tikkonsidraha."]} {"filename": "20021009_796d_par.doc", "date": "2002-10-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 796 L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 796", "L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "796", "L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 698", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 698", "TQEGĦID TA' KARTI 704", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS (KUMITAT)", "SPORTS BILL (COMMITTEE STAGE) 705", "AĠĠORNAMENT 730", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 736", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 795 li saret fit-8 ta' Ottubru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "NTA – INIZJATTIVI PUBBLIĊITARJI", "35384.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid x'kienu għas-sajf u x'inhuma għall-ħarifa l-inizjattivi ta' pubbliċita' li l-NTA qed tieħu ġewwa r-Renju Unit u s-swieq prinċipali Ewropej?", "Jista' jgħid jekk saretx xi analisi tar-riżultat milħuq dwar l-inizjattivi pubbliċitarji li ttieħdu s-sena l-oħra u x'kien ir-riżultat milħuq?", "Jista' jagħti xi informazzjoni?", "Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport analitiku, jekk sar, dwar l- effett tat-tneħħija tat-TOSS?", "Jista' jgħid jekk l-effett tat-tneħħija tat- TOSS ġiex adegwatament kumpensat b'xi inizjattivi ġodda u jekk iva, jista' jissostanza dan b'rapporti jew statistika?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Jien informat li l- awtorita' tat-turiżmu organizzat kampanja ta' pubbliċita' li kienet tinkludi reklamar, parteċipazzjoni fil-fieri, program ta' relazzjonijiet pubbliċi, għajnuna lit-tour operators, promozzjoni ta' konferenzi u incentive and special interest travel.", "L-uffiċini barranin ta' l-MTA ħadu inizjattivi oħra, fosthom workshops speċjalizzati, żjarat f'Malta minn aġenti ta' l-ivvjaġġar barranin u laqgħat ta' informazzjoni dwar il-prodott Malti għal tour operators u aġenti ta' l-ivvjaġġar.", "Minħabba ċ-ċirkostanzi diffiċli fit-turiżmu internazzjonali fis-sena 2002, il-budget ta' l-MTA żdied sostanzjalment u laħaq is-somma ta' aktar minn Lm7 miljun.", "Ir-riżultati ta' din l-attivita' kollha jiġu mkejla matul is- sena kollha u l-awtorita' tinsab konvinta li Malta laqgħet għaċ-ċirkostanzi diffiċli tas-sena 2002 aħjar minn destinazzjonijiet oħra.", "Wieħed mill- iktar swieq li rpilja malajr hu s-suq Ingliż u jidher ċar li aktar ma daħal l-istaġun tas-sajf, irnexxielna kważi nilħqu l-volum tas-sena l-oħra, partikolarment f'Ġunju, Lulju u Awissu, u dan meta fl-2001 is-suq Ingliż kien miexi tajjeb ħafna.", "L-awtorita' tat-turiżmu tinsab konvinta li l-flus li qabel kienu jintefqu għas-sussidju tat-TOSS issa qed jintefqu b'mod aħjar u li d-deċiżjoni li jitneħħa s-sussidju kienet għaqlija u fuq kollox deċiżjoni kummerċjalment korretta.", "AGRIKOLTURA U SAJD - MOBILE PHONES", "35409.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l- ispiża globali tal-mobile phones tal-ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Il-ħlasijiet li saru għas-servizz ta' mobile phones minni u mis-segretarjat privat, kif ukoll mis-segretarju permanenti, minn Jannar sa Awissu kienu jammontaw għal Lm2,008.39.", "Dan ikopri wkoll il-kont tal-mobile ta' dak li kien jokkupa l-kariga ta' segretarju permanenti.", "SANT'ANTNIN – RIMI TA' ILMA TAT-TISQIJA", "35438.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jwieġeb PQ 34706 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-ilma għat-tisqija mill-impjant ta' Sant'Antnin qed jintrema' b'riżultat ta' livell għoli ta' salinita'?", "X'jikkawża dan il-livell għoli ta' salinita' u kemm intrema' ilma u fejn intrema'?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall- PQ 35136.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħidli x'kienet tgħid ir-risposta għall-PQ 35136?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jiddispjaċini imma fost il-files li għandi quddiemi m'għandix din l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien ġejt speċifikament biex nagħmel interpellanza in konnessjoni mar-risposta il kien tani l-ministru għar- riżorsi u l-infrastruttura, peress li l-affarijiet m'humiex eżatt kif kien qalhom l-Onor.", "Zammit Dimech.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nerġa' nirrerpeti li m'għandix din l- informazzjoni.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - ILMENTI", "35453.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista` il-Prim Ministru jinvestiga l-ilmenti ġenwini tar- residenti ta` Baħar iċ-Ċagħaq, li tagħhom qed nibgħat kopja separatament?", "Jista` jara li dawn l-ilmenti jiġu milqugħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija lill-ministru koncernat.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ – CAMPING SITE", "35454.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilmenti ġenwini u l-iżvantaġġ kbir li se jsofru r-residenti ta' Baħar iċ-Ċagħaq li tagħhom qed nibgħat kopja separatament u petizzjoni ffirmata mill-istess residenti?", "Jista` jassigurani li jinstab site ieħor sabiex dawn ir-residenti ma jsofrux id- danni msemmija?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru ta' l-intern u l-Ambjent): Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-PQ 35437, ninsab informat illi kontra dak li qed jingħad mir- residenti, l-applikazzjoni u l-permess li nħareġ ma jkoprix l-għeluq b`fence tal-parti t`isfel tal-masġar iżda jkopri biss il-parti ta` fuq fejn hemm il-bini ta` żmien l-Ingliżi u fejn jużaw l-iscouts.", "Is-sit li jinkludi fih il-passaġġ li qed jagħmlu riferenza għalih ir- residenti ġie mikri lill-iscouts għall-camping, permezz ta` riżoluzzjoni tal-parlament li għaddiet b`mod unanimu fit-28 ta` Mejju ta` din is-sena.", "L-iscouts kien ilhom jagħmlu użu minn dan is-sit għal ħafna snin.", "Jien informat ukoll illi fil-fatt diġa` jeżisti passaġġ tar-riġel ieħor, xi 60 metru aktar l`isfel minn dan l-istess passaġġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta nafu li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-poplu qed isir konxju ta' l-ambjent, b'mod speċjali fejn tidħol il-kampanja u fejn tidħol l-art agrikola, il-gvern ma jidhirlux li għandu jagħmel il- pożizzjoni tiegħu ċara dwar il-proposta għall-bini ta' golf course fil- Verdala?", "Veru li hija l-MEPA li trid tagħti l-permess u veru wkoll li l- gvern għandu parti sostanzjali minn dik l-art - barra li hemm ukoll kuntratt mal-Knisja, peress li l-art kienet tal-Knisja – imma ma jidhirlux li l-gvern għandu jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara, aktar u aktar meta huwa fl-interess pubbliku li l-gvern jopponi permess li tista' toħroġ il- MEPA?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Skond dak li ntqal mill-ministeru tiegħi kif ukoll skond stqarrija li għamel il-prim ministru, il-pożizzjoni tal-gvern hi li ma jagħmilx il-fehma tiegħu pubblika għas-sempliċi raġuni li ma jridx jindaħal fix-xogħol tal-MEPA.", "Pero' ladarba qegħdin nitkellmu dwar sit speċifiku, irrid infakkar lill-Onor.", "Mizzi li dan is-sit fil-fatt kien ġie rrakkmandat fi żmien gvern Laburista biex issir golf course fuqu.", "(Interruzzjonijiet)", "Jiena la nimbotta dan il-proġett u l-ebda proġett ieħor għax il-policy tal- ministeru hi li jkollna aktar minn golf course waħda, policy li ilha teżisti mill-1993.", "Din il-policy tant hi tajba li l-gvern Laburista fl- 1996 segwiha u kompla fuq il-passi li konna bdejna aħna.", "Kien gvern Laburista li ħareġ call for applications from interested parties biex imprendituri Maltin jinformaw lill-gvern u lill-kumitat li kien qabbad dwar proġetti għall-kostruzzjoni ta' golf courses.", "Nerġa' ngħid li l-kumitat imqabbad mill-gvern, preċiżament mill-ministeru tat-turiżmu ta' dak iż- żmien, kien identifika dan is-sit bħala wieħed mis-siti preferiti.", "Is-sitwazzjoni qiegħda f'idejn il-MEPA u fuq li tiddeċiedi hi, aħna nieħdu pożizzjoni.", "Ma jidhirlix li għandna nieħdu pożizzjoni fuq il-pre-suppost ipotetiku jekk jiġix approvat sit jew le meta dan jista' ma jiġix approvat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak li qed jgħid il-Ministru m'huwiex korrett għal kollox għax għalkemm fil-policy document jissemmew xi postijiet, m'hu veru xejn li hemmhekk ġie aċċettat li ssir golf course.", "Din hi waħda mir- raġunijiet għala l-MEPA ma tistax taqbad u tgħid li hi se taċċetta - u għalhekk talbet li hemmhekk isir environment impact assessment u affarijiet bħal dawn – għax m'hemm xejn li jorbot li hemmhekk issir golf course.", "Il- policy document ukoll jgħidlek li biex issir golf course, l-art trid tkun derelict meta fil-każ tal-Verdala l-art m'hijiex derelict.", "Mela allura tmur kontra l-policy u toħroġ waħedha li hemmhekk ma tistax issir golf course.", "Allura ma jaħsibx il-Ministru li hija falza illi l-gvern ma jridx jiddikjara ruħu jekk huwiex favur jew kontra l-golf course?", "Veru li hi l- MEPA li trid tagħti jew ma tagħtix il-permess, imma ġaladarba huwa fl- interess taċ-ċittadin u peress li l-art hija pubblika – jien ngħid anke kieku ma kenitx – ma jaħsibx il-Ministru li l-gvern għandu jiddikjara ruħu jekk huwiex favur jew kontra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Naħseb li l-Onor.", "Mizzi qed jitkellem mingħajr konoxxenza sħiħa tal-fatti għax hu qiegħed jikkwota biss mill-istructure plan for the Maltese Islands u mill-brief tal-planning authority, illum il- MEPA.", "Jien ikkwotajt minn dokumenti li għandi fil-ministeru, dokumenti li ttellgħu minn kumitat imqabbad mill-ministru predeċessur tiegħi.", "Dawn id- dokumenti jagħmlu referenza għal ħafna talbiet u proġetti ta' golf courses, Sur President.", "It-tnejn li ġew short-listed kienu l-golf course tal-Verdala u l-golf course ta' Ta' Ċenċ.", "Voldieri dak li għedt jien huwa korrett, cioe' li fi żmien gvern Laburista ntbagħtu ittri lil min kien għamel talba – mhux mill- MEPA imma mill-ministeru –fejn intqalilhom li l-proposta tagħhom kienet ġiet magħżula fuq oħrajn.", "Jien mhux beħsiebni nerġa' lura mill-kliem li għedt għax qed nitkellem minn konoxxenza diretta ta' l-irkartament li għandna fil-ministeru.", "Fuq dan is-suġġett dħalt ħafna u għalhekk wasalt għad-deċiżjoni - peress li hemm erba' żwiemel jew ħamsa f'din it-tellieqa – li m'għandux ikun il-gvern li jimbotta jew iżomm lura xi proġett minnhom.", "Wara kollox jekk jintagħżel wieħed, iċ-chances huma li l-oħrajn jaqtgħu qalbhom għax il-pajjiż huwa żgħir wisq biex ikollu ħafna golf courses.", "Għalhekk il-gvern baqa' lura milli jesprimi ruħu fuq xi proposta partikolari u dan jgħodd għall-proposta tal-Verdala, ta' Ħabel Bellu, dik ta' Ta' Ċenċ u oħrajn li jissemmew fir- rapport.", "Jien inħoss li l-etika titlob li ma nindaħlu fi proġetti ta' ħadd.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq investiment ta' miljuni ta' liri u b'kelma żejda tista' ttellifhom.", "Għalhekk dik il-kelma żejda jiena m'iniex se ngħidha, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-MTA min-naħa tagħha hijiex beħsiebha tisfrutta l-opportunita' li joffru ż-żewġ logħbiet tal-football li Malta se tilgħab kontra Iżrael u kontra Franza fil-ġranet li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-ministeru u l-awtorita' tat-turiżmu jieħdu kull opportunita' li tiġihom biex jipproġettaw lil Malta bħala holiday resort fejn jistgħu jsiru attivitajiet sportivi u anke attivitajiet ta' natura kulturali.", "Ovvjament meta jkollok żewġ partiti internazzjonali jintlagħbu f'pajjiżek trid tkun verament għama, trux u bla moħħ biex ma tippruvax tieħu vantaġġ minn dawn iċ-ċirkostanzi.", "Naturalment tieħu vantaġġ meta hemm vantaġġ li tista' tieħu.", "Per eżempju, għal dak li għandu x'jaqsam mal-logħba kontra Iżrael, peress li minħabba ċ-ċirkostanzi ta' dak li ġara fil-11 ta' Settembru kif ukoll minħabba ċ-ċirkostanzi li jeżistu fl-istess zona calda, m'għandniex flights diretti għal Malta u kulma nistgħu nagħmlu hu li naraw nistgħux niffaċilitaw dawk iċ-charter flights organizzati mill-Iżraeliti stess għas- supporters tagħhom.", "Għat-tieni logħba ta' Malta kontra Franza s- sitwazzjoni hija differenti, Sur President.", "L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid hi li filwaqt li fejn qabel it-titjiriet ta' l-Air Malta minn Franza kienu jkunu l-Ħamis, il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, mis-sena d-dieħla dawn se jibdew ikunu t-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis, il- Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, jiġifieri tista' tgħid il-ġimgħa kollha, biex nagħtu flessibbilta' akbar lill-vjaġġaturi li jiġu Malta.", "Pero' id-domanda tal-ħabib tiegħi – u ħadt pjaċir li għamilieli – tirrigwarda x'se jagħmlu l- ministeru u l-MTA.", "Meta aħna konna nafu b'din il-logħba, jien avviċinajt lill-president ta' l- MFA u anke avviċinajt lill-ambjenti tal-football lokali kif ukoll lill- kumpanniji Franċiżi li joperaw lukandi f'Malta biex naraw nistgħux nieħdu vantaġġ mhux għal din il-logħba biss imma wkoll bħala promozzjoni għal wara.", "Apparti mill-fatt li għenna liċ-charters li ġejjin bis-supporters, ħaġa ta' darba, ridna li jkollna l-opportunita' biex minn din il-partita nieħdu kull vantaġġ possibbli biex nagħtu pubbliċita' lil pajjiżna u lil dak li joffri pajjiżna.", "Għandi pjaċir inħabbar, Sur President, li ġietni aħbar riċentement li t-TV 5 se jxandar il-partita - mhux ġewwa Franza imma ġewwa l-pajjiżi kollha ħlief Franza – u se juri pubbliċita' għal tliet minuti dwar Malta qabel il- partita.", "L-istazzjon televiżiv l-ieħor, it-TV1, li fil-fatt se juri l- partita, waqt il-programm se jsemmi ħafna lil Malta kif ukoll se jiġi rreklamat il-fatt li se jkun hemm kompetizzjoni li jistgħu jirbħuha tliet persuni għal vaganza f'Malta.", "Irrid ngħid ukoll li ma' dawn is-supporters u mat-team ġejjin madwar 80 ġurnalist u l-awtorita' tat-turiżmu diġa' lestiet programm speċifiku għalihom.", "Dawn ġejjin it-Tnejn u jitilqu l-Erbgħa filgħaxija, voldieri m'humiex se jkopru l-partita biss.", "Fil-fatt lil dawn se neħduhom madwar Malta biex minbarra l-partita jaraw partijiet oħra minn Malta biex kemm jista' jkun nieħdu mileage minn din l-attivita'.", "Irrid ngħid ukoll li mat-team Franċiż ġejjin ukoll numru ta' sponsors, jiġifieri industrijalisti kbar, u qegħdin naraw x'nistgħu nagħmlu biex forsi nlaqqgħuhom ma' l-awtoritajiet u ma' l-istrutturi li jħajru l- investiment lejn Malta - mhux biss daparti tal-ministeru tiegħi imma anke daparti tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi – biex jekk forsi jkun hemm żmien biżżejjed anke norganizzawlhom laqgħat.", "Naħseb li logħob bħal dan jista' jagħti vantaġġ ukoll f'dan is-sens, Sur President.", "Niftakar li s-suq Irlandiż konna ftaħnieh u kabbarnieh preċiżament meta kellna l-logħba tal-world cup ta' l-1990, fejn kienu ġew l-Irlandiżi hawnhekk u konna għamilna l-istess tip ta' promozzjoni fl-Irlanda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru qed jgħid li jaf l-affarijiet, allura kif ma jafx li l-gvern Laburista kien għamel policy fejn joħroġ ċar li l-art li ssir golf course trid tkun derelict?", "Fil-fatt il-policy li kienet tħaddan l-awtorita' ta' l-ippjanar issa ġiet aċċettata mill-MEPA u joħroġ ċar li golf course m'għandhiex issir fuq art li ma tkunx derelict.", "Il-Ministru qed jgħid li hemm indikazzjoni li l-art tal-Verdala hija tajba għall-kostruzzjoni ta' golf course u allura ma jistax jgħid li ma jafx b'din il-policy li għadha tgħodd sal-lum.", "Peress li l-Ministru qal ukoll li hu ma jindaħalx fil-proġetti iżda jħalli f'idejn il-MEPA biex tiddeċiedi hi, jista' jispjegali kif jaqbel mal-prim ministru – fil-fatt tabqel Malta u Għawdex kollu – li l-proġett tal- Kottonera huwa ikrah?", "Allura l-Ministru ma jidhirlux li f'dan il-każ min kien iddeċieda fl-awtorita' ta' l-ippjanar, għandu jirriżenja għax m'għamilx xogħlu kif suppost u jidher ċar li żbalja?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Sur President, nirrispondi fuq dan il-punt biss peress li l-Onor.", "Mizzi daħħalni fil-kredu.", "Jiena nistqarr li x-xjenza tiegħi ta' l-arkitettura hija limitata ħafna, imma dan il-proġett li semma' l-Onor.", "Membru meta narah fl-istat li hu, b'dik il- forma tal-ħadid, għalija qisu tal-waħx, pero' ma neżerċitax id- diskrezzjoni tiegħi biex ngħid jekk dan ix-xogħol għandux isir jew le.", "Nista' ngħid ukoll li xi ħadd sabni minn dakinhar 'il hawn u qalli li ladarba narah miksi bit-travertin, ma nibqax ta' l-istess opinjoni.", "Jiena nirrimetti ruħu għas-savju superjuri ġudizzju tan-nies kompetenti u Allaħares noqgħod niddeċiedi liema bini u liema faċċati jiġu approvati jew le!", "Ma nafx jekk il-Ministru jixtieqx iżid xi ħaġa wkoll, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Biex inkompli ftit fuq dak li għadu kemm qal il- Prim Ministru, safejn naf jien dik il-parti tal-proġett tal-Kottonera diġa' għaddiet mill-MEPA u allura naħseb li billi wieħed jesprimi l-opinjoni personali tiegħu ma jfissirx li jkun qed jindaħal.", "B'daqshekk ma jkunx qed jagħmel pressjoni biex iżomm jew jiġi approvat proġett.", "Jiena wkoll meta nħares lejn pittura, tista' togħġobni u tista' ma togħġobnix, pero' ma jfissirx li jkolli raġun!", "(Interruzzjonijiet)", "Il-pittura tal-Caravaggio tagħtini pjaċir ħafna lili għax hija waħda mill- affarijiet sbieħ u tajbin.", "Fil-fatt jiena kburi ħafna li kemm ili ministru rnexxieli nġib ir-restawr tal-Caravaggio mingħajr ma Malta nefqet lira.", "(Interruzzjonijiet) Donnu li l-Onor.", "Mizzi jaħseb li bl-għajjat u b'ċertu kliem se jipprova jbeżża' lil xi ħadd.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Mizzi huwiex qed jitkellem fuq il-beheading jew fuq is-San Girolamu.", "Ir-restawr tal- beheading, li kont responsabbli għalih jien, ma marx imkebbeb minn Malta żgur!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debate.", "Ikompli l-Ministru u jindirizza ruħu lis-Sedja, jekk jogħġbu..", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor.", "Mizzi qed jirriferi għal meta kien insteraq il-kwadru tas-San Girolamu.", "Jiena ma kontx responsabbli għalih - la sraqtu u lanqas sibtu! - iżda minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Fr. Zerafa tax-xogħol kbir li għamel, lill-predeċessur tiegħi fid-dekasteru tal- kultura, Dr. Ugo Mifsud Bonnici, u lill-pulizija talli rnexxielhom jintraċċawh.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk mil-logħba tal-golf se nilagħbu ta' l-ors jagħmel hu, imma jiena se nkompli fuq il-golf u nerġa' nwieġeb, Sur President.", "L-Onor.", "Mizzi jrid jiftakar li l-gvern Laburista ma ħariġx policy imma ħareġ guidelines u ħareġ project paper li ngħatat lil kulmin kellu interess li jressaq proposta għall-bini ta' golf course.", "Mingħajr ma ngħid li jien preċiż, ngħid biss li l-kelma \"derelict\" lili ma ddoqlix u ma niftakarx li ssemmiet pero' m'iniex qed ngħid hekk kategorikament.", "Anke meta nħarsu lejn l-inkartament li bagħtet il-MEPA lil min qed jagħmel il-proġett biex jagħmel rapport dwar l-ambjent u diversi rapporti oħra – kelli okkażjoni nara ħafna minnhom dawn il-karti – il-kelma \"derelict\" ma tantx niftakar li rajtha għalkemm intqalu affarijiet oħra.", "Għax jekk immorru lura fl-istorja u nħarsu lejn l-istructure plan for the Maltese Islands – biex kulħadd ikun jafhom dawn l-affarijiet – jiena kelli sehem dirett f'dik il-parti li kellha x'taqsam mal-golf courses.", "Oriġinarjament il-policy li kienet qed tiġi proposta fl-ewwel draft dak iż- żmien kienet li jkun hemm siti speċifiċi indikati għall-golf courses, mentri ma kien hemm l-ebda proposta meta ma kien hemm ħadd – dawn kienu siti barra mill-building zones - u jiena kont oġġezzjonajt għalih dan għas- sempliċi raġuni li meta f'dokument tal-gvern ikun hemm sit speċifiku identifikat, lill-proprjetarju ta' dak is-sit tkun qed tagħmlu miljunarju overnight filwaqt li lil ħaddieħor ma tkunx qed tagħtih l-istess ċans.", "Allura meta ħareġ it-tieni draft ta' l-istructure plan, dan ma kienx site- specific u kien hemm diversi kondizzjonijiet u kwalifiki fejn tista' tiġi golf course.", "U l-bażi tal-construction of golf courses fil-fatt ħierġa mill-istructure plan aktar milli ħierġa mill-policy paper ta' żmien il- Labour government.", "Tista' tgħid li dik il-policy paper hija kopja fidili ta' rapport li kien sar fi żmieni fl-1993, li kien jagħti l-istorja tal- golf, barra li jagħti wkoll il-viabilita' tal-golf courses u hemm sejħa għal offerti għal min għandu interess li jipproponi kostruzzjoni ta' golf course.", "F'dak id-dokument lanqas kien qed jingħad fejn tista' issir golf course – għalhekk kellhom raġun li għamluh b'dak il-mod – u lanqas jekk il- proprjeta' fejn trid tibni golf course tkunx tiegħek, tal-gvern, tal-Knisja jew ta' ħaddieħor.", "Dawn huma l-fatti.", "Jiena għadni niftakar dawn l- affarijiet għax riċentement kelli l-okkażjoni nerġa' nqalleb il-file, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, fil-qosor jekk jogħġbu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru dak li qed jgħid il-Ministru li d-dokument ma jispeċfikax, pero' naċċertah minn dak li għedt jien għax meta ġejna biex niddiskutu l-golf course tal-Verdala, waħda mill-kwestjonijiet kienet li hemmhekk l-art trid tkun derelict biex wieħed jaċċettaha.", "Nerġa' ngħid li din hija parti mill- policy.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, jiena ma ċħadtx li din tagħmel parti mill-policy pero' għedt li għandi d-dubji tiegħi.", "Issa nerġa' niċċekkja u jekk l-Onor.", "Mizzi għandu raġun, niġi hawn u ngħid li għandu raġun.", "Pero' jekk l-Onor.", "Mizzi m'għandux raġun, imbagħad nistenna lilu jgħid l-istess ħaġa!", "IL-GĦARGĦUR - TRIQ CARAVAGGIO", "35455.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Fid-dawl tas-sitwazzjoni diffiċli li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħha r-residenti tal-Għargħur, meta għandhom l-aċċess imblukkat fi Triq Caravaggio u kawża ta' dan, it-traffiku qed jinġema` fil-pjazza tar-raħal u qed ikun ta' inkonvenjent kbir kif ukoll ta' periklu għat-tfal u l-anzjani, jista` il-Ministru jara li jinħarġu t-tenders meħtieġa ħalli tiġi estiża din il-parti tat-triq fil- Għargħur?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jista` jassigurani li x-xogħlijiet ikunu lesti sal-festi tal-Milied li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-PQ 16511.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li ġew impjegati mas-servizz pubbliku bejn l-1 ta' Jannar u t-2 ta' Ottubru 2002, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 35728.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' single parent families f'kull lokalita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 35907.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-applikazzjonijiet li l-Fondazzjoni Skejjel t'Għada rċevew għal xogħlijiet u servizzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 35655;", "Kopja tal-kuntratt ta' xogħol datat 10 ta' Settembru 2002 bejn il- Fondazzjoni Skejjel ta' Għada u s-Sur Leonard Zammit, bħala Projects and Contracts Administrator, ma' l-istess Fondazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 35656;", "Kopja tal-kuntratt ta' xogħol datat 6 ta' Marzu 2002 bejn il- Fondazzjoni Skejjel ta' Għada u s-Sur Alfred Ferrante, bħala Chief Exeuctive Officer, ma' l-istess Fondazzjoni, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 35657; Dettaji dwar in-nefqa totali li saret fuq l-entratura tal-bini amministrattiv tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 35658; u", "Kopja tal-kuntratt ta' xogħol datat 27 ta' Ġunju 1994 tas-Sur Silvio Zammit, impjegat bħala Operations Manager fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal- Qroqq bejn l-1994 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 35891.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' 2002 Regular Report on Malta's progress towards accession maħruġ mill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea fid-9 ta' Ottubru 2002; u", "Kopja ta' l-istrategy paper and report of the European Commission on the progress towards accession by each of the candidate countries.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS", "SPORTS BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-8 ta' Ottubru, 2002)", "Klawsola 21 - Kumitati Konsultattivi.", "Clause 21 - Advisory Committees.", "(Posposta mit-8 ta' Ottubru, 2002)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Klawsola 21 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) f'subklawsola (3) wara l-kelma \"disposizzjonijiet\" għandhom jidħlu l- kliem \"tas-subartikoli (6) sa (10)\"; u", "b) f'subklawsola (4) minflok it-tieni sentenza li hemm għandhom jidħlu l- kliem \"Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dana l-Att, kull Kumitat Konsultattiv jista' jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.\".", "\"L\" Clause 21 shall be amended as follows:-", "a) in subclause (3) after the word \"provisions\" there shall be added the words \"of subarticles (6) to (10)\"; and", "b) in subclause (4) for the second sentence therein there shall be substituted the words \"Subject to the provisions of this Act, each Advisory Committee can regulate its own procedures\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, din l-emenda hija proprju r-riżultat tad-diskussjoni li saret il-bieraħ.", "Ladarba din il-klawsola titkellem fuq kumitati konsultattivi, x'inhi r-raġuni li subklawsola 4 (10) tapplika wkoll għall-kumitat konsultattiv, meta l-funzjoni tal-kumitat konsultattiv hija li jekk ikun hemm xi materja li l-ministru jħoss li tajjeb li tiġi studjata aktar fil-fond, ikun hemm dan il-kumitat li jgħinu.", "Subklawsola 4 (10) titkellem fuq meta xi membru tal-bord ikollu xi interess dirett jew indirett f'xi kuntratt magħmul jew propost li jsir mill-Kunsill.", "Issa qed ngħidu li d-disposizzjonijiet ta' l-klawsola 4 se jkunu japplikaw mutatis mutandis għal klawsola 21 fejn titkellem fuq kumitati konsulttativi.", "Jien naħseb li jekk naċċettaw din ikun ifisser li l- funzjoni tal-kumitat konsultattiv mhux se tkun biss konsultattiva.", "Jien ma narax x'interess jista' jkun hemm fuq kuntratti magħmula jew proposti.", "Jiġifieri minn subklawsoli 4(6) sa 4(9) m'hemmx problema għax japplikaw b' mod ġust, però m'iniex qed nara r-raġuni għalfejn għandna ninkludu subklawsola 4(10).", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien naħseb li subklawsola 4 (10) ma toħloq l- ebda periklu.", "Wieħed jipprova jwessa' l-eventwalitajiet kollha li jistgħu jiġru u jagħmel proviżjon għalihom.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar meta xi membru tal-bord ikollu xi interess dirett jew indirett f'xi kuntratt.", "Jien ma qgħadtx nipprova ngħarbel l-eżempji kollha.", "Imma jekk wieħed iġebbed ftit l-immaġinazzjoni, jista' jkun hemm kumitat konsultattiv maħtur biex jagħti parir dwar il-physical education f'xi tip ta' skejjel.", "Imbagħad jinstab li jkun hemm xi membru li ġie appuntat in buona fede li kien jimporta l-istess equipment.", "Tista' tinqala' din l-eventwalità.", "Veru li hija remota u mġebbda, però l-inklużjoni ta' dik is-subklawsola ma tkun qed tipperikola xejn il-ħidma tal-kumitat konsultattiv.", "Qed nipprovaw nilqgħu għal xi eventwalità remota kemm tkun remota.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Tajjeb li nagħlqu.", "Mhux dak l-argument tiegħi.", "Imma l-funzjoni ta' kumitat konsultattiv hija ċara.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-funzjoni ta' kumitat konsultattiv hija li jagħti parir.", "Imma jekk wieħed jikkontesta li dak il-parir ma ngħatax in buona fede imma għax wieħed kellu xi interess, ovvjament ir- rakkmandazzjonijiet li jistgħu joħorġu mhux se jgawdu l-fiduċja.", "Għalhekk qed nilqgħu kontra dik l-eventwalità, remota kemm hija remota.", "Wieħed jista' jargumenta li għamilnieha għalxejn għax ma jistax jimmaġina kif tista' tiġri din, però żġur m'hijiex f'konflitt mal-ħatra ta' kumitat konsultattiv.", "Nerġa' ngħid li hija safety valve anke għal possibbiltà remota.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kumitat konsultattiv ikun magħmul minn numru ta' nies, mhux wieħed jew tnejn, skond kemm ikun hemm bżonn.", "Argument ieħor jista' jkun li jekk ikun hemm xi ħadd appuntat fuq kumitat konsultattiv li forsi għandu xi interess f'xi kuntratt li jingħata mill-kunsill - mhux mill- kumitat imma mill-kunsill din id-darba - dan għandu jiddikjrah?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jekk ikollu interess relatat ma' l-issue li jkun qed jiġi studjat, irid jiddikjarah.", "Hemmhekk biss.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għax subklawsola 4 (10) tkompli tgħid li dan għandu joħroġ mil-laqgħa u eventwalment jista' jkollu jagħti r-riżenja tiegħu, jekk m'iniex sejjer żball.", "Jiġifieri x'sens jagħmel li wieħed jaħtar persuna fuq kumitat konsultattiv meta mbagħad ikollu jiġi replaced?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mhux bilfors ikollu jiġi replaced.", "Imma l- interess tal-membru jista' jkun tali li jista' jwassal li jitneħħa mill- kariga tiegħu.", "Jista ́ jkun hemm persuna li jkollha expertise unika li jkollha interess.", "Wieħed ikun qed jiddiskuti issue li jkollha rakkmandazzjonijiet ta' tipi varji, ta' politika partikolari f'dak il-qasam u li anke jistgħu jwasslu għal xi tip ta' procurement.", "Dik il-persuna jista' jkollok bżonnha biex tagħtik l-input tagħha fejn tidħol policy ġenerali, però mbagħad fejn tidħol issue ta' procurement irid joħroġ barra.", "Nerġa' ngħid li m'hemm l-ebda konflitt.", "Qed nipprovaw nantiċipaw kull possibbilta` remota biex il-kumitat konsultattiv jibqa' jgawdi l-fiduċja fl- eventwalitajiet kollha, remoti kemm huma remoti.", "Pero` m'hijiex in konflitt mal-mod kif qegħdin nimmaġinaw li se jkun dan il-kumitat konsultattiv.", "Nistgħu nibqgħu nargumentaw ...", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Le, le, mhux il-ħsieb tiegħi.", "Fil-fatt jien staqsejt x'kienet ir-rilevanza tagħha.", "M'iniex qed ngħid li qiegħda in conflict, imma li r-rwol tal-kumitat konsultattiv m'huwiex li jiddiskuti kuntratti.", "Għallinqas kif jidhru l-affarijiet s'issa, mhux se jkun hemm il- ħtieġa ta' kumitat konsultattiv fejn jidħlu kuntratti għax ma jidhirx li li se jkun hemm xi kuntratti għaddejjin mill-kumitat konsultattiv.", "Allura x'interess jista' jkollu?", "Issa jekk kumitat konsultattiv, per eżempju, ikun qed jitkellem fuq sports equipment u xi membru appuntat fuq il-kumitat ikollu kumpannija li timporta l-istess equipment, allura jkollu jiddikjara dak l-interess.", "Pero` dak li se ngħid hawn ġew fil-kumitat konsultativ ...", "Għalhekk forsi għandna nżidu subklawsola oħra ma' klawosla 21 fejn ngħidu li għandu jiddikjara x'interess ikollu għax forsi ma taqbilx eżatt ma' dak li qed ngħidu hawnhekk.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fi klawsola 4 konna qegħdin nitkellmu fuq il- bord maħtur mill-Kunsill Malti għall-isport, u fi klawsola 21 qed ngħidu li dak li jingħad dwar dak il-bord japplika għall-kumitt konsultattiv.", "Dak li qed tgħid din is-sentenza.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma l-punt jista' jmur 'il bogħod iktar minn jekk ikunx hemm kuntratt magħmul jew propost li jsir, għax jista' jkun li fuq dak it-tali suġġett li jkun inħatar għalih il-kumitat konsultattiv, il- kunsill jista' ma jkollu ebda kuntratt imma l-persuna li tkun ġiet appuntata jkollha interess.", "Allura f'dan il-każ għandna nwessgħuha iktar milli hija.", "Għax jekk naqrawha u minflok bord nagħmlu kumitat konsultattiv se tiġi ristretta għax anke jekk ma jkunx hemm kuntratt magħmul jew propost mill-kunsill, allura jkun hemm il-ħtieġa li jekk ikollu xi tip ta' interess ieħor għax għandu kumpannija tiegħu, allura jrid jiddikjara dak l-interess.", "Jiġifieri forsi rridu ngħidu li dan irid jiddikjara x'interessi jista' jkollu fuq is-suġġett li l-kumitat konsultattiv ikun se jiddiskuti.", "Ma nafx jekk iniex qed nagħmel il-punt tiegħi ċar.", "L-ewwel staqsejt x'validita` għandha.", "Minkejja li nifhem li jista' jkollha validita`, għalkemm f'mumenti forsi eċċezzjonali jew rari, pero` jekk issa naqrawha u minflok bord nagħmlu kumitat konsultattiv, kif għedt inti, naħseb li tista' tkun ristretta.", "Per eżempju, jekk il-kumitat ikun qed jiddiskuti dwar ċertu equipment li jintuża għall-isport u jkun hemm membru fuq il-kumitat li jkollu kumpannija tiegħu, dak irid jagħmel dikjarazzjoni ta' interess.", "Imma dan ma naħsibx li huwa kopert b'subklawsola 4(10).", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dażgur li huwa kopert meta qed tgħid \"jekk ikollu xi nteress dirett jew indirett f'xi kuntratt magħmul jew propost ...\"", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għax qed tgħid kuntratt magħmul.", "Issa m'hemm l- ebda kuntratt.", "Waqqaft kumitat konsultattiv biex tieħu opinjoni.", "Allura dan il-membru li jkollu l-kumpannija tiegħu jista' jgħid li hemm bżonn inġibu minn dan l-equipment għax forsi jkollu ċ-ċans li jagħmel bidding għall-kuntratti.", "Jiġifieri b'subklawsla 4 (10) qiegħed salvagwardat sa ċertu punt jekk ikun hemm kuntratti eżistenti jew forsi ...", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawnhekk jgħid li meta għandek kuntratt magħmul jew propost li jsir mill-kunsill, jiġifieri kuntratt li jista' isir.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Issa tinsiex li l-kumitat konsultattiv qed jinħatar mill-ministru.", "Jekk inti tħoss li dik hija biżżejjed ...", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien sinċerament inħoss li hija biżżejjed.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: M'iniex qed ngħid li għandna nbiddlu subklawsola 4(10), xejn minn dan.", "Jien qed nipproponi li nħallu l-emenda li ressaqt kif inhi, jiġifieri li s-subklawsoli (6) sa (10) ta' klawsola 4 għandhom japplikaw għal klawsola 21, pero` forsi nżidu subklawosla oħra taħt klawsola 21 fejn ngħidu li l-membri jkollhom jiddikjaraw x'interess jistgħu jkollhom.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien sinċerament inħoss li meta qed jingħad \"xi nteress dirett jew indirett f'xi kuntratt magħmul jew propost li jsir mill- Kunsill\" qed nilqgħu għall-eventwalitajiet kollha.", "Per eżempju, skond paragrafu (f) ta' subklawsola 4 (6) persuna ma tkunx eliġibbli li tiġi maħtura bħala membru tal-bord jekk: \"ikollha xi interess finanzjarju jew ta' xort 'oħra f'xi intrapriża jew attivita` li tista' taffettwa l-qadi tad-dmirijiet tagħha bħala membru tal-Bord.\"", "Jiġifieri hemm provvedimenti oħra li qed jilqgħu għal dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 21 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 21, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Fondi minn lotteriji pubbliċi.", "Clause 24 - Funds from public lotteries.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, f'ħafna pajjiżi fid-dinja teżisti l- prattika li parti mill-budget ta' l-isport ikun iffinanzjat mil-lotteriji pubbliċi.", "Hawn Malta wkoll għandna xi ftit minn din il-prattika.", "M'hijiex eżatt bħal ta' pajjiżi oħrajn li tista' tgħid il-fondi kollha ta' l-isport jiġu mil-lotteriji pubbliċi, pero` għandna xi lotteriji li persentaġġ mill- profitt tagħhom imur għall-isport, l-iktar partikolari hija l-iscratch and win.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-ministru responsabbli għall-finanzi jista' permezz ta' regolamenti taħt dan l-artikolu jipprovdi li dik il-parti mid-dħul tal- lotteriji pubbliċi kif jista' jiġi ordnat tiġi mħallsa lill-kunsill u l- accountant general għandu, mingħajr ebda approprjazzjoni ulterjuri, japproprja dawk il-fondi fuq bażi regolari lill-kunsill wara li jirċeivi ordni mingħand il-ministru responsabbli għall-finanzi.", "Bażikament dan li qed tgħid din il-klawsola.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din il-klawosla li titkellem fuq il-fondi mil- loteriji publiċi hija pjuttost qasira.", "Kif qal is-segretarju parlamentari, fil-preżent teżisti provision li persentaġġ, jekk m'iniex sejjer żball, ta' 35% mid-dħul tal-lotterija scratch and win jew tas-Super 5, imur għall- isport.", "Issa kif imorru hija kwestjoni oħra u jiddeċidiha l-ministru tal- finanzi.", "Niftakar li waħda mir-raġunijiet għaliex il-gvern kien introduċa logħba ġdida ftit tas-snin ilu kienet proprju biex parti minn dawn il-fondi jmorru għall-isport, bħala ħlas lura lis-soċjeta` tad-dannu li jista' jagħmel l- logħob fil-lotteriji fuq ċerti familji.", "Jien inħoss li fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi kollha u biex niżguraw li l-budget ta' l-isport għallinqas ikollu introjtu ieħor - apparti l-approprjazzjoni u l-kirijiet - b'mod li jkun definit fejn għandu jmur u min għandu jiddeċiedi x'jiġri minn dawk il- fondi, inħoss li din il-klawsola għandha torbot iktar, għandha tkun iktar tassattiva.", "Fl-ewwel parti tal-klawsola qed ngħidu: \"Il-Ministru responsabbli għall- finanzi jista'\", jiġifieri jista' iva u jista' le, skond kif ifettillu.", "Allura naħseb li biex tkun iktar tassattiva minflok \"Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista'\" għandna ngħidu \"Il-Ministru responsabbli għall-finanzi għandu permezz ta' regolamnti li jagħmel taħt dan l-artikolu jipprovdi li dik il-parti mid-dħul tal-lotteriji pubbliċi kif jista' jiġi ordnat tiġi mħallsa lill-Kunsill\".", "B'hekk niżguraw li ammont ta' introjtu mil-lotteriji ta' kull sena jmur bħala ħlas lill-kunsill biex jużahom kif l- iktar iħoss li hu xieraq għall-ġid ta' l-isport f'pajjiżna.", "Apparti minn hekk naħseb li ma nistgħux niddiskutu din il-klawsola mingħajr ma ninkwadraw ftit x'inhu l-ħsieb tal-gvern fil-qasam tal-privatizzazzjoni tal-lottu.", "Naf li din il-materja ma taqax taħt il-ministeru li l-Onor.", "Mugliett jagħmel parti minnu, pero` ma nistgħux niddiskutu din jekk ma jkollniex għallinqas background ta' x'soluzzjonijiet se jagħti l-gvern biex ikun jista' jżomm ċerti fondi li jkunu jistgħu jmorru fl-isport.", "Inutli ngħidu li naqblu ma' din imma mbagħad l-affarijiet ikunu qegħdin isiru mod ieħor.", "Allura tajjeb li naraw kif din il-klawsola se tinkwadra fid-dawl tal-ħsieb tal-gvern li jipprivatizza l-lottu.", "Dawn huwa żewġ punti li nixtieq insemmi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li kliem bħal \"għandu\" fil-kontest ta' din il-klawsola huma tassattivi ż-żejjed.", "Għax jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ikun qed isir kumpess sportiv li l-finanzjament tiegħu ġej mill-privat jew minn xi sors ieħor, pero` parti mill-għajnuna li jkun qed jagħti l-gvern tikkonsisti f'investiment qawwi ta' infrastruttura madwar dak il-kumpless.", "Ovvjament l-investiment fl-infrastruttura ma joħroġx mit- tenders li jagħmel il-kunsill, imma minn xi dipartiment ieħor, li jista' jkun tat-toroq, tat-telekomunikazzjoni, tax-xogħlijiet, tad-drenaġġ eċċ. Pero` l-gvern jista' jiddikjara li dak huwa infiq sostanzjali li ma kienx previst, infiq li bi qbil ma' l-entitajiet sportivi kollha qed naraw li hu neċessarju, u tant hu esklussiv għall-isport li kważi wieħed jista' jqisu bħala finanzjament għall-isport.", "Allura l-gvern jiddeċiedi li l-fondi tal- lotterija għal dik is-sena jiġi channelled għal dak l-infiq.", "Għaldaqstant, meta tagħmel il-kelma \"għandu\" kważi kważi qed torbot lill- gvern li ma jistax jieħu tali deċiżjoni għax bilfors irid jagħtihom lill- kunsill għal dik is-sena.", "Din hija r-raġuni li wieħed juża l-kelma \"jista'\" rather milli \"għandu\", biex kemm jista' jkun ma jorbotx idejh, imbagħad xi darba jiskopri li jdejh hija marbuta ż-żejjed darba għal dejjem u ma tistax tiċċaqlaq bil-mod li jidhirlek li huwa opportun fiċ- ċirkostanzi.", "Jien naħseb li f'dan il-pajjiż għad trid tiżviluppa iktar il-kultura tal- fondi mil-lotteriji għal good causes.", "Nixtieq li hawn il-kultura li hemm f'pajjiżi oħrajn, pero` qiegħda tiżdied.", "Tul dawn l-aħħar erba' snin stabbilixxejna prattika li parti sostanzjali mill-finanzjament ta' proġetti kapitali għall-isport kien ġej mill-fondi tal-lotteriji.", "Jekk wieħed jara x'kien ivvotat din is-sena mill-fond konsolidat għall-isport isib li l-vot kapitlai tela' għal Lm0.5 miljun, pero` Lm0.5 miljun oħra ġew mgħoddija mill-fondi tal-lotteriji.", "Matul dawn l-aħħar erba' snin kien hemm biżżejjed prattika biex nibqgħu għaddejjin b'dak il-mod u persważ li dik il-prassi li stabbilixxejna tibqa' għaddejja taħt il-kultura tal-liġi l-ġdida.", "Wieħed mill-konċetti li għandu jiżviluppa dan il-Kunsill Malti għall-isport huwa li min se jkun qed jaħdem fil-qasam ta' l-isport ikun ftit iktar organizzat biex jitlob għad-drittijiet tiegħu.", "Jiġifieri jekk il-liġi tgħid li għandhom imorru xi fondi għall-isport irid ikollok xi ħaġa iktar organizzata li se titlob għalihom.", "F'din il-klawsola qed ngħidu li l-accountant general għandu japproprja dawk il-fondi fuq bażi regolari lill-kunsill.", "Ovvjament dan isir darba fis-sena meta jsiru l-accounts.", "Jiġifieri l-ministru ma jistax ikun arbitrarju għax il-liġi tgħid speċifikament li l-ministru tal-finanzi jordna li parti mid- dħul tal-lotteriji pubbliċi tiġi mħallsa lill-kunsill, jekk ma jkollux ideat oħra related to sports.", "Għax, kif għedt, fil-każ li jkun hemm proġett ta' infrastruttura related to a sport project dawk il-fondi jistgħu jintużaw għal dan il-għan.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sinċerament inħoss li jekk ngħidu li l-ministru responsabbli għall-finanzi \"għandu\" u mhux \"jista'\", permezz ta' regolamenti li jagħmel taħt dan l-artikolu jgħaddi parti mid-dħul tal- lotteriji pubbliċi lill-kunsill, ma jfissirx li b'daqshekk ma nistgħux nużaw dawk il-fondi għal proġetti oħrajn li jistgħu jsiru ad hoc.", "Ejja ngħidu li se jsir proġett ta' faċilità sportiva u l-gvern se joħroġ ammont ta' flus għalih li parti minnhom se jiġu mid-dħul tal-lotteriji.", "Imma se jkollna garanzija li dawk il-fondi msemmija f'din il-klawsola se jgħaddu dejjem għand il-kunsill?", "Jien qed ngħid li għandna niżguraw li kull sena se jkun hemm dħul ulterjuri li l-kunsill jiddisponi minnu bl-aħjar mod possibbli għall-ġid ta' l-isport.", "Jista' jkun li f'sena partikolari minflok li l-gvern jgħaddi Lm500,000 ad hoc, jgħaddi Lm300,000 peress li Lm200,000 minnhom ikunu ġew mid-dħul tal- lotteriji.", "Aħna tkellimna fuq pjan ta' strateġija għal tliet snin, imma l- ewwel irridu npoġġu l-finanzjament fuq bażi soda.", "Kif inhuma l-affarijiet fil-preżent ma tantx jidher li s-settur privat jista', u forsi mhux kulħadd qed jifhem biżżejjed il-ħtieġa li jinvesti fl-isport.", "Ftit huma dawk li lesti li jagħmluha; għallinqas dak huwa l-feedback li għandi.", "Jista' jkun li int għandek feedback differenti.", "Mr Chairman, nafu l-gvern għandu problemi finanzjarji, pero` fl-aħħar mill- aħħar ix-xogħol tiegħi u x-xogħol tiegħek fi ħdan il-partiti rispettivi tagħna huwa li kemm jista' ikun infiehmu lil kulħadd li hemm bżonn ta' iktar finanzjament fil-qasam sportiv għax se jkollna benefiċċji oħrajn in the long term ukoll.", "Gvernijiet differenti fil-passat dejjem kienu jwiegħdu li ċerti fondi mil-lotteriji kellhom imorru għall-isport.", "Imma dawn qatt ma ġew mgħoddija lill-Kunsill Malti għall-isport.", "Uħud minnhom marru għall-isport jew tqassmu kif deherlu l-minsitru tal-finanzi, kien min kien il-ministru tal-finanzi.", "Jiġifieri jekk irridu niżguraw li dawn il- fondi verament jgħaddu għand il-kunsill għandna nagħmluha tassattiva.", "Issa nixtieq nistaqsi jekk taħt dan il-gvern kienx hemm xi diskussjoni fuq il-privatizzazzjoni tal-lottu u kif se jkun hemm safeguards f'din il- privatizzazzjoni biex, minkejja li l-lottu jiġi privatizzat, xorta jkun hemm garanzija li persentaġġ minn dawn il-fondi jmur għand il-kunsill Malti għall-isport.", "Huwa importanti li dawk konċernati mill-privatizzazzjoni tal- lottu jieħdu dan kollu in konsiderazzjoni ħalli mhux nilleġislaw xi ħaġa u mbagħad l-affarijiet isiru mod ieħor.", "Bħalma jsir fil-każ ta' l-għaqdiet tal-baned u għaqdiet oħrajn li jibbenefikaw minn ċertu dħul mil-lottu, għandu jiġi assigurat li l-qasam ta' l-isport jirċievi l-parti tiegħu wkoll.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq parti żgħira.", "Dan huwa l-ispirtu li qed nitkellem fih.", "Mr Chairman, jekk qed ngħidu li l-kelma \"għandu\" hija tassattiva wisq, ejja nħalluha \"jista'\", imma għandna niżguraw li għallinqas ikun hemm persentaġġ ta' 35%, 30% jew 40% - wieħed jista' jiddiskuti fuq il-persentaġġ - li jingħata lill-kunsill.", "F'din il-klawsola għandna nistabbilixxu persentaġġ minimu għax nafu li jista' jkun hemm regolamenti li jinbidlu u jekk illum hija 35%, tista' tinżel u tista' titla'.", "Allura għandna niżguraw li għallinqas ma tinżilx iktar minn ċertu persentaġġ.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nixtieq ngħid x'kienet il-prattika taħt din il- leġislatura fuq il-fondi mgħoddija lill-kunsill Malti għall-isport għax l- Onor. Membru qal li s'issa qatt m'għaddew il-fondi lill-kunsill.", "Ma naħsibx li kunsill kif kostitwit, kunsill mhux eżekuttiv seta' qatt jiġġestixxi dawk l-ammonti ta' fondi mil-lotteriji.", "Għalfejn qed ngħid hekk( Niftakar li meta kien hemm Fr Hilary imexxi l-kunsill kien beda jagħmel talbiet persistenti biex dawk il-fondi jgħaddu għall-isport ħalli jagħmel proġetti kapitali.", "Pero` l-kunsill kien dgħajjef ħafna biex seta' jagħmel proġetti kapitali għax la kellu l-manpower biex jiddiżinja, la kellu l-manpower biex jippjana u lanqas kellu l-manpower biex jesegwixxi.", "Naħseb li din kienet ir-raġuni u mhux għax kien hemm xi ħaġa kuntrarja li jgħaddu l-fondi lill-kunsill.", "Issa li se jkollna kunsill li se jkun eżekuttiv qed ngħidu li l-fondi għandhom jgħaddu lill-kunsill.", "Pero`, minkejja li m'għaddewx fondi lill- kunsill, jien nista' ngħid x'fondi għaddew lill-kunsill Malti għall-isport mil-lotteriji.", "Fil-budget ta' l-1999 għaddew madwar Lm110,000, fil-budget tas-sena 2000 għaddew Lm250,000, fis-sena 2001 għaddew Lm250,000 u fil- budget ta' din is-sena Lm500,000, jiġifieri f'dawn l-aħħar erba' snin għaddew 'il fuq minn Lm1 miljun għall-vot kapitali tad-dipartiment biex ikunu żviluppati faċilitajiet sportivi.", "Jiġifieri l-prattika qiegħda hemm u se nkomplu ninsistu li tkompli.", "Ovvjament hawnhekk ma nistgħux nistabbilixxu persentaġġi għax il-persentaġġ ta' kemm jgħaddu fondi għall-isport mid-dħul tal-lotteriji hija stabbilita fil-liġi li waqqfet dik il-lotterija u mhux f'din il-liġi.", "Fil-fatt il- klawsola tgħid: \"jipprovdi li dik il-parti mid-dħul tal-lotteriji pubbliċi kif jista' jiġi ordnat\", jiġifieri kif tistabbilixxi l-liġi li waqqfet dik il-lotterija u mhux il-liġi dwar l-isport.", "L-ewwelnett jista' jkun hemm diversi lotteriji bħalma hemm illum, jistgħu jinbidlu l-perċentwali u anke minn lotterija għall-oħra jista' jkun hemm varjazzjoni.", "Kulma qed tgħid din il-klawsola huwa - u ma naħsibx li stajna ngħidu iktar f'dan il-kontest - li għandu jkun hemm regolamenti li jistabbilixxu ċerti parametri ta' kif jgħaddu l-fondi.", "Infatti l-klawsola tgħid li dawn għandhom jiġu approprjati fuq bażi regolari lill-kunsill.", "Ma ħassejniex li stajna ngħidu iktar hawnhekk għax affarijiet oħrajn bħal persentaġġi u kondizzjonijiet li jorbtu iktar llil-lotteriji jikkonċernaw iktar il-liġi dwar il-loteriji milli l-liġi dwar l-isport.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt ma semmejt l-ebda lotterija partikolari, l- ewwelnett għax jistgtħu jinbidlu l-ismijiet u t-tieni għax jistgħu jkunu fondi minn diversi lotteriji.", "Jiġifieri jekk wieħed isemmi persentaġġ, dan ikun bħala a bare minimum, per eżempju, li għalinqas jgħaddu 35% mid-dħul tal-lotteriji, ikunu liema jkunu.", "Jistgħu jkunu minn tliet lotteriji differenti.", "Jiġifieri meta l-gvern jiddiskuti l-privatizzazzjoni tal- lottu jrid iżomm quddiem għajnejh il-fatt li fil-preżent ċertu ammont ta' fondi mill-qligħ tal-lotteriji qed jgħaddu għall-isport u li dik il- prattika għandha tibqa'.", "Jiġifieri nittama li min hu nvolut f'dawn id- diskussjonijiet, bħalma suppost jagħmel provisions għall-każini tal-baned, li jkollhom introjtu mil-lotteriji jew mill-kirjiet tal-banka tal-lottu, bl- istess mod għandu jkun hemm provisions biex persentaġġ mill-qligħ tal- lotteriji jmur għand il-kunsill Malti għall-isport.", "Niftakar li meta kont għadni membru tal-kunsill Malti għall-isport Fr Hilary, li kien chairperson, kien jgħid li l-kunsill ikun lest jagħti għajnuna lill-assoċjazzjoni jew lill-club li jmur b'xi propostaa konkreta.", "Ngħidu aħna jgħid li għandu proġett li jiswa Lm10,000 u hu bħala club jista' joħroġ Lm5,000 u l-kunsill Malti jagħmel tajjeb għan-nofs l-ieħor.", "Kien jippriedka ħafna din il-filosofija, jiġifieri biex il-clubs jipproponu proġetti konkreti fejn joħorġu għallinqas nofs il-flus huma u n- nofs l-ieħor joħroġhom il-kunsill.", "Forsi tgħidli li din tista' tagħmilha mid-dħul tal-kirjiet ,pero` nafu li kien hemm ċerti problemi f'dan il-fond tal-kirjiet.", "Forsi kien hemm min ma kienx daqshekk regolari u allura ma kenitx bażi soda.", "Għalhekk jien qed nissuġġerixxi li jew nagħmluha tassattiva fuq il-ministru tal-finanzi li għandu jgħaddi dawn il-fondi, jew nistabbilixxu a bare minimum ta' fondi li ma jonqos minnu bħala persentaġġ, u li fl-aħħar mill- aħħar min qed jinnegozja min-naħa tal-gvern fuq il-privatizzazzjoni jrid jassigura dħul b'mod regolari - u nittama li b'regolari qegħdin nifhmu kull sena - lill-kunsill Malti għall-isport.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien diġà wrejt il-fehma tiegħi fuq jekk għandhiex tkun tassattiva jew le.", "Naħseb li nkunu qegħdin norbtu jdejna iktar milli jmissna.", "Ma nistgħux nistabbilixxu a bare minimum għax qegħdin nitkellmu fuq taħlita ta' lotteriji, allura bare minimum ta' waħda, ta' l- oħra jew ta' kollha f'daqqa(", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-każ ta' kollha f'daqqa.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kif jista' ikun( Ma tistax tagħmel hekk, across the board.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jew inkella tal-loteriji li l-gvern se jkollu kontroll fuqhom.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li ma tistax tagħmilha għax dik għandha tkun parti mil-legal notice jew mil-liġi tal-lotterija u mhux parti minn din il-liġi.", "L-iscratch and win hija mwaqqfa b'legal notice u l-fatt li 35% tal-profitt ta' l-iscratch and win imorru għall-isport huwa stabbilit fil-legal notice.", "Hawnhekk ma jistax ikolli klawsola oħra li tistabbilixxi persentaġġ ieħor għax inkella tkun in conflict mal-legal notice tat-tali lotterija.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Però nafu li bil-privatizzazzjoni tal-lottu l- affarijeit mhux se jibqgħu kif inhuma llum.", "Għalhekk għedt li importanti li nkunu naf x'inhu għaddej.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Aħna konna intervjenejna meta kienet qed issir id-diskussjoni dwar il-privatizzazzjoni tal-lottu u għedna li se nkunu attenti biex din il-prattika li hawn illum, li jingħataw fondi għall- isport, tibqa' u jekk jista' jkun tiżdied.", "Wadħa mill-affaijiet li tinkwetani ftit hija li kultant f'ċerti issues ta' interess kruċjali - u hawnhekk qegħdiun nitkellmu fuq l-iffinanzjar ta' l- isport mil-lotteriji - l-isport lobby fil-pajjiż ma tantx isemma' leħnu.", "U hemm bżonn li l-isport lobby tal-pajjiż isemma' leħnu bħalma semmgħu leħinhom ħafna l-lobby tal-każini tal-baned fl-issue tal-lotteriji pubbliċi.", "Hemm bżonn li jsir dan għax fl-assenza li xi ħadd jgħajjat wieħed jista' jassumi li m'hemmx il-bżonn.", "Hawnhekk nappella lill-isport lobby biex joqgħod attent għal dawn l-affarijiet għax jolqtuh mill-qrib.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Apparti dan il-punt dwar il-lobby, li tajjeb li min għandu widnejn biex jisma', jisma'.", "Hija ħaġa tajba li ntervjenejtu min- naħa tas-segretarjat biex dawk li qegħdin jinnegozjaw fuq il- privatizzazzjoni tal-lottu jżommu quddiem għajnejhom l-kwestjoni ta' għotjiet li jingħataw għall-isport.", "Infatti jien staqsejt l-ewwelnett jekk kienx hemm din il-konsiderazzjoni u inti għedt li kien hemm, imma se jibqgħu jżommuha sa l-aħħar, sakemm jiġu biex jikkonkludu?", "Għalhekk tajjeb li dawk li huma involuti f'dawn id-diskussjonijet qabel jaslu biex jiffirmaw u jaqblu fuq pakkett sħiħ ma' min qed jinnegozjaw forsi jagħtu feedback lis-segretarjat responsabbli mill-isport ħalli jagħtu assigurazzjoni li se jkun hemm fondi li se jibqgħu jgħaddu lill-kunsill fil- futur.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawosla 24.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Poter ta' self kapital.", "Clause 25 - Power to borrow or raise capital.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, klawsola 25 titkellem dwar il-poter ta' self.", "Hawnhekk ukoll qegħdin nipprovaw inkunu open għall- eventwalitajiet kollha.", "Qed ngħidu li dan il-kunsill jista', bl- approvazzjoni bil-miktub tal-ministru f'konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-finanzi, jissellef jew jikseb flus b'dak il-mod, mingħand dik il-persuna, korp, jew awtorita`.", "Subklawsola 25 (2) qed tgħid li l-kunsill jista' wkoll jissellef permezz ta' overdraft u qed ngħidu wkoll li għal kull ammont li jeċċedi l-Lm50,000 ikun jeħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru.", "Żgur li l- eventwalita` ta' overdraft hija eventwalita` reali għax il-kunsill se jkollu taħt ir-responsabbilta` tiegħu l-faċilitajiet sportivi li ma jistgħux jaħdmu mingħajr overdraft.", "Per eżempju, l-ikbar infiq li jsir fil- pixxina huwa fix-xitwa għax tkun qed issaħħan u tkun qed taħli ħafna fuel.", "Imbagħad l-ikbar dħul huwa fis-sajf meta iktar nies jużaw il-pixxina għal rekreazzjoni u jkun hemm iktar training tal-waterpolo.", "Ovvjament wieħed jagħmel overdraft biex il-cashflow tiegħu jkun iktar smooth.", "Jista' jkun hemm individwu, per eżempju, li qed jiffinanzja xi proġett kapitali u jaf li se jirkuprah fuq medda ta' snin, allura jkollu bżonn self jew overdraft.", "Dawn huma eventwalitajiet li jistgħu jiġru.", "F'kumpanniji privati jeżistu dawn il-faċilitajiet u naħseb li jekk irridu mmexxu b'ċerta effiċjenza rridu nadottawhom.", "Ovvjament il-modus operandi tagħna m'għandux ikun li wieħed jidħol f'xi self u mbagħad għada naraw minn fejn jiġu l-flus.", "Il- kultura tas-self għandha tkun kultura ta' self jew overdraft biex verament wieħed jimxi fuq prattiċi normali jew għal skopijiet partikolari meta jkollok infiq kapitali li wieħed ikun żgur li se jirkuprah matul medda ta' żmien.", "Per eżempju, jekk wieħed ikollu fitness centre kważi jkun ċert li jekk se jinvesti iktar f'makkinarju, dak se jirrendi f'iktar membership u d-dħul se jkun garantit u x'aktarx se jkun self-financing fuq numru ta' snin qosra.", "M'għandniex inżommu li jsir dan it-tip ta' investiment għax inkella kważi nkunu qed norbtu t-treġija tajba ta' tali faċilitajiet.", "Għalhekk din il- klawsola tagħtina l-faċilità li jsir self għal skopijiet preċiżi biex il- faċilitajiet sportivi jkunu jistgħu jitmexxew b'mod effiċjenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nibda mill-aħħar punt li għadu kemm għalaq bih l-Onor.", "Mugliett.", "Il-kunsill Malti għall-isport se jkun l-id tal-gvern biex imexxi l-isport 'il quddiem, allura tajjeb li ma jiġrix bħalma ġara f'ċerti awtoritajiet jew entitajiet oħrajn li twaqqfu b'dan il-mod li mbagħad ma jkunx hemm dak il-kontroll neċessarju fuq il-fondi.", "Tajjeb li jkun hemm il-kuxjenza fuq is-self.", "Però jien għandi diffikultà dwar it-tieni parti ta' subklawsola 25 (1) fejn qed ngħidu li f'konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-finanzi u l- ministru responsabbli mill-isport, jissellef jew jikseb flus b'dak il-mod mingħand dik il-persuna, korp, jew awtorità u taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-ministru jista' japprova bil-miktub.", "X'qed nifhmu b'persuna, korp jew awtorità oħra?", "Issa, biex ngħidu kollox, klawsola 25 u xi klawsoli oħrajn ta' warajha huma meħuda kważi kelma b'kelma minn liġijiet oħrajn li għaddew.", "Qed tidħol prattika li ċerti liġijiet jibqgħu għaddejjin b'dan il-mod u forsi mhux dejjem inkunu nafu u nifhmu eżatt x'qed nifhmu b'dak li nkunu qed ngħidu.", "Għalhekk nistaqsi lis-segretarju parlamentari x'qed nifhmu meta qed ngħidu li l-kunsill jista' jissellef jew jikseb flus b'dak il-mod mingħand dik il- persuna, korp jew awtorità?", "Jien m'iniex qed ngħid li ma jkunx hemm il-ħtieġa li jsir self, kif semma l- Onor. Mugliett.", "Jista' jkun hemm lok li jsir self u se jkun hemm lok li jsir self, mija fil-mija.", "Qed ngħid ukoll li dan għandu jkun ikkontrollat u noqogħdu attenti, kif fl-aħħar mill-aħħar qal anke s-segretarju parlamentari, però x'qed nifhmu aktar bil-kliem \"dik il-persuna, korp jew awtorità\"?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma naħsibx li għandna nħarsu lejn self mil- lenti dejqa ta' self li jista' jsir biss minn bank.", "Per eżempju, jien niftakar li għamilna żmien nistudjaw il-potenzjal tat-tkabbir tal-kumpless sportiv ta' l-università u anke kif jista' jkun iffinanzjat.", "U bdejna nipprovaw naraw il-possibbiltajiet kollha.", "Per eżempju, immaġina li tagħmel bond issue jew xi ħaġa hekk.", "Illum bond issue ma ġġibhiex mingħand bank, imma toħroġha.", "Jiġifieri għalhekk hemm miktub \"persuna, korp, jew awtorità, għax għandek forom differenti ta' self.", "Mr Chairman, illum qed jiżviluppaw affarijiet oħrajn bħal public finance investment.", "M'iniex qed ngħid li huwa l-ħsieb tagħna li nagħmlu xi ħaġa hekk issa, però tista' tkun il-filosofija ta' xi gvern futur li jippromwovi dak it-tip ta' żvilupp.", "Allura qed ngħidu li m'għandniex nagħlqu l-bibien.", "Ovvjament kull self irid jiġi awtorizzat.", "Din il-ġestzjoni tal-fondi u tal- budget tal-kunsill Malti għall-isport jaqa' taħt l-iskrutinju tal- parlament, ta' l-awditur, u tal-ministru tal-finanzi.", "Ovvjament kollox se jsir skond kif inhu aċċettat li jiġu ġestiti l-fondi pubbliċi.", "Però l- affarijiet jevolvu.", "Per eżempju, qed tidħol l-issue tal-public/private partnership.", "Jiġifieri qed inkunu miftuħin għal diversi possibbiltajiet ta' self.", "Immaġina li jkun hemm kumpannija li fiha hemm xi żvilupp li tant jista' jkollu attrazzjoni li tista' tagħmel a bond issue, għandek iżżommha milli tagħmel dik il-ħaġa?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Issa qed nifhem daqsxejn aħjar għax meta wieħed jitkellem b'dak il-mod tant wiesa' jifhem li prattikament qed jippermetti li dak li jkun jista' jissellef mingħand kulħadd u b'kull mod.", "Iżda b'dak li għedt inti hija aktar ċara.", "Iżda l-proviso tal-klawsola 25 jgħid li għal kull ammont li jeċċedi l- Lm50,000 ikun jeħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru.", "Iċ-ċifra ta' Lm50,000 naraha daqsxejn għolja ż-żejjed.", "Jien inħoss li għandhom jissellfu kemm hemm bżonn, jiġifieri jistgħu jiġu overdraft ta' Lm20,000, biex insemmi figura, jew aktar però għandu jkun hemm l-approvazzjoni bil- miktub tal-ministru biex ikun hemm il-kontroll.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'iniex qed nifhem għal xiex qed toġġezzjona.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għall-ammont.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed tarah għoli jew baxx?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Le, qed narah għoli, aktar u aktar meta wieħed iqabbel il-budget ta' l-isport.", "Jiġifieri jekk nimxu b'dak li għandna llum, Lm50,000 fuq Lm90 miljun jistgħu jidhru ftit, imma Lm50,000 fuq Lm1 miljun, Lm1.5 miljun, jew kemm jistgħu jkunu, ir-ratio hija differenti.", "Jiġifieri qed nistaqsi jekk l-ammont li fuqu trid tintalab l-approvazzjoni tal-ministru għandux jibqa' Lm50,000?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ejja nkunu realistiċi.", "It-turnover tal- pixxina nazzjonali llum il-ġurnata huwa ta' kważi Lm0.25 miljun u toħroġ kważi Lm0.25 oħa.", "Jiġifieri ma naħsibx li huwa esaġerat li jkun hemm overdraft ta' Lm50,000 fuq dak it-tip ta' turnover.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien qed ngħid dan fl-ispirtu ta' dak li semmejt inti u li għedt jien u anke biex il-ministru jkollu l-kontroll, ħalli ma jkunux għaddejjin qishom pastizzi dawn l-overdrafts.", "Veru li forsi qed inġebbed l-argument, imma dan qed ngħidu biex verament ikollna kontroll ħalli ma jkunx hemm abbuż - forsi \"abbuż\" kelma goffa wisq - mill-faċilità ta' overdraft.", "Noqogħdu attenti!", "Jekk ikun hemm bżonn is-self, għandu jingħata s-self, anke jekk ikun hemm bżonn Lm100,000 jew aktar għandu jingħata, però l-ministru għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu anke għal ammont li huwa inqas minn Lm50,000.", "Per eżempju ejja ngħidu: \"Iżda għal kull ammont li jeċċedi l-Lm20,000 ikun jeħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru\".", "Hekk ikun hemm aktar kontroll.", "Sa Lm20,000 ma jkunx jeħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru, imma minn Lm20,000 'il fuq għandek bżonn l-approvazzjoni tal-ministru.", "Jien semmejt figura bħala eżempju, imma din hija kwestjoni ta' policy u ta' kemm wieħed jista' jeżerċita kontroll aħjar fil-kwestjoni ta' overdraft u self li jsir.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jekk il-kollega tiegħi jkun iktar sodisfatt jekk nbiddlu ċ-ċifra, li minflok Lm50,000 nagħmluha Lm30,000, l-iktar l- iktar kulma tfisser huwa li jekk xi ħadd ikollu bżonn jissellef Lm60,000 se jkollu jikteb lill-ministru iktar minn darba għall-approvazzjoni tiegħu.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Le.", "Jekk se jeċċedi t-Lm30,000 se jkollu bżonn jitlob l-approvazzjoni tal-ministru biex ikun hemm aktar kontroll.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien m'għandix problema li jinbidel l-ammont għal Lm30,000.", "Naqbel li l-ministru responsabbli mill-isport ikun konxju taż-żidiet fl-overdraft facilities ta' xi entitajiet.", "Jiġifieri nistgħu nagħmlu emenda f'dan is-sens.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Issa nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-marginal note ta' din il-klawsola li tgħid \"poter ta' self kapital\".", "Ma nafx jekk hemmx bżonn ta' xi emenda żgħira biex tiġi \"poter ta' self ta' kapital\" jew \"poter ta' self kapitali\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Però dik mhemmx għalfejn issir emenda għaliha għax jista' jieħu ħsiebha l-Clerk of the House meta jkun qed idaħħal il- korrezzjonijiet li hemm bżonn għall-abbozz.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, nipproponi li klawsola 26 tiġi posposta sakemm issir l-emenda biex inbiddlu ċ-ċifra ta' Lm50,000 għal Lm30,000.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil li klawsola 25 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 26 - Tislif mingħand il-Gvern.", "Clause 26 - Borrowing from Government.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, subklawsola (1) ta' klawsola 26 tgħid kif il-kunsill jista' jissellef mingħand il-gvern.", "Subklawsola 26 (2) tgħid li avviż dwar kull self, passività jew flus li jingħataw bil- quddiem, li jsiru skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu għandhom jiġu mogħtija lill-Kamra tar-Rappreżentanti kemm jista' jkun malajr.", "Subklawsola 26 (3) tgħid li sakemm isir disponibbli xi self jew bil-għan li l-Kunsill jiġi pprovdut b'kapital attiv, il-ministru responsabbli bħall- finanzi jista', b'ordni, jawtorizza lill-accountant general li jgħaddilu l- flus bil-quddiem.", "Dawn huma artikli standard dwar kif il-flus ikunu mgħoddija skond iċ-ċirkostanzi partikolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, għandi mistoqsija dwar subklawsola 26 (2) li tgħid li avviż dwar kull self, passività jew flus li jingħataw bil- quddiem, għandhom jiġu mogħtija lill-Kamra tar-rappreżentanti kemm jista' jkun malajr.", "F'dan il-każ is-self se joħroġ taħt forma ta' avviż legali?", "Kif se tkun il-proċedura?", "Naturalment jekk ikun taħt forma ta' avviż legali jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jiġifieri kif se tiġi mogħtija l- informazzjoni lill-Kamra tar-Rappreżentanti jew inkella qed ngħidu li jekk ikun hemm xi mistoqsija tingħata l-informazzjoni?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-avviż jingħata skond iċ-ċirkostanzi ta' pubblikazzjoni ta' tagħrif li jkunu se jiġru fi żmien partikolari tas-sena.", "Per eżempju, jekk il-ministru jkun għadda loan partikolari ftit qabel jitressaq il-budget, naħseb li l-informazzjoni tingħata hemmhekk.", "Jekk ikun iż-żmien meta jitressaq ir-rapport finanzjarju, l-avviż jingħata hemmhekk.", "Hawn qed ngħidu li jekk jiġu mgħoddija xi flus b'mod ġenerali, fl-ewwel okkażjoni fejn wieħed ikun qed jitkellem fuq transfer ta' fondi pubbliċi, tipo ta' estimi ġenerali, l-informazzjoni għandha tingħata hemmhekk, u jekk inkunu qed nitkellmu dwar xi ħaġa partikolari, bħal dak li għandu x'jaqsam mal-kunsill, jekk ikun iktar qrib għandha tingħata l-informazzjoni hemmhekk ukoll.", "Jiġifieri l-informazzjoni dwar transfer tal-fondi pubbliċi tingħata meta jitressqu l-estimi ġenerali jew xi budgets straordinarji oħrajn, jew fl-ewwel okkażjoni meta wieħed jagħti r-rapport finanzjarju tal-kunsill.", "Ovvjament jekk tintalab xi informazzjoni b'mod speċifiku f'mistoqsija parlamentari, din għandha tingħata mill-ewwel.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Estimi tal-Kunsill.", "Clause 27 - Estimates of the Council.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, klawsola 27 titkellem fuq l-estimi tal-kunsill.", "F'kull sena finanzjarja l-kunsill għandu jħejji l-estimi tad- dħul u nfiq u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel tmien tas-sena finanzjarja għandu jadotta l-estimi tad-dħul u nfiq tiegħu għas-sena finanzjarja li tiġi minnufih wara.", "Iżda meta jitwaqqaf il-kunsill għall- ewwel darba, dan għandu jitħejja u jiġi adottat f'dak iż-żmien li l- ministru jista' jispeċifika lill-kunsill b'avviż bil-miktub.", "Subklawsola 27 (2) titkellem dwar x'għandu jieħu in konsiderazzjoni l- kunsill meta jkun qed iħejji l-estimi.", "Il-kunsill għandu jqis kull flus oħra li jistgħu jkunu dovuti li jitħallsu lilu mill-fond konsolidat, għandu jħejji dawk l-estimi b'mod li jiżgura li kull dħul totali tiegħu ikun mill- inqas suffiċjenti biex minnu jinħarġu l-ammonti ta' flus kollha li għandhom jitħallsu.", "Jiġifieri qed ngħidu li l-infiq għandu jkun kemm jista' jkun daqs id-dħul, ma jippjanax infiq iktar milli jkollu dħul previst.", "Il- kunsill għandu jieħu in konsiderazzjoni issues oħrajn, bħalma huwa d- deprezzament.", "Subklawsola 27 (3) tgħid li l-estimi għandhom isiru f'dawk is-suriet u jkun fihom dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma' l-estimi ta' qabel hekk kif jista' jordna l-Ministru.", "Jiġifieri qed ngħidu li għandu jkun hemm il-prattika kif stabbilita mill-ministru.", "Subklawsola 27 (4) tgħid li kopja ta' l-estimi, meta dawn jiġu adottati mill-kunsill, għandha tintbagħat lill-ministru responsabbli mill-finanzi.", "Il-ministru tal- finanzi jrid japprovahom mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara, jista' japprovahom kif inhuma jew b'emendi u dawn l-estimi jitqiegħdu wkoll fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Hawnhekk qed nassigraw li jkun hemm skrutinju anke fuq il- budgeting ta' dan il-kunsill.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ma nafx jekk sal-lum sarx xi eżerċizzju biex wieħed jieħu idea ta' kemm ikollu budget għad-dispożizzjoni tiegħu kif jitwaqqaf il-kunsill.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, Mr Chairman.", "Bħal kull ministeru, minn Mejju sa Novembru jkun hemm diskussjoni fuq il-budget u anke s-segretarjat tiegħi għamel tali diskussjonijiet ma' l-uffiċċju tal-budget.", "Infatti nformajna lill-budget office li jista' jkun li s-sena d-dieħla flok li l- fondi jkunu vvotati lid-dipartiment għandhom ikunu vvotati lill-kunsill Malti għall-isport.", "Qed ngħidu li l-items kollha li s'issa kienu jidhru bħala dipartiment għal dak li huwa sport imorru għall-kunsill.", "Jiġifieri presso a poco qed naħsbu li, ħlief għal issues partikolari li se jkun hemm is-sena d-dieħla, se jkun budget li jimxi fuq dak ta' din is-sena.", "Is-sena d-dieħla se jkun hemm il- logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, allura trid tidħol organisation grant.", "Però bħalissa qed isir l-ippjanar tal-budget għax wieħed ma jistax jistenna li jitwaqqaf il-kunsill il-ġdid u mbagħad jibda jippjana.", "Il-budget office dejjem jitlob business plan biex ikun jista' jdaħħal tali item u għalhekk qbadna nħejju dan il-business plan.", "Qed nimxu kemm jista' jkun fuq dak li kien ippropona d-dipartiment taż-żgħażagħ u sport għas-sena 2003 u qed inpoġġu realtajiet oħrajn.", "Per eżempju, qed naraw x'se tiswielna l-faċilità tal-Kottonera, jiġifieri qed nipprovaw nantiċipaw il- bżonnijiet li se jkollna.", "Ovvjament se jkollna l-isport fund u xi fondi oħrajn u qed nipprovaw nagħmel business plan billi nieħdu in konsiderazzjoni r-realtajiet li nistgħu nantiċipaw.", "Imma dejjem qed nimxu fuq il-mudell tas-snin preċedenti.", "Jiġifieri mhux se jkun hemm xi varjazzjoni kbira.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sewwa.", "Issa dwar it-tieni paragarfu ta' subklawsola 27 (1) fejn qed ngħidu \"Iżda l-estimi tal-kunsill għall-ewwel sena finanzjarja tiegħu għandu jitħejja u jiġi adottat f'dak iż-żmien li l- Ministru jista' jispeċifika lill-Kunsill b'avviż bil-miktub\".", "Meta qed ngħidu \"avviż bil-miktub\" ifisser li dan se jkun pubblikat fil-gazzetta tal- gvern jew qed ngħidu li jingħata permezz ta' korrispondenza bejn il- ministru u l-kunsill?", "Nifhem li b'avviż bil-miktub qed ngħidu li jidher fil-gazzetta.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: \"Avviż bil-miktub\" qed nifhmu kitba uffiċjali tal-ministru, a letter in writing.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma li tkun pubblikata fil-gazzetta tal-gvern?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Le, ma tkunx ippubblikata fil-gazzetta tal- gvern.", "Fit-test Ingliż għandna", "\"Provided that the estimates for the first financial year of the Council shall be prepared and adopted within such time as the Minister may by notice in writing to the Council specify.\"", "Jiġifieri qiegħed jiktbilhom, mhux qiegħed jippubblika.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk qisna qed ngħidu meta jidħlu fis-seħħ l- estimi tal-kunsill, mhux hekk?", "Issa normalment meta jidħlu klawsoli differenti fi żmien differenti, dak ikun speċifikat b'avviż fil-gazzetta tal-gvern.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Se jiġru żewġ affarijiet.", "F'xi ġurnata partikolari se joħroġ avviż tal-gvern li jgħid li mit-tali data xi funzjonijiet li qabel kienu ġestiti mid-dipartiment taż-żgħażagħ u sport se jkunu trasferiti lill-kunsill Malti għall-isport bil-budget kif approprjat mill-Kamra tar-Rappreżentanti fit-tali data.", "Se jkun hemm avviż bil-miktub żgur.", "U ovvjament dak l-avviż ikun ifisser li anke l-estimi jkunu saru responsabbiltà tal-kunsill.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Poter ta' self kapital.", "Clause 25 - Power to borrow or raise capital.", "(Posposta aktar kmieni fil-kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, għal klawsola 25 nipproponi din l- emenda:", "\"M\" F'subklawsola (2) ta' klawsola 25, minflok il-kelma \"ħamsin\" fl- għaxar linja għandha tidħol il-kelma \"tletin\".", "\"M\" In subclause (2) of clause 25 for the word \"fifty\" in the tenth line there shall be substituted the word \"thirty\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda għal klawsola 25, kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija Klawsola 25 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – In-nefqa skond l-estimi approvati.", "Clause 28 - Expenditure to be according to approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Klawsola 28 tistabbilixxi l-parametri tan-nefqa skond l-estimi approvati.", "Qed ngħidu li ma tiġġarrab l-ebda nefqa mill- kunsill jekk din ma tkunx approvata, skond l-artikolu 27, jiġifieri ma tkunx approvata mill-ministru tal-finanzi qabel jara l-estimi.", "Però paragrafu (a) ta' subklawsola 28 (2) jgħid li f'xi eventwalità li ma tkunx saret l-approvazzjoni l-kunsill jista' jagħmel nefqa f'ammont li b'kollox ikun ta' mhux iżjed minn nofs l-ammont approvat għas-sena ta' qabel, anke jekk ma jkunux approprjati l-fondi.", "Paragrafu (b) ta' subklawsola 28 (2) jagħti l-faċilità li fejn wieħed jidhirlu li flus ivvotati, per eżempju, għal improvements to property m'għandux bżonnhom, dawk jitfagħhom għall-isport development.", "Din il- prattika teżisti u qed nittrasferixxuha wkoll għall-kunsill.", "Paragrafu (ċ) ta' subklawsola 28 (2) jgħid li dwar l-ewwel sena finanzjarja l-kunsill jista' jagħmel jew iġarrab nefqa li b'kollox ma tkunx teċċedi dawk l-ammonti li l-ministru responsabbli għall-finanzi jista' jippermetti wara li jikkonsulta lill-ministru X'aktarx li l-eventwalità ta' paragrafu (ċ) nilqgħu għaliha mill-ewwel billi l-vot ta' l-isport ikun vestit mill- ewwel fil-kunsill.", "Paragrafu (d) ta' subklawsola 28 (2) jgħid li jekk dwar xi sena finanzjarja jinstab li l-ammont approvat mill-Ministru ma jkunx suffiċjenti, il-kunsill jista' jadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni tal-ministru li ovvjament il-ministru tal-finanzi jrid japprovahom u jrid jippubblikahom skond in-normi tal-finanzi.", "Bażikament dak li qed tgħid klawsola 28.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Pubblikazzjoni ta' l-estimi approvati.", "Clause 29 - Publication of approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Klawsola 29 tgħid li kull estimi għandhom ikunu pubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "Din hija xi ħaġa normali u tkompli żżomm mal-filosofija li dan il-kunsill għandu jkollu l-iskrutinju kollu meħtieġ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, nixtieq nissuġġerixxi li wara l-kliem \"jiġu ppubblikati fil-Gazzetta\" inżidu wkoll \"u jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dik qiegħda fi klawsola 27.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma hawnhekk qed ngħidu li kull estimi u estimi supplimentari tal-kunsill għandhom kemm jista' jkun malajr jiġu ppubblikati fil-gazzetta, u jien qed nissuġġerixxi li nżidu \"u mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.\"", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Subklawsola 27 (4) tgħid: \"Il-Ministru għandu kemm jista' jkun malajr jara li dawn l-estimi approvati jitquegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra.\"", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma fi klawsola 29 għandna li jiġu ppubblikati fil-gazzetta.", "Issa mhix ħaġa awtomatika li jekk ikunu ppubblikati fil- gazzetta jitqiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-prattika hija hekk.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Imma subklawsola 27(4) qed tgħid li l-estimi approvati jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma klawsola 29 titkellem ukoll fuq estimi supplimentari, mhux biss l-estimi.", "Jiġifieri subklawsola 27(4) qed tkopri l-estimi.", "Imma jekk ikun hemm estimi supplimentari, kif għaddejna fi klawsola 28, se jiġu ppubblikati fil-gazzetta.", "Issa jien qed ngħid li għandhom jitqiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Paragrafu (d) ta' subklawsola 28 (2) jgħid li l- kunsill jista' jadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni tal- ministru, u f'kull każ bħal dak id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att li japplikaw għall-estimi għandhom, skond kemm ikun prattiku japplikaw għall- estimi supplimentari.", "Jiġifieri jekk qed ngħidu li l-estimi għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra allura l-estimi supplimentari wkoll jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: All right.", "M'għandix kummenti oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 - Kontijiet u verifika.", "Clause 30 - Accounts and audit.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fi klawsola 30 qed nitkellmu fuq l-accounts ta' dan il-kunsill.", "Il-kunsill għandu jara li jinżammu kotba u ta' kontijiet u reġistrazzjonijiet oħra kif imiss u jara li titħejja dikjarazzjoni ta' kontijiet dwar kull sena finanzjarja.", "Il-kontijiet għandhom ikunu verifikati minn awditur jew awdituri.", "Iżda l-ministru tal-finanzi wara konsultazzjoni mal-ministru jista' jitlob li dawn jiġu verifikati mill- awditur u dan għandu jkollu kull poter ta' verifika.", "Subklawsola 30(3) tgħid li wara tmiem kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard mid-data li l-estimi tal-kunsill jintbagħtu lill-ministru, il-kunsill għandu jara li kopja tad-dikjarazzjoni ta' kontijiet verifikata tkun mibgħuta lill-ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma' kopja ta' kull rapport magħmul mill-awditur jew awdituri dwar dik id-dikjarazzjoni jew dwar il-kontijiet tal-Kunsill.", "Subklawsola 30(4) tgħid li l-ministru għandu kemm jista' jkun malajr jara li kull kopja ta' kull dikjarazzjoni u rapport bħal dawk jitqiegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Hawnhekk għandna s-safeguards ta' accounting procedures u ta' verifika fid-diversi stadji, il-poteri li għandu l-awditur ġenerali, però anke r-responsabbiltà li kwalunkwe rapport ukoll li jsir fuq l-accounts tal-kunsill jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31 – Depożitu ta' kull dħul u ħlas mill-Kunsill.", "Clause 31 - Deposit of revenues and payment by the Council.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Subklawsola 31(1) tgħid li l-flejjes kollha tal- kunsill iridu jitqiegħdu f'banek minn jum għall-ieħorskond kemm ikun prattiku.", "L-għażla tal-bank trid issir b'riżoluzzjoni mill-kunsill.", "Il- ħlasijiet kollha li jsiru mill-fondi tal-kunsill għandhom isiru minn dawk l- uffiċjali tal-kunsill li jistgħu jiġu maħtura minnu.", "Subklawsola 31(3) tgħid li ċekkijiet li jiġu maħruġin u flejjes li jiġu rtirati minn xi kont tal-bank tal-Kunsill għandhom ikunu ffirmati minn dawk l-uffiċjali li jistgħu jiġu maħtura mill-kunsill u għandu jkollhom il- kontrofirma taċ-chairperson, jew ta' xi membru jew uffiċjal ieħor tal- kunsill kif jista' jiġi awtorizzat mill-kunsill.", "Mr Chairman, kull faċilità sportiva jista' jkollha l-kontijiet tagħha, allura l-kunsill għandu jagħmel dispożizzjonijiet dwar il-mod kif l- uffiċjali li għandhom is-setgħa jawtorizzaw jew japprovaw il-flejjes tal- kunsill u t-trasferimenti minn fond għall-ieħor.", "Jiġifieri l-kunsill irid jara li ma jkunx hemm management ad hoc tal-finanzi tiegħu anke meta jkollu bordijiet tat-tmexxija li forsi jkunu daqsxejn at arm's length mill-istess kunsill.", "Dawn iridu jmexxu l-fondi tagħhom fuq proċeduri li jkun stabbilixxa l-istess kunsill.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 – Kuntratti ta' provvista u ta' xogħlijiet.", "Clause 32 - Contracts of supply of works.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, klawsola 32 titkellem dwar it- tendering.", "Qed ngħidu li l-kunsill m'għandux, jekk ma jkollux l- approvazzjoni tal-ministru mogħtija għal raġunijiet speċjali, jidħol għal kuntratti għall-provvista ta' oġġetti jew materjal jew għall-eżekuzzjoni ta' xogħol jew għall-għoti ta' servizzi lil jew għall-benefiċċju tal- kunsill.", "Jiġifieri t-tender tista' tkun għall-prodotti, oġġetti, materjali jew servizzi.", "F'kull każ meta l-istima ta' dawn l-oġġetti, materjali, jew servizzi tkun teċċedi t-Lm3,000, il-kunsill se jkun marbut li jmur għall- public tendering procedures kif stipulati mill-financial regulations.", "B'dak il-mod ikun hemm sejħiet għal offerti kompetittivi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, din hija waħda minn dawk il-klawsoli li tkun ripetuta f'diversi liġijiet oħrajn.", "Però fil-liġi li għandha x'taqsam mat-twaqqif tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti hemm subklawsola (2) magħha, li tgħid li l-kunsill għandu jsegwi proċeduri ta' akkwist kif regolati bir-regolamenti ta' l-1996 dwar akkwisti li jsiru mis- servizz pubbliku jew b'kull emenda relattiva.", "Ma nafx jekk din għandniex inżiduha magħha jew le.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 32.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 32 għaddiet nem.com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-Liġi.", "Klawsola 33 – Rapport Annwali.", "Clause 33 – Annual Report.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Klawsola 33 tistabbilixxi l-obbligu li għandu l- kunsill li mhux aktar minn sitt ġimgħat wara tmiem ta' kull sena finanzjarja jagħmel u jgħaddi lill-ministru u l-ministru responsabbli għall- finanzi r-rapport finanzjarju, li jkun fih dik l-informazzjoni għar-rigward tal-proċedimenti u l-politika tal-kunsill.", "Il-Ministru għandu jara li dak ir-rapport jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jiġifieri ftit ilu tkellimna fuq l-estimi, issa qed nitkellmu fuq ir-rapport annwali.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 33.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 33 għaddiet nem.com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-Liġi.", "Klawsola 34 – Eżenzjoni mit-Taxxa.", "Clause 34 – Exemption from Tax.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, dan il-kunsill huwa entità governattiva u bħal ħafna entitajiet governattivi qed ngħidu li għandu jiġi eżentat minn kull obbligu ta' ħlasijiet ta' xi taxxa fuq id-dħul, mid-dazju tad-dwana u minn kull dazju fuq dokumenti u trasferimenti.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34 għaddiet nem.com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-Liġi.", "Klawsola 35 – Ħtieġa ta' reġistrazzjoni.", "Clause 35 - Requirement of registration.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawnhekk għandna waħda mill-iktar taqsimiet importanti ta' din il-liġi.", "Fil-liġijiet ta' l-isport ta' din ix-xorta hija l-prattika li jkun stabbilit ir-reġistru tal-persuni sportivi.", "U għarbilna diversi forom ta' kif għandu jkun l-obbligu tar-reġistrazzjoni.", "Stajna nistabbilixxu l-iktar obbligu iebes, li kull persuna li tkun se tagħmel xi attività sportiva għandha tkun reġistrata, imma bżajna li l- ewwelnett x'aktarx inkunu qed noħonqu, u t-tieni nett inkunu qegħdin nirregolaw iż-żejjed.", "Għalhekk wasalna għall-forma li forsi l-iktar li tagħmel sens.", "Qed ngħidu li bilfors irid ikun reġistrat kulmin ikun se jorganizza attività sportiva u jkollu relazzjoni mal-gvern, liema relazzjoni mal-gvern tista' tkun ta' żewġ tipi, jew li wieħed jitlob għajnuna ta' benefiċċju, jew dawk li jkunu qed jakkwistaw xi titlu ta' xi faċilità.", "Ovvjament nixtiequ u jkun tajjeb li jkun reġistrat anke minn ma jkollux din ir- relazzjoni, jew ma tkunx normali li qed jitlob titlu.", "Ir-reġistrazzjoni hija importanti biex l-ewwelnett nistabbilixxu min huwa attiv fil-kamp sportiv, jiġifieri se jkun hemm ġbir ta' informazzjoni.", "Nistennew, anzi għandna nagħmluha b'ċerta formalità ta' dikjarazzjoni b'avviż legali, li assoċjazzjonijiet nazzjonali jkunu reġistrati.", "U dik ir- reġistrazzjoni se tkun tfisser ir-rikonnoximent tal-gvern ta' l-irwol ta' l- assoċjazzjonijiet li jmexxu l-isport tagħhom.", "Ir-reġistrazzjoni se ssir b'formola li tista' tiġi preskritta u se tintalab ċerta informazzjoni biex korp, persuna jew entità tkun reġistrata.", "Qed ngħidu li fil-każ ta' assoċjazzjoni jeħtieġ tingħata kopja aġġornata ta' l- istatut flimkien ma' kull regolament u bye-laws li għandhom saħħa legali, dikjarazzjoni li tindika min huma l-uffiċjali, l-indirizz ta' l-uffiċċju tar-reġistrant u min ikunu l-individwi li jkollhom dritt jirrappreżentaw lill-organizzazzjoni quddiem il-qorti.", "Paragrafu (e) ta' subklawsola 35 (2) jgħid li jekk l-organizzazzjoni tkun ilha fis-seħħ għal mill-inqas sena jrid jiġi ppreżentat ir-rapport annwali u r-rapport finanzjarju u kwalunkwe dokument ieħor li jista' jiġi ordnat minn żmien għal żmien.", "M'aħniex qed nistennew li dawn l-organizzazzjonijiet jagħtuna informazzjoni ta' natura kummerċjali.", "Subklawsola 35 (3) tgħid li jekk il-kunsill ikun sodisfatt li l-applikant huwa eliġibbli għar-reġistrazzjoni, għandu jpoġġi lill-applikant fir- reġistru ta' persuni sportivi.", "U kif għedna fil-bidu dan ir-reġistru se jkollu kategoriji differenti.", "Subklawsola 35 (4) tkompli żżid li malli jirreġistra lill-applikant, il-kunsill għandu, permezz tas-segretarju tal- bord, joħroġ ċertifikat ta' reġistrazzjoni lill-persuna reġistrata.", "Hawnhekk jingħad ukoll li, billi organizzazzjoni jkollha ċertifikat ta' reġistrazzjoni ma jfissirx li din tista' ma tosservax xi parti minn din il- liġi.", "Naturalment il-kunsill se jkollu ċerta diskrezzjoni jekk jirreġistrax applikant jew le.", "Però jekk jiddeċiedi li ma jirreġistrax lil xi entità jrid jagħti r-raġuni tiegħu għal din iċ-ċaħda.", "Ovvjament aktar 'il quddiem se nsibu li għandna bordijiet ta' l-appell fejn xi ħadd li jkun applika biex ikun reġistrat u tiġi miċħuda t-talba tiegħu jkollu d-dritt li jagħmel appell.", "Ir-reġistrazzjoni hija issue importanti ħafna għax jekk wieħed ma jkunx reġistrat se jkun eskluż milli jieħu l-fondi.", "Il-fatt li wieħed ikun reġistrat jagħtih ukoll status u personalità ġuridika kif naraw fi klawsola 38.", "Għalhekk iċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni m'għandhiex tkun għal raġunijiet frivoli u tista' tkun appellata quddiem bord appuntat apposta.", "Subklawsola 35 (6) tgħid li meta l-applikant għar-reġistrazzjoni tkun assoċazzjoni jew federazzjoni nazzjonali li tkun qed tiddikjara li tirrapreżenta xi dixxiplina sportiva partikolari jew dixxiplini sportivi assoċjati, il-kunsill għandu jiżgura li tali assoċjazzjoni għandha tkun rikonoxxuta mill-organizzazzjoni internazzjonali bħala li tirrappreżenta dik id-dixxiplina.", "Ejja ngħidu li jkun hemm tliet assoċjazzjonijiet tal-football li jitolbu biex jiġu reġistrati.", "Issa fir-reġistru ta' persuni sportivi żgur se jkun hemm kategorija ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali u dawk se jkunu l-korpi li nkunu qed nagħrfu bħala li għandhom l-irwol ewlieni li jmexxu xi sport partikolari fil-pajjiż.", "Allura dawn jiġġestixxu, jorganizzaw leagues li se jkunu kkonsidrati nazzjonali u li jirrappreżentaw lill-pajjiż fil-fora internazzjonali għal dak l-isport.", "Meta niġu biex niddeċiedu min hija l-assoċjazzjoni li se tmexxi dak l- isport se nħarsu lejn l-organizzazzjoni internazzjonali, jiġifieri qegħdin nistabbilixxu l-criteria għar-rikonoxximent.", "Il-criteria fl-isport huma ovvji u nafu min huma l-bodies internazzjonal.", "Fil-football hija l-UEFA u l-FIFA, allura jekk ikollna konflitt lokali wieħed irid jistaqsi lil min tirrikonoxxi l-UEFA u l-FIFA.", "Lil min tirrikonoxxi hi rridu nirrikonoxxu aħna.", "Jista' jkollok conflicting international bodies u hemmhekk x'aktarx nimxu fuq dik l-international body li tkun rikonoxxuta mill-IOC.", "Dan huwa l-mod li beħsiebna nimxu bih.", "Mr Chairman, peress li jista' jkollna assoċjazzjoijiet u federazzonijiet li jinkorporaw dixxiplini differenti f'subklawsola 35 (7) qegħdin ngħidu li meta nirreġistrawhom għandha ssir riferenza għax-xorta predominanti ta' l- organizzazzjoni.", "Naħseb li dan jistabbilixxi l-ħsieb preċiż li għandna f'din il-liġi dwar kif se jsir ir-reġistru tal-persuni sportivi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ċertament, kif qal l-Onor.", "Mugiett, klawosla 35 li titkellem fuq il-ħtieġa ta' reġistrazzjoni hija klawsola importanti li se tagħti drittijiet lill-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi.", "Meta tkellimt fuq din il-liġi fl-istadju tat-Tieni Qari semmejt li huwa importanti li fi klawsola 35 se jiġi inforzat l-obbligu tar-reġistrazzjoni fir-reġistru ta' persuni sportivi sabiex wieħed jikkwalifika għal ċertu tip ta' għajnuna.", "Ir-reġistrazzjoni hija importanti għax ta' spiss naraw li jkun hemm għotjiet lil ċerti persuni, entitajiet u għaqdiet li mhux bilfors ikunu għaqdiet jew assoċjazzjonijiet nazzjonali.", "Il-ħidma tagħhom ma tkunx daqshekk ċara, pero` dawn xorta jingħataw għajnuna.", "M'iniex qed ngħid li m'għandhomx jingħataw għajnuna, pero` ġaladarba l-affarijiet ma jkunux ċari wieħed għandu joqgħod attent fejn u lil min jagħti l-fondi.", "Għalhekk hija klawsola importanti.", "Diffikulta` li qamet ukoll meta ħarġet il-white paper dwar din il-liġi kienet dwar kif se jkunu reġistrati assoċjazzjonijiet u federazzjonijet nazzjonali.", "Aħna nafu li l-kumitat olimpiku Malti se jkun reġistrat awtomatikament, però l-affarijiet għadhom m'humiex ċari, għallinqas għalija, dwar l-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet nazzjonali u anke l- clubs tagħhom.", "Kif se jirreġistraw dawn?", "Se jkunu reġistrati b'mod awtomatiku kif se jiġri fil-każ tal-kumitat olimpiku Malti?", "Fil-winding up tiegħek inti semmejt dan il-punt ukoll, jekk niftakar tajjeb.", "Ħalli nsemmi l-MFA li hija l-ikbar assoċjazzjoni.", "Din għandha numru ta' clubs bħala membri fi ħdanha.", "Kull club irid jirreġistra jew biżżejjed tirreġistra l-assoċjazzjoni biss( Kien hemm assoċjazzjonijiet li qalu li ladarba huma rikonoxxuti minn barra u kulħadd jaf bihom għandhom ikunu rikonoxxuti b'mod awtomatiku bħall-kumitat olimpiku Malti, billi jkun hemm avviż legali li jgħid li dawn l-assoċjazzjonijiet huma reġistrati mal- kunsill Malti għall-isport.", "F'subklawsola 35 (5) fejn jingħad li l-kunsill jista' jirrifjuta li jirreġistra applikant fir-reġistru jekk il-kunsill jidhirlu li l-applikant ma jissodisfax ir-rekwiżiti taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, tajjeb li nżidu li se jkun hemm id-dritt ta' l-appell.", "Naf li d-dritt ta' l- appell jissemma iktar 'il quddiem fil-liġi, pero` ma jidhirlix li hemm xi riferenza partikolari għal din is-subklawsola.", "Allura naħseb li għandha ssir riferenza għall-appell jew f'din is-subklawsola jew iktar 'il quddiem, fejn qegħdin insemmu fuqxiex jista' jsir l-appell.", "Subklawosla 35 (6) tgħid li assoċjazzjoni jew federazzjoni nazzjonali għandha tkun rikonoxxuta minn organizzazzjoni internazzjonali.", "Int diġa` semmejt il-punt li jista' jkun hemm ċerti konflitti.", "Nafu li hemm ċerti dixxiplini sportivi li kollha jgħidu li huma rikonoxxuti minn organizzazzjoni internazzjonali.", "Xi tkun dik l-organizzazzjoni internazzjonali hija mistoqsija oħra.", "Għalhekk tajjeb li nistabbilixxu x'jiġri fejn ikun hemm iktar minn assoċjazzjoni waħda li tkun rikonoxxuta minn organizzazzjoni internazzjonali differenti.", "Ma naħsibx li hemm il-każ li organizzazzjoni internazzjonali tirrikonoxxi żewġ assoċjazzjonijiet, imma jkunu organizzazzjonijiet internazzjonali differenti li jirrikonoxxu għaqdiet differenti.", "Kif se jħares lejhom il-kunsill?", "Se jiġu aċċettati jew le?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Abela staqsa kif se jiġu rikonoxxuti assoċjazzjonijiet nazzjonali.", "Għalissa l-liġi tirrikonoxxi b'mod awtomatiku lill-kumitat olimpiku Malti u l-proċess ta' rikonoxximent jitlob l-ewwelnett li wieħed jippreżenta l-istatut.", "L-istatut tal-kumitat olimpiku Malti ġie anness mal-liġi.", "Jeżistu assoċjazzjonijiet nazzjonali li żgur m'hemmx problemi fihom, jiġifieri wieħed jitlobhom l-istatut, jagħtih daqqa t'għajn u mill-ewwel joħroġ avviż legali b'dawk it-tali assoċjazzjonijiet li huma rikonoxxuti mingħajr ebda formalità oħra.", "Jista' jkun hemm oħrajn li s-sitwazzjoni tagħhom forsi ma tkunx daqshekk ċara, allura jkun hemm bżonn iktar diskussjoni.", "Se nipprovaw nirrikonoxxu l-assoċjazzjonijiet nazzjonali kemm jista' jkun mingħajr ħafna formalitajiet.", "Però meta tirrikonoxxi assoċjazzjoni nazzjonali se tkun qed tirrikonoxxi wkoll il-clubs fi ħdanha.", "Dan għaliex jekk nirrikonoxxu lill- MFA b'mod awtomatiku imma ma nirrikonoxxux lill-Gżira United inkunu qed immorru kontra l-istatut ta' l-istess MFA għax il-poter ta' rikonoxximent ta' club fi ħdan assoċjazzjoni huwa ta' dik l-assoċjazzjoni.", "Però jista' jkun li fir-reġistru ta' persuni sportivi jkun hemm kategorija ta' għaqdiet, entitajiet li għandhom faċilità mgħoddija lilhom, just for information sake, ħalli nkunu nafu biha.", "Allura jekk, per eżempju, Tarxien Rainbows se jidħlu taħt l-MFA ma' dik il-kategorija li għandhom faċilità mgħoddija lilhom, dawn jistgħu jkunu qed jidhru hemmhekk għax irid ikollna stabbilit min għandu proprjetà tal-gvern mgħoddija lilu.", "L-Onor. kollega staqsa wkoll x'jiġri meta jkollok iktar minn assoċjazzjoni internazzjonali waħda.", "Diġà semmejt l-issue dwar liema organizzazzjoni jirrikonoxxi l-kumitat olimpiku internazzjonali.", "Imbagħad hemm dak l- isport li mhuwiex olimpiku fejn jista' jkollna xi kontroversja.", "Din il- problema teżisti xi ftit jew wisq fil-qasam taż-żfin għax hemm il- Professional Dancers Association, id-Dance Sport Association, u hemm oħrajn.", "F'dak il-każ id-dance sport għadu mhuwiex olympic sport u allura x'se jiġri hemmhekk?", "F'dak il-każ se nużaw ir-reġistru bħala arma biex kemm jista' jkun dawk jingħaqdu taħt federazzjoni waħda għal skopijiet ta' reġistrazzjoni.", "Jiġifieri dawn jagħmlu bejniethom il-federazzjoni ta' l- għaqdiet taż-żfin f'Malta, anke jekk l-istatut ta' din il-federazzjoni kien biss għal skopijiet ta' reġistru.", "Huwa importanti li ġġiegħel lil dawn l-għaqdiet jingħaqdu taħt federazzjoni waħda għax f'din l-issue ta' l-isport taż-żfin, per eżempju, ikun hemm l- għalliema qegħdin taħt għaqda u ż-żeffiena amateurs ikunu qegħdin taħt għaqda oħra.", "Xi kultant ikollhom bżonn ta' examiners mill-għaqda l-oħra, allura dawn joħolqu l-problemi lil xulxin.", "Iżda jekk dawn ikunu taħt federazzjoni waħda x'aktarx se ġġibhom flimkien u se tisforzahom biex jikkollaboraw għall-isport tagħhom.", "Din hija issue li żgur se tqum meta nitkellmu fuq il-martial arts għax ma nafx kemm-il għaqda u splinter għandna tal-martial arts.", "Hemm bżonn li dawn jingħaqdu taħt federazzjoni waħda biex jitkellmu flimkien.", "Aħna pajjiż żgħir u kultant flok nipprovaw nibnu għaqda b'ħafna parteċipanti f'ċerti kampijiet sportivi inkomplu ninqasmu f'għaqdiet żgħar.", "Ftit ilu kont qiegħed mal-kollega tiegħi fl-okkażjoni tal-kompetizzjoni tal- lotta fl-università u kont qed nitkellem ma' uffiċjal minn Sqallija.", "Dan qalli li l-combat sport fl-Italja huwa miġbur kollu taħt għaqda waħda.", "Kien qed jitkellem fuq il-ju-jitsu, il-judo, is-sumo, il-lotta, l-aikido, hemm xi sitta b'kollox.", "U hawn Malta għandna ma nafx kemm-il għaqda taħt il-karate, taħt il-judo u orħajn.", "Għalhekk naħseb li r-reġistru jista' jkun ta' benefiċċju mhux biss għaliex il-pubbliku in ġenerali se jkun jaf min huma n-nies fl-isport, l-istatuti tagħhom se jkunu aċċessibbli, se jkollna proċess ta' ġbir ta' informazzjoni, se jkollhom ċerta accountability u għax se jkollhom personalità ġuridika, imma għax se jkun ukoll għodda pożittiva li ġġib ċerti splinters flimkien.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iva, j'Alla jseħħ dak li qed tgħid, speċjalment fil- każ tal-martial arts, għax ir-realtà taż-żfin ma tantx jien familjari magħha.", "J'Alla jiġri dan anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-motor sport għax f'dan il-qasam hawn frammentazzjoni oħra.", "Tajjeb li jkun hemm federazzjoni li tiġborhom flimkien filwaqt li jżommu l-identità tagħhom.", "Jiġifieri fhimt tajjeb li dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-assoċjazzjonijiet se jintalab minn qabel l-istatut biex wieħed jivverifikah?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva se jintalab l-istatut ta' l-assoċjazzjoni u anke tal-clubs fi ħdanha u dawk id-dettalji kollha li hemm f'paragrafi (a), (b), (ċ), (d), (e) u (f) ta' subklawsola 35 (2).", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'paragrafu (e) ta' subklawsola 35 (2) qed nitkellmu fuq affarijiet ta' natura finanzjarja li se jkunu aċċessibbli għall-pubbliku.", "Taħseb li jista' jkun hemm diffikultà minn ċerti għaqdiet li jkollhom ir-rapport finanzjarju aċċessibbli?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Illum kull assoċjazzjoni qed tintalab li tagħmel rapporti awditjati.", "Ħafna drabi hemm ċerta aċċessibilità anke għal-laqgħat ġenerali tagħhom.", "Jiġifieri ma naħsibx li huwa kontra l-filosofija ta' din il-liġi l-fatt li jsir rapport annwali awditjat minn entità li hija reġistrata li jkollha ċerta trasparenza, u li n-nies ikunu jafu biha.", "Wara kollox għaqda reġistrata li ħafna drabi tkun qed tibbenefika taħt xi forma jew oħra mingħand il-gvern għandu jkollha accountability lejn il-pubbliku in ġenerali, u tgħid kif qed tonfoq il-flus u x'għandha dħul.", "Jekk nieħdu l-clubs tal-football, ir-rapport annwali dejjem ikun aċċessibbli għall-membri tagħhom.", "Jiġifieri din l-informazzjoni dejjem tingħata lill-membri, għalfejn m'għandhiex tingħata lill-kunsill Malti għall-isport?", "Ma nistax nifhem x'inhu l-konflitt.", "Ovvjament m'hijiex se tintalab informazzjoni li tirrigwarda sponsorship agreement jew marketing agreement.", "Ir-rapport finanzjarju jikkonsisti fil-profit and loss accounts ta' dik l-għaqda.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Onor. Mugliett, jien qed nitkellem fuq ir-rapport finanzjarju li naturalment se jkun fih ċerti dettalji ta' dan it-tip.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan m'għandux jingħata lill-kunsill għax din hija sitwazzjoni ta' give and take.", "Iżda jista' jkun hemm xi problema fiċ- ċirkostanzi preżenti, meta m'għandniex liġi li tirregola l-għaqdiet volontarji?", "Kif qed nimmaġina jien aktar milli għax naf x'fiha, f'din il-liġi jkun hemm l-obbligu li kull għaqda volontarja tagħti rendikont finanzjarju tad-dħul u l-infiq tagħha.", "L-argument tiegħi m'huwiex jekk għandux jintalab ir-rapport finanzjarju - naħseb li huwa ġustifikat li jintalab, mela le! - imma fid- dawl tan-nuqqas ta' liġi li tirregola l-għaqdiet volontarji, jista' jkun hemm xi diffikultà ta' natura legali li wieħed jobbliga lill-għaqdiet reġistrati li jagħtu r-rapport finanzjarju?", "F'dan is-sens qed nitkellem.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-fatt din il-liġi kważi tilqa' għal dak li tista' tistabbilixxi l-liġi lill-għaqdiet volontarji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-accountability ta' l-għaqdiet sportivi fir-rigward tal- finanzi tagħhom.", "Jiġifieri hawnhekk qed inħarsu lejn ir-regolamentazzjoni ta' għaqdiet sportivi u naturalment wieħed jista' jitlob rapport finanzjarju.", "X'aktarx dan se jkun it-thinking fil-liġi eventwali dwar l- għaqdiet volontarji u ma naħsibx li din m'għandhiex tkun inkluża għar- raġuni li bħalissa hawn nuqqas ta' regolamentazzjoni ta' l-għaqdiet volontarji in ġenerali.", "Din hija liġi li x'aktarx se toħloq ċertu thinking dwar kif se jkunu regolati l-għaqdiet volontarji.", "Fil-fatt aħna flejna l-abbozz tal- ministeru tal-politika soċjali waqt il-preparazzjoni għall-abbozz tagħna, biex naraw li qegħdin inkunu konformi kemm jista' jkun.", "Ovvjament din il- liġi ġiet ippubblikata u l-oħra għadha qed tiġi diskussa.", "Però l-ħsieb tagħna fuq l-informazzjoni rikjesta huwa in line mat-thinking fuq l- informazzjoni li se tkun rikjesta fil-liġi tal-volontarjat u m'hu se jkun hemm l-ebda konflitt.", "Jista' jkun li naslu f'sitwazzjoni fejn għaqdiet volontarji sportivi jkunu mitluba jirreġistraw aktar minn darba, jiġifieri jirreġistraw fir-reġistru ta' l-għaqdiet volontarji u fir-reġistru ta' persuni sportivi.", "Però sakemm ir-requirements tar-reġistrazzjoni ma jkunux daqshekk pedantiċi, jiġifieri li tintalab ħafna informazzjoni u jkun hemm ħafna burokrazija, ma naħsibx li l-fatt li jkollhom jirreġistraw għand entitajiet differenti għandu joħloq xi problemi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-punt oriġinali tiegħi fuq ir-rapport finanzjarju kien fis-sens li jista' jkun hemm xi wħud - m'għandi lil ħadd f'moħħi sinċerament, qed ngħidha bħala xi ħaġa ipotetika li tista' tiġri - li l- oġġezzjoni tagħhom ma tkunx biex jissottomettu rapport finanzjarju lill- kunsill, imma għax dan ikun aċċessibbli għall-pubbliku.", "U meta ngħidu l- pubbliku qed nifhmu kulħadd.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Irridu nżommu f'moħħna li dawn huma entitajiet li għandhom relazzjoni mal-gvern, jew f'forma ta' għajnuna jew f'forma ta' faċilità li tkun għaddiet lilhom.", "Naħseb li l-inqas li wieħed jista' jistenna minn dik l-entità huwa li tagħti rendikont tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha.", "L-obbligu ta' entità - li tkun ibbenefikat minn xi għajnuna jew għotja ta' faċilità - li tagħti rendikont finanzjarju diġà jeżisti fil-kuntratti li qed nagħmlu magħhom.", "Jiġifieri hemmhekk m'aħna qed nistabbilixxu xejn ġdid.", "L-informazzjoni li se tintalab m'hijiex iktar minn dik l-informazzjoni li normalment tingħata f'laqgħa ġenerali ta' dik l- għaqda.", "Ma naħsibx li dawn se jitpoġġew f'xi website fejn wieħed jista' jaċċessjahom il-ħin kollu u mingħajr kontroll.", "U naħseb li meta l-kunsill se jkollu xi talba minn xi individwu jew xi korp biex jara xi informazzjoni huwa jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu jekk jagħtix dik l-informazzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt dan hu l-ħsieb tiegħi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawnhekk m'aħniex nagħmlu dak li jeżisti fil- liġi dwar il-kumpanniji, li kull informazzjoni fuq kumpannija hija available on website.", "Mhux se nagħmlu dik l-informazzjoni aċċessibbli b'dak il-mod.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Wieħed irid jagħti r-raġuni għalfejn ikun interessat li jara ċerta informazzjoni.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jista' jkun hemm il-lista ta' l- assoċjazzjonijiet rikonoxxuti u l-indirizzi tagħhom, però ma naħsibx li se npoġġu l-annual report tagħhom u r-rapport finanzjarju fuq il-website.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Wieħed irid jifhem li ċerta informazzjoni hija sensittiva.", "Allura filwaqt li naqbel miegħek li din għandha tkun available għall-gvern permezz tal-kunsill Malti għall-isport - għax fl-aħħar mill- aħħar il-gvern qed jagħti l-għajnuna tiegħu, jiġifieri mhux dak l-argument tiegħi, anzi! - jekk xi ħadd jitlob li jara xi informazzjoni sensittiva, li għandha x'taqsam mal-finanzi, dan irid jagħti raġuni valida għalfejn hu interessat li jaraha.", "F'dan is-sens qed nitkellem jien.", "Issa rigward subklawsola 35 (5) li tgħid li kunsill jista' jirrifjuta li jirreġistra applikant fir-reġistru, inti għedt li iktar 'il quddiem fil- liġi se jkun hemm id-dritt għall-appell.", "Però jien ma jidhirlix li sibt riferenza għal subklawsola 35 (5) - jekk ma rajthiex jien nitolbok tikkoreġini - taħt il-klawsola li titkellem fuq l-appell.", "F'dak il-każ ma nafx jekk għandhiex issir emenda għal subklawsola 35(5) fejn ngħidu li jkun hemm dritt ta' appell taħt klawsola 48 li tirregola l-appell, jew inkella fi klawsola 48 issir riferenza għal subklawsola 35 (5).", "Għandi nifhem li apparti li jingħataw raġuni għalfejn ma ġietx aċċettata r-reġistrazzjoni, naħseb it's only fair li jingħataw id-dritt ta' l-appell fl-aħħar mill- aħħar.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Subklawsola 48 (1) tgħid:", "\"Appell għandu jmur quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-Isport wara li tkun ittieħdet deċiżjoni mill-Kunsill skond id-dispożizzjonijiet tat- Taqsima VII ta' dan l-Att jew taħt l-artikolu 54 ta' dan l-Att u kull regolament ieħor li jkun sar taħt dan l-Att u f'każijiet oħra li jkun hemm ...\".", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sewwa, aħna qed nitkellmu fuq Taqsima VII.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: U Taqsima VII titkellem dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni sportivi.", "Jiġifieri kull deċiżjoni li tittieħed dwar kull ħaġa li taqa' taħt Taqsima VII, li persuna tista' tħossha aggravata minnha, tista' tkun appellata.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Huwa neċċessarju li tkun applikabbli għat-Taqsima VII kollha jew nistgħu nillimitawha għal klawsola 35?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ovvjament qed nirriferu għal dawk il-klawsoli li jaqgħu taħt Taqsima VII li jirrigwardaw it-teħid ta' deċiżjonijiet mill- kunsill.", "Jiġifieri ma jistax ikollok appell fuq proċedura.", "Per eżempju, klawosla 40 tgħid fejn il-kunsill jidhirlu li persuna tkun naqqset milli tosserva xi wieħed mill-kriterji allura jista' jwaqqaf kull għajnuna jew jirrifjuta li jipprovdi fondi jew jitlob li tingħata lura xi għajnuna finanzjarja mogħtija.", "Dik id-deċiżjoni wkoll hija appellabbli.", "Naħseb li hawnhekk qed nagħtu ħafna poter lill-għaqdiet.", "You can question id-deċiżjonjiet fuq funding anke b'appell.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt jien kont għamilt nota biex niġbed l- attenzjoni li d-dritt ta' l-appell għandu japplika wkoll għal klawsola 40.", "Jien naħseb li għandna nagħmlu kif għamilma iktar qabel fil-każ ta' klawsola 21, li nispeċifikaw għal liema klawsoli japplika d-dritt ta' l- appell ħalli ma jkunx hemm ekwivoċi bla bżonn.", "Forsi dan huwa dettall iktar milli punt ta' sustanza.", "Però naħseb li nkunu koperti bi klawsola 48 li ssemmi d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima VII.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Forsi l-kollega tiegħi mhux qed jaqbel ma' l- istil tad-drafting għax jippreferi li l-affarijiet ikunu iktar spelt out milli huma fl-istil li aħna adottajna.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kieku kont avukat kien ikolli stil differenti mill- avukat li ddraftja din il-liġi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għandek tendenza li tistenna li l-affarijiet ikunu spelt out.", "Però żammejna l-applikazzjoni ta' l-appell b'tali mod li mhux qed indaħħlu klawsoli li m'għandniex indaħħlu u qed indaħħlu dawk li huma neċessarji.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: L-importanti li se jintlaħaq l-għan li jkun hemm appell.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hija wiesgħa.", "Meta wieħed iħares lejn klawosla 40 jinduna kemm issa jrid joqgħod attent.", "Il-prinċipju ta' fair play irid ikun mhux biss f'min qed jilgħab l-isport, pero` anke fil-livelli ta' policy making.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri hawnhekk se taqbel miegħi li għandna nkunu speċifiċi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawnhekk qed nagħtu poteri enormi lill-għaqdiet li hija xi ħaġa pożittiva.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naqbel li għandu jkun hemm dritt ta' appell f'każ li jiġi rifjutat, bħal dan il-każ, li jkunu reġistrati xi għaqdiet għax naturalment se jbatu l-konsegwenzi jekk ma jkunux reġistrati.", "Però li staqsejt jien kien jekk dan id-dritt huwiex kopert bi klawsola 48 li tittratta dwar l-appelli.", "Probabbilment ħarbitli peress li hemm imsemmija \"id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima VII\" u jien stennejt li se nara l- klawsoli speċifiċi msemmija.", "Pero` ladarba hija miftuħa b'dak il-mod qed tkopri kollox um'għandix diffikulta` fuqha.", "Bħala suġġeriment dwar kif il-kunsill jista' jżomm ir-reġistru tiegħu, naħseb li r-reġistru se jkun maqsum f'dawk li huma għaqdiet olimpiċi u għaqdiet mhux olimpiċi.", "Għax fil-każ ta' subklawosla 35 (6) fejn qed insemmu assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet li jridu jkunu rikonoxxuti mill-organizzazzjoni internazzjonali, ħafna drabi, kif għedt inti, se nimxu ma' l-IOC.", "Allura hemmhekk mhux se jkollok diffikulta`.", "Pero` fejn ikun hemm battibekki jaħarqu bejn dixxiplini sportivi Maltin xorta se jkun hemm dak il-konflitt bejn min hu rikonoxxut jew le barra minn Malta.", "Allura naħseb li anke għall-fini ta' klassifikazzjoni mill-kunsill ...", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawnhekk ma naqbilx miegħek għax ir- rikonoxximent ta' l-IOC huwa kriterju.", "M'għandniex noħolqu distinzjoni bejn olympic and non olympic sports.", "Per eżempju, il-bowling m'huwiex olympic sport, pero` x'aktarx m'hemmx il-problema ta' conflicting international associations.", "Għaliex l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-bowling li ħalliet ir-riżultati m'għandhiex tkun fl-istess kategorija ma' l-MFA(", "Issa bis-summation ta' l-imħuħ li jkun hemm fil-kunsill jista' jkun li joħroġ b'alternattivi kif jirriżolvi dawn il-konflitti.", "Jista' jkun li l- kunsill jgħidilhom biex jingħaqdu taħt federazzjoni waħda għall-fini ta' reġistrazzjoni u fejn ikun hemm diverġenzi fuq rikonoxximent mill- international bodies jitkellem magħhom bħala federazzjoni and the issue is resolved.", "Għalhekk fil-kategorija ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali fejn hemm l-MFA ikun hemm ukoll il-federazzjoni ta' l-għaqdiet taż-żfin, per eżempju.", "Imbagħad dik ikollha għaqda li tirrappreżenta l-għalliema u għaqda li tirrappreżenta l-amateur dance sport.", "Jien inħoss li b'dan il-mod dawn ikunu kuntenti u l-problema tiġi riżolta.", "Dawn se jkollhom urġenza li jaslu għal ftehim għax jekk ma jirriżolvux il-battibekki tagħhom se jbatu huma stess għax mhux se jkunu rikonoxxuti u ma jkollhomx għajnuna.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-punt li semmejt jien kien vis-à-vis il- kategorija iktar milli għax se jkun hemm differenza ...", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-kategoriji differenti jistgħu jkunu assoċjazzjonijiet nazzjonali, għaqdiet sportivi, clubs, skejjel sportivi, pero` ma nixtieqx inkun eżawrjenti fid-diskussjoni tal-kategorizzazzjoni għax naħseb li l-kategoriji varji għandu jasal għalihom il-kunsill wara studju iktar profond.", "Hawnhekk ħloqna l-framework li jista' jkun hemm kategoriji, għedna x'qed nifhmu fid-definizzjonijiet, pero` ejja nħallu l- kunsill joħroġ bil-kategoriji.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien naqbel miegħek dwar dan u fil-fatt bdejt billi għedt li qed nagħmel suġġeriment.", "Jiġifieri jekk il-kunsill jogħġbu jagħti kas ta' dak li għedna aħna jista' jagħmel hekk, inkella jista' jinjora kollox u jara hu.", "Jien qed nagħmel suġġeriment li bih, fl-opinjoni tiegħi, nistgħu b'xi mod nilqgħu għall-konflitt li jista' jkun hemm fejn tidħol l- affiljazzjoni ta' għaqdiet lokali ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.", "B'dan il-mod għallinqas ikollok dawk li huma plain sailing, inkluż tal- bowling li semmejt inti, f'kategorija għalihom.", "Jekk għaqda ta' ċertu sport ma taqax taħt il-kategorija ta' logħob olimpiku ma jfissirx li hija inferjuri jew li se tikkwalifika għal għajnuna inqas minn għaqda ta' kategorija oħra.", "Imma qed nissuġġerixxi li jsir hekk biex ikun hemm inqas diffikultajiet.", "Naturalment dan huwa biss suġġeriment li jistgħu jagħtu kasu u jistgħu jinjorawh bħall-affarijiet l-oħra li għedna fl-aħħar mill-aħħar.", "Jien nawgura li l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi jifhmu l- ħtieġa li jirreġistraw u jagħtu l-informazzjoni rikjesta dwarhom għax fl- aħħar mill-aħħar din l-informazzjoni għandha tkun available biex il-gvern stess jagħtihom l-għajnuna.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, għandi emendi għal klawsola 35:", "\"N\" Klawsola 35 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) f'subklawsola (1) fl-aħħar linja minflok il-kelma \"ordnati\" għandha tidħol il-kelma \"preskritti\";", "b) f'paragrafu (e) ta' subklawsola (2) minflok il-kliem \"fis-seħħ\" fl- ewwel linja għandha tidħol il-kelma \"preskritti\", u minflok il- kelma \"ordnat\" għandha tidħol il-kelma \"preskritt\"; u", "c) f'paragrafu (f) ta' subklawsola (2) minflok il-kelma \"ordnat\" għandha tidħol il-kelma \"preskritt\".", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 35 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 36 – Kumitat Olimpiku Malti u Assoċjazzjonijiet jew Federazzjonijiet Nazzjonali oħra.", "Clause 36 - Malta Olympic Committee and other National Associations or Federations.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Klawsola 36 irriferejna ħafna għaliha.", "Hawn qed ngħidu li l-kumitat olimpiku Malti huwa reġistrat mingħajr ebda formalità u l-istatut tiegħu huwa anness ma' din il-liġi.", "Meta għamilna konsultazzjoni pubblika staqsewna għaliex il-kumitat olimpiku Malti biss se jkun reġistrat awtomatikament meta l-assoċjazzjonijiet l-oħrajn ukoll taw kontribut lill-kultura sportiva u l-irwol ewlieni tagħhom fl-isport huwa rikonoxxut.", "Kif diġà għedt, trid tintalab ċerta informazzjoni, però stabbilixxejna l- format kif nistgħu nirrikonoxxuhom kemm jista' jkun malajr bla ebda formalità.", "Għalhekk subklawsola 36 (2) tgħid li l-ministru jista' minn żmien għal żmien u fuq rakkmandazzjoni tal-kunsill jaħtar dawk il- federazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li għandhom jiġu reġistrati mingħajr ebda formalità oħra.", "Jiġifieri mhux se noqogħdu nistennew li dawn jagħmlu talba formali li jkunu reġistrati imma jkunu reġistrati mingħajr ebda formalità b'avviż li jsir fil-gazzetta tal-gvern.", "Naħseb waħda mill-ewwel affarijiet li se jagħmel il-kunsill Malti għall- isport kif jitwaqqaf hija li jirrikonoxxi b'mod immedjat lill- assoċjazzjonijiet.", "Jekk ma jagħmilx hekk x'aktarx li r-relazzjoni tiegħu ma' dawn l-assoċjazzjonijiet tkun preġudikata.", "Jiġifieri bilfors se jkollu jagħmilha kemm jista' jkun malajr.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt parti mid-diskussjoni fuq din saret fil- klawsola ta' qabilha, allura ċerti mistoqsijiet ġew imwieġba qabel.", "Qed naqblu li ċerti assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar m'hemmx problemi dwarhom għadhom jiġu reġistrati mingħajr formalità.", "Mr Chairman, ma' din il-klawsola hawn abbinata Sekda II li huwa l-istatut tal-kumitat olimpiku Malti u nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet.", "L-ewwel waħda dwar meta jkun hemm emendi għall-istatut tal-kumitat olimpiku Malti stess u l-oħra dwar jekk jistax ikun hemm xi tip ta' konflitt fil-kliem li nsibu fl-istatut tal-kumitat olimpiku Malti ma' dak li nsibu fil-liġi nfisha.", "Bħala eżempju żgħir se nsemmi l-artikolu 2 li jitkellem dwar l- għanijiet.", "Paragrafu (e) ta' artikolu 2.1.4. jgħid: \"Jiġġieled kontra l- użu ta' sustanzi u proċeduri projbiti mill-KOI jew il-Federazzjonijiet Internazzjonali.\"", "Hawnhekk qed jaqblu l-għanijiet tal-kunsill Malti għall-isport u dawk tal- kumitat olimpiku Malti.", "Qed jaqblu li għandu jkun hemm ġlieda kontra l- użu ta' sustanzi projbiti.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija din: Fl- eventwalità ta' xi konflitt bejn dak li nsibu fl-istatut x'se jiġri?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma nafx jekk il-kollega tiegħi huwiex konxju mill-moviment li għaddej fid-dinja, dak li għidulu l-armonizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' sustanzi ...", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Tal-WADA?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva.", "Kemm gvernijiet u kemm il-kumitat olimpiku internazzjonali huma membri fil-WADA, u x'aktarx li r-regoli u l-listi li se jkun qiegħed joħroġ il-WADA se jikkonformaw magħhom kemm mill-kumitat olimpiku internazzjonali u kemm l-istess gvernijiet.", "Il-WADA twaqqaf biex kemm jista' jkun ma jirriżultawx dawn il-konflitti bejn gvernijiet, assoċjazzjonijiet u l-IOC.", "U issa li twaqqaf il-WADA, li nofsu huwa ffinanzjat mill-IOC, ma nistennewx li jkun hemm tali konflitti.", "Ma nafx jekk jistax ikun hemm konflitt taħt xi artiklu ieħor ta' l-istatut ta' l-MOC, però naħseb li r-rappreżentanza ta' l-MOC u l-għanijiet li għandna embedded fil-liġi għandhom iwasslu biex dawn l-issues ikunu riżolti għall-ġid ta' l-isport.", "Il-kollega tiegħi staqsa x'se jiġri jekk ikun hemm emendi fl-istatut tal- kumitat olimpiku Malti.", "Naħseb li fir-reġistru se jkun hemm kategorija għall-kumitat olimpiku Malti kważi waħdu, għalkemm ma nafx f'liema kategorija se jitpoġġa.", "Imma żgur li se jkun hemm depożizzjoni ta' emendi ta' l-istatut tal-kumitat olimpiku Malti ħalli meta xi ħadd ikun qed iħares lejn l-istatut ma jħarisx lejn il-liġi biss.", "F'dak il-każ jistaqsi lill- kunsill jekk kienx hemm xi emendi sussegwenti għall-istatut li għadda fis- sena 2002.", "Jiġifieri l-kumitat olimpiku Malti huwa mistenni li jinforma lill-gvern bl-emendi li jagħmel fl-istatut.", "Din hija xi ħaġa normali.", "Il- gvern ikun informat b'kull emenda li ssir fl-istatut ta' entità reġistrata u mbagħad ikun informat il-kunsill.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri kull emenda li ssir għall-istatut tal- kumitat olimpiku Malti li huwa anness mal-liġi se tiġi adottata fil-liġi b'mod awtomatiku.", "F'dak il-każ ikun hemm avviż legali bħala proċedura?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ovvjament wieħed irid iħares lejn l-emenda ....", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri kif tgħaddi l-emenda mill-kumitat olimpiku Malti l-gvern se jemenda l-liġi li għandna hawnhekk?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Il-gvern jirreġistraha biex tkun annessa ma' l- istatut tal-kumitat olimpiku Malti.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġi emendat l-istatut li għandna anness mal-liġi.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"O\" Klawsola 36 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "F'subklawsola 36(2) minflok il-kelma \"jaħtar\" fit-tieni linja għandha tidħol il-kelma \"jindika\", u minflok il-kelma \"maħtura\" fir-raba' linja għandha tidħol il-kelma \"indikata\".", "It-test Ingliż jibqa' l-istess.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għaliex ma nagħmlux \"jirrakkmanda\"?", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq din il-klawsola kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Jesmond Mugliett irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il- Ġimgħa, 11 ta' Ottubru, 2002, fid-9.45 a.m. b'din l-aġenda:", "Indirizz mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, l-Eċċellenza Tiegħu Walter Schwimmer.", "Infakkar lill-Kamra li fis-seduta ta' nhar il-Ġimgħa jsir biss l-indirizz mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, ikun hemm tweġiba mill- Prim Ministru u mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Biex nissimplifikaw il-proċedura, Mr Speaker, nagħmlu bħalma għamilna drabi oħrajn.", "Il-minuti tas-seduta tal-lum u l-minuti tas-seduta ta' nhar il- Ġimgħa jiġu kkonfermati fis-seduta ta' nhar it-Tnejn filgħaxija u allura ma jkunx neċessarju li fil-bidu tas-seduta ta' nhar il-Ġimgħa jkun hemm il- konferma tal-minuti.", "Naturalment fis-seduta ta' nhar il-Ġimgħa ma jkunx hemm il-mistoqsijiet u l- aġenda għas-seduta tal-Ġimgħa tkun turi biss l-indirizz lill-parlament.", "Nifhem li ma jkunx hemm diffikultà li jidħlu ġurnalisti jieħdu ritratti u filmati li jkun hemm bżonn.", "Imbagħad fl-aħħar tas-seduta ta' nhar il-Ġimgħa lanqas ma jkun neċessarju li jitressaq l-aġġornament formalment, fis-sens li l-iSpeaker huwa awtorizzat mill-Kamra biex x'ħin tispiċċa s-seduta nhar il-Ġimgħa l-Kamra tkun aġġornata mill-ewwel għal nhar it-Tnejn, 14 ta' Ottubru, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Metroloġija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, donnu li f'dan il-pajjiż qed tidħol il- kultura li affarijiet gravi qishom m'huma xejn.", "F'dawn l-aħħar snin taħt gvern Nazzjonalista rajna lill-kummissarju tal-pulizija jirriżenja fuq skandlu u rajna wkoll jirriżenjaw l-imħallfin fuq skandlu kbir li għandu x'jaqsam mad-droga.", "Biex tkompli, f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż kemm-il darba inġibdet l-attenzjoni fuq abbużi serji li qed isiru in konnessjoni mat-traffikar ta` droga u f'ħafna każijiet qed ikunu implikati wkoll membri min-naħa tal-gvern.", "Hemm listi li fihom hemm imsemmijin familjari tagħhom u allura wieħed bilfors irid jitkellem biex jekk din il- brimba tas-saħħa tal-flus u tat-traffikanti tad-droga qed tmiss lil dan il- Parlament jittieħdu l-passi li hemm bżonn.", "Jiena ftit ġimgħat ilu semmejt xi każijiet ta` abbużi li ma ġewx miċħuda, u ma jistgħux jiġu miċħuda għax hija l-verita`.", "Ħalli nibda ngħid kif in- naħa tal-gvern hija mċappsa.", "Per eżempju kif wieħed jippretendi li l-Prim Ministru jgħid li persuna għandha kwalitajiet tajba u daqsxejn inqas tajba meta din il-persuna kienet imdaħħla fit-traffikar tad-droga!", "Il-poplu jrid ikun mazzun biex jibla` dawn l-affarijiet.", "Imma l-poplu m'huwiex mazzun.", "Huwa veru li forsi jibża`, imma mazzun m'huwiex.", "Meta jibda jisma` dawn l- affarijiet bilfors li wieħed ikollu għal xiex jitħasseb.", "Bilfors li l- brimba u l-flus tat-traffikanti tad-drogi qegħdin jirrikattaw.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Fost il-każijiet li tkellimt dwarhom jiena semmejt il-każ ta` Queiroz li huwa trafikant tad-droga li ġie meħlus mill-ħabs.", "Ta` min jgħid li l-ewwel darba li ntalbet l-amnestija għal dan il-bniedem, il-pulizija għamlitha ċara li m'għandux jingħata amnestija imma mbagħad kellu jkun proprju l-ex ministru Ugo Mifsud Bonnici li meta kien laħaq kariga għolja kien reġa` talab biex tingħata l-amnestija lill-Queiroz.", "Kulħadd jaf li meta Ugo Mifsud Bonnici kien ministru, fil-Kottonera kien magħruf bħala l-padrun tad- drogi.", "Kulħadd jaf, u jiena m'għandix għalfejn noqgħod insemmi l- affarijiet.", "Jiena kont semmejt ukoll każ li fih kien involut d-driver tiegħu - u jiena kont batejt mill-konsegwenzi ta` dan il-każ - li flok ġie kkastigat, ġie ppremjat ukoll.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Mizzi.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, jiena fhimt sew li l-Onor.", "Membru qed jipprova jgħid li l-ex-ministru Nazzjonalista, Ugo Mifsud Bonnici huwa padrun tad-droga?", "Jekk qed jgħid hekk, jiena nitolbu li jirtiraha immedjatament.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inti qaddis taf x'jiġifieri?!", "Taf x'inhu padrun?", "Qaddis tad-droga!", "MR SPEAKER: Nitlob li kulħadd ikun meqjus fid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jekk qal din id-diskors, jiena qed nitlob li jirtirah immedjatament.", "Jiena ma fhimtux sew, imma jekk qal dan id-diskors nitolbu li jirtirah immedjatament.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena m'hu se nirtira xejn.", "Ngħid biss li jekk imur jistaqsi n-nies tal-Kottonera, dawn jgħidulek li huwa magħruf bħala l- padrun.", "Biżżejjed ngħid li jekk tistaqsi lin-nies ta` Bormla jafu x'karattru kellu u kemm kien maħbub mad-drogati.", "Mela ogħqod kwiet.", "Bħala President, ta l-amnestija ....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Mizzi.", "Hawn point of order mill- Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan id-diskors ma jistax isir.", "Huwa assolutament kontra r-regolamenti tal-Kamra.", "L-Onor.", "Mizzi qed jagħmel allegazzjonijiet serji fil-konfront ta` persuna li okkupat l-ogħla kariga ta` dan il-pajjiż, kienet anke President ta` pajjiżna, u akkużi ta` dan it- tip ma jistgħux isiru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena għedt \"magħruf bħala\".", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa magħruf u mhux magħruf, dik irid jirtiraha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, ma nirtirahiex għax hekk magħruf.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jistax ikun!", "F'dan il-parlament ma jistgħux isiru dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Biżżejjed ngħidlek li d-driver tiegħu kien ipproteġih meta qal li ried jitfagħli l-bieb ġewwa.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx għalfejn ngħidlek.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jistax ikun.", "L-Onor.", "Mizzi qed jagħmel allegazzjonijiet serjissimi fil-konfront ta` persuna li m'hijiex qiegħda hawn u ma tistax tiddefendi ruħha.", "M'huwiex aċċettabbli li jsiru dawn l- affarijiet fl-ogħla isitituzzjoni tal-pajjiż u ninsisti li jirtira dak li qal.", "(Interruzzjonijiet) Mhux aċċettabbli għall-ġid tagħna lkoll.", "Mhux aċċettabbli li d-diskors isir b'dan il-mod.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fl-opinjoni tiegħi - u għandi dritt ngħid l-opinjoni tiegħi - u ta` ħafna, iva, dan huwa padrun għalihom.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jiddispjaċini, dan għandu jiġi rtirat immedjatament, m'huwiex aċċettabbli li jkun hawn dan it-tip ta` diskors u jekk inhu hekk jien inqajjem każ ta` ksur ta` privileġġ issa, in facem curiae għaliex l-akkuża li qed jagħmel l-Onor.", "Mizzi tolqot lid- deputati kollha ta` dan il-parlament u dan m'huwiex aċċettabbli!", "M'huwiex aċċettabbli!", "(Interruzzjonijiet) Le, l-Onor.", "Mizzi jrid jirtira dak li għadu kif qal.", "Mhux se npoġġi bil-qiegħda qabel ma jsir hekk għax jien għandi d-dmir li niddefendi lid-deputati ta` dan il-parlament.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kulħadd jaf ġewwa l-Kottonera li meta dak iż-żmien kien hemm nies bid-drogi, fosthom id-driver tiegħu li ried jitfa` l-bieb tad-dar tiegħi ġewwa, dawn ġew protetti mill-ministru.", "Fil-fatt lid-driver ma tajrux.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, lanqas dan l-istatement m'hu aċċettabbli.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi qiegħed jagħmel dikjarazzjonijiet li huma irresponsabbli għall-aħħar.", "Ma jistgħux isiru dawn id-dikjarazzjonijiet.", "Ma jistax jagħmel dawn id-dikjarazzjonijiet f'dan il-parlament.", "Assolutament mhux aċċettabbli.", "(Interruzzjonijiet) Noġġezzjona bil-qawwa kollha li jsiru dawn it-tip ta` akkużi f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Jekk għandu kuraġġ l-Onor.", "Joe Mizzi minflok jinħeba wara l-privileġġ paralmentari, joħroġ jiirrepeti dan id-diskors barra u mbagħad jiffaċċja l-ġudizzju tal-qrati tagħna, Sur President.", "Li nużaw il-protezzjoni tal-privileġġ parlamentari biex inniżżlu dan il- parlament f'dawn il-livelli assolutament m'huwiex aċċettabbli.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan m'huwiex point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, dan huwa point of order u m'iniex se nħalli li jsir dan id-diskors għax inkunu qegħdin ninsolentaw lil dan il-parlament.", "Le, noġġezzjona u jrid jiġi rtirat kollu kemm hu.", "Jekk mhux se jiġi rtirat se nqajjem ksur ta` privileġġ in facem curiae.", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Onor. Mizzi s-Sedja qed titlob li d- diskors għandu jitpoġġa mod ieħor.", "Wieħed irid ikun meqjus fi kliemu u responsabbli f'dak li jgħid.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta Ugo Mifsud Bonnici kien ministru kulħadd kien jaf f'liema sitwazzjoni kienet tinsab il-Kottonera minħabba t-traffikar tad- droga.", "Naħseb li żgur li issa ma jistax jgħid li m'iniex ngħid il-verita`.", "Ħalli nkompli fejn kont.", "Sur President, għall-ewwel lil Queiroz l-amnestija ma ngħatatlux imbagħad l- ex-president, Ugo Mifsud Bonnici, talab biex tingħatalu l-amnestija u qal hekk:", "\"Hemm każ partikolari ta` Francisco de Assis Queiroz, Brażiljan, li jgħid li għandu l-hepatitis.", "Nixtieq għal ħafna raġunijiet li kieku dan il-każ jiġi rikonsidrat\".", "Jiena nistaqsi: X'inhuma dawn ir-raġunijiet?", "Sur President, jiena kont semmejt ukoll il-każ ta` Ciro del Negro fejn fid- djarju tiegħu, li jiena se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, jissemmew ħu l- ministru Louis Galea, ħu l-Ministru John Dalli u Etienne Gatt li huwa t- tifel ta` l-ex-ministru Lawrence Gatt.", "Jidher ċar, minn investigazzjonijiet li saru mill-pulizija u minn statements li għandi hawn, li dan ta` l-aħħar kien jgħaddi mill-VVIP u jġib id-drogi.", "Biex insostni dan, jiena se nqiegħed wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta` talbiet mill-ministeru ta` l-agrikultura biex it-tifel tal-ministru, Etienne Gatt, jgħaddi mill-VIP.", "Meta l-pulizija interrogaw lil Ciro del Negro u staqsewh jekk kienx qed jitkellem ma` xi avukat fuq xi klawsoli li għandhom x'jaqsmu mat-terroristi – f'kelma waħda riedu jgħidulu li huwa qiegħed f'ċirku ta` terroristi – qalilhom li hu man-nazzjonalisti biss jagħmilha, bħal Etienne Gatt.", "U din se npoġġiha wkoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "Sur President, semmejt anke l-kwestjoni ta` Norman Bezzina.", "Ma min hu mċappas Norman Bezzina?", "Dan kien dak li l-ewwel f'affidavit qal li ma kellu xejn x'jaqsam mat-traffikar tad-droga u mbagħad insibu li huwa akkużat bit- traffikar tad-droga.", "Dan kien konsulent mal-ministru Louis Galea.", "Jiena se npoġġi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra li juru li dan kien konsulent mal- ministru Louis Galea u li anke kien siefer f'delegazzjoni ma' l-istess ministru Galea.", "Kellna każ ieħor ta` familjari ta` ministru - dan kien ministru qabel u huwa ministru llum – li kienet akkużata bi traffikar tad- drogi li l-akkuża tagħha ġiet mibdula f'pussess ta` drogi.", "Ir-reġistratur kienu biddluh għax kellu tendenzi laburisti biex għamlu s-smiegħ tal-kawża meta ma kienx hemm nies.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux imma huma affarijiet li saru.", "Sur President, imbagħad xi ngħidu għall-każ tal-cocaine party li sar fuq yacht.", "Dan kien każ li seħħ meta, bħala ministru, kont responsabbli jiena.", "Jiena għedt li dan il-każ seħħ fi żmieni.", "Ma qgħadtx nistħi ngħid.", "Dan kien każ li fih kienet imdaħħla tifla ta` ras kbira.", "F'dan il-każ il-pulizija kellha rapport li qed isir cocaine party fuq yacht u meta marru biex jiċċekkjaw marru fuq yacht żbaljat, imbagħad meta marru fuq il-yacht li suppost kellhom imorru ma kien hemm ħadd.", "Nerġa` ngħid li jiena għedt speċifikament li dan il-każ seħħ meta kont responsabbli jien.", "Tan-naħa tal- gvern ikkonfermaw li veru dak li għedt jien, imma qalu li ġara fi żmieni.", "Iva, fi żmieni seħħ.", "Issa ħalli ngħid x'għamilt jien.", "Meta sirt naf x'ġara ma ridtx nemmen li dak li għamlu l-pulizija sar bi żball.", "Min kien responsabbli qalli li huwa żball ġenwin u jien bqajt ninsiti li dak ma kienx żball ġenwin u tlabt li jittieħdu l-passi, imma min kien responsabbli qalli li ma jistgħux jittieħdu passi.", "Pero` naċċertakom li aħna bqajna ninsistu li jittieħu passi, u ttieħdu passi biex abbużi bħal dawn ma jibqgħux isiru.", "Biex nuri kemm tan-naħa l-oħra dejjem jipprovaw iqarrqu, qalu li veru li dan il-każ seħħ u li seħħ fi żmieni, imma ma qalux ta` min kienet it-tifla involuta f'dan il-każ.", "Ma qalux li t-tifla kienet ta` wieħed li dakinhar kien deputat nazzjonalista u li qabel kien ministru Nazzjonalista.", "Dan messhom qalulu lill-poplu.", "Jiena qed ngħid dan biex nuri l-intriċċi li hemm fi ħdan il-partit Nazzjonalista.", "Mela allura meta tara dawn l-affarijiet mhux bilfors niġi nitkellem b'dan il-mod fl-ogħla istituzzjoni.", "Sur President, jiena qed insemmi dawn l-affarijiet għax il-brimba tad-drogi u tal-flus qed timmina l-ogħla isitituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Ma rajniex x'ġara issa fil-każ ta` l-imħallfin!", "Ma rajniex li din il-persuna li nstabet ħatja llum u nbagħtet il-ħabs, ftit ilu kien hemm il-ġudikatura li ma riedx jibdlu u jieħu ġurament biex ma jeħel xejn!", "Dawn l-affarijiet qed isiru f'dan il-pajjiż u ħadd ma jitkellem, qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Għalhekk jien ridt nitkellem u nerġa` nuri l-affarijiet bil-provi.", "U mela jiġu jsemmu dak il-każ li seħħ fi żmieni.", "Fi żmieni kien, għedtha jien, m'hemmx għalfejn jgħidha ħaddieħor.", "Imma la qalu li kien fi żmieni messu kellhom id-diċenza jgħidu li t-tifla li kienet involuta fil-każ kienet bint wieħed prominenti fil-partit nazzjonalista.", "Sur President, irridu noqogħdu attenti għax inkella dawn l-affarijiet se jibqgħu sejrin.", "Kif nistgħu ma ninvestigawx, kif nistgħux ma neħdux passi u ma narawx x'inhi jiġri meta fid-dokumenti nsibu li hemm ismijiet ta` ministri, ta` min hu midħla tagħhom u familjari tagħhom imdaħħlin?", "Kif jista` jkun ma jsir xejn?!", "Minn fuq, mhux talli ma ninvestigawx talli nipprovaw inkissru lin-naħa l-oħra billi ngħidu li qed jivvintaw l- affarijiet.", "X'jiġifieri!", "Jiena l-kuxjenza ma tħallinix kwiet u se nibqa` insemmi dawn l-affarijiet għax affarijiet bħal dawn għandhom jiġu investigati bis-serjeta` u għandna naraw x'inhu jiġri u mhux noqogħdu taparsi nipprovaw nuru li dawn l-affarijiet qatt ma eżistew.", "Mhux veru, hemm il-provi u eżistew.", "M'hemmx għalfejn noqgħod insemmi l-kwestjoni ta` Etienne Gatt mal-PIPS.", "Wara kollox jekk tħares lejn id-dokumenti, meta talbu biex jidħol mill-VIP taf minn fejn kien ġej, mhux minn Londra imma minn Casablanca.", "Kulħadd jaf x'wieħed jista` jġib minn Casablanca.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li juru biċ-ċar kif qed jimxi l-partit nazzjonalista fil-gvern.", "Mhux billi noqogħdu ngħidu li qed nagħmlu liġijiet biex inħarrxu l-pieni.", "X'jiswa li tħarax il-pieni?", "Ma rajniex kif spiċċajna!", "Kien hemm min ġie bribed biex inaqqas sentenza ta` ħabs.", "Mela allura mhux is-sentenzi jgħoddu, jgħodd biss li l-affarijiet isiru bis- serjeta`.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi għandu xi dokumenti biex jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' stqarrija ta' Ciro del Negro mogħtija li saret quddiem il- Pulizija fis-27 ta' Awissu 1995;", "Kopja ta' żewġ ittri datati 6 ta' Novembru 1991 u 5 ta' April 1993 rispettivament miktuba mis-Segretarju Privat tal-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd liċ-Chairman ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta dwar arranġamenti għall-faċilitajiet ta' VIP fl-ajruport;", "Estratt mid-djarju ta' Ciro del Negro;", "Kopja ta' dokumentazzjoni b'riferenza għall-għoti ta' maħfra presidenzjali lil Francesco de Assis Queiroz fl-1994;", "Kopja ta' abbozz ta' affidavit iffirmat mis-Sur Norman Bezzina fit-13 ta' Awissu 1996;", "Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tas-Sur Norman Bezzina iffirmat fl-14 ta' Diċembru 1989 bħala konsulent fuq il-komputerizzazzjoni mal- Ministeru għall-Politika Soċjali; u", "Tabella li tagħti tagħrif dwar is-safar uffiċjali tal-Ministru Louis Galea bejn l-1989 u l-1991.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iżjed rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, naħseb li b'dak li qed jiġri bħalissa fl-isptar tal-Qroqq nistgħu nagħmlu novella dwaru li tkun intitolata \"Sptar tal-mistħija taħt il-gvern ta` Fenech Adami\".", "Ġewwa dan l-isptar ġraw diversi affarijiet li wieħed jista` jasal biex jgħid li kienu abbużi.", "Saru affarijiet li ma kenux sewwa u saru affarijiet li żgur qatt ma jistgħu jkunu aċċettabbli minħabba l-mod li saru.", "Illum m'iniex se nitkellem fuq il-mod ta` kif ingħata l-ewwel kuntratt ta` l-isptar ġewwa tal-Qroqq.", "Biżżejjed insemmi r-rapport tal-qrati li kienu akkużaw lill- gvern li kien qabeż kull limitu legali bil-mod li ngħata dak it-tender.", "Lanqas se nitkellem fuq il-mod kif id-disinjaturi, Norman and Dawburn, kienu mneħħija wara li kienu ntgħażlu bl-iktar mod trasparenti wara sejħa għall-offerti biex imbagħad id-disinjar ta` l-isptar tal-Qroqq kellu jinbeda kollu mill-ġdid u ngħata lill-konsorzju li fil-fatt qiegħed jibni l- istess sptar.", "Din kienet waħda mill-oxxenitajiet li fil-fatt għamel dan il- gvern permezz ta` kumitat ifformat minn minsitri li hemm fil-kabinett illum.", "Dawn kienu ħadu d-deċiżjoni li jneħħu lid-disinjaturi Norman & Dawburn u qabbdu lill-istess kuntrattur li qiegħed jibni l-isptar biex jagħmel anke d-disinji ta` l-isptar.", "Imbagħad saret il-ħniżrija l-oħra, jiġifieri l-kuntratt li ġie miftiehem bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi f'isem il-gvern Malti flimkien mal- konsorzju ta` l-iSKANSKA.", "Wieħed irid isemmi wkoll id-diversi subcontracting li saru fuq dan l-isptar.", "Kien hemm diversi akkużi ta` abbużi fil-mod kif saru l-affarijiet u kif intgħażlu l-kuntratturi biex ikomplu jibnu biċċiet oħra minn dan l-isptar.", "Sur President, issa wasalna għal storja oħra f'din it-telenovella li għaddejja bħalissa – iktar minn telenovella wieħed jista` jsejħilha farsa – li tikkonċerna l-mod ta` kif ingħata t-tender li jiswa madwar Lm30 miljun għax-xiri ta` apparat mediku, ta` għamara kif ukoll ta` dawk l-affarijiet kollha li huma meħtieġa għall-isptar il-ġdid f'tal-Qroqq.", "Hawnhekk wieħed irid jgħid li donnu hawn xi magħmul għax kull meta jkun hemm il-partit Nazzjonalista fil-gvern u jkun qed jinbena xi sptar ġdid l-affarijiet dejjem isiru b'mod abbużiv kif fil-fatt qed isir fil-bini ta` dan l-isptar.", "Is-sena li għaddiet kien hemm sejħa għall-offerti li n-numru tagħha kien CT389/2001.", "Din is-sejħa għall-offerti kienet tinkludi x-xiri ta` apparat mediku, għamara u affarijiet oħra għall-isptar il-ġdid ġewwa tal-Qroqq.", "Wara li ntefgħu l-offerti u nfetħu pubblikament il-kaxxi u kull kumpannija li tefgħet l-offerta kienet taf il-valur ta` l-offerta li tefgħu l- kumpanniji l-oħra, b'mod stramb, ftit sigħat wara, l-offerta tal-kumpannija Hospitalia International ġiet miftuħa beraħ għall-iskrutinju pubbliku u kulħadd seta` jmur jara dawn minn fejn se jġibu l-apparat u l-għamara u dak kollu li hemm relatat ma` l-isptar tal-Qroqq u kemm fil-fatt huwa l- valur tat-tender mitfugħa.", "L-ebda waħda mill-offerti l-oħrajn li ġew mitfugħa ma nfetħet għall-iskrutinju pubbliku u meta din il-kumpannija saret taf li l-offerta tagħha nfetħet għall-iskrutinju pubbliku u ġibdet l- attenzjoni ta` min kien responsabbli qalulhom li kienu għamlu żball.", "Ibqa` bl-iżball!", "Imbagħad għalqu l-file, ma ħallew lil ħadd jarah u bagħtu kollox lejn l-Ingilterra biex l-offerti li ntefgħu jiġu evalwati minn kumpannija ta` konsulenti Ingliżi li ġġib l-isem ta` SECTA li kienet ġiet mqabbda mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "F'din l-evalwazzjoni din il-kumpannija tkun tista` tara l- ispeċifikazzjonijiet, l-istandard u prezzijiet mitfugħa biex wieħed jara li dawn jaqblu mal-kondizzjonijiet għas-sejħa għall-offerti.", "Imbagħad jagħmlu rakkmandazzjoni ta` liema offerti huma l-iktar vantaġġjużi u liema huma l-inqas vantaġġjużi.", "Ovvjament, imbagħad wieħed jistenna li jinfetu d- diskussjonijiet ma` dik il-kumpannija li kellha l-aktar offerta vantaġġjuża.", "Hekk ġara?", "Kulma nafu huwa li d-direttur tal-kuntratti, permezz tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi, fetaħ diskussjonijiet biex jevalwaw offerta li kienet mitfugħa mill-kumpannija INSO SpA (Florence) li hija kumpannija Taljana li l-offerta tagħhom ma kenitx mifuħa għall- pubbliku kif ġara fil-każ tal-kumpannija l-oħra.", "U x'saru f'dawn id- diskussjonijiet?", "Dawn id-diskussjonijiet, jidher b'mod ċar li wasslu biex diversi klawsoli li kien hemm imniżżlin fl-istess sejħa għall-offerti ġew miksura bl-iktar mod sfaċċat.", "Fosthom insibu dawn:", "\"Prices quoted by the tenderer shall be fixed until the award of the tender.", "No tender may be modified after the deadline for submission of tender.", "During the evaluation of the tender the client may, at his discretion, ask the tenderer for a clarification of his tender.", "The request for clarification and the response shall be in writing and no change in the price or substance of the tender shall be sought, offered of permitted.", "Subject to instructions to tenderer, no tenderer shall contact the client or any person or organisation connected with the design and/or development of the project on any matter relating to his tender from the time of the tender opening to the time that the contract is awarded.", "If any tenderer wishes to bring additional information to the notice of the client, he should do so in writing.", "The client requires the tenderers observe the highest standard of ethics during the procurement and execution of this contract.\".", "Sur President, jidher li dawn il-punti kollha ġew miksura.", "L-ewwel darba li lissint pubblikament dawn il-punti kien is-Sibt li għadda.", "Issa nafu l- organizzazzjoni li hemm fid-dipartimenti tal-gvern u anke f'diversi fondazzjonijiet kif inhuma kollha geared biex jirrispondu mill-ewwel.", "Għaddew ħamest ijiem, kważi sitta, u s'issa għadu ma kienx hemm l-ebda risposta, mingħand ħadd.", "Issa s-soltu meta toħroġ xi stqarrija min-naħa tagħna wara nofs siegħa tkun diġa` fl-uffiċċju tal-ministru u jaraw kif immedjatament joħorġu stqarrija ħalli jirrispondu għal dak li jkun intqal fl-istqarrija li tkun saret min-naħa tagħna.", "Din id-darba ma sarx hekk.", "Għandu jkun qegħdin jiġġieldu bejniethom biex jaraw min se jirrispondini, bħalma ġara meta qajjimt il-każ tat-twaħħil tabelli fix-xtut fejn ma jistax isir għawm.", "Sur President, kulma tlabt jiena kien li kull offerta li ġiet mitfugħa ssir pubblika mingħajr ma tkun minsusa minn kif oriġinarjament kienet mitfugħa.", "Imbagħad, f'ġieħ it-trasparenza, jekk dan il-gvern jemmen fit-trasparenza, tlabt ukoll li l-ewwel rapport tal-konsulenti Ingliżi tal-kumpannija SECTA imqabbdin mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi jiġi ppubblikat mill-iktar fis possibbli - jistgħu ukoll jippubblikaw rapporti oħra jekk saru xi oħrajn wara - jekk verament wara din l-istorja m'hemmx biżibilju ħmieġ moħbi warajha.", "Fl-aħħar rrid ngħid li dwar dan il-każ inżomm responsabbli lill-Prim Ministru, lill-Ministru tal-Finanzi u l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il- Ġimgħa, 11 ta' Ottubru, 2002 fid-9:45 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦARGĦUR - TRIQ IL-CARAVAGGIO", "35455.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Fid-dawl tas-sitwazzjoni diffiċli li qed isofru r-residenti tal-Għargħur meta għandhom l-aċċess imblukkat fi Triq Caravaggio u kawża ta' dan it-traffiku qed jinġema' fil-pjazza tar-raħal u jkun ta' inkonvenjent kbir kif ukoll ta' periklu għat-tfal u l-anzjani, jista` il- Ministru jara li jinħarġu t-tenders meħtieġa ħalli tiġi estiża din il-parti tat-triq fil-Għargħur?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jista` jassigurani li x- xogħlijiet ikunu lesti sal-festi tal-Milied li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 16511.", "BAĦRIJA - TRIQ PRINĊIPALI - XOGĦLIJIET", "35456.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista` il-Ministru jgħid x'ġara mix-xogħlijiet li kellhom isiru fit-triq prinċipali tal-Baħrija?", "Jista` jara li din it-triq tingħata wiċċ tarmac qabel il-11 ta' Novembru li ġej ħalli għall-festa ta' San Martin ir-residenti u l-Maltin li jidħlu l-Baħrija għall-festa u matul ix- xitwa li ġejja jsibu triq tajba u mhux kollha ħofor u skossi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 35358.", "PIXXINA NAZZJONALI - TMEXXIJA", "35578.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk għadhomx għaddejjin it-taħdidiet bejn it- tmexxija tal-pixxina nazzjonali u l-awtoritajiet ta' l-universita` dwar min għandu d-dritt li jmexxi l-pixxina u faċilitajiet oħra tal-madwar?", "Kemm saru laqgħat s'issa matul din is-sena u meta saru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 31901.", "PIXXINA NAZZJONALI - FORMAZZJONI TAL-KUMITAT", "35579.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-kumitat tat-tmexxija tal- pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq?", "Kemm minnhom għandhom salarju/allowance?", "Għandhom xi benefiċċji oħra?", "Jista' jagħti d-dettalji tas-salarji, allowances u benefiċċji oħra ta' kull uffiċjal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Infurmat li l-kumitat tat-tmexxija tal-pixxina nazzjonali huwa ffurmat hekk:", "Is-Sur Maurice Gruppetta – Chairman; Is-Sur Joe Cassar - segretarju tal-bord; Is-Sur Franco Azzopardi - direttur tal-finanzi; Is-Sur Peter Bonello – membru; Is-Sur Robert Ebejer – membru.", "Informat ukoll li ċ-chairman jirċievi remunerazzjoni ta' Lm750 fix-xahar u bonus ekwivalenti għal 10% tal-cash surplus tas-sena finanzjarja preċedenti.", "Il-membri l-oħra tal-bord jirċievu remunerazzjoni ta' Lm1000 fis-sena.", "STUDENTI - ŻJAJJAR KULTURALI", "35580.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni issa rigward studenti li l- għalliema tagħhom iridu jeħduhom fuq żjajjar kulturali wara d-deċiżjoni ta' l-awtorita` tat-turiżmu li timmulta għalliem li kien qed jispjega dwar monument storiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fi stqarrija pubblika l-MTA insistiet li qatt ma kienet u lanqas hi l-politika jew il-prattika ta' l-awtorita` li tieħu passi kontra membri tal-professjoni ta' l-għalliema li jkunu qed jieħdu ħsieb studenti ta' l-iskejjel primarji, sekondarji u terzjarji fuq żjarat kulturali f'mużewijiet u postijiet storiċi.", "TRASPORT TA' TFAL - SUPERVIŻJONI", "35581.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex obbligatorju li jkun hemm superviżjoni ta' adulti fuq vannijiet/buses li jintużaw biex iġorru t-tfal lejn u mill- iskola?", "Min huwa responsabbli jekk jinqala' xi inċident?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux obbligatorju li jkun hemm superviżjoni ta' adulti fuq vannijiet/buses waqt il-ġarr lejn u mill- iskola, ħlief waqt ġarr tat-tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Meta kien hemm superviżjoni ta' adulti mat-tfal waqt il-ġarr lejn u mill-iskola, dan kien organizzat mill-kunsill skolastiku.", "LIĊENZJI TAS-SEWQAN - TESTIJIET", "35582.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat biex tagħmel it-test tas-sewqan fl-ewwel tmien xhur tas-sena?", "Kemm saru minn dawn it-testijiet?", "Kemm-il persuna għaddiet?", "Meta xi ħadd jeħel minn dan it-test wara kemm żmien jerġa' jissejjaħ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta' persuni li applikaw għat- test tas-sewqan fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2002, kemm saru testijiet u kemm il-persuna għaddiet huwa kif ġej:", "numru ta' applikazzjonijiet - 5,361 numru ta' testijiet li saru - 5,805 numru ta' persuni li għaddew mit-test - 5,262 Il-proċeduri wżati mid-direttorat tal-liċenzji u testijiet meta xi ħadd jeħel mit-test tas-sewqan huma dawn:", "a) jekk l-applikant qiegħed ma' skola tas-sewqan, din terġa tissottometti nominazzjoni lid-DLT għal test ieħor.", "Id-data tiġi ffissata mill-istess skola tas-sewqan; a) jekk l-applikant qiegħed ma' instructor privat, jirċievi appuntament ieħor mid-DLT fl-eqreb data possibbli; b) f'każ li l-applikant jeħel mi-test orali (l-aħħar parti tat-test), kemm jekk qiegħed ma' skola tas-sewqan jew instructor privat, jirċievi appuntament għal test orali biss mid-DLT fl-eqreb data possibbli.", "ĠNUS MAGĦQUDA – KUNTATTI MAL-GVERN MALTI", "35583.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kuntatti bejn il- gvern Malti u dak ta' l-Istati Uniti dwar il-problema ta' l-Iraq?", "Jista' jgħid jekk il-gvern Malti għamilx xi forma ta' pressjoni fuq l-Istati Uniti biex qabel ma tieħu xi azzjoni militari din tagħmlu taħt l-awspiċi tal-Ġnus Magħquda?", "ONOR.", "JOE BORG: Meta indirizzajt lill-assemblea ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti fil-15 ta' Settembru li għadda, kont sħaqt f'isem il- gvern Malti li l-gvern Iraqi għandu jonora l-obbligi tiegħu kollha taħt ir- riżoluzzjonijiet relattivi tal-kunsill tas-sigurta`.", "Sostnejt ukoll l-pożizzjoni tal-gvern Malti li:", "\"The International community should spare no effort in exploring all political and diplomatic options that would or could assist in resolving the issue.", "Malta is in agreement with the Secretary General that if Iraq fails to meet its obligations, the Security Council, as an organ, primarily entrusted with the responsibility for the maintenance of international peace and security, must shoulder and face its responsibilities.", "The Security Council has to ensure compliance with its own resolutions in the interest of the international rule of law.\"", "Irrid ngħid li dan il-messaġġ tal-gvern Malti twassal għand dawk il- pajjiżi, inkluż l-Istati Uniti, li staqsew dwar x'pożizzjoni qed tieħu Malta f'din iċ-ċirkostanza.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "35654.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' individwi, kumpanniji jew working partnerships li wrew interess fis-sejħa ppubblikata mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għall-building services engineering consultancy liema avviż deher fil-ħarġa ta' \"Il-Mument\" tal-Ħadd 23 ta' Ġunju 2002 u f'ġurnali oħra, liema sejħa għalqet fil-11 ta' Lulju 2002?", "F'kull każ jista' jqiegħed kopja tad-dokumentazzjoni ta' kull sottomissjoni li saret?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumpanniji li wrew interess fis-sejħa għall-building services engineering consultancy huma dawn li ġejjin:-", "Scicluna & Associates Harrison Malta Environmental Technology Services Ltd.", "Coastal Management Company Ltd.", "Martin C. Pizzuto E.N. Engineering Ltd.", "Zammit & Associates", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "35655.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' kull sottomissjoni li rċeviet il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada b'riżultat ta' avviż li deher fil-ħarġa ta' l-Erbgħa, 26 ta' Ġunju 2002, u f'ġurnali oħra fejn deher avviż għal dawk li huma interessati li jaqdu lill- fondazzjoni f'various trades and services liema sejħa għalqet fit-18 ta' Lulju 2002?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "35656.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' projects and contracts administrator mal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, liema sejħa dehret f'\"The Times\" tas-Sibt, 17 ta' Lulju, 2002 u f'ġurnali lokali oħra u li għalqet il- Ġimgħa, 26 ta' Lulju, 2002?", "Jista' jgħid fejn wasal il-proċess ta' l- għażla u jekk il-persuna ġiet maħtura f'din il-kariga, iqiegħed kopja tal- curriculum vitae tagħha u tal-kuntratt ta' xogħol li għandha ma' l-istess fondazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' projects and contracts administrator mill-fondazzjoni għall- iskejjel ta' għada huma dawn li se nsemmi:", "Is-Sur Arthur William Jordan; Il-Perit Joseph Cachia Fearne; Il-Perit Damian Vella Lenicker; Il-Perit Leonard Żammit; Il-Perit Frank Cortis; Is-Sur Stephen Schembri; u Il-Perit Godfrey Vella Baldacchino.", "Saru l-intervisti meħtieġa u l-fondazzjoni għażlet lill-Perit Joseph Cachia Fearne u bgħatet għalih.", "Peress li dan ma aċċettax il-kondizzjonijiet tal- kuntratt offrut, il-fondazzjoni sejħet lill-persuna li ġiet it-tieni fil- proċess ta' l-għażla.", "Għaldaqstant ġie magħżul il-Perit Leonard Żammit.", "Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "35657.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum vitae dettaljati tal-kap eżekuttiv u tal-kontrollur finanzjarju rispettivament tal-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada kif ukoll kopji tal- kuntratti tax-xogħol tagħhom it-tnejn li għandhom ma' l-istess fondazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impieg li l-kap eżekuttiv u l-kontrollur finanzjarju għandhom ma' l- FTS.", "Peress li kull curriculum vitae ikun fih dettalji personali, m'għandux jitqies korrett li dawn isiru pubbliċi.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - XOGĦLIJIET", "35658.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-infiq li sar biex ġiet imtejba l-entratura/foyer tal-bini amministrattiv tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, billi f'kull każ jagħti l-ammont minfuq, lil min sar kull pagament bil-valur tiegħu u kull pagament kif jirriżulta mis-sejħiet għall- offerti jew kwotazzjonijiet li ġew ippubblikati?", "Jekk fin-negattiv, jista' il-Ministru jgħid għaliex tali sejħiet għall-kwotazzjonijiet u offerti ma ġewx ippubblikati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-nefqa totali biex ġiet imtejba l-entratura/foyer tal-bini amministrattiv tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kien Lm15,000.", "L- entratura tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ġiet refurbished u twessgħet biex toffri spazji u titpoġġa għamara biex jingħata servizz lill-mijiet ta' klijenti li kuljum jiġu fl-uffiċċji tal-ministeru ta' l-edukazjoni.", "Illum dan is-servizz qed jingħata u jiġi konċentrat kemm jista' jkun permezz ta' l-uffiċċji tal-customer care f'din l-entratura li għadnhom l-iskop li jkunu one-stop-shop biex il-klijenti jingħataw is-servizz u l-attenzjoni meħtieġa mingħajr ma jkollhom għalfejn li jduru diversi uffiċjali jew uffiċċji.", "Dan is-servizz effettiv fl-istess ħin qed inaqqas mill-pressjoni minn fuq l- uffiċjali konċernati.", "Għadd kbir ta' persuni kuljum jiġu f'dawn l-uffiċċji biex jiġbru jew jimlew applikazzjonijiet (ġieli jkun hemm okkażjonijiet meta mijiet ta' applikazzjonijiet iridu jinġabru fi żmien qasir), biex jagħmlu rapporti, jew jitolbu informazzjoni, biex jitolbu għajnuna jew parir jew jiddiskutu problemi.", "S'issa dan is-servizz kien effettiv ħafna kif jixhdu l-persuni li javvinċinawh kuljum.", "Il-customer care se jiftaħ aktar is-servizzi tiegħu biex eventwalment jagħti servizz lid-dipartimenti kollha li jaqgħu fi ħdan il-ministeru.", "Għalhekk kellu jsir tibdil sostanzjali strutturali biex jinħolqu l-ispazji meħtieġa u tqiegħdet l-għamara meħtieġa biex il-klijenti jħossuhom milqugħa u servuti kif jixraq u skond l-obbligi li l-office of review daħal għalihom uffiċċjalment fil-quality service charter.", "Għandu jiġi apprezzat li l- proġett kollu twettaq f'għaxart'ijiem u b'hekk il-pubbliku kien disturbat mill-anqas.", "Wieħed irid josserva li materjal diviżorju ta' aluminium u għamara li tneħħew mill-post qed jintużaw f'postijiet oħrajn.", "Tajjeb wieħed ifakkar li l-ispazji li nħolqu u l-ambjent il-ġdid, flimkien mas-sala Ġużeppi Despott, qed jintużaw dejjem aktar minn għadd ta' għaqdiet volontarji filgħaxija, matul il-ġimgħa kif ukoll fi tmiem il-ġimgħa.", "Dettalji oħra mitluba fil-mistoqsija jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "35659.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'wassal lill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada li ma tippubblikax sejħiet għall-offerti għall-istallazzjoni ta' lift fl- iskola primarja ta' Ħ'Attard u għat-tqegħid ta' membrane fil-liċeo tal- bniet f'Pembroke u minflok ħajret li jinħarġu hand quotations kontra kull klawsola li l-istess fondazzjoni għandha tħares fl-akkwist u l-provvista ta' materjali kif elenkat fl-istatut tagħha u kif ordnata mill-ministeru tal-finanzi fejn hu mistqarr espliċitament li kull transazzjoni ta' xiri u provvista ta' materjali, servizzi eċċ, għandha ssir skond l-avviż legali 70 ta' l-1996?", "Fiż-żewġ każi għaldaqstant jista' jqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra kopja ta' l-offerti kollha miġbura minn din il-fondazzjoni, kopja tat- technical adjudication reports u kopja tal-letters of acceptance li ġew maħruġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-fatt ġiet pubblikata tender għal-lift fl-iskola Primarja ta' Ħ'Attard.", "It-tender ħarġet fl-2001 (tender nru.", "CT124).", "Informat ukoll li fir-rigward tat-tqegħid ta' membrane fl-iskola Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke, dan ix-xogħol sar mill-kumpannija parastatali Kalaxlokk.", "Din il-kumpannija qed taħdem ix-xogħol ta' Sir Adrian Dingli bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.", "AWTORITA` DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU", "35692.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Filwaqt li ssir riferenza għall-protest ġudizzjarju fil- prim awla tal-qorti ċivili li għamlet il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament lill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku, il-Ministru għat-trasport u komunikazzjoni kif ukoll l-avukat ġenerali dwar liċenzji għall-karrozzi tal-mejtin, jista' il-Ministru jikkonfema dak indikat u cioe` li ilhom 43 sena ma jingħataw liċenzji għall-motor hearses?", "Jista' jispjega għaliex ilhom daqshekk ma jingaħataw liċenzji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li n-numru ta' liċenzji għall-motor hearses hu limitat għal dak li kien eżistenti fl-1970.", "Jidher għalhekk li matul id-diversi amministrazzjonijiet, qatt ma nħass il- bżonn li joħorġu liċenzji ġodda.", "LIĊENZJI - REGOLAMENTI", "35693.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk jeżistux regolamenti jew kriterji sabiex tingħata liċenzja għal motor hearse?", "Jekk jeżistu, jista' il-Ministru jipprovdihom u jindika kemm ilhom eżistenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35692.", "LIĊENZJI GĦAL MOTOR HEARSES", "35694.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jindika kemm-il talba saret għal- liċenzja ta' motor hearse f'dawn l-aħħar 15-il sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li skond l-informazzjoni li għandu d- direttorat tat-trasport pubbliku, mill-1995 s'issa, b'kollox kien hemm 10 talbiet għal permessi ġodda; 8 f'Malta u 2 għal Għawdex.", "Fil-perijodu qabel l-1995 ma' jidhirx li nżammet din l-informazzjoni.", "HOUSING – MOBILE PHONES", "35702.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mobile phones li l-awtorita' tad- djar għaddiet lill-impjegati u l-uffiċjali, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid: i) kemm-il wieħed ġie mibdul mill-impjegat/uffiċjal tul dawn l-aħħar erba' snin; ii) kemm kien il-valur li l-awtorita' tad-djar nefqet f'mobile cards?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-awtorita' tad-djar nefqet is- somma ta' Lm110 f'mobile cards.", "F'dawn l-aħħar erba' snin l-awtorita' tad- djar bidlet tliet mobile phones.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA – KONTIJIET PENDENTI", "35720.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus id-dipartiment tas-saħħa fuq ħlas għal xiri ta' mediċini u li għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - DROGA", "35722.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni bil-pussess ta' xi droga qabel xi party jew rave party?", "X'tip ta' droga kienet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm sitt persuni li nqabdu fil-pussess tad-droga qabel xi party.", "Din id-droga kienet tikkonsisti f'ecstacy u reżina tal-cannabis.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN - TESTIJIET TA' DROGA FUQ ĦABSIN", "35723.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li ttestjaw positive għal xi droga waqt li kienu residenti l-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema perijodu qed jirriferi.", "QORTI - KAŻI TA' ABBUŻ FUQ TFAL", "35726.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' abbuż fuq it-tfal din is-sena?", "X'tip ta' abbuż kien?", "Kemm tressqu persuni l-qorti u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul din is-sena, sat-30 ta' Settembru 2002, kien hemm 14-il każ (b'26 vittma) ta' abbuż fuq tfal rappurtati lill-pulizija, filwaqt li s'issa tressqu 13-il persuna l-qorti fuq dawn l-akkużi.", "Dawn kienu kif ġej:", "|Case No.|Number |Descipti|Result | | |of |on of |of case | | |victims |offence | | | |per case| | | |1 |1 |Batterin|No court| | | |g |action | | | | |requeste| | | | |d | |2 |1 |Batterin|Acquited| | | |g | | |3 |1 |Corrupti|Sub-judi| | | |on of |ce | | | |minor | | |4 |1 |Violent |Sub-judi| | | |indecent|ce | | | |assault | | |5 |1 |Defilmen|Under | | | |t of |investig| | | |minor / |ation | | | |Rape | | |6 |1 |Assault |Under | | | |against |investig| | | |moral |ation | | | |honour | | |7 |1 |Defilmen|Sub-judi| | | |t of |ce | | | |minor | | |8 |2 |Child |Sub-judi| | | |neglect |ce | |9 |2 |Defilmen|Sub-judi| | | |t of |ce | | | |minor / | | | | |Rape | | |10 |3 |Defilmen|Sub-judi| | | |t of |ce | | | |minor / | | | | |Rape | | |11 |4 |Defilmen|Sub-judi| | | |t of |ce | | | |minor / | | | | |Rape | | |12 |4 |Defilmen|Sub-judi| | | |t of |ce | | | |minor | | |13 |1 |Defilmen|Sub-judi| | | |t of |ce | | | |minor | | |14 |3 |Child |Sub-judi| | | |neglect |ce | | | |causing | | | | |slight | | | | |injuries| |", "SERVIZZ PUBBLIKU - INGAĠĠ TA' NIES", "35728.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mad-diversi dipartimenti tal-gvern din is-sena?", "Ma' liema dipartimenti daħlu u x'xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li minn mas-servizz pubbliku, bejn l-1 ta' Jannar u t-2 ta' Ottubru 2002, telqu 770 persuna u gew impjegati 515-il persuna.", "Il-gradi u d-dipartimenti ta' dawn l-impjegati l-ġodda huma kif jidhru fit- tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "MOSTA – STUDENTA", "35731.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi omm it-tifla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu ħsieb missierha li joqgħod il-Mosta, jista' il-Ministru jara li din it-tifla tintbagħat ġo l-iskola Lily of the Valley il-Mosta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-form I ta' l-iskola sekondarja Lily of the Valley hemm il-massimu ta' tfal li jista' jkun hemm u li hu permess mill-istandards u l-ftehim attwali mal-union konċernata.", "Tlabt li l-każ jinżamm taħt konsiderazzjoni f'ħarsien ta' l-interessi ta' l-istudenta konċernata.", "ETC - ADVERTISING", "35754.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising, inkluż il-posters li jidhru fit-toroq mill-ETC?", "Lil min ingħata l-kuntratt?", "F'kull każ ħarġet offerta?", "Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati l-posters?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li n-nefqa fuq reklamar u billboards mill-korporazzjoni ta' impjieg u taħriġ f'dawn l-aħħar erba' snin kien kif ġej:", "|Sena |Reklamar |Billboards | | |Lm |Lm | |1998-199|3,868 |Xejn | |9 | | | |1999-200|6,093 |Xejn | |0 | | | |2000-200|11,865 |230 | |1 | | | |2001-200|9,662 |600 | |2 | | |", "Il-korporazzjoni m'għandhiex kuntratt ma' aġenzija għar-reklamar filwaqt li l-billboards għas-sena 2001-2002 saru mill-kumpannija Billboard Advertising Ltd wara sejħa għall-offerti.", "Rigward il-billboards li saru fis-sena 2000- 2001, il-korporazzjoni tat Lm230 lill-iskola li magħha kienet se tagħmel it- taħriġ biex saru tliet billboards.", "QORTI - SENTENZI TA' SEPARAZZJONI", "35757.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sentenzi ta' separazzjoni kontenzjuża li jkunu għaddew f'ġudikat, ġewx kollha insinwati?", "Hemm sistema li biha jiġi aċċertat li tali sentenzi jiġu fil-fatt insinwati?", "Mill-1995 sal-lum, kemm-il sentenza ta' separazzjoni kontenzjuża mogħtija mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili li ma sarx appell minnha, baqgħet ma ġietx insinwata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi din l- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MCAST - ADVERTISING", "35759.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising, inkluż il-posters li jidhru fit-toroq dwar l-MCAST?", "Lil min ingħata l-kuntratt?", "F'kull każ ħarġet offerta?", "Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati l-posters?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ntnefqu Lm948.75 fuq il-posters li dehru fit-toroq dwar l-MCAST.", "Dawn il-posters ġew ordnati mingħand PAZA Ltd wara sejħa għal offerti.", "Ix-xogħol kollu sar minn PAZA Ltd.", "ŻURRIEQ - TRIQ MORPHOU", "35769.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Triq Morphou (Bubaqra) Żurrieq tingħata t-tarmac għall-ewwel darba peress li din ilha bir-residenti fiha għall-aktar minn disa' snin u sal-lum dan ix-xogħol għadu ma sarx?", "Jafx jew le l-Ministru li ħafna mir-residenti qed ibatu minn trab u tajn kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lill-awtorita` dwar it-trasport sabiex issir spezzjoni f'din it-triq ħalli jkun jista' jiġi stabbilit x'hemm bżonn li jsir.", "SAN ĠILJAN - PROMENADE", "35804.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm intnefqu flus għal: i) riċeviment li sar għall-ftuħ tal-promonade ta' San Ġiljan; u ii) leaflets, inviti u posta għal dan il-għan.", "Min kien il-caterer li għamel ix-xogħol f'dan ir-riċeviment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-attivita` li jista' qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant kienet laqgħa għar-residenti u għall-kommunita` kummerċjali li saret il-Ħamis 26 ta' Settembru, fejn ġie spjegat ix-xogħol li fadal isir fl-inħawi ta' San Ġiljan.", "F'din l-attivita` tqassmu xi drinks lil dawk preżenti, li swew Lm130.92, u ġew imqassma minn ħaddiema tal-Ministeru.", "Il-leaflets, inviti u l-posta swew Lm416.80.", "PULIZIJA – KORS DWAR RISK MANAGEMENT", "35805.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk hemmx proġettati fondi u kemm huma, sabiex jinxtara t-tagħmir li qed jissemma fil-korsijiet li l-ispetturi tal-pulizija qed jagħmlu dwar risk management f'każijiet ta' xi kriżi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-akkademja tal-pulizija xi żmien ilu kellha proposta minn supretendent tal-pulizija Ingliża irtirat sabiex fuq bażi volontarja jaqsam l-esperjenzi tiegħu dwar emerġenzi li jisgħtu jinqalu minn żmien għal żmien.", "Infurmat ukoll li għal dawn it-talks qed jattendu kemm membri tal-korp tal-pulizija kif ukoll dawk tal-protezzjoni ċivili.", "Għandu jingħad ukoll li tul dawn it-talks ma saret l-ebda talba għal xiri ta` xi apparat.", "Madankollu jekk ikun hemm xi talbiet mill- aworitajiet lokali konċernati għal xiri ta` xi apparat, dawn ikunu kkunsidrati.", "PEMBROKE – PROBLEMA TA' DRENAĠĠ", "35806.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti lista ta' xogħlijiet li saru, qed isiru jew se jsiru sabiex il-problema tad-drenaġġ li hemm fl-area magħrufa bħala St. Patricks, f'Pembroke tiġi megħluba permanentement?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li din il-komunikazzjoni tad-drenaġġ f'Pembroke għandha titwettaq f'qasir żmien.", "SAN ĠILJAN – TA' ĠIORNI ROAD – BINI TA' ĦAJT", "35807.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra meta art tal- gvern li tmiss ma' Ta' Giorni Road f'San Ġiljan, (ħdejn il-bus stop) se jinbnielha reċint skond il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-taqsima proprjeta` tal-gvern talbet lid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni fi ħdan il-ministeru ta' l-infrastruttura u riżorsi sabiex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa.", "PULIZIJA – KLANDESTINI", "35808.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-kopertura li qed jingħataw il-pulizija li qed jakkumpanjaw lill-klandestini li qed jiġu rimpatrijati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-membri tal-forzi ta` l-ordni li jivvjaġġaw bl-ajru ma` klandestini li jkunu qed jiġu ripatrijati, ikollhom l-istess kopertura li normalment ikollhom passiġġieri li jivvjaġġaw bl- ajru.", "KUNSILL LOKALI – GWARDJANI LOKALI – ĊITAZZJONIJIET", "35812.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm jammonta d-dħul sena b'sena ta' kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nagħti tweġiba f`xi seduta oħra peress li l- informazzjoni trid tinġabar.", "KUNTRATTURI", "35825.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mir-regolamenti tal-bini ġodda u l-iskema tar-reġistrar tal-kuntratturi li hu ħabbar xi xhur ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-abbozz għal att ġdid li se jkun propost dwar ir-reġistrazzjoni ta' kuntratturi fil-bini u kontroll tal-bini, qiegħed għand l-avukat ġenerali tar-Repubblika għall- iskrutinju.", "Sal-bidu tas-sena d-dieħla għandhom jiġu ppubblikati numru ta' dokumenti ta' linji gwida dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-bini.", "Fir-rigward ta' l-iskema tar-reġistrazzjoni tal-kuntratturi, din qed titħaddem fuq bażi volontarja sakemm l-Att imsemmi jiġi approvat mill- parlament.", "Kuntratturi li jkunu jixtiequ jirreġistraw jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw lid-dipartiment ta' l-industrija tal-bini permezz ta' formola li tinkiseb mid-dipartiment jew mill-website tal-ministeru.", "DINGLI - TRIQ ĠUŻE MARIA ABELA – XOGĦLIJIET", "35826.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se titkompla u titlesta Triq Ġuże Maria Abela, Dingli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-kuntrattur imqabbad biex jasfalta din it-triq ħarġitlu order to start work sabiex ikun jista' jibda x-xogħol ta' l-asfalt.", "TOROQ - NEFQA", "35827.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi b'mod dettaljat mistoqsija 35626 u cioe` jista' jagħti breakdown dettaljat tan-nefqa ta' Lm30 miljun li l-Prim Ministru semma li ntnefqu f'toroq f'dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 35459.", "HOUSING", "35850.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega x'inhi l- proċedura biex inkwilini fi blokk ta' appartamenti tal-gvern japplikaw għall-istallazzjoni ta' lift?", "X'jiġri f'każ li: i) mhux l-inwilini kollha jaqblu fuq il-lift? ii) jekk xi appartamenti m'għadhomx tal-gvern għax inxtraw mill- inkwilini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita` tad-djar tilqa' applikazzjonijiet taħt skema V għall-installazzjoni ta' lift fi blokki ta' appartamenti li huma proprjeta' tal-gvern, f'Malta u Għawdex li fihom tgħix xi persuna li għandha diżabilita' ta' mobilita'.", "L-applikazzjoni tiġi eżaminata b'konsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Wara dan, issir spezzjoni biex jiġi stabbilit jekk hux teknikament possibbli li jiġi stallat lift fil-partijiet komuni tal-blokk.", "Jekk l-inkwilini mhux kollha jaqblu li jridu l-lift, l-awtorita' tad-djar xorta waħda tikkonsidra t-talba ta' dawk ir-residenti li jixtiequ li jsir il-lift.", "Jekk fl-istess blokka jkun hemm ukoll sidien ta' appartamenti li jridu jagħmlu użu mill-lift, dawn jintalbu joħorġu sehem mill-ispiża nvoluta.", "PULIZIJA – ASSISTENT KUMMISSARJU", "35868.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jispeċifika x'jinkludi x-xogħol tas-servizz ta' sigurta' li ġie assenjat lill-assistent kummissarju l-ġdid Godfrey Scicluna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-posting preżenti assenjat lill- assistent kummissarju li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant jinkludi il-ko- ordinazzjoni ta` operazzjonijiet li jkollha l-pulizija li tkun tenħtieġ l- assistenza tas-servizzi tas-sigurta` u kull xogħol ieħor relatat.", "Fuq kollox, għal raġunijiet ovvji, ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dettaljata dwar kif il-pulizija tikkoordina l-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.", "PIXXINA NAZZJONALI - KOPJA TA' KUNTRATT", "35891.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax- xogħol ta' l-operations manager li kien impjegat fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq bejn l-1994 u l-1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tal-kuntratt mitlub qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "EU - PROGRAMMI", "35902.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jsemmi l-persuni kollha li matul din is- sena attendew jew qed jattendu xi programm ta' l-UE permezz tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "Dawn il-persuni jattendu l-universita' jew xi istituzzjoni edukattiva oħra?", "Jekk jaħdmu fejn jaħdmu?", "Liema programm attendew jew qed jattendu u fejn marru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hijiex il-prattika li nagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li bbenefikaw minn programmi edukattivi ta' l-UE.", "Fi żmien qasir jiġi pubblikat rapport dwar il-ħidma ta' l-EUPU li jkun fih id-dettalji meħtieġa.", "CLEANERS – KUNDIZZJONIJIET", "35903.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx regolamenti li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħlas tal- cleaners li jaħdmu fl-uffiċċji u fid-djar privati fil-parti l-kbira tagħhom fuq bażi part-time ?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma l- parlament b'dawn ir-regolamenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu bħala cleaners fl- uffiċċji u fi djar privati huma regolati kif ġej: Rigward cleaners fl-uffiċċji privati, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn huma regolati minn AL 15/2001 (l-ordni ta' l-2001 biex jirregola l- pagi mill-kunsill tal-pagi għas-settur li jipprovdi servizz ta' tindif.); u", "Rigward ta' Cleaners fi djar privati, il-kundizzjonijiet huma regolati minn AL 7/76, kif emendat (l-ordni li jirregola l-pagi għas-servizz domestiku.)", "TARZNA", "35904.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi li kien hemm mill-istqarrija tiegħu dwar it-tarzna fir-rigward ta' l-iskema ta' l-irtirar kmieni mix-xogħol u tal-prospetti ta' xogħol għat-tarznari u kemm-il darba t-task force għadha tiffunzjona, x'inhuma issa l-għanijiet u l-miri li trid tasal għalihom.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat li tlesta l-eżerċizzju ta' analisi li kellu jsir malli ngħalqu l-iskemi.", "Għaldaqstant il-pass li jmiss huwa li dan l-eżerċizzju jiġi preżentat lill-membri tat-task force bl-iskop li jitkompla jkun implimentat il-pjan ta' ristrutturazzjoni.", "PBS - INVESTIGAZZJONIJIET", "35905.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33331, jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar il-parti sostanzjali li tħassret tal-programm \"Xarabank\" li kellu jixxandar fl-10 ta' Mejju li għadda u li fil-fatt ma xxandarx.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant għadu qed ikun investigat mill-pulizija.", "SINGLE PARENT FAMILIES", "35907.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' single parent families li b'xi mod jew ieħor hu magħruf lill- gvern (forsi minħabba għajnuna li jirċievu mingħandu), kemm huma rġiel u nisa, u mil-liema lokalitajiet huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "35909.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex waslu d-diskussjonijiet li l-gvern qed ikollu mal-Union Ħaddiema Magħqudin dwar l-assistenti każwali fir-rigward tal-kontribuzzjoni soċjali li jridu jħallsu u fin-nuqqas ta' kundizzjonijiet ta' xogħol u benefiċċji li m'humiex intitolati għalihom bħal ħaddiema oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Billi d-diskussjonijiet dwar l-assistenti soċjali każwali issa daħlu f'fażi finali u kruċjali ħafna, naħseb li mhux opportun li tingħata xi nformazzjoni fil-preżent."]} {"filename": "20030120_854d_par.doc", "date": "2003-01-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 854 It-Tlieta, 21 ta' Jannar 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 854", "It-Tlieta, 21 ta' Jannar 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "854", "It-Tlieta, 21 ta' Jannar 2003", "WERREJ", "MINUTI 741", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 741", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI TA' L-2003 LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL, 2003 (SECOND READING) 745", "AĠĠORNAMENT 767", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 773", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 853 li saret fl-20 ta' Jannar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SCHOOL LEAVERS", "38013.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm se jispiċċaw tfal mill-iskola din is-sena?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma mill-iskejjel ta' l-Istat, minn skejjel indipendenti u minn skejjel tal-Knisja?", "Kemm minnhom huma subien u kemm bniet?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li n-numru ta' studenti li se jispiċċaw mill- iskejjel fl-aħħar ta' din is-sena skolastika hu kif ġej:", "Subien Bniet Total", "Skejjel ta' l-Istat 1818 1962 3780", "Skejjel tal-Knisja 798 637 1435 Skejjel Indipendenti 208 160 368", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT – TFAL TAĦT L-ETA'", "38014.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sena li għaddiet kienx hemm każi fejn il-pulizija, bil-poteri mogħtija lilha, għalqet minnufih xi post ta' divertiment li fih instabu tfal taħt l-eta'?", "Jista' jagħti dettalji dwar liema kienu dawn il-postijiet, f'liema lokalita' kienu u għal kemm żmien ingħalaq kull post?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2002 ma kien hemm ebda post ta' divertiment fejn giet ordnata is-sospensjoni tal-licenzja minħabba li kienu tħallew jidħlu persuni taħt l-eta' ta' 16-il sena.", "Dan jista' jkun ukoll dovut għall-fatt li l-każi għadhom pendenti għax hija l- qorti li tista' tissospendi l-liċenzja.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT – TFAL TAĦT L-ETA'", "38015.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-liġi tippermettix li tfal taħt is-16-il sena jidħlu f'postijiet ta' divertiment fejn jiġi servut l-alkaħol, anke jekk huma stess ma jixorbux alkaħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi biex jinżamm il-bonordni f'lokalitajiet ta' divertiment, ir-regolamenti jipprojbixxu li persuni taħt l-eta' ta' 16-il sena jitħallew jidħlu ġewwa lokalita` ta' divertiment.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT – TFAL TAĦT L-ETA'", "38016.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Peress li fi tweġiba preċedenti kien intqal li qed ikun hemm sorveljanza fl-inħawi ta' St. George's Road, f'San Ġiljan, fejn qed ikun hemm ħwienet li qed ibiegħu nbid u xorb alkaħoliku lil żgħażagħ taħt l-eta', jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba nqabdu jagħmlu dan?", "Peress li naf min ilmenta li l-playing field faċċata ta' dawn il-ħwienet qed ikun mimli b'żgħażagħ jixorbu l-alkaħol u l-Ħdud filgħodu dan il-post qed ikun mimli flixken vojta, b'mod speċjali flixken ta' l-inbid, jista' il- Ministru jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2002 ma kienx hemm okkazjonijiet fejn irrizulta illi l-ħwienet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant biegħu nbid, birra jew likuri spirituzi lil persuni ta' taħt is-16-il sena.", "Informat ukoll illi l-pulizija se tkompli tagħmel sorveljanza fl-inħawi msemmija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lil hemm mis-sorveljanza, il-pulizija żżomm kuntatt mal-kunsilli lokali f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nista' ngħid li regolarment nirċievu lmenti b'mod informali minn deputati, kunsilliera u individwi u nista' ngħid ukoll li min-naħa tagħna nagħmlu s-sorveljanza neċessarja.", "Ma jkunx ħażin li l-Onor.", "Interpellant jinnota li bil-liġi l-ġdida dwar il-pulizija, is-supretendent tad-distrett issa se jkollu l-obbligu li jibda jiltaqa' mal- kunsilliera u anke jinżammu l-minuti ta' dawn il-laqgħat.", "Jiġifieri xi ħaġa li kienet teżisti b'mod informali, issa fformalizzajniha ftit aktar permezz ta' din il-liġi.", "Irrid ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar erba' snin żdied l-enforcement f'ċerti postijiet u filwaqt li fl-1998 kienu nqabdu 48 persuna taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment, din is-sena nqabbdu 78 persuna.", "Naturalment dan ifisser li s-sidien tal-lokalitajiet fejn ikunu nqabbdu dawn il- persuni, jittellgħu l-qorti u jiġu akkużati talli jkunu kisru r- regolamenti.", "EDUKAZZJONI – KAMPANJA KONTRA L-ABBUŻ MIX-XORB", "38017.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-programm imħejji mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għall-kumplament ta' din is-sena skolastika biex ikun hemm aktar awareness fost studenti żgħażagħ li x-xorb alkaħoliku fl-eta' tagħhom huwa ħażin?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-programm imħejji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-programm imħejji mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni dwar l-abbuż mix-xorb alkaħoliku jmur iżjed milli joħloq awareness.", "L-importanza tal-programm qiegħda fuq l-edukazzjoni tal-valuri tas-saħħa u tal-ħajja u l-ħiliet ta' kif tieħu deċiżjoni u bidla fl-imġiba taż-żgħażagħ.", "Il-programm dwar dan is-suġġett qiegħed għall-evalwazzjoni ta' l-esperti kurrikulari u għaldaqstant ma narahiex prudenti li f'dan l-istadju fuq il- Mejda tal-Kamra titpoġġa kopja tal-programm.", "Meta l-programm kollu jkun approvat, ma nsibx diffikulta` li nqassam kopji ta' l-istess programm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk dan il-programm jitqassamx lill-kunsilli lokali u lill-kunsilli skolastiċi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett id-dokument li jitkellem dwar il-ħidma li jridu jagħmlu l-iskejjel fil-qasam ta' l-abbuż ta' l-alkaħol u sustanzi oħrajn ilu li ġie ppubblikat.", "Fil-fatt kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra u anke ġie mqassam lill-iskejjel kollha.", "Dan fih innifsu huwa programm ta' kif għandna nieħdu ħsieb din il-problema.", "Imbagħad hemm il-parti kurrikulari, jiġifieri mhux biss li naraw x'għandna nagħmlu biex nipprevenu milli jsir dan l-abbuż imma li kontinwament nieħdu ħsieb l-iżvilupp tal-karattru tat-tfal biex permezz tat-tagħlim soċjali nkunu nistgħu nkellmuhom dwar dan is-suġġett.", "Aħna nafu li hemm diversi oqsma li fuqu qed isir ix-xogħol mhux biss f'dan il-qasam partikolari imma anke f'suġġetti oħrajn, xogħol li issa qed joqrob għal ċerta konklużjoni.", "EDUKAZZJONI - PROGRAMMI FUQ IS-SESS", "38018.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel ta' l-Istat, indipendenti u tal-Knisja li talbu l-għajnuna lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex iħejju u jattwaw programmi fuq sess edukattiv?", "Liema kienu dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li billi l-edukazzjoni sesswali hija parti mill-kurrikulu nazzjonali, l-għalliema fl-iskejjel huma mistennija li jipprovdu għal dan l-aspett edukattiv.", "Kull meta l-iskejjel statali u non- statali jħossu l-bżonn li jitolbu l-għajnuna tad-diviżjoni, din isibuha fiż- żjajjar fl-iskejjel li jsiru mill-uffiċjali tad-diviżjoni kif ukoll fil- laqgħat ta' l-għalliema u fil-korsijiet ta' taħriġ.", "OQBRA GĦALL-BEJGĦ", "38080.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn oqbra vojta?", "Kemm jinbiegħ qabar?", "Kemm jiġi jiswa funeral bejn wieħed u ieħor?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Informat li bħalissa fiċ-ċimiterji tal-gvern m'hemmx oqbra vojta għall-bejgħ, ħlief għal dawk tal-komun li jintużaw skond il-bżonn.", "Il-prezz tax-xiri għal sit ta' qabar huwa stabilit mill-Burials Ordinance (Cap 17) għall-prezz ta' Lm25.", "Il-prezz tal-qabar proprju f'ċimiterju tal- gvern jiġi ddeterminat minn kemm tiġi l-ispiża totali biex tali oqbra jinbnew.", "Il-prezz ta' funeral jiġi ddeterminat minn min jorganizzah u tali responsabilita` ma taqax fuq id-dipartiment.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "38083.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tul ta' ħitan tas-sejjieħ?", "Min hu responsabbli minnhom?", "F'każ li ħajt jiġġarraf, kemm żmien għandu biex jissewwa biex titħares il-ħamrija u jonqos il-periklu ta' ġebel fit-triq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li għad m'għandniex informazzjoni uffiċjali dwar kemm hawn tul ta' ħitan tas-sejjieħ.", "Ir-responsabbilta' li l-ħitan jinżammu fi stat tajjeb hi tal-bidwi jew ta' sid ir-raba', sakemm ma jkunx hemm ftehim ieħor.", "Fil-każ ta' ħitan ma' toroq pubbliċi, jiddependi mill-livelli tal-ħamrija paragun mal-livell tat-triq.", "Jekk ikun hemm xi żgombru fit-triq, ikunu responsabbli l-pulizija u l-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern għall-Medigrain, ġaladarba t-tariffi li se tkun suġġetta għalihom jistgħu jġibu fix-xejn il-kompetittivita' tal-kumpannija u l-għanijiet li għalihom twaqqfet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-Medigrain hija istituzzjoni li tagħmel in-negozju fuq il-qmuħ u ma naqbilx ma' l-Onor.", "Interpellant meta jgħid li ladarba nissieħbu fl-Unjoni, il-Medigrain tispiċċa.", "Infatti fil-programm li fuqu nnegozjajna l-qasam tal-prodotti agrikoli hemm imniżżel ukoll l- importazzjoni tal-qmuħ.", "Huwa hawnhekk fejn irridu nagħmlu distinzjoni għax fuq ċerti prodotti li aħna nimportaw għall-konsum lokali, bħal fil-każ tal- qmuħ, zokkor, butir, ġobon u laħmijiet, għamilna arranġamenti speċjali f'forma ta' skeda ta' sussidju li parti minnha se tkun issussidjata minn Malta u parti mill-Unjoni.", "Dan ifisser li jekk aħna qabel konna nimportaw 50,000 tunnellata qamħirrum, 50,000 tunnelleta xgħir u 50,000 tunnellata qamħ għall-konsum lokali, fuq dan il-konsum aħna ftehemna skeda ssussidjata biex nassiguraw ruħna li l-prezz jibqa' fil-livelli li nafuh illum.", "Pero' jekk il-Medigrain kienet qiegħda tagħmel xi tip ta' negozju, aħna ma nidħlux fih.", "Dak hu n-negozju tagħha u trid tagħmlu f'suq miftuħ.", "Jekk il- Medigrain trid topera u tikkompeti ma' ħaddieħor, trid tagħmel dan fl- istess livell bħal ħaddieħor u ma nistennewx li timporta aktar prodotti milli storikament konna nimportaw li jkollhom sussidju fuqhom u mbagħad terġa' tesportahom lejn xi pajjiż ieħor fl-Unjoni.", "Ix-xogħol ma jsirx hekk.", "Taħt din l-iskeda ta' sussidji, se jibqgħu jinxtraw l-istess ammonti li kienu jinxtraw biex jissodisfaw il-konsum intern tagħna u hekk il- prezz għall-konsumatur lokali ma jiġix aktar għoli.", "Pero' allaħares il- Medigrain kellha taħdem biss fuq l-importazzjoni tal-prodotti li aħna nikkonsmaw għax kieku ma timxix.", "Għalhekk fuq ix-xogħol l-ieħor li l- Medigrain tinnegozja, se tibqa' tikkompeti kif kienet tikkompeti qabel fejn il-prezz ikun marbut mad-domanda u mal-provvista.", "Irrid infakkar ukoll li jekk wieħed jara x'qed jiġri bħalissa fid- diskussjonijiet tad-WTO, fejn jidħlu fatturi li jistgħu jgħawġu s-suq għax ma jħalluħx fair għal kulħadd, the way forward hi li l-prezzijiet ta' diversi prodotti jridu jikkonverġu u jsiru l-istess bħal ta' dawk li joħorġu minn postijiet bħall-USA u l-Awstralja u naslu għal prezz wieħed dinji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, huwa kkalkulat li fl-1999 il-livell ta' importazzjoni f'pajjiżna ta' qmugħ minn pajjiżi barra mill-Unjoni kien ta' 87%, fl-2000 kien ta' 81% u fl-2001 kien ta' 80%.", "Barra minn hekk jidher li bejn Mejju u Diċembru tas-sena 2004, il-gvern se jkollu joħroġ madwar Lm3 miljuni bħala sussidju, maqsum fuq iz-zokkor u fuq numru ta' ċereali oħra 'l hemm mill-qamħ.", "Issa fid-dawl li l-gvern kellu jilħaq arranġamenti ta' special state aid għax tilef id-dritt li jinnegozja permezz ta' l- ispecial supply measures, u fid-dawl li l-Medigrain prattikament timporta 80% tal-qmuħ minn pajjiżi barra l-Unjoni, jista' il-Ministru jgħid jekk is- sussidju li se jingħata huwiex se jkopri parti jew l-ispiża kollha li tinvolvi lill-Medigrain f'dik li hija tariffa, kemm-il darba tibqa' timporta l-qamħ kif dejjem għamlet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien assolutament ma naqbel xejn mal-mod kif qed ipoġġiha l-Onor.", "Interpellant għax aħna ma tlifna l-ebda dritt.", "Ħalli nerġa' nirrepeti, Sur President.", "L-iskeda ta' sussidju se tkun fuq l-ammont ta' prodotti bħaċ-ċanga, ċereali u zokkor li storikament aħna nimportaw għall-konsum lokali.", "Meta ngħid \"storikament\" ifisser li ħadna s-snin 1998, 1999 u 2000 u rajna x'inhi l- medja ta' importazzjoni għal dawn it-tliet snin.", "Issa dawk l-ammonti se jidħlu taħt din l-iskeda ta' sussidju.", "Pero' nerġa' nirrepeti li allaħares il-Medigrain tiddependi biss min-negozjati ta' prodotti li niġu bżonn għall-konsum lokali għax dawn huma ammonti relattivament żgħar.", "Jekk illum il-prezz ta' l-Ewropa fuq dawn il-prodotti huwa ta' Lm100-il tunnellata u l-prezz internazzjonali huwa ta' Lm80-il tunnellata, id- differenza ta' Lm20 se tiġi ssussidjata biex il-prezz tal-qamħirrum, tax- xgħir u tal-qamħ jibqa' fil-livell li nafuh illum.", "Pero' għal affarijiet oħra li l-Medigrain jew xi ditta oħra timporta f'pajjiżna, din l-iskeda ma tidħolx.", "Ma jistax ikun li noqogħdu nissussidjaw in-negozju kollu ta' dawn in-nies għax inkella nkunu qed nivvantaġġaw ditta fuq kulħadd.", "Jekk din id- ditta tixtri ammont ta' xgħir mill-USA u terġa' tbiegħu lil ħaddieħor, f'dawn l-affarijiet aħna ma nindaħlux, Sur President.", "Nerġa' ngħid li aħna nissussidjaw biss dawk l-ammonti li importajna matul it-tliet snin bażiċi li semmejt u sakemm nibqgħu f'dawn il-parametri ta' ammonti, dawn ikunu ssussidjati.", "Dan se japplika wkoll għal prodotti oħra bħalma huma z-zokkor, il-ġobon, il-butir u ċ-ċanga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, napprezza t-tweġiba tal-Ministru pero' nixtieq nippreċiża li skond l-istatistika, fl-aħħar tliet snin il- Medigrain iffrankat tariffa ta' euro12 miljun fuq ċereali u qmuħ li timporta minn non-EU countries u mbagħad il-gvern qed jissussidja din l- importazzjoni għas-sena 2004, għas-sena 2005 u għas-sena 2006 b'medja ta' euro 8.5 miljun.", "Minn hawn joħroġ li s-sussidji m'humiex se jkopru l- ispiża kollha fuq l-importazzjoni li tagħmel il-Medigrain.", "Jista' il- Ministru jispjega jekk din id-differenza hix se tkun minħabba nuqqas ta' sussidju jew minħabba roħs fil-prezz li se jkun hemm fit-tliet snin ta' wara s-sħubija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ħalli nġiblu eżempju b'ċifri sempliċi ħalli forsi niftehmu.", "Ejja ngħidu li l-Medigrain timporta għaxar tunnellati, b'tunnellata minnhom għas-suq lokali.", "Mela dik it-tunnellata se jkun hemm sussidju fuqha u dan is-sussidju se jkun iffinanzjat parti mill-Gvern Malti u parti mill-Ewropa.", "S'hemmhekk naħseb li ftehemna.", "Issa dwar id-disa' tunnellati l-oħra aħna rridu noperaw skond il-parametri tas- suq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna ma nistgħux inkunu valve li ndaħħlu prodotti bi prezz inqas fis-suq ta' l-Ewropa u we bypass il-pajjiżi l- oħra.", "Aħna se nkunu parti mis-suq ta' l-Ewropa u se nimxu mar-regoli tas- suq.", "Jekk Franza jew l-Italja jixtru l-qamħ bil-Lm100 it-tunnellata, per eżempju, aħna ma nistgħux nippretendu li aħna nixtruh Lm80 minflok Lm100 u mbagħad indaħħluh fis-suq ta' l-Ewropa.", "Aħna rridu nixtruh bl-istess prezz bħalma jixtruh il-pajjiżi ta' l-Ewropa.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu b'mod sempliċi illi jekk għandek negozju totali ta' għaxar tunnellati fuq il-qamħ u tunnellata minnhom nużawha għall-konsum lokali, fuq dik il-waħda se jkun hemm is-sussidju filwaqt li fuq il-kumplament ma jkunx hemm.", "Jekk il- Medigrain tiġi biex tixtri konsenja qamħ li tkun fuq vapur li jkun qiegħed isalpa bejn l-Ingilterra u l-Amerika - jiġifieri dak il-vapur m'għandux għalfejn jidħol f'port ta' xi pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea - u l-Medigrain dik il-konsenja terġa' tinnegozjaha u tibgħatha s-South Africa, per eżempju, dak in-negozju aħna ma nindaħlux fih.", "Is-sussidju jidħol fuq dik it-tunnellata waħda ta' qamħ, qamħirrun jew xgħir li jidħol għall-konsum lokali u li nikkonsmaw ta' kull sena, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet, Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI TA' L-2003 LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL, 2003", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-20 ta' Jannar 2003", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker ̧ bħalissa f'din il-Kamra qed niddiskutu l-miżuri speċjali li hemm fil-budget li għadda, budget li żgur ħalla l- marka tiegħu minħabba l-miżuri finanzjarji u soċjali li hemm elenkati fih partikolarment it-tax breaks li qed jingħataw lil dawk li jaqilgħu paga medja u li fil-budgets ta' qabel kienu refgħu l-piż massimu biex jitnaqqas id-deficit.", "Għalhekk issa b'dawn il-miżuri qegħdin nerġgħu nagħtu nifs lil dawn is-setturi tal-popolazzjoni biex ikunu jistgħu jżidu l-income tagħhom u jħallsu inqas taxxa milli kienu jħallsu qabel.", "Pero` bħalma semmew il- kelliema ta' qabli, dan kien budget li qed jipprepara lil pajjiżna ekonomikament ̧ politikament u soċjalment biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea u b'hekk inkunu nistgħu nikkompetu f'suq li żgur se joffrilna opportunitajiet kbar għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Il-poplu m'għandux joqgħod jara x'se jiggwadanja hu personali bi sħubija fl-Unjoni Ewropea imma għandu jħares lejn il-kwadru kollu ta' dak li se jikseb.", "Fil-fatt jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea jkun hawn opportunitjiet ġodda li se jissarrfu f'xogħol siewi għal kulħadd.", "Ma rridux ninsew li qabel ma l- gvern Nazzjonalista lliberalizza s-suq Malti – hawnhekk nista' nsemmi l- Maltacom li qabel kienet it-Telemalta - il-partit Laburista dejjem kien jgħidilna li se jidħlu kumpanniji oħra u se jkun hawn nies bla xogħol.", "Minkejja dan, l-impiegi minflok naqsu, żdiedu sostanzjalment.", "Tant hu hekk li l-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, per eżempju, jinħatfu mill-kumpanniji li hawn u allura għandhom fejn jistgħu jimirħu.", "Nixtieq insemmi ftit lis-setturi Maltin li jistgħu jintlaqtu xi ftit mill- proċes ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ jien u port worker tkellimna fuq il-fatt li meta l-gvern iggarantixxa li jkun hemm kompetizzjoni miftuħa l-opportunitajiet ta' xogħol kibru u mhux naqsu kif kien igħid il-partit Laburista.", "Għalhekk dawn il-ħaddiema mhux biss setgħu jaħdmu imma setgħu jitolbu prezzijiet ogħla għas-servizzi tagħhom.", "Dan qed ngħidu għax issa l-partit Laburista se jibda jbeżża' lil kull settur tal- popolazzjoni; lit-tobba, lin-nurses, lill-bdiewa, lis-sajjieda u partikolarment lill-ħaddiema ta' l-id.", "Fil-fatt il-partit Laburista qed igħid li hekk kif Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea ħafna fabbriki ma jkunux jistgħu jikkompetu fid-dinja tax-xogħol u allura dawn ikollhom jagħlqu.", "Bħallikieku biex tesporta Malta mhux xorta tikkompeti trid!", "Jekk ma tikkompetix fi ħdan l-Unjoni Ewropea xorta trid tikkompeti mal-pajjiżi fil- kumpament tad-dinja għax il-proċess ta' globalizzazzjoni jitlob li pajjiżna jrid jikkompeti xorta.", "Pajjiżna ma jistax ma jikkompetix u ma jistax jipproduċi għas-suq intern.", "Jista' xi ħadd jimmaġina lil xi ħadd li jiġi jinvesti f'pajjiżna biex jipproduċi għas-suq intern, suq ta' 380,000 ruħ!", "Min jinvesti f'pajjiżna jkun irid jinvesti biex jesporta u biex tesporta trid tikkompeti jiġifieri jekk ma nkunux fl-Unjoni Ewropea s- suq Malti jrid jikber għax irid jikkompeti mas-swieq l-oħra.", "Għalhekk jekk inkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea nkunu f'pożizzjoni aħjar li nesportaw għax ikollna aċċess għal suq ta' 500 miljun ruħ.", "Barra minn hekk ikollna l- għajnuniet li tagħtina l-Unjoni Ewropea biex aħna nkunu nistgħu nikkompetu aħjar.", "Ovvjament Lm81 miljun fi tliet snin żgur li se jgħinuna biex ir- ristrutturazzjoni f'pajjiżna tkun tista' ssir b'aktar effiċjenza u b'inqas tbatija għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin kollha.", "Għalhekk ikun tajjeb li l-ħaddiema ta' l-id jifhmu li jekk Malta ma tidħolx fl-Unjoni Ewropea jkunu huma li se jitilfu l-aktar.", "Semmuli ekonomista ta' l-affari tiegħu - ekonomisti tas-sold u nofs fi ħdan il- partit Laburista ssib kemm trid - li jgħid li bid-dħul ta' Malta fl- Unjoni Ewropea l-investiment barrani f'Malta se jonqos u mhux jiżdied.", "L- ex-gvernatur tal-Bank Ċentrali, is-Sur Vassallo, il-federation of industry, l-industrijalisti u l-kummerċjanti ta' stoffa kollha qalu b'mod ċar li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea pajjiżna se jgawdi investiment akbar.", "Għalhekk lill-ħaddiem ngħidlu biex joqgħod attent minn dak li jgħidlu l- partit Laburista għax fir-realtà, jekk Malta ma ssirx membru ta' l-Unjoni Ewropea l-ewwel li se jbati huwa l-ħaddiem iż-żgħir.", "Dan għaliex l- invetiment f'pajjiżna jonqos u ħafna industrijalisti u kumpanniji jsibu li jkun aktar jaqblilhom li jaħdmu fl-istruttura Ewropea milli barra minnha.", "Ma rridux ninsew li fl-Unjoni Ewropea se jissieħbu pajjiżi bħall-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja u l-Latvja fejn il-labour f'dawn il-pajjiżi huwa pjuttost irħis u jikkompeti sew mal-labour li toffri Malta.", "Ma rridux nibbażaw l-ekonomija tagħna fuq iċ-cheap labour imma rridu nżommu f'moħħna Ii l-labour ta' dawn il-pajjiżi huwa baxx immens.", "Għalhekk jekk ma nkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea se nkunu żvantaġġjati.", "Mhux biżżejjed li ċerti kumpanniji kbar li kienu mħajrin li jinvestu f'Malta, minħabba l-pożizzjoni tal-partit Laburista ddeċidew li jinvestu l-Ungerija.", "Jien mhux se noqgħod insemmi ismijiet.", "Il-fatt jibqa' li Malta fl-Unjoni Ewropea hija bonus għall-investiment u għall-ħaddiem ̧ partikolarment il- ħaddiem ta' l-id.", "Għalhekk m'għandniex noqgħodu nħallu lill-partit Laburista joqgħod jimlielna rasna bil-ħmerijiet li tant ibati minnhom.", "Per eżempju ̧ hawnhekk nista' nsemmi l-pożizzjoni tiegħu fuq il-kunsilli lokali ̧ fuq l-isptar ġenerali u fuq il-VAT.", "L-ewwel għamel ħafna storbju u mbagħad kollox sfuma fix-xejn għax kellu jaċċetta kemm il- kunsilli lokali, kemm l-isptar ġenerali, kemm il-liberalizzazzjoni fit- telekomunikazzjonijiet u fil-kummerċ kif ukoll il-VAT.", "F'dan il-Parlament kelli okkażjoni ngħid kemm ħlejna ħin.", "Niftakar fl-1998 ̧ meta erġajna tlajna fil-gvern, kien ikun hawn ħafna strikes ̧ boycotts u quorums biex imbagħad smajna l-aħbar li l-partit Laburista se jaċċetta l-VAT ̧ qisu qatt ma kien xejn.", "Dawn l-affarijiet kienu fil-kontroll tagħna imma issa l- partit Laburista jrid iżomm f'moħħu li l-Unjoni Ewropea hija akbar minnu ̧ hija akbar minn pajjiżna u allura ma jistax ikun li nqumu għada filgħodu u ngħidu li reġa' bdielna.", "Fil-fatt diġà ġejna mwissijin li issa qegħdin nilgħabu fil-premier league u mhux fil-fourth division, bħalma jridna l- partit Laburista.", "Għalhekk issa rridu naġixxu ta' adulti serji li kapaċi nfittxu l-ġid komuni ta' pajjiżna qabel l-interess personali tagħna.", "Sfortunatament jirriżulta li t-tkabbir li jmiss ̧ li se jgħaqqad iż-żewġ pulmuni ta' l-Ewropa, dak tal-Lvant u dak tal-Punent, tant se jkun kbir li jekk ma nisseħbux issa ̧ huwa żgur li qabel 20 jew 30 sena oħra ma nerġgħux ningħataw dan iċ-ċans.", "Fil-fatt l-impatt finanzjarju, l-impatt strutturali, l-impatt ekonomiku u l-impatt politiku fuq l-Unjoni Ewropea tant se jkun kbir li qabel ma jkun hemm tkabbir ieħor irid igħaddi żmien mhux ħażin.", "Għalhekk irridu noqgħodu attenti ħafna.", "L-Unjoni Ewropea mhux se toqgħod tgħid li n-Norveġja u l-Isvizzera qed jerġa' jibdielhom bħalma nafu li qed jerġa' jibdielhom.", "Nafu li llum in-Norveġja hija profondament favur l-Unjoni Ewropea.", "Il-klassi politika ta' dan il-pajjiż ilha favur imma jien ngħid li jrid jgħaddi ftit taż-żmien qabel ma din tiddeċiedi li tapplika biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju ̧ jien m'għandix dubju li fis-seba' snin li ġejjin anke l-Isvizzera tapplika.", "Pero' dawn huma pajjiżi kbar u sinjuri u jidħlu mill-ewwel.", "Għalhekk jekk l-Ewropa kollha tingħaqad u aħna ma nisseħbux, aħna nibqgħu nittajru mar- riħ.", "Huwa mportanti li naraw x'ġiegħel lill-poplu Norveġiż jerġa' jibdielu fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt il-poplu ta' dan il-pajjiż tant kien qed iħallas bil-free trade agreement ma' l-Unjoni Ewropea, kif irid il-partit Laburista ̧ li kien qed jispiċċa jħallas ħafna aktar flejjes milli kieku kien qed jikkontribwixxi lill-Unjoni Ewropea.", "Dan qed narawh jiġri f'Malta wkoll.", "Per eżempju, il-ġimgħa l-oħra hawnhekk kien hawn membru parlamentari li spjega d-diffikultajiet li kellhom ċerti fabbriki meta fl-1996, il-partit Laburista ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u daħħal ċerti miżuri fiskali li ħadd ma kien jaqbel magħhom għax kienu anti-soċjali.", "Issa dan l-aħħar kellna dikjarazzjoni mill-Onor.", "Alfred Sant li jekk jerġa' jkun fil-gvern jerġa' jagħmel eżatt l-istess affarijiet li għamel qabel.", "Mela se jkollna sitwazzjoni fejn fabbriki u investimenti Maltin se jkunu mhedda serjament għaliex Malta tiddeċiedi li ma tkunx membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "B'hekk il-gvern ikollu jidħol direttament biex jagħmel kondizzjonijiet speċjali għal dawn il-fabbriki u kumpanniji ħalli ma jitilqux minn pajjiżna.", "Per eżempju, l- Onor. John Attard Montalto semma li l-gvern kellu jagħmel ċerti eċċezzjonijiet biex jinżamm l-investiment hawn Malta.", "Dan ifisser li jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, it-taxpayer Malti se jkollu jħallas prezz li dejjem jibqa' jikber.", "Issa dan il-prezz se jkun qed jieklilna d-dħul tal- gvern kollu għaliex biex iżżomm kumpanniji kbar jaħdmu hawn Malta u tagħtihom it-tax breaks u l-inċentivi li jkun hemm bżonn biex ma jitilqulekx, bażikament inti trid tissussidjahom minn flus il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Din hija kondizzjoni li l-poplu Norveġiż induna biha għax ċerti investimenti bdew jitilqu minn hemmhekk biex imorru fl-Isvezja li hija membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt ħafna fabbriki fin- Norveġja li kienu viċin il-borduna ta' l-Isvezja għalqu u fetħu l-Isvezja.", "Fost dawn il-fabbriki kien hemm fabbrika kbira tal-karozzi.", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra d-direttur finanzjarju ta' l-ST Microeletonics qal ċar u tond li jekk pajjiżna ma jdaħħalx il-Euro ̧ l- industrijalisti hawn Malta se jkollhom jieħdu holiday.", "Issa biex Malta ddaħħal il-Euro bilfors trid tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan kompla jgħid li jekk Malta ma ddaħħalx il-Euro, il-kumpannija tiegħu se jkollha żvantaġġ għax biex tesporta lejn l-Unjoni Ewropea trid toqgħod tbiddel il-flus kontanti għall-Euro u jkun hemm charges, anke f'dawk li huma flejjes ̧ li jitpoġġew bħala garanzija.", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellmu fuq miljuni ta' flejjes li l-kumpanniji barranin ma jkollhomx bżonnhom.", "Dawn il-kumpanniji kbar jistgħu jinvestu fi Spanja ̧ fil- Portugall, fi Sqallija ̧ fl-Italja jew fil-Greċja u ma jkollhomx bżonn din il-hassle.", "Issa biex din il-hassle tiġi evitatata l-gvern Malti jkollu joħroġ flejjes kbar li wara kollox jiġu mit-taxxi tal-poplu Malti.", "Għalhekk dak li qed igħid il-partit Laburista huwa ġennata kbira.", "Bil- Latin igħidu: Stultorum numerus est infinitum jiġifieri dejjem se ssib xi iblah biex jikkontradixxi dak li huwa s-sewwa magħruf.", "Fil-fatt bħalissa l- partit Laburista qed jaġixxi ta' iblah għax mhuwiex kapaċi jara l-għażla tal-ġid komuni li għandna quddiemna llum.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Alfred Sant f'mass meeting u fost kumpanniji oħrajn isemmi l-Marsovin u l-Coca Cola biex taparsi jbeżża' lill-ħaddiema meta dawn il-kumpanniji ħarġu stqarrija li lesti jiffaċċjaw iċ-challenge ta' l-esportazzjoni ħalli jgawdi l-poplu Malti.", "Jekk pajjiżna jrid isir aktar sinjur irid jesporta, ma jistax jaħdem biss għas-suq lokali.", "Din hija ħrafa li dejjem bena fuqha l-Labour party.", "Kien hawn fabbriki taċ-ċikkulata, tat-toothpaste u ta' affarijiet oħra li kienu jipproduċu għal Malta u biex wieħed jixtri toothpaste jew ċikkulata ta' barra kien irid imur Sqallija.", "Jiddispjaċini ngħid li din dejjem kienet il-mentalita` tagħhom, mentalita` ta' moħħ żgħir.", "Jiddispjaċini ngħidu dan, pero` l-Labour party għandu record that he doesn't rise to the occasion.", "Per eżempju, meta tela' l-partit Laburista fil-gvern kellu l-okkażjoni li jżomm il-programmi ta' l-istudenti li kienet qed tagħti l-Unjoni Ewropea u minflok ikkanċella dawn il-programmi u spiċċaw li kellhom iħallsu disa' darbiet iktar milli kieku konna membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad l-Onor.", "Evarist Bartolo huwa documented fil- gazzetta li qal li mhux se joqgħod iħallas biex jibgħat 100 student Malti jistudjaw barra fl-Unjoni Ewropea. llum jekk inħarsu lejn in-numru ta' studenti li qed jistudjaw insibu li hemm 500 ruħ li qed igawdu minn dawn il- fondi.", "Onor. Bartolo, il-ħmerijiet qegħdin f'moħħkom u fl-ambizzjoni politika għamja li intom mexjin biha.", "Mr Speaker, iktar ma jgħaddi ż-żmien kulma qed tara l-oppożizzjoni huwa l- poter u l-poter biss.", "Dejjem rat il-poter.", "Kif inhi komposta bħalissa l- oppożizzjoni dejjem ħarset lejn il-poter u mhux lejn il-ġid tal-poplu Malti għaliex il-ġid tal-poplu Malti kien qiegħed hemm biex jarah kulħadd u kulħadd jarah il-ġid tal-poplu Malti bħalissa!.", "Kien hemm żmien fil-passat meta ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma u l-ordni.", "Onor. Asciak, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Kien hemm żmien fil-passat li l-partit Laburista kien kapaċi jħares lejn il-ġid komuni, imma jiddispjaċini ngħid li mhuwiex taħt dan il-leadership.", "Dan il-leadership huwa fis-sakra fuq il-poter u lest li jagħmel kollox biex jikseb il-poter.", "Dan rajnieh fl-1996, fl-1998 u qed narawh issa.", "Sfortunatament ir-raġuni tal-partit Laburista ttir kontra kwalunkwe filosofija u teoloġija li wieħed jista' jimmaġina.", "Jiġifieri barra n-nitty-gritty ta' l-affarijiet ekonomiċi tal-ħajja ta' kuljum insibu Labour party li jtir fil-wiċċ tal-filosofija kollha li tibni u twassal lil wieħed jifhem li l-pass li jmiss għall-Unjoni Ewropea huwa pass mhux biss naturali imma pass għaqli għall-poplu Malti.", "F'dan il-parlament jien kelli okkażjoni li nikkwota mill-kitbiet ta' Teilhard de Chardin u ta' Paul Tillich li kienu promoturi kbar ta' l-idea tal-globalizzazzjoni, kienu kontra l-idea ta' l-awtonomija falza - kif isejħilha Paul Tillich - li pajjiż jista' jibni biex taparsi jibqa' jżomm l- indipendenza tiegħu meta fir-realta` ikun qiegħed jitlifha.", "U dan jagħti lok biex fil-pajjiż jidħlu ħafna prattiċi anti-demokratiċi li l-partit Laburista huwa espert immens biex iħaddem.", "Waħda mir-raġunijiet li l-partit Laburista ma jħossux komdu fl-Unjoni Ewropea hija għaliex ma jkunx jista' jibqa' jagħmel il-ħniżrijiet tal- passat.", "U meta ngħid il-passat m'iniex qed nirriferi biss għal qabel l- 1987 imma anke fl-1996 meta l-partit Nazzjonalista kellu jibni l-antenna tiegħu stess biex ixandar l-opinjoni tiegħu għax qalgħulu l-antenni tat- television minn fuq l-antenna tal-Għargħur.", "U kellna mmoru l-qorti kostituzzjonali biex nieħdu raġun bħas-soltu.", "Imma dan huwa l-Labour party, power first and foremost, the rest we will see later.", "Dak huwa l- partit Laburista!", "M'hemmx etika fil-ħidma tiegħu assolutament.", "Illum m'iniex se nerġa' nirrepeti dak li qalu Teilhard de Chardin u Paul Tillich, nies li, kif ngħidu bl-Ingliż, they foresaw the coming of the global economy - għadhom hemm il-kitbiet tagħhom għal min irid jaqrahom - u pprovaw iħejju lill-popli tad-dinja għal dan l-avveniment.", "Dawn kienu nies reliġjużi, teologi, pero` hemm ukoll nies mid-dinja tal-filosofija sekolari, kemm ekonomisti u kemm nies tal-filosofija.", "Fosthom ma nistax ma nsemmix il-filosfu kbir Ġermaniż Immanuel Kant li jibbaża t-teoriji kollha tiegħu fuq ir-raġuni tal-bniedem.", "200 sena ilu dan il-filosfu, li huwa magħruf mad-dinja kollha, kiteb essay li semmieha \"The Idea for a General History in a Cosmopolitan Perspective\" fejn qal li se jkun hemm żmien li se jkun hemm il-konflitti, pero` l-filosofija tal-bniedem, ir- raġuni - huwa uża l-kelma \"nature\" pero` kien qed jirriferi għar- razzjonalita ` tal-bniedem - se twassal li jiġi stabbilit a global state of law and a just constitution, li se twassal biex il-bniedem jegħleb il- problemi li jorbtuh f'raħal jew fi stat biss biex ifittex biex jagħmel ekonomija globali.", "Mr Speaker, Immanuel Kant ħabbar dan f'din l-essay li ppubblika 200 sena ilu u llum qed naraw dan l-avveniment jiġri bħalma ħabbruh ukoll Teilhard de Chardin u Paul Tillich.", "Imbagħad naraw lill-partit Laburista jgħaffeġ u jgerfex biex forsi jitla' fil-gvern u jirbaħ il-poter, pero` l-ġid komuni u l-etika dejjem joħorġu barra mit-tieqa għal-Labour party.", "Mr Speaker, niġi fi żmenijiet iktar moderni.", "Xi xahrejn ilu attendejt lecture tal-Professur Stefano Zamagni ta' l-universita` ta' Bologna, li kien wieħed mill-assistenti u konsulenti tal-President Prodi meta kien prim ministru ta' l-Italja.", "Huwa gradwat mill-Universita` ta' Oxford u huwa bniedem imfittex mill-Italja kollha biex jagħi l-pariri ekonomiċi tiegħu.", "Dan il-professur kien l-istess wieħed li wissa lid-dinja li s- sistema ta' welfare state ma kenitx sostenibbli u wieħed kellu jibda jħares lejn mudelli ġodda ta' interventi soċjali li kien sejħilhom is-civil society.", "Kien wera kif fl-Ewropa tal-Lvant kien hemm falliment totali f'dik Ii kienet soċjeta` ċivili għaliex l-istat kien qed jipprova jieħu over kollox.", "Kien qal li għall-avvanz ekonomiku tal-pajjiż hemm bżonn jidħol dak li kien magħruf bħala s-civil society, ħaġa li dan il-gvern għamel b'mod tajjeb ħafna.", "Iżda l-partit Laburista, bil-fissazzjoni tiegħu tal-passat biex jikkontrolla kollox u lil kulħadd, ipprova jwarrab din is- sistema min-nofs.", "Pero` din id-darba Stefano Zamagni kien qed jitkellem fuq konċetti ta' ekonomija globali u pinġa kwadru ċar ħafna ta' l-għażliet quddiem in- nazzjonijiet tal-lum.", "Kien hemm anke esponenti tal-partit Laburista preżenti għal dak il-lecture, fosthom il-Professur Edwin Grech, jiġifieri jekk ma temmnux lili tistgħu tistaqsu lilu.", "Stefano Zamagni qal b'mod ċar li d-dinja kif inhi sejra llum ekonomikament ma tistax issostni tliet prinċipji li n-nies jipprovaw iżommu, id-demokrazija, l-Istat nazzjon u l- ekonomija globali.", "It-tlieta f'daqqa ma jistgħux jeżistu.", "Li jkollok l-istat nazzjon jibqa' imperjalista fis-sens ta' stat nazzjon kif kien mifhum fl-antik, demokrazija fi stat u ekonomija globali ma jistgħux jeżistu flimkien.", "Jista' jkollok tnejn minnhom biss, pero' ma jistax ikollok it-tlieta f'daqqa.", "U iktar ma' d-dinja qed tersaq lejn l- establishment ta' ekonomija globali iktar ikun diffiċli żżomm wieħed mit- tnejn l-oħra.", "Jiġifieri jew se jkollok ekonomija globali u d-demokrazija fil-pajjiż, jew se jkollok l-ekonomija globali u l-istat nazzjon u teħles mid-demokrazija, jew se jkollok l-istat nazzjon u d-demokrazija.", "Imma ma jistax ikollok it-tlieta f'daqqa.", "Huwa semma ċ-Ċina bħala eżempju ta' l-ekonomija globali u l-istat nazzjon mingħajr id-demokrazija.", "Iċ-China sfortunatament qiegħda taħdem fuq dak il- binarju.", "Tajret id-demokrazija, saħħet l-istat nazzjon u qed taħdem fl- ambitu ta' dinja globalizzata f'dik li hi industrijalizzazzjoni.", "Ma naħsibx li rridu li jiġri hekk f'pajjiżna.", "Aħna rridu nżommu d-demokrazija għax jinteressawna d-drittijiet ta' l-individwi.", "Aħna rridu nieħdu sehem ukoll fl-ekonomija globalizzata li ftit ftit qiegħda tidħol biex inkunu parti mid-dinja, naqilgħu iktar flus u jiżdied id-disposable income fil- bwiet tal-poplu Malti u GĦawdxi.", "Iktar ma nidħlu f'din id-dinja globalizzata bilfors irridu ftit ftit inħollu l-irbit ta' l-istat nazzjon.", "Issa ovvjament dan mhux se jsir f'daqqa.", "Ovvjament dan mhux se jsir għada, però strutturi bħalma huma dawk ta' l-Unjoni Ewropea, li huma bbażati fuq il-kooperazzjoni reġjonali, huma essenzjali biex l-istat nazzjon iżomm is-saħħa tiegħu fi strutturi globali.", "Kif nafu, il-kunsill tal-ministri jirrappreżenta l-istati u l-parlament Ewropew jirrappreżenta lill-popli, allura l-istat xorta jkun għadu jista' jaħdem fi ħdan il-kunsill tal-ministri.", "U allura l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea huma strutturi b'politika eċċellenti biex pajjiż ikun jista' jżomm shared sovereignty mal-pajjiżi l-oħra tar-reġjun, ikun jista' jidħol fis- suq ekonomiku u jżomm id-demokrazija.", "Il-Labour party qiegħed jiżbalja meta jaħseb li jekk se jibqa' barra mill- Unjoni Ewropea se jkun jista' jiġġieled il-forzi globali li għadejjin bħalissa u jżomm id-demokrazija f'pajjiżna.", "Xi ħaġa se jkollu jċedi.", "Sfortunatament mal-Labour party sal-lum dejjem kienet id-demokrazija.", "Nispera li l-Labour party tgħallem il-lezzjonijiet fil-passat.", "Però ibqgħu żguri li jekk il-Labour party illum - u sewwa jagħmel jekk jgħid hekk - huwa committed li jżomm id-demokrazija f'pajjiżna, irid jidħol f'arranġament reġjonali biex jikkompeti fid-dinja globalizzata.", "U jrid jidħol f'arranġament reġjonali mhux biss ekonomiku - bħalma qed jgħid, li jagħmel a free trade area - imma jrid jidħol f'arranġament reġjonali li jżomm anke d-drittijiet soċjali u politiċi tiegħu.", "Sur President, aħna m'aħniex qed ngħidu li l-istat nazzjon jispiċċa u jevapora f'temp ta' ħames snin.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-Unjoni Ewropea għandha sservi bħala buffer bejn il-global economic situation u l- bżonnijiet ta' l-istat nazzjon.", "U dan huwa li mhux qiegħed jirrealizza l- Labour party.", "Il-Labour party qiegħed għaddej f'karozza full speed ahead u bid-direzzjoni li ħa qiegħed tiela` ħajt enormi, mhux ħajt tal-ġebel, imma ħajt minn dawk tal-blokki li jużaw biex jibnu l-breakwaters.", "Il-partit Laburista qiegħed f'karozza u flok qed inaqqas l-ispeed ħalli jevita dan il-ħajt, qed jibqa' jsuq full speed ahead għal ġo dan il-ħajt.", "Huwa ffissat li ma jridx jidħol fl-Unjoni Ewropea u jibqa' jgħid li ma jridx jidħol għax din mhix tajba għalina.", "Il-Labour party ma jridx jitgħallem mill-passat.", "Jiddispjaċini ngħid li l-partit Laburista wassalni għall-konklużjoni li huwa partit iblah, bir-rispett kollu lejkom.", "Il-partit Laburista qed iħares lejn it-trends ekonomiċi u soċjali, però jrid jibqa' sejjer full speed ahead għal ġol-ħajt.", "U sfortunatament jekk il-partit Laburista jkun fl-isteering wheel jkun hemm il-poplu Malti fis- seat ta' wara u nispiċċaw fil-ħajt miegħu.", "Jien ma nistax naċċetta din is- sitwazzjoni.", "Kulħadd fetaħ għajnejn il-partit Laburista, kemm politiċi, kemm industrijalisti u kemm reliġjużi.", "Imbagħad ovvjament jibdew jattakkawhom għax bħas-soltu l-partit Laburista l-ewwel joħloq sitwazzjoni li tkun f'konfront ma' xi ħaġa stabbilita ta' xi istituzzjoni oħra, imbagħad meta dik l-istituzzjoni tgħid li l-partit Laburista għandu żball jibdew jattakaw lil dik l-istituzzjoni għax tkellmet.", "Fil-mass meeting ta' nhar il-ħadd l-Onor.", "George Vella beda jattakka lill- Ġiżwiti u lill-isqof!", "Imma jekk hemm dokument tal-knisja jismu Gaudium et Spes li jgħid li kull nisrani għandu dover imur jivvota meta jsir xi referendum jew meta ssir xi elezzjoni, x'tippretendu li tagħmel il-knisja?", "Tagħlaq ħalqha fuq prinċipju kardinali li huwa miktub fil-maġisteru tal- knisja?!", "Meta l-Labour party qal li qed jaħseb biex jagħmel boycott, il- knisja tkellmet - u sewwa għamlet - u qalet li mhux se tgħidilna kif nivvotaw però huwa prinċipju ta' din il-knisja, ta' dan il-maġisteru li kull ċittadin li jkun informat tajjeb għandu d-dover li jmur jivvota.", "Imbagħad għax il-knisja qalet hekk il-Labour party ħareġ jilmenta li l- knisja tkellmet hekk u għax ma tkellmitx hekk!", "Dan huwa eżempju ieħor tal-fatt li intom qegħdin fil-karozza u qed tagħfsu l-gass biex tidħlu fil-ħajt, bir-rispett kollu lejn kulħadd.", "Kif diġà għedt fetħulkom għajnejkom kemm politiċi, kemm reliġjużi u kemm industrijalisti.", "L-aħħar wieħed kien mill-ST Microelectronics.", "Issa dan mhuwiex xi ħadd Malti, għax meta tkellem Michael Bonello ikkritikawh għax wera l-opinjoni tiegħu peress li dan gvernatur tal-bank ċentrali.", "U dan meta aħna suppost qed nagħtu l-awtonomija lill-bank ċentrali ta' Malta!", "Jekk kull meta jiftaħ ħalqu l-gvernatur tal-bank ċentrali u jgħid xi ħaġa se naqbżu fuqu, ma nafx x'awtonomija hi din, bir-rispett kollu lejkom!", "Suppost il-Labour party jaqbel li l-awtonomija tgħaddi f'idejn il-bank ċentrali.", "Meta tkellem is-Sur Michael Bonello, meta tkellmu ex-gvernaturi tal-bank ċentrali kienu qegħdin iħarsu lejn il-ġid ta' pajjiżna.", "Dawn jafu li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jkunu parti mill-European Central Bank, Sur President.", "Dawn jafu li se jkunu parti minn struttura li tista' twassal biss biex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Jien nagħmel appell lill-poplu Malti.", "L-appell huwa: Ieqfu, aħsbu u ddeċiedu.", "L-istess slogan li warrab il-GWU.", "Fittxu l-ġid komuni, fittxu dak li veru hu ta' ġid għall-pajjiż, mhux neċessarjament dak li jista' jaqbel lilek issa għax dik vista qasira.", "Inti trid tħares lejn il-ħelwa tal-lum jew lejn iż-żewġ ħelwiet ta' għada.", "Hemm bżonn li l-poplu Malti jħares lejn iż-żewġ ħelwiet ta' għada, Sur President.", "Hemm bżonn li l- poplu Malti jidra li jrid iħares lejn is-sitwazzjoni fi kwadru sħiħ.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nħarsu mill-lum għal għada.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nħallu lil min ibeżżagħna bil-babaw!", "Dawk iż-żmenijiet għaddew!", "Il-poplu Malti huwa poplu edukat, kapaċi jagħraf dak li huwa tajjeb minn dak li huwa ħażin.", "Il-poplu Malti llum għandu l-kapaċita` mentali, għandu jkollu l-kapaċita` morali, għandu jkollu l-kapaċita` etika li jagħraf dak li huwa ta' ġid għal pajjiżna.", "Ma noqogħdux nimlew rasna għax dawn issa, kif għedt qabel, jibdew isemmu x-xjaten u gwerer, u jibdew isemmu ekonomiji li se jikkrollaw.", "L-Unjoni Ewropea huwa proġett kbir u tajjeb, minkejja li għandu d-difetti tiegħu bħalma għandha kull istituzzjoni.", "Jekk nieħdu dan il-parlament insibu li għandu d-difetti tiegħu, l-istituzzjoni taż-żwieġ ukoll għandha d- difetti tagħha, imma dak ma jfissirx li n-nies ma jiżżewġux u n-nies ma jeħdux l-istat tagħhom u n-nies ma jitilgħux fil-parlament, bir-rispett kollu.", "Il-proġett ta' l-UE huwa proġett importanti u huwa utli għal pajjiżna.", "Fuq kollox dan huwa proġett ta' paċi li ġie mniedi 60 sena ilu u għadu sejjer", "illum fil-konfront anke tal-baċir Mediterran bil-famuż Barcellona Convention.", "Jien infakkar biss f'dan il-kliem: ''Blessed be the peace makers for they shall see God.''", "Dan mhux jien għedtu.", "U l-bażi essenzjali ta' l-Unjoni Ewropea huwa li toħloq il-paċi politika, ul-paċi ekonomika u l-paċi soċjali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Grazzi, Sur President.", "Separatament mill- filosofija sekolari u l-ħafna essays ta' 200 sena ilu li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Asciak, jien se nirriferi għal dan l-Att biex jimplimenta diversi miżuri tal-budget u miżuri oħra amministrattivi.", "Se nagħmel l- intervent tiegħi fl-isfond ta' l-isfidi li għandu pajjiżna, sfidi li l- partit Laburista - li skond l-Onor.", "Asciak huwa iblah - huwa ppreparat għalihom għax għandu direzzjoni politika li tagħmel lil pajjiżna aktar kompetittiv u jgawdi solidarjetà ma' l-Unjoni Ewropea u mal-bqija tal- pajjiżi tad-dinja aktar minn dik ta' sħubija sħiħa.", "Permezz ta' dan l-Att irridu nimplimentaw id-diversi miżuri amministrattivi li se timponi fuqna t-triq lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea li sfortunatmanet b'rasu mgħaddsa ġor-ramel irid ikompli għaddej fiha l-gvern Nazzjonalista.", "Sur President, il-partit Laburista dejjem ipoġġi l-ewwel u qabel kollox is- sens komun, li jgħidlu li, bi sħubija fl-Unjoni Ewropea jew le, pajjiżna jibqa' dejjem jiddependi mill-importazzjoni netta.", "Allura huwa importanti li jkollu politika flessibbli ħalli fl-isfidi ta' l-hekk imsejħa globalizzazzjoni pajjiżna dejjem ikun matur u sostenibbli.", "Pajjiżna se jibqa' jkollu jimporta dak li għandu bżonn biex jieklu l-Maltin u l- Għawdxin u l-miljun turist, l-għalf għat-tjur u l-bhejjem, u dak li għandna bżonn biex insostnu s-servizzi mediċi tagħna u ħafna ħteġijiet oħra, allura jekk nitilfu l-flessibbiltà, awtomatikament inkunu qed nimblukkaw is- sostenibilità.", "In-naħa l-oħra jħobbu jirrepetu li aħna m'aħniex maturi u m'aħniex sensittivi - u issa qed jgħidu wkoll li aħna boloh - għall-ħtieġa li pajjiżna jirristruttura ruħu biex tabilħaqq jiggarantixxi kwalità ta' ħajja aħjar.", "Iżda aħna ngħidu li din il-kwalità ta' ħajja aħjar tista' tkun assigurata permezz tal-flessibbiltà li tiggarantixxi l-politika ta' partnership u mhux sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Ħalli nipprova ninkwadra dan kollu fl-isfond tal-ġid komuni, jiġifieri tal- ħobża ta' kuljum tal-Maltin u l-Għawdxin, ta' l-imprendituri f'pajjiżna u ta' l-isfidi tal-globalizzazzjoni.", "GĦaldaqstant se nerġa' nsemmi kwestjoni importanti li kont qed nitkellem dwarha dalgħodu fil-ħin tal-mistoqsijiet, meta staqsejt lill-ministru responsabbli mill-agrikoltura x'inhi l-policy tal-gvern għall-Medigrain.", "Skond il-kalkoli storiċi li suppost għamel il-gvern Nazzjonalista biex innegozja l-pakkett ma' l-Unjoni Ewropea, il-Medigrain f'pajjiżna timporta medja ta' 80% mis-sorsi tal-materja prima li għandu bżonn pajjiżna.", "Ir- raġunijiet huma ovvji; għax m'għandniex art biżżejjed biex nipproduċu s- soft u l-hard wheat, ix-xgħir, il-qamħirrun, il-maize jew barley.", "Allura dan jeħtieġ inkomplu nimportawh bil-flessibbiltà li għandna llum, li tista' tkun garantita biss bil-politika ta' partnership.", "GĦalhekk aħna ngħidu li din hija l-aħjar alternattiva għal pajjiżna.", "Sur President, bejn l-1999, is-sena 2000 u s-sena 2001 il-Medigrain importat b'kemm jiswew Lm7 miljun jew Lm8 miljun u ġieli aktar fis-sena f'dawk li huma qmugħ, xgħir u qamħirrun.", "Peress li llum, u jekk inkomplu bil-politika ta' partnership, m'għandniex protezzjoni fuq l-importazzjoni ta' din il-materja prima l-Medigrain iffrankat medja ta' Euro26.3 miljun fuq bażi ta' tliet snin, sew jekk kien impurtat mill-Unjoni Ewropea u sew minn barra l-Unjoni Ewropea.", "B'hekk il-Medigrain setgħet iżżomm il- kompetittività tagħha u setgħet iżżomm, xi 33 ħaddiem li għandha magħha.", "Naturalment setgħet ukoll toffri l-materja importata bi prezzijiet kompetittivi lill-klijenti li jixtru dan l-għalf għall-annimali u qamħ li minnu jsir id-dqiq u jsiru ħafna prodotti oħra.", "Il-Medigrain iffrankat medja ta' Euro26.3 miljun għaliex ma kenitx soġġetta li tħallas la t-tariffi interni ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas it-tariffi li timponi l-Unjoni Ewropea fuq dawn is-sorsi kemm-il darba jiġu importati minn pajjiżi li mhumiex membri.", "U fil-fatt il-Medigrain impurtat 80% tal- qmuħ, xgħir u qamħirrun minn barra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, mhux għax il-prodott ta' l-Unjoni Ewropea huwa ħażin imma għal raġunijiet ta' kompetittività li għamel riferenza għalihom il-ministru fl-introduzzjoni tiegħu.", "Sur President, wara li għal erba' snin fil-parlament smajna lill-gvern jgħid li se jinnegozja kondizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni, jiġifieri supply measures, illum innegozja kondizzjonijiet il-kontra ta' dak li kien jgħid.", "Il-gvern kien qiegħed jispjega li aħna se nieħdu supply measures fuq il-qmuħ jew iċ-ċereali bħalma għandha Spanja.", "Imma meta Spanja nnegozjat is-supply measure tagħha la ntrabtet li tħallas tariffa fuq dak l-ammont li kienet timporta kemm-il darba timpurtah minn barra l- Unjoni Ewropea, u lanqas intrabtet li meta tissieħeb tissussidja d- differenza fil-prezz ta' dak li huwa intern jew estern mill-Unjoni Ewropea stess.", "Iva, dik hija supply measure.", "Imma l-gvern mhux hekk għamel!", "Il-gvern għaxxaqha u ffinalizza negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex dak li jimporta minn barra l-Unjoni Ewropea jħallas it-tariffa fuqu u dak li jimporta mill-Unjoni Ewropea jħallas id- differenza ta' kemm ikun ogħla.", "Naf li dak li qed ngħid jista' jidher komplikat, pero` wieħed m'għandu bżonn l-ebda filosofija biex jifhem dak li qed ngħid u kulma għandu bżonn huwa sens komun.", "Kif spjegajt l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-world trade organisation, iddikjarat tariffa ta' Euro26.3 miljun fuq l-importazzjoni tal-qamħ, tax-xgħir u tal-qamħirrun biex tipproteġi l-politika komuni tagħha, liema tariffa ilha stabilita mill- 1997 u se tibqa' stabilita mill-inqas sas-sena 2013, pero` billi sal-lum pajjiżna m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea, m'huwiex obbligat li jħallas din it-tariffa.", "Issa nsibu li l-gvern Nazzjonalista ntrabat li jissussidja minn flus il-poplu d-differenza li jkun hemm bejn il-prezz intern u bejn il- prezz estern meta jimporta dawn is-sorsi mill-Unjoni Ewropea, pero` b'mod malizzjuż la l-gvern u lanqas il-MIC ma kellhom l-onesta` jew il- kredibbilta` - li tant jiftaħru biha - li jippubblikaw id-differenza li se jkun hemm bejn il-prezz intern u l-prezz estern ta' dawn il-prodotti.", "Ikun tajjeb jekk ngħid li l-gvern Nazzjonalista ntrabat li bejn Mejju u Diċembru tas-sena 2004 iħallas Euro3 miljun, fis-sena 2005 iħallas Euro2.85 miljun u fis-sena 2006 iħallas Euro2.7 miljun biex jissussidja ċ-ċereali u l-qmuħ importati f'pajjiżna.", "Mela jekk wieħed jikkalkola kemm se joħroġ il-gvern f'dak li hu sussidju matul it-tliet snin li ġejjin minħabba li se jorbot lill-Medigrain biex tixtri ċ-ċerali u l-qmuħ mill-Unjoni Ewropea ...", "Għax hawn irrid ngħid li jekk il-Medigrain tixtri dawn il-prodotti minn barra l-Unjoni Ewropea, hija tkun soġġetta li tħallas tariffa, jew aħjar levy, għax irridu ngħidu - u l- ewwel għalhekk għedt li biex wieħed jifhem dak li qed ngħid jien ma jrid ikollu bżonn l-ebda filosofija imma kulma jrid huwa sens komun - li għalkemm hawnhekk kemm-il darba saru dikjarazzjonijiet min-naħa tal-gvern li l-levies u d-dazji se jitneħħew, dawn kollha kienu dikjarazzjonijiet foloz għax fir-realta` minflok il-levies se jidħlu tariffi, dazji u anke kwoti, imma sfortunatament il-media lokali, partikolarment il-ġurnali bl- Ingliż, ma jkunux daqstant ħerqana li jirrapportaw il-verita` tal-fatti.", "Issa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Kont qed ngħid li issa l-Medigrain, biex timporta dak li importat fl-aħħar tliet snin minn barra l-Unjoni Ewropea, se jkollha tħallas Euro26.3 miljun f'tariffi, u kulma se jissussidja l-gvern huwa biss madwar Euro8.3 miljun minnhom.", "Għalhekk lill-Membri tal-gvern ngħidilhom: Spjegaw x'se jiġri ħalli nkunu nistgħu nifhmukom meta tgħajruna \"boloh\" għax m'intom tispjegaw xejn x'kondizzjonijiet aċċettajtu meta mortu tinnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea!", "Minkejja li nerġa` ngħid, intom għandkom is-saħħa tal-media, partikolarment tal-gazzetti bl-Ingliż li fl-editorjal tagħhom dejjem jgħidu kemm hu importanti li jkollna full membership ma' l-Unjoni Ewropea, imbagħad dawn id-dettalji importanti, li nerġa` ngħid jorbtu mal-loġika u mas-sens komun, ma tispjegawhomx, anzi taħbuhom b'mod malizzjuż billi lanqas biss tikkwotaw il-prezzijiet interni u esterni tagħhom.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk nenfasizza li kemm it-tariffa ta' Euro26.3 miljun kif ukoll is-sussidju ta' Euro8.3 miljun se jkollhom iħallsu għalihom il- familji tagħna, l-industriji tagħna u l-Medigrain permezz ta' taxxi indiretti.", "Aħna se nitgħabbew bir-regoli tar-reġim tal-politika komuni tal- biedja ta' l-Unjoni Eworpea, liema politika tikkwalifika għal n-nofs in- nefqa totali tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fi kliem ieħor, dan ifisser li minkejja li aħna m'aħniex se nibbenefikaw mis-sussidji li tagħti l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam, kemm jekk insiru membri kif ukoll jekk le, se jkollna nħallsu daqs iċ-ċittadini ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, li wħud minnhom igawdu minn 90% tas-sussidju li tagħti l-Unjoni Ewropea għal dan il-qasam.", "Dan ifisser ukoll li l-poplu Malti u Għawdxi, minbarra t-taxxi li jħallas se jkollu jissussidja lill- bdiewa u lir-raħħala tagħna biex ma jiġux żvantaġġjati kif ukoll lill- bdiewa ta' l-Unjoni Ewropea, li jipproduċu t-tabakk tat-tipjip, iz-zokkor, il-qmuħ u ċereali.", "Il-partnership li qed jipproponi l-partit Laburista tiggarantixxi iktar solidarjeta` u sostennibbilta` minn dik ta' sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea, u għalhekk permezz ta' \"partnership\" inkunu qed insostnu iktar il-ġid komuni u l-kwalita` tal-ħajja tal-poplu tagħna.", "Quddiem dan kollu, il-gvern ma jistax jibqa' qisu statwa tax-xemgħa jgħidilna li aħna boloh jew li għandna xi mażżra ma' saqajna u joqgħod jagħmel ħafna argumenti bħal dawn, li ma jfissru xejn.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li pajjiżna jrid ikun kapaċi jilqa' għall- isfidi ta' globalizzazzjoni kontinwament.", "L-iżviluppi li jseħħu fil-qasam tal-globalizzazzjoni la se jagħmlu lid-dinja kwadra u lanqas se jagħmlu lid- dinja forma ta' trianglu imma se jħallu lid-dinja tonda, kif inhi.", "Malta trid tibqa' tilqa' għall-isfidi ta' globalizzazzjoni għax trid tibqa' timporta kollox minn barra u għalhekk pajjiżna jrid jibqa' jiddependi mill- prezzijiet tas-swieq internazzjonali u mhux mill-prezzijiet interni ta' kull pajjiż.", "Mr Speaker, għalkemm dalgħodu ġejna akkużati li aħna boloh, fil-verita` aħna nies ta' integrita`.", "Fil-fatt il-viżjoni politika li għandu l-partit Laburista ġġib l-argumenti tal-gvern fix-xejn.", "Aħna nafu li s-sena li għaddiet l-Istati Uniti ta' l-Amerka ddikjarat li se tonfoq żewġ terzi iktar fin-nefqa tagħha fuq il-qasam ta' l-agrikoltura.", "Hija sfortuna li f'dan il-pajjiż il-qasam tal-biedja ma tantx nagħtuh l-importanza tiegħu u pjuttost nassoċjawh mal-basal, mal-ġdur u man-nies slavaġ, imma fir-realta` l-qasam tal-biedja huwa l-fertilita` tal-ħajja.", "Fil-fatt jien inxebbah lill-qasam tal-biedja ma' koppja li kapaċi ġġib lill-ulied fid-dinja għax jekk ma jkunux il-bdiewa li jipproduċu l-qmuħ, ix-xgħir u l-qamħirrun l- ebda tiġieġa ma tbid bajda u ebda baqra ma tipproduċi l-ħalib jew il-laħam.", "Naturalment imbagħad hemm ħafna affarijiet oħrajn li għalkemm m'humiex assoċjati mal-biedja, kieku ma tkunx għall-biedja dawn ma jiġux prodotti, bħalma ngħidu aħna huwa l-ġelat.", "Fil-fatt minkejja li l-istudenti tagħna jiġu mgħallma li l-qasam tal-biedja jammonta għal 2% tal-prodott gross domestiku, l-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ tgħid li in vista li ħafna mill-prodotti ta' l-ikel u tax-xorb jiddependu mill-biedja, il-qasam tal- biedja jammonta għal 60% tal-kummerċ tal-globu.", "Imma issa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Kont qed ngħid illi l-Istati Uniti ta' l-Amerka żiedet in-nefqa fil-qasam ta' l-agrikoltura b'żewġ terzi, jiġifieri jekk qabel kienet tonfoq Lm10 miljun f'dan il-qasam, issa qiegħda tonfoq Lm17 miljun.", "Dan x'ifisser fit- termini ta' globalizzazzjoni, li l-Membri tan-naħa l-oħra tant jitkellmu fuqha?", "Dan ifisser li matul din is-sena u fis-snin li ġejjin il-qmuħ, iċ- ċereali, il-qamħirrun u ħafna prodotti oħrajn ta' materja prima se jkollhom iktar prezzijiet kompetittivi fis-swieq internazzjonali.", "Il-partnership li qed jipproponi l-partit Laburista tiggarantixxi l-flessibbilta` kollha li l- protezzjoni tkun marbuta biss ma' dak li nipproduċu f'pajjiżna għax għal dak li ma nipproduċux f'pajjiżna ma jkun hemm l-ebda protezzjoni, la permezz ta' dazji, la permezz ta' tariffi u lanqas permezz ta' kwoti.", "Għall-kuntrarju, is-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ...", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, jista' l-Onor.", "Membru jpoġġi din il- garanzija fuq il-mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-garanzija hi li l-Istati Uniti ta' l- Amerka qiegħda ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Farrugia tana ħafna garanziji dwar x'se jakkwista l-poplu permezz ta' partnership.", "Allura jista' l-Onor.", "Farrugia jpoġġi dawn il-garanziji fuq il-mejda tal-Kamra jew inkella jgħid li m'għandu l-ebda garanzija?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, bir-rispett kollu, imma l-Ministru tal-Finanzi għadu m'hu qed jifhem xejn u qed jissorprendini meta qed jgħid li ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, lill-Onor.", "Farrugia mhux se nippermettilu jgħidli li m'hu qed nifhem xejn għax jien qed nifhem tajjeb.", "L-Onor.", "Farrugia qed jgħid lill-poplu li huwa għandu garanziji f'idejh li b'partnership la jitħallsu dazji, la jitħallsu tariffi u lanqas jitħallsu kwoti, u għalhekk jien qed nitolbu biex ipoġġi dawn il-garanziji fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Jien mhux talli qed nifhem imma talli qed nifhem ħafna x'qed jgħid l-Onor.", "Farrugia.", "Jew inkella għandu jgħid li m'għandux garanziji u li l-partnership ma jeżistix.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-garanziji huma marbuta mat-tifsira ta' l-hekk imsejħa \"globalizzazzjoni\".", "X'jiġifieri?", "(Interruzzjonijiet) Se niġi għall-garanziji wkoll!", "Ħallini nispjega!", "Ara ma taħsibx li ma nafux x'qed ngħidu!", "Ħallini nispjega biss!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-kalma.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-garanziji ma jeżistux, Mr Speaker!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ħalli nurih fejn huma l-garanziji, Mr Speaker!", "L- Unjoni Ewropea, li jridu jseħbuna fiha l-Membri tan-naħa l-oħra, biex tipproteġi l-qasam ta' l-agrikoltura tagħha għandha reġistrati mad-WTO 539 special safeguards for agriculture produce u 87 kwota.", "Issa aħna m'għandniex kwoti u mhux se jkollna kwoti, imma l-gvern intrabat b'dawn il- kondizzjonijiet.", "Dawn huma l-garanziji fix-xenarju tal-globalizzazzjoni, Mr Speaker; li b'partnership Malta permezz ta' dan il-parlament la se toqgħod terfa' l-piż ta' dawn it-tariffi, la se toqgħod terfa' l-piż ta' dawn il-kwoti ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia qed jagħti ħafna garanziji dwar kif se tkun is-sitwazzjoni ta' pajjiżna permezz ta' partnership.", "Issa jien qed ngħidlu biex ipoġġi dawn il-garanziji fuq il- mejda tal-Kamra jew inkella jkun onest mal-poplu Malti u Għawdxi u jgħid li m'hemm garanziji ta' xejn għax il-partnership qiegħed biss f'moħħ il-Membri tal-partit Laburista.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien inkun onest anke mal-Ministru u mas-Sedja u mhux mal-poplu Malti biss.", "Bir-rispett kollu lejh, ikolli nerġa` ngħid li l-Ministru għadu m'hu qed jifhem xejn.", "Fil-bidu tad- diskors tiegħi jien semmejt kemm hu importanti li npoġġu s-sens komun fuq quddiem.", "X'jiġifieri?", "Aħna, permezz ta' dan il-Parlament u permezz tal- Kostituzzjoni għandna l-obbligu li l-ewwelnett inħarsu l-interessi tan- nazzjon tagħna, u peress li pajjiżna għandu l-iżvantaġġ li minħabba ċ- ċirkostanzi tiegħu, jiddependi u se jibqa' jiddependi mill-importazzjoni, allura jrid iżomm il-flessibilta', u din hija l-garanzija, Mr Speaker; li pajjiżna la joqgħod jidħol fix-xenarju ta' dak li jinteressa lill-Unjoni Ewropea u lanqas joqgħod jidħol fix-xenarju ta' dak li jinteressa lill- Ministru Dalli personalment, ċioe` li nagħtuh garanzija!", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, ikolli ninsisti li l-Onor.", "Farrugia qed jibqa' jagħtina garanziji fuq kif tkun is-sitwazzjoni ta' pajjiżna b'partnership, u għalhekk jien qiegħed ngħidlu biex ipoġġi dawn il- garanziji fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jeżistux jew ma jeżistux dawn il- garanziji?!", "Jgħidilna; u mhux jgħidilna x'jaħseb hu u joqgħod iwebbel lill- poplu Malti b'affarijiet li ma jistgħux jinkisbu!", "Jew inkella għandu jgħid li dak li qed jgħid m'huwiex minnu u huwa biss ħrafa!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia huwa in possession u għalhekk nitolbu biex ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-garanzija li b'partnership pajjiżna ma jitgħabbiex bit-tariffi ta' l-Unjoni Ewropea fuq prodotti li ma nipproduċux hija s-sens komun.", "(Interruzzjonijiet) Ara huma għax se jitgħabbew b'dan il-piż, fl-ewwel tliet snin li nsiru Membri ta' l-Unjoni Ewropea se jkollhom joħorġu Euro7 miljun biex proprju jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' ċerti prodotti li jiġu importati mill-Unjoni Ewropea.", "Jien ma nafx kemm-il akkuża u nsult qlajt hawnhekk - għajruni saħansitra \"idle conjecture\" - għax qaluli li mhux veru li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l- prezzijiet tal-prodotti li jiġu importati mill-Unjoni Ewropea se jogħlew.", "Kien hawn deputati li saħansitra ġabuli l-irċevuti li ngħataw meta marru jieklu f'xi restaurant barra minn Malta u qaluli: Qed tara kif il- prezzijiet tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea m'humiex għoljin!", "Morna nieklu f'restaurant u l-prezz kien irħis!", "Dak li kont qed ngħid jien jirriżulta mill-ftehim li għamel il-gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea stess.", "Għaliex?", "Għax tant hu veru li l-prezzijiet ta' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea huma għoljin li biex il-familji tagħna ma jeħdux daqqa kbira, fl- ewwel tliet snin li nsiru membri l-gvern laħaq ftehim ma' l-Unjoni Ewropea li joħroġ Euro47 miljun proprju biex jissussidja dawn il-prezzijiet għoljin.", "Il-gvern għandu jispjega għaliex intrabat b'dawn il-piżijiet fuq l- importazzjoni, iktar u iktar in vista li mbagħad intrabat ukoll li jikkontrolla l-produzzjoni lokali.", "Il-gvern intrabat saħansitra li dawk il- prodotti li jissussidja ma jesportahomx lejn is-suq ta' l-Unjoni Ewropea u li fuq ċerti industriji li jesportaw lejn il-Golf Għarbi, l-iktar dawk li jipproduċu l-ikel u x-xorb, bħal per eżempju dawk li jipproduċu l-custard, l-instant drinks, il-gallettini u l-crackers, intrabat li jallinea - - ħalli nipprova nsib kelma oħra għax huma tant jgħidu diskors biex jipprovaw jiżvijaw l-argument li qed nitfixkel ċerti kliem li jużaw - jew jiġi konformi mas-sistemi tal-politika komuni.", "Dan xi jfisser?", "Dan ifisser li lil dawn il-fabbriki se ngħidulhom li l-kondizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jesiġu li huma jridu jagħmlu l-ordni tagħhom għall-materja prima minn qabel, imbagħad iħallsu d-differenza tal-prezz intern u estern u mbagħad jekk jiddikjaraw li jkunu esportawha jieħdu refund ta' dak id- depożitu ta' flus li jkunu għamlu minn xi tliet xhur jew erba' xhur qabel biex għamlu l-ordni tagħhom għall-materja prima.", "B'hekk se niżvantaġġjaw anke l-produzzjoni lokali għax billi fost prodotti oħra, iz-zokkor, il-qamħ u t-trab tal-ħalib xkumat, li minnu jsiru l-gallettini u ħafna ħlewwiet oħra, bħal kejkijiet, se jkunu ssussidjati mill-gvern Malti, lil dawn il- fabbriki qed ngħidulhom li anke biex jesportaw il-prodotti tagħhom fil- pajjiżi li sal-lum qed jesportaw fihom bla xkiel, is-sistema se tinbidel biex ikunu konformi mal-common agriculture policy.", "Dawn huma kollha affarijiet li għandhom jiġu diskussi, u għalhekk lill-ħaddiema tal-fabbriki jien ngħidilhom, bħalma qalilhom il-mexxej Laburista l-Onor.", "Alfred Sant waqt il-meeting tal-Marsa: Ħaddiema, intom li tipproduċu tant prodotti biex tesportawhom lejn is-swieq tal-Golf u lejn pajjiżi oħra, staqsu lit- trade unions li jirrappreżentawkom u staqsu lill-kumpanniji li taħdmu magħhom x'inhu l-impatt li se tħalli sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea fuq il- kumpanniji tagħkom.", "Lanqas hu sew li niġu f'dan il-Parlament u ngħidu \"prosit\" lin-negozjaturi, niftaħru kemm il-gvern għamel negozjati tajba u mbagħad is-sustanza ma nispjegawhiex.", "Ara aħna, bħala partit Laburista, qed ngħidu f'dan il- Parlament, li hija l-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż, illi ġaladarba nitilgħu fil-gvern l-ewwel li se mmexxu 'l quddiem huma dawk l-affarijiet li jagħmlu sens għall-poplu tagħna, li jiggarantixxu l-ġid komuni u kwalita` ta' ħajja aħjar u li jiggarantixxu s-sostenibbilta, il- flessibbilta` u l-kompetittivita`.", "Fuq il-prodotti ta' l-ikel aħna la se nitgħabbew b'taxxi indiretti u lanqas b'taxxi diretti, kif inhuma marbuta l- popli tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea bil-politika komuni li għandhom fuq il-biedja.", "Ta' min jgħid ukoll li aħna lanqas m'aħna se nkunu marbuta ma' l-obbligi li tpoġġi l-Unjoni Ewropea - u din hija xi ħaġa raġunata - fuq il-pajjiżi membri tagħha biex tipproteġi l-investiment li qed tagħmel f'dan il-qasam, u qed ngħid li din hija xi ħaġa raġunata għax kif għedt diġa`, nofs in- nefqa tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea qed tmur proprju fuq il-qasam ta' l- agrikoltura.", "Jekk l-Unjoni Ewropea qed tonfoq il-miljuni ta' liri fuq il- qasam ta' l-agrikoltura u nofs il-budget tagħha qed imur proprju f'dan il- qasam, mhux bilfors li tipproteġi l-agrikoltura?", "Illum anke jekk tmur il- bank u titolbu biex isellfek Lm100,000, dan ikun irid li tagħmillu l- garanziji.", "L-ewwel jien għalhekk għedt illi l-globalizzazzjoni m'hijiex taspira li tagħmel id-dinja kwadra jew triangola imma se tħalli d-dinja tonda kif inhi.", "Bank, kbir kemm hu kbir u sinjur kemm hu sinjur, jekk sellef jew għen lil xi proġett partikolari, ikun irid ċerti garanziji u jieħu ċerti prekawzjonijiet biex jassigura li dak l-investiment li għamel ikun qed jiġi sostnut u mhux Allaħares qatt ifalli, u hekk tagħmel l-Unjoni Ewropea.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel ħażin f'dan ir-rigward għax ġaladarba qed tonfoq nofs in-nefqa tagħha fil-qasam ta' l-agrikoltura, bilfors trid tagħmel ċerta protezzjoni, u sewwa tagħmel ħalli b'hekk tkun tista' ssostni suq intern b'saħħtu.", "Mr Speaker, minkejja li qabel ma spiċċaw in-negozjati, il-Membri tan-naħa l- oħra kienu jgħidulna biex nistennew u naraw, anke issa, li ntemmu n- negozjati, il-partnership qed jikkaratterizza l-viżjoni b'mod iktar responsabbli u b'mod iktar matur.", "Għaliex?", "Għax bħal kull sezzjoni oħra tad-dinja ...", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia qed jgħid li l- partnership ikkonkretizza l-pożizzjoni tiegħu, u għalhekk nitolbu biex iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra din il-pożizzjoni kkonkretizzata għax s'issa m'hemm xejn konkretizzat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mela le!", "Issa npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Mr Speaker, il-Ministru tal-Finanzi jaf, per eżempju, li bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, bejn Mejju u Diċembru tas-sena 2004 il-gvern se jkun qed joħroġ Euro11-il miljun biex jissussidja l-prezz taz-zokkor li bil-partnership kemm illum kif ukoll għada se nibqgħu nixtruh bl-irħis.", "Għaliex?", "Għax jekk l-Unjoni Ewropea, b'xi mod jew ieħor, tipprova tagħmel xi att kontra s-solidarjeta` u tiddeċiedi li ma tkomplix tiggarantixxi lil Malta sussidju fil-prezz internazzjonali biex tagħmlilha vendikazzjoni ...", "Issa jien naf li l-Unjoni Ewropea m'hijiex se tagħmlu dan, imma ejjew ngħidu li jiġri hekk biex inwieġeb għal din l-illużjoni li għandu f'moħħu l- Ministru tal-Finanzi!", "Jekk jiġri hekk Malta, bil-għaqal ta' gvern Laburista li jkun hemm, ikollha l-opportunita` li timporta z-zokkor minn fejn trid, anke minn barra l-Unjoni Ewropea, u dan mingħajr ma titgħabba bil-piż tat-tariffa ta' Lm250 fuq kull valur ta' Lm100 jew inkella ta' Lm76.40 fuq kull valur ta' Lm100.", "Dawn huma l-garanziji, u jien se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' dawn iċ-ċifri li se joħroġ il-gvern Malti taħt it-temporary state aid u kopja tat-tariffi ta' l-OECD.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, jiġifieri l-Onor.", "Farrugia qiegħed jgħid li hemm xi ftehim ta' partnership fejn ġie maqbul dan kollu?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mela nitolbu biex ipoġġi dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra!", "Mela dan jagħmel l-istatements hekk; fl-ajru?!", "Hemm ftehim ta' partnership li jgħid dan kollu?", "Ftehmu ma' xi ħadd li se jiġri hekk bil- partnership jew inkella qed jgħidilna x'jaħseb hu?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Farrugia, tista' tkompli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien qed nikkwota s-sorsi ta' l-OECD u s-sorsi tal-prattika fil-kummerċ dinji.", "Issa jekk il-Ministru jogħġbu jpoġġi l-argument tiegħu f'dan is-sens, affari tiegħu.", "Li qed niddikjara jien hu li Malta, b'politika ta' partnership, la jkollha bżonn tħallas it- tariffa li timponilha l-Unjoni Eworpea ta' Lm250 fuq kull valur ta' Lm100 zokkor li timporta mill-Unjoni Ewropea u lanqas se tkun marbuta li tħallas is-somma ta' Euro31.3 miljun fuq l-importazzjoni taz-zokkor mill-Unjoni Ewropea minħabba li tkun trid tissussidja l-importazzjoni għax tkun qed tixtri z-zokkor bl-irħis.", "Dawn huma argumenti tanġibbli li jirrikjedu biss ftit sens komun.", "Għalkemm l-oppożizzjoni Laburista m'hijiex qed issib l-appoġġ ta' ċerti ġurnali, speċjalment dawk bl-Ingliż, biex dan jiġi kkommunikat ħalli l- Kamra tal-Kummerċ, il-GRTU, il-Federazzjoni ta' l-Industrija u l-qarrejja tal-ġurnali jkunu jafu l-fatti u l-argumenti sostenibbli, kreattivi, maturi u kompetittivi tal-partnership jaslu ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn l-argumenti ma jeżistux għax partnership ma' teżistix!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'dan il-każ li ma teżistix hija ġustizzja għax parti mill-media, speċjalment dik bl-Ingliż, ma tispjegax dak li tkun qed tgħid l-oppożizzjoni Laburista fedelment u korrettament sabiex tfiehem lill- poplu x'jibqagħlu flus f'idejh bil-politika ta` partnership.", "Fuq iz-zokkor aħna la se noħorġu Euro 31 miljun fl-ewwel tliet snin u lanqas se nimponu fuq l-industrija tagħna li tħallas Lm250 levy fuq kull Lm100 zokkor importat.", "Allura dawn niffrankawhom kollha imbagħad dawn il-flus inkunu nisgħu nonfquhom biex nibnu skejjel, biex nirrijabilitaw il-widien u l- irdumijiet li kollha huma fi proċess ta' deżertifikazzjoni u naturalment insostnu sitwazzjonijiet ekonomiċi oħra li f'pajjiżna tħallew skartati u abbandunati minn dan il-gvern għax kien marbut biss ma' ossessjoni li finalment ġabet fix-xejn mhux biss il-miri tal-gvern imma sfortunatament anke dawk tal-poplu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, qed niddiskutu l-att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-estimi u miżuri amministrattivi oħra.", "Fost il-miżuri ta' l-estimi u miżuri amministrattivi oħra li l-ministru tal- finanzi ressaq għas-sena li għaddiet biex jibdew iseħħu din is-sena kien hemm it-tneħħja tal-VAT fuq qasam kulturali, partikolarment iż-żfin u l- mużika.", "Jekk m'iniex sejjer żball kien qed jingħad li biex titneħħa l-VAT minn fuq dawk iż-żewġ attivitajiet kulturali jrid jitressaq xi avviż legali.", "Li nixtieq ngħid jien huwa relevanti anke għal diversi miżuri fiskali li ħa l-gvern fl-isfond fl-istess ħin li kien qiegħed jinnegozzja sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea li torbotna b'obbligi anke fil-qasam tat- taxxa.", "Issa d-direttiva li l-Unjoni Ewropea għandha dwar il-VAT - qed nirefferi partikolarment għal dik tat-2002/38/EC - il-membri Stati kollha, imbagħad l-oħrajn meta jsiru membri huma obbligati li josservaw din id- drettiva.", "Din id-direttiva li ddaħħal il-VAT fuq servizzi ta' informazzjoni u attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi u rikreattivi suppost li tidħol fis-seħħ sa l-1 ta' Lulju ta' din is-sena.", "Allura kieku Malta kellha ssir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea jkollha ddaħħal il-VAT fuq dawn l-oqsma kollha li għadni kemm semmejt u li huma fid- direttiva tat-2002/38/EC.", "Allura dik il-miżura li ħabbar il-gvern fil- budget għal din is-sena hija biss miżura temporanja.", "Hija parti mill- istrateġija tal-gvern li waqt in-negozjati għall-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u fil-perjodu ta' qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet mill-poplu Malti u GĦawdxi dwar x'tip ta' rabta jrid ma' l-Unjoni Ewropea, kemm jista` jkun jevita li l-uġigħ jinħass qabel jittieħdu dawn id-deċiżjonijiet.", "Fl-istess żmien li l-gvern kien qiegħed iħejji l-budget tiegħu għas-sena 2003 u kien qiegħed jipprepara biex iċedi talbiet importanti li għamel fin- negozjati għall-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea ried jaħbi li se jċedi talbiet importanti li għamel biex sintendi ma jħabbarhomx għas-sena 2003 għaliex b'hekk ikun qiegħed juri lill-poplu Malti u GĦawdxi li qiegħed jieħu miżuri li jweġġgħu.", "Allura jaqbillu li qabel jittieħdu d-deċiżjonijet dwar x'rabtiet għandu jkollna ma' l-Unjoni Ewropea kemm jista' jkun jaħbi dan it-tip ta' uġigħ.", "Li rrid ngħid huwa li bis-sħubija sħiħa fl-UE mhux biss terġa` tidħol il-VAT fuq il-ballet, fuq il-pjanu u fuq l-attivitajiet kulturali kollha, iżda l-gvern ċeda wkoll mit-talba li kien għamel oriġinarjament, u jkollu jdaħħal il-VAT fuq il-kotba u fuq il-materjal stampat.", "Sintendi l-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat se jkollhom effetti negattivi u ħżiena fuq is-soċjeta` Maltija u GĦawdxija.", "Imma l- gvern dan irid jaħbih u s'issa ma qal xejn u qatt ma rrisponda fuq l- effetti negattivi tal-VAT fuq il-kotba u materjal stampat għaliex dawn jgħollu l-ispejjeż għall-edukazzjoni tat-tfal u taż-żagħżagħ u sintendi ma jaqbilx mas-slogan li s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea qed nagħmluha għall- ġid ta' wliedna, għax għad irrid lil xi ħadd jispjegali x'ġid se jsir lill- uliedna jekk bis-sħubija sħiħa bilfors inkunu obbligati li ndaħħlu l-VAT fuq il-kotba u materjal stampat.", "Il-VAT fuq il-kotba u materjal stampat jikkritikawha organizzazzjonijiet ta' l-istudenti.", "S'issa hija l-Irlanda u l-Ingilterra li ma timponiex VAT fuq il-kotba u materjal stampat u l- Ingliżi kienu ġelużi ħafna li ma jħallux il-VAT tidħol fuq il-kotba u materjal stampat.", "Meta ftit snin ilu kien hemm diskors li Gordon Brown, il-ministru tal- finanzi Ingliż, kien qiegħed jikkonsidra jekk iċaqlaqx il-VAT minn kif inhi u jdaħħalha b'xi forma fuq il-kotba u l-materjal stampat kienu qamu ħafna organizzazzjonijiet studenteski u sejħu dan il-pass bħala taxxa fuq il- kultura, taxxa fuq il-qari u taxxa li tolqot ħażin lit-tfal u liż-żagħżagħ u għamlu pressjoni mal-gvern Ingliż biex ma tidħolx il-VAT fuq il-kotba u materjal stampat.", "Hawn Malta l-gvern intrabat li jdaħħal il-VAT fuq il- kotba u materjal stampat bl-istrateġija li jbiegħed l-uġigħ qabel ma n-nies jilħqu jiftħu għajnejhom fuq l-implikazzjonijiet kollha ta' sħubija sħiħa.", "Għadu ma daħħalhiex s'issa, imma l-gvern bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea huwa obbligat u ntrabat u jkollu bilfors idaħħal il-VAT fuq il-kotba u l- materjal stampat.", "Sintendi hawnhekk għaqdiet ta' l-istudenti fosthom il- kunsill ta' l-istudenti universitarji mank indenja jikkumenta fuq dan.", "M'hemmx għalfejn jagħmel xi stqarrija esterika jew joħroġ bil-goff, imma għallinqas seta` jkollu d-deċenza, il-kunsill ta' l-istudenti universitarji, jgħid li bħalma hemm vantaġġi bis-sħubija sħiħa fl-UE hemm ukoll l-iżvantaġġi u fost l-iżvantaġġi hemm l-obbligu li l-gvern kellu jdaħħal it-taxxa tal-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat.", "F'pajjiżi oħra anke għaqdiet ta' l-għalliema jitkellmu fuq l-effett ħażin tal-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat bħal ġurnali, perjodiċi u materjal ieħor edukattiv.", "Hawn Malta għandna l-MUT li għandha kull dritt tesprimi l-opinjoni u l-pożizzjoni tagħha fuq x'rabta għandu jkollna ma' l- Unjoni Ewropea.", "Ma nafx jekk din għamlitx xi rapport fejn studjat l-impatt ta' sħubija sħiħa fuq il-qasam edukattiv, x'vantaġġi u xi svantaġġi jista` jkun hemm fuq l-għalliema u fuq l-istudenti.", "Ma nafx jekk jeżistix dan ir- rapport.", "Jekk dan ir-rapport jeżisti ma ġiex ippublikat.", "Alla jbierek ikun hemm unions oħra li jiġu kritikati fuq r-rapporti tagħhom imma sakemm ikun hemm union li qed taqbel allura dik ma tkunx fil-mira ta' l-attakki u tal- kritika.", "Li nafu hu li s'issa l-MUT, b'differenza għall-organizzazzjonijiet oħra ta' għalliema, anke dawk li jkunu jaqblu ma` sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, ma tkellmet xejn fuq l-effetti ħżiena u negativi tal-VAT fuq il- kotba u fuq il-materjal stampat.", "Naħseb li dan huwa ħażin għax f'pajjiżi li huma diġa` membri u li għandhom il-VAT fuq il-kotba u materjal stampat hemm pressjoni biex l-Unjoni Ewropea tneħħi l-VAT minn fuq il-kotba u l-materjal stampat għax qed tħalli effetti ħżiena u effetti negattivi.", "Hemm ukoll movimenti biex il-materjal eletroniku, il-materjal li jiġi mxandar u mqassam f'forma eletronika jiġi wkoll eżentat mill-VAT għax bil-VAT fuq il-qasam tal-kotba, fuq il-qasam tal-materjal stampat u fuq il-qasam tal-materjal eletroniku qed tintlaqat ħażin l-Unjoni Ewropea nnifsiha, il-kultura Ewropea, l-industrija tal-kotba Ewropea u anke l-industrija ta' l-informatika li minħaba dawn it-tip ta' taxxi hija inqas kompetittiva mir-rivali tagħha, per eżempju l-Istati Uniti.", "Imma dawn l-affarijiet hawn Malta donnhom irridu bilfors niddiskutuhom qishom xi punti tat-teoloġija jew kollox tajjeb jew kollox ħażin jew kollox abjad jew kollox iswed.", "Sur President, meta kkritikajt id-deċiżjoni tal-gvern li minħabba l-obbligi tiegħu tas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea kellu bilfors idaħħal il-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat, u inċidentalment fis-sena 2003, is-sena Ewropea tal-persuni b'diżabilita` ntrabat ukoll li jdaħħal il-VAT fuq l- affarijiet li jużaw il-persuni b'diżabilita` u allura se jżid il-problemi serji għalihom, niftakar li min-naħa tal-gvern kien hemm min ipprova jgħid li qed nesaġera, li m'iniex korrett u pprova wkoll jiddiħak b'dak li kont qed nagħmel.", "Meta kont qed nagħmel il-kritika tiegħi għad-dħul tal-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat kien għadu ma ġiex f'idejja wieħed mid- dokumenti li mbagħad il-gvern poġġa fuq il-mejda tal-Kamra fil-jiem li għaddew meta konna qegħdin niddibattu l-pakkett li nnegozja l-gvern ma' l- Unjoni Ewropea.", "Fosthom hemm dokument, li jiena nqisu dokumenti importanti ħafna u ngħid ukoll li naqbel ma' ħafna partijiet minnu, li kien imħejji mill-Ministeru tal-Finnazi u jġib id-data ta' 28 ta' Settembru 2001.", "F'dan id-dokument hemm argumnti validi ħana - u jiena nikkongratula lil min kiteb dan ir-rapport - li jixbħu argumenti li għamlu pajjiżi oħra, kemm dawk li huma membri fl-Unjoni Ewropea kif ukoll organizzazzjonijiet ta' pubblikaturi.", "Per eżempju, ftit ilu l-EPF, il-European Publishers Foundation, ħarġet appell qawwi, u qed tiġbor anke petizzjoni biex tipprova tikkonvinċi lill- Kummissjoni Ewropea biex tneħħi l-VAT minn fuq il-kotba u minn fuq il- materjal stampat.", "Hemm organizzazjonijiet oħra li qed jipprovaw jagħmlu l- istess imma s'issa s-sinjali huma bil-maqlub, li l-Unjoni mhux se taċċetta din it-talba u tneħħi l-VAT minn fuq dawn l-affaijiet allavolja qed tagħmel ħsara lill-edukazjoni u lill-kultura fl-Unjoni Ewropea, minbarra li qed tagħmel ħsara lill-industrija kulturali u lill-industirja tal-kotba.", "Imma ħalli nagħmel riferenza għad-dokument tal-ministeru tal-finanzi li tressaq il-pożizzjoni tal-gvern Malti hu jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid hemm argumenti validi ħafna għaliex m'għandhiex tidħol il-VAT fuq il-kotba u fuq il-materjal stampat.", "Hemm ukoll l-istess talba anke fuq oqsma oħra.", "F'din l-argumentazzjoni il-ministeru tal-finanzi kien qed jagħmel l-argument li l-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat tolqot ħażin lil dawk l-istudenti, tfal u żgħażagħ, li l-iktar għandna bżonn għadnna bżonn nħeġġġuhom jaqraw, li l-iktar għanda bżonn nagħtuhom il-ħiliet meħtieġa fil-kitba u fil-qari.", "Aħna f'pajjiżna għad għandna problema serja ta' l-illiteriżmu.", "Anke d-dokument tal-ministeru tal-finanzi jirrikonoxxi dan.", "Fil-fatt fil-parti li titkellem dwar policy implications jingħad li these campaigns involve the promotion of adult and senior citizen education and campaings against illiteracy u d-dħul tal-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat se jxekklu, se jtellfu u se jagħmlu ħsara lill-kampanji li għandna bżonn nagħmlu, u li m'aħniex nagħmlu biżżejjed, fuq l-illiteriżmu f'pajjiżna, illiteriżmu li sfortunatament mhux xi fenomenu kulturali tal- bieraħ ta' min ma kellux iċ-ċans u l-istess opportunita` li jmur l-iskola, iżda anke fost iż-żgħażagħ tagħna għad għandna problema serja ta' illiteriżmu.", "Għad għandna problema serja li fostna m'għandniex biżżejjed l-kultura tal- qari.", "Anke dan id-dokument tal-ministeru tal-finanzi jsemmi li għad għadna l-problema li l-kultura tal-qari m'hijiex imxerrda biżżejjed f'pajjiżna.", "Imma sadanittant il-gvern kellu jċedi t-talba tiegħu biex ma jkunx hemm VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat meta fl-istess ħin u fl-istess nifs ngħidu li s-sħubija sħiħa hija tajba għall-uliedna.", "Inġibu l-billboards bir- ritratti tat-tfal imma li fuqhom qed nimponu taxxa fuq il-kotba, fuq materjal stampat u materjal edukattiv il-gvern ma jitkellem xejn.", "Ċeda għall-argumenti min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea li qaltlu le għat-talba tiegħu għax jekk ma jdaħħalx il-VAT fuq il-kotba, fuq materjal stampat, fuq il-ġurnali u fuq il-perjodiċi tkun qed tgħawweġ ir-regoli tas-suq wieħed ta' l-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa tiegħu, naħseb bir-raġun, il-gvern kien wieġeb billi qallhom: Kif tista' tgħid li pajjiż daqshekk żgħir b'industrija tal-kotba lokali daqshekk żgħira u b'industirja daqshekk żgħira tal-ġurnali billi ma jkollux VAT fuq dawn l-affrijiet se jagħmel ħsara lis-suq wieħed Ewropew ta' 500 miljun ruħ?", "Imma l-Kummissjoni Ewropea qaltu: Le, trid tagħmel l-VAT fuq il-kotba u l- materjal stampat.", "Dan minkejja li l-gvern kompla jargumenta li l-VAT fuq il- kotba u l-materjal stampat tagħti żewġ daqqiet hawn Malta.", "L-ewwelnett minħabba l-ispejjeż tal-ġarr tal-kotba importati - u ħafna mill-kotba tagħna għall-iskejjel u anke għal dawk li jieħdu gost jaqraw - huma importati u allura l-prezz tagħhom diġa` huwa ogħla minn tal-kontinent u allura issa bil-VAT tkompli tgħolli l-ispejjeż tagħhom.", "Ovvjament l-istess il-perjodiċi u l-gazzetti.", "Dan huwa l-argument li għamel fid-dokument tiegħu l-ministeru tal-finanzi fit-28 ta' Settembru, 2001.", "Jgħid ukoll li dan se jolqot ħażin lill-industrija żgħira tal-kotba u ta' l-informazzjoni f'pajjiżna, li minbarra kwestjoni ta' spiża finanzjarja għax se jiswew iżjed, tagħmel ħsara ukoll lill-iżvilupp tal-lingwa Maltija u l-identita'.", "Argument kulturali validu f'dan id-dokument huwa dan:", "\"Newspaper and periodicals are consequently an important medium for the preservation and development of the use of the Maltese language which is recognised as the national language in the Maltese Constitution.''.", "Jiġifieri qed jingħad li dan jagħmel ħsara lit-tixrid ta' l-użu ta' ilsien Malti fostna.", "Allura min-naħa waħda jkollna l-gvern jiftaħar li għamel l- ilsien Malti lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u interessanti li fid- dokumenti kollha li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra mkien ma sibt - u nieħu gost jekk min-naħa tal-gvern jindakawli għax jista' jkun li qabiżli - xi dokument fejn il-gvern kien talab li l-ilsien Malti jkun lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea jew jekk din kenitx konċessjoni li saret mill-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi kollha applikanti bla ma talabha l-gvern Malti.", "Jiena ma rajtha mkien din u nixtieq li xi ħadd min-naħa tal-gvern jilluminani b'xi dokument fejn saret it-talba uffiċjali biex l-ilsien Malti jkun il- lingwa wkoll uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ħalli naraw x'hemm 'il hinn mill-ftaħir.", "Li nafu hu li waqt li qed isir dan il-ftaħir id-dħul tat- taxxa tal-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat huwa daqqa ta' ħarta għal- lingwa Maltija u daqqa ta' ħarta għall-iżvilupp tal-letteratura Maltija u għall-iżvilupp tal-kultura Maltija.", "Din qed nenfasizzaha jien, imma ż- żerriegħa ta' dan l-argument qiegħda wkoll fid-dokument tal-ministeru tal- finanzi.", "Sur President, ta` min jgħid ukoll li fl-istess ħin li konna qed ngħidu li rridu nagħmlu l-Malti lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea konna qed nagħtuh daqqa kerha hawn Malta meta tneħħa l-Malti mill-kors tal-liġi.", "Il- Malti tneħħa mill-kors tal-liġi anke minħabba s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, u nispjega.", "Ma jfissirx li l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea ċemplet lid-dekan tal-liġi fl-Universita' ta' Malta u qaltlu jneħħi l-Malti minn obbligu rekwizit biex il-Maltin jidħlu fil-kors tal-liġi.", "Imma interessanti ngħidu li f'dokument ieħor, din id-darba ta' l-Unjoni Ewropea nnifisha, x'ħin tiġi għal mutual recognition of qualifications, jingħad li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea l-gvern Malti jkolli jneħħi diversi rekwiżiti li s'issa kienu jsiru kull meta xi ħadd ried isir għalliem, perit jew avukat.", "Kien ikun hemm dawn ir-restricted provisions: In-nazzjonalita`, r-residenza u l-lingwa.", "Mhux l-ewwel darba li wieħed kien jara sejħa biex jiġu reklutati l-għalliema fejn l-ewwel provision kienet tkun li trid tkun ċittadin Malti biex tapplika.", "Bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea dik il- provision tmur għax hija kontra r-regoli tas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Ikun tajjeb kieku l-MUT tagħti daqqa t'għajn lejn din u tispjega ftit lill-għalliema effett bħal dan fuq il-qasam ta' l-għalliema.", "Sur President, hemm ukoll il-kwestjoni tal-lingwa u naf fiċ-ċert li l-Malti tneħħa bħala rekwiżit għall-kors tal-liġi biex jagħmilha aktar faċli għal studenti mill-Unjoni Ewropea biex jistudjaw il-kors tal-liġi f'pajjiżna.", "Dan kellu effett ħażin ħafna fuq il-Malti.", "Staqsu lill-kapijiet ta' l- iskejjel tas-sixth form u s-sekondarji u araw x'waqa` kien hemm fid- deċiżjoni ta' żgħażagħ li għamlu l-advanced matriculation tal-Malti.", "Kienet waqa` drammatika u din hija ħasra għaliex huwa importanti ħafna li l- ġenerazzjonijiet li ġejjin iżidu fl-apprezzament tal-kultura u l- letteratura Maltija, Hija ħasra li ntbagħat sinjal li tista' tilħaq fi professjoni għolja mingħajr ma tkun kapaċi ħafna fit-tħaddim ta' l-użu ta' l-ilsien Malti.", "Il-messaġġ ħaduh iż-żgħażagħ.", "Kien hemm ħafna inqas, nista' ngħid jien, speċjalment the best and the brightess ....", "Jiddispjaċini ngħid li din is-sena, minn mindu ħarġet id-deċiżjoni li tista' tidħol fil-kors tal-liġi mingħajr Malti, l-aktar żgħażagħ li ħadu deċiżjoni li m'għandhomx jagħmlu l-Malti huma l-iktar żgħażagħ li jġibu marki tajbin u li jġibu gradi għoljin.", "Dan huwa ħażin, u inutli noqogħdu niftaħru li daħħalna l-Malti fi Brussell jekk imbagħad neħħejnih minn tal- Qroqq fis-suġġetti l-aktar importanti, fi gradi u f'korsijiet li għandhom prestiġju soċjali u kultura.", "Qed nagħtu l-messaġġ li għandna l-Ingliż - u jien wieħed minn dawk li dejjem inħambaq fuq l-użu u l-importanza ta' l- Ingliż –pero` miegħu rridu nagħtu wkoll l-importanza lill-użu tal-Malti.", "Ma jistax ikun li f'pajjiżna nkomplu nsaħħu l-mentalita` li sfortunatament teżisti diġa` f'ċerti oqsma li għandek il-Malti għal tribu \"B\" u l-Ingliż għal tribu \"A\", u bid-deċiżjoni li tidħol il-VAT fuq il-kotba u l-materjal stampat, iva qed nagħtu daqqa anke lill-letteratura u l-kultura Maltija.", "Din hija xi ħaġa ħażina, imma l-gvern minħabba l-obbligi ta' sħubija sħiħa u minħabba d-deċiżjoni tiegħu li akkost ta' kollox idaħħalna fl-Unjoni Ewropea kellu jintrabat li jagħmilha.", "Ara x'differenza mbagħad il-politika Laburista ta' partnership.", "Id- differenza hi li f'dawk l-oqsma fejn huwa ta' ġid kemm għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għalina nistgħu nikkoperaw u nistgħu naħdmu id f'id.", "Imma f'dawk l-oqsma li ma jagħmlux sens li bilfors nadottaw ir-regoli jew taxxi ta' l- Unjoni Ewropea, b'politika ta' partnership ikun possibbli li ma nadattawhomx.", "U fil-fatt il-policy tal-partit Laburista dwar it-taxxa tal- VAT, li issa tiġi diskussa anke fil-konferenza ġenerali tal-partit, proprju taħseb għal dan: Taxxa ta' VAT aktar adattata għaċ-ċirkostanzi u għas- sitwazzjoni Maltija, li ma jkunx hemm VAT żgur fuq il-kotba, li ma jkunx hemm VAT fuq il-materjal stampat, li ma jkunx hemm VAT fuq l-edukazzjoni, li ma jkunx hemm VAT fuq il-qasam sportiv u li ma jkunx hemm VAT fuq l- attivitajiet kulturali.", "Bil-politika ta' partnership il-partit Laburista dan jista` jagħmlu.", "Meta inti tiddeċiedi li tidħol f'organizzazzjoni li għandha r-regoli tagħha jkollok bilfors tapplika dawk ir-regoli, anke dawk ir-regoli li inti jdejquk u li jistgħu jagħmlulek ħsara.", "Imma bil-politika ta' partnership nżommu f'idejna l-poter li nieħdu d-deċiżjonijiet aħna, il- poter li nfasslu aħna t-taxxi u l-policies tagħna kif l-aħjar huma għalina.", "U għalhekk tagħtina l-liberta` li ma jkunx hemm VAT fuq l-edukazzjoni, fuq l-isport u fuq il-kultura.", "Il-gvern stess jirrikonoxxi li bid-dħul tal-VAT fuq dawn l-oqsma ssir il-ħsara.", "Huwa interessanti li fl-ewwel VAT li kien daħħal il-gvern kien ħalli barra l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Meta daħħalha għat-tieni darba, wkoll ħalla barra l-qasam ta' l-edukazzjoni, iżda mbagħad biex isegwi l-obbligu tar-regoli ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, li tfisser li nintrabtu bir-regoli kollha ta' l-Unjoni Ewropea, anke dawk li ma jgħoddux għalina, il-gvern kellu jbiddel il-VAT u kellu jdaħħalha anke fuq l-edukazzjoni.", "Jiena kont naf li f'laqgħat li saru ma' diversi ministri meta kapijiet ta' l-iskejjel, fosthom anke skejjel tal-knisja, kienu marru jipprotestaw mal-gvern għax jekk riedu jixtru overhead projector jew ikabbru sala fi skola jridu jħallsu l-VAT, kienu qalulhom li dik minħabba r- regoli ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Pubblikament qatt ma ntqal dan id-diskors u meta ktibtu jien xi ħadd bravu tal-MIC ħareġ jgħid li mhux veru dak li qed ngħid jien.", "Interessanti li fid-dokument tat-28 ta' Settembru tas-sena 2001 hemm ammissjoni min-naħa tal-gvern li għal dik ir- raġuni inbidlet it-taxxa tal-VAT u bdiet tigdem anke il-qasam edukattiv.", "Fil-fatt fir-rapport tal-ministeru tal-finanzi jingħad hekk:", "\"Apart from the above mentioned social and economic impact ...\",", "- hawnhekk qed jargumenta li t-taxxa tal-VAT tagħmel ħsara lit-tfal, liż- żgħażagħ, il-qasam edukattiv, il-qasam kulturali, il-qasam tal-letteratura –", "\"... the situation is complicated further by the fact that the sectors in question have recently been effected by a taxation measure resulting from the government decision to re-categorise education services as exempt without credit which was implemented within the context of the ongoing process related to the approximation of the Maltese VAT Act to the sixth directive.", "This measure has produced a negative impact on prices for the same category of consumers, mainly students, that would be hit by the introduction of tax on printed matter.\".", "Mela l-ewwelnett hawn żewġ ammissjonijiet.", "L-ewwel ammissjoni kbira - u rrid issa li dak il-bravu tal-MIC li kien ħareġ jikkontradixxini jgħid jekk hux veru li kont għedt jien - hij li l-VAT fuq l-edukazzjoni daħlet biex tkun skond ir-regoli ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "It-tieni ammissjoni min-naħa tal-gvern hija li dik weġġgħet lill-istudenti, kif se tweġġagħhom id-dħul tal-VAT fuq il-kotba u fuq il-materjal stampat.", "Għalhekk hemm disonesta` kbira kif qed isiru ċerti argumenti fuq x'tip ta' rabta għandu jkollu pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Mhux se noqgħod nirriferi jew inwieġeb għall-insulti li għamlilna dalgħodu l-Onor.", "Michael Asciak fid-diskors li għamel.", "Għajjarna boloh, saħanistra.", "Ma nafx x'kien jonqsu jgħajjarna.", "Minn kollox għajjarna, b'taħlita ta' arroganza u injoranza, ngħid jien, ħalli nagħmilha ċara.", "U meta jkollok l-arroganza u l- injoranza l-agħar tip ta' taħlita li jista` jkollok, imma mhux se nwieġeb għal dak it-tgħajjir.", "Sur President, quddiemna għandna għażla li fil-fehma tiegħi kemm dawk li huma favur is-sħubija sħiħa u kemm dawk li huma favur partnership għandhom jiddeċiedu fuqha b'għajnejhom miftuħa u b'riflessjoni kalma biex ikunu jafu x'qed jiddeċiedu.", "Huwa importanti li jkunu qed jiddeċiedu b'għajnejhom miftuħa u jkunu qed iqisu kollox.", "L-għażliet huma differenti ħafna għaliex, nerġa' ngħid, bi sħubija sħiħa inti qed iċċedi l-poter tiegħek, id- decision making powers tiegħek Ii tfassal inti il-liġijiet u t-taxxi kif jaqblu lilek.", "Tkun qed iċċedih dak, u tifhimha li ċċedih għaliex inti qiegħed tingħaqad ma' organizzazzjoni kbira u din l-organizzazzjoni għandha r-regoli tagħha.", "F'din l-organizzazzjoni, kif tfasslu r-regoli issa, pajjiż żgħir bħal tagħna qed jingħata piż ċkejken ħafna fil-postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, jiġifieri fil-kummissjoni, fil-kunsill tal- ministri, fil-bank ċentrali Ewropew u fil-parlament tal-Unjoni Ewropea.", "Allura għalkemm aħna inkunu preżenti, inkunu preżenti mingħajr is-saħħa meħtieġa biex ninfluwenzaw dawk id-deċiżjonijiet bis-serjeta`.", "Għalhekk bis-sħubija sħiħa nkunu qed nitilfu l-poter li niddeċiedu f'pajjiżna x'taxxi u x'liġijiet nagħmlu bla ma nirbħu xi poter ġdid biex ngħidu lill-Ġermaniżi, lill-Franċiżi, lill-Ispanjoli u lill-Ingliżi x'jagħmlu.", "Bis-saħħa tagħhom il-poter li għandhom hu tal-ġganti u huma se jkomplu jmexxu.", "Bil-partnership id-differenza hija kbira.", "Id-differenza hi li aħna jkollna relazzjonijiet mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea u naħdmu id f'id magħha f'dawk l-oqsma fejn nistgħu naħdmu id f'id u hu ta' ġid għalina.", "Imma mbagħad inżommu dak l-ispazju meħtieġ għal pajjiż żgħir għax dan jibqa` dejjem meħtieġ.", "Aħna bħala pajjiż żgħir, in-nazzjonaliżmu tagħna qatt ma jista' jkun ta' theddida għal ħaddieħor.", "Anzi jien ngħid li n-nazzjonaliżmu tagħna, mhux magħruf f'sens dejjaq, huwa s-salvazzjoni tal- pajjiżi ż-żgħar.", "Il-pajjiżi iż-żgħar għandhom bżonn in-nazzjonaliżmu.", "U nerġa` ngħid, għandhom bżonn in-nazzjonaliżmu mhux f'xi sens dejjaq, xovinista li jien kollox tajjeb u l-barranin kollha ħżiena.", "Le, dak huwa assolutament bla sens.", "GĦandhom bżonn in-nazzjonaliżmu għaliex f'pajjiż żgħir faċli tiġi assorbit fid-dinja ta' madwarek, allura importanti li inti żżomm il-personalita` tiegħek.", "Għal hekk biss qed ngħid li huwa s- salvazzjoni.", "Imma żgur li n-nazzjonaliżmu tagħna ma jistax ikun ta' theddida għal oħrajn bħalma huwa n-nazzjonaliżmu Ġermaniż, li hemm min jgħid li huwa importanti li l-Ġermanja tiġi llokkjata fl-istituzzjonijiet Ewropej ħalli ma terġax tiftaħ ġwenħajha l-ajkla imperjali.", "Imma fil-każ tagħna l-partnership iżommilna l-liberta` u s-sovranita` li niddeċiedu aħna.", "Din hi l-għażla li pajjiżna għandu quddiemu.", "U għalhekk li bil-partnership ikun possibbli għalina li, per eżempju, il-VAT ma ddaħħalhiex ddaħħalha fuq il-kotba u l-materjal stampat għax din ma tagħmilx sens u l-gvern jaf li ma tagħmilx sens.", "Jekk inti tkun f'relazzjoni ta' partnership mhux se thedded is-suq tagħhom, allura lilhom ma tagħmlilhomx ħsara din.", "Huma jgħidulek biex idaħħalha għax tkun trid il-full membership u allura r-regoli kollha jridu japplikaw hemmhekk.", "Imma f'relazzjoni bilaterali fejn inti żgur m'intix se tagħmel ħsara lilhom jekk ma jkunx hawn VAT fuq il-kotba, fuq il- ġurnali u rivisti, dik tippermetihielek għax tkun f'relazzjoni bilaterali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nifhmu li d-deċiżjoni dwar x'tip ta' rabta għandu jkollu pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea m'hijiex deċiżjoni ta' politika barranija, m'hijiex deċiżjoni li tolqot qasam wieħed, imma hija deċiżjoni ta' jekk titlifx id-dritt u l-poter li tmexxi f'pajjiżek jew inkella li jkollok relazzjoni ta' ħbieb, tkun fl-aqwa relazzjoni mal-ġirien tiegħek imma għallinqas f'darek tkompli tikkmanda int.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li għandha quddiemna huwa abbozz li għall-membri hawn ġew huwa xi ħaġa xejn mistennija.", "Xejn mistennija fis-sens li huwa normali li wara r-recess tal- perjodu tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena wieħed mill-ewwel abbozzi ta' liġi li jersqu quddiem din il-Kamra jkun proprju l-abbozz dwar l-implimentazzjoni tad-diversi miżuri li jkunu ġew diskussi fil-budget.", "Liġi bħal din hemm min isejħilha cocktail għax fiha ħafna affarijiet u allura naħseb li kien ikun aħjar kieku kellna aktar ċans biex niddiskutuha f'dan il-Kamra.", "Allura jien nistaqsi: Għalfejn il-miżuri li joħorġu mill- budget jitressqu f'liġi waħda?", "Qed ngħid hekk għaliex dan l-abbozz ta' liġi mhux miżuri tal-budget biss fih imma fih ukoll miżuri amministrattivi tal-gvern.", "Fost affarijiet oħrajn dan l-abbozz ta' liġi jitkellem fuq self tal-gvern, fuq tassazzjoni bħall-bands ta' l-income tax, international trading companies u kif persuni separati jintlaqtu mill-income tax ̧ fuq tibdiliet fil-liġi dwar l-accoutancy, fuq import duties, fuq id-dwana ̧ fuq it-taxxa li jkun hemm fuq dokumenti, kuntratti u affarijiet marbutin mal- wirt u affarijiet magħmulin fil-ħajja tal-bniedem, fuq taxxa fuq ir- reġistrazzjoni ta' vetturi, fuq l-immaniġjar tat-taxxa mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni, fuq it-taxxa tas-sisa u fuq it-taxxa fuq is-sigaretti u affarijiet simili.", "Għalhekk din il-liġi tikkomprendi firxa vasta ta' affarijiet u huwa diffiċli li f'dibattitu pjuttost qasir tidħol fid-dettall.", "Jien naħseb li l-gvern irid jirrestrinġi d-diskussjoni u l-kritika għax ikun jixtieq iressaq ċerti liġijiet kemm jista' jkun malajr.", "Pero' huwa mportanti li jkun hemm bilanċ għaliex meta tħares lejn l-elementi li joħorġu minn din il- liġi jista' jkun li jkollok affarijiet li ma jkunx hemm daqshekk kontroversja fuqhom imma minħabba li jkunu mħalltin ma' affarijiet oħra ta' natura aktar serja li jirrigwardaw ̧ per eżempju ̧ il-manteniment tat- tfal ̧ il-vot f'din il-Kamra jista' jmur f'direzzjoni mhux ġusta.", "Għalhekk hemm differenza bejn li jkollok ċerti affarijiet inkorporati fl-istess abbozz ta' liġi milli jkollok affarijiet li jkunu f'abbozzi ta' liġi separati.", "Sur President ̧ liġijiet bħal dawn jagħtuna l-opportunità li nitkellmu fuq l- aspett ekonomiku u finanzjarju tal-pajjiż.", "Naħseb li nkun qed nonqos jekk ma nitkellimx - anke minħabba n-natura tax-xogħol tiegħi bħala nutar pubbliku – fuq il-miżuri maħsubin għal-liġi dwar it-taxxa fuq dokumenti, dak li ngħidulu l-boll.", "Meta wieħed jagħmel kuntratt fuq bejgħ jew xiri ta' proprjetà jew minħabba wirt ikun irid iħallas taxxa lill-gvern ta' dak it-trasferiment li jkun sar.", "Issa f'din il-liġi qed jingħad li se jkun hemm emenda għall-proċeduri kif kienu sal-lum.", "Sal-lum il-ġurnata l- prattika dejjem kienet li kważi kulmin jagħmel kuntratt ̧ ftit ġimgħat jew xhur wara li jħallas il-bolol dovuti fuq dak it-trasferiment ̧ jirċievi mingħand il-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "Fil-fatt l-ewwel jibgħatulu l- perit ̧ dan jirrapporta lid-dipartiment u mbagħad isiru l-kalkoli.", "Issa jekk skond l-istimi li jsiru l-proprjetà tkun tiswa aktar milli jkun ġie dikjarat fil-kuntratt, dak li jkun ikollu jħallas id-differenza plus li jeħel multa li tista' titla' sa 10% tad-differenza tal-bolol.", "Fil-fatt jekk il-gvern iħoss li dak li jkun ma jkunx ħallas il-bolol kollha li suppost kellhom jitħallsu ̧ wieħed jista' jeħel multa ta' Lm1,000.", "Issa x'kien jiġri fil-konswetudini?", "Kien jiġri li wieħed imur joġġezzjona u awtomatikament il-multa jew it-taxxa tal-boll kienu jiġu mnaqqsa.", "Kien hemm diskrezzjoni u din kienet titħaddem.", "Nazzarda ngħid li l-gvern kien jiġbor ċertu ammont ta' flus sostanzjali mhux biss mill-kuntratt innifsu imma wkoll minn stimi extra li jagħmel hu.", "Ovvjament il-konsumatur ikun mingħalih li jkun ħallas dak kollu li kellu jħallas u f'daqqa waħda jsib xi kont ma' wiċċu.", "Din hija xi ħaġa li tiġri ta' spiss.", "Issa l-gvern qed igħid li xorta se jibqa' jibgħat il-perit tiegħu biex jistma l-proprjetà u sakemm id-differenza tkun sa 15% tal-valur stipulat fil-kuntratt - illum il-ġurnata ma nafx kemm din tiġi osservata – din tkun tista' titħallas.", "Għalhekk kien hemm breathing space ta' madwar 15%.", "Pero' issa l-gvern qed igħid li l-proċedura li permezz tagħha l-Kummissarju tat-Taxxi Interni jista' jimmulta sa 10% se tkun marbuta ma' kemm iddum biex titħallas id- differenza li jkun qed jistma l-gvern.", "Issa jekk ̧ kif diġà għedt ̧ din il-multa ma kenitx tiġi pprattikata, fir- realtà mhu se tkun qed tnaqqas xejn.", "Barra minn hekk issa qed jiddaħħal iż-żmien.", "Fil-fatt fil-liġi hawn imniżżla persentaġġi fuq perijodu ta' disa' xhur.", "Per eżempju ̧ jekk dak li jkun iħallas fi żmien xahar ̧ iħallas 10% tal-multa li tkun imponuta fuqu, jekk iħallas fi żmien xahrejn ̧ iħallas 20%, jekk iħallas fi żmien tliet xhur iħallas 30% u tibqa' sejjer hekk sa 270 ġurnata.", "Imbagħad jekk igħaddi dan il-perijodu wieħed ikollu jħallas 100% tal-valur.", "Jien mhux se nidħol fi problemi ta' nies illitterati li ħafna drabi jindunaw b'ċerti affarijiet wara li jkun għadda ċertu żmien.", "Dawn huma problemi li trid tifhimhom.", "Pero' din hija kwestjoni fejn jidher li l-gvern irid igħaġġel fil-mod kif jiġbor il- pagamenti dovuti lilu.", "Issa dan l-element taż-żmien jista' jaħdem kontra l-individwu għax ̧ per eżempju, fejn qabel wieħed li jħallas wara sitt xhur kien iħallas 20% tal- multa, issa, skond il-liġi ̧ wieħed li jħallas wara sitt xhur irid iħallas 70% tal-multa.", "Issa hawnhekk nixtieq ngħid li fid-diskors tal-budget donnu ngħad li dan l-ammont jista' jitla' sa l-ammont doppju imma din mhijiex imsemmija fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Għalhekk bejn dak li ntqal fid-diskors tal-budget u bejn dak li qed isir fil-prattika hemm qabża kbira li tista' taffettwa lill-indivdwu konċernat.", "Allura nitlob lill-ministru biex fil-winding up tiegħu jiċċara din il-ħaġa.", "Bidla oħra fil-liġi tat-taxxa tal-boll hija marbuta mal-kuntratti li jsiru meta tkun se tinxtara l-ewwel u l-unika residenza.", "Fejn qabel ir-rata tal- boll kienet ta' 3.5% sa l-ewwel Lm20 ̧000 u 5% fuq aktar minn dan l-ammont ̧ illum ir-rata ta' 3.5% se tkun sa l-ewwel Lm30 ̧ 000.", "Imbagħad fuq aktar minn dan l-ammont titħallas ir-rata ta' 5% ̧ irrispettivament minn jekk din tkunx l-ewwel residenza tiegħek jew le.", "Għalhekk wieħed li jixtri proprjetà b'Lm20,000 dan it-tibdil mhux se jaffettwah.", "Issa llum kulħadd jaf kemm il-prezzijiet tal-proprjetà għolew u meta titkellem fuq proprjeta` ta' Lm30, 000 ma tkunx qed titkellem fuq proprjetà ta' barra minn hawn imma tkun qed titkellem fuq appartamenti u maisonettes.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija li wieħed li jixtri garage ta' Lm3,000, Lm4,000 jew Lm5,000 separatament irid iħallas bir-rata ta' 5% għax ma jkunx għamel kuntratt wieħed.", "Ma nafx kif qed nagħmluha din jekk irridu ninkoraġġixxu n-nies jużaw il-garaxxijiet u mhux iħallu l-karozzi tagħhom fit-triq.", "Fil-prattika diġà huwa diffiċli li ż-żgħażagħ jixtru l-ewwel residenza tagħhom u forsi ma jifilħux jixtru r-residenza u l- garage fl-istess ħin.", "Pero' bil-liġi kif inhi fuq dak il-garage wieħed se jiġi ntaxxat bil-5% allavolja ma jkunx ilaħħaq l-ammont ta' Lm30 ̧000.", "Naħseb li din hija inġustizzja.", "Niftakar din kont semmejtha wkoll meta kienet iddaħħlet l-eżenzjoni sa Lm20, 000 u dakinhar kienu qaluli li x'imkien trid tieħu deċiżjoni.", "Pero' ma naħsibx li huwa sew li wieħed jitkellem b'dak il-mod.", "Dan il-punt nerġa' nsostnih illum u nerġa' ngħid li din hija inġustizzja f'pajjiż modern.", "Naħseb li l-liġi dwar it- tassazzjoni għandha tiġi modifikata biex tgħin verament lin-nies fil-bżonn.", "L-istess se jsir f'każ ta' wirt għax il-liġi tgħidlek li kollox għandu jkun fl-istess kuntratt.", "Dan ifisser li wieħed li jiret post mingħand xi ħadd mill-familjari u xi garage mingħand xi ħaddieħor se jiltaqa' ma' l-istess problema għax dawn ikunu żewġ trasferimenti separati.", "Din hija waħda mill- ħafna miżuri li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi Sur President, meta tibda tħares lejn il-miżuri amministrattivi u miżuri oħrajn li qed iressaq il-gvern għall-budget tibda tgħid: Imma dawn huma s- soluzzjonijiet meta l-pajjiż għaddej minn dawn id-diffikultajiet?!", "Per eżempju, sa tmien din il-leġislatura huwa mistenni li piż tat-taxxi fuq il- poplu Malti huwa mistenni li jkun ta' madwar Lm265 miljun.", "Fil-fatt din is-sena mill-income tax se jkun hemm żieda ta' 33% fuq is-sena 2000.", "Tant hu hekk li filwaqt li fis-sena 2000 iż-żieda kienet ta' Lm150 miljun, din is-sena huwa pproġettat li ż-żieda tkun ta' madwar Lm199 miljun.", "L-istess ngħid fuq il-VAT.", "Skond il-kalkoli tal-gvern iż-żieda mill-VAT mistennija tlaħħaq 26% matul l-istess perijodu ta' tliet snin jiġifieri minn Lm104 miljun fis-sena 2000 għal Lm131 miljun fis-sena 2003.", "Dan jirrappreżenta madwar 48% jew kważi nofs id-dħul kollu mit-taxxi diretti jew indiretti tal-gvern.", "Il-gvern jattribwixxi u jiftaħar bl-effiċjenza tiegħu fil-ġbir tat-taxxi pero' l-poplu qed jispiċċa mbażwar.", "Pero' l- akbar stramberija hija din, Mr Speaker.", "Jien ma nafx kif il-gvern qed jibbaża daqstant fuq dawn iż-żewġ sorsi ta' dħul b'aspettattivi daqshekk għoljin meta kemm il-qasam ta' l-impjiegi kif ukoll il- qasam tan-negozju ̧ it-tnejn essenzjali kemm fil-kontest ta' l-income tax kif ukoll fil-kontest tal-VAT, għaddejjin minn żmenijiet diffiċli ferm.", "Allura fejn hija l- kredibilità ta' miżuri bħal dawn?", "Sur President, minkejja li qabel l-1996 il-gvern kien igħid li d-deficit huwa ħrafa ̧ f'dawn l-aħħar snin ibbaża l-istrateġija kollha tiegħu biex inaqqas dan id-deficit.", "L-isfortuna hija li issa li waslet biex tispiċċa din il-leġislatura ma nistgħux ngħidu li din il-problema sparixxiet anzi pjuttost għadha waħda inkwetanti.", "Donnu li l-gvern fl-istrateġija tiegħu li jiffoka fuq id-deficit abbanduna l-possibbiltà li jista', b'xi mod, jikkontrolla l-problema billi jrażżan l-ispiża pubblika.", "Ħafna drabi l- esponenti tal-gvern jistaqsu kif jistgħu jnaqqsu l-ispiża pubblika, donnu li ma jafux x'jistgħu jagħmlu.", "Allura jekk dawn iduru dawra ma' x'qed jiġri f'diversi dipartimenti , f'diversi azjendi u f'diversi entitajiet governattivi ma jarawx fejn jistgħu jnaqqsu?", "Donnu li l-gvern abbandunaha dik il-possibbiltà.", "Aħna ilna ngħidu li s-soluzzjoni għandha tkun li tistimula l-ekonomija, tkattar il-ġid u awtomatikament tkattar il-porzjon li jmur għat-taxxi tal-gvern.", "Pero' matul din il-leġislatura rajna li dan l-istimolu donnu li huwa assenti.", "Meta nħarsu lejn il-produzzjoni tal-pajjiż insibu li din is-sena n-nefqa pubblika se tikber b'5.2% filwaqt li l-ġid nazzjonali mistenni li jitla' għal 2.7%, ftit aktar minn 2.5% ta' din is-sena.", "Ċertament dan huwa aħjar mid-diżastru tas-sena ta' qabel fejn morna kważi lura bi kważi 1%, xi ħaġa li ilna s-snin ma nassistu għaliha f'dan il-pajjiż.", "Pero' meta tikkalkula ssib li l-gvern qed jiġbed lejh taxxi b'rata ta' madwar 8%.", "Per eżempju, iż-żieda mill-impjiegi hija ta' madwar 1.8%, il-household disposable income li tant nisimgħu dwarha hija 1.2% u l-profitti tan-negozji huma madwar 2%.", "Mela fejn hu l-bilanċ fil-kalkoli?", "Jekk ma timxix b'bilanċ bejn dak li jipproduċi l-pajjiż u dawk li huma l-piżijiet li se jkollu jġorr l-istess pajjiż ma tistax tagħmel ġustizzja u tipparaguna tajjeb x'inhu jiġri.", "Sur President, hawn min igħidlek li l-GDP mhuwiex barometru tajjeb għax dan huwa ta' azjendi barranin.", "Pero' mill-qasam ta' l-impjiegi nieħdu stampa aktar ċara.", "Per eżempju, sa l-aħħar ta' Settembru, l-impjiegi naqsu b'madwar 1,500, kważi erba' mpjiegi għal kull ġurnata li għexna.", "Normalment f'sena jkun hemm bejn 1 ̧000 u 1, 500 żieda fl-impjiegi.", "Huwa veru li żewġ terzi mill-1 ̧500 kienu mill-iskemi ta' irtirar tas-settur pubbliku imma terz ieħor huwa ġej mill-qasam tal-privat; mill-manifattura u mit-turiżmu.", "Fil-fatt intilfu 574 impjieg.", "Fis-settur finanzjarju kien hemm madwar 144 ħaddiem li tilfu l-impjieg tagħhom.", "Issa l-ETC tgħid li hemm madwar 7,500 ruħ qiegħda filwaqt li l- labour force surveys jgħidu li hemm 'il fuq minn 11,000.", "Il-verità hi li hawn preokkupazzjoni sħiħa f'dan kollu.", "Allura x'inhi s-soluzzjoni tal- gvern fl-aħħar mill-aħħar?", "Il-gvern qed igħid li sa hawn wasal u l- Unjoni Ewropea qed jaraha bħala salvawomu.", "Fil-fatt il-gvern jippreferi li ma jkollniex rajna f'idejna u jafda kollox f'idejn ħaddieħor biex isolvilna l-problemi tagħna hu.", "Pero' dan juri li l-gvern mhux qed juri fiduċja fil-poplu tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitllob lill-Ministru tal-Finanzi sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 21 ta' Jannar 2003, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, xtaqt nagħmel riferenza għall-atti vandali li saru fiż-Żejtun fil-ġranet li għaddew.", "Kif jaf kulħadd, bejn il- lejl tas-Sibt u l-Ħadd li għaddew, persuni mhux mgħarufa ħarqu żewġ bibien u għamlu ħsara strutturali kemm fil-kunsill lokali taż-Żejtun kif ukoll fil- ġnien storiku li hemm iż-Żejtun; il-ġnien li aħna fiż-Żejtun insibuh bħala l-Ġnien tal-Kmandant, li proprjament hu ġnien Luqa Briffa.", "Jien informat li l-bieb li nħaraq fil-fatt kien il-bieb oriġinali, għalinqas hekk qaluli, u allura saret ħsara irreparabbli.", "Irrid ngħid li anke l-bini tal-kunsill lokali taż-Żejtun huwa bini antik, bini li għandu 'l fuq minn mitt sena u anke hemmhekk saret ħsara irreparabbli fuq wieħed mill-aktar bini antiki taż-Żejtun.", "Meta tqabbad il-kunsill lokali taż-Żejtun, inħarqet ukoll karozza ta' persuna privata li kienet ipparkjata quddiem il-kunsill lokali.", "Bla dubju ta' xejn, irrid ningħaqad ma' nies oħrajn li kkundannaw dawn l- atti vandali li saru fiż-Żejtun.", "Hija ħasra li ż-Żejtun jerġa' jissemma għal dawn l-affarijiet għaliex dawn l-affarijiet fiż-Żejtun, fosthom il- ħruq ta' bibien, kienu xi ħaġa tal-passat, xi ħaġa li għall-grazzja ta' Alla m'għadniex nisimgħu biha.", "Fiż-Żejtun saret bidla enormi u nista' ngħid li hemm ħafna u ħafna tajjeb fiż-Żejtun, hemm komunita` li taf turi solidarjeta`u li taf tgħix flimkien minkejja d-diversita` fl-opinjonijiet.", "Jiena nikkundanna dawn l-atti għaliex saret ħsara f'bini storiku u allura l- ħsara hija irreparabbli.", "Ġnien il-Kmandant għadu kif ġie restawrat ftit ġranet ilu u jekk il-bini nqered u saret ħsara fil-faċċata, il-ħsara hija permanenti u għalhekk hija iktar serja għaliex ġie targeted bini mill-iktar storiku.", "Hija kundanabbli għaliex kull att vjolenti huwa kundanabbli u għaliex dawn l-atti jweġġgħu lilna ż-Żwieten għaliex jerġgħu jfakkru lin- nies dik l-image kerha li ż-Żejtun kellu fil-passat u li issa fortunatament inbidlet.", "Sur President, nerġa' insostni li fiż-Żejtun, hemm ħafna nies li sinċerament jafu jgħixu flimkien u juru solidarjeta` lejn xulxin.", "Hi sfortuna li t-tajjeb li jsir fiż-Żejtun ma jissemmiex waqt li atti bħal dawn jissemmew.", "Jiena nuri s-solidarjeta` tiegħi man-nies kollha taż-Żejtun li fil- maġġoranza tagħhom huma nies tajba li jobogħdu dawn l-affarijiet u li qamu xxukkjati nhar il-Ħadd meta saru jafu bil-ħerba li kienet saret bil-lejl.", "Nuri wkoll solidarjeta` mal-kunsill lokali taż-Żejtun, mas-sindku u mal- kunsilliera kollha taż-Żejtun li unanimament ikkundannaw dan l-att vjolenti, ma' l-għaqdiet kollha taż-Żejtun u ma' l-ispiżjar Gerada minħabba li partijiet mil-karozza tiegħu spiċċaw maħruqa.", "Jiena nħeġġeġ lil kulħadd sabiex jaħdem għall-għaqda fost iż-Żwieten.", "Sur President, ħaġa oħra li ridt nirreferi għaliha hija li nhar il-Ħadd li għadda kien hemm il-mass meeting tal-partit Laburista u persuna - ma ridt bl-ebda mod nippolitiċizza dak li se ngħid u se noqgħod attent - dehret fuq bejt b'fenek marbut f'idejha u din bdiet tħabbtu maċ-ċinta tal-bejt.", "Hemm filmati u ritratti li juru dan l-att li diġa` ġie kundannat mill-SPCA.", "Irrid nagħmilha ċara li jiena mhux qed ngħid li dan sar mill-organizzaturi tal-mass meeting, jien konvint li l-organizzaturi tal-mass meeting jikkundannaw dan l-inċident u mhux biss jgħidu li huma ma kellhomx x'jaqsmu imma jien nistenna li l-partit Laburista jikkundanna dan l-att ta' moħqrija ta' l-annimali.", "M'għandhomx għalfejn jeħlu l-fniek f'kull attivita` politika għas-sempliċi raġuni li wieħed miż-żewġ kunjomijiet tal-Prim Ministru huwa Fenech.", "Fil-passat kellna diversi inċidenti fejn fniek ġew misluħin ħajja jew inkella imdendlin ma' wire kif rajthom jien stess u fl-aħħar inċident, rajna fenek li ġie marbut u mħabbat maċ-ċinta.", "Hawnhekk kellna polemika sħiħa u għaddejna liġi li tikkundanna l-moħqrija ta' l-annimali u safejn naf jien, illum il-moħqrija ta' l-annimali hija reat.", "Addiritura aħna ġejna kkritikati min-naħa l-oħra li l-liġi kontra l-moħqrija ta' l-annimali ma kenitx iebsa biżżejjed.", "Jien nistenna li l-partit Laburista jikkundanna dan l-inċident għaliex jien konvint li hemm ħafna deputati Laburisti u anke l- maġġoranza tan-nies li kienu hemm, li huma kontra dawn l-atti ta' moħqrija.", "Barra minn hekk, nistenna wkoll Ii l-pulizija, li għandha l-filmati, tidentifika dawn il-persuni u tieħu passi kontrihom għaliex naħseb li għandna problema ta' kuxjenza.", "Minkejja li llum illeġislajna u li taħqar dak l-annimal b'dak il-mod huwa moqħrija, fl-aħħar mill-aħħar naħseb li sfortunatament għadha ma daħlitx din il-kultura fuq il-protezzjoni ta' l- annimali anke fost il-pulizija u mhux qed ngħid dan bi kritika għaliex biex din tinbiddel, trid iż-żmien.", "Jien naħseb li issa rridu nagħmlu bidla fil-kultura u jekk jiġru atti bħal dawn, aħna għandna nieħdu passi kontra n-nies li jirriżultaw li ħaqru l- annimali sabiex dan iservi ta' deterrent u nevitaw li jkun hemm massakru ta' fniek minħabba li qegħdin fi żmien ta' kampanja elettorali.", "Nerġa' ngħid li affarijiet bħal dawn m'humiex aċċettabbli u jien nistenna li l- pulizija tieħu passi għaliex dan mhux aċċettabbli.", "Irrid ngħid li jien mhux wieħed minn dawk li niddejjaq li niċċajtaw bil-politiċi u kieku flok fenek ta' veru, qabdu soft toy b'forma ta' fenek u dendluh, jien ma kien ikolli ebda problema u naħseb li l-Prim Ministru ma kienx jieħu għalih għax isir naqra ċajt bil-politiċi imma li taħqar annimali innoċenti minħabba kunjom tal-Prim Ministru mhux aċċettabbli.", "Ma jistax ikun li dan il-miskin fenek jiddendel minn fuq ċinta u meta xi ħadd ifettilu, joqogħdu jsabbtuh maċ-ċinta sabiex jeċitaw lin-nies u li, nerġa' ngħid, fil-maġġoranza tagħhom probabbli li ma ħadux pjaċir ta' dak li raw.", "Ngħaddi għall-aħħar punt.", "Wara d-dibattitu fuq il-mozzjoni tal-Prim Ministru dwar il-mistoqsija li se ssir fir-referendum, il-gazzetta \"l- Orizzont\" bdiet kampanja fejn qed jipprova jagħti l-impressjoni li kien hawn xi qasma fil-grupp parlamentari tal-gvern.", "Din hija gidba assoluta – kien hemm stqarrija wkoll - min-naħa ta' \"l-Orizzont\" għax jekk kien hawn issue waħda li kulħadd, unaniment, qabel magħha, kienet proprja din ta' l- UE.", "Aħna ma għandna l-ebda qasma u l-qasma qegħda fin-naħa l-oħra u li qed tagħmel \"l-Orizzont\" huwa eżempju ċar ta' kif l-ispiżjar milli jkollu jagħtik.", "L-oppożizzjoni - għax il-ġurnal tal-GWU huwa forċina tan-naħa ta' l-oppożizzjoni - qed tipprova timplika li hawn xi qasma fil-partit Nazzjonalista fuq l-UE.", "Nerġa' ngħid li dan huwa eżempju ċar ta' kemm kellu raġun min ħareġ bil- proverbju li l-ispiżjar milli jkollu jagħtik.", "Assolutament m'hawn l-ebda qasma, aħna ddiskutejna l-mozzjoni u mhux veru li kien hemm mistoqsija u imbagħad inbidlet, mhux veru li kien hemm min ma qabilx mal-mod ta' kif saret il-mistoqsija u assolutament hija gidba li tgħid li ħafna minnha ma ridux jitkellmu.", "Jien bħala whip, nista' ngħid b'responsabilta` li kelli problema biex indaħħal lil dawk kollha li riedu jitkellmu għax tkellmu 33 deputat u kellna problema biex naċċertaw li nallokaw il-ħin għal kulħadd.", "Assolutament mhux veru li kien hawn pressjoni għax kien hawn deputati li riedu jivvotaw kontra l-mozzjoni.", "Dan hu kollu gideb u ma nista' ngħid xejn iżjed ħlief li \"l-Orizzont\" gidbet.", "Dawn ibbażaw kollox fuq il-fatt li l-Onor.", "Gonzi waqt il-laqgħa tax-xogħol tal-Kamra qal li se jitkellmu bejn għaxra u 15-il deputat u imbagħad tkellmu 33.", "Tajjeb li jingħad li f'dik il-laqgħa we were testing the grounds biex naraw kemm se jkollna bżonn ħin għalina u għall-oppożizzjoni.", "L-argument ta' \"l- Orizzont\" jista' jintuża bil-kontra u cioe` li d-deputati Laburisti saritilhom pressjoni biex jitkellmu kollha għaliex f'laqgħa li saret qabel ir-recess tal-milied, meta proprju ddiskutejna l-pakkett dwar l-EU, in-naħa ta' l-oppożizzjoni qalu li għandhom bżonn żewġ seduti biss u wara, f'daqqa waħda, qalu għandhom bżonn erbgħa jew ħames seduti.", "Dan ifisser li l- istess argument ta' \"l-Orizzont\" jista' jintuża kontrihom stess għax l- ewwel talbu żewġ seduti imbagħad talbu ħamsa għax saret pressjoni biex kulħadd jitkellem u spiċċajna għamilna disa' seduti.", "Ovvjament, jiena ma naħsibx li ġara hekk u naħseb li kemm id-deputati tagħna u kemm id-deputati tan-naħa l-oħra, kollha riedu jitkellmu għax kollha kienu interessati li jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq is-suġġett.", "Sfortunatament, \"l-Orizzont\" u anke l-\"Kullħadd\" ippublikaw xi rapporti fuq din il-kwestjoni u \"l-Orizzont\" illum, f'paġna 6 tgħid li jiena qed nevita milli jwieġeb lil \"l-Orizzont\".", "Jien nikkundanna l-fatt li dan ippersonaliżżaw l-issue u issa spiċċaw jattakaw lili imma ma ġara xejn.", "Nikkundanna wkoll lil \"l-Orizzont\" li ma kellux l-irġulija li josserva l- liġi ta' l-istampa u l-istqarrija tagħna għall-allegazzjoni li ġabet front page ġiet moħbija fil-paġni ta' ġewwa.", "Jien ngħid lil \"l-Orizzont\" li bħala ġurnal uffiċjali tal-GWU, hija tal-mistħija li f'mument storiku bħal dan, dawn qegħdin jaħlu l-ħin fil-gideb flok jagħtu kontribut lid-dibattitu nazzjonali għall-interess tal-ħaddiema li huma jirrapreżentaw.", "Il-GWU m'għandhiex triq oħra ħlief li taħli l-ħin u tivvinta l-gideb fuq il- gazzetta tagħha għax il-GWU ngħaqdet f'kampanja negattiva tal-\"LE\" u m'għandix argumenti biex tikkonvinċi l-ħaddiema u għalhekk l-unika mod kif tista forsi tiskurja xi goal – m'hijiex tinduna li dawn huwa kollha autogoals – hi li tipprova toqgħod timplika li hawn xi qasma fil-partit Nazzjonalista.", "Jiena nisfidhom li meta jridu u x'ħin iridu jgħidu l-ismijiet tad-deputati Nazzjonalisti li skond huma, huma kontra l-UE.", "Aħna nafu min huma d- deputati Laburisti għax tkellmu magħna privatament u għalhekk, meta jridu jistgħu jgħidulna minn huma dawn id-deputati Nazzjonalisti li huma kontra l- UE.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Sur President, naħseb li inti tapprezza minn dik is-Sedja, kemm huwa importanti li aħna nkunu kredibbli u li l-argumenti li nagħmlu jkunu bbażati fuq fatti u mhux fuq affarijiet li nisimgħu hawn jew hemm.", "Fl-aħħar aġġornament, deputat ta' l-oppożizzjoni għamel premessa sħiħa għaliex waqt li kont qiegħed nirrispondi lil Dr. Alfred Sant, minflok S3 ħarġitli S4.", "Dik kienet biżżejjed biex dan jimplika li jiena ma nafx x'qiegħed jiġri fis-settur tas-saħħa.", "Dan bena aġġornament ta' kwarta jgħid li kollox sejjer ħażin ġewwa l-isptarijiet tagħna mingħajr ma offra ebda prova ta' dak li kien qed jgħid u addirittura, saret l-akkuża li jien m'iniex kredibbli għaliex intenzjonalmnet qiegħed nipprova nimmislidja l- Kamra.", "Jien naħseb li din il-biċċa tax-xogħol li wieħed jagħmel sweeping statements bħal dawn mingħajr ma jipprovdi provi jew fatti ta' dak li jkun qed jgħid hi karatteristika ta' ċertu deputati minn naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Biżżejjed insemmi li waqt il-budget debate - jien niskanta kif il-press ma taqbadhomx dawn l-affarijiet – saret allegazzjoni mingħajr provi ta' xejn – mid-dehra m'hemmx bżonn provi biex tkun kreddibli f'dan il-pajjiż - li f'pajjiżna ġew impurtati mediċini b'kuntrabandu li jista jkunu ta' kwalita` anqas u dawn sabu ruħhom fl-ispiżeriji tagħna.", "Allegazzjoni serja ħafna u ħadd ma jinvestiga jekk din l-allegazzjoni hiex mibnija fuq il-fatti.", "Fuq punt ieħor, il-bieraħ poġġejt riżultat tal-bord ta' l-inkjesta dwar allegazzjoni oħra li saret minn żewġ deputati li kkonfermaw dak li deher fi programm tas-Super One u li ġie rrapportat l-għada f'waħda mill-gazzetti.", "Irrid ngħid li jien ma kelli l-ebda dubju li dawn l-akkużi li saru riedu jiġu investigati u ma kienx hemm bżonn li tan-naħa l-oħra jgħiduli biex nagħmel dan.", "Jiena waqaft bord ta' inkjesta u ridt li dan il-bord ikun 'il fuq minn kull suspett u allura jien b'fidi tajba, tlabt lid-deputat minn naħa l-oħra tal-Kamra biex jinnomina persuna.", "Il-persuna li kienet innominata kienet avukat, l-avukat Victor Borg Grech u rrid ngħid grazzi lilu u lill-professur Morris Cauchi u ċ-chairman, l-Imħallef Victor Caruana Colombo.", "Iż-żewġ naħat qablu li dawn it-tliet persuni għandhom jifformaw parti minn din l-inkjesta; inkjesta li saret minħabba ċerti allegazzjonijiet li saru fil-media u fil-parlament, li fdalijiet umani qed jiġu mitfugħa fil-miżbla tal-Magħtab.", "Din l-inkjesta saret u r-riżultat huwa u se nikkwota:", "''Ma jirriżultax li qatt ġew mitfugħa fis-sit tar-rimi tal-Magħtab, fdalijiet umani bħal bċejjeċ tal-ġisem ġejjin minn amputazzjonijiet.", "Ġew mitfugħa fdalijiet ta' intern bħal plaċenta u demm u dan minn sptarijiet tal-gvern għal minn jumejn sa erbat ijiem f'Mejju u Ġunju tas-sena 2001 meta l-inċeneratur kien bil-ħsara''.", "Dan ifisser li mhux veru dak li riedu jgħidu tan-naħa l-oħra li r-rimi ta' fdalijiet umani qegħdin isiru regolarment u din l-investigazzjoni, li fiha kien hemm parteċipi avukat nnominat min-naħa ta' l-oppożizzjoni, ikkonfermah dan.", "Ġiet investigata l-allegazzjoni li personnel tad- dipartiment tas-saħħa kienu qed iċemplu regolarment lill-miżbla tal-Magħtab biex jagħmlu arranġamenti għar-rimi tal-chemical wastes u biex jidentifikaw dan il-personnel.", "Ir-riżultat ta' l-inkjesta wera li vera saru telefonati bejn uffiċjal tad-dipartiment tas-saħħa u persuna fis-sit tal-Magħtab fil- ġranet imsemmija f'Mejju u Ġunju bi skop li jiġi mibgħut skart kliniku u patoloġiku għar-rimi fil-Magħtab imma dan ġara biss meta l-inċineratur kien bil-ħsara u jekk wieħed jaqra d-dettalji tar-rapport, isib li dan ma sarx bil-moħbi imma nħareġ il-permess u l-persuni li kellhom jarmu l-iskart ġew akkumpanjati minn uffiċjal ta' l-ispettorat tas-saħħa biex jaraw li l- affarijiet isiru above board.", "Id-deputat min-naħa l-oħra tal-Kamra qal ukoll li jien jogħġobni nisma dak li jaqbel lili u kien qalli li aħjar niċċekja min qiegħed jagħtini l-pariri.", "Il-bord kellu jinvestiga wkoll in- natura u l-kwalita` tal-pariri li jiġu mogħtija lill-ministru tas-saħħa minn uffiċjali ta' l-istess dipartiment tas-saħħa.", "Din ukoll ġiet investigata u sabu li ma jirriżultax li hemm x'tikkritika fil-pariri li ġew mogħtija lill-ministru dwar il-meritu ta' din l-inkjesta minn uffiċjali tad- dipartiment tas-saħħa.", "Akkuża oħra kien dwar xi uffiċjali pubbliċi kienu responsabbli ta' xi negliġenza jew abbuż in konnessjoni mal-permessi ta' din il-kwestjoni u jekk fl-affermattiv, biex jingħataw id-dettalji tagħhom.", "Ir-riżultat ta' l- inkjesta wera li dan mhux minnu.", "Mela jekk wieħed jara l-iscores, isib li saru erba' akkużi, l-erba' li huma ġew investigati, fl-inkjesta kien hemm rappreżentant nominat min-naħa ta' l-oppożizzjoni u l-inkjesta uriet li l- allegazzjonijiet li saru m'humiex vera.", "Dan iwassalni għat-tieni punt tiegħi li biex tiġi titkellem hawnhekk, trid mhux biss tkun kredibbli, imma trid tidher li tkun kredibbli.", "Saru numru ta' allegazzjonijiet fl-aħħar aġġornament, fosthom li jiena mmislidjajt il- Kamra u li l-mammography mhux vera qiegħda ssir f'erbat ijiem imma qiegħda idum għal numru ta' ġimgħat.", "Ovvjament, jiena tlabt il-pariri tan-nies kompetenti f'dan is-settur u tlabt lid-direttur ta' l-institutional health, Dr. John Cachia, il-persuna li hija in charge mis-settur tar-radjoloġija, biex jagħmel dikjarazzjoni iffirmata.", "U hawn bdew ħerġin ċerti affarijiet li juru kif l-oppożizzjoni taqbad ma' nitfa li tkun semgħet u tibni argument sħiħ fuqha.", "Issa fuq dan id-dokument hawn spjegazzjoni li turi li meta aħna kkwotajna li l-mammography naqset radikalment minn numru ta' ġimgħat għal erbat ijiem, din kienet il-verita` u hawn dikjarazzjoni fuq dan.", "Li ġara hu li wara li għamilna dik l-istqarrija bdiet taħdem il-breast care unit u f'daqqa waħda bdew jiġu riferuti 35 mammography kull session li ssir u dan għaliex qed jiġu screened mhux biss dawk il-pazjenti li qed jissuspettaw li għandhom lump imma anke l-qraba tagħhom.", "Wieħed jifhem li meta jkollok din id-domanda li minn erba' kuljum titla' għal 35, se tispiċċa jkollok ċerta waiting list.", "Issa din il-waiting list ma nistgħux innaqsuha iżjed u fl-istqarrija hawn raġunijiet għaliex ma nistgħux innaqsuha jew għaliex twalet din il-lista f'daqqa waħda minn Settembru 'l hawn; raġuni waħda hi li waħda minn dawk li konna qegħdin nittrenjaw għar-radiographers fil-mammografija speċjalizzata irriżenjat.", "Issa qegħdin niġu kkritikati mid-deputat li qal li kellhom kollox lest sabiex mal-bidla tal-gvern, dawn kienu se jipprovdu lill-poplu Malti n- national breast screening programme u anzi, kienu jistaqsuna meta se nibdewha.", "Sal-lum għadni ngħid li qabel ma nimbarkaw fuq dak it-tip ta' programm, irridu nkunu żgurajna li għandna nies biżżejjed biex dawn it-tipi ta' programmi nsostnuhom.", "Aħna ma nagħmlux launching ta' proġett imbagħad inħalluh imut mewta naturali.", "Jekk wieħed jaqra ir-records u jikkomparahom ma' pajjiżi oħrajn, jinduna li aħna kważi qed nagħmlu l-mirakli.", "Sur President, meta ntroduċejna għall-ewwel darba l-MRI għax qabel konna nagħmlu t-tests fil-privat u konna nagħmlu 300 fis-sena - dejjem kien aħjar mill-mija li nibagħtu l-Ingilterra – jiena għedt li avolja l-gvern Nazzjonalista ħa l-passi biex l-MRI tibda ssir bl-apparat li l-isptar ikun kera u se nibdew nagħmlu 300 fix-xahar flok fis-sena, dan xorta se jwassal biex il-waiting list titwal u fil-fatt hekk ġara.", "Li ma jsemmix il-kollega tiegħi, u aktar 'il quddiem se npoġġi dan id- dokument fuq il-mejda tal-Kamra, hu li waqt li fl-1997 saru 60 MRI u fl- 1998 saru 328 MRI, fl-2002 saru 2,766 MRI.", "Din hija qabża enormi!", "Rigward l-CT scan – li wkoll ġejna kkritikati fuqu - fl-1995 saru 5,000 CT scan u s- sena li għaddiet għamilna 8,000 CT scan, u hawn wieħed jibda jinnota li l- waiting lists ikunu twal mhux għaliex mhux qed isir xogħol – biex in-nies imorru għand il-privat kif qed jimplika d-deputat – imma għaliex ir-realta` hija li iżjed ma tipprovdi servizzi, iżjed se jkun hemm rikjesta għal dawn is-servizzi u b'konsegwenza naturali, iżjed titwal il-waiting list.", "Kemm-il darba ġejna kkritikati hawnhekk li l-waiting list anke ta' ċerti operazzjonijiet qegħdin jitilgħu u aħna ħadna miżuri korrettivi li ċerti operazzjonijiet qegħdin jibdew isiru f'sessions speċjali anke nhar ta' Ħadd.", "Din hi waħda mill-miżuri kif aħna qegħdin nippruvaw innaqsu l- waiting list.", "Wieħed irid jara wkoll x'equipment għandna.", "Per eżempju, is- CT scan li għandna llum kien ġie inawgurat fl-1983, u minkejja li għandu 20 sena, dan is-CT scan xorta għadu jservina biex nagħmlu 'l fuq minn 8,000 CT scan fis-sena.", "Naħseb li d-deputat jew min jgħaddilu l-informazzjoni huwa informat b'żewġ magni ta' l-ultrasound li xtrajna fl-1998, u li waħda minnhom waqfet fl- 2002.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, qed nistennew li jaslu żewġ ultrasound machines oħra.", "Ħadd għadu ma qallu li anke per eżempju, biex nagħmlu bone scans qegħdin nagħmluhom ukoll wara nofsinhar u s-Sibtijiet.", "Dawn naħseb huma kollha fatti li jridu jingħadu sabiex dak li jkun qed jisma' jieħu l- istampa reali tas-sitwazzjoni.", "Kif għedt aktar 'il quddiem se npoġġi lista ta' kemm huma l-itwal appointments li ngħataw mill-isptar tagħna u qiegħed inpoġġihom iffirmati għaliex id-deputat qal li persuna ngħatat appuntament għall-mammografija, jekk niftakar sew, għal Mejju.", "Meta saret dik id-dikjarazzjoni, jiena staqsejt meta huma l-ewwel appuntament għall-mammografija mhux urġenti u qaluli fis-17 ta' April.", "Jekk dan id-deputat verament isostni li din il-persuna ngħatat l-appuntament f'Mejju, nistiednu jgħidli d-dettalji ħalli ninvestigaw.", "Jiena mhux qed ngħid li d-deputat mhux qed jgħid l-verita` imma nixtieq inkun naf kif id- direttur jgħidli li l-ewwel appuntament mhux urġenti għall-mammografija huwa fis-17 ta' April u d-deputat jgħid mod ieħor!", "Ħaġa li tolqot l-għajn f'din il-lista ffirmata mid-diretturi hi l-ammont ta' xogħol kbir li qed isir u l-fatt ukoll li għall-investigazzjonijiet urġenti m'hemmx waiting lists ta' xejn.", "Tinduna li MRI urġenti ssir sa l- għada, CT sans urġenti ssir same day or next day, mammografija urġenti ssir same day or within the next two days - u dan għaliex it-team li jinvestiga każijiet ta' suspetti ta' cancer tas-sider ma jiltaqax kuljum – angiograms isiru fl-istess ġurnata u ħafna testijiet oħra li jsiru within one or two days.", "Tajjeb li niftakru li l-angiograms kienu jsiru l-Ingilterra qabel ma bdejna nagħmluhom hawn Malta fl-1995.", "In-numru ta' persuni li kienu jmorru l- Ingilterra kien limitat għal madwar 100 fis-sena filwaqt li l-anġografija saret 638 darba is-sena li għaddiet.", "Mhux biss hemm qabża fin-numri imma naqqasna s-sofferenza u inkonvenjenza għal min qiegħed imur l-Ingilterra.", "Ta' dan ix-xogħol kollu, aħna rridu nirringrazzjaw lil min jipprovdi dan is- servizz.", "Id-deputati min-naħa ta' l-oppożizzjoni jikkritikaw lili donnu jiena nieħu ħsieb l-angiograms u l-mammograms.", "Dan biex mingħalihom biex jitfgħu dell ikrah fuq is-servizz mingħajr ma jindunaw li finalment għandek numru ta' professjonisti, li fil-maġġoranza tagħhom, jagħtu servizz li huwa ta' l-aqwa kwalita` lill-klijenti tagħna.", "Imma l-oppożizzjoni donna qatt ma turi apprezzament.", "Jiena nagħlaq billi ngħid li f'isem il-pazjenti li jinqdew b'dawn is- servizz, irid nirringrazzja lil dawk kollha li b'dedikazzjoni jipprovdu servizz li mhuwiex servizz li huwa l-perfezzjoni fih innifsu imma huwa servizz li għandna biex niftaħru bih u dan juruh r-riżultati li nkisbu meta kkomparati mar-riżultati ta' pajjiżi madwarna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li l-Ministru jrid ipoġġi xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokument li jagħti tagħrif u statistika dwar servizzi tas-saħħa fl- Isptar San Luqa u dettalji dwar waiting lists.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għat-Tlieta, 21 ta' Jannar 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TA' QALI - TRASPORT DIRETT", "38084.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jiġi organizzat trasport pubbliku dirett mil-lokalitajiet għall-ground ta' Ta' Qali biex forsi nibdew nagħmlu qalb lill-partitarji tal-football jattendu għal-logħob, naturalment bi trasport lura għal kullimkien wara l-logħba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li hemm servizz dirett mill-Belt Valletta għal Ta' Qali u lura.", "Naturalment is-servizz skedat normali jissupplimenta s-servizz dirett mill-irħula għall-Belt u viċiversa.", "BANKINI", "38096.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn bankini u kemm minnhom huma wiesgħa biżżejjed biex jgħaddi siġġu tar-roti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi għalkemm teżisti informazzjoni dwar kemm hawn bankini u toroq, din id-database mhijiex dettaljata biżżejjed biex turi l-informazzjoni kollha kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "PERIKLU FIT-TOROQ", "38097.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jara l-ħtieġa l-Ministru li min hu nkarigat mit-taqsima tat- traffiku tal-pulizija jgħarbel il-perikli tat-traffiku ta' kull belt u raħal, jiġbor elenku tagħhom u jgħaddi dan lill-kummissarju tal-pulizija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li d-doveri tal-kummissarju tal-pulizija u tat-taqsima tat-traffiku ma jkoprux il-funzjonijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant, funzjonijiet li huma responsabbilta` tal-kunsilli lokali u tad-direttorat ta' l-immaniġjar tat-traffiku ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "SKEJJEL - TAĦRIĠ TAS-SEWQAN", "38098.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Iħoss il-Ministru li biex ikun hawn kuxjenza akbar tal-periklu tas-sewqan u perikli oħra fit-toroq, it-taħriġ għandu jibda mill-iskejjel biex b'hekk min joħroġ mill-iskola ta' 16-il sena jkun jaf isuq vettura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li waqt li l-iskejjel jipprovdu tagħlim fl- etika tas-sewqan u fir-responsabilita` taċ-ċittadin bħala passiġġier u sewwieq, l-aktar f'suġġetti bħal personal and social development, social studies u religjon, l-iskejjel m'għandhomx isiru ċentri ta' tagħlim li jwassal għal-liċenzja tas-sewqan.", "UE – DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "38124.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinformana għaliex ġie aċċettat il-prinċipju li titneħħa l-levy fuq il-perżut proċessat, biex imbagħad il-gvern spiċċa biex kellu jaċċetta li jiddaħħlu dazji fuq l-importazzjoni minn non-EU countries ta' prodotti proċessati li l-agro-industrija tagħna ma tipproduċix, bħal fil-każ tat-tonn taż-żejt, corned beef, luncheon meat, eċċ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38123.", "UE – DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "38125.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinformana għaliex ġie aċċettat il-prinċipju li titneħħa l-levy fuq poultry ipproċessat, biex imbagħad il-gvern spiċċa biex kellu jaċċetta li jiddaħħlu dazji fuq l-importazzjoni minn non-EU countries ta' prodotti proċessati li l-agro-industrija tagħna ma tipproduċix, bħal fil-każ tat-tonn taż-żejt, corned beef, luncheon meat, eċċ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38123.", "UE – KWOTA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "38126.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Issa li ngħalqu n-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti ta' l-ikel importati minn non-EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli tal-kwoti mposti mill-Unjoni mill-għada li nsiru membri?", "Kemm fil-fatt hi l-kwota, prodott prodott, u għaliex ma ntalabx perjodu transitorju ta' lanqas fuq dawn il- kwoti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38118.", "UE – KWOTA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "38127.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Issa li ngħalqu n-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti ta' l-ikel importati minn non-EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli tal-kwoti mposti mill-Unjoni mill-għada li nsiru membri?", "Kemm fil-fatt hi l-kwota, prodott prodott, u għaliex ma ntalabx perjodu transitorju ta' lanqas fuq dawn il- kwoti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38118.", "UE – KWOTA FUQ L- IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TAX-XORB", "38128.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Issa li ngħalqu n-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tax-xorb ġejjin minn non-EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli tal-kwoti mposti mill- Unjoni mill-għada li nsiru membri?", "Kemm fil-fatt hi l-kwota, prodott prodott, u għaliex ma ntalabx perjodu transitorju ta' lanqas fuq dawn il- kwoti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38118.", "UE – KWOTA FUQ L-IMPORTAZZJONI TAT-TABAKK", "38129.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Issa li ngħalqu n-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tat-tabakk importati minn non-EU countries li se jkunu marbuta bil-kontrolli tal-kwoti mposti mill-Unjoni mill-għada li nsiru membri?", "Kemm fil-fatt hi l-kwota, prodott prodott, u għaliex ma ntalabx perjodu transitorju ta' lanqas fuq dawn il- kwoti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kondizzjonijiet li Malta nnegozjat fuq prodotti ta' importazzjoni jinsabu fuq il-website tal-MIC.", "Dak li ma jidhirx hemm, minn Mejju tas-sena 2004 ikun importat skond il-protezzjoni taħt it-tariffa komuni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk l-Onor.", "Interpellant isib l- informazzjoni kollha meħtieġa.", "Għandu jkun jaf ukoll li t-talbiet li Malta għamlet u nnegozjat huma skond il-ħteġijiet li storikament importajna tul l-aħħar snin għall-konsum lokali."]} {"filename": "20020618_757d_par.doc", "date": "2002-06-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 757 It-Tlieta, 18 ta' Ġunju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 757", "It-Tlieta, 18 ta' Ġunju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "757", "It-Tlieta, 18 ta' Ġunju, 2002", "WERREJ MINUTI 681", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 681", "TQEGĦID TA' KARTI 685", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI (IT-TIENI QARI)", "SPECIAL FUNDS (REGULATION) BILL (SECOND READING) 686", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI (IT-TIENI QARI)", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 692", "AĠĠORNAMENT 708", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 712", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 756 li saret fit-18 ta' Ġunju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MARSAXLOKK - SLIPWAY", "32582.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħidilna għal liema raġunijiet matul dawn l-aħħar 40 xahar il-gvern ma żammx il-wegħda li kien għamel lis-sajjieda li jirranġa s- slipway il-kbira ta' Marsaxlokk?", "Jista' jara li din is-sena jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet ħalli s-sajjieda jkunu jistgħu jtellgħu l-opri tas- sajd, xi ħaġa li fil-preżent ma jistgħux jagħmlu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Kuntrarjament għal dak li qed jallega l-Onor.", "Interpellant, jien informat li s-slipways kollha ta' Marsaxlokk ġew irranġati f'dawn l-aħħar 40 xahar, inkluż is- slipway il-kbira, li anke twaħħlulha kaxxi tad-dawl.", "Jien informat li jsir xi jsir fuq is-slipway il-kbira, qatt ma jista' jkun hemm spazju għal madwar 400 dgħajsa u għalhekk qed titħejja applikazzjoni għal sistema li tkun tista' ssolvi din il-problema.", "Meta jkunu approvati dawn il-pjani, dan il-proġett jiġi attwat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li attwalment is-slipway mhix f'qagħda li tintuża mid-dgħajjes kollha tas-sajjieda – nifhem li forsi tkun tajba għal dgħajjes żgħar imma mhux daqstant għal dawk kbar – hemm xi time-frame għat- twettiq ta' dan il-proġett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-slipways ġew irranġati kollha u nżid ngħid ukoll li l-ħsieb hu li jkun hemm speċi ta' crane li jtella' opri li jkunu ta' ċertu qies permezz ta' ċintorin.", "Dan jaqbad il-bastimenti l-kbar minn ġol- baħar u jtellagħhom fuq l-art, f'area apposta fejn jiġu pparkjati u ssirilhom il-manutenzjoni.", "Biex issir din it-tip ta' ħidma fil-preżent is-sajjieda jridu jieħdu l-opri tagħhom Sqallija peress li s'issa m'għandniex il-faċilitajiet kif dawn il- bastimenti jittellgħu fuq il-moll biex tkun tista' ssirilhom il- manutenzjoni neċessarja.", "Għalhekk din tista' tkun soluzzjoni kif is- sajjieda tagħna, bħal dawk barranin, ikollhom l-opportunità kollha li jagħmlu l-manutenzjoni neċessarja hawn Malta stess fuq dawn it-tip ta' bastimenti.", "Dan il-proġett miexi għax saru l-ewwel sketches.", "Diġà tqabbad perit u nisperaw li fil-futur mhux imbiegħed ikun jista' jinbeda x-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien staqsejt lill-Ministru x'inhu t- time-frame u ma qalli xejn fuq hekk.", "Lanqas ma qalli dwar kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol u jekk l-applikazzjonijiet humiex se jsiru x-xahar id- dieħel jew fl-aħħar ta' din is-sena jew jekk il-fondi humiex se jkunu vvotati fil-budget li ġej.", "Jiena nippretendi li jgħidli kemm se jiġi jiswa l-proġett u meta se tiġi sottomessa applikazzjoni quddiem l-awtorita` ta' l- ippjanar u meta se joħorġu l-permessi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ngħid li kuntrarjament għal dak li qed jallega l-Onor.", "Interpellant, jien informat li s-slipways kollha ta' Marsaxlokk ġew irranġati u anke s-slipway il-kbira saritilha l-maintenance work neċessarju biex tkun tista' taqdi l-bżonnijiet tas-sajjieda.", "Iżjed minn hekk, id-dipartiment qed jaħseb biex ikollna tip ta' mekkaniżmu li permezz tiegħu l-bastimenti l-kbar jiddaħħlu fi speċi ta' baċir, jinqabdu biċ-ċintorini permezz ta' crane li jimxi, imbagħad il-crane idur u jippostja l-bastimenti qisu qed jipparkja vettura.", "Dan huwa proġett oltre minn dak li kien hemm fil-programm elettorali u d-dipartiment beħsiebu jimxi fuq din il-linja.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'għandix idea meta se jinħarġu l-permessi għalkemm naf li x-xogħol qiegħed in hand.", "Però jekk se joqgħod isemmili l-wegħdiet, jien ngħidlu li l-wegħda li għamilna qabel l-elezzjoni kienet li nibdew nagħtu d-diesel duty-free.", "Dik il-wegħda żammejnieha u fl-aħħar sentejn is-sajjieda gawdew u bbenefikaw b'xi Lm0.25 miljun.", "Jien ma jidhirlix li fil-programm elettorali konna għedna li se nagħmlu xi proġett tas-slipway, imma żgur li s-slipways kollha saritilhom il-manutenzjoni neċessarja biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw.", "MR SPEAKR: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, huwa fatt li x-xogħlijiet ma sarux u ma narax għalfejn noqogħdu nduru mal-lewża.", "Il-Ministru qed jgħid li għandu l-pjani.", "Jista' jgħid meta dawn il-pjani se jiġu sottomessi lill- awtorita' ta' l-ippjanar, meta hu previst li x-xogħol jibda u jitlesta u kemm se jiġi jiswa flus?", "Dak li qed nistaqsi lill-Ministru u jekk ma jridx iwieġeb ma jweġibx.", "Aħna ma niġux hawnhekk biex naħlu l-ħin u l-Ministru jaf bħali x'tgħid il-mistoqsija li għamiltlu bil-miktub u x'tgħid it- tweġiba.", "Meta ssir mistoqsija hawnhekk jew nirrispondu bis-serjeta' jew jgħidulna biex ma nagħmlux interpellanzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien hawnhekk irrispondejt għal dak li staqsa dwaru l-Onor.", "Interpellant u qed nurih li huwa żbaljat għax is- slipways ġew irranġati kollha.", "Kont qed ngħid ukoll li wara djalolgu mas- sajjieda, uħud minnhom urew ix-xewqa li jkollhom il-faċilità fejn bastimenti kbar ikunu jistgħu jittellgħu mill-baħar bħalma jsir f'pajjiżi barranin, billi jkun hemm crane bħal dawk li hemm fil-freeport.", "Il-crane joħroġ fuq speċi ta' moll, jaqbad il-bastiment u jorbtu b'ċintorin, itellgħu, idaħħlu 'l ġewwa u jipparkjah ġo area fejn tkun tista' ssirlu l- manutenzjoni.", "PJANTI U XTIELI", "32585.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tkabbru pjanti u xtieli mid-dipartiment tal- biedja biex jingħataw għat-tisbih fid-dipartimenti tal-gvern, skejjel u mużewijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru ta' pjanti u xtieli li s-sena li għaddiet tkabbru mit-taqsima għas-servizzi agrikoli u żvilupp rurali għat-tqassim lid-dipartimenti tal-gvern, skejjel u mużewijiet jammonta għal 2,588.", "SMPPMA – DISKUSSJONIJIET MAL-BDIEWA U R-RAĦĦALA", "32586.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ministeru ppermetta s-second report ta' l-SMPPMA jintbagħat lill-EU mingħajr ma ġie diskuss u/jew approvat min-naħa tal-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agrindustrija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tieni rapport ta' l-SMPPMA kien diskuss b'mod estensiv mas-setturi kollha konċernati fil-laqgħat tal-MEUSAC kif ukoll fil- laqgħat ma' l-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-bdiewa u r-raħħala kif ukoll l-agrindustrija.", "Dawn il-konsultazzjonijiet servew biex isir tibdil fir- rapport kif suġġerit mill-għaqdiet infushom.", "L-Unjoni Ewropea ġiet mgħarrfa b'dan it-tibdil.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma jirriżultalux il-Ministru li fil-laqgħat tal- MEUSAC u fil-laqgħat li saru dwar l-SMPPMA, l-għaqdiet tal-bdiewa u tar- raħħala ma qablux mat-tneħħija tal-levy?", "L-Unjoni Ewropea ġiet informata li l-gvern qed jaċċetta li jneħħi dawn il-levies u fil-fatt se jibda jagħmel hekk mill-1 ta' Lulju li ġej, kontra l-interessi u kontra d- dikjarazzjonijiet tal-bdiewa u r-raħħala?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvjament fil-laqgħat mad-diversi stakeholders li għandhom interess fis-settur tal-biedja jkun hemm min jistqarr li ma jaqbilx mat-tneħħija tal-levy, pero' dan ma jfissirx li l-bdiewa u r- raħħala kollha ma jaqblux mat-tneħħija tal-levy.", "Ikun hemm min anke fost id- diriġenti min ikun irid jibqa' kif inhu imma dan ma jistax ikun.", "Jien mhux se noqgħod ngħid x'għedna erba' snin ilu, li l-levies iridu jitneħħew, nidħlu u ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "Għandek id-WTO u għandek is-suq dinji, u s-suq dinji flimkien mad-WTO mexjin fuq linja li dik il- protezzjoni li tagħmel distortion, li allura ma tħallix suq ġust u fair għal kulħadd, trid titneħħa.", "Iva, nafu li din il-protezzjoni li għandna trid titneħħa u qegħdin nippreparaw għaliha.", "Aħna nistgħu ngħidu bħalma għamel xi ħadd, li ma jimpurtana minn ħadd, nitfgħu rasna fir-ramel u meta tfaqqa' imbagħad ma nkunux nafu x'se naqbdu nagħmlu.", "Minflok qegħdin nagħmlu hekk, qegħdin naħsbu biex nagħmlu dan il-pjan ta' l-SMPPMA li jiswa madwar Lm70 miljun u li jservi biex nagħmlu r-ristrutturar neċessarju fil- qasam agrikolu, ħalli lill-biedja tagħna nippreparawha u nsaħħuha ħalli ladarba jitneħħew il-levies, il-bdiewa u r-raħħala tagħna jkunu f'pożizzjoni li jikkompetu ma' bdiewa u raħħala barranin.", "Barra minn dan il-pakkett, il-bdiewa u r-raħħala jafu wkoll li fl-istess linja mal-programm ta' l-SMPPMA, hemm il-programm l-ieħor ta' żvilupp rurali li se jgħin ukoll lis-settur tal-bdiewa u r-raħħala biex ikollna l- prodotti ta' kwalita', fis-sens li jkunu safe għall-ikel.", "Dan il-programm jgħin ukoll biex il-biedja tilħaq l-aspetti kollha tagħha ta' multi- functionality.", "Jiġifieri minbarra li lill-bidwi nħallsuh tal-prodotti agrikoli li jipproduċi, urridu nħallsuh ukoll talli qed jieħu ħsieb l- ambjent ta' madwarna.", "Allura b'dawn iż-żewġ strumenti finanzjarji se niggarantixxu li l-bdiewa u r-raħħala tagħna jibqa' jkollhom dħul xieraq u ġust.", "Bis-saħħa tal-pilastri finanzjarji l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari tal-pilastru tar-rural development, aħna se niggarantixxu li l-biedja f'pajjiżna tkun f'pożizzjoni li tipprovdi provvista adegwata ta' prodotti lill-konsumatur, prodotti ta' kwalita` bi prezz adegwat għall- but tal-konsumatur u bi dħul xieraq u ġust għall-operaturi, għall-bdiewa u r-raħħala, kif ukoll b'mod li ma jkollniex impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Din hija l-istorja kollha, Mr Speaker.", "Quddiem din l-isfida, dan il-gvern qed jaħseb biex b'mod għaqli, b'mod li jagħmel sens u bi pjan prattiku, nippreparaw ruħna ħalli nneħħu l- protezzjoni li għandna f'dan is-settur u nġibuh f'qagħda li jkun jista' jikkompeti.", "Effettivament meta tħares lejn ċerti prodotti tinduna li diġa' għandna niċċa.", "Per eżempju, għandna l-qasam ta' l-esportazzjoni tal-patata u bi pjaċir ngħid ukoll li wara tant snin li ilna ma nesportaw prodotti agrikoli oħrajn, f'dawn il-jiem ġew esportati prodotti bħalma huwa t-tadam imkabbar fis-serer.", "Ġie esportat ukoll container basal, prodott li ilu ma jiġi esportat u jiena konvint u fidiċjuż li l-bdiewa tagħna kapaċi jsibu dawn in-niċeċ li jkomplu jgħinu biex il-biedja tagħna tibqa' tkun sostenibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiena fhimt lill-Ministru jgħid li se jkun garantit id-dħul tal-bdiewa u tar-raħħala minkejja t-tneħħija tal- levies ta' protezzjoni.", "Dan ifisser li l-gvern se jniedi xi intervention scheme biex jixtri hu dak il-prodott li l-bidwi u r-raħħal jibqagħlu ma' wiċċu?", "Jikkonferma l-Ministru li l-Unjoni Ewropea minn Lulju li ġej se tkompli timponi l-levies biex tipproteġi l-biedja tagħha?", "Jekk jikkonferma dan, x'inhi r-raġuni illi l-gvern ma laħaqx arranġamenti biex bħalma hu se jiżmantella l-levies, l-Unjoni Ewropea tiżmantella tagħha wkoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, żgur li mhux il-ħsieb tal-gvern li jerġa' jdaħħal intervention scheme.", "F'din il-Kamra għamilna seduti sħaħ nitkellmu fuq l-imbierka producers' organisations u ħlief li jiena ma kkonsultajtx lill-bdiewa u ma kkonsultajtx mar-raħħala ma smajniex.", "Dan ma kien minnu xejn għax aħna lil dawn anke bgħatnihom ma' l-uffiċjali tad-dipartiment biex jaraw kif jaħdmu l-producers' organisations barra minn Malta.", "(Interruzzjonijiet) Nista' nġib il-karti ta' meta l-bdiewa marru l- Portugal mad-direttur sena jew sentejn qabel ma tressaq quddiem il- parlament l-abbozz ta' liġi dwar il-producers' organisations.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma niġix hawn ngħid l-affarijiet imbagħad niġi sfidat biex nitla' nixhed u ma nitlax!", "L-Onor.", "Interpellant qed jgħid li dak iż-żmien ma marrux biex jaraw il-producers' organisations imma marru holiday.", "J'Alla marru biex jaraw kif jaħdmu l-producers' organisations u marru holiday fl-istess ħin!", "Fl-abbozz tal-producers' organisations hemm artiklu li jitkellem dwar l- intervention.", "Dwar dan ma nafx x'ma ntqalx - apparti li meta kont ġejt biex nagħmel il-winding-up fl-istadju tat-tieni qari fuq dik il-liġi, sħabna ta' l-oppożizzjoni bilkemm kienu ħallewni nitkellem - u qalu li l- bdiewa li jipproduċu t-tadam se jkollhom lid-direttur u lill-ministru għassa fuqhom u jgħidulhom kemm għandhom ikabbru u x'mgħandhomx ikabbru.", "(Interruzzjonijiet) Kieku dak l-artiklu qrajtuh tajjeb kontu tindunaw li hemm miktub illi l-bdiewa li jifformaw producers' organisation għandhom jagħmlu pjan ta' produzzjoni.", "Dawn jafu kemm jiflaħ l-istonku tal-Maltin.", "Jekk jiflaħ kilo inutli twaddablu ħames kilos għax inkella jerġa' jirremettihom 'il barra!", "Għalhekk hemm artiklu li jgħid li l-producers' organisations iridu jagħmlu agreement mad-direttur ta' l-agrikoltura ħalli flimkien jippjanaw u jfasslu pjan ta' kemm għandha tkun il-produzzjoni ħalli ma jkunx hemm ħela.", "U anqas ma jkun hemm ħela, inqas ikun hemm bżonn ta' intervention għax l-intervention mhux il-ministru joħroġha imma l-poplu Malti li jħallas it-taxxi.", "Huwa għalhekk li jrid ikun hemm pjan miftiehem bejn il-producers' organisations u d-dipartiment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiddispjaċini, Mr Speaker, imma l-Ministru qed jimmislidja lill-Kamra kompletament.", "Jien mhux qed nitkellem fuq produzzjoni li rridu nżidu imma fuq il-produzzjoni attwali.", "Minn Lulju li ġej se tibda titneħħa l-levy u se nkomplu sejrin hekk xahar wara xahar u sena wara l-oħra waqt li l-Unjoni Ewropea min-naħa tagħha m'hijiex se tneħħi l-levies.", "Jekk il-produtturi tagħna ma jbiegħux dak il-prodott għax ikun hawn prodotti minn barra, il-Ministru kif se jiggarantixxi d-dħul tal- produtturi tal-majjal u tal-produtturi tal-ħalib jekk mhux b'xi intervention scheme?", "Jista' jgħidilna x'se jagħmel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena qed nipprova nispjegalu xi tfisser producers' organisation u fejn tista' ssir l-intervention imma kollu għalxejn għax ma jridx jifhem.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għad m'hawnx għaqda tal-produtturi waħda.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kif tista' tirreġistra l-għaqdiet tal-produtturi jekk il-liġi għadha m'għaddietx?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kollox ħallata ballata!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ħalli nipprova nsolvilu l-ħallata ballata li għandu f'moħħu, Sur President.", "Jiena qed ngħid li qabel ma tgħaddi l-liġi mill- istadji kollha ma tistax twaqqaf l-ebda producers' organisation, però aħna diġa` nafu l-qafas kif se jkun.", "(Interruzzjonijiet) Ħa nerġa' nirrepeti għall-elf darba dwar il-levies.", "Aħna qegħdin ngħidu li dawn il-levies se nibdew inneħħuhom bil-mod il-mod mill-1 ta' Lulju biex nibdew nagħmlu l-alignment tagħna ma' l-acquis.", "Per eżempju, jekk fuq il-majjal għandek levy ta' 80c u taqta' minnha 40%, jiġifieri 32c, xorta waħda jibqagħlek 48c levy.", "Jekk din iżżid magħha l- valur tal-prodott imwassal Malta, li huwa 60c jew 70c, allura jiġi li l- prodott ta' barra jiġi jiswa Lm1.10 meta ta' Malta huwa 80c.", "Ladarba nidħlu fl-Unjoni Ewropea, on day one il-levies jiġu zero u dan suppost jafu l-Onor.", "Interpellant għax jaf ħafna fuq l-Unjoni.", "Ladarba nkunu parti minn dan is-suq kbir, min-naħa ta' l-Ewropa ma jkunx hemm levies.", "Nerġa' ngħid li l-effett se jkun minimal u mhux se jiġi affettwat is-suq.", "Aħna bħalissa x'nesportaw lejn l-Unjoni Ewropea bis-saħħa ta' l-association agreement li kien għamel żmien ilu Borg Olivier?", "Għandna April u Mejju fejn nistgħu nesportaw il-patata lejn l-Unjoni Ewropea at zero level.", "F'dak il-perjodu, sakemm aħna nwasslu l-patata sa l-aħħar ta' Mejju ma nħallsux levy.", "Meta jaqbeż l-aħħar ta' Mejju u jibda l-ewwel ta' Ġunju neħlu 21%.", "(Interruzzjonijiet) Bil-paroli kollu li kellna fil-passat fejn għedna li nistgħu nibagħtu ħxejjex lejn l-Ingilterra, fallejna u kellna diżastru.", "(Interruzzjonijiet)", "Grazzi għall-għaqal tagħna kien hawn nies fil-privat u b'inizjattiva tagħhom – mingħajr l-iċken indħil min-naħa tal-ministeru għalkemm fejn riedu parir, id-dipartiment tahulhom - f'dawn il-jiem irnexxielhom jesportaw prodotti agrikoli bħalma huwa l-basal - basal għandna bl- abbundanza! - u tadam lejn l-Ingilterra.", "Jiena persważ li b'dan it-tip ta' pjan u b'dan it-tip ta' għaqal, kapaċi nsibu niċċa barra minn Malta għal dawn it-tip ta' prodotti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Michael Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ħarġa tax-xitwa 2002 tal-pubblikazzjoni \"On Site\", b'riferenza għall-proġetti ta' tisbiħ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 148 ta' l-2002 – merchant shipping (medical stores) regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 149 ta' l-2002 - merchant shipping (counting and registration of persons on board passenger ships) regulations, 2002; u", "Avviż Legali Nru 150 ta' l-2002 - merchant shipping (medical examination) (amendment) regulations, 2002; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 145 ta' l-2002 - aerosol dispensers regulations, 2002; u", "Avviż Legali Nru 146 ta' l-2002 - common provisions for pressure vessels and inspection methods regulations, 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Kopja tal-ftehim tal-kirja tal-catering establishment f'Paradise Bay, iċ-Ċirkewwa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34114.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 147 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar drittijiet ta' l-isptar li jitħallsu minn pazjenti barranin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI", "SPECIAL FUNDS (REGULATION) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Ġunju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi huwa in possession, bil-winding up, u s'issa ħa sitt minuti.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, fis-seduta ta' dalgħodu bdejt nikkummenta ftit dwar l-argumenti politiċi li saru dwar id- dibattitu.", "Fost affarijiet oħra semmejt il-kwestjoni ta' l-irċevuti fiskali tat-tobba, u spjegajt li min hu mgħarraf u min jaf l-affarijiet kif inhuma, jifhem li ġaladarba s-settur mediku kollu, mhux biss it-tobba imma l-kliniċi, l-isptarijiet u s-servizzi mediċi, ġew maqlugħa 'l barra mill- iskop tal-VAT u saru eżenti, jiġifieri la jiċċarġjaw VAT u lanqas jitolbu refunds, allura, bħalma jsir fil-każ ta' banek u insurance companies, m'humiex obbligati li jagħti irċevuta fiskali.", "Għalxejn noqogħdu nippruvaw ngħawġu dan il-fatt vis-à-vis l-kontroll tat- taxxa u ngħidu li qegħdin inkunu inqas stringent fuq it-tobba, fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, għax kif ħabbart diversi drabi u kif fil-fatt qed isir, it-tax compliance unit, wara li għamlet il-benchmarking exercise tagħha, tinsab għaddejja bi proċess fejn qiegħda titkellem mat-tobba b'mod individwali biex magħhom tinvestiga d-dikjarazzjonijiet li qegħdin jagħmlu.", "Rigward it-TCU kelli ċans inwieġeb diversi mistoqsijiet parlamentari, fis- sens li ma naħsibx li għandna noqogħdu nagħtu informazzjoni dwar x'qiegħda tagħmel din il-unit u npoġġu dawn l-affarijiet fi statistiċi, l-iktar issa li għadna fl-istadju tal-bidu.", "Iktar minn hekk, m'għandniex nippolitiċizzaw l-azzjonijiet li qiegħda tieħu t-tax compliance unit, għax fl-opinjoni tagħna, din il-unit trid taħdem b'mod mill-iktar liberu u oġġettiv.", "Dwar kummenti ġenerali oħra, bħal per eżempju l-kwestjoni ta' konsultazzjoni, l-Onor.", "Brincat qalilna li donnu ma kienx hemm konsultazzjoni biżżejjed dwar din il-liġi.", "Jien ngħid bil-kontra, li dwar din il-liġi kien hemm konsultazzjoni sħiħa, li damet għaddejja s-snin, ma' dawk kollha li huma konċernati.", "Ovvjament, l-iktar konċernati huma l- assoċjazzjoni tal-banek u l-assoċjazzjoni tal-financial services practitioners, li kienu kkonsultati matul l-iżvilupp ta' dawn l-emendi, mhux wara li dawn kienu lesti.", "Dawn l-assoċjazzjonijiet, flimkien mas- Central Bank u ma' l-iStock Exchange, żviluppaw l-emendi li kien hemm bżonn għas-settur finanzjarju, jiġifieri altru milli ma kienx hemm konsultazzjonijiet.", "Imbagħad l-Onor.", "Brincat ikkwota minn intervista li ta l-Professur Banister, fejn qal li l-business financial services se jitilgħu minn 12% tal-prodott gross domestiku għal 20% jew 22%, imma staqsa fuq liema medda ta' snin u x'jiġri minn dawn iċ-ċifri jekk ir-referendum dwar is-sħubija fl- Unjoni Ewropea ma jgħaddix.", "L-ewwelnett irrid ngħid li jiena kont diġa' tajt dawn iċ-ċifri fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 31839, fit-28 ta' Frar, jiġifieri din m'hijiex xi aħbar ġdida.", "Il-kalkoli li qegħdin nagħmlu aħna juru li f'temp ta' 10 snin - u din hija xi ħaġa li għalkemm fl-intervista ma dehritx, dan hu dak li ntqal - is-settur finanzjarju jitla' minn 12% tal-prodott gross domestiku għal 22%.", "Mr Speaker, hawn ħafna nies li għadhom jgħidu u jaħsbu – u jien naħseb li qegħdin jgħixu f'fairyland - li jekk ma nkunux membri fl-Unjoni Ewropea, inkunu nistgħu nagħmlu li rridu, ikollna liberta` sħiħa li nagħmlu taxxi kemm rridu.", "Dan assolutament m'huwiex minnu, għax illum id-dinja qiegħda tiżviluppa b'tali mod li l-offshore fis-settur finanzjarju internazzjonali sar dagħwa.", "Iċ-ċentri offshore kollha qegħdin jitilfu kull vantaġġ li seta' kellhom fil-passat.", "Ħafna snin ilu, aħna ntbaħna bil-maltemp li kien ġej fuq iċ-ċentri offshore u kellna l-kuraġġ li nibdlu s-sistemi tagħna, filwaqt li waqqafna ċentru finanzjaru onshore li llum nistgħu ngħidu li huwa apprezzat mad-dinja kollha u huwa msemmi fost iċ-ċentri internazzjonali bħala mudell li għandhom jikkupjaw dawk li jridu jibdlu l- operat tagħhom u dawk ġodda fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Jekk ma nissieħbux fl-Unjoni Ewropea, inbatu wkoll mis-sistema ta' passporting li teżisti f'din l-għaqda, is-sistema ta' kif prodotti li jkunu qegħdin jitħaddmu minn kumpanniji reġistrati f'Malta jkunu jistgħu jinbiegħu f'pajjiżi fl-Ewropa.", "Ovvjament, ħadd m'hu ġej jiftaħ kumpannija f'Malta biex jagħmel prodott, anke finanzjarju, li ma jistax jinbiegħ.", "Pero' jkun ħafna aħjar għalina li jkollna l-possibilita` ta' aċċess għas- suq, liema aċċess niksbuh biss bis-sħubija tagħna fl-UE.", "Mr Speaker, waqt dan id-dibattitu tkellimna ħafna dwar l-Unjoni Ewropea u wieħed mill-ħsibijiet li ġieni f'moħħi hekk kif smajt l-ewwel diskors ta' l- Onor. Brincat kien li minkejja li l-oppożizzjoni tgħid li aħna l-membri tal- gvern ninsabu ossessjonati, hi stess, ħlief lill-UE ma semmietx.", "Aħna hawnhekk qegħdin nippruvaw nagħmlu l-prodott ekonomiku f'pajjiżna iktar kompetittiv u iktar akkoljenti għal min irid jinvesti fih.", "L-UE qiegħda hemm biss biex tagħmel l-istandards, li m'humiex tagħha biss imma huma standards internazzjonali.", "L-istandards ta' l-UE huma aċċettati minn kullimkien, pero' per eżempju l-istandards bankarji m'humiex magħmula mill- Unjoni Ewropea.", "L-istandards bankarji huma mfassla mill-Committee on Banking Supervision, u japplikaw mhux biss għall-Ewropa imma għal kull min hu serju.", "Allura, jekk aħna ma konniex konformi perfettament ma' dawn l-istandards, lanqas ma konna konformi ma' l-istandards Ewropej.", "Appena niġu naqblu ma' dawn l- istandards, se niġu naqblu wkoll ma' l-istandards Ewropej.", "Allura din x'fiha ħażin?", "Għalfejn noqogħdu nżeffu lill-Ewropa fin-nofs?", "Biex nagħti eżempju ieħor nista' nirriferi għas-supervision tas-securities, li huma standards addottati mill-International Organisation of Securities Commission, filwaqt li rigward l-insurance, hemm l-International Sssociation of Insurance Supervisors.", "Dawn huma organizzazzjonijiet li jagħmlu l-istandards u li huma dinjin, mhux Ewropej, u l-istandards tagħhom huma l-istess standards li tadotta l-Ewropa u li allura, peress li aħna serji - u anke l-oppożizzjoni hija serja, għax finalment, taqbel magħhom, u minkejja li tipprova tilgħab ping pong dwar l-Ewropa, fl-aħħar mill-aħħar tifhem li biex pajjiż ikun serju, irid ikollu dawn l-istandards – qegħdin naddottawhom.", "L-Onor.", "Brincat irrepeta kemm-il darba l-fatt li jekk nibqgħu barra mill- Unjoni Ewropea, ikollna n-niċeċ.", "X'niċeċ jista' jkollna f'dan is-settur jekk ma nkunux membri f'din l-għaqda?", "Jaħseb l-Onor.", "Brincat, jew xi ħadd minn hemm barra, li aħna nistgħu noffru xi prodott, hu x'inhu, li ma jkunx aċċettabbli internazzjonalment?", "Jaħseb li aħna nistgħu nagħmlu xi sistema ta' taxxa u nxandru ma' kulħadd li dak li ma jistax isir fil-kumplament tad- dinja, jista' jsir hawnhekk?", "Fl-1994, aħna qgħadna b'seba' għajnejn biex dak li nagħmlu jkun b'xi mod diġa' jeżisti x'imkien ieħor, ikun diġa' hemm esperjenza tiegħu fl-Ewropa u fil-pajjiżi serji tad-dinja.", "Huwa għalhekk li r-reġim tagħna m'huwiex attakkabbli, u waqt in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, għadda with flying colours, għax konna ħdimna għal xhur sħaħ biex noħolqu reġim li jkun aċċettat internazzjonalment u ma jkun jista' jiġi attakkat minn ħadd.", "Illum jien nieħu gost niltaqa' mal- practitioners u jgħiduli li b'dan ir-reġim li għandna fl-Ewropa, se nfuru bix-xogħol.", "L-Onor.", "Brincat skanta kif il-Professur Banister għadda dan il- kumment.", "Dawn huma l-kummenti li jisma' mingħand in-nies li jagħmilha magħhom fis-settur li fih jaħdem.", "Dan hu dak li jgħidu l-practitioners li hawn fis-settur finanzjarju, diskors li lill-oppożizzjoni qaluhulha f'wiċċha, li bis-sħubija fl-UE, dan is-settur se jfur bix-xogħol.", "Għalhekk nerġa' ngħidli ħadd m'għandu jaħseb li jekk ma nissieħbux fl-UE, inkunu nistgħu nagħmlu li rridu.", "Dawk il-pajjiżi li llum għadhom qed jirreżistu l-istandards li qegħdin jimponu b'mod internazzjonali l-pajjiżi kollha tad-dinja huma Andorra, Liechtenstein, Liberia, Monaco, Marshall Islands, Mauru u Vanuatu.", "Illum aħna reġim serju, u huwa għalhekk li x-xogħol ġej u li dan is-settur qiegħed jikber b'ritmu qawwi.", "Aħna ma noqogħdux ngħidu bħalma qal l-Onor.", "Brincat, li l-Isvizzera fil-Mediterran tfisser li rridu d-dritt li nkunu differenti minn ġurisdizzjonijiet oħra.", "Jien ngħid li ma nistgħux inkunu differenti minn ġurisdizzjonijiet oħra where it matters, għax illum, l- ambjent ġenerali li qiegħed jinbena f'dan is-settur huwa kkontrollat u kulħadd qiegħed jesiġi li jinżammu l-istandards neċessarji.", "L-Onor.", "Brincat ħabbrilna li kieku ma kienx għal żewġ issues, l- oppożizzjoni Laburista kienet tivvota favur din il-liġi.", "Dawn iż-żewġ issues kienu dik dwar il-gvernatur tal-Bank Ċentrali, fejn fil-liġi hemm imniżżel li se jiġi maħtur għall-perjodu ta' mhux inqas minn ħames snin.", "Jien ukoll, wara li anke ċċekkjajt u erġajt iċċekkjajt, għedt diġa' li dik id-diċitura għandha tinbidel, kif fil-fatt se jsir fl-istadju ta' kumitat, biex tiġi taqra li l-gvernatur tal-Bank Ċentrali jkun appuntat għal ħames snin.", "Il-kliem \"għal inqas minn ħames snin\" dehru fil-liġi b'misprint, u allura fl-istadju ta' kumitat se jiġu mibdula.", "L-issue l-oħra li qiegħda ddejjaq lill-oppożizzjoni hija l-kwestjoni tas- superviżjoni tal-banek, fejn il-partit Laburista ma jaqbilx li din għandha tgħaddi mingħand il-Bank Ċentrali għal għand l-MFSC.", "F'dan l-istadju jiena ngħid li ma jagħmilx sens li l-oppożizzjoni tivvota kontra din il-liġi minħabba dan il-fattur.", "Ovvjament, ma nistax nikkmandaha dwar kif għandha tivvota, pero' ma nistax nittollera l-fatt li nisma' lill-Onor.", "Brincat jgħid li kważi kważi, l-oppożizzjoni se tivvota kontra din il-liġi minħabba l-gvern.", "Il-membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra se jivvutaw kontra din il- liġi, għax hekk iddeċidew li jagħmlu, imma mhux għax il-gvern għandu rasu iebsa u għamel il-liġjiet f'daqqa.", "F'din il-liġi li qegħdin ngħaddu llum m'hemm xejn ġdid fir-rigward tal- kwestjoni tas-superviżjoni tal-banek.", "Il-possibilita` li l-MFSC jkun is- supervisor tal-banek m'hijiex qed tingħata f'din il-liġi, imma ingħatat fl- 1994, meta għaddejna l-liġijiet tal-banek, tal-financial institutions, ta' l-MFSC u liġijiet oħrajn.", "Din il-possibilita` kienet għaddiet bħala agreed, jiġifieri għalkemm l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet qalet li ma taqbilx u li tippreferi li s-superviżjoni tibqa' ssir mill-Bank Ċentrali, imma ttieħed il-vot, it was agreed miż-żewġ naħat tal-Kamra li s- superviżjoni tal-banek tista' tgħaddi mill-Bank Ċentrali għall-MFSC.", "Dan ma sarx dakinhar stess għas-sempliċi raġuni sempliċi li l-MFSC kienet għadha kemm twaqqfet u allura ma xtaqniex li ngħaddu r-responsabbilta` tal- banek f'idejn supervisor mingħajr esperjenza.", "Fil-fatt, fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena, permezz ta' legal notice li ġiet ippreżentata f'dan il-parlament, is-supervision tal-banek ġiet mgħoddija mis-Central Bank għall-MFSC.", "Biex sar dan ma kienx hemm bżonn ta' din il- liġi li għandna quddiemna.", "Allura għaliex l-oppożizzjoni se tivvota kontra dan il-kunċett li diġa' għaddejna?", "Għaliex se tivvota kontra din il-liġi li ma taffettwahiex?", "Ovvjament, kif għedt iktar kmieni, m'iniex se nikkmanda lill-oppożizzjoni kif tivvota, pero' noġġezzjona għal min jgħid li se jivvota kontra għaliex b'xi mod, sar xi ħaġa minn din in-naħa tal-Kamra li qiegħda ġġiegħlu jieħu dan il-pass.", "L-oppożizzjoni qiegħda tiegħu dan il-pass għax trid tagħmel hekk, għax trid terġa' tgħid le għal affarijiet li taqbel magħhom.", "L-Onor.", "Brincat, fid-diskors tiegħu qal li l-oġġettivi tal-Bank Ċentrali m'humiex stipulati fil-liġi pero', artiklu 4 tal-liġi jispeċifika preċiżament dawn l-oġġettivi.", "Huwa qal ukoll li l-liġi ma tindikax kif jista' jitneħħa l-gvernatur tal-Bank Ċentrali, imma meta wieħed jaqra l- liġi sew, xi ħaġa li ovvjament se nagħmluha fl-istadju ta' kumitat, isib li l-gvernatur tal-Bank Ċentrali u d-deputat gvernatur tal-Bank Ċentrali, fid- definizzjoni tal-liġi huma meqjusin bħala diretturi u klawsola 11 tindika l- mod ta' kif id-diretturi għandhom jitneħħew, jiġifieri hemm provvediment ta' kif għandu jitneħħa l-gvernatur tal-Bank Ċentrali wkoll.", "Anke rigward id-diretturi, wieħed mill-kummenti li għamel l-Onor.", "Brincat kien li d-definizzjoni ta' diretturi tal-Bank Ċentrali hija wkoll konċentrata u ċentralizzata fuq esperjenza ekonomika, finanzjarja u bankarja, mhux bħal ta' l-MFSC, li hi iktar miftuħa.", "Jien naħseb li hekk għandu jkun, għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett, il-banek illum se jkunu konċentrati fuq il-policy monetarja tal-pajjiż, allura, l-expertise ta' min qed imexxi l-bank f'dik l-area ekonomika, finanzjarja u bankarja.", "Is- sistema ta' l-MFSC hija differenti.", "L-operat tagħha huwa iktar mitfugħ fuq il-mod ta' kif settur ekonomiku partikolari jiġi ġestit, u allura, il- profil ta' direttur tal-Bank Ċentrali u l-MFSC ma jistgħux ikunu l-istess.", "L-Onor.", "Brincat staqsa għaliex min-naħa qegħdin ngħidu li l-Bank Ċentrali se jkun indipendenti, u min-naħa l-oħra qegħdin ngħidu li se jibqagħlu l- obbligu li jinforma lill-gvern dwar żviluppi ekonomiċi u se jkollu say f'xi tibdiliet legali li jistgħu jolqtu l-kompetenza tiegħu.", "Jiena ngħid, mela aħna se noħolqu mill-Bank Ċentrali xi stat indipendenti?", "Dan se jibqa' istituzzjoni Maltija li iva, finalment trid tirrispondi lill-gvern Malti.", "Alla ħares dan il-parlament se jitlef id-dritt ta' aċċess għall-Bank Ċentrali.", "Il-Bank Ċentrali huwa awtonomu, imma finalment, il-gvern, iva, se jkun infurmat dwar kif sejjer l-andament ekonomiku.", "Aħna m'aħniex se nibnu ħajt mal-Bank Ċentrali u ma nitkellmux iktar miegħu.", "Dawn x'affarijiet huma?", "M'għandux isir hekk, m'għandniex noqogħdu niskataw b'dawn l-affarijiet.", "Imbagħad l-Onor.", "Brincat semma' l-fatt li d-direttur tal-Bank Ċentrali huwa ċ-chairman ta' l-MCESD.", "Anke hawnhekk, jien ngħid imma dawn...", "(Interruzzjonijiet) Le, m'iniex qed ngħid li oġġezzjoni....", "Pero' jien fhimt li l-fatt li ċ-chairman ta' l-MCESD huwa direttur tal-Bank Ċentrali, itellef lil dan il-bank mill-indipendenza ta' analiżi ekonomika li jista' jagħmel.", "Issa jekk l-Onor.", "Brincat ried ifisser mod ieħor, nitolbu jikkoreġini.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien fil-fatt irriferejt għad-diversi diretturi, li uħud minnhom kienu appuntati fi żmien gvern Laburista.", "Li għedt hu li filwaqt li m'għandi ebda dubju dwar l-integrita` tal-persuni kollha konċernati, jekk inħarsu lejhom individwalment naraw li hemm min hu head tad-directorate ta' l-EU, hemm min hu head ta' l-MCESD u hemm min huwa xi group finance manager ta' xi azjenda bħall-Air Malta, jiġifieri kollha għandhom xi linkage mal-gvern.", "Allura jekk il-Bank Ċentrali se jkun istituzzjoni suppost indipendenti iktar milli hu llum, x'se tkun il- pożizzjoni ta' dawn in-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt, huwa hekk qal, li kellna nsibu soluzzjoni, għax din kienet ippreżentat problema f'dik li hija l-indipendenza li trid tidher li hemm fis-settur monetarju.", "Aħna xtaqna per eżempju li l-bord kollu tal-Bank Ċentrali jkun responsabbli mill-monetary policy pero', biex jiġri hekk, u jibqa' indipendenti, kull membru tal-bord irid ikun totalment indipendenti minn kull ħaġa oħra fil-pajjiż.", "F'dan il-pajjiż żgħir tagħna, in-nies huma limitati.", "Jekk minn 350,000 innaqqsu lil dawk kollha li m'humiex ta' l-eta' li jkunu diretturi tal-Bank Ċentrali, nispiċċaw bi grupp ristrett ħafna minn fejn nistgħu nagħżlu.", "Għalhekk ħsibna li l-aħjar soluzzjoni tkun li l-gvernatur tal-Bank Ċentrali ma jkun involut f'xejn, u jkun hu l-persuna responsabbli mill-monetary policy u mill-kontroll.", "Għedna wkoll li dan għandu jidher darbtejn fil-PAC biex pubblikament jagħti rendikont tal-monetary policy li jkun qiegħed jadotta.", "Din hija l-aħjar soluzzjoni li sibna biex inkunu ċerti li nħallu l-accountability u fl-istess ħin inżommu l-kontroll.", "Mr Speaker, il-ħin qiegħed jagħfas u għalhekk ikun tajjeb li ngħaddi biex nitkellem dwar l-MFSC u anke nikkummenta dwar dak li qal l-Onor.", "Bartolo, u ċioe` li din m'għadhiex taqdi tajjeb id-dmirijiet li għandha.", "Rigward il- prattiċi bla skruplu ta' stockbrokers li semma', irrid ngħid li meta jien, il-Ministru tal-Finanzi, ikkritikajt xi ftit lill-istockbrokers, min-naħa l- oħra tal-Kamra ħarġet stqarrija wara l-oħra dwar kemm jien kattiv, kemm ma naħmilx lill-istockbrokers, kemm qed nagħmlilhom ħsara u kemm għandhom għalfejn jiġġieldu miegħi u kważi kważi ma jħarsux lejja.", "Issa l-Onor.", "Evarist Bartolo qiegħed jgħid li dawn huma irresponsabbli, m'għandhomx skruplu, jiġifieri hu jista' jikkritikahom kemm irid.", "Jien lill- istockbrokers ngħidilhom biex ma jikkonfondux u lill-oppożizzjoni jibqgħu jitbissmulha u jkellmuha.", "Jien nikkritika wkoll il-prattiċi mingħajr skruplu ta' ċerti nies li ma jagħtux parir kif suppost lil min jagħżel li jinvestu għandhom.", "Jien ma ddejjaqtx ngħid dan pubblikament, avolja l-oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien, minflok qalet li l-Ministru tal-Finanzi għandu l-kuraġġ li jgħid dak li jemmen u li jiftaħ għajnejn in-nies, ikkritikatni u qalet li b'dak li kont qed ngħid, kont qed infarrak l-istock exchange.", "Din hija d- differenza.", "Meta jien kelli l-kuraġġ li ngħid dan il-kliem, l-oppożizzjoni, minflok appoġġjatni u tatni raġun, qalet li kont qed nagħmel ħażin.", "Issa, l- istess kliem li għedt jien, qiegħda tgħidu hi.", "Min ma semax minn dak li għedtlu jien xhur ilu, investa ħażin, pero' dan m'huwiex tort tiegħi, imma huwa tort ta' l-oppożizzjoni Laburista li dak iż-żmien baqgħet timla' għajn in-nies li kienu qegħdin jagħmlu tajjeb.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li meta nikkritikaw, nagħmlu dan b'mod mill-iktar oġġettiv.", "L-Onor.", "Bartolo qalilna li donnu huwa tort ta' l- MFSC li l-flus ta' l-Arġentina telqu.", "Kif qal l-Onor.", "Edwin Vassallo dalgħodu, ħafna mill-flus ta' l-Arġentina kienu maħrubin minn Malta u dawk in-nies li nvestew f'dak il-pajjiż ma jistgħux imorru jfittxu lil min tagħhom parir ħażin, għax flushom kienu moħbijin.", "Illum dan il-gvern ta ċ- ċans lil kulħadd biex jiġi in order u jiddikjara flusu ħalli kulħadd ikun responsabbli u accountable għal kif jinvestihom.", "L-ikbar kumment li għamel l-Onor.", "Bartolo kien dwar il-Price Club.", "Bilkemm ma qalx li l-falliment tal-Priceclub kien tort ta' l-MFSC ukoll, għax m'għamilx kontroll.", "Bħal dak li qallu, meta xi darba l-partit Laburista jkun fil-gvern, forsi fis-seklu li ġej, u l-Onor.", "Evarist Bartolo jkun ministru, qabel ma nbiegħu xi ħaġa lil xi ħadd ikollna nitolbu l-permess tiegħu u ngħiduli kif u kemm se nbiegħu, ħalli imbagħad jiggarantilna li se nitħallsu żgur.", "Mela dawn l-affarijiet isiru hekk?", "Dawn huma affarijiet ta' żmien gvernijiet Laburista.", "Dawn l-affarijiet kienu jsiru meta ħadd ma seta' jbiegħ xejn, u biex wieħed ibigħ xi ħaġa kien ikollu bżonn il-permess tal-ministru, it-timbru biex ikun jista' jimporta dak l-oġġett.", "Dan il-pajjiż tbiddel, Mr Speaker, pero' l-oppożizzjoni għadha ma ndunatx.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' ċerti fondi u biex jemenda diversi liġijiet finanzjarji u liġijiet li jirregolaw istituzzjonijiet finanzjarji\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fis-6:56 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' ċerti fondi, u biex jemenda diversi liġijiet finanzjarji u liġijiet li jirregolaw istituzzjonijiet finanzjarji\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 355 FAVUR : 32", "L-Onor.", "| | | |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino | | |George | |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 27", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles|Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe| |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye)", "MR SPEAKER: Point of order.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nixtieq kjarifika.", "Dan l-abbozz ta' liġi jaqa' taħt l-arranġament tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi?", "MR SPEAKER: Iva għax m'huwiex abbozz ta' liġi finanzjarju.", "Ma kellux messaġġ tal-President.", "Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-12 ta' Ġunju 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Għalkemm dan l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali huwa ftit tekniku, meta niġu biex nitkellmu fuq l-emendi li għandna wieħed jista' janalizzahom vis-à-vis kif kienu oriġinarjament fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali meta ġie promulgat fl-1993 u l-emendi li saru minn dak iż-żmien 'l hawn.", "L-ewwel ħaġa li rrid nirrimarka hija li l-oppożizzjoni taqbel ma' l-emendi li għandna proposti għall-Att oriġinali.", "Però dan ma jfissirx li m'għandniex nikkritikaw xi punti b'mod oġġettiv biex il-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jkun jista' jirrispondi għalihom fil- winding up.", "L-ewwel emenda li laqtitni hija dik proposta għal artikolu 12 ta' l-Att prinċipali li tirrigwarda dawk il-persuni li huma kkwalifikati biex joħorġu għall-elezzjoni bħala membri ta' xi kunsill lokali.", "Wara li għaddew kważi għaxar snin mit-twaqqif tal-kunsilli lokali nafu li għandna numru kbir ta' residenti f'pajjiżna li m'humiex Maltin imma jipparteċipaw fihom għax huma eliġibbli li jivvotaw.", "Kif jaf kulħadd fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jistgħu jivvotaw mhux biss il-Maltin li jidhru fir-reġistru elettorali, imma anke dawk li jidhru fir-reġistru speċjali.", "Il-proviso li se jiżdied wara paragrafu (i) ta' l-artikolu 12, kif propost fi klawsola 3, jgħid:", "\"Iżda persuna ma tkunx ikkwalifikata biex toħroġ għall-elezzjoni bħala membru ta' xi Kunsill jekk isimha ma jkunx jidher fir-Reġistru Elettorali jew fir-Reġistru Speċjali għal-lokalità li tkun qed tiġi kkontestata minn dik il-persuna.\"", "Mr Speaker, jien inħoss li mhux biss għandna nagħmlu l-qafas legali meħtieġ biex dawk il-persuni li m'għandhomx nazzjonalità Maltija ikunu jistgħu joħorġu għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, imma għandna ninkoraġġuhom biex jagħmlu dan.", "Mhux biżżejjed li tagħmel xi ħaġa possibbli bil-liġi, imma trid tagħti l-inkoraġġiment.", "Apparti milli jipparteċipaw billi jivvotaw fil-kunsilli lokali, ikun ferm aħjar li dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw ukoll billi joħorġu bħala kandidati għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, qed ngħid hekk għax jekk nieħu d-distrett tiegħi, li qiegħed fit-tramuntana ta' Malta, hemm numru kbir ta' residenti li m'humiex Maltin, imma fil-maġġoranza tagħhom huma Ingliżi jew min-North Africa.", "Il-Mosta għandna komunità kbira ta' Libjani u fil-Mellieħa u f'San Pawl il-Baħar hemm komunità kbira ta' Ingliżi li ilhom snin residenti f'pajjiżna u jipparteċipaw fil-benessere tal-lokal.", "Per eżempju, grazzi għall-kunsilliera Laburisti li ħarġu bl-idea, illum fil- Mosta hemm ċentru li jieħu ħsieb il-problemi tal-lokal b'attenzjoni partikolari u personali.", "Dan huwa mmexxi minn nies esperti f'qasam jew ieħor, fosthom fil-qasam tal-problemi soċjali, bħal social workers - li qed jagħtu l-kontribut tagħhom f'dan iċ-ċentru li fetaħ riċentement il- President tar-Repubblika - li wħud minnhom huma Libjani miżżewġa lil nies mil-lokal.", "Allura dawn illum huma parti mill-komunità tagħna u tajjeb li jħossu li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà li qed jgħixu fiha billi jagħtu dak kollu li huma kapaċi jagħtu.", "Fil-Mellieħa hemm individwu, li kien uffiċjal għoli ħafna fil-pulizija ta' l-Ingilterra, li llum irtira u ġie joqgħod Malta.", "Dan għandu esperjenza enormi fil-prevenzjoni ta' reati u anke fl-investigazzjonijiet ta' reati partikolari li, bħala non-serving member tal-korp tal-pulizija barra minn Malta, illum ma jistax iservi hawn.", "Però żgur li jista' jutilizza l- kapaċitajiet li għandu billi, flimkien mal-kunsill lokali tal-Mellieħa, jgħin ħalli jitwaqqfu aktar ċentri fil-lokal ħalli jiġġieldu l-kriminalità u t-tixrid tad-droga.", "Dawn in-nies esperti jistgħu jiġu utilizzati fil- kunsill lokali, iktar u iktar jekk ikunu membri fil-kunsill.", "Waħda mill-ikbar handicaps għal dawn in-nies hija l-mod kif ġiet mibnija l- istorja politika tal-kunsilli lokali.", "Minħabba l-pożizzjoni tal-partit Nazzjonalista li dejjem ried jikkonesta għall-kunsilli lokali taħt il-kappa tal-partit, il-partit Laburista kellu jikkontesta fihom ukoll biex tiġi pprattikata id-demokrazija fil-kunsilli, minkejja li kien ikun ħafna aħjar għall-ġid tal-lokalitajiet li kieku ma daħlux il-partiti.", "Għalhekk wieħed bilfors irid jagħżel persuna li hija ma' partit jew ma' ieħor, allura dawn in-nies barranin kif jistgħu joħorġu għall-kunsilli lokali?", "Allura biex persuna barranija residenti hawn Malta tiġi kkonsidrata bħala kandidata fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, irridu ninkoraġġuha biex taffilja ruħha mal-partit Nazzjonalista jew mal-partit Laburista?", "Dan ma jagħmilx sens għax jekk Ingliż jista' jkun li fl-Ingilterra kellu simpatija mal-Labour party, jew mal-Conservative party jew mal-Liberal party, meta jiġi f'Malta se ngħidulu biex jew jidħol mal-partit Nazzjonalista jew mal- partit Laburista?", "Jien ma naqbilx li għandna nġiegħlu lil dawn in-nies jagħmlu hekk għax imbagħad titfagħhom fil-lenti politika u jibdew jitilfu l-valur tagħhom.", "Jien qed nikkritika din l-emenda għas-sempliċi raġuni li nħoss li jekk nieħdu kemm għandna residenti permanenti barranin ġewwa pajjiżna nsibu li għandna eluf.", "Ejjew nimmaġinaw kemm jistgħu jagħtu servizz lill-komunità dawn l-eluf ta' nies li wħud minnhom għandhom esperjenza vasta f'kull qasam minn fejn ġejjin.", "Qed niftakar f'każ ta' negozjant kbir li kien imexxi chain ta' kumpanniji fl-Ingilterra li rtira u ġie joqgħod Malta.", "Naf li dan jista' jkun ta' utilità kbira fil-lokal fejn jgħix għal diversi proġetti tal-kunsilli lokali għax dan huwa think tank.", "Għalkemm dan huwa ħabib tiegħi, ma nħossx li għandi ngħidlu li bħala resident f'Malta għandu jingħaqad mal-Labour party.", "Din hija xi ħaġa li tmur kontra l-kurrent tal-politika lokali u ma nħossx li għandu jsir hekk.", "Din hija r-realtà politika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali li l-Labour party qatt ma kien u għadu sal-lum ma jaqbilx magħha.", "Il-partit Laburista kien kostrett li jikkontesta bħala partit fl-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali minħabba li l-partit Nazzjonalista baqa' jsostni li għandu jipparteċipa u għalhekk kien qed ikun hemm a democratic deficit fl- elezzjonijiet tal-kunsilli.", "Wieħed jista' jgħid li dawn in-nies jistgħu joħorġu bħala kandidati indipendenti.", "Imma kulħadd jaf li llum, naqset is-saħħa tal-kandidati indipendenti minħabba l-preżenza tal-partiti fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Illum daħlet il-ġirja bejn il-partiti - naqblu jew ma naqblux, din hi l-verità - u f'kull elezzjoni l-partit jara fejn qiegħda t-temperatura tiegħu mhux biss għal raġunijiet lokali.", "Għax kif jaf kulħadd kull meta ssir elezzjoni tal-kunsilli lokali terz tal-poplu Malti jmur jivvota, allura kull partit ikun jista' jara fejn qiegħed.", "Interessanti nkunu nafu x'se jagħmel il-gvern Nazzjonalista f'Marzu li ġej għax hemm ħafna li qed jispekolaw li l-gvern ma tantx jaqbillu jissogra jagħmel l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali.", "Jista' jkun li jagħmilhom, jew jista' jissospendi l-elezzjonijiet lokali tas-sena d-dieħla kemm minħabba li jista' jiddeċiedi li jagħmel referendum qabel l-elezzjoni ġenerali, u kemm għax it-timing ta' l-elezzjoni ġenerali ikun qrib l-elezzjonijet tal- kunsilli lokali ta' Marzu li ġej.", "Allura jista' jkun li jiġu sospiżi l- elezzjonijiet lokali ta' terz tal-popolazzjoni ta' pajjiżna.", "Ir-raġuni hija ovvja; il-partit fil-gvern irid jara r-riskji tiegħu, jekk jaqbillux jagħmel l-elezzjonijet tal-kunsilli lokali.", "Jien ma nafx x'se jagħmel, però hemm possibbiltà li jiġu sospiżi għal ċertu perjodu u mbagħad jew nagħmluhom aħna jew inkella jagħmluhom huma, jekk terġa' tiġri xi diżgrazzja oħra u jitilgħu n-Nazzjonalisti.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel riferenza għalih huwa artiklu 53 ta' l-Att dwar il-Kunsilli lokali li jitkellem dwar l-impjieg ta' persuni mill-kunsill lokali li huwa relattiv mal-popolazzjoni tal-lokalità.", "Kif inhu sal-lum l- artiklu jgħid li f'lokalità li għandha aktar minn 3,000 ruħ il-kunsill jista' jimpjega persuna full-time.", "Issa għandna emenda proposta fi klawsola 5 li tgħid li minflok il-kliem \"tlett elef\" għandhom jidħlu l- kliem \"elfejn u ħames mitt\".", "Jiġifieri hemm riduzzjoni ta' 500 ruħ.", "Dan ifisser li kull 2,500 ruħ jista' jiġi impjegat wieħed full-time mal-kunsill lokali?", "Jien qed nistaqsi dan għax fl-Att hemm indikazzjoni li meta f'lokalità ikun hemm popolazzjoni ta' inqas minn 3,000 - u fl-emenda qed ngħidu 2,500 - il-kunsill jista' jimpjega persuna part-time jew full-time, iżda mhix qiegħda ċara.", "Jekk qiegħda hekk tajjeb li l-ministru jispjegaha iktar 'il quddiem għax illum għandna ħafna lokalitajiet li għandhom popolazzjoni ta' inqas minn 2,500.", "Ħafna rħula f'Għawdex u anke wħud f'Malta, fosthom l-Imġarr, jaqgħu taħt din il-kategorija.", "Mr Speaker, qed isiru diversi emendi għal artikolu 55 li jitkellem dwar l- allokazzjoni finanzjarja tal-kunsilli lokali.", "Huwa importanti ħafna li jkun hemm skrutinju tajjeb tal-mod kif qed jiġu mħaddma l-flus tal-poplu u anke jitnaqqsu l-possibbiltajiet ta' abbużi.", "Jien nemmen li għandna nagħmlu iktar minn hekk fuq dan.", "Hawnhekk qed jiġi propost li meta jkun qed jalloka l-ammont approprjat lill-kunsill, il-Ministru se jkollu l-poter li jista' jżomm kull porzjon minn dak l-ammont jekk huwa jqis li jkun meħtieġ li jżomm dak il-porzjon sabiex jiżgura rimedju għal kull bilanċ negattiv.", "Hawnhekk qed nifhmu li kull meta jkun hemm bilanċ negattiv il-Ministru se jaqbad u jżomm porzjon mill-ammont approprjat?", "Dan se japplika għal kull kunsill?", "Qed nistaqsi dan għax nafu x'ġara fl-istorja politika tal- kunsilli lokali f'dawn l-aħħar snin.", "Kellna kunsilli lokali, fosthom il- kunsill lokali tal-Mosta - ma nistħix ngħid - li mingħajr l-ebda tlaqliq ngħid li mhux talli nefaq dak li kellu jonfoq, talli b'mod assolut ilu in the red għal diversi snin.", "Allura fil-każ tal-kunsill lokali tal-Mosta, iktar milli wieħed iżomm porzjon mill-finanzjament tiegħu, għandha ssir investigazzjoni.", "Bħalma għedt kemm-il darba, meta jkun hemm gross mismanagement, negliġenza assoluta mill-kunsilli lokali li juru li litteralment m'għandhomx idea kif imexxu l-finanzi, għandu jkun hemm qafas parlamentari biex issir investigazzjoni mill-ewwel.", "Safejn naf jien, qatt ma saret investigazzjoni tal-kunsilli lokali li kellhom maġġoranza Nazzjonalista f'dawn l-aħħar snin, u kull fejn hemm kunsilli b'maġġoranza Laburista wieħed dejjem jipprova jattakkahom.", "Iżda meta wieħed jistudja t-tmexxija tal-kunsilli differenti jinduna li on average l-għaqal tal-kunsilli b'maġġoranza ta' kunsilliera Laburisti huwa ferm akbar minn tal-kunsilli b'maġġoranza Nazzjonalista.", "Riċentement jien għamilt domanda parlamentari lill-Ministru biex jgħidli kemm daħħlu flus, apparti l-finanzi allokati lilhom mill-gvern, minn attivitajiet li organizzaw il-kunsilli lokali tar-Rabat, tal-Mosta, ta' San Pawl il-Baħar u kunsill lokali ieħor.", "Il-Ministru rrispondieni li għandi nistaqsi lilhom direttament.", "Għaldaqstant jien ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia jgħid li mhux sew li meta aħna l-membri parlamentari nitolbu xi informazzjoni dwar il-kunsilli lokali niġu ndikati biex inressqu dik id-domanda direttament lill-kunsilli lokali.", "Fil-parlament għandna ningħataw l- informazzjoni kollha biex inkunu nafu x'qiegħed isir għax aħna għandna responsabbiltà lejn l-elettorat.", "Il-poplu Malti jippretendi li kull membru parlamentari li eleġġa jkun il-watchdog ta' dawn l-affarijiet għax dan huwa fl-interess pubbliku.", "Għalhekk membru parlamentari għandu jingħata l- informazzjoni kollha li jitlob dwar it-tmexxija tal-kunsilli lokali.", "Riċentement għamilt domanda parlamentari lill-Ministru Gatt fuq San Pawl il- Baħar u r-risposta li ngħatajt kienet kważi bla sens.", "Jien staqsejt fuq liema kriterju l-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar iddeċieda li fi Triq Parades, fejn hemm numru ta' residenti bil-karozza privata tagħhom, issir reserved bay minn kantuniera sa oħra u jneħħi l-parkeġġ għal 30 vettura.", "Dawn iddikriminaw b'mod arbitrarju fil-konfront ta' ħafna residenti f'dik it-triq partikolari.", "Din l-informazzjoni m'hijiex ta' interess pubbliku?", "Ma naħsibx li huwa ideali li l-Ministru jissuġġerili, bħala membru parlamentari, li nirriferi l-mistoqsija lill-kunsill tal-lokal.", "Jekk il- kunsill tal-lokal qed jabbuża, aħna m'għandniex ikollna kriterji parlamentari fil-qafas legali biex nitolbu li dan jiġi mistħarreġ?", "Inkella jekk iridu jabbużaw, dawn jabbużaw kemm iridu u la inti u lanqas jien ma nistgħu nitolbu investigazzjoni fuqhom.", "Dan x'ġenn hu?", "Għalhekk qed ngħidu li għandu jkun hemm il-kunsilli lokali!", "Il-kunsilli lokali għandhom ikunu hemm bil-parametri tal-liġi u jridu jkunu sottomessi għall-iskrutinju ta' kulħadd, inkluż ta' kull membru parlamentari, bħalma l-membri parlamentari jridu jkunu sottomessi għall-iskrutinju ta' l-istess parlament.", "Meta f'din l-emenda għal artiklu 55 qed ngħidu li l-Ministru jista' jżomm kull porzjon mill-ammont allokat lill-kunsilli lokali sabiex jiżgura, fost affarijiet oħra, li jinġiebu kopji tal-minuti tas-seduti tal-kunsill, allura l-Ministru ma setax iġib kopja tal-minuti tas-seduta biex jara għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni mill-kunsill ta' San Pawl il-Baħar?", "Hemmhekk hemm maġġoranza Nazzjonalista, għalkemm qiegħda dejjem nieżla għax il-poplu ta' San Pawl il-Baħar qed jinduna li m'hemmx serjetà u li l- kunsilliera Nazzjonalisti m'humiex qed jindirizzaw il-problemi li hemm bl- iktar mod ġust.", "Mr Speaker, mhux l-oppożizzjoni biss qed titkellem dwar dak li qed jiġri f'San Pawl il-Baħar, imma anke l-kostitwenti Nazzjonalisti stess.", "Jien inħobb indur fil-lokalitajiet u n-Nazzjonalisti ta' dik il-lokalità jgħiduli li huma ddiżgustati bl-affarijiet li qed isiru u jitolbuni nsemmihom fil-parlament u kull fejn inkun.", "In-nies tal-lokal stess jinformawni b'dawn l-affarijiet, kieku kif se nkun naf x'inhu jiġri hemmhekk!", "U meta nivverifika l-affarijiet tista' tgħid li fil-parti l- kbira jkunu eżatt kif qed ngħidu.", "Jien m'iniex qed ngħid hekk biex insemmi lil xi ħadd personalment, infatti jien noqgħod attent li ma nsemmix sindku jew kunsillier partikolari.", "Jien qed insemmi l-kunsill lokali tal-Mosta, per eżempju, għax għaddew minn dawn l-esperjenzi u m'għandniex għalfejn nirrepetu iktar żbalji.", "Kull meta tgħaddi minn Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta u tara dak il-ħawt li sewa eluf ta' liri, kif tista' taċċetta dak id-dnub mejjet li se jibqa' hemmhekk bħala monument tal-kunsill lokali li kien u għadu mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista?", "L-Onor.", "Vassallo semma li għamlu l-lift fl-uffiċċju tal- kunsill lokali tal-Mosta, imma f'lokalità fejn hemm it-tieni l-ikbar popolazzjoni f'Malta, fejn il-kunsill ilu jeżisti mit-twelid tal-kunsilli, se noqogħdu nifirħu għax għamilna dan il-lift u għandna sala?", "X'qed isir?", "Din il-ġimgħa kont qiegħed fil-housing estate fejn wieħed jista' jara t- telqa - telqa permanenti se nsejħilha - mill-kunsill lokali tal-Mosta.", "Minn hawn irrid infakkar li kienet għaddiet korrispondenza bejn is-sindku preżenti tal-Mosta DeMartino - li hu ħabib tiegħi għalkemm ma naqbilx miegħu politikament, imma jien għandi rispett lejn kull min hu serju - u l- Ministru Gonzi li għandi kopja tagħha.", "Il-Ministru Gonzi kien qallu li se ssir skema fejn parti mill-kera li tinġabar mill-inkwilini li jgħixu fil- housing estates, tiġi mgħoddija lill-kunsill biex b'dawk il-flus ikun jista' jagħmel dak kollu li hemm bżonn biex il-housing estates jerġgħu jingħataw il-ħajja.", "Iżda jekk wieħed imur iżur dawk il-housing estates illum isib li hemm ħitan tas-sejjieħ imwaqqgħa mad-dawra tagħhom.", "Hemm siġar li qatt ma jinżabru u tant fihom insetti u nemus li l-anzjani lanqas jistgħu jiftħu t-tieqa biex igawdu l-arja friska issa li bdiet is-sħana, għax jidħol in-nemus u kull tip ta' insett ieħor li jistgħu jikkawżaw il-mard!", "Hemm toroq kollha ħofor u bla bankini, tant li l-anzjani ħandikappati residenti hemmhekk lanqas jistgħu jsuqu lilhom infushom.", "Din il-korrispondenza li semmejt għaddiet iktar minn sena u nofs ilu bejn il-Ministru Gonzi u s-sindku tal-Mosta u minn hawn nixtieq nistaqsi x'sar minn din l-iskema.", "Mr Speaker, niġi issa għal dak li qed jiġri n-Naxxar.", "Tajjeb li wieħed jagħmel exhibitions u receptions biex jintwerew ix-xogħlijiet li jkunu ppjanati għal-lokal.", "Però jien nixtieq nistaqsi kemm swew dawn il-festini, li intom magħrufin għalihom, kemm ilkom fil-gvern għax naħseb li ntnefqu kważi Lm1 miljun mill-kaxxa ta' Malta!", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li hawn telqa kbira fit-toroq, minkejja l-esperti Ġermaniżi li għandu l-Ministru Galea biex jagħtuh pariri dwar il-bini tat- toroq.", "Jekk hawn xi espert Ġermaniż hawnhekk ngħidlu li jien m'iniex qed nagħtih tort, għax jien naħseb li dawn qed jikkonsidraw lil Malta kollha bħala belt żgħira ġol-Ġermanja.", "Imma r-realtà hija li meta wieħed jikkonsidra n-numru ta' karozzi li għandna jsib li dan huwa l-iktar pajjiż li għandu karozzi fid-dinja.", "Aħna ngħaddu lil kull pajjiż fid-dinja fin- numru ta' karozzi li hawn.", "Allura kif tiġġustifika li qed tonfoq dawk il- flus kollha fit-triq ta' Burmarrad meta tara dak it-taħwid li qed isir?", "Filli tkun ħiereġ minn wara l-knisja, qiegħed fuq in-naħa ta' ġewwa sejjer lejn il-Mosta, u f'daqqa waħda trid toħroġ 'il barra għax hemm parti mill- bankina maħruġa 'l barra!", "Filli bankina għaddejja dritta u filli toħroġ għal nofs it-triq!", "Dan jagħmel sens?", "Mr Speaker, x'sens jagħmel li ċerti toroq nispiċċaw nagħmluhom kważi one lane bħat-triq li hemm int u nieżel mir-Rabat?", "Jekk jiġri inċident hemmhekk lanqas biss tista' tgħaddi l-ambulanza!", "Ikollhom iniżżluha fil- post u jerġgħu jtellgħuha bil-helicopter!", "Dan x'ġenn hu?", "Nista' nibqa' nsemmi eżempji bħal dawn li saru taħt gvern Nazzjonalista.", "M'iniex qed ngħid li ma sarux xogħlijiet tajbin.", "Per eżempju, minn hawn irrid nawgura lill-kunsill lokali ta' l-Imtarfa u lis-sindku ħabrieki li hemm.", "Dan huwa kunsill ġdid li mix-xejn qed jagħmel ħafna ġid u qed iqajjem ċertu awareness fost il-poplu tal-lokal biex huma jimxu 'l quddiem.", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadalli rrid nagħmel riferenza għad- donazzjonijiet li jagħmlu l-kunsilli lokali.", "Tajjeb li wieħed joqgħod attent kif qed isiru d-donazzjonijiet.", "Kemm saru enquiries minn min għandu jagħmilhom dwar donazzjonijiet li saru mill-kunsilli b'maġġoranza Nazzjonalista bħal dak ta' Tas-Sliema, fejn ingħataw donazzjonijiet kbar lil ċerti organizzazzjonijiet li ċertament m'għandhomx simpatija lejn il- partit Laburista?", "F'dan l-abbozz ta' liġi naraw li se jidħol artikolu 63A ġdid li jgħid li l- kunsill m'għandu jagħmel ebda donazzjoni ta' flejjes jew jagħmel xi donazzjoni mhux bi flus lil xi organizzazzjoni mhux governattiva li ma tkunx inkluża fit-Tmien Skeda.", "Safejn naf jien, skond Kapitlu 363 l-Eighth Schedule hija a form of ballot paper.", "Forsi għandi żball, Ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dawk huma l-liġijiet elettorali li għandek l-Eighth Schedule magħhom.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Hawnhekk qegħdin ngħidu li d-donazzjonijiet m'għandhomx jeċċedu l-0.5% ta' l-allokazzjoni annwali ta' dik is-sena.", "Dan ifisser li l-kunsilli lokali xorta jistgħu jagħmlu donazzjonijiet.", "Dan m'huwiex sew għax dawn jistgħu jiġu abbużati.", "U huwa fl-interess pubbliku li l-monitoring tad-donazzjonijiet ikun strett għax kulħadd jaf x'jiġri meta tkun ġejja l-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "It-tentazzjoni qiegħda hemm, u ladarba qiegħda hemm irridu nirregolaw għaliha biex ħadd ma jaqa' għaliha għax imbagħad ma jkunx qed isir dak li huwa fl-interess pubbliku.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, huwa tajjeb li f'dan il-parlament ikollna abbozzi ta' liġijiet li jwasslu biex il-flus li jkunu qed jiġu vvotati biex jiġu amministrati mill-kunsilli lokali jitmexxew bis-serjetà.", "Tul dawn l-aħħar snin mit-twaqqif tal-kunsilli lokali kellna esperjenza li wrietna b'mod ċar li kien hemm min kien serju u utilizza tajjeb il-fondi vvotati lilu.", "Min-naħa l-oħra kien hemm min ma wżahomx sew u jew nefaq iktar milli kien hemm il-ħsieb li jonfoq jew inkella l-affarijiet ma sarux b'mod leċitu.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni.", "Naħseb li huwa importanti li jkun hemm ċertu spazju fejn wieħed jista' jimmanuvra, imma dan għandu jitħalla sa ċertu punt u sakemm il-ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali jkun sodisfatt bit-tmexxija ta' l-affarijiet.", "Jista' jagħti l-każ li kunsill lokali jkun qed jivvota fondi biex issir xi triq twila li teħtieġ ħafna xogħol, u minflok li jagħmilha ta' malajr u mbagħad ikollu jerġa' jaqlagħha diversi drabi biex jagħmel is-servizzi meħtieġa, il- kunsill jiddeċiedi li jkun hemm inkonvenjent ta' darba u x-xogħol isir kollu f'daqqa.", "F'każ bħal dan wieħed għandu jħalli ċertu spazju biex il-flus li jiġu vvotati għas-sena ta' wara jagħmlu tajjeb biex jitħallas ix-xogħol li jkun sar fis-sena ta' qabel.", "Iżda wieħed m'għandux iħalli l-ispazju fejn kunsill jista' jitlaq jiġri u din is-sitwazzjoni twassal għal dejn li wħud mill-kunsilli lokali spiċċaw bih.", "Mr Speaker, agħar minn hekk huwa meta jkollok kunsill lokali - ħalli ma noqgħodx nidħol fil-mertu ta' xi lokalitajiet għalissa – li jasal sal-punt li l-kunsill li jitla' warajh, li fil-maġġor parti tiegħu jkollu membri ġodda, ikollu jbati l-konsegwenzi li jkun ġabu fihom il-kunsill preċedenti.", "Naħseb li dan m'huwiex aċċettabbli.", "U tajjeb li d-dipartiment tal- kunsilli lokali jibda jara minn issa li l-kunsilli lokali jerfgħu r- responsabbiltà tad-dejn li jkun inġema' matul l-amministrazzjoni tagħhom u jaraw kif se jitħallas.", "Imma fl-istess ħin irid ikun hemm spazju biżżejjed biex il-kunsilli lokali preżenti jkollhom fejn jistgħu jaħdmu u ma jidhrux li huma ma jkunu qegħdin jagħmlu xejn f'għajnejn in-nies ta' dik il- lokalità.", "Per eżempju, il-kunsill lokali tal-Mosta huwa magħruf għad-dejn li ħalla warajh b'mod speċjali l-ewwel żewġ kunsilli lokali.", "Issa ġara li l-kunsill lokali preżenti, li issa ilu hemmhekk ftit aktar minn sena, wiret id-dejn kollu u ovvjament qed issir pressjoni fuqu biex jaqtgħu fuq perjodu ta' żmien.", "Għalhekk mill-fondi li qed jiġu vvotati lilhom sena wara l-oħra qed jinqatgħulhom Lm50,000 li qed imorru biex jitħallas id-dejn li għandhom akkumulat.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għad m'hemmx il-poter legali biex jinqatgħalhom xi ammont ta' flus.", "Fil-fatt l-emenda qed issir biex proprju jkun hemm dan il- poter legali.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Imma, jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm suġġeriment li kull sena l-kunsill lokali tal-Mosta jwarrab Lm50,000 mill- flus ivvotati lilu mill-gvern ħalli jagħmlu tajjeb għal dan id-dejn.", "Il- kunsill lokali preżenti nqabad bejn in-nar u l-ilma, jew inkella bejn nar u nar.", "Dan inqabad fin-nar tad-dejn li wiret li m'huwiex tort tiegħu, u min- naħa l-oħra jrid jagħmel ix-xogħol meta, bi ftehim mad-dipartiment tal- kunsilli lokali, kull sena qed ikollu jwarrab Lm50,000 mill-fondi tiegħu.", "Allura l-kunsill lokali preżenti qed jidher ikrah għax m'għandux fondi biżżejjed biex jagħmel ċertu xogħol li jixtiequ ċ-ċittadini tal-lokal.", "Għalhekk irridu nibdew naħdmu biex tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn kunsill lokali jbella' – nuża din il-kelma għax litteralment hija hekk – l-problemi finanzjarji lill-kunsill lokali li jiġi warajh.", "Meta nagħmlu mistoqsijiet parlamentari li jirrigwardaw il-kunsilli lokali ħafna drabi jkollna risposta fis-sens li kull kunsill lokali għandu amministrazzjoni separata għalih u wieħed għandu jirriferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-kunsill involut.", "Min-naħa l-oħra jien inħoss li jekk f'dan il-parlament ikun hemm iktar ċans li jsiru ċerti mistoqsijiet fuq l-andament ta' kull kunsill lokali tista' tinħoloq pressjoni biex jinqatgħu darba għal dejjem ċerti problemi li ntirtu tul iż-żmien li ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali.", "Wieħed jistenna li jkollna risposti ħafna iktar ċari dwar investigazzjonijiet fuq kuntratti li jkunu taw il-kunsilli lokali għax sfortunatament it-tmexxija ta' ċerti kunsilli lokali ma tkunx dejjem daqshekk trasparenti.", "Kont se ngħid \"daqskemm huwa trasparenti l-parlament\", imma sfortunatament anke fil- parlament mhux l-ewwel darba li nagħmlu mistoqsijiet li jirrigwardjaw infiq pubbliku, u jkollna risposta mill-ministru rispettiv fejn jgħid li huwa lest jirrispondi jekk l-interpellant jagħtih ir-raġuni għalfejn għamel dik il-mistoqsija partikolari.", "Naħseb li huwa dritt tal-membri ta' din il-Kamra li jagħmlu mistoqsijiet parlamentari rigward l-infiq li jsir f'dipartimenti, f'ministeri, f'segretarjati jew f'kunsilli lokali partikolari għax dawn il-fondi jiġu vvotati fil-budget minn dan il-parlament.", "Allura fl-interess pubbliku għandna ningħataw l-informazzjoni li nitolbu.", "Mr Speaker, niġi għal problemi oħrajn li jinqalgħu f'ċerti kunsilli lokali u nibda mill-problema tal-kunsill lokali tal-Mosta.", "Suppost li wieħed ma jistax jipparkja karozza f'kantuniera, aħseb u ara kemm jista' jipparkja karozza b'mod li taqbeż il-bankina u parti minnha tiġi fit-triq li hija side street mat-triq l-oħra.", "Safejn naf jien ir-regolamenti tat-traffiku jitolbu li karozza trid tkun ipparkjata tant metri 'l bogħod minn kantuniera.", "Infatti meta jsiru s-sinjali fit-toroq issib id-double yellow lines għal ċertu ammont ta' metri mill-kantuniera, li jfisser li ma jistax isir ipparkjar f'dik il-biċċa, u l-linji l-bojod jibdew iktar 'il bogħod mill-kantuniera.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif fi triq prinċipali bħal Triq il- Kostituzzjoni ġewwa l-Mosta f'kull kantuniera nbnew konki kbar għall- pjanti, qisu ċint, li mhux biss jasal sal-kantuniera talli parti sostanzjali minnu jaqbeż għal ġo nofs is-side street li tmiss mat-triq prinċipali.", "X'inhu r-riżultat?", "Sur President, jien nitolbok biex tmur fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta, li hija two-way, ħalli tara kif ċerti karozzi - li jkunu daqsxejn kbar bħal trakk jew minibus, u f'ċerti postijiet anke coaches - iridu jmorru fuq in-naħa l-ħażina tat-triq biex iduru għal ġo side street.", "U viċi-versa, biex wieħed joħroġ minn side street għal ġot-triq prinċipali jrid imur fuq in-naħa l-oħra tat-triq.", "Sur President, ġejna f'sitwazzjoni fejn ħloqna periklu bix-xogħol li sar mill-kunsill lokali.", "Nixtieq ikun naf min approva dan ix-xogħol, jekk kienx it-traffic control board, id-dipartiment ta' l-ambjent, jew il- planning authority.", "Meta approvaw dawn l-affarijiet ma rawx il-periklu li ħolqu meta aċċettaw li jsiru dawn il-konki kbar tal-pjanti li joħorġu ġo nofs is-side streets?", "Dan ma jagħmilx sens assolutament.", "Barra minn Malta ssib xi ħaġa bħalhom, imma qatt – nirrepeti \"qatt\" – ma ssib bħal dawk li hemm fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.", "U b'dispjaċir ngħid li s'issa kunsill wieħed wara l-ieħor għadu qatt ma aċċetta li jaqla' dawn il-konki bil-pjanti minn fejn qegħdin.", "Dawn jistgħu jitpoġġew iktar 'il ġewwa mill-kantuniera jew inkella, jekk jitpoġġew lejn il-kantuniera, ikunu mfassla b'ċerta kurvatura biex il-karozzi li jkunu se jduru għal ġos- side street, jew il-karozzi li jkunu ħerġin minn ġos-side street la joħolqu periklu għall-karozzi oħrajn u lanqas għal min ikun għaddej minn dawk il- viċinanzi.", "Naħseb li huwa importanti li dan il-punt jittieħed jekk aħna verament nemmnu fl-importanza li nħarsu s-saħħa ta` min ikun għaddej mil- lokalitajiet tagħna.", "Wieħed irid jgħid ukoll li triq li tinsab f'sitwazzjoni simili – ħa nsemmi t-triq oħra li ngħaddi spiss minnha – hija t-triq li minn Naxxar twasslek sa l-Iklin.", "Il-bankini li saru f'din it-triq saru b'tali mod li dawn joħorġu 'l barra hekk kif inti tasal ħdejn side street.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Biex dan jagħmel sens, jekk inti trid li bankina toħroġha ftit 'il barra meta tasal fejn side street lil din il- bankina trid tagħtiha kurvatura biex ikun possibbli li karozzi li jidħlu jew joħorġu minn dawn is-side streets ma joħolqux periklu.", "Sur President, issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar San Pawl il- Baħar.", "F'San Pawl il-Baħar, apparti l-problemi li diġa` rrefera għalihom l- Onor. Anġlu Farruga, għandek il-problema kontinwa li d-drenaġġ il-ħin kollu jfur.", "Wieħed jista` jgħidli li d-drenaġġ ma jaqax taħt ir-responsabbilta` diretta tal-kunsilli lokali.", "Imma jiena naħseb li għandha ssir ċerta pressjoni persistenti mill-kunsill lokali ta` San Pawl il-Baħar biex din il- problema tiġi solvuta kemm jista` jkun malajr.", "Għadna se nibdew is-sajf u diġa` qiegħda tidher din il-problema f'San Pawl il-Baħar.", "Safejn naf jien id-dipartiment tas-saħħa – sakemm mhux qed jiġġieled ma` xi ħadd biex jara min se jagħmel it-tabelli – għadu ma ħareġ l-ebda avviż biex jindika li f'partijiet ta` Buġibba u San Pawl il-Baħar ma jistax isir għawm fihom.", "X'qegħdin nistennew?", "Xi pressjoni qed issir biex tittieħed l-azzjoni neċessarja ħalli n-nies li jmorru jgħumu f'dawk in-naħat ikunu avżati fejn ma jistgħux jgħumu.", "Forsi wieħed jista` jgħidli: Imma min imur jgħum hemmhekk ma jfommx ir-riħa tintenn pesta tad-drenaġġ nieżel jew ma jarax dik il-kwantita` kbira ta` nemus?", "Jiena ngħidlu: Iva, għandek raġun għax inzertajna li bħalissa, aħna li naħdmu fil-professjoni medika, qed ikollna naraw ħafna nies, li jmorru jgħumu f'ċerti naħat, li qed ikollhom problema bi gdim infettat tan-nemus u wieħed jista` jara l-ħafna nfafet ħomor li dawn qed ikollhom minħabba l-gdim ta` dan in-nemus.", "Nerġa` ngħid, li għalkemm din il-problema ma taqax taħt ir-responsabbilita` diretta tal-kunsilli lokali, jiena nħoss li l-kunsill, f'ġieħ in-nies li joqogħdu f'dik il-lokalita`, għandu l-interess li jsemma aktar leħnu biex din il-problema tiġi ttekiljata b'mod serju u mill-aktar fis.", "U kif issemma lill-leħnek?", "Billi tmur fuq xi programm?", "Jiena ngħid li le.", "L-ewwel turi d-disapprovazzjoni tiegħek mad-dipartimenti u jekk dawn ma jatgħukx widen u tara li wara ċertu żmien raġonevoli ma ttieħdet l-ebda azzjoni biex il- problema tiġi solvuta, imbagħad wieħed irid jara li jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex isemma leħnu.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem dwar post ieħor li żgur ilna nisimgħu ħafna dwaru.", "Qiegħed nirriferi għall-Mellieħa fejn għandna sitwazzjoni li l-berġa ta` dan il-lokal m'hijiex waħda adattata biex tilqa` n-nies fiha.", "Riċentement konna qed nipprovaw naraw kemm huwa possibbli li jsiru alterazzjonijiet fil-berġa eżistenti ħalli tkun tista` sservi aħjar lin-nies tal-lokalita'.", "Meta l-kunsill lokali kien talab lid-dipartiment tas-saħħa biex jiddiskutu miegħu dwar il-berġa waħda mill-affarijiet li qallu kienet din: Se tinbena dar għall-anzjani ġewwa l-Mellieħa, hemm il- pjanti lesti, għax ma jiġix ikkonsidrat li ma` din id-dar ta` l-anzjani tinbena berġa` moderna biex tkun tista` tiġi utilizzata min-nies tal- lokalita?", "Ir-risposta li ngħataw kienet din: M'hijiex il-policy tal-gvern li biswit dar ta` l-anzjani tinbena berġa.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi: Jekk m'hijiex il-policy tal-gvern li biswit dar ta` l-anzjani tinbena berġa, hija policy tal-gvern li biswit ċentru tas-saħħa jinbena ċentru għall- anzjani?", "Nispera li ma jkollniex two weights and two measures.", "Imma issa wara issa sirna nafu bl-istorja ta` x'se jiġri fiċ-ċentru tas-saħħa ta` Ħal Qormi jista` jkun li naraw bidla fil-policy.", "Ladarba qed nitkellem fuq il-bereġ huwa importanti li bil-mod il-mod nibdew naraw iktar kunsilli lokali li jagħmlu użu aħjar minn dawn il-bereġ fil- lokalitjiet differenti ta` Malta biex iwasslu aħjar il-mezz ta` prevenzjoni.", "Illum il-ġurnata m'għandiex nitkellmu u nagħmlu l-enfasi kollha kemm hi fuq fejn tidħol il-kura sekondarja jew terzjarja, liema kura bażikament tirrigwarda kura speċjalizzata fl-isptarijiet, imma qed nitkellmu aktar fuq il-kura primarja.", "Naħseb li jkun għaqli jekk ikun hemm iktar ħeġġa min-naħa tal-kunsilli lokali biex jedukaw liċ-ċittadini tagħna dwar din it-tip ta` prevenzjoni, speċjalment fuq mard li ma jitteħidtx, bħal ngħidu aħna mard realtat ma` ċerti tipi ta` cancer, mal-problemi tal- qalb u ma` problemi li jirrigwardaw iċ-ċirkolazzjoni.", "Il-kunsilli lokali għandhom jaraw li jkun hemm l-edukazzjoni kollha neċessarja biex il-poplu Malti jgħix iktar - fil-fatt nafu li qiegħed jgħix aktar - u jgħix ħajja li tkun aħjar.", "Dan jista` jsir bl-edukazzjoni mhux biss tat-tfal, li hija importanti fl-iskejjel, imma anke ta` adulti u anke ta` dawk li llum għandhom ċerta eta`.", "Sur President, apparti minn hekk huwa importanti li jkun hemm utilizzazzjoni aħjar ta` l-iskejjel governattivi u anke dawk li m'humiex – din nistgħu nassoċjawha indirettament mas-settur tas-saħħa – billi ċ- ċittadini ta` kull lokalita` jkollhom aċċess għall-faċilitajiet kemm sportivi kif ukoll edukattivi biex b'hekk ikollna poplu aktar konxju u aktar edukat.", "Huwa importanti li min hu illetterat jingħata ċans biex forsi dak li ma tgħallimx meta kien żgħir, jekk irid, jitgħallmu issa.", "Jiena naħseb li b'kollaborazzjoni bejn id-dipartiment ta` l-edukazzjoni u l- kunsilli lokali ċerti ċittadini fid-diversi lokalitajiet ikun jistgħu jingħataw ċans ieħor biex jedukaw ruħhom, speċjalment dawk li meta kienu żgħar minħabba ċerti ċirkostanzi kellhom jitilqu mill-iskola biex imorru jaħdmu jew inkella oħrajn li għażlu toroq oħra u li sfortunatament spiċċaw delinkwenti.", "Dan jista` jwassal biex f'Malta u Għawdex ikollna poplu iktar edukat u poplu inqas u inqas illitterat, speċjalment issa meta qed ninnotaw li l-illitteriżmu mhux talli mhux qiegħed jonqos talli pjuttost qiegħed dejjem jiżdied.", "Sur President, tajjeb ukoll li ngħid xi ħaġa dwar ċerti siti arkeoloġiċi li għandna ġewwa pajjiżna.", "Huwa importanti li kull kunsill lokali jidentifika dawn is-siti, jimmarkahom u jibża` għalihom daqslikieku kienu dawl għajnejn il-kunsilliera.", "Huwa inaċċettabbli li nkomplu nitilfu siti ta` ċertu interess storiku għas-sempliċi li dawn m'humiex immarkati.", "Issib ċerti individwi li jiġu jaqgħu u jqumu u jibqgħu għaddejjin l-aqwa li l- affarijiet li kellhom jagħmlu għamluhom.", "Sfortunatament ġieli wkoll insibu dipartimenti jew anke korporazzjonijiet governattivi li jibqgħu għaddejjin bix-xogħol qishom mhux huma u ma jagħtux kas l-interess arkeoloġiku ta` ċerti lokalitajiet.", "Każ tipiku huwa dak tax-xogħlijiet li kienu qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma li kien twaqqaf wara diversi rapporti li saru min- numru ta` residenti li joqogħdu fil-viċinanzi fejn hemm dawn is-siti arkeoloġiċi, għax kieku l-kanal li kien qed jitħaffer kien jibqa` għaddej mill-cart ruts, minn ġo l-oqbra puniċi u anke f'area fejn hemm flora u fawna li ma ssib mkien ieħor f'Malta.", "Dan joħroġ minn diversi studji li saru minn speċjalisti bħal, per eżempju, Lanfranco.", "Dan kien għamel divesi xogħlijiet lill-istess kunsill lokali diversi snin ilu.", "Hawnhekk ta` min ifaħħar lill-kunsilliera tal-kunsill lokali preċedenti tan-Naxxar li fil- fatt parti minn xogħolhom kien li jidentifikaw dawn is-siti importanti u ġabu kemm setgħu informazzjoni fuqhom.", "Dawn għamlu ukoll assessment fuqhom u raw x'importanza għandhom.", "Imma sfortunatament b'din l-importanza kollha li kienet qed tingħata dakinhar kellhom ikunu n-nies tal-lokalita` li jiġbdu l-attenzjoni għal aktar minn darba tal-kunsill lokali biex iwaqqaf il-ħneżrija li kienet se ssir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma.", "Imbagħad xi xhur wara, biex inkomplu ngħaxxquha, xi ħadd għoġbu jwitti bit- terrapien l-istess area, imma x-xaqliba tan-naħa tal-Mosta, bil-konsegwenza li hedded li dawn is-siti li huma ta` ċerta importanza storika jiġu mgħottija.", "Ta` min hawnhekk ifaħħar, għalkemm indunaw daqsxejn tard, individwi fil- kunsill lokali tal-Mosta li ġibdu l-attenzjoni mill-ewwel u bis-saħħa ta` pressjoni li saret anke fil-ġurnali dik il-ħsara li kienet se ssir ġiet skansata.", "Naħseb li huwa imporanti li dawn is-siti jingħataw l-attenzjoni kollha li tixirqilhom u nħoss li kull lokalita` mhux biss għandna tara liema huma s-siti ta` importanza, imma wkoll li bil-mod il-mod tirranġahom, tirrinovahom u tara kif tista` tutilizzahom aħjar.", "Kif jista` wieħed jutilizzahom aħjar?", "Wieħed jista` jutilizzahom aħjar billi jattira Maltin u turisti li jżuru dik il-lokalita` għax dik il-lokalita` tagħhom għandha x'toffri.", "Jiena ngħid li m'hawn l-ebda lokalita` f'Malta li m'għandhiex xi sit biex tiftaħar bih.", "F'dan il-pajjiż ċkejken b'popolazzjoni għolja ħafna meta mqabbla ma` l- area li ngħixu fiha għandna ħafna siti biex niftaħru bihom u naħseb li wasal iż-żmien li nieħdu vantaġġ minn dawn is-siti.", "Sfortunatament għad m'għandniex dik il-kultura biex dawn is-siti nkomplu ntejbuhom u nagħmlu l- porpoganda neċessarja biex inkunu nistgħu nattiraw ċertu suq għal- lokalitajiet tagħna.", "Ta` min jgħid li hawn lokalita` lejn in-naħat ta` Ħal Safi, il-Qrendi u l-Imqabba - ma nafx eżatt liema – li kif tkun dieħal għaliha tara bord li fuqu hemm miktub liema huma s-siti ta` importanza li wieħed jista` jsib f'dik il-lokalita`.", "Sfortunatament, jekk m'iniex sejjer żball bord bħal dan jinstab biss f'lokalita` waħda biss.", "Jiena ngħid li għandna nħeġġu biex kull lokalita` mhux biss tagħmel tabella bil-kelma \"welcome\" biex turik li wasalt biex tidħol fil-lokalita`, imma apparti l-merħba għandha tagħtik l-informazzjoni kollha neċessarja tal-wirt storiku u l-postijiet ta` importanza li jinstabu f'dik il-lokalita`.", "Apparti minn hekk f'dawn is-siti ta` importanza għandu jkun hemm plakka bl-informazzjoni li tgħidlek għaliex dak is-sit huwa importanti, bħal ngħidu aħna, meta nbena, għal xiex kien jintuża, meta tbiddlet il-funzjoni tiegħu, jekk kenitx saritlu xi ħsara fl-istruttura tiegħu, meta ġiet irranġata dik il-ħsara li kienet saritlu u għal liema skop kien jintuża oriġinarjament u minn meta beda jintuża għall-iskop li qed jintuża preżentament.", "Per eżempju, fil-lokalita` tan-Naxxar ftit nies jafu li kien hemm qorti u ħabs li kien jintuża mijiet ta` snin ilu.", "Illum f'dak is-sit li kien jintuża bħala qorti u ħabs hemm każin tal-banda.", "F'dan il-post wieħed bil-kemm jidentifika li kien hemm iċ-ċelel.", "Hemm ftit iron bars, imma l-bqija ma jidher xejn.", "Għalhekk huwa importanti li kull lokalita` tutilizza s-siti storiċi li għandha għax jekk jirnexxiela li tattira t-turisti din tista` twassal ukoll għal dħul finanzjarju għall- istess lokalita`.", "F'ċerti lokalitajiet wieħed isib ukoll bħal minibus li ddur dawn is-siti storiċi u fl-istess ħin tingħata l-informazzjoni lil dawk li jogħġobhom iżuru dik il-lokalita`.", "Naħseb li dawn l-eżempji għandhom jittieħdu, biex ngħidu hekk, bħall-influwenza minn lokal għal ieħor.", "Din għandha tkun bħall-epidemija fost il-kunsilli lokali għax b'hekk nkunu qed nuru l-impenn u l-interess ta` kif il-lokalita` li aħna ngħixu fiha nagħtuha l-importanza li jixirqilha.", "Meta ngħid nagħtuha l-importanza ma jfissirx biss li nirranġaw il-bankina, it-toroq, il-playing fields u l- affarijiet l-oħra kollha imma jfisser ukoll li għandna nieħdu ħsieb il-wirt stroriku li hemm f'kull lokalita` għax dan huwa ta` importanza kbira.", "Għalhekk għandu jkun hemm is-support neċessarju kollu mid-dipartimenti governattivi lejn il-kunsilli lokali.", "Jiena ma nippretendix li l-kunsilli lokali għandhom jagħmlu l-infiq kollu huma.", "Naħseb li għandhom jaħdmu flimkien mad-dipartimenti governattivi konċernati ħalli dawn il-lokalitajiet ikunu jistgħu jtejbuhom u meta jkunu se jiġu rranġati postijiet antiki wieħed jista` jagħmel użu mid- dipartimenti tal-gvern li jispeċjalizzaw f'dan it-tip ta` xogħol.", "Sur President, fil-ftit ħin li kelli jiena pprovajt insemmi punti posittivi u nagħlaq billi ngħid li jekk verament irridu naraw lill-kunsilli lokali jimxu 'l quddiem u nagħmlu użu tajjeb minnhom irridu naraw li dawn il- kunsilli mhux biss iservu lil-lokalita` imma jservu wkoll lil Malta u Għawdex biex inkunu nistgħu nirriklamaw lil pajjiżna mal-Maltin u l- Għawdxin, billi nuru lill-uliedna x'jippossjedu l-lokalitajiet tagħna, u nkunu nistgħu nirriklamawh ukoll mal-barranin ħalli meta jkunu ġejjin hawnhekk ma jgħidux li sejrin f'post żgħir li fih m'hemm xejn imma jgħidu li sejrin f'post żgħir li huwa mimli b'rikkezzi u li għandu storja u wirt arkeoloġiku li jistgħu jgawduh huma wkoll.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru sabiex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Sur President, nibda billi nirringrazzja lill-kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id- dibattitu, liema dibattitu għal darb'oħra juri l-qbil li b'mod ġenerali hawn bejn il-partiti fuq il-kunsilli lokali.", "Il-qbil fuq dan l-abbozz partikolari ġie espress ukoll fil-PAC għax kif spjegajt meta indtroduċejt din il-liġi, l-abbozz li għandna quddiemna huwa proprju abbozz li ħareġ minn diskussjoni li saret fil-PAC dwar kif nistgħu ntejbu l-liġi biex prinċiparjament nilqgħu għar-realta` li minkejja l-liġi dwar il-kunsilli lokali tgħid li l-kunsilli għandhom jaħdmu mingħajr deficits fil-fatt kien qed jirriżulta li numru ta` kunsilli lokali kellhom deficits u l-gvern ma kellu l-ebda mezz effettic biex jiżgura li dik il-liġi tiġi osservata.", "Kienet bil-maturita` tal-membri kollha tal-PAC li wasalna għall-pożizzjoni ta` qbil dwar kif għandna nimxu wara li saru diskussjonijiet mhux biss bejn il-membri parlamentari imma saret diskussjoni wkoll ma` l-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali li fiha ħa sehem ukoll l-awditur ġenerali.", "Ir-riżultat fil- fatt m'huwiex biss dan li għandna llum fil-liġi nnifisha li ssemmi biss il- prinċipji li se nadottaw għax b'mod dettaljat ħafna iktar, se jkun hemm tibdil fir-regolamenti finanzjarji li japplikaw il-kunsilli lokali b'hekk it-tibdil li qed nipproponu jkun jista` jseħħ.", "Sur President, xtaqt nirrispondi għal xi kummenti li saru f'dan is-sens.", "Jiena nħobb noqgħod attent li kemm jista` jkun f'dan il-kamp ma nippolitiċizzax il-kummenti u diskorsi li nagħmel fil-Parlament għar- raġuni li b'kummenti partiġġjani jew negattivi ż-żejjed faċli tkisser il- consensus li rnexxielna nibnu over the years f'dan il-qasam.", "Ma naħsibx li jkun ta` ġid għall-kunsilli lokali jekk ħaġa li faċilment nistgħu nagħmlu nkunu partiġġjani u negattivi ż-żejjed fiha u ma nipprovawx inħarsu lejn dan il-qasam bħala qasam fejn il-consensus qed iħalli frott.", "Jiena nemmen li hemm bon sens biżżejjed miż-żewġ naħat biex fejn ikun hemm diffikultajiet – u hemm diffikultajiet illum bejn il-partiti u niġi għalihom aktar 'il quddiem – dawn niffaċċjawhom u naslu għall-pożizzjoni li forsi ma tkunx il-pożizzjoni inizjali ta` naħa u lanqas ta` oħra, pero` tkun pożizzjoni li tnejn nistgħu naċċettaw.", "Hekk ġara f'dawn l-emendi.", "Jien tlaqt minn pożizzjoni partikolari, l-Onor.", "Mangion telaq minn pożizzjoni oħra pero` t-tnejn sibna via di mezzo aċċettabbli għal kulħadd, anke għall-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, u rnexxielna nagħtu eżempju ta` kif bil-buona volonta` u mingħajr ma toqgħod twebbes rasek ta` xejn tista` tasal għall-consensus u tasal ukoll għall-metodi li fl-aħħar mill- aħħar huma tajbin daqs dawk li tkun tlaqt bihom inti wkoll.", "Għalhekk, bir- rispett kollu, jiena ngħid li kummenti bħalma għamel l-Onor.", "Farrugia, bħal per eżempju l-kumment li l-kunsilli mmexxija minn maġġoranza nazzjonalista huma magħrufin għad-deficits, fl-opinjoni tiegħi, huma kummenti żejda.", "Huma żejda għax l-ewwelnett joħolqu risposti minn din in-naħa li jistgħu jkunu bl-istess ton u allura f'dik it-tip ta` linja kulma nagħmlu hawn ġew huwa li flok nibnu fuq dak li jgħaqqadna, insibu dak li jifridna u nkomplu nkissru fuqu u naħseb li dan ma jkun ta` ġid għal ħadd, wisq inqas għall- kunsilli lokali.", "It-tieni nett huma żejda għax bħala fatt dawn l- affarijiet ma jirriżultawx.", "Jiena poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-deficits kollha li għandhom il-kunsilli lokali u l-Onor.", "Farrugia jista` jara li prattikament huma maqsumin fifty-fifty.", "Daqs kemm saru deficits mill-kunsilli nazzjonalista saru deficits mill-kunsilli laburisti.", "Illum, jekk tridu noqogħdu nitkellmu fuq records, ir-record qiegħed f'idejn il-kunsilli laburisti għax sa l- aħħar tal-financial year, mill-aħħar financial accounts li għadhom m'humiex audited, din is-sena għandna tliet kunsilli laburisti li huma dawk ta` Bormla li ilu ġej bid-deficit ma nafx kemm, u mbagħad hemm tnejn ġodda li huma Ħaż Żebbuġ u x-Xewkija u min-naħa tal-Partit Nazzjonalista għandna lill dak tal-Mosta, li ilu ġej u naqas sostanzjalment, u għandna wieħed ġdid li huwa dak ta` l-Għasri.", "Mhux veru m'hemmx għażla bejn il-kunsilli nazzjonalisti u l-kunsilli laburisti.", "Kien hemm il-kunsill lokali tal- Pieta` li kien fi stat ta` falliment, teknikament.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Fil-waqt li napprezza li l-Ministru qed jagħti din l-ispjegazzjoni għax tlabtiehlu jiena stess, jista` jgħid jekk l-ikbar ammont ta` dejn hux qiegħed fuq in-naħa tal-kunsilli Nazzjonalisti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena ngħidlek li le.", "Jekk inti taqbad l-accounts, mhux fuq il-bażi tal-working capital imma fuq il-bażi tal-consolidated accounts, storikament l-uniċi żewġ kunsilli li kienu fi stat ta` falliment, jiġifieri l-current u fixed assets tagħhom huma inqas mill- capital liabilities u l-fixed liabilities, kienu dak ta` Raħal Ġdid u dak ta` Ta` Xbiex.", "Teknikament dawn kienu fi stat ta` falliment.", "Issa aħna mhux qed nużaw dak il-kejl.", "Aħna qed nieħdu l-working capital bħala kejl u meta nużaw dan il-kejl insibu li l-ogħla wieħed kien tal-kunsill lokali tal- Mosta, imma llum m'huwiex.", "Jiena nista` nassigura lill-Onor.", "Farrugia li l- unika kwestjoni li verament timmotiva lill-kunsilli lokali biex jagħmlu d- deficits, u għalhekk għamilna emenda speċifika, hija meta tkun ġejja l- elezzjoni.", "U m'hemmx għax laburisti jew nazzjonalisti, nista` nassigurah.", "Il-ġenn ta` l-elezzjonijiet iġegħelhom jagħmlu d-deficits.", "Jiena għalhekk ma nħobbx noqgħod għax dak u għax l-ieħor.", "Kull kunsill għandu xi difett.", "Sur President, meta l-Onor.", "Farrugia tkellem fuq id-donazzjonijiet semma lill-kunsill lokali ta` Tas-Sliema.", "Kont jiena stess, sena ilu li semmejt lill-kunsill ta` Tas-Sliema u tkażajt bis-Sindku li għamel donazzjoni ta` Lm3,000 lis-Sliema Wanderers Football Club, meta hu l-president ta` l- istess club.", "Jiena semmejtha din.", "Ma kellux għalfejn xi ħadd jiġi jimbottani għax il-ħażin huwa ħażin.", "Pero` nassigurah li l-kunsill lokali ta` Bormla nefaq xi Lm8,000 taħt programm biex ibajdu d-djar.", "Jiġifieri affarijiet bħal dawn nistgħu nsibu kullimkien.", "(Interruzzjonijiet) Il-ħażin huwa ħażin.", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa bħal meta tgħid wieħed mar u seraq jew wieħed mar jipprova jisraq, imma aħjar ma seraqx.", "Imma l-argument jibqa` wieħed li minn dawn l-eżempji għandna kemm trid u rridu nwaqqfuhom għal kollox għax l-apetito vien mangiando u aħjar inneħħu l-apetito mill- bidu.", "Sur President, il-punt li nixtieq nagħmel f'dan ir-rigward huwa wieħed.", "B'ħafna tħabit u b'ħafna bon sens irnexxielna nilħqu consensus fuq il-linji ġenerali, jekk mhux fuq id-dettall, tal-qasam tal-kunsilli lokali.", "Ejja ma nkunux partiġġjani ż-żejjed li biex nikurjaw xi political point 'il hawn u 'l hemm fuq xulxin – jiena din ngħidha anke għaż-żewġ partiti waqt l- elezzjonijiet – ma nħallux id-demm ta` l-elezzjoni jiġri bina u nħassru r- relazzjoni bejn nies li joqogħdu fl-istess raħal u jridu jaħdmu flimkien.", "Jiena naħseb li rridu noqogħdu attenti.", "Sur President, f'dan l-ambitu xtaqt ukoll nagħmel riferenza għal dak li ġara waqt l-aħħar laqgħa tas-sindki, fejn wara li sar rapport unanimu bejn iż-żewġ partiti dwar way forward kif għandhom jimxu l-kunsilli nqala` li nqala` - mhux se noqgħod nidħol fih min kellu raġun jew min ma kellu raġun, ma jimportanix – u dak il-consensus li kien hemm fuq il-livell ta` kunsilliera sfaxxa.", "Jiena ma naħsibx li sfaxxa fuq il-kontenut tar-rapport.", "Jiena ma naqbilx mal-kontentut kollu tar-rapport, imma l-linja tar-rapport hija tajba u naħseb li hemm consensus bażiku dwaru.", "Kien hemm forsi interessi politiċi ikbar 'il bogħod mill-kunsilli lokali li setgħu affettwaw dan.", "Jiena m'iniex se noqgħod inħares lejn il-passat u noqħgod niġġustifika minn kellu raġun jew le.", "Jiena rrid nħares 'il quddiem u l- appell tiegħi hu li jekk għandna qbil bażiku fuq il-prinċipji ta` dak ir- rapport li għamlu żewġ kunsilliera nazzjonalisti, żewġ kunsilliera laburisti u sindku indipendenti u ffirmat minnhom, ejja naħsmu flimkien biex dak ir-rapport fil-fatt nattwawh għax huwa rapport tajjeb u għandu viżjoni.", "Jien nifhem li l-problema kollha ġejja minħabba li fuq bażi ta` partiti ma nstabitx soluzzjoni għall-problema li tqajmet mill-Malta Labour Party dwar riforma fil-metodu ta` elezzjoni ta` l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Jiena qed ngħidha minn hawn, m'hijiex xi ħaġa ġdida għax jafuha tan-naħa l- oħra wkoll, li l-gvern huwa dispost li jisma` kull riforma.", "Jiena li nissuġġerixxi huwa dan: Jekk ma nstabx metodu kif jiltaqgħu s-segretarji ġenerali tal-partiti għaliex ma jaqbduhiex f'idejhom l-assoċjazzjoni.", "Dan m'hemmx xi diffikulta` enormi.", "Bażikament hemm il-kwestjoni tan-numru ta` kunsilliera li għandu jkun hemm fl-assoċjazzjoni u l-metodu ta` kif jiġu eletti bl-għan aħħari li għandu jkun hemm iktar rappreżentanza proporzjonali, over all, għal dak li jeżisti fost il-kunsilliera.", "Jiġifieri nista` nassigura lil kulħadd li m'hemm l-ebda problemi kbar li ma jistgħux jiġu solvuti.", "Il-gvern mhux qed jgħid li ma jridx jisma` u li hemm hemm u ma jrid ibiddel xejn.", "Bħala gvern aħna qed ngħidu: Isma` aslu għall-consensus għax din m'hijiex kwestjoni li wieħed jimponi, m'hijiex kwestjoni li jew nilgħab jew inħassar.", "Din hija kwestjoni li ejja npoġġu flimkien u nitkellmu ftit u jekk hemm bżonn ipoġġi xi ħadd magħhom bħala medjatur biex jipprova jsib il- mezz kif jilħqu consensus.", "M'hemmx affarijiet insormontabbli għax hemm ir- rieda biex it-tibdil isir.", "Jiena qed ngħid li min-naħa tagħna hemm ir-rieda li nbiddlu.", "Allura kif l-assoċjazzjoni dejjem irnexxiela tkun unanima f'kollox ma nħallux din pendenti fl-arja.", "Jiena nirrikmanda lill- assoċjazzjoni, li fiha hemm rappreżentanza taż-żewġ partiti, jaqbduha f'idejhom, jagħmlu working group u joħorġu bis-soluzzjonijiet possibbli.", "Jiena naħseb li hekk irridu nittrattaw dan il-qasam.", "M'għandiex nittrattawh billi nsibu problema ma` wiċċna u min joħroġ stqarrija minn hemm u min joħroġ stqarrija minn hawn u noqogħdu nitgħajru u ma naslu mkien.", "Għandna record ta` consensus f'dan il-qasam.", "Ejja nħarsu lejn dan ir-record kull meta nsibu xi diffikultajiet.", "Billi noqogħdu nieħdu din il- pożizzjoni formali ta` stqarrijiet kontra stqarrijiet naħseb li ma naslu mkien.", "Sur President, allura nistqarr li dan il-gvern lest li jisma` fuq riforma ta` l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Anzi jiena l-ewwel wieħed li ħadt il-pożizzjoni, dritt wara li sirt responsabbli għal dan id-dekasteru, u għedt li wasal iż-żmien li ħafna mill-funzjonijiet li kellu d-dipartiment tal-kunsilli lokali għandhom jispiċċaw u tibda teħodhom l-assoċjazzjoni.", "Jien l-ewwel wieħed li rrid assoċjazzjoni b'saħħitha.", "U jiena l-ewwel wieħed li nirrikonoxxi li ma jistax ikollna assoċjazzjoni b'saħħitha jekk ma jkunx hemm consensus dwar il-formazzjoni ta` din l-assoċjazzjoni, kif dejjem kellna s'issa.", "(Interruzzjonijiet) Iva, wasal iż-żmien li nbiddlu.", "Wasal iż-żmien li nbiddlu mhux biss kif tiġi eletta l-assoċjazzjoni, imma wasal iż-żmien biex inbiddlu wkoll il-mod ta` kif inhi finanzjata l- assoċjazzjoni.", "Mela l-assoċjazzjoni għandha tibqa` tiddependi fuq il- Lm35,000 fis-sena li jagħtiha l-gvern?", "Jekk l-assoċjazzjoni hija veru assoċjazzjoni rappeżentattiva tal-kunsilli lokali għandha tiġi finanzjata mill-kunsilli lokali stess għax b'hekk iġġib is-saħħa tagħha.", "Irridu nżidu l-poteri ta` l-assoċjazzjoni speċjalment issa li qegħdin naħdmu f'ambitu ta` iktar għaqda bejn il-kunsilli lokali biex jipprovdu servizzi.", "Irridu nippreparaw l-assoċjazzjoni għal meta Malta ssir membru ta` l-Unjoni Ewropea, fejn il-kunsilli tagħna u l-assoċjazzjoni se jkollhom vuċi qawwija u fejn ħafna mill-finanzjament wieħed jista` jitteppja jkunu jistgħu jitteppjawh direttament il-kunsilli tagħna.", "Jiġifieri dan il-gvern huwa altru favur li jkollna assoċjazzjoni iktar b'saħħita, iktar organizzata, iktar tagħti servizzi lill-kunsilli lokali membri tagħna, iktar tħarreġ lill-kunsilliera tagħna u iktar parteċipi fl-ambitu kollu internazzjonali u fil-bibien kollha li qed jinfetħulha permezz tal-politika ta` dan il-gvern, li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, mill-ftit esperjenzi li għandna nista` ngħid li l-kunsilli lokali tal-Qala, tan-Nadur, ta` Bormla u ta` Birkirkara, b'Malta barra mill- Unjoni, diġa` gawdew minn fondi ta` l-Unjoni Ewropea permezz ta` parteċipazzjoni f'attivitajiet u programmi flimkien ma` kunsilli li huma parti minn pajjiżi membri ta` l-Unjoni Ewropea.", "Ladarba aħna nidħlu fl- Unjoni jkun bil-wisq ħafna iktar minn dawn il-fondi.", "Aħna qed nagħmlu l- almu tagħna biex dawn l-assoċjazzjonijiet inkabbruhom u biex dawn il- possibilitajiet inkomplu niftħuhom.", "Aħna rridu li dan kollu jsir u allura żgur li proposti li jintlaħqu b'consensus għar-riforma ta` l-assoċjazzjoni, jekk meħud f'dan l-ambitu kollu, se jsibu lill-gvern favur tagħhom.", "Jien ma naħsibx li d-diskussjoni fi ħdan l-assoċjazzjoni għandha tillimita ruħha sempliċiment għal mod ta` kif il-membri għandhom jiġu eletti.", "Jiena naħseb li d-diskussjoni trid tinfetaħ ftit.", "Id-diskussjoni trid tkun dwar kif se jsiru l-finanzjamenti iktar 'il quddiem, x'tip ta` staff għandha bżonn u x'servizzi għandha tibda toffri.", "Pero` jiena ċert li jekk ipoġġu madwar il-mejda, jekk hemm bżonn flimkien ma` erba` min-nies oħra biex ikun hemm rappreżentanti tal-partiti, jagħmlu tlieta jew erba` laqgħat u jaslu, għax dejjem waslu.", "Allura ejja nħarsu lejn l-aspett posittiv u mhux lejn l-aspett li kultant minħabba pożizzjonijiet politiċi ta` nies li m'humiex kunsilliera jittieħdu biex jiġu fil-gazzetti u noqogħdu kemm ma naqblux.", "Jiena naħseb li r-realta` hija li naqblu.", "Sur President, ladarba għedt dan xtaqt nirrispondi żewġ kummenti oħra li saru.", "L-Onor.", "Cuschieri qajjem il-każ dwar ir-restawr ta` Triq il-Karmnu f'San Ġiljan.", "Jiena tlabt rapport mid-dipartiment tal-kunsilli lokali dwar dan il-każ, liema rapport se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, u ma jidhirx li l-Onor.", "Cuschieri kien għal kollox preċiż dwar dak li qal.", "Mill- investigazzjoni li għamel id-dipartiment ma jidhirx li kien hemm xi lok ta` abbuż fl-għoti ta` dan il-kuntratt.", "Sur President, xtaqt ukoll nirrispondi għall-kumment li sar mill-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "Dawn semmew il-kwestjoni ta` meta jsiruli domandi parlamentari dwar xogħol li jagħmlu l-kunsilli lokali u jiena nirrispondihom billi ngħid: Peress il-kunsill lokali huwa statutorjament indipendenti d-domanda għandha tiġi rivolta lill-kunsill lokali.", "Bir-rispett kollu lejn min qajjem dan il-każ, jiena nemmen li huwa l-obbligu tiegħi li nagħmel hekk.", "Għaliex?", "Jiena hawnhekk nirrispondi biss għal dak li jaqa` fid-dekasteru tiegħi u li għalih jiena politikament responsabbli.", "Jiena ma nirrispondix għal entitajiet li ma jaqgħux taħt id- direzzjoni tiegħi.", "Jiena m'għandi l-ebda poter nordna lill-kunsilli lokali li jagħmlu xi ħaġa li taqa` fir-responsabbilta` tagħhom.", "Meta jien niġi mistoqsi meta l-kunsill se jagħti t-tarmac lit-tali triq bir-rispett lejn il-kariga li għandi jien ma naħsibx li l-Ministru, li mhux responsabbli jiddeċiedi meta se jingħata t-tarmac u li mhux responsabbli jiddeċiedi jekk għandux jingħata t-tarmac lil dik it-triq, għandu jilgħabha ta` pustier u jibgħat id-domanda lill-kunsill u l-kunsill jibgħat ir-risposta u mbagħad il-Ministru jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra jew jirrispondiha.", "Meta jiena nirrispondi domanda f'din il-Kamra nassumi r-responsabbilta` għal dik ir- risposta.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li nircievi risposta minn dipartiment u ngħidlu li m'hijiex aċċettabbli.", "Imbagħad jiena nerġa` nibgħatha lura u ngħidilhom eżattament x'irrid.", "Din nagħmilha fuq kull domanda.", "Qabel ma r- risposta tiġi hawnhekk il-Ministru jiffirma kull file għax huwa jrid jassumi r-responsabbilta` ta` dik ir-risposta.", "Pero` fil-każ tal-kunsilli lokali ma nistax nassumiha dik ir-responsabbilta` għax ma jaqgħux taħt il- poter tiegħi.", "Waqt li d-dipartiment tal-gvern huwa kostituzzjonalment taħt id-direction and control tal-ministru l-kunsilli lokali m'humiex taħt id- direction and control tal-ministru.", "Din hija r-realta` u għalhekk jiena m'għandix nirrispondi f'isem il-kunsilli lokali għax il-kunsilli lokali m'humiex dipartimenti tal-gvern.", "Il-liġi issa qed tagħti l-poter lil kull persuna biex ikollha aċċess għall- karti kollha li għandhom il-kunsilli lokali u għalhekk jiena niddirezzjona id-domandi kollha li jiġu hawnhekk lill-kunsilli lokali direttament għax għandi rispett lejn l-awtonomija tal-kunsilli lokali u nemmen li dik l- awtonomija trid rispettata.", "Il-ministru m'għandux jattakka dik l- awtonomija billi jirrispondi hu flok il-kunsilli lokali.", "Din hija r-raġuni għaliex jiena nirrispondi dawk id-domandi b'dak il-mod.", "Pero` mbagħad jiena rrispondejt kull domanda fuq il-kunsilli lokali, kemm fir-rigward ta` policies u kemm fir-rigward ta` osservanza tal-liġi.", "Kull domanda li saret fuq allegat abbuż ġibt l-informazzjoni u rrispondejtha.", "Kull darba li kelli domanda fuq id-deficits tal-kunsilli lokali rrispondejtha.", "Jiġifieri fejn tidħol l-osservanza tal-kunsilli ma` proċeduri li huma stabbiliti fil-liġi jew fir-regolamenti, hemmhekk hija r-responsabbilita` tiegħi, bħala ministru bl-overseeing powers fuq il-kunsilli, li nirrispondi u rrispondejt.", "Pero` fuq affarijiet bħalma huma twaħħil ta` bozoz, irranġar ta` toroq u twaħħil ta` traffic lights, li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal- funzjonijiet tiegħi u li la għandi overseeing powers u lanqas direzzjoni u kontroll fuqhom ma nirrispondix jien għax dik m'hijiex responsabbilta` tiegħi.", "Sur President, xtaqt nagħlaq b'kumment wieħed biss.", "Il-kunsilli lokali tagħna llum immaturaw, u mmaturaw ħafna.", "Il-kunsilli lokali tagħna llum daħlu f'oqsma li huma varji u diversi u ħafna differenti minn dawk li tlaqna bihom.", "Biżżejjed ngħid li mill-accounts li jiġu ppubblikati u li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra jirriżulta li madwar 17 jew 18% ta` l- income li għandhom il-kunsilli lokali huma apparti mill-fondi li jgħaddilhom il-gvern.", "Għalhekk illum ma tridx tħares biss lejn il-vot li jingħata mill-gvern fl-aħaħr tas-sena, pero` trid tħares ukoll lejn l- additonal income li għahdom il-kunsilli lokali.", "Dan ifisser ukoll li l- kunsilli lokali qed jimxu 'l quddiem mhux biss finanzjarjament imma jfisser ukoll li llum l-kunsilli tagħna saru amministraturi importanti ta` flus pubbliċi għax jiġu minn fejn jiġu l-flus fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu dejjem fuq flus pubbliċi.", "Il-kunsilli lokali tagħna llum daħlu f'oqsma li m'humiex infrastrutturali biss.", "Daħlu f'oqsma bħalma hu dak ta` l-e- government fejn se jkunu ċentru kbir ta` servizzi li jridu jingħataw lill- poplu Malti u Għawdxi.", "Fl-istess ambitu, lill-kunsilliera tal-kunsilli lokali tagħna aħna qegħdin inqisuhom bħala l-iktar nies li jistgħu jimmiraw għall-qasam ta` l- edukazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma` l-attakk li rridu nagħmlu fuq id- digital divide.", "Il-kunsilli lokali tagħna daħlu fl-oqsma tal-libreriji pubbliċi u f'diversi oqsma ta` għajnuniet soċjali.", "Fi ftit kliem, tbiddlet sew il-fisjonomija tagħhom.", "Jiena nieħu gost narahom sejrin 'il quddiem u kburi li kont parteċipi f'dan l-avvanz.", "Pero` bil-wisq iktar kburi li nifforma parti minn gvern li konsistentement żied ir-responsabbilitajiet tal-kunsilli lokali, anke meta kien hemm uħud li taw pariri bil-kontra, u barra li żied ir-responsabbiltajiet żgura li kellhom finanzjament biżżejjed biex dan iwettquh.", "Għad baqa` ħafna x'isir u jiena ngħid li hemm żewġ challenges partikolari li rridu nħarsu lejhom.", "L-ewwel sfida hija dik li l-kunsilli għandhom ikunu ċentru ta` servizz għaċ-ċittadini tal-lokal.", "Il-customer care element, speċjalment kif se nkbarruh permezz ta` l-e-government se jkun parti qawwija tal-futur tal-kunsilli lokali tagħna u l-kunsilli jridu jarmaw bih u kien għalhekk li s-sena l-oħra vvotajna Lm350,000 biex il- kunsilli lokali jkunu f'pożizzjoni li jkabbru l-parti tal-customer care li għandhom.", "It-tieni sfida hija li jiena nixtieq li nara lill-kunsilli lokali ħafna iktar viċin il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-kampanja Maltija.", "Għadna wisq lura fil-bżonn ta` sens ta` responsabbilizzazzjoni", "tal-Maltin u l-Għawdxin biex nifhmu li t-toroq tagħna u speċjalment il- kampanja rurali hija ta` kulħadd.", "Jiena nemmen sinċerament u ili nipprova nimbotta lill-kunsilli lokali tagħna biex jibdew iħaddmu l-kunċett tal- green wardens.", "Ma naħsibx li għandna għalfejn niddupplikaw u jkollna wardens differenti, imma naħseb li hemm bżonn – u dan jista` jsir anke bl- għajnuna tad-dipartiment ta` l-ambjent – li noħolqu sistema ta` koperazzjoni bejn gvern ċentrali u kunsilli lokali biex verament jkollna sistema fejn il-wardens, li llum huma iktar fuq it-traffiku, nestenduhom għall-kunċett li jkunu wkoll wardens fil-partijiet rurali ta` Malta u Għawdex.", "Hemm bżonn nagħmlu gwerra lill-ħmieġ, liema ħmieġ sfortunatament uħud minna jiġġenerawh.", "Irridu li l-kunsilli lokali jaħdmu id f'id mal-gvern biex ikollna iktar sorveljanza iebsa u min jinqadab jabbuża jrid iħallas tajjeb għall-ħsara li jagħmel f'dan l-aspett.", "Jiena ċert li jekk nibqgħu niddiskutu mal-kunsilli lokali, kif qed nagħmlu, dwar riforma dwar kif jaħdmu l-wardens u l-estensjoni ta` dan is-servizz fil-kampanja nkunu għamilna ħaġa kbira għal pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Għandi nifhem li l-Ministru jrid ipoġġi xi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Ittra mibgħuta mid-Direttur tal-Kunsilli Lokali lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan fis-6 ta' Ġunju 2002 dwar l-offerta għar-restawr ta' Triq il-Karmnu, San Ġiljan.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta` ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-misitoqsija hi li l-l-Abbozz ta` ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363\" jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nippropona l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, f'dan il-pajjiż qed jinħlew ħafna flus fuq proġetti ta' ċerti toroq u bankini li xhur wara jirriżultaw li jkunu assurdi.", "Triq Psaila u t-triq ta' fejn il-knisja ta' Burmarrad huma eżempji ċari ta' dan li qiegħed ngħid.", "Id-djuq esaġerat li għandna fit- toroq qed iwassal għal problemi f'każijiet ta' xi bżonn urġenti ta' ambulanza jew fire engine.", "Dawn it-toroq dojoq iwasslu sabiex fis-sajf in- nies qed ikollhom joqgħodu fil-queues kbar ta' karozzi għaliex it-toroq qed nagħmluhom kważi iżjed dojoq mill-bankini.", "Għandna wkoll toroq fejn tinħareġ 'il barra parti mill-bankina u timtela bil-ħamrija sabiex jiġi mqiegħed fiha xi xtieli u affarijiet li qed joħolqu skomdi liċ-ċittadin.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi kif qed jintnefqu miljuni ta' liri minn flus il- poplu imbagħad isiru dawn l-iżbalji kollha fit-tfassil tat-toroq u l- bankini.", "Imbagħad jiġi hawn l-Onor.", "Galea u jiftaħar kemm saru toroq u kemm ġew konsultati experts!", "X'experts huma?", "Trid tkun expert biex triq wiesa' għal erba' karozzi ġġibha wiesa' għal karozza waħda b'lane fuq kull naħa?", "Xtaqt issa nitkellem fuq xi ħaġa oħra u cioe` dwar l-ispluzjoni li kien hemm reċentement fil-Fgura.", "Jiena m'iniex se nidħol fl-investigazzjoni tal-każ għaliex hemm inkjesta maġisterjali għaddejja imma se nitkellem dwar il-mod kif ġiet trattata koppja żagħżugħa mill-istess awtoritajiet fejn dawn spiċċaw mingħajr dar intortament.", "Minkejja li dawn kienu ilhom snin jirrapportaw il-każ, baqa' ma sar xejn għaliex fil-korp tal-pulizija hemm telqa esaġerata meta jiġu biex jindirizzaw il-każi.", "Fejn hi l-accountability tal-korp tal-pulizija?", "Bħal f'ħafna affarijiet oħra f'dan il-pajjiż, din tibqa' għaddejja mar-riħ u dawk li għandhom ir-responsabbilta` li jaġixxu ma jaġixxux u ħadd ma jiġi mitlub jirrispondi għan-nuqqasijiet.", "U hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi jekk iċ-ċittadin huwiex protett.", "Qed jintalbu xi nies biex jagħmlu xi xogħol ta' tiswija u nfetaħ kont il-bank għal min jixtieq jagħti karita` lil din il-kopja żagħżugħa li tilfet id-dar tagħha.", "L-affarijiet li huma sbieħ - imma koppja li għadha tibda l-ħajja u li qiegħda fl-aqwa tagħha għandha tiġi sottomessa għal dawn l-umiljazzjonijiet meta hu l-Istat li f'każi bħal dawn għandu jagħti r-rimedju immedjat?", "Kulħadd jaf li dan il-gvern hu ferm ġeneruż mal-konsulenti u jħallsilhom kera ta' vilel, karozzi lussużi u mobile phones imbagħad lil din il-koppja li għaddiet minn traġedja, nagħtuha post li lanqas biss hu abitabbli u npoġġuha titlob il-karita`!", "Din hi r-realta` stramba ta' dan il-pajjiż taħt it-tmexxija tal-gvern Nazzjonalista.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fuq dan il-każ irrid ngħid li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali immedjatament u mingħajr ma qallu ħadd, ikkomunika ma' din il-familja u ġiet akkomodata f'kamra f'hotel a spejjeż tad- dipartiment għal perijodu ta' żmien li kien hemm bżonn, u iżjed minn hekk, ġie identifikat post li kien available dakinhar stess u li hu abitabbli.", "Qegħdin isiru l-isforzi biex jekk hemm bżonn isiru xi xogħlijiet f'dan il- post, naraw jistgħux isiru permezz ta' l-iskemi tal-housing authority sabiex dan il-post jitranġa.", "Qed nintervjeni biex ma toqogħdux tgħidu li ma sar xejn għax aħna addiritura morna out of the way biex ngħinu lil din il-koppja li għaddiet minn traġedja li teknikament hija responsabbilita` ta' min ikkawża din il- ħsara.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiena ħadt pjaċir li l-Viċi Prim Ministru rrispondieni.", "Nissuġġerixxi li l-affarijiet isiru malajr kemm jista' jkun għax naf li dawn qed jgħaddu minn tbatijiet kbar.", "Nispera li dan il-post verament hu abitabbli pero` mill-informazzjoni li għandi jiena, dan ma kienx daqshekk abitabbli u kien hemm problemi kbar ġo fih pero` ladarba l- Viċi Prim Ministru qed jagħtina l-assigurazzjoni li hekk hu, jiena nieqaf hawn fuq dan il-każ.", "Jiena qed naċċetta u napprezza dan l-intervent fuq dan il-każ għax wara kollox wieħed mill-iskopijiet tagħna f'dan il-parlament hu li meta wieħed iqajjem każ bħal dan hawnhekk, isir xi ħaġa għall-ġid.", "Issa se ngħaddi għal suġġett ieħor u nitkellem dwar kif qed jiġu trattati l- kaċċaturi f'pajjiżna.", "Jiena qed ngħid dan b'rispett kemm ta' min iħobb il-kaċċa u kemm ta' min ma jemminx fiha.", "Dan il-pajjiż għandu jirrispetta kull ħaġa li sservi ta' sfog anke jekk ma jkunx jogħġob lil kulħadd.", "Ovvjament il-liġi wkoll trid tiġi rispettata pero` mhux aċċettabbli li f'pajjiż demokratiku l-kaċċaturi jiġu trattati qishom kriminali.", "Nafu li min ma josservax il-liġi jrid jirrispondi fil-qorti pero` min josserva l-liġi ma għandux jiġi ttrattat bħal wieħed li qiegħed jikser il-liġi!", "Nafu kemm ġew imwiegħda affarijiet mill-partit Nazzjonalista lill-kaċċaturi qabel l-elezzjoni ta' l-1998 fejn kienu qalulhom li se jagħtuhom id-drittijiet kollha li hemm bżonn u m'għandhomx għalfejn jinkwetaw.", "Jekk irid l-Viċi Prim Ministru jista' jagħmel intervent fuq dan ukoll wara li ngħid x'qed jiġri fir-rigward tal- kaċċaturi.", "Qed jiġu organizzati raids minn skawdri tal-pulizija ġo djar ta' nies li huma dilettanti tal-kaċċa u qed jeħdulhom it-tajr ibbalzmat li jkollhom.", "Min imexxi dawn l-iskawdri mhux qed ikun responsabbli għall-ħsara li qiegħda ssir lil dawn it-tajr.", "Dawn it-tajr mhux qed jiġu trattati sew u dan meta jkunu ġew ibbalzmati b'tant sengħa mill-balzamatur.", "Imbagħad x'jiġri?", "Dan it-tajr jinstab li huwa korrett u meta jingħata lura, jew b'ordni tal-qorti jew inkella għax ma jkollhomx każ, jinstab mgħaffeġ jew ingerrem mill-ġrieden għaliex fid-depot jew imħażen oħra fejn jitpoġġew dawn it-tjur hemm il-ġrieden jiġru.", "Għalfejn qed jiġu trattati hekk dawn in- nies u min se jikkumpensahom għall-ħsara li saritilhom?", "Jekk għandhom jagħmlu r-raids, jagħmluhom, imma minflok joħorġu dawn it-tjur mid-dar tad- dilettant, aħjar tiġi ssiġillata l-vetrina fejn hemm it-tajr suspettat li m'huwiex irreġistrat.", "Hekk għandu jsir sabiex ma ssirx ħsara.", "Qed isiru eluf ta' liri fi ħsara u jiena nħoss li mhux sew li dawn in-nies qed jiġu trattati agħar mill-kriminali.", "Dawn huma l-istess nies li n-Nazzjonalisti qabel l-elezzjoni ta' l-1998 qalulhom li kważi setgħu jmorru huma jitkellmu fi Brussels!", "In-Nazzjonalisti serqu l-voti tal-kaċċaturi imbagħad daħku bihom.", "Nafu li erba' snin ilu meta kien hemm l-amnestija biex jiġi reġistrat it- tajr ibbalzmat, kien hemm perijodu qasir u ħafna min-nies ma kinux jafu li min għandu tajra bbalzmata għandu jirreġistraha.", "Kien hemm każi ta' nies li forsi wirtu xi tajr ibbalzmat mingħand missierhom li jkun dilettant imma ma kienx jaf jew ma kienx ta kas jirreġistra dan it-tajr, u jmorru għandhom il- pulizija u jeħduhomlu.", "X'se jakkwista l-Istat billi jieħu għasfur li ilu mejjet snin u bbalzmat b'mod professjonali li għal xi raġuni jew oħra ma ġiex reġistrat taħt ir-reġistrazzjoni li ħarġet b'avviż legali ta' xi erba' snin ilu?", "In-naħa l-oħra għandhom jagħtu rimedju lid-dilettanti....", "(Interuzzjonijiet) Iva, intom għax intom qegħdin fil-gvern bħalissa; meta nkunu fil-gvern aħna nagħtu dan ir-rimedju aħna imma illum intom qegħdin fil-gvern.", "Mr Speaker, kien hemm min beża` jirreġistra tajr li huwa protett pero` dan fil-fatt setgħu jagħmluh; kien hemm min irreġistra ajkli, isqra u tajr tal- priża.", "Dawn kollha setgħu jiġu reġistrati imma kien hemm min beża' għax ma kienx hemm informazzjoni biżżejjed min-naħa tal-gvern.", "Meta joħroġ avviż legali bħal dan, il-gvern għandu jara x'jagħmel sabiex il-pubbliku jkun mgħarraf sewwa.", "Huwa importanti li l-liġi mhux tagħmilha biss imma li kulħadd ikun jaf fiex tikkonsisti.", "Veru li hu tajjeb li min jiżbalja għandu jirrispondi għall-azzjonijiet tiegħu, imma l-pubbliku għandu jiġi mgħallem u se nġib l-eżempju tal-kaċċa fuq il-baħar.", "Ħafna kaċċaturi Maltin qegħdin jonfqu mijiet, jekk mhux eluf ta' liri, biex imorru għall-kaċċa tal-borok barra minn Malta meta din it-tip ta' kaċċa tista' ssir f'Malta, fix-xahar ta' Marzu.", "Imma peress li f'Marzu jpassu ħafna tajr tal-priża, l-istaġun ikun magħluq.", "Mela li għandu jsir huwa – din li se nsemmi ma tistax issir jekk Malta tidħol fl-UE – li jinfetaħ l- istaġun fuq il-baħar iżda b'ċerti kundizzjonijiet.", "Nagħtu tant liċenzji b'tant kundizzjonijiet, għalfejn m'għandniex nagħmlu l-istess mal- kaċċaturi!", "Ngħidulhom li f'Marzu jistgħu joħorġu għall-kaċċa tal-borok fuq il-baħar pero` jrid jkun hemm żoni sa fejn kaċċatur għandu joqgħod bid- dgħajsa.", "Ovvjament ikun hemm għassa mill-pulizija sabiex ma jkunx hemm kaċċa fuq tajr ieħor ħlief il-borok.", "B'hekk inkunu qegħdin nagħtu dak li huwa bi dritt lill-kaċċatur u b'hekk ikun jista' jikkaċċja dak li suppost jikkaċċja imma fl-istess ħin nipproteġu t-tjur li għandhom dejjem jiġu protetti u b'hekk tiġi osservata l-liġi.", "Dawn huma affarijiet li nistgħu nagħmluhom flimkien imma minħabba l-fatt li l-gvern Nazzjonalista qed jinnegozja u jagħlaq il-kapitli bl-addoċċ, dan huwa impossibli li jsir f'pajjiżna għaliex hemm direttivi qawwija ta' l-UE.", "Per eżempju, fi Franza, Jospin - li llum hu persuna komuni u wisq probabbli reġa mar jgħallem - kellu l-akbar partit politiku, il-partit Soċjalista, imma waħda mill-problemi li kellu kienet li tilef is-support qawwi li kellu minn dawk in-nies li għal mijiet ta' snin kellhom id-dritt li jikkaċċjaw għaliex Franza ma setgħetx tinnegozja ma' Brussels fuq dawn l- affarijiet.", "Fil-fatt din kienet waħda mir-raġunijiet tad-downfall tal- partit Soċjalista Franċiż.", "Irrid nagħmilha ċara hawnhekk li m'iniex qed ngħid li wieħed m'għandux jirrispetta lill-ambjentalisti, imma trid tara li s-sitwazzjoni tkun bilanċata għal kulħadd.", "Per eżempju, qatt xi ħadd ħaseb fl-idea tal- breeding farms?", "Tajjeb li f'pajjiżna jkun hawn żoni fejn jiġu l-għasafar u jinżlu biex jistrieħu - u jien nirrispetta dak kollu li jagħmlu l-Bird Life - imma għandu jkun hawn ukoll żoni fejn jinbnew breeding farms ta' tajr legali bħas-summien jew fagani, sabiex kulmin irid jipprattika l-isports tal-kaċċa, ikun jista' jmur hemm u jkun moħħu mistrieħ li f'dik iż-żona ikun jista' jikkaċċja kemm irid basta ma jkunux tajr protetti.", "Meta aħan konna fil-gvern, konna tajna l-Miżieb u postijiet oħra biex jiġu mħarsa mill-għaqdiet tal-kaċċaturi.", "Għandu jkun hemm breeding farms ta' dawn l- ispeċi biex b'hekk jiddaħħal aktar sens ta' maturita` u edukazzjoni fuq il- kaċċaturi; jekk m'aħniex se nagħmlu hekk, m'aħna se nagħmlu xejn.", "Ħalli issa ngħaddi biex nitkellem dwar kaċċa minn aspett ferm differenti; il- kaċċa għat-terroristi.", "Jien ma naħsibx li qed niġġieldu t-terroriżmu kif wieħed għandu jiġġielidlu u cioe` b'intelligenza, maturita` u għaqal.", "Ma tistax tiġġieled it- terroriżmu billi toħloq ieħor u billi tagħmel ħsara fejn jidhirlek inti.", "U huwa għalhekk li ma nistax naqbel mal-President Bush u l-mod li bih iħares lejn il-gwerra kontra t-terroriżmu.", "Biex tiġġieled it-terroriżmu, trid tifhem lin-naħa l-oħra u r-raġuni għalfejn dawn in-nies qed jirrikorru għat- terroriżmu ħalli tkun tista' tara kif se tittekilja l-problema, mhux toħloq gwerra oħra kontra nies li ħafna drabi jkunu fl-għama ta x'qiegħed jiġri!", "X'akkwistaw l-Istati Uniti billi għamlu dak li għamlu fl-Afghanistan sal- lum?", "Ħafna nies huma tal-parir li din saħħet aktar lill-organizzazjoni terroristika Al Qaeda.", "It-terroriżmu ma tiġġielidlux biss billi turi li inti b'saħħtek, imma billi tipprova tifhem għalfejn illum hawn nies li jemmnu li huma bomba fihom infushom.", "Jekk ma noqogħdux attenti biex nifhmu lil dawn is-suicide bombers li għandna fil-Middle East u li skond l-intelligence services ta' ħafna pajjiżi nkluż ta' l-Istati Uniti, jinsabu kullimkien, se jkun hawn traġedja wara l-oħra dan is-sajf.", "Din hi l-biża` li għandna fid-dinja u allura bilfors li wieħed irid jara kif se jiġġieled it-terroriżmu b'modi oħra.", "Trid tara kif se tarmonizza s-sistema u kif se tikkontrolla l-borders tiegħek mhux intellgħu l-ħitan biex ħadd ma jgħaddi 'l hawn u 'l hemm kif iriduna nagħmlu l-Istati Uniti.", "Irridu naraw kif se norganizzaw sistemi ta' contact points u border management ma' dawn il-pajjiżi kif ukoll kreazzjoni ta' network li b'xi mod, l-uffiċjali responsabbli mill-imigrazzjoni fl-airports internazzjonali u fil-portijiet jkunu jistgħu jaħdmu flimkien.", "U ma naħsibx li hemm għalfejn tgħidilna l-UE kif għandna narmonizzaw il-borders.", "Dawn huma affarijiet li kull pajjiż, żgħir kemm hu żgħir, għandu jagħmel biex jagħti eżempju lid-dinja ta kif għandhom jimxu l-affarijiet sabiex ikollna dinja aħjar għaliex il-mod li qed jimxu bih l-Istati Uniti, bir-rispett kollu lejhom, jista' jwassal għal problemi kbar fid-dinja kollha għax tispiċċa tixgħel il-partijiet.", "Nafu li t-terroriżmu hu perikoluż u jkisser il-familji pero` min-naħa l- oħra trid tifhem il-konsegwenza u dan hu l-iżball li qegħdin jagħmlu l- Istati Uniti.", "F'dan ir-rigward sewwa tagħmel l-Ewropa li ma tobdix dak kollu li qed jiddettaw l-Istati Uniti għax l-approach ta' l-Ewropa hu differenti mill-approach ta' l-Amerikani.", "Huwa approach aktar intelligenti u naħseb li wasal iż-żmien li d-dinja taħdem fuq mudell ta' konvenzjoni li huwa mudell li għandu jkun aċċettat mill-pajjiżi kollha li huma membri fil- Ġnus Magħquda in partikoli l-membri li jifformaw it-third world biex ikun hemm sistema ta' joint-investigation fejn jekk, per eżempju, pajjiżna għandu bżonn jagħmel investigazzjoni konġunta flimkien mal-Libja jew xi pajjiż ieħor fuq xi ħaġa li hija komuni sabiex nissalvagwardjaw il-paċi fil- Mediterran, dan jkun jista' jsir taħt din il-konvenzjoni, konvenzjoni li tkun tittratta wkoll il-faċilita` ta' exchange ta' informazzjoni bejn pajjiż u ieħor.", "Għalxejn nitfgħu l-bombi f'pajjiż jew ieħor għax naħsbu li hemm xi bejta terroristi.", "Irridu niddiskutu u nsibu common points ma' dak il-pajjiż ħalli t-terroristi ma jibqgħux hemm.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq billi nitkellem fuq il-World Cup.", "Hu tajjeb li kulħadd jagħti s-support lit-team tiegħu u ovvjament min jifraħ għax jirbaħ u min ma jifraħx għax jitlef, pero` nħoss li f'dan il-parlament għandu jiġi nnotat il-fatt - dan mhux biss ħsieb tiegħi biss imma qrajt ukoll artiklu dwaru fuq website - li hemm għaddejja investigazzjoni kbira fuq il- president tal-FIFA minħabba xi allegata korruzjoni.", "Wieħed irid jistaqsi wkoll min verament qed jagħżel ir-referees li qegħdin jiddeċiedu d-destin tat-timijiet u għalfejn qed jintgħażlu ċerti referees minn ċerti pajjiżi biex jirrefjaw ċerti pajjiżi oħra.", "Għalfejn jintgħażel referee ġej minn pajjiż meta nafu li dan il-pajjiż għandu problema mal-pajjiż li minnu jkun ġej it-team li jkun se jirrefja?", "Dan qed ngħidu għaliex l-iżbalji li qed jieħdu dawn ir-refeeres u l-linesmen - u uħud minnhom to add insult to injury qed jammettu li ħadu l-iżbalji – huma kardinali.", "Jiena m'iniex se noqgħod nitkellem fuq il-logħba tal-Belġju jew ta' l-Italja u x'sar ġo dawn il-logħbiet imma dawn huma żbalji ċari u jekk dawn se jkunu aktar frekwenti, ifisser li jkun hemm xi ħaġa ħażina.", "U jien ma neskludi xejn u m'iniex se noqgħod ngħid jekk huwiex Blatter jew xi ħadd ieħor, pero` ma neskludi xejn li hemm interessi kbar li ċertu logħob minflok jiġi fixed bil- players, jiġi fixed b'affarijiet oħra.", "Jekk dan isir u jirriżulta, tkun vera tal-mistħija għad-dinja bħalma hu tal-mistħija l-mod kif qed jiġi miġġieled it-terroriżmu.", "Tkun veru shame jekk din il-kompetizzjoni mportanti li tiġi kull erba' snin tiġi mċappsa b'dawn l-abbużi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002 fid-9.00 am bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE - SMPPMA - IT-TIENI RAPPORT", "32587.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-gvern jibgħat it-tieni rapport ta' l-SMPPMA lill-UE bla ma ġie diskuss u/jew approvat mill- għaqdiet tal-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agrindustrija lokali?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-SMPPMA kien is- suġġett ta' konsultazzjonijiet estensivi ma' l-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u l-agrindustrija lokali.", "Fil-fatt saru numru ta' bidliet sinifikanti fl- SMPPMA bħala riżultat ta' dawn il-konsultazzjonijiet.", "Inżid illi, kif għidt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 32440, fl-aħħar laqgħa tal-MEUSAC ġiet approvata l-pożizzjoni tal-gvern dwar l-agrikoltura b'numru ta' riżervi li għaqdiet differenti għamlu fuq ċerti elementi tal-pakkett.", "Ma hemm l-ebda rabta bejn l-SMPPMA u s-sajd.", "ĠONNA TAL-BUSKETT - RAPPORTI", "32588.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-istat ħażin li jinsabu fih il-ġonna tal-Buskett, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru matul l-1999, 2000, 2001 u l-2002 dwar din is-sitwazzjoni?", "Minkejja li suppost li kellhom isiru x-xogħlijiet fir-razzett tal-bagħal matul dawn l- aħħar tliet snin, kif jispjega l-fatt il-Ministru li l-bini tar-razzett tħalla jitkompla jiġġarraf aktar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li qegħdin isiru diskussjonijiet ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar dwar xogħlijiet meħtieġa fil-Buskett.", "Meta dawn id-diskussjonijiet jiġu ffinalizzati, jitħejja pjan ta' ħidma biex ix- xogħlijiet, inkluż dawk fuq ir-razzett tal-bagħal, jitwettqu skond il-fondi u r-riżorsi disponibbli.", "Fil-frattemp qegħdin isiru xi xogħlijiet minuri min-naħa tat-taqsima ta' l- urban and rural landscaping tad-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU - KOLLIŻJONIJIET U FATALITAJIET", "32589.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kolliżjonijiet tat-traffiku ġew irrapportati lill-pulizija matul l-ewwel tliet xhur tas-sena u kemm dawk bumper to bumper?", "Kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali f'dan il- perjodu?", "Jista' jwieġeb il-mistoqsija għas-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku u inċidenti tat- traffiku fatali għax-xhur minn Jannar sa Marzu fis-snin speċifikati hu kif ġej:-", "Sena Kolliżjonijiet Fatalitajiet", "1998 2,550 2 1999 2,498 2 2000 3,034 3 2001 3,049 5 2002 3,307 2", "Informat ukoll illi l-informazzjoni dwar inċidenti bumber to bumper ma' tinżammx mid-dipartiment tal-pulizija.", "STUDENTI BARRANIN - ILMENTI", "34089.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk din is-sena kienx hemm studenti barranin li lmentaw minħabba l-akkomodazzjoni mhux ta' livell, minħabba ikel fqir jew minħabba affarijiet oħra fil-familji li kienu qed joqogħdu magħhom?", "Jekk l-ilment isir fl-iskejjel fejn jitgħallmu, dawn obbligati li jirrapportaw lid- dipartiment konċernat?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li la l-ministeru u lanqas l-MTA ma rċevew ilmenti fis-sens indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Infakkar li skond ir-regolamenti li ġew fis-seħħ fil-31 ta' Mejju 2002, anke persuni nkarigati mill-iskejjel għandhom dritt li jispezzjonaw djar li jakkomodaw l-istudenti.", "STUDENTI BARRANIN - SPEZZJONIJIET", "34090.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet din is-sena minn uffiċjali tad- dipartiment fi djar ta' familji li jospitaw studenti barranin waqt li dawn ikunu qed joqogħdu hemm?", "Dawn isiru għal għarrieda?", "Instabu xi difetti?", "Jekk iva, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li matul din is-sena ġew investigati żewġ ilmenti dwar familji li jospitaw studenti barranin.", "Dawn l- ispezzjonijiet saru għal għarrieda u kienu jirrigwardaw rapporti fejn ġie allegat li familja ospitat aktar minn erba' studenti f'ħin wieħed.", "Meta saru dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li fiż-żewġ każi kienu qed jiġu ospitati tliet studenti f'kull każ.", "LOGĦBA FOOTBALL MALTA - ISRAEL - MIŻURI TA' SIGURTA`", "34093.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Peress li fi ftit xhur oħra Malta se tilgħab logħba internazzjonali tal-football kontra Israel, jista' jgħid kienx hemm kuntatti bejn l-MFA u l-pulizija biex tiġi assigurata s-sigurta` tal- players u uffiċjali Israeliti?", "F'każi bħal dawn, il-pulizija tagħti permess lill-uffiċjali tas-sigurta` barranin li jġorru armi f'pajjiżna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi kull meta jkun hemm il-ħtieġa li tkun provduta sigurta', bħal fil-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, il- pulizija tieħu ħsieb li tagħmel l-arranġamenti kollha, inkluż taħditiet ma' kull min ikun hemm bżonn.", "Pero`, bħalma jista' japprezza wkoll l-Onor.", "Interpellant, ma nħossx li hu għaqli illi dettalji ta' dawn l-arranġamenti għandhom jkunu pubblikati.", "MMA - VAPURI MIŻMUMA F'PORTIJIET BARRANIN", "34095.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Nirriferi l-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 33819.", "Meta vapur jinżamm minn awtorita` barranija minħabba xi difetti eċċ. l-awtorita` marittima Maltija ma tiġix informata?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid bħalissa kemm qed jinżammu minħabba xi difett jew nuqqas ta' tħaris ta' regolamenti tal-baħar jew xi ħaġa simili, milli jsalpaw minn portijiet?", "X'inhu l-isem ta' kull vapur?", "Ta' kemm-il tunnellaġġ?", "Meta nżamm kull wieħed?", "X'kienet ir-raġuni?", "X'passi ttieħdu mill-MMA?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li skond il-konvenzjonijiet internazzjonali, meta bastiment jinżamm minn xi awtorita' barranija milli jsalpa minħabba xi difetti, dik l-awtorita` għandha d-dmir li tinforma lil l-eqreb konsolat tal-pajjiż tal-bandiera.", "Fil-fatt dan isir fil-parti l- kbira sew tal-każi.", "Minn informazzjoni li għandha l-MMA, ma jidhirx li hemm xi bastimenti Maltin li bħalissa qegħdin jinżammu minn xi awtorita' barranija milli jsalpaw, almenu għal xi żmien twil, minħabba xi difetti.", "MMA - REĠISTRAZZJONI TA' VAPURI", "34096.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33821, għalkemm huwa ovvju li jkunu diversi r-raġunijiet għaliex bastiment ma jibqax reġistrat Malta, jista' l-Ministru jgħidli kemm mid-99 imsemmija fit-tweġiba ġew imġiegħla jħassru r-reġistrazzjoni tagħhom mill-MMA?", "X'kien l-isem tal-vapur/jott?", "Ta' kemm-il tunnellaġġ kien?", "Meta rreġistra l-ewwel darba?", "X'kienet ir-raġuni li l-awtorita` ħassret ir- reġistrazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bejn 1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2002, ir-reġistrazzjoni taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili ta' 31 bastiment ġiet imħassra taħt l-Artiklu 29 ta' dan l-istess Att.", "M'hijiex il-prattika internazzjonali li jiġu ppubblikati d-dettalji ta' dawn il- bastimenti.", "U anke, kemm ir-reġistru tal-bastiment kif ukoll iċ-ċertifikat ta' tħassir juru ċar li r-reġistrazzjoni tkun ingħalqet taħt l-imsemmi Artikolu 29.", "Madankollu, ir-reġistru tal-bastiment huwa miftuħ għall- ispezzjoni tal-pubbliku.", "PULIZIJA - NUQQAS TA' UFFIĊJALI", "34097.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 33213 u 33797, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jispeċifika n-numru ta' uffiċjali/pulizija li hemm nuqqas tagħhom f'kull rank?", "Ma jistax jagħti ċ- ċifri skond kemm kien hemm f'kull rank hekk kif stabilit mir-regolamenti tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru tal-membri fil-korp tal-pulizija huwa 1,753.", "Meta fi ħdan il-korp tal-pulizija kien hemm pulizija li jaħdmu fl-ajruport bħala immigration officers u oħrajn fil-fire-fighting section, il- complement kien ta' 1,873, li meta tnaqqas 56 pulizija li sussegwentement marru mas-civil protection u 41 oħra spiċċaw mill-MIA, in-numru jinżel għal 1,776; b`hekk id-differenza hija biss ta' 23.", "F`Lulju se jidħlu 72 rekluta ġdid.", "Konvint li l-Onor.", "Interpellant jieħu gost jinnota li mill-5 ta` Settembru 1998 sal-lum ġew reklutati 175 membru ġdid, u 72 oħra huma mistennija li jidħlu x-xahar d-dieħel, total ta` 254 fil-korp, u dan meta bejn l-1997 u l- 1998 ġew reklutati biss għaxra.", "Kif wieħed jista' għalhekk jinnota, il-gvern preżenti żamm mal-wegħda tiegħu li jsaħħaħ il-korp tal-pulizija b`rekluti ġodda.", "Terġa` r-rekluti kollha (254) jipposjedu mill-inqas tliet 'O' levels (Ingliż u Malti obbligatorju) filwaqt li l-ispetturi ġodda jipposjedu degree universitarja jew inkella kienu surġenti li kienu jipposjedu b'ħames 'O' levels.", "PA - KONFLITT TA' INTERESS", "34112.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jiġi mneħħi kull konflitt ta' interess f'dan il-każ, peress li l-applikazzjonijiet PA 6059/00 u PA 3161/01 ġew sottomessi mill-uffiċċju tal-periti Demicoli & associates meta persuna minn dak l-uffiċċju huwa chairman ta' wieħed mill- bordijiet tad-DCC?", "ONOR.", "TONIO BORG: F`każ bħal dawk li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant, kull membru tad-DCC hu marbut li jiddikjara l-interess u li ma jiħux parti fid-deċiżjoni.", "MTA - RAKKMANDAZZJONIJIET", "34113.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu r-rakkomandazzjonijiet ta' l-awtorita` Maltija tat- turiżmu dwar l-applikazzjonijiet PA 6059/00 u PA 3161/01?", "Jista' jgħid kif l-awtorita' waslet għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li n-numru ta' riferenza ta' l- applikazzjonijiet ikkwotati mill-Onor.", "Interpellant huwa dak ta' l- awtorita' tal-ippjanar, u għaldaqstant m'iniex f'pożizzjoni li niġbor l- informazzjoni mitluba mingħand l-awtorita' tat-turiżmu.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini r-riferenzi relattivi għat-talbiet lill-MTA nkun nista' nwieġbu.", "PA – ĊIRKEWWA – PARADISE BAY", "34114.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-aħħar kirja tal-kiosk f'Paradise Bay fiċ-Ċirkewwa?", "Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kirja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-aħħar kera tal-catering establishment f`Paradise Bay kienet ta`Lm13,000 fis-sena.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja.", "BLATA L-BAJDA JUNIOR LYCEUM - TAGĦLIM TAR-RUSSU", "34116.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jitgħallmu r-Russu fil- junior lyceum, Blata l-Bajda?", "Kemm hemm studenti f'form II li jixtiequ jistudjaw l-istorja f'form III u mhux se jħalluhom għax qalulhom li hemm ftit wisq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena kellna sitt studenti fil-form V jitgħallmu r-Russu u studenta waħda fil-form III.", "Fil-form II f'din l-iskola, kien hemm żewġ studenti biss li għażlu l- istorja fil-form III.", "Din l-option ser tingħata fil-junior lyceums l-oħra fejn in-numru ta' l-istudenti li għażlu dan is-suġġett jiġġustifika li tinħoloq klassi.", "Dawn l-istudenti ngħataw għażla li jmorru f'waħda minn dawn l-iskejjel.", "Huma ppreferew li jibdlu l-għażla (option) tagħhom.", "GĦAWDEX - KUNSILLI SKOLASTIĊI - NEFQA", "34117.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'laqgħat għamlu l-kunsilli skolastiċi tul din is-sena skolastika tal-iskejjel fil-livelli kollha ta' Għawdex?", "Xi flus għandu kull kunsill skolastiku?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-Informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fil-lista ta' hawn taħt.", "|Skola |Numru ta'|Bilanċ | | |laqgħat |tal-fondi| |Għarb |8 |Lm 452.20| |primarja | | | |Għajnsielem |8 | 139.00| |primarja | | | |Kerċem |3 | | |primarja | |1,093.37 | |Nadur |5 | | |primarja | |3,292.00 | |Qala |5 | 517.22| |primarja | | | |San Lawrenz |11 | 681.00| |primarja | | | |Sannat |8 | | |primarja | |2,093.06 | |Rabat |4 | 792.82| |primarja | | | |Xagħra |7 | | |primarja | |1,499.11 | |Xewkija |7 | 820.38| |primarja | | | |Żebbuġ |5 | 629.86| |primarja | | | |Agrikoltura |1 | 305.29| |u Bini | | | |Sekondarja |8 |1,123.00 | |tal-bniet | | | |Agius de | | | |Soldanis | | | |Sekondarja |3 | | |tas-subien | |1,073.00 | |Ninu Cremona| | | |Post |3 | | |sekondarja | |2,898.00 | |Sir M.A. | | | |Refalo | | | |Snajja |7 | 69.45 | |Xagħra | | | |L-arti |4 | 327.68|", "WHERE'S EVERYBODY - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "34119.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal liema attivitajiet where's everybody ingħataw għajnuna finanzjarja mill-gvern taħt il-vot sponsorship mill-ministeru vot 2980 fis-sena 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li where's everybody tħallsu s-somma ta' Lm1,713.50 mill-vot 2980 'sponsorships' tal-ministeru ta' l-edukazzjoni għall-produzzjoni ta' spots dwar Caravaggio trasmessi fuq stazzjonijiet tat- televiżjoni lokali waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju.", "VAT - IRĊEVUTI FISKALI", "34170.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi ma' l- introduzzjoni tal-VAT il-Ministru kien saħaq ħafna dwar il-bżonn ta' ħruġ ta' rċevuti fiskali sabiex tiġi kkontrollata l-evażjoni tat-taxxa, jista' jgħid x'wassal lid-dipartiment tal-VAT biex jeżenta lit-tobba mill-ħtieġa li joħorġu rċevuti fiskali, aktar u aktar billi skond il-MAM, dawn ma kinux għamlu talba għal din l-eżenzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 31657."]} {"filename": "20011203_656d_par.doc", "date": "2001-12-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 656 It-Tnejn, 3 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 656", "It-Tnejn, 3 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "656", "It-Tnejn, 3 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 619", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 619", "TQEGĦID TA' KARTI 624", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI 624", "AĠĠORNAMENT 658", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 658", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 655 li saret fit-3 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "HOUSING", "30024.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Issa li l-gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjib fil-housing estates jintnefqu sabiex jiġu stallati l-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Penellu l-Mellieħa.", "Fid-dawl li kulma jmur l-eta` tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tant mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ma jirriżultax li l- Awtorita` tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-istallar ta' lifts fil- lokalita` ta' Penellu l-Mellieħa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk għandux tagħrif dwar l-aħħar protesti li saru minn persuni b'diżabilita` fid-dawl li llum qed niċċelebraw il-jum dinji ta' dawn il-persuni, ċioe` jekk il-gvern hux jikkonsidra li jilqa' t-talbiet tagħhom sabiex ikun hemm il-kumpensi meħtieġa ħalli s-servizzi li kienu qed jipproġettaw fil- pjanijiet tagħhom ikunu jistgħu jsostnuhom għall-ġid ta' l-integrazzjoni ta' dawn il-persuni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, għalkemm napprezza l-fatt li hawn ġew iż- żewġ naħat tal-Kamra jagħmlu l-almu tagħhom fir-rigward tan-nies li jkunu inqas vantaġġati minna f'ċerti sensi fiżiċi, jiddispjaċini ngħid li fil- file li għandi quddiemi m'għandix l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, napprezza t-tweġiba li qed jagħti l- Ministru, pero` nixtieq nistaqsi jekk dawn il-protesti li qed isiru minn persuni b'diżabilita` u l-għaqdiet li jirrapreżentawhom humiex qed jiġu kkonsidrati u forsi aktar 'il quddiem tista' tingħata l-aħbar mill-gvern li t-talbiet tagħhom se jiġu milqugħa jew inkella jekk hemmx deċiżjoni li l- gvern se jibqa' marbut magħha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, rigward l-istallazzjoni tal-lifts li nista' ngħid huwa li l-bieraħ mort sal-Kalkara fejn kien hemm konferenza mogħtija mill-Ministru tal-Finanzi kif ukoll mill-Viċi Prim Ministru Lawrence Gonzi u smajt lill-Ministru Gonzi jgħid li parti sostanzjali mill- vot f'dawn l-aħħar snin u b'mod partikolari s-sena li għaddiet, ġiet utilizzata fl-istallazzjoni ta' dawn il-lifts.", "Mr Speaker, għalkemm illejla minħabba raġunijiet oħra ta' xogħol il-Viċi Prim Ministru ma setax ikun hawnhekk biex jirrispondi għal dawn id-domandi, jien persważ li huwa jieħu dan l-intervent ta' l-Onor.", "Membru into consideration, u persważ li se jittekilja din il-problema u jieħu l-passi meħtieġa biex jara li dawn il-lifts jiġu stallati.", "Irrid ngħid li ż-żewġ amministrazzjonijiet għamilna żmien nibnu blocks ta' flats b'ħafna turġien u ma kienx jittieħed into consideration l-aspett ta' nies li jkunu ħandikappati.", "Kienet ħaġa sewwa li matul dawn l-aħħar snin inbeda dan il-proċess biex fejn hemm il-flats b'xi erba' sulari taraġ li jkunu joqogħdu fihom nies li jkollhom ċerti nuqqasijiet fiżiċi jiġu stallati lifts.", "Nerġa' ngħid li l-bieraħ smajt lill-Onor.", "Lawrence Gonzi jitkellem fil-Kalkara u semma ċ-ċifra li hemm maħsuba li tintnefaq għal dan il-għan pero` ma niftakarx kemm hi eżatt għax irrid ngħid li kemm jien kif ukoll l-Onor.", "Farrugia li qed jagħmel din il-mistoqsija, iżjed aħna ntiżi fuq affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti agrikoli.", "Minbarra l-problema għall-persuni b'diżabilita`, it-turġien joħolqu wkoll problema għall-anzjani.", "Nafu li normalment sular ikun fih bejn wieħed u ieħor 18-il tarġa u allura min ikun jgħix fir-raba' sular dejjem ikollu madwar 60 tarġa x'jitla' u jinżel.", "U hija ħaġa diffiċli għal meta nibdew navvanzaw fl-eta` li nitilgħu dak l-ammont kollu ta' turġien.", "Għalhekk huwa tajjeb li jkun hemm dan it-tip ta' makkinarju li jagħti ċ-ċans lil dak li jkun jidħol u joħroġ minn daru mingħajr tbatija żejda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li jeżistu ċirkostanzi fejn fi blokk appartamenti jkollok familja li jkollha persuni li jbatu b'diżabilita` u familja oħra li tkun għadha pjuttost żgħażugħa u ma jintlaħaqx ftehim biex l-ispejjeż jinqasmu bejn in-nies li jkunu qed jgħixu fil-komun, it-talba tibqa' pendenti.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx tagħrif xi jsir f'ċirkostanzi bħal dawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ngħid li jien m'iniex intiż fuq dan is-suġġett, pero` safejn naf jien il-lifts jiġu stallati a spejjeż tal- gvern.", "Jiġifieri kif nafha jien, huwa mmaterjali jekk ikunx hemm koppja anzjana jew koppja żgħażugħa joqogħdu fl-appartamenti għaliex l-ispiża xorta waħda jidħol għaliha l-gvern.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi dettaljati ta' xi każijiet speċifiċi, nissuġġerilu jagħmel mistoqsija oħra bil-miktub u persważ li l-Viċi Prim Ministru jkun jista' jagħtih it-tweġiba neċessarja.", "HOUSING", "30025.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Issa li l-gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għal titjib fil-housing estates jintnefqu sabiex jiġu stallati l-lifts fil-Qasam tad-Djar ta' Zokkrija, l-Mosta.", "Fid-dawl li kulma jmur l-eta` tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tanti mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Viċi Prim Ministru): Ma jirriżultax li l- Awtorita` tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għal stallar ta' lifts fil- lokalita` taż-Żokkrija, il-Mosta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma nafx jekk il-Ministru għandux informazzjoni addizzjonali fil-file, pero` nixtieq nistaqsi jekk teżistix informazzjoni rigward il-fatt li l-kunsill lokali tal-Mosta għamel applikazzjoni għan-nom tar-residenti ta' dawn l-inħawi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, quddiemi m'għandix il-file, kulma għandi hija l-karta li fuqha hemm ir-risposta tal-Viċi Prim Ministru.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li t-tweġiba toħroġ wara li jiġi vverifikat u ċċekjajt il- file rilevanti u t-tweġiba tal-Viċi Prim Ministru tgħid li ma jirriżultax li l-awtorita` tad-djar irċeviet xi applikazzjoni għall-istallar ta' lifts fil-lokalita` taz-Zokkrija, il-Mosta.", "Jien nifhem illi kieku kien hemm applikazzjoni din tinsab reġistrata fil-file rilevanti u kieku kien hekk allura kienu jarawha t-tekniċi ta' l-awtorita' tad-djar liema tekniċi ovvjament kienu jgħaddu risposta f'dak is-sens lill-Viċi Prim Ministru.", "Nerġa' ngħid, li fir-risposta li qed jagħti l-Viċi Prim Ministru hawn miktub li ma jirriżultax li l-awtorita` tad-djar irċeviet xi applikazzjoni għall-istallar ta' lift fil-qasam tad-djar taz-Żokkrija tal-Mosta.", "HOUSING", "30026.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Issa li l-gvern ħabbar il-budget, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għall-titjib fil-housing estates jintnefqu sabiex jiġu stallati l-lifts fil-qasam tad-djar ta' Mlit fil-Mosta.", "Fid-dawl li kulma jmur l-eta` tar-residenti f'dan il-qasam qiegħda dejjem tiżdied u allura tinħass aktar il-ħtieġa ta' dawn il-lifts, jista' l-Viċi Prim Ministru japprova dan l-iżvilupp tant mistenni mill-familji li jgħixu fil-qasam imsemmi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Viċi Prim Ministru): Ma jirriżultax li l- Awtorita` tad-Djar irċievet xi applikazzjoni għall-istallar ta' lifts fil- lokalita` ta' Mlit fil-Mosta.", "UNJONI EWROPEA", "30029.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-539 special safeguard provisions for agricultural produce li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mal-WTO sabiex tipproċedi l-biedja tal-popli tal-pajjiżi membri?", "Il-Ministru ma jħossx li fid-dawl ta' dan, ma jagħmilx sens li pajjiżna jneħħi l-ftit protezzjoni li għandu sabiex jiproteġi lis-settur tal-biedja tal-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kif l-Onor.", "Interpellant ġie nfurmat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 30012 b'riferenza għall-ewwel parti tal- mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant jista' jivverifika kull informazzjoni dwar din il-materja fuq il-website ta' l-Unjoni Ewropea jew billi jagħmel użu mis-servizz taċ-Ċentru Informazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "B'riferenza għat-tieni mistoqsija, nassigurah li kulma qed isir hu fl- interess tal-vijabbilta` sostenibbli tas-settur.", "Hu permezz ta' hekk li d- dħul tal-bdiewa u l-mestjier innifsu jkunu tabilħaqq imħarsa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, apparti mill-fatt li l-Ministru bagħatni nfittex fil-website ta' l-Unjoni Ewropea, fir-rapporti li ġew sottometti fir-rigward ta' dak li għamel l-istitut agronomiku ta' Bari m'hemm l-ebda riferenza għall-impatt li se jikkawżaw is-87 tariff quota li għalihom għamilt riferenza dalgħodu u dwar dawn l-ispecial safeguard provisions for agricultural produce li minnhom hemm 539.", "Jista' għalhekk il-Ministru jgħidilna jekk sarx rapport biex il-gvern ikun jaf x'inhu l- impatt kemm tat-tariff quotas kif ukoll ta' l-ispecial safeguard provisions li l-Unjoni Ewropea għandha rreġistrati mal-WTO?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, biex inkomplu fejn ħallejna dalgħodu ngħid li lill-Unjoni Ewropea rridu nqisuha bħala block ta' pajjiżi li qegħdin f'għaqda.", "Kull pajjiż li ngħaqad ma' l-Unjoni Ewropea qalilha bil- ħtieġijiet speċifiċi tiegħu, jiġifieri jekk, per eżempju, nieħdu s-settur tal-provvista tal-laħam tal-ħaruf u tal-muntun – li jissemma hawnhekk diversi drabi – wieħed jara li fl-Unjoni Ewropea hemm kwota ta' importazzjoni ta' ħaruf u tal-muntun li titla' għal ċertu ammont ta' tunellati.", "Dan l-ammont diġa` huwa mqassam bejn il-membri ta' l-Unjoni Ewropea; hemm pajjiżi li jieħdu \"tant\" u pajjiżi oħra li jieħdu \"tant\" ieħor.", "Aħna nimpurtaw \"tant\" tunellati ta' ħaruf u muntun kull sena u allura fin- negozjati l-Unjoni Ewropea żżid il-kwota żgħira tagħna mal-kwota eżistenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ladarba nsiru membri sħaħ, il-kwota ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-provvista tal-ħaruf tiżdied sia għax ikun hemm it- talba ta' pajjiżna li nżidu bi ftit, u jista' jkun li tiżdied ukoll minħabba t-talbiet li għamlu l-pajjiżi l-oħra kandidati li wkoll jinsabu fil-mixja li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Allura tiġi stabbilita kwota ġdida li tidħol fl-Unjoni Ewropea u kemm-il darba tinqabeż dik il-kwota kull ammont li jidħol f'dan il-block ġdid ta' l-Unjoni Ewropea tibda tħallas ċertu ammont ta' levy.", "Ovvjament issa aħna rridu nitkellmu fuq żewġ sensi ta' clubs.", "Ladarba nkunu fil-club ta' l-Unjoni Ewropea rridu nneħħu l-levies bħalma l-membri ta' l-Unjoni Ewropea neħħew il-levies ta' bejniethom.", "Jiġifieri ladarba nsiru club wieħed bejna u bejn l-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm iżjed protezzjoni u allura fin-negozju kollu li jsir bejn il-pajjiżi kollha ta' l- Unjoni Ewropea, il-levies iridu jiġu mneħħija kemm jista' jkun malajr.", "Ovvjament l-Unjoni Ewropea, bħala block, ikollha dawk il-levies li fil- preżent Malta għandha ma' pajjiżi oħra.", "Melta l-Unjoni Ewropea tinnegozja ma' l-Awstralja, mas-South America, ma' l-Afrika, mal-Kanada, mal-Ġappun u mal-United States of America xorta hemm il-protezzjoni allavolja din biż- żmien trid titneħħa wkoll.", "Jiġifieri, kif kont qed ngħid, fejn aħna storikament konna nimportaw ċertu ammont ta' prodotti - semmejt il-ħaruf għaliex dan huwa prodott li ssemma diversi drabi hawnhekk u kienu qalulna li kemm-il darba aħna nidħlu fl- Unjoni Ewropea l-prezz tiegħu se jiżdied għal ħames darbiet, li m'hu minnu xejn - ...", "Dalgħodu għamilna nofs siegħa nitkellmu fuq il-ħaruf, il-muntun, in-ngħaġ u ma nafx x'ma semmejniex u ma kellix iċ-ċans nispjega eżatt is- sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Għamiltlek il-workings kollha fuq il- Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Le, dalgħodu m'għamilthielux bħal fil-forn, dalgħodu ppreżentajt biss il-workings kif jinħadem.", "Aħna hawnhekk u anke fuq il-mezzi tax-xandir għamilna żmien nisimgħu lil ta' l- oppożizzjoni jgħidulna li l-prezz tal-ħaruf se jogħla b'ħames darbiet.", "Dan m'hu minnu xejn.", "Fuq il-workings li għamilna, il-prezz tal-ħaruf jekk illum jiswa Lm1 se jiġi jiswa Lm1.10 u mhux Lm5 bħalma tallega l-oppożizzjoni.", "Hawnhekk fuq il-Mejda tal-Kamra poġġejt għal darba, tnejn, tlieta l-workings u għamiltha b'font 18 u bold ħalli tintgħaraf; anke jien li ma tantx nara wkoll naraha.", "Dawn il-workings juru li hija gidba meta nisimgħu li l-prezz tal-ħaruf se jogħla b'ħames darbiet u se jiġi jiswa Lm5.", "Barra minn hekk wieħed ma jridx iqis keffa ta' miżien wieħed biss imma jrid iqis iż-żewġ kefef.", "Jien ma rridx ngħid u qatt m'għedt li bi dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kollox se jorħos; ikollok oġġetti li jistgħu jogħlew ftit imma mbagħad hemm l-għajnuna li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-pajjiżi li jkunu għadhom kif qegħdin jissieħbu ħalli dawn itejbu l-operat tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Il-Greċja kienet kontra l-Unjoni Ewropea imma llum kulħadd jgħid li mn'Alla kienet l-Unjoni Ewropea għalihom.", "U bħall-Greċja kien hemm Spanja, il-Portugall u l-Irlanda li kollha kienu pajjiżi inqas żviluppati minna u llum kollha mxew 'il quddiem.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea jista' jkun hemm xi affarijiet li jogħlew u jkun hemm oħrajn li joħrsu, pero` meta nħarsu lejn il-GDP per capita ta' pajjiżna naraw li din hija ta' 52 meta mqabbla ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea li hija 100.", "Għalhekk aħna klassifikati taħt dak li jissejjaħ objective one u dan waħdu jindika li pajjiżna jkun eliġibbli biex jibbenefika mill-ammont ta' finanzi u permezz ta' din l- għajnuna finanzjarja pajjiżna jkun jista' jagħmel l-istrutturar neċessarju ħalli niġu nilagħbu u nikkompetu on the same level playingfield u dan ikompli jseħħ sakemm aħna nilħqu l-istess livell ta' għajxien u ta' produzzjoni bħalma jeżistu fil-pajjiżi li huma diġa` msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, il-Ministru waqt li kien qed jagħti t- tweġiba tiegħu lill-Onor.", "Farrugia, il-Ministru semma l-importazzjoni tal- laħam.", "Xtaqt nistaqsih jekk, looking back, huwiex sodisfatt bil-passi li ħa d-dipartiment tal-veterinarju u anke d-dipartiment ta' l-agrikoltura biex kemm jista' jkun il-marda tal-madcow li ħakmet diversi pajjiżi Ewropej inżammet 'il bogħod mix-xtut tagħna u jekk l-importazzjoni tal-laħam issa ġietx lura għan-normal.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, irrid infakkar li jien u sieħbi l-Onor.", "Louis Deguara flimkien ma' żewġ membri ta' l-oppożizzjoni għamilna seduta sħiħa niddiskutu u niddibattu l-ġenn li ħakem lill-baqra barranija qisna professuri.", "Bi pjaċir ngħid li bil-miżuri kollha li ħa s-servizz veterinarju ta' pajjiżna u d-dipartiment ta' l-agrikoltura, il-marda tal- BSE ma daħlitx ġewwa pajjiżna.", "L-istess jista' jingħad għall-foot and mouth disease.", "Irrid ngħid li għadna qed nieħdu l-prekawzjonijiet kollha u għadna qed nagħmlu dak kollu teknikament possibbli biex nassiguraw li dan it-tip ta' mard ma jidħolx fil-merħliet tagħna.", "Bħalma ġara f'pajjiżi oħra, b'mod partikolari dawk ta' l-Ewropa, għall-bidu f'pajjiżna kellna kriżi fid-domanda għal-laħam b'mod partikolari taċ-ċanga.", "U rrid infakkar hawnhekk li kien membru ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Leo Brincat, li kien ħareġ bl-għajta li kien daħal xi container minn Franza u li kien ġej minn xi reġjun li fil-viċin kien hemm il-marda tal-BSE.", "U bl- istqarrija li kien ħareġ dan il-ħabib tagħna mill-oppożizzjoni, liema stqarrija ma kenitx ġiet issostanzjata, in-nies kienu twerwru u ġġennu u l- konsum taċ-ċanga waqa' f'daqqa waħda.", "Din l-għajta falza serviet biss biex inkissru lill-industrija.", "Mhux sewwa li jkun hawn min jiġi hawnhekk u għax mingħalih għandu l-immunita` tal-parlament jgħid li jrid, iwerwer lil kulħadd u jkisser in-negozju ta' kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Minħabba din l-istqarrija rresponsabbli ġara li s-settur taċ-ċanga kellu jgħaddi minn żmien ta' tbatija bla bżonn għax wara li ġiet ivverifikata kull kunsinna li daħlet f'pajjiżna, ma rriżultax li daħal dan l-imbierek container ta' ċanga minn dan ir-reġjun fi Franza.", "Mr Speaker, għall-bidu li kellna din ix-xniegħa falza, distruttiva u li biex tagħmilha trid tkun verament irresponsabbli, il-konsum waqa', il-qatla fil-biċċerija bdiet nieżla u beda jinġema' l-laħam fl-irziezet għax jekk ma jkollokx domanda m'intix se toqtol u allura r-raħħal kellu joħroġ iżjed spejjeż biex jitma' lill-bhejjem tiegħu fir-razzett, bir-riżultat li r- raħħala kellhom ibatu l-konsegwenzi finanzjarji wkoll.", "Ħadna l-miżuri kollha u għamilna u għadna qed nagħmlu t-testijiet fuq iċ- ċanga maqtula - l-ewwel bdejna fuq iċ-ċanga iżjed minn 18-il xahar imbagħad tellajnieha għaċ-ċanga kollha maqtula - biex ikun ivverifikat li ċ-ċanga kollha li toħroġ għall-konsum hija disease free.", "Nista' ngħid li llum il- qatla taċ-ċanga reġgħet bdiet tirkupra, qiegħda tiżdied u s-sitwazzjoni reġgħet ġiet għan-normal.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' karti u nsejjaħ lill-Ministru tas-Saħħa.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): F'isem il-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 299 ta' l-2001 - Regolamenti Ekonomiċi ta' l- Ajruport ta' l-2001; u", "Avviż Legali Nru 300 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 dwar l- Assenjar ta' Slots fl-Ajruport.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, president tal-Kumitati jippresjedi", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-mozzjoni Nru. 258 tas-26 ta' Novembru 2001 l-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Nistieden lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Chairman, inressaq dawn il-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 17 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 33,879,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Ministeru ta' l-Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT 18 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 49,266,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT 19 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 687,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT 20 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,320,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Mużewijiet, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT 21 - ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,067,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Żgħażagħ u Sport, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT 22 - KULTURA U ARTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,386,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Kultura u Arti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT III - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,775,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l-Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, min-naħa ta' l-oppożizzjoni se nipproponi din l-emenda:", "VOT 17", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm26,919\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm26,908\".", "Delete the figure \"Lm26,919\" and substitute therefor the figure \"Lm26,908\".", "Mr Chairman, is-sena li għaddiet kont spiċċajt id-diskors tiegħi billi għedt li l-budget għas-sena li qegħdin fiha kien biss accounting exercise biex il-gvern iqabbel in-numri u juri sitwazzjoni tajba.", "Kien budget li ma kien joffri l-ebda inizjattiva, soluzzjoni jew direzzjoni għall-problemi li ż-żgħażagħ qed iħabbtu wiċċhom magħhom.", "Bażikament din is-sena nista' nerġa' ngħid l-istess ħaġa għax għal darb'oħra dan huwa budget mibni fuq il- gideb u fuq it-tagħwiġ tal-figuri biex nidhru sbieħ iżda mbagħad ma nsibu l- ebda inizjattiva serja jew dak il-wens li tant hu meħtieġ b'mod partikolari għal min jinsab f'xi problema.", "Mr Chairman, f'dan il-budget qed jintuża s-slogan li ilna nisimgħu bih min- naħa tal-gvern Nazzjonalista li rridu nsaħħu lil pajjiżna.", "Permezz ta' dan is-slogan il-gvern Nazzjonalista qed jammetti li fl-aħħar mill-aħħar pajjiżna għandu l-problemi u allura għandu bżonn li jissaħħaħ pero' mbagħad fl-istess ħin m'hu qed joffri l-ebda soluzzjoni serja.", "Mr. Speaker, hija ħaġa ċerta li ż-żgħażagħ m'humiex qed jiġu meqjusa bħala parti minn pajjiżna u se nispjega għaliex.", "L-ewwelnett id-diskors tal- budget innifsu fih 59 paġna imma fih ma saret l-ebda riferenza għaż- żgħażagħ.", "Fil-fatt dan il-gvern nesa kompletament liż-żgħażagħ f'dan il- budget.", "Lil dawn jiftakar fihom biss meta jiġi biex jużahom fil-propaganda li jagħmel minħabba l-ossessjoni tiegħu li kemm jista' jkun malajr u akkost ta' kollox insiru membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Jiftakar fihom ukoll meta jiġi biex jiġbor iktar taxxi bħalma se jagħmel is-sena d-dieħla fejn se jiġbor iktar taxxi mingħand min diġa` ilu jħallas minflok ma jiġborhom mingħand dawk li qed jevadu.", "Dan il-punt ħareġ anke f'diskorsi oħrajn li saru minn sħabi.", "Aħna naqblu li għandhom jinġabru t-taxxi pero' dan għandu jsir mingħand kulħadd.", "Fil-preżent dan m'huwiex il-każ għax id-dħul tal- gvern se jiżdied mit-taxxi li se jkomplu jħallsu dawk li ilhom iħallsu.", "Mr. Chairman, tajjeb li jingħad ukoll li dan il-gvern ftakar ukoll fl- istudenti żgħażagħ ftit qabel il-budget meta kiesaħ u biered għolla t- tariffi ta' l-eżamijiet tal-Matsec permezz ta' l-avviż legali Nru. 260.", "Dan għamlu għax tajjeb ngħidu li ma' dan il-gvern ikollna budget is-sena kollha għax minn ħin għal ieħor tistenna li tfaqqa xi taxxa.", "Qabel l- elezzjoni ta' l-1998 kienu tqassmu siltiet mill-programm elettorali tal- Partit Nazzjonalista bit-titlu \"B'għażla waħda tirbaħ 21 darba\".", "Naħseb aħjar intitolawh \"B'għażla waħda tirbaħ 250 taxxa\".", "Fost ħafna punti oħrajn hemm punt 15 li għandu x'jaqsam maż-żgħażagħ.", "Hawnhekk insibu hekk:", "\"Iż-żgħażagħ ikollhom posthom fil-gvern\"", "Illum jiena nistaqsi: X'inhu l-post taż-żgħażagħ fil-gvern fil-preżent( Hawnhekk mhux qed nirriferi għall-membri tal-Kabinett imma għal żgħażagħ li jkunu fuq bordijiet biex jieħdu deċiżjonijiet minn perspettiva żagħżugħa.", "Dan qed ngħidu għax jirriżulta li fi 11-il ministeru - tlieta minnhom ma pprovdewx l-informazzjoni mitluba - jirriżulta li hemm 1,253 persuna li jinsabu fuq bordijiet, awtoritajiet jew kummissjonijiet, u minn dawn 54 persuna biss huma taħt l-eta` ta' 29 sena.", "Dan ifisser li 4.3% biss tal- membri qed jirrappreżentaw liż-żgħażagħ fuq bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet.", "Dan huwa ferm 'il bogħod minn dak imwiegħed fl-aħħar elezzjoni li għaddiet.", "Mhux ta' b'xejn li l-gvern huwa maqtugħ minn dak li qed iħossu ż-żgħażagħ.", "Nixtieq nikkwota silta oħra minn dan il-manifest elettorali mqassar.", "Dan se nagħmlu għax issa deħlin fir-raba' sena tal-gvern Nazzjonalista u allura suppost ħafna mill-wegħdiet tiegħu diġa` huma mwettqa.", "Punt sitta jsemmi t- turiżmu, u jgħid hekk:", "\"It-turiżmu jitqajjem mill-qagħda mwiegħra li waqa' fiha minħabba l- inċertezza tal-politika u t-traskuraġni fit-taħriġ taż-żgħażagħ f'dan il-qasam.\"", "Minn tant punti t-turiżmu ġew isemmu, qasam li bħalissa għaddej minn diffikultajiet serji.", "Hawnhekk ta' min igħid li minn 425 żagħżugħ u żagħżugħa li applikaw għall-istudji turistiċi fl-ITS ġew aċċettati 213 biss.", "Naħseb li din hija wegħda oħra li ma żammx il-gvern Nazzjonalista.", "Dan biex ma nsemmix it-theddid fuq il-postijiet ta' xogħol fil-qasam tat- turiżmu minħabba ħaddiema barranin li qed jiġu jaħdmu f'pajjiżna għal ftit taż-żmien.", "Ċertament dan kollu għandu impatt fuq iż-żgħażagħ għax l- opportunitajiet f'dan il-qasam dejjem qed jonqsu.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar iż-żgħażagħ vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "Ħafna drabi l-membri tal-gvern jgħidu li l-Unjoni Ewropea hija dik l-art imwegħda li se ssolvielna l-problemi kollha.", "Jgħid ukoll li jekk ma nsirux membri sħaħ se ninqatgħu waħedna u l-problemi li għandna mhux se nsolvuhom għax aħna m'aħniex kapaċi.", "Bla tlaqlieq jien ngħid - u dan jgħidu wkoll il- Partit Laburista - li fl-Unjoni Ewropea hemm il-pożittiv u dak li hu tajjeb u jgħodd għaċ-ċirkostanzi tagħna għandna nagħmluh tagħna.", "Dan qed ngħidu għax il-problemi li għandu pajjiżna rridu nkunu aħna li nsolvuhom bil- ħiliet u l-kapaċitajiet tagħna li m'huwiex ftit.", "Hekk nemmnu tal-Partit Laburista.", "Il-politika tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' politika barranija hija mibnija l-ewwel u qabel kollox fuq x'jaqbel lill-poplu Malti u mhux x'jinteressa lil ħaddieħor.", "Il-Partit Nazzjonalista bena l- propaganda tiegħu fuq l-Unjoni Ewropea u fuq il-fondi kbar li se jiġu mill- Unjoni Ewropea u fost affarijiet oħra qal li dawn se jsolvulna l-problemi.", "Qabel l-aħħar elezzjoni kienu qalu li se jiġu Lm100 miljun fis-sena.", "Inutli nistaqsu x'sar minnhom dawn il-flus għax it-tweġiba ma tasal qatt.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix il-programmi edukattivi u vokazzjonali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Laburista jaqbel ma' dawn il-programmi.", "Hawnhekk ta' min igħid li għall-kuntrarju ta' x'jgħidu xi wħud, anke bil- politika tagħna ta' Malta, Svizzera fil-Mediterran nkunu nistgħu nipparteċipaw fihom.", "Qabel l-aħħar elezzjoni u snin qabel kienu jgħidulna li l-parteċipazzjoni tagħna f'dawn il-programmi se tkun b'xejn, imbagħad smajna lill-Ministru tal-Finanzi jgħidilna li xejn m'hu b'xejn.", "Fuq dan naqbel miegħu u ta' min isemmi li dan japplika anke fil-każ ta' dawn il- programmi.", "F'każ ta' sħubija sħiħa pajjiżna wkoll ikun qed jikkontribwixxi permezz ta' taxxi u permezz ta' ħlasijiet.", "Dan qed ngħidu għax jekk wieħed jara l-annual report tal-European Union Programme Unit, il-EUPU, paġna 14 fuq l-allokazzjoni tal-fondi wieħed isib li għal tliet programmi li huma Leonardo, Socrates u l-Youth it-total biex pajjiżna seta' jipparteċipa fihom kien ta' Lm1,575,000, li minnhom Malta ħallset Lm1,215,000 filwaqt li l-Unjoni Ewropea kkontribwiet bi Lm360,000.", "Dan ifisser li pajjiżna ħallas iktar minn 77% u l-Unjoni Ewropea ħallset ftit inqas minn 23% u allura l- argument li dawn se nipparteċipaw fihom b'xejn bħala pajjiż applikant jew membru ma jreġix.", "Mr Chairman, tajjeb li wieħed jgħid li għall-fifth framework programme il- fondi kollha ġew ipprovduti mit-taxxi li nħallsu aħna bħala ċittadini.", "Tajjeb wieħed jiġbed ftit l-attenzjoni wkoll għal dak li hemm miktub fl- introduzzjoni, li assolutament tinjora l-progress li kien sar anke bejn l- 1996 u l-1998 f'dan il-qasam.", "Nixtieq insemmi dan għax l-ewwelnett ikun tajjeb li nagħtu l-mertu lil min ħaqqu u t-tieni biex nuri li min jgħid li ma sar xejn f'dawk is-sentejn ikun qed jiżbalja u jqarraq.", "Kif nafu, l-istruttura ta' Socrates office twaqfet bis-serjeta` f'dak il-perijodu u saret ħidma tajba ħafna min-nies kollha li jaħdmu f'dak l-uffiċċju u anke ġie mħarreġ staff apposta biex pajjiżna seta' jipparteċipa b'mod serju f'dawn il-programmi.", "Jekk m'inix sejjer żball is-Socrates kien l-ewwel programm li pajjiżna seta' jipparteċipa fih.", "Ħaġa oħra li nsibu fl-istess annual report tas-sena 2001 hija li s- sitwazzjoni finanzjarja fil-każ ta' dawn il-programmi, jiġifieri li pajjiżna jikkontribwixxi iktar minn 77% tal-fondi, għandha tibqa' sejra hekk għal ħames snin sħaħ.", "Mill-banda l-oħra meta wieħed jara l-estimi paġna 118 isib li l-vot ta' l-NPAA żdied b'Lm665,000.", "Hawnhekk jiena ngħid li ta' min il-ministru jew is-segretarju parlamentari jwieġbu ftit fejn sejrin dan il-fondi li nsibu taħt il-vot ta' l-NPAA.", "Dawn se jmorru kollha għal programmi edukattivi u ta' taħriġ ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kif se jinqasmu bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?", "Dan qed ngħidu għax fil-footnotes l-affarijiet m'humiex daqshekk ċari u ta' min jispjega ftit fuq il-figura kif se tinfirex.", "Insomma, jkunu x'ikunu l-figuri jibqa' l-fatt li Malta se terġa' toħroġ kontribut qawwi għall-kuntrarju ta' dak li kienu jgħidu qabel.", "Niġi issa għaż-żgħażagħ u għall-qasam tax-xogħol.", "Fil-fatt qabel l-aħħar elezzjoni smajna ħafna biki u dmugħ tal-kukudrilli fuq l-ammont ta' żgħażagħ taħt it-30 sena li ma jaħdmux.", "Jiena wkoll se nikkwota s-silta li kkwota l-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar l-Erbgħa li għaddew fejn il-kap tal- Partit Nazzjonalista kien kiteb hekk liż-żgħażagħ:", "\"Wieħed mill-ikbar dispjaċiri li ġabilna l-gvern ta' Alfred Sant huwa li 40% tan-nies li jirreġistraw għax-xogħol huma żgħażagħ taħt it-30 sena, li m'hemmx dubju li għandhom il-ħila u r-rieda li jaħdmu kieku jsibu x-xogħol.\"", "Is-sena li għaddiet qalulna li l-budget ta' l-ETC żdied biex isir xi ħaġa fost iż-żgħażagħ ġaladarba l-qgħad fost ż-żgħażagħ baqa' għoli.", "Illum x'inhi s-sitwazzjoni( Illum wieħed jista' jikkwota ċifri ta' youth unemployment li huma agħar minn dak li kien qalilna l-prim ministru tal- lum.", "Il-labour force survey ta' Ġunju 2001 qed isemmi li l-qgħad fost iż- żgħażagħ bejn 15-il sena u 24 sena jlaħħaq kważi 59% ta' dawk li qed jirreġistraw u allura naħseb li s-sitwazzjoni fil-qasam tax-xogħol rigward żgħażagħ illum hija iktar preokkupanti milli qatt kienet.", "Barra li naraw iċ-ċifri tal-qgħad tajjeb li naraw kemm qed ikun iktar faċli għaż-żgħażagħ jew le li jsibu xogħol kemm jista' jkun malajr.", "Jirriżulta li llum qed idumu iktar ġimgħat biex isibu x-xogħol.", "Naħseb li dan jista' jkun minħabba diversi fatturi u jiena se nsemmi tnejn minnhom minħabba li l- ħin huwa ristrett.", "Waħda minnhom tista' tkun in-nuqqas ta' opportunitajiet li mhux ta' min jittraskuraha għax hija realta`.", "Il-problema l-oħra, li wkoll hija problema serja u ta' min jeħodha bis-serjeta` mill-iktar fis possibbli, hija dik ta' l-employability, jiġifieri jkollok żgħażagħ li minħabba problemi fl-edukazzjoni tagħhom, minħabba li ma jkollhomx l-għodda neċessarji għaż-żmenijiet tal-lum qed jispiċċaw ma jkunux jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-fatt jirriżulta li iktar minn 62% taż-żgħażagħ li jirreġistraw għax-xogħol qed jirreġistraw għall-iktar xogħlijiet elementari.", "Għalkemm ċertament dawn it-tip ta' xogħlijiet huma bżonnjużi pero' huwa fatt li dawn ix-xogħlijiet naqsu.", "Saħansitra qed ikun hemm nies li għandhom il-kwalifiki li qed jieħdu dawn ix-xogħlijiet ukoll.", "Minn hawn toħroġ l-importanza li jingħata taħriġ lil dawn iż-żgħażagħ.", "Mr Chairman, min-naħa tal-Partit Nazzjonalista nisimgħu ħafna fuq l- opportunitajiet kbar li dawn iż-żgħażagħ ikollhom bi sħubija sħiħa.", "Jingħad li dawn ikunu jistgħu jmorru jaħdmu barra minn Malta u jiena nistaqsi: X'opportunitjaiet jista' jkolhom dawn iż-żgħażagħ li għandhom diffikultajiet serji biex isibu xogħol f'pajjiżna llum minħabba n-nuqqas ta' ħiliet neċessarji ( Tajjeb li nerġa' nisħaq fuq l-importanza li jerġgħu jingħataw ċans ieħor u jingħataw it-taħriġ neċesarju ħalli l-futur tagħhom ma jkunx mhedded.", "Dan barra l-fatt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ fl- istess Unjoni Ewropea huwa wieħed għoli partikolarmment f'pajjiżi u f'żoni li huma qrib tagħna.", "Biżżejjed wieħed isemmi Sqallija u anke Calabria biex jinduna bil-problemi ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'pajjiżi membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Fil-bidu jiena għalhekk għedt li hija ħasra li dan il- budget ma jsemmi xejn fuq iż-żgħażagħ.", "Dan il-budget mhux qed jipproponi inċentivi biex żgħażagħ bla xogħol għada pitgħada jkunu jistgħu jidħlu fid- dinja tax-xogħol.", "Meta aħna konna fil-gvern konna qegħdin nipproponu li parti mid-dħul mill-privatizzazzjoni jmur biex ikun hemm inċentivi favur iż- żgħażagħ pero` bħas-soltu, dan il-gvern jagħmel ħafna wegħdiet u ħafna diskors sabiħ qabel l-elezzjoni pero` wara jinsa kollox.", "Wegħda oħra kienet fuq il-kura taż-żgħażagħ.", "Din kienet wegħda 170 fejn qalulna li tinħoloq taqsima ġdida għall-kura taż-żgħażagħ.", "Qabel l- elezzjoni wieħed kien jaħseb li dawn għandhom il-pjanijiet kolha lesti imbagħad meta tagħmel il-mistoqsijiet parlamentari dwar fejn wasalna ssib li għad m'hemm xejn konkret.", "Il-qasam tal-housing ukoll huwa qasam li ċertament jinteressa ħafna liż- żgħażagħ u hija uġiegħ ta' ras kbira għal dawk li qed ifittxu akkomodazzjoni speċjalment meta jiġu biex jieħdu l-istat tagħhom.", "Hawnhekk spiċċajna li minkejja d-diskors kollu li jingħad, il-housing authority stess spiċċat spekulatur u qed tikkompeti ma' prezzijiet għolja oħra li nsibu fis-settur privat.", "Dan barra l-fatt li fl-istudju li sar mill-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ ma sibna xejn dwar din il-problema.", "Għal dak ir- rapport intefqu Lm3,000 biex suppost jgħidulna x'ikun l-impatt ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea imma minflok, sibna elenku ta' dak li huwa magħruf diġa`.", "F'dan l-istess rapport ma nsibu l-ebda riferenza għal x'impatt jista' jkollha sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea fuq il-prezzijiet ta' l-art.", "F'dan il-każ iż-żgħażagħ se jkollhom jikompetu ma' persuni oħrajn.", "Minħabba f'hekk il-prezzijiet se jogħlew u iktar ma jkunux reachable għal dawn iż- żgħażagħ.", "Wegħda oħra ta' qabel l-aħħar elezzjoni kienet li partit nazzjonalista fil- gvern ikattar l-għajnuna lill-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Hawnhekk ta' min igħid li dan il-vot baqa' l-istess, jiġifieri Lm6,000, anke għas- sena d-dieħla.", "Minn banda ħadt ir-ruħ għax għallinqas serraħt rasi li l- kunsill ma jistax iberbaq il-flus f'xi rapport ieħor bħal dak li semmejt.", "Mr Chairman, naħseb li hawnhekk ta' min joqgħod ftit attent dwar x'qed jiġri u x'inhu għaddej rigward problemi soċjali fost iż-żgħażagħ.", "Rigward iż-żgħażagħ la għandna nagħlqu għajnejna u lanqas naħarbu mir- responsabbiltajiet.", "Dan l-appell qed nagħmlu mhux għan-naħa tal-gvern biss imma għal kulħadd inkluż in-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Aħna għandna nħarsu mill-qrib u nipprovaw noħorġu b'ideat ġodda dwar kif nistgħu ngħinu liż- żgħażagħ li għandhom problemi soċjali.", "M'għandix il-ħin noqgħod nikkwota mid-diskors li għamel Mons. Victor Grech bħala direttur tal-Caritas meta kien tkellem f'konferenza nazzjonali organizzata mill-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ pero` ta' min insemmi l-aktar sentenza li ġibditli l- attenzjoni.", "Dan qal li forsi qatt daqs illum iż-żgħażagħ ma ħassewhom waħedhom jixxejru mar-riħ.", "Dan minħabba diversi problemi li semmejt.", "Jiena naħseb li dan l-appell ta' Mons. Victor Grech għandna nagħmluh tagħna bħala parlament.", "Fil-ħin li fadalli nixtieq nitkellem daqsxejn fuq l-isport.", "Jien nixtieq nagħmel mistoqsijiet serji dwar kif jiġu deċiżi l-għajnuniet li jingħataw.", "F'dan il-każ jidher li la hemm trasparenza u lanqas konsultazzjoni ma' min verament għandu jiġi konsultat dwar l-għajnuniet li jingħataw mill-budget rikorrenti ta' l-isport.", "Nixtieq insemmi żewġ eżempji żgħar biex nuri n- nuqqas ta' trasparenza u konsultazzjoni u biex nuri wkoll kemm huma żbaljati l-prijoritajiet.", "Għandna l-każ ta' Pawlu Mifsud, li ċertament m'għandu l-ebda introduzzjoni fost l-isportivi Maltin, li ma ngħatax għajnuna biex jipparteċipa f'kampjunati tad-dinja u mbagħad per eżempju jkollok min jieħu Lm5,000 minn tliet ministeri differenti, mill-ministeru tat-trasport, mill-ministeru tat-turiżmu u mill-ministeru ta' l-isport innifsu.", "Wieħed bilfors jistaqsi dwar xi kriterji jintużaw biex jiġu deċiżi dawn l-affarijiet.", "Per eżempju jkollok clubs li jkunu ngħataw l-art jieħdu għajnuna finanzjarja imbagħad clubs oħrajn jiċħdulhom din it-talba għax igħidulhom li huma jkunu ħadu għajnuna ta' art bħala ċens jew kera.", "Huwa tajjeb li tingħata din it-tip ta' għajnuna imma mbagħad m'għandniex nużaw two weights and two measures.", "Nixtieq nitkellem ftit ukoll fuq il-vot kapitali.", "Jidher li bejn il-flus ivvutati u d-diskors li kien ingħad qabel l-elezzjoni u li għadu qed jingħad s'issa hemm differenza kbira.", "Fil-manifest elettorali paġna 12 wegħda Nru. 77, jingħad li 1% tan-nefqa tal-gvern tkun fuq l-isport.", "Mill- banda l-oħra l-ispiża kapitali kollha għas-sena 2002 hija ta' Lm95 miljun u l-ispiża kapitali għall-isport hija ta' Lm500,000.", "Vera li kien hemm żieda ta' Lm200,000 fuq din is-sena, pero' din xorta' tibqa' 0.52% ta' l-ispiża totali tal-gvern li hi ferm 'il bogħod mill-1% li kien imwiegħed.", "Sur President, jissemmew ukoll ħafna proġetti u jiena nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-kumpless sportiv tal-Kottonera.", "Mill-istimi li saru u mid-diskors li jingħad jidher li dan il-kumpless sportiv se jiġi jiswa bejn Lm2.5 miljun u Lm3 miljun.", "Jien nixtieq li forsi s-segretarju parlamentari jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja dettaljata u aġġornata ta' l-istimi tal- proġetti kapitali, mhux biss tal-Kottonera imma anke ta' proġetti oħrajn minħabba li ħafna drabi jissemmew diversi figuri – u dan anke f'diskors li jagħmel is-segretarju parlamentari stess - li jkunu differenti.", "F'dan il- każ qisu ħadd ma jaf fejn qiegħed fil-vot kapitali fuq dan il-proġett partikolari.", "Nixtieq li jitpoġġew ukoll stimi u proġettazzjonijiet fuq il- proġetti l-oħra bħal ta' l-universita', tat-track tal-Marsa, ix-xogħol tal- bini amministrattiv tal-Marsa u ż-żewġ kumplessi sportivi l-oħrajn.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar meta se jkunu lesti t-tliet ċentri sportivi mwiegħda fil-manifest elettorali.", "Nixtieq nistaqsi jekk hux veru jew le li kien ippjanat li t-tielet ċentru kien se jinfetaħ u jiġi wżat sa nofs is-sena 2002.", "Dan qed nistaqsih għax kien hemm rapport, li mid-dehra kien sar mis- segretarju parlamentari, fejn kien hemm xi proposti li t-tielet ċentru jinfetaħ proprju f'nofs is-sena 2002, pero' s'issa jidher li dak tal- Kottonera biss se jiġi awgurat għas-sena 2003.", "Hemm ukoll il-mistoqsija dwar jekk hux se jkun hemm fondi mil-lotteriji għall-isport.", "Tajjeb li nsemmi li l-isport ġie mdaħħal fl-att li għaddejna minn dan il-parlament fuq il-lotteriji grazzi għall-emendi li proponiet l- oppożizzjoni, għaliex kieku konna nibqgħu għaddejjin b'li kien hemm.", "Nixtieq inkun naf ukoll x'kienet it-talba li saret min-naħa tal-ministeru dwar il-fondi kapitali.", "Qed ngħid dan, Sur President, għaliex l-affarijiet ma jistgħux isiru bis-serjeta' jekk wieħed jitkellem fuq ħafna proġetti pero' mbagħad ma jkollux il-fondi neċessarji biex jaħdem.", "Bħala persuna li għandi għall-qalbi l-isport jien ngħir ħafna għal dak li ġara rigward l-MIC li għadu jitwieled proprju f'dawn l-aħħar snin.", "Qed ngħid dan għax il-vot ta' l-MIC żdied b'Lm600,000, jiġifieri għal Lm900,000.", "Din hija żieda ta' 200% fuq din is-sena pero' fil-każ ta' l-isport dan jibqa' jiddependi fuq il-ħniena ta' x'jista' jinqala' matul is-sena.", "Jien naħseb li l-isportivi matul is-sena ġustament jilmentaw fuq kemm hu meħtieġ li jiġu vvotati aktar fondi għall-isport.", "Nixtieq nagħmel ukoll żewġ punti żgħar dwar Għawdex, Mr Chairman.", "Anke għal Għawdex in-nefqa fuq l-isport naqset.", "Mir-rapporti li jasluli jien għandi dubju serju dwar kemm il-voti kapitali u rikorrenti fuq l-isport ġewwa Għawdex jiġu minfuqa.", "Jien nappella li l-affarijiet isiru b'iktar serjeta' għall-ġid ta' l-isport innifsu.", "Nixtieq li fl-aħħar tad-diskors tiegħi nsellem u nuri l-apprezzament tiegħi u tal-Partit Laburista lil tant u tant persuni li jaħdmu fil-qasam taż- żgħażagħ u anke fil-qasam ta' l-isport b'mod volontarju.", "Jien persważ li dan jagħmluh b'impenn, b'dedikazzjoni u b'ġenwinita' għax sinċerament jemmnu li jistgħu jagħtu kontribut lis-soċjeta'.", "F'dawn iż-żewġ oqsma taż- żgħażagħ u ta' l-isport hemm bżonn ta' inizjattiva ġdida fejn ikollna pjan ta' kif tassew nagħtu l-importanza meħtieġa lil dawn l-oqsma u l-Partit Laburista b'mod partikolari matul dawn l-aħħar sentejn ħadem fuq dokumenti li għaddihom lill-konferenza ġenerali.", "Dawn iż-żewġ dokumenti se jwassluna sabiex infasslu l-manifest elettorali tagħna għall-elezzjoni li ġejja.", "M'għandix dubju li wara l-elezzjoni li ġejja l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi, kif ukoll il-maġġoranza taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin se jagħtu mandat lill-Partit Laburista sabiex imexxi lil dan il-pajjiż fl-interess l- ewwel u qabel kollox tal-poplu Malti u mhux l-interess ta' xi ħadd ieħor.", "Il-partit tagħna għandu fiduċja sħiħa fil-kapaċitajiet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li dejjem aktar qed iħossu l-bżonn ta' inizjattiva, ta' opportunitajiet ġodda kif ukoll tal-wens.", "Dawn l-affarijiet jista' joffrihom biss il-Partit Laburista.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nibda billi nsellem lil wieħed mill- predeċessuri tagħna, lill-Avukat Ġuże` Cassar li għamel żmien ministru ta' l-edukazzjoni.", "Fiż-żmien qasir li għamel bħala ministru ta' l-edukazzjoni kellu tliet kisbiet importanti li jistgħu jiġu assoċjati miegħu fosthom il- ftuħ taċ-ċentri tal-kindergarten.", "Nafu kemm il-kindergarten huwa importanti.", "Riċerka kemm f'pajjiżna kif ukoll fid-dinja turi li t-tfal li jkollhom esperjenza pożittiva fil-kindergarten hemm ċans li jirnexxu ħafna u ħafna iżjed minn dawk li jibdew jaqgħu lura anke fl-eta' daqshekk żgħira.", "It-tieni kisba importanti ta' l-Avukat Ġużeie Cassar kienet li fi żmienu kien sar l-ewwel ftehim kollettiv li fih beda jiġi rikonoxxut l-għalliem gradwat, xi ħaġa li mbagħad baqgħet tissaħħaħ wara.", "Kien ta spinta wkoll biex il-formazzjoni professjonali ta' l-għalliema tagħmel it-transizzjoni meħtieġa biex mill-kulleġġ tibda tingħata mill-fakulta' universitarja.", "Dawn huma tliet kisbiet importanti ħafna, irridu naħdmu fuqhom u rridu nsaħħuhom għaliex is-suċċess edukattiv jiddependi ħafna u ħafna mill-ewwel snin tal-formazzjoni tat-tfal u jiddependi wkoll mill-għalliema kwalifikati.", "B'dan li qed ngħid bl-ebda mod ma rrid infisser li edukazzjoni universitarja tiggarantixxi formazzjoni professjonali ta' l-għalliema, għax wieħed irid jara wkoll il-kontentut u li jingħataw il-ħilijiet u s-snajja meħtieġa biex jgħallmu, imma ċertament pajjiżna għandu jkollu quddiemu l- mira li kull min jgħallem ikun gradwat.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti li dik il-formazzjoni tkun relevanti u effettiva għal dak li għandna bżonn nagħmlu.", "Dan li qed ngħid juri li l- Avukat Ġuże' Cassar huwa wieħed mill-ħafna ministri Laburisti li taw sehmhom biex tissaħħaħ l-edukazzjoni f'pajjiżna u anke biex jgħinu jagħmlu mill-Partit Laburista l-partit ta' l-edukazzjoni.", "Il-Partit Laburista huwa assoċjat ma' ħafna u ħafna kisbiet importanti fl-edukazzjoni u jwiegħed li jkompli jaħdem fil-passi tagħhom.", "Mr Chairman, ħames snin ilu kellna lil xi ħadd f'pajjiżna li meta kien jismagħna nitkellmu fuq il-problemi fis-sistema edukattiva kien jgħidilna biex ma nesaġerawx u li l-problema kienet ta' xi tieqa li ma tingħalaqx.", "Jien se ndur daqsxejn mas-sistema edukattiva biex nara jekk din it-tieqa ngħalqitx minn dak iż-żmien 'il hawn u jekk fil-fatt hemmx twieqi oħra li ma ngħalqux.", "Għadna kemm qbilna fuq kurrikulu nazzjonali li jagħraf li l-ambjent fiżiku ta' l-iskejjel għandu jkun fi stat strutturali tajjeb, milħuq minn kulħadd, nadif, spazjuż, arjuż, imdawwar dekor, mgħammar sew, meħlus minn kull periklu u mħares mill-elementi naturali.", "Dan il-kliem inkiteb tliet snin wara l-kliem li l-unika problema li hemm fl-iskejjel kienet xi tieqa li ma tingħalaqx.", "Altru minn tieqa waħda ma tingħalaqx.", "Fil-fatt x'ħin tlajna fl- 1996 b'dak il-kliem jidwi f'widnejna konna bgħatna team ta' periti fl- iskejjel biex isibu dik it-tieqa u jagħlquha.", "U sabu tieqa, u t-tieqa li sabu qalulna li tqum ma' l-Lm4 miljun immedjati biex tissewwa.", "Dawn kienu meħtieġa għal xogħlijiet urġenti biex neliminaw l-akbar periklu u l-akbar nuqqasijiet fil-bini ta' l-iskejjel.", "Altru minn tieqa ma tingħalaqx.", "Fis-sentejn li għamilna fil-gvern aħna bdejna nagħlqu dik it-tieqa.", "Għamilna ħafna xogħol, iżda kien għadu biss il-bidu.", "Issa anke l-gvern Nazzjonalista beda jagħraf xi bżonnijiet hemm.", "Biżżejjed wieħed jara r- rapport tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada li għamlet lista sħiħa tax- xogħlijiet kbar li jridu jsiru.", "Tant iridu jsiru xogħlijiet fil-bini ta' l- iskejjel li din il-fondazzjoni qed tgħidilna li għandha bżonn Lm60 miljun.", "S'intendi magħhom iridu jżidu d-Lm9 miljun oħra tal-VAT għaliex il-gvern, biex jobdi r-regoli ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea daħħal il-VAT fuq in- nefqa kapitali fl-edukazzjoni.", "Dan ifisser li qed jigdem 15% min-nefqa kapitali li ssir fuq l-iskejjel kollha.", "Issa ilna x-xhur u se nagħlqu sena bil-kampanja ta' propaganda fuq is-Lm60 miljun li għandu bżonn biex jiġu rranġati l-iskejjel.", "Lm60 miljun!", "U dawn hemm bżonnhom meta l-unika nuqqas ħames snin ilu kienet xi tieqa li ma tingħalaqx.", "Pero' jien nistaqsi: Minn fejn ġejjin dawn is-Lm60 miljun?", "Din is-sena qed jerġa' jivvota ftit iżjed minn Lm3 miljun, li minnhom trid taqta' 15% tal-VAT.", "U ma jiġix hawn il-ministru tal-finanzi jgħidilna li nagħmlu għaġeb mix-xejn.", "Huwa veru li l-gvern qed joħroġ dawk il-flus, imma minnhom qed jieħu lura 15%, li jfisser li qed jagħmel budget rikatt ta' 15% fuq in-nefqa kapitali fl-edukazzjoni.", "Jiena niftakar storja dwar pajjiż li jibgħat lis-suldati tiegħu għall-gwerra, u peress li ma kellux flus biex jixtrilhom il-munizzjon u l-armi kien jgħidilhom biex jimmiraw b'subgħajhom lejn l-għadu u jgħajtu \"bumm\".", "B'hekk se nirranġaw l- iskejjel?", "Billi l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista jmorru fil-każini, fuq it-televiżjoni, fuq ir-radju, jibagħtu l-kartolina fid-djar u jgħajtu li se jonfqu Lm60 miljun, iżda mbagħad dawn is-Lm60 miljun ma jidhru imkien?", "Dawn ukoll qed jippuntaw subgħajhom u jgħidu \"bumm\".", "B'hekk se nirranġawhom l- affarijiet.", "Minflok, fuq l-iskejjel inkomplu naħlu l-flus fuq il-ħbieb tal- ħbieb.", "Ta' min igħid ukoll li l-gvern se jagħti Lm75,000 lill-fondazzjoni biex tmexxi lilha nnifsha.", "Dan huwa daqs kemm nagħtu f'sena sħiħa lil ħamsin skola primarja għat-tagħmir.", "F'sena jekk wieħed janalizza l-budget daqshekk tajnihom, Lm75,000 għal ħamsin skola primarja.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi xi mistoqsijiet dwar il-fondazzjoni.", "Huwa veru li din il-fondazzjoni diġa' kriet uffiċini f'bini privat f'Tax-Xbiex b'xi Lm6,000 fis-sena?", "F'dan il- każ ħarġet sejħa għall-offerti?", "Possibbli ma kienx hemm xi bini tal-gvern stess biex jiġu ffrankati dawn l-eluf.", "Jew l-eluf qegħdin niffrankawhom minn fuq l-istudenti biss, kif ġew iffrankati minn fuq l-iskejjel tas- snajja li l-gvern għalaqhom?", "Dan għalaqhom għaliex skond analiżi tal- ministeru tal-finanzi kienu qed jiswewh Lm2.8 miljun għal 3,959 student, medja ta' Lm720 kull student.", "Il-gvern qal ukoll li kellu għalliem għal kull seba' studenti u qalu li dan huwa ħela u r-rakkmandazzjoni kienet biex isir xi ħaġa biex titnaqqas din in-nefqa.", "Din tnaqqset billi għalaqna l- iskejjel tas-snajja.", "Dik ma kenitx deċiżjoni edukattiva.", "Fil-fatt matul id-diskors tiegħi se nuri li jekk kienet deċiżjoni edukattiva din kienet deċiżjoni żbaljata għaliex l-affarijiet marru għall-agħar.", "U jien ma nistax nifhem b'liema sens ta' proporzjoni isiru n-nefqiet.", "Per eżempju dan l- aħħar smajna wkoll li ttieħdet Villa Portelli u se jintnefqu eluf u eluf kbar ta' liri għall-istitut marittimu li din is-sena daħlu fih disa' studenti.", "Sinċerament ma nistax nifhem kif jintnefqu eluf ta' liri kbar f'ċerti oqsma u mbagħad għal oqsma oħra fejn imorru żewġ terzi ta' tfal Maltin u Għawdxin ma jkunx hemm flus biżżejjed.", "Jiena nixtieq nagħmilha ċara li l-gvern Laburista jxolji din il- fondazzjoni u jaħdem bi struttura mġedda dipartimentali.", "Mhux se nittolleraw il-ħela.", "In-nies tekniċi tad-diviżjoni li hemm diġa' qed jagħmlu ħafna xogħol huma.", "Ġieli jkollhom jagħmlu xogħol duplikat għaliex ikunu għamluh ħażin periti privati li mbagħad xorta jitħallsu tiegħu.", "Dan huwa serq daqskemm kien serq dak li konna sibna aħna s-central supplies fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Din aħna konna sejjaħnilha \"take away\" kbir għaliex minnha kienu jmorru jisirqu ż-żebgħa, l-wires u l-membrane.", "Aħna konna kkalkulajna li minn kull Lm5 li jintnefqu mit-taxxi taċ-ċittadini biex imorru fl-iskejjel, Lm1 biss kienet tasal fl-iskejjel u l-Lm4 l-oħra kienu jinsterqu.", "Hemm ukoll is-serq tan-nies bil-ġlekk u bl-ingravata, jiġifieri tal-periti li jagħmlu xogħol ħażin, jitħallsu xorta għalih u x-xogħol ikollhom jagħmluh it-tekniċi tad-diviżjoni.", "Anke dak għandu jinqata'.", "Hemm bżonn ta' quality surveyors serji li jissorveljaw u jkejlu x-xogħol fuq il-post biex ma nkomplux inħallsu ħafna flus għal xogħol mhux dejjem ta' l-aħjar kwalita'.", "U hija illużjoni jekk naħsbu li għax issa x-xogħol se tagħmlu l- fondazzjoni, awtomatikament il-kwalita' se titjieb.", "Il-varjazzjoni fil-kuntratti hemm bżonn li wieħed jagħti kasha għaliex hemmhekk fejn isiru l-abbużi.", "Ġieli dak li jkun jirbaħ tender b'ċerta somma imbagħad jitħallas somma ħafna ogħla.", "U kif jgħid id-direttur tal- kuntratti f'ċirkolari li ħareġ fil-15 ta' Settembru tas-sena 2000, ir- responsabbilta' aħħarija taqa' fuq is-segretarju permanenti.", "Qed ngħidha din għaliex f'dik iċ-ċirkolari tad-direttur tal-kuntratti jissemmew id- diparimenti u ma jissemmewx il-fondazzjonijiet.", "Din hija fondazzjoni pubblika u jien nappella lill-awditur ġenerali biex iżomm għajnejh fuq il- miljuni li se joħorġu fi snin li ġejjin għall-bini u tagħmir ta' l- iskejjel.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar kif qed issir in-nefqa fuq il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija.", "L-għamara li nxtrat għal dan il- kulleġġ kif inxtrat?", "Min hu responsabbli għax-xiri li sar?", "Ħarġet sejħa għall-offerti?", "Ili l-ġimgħat nistaqsi mistoqsija fil-parlament u waħda mit- tweġibiet li tani l-ministru kien li kellu jwieġeb fis-seduta ta' filgħodu ta' l-24 ta' Ottubru.", "Sal-lum it-tweġiba għadha qatt ma waslet.", "Jiena nerġa' nistaqsi: Ix-xiri ta' l-għamara kif sar?", "Is-sejħiet kif saru?", "Anke dawn huma twieqi li ma jingħalqux, imma jien ngħid li hemm bżonn nagħlquhom għaliex inkella minnhom jidħlu ġrieden kbar ta' żewġ saqajn.", "Ħalli nsemmi tieqa oħra li ma tingħalaqx u li minnha qed jaqgħu eluf ta' tfal.", "Hawnhekk qed nirreferi għat-tieqa li ma tingħalaqx ta' l- illiteriżmu.", "Din qatt ma kien semmiha qabel l-1996.", "Kien qalilna biex ma nesaġerawx.", "L-istess partit li waqt li kien qiegħed jibni deficit u dejn qalilna li money no problem kien fil-fatt qalilna education no problem qisu li ma kienx hemm problemi fl-edukazzjoni.", "Naraw ftit il-problema ta' l-illiteriżmu.", "Konna aħna li bdejna nqajmu l- kuxjenza dwar din il-problema ta' l-ammont ta' tfal li wara 12-il sena l- iskola ma jkunux jafu jiktbu u jaqraw sew.", "Issa l-gvern Nazzjonalista suppost li kellu indikazzjoni ċara dwar din il-problema u ma kienx hemm għalfejn inkunu aħna li nqajmulu din il-kuxjenza, imma kif qajjimna l- kuxjenza fuq il-ħofra fil-fondi tal-gvern kellna nkunu aħna wkoll biex inqajmu kuxjenza fuq il-ħofra li għandna fis-sistema edukattiva.", "Iċ- ċensiment li sar ta' l-1995 lill-gvern kien diġa` fetaħlu għajnejh li fl- għaxar snin ta' qabel kienu tripplaw dawk iż-żgħażagħ li kellhom diffikultajiet serji biex jiktbu u jaqraw.", "Biex tagħmel l-affarijiet sew, anke fl-edukazzjoni trid tara x'inhu sejjer ħażin, tgħid x'inhu sejjer ħażin u tirranġah.", "M'għandekx toqgħod tgħid li kollox sew, li money is no problem, li education is no problem u li m'hemmx problemi ħlief xi tieqa li ma tingħalaqx.", "Mr Chairman, din hija tieqa perikoluża ħafna li jekk ma tingħalaqx se jkomplu jaqgħulna eluf ta' studenti li wara 12-il sena l-iskola xorta joħorġu ma jafux jiktbu u jaqraw jew joħorġu b'diffikultajiet serji biex jiktbu u jaqraw.", "B'dispjaċir ngħid li kellna tliet snin moħlija f'dan il- qasam.", "Il-proġett dwar l-illitteriżmu tħalla jaqa' lura u miegħu tħallew jaqgħu lura eluf ta' tfal.", "Dan kien proġett li tħalla mingħajr riżorsi, ftit flus ivvotati u mbagħad mhux minfuqa.", "U issa ġejja l-fondazzjoni għas- servizzi edukattivi li biex tagħmel id-deżerta wara l-ikel, se tagħmel intervent wara l-ħin ta' l-iskola.", "Minflok nirranġaw l-iskejjel waqt il- ġurnata qed nagħmlu xi ħaġa wara.", "Mela l-ewwel inħallu lit-tfal jgħerqu matul il-ġurnata, imbagħad wara l-iskola nitfgħulhom salvauomu żgħir.", "Din hija enfasi żbaljata, hija strateġija ħażina u kelli ċans nitkellem fuq dan anke meta attendejt seminar li organizzat il-Fondazzjoni.", "Ir-riżorsi u l- isforzi jridu jintefgħu f'kull skola biex nagħmluha effettiva.", "M'għandhomx jinħolqu ħafna strutturi 'l barra mill-iskejjel li qed jibilgħu riżorsi iżjed mill-iskejjel infushom.", "Għandna ħafna persuni li se jitħallsu biex jgħidu lill-iskejjel x'għandhom jagħmlu u minħabba f'hekk se jkun hemm ferm inqas flus biex isir ix-xogħol fl-iskejjel.", "Mr Chairman, jien infakkar li l-proġett ta' l-illiteriżmu kien programm sħiħ li jrid jinbena sena wara sena u fuqu kellu jitrikkeb imbagħad il- proġett l-ieħor tan-numeracy, jiġifieri dak tax-xjenza u tat-teknoloġija.", "Hemm bżonn ukoll urġenti ta' proġett ta' illiteriżmu fis-sekondarja għax qed ikomplu joħorġu eluf bi problemi serji biex jiktbu u jaqraw u jifhmu sewwa l-Malti u l-Ingliż.", "Għedtha u nerġa' ngħidha, il-pjan strateġiku għad-dħul tal-kurrikulu li għandna jittraskura lil dawn l-adoloxxenti u se jibqgħu jintilfu eluf minnhom fis-snin li ġejjin.", "Hemm bżonn ta' sillabi ġodda għalihom.", "Jien ngħid li aħjar jagħmlu inqas u dak li jagħmlu jagħmluh aħjar.", "Hemm bżonn li malajr kemm jista' jkun ngħalqu dawn it-twieqi miftuħin beraħ li minnhom qed jaqgħu eluf ta' żgħażagħ li mbagħad qatt ma jirkupraw.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem ukoll fuq tieqa oħra li hemm bżonn li ngħalqu.", "Se nitkellem ftit fuq xi ħaġa li ma għamilniex f'dan il-parlament u jien nappella lill-kollegi tagħna fuq kull naħa tal-Kamra biex jirriflettu ftit fuq kemm hemm bżonn ta' studju serju dwar il-qagħda edukattiva f'Għawdex.", "L-istudju li sar f'Marzu ta' l-1999 dwar il-ħiliet ta' tfal ta' seba' snin fil-Malti u fl-Ingliż jurik li l-ikbar numru ta' tfal b'diffikultajiet serji fiż-żewġ ilsna huma f'Għawdex kif ukoll fl- inħawi ta' madwar il-port f'Malta, il-Kottonera, il-Belt, il-Marsa u l- Ħamrun.", "Ta' min jgħid li fl-aħħar eżami għad-dħul fil-junior lyceum qagħdu 316 minn 328 u għaddew 180, jiġifieri 55% minnhom.", "F'Ġunju li għadda 469 adoloxxenti Għawdxin temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom, inqas minn nofshom kisbu ċ-ċertifikat SEC fil-gradi bejn 1 u 5 fil-Malti, l-Ingliż, Matematika, xjenza u computer.", "Terz mill-istudenti lanqas biss resqu għall- Malti, 30% lanqas biss resqu għall-Ingliż, 36% lanqas biss resqu għall- matematika u għall-fiżika, 85% lanqas biss resqu għall-istudji tal- computer.", "Biex tagħqad għas-sena li ġejja l-gvern qed inaqqas il-budget b'25% fuq din is-sena fuq fondi għal tagħmir fl-iskejjel għax minn Lm40,000 is-somma se tinżel għal Lm30,000 inqas minn dak li jieħdu l-iskejjel f'Malta.", "Jiena nistaqsi jekk dan jagħmilx sens.", "Mr Chairman, l-iżjed li jaqgħu lura huma l-istudenti fl-iskejjel sekondarji ġenerali Għawdxin.", "F'dan il-qasam kellna 185 li temmew l- edukazzjoni tagħhom is-sena li għaddiet, 85% tagħhom ma qagħdu għall-ebda wieħed mill-ħames suġġetti bażiċi.", "Mhux ma għaddewx dawn, imma 85% lanqas biss qagħdu għall-eżami.", "Inqas minn nofs l-istudenti sekondarji jkomplu jistudjaw wara li jgħalqu s-16-il sena.", "Għandna 68% taż-żgħażagħ Għawdxin fiż-żewġ skemi ta' apprendistat, minn 218 li temmew l-edukazzjoni post- sekondarja tagħhom, 159 bdew kors universitarju.", "Ta' min jgħid li paragun ma' Malta hemm 13% inqas Għawdxin għal kull 1,000 tal-popolazzjoni li jidħlu l-universita`.", "Din is-sena nsibu li ggradwaw 112 minn Għawdex.", "Dan in-numru huwa nofs dawk li ħarġu mill-edukazzjoni obbligatorja ta' 16 bla ebda kwalifiki.", "Mela minn Għawdex iggradwaw 112, imma d-doppju tagħhom ħarġu mill-edukazzjoni obbligatorja mingħajr ebda kwalifika.", "F'kull livell edukattiv is-subien qed jaqgħu wara l-bniet.", "Per eżempju id-differenza fil- livell primarju hi ta' 14%, mill-eżami tal-junior lyceum subien għaddew 46% waqt li l-bniet għaddew 60% u d-differenza fil-livell universitarju hija wkoll ta' 12%.", "Din is-sena ggradwaw 112 li minnhom 44% huma rġiel u 56% nisa.", "Sur President, mhux ta' b'xejn li toħroġ stampa ġenerali inkwetanti dwar Għawdex ta' liema ħiliet iż-żgħażagħ Għawdxin imorru jfittxu x-xogħol.", "L- istatistika uffiċjali għal Settembru ta' din is-sena turik li hemm 396 bla xogħol f'Għawdex, 45% minnhom, jiġifieri 125, huma taħt it-30 sena u 70% minnhom huma mingħajr ebda kwalifiċi bażiċi.", "Fil-fatt għal kull gradwat Għawdxi jfittex ix-xogħol f'Settembru kien hemm 42 li ħarġu mill-iskola sekondarja mingħajr ebda kwalifika.", "Nappella bis-serjeta` biex l- edukazzjoni f'Għawdex titla' fuq nett fl-agenda tal-gvern.", "Nappella wkoll biex il-kollegi parlamentari taż-żewġ naħat jagħtuha iktar importanza.", "Hemm bżonn li nagħtu iktar importanza lejn ir-rabta tas-sistema edukattiva Għawdxija ma' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-gżira.", "Jekk ma jsirx hekk il-futur jinsab mhedded.", "L-isfidi għal Għawdex qed jiżdiedu.", "Bħalissa nikkalkolaw li 35% biss ta' Għawdex hu miftuħ għall-globalizzazzjoni, għall- kompetizzjoni mal-bqija tad-dinja.", "Nafu li iżjed ma jinfetaħ bniedem iżjed se jkollu bżonn edukazzjoni tajba, għallinqas daqs dik il-parti tad-dinja li qed jikkompeti magħha, inkella se jkompli jaqa' lura.", "Jiena nissuġġerixxi li naraw mil-liema reġjuni f'pajjiżna qed jaqgħu lura dawn l- istudenti biex hemmhekk ikun hemm attenzjoni partikolari.", "Ta' min igħid li mhux it-tfal ta' ċerti nħawi biss qed jaqgħu lura, imma anke setturi oħra u se nieħu bħala eżempju dawk li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia.", "Għandna iżjed minn 7,200 tifel u tifla bid-dyslexia b'livelli differenti fl- eta` ta' bejn it-tliet snin u s-16-il sena li huma fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u privati.", "Ħafna minnhom m'aħniex nilħquhom.", "Dan ifisser li kull sena jispiċċaw iżjed minn 4,000 mill-edukazzjoni sekondarja u minnhom ikun hemm ma' l-400 li jkunu għaddew 12-il sena mingħajr l-għajnuna li għandhom bżonn.", "It-taqsima responsabbli kienet twaqqfet fl-1991 u f'dawn l-għaxar snin rat biss567 student.", "Jekk nikkalkolaw b'mod approssimattiv dan ifisser li din it-taqsima laħqet biss 12% tat-tfal.", "Dan ifisser li ntilfu eluf ta' studenti.", "Dawn ikunu ttimbrati li ma jafux jiktbu u jaqraw u li m'humiex tajbin għall-iskola, meta fil-fatt lanqas biss inkunu ntbaħna li għandhom id-dyslexia.", "Hawnhekk naraw kemm hemm bżonn ta' taħriġ għall-għalliema u l-kapijiet.", "Hemm bżonn li l-iskejjel jinbidlu biex ikun hemm inqas tensjoni fihom, biex ikunu skejjel iktar umani għax meta jkunu qed jagħtu kas it-tfal bi bżonnijiet speċjali, it-tfal b'ċerti kundizzjonijiet ikunu qed jilħqu iktar u iktar tfal.", "Għandna bżonn ta' pjan adattat ma' l-iskejjel infushom biex insalvaw l-eluf ta' studenti li qed jaqgħu lura.", "Irridu naħdmu ħafna iżjed biex l-iskejjel jipprovaw jilħqu lil kulħadd.", "Il-ħolma ta' edukazzjoni għal kulħadd ta' l-aħħar 50 sena hija ħolma sabiħa imma għadha qed tinbidel fi ħmar il-lejl ikraħ għal dawk l-eluf li għadhom qed jaqgħu lura.", "L- iskejjel iridu jinbidlu biex jilħqu lil kulħadd, anke lil dawk bi bżonnijiet speċjali.", "Ikun biss meta jilħqu lil kulħadd li jkunu skejjel aħjar, anke għal dawk li ma għandhomx l-hekk imsejħa bżonnijiet speċjali.", "Fil-fatt skejjel li jpoġġu lill-istudent fiċ-ċentru tagħhom huma skejjel li fil-pjan tagħhom ta' żvilupp jibdew jieħdu ħsieb ifasslu programmi edukattivi individwali għall-istudenti skond il-bżonnijiet tagħhom.", "U ma' dawn il-programmi edukattivi jrid ikun hemm ir-riżorsi meħtieġa biex jitwettqu.", "Hekk biss l-edukazzjoni tkun edukazzjoni li hija dritt uman ta' kulħadd bil-fatti u mhux biss b'dikjarazzjonijiet sbieħ miktuba fuq il- karta.", "Hemm bżonn ukoll tat-taħriġ kollu meħtieġ għall-persuni kollha li jinsabu fl-iskejjel tagħna biex jilħqu iktar lil kulħadd.", "Hemm bżonn ukoll li mhux il-bini biss ta' l-iskejjel ikun aktar aċċessibbli, iżda anke' l-kurrikulu, is-sillabi u l-eżamijiet.", "Hawnhekk jiena nixtieq nerġa' nistaqsi - kif wara kollox staqsejt xhur ilu u bqajt mingħajr tweġiba - dwar meta se joħorġu l-arranġamenti għal waqt l-eżamijiet għal dawk li għandhom bżonnijiet speċjali.", "Dawn l-arranġamenti ilhom jinħadmu mill-1997, għaddew erba' snin, pero' għad ma bdewx jiġu mwettqa.", "Nistaqsi wkoll dwar x'se jiġri minn dawk iż-żgħażagħ b'diżabilita` li għalqu d-19-il sena u spiċċaw mill-iskejjel.", "Il-gvern naqqas in-nefqa fuq iċ-ċentri ta' matul il-jum, kif naqqas b'21% in-nefqa fuq diversi programmi għal persuni b'diżabilita`.", "Xi pjani serji għandu l-gvern għaż-żgħażagħ b'diżabilita' ta' 19-il sena?", "Għall-mistoqsija tal-ġenituri dwar x'se jiġri minnhom jekk jitfgħuhom 'il barra mill-iskejjel speċjali kien hemm min bl-ikbar insensittivita` wieġeb li dawn jibqgħu d-dar bħal żgħażagħ oħrajn.", "Issa għallinqas nafu li mhux se jitfgħuhom 'il barra.", "Illum qalulhom li jistgħu jibqgħu f'dawk l-iskejjel speċjali.", "Mr Speaker, erbat ijiem ilu għal mistoqsija parlamentari l-Viċi Prim Ministru Gonzi rrispondieni li diġa` bdew jitwettqu pjani biex iż-żgħażagħ ta' 19-il sena jibdew jattendu ċ-ċentru tal-persuni b'diżabilita`.", "Qalli li se jiftħu ċentri żgħar fil-komunita`.", "Frankament dan huwa kollu logħob fil- kliem u jien nappella lill-Viċi Prim Minstru biex juża aktar mill-enerġija tiegħu biex jattakka l-problemi li hemm fil-qasam tal-persuni b'diżabilita`.", "Qed ngħid dan għax ħafna mill-enerġija tiegħu qed jużaha kull meta jitkellem fil-laqgħat politiċi b'Alfred Sant tiela' u Alfred Sant nieżla.", "Kemm huwa faċli li nattakkaw lil xulxin!", "Kemm huwa aktar diffiċli biex tattakka l-problemi reali!", "Fil-mistoqsija weġibni li se jiftħu ċentri żgħar fil-komunita`.", "Dawn iċ- ċentri żgħar fil-komunita` biex se jiftħu?", "Anke ċ-ċentri ta' matul il-jum se jkollhom il-problemi għax naqqsulhom in-nefqa tagħhom!", "B'liema flus se jagħmel dawn iċ-ċentri jekk il-gvern naqqas in-nefqa tiegħu għal persuni b'diżabilita`?", "Forsi għalhekk issa qalulhom li jistgħu jibqgħu fl-iskejjel speċjali?", "Nitkellem fuq tieqa oħra li ma ngħalqitx u li hemm bżonn li tingħalaq.", "Hemm bżonn li nagħtu l-appoġġ kollu tagħna bil-qawwa kollha tagħna, bl- intelliġenza kollha tagħna, bl-impenn kollu tagħna biex l-iskejjel ma jkunux abbandunati u mħollija jiffaċċjaw il-problemi waħedhom għaliex meta nħalluhom waħedhom jgħerqu.", "Hemm bżonn li tassew l-iskejjel isiru ċentru ta' l-attenzjoni.", "Iċ-ċentru ta' l-attenzjoni la għandu jkun il-ministru, la għandu jkun il-ministeru, la għandu jkun ix-shadow minister u lanqas għandhom ikunu l-partiti politiċi.", "Għandhom ikunu l-iskejjel infushom iċ- ċentru ta' l-attenzjoni.", "Dawn iridu jiġu mgħejjuna direttament biex jiffaċċjaw l-isfidi l-kbar li għandhom f'soċjeta` li qed tgħabbihom b'iżjed responsabbilta` u għalhekk jien nappella biex ma tkomplix tiġi segwita l-istrateġija żbaljata.", "Aħna diġa` għandna riżorsi limitati u dawn għandna nitfgħuhom proprju fil-kamp tal-battalja u mhux fl-uffiċċini tal- ġenerali li kulma jagħmlu hu li jitkellmu fuq il-battalja fuq il-mapep astratti.", "L-edukazzjoni tiddependi minn xiex jiġri kuljum fil-klassijiet bejn it-tfal u l-għalliema.", "Mr Speaker, l-iskejjel tagħna qed jiffaċċjaw sfidi kbar.", "Hemm ukoll it- tiċrit soċjali li għandna fis-soċjeta` u t-tkissir tal-familji li minħabba fihom żdiedu u kkumplikaw ruħhom ħafna r-rwoli ta' l-iskola fis-soċjeta` tal-lum.", "Hemm bżonn li naraw kif nibnu relazzjonijiet ġodda bejn l- iskejjel u l-komunitajiet fejn jinsabu.", "Nafu li t-tfal jiġu bil-problemi mis-soċjeta`, fl-istess ħin ejjew nammettu li jsibu wkoll problemi li toħilqilhom l-iskola nnifisha.", "Jekk għallinqas l-iskola m'hijiex f'pożizzjoni dejjem li ssolvi l-problemi li jiġu biha mis-soċjeta`, ejjew ma nżidulhomx il-problemi aħna minħabba s-sistema tagħna, li sfortunatament hija waħda inumana.", "Jien mhux l-ewwel darba li għedt li għandna sistema li iktar milli hi edukattiva hija kattiva fis-sens li qed nimlew lit-tfal bit- tensjoni.", "L-ironija, il-paradoss tas-sistema edukattiva tagħna hija li għandna fost l-iqsar bħala ħin tal-ġurnata fl-Ewropa u bl-iktar suġġetti u b'sillabi enormi.", "Dawn irridu niffaċċjawhom, u issa huwa l-mument u l- opportunita`.", "Irrid nagħmlu l-affarijiet issa, mad-dħul tal-kurrikulu l- ġdid.", "L-iskejjel waħedhom mhux se jsolvu l-problemi u għandna bżonn ta' ħidma interministerjali u interdipartimentali.", "Hemm bżonn li jaħdmu id f'id flimkien ħafna aħjar milli qatt ħadmu sa issa taħt amministrazzjonijiet differenti l-oqsma tas-saħħa, ta' l-edukazzjoni u tal- ħarsien soċjali.", "Għandna bżonn anke ta' koalizzjoni ġdida għat-tisħiħ ta' l- iskejjel tagħna fejn naħdmu lkoll flimkien, edukaturi, ġenituri, amministraturi, gvern, kunsilli lokali, settur privat, nies minn negozju u għaqdiet volontarji.", "Ma ninsewx iċ-ċifri inkwetanti li joħorġu mill- istudju tal-Kunsill ta' l-Ewropa sentejn ilu fuq kampjun qawwi ta' 3,703 ta' studenti ta' 16-il sena fejn sibna li iżjed minn 56% ipejpu, iżda minn 47% ammettew li ġieli sikru, iżjed minn 16% jisniffjaw il-kolla u iżjed minn 8% ħadu drogi illegali.", "Dan biex ma nsemmux ukoll si li hemm bżonn nagħmluhom u li qatt ma saru safejn naf jien.", "L-ammont ta' studenti f'etajiet żgħar u f'etajiet differenti li jinsabu fuq il-kalmanti minħabba s-sistema kattiva edukattiva li qegħdin fiha.", "Dawn huma kollha affarijiet li għandu jkollna l-kuraġġ li naffrontawhom.", "Dawn huma kollha twieqi li rridu nagħlquhom.", "Altru minn tieqa waħda li ma tingħalaqx, altru minn education no problem.", "Illum l-iskejjel qed jitgħabbew bi dmirijiet u responsabbilitajiet ġodda li qabel kienu dmirijiet tal-familja jew ta' l- għaqdiet reliġjużi u rridu ngħinuhom biex jiffaċċjaw dawn ir- responsabbilitajiet kbar.", "L-iskejjel iridu jitbiddlu biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw dawn l-isfidi diffiċli u kumplikati u żgur li m'hemm l-ebda buttuna maġika li tagħfasha u tipprovdilek is-soluzzjoni.", "Qed nitkellmu fuq dinja kumplikata, dinja li qed tkompli ssir aktar kumplikata u l-iskejjel żgur li ma jistgħux ikunu kif kienu qabel.", "Iridu jsibu l-vokazzjoni ġdida tagħhom imma jridu wkoll li jiġu mgħejjuna.", "Jiena nemmen li l-bidla fil-kurrikulu trid tissarraf f'bidliet fis-sillabi skond ir-realta` lokali.", "Il-bidliet m'għandhomx isiru minn fuq għall-isfel jew minn isfel għal fuq iżda minn ġewwa għal barra, minn ġewwa l-iskejjel infushom.", "Hemm bżonn li l-għalliema u l-kapijiet ikunu protagonisti ta' din il-bidla u nerġa' ngħid irridu nikkonċentraw fuq li noħolqu dak li jgħin biex f'kull skola jkun hemm il-klima li tagħmel dik l-iskola effettiva li taħdem bħala team, li tfassal l-għanijiet tagħha u li tkun kapaċi tilħaq dawn l-istess għanijiet.", "Jiena għalhekk għedt li l-enfasi fuq strutturi 'l barra mill-iskejjel fil-fehma tiegħi qed jiżlugawlna u jtelfuna l-focus.", "Il-focus u l-impenn tagħna jrid ikun fl-iskejjel, kif se ngħinu biex fl-iskejjel tinħoloq il-klima għas-suċċess.", "Ir-riċerka mid-dinja kollha llum turi - u naħseb anke f'Malta - li skola effettiva ma tiddependix minn jekk hijiex ta' l-istat, tal-knisja jew tal- privat.", "Iktar ma tinbidel is-soċjeta` aktar se jkun hawn nuqqas ta' vokazzjonijiet reliġjużi u iżjed mobilita` soċjali bbażata fuq il-flus.", "Is- separazzjoni bejn skejjel tal-knisja, skejjel privati u skejjel tal-gvern iżjed u iżjed se tkompli tispiċċa u s-suċċess ta' skola aktar se jkun jiddependi mit-team li qed imexxi u li qed jaħdem f'dik l-iskola.", "Minn hawn u ftit ieħor ħafna skejjel reliġjużi lanqas se jkunu mmexxijin minn reliġjużi jew minn reliġjużi ta' l-ordni oriġinali li tkun waqqfithom u allura l-ħolqien għal skejjel effettivi, għal skejjel b'identita` trid tiġi mill-iskejjel infushom.", "Dan qed ngħidu għax ma nistgħux nibbażaw iktar fuq l-oriġini jew fuq il-wirt.", "Hija iktar ċara li waħda mill-vantaġġi li għandhom l-iskejjel hija d-daqs ta' pajjiżna anke x'ħin niġu biex nanalizzaw ir-riżultati ta' l-eżamijiet SEC.", "Dwar dawn l-eżamijiet irrid ngħid li dawn ma jiġux analizzati skola bi skola għax kieku jkun hawn sorpriżi mhux ħażin.", "Dan qed ngħidu għax jekk ikollhom jikkomparaw il- miżati li għolew fi skejjel privati ma' kemm għolew l-istandards u ma' kemm mhux qed jgħaddulhom tfal mill-eżamijiet SEC naħseb ikun hawn impressjoni ħafna iktar differenti minn dik li teżisti llum.", "Jekk isir hekk tispiċċa l- karikatura f'moħħ in-nies dwar id-diviżjoni li teżisti bejn skejjel ta' l- istat i skejjel privati.", "Jiena mhux l-ewwel darba għedtha u nerġa' ngħidha li s-sistema edukattiva Maltijia tinqasam b'mod simili għal dak li għamel Dante, jiġifieri bejn l-infern li huma l-iskejjel ta' l-istat, il- purgatorju, li jista' jkun – u din m'hijiex ċara - huma l-iskejjel tal- knisja u l-iskejjel privati u l-ġenna hija xi skejjel oħra.", "Illum nafu li dik il-id-diviżjoni hija karikatorjali għax ir-riżultati jinkisbu bis- suċċess ta' kemm kapaċi jaħdmu flimkien, kemm kapaċi jimpenjaw irwieħhom.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien u iktar ma jkun hawn tibdil fis-soċjeta` iktar se tkompli ssir ċara li t-tmexxija effettiva ta' skola ma tiddependix minn jekk hijiex tal-gvern, ta' xi ordni reliġjuża jew ta' negozju tal-familja.", "Is-sid m'huwiex garanzija ta' kwalita` edukattiva.", "Nerġa' ngħid li jekk noqogħdu neżaminaw skola bi skola nindunaw li r-riżultati diġa` juru dan.", "Is-suċċess ta' skola jiddependi mid-dinamika istituzzjonali tagħha, mill- persuni li jaħdmu fiha, mir-relazzjonijiet li jibnu ma' xulxin, mill- kultura soċjali li joħolqu fl-iskola, mir-rabtiet tagħha mal-komunita`, mir- riżorsi li għandhom biex jaħdmu - jekk għandhom riżorsi - mill-metodi li jużaw, minn kemm għandhom spazju biex jiddeċiedu dak li jgħin biex skola tirnexxi.", "Skola li tagħmel differenza lill-istudenti li daħlu jgħixu fiha hija skola li tgħinhom biex isiru persuni aħjar u persuni armati għall- ħajja tal-komunita` l-kbira li l-iskola hija parti minnha.", "Dan jiddependi minn kemm dawk li jmexxu l-iskejjel jagħrfu jużaw l-aħjar talenti ta' l- għalliema u kemm jagħrfu jfasslu l-ħajja edukattiva b'rilevanza għall- istudenti.", "Hemm bżonn li l-iskejjel kemm jista' jkun imexxu lilhom infushom.", "Illum awtomatikament min imexxi skola reliġjuża għandu vantaġġ awtomatiku fuq min imexxi skola tal-gvern.", "Min imexxi skola reliġjuża għandu rasu mistrieħa mill-budget li se jagħtih il-gvern.", "Se jimpjega anke l-minor staff hu u jaf lil min se jimpjeiga.", "Kap ta' skola tal-gvern m'għandux l- istess serħan mill-moħħ, u allura m'għandniex noqogħdu nistgħaġbu bir- riżultati differenti.", "Irridu nħarsu lejn x'inhi d-differenza bejn skola u oħra u mhux jekk hijiex skola reliġjuża, jekk hijiex tal-gvern jew jekk hijiex tal-privat.", "Nerġa' ngħid li ċertu kaos li għandna fl-iskejjel fejn il-ġenituri jħallsu ħafna turi li l-kwalita` edukattiva ma tiddependix mis- sid imma tiddependi mill-klima u mill-kultura li toħloq f'dik l-iskola.", "Hemm bżonn li l-iskejjel imexxu lilhom infushom u fl-istess ħin ma jkunux maqtugħin iżda b'kuntatt ħaj mal-komunita` ta' madwarhom u ma' skejjel oħra.", "Mr Chairman, għandna tieqa oħra tingħalaqx li hija l-problemi li qed insibu biex jinstabu persuni għal ħatriet ta' tmexxija, jiġifieri minn kapijiet 'il fuq.", "Hemm bżonn ta' soluzzjoni għal din il-problema.", "Din ukoll hija tieqa li diffiċli biex tingħalaq u rridu naraw kif se nagħlquha.", "Għandna wkoll il-problema - u din tieqa oħra li ma tingħalaqx - tal-persuni fl- iskejjel għat-tindif u l-manutenzjoni.", "Xi kwalita` ta' persuni jkunu dawn in-nies?", "Min jagħżilhom dawn il-persuni?", "Jiena ngħid għandna naħdmu biex kemm jista' jkun jagħżluhom il-kapijiet infushom u nerġa' nappella biex noqogdu attenti lil min nibagħtu f'dawn l-iskejjel.", "Ftit ilu ġejna kritikati fuq il-programm tas-super 1 li neħħejna lil xi ħadd minn skola.", "Għamilna hekk għax dehrilna li hekk għandu jkun.", "Jiena nibqa' niddefendiha dik id-deċiżjoni u nieħu gost li din il-persuna ma reġgħetx marret lura fl-iskola f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Irridu nagħmlu screening tal-persuni li nibagħtu fl-iskejjel.", "Mhux kulħadd huwa addattat biex ikun mat-tfal.", "Kulħadd għandu d-difetti tiegħu, ibda minni l-ewwel wieħed, imma mbagħad m'għandniex naċċettaw nies bi problemi bid-droga, bi problemi ta' abbużi ta' tfal jew nies bi problemi ta' xorb.", "Dawn m'huwiex posthom fl-iskola anke jekk joqogħdu jiftaħru li għandhom xi ministru jaqbeż għalihom u jridu jmorru hemm bilfors.", "Nerġa' nappella biex noqogħdu attenti biex f'kull każ ikollna l-kuraġġ u ma nħallux tfal esposti għal dawn it-tip ta' problemi.", "Nixtieq nitkellem fuq tieqa oħra li ma tingħalaqx u li wkoll irridu naraw kif nagħlquha.", "Din hija t-tieqa tal-kompjaċenza u tal-medjokrita`.", "Pajjiżna ma jaffordjax li jkollu edukazzjoni medjokri fejn kollox jgħaddi.", "Hemm bżonn nissettjaw standards għoljin.", "L-Iżvilupp soċjali, politiku u ekonomiku ta' pajjiżna jiddependi mis-sehem li qed jagħtu l-iskejjel tagħna għall-formazzjoni ta' ċittadini intelliġenti, kreattivi u bil-ħiliet meħtieġa għas-seklu 21.", "Huwa ta' allarm li nofs l-adoloxenti tagħna qegħdin itemmu l-edukazzjoni tagħhom mingħjar ma jiksbu l-ħiliet fit- tħaddim tal-Malti, l-Ingliż, il-matematika, ix-xjenza u l-computer biex ikunu kapaċi jgħixu u jaħdmu fis-seklu 21.", "Dan huwa numru kbir u dan ngħidu b'dispjaċir.", "Jiena ma rridx inkun stupidu u noqgħod ngħid li dan tort tal-gvern tal-ġurnata, imma għandna livell għoli wisq u inaċċettabbli ta' falliment edukattiv u hemm bżonn ta' ħafna iżjed tfal u adoloxenti li jkollhom suċċess edukattiv li jitkejjel kemm b'ċertifikati formali ta' l- eżamijiet kif ukoll b'ħiliet prattiċi biex isolvu problemi konkreti u jitgħallmu l-kif u l-għala tax-xogħol li jridu jagħmlu.", "Is-sena li għaddiet fil-qasam tax-xjenza, 47% minn dawk li temmew l- edukazzjoni obbligatorja tagħhom kisbu ċertifikati SEC fil-fiżika, 11% kisbu fil-kimika u fil-bioloġija, 52% għaddew mill-matematika, 26% minnhom f'paper \"a\" u 27% f'Paper \"b\".", "Dawn huma r-riżultati fuq l-edukazzjoni tax- xjenza li hija parti essenzjali mill-basic survival kit għat-tfal tagħna fis-seklu 21.", "Fl-aħħar sentejn ma ntefaq xejn fuq iċ-ċentru nazzjonali tax- xjenza f'Pembroke li tant għandna bżonnu għat-titjib tat-tagħlim tax-xjenza fl-iskejjel.", "Jiena informat li sejħa għall-offerti ilha lesta minn Mejju biex toħroġ.", "Għaliex ma ħarġitx( Din hija tieqa oħra li ma tingħalaqx u hija wkoll marbuta mal-kompjaċenza u l-medjokrita` li naċċettaw kollox, li xejn m'hu xejn u li ngħidu li education no problem.", "Rigward l-assenteiżmu rrid ngħid li għad għandna rata għolja u inaċċettabbli ta' assenteiżmu fl-iskejjel.", "L-istudenti jvvutaw b'saqajhom.", "Din kont ngħidha anke meta kont ministru, jiġifieri biex ma naħsbux li jiena qed nagħmel kritika faċilistika.", "L-assenteiżmu huwa vot ta' sfiduċja fl-iskejjel fejn l-istudenti ma jħossux li l-iskola hija rilevanti għalihom.", "Hemm bżonn li l-iskejjel fejn imorru dawn l-istudenti joffru suġġetti ta' ħiliet prattiċi bħall-informatika, bħall-istudji turistiċi u inġinerija elettronika u jintrabtu magħhom is-suġġetti ta' l-ilsna u tal- matematika.", "Għandu jkollhom eżamijiet b'ċertifikazzjoni addattata li jkejlu u jagħrfu l-ħiliet ta' dawn l-istudenti.", "Mr Chairman, irrid ngħid minn ħamest iskejjel governattivi sekondarji ġenerali ma jersaq l-ebda student għall-eżamijiet tas-SEC.", "X'jiġri minn dawk li jersqu fl-iskejjel l-oħra( F'tal-bniet f'Ġunju li għadda kellna 749 li temmew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom.", "Minnhom mill-Malti għaddew 92 minn 749, fl-Ingliż għaddew disgħa - mhux 9% imma disgħa - fil- matematika għaddew 16, fil-fiżika għaddew 38 u mill-istudji tal-computer għaddew tlieta.", "Fl-iskejjel sekondarji governativi ġenerali tas-subien is- sitwazjoni hija agħar għax żewġ terzi mill-istudenti lanqas biss resqu għall-eżamijiet tas-SEC.", "F'dan il-każ temmew l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom 634, għaddew mis-SEC tal-Malti 40, jiġifieri 6%, mill-Ingliż għaddew sitta, jiġifieri inqas minn 1%, mill-matematika għaddew 29, fil- fiżika għaddew 41 u mill-istudji tal-computer għaddew tlieta.", "Alla jħares dawn l-iskejjel sekondarji ġenerali tal-gvern kienu fl-Ingilterra, għax kien jagħlaqhom kollha, kif jagħlaq dawk l-iskejjel kollha li għalaq għax inqas minn 15% ta' l-istudenti tagħhom jgħaddu minn ħames GCSE.", "Il-bidliet hemm bżonnhom ukoll għal dawk li qed jirnexxu fis-sistema kif inhi.", "Għandhom bżonn jirnexxu b'mod differenti għax id-dinja hija differenti.", "Il-maġġoranza ta' l-istudenti f'ħafna suġġetti f'kull qasam edukattiv statali, tal-knisja jew privat qed jagħżlu li jagħmlu paper \"b\" minflok paper a\".", "Biżżejjed insemmu li fil-każ ta' l-Ingliż żewġ terzi ta' l-istudenti li qed jersqu għall-eżami tas-SEC qed jagħżlu paper \"b\".", "Din hija tort tal-kompjaċenza u l-medjokrita`.", "Aktar ma nimiraw fil-baxx iktar ninżlu.", "Dik ukoll hija tieqa oħra li rridu nagħlqu.", "Ladarba qed nitkellem fuq il-lingwi rrid ngħid li pajjiżna jgħix bit- turiżmu u mis-servizzi.", "Għandna gvern li jgħid li jrid jidħol fl-Ewropa u allura jrid jagħti ħafna iktar importanza lill-ilsna.", "Biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea m'huwiex biżżejjed li nlibbsu t-tfal T shirt blu bl-istilel sofor.", "U mn'Alla ma kontx hemm għaċ-ċerimonja tal-premju ħaddiem tas-sena għax tqażżist naraha fuq it-television.", "Ħsibt li qed nara xena minn Pyongyang.", "B'hekk se nidħlu fl-Unjoni Ewropea( Kemm jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea u kemm jekk ikollna rabta kif jidhrilna aħna hemm bżonn li jkollna tfal u żgħażagħ aħjar fil-ħiliet lingwistiċi tagħhom.", "M'għandniex inkunu fis- sitwazzjoni tal-lum fejn għandna 54% jitilqu minn skola obbligatorja bil- Malti, 43% jitilqu bl-Ingliż, fil-Franċiż 36% - għax il-Franċiż għadda t- Taljan - fit-Taljan 33%, fil-Ġermaniż 3% u fl-iSpanjol 1%.", "Ċertament irridu naħdmu ħafna iżjed biex ikollna l-edukazzjoni lingwistika msaħħa iktar milli hi.", "Tieqa oħra li hemm bżonn nagħlqu tirrigwarda l-ispejjeż u l-prezzijiet li qed insibu fis-sistema edukattiva.", "Din hija tieqa li fetaħ il-gvern billi żied il-prezz ta' l-eżamijiet tal-Matsec.", "Din is-sena min mar kiteb lit- tfal għal disa' eżamijiet tas-SEC sab li kellu jħallas Lm59 fejn qabel kien iħallas Lm48, jiġifieri 23% iżjed.", "Iżjed minn 7,000 li qabel kienu jħallsu madwar Lm0.25 miljun għal Matsec din is-sena kellhom iħallsu madwar terz ta' miljun lira bla ma l-gvern spjega bil-figuri fuqiex żdiedu l-ispejjeż u kif it-Lm80,000 jekk mhux iktar li se jiġbor se jmorru biex itejbu dawn l- eżamijiet.", "Il-familji diġa` għamlu ħafna aktar sagrifiċċji fl-aħħar tliet snin.", "Dawn sabu li qed joħorġu iżjed flus u qed jibqgħu b'inqas flus f'idejhom.", "Biżżejjed wieħed jieħu l-istatistika tal-gvern stess minn kull Lm100 li kienu jaqilgħu tliet snin ilu kienu jfaddlu Lm10 issa qed ifaddlu biss Lm3.40.", "Il-ħażin hu li l-ispejjeż huma dejjem telgħin u mhux l- istandards.", "Diġa` għedna li l-household budgetary survey li għadu ma ġiex ippubblikat se juri nefqa ta' iktar minn Lm3.5 miljun fuq privatijiet li qed isiru biex ipattu għan-nuqqasijiet fis-sistema.", "Kellna l-okkażjoni nitkellmu wkoll fuq spejjeż oħra kif imkejla mill-uffiċċju nazzjoanli ta' l-istatistika fejn irriżulta li l-ispejjeż fil-qasam edukattiv fl-aħħar tliet snin żdiedu bi 18-il punt, il-kotba telgħu bi 12-il punt, miżati għal playschools telgħu b'24 punt u għall-iskejjel primarji telgħu b'27 punt.", "Sadanittant il-gvern żied l-ispejjeż għall-iskejjel għax daħħal is-sistema tal-VAT fuq nefqiet kapitali fl-edukazzjoni.", "Illum jekk tixtri prodott jew servizz għall-iskola se jiġik mill-inqas 15% iżjed.", "Fl-istess ħin il-ġenituri kellhom iħallsu iżjed taxxi, bolla u kontijiet għax il-poplu Malti ħallas Lm170 miljun iżjed milli kienu iħallas tliet snin ilu.", "Sadanittant id-dejn pubbliku dejjem tiela' u issa qabeż Lm1,4 biljun.", "Dan se jkollhom iħallsuh it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jieħdu l-edukazzjoni tagħhom illum.", "Irrid ngħid ukoll li parti mit-taxxi li qed jinġabru qed imorru għal programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewrpea u hija gidba li dawn huma b'xejn għall-membri.", "Il-budget ta' l-Unjoni Ewropea ma jaqax mis-sema, imma jiġi mit-taxxi u mill-fondi li pajjiżi membri jgħaddu lill-Unjoni Ewropea biex tkun tista' taħdem.", "Hawnhekk irrid nitkellem fuq il-gidba li l-Unjoni Ewropea għalqet il-bieb għall-iSvizzera.", "Irrid ngħid li ż-żgħażagħ Svizzeri jipparteċipaw f'dawn il-programmi.", "Kelli nagħmel ftit teatrin ma' Kenneth Wain biex fl-aħħar jiġi aċċettat li kienet qed tingħad gidba mill-moviment Iva.", "Il-kordinatriċi ta' dawn il-programmi Svizzeri għadha kemm bagħtitilna rapport ta' ħidma tagħhom għas-sena 2000 li juri li l-iSvizzera ilha mill-1995 tieħu sehem f'dawn il-problemi.", "Is-sena li għaddiet bejn studenti Svizzeri u studenti mill-Unjoni Ewropea kien hemm 2,800 li ħadu sehem fil-programmi ta' Erasmus u 150 li għamlu korsijiet professjonali fi programmi Ewropej.", "Is-sena li għaddiet l-iSvizzera nefqet Lm2 miljun fuq dawn il-programmi daqskemm bejn wieħed u ieħor qed nonfqu aħna f'pajjiżna.", "Parti minnhom huma mwegħda li jiġu lura mill-Unjoni Ewropea imma tajjeb li jingħad li għal kull lira li se tagħtina l-Unjoni Ewropea rridu noħorġu tnejn.", "Dejjem fil-qasam tal-programmi Ewropej rrid ngħid li l-iSvizzera ffirmat 20 kuntratt ta' proġetti f'Socrates u fil-Leonardo u 22 fil-youth programme.", "Dawn qed insemmihom biex ma tiġix ripetuta din il-gidba.", "Issa nixtieq insemmi l-agħar tieqa li ma tingħalaqx.", "F'pajjiżna għandha deficit finanzjarju imma agħar minn hekk għandna deficit ta' snajja' u ħiliet u għandna sistema edukattiva li qed tipprepara liż-żgħażagħ għall- qgħad.", "Għandna skills deficit li rridu nsolvuh biex insolvu d-deficit finanzjarju li għandna.", "Biżżejjed wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn xi snajja, kwalifiċi jew ħiliet kellhom dawk li marru jfittxu x-xogħol għall-ewwel darba s-sena l-oħra.", "Kien hemm 2,657 taħt it-30 sena.", "Terz minnhom ħarġu mill-iskola mingħajr ebda ċertifikazzjoni ta' sengħa jew kwalifika akkademika.", "46% oħra ħarġu b'ċertifikat li għaddew minn xi eżami SEC jew City & Guilds.", "Dan ifisser li 77% ta' dawk taħt it-30 sena li marru jirreġistraw għax-xogħol is-sena li għaddiet kienu nieqsa mill-formazzjoni ta' ħiliet bażiċi meħtieġa għas- seklu 21.", "Hawnhekk irridu nistaqsu: It-23% l-oħra għandhom il-ħiliet meħtieġa?", "Hawnhekk irridu naffermaw il-bżonn ta' iżjed rabtiet bejn edukazzjoni u ekonomikja f'kull livell tas-sistema.", "Dan huwa t-tip ta' xogħol li għandha bżonn tagħmel iżjed u iżjed il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ id f'id mas-sistema edukattiva u mhux tilagħab bil-figuri biex jisparixxu u jitfaċċjaw fl-istatistika eluf ta' nies jaħdmu skond il- konvenjenza.", "Il-livell ta' taħriġ fl-edukazzjoni sar fattur importanti ħafna fil- konsiderazzjoni li jagħmel investitur lokali jew barrani biex jinvesti f'pajjiżna.", "Jekk dan ma jsibx in-nies imħarrġa li għandu bżonn imur f'pajjiżi oħra fejn hemm.", "Illum irridu naraw li bil-globalizzazzjoni s- sistema tagħna trid tkun għallinqas tajba daqs dawk li qed nikkompetu magħhom.", "U llum qed nikkompetu, fost pajjiżi oħra, ma' pajjiżi li anke jekk għaddew minn problemi politiċi kbar, għandhom tradizzjoni edukattiva.", "Qed nirreferi għar-Repubblika Ċeka, inħawi fil-Ġermanja, il-Polonja u l- Ungerija.", "Dawk għandhom oqsma tekniċi u tal-matematika fejn għandhom l- aħjar tradizzjonijiet fid-dinja u aħna qed nikkompetu magħhom.", "Jekk ma niffaċċjawx bis-serjeta' l-iskills deficit f'pajjiżna pajjiżna jitlef mhux biss eluf ta' żgħażagħ b'sogru li jiġu esklużi mis-soċjeta' u jidħlu fid- dinja tal-qgħad, tal-kriminalita' u tad-drogi, imma pajjiżna jitlef ukoll l- opportunitajiet ta' investiment ġdid tant meħtieġ biex nieħdu r-ruħ.", "Nixtieq nitkellem ftit fuq il-kulleġġ Malti għall-arti, xjenza u teknoloġija.", "Kellna diġa' nuqqas ta' nies biex jgħallmu liż-żgħażagħ fl- oqsma teknoloġiċi u tekniċi, imma għaliex il-gvern kompla jgħarraq is- sitwazzjoni billi mexa ħażin ma' dawk l-għalliema li taw snin twal ta' servizz fl-istituti tekniċi?", "Fosthom hemm anke dawk li nvestew fl- edukazzjoni tagħhom u għamlu anke kors universitarju biex isaħħu l-bażi tal- loġika tagħhom.", "Issa dawn jinsabu maqbudin fl-inċertezza.", "X'se jiġri minnhom meta jispiċċaw l-istudenti ta' l-istituti tekniċi?", "Dawn jinsabu diżappuntati li ma ġewx ikkonsultati.", "Iħossu li kellhom sehem x'jagħtu u jinsabu rrabjati għaliex iħossuhom mormija u offiżi għall-kondizzjonijiet li offrewlhom.", "Hija ħela anke kif ġew smati l-instructors mill-iskejjel l- oħra li għalqu.", "Dawn intbagħtu jgħallmu suġġetti li m'humiex tagħhom, bħal per eżempju l-mużika, meta jkunu tajbin fil-welding.", "Dan mhux sew, la għalihom u lanqas għall-istudenti.", "Sadanittant x'ġara mill-korsijiet bażiċi ta' level 1 and level 2 li suppost kellhom jibdew fil-kulleġġ biex jilħqu lil dawk li s'issa ma kienux jintlaħqu?", "Naraw ukoll li din is-sena kellna mijiet ta' żgħażagħ li xtaqu jkomplu jistudjaw u sabu l-bibien magħluqin.", "Kellu raġun is-Sur Manuel Borda jgħid li hawn min idoqq it-trombi li qed jiftaħ il-bieb taż-żgħażagħ għall-Ewropa iżda mbagħad dawn iż-żgħażagħ isibu l-bibien magħluqin x'ħin jixtiequ jkomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena.", "Dan qed ngħidu għaliex anke din is-sena kellna iktar minn 600 li xtaqu jkomplu korsijiet post-sekondarji pero' dawn m'hemmx post għalihom minkejja l-paroli kollha ta' aċċess universarju.", "Hemm bżonn li pajjiżna jpoġġi din fuq l-aġenda tiegħu li noħolqu iżjed postijiet fil-kulleġġ, fl-istituti għall-istudji turistiċi, fl-iskemi ta' l-apprendistat u xogħol ukoll għaż-żagħżagħ li qed jirreġistraw u huma bla kwalifiċi u ħilijiet bażiċi.", "Ngħid kelma wkoll fuq l-universita'.", "Hemm bżonn ta' trattament aħjar għall- istudenti.", "Għadu kemm kellna maratona ta' gradwazzjonijiet.", "L-istudenti għamlu d-diskors tagħhom u kollha semmew it-trattament inuman li jingħataw minn għadd ta' lecturers u dan mhux sewwa.", "Semmew ukoll in-neċessita' ta' rabta bejn dak li jiġri fl-edukazzjoni universitarja u dak li jiġri barra fid-dinja tax-xogħol.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu pjan strateġiku għall-universita'.", "Hemm bżonn ta' bidliet kurrikulari u ta' korsijiet iddisinjati b'mod ġdid.", "Hemm bżonn ta' pjan strateġiku għall- universita' li jaħseb għall-kwalita' ta' l-edukazzjoni li qed tingħata fl- universita'.", "Dan il-pjan għandu jkun imfassal b'mod parteċipattiv minn ġewwa, mil-lecturers, mill-istudenti u mill-pajjiż kollu.", "Irid isir sforz nazzjonali u l-istess sforz nazzjonali li għamilna rigward il-kurrikulu għal dawk fl-eta' bejn 3 u 16 għandu jiġu ripetut għall-universita' fejn il- partit politiċi, il-forzi ekonomiċi, soċjali u kulturali jagħtu sehem tagħhom biex jitfassal dan il-pjan strateġiku għall-universita', għaliex dan huwa pjan li jmur 'il hinn minn leġislatura waħda.", "Mill-inqas irid ikun ta' għaxar snin għaliex l-universita' se tkun qed topera f'ambjent nazzjonali u internazzjonali ġdid u hemm bżonn li tidħol għal dan b'mod ippjanat.", "Hemm bżonn li l-univerista' tidħol għal iżjed inizjattivi fl- edukazzjoni għall-adulti f'dawk li huma korsijiet virtwali permezz tat- teknoloġija l-ġdida.", "Hemm bżonn li jinfetħu l-bibien għal dawk li huma barra mill-universita' permezz ta' dawk li jissejħu programmi morali filgħaxijiet u fi tmiem il-ġimgħat.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Issa l-ħin kollu li għad fadal huwa għan- naħa tal-gvern.", "Nistieden lis-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Grazzi.", "Jekk hemm settur fejn nistgħu naraw il-ħidma tal-gvern żgur li dan huwa s-settur responsabbli għalih il-Ministeru tagħna.", "Ix-shadow minister ta' l- edukazzjoni ddedika d-diskors kollu tiegħu għas-settur ta' l-edukazzjoni pero' ta' min igħid li dan huwa ministeru kbir li jmiss ma' ħafna oqsma.", "Irrid ngħid ukoll li meta tlajna fil-gvern fl-1998 kellna nibdew niżvolġu l-viżjoni tagħna għax f'ħafna oqsma ma kienx hemm pjan strateġiku.", "Nista' nsemmi, per eżempju, l-politika kulturali, l-politika għall-isports u anke l-politika nazzjonali taż-żgħażagħ li kienet ilha tliet snin tistenna biex tkun aġġornata.", "Ix-shadow minister spiċċa jitkellem fuq l-universita`.", "Dan huwa settur li minħabba dak li għamilna aħna fl-għaxar snin ta' qabel l- 1996 kellu ċertu momentum.", "Ovvjament naqbel miegħu li iktar ma tkabbar iktar ikollok il-ħtieġa li tirfina.", "Iva, hemm bżonn li l-universita` tibda tindirizza ċerti problemi u tinternazzjonalizza ruħha.", "Issemmew ukoll il-programmi Ewropej.", "Intqal li fi żmien amministrazzjoni Laburista diġa' kien hemm xi ħaġa teżisti dwar Socrates fl-universita` pero' ta' min igħid li aħna kellna nibdew mill-bidu għaliex ċerti programmi li konna bdejna, bħal fir-riċerka, kienu waqfu fis-sentejn li kienu għamlu fil-gvern tan-naħa l-oħra.", "U ftit isir apprezzar ta' kemm kien hawn bżonn ta' paradigm shifts fost individwi, fost skejjel, fost għaqdiet biex verament dan il-pajjiż jibda jipparteċipa u jibda jieħu l-benefiċċju sħiħ ta' sħubija f'dawn il-programmi.", "M'hijiex faċli li għaqda tbiddel il-mod kif tħaddem u tibda tipparteċipa u tibda ġġib il-fondi permezz ta' proġetti approvati.", "Aħna ilna tliet snin fil-gvern – jiġifieri ftit aktar minn sena minn kemm dam il-Partit Laburista fil-gvern - u b'wiċċi minn quddiem ngħid li jekk wieħed iqabbel il-wegħdiet elettorali tagħhom u x'għamlu mal- wegħdiet elettorali tagħna u x'għamilna naħseb li r-record tagħna jgħaddihom bil-qabda fis-settur kollha.", "Jien ngħid li gvern ikejjel kemm għandu suċċess mhux biss b'dak li jirnexxielu jiddeliverja imma anke meta jsejjaħ elezzjoni u jieqaf kemm issiblu proġetti in the pipeline.", "Dak juri li l-gvern kellu viżjoni on- going.", "Jien ngħid li fis-settur ta' l-isport ma sibt xejn on-going, la strateġija u lanqas programm ta' żvilupp ta' faċilitajiet.", "Kien hemm programm kapitali li għalkemm kienu ivvotati Lm0.25 miljun għalih, kienu jintnefqu biss Lm110,000.", "Issemma ħafna wkoll l-MCAST, il-ħtieġa tal-qasam vokazzjonali u kemm hemm bżonn li lil dawn iż-żgħażagħ nagħtuhom alternattivi biex verament ikunu employable.", "Jiena għamilt l-ewwel sentejn immexxi l-kumitat li mexxa anke dan il-proċess.", "Kulma sibna kienet white paper li ma kenitx tindirizza l- problemi reali.", "Ma kien hemm l-ebda diskussjoni u kellna nkunu aħna li niżviluppaw il-viżjoni biex imbagħad immorru għall-implimentazzjoni.", "L- implimentazzjoni bdiet qabel għalqet it-tieni sena meta waqqafna l- fondazzjoni u anke ma' l-għeluq tat-tielet sena bil-ftuħ ta' l-ewwel istituti.", "Ix-shadow minister għamel diskors interessanti u f'ħafna affarijiet naħseb li għamel osservazzjonijiet reali, pero` jien inħoss li qiegħed iħalli s- sens ta' kritika tiġri bih.", "Huwa veru li l-illiteriżmu u l-under- employability huma problema pero` ejjew ma ndoqqux it-trombi biss fuq l- affarijiet negattivi, għaliex hemm ħafna affarijiet pożittivi u ta' suċċess li jeżistu fl-iskejjel.", "Min jisma' lix-shadow minister jaħseb li għandna sistema edukattiva li verament sejra lura.", "Huwa veru li għad hawn areas li ma kenux indirizzati, imma żgur li qatt ma konna gvern u għedna li education no problem.", "Jien qatt ma smajtha din u forsi min sema' lix- shadow minister ta' l-edukazzjoni jaħseb li aħna xi darba għamilna dan l- istatement.", "Dan mhux minnu.", "Aħna għandna records pożittivi f'diversi setturi ta' studenti fosthom studenti li qed jgħaddu għall-junior lyceum, studenti li qed imorru l-universita`, tal-life-long learning u ta' kemm qed ikunu hemm tfajliet fis-sistema edukattiva.", "Għandna records tajba anke ta' tfal li qed ikunu kapaċi jużaw it-teknoloġija ta' l-informatika.", "Tan-naħa l-oħra tkellmu wkoll fuq under-employment.", "Naħseb li l-ebda ġenerazzjoni ma tista' titkellem fuq l-under-employment daqs il- ġenerazzjoni tiegħi.", "Meta konna mmorru l-universita` konna nsibu xi disa' korsijiet biss miftuħin, u dawn kollha kienu bin-numerus clausus.", "Illum jidħlulek l-universita` xi 2,500 pero' fi żmieni forsi kienu jidħlu xi 500.", "Jiena ma naħsibx li f'daqqa waħda splodiet l-intelliġenza taż- żgħażagħ Maltin.", "X'kien isir minnhom dawk l-2,000 student li potenzjalment setgħu daħlu l-universita` dak iż-żmien u ma daħlux?", "Naħseb li hemmhekk irridu nitkellmu fuq l-under-employability.", "Sar ukoll diskors fuq iż-żgħażagħ u x-xogħol.", "Tal-Partit Laburista għandhom mod kif jużaw l-istatistika.", "Dawn filli jgħidu li ma jemmnux fl- istatistika, pero` mbagħad fejn jaqblilhom jużawha jew inkella jużaw biss dik l-istatistika li verament ikunu jistgħu jiggwadanjaw minnha.", "Hawnhekk qed nirriferi partikolarment għall-istatistika taż-żgħażagħ u l-qgħad.", "Qed jgħidu li iktar minn 58% taż-żgħażagħ qed jirreġistraw.", "Ovvjament qegħdin jikkwotaw il-labour force survey li jaqbad liż-żgħażagħ ta' bejn il- 15 u l-24 sena.", "Issa diġa` nafu li hemmhekk għandek sena minnhom li dawn żgur ma jistgħux ikunu qed jaħdmu.", "Qatt m'huma jikkwotaw l-istatistika assoluta ta' dawk li huma żgħażagħ registered unemployed bejn is-16 u l-24 sena għaliex hemmhekk, anke skond l-economic survey li kien ippubblikat anke ma' dan il-budget, jirriżulta li l-perċentwali ta' żgħażagħ li kienu qegħdin jirreġistraw f'Settembru ta' din is-sena kien ta' 29.3%.", "Dan huwa ħafna inqas minn snin bħal l-1997 meta kienu huma fil-gvern, u meta l- perċentaġġ kien ta' 30%.", "L-Onor.", "Carmelo Abela tkellem ukoll fuq il-ħidma fost iż-żgħażagħ u qal li aħna mhux qed inpoġġhom fuq il-bordijiet.", "Ta' min igħid li dan il-gvern poġġa liż-żgħażagħ fl-iktar żewġ bordijiet importanti, il-welfare commission u l-MCESD.", "Naħseb li dan żgur huwa apprezzament għaliex dawn huma żewġ bordijiet li jistudjaw x'qed jiġri fil-preżent u x'se jiġri fil- futur u meta l-gvern daħħal liż-żgħażagħ fihom kien qed idaħħalhom fl- ippjanar strateġiku.", "Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tinqasam bejn diversi ministri fosthom dak responsabbli mis-saħħa u dak responsabbli mill-housing imbagħad hemm ċerti setturi li jaqgħu taħt il-ministeru tagħna fosthom l-edukazzjoni, il- kultura u l-isports.", "Jien naħseb li waħda mill-isfidi li għandna hija kif se nkunu kapaċi nikkoordinaw il-ħidma li taqa' taħt ministeri differenti.", "Mr Chairman, aħna għandna r-rwol primarju li nkunu ta' sostenn lill- għaqdiet.", "Hawnhekk naħdmu ma' ħafna għaqdiet, fosthom mal-Kerygma u l- NSTS, u nagħtu dan is-sostenn għaliex nemmnu li anke l-edukazzjoni informali hija forma ta' edukazzjoni.", "Aħna nemmnu li l-gvern għandu rwol f'dan kollu u jekk jagħmel studju, wieħed jinduna kemm żdiedu l-fondi għal dan il-qasam.", "Aħna tajna din iż-żieda għaliex nemmnu bis-serjeta` li dawn l- għaqdiet għandhom bżonn l-għajnuniet.", "Argument li wieħed jisma' huwa li l-għaqdiet taż-żgħażagħ m'għadhomx daqshekk moda.", "Din is-sena waħda mill-affarijiet li għamilna kienet li kkummisjonajna studju biex naraw jekk verament dawn l-istatements humiex reali u x'inhi l-parteċipazzjoni fl-għaqdiet.", "Dan l-aħħar ukoll nies ta' l- istatistika qaluli li qed jiġbru ċerta statistika, fuq dħul, fuq infiq u statistika fuq parteċipazzjoni.", "Waħda mill-iktar statistika li lili mpressjonati - u hawnhekk hawn ftit affarijiet tajbin, għaliex kultant nisimgħu n-negattiv biss – hija l-istatistika ta' kemm hawn membri f'għaqdiet li turi li l-membership sploda fis-sena 2000.", "Fejn qabel kienet xi 50,000 f'daqqa waħda - u nisperaw li issa ma jgħidulniex li din l- istatistika hija mbagħbsa - fis-sena 2001 telgħet għal 86,000.", "Jiena naħseb li ta' min wieħed jagħmel studju għalfejn hawn splużjoni fil- membership fl-għaqdiet.", "Sur President, naħseb li waħda mir-raġunijiet għal dan hi li qed tingħata ċerta għajnuna lill-għaqdiet taż-żgħażagħ anke permezz ta' fondi.", "Aħna qed ngħinu lill-għaqdiet billi nagħtuhom ukoll it-teknoloġija ta' l- informatika, il-Youth Year 2000 pero` naħseb li waħda mill-iktar affarijiet li qed tgħin hija l-programmi ta' l-Unjoni Ewropea fejn qed ikun hemm fondi li l-għaqdiet taż-żgħażagħ jistgħu jieħdu minnhom.", "Jien se npoġġi fuq il- mejda tal-Kamra lista ta' l-għaqdiet li jibbenefikaw.", "Il-programm Youth varajnih fi Frar ta' din is-sena u fl-istess xahar f'dan il-programm kellna diġa` iktar minn 20 proġett.", "Ix-shadow minister qal li anke ma nidħlux membri fl-Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nibbenefikaw u bħala eżempju semma' l-Isvizzera li daħħlet 20 proġett.", "Aħna f'għaxar xhur diġa` daħħalna iktar minn 20 proġett, u jekk inqabblu dan in-numru ma' dak ta' l-Isvizzera nindunaw li ta' l-Isvizzera huwa xi ħaġa insinifikanti.", "Jekk imbagħad naraw f'termini ta' statistika assoluta ta' parteċipazzjoni f'dan il-programm insibu li diġa` pparteċipaw 166 benefiċċjarju Malti.", "L-ammonti li ħadu s'issa kienet diġa` ta' Lm60,000 jiġifieri diġa` huma ammonti sostanzjali.", "Għandna wkoll mezzi oħra ta' kif jieħdu l-fondi.", "Forsi l-Partit Laburista fil-gvern seta' beda l-parteċipazzjoni fil-Euro-Med Youth Action Programme pero' ma bediex u naħseb li ta' min jistaqsi għalfejn ma bediex.", "Dan il- programm ukoll qed iżid l-ammont ta' fondi li l-għaqdiet taż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom u din, kif għedt diġa`, ġabet paradigm shift fil-mod kif iż-żgħażagħ jagħmlu l-ħidma tagħhom.", "Il-fatt li jkun hemm żiedet il-fondi li jistgħu jibbenefikaw minnhom naħseb li jnissel ċertu interess anke rigward l-istess ħidma ta' l-għaqdiet.", "L-oppożizzjoni tagħmel ukoll kritika li l-vot ta' l-edukazzjoni naqas.", "Hawnhekk ta' min igħid li dak li qed jintefa' fuq il-programmi Ewropej m'huwiex qed jiddaħħal fl- equation.", "L-Onor.", "Abela anke staqsa x'inhuma eżatti l-proporzjoni ta' dak li qed iħallas il-pajjiż u dak li qed tħallas l-Unjoni Ewropea.", "Għas-sena d-dieħla hija ċara.", "Fuq programmi edukattivi se jkun hemm nefqa totali ta' Lm1.9 miljun li minnhom l-Unjoni Ewropea se toħroġ Lm963,000.", "Dawn l-Lm1.9 miljun jerġgħu jiġu lura kollha fl- għaqdiet.", "Jiġifieri żgur li l-ammonti li se jispiċċaw jiġu lura f'Malta huma ħafna iktar milli jkun qed joħroġ inizjalment il-gvern Malti.", "Waħda mill-affarijiet ukoll li hija challenge hija li verament ikollna politika nazzjonali għaż-żgħażagħ.", "Meta tlajna f'din il-leġislatura mill- ewwel bdejna nirfunaw din il-politika pero' naħseb li rridu nibdew inħarsu b'mod iktar serju kif ikollna implimentazzjoni strateġika.", "Hija waħda miċ- challenges li se nieħdu mis-sena d-dieħla, li nibdew nirrevedu u nimplimentaw il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ.", "L-Onor.", "Abela qal li ma sar xejn fuq iż-żgħażagħ u fuq is-saħħa.", "Nixtieq informah li llum stess fil-Kabinett għadda l-memo kif is-segretarjat taż- żgħażagħ u d-dipartiment taż-żgħażagħ se jibdew jikkollaboraw fuq żewġ proġetti fuq is-saħħa u ż-żgħażagħ.", "Dan ifisser li m'huwiex veru li m'għamilna xejn dwar din il-wegħda.", "Ovvjament aħna għandna terminu ta' ħames snin, għadna fit-tielet sena u dawn il-wegħdiet qegħdin iwettquhom kollha.", "Rigward sport irrid ngħid li dan ukoll kien wieħed mis-setturi li meta dħalna fih, kif għedt, f'din il-leġislatura kien qisu t-tema ta' konferenza li konna għamilna fil-bidu ta' din il-leġislatura \"sport: business as usual\" għaliex ħafna drabi kellna l-isport li ma kien jiċċaqlaq xejn ġdid.", "F'dan il-qasam altro che hemm bżonn inizjattiva.", "U naħseb li kif wieħed jgħid bl-Ingliż, we have overwhelmed dan is-settur bl-inizjattivi li ħadna.", "Ta' min igħid li ma konna sibna l-ebda proġett fil-pipeline, ma sibna proġett ta' żvilupp ta' faċilita'.", "Sibna wkoll li tliet kwarti mill-pixxina għadha m'hijiex użata, ma sibna l-ebda sistema ta' taħriġ tal-coaches.", "Kien hawn assoċjazzjonijiet - u għad hawn assoċjazzjonijiet - li lanqas għandhom faċilita' fejn jagħmlu l-laqgħa tal-kumitat.", "Hawn assoċjazzjonijiet li jkollhom jikru s-sala minn fejn jorganizzaw il-leagues tagħhom.", "Minkejja dawn in-nuqqasijiet fl-amministrazzjoni l-oħra kienu vvotaw Lm0.25 miljun li minnhom intefqu Lm110,000 li ħafna minnhom kienu tqassmu lill-għaqdiet.", "Sur President, b'wiċċi minn quddiem ngħid li dan il-qasam biddilnih u żewġ inizjattivi kbar li ħadna mill-bidu kienet waħda li norganizzaw il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fl-2003 u t-tieni li nibnu tliet ċentri sportivi nazzjonali.", "L-Onor.", "Abela staqsa dwar kemm se nibnu ċentri.", "Meta l-memo tat-tliet ċentri tela' l-Kabinett, il-kabinett kien qal li għandna mmorru għall-viżjoni li nibnu tliet ċentri sportivi reġjonali pero' nkomplu l- investiment fiċ-ċentri tal-Marsa, ta' Ta' Qali u l-pixxina.", "Ħafna drabi tibqa' lura għaliex il-fażi ta' ppjanar u l-fażi ta' anke applikazzjoni tal- planning authority kważi teħodlok iktar ħin milli l-fażi ta' kostruzzjoni minnha nfisha pero' żgur li bdejna mill-ewwel b'żieda gradwali fil-budget.", "Anke f'dan il-każ jiena nixtieq inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra anke statement ta' kif kiber il-budget ta' dan is-settur.", "Imxejna anke għall- fatt li qed norganizzaw il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar għax dan l-impenn poġġa fuqna mill-ewwel ċertu obbligu ta' deadline li nlestu l-proġetti.", "L-Onor.", "Abela staqsa dwar kemm se jiġu jqumu l-proġetti.", "Dak tal-Kottonera se jqum Lm2.1 miljun, il-hall ta' l-universita' Lm500,000, it-track tal- Marsa Lm900,000, l-isqaush courts li saru diġa' Lm61,000, xi xogħol ieħor li sar fil-pixxina Lm100,000 u hemm anke proġettati ċerti improvements fil- faċilitajiet tal-Marsa.", "Aħna mpenjati wkoll li ċ-ċentru tal-Kottonera nlestuh jew sa l-aħħar tas-sena d-dieħla jew fil-bidu ta' l-2003.", "Ikkommettejna ruħna wkoll li l-hall ta' l-universita' jkun lest sa nofs is- sena d-dieħla.", "Bdejna wkoll mill-ewwel fuq l-iżvilupp tal-faċilitajiet l- oħra.", "Rigward il-Karwija għandna l-pjanti lesti u qed nistennew il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Mad-dipartiment tal-finanzi wkoll diġa' ftehmna fuq il-business plan ta' tliet snin biex nibdew niffinanzjaw dan il- proġett u nafu wkoll li fil-budget ta' l-2003 se jkollna Lm150,000 ivvotati għall-proġetti tal-Karwija.", "Sur President, dan kollu qed ngħidu biex nuri li aħna għandna viżjoni eżatta kif se nimxu fuq din il-wegħda elettorali.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-kumitat għall-bini ta' dawn iċ-ċentri għamel il-proposti tiegħu b'mod simili għal dak li jaħdmu l-CONI.", "Għal popolazzjoni ta' 90,000 l-Italja jonfqu Lm900,000.", "Aħna għax konna nafu li jkun ħafna aktar diffiċli biex timxi u tikkonkludi ċerti proġetti oħra f'leġislatura waħda għall-istess area, ddeċidejna li fil-Kottonera nibnu ċentru ftit ikbar mill-average u l- oħrajn se jkunu ċentri reġjonali tad-daqs kif kien propost anke f'dak ir- rapport.", "Fil-fatt anke l-istima tal-Karwija tal-parti msaqqfa hija Lm600,000 u mbagħad meta tiġi nkluża l-iskola - għax dan għaqqadnih ma' skola anke biex ikollok ċertu sharing ta' nfiq – l-istima titla' għal Lm800,000.", "Jiġifieri altro che milli qed inżommu l-wegħda ta' l-infiq li għamilna.", "Ovvjament waqt li qed nagħmlu dan kollu qed inkomplu bil- proġetti fil-faċilitajiet l-oħrajn fosthom fil-pixxina u fit-track tal- Marsa.", "Sur President, waħda mill-iktar affarijiet li se ġġib tibdil se tkun il- liġi ta' l-isport.", "Il-ħsieb tagħna hu li nagħtu struttura aħjar għall- ħidma tal-gvern f'dan il-qasam.", "Mhux qed ngħidu li rridu nagħtu xi ħaġa minn dak li qed jagħmlu l-assoċjazzjonijiet, il-volontieri, dan qed jaħdmu b'mod tajjeb u anke l-istess liġi tasserixxi l-prinċipju li l-volontarjat għandu jkollu sehem importanti, pero' hemm bżonn li jkollna struttura aħjar fejn il-gvern jagħmel il-ħidma tiegħu.", "Għal dan il-għan fil-25 ta' Awissu nidejna white paper jiġifieri ħadd ma jista' jikkritikana li m'għamilniex proċess ta' konsultazzjoni pubblika.", "Aħna għamilna laqgħat pubbliċi u laqgħat iffokati ma' għaqdiet u smajna anke ċerti individwi.", "Jien jiddispjaċini li l-oppożizzjoni sal-lum għadha ma qalet xejn fuq ħafna affarijiet importanti.", "Per eżempju għadha ma qalet xejn dwar jekk għandniex, insaħħu jew indgħajfu din l-istruttura u jekk ir- rwol tal-ministru bil-liġi kif proposta hux jissaħħaħ jew jiddgħajjef.", "Ma smajna xejn dwar x'għandhom ikunu l-interessi u l-prinċipji li għandhom jitħarsu.", "Xi ħadd fil-kunsill ġenerali tagħna qal li l-oppożizzjoni qed toqgħod gallerija.", "F'dan il-każ għall-oppożizzjoni nistgħu nużaw l-idjoma Maltija \"omm ġifa qatt ma tagħli\".", "Dan qed ngħidu għax tan-naħa l-oħra m'humiex qed jieħdu pożizzjoni fuq l-ebda white paper ta' dan il-ministeru.", "Dawn joqogħdu jistennew sa l-aħħar u mbagħad jieħdu pożizzjoni fl- aħħarnett.", "L-unika kritika li smajna min-naħa l-oħra kienet fuq id- dipartiment taż-żgħażagħ u sport.", "Daqshekk biss, imma fuq ħafna prinċipji importanti li hemm fuq il-liġi ma smajna xejn.", "(Interruzzjonijiet) Le, Mr Chairman, jien għandi ħin limitat u ma naċċettax.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, ma nixtieqx intellfu pero' qed jimmiżlidja lill-Kamra.", "Fuq il-liġi ta' l-isport jaf li sar seminar anke fuq il-kunsill ta' l-Ewropa u aħna tajna l-kummenti tagħna.", "Mhux veru li ma tajna xejn kummenti.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, jien smajt il-preżentazzjoni li għamel f'dik il-laqgħa.", "Kienu affarijiet ġeneriċi.", "Qgħdna gallerija u we were skirting the issues.", "M'għedna xejn importanti fuq xi tgħid il-liġi.", "Ikollok l-assoċjazzjonijiet jibgħatu patafjun ta' kummenti fuq klawsoli partikolari pero' mill-banda l-oħra għandna oppożizzjoni li toqgħodlok gallerija.", "Fil-ftit minuti li fadalli nixtieq nirriferi għall-ħidma li qed nagħmlu fil- qasam tax-xjenza u teknoloġija.", "Xi ħadd kien qal anke min-naħa l-oħra li l- kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija qiegħed f'koma.", "Aħna fil-bidu sibna dan il-kunsill mingħajr viżjoni.", "Il-gvern tal-Labour ftit li xejn kien jaf x'se jagħmel b'dan is-settur u dan kien rifless anke f'dak li sar f'Bighi, fejn f'daqqa waħda kellna viżjoni ta' kif niżviluppaw Bighi u f'daqqa waħda qal li l-kunsill ma jmurx Bighi, tefa' ċ-ċentru tar-restawr, m'għamel xejn biċ-ċentru tar-restawr u raqad kollox.", "Kien rifless anke fl- ingaġġ li kien sar taċ-chief executive ta' dak iż-żmien.", "Dan kollu sar minkejja li dan huwa settur li kull pajjiż li għandu l-livell ta' għajxien li għandna aħna jgħid kemm huwa importanti li tinvesti f'dan il-qasam.", "Dan huwa l-qasam li jixpruna t-tkabbir ekonomiku.", "Bħas-settur taż-żgħażagħ dan huwa settur li jrid jaħdem b'mod orizzontali, jiġifieri across the ministries għax ma' dan il-qasam imissu l-IT, l-e- government, il-businesses iż-żgħar, l-ambjent, l-enerġija, l-istatistika, il-laboratorju ta' l-istandards u l-universita`.", "Dan il-modus operandi li taħdem across ministries huwa fundamentali u naħseb li huwa minħabba nuqqas f'dan li qed ngħid li fi żmien amministrazzjoni Laburista dan il-kunsill kien sar introvert.", "Ġieli ssemmiet ukoll l-energy policy.", "Din kienet xi ħaġa li suppost issir b'sistema ta' networks pero' meta dħalna aħna sibna xi ħaġa li ma kenitx żviluppata.", "Kien hawn min staqsa b'ċerta preokkupazzjoni reali - u għandu raġun – dwar x'sar minnha.", "Illum nistgħu ngħidu li l-energy policy hija pjuttost lesta.", "Bħalissa qed nikkonsultaw ma ċerti esperti dwar xi partijiet minnha u nisperaw li sal-bidu tas-sena d- dieħla jkun preżentat l-ewwel draft lill-Kabinett biex imbagħad jingħata lir-resource authority biex jimplimentaha.", "Sur President, jekk hemm settur li qed jiggwadanja mill-isħubija fil- programmi Ewropej dan huwa s-settur tax-xjenza u t-teknoloġija.", "Hawnhekk ta' min igħid li bil-kliem il-Partit Laburista jgħid li m'huwiex kontra l- programmi Ewropej imbagħad meta tela' fil-gvern bejn l-1996 u l-1998 kien waqqaf is-sħubija fl-FP IV.", "Dan għamlu minkejja li f'dan il-qasam aħna għadna nibdew u għandna bżonn capacity building enormi.", "Kien hawn min kellu dubji jekk id-deċiżjoni li nipparteċipaw hijiex għaqlija.", "Ngħid biss li jien impressjonat bir-rata ta' suċċess li kellna u li kienet riflessa fil- proġetti approvati li jammontaw għal Euro900,000, li huwa ħafna iktar mill- ammont ivvotat.", "Per eżempju l-akbar benefiċċju li qed tagħti sħubija f'dan il-programm huwa l-ewwelnett in-networking.", "Il-programm imiss ħafna oqsma u f'kull qasam għandek bżonn contact point.", "Il-contact point jiġi minn oqsma differenti pero` dik in-network ta' contact point qed iġġiegħel lil diversi esperti f'diversi ministeri biex għall-ewwel darba jibdew jaħdmu flimkien.", "Ħaġa oħra ta' benefiċċju hija s-sinerġija ma' l-imsieħba barrranin u t- taħdidiet li qed nieħdu sehem fihom.", "Din hija xi ħaġa li ma jgħiduhiex ta' l-oppożizzjoni.", "Huwa veru li nistgħu noqogħdu nipparteċipaw on a project by project basis f'dan il-qasam pero` b'dan il-mod inkunu esklużi totalment mill-fora l-importanti.", "Per eżempju Malta diġa` qed tissieħeb fit- taħdidiet fuq il-programm li ġej FP VI.", "Pajjiżi bħall-iSvizzera m'humiex parti minn dan il-forum.", "L-iktar ħaġa li tagħtik sħubija f'dan I-programm hija l-proċess ta' capacity building li jġiegħelek tara dan is-settur kemm huwa kbir jew kemm huwa dgħajjef u allura għall-ewwel darba qegħdin inkejlu, qed nagħmlu innovation service f'dan il-pajjiż biex imbagħad inwaqqfu l-istrutturi li għandna bżonn.", "Dawn jissejħu innovation relay centres u huma ntiżi biex jgħinu lis-small and medium sized enterprises.", "Jiena ngħid li f'dan il-pajjiż xi darba rridu naslu biex nibdew nitkellmu li jkollna programm nazzjonali għar-riċerka.", "Naħseb li jekk ma tagħtina xejn, sħubija f'dan il-programm tagħtina din il-viżjoni ta' fejn għandna mmorru f'settur li verament jista' jkompli jixpruna t-tkabbir fl-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Fid-diskors tal-budget l-Onor.", "Alfred Sant kien ħa l-aħħar nofs siegħa biex jipproponi programm ta' gvern alternattiv.", "Ma qgħadx jindirizza l-budget imma donnu qagħad jindirriza l-polls li forsi kienu qed jindikaw li ma tantx huwa b'saħħtu.", "Dan qagħad jgħidilna kemm se jonfoq u qalilna li se jibda jinvesti fir-riċerka u fl-innovazzjoni.", "Hawnhekk ngħid li aħna mhux paroli għandna bżonn imma fatti.", "Jiena ngħid li l-Partit Laburista għandu love-hate relationship mal-programmi Ewropej.", "Jgħid li se jwaqqaf il- proċess ta' sħubija pero` jargumenta li xorta waħda rridu nibqgħu nipparteċipaw fihom.", "Naħseb li l-poplu Malti jrid statement ċar dwar dan kollu.", "Fid-diskors tiegħu wkoll, l-Onor.", "Alfred Sant qal li Malta qiegħda tonfoq ħafna minħabba l-proċess ta' sħubija u kkwota Lm11 miljun li hemm ivvotati fil-budget biex niġu in line ma' l-acquis.", "Hawnhekk ta' min igħid li ħafna proċessi li nbdew, issa anke ta' capacity building, ta' żvilupp ta' ċertu strateġija f'diversi oqsma jkollhom jieqfu jekk Malta tieqaf minn dawn il- programmi.", "Din hija ħaġa li tinkwetani ħafna u naħseb il-poplu Malti jrid ikun jaf il-pożizzjoni eżatta ta' l-oppożizzjoni f'din il-ħaġa.", "Nagħlaq billi ngħid li f'dan il-ministeru qed nindirizzaw il-wegħdiet kollha u naħseb li fis-sentejn li ġejjin ma jkunx għad fadal wegħda waħda elettorali li ma nkunux indirizzajna b'serjeta`.", "Sur President, nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d- dokumenti li rreferejt għalihom fid-diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess( (Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar proġetti li ggwadanjaw taħt il-programm YOUTH ta' l- Unjoni Ewropea għas-sena 2001;", "Tagħrif dwar l-allokazzjoni għal spiża mill-Gvern għas-snin bejn l- 1996 u l-2002; u", "Dokument dwar l-Euro-Med Youth Action Programme (Malta) in konnessjoni mal-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru ta' l- Edukazzoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett, għalkemm diġa` indirizzajt is-suġġett fil-parlament permezz ta' aġġornament tal-Kamra, nixtieq nassoċja ruħi mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Bartolo dwar il-mewt u t- telfa ta' Dr. Ġuże` Cassar li wkoll kien ministru ta' l-edukazzjoni, pero' qabel ma ngħaddi biex inwieġeb għall-kummenti li saru llejla xtaqt infakkar persuna oħra.", "Illum dfinna lil Doreen Micallef li mietet nhar is-Sibt li għaddew fl-eta' ta' 52 sena.", "Fil-fehma ta' ħafna din kienet tirrappreżenta leħen feminili importanti fil-letteratura moderna tagħna.", "Fil-fatt jirriżulta li prattikament hija l-unika awtriċi li kitbet għat-teatru mis- snin 60 'il hawn.", "Micallef kienet waħda mill-protagonisti tal-moviment qawmien letterarju fis-snin 60 u fis-snin 70 u x-xogħlijiet tagħha huma tipiċi ta' l-ideoloġija ta' dak iż-żmien.", "Niftakar li x-xogħlijiet tagħha kienu jinħadmu quddiem pubbliku numruż fost repetorju li kien jinkludi xogħlijiet ta' drama ta' nies bħal Dr Alfred Sant, Oreste Calleja u oħrajn.", "Il-kritiku Prof. Serracino Inglott irrefera għall-kitbiet tagħha bħala kitba-azzjoni filwaqt li Oliver Friggieri fil-kritika tiegħu jitkellem dwar il-poeżija ta' Micallef bħala waħda li hija ta' ċertu valur letterarju u allura ħassejt li fil-bidu ta' dan id-dibattitu fuq l-edukazzjoni u l- kultura jkun xieraq li nsemmi lil Doreen Micallef.", "Sur President, jiena naħseb li l-parlametari kollha nafu lil Doreen għax din għamlet perijodu tiġi sikwit il-parlament titħadded ma' diversi minna.", "Illum inżerta jum il-persuni b'diżabilita`.", "Doreen Micallef ukoll kellha ċerta diżabilita` fiżika u dawk li kienu qrib tagħha kolha jafu l- ġenerożita` li kienet turi ma' kulħadd.", "Iktar ma' d-dinja qisha tatha bil- ħarta u iktar ma' kellha tiċċaħħad minn ħafna affarijiet iktar kellha l- kapaċita` li tipprova tkun tista' tagħmel il-ġid ma' kulħadd.", "Fl- appartament fejn kienet tgħix waħedha fil-Belt instabu għadd ta' poeżiji ġodda u naħseb li jkun tajjeb jekk il-kunsill nazzjonali tal-ktieb u l- akkademja tal-Malti jieħdu ħsieb biex dawn il-poeżija jinġabru u jiġu magħrufa.", "Kienet figura oħra, Sur President, li għandha l-aspett ta' l-umanita` tagħha.", "Aħna li konna nafuha nafu kemm kellha aspirazzjonijiet kbar għaliha nnifisha u anke għall-poplu Malti kollu kemm hu, u allura ħassejt li huwa xieraq li fl- okkażjoni tal-lum anke ngħid kelmtejn fuqha.", "Sur President, irrid ukoll ngħid kelmtejn ta' ringrazzjament.", "Jien inħobb nibda bihom dawn għaliex tkun għaddiet sena, inkunu wettaqna ċerta ħidma u jien dejjem ngħid li l-ħidma ssir bil-ħila, bis-sagrifiċċju u bl-impenn ta' eluf kbar ta' nies.", "Jien nirringrazzja lill-ħbieb tiegħi ta' l-oppożizzjoni li jsegwu l-ministeru tagħna b'tant affidjosita`, nirringrazzjahom għaliex għalkemm ikun hemm diversi okkażjonijiet meta ma naqbilx ma' dak li jgħidu, pero` huwa kliem li dejjem naħseb fuqu u nipprova nislet dawk il- konklużjonijiet, dawk it-tagħlimiet, dawk l-ideat li jidhirli li jistgħu jkomplu jagħmlu ġid għal pajjiżna.", "Ridt ukoll nirringrazzja ħafna lil dawk kollha li jaħdmu madwari fil- ministeru, lis-segretarju permanenti u l-istaff tiegħu, lis-Sur Pawl Attard u lid-direttur ġenerali ta' l-edukazzjoni s-Sur Chalres Mizzi, diretturi sħabu kollha u l-uffiċjali kollha tagħhom.", "Hemm ukoll il-kapijiet l-oħrajn tad-dipartimenti u l-istaff.", "Kelma ta' ħajr speċjali nagħtiha lill- kapijiet u lill-għalliema u lill-ħaddiema kollha fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u dawk privati, lir-rettur u lil dawk li jaħdmu fl-universita`.", "Din is-sena rrid inżid linja oħra biex nirringrazzja lill-president, il- bord u l-prinċipal tal-kulleġġ Malti ta' l-arti xjenza u teknoloġija u mbagħad hemm numru kbir ta' persuni li b'xi mod jew ieħor taw kontribut f'bordijiet, kumitati u xogħol ieħor li huwa konness mal-ministeru tagħna.", "Kelma ta' ħajr minn qalbi, Sur President, nagħtiha anke lit-trade unions, speċjalment lill-Malta Union of Teachers.", "F'din is-sena wkoll kellna diversi kollaborazzjoni u diversi laqgħat li huma dejjem ta' siwi fundamentali għat-tmexxija 'l quddiem fil-kamp ta' l-edukazzjoni.", "Sur President, aħna issa qegħdin nibdew navvanzaw fid-diskussjoni ta' dan il-budget, budget li l-oppożizzjoni tmaqdru bl-iktar mod negattiv, pero` finalment nistgħu ngħidu ħafna affarijiet.", "Kien hawn survey f'wieħed mill- ġurnali li wera li 63% ta' dawk li ġew avviċinati sostnew li l-budget huwa wieħed tajjeb.", "Smajna ħafna fuq iż-żgħażagħ min-naħa ta' l-oppożizzjoni pero' ta' min jgħid li minn dan is-survey ħareġ li kważi 71% taż-żgħażagħ qisu dan il-budget bħala wieħed pożittiv.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li l-poplu qed jiġi mgħakkes.", "Jien infakkar li n- nefqa fil-qasam soċjali żdiedet bi Lm72 miljun fi tliet snin.", "Kien hemm ukoll il-miżura tat-taxxa li hawn f'dan il-budget għal ħafna familji li għandhom lill-uliedhom fl-iskejjel ta' l-istat jew tal-knisja, jew privat li jfisser Lm2.80 fil-ġimgħa iktar.", "Jekk ma dawn iżżid il-Lm1.50 żieda fil- ġimgħa naraw li hawnhekk għandna l-familji li se jibqgħalhom iktar minn Lm4 fil-ġimgħa, u dan meta qegħdin b'rata ta' inflazzjoni li hija mill-iktar baxxa li hawn fid-dinja.", "Huwa bir-raġun li hawn ħafna li jaħsbu li dan huwa budget tajjeb.", "Ma dfan kollu mbagħad wieħed irid jara kemm inħolqu mpjiegi, kif qed jiġi kontenut anke l-qgħad b'mod ġenerali, u l-investiment l-ieħor kollu li qed isir.", "Sur President, l-Onor.", "Abela qalilna dwar il-wegħdi li għamilna fil- programm elettorali.", "Kieku l-kejl tal-progress ikunu l-wegħdi li nwettqu, nassigura lill-Onor.", "Abela li jekk jaqbad il-programm elettorali u tara x'wettaqna minnu jsib li aħna wettaqna ħafna u ħafna minn dak li mpenjajna ruħna għalih.", "Issa meta nitkellmu hekk ma nkunux qegħdin ngħidu li m'hawnx problemi pero' mbagħad ma naħsibx li dawn kienu tliet snin moħlija kif qed jgħidu tan-naħa l-oħra.", "Issa meta wieħed jifli x'intqal illejla, jien ngħid: Din analiżi tajba?", "Din djagnosi tajba?", "Dan l-allarm huwa ġustifikat?", "Jiddispjaċini ngħid li ma tistax tibni stampa serja ta' x'qed jiġri fl-edukazzjoni billi tfajjar il-figuri b'dan il-mod hekk parzjali u ma tipprovax tpoġġihom f'kuntest.", "Din il-ħaġa jagħmluha l-ġurnalisti imma ma jagħmluhiex il-politiċi li jridu jagħmlu politika ta' sustanza u strateġija ta' sustanzja.", "Intqal li l-Partit Laburista huwa l-partit ta' l-edukazzjoni.", "Jiena nixtieq li l-partiti kollha jkunu l-partiti ta' l-edukazzjoni, imma l-istorja ma tinbidilx għaliex nirrakkuntawha minn xi lenti partiġġjana.", "Aħna nafu x'ġara taħt il-Partit Laburista fil-gvern rigward ta' l-edukazzjoni u l- poplu Malti jaf ukoll x'ġara taħt il-Partit Nazzjonalista.", "Issemmew ukoll ħafna figuri ta' kemm studenti ma resqux għall-eżami u ta' kemm weħlu minn ċerti suġġetti pero` mbagħad tajjeb li wieħed jistaqsi aħna fejn konna għaxar snin ilu u xi progress għamilna minn għaxar snin ilu sal- lum.", "Ejjew nieħdu per eżempju l-human development report tas-sena l-oħra li joħorġu l-United Nations development progamme.", "Kieku kelli noqgħod fuq dak li smajt illejla mill-oppożizzjoni kont inpoġġi lil Malta kważi fl-aħħar tal-lista tal-pajjiżi tad-dinja pero' dan ir-rapport lilna jpoġġina fl- ewwel kategorija ta' pajjiżi.", "F'dan ir-rapport aħna qegħdin impoġġijin ma' pajjiżi bħall-Kanada, l-Istati Uniti, l-Awstralja, l-Ingilterra, l- Isvizzera, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, New Zealand, Spanja u Singapore.", "Prattikament aħna niġu eżatt wara Singapore.", "Jien mhux qed ngħid li dan huwa rapport – u qed nitkellem fuq il-parti li tittratta l- edukazzjoni – li jien għandi nserraħ rasi bih u allura niefqu naħdmu, imma ejjew inkunu wkoll raġunevoli u ma nagħmlux diskors li huwa tant negattiv!", "Tant isir diskors negattiv li prattikament tibda taqta' qalbek u tibda tgħid li ma tistax timxi iktar.", "L-istorja hija kompletament differenti.", "Aħna qed nipproponu nefqa globali din is-sena ta' Lm95 miljun.", "Dawn huma Lm6 miljun iktar mis-sena li għaddiet, Lm15-il miljun iktar minn sentejn ilu u kważi Lm23 miljun iktar minn dak li nefaq fl-aħħar budget gvern Laburista fl-1998.", "Issa l-istrateġiji, il-policies li qed insegwu huma fid-direzzjoni t-tajba?", "Huma ta' ġid għall-poplu tagħna?", "It-twettiq bil-fatti qed itejjeb is- sitwazzjoni f'dan il-qasam?", "Bħal f'kollox, anke fl-edukazzjoni u fil- kultura dejjem jifdal ħafna u ħafna li għad irid isir, pero` issa ejjew nirraġunaw ftit.", "Hawn min f'Malta u f'din il-Kamra jħares biss lejn kemm għadna lura.", "Hawn min imbagħad iħares biss lejn kemm għamilna, qisna bħal tal-flixkun, min jarah nofsu vojt u min jarah nofsu mimli.", "Sfortunatament illejla lanqas nofsu vojt ma rajnih.", "Rajnih prattikament flixkun kollu kemm hu vojt.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi d-diskorsi ta' l-oppożizzjoni anke jekk huma magħmul b'ċerti argumenti, m'humiex diskorsi raġonevoli.", "Huma diskorsi li jinkwadraw ruħhom fl-istrateġija ġenerali ta' l-oppożizzjoni li tpinġi stampa ta' kollox sejjer il-baħar u kollox qtigħ il-qalb.", "L-istrateġija ġenerali ta' l-oppożizzjoni hija tappan il-progress, ċajpar dak kollu li hu tajjeb u dak kollu li qiegħed isir u agħti stampa ta' tliet snin moħlija.", "Issa min se jemminhom, Sur President?", "Min se jemmen lill-Onor.", "Bartolo li jdoqq id-diska ta' Dr Alfred Sant li dawn huma tliet snin moħlija?", "Is-sens komun u l-interess ta' pajjiżna jgħidlek żomm saqajk fl-art, iżen dak li wettaqt, ara fejn ma mortx biżżejjed tajjeb ħalli tirrimedja, ara fejn mort tajjeb ħalli tagħmel kuraġġ u żomm quddiem għajnejk id-direzzjoni twila li għad fadal u x'pass jonqos tiddeċiedi u twettaq.", "Jiena meta nisma' diskorsi ta' dan it-tip jiddispjaċini jkolli nerġa' nirreferi jien għal survey ieħor li m'għamiltux jien u m'għamlux il-Partit Nazzjonalista imma għamluh ta' \"The Malta Independent\".", "Minn dan is-survey jirriżulta li għar-rigward tal- qasam ta' l-edukazzjoni 70% tan-nies li ġew mistoqsija jgħidu li huma jqisu dak li qed jagħmel il-gvern f'dan il-kamp bħala ħaġa li hija tajba.", "Sur President, jiena nemmen li fil-qasam ta' l-edukazzjoni aħna bdejna naraw il-frott ta' ħafna deċiżjonijiet tajba.", "Hawnhekk ta' min igħid li fl- edukazzjoni l-frott idum ħafna biex jidher u jekk illum bdejna naraw il- frott dan ifisser li llum qed naħsdu dak li sar permezz ta' deċiżjonijiet tajba li ttieħdu qabel l-elezzjoni ta' l-1996 mill-gvern Nazzjonalista, qed naħsdu l-frott ta' deċiżjonijiet tajba li ttieħdu qabel l-elezzjoni ta' l- 1998 mill-gvern Laburista u wkoll bdejna naqtgħu l-frott ta' ħafna deċiżjonijiet tajba u ta' ħafna xogħol li aħna ħadna f'dawn it-tliet snin.", "Dan mhux jiena qed ngħidu imma nisma' osservatturi indipendenti fil-qasam ta' l-edukazzjoni li jgħoddu dak kollu li ġara fl-aħħar snin u dak li qed jiġri bħalissa bħala mument importanti ħafna fl-istorja ta' pajjiżna u ta' l-edukazzjoni għax qed jaraw li f'dak li qed nagħmlu hemm iż-żerriegħa, hemm the making ta' qabża ta' kwalita', ta' bidla fil-kultura u l- mentalita'.", "Issa ħalli nħarsu ftit lejn xi argument li tqanqlu.", "Jien inqis li aħna ħdimna b'konsistenza biex tfassal il-kurrikulu nazzjonali ġdid u biex issa qed jitwettaq skond pjan li għalih il-gvern qed jiddedika fuq Lm600 miljun fuq firxa ta' ħames snin.", "Il-proċess ta' bidla u progress qed jiġi gwidat minn struttura ġdida fl-edukazzjoni li huwa l-kunsill nazzjonali dwar il- kurrikulu fejn hemm l-istakeholders kollha li huma involuti fl-edukazzjoni obbligatorja sa sittax-il sena.", "Twaqqfu 15-il grupp speċjalizzat li huma magħmula minn madwar mitt espert fl-oqsma kollha tal-kurrikulu.", "Ta' min igħid li dawn mhux se joqogħdu fiċ-ċentru, u dan qed ngħidu biex nuri li hija ħrafa oħra li l-affarijiet mhux qed jiġu miġġielda fuq il-kamp tal- battalja.", "Dawn in-nies xogħlhom se jkun fl-iskejjel, mal-kapijiet, ma' l- għalliema, ma' l-istudenti u l-ġenituri biex jaħdem kulħadd kemm jiflaħ ħalli kemm nistgħu nilħqu l-miri u l-livell li hemm fil-kurrikulu.", "Jien konvint li l-politika u l-istrateġija tal-kurrikulu nazzjonali tgawdi firxa ta' konsensus li qatt ma kien hawn bħalu f'Malta fl-edukazzjoni, u dan huwa mertu ta' kulħadd.", "Irrid ngħid li din hija qabża ta' kwalita', u hija mixja li r-rimja tagħha se tinfluwenza pożittivament l-edukazzjoni għal ħafna snin li ġejjin naturalment dejjem jekk ma tinqġalax xi disgrazzja, jiġifieri kif jgħidu l-Ingliżi we have to keep our fingers crossed.", "Issa fil-fatt x'inhi l-isfida kbira li aħna dħalna għaliha, Sur President?", "L-isfida kbira li dħalna għaliha naħseb li għandha tinġabar f'żewġ kelmiet, l-edukazzjoni inklussiva.", "Din l-edukazzjnoi inklussiva ilna nsemmuhom imma rridu nispjegawha ftit.", "Xi tfisser din, Sur President?", "L-ewwelnett naħseb li meta t-terminu beda jintuża seba' jew sitt snin ilu, x'aktarx fhimna li rridu ninkludu dawk is-servizzi meħtieġa fl-edukazzjoni biex tfal bi bżonnijiet speċjali li għandhom diffikultajiet mentali jew fiżiċi jieħdu t-tagħlim li jistgħu f'ambjent ta' skola normali, jiġifieri fil-mainstream.", "Id-diskors ma damx ma twessa' u bdejna nitkellmu fuq soċjeta' inklussiva.", "Dan ifisser li hawn Malta ma domniex imbagħad ma għamilna għażla ċara u distinta ta' politika edukattiva, ta' politika kulturali, soċjali u ekonomika li trid tassigura valur fondamentali.", "Mhux kull soċjeta' għamlitha din l-għażla.", "Hawn Malta għamilna l-għażla li aħna ma rridu li ħadd fis-soċjeta' jiġi mwarrab jew jibqa' mwarrab u ridna li ħadd ma jaqa' lura jew jiġi emarġinat.", "Għażilna triq li kulħadd jaf li hija diffiċli għaliex biex wieħed jasal għal dan il-livell hemm ħafna xogħol li jrid isir.", "Nafu wkoll li diffiċli li inti tasal biex kulħadd ikun imsieħeb fl-iżvilupp u t-tgawdija tal-frott tas-soċjeta'.", "Kulħadd jiġifieri li jsir f'dak kollu li umanament possibbli biex kull ċittadin, kull individwu, kull familja tiġi mgħejjuna, tegħleb l-ostakli, id-diffikultajiet, id-difetti, iċ-ċirkostanzi biex dak li tista' titgħallem u tikkrea u tipprodiċi sal- massimu tal-ħila tagħha tagħmlu ħalli sseddaq id-dinjita' tagħha ta' bniedem u tħossa parti sħiħa mill-komunita' fejn ngħixu bħal aħwa, fejn kulħadd iħossu responsabbli għal xulxin u fejn kulħadd jimpurtah minn kulħadd.", "Din hija sfida, Sur President, enormi, ambiżjuża u diffiċli li għaliha l- edukazzjoni trid tagħti sehem ewlieni.", "Issa fl-edukazzjoni xi jfisser dan kollu f'termini prattiċi?", "X'ġara s'issa, Sur President?", "Qabel l-aħħar gwerra l-edukazzjoni nafu li kienet għall-ftit f'kull livell.", "Kienet, tista' tgħid, għal dawk li ngħidulhom l-elite.", "Wara l-gwerra, fil- ħamsinijiet twettaq il-proċess ta' edukazzjoni primarja għal kulħadd.", "Għoxrin sena wara, jiġifieri fl-1970 beda l-proċess ta' edukazzjoni sekondarja għal kulħadd u qrib 20 sena wara, jiġifieri fid-disgħinijiet, beda l-proċess ta' edukazzjoni terzjarja għal kulħadd.", "Mela f'50 sena ftaħna l-edukazzjoni fil-livelli kollha tagħha għal kulħadd.", "S'issa wasalna hawn pero' din hija nofs l-istorja.", "Issa mhux sempliċement irridu niftħu għal kulħadd imma rridu edukazzjoni ta' kwalita' għal kulħadd, u dan huwa l- qofol tal-kurrikulu l-ġdid imsemmi \"Inwelldu l-ġejjieni flimkien\".", "Il-figuri li qed jiċċita' l-Onor.", "Bartolo f'liema kuntest irridu narawhom?", "Sal-lum, l-uniku kejl ta' suċċess ta' kull tifel u tifla kien ir-riżultati miksuba fl-eżamijiet, dawk li t-tekniċi ta' l-edukazzjoni jsejjħulhom l- assessment summattiv jiġifieri l-eżamijiet li norganizzaw għad dħul fil- junior lyceum, fil-common entrance examination, fil-Matsec u bordijiet oħrajn.", "Għandna dan l-uniku kejl meta għandna sistema edukattiva fejn għandna tipi differenti ta' skejjel u sistemi differenti mill-kindergarten 'il fuq ta' l-istat, tal-knisja u indipendenti.", "X'qed jiġri jekk nieħdu l- kejl li jsir fl-eta' bejn wieħed u ieħor ta' 11-il sena u l-kejl l-ieħor li jsir fl-eta' bejn wieħed u ieħor ta' 16-il sena( Hemmhekk nibdew insibu li f'din is-sistema li għandna hawn Malta, donnu għandna nofs imorru tajjeb u nofs li ma jmorrux daqshekk tajjeb immqa jmorru hekk u hekk jew anke jmorru ħażin bi problemi ta' illiteriżmu.", "Is-soċjeta` sa ftit ilu kienet pjuttost sodisfatta b'din it-tip ta' sistema u ftit li xejn kien hawn awareness tat- telf, ta' l-emoraġija ta' ħafna Maltin li ma kinux qegħdin jitħejjew biżżejjed skond il-ħiliet tagħhom.", "Sa ftit ilu f'dinja industrijali dan stajna ngħaddu bih, pero' issa x'ġara( Ġara li issa qegħdin mhux f'dinja industrijali imma f'dinja elettronika.", "Qegħdin f'soċjeta` li ngħidulha soċjeta` intelliġenti u allura m'għadux iktar possibbli li l-poplu tagħna javvanza jekk nibqgħu nikkuntentaw bis-sitwazzjoni li ksibna sal-lum.", "Minħabba f'hekk irridu nassiguraw riżultati aħjar mat-tfal u żgħażagħ kollha inkluż ma' dak in-nofs li s'issa ma tantx kien qed jirnexxielu javvanza fl-iskola.", "BaSur President, deħlin ukoll fi żmien fejn is-soċjeta`, in partikolari l- istudenti, il-ġenituri, l-għalliema, l-employers u l-istituzzjonjiet li qed joħorġu l-miljuni ta' liri għall-edukazzjoni u taħriġ qed jibdew jistaqsu mistoqsijiet dwar il-performance, il-livelli, l-istandards tas-sistema.", "Qed jistaqsu mistoqsijiet dwar ir-riżultati u rikonoxximent tagħhom kemm fid- dinja ta' l-edukazzjoni kif ukoll fid-dinja tax-xogħol.", "Qed tiżdied l- insistenza dwar l-assigurazzjoni ta' kwalita`, il-quality auditing, l- education auditing u dwar policies, strateġiji, investiment, kwalita` ta' skejjel, kwalita` ta' kapijiet ta' skejjel u kwalita` ta' għalliema fid- diversi suġġetti.", "Jiena ngħid li dan huwa wieħed mill-progressi li qed naraw fis-sistema edukattiva. lssa l-poplu qed jibda jistaqsi.", "Illum kulħadd se jibda jiġi fil-pożizzjoni skomda li jrid ikun accountable ta' għemilu.", "Illum mhux biss il-Ministru, l-permanent secretary, d-direttur ġenerali u d-diretturi biss iridu jkunu accountable ta' għemilhom – dawk l- ewwel u qabel kulħadd b'mos speċjali l-ministru - imma l-poplu qed jgħid li jrid li anke l-kapijiet ta' l-iskejjel u l-għalliema jkunu accountable.", "Dwar dan il-gvern ma baqax b'idejh fuq żaqqu, għax fil-fatt diġa` bdew jiġu introdotti miżuri ta' performance assessment anke ta' għalliema fl-iskejjel biex nibdew nilqgħu għal din il-kultura u din il-mentalita` ġdida u biex nirrispondu għal dan il-bżonn li qed iħoss kulħadd li rridu nibdew inkejlu sew u jkollna assigurazzjoni tal-kwalita` tax-xogħol ta' kulmin qed jaħdem fl-edukazzjoni.", "M'hemmx dubju li f'dan ir-rigward kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex għandna bżonn diskussjoni li ssir b'mod informat, b'mod oġġettiv, b'mod riċerkat, b'mod analitiku u f'atmosfera ta' djalogu mill-iktar serju.", "Sur President, fir-rigward tal-figuri li ssemmew illejla u għal ma nafx kemm-il darba...(Interruzzjonijiet) Dawn ilna nisimgħuhom, daqqa fuq ir- radju, daqqa f'\"The Times\" u daqqa fl-\"Orizzont\" (Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li l-oppożizzjoni m'hijiex qed tagħmel analiżi tajba tas- sitwazzjoni.", "L-analisi qed tagħmlu minn ċerta lenti preġudikata.", "Irrid ngħid li l-kurrikulu nazzjonali ma sarx f'vacuum, imma sar fil-kontest tad- dinja tal-lum.", "Sar ukoll biex isolvi whud mill-problemi –għax l-Onor.", "Bartolo ma jsemmihomx kollha imma wħud minnhom biss- - li ssemmi l- oppożizzjoni.", "Dan qed ngħidu għax l-oppożizzjoni tipprova tagħti l- impressjoni li li pajjiż li qisu m'hu qed jagħmel xejn u huwa helpless.", "Aħna għalfejn għamilna kurrikulu nazzjonali( Għalfejn għamilna pjan ta' strateġija( Għalfejn dan qed jitwettaq( Għalfejn ilħaqna agreements ma' unions( Għalfejn żidna n-nefqa fl-edukazzjoni( Aħna konxji ta' x'inhu l- kontest li qed ngħixu llum, ta' fejn waslet is-sistema edukattiva llum u ta' x'inhuma r-riżultati li qed tagħti s-sisema edukattiva llum.", "Nerġa' ngħid li sa ftit tas-snin ilu dawn ir-riżultati kienu jissodisfaw lis- soċjeta` Maltija imma llum m'ghadhomx u għalhekk sar il-kurrikulu nazzjonali ġdid.", "Għalhekk ħloqna strutturi biex niffaċilitaw is- soluzzjonijiet it-tajba għal pajjiżna.", "Sur President, kif diġa` għedt fl-aħħar snin ħadna ħafna deċiżjonijiet ta' importanza kbira għall-edukazzjoni u għandi fiduċja li l-metodu ta' djalogu li mxejna bih sewa mhux ftit biex nagħżlu direzzjoni tajba.", "F'din il- materja wkoll irridu naħdmu bit-triq tad-djalogu.", "Id-djalogu jrid iservi biex l-ewwel inkunu ċari fuq xiex qegħdin nitkellmu, it-tieni rridu nistabbilixxu l-mistoqsijiet it-tajba biex ikollna r-risposti t-tajba u it- tielet irridu niċċaraw il-konċetti.", "Huwa inutli li tibda tgħid għax hemm bżonn hekk u hemm bżonn hekk u li hawn dawn il-figuri imma mbagħad ma tkunx taf sew x'inhuma l-konċetti li qed titkellem fuqhom u x'inhuma l- implikazzjonijiet ta' dawk il-konċetti.", "Ma nistgħux nibqgħu ġeneralizzati.", "Ma nistgħux nibqgħu running with the hare and hunting with the hound.", "B'xi mod irridu nibdew nikkonkretizzaw id-diskors u tajjeb forsi 'l quddiem ikollna ftit diskussjonijiet bil-kalma u b'ħafna delikatezza fuq din l- istorja, għax huwa mportanti li niċċaraw il-konċetti u l-implikazzjonjiet ta' dawn il-konċetti biex imbagħad naraw liema huma l-policies u l- istrateġiji li rridu nfasslu.", "Huwa faċli tiċċita l-figuri u faċli tibqa' tirrepetihom għal għomrok.", "Ara l-figura li mill-eżami tal-junior lyceum ta' din is-sena kellna żieda ta' iktar minn 3% imkien ma ssemmiet.", "Sur President, qed ngħid dan għax wieħed m'għandux jibda jitkellem per eżempju dwar l-area secondary schools u l-junior lyceum mingħajr ma jgħarbel ftit il-kontest storiku.", "Hawnhekk m'iniex qed nirreferi għall- kontest storiku tas-16-il sena tal-gvern laburista, għax dak huwa kontest storiku li jiġi abhored kull ħin u kull mument min-naħa l-oħra għall- affarijiet ħżiena li ġraw fil-kamp ta' l-edukazzjoni u li għadna qed inbatu l-konsegwenzi tagħhom sal-lum.", "Mhux fuq dak il-kontest storiku se nitkellem, imma se nitkellem fuq il-kontest storiku tagħna ta' kemm ilna fil-gvern aħna.", "Dan il-kuntest x'fisser fuq il-kultura u l-mentalita` tal- ġenituri u ta' l-għalliema maltin?", "Illum x'inhi l-aspirazzjoni ta' l- għalliema li għandna.", "Imbagħad irridu nifhmu wkoll x'inhuma dawk il-bidliet u dawk l-Iżviluppi - li uħud minnhom irrefera indirettament għalihom il- kelliemi ta' l-oppożizzjoni - li qed iseħħu u li rridu nirrassenjaw ruħna magħhom li qed iseħħu.", "Huma żviluppi u bidliet li m'hu se jżommhom ħadd u rridu nippreparaw ruħna għalihom.", "Sur President, l-iktar li ssemmew mill-oppożizzjoni kienu dawk li ngħidulhom l-area secondary schools.", "Il-figuri li l-iktar li jiġu enfasiżżati biex inpinġu stampa ġeneralizzata ta' diżastru assolut huwa billi ngħidu dwar kemm mill-istudenti ta' l-area secondary jersqu għall- eżami tas-SEC imbagħad kemm minnhom jgħaddu.", "Kif irridu ninterpretawha din l-istorja( Aħna kellna żmien meta kien hawn il-junior lyceums u l-area secondaries, dawn kellhom l-istess kurrikulu, l-istess sillabu, l-istess time-table ta' disa' suġetti imma l-area secondaries, biex tgħaxxaqha kellhom inqas ħin biex jgħallmu l-istess affarijiet tal-junior lyceums.", "Fl- ewwel nofs tas-snin 90, fi żmien il-Ministru Ugo Mifsud Bonnici saret bidla fejn hemmhekk inqalbu s-cycles.", "Kien hemm żmien meta fl-ewwel sentejn kont tagħmel ċerti affarijiet imbagħad tagħmel l-għażliet u fit-tielet snin l- oħra jkollok suġġetti differenti.", "Dan is-cycle inqaleb biex iddum l-ewwel tliet snin tagħmel ċerti affarijiet imbagħad ikun fl-aħħar sentejn li tagħmel affarijiet oħra b'kurrikulu differenti.", "Minħabba f'hekk minn disa' s-suġġetti niżlu għal seba' suġġetti.", "L-Onor.", "Bartolo kultant jissuġġerixxi li minflok seba' għandna nniżżluhom għal madwar ħamsa.", "Bdejna naraw ukoll li anke fil-każ tat-trade school, l-għażla ġiet ritardjata b'sena.", "X'ġara iktar fi żmien il-ministru Michael Falzon( Ġara li fl-1996 żdiedu l- postijiet fil-junior lyceums u dan il-pass fisser li numru ta' studenti li qabel kienu jispiċċaw fl-area secondaries issa bdew jidħlu u setgħu jidħlu fil-junior lyceums.", "Irid jiġi eżaminat din il-bidla ta' l-1996 x'effett kellha fuq il-junior lyceums u fuq l-iskejjel sekondarji( Għaliex numru żgħir mill-iskejjel sekondarji jidħol biex jagħmel is-SEC u numru iżgħar jgħaddi( Din hi l-mistoqsija t-tajba li rridu nagħmlu fuq l-iskejjel sekondarji jew din il-mistoqsija hija żbaljata li nagħmlu fuq l-iskejjel sekondarji( B'dak il-kriterju rridu niġġudikaw l-iskejjel sekondarji jew bi kriterji differenti( Imbagħad minn hawn toħroġ il-mistoqsija: Dawn l- iskejjel sekondarji huma dak li għandna bżonn fil-pajjiż?", "Għandhom jibqgħu hekk jew għandna naħsbu għall-evoluzzjoni tagħhom( L-iskejjel sekondarji fejn imorru mijiet ta' ġuvintur u tfajliet għandhom jibqgħu jkomplu jippreparaw lill-istudenti tagħhom għall-istess tip ta' ċertifikazzjoni li jippreparaw għaliha lill-istudenti tal-junior lyceum( Jekk qed nifhem tajjeb l-Onor.", "Bartolo qed jgħid li għandna nsibu sistema differenti ta' ċertifikazzjoni.", "F'dan l-istadju nistaqsi l-mistoqsija: Jagħmel sens li jkollna skejjel sekondarji li fil-verita` qed jikkopjaw, mingħajr qatt m'hu se jirnexielhom jikkopjaw b'mod awtentiku lill-junior lyceums jew għadnna nsibu l-istrateġija u l-policies biex l-iskejjel sekondarji nagħtuhom funzjoni propja skond il-prinċipju kardinali tal-kurrikulu nazzjonali, li wara kollox hu mibni fuq rikonoxximent tad-diversita` fil-ħiliet bejn l- istudenti( Hemm jew m'hemmx bżonn li niddisinjaw sistema ta' ċertifikazzjoni kredibbli rikonoxxuta li tassigura ċertifikazzjoni pluralistika u mhux sistema ta' ċertifikazzjoni waħda li hija tas-SEC( Jekk nagħmlu hekk dawn iċ-ċertifikazzjonijiet għandhom jibqgħu jiġu mill- universita` jew għandhom jibdew jiġu minn xi organizzazzjoni oħra( Kif nassiguraw li din iċ-ċertifikazzjoni tkun kredibbli u rikonoxxuta( Biex dan isir x'irid jinbidel fis-sistema( Faċli titfa' figura u tgħid mill- area secondary daqshekk jagħmlu l-eżami tas-SEC u daqshekk jgħaddu.", "Din l- informazzjoni nagħtihilek jien fil-mistoqsijiet parlamentari.", "Issa apparti l-mistoqsijiet li diġa' għamilt hawn ħafna iktar mistoqsijiet li jridu jsiru dwar kif irridu nibdlu dan il-qasam, u jiena ngħid li l-mistoqsijiet iridu jsiru mhux biss għar-rigward ta' l-iskejjel sekondarji imma anke dwar l-iskejjel l-oħrajn.", "Tajjeb ngħidu li dan ix-xogħol qed isir fis-sistema edukattiva u l- mistoqsijiet li għadni kemm għamilt jiġu magħmula wkoll min-nies kollha li hemm involuti f'dan il-qasam li huma n-nies li jaħdmu fil-kunsill tal- kurrikulu, fil-focus groups, fid-diviżjoni u fid-diversi dipartimenti.", "Dawn huma l-mistoqsijiet li qed jitqabdu magħhom biex itejbu - u qed itejbu għax riżultati aħjar diġa` qegħdin jidhru – dawn l-affarijiet.", "Jidhirli li l- gvern irid ikun dejjem dispost li jiddiskuti kollox f'din il-kwestjoni biex isib dak li hu ta' l-ikbar ġid għal pajjiżna, pero` hemm ċerti punti li jiena ċar fuqhom.", "L-ewwelnett m'għandna nagħmlu xejn li jista' jbaxxi l-istandards la across the board u lanqas f'xi eżamijiet.", "Ma nistgħux nipprovaw insibu s- soluzzjonijiet li ġieli pprovaw isibu f'pajjiżi oħrajn fejn sabu soluzzjonjiet biex jibda jkollhom ċertifikazzjoni aħjar imma l-istandards jitbaxxew.", "It-tieni punt li ninsisti fuqu huwa li ma nagħmlu xejn li jista' jtellef jew iniżżel il-livell ta' dawk li kapaċi javvanzaw fl- iskola.", "Jiena ngħid li għandna naħdmu ħalli dawn javvanzaw iktar.", "It- tielet punt huwa - u dan nemmen fih bl-akbar qawwa u bil-fatti - li għandna nagħmlu ħafna biex ngħarfu l-ħiliet u l-kapaċitajiet diversi ta' tfal u żgħażagħ u nipprovdu sistemi differenzjati li bihom intejbu l-iskejjel, intejbu l-esperjenzi, il-kurrikulu, is-sillabi u s-sistema ta' ċertifikazzjoni.", "Dan għandna nagħmluh biex nassiguraw li dawk li jsibu li s- sistema akkademika m'hijiex biżżejjed tajba għalihom xorta jiksbu edukazzjoni u ċertifikazzjoni ta' kwalita`.", "Jiena ngħid li għandha ssir riċerka u analiżi kemm hemm bżonn, imma m'għandhomx isiru esperimenti dwar ideoloġiji a skapitu tat-tfal tal-poplu.", "Ngħid ukoll li għandna nagħmlu minn kollox biex ta' l-isfel jitla' 'l fuq iżda m'għandna nagħmlu xejn li ta' fuq jispiċċa jinżel isfel biex ikollna taparsi ugwaljanza.", "Il-ġustizzja trid isir u tidher li qed isir ma' kulħadd, mat-tfal, maż-żgħażagħ, ma' ġenituri, ma' employers u mas-sidien.", "Il-bażi tal-kurrikulu huwa r-rikonoxximent ta' l-ugwaljanza tat-tfal fir- rispett sħiħ tad-diversita` ta' bejniethom.", "Aħna lkoll għax indaqs iżda m'aħniex l-istess u jiena ngħid li dawn huma wħud mill-kwestjojiet li ċ- ċifri li jintefgħu 'l hawn u 'l hemm iqanqlu.", "Jekk nibqgħu nirrepetu l-ħin kolu l-istess ċifri u ma nitfgħux l-għadma bejn snienna ħalli naraw liema soluzzjonijiet irridu nagħmlu ma naslux.", "Għalhekk hemm il-kunsill nazzjonali dwar il-kurrikulu.", "Ma' dan se jitqabbdu l-focus groups li għandna, l-examination and assessment focus group u s-secondary education focus group. .", "Sur President, illejla ssemma' x-xogħol li qed isir fil-kwestjoni tas- sistema tal-Matsec fejn intqal li l-affarijiet mhux sejrin tajjeb biżżejjed.", "B'danakollu, wara 16-il sena ta' gvern Laburista sibna sitwazzjoni fejn l-universita` kien hemm 800 student u wara 12-il sena ta' gvern Nazzjonalista nistgħu ngħidu li għandna 8,000 student.", "Dawn mill- iskejjel ħarġu!", "U skużi dawn mhux nies li finalment spiċċaw eżaminati mill- Maltin?", "Dawn għaddew mill-kors ta' l-universita`, ħafna minnhom kelhom jiġu eżaminati anke minn eżaminaturi barranin.", "Illum kumbinazzjoni kien hemm l- editorjal ta' \"The Times\" fejn irrefera għall-ilmenti ta' l-istudenti waqt iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni pero` jgħid ukoll:", "\"What should set most peoples minds at rest however is that the examiners invited from other universities to help examine final students are in most cases positive and sometimes enthusiastic in their assessment of the examinees and naturally of the way these were taught.\".", "Mhux qed ngħid li dan huwa vanġelu imma huwa fattur indikattiv.", "L-istess nagħtu l-impressjoni fuq il-matematika.", "Ngħidu li mill-area secondary ma jersqux biex jagħmlu l-matematika.", "Din għandha tkun xi sorpriża għal xi ħadd( M'għandhiex tkun ta' sorpriża għal xi ħadd.", "L-istess iċ-ċifri li jiġu indikati.", "Iċ-ċifri li jiġu indikati dwar dawk li jagħmlu l-eżami tal- matematika fejn 56% għaddew minnu bejn Paper \"A\" u Paper \"B\" u jekk nieħdu ż-żewġ sessjonijiet ta' din is-is-sena, jiġifieri Mejju u Settembru, insibu li għaddew 60%.", "Dan nistgħu nqabbluh ma' x'jiġri ġewwa l-|ngilterra, l- Italja u l-Ġermanja.", "Aħna qegħdin ħafna agħar minnhom, qegħdin daqshom, qegħdin aħjar minnhom( Meta nara l-paraguni bejn dawn il-pajjiżi inkluż x'jiġri fl-Amerika ma nsibx affarijiet li juru li aħna qegħdin xi 100 sena 'l bogħod minnhom.", "Għandna affarijiet fejn qegħdin daqshom u xi affarijiet li forsi qegħdin ftit inqas minnhom, imma neġra' ngħid li qegħdin fl-ewwel kategorija ta' pajjiżi żviluppati f'dan il-kamp.", "L-istess m'għandniex nagħtu l-impressjoni li fil-kamp tal-matematika m'hu qed isir xejn, għax nafu li qed jittieħdu diversi inizjattivi bħal per eżempju bdil fis-sillabu li sar fl-1997 fi żmien l-Onor.", "Evarist Bartolo għal Years 4, 5 u 6.", "F'Settembru tas-sena l-oħra daħlu żewġ sillabi ġodda għall-junior lyceum u għall-area secondary fis-suġett tal-matematika.", "It- tnejn huma indirrizzati biex il-matematika wieħed jgħallimha u jħares lejha minn angoli differenti inkluż tat-teknoloġija ta' l-informatika u l- komunikazzjoni.", "Sar ħafna taħriġ għall-għalliema fl-iskejjel kollha, hemm ukoll xogħol li jsir fil-laboratorji, hemm ċirkolarijiet li ħarġu u affarijiet oħra bħal dawn.", "Sur President, dan kollu juri li aħna qegħdin fil-proċess li ndaħħlu sistema edukattiva li għandha l-kapaċita` li tirrikonoxxi d-diversita` tat-tfal u li kapaċi toħloq tagħlim differenzjat biex ikun jista' jiżviluppa l-ħiliet ta' dawk kollha involuti.", "Ngħid ukoll dwar l-investiment fuq taħriġ għall-għalliema.", "F'dawn l-aħħar tliet snin, b'dan il-budget li qegħdin niddiskutu se nkunu tajna Lm900,000 għat-training ta' l-għalliema.", "Fiż-żmenijiet tal-labour kienu Lm49,000 u Lm40,000.", "L-istess jekk wieħed jara s-safe school programme, il-policy taċ- child abuse, tas-substance abuse u tal-bullying.", "Irrid ngħid ukoll li dalwaqt ikollna f'idejna l-kodiċi l-ġdid tad-dixxiplina.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qalilna li l-vot ta' l-information technology fl-iskejjel naqas b'Lm200,000.", "Ir-risposta għandha tkun bil-kontra.", "Meta aħna naqqasnih b'Lm200,000 wara li twettaq il-proġett kollu ta' l-iskejjel primarji minn Year 1 sa Year 6.", "Il-fatt li bejn internet u information technology qed nivvotaw Lm1.1 miljun hija prova oħra ta' l-impenn tal-gvern f'dan il-qasam mhux prova ta' nuqqas ta' impenn.", "L-istess l-Oppożizzjoni ma taqbilx mal-programmi li se nwettqu wara l-ħin ta' l-iskola u mal-programmi li se tagħmel il-fondazzjoni għall-iskejjel.", "L-oppożizzjoni tista' ma taqbilx imma jiena nħossni konvint li dawn il- fondazzjonijiet mhux barra l-iskola se jaħdmu.", "Minn fejn ġabha din il- ħrafa li dawn l-istituzzjonijiet se jaħdmu barra l-iskola( Dawn huma l- għodda l-ġdida li jiena s'issa diġa` naf li qiegħda tiġi riċevuta b'mod pożittiv ħafna biex taħdem mal-kapijiet ta' l-iskejjel, ma' l-għalliema fl- iskejjel, ġewwa l-iskejjel, mat-tfal batuti.", "Dawn il-programmi m'humiex quick fixes imma trid iż-żmien biex tiżviluppahom.", "L-Onor.", "Bartolo staqsa dwar minn fejn se nġibuhom dawn is-Lm60 miljun li hemm bżonn.", "Skużi, mux diġa` għedna!", "Aħna fil-budget se nibqgħu nivvutaw is- somma kapitali kif qed tiġi vvutata, li titla' għal madwar Lm5 miljun, jew Lm6 miljun wara numru ta' snin, imma li fl-istess ħin il-foundation for tomorrow schools se tinnegozja mal-banek biex iġġib l-investiment ħalli nkunu nistgħu nagħmlu programm aċċellerat ta' investiment fl-iskejjel.", "Dan huwa huwa l-iskoss, u dan diġa' spjegajnih.", "Ġejna bil-karti kollha u spjegajna kollox imma l-kelliemi ta' l-oppożizzjoni dakinhar ma marx.", "Din l- ispjega saret kollha u nerġgħu nagħmluha kull fejn hemm bżonn għax din hija xi ħaġa above board għall-ġid ta' l-iskejjel kollha.", "Iva, il-programm tal- gvern huwa dan, jekk ma jitlax il-Labour, għax issa qed jgħidilna li meta jitla' dan kollu jrid iwaqqfu.", "Issa rrid nara l-gvern laburista kif se jibda jivvota fil-kapital Lm8 miljun u Lm10 miljun fis-sena għal madwar tmien snin biex inkunu nistgħu nibnu ħames skejjel sekondarji kif qiegħda tindika anke l-awtorita` ta' l-ippjanar, nibnu mill-ġdid xi skejjel primarji u nagħmlu upgrading ta' ma nafx kemm-il skola sekondarja jew primarja u skola speċjali għal livelli li għadnna bżonn illum u biex nagħmluhom kollha aċċessibbli b'dak kollu li għandha bżonn.", "Il-kalkolu għamilnih issa mhux għax qabel ma kienx hemm bżonn.", "Hemm bżonn ta' iktar minn Lm60 miljun u jekk il-gvern jew ma jsibx Iż-żejt jew ma nafx minn fejn se jiġu.", "Anke jekk ma nidħlux fl-Ewropa u l-flus biex niġu in line ma' l-aquis nonfquhom għal dawn l-affarijiet, kulma se tiffranka huma madwar Lm10 miljun.", "Irrid ngħid li bħalissa għaddejjin in-negozjati ma' l- istituzzjonijiet finanzjarji biex ikun jista' jinħadem il-long term investment u l-long term repayment skond il-kapital li jivvota l-Parlament.", "L-istess il-ftehim mal-unions.", "Irrid ngħid li f'sentejn ta' gvern Laburista ma ċaqlaq xejn.", "Kliem sabiħ kemm trid imma fatti xejn, u jiena nixtieq baqgħu fil-gvern ħalli nara kif kienu se jsolvu l-problemi u l- ftehim kollettivi mal-MUT, mal-GWU, mal-UĦM, fl-Universita`, l-edukazzjoni, fl-orkestra nazzjonali u f'ħafna postijiet.", "Dawn il-ftehim kollettivi saru bl-interess tat-tfal f'moħħ min kien qed jinnegozja mill-bidu sa l-aħħar.", "Jgħidulna li biex nimpjegaw dawk it-teachers u l-activity teachers irridu nonfqu Lm1.2 miljun.", "Dawk mhux biex inbidlu s-sistema ta' l-iskola se nagħmluhom, Onor. Bartolo( Bawn it-teachers se jibdew fl-10:30 a.m. biex jidħlu fil-klassijiet biex class teachers tal-primarja jagħmlu xogħol ieħor, jagħmlu xogħol ta' żvilupp fl-iskola, imbagħad ikomplu wkoll wara l- ħin ta' l-iskola.", "L-Onor.", "Bartolo qalilna wkoll li aħna għandna l-ġurnata l-iktar qasira ta' l-iskejjel kważi fl-Ewropa.", "Qed nieħdu miżura biex din il-ġurnata nestenduha sa l-4:30p.m. biex inkunu nistgħu nagħmlu attivitajiet li l- Onor. Bartolo qed jinsisti li nagħmluhom.", "Hawn qed nirreferi għall- kreattivita` li rridu naħsbu fiha wkoll biex nipprovaw nispinġu l-ħiliet diversi li għandhom l-istudenti tagħna biex nieqfu ma' dawk I-tfal li huma batuti.", "Sur President, tan-naħa l-oħra tkellmu wkoll fuq il-kwestjoni ta' l- iskejjel tas-snajja'.", "L-iskejjel tas-snajja' kienu skejjel li kienu qed imutu mewta naturali.", "Kienu skejjel stigmatizzati u kienu skejjel li kienu qed jagħtu servizz li ma kienx jisodisfa lill-istudenti.", "L-istudenti, kif qalu, kienu qed jivvotaw b'saqajhom.", "Bis-sistema li qed nagħmlu issa qed nifirxu t-technology education fl-iskejjel sekondarji kollha, mhux f'xi erba' trade schools u t-technology education jiġu esposti għaliha t-tfal kollha ta' l-iskejjel sekondarji, inkluż dawk tal-junior lyceum.", "Morru araw il-workshops li investejna fihom!", "Morru araw kemm għandna skejjel sekondarji li issa għandhom workshop li fihom infaqna eluf ta' liri.", "U qed naraw anke r-riżultati u l-instructors kif iħossuhom.", "Mela tiġi tgħidli li l-instructors huma moħlija u li mxejna ħażin!", "Timxi ħażin jekk tibqa' tgħid ċertu diskors li bih ma tinkoraġġixxix lill- għalliema li qed jitħallsu minn flus il-poplu biex iservu lill-poplu fejn huma ppreparati li jservu.", "Mela tiġi tgħidli li mxejt ħażin għaliex għamilt kulleġġ li rridu nagħmluh rilevanti!", "Immaġinana b'kulleġġ vokazzjonali li jgħalaq fis-2:00 p.m!", "Dak hu li trid l-oppożizzjoni.", "Trid kulleġġ li jagħlaq fis-2:00 p.m. u kulħadd jaħdem sas-2:00 p.m.", "Sur President, dak huwa żball u nixtieq li l-oppożizzjoni tifhem li m'għandhiex tibqa' tipprova għal ftit voti – m'hijiex se tirbaħ il-gvern b'daqshekk – tinġieb ma' kulħadd.", "Jenħtieġ li jkun hawn is-serjeta` u li aħna ngħidu li jekk se nagħmlu kulleġġ vokazzjonali, dan irid jibda fit- 8:00a.m. u jagħlaq fit-8:00p.m. u ma jistax ikollu tliet xhur vaganzi.", "Hemm bżonn li naħdmu biex ngħallmu liż-żgħażagħ, lin-nisa u lill-ħaddiema tagħna.", "Qalilna wkoll li ħallejna 600 student barra.", "Apparti mill-fatt li bejn 500 u 600 student kienu jibqgħu barra mil-livelli post-sekondarji kull sena, kieku ma kellniex it-tip ta' arranġamenti li għamilna ma stajniex inżidu fl- ITT Institute u f'korsijiet oħrajn u kif għad irridu nagħmlu.", "Sur President, naħseb li huwa xieraq li nagħlqu din id-diskussjoni fuq l- edukazzjoni billi ngħid li dawn it-tliet snin kienu snin ta' ħidma kbira, komplejna nibnu b'għaqal kbir fuq it-tajjeb kollu li kien hemm u jien nittama li meta nibdew naraw ċerti riżultati iktar pożittivi nkunu nistgħu nikkonvinċu lil kulħadd li din hija t-triq li fiha għandna nimxu lkoll flimkien.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Il- mistoqsija hi l-emenda għal Vot 17 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuta oħra skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "Billi ntalbet votazzjoni il-Kumitat kien sospiż fid-9.31 p.m. u rriżuma ħames minuta wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 17 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "328 FAVUR: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA: 32", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Vot 17 tal- Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 17 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 33,879,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 17 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 18 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 49,266,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 18 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 19 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 687,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 19 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 20 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,320,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Mużewijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 20 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 21 - ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,067,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Żgħażagħ u Sport, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 21 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 22 - KULTURA U ARTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,386,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Kultura u Arti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 22 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT III - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,775,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot III għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 17, 18, 19, 20, 21, 22 u III tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2001 fid-9:00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2002", "Ir-Raba' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali", "Sur President, infakkar li dan il-Ministeru għandu seduta filgħodu u oħra filgħaxija.", "Fis-seduta ta' filgħodu jitkellmu l-kelliema ta' l- Oppożizzjoni u l-vot fuq dan il-Ministeru naturalment jittieħed filgħaxija.", "Fid-9:44 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PREZZ TAL-LAĦAM TAL-MAJJAL - ŻIEDA", "30030.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru.", "29202?", "Kemm fil-fatt hija ż-żieda fil-prezz tal-laħam tal-majjal li qed jitolbu l-produtturi Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li t-talba għaż-żieda fil-prezz tal-laħam min-naħa tal-produtturi tal-majjal għadha f'fażi ta' diskussjoni.", "SAJD – LIĊENZJI ĠODDA", "30031.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm il tip ta' liċenzji ġodda għas-sajd se jinħarġu b'effett ta' l-Att 2/2001 u liema huma?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-possibbilta' ta' liċenzji li jistgħu jinħargu hi skond Taqsimiet IV, V u VI ta' Kapitlu 425 Att II / 2001.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - LEAVE", "30168.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tista' tingħata lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kellu joħroġ fuq leave twil bla ħlas u bla ebda għajnuna soċjali u dħul ieħor biex ikun jista' jieħu ħsieb martu li tbati minn epilessija u bilfors ikollha lil xi ħadd jieħu ħsiebha l-ħin kollu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu m'għandha l-ebda talba mad-dipartiment u ghaldaqstant tista' tmur fl-uffiċċju distrettwali tal-lokalita' tagħha fejn tista' tkun megħjuna mill-Welfare Officer tad-distrett fuq id-drittijiet tagħha.", "CDAU", "30169.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta s-CDAU se tibgħat għat-tifel li d-dettalji qed jintbagħtu separatament biex tevalwa xi bżonnijiet għandu biex jiġi edukat peress li l-ġenituri tiegħu qed jaraw li binhom qed diffikultajiet serji biex jitgħallem?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13567 f'seduta 235."]} {"filename": "19950117_380d_par.doc", "date": "1995-01-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 380 It-Tlieta, 17 ta' Jannar, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 380", "It-Tlieta, 17 ta' Jannar, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.20 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 380", "It-Tlieta, 17 ta' Jannar, 1995", "WERREJ", "MINUTI 868", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 868", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 872", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PRIVILEĠĠI U S-SETGHAT TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "HOUSE OF REPRESENTATIVES (PRIVILEGES AND POWERS) (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari 872", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI", "CODE OF ORGANIZATION AND CIVIL PROCEDURE (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari 891", "AĠĠORNAMENT 895", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 902", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 379 li saret fis-16 ta' Jannar 1995, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - PRIĠUNIERI BIL-MANETTI", "23475.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Għaliex priġunieri bil-manetti li jkunu jridu jidhru quddiem xi waħda mill-awli tal-Maġistrati qed jitħallew jitħalltu man-nies l-oħra fil-kurriduri tal-Qorti bħalma ġara llum (6 ta' Diċembru) meta kien hemm numru ta' priġunieri speċjalment barra l-awli tal-Maġistrati Mallia u Apap Bologna?", "Jista' l-Ministru jara li jinstab xi post fil-Qorti fejn dawn jistgħu jibqgħu maqtugħin mill-pubbliku in ġenerali, kemm għad-dinjita' tagħhom u kemm għas-sigurta'?", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Saru arranġamenti bejn il- Qrati u l-Ħabs sabiex priġunieri li jkollhom jitilgħu il-Qorti jinżammu appartati fis-sub-basement tal-Qorti sakemm tissejjaħ il-kawża tagħhom, imbagħad jitilgħu quddiem il-Qorti.", "Minn naħa tal-Qorti kollox lest, jonqos biss xi alterazzjonijiet li qegħdin isiru mill-Puliżija fiċ-ċellel fis-sub-basement tal-Qorti.", "Permezz ta' dan jiġi evitat il-kuntatt tal-priġunieri mal-pubbliku li jista' jirreka konsegwenzi koroh, bħal tqassim ta' drogi.", "DJAR - DJAR GĦAL PERSUNI RIABILITATI MID-DROGA", "23476.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: L-Awtorita' tad-Djar għandha xi appartamenti li jingħataw b'kera lil dawk id-drogati li jkunu għamlu l- programm kollu u ma jkollhomx fejn joqogħdu?", "Jekk iva, fejn huma dawn l-appartamenti u taħt liema kondizzjonijiet jingħataw?", "Jekk le, jista' l-Ministru jikkonsidra li xi appartamenti jiġu riżervati għal dawn in-nies biex jingħataw ċans jidħlu lura fis-soċjeta'?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Għalkemm l- Awtorita' tad-Djar m'għandhiex appartamenti għal każi speċifiċi, bħall-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, id-Dipartiment tad-Djar waqt li jkun qed jagħmel l-allokazzjonijiet, jagħti konsiderazzjoni speċjali f'każi fejn dawk riabilitati mid-droga ma jkollhomx x'imkien ieħor fejn joqogħdu.", "VETERINARJI - PROGRAMM TA' NEUTERING TA' L-ANNIMALI", "23477.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI(f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru permezz tal-veterinarji tiegħu u b'koperazzjoni ta' għaqdiet li jieħdu ħsieb l-annimali, speċjalment il- qtates, jagħmlu programm ta' neutering biex dawn ma jibqgħux jiġġerrew barra u ħafna drabi jsofru l-ġuħ u l-kesħa?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Is-Servizz Veterinarju dejjem lest li jikkopera u jipparteċipa f'kull programm serju ta' din ix-xorta.", "SKEJJEL - LIĊEO DUN ĠUŻEPP ZAMMIT BRIGHELLA", "23558.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI -(f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fi Frar 1995 jagħlqu sentejn mindu beda x-xogħol biex tiġi rranġata s-sala tal-Liċeo Dun Ġużepp Zammit Brighella, Ħamrun.", "Għaliex ix-xogħol ta' tiswija ilu wieqaf aktar minn sena?", "Meta se jerġa' jibda u meta se jitlesta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-ħsieb hu li x-xogħol fuq is-sala tal-Liċeo Dun Ġużepp Zammit Brighella, Ħamrun jitkompla u jitlesta din is-sena.", "Waqt li huwa veru li x-xogħol għal xi żmien mexa bil-mod, dan qatt ma waqaf u fil-fatt inħarġet offerta għall-irħam tat-taraġ u ta' madwar il- foyer.", "Sfortunatament din l-offerta ma ġietx allokata.", "Billi s-sistema tad-dawl għandha tinbidel kollha, hu maħsub li dan ix- xogħol isir ukoll din is-sena.", "Dan jista' jingħad ukoll għall-palk ta' l- injam u l-wall-panelling.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli jekk waslulux ilmenti dwar is- sitwazzjoni ħażina li tinsab fiha l-iskola Liceo Verdala Bormla?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Wasluli lmenti dwar l-istat fiżiku ta' l-iskola u fil-fatt kemm ili Ministru mort naraha.", "Din hija waħda mill-iskejjel li ma tridx biss xogħol ta' menutenzjoni żgħir imma trid programm sħiħ ta' riabilitazzjoni.", "Beħsiebna nibdew l-istudju li hemm bżonn isir u se nagħmlu programm - ma naħsibx li jista' jsir kollu f'sena waħda - biex l- iskola tiġi riabilitata.", "PEMBROKE: TRIQ NORMANDY - STREET FURNITURE", "23589.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex Normandy Road, f'Pembroke issir b'mod li sservi ta' modell bl-istreet furniture rilevanti u bis-servizzi essenzjali jgħaddu minn mini taħt l-art?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Jien informat li diġa' għaddejjin diskussjonijiet bejn id- Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar dan is-suġġett.", "DINGLI BYPASS", "23590.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm li f'Ħad Dingli ssir bypass li tieħu minn Triq ir-Ross għal Triq il-Buskett biex telimina t-traffiku qawwi mill-inħawi ta' l-iskola primarja Ġuże' Ebejer fi Triq il-Kbira?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li skond il-pjan regolatur hemm proġettata triq li tinfed minn Triq ir-Ross għal Triq il-Buskett, iżda għalissa din it-triq m'hijiex fil-prijoritajiet tad-Dipartiment tat-Toroq.", "SUPERMARKETS - PREZZIJIET FUQ PRODOTTI", "23763.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT (f'isem l-Onor.", "Louis Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn supermarkets reġistrati fil-pajjiż?", "Liema huma dawn is-supermarkets?", "Kif qed ikun aċċertat li l-prodotti li jbiegħu dawn is-supermarkets ikollhom tassew il- prezz ġust?", "Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li jitwaqqaf spettorat li jħares bis- serjeta' l-prezzijiet?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dwar kemm hawn u liema huma s-supermarkets, hu mifhum li r-risposta se tingħata mill- Ministru tal-Politika Socjali.", "Biex ikun żgurat li l-prodotti li jbiegħu dawn is-supermarkets u anke ħwienet oħra, qed isiru spezzjonijiet aktar intensivi biex ikun aċċertat li fl-aħħar żviluppi jkunu riflessi l-prezzijiet attwali.", "SANTA VENERA : TRIQ REĠJONALI - DAWL", "23764.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT (f'isem l-Onor.", "Louis Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsir id-dawl fi Triq Reġjonali, Santa Venera, li hija parti mill-proġett tal-mini ta' l-istess lokal, peress li diġa' hemm l-arbli tad-dawl lesti iżda l-bozoz għadhom ma twaħħlux?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħti iktar informazzjoni dwar il-lokalita' ta' Triq Reġjonali Santa Venera fejn hemm l-arbli tad-dawl lesti iżda skond id- domanda m'hemmx bozoz, peress li Triq Reġjonali hija mdawla biżżejjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Forsi dak li se ngħid m'għandux x'jaqsam ma' din id- domanda, pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li qabel ma tidħol fil-mina mal-ġenb hemm xi flower pots tal-ħadid imdendlin mal-ħitan u dawn qatt ma kien fihom fjuri, ħlief dak inhar li nfetħet it-triq.", "Peress li dawn qed jissaddu, huma ta' periklu għaliex jistgħu jaqgħu fuq ras xi ħadd li jkun għaddej minn hemm u jweġġgħuh.", "Allura naħseb li la m'humiex jintużaw ikun aħjar jekk jitneħħew minn hemmhekk.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed tirreferi għall-ħajt ma ġenb il-mina li tagħti għat-toroq il-ġodda?", "ONOR.", "GEORGE GATT: Iva.", "Dawn suppost qegħdin hemm biex isebbħu u fil- fatt kieku fihom il-fjuri jew kieku wieħed jieħu ħsiebhom veru jsebbħu, imma peress li dawn qegħdin fl-għoli u huwa diffiċli biex tieħu ħsiebhom, qishom qegħdin hemm għalxejn.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mela l-argumenti tiegħek huma tnejn, wieħed li ma fihomx fjuri u l-ieħor li qed tibża' li jistgħu jkunu ta' periklu.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Din ma teħodhiex bi kbira għax il-ħadid isaddad u ma naħsibx li dawn huma galvanizzati.", "Qed ngħid ukoll li kienu jsebbħu kieku kien fihom il-fjuri.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se nieħu nota dwar dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nixtieq ninforma lill-Ministru li f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat ħafna mill-bozoz f'Regional Road, viċin il-Marsa, kienu kollha mitfijin u parti minn din it-triq kienet mitfija għal ħafna ġranet, speċjalment bil-lejl fil-maltemp li kellna dan l-aħħar.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward dan l-ilment naf li kien hemm ħafna każi ta' overloading u safejn naf jien ttieħdu l-passi meħtieġa.", "PULIZIJA - TQEGĦID TA' BOMBI MA' L-GĦASES", "23774.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' splużjonijiet ta' bombi ma' l-għases tal- Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm kien hemm Pulizija jew persuni li weġġgħu u sofrew dannu f'dawn il- każijiet?", "Kemm huma kkalkolati d-danni f'kull każ, fiex waslu l-investigazzjonijiet u kemm tressqu persuni quddiem il-Qorti dwar dawn il-każijiet?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Il-Ministru huwa nformat li fl-aħħar ħames snin kien hemm żewġ splużjonijiet ma' Għases tal-Pulizija.", "Dawn kienu, waħda li ġrat fit-8 ta' Lulju, 1994 mal-bieb tal-garage li jagħti għal-Lock-up ta' l-Għassa tal- Belt Valletta u splużjoni oħra li ġrat fit-13 ta' Lulju, 1994 mal-Kiosk li qiegħed fil-Bus Terminus tal-Belt Valletta.", "Ħadd ma weġġa' f'dawn l- inċidenti.", "Fl-isplużjoni li seħħet mal-bieb tal-Lock-up erba' pulizija ġarrbu ħsara fil-vetturi tagħhom.", "Kien hemm bosta persuni li huma residenti fl-inħawi ta' l-Għassa li sofrew danni bħal tkissir ta' ħġieġ u shutters.", "Peress li l-Inkjesta għadha m'hix magħluqa, għadu m'hux magħruf kemm saret ħsara f'ammonti ta' flus.", "Fl-isplużjoni li saret mal-Kiosk tat-terminus saret ħsara li tammonta għal Lm260.", "Fiż-żewġ każi l-Pulizija għadha sejra bl-investigazzjonijiet.", "PULIZIJA - TQEGĦID TA' BOMBI MA' DJAR TA' UFFIĊJALI TAL-GVERN", "23775.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' splużjonijiet rapportati lill-Pulizija ma' bini privat ta' uffiċjali tal-Gvern u ċittadini oħra Maltin, matul dawn l-aħħar sebgħa snin, sena b'sena?", "Fiex waslu l-investigazzjonijiet u kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati fuq dawn il-każijiet?", "Kemm kienu d-danni kkawżati f'kull każ u kemm kien hemm persuni li weġġgħu jew tilfu ħajjithom kawża ta' dawn il-bombi?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Il-Ministru jinsab informat li saru dawn l-isplużjonijiet ma' bini:", "|Sena |Bini ta'|Bini | | |Uffiċjal|residenzj| | |i |ali | | |tal-Gver|ieħħor | | |n | | |1988 |1 |2 | |1989 |- |2 | |1990 |- |4 | |1991 |1 |5 | |1992 |1 |1 | |1993 |- |5 | |1994 |2 |1 |", "Kien hemm każ wieħed ta' mara li mietet f'dawn l-isplużjonijiet.", "Dan kien fl-1990.", "Matul dawn is-snin ma kienx hemm każi oħra fejn persuni korrew f'inċidenti ta' splużjonijiet ta' bombi.", "Informat li tressqu dawn il-każijiet dwar splużjonijiet ta' Bombi matul is-snin imssemmija:", "1988 - każ wieħed 1989 - xejn 1990 - xejn 1991 - 6 każi 1992 - każ wieħed 1993 - każ wieħed 1994 - xejn", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 6 ta' l-1995 - Regolamenti ta' Eżenzjoni ta' l- 1995 għall-Att dwar Servizzi ta' Investiment;", "Avviż Legali Nru 7 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 dwar Drittijiet għal Liċenza fl-Att dwar Servizzi ta' Investiment; u", "Avviż Legali Nru 8 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 dwar id- Drittijiet (Użin, Stima, Assaġġ u Imbullar ta' Oġġetti tad-Deheb u tal- Fidda).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 5 ta' l-1995 - Ordni ta' l-1995 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta').", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PRIVILEĠĠI U S-SETGHAT TAL- KAMRA TAD-DEPUTATI", "HOUSE OF REPRESENTATIVES (PRIVILEGES AND POWERS) (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mil-9 ta' Jannar, 1995", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami huwa in possession.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Grazzi, Mr Speaker.", "Fil-kwarta li kelli d- darba l-oħra pprovajt nirrifletti ftit fuq l-iżvilupp tal-privileġġ parlamentari l-aktar kif issokkta jiżviluppa fid-dritt kostituzzjonali Ingliż.", "L-għan ta' dan kien għaliex jien għidt - u hekk nemmen - li aħna ma nistgħux nifhmu dawk li huma l-għanijiet u l-objettivi ta' l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jekk aħna ma nifhmux għaliex twieled il-privleġġ parlamentari, x'użu għandu u kif dan il-privileġġ għandna nħarsu lejh.", "Importanti li nħarsu lejn il-privileġġ parlamentari bħala dritt eċċezzjonali u poter li l-Parlament u l-Membri għandhom u li akkwistaw tul il-żmien biex huma jkunu jistgħu jiffunzjonaw tajjeb.", "Importanti li nifhmu wkoll li l-privileġġ parlamentari huwa essenzjalment differenti mill-poteri tal-Parlament.", "Il-Parlament għandu l-poter leġislattiv kif distint mill-poter li għandu l-eżekutiv li jamministra lill-pajjiż, kif distint mill-poter ġudizzjarju li għandu l-korp ġudizzjarju, dak li huwa l- infurzar u l-interpretar tal-liġijiet.", "Imma l-Parlament, apparti li jrid jassumi l-funzjoni leġislattiva, għandu wkoll il-funzjoni ta' kontroll fuq l-operat ta' dak li huwa jagħmel bħala Parlament.", "Il-Parlament għandu wkoll poter ieħor li jrid għallinqas darba f'sena japprova vot ta' nefqa ta' Gvern ħalli l-Gvern ikun jista' jmexxi.", "Huma poteri u fakultajiet li l-Parlament għandu biex huwa jkun jista' jimxi u jaħdem f'soċjeta' demokratika, imma distint minn dawk li huma poteri hemm dawk li huma privileġġi parlamentari.", "Il-kelma \"privileġġi\" nistgħu forsi nħarsu lejha bħala misnomer.", "Il-kelma \"privileġġ\" kien hemm tentattivi diversi biex nipprovaw nifhmuha bħala immunita'.", "Forsi l-kelma \"immunita' \" hija aħjar biex nifhmu dak li llum aħna nsejħulhom privileġġi.", "Forsi wieħed jista' jgħid li l-kelma \"privileġġi\" hemm bżonn tiddejjaq jew titwessa' - jien ngħid li hemm bżonn titwessa' - fit-tifsira tagħha.", "Aħna ma ġejniex hawnhekk biex nagħmlu proċess semantiku imma jien naħseb li wasal iż-żmien li verament nistudjaw kif din is-sistema tal-privileġġi operat u kif verament għandha tibqa' topera jekk naċċettaw li għandha tibqa' topera f'pajjiż verament demokratiku.", "Jien naħseb li fost dawk li aħna qed insejħulhom privileġġi, wieħed mill-iktar li jispikka huwa d-dritt tal- liberta' ta' l-espressjoni li toħroġ u temana mil-liġijiet viġenti ta' pajjiżna.", "Taħt Kapitolu IV tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna ċ-ċittadin ordinarju għandu d-dritt għal-liberta' ta' l-espressjoni.", "Jekk dawn id- drittijiet jiġu miċħuda, dik il-persuna għandha r-rimedji li joħorġu mill- Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Jiġifieri bħala protezzjoni hemm mhux l-actio personali imma l-actio popolaris.", "Id-dritt ta' l-espressjoni libera huwa sagru u fil-kontest tad-dibattitu parlamentari jassumi importanza.", "L- istess Kostituzzjoni f'subartiklu 65 (3) tgħid wkoll li :", "\"No civil or criminal proceedings may be instituted against any member of the House of Representatives for words spoken before, or written in a report to, the House or a committee thereof or by reason of any matter or thing brought by him therein by petition, bill, resolution, motion or otherwise.\"", "Jiġifieri fil-Parlament wieħed għandu l-liberta li jesprimi dak li jħoss biex huwa jkun jista' jissalvagwarda l-eżistenza tad-demokrazija vera għaliex l-iskop tal-privileġġ parlamentari huwa wieħed biex jagħti lok lill- parlamentari, lill-Oppożizzjoni li tikkritika bl-iktar mod liberu u wiesa' lill-operat tal-Gvern u apparti dan, biex ikun hemm dak il-poter li jirregola l-proċeduri tal-Parlament.", "Tant huwa sagru li l-privileġġ parlamentari jagħti lok biex ikun hemm il-poter li wieħed ikun jista' jersaq anke quddiem il-Parlament ħalli jirrispondi għal dawk ir-reati li jistgħu jsiru kontra l-Parlament stess fl-eżekuzzjoni tad-dritt ta' l- espressjoni libera.", "Kien hemm min qal li l-privileġġ parlamentari llum huwa anakroniżmu jew huwa prodott tal-passat u għalhekk illum għandna naraw kif il-Parlament ikun jista' jirrimedja.", "Il-Gvern qiegħed jipproponi li jkun hemm il-Kumitat tal-Privileġġi li jkun rappreżentant ta' din il-Kamra.", "L-iskop li għalih il-Gvern qed jipproponi li jitwaqqaf dan il-Kumitat huwa li wara li l-iSpeaker jidhirlu li in prima facie hemm evidenza biex ikun jista' jitressaq każ, il-Kumitat tal-Privileġġi jkun jista' jeżamina dan il- każ hu.", "Pero' f'dan l-istadju wieħed irid iqis ukoll il-konċett tas-supremazija tal-Parlament.", "Fil-parametri tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, il-Parlament huwa sovran.", "Allura l-fatt li llum il-Parlament qiegħed jiddiskuti metodi ġodda u qed jagħti aġġornament biex jurina kif għandna nħarsu lejn il- privileġġi parlamentari huwa konferma tas-sovranita' tal-Parlament jew huwa deroga mis-sovranita' tal-Parlament?", "Jien naħseb li hawnhekk wieħed jista' jistaqsi wkoll jekk dawn il-privileġġi parlamentari jmorrux kontra l- konċett tad-dritt li jitlob li kulħadd ikun trattat l-istess, li jkun hemm ugwaljanza quddiem il-liġi u li jkun hemm distribuzzjoni tal-poteri ta' l- istat.", "Jien naħseb li l-privileġġ parlamentari għad fadal il-lok tiegħu biss jekk dan jiġi mifhum għall-iskop li twieled għalih.", "Mr Speaker, hawnhekk jien m'iniex qed inkun tradizzjonalista imma qed nipprova nkun kompatibbli ma' dak li għalih b'mod tajjeb twieled il-privileġġ parlamentari.", "Jien qed ngħid dan għax jekk wieħed jara l-Erskine May - prattikament xrobna minnu għax aħna bażikament qed nirriflettu l- Westminster model of Parliamentary democracy - isib li wieħed mill-ewwel kapitli ta' dan il-ktieb jittratta l-privileġġ parlamentari.", "Skond l- Erskine May, biex il-Parlament ikun jista' jopera jrid ikollu privileġġ parlamentari li huwa meqjus bħala \"essenzjali\".", "Hawnhekk il-Parlament mhux qed jingħatalu privileġġ biex dan ikun jista' jidher 'il fuq miċ-ċittadin.", "Aħna ma rridux li l-Parlament ikun 'il fuq miċ-ċittadini li huma r- rappreżentattivi ta' poplu li tana l-poter biex aħna nkunu nistgħu nitkellmu f'ismu.", "Imma l-privileġġ parlamentari huwa essenzjali għall- operat leġislattiv tal-Kamra tar-Rappreżentanti u għalhekk forsi kien tajjeb li kien hemm distinzjoni bejn privileġġ u prerogattiva.", "Issa ħalli nitkellem dwar il-prerogattiva tal-President.", "F'pajjiżna l- President għandu - u jien ngħid li f'Malta forsi hemm a pale reflection ta' dak li tista' tkun il-monarkija - ir-residue of power, jiġifieri għandu prerogattivi li tagħtihomlu l-istess Kostituzzjoni.", "Imma prerogattiva hija distinta minn privileġġ għax dan ta' l-aħħar twieled maż-żmien u aħna addottajnieh għas-sistema tagħna.", "Fil-fatt il-privileġġ twieled minn battalja bejn il-House of Commons u l-House of Lords u għalhekk wieħed irid jifhmu fl-isfond ta' l-istorja tiegħu.", "Il-privileġġ parlamentari jirrappreżenta t-totalita' tad-drittijiet li jgawdu ż-żewġt iKmamar fil- Parlament Ingliż.", "GĦalhekk meta nkunu affrontati b'liġi bħal din, wieħed iħares lejn dan il-privileġġ minn żewġ livelli, jiġifieri kemm bħala parti mill-high court b'mod kollettiv kif ukoll b'mod individwali mill-Membri tal- Kmamar.", "Mingħajr dawn il-privileġġi, il-Parlament bicamerale ta' l- Ingilterra ma jkunx jista' jiffunzjona tajjeb.", "Fil-fatt il-privileġġi li hemm fil-Parlament Ingliż huma parti mil-liġijiet tal-pajjiż u sa ċertu punt nistgħu ngħidu li dawn jirrappreżentaw eċċezzjoni minn dik li hija l- liġi ordinarja.", "Issa nixtieq nitkellem dwar id-distinzjoni li hemm bejn il-funzjonijiet u l-privileġġi.", "Il-privileġġ huwa mezz fejjiedi biex ikunu jistgħu jitwettqu b'mod tajjeb il-funzjonijiet tal-Parlament.", "Ftit ilu, meta kelli l- opportunita' li nitkellem u bqajt in possession, jien kont għidt li l- Parlament għandu ċerti funzjonijiet liema funzjonijiet jiddistingwuh mill- Eżekuttiv u mill-Ġudikatura.", "GĦalhekk biex ikunu jistgħu jiġu mħaddma dawn il-funzjonijiet li huma vestiti fil-Parlament, huwa rikjest li aħna jkollna dawn il-privileġġi.", "Forsi mil-lat lingwistiku l-kelma \"privileġġi\" tagħtina x'nifhmu li aħna qed inkunu eżaltati, imma fil-fatt il-privileġġ huwa proprjament dak il-mezz fejjiedi li permezz tiegħu ikunu jistgħu jitwettqu b'mod tajjeb il-funzjonijiet tal-Parlament.", "GĦalhekk, mifhuma b'dan il-mod, il-privileġġi parlamentari ma jiddistingwuniex mill-poplu, imma jaffermaw b'mod tajjeb il-protezzjoni li aħna rridu nagħtu lill-poplu fl-aħjar interess tiegħu.", "Fil-fatt l-awtur Cushing fil-ktieb \"Legislative Assemblies\" jafferma dan li qed ngħid meta jikteb u jgħid hekk:", "\"The privileges of a Legislative Assembly would be entirely ineffective to enable Parliament to discharge its functions if it did not have the power to punish offenders, to impose discipline regulations upon its members.\".", "Aħna qegħdin ngħidu li l-Parlament biex ikun jista' jaħdem irid ikollu l- poter.", "Mr Speaker, dawn il-privileġġi, fl-Ingilterra huma tal-House of Commons li kif għidt, twieldu minn battalja mal-House of Lords u proprju dejjem kien hemm din il-battalja biex ikollhom iktar privileġġi.", "Fl- Ingilterra kienet qamet din il-kwestjoni ta' jekk għandux ikun hemm forma ta' rethinking tal-privileġġi proprju f'Lulju ta' l-1966, meta fil-House of Commons kien ġie appuntat Select Committee fuq il-privileġġi parlamentari u dan kien jieħu ħsieb:", "\"to review the Law of Parliamentary Privileges as it effects this House and the procedures by which cases of privilages are raised and dealt within this House and to report whether any charges in the Law of Privilege or practice of the House are desirable.\".", "Mr Speaker, dan il-kumitat ġie riappuntat fis-sezzjoni segwenti - peress li kien tneħħa - pero' bażikament ma kien irriżulta f'xejn b'mod tanġibbli.", "U aħna llum qed niġu hawnhekk b'Abbozz ta' Liġi li qed jgħidilna biex nagħmlu l-istess tip ta' rethinking u naraw kif irridu nħarsu lejn il- kwestjoni tal-privileġġi parlamentari.", "Id-Deputat Prim Ministru qed jippreżentalna Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, li huwa kapitlu 113 tal-liġijiet viġenti.", "Hija Ordinanza għaliex kif tindika l-kelma stess, kienet saret fi żmien il-Gvern Ingliż, meta pajjiżna ma kellux is-self government.", "Forsi huwa punt ta' riflessjoni li fl-1923, meta Malta kellha lura l-Unione Politica Maltese u jidhirli li Dr Francesco Buhagiar dak inhar kien Prim Ministru, f'waħda mid-debates ħareġ ukoll il-bżonn li jkun hawn dawn il- privileġġi.", "U jien qed ngħid dak iż-żmien forsi kien qiegħed ftit 'il quddiem fi- ħsieb tiegħu u mbagħad kellu jkun il-Gvern Ingliż li fl-1942 daħħal l- Ordinanza 20.", "Qed nipprova ngħid li din l-Ordinanza tirrifletti l-qafas legali li pajjiżna kellu jaddotta wkoll minħabba l-pożizzjoni tiegħu f'dawk iż-żmenijiet.", "Din saret fi żmenijiet meta Malta kienet Kolonja ta' l- Imperu Ingliż u allura billi d-dritt kostituzzjonali tal-Majesta tagħha r- Reġina u ta' l-Ingliterra tista' tgħid kien id-dritt kostituzzjonali Malti, fejn kien hemm xi forma ta' lakuna din kienet timtela bid-dritt Kostituzzjonali Ingliż.", "Allura, kif għidt, aħna addottajna l-Westminster model tad-demokrazija parlamentari, fejn l-eżekuttiv huwa subordinat lejn dan il-Parlament, ergo toħroġ is-supremazija tal-parlament tramite l- parametri tal-Kostituzzjoni, filwaqt li l-eżekuttiv huwa soġġett għar- responsabilita' ministerjali kollettiva u lejn il-poplu permezz tal- parlament peress li l-poplu huwa il-forza politika sovrana f'pajjiżna.", "L-Ordinanza, bħal kull liġi, maż-żmien trid ittendi lejn kompletezza.", "Il- liġi titwieled, tagħmel il-ħajja tagħha, tkompli tgħix u ttendi lejn dak li huwa razzjonalita', effettivita' u kompletezza, imma trid ittendi wkoll lejn il-valur tal-ġustizzja.", "U fit-8 ta' Marzu, Dr. Ġuże' Cassar - dak iż- żmien kien Ministru tal-Ġustizzja - kien għamel emenda u jien irrid ninterpreta din l-emenda bħala tkomplija ta' liġi bl-għan li nsaħħuha ħalli tkun aktar razzjonali u tirrifletti ż-żmenijiet ta' dak inhar u tal-lum.", "U waħda mill-affarijiet li kienet għamlet lil din il-Liġi kienet proprju li titkellem li:", "\"Il-pubblikazzjoni volontarja jew bi traskuraġni ta' xi rapport falz jew mgħawweġ ta' xi dibattitu jew proċedura tal-Kamra jew kumitat tagħha ...\".", "Qabel fl-Ordinanza ma kenitx teżisti li l-Parlament jista' juża l-privileġġ parlamentari, imma din għamluha fl-1983 u qalu li l-Parlament għandu l- privileġġ parlamentari, pero' dwar l-importanza ta' kif il-media tista' taffettwa s-soċjeta u kif is-soċjeta' tista' taffettwa l-media qalulhom: \"Aħna nħarsu lejn il-media bħala forza soċjali li għandha kontribut x'tagħti - jekk tħarsu lejn id-debates issibu li hekk qegħdin ngħidu - imma nemmnu li l-media għandha toqgħod attenta f'dak li huwa pubblikazzjoni ta' dak li jingħad fil-Parlament\".", "Veru li ħafna drabi nesaġeraw meta niġu hawn u nagħmlu każijiet ta' ksur ta' privileġġ, pero' ħafna drabi jkun hemm każijiet li jkun jixirqilhom li jitressqu f'din il-Kamra.", "Ħafna drabi ir- rapportaġġ ikun l-oppost ta' dak li jkun ingħad hawn u allura l-privileġġ parlamentari f'dan il-każ ikun qed jiġi proprju rredikolat.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Guido De Marco jitkellem bil-mod tajjeb kif jesponi l- argumenti tiegħu u waħda mill-affarijiet li tkellem dwarha kienet proprju s- sovranita' ta' dan il-Parlament.", "Aħna nemmnu li din hija l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna?", "Nemmnu li hija l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna u għalhekk jixirqilha r-rispett u għandna nibdew aħna stess billi nirrispettaw lilna nfusna u nagħmlu t-tip ta' awto-dixxiplina fuqna nfusna.", "Waħda mill-affarijiet li qal l-Onor.", "De Marco kienet li l-liġi għandha tinbidel bir-rispett sħiħ ta' dan l-aspett importanti, is-sovranita' tal- Parlament u ma naħsibx li jkun utli li meta niġu biex nagħmlu emendi - anke fi stadju ta' kumitat - ngħidu li s-sovranita' tal-Parlament tiġi b'xi mod mittiefsa għax għalina l-Parlament għandu funzjonijiet x'jaqdi u allura rridu naraw jekk meta nressqu dawn l-emendi nkunux qed immorru kontra dawn il-funzjonijiet.", "Xtaqt ukoll nagħmel il-kummenti tiegħi dwar il-Kumitati Permanenti tal- Kamra.", "Fl-Abbozz insibu li għandu jkun hemm il-Kumitat tal-Privileġġi u klawsola 2 tgħid li minflok artiklu 11 tal-liġi prinċipali għandu jidħol dan il-ġej:", "\"11.", "(1) Meta l-iSpeaker ikun prima facie jidhirlu li persuna, sew jekk tkun Membru tal-Kamra sew jekk le, tkun għamlet xi wieħed mill- attijiet imsemmijin fis-subartiklu (4) ta' dan l-artikolu, huwa għandu jirreferi l-kwistjoni lil kumitat imwaqqaf skond l-artikolu 7 ta' dan l-Att u li jkun magħruf bħala l-Kumitat tal-Privileġġi.\"", "Il-Partit Laburista kien qal li kienu għaddejjin diskussjonijiet bejn iż- żewġ naħat, bejn l-Onor.", "De Marco u l-Onor.", "George Vella dwar il-Kumitati Permanenti tal-Kamra.", "Is-Sinjorija Tiegħek taf li kienu qed isiru dawn id- diskussjonjiet u on the 4th May 1994 kiteb liż-żewġ Membri li għadni kif semmejt u qalilhom hekk:", "\"Nirreferi għad-dokumenti kollha li għaddejtilkom rigward il-proposti tiegħi għat-tibdil fir-regolamenti tal-Kamra sabiex jiġu ntrodotti l- Kumitati Permanenti fis-sistema parlamentari tagħna, anke l-Public Accounts Committee ...\"", "Jiena nemmen li ġaladarba kienu għaddejjin dawn id-diskussjonijiet bejn iż- żewġ partiti rappreżentati f'dan il-Parlament fuq il-Kumitati Permanenti tal-Kamra, deherli li din il-liġi, tajba kemm hi tajba, u utli kemm hi utli d-diskussjoni fuq is-setgħat u l-privileġġi tal-Kamra, naħseb li kien ikun aktar utli kieku dawn l-affarijiet kellhom l-ewwel jingħataw prijorita'.", "Allura fl-opinjoni tiegħi dak li sar kien daqqa ta' ħarta għad- diskussjonijiet li għaddejjin.", "Għalkemm din il-liġi għandha l-merti tagħha, ċertament wieħed ma kienx jistenna li s-Sinjorija Tiegħek fil-ħidma tagħha biex tippropaga dawn il-kumitati permanenti tal-Kamra u biex ikollna l-ewwel u qabel xejn il-Public Accounts Committee - kif jidher li anke inti stess taqbel; u għat-termini tal-Kostituzzjoni s-Sedja tifforma parti mill- Parlament għax Mr Speaker jippresedi din il-Kamra - ma jidhirlix li xi ħadd li jgħid li jirrispetta l-Parlament kellu jipprova jisfida d-deċiżjoni tiegħek li l-ewwel nagħmlu diskussjoni sħiħa qabel ma niġu biex inressqu din il-liġi, tajba kemm hi tajba.", "Naħseb li wieħed jista' jaħseb dwar dan.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari żgur li se jkollna l-opportunita' li nitkellmu fuq il-klawsoli li jolqtu dak li qed jiġi propost.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi l-Gvern qiegħed jipproponi xi ħaġa oħra li hija importanti, u qed nirreferi għal dak li hemm fl-Iskeda. dak imsejjaħ il-Kodiċi ta' Etika.", "MR SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn ta' extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Sandro Schembri Adami jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li l-punt tiegħi hu li se nitkellmu fuq l-Iskeda.", "X'qed nipprova ngħid?", "Fl-Iskeda għandna msemmijin ħafna poteri li jkun xieraq li wieħed isemmihom.", "Per eżempju, hemm Code of Ethics u l-kelma \"Code\" donnu li timplika li għandek ġabra ta' liġijiet.", "Jien nifhem li biex dan il-Kodiċi huwa kodiċi kellu jkun wieħed li jirregola l-imġieba umana f'soċjeta' li hija l-Parlament.", "Dan huwa Kodiċi ta' Etika; etika u mġieba ta' kif iġġib ruħek.", "Hawnhekk fuq xiex qed nitkellmu?", "Fuq imġieba politika?", "Fuq imġieba b'konsiderazzjoni morali?", "Fuq imġieba b'konsiderazzjoni morali, abbażi ta' xi forma ta' reliġjon jew fuq moralita' universali?", "Min se jirregola l-etika?", "Il- kelma \"etika\" timplika mġieba li, at face value, oġġettivament hi tajba jew ħażina?", "U jekk oġġettivament hi tajba jew ħażina, min qed jiġġudika dik it-tip ta' etika?", "B'liema nuċċali qed iħares?", "B'nuċċali politiku, b'nuċċali morali jew b'nuċċali ta' reliġjon?", "X'qed jintefa' fil-barmil biex finalment ngħidu li l-barmil fih dawn l-ingredjenti?", "Jien naħseb li huwa importanti li jekk dan il-kodiċi huwa kważi sagru - kważi a sacred cow - u daqshekk importanti, ma nitkellmux fuq miżura.", "Dan għandu jkollu elementi effettivi u kważi, kważi ta' sanzjoni.", "L-Onor.", "Tonio Borg ipprova jagħmel dan il-punt, pero' donnu li waqa' fin-nassa għax qal: Imma dan Kodiċi ta' Etika li mbagħad ma rridux li ngħidu li jekk xi ħadd jonqos, allura hemm din it-tip ta' sanzjoni.", "Fil-fatt jekk tħares lejn l-Iskeda issib li hemm \"don't do this\" and \"don't do that\" imma fir-realta' hu Kodiċi ta' Etika.", "Allura għalfejn qed insejħulu Kodiċi ta' Etika?", "Jien naħseb li rridu nippreċiżaw il-kelma li nużaw.", "Allura se naqtgħuh u nagħmluh indipendenti minn reġim, kważi legali?", "Qed ngħidu li l-qasam kriminali u ċivili xorta ma jidħolx.", "U jekk allura hawn se ndaħħlu l- element ta' enforcement u se jkun hemm l-element ta' enforcement anke f'reġim legali ieħor, x'se tkun il-pożizzjoni?", "GĦandek tittratta Membru Parlamentari dabtejn għall-istess reat jew nuqqas tiegħu?", "Il-Parlament jew xi organu kompetenti taħt il-poter tal-Parlament, jista' jgħidlu li jkun naqas u jrid joqgħod attent, pero' mbagħad hemm ir-rimedju l-ieħor li huwa r-rimedju ċivili u kriminali.", "Ħafna drabi se tissoġġetta lill-Membru Parlamentari li jiġi trattat darbtejn, kważi kontra l-prinċipju tan-nebis in idem li you cannot try a person twice for the same offence.", "Pero' dan huwa Kodiċi li rriduh jirrifletti r-rieda u l-ħila li jkollna saff ta' politċi aħjar u aktar integri għax kważi, kważi l-aktar importanti huma l- valuri.", "Aħna rridu li dan il-Kodiċi jixpruna n-nies ħalli jdaħħal f'moħhom li l-politika verament hi għotja ta' servizz u li individwu jidħol fil-politika għax iħoss li għandu vokazzjoni demokratika x'jaqdi.", "Din m'hijiex sempliċement professjoni bħal kull professjoni oħra imma hija mezz għal fini li tagħmel l-aħjar ġid lill-pajjiż, kodiċi li fih innifsu hu mezz biex joħloq kultura ta' fiduċja sħiħa fil-klassi politika u joħnoq kull dubju li l-politika hija attivita' li b'xi mod għandha tiġi mlaqqma bħala maħmuġa.", "Meta wieħed iħares lejn dak li għandna quddiemna mill- ewwel jistaqsi: Il-politika veru li hija attivita' li tikkorrompik?", "Veru li jekk tidħol fil-politika titħammeġ?", "Jien naħseb li jekk aħna nieħdu l- politika bħala regola, struttura jew miżura li biha tasal ħalli tagħmel il-ġid lill-pajjiż u tara li dan jimxi 'l quddiem fis-suċċess, il- politika issir sine qua non, jiġifieri li mingħajrha l-pajjjiż ma jistax jgħaddi.", "Il-politika mifhuma f'dan is-sens li qed nipprova ngħid tfisser li l-pajjjiż għandu jkollu strateġija u normi u jkun regolat b'mod tajjeb ħalli f'soċjeta' ta' pluralita' ta' soġġetti, kulħadd iqis x'inhi r-responsabilita' tiegħu u jkun hawn responsabilita' politika - nerġa' ngħid - fis-sens wiesa' tal-kelma.", "Pero' jekk imbagħad b'politika nifhmu dak li rrendiet, jitfisser illum u dak li ssoktat titħassar illum, fejn allura hemm bżonn li nbexxqu din it-tieqa biex titneħħa dik il-foga u tidħol arja ġdida, jekk imbagħad inħarsu lejn il-politka bħala l-għalqa fejn wieħed javvanza u fejn wieħed jirkeb minn fuq dahar ħaddieħor biex jissodisfa l-aspettattivi tiegħu u anke jagħmel il-flus, m'għandniex nidħku b'xulxin u allura għandna ngħidu li le, mhux għalhekk twieldet il-politka.", "Jien ngħid li l-biċċa l-kbira tal-politiċi li hawn fiż-żewġ naħat tal- Kamra għamlu ħilithom u hawnhekk nassoċja ruħi ma' dak li qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Lino Spiteri, fejn qal li Allaħares niġu biex ngħidu li l- politika hija maħmuġa u li l-politiċi huma politikanti.", "Irridu nagħmlu distinzjoni u ma nużax il-kelma \"politikanti\" imma nużaw il-kelma \"politiċi\".", "Politikant tfisser dispreġġjattiv tal-kelma u politiku huwa dak li verament jemmen li l-politika hija għotja ta' servizz lill-oħrajn u li verament qiegħed hemm il-ħin kollu biex jgħin lil pajjiżu u lill- kostitwenza tiegħu.", "Dan hija l-politika.", "La tfisser hekk allura għandna nitkellmu fuq il-politika bħala waħda maħmuġa u għandna nħallu lil min jipprova jagħti l-impressjoni li l-politika m'għandekx tidħol fiha?", "Jien kelli z-ziju ta' missieri li kien ministru fl-ewwel Kabinett Laburista ta' Boffa u waħda mill-affarijiet li qalet il-kuġina tiegħi Ann kienet li missierha kien jgħidilhom lilha u lil ħutha biex ma jidħlux fil-politika għax dik hija disgrazzja.", "Forsi missiera kien jgħid hekk għaliex it- tifla tiegħu ma tantx kien ikollha ċans tarah u forsi għax hu ma tantx kien iqatta' ħin mal-familja tiegħu.", "Forsi għalhekk, imma jekk inhi dik ir- raġuni, allura wieħed ma jidħolx fil-politika għax hemm wisq interessi.", "Pero' għaliex għandna nipproġettaw il-politika b'din l-image meta mill- politika wieħed jista' jagħmel vokazzjoni peress li din tinħass ġewwa fih, fejn anke qabel ma jorqod jista' jħoss li jkun għamel xi ħaġa tajba għax forsi pprova jgħin lil xi ħabib jew li forsi jkun għamel xi ħaġa ta' ġid għal pajjiżu?", "Jekk tinftiehem hekk, allura għandu jkun hemm kodiċi ta' etika, pero' m'għandux ikun hemm kodiċi ta' etika if it will make nonsense of what is a political activity.", "Aħna nemmnu li l-kodiċi jrid ikun mezz għall-fini, li jrid ikun il-gwida tagħna u li jrid ikun kodiċi li wieħed jagħmel tajjeb li jimxi miegħu.", "Meta kien ġie Padre Sorge f'Malta kien qal \"impeniarsi politicamente nella vita politica\" u kien qal ukoll li inti trid tpoġġi mhux lilek innifsek qabel ħaddieħor imma lil ħaddieħor tittrattah bħala s-superjur tiegħek.", "Meta imbagħad tifhem li aħna bħala forza leġislattiva u sovrana, għandna forza politika sovrana u għandna wkoll il-poplu li huwa sovran, allura l-politika tibda tagħmel is-sens.", "Jekk naraw xi jgħid il-Kodiċi ta' Etika fuq member of the House of Representatives insibu li tgħid hekk:", "\"Membru tal-Kamra tad-Deputati għandu f'kull waqt, sew jekk ġewwa jew barra l-Kamra, iġib ruħu b'mod li jkun jixhed għall-istatus u d- dinjita' tal-Kamra tad-Deputati.\".", "Tajjeb li nagħmlu r-regola imma rridu noqogħdu attenti li ma naqgħux fl- assurd għaliex filwaqt li dak li għidna jagħmel ħafna u ħafna sens u filwaqt li l-politika hija l-missjoni li kull wieħed hawn ġew għandu, imbagħad ma nistgħux li f'kull waqt u f'kull azzjoni, deputat, mhux biss hawn ġew imma wkoll barra, irid iġib ruħu b'mod li jkun jixhed għall- istatus u d-dinjita' tal-Kamra tad-Deputati.", "Xi jfisser dan?", "Jekk jien niddeċiedi li nagħmel misluta, dak b'xi mod qiegħed inaqqas jew ifarrak l- istatus u d-dinjita' tal-Kamra tad-Deputati?", "Pero' jekk tagħmel misluta għax tkun il-moda, allura aħna li nirrappreżentaw lill-poplu għandna mmorru kontra l-moda?", "Din hija l-mistoqsija.", "L-Onor.", "Giovanna Debono għandha misluta imma dik hija mara.", "Issa jekk ikun hawn xi ħadd hawn ġew li jiddeċiedi li jagħmel misluta, ikun qed imur kontra l-istatus u d-dinjita' tal-Kamra tad-Deputati?", "Jekk jiġri li hawn ġew - bħalma ġieli ġara miż- żewġ naħat tal-Kamra - ikun hawn il-vjolenza ċertament ikun qed inaqqas mill-istatus u mid-dinjita' tal-Kamra tad-Deputati għaliex huwa ħażin li jiġri dan, imma jekk hemm deputat li m'huwiex miżżewweġ u huwa poġġut ma' mara, allura dan f'kull waqt, sew jekk ġewwa kif ukoll barra l-Kamra - hawnhekk il-kelma \"Kamra\" qiegħda bil-capital \"K\" biex ma naħsbux f'xi kamra oħra - għandu jġib ruħu b'mod li jixhed għall-istatus u d-dinjita' tal-Kamra tad-Deputati?", "Għaliex status u dinjita'?", "X'hemm kompriż fil- kelma \"status\" li ma jidħolx fil-kelma \"dinjita'\".", "Forsi d-dinjita' m'hijiex kompleta biżżejjed?", "Hemm xi ħaġa oħra li tagħmel ftit sens u din tgħid hekk:", "\"Filwaqt li membru tal-Kamra tad-Deputati għandu d-dmir li jwassal l- ilmenti tal-kostitwenti tiegħu u li jagħmel rappreżentanzi f'isimhom lill-awtoritajiet tal-Gvern, m'huwiex mistenni li l-Membru jagħmel xi influwenza mhux xierqa, theddid jew pressjoni li m'għandhiex issir fit- twettiq ta' dmirijietu.\".", "Jien nifhimha li jgħid li m'għandux jagħmel xi forma ta' theddid u influwenza mhux xierqa għaliex toħroġ anke minn liġijiet oħra, imma mbagħad jekk aħna se nitkellmu fuq Kodiċi ta' Etika meta jien għamilt domanda parlamentari ma nippretendix li sitt xhur wara jgħidli li se jirrispondiha f'seduta oħra!", "Jekk Membru fil-Kamra tad-Deputati għandu d-dmir li jwassal l-ilmenti tal-kostitwenti tiegħu l-Ministru li jrid iwieġeb m'għandux ukoll id-dmir illi jara u jinvestiga dawn l-affarijiet?", "Jekk id- Deputat parlamentari jiġi hawn u jissolleva xi kwestjoni - għax hawn huwa l- forum fejn irid jagħmel dan - l-Ministru m'għandux l-obbligu li jirrispondi u jagħti sodisfazzjon lill-Kamra dwar dan?", "M'għandux jiġi jgħid li din hija materja ta' natura kummerċjali u ma jirrispondix jew jitlob lill-Onor.", "Membru biex jeżonerah milli jirrispondi din it-tip ta' domanda!", "Jekk skond il-liġi jien għandi d-dmir li nagħmel id-domanda għandi d-dritt ukoll li nara r-risposta u l-parti l-oħra għandu d-dmir li jagħtiha, mhux jaħrab, coraggio, fuggiamo!", "F'section 5 ta' l-Iskeda hemm li:", "\"Kull membru tal-Kamra tad-Deputati għandu ta' kull sena fiż-żmien stabbilit mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati jindika f'reġistru li jinżamm għal dan l-għan mill-iSpeaker, u liema reġistru jkun miftuħ għall-ispezzjoni tal-pubbliku:", "a. x'ikun ix-xogħol jew il-professjoni tiegħu, u jekk ikun impjegat, x'jismu min jimpjegah;", "b. il-proprjeta immobbli tiegħu, dik tal-konjuġi jekk ikun hemm il- komunjoni ta' l-akkwisti, dik ta' l-ulied tiegħu ta' taħt l-eta' kif ukoll, jekk ikun hekk jixtieq, il-mod kif din tkun inkisbet u kif tkun qegħda tiġi wżata;\"", "Ara l-liġi kemm hija miktuba b'mod illi ħafna drabi tirrifletti l- konsiderazzjoni li diġa' għamel l-Onor.", "Spiteri; il-ħajja personali ta' individwu - fejn tidħol il-proprjeta' u l-assi immobiljari tiegħu, mhux personali kif jgħix - kemm taffettwa fil-politika.", "Jekk ikun hemm komunjoni ta' l-akkwisti - jista' ma jkunx hemm - jridu jippreżentawhom ukoll u anke dik ta' l-ulied ta' taħt l-eta'!", "Ħafna drabi l-ulied ta' taħt l-eta' lanqas drittijiet ċivili ma jkollhom, ikun hemm xi tutur għalihom jew ir-responsabbilta' tagħhom ma tkunx eżistenti.", "Imbagħad qed inħallu fid-diskrezzjoni ta' l-individwu jekk jgħidx il-mod kif din tkun inkisbet u kif tkun qed tiġi wżata.", "Mela jekk, per eżempju, jien għandi flat Buġibba, u nzertajt miżżewweġ irrid ngħidlu li darba f'ġimgħa immur f'dak il-flat ħalli nissodisfa l-aspettattivi naturali tiegħi.", "Il-Liġi qed tgħid li ngħidlu jekk nixtieq!", "Imbagħad jekk ma nixtieqx ngħidlu mhux kulħadd jista' jasal għall-konklużjonijiet li jrid hu?!", "Il-Professur De Marco, meta kien jgħallimna d-dritt kriminali, waħda mill-affarijiet li kien jgħidilna - u kien jgħidilna tajjeb ħafna - kienet biex inħarsu lejn kull kelma għax kull kelma tfisser xi ħaġa, minn kull kelma tista' toħroġ Bibbja.", "There is a mine field in what you go to read through.", "U hekk hu, ma tistax tifhimha xorta oħra.", "Il-Liġi qed tgħid \"il-proprjeta' immobbli tiegħu\", issa jekk tkun proprjeta' xort'oħra se tkun koperta?", "Ma tidhirx li hija koperta.", "Hemm kopert il-proprjeta' tal-miżżewġin, ta' l-ulied taħt l-eta' u jekk ikun jixtieq - inħalluha f'idejn il-Membru - jgħid il-post li għandu għalfejn qiegħed jużah.", "Imbagħad f'paragrafu (d) ta' section 5 ta' l-Iskeda nsibu li:", "\"pożizzjonijiet ta' direttur u dawk oħra f'kumpanniji kummerċjali, assoċjazzjonijiet, boards, soċjetajiet koperattivi jew kull grupp ieħor ukoll jekk dawn ikunu għaqdiet volontarji;\"", "Jien nemmen li billi aħna qegħdin hawn rappreżentanti tal-poplu ħalli jkollna business - jekk jien irrid li jkolli business ħalli jkolli l- business tiegħi - pero' mhux nuża l-Parlament biex nieħu vantaġġ - jista' jkun Membru kemm minn din in-naħa u kemm minn dik in-naħa għax nikkundannah; ktibt kontra tagħha fi żmenijiet oħra u f'dawn iż-żmenijiet u nibqa' ngħid kontra tagħha - jew inkella nagħmlu xi business flimkien u you scratch my back and I scratch yours.", "Ħbieb kemm tridu, patti chiari amicizia lunga, imma li noqogħdu nilagħbu ta' l-ors le!", "Jien, nitkellem għalija, li għadni nixref fil-politika u għadni lanqas naf xi tfisser politika, ma naħsibx li dawn l-affarijiet għandna nittollerawhom.", "Dan li kont nistenna li nara f'kodiċi ta' etika; kif sitwazzjonijiet bħal dawn jekk jista' jkun ma jinqalgħux u jekk jinqalgħu nirregolawhom.", "Jien naħseb li din l-Ordinanza għandha żewġ partijiet; fuq naħa hemm il- privileġġi u fuq naħa oħra hemm il-Kodiċi ta' Etika.", "Dan jimplika li għandu jkun hemm komportament uman rett, onest u integru biex il-politiċi żgħażagħ li qed iħarsu lejn il-politika ...", "Ħafna drabi ż-żgħażagħ jgħidu li l-politika ma jaqblux magħha u ma jriduhiex.", "Jien ngħid: Dawn iħallsu taxxa?", "Il-politika hija regola jew struttura li tmexxi lill-pajjiż f'suċċess.", "Jekk żagħżugħ ma jemminx fil-politika dan qiegħed jisfida dak li essenzjalment huwa rikjest f'soċjeta' li trid tgħix ħajja konformament mal-liġijiet u fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tagħha.", "Imma ż-żgħażagħ x'inhuma jgħidu?", "Iż-żgħażagħ tilfu kull sens ta' fiduċja fil-klassi politika u dan huwa ħażin għax ħafna drabi aħna stess qed nikkastigaw lilna nfusna.", "Dawn l-affarijiet għandna ngħiduhom.", "Iż-żewġ naħat ikollhom politiċi li jistgħu jagħmlu xi ħaġa li ttebba' lil kull partit, pero' ma naħsibx li huwa fair li niġu tinged.", "Per eżempju, waqt li kont qed nieħu kafe' għand l-Osborne iltqajt ma' wieħed barrani li jemmen ħafna li min qiegħed fil-politika qiegħed hemm biex jagħmel il-flus.", "Issa jien kif nista' nagħmel il-flus meta għadni nixref mill-Universita' u wara li ħriġt kandidat sibt ruħi fil-Parlament?!", "Jien mhux talli m'għamiltx flus talli ħriġt il-flus mill-but.", "Imma għaliex ħafna drabi ż-żgħażagħ m'għandhomx fiduċja fil-klassi politika?", "Allura hemm klassi politika mħassra?", "Mhux kulħadd huwa hekk.", "Aħna għamilna rapport tal-Kummissjoni maħtura mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn għidna li se naraw bis-serjeta' kollha x'inhi l- viżjoni tagħna fuq imġieba politika korretta.", "Waħda mill-affarijiet li għidna hija li għandhom isiru rakkommandazzjonijiet dwar il-partiti politiċi.", "Issa dawn ir-rakkommandazzjonijiet tiegħi nixtieq nagħmilhom lil din il-Kamra li wkoll trid li jkollna politika nadifa.", "B'hekk Malta ma tibqax daqshekk tarbija f'dik li hija politika u ma tibqax immexxija b'mentalita' antikwata u miżgħuda bi preġudizzji ta' l-imgħoddi billi nħarsu lejn il-politika bħala l-għalqa biex tagħmel il-flus u biex tmexxi.", "Il-Partit Laburista kien l-ewwel partit li ta l-eżempju lil kulħadd u qal li għandna nagħmlu Kummissjoni tal-Viġilanza u Dixxiplina.", "L-auto- dixxiplina ħadd ma għamilha.", "Meta għamilna mozzjonijiet kontra Ministri u kontra Membri tan-naħa l-oħra, dawn iħalluhom imdendlin jew lil wieħed itektkuhielu waħda sew u lill-ieħor iħalluh.", "Permezz ta' din il- Kummissjoni aħna tajna eżempju u saħansitra ħallejnihom jinqdew bina.", "Fil- fatt anke jien batejt meta kien hemm il-każ tiegħi personali.", "Aħna nemmnu li l-klassi politika trid tkun nadifa.", "Jien irrid inkun naf f'liema partit saret din il-ħaġa.", "Aħna l-Membri ta' l-Oppożizzjoni rridu nagħtu ħalfa li għandna par idejn indaf u li lesti naħdmu għal pajjiżna.", "L-ewwel punt li semma dan ir-rapport dwar l-imġieba politika korretta maħruġ mill- Partit Laburista huwa dan.", "\"Il-partiti politiċi ma jistgħux jippretendu imġieba korretta mill- Membri tagħhom jekk huma stess ma jġibux ruħhom sewwa.", "Il-partiti politiċi kollha għandhom ikunu l-ewwel li jaraw li l-Membri tagħhom huma persuni li wieħed jista' jafda, li jġibu ruħhom sew u jkomplu jgħassu fuqhom biex jassiguraw l-imġieba korretta li tibqa' l- karatteristika prinċipali tal-Membri tagħhom.", "Dan ifisser l-auto- dixxiplina tal-partit.\".", "Per eżempju, aħna bħala partit ma jistax ikollna canvassers - jien insejħilhom ħbieb - li mbagħad jippretendu ċerti affarijiet minna meta xi darba nkunu fil-gvern.", "Dawn ma jistgħux jagħmlu pressjoni fuq id-Deputat li jispiċċa bħala ġugarell f'idejhom.", "Din il-ħaġa aħna ma rriduhiex.", "Aħna qed inħarsu lejn il-futur u ħadd m'għandu jsemmilna l-passat.", "Qed ngħidu li aħna partit b'viżjoni tal-futur u li aħna kburin bil-passat.", "Din hija waħda mill-affarijiet li kull partit politiku għandu jemmen u jara biex ikun hemm sorveljanza, anke fit-trasparenza tal-finanzjament.", "Nixtieq insemmi wkoll li kien hemm xi ħadd li qalilna li jkun aħjar jekk noqogħdu attenti għax ma nistgħux nibqgħu nagħmlu daqshekk parliamentary questions.", "GĦalhekk f'kelma waħda, lilna l-Membri Parlamentari qed jgħidulna biex ma nibagħtux il-korrispondenza li aħna għandna d-dritt li nibagħtu biex permezz tagħha nkunu nistgħu ninformaw lill-kostitwenti tagħna.", "Artiklu 4 ta' l-Ordinanza stess jgħid li huwa d-dmir tagħna li nagħmlu d-domandi parlamentari u nressqu t-talbiet fil-Parlament.", "Allura filwaqt li aħna ma nistgħux nagħmlu mistoqsijiet parlamentari kemm irridu, hemm finanzjament galor ta' partit politiku mill-Konrad Adenauer Foundation u minn foundations oħra li qed jaraw kif jistgħu jtellfu s-soċjaliżmu f'pajjiżna u l-flus deħlin.", "GĦal dak li jirrigwarda t-trasparenza fil- finanzjament aħna rridu noqogħdu attenti li ma jkollniex tangentopoli Maltija.", "Jien nixtieq nikkonkludi billi ngħid - ħalli issa jkollu l-opportunita' li jitkellem l-Onor.", "Brincat - li l-partiti politiċi għandhom ikunu responsabbli għal dak li jagħmlu jew jonqsu li jagħmlu meta jkun hemm imġieba li m'hijiex korretta u iktar u iktar meta jkun hemm ksur ta' liġi.", "II-partiti politiċi għandhom ikunu responsabbli għall-għemil tagħhom u biex dan ikun jista' jseħħ, il-poplu jrid jingħata l-opportunita' li jiġġudikahom.", "Hawnhekk nixtieq nagħlaq l-ispeech tiegħi billi ngħid li l-Parlament għandu d-dritt li jiġġudika dwar contempt of the House of Representatives.", "Imbagħad inqala' l-każ tas-Sur Demicoli ...", "Issa dan il-każ m'huwiex l- uniku wieħed; dawk kienu l-liġijiet eżistenti dak iż-żmien u sa dak inhar ħadd ma kien sfidahom.", "Imma dawn inzertaw applikaw the right to the individual petition u issa l-avukat tagħhom - ta' min jgħid li dan ħareġ tliet darbiet għall-elezzjoni u ma telax - ġie jippoża hawn, isemmilna dan il-każ u bilkemm ma riedx jgħallimna!", "Tliet darbiet ħareġ għall-elezzjoni u ma telax u mbagħad għax irnexxielu jidħol il-Parlament ġie hawnhekk jgħidilna li rebaħ il-kawża u jixtieq li jsemmilna dan il-każ.", "Imma apparti l-każ tas-Sur Demicoli u każijiet bħal dawn, aħna qed ngħidu li l- Parlament jista' jiġġudika individwu u jressqu hawnhekk, imma mbagħad wieħed ma jridx jagħmillu sentenza jew jgħidlu biex iħallas u dan lanqas biss jindenja ruħu jħallas.", "Fejn hi s-sovranita' tal-Parlament?", "Dan lanqas biss ħallas!", "Imbagħad wara dan kollu qgħadna nitħassruh, qisu xi wieħed martri, u qgħadna ngħidulu \"miskin\" għax għadda minn ħafna affarijiet!", "Dan kien għajjar ukoll.", "Infatti jien ikkwotajt bl-Ingliż x'kiteb fil-ġurnal \"M'hux\".", "Din hi verament xi ħaġa tal-mistħija!", "Mela aħna qed ngħidu biex noqogħdu attenti meta niġu biex niġġudikaw imma issa rridu wkoll li bħalma aħna nistgħu niġġudikaw lill-poplu, l-poplu jkun jista' jiġġudika lilna.", "Allura din il-Liġi tieħu dimensjoni isbaħ u iktar rikka jekk ninterpretawha mhux biss bħala l-liġi li tagħtina l-privileġġi - dawk il-privileġġi ma rriduhomx, immunities irridu nużaw - imma bħala liġi li tgħid li l-politika qiegħda hemm biex jiena naħdem u nagħti servizz għax darba f'ħames snin - hawn min qed jgħid li l-elezzjoni tista' tiġi qabel, tiġi meta trid - tiġi l-elezzjoni u l-poplu jkun jista' jiġġudikana u jgħidilna li mxejna skond normi ta' imġieba politika korretta.", "Din il- liġi hija waħda li l-Oppożizzjoni diġa' esprimiet il-fehmiet tagħha dwarha, essenzjalment hija waħda tajba, pero' inutli li nagħmlu l-liġijiet, inutli li nitkellmu fuq il-Kodiċi ta' Etika, inutli li ngħidu li jrid ikun hemm dan il-Kumitat tal-Privileġġi, jekk qabel il-Kumitat tal-Privileġġi ma narawx li bejnietna għandu jkun hemm il-qbil fuq il-Kumitati l-oħra, u jekk qabel affarijiet oħra ma jkunx hemm politika li taqdi verament lill- bniedem.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, nixtieq nillimita l-kummenti tiegħi iktar dwar l-aspett li għandu x'jaqsam mal-Kodiċi ta' Etika.", "GĦalkemm kif qalu sħabi naqbel li din il-liġi li qiegħed iressaq il-Gvern hija waħda pożittiva, naħseb li fis-sustanza m'hu qed jagħmel xejn li hu sostanzjalment ġdid jew anke oriġinali.", "Pajjiżi oħrajn bħall-Ingilterra fil-fatt ilhom għadd ta' snin li lleġiżlaw f'dan ir-rigward u permezz ta' leġislazzjoni pprovdew għall-ħolqien ta' reġistru dwar l-interessi finanzjarji tal-Membri Parlamentari - fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball l- leġislazzjoni fl-Ingilterra saret madwar 20 sena ilu.", "Interessanti li wieħed jinnota li għalkemm l-Ingliżi kienu ilhom mit-Tieni Gwerra Dinjija jtellgħu u jniżżlu jekk għandhomx jintroduċu leġislazzjoni bħal din, l- ispark, l-katalista li ċaqalqithom f'din id-direzzjoni kien proprju l- iskandlu ta' Poulson fis-snin sittin, li kif jafu ħafna, speċjalment dawk anzjani aktar minna, kien każ skandaluż li kellu ħafna rabtiet fid-deher mal-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Fejn il-leġislazzjoni Maltija tvarja minn dik Ingliża hija li dik Ingliża ma tgħid xejn dwar l-ammonti ta' dħul tad-deputati iżda ssemmi biss n-natura ta' l-interessi tagħhom aktar milli l-valur f'termini finanzjarji.", "Mingħajr ma ninstema' li jiena kontra r-reġistrazzjoni tad-dħul tad- deputati - fil-fatt jien favur tagħha - xtaqt insemmi li s-Select Committee tal-House of Commons kien argumenta f'dan il-mod: \"Li tesiġi l- pubblikazzjoni ta' l-ammonti tad-dħul tad-deputati jkun ifisser indħil sinifikanti fil-privatezza tal-Membri Parlamentari u fl-affarijiet personali tagħhom\" - tant li ma kienu raw ebda ġustifikazzjoni valida biex jirrakomandaw dan il-pass.", "Dan qed ngħidu għaliex meta dan l-aħħar ġew ippubblikati r-returns tad-dħul tal-Ministri tal-Kabinett f'Malta, fil- fehma tiegħi l-problema ta' l-evażjoni tat-taxxa - irrispettivament minn jekk dawn kenux korretti jew le - baqgħet issue mingħajr ebda mittiefes u fil-fehma ta' ħafna baqgħet ma ġietx indirizzata.", "U dan qed ngħidu għaliex kienux returns li ġġeneraw reazzjoni tal-waħx jew reazzjoni tad- daħk ...", "L-ewwelnett ħafna minn nies ħaduhom kif jgħidu l-Ingliżi \"with a pinch of salt\", u sal-lum ma jirriżultax li kien hemm xi każi fejn il- Kummissarju tat-Taxxi Interni sempliċement abbażi ta' dawn id- dikjarazzjonijiet pubbliċi ħa xi passi tanġibbli biex jivverifika kemm kienu ġenwini jew le dawk ir-returns li ġew tabled f'din il-Kamra.", "Mr Speaker, hemm ir-riskju wkoll li jista' jiġri l-istess ħaġa anke fil- każ tar-reġistru tad-Deputati Parlamentari li qed jiġi propost f'din il- Liġi.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota politiku Ingliż li kien u għadu rispettat ħafna fl-Ingilterra kemm bħala politiku kif ukoll bħala kittieb ta' ċerta statura - qed nirreferi għal Roy Hattersley li għamel żmien bħala deputat mexxej tal-British Labour Party.", "Fil-fatt Hattersley, fil-House Magazine ta' Mejju ta' l-1992 tal-Parlament Ingliż kien tkellem fit-tul dwar ir- reġistru ta' l-interessi tal-membri parlamentari.", "Dak inhar Hattersley għamel asserzjoni pjuttost kategorika għax kien qal li fil-fehma tiegħu dan ir-reġistru ma kien se jsolvi xejn, tant li hu stess qal li r-reġistru ta' l-interessi tal-membri parlamentari kien diżastru parlamentari għax ippermetta lid-deputati biex jieħdu flus minn fejn iridu, mingħand kulħadd u minn kull imkien, basta dawn kienu lesti li jikxfu idejhom.", "Nerġa' ngħid - biex ma niġix miżinterpretat barra minn din il-Kamra - li jiena favur li jkun hemm trasparenza sħiħa kif qed jiġi propost fil-Liġi nnifisha, imma fil-fehma tiegħi, iktar milli l-kwantita' ta' dħul, l-iktar ħaġa mportanti hija li l-Kamra u l-membri tal-pubbliku jkollhom l-opportunita' li jġibu paragun bejn x'kien id-dħul u l-ġid ta' Membru Parlamentari qabel ma daħal fil-politika, qabel ma daħal fil-Parlament u anke llum u ovvjament x'livell laħaq bħalissa.", "Dan biss jista' fil-fehma tiegħi jagħti ħjiel jekk setax kien hemm xi qerq jew xi abbuż, għax kif kulħadd jaf Malta żgħira u n-nies magħrufa, u naf li hemm ħafna Parlamentari fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra li għamlu l-flus b'mod leċitu, għamluhom mill-professjoni privata tagħhom, anke ferm qabel ma dawn daħlu fil-politika jew għamluhom f'mod totalment indipendenti mir-rwol parlamentari tagħhom.", "GĦalija l- iktar ħaġa importanti kienet li jiġi ddikjarat l-interess ta' Membru Parlamentari f'ċertu leġislazzjoni.", "Dan qed ngħidu għaliex dan l-aħħar fl-Ingilterra kien hemm xi każi ta' Membri Parlamentari Ingliżi li ġew rrapportati li ħadu Stg1,000 għal kull parliamentary question li għamlu f'isem xi nies fis-settur privat.", "Għalija din l-istorja kellha tagħlima waħda prinċipali, li deputat - bħal kull bniedem ieħor - huwa corruptible, u biex jinxtara jew jixxaħħam, f'ċerti każi jista' jkun jeħtieġ ammont sostanzjali ta' flus u f'każi oħra jkun lest li jikser anke l-valuri u l- prinċipji tiegħu għal ammont ferm inqas.", "Dan qed ngħidu għaliex l-istorja li kien hemm fl-istampa Ingliża ta' deputati li jieħdu Stg 1,000 għal domanda parlamentari turi li ħafna drabi l-ammont m'huwiex iċ-ċavetta ta' kollox.", "Dan li qed ngħid ma jgħoddx biss għal Membri Parlamentari, iżda jgħodd ukoll għal dawk kollha li b'xi mod setgħu jew jistgħu jibbenefikaw mill-istrutturi parlamentari tal-pajjiż.", "Per eżempju, fl-Ingilterra hemm rakkommandazzjoni biex anke dawk in-nies li jkollhom aċċess għal Parlament ikunu soġġetti għal dan l-iskrutinju.", "Jekk nieħdu s-sistema Ingliża nsibu inklużi fiha s-segretarji tal-ministri, ir-research assistants - għax ħafna minnhom għandhom research assistants tagħhom - u hemm id-drawwa li kultant jiġu organizzati tours fil-Parlament minn Membri Parlamentari u minn staffers tagħhom bħala okkażjoni biex bniedem ikollu ċans li jiltaqa' ma nies ta' ċertu influwenza, u f'dan il- pajjiż dan l-aspett qed jiġi kkonsidrat f'mod konkret.", "Jiena ma rrid nitfa' dell fuq ħadd, imma naħseb li jkun tajjeb li nagħtu ħarsa lejn dawn l-affarijiet anke f'pajjiżna, għax kultant wieħed jara ċerti nies fil- kuruturi u jibda jistaqsi x'inhi l-preżenza tagħhom hawnhekk.", "Naħseb li l- aħħar ħaġa li kull amministrazzjoni tkun tixtieq hija li tkun mdawwra b'ċerti nies li fid-dehra tagħhom ikollhom l-image ta' helpers u fir- realta' dawn ma jkunu xejn ħlief sensara li jkunu qed jabbużaw mill- pożizzjoni tagħhom qrib ċerti nies ta' ċertu influwenza.", "Aspett ieħor li nħoss li ma ġiex indirizzat b'mod qawwi biżżejjed fil- liġi jew b'mod profond biżżejjed huwa dak ta' l-isponsorship taż-żjarat barra l-pajjiż tal-Membri Parlamentari.", "Jekk fhimt sew, il-liġi titlob biss li jingħataw dettalji ta' dawk iż-żjarat kemm-il darba min ikun qed jisponsorjahom ikollu xi nteress f'xi leġislazzjoni li tista' tkun għaddejja mill-Parlament.", "Jiena ngħid li jista' jkollok sponsorship ta' xi ħadd li fil-fehma tagħna xorta għandha tiġi rrapportata lil din il-Kamra anke jekk ma jkollhiex rabta, interess jew linkage dirett ma' xi leġislazzjoni għaddeja fil-Parlament jew maħsuba li tgħaddi fil-Parlament.", "Jiena nemmen li din il-klawsola tal-Kodiċi ta' l-Etika għandha tiġi estiża għaż-żjarat kollha li Deputat Parlamentari jista' jagħmel barra l-pajjiż li ma jkunux mħallsa minnu personali, li ma jkunux imħallsa mill-Parlament jew mill-partit tiegħu jew inkella li ma jkollhomx rabta jew x'jaqsmu ma' l-impieg privat tiegħu.", "Dan qed ngħidu għax jekk gvern barrani jisponsorja żjara ta' Deputat Parlamentari barra l-pajjiż, kemm ta' natura kulturali u kemm ta' żjara li m'għandhiex rabtiet leġislattivi, nħoss li dan għandu jidħol fir-register of interests, aktar u aktar billi l-konċett ta' vjaġġi b'xejn barra l-pajjiż ilu identifikat - mhux f'Malta biss imma madwar id-dinja - bħala biċċa għodda antika kif tista' tirbaħ u tinfluwenza deputat fuq in-naħa tiegħek.", "Jiena għandi informazzjoni li xi żmien ilu ministru preżenti tal-Gvern kien ġie mistieden it-Taiwan mill-Gvern ta' dak il-pajjiż, ftit qabel ma laħaq segretarju parlamentari.", "Jiena mhux se nidħol fil-merti jekk għamilx sew li mar jew le, imma inħoss li l-Kamra għandha dritt tkun taf bi vjaġġi bħal dawn, li setgħu ġew sponsored baxx baxx mingħajr ebda pubbliċita' minn xi gvern jew organizzazzjoni barranija.", "Fil-fatt, ir-register of interests Ingliż huwa rigoruz ħafna dwar dan is- suġġett.", "Jekk wieħed jifli bir-reqqa r-reġistru Ingliż, isib li ħafna deputati, mhux biss isemmu vjaġġi li jkunu sponsored iżda anke dawk li jkunu saħansitra part sponsored, jiġiferi fejn id-deputat joħroġ parti mis-somma minn butu stess.", "Dan japplika wkoll għal dawk li jsiefru minn fuq dahar fondazzjonijiet politiċi.", "Jiena nħoss li dawn għandhom ikollhom l-obbligu li jniżżlu l-interess tagħhom anke jekk iż-żjara tagħhom ma jkollha ebda rabta ma' xi leġislazzjoni għaddejja quddiem il-Kamra.", "Fl-Ingilterra ħafna mid-deputati isemmu anke dawk l-attivitajiet li ġieli jagħmlu anke jekk dawk li mhux neċessarjament ikollhom interessi finanzjarji marbutin magħhom.", "Per eżempju, fl-Ingilterra, l-liġi kif inhi titlob lil dak li jkun iddikjara l-interessi tiegħu anke meta dan ikun qed jagħti konsulenza jew pariri lil xi għaqdiet tal-karita' u anke lil xi campaign groups Ingliżi.", "Fil-każ tal-konsulenzi, fejn id-ditti tal-konsulenza li jkun jaħdem magħhom id-deputat ħafna drabi jkun ħafna iktar relevanti l-isem tal- klijenti li d-ditta tkun qed taħdem għalihom milli dettalji dwar id-ditta nnifisha, għax billi tgħid li wieħed huwa consultant ma' kumpannija \"X\" tal- konsulenza, m'int qed turi xejn fuq l-interessi veri li jista' jkollu deputat.", "Imma jekk deputat qed jaħdem ma' consultancy firm li għandha bħala klijenti - biex ma nsemmi xejn Malti - lill-British Gas, British Rail jew il-British Telecom u qed turi l-client list tiegħu, allura tkun iktar f'pożizzjoni li tiġġudika fejn huma l-interessi veri ta' dan id-Deputat Parlamentari.", "Fir-reġistru Ingliż, wieħed isib ukoll dettalji dwar directorships u impiegi bla ħlas, għotjiet, benefiċċji u ospitalita' marbuta ma' żjarat barra l-pajjiż., kif ukoll titli ta' artijiet u proprjeta' u registered shareholdings u każi ta' directorships li ma jkollhomx ħlas marbut magħhom.", "Jiena nagħti importanzza kbira lid-dikjarazzjoni ta' interess ta' deputat f'leġislazzjoni li tkun għaddejja quddiem din il-Kamra.", "Meta wieħed isegwi ċerti dibattiti li jkunu għaddejjin fil-Parlament Malti, jinduna li ċerti deputati iktar ikunu qed jitkellmu fuq ix-xogħol u l-professjoni tagħhom milli f'isem il-kostitwenza tagħhom.", "Jien mhux qed ngħid li dan m'għandux isir imma l-interess għandu jiġi ddikjarat bil-quddiem.", "Hawnhekk se nagħti l-iktar eżempju lampanti li kellna f'din il-Kamra, mingħajr ma nsemmi ismijiet.", "GĦadu frisk f'moħħi u f'moħħ kulħadd id-dibattitu li kellna dwar ix-xandir, meta l-broadcasting f'pajjiżna ġie lliberalizzat u ġew introdotti liċenzji għal diversi stazzjonijiet tar-radju privati f'pajjiżna.", "Dak inhar kellna eżempju ċar ta' Deputat Parlamentari li għażel li minflok jitkellem f'isem il-partit tiegħu tkellem fl-interess tiegħu personali għax kellu l-ħsieb li bis-saħħa tal-liġi, li kienet se tgħaddi minn dan il-Parlament, iwaqqaf stazzjon tar-radju tiegħu personali, kif fil-fatt għamel.", "Jiena ngħidlu good luck to him, mhux qed nidħol fil- merti jekk kellux iwaqqaf stazzjon tar-radju jew le, imma nemmen li f'soċjeta' demokratika bħal tagħna, iżjed u iżjed jekk se jkun hemm dawn is-safeguards li qed nitkellmu fuqhom illum, dan il-konflitt ta' interess wieħed għandu jasal għalih mhux by deduction, imma għandu jkun jaf bih bil- quddiem qabel ma jersaq l-Abbozz ta' Liġi li jkun hemm quddiem il-Kamra.", "GĦalkemm hawn Malta mhux dejjem inkunu nafu b'ċerti rabtiet ta' deputati barranin mal-Gvern Malti, huwa interessanti li dak li ma nsirux nafu bih hawn Malta ħafna drabi nsiru nafu bih mir-register of interests ta' pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju jekk tara r-register of interests tal-Parlament Ingliż, tkun taf min huma ċerti deputati Ingliżi li huma partners f'kumpanniji li għandhom bħala klijenti tagħhom corporations Maltin, bħal per eżempju l-Malta Development Corporation, imbagħad issib lista ta' deputati Ingliżi li fir-register of interests jistqarru li kienu ġew Malta fuq żjara li kienet ġiet sponsored mill-Gvern Malti.", "M'hemm xejn ħażin la f'waħda u lanqas fl-oħra, imma ngħid li li kif affarijiet bħal dawn isiru pubbliċi fil-pajjiż li qed jirċievi din l-għotja, nħoss li li anke l-pajjiż li jagħti din l-għotja għandu jkun irreġistrat għall-interess pubbliku.", "Fil-fehma tiegħi, l-Liġi ma tgħid xejn dwar kif se jitħaddem l-iskrutinju tar-reġistru dwar l-interessi tal-Membri Parlamentari.", "Fil-fatt kull ma jgħid l-Abbozz hu li dan ir-reġistru jkun miftuħ għall-ispezzjoni tal- pubbliku.", "Filwaqt li fl-Ingilterra dan ir-reġistru m'huwiex formulat bħala computer data base, kull riċerka trid issir b'mod manwali.", "Fil-fatt il-membri tal-pubbliku Ingliż jenħtieġu li jagħmlu appuntamenti bil-quddiem biex jispezzjonaw dawn ir-reġistri aġġornati, billi tagħrif bħal dan mhux soltu li jingħata lil terzi persuni jew bit-telephone.", "Issa li ninsabu viċin l-introduzzjoni tal-kumitati parlamentari , nħoss li jenħtieġ li tiddaħħal il-proċedura li teżisti f'pajjiżi oħrajn, jiġiferi li qabel l-istanding committee jgħaddi biex jagħmel xi ħatriet tiegħu, speċjalment dik ta ' chairman eċċ, l-membri għandhom jagħtu dettalji ta' l- interessi pekunjarji tagħhom lill-kumitat kollu.", "Dan m'għandux japplika biss għal kumitati li jkunu ta' natura proċedurali, imma dikjarazzjonijiet simili, għandhom isiru mhux biss b'mod li jiġu minuted fil-proċeduri tal- kumitat, iżda għandhom jingħataw meta jkun hemm xi xhieda li qed jagħtu evidenza f'inkjesta parlamentari li tkun għaddejja.", "F'każ li l-membru tal- kumitat parlamentari, partikolarment iċ-chairman jkollu xi interess pekunjarju li b'xi mod jista' jaffetwa xi inkjesta li tkun għaddejja jew ix- xogħol tal-kumitat innifsu, allura fil-fehma ta' ħafna nies dan il-membru għandu jirtira sakemm tiġi riżolta dik l-item.", "Dan l-aħħar daħlet id-drawwa fil-pajjiż li ministri jiġu nominati patruni ta' ċerti fondazzjonijiet, u każ tipiku kien il-każ ta' Ministru tal-Gvern Malti li ġie nominat patrun ta' fondazzjoni li għandha x'taqsam ma' l- Isptar San Raffaele ta' Milan.", "It-taqsima dwar non public bodies li hemm fil-Liġi Ingliża titkellem ċar dwar dan il-punt, iżjed u iżjed meta dawn l- għaqdiet jew fondazzjonijiet jistgħu b'xi mod - dirett jew indirett - ikollhom xi rabtiet ma' finanzjament parzjali mill-Gvern tal-pajjiż.", "F'pajjiżi oħra mhux biss fuq dawn l-affarijiet jagħtu importanza imma anke dwar jekk ministru għandux ikollu dritt li jagħmilha ta' sponsor, billi ismu jiġi assoċjat ma' ċerti awards internazzjonali.", "L-oġġezzjoni prinċipali li tqum f'ħafna pajjiżi hi li meta jkollok ministru li permezz ta' ismu jiġu assoċjat ma' l-isponsorship ta' international award, ċerti nies jistgħu jassumu - tajjeb jew ħażin imma ħafna drabi ħażin - li l- Gvern innifsu qed jagħti dan l-isponsorship meta fil-fatt l-isponsorship jista' jkun li ġej minn sorsi privati.", "Naħseb li liġi oħra li għandna nħarsu lejha fl-iStadju tal-Kumitat hija l- leġislazzjoni Awstraljana dwar dan is-suġġett li toħroġ b'żewġ aspetti interessanti.", "L-ewwelnett il-leġislazzjoni Awstraljana tobbliga l-kumitat tal-privileġġi li jagħti rapport annwali ta' ħidmitu lill-Kamra tad- Deputati jew lis-Senat skond kif japplika f'dak il-pajjiż, u t-tieni aspett huwa li tagħti dritt lill-kumitat li jagħmel ir-rakkommandazzjonijiet tiegħu dwar kif il-forma u l-kontenut tar-reġistru jista' jiġi mtejjeb u anke msaħħaħ.", "Il-kumitat għandu dritt li jikkonsidra liema kategorija ta' nies oħra - apparti mid-deputati, u fil-każ ta' l-Awstralja s-senaturi - għandhom ikunu marbutin li jirreġistraw u jiddikjaraw l-interessi tagħhom.", "Rigward dikjarazzjoni ta' l-interessi ta' deputat, waqt dibattitu parlamentari, ta' min jissoleva l-fatt li apparti li f'ħafna pajjiżi huwa mistenni li jagħmel din id-dikjarazzjoni qabel ma jibda id-diskors tiegħu, f'pajjiżi oħrajn qed tidħol il-prassi, li mhux biss ikollok deputat li jiddikjara l-interessi tiegħu qabel ma jibda jitkellem fuq il-liġi, imma jiddikjara l-interessi tiegħi wara li tkun ittieħdet division fil-Kamra jew f'xi kumitat parlamentari li fuqu dan id-deputat ikun iservi.", "Jiena naħseb li din hija xi ħaġa li għandna nagħtuha importanza kbira, iżjed u iżjed jekk irridu li din il-Liġi ma tibqax liġi sabiħa fuq il-karta imma nippreferixxu li tkun liġi ħajja, dinamika u organika.", "Jekk hemm ċertu ċiniċiżmu ta' l-elettorat Malti lejn il-politiċi tal- pajjiż, dan ġej mhux biss minħabba nuqqasijiet tal-klassi politika Maltija, iżda għaliex permezz tal-media qed induqu l-fallout politiku tal-kriżijiet li faqqaw f'diversi pajjiżi ġirien tagħna, bħal per eżempju l-Italja, Spanja u Franza fejn l-istabbiliment statali kollu sakemm hu tajjeb jew ħażin, għandu din l-image u hemm din il-perception li huwa ssuspettat li huwa ppenetrat mill-korruzzjoni.", "Rajt l-agenda ta' konferenzza li se ssir l-Ingilterra \"Future of Europe Conference\", u laqgħatni l-fatt li hemmhekk apparti l-fatt li se jitkellmu dwar issues Ewropej, se jiddiskutu fost oħrajn għaliex il-politiċi huma daqshekk neqsin mill-popolarita' fi żmenijiet tal-lum.", "Dan huwa fenomenu li qed jiġi mgħarbel mill-politiċi u anke mill-elettorat ta' diversi pajjiżi fl-hekk imsejħa western democracies.", "Mingħajr ma nkun kontroversjali, inħoss li l-Gvern Malti żgur mhux qed jgħin biex tikber il-fiduċja fil-klassi politika lokali.", "In- nuqqas ta' rieda u impenn biex jiġu nvestigati rapporti dwar allegat konvolġiment ta' Ministru tal-Kabinett kif ukoll ta' rjus kbar qrib il- Partit Nazzjonalista fi skandli marbutin ma' proġetti bħal Freeport u l- Isptar San Raffaele, proprju meta huwa fatt magħruf li qraba ta' nies għoljin fil-Gvern jaħdmu ma' l-istess kumpanniji msemmija li bħalissa jinsabu taħt l-ispotlight politiku ta' dawn l-akkużi politiċi, huma affarijiet li jwasslu għat-tkabbir ta' dubji u għat-tkabbir u l-firxa ta' suspetti.", "Żgur li ma tinħoloqx klima ta' fiduċja meta kull talba li ssir għal inkjesta pubblika tiġi mxejna bl-iskuża li inkjesti bħal dawn ikunu qed ixekklu l-progress.", "Jekk Gvern u Parlamentari verament jemmnu fit- trasparenza allura jridu jagħtu xhieda ta' dan kollu b'egħmilhom.", "Fi żmenijiet tal-lum il-pubbliku in ġenerali jesiġi l-ogħla standards possibbli fil-ħajja pubblika li jgħixu l-parlamentari.", "Akbar ma jkunu l- kriżijiet u l-iskandli f'pajjiżna, kif ukoll fil-pajjiżi ta' madwarna, aktar isir leġittimu t-tħassib pubbliku dwar dan kollu.", "Meta dan l-aħħar faqqgħu ħafna skandli dwar l-imġieba ta' ministri u deputati Ingliżi, f'ċerti każi konnessi mar-register of interests bħal dak li qed niddiskutu llum, kien hemm rimarka fl-istampa Ingliża li laqtitni u din kienet tgħid hekk:", "\"The British public is a tough jury which gives no appeal verdicts.\"", "Jien ngħid li anke l-poplu Malti qed iħares lejn il-politiċi f'dan id-dawl.", "Għaldaqstant, Mr Speaker, filwaqt li naqbel ma' din il-Liġi fil-prinċipju, nżid ngħid li liġi bħal dan taħdem u tagħti riżultati mixtieqa biss skond kemm ikun kbir l-impenn tal-politiċi nnfushom, jiġifieri l-impenn tagħna lkoll Membri ta' din il-Kamra.", "Kif qal xi ħadd għaref dan l-aħħar, ma tistax tilleġisla biex Membru Parlamentari jsir verament onorevoli.", "Huwa b'egħmilu biss li Deputat jista' jagħti prova xierqa li jixraqlu dan it- titlu.", "Huwa tajjeb li jkollna istituzzjonijiet bħal dawn, huwa tajjeb li jkollna strutturi ġodda f'dan il-qasam iżda qabel xejn jien inħoss li iktar milli istituzzjonijiet, strutturi u mekkaniżmi ġodda hemm bżonn li tidħol fil-pajjiż attitudni u mentalita' ġdida u pożittiva li fiha u permezz tagħha nuru lkoll kemm aħna li qed nirrealizzaw li tul il-ħajja pubblika tagħna nkunu l-ħin kollu qisna qed ngħixu ġewwa bozza.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Ma nixtieqx nieħu fit-tul imma ma xtaqtx li nħalli dan l- Abbozz għaddej mingħajr ma nikkumenta dwaru.", "Ċertament minix kontra r- regolamentazzjoni tal-Membri Parlamentari; mhux biss f'livell ta' Membri Parlamentari, imma għandu jkun hemm regolamentazzjoni tal-poplu fih innifsu.", "Kull poplu għandu jkollu ċerta dixxiplina fih innifsu u aħna rappreżentanti tal-poplu hawnhekk f'din il-Kamra żgur li m'għandniex nkunu kontra ċerta regolamentazzjoni.", "Fil-fatt jekk aħna nixtiequ fiduċja tal- poplu li aħna nirrapreżentaw, huwa importanti li din nirbħuha u huwa tajjeb li nirbħuha bir-rispett tal-ħidma tagħna.", "Jien hawnhekk jinkwetani l-fatt li sfortunatament meta tħares mill-lenti żagħżugħa lejn din il-Kamra, minflok Kamra tar-Rappreżentanti ż-żgħażagħ aktar isibuha bħala l-\"Kamra tal-privileġġi\", għaliex ħafna jaħsbu li meta tiġi hawnhekk, tkun qiegħed sempliċement fuq xi pultruna komda, bla xogħol x'tagħmel, forsi toqgħod ftit minuti f'din is-sala tgħid xi kelma u l-paga dieħla.", "Imma r-realta' hija ferm differenti u għalhekk huwa importanti li jkun hemm - u din trid tiġi min-naħa tal-media mhux minna biss - ċerta xejra lejn il-pożittiv tal-ħajja pubblika.", "Jekk aħna għandna l-intenzjoni li niġbdu ż-żgħażagħ lejn il-ħajja pubblika u politika, rridu npenġu anke l-verita' u x'għandu jkun r-rwol tal-Membri Parlamentari ta' din l- istituzzjoni.", "GĦalhekk m'inix kontra li jkun hemm kodiċi ta' etika nkorporat bħalma qed jiġi propost f'dan l-Abbozz pero' meta tħares iktar fil-fond jidher li ma hemm xejn biex ngħid hekk differenti b'mod konkret ħlief dan il-famuż Kodiċi ta' Etika.", "U fi kliemu stess dan huwa kodiċi ta' etika u mhux kodiċi fis-sens ta' penalizzazzjoni kif hemm fil-Kodiċi Kriminali; l-enfasi hija fuq il-kelma \"etika\".", "Jien nixtieq li anke hawnhekk ikun hemm ħarsa differenti lejn is-sitwazzjoni u fil-mod kif inħarsu lejn offiża f'din il-Kamra ta' ksur ta' privileġġ; minflok qed tinfetaħ donnha iktar qed nillimitawha.", "Qed ngħidu li d-drawwa sal-lum kienet dejjem li, għalkemm kien propost li jkun hemm kumitat tal-Kamra għall-ksur tal-privileġġi, dan il-kumitat ikun fformat mill-Kamra kollha.", "Kien hemm kawża importanti - ma tistax tgħidilha li ma kenitx importanti - quddiem il-Qorti Ewropea fejn ġie stabbilit l-prinċipju li ħadd ma għandu jkun ġudikant f'kawża li hu stess għandu interess fiha, pero' sfortunatament dan l-Abbozz minkejja din s- sentenza xorta jidher li għad hemm possibbilta' forsi indiretta li minflok il-Kamra sħiħa tiddeċiedi jekk hemmx ksur ta' privileġġ jew le, id- deċiżjoni tkun f'idejn kumitat ta' privileġġi.", "Fuq dan ma tantx jidher li ħadna xi tagħlima kbira minn din is-sentenza.", "L-ewwel ħaġa dan il- kumitat kif inhu kompost m'hemm xejn fuqu - kif diġa ġie rrimarkat ġewwa dan il-Parlament - u m'hemm l-ebda indikazzjoni tal-kompożizzjoni tiegħu u kif ukoll jekk jiġi maħtur dan il-kumitat kemm hu t-terminu tiegħu.", "Naħseb li jekk jiġu ċċarati dawn il-punti, ma tkunx xi ħaġa ħażina.", "Fil-fatt qed jiġi propost li f'każijiet bħal dawn fosthom ta' libell, l-alternattivi huma tnejn - jew ta' admonition min-naħa ta' l-iSpeaker jew aktar u aktar li jintbagħtu quddiem il-qrati.", "Mela wara li l-iSpeaker ikun ta r-ruling tiegħu prima facie jekk hemmx kawża, il-każ imur quddiem dan il-kumitat li jagħmel il-konsiderazzjonijiet tiegħu imbagħad il-każ jista' jispiċċa l- Qorti.", "Frankament jien din ma narahiex ġustizzja b'mod aktar espedit, kif il-Gvern jgħid li hi x-xewqa tiegħu.", "Rigward jekk aħna għandniex nitkellmu taħt privileġġ ...", "Ħafna nies jgħidu li aħna għandna privileġġ għax nistgħu niġu hawnhekk, ngħajru lil min irridu, ngħidu li rridu u minkejja dan ħadd ma jista' għalina.", "Personalment jien nemmen li jekk Deputat jiġi f'din il-Kamra, dan għandu jitkellem b'responsabbilta' u dak li jgħid hawn ġew għandu jkun lest li jirrepetih barra.", "Pero' ġieli vera li jiġu ċirkostanzi fejn wieħed li ma jkollux provi konkreti imma jkollu biss suspett jibda jagħmel pressjoni fuq xi każ partikolari.", "GĦalhekk il-privileġġ għandu jibqa' japplika f'każijiet bħal dawn.", "Huwa tajjeb li din wieħed jifhimha u jfiehmha lill-pubbliku għax ma jistax ikun li jibqa' jkun hemm min jibża' minn xi konsegwenzi għall-aġir tiegħu.", "Naħseb kulħadd għandu jkun matur biżżejjed li jerfa' din ir-responsabbilta'.", "Mid-dehra l-ikbar polemika li qed tinqala' fuq dan l-Abbozz tirrigwarda l-kliem li ntuża għax ġieli jkun ġenerali ħafna, partikolarment meta l-Iskeda ta' dan l-Abbozz qed tgħid li kull Deputat għandu jġib ruħu", "\"... in a manner which reflects the status and dignity of the House of Representatives.\".", "Filwaqt li l-Abbozz qed jgħid li aħna għandna nġibu ruħna b'ċerta manjiera, il-Kodiċi ta' Etika stess qed jgħid li hemm direzzjoni imma għadna 'l bogħod biex naslu għaliha.", "Forsi fuq din il-kwestjoni jkollna l- gwida u tidderiġina hi.", "Finalment nixtieq nitkellem dwar it-trasparenza.", "Qabel id-drawwa kienet li bħala prattika l-Membri kollha ta' din il-Kamra jeżaminaw il-każ.", "F'din il-kwestjoni jista' jkun hemm argument favur it-trasparenza billi jgħidu li llum il-każ se jmur quddiem dan il-kumitat tal-privileġġi u jindifen hemm jew inkella jimxu pass iktar 'il quddiem għax ipoġġuh quddiem il-Qorti u jindifen hemmhekk.", "Wara kollox, kulħadd jaf f'liema stat qiegħed il-Qorti u kemm ikun hemm dewmien biex każ jidher quddiemha.", "Jien irrid nenfasizza dawn id-dubji u n-nuqqasijiet għal dan l-Abbozz - ma kontx naf li din id-diskussjoni riedet tingħalaq illum għax kieku kont nagħmel iktar enfasi fuqhom - u nixtieq li dawn jiġu ndirizzati fl-aħħar speech li se jagħmel il-Ministru fuq dan l-Abbozz.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Sur President, kieku dan l-Abbozz ġie ppublikat biss biex jitqanqal dibattitu fil-Kamra ta' dan il-livell, il-pubblikazzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kien ikun vale la pena li sar għax kull min segwa dan id- dibattitu jista' jara l-impenn li għandhom il-Membri Parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra lejn id-doveri tagħhom.", "Jien partikolarment laqtuni xi diskorsi li saru mill-Membri l-iktar żgħażagħ ta' dan il-Parlament għax kif qalu tajjeb l-Onor.", "Cilia u l-Onor.", "Tonio Borg f'waħda minn dawn is- seduti, naħseb li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi aħna rridu nwasslu żewġ messaġġi.", "GĦal dak li jirrigwarda s-sentenza tal-qorti ta' Strasbourg, kif osserva tajjeb l-Onor.", "Cilia, il-prinċipju ta' l-emodiudex in causa propria jmur ma' fundament fi kwalunkwe proċess li għandu, saħansitra fl- effetti ta' natura penali.", "GĦalhekk filwaqt li konna ngħidu li hemm xi ħaġa li ddejjaqna, kulħadd kien succumbent għas-sistema ta' kif il- kwestjoni tal-privileġġi tal-Kamra qed tiġi trattata f'pajjiżna.", "Il-fatt li fil-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Strasbourg hemm dik id- deċiżjoni wasslitna lkoll biex tagħtina l-forza neċessarja ħalli mill-kamp tat-tgergir inkunu nistgħu ngħaddu għall-kamp ta' l-azzjoni.", "L-azzjoni hija preċiżament din il-leġislazzjoni li l-Kamra għandha quddiemha u għalhekk nisperaw li din il-leġislazzjoni se tiġi mwettqa fi żmien qasir meta l-Kamra tgħaddi għal dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil fl-Ordnijiet Permanenti tagħha fejn ikun hemm il-Kumitati tal-Kamra li diġa' ssemmew minn diversi Membri ta' din il-Kamra.", "Nispera li permezz ta' l- introduzzjoni tal-Kumitat tal-Privileġġi tal-Kamra - il-funzjoni ta' dan il- Kumitat hija in parte delineata f'dan l-Abbozz ta' Liġi, pero' għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra hemm ċerti dettalji li nispera li jirriflettu l-ftehim ta' din il-Kamra b'sens għoli ta' responsabilita' u ta' serjeta' - nagħmlu qabża ta' kwalita' għal dak li jirrigwarda x-xogħol tal-Parlament.", "Naturalment parti minn din il-qabża ta' kwalita' ma tiddependix minn sempliċi bdil fl-Ordnijiet Permanenti, imma tiddependi mill-atteġġjament tagħna lkoll f'dan il-Parlament fejn aħna nkunu nistgħu nagħtu iktar ħajja lis-sistema parlamentari u demokratika ta' pajjiżna.", "Fuq dan il-kontest saru xi referenzi ġustifikati - qed nirreferi għar-referenza li għamlu xi Membri ta' din il-Kamra, fosthom l-Onor.", "Schembri Adami, rigward ix-xogħol utli li qed isir - u għalhekk nispera li fi żmien qasir inkunu nistgħu nuru r-riżultat ta' dan ix-xogħol li issa ilu jsir għal xhur twal.", "Sur President, issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-konċett dwar l-etika.", "Kif qal l-Onor.", "Cilia u kif qal ukoll l-Onor.", "Leo Brincat - f'wieħed mill- aħjar diskorsi li saru f'din il-Kamra għaliex dan għamel diskors attinenti, serju u impostat b'argumentazzjoni soda - l-ewwel parti għandha x'taqsam mal-privileġġi tal-Kamra.", "Kif osserva sew l-Onor.", "Ċilia, dawn il- privileġġi huma 'l bogħod mill-konċett ta' privileġġi kif normalment aċċettat fil-parlance popolari; ħafna drabi l-kelma \"privileġġi\" tagħmlek qisek vantaġġjat fuq xi ħadd.", "L-Onor.", "Ċilia ilu hawn mill-bidu ta' din il- leġislatura, pero' jien, li ilni hawn daqsxejn iżjed, f'dawn it-28 sena li se nagħlaq f'dan il-Parlament tgħallimt li l-kelma \"privileġġi\" hija l- iktar kelma ironika li tista' tuża fil-ħajja parlamentari.", "Hija ironija li nsejħulha privileġġi, forsi kultant għandna sens ta' ironija magħna nfusna u forsi dan is-sens ta' ironija jġiegħlek issemmi l-kelma \"privileġġ\" meta inti taf li fil-Parlament tkun qiegħed espost - kif osserva tajjeb l-Onor.", "Leo Brincat stess - għall-kritika u għandek riflessur permanentement fuqek li int trid taqdi d-dmirijiet tiegħek dejjem fil-livelli mistennija mill- poplu in ġenerali dwar kif għandu jġib ruħu deputat parlamentari.", "Sur President, dan huwa tajjeb taħt ħafna aspetti.", "L-ewwel parti tirrigwarda dwar kif dan il-Parlament qiegħed korrettement jiżvesti ruħu minn ċerta funzjoni għal kif jirregola l-funzjoni tiegħu meta jkun hemm ksur ta' privileġġ, żvestiment li allura jgħaddi fil-każijiet ta' ċertu riljiev lill-qrati ordinarji tal-pajjiż, biex jieħdu konjizzjoni ta' dawn il-każijiet.", "U naħseb li hawn qed nagħmlu pass għaqli.", "GĦalhekk għidt li dik is-sentenza hija utili, għaliex tatna l-kuraġġ li nagħmlu pass li ilna leġislatura wara l-oħra nħossu l-bżonn tiegħu, imma forsi hija marbuta mal- proċeduri tal-House of Commons Ingliża - li għaliha għamel referenza, jekk ma niżbaljax, l-Onor.", "Schembri Adami llejla stess - li inkatenawna ma' metodu ta' ħsieb li għandu l-vantaġġi tiegħu.", "Kulħadd jaf kemm il- proċeduri tal-House of Commons, anke abbażi ta' l-Ordnijiet Permanenti tagħna, għandhom riljiev fl-andament ta' din il-Kamra - il-konċett li din hija l-ogħla qorti tal-pajjiż - pero' forsi hawn il-ħajja trid timxi 'l quddiem u trid tosserva ċerti prinċipji bażilari li fil-konċett ta' l-ogħla qorti tal-pajjiż konna qegħdin effettivament inneħħu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin.", "Mhux għax kien hemm xi intenzjoni biex isir dan, forsi l-użu żbaljat li sar aċċentwa l-bżonn li din ma tkunx qorti fil- kontest aċċettat fis-sistema Britannika dwar il-funzjonijiet tal-Kamra, pero' llum naħseb li din is-sentenza tatna l-kuraġġ li niżganċjaw ruħna minn tradizzjoni li jista' jkollha riljiev f'postijiet oħra.", "Naħseb li dan se jkun japplika mhux biss għal Malta, imma anke għal dawk il-pajjiżi li huma fl-Ewropa għal dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem, li ċertament se jkunu influwenzati b'riżultat ta' dik is-sentenza li l-Onor.", "Tonio Borg spjega b'tant kapaċita' f'waħda minn dawn is-seduti tal- parlament.", "It-tieni parti tirrigwarda l-etika tal-Parlamentari.", "Sur President, dan hu biss kodiċi ta' etika u l-importanza tiegħu hu li tgħixu.", "Is-sanzjoni ta' natura penali m'hijiex daqstant importanti, imma f'kodiċi ta' etika s- sanzjoni vera, speċjalment għalina tal-politika, huwa l-mod kif niġu ġudikati, kif iċċita anke l-Onor.", "Leo Brincat meta qal li l-opinjoni pubblika hija ġudizzju li minnu m'hemmx appell.", "Forsi dan il-kliem huwa ftit iebes, pero' hemm ħafna verita' f'dan il-kontest u l-ħajja tal- politiku hi li għandu jgħix il-ħajja ta' politiku onest.", "Pero', anke hawn għandna noqogħdu attenti u nħarsu d-dritt tal-politiku, li jgħix il-ħajja tal-politika kompatibbilment mal-ħarsien tad-drittijiet li għandu l- politiku bħala ċittadin.", "Jekk iċ-ċittadin għandu l-ħarsien dwar kif joħroġ mill-Kostituzzjoni għall-ħajja tiegħu personali u privata, ma jfissirx li min qiegħed fil-politika għandu jiżvesti ruħu minn dawk li huma drittijiet fundamentali tiegħu bħala bniedem.", "Hawn allura jiġi l-għaqal, il-piż u l-mod kif il-politiku għandu jiġi konċepit.", "Ma jfissirx li jekk inti dħalt fil-politika, f'daqqa waħda xi ħadd għandu dritt iżebilħek jew jagħmillek ħsara personali, altrimenti dan huwa l-metodu kif tbiegħed lin-nies mill-ħajja politika.", "Mingħalija l- Onor. Schembri Adami għamel din l-osservazzjoni u jien kemm-il darba enfasizzajt li hemm differenza bejn politiku u politikant.", "Il-kelma politikant għandha fiha l-element ta' min hu nvolut, ta' min jilgħab u jiddeffes fil-politika, filwaqt li l-politiku huwa l-bniedem li jgħix il- ħajja politika.", "Il-politika hija s-servizz lejn il-pajjiż.", "Kemm l-Onor.", "Tonio Borg kif ukoll l-Onor.", "Cilia huma żewġ żgħażagħ li għandna f'dan il- Parlament, li ħdejna ċertament jidhru iżjed żgħażagħ - ħalli nqiegħduha f'sens ta' paragun.", "Li rrid ngħid b'dan hu illi li tidħol fil-politika sakemm hija ambizzjoni korretta hija ħaġa sabiħa, pero' li tirrealizza malli tirfes din il-Kamra hu li jekk il-politika għandha messaġġ, dan hu li se sservi.", "Min jidħol fil-politika għall-vantaġġ tiegħu personali ngħidlu sempliċiment li hawnhekk m'hawnx postu.", "Jekk int trid timxi verament 'il quddiem f'kontest ta' ħajja differenti m'għandekx għalfejn tħabbat bieb il- politika, hemm ħafna aperturi oħrajn fil-ħajja fejn jekk int trid is- suċċess tista' ssibu.", "Mill-politika la tista' tistenna gratitudni u lanqas għandek tistenna ċertu sodisfazzjon finanzjarju.", "Min qed ifittex dawn iż- żewġ affarijiet m'huwiex se jsibhom fil-politika.", "Sur President, jiena niftakar meta kont żagħżugħ u kont għadni student l- Universita' u Dun Fortunato Mizzi - li kont ili ħabib tiegħu minn meta konna tfal - meta kien seminarista ried ilaqqgħani mal-papa' tiegħu.", "Dan kien f'Novembru ta' l-1950.", "Dr. Enrico Mizzi kien ilu Prim Ministru ta' Malta minn Settembru ta' l-1950.", "Jiena kont ġuvni ta' 19-il sena u mort inkellmu.", "Għalija Nerik Mizzi kien ċertament bniedem ta' figura storika - biex niċċita d-deskrizzjoni tiegħu mill-Onor.", "Dom Mintoff dak inhar li kkomemorah meta qal li huwa l-ikbar fost il-Maltin.", "Jien nemmen l-istess fuq Nerik Mizzi.", "Jista' jkun li dawn il-fehmiet wieħed ma jaqbilx magħhom - fehmiet li forsi ħafna minnhom kienu fuq linji ta' ħsieb li wieħed jista' wkoll ma jaqbilx magħhom - imma l-politiku serju, il-politiku dedikat, il-politiku nadif ...", "Jien mort nara lil dan Nerik Mizzi u ntroduċieni miegħu t-tifel tiegħu, Dun Fortunato Mizzi li qallu li jiena kont student universitarju, ammiratur tiegħu u li xtaqt inkun nafu.", "Dan kien f'Novembru ta' l-1950 u Nerik Mizzi miet fl-20 ta' Diċembru, 1950, jiġifieri mort narah ftit ġimgħat biss qabel miet.", "Huwa kien qalli: \"Ibni, inti student tal-liġi u tixtieq ukoll tidħol fil-politika.", "Ħalli ngħidlek ħaġa.", "L-avukatura hija professjoni.", "It-tifel tiegħi se jsir qassis.", "Dik hija vokazzjoni.", "Inti li titħajjar għall-politika, jekk titħajjar bis-serjeta' kollha, din ifhimha minn għandi, il-politika hija missjoni\".", "Din it-tripliċi distinzjoni li għamel Dr. Enrico Mizzi, bniedem li tant ra tbatija mill-politika u tant emmen fil-politika qed jgħidli li x- xogħol tiegħi - l-avukatura fil-każ tiegħi - hija l-professjoni tiegħi.", "Is-saċerdozzju - fil-każ tat-tifel tiegħu - hija vokazzjoni.", "Fil-każ tal- politiku dik hija missjoni.", "Sur President, dan huwa l-appell li nagħmel jien f'għeluq dan id- dibattitu tat-Tieni Qari dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nixtieq li kulħadd jifhem - għadu jidwi fija l-messaġġ ta' Nerik Mizzi li l-politika hija missjoni - li min jidħol hawn ġew għaliex jaħseb li se jieħu xi vantaġġi minnha jitgħallem fi żmien qasir kemm dawn il-vantaġġi huma żgħar u ma jfissru xejn.", "Pero' min jemmen fiha u jemmen fil-ħsieb li jwasslu fil- politika, li jkun ta' servizz għall-poplu u jemmen li dan is-servizz tal- poplu huwa għalih l-ikbar sodisfazzjon li jista' jkollu, li l-ikbar sodisfazzjon li jista' jkollu huwa li jkun għamel tant ġid biex il-poplu li jkun qed iservi, jimxi iżjed 'il quddiem, jipprogredixxi u għandu iktar sens ta' futur u ta' appartenenza għal din il-gżira, li n-nazzjonaliżmu tiegħu jħares 'il hinn mill-ibħra Maltin u jekk ikollok is-sens ta' viżjoni li lil dan il-poplu tħallih aħjar milli tkun sibtu, allura m'hemmx professjoni isbaħ minn dik li tkun fil-politika.", "Filwaqt li aħna nistgħu nifformulaw daqsxejn inqas tajjeb u b'suġġerimenti li jista' jkollna fi stadju ieħor ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kif nifformolaw aħjar il-Kodiċi ta' Etika, l-isbaħ kodiċi ta' etika huwa li l-politika hija servizz, li l-politika hija kif tagħti lilek innifsek għal pajjiżek.", "Jiena li ili f'dan il-Parlament mill-1966, rajt ħafna politiċi - rajt qabel ma dħalt fil-Parlament u studjajt l-istorja Kostituzzjonali u l- politika ta' artna - u jekk il-pajjiż illum wasal fejn wasal, din in-nitfa ta' pajjiż fil-Mediterran li kulħadd irid jagħmilha tiegħu għax veru għandha relevanza strateġika kbira fil-ħajja ta' dan il-baħar, jekk illum aħna nissejħu indipendenti u anke demokratiċi, nagħmlu żball nimmaġinaw li dan huwa grazzi għal xi ħadd minna meta nkunu fil-gvern.", "Jekk dan il- pajjiż wasal x'imkien huwa għaliex dan il-pajjiż minn tant snin għandu klassi politika dedikata.", "Qal tajjeb l-Onor.", "Brincat li l-media u dak li qed jiġri madwar pajjiżna jinfluwenzaw - ħafna drabi jinfluwenza negattivament anke fl-apprezzament tal-politiku Malti bla ħtija u bl-ebda mod ma jkun hemm xi implikazzjoni bħal dawk l-affarijiet li jista' jkun hemm f'pajjiżi oħrajn - pero' jiena nħoss li għandi ċertu sens ta' kburija meta ngħid li l-klassi politika Maltija tat ħafna u ħadet ftit.", "Kieku kellna nipparagunaw il-politika Maltija fl-istorja tagħha u nitkellmu fuq Mitrovich, fuq Camillo Sciberras, fuq Fortunato Mizzi, fuq Sir Hugo Mifsud, fuq Pawlu Boffa, fuq Dandria u fuq Nerik Mizzi u fuq tant oħrajn, anke nies li għadhom Membri ta' din il-Kamra li forsi f'ħajti u fil-ħajja politika tiegħi tant kelli skontri politiċi magħhom, jien dejjem ngħid li pajjiżna mexa 'l quddiem u dan għamlu għax pajjiżna huwa bħas-siġra tal- palm li tieħu ftit u tagħti ħafna.", "Jien naħseb li dan huwa l-aħjar metodu kif naħsbu dwar il-politiku Malti.", "Din m'hijiex poeżija imma realta'.", "GĦalhekk il-messaġġ li rrid nagħti lill-ġenerazzjoni li ġejja ta' politiċi - kif nixtieq narhom jien - hu li m'għandhomx għalfejn iħarsu ż-żejjed lejn politiċi barranin imma għandhom iħarsu lejn l-istorja ta' artna li fiha jaraw kif tant nies wasslu lil Malta għal dak li hi llum.", "Hawnhekk niftakar fil-frażi tant tajba li qal l-Onor.", "Lino Spiteri, preċiżament f'xi dibattitu li kellna dan l-aħħar fuq il-World Trade Organisation, li Malta hija miraklu ta' kuljum u li għalkemm hija gżira żgħira u mingħajr riżorsi naturali ta' xejn jirnexxiela tgħix livell ta' ħajja li ħafna drabi tista' ġġib saħansitra l-għira minn ta' madwarna.", "Veru li hekk wasalna, jiġifieri li ngħixu miraklu l-ħajja ta' kuljum ta' dan l-poplu.", "Pero' rridu nirrikonoxxu wkoll li l-meritu għal dan, ċertament hu tal- poplu Malti kollu, imma hemm enfasi wkoll fuq il-klassi politika tiegħu li mexxielha tmexxi lil dan il-pajjiż 'il quddiem.", "Veru li għandna d-difetti u n-nuqqasijiet, pero' għallinqas dejjem kellna din il-mira li aħna qegħdin hawn mhux għall-vantaġġ personali tagħna imma biex inkomplu x-xogħol tagħna għax nemmnu li nistgħu nikkontribwixxu lejn il-ġid tal-poplu Malti ħalli nkunu nistgħu ngħidu li l-poplu Malti mexa pass ieħor 'il quddiem, anke bil-kontribut tagħna; inkunu nistgħu ngħidu li ħallejna lill-poplu Malti aħjar milli sibnih.", "Dan hu l-privileġġ li rridu li jkollna.", "Jekk ikollna dan il-privileġġ u nkunu nistgħu ngħidu dan allura l-politika hi verament dik il-missjoni li ddeskriva tant tajjeb Nerik Mizzi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad- Deputati, Kap.113 ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI TA' ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI", "CODE OF ORGANIZATION AND CIVIL PROCEDURE (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Jannar, 1995.", "Il-mistoqsijia reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "John Attard Montalto huwa in possession.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, nixtieq li nkompli bid- diskors li bdejt nhar l-Erbgħa u din id-darba nikkonċentra fuq il-qasam tal-ġudikanti.", "Dan qed nagħmlu b'risposta għal dak li qal il-Ministru fl- introduzzjoni tiegħu dwar l-elementi importanti fil-qasam ta' l- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Meta nużaw il-kelma \"ġudikant\" f'moħħna - dan anke skond l-istess Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - mill-ewwel tiġi l-idea ta' l- istaffa ta' fuq nett, jiġifieri l-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti ta' l- Appell u l-Qorti Superjuri u l-istaffa ta' isfel li hija l-Qorti tal- Maġistrati - aħna nirreferu għal dawn iż-żewġ oqsma bħala l-Qorti Superjuri u l-Qorti Inferjuri.", "Fir-realta', kemm il-Qrati ta' Fuq kif ukoll il-Qrati ta' Isfel għandhom għan wieħed, jiġifieri dak li jiġġudikaw.", "Pero' ħafna drabi mhux bilfors li l-Qrati ta' Fuq jew Superjuri jkollhom kawżi li jkun fihom responsabbilita' akbar mill-Qrati Inferjuri.", "Per eżempju, kawżi fejn hemm responsabbilta' kbira huma dawk ta' żgumbrament, fejn persuna tista' toħdilha l-post residenzjali tagħha jew meta persuna tkun inġabet il-qorti b'akkużi kriminali u li dwarhom tista' tispiċċa l-ħabs.", "Jien naħseb li la darba qed nitkellmu fuq ġudizzju għandna nibdew biex naħsbu ħalli nressqu d-differenzi taż-żewġ staffef.", "Jien kont nippreferi li nsejħu lil min jiġġudika bħala ġudikanti u l-ġudikant ikollu l- ġurisdizzjoni tiegħu b'mod li l-imħallfin preżenti jkunu ta' ġurisdizzjoni superjuri u l-maġistrati preżenti jkunu ta' ġurisdizzjoni inferjuri.", "GĦalfejn qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għaliex inħoss li b'dan il-mod inkunu qed nelevaw il-maġistratura b'mod li għax-xogħol li tagħmel inkunu qegħdin nirrikonoxxu r-responsabbilta' tagħha mingħajr ma nbaxxu dawk li llum għandhom it-titlu ta' imħallef.", "Jien naħseb li l-punt vantaġġuż ta' dan mhux biss huwa fl-isem jew fit-titlu imma għaliex l-isem jew it-titlu għandu importanza ta' rispett, pero' wieħed lanqas għandu jara r-rispett biss.", "B'dan il-mod inkunu qed insolvu l-problema jew insibu soluzzjoni parzjali għall-problema li hija akbar u li tmissha b'idejk.", "Sa ftit ta' żmien ilu - hawn m'iniex ngħid dan biex niftaħ xi feriti, anzi l-oppost - kien hemm kontroversja sħiħa jekk maġistrati għandhomx jiġu appontati jew elevati għal imħallfin.", "Waqt id-dibattitu tal-Budget, il- Ministru nforma lill-Kamra li kien se jeleva wieħed mill-maġistrati għal pożizzjoni ta' imħallef.", "Ovvjament kif minn dan il-bank ikkritikajt, forsi b'mod aħrax, id-deċiżjoni jew deċiżjonijiet li kienu ttieħdu, hekk mill- istess bank ngħid li kien pass kuraġġuż u għaqli li l-Ministru, għalkemm kellu ċertu ideat fuq dan, eleva lill-Maġistrat Valenzia għall-Imħallef.", "Ngħid li d-deċiżjoni tiegħu kienet mhux biss għaqlija imma wkoll waħda li għinet biex titneħħa ċerta tensjoni - jekk nistgħu nsejħulha hekk - jew diżgwid li seta' kien hemm.", "Jekk il-ġudikanti jkunu ġudikanti, kemm jekk ikunu imħallfin kif ukoll jekk ikunu maġistrati, wieħed jantiċipa li meta persuna tibdillu l- ġurisdizzjoni, ikun hemm tranżazzjoni li tkun aktar nadifa u inqas kbira.", "Jien naħseb li llum huwa iżjed diffiċli li ssib ġudikanti li jixtiequ jilħqu mħallfin milli persuni li jixtiequ jilħqu maġistrati.", "U b'dan il- mod jekk ikollok persuni li probabbli jiġu assorbiti f'dik li hija ġurisdizzjoni inferjuri u jekk ikollok iżjed għażla fost dawn in-nies, imbagħad ikun iżjed faċli biex wieħed jagħmel selezzjoni għall- ġurisdizzjoni superjuri.", "Jiġifieri jekk illum huwa iżjed faċli li ssib maġistrati, speċjalment jekk dawn isiru ġudikanti u l-paga tkun bejn wieħed u ieħor - allavolja jgħidu li m'hijiex kwestjoni ta' paga - elevata għal dik li llum jirċievi mħallef, ikun iżjed faċli biex wieħed jimla' dan il- grad.", "Hemm aspett pożittiv ieħor f'dan li qed ngħid.", "Fil-pajjiż inħoloq dibattitu fuq min għandu jagħżel il-ġudikant.", "Kif nafu l-pożizzjoni preżenti hija li mħallef jew maġistrat jiġi magħżul mill- Kabinett jew mill-Eżekuttiv.", "Din hija parti mis-sistema demokratika u qed nemfasizzaw id-distinzjoni bejn it-tliet organi li huma l-Leġislatura, l- Eżekuttiv u l-Ġudikatura.", "Hawn min jgħid li l-fatt li l-Eżekuttiv jew il- Kabinett jagħżel dik il-persuna biex tkun imħallef jew maġistrat ma jfissirx li għandek il-qasma nadifa li wieħed għandu jantiċipa, mentri l- argument kontra ta' dan huwa li ladarba l-persuna ma tkunx għadha mħallef jew maġistrat, fis-sens li ma tkunx għadha tiġġudika, allura b'dik il- pożizzjoni m'hemm l-ebda rifsa minn qasam fuq ieħor għaliex l-Eżekuttiv jew il-Kabinett jagħżel avukat u l-avukat ma jkunx għadu ġudikant.", "Evidentement għal dak li għandu x'jaqsam mar-responsabbilta' politika, l- Eżekuttiv jara dak li huwa poter tiegħu b'mod illi ma jixtieqx iħallih minn taħt idejh għaliex il-fatt illi l-Kabinett jista' jagħżel imħallef jew maġistrat, dan bla dubju jikkostitwixxi poter.", "Jekk il-Kabinett għandu l- poter illi maġistrat jagħmlu mħallef ma tistax tgħid illi dan ma jagħtix lill-Eżekuttiv ċerta responsabbilta' u fl-istess ħin poter.", "Infetaħ dibattitu dwar min għandu jappunta l-ġudikant, għandux jibqa' mertu tal-Kabinett jew għandux ikun hemm istituzzjoni oħra illi tappunta l- imħallef u l-maġistrat.", "Meta tinħoloq vakanza għandhom ikunu l-istess imħallfin jew maġistrati jew ġudikanti li jagħżlu kif dik il-vakanza għandha timtela?", "Issa li għandna l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja, għandha tkun hi li jkollha l-poter li tappunta lil xi ħadd meta tinħoloq vakanza?", "B'dak li qed nipproponi li jkollna, nistgħu nsibu via tan-nofs u kompromess bejn iż-żewġ ideat.", "Filwaqt illi l-Eżekuttiv jibqa' jappunta lill-ġudikant l-għażla ta' f'liema qorti dak il-ġudikant ipoġġi tkun f'idejn il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Meta l- Ministru Fenech kellu id-diżgwid mal-maġistrati kien qal - u wieħed ma jistax jarmi l-argument - illi jista' jkun hemm każijiet fejn maġistrati jiġġudikaw b'mod pożittiv favur il-gvern biex jaġevolaw lill-gvern tal- mument għaliex ikollhom ambizzjonijiet li jilħqu mħallfin.", "Jekk wieħed juża l-istess argument imħallfin li jkunu f'ċerti awli fejn ikun hemm involut il-gvern ikunu f'pożizzjoni fejn jaħsbu għal elevazzjoni f'qorti superjuri - bħalma hija l-Qorti ta' l-Appell - meta jiġu jiġġudikaw ċerti kawżi.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li l-argument li kien inġieb kien wieħed astratt mingħajr referenza għal nies partikolari.", "Jien naħseb li nkun qed nesprimi l-ħsieb tal-Ministru Fenech jekk ngħid li meta tkellem b'dan il-mod kien qed jirreferi għal każijiet li mhumiex partikolari pero' li jistgħu jinqalgħu.", "Jekk wieħed jagħti piż għal dan, l-argument tista' ssolvih billi l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tagħti hi l-awla tal-ġurisdizzjoni lill-imħallef partikolari.", "Jien m'għandix dubju li b'dan il-mod inkunu qegħdin inneħħu parti mir-responsabbilta' ta' l- Eżekuttiv imma b'mod pożittiv għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Jekk l-Eżekuttiv tibqagħlu f'idejh l-għażla tal-persuna iżda min-naħa l-oħra l- Kummissjoni tagħżel f'liema qorti tpoġġi din il-persuna nkunu qegħdin nagħmlu akbar id-distinzjoni bejn il-Ġudikatura, l-Eżekuttiv u l- Leġislatura.", "Bħala prinċipju ġenerali iżjed ma jkun hemm distanza u inqas ma jkun hemm poter ta' qasam fuq l-ieħor iżjed il-pajjiż jimxi b'mod demokratiku.", "Aħna qed nitkellmu fuq din il-Liġi b'mod ġenerali billi l-idea hija li jkollna amministrazzjoni tal-ġustizzja aktar effiċjenti.", "Wara kollox dan huwa l-bażi ta' l-emendi li tressqu quddiem dan il-Parlament mhux li jkollna ġustizzja aktar ta' malajr u b'mod aktar espedit.", "Jekk il- ġustizzja - u meta ngħidu l-ġustizzja nkunu qed nirreferu għall-kawża - tista' tinqata' f'inqas żmien tkun ġustizzja akbar.", "Kulħadd jaf li meta l- affarijiet jitwalu fiż-żmien ma tistax tgħid li l-makkinarju tal-ġustizzja jkun ħadem b'mod effiċjenti u lil dik il-persuna li tkun qed tistenna li ssir ġustizzja magħha ma tistax tgħidilha li saritilha l-ġustizzja wara ħames snin jew wara 15-il sena.", "Il-perjodu li jkun kemm jista' jkun minimu huwa parti mill-ġustizzja li għandha ssir.", "Per eżempju, l-Onor.", "Philip Muscat rebaħ libell li nqata' disa' snin wara li kienet infetħet il-kawża.", "Jien naħseb li l-ġustizzja li ħa hija ġustizzja ffiltrata għax kieku l- libell rebħu fi żmien sena jew sentejn kienet issir mhux biss ġustizzja finanzjarja miegħu imma kien jiggwadanja wkoll politikament għax l-aspett politiku huwa importanti għalih.", "Barra minn hekk kien jagħmel tajjeb għall-ħsara li kien għamel l-artiklu li kien libelluż għalih.", "Dan huwa eżempju klassiku kif id-dewmien taż-żmien ineħħilek u jnaqqarlek il- ġustizzja li tista' tirċievi.", "Dan kollu li qed nipprovaw nagħmlu huwa biex aħna nipprovaw insibu metodi kif l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tkun iktar effiċjenti.", "Peress li l-ġudikant huwa l-fulcrum - barra l-liġi dwar il-proċedura - kif il-ġustizzja tista' u għandha tkun magħmula b'aktar effiċjenza, l- għażla tal-persuna adatta hija parti integrali minn dak li aħna nsejħu l- amministrazzjoni effiċjenti tal-ġustizzja.", "Aħna ta' xejn nikkritikaw kif ċerti ġudikanti jamministraw l-awla tagħhom jekk nafu li dawn il-persuni qabel ma appuntajnihom għal dan il-post tant importanti ma kenux eżempji ideali ta' amministrazzjoni.", "Min-naħa l-oħra - għax ma tistax tiġbed linja dritta - fost l-aqwa nies li llum jamministraw l-awla tagħhom hemm imħallfin li wieħed qatt ma kien jimmaġina li se jkunu daqshekk sistematiċi u effiċjenti minħabba l-mod kif kienu jamministraw l-awla tagħhom meta kienu avukati.", "Huwa tajjeb li meta l-Gvern jiġi biex jagħżel ġudikant jgħarbel kollox u mhux jgħarbel biss dak li kien fl-imgħoddi jew l- opinjonijiet ta' dak li jkun.", "Għalhekk persuna għandha tintgħażel għall- aħjar andament tal-ġustizzja.", "Jien naħseb li bil-proposta li ssuġġerejt jien inkunu qed immorru 'l quddiem biex dejjem tiġi amministrata l- ġustizzja b'aktar imparzjalita' u nkunu qed insaħħu iżjed l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Sur President, hawn niġi għall-imparzjalita' u l-indipendenza tal- ġudikatura.", "Jekk il-ġudikatura ma tkunx indipendenti u ma tħosshiex indipendenti minn ċertu mewġ ma jistax ikollna ġustizzja.", "Il-ġudikatura trid tiġġudika mingħajr ebda pressjoni jew ħsebijiet illi bid-deċiżjoni tagħha se tweġġa' jew se tpaxxi lil xi ħadd.", "Ħadd m'għandu jgħid prosit jew l-oppost lill-imħallef jew lill-maġistrat għad-deċiżjoni tiegħu.", "Id- deċiżjoni trid tittieħed skond il-ħaqq u l-ġustizzja mingħajr pressjoni diretta jew indiretta li tista' tiġi kkreata b'ħafna metodi.", "Jista' jkun hemm mewġa ta' nies li tagħmel pressjoni fuq ġudikant.", "Jista' jkollok pressjoni fuq il-ġudikatura billi maġistrat jew imħallef ikun jaf li qasam ta' poter qed jippretendi li għandu jiġġudika b'tali mod u dan il-qasam ipoġġi pressjoni anke diretta fuq il-ġudikant.", "Sur President, jien nippretendi li l-indipendenza tal-ġudikatura għandha tiġi rispettata speċjalment minn dawk l-oqsma li jippriedkaw illi l- ġudikatura għandha tkun indipendenti.", "Aħna f'dan il-Parlament nistgħu nuru r-rispett tagħna lejn il-ġudikatura billi nilleġislaw b'mod illi l- imħallfin u l-maġistrati jkunu aktar moħħhom mistrieħ meta jaslu biex jaqtgħu kawża.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra nikkondividu illi l-ġudikatura għandha tkun indipendenti u nistqarru li għandha tkun imparzjali.", "Allura ż- żewġ naħat għandna ningħaqdu biex il-ġudikatura ngħinuha biex ma jkollhiex ostakoli meta tiġi għad-deċiżjoni tagħha.", "Dak li jiġini f'moħħi immedjatament - naħseb li kull membru jikkondividi - huwa li preżentement għandna l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u din il- Kummissjoni għandu jkollha ġurisdizzjoni esklussiva f'dawk il-każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ġudikanti.", "Meta mħallef jew maġistrat jiddeċiedi u jaqta' l-kawża għandek min jirbaħ u min jitlef.", "Illum skond in-normi tal- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, sempliċi ittra anonima tista' ddendel sikkina u titfa' ombra fuq ġudikant.", "U liema ġudikant jista' jiġġudika b'moħħu mistrieħ kompletament kif għandu jkun meta sempliċi ittra anonima tista' tiftaħlu inkjesta li tista' tkun totalment infondata?", "Tista' ma tkunx imma tista' tkun.", "Jien ninsab żgur li meta l-Gvern illeġisla fuq il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u aċċetta l- anonimita', ħa bħala eżempju l-fatt li meta jsir rapport ta' reat, ta' serq jew ta' omiċidju lill-Pulizija, jista' jkun anonimu.", "GĦalkemm ma jfissirx li jekk ikun anonimu ...", "MR SPEAKER: Il-Ministru bil-permess ta' l-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-liġi tgħid speċifikatament li tista' timxi fuq informazzjoni ġuramentata.", "Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni iżda qiegħda tagħmel tagħha informazzjoni anonima u tinvestigaha minn jedda.", "Dan imur kontra l-ispirtu tal-liġi għax skond il-liġi r-rapporti li jkollha jridu jkunu ġuramentati.", "GĦalhekk għandha timxi minn jedda jekk ir- rapport anonimu fih informazzjoni serja u tiġġustifika investigazzjoni u verifika qabel kollox ta' l-informazzjoni.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma bħala prattika l-Kummissjoni anke de proprio tista' timxi, kemm jekk ikun hemm dibattitu fil-Parlament, kemm jekk ikun hemm allegazzjoni f'gazzetta u anke jekk ikun hemm sempilċi ittra anonima.", "Minħabba f'hekk kemm jien u kemm aħna lkoll - għax qed nitkellmu fuq il-qasam tal-ġudikatura - għandna nikkondividu l-fatt li persuna m'għandhiex tgħaddi minn tribulazzjoni doppja, għax jekk inti trid tgħaddi minn tribulazzjoni quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra il-Korruzzjoni u mbagħad trid terġa' tgħaddi minn tribulazzjoni quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, se jkollok tgħaddi darbtejn fuq l- istess akkuża.", "Għaldaqstant aħna għandna nilleġislaw li fejn ikun hemm każijiet li għandhom x'jaqsmu mal-professjoni legali, speċjalment il- professjoni tal-ġudikatura, għandhom ikunu taħt il-kappa tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u meta jkun hemm każijiet li jitressqu quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, din għandha tibgħathom immedjatament mingħajr ma tiġġudika fuqhom hi, quddiem l- Kummissjoni l-oħra.", "Qed ngħid hekk għax nemmen li l-ewwelnett il- Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni għandha tiddeċiedi jekk oġġett huwiex u jikkostitwixxix l-att korrott jew le u jidhirli wkoll li fejn għandhom x'jaqsmu kwestjonijiet ta' ġudikanti, għandha tkun il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuqhom.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Onorevoli tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Attard Montalto jibqa' in possession.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa 18 ta' Jannar, fis-6.00 p.m. b'din l-Agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet -it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta -it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja -it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji tas-Sisa fuq is-Sigaretti maħdumin bil-Makna - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Taxxa fuq Bunkering ta' Żjut - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, ma nistax inħalli l-Aġġornament tal- lejla jgħaddi mingħajr ma nieħu l-opportunita' biex nifraħ sinċerament lill- Kunsill Lokali tan-Naxxar għall-inizjattiva li ħa sabiex fin-Naxxar daħħal sistema ta' rotot ta' karozzi tal-linja li jduru madwar l-inħawi kollha tar- raħal ħalli b'hekk jiġi milħuq kullimkien.", "Minn hawnhekk nixtieq li nifraħ lill-Kunsill tax-xogħol li għamel, naf li għamlu ħilithom kollha sabiex din is-sistema tibda titħaddem mill-bieraħ u sinċerament nawguralhom li jkollhom suċċess.", "Jien inħoss li din is-sistema żgur li għandu jkollha suċċess, l-ewwel ħaġa għaliex se jmur tajjeb il-poplu - illum in-Naxxar kiber bħal ħafna postijiet oħra u m'għadux dak il-lokal ta' 30 jew 40 sena ilu - u se jmorru tajjeb anke l-istess sidien tal-karozzi tal-linja li għandhom jibdew jirrealizzaw li jekk titjieb is-sistema, jitjieb ukoll l- introjtu tagħhom.", "Bħalma diġa' għidt, jien naħseb li b'din is-sistema se jkun hemm gwadann mil-lat soċjali u se jkun hemm ukoll aspetti oħra li jmorru tajjeb anke mil-lat ambjentali.", "Jekk 'il quddiem din is-sistema tiġi mħaddma ma' Malta kollha jkun hemm ukoll gwadann mil-lat ekonomiku.", "GĦaliex qed ngħid dan il-kliem?", "Jien xtaqt infakkar li fis-Seduta ta' l-4 ta' Novembru 1993 meta konna qed niddiskutu l-Estimi Finanzjarji ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jien, bħala kelliemi ewlieni ta' l- Oppożizzjoni dwar it-trasport pubbliku, kont tkellimt fit-tul dwar il- politika li għall-ġejjieni għandu l-Partit Laburista.", "Dak inhar kont għamilt enfasi kbira - kont qed nitkellem fil-kwadru tal-ħafna ittri li kienu qed jidhru u li għadhom qed jidhru sal-lum - dwar it-tneħħija tal- venda mill-Mosta.", "Kont semmejt proprju l-lokal tal-Mosta u kont għidt li sistema ta' din ix-xorta kellha l-isbaħ ċans li tibda tiġi mħaddma.", "Niftakar li dak inhar kont semmejt Iż-Żokrija li tinsab 'il fuq madwar kilometru u nofs miċ-ċentru tal-Mosta, kont semmejt il-Blata l-GĦolja li tiġi aktar minn kilometru 'l bogħod miċ-ċentru tal-Mosta u kont semmejt ukoll il-postijiet Ta' Imliet u Tad-Dip li jiġu ferm 'il bogħod miċ-ċentru tal-Mosta.", "Ma kontx semmejt in-naħa l-oħra tan-Naxxar għax diġa' kienu qed jiġu milħuqa l-postijiet ta' Santa Margerita u forsi anke is-Sgħajtar.", "Dak inhar għamilt enfasi kbira u kont għidt li b'din hi s-sistema li għandha tibda tħaddem l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se jirbaħ il- poplu minn kull aspett.", "GĦaddew 'il fuq minn sena minn meta kont għidt dan id-diskors, f'isem il-Partit Laburista, u nieħu gost li issa kellu jkun proprju kunsill fil-kostitwenza li nirrappreżenta jien li beda jħaddem din is-sistema, u jien ċert li għandha tirnexxi.", "Jien nixtieq li nifirħilhom u nawguralhom ħalli jkollhom is-suċċess li jien naf li jistħoqilhom.", "Ħaġa li xtaqt nissuġġerixxi, u li se ngħidha għal-lokalitajiet l-oħra hi, li jekk isir l-istess bħalma qiegħed jiġri n-Naxxar fl-opinjoni tiegħi jkun żball illi jiġu mħaddma x-char-a-bancs il-kbar f'ċerti postijiet u l- ħin huwa twil wisq.", "Qed nalludi wkoll għan-Naxxar.", "Jien nappella - mhux lill-Kunsill tan-Naxxar li issa ħareġ l-offerta, ġiet aċċettata u qed iħaddem sistema li bejn trip u ieħor se jkun hemm 40 jew 45 minuta - li jitħaddmu karozzi iżgħar, jekk hemm bżonn anke minibuses, ħalli jilħqu l- inħawi kollha ta' kull lokal u jkunu iktar espedjenti, bħal dak l-eżempju li semmejt jien sena u erba' xhur ilu.", "Jiġifieri kieku wieħed jipprova jħaddimhom kull 20 minuta jew 15-il minuta naħseb li jkollna suċċess mhux mil-lat ta' lokal, bħala Naxxar jew Mosta, imma jekk tiġi mħaddma f'ħafna u ħafna lokalitajiet ma' Malta kollha - Rabat, Żurrieq eċċ. u l-Belt Valletta naturalment ukoll - jien ċert illi jekk tiġi adottata din is-sistema mill- Awtorita' tat-Trasport Pubbliku - u ma jkunx hemm is-suppervja li ma jeħdux suġġerimenti ta' din in-naħa - jkun qed jirbaħ il-poplu kollu mill-aspetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, wara li tkellimt kemm-il darba fil- Parlament u għamilt ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar l-istat ħażin u diżastruż tat-toroq fl-irħula tat-Tielet Distrett qiegħed nerġa' nappella lid-dipartimenti kkonċernati biex jgħaddu s-servizzi essenzjali bħad- drenaġġ, l-ilma u l-għoti tat-tarmac fid-diversi toroq li jeħtieġu dan kif ukoll biex dawn ikunu mixgħulin għax hemm ħafna toroq li għadhom fid-dlam.", "Hemm inħawi sħaħ bla drenaġġ, bla tarmac u bla dawl biżżejjed kif hemm f'oqsma tad-djar tal-Gvern u f'inħawi oħra ta' bini privat bħall-area magħrufa Tal-Ħofra f'Ħaż-Żabbar.", "Huwa meħtieġ ukoll li d-dipartiment konċernat jara li l-livellar tat-toroq isir sewwa b'mod illi l-ilma jibqa' għaddej għad-destinazzjoni tiegħu u mhux jieqaf f'għadajjar kbar kif jagħmel fi Triq l-Iskola f'Ħaż-Żabbar.", "Jeħtieġ li ssir it-tiswija meħtieġa biex dawn l-għadajjar ma jibqgħux hemm sa wara erbat ijiem li tkun waqfet ix-xita.", "Mr Speaker, nieħu l-eżempju tiegħi personali li biex indaħħal il- karozza ġol-garage, minkejja li x-xita tkun ilha li waqfet xi erbat ijiem, ikolli ndaħħal il-ħmieġ li jkun hemm f'dawn l-għadajjar mat-tyres tal- karozza għax tant hemm għadajjar kbar li ma tistax tiskapulahom.", "Hawnhekk nuri d-diżappunt tiegħi rigward id-dipartiment konċernat illi minkejja li jgħaddu s-snin u nitkellem kemm-il darba u tkellem anke l-Kunsill Lokali tar-raħal, ma jridx jirranġa din it-triq għaliex kieku ried jirranġaha, kien isib tarf kif jirranġaha.", "Ilna ħafna nitolbu dan u mhux sew li l- Gvern Nazzjonalista qed jimxi b'dan il-mod ma' dawn ir-residenti.", "Nappella mill-ġdid lill-Ministru konċernat biex jiċċaqlaq, fil-fatt lill- Ministru Frendo kont għidtlu direttament kemm-il darba fuq dan.", "Ġara li qabel l-elezzjoni li għaddiet kien tqabbad kuntrattur mill-Gvern Nazzjonalista biex din it-triq tingħata t-tarmac u fil-fatt tant ġie mgħoti bil-għaġla li ma qagħadx jinvella sew - dan ix-xogħol żejjed li sar bla għaqal minn Gvern Nazzjonalista jfisser flus.", "Ma nistħix ngħid li din hija arukaża, aħseb u ara min għandu t-toroq ferm agħar minn hekk - din hija l-istess bħalma kellha s-Sinjorija Tiegħek quddiem il-bieb tad-dar ġewwa Wied il-Għajn.", "Nappella wkoll lill-Ministru konċernat biex jara x'jista' jirrimedja dwar għadd ta' familji li għandhom id-dar tagħhom fi Triq il-Galjazz fil-Housing Estate ta' Marsaxlokk għax kull meta tinżel ix-xita, dawn jgħerqu bl-ilma li jidħol fid-djarhom peress li l-btieħi tagħhom jiġu għall-għelieqi li huma f'livell ogħla mill-ħitan tal-btieħi tagħhom.", "Għalhekk nappella lid- dipartiment konċernat biex jesproprija parti mill-għelieqi li tmiss mal- btieħi tagħhom u jagħmilha forma ta' passaġġ bejn l-għelieqi u l-btieħi ta' dawn in-nies biex b'hekk l-ilma jkun jista' jgħaddi minn hemm minflok jidħol fid-djar ta' dawn in-nies.", "Fil-fatt kien hemm min daħallu tant ilma li kellu jgħajjat lin-nies ta' l-SAG biex ibattlu l-ilma minn ġewwa d-dar tiegħu.", "Nerġa' nagħmel appell lill-Gvern Nazzjonalista biex jinstab rimedju għal dan.", "F'dan id-distrett, ġewwa Wied il-Għajn, hemm l-impjant ta' reċiklaġġ li ma sarx minn Gvern Laburista iżda minn Gvern Nazzjonalista.", "Ir-residenti ta' dan ir-raħal m'għandhomx iħallu lill-Gvern Nazzjonalista jaljenahom biss rigward ir-riħa ta' l-impjant għaliex il-kwestjoni hija miftuħa aktar minn hekk.", "Il-Gvern Nazzjonalista qed jgħid li se jipprova jsolvi l- problema ta' l-intiena mentri l-Partit Laburista qed iwiegħed aħjar u aktar minn hekk għaliex se jagħmel studju dwar l-ambjent totali milqut mill- impjant ta' riċiklaġġ, mhux biss dwar ir-riħa imma wkoll dwar ħafna affarijiet oħra bħall-impatt fuq saħħet ir-residenti u t-turisti f'Marsacala.", "Jiġifieri r-residenti ta' Marsascala żgur li se jkollhom trattament mill-aħjar f'dan ir-rigward minn Gvern Laburista.", "L-aħħar punt tiegħi huwa dwar l-għoli tal-prezzijiet ta' l-ilma.", "Fil- fatt għadna kemm irċevejna leaflet id-dar fuq il-prezzijiet ta' l-ilma l- ġodda.", "F'daqqa waħda il-kontijiet ta' l-ilma telgħu aktar minn 12-il darba li kienu qabel.", "Per eżempju, nista' ngħid li l-kont tiegħi personali - qed nieħu eżempju fuqi apposta, fil-fatt ġibt anke l-kont ta' ilma miegħi hawnhekk - ġiet bi 12-il darba ogħla milli kont inħallas qabel u dan meta nużaw l-ilma tal-bir ukoll, kemm għall-ħasil tal-ħwejjeġ kif ukoll għall- affarijiet oħra.", "Jiġifieri, minkejja li lanqas nuża l-ilma tal-Water Services Corporation il-ħin kollu, il-kont xorta ġie għoli ħafna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, fis-sajf konna ngergru li kien impossibbli li jsiru s-seduti f'dik is-sħana kollha u issa nispera li m'aħniex se nsibu l-istess problema minħabba l-heater li qed jitfa' sħana qawwija qisu għadna fis-sajf!", "Fin-Naxxar u f'lokalitajiet oħra jeżistu diversi postijiet li forsi ma bżajniex daqshekk għalihom mal-medda taż-żmien.", "Jekk wieħed iħares lejn l- istorja ta' dawn il-postijiet isib li dawn jinfilzaw tajjeb fl-istorja ta' Malta.", "Per eżempju, fin-Naxxar kien hemm qorti u ħabs.", "Issa jekk wieħed ma jkunx jaf l-istorja jew jekk ma tiġihx il-kurżita' u jistaqsi, per eżempju, għaliex Prison Street jisimha hekk wieħed ma jsirx jaf li dawn il-postijiet kienu jeżistu.", "Apparti minn hekk, lejn in-naħa ta' Alla u Ommu jeżistu anke l-cart-ruts li kienu ġew imnaddfa wara pressure li kienet saret min- naħa tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar.", "Pero' ta' min jgħid li f'dawn il- postijiet ma nsibu l-ebda indikazzjoni li jeżistu postijiet storiċi - li wħud minnhom imorru lura għaż-żmien ta' qabel Kristu - speċjalment minħabba t-turisti.", "Issa jekk hawn Malta t-turiżmu huwa kważi l-pilastru ewlieni li miexi b'mod aċċellerat u qed jgħin ħafna lill-ekonomija Maltija hemm bżonn li nagħtu attenzjoni kbira lil dawn il-postijiet storiċi.", "Għalhekk għandu jkun hemm indikazzjonijiet fejn qegħdin u għandu jkun hemm imqar plakka żgħira li tindikalek l-istorja tal-qorti u l-ħabs - biex nagħti eżempju - meta bdew u spiċċaw jiffunzjonaw u għal xiex kienu jservu.", "B'hekk noħolqu kultura mhux biss għal dawk it-turisti li ġejjin iżuruna hawn Malta u nuruhom x'għandna x'noffrulhom imma wkoll għaż-żgħażagħ Maltin li ma jafux li dawn il-postijiet storiċi jeżistu fil-lokalitajiet tagħhom.", "Meta nidħlu f'postijiet storiċi bħall-Imdina, postijiet fejn hemm swar u postijiet oħra storiċi bħal, per eżempju, l-Belt, naraw indikazzjonijiet fejn qegħdin ċertu lokalitajiet.", "Jekk issiefer barra minn Malta tara li meta tidħol f'lokalita' partikolari dawn jindikaw il-postijiet storiċi f'dik il-lokalita', fejn huma u kif tista' ssibhom.", "Imma hawn Malta, fejn qed nipprovaw nippromwovu t-turiżmu bħala waħda mis-sisien ekonomiċi ta' pajjiżna u li fil-fatt miexi b'ċertu rankatura, dawn l-affarijiet ma nsibuhomx.", "Hemm bżonn li apparti l-infrastruttura u li nibżgħu għall- ibħra tagħna u għas-servizz li t-turist jingħata, noffrulu wkoll servizz ieħor fil-lokalitajiet ta' l-irħula u bliet Maltin fejn jirrigwarda anke postijiet storiċi.", "GĦandna għax inkunu ferħanin u kburin bihom u għandna nagħtuhom l-importanza li jixirqilhom għax huma ta' interess mhux biss għall-istorja Maltija imma anke għal dawk li jiġu fostna.", "Mhux l-ewwel darba li meta ċerti postijiet ikunu qed jiġu mbajda u rranġati u jinstabu dokumenti antiki, dawn jsibu ruħhom fir-rubbish bins u maħruqin minflok li wieħed jipprova jifli x'hemm fihom li hija ta' storja ħalli dawn ikunu jistgħu jitressqu fil-mużewijiet Maltin ħalli b'hekk nkomplu nkabbru l- kultura ta' l-istorja hawn Malta.", "Niġu issa għal problemi li jeżistu ġewwa n-Naxxar, n-naħa tas-Sgħajtar.", "Kemm-il darba nisimgħu fil-mistoqsijiet parlamentari li nagħmlu li fejn jirrigwarda irranġar u asfaltar ta' toroq ir-risposti ħafna drabi jkunu li dawn issa jiddeċiedi l-kunsill lokali liema toroq jiġu rranġati.", "Biss meta wieħed jibda jdur u jgħaqad, isib postijiet li minkejja li kellhom xi tip ta' asfaltar llum il-ġurnata, wara xi maltempata dawk ikunu mimlijin ħofor li wieħed lanqas biss jissogra jimxi fuq il-bankina aħseb u ara kemm jimxi fit-triq.", "Aktar minn hekk wieħed ma jsuqx il-karozza tiegħu f'dawn it-tip ta' toroq.", "Fis-Sgħajtar hemm din il-problema tat-toroq.", "Naħseb li qabel indaħħlu l-MOT ġewwa pajjiżna, ikun tajjeb li l-ewwel nirranġaw it-toroq ħalli ma nkomplux inħassru l-karozzi tagħna, speċjalment dawk li jkunu għadhom joħorġu ġodda.", "Minħabba l-kondizzjonijiet li jinsabu fihom it- toroq tagħna, karozza ġdida, fi żmien qasir ma tantx tista' tibqa' f'kondizzjoni eċċellenti.", "GĦandu jkun hemm impenn qawwi sabiex iċ- ċittadini li jużaw it-toroq Maltin - f'dan is-sens il-konsumatur - ikollhom servizz eċċellenti; mhux qed ngħid li kullimkien mera - j'Alla jkun hekk - imma għallinqas ma jkollniex dawn il-ħofor kbar li minħabba fihom qed infarrku l-karozzi.", "Minkejja li għandna l-MOT ma nafx kemm se nsolvu l-problema tal-karozzi tagħna.", "Fis-Sgħajtar, in-Naxxar jeżistu diversi problemi oħra.", "Hemm toroq li l- isem tagħhom għadu ma ġiex imwaħħal għalkemm ilu li ngħatalhom żmien twil, bħal per eżempju Triq l-Alġerija.", "Hemm ukoll toroq li fihom hemm dlam ċappa u l-uniku dawl li fihom huwa ta' xi bozza tnemnem ma' xi bieb li tillumina xi ftit l-area ta' quddiemu imma dawl adegwat għad m'hemmx.", "La qed insemmu d-dawl, ta' min jerġa' jsemmi l-problema li teżisti ġewwa l- Mosta, fi Vjal Indipendenza, fejn għad hemm nuqqas ta' dawl adegwat li jagħmel it-triq perikoluża ħafna.", "Ta' min jikkonsidra li din it-triq hija dritta u twila u allura hemm it-tendenza li d-drivers itellgħu ċertu speed fiha u għalhekk tista' tkun ta' periklu għal dawk in-nies li jkunu qegħdin jaqsmu.", "Hemm bżonn li din it-triq tiddawwal b'mod tajjeb u apparti d-dwal li saru ħdejn it-traffic lights, li kollna ilna nsemmu ħafna drabi, hemm bżonn li jsiru pelican lights sabiex jittaffa kemm jista' jkun il-periklu ta' din it-triq hekk wiesgħa, dritta u perikoluża.", "Din it-triq li taqsam il-Mosta fi kwart mit-tliet kwarti l-oħra jgħaddu l-karozzi bi speed qawwi u għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm dawl adegwat speċjalment għat-tfal ta' l-iskola.", "Ladarba semmejna l-problema tal-kunsilli lokali huwa tajjeb li nsemmi żewġ risposti li ngħatajt reċentement għal domandi parlamentari li għamilt jien.", "Waħda minnhom kienet dwar il-flats tan-naħa taz-Zokrija li wara li tlestew, mad-dawra tagħhom tħalla kwantita' ta' terrapien u ta' trab bil- konsegwenza li malli tagħmel xi ftit tax-xita wieħed bilfors irid jgħaddi minn ġot-tajn biex jidħol f'daru għax ma jeżistux bankini.", "Barra minn hekk quddiem dawn il-flats hemm ftit tal-wisa' fejn jista' jsir ġnien żgħir.", "Fir-risposta li ngħatajt qaluli li kollox qiegħed f'idejn il-Kunsill Lokali.", "L-istess risposta ingħatat għal Triq Birguma, in-naħa ta' San Pawl tat- Tarġa, fejn hemm l-istess problema u ilhom bit-triq imħarrbta għal snin twal.", "Bil-flus li qed jingħataw il-kunsilli lokali kemm se jlaħħqu ma' affarijiet?", "Il-Kunsill Lokali irid jieħu ħsieb is-Sgħajtar, postijiet in- naħa tal-barriera inti u nieżel lejn il-Mosta, in-naħa tal-Birguma, in-naħa ta' Santa Marija tax-Xagħra ...", "Kemm se jlaħħqu ma' postijiet dawn il-flus li qed jingħataw il-kunsilli?", "Għalhekk jiddispjaċini għax nara li ċerti postijiet se jibqgħu għal żmien bil-problemi eżistenti li għandhom - ta' art u ta' toroq li m'humiex adegwati - u m'humiex adegwati u suret in-nies għaż-żmenijiet tal-lum.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, normalment fejn hemm dritt irid ikun hemm rimedju.", "Jekk inħarsu lejn il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, Kapitlu 2, Artiklu 7 insibu li l-Istat jirrikonoxxi d-dritt ta' kull ċittadin li jaħdem u l-Istat għandu jippromwovi dawn il-kondizzjonijiet ħalli dan id-dritt ikun effettiv.", "Dan hu wieħed minn għad ta' drittijiet li nsibu fil-Kostituzzjoni; dikjarazzjoni ta' prinċipji u li l-Gvern huwa obbligat li jħarishom.", "Dan mhux jien qed ngħidu imma l-istess Artiklu 22 tal-Kostituzzjoni li jgħid li dawn huma fundamentali għall-governanza tal- Gvern.", "Iżda jekk, per eżempju, kif għandna f'Artiklu 12, dawk li huma studenti kapaċi u meritevoli, anke jekk m'għandhomx il-finanzi, għandhom id-dritt li jottjenu l-highest grades of education u dan id-dritt b'xi mod ma jkunx rispettat, jew fejn jidħol social assistance and insurance - dejjem taħt l-istess artiklu - kif dan id-dritt se jkun effettiv?", "Li qed ngħid hu li Allaħares li kull min ma jaħdimx irid itella' lill-Gvern il- Qorti!", "Hawn issib min jistaqsi: Allura kif jista' jkollok dritt li ma jkunx effettiv?", "Pero' l-punt li xtaqt nagħmel - li huwa fundamentali għall-governanza tal-Gvern - huwa li aktar minn dikjarazzjoni ta' prinċipji, dawn għandhom isibu r-rimedji legali.", "L-istess għandna li l- eżerċizzju tal-funzjonijiet li jagħmel il-President, jekk il-President huwa obbligat li jaġixxi fuq parir tal-Prim Ministru u dan il-parir ma jeħdux, wieħed ma jistax ifittex lill-President bil-Qorti.", "Veru li nitkellmu dwar il-qrati bħala The President's Courts - Her Majesty's Courts konna ngħidu - ...", "L-istess nista' ngħid meta jidħlu l-poteri tal-Prim Ministru.", "Jekk il-Prim Ministru ma jaġixxix fuq il-parir tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew fejn ikun irid jikkonsulta u ma jikkonsulatx, paragrafu 3 ta' l-artiklu 87 tal-Kostituzzjoni nsibu li wieħed ma jistax jistaqsi dwar dan fil-Qorti.", "L- actio popolaris kważi ma jidħolx għaliex jgħidlek li dan jidħol l-iktar għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Hawnhekk wieħed allura m'għandux ir-rimedju legali.", "Forsi hawnhekk ikun hawn min jgħid li din hija forsi kwestjoni - u hawnhekk naqbel - ta' responsabilita' politika.", "Pero' jien naħseb li qed noqorbu lejn sitwazzjoni fejn illum irridu nitkellmu dwar il- leġġittimita' tad-dissens organizzat, ħalli ma naqblux bejnietna imma jrid ikun hemm an organised dissent.", "U l-Kostituzzjoni tipprova tagħmel dan meta titkellem dwar l-Employment Commission.", "Per eżempju, meta wieħed jitkellem dwar l-Employment Commission, japprezza li għandek ic-Chairman li jkun appuntat mill-President, tnejn mill-membri jkunu appuntati mill-Prim Ministru u tnejn mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - din hi healthy - pero', imbagħad, per eżempju, jekk tħares lejn il-Broadcasting Authority, issib li hemmhekk iċ-Chairman jiġi magħżul mill-President u ż-żewġ membri l-oħra jridu jiġu nominati mill-Prim Ministru wara li jkun ikkonsulta mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Hemm ukoll awtorita' oħra li ssemmi l-Kostituzzjoni, pero' għall-Employment Commission biss hemm l-istruttura fejn għandek id-dissens organizzat.", "Jien naħseb li jkun importanti li naħsbu fuq dan jekk aħna qed naħdmu biex verament ikun hawn it-trasparenza.", "Jien xtaqt insemmi punt ieħor.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li l- President jista' ma jkunx f'pożizzjoni li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu minħabba:", "\"... inability to perform the functions of his office whether arising from infirmity of mind ..\".", "Barra minn hekk din tgħid li in extremis jista' jiġi appuntat iċ-Chief Justice.", "Issa jien jidhirli li l-Kostituzzjoni tagħna tgħid li min ikun okkupa l-kariga ta' prim imħallef, jista' jkun Aġent President għal xi żmien imma ma jista' qatt ikollu l-kariga ta' President tar-Repubblika.", "Naħseb li dawn huma l-iktar nies li jkunu notevoli u ddistingwew ruħhom u jekk wieħed ma jridx idaħħal is-sistema fejn dawn ikunu jistgħu jiġu konsidrati għall-kariga ta' President tar-Repubblika għaliex m'għandniex nipprovaw nagħmlu xi ħaġa biex dawn in-nies ikunu jistgħu jassistu f'xi presidential college kif jeżisti barra minn Malta?", "Per eżempju, f'din il- Kamra kellna diversi long-serving members miż-żewġ naħat tal-Kamra u aħna rridu naraw kif nutiliżżaw lil dawn in-nies fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Fil-ftit ħin li fadalli xtaqt ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tax-Xagħra tal-Furjana li diġa' tkellimt dwarha u ġejt rapportat fil-gazzetti.", "Jien jiddispjaċini ngħid li waħda mill-gazzetti - li m'iniex se noqgħod insemmiha b'isimha; min għamel id-dnub jaf għal-liema gazzetta qed nirreferi - irrapportat l-oppost.", "Filwaqt li jien ġejt ngħid li din il- kwestjoni ma rridx nippolitiċizzaha u jekk li tgħid il-verita', cioe' li l-Gvern qiegħed jembarka fuq proċess li jkollna l-qerda tax-Xagħra tal- Furjana, jfisser politiċizzazzjoni għalihom u allura la tfisser politiċizzazzjoni ejja ngħidu li rridu l-verita' u għalhekk ejja nippolitiċizzaw, għax tkellimt f'din il-loġika din il-gazzetta qalet li se nkomplu nippolitiċizzaw.", "X'bassezza ta' intiena jista' jkollna minn rapportaġġ ta' dan it-tip!", "Din qed nerġa' ngħidha hawnhekk biex jekk tidher darba oħra inqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ.", "L-ewwel darba tgħaddi imma t-tieni darba le.", "Qed ngħid hawnhekk li din il-kwestjoni ma ppolitiċizzajtha xejn, ħallejniha above party politics.", "Pero' jekk il- gazzetta - li taf liema hi - sejra tipprova ddaħħalni in the bullring of party politics jien ngħidilha: \"Hawn hu Schembri Adami, daħħalni fil- bullring of party politics u ngħidlek li meta aħna konna qed niddiskutu x- Xagħra tal-Furjana - u din innotawha - jien u l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici biss Deputati tal-Furjana konna hawn ġew għaliex la l-Onor.", "De Marco, la l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici u lanqas l-Onor.", "Louis Cuschieri li jirrappreżentaw il-Furjana ma kienu hawn biex għallinqas jisimgħu dak li r-residenti tal-Furjana qalulhom meta huma kienu deħlin il-Parlament u ppreżentawlhom il-petizzjoni biex jaraw din il-kwestjoni\".", "Illum anke l- Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija fejn qal ċar u tond u kkonferma dak kollu li għidt jien u l-Onor.", "Alfred Sant.", "Jien ngħid lil din il-gazzetta li issa tan-naħa tal-Gvern ġejjin magħna u għandhom raġun u qegħdin jaraw li f'din il-kwestjoni l-Prim Ministru ma sarrafx id- dritt ta' l-informazzjoni.", "Qed jgħidulu li jaqblu li jkun hemm ċentru amministrattiv governattiv, imma m'għandux isir fix-Xagħra tal-Furjana.", "X'qegħdin ngħidu aħna?", "Fejn kienu d-Deputati?", "Għosfru jew inħbew?", "Dan li jrid ikun jaf il-poplu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 18 ta' Jannar, 1995, fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - KAŻIJIET FEJN PULIZIJA RRAPPORTAW LI SFAW IMSAWWTA", "23776.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Matul dawn l-aħħar sebgħa snin, sena b'sena kemm kien in-numru ta' każijiet fejn Pulizija rrapportaw li sfaw imsawwta waqt il-qadi ta' dmirijiethom u/jew saritilhom xi vendikazzjoni?", "X'kumpens jingħataw mill-korp f'każijiet bħal dawn fejn isofru l- Pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' membri tal-Korp tal- Pulizija li sfaw korruti hu kif se ngħid:", "1988 - 3 1989 - 17 1990 - 10 1991 - 12 1992 - 15 1993 - 15 1994 - 8", "Ma tinżammx statistika separata dwar pulizija li sfaw imsawwta jew li kienu l-mira ta' ħsara u danni volontarji.", "Fil-fatt il-figuri mogħtija jinkludu korrimenti oħra ta' pulizija waqt ix-xogħol tagħhom.", "Il-ħlas ta' danni dovuti u li huma relatati max-xogħol jitħallsu mill-fondi pubbliċi.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - EMERGENCY TROLLEYS", "23783.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk iċ-Ċentri tas-Saħħa li huma attrezzati b'emergency trolley mgħammra bil-faċilitajiet kollha bħal resusitator, defibrilator u apparati oħra flimkien ma' mediċini li huma vitali f'każ ta' emerġenzi serji?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' każi ta' emerġenza li kellhom bżonn ta' dan l-emergency trolley fiċ-Ċentri tas-Saħħa matul is-snin 1993- 1994?", "Liema kienu dawn iċ-Ċentri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li għalkemm resusitation trolleys kif deskritti mill-Onor.", "Interpellant jinsabu biss fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal- Mosta, Paola u Qormi, faċilitajiet biex jiġu ttrattati emerġenzi serji jeżistu fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha.", "Dawn il-faċilitajiet jinkludu apparat biex jinżamm in-nifs, suction machines kif ukoll il-mediċini kollha li wieħed jista' jiġi bżonn.", "Huwa l-pjan tad-dipartiment li eventwalment iċ- Ċentri kollha jkollhom trolley b'defibrillator.", "Fil-fatt bħalissa hemm ordni għal trolley għaċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.", "L-istatistika speċifika mitluba mill-Onor.", "Membru ma tinżammx, iżda ninsab informat li każijiet bħal dawn ma jkunx hemm aktar minn wieħed jew tnejn fis-sena.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA: SEZZJONI TA' L-EMERĠENZA - VIŻITI MINN PAZJENTI", "23784.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' viżiti minn pazjenti li saru fis-Sezzjoni ta' l-Emerġenza fiċ-Ċentri tas-Saħħa (ċentru b'ċentru) matul is-snin 1993 u 1994:-", "a) bejn it-8.00 a.m. u t-8.00 p.m.;", "b) bejn it-8.00 p.m. u t-8.00 a.m.?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll in-numru ta' home visits għall-istess snin u ħinijiet imsemmija hawn fuq ċentru b'ċentru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' pazjenti li attendew fit- Treatment Room (fejn jiġu ttrattati każi ta' Emerġenza) taċ-Ċentri tas- Saħħa matul l-1993 u l-1994 kienu dawn:", "| |1993 |1994 | | | | | |Floriana |17,233 |18,011 | |Gżira |20,372 |32,423 | |Paola |27,350 |33,798 | |Cospicua |12,760 | 5,082 | |Qormi |20,100 |22,604 | |Mosta |22,995 |3,704 | |Rabat |12,287 |10,062 | |Għawdex |7,063 |9,467 |", "L-istatistika għal dawn l-attendenzi ma kenitx tinżamm maqsuma fil- ħinijiet mitluba.", "Dan beda jsir mill-1 ta' Jannar, 1995.", "Id-Dipartiment tal-Kura Primarja għamel analiżi ta' l-istatistika ta' attendenzi fl-1994 maqsuma f'dawn il-ħinijiet.", "Ir-riżultati miksuba juru medja ta' attendenzi kuljum kif jidher hawn taħt:", "|Floriana |08.00-20.00|44 | | |20.00-08.00|7 | |Mosta |08.00-20.00|54 | | |20.00-08.00|16 | |Gżira |08.00-20.00|76 | | |20.00-08.00|21 | |Paola |08.00-20.00|90 | | |20.00-08.00|11 | |Qormi |08.00-20.00|57 | | |20.00-08.00|6 | |Cospicua |08.00-20.00|32 | | |20.00-08.00|4 | |Rabat |08.00-20.00|54 | | |20.00-08.00|12 |", "In-numru ta' viżiti mitluba miċ-Ċentri tas-Saħħa kienu mqassma hekk:", "1993 1994", "| |8am-8p|8pm-8a|8am-8p|8pm-8a| | |m |m |m |m | | | | | | | |Florian|6,375 |1,471 |10,084|907 | |a | | | | | |Gżira |6,386 |608 |7,576 |1,110 | |Paola |14,740|2,919 |45,832|3,051 | |Cospicu|1,666 |160 |1,509 |140 | |a | | | | | |Qormi |3,380 |674 |3,991 |904 | |Mosta |6,565 |1,442 |8,071 |1,355 | |Rabat |1,175 |181 |1,330 |214 | |Għawdex| |7,063 | |9,467 |", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TOBBA", "23785.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' tobba li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa f'Malta w Għawdex?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' tobba bil-grad tagħhom li jaħdmu f'kull Ċentru tas-Saħħa?", "Liema tabib hu nkarigat minn kull Ċentru tas-Saħħa?", "Kemm hemm shifts ta' tobba f'kull Ċentru?", "Kemm ikun hemm tobba on duty fix-shift ta' bil-lejl?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Malta w Għawdex, bħalissa hemm 98 tabib jaħdmu.", "Dawn huma kollha fil-grad ta' medical officer ħlief wieħed li huwa fil-grad ta' Registrar.", "It-tobba huma mqassma fiċ-Ċentri tas-Saħħa hekk:", "Mosta/Rabat - 26 tabib li huma mqassma f'ħames gruppi.", "It-tabib inkarigat minn dawn iċ-Ċentri huwa Dr Louis Bonello.", "Paola/Cospicua - 30 tabib li huma mqassma f'ħames gruppi.", "It-tabib inkarigat minn dawn iċ-ċentri huwa Dr Alfred Baldacchino.", "Floriana/Gzira/Qormi - 34 tabib li huma mqassma f'ħames gruppi.", "It-tabib inkarigat miċ-Ċentri ta' Floriana u Qormi huwa Dr John Attard filwaqt li dak tal-Gzira huwa Dr Stephen West.", "Għawdex - 8 tobba li huma mqassmin f'erba' gruppi.", "It-tabib inkarigat minn dan iċ-Ċentru huwa Dr John Cassar.", "Matul il-lejl ikun hemm jaħdmu grupp wieħed minn kull ċentru jew grupp ta' ċentri msemmija hawn fuq.", "SPTAR SAN LUQA: SEZZJONI TA' L-EMERĠENZA - TOBBA", "23786.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-complement tat-tobba u l- grad tagħhom li jaħdmu fis-Sezzjoni ta' l-Emerġenza fl-E&A Department ta' l- isptar San Luqa?", "Kif inhuma mqassmin f'shifts?", "Kemm fil-fatt ikun hemm tobba preżenti f'kull ħin meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni perjodi ta' mistrieħ?", "Liema huma l-ħinijiet matul l-24 siegħa li d-Dipartiment ta' l-Emerġenza jkun l-aktar mħabbat b'numru ta' pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru tat-Tobba fid-Dipartiment ta' l- Emerġenza huwa 30 li minnhom hemm 3 Senior Assistants u l-oħrajn f'livell ta' Medical Officers.", "Ix-shifts huma sitta b'4 tobba f'kull shift:", "A - 7.30a.m. - 3.30p.m.", "B - 8.00a.m. - 8.00p.m.", "C - 2.30p.m. - 10.30p.m.", "N - 8.00p.m. - 8.00a.m.", "O - Off O - Off", "In-numru ta' tobba jvarja.", "Jiddependi kemm ikun hemm minnhom bil-leave, sick leave, study leave, Qorti.", "Il-ħinijiet fejn ikun hemm l-aktar nies ivarjaw ukoll.", "Ordinarjament, it- Tnejn fil-għodu, u l-ħin bejn is-2.00 p.m. u t-8.00 p.m. huma l-aktar iffullati.", "SPTAR SAN LUQA: DIPARTIMENT TA' L-E&A - REFURBISHING", "23787.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-proċess ta' refurbishing ta' l-E&A Department titħalla kamra adegwata biex tintuża bħala \"Grieving Room\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-tweġiba hi fl-affermattiv.", "FONDAZZJONI GĦAX-XJENZI U SERVIZZI MEDIĊI - RIŻENJA TA' PHILIP RIZZO", "23788.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li s-Sur Philip Rizzo rriżenja b'effett mill-1 ta' Jannar, 1995 mill-pożizzjonjiet li kien jokkupa bħala Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi li qed tieħu ħsieb il-bini ta' l-Isptar San Raffaele u wkoll bħala Chairman tal- Kumitat li qed imexxi x-xogħol ta' refurbishment fl-isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għal din ir-riżenja?", "Jista' l-Ministru jgħid minn ġie maħtur minflok Philip Rizzo fiż-żewġ postijiet vakanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nikkonferma li s-Sur Philip Rizzo rriżenja b'effett mill-1 ta' Jannar, 1995 miż-żewġ karigi li jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.", "Dwar ir-raġunijiet għar-riżenja, nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23755 mogħtija fis- seduta tal-bieraħ.", "S'issa ħadd għadu ma ġie maħtur minflok is-Sur Philip Rizzo.", "DIABETIĊI - VAT FUQ L-ISTICKS TAD-DEMM", "23812.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li persuni li laħqu ħallsu l-VAT fuq l-isticks tad-demm tat-test taz- zokkor, jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjan biex dawn jiġu re-imbursed?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm mhux se titħallas VAT fuq id-\"Diagnostic Sticks\" mhux se tingħata lura l-VAT li laħqet tħallset minħabba ċertu diffikutajiet legali u prattiċi.", "MDINA - PARKEĠĠ TA' KAROZZI", "23821.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi l-Imdina qegħda kulma tmur issir kummerċjalizzata u din il-Belt antika qegħda bil-mod il-mod tinqered minħabba kummerċjanti, jista' l- Ministru jara li l-parking tal-karozzi jkun kontrollat?", "Jista' jara li d- dħul ta' mijiet ta' karozzi li qed jinvadu l-Imdina kuljum, ikun kontrollat?", "Jista' l-Ministru jordna li dan in-numru ta' karozzi jonqos u assolutament ma jitħallewx jidħlu karozzi u vetturi għajr tar-residenti, avolja anke fuq dawn l-Interpellant għandu r-riservi tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ĦAS-SERĦ - PSYCHO-GERIATRIC WARD", "23822.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fis-Psycho-Geriatric Ward ġdida li saret f'Ħas-Serħ?", "Min kien il-kuntrattur li ħa l-kuntratt?", "Kemm hemm pazjenti f'din il-ward?", "Għaliex f'din it-taqsima ġdida li hi tant lussuża m'hemmx telephone għan-nurses u biex iċemplu jkollhom iħallu l- ward?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kumitat tal-Welfare nefaq is-somma ta' Lm599,000 sal-31 ta' Diċembru, 1994 waqt li d-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani nefaq Lm101,943.", "Il-kuntrattur kien Goliath Development Limited.", "F'din il-Ward hemm 80 pazjent.", "F'din il-Ward hemm telephones biżżejjed biex in-nurses iċemplu u m'hemmx għalfejn iħallu l-Ward.", "VAT - OĠĠETTI MAĦDUMA F'MALTA", "23830.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-oġġetti kollha fosthom ħwejjeġ u żraben maħdumin f'Malta humiex se jogħlew b'15% minħabba l-VAT?", "Jista' tal-ħanut jiċċekkja l-lista ta' l-items kollha li jkollu għall- bejgħ fil-ħanut tiegħu ma' xi uffiċjal tal-Gvern bħala għajnuna biex ikun ċert li jkollu l-prezzijiet kif titlob il-Liġi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jista' jkun li xi oġġetti maħdumin Malta fosthom ħwejjeġ u żraben, jogħlew minħabba l-VAT iżda l-persentaġġ jiddependi minn kemm jitħallas dazju fuq il-materja prima qabel il-VAT.", "PULIZIJA - NEIGHBOURHOOD WATCHES", "23836.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'suċċessi kellhom n- neighbourhood watches li jeżistu s'issa ma' Malta u Għawdex tul l-aħħar sena?", "Kien hemm xi każi partikolari li wieħed jista' jsemmi fejn n- neighbourhood watches kienu effettivi biex inqabad xi serq fl-inħawi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fejn ġiet imnedija n-neighbourhood watch s'issa ġie nnotat nuqqas ta' kriminalita' u kooperazzjoni akbar bejn il-Pulizija u l- Komunita'.", "Kien hemm każi partikolari fejn bis-saħħa ta' l-organizzazzjoni tan- neighbourhood watch inqabad kemm serq u anke ikkontribwixxew biex ġew solvuti każi ta' kriminalita' oħra.", "ĦAMRUN - TRIQ SAN ĠUŻEPP - ZEBRA CROSSINGS", "23837.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr jinżebgħu ż-zebra crossings tul it-Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun b'mod speċjali dik ta' quddiem Pjazza San Pawl peress li dawn m'għadhomx jidhru u dan l-aħħar ittajjru xi nies u ttieħdu l-isptar għall-kura?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "AIR MALTA - PROMOZZJONIJIET", "23838.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif intagħżlu s-seba' heads ġodda f'erba' dipartimenti ta' Air Malta?", "Saret xi talba jew sejħa b'applikazzjoni qabel dawn intagħżlu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: M'hemm l-ebda regola fissa li fil-każ ta' promozzjonijiet fi gradi relattivament għolja ta' l-amministrazzjoni ta' l- Air Malta, dawn isiru fuq sejħa għall-applikazzjonijiet, izda bħalma sar din id-darba, jistgħu isiru fuq bazi ta' kriterji selettivi oħra.", "Minħabba n-natura kummerċjali tal-kumpannija ma jidhirlix li jkun xieraq li dwarhom nidħol f'izjed dettalji.", "ĦAMRUN - FOOTBALL GROUND", "23839.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi dan l-aħħar rigward il-football ground tal-Ħamrun?", "Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor hux se jitkompla l-ftit xogħol li fadal biex dan jitlesta?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ġejt informat li x-xoghol fuq il-ground tal- Hamrun ittardja daqsxejn minhabba ċerti diffikultajiet teknici w burokratici li nqalgħu b`mod specjali fejn jirrigwarda l-ħamrija u r-ramel.", "Dawn id-diffikultajiet issa gew solvuti w ttiehdu l-passi meħtiega biex il- ftit xoghol li baqa` jitkompla.", "ŻABBAR: TRIQ L-ISKOLA - ILMA", "23840.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' d-dipartiment konċernat jara jekk l-ilma li ġieli qed jibqa' f'għadira fi Triq l-Iskola, f'Ħaż Żabbar (ħdejn id-dar tiegħi bejn Triq Felice u Triq il-Karmnu) huwiex kaġunat minn xi kanna ta' l-ilma mifqugħa?", "Jista' d-dipartiment konċernat (b'referenza għal dak li qalli l-Ministru Frendo waqt il-ħin tal-mistoqsijiet ftit ilu li se jieħu interess personali wara li staqsejtu fuqha fil-Parlament) jieħu ħsieb jirrimedja dwar l- għadajjar kbar bl-ilma li qed jibqa' fl-istess post imsemmi mal-kantuniera tad-dar tiegħi u quddiem id-dar tiegħi (għadira oħra) f'nofs it-triq li jdumu ġranet wara li tieqaf ix-xita?", "Jaf il-Ministru li ili s-snin nitkellem fil-Parlament biex dan l-ilment tiegħi u tar-residenti ġirien jiġi rrimedjat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "Rigward it-tieni parti, jiena nformat li t-triq niżlet u fforma magħqad fin-nofs tat-triq u quddiem id-dar ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Se jittieħdu l-livelli neċessarji sabiex malli d-dipartiment ilesti dawn il-livelli, dan ix-xogħol jidħol fil-programm sabiex isir kemm jista' jkun malajr.", "TESTMENTI/KUNTRATTI MINN ĊITTADINI MALTIN", "23841.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-limitazzjonijiet u/jew x'inhu meħtieġ biex ċittadin ikun jista' legalment:-", "a) jagħmel testment;", "b) jieħu parti f'xi kuntratt;", "ċ) jagħmel donazzjoni ta' (i) flus jew (ii) oġġett mobbli u mmobbli;", "d) jaċċetta li jsir prokuratur jew tutur jew simili?", "(Dan mninħabba eta', saħħa fiżika/mentali, stat ċiviku, mezzi finanzjarji, eċċ ... - dan skop fejn/kif japplika)", "ONOR.", "JOE FENECH: L-informazzjoni rikjesta mill-Onor.", "Interpellant hi ppubblikata fil-Kodiċi Ċivili Kap 16 tal-Liġijiet ta' Malta li għalih tista ssir referenza possibilment bl-għajnuna ta' Avukat.", "QRATI - PROĊEDURA BIEX PERSUNA TIDDEFENDI LILHA NNIFISHA", "23842.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid x'jenħtieġlu jagħmel ċittadin ħalli jekk ikun jippreferixxi jiddefendi ruħu waħdu f'xi kwestjoni quddiem xi qorti, tribunal, kummissjoni, eċċ... ?", "Hu meħtieġ li tali persuna tagħmel avviż bil-kitba jew bil-fomm lill-qorti, tribunal, kummissjoni, eċċ biex tinforma b'dak li hi tkun tippreferixxi li tagħmel jiġifieri d-difiża tagħha nnifisha?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-liġi f'kull każ tirregola meta u kif ċittadin jista jiddefendi ruħu waħdu quddiem il-fora imsemmija fil-mistoqsija parlamentari.", "ARTIJIET - GĦOTI TA' ART LURA LIS-SIDIEN", "23843.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Minn Mejju 1987 'l hawn kemm kienu l-postijiet u/jew oqsma ta' art (plots, għelieqi, eċċ) li qabel kienu jaqgħu f'idejn il-Gvern taħt il-Liġi tal-BDA imma li ngħataw lura lis-sidien oriġinali?", "Jista' l-Ministru jindika kemm kienu dawn bir-raħal/distrett?", "Kemm fadal x'jingħataw lura?", "Xi proċedura qed tiġi segwita għal proċess ta' l-għoti lura?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fit-8 ta' Lulju, 1992 il-Parlament, għall- għanijiet ta' l-Artikolu 2 (1) (B) ta' l-Att ta' l-1976 dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, approva policy li biha art li kienet meħuda mill-Gvern taħt il-liġi tal-BDA setgħet tingħata lura lis-sidien.", "B'din il-policy, dawn l-artijiet jistgħu jingħataw direttament lura lis- sidien bi tpartit tal-jeddijiet għal kumpens relattiv li kien dovut skond il-liġi.", "Nixtieq inżid li l-Gvern kien ħareġ Avviż fejn kien talab lil dawk is- sidien li riedu l-art lura biex japplikaw għand il-Kummissarju ta' l- Artijiet.", "Dawn it-talbiet qed jiġu studjati skond l-esiġenzi ta' l-ippjanar u fejn ikun indikat l-art qed tiġi rilaxxata.", "S'issa saru 13-il kuntratt ma' sidien differenti hekk kif hu indikat hawn taħt:", "Ta' Żwejt B'Kara - 3 kuntratti - b'arja totali ta' 3649 metri kwadri", "Ta' Blata ta l-Għolja Mosta - Kuntratt wieħed - b'arja ta' 9025 metri kwadri", "Swatar Msida - 3 Kuntratti - b'arja ta' 19434 metri kwadri", "Ta' Wara d-Djar Mosta - Kuntratt wieħed - b'arja ta' 6803 metri kwadri", "Ta' Sagħjtar Naxxar - 2 Kuntratti - b'arja ta' 3451 metri kwadri", "Tal-Fuklar Attard - 2 Kuntratti - b'arja ta' 3100 metri kwadri", "Tal-Ħandaq Żebbuġ - Kuntratt wieħed - b'arja ta' 3745 metri kwadri", "REĠISTRU PUBBLIKU - REĠISTRAZZJONI TA' KUNTRATTI", "23844.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Fir- reġistrar tal-kuntratti, testment u donazzjonijiet li jsiru fir-Reġistru Pubbliku jkun hemm ukoll ir-referenza jew in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l- Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u vice-versa?", "(Fejn dan japplika)", "ONOR.", "JOE FENECH: Fir-Reġistru Pubbliku ma jkunx hemm ir-Riferenza jew in-numru tar-Reġistrazzjoni ta' kuntratti, testmenti u donazzjonijiet li jsiru fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u dan għaliex meta jiġu reġistrati l- insinwi ta' l-atti Notarili fir-Reġistru Pubbliku, in-numru li jingħata lil dawn l-insinwi jitniżżel fil-kuntratt oriġinali rispettiv skond il-prattika Notarili.", "Huwa biss wara li l-insinwi jiġu reġistrati fir-Reġistru Pubbliku li oriġinali ta' l-atti rispettivi jiġu depożitati fl-Uffiċċju tan- Nutar tal-Gvern.", "PULIZIJA: SEZZJONI TAL-KLIEB - DROGA", "23850.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija iddum ma tingħata d-droga friska neċessarja mit- Taqsima tal-Forensika minkejja li l-Maġistrat jkun ordna li parti mid-droga tingħata lit-Taqsima tal-Klieb?", "Veru li kien hemm każi fejn din id-droga friska damet ħafna aktar milli hemm bżonn b'tali mod li kien hemm il-biża' li l-klieb ma jkunux jistgħu jiġu ttrenjati sewwa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li meta Maġistrat jiddekreta li d-droga maqbuda tingħata lit-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija, tad-Dwana u tal- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin għal skop ta' training, id-droga innifisha tibqa' fil-pussess tal-Qorti u l-Laboratorju Forensiku jista' biss jgħaddiha miżgħuna, lit-Taqsimiet konċernati meta l-istess Qorti tgħaddi din id-droga lil-Laboratorju.", "Fil-preżent il-Laboratorju Forensiku ma għandu l-ebda droga fil-kustodja tiegħu.", "FESTI NAZZJONALI - INFIQ", "23851.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 22824 tas-16/11/94 ċioe' kemm sar infiq separatament għall-ħames festi nazzjonali mill-1989 sal-lum, fejn jirrigwarda festi uffiċjali u fiex kienu jikkonsistu?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika sena b'sena u festa b'festa?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:", "KUMITAT FESTI NAZZJONALI CELEBRAZZJONIJIET TA` FESTI NAZZJONALI", "| |1989 |1990 | |Jum |*Lm836,964|Lm | |l-Indipende|.00 |687.00 | |nza | | | |Jum |Lm850.00 |Lm2,834.| |ir-Repubbli| |00 | |ka | | | |Jum | |Lm2,644.| |il-Helsien | |00 | |(1) | | | |Jum | |Lm3,662.| |il-Vittorja| |00 | |(1) | | | |Sette | |Lm180.00| |Giugno | | | |(1) | | |", "| |1991 |1992 | |Jum |Lm3,129.00|Lm4,797.| |l-Indipenden| |00 | |za | | | |Jum |Lm2,261.00|Lm | |ir-Repubblik| |500.00 | |a | | | |Jum |Lm1,700.00|Lm3,642.| |il-Helsien | |00 | |Jum |Lm3,430.00|Lm5,854.| |il-Vittorja | |00 | |Sette Giugno|Lm190.00 |Lm | | | |221.00 |", "| |1993 |1994 | |Jum |Lm9,572.00|Lm3,100.| |l-Indipende| |00 | |nza | | | |Jum |Lm2,104.00|Lm1,300.| |ir-Repubbli| |00 | |ka | | | |Jum |Lm4,075.00|Lm4,546.| |il-Helsien | |00 | |Jum |Lm8,006.00|Lm7,022.| |il-Vittorja| |00 | |Sette |Lm395.00 |Lm155.00| |Giugno | | |", "* il-25 anniversarju ta` l-Indipendenza (1) ma nstabux records Bażikament iċ-ċelebrazzjonijiet ta` dawn il-Festi jkunu ċċelebrati hekk:-", "JUM L-INDIPENDENZA - 21 TA` SETTEMBRU", "Pontifikal Solenni u Kant ta` Te Deum fil-Kon-Katidral ta` San Gwann.", "Programm ta` Marċi mill-Banda tal-Forzi Armati ta` Malta.", "Tqegħid ta` kuruni fuq l-oqbra ta` Prim Ministri mejtin.", "Festival taż-Żgħażagħ.", "Tqegħid ta` fjuri fuq il-Monument ta` l-Indipendenza.", "Kunċert Vokali u Orkestrali fl-Imdina.", "JUM IR-REPUBBLIKA - 13 TA` DICEMBRU", "Parata Ċerimonjali mill-Forzi Armati ta` Malta", "Programm ta` Marċi fil-Belt Valletta", "Tqegħid ta` kuruni mal-monument ta` l-ex President ta` Malta, l-Avukat Anton Buttigieg.", "Tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa.", "JUM IL-HELSIEN - 31 TA` MARZU", "Marċ mill-Forzi Armati ta` Malta.", "Ċerimonja ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fejn isir diskors mill-Prim Ministru, li taħtu taqa` r-responsabbilta' tal- Forzi Armati, u tqegħid ta` kuruni mill-President ta` Malta u l-Kmandant tal-Forzi Armati ta` Malta.", "Regatta fil-Port il-Kbir.", "JUM IL-VITTORJA - 8 TA` SETTEMBRU", "Serata kommemorattiva f`Misraħ l-Assedju l-Kbir, Valletta.", "Pontifikal Solenni u Kant ta` Te Deum fil-Kon-Katidral ta` San Gwann, Valletta", "Tqegħid ta` kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-Monument tal- Gwerra, Ċimiterju ta` l-Addolorata, Statwa tal-Vittorja fl-Isla u f`Forti Sant` Anglu.", "Tqegħid ta` kuruni mill-President ta` Malta fuq il-Monument tal-Gwerra.", "Regatta fil-Port il-Kbir.", "SETTE GIUGNO - 7 TA` GUNJU", "Tqegħid ta` kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-qabar tas-Sette Giugno fiċ-Ċimiterju ta` l-Addolorata.", "Ċerimonja ta` Tifkira ħdejn il-Monument tas-Sette Giugno f`Misraħ il-Palazz fejn isir diskors mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.", "DEHEB - IMPORTAZZJONI TA' DEHEB", "23852.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17765 ta' l-20.4.94 ċioe' jista' jgħid min hu awtorizzat li jimporta deheb mhux maħdum f'Malta?", "Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' kull min hu awtorizzat?", "X'inhi l-politika tal-gvern fil-preżent rigward importazzjoni ta' deheb mis-Central Bank u mill-banek kummerċjali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull min jikkomforma mal-provvedimenti tar-Regolamenti dwar kontrolli fuq id-deheb jista' jimporta deheb mhux maħdum.", "Liċenzji għall-importazzjoni jinħarġu skond ir-rakkomandazzjoni tal- Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "IMPORTAZZJONI - LIĊENZJA TA' L-IMPORTAZZJONI", "23853.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16907 tad-9.3.94 ċioe' l-Import licence s'issa kienet Lm20 biex tapplika għaliha.", "Veru hemm il- ħsieb li din togħla?", "Fil-każ li fl-affermattiv, kemm hu l-ħsieb li se tkun?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant huwa mfakkar li mill-1 ta'Jannar, 1995 il-liċenzja ta' l-importatur tneħħiet.", "MOSTA: TAŻ-ŻOKRIJA - BINJA SPERANZA - ASFALTAR", "23854.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li d-dawra ta' Binja Speranza, taż-Żokrija, Mosta tiġi rranġata ħalli wieħed qabel jidħol fil-flats ma jgħaddix minn ġot-trabijiet u tjun, u l-area tkun imsebbħa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-area taż-Żokrija inkluża t- triq quddiem Binja Speranza, hija kollha asfaltata.", "Wara li nbena l-bini trid tiġi asfaltata nofs din it-triq u t-triq li ddur ma Binja Speranza.", "Iżda t-toroq ta' madwar Binja Speranza twessgħu b'konsegwenza tal-linja tal- bini ġdid u issa t-tarmac irid jiġi estiż.", "Dan ix-xogħol isir skond il- prijorita' ta' asflatar ta' toroq li se jibda jsir mill-Kunsilli Lokali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA GĦAS-SUR PETER ATTARD", "23859.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li Peter Attard ta' c/o 11, Atocia Str, Ħamrun jingħata saqaf fejn ipoġġi rasu hu u l-familja?", "Meta dawn se jingħataw akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-applikazzjoni nru.", "H 09215 f'isem Peter Attard qed tigi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet oħra simili.", "AIR MALTA - AJRUPLANI RJ70S", "23860.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jirriżulta li l-ajruplan RJ70S (9H.ACO) OSCAR li għadu kemm inxtara diġa' kellu xi ħsarat?", "X'ikkawża dawn il-ħsarat u min se jkun responsabbli għall-ispejjeż fuq dan l-ajruplan ġdid?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-RJ70S ma kellhom ebda problemi kif allega l-Onor.", "Membru li ma humiex suġġetti għalihom kull ajruplan ġdid li jidħol fil-flotta.", "Il-problemi u jekk ikun il-kaz, is-soluzzjoni tagħhom hija responsabilita' tal-bejjiegħ.", "AIR MALTA - AJRUPLANI RJ70S", "23861.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet ewlenin li Air Malta ma xtratx l-ajruplani 737/500 u xtrat l-RJ70S għar-rotot ta' distanzi twal?", "Jista' jgħid liema huma dawk il-linji ta' l-ajru internazzjonali li fil- fatt jużaw l-RJ70S għal titjiriet ta' distanzi twal?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Air Malta xtrat l-RJ70'S għar-rotot tad- distanzi qosra (short haul) u mhux twal.", "Għat-tieni domanda r-risposta hija ħadd.", "AIR MALTA - AJRUPLANI 737/200 LI KIENU JĠORRU L-CARGO", "23862.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienu jġorru Cargo l- ajruplani 737/200 (li Air Malta m'għadhiex tuża) fuq kull titjira?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nireferi lill-Onor.", "Membru għal pagni 19, 38 u 39 ta' l-Annual Report ta' l-Air Malta fejn hemm l-informazzjoni meħtieġa.", "ĊIMITERJI TA' L-ADDOLORATA - TISWIJA", "23889.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: It-trejqa fejn l-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata fejn it- tielet diviżjoni il-Lvant sezzjoni LA hija fi stat diżastruż fejn ukoll ftit ġranet ilu kienu se jweġġgħu xi anzjani minħabba l-istat li tinsab fiha, jista' l-Ministru jieħu passi biex tiġi rranġata din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li jittieħdu l-passi meħtieġa.", "ĦWIENET TAL-LAĦAM - PERMESS GĦALL-BEJGĦ TA' BAJD FRISK", "23890.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħanut tal-laħam jistax japplika għal permess biex ikun jista' jbigħ bajd frisk fl-istess ħanut, jekk fl- affermattiv x'għandu jagħmel biex wieħed iġib permess meħtieġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull min ikun irid iżid xi affarijiet mal-liċenzja ta' l-istabbiliment jista' jagħmel talba billi jimla' formola fl-Uffiċċju tal-Liċenzji tan-Negozju (Trading Licences Office) tal-Pulizija.", "Dan l- Uffiċċju qiegħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.", "F'dan il- każ jista' jintalab ukoll il-parir tad-Diviżjoni tas-Saħħa.", "FGURA - ESPROPRJAZZJONI TA' ART FI PJAZZA", "23891.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fil- Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta' Ġunju, 1992 deher Avviż Nru. 380 ta' akkwist ta' art fil-Fgura li tidher immarkata fuq il-pjanta LD 89/92, jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi esproprjata' din il-biċċa art biex issir pjazza kif oriġinarjament ippjanat?", "Meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet għandu dokumenti neċessarji biex tista' ssir din l-expropriation, jista' l- Ministru jieħu passi biex jitħaffu l-proċeduri biex din il-pjazza indikata ssir mill-aktar fis minħabba inkonvenjent li qed jinħoloq minħabba li għada ma' ġietx żviluppata din il-biċċa art kif kien ippjanat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - LIĊENZJI GĦALL-MANIFATTURA TAN-NAR", "23893.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm-il persuna kien hemm f'Malta u Għawdex li kellhom liċenzja biex jimmanifatturaw in-nar tal-festi taħt il-kategorija \"A\" dak inhar li ġew ippubblikati r-regolamenti ġodda għan-nar tal-festi?", "Kemm hu n-numru ta' dawk li sal-lum għandhom din il-liċenzja \"A\"?", "Kemm kien hemm persuni li applikaw biex jingħataw il-liċenzja kategorija \"A\" minn meta ħarġu l-istess regolamenti ġodda u x'sar dwarhom?", "Kemm saru courses dwar il-manifattura tan-nar tal-festi minn meta ġew ippubblikati r-regolamenti ġodda li l-għan tagħhom hu li kemm jista' jkun jiġu evitati diżgrazzji waqt ix-xogħol u l-għoti tan-nar tal-festi?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-attendenza għal courses li saru?", "Kemm kien hemm mill-persuni li attendew dawn il-courses li kkwalifikaw u ngħataw ċertifikat jew liċenzja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'Malta u Għawdex, fl-1993, kien hemm 84 persuna biex jimmanifatturaw n-nar taħt kategorija 'A'.", "Bħalissa hawn 82.", "Hemm 42 applikazzjoni pendenti għall-korsijiet taħt kategorija 'A'.", "Bħalissa qegħdin isiru arranġamenti meħtieġa biex jitlesta s-sillabu u jibdew il-korsijiet għal-liċenzja 'A'.", "Dawn se jsiru kmieni din is-sena.", "Fl-1993 saru erba' korsijiet għal-liċenzja 'B' li għalihom kien hemm attendenza ta' 317-il persuna.", "Mitejn u tnejn u tletin (232) inħarġitilhom il-liċenzja, filwaqt li 85 persuna ma nħarġitilhomx il-liċenzja minħabba raġunijiet imsemmija hawn taħt:", "a) 65 ma attendewx għall-eżami quddiem il-Bord.", "b) 11 ġew approvati u ma ġewx għal-liċenzja", "c) 9 ġew irrifjutati minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' attendenza fl- imsemmija korsijiet u raġunijiet oħra.", "BDIEWA - VAT FUQ ESPORTAZZJONI TA' PATATA", "23894.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta tiġi esportata l-patata kemm issa u anke f'Mejju/Ġunju li ġej il-bidwi hux se jiġi effetwat bil-VAT għall-ġarr u servizz li jingħata ta' grading etc.?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi effettwat il-bidwi?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "PATATA - ESPORTAZZJONI TA' PATATA", "23895.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 23717 fejn il-Ministru qal li bħalissa qed tiġi esportata patata tax-xitwa, jista' jgħid minn min qed tiġi esportata din il- patata?", "Jista' jgħid xi prezz se jingħata ta' din il-patata l-bidwi?", "Kien hemm xi pariri mill-Export Marketing Board ta' l-Agrikoltura dwar l- esportazzjoni ta' din il-patata?", "Jekk iva, x'kienu l-pariri f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Din is-sena kien hemm diversi talbiet għall-patata ta' Malta tax-xitwa minn negozjanti barranin.", "Fuq parir tal-AEMB sabiex jiġu esplorati swieq ġodda mingħajr ma jkunu pperikolati dawk stabbiliti, kif ukoll biex tiġi stabbilita l-esportazzjoni tal-patata tax-xitwa, saru negozjati u preparamenti biex sa llum setgħu jintbagħtu 50 u 25 tunnellata lejn l-Olanda u l-Irlanda rispettivament.", "Il-Bord kien responsabbli minn din l-esportazzjoni iżda l-bdiewa ppreferew li jagħtuha bħala konsenja lis-sensara, jiġifieri mingħajr ma jieħdu lura dak li ma kienx aċċettabbli għas-safar.", "Wara li l-Bord ma rċeviex patata għall-għażla biex tintbagħat barra, il-Bord aċċetta patata magħżula mingħand is-snasar wara li kien assigurat li jitħallas prezz xieraq lill-bdiewa li kien ta' bejn Lm10 u Lm12-il qantar, u dan qabel ma l- istess patata tiġi graded għall-esportazzjoni.", "Dan ifisser li meta wieħed jikkonsidra l-kwantita' skartata minħabba l-ġlata, id-daqs, ecc, il-prezz imħallas kien għoli u sodisfaċenti għall-bdiewa.", "MARSA: TRIQ ASCOT - DAWL", "23897.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li ssir bozza quddiem in-numru 12, Ascot Street, Marsa għax l-akwati huma bla dawl?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MARSA: TRIQ ANTONIO DOUBLETT - TINDIF", "23898.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li Triq Antonio Doublett, fil-Marsa tinkines aktar ta' spiss u titnaddaf aħjar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li llum kull deċiżjoni dwar il-knis ġewwa l-ibliet u l-irħula taqa' taħt ir- responsabbilta' diretta tal-Kunsilli Lokali.", "DIPARTIMENT TA' L-EMIGRAZZJONI", "23899.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jassigura li l- Emigration Department mhux se jispiċċa bħala dipartiment u mhux se jagħlaq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Emigration Department bħala tali ilu li spiċċa mill-1956 meta kien ġie amalgamat fid-Dipartiment ta' l-Emigrazzjoni, Xogħol u Għajnuna Soċjali.", "L-importanza ta' l-emigrazzjoni minn Malta bdiet tonqos konsistentement f'dawn l-aħħar 30 sena, apparti li dawk il-pajjiżi li qabel kienu jaċċettaw emigranti daħħlu restrizzjonijiet ġodda għal dħul ta' emigranti.", "Apparti l-Kummissjoni għall-Maltin ta' barra, illum għadha teżisti sezzjoni żgħira (li tikkonsisti fi tnejn minn nies) fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħol li tieħu ħsieb il-ftit każi ta' dawk li jkunu jridu jemigraw minn Malta.", "Fiċ-ċirkostanzi attwali ftit jidher li hemm ħtieġa għal din is- sezzjoni u għaldaqstant id-Dipartiment tax-Xogħol, bl-għajnuna tal- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, qed jitlob lill-pajjiżi konċernati biex ikunu huma li jagħmlu l-arranġamenti tagħhom għall-eżamijiet mediċi li huma jeħtieġu biex jipproċessaw talbiet għal 'visa' minn emigranti prospettivi."]} {"filename": "20001020_402d_par.doc", "date": "2000-10-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 402 Il-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 402", "Il-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "402", "Il-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 38", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 38", "TQEGĦID TA' KARTI 43", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U SIGURTA' FUQ", "IL-POST TAX-XOGĦOL (KUMITAT)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 43", "AĠĠORNAMENT 67", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUIB 71", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 401 li saret fl-20 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WSC - TRANSFERS", "19303.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Curchieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm transferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tal-korporazzjoni għax s-servizzi ta' l-ilma?", "Jista' jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza, 30 ħaddiem ġew trasferiti minn sezzjoni għal oħra tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Ir-raġunijiet għaliex saru dawn it- trasferimenti huma s-segwenti:", "Wieħed għax ingħata promozzjoni;", "Tmienja għax imlew vakanzi;", "Tmienja fuq talba tagħhom stess;", "Tlieta biex tissaħħaħ is-sezzjoni;", "Erbgħa għax tneħħew il-ħaddiema minn sezzjonijiet;", "Wieħed biex jagħmel xogħol relatat mal-grad tiegħu;", "Wieħed għaliex inħolqot sezzjoni ġdida;", "Wieħed irritorna fis-sezzjoni fejn kien qabel;", "Wieħed għal raġunijiet ta' saħħa; u", "Tnejn biex jgħinu sezzjonijiet oħra.", "Il-korporazzjoni dejjem ittrasferiet ħaddiema skond il-ħtieġa tax-xogħol u l-esiġenzi tas-servizz u dan japplika wkoll għall-futur.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, peress li wħud mir-residenti f'Taż-Żwejt ġibduli l-attenzjoni li qed ikollhom ċertu qtugħ fis-servizz ta' l-ilma, jista' l-Ministru jieħu nota u jirriferi dan l-ilment għall- investigazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ngħaddi din it-talba lill-Ministru Bonnici meta jiġi lura Malta.", "TOROQ - TRANSFERS", "19304.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment tat-toroq?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta` ħaddiema fid- dipartiment tat-toroq fil-perijodu msemmi.", "ĊENTRU ĦIDMA SOĊJALI - ĦADDIEMA ĠODDA", "19305.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati maċ-ċentru ħidma soċjali mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall- imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Fiċ-ċentru ħidma soċjali hemm aktar minn dipartiment jew organizzazzjoni governattiva waħda.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu biex inkun nista' niġbor l-informazzjoni meħtieġa.", "LIĊENZJI U TESTIJIET - TRANSFERS", "19306.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment tal-liċenzji?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li mill-5 ta` Jannar sal-10 ta` Settembru, 2000 ma saru l- ebda trasferimenti fid-dipartiment tal-liċenzji u testijiet.", "AWTORITA' TAD-DJAR - ĦADDIEMA ĠODDA", "19307.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-awtorita' tad-djar mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall- imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar impjegat perit wieħed wara sejħa pubblika li saret f'Novembru 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-pjan biex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jispiċċa u tibqa' biss l-awtorita' tad-djar?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kif kelli ċans nispjega f'okkażjonijiet preċedenti, il-mira tagħna hi li namalgamaw id-dipartiment ma' l-awtorita' tad-djar bl-intenzjoni li fi ħdan l-istruttura pubblika nnifisha, ikun hemm regolatur li jgħin fil-formolazzjoni tal-policies f'dak li għandu x'jaqsam ma' housing.", "Kif diġa' għedt, dan il-pass ikun jista' jittieħed biss jekk l-ewwel inkunu eliminajna s-sistemi u d-differenzi li jeżistu bejn id- dipartiment tad-djar - fil-mod ta' kif jiġu kkalkolati l-punti meta bniedem japplika għal allokazzjoni alternattiva ta' dar b'kera - u dawk li tapplika l-awtorita' tad-djar fl-allokazzjoni ta' punti fid-diversi skemi tagħha u anke meta tpoġġi għal bejgħ postijiet li tkun bniet hi stess.", "Il-Kamra taf li ż-żewġ entitajiet għandhom sistemi differenti ta' kif jikkalkolaw il-punti.", "L-ewwel pass li allura jwitti t-triq għal din l- amalgamazzjoni jkun li dawn is-sistemi jiġu identiċi għal xulxin f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċessi li jwasslu għall-kera ta' postijiet.", "L-iskema u r-reviżjonijiet tas-sistema tal-punti, kemm tad-dipartiment tad-djar kif ukoll ta' l-awtorita' tad-djar tlestiet wara studju intensiv u anke wara li ttestjajna kif taħdem is-sistema fil-prattika, u allura se nkun f'pożizzjoni biex kmieni s-sena d-dieħla nkun nista' nħabbar sistema waħda identika ta' punti f'dak li għandu x'jaqsam ma' kera ta' postijiet.", "Biex nevitaw li fil-perijodu ta' transizzjoni jkollna persuni differenti li jkollhom punti differenti sakemm naqilbu għas-sistema l-ġdida, irridu neżaminaw kull applikazzjoni li hemm pendenti mal-housing department.", "Jiġifieri jekk bħalissa hemm 3,500 applikazzjoni, irridu nagħmlu reviżjoni ta' kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet.", "It-target tagħna hu li jekk jista' jkun sa l-aħħar tas-sena nkunu spezzjonajna dawn it-3,500 applikazzjoni kollha kemm huma - għalkemm irrid nagħmel riżerva li din hija biċċa xogħol kbira - u mbagħad inqabdu persuni nkarigati biex imorru fid- djar ta' dawn l-applikanti u jiġbru l-informazzjoni dettaljata u aġġornata dwar dawn il-postijiet, dwar il-kondizzjonijiet soċjali tal-persuni li jabitaw fihom u dwar id-dħul u l-mezzi tagħhom.", "Irrid infakkar li hemm min ilu li applika għal aktar minn sitt snin u f'dan il-perijodu ta' żmien qatt ma sar aġġornament ta' l-applikazzjoni tiegħu.", "S'issa diġa' saru madwar 700 spezzjoni u rriżulta li perċentwali qawwija ta' l-applikanti jew m'għadhomx interessati f'akkomodazzjoni alternattiva, jew sabu soluzzjoni differenti jew il-mezzi tagħhom illum il-ġurnata huma ħafna aħjar milli kienu sentejn jew erba' snin ilu.", "Jiena qed nittama li jekk dan l-eżerċizzju nlestuh sa l-aħħar tas-sena, kmieni s-sena d-dieħla nkun nista' nħabbar li s-sistema l-ġdida, bl-irfinaturi li aħna ntroduċejna fiha, tkun tista' tibda topera u allura kulħadd ikun jaf eżattament x'inhuma l-punti li hu għandu.", "Emenda oħra importanti ħafna hija li aħna beħsiebna nippubblikaw il-lista ta' l-applikanti li hemm pendenti sal-lum mad-dipartiment tad-djar u għalkemm m'aħniex se nippubblikaw il-punti, kull applikant jista' jmur u jiċċekkja l-file tiegħu biss.", "Aħna jidhrilna li wasal iż-żmien li biex inżidu t-trasparenza f'dan il-proċess m'għandniex nesponu dettalji kunfidenzjali u r-raġuni għala persuna partikolari tkun ġabet numru ta' punti, pero' jkun hemm faċilita' kif wieħed ikun jista' jivverifika eżattament kemm għandu punti, f'liema rank qiegħed u x'inhuma l-bżonnijiet partikolari tiegħu.", "Se nagħmlu wkoll assessment biex naraw għal liema tip ta' post ikunu jikkwalifikaw l-applikanti skond il-bżonnijiet tagħhom, jekk hux għal single bedroom, għal two-bedroomed jew three-bedroomed.", "Għax persuna jista' jkollha numru ta' punti imma mbagħad tkun tgħix weħidha.", "F'dak il- każ ma jfissirx li jekk jiżvojta post li jkun three-bedroomed dik il- persuna awtomatikament għandha dritt għalih.", "U allura l-listi se jindikaw il-bżonnijiet partikolari biex meta jiżvujtaw xi postijiet wieħed ikun jaf eżattament x'ranking għandu.", "Se jkollna wkoll il-faċilita' li wieħed ikun jista' jivverifika l-każ tiegħu partikolari u anke jappella għad- deċiżjonijiet li jkunu qed isiru.", "Imbagħad qed indaħħlu varjazzjoni oħra importanti ħafna, Mr Speaker.", "Illum jekk persuna tkun ġiet imkeċċija mir-raġel tagħha u allura tmur f'xi shelter bħal \"Merħba Bik\", dik il-persuna ma jkollha l-ebda punti jekk tiġi biex tapplika għax bis-sistema kif inhi dik il-persuna għandha residenza.", "Din is-sistema se tinbidel, każi bħal dawn se jiġu rikonoxxuti u dik il-persuna se tibda' tingħata l-punti.", "Jista' jkollok single parent jew inkella mara li tkun spiċċat barra mid-dar tagħha minħabba xi ċirkostanzi partikolari u allura tmur tikri flat b'Lm90 jew Lm100 fix- xahar.", "Naturalment meta mbagħad imorru l-ispetturi biex jispezzjonaw isibuha toqgħod fi flat verament sabiħ, imma fir-realta' dik il-mara tkun marret tgħix hemmhekk għax ma kellhiex alternattiva oħra.", "Kultant sitwazzjonijiet bħal dawn iġiegħlu lill-individwu jidħol fi problemi soċjali akbar u jispiċċa bid-dejn ma' min ikun krielu dak il-post.", "Bis- sistema kif kienet s'issa, dawn il-persuni ma jingħatawx punti u allura din se tiġi emendata biex wara li jsiru l-verifiki kollha u jiġu rikonoxxuti l- bżonnijiet partikolari ta' dik il-persuna, din tingħata l-punti li ħaqqha.", "Barra minn hekk, qed nagħmlu ħilitna biex ikollna sistema li kemm jista' jkun tkun aġġornata.", "Aħna napprezzaw il-fatt li s-sitwazzjoni soċjali ta' l-applikant tista' tinbidel u tista' tinbidel anke fuq perijodu ta' sitt xhur jew aktar.", "Allura s-sistema trid tkun waħda flessibbli li tippermetti aġġornament kontinwu dwar każijiet ta' applikanti partikolari mad- dipartiment.", "Imbagħad ikun f'dak il-mument li tiġi fis-seħħ din is-sistema ġdida ta' punti li konkretament inkunu nistgħu nitkellmu biex ngħaddu għall- fażi li jmiss, jiġifieri li l-funzjonijiet li llum il-ġurnata għandu d- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, jittieħdu mill-awtorita' tad- djar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, huwa fatt magħruf li l-kera ta' postijiet tal-gvern togħla meta jkun hemm żieda fid-dħul ta' dik il-familja partikolari.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtini spjegazzjoni għala f'ċerti każi kien hemm min talab lid-dipartiment biex jikkwantifikalu kif wasal għall-awment fil-kera u baqa' ma ngħatax l-informazzjoni neċessarja?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan m'għandux ikun.", "Jiena ninsisti li għandu jkun hemm accountability sħiħa lejn kulmin jieħu xi servizz u għandu jkun hemm spjegazzjoni dettaljata għax tkun ittieħdet ċerta deċiżjoni.", "L-iskema hija dik li hi, ir-renta tiġi sussidjata skond id-dħul ta' l-individwu u llum għandna faċilitajiet li qatt qabel ma kellna biex nivverifikaw kemm l- individwu qed ikun korrett fid-dikjarazzjoni tiegħu.", "Ġieli jkollna każi fejn id-dikjarazzjoni ta' dħul tkun korretta imma ġieli jkollna oħrajn fejn id-dikjarazzjoni mhux talli ma tkunx korretta, talli tkun saħansitra falza.", "Permezz tal-unit li stabilejna fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, li jivverifika d-dikjarazzjonijiet dwar benefiċċji soċjali, anke minħabba l- mod ta' kif il-ministeru tiegħi qed jaħdem flimkien mal-ministeru tal- finanzi, partikolarment minħabba x-xogħol li qed tagħmel it-tax compliance unit, qed ikollna overlapping qawwi fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "It-test tal-mezzi ta' l-individwu qed jiġu vverifikati wkoll permezz ta' dan il-unit u, having said that, ir-risposta hija ċara daqs il-kristall.", "Jien ninsisti li aħna nkunu accountable sal-massimu possibbli u jekk inkunu ħadna d-deċiżjoni għaliex sussidju partikolari jkun naqas jew żdied, għandna nagħtu l-ispjegazzjonijiet kollha biex l-individwu jkollu l- opportunita' li jekk irid jikkontesta dik id-deċiżjoni.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "19308.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fl-iskejjel statali mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l- impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "19283 ta' l-istess Onor. Membru.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "20032.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' li għandhom applikazzjoni pendenti mad-dipartiment għall-politika soċjali għal xi forma ta' benefiċċji u/jew skemi li d-dipartiment joħroġ sabiex jissaħħaħ aktar il-kunċett ta' ħajja ndaqs?", "Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet li ġew approvati matul din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SIGURTA' SOĊJALI - TALBIET PENDENTI", "20033.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li għandu d- dipartiment tas-sigurta' soċjali sabiex persuni b'diżabilita' jiġu mgħejuna jixtru computer skond l-iskemi ta' għajnuna eżistenti?", "Kemm ġew approvati applikazzjonijiet matul din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' - u mhux id-dipartiment tas-sigurta' soċjali - għandha s-servizz għajnuniet speċjali li, fost ħwejjeġ oħra u skond ir-riżorsi finanzjarji disponibbli, toffri għajnuna finanzjarja biex tgħin persuni b'diżabilita' jgħixu ħajja indipendenti.", "Ninsab informat li matul din is-sena ġew approvati 11-il applikazzjoni konnessi ma xiri ta' computers filwaqt li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti hu ta' 54.", "Persuni b'diżabilita' li japplikaw għall-għajnuna taħt din l-iskema jingħataw lura l-ammont tal-VAT imħallas għax-xiri tal-computer u l- aċċessorji relatati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jsir sabiex persuni li għandhom ulied b'xi diżabilita' jserrħu rashom dwar il- ġejjieni ta' wliedhom meta l-ġenituri jiġu neqsin?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, għandi ftit sekondi biex inwieġeb mistoqsija li hija komplikatissima.", "Is-soluzzjoni m'għandniex insibuha billi nibnu istituzzjoni bħal San Vinċenz li tibqa' vojta sakemm imutu l- ġenituri u dawn il-persuni jiġu akkomodati fiha, imma nemmen li s- soluzzjoni għandha tinfirex fuq diversi alternattivi.", "Fil-fatt waħda minn dawn l-alternattivi diġa' implimentajniha.", "Xahar wara li jiena sirt ministru tal-politika soċjali, ittieħdet deċiżjoni li bidlet il-politika f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tas- servizzi għall-anzjani.", "Aħna ddeċidejna li l-eta' hija rrilevanti għas- servizzi li jingħataw u li wieħed irid pjuttost jikkonċentra fuq il- bżonnijiet ta' l-individwu.", "Għaldaqstant persuni b'diżabilita' li ma setgħux jgħixu għal rashom, anke taħt il-61 sena, bdew jiġu aċċettati f'postijiet bħal San Vinċenż u f'ċertu djar oħra fejn imbagħad ikollok il- problema ta' taħlita ta' etajiet.", "Din tikkrealna ċerti problemi pero' hija waħda mis-soluzzjonijiet.", "L-istess għamilna għall-home help u għat-telecare.", "Il-politika tagħna hi li jkollna servizzi mfassla skond il-bżonnijiet tal-persuna, jiġifieri jkunu personalizzati, pero' għad irridu nagħmlu inizjattivi oħrajn li wħud minnhom nittama li nħabbarhom is-sena d-dieħla.", "Għall-mument se nieqaf hawn għax ma rridx inħabbar affarijiet li għadna qegħdin fl-stadju ta' evalwazzjoni tagħhom, napprezza li din hija waħda mill-akbar problemi li ġenituri ta' persuni b'diżabilita' jista' jkollhom u aħna qed naraw x'nistgħu nagħmlu biex insolvulhom din il-problema.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li tilfu l-impjieg bejn Jannar u Settembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20307.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin) (f'isem il-Ministru għt-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tagħrif dwar kuntratti għal xogħol fuq toroq mogħtija matul l-1999 u l- 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20264; u", "Tagħrif dwar il-programm ta' xogħlijiet fuq toroq f'idejn id- dipartiment tat-toroq, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20265.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U SIGURTA' FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mill-20 ta' Ottubru, 2000)", "Klawsola 4 – Dikjarazzjoni ta' prinċipji.", "(Kont.)", "Clause 4 - Declaration of principles.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, subklawsola (2) ta' klawsola 4 tgħid hekk:", "''L-awtorita' stabbilita bis-saħħa ta' dan l-Att tkun responsabbli li tiżgura li jinġieb 'il quddiem u jiġi salvagwardat il-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema kollha fil-postijiet kollha tax- xogħol.''.", "Mela hawnhekk qegħdin ngħidu li l-awtorita' se sservi ta' protezzjoni jew tarka, sejħilha li trid, għal dak li għandu x'jaqsam ma' mard fiżiku, mard psikoloġiku u problemi soċjali li jistgħu jiffaċċjaw il-ħaddiema.", "Għalhekk ma nistax nara għalfejn il-kelma ''salvagwardat'' se tiġi eliminata u nixtieq li l-ministru jispjega ftit dwarha din.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar il-kelma ''psikoloġiku'' għax il-ħaddiema jista' jkollhom ħafna effetti psikoloġiċi.", "Jista' jkollhom problemi psikoloġiċi ta' natura ħafifa, jista' jkollhom problemi psikoloġiċi ta' natura medika li jkunu aktar serji u jista' jkollok problemi psikoloġiċi relatati ma' background soċjali.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li wieħed jiftaħ ftit aktar fuq din il-kwestjoni għaliex naħseb li l-awtorita' għandha tkun hemmhekk biex tissalvagwarda s-saħħa psikoloġika tal-ħaddiema l-ewwel u qabel kollox pero' naħseb li mill-aspett psikoloġiku soċjali l- awtorita' għandha d-dmirijiet tagħha wkoll.", "Qed ngħid dan għax jista' jkollok grupp ta' ħaddiema li għax ikollhom l-impjieg tagħhom taħt il- mannara jew għax ikollhom il-futur ta' l-impjieg tagħhom indeċiż, jista' jkun li jkollhom problemi ta' natura psikoloġika, fejn allura anke l- performance tagħhom tonqos.", "Mr Chairman, kif diġa' għedt waqt it-tieni qari, meta jweġġa' xi ħaddiem fuq il-post tax-xogħol u dan ikollu xi inċident serju li jista' jwassal anke għal xi nuqqas fiżiku, ħafna drabi jiġri li dak il-ħaddiem jitlef ċerti ġranet jew xhur ta' xogħol u jista' jagħti l-każ li anke l-istess kollegi li jaħdmu fuq l-istess chain ta' xogħol miegħu jiġu affettwati ħażin psikoloġikament.", "Dan il-fattur jista' jwassal għal nuqqas ta' performance u għal teħid ta' sick leave aktar mis-soltu.", "Din nixtieq norbotha ma' l-ewwel kumment tiegħi għax naħseb li jekk neliminaw il-kliem li semmejt aktar qabel inkunu qed innaqqsu s-saħħa ta' din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ir-raġuni għaliex ġie deċiż illi jitneħħew il-kliem \"u jiġi salvagwardat\" hija li l-espert ta' l-ILO ikkonfermalna bil-miktub li s-salvagward m'huwiex funzjoni ta' l- awtorita' imma hija r-responsabilita' ewlenija ta' l-employer u tal-ħaddiem innifsu, skond kif jistabilixxi l-Att innifsu.", "Għaldaqstant ir- responsabilita' ta' l-awtorita' ma tista' qatt tissostitwixxi u mhuwiex l- iskop tagħha li tissostitwixxi r-responsabilita' ta' l-employer.", "Għalhekk il-parir tekniku kien li din għandha tinqata' minn hemmhekk.", "F'din il-klawsola qegħdin nagħmlu dikjarazzjoni ta' prinċipji u l- prinċipju għandu jkun li l-awtorita' tkun responsabbli li tiżgura li ġġib 'il quddiem il-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema kollha tal- postijiet kollha tax-xogħol pero' l-prinċipju m'għandux ikun li l-awtorita' tissalvagwarda.", "Din l-awtorita' għandha tara li min iħaddem u l-ħaddiem huma stess jissalvagwardaw saħħithom u s-sigurta' tagħhom u ta' ħaddieħor fuq il-post tax-xogħol.", "Wieħed irid jifhem li fid-draft aħna approvajna l-kliem ''u jiġi salvagwardat'' pero' jien deherli li l-parir li tawna kien parir tajjeb u allura aċċettajtu għax fhimt ir-raġunament li kien qed isir.", "Ma naħsibx li għandi kummenti aktar x'nagħmel dwar il-parti tal-ġid psikoloġiku, li għalija hija terminoloġija wiesgħa.", "Hemm bżonn li jittieħdu miżuri fejn l- employers joqogħdu attenti anke mill-ġid psikoloġiku ta' l-individwi.", "Per eżempju, ħaddiema li jkunu qed jaħdmu kontinwament fuq l-istess makna, kapaċi ma ssirilhomx ħsara fiżika imma tkun qed issirilhom ħsara psikoloġika.", "Din hija xi ħaġa li tiġi ttrattata taħt il-qasam tas-saħħa u s-sigurta'.", "Fil-fatt hemm direttiva ta' l-Unjoni Ewropea u sett ta' regolamenti għal tapposta li jindirizzaw proprju dan is-suġġett.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien jiddispjaċini li ma kontx qed insegwi d- diskussjoni mill-bidu pero' qed nifhem li minkejja li l-awtorita' mhux se tkun hi direttament li se tindaħal f'kull post tax-xogħol, se jkollha min jiggwidaha biex tara li r-regolamenti jiġu osservati.", "Per eżempju, fit- tieni qari għedt li fil-collective agreements għandu jkun hemm sezzjonijiet li jirrigwardaw is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Issa jien naħseb li l-awtorita' għandha tipproponi li f'dawn il-collective agreements ikun hemm din id-dikjarazzjoni ta' prinċipju, pero' dan għandu jsir mingħajr ma timbotta lill-unions u lil min iħaddem biex idaħħlu din id- dikjarazzjoni u dettalji oħra f'dawn l-istess collective agreements.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dan il-punt huwa importanti ħafna, fis-sens illi jekk irridu nagħmlu iktar passi 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Huwa importanti ħafna li sija min iħaddem u sija l-unions jirrikonoxxu li dan il-prinċipju għandhom jaċċettawh u jadottawh.", "Għalhekk jien nittama li f'dan il-qasam naraw aktar żvilupp u aktar collective agreements li jidħlu iżjed f'dawn l-aspetti li wara kollox igawdu minnhom mhux biss il- ħaddiema imma wkoll l-employers.", "Jien ma naħsibx li din għandna ndaħħluha fi klawsola 4 għax jekk wieħed iħares lejn klawsola 9 jsib li hemm diversi klawsoli f'dik il-lista ta' funzjonijiet li qed jingħataw lill-awtorita' biex jinkoraġġuha tieħu inizjattivi f'dan is-sens, iġġib 'il quddiem it-tagħlim u t-taħriġ dwar is- saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u tara li jkun hemm preparazzjoni għall-emerġenza u għall-ewwel għajnuna fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk l- awtorita' qed tiġi mniggża biex tieħu inizjattivi f'dan is-sens.", "Irrid ngħid ukoll li qed indaħħlu l-kunċett tal-workers' health and safety representative u allura l-ħaddiema se jkollhom rappreżentant magħżul biex ikollu responsabbilta' f'isimhom ħalli jara li dawn l-affarijiet kollha jseħħu.", "Jien nittama li dan ikun xprun biex isseħħ din il-bidla kbira li għandna bżonn nagħmlu fil-pajjiż.", "Għalhekk ma naħsibx li għandna bżonn nemendaw klawsola 4, pero' l-punt ta' l-Onor.", "Abela huwa importantissimu u naqbel miegħu perfettament.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, jien naqbel li fl-aħħar mill-aħħar għandha tkun ir-responsabbilta' ta' l-employer li jara li l-ħaddiema tiegħu fuq il-post tax-xogħol josservaw ir-regoli tal-health and safety li jiġu mposti kemm mil-liġi kif ukoll mill-istess kumpannija.", "Kif għedt fit-tieni qari huwa fatt ipprovat xjentifikament li meta l-employers jimxu b'mod pro-attiv fis-sens li jenforzaw ir-regoli u jġiegħlu lill- ħaddiema tagħhom josservawhom fl-aħħar mill-aħħar se jgawdi kulħadd, se tiżdied il-production ta' l-istess kumpannija u l-ħaddiema jibbenefikaw finanzjarjament ukoll.", "Pero' kif intqal minn din in-naħa tal-Kamra, aħna għandna d-dubji tagħna kemm din l-awtorita' se jkollha s-snien biex tkun tista' timplimenta dawn ir-regoli.", "Din il-liġi għandna npoġġuha fil- prattika u mhux inħalluha miktuba biss fuq il-karti jekk irridu nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Fl-opinjoni tiegħi nkunu qed nimxu pass lura jekk neliminaw il-kliem ''jiġi salvagwardat''.", "Issa l-Viċi Prim Ministru qal li l-espert barrani ta dan il-parir għax l-employers għandhom ikunu pro-attivi u jinforzaw ir-regolamenti.", "Pero' mill-banda l-oħra naħseb li għandha tkun l-awtorita' li teduka u tara li l-kondizzjonijiet ikunu osservati.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, jista' jkun li jew spjegajt ruħi ħażin jew inkella ma kontx ċar biżżejjed.", "Fi klawsola 4 qegħdin nagħmlu dikjarazzjoni ta' prinċipji u qegħdin ngħidu li l-awtorita' għandha r- responsabbilta' li tiżgura li ġġib 'il quddiem il-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali fuq il-postijiet kollha tax-xogħol pero' se neliminaw il-kliem ''u jiġi salvagwardat''.", "Issa, kif spjegajt diġa', il-parir li ngħatajna huwa li finalment ir-responsabbilta' taqa' fuq l-employer u fuq il-ħaddiem pero' dan ma jfissirx li l-awtorita' qed taħsel idejha.", "Fil-fatt klawsola 5 tgħid hekk:", "''L-awtorita' għandha tiżgura li jinżammu l-livelli ta' protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol kif stabbiliti b'regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.''.", "Dan ifisser li l-awtorita' mhux qed taħsel idejha.", "Dawn l-affarijiet se joħorġu spelt out u nittama li r-responsabbilta' kbira li qed inpoġġu fuq spallejn l-awtorita' toħroġ b'mod ċar fil-klawsola li jmiss.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, l-ewwel sentenza ta' klawsola 4 tgħid hekk:", "''Il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol għandha titqies bħala materja ta' interess pubbliku.''.", "Issa jien naħseb li l-kelma ''pubbliku'' għandha tiġi mibdula għax wisq nibża' li tista' tiġi miftiehma ħażin.", "Qed ngħid dan għax meta ngħidu ''interess pubbliku'' naħseb li aktar nifhmu b'interessi tal-gvern milli interessi privati.", "Għalhekk nissuġġerixxi li din tiġi ''interess nazzjonali''.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett il-verżjoni bl-Ingliż ta' l-Att ta' l-1974 tgħid hekk:", "''The protection of occupational health and safety is to be considered of public interest.''.", "Imbagħad il-verżjoni bil-Malti ta' l-istess Att tgħid hekk:", "''Il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol għandu jitqies ta' interess pubbliku.''.", "It-terminoloġija ta' interess pubbliku għandha implikazzjonijiet kostituzzjonali, jiġifieri din ma tfissirx interess tal-gvern jew ta' xi dipartiment tal-gvern.", "Għalkemm jien m'għandix diffikulta' li ''interess pubbliku'' nagħmilha ''interess nazzjonali'', it-tentazzjoni tiegħi hija li nippreferi li nħalliha ''interess pubbliku'' għax din nifhmuha u nafu xi tfisser.", "Issa forsi hawnhekk qed nitkellem għalina l-avukati.", "Peress li din it-terminoloġija qed titfa' r-responsabbilta' fuq kulħadd, il-qrati tagħna jkollhom spazju akbar biex jaraw li jkun hemm inforzar tar- regolamenti u ta' l-artikli tal-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nixtieq nerġa' mmur għall-argument li kien qed jissemma dwar l-emenda li għandna quddiemna biex jitneħħa l-kliem ''jiġi salvagwardat''.", "Allura issa d-diċitura se tkun hekk:", "''L-awtorita' stabbilita bis-saħħa ta' dan l-Att tkun responsabbli li tiżgura li jinġieb 'il quddiem il-ġid fiżiku, psikoloġiku, u soċjali tal-ħaddiema kollha fil-postijiet kollha tax-xogħol.''.", "Jien naħseb li din il-parti qed indgħajfuha wisq għax li jinġieb 'il quddiem hija neither here nor there.", "L-espert li ssemma ta l-parir li s- salvagwardja trid isseħħ min-naħa tal-ħaddiema u min-naħa ta' l-employer, imma ċertament l-awtorita' għandha d-dmir u r-responsabilita' li tassigura illi l-ħaddiema u l-employers ikunu qed jissalvagwardaw il-ġid.", "Allura hemmhekk naħseb li nkunu qegħdin in line ma' dak li qed jgħid l-espert, imma jekk nagħmlu ''li tiżgura li jinġieb 'il quddiem u jiġi salvagwardat mill-ħaddiema u minn min iħaddem il-ġid fiżiku, psikoloġiku, eċċ.'' naħseb li nkunu qed insaħħu wkoll id-diċitura.", "Qed ngħid dan għax inkella ma nkunux qed inkunu koerenti ma' dak li ntqal aktar 'il quddiem.", "Fl-opinjoni tiegħi jekk inneħħu s-salvagwarda minnha, din il-klawsola ma jkollha l-ebda kontenut reali.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jien il-punt tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni fhimtu u ma nixtieqx li nirdoppjaw l-affarijiet.", "Pero' nixtieq nitlob lill-Kamra li żżomm quddiemha wkoll il-kontenut ta' klawsoli 5, 6 u 7 fejn qegħdin ngħidu x'inhuma d-dmirijiet tas-setturi differenti.", "Subartiklu (2) ta' klawsola 4 qed jitkellem fuq ir- responsabbilta' ta' l-awtorita' bħala prinċipju għall-mument.", "Jien il- punt li jekk naqtgħu barra l-kliem \"u jiġi salvagwardat\" inkunu qed indgħajfu l-klawsola nifhmu u qed naqbel miegħu.", "Fil-fatt meta ħarist lejn il-verżjoni Ingliża - wara kollox għalhekk isir l-istadju ta' kumitat - sibt li hawn varjazzjoni li qabżitilna.", "Il-verżjoni Ingliża qed tgħid hekk:", "''The authority established by virtue of this Act shall be responsible for ensuring that the physical, psychological and social well-being of all workers in all workplaces are promoted and safeguarded.''.", "Bl-emenda li qegħdin nipproponu qed ngħidu li mit-test Malti se naqtgħu barra l-kliem \"u jiġi salvagwardat\" u mit-test Ingliż se naqtgħu barra l- kliem \"and safeguarded\" pero' l-kliem ''are promoted'' se jibqa' hemm.", "Issa biex l-emenda tkun aktar b'saħħitha minflok naqtgħu barra l-kliem \"u jiġi salvagwardat\" .....", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk hawn dikjarazzjoni ta' prinċipji.", "Il- prinċipju hawnhekk huwa li s-salvagwarda tpoġġi obbligu fuq l-employer u fuq il-ħaddiem.", "Allura naħseb li din nistgħu ndaħħluha hawnhekk, hux hekk?", "Għalkemm mhux se tkun l-awtorita' li tissalvagwarda, din se tkun responsabbli li l-ħaddiema u l-employers jagħmlu hekk.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien m'għandix diffikulta' dwar dan.", "Pero' l- uniku dubju li kelli hu li qed nirrepetu xi ħaġa li se tiġi fil-klawsoli 6 u 7.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura nneħħu klawsola 4 mill-ewwel.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, għax dak huwa l-prinċipju ġenerali.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-prinċipju ġenerali huwa li l-ħaddiema u l- employers jissalvagwardaw, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se tiġi ppreżentata emenda f'dan is-sens u allura nixtieq nitlob il-permess tal-Kumitat biex nipposponu din il- klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex din il-klawsola tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta", "Klawsola 5 - Dmirijiet ġenerali.", "Clause 5 - General duties.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għal klawsola 5 se nipproponi emenda biex tiġi tagħmel aktar sens.", "Din l-emenda titkellem fuq id-dmirijiet ġenerali u hawnhekk qed ngħidu li l-awtorita' għandha tiżgura li jinżammu l-livelli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Hawnhekk qed indaħħlu l-kliem ''b'dan l-Att'' għax anke l-Att fih innifsu jimponi obbligi kbar.", "Din l-emenda tgħid hekk:", "''D'' Fil-klawsola 5, minnufih wara l-kelma \"stabbiliti\" għandhom jidħlu l-kliem \"b'dan l-Att u\".", "\"D\" In clause 5, immediately after the word \"established\" there shall be added the words \"by this Act and\".", "THE CHAIRMAN: Iżjed rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nistgħu nżidu miżuri li l-awtorita' tista' tħoss li huma neċessarji mingħajr ma jkollhom ir-requirement ta' regolamenti taħt l- Att?", "Qed ngħid dan għax l-affarijiet li tista' titlob - bħal, per eżempju, ta' natura amministrattiva - tant huma micro li hi stess tista' tistabilixxi protokolli ta' regolamenti.", "Jekk, per eżempju, f'fabbrika tistabilixxi affarijiet li huma teknikament meħtieġa għal dik il-fabbrika imma mhux bilfors toqgħod tispeċifikahom f'regolament, is that covered jew le?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien il-punt tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fhimtu, pero' kont nirrikkmanda li jekk jista' jkun lill-awtorita' għandna ngħidulha biex topera fil-framework tal-liġi u mhux tieħu inizjattivi barra mill-framework tal-liġi u allura tieħu miżuri mingħajr ma jkun hemm regolamenti li jagħtuha backing.", "Li hawn fil-liġi hija l-fakulta' li l- awtorita' tipproponi regolamenti li mbagħad ikunu jridu jiġu approvati, naturalment b'legal notices li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, li allura joffru l-possibilita' ta' skrutinju.", "Allura hemm proċess ta' kontroll ukoll fuq dawn l-affarijiet.", "Imma ma naħsibx li huwa rakkmandabbli li nagħtu carte blanche b'dak il-mod.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela l-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda ''D'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 5, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Dmirijiet ta' min iħaddem.", "Clause 6 - Duties of employers.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 6 titkellem fuq id-dmirijiet ta' min iħaddem.", "Din hija klawsola ta' ċerta importanza għax qed tgħid li min iħaddem għandu obbligu li dejjem iħares lejn is-saħħa u s-sigurta' tal- persuni kollha li jistgħu jiġu affettwati mix-xogħol kollu li jkun qed isir.", "Huwa importanti li nenfasizza dan il-punt li diġa' għamilnieh għax dan huwa breakthrough fuq il-kunċetti.", "Il-liġi ta' l-1994 iffokat fuq id- dmir ta' min iħaddem direttament mal-ħaddiema tiegħu.", "Wara li eżaminajna l- esperjenza f'pajjiżi oħrajn - mhux biss teżamina, għax inti lanqas għandek għalfejn teżamina l-esperjenzi ta' pajjiżi oħrajn imma biżżejjed teżamina l-esperjenzi lokali u reali tagħna - mill-ewwel indunajna li kultant nuqqas ta' attenzjoni, traskuraġni jew nuqqas ta' employer li jħares regolamenti, jipperikola mhux biss lill-ħaddiema imma anke lil persuni terzi.", "Allura hawnhekk għamilna din il-bidla fil-kunċett billi issa qed nerfgħu r- responsabilita' fuq min iħaddem biex jirrealizza li jekk hu ma jħarisx ir- regolamenti jew l-artikli stabiliti taħt din il-liġi, anke jekk ma jkunx qed jipperikola lill-ħaddiema pero' jkun qed jipperikola lil terzi persuni, dak huwa responsabbli għal ksur tal-liġi.", "Naħseb li dan il-punt huwa l- aktar punt importanti f'din il-klawsola.", "Din il-klawsola tirrigwarda wkoll dik li qed ngħidulha l-prevention policy, jiġifieri l-istrateġija li dak li jkun jagħmel ħiltu biex jevita l-perikli jew ir-riskji li jista' jkun hemm.", "Nixtieq niġbed ukoll l-attenzjoni ta' kulħadd għall-provisos li hemm għal subklawsola (1) ta' klawsola 6, fejn qed ngħidu li l-employer għandu l- obbligu li jara wkoll li r-regolamenti tas-saħħa u s-sigurta' jridu jiġu applikati wkoll meta hu jkun qed jagħmel użu ta' employers oħrajn li jkunu qed jagħmlu xogħol fuq lant tax-xogħol partikolari.", "Għalhekk jekk fabbrika tkun ikkuntrattat ix-xogħol jew xtrat servizz partikolari f'mument partikolari, l-employer innifsu jrid jara li meta jintużaw dawk is-servizzi li fil-liġi qed nirriferu għalihom bħala servizzi esterni, tkun responsabbilta' tiegħu stess li jara li l-affarijiet ikunu qed isiru sew, ma jkunx hemm ksur tal-liġi u jkun hemm ukoll evalwazzjoni tar-riskji li jista' jkun hemm.", "Fil-fatt il-kunċett ta' l-evalwazzjoni tar-riskji huwa kunċett relattivament ġdid u huwa kopert b'subartiklu (2), filwaqt li subklawsoli (3) u (4) jistabilixxu d-dmir ta' min iħaddem li jinforma, iħarreġ u jagħmel superviżjoni tal-ħaddiema.", "Dan ukoll huwa kunċett ġdid fil-liġi.", "Hawnhekk qed nagħmlu obbligu fuq min iħaddem li jżomm informat lill- impjegati tiegħu dwar ir-riskji li jistgħu jkunu konnessi max-xogħol partikolari li jkun qed isir u allura dan għandu jħarriġhom u għandu jara li jkun hemm is-superviżjoni tal-ħaddiema partikolari waqt li jkunu qed jagħmlu x-xogħol li jista' jirriżulta li jkun perikoluż.", "Naħseb li dawn huma l-aspetti prinċipali ta' din il-klawsola, pero' issa se nipproponi din l-emenda:", "''E'' Fit-test Malti ta' klawsola 6, subklawsola (1), minflok il-kliem \"jkunu qegħdin jagħmlu\" għandhom jidħlu l-kliem \"jkun qiegħed isir\".", "''E'' In the Maltese text of clause 6, subclause (1), for the words \"jkunu qegħdin jagħmlu\" there shall be substituted the words \"jkun qiegħed isir\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk għandna li min iħaddem għandu dejjem iħares is-saħħa u s-sigurta' tal-persuni kollha.", "Dan huwa dmir, hux hekk?", "Allura dan id-dmir jista' jiddelegah b'kuntratt, per eżempju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, din hija responsabbilta' tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Employer li għandu d-dmir li jħares is-saħħa tal- ħaddiema tiegħu permezz ta' ċerti sistemi ta' ħarsien, jista' jagħmel kuntratt ma' xi ħaddieħor biex dan imexxilu s-sistemi ta' ħarsien?", "Dan jista' jsir taħt din il-liġi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli nagħti eżempju konkret ħalli nara jekk hux qed nifhem il-punt tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Hawnhekk hawn l-obbligu li bniedem iħarreġ u allura min iħaddem, jagħmel kuntratt ma' kumpannija li hija esperta f'dan il-qasam biex tħarreġ lill-ħaddiema fis-safety partikolari tax-xogħol tagħhom fil-post li jkunu qed jaħdmu.", "F'dak il-każ l-employer li jkun qed jixtri dawk is-servizzi jkun qed iħarreġ pero' dan ikun qed jagħmel hekk permezz ta' persuna oħra.", "Pero' dan ma jkunx qed jiddelega imma jkun qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu taħt il-liġi biex jara li jkun hemm il-ħarsien.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kelma ''jiddelega'' - forsi użajt il-kelma żbaljata jew m'iniex preċiż - hija riferibbli mbagħad għall-ewwel proviso ta' subklawsola (1).", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din: Inti qed taqbad ma' taħriġ biss u jien qed inħares lejn is-servizzi kollha li bihom qed tissalvagwarda s-safety tal-ħaddiema tiegħek.", "Dik hija a function in a business.", "Allura tista' tikkuntratta dik il-function lil xi ħaddieħor u allura d-dmirijiet tiegħek tkun qdejthom permezz ta' dak il-kuntratt u ħaddieħor ikun responsabbli hu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, dan il-proviso partikolari jgħid bl-aktar mod ċar li:", "''... min jagħmel użu minn servizzi jew persuni kompetenti minn barra ma jkunx meħlus mid-dmirijiet applikabbli li joħorġu minn dan l- Att.''.", "Dan ifisser li hu jibqa' responsabbli li jara li l-obbligi tiegħu bħala employer ikunu qed jitwettqu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma d-dmirijiet u l-obbligi tiegħu jkun qiegħed iwettaqhom billi jagħti xi kuntratt lil xi ħaddieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, jekk employer jimpjega konsulent fuq health and safety ma jfissirx li b'daqshekk ikun ħasel idejh mir-responsabbilta' imma jrid xorta waħda jara li l-obbligi taħt il-liġi jiġu onorati.", "Għalhekk dan ikun irid isegwi lil min ikun ikkuntratta biex jagħmel dak ix- xogħol.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jekk jiġri xi ħaġa, lejn min tħares, lejn il- konsulent eżekuttiv jew lejh?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk ikun hemm regolament partikolari li jgħid, per eżempju, li fuq ċertu xogħol ċerti ħaddiema jridu jilbsu ilbies protettiv, u jien inkun qabbadt kumpannija biex din tipprovdili dan l- ilbies protettiv, il-liġi tgħid li mhuwiex biżżejjed li employer jipprovdi l-ilbies protettiv imma dan irid jinforza fuq il-ħaddiema li jilbsuh.", "Allura l-fatt li huwa qabbad ditta barranija li ġabitlu lbies protettiv u ipprovdietlu t-taħriġ ukoll pero' finalment il-ħaddiema ma libsuhomx .....", "ONOR.", "ALFRED SANT: That point is taken.", "Imma ħalli nieħdu eżempju ta' laboratorju li jrid iżomm ċerti livelli ta' tossiċita'.", "F'dan il-każ l- employer jista' jikkuntratta t-tmexxija ta' dak il-laboratorju lil kumpannija oħra biex tkun responsabbli mit-tmexxija?", "Qed nistaqsi dan għax malli qed ngħidu li ma jistax jiġi meħlus fil-każ ta' subcontracting ifisser li jista' jiġi meħlus minn xi ħaġa.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux meħlus mir-responsabbilta'.", "Dan jista' jikkuntratta s-servizz u jixtrih minn ħaddieħor għax il-liġi mhux qed tgħidlu biex ma jagħmilx dan - anzi din hija xi ħaġa tajba, fl-opinjoni tiegħi - pero' dan ma jfissirx li inti tkun ħlist mir-responsabbilta'.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li hawnhekk qed nitkellmu fuq ksur tal- liġi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Meta ngħidu ''ħlist mir-responsabbilta''' ma jfissirx li r-responsabbilta' ma tkunx għadha fuqek imma tfisser li tkun iddelegajtha lil ħaddieħor.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, ma tistax tiddelega dik ir-responsabbilta' fuq ħaddieħor imma tibqa' responsabbli inti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chicrop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Peress li din il-klawsola hija waħda estensiva naħseb li aħjar nibdew mill-bidu nett.", "Fl-ewwel line ta' din il-klawsola hemm il- kelma ''iħares''.", "Jien inħoss li hemmhekk l-enfasi mhijiex qawwija biżżejjed u ma nafx jekk il-Viċi Prim Ministru jaqbilx li minflokha nużaw ''jippromwovi'' jew inkella nagħmlu ''iħares u jimponi''.", "Naħseb li din il- kelma hija ftit vaga u allura naħseb li huwa l-waqt li din nagħtuha ftit punch.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-opinjoni tiegħi jekk tqabbel din il-klawsola ma' dak li kien jeżisti fil-liġi ta' l-1994 issib li għamilna pass kbir 'il quddiem, jiġifieri naħseb li hawnhekk qed inkunu ħafna aktar b'saħħitna minn qabel.", "Jien m'għandix diffikulta' fuq il-frażi kollha li tgħid hekk:", "''Min iħaddem għandu dejjem iħares is-saħħa u s-sigurta' tal-persuni kollha ...''.", "Issa bl-Ingliż din qegħda hekk:", "''It shall be duty of an employer to ensure the health and safety at all times of all persons who may be affected by the work being carried out for such employer.''.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Fil-fatt wara li għamilt l-intervent tiegħi mort għat-test Ingliż u sibt li jekk ikollok tittraduċi l-kelma ''ensure'' issib li din ma tiġix ''tħares'' imma tiġi ''tiżgura''.", "Naħseb li b'din il-kelma jien inkun aktar sodisfatt għax it-translation ta' tħares aktar toqgħod ''to look at''.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fl-istess line tat-test Ingliż hemm il-kelma \"duty\".", "Issa jien kont se nissuġġerixxi li forsi nistgħu nagħmlu xi ħaġa simili u fi klawsola 6 nagħmlu:", "''Min iħaddem għandu dejjem id-dmir u r-responsabbilta' li jħares ...''.", "Qed ngħid dan għax naħseb li l-kelma ''duty'' li hemm fit-test Ingliż mhijiex riflessa fit-test Malti.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi għandna ndaħħlu l-kliem ''id-dmir u r-responsabbilta'''.", "Dan jista' jirrispondi wkoll għall-punt li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Finalment id-dmir u r-responsabbilta' aħħarija dejjem ikunu ta' min iħaddem.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien ma nħobbx inbiddel stil ta' drafting legali għax min iħaddem għandu dmir u obbligu, jiġifieri we are stating the obvious.", "Il-parir tekniku li tawni huwa li l-kelma \"iħares\" issir \"jiżgura\", pero' m'għandniex għalfejn inbiddlu l-bqija tat-test għax l- obbligu hemm qiegħed.", "Għalhekk se nipproponi din l-emenda verbali:", "Fit-test Malti ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6 minflok il-kelma \"iħares\" għandha tidħol il-kelma \"jiżgura\".", "In the Maltese text of subclause (1) of clause 6 for the word \"iħares\" there shall be substituted the word \"jiżgura\".", "Din il-kelma hija aktar b'saħħitha u allura l-problema se nkunu solvejniha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fit-test Ingliż għandna l-kelma ''duty'' u din jien ninterpretaha bħala dmir jew obbligu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ladarba fit-test Malti għandna l-kelma ''għandu'' jfisser li hemm l-obbligu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien nissuġġerixxi li fit-tieni paragrafu ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6 indaħħlu l-kliem ''ir-regolamenti li joħorġu minn dan l-Att'', kif għamilna fi klawsola 5.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien naqbel u għaldaqstant se nipproponi din l- emenda verbali:", "Fl-ewwel proviso ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6, minnufih wara l- kliem \"li joħorġu minn dan l-Att\", għandhom jiżdiedu l-kliem \"u mir- regolamenti magħmulin taħt dan l-Att\".", "In the first proviso to subclause (1) of clause 6 immediately after the words \"arising out of this Act\" there shall be added the words \"and out of regulations made under this Act\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, it-tieni u t-tielet paragrafi ta' din il-klawsola jitfgħu r-responsabbilta' aħħarija f'idejn l-employer u hekk għandu jkun.", "Per eżempju, jekk xi employer jidħol f'xi biċċa xogħol kbira u jħoss il-bżonn li parti minn dak ix-xogħol jagħtih b'subcontracting, fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbilta' se taqa' f'idejn the original employer.", "Issa hawnhekk inħoss - I stand to be corrected - li għandha tidħol il-kwestjoni ta' terzi persuni.", "Qed ngħid dan għax, per eżempju, nhar it-Tlieta kont għaddej mix-xatt ta' Tas-Sliema u rajt ħaddiem fuq sellum ibaqqan il-konkos xi seba' sulari għoli.", "Apparti li dan kien qed jipperikola ħajtu stess, kien qed jipperikola wkoll il-ħajja tal- pedestrians li kienu mexjin taħtu għax kien hemm biċċiet tal-konkos neżlin għal isfel.", "Issa kif inhi qegħda l-liġi, dak il-ħaddiem li kien qed ibaqqan huwa kopert għax ir-responsabbilta' hija ta' l-employer tiegħu imma dawk il-pedestrians li forsi jistgħu jlaqqtu daqqa ta' ġebla m'humiex koperti.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett irridu naraw x'qed infissru meta ngħidu koperti.", "Din il-liġi mhijiex qed tindirizza l-obbligi ċivili, min se jħallas id-danni u dawn l-affarijiet kollha.", "Din hija liġi li qed titkellem dwar miżuri li jridu jiġu implimentati u segwiti minn min iħaddem u minn min jaħdem fil-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' tiegħu.", "Issa dak li jolqot lil terzi persuni huwa li aħna m'aħniex qed nikkuntentaw billi employer jieħu l-miżuri li ma jesponux lill-ħaddiema tiegħu għar-riskji.", "Bħalma għamlu pajjiżi oħrajn, aħna qed immorru oltre minn hekk, jiġifieri m'aħniex qed nivvintaw xi ħaġa ġdida.", "Aħna lill-employer qed ngħidulu li mhux biżżejjed li joqgħod attent kif se jintlaqtu l-ħaddiema tiegħu imma jrid joqgħod attent ukoll li ma jkunx hemm riskji u perikli għas-saħħa u s- sigurta' ta' terzi persuni.", "Issa jekk l-employer ikun segwa r- regolamenti u xorta jiġri xi inċident fejn ikun weġġa' xi ħadd, ma jfissirx illi min weġġa' m'għandux rikors taħt il-liġi ċivili għad-danni, jekk ikollu każ fuqhiex jikklejmja d-danni.", "Imma dak huwa qasam ieħor u mhuwiex regolat b'din il-liġi.", "Proprju għal dan l-iskop m'għandniex nidħlu hawnhekk.", "Li qed ngħidu lill-employer hawnhekk huwa li dan se jkollu obbligi taħt din il-liġi u taħt regolamenti maħruġin b'din il-liġi u dan irid japplikahom biex jipproteġi s-saħħa u s-sigurta' mhux biss tal- ħaddiema tiegħu imma wkoll ta' terzi persuni li jistgħu jkunu affettwati minn xi xogħol.", "Dan huwa l-kunċett għax dwar il-punt li semma l-Onor.", "Chircop imbagħad hemm il-liġijiet ċivili.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Dan ifisser li l-awtorita' se jibda jkollha l-obbligi li tiddetta hi dak kollu li huwa fl-interess ta' saħħet terzi persuni li jistgħu jkorru fil-viċinanzi tal-post tax-xogħol.", "L-awtorita' se jkollha l- onus li tagħmel dan?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Irridu noqgħodu attenti u hawnhekk nixtieq norbot dan li se ngħid mal-punt li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-awtorita' mhux se jkollha d-dritt li tiddetta imma se jkollha tara li r-regolamenti li hemm taħt il-liġi jiġu segwiti.", "Sakemm jeżistu r-regolamenti l- awtorita' għandha l-poter li tesegwihom, kemm biex tipproteġi s-saħħa tal- ħaddiem kif ukoll biex tipproteġi s-saħħa ta' terzi persuni, pero' m'għandhiex tivvinta r-regolamenti hi.", "Jekk l-awtorita' jkun jidhrilha li hemm qasam partikolari li jistħoqqlu jiġi regolat b'regolamenti oħrajn, allura għandha mekkaniżmu fil-liġi ta' l-1994 fejn l-awtorita' tkun tista' tirrikkmanda regolamenti biex jiġu regolati oqsma partikolari.", "Huwa importanti li nerġa' nenfasizza li l-awtorita' m'għandhiex carte blanche imma trid topera fil-framework tal-liġi u fil-framework tar-regolamenti.", "Allura t-tweġiba għall-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Chircop hija li l- awtorita' trid timxi skond il-liġi u tinforza r-regolamenti li jeżistu.", "Aħna qed nipprovaw nenfasizzaw il-messaġġ u ngħallmu lin-nies biex jekk jista' jkun ma jkollniex għalfejn ninforzaw, pero' bilfors se jkollna ninforzaw ir-regolamenti għal min ma jridx jitgħallem.", "Imbagħad jekk ikun hemm qasam ieħor li l-awtorita' jkun jidhrilha li għandu jiġi regolat b'sett ta' regolamenti differenti, allura f'dak il-każ l-awtorita' għandha l-funzjoni u l-mekkaniżmu dwar kif tista' tagħmel dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, minkejja li hemm sett ta' regolamenti fl-industrija tal-kostruzzjoni, ħafna drabi dawn ma jiġux osservati u għalhekk ikollna l-inċidenti.", "Pero' mbagħad l-awtorita' kemm se jkollha possibilita' li tiżgura li r-regolamenti jkunu qegħdin jiġu osservati?", "L- awtorita' se jkollha personnel u spetturi biżżejjed biex tenforza dawn ir-regolamenti?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naturalment ikun inutli li ngħaddu regolamenti u liġijiet jekk imbagħad l-awtorita' li qed nagħtuha din ir-responsabbilta' ma jkollhiex l-għodda, r-riżorsi umani u l-expertise biex topera.", "Il- parir li rċevejna mingħand l-espert ta' l-ILO huwa li jekk nieħdu benchmark insibu li f'pajjiżi oħrajn trid inspector għal kull 7,000 ruħ.", "Dan ifisser li f'pajjiżna għandna bżonn bejn wieħed u ieħor xi 53 spettur.", "Issa jekk m'inix sejjer żball sal-lum għandna xi 15-il inspector u allura dak ifisser mill-ewwel li għandna bżonn inżidu l-complement.", "Jekk wieħed jara d-dettalji li tajna, anke fl-NPAA, għal dak li għandu x'jaqsam mar- riżorsi umani li jkollna bżonn meta titwaqqaf l-awtorita', mill-ewwel jinduna li bejn wieħed u ieħor in-numru hemm qiegħed u qegħdin naħsbu anke għall-fondi li jiġu vvotati għas-sena finanzjarja tas-sena d-dieħla, li jawtorizzaw lill-awtorita' timpjega dawn in-nies magħha.", "Wieħed irid jifhem li l-awtorita' se jkollha bżonn expertise u konsulenzi f'oqsma speċjalizzati ħafna, għaliex aħna nitkellmu fuq bini, kostruzzjoni u salvagwardi li huma ovvji għalina pero' mbagħad meta tidħol f'aspetti tekniċi tkun trid l-esperti tekniċi u anke konsulenzi.", "Hemmhekk l- awtorita' se jkollha l-fakulta', b'ċerta flessibilita', li mat-team ta' l-ispetturi tkun tista' tixtri s-servizz ta' konsulenzi ħalli tkun tista' tagħmel xogħolha sew.", "Se jkollha bżonn ninforzaw għax pajjiżna nafuh kollha kemm aħna u l-inforzar jagħtik il-lezzjoni pero' nixtiequ li ma ninforzawx.", "Pero' huwa importanti - din qed ngħidha for the record għall- membri li eventwalment se jkunu risponsabbli mill-awtorita' - li nedukaw u ninformaw lill-poplu tagħna ħalli din il-bidla jkun jista' jagħmilha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, issa nixtieq nagħmel riferenza għall- kwestjoni ta' risk assessment.", "Jien naqbel mal-ministru meta qal li hu jixtieq li qed ngħixu f'Utopia fejn lanqas ikollok għalfejn tagħmel liġijiet, pero' l-ewwel ftit subsections ta' klawsola 6 jittrattaw il- kwestjoni tar-riskju.", "Minkejja dan naħseb li f'dan l-abbozz ta' liġi hemm ċertu nuqqas, fis-sens illi r-riskju għadu mhux ben definit sew.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-ministru: Jaħseb li għandna niddefinixxu x'inhu riskju?", "Għandna nużaw ċerti benchmarks jew thresholds differenti għall- industriji?", "Qed ngħid dan għax jekk se nħallu dawn il-blanket statements li hawn hawnhekk, naħseb li se jkollna loophole kbira u ma rridux ninsew li f'din il-klawsola qed nitfgħu r-responsabbilta' aħħarija fuq l- employers.", "Per eżempju, subklawsola (2) hija a blanket statement li kważi kważi l-employer jista' jaħrablek minnha kif ġieb u laħaq.", "Dik hija l- impressjoni li għandi.", "Aħna qegħdin nagħmlu dan l-eżerċizzju biex naraw nistgħux intejbu l-liġi, pero' nixtieq ir-reazzjoni tal-Viċi Prim Ministru fuq dan li għadni kif għedt.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, ma naqbilx li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq affarijiet li huma duħħan, anzi fl-opinjoni tiegħi din il-klawsola hija importanti ħafna għax titfa' obbligu ġdid fuq l-employers.", "Skond din il- klawsola mhuwiex biżżejjed li l-employer isegwi l-liġijiet u jagħmel is- signs ma' kullimkien skond sett ta' regolamenti, imma huwa importanti wkoll li dan jagħmel evalwazzjoni tar-riskju li l-ħaddiema jew inkella terzi persuni jkunu qed jiffaċċjaw minħabba xogħol li jkun qed isir.", "Is- sustanza ta' subklawsola (2) ta' klawsola 6 hija l-prevention policy għax l- iskop tagħna huwa li in the first place nevitaw l-inċident.", "Fil-fatt hemm żewġ modi kif tħares lejn dan il-qasam għax jew tagħmel regolament li jekk tiksru teħel il-pieni - pero' sadanittant l-inċident ikun ġara - jew inkella tħaddan politika ta' prevenzjoni biex tevita l-perikli.", "Issa aħna qed ngħidu li l-employer għandu jara x'hemm bżonn isir biex jiġi evitat riskju, jidentifika l-perikli assoċjati max-xogħol, jagħmel evalwazzjoni tar-riskji li ma jistgħux jiġu evitati - għandek postijiet tax- xogħol fejn ir-riskji ma tistax tevitahom, bħat-tarzna - jara li jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jirriduċi dawk ir-riskji kemm jista' jkun, jara li tingħata prijorita' lill-miżuri kollettivi ta' protezzjoni fuq miżuri ta' protezzjoni individwali, jara li jiġi adattat ix-xogħol għall-ħaddiem, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- iddisinnjar ta' postijiet tax-xogħol, l-għażla ta' tagħmir tax-xogħol u l- għażla ta' metodi ta' produzzjoni u ta' xogħol, jadatta ruħu għall-progress tekniku fl-interess tas- saħħa u tas-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u jara li tiġi żviluppata policy ta' prevenzjoni globali u loġika li tkopri t- teknoloġija, l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-relazzjonijiet soċjali u l-influwenza ta' fatturi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent tal-post tax-xogħol.", "Dan ifisser li permezz ta' din il- klawsola qed nitfgħu l-obbligu fuq l-employers biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jevitaw l-inċidenti.", "Punt ieħor li għamel l-Onor.", "Chircop kien li għandna nagħmlu definizzjoni ta' '''riskju'', pero' jien nista' ngħid li dan huwa impossibbli.", "Kieku nista' nagħmel definizzjoni ta' '''riskju'' li nkun komdu biha ngħidlek nagħmluha, pero' x'inhu riskju u kif tiddefinih?", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħid li anke fl-istess post tax-xogħol għandek ħafna varjazzjoni ta' riskji li jiddependu fuq ix-xogħol ta' l-individwu.", "Per eżempju, mod għandek cleaner li qed tnaddaf il-ħġieġ u mod għandek mastrudaxxa fl-istess post li qed juża torn jew electrician li qed ibagħbas fl-elettriku.", "Pero' mbagħad japplika s-sens komun, tapplika t-teknoloġija u x-xjenza u japplika dak li huwa ovvju wkoll, għax lanqas trid tkun xi professur biex tistabilixxi li fuq ċertu xogħol hemm periklu għas-saħħa u għas-sigurta' ta' l-individwu.", "Jien ngħid li fil-maġġoranza tal-każi tista' tidentifikah ir-riskju, pero' hemm każi fejn ir-riskju jkun moħbi għax, per eżempju, jkun hemm kimika li ma tindunax biha jew ikun qed isir xi xogħol fi spazji magħluqa.", "Hemmhekk imbagħad għandek expertise u metodi oħrajn ta' kif tista' tikkontrolla r-riskju, pero' nassigura lill-Onor.", "Chircop li d-definizzjoni ta' riskju hija diffiċli ħafna li ssir.", "Dan bħall-punt li konna qed nagħmlu dalgħodu fuq id-definizzjoni ta' \"suffiċjenti\".", "X'inhu suffiċjenti?", "Illum jista' jkun suffiċjenti mod u l-ġimgħa d-dieħla jista' jkun uffiċjenti jkun mod ieħor.", "Hawnhekk jidħlu variables enormi u ċerti affarijiet ma jkunux jistgħu jsiru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Dwar subklawsola (2) naqbel kemm ma' sieħbi l-Onor.", "Karl Chircop kif ukoll mal-Viċi Prim Ministru għax id-diffikulta' hija kif dawn l-affarijiet se jiġu osservati.", "Pero' jien nixtieq nistaqsi għalfejn f'subklawsola (2) ta' klawsola 6, fejn għandna \"min iħaddem biex jevita d- dannu fiżiku u psikoloġiku\", qed titħalla barra l-kelma \"soċjali\" meta aktar 'il fuq fi klawsola 4 qed tiġi mdaħħla.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, klawsola 4 stabiliet il-prinċipju in ġenerali għall-awtorita' u għidna li:", "''L-awtorita' stabilita bis-saħħa ta' dan l-Att tkun responsabbli li tiżgura li jinġieb 'il quddiem il-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema kollha fil-postijiet kollha tax-xogħol.''.", "Aħna tfajna dan il-piż fuq l-awtorita' u għidnielha li għandha tħares lejn il-ħaddiema b'mod sħiħ għax il-persuna umana m'hijiex biss il-persuna li tiekol il-ħobża ta' kuljum u li tirċevi ċ-ċekk tal-paga fl-aħħar tax-xahar.", "Il-persuna umana trid tiżviluppa l-kapaċitajiet individwali tagħha u allura għandek tħarriġha, tagħtiha aktar għodda f'idejha u tagħtiha karriera.", "Dan huwa tajjeb u allura lill-awtorita' rridu ngħidulha biex ma jkollhiex għamad quddiem għajnejha bħaż-żwiemel, imma għandha tiftaħ orizzonti ġodda biex filwaqt li tiffoka fuq din il-biċċa xogħol li tajniha, iżżomm quddiem għajnejha li quddiemha għandha persuna.", "Dak kien fuq l-awtorita'.", "Pero' klawsola 6 titkellem fuq ir-responsabbiltajiet ta' min iħaddem u tiffoka fuq l-aspett fiżiku u fuq l-aspett psikoloġiku.", "Il-parti tal- protezzjoni mill-aspett soċjali ma ssibhiex hawnhekk għax ma ssib ebda liġi li tgħid li l-employer għandu d-dmir li jagħmel evalwazzjoni tar-riskju u identifikazzjoni ta' perikli assoċjati max-xogħol għal aspett soċjali.", "U apparti minn hekk din xi tfisser eżattament?", "Aħna nafu x'inhu periklu fiżiku u periklu psikoloġiku imma periklu soċjali eżattament x'inhu?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt il-problema hija x'nifhmu bil-kelma ''soċjali''.", "Jien naqbel ma' dak li qal il-Viċi Prim Ministru meta qal li l-kliem ''jiġi salvagwardat'' neħħejnih għax sta għall-employer u għall- ħaddiem innifsu li jara li dawn il-prinċipji li qed naqblu fuqhom jiġu osservati.", "Issa ħalli nsemmi eżempju biex nara jekk hux qed ninterpreta l-kelma ''soċjali'' tajjeb.", "Jekk għandek ħaddiem li għandu problema familjari, problema soċjali jew inkella problema psikoloġika li hija msemmija f'din is- subklawsola, sta wkoll għall-employer li jieħu interess għax jekk fuq il- post tax-xogħol ma jkunx hemm trankwillita' jista' jkun hemm min iweġġa' u naħseb li dawn il-każi ġraw.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, irridu nkunu ċari fil-ħsebijiet tagħna.", "Ovvjament jien ninkoraġġixxi u jkun tajjeb li l-employers jieħdu interess f'ċerti sitwazzjonijiet personali ta' l-individwu, pero' hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Ma nistgħux nippretendu li lill-employers inpoġġulhom fuq spallejhom ir- responsabbilta' li jkunu social workers.", "Dan ikun tajjeb u jien insellem lil dawk l-employers - naf ħafna minnhom - li jagħmlu ħilithom biex jaraw il-bżonnijiet personali tal-ħaddiema tagħhom, pero' ma nistax nagħmel dan l-obbligu f'liġi.", "Dan mhuwiex l-iskop ta' din il-liġi.", "L-iskop ta' din il-liġi huwa l-post tax-xogħol u t-tip tax-xogħol li jista' joħloq riskji u perikli għall-individwi.", "Id-dmir ta' l-employer huwa li jagħmel evalwazzjoni tar-riskji, li jieħu policy ta' prevention, li jgħallem lill- ħaddiema kif jevitaw dawk ir-riskji u li jagħtihom l-għodda biex jekk ikun hemm riskji inevitabbli, dawn innaqqsuhom, pero' ma nistax inpoġġi obbligi fuq l-employer li jara wkoll il-background soċjali ta' l- individwu.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Abela li min ikollu ċerti problemi soċjali aktar ikun suxxettibbli għal ċerti perikli li normalment kieku ma jkollux problemi ma jiffaċċjahomx.", "Pero' dik hija xi ħaġa kompletament differenti mill-iskop ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien naqbel ma' dan għax imbagħad ikun hemm min jabbuża wkoll.", "Pero' issa nixtieq nagħmel riferenza għal klawsola 4.", "L- awtorita' kif se tħares lejn il-qasam soċjali tal-ħaddiema?", "Jien qed nifhem li l-għodda huma l-ħaddiema u l-employers infushom biex tasal għall-prinċipji ta' l-awtorita'.", "Ma nafx jekk hux qed nispjega ruħi tajjeb imma nifhem id-diffikultajiet li hemm u nifhem ukoll li jista' jkun hemm abbuż.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-punt ta' l-Onor.", "Abela qed nifhmu pero' se nerġa' nenfasizza t-tweġiba li tajt l-ewwel.", "Klawsola 4 tistabilixxi l-prinċipju li jirregola l-awtorita' u mhux l-employer.", "Lill- awtorita' nixtequha żżomm viżjoni miftuħa quddiemha u allura din għandha tiffoka u tikkonċentra fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika u fuq is-sigurta' tal-ħaddiema tagħna, pero' jkun tajjeb jekk bħala prinċipju l-awtorita' tara li l-kondizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema tagħna jimxu 'l quddiem.", "Issa anke jien qed inħabbel rasi biex inġib eżempju li jkun jista' jinftiehem.", "Naħseb li eżempju li jista' jersaq viċin miżura li hija relatata mas- saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huma r-regolamenti - din hija waħda mid-direttivi ewlenin ta' l-Unjoni Ewropea - li jistabilixxu massimu ta' sigħat li bniedem jista' jaħdem matul il-ġimgħa.", "Finalment dawn ir- regolamenti jipproteġu saħħet il-ħaddiem ukoll għax wara kollox jekk tagħmel tliet jobs fl-istess ġurnata tista' tipperikola ħajtek ukoll.", "Issa jien nixtieq immur pass iktar 'il quddiem", "Meta l-awtorita' qed twettaq bidla importanti fil-qasam tas-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol f'pajjiżna, awtomatikament qed tagħmel bidla soċjali kbira, jiġifieri l-oqsma ma tistax taqsamhom minn xulxin.", "Fi kliem ieħor din mhijiex miżura medika.", "Jiena nista' nieħu ħsieb is- saħħa ta' l-individwu billi ngħid li kull ġimgħa se nibda nibgħat tabib biex jiċċekkjak.", "Kif għedt, is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol m'hijiex xi ħaġa medika imma hija xi ħaġa marbuta mal-kondizzjoni tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna u allura bħala prinċipju jiena m'għandi l- ebda diffikulta' biex nifhem li filwaqt li l-awtorita' qed tmexxi 'l quddiem dawn il-bidliet fis-saħħa u s-sigurta' f'pajjiżna, din tinforza bl- inspectors, tara li kulħadd qed isegwi r-regolamenti, twaħħal il-pieni lil min ma jridx jisma', teduka u tħeġġeġ it-taħriġ.", "Dawn kollha flimkien ifissru rivoluzzjoni soċjali f'pajjiżna.", "Aħna nafu x'qed ngħidu u jien nibqa' ngħid li għandna noqogħdu attenti biex ma mmorrux naħsbu li billi għamilna din il-liġi sibna s-soluzzjoni għal pajjiżna.", "Kulma qed nagħmlu hawnhekk huwa li qed nipprovaw nagħtu għodda lil pajjiżna biex din il-bidla nagħmluha.", "Fl-opinjoni tiegħi qed inkunu kuraġġużi pero' huwa importanti li dak li nirrikonoxxu nagħmluh. fl-opinjoni tiegħi, pero' mportanti li nirrikonoxxu u mportanti li nagħmluh.", "F'din il-klawsola qed nitkellmu fuq id-dmirijiet ta' l-employers u hawn imsemmi b'mod ċar illi l-employer għandu jadotta strateġija ta' prevenzjoni ta' riskji u prevenzjoni ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Kieku din kellha tiġri, iċ-ċifri ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol f'daqqa waħda jonqsu bin-nofs għaliex l-esperjenza turina li kwantita' kbira ta' inċidenti - ovvjament mhux kollha - setgħu jiġu evitati kieku dak li jkun ikun ħa ħsieb li jieħu l-miżuri neċessarji.", "Fi klawsola 6 qegħdin nittrattaw dan is-suġġett b'perspettiva kompletament differenti.", "Allura kien jagħmel sens li fi klawsola 4 jidħol il-kunċett soċjali, pero' ma jagħmilx sens li dan jidħol fi klawsola 6 fejn irridu nkunu speċifiċi u ngħidu x'inhuma r-responsabbiltajiet ta' l-employers.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien qed nifhem u naqbel ma' dak li qed jgħid il- Viċi Prim Ministru għax kif qal, fejn l-ambjent tax-xogħol jibqa' familjari, l-employers jieħdu ħsieb l-aspett soċjali wkoll.", "Pero' naħseb li tkun rivoluzzjoni oħra f'dan il-pajjiż li l-employers ma jispiċċawx iwarrbu kompletament l-obbligu soċjali.", "Għalhekk wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh ċerti aspetti soċjali u forsi aktar ma jgħaddi żmien l- awtorita' wkoll ikollha ċans li ċerti problemi ma ssolvihomx permezz tal- liġi imma ssolvihom permezz tas-sens komun.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jien se nerġa' niġi għall-kwestjoni tar-riskji u nista' ngħid li naqbel mal-Viċi Prim Ministru meta qal li qatt ma tista' tagħmel definizzjoni tajba għal \"riskju\".", "Pero' dak ma kienx il-punt li xtaqt inwassal lin-naħa l-oħra.", "Mr Chairman, paragrafu (ċ) ta' subartiklu (2) ta' klawsola 6 jittratta l- evalwazzjoni ta' dawk ir-riskji li ma jistgħux jiġu evitati.", "Dan ifisser li kull tip ta' xogħol għandu ċerti riskji li ma jistgħux jiġu evitati.", "Issa l-Viċi Prim Ministru semma d-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, jidhirli l-Council Directive 93/104 li tistipula li bl-overtime b'kollox, ħaddiem fi ħdan il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea ma jistax jaħdem iktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa.", "Issa jien nistaqsi lit-tobba kollha li hawn preżenti - qed nara lill-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, l-Onor.", "Adrian Vassallo, Dr. Mark Gauci - kemm jieħdu biex jaħdmu 48 siegħa.", "Jien naħseb li jekk nipprovaw ngħoddu nsibu li dawn nagħmluhom fi tlett ijiem jew erbgħa.", "Allura dan ifisser li t-tobba se jkunu jistgħu jaħdmu tlieta jew erbat ijiem fil-ġimgħa u daqshekk u mbagħad ma jibqgħux disponibbli biex ifejqu l-morda?", "Jien naħseb li bl-għajnuna ta' nies esperti f'dan il-qasam - hawnhekk mhux qed nirriferi għalina t-tobba u lanqas għall-avukati u għall- periti, bir-rispett kollu lejhom, għax dawn mhumiex speċjalizzati fil- qasam ta' risk assessment - l-awtorita' trid taħdem id-f'id ma' nies li huma speċjalizzati fil-qasam ta' l-insurance.", "Qed ngħid dan għaliex, kif diġa' għedt, kull tip ta' xogħol li jeżisti taħt il-kappa tax-xemx għandu riskji partikolari li ma jistgħux jiġu evitati.", "Jien naħseb li huwa importanti li jkollna regolamenti uffiċjali li jgħidu liema huma the minimum requirements li jridu jiġu aċċettati għax inkella se nkunu qed nikkreaw loophole oħra li fl-aħħar mill-aħħar tkun qed taħdem kontra l- interessi ta' l-impjegati.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Chairman, jien nixtieq nerġa' nqajjem il-punt fuq l-aspett soċjali għax intqal li huwa diffiċli li tagħti eżempju.", "Jien nista' ngħid li llum hawn ħafna single parents li għandhom problemi fil-familja li ma jistgħux jaħdmu l-overtime, ma jistgħux jaħdmu l- weekends u lanqas jistgħu jaħdmu bix-shift għax f'ċertu ħin iridu jkunu d- dar.", "Issa jien mhux qed ngħid li l-employer irid isib ħin għal kulħadd, pero' għandek ċerti sitwazzjonijiet fejn l-employer ikun jista' jakkomoda lil dak li jkun pero' dan ma jkunx irid.", "Per eżempju, jien naf b'każ ta' wieħed li għandu tifla handicapped u mara marida li qed jitlob biex jaħdem matul il-ġurnata u mhux bil-lejl pero' ma jriduhx.", "Issa dan il-bniedem, li jaf li se jitlef il-flus jekk jaħdem matul il-ġurnata, qed jagħmel din it-talba għax bil-lejl ma jsibx min joqgħodlu mal-membri tal-familja, pero' minkejja dan kollu ma jridux iħaddmuh by day.", "Allura ma jistax ikun hemm xi ħadd li jara dawn il-każi ġenwini?", "Fejn irid jirrikorri dan l-impjegat?", "M'għandux ikun hemm xi mekkaniżmu fil-liġi li jagħtih ċerta protezzjoni?", "Konsegwenza ta' dan kollu, dan il-bniedem qed ikollu problemi psikoloġiċi għax ja li jistgħu jirranġawlu u ma jridu.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, din hija liġi li tirregola s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u tittratta l-perikli għall-individwi li jaħdmu hemmhekk u għal terzi persuni li jistgħu jintlaqtu riżultat tax- xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Mhijiex il-funzjoni ta' din l-awtorita' li qed inwaqqfu li tidħol f'aspetti oħrajn li jistgħu jiġu ttrattati mod ieħor.", "Jien il-punt li qed isemmi l-Onor.", "Vassallo nirrikonoxxih u jeżistu każi bħal dawn li rridu niddiskutuhom u naraw x'soluzzjonijiet jista' jkun hemm.", "Din tkun diskussjoni li tagħmel ħafna sens meta niġu biex nittrattaw l-emendi fil-Conditions of Employment Regulation Act.", "Naħseb li hemmhekk jistgħu jidħlu ideat innovattivi, għalkemm irridu noqogħdu attenti li ma npoġġux mażżri ma' saqajn l-employers tagħna b'sens tajjeb ħafna jew li niftħu bibien kbar ta' abbużi.", "Irridu nużaw ftit l- immaġinazzjoni tagħna u nifhmu li min iħaddem f'pajjiżna qed jaqdi funzjoni kruċjali.", "Dan irridu nirrikonoxxuh.", "Aħna mhux qegħdin hawnhekk biex inżommu lill-employers milli jiżviluppaw u jimxu 'l quddiem, imma wieħed mill-punti l-iktar importanti li ħarġu fl-istadju tat-tieni qari ta' dan l- abbozz ta' liġi kien li titjib fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta' jista' jkabbar ir-reputazzjoni ta' l-employer, sija lokalment u sija barra minn Malta u dan huwa importanti ħafna.", "Imma l-punt speċifiku tal-problemi soċjali, problemi personali jew problemi familjari li jista' jkollu individwu m'huwiex fl-ambitu ta' din il- liġi.", "Dwar dawn il-problemi rridu nsibu soluzzjonijiet mod ieħor, soluzzjonijiet intelliġenti u addattati għaż-żmenijiet tal-lum.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-perikli li jinħolqu fil-postijiet tax-xogħol u jekk ma nżommux dan il-focus inkunu qed niftħu fuq oqsma oħrajn li m'għandhomx jiġu rregolati minn din il-liġi imma għandhom jiġu rregolati minn liġijiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, din il-klawsola hija interessanti ħafna għax titkellem fuq id-dmirijiet ta' min iħaddem.", "Per eżempju, f'subklawsola (2) ta' din hemm lista sħiħa ta' l-obbligi li qed titlob din il-liġi.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din: L-employer kemm se jkollu ċans biex jagħmel dawn it-tibdiliet li hemm bżonn isiru ħalli jkun assigurat li l- ħaddiem ma jkunx qed jaħdem f'periklu?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hemmx xi ħsieb li tingħata xi għajnuna finanzjarja jew xi forma ta' sussidju biex ikun jista' jsir dan it-tibdil.", "Jekk nieħdu ħanut, nafu li biex dan ikun safe irid ikollu fire extinguisher u xi bieb jew emergency exit biex f'każ ta' accident wieħed ikollu minn fejn joħroġ.", "Jekk nieħdu fabbrika, wieħed irid jara li jkollha lbies protettiv, bħal boots eċċ. Jien ma nafx jekk l-employer jafx għalxiex inhu dieħel.", "Per eżempju, employer li jkollu fabbrika kbira u li jrid jagħmel ħafna tibdiliet se jkollu ħafna spejjeż, pero' ma tistax tgħidlu - bħalma qalu ċerti deputati fid-dibattitu fuq dan l-abbozz ta' liġi – li jekk mhuwiex kompetenti għandu jagħlaq.", "X'jiġifieri!", "Fl-opinjoni tiegħi, min għandu ħanut, azjenda jew fabbrika jrid jingħata ċ-ċans biex ikun jaf x'obbligi se jkollu, x'irid jirranġa u f'kemm żmien irid jagħmel dan.", "Ma nistgħux nipprovaw nagħmlu ċerti affarijiet mingħajr ma nqisu l-but ta' dawk li se jiġu milquta għax hawnhekk qed nitkellmu fuq nies li jagħmlu ħafna sagrifiċċji biex ikunu jistgħu jħaddmu n-nies u jiġġeneraw il- produzzjoni f'Malta.", "Għalhekk wieħed irid iqis il-bżonnijiet ta' dawn in- nies ukoll u nixtieq li l-ministru jweġibni fuq dawn il-punti.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, il-gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jiffinanzja lil min huwa obbligat li jevita r-riskji għaliex il-gvern jirraġuna li dan huwa obbligu naturali.", "Ma jistax ikun li xi ħadd jittraskura l-obbligi tiegħu u minħabba f'hekk jipperikola l-ħajja tan-nies.", "Fl-opinjoni tagħna l-ħajja tan-nies għandha valur li ma tistax tagħmlilha stima u għaldaqstant jidhrilna li l-employers u l-ħaddiema għandhom id-dmir sagrosant - kważi ngħid li lanqas għandna għalfejn nagħmlu liġi - biex jagħmlu ħilithom ħalli jevitaw il-perikli.", "Jiena ma nħossnix li nista' ngħin finanzjarjament lill-employers biex jagħmlu evalwazzjoni tar-riskji, biex jgħallmu lill-ħaddiema u jinformawhom dwar dawk ir-riskji u biex jikkontrollawhom u jnaqqsuhom.", "Jiena ma nħossx li għandi niffinanzja lill-employers biex ikollhom policy ta' prevenzjoni.", "U biex inkun fair naħseb li lanqas l-employers ma jitolbuha din.", "Fil-fatt fid-diskussjonijiet li kellna fil-livell tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku sibna li l-employers jirrealizzaw li f'ċerti affarijiet - mhux dawn li hawn imsemmijin f'dan l-artiklu imma ċerti affarijiet oħrajn - jista' jkun hemm piż finanzjarju.", "Jekk dawn, per eżempju, għandhom equipment illi m'għandux safety features u qed jipperikola lill-ħaddiema, l-employers jifhmu li dak ir- riskju ma jistgħux jerfgħuh.", "U kieku din il-liġi ma ngħadduhiex, l- employer jaf li jekk huwa jkun traskurat fl-affarijiet tiegħu u ma jipproteġix l-affarijiet jew ma jagħmilx l-affarijiet sew, huwa responsabbli għan-negliġenza u jeħel eluf kbar ta' liri f'danni.", "Fl- opinjoni tiegħi, illum il-qrati tagħna għamlu pass 'il quddiem f'dan il- każ fejn qed jiġu likwidati danni kbar.", "Allura l-employers jirraġunaw - u jien naqbel perfettament - li investiment, kultant ċkejken, jista' jevitalhom il-periklu li jiffaċċjaw claims kbar ta' danni minn ħaddiema li jkunu sofrew inċidenti.", "Dan biex ma nsemmix is-sofferenzi li jgħaddu minnhom dawk il-ħaddiema li jkunu weġġgħu.", "Naħseb li kull employer b'kuxjenza jixtieq li jevita sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Mr Chairman, jien ilni niddiskuti dan is-suġġett fil-livell tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku fejn hemm l-imsieħba soċjali u r- rappreżentanti ta' min iħaddem f'pajjiżna prattikament minn xahrejn wara li sirt ministru.", "L-abbozz ta' liġi bgħattu wkoll għad-diskussjoni fi ħdan il- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u ġie eżaminat mill-assoċjazzjoni ta' min iħaddem f'pajjiżna flimkien mal-korpi kostitwiti l-oħra u ġie ppubblikat fil-11 ta' April ta' din is-sena.", "Għalhekk naħseb li sentejn huma aktar minn biżżejjed, anzi ngħid too much għall-employers, jiġifieri ma nafx x'ridt nagħmel iżjed biex dak li jkun jesprimi l-opinjoni tiegħu, u jagħmel is-suġġerimenti.", "Jien ma nafx kif forsi hawn min qed jgħid li ma kienx jaf, imma apparti minn hekk, l-artikli jistgħu jiġu fis-seħħ f'dati differenti, pero' l- bidu nett ta' din il-liġi tippermettielna li nġibu dan l-Att kollu jew biċċiet minnu fis-seħħ.", "Jien mhux beħsiebni noqgħod nilgħab bil-bżallu imma beħsiebni nġib din il-liġi in vigore malajr kemm jista' jkun.", "Fl- opinjoni tiegħi m'hemmx għalfejn noqogħdu ninkwetaw jew nibżgħu għax dan huwa pass importanti għal pajjiżna.", "Naħseb li dan jirrifletti l-opinjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra għax jirrifletti wkoll dikjarazzjonijiet li saru anke fit-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Aħna rridu li din l- awtorita' tibda tiffunzjona malajr kemm jista' jkun u ninsab konvint li din hija l-opinjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra, għalkemm jien fhimt l-intervent ta' l-Onor.", "Law f'dan is-sens.", "Irridu npoġġu kollox fuq il-miżien ħalli ma nitfgħux piżijiet fuq min ma jkunx jiflaħ għalihom.", "Dan il-punt għamilnih diġa' pero' rridu nkunu b'saqajna ma' l-art, jiġifieri l-bidliet kuraġġużi għandna nagħmluhom ukoll mingħajr ma noqogħdu nibżgħu għax wara kollox fin-nofs għandna l-ħajja ta' l-individwi.", "Mingħajr ma nwassal il-messaġġ li b'din il-liġi f'daqqa waħda neħħejna l- perikli kollha, nista' ngħid li din hija liġi li qed tagħti għodda li tista' tgħinna naslu għal titjib f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, effettivament il-Viċi Prim Ministru ma rrispondinix pero' ħalli nerġa' nispjega ruħi aħjar.", "Paragrafu (ċ) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 6 jitkellem fuq l-evalwazzjoni ta' dawk ir- riskji li ma jistgħux jiġu evitati.", "Issa l-evalwazzjoni kif se ssir u meta se ssir?", "Min se jkun responsabbli għaliha?", "Din se titfa' l-onus fuq l- employer biex jevalwa dawn ir-riskji x'inhuma u allura mbagħad ikun hemm standardization ta' dawn ir-riskji għal kull industrija partikolari?", "Jista' wieħed forsi jaħdem id f'id ma' l-insurances?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Chircop għandu raġun għax bi żvista ma rreaġixxejtx għall-punt li għamel qabel.", "Iva, jien naqbel perfettament ma' dak li qal għax naħseb li l-awtorita' trid taħdem id f'id mal-qasam ta' l-insurance ħalli tara daqsxejn dan il-partnership kif jista' jiżviluppa.", "Fl-opinjoni tiegħi, din m'hijiex ħaġa li għandha tidħol fil-liġi, pero' jekk wieħed jara l-funzjonijiet in ġenerali ta' l-awtorita' jsib li din hija inizjattiva li l-awtorita hi libera li tieħu u għandna nieħdu l- okkażjoni biex ninkoraġġuha teħodha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, jien nixtieq li l-ministru u l-gvern jifhmu l-problemi li se jinqalgħu għall-employers la tiġi in vigore din il-liġi għax il-gvern qed jimponilhom biex jirranġaw ċerti affarijiet u allura dawn se jkollhom jagħmlu ħafna spejjeż.", "Issa jien ma rridx ninstema' li jien ma naqbilx ma' din il-liġi.", "Jien nixtieq li jekk jista' jkun ma jweġġa' ħadd fuq il-post tax-xogħol għaliex il-ħaddiema jkunu qed jaħdmu f'ambjent safe.", "Per eżempju, il-ministru qal li din il-liġi jrid jgħaddiha bilfors għax ma jaċċettax li jweġġa' xi ħadd.", "Skużi, min qed jaċċetta li xi ħadd iweġġa'!", "Jien naħseb li l-ministru aħjar idur daqsxejn mal-ħwienet u jara kemm dawn qegħdin ibigħu għax isib li dawn bilkemm qed jaqilgħu l-qligħ tal-ġurnata!", "THE CHAIRMAN: Onor. Rita Law, jekk jista' jkun żomm mal-klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, jien hekk qed nagħmel u jekk hemm xi ħadd li forsi mhux qed jaqbel miegħi, jieħu ftit paċenzja għax aħna nieħdu ħafna paċenzja nisimgħu.", "Mr Chairman, meta ċerti sidien tal-ħwienet jgħidulek li bilkemm jaqilgħu l-qligħ tal-ġurnata għax lanqas ikollhom nies, kif jistgħu jagħmlu t-tibdil meħtieġ li hemm bżonn isir?", "Issa jien ma nafx jekk hawnx xi parti oħra f'dan l-abbozz ta' liġi li tgħid li jekk ma jsirx tibdil wieħed għandu jagħlaq.", "Dawn mhumiex affarijiet taċ-ċajt u jien nixtieq nerġa' nsostni dak li għedt il-ġimgħa l-oħra, fejn tajt lista ta' nuqqasijiet li jeżistu fid-dipartimenti tal-gvern.", "Dakinhar kont semmejt sa l-iċken ktieb li jista' jkollha ambulanza li jkun jista' jiggwida lil dak li jkun fejn għandu jmur.", "Mela filwaqt li l-gvern qiegħed kważi kważi jinforza din il- liġi, dan mhux qed jara n-nuqqasijiet li għandu fid-dipartimenti tiegħu.", "Per eżempju, fil-bidu ta' dan id-dibattitu l-Onor.", "Gonzi semma l- istatistika u qal kemm kien hemm ħaddiema li weġġgħu mid-dipartimenti tal- gvern u dan juri li l-gvern stess għandu n-nuqqasijiet.", "Allura għalfejn ma jirranġax id-dipartimenti tiegħu l-ewwel qabel ma jimponi lis-settur privat biex jirranġa l-affarijiet?", "Għalfejn qed jinjora kemm se jkollhom jonfqu l-employers?", "Dawn huma affarijiet importanti u ladarba jien qed nitkellem għan-nom ta' ħafna ħaddiema ma jkunx sew li ma nitkellimx biex nuri lill-gvern li din m'hijiex xi ħaġa faċli.", "Fl-aħħar mill-aħħar mill- kliem għall-fatti hemm baħar jikkombatti!", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, dan id-diskors m'huwiex fl-interess tal- ħaddiema.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, jien naqbel mal-Viċi Prim Ministru li għandna ngħaddu din il-liġi u li għandna nagħmlu minn kollox biex fejn tidħol saħħet il-ħaddiem inġibu l-affarijiet in order.", "Naqbel ukoll li rridu nkunu saqajna ma' l-art u qed nintervjeni proprju għax inħoss li għandna nkunu saqajna ma' l-art.", "Jien naħseb li l-intervent ta' l-Onor.", "Law wieħed irid iħares lejh fil-perspettiva ta' kemm aħna saqajna ma' l-art.", "Per eżempju, għandna ħafna small-time businesses - hawnhekk mhux qed nitkellem biss għall-ħwienet imma qed nitkellem ukoll għall- industrija - li lanqas basic awareness m'għandhom, aħseb u ara kemm se jagħmlu l-upgrading li hemm bżonn biex jiġu in line ma' din il-liġi!", "Din teżisti fid-dinja kollha tant li postijiet oħra ħafna akbar minna, bħall-Amerika, għandhom programmi għal tapposta ta' tkabbir ta' awareness indirizzati lejn l-employers mhux lejn il-ħaddiema.", "Issa ħalliha li programmi indirizzati lejn il-ħaddiema għandhom ukoll.", "Aħna lanqas għadna bdejn f'dawn l-affarijiet.", "Issa x'kien qed isir qabel huwa negliġibbli ħdejn dak li għandu bżonn isir issa biex verament kulħadd jiġi in line ma din il-liġi.", "Punt ieħor li rridu nikkonsidraw biex inkunu verament saqajna ma' l-art huwa li l-SMEs m'humiex f'qagħda li jirranġaw l-affarijiet mil-lum għal għada biex jiġu in line ma' din il-liġi.", "Issa jien mhux qed ngħid lill- gvern biex joħroġ il-cash handouts ħalli kulħadd jiġi in line imma qed ngħid li għandna nikkonsidraw li jkollna skemi ta' self.", "Jien lanqas mhu qed ngħid li għandu jidħol il-gvern direttament.", "Fil-fatt meta konna fl- istadju tat-Tieni Qari għamilt suġġeriment prattiku dwaru.", "Per eżempju, l-IPSE suppost qegħda hemmhekk biex tagħti l-imbottatura partikolarment lill-SMEs bil-għan li jirristrutturaw ħalli l-ekonomija tagħna tkun waħda kompetittiva.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-liġi hija parti minn restructuring ekonomiku u soċjali fil-qasam tax-xogħol, jiġifieri għalija din taqa' kważi kważi fil-mission statement ta' l-IPSE.", "L-IPSE tista' tara - naturalment anke b'kordinament ma' l-awtorita' li permezz ta' dan l- abbozz qed ngħidu li għandha titwaqqaf - li joħorġu skemi ta' self jew whatever - wieħed irid iħaddem rasu x'jista' jsir - biex l-SMEs jagħmlu l- upgrading li hemm bżonn isir.", "Jien qed insemmi l-SMEs għax dawk l-industriji l-kbar, partikolarment dawk li huma export-oriented, diġa' għandhom health and safety regulations.", "Ħafna minnhom dawn qatt ma jistennew lil xi gvern biex jgħidilhom x'għandhom jagħmlu biex jirristrutturaw għax minħabba li huma export- oriented dawn ikunu jridu jżommu n-negozju tagħhom għaddej.", "Ir- ristrutturar tagħhom dawn huwa an ongoing process u l-politika tal-health and safety hija wkoll parti minn dan il-proċess.", "Issa jien mhux qed ngħid li m'għandniex nagħtu kas x'qed jagħmlu dawn l-industriji pero' dawn għandhom saħħa finanzjarja ħafna akbar u anke jekk m'humiex in line ma' din il-liġi dawn xorta jifilħu jagħmlu ċertu tibdil.", "Pero' jekk se nippretendu li l-industriji ż-żgħar se nġibuhom konformi ma' din il-liġi mil-lum għal għada, jiddispjaċini ngħid li m'aħniex qed inkunu saqajna ma' l-art.", "Issa jien se nerġa' nirrepeti li aħna favur li din il-liġi tidħol in vigore mill-ewwel u dwar dan ma kellniex dubju.", "Fil-fatt dan kulħadd seta' jarah mill-istadju tat-Tieni Qari.", "Fuq dan il-prinċipju m'għandna diverġenza ta' xejn imma min-naħa l-oħra nkunu qegħdin nagħlqu għajnejna għal affarijiet mill-aktar fondamentali jekk irridu verament inħaddmu din il- liġi fil-prattika.", "Issa ejja ngħidu li għada dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi mill-istadji kollha u xahar ieħor titwaqqaf din l-awtorita'.", "Se nkunu nistgħu ngħidu li din l-awtorita' se tieħu over mill-ewwel biex tibda tara kull industrija li għandna hijiex konformi ma' din il-liġi?", "Li nista' ngħid huwa li f'Malta lanqas għandna biżżejjed personnel imħarreġ għal dawn l-affarijiet minkejja li grazzi għall-gvern Laburista preċedenti nfetaħ id-diploma course ġo l- universita'.", "Issa almenu għandna ftit iktar spetturi, pero' xorta waħda m'għandniex biżżejjed.", "Bl-ispetturi li hemm illum lanqas inlaħħqu mal- construction industry u ma' dak li qed jiġri fit-tarzna, aħseb u ara kemm se nippretendu li l-awtorita' tara li kulħadd ikun konformi ma' din il-liġi u min ma jkunx qed jimxi mar-regolamenti jittieħdu l-passi.", "Ilkoll kemm aħna nixtiequ li mil-lum għal għada kollox jaqa' f'postu u kemm jista' jkun inkunu għelibna r-riskji u l-hazards għall-ħaddiema tagħna fuq il-postijiet tax-xogħol imma dan huwa kollu wishful thinking.", "Nafu li biex dan iseħħ verament irridu nagħmlu proċess maħsub.", "Jekk l-employer mhuwiex f'qagħda li jagħmel l-upgrading meħtieġ x'inkunu qed nirriskjaw?", "Jew li jkun ħa d-dividends kollha fuq l-investiment li jkun għamel oriġinarjament u jagħlaq il-bibien għall-ħaddiema tiegħu jew inkella nkunu qegħdin nagħmlu t-toqob u jsiru l-abbużi.", "Imbagħad jekk jiġri xi ħaġa dan jaqlagħha bil-kbir għax hemm il-liġi tgħidlu li m'għandux jagħmel hekk.", "Imma Allaħares f'dawk il-postijiet tax-xogħol fejn m'hemmx politika tas- saħħa u s-sigurta' jiġru t-traġedji kuljum għax kieku Alla waħdu jaf fiex aħna!", "Jien kultant ngħid li Alla veru jħobbna u qisu m'hawnx ħliefna fid-dinja biex ċerti affarijiet ma jiġrux ta' spiss f'dan il-pajjiż.", "Imma aħna ma nistgħux noqogħdu niddependu mill-ħniena tal-Mulej għax il-Malti jgħid li għandek tgħin ruħek biex Alla jgħinek.", "Għalhekk jien qed nappella lin-naħa tal-gvern biex tieħu in konsiderazzjoni dan li qed ngħidu.", "Dak li qed ngħidu mhux qed ngħiduh b'kapriċċ u mhux qed ngħiduh biex nieħdu xi opportunita' partiġġjana imma qed ngħiduh għax bħall-gvern nemmnu mija fil- mija fil-prinċipji ta' din il-liġi, bħall-gvern nixtiequ li mil-lum għal għada r-riskji għall-ħaddiema tagħna jonqsu bl-aktar mod drastiku minn fuq il-post tax-xogħol u bħall-gvern - din aħna qed narawha b'mod prattiku - irridu nkunu saqajna ma' l-art biex għal min ma jiflaħx jagħmel il-bidla mil-lum għal għada jkun hemm tip ta' skemi.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nirrepeti li aħna mhux qed nippretendu l-gvern jagħti cash handouts imma għandu jkun hemm skemi ta' self biex dak li jkun jagħmel xi tip ta' upgrading.", "Imbagħad ladarba post tax-xogħol ikun ġie upgraded - sadanittant għandhom isiru kampanji ta' tkabbir ta' awareness indirizzati partikolarment lejn min iħaddem - nippretendi li tant tkun kibret l-awareness li min jiddeċiedi li jkollu industrija, irid jinvesti wkoll f'miżuri li għandu bżonn biex iħaddem politika serja ta' saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, paragrafu (b) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 6 jittratta l-identifikazzjoni ta' perikli assoċjati max- xogħol.", "Allura jien nixtieq nistaqsi: Se jkun hemm terminu ta' ''X'' months jew ''X'' days biex dan isir f'kull post tax-xogħol, jew inkella sta għall-employer li jiddeċiedi hu kemm idum biex jagħmel din l- identifikazzjoni?", "Qed ngħid dan għax kif qalu sħabi aħna naqblu mal-miżuri ta' din il-liġi, pero' d-diffikulta' qegħda fl-implimentazzjoni tagħhom.", "Issa hemm uħud mill-miżuri li ma jinvolvux spejjeż kbar u allura d- diffikulta' hemmhekk hija inqas.", "Per eżempju, il-miżuri msemmijin f'paragrafi minn (a) sa (f) isiru b'xejn jew bi ftit flus pero' mbagħad hemm miżuri oħrajn, bħalma hemm imsemmijin f'paragrafi (g) u (h) li joħolqu diffikultajiet finanzjarji.", "Per eżempju, paragrafu (g) jgħid li għandu jiġi adattat ix-xogħol għall- ħaddiem.", "Dan ifisser li l-prattiċi tax-xogħol iridu jinbidlu biex jakkomodaw lill-ħaddiem?", "Issa f'din is-subklawsola hawn riferenza ċara għal xogħol fil-fabbriki, pero' l-ewwel irridu naraw jekk huwiex possibbli li jsir ċertu tibdil u jekk hemmx cost finanzjarju għax l-affarijiet mhux faċilment jinbidlu mil-lum għal għada aktar u aktar jekk ma jkunx hemm xi tip ta' għajnuna.", "Fil-fatt din hija waħda mid-diffikultajiet li jsemmu l- employers minkejja li jaqblu mal-prinċipju.", "Issa dak li qal il-Viċi Prim Ministru nifhmu għax ma jistax ikun li l- gvern jagħti cash handouts.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro għamlet suġġerimenti prattiċi fejn qalet li wieħed għandu jipprova jsib bilanċ bejn dawn is-sitwazzjonijiet.", "Jien naħseb li fil-bidu l-awtorita' se ssib xi diffikultajiet sakemm tissetilja u sakemm issib personnel pero' fl-aħħar mill-aħħar naħseb li għandu jkun hemm xi tip ta' target dates għal ċerti affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Chairman, milli qed nara f'paragrafi minn (a) sa (i) m'hemmx x'jiġri wara li jsir xi inċident u din tkellimt fuqha fit- tieni qari.", "Per eżempju, jekk ħaddiem ikun sar hold-up fuqu, dan għandu jiddaħħal mill-ewwel lura għax-xogħol jew għandha tkun ir-responsabbilta' ta' min iħaddem li jara li qabel dan jirritorna lura għax-xogħol isirlu assessment psikoloġiku?", "Jekk, per eżempju, ħaddiem ikun waqa' xi żewġ sulari u jkun weġġa' jew kellu ksur, dan ikun ippreparat psikoloġikalment u mentalment qabel jerġa' jirritorna x-xogħol mingħajr ma joħloq periklu għalih innifsu u għal ħaddieħor?", "Naħseb li min ikollu inċidenti simili għandu jsirlu assessment psikoloġiku qabel ma jirritorna għax-xogħol għax dawn ma jkunux daqshekk alert u ppreparati għax-xogħol.", "Għalhekk jien nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk min iħaddem għandux ikun responsabbli li jara li l-ħaddiem issirlu evalwazzjoni psikoloġika.", "Aktar 'il quddiem se niddiskutu d-dmirijiet ta' l-awtorita' u allura għandna naraw ukoll jekk għandhiex tkun hi li tara li jkun hemm assessment psikoloġiku u preparazzjoni mentali ta' l-individwu qabel ma dan jidħol lura għax-xogħol wara xi inċident.", "Per eżempju, fl-inċident taċ-Ċirkewwa kienu mietu tliet ħaddiema u wieħed baqa' ħaj.", "Issa dan żgur baqa' psikoloġikament u mentalment affettwat mill-mewt ta' sħabu u ħafna drabi ġieli jkun hemm ċerta guilt complex fl-individwu għax iħoss li hu seta' jagħmel xi ħaġa u m'għamilhiex.", "Jien qed nagħti eżempju u mhux qed ngħid li ġara hekk.", "Issa dan l- individwu kemm kien mentalment u psikoloġikament ippreparat - ma nafx jekk fil-fatt irritornax - li jirritorna għax-xogħol?", "U jekk irritorna għax- xogħol, kien mentalment ippreparat biex la jkun ta' periklu għalih u lanqas ta' periklu għal ħaddieħor?", "Il-ministru jħoss li hawnhekk tidħol xi addenda jew inkella jekk għandniex nikkonsidrawha bħala parti mir- reponsabbiltajiet ta' l-awtorita'?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, il-punt ta' l-Onor.", "Farrugia ma jaqax taħt il-mansjoni ta' din il-liġi.", "Il-fatt illi persuna, għal xi raġuni jew oħra, tkun mardet u mbagħad irid jiġi stabilit jekk għandhiex tidħol lura għax-xogħol jew le, huwa regolat minn liġijiet oħrajn.", "Din il-liġi tirregola l-perikli tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol b'riżultat tax-xogħol u mhux għax l-individwu jista' jkun qed jieħu kura ordnata mit-tabib, fejn, per eżempju, dan ikun qed jieħu pilloli li jraqqduh eċċ. Ma jistax ikun li din il-liġi titfa' dan il-piż fuq l- employer għax inkella nkunu qed nesaġeraw u hawnhekk japplika l-argument li kienet qed tagħmel l-Onor.", "Coleiro li qalet li rridu nimxu pero' hemm il-limiti.", "F'dan il-każ inkunu qed nitfgħu piż fuq l-employer u dan m'għandux ikun.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien mhux qed nitkellem fuq xi ħadd li marad imma fuq xi ħadd li minħabba n-natura tax-xogħol tiegħu jkun sar hold-up fuqu.", "Hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, ħaddiem ta' bank.", "Jien qed nistaqsi jekk l-employer għandux dmir li jara li qabel ħaddiem jirritorna lura għax-xogħol, dan isirlu psychological assessment biex jara jekk dan ikunx mentalment ippreparat għax-xogħol, għax dan, per eżempju, jista' jieħu żball meta jkun qed jgħodd il-flus.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jista' jkun hemm mitt raġuni.", "Jista' jkun li wieħed isir hold-up fuqu, jista' jkun hemm xi ħadd li għadu kemm mietlu xi ħadd u allura jkollu pressjoni enormi fuqu u jista' jkun hemm ħafna affarijiet oħra.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien qed insemmi xi ħaġa differenti u mhux li xi ħadd ikun mietlu xi ħadd u jirritorna għax-xogħol.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan huwa l-istess prinċipju.", "L-Onor.", "Farrugia qed jagħti eżempju ta' xi ħadd li jkun għadda minn xokk u qed jistaqsi jekk għandniex indaħħlu xi obbligu fil-liġi għall-employers.", "Ir-risposta hija le.", "ONOR.", "MICHEAL FARRUGIA: Jien qed ngħid li ħaddiem għandu jsirlu psychological assessment qabel imur lura għax-xogħol.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, ma jistax ikun li din il-liġi tieħu over funzjonijiet ta' liġijiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' kondizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.", "Dan kien żball li għamlu xi deputati.", "Hemm deputati li fehmu li s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol tfisser job security u allura fehmu li għandek tipproteġi lill-individwu milli jitkeċċa inġustament.", "Ir-risposta hija li għandek tipproteġih pero' taħt liġi oħra mhux taħt din il-liġi.", "M'għandniex nagħmlu dan l-iżball.", "Għall-punti li qed jagħmel l-Onor.", "Farrugia li qed jitkellem dwar jekk persuna tkunx fiżikament jew mentalment f'pożizzjoni li terġa' tmur lura għax-xogħol wara li tkun għaddiet minn xi trawma, għandek liġijiet oħrajn.", "Per eżempju, għandna l-liġi dwar is-sigurta' soċjali, għandna l-liġi taċ- CERA li tistabilixxi s-sick leave u affarijiet oħra ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-liġi taċ-CERA hija ħaġa u l-liġi li tintitolak għas-sick leave hija xi ħaġa oħra.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-punt ta' l-Onor.", "Farrugia fhimtu u m'għandux għalfejn jerġa' jirrepetihuli.", "Ir-risposta hija li l-liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol ma tidħolx f'dawk l-affarijiet.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Taħt il-liġi taċ-CERA ma taqax u taħt liġi dwar is-social security ma taqax lanqas.", "Allura taħt xiex taqa'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, din żgur ma taqax taħt din il-liġi.", "Hemm miljun aspett li għandhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet tax-xogħol u r- risposta hija le.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Pero' jien nixtieq nistaqsi min se jkollu r- responsabbilta' li jara kemm persuna hija ppreparata li tidħol għax-xogħol u ma toħloqx periklu għall-ħaddiema l-oħrajn.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta hija żgur mhux l-awtorita' dwar is- saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol, żgur mhux l-ispettur ta' l- awtorita' u żgur mhux l-employer.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mela xi fantażma allura!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma din hija l-liġi.", "Issa fuq dawn l-affarijiet qed nitkellmu u mhux fuq affarijiet oħrajn, inkella ma nispiċċaw qatt.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Imma aħna qed nippruvaw intejbu l-affarijiet.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, fejn nista' qed nipprova ntejjeb l-affarijiet u qed nipprova nasal fuq kollox, pero' rridu naqtgħu l-linji fis-sens li dak li huwa taħt din il-liġi huwa taħt din il-liġi u dak li mhuwiex taħt din il-liġi mhuwiex taħt din il-liġi.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Allura taħt il-liġi taċ-CERA ma taqax, taħt il- liġi dwar is-social security ma taqax u taħt il-liġi dwar il-health and safety ma taqax.", "Dan ifisser li se niġu naqgħu u nqumu minn dak il-ħaddiem li jista' jkun qiegħed fil-periklu minħabba sieħbu!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Żgur li mhux taħt din il-liġi.", "Issa se nwieġeb il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Abela li staqsa jekk għandux ikun hemm target dates biex jitwettqu ċerti obbligi li hawn f'din il- liġi.", "L-ewwelnett irrid infakkar li f'dawn il-ġimgħat u xhur li għaddew ippubblikajna sets ta' regolamenti f'oqsma differenti li naturalment issa se jibqgħu in forza ta' din il-liġi, ladarba tkun għaddiet din il-liġi, li taw sena avvanz, sena u nofs avvanz.", "Per eżempju, il-minimum health and safety standards fuq il-postijiet tax-xogħol jistabilixxu perijodu ta' sentejn għal postijiet eżistenti u tliet snin għall-postijiet il-ġodda.", "Nista' ngħid li r-regolamenti dwar is-safety signs ġibnihom in vigore prattikament f'temp ta' xahar.", "Fil-fatt ippubblikajnihom f'Mejju u ġew in vigore fl-1 ta' Lulju.", "Dawn huma regolamenti sempliċi imma rrealizzajna li m'hemmx piżijiet.", "Per eżempju, ir-regolamenti li għandhom x'jaqsmu mal- protezzjoni ta' young persons ukoll għandha enforcement date.", "Dwar il- maternity għamilna ċerti bidliet ukoll li se jiġu in vigore, jidhirli f'Jannar tas-sena d-dieħla.", "Dan ifisser li aħna qed nagħtu target dates differenti.", "Issa rigward din il-liġi, nerġa' nirrepeti li aħna mhu qed nieħdu lil ħadd b'sorpriża.", "Din il-liġi marret għand il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku fl- 1999, ġiet diskussa mill-korpi kostitwiti, inkluż mill-employers' association, irċevejt ir-rakkmandazzjoni mill-employers' association dwar il-punti kollha li fiha, ppubblikajniha fil-11 ta' April li għadda u għad trid tiġi fis-seħħ.", "Għalhekk ilni madwar sena li poġġejt għad- dispożizzjoni ta' l-employers' association il-kontenut dettaljat ta' din il-liġi.", "Issa, fl-opinjoni tiegħi, l-obbligi li hawn elenkati fi klawsola 6 - wieħed jista' jgħaddi kummenti differenti fuq klawsoli oħrajn - għandhom jiġu in vigore malajr.", "Issa ejja għall-grazzja ta' l-argument nassumu li din il-liġi se tgħaddi sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.", "Aħna nistgħu nagħżlu li dan l-artiklu ma nġibuhx fis-seħħ fl-aħħar ta' dan ix-xahar imma nġibuh fis-seħħ fl-1 ta' Jannar.", "Mhux se taqa' d-dinja b'daqshekk għaliex fil-verita' meta titwaqqaf awtorita' jkun hemm ċertu proċess ta' amministrazzjoni li jrid isir u allura nkunu qed nagħtu ftit iżjed spazju.", "Per eżempju, l-awtorita' trid tieħu ħsieb li tiġbor fi ħdanha l- ispettorat.", "Jien m'iniex beħsiebni ntawwal dan il-proċess imma kif jista' xi ħadd minna jissuġġerixxi li l-obbligu li tagħmel evalwazzjoni tar- riskji nħalluh hekk!", "Jien ngħid li hija għarukaża li din kellna nniżżluha fil-liġi.", "Ovvjament jien m'hu qed nipponta subgħajja lejn ħadd pero' employer għandu jagħmel evalwazzjoni tar-riskju.", "Mela employer li jkollu sitt ħaddiema jaħdmu fuq sitt makni tat-torn m'għandux l-obbligu li jara li dawn ikollhom is-safety guards u li jkunu protetti?", "Mela ħaddiem li jaħdem fil-barriera u li jaħdem fuq makna li taqta' l-ġebel m'għandux ikun protett?", "Dawn għandhom l-obbligu li jaraw li r-riskju jkun minimizzat.", "Għalhekk l-obbligi li hawn imsemmijin f'din il-klawsola għandhom jiġu fis- seħħ malajr kemm jista' jkun.", "Dan hu l-punt li nista' nagħmel jien.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien nixtieq nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk meta nsemmu d-dmirijiet ta' min iħaddem inkunux qed nirriferu wkoll għall-gvern.", "Il-gvern se jkun f'qagħda li mil-lum għal għada jieħu on board dan li qed jingħad hawnhekk?", "Jekk inhu hekk naħseb li l-gvern irid jagħmel mini budget biex jirnexxilu jġib kull dipartiment tal-gvern konformi ma' din il-liġi u jadatta ruħu għall-politika ta' saħħa u sigurta'.", "Qed ngħid dan għax id-dipartimenti tal-gvern huma fi stat ta' diżastru.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Aħna qed nitkellmu fuq klawsola 6 mhux fuq ix- xenarju li wieħed jista' jpinġi kif jidhirlu hu u kif jixtieq.", "Aħna qed ngħidu li l-miżuri li għandhom jittieħdu minn min iħaddem – diġa' għamilniha ċara li l-gvern ukoll huwa employer - biex jevita d-dannu fiżiku u psikoloġiku, korriment jew mewt fuq il-postijiet tax-xogħol għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-prinċipji ġenerali ta' prevenzjoni.", "Il-messaġġ hawn x'inhu?", "Għandna obbligu kollha kemm aħna, sija l-gvern u sija l-privat, li nadottaw politika ta' prevenzjoni, jiġifieri mhux inħallu l-inċident jinqala' imbagħad wara nagħmlu ħafna paniku.", "Minn issa aħna kollha kemm aħna, gvern u privat, irridu npoġġu bil-qiegħda u ngħidu li fis-sena 2000 kellna ngħaddu liġi biex iġġegħelna naddottaw politika ta' prevenzjoni.", "Il-prinċipji ġenerali stabiliti b'din il-klawsola x'inhuma?", "L-ewwel prinċipju ġenerali ta' prevenzjoni huwa li jiġi evitat riskju.", "Hawn xi ħadd li jista' jitwerwer minn dan il-prinċipju li jiġi evitat ir-riskju?", "It-tieni prinċipju huwa l-identifikazzjoni ta' perikli assoċjati max- xogħol.", "Hawn xi ħadd li għandu għalxiex jiddejjaq li liġi bħal din timponi obbligi fuq kulħadd li għandna dmir kollha kemm aħna li nidenfitikaw il- perikli assoċjati max-xogħol?", "(Interruzzjonijiet) Mela allura fhimtkom ħażin jien għax ma nafx fejn hi d-diffikulta'.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed naqra mill-klawsola li se nivvotaw fuqha u li tpoġġi l-obbligu fuq l- employer.", "It-tielet prinċipju huwa l-evalwazzjoni ta' dawk ir-riskji li ma jistgħux jiġu evitati.", "Hawn xi ħadd li jista' jibża' minn dan l-obbligu fejn wieħed jista' jagħmel evalwazzjoni ta' dawk ir-riskji li ma jistgħux jiġu evitati?", "Hawn xi ħadd li jista' jgħidli li dawn l-obbligi għandi nħallihom sentejn jew tliet snin oħra biex inġibhom fis-seħħ?", "(Interruzzjonijiet) Allura jew qed nifhem kollox bil-maqlub jien jew inkella qed tispjegaw kollox bil-maqlub intom!", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun li saru d-9.00 p.m. u qed nibda ngħajja jien ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Għiduli ċar x'inhi d-diffikulta' għax mhux qed nifhem!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-punt li semmejt jien assolutament m'għandu x'jaqsam xejn ma' dan li qed jgħid il-Viċi Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Mela saru d-9.00 p.m. u naħseb li kulħadd għajja!", "Jien nixtieq nagħmel riferenza żgħira għad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ bin-numru 94/33.", "Nixtieq nistaqsi għalfejn ir-regolamenti ġew ippubblikati diġa' u se jidħlu fis-seħħ sentejn oħra u mhux qabel.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif mhu qed jagħmel xejn il-gvern meta qed jgħaddi liġi bħal din!", "Kif tista' tagħmel statement bħal dak!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien staqsejt kif nistgħu nagħmlu target dates għall-paragrafi kollha li hemm f'subklawsola (2) ta' klawsola 6.", "Jien dawn il-paragrafi fridthom għax għamilt dawk li jistgħu jseħħu immedjatament għalihom u l-paragrafi (ġ) u (h) għalihom.", "Nixtieq nistaqsi wkoll x'sar mill-gvern u mis-settur privat fuq dan l- abbozz ta' liġi li ilu ppubblikat u li ġie diskuss fl-MCED.", "Barra minn hekk hemm ċerti subklawsoli li minkejja kollox xorta waħda jistgħu jsiru malajr kemm jista' jkun u hawnhekk qed naqbel mal-Viċi Prim Ministru.", "Fil- fatt hu fehmni ħażin.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Ikkonkludi, Onor. Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, li qed ngħid jien huwa li malli l- liġi tgħaddi minn dan il-parlament u tiġi ppubblikata b'mod uffiċjali dawn il-paragrafi għandhom jidħlu in vigore, imma mhux ngħidu li għandhom jidħlu in vigore imbagħad ma jsir xejn.", "Hemm bżonn li ssir xi ħaġa bis- serjeta'.", "Fuq subklawsola (ġ) u (h) hemm il-problemi u rridu nammettu pero' dawn il-miżuri mhux billi jiġu in vigore mil-lum għal għada.", "Issa jekk il-Viċi Prim Ministru jgħid li t-target date se tidħol mill-ewwel m'għandi l-ebda diffikulta' imma għandna nkunu prattiċi għax naħseb li fuq ċerti affarijiet għadna lura ħafna.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-avukat ġenerali qed jiġbidli l- attenzjoni li fit-test Malti hemm żball u allura se nipproponi din l- emenda:", "''F'' Fit-test Malti ta' paragrafu (e) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 6, minflok il-kliem \"b'xi ħaġa li ma tkunx perikoluża\" għandhom jidħlu l- kliem \"b'dak li ma jkunx perikoluż\".", "''F'' In the Maltese text of paragraph (e) of subclause (2) of clause 6 for the words \"b'xi ħaġa li ma tkunx perikoluża\" there shall be substituted the words \"b'dak li ma jkunx perikoluż\".", "Qed inressaq din l-emenda biex l-oppożizzjoni jkollha ċans taraha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nieqfu hawn għalissa għax sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq Klawsola 6 u l-emendi għaliha kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Ottubru 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'din in-nofs siegħa se nitkellem fuq xi punti li filwaqt li huma marbuta mal-ministeru li għalih jiena responsabbli, fl-istess ħin jolqtu diversi aspetti ta' ħajjitna wkoll u nibda bil-kwestjoni tat-traffic lights.", "Jekk wieħed iħares lejn iż-żmien li għadda jsib li t-traffic lights bdew jiġu stallati lejn l-aħħar tas-sittinijiet.", "Għal dak iż-żmien din kienet xi ħaġa ġdida li permezz tagħha wieħed seta' jgħid li kienet ġiet introdotta miżura ta' kontroll fuq il-mezzi tat-trasport.", "Pero' peress li dak iż- żmien kellna inqas minn 60,000 karozza reġistrata u forsi wkoll għax dak iż- żmien konna naħsbu li ċerti miżuri ta' sigurta' fit-toroq ma kenux bżonjużi, dan il-proċess ma tkompliex.", "Tant hu hekk, li meta fl-1971 inbidel il-gvern mhux biss ma komplejniex inżiedu t-traffic lights li kienu jeżistu talli bdejna nnaqqsuhom, tant li sa l-1987 dawn kienu spiċċaw għal kollox u ma kien hawn l-ebda waħda minnhom tiffunzjona għax dak iż-żmien ma kenitx tinħass il-ħtieġa li jkun hemm kontroll tat-traffiku permezz ta' dawn il-mezzi.", "Peress li fl-1987 il-vetturi bdew jiżdiedu b'mod sostanzjali u n-nies bdew jiddiversifikaw fil-kwalita' tal-vetturi, u fit- toroq tagħna beda jkollna vetturi aktar veloċi milli kien ikollna qabel u bdew jiżdiedu wkoll ħafna trakkijiet kbar, reġgħet bdiet tinħass il-ħtieġa li jerġgħu jibdew jiġu stallati t-traffic lights u nistgħu ngħidu li mill- 1987 sal-lum dejjem kellna talbiet kontinwi biex it-traffic lights ikomplu jiżdiedu.", "Irrid ngħid ukoll li f'dawn l-aħħar ħames snin minbarra it-traffic lights tas-soltu bdew jiġu stallati wkoll il-pelican crossings li huma pedestrian crossings with traffic lights operated by pedestrians - jiġifieri biex wieħed jużahom irid jagħfas buttuna biex b'hekk jinqaleb id-dawl u dak li jkun ikun jista' jaqsam min-naħa għal oħra - u dawn bdew jiġu stallati f'toroq fejn in-numru ta' persuni li normalment jkunu qed jaqsmu minn dawk l-inħawi ma jkunx kbir daqs kemm huwa f'postijiet oħrajn.", "Issa llum twaħħal kemm twaħħal pelican crossings u traffic lights qisu qatt mhu biżżejjed.", "It-talbiet, kemm mill-kunsilli lokali kif ukoll mill-membri parlamentari, biex jiġu stallati l-pelican crossings u t-traffic lights fid- diversi rħula u bliet ma jaqtgħu qatt.", "Wasalna f'pożizzjoni li kull kunsill lokali li għandna qed jitlob li jiġu stallati traffic lights u pelican crossings irrispettivament jekk hemmx il-bżonn li f'dik it-triq partikolari jiġu installati dawn il-mezzi ta' kontroll fuq it-traffiku.", "Naturalment mhuwiex faċli li tiddeċiedi jekk taċċettax dawn it-talbiet, b'mod partikolari meta l-kunsilli lokali tad-diversi bliet u rħula donnhom daħlu f'kompetizzjoni bejniethom dwar min minnhom jitlob għall-akbar numru ta' traffic lights u pelican crossings.", "B'danakollu inpoġġuha kif inpoġġuha, din l-istorja tat-traffic lights minkejja li s-sena li għaddiet ġew stallati madwar 25 biċċa bejn traffic lights u pelican crossings, xorta waħda jibqa' l-fatt li f'ċerti postijiet għandna l-ħtieġa li nżidu dawn it-traffic lights u l-pelican crossings biex kemm jista' jkun ikun hawn kontroll aħjar tat-traffiku u biex il-pedestrians ikollhom il- faċilita' li jaqsmu min-naħa għall-oħra mingħajr ir-riskju li jaqilgħu xi daqqa ta' karozza u jispiċċaw l-isptar.", "Ikun għalxejn li jiġu stallati dawn il-mezzi ta' kontroll jekk dawn ma jiġux osservati mill-pedestrians u mis- sewwieqa.", "Mhux sewwa li wieħed jaqbad u jaqsam mingħajr ma jara x'ikun qed jindaka l-kulur, u iktar u iktar mhux sewwa - din issir iktar ta' spiss - li x-xufiera jibqgħu għaddejjin ikun x'ikun il-kulur tad-dawl li jkun qed jixgħel, bil-konsegwenza li jibqgħu għaddejin fil-mumenti li mhux suppost.", "Sfortunatament jekk wieħed imur fid-diversi postijiet fejn għandna t- traffic lights u fejn għandna l-pelican crossings għandu jinnota li qed ikollna recurrence ta' sewwieqa li kontinwamewnt jibqgħu għaddejjin meta mhux suppost u recurrence ta' pedestrians li kontinwament jaqsmu minn naħa għall-oħra tat-triq meta m'għandhomx jagħmlu dan.", "Dawn għandhom idaħħlu f'moħħhom li meta jagħmlu hekk mhux biss ikunu qed jirriskjaw li joħolqu xi inċident fejn vettura taħbat ma' oħra, imma iktar gravi minn hekk, ikunu qegħdin spiss jirriskjaw li jkun hemm persuni li qegħdin jaqsmu u jiġu mtajra.", "Forsi jkun hawn min jgħid li din mhijiex xi ħaġa li tiġri spiss, imma nista' ngħid li sfortunatament kemm-il darba smajna b'inċidneti li mhux wasslu biss għall-ġrieħi ħfif fuq il-persuni li jkunu involuti imma diversi drabi kellna inċidenti fejn minħabba żball tax-xufier jew tal- persuna li tkun qed taqsam kien hemm min tilef ħajtu.", "Jiena ma rridx ngħid li l-inċidenti fatali li jseħħu f'dawn iċ-ċirkostranzi dejjem ikunu tort tax-xufiera għax kemm-il darba jkun hemm pedestrians li bi traskuraġni - dawn affarijiet li wieħed jista' jarahom kuljum - jaqbdu u jaqsmu meta d- dawl ikun qed jindika li m'għandhomx jaqsmu.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li tiġri ripetutament fejn għandna l-pelican crossings hija li l-pedestrians li jkunu se jaqsmu jagħfsu l-buttuna u b'mod abbużiv, mingħajr ma jistennew d-dawl jaqleb biex ikunu jistgħu jaqsmu bil-kumdita' kollha, jaqbdu u jaqsmu u mbagħad meta jixgħel id-dawl ix-xufier ma jara lil ħadd li qed jaqsam u naturalment tiġih it-tentazzjoni li jibqa' għaddej.", "Nerġa' ngħid li din hija xi ħaġa li qed tiġri u tirrepeti ruħha ta' spiss.", "Qed ngħid dan għax il-gvern qed jonfoq ħafna flus biex jistalla t-traffic lights biex b'hekk jassigura li l-pedestrians ikunu mħarsin u biex min ikun qed isuq il-vettura ma jkomplix jabbuża mis- sewqan.", "Hemm bżonn li kemm is-sewwieq kif ukoll dak li jkun qed jaqsam jara li fil-fatt ikun qed josserva r-regolamenti tat-traffiku.", "Veru li kultant tiddejjaq li waqt li tkun qed issuq issib ħafna bozoz jixegħlu li jżommu milli tkompli għaddej u jsiru ħafna lmenti dwar dan, pero' dawn l-ilmenti ħafna drabi jkunu ġejjin min-nies li meta jitkellmu fuq pajjiżi barranin tismagħhom jgħidu x'dixxiplina hemm fis-sewqan u kemm is-sewwieqa jagħtu kas tas-sinjali tat-traffiku.", "Allura jiena ngħid li aħna għandna nimitaw lil dawn is-sewwieqa u meta qed nonfqu tant flus biex nistallaw dawn il- mezzi ta' kontroll għat-traffiku, għandna nagħmlu użu minnhom tajjeb u mhux niftaħru kemm hemm dixxiplina f'pajjiżi oħra imbagħad hawn Malta qisu ma jeżisti xejn, kulħadd jiġi jaqa' u jqum mis-sinjali tat-traffiku u niksru r-regolamenti l-ħin kollu.", "Mr Speaker, bħalissa hemm numru kbir ta' talbiet għall-istallazzjoni ta' pelican crossings u traffic lights mill-kunsilli lokali kollha.", "Jekk m'iniex sejjer żball għandna madwar 60 applikazzjoni pendenti u d- dipartiment tat-toroq, li huwa responsabbli mill-istallazzjoni ta' dawn il- lights, fil-fatt qed jara kemm minn dawn it-talbiet jistgħu jiġu milqugħa.", "Ma jagħmilx sens li tilqa' talbiet biex jiġu istallati traffic lights fejn mhuwiex meħtieġ, u hemm applikazzjonijiet minnhom li ma jagħmilx sens li jiġu milqugħa.", "Meta tiġi biex tiddeċiedi dwar dawn l-appikazzjonijiet trid tara jekk hux ġustifikat li jitwaħħlu t-traffic lights fil-post li jkun mitlub li jitwaħħlu.", "Trid tara x'ammont ta' traffiku jgħaddi minn tali post u kemm pedestrians jistgħu jagħmlu użu minnhom u mhux taqbad u taċċetta l- applikazzjonijiet kollha.", "Mr Speaker, kwestjoni oħra li kontinwament tissemma hija dik tat-tqegħid ta' bus shelters madwar ir-rotot tal-karozzi tal-linja.", "Ta' min jgħid li hawn diversi għamliet ta' bus shelters, li mhux kollha huma tal-kwalita' li wieħed jistenna b'mod partikolari dawk il-bus shelters li huma mibnija bil-ġebel.", "Fl-opinjoni tiegħi kien żball li konna qegħdin nagħmlu bus shelters tal-ġebel bil-faċċata magħluqa.", "Qed ngħid dan għax kellna diversi lmenti - u għadu jkollna - dwar persuni li jkunu għaddejjin minn l-inħawi u jabbużaw minn dawk li jkunu qegħdin jistennew f'dawn il-bus shelters.", "Matul is-snin li għaddew il-public transport authority bdiet kemm jista' jkun tnaqqas dawn is-shelters tal-ġebel u tissostitwihom b'shelters aktar adegwati u wieħed jista' jinnota li l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku waħħlet diversi bus shelters f'għamliet differenti.", "Mr Speaker, għalkemm li twaħħal bus shelter tidher xi ħaġa sempliċi, madankollu kull meta jkun se jsir xi bus shelter x'imkien tiskanta kif ripetutament jiġu persuni jilmentaw u jipprotestaw għax ma jkunux jridu li l-bus shelter jitpoġġa quddiem jew qrib tar-residenza tagħhom.", "Ma jistax ikun li nkomplu nippermettu dawn it-tip ta' lmenti għax aħna qed nipprovaw inżidu dawn il-bus shelters biex kemm jista' jkun nagħtu mezz ta' protezzjoni mix-xita u anke mix-xemx lill-persuni li jkunu qed jistennew biex jirkbu l-karozza tal-linja, u jekk irridu naraw lin-nies jagħmlu aktar użu mit-trasport pubbliku huwa importanti li l-bus shelters inżiduhom.", "Peress li l-kunsilli lokali fid-diversi lokalitajiet dejjem jitolbu li jsiru numru ta' bus shelters fil-lokalitajiet tagħhom, dan l-aħħar ġie deċiż li mis-sena d-dieħla, jekk m'iniex sejjer żball, it-twaħħil tal-bus shelters mhux se jibqa' iktar responsabbilita' ta' l-awtorita' dwar it- transport pubbliku imma se jgħaddi taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Ovvjament il-flus li kienu jintnefqu mill-awtorita' dwar it- transport pubbliku għal dan il-għan issa jridu jinqasmu bejn il-kunsilli lokali kollha skond formola li jadotta l-ministeru responsabbli mill- kunsilli lokali.", "Mr Speaker, diversi drabi matul is-snin li għaddew kellna wkoll talbiet kontinwi li fil-postijiet fejn ikun hemm in-nies qed jistennew biex jirkbru l-karozzi tal-linja għandu jkun hemm tabella bil-ħinijiet ħalli jkunu jafu bejn wieħed u ieħor x'ħin se tgħaddi l-karrozza tal-linja.", "Nista' ngħid li matul is-sena li għaddiet f'wieħed minn kull tliet bus stops ġew imwaħħla dawn it-tabelli bil-ħinijiet li fihom suppost tgħaddi l- karozza tal-linja.", "Ta' min wieħed jgħid li għalkemm ġew imwaħħla t-tabelli, ilment li ta' spiss jasal għand l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku huwa li dawn il-ħinijiet ftit li xejn jiġu osservati.", "Din hija diffikulta' li għadna qed niffiċċjaw u se nkomplu niffaċċjawha sakemm kull min isuq il- karozza tal-linja jifhem li l-ħin qiegħed hemm biex jiġi osservat.", "Jekk min hu involut fil-qasam tat-trasport pubbliku ma jridx jara li dan il-mezz tat- trasport tant importanti jmur iktar lura jrid jassigura li ġaladarba hemm il-ħinijiet x'josserva irid jifhem li għandu josservahom.", "Ikun kollu għalxejn li jitwaħħlu tabelli bil-ħinijiet u mbagħad min suppost josservahom ma jagħtix kashom għax għalih qisu m'hemm xejn.", "Kwestjoni oħra li ltqajt magħha matul is-sena li għaddiet hija dwar talbiet biex ikun hemm tibdil fir-rotot tal-karozzi tal-linja.", "L-awtorita' dwar it-trasport pubbliku ta' spiss ikollha talbiet bħal dawn mill-kunsilli lokali, pero' ta' min wieħed jgħid li l-awtorita' mhux dejjem tkun f'pożizzjoni li tilqa' tali talbiet għax f'dan ir-rigward hawn konflitt pjuttost qawwi bejn l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku, il-kunsilli lokali u l-assoċjazzjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja għax din ta' l- aħħar għadha tinsisti li m'għandux ikun hemm bidliet radikali fir-rotot li bħalissa fuqhom jingħata servizz ta' trasport pubbliku.", "Mr Speaker, wieħed irid jifhem li llum barra l-gvern ċentrali u l- awtoritajiet nazzjonali għandna wkoll il-kunsilli lokali.", "Din hija realta' politika li ma nistgħux naħarbu minnha.", "Dan ngħidu għax il-kunsilli lokali li jaħdmu bis-serjeta' - u jien inħoss li kollha jaħdmu bis-serjeta' - l- ewwel u qabel kollox iħarsu lejn l-interess tar-residenti tal-lokal tagħhom u allura it-talbiet li jagħmlu jkunu talbiet li wieħed irid jagħtihom il- weighting li jistħoqqilhom għaliex il-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk biex jippromwovu u jressqu 'l quddiem it-talbiet tar-residenti.", "Mr Speaker, ta' min ifakkar ukoll li s-sena li għaddiet il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni kien talab lill-kunsilli lokali biex jgħaddulu lista li tindika x'inhuma l-bidliet meħtieġa li għandhom isiru fir-rotot biex in-nies tal-lokalita' li huma jamministraw ikunu moqdija aħjar bis-servizz tat-transport pubbliku u nista' ngħid li l-biċċa l-kbira tal-kunsilli lokali wasslu l-proposti tagħhom.", "Pero' hemm xi ftit li għadhom ma ressqux il-proposti tagħhom u qabel nippubblika t-talbiet kollha li saru mill-kunsilli lokali mifruxin ma' Malta kollha nitlob lil dawk li għadhom ma ressqux is-suġġerimenti tagħhom jagħmlu dan sa nhar it-Tlieta jew l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla biex imbagħad għall-aħħar tal-ġimgħa nkunu f'qagħda li nippubblikaw it-talbiet kollha.", "B'hekk ir-residenti jkunu jafu l-kunsill lokali x'qiegħed jitlob f'isimhom u fil-każ li ma jaqblux ma' dak li jkun talab il-kunsill ikollhom il-possibilita' li jagħmlu l-kontra proposti tagħhom.", "Dan iwassal wkoll biex il-persuni li jipprovdu s-servizz tat-trasport pubbliku jkunu f'qagħda li jiflu t-talbiet kollha li l- ministeru għandu quddiemu biex jibdew jippreparaw ruħhom għall-bidla li dan is-settur tant importanti għandu bżonn.", "Mr Speaker, fl-aħħar aġġornament li ħadt jiena kont tkellimt dwar il-mod ta' kif kien qed isir ix-xogħol fit-toroq ta' pajjiżna.", "Kien hemm min donnu ħa għalih għal mod ta' kif kont tkellimt f'dak l-aġġornament partikolari, pero' nista' ngħid li wara dak l-aġġornament saru diversi laqgħat li b'riżultat tagħhom numru ta' problemi li kien qiegħed jiffaċċja d-dipartiment tat-toroq ġew riżolti.", "Waħda mill-problemi li ġiet rimedjata kienet dik tat-tendering.", "Dak iż-żmien kien hemm speċi ta' boycott f'dak li kellu x'jaqsam ma' tfigh ta' tenders imma issa nista' ngħid li it-tenders kollha li ħarġu f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat kien hemm rispons qawwi għalihom u nispera li nkomplu hekk.", "Matul iż-żmien li ġej irridu nipprovaw naraw kif intejbu u nkomplu niżviluppaw is-sistema tat-tendering ħalli l-istess kuntratturi li jirbħu t- tender ikunu f'qagħda li jlestu x-xogħol li għalih ikunu daħlu fiż-żmien rikjest.", "Irridu nassiguraw min jingħata x-xogħol ikun attrezzat biżżejjed biex ikun jista' jwettaq ix-xogħol li daħal għalih.", "Ma nistgħux nibqgħu nimxu bis-sistema li kuntratt ta' xogħol jintrebaħ mill-kuntrattur bl-irħas offerta u mbagħad meta jiġi biex jibda x-xogħol ma jkollux biex jaħdem.", "Ikun ferm aħjar li nidħlu fi ftit aktar spejjeż u jkollna xogħol tajjeb għax b'hekk nistgħu nassiguraw li x-xogħol li jsir isir darba għal dejjem u mhux nagħmlu taparsi xogħol biex inkunu qed ngħaddu ż-żmien b'xulxin.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li rrid ngħid xi ħaġa dwarha hija l-kwestjoni tad- diversi junctions perikolużi li żviluppaw matul is-snin kawża tal-ftuħ ta' toroq ġodda.", "Waħda minn dawn il-junctions hija dik li minn Ħaż-Żabbar tagħti għal dik li hija magħrufa bħala l-bypass ta' Wied il-Għajn.", "Hemm hekk periklu pjuttost kbir u nista' ngħid li d-dipartiment tat-toroq qiegħed fil-fażi li fi ftit żmien ieħor ikun jista' jibda' x-xogħol biex il- periklu li jeżisti għan-nies li jgħaddu minn dawk l-inħawi jispiċċa darba għal dejjem.", "Periklu simili għal dan jinsab int u dieħel għal Ħaż-Żebbuġ fejn hemm forma ta' roundabout - jekk wieħed jista' jsejħilha roundabout - li hija perikoluża immens u d-dipartiment tat-tororq, anke f'dan il-każ, diġa' ippjana x'għandu jsir u x-xogħol dalwaqt jibda.", "Xogħol ieħor fuq toroq perikolużi li wkoll mistenni jibda f'qasir żmien huwa x-xogħol fuq il- junction jew pjazza, sejħilha li trid, li hemm ħdejn il-post magħruf bħala \"Tal-Mekek\", it-triq li twasslek lejn ta' l-Ibraġġ, lejn in-Naxxar, lejn Birkirkara u lejn San Ġwann.", "Hemm hekk filli tkun għaddej fit-triq u f'daqqa waħda ma tkunx taf fejn se tispiċċa u hemm periklu kbir u nisperaw li nkunu f'qagħda li nneħħuh fi żmien qasir.", "Mr Speaker, ma rridx ninsa nsemmi l-junction tant perikoluża li hemm ħdejn it-torri ta' l-Għallies, f'liema junction kemm-il darba kellna inċidenti koroh tat-traffiku.", "Veru li fil-kantuniera kien hemm tabella li turi li hemm black spot imma billi kien hemm din it-tabella li turi li hemm periklu għal ċerti sewwieqa ma kenitx biżżejjed.", "Issa nista' ngħid li finalment id-dipartiment tat-toroq qiegħed fil-pożizzjoni li fiżikament jibda ix-xogħol fuq din il-junction biex jitneħħa l-periklu li hemm u ma tibqax isservi iktar ta' post fejn kontinwament ikun hemm inċidenti tat- traffiku.", "Hawn diversi junctions perikolużi li jista' wieħed jitkellem fuqhom, daqqa tissemma waħda u daqqa tissemma oħra, pero' jiena konvint li bil-mod il-mod dawn il-junctions, waħda wara l-oħra, nirranġawhom biex il- periklu li jeżisti jkun jista' jitneħħa għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jgħaddu minn dawk l-inħawi.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUIB", "MODIFIKAZZJONI ĠENETIKA - TADAM", "20143.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-varjetajiet tat-tadam li ntużaw matul 1999 u li qed jintużaw din is-sena li huwa ġenetikament modifikati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul l-1999 u f'din is-sena ma ġewx użati varjetajiet ta' tadam li kienu ġenetikament modifikati.", "MOSTA - TA' MLIT - LANDSCAPING", "20144.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "19792 dwar il-qasam tad-djar Ta' Mlit, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jara li fl-inħawi tal-housing estate Ta' Mlit, fil-Mosta jsir landscaping aħjar ta' din l-area?", "Jista' l-Ministru jara li immedjatament jintbagħtu uffiċjali tad- dipartiment ta' l-ambjent sabiex iwettqu l-preparamenti meħtieġa għall- programm tal-landscaping f'dawn l-inħawi tal-Mosta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minkejja li r-responsabbilta' għax-xogħol li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant ma taqax direttament taħt il-ministeru tiegħi, qiegħed nieħu nota ta' s-suġġeriment biex nirriferih lill-awtorita kompetenti.", "WARDINA - WIED QANNOTTA - XOGĦLIJIET", "20145.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani min huwa responsabbli mill-kordinament tax-xogħlijiet li qed isiru f'Wied Qannotta, fil-Wardija?", "Għaliex qed isir xogħol fid- dlam minn kuntratturi privati?", "Ma jħoss id-dipartiment li dawn ix- xogħlijiet aħjar isiru matul id-dawl tal-jum u mhux matul il-lejl?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Min stħarriġ li sar ma jirrriżultax li dan ix-xogħol qed issir min xi dipartiment li jaqa' taħt dan il-ministeru.", "Dan il-kaz gie mgħoddi lill-awtorita ta' l-ippjanar fejn irrizulta li l- awtorita diġa' kienet ħarġet 'stop/enforcement notice' fuq dan is-sit.", "L-awtorita ta' l-ippjanar ser tkompli tinvestiga dan il-kaz.", "MODIFIKAZZJONI ĠENETIKA - ŻRIEGĦ", "20146.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-varjetajiet ta' żriegħ li daħlu f'Malta u kienu ġenetikament modifikati matul 1999 u din is-sena?", "X'riċerka saret mid-dipartiment ta' l-agrikoltura?", "Jista' l-Ministru jpoġġi dawn ir-rapporti ta' riċerka fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul l-1999 u f'din is-sena ma ġewx irrapportati varjetajiet ta' żriegħ li kienu ġenetikament modifikati.", "It-tieni parti tal- mistoqsija għalhekk ma treġġix.", "UNIVERSITA' - CLASSROOM SUPPORT TRAINERS", "20235.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari numru 8349?", "16/10/2000", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aħħar sejħa għall-applikazzjoni fuq bażi permanenti għall-post ta' Kindergarten Assistants (Special Education) ħarġet f'Marzu 1996.", "Ħarġet sejħa għall-Facilitator fuq bażi permanenti f'Ottubru 1998.", "Il-kors ta' Classroom Support Trainees sar bejn Frar 1998 u Awissu 1999.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI POST-SEKONDARJA", "20236.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10263 u jagħti wkoll l-istess statistika għas-sena skolastika 2000-2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - ANZJANI", "20237.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17250?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li mhux kullħadd għadu bagħat din l-informazzjoni, id-Dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti total finali.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM SAN ĠUŻEPP", "20242.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministra jara meta se jintbagħat għalliem tal-Malti għal Form V tal-Junior Lyceum San Ġużepp Ħaddiem ta' Kordin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-klassijiet kollha tal-Form V tal-Junior Lyceum San Ġużepp Ħaddiem, Kordin għandhom għalliem/a tal-Malti.", "KUNTRATTURI - TOROQ", "20244.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm kien hemm kuntratturi li tħallsu għal toroq li ħadmu b'kuntratt għall-gvern?", "Kemm tħallas kull kuntrattur għax-xogħol li għamel fit-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant trid tinġabar minn diversi Dipartimenti, u għalhekk tingħata aktar 'il quddiem.", "TOROQ - KUNTRATTI", "20245.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm saru toroq li ħarġu b'kuntratt mill-gvern?", "Liema toroq kienu dawn?", "X'valur kienu l-kuntratti li ħarġu għal dawn it-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari Nru. 20244.", "PA", "20258.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm baqa' każi pendenti quddiem iż-żewġ bordijiet ta' l- appell tal-Planning Authority li t-terminu tagħhom wasal biex jiskadi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi ġew eżawriti u qegħdin jistennew id-deċiżjoni finali?", "ONOR TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta` każi pendenti quddiem iż- żewġ bordijiet ta` l-appell ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hu ta` 1,252.", "Minn dawn, hemm 68 li ġew aġġornati sine die u 257 każi li ġew eżawriti u se jkunu deċiżi qabel l-iskadenza tat-termini tal-bordijiet.", "Għalhekk sa l- aħħar ta` Novembru hu antiċipat li ser ikun hemm 927 każ pendenti.", "In-numru ta` applikazzjonijiet pendenti li għandu quddiemu kull Bord t`Appell ivarja.", "TAXXI - PROVISIONAL CAPITAL GAINS TAX", "20259.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li b'effett immedjat biex jitħallas il-Boll u l-Provisional Capital Gains Tax id-dipartiment qiegħed jitlob in-numru ta' l-Income Tax tal-kumpaniji, jista' l-Ministru joħroġ lista tan-numri ta' l-istess kumpaniji fuq Compact Disk jew f'forma ta' ktejjeb kemm jista' jkun malajr biex jitħaffef il-ħlas neċessarju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Billi bħal issa qiegħed isir xogħol biex kemm jista' jkun malajr, l-uffiċċju tas-Suċċessjoni jkollu aċċess dirett \"on line\" ghar- Reġistru ta' dawk il-kumpaniji rreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa, ma tinħassx il-ħtieġa li jiġu ppublikati dawn in-numri.", "Fil-każ fejn in-nutar meta jippreżenta il-karti ma jkunx jaf dan in-numru, l-uffiċċjal tas-Suċċessjoni ser ikun jista' joħroġ dan in-numru mis-sistema dak il-ħin stess.", "WSC - ARRETRATI TA' XOGĦOL", "20260.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "20045?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għax-xogħlijiet kollha li saru minn diversi kuntratturi.Ninsab infurmat li l-ammonti li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħallset lid-diversi kuntratturi għax-xogħlijiet li saru matul l-1999 u l-2000, u li huma certifikati minn perit u/jew inġinier, skond il-każ, kuma kif ġej", "1999 Lm1,102,580 2000 Lm 715,590", "Tajjeb jingħad li fil-kotba tal-Korporazzjoni ammonti bħal dawn ikunu reġistrati meta jsir ic-certifikat u għalekk ma jkunux ikkunsidrati bħala arretrati.Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jispecifika l-perjodu.", "TOROQ - LUQA ROAD - PAOLA", "20261.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li saret biex jitwaħħlu pelican lights f'Luqa Road, Paola li kienet approvata mit-Traffic Control Board (Ref: ART & DIST RDS/59, LC45/3, LC62/3, Drawing RD26/00)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsiru dawn il-pelican lights proposti għall-benefiċċju ta' l-abitanti u dawk li jkollhom jaqsmu din it- triq ferm traffikuża", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol meħtieġ hu mdaħħal f'kuntratt li ngħata mid-Dipartiment tat-Toroq għal biex isiru pelican lights f'diversi lokalitajiet, u x-xogħol f'Luqa Road hu maħsub li jibda xi tlett ġimgħat oħra.", "CRUISE LINER PASSENGER TERMINAL - CONSORTIUM", "20262.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B' referenza għal Cruise Liner Passenger Terminal jista' l- Ministru jgħid:", "(a) F'liema stadju waslu n-negozjati mal-Consortium magħżul għal dan il- proġett?", "(b) X'kienu t-talbiet ta' garanziji finanzjarji mitluba mill-Gvern u/jew mill-Awtorita' Marittima u jekk dawn ġewx onorati jew le?", "(ċ) Kien hemm xi bdil fis-set-up ta' l-investituri jew tal-partners barranin għall-proġett kif elenkati ma' l-offerta tal-Consortium magħżul, għal kif inhu kompost illum?", "(d) Illum, kemm hemm investiment barrani garantit ma' dan il-Consortium u x' dokumentazzjoni teżisti biex juri dan l-involviment?", "(e) Dan il-proġett arkitettoniku ta' dan il-Consortium jista' jsofri tibdiliet sostanzjali?", "F'każ ta' bidliet ta' din ix-xorta, x'jiġri?", "(f) X'inhuma t-time frames u d-dati preċiżi (i.e Critical Path Analysis) li fuqhom għandu jitlesta dan il-proġett?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "TOROQ - TENDERS", "20264.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew awarded tenders għal xogħol ta' toroq matul is-sena 1999 u s-sena 2000 sa Ottubru?", "Kemm kien il- valur sena b'sena?", "Lil min ingħataw il-kuntratti?", "Kemm kien il-valur li ħa kull kuntrattur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fl-1999 ingħataw 69 il-kuntratt li jammontaw għal Lm4,309,291.76c, filwaqt li fl-2000 s'issa ingħataw 94 kuntratt li jammontaw għal Lm1,979,467.27c.", "Jien infurmat ukoll li fil-preżent hemm 14 il-tender li huma stmati li jiswew 7.9 miljun Lira Maltin li qegħdin fil-proċess ta' l-aġġudikazzjoni u 6 oħra li t-tendering period ser jagħlaq f'Ottubru u Novembru.", "Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "20265.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm xogħlijiet fuq toroq li għaddej bħalissa?", "X'inhu l-programm tat-toroq ġodda u xogħol biex jiġu rranġati toroq prinċipali?", "Kemm qed jiswew u se jiswew dawn it-toroq?", "X'inhu l-programm ta' toroq ġodda u rranġar ta' toroq għas-sena li ġejja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-programm biex jiġu rranġati t- toroq prinċipali diġa ġie stabbilit skond il-Masterplan għat-toroq, li kopja tagħha kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Xogħol fuq toroq ġodda qed isir skond l-esiġenzi li għandu d-Dipartiment u bi ftehim mal- Kunsilli Lokali kkonċernati.", "Il-programm ta' toroq ġodda għas-sena d-dieħla għadu qed jinħadem.", "Bħalissa għaddej xogħol ta' toroq li komplessivament hu stmat li jiswa Lm4,870,512.56c li kopja tiegħu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AIR MALTA", "20266.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi destinazzjonijiet fejn l-Air Malta talbet li topera minn u lejn Malta, liema talbiet ġew milqugħa jew miċħuda?", "Meta saru dawn it-talbiet?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Air Malta żżid mar-rotot li qed topera llum fiż-żmenijiet qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "AIR MALTA", "20267.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar; (1) kemm kellha seat allocations l-Air Malta fuq rotot turistiċi prinċipali tagħha f'dawn l- aħħar ħames snin; (2) kemm hu maħsub li tkun is-seat allocation fuq l- istess rotot għas-sena li ġejja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "AIR MALTA - CEO", "20268.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma u jagħtu dettalji dwar il-ħsieb li l-Air Malta tingaġġja s-servizz ta' CEO barranin għall-Air Malta?", "Jekk fl- affermattiv, meta hu l-ħsieb li dan l-ingaġġ jibda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 20201 waqt is-Seduta numru 400, liema mistoqsija kienet titratta l-istess suġġett.", "MOSTA - TA' MLIET - ROAD FORMATION", "20269.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna min ħa l-kuntratt tar-road formation ta' Triq il-Waqqafa,.", "Ta' Mliet, Mosta fejn inbnew il-maisonettes tal-gvern u liema kundizzjonijiet kienu mposti fuqu sabiex it-triq tkun aċċessibbli aħjar milli hi llum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li r-Road Formation Works li saru riċentament fil-lokal għamluhom il-Kunsilli Lokali.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "20270.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li ġimgħa qabel ngħataw il-promozzjonijiet fil-grad ta' supritendent fil-korp tal-pulizija ħadd minn dawk li ngħataw il- promozzjoni ma għadda u ġiet deċiża proċedura mill-PSC fil-konfront tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi r-rakkomandazzjonijiet għall- promozzjonijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, u l- eventwali approvazzjoni issir tramite il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li jkollha quddiemha r-records ta` dawk rakkomandati, kif ukoll ta` dawk li għal xi raġuni jew oħra ma ġewx rakkomandati.", "IMPJIEGI", "20271.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti breakdown taż-żieda fl-impjiegi li kien hemm f'dawn l-aħħar sentejn fis-settur turistiku?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji fuq dawk il-lukandi, stabbilimenti ta' l- ikel u intrapriżi oħra fis-settur turistiku li żiedu jew naqqsu l-impjiegi f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Membru li statistika kif mitluba minnu ma tinżammx.", "Dak li għandu x'jaqsam ma l-impiegi fil-lukandi u stabbilimenti li jservu l- ikel, nirreferi lill-Onor.", "Membru għall-istatistika ppubblikata mill- Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "20272.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu sabiex l-uffiċjali tal- pulizija li isimhom qiegħed jintbagħat separatament inqabżu fil- promozzjonijiet li ngħataw dan l-aħħar fil-grad ta' supritendent fil-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20270 f`din l-istess Seduta.", "LUKANDI U AKKOMODAZZJONI OĦRA", "20273.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar:", "(a) Applikazzjonijiet pendenti għal bini / extensions ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra quddiem il-Planning Authority?", "(b) Numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied?", "(ċ) Kategorija tal-akkomodazzjoni?", "(d) Lokalita'?", "(e) Meta u jekk hemmx ħsieb jinħareġ il-permess?", "(d) Data meta maħsub jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "20275.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li fil-ħatra tal-promozzjonijiet fil-korp tal-pulizija hija prassi li ma jiġux ikkonsidrati dawk il-membri li jkunu qabżu l-25 sena servizz mal-korp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19478.", "KUMPANIJA ĊINIZA TAS-SHIPPING - JOINT VENTURE", "20281.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-feasibility study dwar propost joint venture bejn kumpanija tas-shipping Ċiniża u l-Malta Drydocks biex jibdew jiġu manufatturati l-gantry cranes f'Malta wara li s-sena l-oħra hu żar iċ-Ċina u Hong Kong - dan billi kien qal li jista' jkun hemm żviluppi dwar dan il-proġett fi żmien ftit xhur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "TARZNA - SHIPPING LINES ĊINIŻI", "20282.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara li fl-1999, il-Ministru kien ħabbar li kien hemm numru ta' shipping lines Ċiniżi li kienu interessati li jibdew jużaw lill-Malta Drydocks għat- tiswija tal-vapuri, jista' jgħid xi żviluppi kien hemm dwar dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li d-diskussjonijiet dwar il- possibilita' li shipping lines ċiniżi jissewwew f'Malta għadhom għaddejjin.", "S'issa għadu ma ġie konkluż ebda ftehim, għalkemm ta' min jgħid li minn żmien għal żmien it-Tarzna tirċievi talbiet biex tikkwota prezz għat- tiswija ta' vapuri ta' sidien ċiniżi.", "TRADING HOUSES ĊINIŻI", "20283.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta wara li s-sena li għaddiet kien qal li kien hemm possibbilta' kbira li trading houses Ċiniżi jistgħu jużaw lill- Malta biex jwessgħu t-trading base tagħhom lejn is-swieq ta' l-Ewropa u tal- Mediterran fuq il-linji diga' mħaddma ġewwa Dubai?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul l-ewwel ġimgħa ta' Novembru li ġej ser tinżamm f'Malta t-tieni laqgħa tal-Kummissjoni mħallta Maltija-Ċiniża.", "Għal din il-laqgħa mistenni jattendi l-Viċi Ministru għall-Kummerċ Internazzjonali u Koperazzjoni Ekonomika Ċiniż.", "Miegħu għandhom jiġu wkoll numru ta' uffiċjali tal-Gvern Ċiniż kif ukoll xi intraprendituri ċiniżi sabiex jistħarrġu fid-dettal il-potenzjal ta' Malta bħala bażi għall- kummerċ ta' prodotti ċiniżi lejn is-swieq ta' l-Ewropa u ta' l-Afrika ta' Fuq.", "Tajjeb ukoll li wieħed jgħid li matul din l-aħħar sena kumpanija marittima ċiniża bdiet tuża' l-faċilitajiet tal-Port Ħieles ta' pajjiżna.", "AIR MALTA - HONG KONG", "20284.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi l-Ministru kien ħabbar is-sena li għaddiet li kien hemm possibbilta' li l-Air Malta tibda tagħmel titjiriet diretti lejn/minn Hong Kong, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu it-taħdidiet dwar dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "METCO - HONG KONG TRADE DEVELOPMENT BOARD", "20285.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ħareġ wara li s-sena li għaddiet iċ-Chairman tal- Metco kien ħabbar li l-Hong Kong Trade Development Board ried jaħdem ma' Malta u kien lest li jibdel staff miż-żewg naħat bil-għan li Malta ssir ċentru kummerċjali fil-Mediterran minn fejn Hong Kong tkun tista' tbiegħ il- prodotti tagħha fl-Ewropa u fl-Afrika?", "Dan l-aktar billi ċ-Chairman kien qal li il-Metco kienet ser issegwi din l-inizjattiva f'mod aggressiv.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "OPM - XIRI TA' KAROZZI", "20286.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li:", "Mill-1992 inxtraw :", "|3 |Kia | |3 |Toyota | |14 |Hyundai | |3 |Fiat | |10 |Mazda | |1 |Rover | |3 |Peugeot | |10 |Skoda | |1 |Renault | |1 |Ford | |1 |Honda | |1 |Alfa Romeo | |1 |B M W |", "Dawn il-karozzi jintużaw kif ġej:", "|15 |'Office cars' | |14 |Uffiċjali li għandhom | | |'Performance Contract' | |3 |Uffiċjali li għandhom | | |'Private Secretariat | | |Agreement' | |1 |Prim Ministru | |1 |Prim Ministru ta' qabel | |5 |Forzi Armati ta' Malta | |3 |Awtorità tax-Xandir | |1 |MITTS | |8 |Inbiegħu | |1 |Insterqet mill-car park | | |tal-MITTS.", "(Il-karozza kienet| | |inxurjata) |", "POLITIKA SOĊJALI - XIRI TA' KAROZZI", "20287.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - XIRI TA' KAROZZI", "20288.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fid-Dekasteru tal-Ministeru tiegħi, mill- 1992 'l hawn inxtraw dawn il-karozzi:", "8 Peugeot 3 Rover 1 BMW 1 Mercedes 1 Skoda 3 Kia 11 Toyota 1 Citroen 1 Honda 4 Mazda 3 Hyundai 1 Escort 1 Renault 1 Suzuki 1 Volvo 1 Isuzu", "FINANZI - XIRI TA' KAROZZI", "20289.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub sal-1996 diġa ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 12203.", "Mill-1997 inxtraw:", "2 Sumo 5 Peugeot 1 Hyundai 3 Volkswagen Polo Classic 3 Opel Astra 1 Volvo 1 Ford Mondeo", "Tmienja minn dawn il-karozzi nxtraw skond il-kuntratt għal Diretturi/Diretturi Ġenerali ġodda.", "TURIŻMU - XIRI TA' KAROZZI", "20290.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta ohra.", "SAĦĦA - XIRI TA' KAROZZI", "20291.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - REVIŻJONI TA' KERA", "20302.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara tistax issir xi ħaġa għar-rigward tar-reviżjoni tal-kera tal- postijiet tal-gvern li ssir kull sentejn, u dan peress li qed ikollna persuni li wara li jispiċċaw pensjonanti qed ikollhom isofru konsegwenzi ta' kera għolja għal sentejn jew anqas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reviżjoni tal-kera tal-postijiet residenzjali tal- Gvern issir mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u mhux mid- Dipartiment tal-Artijiet u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - XIRI TA' DJAR", "20304.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju dwar x'jista' jsir sabiex persuni li jgħixu fi djar tal-gvern fuq art b'titolu ta' possession and use, ikunu jistgħu jixtru darhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-Dipartiment ta` l-Artijiet ilu għal żmien twil jaħseb x`jista jagħmel sabiex jifdi t-titolu tal-\"possession and use\" biex b`hekk persuni li għandhom ir-residenza tagħhom fuq proprjeta` li ġiet akkwistata b`dan it-titolu jkunu jistgħu jixtru darhom.", "Nixtieq ngħid li dan mhux faċli u s`issa għadha ma nstabet l-ebda soluzzjoni ħlief dik fejn is-sidien volontarjament ibiegħu lill-Gvern il- kumpens li jkunu qegħdin jirċievu wara li t-titolu tal-\"possession and use\" idur f`wieħed ta` \"public tenure\".", "KALKARA - TRIQ SANTA LIBERATA - DAWL", "20305.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-cables tad-dawl ma' arblu perikoluż jiċċaqalqu għal ma' arblu ġdid li tpoġġa xi xahar ilu fi Triq Santa Liberata, Kalkara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PRIVATISATION BONDS - PBS", "20306.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- Ministru dan l-aħħar għażel li jagħti dettalji dwar il-privatisation bonds f'mod esklużiv lill-PBS, ma jaħsibx li dettalji bħal dawn imisshom saru pubbliċi mal media kollha, inkluża dik stampata?", "Jista' jfisser il-parametri li fuqhom ser jiġu msawwrin dawn il-bonds kif wkoll il-kundizzjonijiet li ser jinħarġu taħthom?", "Il-Ministru għandu l-ħsieb li jmur quddiem il-Parlament biex jawtorizzhom kif jagħmel meta soltu jkun hemm ħruġ ta' stocks ġodda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn naf jien il-PBS huwa l-istazzjon tal-pajjiż kollu u għalhekk meta ħarġet l- informazjoni mill-PBS din serviet bħala nformazjoni ġenerali.", "L-informazzjoni li ngħatat kienet ta' natura ġenerali u d-dettalji jkunu elenkati fil-prospectus li se joħroġ dalwaqt.", "Billi dan mhux self ġdid m'hemmx għalfejn jiġu awtorizzati mill-Parlament.", "IMPJIEGI", "20307.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, xahar b' xahar, kemm kienu l-persuni li tilfu l-impjieg minn Jannar 2000 sal-lum?", "Minn liema settur kienu ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni mitluba.", "PULIZIJA - ĦAMIEM", "20308.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dilettanti tal-ħamiem tal-ġiri qed ikunu mħarka minħabba l-ħamiem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minħabba l-fatt li din id-domanda hija wisq ġenerika, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika b`liema reati speċifiċi qed jiġu akkużati dawn id-dilettanti tal-ħamiem.", "PULIZIJA - ĦAMIEM TAL-ĠIRI", "20309.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dilettanti tal- ħamiem tal-ġiri qed ikunu mħarka minħabba l-ħamiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jghamel il- Mistoqsija lill-Ministru kondcernat.", "TAXXI INTERNI", "20315.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid b'liema rata ta' taxxa jiġu ntaxxati għal xogħol part-time ma' xi korporazzjoni parastatali, il-ħaddiema li bħala mpjieg prinċipali dawn jaħdmu maċ-Ċivil?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul minn impjieg part-time ma' xi korporazzjoni jew parastatali, ta' ħaddiema li jkollhom impjieg full-time mal-Gvern huwa ntaxxat bir-rati normali tat- taxxa.", "SAĦĦA - SPTAR BOFFA - MEDIĊINI", "20316.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' mediċini li huma neqsin fl-Isptar Boffa u fl- ispiżerija ta' l-Isptar Boffa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-lista ta` mediċini li huma neqsin fl- Isptar Boffa u fl-ispiżerija ta` l-istess sptar, huma kif ġej fil-lista indikata hawn taħt:", "|ITEM | | | |Alphakeri Bath Oil | |Aserbine Cream | |Calcipotriol Cream | |Calcium Effervescent | |Chlopropamize Inj. | |Dapsone 100mg Tabs. | |Dithranol 0.1% Cream | |Dithranol 0.25% Cream | |Dobutamine Inj. | |Ferrous Sulphate Tabs. | |Hydroxychloroquine 200 mg Tablets| |Labetalol Inj. | |Mesalazine 400 mg Tabs. | |Methylsallcylate Ointment | |Miconazole & Hydrocortisone Cream| |Oxybutinin 5mg Tabs. | |Pentamidine Inj. | |Permethrin Solution | |Silver Nitrate Pencil | |Spironolactone 25mg Tablets | |Tretinoin Cream | |White Petroleum Jelly | |White Soft Paraffin 225g | |White Soft Paraffin 453g | |White Soft Paraffin 85g |", "PULIZIJA - TA' QALI - HUTS - PERMESSI", "20317.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhomx jingħataw permessi biex jinfetħu huts ġodda ta' l-artiġġjanar f'Ta' Qali?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi proċeduri wieħed għandu juża ħalli jkun jista' jiftaħ hut f'Ta' Qali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħal ma diġa` ħabbar il-Gvern, il-lok tal-villaġġ ta` l-artiġjanat ġo Ta` Qali huwa s-suġġett ta` Development Brief illi qiegħed ikun finalizat b`kollaborazzjoni bejn l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u s- Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi. ------------", "Id-Development Brief ser jindika l-proċess ta` kif wieħed ikun jista` jistabilixxi ruħu f`dan il-villaġġ."]} {"filename": "19990517_098d_par.doc", "date": "1999-05-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 98 It-Tnejn, 17 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 98", "It-Tnejn, 17 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.13 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "98", "It-Tnejn, 17 ta' Mejju, 1999", "WERREJ MINUTI 763", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 763", "TQEGĦID TA' KARTI 767", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU", "GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 768", "AĠĠORNAMENT 789", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 794", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 97 li saret fit-12 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "QORMI - TRIQ IĊ-ĊAWSLI - DAWL", "6022.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl fi Triq iċ-Ċawsli, Qormi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li ma jirriżultax li fit-triq imsemmija hemm il-ħtieġa li jiżdied id-dawl.", "QORMI - TRIQ IĊ-ĊAWSLI - RUN-OFF WATER", "6023.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-dipartiment responsabbli biex tiġi megħluba l-problema ta' l-ilmijiet fi Triq iċ-Ċawsli, Qormi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li d-dipartiment tat-toroq qed jaħdem biex jitwettaq ix-xogħol f'Imdina Road u fil-bypass, liema xogħol jinkludi bini ta' culverts għall- ilma.", "B'dan il-proġett hu maħsub li jonqsu l-ilmijiet li jaqgħu aktar 'l isfel fiż-żona ta' Triq iċ-Ċawsli.", "Meta jsir ix-xogħol wieħed ikun jista' jiddeċiedi aħjar dwar x'miżuri oħra jkun hemm bżonn jittieħdu biex il-problema ta' l-ilmijiet fi Triq iċ- Ċawsli tkun kontrollata aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FRRUGIA: Nixtieq li l-Ministru jinforma lill-Kamra x'qed isir mid-dipartimenti konċernati li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu rigward ir- run-off water.", "Il-gvern preċedenti kien beda numru ta' proġetti bil-għan li din il-problema tiġi solvuta, b'mod li l-ilma li normalment jispiċċa fit-triq wara li tkun għamlet xi bexxa xita jiġi utilizzat.", "Jien nixtieq inkun naf jekk dan il-gvern hux se jkompli miexi fuq din il-policy u, jekk dan huwa l-każ, x'inhu l-programm għax-xhur li ġejjin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għalkemm kien qed isir xi xogħol f'xi inħawi partikolari, wieħed ma jistax jgħid li kien hemm xi pjan komprensiv f'dan ir-rigward.", "Attwalment id-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-unit responsabbli minn dan is-settur fil-ministeru għall-ambjent, qed jipprogramma x'jista' jsir 'il quddiem fl-inħawi kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jirrikonoxxi li din hija sitwazzjoni li tenħtieġ li tiġi indirizzata u li hemm bżonn li jkun hemm iktar pjanijiet għal-lokalitajiet kollha?", "Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli minn din il-programmazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma naħsibx li huwa sewwa li l-ilma kollu tax-xita jispiċċa jintilef fil-baħar.", "Ilna diversi snin nitkellmu dwar il- ħtieġa li jkun hemm postijiet fejn nilqgħu l-ilma b'mod dirett u b'mod indirett.", "Għalhekk id-dipartiment tat-toroq, il-unit responsabbli minn dan is-settur li hemm fil-ministeru għall-ambjent, kif ukoll il-water services corporation iridu jfasslu pjan serju li realment iwassal biex xi darba - qed ngħid xi darba għaliex nafu li dan mhuwiex programm li tista' tagħmlu fi żmien qasir u minkejja l-volonta' tal-gvernijiet kollha li kellna għadna ma wasalniex - l-ilma tax-xita nsalvawh.", "QORMI - TRIQ IL-MILIED - TELEPHONE BOX", "6024.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-bżonn ta' telephone box fl-inħawi ta' Triq il-Milied, f'Ħal Qormi?", "Jekk iva, meta se ssir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Jien informat li l-uffiċjal responsabbli mill-cardphones fil-Maltacom se jieħu l-opinjoni tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi dwar il-ħtieġa ta' cardphone fl-inħawi tat-triq imsemmija.", "QORMI - TRIQ IL-MILIED - LETTER-BOX", "6025.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-bżonn ta' letter-box fl-area relattivament ġdida fl-akwati ta' Triq il-Milied, f'Ħal Qormi?", "Jekk iva, meta huwa ppjanat li din tiġi nstallata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Ir-residenti ta' l-akkwati ta' Triq il-Milied f'Ħal Qormi jistgħu jagħmlu użu minn żewġ kaxxi ta' l-ittri li hemm fil-qrib - waħda minn dawn il-kaxxi ta' l-ittri tinsab f'Misraħ San Franġisk u l-oħra fil- qasam tad-djar tal-Blat - madwar 350 metru bogħod mill-lokalita' imsemmija.", "Fiċ-ċirkostanzi ma jinħassx il-bżonn ta' kaxxa ta' l-ittri fl-inħawi ta' Triq il-Milied.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' l-Ministru jgħidli xi kriterji jintużaw biex titwaħħal kaxxa ta' l-ittri ġdida?", "Qed nistaqsi dan għaliex meta saret talba bħal din għall-Madliena, li hija area mifruxa ħafna, l-unika tweġiba kienet li l-kunsill lokali tas-Swieqi għandu jċaqlaq waħda minn dawk eżistenti, ovvjament a spejjeż tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi nifhem li l-uffiċjali nkarigati mill- Maltapost jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom skond id-distanza u l- popolazzjoni ta' l-inħawi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jara li ssir kaxxa ta' l-ittri ħdejn il-flats ta' Kordin, Raħal Ġdid, peress li din hija area perikoluża għan-nies li jaqsmu minn hemmhekk, partikolarment l-anzjani?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se ngħaddi dan is-suġġeriment lill- Ministru Ċensu Galea.", "QORMI - VALLETTA ROAD", "6026.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara kif jista' jiġi megħlub il-periklu li hemm f'Valletta Road, Qormi, kemm għall- karozzi kif ukoll għal min ikun għaddej, forsi permezz ta' zebra crossing jew pelican lights?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex jara x'jista' jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, la qed nitkellmu fuq il-perikli u l- inkonvenjenzi, nixtieq nirriferi għal Triq Gorg Borg Olivier fir-Rabat, li qabel kienet magħrufa bħala Busketto Road.", "Peress li ilna niddiskutu ħafna dwar il-gravita' tal-problema li teżisti f'din it-triq, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk wasalx iż-żmien li tabilħaqq isir pjan bi prova, mqar għal xahar biss, sabiex naraw jekk hux possibbli li din it-triq issir one-way, imbagħad wara wieħed ikun jista' jirrifletti fuq dak li jkun hemm bżonn verament.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-bidu Triq Borg Olivier fir-Rabat kienet waħda minn dawk il-ħafna toroq li minnha kien igħaddi ftit traffiku pero' llum kulmin igħaddi minnha jaf kemm l-istampa nbidlet.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Farrugia, din il-problema ilha teżisti għal ħafna snin, kemm għar-residenti li joqogħdu r-Rabat u Had-Dingli kif ukoll għal dawk li jitilgħu fl-inħawi tal-Buskett.", "Wieħed jista' jgħid li matul ix-xhur li għaddew id-dipartiment tat-toroq, it-traffic control board u l-ministeru tiegħi ltqajna ma' diversi assoċjazzjonijiet, inkluż mal-kunsill lokali tar-Rabat - eventwalment irrid niltaqa' wkoll mal-kunsill lokali ta' Had-Dingli, li għamel xi sottomissjonijiet - biex naraw x'possibbiltajiet jeżistu.", "Fil-fatt waħda mill-possibbiltajiet li hemm għal din it-triq hija li t-traffiku jiġi ddevjat għat-triq ta' taħt l-Imtarfa, għalkemm nafu li din hija triq li qiegħda fi stat ħażin.", "Id-dipartiment tat-toroq qed jieħu l-passi meħtieġa biex flimkien ma' kulmin huwa konċernat jibda l-esperiment, biex ngħidulu hekk, ta' one-ways fl-inħawi kollha, mhux ta' Triq Gorġ Borg Olivier biss.", "Meta pprovajna niddiskutu din il-problema sibna li mhux possibbli ssolvi l-problema tat- traffiku ta' Triq Borg Olivier jekk ma tittrattax il-problema tat-traffiku minn ħdejn ir-roundabout ta' Ħaz-Zebbuġ.", "Jien nispera li l-proposti li għandna quddiemna jiġu mħaddma fil-ġimgħat li ġejjin.", "AMBAXXATI - KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL", "6027.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il intervent għamel il-foreign office ma' ambaxxati barranin f'Malta biex jiġu rregolarizzati l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema mill-1994?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mill-1994 'l hawn il-ministeru ta' l-affarijiet barranin għamel rappreżentazzjonijiet mar- rappreżentanti diplomatiċi tal-gvernijiet tal-Libja, ta' Franza u ta' l- Indja dwar ilmenti li tressqu minn żmien għal żmien quddiem id-dipartiment tax-xogħol minn ħaddiema Maltin impjegati fl-ambaxxati ta' dawk il-pajjiżi f'Malta.", "XANDIR - FREKWENZI TAR-RADJU", "6095.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3980 - li oriġinarjament kienet saret lill-ministru ta' l-edukazzjoni - u ċioe' jista' jgħid kemm hemm frekwenzi tar-radju vakanti bħalissa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Malta għad għandha erba' frekwenzi fil-VHF FM li għadhom mhumiex okkupati mill-frekwenzi allokati lilha mill- unjoni internazzjonali tat-telekomunikazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti għal dawn il-frekwenzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Hawnhekk m'għandix l-informazzjoni meħtieġa pero' lest li niċċekkja jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti.", "WSC - ZABBAR - TRIQ BURSETT", "6180.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li fi Triq Bursett, Zabbar jidħol il-main ta' l-ilma biex ir-residenti l-ġodda jkunu jistgħu jdaħħlu għall-ewwel darba dan is-servizz?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bħalissa qed twettaq proġett ta' installazzjoni ta' tliet kilometri ta' mains ġodda ta' l-ilma f'Ħaż-Żabbar.", "F'dan il-programm ta' xogħlijiet hemm inkluża Triq Bursett.", "MALTA SHIPBUILDING - ĦADDIEMA", "6181.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux ħaddiema jaħdmu fil-Malta Shipbuilding mill-5 ta' Settembru sal-lum?", "Jekk iva, ta' liema grad u kemm għandhom salarju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5535.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimnetari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata sussidju mill- gvern lill-ħaddiema tat-tarzna għall-1999?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hawnhekk m'għandix l-informazzjoni neċessarja pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija parlamentari, jien lest li nagħtih it-tweġiba li għandu bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Peress li issa l-Mid-Med Bank inxtara mill-HSBC, se jkun hemm problemi biex il-ħaddiema tat-tarznari jingħatalhom is- sussidju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, safejn naf jien il-ġimgħa li għaddiet dan is-suġġett ġie trattat b'mod estensiv f'dan il-parlament u nafu li l-HSBC se jaħdem f'Malta fil-parametri ekonomiċi u soċjali preżenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Peress li l-avis ta' l-Unjoni Ewropea jgħid li għandu jitneħħa kull sussidju għal ċerti kumpaniji, is-sussidju li jingħata lill- ħaddiema tat-tarznari se jitneħħa?", "Jekk iva, x'se jiġri mill-ħaddiema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Lili pjuttost jirriżultali bil-maqlub!", "Fil- fatt diversi tarznari fl-Ewropa li jgawdu minn skemi ta' sussidju kultant iħossuhom f'pożizzjoni ta' vantaġġ fil-konfront ta' Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Dan ifisser li l-ħaddiema tat-tarznari għandhom iserrħu moħħhom li s-sussidju se jibqa' jingħata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jitbiegħed wisq mill-mistoqsija originali u jkun aħjar jekk jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "TARXIEN - TRIQ ANNUNZJATA - CABLE TAD-DAWL", "6203.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li cable tad-dawl perikoluż fi Triq Annunzjata, Tarxien - minn Triq it-Tarzna sa Triq Lampuka - jinbidel peress li huwa mikxuf?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Għalkemm il-cable tad-dawl in kwestjoni ma joħloqx periklu, xorta waħda għandu jinbidel flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - UNIFORMIJIET", "6210.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex in- nurses fl-SVPR għadhom ma ngħatawx l-uniformi l-ġdida meta nafu li fid- dipartiment tas-saħħa daw tqassmu f'Awissu ta' l-1998?", "Fil-fatt il- maġġoranza tan-nurses fl-Isptar San Luqa diġa' ħaduha l-uniformi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Kważi n-nurses kollha f'San Vinċenz ġew fornuti bl-uniformi l- ġdida pero' hemm numru żgħir ħafna li għadhom ma ħaduhiex, peress li ċerti qisien huma out of stock.", "Qed jittieħdu passi sabiex dan in-numru żgħir ta' mpjegati jkollhom l- uniformi l-ġdida f'qasir żmien.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fid-dipartimenti tal-gvern u awtoritajiet/ korporazzjonijiet parastatali f'April 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6858.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 80 ta' l-1999 - Telecommunications (universal service obligations) (amendment) Regulations, 1999;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti fl-iskejjel kollha f'Ottubru 1999, flimkien ma' tagħrif dwar allokazzjonijiet ta' flus lil kull skola għas-sena 1999 għall-maintenance, materials and supplies u spiża kapitali għall-equipment, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6879 ; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 77 ta' l-1999 - Ordni ta' l-1999 dwar tipi ta' zokkor għall-konsum uman (Ordni Nru. M 39 ta' l-1999);", "Avviż Legali Nru. 78 ta' l-1999 - Ordni ta' l-1999 dwar l-għasel (Ordni Nru. M 40 ta' l-1999); u", "Avviż Legali Nru. 79 ta' l-1999 - Ordni ta' l-1999 dwar ġamm tal- frott, jelly, marmellati u purea ħelwa tal-qastan (Ordni Nru. M 41 ta' l-1999).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "K.L.B.L. 12/2/99 - bye-laws ta' l-1999 dwar skips (Attard); u", "K.L.B.L. 12/3/99 - bye-laws ta' l-1999 dwar reklami fuq għamara tat- toroq (Attard).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-12 ta' Mejju, 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, fuq dan l-abbozz ta' liġi qed ikollna ħafna interventi miż-żewġ naħat tal-Kamra u dan juri kemm it-turiżmu huwa importanti għalina u għall-ekonomija tagħna, iżda qabel ma nidħol fis- suġġett nixtieq ngħid li dan l-abbozz ta' liġi għandu storja interessanti ħafna.", "Fil-fatt il-bidu tiegħu jmur lura għall-1994 u minn dak iż-żmien 'il hawn sar ħafna xogħol.", "Tant hu hekk li l-amministrazzjoni Laburista preċedenti wasslet biex tressaq din il-liġi quddiem il-parlament u tippubblika white paper pero', kif jaf kulħadd, bħal dan iż-żmien sena nqalgħu kwestjonijiet kbar.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed ifakkar li, minkejja li bħal dan iż-żmien sena l-Onor.", "Karmenu Vella kien ippropona dan l-abbozz ta' liġi u l-Onor.", "Michael Angelo Refalo għan-nom ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kien issekondah, meta ġejna għall-istadju ta' kumitat l-affarijiet ħadu żvolta oħra.", "Fil-fatt fejn qabel konna qed naqblu li dan l-abbozz ta' liġi kien se jkompli jkattar il-ġid għal pajjiżna, meta ġejna għall-votazzjoni fuq ċerti klawsoli l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra bdew jivvotaw kontra.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix dawn l-affarijiet għax mhux l-ewwel darba li rajna attitudni negattiva min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Is-sena l-oħra konna għaddejjin minn sitwazzjoni delikata ħafna għall-governabilita' tal- pajjiż u peress li l-gvern ta' dak inhar kellu deputat wieħed biss aktar mill-oppożizzjoni, il-membri tan-naħa l-oħra rikbu b'mod opportunistiku fuq din il-mewġa.", "Niftakru li dak inhar il-Perit Mintoff ma kienx qed jaqbel ma' ċerti affarijiet u ovvjament kulħadd jaf l-istorja.", "Li huwa żgur huwa li wieħed ma jistax jaqbel mal-mod kif inbidlu l-affarijiet għal raġunijiet partiġġjani min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż- żmien, meta dawn bdew jgħidu le għal kollox biex iwasslu għal affarijiet oħra.", "Illum jien qed insemmi din l-istorja biex inżommu l-perspettiva ta' din il-liġi quddiem għajnejna u biex nevitaw il-partiġġjaniżmu.", "Jien naħseb li jekk fil-qasam tat-turiżmu se naħdmu b'partiġġjaniżmu strateġiku, bħalma ġara bħal dan iż-żmien sena, inkunu qed inwarrbu l-għan li rridu nilħqu, jiġifieri li nkattru l-ġid għal pajjiżna.", "Jien nixtieq ngħid li saru ħafna konsultazzjonijiet min-naħa tal-gvern preċedenti biex stajna naslu għall-pożizzjoni li ħadna dakinhar.", "Hawnhekk nixtieq insellem lil dawk l-assoċjazzjonijiet li taw l-għajnuna tagħhom biex l-amministrazzjoni preċedenti setgħet tressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem din il-Kamra.", "Fost dawn l-assoċjazzjonijiet kien hemm il-Malta hotels and restaurants association, il-federation of Malta hotels, il-Malta Paceville hotels and restaurants association, il-federation of associations of travel and tourism agents, il-Malta incoming tourism association, il- Malta timeshare association, il-Malta federation of English language teaching organisations, il-Gozo tourism action committee, il-hotel and catering international management association, il-Malta union of tourist guides, ir-rent-a-car association, l-Air Malta, l-Malta chamber of commerce, il-GRTU, l-Malta touring club, l-incoming tour operators association, diversi individwi oħrajn u xi għaqda partikolari oħra li forsi ma semmejtx.", "F'oqsma ta' dan it-tip, il-partiġġjaniżmu għandna nħalluh fil-ġenb u aktar ma jkollna konsultazzjoni wiesgħa ma' individwi, assoċjazzjonijiet, għaqdiet u organizzazzjonijiet differenti fit-tfassil ta' liġijiet bħal dawn, aktar inkunu nistgħu naslu għal dak li nkunu nixtiequ nagħmlu.", "Naturalment ħarisna wkoll lejn liġijiet ta' pajjiżi barranin u nista' ngħid li mxejna fuq il-liġijiet ta' l-Irlanda, New Zealand, Ċipru, Franza u l-Ingilterra.", "Mr Speaker, wieħed bilfors irid iżomm qudddiem għajnejh l-aspett soċjali u l-aspett ekonomiku tat-turiżmu.", "Ċertament li t-turisti li jiġu f'pajjiżna jkollhom kulturi differenti, lingwi differenti, mod ta' għajxien differenti u tradizzjonijiet differenti u dawn ikunu qegħdin jitħalltu maż-żgħażagħ u mal-familji tagħna.", "Tajjeb li jkun hawn dan l- iskambju ta' ideat għax dan jgħin lill-poplu tagħna jżomm ruħu aġġornat ma' dak li jkun qed isir f'diversi pajjiżi oħrajn.", "Naturalment bħal f'kull ħaġa oħra, dan iġib miegħu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi.", "Meta aħna niltaqgħu mat-turisti, kemm aħna u kemm huma nitgħallmu fuq kulturi differenti u meta dawn imorru lura jwasslu l-kultura tagħna hemmhekk, pero' min ikun trawwem f'ċerta kultura mhux se japprezza kulturi u tradizzjonijiet ta' post ieħor faċilment.", "Per eżempju, nisimgħu ħafna li pajjiżna huwa magħruf bħala pajjiż li fih issir il-kaċċa.", "Issa jien mhux se nidħol f'din il-polemika pero' dak il-barrani li mhuwiex imdorri f'dan l- ambjent mhux se jħares lejn il-kaċċa bl-istess mod kif iħares bniedem li jkun trabba f'dan id-delizzju.", "Per eżempju, minkejja li ssir pressjoni internazzjonali fuq il-bullfighting, għax igħidulek li din hija krudelta', mur igħid lill-Ispanjoli jaqtgħu dan id-delizzju!", "Li rrid ngħid jien hu li kull pajjiż għandu t-tradizzjonijiet u l-kulturi tiegħu u għandna nagħmlu minn kollox biex isem pajjiżna jibqa' fil-livell li jixraqlu.", "Nixtieq ngħid ukoll li għandna nkunu konxji dwar l-importanza tat- turiżmu.", "Ħafna drabi meta mmorru postijiet bħal Buġibba u Marsascala, lanqas biss nagħtu kas kemm iżuruna turisti.", "Issa li ġej is-sajf u n- numru ta' turisti jibda jiżdied sew, għandu jkun hawn kampanji regolari ta' għarfien għall-pubbliku dwar kemm huwa importanti l-mod kif aħna nġibu ruħna mat-turist.", "Aħna rridu nkunu kapaċi nifhmu lit-turist u nagħmlu l- affarijiet b'mod aktar kordjali.", "Jien nixtieq naċċenna għall-fatt li l- aktar ħaġa importanti meta niltaqgħu mat-turist hija l-ospitalita'.", "Jekk pajjiż ikollu l-aqwa infrastruttura, l-isbaħ lukandi, l-isbaħ bajjiet u xemx li bħalha ma tara mkien, imbagħad l-atteġġjament tan-nies tal-lokal ma jkunx akkoljenti u t-turist ma jħossx ruħu at home, kollox jisfuma fix- xejn.", "Jien nemmen li l-poplu Malti in ġenerali huwa kapaċi jilqa' għal dawn l-isfidi pero' rridu noqogħdu attenti għal dawk in-nies li għad m'għandhomx għarfien biżżejjed dwar kif iġibu ruħhom mat-turist.", "Fl- opinjoni tiegħi, l-akbar reklam - dan jista' jkun pożittiv u anke negattiv - li jista' jsir huwa mit-turist innifsu għax meta dan imur lura f'pajjiżu se jgħid x'ra u ma xiex iltaqa'.", "Ovvjament jekk turist isib l- ospitalita', jien persważ li dan se jmur igħid kemm ħa pjaċir u jħajjar lil sħabu biex jiġu hawnhekk huma wkoll.", "Issa nixtieq nitkellem fuq l- aspett ekonomiku tat-turiżmu fuq pajjiżna, Sur President.", "Kif nafu, għal ħafna snin, finanzjarjament Malta kienet tiddependi mill- pożizzjoni strateġika tagħha għax kienet bażi militari u ħafna drabi kienet isservi ta' fortizza.", "Qabel l-1979 kien hawn kampanja sħiħa kontra l- ħelsien ta' pajjiżna - għalkemm kont għadni żgħir niftakar lit-turisti juru t-tħassib tagħhom ukoll għax kien hawn kampanja qawwija - u kienu jgħidu li jekk ma jibqax ikollna din l-għajnuna finanzjarja ma nkampawx peress li aħna tikka żgħira f'nofs il-Mediterran.", "Dak kien l-argument li kienu jġibulna tan-naħa l-oħra dak iż-żmien pero' aħna konna fiduċjużi.", "Din ma kenitx triq faċli iżda kienet triq ta' ħafna sagrifiċċji, anke għall- poplu tagħna, imma bil-mod il-mod wasalna.", "Illum ħadd ma jiddubita mill- kapaċita' tal-poplu tagħna u ta' pajjiżna li nfendu għal rasna mingħajr il- ħtieġa li nintrabtu ma' xi karru militari.", "Naħseb li dan kollu is behind us illum.", "L-istorja tajjeb tħares lejha għax minnha titgħallem u jekk tinsa l- imgħoddi ftit tista' tiżen fejn se tasal fil-futur.", "Bdejna nindunaw li bħala pajjiż għandna ħafna iktar x'noffru milli sempliċement dan l-aspett militari u ħarisna lejn l-pożizzjoni strateġika tagħna minn lenti differenti.", "Minflok l-aspett militari bdejna naħdmu biex pajjiżna jsir ċentru ta' servizzi għall-Ewropa, għan-North Africa u għal pajjiżi minn inħawi differenti.", "Fil-fatt jien kburi li fis-sena li għaddiet bħala arrivals f'pajjiżna kellna rekord ta' 1.2 miljun turist li ġew iżuruna.", "J'Alla li din ix-xejra tkompli u j'Alla li jkollna aktar matul din is-sena u fis-snin li ġejjin, irrispettivament minn min ikun fil-gvern.", "Irrid ngħid ukoll li ħafna drabi l-effetti ta' ċerta ħidma fis-settur turistiku ma jidhrux immedjatament.", "Min jaħdem f'dan il-qasam jaf li trid tippjana fit-tul.", "Ma tistax tgħid li se tagħmel avveniment f'pajjiżna x- xahar id-dieħel u tistenna li se tħoss l-effetti tiegħu immedjatament.", "Dan għaliex qed ngħidu?", "Qed ngħidu għax naħseb li ħafna mix-xogħol li sar fit- 22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista f'dan il-qasam qed naraw l-effetti tiegħu llum l-ġurnata.", "U jekk hemm qasam li fih rajna żieda fenomenali - u jiena persważ li għandna fejn nikbru ħafna iktar - dan huwa f'dak li għandu x'jaqsam mal-cruise passengers. llum saret komuni li bniedem ikun irid iżur iktar minn post wieħed.", "It-tendenza hija li għalkemm jiżdied in-numru ta' turisti, id-duration ta' vaganza qed tiqsar.", "Dan il-fenomenu jista' jkollu ħafna interpretazzjonijiet u jien ngħid li waħda minnhom hija l- influwenza tal-cruise liner passengers.", "Dawn il-liners li jżuru pajjiżna jkollhom ippjanat fejn se jmorru, fejn se jieqfu u kemm se jdumu.", "Kultant dawn idumu hawnhekk numru ta' sigħat biss.", "Issa aħna għandna nisfruttaw il- pożizzjoni strateġika tajba tagħna biex inkunu l-fulcrum ta' din l- attivita'.", "Aħna ma rridux li dawn jiġu hawn, jieqfu ġurnata jew jumejn, jonfqu li għandhom jonfqu u jibqgħu għaddejjin imma rridu li t-tluq tagħhom isir minn hawn u l-final destination tkun pajjiżna wkoll.", "B'dan il-mod aktar hemm ċans li tikber id-duration of stay ta' turisti ta' din in- natura.", "Ta' min wieħed jirriferi wkoll għall-proġett li fasslet l- amministrazzjoni preċedenti dwar il-cruise passenger terminal.", "Illum kważi għaddiet sena minn dak iż-żmien u ftit li xejn rajna żvilupp.", "Jiena nispera li ma jinħeliex ħafna żmien biex nitilqu fuq dawn il-proġetti għax dawn huma bżonjużi ħafna għal pajjiżna.", "Jiena nawgura lill-ministru biex jara kif jagħmel u jimxi 'l quddiem fuq dawn il-ħsebijiet.", "Diġa' għadda żmien prezzjuz u fis-sitwazzjoni ekonomika delikata li ninsabu fiha time is money u ċertament l-ekonomija tagħna għandha bżonn kull push illum qabel għada.", "Mr Speaker, ta' min isemmi wkoll il-proġetti infrastrutturali.", "Kemm konna ilna ma naraw imbottatura fl-aspett infrastrutturali fir-resorts turistiċi ta' pajjiżna?", "Jien hawnhekk bilfors ikolli nsemmi tliet lokalitajiet fejn saru proġetti ta' natura simili fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti.", "L-ewwelnett kellna l-famuż proġett ta' Buġibba li gvern Laburista preċedenti daħal għalih b'determinazzjoni qawwija.", "Għalija dan il-proġett kien ukoll xiehda ta' kemm il-ħaddiema taċ-ċivil - li ħafna drabi mmaqdruhom - jistgħu jkunu effiċjenti.", "F'perijodu ta' ftit xhur dan il-proġett kien lest.", "Illum jekk tmur sa Buġibba tara t-telqa li reġa' hemm.", "Il-ministru għall-ambjent qabad ma' ħajt li ma għoġbux għax qed jgħid li dan qiegħed ikerrah u mill-bqija ma saret l-ebda manutenzjoni.", "Jekk tmur hemm taħsbek li qiegħed il-Kosovo għax kullimkien maqlugħ!", "Jien niddubita ħafna kemm ix-xogħol se jilħaq isir qabel ix-xhur tas-sajf u donnu l-ministru kkonċernat għandu rekord f'dan il-qasam għax fix-xitwa ma jsir xejn f'dawn ir-resorts u meta joqrob is-sajf nibdew naqilgħu x- xogħlijiet kollha.", "Nista' nsemmi wkoll il-proġett ta' Wied il-Għajn.", "Qabel ma nbidlet l- amministrazzjoni fl-1996 hemmhekk kienu nqalgħu xi trinek fl-eqqel tas- sajf.", "Jiena ma nafx kif nippretendu li se niġbdu t-turisti lejn pajjiżna b'dawn l-affarijiet!", "Jien nawgura u nħeġġeġ lill-ministru konċernat li jaħdem partikolarment fuq dak ta' Buġibba li għandu maqlugħ kollu ħalli dan ma jkunx eyesore għat-turisti li qegħdin iżuruna fl-iktar staġun popolari.", "Barra Wied il-Għajn anke f'Birżebbuga ma kienx laħaq tlesta x-xogħol kollu.", "Minkejja li għaddew ix-xhur, illum għadu għaddej ix-xogħol hemmhekk.", "Jiena kont nippretendi li dan ukoll kellu jkun lest għal dan iż-żmien tas-sena.", "Fi żmien amministrazzjoni Laburista kien jinbeda x-xogħol fuq resort fix- xitwa biex għas-sajf ikun lest.", "Din il-ħaġa saret fi tliet postijiet differenti.", "Hemm ħafna postijiet oħrajn li jimmeritaw din it-tip ta' attenzjoni u allura nawgura lill-gvern preżenti biex ikompli miexi fuq l- istess linja li kien qabad il-gvern preċedenti.", "Huwa veru li dan jinvolvi nfiq sostanzjali imma jiena ngħid li in the long run dan se jirrendi meta tqabblu ma' l-introjtu li jkun hemm mir-reklam li jagħti.", "Dan qed ngħidu għax ikun inutli li jkollna lukandi l-ġmiel tagħhom jekk meta turist joħroġ barra se jsib ċerti problemi ta' toroq u drenaġġ.", "Turist mhux se joqgħod fil-lukanda u ma jiċċaqlaqx u għalhekk dawn il-problemi rridu nieħdu ħsiebhom.", "Jien nixtieq nitkellem ukoll dwar l-importanza ekonomika tat-turiżmu.", "Mit- turiżmu matul il-1998 jidher li kien iġġenerat dħul totali ta' Lm317.6 miljun.", "Fl-1997 id-dħul kien ta' Lm309.5 miljun.", "Il-kontribuzzjoni netta għall-GDP fl-1998 kienet ta' madwar 15%.", "Dan il-fatt ukoll juri l- importanza tat-turiżmu għall-ekonomija tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Vera li l-għanijiet espressi hawnhekk mhux qegħdin biss għat-turiżmu imma jmissu ħafna setturi oħrajn.", "Jidher ukoll li ma tantx hemm tibdil mill-abbozz li kien tressaq mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Bħala konċett ċertament ma kienx hemm tibdil u t-tibdil sar aktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' direttorati, li issa dawn mhumiex fissi imma jistgħu jiġu miżjuda jew imnaqqsa.", "Kien hemm ukoll xi żidiet ta' xi żewġ rappreżentanti fuq l- awtorita' tat-turiżmu.", "Mr. Speaker, sal-lum x'kien qed jiġri?", "Sal-lum ix-xogħol kien qisu maqsum fuq erba' binarji.", "Kellek l-NTOM li kienet tieħu ħsieb il-marketing, kif se nirreklamaw, kif se npinġu lil pajjiżna barra minn xtutna biex niġbdu nies lejna.", "Kellek ukoll l-HCEB, il- hotels and catering establishments board li kien iktar ikkonċentrat f'dak li għandu x'jaqsam ma' liċenzjar u ma' standards li wieħed għandu jżomm.", "Mill-aspett tar-riżorsi umani kellna l-institute of tourism studies u kellek anke d-dipartiment tat-turiżmu li għandu x'jaqsam ma' budgeting.", "Aħna konna qed nipproponu bażikament ħames direttorati taħt l-umbrella ta' l-awtorita' tat-turiżmu, li kellhom ikopru dawn is-setturi differenti.", "L-ewwelnett għandek id-direttorat tal-marketing and promotion.", "Imbagħad hemm ukoll dak li jieħu ħsieb ir-riżorsi umani.", "F'dan il-każ ma jistax ikollok turist li jmur fi stabiliment jew f'lukanda u meta jiġi għas- servizz isib persuna mhux kwalifikata, li m'għandhiex l-iskills, ma tafx l- etiquette u ma tafx kif tista' tagħmel iż-żjara ta' din il-persuna aktar pjaċevoli.", "Huwa tajjeb li niftħu l-lukandi u huwa tajjeb li nżommu l- istandard imma jekk ma jkollniex dan is-sisien ta' riżorsi umani mħarrġa se nbatu.", "It-tielet direttorat għandu x'jaqsam mal-product planning u ma' l- żvilupp.", "Dan mhux lakemm tgħid: Għandi biċċa art u se naqbad u ntella' bl- addoċċ mingħajr ippjanar.", "Dan id-direttorat jieħu ħsieb dawn it-tip ta' problemi biex l-affarijiet isiru bil-għaqal u in line mal-policies li jkollu l-gvern tal-ġurnata f'dan il-qasam.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament barra s-servizzi fil-lukandi u stabilimenti hemm ukoll dawk tal-qasam tat- trasport bħal taxis, minibuses, karozzi tal-kiri, il-vapur ta' Għawdex u s- servizz tal-helicopter.", "Dawn huma kollha oqsma li għalkemm mhumiex direttament għat-turiżmu imma żgur li huma sostanzjali għaliex mingħajrhom żgur li dan il-qasam ma jistax jimxi 'l quddiem.", "Ir-raba' direttorat huwa proprju marbut ma' dawn is-support services.", "Il-ħames wieħed għalija huwa l-iktar importanti u jidher li anke dan il-gvern se jenfasizza fuqu.", "Dan id- direttorat jolqot l-aspett ta' l-enforcement.", "Bħalma ngħidu, il-ħsara ssir malajr u biex issewwiha bil-mod.", "Il-Malti jgħidlek: Ħu l-fama u mur orqod.", "Naturalment ladarba tieħu fama ħażina, ma tantx tista' ġib lura l-fama t-tajba f'ħakka t'għajn.", "U ħafna drabi rridu nevitaw li jkun hawn nies irresponsabbli li jagħtu lit-turisti impressjoni ħażina.", "Dan l-aħħar kien hemm każ - qrajna ħafna fuqu - dwar spizerija li kienet qed tiċċarġja b'mod esaġerat.", "Issa din kienet tinstab f'tourist resort u dan l-aġir żgur li ma kienx qed jagħmel ġid.", "U huwa minħabba f'hekk li għandu jkollna enforcement fil-pront, ħalli ma noħolqux xkiel intortament għat-turist li jkun għamel id-denunzja.", "Turist jiġi hawn għal ftit jiem u ma jridx li jekk jirrapporta xi abbuż dan jispiċċa li jrid jibqa' Malta minħabba li jkun irid jagħti x-xhieda.", "Mela l-enforcement trid tkun espedjenti, effettiva, b'mod li tagħti sodisfazzjon u ssewwi immedjatament il-ħsarat li jkunu qegħdin isiru.", "Dawk li jimxu b'mod irresponsabbli qegħdin jagħmlu mhux ħsara lilhom infushom - għax kieku tgħid fiha u ma fihiex - imma ħsara lil pajjiżna in ġenerali.", "Mr Speaker, kull direttorat kellu jkollu wkoll il-manager tiegħu.", "Mela għidna għandek l-awtorita' tat-turiżmu u għandek id-direttorati li jaqgħu taħtha f'kull qasam partikolari li semmejt.", "Imbagħad għandek ukoll il- manager li jkun qed jaġixxi għan-nom tad-direttorati.", "F'dan l-aspett irridu nkunu nafu x'se jkunu l-ħsebijiet tal-gvern tal-ġurnata u kif se jkompli fil-linja li qegħdin ngħidu.", "Hawnhekk irrid insemmi wkoll l-aspett ta' l- akkomodazzjoni, l-istabilimenti ta' l-ikel u d-differenza bejn residential u touristic areas.", "Dan l-aħħar qed nisimgħu wkoll l-argument dwar jekk il- ħwienet għandhomx jiftħu l-ħdud jew f'xi ħinijiet oħra.", "Dawn kollha huma problemi li wieħed irid bilfors jagħtihom l-attenzjoni li timmeritahom.", "Minn hawnhekk ukoll irridu nsellmu lis-self employed li bl-għaraq ta' xbinhom u b'sagrifiċċji kbar iżommu dawn l-istabillimenti miftuħin, effiċjenti u jrendu servizz xieraq.", "Aħna rridu nkunu komprensivi għall- ħteġijiet tagħhom, għandna nkunu miftuħin magħhom u għandna nkunu lesti li nuruhom fejn irridu naslu u kif se nikkoperaw biex naslu għal ċerti riżultati.", "Ma nistgħux ninjorawhom u ngħidu li l-problemi u l-kwestjonijiet tagħhom xi darba jinqatgħu bil-mannarett u fejn laqat laqat u fejn ħabat ħabat.", "Irridu naraw kif se jkunu milquta anke l-incoming u l-outgoing travel agencies.", "L-incoming jaħdmu biex iġibu lejn pajjiżna u l-outgoing huma l-agenziji li bħalissa jkunu popolari ħafna mal-Maltin għal dawk li jkunu qegħdin jaħsbu biex jagħmlu xi żjara barra minn xtutna.", "Irridu nieħdu ħsieb ukoll dak li għandu x'jaqsam ma' destination management companies.", "Illum diffiċli timmaġina resort turistiku mingħajr l-ancilliary services bħall-excursions.", "Ovvjament issib min jgħidlek li jippreferi jirranġa r- rotta u l-ħin hu imma l-maġġor parti jirraġunawlek li sejrin f'pajjiż li ma tantx jafuh u allura jkunu jridu min jgħinhom, min jurihom u min iwassalhom f'ċerti attrazzjonijiet turistiċi fi ftit ħin.", "Dawn huma kollha oqsma li dan l-abbozz ta' liġi se jħares lejhom u se jipprova anke jirregolahom.", "Niġi issa biex nitkellem fuq il-gwidi.", "Ovvjament l-importanza tagħhom kulħadd jafha imma jiena hawnhekk se nerġa' nenfasizza dwar l-ospitalita'.", "Aħna darba konna f'pajjiż, tela' gwida fuq il-coach, beda jitkellem b'mod li ħadd ma beda jifhmu u wara ftit Alla jbierek biddel l-aċċent u beda jifhmu kulħadd.", "Għalina kienet sorpriża imma wara skoprejna li din għamilha bħala ċajta, bl-iskop li juri li huma joffru dan is-servizz, peress li bniedem bilfors irid jikkomunika meta jkun sejjer fuq żjara.", "Issa immaġina li tmur vera fuq exursion, titla' fuq xi coach, mingħalik se ssib xi gwida li se jispjegalek l-affarijiet u dan f'daqqa waħda jibda jitkellem b'mod li ħadd ma jibda jifhmu.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm hi importanti l- ospitalita', partikolarment meta qed nitkellmu dwar gwidi, sewwieqa tat- taxis, receptionists f'lukandi, waitresses fi stabilimenti u persuni li kontinwament u b'mod dirett jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Cilia, imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jistema'.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Cilia jkompli jinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Cilia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondat u lill-Kamra u nwiegħed li mhux se ndum ħafna.", "Ovvjament illum il-kompetizzjoni hija kbira meta wieħed jiġi għall-qasam tat-turiżmu, partikolarment fil- Mediterran, u aħna rridu nkunu għaqlin biżżejjed li dak li għandna x'noffru nkomplu nkattruh.", "U hawnhekk bilfors ikolli nenfasizza l-oqsma ta' l- isports u l-cultural tourism.", "Jekk hawn xi ħaġa li żgur aħna rikki fiha minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna hija l-kultura kbira li għandna x'noffru bħala pajjiż.", "Decade wara decade rajna nies jiġu jżuruna u jgħixu hawn, iħaddnu d-drawwiet tagħhom u jinfluwenzawna wkoll anke fil-lingwaġġ li nipprattikaw u fil-mod kif ngħixu.", "Dawn kollha ħallew l-influwenzi tagħhom imma ħallew ukoll l- impatti kulturali tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' arkitettura, folklor u leggendi.", "Dawn huma kollha affarijiet li aħna rridu noħorġu aktar għat-turist.", "Dan insejħulu niche market għaliex dan huwa xi ħaġa li aħna biss għandna x'noffru.", "Kulħadd għandu l-kultura u l-istorja tiegħu u tagħna hija partikolari.", "Hija tagħna fiha nnifisha u nistgħu ngħidu li għandna storja ħafna ikbar minn ta' pajjiżi oħra.", "F'dan il-qasam għandna fejn nikkompetu bil-kbir imma bla dubju rridu naħdmu ferm aktar.", "Fil-qasam ta' l-isports kulħadd jaf kemm stinka l-gvern preċedenti.", "Għall- ewwel darba ressaq f'dan il-parlament abbozzi ta' ftehim fejn 25 għaqda, il- biċċa l-kbira tagħhom nazzjonali, ingħataw postijiet biex dawn isiru tagħhom.", "Dawn l-għaqdiet ma kellhomx il-proprjeta' tagħhom u ma setgħux imorru l-bank u jissellfu fuq din il-proprjeta' biex jimxu 'l quddiem u anke jġibu t-turisti.", "Insemmi biss l-MFA, li kulħadd jaf kemm faċilitajiet toffri f'Ta' Qali.", "Illum għax tajnihom il-proprjeta' qegħdin jibnu stadium ieħor, li żgur se jkun kapaċi jiġġenera aktar dħul għal din l- assoċjazzjoni.", "Permezz ta' din il-policy se jkun hawn faċilitajiet akbar x'jiġu offruti lill-barranin speċjalizzati li jżuruna, partikolarment mill- pajjiżi Nordiċi, li l-istaġun tagħhom huwa differenti totalment minn tagħna u jistgħu jutilizzaw ix-xhur xitwin f'pajjiżna.", "Ovvjament dawn iħallu l- qligħ fostna.", "Aħna anke għenna finanzjarjament biex jittejjeb stand billi dan jitwaqqa' għal kollox u jsir mill-ġdid.", "Barra l-MFA insemmi wkoll l-għaqdiet ta' l-atletika.", "Aħna nafu kemm l- atletika qed tiżdied fil-popolarita' mhux biss mal-Maltin imma anke ma' ħafna turisti li jiġu jipparteċipaw fil-maratoni.", "U hawnhekk nixtieq insellem lil Malta amateur athletic association li jorganizzaw l-events u jġibu wkoll in-nies minn barra.", "Meta kont responsabbli jien, kienu ġew madwar 200 ruħ minn barra biex jutilizzaw il-faċilitajiet tal-Marsa.", "Qabel ma spiċċajna mill-gvern, fil-prinċipju konna qbilna li ngħaddu dik il- faċilita' lill-għaqda imma issa għaddew ix-xhur u fuq dawn il-proposti hemm question mark kbira.", "F'dan il-parlament lanqas resqet riżoluzzjoni waħda biex premises jgħaddu mingħand il-gvern għal għand dawn l-għaqdiet sportivi.", "Dawn kellhom u għad għandhom ħsebijiet li jinvestu biex itejbu l- faċilitajiet, anke għal training camps ta' atleti li jżuruna.", "Kien hemm saħansitra ħsebijiet ta' hostel ġewwa l-Marsa għal dawn it-tip ta' nies, imma sfortunatament ħafna drabi jingħaqlu l-bibien u ma jibqax ikun hemm dik id-determinazzjoni li wieħed jixtieq.", "Bħalma semmejt l-isport u l-kultura, hemm oqsma oħrajn li ċertament se jiġu indikati minn sħabi; per eżempju, hemm l-agro-turiżmu.", "Naf nies li qegħdin jinvestu fi proġetti u li jistgħu jġibu anke lejn pajjiżna nies interessati fl-agrikoltura biex dawn jitgħallmu fuq il-qasam partikolari ta' l-agrikoltura.", "Hemm ukoll dak li għandu x'jaqsam ma' recreation activities.", "L-amministrazzjoni Laburista kienet għamlitha possibbli li fil każ tal-casinos mhux nibqgħu kif konna f'post wieħed limitat imma jistgħu jiftħu anke fi bnadi oħrajn, kif fil-fatt ġara.", "Aħna rridu naħsbu anke għal dawn il-gamblers biex dawn ikollhom fejn jiddevertu u jħallu l-flus.", "Dawn kollha huma opportunitajiet li jiena nawgura li bil-passaġġ ta' dan l-abbozz jitqiegħdu fuq sisien iktar sodi.", "Nawgura wkoll li kemm jista' jkun nibqgħu mexjin 'il quddiem f'dan il-qasam.", "Nawgura wkoll li nibqgħu mexjin 'il fuq mill-partiġġjaniżmu li ħafna drabi jħalli effetti negattivi għall-ekonomija tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, qed nieħu pjaċir ħafna li qed ningħata l-opportunita' li nitkellem dwar wieħed mill-pilastri l-kbar ta' l- ekonomija ta' pajjiżna, jiġifieri l-industrija tat-turiżmu.", "Bħalma nafu f'Malta m'għandniex risorsi naturali li wieħed jista' jdaħħal ħafna flus minnhom imma għandna għandna x'nuru.", "Kellu bżonn pajjiżi enormi bħall- Amerika għandhom ħwejjeġ li jistgħu jarawhom it-turisti daqskemm għandha f'din il-gżira ċkejkna ta' Malta.", "Mr Speaker, il-gvern x'inhu jagħmel meta qed joħloq awtorita'?", "Proprju qed ifarfar ir-responsabbilta'?", "Le, il-gvern m'hu qed ifarfar l-ebda responsabbilta' imma se jara li l-affarijiet jimxu b'mod spedit u mingħajr ħafna burokrazija żejda.", "Meta qed joħloq awtorita' - u din hija s-seba' waħda li qed titwaqqaf - il-gvern qed jafda f'numru ta' nies kompetenti, nies effiċjenti u nies li jistgħu jagħtu l-aħjar kontribut lil din l- industrija importanti.", "Ma jistax ikun, Mr Speaker, li nabbandunaw din l-industrija.", "Nafu li ħafna industrijalisti Maltin investew il-miljuni biex proprju joħolqu l- faċilitajiet kollha li t-turisti jistennew minn dan il-pajjiż.", "Nafu wkoll kemm inbnew lukandi kbar u lussużi - li bħalma għadu kif qal l-Onor.", "Cilia tieħu pjaċir bihom - li jikkompetu ma' l-aqwa lukandi li hawn fl-Ewropa u barra mill-Ewropa wkoll.", "Dan juri kemm il-privat ikkontribwixxa u qed jikkontribwixxi bis-sħiħ proprju biex iqajjem din l-industrija.", "Barra l- lukandi li saru hemm ħafna oħrajn li qegħdin jibnew bħal, per eżempju, il- Hilton Hotel - li huwa proġett li se jiswa kważi Lm50 miljun u li se jiġbed lil dawk li jixtiequ li din il-lukanda tkun proprju r-refuġju tagħhom meta jkunu għal vaganza hawn Malta - u lukandi u holiday flats oħra fejn il-baħar.", "Hemm oħrajn li qegħdin jistennew biex l-awtorita' ta' l- ippjanar tapprova l-applikazzjoni tagħhom.", "Meta qegħdin naraw dan l- investiment kollu mill-privat, allura ma jistax ikun li l-gvern iħalli ċerti affarijiet mingħajr ma jagħti kashom.", "L-awtorita' tat-turiżmu m'għandhiex taġġorna ruħha biss imma jeħtieġ ukoll li jkollha l-akbar koperazzjoni mid-dipartimenti kollha tal-gvern.", "Ħafna kelliema qabli semmew - kważi issa bdejna nirrepetu l-istess affarijiet imma ma nistax ma nagħmilx aċċenn jiena wkoll - l-indafa.", "Sfortunatament aħna għandna l-mentalita' li darna nżommuha nadifa imma mill- bieb 'il barra ma jimportax jekk ikun mitluq.", "L-istess, għandna lukandi 5- Star u casinos miżmumin pinna imma barra huwa mitluq u biex negħlbu din il- ħaġa ma jistax ma jkunx hemm l-akbar koperazzjoni bejn id-dipartimenti.", "Naf li fil-kostituzzjoni ta' l-awtorita' tat-turiżmu se jkun hemm rappreżentanti minn diversi dipartimenti u wieħed jistenna l-akbar koperazzjoni mingħandhom.", "Kultant hawn Malta għandna telqa kbira u din mhijiex ġejja mill-gvern għax dan jimpjega nies apposta biex pajjiżna jinżamm nadif.", "Dan jixhdu r-rapport maħruġ mill-management personnel office u l-management efficiency unit ta' l-uffiċċju tal-prim ministru, li juri kemm qed issir ħidma imma mbagħad għandna ċerti ħaddiema u anke managers f'ċerti dipartimenti li mhumiex jagħtu kas ta' l-iktar ħaġa importanti li jfittex it-turist, jiġifieri l-indafa.", "Ma jistax ikun inħallu din is- sitwazzjoni.", "Ġej is-sajf u jiddispjaċini ngħid li għad hawn it-telqa u nuqqas ta' ndafa.", "Il-ħaddiema jaħdmulek sa ċerti ħinijiet biss u ma jagħtux il-kontribut sħiħ.", "Hemm ukoll il-problema li l-arterial roads huma responsabbilta' tal-gvern u d-distributory roads huma responsabbilta' tal- kunsilli lokali.", "Minħabba f'hekk jeħtieġ li ndaħħlu l-mechanical service għat-tindif ta' dawn il-postijiet.", "Ma jistax ikun li nħallu din il-telqa hekk kbira u jeħtieġ li jsir sforz qawwi.", "Jien dan l-aħħar ktibt anke lill- Onor. Francis Zammit Dimech biex jara x'jista' jagħmel bħala ministru responsabbli għall-ambjent biex dawn it-toroq jinżammu ndaf.", "Mr Speaker, sehem il-gvern mhuwiex huwa biss l-indafa imma anke l-wirt nazzjonali.", "Għandna wirt kbir ħafna li ħallewlna missirijietna u dan għandna nibżgħu għalih.", "Jiena napprezza ħafna x-xogħol sabiħ li sar fil- mużew nazzjonali ta' l-arkeoloġija - li kien inbeda minn gvern Nazzjonalista fl-1996 pero' nfetaħ taħt l-amministrazzjoni l-oħra - pero' hija għarukaża li kellna ndumu daqshekk żmien biex dan il-mużew li qiegħed fi Triq ir-Repubblika, l-Belt narawh miftuħ.", "Jiena nirringrazzja lill- ministru li ħa ħsieb li dan il-proġett isir.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-museum of fine arts.", "Hemmhekk għandna post sabiħ ħafna u għandna pitturi li f'pajjiżi oħra ma ssibhomx.", "Fost l-oħrajn hemm esebiti xogħlijiet ta' Antonio Sciortino iżda peress li s-saqaf tal-post huwa kkundannat, is-sala li tilqa' fiha x- xogħlijiet ta' Sciortino hija magħluqa.", "Issa kien hawn anke min għamel studju fuq Antonio Sciortino - u għandi ġew anke nies barranin u tajthom kull tagħrif meħtieġ - iżda minkejja dan l-interess internazzjonali li jagħmlilna ġieh, din is-sala mimlija xogħlijiet ta' dan il-bniedem hekk bravu hija magħluqa għaliex hemm is-saqaf ikkundannat.", "Allura possibbli ma nistgħux insibu xi sala oħra!", "Possibbli li ma nistgħux insibu xi bini fil- viċin biex inkunu nistgħu nkabbru l-mużew ta' l-arti!", "Barra din is-sala fil-mużew ta' l-arti, għandna wkoll postijiet storiċi oħra li huma magħluqa.", "L-Abatija, Tas-Silġ u r-Roman Baths huma kollha magħluqin u hawn min jiġi proprju għalihom dawn.", "Dawn jinsabu magħluqin għax qed isir xi xogħol fihom jew inkella għax mhumiex f'qagħda li jistgħu jinfetħu.", "Allura meta se jinfetħu dawn?", "Għaliex qegħdin inħalluhom magħluqin?", "Barra minn Malta tivvjaġġa għal sigħat twal sempliċement biex tara postijiet arkeoloġiċi.", "Per eżempju, fl-Ingilterra kulma tara huma żewġ ġebliet fuq xulxin u dawn isejħulhom postijiet arkeoloġiċi!", "Aħna għandna monumenti sħaħ li għadhom mibnijin sal-lum u dawn qed inħalluhom fl- istat li huma.", "Dawn meta se nirranġawhom b'mod attreanti għat-turisti?", "Huwa veru sar xi xogħol matul iż-żmien u huwa veru li biex tirranġahom trid tagħmel l-ispejjeż, imma min naħa l-oħra qegħdin indaħħlu kważi Lm300 miljun fis-sena mit-turiżmu - u dan hu biss l-ammont li jidher għax nafu li hemm miljuni kbar oħra li ma jidhrux - u jkun tajjeb li kieku ftit minn dawn il-flus jintużaw biex dawn il-postijiet jiġu rranġati.", "Għandna wkoll is-swar li huma wirt tal-Kavallieri ta' Malta, xi ħaġa unika fid-dinja.", "Sfortunatament dawn jinsabu kollha mimlijin ħaxix ħażin.", "(Interruzzjonijiet) Jekk taqtgħu malajr jerġa' jikber.", "Biex tissolva din il-problema hemm bżonn li tintuża kimika apposta.", "Huwa veru li din il- kimika tista' toqtol pjanti indiġeni oħra pero' jekk tiġi sprayed mas-swar ma jibqax ikollna dik il-porkerija.", "Illum bil-cranes u bil-high-ups kbar li għandna kollox jista' jsir.", "Ilna minn Jannar nibagħtu lil tal-Kalaxlokk id- dar ma jagħmlu xejn u lil dawn nistgħu nqabbduhom jagħmlu dan ix-xogħol, li ma jirrikjedix xi sengħa patikolari.", "Mr Speaker, jien semmejt il-kontribut tal-gvern u dak tal-privat u ma nistax ma nsemmix il-kontribut li tista' tagħti l-Knisja.", "Il-Knisja f'Malta għandha teżori akbar minn dawk li jista' jiftaħar bihom il-gvern iżda ħafna drabi dawn issibhom imwarrbin f'xi kappella aktarx magħluqa - dawn ix-xogħlijiet ħallewhom missirijietna biex forsi jsalvaw ruħhom - u naħseb li wasal iż-żmien li l-Knisja ta' Malta wkoll tipparteċipa f'dak li huwa turiżmu.", "Nafu li l-mużew tal-kattidral ta' l-Imdina huwa attrezzat ħafna pero' hemm ħafna oġġetti u pitturi imprezzabbli fi knejjes oħra li jinfetħu biss darba jew darbtejn fis-sena.", "Dawn faċilment jistgħu jkunu esebiti biex jitgawdew kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin.", "Mr Speaker, bħalma qal l-Onor.", "George Vella, jiena wkoll ngħid li jrid ikun hemm koperazzjoni akbar ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Per eżempju, nafu li għandna lukandi u holiday flats li lanqas għandhom il-permess ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Meta wieħed japplika għal xi żvilupp turistiku, l- ewwel ħaġa li tagħmel l-awtorita' ta' l-ippjanar hija li tibgħat l- applikazzjoni lill-bord tat-turiżmu biex dawn jagħmlu r-rakkmandazzjoni tagħhom.", "L-NTOM qatt ma tirrifjuta jew inkella toġġezzjona għal xi applikazzjoni - tagħmel sewwa għax it-turiżmu huwa dejjem investiment - imma jeħtieġ li naraw fejn se naslu u kif se nippjanaw.", "Ma jistax ikun li, bħalma qalet l-Onor.", "Giovanna Debono, f'Għawdex fix-xhur tax-xitwa jkollhom occupancy rate fil-lukandi ta' 1%.", "Forsi dan huwa riżultat ta' planning mhux daqshekk tajjeb u allura jiena ngħid li f'dan il-każ irridu niddiversifikaw.", "Dawk huma nies Maltin bħalna, dawn iridu jieklu wkoll u jeħtieġ li jsir xi ħaġa biex fix-xitwa ma jibqgħux ibatu daqshekk.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li l-irħula kollha huma postijiet turistiċi u dan irridu ndaħħluh f'moħħ il-poplu.", "Haż-Żebbuġ huwa post turistiku u s-Siggiewi wkoll.", "F'kull belt u raħal għandna diversi postijiet sbieħ, għandna l-ambjent naturali tagħna u għandna rziezet u djar antiki li bil-karatteristiċi tagħhom illum qed iġibu eluf kbar ta' liri.", "M'għandniex ngħidu li l-postijiet turistiċi qegħdin biss f'Buġibba, Marsascala, Birżebbuġa, Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Malta kollha kemm hi hija attrazzjoni turistika u għalhekk jenħtieġ li tinżamm nadifa u jenħtieġ li nippjanaw b'mod li nżommu l-karatteristiċi tagħna l-Maltin.", "Issa ħalli niġi għall- kwestjoni tal-foreshore.", "Mr Speaker, nafu li ħafna lukandi jippretendu li jkollhom il-private beach u din jien assolutament ma naqbilx magħha.", "Jeħtieġ li dawn il- private beaches jitteħdu lura biex ikunu jistgħu jitgawdew mill-Maltin kollha għax ma jagħmilx sens li jkun hawn postijiet li ma tistax tidħol fihom.", "Ilum spiċċa ż-żmien tal-kolonjaliżmu, meta wieħed ma setax imur f'ċerti postijiet minħabba li kien hemm l-ingliżi.", "Il-postijiet ta' max- xatt għandhom ikunu kollha aċċessibbli għall-Maltin.", "Din il-kwestjoni s- sena l-oħra qajmet terremot fil-każ tal-proġett tal-Kottonera.", "Il-postijiet mal-baħar għandhom ikunu kollha kemm huma aċċessibbli għall-Maltin.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-beach cleaners li hemm mal-ministeru għat-turiżmu.", "Dawn jibdew inaddfu minn filgħodu kmieni biex sa tlugħ ix-xemx il-beach ikun nadif imma mbagħad min naħa l-oħra l- promenade tkun mimlija dustbins imfawwrin.", "Issa t-turisti ma jmorrux fuq il-beach biss imma jmorru jippassiġġaw mal-promenade ukoll u għalhekk irridu nżommu kullimkien nadif.", "Issa ħalli ngħaddi għal dak li jirrigwarda enforcement.", "Mr Speaker ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "George Vella jitkellem b'mod kuxjenzuz.", "Jiena bħalu ngħid li huwa veru li se nipprovaw nagħmlu enforzar aħjar tal-liġi imma mbagħad jistgħu jinqalgħu d-diffikultajiet kollha meta niġu biex inqegħdu dak l-enforzar fil-prattika.", "Ċertament li fi klawsoli 40 u 41 ta' din il-liġi nsibu diversi provvedimenti stretti dwar sorveljar fuq attivitajiet turistiċi, imma mbagħad x'se jiġri fil-prattika?", "Per eżempju, subklawsola (2)(b) ta' klawsola 41 tgħid hekk:", "\"....jieħu effett minnufih hekk kif l-avviż jiġi notifikat, jew ma' l- għeluq ta' dak iż-żmien li jista' jiġi speċifikat fl-avviż\".", "X'irrid ngħid biha din?", "Hawnhekk se jiġri bħalma jiġri fl-awtorita' ta' l- ippjanar?", "Fil-każ ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar min ikun tella bini illegali jista' jitlob li dan jiġi sanctioned u jagħmel applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar biex l-enforcement order tieqaf.", "Waqt li jkun għaddej dan il-proċess, mhuwiex permess li dak li jkun jibqa' jibni imma fil-fatt nafu x'qed jiġri.", "Allura f'dan il-każ tat-turiżmu se jiġri hekk ukoll?", "F'dan l-abbozz jingħad ukoll li:", "\" Kopja ta' l-avviż mogħti taħt is-subartikolu (1) ta' dan l-artiklu tista' tiġi notifikata wkoll lil kull operatur ta' l-attivita' turistika u lil kull impjegat f'attivita' turistika u kopja ta' l- avviż għandha titwaħħal f'post prominenti fid-dħul ta' kull bini użat għall-attivita' turistika jew li jkollu x'jaqsam ma' dik l- attivita'.\".", "Issa x'qed jiġri meta titwaħħal enforcement order mill-awtorita' ta' l- ippjanar?", "Nafu li l-persuna kkonċernata mill-ewwel tmur tqatta dik l- enforcement order f'elf biċċa u nispera li fil-każ ta' l-awtorita' tat- turiżmu ma jsirx l-istess.", "L-enforcement huwa importanti ħafna għax aħna ma nistgħux naqgħu għaċ-ċajt mat-turisti.", "Fuq il-gazzetti naraw ħafna affarijiet pożittivi fuq l-istat ta' l-affarijiet f'pajjiżna u fuq kemm għandna x'nuru pero' naraw ukoll affarijiet li jistgħu jagħmlulna isem ħażin u jagħmlulna l-ħsara u għalhekk huwa importanti ħafna li l- enforcement ikollu s-snien.", "Intrapriża turistika li ma tkunx qegħda tobdi l- kondizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat il-liċenzja għandha tingħalaq.", "Hija ħaġa sabiħa wkoll li qegħdin nipprovdu wkoll enforcement kważi judicial, fis-sens li mhux kollox jidħol il-qorti, għalkemm jista' jsir appell quddiem il-qorti minn ordni li tkun ingħatat mill-awtorita' tat- turiżmu.", "Jien ma rridx nieħu aktar żmien minn tal-Kamra, Mr Speaker.", "Naf li hemm ħafna kelliema oħra li jridu jagħmlu l-intervent tagħhom pero' nixtieq ngħid li jeħtieġ li l-awtorita' tat-turiżmu taħdem b'koperazzjoni sħiħa ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Għandna owners ta' holiday flats u tourist complexes oħra li jridu jgħollu l-proprjeta' b'sular ieħor pero' dan ma jistgħux jagħmluh minħabba l-mod kif qiegħed il-pjan ta' struttura.", "Minħabba f'hekk hemm ċerta diskriminazzjoni b'mod speċjali fin-naħat ta' Buġibba.", "Hemm diskriminazzjoni wkoll fejn f'ċerti postijiet ħajt minnhom jista' jitla' sa ħames sulari u l-ħajt l-ieħor, għax jagħmel ma' lokalita' oħra, ma jistax jaqbeż l-erba' sulari.", "Jeħtieġ li jkun hawn uniformita' f'din il-ħaġa.", "Jiena nappella lill-ministeru għat-turiżmu biex jieħu din il- materja bis-serjeta' għax ma nistgħux nibqgħu sejrin b'din id- diskriminazzjoni.", "Fl-aħħarnett irrid ngħid ukoll li qed issirilna propaganda ħażina ħafna minħabba l-kaċċa.", "F'\"The Malta Independent\" tat-Tlieta, 11 ta' Mejju, 1999 rajna artikli bit-titoli \"Enviroment Minister Reacts to Accusation\" u \"Bird Cruelty Accusations Highlighted in Foreign Media\".", "Naf li l-għaqdiet ambjentali huma konxji ħafna li l-għasafar għandhom jiġu protetti pero' imbagħad hemm individwi irresponsabbli li qegħdin iħassru l-isem ta' pajjiżna.", "Jiena għandi fiduċja fl-għaqdiet ambjentali u naf li dawn anke qegħdin jieħdu ħsieb roundabouts u msaġar u anke qed ikollhom jidħlu fi spejjeż huma stess, pero' mbagħad ikun hemm individwi li jagħmlu ħsara lil pajjiżna permezz ta' dawn it-tip ta' artikli fil-gazzetti.", "Lil dawn li qed jiktbu fuq Malta fil-media barranija rridu ngħidulhom li aħna għandna dritt bil-liġi naqbdu l-għasafar u dawn qed nieħdu ħsiebhom iktar milli jieħdu ħsiebhom huma.", "Irridu nwasslu l-messaġġ ukoll li d-dilettanti vera jieħdu ħsieb li l-għasafar iżommuhom f'ambjent sabiħ u attraenti.", "Jeħtieġ li nwasslu dan il-messaġġ biex dawn mhux jaraw l-ikrah biss imma jaraw ukoll il-fatt li aħna wkoll nieħdu ħsieb l-animali.", "Jiena nagħlaq billi nawgura ħafna lil din l-awtorita' tat-turiżmu.", "Jeħtieġ li aħna naħdmu lkoll għaliha għax b'xi mod jew ieħor kull Malti qed jibbenefika mill-introjtu tat-turiżmu.", "Ma jistax ikun li ma nkunux konxji mill-importanza ta' din l-industrja.", "Jiena nawgura li din l-awtorita' tat- turiżmu tibda taħdem mill-iktar fis possibbli.", "Nittama li fiha jkun hemm l-iktar nies kompetenti u nittama wkoll li jkun hemm inforzar effettiv tal- liġijiet.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Aguis.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, huwa l-pjaċir tiegħi li nagħti sehmi jien ukoll f'din id-diskussjoni.", "Hawn ta' min wieħed ifakkar li ftit aktar minn sena ilu, l-Onor.", "Membru li dakinhar kien shadow minister tat-turiżmu kien qal li kien il-pjaċir tiegħu li jissekonda lill-ministru ta' dak iż-żmien hu u jressaq it-tieni qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "L-attwali Ministru Michael Refalo dakinhar kien qal li dan l-abbozz kien ta' importanza kbira għat-turiżmu u kemm hu kif ukoll kelliema oħra min-naħa ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista kellhom kliem ta' tifħir għat-twaqqif ta' din l-awtorita'.", "Fl-istadju tat-tieni qari dawn ivvotaw favur dan l-abbozz iżda mbagħad waqt li kienu ddikjaraw li ma kenux se jieħdu sehem aktar fil-preoċeduri ta' din il-Kamra, aqt l-istadju tal-kumitat f'daqqa waħda bidlu l-ħsieb u bdew jivvutaw kontra l-klawsoli ta' l-abbozz.", "Dan il-fatt huwa prova konkreta ta' kemm l-oppożizzjoni Nazzjonalista ħadmet b'mod opportunistiku fl-aħħar seduti tal-ħajja tal-gvern Laburista u juri biċ-ċar kemm kienu lesti li jagħmlu kull tip ta' kuntrumbajsa sabiex jaħtfu l-poter f'idejhom.", "Mr Speaker, dan l-abbozz beda jinħema sa mis-sena 1994 pero' dakinhar kien hemm ħafna nuqqasijiet.", "Malli tela' gvern Laburista, l-ministru tat- turiżmu ta' dakinhar, l-Onor.", "Karmenu Vella, flimkien ma' l-NTOM għamel ħafna xogħol u saru ħafna konsultazzjonijiet ma' numru kbir ta' għaqdiet u korpi privati li kellhom xi konnessjoni ma' l-industrija tat-turiżmu, fejn ħarġu ħafna ideat u suġġerimenti li wasslu sabiex ġiet drafted il-white paper.", "Din konsegwentement wasslet biex ikollna dak li qed niddiskutu llum.", "Mr. Speaker, nerġa' ngħid li huwa fatt magħruf li l-industrija tat- turiżmu hija pilastru ewlieni ta' l-ekonomija ta' Malta u għalhekk huwa importanti ħafna li din l-industrija nsostnuha u naħdmu sabiex dejjem intejbu dak li għandna.", "Huwa importanti li nieħdu ħsieb li nibqgħu noffru l- aħjar servizzi sabiex is-suċċess li niksbu jibqa' jsir titjib fuqu.", "U huwa proprju għalhekk li llum qegħdin nipproponu t-twaqqif ta' din l-awtorita' tat-turiżmu.", "X'inhuma l-oġġettivi u l-għanijiet ta' din il-liġi?", "L-għanijiet huma li nikkonsolidaw u naġġornaw il-liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tat-turiżmu f'Malta u x-xogħol ta' din l-awtorita' se jkun li tagħmel assessment, tirregola u tippjana sabiex dak kollu li għandu konnessjoni ma' din l-industrija jimxi 'l quddiem.", "Din l-awtorita' trid tkun ukoll il- watchdog li tara li din l-industrija tibqa' tipprovdi dejjem l-aħjar servizzi possibbli u fl-istess ħin twissi u tikkoreġi lil kulmin jagħmel xi ħsara jew jabbuża..", "L-awtorita' se jkollha wkoll id-dover li tara li l- areas meqjusa bħala tourist resorts jinżammu fl-aħjar kondizzjoni.", "Mhux sewwa li ma jkunx hemm regola u jibqa' jsir xogħol ta' kostruzzjoni f'areas turistiċi fil-peak season u lanqas hu sewwa li jkollna turisti alloġġati fil-viċinanza ta' xi construction site.", "F'dan il-każ irridu naraw ħidma id f'id bejn l-awtorita' tat-turiżmu u dik ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Mr. Speaker, waqt li qed nitkellem fuq koperazzjoni bejn żewġ awtoritajiet tal-gvern qed niftakar fix-xogħlijiet li saru taħt gvern Laburista f'Buġibba, f'Birżebbuga u f'Marsascala qabel bdew is-sjuf ta' l-1997 u ta' l-1998.", "Dakinhar ħadmu id f'id il-ministeru tat-turiżmu u l-ministeru tax- xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni u flimkien ħejjew programm dwar ix- xogħlijiet li kellhom jitlestew qabel il-peak season.", "Hekk sar u għax-xhur tas-sajf dawn il-postijiet tant frekwentati ngħataw dehra ġdida u aktar nadifa.", "Mr Speaker, nixtieq nirriferi wkoll għal dawk il-ftit - u nemmen li huma verament ftit - li jaraw biss sal-ponta ta' imneħirhom u japprofittaw rwieħhom billi jiċċarġjaw prezzijiet esaġerati jew inkella joffru servizz medjokri lit-turist.", "Mhux l-ewwel darba li smajna b'ilmenti u anke rajna artikli fil-gazzetti kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin dwar il- prezzijiet esaġerati li kultant jintalbu.", "Per eżempju l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia semma każ ta' overcharging minn spiżerija f'Buġibba.", "Hija ħaġa ta' l-iskantament li jkollok numru ta' ħwienet konċentrati f'area waħda u għand wieħed tħallas prezz imbagħad tmur għand ta' ma' ġenbu u tħallas prezz ferm ogħla.", "Nafu li dawn l-affarijiet jiġru u qegħdin jagħmlu ħsara lill-isem Malta.", "Jiena nittama li l-awtorita' tat-turiżmu tkun f'pożizzjoni li tkun tista' tikkontrolla dawn l-abbużi għall-ġid ta' din l-industrija u ta' kulmin hu konness magħha.", "Nixtieq issa, Sur President, nagħmel xi kummenti fuq uħud mill-klawsoli li jifformaw dan l-abbozz, li ħafna minnhom huma prattikament l-istess bħal dawk li ressaqna aħna sena ilu.", "L-awtorita' tat-turiżmu se tkun ifformata minn 12-il membru, li se jkunu ġejjin minn oqsma differenti ta' l-industrija tat-turiżmu; 11-il membru se jkollhom il-vot u l-ieħor, li se jkun il-kap eżekuttiv, mhux se jkollu vot.", "Jidher li se jkun hemm taħlita tajba ta' persuni li jkollhom ċerta kapaċita' u jkunu midħla sewwa ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Jien ukoll nemmen, bħall-kelliemi ta' qabli, li dawn se jkunu mpenjati sabiex l- industrija tat-turiżmu tkompli tikber u tkompli tiġġenera aktar ġid għall- ekonomija ta' pajjiżna.", "Sur President, fi klawsola 5 għandna elenkati l-funzjonijiet diversi ta' l-awtorita'.", "Dawn se jkunu kollha taħt kappa waħda u se jkunu kollha taħt is-sorvelja ta' din l-istess awtorita'.", "Fil-fatt f'subklawsola (3) ta' din il-klawsola nsibu li :", "\"Il-Ministru jista', skond kif jidhirlu xieraq minn żmien għal żmien, jagħti bil-miktub dawk id-direttivi dwar il-politika u l-pjanijiet tal- Gvern li għandhom jiġu adottati u segwiti mill-Awtorita' u l-istess Awtorita' għandha, kemm jista' jkun malajr, tadotta u ssegwi dawk id- direttivi kollha.\"", "Jidher li minkejja li l-awtorita' tat-turiżmu se jkollha l-fakulta' li taħdem skond kif tippermettilha din l-istess liġi, din trid timxi fuq il- politika u d-direttivi li joħroġilha l-gvern tal-ġurnata.", "Din l-istess klawsola kienet fl-abbozz li konna ressaqna aħna pero' meta tressqet il- liġi, għadni niftakar lil Dr. Joe Psaila Savona jgħid li l-awtorita' tat- turiżmu mhux se tkun tista' tiċċaqlaq minħabba l-id tqila tal-ministru.", "Fil- fatt kien kompla jgħid li l-awtorita' tat-turiżmu se tkun awtonoma biss sa ċertu punt.", "Nixtieq li hawn nirrimarka li nittama li l-membri li se jiffurmaw l-awtorita' tat-turiżmu se jkunu persuni kompetenti li jkunu jistgħu jwettqu l-politika li tkun l-aktar adatta għaċ-ċirkostanzi.", "Mr Speaker, hawn ta' min jagħmel parentesi żgħira u jistaqsi: X'kien jiġri kieku l-awtorita' tat-turiżmu kienet diġa' mwaqqfa meta l-gvern iddeċieda li jerġa' jdaħħal it-taxxa tal-VAT?", "It-taxxa tal-VAT ġiet imposta b'mod li ħalliet effetti li żgur m'huma mixtieqa minn ħadd, b'mod partikolari minn dawk il-persuni li huma mdaħħla fl-industrija tat-turiżmu.", "Minkejja li fil-budget qalulna li t-turiżmu se jkun mgħobbi biss b'taxxa ta' 5%, issa jidher li dan m'hu minnu xejn.", "Ir-rata ta' 5% hija mposta biss fuq l-akkomodazzjoni u min jiġi għal btala ma joqgħodx fil-lukanda biss imma jmur f'postijiet ta' divertiment fejn jeħel il-15% fuq kull servizz li jingħata.", "Jiena naħseb li dawn il-membri ta' l-awtorita' ma kenux ikunu komdi b'miżura bħal din.", "Nixtieq insemmi wkoll xi ċifri dwar it-turisti li jżuru pajjiżna.", "Fis- sena 1994 ilħaqna numru rekord ta' turisti imma fis-sena 1995 il-gvern Nazzjonalista kien iddeċieda li jdaħħal it-taxxa tal-VAT u effettivament dan is-settur qabad in-niżla.", "Hawn min ma jaqbilx li din l-islump ġiet ikkawżata mill-introduzzjoni biss tal-VAT - u naħseb li nistgħu naslu f'kompromess u ngħidu li n-numru ta' turisti ma naqasx biss minħabba l- introduzzjoni tal-VAT - pero' kulħadd jiftakar kemm għolew il-prezzijiet u jiena għalhekk nemmen li din it-taxxa kellha effett dirett fuq l-islump li kellna fit-turiżmu.", "Malli tlajna aħna middejna għonqna sabiex dan in-numru dejjem nieżel ta' turisti nirriversjawh.", "Għamilna xogħol ta' tisbiħ ta' postijiet, tajna trattament speċjali lill-industrija u neħħejna l-VAT u dawn il-miżuri mill-ewwel taw il-frott tagħhom, għax in-numru qabad tiela' u sena wara l-oħra żidna fuq iċ-ċifri li kellna qabel.", "Saħansitra wasalna biex is-sena l-oħra kellna żieda ta' 6.4% fuq is-sena ta' qabel, numru rekord ta' turisti li qatt żaru Malta.", "Mr Speaker, hawn min jirraġuna li żieda fin-numru ta' turisti mhux bilfors tfisser li l-industrija qiegħda tmur 'il quddiem.", "Dan jista' jkun veru imma fil-każ tagħna, sena wara l-oħra kellna wkoll żieda fil-gross earnings mit-turiżmu.", "Is-sena l-oħra nqabżet iċ-ċifra ta' Lm250 miljun - dawn il-figuri qed neħodhom minn figuri li joħroġ l-uffiċċju ċentrali ta' l- istatistika - fi gross earnings.", "In numru ta' persuni li jaħdmu f'- postijiet konnessi ma' l-industrija tat-turiżmu u l-vacancies f'dawn il- postijiet ukoll baqgħu jiżdiedu sena wara l-oħra.", "Nittama li nkomplu f'din it-triq ta' progress għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Sur President, ngħaddi issa għal subklawsola (3) u (4) ta' klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawn qed naraw li għandna garanzija għal dawk il- persuni li huma mpjegati f'xi dipartiment konness mat-turiżmu.", "Is-sena l- oħra ltqajt personalment ma' persuni mpjegati f'dawn id-dipartimenti u dawn kienu nkwetati u beżgħana bit-twaqqif ta' din l-awtorita'.", "Ħafna minnhom bdew jibżgħu li setgħu jitilfu l-impjieg tagħhom jew forsi setgħu jiġi mġiegħla jmorru ma' l-awtorita' kontra qalbhom.", "Minkejja li tipprova tfiehmhom li m'hemm biża' ta' xejn, nista' ngħid li ħafna minnhom ma nrexxilix nikkonvinċihom li bit-twaqqif ta' l-awtorita' tat-turiżmu mhux se jitilfu xi benefiċċji li għandhom s'issa.", "B'dawn il-klawsoli qegħdin nippermettu li persuni mpjegati bħala civil servants fid-dipartiment tat- turiżmu jistgħu jagħżlu huma jekk jaqilbux ma' l-awtorita' mingħajr ma jitilfu ebda drittijiet.", "Kif qed nitkellem dwar l-impjegati nixtieq nagħmel kumment dwar l- impjegati li hemm fil-Mediterranean conference centre.", "Huwa veru li dawn m'għadhomx jaqgħu taħt il-kappa tal-ministeru għat-turiżmu u jaqgħu taħt il- ministeru ta' l-edukazzjoni pero' xorta nemmen li huma relatati ma' l- industrija tat-turiżmu.", "Dan in-numru żgħir ta' persuni li għad hemm f'Dar il-Mediterran ma jafux x'hemm għalihom u jkun aktar minn xieraq jekk lil dawn il-persuni nserħulhom rashom mill-futur ta' l-impjieg tagħhom.", "Nixtieq ngħaddi issa għal klawsola 7 fejn hawnhekk l-awtorita' qed tingħata Lm0.25 miljun biex tibda.", "Nixtieq nagħmel l-istess mistoqsija li kien għamel l-Onor.", "Michael Refalo daqs sena ilu.", "Fid-debate ta' dakinhar hu kien qal hekk:", "\"Jien naħseb li jkun xieraq jekk il-Ministru jispjegalna l-iskop u l- għanijiet ta' din is-somma.", "Per eżempju jien ma nafx għalxiex se jintużaw dawn il-Lm250,000.", "Ma nafx jekk hux se jmorru f'pagi, f'xogħol kapitali, xiri ta' impjanti, xi promozzjoni jew inkella biex jitwaqqfu xi strutturi ġodda u għalhekk huwa mportanti li l-Ministru jgħidilna x'hemm f'moħħu u xi pjanijiet hemm preżentament.\"", "Kritika oħra li kienet saret kienet fuq klawsola 10.", "Din il-klawsola tgħid li l-awtorita' tat-turiżmu ma tistax tidħol għal spiża li tkun aktar minn Lm10,000 jekk ma jkollhiex l-approvazzjoni tal-ministru.", "Jiena nixtieq nerġa' nikkwota minn dak li kellu x'jgħid l-attwali ministru għal din l- istess klawsola :", "\"Billi jien għandi xi ftit esperjenza fit-tmexxija tal-liġijiet, lill- Ministru nista' ngħidlu mill-ewwel li ma jaqbilx li jissemmew ċifri u limiti fil-liġi għax għad jiġi żmien meta hu jew is-suċċessur tiegħu jara din iċ-ċifra baxxa wisq u naturalment biex wieħed jemenda ċifra bħal din irid jerġa' joqgħod iressaq emenda għall-liġi prinċipali.\"", "Forsi fil-winding-up il-ministru jista' jilluminana dwar dan, iżda xtaqt inkompli fuq Taqsima III li tittratta dwar alloġġament u stabilimenti li jipprovdu ikel għax huwa ta' importanza assoluta li jkollna kontroll u enforcement fuq dawn il-postijiet.", "Nafu, Mr Speaker, li ħafna minn dawk li jiġu f'pajjiżna għal btala jkollhom fuq quddiem nett ta' l-agenda tagħhom id-divertiment u żgur li għal ħafna turisti mezz ta' divertiment ikun li jmorru f'xi restaurant anke fl-istess lukanda fejn ikunu qegħdin alloġġati.", "Għalhekk huwa imperattiv li jkollna kontroll assolut fuq il-livell li joffru r-restaurants u stabilimenti oħra li jipprovdu l-ikel.", "L-istess taqsima tittratta wkoll kontroll ta' kiri ta' postijiet li jistgħu jservu bħala alloġġ.", "Anke hawn hemm bżonn ta' iktar dixxiplina.", "Mhux sewwa li nirreklamaw post li suppost ikun fih ċerti kumditajiet imbagħad meta jidħol fih it-turist jara li jkun ġie mqarraq.", "Mhux sewwa li turist nidħku bih billi l-ewwel inwegħduh ħafna affarijiet imbagħad meta jiġi dawn ma jsibhomx.", "Dan inkunu rbaħnih għal ftit iżda żgur inkunu tlifnih għal dejjem.", "Kumment ieħor li xtaqt nagħmel huwa dwar Taqsima V u Taqsima VI, rigward ġiti organizzati u gwidi tat-turisti.", "Rigward il-ġiti organizzati nispera li jkollna kontroll aktar effettiv sabiex lit-turist inkunu nistgħu noffrulu varjeta' ta' ġiti li jkunu jistgħu jħallu togħma tajba għal dak kollu li toffri gziritna.", "X'hemm aktar effettiv minn reklam li jsir minn persuna li tkun żaret pajjiżek u ħarġet sodisfatta?", "Xtaqt ukoll li l- awtorita' tat-turiżmu tkun tista' tkompli tagħmel promotion ta' dak li għandha x'toffri l-Kottonera.", "Minkejja l-fatt li llum jidher li qamet kuxjenza nazzjonali dwar dak li l-Kottonera għandha x'toffri mil-lat storiku u kulturali, xorta waħda nemmen li hemm lok fejn jista' jkompli jikber in-numru ta' turisti li qed iżuru l-Kottonera, b'mod partikolari l- Birgu.", "Nispera wkoll li l-awtorita' tat-turiżmu tieħu ħsieb li l-Birgufest jerġa' jibda jsir fuq bażi regolari.", "Qrajt dan l-aħħar mill-ġurnali li anke l-istess ministru għat-turiżmu ħassu sorpriż u diżappuntat li l- Birgufest din is-sena mhux se jsir.", "Peress li jien ngħix fil-Kottonera naf b'liema entużjażmu u b'liema ħeġġa kienu jkunu qed jistennew dan il- festival in-nies tal-Birgu.", "Naf ukoll kemm is-soċjetajiet tal-Birgu kienu qed jimpenjaw ruħhom sabiex, b'mod partikolari f'dawk il-ġranet ta' festa, ikollhom lokal li jkun l-għaxqa u l-għajra ta' min iżuru.", "Pero' mir- rapport li qrajt fuq il-gazzetta \"The Times\" jidher li lanqas is-sena d- dieħla m'hu se jsir il-Birgufest għax skond il-programm ta' l-NTOM dan kellu jerġa' jirritorna f'Settembru tas-sena 2001.", "Ngħid għalija mhux sewwa li minkejja li nitkellmu u kważi nimpikaw bejnietna dwar min jaħdem l- aktar favur il-Kottonera u n-nies tagħha, meta niġu biex nagħmlu l- ekonomija u niffrankaw il-flus nibdew innaqqsu minn dak li nkunu se nagħmlu fil-Kottonera.", "Jien konvint li attivitajiet bħal dawn ikomplu jagħtu spinta u aktar ħajja lill-Kottonera.", "Minbarra dan naħseb li jkun tajjeb kieku postijiet storiċi iżda li huma mitluqa li għandna fil-Kottonera jingħataw attenzjoni xierqa u jiġu riabilitati sabiex inkunu nistgħu nressqu aktar turisti lejhom.", "Fost dawn il-postijiet storiċi nsemmi l-fortizza tar-Ricasoli, Sant' Anġlu, il-Bieb ta' Cottoner kif ukoll numru kbir ta' palazzi li hemm fil-Birgu.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll kieku nipprovaw nagħtu ħajja lis-swar tal-Kottonera ħalli mbagħad it-tour operators joħolqu xi walking tour madwar is-swar.", "Nixtieq ukoll nara reklamar ta' dawriet madwar il-port mid-dgħajjes tradizzjonali Maltin.", "Qed ngħid dan għax naf bl-isforz kbir li qed jagħmlu numru ta' barklora mill-Birgu u mill-Isla sabiex jerġgħu jagħtu ħajja lil dan il- mestier li jien inpoġġih fuq l-istess livell tal-karozzin Malti.", "Jiena ninsab ċert li kull min jesperjenza dawra fid-daħliet tal-Port il-Kbir jirnexxilu jgħaddi minn esperjenza li diżgrazzjatament illum ħafna turisti qegħdin jitilfu.", "Il-kompetizzjoni li dejjem tikber fil-qasam tat-turiżmu, b'mod partikolari fil-Mediterran, għandha tkompli timmotivana sabiex inkomplu ntejbu l-prodott li qegħdin noffru lit-turist.", "Il-gvern Laburista kellu mħejjija proġetti kbar li żgur kien se jkollhom effett mill-aktar pożittiv fuq in-numru ta' turisti li jżuruna.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-proġetti ta' tisbiħ li konna għamilna f'Buġibba, f'Birżebbuġa, f'Wied il-Għajn u f'Għawdex.", "Minbarra dan konna bdejna xogħol ta' konsultazzjoni u f'xi każi ħriġna sejħa għal offerti għan-numru ta' proġetti li kellhom ikomplu jsaħħu s-settur tat-turiżmu u fost dawn insemmi l-proġett tal- Kottonera, li fil- ġranet li ġejjin se jkollna ċans niddiskutuh, u l-proġett \"Connections\", li minn dak li naqra fuq il-ġurnali jidher li l-gvern Nazzjonalista se jkompli fuq dak li ħadem gvern Laburista.", "L-istess nistgħu ngħidu għal golf-courses u għall-cruise liner terminal.", "Hawnhekk ta' min isemmi li f'dawn l-aħħar sentejn in-numru ta' turisti li ġew fuq cruise liners żdiedu b'aktar minn 100%.", "Aħna emminna li jekk ikollna cruise liner terminal ta' livell internazzjonali u Malta ssir hub fejn dawn il-cruises ikunu jistgħu jibdew u jispiċċaw f'Malta, inżidu l-kummerċ għax dawk it-turisti li jkunu se jaqbdu cruise minn hawnhekk ikunu jistgħu jiġu jqattgħu xi ġranet f'xi lukanda lokali u malli jispiċċaw il-cruise, jiġifieri qabel imorru lura lejn pajjiżhom, ikunu jistgħu jqattgħu xi ġranet f'pajjiżna wkoll.", "Hemm bżonn li fix-xhur tas-sajf il-bajjiet tar-ramel jinżammu nodfa.", "Nafu li f'Malta ma tantx għandna fiex nitfixklu għax huma ftit wisq il- bajjiet imrammlin li għandna u għalhekk hemm bżonn li jkun hemm tindif regolari, speċjalment meta jsiru l-barbecues.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk hemmx il-possibbilta' li ċerti bajjiet bir-ramel jitkabbru u fost dawn il-bajjiet nixtieq insemmi Paradise Bay.", "Nispera wkoll li l-bajja ta' Birżebbuġa tkun lesta biex tkun preparata għall-invażjoni ta' nies li se jkun hemm fi ftit ġranet oħra.", "La qed insemmi l-bajjiet nixtieq ngħaddi kumment fuq l-unika bajja li jgħumu fiha n-nies fil-Port il-Kbir, il-bajja tar-Rinella.", "Qabel, meta jien kont għadni tifel, din il-bajja kienet ħafna iktar imrammla milli hi llum.", "Fis-sentejn li dam fil-poter, il-Gvern Laburista għamel ħafna xogħlijiet sabiex din il-bajja jagħtiha dehra isbaħ u llum nispera li bil-ħsieb li għandu l-gvern, li hemmhekk jagħmel hard- standing yacht facilities, ma jirrovinax din il-bajja darba għal dejjem għan-nies tal-Kottonera u ta' l-inħawi.", "Sur President, minkejja l-fatt li għadu frisk f'moħħna l-mod kif aġixxiet l-oppożizzjoni Nazzjonalista daqs sena ilu għal dan l-istess abbozz ta' liġi, aħna nemmnu li l-awtorita' tat-turiżmu se tgħin lill-industrija tkompli miexja 'l quddiem u għalhekk aħna favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien nemmen - naħseb li hawn ħafna li jaqblu miegħi - li hemm bżonn inkomplu naħdmu sabiex inkomplu ntejbu l-prodott tagħna ħalli dan il-mutur ta' l-ekonomija Maltija jkompli miexi bir-ritmu li qabad f'dawn l-aħħar snin.", "Jien nittama li l-industrija tat-turiżmu tkompli fit-triq it-tajba li qabdet f'dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari f'dawn l-aħħar sentejn, għall- ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, ma nkun qed ngħid xejn ġdid jekk nistqarr li l-akbar attivita' ekonomika f'Għawdex hija l-industrija turistika.", "It-turiżmu f'Għawdex jiġġenera l-akbar ammont ta' flus, jinvolvi l-akbar operat tar-riżorsi umani u jeħtieġ l-akbar studju u attenzjoni biex jirnexxielna nsostnuh fis-snin li ġejjin.", "Dawn se jkunu snin iebsa meta tqis kemm gżejjer oħra qrib tagħna qed jissieltu biex jiġbdu lejhom kull loqma li joħloq dan is-sors.", "S'issa Għawdex għadu jintagħżel daqshekk mit-turist minħabba x-xemx, il-baħar, id-diving, il- kwiet u l-kultura u l-wirt arkeoloġiku għani li jħaddan u forsi anke għax huwa kompetittiv.", "Eżempju ta' dan huma l-Ġgantija u ċ-Ċittadella.", "Dan kollu jiġi ppreżentat lit-turist li jinġieb Għawdex għal ftit sigħat, qisu hemm xi ħaġa f'Malta li se taħrab mingħajr ma tistennih.", "Ħafna drabi meta t-turist imur lura pajjiżu ma jiftakar xejn mill-gżira tat-tliet għoljiet, għalkemm forsi jkollu xi tifkira ċkejkna.", "Dan mhuwiex turiżmu sostnut u l- Għawdxin ma jixtequx li fil-lukandi u fil-ħwienet tagħhom ikollhom dan it- tip ta' turist.", "Għawdex għandu bżonn turiżmu li jirrendi s-sena kollha, turiżmu li juża r-riżorsi kollha disponibbli mil-lukandi sal-bajjiet, mill- mużew sal-pajsaġġ u mill-arkeoloġija sa l-iċken element naturali.", "Barra minn hekk, aħna rridu nkunu konxji li t-turist li jkun ħallas għal btala jieħu lura l-valur ta' flusu f'kollox.", "Sur President, jien nemmen li wasal iż-żmien li jsir titjib sostanzjali fit-trasport bejn iż-żewġ gżejjer.", "Il-Gvern Nazzjonalista se jkompli fejn ħalla u qed ikompli bix-xogħol fuq il-bini ta' vapuri ġodda.", "Se jittieħdu miżuri biex jitjiebu l-faċilitajiet fil-port taċ-Ċirkewwa ħalli dan isir an all-weather port u fil-port ta' l-Imġarr.", "Irrid ngħid kemm kien pass għaqli li ħa l-gvern biex il-catamaran ikun jista' jerġa' jibda jaħdem matul is-sena kollha.", "Jien nemmen li jista' jitnieda studju serju biex it- turisti jibdew jinġiebu Għawdex f'ħinijiet differenti tal-ġurnata u ż- żjara tagħhom tkun itwal.", "Mhijiex ħaġa diffiċli li jingħata permess biex ċerti ħwienet konnessi ma' din l-industrija jibqgħu miftuħin sa tard bil- lejl, b'kompatibilita' mal-mużewijiet u postijiet storiċi.", "Għalhekk il- Gozo by night għandu jkun reklamat bis-sħiħ u t-turisti għandhom jittieħdu f'postijiet bħaċ-Ċittadella u l-Ġgantija fejn bl-użu ta' dwal għal tapposta t-turist iġarrab esperjenza unika ta' era partikolari.", "Bil-lejl Għawdex jista' joffri serati folkloristiċi b'ikel tipiku Għawdxi, żfin, wirjiet ta' artiġġjanat, xi serata musico letteraria u spettakli fil-beraħ li ftit jistgħu jitgawdew bi nhar.", "Hawnhekk ta' min igħid li jekk inhu possibbli l- gvern għandu jagħti aktar għajnuna biex iż-żewġ teatri ta' l-opra ewlenin f'Għawdex jibdew itellgħu aktar opri u live shows.", "Tkun ħaġa tajba wkoll li jitħejja kalendarju bl-attivitajiet li jsiru bejn Novembru u Mejju.", "B'hekk minbarra li tingħata aktar opportunita' lill-Għawdxin biex ikabru l- interess fid-drama, jikbru l-attrazzjonijiet kulturali għat-turist.", "F'dan ir-rigward l-attivita' f'Għawdex wara inżul ix-xemx tieħu r-ruħ.", "Il-ġimgħa l-oħra l-Onor.", "Censu Galea għamel riferenza għall-cruise liners u semma l-possibbilta' li dawn jerġgħu jibdew jagħżlu lil Għawdex biex ikunu jistgħu jieqfu hemm.", "L-esperjenza tal-passat meta kienu waqfu xi cruise liners ta' ċertu daqs fil-port ta' l-Imġarr kienet pożittiva u kienet ġiet milqugħa tajjeb mill-industrija turistika f'Għawdex.", "Nawgura li 'l quddiem din l-esperjenza tirrepeti ruħha għall-ġid ta' Għawdex.", "Mill-banda l-oħra hemm aktar x'jingħad dwar it-turist li jqatta' l-btala sħiħa f'Għawdex.", "Qabel xejn irridu nibżgħu għal dak li għandna.", "Il-Gvern Nazzjonalista għandu jinkoraġġixxi l-għajnuna għar-restawr, għall- protezzjoni u għall-konservazzjoni tal-wirt rurali Għawdxi.", "Barra minn hekk għandu jkompli jtejjeb il-faċilitajiet, l-attrazzjonijiet għal mixjiet fil- kampanja u l-widien, it-tkabbir u tindif tax-xtut, it-tisbiħ ta' postijiet turistiċi, il-manutenzjoni kontinwa ta' triqat, it-tisbiħ ta' traffic islands bi fjuri u siġar, dawl adegwat, irranġar ta' ħitan tas-sejjieħ u ħolqien ta' aktar ġonna u theme parks.", "Dawn jgħinu aktar biex it-turist japprezza s-sbuħija naturali Għawdxija.", "Il-ħolqien u l-upgrading tal- crafts village u l-istitut għall-istudji turistiċi huma pass għaqli fit- triq li qed tagħti l-frott mixtieq.", "Il-gvern huwa impenjat biex jitnedew faċilitajiet interpretattivi ta' siti ewlenien tal-wirt storiku u arkeoloġiku tal-gżira u jsiru skavi ta' siti importanti.", "Naturalment kemm il-gvern kif ukoll l-Għawdxin huma obbligati li jagħmlu l-parti tagħhom.", "L-ewwelnett irridu nitgħallmu nilqgħu lit-turist b'mod professjonali.", "Il-baħrin, is-sewwieqa tal-coaches u taxis, il-bejjiegħa tal-ħwienet, il-gwidi, l-operaturi turistiċi, il-waiters u kulmin jiffaċċja lit-turist irid ikollu manjieri tajbin u dehra tajba.", "Għalhekk hemm bżonn li minn żmien għal żmien isiru korsijiet f'dan il-qasam.", "Apparti minn hekk, is-sidien ta' l-istabilimenti għandhom jaġġornaw maż-żmenijiet tal- lum u fejn hemm bżonn, itejbu l-faċilitajiet li għandhom mingħajr ma jagħmlu ħsara lill-karatteristiċi tal-post tagħhom.", "Dawn għandhom jippreżentaw il-prodott li jbigħu b'mod attraenti u jkunu ġusti fil- prezzijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-fatt li qed jinbiegħu souvenirs ta' Malta magħmula fil-Korea jew f'Hong Kong qed iħammrilna wiċċna.", "Irid isir infurzar mill-awtoritajiet konċernati biex dan jinqata' minnufih fl- interess ta' l-artiġġjanat lokali.", "Mill-banda l-oħra l-artiġġjanat Malti għandu jkun mgħejjun biex togħla l-kwalita' u mhux jogħlew il-prezzijiet.", "Lit-turist għandna nagħtuh prodott ġenwin li jkun magħmul minna u mhux xi ħaġa irħisa b'\"Made in China\" fuqha.", "It-turist japprezza u jistenna affarijiet bħal dawn.", "Aħna rridu mmorru għat-turist ta' kwalita' u ninsab ċert li jekk lil dan it-turist noffrulu riżorsi b'kompetittivita', dan jiġi.", "Hemm bżonn li jsir studju dwar il-possibbilta' li Għawdex ikollu golf- course fuq skala internazzjonli u jinbnew casino u tennis courts ta' livell tajjeb.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin nimmiraw lejn sezzjoni turistika li qabel ma stajniex nilqgħu.", "Dan it-tip ta' turiżmu jista' jpatti għan-nuqqas ta' turisti li jkollna fix-xitwa għax iħalli l-qligħ.", "Tista' wkoll titkompla l-korsa taż-żwiemel għal livell internazzjonali u jinbena caravan u camping site.", "Dan kollu jgħin biex inkunu ppreparati għal kull tip ta' turist.", "Għalhekk hemm bżonn li f'xi misraħ antik Għawdxi jinżammu ċerti serati folkloristiċi.", "Per eżempju, il-misraħ jista' jitħejja bl-imwejjed u b'palk fin-nofs għaż-żfin imdawwar bi kċina Għawdxija, ħanut ta' l-inbid u knisja.", "Jista' jkun hemm ukoll wirja ħajja ta' l-artiġġjanat Għawdxi.", "Waqt dawn is-serati atturi Għawdxin imħarrġa jistgħu jirreċtaw bċejjeċ mill- istorja tagħna.", "Hawnhekk irrid nagħmel riferenza għall-festi li jsiru fl- ibliet u fl-irħula tagħna matul is-sajf li naħseb m'aħniex nagħtuhom importanza biżżejjed.", "Dan huwa l-Gozofest tagħna għax fuq medda ta' erba' xhur ikollna festa fil-ġimgħa f'xi wieħed mill-irħula tagħna.", "Hemm bżonn li dawn il-festi jiġu rreklamati aktar għax dawn jattiraw ħafna lit- turisti.", "Huwa importanti li aħna nkunu ċerti li t-turist jiġi Għawdex mhux għax aħna irħas minn postijiet oħra iżda għax aħna noffru servizz tajjeb u nagħtu full value for money.", "B'hekk inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem u nkunu nistgħu nilħqu l-għan tagħna li Għawdex ikun fuq quddiem nett f'din l- industrija.", "B'dan il-mod igawdi Għawdex u jgawdu l-Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, din il-liġi mhijiex waħda kontroversjali pero' sfortunatament is-sena li għaddiet meta l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien qed iressaq din l-istess liġi għall-ewwel darba f'dan il-parlament, inqabdet f'sitwazzjoni ta' kontroversja politika sħiħa li saħansitra wasslet għall-elezzjoni ġenerali.", "Qed insemmi dan mhux biex inkun jien li noħloq il-kontroversji iżda għax inħoss li tajjeb li nirreġistraw ċerti fatti.", "Jien inħoss li l-fatti li seħħew kważi sena ilu meta din il-liġi tressqet għall-ewwel darba, jirriflettu sew fuq id- differenza kbira li teżisti bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista.", "Inħoss ukoll li minn dawn il-fatti l-Partit Nazzjonalista llum fil-gvern għandu jitgħallem li l-għan ewlieni tiegħu għandu dejjem ikun l- interess sħiħ tal-poplu tagħna.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Fil-bidu ta' dan id-dibattitu, l-Onor.", "Michael Angelo Refalo qal ċar u tond li din il-liġi ilha tinħema sa mil-leġislatura tal-gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1992 u Ottubru ta' l-1996.", "Pero' din il-liġi tlestiet wara ħafna konsultazzjonijiet u ħidma kbira min-naħa tal-gvern Laburista preċedenti u hawn nixtieq nieħu l-opportunita' biex ngħid prosit lil-ex- ministru tat-turiżmu, l-Onor.", "Karmenu Vella, li ħadem bla heda biex fi żmien qasir din il-liġi tressqet għall-ewwel darba f'dan il-parlament.", "Dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kien fl-oppożizzjoni u l-ambjent f'din il- Kamra kien wieħed mill-aktar turbolenti.", "Minkejja li dak inhar il-Partit Nazzjonalista kien jaqbel ma' din il-liġi, ħataf l-opportunita' biex jisfrutta s-sitwazzjoni għal skop politiku partiġġjan u saħansitra vvota kontra klawsoli ta' din l-istess liġi, mhux għax ma kienx jaqbel magħhom iżda minħabba strateġija politika.", "Dan kollu stqarru l-Ministru Refalo stess.", "Fil-gazzetta \"KullĦadd\" tal-21 ta' Mejju ta' din is-sena, proprju f'paġna 4, f'rapport bit-titlu \"Ammissjoni li Tħammar Wiċċ in- Nazzjonalisti\", l-Onor.", "Refalo ġie rrapportat li qal li dak iż-żmien, jiġifieri sena ilu, l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni segwa tattika politika li jgħid le għal kull ħaġa.", "Dan ir-rapport ma ġie miċħud qatt u allura nemmnu li huwa l-verita'.", "Illum x'qed jiġri?", "Minkejja li l-Partit Laburista qiegħed fl-oppożizzjoni, meta kulħadd jaf li ma kellux ikun, xorta waħda qed jaqdi dmiru lejn il-poplu biex f'industrija daqshekk kruċjali għal pajjiżna jagħti sehmu mhux biss permezz ta' kritika kostruttiva iżda aktar minn hekk permezz ta' ideat u suġġerimenti mill-aktar validi.", "Il-Partit Laburista qed ikun kostruttiv mingħajr ebda sens ta' bitterness għal dak li l-Partit Nazzjonasita għamel is-sena l-oħra.", "Minkejja dak li ġara sena ilu, bħalma dejjem għamel, il- Partit Laburista tela' 'l fuq mill-politika partiġġjana u qed jikkontribwixxi fl-interess assolut tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan il-fatt ma nnotajtux jien biss iżda l-ġimgħa l-oħra, preċiżament nhar l-Erbgħa, 12 ta' Mejju, fil-ġurnal \"The Malta Independent\" kien hemm editorjal sħiħ dwar id-diskussjoni li kienet saret fil-parlament dwar din il-liġi sa dak inhar.", "Dan il-ġurnal ta ċertifikat mill-akbar lill-Partit Laburista għall-mod kostruttiv u rett li bih qed jikkontribwixxi għal din id-diskussjoni għax il-ħin kollu jqis l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Hawnhekk se nikkwota ftit linji minn dan l-editorjal li t-titlu tiegħu huwa \"Consensus on Tourism\".", "\"Speaker after speaker from both sides of the House spoke so objectively, calmly, analytically on the problems and opportunities of the tourism sector that one had some difficulty in working out simply by analysing the words who was from the government side and who from the opposition.\".", "Naturalment il-Gvern Nazzjonalista li qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi bilfors irid ikun kostruttiv.", "Għalhekk dak li qalet \"The Malta Independent\" jirrifletti bl-aktar mod pożittiv fuq il-mod kostruttiv li qed taħdem bih l-oppożizzjoni Laburista.", "F'dan il-parlament suppost li kulħadd għandu jaħdem b'dan il-mod.", "M'għandniex nippretendu biss kontribut siewi mingħand kulħadd jew nippretendu li jintlaħaq consensus biss fuq ħwejjeġ ta' natura nazzjonali meta l-Partit Nazzjonlista jkun fil-gvern imbagħad meta l-Partit Nazzjonalista jkun fl-oppożizzjoni jagħti interpretazzjoni differenti, jadotta strateġiji partiġġjani u joħloq jew jgħin sitwazzjonijiet biex jagħti gambetti lill-Partit Laburista meta dan ikun fil-gvern.", "Mhux sew li l-Partit Nazzjonalista joħloq arja qisu hu biss għandu xi dritt divin li jmexxi lil dan il-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll li issa jidher ċar li meta l- Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern biss u fuq miżuri li jkun ikkalkola li jistgħu jiswewlu l-voti jfittex consensus magħna, imbagħad meta jkun fl- oppożizzjoni janalizza u jikkalkola kollox skond il-gwadann politiku partiġġjan.", "Din mhijiex demokrazija.", "Dan kollu ddeċidejt li ngħidu fl- introduzzjoni tiegħi għax inħoss li jekk il-gvern Nazzjonalista veru jrid li dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem jeħtieġ li jbiddel ir-rotta u ma jibqax arroganti u dominat minn sens ta' superjorita' li qed iwassluh biex jieħu deċiżjonijiet mill-iktar importanti b'mod li jgħaddi minn fuq ras kulħadd.", "Jekk il-gvern Nazzjonalista jrid ikun gvern serju jrid jibda jifhem li din in-naħa tal-Kamra, jiġifieri l-oppożizzjoni Laburista, hija rappreżentanta tal-poplu.", "Hemm bżonn li l-gvern Nazzjonalista jifhem li aħna wkoll għandna dritt u responsabilita' li naħdmu biex jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tal- poplu tagħna u biex dan isir jeħtieġ li l-gvern ma jitkellimx fuq consensus meta jaqbilu jew meta jkun fil-poter.", "Il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jifhem tajjeb li kemm fil-gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni għandu dover uniku u ewlieni li jħares l-ewwel u qabel kollox l-interess nazzjonali.", "Tajjeb ukoll li l-Partit Nazzjonaista jiftakar li m'għandu qatt jisfrutta ħwejjeġ ta' fejda għal skopijiet purament partiġġjani iżda għandu jaħdem għall- ġid komuni tal-poplu tagħna l-ħin kollu.", "Il-poplu tagħna ħaqqu l- aħjar u aħna lkoll suppost li aħna impenjati biex inwettqu dan l- oġġettiv.", "Li kieku kulħadd kellu dan il-għan, kieku din il-liġi għalqet sena li ġiet approvata mill-parlament u sal-lum żgur li bdejna nieħdu xi frott mill-ħidma li kellha tinbeda.", "Sadanittant minn dak li diġa' smajna f'dan id-dibattitu jidher li l-politika tagħna f'dan il-qasam laħqet livell ta' ċertu kunsens.", "J'Alla dan il-kunsens jiġi trasmess fil-prattika minn kulħadd u li din il-liġi tkun imħaddma b'mod effettiv biex tilħaq l- għanijiet li għaliha qed issir.", "Jeħtieġ li l-isforzi li hemm bżonn isiru biex din il-liġi tkun effettiva fil-prattika ma nippretenduhomx mill- politiċi u mill-eżekuttiv biss.", "Il-politiċi u l-eżekuttiv huma importanti ħafna fit-twettieq ta' dawn l-għanijiet iżda jeħtieġ li l-isforzi jsiru minn kulħadd, kemm mill-operaturi tas-servizzi turistiċi, kemm mill- ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur kif ukoll mill-poplu kollu in ġenerali.", "Biex dan jintlaħaq jeħtieġ ippjanar u kordinament sħiħ fost affarijiet oħra importanti.", "Mr Speaker, din il-liġi għandha tkun l-għodda effettiva biex il-ħidma tagħna f'dan il-qasam titjieb b'mod li tiġi rfinuta ħalli ngħollu l-livell ta' l-istandards tagħna.", "Jekk jirnexxielna nilħqu dan, inkunu f'qagħda aktar kompetittiva f'dan is-settur u f'dan ir-reġjun fejn l-interess fil- qasam turistiku qiegħed jinfirex dejjem aktar.", "Il-bżonn li niżviluppaw standards aħjar biex inkunu aktar kompetittivi f'dan is-settur qed isir dejjem aktar urġenti.", "Illum il-qasam tat-turiżmu qed jinfirex b'ritmu mgħaġġel, anke f'diversi pajjiżi oħra fil-Mediterran li forsi sa ftit snin ilu qatt ma konna noħolmu li jistgħu jikkompetulna.", "Fil-Mediterran din il- kompetizzjoni tidher li se tkompli tikber u tinfirex fis-snin li ġejjin.", "Fil-fatt diġa' qegħdin fil-qagħda li biex nikkompetu qed ikollna nraħħsu l- pakketti turistiċi li qed noffru.", "Irrid ngħid ukoll li peress li llum il- kuxjenza kibret ħafna fost il-popli fid-dinja, partikolarment fl-Ewropa, rigward value for money u customer-oriented services eċċ., ma nistgħux nibqgħu nqisu l-prezz biss bħala l-benchmark li fuqha nkejlu jekk aħniex noffru pakkett turistiku kompetittiv jew le.", "M'hemmx dubju li l-institute for tourism studies huwa wieħed mill-ħidmiet tajbin u essenzjali biex b'mod konkret jgħin għall-iżvilupp ta' livelli meħtieġa ħalli nirfinaw is-servizz turistiku tagħna, iżda nemmen li għad fadal ħafna aktar x'isir biex inkunu kompleti f'dan il-qasam.", "Jeħtieġ li t- training tal-ħaddiema li diġa' jaħdmu fis-settur ikun aktar mifrux u maħsub li jkopri, jekk jista' jkun, lil kulħadd.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Inutli li turist jingħata servizz mill-aqwa f'lukanda li jkun alloġġat fiha mbagħad imur jieħu snack minn snack bar jew minn ħanut tat-take-away - dawn qed neħodhom bħala eżempju - u l-mod kif iġib ruħu min iservihom ma jkunx adattat.", "Per eżempju, inutli li turist ikun ferħan bil-vakanza li jkun ħa fostna mbagħad biex imur minn post għal ieħor irid idum jistenna fix-xmux sigħat sħaħ għax is-servizz tat-trasport pubbliku għal dawk l-inħawi li jkun irid iżur ma jkunx effiċjenti.", "Semmejt dawn iż-żewġ eżempji biex nenfasizza l-bżonn li jkollna mhux biss pjan sħiħ u kordinat iżda bidla sħiħa fil-mentalita' dwar is-settur kollu turistiku.", "Din il-bidla fil- mentalita' trid tkun mgħejjuna billi nassiguraw li b'mod partikolari fl- areas turistiċi ma jiġux sagrifikati l-Maltin u l-Għawdxin biex inkabbru t- turiżmu.", "Jeħtieġ li dak li nagħmlu biex inkabbru dan is-settur ikun jirrifletti wkoll il-ħsieb dwar in-nies tal-lokal u aktar 'il quddiem nagħti xi eżempji kif dan jista' jsir.", "Sadanittant irrid nagħmilha ċara li, fil-fehma tiegħi, għalkemm dan kollu jiddependi minn kulħadd, il-gvern hu min hu, jrid iħoss li għandu responsabbiltajiet kbar meta jiġi biex jintroduċi miżuri u policies ġodda.", "Ir-responsabbilta' li jrid jerfa' l-gvern hija marbuta mal-fatt li huwa essenzjali li qabel ma jiġu ntrodotti ħafna mill-policies, dawn għandhom jiġu ttestjati permezz ta' impact assessment fuq din l-industrija.", "Jien nemmen li filwaqt li ċerti policies li jiġu introdotti ma jkunux immirati direttament lejn il-qasam turistiku żgur li jistgħu jħallu impatt kbir fuq dan is-settur.", "Biex inkun konkreta se nġib l-eżempju tal-VAT.", "Jgħid x'jgħid il-gvern, il-VAT taffettwa t-turiżmu b'mod negattiv għax it-turist illum qed iħallas iktar fuq ħafna u ħafna servizzi u prodotti li huma intaxxati direttament b'din is-sistema ta' tassazzjoni.", "Mela l-effett li operatur privat li jaħdem f'xi qasam partikolari f'dan is-settur ikun qed jagħmel biex iżomm il-parti tas-servizz tiegħu bi prezz kompetittiv xorta waħda qed jiġi rovinat.", "Meta t-turist jiġi Malta qed isib li qed jiffaċċja prezzijiet għoljin bil-konsegwenza li l-pakkett turistiku globali li jkun ħa jispiċċa mhux kompetittiv daqskemm ikun ħaseb.", "Qed insemmi l-eżempju tal-VAT għax nemmen li din l-industrija, li lkoll naqblu li hija waħda mill-ewlenin għal pajjiżna u li tista', jekk naħdmu bis-serjeta', tgħin bis- sħiħ fit-tkabbir ta' l-ekonomija Maltija, ma tistax tiġi mhedda b'policies li indirettament joffru impatt negattiv fuqha.", "Huwa għalhekk li nħoss li hemm bżonn li kull policy relevanti tkun marbuta b'dawn l-impact assessments.", "Min-naħa l-oħra l-gvern irid jagħti attenzjoni sħiħa lil dawk li jiddeċiedu jabbużaw biex b'mod effiċjenti jiġu identifikati jekk jista' jkun mill-ewwel ħalli ma jitħallewx jagħmlu ħsara irreparabbli lil din l- industrija.", "Fil-ġurnali tistħi taqra stejjer fejn turisti jgorru dwar abbużi li jiltaqgħu magħhom waqt btala f'Malta u tistħi ssir taf li hawn min tant irid isir sinjur mil-lum għal għada li ma jimpurtahx li bl-aġir tiegħu jista' joħloq sitwazzjoni fejn jeqred l-għajxien mhux biss tiegħu imma wkoll ta' ħaddiema oħra bħalu.", "Minn dak li ntqal s'issa wieħed jista' jgħid li hemm ċertu ammont ta' qbil dwar kif għandna niżviluppaw dan is-settur ekonomiku ewlieni.", "Ħafna minn dawk li tkellmu s'issa juru qbil dwar il-bżonn ta' pjan holistic li jkollu kordinament sħiħ mhux biss bejn is-setturi kollha ekonomiċi iżda wkoll bejn is-setturi li joffru l- infrastruttura, l-amministrazzjoni tal-pajjiż fil-livelli differenti u l- poplu in ġenerali.", "Fl-20 xahar ta' Gvern Laburista saret ħidma kbira f'dan is-sens li l-effett tagħha għadu jinħass sal-lum.", "Jeħtieġ li dak li nbeda b'tant ħidma mill-gvern preċedenti f'dan il-qasam jitkompla.", "Il-gvern Laburista, kif kien wiegħed lis-settur tat-turiżmu, tah għarfien u appoġġ akbar, tant li kien inħatar ministru biex jieħu ħsieb it-turiżmu biss u b'hekk seta' jikkonċentra l-attenzjoni, il-ħila u l- enerġiji kollha tiegħu fuq dan is-settur biss.", "Nieħdu gost naraw li l- gvern Nazzjonalista mexa fuq l-istess linji tal-gvern Laburista.", "Il-gvern Laburista kien wiegħed ukoll li jżomm is-sistema tal-forward buying rate u kien ħeles lil dan is-settur minn spejjes żejda ta' taxxa.", "Saret ħidma kbira permezz ta' strateġija maħsuba u konsistenti biex it-turiżmu lejn Malta jerġa' jiġbed għadd tajjeb ta' turisti mir-Renju Unit, mill-kontinent Ewropew u minn żoni oħra.", "Irrid ngħid li dan kollu kien kuntrarju għal dak li kien isir mill-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996, li kien għabba lil dan is-settur b'ħafna taxxi u piżijiet ġodda u issa qed nerġgħu naraw l-istess.", "Dak iż-żmien ukoll kien isir ħafna diskors dwar up- market tourism minkejja li l-infiq tat-turisti dak iż-żmien ras għar-ras kien beda nieżel minflok tiela'.", "Il-Partit Laburista kien wiegħed ukoll li se jtejjeb l-infrastruttura tat- turiżmu fuq bażi ta' pjani li jkunu riveduti u aġġornati regolarment u hekk għamel.", "Fil-fatt flimkien mas-settur privat konna bdejna bil-proġett ta' Buġibba, imbagħad bl-istess sistema ta' konsultazzonijiet wiesa' bdejna l- proġett ta' l-upgrading tan-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Sfortunatament ma nistax ma nirrimarkax fuq id-diżappunt tal-poplu dwar il-fatt li l- upgrading li sar f'Buġibba mhux qed jiġi miżmum.", "Buġibba qed jiġrilu bħal silġa li qed tinħall fix-xemx u l-gvern għandu jieħu ħsieb jagħmel xi ħaġa immedjatament.", "Dar li fuqha ma ssirx manutenzjoni regolari wkoll tispiċċa mitluqa, aħseb u ara post fil-miftuħ, soġġett għall-elementi naturali kollha u għall-vandaliżmu li jsir minn xi individwi li jaħsbu li b'daqshekk qed jagħmlu xi bravura.", "Nerġa' ngħid li minflok ma l-gvern Nazzjonalista ra x'manutenzjoni hemm bżonn issir f'Buġibba, kull meta jiġi kkritikat fuq dan il-fatt jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel u jagħti tort lill-gvern Laburista.", "Il-gvern Nazzjonalista kull darba jgħid li f'Buġibba ġara hekk għax sar xogħol bl-għaġġla u ħażin.", "Għas-saħħa ta' l-argument, kieku kellna naċċettaw din ir-raġuni, il-gvern xorta m'għandux jitlef ħin biex jara x'hemm bżonn u dak li hemm bżionn iwettqu, pero' rrid ngħid ukoll li l-inqas li jista' jitkellem b'dan il- mod huwa proprju l-Gvern Nazzjonalista għax wara kollox f'disa' snin u nofs li dam fil-gvern la xogħol mgħaġġel u lanqas xogħol bil-mod m'għamel ġewwa Buġibba u dan minkejja li dejjem ipprofessa kemm it-turiżmu huwa importanti.", "Il-gvern Nazzjonalista m'għamel xejn meta kien jgħid li għalih il-flus kienu no problem.", "Il-verita' hi li allaħares ma kienx il-gvern Laburista li fi ftit xhur biddel wiċċ din il-lokalita' li mhux biss tiġbor fiha eluf ta' turisti kull sena iżda tiġbor fiha wkoll eluf ta' Maltin.", "Illum wieħed jista' jgħid li eluf ta' Maltin ikunu hemm matul is-sena kollha.", "Hemm bżonn li l-gvern jieħu ħsieb li malajr kemm jista' jkun jibda x-xogħol ta' manutenzjoni, isir upgrading tal-faċilitajiet u jsir ukoll l- embellishment f'Buġibba, bħalma kien sar qabel.", "Sadanittant il-proġett tan-naħa ta' isfel ta' Malta mill-elezzoni 'l hawn waqaf bil-konsegwenza li jekk mhux se ssir xi ħaġa konkreta mhux se jintlaħaq l-għan li din l-area tiġi upgraded biex b'hekk tkun tista' toffri aktar attrazzjoni turistika.", "Biex in-naħa ta' isfel ta' Malta tkun tista' tattira aktar turisti jeħtieġ li tkun embellished.", "Hija ħasra li dak li nbeda u mexa ġmielu fi żmien gvern Laburista tħalla f'nofs xogħol.", "Il- ħasra hi li dan l-investiment li sar diġa' qed jintilef.", "Nistqarr li nħossni ċċasata bl-aġir tal-gvern Nazzjonalista meta llum kuljum tisma' li l-ħofra finanzjarja issa saret realta' u m'għadhiex ħrafa ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Minkejja li fl-1996 il-gvern Laburista kien sab ma' wiċċu sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra, stabilixxa prijoritajiet biex fuq naħa jgħasses kif se jintnefqu l-flus u fl-istess ħin, b'pass li l-pajjiż jiflaħ, jinvesti fejn għandu jinvesti biex l-industrija tat-turiżmu tkun tista' tiġi upgraded u aġġornata għall-ħteġijiet reali u għall-isfidi ġodda tal-kompetizzjoni li llum qed tiffaċċja.", "Il-Partit Laburista kien wiegħed ukoll li l-Air Malta kienet se titqies mill-gvern Laburista bħala parti minn pjan strateġiku f'dan is-settur u b'hekk din il-kumpannija tkun ta' sostenn għal turiżmu ta' kwalita' aħjar u diversifikat lejn Malta.", "Ma nistgħux ma nurux is-sodisfazzjon lejn il- ħidma għaqlija li twettqet fl-Air Malta matul l-aħħar sentejn u nofs biex din reġgħet twaqqfet fuq saqajha u fuq linji profitabbli.", "Hawnhekk nixtieq inħeġġeġ lill-gvern Nazzjonalsita biex ma jitfax wara dahru dak li nbeda mill-gvern Laburista f'dan il-qasam anzi nixtieq inħeġġu biex ikompli jibni fuq il-ħidma sfieqa li diġa' wriet it-triq tas-suċċess.", "Jien nixtieq nerġa' nagħmel enfasi fuq il-bżonn li l-pjani turistiċi li jsiru għal Malta jkunu dejjem evalwati permezz ta' impact assessments li jaraw x'impatti soċjo-ekonomiċi jista' jkollhom fuq il-ħajja tal-Maltin u l- Għawdxin.", "Il-pjani li jsiru għal dan is-settur ma jistgħux jiġu iżolati mir-realtajiet tal-poplu tagħna għax Malta u Għawdex huma żgħar u m'aħniex fil-qagħda ta' pajjiżi kbar fejn jistgħu jaqtgħu żoni sħaħ mill- kumplament tal-pajjiż għal skopijiet ta' żvilupp tuturistiku biss.", "Fil- fehma tiegħi, kull pjan li nagħmlu jrid jirrispetta l-ħajja tal-Maltin u l- Għawdxin u jrid jaħseb biex jintlaħaq sens ta' koeżistenza bejn iċ- ċittadini li jabitaw fil-gżira tagħna ma' dawk li jiġu jżuruna għal ftit żmien.", "Irrid insemmi s-sens ta' nuqqas ta' koeżistenza li għandu dan il- gvern fil-pjani turistiċi tiegħu u każ tipiku huwa l-kuntratt tal- Kottonera.", "MR SPEAKER: Onor. Coleiro, ippermettili nwaqqfek imma sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Refalo, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal-lum, it-Tnejn, 17 ta' Mejju fis-6.00 pm. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar Enfitewsi temporanja ta' art, bini u dritt ta' rmiġġ fil- Birgu, l-Isla u Kalkara lill-Port Cottonera Ltd u lill-Cottonera Waterfront Group plc.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - t-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – t-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - t- Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nixtieq nieħu din l-opportunita' biex nagħmel xi ftit kummenti qosra dwar rapport li ħareġ fil-bidu tax- xahar li għadda u li kien imħejji mill-kummissjoni li twaqqfet mill- ministru ta' l-edukazzjoni f'Ottubru tas-sena l-oħra.", "Hawnhekk qed nirriferi għar-rapport dwar l-iskema ta' l-istipendji ta' l-istudenti Maltin u Għawdxin.", "Wara li qrajt dan ir-rapport, li kien mistenni ħafna, għal darba, darbtejn, tlieta sibt li dan sar bir-reqqa u bil-għaqal u jħares lejn l-għotja ta' l-istipendji minn perspettivi differenti.", "Fil- fatt dan ir-rapport ma jħarisx lejn l-istipendju mil-lat finanzjarju biss imma jinkwadrah fl-istampa sħiħa tas-sistema edukattiva tagħna.", "Meta twaqqfet din il-kummissjoni din ingħatat terms of reference wiesa' ħafna għax kellha teżamina u tirrapporta fuq is-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi ta' l-iskema ta' l-istipendji mhux biss ta' l-istudenti li jattendu l- universita' imma wkoll ta' dawk li qegħdin f'istituzzjonijiet post- sekondarji, kemm jekk huma akkademiċi kif ukoll jekk huma tekniċi u vokazzjonali.", "Wara din l-analisi l-kummissjoni kellha tħares lejn l-impatt soċjali u ekonomiku, lejn il-ħteġijiet u l-aspettattivi ta' l-istudenti tagħna, lejn l-effett fuq l-edukazzjoni terzjarja u post-sekondarja, lejn il-ħtieġa tal-gradwati fil-qasam tax-xogħol u kellha bilfors tħares lejn ir- riżorsi finanzjarji tal-pajjiż, li huma limitati ħafna.", "Din il-kummissjoni kellha tanalizza wkoll l-implikazzjonijiet kollha marbuta ma' skema bħal din.", "Fl-aħħarnett - naħseb li din hija l-aktar ħaġa importanti u mistennija - din kellha tagħmel rakkmandazzjonijiet għal miżuri immedjati biex tissaħħah is-sistema preżenti u biex ikollna wkoll indikazzjoni għall- futur.", "Mr Speaker, fil-programm elettorali tiegħu ta' l-1998 il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li:", "\"jiġi stabbilit f'diskussjoni ma' dawk kollha konċernati kif għandhom jiżdiedu l-istipendji biex jilħqu l-bżonnijiet ta' l-istudenti, inklużi ta' dawk l-istudenti li jridu jagħmlu riċerka sew f'Malta kif ukoll barra.\".", "Il-Partit Nazzjonalista wiegħed li l-istudenti li qegħdin jieħdu edukazzjoni vokazzjonali u teknoloġika jingħataw stipendji suret in-nies, stipendji sħaħ, stipendji li jirriflettu l-bżonnijiet ta' l-istudenti fl- oqsma kollha ta' l-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja.", "Issa meta ngħidu \"sħaħ\" ma nifhmux tifsira simplistika u superfiċjali, fejn dawn l- istipendji jmorrru lura għall-figuri kif kienu qabel ma Gvern Laburista naqqashom drastikament u mingħajr studju u konsultazzjoni, imma nifhmu li dawn jirrispondu għar-realtajiet li joħorġu mill-analisi li saret f'dawn l- aħħar xhur.", "Biex sar dan kollu l-membri tal-kummissjoni ħadmu u ssottomettew tliet rapporti speċjalizzati; wieħed ta' Leslie Agius, li ħares lejn is-sistema ta' stipendji u skemi ta' appoġġ u għajnuna lil studenti f'pajjiżi differenti ta' l-Ewropa; ieħor ta' Godfrey Baldacchino, li għamel kritika u analisi ta' l-impatt ta' l-iskema ta' l-istipendji mhux biss fuq is-suq tax-xogħol imma wkoll fuq ir-rwol u l-funzjoni ta' l- edukazzjoni post-sekondarja u universitarja fl-ekonomija ta' pajjiżna; u l- ieħor ta' Manwel Delia, li kkontribwixxa dwar l-impatt soċjali u ekonomiku ta' l-iskema kollha.", "Abbażi ta' dawn l-istudji, ir-rapport semma l-fatt għaliex il-pajjiż tagħna, li kif diġa' għidt għandu riżorsi finanzjarji daqstant limitati, jgħin direttament lill-istudenti u jgħaddilhom somma flus regolari, apparti li dejjem jipprovdi s-servizzi edukattivi b'xejn.", "Fl-artiklu tiegħu Godfrey Baldacchino jfakkarna kif is-sistema ta' student/ħaddiem fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin, taħt Gvern Laburista, naqqset l-aċċessibilita' għall-edukazzjoni terzjarja għal ħafna żgħażagħ, imbagħad fl-1987 il-Gvern Nazzjonalista sab li n-numru ta' studenti Maltin u Għawdxin li kienu jkomplu l-istudju tagħhom kien baxx ħafna meta paragunat ma' pajjiżi oħra.", "B'hekk daħlet is-sistema ta' stipendju bħala inċentiv.", "Kif jaf kulħadd, din ta' l-istipendju hija a hot issue u fuq din il-kwestjoni inkitbu diversi rimi u saru diversi programmi ta' diskussjoni.", "Sfortunatament, bħal ħafna issues oħra, din ġiet politiċizzata u dan il-fatt dejjem ikompli jħawwad il-borma u jisfoka argumenti bażiċi u reali.", "Aħna rridu nitkellmu fuq investiment u dawn l-istudenti huma r-riżors uman tagħna.", "Għalhekk bħala pajjiż hemm bżonn li dan ir-riżors uman nisfruttawh f'sens tajjeb u ngħinu biex ikompli jiżviluppa.", "Hawn min ipinġi lill-istudenti tagħna, speċjalment dawk universitarji, bħala xi żgħażagħ ivvizzjati, li kollha jonfqu l-istipendju li jingħataw fuq karozzi, designer clothes u discos.", "Jien ma ninnegax li għandna studenti irresponsabbli u immaturi pero' naħseb li nkunu nġusti ħafna jekk lill- istudenti nitfgħuhom ilkoll fl-istess keffa.", "Pero' jibqa' l-fatt li flus il-poplu għandhom irendu u ma jitberbqux fix-xejn.", "Irridu naraw li l- istudenti li jgawdu mill-flejjes li jintnefqu fuqhom irendulna futur aħjar.", "Għalhekk l-istipendju għandu jibqa' jingħata biex dawk li għandhom il-potenzjal ikunu jistgħu jiżviluppawh.", "Apparti mir-rapporti li saru, il-kummissjoni kellha wkoll numru ta' laqgħat ma' l-awtoritajiet, ma' l-għaqdiet u ma' l-individwi.", "Din hija l- ewwel darba li saret konsultazzjoni u djalogu ta' dan it-tip fuq din l- issue.", "Dak li joħroġ fir-rapport jikkostitwixxi stampa ċara dwar il- bżonnijiet ta' l-istudenti marbuta ma' riforma li taffettwa l-edukazzjoni għolja.", "Hawnhekk naraw li r-rapport jikkristalizza bosta punti, fosthom li l-għan prinċipali ta' l-istipendju jibqa' l-inċentiv għall-kontinwazzjoni ta' l-istudju wara s-snin ta' skola obbligatorja u li s-soċjeta' tagħna trid tibqa' żżid il-livell edukattiv taż-żgħażagħ, partikolarment ta' dawk li ma jkomplux l-istudju u t-taħriġ mingħajr l-għajnuna ta' l-Istat.", "Naraw ukoll li s'issa l-istipendju baqa' marbut ma' studenti li għandhom livell akkademiku filwaqt li njora ħafna studenti li għandhom bżonn ħafna aktar għajnuna.", "Kif nafu, m'hemmx streamlining fis-sistema u f'ċerti każi s- sistema fiha nnifisha hija diskriminatorja anke fl-istess skejjel, bil- konsegwenza li jinħolqu relazzjonijiet xejn sbieħ bejn l-istess studenti.", "Mr Speaker, ma jeżisti xejn biex inkunu nafu li l-istipendju jintuża mill- istudent għall-għanijiet edukattivi u dan kien dejjem punt kontroversjali fid-diskussjoni dwar l-istipendji.", "Jissemma li ċ-ċifra li tintnefaq fuq is- settur edukattiv hija ta' 12% tan-nefqa rikorrenti tal-pajjiż, pero' din hija meqjusa bħala waħda baxxa.", "Hawnhekk ta' min wieħed ifakkar li fl-1998 għall-universita' biss il-gvern ivvota Lm7.2 miljun għas-servizzi u Lm3.8 miljun għall-istipendji u għalhekk il-value for money għandu jibqa' l- islogan li jgħodd dejjem u kullimkien meta nitkellmu fuq infiq minn fondi pubbliċi.", "Mr Speaker, jien naħseb li s-suġġeriment li hemm f'dan ir-rapport li titwaqqaf education observatory, li tagħmilha ta' monitor fuq is-sistema edukattiva u sors ta' riċerka dwar l-edukazzjoni, jistħoqqlu kull konsiderazzjoni.", "Jien ngħid li għandha titfassal ukoll linja ta' politika nazzjonali għall-edukazzjoni, politika konsistenti u għaqlija li tmur oltre l-politika tal-politiċi u li ma titbiddilx ma' kull ċaqliq politiku li jkun hawn.", "Matul dawn l-aħħar snin kemm-il darba għidt li s-sistema ta' l- istipendji għandha bżonn ta' riforma.", "Fil-fatt qabel ma jien sirt membru ta' din il-Kamra, hawn ġew kienu kkwotawni li jien kont favur li jkun hemm tnaqqis fl-ammonti ta' l-istipendju pero' dan żgur li m'huwiex il-każ.", "Jien dejjem għidt li fost l-istudenti hemm min għandu bżonn aktar għajnuna u dejjem għamilt enfasi fuq il-fatt li nemmen li l-istipendju b'mod jew ieħor għandu jkun marbut mal-ħteġijiet edukattivi.", "Għalhekk għoġbuni ħafna mis-suġġerimenti li l-kummissjoni għamlet dwar l-għotja ta' l-għajnuna lill- istudenti.", "Mr Speaker, il-kummissjoni se tibqa' miexja fit-triq li l-istipendju jingħata biex jgħin lill-istudent ikun indipendenti mill-ġenituri matul is- snin ta' studju.", "Għalhekk wara li fliet l-eżerċizzju li għamel il-kunsill studenti universitarji, u wara li tkellmet ma' bosta għaqdiet u awtoritajiet, skond ir-rapport din tissuġġerixxi somma ta' Lm60 fix-xaħar bħala għajnuna fl-ispejjeż ta' kuljum, bħalma hu t-trasport u infiq personali, u s-somma ta' Lm200 fis-sena bħala għajnuna għall-kotba u photocopies biss.", "Qed ngħid hekk biex fost l-istudenti tagħna nrawmu l- użanza li jinxtraw il-kotba għax wisq nibża' li kultant fuq il-kotba jsir it-tqanċiċ u l-istipendju jintnefaq fuq affarijiet oħra.", "Nerġa' nirrepeti li jien ma rridx niġġeneralizza.", "Il-KSU qed jagħti wkoll suġġerimenti utli u responsabbli biex din is-somma tintuża għall-finijiet stabbiliti u biex ma jkunx hemm abbużi fl-użu tagħha.", "Hija rakkomandabbli wkoll ċerta flessibilita' fl-allokazzjoni ta' Lm400 li tingħata darba matul il-kors.", "Kif nafu lkoll hemm ċerti korsijiet fejn l-ispiża tal-kotba hija kbira ħafna.", "Per eżempju, fil-kors tal-liġi, is-sett tal- liġijiet ta' Malta waħdu jqum 'il fuq minn Lm500 u regolarment l-istudenti jridu jħallsu madwar Lm27 u Lm28 għall-emendi ġodda li joħorġu u dan isir ta' spiss.", "Għandna korsijiet oħra li għandhom spejjeż kbar minħabba l-equipment li jkollhom bżonn l-istudenti.", "L-importanti hu li l-istudenti ma jabbużawx mill-għajnuna li jingħataw u l-monitoring body għandu jassigura dan.", "Hemm il-proposta li tingħata għajnuna supplimentari lil dawk l-istudenti li għandhom bżonn aktar mill-appoġġ regolari.", "Naħseb li din turi sensittivita' u solidarjeta' lejn dawk l-istudenti li minkejja l- kapaċitajiet tagħhom, xorta jibqgħu barra mill-istituzzjonijiet għolja ta' l-istudju għax ma jkollhomx għajnuna supplimentari.", "Inkunu qed niżbaljaw ħafna jekk naħsbu li l-istudenti kollha ġejjin minn familji tat-tajjeb u ma nirrealizzawx li hemm bosta, biex ma ngħidx ħafna, li ġejjin minn familji li assolutament ma jifilħux jgħinuhom.", "Ta' min igħid ukoll li hawn ġenituri li minkejja li jistgħu jgħinu lil uliedhom, m'humiex lesti li jarawhom ikomplu l-istudji tagħhom.", "Jissemma wkoll is-summer work ta' l-istudenti u s-suġġeriment ta' downsizing, li naf li ma tantx niżel tajjeb magħhom.", "Dan is-suġġeriment qed isir fuq il-premessa li s-summer work mhux qiegħed jingħata bil-għaqal biżżejjed biex jipprovdi l-esperjenza tax-xogħol.", "Jien naħseb li x-xogħol jingħata biex sempliċement niġġustifikaw dħul għall-istudenti fix-xhur tas- sajf.", "Naħseb li lkoll smajna stejjer ta' studenti li jidħlu fis-7.00 a.m. u fit-8.00 a.m. għax-xogħol u jerġgħu jintbagħtu lura d-dar wara ftit tal- ħin għax ma jkunx hemm xogħol għalihom; jew inkella stejjer ta' studenti oħrajn li minkejja li bilkemm jersqu lejn il-post tax-xogħol, jieħdu s- salarju xorta waħda.", "Aħna dejjem ngħidu li x-xogħol għandu jkun experience-related biex l-istudent jieħu t-taħriġ li jkollu bżonn.", "Per eżempju, l-istudenti tal-mediċina jagħmlu xogħol fl-isptar li huwa relatat ma' l-istudju tagħhom u mhux jimlew il-formoli jew jirrispondu t-telephone biex iħaffu mix-xogħol klerikali li suppost isir minn ħaddieħor.", "Jien ma nafx għaliex fis-sajf dawn l-istudenti ma jfittxux xogħol fuq inizjattiva tagħhom imma jippretendu li kollox jiġu mill-Istat.", "Meta kelli okkażjoni nitkellem f'din il-Kamra fuq l-istudenti li għandhom 'il fuq minn 30 sena, dejjem għidt li qatt ma qbilt mad-deċiżjoni kategorika li ttieħdet ftit tas-snin ilu li dawn l-istudenti ma jkunux eliġibbli għall- għajnuna.", "Dawn l-individwi li għal raġunijiet varji tilfu l-opportunita' li jkomplu l-istudji tagħhom meta kienu żgħażagħ m'għandhomx ikunu mċaħħda milli jerġa' jkollhom ċans li jagħmlu dan darba oħra minħabba nuqqas ta' finanzi.", "Ir-rapport hawnhekk ukoll iħares lejn l-introduzzjoni ta' part- time studies, biex b'hekk tiżdied ir-rata ta' studenti ta' eta' matura kif ukoll ta' dawk li jaħdmu.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq in-nuqqas ta' għajnuna lill-istudenti li jattendu skejjel post-sekondarji u vokazzjonali bħal, per eżempju, il-pre- vocational school.", "Ħafna studenti f'din l-iskola ġejjin minn familji li m'għandhomx dħul għoli u għalhekk m'għandux jintefa' piż fuq il-ġenituri tagħhom.", "Apparti minn hekk jidhirli li jmissu ilna li għarafna l-fatt li mhux biss min imur l-universita' jew f'ċerti istituzzjonijiet edukattivi jagħti servizz lin-nazzjon imma kulmin jitgħallem u jitħarreġ f'affarijiet oħra.", "Nixtieq ngħid ukoll li fl-1971 il-Gvern Nazzjonalista neħħa t-tuition fees u nispera li dan il-pajjiż ikun jista' jibqa' miexi fuq il-konċett ta' aċċessibilita' għal kulħadd, għax wisq nibża' li l-introduzzjoni ta' miżati m'hijiex konsistenti ma' dan il-konċett.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq billi ngħid li bħal kulħadd nistenna r- reazzjoni tal-Kabinett dwar dan ir-rapport, bit-tama li nersqu lejn implimentazzjoni ta' riforma fis-sistema edukattiva preżenti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, f'dawn l-għaxar minuti li ġejjin nixtieq nitkellem dwar il-press realease li ħareġ id-DOI il-ġimgħa l-oħra, fejn Malta ddikjarat li qed tipparteċipa fl-embargo tal-prodotti taż-żejt lejn il-Jugoslavja.", "Qed ngħid dan fil-kontest tas-suppost kontroversja jekk dan fil-fatt jaffettwax jew le l-Kostituzzjoni ta' Malta - b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam man-newtralita' ta' pajjiżna - li pprova jqajjem il-Partit Laburista.", "Jien nistħajjel li b'din l-attitudni l-Partit Laburista qed jagħmel bħat- tliet xadini għax la jrid jara, la jrid jisma' u lanqas irid jitkellem.", "Fil-ħajja min jagħmel bħat-tliet xadini huwa kkundannat li ma jistax jieħu mertu li jkun ipparteċipa jew ħa sehem f'xi azzjoni ta' ġid għal poplu ieħor.", "Inti ma tistax toqgħod sitting pretty tikkritika u tipproponi biss u meta tiġi għas-si u għan-no toqgħod lura u ma tgħid xejn.", "Issa ħalli naraw x'jgħid subartiklu (3) ta' artiklu 1 tal-Kostituzzjoni.", "Dan igħid hekk:", "\"Malta hija Stat newtrali li jrid attivament jilħaq il-paċi, is- sigurta' u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha ...''", "Dan ifisser li skond il-kostituzzjoni, Malta trid il-paċi, is-sigurta' u l- progress soċjali man-nazzjonijiet kollha, mhux mal-pajjiżi tal-Mediterran biss.", "Allura ta' min jistaqsi jekk b'din id-dikjarazzjoni l-paċi u s- sigurta' hux qed jiġu attivament promossi jew le.", "Il-Partit Laburista għamel ukoll riferenza fuq il-kostituzzjoni li titkellem fuq in-non- allinjament pero' naħseb li f'dan il-każ dan ma japplikax.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax in-non-allinjament kien konċett applikabbli meta kien hawn żewġ super potenzi, wieħed kontra l-ieħor, speċjalment fl-1987, meta daħlu l-emendi.", "Qabel kien hawn il- blokk ta' l-east immexxi mill-Unjoni Sovjetika u l-blokk tal-west immexxi mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Dak il-konċett illum m'għadux jgħodd, l- ewwelnett għaliex l-Unjoni Sovjetika m'għadhiex teżisti imma iddisintegrat, u t-tieni nett għax il-Warsaw Pact ġie xolt ukoll.", "Allura m'għadux ireġi l- konċett tan-non-allinjament kif mifhum u maħsub fl-era ta' l-1987.", "Hemm ukoll il-konċett tan-newtralita' u jkun tajjeb jekk aħna nispjegaw ftit jekk b'dan l-involviment tagħha Malta hijiex qed tmur kontra l- prinċipju li hemm fil-kostituzzjoni.", "Bl-akbar rispett pero' bl-iktar mod ferm u sod ngħid li Malta qed tirrispetta n-newtralita' tagħha.", "Tajjeb li wieħed jagħmel riferenza għall-Isvizzera, pajjiż li l-Partit Laburista jħobb jirriferi għalih ħafna u ried li Malta tkun bħalu.", "Dan il-pajjiż huwa magħruf sew u kburi bin-newtralita' tiegħu pero' għandu ċerti prinċipji li ħafna nies jew ma jafuhomx jew jekk jafuhom ma jgħiduhomx.", "Id- dlam joħloq il-biża' u n-nuqqas ta' informazzjoni tiżgwida lin-nies u tgħin biex dak li jkun joħloq preġudizzju fuq affarijiet li ma jkunux kollha f'idejh.", "Per eżempju, ftit jafu li l-Isvizzera għandha waħda mill-aktar armati b'saħħithom fid-dinja u li perċentwal kbir ħafna tal-GDP tagħha tonfqu fuq l-armamenti.", "Dan ifisser li dan il-pajjiż għandu biex jiddefendi ruħu.", "Apparti minn dan ikun tajjeb li nirriferi għall-white paper li ħareġ il-Gvern Svizzeru fid-29 ta' Novembru ta' l-1993 b'mod partikolari fuq in-newtralita'.", "F'din il-white paper il-Gvern Svizzeru elenka r-rekwiżiti u l-parametri li fuqhom riedet timxi l-Isvizzera u fost affarijiet oħra hemm li n- newtralita' mhux fini fih innifsu imma huwa mezz mhux biss biex dan il- pajjiż jissalvagwarda l-interessi personali u nazzjonali tiegħu imma wkoll biex jikkollabora ma' pajjiżi oħra ħalli ssaltan il-paċi, jitkattar il-ġid u tifirex il-prosperita'.", "Din il-white paper tgħid ukoll li mhux l-ewwel darba - u hekk għandu jkun - li l-kunsill federali ''re-orients Switzerland's neutral policy in a number of areas biex jissodisfa l- ħteġijiet ta' l-Isvizzera u l-ħteġijiet tal-komunita' internazzjonali f'dak il-waqt.", "Din il-white paper tagħmel riferenza għall-obbligi mposti fuq pajjiżi newtrali fi żmenijiet ta' gwerra - naħseb li lkoll naqblu li bħalissa hemm stat ta' gwerra għaddej fir-reġjun tal-Balkani - u għall- fatt li l-obbligi nascenti għall-pajjiżi newtrali joħorġu kważi kollha mill-konvenzjonijiet ta' The Hague ta' l-1907.", "Il-white paper tgħid ċar u tond li:", "\"These conventions are now outdated in many respects and no longer reflect the military situation at the end of the 20th century. \"", "Dan ifisser li dak li kien iseħħ jew japplika fil-bidu ta' dan is-seklu, ċertament m'għadux japplika lejliet it-tielet millennju.", "Din il-white paper tiġbed l-attenzjoni għan-newtralita' u tagħmel riferenza għal tliet areas partikolari.", "L-ewwel waħda hija r-relazzjoni bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea u jekk in-newtralita' tapplikax jew le.", "Il-konklużjoni hi:", "''Neutrality is compatible with accession to the European Union in its present form. \".", "F'din il-white paper il-Gvern Svizzeru qed igħid li l-fatt li aħna newtrali:", "''should not prevent our country from taking whatever measures it deems necessary to counter new types of threat ...''", "Mela allura jekk hemm forom ġodda ta' theddid għall-ordni internazzjonali u għall-fraternita' bejn il-pajjiżi għandek tipparteċipa.", "L-aktar area li tinteressana hija l-participation in collective sanctions.", "Dan ifisser li grupp ta' pajjiżi, mhux biss ta' l-Unjoni Ewropea imma wkoll ta' l-EFTA u ta' pajjiżi oħra, bħal Ċipru, qegħdin jimponu collective sanctions b'mod mhux militari.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq embargo taż-żejt.", "Fil-white paper hemm li:", "\"The paper states that participation in collective sanctions imposed by the international community against a country that has broken the peace or violated international law is compatible with neutrality.''.", "Hawn għandna pajjiż li fil-fatt kiser il-paċi u mar kontra d-dritt internazzjonali.", "Allura jkun tajjeb li tipparteċipa ma' pajjiżi oħra biex tissalvagwarda l-interessi mhux biss tiegħek imma ta' ħaddieħor ukoll għax għada pitgħada jista' jiġri hekk lilek u xi pajjiż ieħor jista' jattakkak.", "Pero' finalment trid tiżgura wkoll li bejn il-pajjiżi jkun hemm il-paċi u l-kollaborazzjoni.", "Mr Speaker, jgħidu li silence means consent, jiġifieri jekk tagħlaq ħalqek ifisser li inti tkun qed taqbel.", "La l-Partit Laburista ma jridx jipparteċipa f'dan l-embargo qed jgħid iva għall- ġenoċidju, iva għall-barbariżmu, iva għall-istupru u iva għall-ethnic cleansing.", "Jien nixtieq nistaqsi: Għandek tkun newtrali meta tiġi wiċċ imb'wiċċ ma' dawn l-affarijiet?", "Jien ngħid li min igħid iva huwa kompliċi.", "Inti għandek tagħmel il-kuraġġ u tagħmel pass 'l quddiem ħalli tgħin lil dak il-poplu li jkun qed ibati.", "Il-kostituzzjoni tgħid li n- newtralita' mhux bis-sanzjonijiet ekonomiċi tiġi vvjolata għax ma tagħmilx riferenza għalihom.", "Fil-fatt il-kostituzzjoni tgħid li l-konċett tan- newtralita' jinkiser jekk pajjiż barrani juża lil Malta bħala bażi militari, jekk jiġu hawnhekk suldati ta' forza barranija jew jintużaw it- tarznari Maltin biex jgħinu u jaġevolaw in-navy ta' pajjiż barrani.", "F'dawn il-każijiet biss jiġi miksur il-konċett tan-newtralita'.", "Kif tista' ddawwar wiċċek in-naħa l-oħra meta tara din it-tortura kollha fil- Kosovo?", "Jien nistaqsi: Il-ġid komuni x'jitlob?", "X'inhu s-sewwa?", "Aħna għandna obbligu li ngħinu mill-ftit li nistgħu.", "Per eżempju, l-liġi kriminali - hawnhekk mhux se noqgħod nidħol fil-kriminal - mhux biss teżentak jekk tiddefendi ruħek imma teżentak ukoll jekk tiddefendi lil ħaddieħor li jkun qed ibati aggressjoni inġusta.", "Jien nemmen bis-sħiħ li Malta għandha tipparteċipa f'dan l-embargo u dan mhux qed ngħidu għax il-partit tiegħi li qiegħed fil-gvern ħa dan il-pass; seta' kien min kien.", "Din hija azzjoni ta' min ifaħħarha u jinkoraġġiha u jekk il-Partit Laburista jerġa' jkun fil-gvern - ma nafx meta - juri din il-fiduċja u dan il-kuraġġ fil-politika barranija tiegħu u jħares lejn il- white paper li ħarġu l-Isvizzeri fl-1993, forsi jitgħallem xi ħaġa minnhom ukoll.", "B'hekk ikun jista' jgħid b'wiċċu min quddiem li jrid Svizzera fil- Mediterran.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, t- Tnejn, 17 ta' Mejju, 1999 fis-6.00 p.m bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - IMPJEGATI", "6211.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għaliex il- ħaddiema fir-residenza San Vincenz de Paule mhux qed jingħataw tagħrif eżatt rigward vacation leave u time-off-in-lieu tagħhom minn naħa tal- personnel meta dan it-tagħrif huwa dritt sagrosant tal-ħaddiema?", "Għaliex meta xi darba dan jingħata jkun tagħrif ta' xi erba' xhur b'lura?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Huwa d-dover ta' kull impjegat li jieħu nota tal- vacation leave u time off li jkun ħa.", "Meta jkollu xi dubju għandu jiċċekkja mal-Personnel Section tad-Dipartiment tiegħu.", "Fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule reċentement instab li kien hemm impjegati li ħadu eċċess ta' vacation leave matul l-1998 u għalhekk saret verifika tas-sistema li tintuża sabiex jiġi aprovat il-vacation leave u anke t-time off.", "Ir-rakkomandazzjonijiet ta' din il-verifika se jiġu attwati dalwaqt u b'din is-sistema ġdida m'għandux jiġri li ġara fl-1998.", "B'hekk ukoll ir-rekords tal-Personnel Section tar-Residenza ta' San Vinċenz de Paule ikunu aktar aġġornati.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - TRASFERIMENTI", "6354.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April, kellna transfer wieħed ta' ħaddiem tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Dan it- transfer kien ta' General Hand, u sar mid-Dipartiment tal-Mużewijiet għad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "Ir-raġuni hi li l-individwu talab li jiġi trasferit f'dan id-Dipartiment.", "Ta' min jinnota li f'dan il-perjodu kien hemm 'transfer' ta' Principal mid- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għad-Dipartiment tal-Mużewijiet, li sar ukoll fuq talba ta' l-istess individwu.", "DIPARTIMENT TAL-KULTURA - TRASFERIMENTI", "6355.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kultura?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l- Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil- post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Jannar 1999 ġew trasferiti mid- Dipartiment tat-Turiżmu għad-Dipartiment tal-Kultura, Uffiċjal Eżekuttiv, tlett skrivani, żewġ Senior Tradesman u żewġ General Hand minbarra skrivan wieħed li ġie trasferit mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "F'Jannar skrivana ġiet trasferita mid-Dipartiment tal-Kultura għad- Dipartiment tas-Saħħa.", "Fi Frar u f'Marzu ma sar ebda trasferiment.", "F'April ġew trasferiti żewġ General Hand mid-Dipartiment tal-Kultua għad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni waqt li żewġ General Hand, (wieħed mid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-ieħor mill-Malta International Airport) ġew trasferiti fid-Dipartiment tal-Kultura.", "It-trasferimenti ta' dawk mid-Dipartiment tat-Turiżmu saru bħala riżultat tal-bidla fir-responsabbilita' tal-Mediterranean Conference Centre mill- Ministeru tat-Turiżmu għal dak ta' l-Edukazzjoni.", "Għar-rigward tat-trasferimenti l-oħra dawn saru minħabba l-esiġenzi tas- Servizz Pubbliku.", "PBS - TRASFERIMENTI", "6356.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tal-PBS?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il- ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' April, 1999, fil-PBS saru sitt trasferimenti bil-ħsieb li jkun hemm tqassim aħjar ta' xogħol u personnel, dejjem skond l-esiġenzi tal-kumpanija u skond kif previst mill-Ftehim Kollettiv.", "MEDITERRANEAN CONFERENCE CENTRE - TRASFERIMENTI", "6357.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema taċ-Ċentru tal-Mediterran tal- Konferenzi?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn 1 ta' Jannar 1999 u 26 ta' April 1999 ma ingħata ebda transfer lill-ħaddiema fiċ-Ċentru tal-Konfernzi.", "IPSE - IMPJEGATI", "6358.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-IPSE, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-perijodu msemmi ġew impjegati 4 ħaddiema ġodda ma` l-IPSE.", "Dawn il-ħaddiema ġew ingaġġati wara li ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi.", "MDC - IMPJEGATI", "6359.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal- MDC, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjoniet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-M.D.C.", "MELLIEĦA - ĊIMITERJU", "6651.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk tressaqlux xi rapport mill-Kunsill Lokali dwar iċ- ċimiterju u d-dfin fil-Mellieħa?", "X'jirrikmanda dan ir-rapport?", "X'se jiddeċiedi l-Ministeru dwar dan ir-rapport?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- Dipartiment irċieva korrispondenza mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar is- sitwazzjoni attwali taċ-Ċimiterju tal-Mellieħa.", "Din il-korrispondenza titratta fuq:", "1.", "Il-bżonn ta` aktar u manutenzjoni taċ-ċimiterju.", "2.", "Ir-responsabbilta` konnessa mal-mautenzjoni u t-tindif taċ-ċimiterju tal-Mellieħa tiġi ddelegata lill-Kunsill Lokali u dan jiġi kkumpensat b'somma ta`flus li l-ammont tagħha ma ġiex speċifikat.", "3.", "Li seba` oqbra fl-istess ċimiterju li huma proprjeta` tal-Ministeru tad- Difiża Ingliża, igħaddu f'idejn id-Dipartiment tas-Saħħa.", "F'laqgħa li saret fil-15 ta` April 1999 bejn uffiċċjali tad-Dipartiment tas- Saħħa u rappreżentanza mill-Kunsill Lokali ġew diskussi dawn il-punti u l- Kunsill Lokali ġie nfurmat li:", "1. qed jitħejja pjan ta` ħidma sabiex tiżdied il-faċilta għad-dfin il- lokalita` tal-Mellieħa kif ukoll titjieb il-manutenzjoni u tindif fl-istess ċimiterju.", "2. ma jinħasx il-bżonn li l-Kunsill Lokali jassumi r-responsabilta` għat- tindif taċ-ċimiterju.", "3. t-talba, sabiex oqbra li huma propjeta` tal-Ministerju tad-Difiża Ingliża jgħaddu f'idejn id-Dipartiment tas-Saħħa, ġiet miċħuda f'April 1996.", "SAĦĦA - KARTA SAFRA", "6652.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li jsir sforz biex l-applikazzjoni għall-karta s-safra tal- persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi pproċessata malajr kemm jista' jkun?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-applikazzjoni tal-persuna msemmija waslet fit- 28ta' April 1999, u ġiet ipproċessata fl-4 ta' Mejju 1999.", "EDUKAZZJONI - SENIOR TECHNICAL OFFICER", "6668.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' Senior Technical Officer (Draughtmanship) fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, liema applikazzjoni l-proċess tagħha għall-pubblikazzjoni kien inbeda fi żmien l-amministrazzjoni Laburista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa qed isir xogħol li għandu jwassal għal riorganizzazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, inkuż ix-xogħol li għandu x'jaqsam man-nefqa kapitali u rikorrenti dwar bini, proġetti u manutenzjoni.", "SEC/MATSEC - RAPPORT", "6669.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta kienu lesti r-rapporti ta' l-eżaminaturi ta' l- eżamijiet SEC u MATSEC?", "Meta għaddew dawn ir-rapporti lid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni?", "Meta d-diviżjoni għaddiethom lill-iskejjel fejn l-istudenti jiġu mħejjija għal dawn l-eżamijiet?", "Meta l-kapijiet ta' l-iskejjel għaddew dawn ir-rapporti lill-għalliema biex ikunu jistgħu jiddiskutuhom ma' l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapporti ta' l-eżaminaturi ta' l- eżamijiet SEC u MATSEC twasslu lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fis-26 ta' Marzu 1999.", "Fid-diviżjoni ġew miġburin b'mod li kull skola tirċievi r-rapporti ta' suġġetti differenti u ntbagħtu fl-iskejjel bil-posta fl-14 ta' April 1999.", "DIVISJONI TA' L-EDUKAZZJONI - FONDI KAPITALI", "6670.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta d-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni beħsiebha tqassam il-fondi kapitali lill-iskejjel tal-gvern kollha peress li hemm skejjel li qed jgħidu li għadhom ma rċevewx dawn il-fondi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kapijiet ta' l-iskejjel ġew infurmati bil-miktub bis-somma li kull skola partikolari ser tirċievi bħala Imprest for Capital Expenditure Equipment.", "Il-fondi kapitali jitqassmu lill- iskejjel bħal dan iż-żmien kull sena.", "SKEJJEL PRIMARJI - ASSISTENTI KAPIJIET", "6671.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Fil-każ ta' l- interviews li saru għall-ħatra ta' assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji u li l-kummissjoni għas-servizz pubbliku ddeċidiet li tħassar u tordna li jsiru mill-ġdid, għaliex il-kummissjoni ma ħaditx passi qabel saru l- interviews peress li kellha rappreżentant tagħha fuq il-bord ta' l- interviews u ta' l-għażla u mhux ħalliet kollox isir u joħroġ ir-riżultat qabel ħassret il-proċess b'detriment għall-kredibbilta' ta' l-istituzzjoni nnifisha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ġejt infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li hi ħadet id-deċiżjoni li tanulla l-interviews li saru għall- ħatra ta' Assistenti Kapijiet fl-Iskejjel Primarji hekk kif irriżultalha li l-kriterji ta' l-għażla li kienu proposti mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u approvati mill-Kummissjoni, ma ġewx osservati.", "UE - GAĠEĠ/BATTERIJI TAT-TIĠIEĠ", "6688.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti li qed jiġu diskussi fil-mument fl-UE sabiex ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet tad-daqs tal-gaġeġ/batteriji tat-tiġieġ jinbidlu fis-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa mhumiex jiġu diskussi kundizzjonijiet ta' daqs ta' gaġeġ/batteriji tat-tiġieġ ma l- UE.", "Biss ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Malta bħala membru tal- Council of Europe u bħala firmatorja tal-Konvenzjoni tat-trobbija ta' l- Annimali trid 'il quddiem tirregola ruħha ma din il-Konvenzjoni.", "Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-risposta ta' PQ 6616.", "IMPJIEGI - BDIEWA - UŻU TA' KIMIKA", "6750.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6122 li oriġinarjament saret lill- Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid jekk qatt sarux health impact assessments rigward l-effett li tħalli l-kimika f'bexx, eċċ fuq saħħet il-bdiewa li japplikaw sabiex ikabbru l-uċuħ tagħhom?", "Meta saru u x'kienu r-riżultati?", "Jekk ma sarux, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jsiru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qabel kimika li tkun ser tintuża għal bexx tiġi mpurtata, l-importatur irid japplika lill-Pesticides Advisory Board tad- Dipartiment tal- Agrikoltura u jagħtih tagħrif sħiħ dwar il-kimika, inkluż tagħrif tossicoloġiku, biex issir l-evalwazzjoni neċessarja.", "Iktar informazzjoni dwar l-operat tal-Pesticides Advisory Board tista' tingħata mill-Ministeru konċernat.", "Jekk l-importazzjoni tal-kimika in kwestjoni tiġi approvata mid-Direttur tal-Biedja, l-importatur irid jipprokura l-approvazzjoni tat-Taqsima tal- Ħarsien tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol tad-Dipartiment tax- Xogħol.", "Din it-Taqsima tista' timponi kundizzjonijiet ulterjuri dwar l- importazzjoni u l-użu tal-kimika wara li titlob aktar informazzjoni, fosthom Material Safety Data Sheet.", "Huwa obbligu ta' min iħaddem jew li jaħdem għal rasu li jidentifika l- perikli għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol tiegħu u li jieħu l-miżuri kollha biex dawn jiġu eliminati jew imnaqqsa.", "Għaldaqstant hija r- responsabbilita' ta' min juża jew iġiegħel li tintuża kimika fuq il-post tax-xogħol li jieħu l-miżuri neċessarji.", "It-taqsima tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol tad- Dipartiment tax-Xogħol regolarment tagħmel eżamijiet mediċi fuq il-ħaddiema ta' Dipartimenti tal-Gvern u ta' xi ażjendi privati li x-xogħol tagħhom jesponihom għal kuntatt regolari ma' bexx b'konsegwenza ta' riskju ogħla għas-saħħa.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li riżultati ta' eżamijiet mediċi huma kunfidenzjali.", "IMPJIEGI - BDIEWA LI JIGGASSJAW L-UĊUĦ TAR-RABA", "6751.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6121 li oriġinarjament saret lill- Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid jekk qatt sarux health impact assessments rigward saħħet il-ħaddiema li jiggasjaw l-uċuħ tar-raba?", "Jekk iva, x'kienu r-riżultati?", "Jekk le, jista' jikkonsidra li jsiru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm diversi kimiċi li jistgħu jintużaw biex jiggassjaw l-uċuħ tar-raba.", "Il-kontrolli kemm fuq kimika relatata mal- biedja, kif ukoll fuq s-saħħa ta' ħaddiema li jistgħu ikunu nvoluti f'dan ix-xogħol ġew esposti fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari Nru. 6750.", "LAĦAM TAL-MAJJAL", "6796.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6126?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġie investigat l- ilment tiegħu mat-terzi persuni li taw l-informazzjoni lid-Dipartiment tas- Servizz Veterinarju u dawn issa kkonfermaw li l-informazzjoni għall-1995 għanda taqra hekk:", "Sena Valur Prezz Medju 1995 Lm6.9M 81c5", "FORZI ARMATI - ARMAMENTI", "6835.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi procurement ta' armamenti sar mill-awtoritajiet Maltin sena b'sena, mill-1996 'il quddiem?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppublikata.", "Jekk l-Onor Interpellant għandu xi ħtieġa għall- informazzjoni din tista tingħata kunfidenzjalment.", "ASSOCIATED NEWS GROUP LTD. - PR", "6836.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet il-biċċa xogħol waħda ta' PR li għaliha l- Associated News Group Ltd. tħallset Lm1,338.50c?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ANG Ltd tħallset ta` assistenza fir-relazzjonijiet pubbliċi matul ix-xhur ta` April u Mejju.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - HOSPITALITY", "6837.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6730?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma kien hemm l-ebda nfieq fuq hospitality u safar minn meta ġejt nominat Ministru sa l-aħħar ta` Marzu.", "Iżda kien hemm nefqa ta` LM205 f`hospitality u LM 3,931 f`safar minn delegazzjonijiet mmexxija minni matul il-perjodu li kont Segretarju Parlamentari.", "PULIZIJA - CLAMPING/TOWING", "6838.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta': clamping, towing u breathalyser xahar b'xahar, mill-1.10.98 'il quddiem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej : -", "1998 1999 Każi ta' Ott. Nov. Diċ. Jan. Frar Mar. Apr.", "Ikklampjar 36 16 - 23 25 43 27 Irmunkar 272 246 284 191 328 308 431 Test tan-nifs 14 13 16 20 16 21 5 (pożittivi)", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "6839.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Il- pulizija kemm irriżultawlha li kien hemm inċidenti tat-traffiku f'St. Venera bypass kemm ilha li nfetħet?", "Kemm minnhom wasslu għal fatalitajiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn mindu ġiet inawgurata l-By- Pass ta' Santa Venera f'Settembru, 1992, seħħew tlett imwiet kawża ta' inċidenti tat-traffiku.", "Rigward in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fl-istess post rappurtati lill- Pulizija, ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar, 1998, id-data li fiha bdew jinżammu rekords fuq il-PIRS, sa l-10 ta' Mejju, 1999, dan kien ta' 61.", "KOSOVO - KUNTATTI MILL-GVERN MALTI", "6840.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jelabora dwar il-ħidma u l-kuntatti diplomatiċi tal- gvern Malti fir-rigward tal-kriżi tal-Kosovo?", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-kuntatti kemm tiegħi u tal-Ministeru dwar il-kriżi tal-Kosovo, dejjem indirizzajna it-traġedja umana li mhux biss ilha sejra żmien iżda kull ma tmur kienet qiegħda tikber.", "Aħna esprimejna is-sogħba tagħna għal-fatt li l-isforzi tal-Contact Group ma waslux għal ftehim aħħari li permezz tiegħu is-sitwazzjoni preżenti setgħet tiġi evitata.", "Aħna nisħqu sabiex in-negozjati jerġaw jibdew mill-aktar fis possibli ħalli tinstab soluzzjoni ekwa u dejjiema.", "Mill-aspett uman il-Gvern ħabbar li lest jilqa f`Malta sa mitt refuġjat u b`hekk jgħin fl-isforzi intiżi sabiex itaffu it-tbatija ta` dawn in-nies.", "F`dan ir-rigward, nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għal pożizzjoni li hadet Malta, flimkien mal-pajjiżi ta` l-Ewropa Ċentrali u tal- Lvant, kif ukoll dawk il-pajjiżi membri ta` l-EFTA li huma membri tal- European Economic Area, illi tipprojbixxi l-provvista jew bejgħ ta` petroleum jew prodotti tiegħu lir-Repubblika tal-Yugoslavja.", "Dan kollu għandu l-oġġettiv li tinstab soluzzjoni ġusta għall-paci dejjiema fir-Reġjun.", "KOTTONERA - PROĠETT", "6842.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk inbidilx xi ħaġa mid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rigward il-Proġett tal-Kottonera, f'termini tal- kondizzjonijiet?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jinforma lill-membri tal- Kamra billi jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nassumi illi l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għall-kuntratt propost bil-Land Drawings annessi.", "Ma sar ebda tibdil f'dawn id-dokumenti li fil-fatt kienu diskussi bl-aktar mod akkurat mill-Public Accounts Committee.", "KOTTONERA - PROĠETT", "6843.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk sejjaħx laqgħat mal-kunsilli lokali tal-Kottonera biex jiddiskutu flimkien il-proġett tal-Kottonera?", "Jekk iva, meta sar dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena ltqajt mal-Kunsilli Lokali konċernati b'dan l-iżvilupp kif hawn taħt elenkat biex niddiskuti il-Proġett tal- Kottonera:", "KUNSILL LOKALI BORMLA ---------------------", "Il-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 1998 L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999 Il-Ħamis 8 ta' April 1999", "KUNSILL LOKALI BIRGU --------------------", "L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999", "KUNSILL LOKALI ISLA -------------------", "L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999", "KUNSILL LOKALI KALKARA ---------------------- Il-Ġimgħa 5 ta' Marzu 1999 Il-Ġimgħa 14 ta' Mejju 1999", "Jien għamilt ukoll preżentazzjoni għall-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Bormla, u l-Isla nhar il-Ħamis 22 ta' April 1999.", "KOTTONERA - BINI STORIKU", "6844.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid xi studji qed isiru biex jiġi salvagwardat bini u wirt arkitettoniku u storiku importanti li hemm fil-Kottonera u li se jintlaqat bil-proġett tal-Kottonera?", "Jekk iva, min qed jagħmel dan l-istudju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kull żvilupp li ser isir huwa rregolat bil- liġijiet u proċeduri normali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u bħal f'kull każ anke jekk l-iżvilupp ikun se jsir minn naħa tal-Gvern irid jiġi sottomess lill-istess Awtorita'.", "Parti minn dan il-proċess huwa li jiġu sottomessi d-dettalji kollha, l-istudji kollha li jkunu saru kif ukoll il- metodu li jkun ser jintuża fir-restawr.", "Il-Konsorzjum huma marbutin li jagħmlu dan kollu u għalhekk ma nassumix li hemm xi problema f'dan ir- rigward.", "Barra minn dan, it-Taqsima tax-Xogħlijiet se żżomm għajnejha ukoll fuq dak li jkun qiegħed isir.", "PULIZIJA - SQUATTERS", "6845.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kif u fejn se jpoġġi l-isquatters li hemm fl-inħawi fejn se jsir il-proġett tal-Kottonera?", "Jekk dan se jsir, jista' l-Ministru jgħidli meta ġew informati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "KUNSILLI LOKALI - LOCAL WARDENS", "6846.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli għall-ħlas tal- local wardens fil-kunsilli lokali, jekk hux il-gvern jew l-istess kunsilli tal-lokal?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-servizz tal-Gwardjani Lokali ghall-infurzar tal- ligijiet mill-Kunsilli Lokali se jkun wiehed ikkuntrattat bhas-servizzi l- ohra li jaghtul-Kunsilli.", "Ghaldaqstant il-hlas ta` dan is-servizz se jsir mill-Kunsilli Lokali filwaqt li minn naha taghhom, l-Kunsillise jzommu l-hlasijiet tal- penalitajiet li jirrizultaw mill-kontravenzjonijiet.", "NEA - BORD", "6847.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Bord ta' l-NEA dam daqshekk wieqaf?", "Jista' jgħid meta se jiġi mwaqqaf dan il-Bord?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħatra tal-membri tal-Bord ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol, bl-eċċezzjoni ta' membru indipendenti wieħed, skadiet għall-aħħar ta' Jannar ta' din is-sena u għalhekk il-Bord ma setax jiltaqa'.", "Wara li saret il-konsultazzjoni meħtieġa mar-rappreżentanti ta' min iħaddem u mal-Unions kif ukoll wara li ġew avviċinati persuni dwar il-possibilta' li jinħatru bħala membri indipendenti, saru r-rakkmandazzjonijiet neċessarji u għalhekk nittama li l-Bord ikun jista' jinħatar dalwaqt.", "ZABBAR - TRIQ IL-LUQ - POWER LINES", "6849.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-każ Ref No. 325/92/98 dwar rerouting ta' power lines fi Triq il-Luq, Zabbar u li ilu pendenti mill-10 ta' Lulju 1998, possibbli li l-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar tieħu passi u ma tibqax tgħaddi aktar biż- żmien lil dan il-klijent li hu bniedem anzjan u li dawn il-power lines qed ikunu ta' periklu għalih u għall-familja tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li x-xogħol biex isir re-routing fit- triq imsemmija waqa` lura minħabba diffikultajiet amministrattivi.", "Dawn il- problemi issa ssolvew u x-xogħol mistenni jibda f`qasir żmien.", "PULIZIJA - BIRKIRKARA - PLOT MITLUQA", "6850.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid x'se jsir minn plot li tinsab f'Ganu Street wara l-Mitħna ta' Birkirkara għaliex qegħda toħloq inkonvenjent ta' ħmieġ u periklu lir-residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-iżvilupp tal-plot li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa suġġett għall-permess PA 5569/95, liema permess skada, u li presentament qiegħed fil-proċess ta' tiġdid skond applikazzjoni PA 3265/98.", "Jirriżulta wkoll illi x-xogħol fuq dan is-sit kien ġie ordnat jieqaf mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u dan għaliex l- iżvilupp kien qed isir mingħajr ma ġiet mogħtija l-linja uffiċjali skond il- kundizzjonijiet tal-permess.", "Issa li din il-kwistjoni ġiet regolarizzata, l-iżvilupp fuq dan is-sit jista` jitkompla appena l-permess jiġi mġedded.", "Fil-frattemp, il-plot in kwistjoni ġie mdawwar b'ħajt u fence sabiex jitnaqqas kemm jista` jkun l-inkonvenjent.", "L-uffiċjal ta' l-Awtorita` inkarigat ser jibqa` jsegwi l-każ sabiex jiġi assigurat li l- kundizzjonijiet qed jiġu rispettati.", "BUĠIBBA/SAN PAWL IL-BAĦAR/QAWRA - MANUTENZJONI", "6851.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra, ħafna ħwienet, lukandi, restaurants, bars, eċċ jilmentaw li meta jirrapportaw xi ħsarat fis-sistema ta' l-ilma, id-dawl, telephone, drenaġġ, eċċ jdumu jistenew ħafna u jiġri li kawża ta' dawn il-ħsarat it-terzi persuni jidħlu f'ħafna spejjeż żejda sabiex isibu soluzzjoni temporanja ħalli jkunu lanqas impatt possibbli fiċ-ċirkostanzi, jista' l-Ministru jikkonsidra li jikkordina unit ġdid sabiex dawn il-ħsarat jiġu kkordinati aktar pofessjonalment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi innutat.", "ĠONNA PUBBLIĊI", "6852.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li kienu bdew isiru numru ta' ġonna kordinati bejn il- ħaddiema ta' l-Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura u l-kunsilli lokali bħal fil-każ tar-Rabat Malta, fejn saru xogħlijiet fl-Imtarfa, il-Baħrija u r-Rabat u kienu fil-fatt bdew diskussjonijiet sabiex kif jitlestew dawn ix-xogħlijiet jibdew ix- xogħlijiet fuq il-ġnien rikreattiv f'Għajn Qajjed u l-Kunsill tar-Rabat kien alloka s-somma ta' flus sostanzjali għal dan il-proġett, jista'l- Ministru jinformani mill-5 ta' Settembru 'l hawn kemm saru laqgħat u preparamenti sabiex dan ix-xogħol jitkompla għall-benefiċċju tar-residenti tan-Nigret u Għajn Qajjed?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.", "PA", "6853.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx massimu ta' bond li jista' jintalab mill- Planning Authority fuq il-proġett?", "Jekk iva, hemm xi skala għal forom ta' żvilupp differenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liġi ma tispeċifikax massimu ta' garanzija finanzjarja marbuta ma' xi kondizzjoni.", "Il-garanzija tkun ta' ammont li jirrifletti il-kondizzjoni li għaliha tkun meħtieġa l-istess garanzija.", "B'dan il-mod ikun jista` jiġi assigurat li l-istess kundizzjoni tinżamm mill-iżvilupattur.", "Il-flus ma jinġibdux jekk il-kundizzjoni tkun osservata.", "PULIZIJA - ALLOKAZZJONI TA' FONDI", "6854.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jalloka l-fondi li ġew ivvotati għal pulizija fid-diversi sezzjonijiet tal-korp?", "X'inhi r-raġuni li minkejja li għaddiet terz minn din is-sena hemm numru ta' sezzjonijiet fil-Korp tal-Pulziija li għadhom ma jafux kemm hemm flus allokati għalihom mill-budget ta' din is-sena, partikolarment għax-xiri ta' equipment li jitħallas mill-vot kapitali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-fondi li jingħataw taħt il-vot tal-Pulizija, bħal f'kull Dipartiment ieħor, jiġu allokati skond il-programmi u t-talbiet li jkunu ġew sottomessi fil-Business Plans tad-Dipartiment, wara li dawn il- fondi jiġu approvati fl-Estimi għas-sena partikolari.", "Naturalment, il- fondi li eventwalment jiġu pprovduti, jitqassmu b'mod li jkun jirrifletti l- prijoritajiet tad-Dipartiment kif murija fl-istess Business Plans.", "Fl-ambitu tal-parametri msemmija, l-allokazzjoni ssir mill-Kummissarju b'konsultazzjoni mad-Direttur responsabbli mill-Finanzi u Amministrazzjoni.", "SKEJJEL - TFAL B'DIŻABILITA'", "6855.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri ta' tfal b'diżabilita' għandhomx id-dritt li jagħżlu huma f'liema skola jibgħatu lil uliedhom?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid min jagħmel l-għażla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ġenituri, wara li jingħataw pariri siewja, għad għandhom id-dritt li jgħażlu jekk it-tfal tagħhom jattendux skola mainstream jew dik Speċjali.", "Dan wara li każ partikolari jiġi eżaminat minn Statementing Board.", "Dan jgħodd għal skejjel statali.", "CDAU - SPTAR SAN LUQA - CASE CONFERENCE", "6856.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa?", "Hemm xi ħsieb li din il-proċedura titbiddel fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-teġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4938.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA BIS-SENSJA", "6857.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ingħataw is-sensja dawn l-aħħar sitt xhur?", "Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma f'nisa u rġiel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ammont ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja f'dawn l-aħħar sitt xhur huwa kif ġej:-", "XHUR NISA RĠIEL TOTAL", "Ottubru 1998 31 150 181 Novembru 1998 34 152 186 Diċembru 1998 38 119 157 Jannar 1999 60 188 248 Frar 1999 31 146 177 Marzu 1999 28 214 242", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "6858.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru totali ta' impjegati fid-diversi dipartimenti tal- gvern, dipartiment b'dipartiment?", "F'liema dipartimenti u gradi hu maħsub li hemm ħaddiema nieqsa u f'liema, żejda?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bi tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija qiegħed poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra skeda bl-informazzjoni mitluba kif kienet f'April.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi minn żmien għal żmien kull dipartiment ikun over jew under complement.", "Fil-każ ta' l-ewwel isiru arranġamenti għal re-deployment u fil-każ tat-tieni, fejn hu assolutament neċessarju, jittieħdu passi biex il-vakanzi jimtlew.", "QRATI - PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA", "6859.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna barranija ttellgħet il- qorti għax kienet f'pajjiżna llegalment matul l-1998?", "Kemm-il persuna ġiet deportata?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dawn il-persuni hekk imsejha Klandestini jitressqu l- Qorti mill-Pulizija quddiem il-Magistrat ta` l-Ghassa.", "Il-kawzi jinstemghu bi procedura sommarja fejn tinghata s-sentenza dak il-hin stess (kemm il- darba jkun hemm ammissjoni).", "Il-Maġġor parti taghhom jigu deportati dak il- hin stess.", "Fi proceduri sommarji l-Qorti ma żżommx statistika ta` dawn il- persuni.", "HEPATITIS C u B", "6860.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm nies ittestjaw pożittiv għal hepatitis C u B fl-1998?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u jekk humiex irġiel jew nisa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Permess li numru kbir ħafna ta' kampjuni li jiġu ttestjati jkunu anonimi mhuwiex possibli li jkollok figuri preċiżi tan- numru ta' persuni posittivi.", "Anki l-informazzjoni dwar sess u eta' ma tkunx daqshekk preċiża.", "Matul l-1998 fil-laboratorju tal-Isptar San Luqa saru dawn it-testijiet:-", "Nru. ta' Testijiet Posittivi ------------------------------", "Hepatitis B 9858 151 Hepatitis C 4262 315", "INTEREST ON PUBLIC DEBT", "6861.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jkun l-interest on public debt fl- 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skond l-Estimi finanzjarji approvati għas-sena 1999, huwa stmat li l-intressi fuq id-dejn pubbliku għandu jkun kif imsemmi", "Stocks Lokali Lm 42,912,960 Treasury Bills Lm 4,942,000 Self Barrani Lm 1,814,000", "Ma dawn wieħed irid iżid is-somma ta` Lm295,000 għall-conversion stock MGS 5.9% 2007 II` li nħareġ sabiex jissostitwixxi MGS 6.0% 1999 I li għalaq fl- 1999.", "Peress li l-Gvern huwa awtoriżżat li matul il-1999 joħroġ stock ġdid sa massimu ta` Lm100,000,000, u kemm l-ammont, l-interessi u ż-żmien meta se jinħarġu dawn l-stocks għadu ma ġiex deċiż, ma tistgħax tingħata risposta eżawrjenti ta` kemm se jkun l-imgħax fuq is-Self Pubbliku għal dan il-ħruġ ta` Stock ġdid.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - PAZJENTI", "6878.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hi l-ispiża ta' kull persuna għal kull ġurnata fir-residenza ta' l- anzjani San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ispiża ta' kull pazjent f'San Vinċenz hija stmata li hi sbatax il-lira (Lm17) għal kull ġurnata.", "SKEJJEL", "6879.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5931?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra, aktar kmieni fżdin is-seduta.", "PENSJONI - PENSJONI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "6880.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, hijiex intitolata sabiex il-pensjoni tagħha tkun aġġustata minħabba l-emenda fil-liġi dwar pensjonanti tas- Servizzi Ingliżi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-pensjoni tagħha wara li jsiru l- investigazzjonijiet meħtieġa.", "SKEJJEL - FACILITATOR", "6881.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex it-tifel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ikun jista' jkollu facilitator, għaliex mill-case summary taċ-Child Development Assessment Unit jidher li dan it- tifel għandu bżonn ta' ħafna għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment ma tirriżultalux it-talba dwar dan it-tifel.", "Tajjeb li l-ġenituri jivverifikaw x'qed jiġri fil-każ tat-tifel konċernat u jinformawni bl-iżviluppi jekk iħossu l-ħtieġa.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "6882.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' l- anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, sabiex post vojt, proprjeta' tiegħu, li hu terran tkun tista' titneħħa r-requisition minn fuqu sabiex ikun jista' jmur jgħix fih peress li l-post fejn qed jgħix bħalissa fih ħafna taraġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ imsemmi qiegħed jiġi proċessat mid-Dipartiment.", "L-anzjan ġie mitlub japplika biex meta il-post jitbattal u ċ-ċwievet ikunu fid-Dipartiment, ikun jista' jiġi allokat lilu skond il-liġi.", "Ir-rekwiżizzjoni titneħħa iżjed tard meta jiġi aċċertat li hu joqgħod fil-post.", "DIPARTIMENT TAT-TELEGRAFIJA - RECEPTION TAT-TV", "6893.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat- Telegraphy huwiex konxju mill-interferenza li qiegħed ikollu r-reception tat-TV f'Malta minħabba xi ħsarat minn wieħed mill-istazzjonijiet tat-TV lokali?", "X'passi qiegħed jieħu dan id-dipartiment u liema ordni ġiet mogħtija lil dan l-istazzjon li jirregolarizza kemm l-apparat fuq l-antenna kif ukoll fuq apparat ieħor?", "Tista' kull korrispondenza fuq dan il-każ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Matul l-ewwel jiem ta` Mejju d-Dipartiment tat- Telegrafia mingħajr Fili daħlulu diversi ilmenti dwar interferenzi minn stazzjon tat-televiżjoni lokali.", "Id-Dipartiment ħa l-passi neċessarji u ġie kkonfermat illi l-interferenzi kienu kkaġunati minn stazzjon lokali.", "L-istazzjon ikkonċernat ġie nfurmat b`dan sabiex jirranġa s-sitwazzjoni ħalli l-interferenzi jieqfu.", "Billi din il-materja tikkonċerna ix-xandir, ġiet infurmata ukoll l-Awtroita` tax-Xandir biex hi wkoll tieħu dawk il- passi neċessarji kemm-il darba is-sitwazzjoni ma tiġix għan-normal fl-iqsar żmien possibli.", "Jien infurmat li l-Awtorita` tax-Xandir, flimkien mad-Dipartiment tat- Telegrafija minghajr Fili għadhom isegwu l-każ.", "MONUMENT TA' DANTE ALIGHIERI - MANUTENZJONI", "6894.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jordna li l-ġnien li hemm f'Horn's Ditch fejn hemm il- monument ta' Dante Alighieri jingħata attenzjoni xierqa?", "Tista' tissewwa x- xatba tal-ħadid li hemm fl-entratura minħabba l-abbużi li qegħdin isiru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed jiġi innutat.", "MONUMENT TA' DANTE ALIGHIERI - MANUTENZJONI", "6895.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jordna li jitnaddaf il-Monument ta' Dante Alighieri miż- żebgħa ħamra li hemm fuqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jieħu l-passi li jirriżultaw meħtieġa.", "MARSA - CHURCH WHARF - ASFALTAR", "6896.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6826 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u cioe': Jista' l- Ministru jara li d-daħla quddiem il-principal gate tal-Korporazzjoni Enemalta f'Church Wharf, Marsa tiġi asfaltata kif inhu xieraq?", "Għaliex qegħda titħalla għadira daqshekk kbira li konsegwenza ta' hekk jinġabru għadd ta' insetti li jistgħu jkunu nfettati?", "X'passi se jieħu d- dipartiment b'mod spedit?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant essenzjalment huwa parti mir-responsabbilita` tal-Kunsill Lokali tal-lokal.", "Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jitkellem mal-Kunsill u l-Enemalta sabiex tinstab soluzzjoni għal dan l-ilment.", "DJAR - SUSSIDJU", "6897.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta kwalifika 4 (a) (v) ta' skema numru 1 ta' l-Awtorita' tad-Djar fis-sens li sidien ta' djar li huma ulied persuni b'diżabilita' li joqogħdu fl-istess dar jitħallew japplikaw għal sussidju/għajnuna finanzjarja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan is-suġġeriment ser jiġi studjat.", "PULIZIJA - GĦAWDEX - DGĦAJJES TAL-KIRI", "6898.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa li ll-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-liġi f'Għawdex tiġi applikata għal kulħadd fis- sens illi hemm min qiegħed jabbuża fil-bajja tar-Ramla, fin-Nadur, Għawdex bid-dgħajjes tal-kiri fuq ir-ramel li huwa protett mill-Ambjent u mingħajr l-ebda permess neċessarju u dan bil-barka tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija għamlet u ser tibqa' tagħmel spezzjonijiet fil-bajja li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant sabiex ma jkunx hemm l-abbuż msemmi.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - VETTURI", "6899.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6660, jista' l- Ministru jgħid il-karozza Kia Mentor li nkriet bir-rata ta' Lm15.76 kuljum, għal kemm żmien inkriet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-karozza li għaliha qed issir riferenza nkriet għal ġurnata waħda.", "SPTAR MONTE CARMELI - DĦUL/ĦRUĠ", "6900.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li d-dħul u l-ħruġ ta' l-Isptar Monte Carmeli huwa perikoluż ħafna u spiss jiġru nċidenti tat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi attwat il-pjan li hemm biex din il-oblema tiġi solvuta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għadhom kif ingħataw il-kuntratti neċessarji biex dan ix-xogħol isir u l-kuntrattur li jrid jaħdem l-ewwel qed jipprepara biex jagħmel dan ix-xogħol.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "6901.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-PMO fuq il-proġett ta' l- isptar il-ġdid ta' Tal-Qroqq in vista tar-reklami li qed jidhru bħalissa fil-ġurnali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-F.M.S. beħsiebha tingaġġa nies professjonali biex iħarsu l-interessi tagħha bhala rappreżentant tal-Gvern Malti fuq il- proġett ta' l-Isptar il-Ġdid.", "Il-ftehim li hemm bejn l-M.U.S. u l-F.M.S. ser jiġi tterminat.", "ĦABS ĊIVILI - GWARDJANI", "6909.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu l-complement ta' gwardjani tal-ħabs bħalissa fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fit-12 ta' Mejju, 1999, in-numru ta' uffiċjali fir-rank ta' gwardjan (Correctional Officer) fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin kien ta' 145.", "PULIZIJA - MEMBRI LI RRIŻENJAW", "6910.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi minn tweġiba għall-interpellanza parlamentari numru 6207, jidher li ħadd mill-membri tal-Korp tal-Pulizija ma rriżenja wara l-istedina li l-Ministru kien jagħmel għal min mhux jieħu x-xogħol tiegħu bis-serjeta', jista' l- Ministru jispjega x'miżuri se jieħu hu biex inaddaf lill-Korp minn dawn l- elementi?", "Jista' l-Ministru jikkonferma xniegħat li se jiġu affettwati transfers massiċi oħrajn fil-ġimgħat li ġejjin fil-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma diġa` kelli l-okkażżjoni li ngħid, qed tingħata importanza sabiex tissaħħaħ l-Internal Affairs Unit fil-Korp, kif ukoll li jinħatar Bord ta' nies indipendenti li jisimgħu lmenti kontra l-pulizija kif ukoll mill-pulizija nnfushom.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid fit- Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti, it-trasferimenti fil- Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta' l- istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.", "Niskanta kif l-Onorevoli Interpellant qatt ma wera ansjeta` meta l-Gvern li kien jifforma parti minnu, wettaq 855 transfer fil-Korp tal-Pulizija fi 22 xahar.", "QRATI SUPERJURI - SISTEMA TAL-MASTER", "6911.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi qegħdin isiru fis-sistema tal-Master fil-Qrati Superjuri?", "Se jiġu ntrodotti xi tibdiliet fis- sistema?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jistituzzjonalizza s-sistema kif qegħda titħaddem bħalissa?", "Jista' l- Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu biex timela' l-vakanza tal-kariga li kienet qegħda tokkupa l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-qrati tal-ġustizzja?", "Jista' l-Ministru jagħti data approssimattiva għat-twaqqif tal-Qorti tal-Familja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Is-Sistema tal-Master fil-Qrati Superjuri se tithalla tiffunzjona kif inhi bhalissa ghal xi zmien.", "Dan biex wiehed jara sew jekk ikunx hemm bzonn li jsiru xi tibdiliet izjed il-quddiem.", "Dan jghodd ukoll ghall-kwistjoni dwar il-possibilta` ta` l-istituzzjonalizzar tas-sistema.", "Dwar il-vakanza tal-kariga msemmija, diga` harget sejha ghall- applikazzjonijiet biex jimtela l-post li issa, pero, se jkollu xi tibdiliet fir-responsabbiltajiet tieghu.", "Hu mahsub li l-Qorti tal-Familja jitwaqqaf fl-ewwel xhur tas-sena d-diehla.", "ŻEBBUĠ - KUNSILL LOKALI", "6912.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għas-sitwazzjoni attwali fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż- Żebbuġ, wara r-riżenja ta' wieħed mill-Kunsilliera, jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni legali dwar il-ħatra ta' Sindku f'dan l-lokal?", "Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom l-emendi li kienu qegħdin jiġu diskussi mill-Gvern Laburista mal-Permanent Law Reform Commission u ma' l- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali għall-Kodiċi Ċivili in konnessjoni mas- suċċessjonijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' ma' l- esperti konċernati biex jitħejja l-abbozz ta' liġi f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-pożizzjoni legali dwar il-ħatra ta` Sindku hija rregolata mill-provedimenti ta` l-Artikolu 25 ta` l-Att ta` l-l993 dwar Kunsilli Lokali u, fil-kaz ta` nuqqas ta` qbil dwar l-elezzjoni tas-Sindku, jistghu japplikaw il-provedimenti ta` l-Arikolu 22 ta` l-imsemmi Att.", "Dwar l-emendi ghall-ligi tas-successjoni - inizjattiva li inbdiet mill- amministrazzjoni Nazzjonalista precedenti - ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tajt struzzjonijiet lill-Avukat Generali biex jipprepara draft ghall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett.", "GĦAWDEX - NADUR - TRIQ RABAT", "6913.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3901, tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispecifications ta' l-offerti msemmija ġewx konklużi?", "Jekk fl- affermattiv, minn min intrebħet l-offerta?", "Meta se jinbeda x-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-offerti reġgħu ġew ippubblikati fuq struzzjonijiet tad-Direttur tal-Kuntratti.", "GĦAWDEX - NADUR - TRIQ IT-TORRI TA' ISOPO", "6914.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsijijiet parlamentari numri 900 u 6108, tista' l- Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' spezzjoni li saru u li jgħidu li m'hemmx periklu mminenti fit-triq imsemmija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta numru 6108.", "PORT TA' L-IMĠARR - WAITING ROOM", "6915.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5702, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett biex jiġu provduti faċilitajiet xierqa għall- ħaddiema/passiġġieri fl-Imġarr, Għawdex?", "Tista' l-Ministru tgħid ukoll kemm se jiswew dawn il-faċilitajiet u meta beħsiebhom jibdew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-provediment ta' faċilitajiet għal passiġġieri f'Għawdex jagħmel parti mill-iżvilupp tal-mollijiet u faċilitajiet simili għal passiġġieri ġewwa ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Dan il- proġett huwa maqsum f'diversi stadi.", "Preżentament qegħdin jiġu finalizzati l-istudji tekniċi li jwasslu sabiex ikun possibbli l-ħruġ tal-permessi meħtieġa mill-Awtorita' tal-Ippjanar.", "Ix-xogħlijiet fuq il-mollijiet kif ukoll faċilitajiet għal passiġġieri fiċ- Ċirkewwa u l-Imġarr u l-Breakwater' fiċ-Ċirkewwa ikunu jistgħu jibdew wara l-ħruġ tal-permessi neċessarji.", "XEWKIJA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "6916.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5842, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-programm ta' xogħlijiet ta' drenaġġ ġewwa Għawdex u x'xogħlijiet oħra għad fadal li jsiru qabel ma jinbeda x-xogħol fuq imsemmi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta numru 5842.", "RABAT - GĦAWDEX - TRIQ REPUBBLIKA - TRAFFIC LIGHTS", "6917.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid għaliex it-traffic lights li hemm f'salib it-toroq (Triq Repubblika, Rabat, Għawdex) humiex se jintużaw iktar?", "Jekk fin-negattiv, għaliex ma nqalgħux u twaħħlu f'post ieħor?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar it-traffic lights imsemmija meta jitwaqqaf il-Bord il- ġdid dwar il-Kontroll tat-Traffiku.", "GĦAWDEX - REĠISTRU TA' L-ARTIJIET", "6918.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm ġew reġistrati artijiet/proprjeta' fir-Reġistru ta' l- Artijiet f'Għawdex, raħal b'raħal u sena b'sena, matul dawn l-aħħar ħames snin f'kejl ta' metri kwadri u fuq bażi ta' reġistrazzjoni volontarja?", "Kemm kien hemm overlapping kull sena f'kull raħal?", "Kemm minn dawn l- overlapping ġew solvuti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li fir-Reġistru ta' l-Artijiet f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin ġew irreġistrati artijiet u proprjeta' kif muri hawn taħt: SENA APPLIKAZZJONIJIET,(FIRST REGISTRATION) 1995 546 1996 851 1997 817 1998 877 1999 207 (01-01-99 sa 13-05-99)", "Dawn iċ-ċifri jinkludu applikazzjonijiet li saru kemm fuq bażi volontarji kif ukoll dawk li jaqgħu taħt compulsory registration area.", "Jiena nfurmata li ma tinżammx statistika ta' rħula individwali u ta' kemm kien hemm overlappings.", "Lanqas ma jista' jingħata rendikont ta' kemm mill- overlappings li jkun hemm ġew solvuti.", "MEDIĊINI - BACLOFEN", "6939.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jikkonsidra l-Ministru li l-mediċina Baclofen tiġi kkonsidrata mill-Kumitat Drugs & Therapeutics Committee għal dawk li jista' jkollhom bżonn din il- mediċina minħabba li jkunu qed ibatu min Celebral palsy?", "Kemm inxtrat minn din il-mediċina minn Ottubru 1998 sal-lum u kemm-il pazjent kien intitolat għaliha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-mediċina lioresal (Baclofen) qeda fil- formularju, ma jkunx hemm il-bżonn li tiġi approvata mid-DTC għal dawk il- pazjenti li jkunu ntitolati għaliha bla ħlas.", "|Mediċina |Inxtara |Inħareġ | | |mid-Dipar|lill-pazj| | |timent |enti | | |(1.10.98s|(1.10.98 | | |a llum) |sa llum) | |Pilloli lioresal|114,000 |53,500 | |10mg | | | |Pilloli lioresal|xejn |7,180 | |25mg | | |", "SAĦĦA - CELEBRAL PALSY", "6940.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li s-Celebral Palsy (General Spasticity) tiġi nkluża fil-lista ta' mard li dawk li jsofru minn din il-marda jkunu intitolati għal Schedule V?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kundizzjoni magħrufa bħala Celebral Palsy hija koperta bl-Artiklu 27 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) għal għoti ta' Pensjoni lil persuna li tkun qed tbati b'din id-Diżabilita'.", "Dan ifisser li persuna li tkun qed tieħu din il-Pensjoni, jew tifel jew tifla li jkun qed jieħu l-Allowance tat-Tfal b'Diżabilita' minħabba l-istess kundizzjoni, huma intitolati f'isimhom għal mediċini b'xejn.", "Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li din il-kundizzjoni tiġi nkluża fil-Ħames Skeda tal- Liġi.", "RAĦAL ĠDID - POSTIJIET F'GĦAJN DWIELI", "6965.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir minn erba' garaxxixjiet u żewġ maisonettes li hemm fi Plot 9, Għajn Dwieli, Paola?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Maisonette 9B li hi fi stat ta' ġebel u saqaf inħarġet għall-allokazzjoni b'bejgħ taħt l-Avviż Numru.", "63.", "Maisonette 9A li llum hi fi stat ta' ġebel u saqaf ser titkompla mill- Awtorita' tad-Djar.", "Fil-fatt inħarġet sejħa pubblika għal dan il-għan.", "Żewġ garages ser jiġu allokati ma' dawn iż-żewġ maisonettes.", "It-tnejn l- oħra ser jinħarġu għall-bejgħ bl-offerti.", "GĦAWDEX - SERVIZZ TA' HELICOPTER", "6972.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6596 li baqgħet bla tweġiba u għar-risposta għall-istess mistoqsija parlamentari numru 6785, ma jidhirlux l-Ministru li tali tweġiba tista' ma tirrifletix tajjeb fuq l- Onor. Ministru u l-Gvern tagħha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta numru 6785."]} {"filename": "19981103_006d_par.doc", "date": "1998-11-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 6 It-Tlieta, 3 ta' Novembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 6", "It-Tlieta, 3 ta' Novembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "6", "It-Tlieta, 3 ta' Novembru, 1998", "WERREJ MINUTI 216", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 216", "TQEGĦID TA' KARTI 221", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-ERARJU 222", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TRASFERIMENT TA' ART TAL-GVERN 223", "AĠĠORNAMENT 245", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 250", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 5 li saret fit-2 ta' Novembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTARIJIET - KURA TAT-TFAL", "31.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt it-12-il sena li attendew għall-kura fl-isptarijiet ta' l-Istat f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif gej:", "IN-PATIENTS", "| |Sptar|Sptar|Psikjat|Sptar | | |S.Luq|Boffa|rija |ta' | | |a | |Malta |Ghawde| | | | | |x | |1993|4005 |0 |13 |510 | |1994|4139 |1 |28 |600 | |1995|4075 |2 |16 |572 | |1996|4212 |1 |24 |791 | |1997|3722 |3 |9 |670 |", "OUT-PATIENTS (new cases u follow-ups)", "| |Sptar |Psikja|Sptar ta' | | |S. |trija |Ghawdex | | |Luqa |Malta | | |1993|18130 |590 |1459 | |1994|20894 |528 |1488 | |1995|26307 |685 |1951 | |1996|27229 |644 |1852 | |1997|26615 |852 |1804 |", "CASUALTY", "| |Sptar S. |Sptar ta' | | |Luqa |Ghawdex | |199|8382 |1456 | |3 | | | |199|8857 |1584 | |4 | | | |199|9214 |1384 | |5 | | | |199|10,045 |1582 | |6 | | | |199|10,230 |1749 | |7 | | |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħidilna x'kienu l-laqgħat li saru bejn ir-rappreżentanti tal- Gvern u r-rappreżentanti tal-Fondazzjoni San Raffaele dwar l-isptar ċentrali f'Tal-Qroqq mis-6 ta' Settembru 'l hawn?", "X'kien il-kontenut ta' dawn id-diskusssjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed tirriferi għar-rappreżentanti ta' l-Isptar San Raffaele jew għall-FMSS?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppżizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nippreċiża l-mistoqsija, Sur President.", "X'kienu l-laqgħat u kemm saru minnhom bejn l-FMSS - li safejn naf jien hija r-rappreżentant tal-gvern - u r-rappreżentanti tas-San Raffaele f'Milan dwar l-isptar ċentrali f'Tal-Qroqq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiena m'iniex informat li kien hemm xi laqgħat formali pero' nista' niċċekkja.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nikkonferma li ma saru l-ebda laqgħat.", "Saritli żjara ta' korteżija minn Don Luigi Verze' xi tlett ijiem ilu, pero' ma saru ebda diskussjonijiet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru tas-Saħħa jew il-Prim Ministru jgħidulna jekk kienx hemm xi tibdil fl-istrateġija tal-gvern fuq dak li kien ġie deċiż mill-Gvern Laburista dwar kif għandu jiġi orjentat l-isptar ċentrali f'Tal-Qroqq, jiġifieri jekk għandux ikompli jitmexxa kif iddeċieda l-Gvern Laburista bħala sptar ċentrali li jkun alternattiva għall-Isptar San Luqa; jew inkella hemmx xi deċiżjoni li nerġgħu mmorru fuq l-idea oriġinali - li kienet tfasslet mill-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 u l-Fondazzjoni San Raffaele - li jkun sptar sub-specialised li jaħdem in tandem ma' l-Isptar San Luqa?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dalgħodu kellna laqgħa tal-kumitat tal- kabinett li ġie mwaqqaf apposta biex naraw the way forward għall-isptar il- ġdid u nista' ngħid li m'hu se jkun hemm ebda bidla dwar għal xiex għandu jservi dan l-isptar - jiġifieri d-deċiżjoni li kienet ittieħdet wara l- elezzjoni ta' l-1996 se tibqa' - pero' jkolli ngħid li sibna taħwid kbir u kellna nuqqas ta' direzzjoni dwar kif se jkompli l-bini ta' dan l-isptar.", "Proprju dalgħodu aħna kellna seduta twila man-nies tekniċi kollha involuti u nittamaw li fi żmien qasir inkunu nistgħu nagħtu direzzjoni, liema direzzjoni llum assolutament ma teżistix.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jew il-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħidilna jekk l-istrutturi ta' l-FMSS, jiġifieri li jkun hemm kumitat direttorali, dak iż-żmien taħt iċ-chairmanship tas-Sur Sladden, biex imexxi l-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, humiex se jiġu segwiti jew inkella hux se jkun hemm xi struttura ġdida?", "Jista' l-Ministru jew il-Prim Ministru jgħidilna wkoll jekk humiex se jittieħdu xi passi kontra t-taħwid enormi li ħallew warajhom l-Ortesa fl-1996, fejn ħadd ma kien jaf eżattament x'kienu d-disinji, ħadd ma kien jaf fejn waslu d-disinji, ħadd ma kien jaf eżattament x'kienu l-obbligazzjonijiet tal-kuntratturi minn naħa u minn oħra u ħadd ma kien jaf min kien qiegħed imexxi, jekk hux l- Universita', jekk hux il-Gvern jew jekk hux San Raffaele?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li fi żmienu l-FMSS kienet tbiddlet u saret FMS, jiġifieri m'għadhiex bħal qabel.", "S'issa l-Gvern m'għandux il-ħsieb li jbiddel l-istruttura pero' ma neskludix il-possibbilta' li 'l quddiem ikun hemm bżonn li tinbidel l- istruttura wkoll.", "Sal-lum l-FMS għadha responsabbli mill-bini ta' l-isptar il-ġdid - jiġifieri m'hemm l-ebda kambjament f'dak is-sens - pero' żgur li 'l quddiem ikun hemm il-ħtieġa li tissaħħaħ l-istruttura biex tkun tista' taqdi d-dmirijiet tagħha għall-bini ta' l-isptar il-ġdid.", "Mr Speaker, rigward il-kumment li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar it-taħwid, jiddispjaċini ngħidlu li t-taħwid jeżisti issa, li proprju wara sentejn ta' Gvern immexxi minnu, is-sitwazzjoni hija waħda ta' konfużjoni enormi.", "Sfortunatament f'dan il-każ ukoll inħlew sentejn li fihom minkejja li ġie deċiż li l-isptar jiġi mkabbar, m'hemm ebda indikazzjoni għal dan it- tkabbir ħlief li prattikament kważi n-numru ta' sodod se jkun jammonta għad- doppju ta' qabel.", "Ta' min jgħid ukoll li l-kumpannija li ngħatat il-kuntratt tad-designs għadha fl-istadju preliminari ta' preparazzjoni ta' designs li saru mingħajr l-ebda direzzjoni, pero' l-kumpannija kienet kostretta, minħabba li ma ngħatatx direzzjoni, tħawwad hi minn moħħha kif jidhrilha li dan l- isptar se jiffunzjona, u fil-fatt il-laqgħa li kellna dalgħodu, liema laqgħa kienet twila ħafna u naturalment kellha wkoll segwitù, kienet proprju biex nagħtu dan is-sens ta' direzzjoni u nkunu nafu preċiżament kif dan l-isptar se jkompli jinbena għall-użu li ġie destinat għalih.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Apparti mir-rettorika minfuħa, li għadna kemm smajna mill-ġdid lill-Prim Ministru jiddeletta biha u jerġa' jużaha llum, irrid niġbidlu l-attenzjoni li ma rrispondiex għall-mistoqsijiet li saru dwar ir- relazzjonijiet tal-gvern tiegħu ma' l-Ortesa, jiġifieri dik l- organizzazzjoni li kienet involuta ma' dan l-isptar.", "Fl-1996 l-Ortesa kienet ħalliet kollox f'taħwid kbir.", "Biżżejjed ngħid li aħna sibna x- xogħol wieqaf ħesrem, disinji ma jeżistux, kuntratti fl-ajru u min kien qiegħed jipproċedi fuq il-kuntratti ma kienx jaf eżattament x'kien u x'ma kienx għaddej.", "Allura, fil-kontest ta' dak li għadu kemm qal hu dwar, skond hu, il- konfużjoni kbira li sab, jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk huwiex se jżomm l-istruttura personali bin-nies li hemm fiha ta' l-FMS, jew inkella jekk hijiex se ssir xi bidla f'dan ir-rigward, jekk hemmx xi bidla fil-mod ta' kif jiġu skedati l-kuntratti, kif ukoll jgħidilna x'inhuma l-passi li jmiss li jittieħdu?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, iktar milli għamilt rettorika, jien għidt x'inhuma l-fatti.", "Għall-kuntrarju, ir-rettorika jużaha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta jkun qed ikellem lil xi grupp ta' nisa tal-partit fejn jivvinta stejjer u jagħmel allegazzjonijiet li għalxejn ngħidlu li huma invenzjonijiet ta' moħħu għax jibqa' jirripetihom.", "Imma naħseb li s'issa l-poplu Malti dara xi jsarraf Dr. Alfred Sant u mhux ir-rettorika rridu imma diskorsi serji, mhux ripetizzjonijiet li assolutament ma jagħmlu ebda sens u jirriflettu biss fuq min jagħmilhom.", "Dak għar-rigward tal- kumment tar-retorika.", "Dwar is-soċjeta` Ortesa ngħid li din illum hija kompletament out of the picture.", "Veru li fl-1996 kellhom il-kuntratt tad-design imma dak il- kuntratt ġie tterminat mill-gvern l-ieħor u l-Ortesa llum m'hijiex involuta iktar ħlief, naturalment, li għad hemm domandi reċiproċi ta' danni li l- gvern li spiċċa f'sentejn sħaħ ma għamel xejn dwarhom.", "Rigward is-set-up ta' l-FMS, jekk fhimt sewwa, s'issa m'hemm ebda ħsieb li jsir xi tibdil, pero' diġa` għidt li man mano li jiġi deċiż kif il- progress ta' l-isptar isir b'serjeta`, il-ħsieb hu li nenforzaw id- direzzjoni min-naħa ta' l-FMS.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li b'hekk se jżomm parteċipazzjoni min-naħa ta' l-assoċjazzjoni tat-tobba?", "Jista' jgħidilna wkoll x'tip ta' konsultazzjoni se jkun qed jagħmel ma' l-oqsma l-oħra li huma involuti fil-prattika medika ta' l-isptarijiet?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva, ikun hemm il-konsultazzjoni kollha meħtieġa ma' kull min hu interessat fl-isptar il-ġdid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, xtaqt nagħmel mistoqsija supplimentari relatata ma' l-interpellanza oriġinali ta' l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Fid-dawl tar-riċerka riċenti li qed issir, jiġifieri li t-tfal li jkunu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom jirrispondu aħjar għall-kura li tkun qed tingħatalhom u jagħmlu aktar progress - fil-fatt dan il-konċett ġie aċċettat fl- isptarijiet Maltin u l-ġenituri qed jitħallew jakkumpanjaw lit-tfal tagħhom li jkunu għall-kura fl-isptarijiet tagħna - jaħsibx il-Ministru li fl- isptar il-ġdid għandna nagħmlu l-pass li jmiss, jiġifieri li jkun hemm faċilitajiet aħjar għall-ġenituri li prattikament qed jagħmlu ġranet, u f'xi każi anke ljieli, mat-tfal.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hemm l-ebda dubju li l-preżenza tal-ġenituri ħdejn it-tfal mhux biss tnaqqas mit-trawma psikoloġika li jkunu għaddejjin minnha t-tfal imma anke tgħin biex it-tfal ikollhom fejqan iktar malajr.", "Kif qal sew l-Onor.", "Interpellant, din is-sistema diġa` qiegħda tiġi pprattikata fil-limitazzjonijiet li jeżistu ġo l-Isptar San Luqa, fis-sens li ovvjament qegħdin inħallu almenu ġenitur wieħed joqgħod 24 siegħa mat- tfal, pero' peress li jeżistu ċerti limitazzjonijiet strutturali, sal-lum lill-ġenituri ma nistgħux noffrulhom sodda kif wieħed jistenna li jkun hemm.", "Is-swali pedjatriċi li hemm maħsuba għall-isptar il-ġdid jaħsbu għal din l-eventwalita` u fil-fatt se jkun hemm faċilitajiet apposta għall- ġenituri li jkunu qegħdin jakkumpanjaw lit-tfal tagħhom waqt il-mawra tagħhom ġewwa l-isptar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru jew inkella lill-Ministru tas-Saħħa - jekk jikkonfermax li f'Ottubru ta' l- 1996 ix-xogħol fuq l-isptar kien kważi disa' xhur b'lura.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk jaf, jirrispondi l-Ministru tas-Saħħa.", "Jien naf li kien waqa' ftit lura pero' ma nafx li kien b'disa' xhur lura.", "Li naf hu li bħalissa l-kuntratturi prinċipali, jiġifieri dawk ta' SKANSKA Ltd., qegħdin jgħidu li minn hawn u ftit ieħor mhux se jkollhom iktar xogħol x'jagħmlu għax, peress li ilhom li waqqfulhom il-kuntratt ta' l-M&E minn April jew saħansitra minn Frar tas-sena l-oħra, ġew javżawni li jekk m'hijiex se tittieħed xi deċiżjoni, sa l-aħħar tas-sena għandhom jispiċċaw ċertu xogħol u mbagħad minn Frar li ġej ma jkollhom assolutament x'jagħmlu xejn iktar għaliex m'hemm l-ebda direzzjoni ta' dak li jrid isir.", "Din hija d-direzzjoni li writna.", "F'dawn is-sentejn, fejn fihom kellhom iż-żmien kollu biex jippreparaw, għad m'għandniex id-designs tal-bini li se jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li min-naħa tal-kuntratturi kien hemm ilmenti kontinwi li l-M&Es ma kenux tajbin u li l- preparamenti tagħhom kienu ħżiena?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Huwa evidenti li ġaladarba l-isptar tbiddel minn wieħed li jesa' 460 sodda għal wieħed li jesa' madwar 850 sodda, dak li kien ippjanat f'dak li għandu x'jaqsam ma' M&Es issa m'għadux igħodd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien fil-mistoqsija tiegħi ma kontx qed nirriferi għall-fatt li qabel kien maħsub li l-isptar jesa' 480 sodda imbagħad sar maħsub li dan jesa' 800 sodda.", "Jien staqsejt lill-Prim Ministru jekk jistax jikkonferma li meta l-isptar kien ġie ppjanat taħt Gvern Nazzjonalista fl-1996 - jiġifieri mhux kif kien ġie ppjanat oriġinarjament meta l-Kunsill ta' l-Ewropa ma kienx jaf li nbidlu d-disinji tiegħu - l-M&Es kienu ħżiena u ma setax ikompli x-xogħol fuqhom.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, ma nistax nikkonferma, pero' nikkonferma li l-ordni biex jieqaf il-kuntratt ta' l-M&E ingħata mill-gvern meta kien prim ministru l-Onor.", "Alfred Sant, b'deċiżjoni tal-gvern għax, kif għidt diġa', id-designs tbiddlu u l-isptar tkabbar.", "Għalhekk il-fatt li ma setax jitkompla l-kuntratt ta' l-M&E kien konsegwenza diretta tal-bidliet li għamel il-gvern li tiegħu l-Onor.", "Michael Farrugia kien ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Filwaqt li nista' nikkonferma li dik il- mistoqsija li għamilt jien il-Prim Ministru ma jafx jikkonfermaha, jista' xi ħadd mill-ministeru jew inkella l-Prim Ministru jikkonferma jekk hemmx xi ħsieb li hawn Malta tinġieb il-fondazzjoni ta' l-Isptar San Raffaele biex tmexxi l-isptar tal-Qroqq?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'hemm l-ebda ħsieb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Hemm xi ħsieb li tinġieb xi fondazzjoni oħra apparti l-fondazzjoni ta' l-Isptar San Raffaele?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'hemm l-ebda ħsieb.", "Ħsieb wieħed hemm, illi l-isptar il-ġdid jiġi amministrat u mħaddem bl-iktar mod modern.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jikkonfermax il-Prim Ministru li din l-oppożizzjoni, li llum tant qed turi interess f'dan l-isptar, kienet l-istess oppożizzjoni li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kienet qalet li dan l-isptar m'hemmx bżonnu u li jekk titla' fil-gvern kienet se twaqqgħu jew inkella twaqqfu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb illi dan il-fatt huwa notorju fil- pajjiż, jiġifieri jafu kulħadd.", "Il-gvern preċedenti biddel il-fehma tiegħu rigward dan l-isptar, fatt li għalkemm fih innifsu huwa pożittiv il-gwaj hu li kien hemm sentejn moħlija.", "Fil-fatt illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn għad irridu niddeċiedu dwar l- estensjoni ta' l-isptar abbażi tad-deċiżjoni tal-gvern l-ieħor li jkabbru.", "Sal-lum dan it-tkabbir ma jistax isir ħlief għal sular li żdied fuq il- parti ta' wara għaliex għad m'hemmx id-disinji preparati, u dan wara sentejn u xi ġranet għaliex l-elezzjoni saret fis-26 ta' Ottubru u llum it- 3 ta' Novembru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Apparti dan il-biki kollu għaliex l-isptar kiber minn 480 għal 800 sodda u sar skond ix-xewqa ta' kulħadd, nixtieq nistaqsi lill-Ministru tas-Saħħa jekk huwiex beħsiebu jerġa' jintroduċi l-buying of services fid-dipartiment tas-saħħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: S'issa m'huwiex permess li jiġu ntrodotti buying of services għalkemm għad hemm nies fid-dipartiment tas-saħħa li ġew impjegati b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jikkonferma li bejn l-1992 u l- 1996 ġew impjegati numru ta' persuni taħt is-sistema tal-buying of services li l-parti l-kbira minnhom kienu ġejjin mid-distrett tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, nista' nikkonferma li kien hemm nies li daħlu jipprestaw is-servizz tagħhom b'dan il-metodu.", "L-ewwel każ li jiġini f'moħħi huwa l-każ ta' persuna li ddaħlet sitt xhur qabel l-elezzjoni, persuna li l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ikkritikatha imma mbagħad meta telgħu fil-gvern żammewha taħdem magħhom għal 14-il xahar taħt l-istess kondizzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, l-aħħar mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk kienx is- segretarju privat tiegħu li kien jiffirma l-kontijiet ta' dawn il-persuni.", "It-tieni mistoqsija hija din: Il-buying of services kien isir fil-każ ta' servizz li kien joffri l-gvern stess bħal, per eżempju, servizz ta' skrivani?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi kien hemm nuqqas ta' ward clerks u ta' skrivani, u biex nintroduċu l-effiċjenza kemm jista' jkun malajr - din hija xi ħaġa li tħaddmet fil-pharmaceutical services taħt l-ex-ministru Farrugia - dehrilna li sakemm jinħatru dawn il-ward clerks għandna nimpjegaw clerks b'dan il-mod.", "Aħna ma stajniex nibqgħu nistennew għaliex ċerti proċessi li kienu għaddejjin, speċjalment ġol-medical stores u f'sezzjonijiet oħrajn, kienu qegħdin isofru.", "(Interruzzjonijiet) Iva, b'mod dirett bħalma ġara għal żmien limitat .....", "(Interruzzjonijiet) Mhux kollha kienu mid- distrett.", "Proporzjon minnhom kienu mid-distrett, mhux 90% kif kien fil-każ ...(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li tagħti tagħrif dwar studenti u għalliema fi trade schools matul is-sena skolastika 1998/99, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 33;", "Tagħrif dwar studenti li daħlu l-Universita' fis-sena akkademika 1998/99, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 84; u", "Statistika dwar studenti fis-sena skolastika 1997/98, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 177.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANĠELO REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Kabinett lis-Segretarju Permanenti OPM fil-25 ta' Awissu 1998 dwar personnel fis-segretarjati privati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 283.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, tista' jekk jogħġbok tirrapporta lill- Kamra l-progress li sar fuq it-talba li għamilt jiena bħal nhar it-Tnejn ġimgħa dwar il-każ ta' ksur ta' privileġġ, fejn min-naħa tiegħek kellna l- ewwel rapport li se ssir f'xi seduta oħra u l-bieraħ għall-grazzja t'Alla kellna rapport li se ssir f'mument opportun?", "Tista', jekk jogħġbok, tilluminana dwar fejn waslet it-talba dwar dan il-każ ta' ksur ta' privileġġ li għamilt jien bħal nhar it-Tnejn ġimgħa?", "MR SPEAKER: Nassigura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li s-Sedja f'xi ħin se tagħmel u tagħti r-ruling tagħha.", "Ngħaddu issa għall-Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-ERARJU", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): F'isem il- Ministru tal-Finanzi nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1998 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju, Kap. 62\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1998 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju, Kap. 62\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IT-TRASFERIMENT TA' ART TAL-GVERN", "Ikompli mit-2 ta' Novembru, 1998.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, se nipprova nkompli minn fejn ħallejt il-bieraħ bħala punt ta' loġika.", "Fl-aħħar parti tad-diskors tiegħi l-bieraħ kont qed nipprova nespandi fuq il-poteri li din il-mozzjoni tagħti lil-land department u kont qed nipprova namplifika fuq id-dritt tas- sullokazzjoni..Xtaqt ngħaddi issa għall-artiklu 15 li jitkellem fuq għotja ta' art bi tpartit, artiklu tassew interessanti pero' jidher li huwa artiklu li ftit jiġi użat, kemm mid-dipartiment kif ukoll min-nies li jkollhom xi art tagħhom li tiġi esproprjata.", "Dan l-artiklu jgħid li meta xi ħadd ikollu art li tiġi esproprjata jista' jitlob art oħra bi tpartit bħala kumpens.", "Jidher pero' li l- maġġoranza tal-Maltin jippreferu li bħala kumpens jingħataw flus u mhux xi art oħra.", "Għalhekk ta' min wieħed jindaga jekk din hijiex xi ħaġa li tista' tiġi mwettqa għaliex għandi l-impressjoni li għalkemm dan huwa artiklu fil-liġi, huwa wieħed minn dawk li fil-fatt ma jiġux prattikati.", "Fil-fatt il-bieraħ, membru min-naħa ta' l-oppożizzjoni semma li hemm numru ta' nies li qegħdin jistennew biex jingħataw kumpens fuq artijiet li ġew esproprjati.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet għandu jara jekk huwiex possibbli li dawn in-nies jingħataw kumpens aħjar jew almenu l-każ tagħhom jitressaq quddiem il-qorti u l-proċeduri tas-soltu jimxu.", "L-impressjoni ġenerali tal-poplu hija li l-kumpens li jiġi offrut mill-Istat għal dawn l- artijiet m'huwiex wieħed adegwat.", "Din hija xi ħaġa li timmerita aktar studju, speċjalment meta wieħed jamplifika ftit fuq każijiet ta' nies li jew wirtu proprjetajiet jew inkella kellhom għelieqi li kienu ilhom jaħdmuhom minn ġenerazzjoni għal oħra u l-Istat iddeċieda li jeħodhom f'idejh sabiex jgħaddi toroq minn ġo fihom jew inkella għal bżonnijiet ta' natura pubblika.", "Għalhekk hemm bżonn li naħdmu biex inġibu din is- sitwazzjoni in line billi jkun hemm organizzazzjoni ftit aħjar ġewwa l-land department u nieħu pjaċir nisma' li kien hemm il-ħsieb li dak id- dipartiment jiċċaqlaq mill-Auberge de Baviere.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li din hija waħda mill-isbaħ auberges li għandna f'pajjiżna u forsi jkun aktar indikattiv li tiġi ttrasformata f'mużew ta' l- arti.", "Nafu li fil-mużew ta' l-arti li jinsab f'South Street tant għandna opri ta' l-arti li m'hemmx espożizzjoni tajba tagħhom u allura ta' min wieħed jaħseb biex iċaqlaqhom u jeħodhom fl-Auberge de Baviere.", "Dan l- auberge għandu pożizzjoni tajba ħafna, għandu veduti sbieħ u jimmerita restawr aktar fil-fond - 'il quddiem ngħid xi ħaġa dwar ir-restawr - biex ikun post verament sabiħ li jinfetaħ għall-pubbliku bħala mużew biex il- poplu Malti mhux biss igawdi l-patrimonju intern imma jifhem ukoll is- saħħa kbira li l-Ordni ta' San Ġwann kellu hawn Malta biex bena post daqshekk imponenti u fl-istess ħin wieħed jagħti lura lill-Auberge de Baviere dik is-sbuħija li għandha bżonn.", "Pero' żgur li d-dipartiment ta' l- artijiet għandu bżonn aktar attenzjoni.", "Hawnhekk qegħdin niddiskutu din il-mozzjoni u jidher - jekk nista' nipprova nagħmilha ta' interpretu ta' l-anima tan-nies - li hawn ġew hawn ħafna preokkupazzjoni fuq il-kwestjoni tat-trasferimenti ta' l-art jew inkella fuq l-operat tal-land department.", "Fil-fatt dan l-inkwiet kbir jidher li ħiereġ mill-fatt li diversi membri tkellmu fuq il-bżonn li jsir kumitat miż-żewġ naħat biex jiddiskuti dawn l-affarijiet.", "Proprju fuq dan xtaqt inżid suġġeriment żgħir u umli, li wieħed iqiegħed bord ta' tlieta jew erba' min-nies ġewwa l-land department biex jaraw li l-proċessi dettaljati li d-dipartiment joħroġ bħala policy, wara li tkun għaddiet din il-mozzjoni, jiġu segwiti.", "Sfortunatament ikun hemm wisq ħsieb ħażin li ċerti proċeduri ma jkunux ġew segwiti - forsi minħabba nuqqas ta' attenzjoni jew minħabba affarijiet oħra - u għalhekk aħna rridu nirrealizzaw li ma' din il-mozzjoni qed nafdaw proprjeta' enormi f'idejn il- bnedmin.", "Mr Speaker, il-bieraħ semmejt il-fatt li kuntrarjament għal dak li wieħed jaħseb, tant hemm proprjeta' f'idejn l-Istat li ma nistgħux naħsbu li se jirnexxielna nbigħuha kollha u ma jibqgħalna xejn.", "Għalhekk irridu naraw kif b'ċerta ħeffa iżda mhux żejda, il-proprjeta' tiċċaqlaq ukoll u l-gvern jagħti dan iċ-ċaqliq fl-ekonomija tal-pajjiż billi jqiegħed dawn il-postijiet għad-dispożizzjoni tal-poplu.", "Huwa minnu wkoll li l-membri tal-Kamra wrew ċerta preokkupazzjoni għar- rigward tal-kwestjoni tal-bejgħ imma ma wrew l-ebda preokkupazzjoni għall- kwestjoni tal-kera.", "Kuntrarjament għal dan, jiena nippreokkupa ruħi anke dwar il-kwestjoni tal-kera għax il-kirja, kif inhi mogħtija, tfisser li kważi qed tagħti l-proprjeta' assoluta lil xi ħadd.", "Il-pussess huwa qawwi u b'saħħtu.", "Huwa veru li l-land department għandu l-poteri li x'ħin irid jittermina din il-kirja pero' fil-prattika dawn il-kirjiet jingħataw u jibqgħu hemmhekk u allura huwa fl-eċċezzjoni li dawn il-kirjiet jiġu tterminati.", "Allura jien naħseb li anke fuq il-kirjiet jew ċnus għandu jkun hemm xi forma ta' kontroll u meta ngħid \"kontroll\" ma rridx infisser xi bord ta' investigazzjoni.", "L-Italja għandhom la corte di cassazione li tieħu ħsieb li tara li kull proċess tal-qorti jkun segwa l-proċedura normali tiegħu u li ma kien hemm l-ebda leżjoni tad-drittijiet tal- partijiet fuq il-proċedura.", "Inħoss li forsi huwa l-waqt li din il-preokkupazzjoni li wrew il-kelliema ta' qabli - dawn għandhom iktar esperjenza minni, speċjalment in vista tal- fatt li għal xi wħud m'hijiex l-ewwel darba li qegħdin jiddiskutu mozzjoni għal din - tiġi tradotta wkoll f'bord separat ta' nies li jaraw li l- offerti kollha li jsiru hemmhekk ikunu saru skond il-proċeduri normali, fis- sens li meta jkun hemm offerta għal pubbliku, per eżempju, jaraw li din tkun ħarġet, li tkun ingħatat il-pubbliċita' rikjesta, li l-offerti jkunu saru kif għandhom isiru, eċċ. Dan huwa tajjeb u huwa ta' protezzjoni, sia għal għajnejn il-pubbliku kif ukoll għal għajnejn l-impjegati tajba li hemm fil-land department, għax ovvjament min huwa tajjeb toġħġbu din il-forma ta' checks and balances li permezz tagħha wieħed ikollu moħħu mistrieħ li l- affarijiet qegħdin isiru sewwa.", "B'hekk wieħed ikun anke jista' jaqta' ftit mid-diskors forsi mhux propizju ta' ċerti nies li jallegaw li l-affarijiet ma jkunux saru skond kif għandhom isiru.", "Kif intqal qabel dwar il-joint office, hemm bżonn li fil-land department ikun hemm - u din il- preokkupazzjoni wrewha l-membri ta' l-oppożizzjoni wkoll - iktar nies ta' professjoni li jkunu jistgħu jieħdu ħsieb li l-affarijiet isiru mhux biss b'iktar solerzia imma jsiru b'ċerta korrettezza u serjeta`.", "Mr Speaker, għalkemm din il-mozzjoni ġiet tabled u ovvjament wieħed jifhem is-sens ta' urġenza li tiġi approvata malajr, ta' min jaħseb ukoll biex f'mozzjoni oħra tas-sena li ġejja jew matul is-sena, wieħed idaħħal grupp ta' erbgħa min-nies, possibbilment xi ex-imħallef jew xi ħadd li għandu ċerta esperjenza ta' kif jaħdem iċ-ċivil, ħalli jipproteġi liċ-ċivil minn ċerti pitfalls u jipproteġi wkoll lill-pubbliku minn ċerta proċedura - m'iniex qed ngħid għal xi forma ta' ombudsman għaliex ma naħsibx li għandna bżonn ombudsman ieħor fil-land department - u b'hekk jinqata' ħafna diskors vojt li jixħet dell ikrah fuq din il-ħaġa.", "Is-Sinjorija Tiegħek tifhem li fejn hemm din il-proprjeta` kollha miġbura jista' jkun hemm it- tentazzjonijiet.", "Ilkoll kemm aħna bnedmin u ovvjament trid tipproteġi lil min hu suxxettibbli li jsib lilu nnfisu f'ċerta pożizzjoni.", "Irid ikun hemm kontrolli imma mhux kontrolli esaġerati għax f'dan il-pajjiż immorru minn estrem għall-estrem l-ieħor meta nagħmlu kontrolli li jagħlqu u joħonqu s- sistema kollha kemm hi.", "Dan mhux il-ħsieb tiegħi.", "Il-ħsieb tiegħi hu li dan ikun bord li jara li s-sistema ta' tendering jew sistemi oħra jsiru bil- proċeduri segwiti s-soltu.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra wkoll biex wieħed jara li ma' dawn il-mozzjonijiet jiġu annessi l-policies li d-dipartiment ta' l-artijiet juża biex japplika dak li aħna qegħdin nilleġislaw fuqu.", "Huwa tajjeb li niddiskutu u nagħtu dawn il-poteri kollha lil-land department pero' tajjeb li aħna jkollna ftit feedback dwar kif dawn qed jiġu applikati jew kemm il- poplu qiegħed jagħmel użu korrett jew le minnhom.", "Nifhem li dan id- dibattitu qiegħed iservi tajjeb għaliex forsi għal dawn il-jiem il-membri tal-pubbliku qegħdin jaqraw il-gazzetti u allura jifhmu aktar x'inhu l-land department, jifhmu wkoll x'inhuma l-poteri li l-parlament qed jagħti lil dan id-dipartiment u jifhmu kif is-soltu jsiru l-affarijiet.", "Fuq dan il- punt xtaqt li s-Sedja tieħu nota għaliex naħseb li meta din ir-riżoluzzjoni tiġi darb'oħra għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra, timmerita li wieħed jikkonsidra sewwa u fid-dettall kif dawn jiġu applikati.", "Jiena m'għandix dubju li huma l-bonsens u r-raġuni li jmexxuna imma jkun aħjar li aħna bħala membri speċjalment id-diversi membri li għandhom ċerta esperjenza fl- andament tal-ħajja naraw kif ħaġa tapplika għal persuna u ma tapplikax għal persuna oħra u kif ċerti membri tal-pubbliku jistgħu jibbenefikaw indirettament jew direttament mingħajr ħafna nkwiet u dewmien.", "Mr Speaker, il-ħsieb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li għandu jkun hemm dħul akbar jew attenzjoni għal dħul akbar għall-Istat Malti minn dawn il- proprjetajiet huwa ħsieb sabiħ.", "Ovvjament wieħed jifhem li hawnhekk m'aħniex ngħidu li l-proprejtajiet kollha li qegħdin iħallsu l-kirjiet għandhom f'daqqa waħda jkollhom żieda fil-kera imma wieħed jista' jġib ċerti żidiet fil-kera b'mod intelliġenti u b'mod tajjeb u mingħajr ma jagħti zulluzzu jew ibeżża' lin-nies, tenut kont ukoll is-suq ġenerali ta' pajjiżna.", "Ta' min wieħed jgħid li hemm idea tal-flus li qegħdin indaħħlu imma hemm ukoll ammonti ta' flus li għal xi raġuni jew oħra m'humiex qegħdin jidħlu.", "Għalhekk ukoll wieħed irid jara jekk min-naħa amministrattiv hemmx in- notamenti mibgħuta u jekk kemm-il darba wieħed huwiex jagħmel il-parti tiegħu biex dan l-introjtu jidħol għall-bżonn tal-pajjiż.", "Jien nifhem li l- proprjeta' li jħaddan il-gvern hija pjuttost qawwija u għalkemm il-Ministru fil-bidu qal - jekk smajt b'mod korrett - li huwa m'huwiex idaħħal bħala parti minn din il-mozzjoni l-postijiet storiċi, il-ħbieb tiegħi tan-naħa l- oħra tal-Kamra għoġobhom jidħlu fuq din il-kwestjoni wkoll.", "Allura forsi ta' min wieħed ukoll mhux iwieġeb għalihom pero' jidħol ukoll ftit fuqhom.", "Issemma, per eżempju, il-proġett tal-Kottonera.", "Wieħed ukoll irid jgħid, Mr Speaker, li dan il-biża' kbir li kull darba jitressaq quddiem il-Kamra, li l-bini li hemm fix-Xatt tal-Birgu huwa xi bini li trid ħafna u ħafna flus biex tirranġah, jien dan narah allarmiżmu żejjed.", "Jekk wieħed jindenja ruħu jmur fuq il-post - per eżempju, fejn illum hemm il-mużew marittimu, li huwa kkonsidrat bħala wieħed mill- mużewijiet ta' ċerta importanza u ċertu prestiġju - isib li iktar hemm biża' fuq l-ispejjeż li hemm bżonn biex jiġu rranġati l-postijiet u l- palazzi sbieħ li hemm fix-Xatt tal-Birgu milli fir-realta' wieħed jitlob.", "Allura altru l-istimi li għamlu ċerti nies u altru meta tista' tagħmel użu minn ħaddieħor minn ġewwa d-dipartimenti tiegħek stess.", "Għalhekk, Mr Speaker, fuq dan il-punt jiena nispera li s-sitwazzjoni se tiġi ċċarata b'mod li fl-aħħar il-Kottonera ħa jkollha mhux biss dan il-proġett - għaliex il-ħabib tagħna tan-naħa l-oħra qal li jidher li l-proġett tal- Kottonera m'għadux fuq il-fast track ...", "Nista' ngħid li dan il-proġett għadu prijorita' ta' dan il-gvern imma dan bħall-ikel.", "Illum il-fast food huwa kkonsidrat bħala junk food mentri s- \"slow\" food huwa ikel tajjeb u diġeribbli.", "Il-proġett tal-Kottonera se jibqa' hemmhekk għat-tul ta' żmenijiet u allura wieħed jitlob li jieħu deċiżjonijiet tajbin għax dak li se jkun hemm se jibqa' għal dejjem.", "Il- verita' hija li l-proġett li sar mill-Gvern Laburista kien mgħaġġel wisq, id-difett prinċipali ta' l-affarijiet kollha għaliex fil-Kottonera m'hemmx biss il-parti tax-xatt, fejn il-kwestjoni kienet kemm se jorbtu frejgatini jew kemm se jorbtu yachts, imma hemm ukoll diversi palazzi li jimmeritaw attenzjoni.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq politika ta' trasformazzjoni tal- Kottonera m'għandniex inħarsu lejn ħaġa żgħira u nippretendu li minn dik il- ħaġa żgħira se jkun hemm iċ-ċaqliq kollu, imma trid tibni l-istruttura kompletament u tirranġa ħafna postijiet, fosthom il-Maċina, il-Palazz ta' l-Isqof u l-Auberge de France.", "Għal ftit ta' żmien il-Gvern Laburista kellu l-ħsieb li joħroġ għall-wiri wħud mill-kostumi tradizzjonali Maltin bħala parti mill-esibizzjoni li kienet saret mill-Patrimonju Malti fl- Auberge de France imma jidher li dan il-ħsieb waqa' u dbiel u l-Auberge de France baqgħet magħluqa.", "Anke l-Fortizza ta' Sant'Anġlu, il-mina ta' Santa Liena u l-Cottonera Lines, li lkoll għandhom ċerta importanza għandna x'nieħdu ħsieb fihom.", "Għalhekk forsi tajjeb li jkollna proġett għat-Tlett Ibliet f'daqqa għax ma tistax tippretendi li tirranġa parti żgħira biss.", "Mr Speaker, f'dan il-Parlament hawn min tkellem b'mod qisu meta l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern fl-1987 it-tlett Ibliet ħallihom kif sabhom, imma l-verita' hija differenti ħafna.", "Fil-fatt fl-1987 ix-Xatt tal-Birgu kien assolutament diżastru.", "Ħafna nies jiftakru - u jiena niftakar għaliex jiena minn hemmhekk - li kulma għamel il-Gvern Laburista kien li ġab id-dwana fix-xatt fost ħafna tgergir ta' ħafna nies fin-negozju f'Malta li mill-Belt kellhom imorru fil-Kottonera fejn kien hemm tinda enormi b'ħafna kolonni.", "Dan kollu tneħħa, ħafna palazzi ġew restawrati, l-art reġgħet ġiet magħmula mill-ġdid u sar post fejn wieħed jista' jimxi b'ċerta trankwillita'.", "Barra minn hekk aħna konna ħassejna li xi ħaġa prestiġġjuża, bħall-boat show, għandha ssir fil-Kottonera, kif fil-fatt sar għal xi żmien iżda, kif nafu, l-amministrazzjoni l-oħra - minkejja li dan il-post kien jippresta ruħu tajjeb għaliha - ddeċidiet li din issir fin- Naxxar.", "Xi ħaġa li saret ukoll mill-amministrazzjoni l-oħra hija t-twaqqigħ tal- bini li kien hemm fin-nofs tax-xatt.", "Huwa veru li dan sar mingħajr ħsieb u li għad hemm xi imbarazz iżda issa huwa importanti - għalkemm dan il-bini ma jaqax taħt din il-mozzjoni - li naraw li ż-żewġ palazzi li hemm fil- ġenb, u li matul il-gwerra kienet waqgħetilhom wing jiġu utilizzati għal xi ħaġa.", "Għar-rigward tal-kwestjoni ta' l-għoti ta' proprjetajiet, meta l- ministru ppreżenta din il-mozzjoni tkellem fuq toroq ġodda ta' kif wieħed jista' jċaqlaq il-proprjeta'.", "F'dan il-pajjiż imdorrijjin naħsbu fit- termini ta' dak li jgħidilna l-kodiċi ċivili.", "Wieħed irid jgħid li l- kodiċi ċivili jagħti ħafna poteri lid-dipartiment, saħansitra jagħtih il- poter li jagħti servitujiet jew encroachments anke jekk ma jitkellimx fuqhom.", "F'dan il-każ forsi qegħdin niżnaturaw ftit il-prinċipji fundamentali li fuqhom ġie bbażat il-kodiċi ċivili għaliex qed nimxu fuq konċetti u liġijiet li ġejjin mid-dinja Anglo-Sassona u mhux minn dik Napoleonika, pero' jidher li dan inħadem tajjeb f'dan il-kamp.", "Sur President, il-verita' hija li f'dan il-pajjiż għandna assets kbar u l- bieraħ is-Sinjorija Tiegħek kellha l-paċenzja tismagħni nitkellem fl- aġġornament fuq dawn l-assets ta' wirt storiku li ħallewlna l- ġenerazjonijiet ta' qabilna.", "Iżda apparti mid-diversi monumenti li għandna u apparti mill-fatt li għandna fdalijiet arkeoloġiċi li ma ssib imkien bħalhom fl-Ewropa, għandna wkoll l-aspett inqas storiku u lajk tan-numru kbir ta' proprjetajiet li għandna.", "Xi ħaġa li nixtieq insemmi hawnhekk u li ma ssemmietx minn membri oħra hija l-liġi tal-mano morta.", "Jekk m'iniex sejjer żball, meta l-knisja kienet tirċievi proprjeta' b'wirt, kienet trid tiddisponi minnha f'perijodu ta' sena, xi ħaġa li kienet tissejjaħ il-mano morta.", "Din kienet tissejjaħ b'dan il-mod għax għalkemm il-knisja kienet tirċievi xi ħaġa, kellha tiddisponi minnha sakemm ma turix lill-Istat li kienet se tagħmel użu reliġjuż minnha.", "Ħafna minn din il-proprjeta' li l-knisja għaddiet lill- Istat bil-ftehim li sar ġejja minn ġenerazzjonijiet ilu, pero' huwa żgur li l-knisja - tul is-seklu li għadda u anke tul dan is-seklu - għamlet użu soċjali mill-proprjeta' tagħha.", "Dan kollu aħna wrietnih bħala gvern u allura naħseb li għandna d-dmir li nutilizzawh tajjeb.", "Bir-rispett kollu naħseb li dan forsi jimmerita ferm aktar attenzjoni milli fil-fatt qegħdin nagħtuh, anzi naħseb li meta wieħed jiddibatti fil- fond din it-tip ta' mozzjoni u jikkonsidra d-drittijiet mogħtija taħt artiklu 6 - fejn qed nitkellmu fuq trasferiment b'titlu ta' kiri u hemm elenkati seba' tipi ta' proprjeta' li jistgħu jiġu mogħtija b'kera - wieħed jifhem il-potenzjal kbir li għandu f'idejh il-land department.", "Allura wieħed kważi jitlob li għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin mhux noqogħdu attenti biex nikkonservaw il-proprjeta' u ma nagħmlu xejn minnha, qisna nieħdu attitudni ta' ċertu ħsieb li forsi kien inħoloq f'ċertu ambjenti ta' borgesia, li jibqgħu jżommu l-proprjeta' biex tibqa' hemmhekk għall- ġenerazzjonijiet ta' warajhom, imma għandna nkunu ftit aktar attenti li min- naħa waħda nagħmlu introjtu aktar għall-pajjiż u min-naħa l-oħra nieħdu ħsieb illi nirrispettaw l-aspett soċjali ta' l-użu li jista' joħroġ minn dawn l-artijiet.", "Wieħed irid jgħid li aħna bħala gvern m'aħniex qegħdin hemmhekk bħala negozjanti.", "Is-sentiment prinċipali tagħna għandu jkun lejn il-ġid komuni ta' dan il-poplu.", "Ovvjament wieħed ma jistax iwassal tali argument għall- assurdita' u jgħid li allura l-proprjeta' għandha titqassam komunement bejn il-Maltin pero' ċertament li wieħed għandu jamministra din il-proprjeta' b'mod għaqli u b'mod li l-Istat ikollu dħul ikbar minnu.", "Bħalissa hawn ħafna eċċitament dwar il-kwestjoni taż-żejt f'dan il-pajjiż u d-dħul li jista' jkollna minnu meta hawnhekk għandna diġa' il-proprjeta' li qiegħda għad-dispożizzjoni tagħna, illi jista' jsir użu aħjar minnha u li minnha jista' jkollna introjtu ferm aħjar għal pajjiżna.", "Mid-diskorsi li smajt mill-kelliema ta' qabli qisni ġejt mogħti l-impressjoni li din il-mozzjoni kellha tinġieb malajr billi tħalliet għal ċertu żmien mingħajr ma tessqet quddiem il-Kamra, allura ma nafx jekk kemm-il darba wieħed setax jieħu wkoll pariri ta' ċerti nies li hemm fil-land department li forsi setgħu jiftħu aktar il-poteri li hemm fiha.", "U għalhekk jien kont għamilt is- suġġeriment li ta' min ukoll jara x'inhi l-policy li tiġi applikata għalihom.", "Per eżempju, jekk wieħed jaqra paragrafu (b) ta' artiklu 6 li jgħid:", "\"Art tal-gvern tkun tista' tingħata b'kiri jekk tikkonsisti f'bini qadim (li ma jkunx għall-użu kummerċjali) li jingħata skond il-meritu tal-każ lil min ikun fuq il-kotba tad-dipartiment tal-gvern responsabbli għal hekk.\",", "jistaqsi x'inhu dan il-bini qadim a konfront ta' dak li hemm f'paragrafu (a) ta' l-istess artiklu 6 li jgħid:", "\"Art tal-gvern tkun tista' tingħata b'kiri jekk tikkonsisti f'bini ġdid (li ma jkunx bini għall-użu kummerċjali) li jingħata fuq sistema ta' punti wara avviż pubbliku li jindika għallinqas b'mod ġenerali, il- kriterji li fuqhom issir l-allokazzjoni tal-punti;\".", "Skond dawn l-artikli \"bini ġdid\" donnu jfisser bini li għadu ġdid fjamant, qisu parti minn porġett li l-gvern qiegħed jagħmel biex itella' ċertu bini, filwaqt li bini qadim huwa l-bini l-ieħor kollu li m'huwiex ġdid.", "Allura ta' min jidħol iktar fid-dettall.", "Din hija t-tendenza tal-leġislazzjoni moderna a konfront ta' dak li kien isir f'leġislazzjonijiet iktar antiki, per eżempju, dak li kien hemm oriġinarjament fid-Dritt Ruman, fejn il- pretur kien jiġi mogħti d-dritt li kull sena jbiddel il-liġi u l-editti tiegħu.", "Hawnhekk irridu nkunu ferm iktar dettaljati għax din hija l-liġi li tagħti saħħa lil-land department, allura fejn hemm ħaġa in ġenerali, wieħed ta' min jispeċifikaha u jara ftit iktar fil-fond x'qiegħed attwalment isir u ma jsirx.", "Dan m'iniex qed ngħidu bi ħsieb ħażin fuq l- amministrazzjoni tal-land departiment imma sabiex wieħed jidħol iktar fil- fond.", "Nispera li dan id-diskors tiegħi jservi sabiex jiċċaqilqu wkoll ċerti affarijiet u wieħed ikollu ftit iktar aċċess għal ċerti proprjetajiet.", "Per eżempju, iż-żewġ naħat tal-Kamra qed jaqblu li għandu jkun hemm lista aħjar tal-proprjetajiet kollha li għandu f'idejh l-Istat.", "Problema oħra li għandu pajjiżna hija li peress li aħna bqajna nsegwu dak li kien hemm miż-żmenijiet l-antiki, li l-proprjetajiet jiġu reġistrati fuq l-ismijiet tal-persuni, allura jkun hemm ċerti diffikultajiet biex jiġu identifikati l-proprjetarji.", "M'hijiex l-ewwel darba li aħna bħala avukati nintalbu biex nassistu klijenti biex isibu ta' min hi attwalment il- proprjeta`.", "Għandna problema u uġiegħ ta' ras kbir, l-ewwelnett biex jirnexxilna nġibu l-ismijiet tan-nies u nagħmlu r-riċerki - li ma jispiċċaw qatt - biex nipprovaw nidentifikaw min huma u m'humiex.", "Sa ċertu punt il- land registration għamlet avvanz kbir f'din id-direzzjoni pero' hemm bżonn ukoll aċċellerazzjoni biex forsi l-proprjetajiet kollha tal-gvern jingħataw prijorita` fuq l-oħrajn biex wieħed ikun jista' jagħmel użu aħjar minnhom.", "Aħna qisna soċjeta` li m'għandhiex biżżejjed cashflow; taf li għandha ħafna nies li għandhom jagħtuha u trid iddur u tħaddem tajjeb l-istock li għandha billi tbigħu u ddaħħal il-flus li għandha tieħu.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jkompli bid-diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra talli għoġobha testendili l-ħin.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li wieħed irid jara li dawn il-proprjetajiet jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' pajjiżna u jsir forma ta' elenku kif inhuma mogħtija lil terzi persuni, fis-sens ta' kif il-proprjeta' ġiet mikrija jew mogħtija b'ċens, mhux wieħed jidħol f'mare magnum u kull darba li xi ħadd jistaqsi fuq proprjeta` trid issir forma ta' investigazzjoni a' la Sherlock Holmes u trid tibda tara x'informazzjoni tista' ġġib.", "Illum qed navvanzaw fit-teknoloġija u naħseb li għandu jkun hemm din it-tip ta' informazzjoni biex wieħed ikun jista' jfittex dwar it-tali proprjeta' kif ingħatat, eċċ.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li ridt insemmi hija dwar il-fatt li m'hemmx limitu għal kemm-il proprjeta` wieħed jista' jieħu mingħand il-land department.", "M'iniex l-ewwel wieħed li qed nissuġġerixxi li għandu jkun hemm limitu fejn jidħlu dawn l-affarijiet.", "Pero' tajjeb li jkun hemm l-informazzjoni aċċessibbli biex wieħed ikun jaf jekk kemm-il darba xi ħadd marx jagħmel applikazzjoni l-ewwel darba għal garaxx u diġa' għandu ħamsa jew sitt garaxxijiet f'idejh, jew inkella xi ħadd mar jerġa' jagħmel talba għal store meta hu għandu xi erba' jew ħames stores f'idejh.", "Ovvjament jien nifhem ukoll li altru dak li qed ngħid jien quddiem is-Sinjorija Tiegħek u altru dak li jista' jiġi applikat fil-prattika, pero' jien dejjem tgħallimt li wieħed għandu jimmira lejn l-aħjar u mbagħad jara x'jista' jottjeni tul it-triq.", "Mr Speaker, jiena naqbel ukoll ma' dak li hemm f'artikolu 10 ta' din il- mozzjoni, li jittratta dwar id-dritt ta' l-ewwel rifjut.", "Dan l-artiklu jgħid:", "\"Offerti għal trasferiment ta' art tal-gvern jistgħu jsiru soġġetti għal dritt magħruf bħala dritt ta' l-ewwel rifjut (right of first refusal) f'kull każ li l-gvern jidhirlu xieraq li għandu jingħata dak id-dritt lil xi persuna.\".", "Din hija xi ħaġa purament diskrezzjonali għax tħalli f'idejn min qiegħed imexxi biex jara jekk kemm-il darba għandux jingħata dan ir-right of first refusal jew le.", "Wieħed irid jara wkoll jekk kemm-il darba hemmx policy lil min għandu jingħata jew le; per eżempju lil-lokatur li qiegħed hemmhekk jew lil xi ħadd li wiret dak il-post.", "Wieħed irid jikkonsidra sewwa dawn l- affarijiet biex joħroġ policy li tkun ċara daqs il-kristall quddiem kulħadd li m'hemmx sentimenti ta' bias fl-għoti tar-right of first refusal.", "Interessanti wkoll artiklu 13 li jgħid:", "\"Art tal-gvern tista' tiġi trasferita wara sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta kemm-il darba l-kondizzjonijiet kollha tat-trasferiment inkluż il-korrispettiv jiġu mħabbra pubblikament.", "B'dan illi jekk ikun hemm aktar minn applikant wieħed li jissodisfa l- kondizzjonijiet ta' l-għotja, l-art tiġi trasferita lil dik il-persuna li isimha jittella' bix-xorti fost dawk li jkunu validament applikaw u ssodisfaw il-kondizzjonijiet kollha ta' l-għotja.", "B'dan ukoll illi l-persuni kollha li jkunu applikaw validament, ikunu avżati bil-post u ħin fejn se jsir it-tlugħ bix-xorti, u jkunu jistgħu jattendu għal dan it-tlugħ.\"", "Dan huwa artiklu li jindika b'mod mill-aktar ċar dak li wieħed jixtieq li jkollu f'dan il-pajjiż, li l-affarijiet isiru b'mod pubbliku.", "Hawnhekk qed nirriferu għal trasferimenti ta' proprjeta`, inklużi l-kondizzjonijiet kollha tat-trasferiment, bħalma huwa l-korrispettiv, jiġifieri l-ammont ta' flus li se jiġu mħallsa.", "Allura f'dan ir-rigward artiklu 13 huwa pass 'il quddiem, pero' dan kien sar f'leġislaturi oħra passati, xi erba' jew ħames snin ilu.", "Għalhekk ta' min jibda jaħseb biex dan l-avvanz li sar bl- artiklu 13 isir f'affarijiet oħrajn.", "Forsi m'huwiex il-lok li tagħmel emenda, pero' meta wieħed jaqra artiklu 14 li jgħid:", "\"Art tal-gvern f'xatt il-baħar li fuqha nbniet xi kamra jew bini ieħor jew li qed isservi biex fuqha titqiegħed \"caravan\", tista' tiġi trasferita b'titolu ta' kiri għal mhux iżjed minn għaxar snin b'kera skond stima tal-Kummissarju ta' l-Artijiet u li fl-ebda każ ma tkun inqas minn Lm40 fis-sena.", "B'dan iżda illi l-bini bil-benefikati kollha fuqu, li b'dak kollu li hu mobbli, jaqa' f'idejn il-Gvern f'għeluq il-kirja mingħajr l-ebda dritt ta' kumpens.\".", "Ta' min jidħol ftit aktar fil-fond fuq din għax ovvjament meta qed nitkellmu fuq biċċa art li fuqha qed tqiegħed caravan, allura t-tieni parti ta' l-artiklu li jitkellem fuq kumpens ma japplikax għax ovvjament il- caravan titneħħa u ma jibqa' xejn fuq l-art in kwestjoni.", "Pero' ta' min wieħed jara x'inhuma l-istimi li qed isiru mill-Kummissarju ta' l-Artijiet għar-rigward ċerti proprjetajiet u jara jekk forsi huwiex il-każ li jgħolli l-ammonti.", "Niġi issa għal artiklu 11 ta' din il-mozzjoni li jitkellem fuq estenzjoni ta' kirja u jgħid hekk:", "\"Meta kerrej ta' art tal-gvern jagħmel f'dik l-art, għas-spejjeż tiegħu u mingħajr ma jkollu l-obbligu li jagħmilhom, benefikati strutturali u permanenti u jonfoq f'hekk almenu daqs erba' darbiet il- kera li jħallas għal dik l-art, u dawk il-benefikati:-", "(a) jekk ikunu nbdew qabel l-1 ta' Ġunju 1981, ikunu tlestew wara l-1 ta' Jannar, 1976, u", "(b) jekk jinbdew wara l-1 ta' Ġunju, 1981, ikunu saru bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissarju ta' l-Artijiet mogħtija espressament għall- fini ta' din il-policy, il-gvern jista' jtawwal il-kirja bl-istess kera u kondizzjonijiet, għal żmien li ma jkunx aktar minn dak ta' sena għal kull darba u li n-nefqa fil-benefikati tkun tal-kera ta' l-art, iżda dan iż-żmien jibda jgħodd minn mindu l-benefikati jkunu tlestew u jinkludi ż-żmien tal-kirja li jkun baqa'.\".", "Mr Speaker, jiena qisni nieħu l-impressjoni li dan l-artiklu kien importanti għal ċertu perijodu ta' żmien, pero' forsi wieħed irid jara jekk dan l-artiklu għadux applikabbli għal-lum jew inkella huwiex outdated.", "Dan qed ngħidu għaliex qegħdin nitkellmu fuq proprjetajiet illi nbnew jew ġew irranġati fl-1976 u qegħdin ngħidu li qed nerġgħu ndaħħlu fil-konċett tal- kera, il-konċett taċ-ċens.", "Għax il-konċett taċ-ċens huwa li wieħed jagħmel il-benefikati fuq l-art u l-istitut taċ-ċens oriġinarjament ġie mogħti biex min għandu proprjeta', jitħajjar jagħtiha għall-iżvilupp ta' ħaddieħor b'dan illi fl-aħħar taż-żmien li wieħed iżomm l-art, iħallilu benefikat fuqu.", "Allura hawnhekk qed nerġgħu ndaħħlu fil-kera l-konċetti taċ-ċens li legalment huwa ftit anomalija, fis-sens li l-idea prinċipali dejjem kienet li min qiegħed jikri l-post jidħol, jieħu l-benefiċċju imbagħad jerġa' joħroġ minnu.", "Pero' hawnhekk qed indaħħlu l-ħsieb li dan irid hemm ġew jagħmel il-benefikat, ħaġa kompletament differenti.", "Pero' wieħed irid jara li dan forsi kien applikabbli għal ċerti fabbriki jew bini li llum spiċċa l- iskop tagħhom u jien naħseb li jkun tajjeb li wieħed jieħu ftit il-feedback tad-dipartiment dwar kemm dan l-artiklu għadux wieħed validu jew inkella jekk għandux jibqa' jiġi mġedded minn sena għal oħra għal dawk in-nies li jkunu għadhom ma ħallsux kirjiet antiki u allura billi ma jkunux għadhom ħallsu kirjiet antiki meta jiġu biex jagħmlu l-kontijiet finali tagħhom jerġa' jidħol in vigore dan l-artiklu fuq il-claims tal-partijiet li jkunu talbu.", "Għalhekk ta' min wieħed jara jekk kemm-il darba għandux jitħalla dan l-artiklu u miegħu nżidu xi affarijiet.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni tat-trasferiment b'titlu ta' bejgħ jew fidi li nsibu f'artiklu 3 tal-mozzjoni li jgħid hekk:", "\"Art tal-gvern tkun tista' tinbiegħ jew id-dirett dominju perpetwu jew temporanju gravanti fuqha, ikun jista' jinfeda jekk dik l-art tikkonsisti fi flats jew djar li jiġu offerti permezz ta' avviż pubbliku biex jinxtraw jew jinfdew minn min joqgħod fihom taħt kondizzjonijiet li jiġu murija f'dak l-avviż.\".", "Mr Speaker, dan huwa artiklu tassew tajjeb u interessanti u għalhekk jimmerita li qiegħed fl-ewwel parti ta' din il-mozzjoni għaliex permezz tagħha diversi nies li kellhom f'idejhom proprjetajiet li kienu krew jew ħadu b'ċens mingħand il-gvern jistgħu jitħajru li jsiru s-sidien tagħhom.", "Dan hu avvanz kbir għaliex b'ġebla waħda il-gvern qiegħed jolqot żewġ għasafar għax minn naħa jkun qiegħed idaħħal introjtu li huwa ferm ikbar minn dak li s-soltu jistenna mill-kirjiet u min-naħa l-oħra jkun qiegħed jagħmel skop soċjali għax diversi nies li joqogħdu f'dawn il-postijiet ikunu jistgħu jixtruhom.", "B'dan il-mod ma jibqgħux iżjed kerrejja pero' jsiru proprjetarji tas-sit fejn joqogħdu għaliex għalkemm f'pajjiżna hawn ħafna nies - u ta' dan wieħed irid jagħti mertu lill-poplu Malti - li joqogħdu f'dar b'kera jew mogħtija b'ċens mill-gvern xorta waħda jagħmlu l- ameljoramenti fiha u jieħdu ħsiebha u jżommuha daqslikieku hija tagħhom.", "Għalhekk jagħmel sens li wieħed jara jekk kemm-il darba hemmx lok li din l- iskema li rnexxiet ħafna tistax tiġi estiża jew jekk għandux jingħata d- dritt li, per eżempju, it-tfal jixtru l-proprjeta' meta jkunu qegħdin joqogħdu fid-dar il-ġenituri tagħhom u affarijiet simili.", "Wieħed irid jiċċekkja wkoll mal-land department kemm nies għamlu użu minn din l- iskema.", "Skond pariri li għandi, jien naf li ħafna drabi skema bħal din tiġi magħmula b'ħafna safeguards biex ma tagħtix lok għall-ispekulazzjoni billi timponi li min jixtri l-proprjeta' jżommha f'idejh għal ċertu perijodu ta' żmien.", "Pero' jkun tajjeb ukoll li wieħed jikkonsidra jekk f'ċerti ċirkostanzi jistax ikun hemm membri oħra tal-familja li jitħajru jixtru l- proprjeta' huma bħal, per eżempju, meta jkun hemm xi ħadd li joqgħod lura għaliex ma jkunx jaf kif se jkun it-testment ta' missieru jew kif se tkun il-kwestjoni tal-wirt u allura jkun hemm dan l-ostaklu u jkun hemm ukoll is-sitwazzjoni li tippermetti dejjem li min joqgħod fil-post jibqa' dejjem protett u jista' jibqa' jgħix fil-post għal għomru jew kemm ikun irid hu.", "Dan huwa mod ta' kif wieħed jista' jirnexxilu jikkombaċċja dawn iż-żewġ għanijiet, cioe' l-għan ta' introjtu ikbar mingħajr ma jkun hemm spekulazzjoni u l-għan soċjali li huwa importanti ħafna għaliex huwa parti mill-iżvilupp ta' soċjeta' demokratika li aħna nagħtu importanza lid- dritt ta' proprjeta' privata.", "Naħseb li waħda mill-kolonni tas-sistema legali tagħna hija proprju dan il-ħsieb ta' proprjeta' privata u wieħed irid jgħid li l-poplu Malti fl-ebda mument ma ddistakka ruħu minn dan il- ħsieb li jkollu proprjeta' privata tiegħu.", "Paragrafu (b) ta' artiklu 3 jgħid li:", "\"Art tal-gvern tista' tinbiegħ jekk tikkonsisti f'art li tmiss ma' art oħra diġa' żviluppata fejn din l-art isservi għall-espansjoni ta' l- intrapriża diġa' eżistenti u b'dan li l-uniku espansjoni ta' din l- intrapriża jista' jsir biss fuq art tal-gvern, wara li l-applikant ikun issodisfa lill-gvern dwar il-benefiċċju li din l-espansjoni tagħti lill-ekonomija tal-pajjiż.\".", "Dan huwa paragrafu tajjeb ħafna pero' ma nafx kemm jiġi applikat jew użat u għalhekk ta' min jagħtih ftit pubbliċita', Mr Speaker, b'mod partikolari għal min għandu l-ħsieb li jkabbar l-intrapriża tiegħu billi jkun irid jżid il-mekkaniżmu tiegħu u allura jkollu l-possibbilta' li jixtri art biex jgħaqqadha ma' l-art li huwa jkollu biex imexxi l- intrapriża tiegħu.", "Huwa interessanti li hawnhekk il-gvern qiegħed jitkellem fuq bejgħ outright, jiġifieri m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq ċens perpetwu jew fuq ċens temporanju imma l-gvern qed jagħti poter lil-land department li jekk ikun hemm proprjeta' viċin ta' proprjeta' oħra minn fejn qed titmexxa intrapriża, allura din il-proprjeta' tkun tista' tingħata min- naħa tal-gvern b'titolu ta' bejgħ.", "Imbagħad tqum il-kwestjoni ta' x'inhi l- interpretazzjoni tal-kliem \"tikkonsisti f'art li tmiss ma' art oħra diġa' żviluppata\", fejn wieħed jgħid jekk, per eżempju, iridx li jkun hemm faċċata sħiħa jew inkella jekk kemm-il darba parti minnha hijiex biżżejjed biex jintitola lil dak li jkun li jixtri.", "Jien nispera li d-dipartiment ma jinterpretax dan l-artiklu b'mod restrittiv imma jikkonsidrah b'mod ftit iktar liberali u fejn jara li l-iskop finali huwa għall-espansjoni u għall- benefiċċju ta' l-ekonomija tal-pajjiż, allura wieħed għandu jidħol għaliha u jagħmilha mingħajr ħafna problemi.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li nispera li meta s-sena li ġejja nerġgħu nippreżentaw din il-mozzjoni jkun hemm ftit iktar ċaqliq u ftit iktar emendi f'dan is-sens.", "L-ewwelnett nerġa' nfakkar umilment lis-Sedja li għandu jkun hemm ftit nies li jaraw li l-proċeduri ġewwa l-land department isiru.", "It-tieni nett għandu jkun hemm iktar amplifikazzjoni ta' dawn id-drittijiet u forsi xi espansjonijiet żgħar 'l hemm u 'l hawn li jkunu ċ-ċwievet biex jiftħu iktar il-proprjetajiet għad-dispożizzjoni tal- poplu Malti.", "It-tielet nett għandna naraw li ma' dan id-dokument ikun hemm ukoll anness il-policy tad-dipartiment ħalli wieħed ikun jista' jara għaliex policy issir b'mod u mhux b'mod ieħor.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hi li tkun idea tajba li nkunu nafu kemm nies fil-fatt jagħmlu użu mill-artikli speċifiċi li nsibu f'din il-mozzjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ma kontx beħsiebni nitkellem f'dan id- dibattitu imma d-diskors intelliġenti li għadu kemm għamel seħibna l-Onor.", "Mifsud Bonnici fl-istess ħin wassalni biex nagħmel il-kummenti tiegħi issa fuq ċerti affarijiet li tkellem dwarhom għal dak li għandu x'jaqsam mal- Kottonera, fis-sens ta' kif art tal-gvern tista' tintuża jew ma tintużax biex twassal għal ċerti żviluppi fil-pajjiż.", "Nemmen li kien qed ikun limitat ħafna fil-mod kif iħares lejn żviluppi reġjonali, nemmen li kien qed ikun forsi tradizzjonali ż-żejjed; u nemmen ukoll li ma kienx qiegħed iħoss biżżejjed il-polz tal-pajjiż f'din il-ħaġa.", "Jien naf li l-mod kif Gvern Laburista sas-sajf ta' din is-sena kien qiegħed jipproponi l-iżvilupp tal-Kottonera qanqal ċerti terrimoti f'dan il-Parlament, imma tajjeb li bl- aktar mod dispassionate - nerġa' nużaha din il-kelma - nħarsu ftit lejn iċ- ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali ta' żmenijietna u wieħed irid jevalwa l- istrumenti li għandu l-gvern fi gżira żgħira bħal tagħna biex iqanqal l- attivita' ekonomika u soċjali f'reġjun li għandu dawn in-nuqqasijiet soċjali u ekonomiċi u anke biex dan ir-reġjun ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Wieħed mill-ikbar dispjaċiri li kelli f'dawn l-aħħar ġimgħat kien meta kull darba li għaddejt mill-Birgu, rajt il-mollijiet mitluqa u mudlama kif kienu qabel.", "Huwa veru li wieħed jista' joqgħod jgħid li fl-1987 kienu forsi inqas kurati pero' l-punt m'huwiex dan.", "Il-punt huwa li dawk il- mollijiet għadhom mudlama u deżerti u għadhom jistennew lil min jiżviluppahom.", "Jien nemmen li l-proposta li kellu l-Gvern Laburista ta' qabel Settembru ta' din is-sena kienet proposta innovattiva li kienet tuża l-istrumenti ekonomiċi u soċjali li jeżistu fi żmenijiet tal-lum biex tagħti ħajja ġdida lill-Kottonera.", "Għaliex dan il-proġett għandu rilevanza mad-dibattitu tagħna tal-lum?", "Għaliex kellna strument li seta' jintuża biex inqanqal l-iżvilupp tal-Kottonera u kellna l-mezz ta' l-art li rridu naħsbu tajjeb fuqha f'dan il-każ.", "Għalkemm min-naħa tal-Gvern Laburista ma kienx hemm il-fondi - u ma naħsibx li dawn jeżistu fil-każ tal-gvern preżenti - kien hemm ir-rieda u l-ħtieġa li jekk se nqanqlu żvilupp fil- Kottonera, dan ikun żvilupp organiku marbut ma' l-assi u mal- karatteristiċi tat-tlett ibliet.", "Aħna tlaqna mill-idea ċara - wara kollox ma kenitx xi ħaġa oriġinali għaliex kienet ilha tiġi diskussa s-snin - dwar kif nistgħu nivvalorizzaw l- assi li jeżistu fil-Kottonera b'mod ekonomiku li jkun vijabbli.", "U l- ipotesi kienet li l-iżvilupp ikun wieħed li jrendi ħalli joħloq madwaru aktar ċaqliq ta' żvilupp ekonomiku u soċjali.", "Allura l-gvern kellu jaħseb f'din it-tip ta' perspettiva billi jara x'inhuma l-assi pubbliċi li jeżistu fil-Kottonera u jara kif jista' jagħtihom sens ekonomiku li jrendi u li joħloq attivita' li toħloq impjiegi għan-nies tal-post li ġġib magħha żvilupp soċjali ikbar.", "Aħna għamilniha ċara li l-assi li kellu l-gvern għad-dispożizzjoni tiegħu fil-Kottonera kienu l-art, il-mollijiet, il- kontorni li jmissu mal-baħar tal-Kottonera, il-Forti ta' Sant'Anġlu u l- Baċir Nru. 1 tat-Tarzna, fejn ridna naraw kif nistgħu nivvalorizzawh b'mod li jkun marbut ma' l-iżvilupp li qed iseħħ f'pajjiżna fuq bażi globali.", "Aħna ridna li kemm jista' jkun din l-attivita' ekonomika titmexxa mis-settur privat u l-Istat joħloq madwarha ambjent ta' regolamentazzjoni li jassigura li din l-attivita' ekonomika mhux biss tkun trendi imma tkun soċjalment aċċettabbli.", "Dik kienet il-perspettiva li poġġejna quddiem il- pajjiż u nemmen li l-Onor.", "Mifsud Bonnici li tkellem qabli ma tahiex biżżejjed importanza.", "Il-Ministru Zammit Dimech bħalissa qed jgħid li la l-proġett ikun irendi, jista' jidħol għalih il-gvern.", "Huwa veru li anke l-Partit Laburista fl- imgħoddi kien juża l-argument li jekk xi ħaġa trendi jista' jidħol għaliha l-gvern, pero' għalkemm jista' jkun li dawn l-ideat għadhom validi fi żmenijiet tal-lum, ngħid li għadda żmienhom.", "Allura kull gvern li tabilħaqq jinterressah kif se jiżviluppa parti mit-territorju jrid jibni fuq dak li diġa' huwa akkwistat bħala mod ta' riferenza u l-mod ta' riferenza huwa li s-settur privat jingħata spazju li fih ċerti assi pubbliċi jista' jużahom taħt kondizzjonijiet li huma pubblikament aċċettabbli, aktar u aktar f'żona bħalma hi l-Kottonera li tgħajjat bi kbir għal xogħol u investiment ġdid.", "Huwa tajjeb li ngħidu li meta tlaqna għall-prospett ta' żvilupp ta' yacht marina ġdid fil-Birgu, ta' żvilupp kbir f'Sant'Anġlu flimkien ma' l- Ordni ta' San Gwann u l-prospett li l-Baċir Nru. 1 tat-Tarzna niżviluppawh f'mużew navali b'joint venture mat-Tarzna, anke b'interessi privati, il- ħsieb kien li permezz ta' injection ta' investiment privat inkunu qegħdin nanimaw ħidma ekonomika ġdida fil-Kottonera.", "Xi strumenti seta' juża l- gvern biex jagħmel din il-ħaġa?", "Xejn aktar ħlief l-art, il-mollijiet u l- proprjeta' ta' Sant'Anġlu.", "Il-gvern li qabel Settembru ta' din is-sena kellu l-problema ta' finanzi - u naħseb li anke wara Settembru ta' din is- sena kien għad hemm din il-problema; issa kif ġiet din il-problema hija xi ħaġa differenti - ried jara kif se juża l-assi li għandu l-pajjiż bl-aktar mod validu u bl-aktar mod serju ħalli jistimula attivita' ekonomika ġdida u mhux attivita' ekonomika li hija bbażata sempliċement fuq in-nefqa pubblika, fejn il-gvern minn naħa jiġbor it-taxxi u min-naħa l-oħra jiġbed il-flus permezz tad-djun li jagħmel u dawk il-flus jonfoqhom f'pagi biex jinħolqu l-impjiegi.", "Dak m'huwiex il-mod kif tmexxi attivita' ekonomika imma l-gvern jista' jmexxi l-assi li għandu l-pajjiż b'mod li jiġu kkonvertiti fi proġetti li qed irendu u qed irendu ħalli jinħolqu l- impjiegi.", "Dik kienet l-isfida tagħna.", "Naħseb li l-Onor.", "Mifsud Bonnici ma daħalx biżżejjed f'dan it-tip ta' konċett, u jkun tajjeb li niddiskutuh anke taħt il-mozzjoni li għandna quddiemna llum.", "Sieħbi l-Onor.", "Charles Buhagiar spjega ċerti elementi tal-proġetti li konna qegħdin mmexxu 'l quddiem qabel Settembru ta' din is-sena.", "Għalija l- aktar ħaġa li kont vixxeralment nemmen fiha kien preċiżament il-proġett tal-Kottonera.", "Għaliex?", "Dan kien proġett li min-naħa waħda kien jista' jiġi ggwidat biex jagħmel sens kbir ekonomikament u min-naħa l-oħra kien se jservi ta' rovesciata, li hija rovesciata normali ħalli jinħolqu spin- offs li jagħtu ħajja ġdida li tkun ta' ġid soċjali għan-nies tal- Kottonera, cioe' għan-nies tal-Birgu, ta' Bormla, ta' l-Isla, tal-Kalkara u tal-kontorni kollha.", "Jien ngħid li dan huwa l-mod modern - issa jekk in- naħa l-oħra trid tiddieħak bil-kelma \"modern\" tagħmel li trid - kif tivviżwalizza l-użu ta' l-assi tal-poplu.", "Issa ħaġa bħal din bilfors trid tiġi mpoġġija fil-perspettiva ta' kif il-gvern irid jistimula l- attivita' ekonomika u safejn naf jien f'dan il-pajjiż hawn consensus li l- attivita' ekonomika kemm jista' jkun trid tkun vijabbli u li l-gvern ma jidħolx hu biex imexxi affarijiet li jista' jmexxihom xi ħaddieħor.", "Nerġa' ngħid li l-Ministru Zammit Dimech on record qiegħed jgħid li jekk xi ħaġa tkun vijabbli jista' jagħmilha l-gvern.", "Naf li anke fl-imgħoddi Gvern Laburista jew il-Partit Laburista kien juża dak l-argument imma ż-żmien jgħaddi.", "Din hija xmara li dejjem miexja 'l quddiem u f'dan il-kontest ma jfissirx li għaliex ħaġa tkun vijabbli irid jidħol għaliha l-Istat għaliex huma assi tal-pajjiż.", "Jien ngħid li trid toqgħod attent li toħloq qafas serju ta' kif isiru dawn l-affarijiet, li jassigura li dak li qed ipoġġi 'l quddiem l-Istat ikollu rendiment tajjeb u t-tjubija tiegħu ma titqiesx biss neċessarjament minn rendimenti finanzjarji ta' ħames snin jew ta' għaxar snin imma titqies ukoll minn dawk li jgħidulhom spin-offs, mid-dħul soċjali ta' impjiegi, minn perspettivi ġodda ta' impjiegi, minn inizjattivi ġodda li jinħolqu u minn inizjattivi li lanqas biss taħseb fihom fil-bidu u li jistgħu jinfirxu mar-reġjun.", "Jien ngħid li jekk hemm reġjun li jistħoqqlu trattament serju u sod f'dan il-qasam m'hemmx dubju li dan kien u għadu r-reġjun tal- Kottonera.", "Meta xi kultant ngħaddi bil-lejl madwar il-mollijiet ta' dik l- area u nara kullimkien dlam, ngħid illi kieku mxew l-affarijiet kif konna pprospettajniehom aħna, kieku bħalissa - it-3 ta' Novembru ta' l-1998 - għaddej ix-xogħol biex ikun hemm il-bidu ta' mollijiet ġodda u l-bidu ta' żvilupp għal yacht marina ġdida.", "Imma minflok hemm id-dlam u nittama li xi darba naslu x'imkien.", "Jien nistaqsi: X'inhu l-mekkaniżmu li jaħdem f'qasam bħal dan?", "Għandek l-assi tal-pajjiż li f'pajjiż bħal tagħna huma l-art fejn il-gvern jipprova jara - u dik kienet l-istrateġija tagħna - kif din l-art tista' tiġi mpoġġija 'l quddiem biex fuqha jinħolqu proġetti ġodda li jkunu vijabbli, xejn iktar u xejn inqas, u dawn il-proġetti vijabbli jmexxihom is-settur privat.", "X'hemm ħażin f'dan?", "Kienu qalulna li mollijiet bħal dawk m'għandhomx jingħataw b'ċens għal 99 sena.", "Jien ngħid: X'inhi l-problema jekk il-qafas bankarju jkun aħjar għal min ikun qed jagħmel proġett għal 99 sena f'żona fejn m'hemmx investiment?", "Forsi se jiġi xi investitur privat u jġorr dawn il-mollijiet miegħu?", "Forsi se jġib xi aircraft carrier jew xi cruiser u jġorrhom miegħu lejn l- Amerika jew lejn x'imkien ieħor!", "Dawn il-mollijiet mhux hemm se jibqgħu?", "Forsi jekk tagħtihom għal 99 sena minflok għal 60 sena se jkun hemm iktar ċans illi jkun hemm is-suldati jew il-gwardjani li ma jħallukx tidħol?", "Jien irrid infakkar li d-drittijiet tad-dħul kienu salvagwardati.", "Jew inkella għaliex kienu se jingħataw b'ċens għal 99 sena dak li jkun ma kienx ikun jista' jmur jgħum, kif kien qal l-Onor.", "Gonzi waqt wieħed mid- dibattiti f'din il-Kamra?", "Sal-bieraħ fil-għaxija stess iċċekkjajt biex nara jekk xi darba rawx lill-Onor.", "Gonzi jgħum hemmhekk minn dak iż-żmien 'il hawn imma qatt ma mar jgħum minn dak iż-żmien 'il hawn!", "(Interruzzjonijiet) Dak iż-żmien kien front-bencher.", "Jiġifieri dak m'huwiex l-argument.", "Allura x'inhu l-punt?", "Il-punt hu li trid tara kif se tistruttura assi pubbliċi biex fuqhom toħloq struttura vijabbli ta' attivita' ekonomika li tkun spearheaded, tkun immexxija u mbottata 'l quddiem mis-settur privat.", "Fiċ-ċirkostanzi ta' żminijietna din hija l- istrateġija ta' kif toħloq attivita' ġdida.", "U nerġa' ngħid li żgur li din l-istrateġija trid tiġi applikata għall-Kottonera.", "Inutli noqogħdu nitkellmu fuq strateġija ġenerali, wiesgħa u integrata u l-gvern joqgħod iqassam id-djar f'dan ir-reġjun jew li d-deputati Nazzjonalisti joqogħdu jqassmu l-impjiegi lin-nies li jgħixu fil-Kottonera.", "B'dan kollu tista' tagħmel furur għal ftit taż-żmien imma ma jwassalx għaliex sakemm ma jkunx hemm attivita' ekonomika disentu, li tkun attivita' li trendi, inkunu qed nidħku bin-nies tal-Kottonera u bil-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Il-Gvern Laburista ma riedx jidħak bihom fiż-żmien li konna qed inressqu l-proġett tagħna, u llum bħala partit fl-oppożizzjoni ma rridux nidħku bihom lanqas, anzi se nibqgħu ngħidu li l-ikbar sfida hija kif se niġġeneraw - u hawnhekk jien nagħti tort lill-Onor.", "Mifsud Bonnici li lanqas biss ikkonsidra dan il-punt - attivita' ekonomika fejn il-gvern ma jkunx hu li qiegħed jinvesti imma jkun qiegħed joħloq l-ambjent li fih jidħol investiment privat bil-provi, u mhux investiment li jitwiegħed u ma jitfaċċax.", "Għaliex huwa importanti f'qafas bħal dan li l-investiment ma jkunx sempliċement minn Malta imma jkun hemm investiment barrani?", "Għaliex nemmnu li l-flus barranin għandhom iktar valur mill-flus Maltin?", "Huwa ovvju u ċar li dan m'huwiex il-każ imma aħna ridna li jkun hemm investiment barrani għar-raġuni li jekk qed tistimula proġett illi tridu jrendi - u tridu jrendi billi jkun qed jaħdem anke ma' barra u jqallagħna l-flus barranin - allura jkun tajjeb li jkollok marbut ġo fih investitur barrani, għaliex meta l-investitur barrani jqiegħed flusu hawn għandu kull interess li jdaħħal lejna u jorbotna ma' l-okkorrenza ta' swieq barranin tal- yachts.", "Aħna ridna li jkun hemm yacht marina fil-Birgu li tkun marbuta b'investiment barrani ma' swieq barranin ħalli awtomatikament iġibu lejn il- Kottonera l-interess minn barra.", "Issa jien stennejt li l-Onor.", "Mifsud Bonnici se jitkellem dwar din il-ħaġa.", "Kif nistgħu nitkellmu dwar żvilupp ta' reġjun mingħajr ma nifhmu kif l-assi tal-pajjiż għandhom jintużaw għal din il-ħaġa?", "Meta jkollna riżoluzzjoni bħal din, l-isfida kbira li għandna quddiemna hija li nitkellmu dwar din il-ħaġa b'ċertu serjeta' u mhux noqogħdu ngħidu kemm l-affarijiet huma sbieħ u li issa l-Gvern se jagħmel żvilupp integrat.", "L-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod.", "Issa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-assi li huma available fil- Kottonera, il-Gvern Laburista kien rahom fi tliet affarijiet ċioe' f'Sant'Anġlu, fil-mollijiet tal-Birgu u fil-Baċir Nru. 1 tat-Tarzna.", "Għalkemm f'kull parti minnhom hemm perspettiva u loġika differenti ta' kif taħdem, imma fil-kontest ta' globalizzazzjoni li teżisti madwarna kollha jintrabtu ma' kif tista' ...", "Aħna ma ngħixux bħala gżira maqtugħin mill- bqija tad-dinja.", "Kif nistgħu niżviluppaw lil pajjiżna u qisna ninsew li hemm din ix-xibka madwarna ta' żviluppi ekonomiċi internazzjonali li jorbtuna ma' kullimkien u ma' kulħadd u mhux biss ma' l-Unjoni Ewropea?", "Hija farsa li noqogħdu nitkellmu biss fuq l-Unjoni Ewropea.", "L-iżviluppi ekonomiċi jorbtuna ma' kullimkien bl-istess mod permezz tal-kompetizzjoni internazzjonali, u allura meta tħares lejn il-Kottonera trid tħares lejha f'din il-perspettiva li qed insemmi jien u tiżviluppa loġika li tkun adattata għal dawn is-sub-sections ta' l-assi li għandu l-pajjiż fil- Kottonera u torbotha dejjem mal-ħtieġa li l-mutur jibqa' s-settur privat fil-kontest tal-lum.", "Dan ma jfissirx li s-settur privat għandu jiddomina u li għandek taċċetta kull ħaġa li jgħidlek.", "F'dan il-kontest trid tiftaħ qafas li fih is-settur privat jista' jimxi 'l quddiem u jekk irid jiddijlja mal-banek, trid tifhem li jista' jkollu bżonn ta' 99 sena fuq il-mollijiet ħalli jkun jista' jġib trattament aħjar.", "Pero' trid tifhem ukoll li dan ma jfissirx li dawn il-mollijiet se jġorrhom miegħu sa Manhattan jew li l- mollijiet ma tistax tidħol fihom biex tgħum, kif kien qalilna li jagħmel l- Onor. Gonzi kull filgħodu!", "Irrid ngħid ukoll li t-tip ta' ħrejjef illi nqalgħu fuq kif aħna ridna mmexxu 'l quddiem Sant'Anġlu kienu straordinarji.", "Huwa veru li jien kont għidt li nistgħu nagħmluh \"Vatikan f'Malta\" imma per carita' - jekk nistgħu nużaw il-kelma \"karita\" f'dawn l-affarijiet! - dik kienet marketing term u ma jfissirx li fiha kien hemm it-tifsira diplomatika stretta li ċerti nies baqgħu jinsistu fuqha sa l-aħħar.", "Il-konċett kien ċar għax aħna nafu illi Sant'Anġlu minnu nnifsu huwa asset enormi għall-pajjiż u jekk soċjeta' privata internazzjonali - bħalma hi l-Ordni ta' San Ġwann - tista' tmexxih 'il quddiem, minnha nnifisha din se toħloq żvilupp ekonomiku turistiku importanti.", "Barra mill-iżvilupp li kien se jsir f'Sant' Anġlu u l-iżvilupp tal-yacht marina fil-Birgu, kien se jsir ukoll żvilupp tal-Baċir Nru. 1, li kien se jsir kompletament b'kollaborazzjoni mat-Tarzna.", "Dan ifisser li l-gvern qiegħed f'pożizzjoni li jittrejdja l-assi tiegħu li jikkonsistu f'art u jpoġġihom 'il quddiem ħalli fuqhom ikunu jistgħu jinbnew l-impriżi meħtieġa.", "Dan huwa l-konċett li konna qed nibnu fuqu, Sur President.", "U dan huwa l-konċett illi sal-lum jien għadni skandalizzat - ma ngħidx imwaħħax - bil-mod kif ġie attakkat, bil-mod kif ġie imminat, imwarrab, skartat u muri fl-aktar dwal li assolutament ma jixraqlux.", "Jekk dan il- pajjiż m'huwiex se jifhem illi l-assi li għandu jrid jivvalorizzahom b'mod illi tassew irendu, inkunu qegħdin nidħku b'xulxin.", "Din hija r-riflessjoni li xtaqt nagħmel fuq l-intervent ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici illi bir- rispett kollu lejh, ngħid li ma jistax ikun li jkollna qalbna mal-Kottonera mbagħad proġett innovattiv bħal dak illi kellna sa ftit taż-żmien ilu ma npoġġuhx fid-dawl tajjeb tiegħu u ma nuruhx bħala proġett illi minnu nnifsu kien innovattiv u jekk nipprovaw noħolqu xi Imsida ġdida biex taparsi nillapazzaw, jew moll ta' l-Imsida ġdida fil-Birgu, altament se nkunu qed nidħku bin-nies tal-Kottonera.", "Huwa faċli li tagħmel xi ħaġa kif kien hemm fl-|msida u tibni pontoons li jiġu jiswew ftit mijiet ta' eluf ta' liri fejn kulħadd jista' jidħol, pero' b'hekk mhux veru nkunu qegħdin niġġeneraw u noħolqu attivita' ekonomika u soċjali ġdida f'dik l-area.", "Nistgħu ngħidu wkoll li m'huwiex daqshekk diffiċli li tirrinova l-bini tal-Birgu.", "Dan huwa l-mod kif naħsbu f'dawn l-affarijiet?", "Jekk ma narawx il-ħtieġa li jkollna proġetti li jkunu tassew vijabbli u integrati - mhux f'sens integrat kif qalilna l-Ministru li se jintegra kullimkien għaliex se jagħmel historical park fuq is-swar tal-Kottonera - m'aħniex se naslu għaliex il-mod kif isiru l-affarijiet huwa li tiġġenera attivita' ekonomika b'investiment ġdid u siewi.", "Jien nibqa' nsostni li konna għamilna pass kbir 'il quddiem billi l-ewwel ipprovajna nġibu investiment Svediż u kieku ġie dak l-investiment Svediż konna nkunu kuntenti.", "Meta kont fuq it- television jien ma bżajtx ngħid li konna qed ninnegozjaw fuq investiment Svediż għall-Kottonera u meta dan l-investiment ma tfaċċax, għidt ukoll li dan l-investiment ma ġiex imma xorta konna se nibqgħu ninsistu li nġibu investiment barrani.", "Fil-fatt meta ġie l-investiment Amerikan, ħadt gost bih ukoll għaliex aħna ridna li jkun hemm investiment ġdid Malti u barrani.", "Dak huwa l-mod kif tiġġenera attivitajiet ġodda għaliex għandek investiment dieħel ġo żona u l-gvern jgħin dan il-proċess billi jpoġġi l- assi tal-pajjiż 'il quddiem ħalli jiġu valorizzati u mhux jibqgħu mudlama kif inhuma llum.", "Naħseb li l-Onor.", "Gonzi jmur jgħum filgħodu għaliex kieku jinduna li hemmhekk bħalissa kullimkien huwa mudlam u mitluq!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Full moon illejla!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Illejla nzerta full moon u jieħu gost jgħum jekk imur bħalissa!", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx l-Onor.", "Mifsud Bonnici jmurx jgħum bħalissa wkoll!", "Imma apparti minn dawn l-affarijiet, il-konċett huwa aktar qawwi minn hekk u jrid ikollna metodu - aħna pprovajna niżviluppaw dan il-metodu imma ma ħallewniex naslu sa l-aħħar bih - fejn l-art tal-gvern nużawha bħala mezz kif nistimulaw mhux biss aġevolament soċjali fil-qasam tal-housing - li huwa importanti wkoll - imma fi żmien fejn hemm strinġenza finanzjarja fuq it-tmexxija tal-gvern, dawn l-assi li għandu l-poplu nużawhom biex tabilħaqq invaraw proġetti li jrendu.", "Dawk il- proġetti li jrendu b'investiment minn barra aktar u aktar ikunu jistgħu joħolqu impjiegi fir-reġjun illi jkunu.", "Imbagħad ikun hemm il-multiplier effects, Sur President.", "Il-ħolma tagħna kienet illi jsir investiment minn barra u minn Malta biex fil-mollijiet tal-Birgu jkollna yacht marina integrata ġdida u magħha jibda tiela' x-xogħol li jipprovdi s-servizzi għal yachts li jiġu mill- Mediterran u joqogħdu hawn Malta biex ibiddlu l-mod kif ikunu mgħammra u jsirilhom titjib fl-arranġament tagħhom u anke jkunu qed jistennew il- klijenti tagħhom illi jiġu hemmhekk ħalli jieħdu over.", "Ma' dan kollu bil- mod il-mod jibda jsir żvilupp f'Baċir Nru. 1 għall-mużew marittimu - u kien hemm diġa' interess privat mill-Olanda fih - u man mano ma' dan kollu jsir żvilupp ieħor f'Sant'Anġlu li jattira in-nies li b'xi mod jew ieħor huma marbuta ma' l-Ordni ta' San Ġwann.", "Fil-fatt huma bosta dawk in-nies li huma marbuta ma' l-Ordni ta' San Ġwann u fost dawn insibu nies mill- Ġermanja, mill-Amerika t'Isfel, mill-Amerika ta' Fuq u mill-USA.", "Dan ifisser li ridna noħolqu cycle ta' ħidmiet biex lejn il-Kottonera jersqu yachts, turisti li jiġu biex jaraw x'inhu għaddej fil-Baċir Nru. 1 u turisti oħra li jiġu taħt l-awspiċji ta' l-Ordni ta' San Ġwann għal Sant'Anġlu.", "Dan it-tip ta' xogħol illi jrendi, minnu nnifsu kellu joħloq madwar l-Isla, madwar il-Birgu u f'Bormla stess attivitajiet anċillari ġodda li jwasslu biex il-qalba ta' dawn l-ibliet tiġi rinovata, fosthom id- djar, it-toroq u jinħolqu anke l-impjiegi.", "Din kienet il-ħolma tagħna.", "B'dan il-mod mhux biss konna se nistimulaw u nimbottaw 'il quddiem il-flus tal-gvern imma anke l-assi tal-poplu li huma l-art, il-mollijiet u l- proprjetajiet f'Sant'Anġlu.", "Bir-rispett kollu lejn il-ħabib tiegħi, l- Onor. Mifsud Bonnici, naħseb li dan il-punt ma ndirizzahx tajjeb biżżejjed u l-fatt illi tkellem b'dak il-mod poġġietu f'dawl ġdid mhux daqshekk ċar dwar x'inhi l-viżjoni tiegħu għall-Kottonera.", "Jiena nemmen illi l-Kottonera ma tistax taqtagħha mill-bqija tal-pajjiż u wieħed mill-għanijiet ta' Gvern Laburista ta' qabel Settembru ta' din is- sena - ma nafx kemm dan il-gvern se jimxi b'dan il-mod - kien li l- Kottonera tiġi integrata mija fil-mija fl-iżvilupp illi għandu jseħħ f'dan il-pajjiż.", "Il-ħolma tagħna kienet preċiżament li nużaw l-assi tal-gvern li huma l-mollijiet, il-Baċir u l-art madwar il-Forti ta' Sant' Anġlu biex nistimulaw attivita' ġdida ħalli l-Kottonera ma tibqax żona li soċjalment u ekonomikament trid taqbad ma' ħaddieħor u tiġri wara ħaddieħor.", "Allura jien ngħid li kull wieħed u waħda minna hawn ġew irridu nirriflettu fuq kif dawn l-assi tal-gvern nistgħu nużawhom bl-aktar mod produttiv u bl- aktar mod kreattiv.", "Huwa veru li rridu noqogħdu attenti li nippreservaw u nħarsu l-interess pubbliku imma ma rridux biex taparsi nħarsu l-interess pubbliku mmorru għall-estremiżmi li smajna f'dan il-parlament ftit tax- xhur ilu, fejn minn naħa kien hemm min qal illi dak li jkun ma jkunx jista' jmur hemmhekk u min-naħa l-oħra kien hemm min qal li ma kellux jingħata b'ċens għal 99 sena.", "Huwa faċli li tidher demagoġiku u toqgħod tħambaq li l-mollijiet kienu se jingħataw b'ċens għal 99 sena.", "Dawn huma kollha demagoġiji.", "Huma kollha affarijiet maħduma biex taparsi jqanqlu l- emottivita' tan-nies, imma ma jkunux qed jispjegaw il-verita' ta' dak li jkun għaddej.", "Jiena nemmen illi hawnhekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici kellu r- responsabbilta' personali li fuq dawn l-affarijiet jitkellem b'mod ċar.", "Jekk irridu nużaw l-assi tal-pajjiż bl-aħjar mod possibbli, l-isfida tagħna hija li nivvalorizzawhom bl-aħjar mod possibbli, mhux biex nidhru sbieħ qisna l-palladini tal-patrijottiżmu li jkunu taparsi imma biex fuq bażi long-term illi tgħodd għaċ-ċirkostanzi li qed jiffaċċja l-pajjiż, tabilħaqq noħolqu bażi li minnha l-gvern ma jkunx aktar qiegħed iġorr taparsi responsabbilta' għall-impjiegi li mbagħad ma jkunx jista' jonora imma jkun hu li joħloq il-possibbiltajiet ħalli l-impjiegi li jinħolqu ikunu impjiegi produttivi u sostenibbli li tabilħaqq iwasslu x'imkien.", "Bir- rispett kollu lejn kulħadd, jien nemmen illi l-akbar falliment illi kellu pajjiżna f'din l-aħħar sena kien in-nuqqas ta' suċċess illi kellna biex inressqu u mmexxu 'l quddiem proġetti li kienu se jkunu bbażati fuq użu ta' art tal-Gvern fil-Kottonera.", "Jien kont nemmen illi dan kien se jkun esperiment liema bħalu fil-mod kif nistgħu nerġgħu nagħtu ħajja ġdida lil waħda miż-żoni l-aktar storiċi ta' pajjiżna, li sfortunatament hija waħda miż-żoni l-aktar minsija ta' pajjiżna u ma jistħoqqilhiex li tibqa' minsija kif inhi.", "Wieħed mid-dispjaċiri kbar tiegħi din is-sena kien li bħala partit fil-gvern ma rnexxilniex naslu biex inwettqu proġetti fuq art tal-poplu fil-Kottonera, proġetti li jien konvint illi kieku wettaqniehom kien ikollna tabilħaqq l-aqwa sinjal ta' riġenerazzjoni fil- Kottonera u b'qalbi kollha nixtieq li dawn il-proġetti jsiru xorta waħda.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, jidher biċ-ċar illi r-riżoluzzjoni li għandna quddiemna qanqlet ċertu interess.", "Matul id-diskussjoni wieħed seta' jinnota, mill-kelliema li tkellmu dwar l-għanijiet, il-viżjonijiet u l-goals, illi kull wieħed minna bl-akbar responsabbilta' iħoss illi l-art pubblika fil-pajjiż għandha tiġi utilizzata bl-aħjar mezz, għal skop ekonomiku mill-aktar wiesa' - u dan nispjegah aktar 'il quddiem - kif ukoll għal skop soċjali.", "Għalkemm illum qed jinħass li d-dipartiment ta' l- artijiet u anke dipartimenti oħra li għandhom x'jaqsmu miegħu, bħalma huwa l-joint office, għandhom importanza kbira, sfortunatament m'għandhomx high profile għal dak li jirrigwarda l-istituzzjoni amministrattiva tal-gvern.", "Ovvjament dan qed ngħidu mingħajr ebda rifless fuq min jaħdem u jaqdi d- dmirijiet tiegħu f'dawn id-dipartimenti.", "Imma l-fatt huwa li hemm element ta' shortcomings illi jirriżultaw minħabba l-fatt illi l-fondi amministrattivi, limitati kemm huma limitati, ma jkunux biżżejjed biex dawn l-istess dipartimenti amministrattivament jiżviluppaw b'mod veloċi fl- aħjar interess nazzjonali.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Naħseb li d-dipartiment ta' l-artijiet u l-joint office - u tajjeb illi nifhmu l-importanza tal-joint office f'pajjiżna - flimkien bejniethom jiġbru - u hawnhekk naqbel ma' sieħbi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici - madwar ħamsin fil-mija u aktar tal-proprjeta' f'pajjiżna.", "Għalkemm forsi inventarju dettaljat ta' dan kollu huwa pjuttost ftit 'il bogħod għalissa, is-sentiment tagħna lkoll huwa li meta għandek dan l-asset importanti f'pajjiżna, wieħed irid jara l-importanza ekonomika u soċjali ta' dawn id- dipartimenti fl-amministrazzjoni tal-gvern.", "Din ir-riżoluzzjoni, li jekk m'iniex sejjer żball hija maqsuma f'16-il artiklu differenti, tolqot aspetti wesgħin tal-politika tal-gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- utiliżżazzjoni ta' art pubblika.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 4, li jgħid illi art tal-gvern tista' tiġi ttrasferita b'titolu ta' enfitewsi, li huwa ċ-ċens, naraw l-aspetti varji ta' kif din l-art tista' tiġi żviluppata - u hawnhekk nidħlu f'dawk illi huma home ownership schemes - u naraw l-użu soċjali fejn art tal-gvern tkun tista' tiġi żviluppata, u ovvjament taqa' fl-istructure plan bħala art illi tista' tiġi żviluppata u li tkun tista' tiġi mogħtija taħt diversi skemi min-naħa ta' l-Awtorita' tad-Djar lil min l-iktar ikollu bżonn ta' social housing.", "F'dan l-artiklu għandna wieħed mill-iktar aspetti wesgħin soċjali ta' l-utiliżżazzjoni ta' l-art.", "Sub-paragrafu (b) ta' artiklu 4 jgħid li art tista' tiġi mogħtija għal proġett industrijali wara li l-applikant ikun issodisfa lill-gvern li l- proġett jista' jkun ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-pajjiż u li n-numru ta' impjiegi li joħloq ikun adegwat.", "Dan ifisser li l-għan tal-gvern huwa li jutiliżża l-art illi tkun available għal skopijiet industrijali biex jinċentiva lil min irid jidħol f'dan is-settur ta' l-ekonomija billi hu jinvesti f'makkinarju u f'teknoloġija ġdida u l-gvern jassistih billi jpoġġi għall-użu tiegħu biċċiet ta' art jew fabbriki b'titolu ta' ċens.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix illi matul din l-aħħar sena u nofs, taħt skema li kienet organizzata mill-IPSE, l-MDC tat lil ħafna industrijalisti żgħar biċċiet ta' art b'ċens biex fuqhom dawn l-industrijalisti jinvestu flushom pero' jkollhom it-titolu fuq dik l-art illi jkunu jistgħu jużawha wkoll bħala garanzija mal-banek.", "Din kienet skema li saret matul l-1997 pero' kienet ilha tiġi diskussa fi ħdan l-MDC sa mill-1994/95, għaliex kien ilu jinħass il-bżonn illi min ikollu industrija żgħira jew kbira u jkun qed jonfoq flejjes kbar billi jibni fuq il-biċċa art illi jkollu u jkompli jestendi biex jinvesti, għallinqas għandu jkollu titolu fuq dik l-art biex imbagħad ikun jista' jużaha bħala garanzija mal-banek.", "Dan kien aspett importanti ħafna għall-individwu li ried jinvesti u kien matul l-20 xahar tal-Gvern Laburista li wasalna biex l-art tingħata b'ċens taħt skema pubblika u b'riżultat ta' dan rajna li numru konsiderevoli ta' industrijalisti ħadu porzjonijiet ta' art illi fuqha kienu qegħdin jinvestu u din setgħet tgħinhom bħala garanzija għal self u faċilitajiet bankarji.", "Jien semmejt skop wieħed industrijali għaliex ovvjament għandek industriji kbar li jingħataw titolu b'enfitwesi perpetwa u rrid ngħid li f'ċirkostanzi bħal dawn ikunu b'rati sussidjati.", "Dan ifisser li l-użu ta' l-art qed jingħata biex jimbotta 'l quddiem u jippromwovi l-qasam industrijali ta' l-ekonomija tagħna u għal dan il-għan il-gvern m'huwiex se joqgħod ifittex - u huwa tajjeb li jagħmel hekk - billi jqis li dik l-art qiegħda f'żona industrijali li tiswa ¥20 jew ¥30 ċens fis-sena u allura jitlob il-massimu mingħand l-industrijalist, imma qiegħed juża dik l-art biex jippromwovi, ikabbar u jirristruttura l-industrija billi jagħti l-art bi prezz issussidjat basta ovvjament l-industrijalist ikun marbut mal- kondizzjoni li dik l-art jew proprjeta' tintuża għal skopijiet industrijali speċifiċi biex jinħolqu l-impjiegi u tagħti spinta 'l quddiem lill- ekonomija tal-pajjiż.", "Għalkemm kulħadd jaqbel mal-prinċipju li l-gvern jimmassimizza l-introjtu mill-art, f'dan il-każ għandna konsiderazzjonijiet oħra ekonomiċi li l-gvern jagħmel sewwa li jħares lejhom għaliex jekk, bħala pajjiż li qegħdin nikkompetu ma' pajjiżi oħrajn fejn kulħadd irid iħajjar l-investiment lejh, nipprovdu akkomodazzjoni industrijali b'ċens issussidjat biex wieħed ikun jista' jiżviluppa dan il- qasam ekonomiku, huwa importanti wkoll li l-għajnuna li tingħata lill- industrija minn żmien għal żmien tiġi aġġornata, jekk irridu nżommu lilna nfusna aġġornati mal-kompetituri tagħna li jagħmlu minn kollox biex iħajru l-investiment lejn pajjiżhom.", "Sub-paragrafu (ċ) ta' artiklu 4 ta' din ir-riżoluzzjoni jitkellem dwar art li tkun tmiss ma' hotels, kumplessi turistiċi jew kummerċjali u jgħid li meta din l-art tingħata taħt ċerti kondizzjonijiet, l-iżvilupp jista' jikber u jiffjorixxi aktar.", "Din kienet riżoluzzjoni li kien se jgħaddi l- Gvern Laburista f'Lulju ta' din is-sena u l-gvern preżenti qed jadotta l- istess kriterji.", "Dan ifisser li l-gvern qiegħed iħares lejn pilastru ieħor ta' l-ekonomija tagħna li huwa s-settur turistiku u s-settur kummerċjali.", "L-art tal-gvern għandha tiġi wżata fl-interess pubbliku u l- interess pubbliku ma jkunx biss jew esklussivament l-introjtu li l-gvern ikun se jagħmel minnha.", "Għalkemm wieħed mill-għanijiet prinċipali tad- dipartiment ta' l-artijiet - u huwa sewwa li jkun hekk - huwa li jkabbar jew jimmassimizza l-qligħ tal-gvern mill-proprjeta' li jkollu, hemm konsiderazzjonijiet oħra li jidħlu in vigore u jinfluwenzaw il-mod kif l- art tiġi utiliżżata.", "F'din ir-riżoluzzjoni nidħlu f'aktar dettalji li diġa' ġew spjegati, bħalma huma l-kirjiet u meta jkollok għotja b'encroachment, li jfisser li min ikollu dik l-għotja m'għandu l-ebda titolu fuqha u biex ngħid hekk ikun qiegħed hemm bil-bona grazzja tal-gvern.", "Hawnhekk qegħdin naraw l-aspetti varji ta' kif b'mod mill-aktar wiesa' l-proprjeta' pubblika tista' tiġi amministrata.", "Għalhekk meta wieħed iħares lejn dawn l-aspetti varji tagħha - għaliex din tolqot kull settur tal-ħajja soċjali u ekonomika Maltija - wieħed bilfors irid jgħid li hemm bżonn li l-joint office u d-dipartiment ta' l-artijiet ikunu msaħħin aktar billi jiġu indirizzati lejhom iktar riżorsi umani u riżorsi finanzjarji ħalli dawn id-dipartimenti jkunu organizzati aħjar.", "Ma nixtieqx li din tittieħed bħala xi kritika personali lejn xi ħadd, imma l-importanza ta' dawn id-dipartimenti qiegħda tinħass ħafna u allura hemm bżonn li amministrattivament jiġu ndirizzati iktar riżorsi umani u riżorsi finanzjarji lejn dawn id-dipartimenti biex ikollna inventarju aktar preċiż u ċar tal-proprjeta' li jippossjedi l-gvern.", "Ċertament huwa iktar faċli li tgħidha ħaġa bħal din milli effettivament tattwaha għax għalkemm il-gvern jgħid li l-proprjeta' hija tiegħu, mhux dejjem ikun jista' jittraċċja l-provenjenza tagħha b'xi kuntratt jew b'xi mod ieħor u allura ħafna drabi jew f'diversi ċirkostanzi jkun irid jistrieħ fuq pjanti antiki li jkunu fid-dipartiment ta' l-artijiet li jkunu jindikaw li din hija proprjeta' pubblika.", "Pero' jien nemmen li l-art tal- gvern - u fiż-żmien li kelli l-land registry department taħt ir- responsabbilta' tiegħi kienu diġa' bdew isiru xi preparamenti - tkun reġistrata .", "Naf li l-land registry huwa wieħed mill-aktar dipartimenti li żviluppa b'mod organizzat u ngħata aktar spazju għaliex meta kont ministru jien kienet ittieħdet dar oħra biswit id-dipartiment.", "F'dan id-dipartiment insibu staff imħarreġ - li forsi hemm bżonn jiżdied ukoll - sabiex jirreġistra l-proprjeta' pubblika.", "Għalkemm nidħlu fil-problema li r- reġistrazzjoni tagħti biss titolu b'pussess u mhux titolu assolut qabel ma jgħaddu l-għaxar snin, huwa importanti ħafna li xi darba naslu biex ikollna inventajru preċiż tal-proprjeta' li għandu l-gvern.", "L-importanza ta' dan l- inventarju toħroġ aktar meta wieħed ikun jaf - speċjalment min huwa fil- professjoni tagħna - li mhux darba jew tnejn li kien hemm każijiet fejn art pubblika ġiet assorbita mill-privat jew ġiet reġistrata anke b'titolu assolut minħabba dawn id-diffikultajiet li jinqalgħu.", "Din m'hijiex xi ħaġa li saret ħafna drabi imma l-fatt li dawn l-affarijiet saru naħseb li jissottolinea l-importanza li nibdew bi programm metodiku u mfassal fuq perijodu ta' snin biex gradatament l-art tal-gvern tiġi kollha reġistrata.", "Dan jgħin ukoll il-prattika fuq it-titolu fuq l-art u d-drittijiet ta' l- individwu fuq l-art għaliex ikollna l-possibilita' li neliminaw id-diżgwid li ħafna drabi jinqala' dwar proprjeta' privata li tkun tmiss u tkun appoġġ ma' proprjeta' tal-gvern.", "F'dawn il-każi jinqalgħu problemi fejn tibda waħda u fejn tispiċċa l-oħra, li f'ċerti ċirkostanzi jispiċċaw fil-qrati u nafu li kawża tieħu fit-tul.", "Għalhekk jekk din il-proprjeta' tkun reġistrata, il-pubbliku jkollu dritt jara l-proprjeta' li rreġistra l- gvern, ikollu dritt jara jekk jistax jippretendi xi drittijiet, ikun jista' jagħmel l-oġġezzjoni tiegħu u jkun jista' jġib il-provi kuntrattwali u xi provi oħra legali.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin niddefinixxu u nissanaw dan il-qasam importanti tal-proprjeta' f'pajjiżna.", "Dipartiment ieħor li jiġbor fih l-ammont kbir ta' proprjeta' li qiegħda fil-pussess tal-gvern huwa l-joint office.", "Fl-1992 il-joint office kien ħa over l-art kollha tal-gvern li kienet ġiet trasferita lilu mill-knisja bħala riżultat tal-ftehim li kien intlaħaq bejn il-gvern u l-kurja.", "Niftakar li meta konna qegħdin niddiskutu din il-liġi, kienu ġew imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra madwar 12-il volum ta' proprjeta', drittijiet reali, ċnus u kirjiet li suppost għaddew kollha għand il-gvern.", "Meta din il-liġi ġiet mgħoddija minn dan il-parlament, kien hemm l-obbligu li dik il- proprjeta' kollha - u l-ħsieb kien tajjeb - tkun reġistrata mal-land registry department ħalli jkollna identifikazzjoni ċara ta' fejn qiegħda din l-art, liema huma l-postijiet, eċċ., pero' rriżulta li amministrattivament ma kien hemm xejn ippreparat fil-joint office biex dan ix-xogħol effettivament isir.", "U x'ġara?", "Ġara li kellna ħafna każijiet ta' nies li kienu jmorru jħallsu ċ-ċens fil-joint office u dawn kienu jgħidulhom li ċ-ċens ma jitħallasx hemmhekk meta mill-kurja jkunu qalulhom biex imorru jħallsu l-kera l-joint office.", "Imbagħad dawn in-nies jintalbu jġibu l-aħħar irċevuta mill-kurja, li min-naħa tagħha ma tagħtihomx irċevuta, u kien ikun hemm konfużjoni sħiħa li sfortunatament - għalkemm forsi naqset xi ftit - għadha tipprevali sal-lum.", "Illum ħadd ma jaf preċiżament liema hija dik il-proprjeta' li baqgħet fil- pussess tal-knisja għall-iskopijiet pastorali tagħha u liema proprjeta' għaddiet għand il-gvern.", "Dan ifisser li jekk il-gvern jiġi biex jutilizza dik il-proprjeta' u allura jkun irid jivvalorizzaha biex tiġi marketed, huwa importanti u imminenti - minħabba l-fatt li sas-sena 2000 jew sas- sena 2002 irid isir il-ħlas lill-kurja li jlaħħaq madwar Lm30 miljun, minbarra Lm2 miljun li l-kurja qed tingħata fis-sena bħala imgħaxijiet, u allura dawn il-fondi b'xi mod iridu jiġu realizzati minn dik il-proprjeta' li għaddiet f'idejn il-joint office għaliex il-ħlas irid isir fi żmien relattivament qasir - li l-joint office ikun organizzat amministrattivament billi jkollu staff imħarreġ u jkun hemm pjan li jkun qed jiġi attwat flimkien mar-reġistru ta' l-artijiet.", "Jekk dan ma jsirx, il-gvern aktar qed jitlef l-opportunita' li dak l-asset li għandu fil-pussess tiegħu ma jutiliżżahx, ma jibbenefikax minnu u fl-aħħar mill-aħħar se jkollu jiffaċċja l-problema - li forsi jista' jinsiha xi ftit għaliex baqa' minn sentejn sa tliet snin oħra - meta jkun irid iħallas il-premium għal dik il- proprjeta'.", "Barra minn hekk nafu li hemm ħafna individwi li qegħdin f'post bil-kera - u kulħadd jaf li min qiegħed f'post bil-kera għandu l-pussess tiegħu b'mod assolut, aktar u aktar meta qed jużah bħala residenza - u hemm ukoll ħafna nies li għandhom post b'ċens perpetwu jew b'ċens temporanju.", "Dawn in-nies kollha jridu jifdu u jħallsu, pero' qabel ma jiġu reġistrati dawn id- drittijiet legali ma jistax isir il-kuntratt tat-trasferiment.", "Għalhekk tisma' ħafna nies igergru u jgħidulek li ilhom li applikaw biex jifdu ċ- ċens u ħallsu anke xi deposit pero' l-kuntratt baqa' ma sarx.", "Ir-raġuni hi li amministrattivament il-joint office mill-1992 'l hawn qatt ma ġie attrezzat biżżejjed biex jindirizza b'mod realistiku u b'mod prattiku l- problema li tirriżulta mill-ftehim ta' l-1992 li jeżisti bejn il-gvern u l- kurja.", "Meta wieħed iħares lejn dawn l-aspetti, jirrealizza kemm huwa importanti li dawn it-tliet dipartimenti, il-joint office, il-land registry department u d-dipartiment ta' l-artijiet jikkordinaw u jaħdmu flimkien fuq pjan li jista' jiġi attwat.", "M'iniex qed ngħid li huwa faċli li jsir dan il-pjan għaliex, kif diġa' għidt, jirrikjedi nies imħarrġa u allokazzjoni ta' ċerti fondi imma jien konvint li malli nibdew b'dan il-pjan, il-proċess jimxi b'ċertu pass u fl-aħħar mill-aħħar se jibbenefika minnu l-gvern għaliex ikun f'pożizzjoni li jiddisponi legalment minn dawn l-assi li għandu u mhux biss jivvalorizzahom imma jużahom għall-aħjar skop soċjali, ekonomiku u anke finanzjarju.", "Pero' aktar ma ndumu ma nagħmlu dan il- pjan, il-problema aktar taggrava ruħha.", "Meta nħarsu lejn dan kollu, wieħed ma jistax ma jikkonċentrax xi ftit fuq il-land registry department.", "Kull min ikollu x'jaqsam mal-bejgħ, xiri jew drittijiet fuq proprjeta' u jmur jieħu xi parir legali, isemmulu lil dan id- dipartiment.", "Fl-1997, il-ministeru tal-ġustizzja kien nieda l-ħsieb li l- land registry u l-insinwa, li hija wkoll marbuta ma' trasferimenti ta' proprjeta' - jiġifieri għandek żewġ dipartimenti li għandhom l-istess funzjoni - jiġu integrati flimkien.", "Bejn Diċembru ta' l-1997 u Jannar ta' l-1998 kien sar rapport bejn il-land registry department u l-insinwa, flimkien ma' rappreżentanza mill-banek Maltin u mill-kunsill notarili - li huma l-aktar nies li jkollhom x'jaqsmu ma' trasferimenti, reġistrazzjoni u drittijiet fuq proprjeta' u problemi relatati magħhom - li bis-saħħa tiegħu kien tfassal pjan biex, jekk m'iniex sejjer żball, fi żmien sentejn issir din l-integrazzjoni bejn dawn iż-żewġ dipartimenti.", "Sur President jekk aħna rridu li t-titolu fuq il-proprjeta' nissanawh, nagħmluh iktar ċar u nnaqqsu l-problemi, id-dubji u l-kwestjonijiet, huwa importanti li kemm jista' jkun dawn iż-żewġ dipartimenti jaħdmu flimkien.", "Teżisti anomalija bejniethom għaliex jekk dak li jkun jagħmel riċerka fir- reġistru ta' l-artijiet fuq art li hija reġistrata hemmhekk, isib id- dettalji preċiżi u garantiti ta' l-obbligi, id-drittijiet u l-piżijiet fuq dik l-art, mentri jekk ir-riċerka ssir fl-insinwa - u din hija problema li jaf biha kulħadd - m'hemm l-ebda garanzija li l-informazzjoni tkun korretta.", "U wieħed mill-għanijiet ta' dan il-programm ta' integrazzjoni kien li kemm il-land registry kif ukoll l-insinwa jkunu f'pożizzjoni li l- informazzjoni li jagħtu tkun uffiċjali u għalhekk garantita.", "Għalhekk kien se jsir l-ewwel pass illi t-titolu, id-drittijiet u l-obbligi fuq il- proprjeta' jkunu uffiċjali u garantiti.", "Din hija xi ħaġa li kulħadd ifittixha u meta wieħed iqis l-importanza li l-art u d-drittijiet fuq il- proprjeta' kontinwament qed jassumu f'pajjiżna, jirrealizza kemm dan kien ikun pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Pero' iktar minn hekk, bil-ħsieb ta' integrazzjoni konna se nkomplu nwessgħu - u ma kien hemm l-ebda ħsieb li jinqered xi dipartiment minnhom - r-reġistru pubbliku, u fost affarijiet oħra kien hemm propost abbozz ta' liġi, fejn konna se ngħidu illi, per eżempju, l-użu tal-prokuri jkun limitat jew regolat, fis-sens illi l-prokuri ġenerali u speċjali jkunu reġistrati, fis-sens illi wieħed ikun jaf illi \"X\" għamel prokura lil \"Y\" bid-drittijiet u l-obbligi li fiha u jkun jaf ukoll meta \"X\" ħassar dik il- prokura lil \"Y\".", "Qed ngħid dan għaliex sfortunament l-abbuż bil-prokuri għadu jipprevali, biex ma ngħidx li qed jikber ukoll.", "Għalhekk inkunu qed nagħmlu pass fid-direzzjoni t-tajba jekk il-prokuri jkunu reġistrati fir- reġistru pubbliku, fejn kulħadd ikun jaf bihom u jista' jikkontrollahom.", "Teżisti wkoll il-problema fejn xi ħadd ikollu fil-pussess tiegħu art li tkun ġiet għandu mingħand xi nanniet xi 30 sena qabel jew iktar bil- preskrizzjoni u meta jiġi biex ibigħ, il-persuna li tkun se tixtri tiltaqa' mal-problema ta' kemm dak it-titolu ta' preskrizzjoni effettivament jagħtih titolu fuq l-art u għalhekk kienet ġiet proposta emenda fejn kull min jippretendi xi dritt u jinterrompi l-preskrizzjoni għall-proprjeta', ikun jista' jirreġistrah mal-land registry.", "Dan kien se jkun pass ieħor 'il quddiem biex dawn id-dubji neliminawhom.", "Qed ngħid dan fil-qosor għaliex dan huwa kollu marbut ma' l-użu u l-utiliżżazzjoni tal-proprjeta' u għalhekk il-bżonn li l-gvern jirreġistra u jkollu inventarju tal-proprjeta' tiegħu fil-land registry joħroġ iktar ċar ukoll minħabba dawn il-problemi.", "Mr Speaker, wieħed irid iħares ukoll lejn l-użu u l-utilizzazzjoni ta' l- art pubblika flimkien mas-settur privat.", "Illum donnu huwa prinċipju aċċettat minn kulħadd illi l-gvern m'għandux neċessarjament ikun hu li jinvesti anzi t-tendenza hi li jkollok a smaller and leaner government, jiġifieri kull gvern ikun iżgħar u mhux jifrex u jimraħ iktar billi jinvesti f'kollox hu imma jħajjar lis-settur privat li jinvesti.", "Fil-fatt il-Gvern Laburista ta' l-1996 kien minn ta' quddiem li ried imexxi din l- idea u għalhekk wieħed mill-pjanijiet li ġie mbottat 'il quddiem matul l- 1997 - insemmi l-1997 għax Gvern Laburista tela' fl-aħħar xahrejn ta' l- 1996 - kien appuntu l-proġett ta' Manoel Island.", "Il-bieraħ sieħbi l-Onor.", "Charles Buhagiar semma l-proġett tal-cruise liners li fuqu kien hemm il-fażi preparatorja - għaliex dawn m'humiex proġetti żgħar u jirrikjedu preparazzjoni metikoluża u intensa u allura l- proċess ikun miftuħ u trasparenti kemm jista' jkun u bilfors jeħodlok iż- żmien - u llum l-Onor.", "Alfred Sant spjega wkoll l-ħsebijiet wara l-proġett tal-Kottonera għaliex meta jkollok proprjeta' li hija mitluqa imma jkollha valur ekonomiku kbir għax tkun prime site, issib lil min ikun lest li jinvesti fiha u ċertament il-ħsieb irid ikun li min se jinvesti jħares lejn dan l-investiment tiegħu b'mod vijabbli.", "Hija ħaġa mill-iktar faċli li tgħid li minflok ma oġġett tivvalutah Lm1,000 tagħtih valur ta' Lm100,000 pero' r-realta' hi li jista' jkollok problema jekk ma ssibx lil min jinteressa ruħu bil-kondizzjonijiet onerużi li tagħmillu.", "Jekk trid tinċentiva lis-settur privat trid titkellem bil-ħsieb li s-settur privat jasal biex jifhem li l-investiment tiegħu se jkun wieħed vijabbli.", "Fil-fatt din kienet waħda mill-konsiderazzjonijiet ta' Gvern Laburista fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' u l-ewwel pass li kien għamel kien li beda jiddiskuti kif se janalizza l-valur li ried jitkellem dwaru mal-consortium li kien jinteressa ruħu fil-proġett.", "Minkejja l-fatt li l- valur tal-proprjeta' żdied sostanzjalment minn dak li kien hemm indikazzjoni li se jaslu għalih taħt il-Gvern Nazzjonalista - għalkemm minn dak li sibna aħna dan il-valur qatt ma kien preċiżat - xorta waħda wieħed ried jara li dak l-investiment ikun wieħed vijabbli ħalli l-proġett jirnexxi, għaliex inutli li toqgħod tgħid li għafast kemm stajt biex imbagħad tkisser il-vijabbilta' tal-proġett.", "Wieħed mill-iktar aspetti importanti sabiex proġett jilħaq l-iskop ekonomiku u soċjali tiegħu u biex ikollok l-ispin-offs ekonomiċi li jirriżultaw għaliex il-proġett ikun qed jirnexxi, hija l-vijabbilta' tal-proġett.", "Għalhekk imbagħad daħal il-ħsieb li parti minn dan it-territorju ta' Manoel Island u Tigne' jkun mogħti b'ċens perpetwu.", "L-aħħar draft contract li kien hemm f'Lulju ta' din is-sena jgħid ċar u tond li l-parti l-kbira ta' Manoel Island u Tigne', fejn hemm is-siti storiċi u l-art pubblika ta' madwarhom, m'hijiex se tingħata b'ċens perpetwu u kienet biss il-parti li se tiġi żviluppata għal skop residenzjali li kienet se tingħata b'ċens perpetwu.", "U hawnhekk kien inqala' storbju sħiħ għax intqal li art pubblika qatt m'għandha tingħata b'ċens perpetwu.", "Pero' llum, għallinqas skond dak li ġie indikat fil- gazzetti, il-gvern qed jgħid li m'huwiex se jagħti art lill-consortium b'ċens perpetwu imma qed jagħti d-dritt lill-individwu li jixtri mingħand il-consortium li jkun jista' jikkonverti dak iċ-ċens temporanju f'ċens perpetwu b'kondizzjonijiet li jkunu diġa' magħrufa.", "Tista' ddawwar il- ballun 'l hawn jew 'l hemm imma fl-aħħar mill-aħħar il-ballun tond irid jibqa' u ma tistax tagħmlu kif trid.", "Jiġifieri inutli li noqogħdu nintilfu fid-diskors biex taparsi qed nagħmlu xi ħaġa ġdida meta fir-realta' u fis- sustanza nkunu qed nitkellmu fuq l-istess ħaġa u għalhekk il-gvern preżenti assigura li jżomm l-istess prezz li kien innegozja Gvern Laburista għaliex ir-riżultat aħħari huwa l-istess.", "Kulma qed ngħidu huwa li minflok għandek entita' waħda li se jkollha t-titolu taċ-ċens perpetwu, illum se jkollok diversi entitajiet li se jkollhom l-istess titolu.", "Għaliex?", "Għaliex ħadu dak id-dritt li ġie assigurat mingħand il-consortium MIDI; u naħseb li dan inftiehem minn kulħadd għax anke l-kummenti li saru b'mod ġenerali mill-pubbliku fil-media juru dan li qed ngħid jien.", "Mr Speaker, apparti l-punt li semmejt dwar iċ-ċens perpetwu u ċ-ċens temporanju f'dan il-proġett, naħseb li waħda mill-iktar affarijiet importanti li wieħed irid jikkonsidra huwa l-impatt ekonomiku li se jkollu l-iżvilupp ta' Manoel Island u ta' Tigne', flimkien ma' żviluppi oħra, fosthom l-iżvilupp tal-Hilton, li għaddej at full speed.", "Il-Gvern Laburista kien ħaseb li meta se jkollok dawn iż-żewġ żviluppi għaddejjin simultanjament, prattikament se jkollok sitwazzjoni fejn għandek proprjeta' ta' ċertu valur u numru konsiderevoli ta' proprjeta' bi prezzijiet għoljin, għaliex hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi 20 unit imma qed nitkellmu fuq mijiet ta' units.", "Minħabba din il-konsiderazzjoni ekonomika, Gvern Laburista kien ħatar kumitat biex jagħmel reconsideration tal-liġi dwar l- akkwist tal-proprjeta' minn barranin li tgħid li barranin li jakkwistaw proprjeta' hawn Malta jeħlu taxxa ta' 17%.", "Normalment il-Maltin jeħlu taxxa ta' 7% jew 3.5%, skond iċ-ċirkostanzi imma l-barranin ġiet imposta fuqhom surcharge ta' 17% f'każ ta' akkwist ta' proprjeta'.", "Bħala effett tad-dejn li kien għamel Gvern Nazzjonalista għar-raġunijiet tiegħu, l- interess mill-barranin fil-proprjeta' lokali niżel drastikament.", "Issa x'se jiġri meta għandek din il-proprjeta'?", "Din il-proprjeta' hija għall-Maltin u għall-barranin ukoll, imma meta għandek din il-massa ta' proprjeta' li qed tiżviluppa u għandek ċirkostanzi li jipprevalu ...", "Din il-ġimgħa stess xi ħadd qal li l-interess mill-barranin fi proprjeta' hawn Malta naqas sostanzjalment għax m'għadniex iktar kompetittivi, speċjalment f'dawk li huma ċ-charges u l-ispejjeż għall-akkwist tal-proprjeta'.", "Fil-fatt dan il- kumitat kien għamel studju intensiv dwar kif jista' jħajjar lejn Malta nies li għandhom income sostanzjali biex jinvestu fil-pajjiż u jassigura li l-valur ta' proprjeta' li seta' jakkwista barrani jogħla.", "B'dan il-mod immedjatament inkunu qtajna l-possibbilta' li jkollok barranin li jikkompetu mal-Maltin fix-xiri tal-proprjeta' għax dan se jkun suq miftuħ għal xiri ta' proprjeta' minn ċertu prezz 'il fuq.", "MR SPEAKER: Onorevoli Mangion, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "RITA LAW: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Charles Mangion ikompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra għal din l-estensjoni.", "Kont qed ngħid, Mr Speaker, illi l-parir li ta dak il-kumitat għandu jiġi re-assessed bis-serjeta' għaliex kienu ġew studjati konsiderazzjonijiet kemm dwar l-effett ta' dawn it-tip ta' żviluppi fuq l-ekonomija tagħna kif ukoll fuq l-introjtu li jista' jkollu l-pajjiż meta jħajjar individwi barranin ta' income għoli jersqu biex jixtru proprjeta' f'pajjiżna.", "Dan huwa punt importanti ħafna għaliex jekk ma nħeġġux biex dan javvera ruħu se nispiċċaw sabiex ikollna glut ta' proprjeta', speċjalment f'żona partikolari tal-gżira tagħna, bir-riżultat li jkollna konsegwenzi ekonomiċi ħżiena.", "Huwa importanti li l-gvern jerġa' jikkonsidra bis-serjeta' l- konsiderazzjonijiet ta' dak il-kumitat li kien twaqqaf taħt il-ministru tal- finanzi ħalli jirriattiva u jmexxi 'l quddiem l-ideat li kienu taw u jekk hemm bżonn jiżviluppahom iktar.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li dawk l- ideat li ġew suġġeriti minn dak il-kumitat iridu jiġu wkoll żviluppati iktar fil-kwadru tal-liġijiet finanzjarji li għandna f'pajjiżna li fortunatament hemm qbil dwarhom minn din il-Kamra.", "Jekk l-iskop huwa li wieħed jiftaħ iktar biex dawn il-proġetti jitmexxew 'il quddiem u jekk aħna rridu li jiġu realizzati u jkunu ta' ġid għal pajjiżna, huwa essenzjali li noħolqu l-ambjent li nħeġġu wkoll barranin magħżula - u mhux lil dawk li jkunu jistgħu jikkompetu mas-suq Malti - li għandhom ċertu saħħa finanzjarja u li jistgħu jagħtu imbottattura billi jkunu qegħdin jinvestu direttament f'pajjiżna għall-ġid ta' l-ekonomija Maltija.", "Ovvjament dawn it-tip ta' nies m'humiex se jkunu ta' piż fuq il-qasam soċjali għaliex dawn jagħżlu lil Malta għal raġunijiet ta' vaganza u ta' negozju u għal xejn iktar.", "Għaldaqstant nagħlaq billi ngħid illi, fl-opinjoni tiegħi, dak il- kumitat li fih kien hemm involuti ħafna nies minn kull settur - kemm min- naħa tal-finanzi, kemm min-naħa tal-Bank Ċentrali, kif ukoll min-naħa ta' l-estate agents - għamel eżerċizzju tajjeb ħafna u għalhekk is-suġġerimenti li saru għandhom jitmexxew 'il quddiem ħalli l-proġett tal-gvern li, flimkien mas-settur privat jiżviluppa dik l-art, jintlaħaq.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, bħalma spjegaw il-kelliema ta' qabli, qed nitkellmu fuq mozzjoni li kull gvern li għandu r-responsabbilta` tal- proprjeta` pubblika jrid iġedded, kif huwa obbligat li jagħmel taħt Kap 268 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Għalkemm ir-responsabbilta` legali, kif elenkata f'artiklu 3 ta' dan il-kapitlu, bilfors twassal lill-gvern li jippreżenta mozzjoni biex ikun jista' jittrasferixxi, jagħti b'kirjiet, jinnegozja ċens eċċ. - u wieħed jista' jidħol fiha biex jara kemm il- mozzjoni hija ppreżentata b'mod tajjeb sabiex l-affarijiet jiġu amministrati dejjem aħjar - wieħed irid jara wkoll illi d-dipartiment konness direttament ma' l-artijiet huwa d-dipartiment ta' l-artijiet, li għall-ewwel darba qiegħed taħt il-ministeru ta' l-intern, għalkemm storikament jidhirli li qatt ma kien taħt dan il-ministeru, pero' dik hija prerogattiva tal-Prim Ministru.", "Il-Ministru jrid jara li wara li din il-mozzjoni tieħu r-ruħ, jiġifieri wara li tkun għaddiet minn dan il-parlament, il-gvern jkollu s-saħħa biex jamministra l-art pubblika bl-iktar mod għaqli u effiċjenti.", "Qed ngħid dan għaliex iż-żmien għallimna, anke fi żmien il-gvern preċedenti, li ċertu effiċjenza mistennija min-naħa tad-dipartiment ta' l-artijiet ma rajnihiex.", "Wieħed jista' jattribwixxi dan għal diversi raġunijiet, fosthom li m'hemmx nies li jgħinu biżżejjed biex dan ikun amministrat aħjar; jew li hemm nies biżżejjed imma hemm xi ħaġa li m'hijiex qed tiffunzjona fid-dipartiment ta' l-artijiet; jew inkella li hemm ċerti proċeduri li wieħed għandu jirrevedihom biex ikun hemm aktar effiċjenza.", "Pero' żgur li wieħed irid jistudja kif dan id-dipartiment għandu jiżviluppa biex jaħdem aħjar.", "Dan qed ngħidu għaliex għad hemm proċeduri pendenti fuq art li l-gvern kien ħa għal skop pubbliku taħt il-liġi tal-BDA, liġi li ilha li ġiet revokata mill- 1988.", "Kull gvern huwa marbut li jressaq din il-mozzjoni quddiem dan il- parlament biex ikun jista' jaħdem, pero' f'għaxar snin l-ebda gvern ma ttermina dak li kellu jagħmel biex min kienet itteħditlu art għal skop pubbliku taħt il-BDA jerġa' jeħodha lura.", "Jien qed nagħmel riferenza għal artiklu 16 tal-mozzjoni fejn qed nitkellmu dwar \"trasferiment tale quale għall-kumpens relattivi\".", "Qed nidħol fil-kwestjoni dwar kif ġie intavolat dan il-artiklu u qed nitkellem fuq ex-BDA property meħuda lin-nies privati għaliex b'xi mod il- gvern irid iħossu konxju - m'iniex qed nagħmel riferenza diretta għall- Gvern Nazzjonalista - li din hija xi ħaġa li ilna għaddejjin biha għaxar snin.", "Il-liġi tal-BDA kienet għamlet ħafna ġid fil-qasam tal-housing taħt Gvern Laburista pero' nafu wkoll li m'huwiex sewwa li persuna li tkun itteħditilha l-art għal skop pubbliku - u ħafna mill-art illum ma tistax tiġi wżata għaliex waqgħet fi green area u għalhekk tista' tiġi wżata għal skop agrikolu - m'għandhiex tiġi ritornata mill-aktar fis lil dawn il- persuni biex ikomplu jaħdmu l-art jew biex jinnegozjawha.", "Jien naf każijiet fejn persuni li tteħditilhom art għal skop pubbliku - u llum din l-art m'għadx għandha skop pubbliku - għandhom bżonn din l-art biex tagħmel tajjeb għall-emerġenzi personali tagħhom u sal-lum baqgħu imsallbin li ma jistgħux jinnegozjaw il-proprjeta` tagħhom li qiegħda għand il-gvern u li minħabba proċedura li ħadet ħafna żmien fid-dipartiment ta' l-artijiet għadu ma ġiex konkluż il-kuntratt.", "Issa dan huwa kuntratt pubbliku dwar trasferiment li jrid jiġi insinwat bin-nutar, fejn il-gvern jgħid sempliċement li qed jgħaddi l-proprjeta` lura għall-kumpens li xi darba kellu jagħti u ma tax, u allura ssir xi forma ta' tpattija, dik li bl- Ingliż insejħulha set-off.", "Wieħed irid joqgħod attent għall-fatt li f'dan il-paragrafu qed ngħidu li l-gvern għandu dritt jagħti l-art lura anke lil nies li xi darba kellhom il-qbiela fuq din l-art.", "M'iniex qed ngħid li min kellu l-qbiela m'għandux dritt ikompli jibbenefika mill-art, imma għandek każijiet fejn kien hemm min kellu art bi qbiela, din l-art marret għand il-gvern u kien hemm perijodu ta' żmien fejn il-qbiela ma baqgħetx tiġi wżata mill- inkwilin, u allura hawnhekk donnu li b'xi mod l-inkwilin qed jiġi preferut mis-sid.", "Wieħed irid joqgħod attent dwar dan għaliex jistgħu jinħolqu xi abbużi.", "Ma naħsibx li l-gvern għandu din l-intenzjoni u għalhekk wieħed irid joqgħod attent għad-drafting ta' dawn l-artikli biex is-sidien jiġu verament protetti.", "Sintendi jista' jkun għadda ż-żmien, is-sid ikun miet u minn sid wieħed tispiċċa b'għaxar sidien għaliex kulħadd ikollu parti minn dik l-art.", "Jien ngħid li għandna nieħdu l-opportunita` permezz ta' din il-mozzjoni biex dawk l-inġustizzji soċjali - sejħilhom li trid - tort ta' sistema li m'hijiex qed tiffunzjona tajjeb u li fiha xi ħaġa ħażina b'mod li mill-1988 sal-lum għadna ma solvejniex din il-kwestjoni tal-BDA, nistudjawhom u naraw li sakemm nerġgħu nressqu l-mozzjoni, dawn jiġu cleared u l-kwestjoni tal-BDA tiġi kompletament eżawrita.", "Din ilha sejra.", "Jien hawnhekk għandi riferenza li fl-1992 kien diġa` qiegħed jiġi kkonsidrat mill-ministru li kien ressaq il-mozzjoni dak iż-żmien, fejn qed jgħid li waħda mill-funzjonijiet importanti hija li l-policy taħt din il- mozzjoni tgħaddi malajr minn dan il-parlament biex neħilsu t-talbiet ta' sidien jew persuni - dak iż-żmien kien hemm madwar 48 talba - li għandhom interess fit-titolu ta' proprjeta` li hija ex-BDA taħt din il-liġi.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn xorta għad għandna din il-problema ma' saqajna.", "Jien naħseb li din hija opportunita` kbira li naraw li din il-problema tiġi indirizzata mill-aktar fis.", "Ħaġa oħra li xtaqt ngħid fuq din il-mozzjoni li għandna quddiemna hija l- kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "Din hija kwestjoni legali imma wieħed għandu jaċċenna għaliha għaliex għalkemm artiklu 1 tal-mozzjoni jitkellem dwar art li tinkludi fiha riferenza għal art diretta jew bini amministrattiv tal-gvern, nafu li l-art fiha nfisha bħala proprjeta` reali għandha tinkludi wkoll l-arja anke fuq art li ma tkunx art pubblika.", "MR SPEAKER: Onorevoli, se jkolli ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Gonzi, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 4 ta' Novembru, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni dwar Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern - Kontinwazzjoni,", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, se nieħu ftit ħin minn dan l- Aġġornament biex nagħmel xi rimarki fuq avveniment li ġara l-ġimgħa l-oħra għax inħoss li dan ma jistax jibqa' għaddej bla ma din il-Kamra tieħu nota tiegħu.", "Qed ngħid hekk għaliex huwa avveniment sabiħ, li huwa ta' ċertu inkoraġġiment, u kemm Malta kif ukoll din il-Kamra kellhom rwol importanti biex dan l-avveniment seħħ.", "Qed nirriferi għall-ewwel laqgħa tal-forum parlamentari Ewro-Mediterranju, liema laqgħa saret fi Brussels il-ġimgħa l- oħra u li għaliha kelli l-pjaċir li nifforma parti minn delegazzjoni parlamentari mmexxija mill-Onor.", "Michael Bonnici, flimkien mal-kollegi tiegħi l-Onor.", "Dolores Cristina, l-Onor.", "John Vella u l-Onor.", "Anglu Farrugia.", "Sur President, nerġa' ngħid li l-Parlament, permezz tal-predeċessur tiegħek, in-Nutar Myriam Spiteri Debono, kellu wkoll rwol importanti biex dan l-avveniment seħħ u għalhekk kien interessanti għalina li naraw kif se jiżvolġi dan il-konċett.", "Din l-idea kienet issemmiet b'mod vag fil- programm tax-xogħol tal-konferenza Ewro-Mediterranja ta' Barcelona u dan kien segwitu għal indikazzjonijiet u direzzjonijiet li kienu ngħataw fil- Kunsill Ewropew li kien sar f'Lisbona f'Ġunju ta' l-1992, dak ta' Corfu` ta' Ġunju 1994 u anke ta' Essen f'Diċembru ta' l-1994.", "Imbagħad meta ltaqgħet l-ewwel konferenza Ewro-Mediterranja ġewwa Barcelona f'Novembru ta' l-1995, fil-programm ta' azzjoni kien hemm indikat ix-xewqa li jkun hemm komponent parlamentari għal dan il-proċess.", "Dan l-istess programm ta' azzjoni, wara li jagħmel riferenza għal xi ħaġa li ġrat hawn Malta, jiġifieri l-laqgħa ta' l-IPU, li fiha kienet ġiet diskussa anke l-idea li jkun hemm xi ħaġa li tgħaqqad il-pajjiżi tal- Mediterran, jgħid li l-Parlament Ewropew huwa invitat li jieħu inizjattiva ma' parlamenti oħra rigward il-futur tad-djalogu parlamentari Ewro- Mediterranju, li allura jkun jista' jagħti l-fakulta` lir-rappreżentanti eletti tal-pajjiżi li huma msieħba f'dan il-proċess biex ikollhom bdil wiesa' ta' ideat fuq suġġetti varji.", "Dan kien dak li qalet id-dikjarazzjoni ta' Barcelona li, bħalma għidt, tagħmel riferenza anke għat-tieni konferenza inter-parlamentari ta' l-IPU li kienet saret hawn Malta qabel Novembru u li kienet irrikkmandat it-twaqqif ta' assoċjazzjoni ta' Stati tal-Mediterran.", "Dan huwa kollu fil-linja tal-politika Mediterranja ta' dan il-pajjiż u wieħed jara li filwaqt li fid-dikjarazzjoni tal-konferenza ta' Barcelona kien hemm dan il-holistic approach għall-problemi tal-Mediterran - u għalhekk forsi hemm ftit tas-suċċess komparat ma' inizjattivi li kienu ttieħdu qabel, li sfortunatament dejjem spiċċaw li ma tantx għamlu impatt - din l-istess dikjarazzjoni, kif ħafna jafu, qed tagħmel il-programm ta' xogħol tagħha maqsum fi tliet setturi: qed tattakka l-aspett politiku u ta' sigurta`, li huwa l-iktar wieħed delikat, għaliex ovvjament fil-Mediterran għandek il-problema tal-Lvant Nofsani; għandek il-problemi ekonomiċi u finanzjarji, li again wieħed jista' b'xi mod jaffrontahom bil-fondi ta' l- Unjoni Ewropea; u iktar importanti, għandek it-tielet pilastru li huwa dak soċjali, kulturali u uman.", "U kien proprju hawnhekk li jissemma għal darba oħra l-bżonn li wieħed jagħmel iktar attenzjoni għall-parteċipazzjoni fil- livell parlamentari bejn il-pajjiżi msieħba f'dan il-proġett kbir li jipprova jġib aktar għaqda u prosperita` bejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran biex, kif tgħid id-dikjarazzjoni, wieħed eventwalment jasal għal \"area of shared prosperity\".", "Dan il-prospett baqa' jiġi segwit u meta bdiet toqrob it-tieni konferenza Ewro-Mediterranja li, bħalma taf is-Sinjorija Tiegħek, inżammet f'Malta f'April ta' l-1997, aħna konna bdejna nippreparaw bil-quddiem ħalli nagħmlu enfasi, fost affarijiet oħra, fuq din il-proposta li nipprovaw nimbottawha għaliex, bħalma diġa` aċċennajt, kienet ħafna għal qalb il-Gvern Malti - u bi pjaċir ngħid li din il-linja ta' politika Mediterranja kienu qegħdin isegwuha amministrazzjonijiet differenti - u kienet ukoll qiegħda fil-linja ta' dak li diġa` semmejt u li għamlet Malta f'fora differenti u f'postijiet differenti fejn mhux biss b'dikjarazzjonijiet imma anke b'mod prattiku ssuġġeriet kif wieħed jista' b'xi mod iġib flimkien lill-membri parlamentari ta' dawn il-pajjiżi tal-Mediterran.", "Matul il-perijodu li kienet qed tiġi ppreparata din il-konferenza kien hemm anke laqgħat li saru f'postijiet oħra, pero' l-importanti huwa li sadanittant kien qed jitħejja rapport fil-Parlament Ewropew minn membru tal- Parlament Ewropew, Jannis Sakellariou - li kien jattendi wkoll il-laqgħat tal-Joint Malta/European Parliamentary Committee, liema kumitat kien jiltaqa' fuq bażi ta' darba jew darbtejn fis-sena - u kien hemmhekk li meta ġie jippreżenta r-rapport tiegħu, aħna min-naħa l-Maltija wrejnih li konna ilna nitkellmu fuq l-inizjattiva li trid tqanqal din it-tip ta' struttura fil-Mediterran u hu wegħidna li din kien se jinkludiha fir-rapport tiegħu, u fil-fatt hekk għamel.", "Fir-rapport tiegħu ta' Jannar ta' l-1997, Sakellariou eventwalment qal ċar u tond li se jkun hemm it-twaqqif ta' forum parlamentari Mediterranju.", "Dan ir-rapport jitkellem ukoll dwar il- possibbilta' li jiġu organizzati laqgħat inter-parlamentari fuq bażi regolari.", "Jiġifieri t-triq kienet diġa' bdiet titwitta u aktar tard, f'laqgħa tal-Parlament Ewropew ġewwa Strasbourg, kien ġie deċiż illi din l- inizjattiva tiġi mistħarrġa aktar 'il quddiem.", "Għal din il-laqgħa kienu mistiedna l-presidenti tal-parlamenti u kienet attendiet in-Nutar Myriam Spiteri Debono bħala President tal-Parlament Malti.", "Din kienet ukoll segwita b'laqgħa f'Ateni u oħra f'Palermo u dawn kienu kollha jmorru fid- direzzjoni biex naslu li nattwaw din l-idea li kienet tajba ħafna għaliex toffri possibbiltajiet kbar.", "Meta f'April ta' l-1997 wasalna għall-konferenza ta' Malta, apparti l- fatt li aħna konna diġa' qegħdin nimbuttaw u nibagħtu feelers u nesprimu li aħna naqblu ma' din l-idea, kien deċiż illi titressaq proposta formali minn Malta ħalli dan il-proġett isir realta'.", "Fost il-proposti li għamilt jien f'isem il-Gvern Malti ta' dak iż-żmien, kien hemm dik li l-preparamenti jibdew immedjatament biex iġibu flimkien ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u dawk tat-12-il pajjiż Mediterranju msieħba f'dan il-proċess ta' Barcelona, bl-idea li jistabilixxu djalogu regolari u kostruttiv fuq kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Mediterran, biex jagħmlu programm ta' azzjoni u jorganizzaw attivitajiet li jkunu bbażati fuq il-programm ta' azzjoni tad-dikjarazzjoni ta' Barcelona, u anke biex possibbilment aktar 'il quddiem joħolqu mekkaniżmu, kunsill jew parlament tal-pajjiżi tal- Mediterran li jikkordina x-xogħol tal-gruppi parlamentari.", "U dakinhar jien komplejt ngħid illi kunsill bħal dan illi l-Gvern ta' Malta ilu jipproponi mill-1992, ikun qiegħed jiżviluppa u jagħti aktar forza biex ikollna koperazzjoni politika bejn il-popli tal-Mediterran li għandhom daqshekk differenzi ta' lingwa, ta' kultura, ta' reġjuni u ideoloġiji bejniethom.", "Mela din kienet il-proposta prattika li Malta għamlet fit-tieni konferenza Ewro-Mediterranja.", "Dak il-ħin ħdejja kien hemm Manuel Marin, il-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea, li tkellem immedjatament warajja u kkommetta ruħu li hu kien jaqbel ma' din l-idea u li kien se jagħmel minn kollox biex jimbuttaha u jattwaha.", "Fil-fatt imbagħad aktar tard kienet saret korrispondenza mal- President tal-Parlament Ewropew, Jil-Robles, u aħna min-naħa tagħna bdejna nimbuttaw ħalli d-deċiżjoni li ttieħdet fil-konferenza ta' Malta, li kienet tgħid ċar illi l-parteċipanti jirrijaffermaw l-importanza li huma jagħtu lill-involviment attiv tal-parlamenti f'dan il-partnership Ewro- Mediterranju ...", "Il-ministri li kienu mlaqqgħin f'din il-konferenza qalu wkoll illi jilqgħu l-fatt li l-Parlament Ewropew ħa l-inizjattiva ma' parlamenti oħra biex jibda t-triq ħalli jwaqqaf djalogu parlamentari Ewro- Mediterranju.", "Jiġifieri meta fid-dikjarazzjoni finali tal-laqgħa ta' Malta kellna dan il-mandat, ħassejna li għandna nimbuttaw ħalli dan jitwettaq.", "Kienet in-Nutar Myriam Spiteri Debono, l-ex-speaker tal-Kamra, illi bi ftehim mal-ministeru bdiet timbotta mal-President tal-Parlament Ewropew.", "Dan wassal biex ftehemna mal-President tal-Parlament Ewropew - ovvjament dan kien dispost għal din l-idea - li jkun hemm kemm jista' jkun twettiq mill-aktar fis ta' din l-idea.", "Din wasslet biex f'Mejju ta' din is-sena saret laqgħa preparatorja hawn Malta li fiha kellna rappreżentanza mill-presidenza u mill-membri tal- Parlament Ewropew u mill-pajjiżi kollha li huma parteċipi tal-Mediterran u parteċipi f'dan il-proċess.", "B'hekk kien inħoloq djalogu u nħolqot diskussjoni li fl-opinjoni tiegħi kienu ċ-ċertifikat ta' kemm se tirnexxi din l-inizjattiva.", "Meta saret il-laqgħa hawn Malta kien hemm deċiżjoni unanima dwar x'għandu jsir u ġie miftiehem illi jkun hemm l-ewwel laqgħa formattiva ta' dan il-forum parlamentari fil-ħarifa ta' din is-sena.", "Fil- fatt, bħalma għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, il-laqgħa saret il-ġimgħa l- oħra ġewwa Brussels.", "Għalkemm kien hemm ħafna tfixkil, dan ġie megħlub u l- laqgħa saret għax kien hemm rieda tajba.", "Qed ngħid hekk għax tqajmu ħafna problemi dwar kif se tkun ir- rappreżentanza min-naħa tal-Parlament Ewropew, jekk hux se tkun biss fuq livell ta' membri tal-Parlament Ewropew jew fuq livell ta' parlamenti nazzjonali u nstab il-happy medium illi bih kien hemm numru sabiħ ta' membri tal-Parlament Ewropew - xejn inqas minn 43 persuna - li ġew appuntati biex jiffurmaw dan il-Parlament flimkien ma' żewġ membri minn kull parlament tal-pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea u sitt membri minn kull pajjiż Mediterranju li huwa parteċipi f'din il-konferenza.", "Fi kliem ieħor dan il-forum potenzjalment laqqa' flimkien 144 membru parlamentari li mela' l-vojt li kien jeżisti f'dan il-proċess bejn il- laqgħat ta' livell għoli f'livell ministerjali, il-laqgħat li kienu jsiru fuq il-fringe, on the side, tal-konferenza mis-civic societies, li huma NGOs u affarijiet bħal dawn, pero' ma kienx hemm dawn il-laqgħat fuq livell parlamentari.", "Jiena ngħid illi din il-laqgħa kienet xi ħaġa storika u qed nagħmel enfasi dwar dan mhux biex il-parlament jiftaħar b'rixu iżda għax huwa importanti li din l-eventwalita' li ġrat tiġi recorded.", "Issa x'inhu s- sinifikat ta' laqgħa bħal din?", "Jien ngħid illi l-fatt li għall-ewwel darba fl-istorja ta' l-Unjoni Ewropea saret laqgħa bħal din, għandha fiha nnifisha sinifikat.", "Għaliex?", "Għax din qiegħda toffri struttura li fiha jkun hemm tqarrib fil-prattika ta' l-ideat ta' dawk il-pajjiżi kollha li qegħdin jaħsbu li fil-futur li żgur mexjin lejh - forsi fl-2010 jew fl-2015 - ikollhom dan it-twettiq ta' għaqda bejn il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq u anke l-pajjiżi tan-naħa ta' Lvant tal-Mediterran mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bla dubju ta' xejn dan il-forum, li ma fihx la rabtiet ta' gvernijiet u lanqas ta' uffiċjali għolja, jagħti potenzjal biex il-parlamentari, fuq responsabbilta' personali tagħhom, jitkellmu u jgħidu dak li jħossu f'dan il-proġett ta' għaqda, ta' tnissil ta' iktar sigurta', ta' iktar stabbilta' u ta' iktar prosperita' f'dan ir-reġjun li hu mifni bil-problemi.", "Aħna dejjem emminna - naħseb li hawn qed nitkellem għaż-żewġ naħat tal- Kamra - li jekk kemm-il darba ma jkunx hemm dan it-tqarrib biex nitkellmu iktar flimkien, biex nifhmu aktar wieħed lill-ieħor, biex ikun hemm il- kuntatt personali bejn parlamentari minn pajjiż tan-naħa ta' fuq ta' l- Afrika ma' pajjiżi fl-Ewropa, mingħajr preġudizzji, mingħajr ma xi ħadd jaħseb li hu iktar superjuri għall-ieħor, mingħajr ma xi ħadd jaħseb li għandu jlibbes lill-ieħor is-sistemi tiegħu, mingħajr ma' xi ħadd jaħseb li għandu ċ-ċavetta iktar tajba għas-soluzzjoni tal-problemi soċjali u ekonomiċi milli għandu l-ieħor, fi kliem ieħor f'rispett reċiproku lejn is- sitwazzjoni u l-pożizzjoni ta' kull naħa ...", "Għandu jkun hemm dan it-tip ta' diskors u dawk it-tip ta' laqgħat, kemm uffiċjalment fis-seduta, jiġifieri f'diskorsi uffiċjali, u anke fil-laqgħat iktar importanti li jsiru barra mis-sala fejn għandek il-possibbilta' li jiltaqgħu l- parlamentari flimkien.", "Kienet ħasra li pajjiżi bħas-Sirja u l-Libanu żammew lura - f'dan il-każ jien informat li kienet għal raġuni ġusta - milli jattendu għal din il- laqgħa.", "Jien nawgura li f'laqgħa oħra, li probabbilment se ssir fil- Marokk, ikunu qegħdin hemmhekk ħalli anke huma jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Li kien pożittiv ħafna f'din il-laqgħa - wieħed anke jħoss kif tirrifletti ruħa t-tibdil fis-sitwazzjoni fil-Mediterran - kien proprju li fil-ġranet meta ttieħdet deċiżjoni ta' ftehim - ħalli nsejħulu hekk, għax l-ewwel irridu narawh jitwettaq - li sar ġewwa l-Amerka, 'l hekk imsejjaħ Wye River peace agreement bejn l-Israel u l-PLO, kien anke rifless f'din il-forum parlamentari fejn kemm parlamentari Palestinjani kif ukoll Iżraeljani waslu biex flimkien jagħmlu joint motion biex titressaq quddiem dan il-forum parlamentari.", "Jiġifieri anke hemmhekk fl-ewwel seduta bdejna nħossu kif jistgħu jiġu ttrasformati jew riflessi dawn it-tipi ta' żviluppi li jistgħu jsiru.", "Mr Speaker, ovvjament din għadha l-ewwel laqgħa u m'hemmx dubju li issa wieħed irid imur iktar 'il quddiem.", "Wieħed irid jara kif se jiġu fformolati l-proċeduri u kif se jimxi dan il-parlament, jiġifieri jekk għandux jimxi b'consensus, illi kull ma jkun hemm irid jgħaddi minn kulħadd - per eżempju, f'din il-laqgħa ta' Brussels, kellna lit-Turkija li oġġezzjonat li l-kwestjoni ta' Ċipru tidħol fir-riżoluzzjoni finali; u fil- fatt din baqgħet ma ssemmitx - u allura hemmhekk wieħed irid jiddeċiedi jekk nagħmlux dan b'consensus jew inkella b'mezzi oħra.", "Pero' x'inhi s- sustanza ta' dan kollu?", "Is-sustanza hija li jekk kemm-il darba dan il- forum jibda jiltaqa' fuq bażi regolari, kif huwa intiż li jsir - jiena nawgura li 'l quddiem ikollu anke s-sedja tiegħu f'xi post u b'wishful thinking ngħid li j'Alla jkun f'Malta - ikollu bażi permanenti fejn dawn jiltaqgħu lkoll flimkien, bħal fil-każ tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Mr Speaker, dalwaqt nagħlaq id-diskors tiegħi għax irrid inħalli ftit minuti għad-dispożizzjoni tal-kollega tiegħi.", "Meta wieħed kien qed jitkellem fuq dan il-forum, kien hemm aspettattiva u approach differenti lejn kif jidhru l-affarijiet.", "Qed ngħid dan b'mod partikolari minħabba li qamet il-kwestjoni tat-tkabbir, jiġifieri jekk għandhomx jinkludu aktar pajjiżi f'dan il-proċess, u din qamet ukoll hawn Malta.", "Pero' aħna konna għidnielhom biex nistennew sakemm issir l-ewwel laqgħa għax kieku ma konniex naslu għaliha.", "Fil-fatt, bħalma jafu l-kollegi tiegħi li kienu hemmhekk, dwar il-kwestjoni biex wieħed ikabbar sabiex jidħlu pajjiżi - apparti l-Mauritania, li diġa' kienet qiegħda osservatur - bħal-Libja, li nafu li għadha fil-problemi, kien hemm diskussjoni interessanti ħafna, anke fil-formolazzjoni tad-dikjarazzjoni finali, fejn wieħed kien qiegħed jiżen u anke kien hemm rappreżentant bħala osservatur tal-Libja f'dan il-forum parlamentari.", "Għalija huwa sinikattiv ħafna li min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, li sal-lum dejjem żammet kemm jista' jkun 'il bogħod għax m'hemmx konnessjonijiet mal-Libja, ikun hemm rappreżentant li jkun qiegħed hemmhekk u jagħti l-kummenti tiegħu.", "F'kummenti li ta lil ċerti aġenziji dan ir- rappreżentant qal li dan huwa breakthrough.", "Huwa importanti li anke l- kwestjoni tal-Libja ġiet diskussa b'mod miftuħ - bit-tajjeb, bil-ħażin u bil-prospetti pożittivi u negattivi li jista' jkun hemm - u huwa maħsub illi d-diskussjonijiet jitkomplew ħalli l-proċess Ewro-Mediterranju jinfetaħ għal pajjiżi mhux biss bħal-Libja imma anke għal pajjiżi oħra - bħalma hija l-Kroazja - li qegħdin anke fil-Mediterran u li għandhom anke interess li jkunu hemmhekk.", "Sur President, jien li rrid ngħid huwa li dan huwa żvilupp pożittiv ħafna.", "Jien konvint li aħna bħala pajjiż - mhux bħala oppożizzjoni jew bħala gvern - se nkomplu nsegwu dan il-proċess għax minnu ma joħroġx ħlief ġid.", "Dan jista' jkun ukoll ir-riżultat tat-tlaqqigħ l-opinjonijiet u anke tal-fatt illi inti mhux qed titkellem biss through xi ħaddieħor imma qiegħed tiltaqa' face to face u tiddiskuti l-problemi.", "Dan huwa l-ispirtu ta' dak li aħna dejjem tkellimna fuqu, ta' dik li hija cooperative security, jiġifieri s-sigurta', l-istabilita' u l-paċi li tista' tiġi minn meta l-popli mhux jinżammu 'l bogħod, mhux jiġu maqsumin, mhux ma jingħatawx ċans jitkellmu flimkien, mhux jitkellmu permezz ta' l-aġenziji ta' l-aħbarijiet li għandhom l-interessi tagħhom imma jitkellmu direttament fuq livell ta' parlamentari li huma nies li jafu iktar x'inhuma l- bżonnijiet tal-popli li qed jirrappreżentaw, jafu iktar jinterpretaw x'qed iħoss il-poplu u kif il-poplu qiegħed iħoss li dak il-proċess Ewro- Mediterranju - li nitkellmu ħafna fuqu b'ismijiet kbar u proġetti kbar - qed jolqot the man in the street, kif il-poplu, iċ-ċittadin iż-żgħir qiegħed jintlaqat għax dak jirrapporta lill-Membri tal-Parlament tiegħu li mbagħad imur hemmhekk biex jiddiskuti x'irid isir ħalli dan il-proċess isir dejjem aħjar.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nirringrazzja lil sieħbi li kkonċedili ħames minuti għax f'dan l-Aġġornament mhux suppost kelli nitkellem imma l-ħsieb kien li nagħmel xi kjarifika fuq ir-rapport ta' l- Awditur Ġenerali dwar il-ministeru tal-ġustizzja u kunsilli lokali li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-28 t'Ottubru ta' din is-sena.", "Il-kjarifikazzjonijiet huma importanti għax ovvjament il-media, speċjalment dik Nazzjonalista, tipprova żżejjen minn hawn u minn hemm mingħajr lanqas id-diċenza li tanalizza jew tasal għall-konklużjonijiet ta' l-istess rapport, li effettivament kien jikkonċerna investigazzjoni li segwiet minn ittra anonima u li bl-ebda mod ma jgħid li kien hemm xi irregolaritajiet jew abbuż matul iż-żmien li jien kont ministru responsabbli mill-ġustizzja u l-kunsilli lokali.", "L-ewwel punt li rrid nikkjarifika, għax ma kienx ikkjarifikat fir- rapport, huwa illi meta l-Prim Ministru - dak iż-żmien l-Onor.", "Alfred Sant - kien irċieva din l-ittra anonima u talab il-kummenti tiegħi, filwaqt li ovvjament innegajt dak li kien hemm fl-ittra, tlabtu biex iqabbad lill- Awditur Ġenerali ħalli jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu.", "Jiġifieri kont jien li tlabt lill-Prim Ministru biex iqabbad lill-Awditur Ġenerali jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu.", "Mr Speaker, it-tieni nett irrid nikkonferma li matul l-1997, jiġifieri matul il-perijodu li kont ministru jien, ix-xogħol amministrattiv, partikolarment fejn jidħlu ħaddiema u proċeduri ta' flus, kienu kollha countersigned u mgħoddija minn taħt idejn il-permanent secretary u d- direttur tal-corporate services - dan jistgħu jikkonfermawh huma stess - jiġifieri r-regolamenti finanzjarji kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħhom u jien bl-ebda mod ma kont nindaħal fihom.", "Dik hi l-proċedura li dejjem kont nimxi biha.", "Mr Speaker, ġie allegat ukoll li kien qed isir użu eċċessiv mill-karozzi tas-segretarjat imma fil-fatt mill-istess rapport jirriżulta li kulma kellu s-segretarjat kienu erba' karozzi, jiġifieri ħafna inqas milli kellu s- segretarjat preċedenti ta' l-1995 u ta' l-1996.", "Għar-rigward tal-hospitality vote ikun tajjeb jekk wieħed jippreċiża li meta f'Diċembru ta' l-1996, jiġifieri ftit ġimgħat wara li tlajna aħna, kienu qed jiġu ċċelebrati l-okkażjonijiet tal-Milied, kien sar il-party ta' Sant'Ivo, bħalma kien sar is-sena ta' qabel, u kienet saret ukoll reception għall-ħaddiema kollha tad-dipartimenti kollha tal-ministeru ġewwa Dar il- Mediterran.", "Fil-fatt irriżulta li dawn iż-żewġ receptions kienu laħħqu spiża konsiderevoli u għalhekk jien kont għidtilhom immedjatament biex għall-1997 dawn ir-receptions ma jsirux għax, għalkemm fihom infushom huma tajbin u huma okkażjonijiet sbieħ, iċ-ċirkostanzi ma kenux jippermettu dan l-infiq ta' flus.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li peress li fl-1997 ma żammejniex il-konswetudini tas-snin ta' qabel, in-nefqa fuq ir-receptions li tant issemmew ġiet tammonta għal Lm7,000 inqas mill-1996 .", "Issemma wkoll li jien kont bdilt il-karozza tal-ministeru.", "Fil-fatt ta' min isemmi li l-karozza nbidlet mingħajr ma l-ministeru ħareġ sold, u naturalment dan sar bil-proċeduri esegwiti u bl-approval tal-ministeru tal- finanzi.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll illi l-karozza nbidlet minn waħda petrol għal waħda diesel biex il-konsum tal-fuel jonqos u jkun iktar ikkontrollat.", "Ħaġa oħra li ssemmiet kienet li kien hemm tnejn min-nies li tħallsu ta' l- overtime.", "Ovvjament dawn kien ħaqqhom jitħallsu ta' l-overtime għax fil- fatt dawn ħadmu overtime, u dan l-overtime kien isir anke fl-1995 u fl- 1996.", "Ir-raġuni għaliex kien jingħata dan l-overtime kienet li fil-post fejn kien sitwat il-ministeru kien hemm problema ta' security u allura naturalment inħass il-bżonn ta' security matul il-lejl.", "Pero' hawnhekk irrid niċċara punt għax mhux it-tnejn min-nies li ssemmew fir rapport biss kienu jagħmlu l-overtime imma kienu jagħmluh madwar 12-il ruħ oħra li kienu jaħdmu b'roster.", "Jiġifieri l-overtime kien mifrux u l-fatt li fir-rapport issemmew biss tnejn min-nies juri l-intenzjoni ħażina ta' min kiteb din l- ittra anonima.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li mill- aspetti l-oħra tar-rapport joħroġ ċar li l-proċeduri esegwiti mid-direttur tal-corporate services u minn kull min kien involut kienu proċeduri stabiliti u għalhekk l-allegazzjonijiet mimlija odjożita' li ġew imsemmija fl-ittra anonima bl-ebda mod m'huma fondati.", "Dan ikkonfermah l-istess rapport ta' l-Awditur.", "Fl-aħħarnett irrid ngħid li fir-rapport tiegħu l-Awditur għamel ċerti rakkmandazzjonijiet, pero' dawn ir-rakkmandazzjonijiet kienu applikabbli proċeduralment għall-ministeri kollha.", "Sur President, iddeċidejt li nagħmel dawn il-kjarifikazzjonijiet għax inħoss li huwa tajjeb li affarijiet bħal dawn jiġu ċċarati f'din il-Kamra ħalli jiġu rrapportati b'mod ċar ukoll.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 4 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Gonzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTARIJIET - OPERAZZJONIJIET", "32.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li fil-preżent qegħdin fil- waiting list sabiex jagħmlu xi operazzjonijiet mediċi fl-isptarijiet ta' l- Istat f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hix policy tad-dipartiment li jpoġġi tfal li għandhom bżonn operazzjoni fuq il-waiting list.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ghandu diffikulta' dwar xi każ partikolari, nitolbu jgħaddi l-informazzjoni b'mod konfidenzjali ħalli nkun nista' nagħmel l-aċċertamenti meħtieġa.", "SKEJJEL - STUDENTI", "33.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li qed jattendu trade schools?", "Kemm huwa n-numru ta' bniet u subien f'kull skola?", "Kemm huwa n-numru ta' għalliema f'kull skola u kemm minn dawn huma fuq bażi ta' kuntratt ta' xogħol definit jew indefinit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - TRASPORT", "34.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati problemi fuq it-trasport pubbliku mill-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat fis-sena skolastika 1998/99?", "Mil-liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex ġejjin dawn l-ilmenti u x'miżuri ttieħdu sabiex dawn jiġu rimedjati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li kien hemm 25 ilment mill-ġenituri tat- tfal li jattendu l-iskejjel taż-Żejtun, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Żurrieq, il- belt Valletta, il-Manikata u Birkirkara.", "Bosta lmenti saru minħabba li x- xufiera nvoluti fit-trasport tat-tfal sabu diffikulta' biex jidraw il-pick up points il-ġodda.", "Kull każ kien rimedjat għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.", "SKEJJEL - TFAL B'DIŻABILITA'", "35.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li jbatu minn diżabilita' u li qed jattendu fl-iskejjel governattivi?", "Jista' l-Ministru jelabora l-informazzjoni fuq il-kategorija differenti ta' l-iskejjel ċioe' primarja, bniet u subien eċċ. eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li tfal b'diżabilita' li qed jattendu fil- mainstream ta' l-iskejjel governattivi primarji, sekondarji/trade huma:", "Kindergarten Primarji", "Subien Bniet Total Subien Bniet Total 42 19 61 217 113 330", "Sekondarji/Trade", "Subien Bniet Total 28 28 56", "Skejjel Specjali Subien Bniet Total", "Santa Marija Day, Msida 36 9 45 Guardian Angel, Qormi 56 32 88 San Miguel, St Andrews 32 11 43 Dun Manuel Attard, Wardija 48 16 64 Mater Dei, Msida 19 -- 19 Special Unit, Sannat, Gozo 11 3 14 Special School, Qrendi 15 11 26", "In-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel Post Sekondarji, u li għandhom diżabilita' huwa:", "ġuvintur 2 tfajliet 2", "PULIZIJA - KAŻ TA' QTIL", "36.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każi ta' qtil u attentati ta' qtil li l-pulizija ressqet u/jew qed tressaq quddiem il-qrati fil-mument?", "Kemm kienu l-każijiet mressqa ta' din in-natura matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u kemm minn dawn il-każijiet ġew trattati u finalizzati fil-Qrati tagħna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "84.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Universita' għas-sena akkademika 1998/99?", "Mil-liema raħal jew belt ġejjin dawn l-istudenti f'kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti li daħlu l-Universita' għas-sena akkademika 1998/99 huwa 2550.", "L-informazzjoni dwar in-numru ta' studenti minn kull belt jew raħal li daħlu f'kull kors tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "OPM - DIRETTURI", "85.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi ma ngħatat ebda ħatra ta' direttur fid-dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn.", "MINISTERU GĦAL POLITIKA SOĊJALI - DIRETTURI", "86.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterju ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nippresumi li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall- ħatra ta' direttrui jew ta' dipartimenti tal-Gvern jew ta' bordijiet ta' kumpaniji li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma.", "Irrid ngħid li, fiż-żewġ każijiet, fejn għandu x'jaqsam il-Ministeru għall-Politika Soċjali ma kien hemm l-ebda ħatra ta' dan it-tip.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - DIRETTURI", "87.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nħatar ebda Direttur fid-dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru, 'l hawn.", "MINISTERU TAL-FINANZI - DIRETTURI", "88.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-5 ta` Settembru, 'il hawn ma nħatar ebda direttur fid-dekasteru tiegħi.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - DIRETTURI", "89.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma kien hemm l-ebda ħatra ta' direttur fid- dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn.", "DIPARTIMENTI TAS-SAĦĦA - SAHRA", "137.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' kemm kien hemm persuni li kellhom bejn Lm1,000 - Lm2,000; Lm2,000 - Lm3,000; Lm3,000 - Lm4,000; u aktar minn Lm4,000 overtime fl-1996 u fl-1997 fid-dipartimenti kollha tas-saħħa?", "X'kien il- grad f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fuq id-dokument anness.", "OVERTIME IRO 1996", "MINISTRY OF HEALTH", "|GRADE |LM |LM |LM | | |1000-20|2000-30|3000-40| | |00 |00 |00 | |Pharm. |1 | | | |Tech. | | | | |Sen. |1 | | | |Pharm. | | | | |Tech. | | | | |Handyman | |1 | |", "CARE OF THE ELDERLY", "|GRADE |LM |LM |LM | | |1000-20|2000-30|3000-40| | |00 |00 |00 | |Tradesman |1 | | | |Sen. |1 | | | |Tradesman | | | | |Technical |1 | | | |Officer | | | | |Drainage |1 | | | |Worker | | | | |E.N. |1 | | | |Cook |1 | | | |Health | | |1 | |Asst. | | | |", "PUBLIC HEALTH", "|GRADE |LM |LM |LM | | |1000-20|2000-30|3000-40| | |00 |00 |00 | |Prin. |1 | | | |Hlth. | | | | |Insp. | | | | |Supervisor|1 | | | |Sen. Hlth |1 | | | |Insp. | | | | |E.N. Sc. | | |1 | |11 | | | |", "HEAD OFFICE", "|GRADE |LM |LM |LM | | |1000-20|2000-3000|3000-400| | |00 | |0 | |Prin. |1 | | | |Pysio. | | | | |Princip|1 | | | |al | | | |", "BOFFA HOSPITAL", "|GRADE|LM |LM |LM |LM | | |1000|200-30|3000-40|5000-Ov| | |-200|00 |00 |er | | |0 | | | | |E.N. |4 |3 |1 |1 | |Cas. |1 | | | | |Radgp| | | | | |hr. | | | | |", "MOUNT CARMEL HOSPITAL", "|GRADE |LM |LM |LM |LM | | |1000-2|2000|3000|4000| | |000 |-300|-400|-Ove| | | |0 |0 |r | |Deputy |2 |2 | | | |N.O. | | | | | |Nurs. |3 |3 | | | |Officer | | | | | |S.N. |4 | | | | |S.N. (on |1 | | | | |contract) | | | | | |E.N. |42 |57 | | | |Hlth |28 |1 | | | |Assists. | | | | | |Hosp.", "Aux.|11 | | | | |Supervisor|2 |1 | | | |Tech. | |1 | | | |Officers | | | | | |Sen. Tech.|1 | | | | |Tradesman |1 | | | | |Sen. |4 | | | | |Tradesman | | | | | |P.M. & |1 | | | | |Mort. | | | | | |M.T.D. |1 | | | | |Gen. Hand |1 | | | | |Tailor | |1 | | |", "ST.", "LUKE'S HOSPITAL", "|GRADE |LM |LM |LM |LM | | |1000|2000|3000|4000-Ove| | |-200|-300|-400|r | | |0 |0 |0 | | |E.C.G. |12 |1 | | | |Techs. | | | | | |Radiogra|2 | | | | |phers | | | | | |Lab. |9 |4 | | | |Techs. | | | | | |Clerical|4 |5 | | | |Staff |49 |14 |1 |1 | |Nurse | | | | | |Enrolled|41 |10 | | | |Nurse | | | | | |Health |41 |3 | | | |Asst. | | | | | |Hosp. |6 |1 | | | |Aux. | | | | | |Maintena|11 |3 | | | |nce | | | | | |N/Phy. |1 | | | | |Tech. | | | | |", "PRIMARY HEALTH CARE", "|GRADE |LM |LM |LM |LM | | |1000-|2000|3000|4000-Ove| | |2000 |-300|-400|r | | | |0 |0 | | |Sen. |1 | | | | |Principa| | | | | |l | | | | | |Hosp. |1 | | | | |Aux. | | | | | |S.N. Sc.|1 | | | | |10 | | | | | |E.N. Sc.|1 | | | | |13 | | | | | |S.N. Sc.| |1 | | | |10 | | | | | |E.N. Sc | |1 | | | |12 | | | | |", "OVERTIME IRO 1997", "MINISTRY OF HEALTH", "|GRADE |LM |LM |LM | | |1000-20|2000-30|3000-400| | |00 |00 |0 | |Clerk |1 | | | |Exec. |2 | | | |officer| | | | |Assist.|1 | | | |Princ | | | |", "CARE OF THE ELDERLY", "|GRADE |LM |LM |LM | | |100-2000|2000-300|3000-4| | | |0 |000 | |Cook |1 | | | |Cook | |1 | |", "PUBLIC HEALTH", "|GRADE |LM |LM |LM | | |1000|2000-|3000-4000| | |-200|3000 | | | |0 | | | |Prin.", "Hlth.|1 | | | |Insp. | | | | |Assist. |1 | | | |Prin.", "Hlth | | | | |Insp. | | | | |E.N. Sc.11 |1 | | | |E.N. Sc.11 |1 | | | |E.N.Sc.11 |1 | | |", "HEAD OFFICE", "|GRADE |LM |LM |LM | | |1000-2|2000-3|3000-4| | |000 |000 |000 | |Dep.", "Nurs. |1 | | | |Off. | | | | |Clerk |1 | | | |Off. i/c |1 | | | |Minor Staff| | | | |M.T.D. |1 | | |", "BOFFA HOSPITAL", "|GRADE |LM |LM |LM |LM | | |1000|2000|3000-4|5000-O| | |-200|-300|000 |ver | | |0 |0 | | | |E.N. |2 |5 |1 | | |Cas. |1 | | | | |Radiogra| | | | | |pher | | | | | |Prin. | | | |1 | |Radiogra| | | | | |pher | | | | | |Assist. | | | |1 | |Prin. | | | | | |Radgrph.| | | | |", "MOUNT CARMEL HOSPITAL", "|GRADE |LM |LM |LM |LM | | |1000-2|2000-3|3000-4|4000| | |000 |000 |000 |-Ove| | | | | |r | |Sen. | |1 | | | |Princip| | | | | |al | | | | | |Deputy |4 |2 |1 | | |N.O. | | | | | |Nurs. |5 |1 |2 | | |Officer| | | | | |S.N. |5 |1 |1 | | |S.N. |1 | | | | |(on | | | | | |contrac| | | | | |t) | | | | | |E.N. |34 |67 |15 | | |Health |29 |13 |3 | | |Assts. | | | | | |Hosp. |7 |4 |2 | | |Aux. | | | | | |Supervi|2 | | | | |sor | | | | | |Tech. |1 | | | | |Officer| | | | | |s | | | | | |Sen. |1 |1 | | | |Tech. | | | | | |Tradesm| |1 | | | |an | | | | | |Sen. |7 | |1 |1 | |Tradesm| | | | | |an | | | | | |M.T,D. | |1 | | | |Gen. | | |1 | | |Hand | | | | | |Seamstr|1 | | | | |ess | | | | | |Foremen|1 | | | | |Cook |2 | | | |", "ST.", "LUKE'S HOSPITAL", "|GRADE |LM |LM |LM |LM | | |1000|2000|3000-|4000-| | |-200|-300|4000 |Over | | |0 |0 | | | |ECG |8 |6 | | | |Techs. | | | | | |Radiograp|10 |2 | | | |hers | | | | | |Lab |71 |1 |1 | | |Techs. | | | | | |Clerical |5 |1 |1 | | |Staff |55 |12 |3 |1 | |Nurse | | | | | |Enrolled |44 |19 |2 |1 | |Nurse | | | | | |Health |51 |8 |1 | | |Assts. | | | | | |Hosp. |21 |2 | | | |Aux. | | | | | |Maintenan|27 |8 |1 |1 | |ce | | | | | |Physios |1 | | | | |HSO |2 | | | | |Foreigner|5 |2 | | | |s | | | | |", "PRIMARY HEALTH CARE", "|GRADE |LM |LM |LM |LM | | |1000|2000|3000-|4000-O| | |-200|-300|4000 |ver | | |0 |0 | | | |S.N.Sc.1|1 | | | | |0 | | | | | |Health |3 | | | | |Asst. | | | | | |E.N.Sc.1| | |1 | | |2 | | | | | |E.N.Sc.1| | | |1 | |3 | | | | |", "SAĦĦA - PAGERS", "138.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Mis-6 ta' Settembru, 1998 jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk il-persuni fis- segretarjat, ministeri u dipartimenti kif ukoll barra mid-dipartimenti li ngħataw il-faċilita' ta' pagers mikrija jew mixtrija fuq id-Dipartiment tas- Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' persuni li ngħataw il-faċilita' tal- pager mis-6 ta' Settembru, 1998 kienu maqsumin hekk:", "|Ministru |2 | |Dipartiment-Head |2 | |Office | | |Dipartiment-Sptarijiet|9 |", "Ma jidhirlix li għandi nagħti dettalji ta' ismijiet għaliex in-numru tal- pager jista' jiġi ddentifikat.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - BORD TAT-TMEXXIJA - MEMBRI", "139.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-iSptar Zammit Clapp?", "X'inhi r-remunerazzjoni tagħhom?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Barra r-remunerazzjoni,każ każ humiex intitolati għal benefiċċji oħra bħal karozzi, mobile, ħlas personali tat-telefon eċċ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-membri tal-kumitat (mhux bord) ta' tmexxija ta' l- Isptar Zammit Clapp huma:", "|Isem |Grad | |Profs.", "Frederick |Chairman| |Fenech | | |Mr. Emmanuel Micallef|Membru | |Dr. Anthony Fiorini |Membru | |Ms. Nicholina |Membru | |Farrugia | | |Mr. Joseph Micallef |Membru | |Mr. Saviour Sciberras|Membru | |Mr. Emanuel Attard |Membru |", "Ir-rimunerazzjoni tal-Kumitat ma nbidlitx u għadha l-istess ta' meta l- Onor. Interpellant kien Ministru.", "Membri tas-segretarjat tal-ministeru ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni minkejja li fil-kumitat preċedenti kien hemm żewġ membri li kienu qed jircievu Lm1,000 kull wiehed.", "Dan minkejja li kienu membri tas-segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja u tas-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall- Kura ta' l-Anzjani.", "Dan il-ħlas kien imur kontra ċ-ċirkolari maħruġa mill- uffiċċju tal-Prim Ministru fit-3 ta' Novembru, 1997 li kienet tgħid li l- ebda membru ta' segretarjat ma jista' jieħu onorarja għal xogħol li jagħmel bħala membru f'bord jew kumitat.", "Il-Kumitat tat-tmexxija huma ntitolati għal remunerazzjoni biss.", "OBSTETRIJA/ĠINEKOLOĠIJA - MOBILE ULTRA SOUND MACHINE", "140.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk il-mobile ultra sound machine fid-Dipartiment ta' l-Obstetrija u Ġinekoloġija kienx bil-ħsara din il-ġimgħa?", "Kemm ilu?", "X'azzjoni qed tittieħed biex isir l-ultra sound lill-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma illi fil-Labour Ward ta' l-Isptar San Luqa hemm mobile ultra sound machine li ilha bil-ħsara dawn l-aħħar erba' snin.", "Qed jiġi evalwat jekk fil-fatt ikunx cost-effective li tissewwa, minħabba problemi ta' spare parts.", "Meta jkun meħtieg ultra sound urġenti tinfetaħ il-main ultra sound unit li tinsab 25 metru 'l boghod mill-Labour Ward u jintużaw il-makni aktar moderni li hemm hemmhekk.", "SAĦĦA - UFFIĊJALI", "141.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' ċaqlieq uffiċjali u mhux uffiċjali li sar fid- Dipartiment tas-Saħħa jew mid-Dipartiment tas-Saħħa għal dipartimenti oħra, jew minn dipartmenti oħra għal Dipartiment tas-Saħħa, mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' ċaqlieq li sar fid-Diviżjoni tas- Saħħa jew mid-Diviżjoni tas-Saħħa għal dipartimenti oħra jew minn dipartimenti oħra għad-Diviżjoni tas-Saħħa mis-6 ta' Settembru sal-lum huwa ta' 44.", "Qed nehmez lista bid-dettalji taghhom.", "LIST OF TRANSFERS FROM 5/9/98", "|NAME |GRADE|FROM |TO |DATE | | | | | |OF | | | | | |TRANS| | | | | |FER | |XUEREB|PRINC|HEALTH |SLH |25.09| |GODFRE|IPAL |PROMOTI|(DIAB|.98 | |Y |SCIEN|ON UNIT|ETES | | |290162|TIFIC| |CLINI| | |M |OFFIC| |C) | | | |ER | | | | |CAUCHI|CLERK|HEALTH |DEPT.|28.09| |IVAN | |DIVISIO|OF |.98 | |16668G| |N |SOCIA| | | | |(HEAD |L | | | | |OFFICE)|POLIC| | | | | |Y | | |MERCIE|CLERK|HEALTH |DEPT.|28.09| |CA | |DIVISIO|OF |.98 | |GEORGE| |N |SOCIA| | |56762G| |(HEAD |L | | | | |OFFICE)|POLIC| | | | | |Y | | |CARDON|WARD |MHI'S |PEST |05.10| |A JOE |CLERI|OFFICE |CONTR|.98 | |656257|CAL | |OL | | |M |ASSIS| |SECTI| | | |TANT | |ON | | | | | |(LUQA| | | | | |) | | |BARTOL|ASST.|SLH - |SLH |06.10| |O JOHN|TECHN|ELECTRO|- |.98 | |MARY |ICAL |NIC |MED. | | |228464|OFFIC|VENTILA|ELECT| | |M |ER |TORS |RONIC| | | | |SECTION|LABOR| | | | |(EXCLUD|ATORY| | | | |ING |(MONI| | | | |RENAL |TORIN| | | | |UNIT) |G | | | | | |SECTI| | | | | |ON) | | |GRIMA |HOSPI|SLH |SLH |06.10| |LEONAR|TAL |(GYNAE |(INCI|.98 | |D |AUXIL|WARD) |NERAT| | |342051|IARY | |OR | | |M | | |SECTI| | | | | |ON) | | |KITCHE|TECHN|TRANSPO|MCH |06.10| |R |ICAL |RT | |.98 | |HENRY |OFFIC|SECTION| | | |955148|ER | | | | |M | | | | | |FRENDO|AUXIL|TRANSPO|PRIMA|13.10| |CUMBO |IARY |RT |RY |.98 | |PAUL |WORKE|SECTION|HEALT| | |284265|R | |H | | |M | | |CARE | | |SALIBA|NURSI|SLH |HEAD |13.10| |EMANUE|NG | |OFFIC|.98 | |L |OFFIC| |E | | |7162M |ER | |(DIRE| | | | | |CTOR | | | | | |NURSI| | | | | |NG | | | | | |SERVI| | | | | |CES) | | |SALIBA|HOSPI|MCH |BOFFA|13.10| |JOSEPH|TAL | |HOSPI|.98 | |452063|AUXIL| |TAL | | |M |IARY | | | | |FARRUG|TECHN|PRIMARY|SLH |13.10| |IA |ICAL |HEALTH |(WORK|.98 | |ALFRED|OFFIC|CARE |SHOP | | |309438|ER | |- | | |M | | |MECHA| | | | | |NICAL| | | | | |) | | |ABDILL|HOSPI|SLH |SLH |13.10| |A |TAL |(PHARMA|(WS2)|.98 | |ANTONI|AUXIL|CY) | | | |A |IARY | | | | |993347| | | | | |M | | | | | |SALIBA|HOSPI|SLH |SLH |13.10| |JOSEPH|TAL |(WS2) |(TELE|.98 | |INE |AUXIL| |PHONE| | |636547|IARY | |OPERA| | |M | | |TOR | | | | | |DUTIE| | | | | |S) | | |BORG |CLERK|HEALTH |SLH |14.10| |MICHAE| |PROMOTI|(PATH|.98 | |L | |ON |OLOGY| | |576078| |DEPT. |DEPT)| | |4M | | | | | |BRINCA|ENROL|SLH |SLH |19.10| |T |LED |(MOT) |(GYNA|.98 | |ISABEL|NURSE| |E | | |LE | | |WARD)| | |575856| | | | | |M | | | | | |GORAS |ENROL|SLH |SLH |19.10| |BOGUSL|LED |(GYNAE |(MOT)|.98 | |AWA |NURSE|WARD) | | | |P.P. | | | | | |NO: AA| | | | | |015251| | | | | |0 | | | | | |CALLUS|PRINC|SLH |MCH |19.10| |LINO |IPAL |(MAIN | |.98 | |3544M | |STORES)| | | |CORTIS|STAFF|MCH |SLH |19.10| |CHARMA|NURSE| |(O/PA|.98 | |INE | | |TIENT| | |104269| | |S | | |M | | |DEPT)| | |BORG |ASST.|SLH |MCH |19.10| |MICHAE|TECHN|(SECURI|(TRAN|.98 | |L |ICAL |TY |SPORT| | |196252|OFFIC|SECTION|SECTI| | |M |WE |) |ON - | | | | | |DDO | | | | | |ROSTE| | | | | |R) | | |MUSCAT|PRINC|MAJJIST|ST |19.10| |CARMEL|IPAL |RAL |PAUL'|.98 | |O |HEALT|REGIONA|S BAY| | |580044|H |L |REGIO| | |M |INSPE|OFFICE |NAL | | | |CTOR |- MSIDA|OFFIC| | | | | |E | | |MICALL|PRINC|MHI'S |MAJIS|19.10| |EF |IPAL |OFFICE |TRAL |.98 | |HORACE|HEALT| |REGIO| | |829247|H | |NAL | | |M |INSPE| |OFFIC| | | |CTOR | |E - | | | | | |MSIDA| | |CAUCHI|ASST.|MSIDA |ST |19.10| |CLIFFO|PRINC|REGIONA|PAUL'|.98 | |RD |IPAL |L |S BAY| | |727857|HEALT|OFFICE |REGIO| | |M |H | |NAL | | | |INSPE| |OFFIC| | | |CTOR | |E | | |BUTTIG|CLERK|MSIDA |ST |19.10| |IEG | |REGIONA|PAUL'|.98 | |KAREN | |L |S BAY| | |348974| |OFFICE |REGIO| | |M | | |NAL | | | | | |OFFIC| | | | | |E | | |BARTOL|HOSPI|MAJJIST|ST |19.10| |O |TAL |RAL |PAUL'|.98 | |MOSES |AUXIL|REGIONA|S BAY| | |197862|IARY |L |REGIO| | |M | |OFFICE |NAL | | | | |- MSIDA|OFFIC| | | | | |E | | |PACE |PRINC|SLH |XLOKK|19.10| |PAUL |IPAL |(O I/C |REGIO|.98 | |318846|HEALT|HOSPITA|N | | |1M |H |LS) | | | | |INSPE| | | | | |CTOR | | | | |DESIRA|PRINC|XLOKK |SLH |19.10| |TANIA |IPAL |REGION |(OFFI|.98 | |529258|HEALT| |CER | | |M |H | |I/C | | | |INSPE| |HOSPI| | | |CTOR | |TALS)| | |ATTARD|PRINC|GOZO |PORT |19.10| |KINGSW|IPAL |REGIONA|HEALT|.98 | |ELL |HEALT|L |H | | |JOHN |H |OFFICE |SERVI| | |737957|INSPE| |CES | | |M |CTOR | | | | |FARRUG|PRINC|FOOD |HEAD |19.10| |IA |IPAL |SAFETY |OFFIC|.98 | |FRANK |HEALT|BRANCH |E | | |176250|H | |(MHI'| | |M |INSPE| |S | | | |CTOR | |OFFIC| | | | | |E) | | |AGIUS |SENIO|B'BUGIA|XLOKK|19.10| |GRAZIO|R |HEALTH |REGIO|.98 | |156749|HEALT|OFFICE |N | | |M |H | | | | | |INSPE| | | | | |CTOR | | | | |ZAMMIT|SENIO|NAXXAR |MAJJI|19.10| |CARMEL|R |HEATH |STRAL|.98 | |O |HEALT|OFFICE |RETGI| | |376848|H | |ONAL | | |M |INSPE| |OFFIC| | | |CTOR | |E - | | | | | |MSIDA| | |CAMILL|SENIO|FOOD |SVPR/|19.10| |ERI |R |SAFETY |MCH |.98 | |MARIO |HEALT|BRANCH |(MAIN| | |633757|H | |KITCH| | |M |INSPE| |ENS) | | | |CTOR | | | | |CARUAN|GENER|MINISTR|SLH |20.10| |A |AL |Y OF |(PATH|.98 | |VICTOR|HAND |HEALTH |OLOGY| | |316267| |(PERM. |DEPT | | |M | |SEC. |WITH | | | | |OFFICE)|DR | | | | | |DEGUA| | | | | |RA) | | |BONELL|CLERK|HEAD |SLH |20.10| |O | |OFFICE |(PATH|.98 | |KAREN | |(REGIST|OLOGY| | |182376| |RY) |DEPT)| | |M | | | | | |SPITER|HOSPI|SVPR |BOFFA|20.10| |I |TAL | | |.98 | |DOMINI|AUXIL| | | | |C |IARY | | | | |153066| | | | | |M | | | | | |DEBATT|STAFF|SLH |SLH |23.10| |ISTA |NURSE|(ITU) |(RENA|.98 | |PAULIN| | |L | | |E | | |UNIT)| | |427364| | | | | |M | | | | | |FALZON|STAFF|SLH |SLH |23.10| |NICHOL|NURSE|(RENAL |(ITU)|.98 | |AS | |UNIT) | | | |226975| | | | | |M | | | | | |GELFO |STAFF|SLH |MCH |23.10| |VICTOR|NURSE| |(DAY |.98 | |459665| | |DUTY | | |M | | |ROSTE| | | | | |R) | | |BUTTIG|WARD |SLH |DRUG |23.10| |IEG |CLERI|(X-RAYS|CONTR|.98 | |LILIAN|CAL |) |OL | | |682062|ASSIS| |SECTI| | |M |TANT | |ON) | | |MUSCAT|MIDWI|SLH |SLH |27.10| |CHARMA|FE |(LABOUR|(GYNA|.98 | |INE | |WARD) |E O/P| | |504664| | |CLINI| | |M | | |C) | | |FARDEL|OPERA|GENERAL|FLORI|27.10| |L |TIVE |STORES |ANA |.98 | |ANTHON| | |H.C. | | |Y | | |(STOR| | |385149| | |ES | | |M | | |SECTI| | | | | |ON) | | |COSTA |EXECU|HEAD |HEALT|27.10| |FRANCI|TIVE |OFFICE |H |.98 | |S |OFFIC|)DISCIP|PROMO| | |492655|ER |LINE |TION | | |M | |SECTION|UNIT)| | | | |) | | | |CAMILL|CLERK|HEALTH |SLH |27.10| |ERI | |PROMOTI| |.98 | |ANTOIN| |ON UNIT| | | |ETTE | | | | | |21979G| | | | | |MALLIA|MOTOR|TRANSPO|ADDOL|27.10| |NICHOL|TRANS|RT |ORATA|.98 | |AS |PORT |SECTION|CEMET| | |94144M|DRIVE| |ERY | | | |R | |(ON | | | | | |NIGHT| | | | | |WATCH| | | | | |MAN | | | | | |DUTIE| | | | | |S) | | |CHIRCO|HEALT|HOUSE |HEALT|27.10| |P |H |OF R |H |.98 | |MARIO |ASSIS|EPRESEN|DIVIS| | |470274|TANT |TATIVES|ION | | |M | | |(MCH)| |", "UNIVERSITA' - KORS GĦAL KURA PSIKJATRIKA", "142.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk twaqqafx xi kors li huwa relatat mal- kura psikjatrika fl-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'huwiex ċar mill-mistoqsija jekk \"twaqqafx xi kors\" tfissirx li xi kors ma tkomplix jew li xi kors ġdid imbeda.", "Ma kien hemm ebda tibdiliet fid-Diploma tan-Nursing li huwa l-kors relatat mal-kura psikjatrika fl-Universita' ta' Malta.", "BIRŻEBBUĠIA - TNEĦĦIJA TA' ARBLU TAD-DAWL", "150.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Possibbli li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu passi u tneħħi l-arbli tad-dawl fi Triq l-Izbark tat-Torok kantuniera ma' Triq il-Kitarristi f'Birżebbuġia (ħdejn Garage Nru. 55)?", "Billi dan l-arblu qiegħed hemm għalxejn għax il-wires li kellu miegħu ġew trasferiti għal mal-ħitan, possibbli l-Korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tneħħieħ anki għal fatt li ilu madwar erba' snin jintalab b'mod ripetut biex l-Korporazzjoni Enemalta tneħħi dan l-arblu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-arblu msemmi fi Triq l-Iżbark tat-Torok Bireżbbuġia ġie mneħħi.", "ŻABBAR: TRIQ BIĊĊIENI, SQAQ NRU.", "3", "151.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Billi fil-maltemp li għamel fl-24 ta' Settembru, 1998 reġa' kien hemm bosta djar li għarqu bl-ilma fi Sqaq Nru. 3, Triq Biċċieni, Żabbar, possibbli li d-Dipartiment tat-Toroq jieħu azzjoni biex din il- problema tiġi rimedjata possibbilment b'xi culverts għall-ilma?", "Jista' d-dipartiment konċernat ġentilment jittratta dan l-ilment b'ċerta urġenza u prijorita' billi dan l-għargħar f'dan l-isqaq qed iseħħ ta' spiss fix-xhur tax-xitwa, u billi f'ħafna każi minnhom familji kellhom iqabbdu pompi u jċemplu fire engines biex jippumpjaw l-ilma minn djarhom?", "Hu possibbli li jittieħedu passi immedjati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li l-problema f`din iż-żona tal- Biċċieni qiegħda tiġi kkaġunata peress li bl-iżvilupp li sar fl-għelieqi fil-Lvant ta` din iż-żona, kanali antiki ta` l-ilma li kienu jwasslu sal- wied lejn Wied il-Għajn tneħħew, u l-ilma jiġri f`wiċċ it-toroq.", "Biex din il-problema tiġi solvuta, jenħtieġ li jsir proġett għat-toroq ġodda kollha f`dawn l-inħawi.", "Għalhekk, għalkemm il-problema ma` tistax tiġi riżolta f`ħakka t`għajn, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħti bidu għal-ħolqien ta` pjan ta`azzjoni.", "QORTI - PRESIDENT TAL-QORTI", "158.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li fl- indirizz tal-President tal-Qorti, fil-ftuħ tas-sena forensi, huwa qal li jispetta issa lill-amministrazzjoni ġdida li tevalwa l-proġetti li l-Gvern Laburista ipprepara biex itejjeb ċerti aspetti ta' l-amministrazzjoni tal- ġustizzja, fi kliemu \"kollha ta' fejda\", jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux se jkompli bit-twaqqif tal-Qorti tal-Familja, it- trasferiment tar-reġistri mill-annex għal fejn tinsab bħalissa l-għassa tal- pulizija, awli u ambjenti għall-użu tal-Master u l-Assistenti Ġudizzjarji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal- ftuħ tal-Parlament il-Gvern diġa esprima l-impenn tiegħu dwar it-twaqqif tal-Qorti tal-Familja.", "Se jitwettaq ukoll it-trasferiment tar-Reġistru għall-post fejn hemm l- għassa tal-Pulizija.", "Pero` nixtieq ngħid li se jsir studju ħalli jiġi fformulat pjan sħiħ dwar kif jista` jsir użu aħjar mill-kumpless tal-Qorti kollu kemm hu.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "159.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm priġunieri llum fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija?", "Kemm hemm priġunieri mqassmin fis-seba' (7) divisions?", "Kemm mill-priġunieri kollha għadhom qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 236 li kollha huma mqassmin fid-diversi diviżjonijiet u units fil-faċilita'.", "Minbarra dan in-numru, hemm 32 priġunier ieħor li qegħdin l-Imtaħleb, l-Isptar San Luqa u Monte Carmeli jew bil-Prison Leave il-Caritas u s-Sedqa.", "In-numru ta' priġunieri ta' nazzjonalita' barranija kien ta' 75, filwaqt li n-numru ta' priġunieri li qed jistennew sentenza definittiva kien ta' 97.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "160.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'kien in-numru ta' inċidenti fatali tat-traffiku li ġraw matul l-1998, xahar b'xahar u l-lokalita' ta' kull inċident?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta' inċidenti fatali tat- traffiku li ġraw matul l-1998, xahar b'xahar, u l-lokalitajiet fejn seħħew huma kif ġej : -", "XAHAR LOKALITA' NUMRU", "Jannar Attard 1 Frar / xejn Marzu B'Kara 1 April Pembroke 1 Gzira 1 San Pawl il-Bahar 2 Mejju Attard 1 Gunju Victoria 1 Lulju Ghaxaq 1 Awissu Qormi 1 Tarxien 1 Settembru San Gwann 1 Ottubru (sal-25) Pieta' 1 PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "161.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru transfers ta' kuntistabbli, surġenti u spetturi mill-10 ta' Settembru, 1998 sa l-20 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta' membri tal-Korp tal- Pulizija li ġew trasferiti bejn l-10 ta' Settembru u l-20 ta' Ottubru, 1998 kien kif ġej : -", "Spetturi xejn Surgenti (rgiel) 4 Surgenti (nisa) 2 Kuntistabbli (rgiel) 31 Kuntistabbli (nisa) 6", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - GĦALLIEMA", "162.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li huma seconded ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern?", "Jista' jingħata breakdown tan-numru skond il- ministeri/dipartimenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-għalliema li jaqgħu taħt l- Operations Department li huma seconded ma' Ministeri u/jew Dipartimenti tal- Gvern huma kif se nsemmi:", "Ministry of Social Policy 1 Institute of Tourism Studies 1 Department of Correctional Services 3 Department of Agriculture 2 Museums Department 1 Ministry of Public Works 1 Department of Health 1 Public Library 5 Santu Spirtu National Archives 1 Examination Department 1 Malta Development Corporation 1", "Ebda għalliem mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u mid-Dipartiment tas-Servizz għall-istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali ma ġie seconded ma' Ministeri u/jew Dipartiment tal-Gvern.", "Mid-Dipartiment, Pjanar u Żvilupp, kien hemm Education Officer (Is-Sur Ignatius J. Abela) li ġie seconded mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Mis-settur Post-Sekondarju hemm għalliem wieħed li hu sekondat mal-Malta Council for Science and Technology.", "PULIZIJA - MEMBRI", "163.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma seconded ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern?", "Jista' jingħata breakdown tan- numru skond il-ministeri/dipartimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li m'hemmx membri tal-Korp tal- Pulizija li huma seconded ma' Ministeri jew Dipartimenti tal-Gvern.", "SKEJJEL - ISTITUT M.A. SAPIANO", "172.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti hemm għalliema neqsin fl-Istitut M. A. Sapiano?", "Kemm hemm klassijiet neqsin minn għalliema f'dawn is- suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li fl-Istitut Tekniku Mikilanġ Sapiano hemm nuqqas ta' għalliema fil-branka ta' l-Inġinerija Teknika u fis- suġġetti assoċjati mal-computers.", "Dawn in-nuqqasijiet jolqtu disa' klassijiet.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "173.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ngħataw ir-role ta' konsulenti fi ħdan il-ministeru fl-aħħar sitt ġimgħat?", "F'liema oqsma qed jagħtu l-pariri?", "X'kondizzjonijiet igawdu fi ħlasijiet eċċ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'effett mill-1 ta' Ottubru 1998 tlabt lis-Sur Richard Muscat jaġixxi ta' konsulent fi ħdan il-ministeru fuq materji li għandhom x'jaqsmu ma' kultura.", "Qed jiġu proposti l-kondizzjonijiet normali fuq bażi ta' kuntratt għal dan ix-xogħol u li jridu jiġu approvati mill- Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Meta u jekk dan jiġi definit inkun nista' ninforma l-Kamra.", "UNIVERSITA' - PSIKOLOGI EDUKATTIVI", "174.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma bejn il-ministeru u l- Universita' biex ikun jista' jibda l-kors tant meħtieġ tal-Master's għal Psikologi Edukattivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed nistħarreġ it-tagħrif li ingħatajt u tweġiba nagħtiha f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - KUNSILLI SKOLASTIĊI - PRESIDENTI", "175.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħaddili lista sħiħa tal-presidenti tal- kunsilli skolastiċi ta' l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi fadal xi Presidenti (speċjalment fil-livell primarju) li għadhom mhux proposti mill-kunsilli lokali u oħrajn li qed jiġu nominati flok xi ħadd li irriżenja reċentement, għadu mhux possibbli li l-lista tkun kompleta.", "Beħsiebni npoġġi l-lista mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta fil- futur.", "SEGRETARJAT/SEGRETARJU PARLAMENTARI - IMPJEGATI", "176.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati kollha fis-segretarjat tal- ministru u tas-Segretarju Parlamentari?", "X'impjieg kienu jokkupaw qabel?", "F'kull każ, x'kondizzjonijiet qed igawdu f'dak li għandu x'jaqsam ma' salarji, allowances, mobile phones u karozzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru huma dawn:", "Isem Grad", "Frank Mifsud Manager Ignatius Abela Education Officer Albert Callus Senior Principal Carmen Callus Clerk Teddy Kenely Executive Mariella Farrugia Assistant Principal Priscilla Camilleri Clerk M'Louise Aquilina Senior Clerk Maria Verin Senior Pharmacy Tech Margaret Abdilla Clerk Annabelle Vassallo Executive Emmanuel Sciberras Dispatcher Norbert Farrugia Security Guard Tessie Sammut Messenger II", "L-impjegati fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari huma dawn:", "Isem Grad", "Mr V Battistino Senior Physiotherapist Ms Rose Curmi Senior Principal Mr P. Saliba Senior Principal Mr S. Campbell Senior Pharmacy Technician Ms M. Mizzi Executive Secretary Mr J. Camilleri Clerk Ms D. Camilleri Bil-kuntratt Mr S. Bianchi Bil-kuntratt Mrs M.R. Abela General Hand Mr S. Caruana Bil-kuntratt Mr A. Formosa Bil-kuntratt", "Il-kondizzjonijiet huma dawk imniżżla fil-memorandum li tqiegħed mill- Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tat-2 ta' Novembru, 1998.", "SKEJJEL - STUDENTI", "177.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal separatament fil-Kindergartens: statali; tal-Knisja; u privati; fl-iskejjel primarji: statali; tal-Knisja; u privati; fl-iskejjel sekondarji: statali; tal-Knisja; u privati; żgħażagħ studenti fil-livell post-sekondarju: statali; tal-Knisja; u privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ENERĠIJA - UŻU", "191.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-politika tal-Gvern dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta se tingħata f'seduta oħra.", "DJAR - KAŻ NRU.H11043", "198.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-każ ta' Housing H11043 minħabba l-periklu li l-persuna kkonċernata tinsab tgħix fih?", "X'inhi r-raġuni li l-applikanta ġiet mitluba tibgħat id- dettalji relevanti meta dawn diġa' ġew ippreżentati lid-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikanta ġiet mitluba biex terġa' tapplika mill-ġdid minħabba li l-applikazzjoni tagħha ġiet ikkanċellata mill-amministrazzjoni preċedenti għax ma kienetx irrispondiet il-kwestjonarju li kien intbagħat lill-applikanti kollha bejn Frar u Marzu 1998.", "PENSJONI TAŻ-ŻEWĠ TERZI", "199.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal- pensjonant mill-Imsida (Pension No.12/14146) li mhuwiex jieħu pensjoni taż- żewġ terzi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru illi l-persuna msemmija minnhu, ġiet mogħtija t-tagħrif meħtieġ dwar il-pensjoni tagħha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.", "PULIZIJA - KAŻI TA' DROGA", "227.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni maqbuda mill-pulizija mill- 5 ta' Settembru 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga?", "Kemm minn dawn kienu każi ta' pussess u kemm ta' traffikar?", "Kemm se jitressqu persuni l- Qorti fuq dawn il-każijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KAŻI TA' DROGA", "228.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti breakdown tas-sess u eta' ta' dawk il-persuni li nqabdu mill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fuq każijiet konnessi mad- droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-perijodu bejn il-5, ta' Settembru u s-27, ta' Ottubru, 1998 hu kif ġej : -", "Eta' Irġiel Nisa 15 - 19 18 3 20 - 24 18 2 25 - 29 13 1 30 - 34 5 1 35 - 39 3 xejn 40 - 44 1 xejn 45 - 49 1 xejn", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL RAVE PARTIES", "229.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi mill-pulizija din is-sena għal rave parties?", "Fejn kienu l-postijiet illi saru?", "Kemm kien in-numru ta' nies illi suppost kellhom jidħlu f'dawn il-parties skond il-permess f'kull każ?", "Meta saru?", "X'ħin beda u x'ħin spiċċa kull party?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawn it-tip ta' parties?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi din is-sena nħarġu erba' permessi mill-Pulizija għal rave parties.", "Dawn kienu għal 3 fil-Westin Dragonara, fl-1 ta' Awissu u fis-7 u fl-20 ta' Settembru u wieħed f'Gianpula fl-24 ta' Ottubru.", "In-numru ta' nies li setgħu jidħlu għal dawn il-parties ġie ndikat fil-każ ta' l-aħħar tnejn u dan kien 468 u 500 rispettivament.", "Il- pulizija ma żżommx statistika tal-ħinijiet li bdew u spiċċaw dawn il- parties.", "Ninsab informat ukoll li m'hemmx applikazzjonijiet pendenti għal rave parties.", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex dan il-qasam jiġi regolat aħjar.", "PULIZIJA - RAVE PARTIES", "230.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rave parties mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Kemm kien in-numru ta' pulizija li kienu preżenti qabel id-dħul u waqt kull party?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn il-5 ta' Settembru u s-26 ta' Ottubru, 1998 kien hemm tliet rave parties li għalihom intalab permess lill-Pulizija.", "Fl-ewwel wieħed li nżamm fis-7 ta' Settembru ma kienx hemm preżenza ta' pulizija, f'ieħor kien hemm erba' pulizija bl-uniformi kif ukoll numru ieħor pajżana mill-Iskwadra ta' kontra d-droga u f'ieħor kien hemm tmien pulizija bl-uniformi flimkien ma' għadd ta' membri ta' l -Iskwadra kontra d-Droga.", "Għal raġunijiet ovvji ma jidhirlix li n-numru ta' pulizija pajżana fl-attivitajiet simili għandu jiġi żvelat.", "PULIZIJA - RAVE PARTY", "231.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija preżenti meta l-pulizija waqqfet ir-rave party dakinhar ta' l-Indipendenza 1998?", "Kemm daħlu complaints lill-pulizija konnessi ma' dan il-party, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' storbju eċċessiv?", "X'ħin daħlu u minn liema lokalita' oriġina l-complaint?", "Għaliex il-pulizija ħadet azzjoni fl-4.30 a.m. u mhux qabel jekk il-mużika kellha tieqaf f'nofs il-lejl?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minbarra erba' pulizija bl-uniformi u numru ieħor ta' pulizija pajżana mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga, kien hemm diversi pulizija oħra tad-Distrett, filwaqt li units tal-SAG u tal- Mobile Squad kienu fil-viċinanzi meta l-pulizija waqqfet ir-rave party fil- 21 ta' Settembru, 1998.", "Il-pulizija rċeviet diversi lmenti dwar storbju eċċessiv prinċiparjament mill-inħawi ta' San Ġiljan u Tas-Sliema u l-pulizija aġixxiet fuq dawn l- ilmenti.", "Ninsab informat ukoll li se jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra l-organizzatur ta' dan ir-rave party.", "Għandi pjaċir ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, minkejja li parties simili għal dak imsemmi fid-domanda tiegħu, saru kemm-il darba mill-bidu ta' din is-sena, din hi l-ewwel darba li ttieħdet azzjoni deċiżiva.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant illi azzjonijiet simili jittieħdu biex jiġi evitat abbuż.", "PULIZIJA - TFAL TAĦT L-ETA' ĠO DISKOTEKI", "232.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu ġewwa discos din is-sena?", "Kemm minn dawn inqabdu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FLORIANA - TRIQ L-IMĦAŻEN", "270.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir lampa tad-dawl ġdida fi Sqaq l-Imħażen fil-Furjana, ġewwa nett fl-isqaq, fejn ir-residenti qed jilmentaw minn dlam ċappa?", "Jaf il-Ministru li fl-isqaq l-ieħor biswit dan (Sqaq il-Fosos) hemm lampa tad-dawl 'il ġewwa nett?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba għall-lampa fi Sqaq l-Imħazen Floriana qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.", "Investigazzjonijiet li saru jindikaw li hemm bżonn ta' lampa ġdida.", "Din ser issir fi żmien qasir.", "DAR TA' L-ANZJANI - FLORIANA", "271.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fid-Dar ta' l-Anzjani fil-Floriana?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-Gvern qiegħed iħaffef ix-xogħol li fadal isir fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana.", "Huwa maħsub li x-xogħol kollu meħtieġ jitlesta sa Marzu/April 1999.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "278.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid- dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?", ".", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - TRASFERIMENTI", "279.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Bejn is-6 ta' Settembru 1998 u l-24 ta' Ottubru 1998, erbgħa uffiċċjali ngħataw il-permess biex jiġu trasferiti mill- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għal Dipartimenti oħra fejn huma stess talbu li jmorru.", "Dawn l-uffiċċjali kienu kollha jaħdmu fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent ta' qabel.", "OPM - TRASFERIMENTI", "280.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li n-numru ta' transfers li saru fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u li ġew maħruġa bl-approvazzjoni tal-MPO bejn id-dati msemmija kien ta' 21.", "Dan in-numru jinkludi ċaqliq intern u transfers minn u għal dan id-dekasteru.", "Erbgħa minn dawn it-transfers seħħew qabel is-sitta ta' Settembru 1998 imma ma laħqux dehru fi transfer list qabel l-Elezzjoni.", "Tlieta oħra seħħew ukoll qabel is-sitta ta' Settembru 1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat-trasferiment għal Għawdex tas-Short Term Benefits Section tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.", "MINISTERU GĦAL POLITIKA SOĊJALI - TRASFERIMENTI", "281.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis- 6/9/98 sa l-24/10/98?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nippresumi li l-Onorevoli Membru mhux qed jirreferi għal trasferimenti ta' mpjegati minn jew għal Segretarjati Privati ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari wara l-bidla fl- Amministrazzjoni.", "Rigward trasferimenti oħra, ninforma lill-Onorevoli Membru:", "(i) li taħt id-dekasteru tiegħi jaqgħu erbatax il-Dipartiment tal-Gvern jew organiżżazzjoni pubblika;", "(ii) fil-każ ta' tnax minn dawn id-Dipartimenti/Organizzazzjonijiet ma saru l-ebda trasferimenti fil-perjodu ndikat;", "(iii) fil-każ tad-Dipartiment tas-'Social Housing', ġew trasferiti żewġ impjegati li qabel kienu jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal- Ministeru tal-Housing, wara li dan ġie maħtur Segretarju tal-Kabinett.", "Waħda minn dawn l-impjegati ġiet trasferita ma' l-istess Segretarju tal- Kabinett u l-oħra mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi;", "(iv) fil-każ tad-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani ġew trasferiti", "16-il-impjegat.", "Dan in-numru ma jinkludix xi trasferimenti ta' Casual Social Assistants li m'humiex meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi, iżda jinkludi xi trasferimenti ta' mpjegati bejn taqsimiet differenti ta' l- istess Dipartiment.", "Irid jingħad li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għad irid jittrasferixxi numru ta' ħaddiema b'riżultat tat-Trasferiment tax-Short Term Benefits Section għal Għawdex, skond kif kien miftiehem meta beda dan il-proċess fiż- żmien l-Amministrazzjoni preċedenti.", "MINISTERU TAL-FINANZI - TRASFERIMENTI", "282.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-transfers li saru fid-dikasteru mis-6 ta` Settembru, 1998 sal-24 ta` Ottubru, 1998 huma kif ġej:", "Dipartiment Lejn id- Mid- Dipartiment Dipartament", "Segretarjat Privat tal-Ministeru 6 17 (1) It-Teżor 3 8 (2) Taxxi Interni 6 3 Dwana 4 3 Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa 1 2", "(1) Dawn it-transfers kienu organiżżati mill-amministrazzjoni l-oħra ftit qabel l-aħħar elezzjoni.", "(2) 2 minn dawn it-transfers seħħew qabel is-6 ta` Settembru 1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat-trasferiment għal Għawdex tax-Short Term Benefits Section tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.", "Il-bqija telqu jew fuq talba tagħhom jew għax intagħżlu biex iservu f`xi Ministeru.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - TRASFERIMENTI", "283.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma saru ebda transfers fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi ħlief għal dawk li kienu maħsuba skond direttiva tal-Kabinett imħabbra f`ittra li ġġib id-data tal-25 ta` Awissu 1998 u li kopja tagħha qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "292.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas- segretarjat tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandhom is-segretarji parlamentari fl-uffiċċju tiegħu?", "X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 176.", "SEGRETARJAT TAL-FINANZI - STAFF", "293.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħi?", "X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma` l-individwi konċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall- mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b`risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 81.", "SEGRETARJAT GĦALL-AMBJENT - STAFF", "294.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas- segretarjat privat tiegħu?", "X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma l-persuni ngaġġati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għar-rigward tas-Segretarjat Privat ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi konċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari Numru 81.", "SEGRETARJAT TAT-TURIŻMU - STAFF", "295.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretajat privat tiegħu?", "X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk il-persuni mpjegati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowance u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-persuni li s'issa jiffurmaw l-istaff tas- Segretarjat Privat tiegħi huma:-", "Anthony Cachia Charles Micallef St. John John Aquilina Maria Portelli Lucienne Camilleri Romina Agius Cutajar Marie Louise Grixti Audrey Cummings Vincent Tanti Victor Bray John Cardona Joe Bonello", "Għall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru fit-2 ta' Novembru 1998 għall-mistoqsija Nru. 81.", "SEGRETARJAT TAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - STAFF", "296.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff fis-Segretarjat privat tiegħu?", "X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk il-persuni li huma mpjegati b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji ta' kull impjegat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma` għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsija f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirreferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 81.", "SEGRETARJAT GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - STAFF", "297.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l- istaff tas-Segretarjat privat tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandhom s-segretarji parlamentari fl-uffiċċju tiegħu?", "X'inhu l-irwol ta' kull impjegat?", "Liema huma dawk l-impjegati li qegħdin b'kuntratt?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat Privat tiegħi huma:", "Mr. Pierre Cauchi (Private Secretary) Mr. Charles Micallef (Secretariat Officer Scale 10)", "Mr. Ivan Bezzina (Secretariat Officer Scale 10)", "Mr. Sammy Bonniċi (Secretariat Officer Scale (10)", "Mr. Joe Oliva (Secretariat Officer Scale 10)", "Mr. Adrian Busuttil (Driver/Security Officer)", "Mr. Carmel Formosa (Driver/Security Officer)", "Ms. Tania Dalli (Charwoman Scale 19)", "Ms. Marthese Scerri (Secretariat Pool Scale 14)", "Ms.Jeannette Zarb (Secretariat Pool Scale 14)", "Ms. Olivia Bezzina (Secretariat Pool Scale 14)", "Ms. Vanessa Schembri (Secretariat Pool Scale 14)", "Il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarju Parlamentari L-Onor.", "George Hyzler huma:", "Mr. Oliver Mallia (Communications Coordinator )", "Mr. Joe Calleja (Secretariat Officer)", "Mr. George Muscat (Security Officer/Driver)", "Mr. Patrick Gatt (Security Officer/Driver)", "Dr. James Calleja (Assistent Personali)", "Mr. Anthony Fenech (Segretarju Privat)", "Mrs. Doris Żammit (Secretariat Officer)", "Ms. Roselle Attard (Secretary)", "Ms. Josefa Laferla (Secretary)", "Mr. Nazzareno Portelli (Messenger) Mr. Luke Cassar (Messenger)", "L-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Edwin Vassallo huma :", "Iman Schembri (Communications Coordinator Officer)", "Tonio Camilleri (Secretariat Officer)", "Ms. Louise Fenech (Secretariat Pool)", "Mr. Saviour Bugeja (Messenger)", "Mr. Jimmy Mallia (Messenger)", "Mr. Saviour Mifsud (Secretariat Officer)", "Ms. Karen Tonna (Secretariat Pool) Mr. Albert Briffa (Personal Assistant)", "Mr. Gilbert Agius (Private Secretary)", "Mr. Mario Delceppo (Driver/Security)", "Mr. Raymond Pisani (Driver/Security)", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda nixtieq nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari numru 119.", "AKKWIST TA' PROPRJETA'", "326.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar tibdil li kien qed jaħdem fuqu gvern preċedenti Laburista dwar tibdil fil-liġi u regolamenti li joħorġu minnha ta' akkwist ta' proprjeta' minn persuni mhux residenti f'Malta 1974, u li dwarha kien tlesta rapport estensiv u komprensiv?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor Membru li l-konklużjonijiet fir- rapport imsemmi jittieħdu in konsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet li se jsiru.", "QRATI - QORTI TAL-FAMILJA", "328.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l- gvern ikkonferma li se jibqa' għaddej bi twaqqif tal-Qorti tal-Familja li kien beda gvern preċedenti Laburista, jista' l-gvern jgħid x'inhuma l- pjanijiet tiegħu jew inkella hux se jattwa r-rapport dwar il-Qorti tal- Familja li kien magħmul mill-kumitat immexxi mill-Imħallef Arrigo?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma diġa ntqal fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Parlament, il-Gvern se jiżgura li l-Qorti tal- Familja tibda taħdem u dan b'mod effiċjenti.", "Nista ngħid li ħafna mill-punti imsemmijin fir-rapport ta' l-Imħallef Arrigo jinkwadraw sew fil-pjanijiet tal-Gvern għall-Qorti tal-Familja.", "PORT ĦIELES - IMPJEGATI", "335.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-kumpannija Malta Freeport Corporation mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-25 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ħadd ma ġie ngaġġat fil-Malta Freeport Corporation Ltd.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI TAL-MALTA DRYDOCKS/MALTA SHIPBUILDING", "336.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sekondati mpjegati mill-Malta Drydocks u Malta Shipbuilding għal mal-Ministeru jew xi dipartiment li jaqa' taħt id- dikasteru tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-impjegati sekondati huma kif se nsemmi:", "- mill-Malta Drydocks - 12 - mill-Malta Shipbuilding - 1", "PULIZIJA - KAŻI TA' SNATCH AND GRAB", "337.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' snatch and grab għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u d- 29 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' każijiet ta' snatch and grab irrapurtati lill-Pulizija kien ta' 65.", "PULIZIJA - QBID TA' DROGA", "338.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' qbid ta' droga għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998?", "Jista' l-Ministru jagħti x'ammonti u x'tip ta' droga nqabdu f'dan l-istess perjodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta' każi ta' qbid ta' droga f'Settembru u f'Ottubru, 1998 kien ta' 35.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 155 - Seduta Nru. 5.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "339.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies, belt belt, jirreġistraw għax-xogħol għax-xahar ta' Settembru u Ottubru 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fl-aħħar ta' Awwissu 1998, skond il-Kunsilli Lokali kien kif jidher hawn taħt:", "MALTA GOZO ___________ _________", "Attard 65 Msida 121 Fontana 16 Balzan 40 Naxxar 119 Ghajnsielem 54 B'Kara 387 Paola 178 Gharb 15 B'Bugia 163 Pembroke 16 Għasri 5 Cospicua 252 Pieta' 65 Kercem 27 Dingli 40 Qormi 399 Munxar 17 Fgura 164 Qrendi 55 Nadur 82 Floriana 61 Rabat Malta 160 Qala 27 Gharghur 58 San Gwann 188 San Lawrenz 8 Ghaxaq 107 Santa Lucia 75 Sannat 31 Gudja 64 Santa Venera 117 Victoria 112 Gzira 128 Senglea 115 Xaghra 82 Hal Safi 30 Siggiewi 126 Xewkija 48 Hamrun 293 Sliema 150 Zebbug 48 Kalkara 65 St. Julian's 107 Kirkop 44 St. Paul's Bay 151 TOTAL 572 Lija 27 Swieqi 36 _________________ Luqa 127 Tarxien 119 L-Iklin 23 Ta' Xbiex 35 Marsa 234 Valletta 254 Marsascala 108 Vittoriosa 67 Marsaxlokk 59 Xghajra 18 Mdina 5 Zabbar 344 Mellieha 41 Zebbug Malta 206 Mgarr Malta 25 Zejtun 266 Mosta l89 Zurrieq 188 Mqabba 65", "TOTAL 6,539 IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "340.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena u kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fix-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-ahhar ta' Awwissu 1998, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol 'il fuq minn 40 sena kien ta' 2,709.", "PULIZIJA - SURĠENTI", "351.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'sar minnhom il-courses għal surġenti wara li saru l- interviews f'Marzu, 1998?", "Hemm il-ħsieb li dan il-kors jibda? 27/10/98", "ONOR.", "TONIO BORG: Sa' l-elezzjoni li għaddiet, il-korsijiet għal surġenti kienu għadhom ma bdewx minħabba li l-Korp kien impenjat fuq ħafna xogħol relatat ma' l-elezzjoni.", "Il-Gvern il-ġdid qed jivvaluta l-ħtiġijiet tal-Korp tal-Pulizija u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali, qabel ma jiġi deċiż meta jibdew il-korsijiet.", "SKEJJEL - SKRIVANI PART-TIME", "352.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi l-part-time clerks fl-iskejjel qed jitħallsu biss bir-rata ta' Lm1.45c fis- siegħa, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din ir-rata tiżdied biex tkun tirrifletti kemm il-grad kif ukoll iż-żmenijiet tal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rata ta' ħlas ta' Lm1.45c4 fis-siegħa li biha huma mħallsa l-Part-Time Clerks li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni timpjega fl-iskejjel ta' l-Istat hi bbażata fuq il-minimu ta' l-iskala numru 16.", "Din hi l-paga li Clerk regolari ġdid jibda biha meta jidħol fis- servizz.", "SKEJJEL - SKOLA ADELAIDE CINI", "359.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega kif fl-iskola ta' Adelaide Cini fil-Ħamrun, m'hemmx supervisor biex josserva l-caretakers?", "Il-handyman telaq mingħajr ma kienet taf il-headmistress u għadu ma ġiex replaced?", "Mil-lista ta' maintenance fl-iskola għadu ma beda xejn, meta hemm applikazzjoni uffiċjali fl-uffiċċju u kollox għadu pending?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' caretakers u handyman fl- iskola huwa żgħir u ma jitlobx li jkun hemm supervisor.", "Informat ukoll li l-Headmistress irċeviet it-transfer note dwar il-handyman.", "Mir-records miġbura fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jidher li bejn Ġunju 1997 u t-30 t'Ottubru 1998 intbagħtu 58 requisition minn Adelaide Ċini Girls' Secondary School dwar xogħol ta' manutenzjoni.", "42 minn dawn ir-requisitions inħadmu u dawn irrekjedew 1186 siegħat ta' plumming, drainage, metal works, joinery u elettriku.", "Is-16-il requisition li baqa' qiegħdin jiġu kkunsidrati fid-dawl ta' talbiet għal xogħol minn istituzzjonijiet oħra.", "PULIZIJA - RESERVED PARKING", "361.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kif il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ngħatax permess għall-reserved parking meta dan għandu wkoll il-karta s- safra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "AJRUPORTI - SIGURTA'", "367.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji ta' sigurta' applikabbli għal kull min jaħdem fl-ajruporti jew ikollu x'jaqsam max- xogħol li jkun qed jiġi esegwit fl-ajruporti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ikunx jeħtieġ xi pass partikolari?", "Min huma l-persuni li jikkwalifikaw jew le għall-għoti ta' dan il-pass?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li l-Att XX (20) ta`l-1998, jinvesti r-responsabbilta` għas-sigurta` fl-ajruport fil-Ministru responsabbli ghas- Sigurta~ fl-ajruport.", "Nissuggerixxi li l-mistoqsija tintbagħat lill- Ministru għall-Affarijiet Interni.", "DJAR - SUSSIDJU FUQ TISWIJA TA' DJAR", "375.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita' tad- Djar se terġa' tiftaħ is-servizz ta' l-iskeda 3 għal sussidju fuq tiswija ta' djar?", "Jista' jgħid ukoll jekk dan is-servizz huwiex se jibqa' bl- istess ammont ta' sussidju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skema Tlieta skadiet fl-14 ta' Ottubru 1998.", "Il-Board il-ġdid ta' l-Awtorita' tad-Djar ser jiddiskuti din l-iskema fil- laqgha li jmiss.", "DJAR - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "376.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li toqgħod ġo flat tal-gvern isfel (taħt il-livell tat-triq) lanqas biss għandha bitħa u lanqas shaft, ma ngħatatx permess tagħmel tank ta' l-ilma fuq il-bejt tal-flat tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li permess ta' dan it-tip jinkiseb mid-Dipartiment ta' l-Artijiet il-Baviera li jaqa' taħt il-Ministeru ta' l-Intern.", "Għalhekk il-mistoqsija trid issir lill dak il-Ministru.", "FGURA - QASAM TAD-DJAR - ASFALTAR", "377.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjegali kif area ta' bejn Block tal- gvern fil-back side ta' Block B3, B4 u B5 u l-front ta' Block B2 Housing Estate, Fgura għadha kollha żrar u qatt ma ġiet asfaltata wara snin kbar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li l-post indikat mill-Onor Interpellant huwa diġa asfaltat u għalhekk ix-xogħol ta' resurfacing irid isir mill-Kunsill Lokali", "FGURA - QASAM TAD-DJAR - BOZZA", "378.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjegali għalfejn l-istallazzjoni ta' bozza għal mal- ġenb ta' Block B2, Housing Estate, Fgura għadha ma saritx, meta din l- applikazzjoni saret sentejn ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qatt ma kien hemm talba speċifika għal din il- bozza.", "Issa din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.", "IPSE - RISTRUTTURAR TA' L-INDUSTRIJA MALTIJA", "382.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta se jiġu mgħoddija l-fondi mill-privatizzazjoni tal- Maltacom lill-IPSE għar-ristrutturar ta' l-Industrija Maltija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hu mistenni li l-20% mid-dħul nett mill-bejgħ ta` 40% tal-ishma fil-Maltacom plc jiġu debitati lill-Fond Konsolidat qabel l-aħħar ta` din is-Sena Finanzjarja biex ikunu jistgħu jgħaddu lill-IPSE Ltd. għall- istrutturar ta` l-industrija.", "DEJN PUBBLIKU", "383.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Mill- elezzjoni 'l hawn, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi laqgħa tal- kumitat dwar id-dejn pubbliku?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma saritx laqgħa oħra tal-Public Debt Management Committee minn wara 1-5 ta` Settembru 1998.", "Kif jaf l-Onor Interpellant meta f`Lulju li għadda saret sejħa għal Lm30 miljun self, fil-fatt ġie meħud Lm125.90 miljun mingħajr ebda raġuni u pjan.", "Dan involva l-Gvern fi spiża akbar ta` eluf ta` liri.", "MINISTERU TAL-FINANZI - TIBDIL", "384.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Mill- elezzjoni 'l hawn, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil- pożizzjonijiet għoljin tal-Ministeru tal-Finanzi?", "Saru xi tibdiliet fil- Budget Office?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma kien hemm ebda tibdil fil-pożizzjonijiet għoljin tal-Ministeru tal-Finanzi u lanqas fil-Budget Office.", "PENSJONIJIET - PENSJONIJIET PRIVATI", "385.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'konsiderazzjoni ngħatat lir-rapport ta' l-actuaries+ Ingliżi Wyatt dwar il-pensjonijiet privati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l- Watson Wyatt Survey of State Pension schemes li ġie ppublikat xahrejn ilu jagħti biss analiżi ta` skemi ta` Pensjonijiet f`diversi pajjiżi jistax jikkonferma li qed jirreferi proprju għal dan is-Survey, li inċidentalment għadu kif wasal f`idejn il-Ministeru f`dawn l-aħħar ġranet.", "PULIZIJA - QORMI - AREI FEJN ISIR L-ABBUŻ TAD-DROGA", "399.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex l-areas magħrufa minn kulħadd f'Ħal Qormi fejn isir il-pushing tad-droga, jiġu meħlusa minn dan l-abbuż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li membri ta' l-Iskwadra kontra d- Droga kontinwament jagħmlu raids għall-għarrieda f'dawk il-lokalitajiet li huma magħrufa li huma frekwentati minn persuni għal skop ta' abbuż u traffikar ta' droga.", "Wieħed minn dawn il-lokalitajiet huwa Ħal Qormi fejn fil-fatt saru diversi arresti ta' persuni wara li nstabu sustanzi abbużivi fuqhom.", "Barra r-raids il-pulizija tagħmel xogħol ieħor konness mal-ġlieda kontra l-abbuż u t-traffikar ta' drogi, li għal raġunijiet ta' sigurta' mhux il- każ li wieħed jippubblika fiex jikkonsisti.", "VALLETTA - TRIQ L-ORDINANZA - DAWL", "406.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex id-dwal/bozoz maqtugħa taħt il-loġoġ fi Triq Ordinanza, fil-Belt jibdew jiffunzjonaw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "VALLETTA - TRIQ IT-TEATRU - BOZZA", "407.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa fi Triq it- Teatru kantuniera ma' Triq Merkanti, fil-Belt?", "Tista' ssir bozza ġdida fi Triq it-Teatru, il-Belt bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl fil-ġenb tas-suq fejn hemm ukoll forn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-manutenzjoni tal-bozza maqtugħa fi Triq it- Teatru kantuniera ma Triq Merkanti, il-Belt saret.", "It-talba għall-bozza ġdida fi Triq it-Teatru bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl hi ġustifikata.", "Hi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.", "DJAR - RAĦAL ĠDID - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "409.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li flats tal-gvern fi Triq Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid jinżebgħu fid-dħul intern?", "Hemm il-ħsieb li jsiru lifts fil-komun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-talba għat-tibjid ta l-entraturi komuni fl-appartamenti tal-Gvern fi Triq Guze' D'Amato, r-Rahal il-Ġdid ġiet inkluża fil-programm tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "Rigward il-lifts, għandha tiġi mfassla policy dwar kif u fejn għandhom jiġu stallati lifts kemm f'bini tal-Gvern kif ukoll f'dak privat kif imwiegħed fil-programm elettorali tal-Gvern.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "410.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li jinfetħu aktar djar għall-anzjani?", "Jekk iva, liema huma l-lokalitajiet ta' prijorita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: IVA, hemm il-ħsieb li jinfetħu aktar Djar għall- Anzjani.", "Pero' għadu qed jiġi studjat liema huma l-lokalitajiet ta' l- akbar prjorita'.", "ETC - IMPJEGATI", "416.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "Jista' jgħid fl-imsemmi post tax- xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig, bejn id- dati riferuti ma ġiet impjegata l-ebda persuna.", "Pero, fil-perjodu riferut ġew ingaġġati ħames (5) trainers fuq bażi part- time.", "1.", "Persuna ġiet ingaġġata bħala trainer fl-Empowerment Skills wara sejħa li kienet saret f'Diċembru 1997.", "2.", "Persuna oħra ġiet ingaġġata bħala trainer lill-persuni b'disabilita', wara li hi stess offriet is-servizzi tagħha permezz ta' ittra f'Ottubru 1998.", "3.", "Persuna oħra ġiet ingaġġata sabiex tmexxi kors tal-catering f'Għawdex.", "Dan l-ingaġġ sar mingħajr sejħa peress li l-persuna hija l- unika 'instructor' tal-Institute for Tourism Studies f'Għawdex.", "4.", "Persuna oħra ġiet ingaġġata bħala trainer fil-Computer Skills direttament.", "Dan sar wara li l-persuna li kienet qed tmexxi l-kors waqqfet is-servizzi tagħha ħesrem waqt li kien għaddej il-kors.", "5.", "Persuna oħra ġiet ingaġġata direttament, sabiex tmexxi korsijiet fil-Further Technical Education (NIFTE).", "Dan sar minħabba l- kompentenza tagħha f'korsijiet simili kemm mal-industrija privata u mad- Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "ITS - IMPJEGATI", "417.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat- 28 ta' Ottubru, 1998 mal-Institute of Tourism Studies?", "Jista' jgħid fl- imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l- impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid dawk li ġew ingaġġati kemm kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma ġiet impjegata b`kuntratt indefinit mill-Institute of Tourism Studies bejn is-6 ta` Settembru u t-28 ta` Ottubru 1998.", "IPSE - IMPJEGATI", "418.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis- 6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Institute for the Promotion of Small Enterprizes?", "Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perjodu msemmi kienet ingaġġata persuna waħda.", "Din il-persuna ġiet issekondata mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.", "L-applikazzjoni għall-ingaġġ ħarġet fis-7 t'Awissu 1998 u tqassmet lill- impjegati tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.", "AIR MALTA PLC - IMPJEGATI", "419.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis- 6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Air Malta plc?", "Jista' l- Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Air Malta bejn is-6 ta` Settembru 1998 u t-28 ta` Ottubru 1998", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "420.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis- 6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Korporazzjoni Enemalta?", "Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom aplikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma saru ebda impjiegi mal-Korporazzjoni Enemalta fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Membru.", "SEDQA - IMPJEGATI", "421.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mas-Sedqa?", "Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:", "IMPJEGATI ĠODDA MA' L-AĠENZIJA SEDQA BEJN IS-6 TA' SETTEMBRU U T-28 TA' OTTUBRU, 1998:", "F'dan il-perjodu, l-Aġenzija Sedqa impjegat 4 persuni.", "Dan sar wara li saru talbiet lill-Cabinet Committee for Recruitment, permezz tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeri tal-Ħarsien Soċjali, u dawn ġew approvati mill- imsemmi Kumitat, waqt Meeting No. 11/98 tal-14 t'April, 1998 u waqt Meeting No. 17/98 tas-17 ta' Ġunju, 1998.", "Dawn il-persuni ġew impjegati wara li ħarġu il-permessi meħtieġa mill-ETC, u wara li dehru avviżi fil-gazzetti, kif indikat hawn taħt:", "Isem Data ta' Posizzjoni Permess ETC Data meta l-impieg u data meta deher hareg l-avviz fil- gazzetti _______________________________________________________________", "Cutajar C. 07.09.98 Care Worker 62/98-20.04.98 31.05.98 Arpa S. 07.10.98 Research Ex.", "98/88-10.07.98 03.09.98 Saliba N. 28.09.98 Prevention Ex.", "99/98-10.07.98 03.09.98 Seychell C. 28.09.98 Prevention Ex.", "99/98-10.07.98 03.09.98", "Ħadd ma ġie impjegat mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - FLUS ALLOKATI GĦALL-OSPITALITA'", "484.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm flus allokati għall-ospitalita' għas-sena 1998?", "Kemm intnefqu minn dawn il-flus sa Awissu, 1998?", "Fiex intnefqu?", "Baqa' kontijiet pendenti?", "Kemm mill-flus li ntnefqu intnefqu matul ix- xahar ta' Awissu, 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Flus allokati fil-vot tad-dikasteru tas-Saħħa għall- ospitalita' għas-sena 1998:", "Ministeru Lm3000 Segretarju Parlamentari Lm2000 D.C.S. Lm 700 Diviżjoni tas-Saħħa Lm7300 TOTAL Lm13000", "Nefqa sa l-aħħar ta' Awissu 1998", "Ministeru Lm5616 Segretarju Parlamentari Lm1311 D.C.S. Lm 58 Diviżjoni tas-Saħħa Lm2411 TOTAL Lm9396", "Din intnefqet kif jidher hawn taħt:", "| |Minist|Seg. |D.C.|Div. | | |eru |Parlamen|S. |tas-S| | | |tari | |aħħa | | |Lm |Lm |Lm |Lm | |Drinks |1985 |754 |58 |73 | |Lunches |1747 |282 |- |2338 | |Wreaths/|185 |175 |- |- | |Bouq. | | | | | |Accomoda|1478 |100 |- |- | |tion | | | | | |Gifts |221 |- |- |- | |TOTAL |5616 |1311 |58 |2411 |", "Kontijiet Pendenti", "Ministeru Lm2074 Diviżjoni tas-Saħħa Lm 97", "L-infiq għax-xahar ta' Awissu kien Lm1,972", "WSC - ALLOWANCES", "493.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa f'overtime u allowances id- driver taċ-chairman tal-Water Services Corporation minn Marzu 1997 s'issa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- risposta tingħata f'seduta oħra.", "STOCK TAKING EXERCISE - OVERTIME", "494.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa f'overtime l-istock taking exercise li sar f'Settembru?", "Kemm nies kienu involuti, min kienu, kemm ħadu f'overtime, min għażilhom u taħt liema kriterju ġew magħżulin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jista' l-Onorevoli Interpellant ikun iktar speċifiku fid-domanda tiegħu.", "MOBILE BLOOD DONATION UNIT - XUFIERA - SAHRA", "499.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm sigħat f'overtime inħadmu minn xufier/a biex jopera l- mobile blood donation unit minn meta kien introdott dan is-servizz?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm tħallas/tħallsu x-xufier/a ta' dan l-overtime?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif gej:", "| |Joseph | |Joseph | | | |Grech | |AzzopardiXuf| | | |Assistant | |ier | | | |Care Worker| | | | | | | | | | | |Siegh|Hlas |Siegha|Hlas | | |at | |t | | |Dicembru|61 |141.9|68 |149.6| |'97 | |57 | |7 | |Dic'97 |- |- |32 |93.91| |Hdud | | | | | |Jannar'9|70 |166.8|136.5 |308.0| |8 | |10 | |8 | |Jan'98 |- |- |47.5 |142.9| |Hdud | | | |3 | |Frar '98|75.5 |179.9|125.5 |283.2| | | |17 | |5 | |Frar'98 |- |- |47.5 |142.9| |Hdud | | | |3 | |Marzu |36 |87.62|130 |293.4| |'98 | |4 | |1 | |Marzu'98|17.25|55.61|60 |180.5| |Hdud | |0 | |4 | |April |85 |206.8|135.5 |305.8| |'98 | |90 | |2 | |April'98|- |- |48 |144.4| |Hdud | | | |8 | |Mejju |38.5 |93.70|154.5 |348.7| |'98 | |9 | |1 | |Mejju'98|19.5 |63.29|65 |195.6| |Hdud | |7 | |2 | |Gunju |- |- |85.0 |191.8| |'98 | | | |5 | |Gunju'98|- |- |24 |72.24| |Hdud | | | | | |Lulju |- |- |87.5 |197.4| |'98 | | | |9 | |Lulju'98|- |- |12 |36.12| |Hdud | | | | | |Awissu |- |- |134.5 |303.5| |'98 | | | |9 | |Awissu'9|- |- |40 |120.3| |8 Hdud | | | |8 | |Settembr|- |- |66.5 |150.1| |u '98 | | | |0 | |Sett.'98|- |- |16 |48.15| |Hdud | | | | | | | | | | | |Total | |995.8| |3709.| | | |14 | |27 |", "Il-Hlas totali ghall-overtime lil dawn iz-zewg impjegati matul id-9 xhur imsemmija kien ta Lm4705.804", "OPM - SEGRETARJAT PARLAMENTARI", "501.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Peress li s- Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru stqarr li se jwaqqaf it-tribunali lokali, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitwaqqfu u x'organizzazzjoni għandhom lesta biex dan jibda jseħħ?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pjanijiet tal-Gvern Laburista biex jassigura li jinġabru l-multi dovuti fuq kontravenzjonijiet ta' traffiku hux beħsiebu jattwahom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Gvern hu determinat li d-delega ta` l-infurzar ta` ċerti liġijiet permezz ta` twaqqif ta` tribunali lokali tidħol fis-seħħ sa l- aħħar tas-sena d-dieħla, 1999.", "Għaldaqstant, diġa bdew jitħejjew il-pjanijiet kollha meħtieġa dwar", "(a) l-organizzazzjoni ta` dawn it-tribunali, u", "(b) l-assikurazzjoni li l-multi dovuti jinġabru biex din id- deċiżjoni titwettaq fil-fatt u b'mod effettiv.", "TA' QALI - SIRINGI", "502.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fid- dawl tas-sejba tas-siringi fiċ-Ċentru ta' Ta' Qali, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minnhom biex jassigura li l-post ikun nadif u safe għat- tfal li jiffrekwentawh?", "Peress li l-post huwa dejjem mgħasses, il-Ministru għamel xi investigazzjoni biex jara kif abbuż mid-droga jidher li qed isir f'post magħluq u sorveljat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "VAT - DĦUL", "503.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm mid-dħul mill-VAT, matul l-1995 u l-1996 kien ried jiġi rrifondut lura bħal refunds?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammonti ta` rifużjonijiet li tħallsu lura mid-dħul tal-VAT matul il-1995 u l-1996 kienu kif ġej:", "1995: Lm14,880,284 1996: Lm31,623,909", "Dawn ir-rifużjonijiet kienu jinkludu ammonti ta` rifużjonijiet ta` dazju fuq ħażniet u taħt l-Iskema ta` Ħlas ta` Taxxa Lura fuq Bini ta` l-Ewwel Dar kif ġej:", "Dazju fuq Hazniet Hlas Lura ta` Taxxa fuq Bini ta` l-Ewwel Dar", "1995 Lm 5,340,975 NIL 1996 Lm10,094,690 Lm323,843", "Total Lm15,435,665 Lm323,843"]} {"filename": "20011210_666d_par.doc", "date": "2001-12-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 666 It-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 666", "It-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "666", "It-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 189", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI 189", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 195", "AĠĠORNAMENT 223", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 224", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 665 li saret fl-10 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM ABJAD", "30161.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Peress li mistoqsija parlamentari nurmu 29866 tikkonferma ċ-ċifra globali, jista' l-Ministru ġentilment jagħti d-dettal mitlub f'mistoqsija parlamentari nurmu 29959?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 30130 f'seduta 663.", "IMPORTAZZJONI FUQ PJANTI U XTIELI - LEVY", "30162.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Peress li f'mistoqsija parlamentari nru.", "29866 il- Ministru tani tweġiba biċ-ċifra globali, jista' ġentilment iwieġeb domanda parlamentari numru 29958 bid-dettalji mitluba?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 30130 f'seduta 663.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli x'kienet tgħid ir-risposta tad- domanda li qiegħed jirriferi għaliha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din tgħid hekk: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammonti miġbura kapitlu, kapitlu mill-1 sa l-24 għas-sena 1999, 2000 u 2001 sat-30 ta' Settembru.", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM TAL-MAJJAL", "30163.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Peress li l-mistoqsija parlamentari numru 29866 tirriferi għaċ-ċifra globali, jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb għat- talba skond mistoqsija parlamentari 29965?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 30130 f'seduta 663.", "IMPORTAZZJONI TAL-ĦXEJJEX U FROTT", "30164.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Peress l-mistoqsija parlamentari 29866 tirriferi għal ċifra totali, jista' l-Ministru ġentilment jagħti d-dettal mitlub f'mistoqsija parlamentari numru 29960?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 30130 f'seduta 663.", "GĦALLIEMA - VJOLENZA", "30165.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-mistoqsija parlamentari numru 29822?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ġejt informat li fl-aħħar sitt snin skolastiċi, jiġifieri mill-1996 sa l-2001, kellna inċidenti bejn ġenituri u għalliema kif ġej:", "Minn fost 3,500 kapijet ta' skola, assistenti kapijiet, għalliema, facilitators, instructors, eċċ., ġie rapportat li ħames kapijiet, erba' assistenti kapijiet u 19-il għalliem ġew aggrediti minn ġenituri jew studenti.", "Minn fost 40,000 student u studenta, erba' studenti ġew rapportati li kienu nvoluti f'inċidenti ma' l-għalliema jew il-kap ta' l-iskola filwaqt li tnejn ġew rapportati li qalu kliem oxxen.", "In-numru ta' ġenituri involuti f'dawn l-inċidenti tul dawn is-sitt snin kien ta' 18-il missier u 11-il omm.", "Minn fost 110 skejjel, in-numru ta' skejjel involuti kien:", "Tmien skejjel primarji li f'sitta minnhom kellna inċident wieħed, fi skola oħra kellna żewġ inċidenti, fi skola oħra kellna għaxar inċidenti iżda f'din l-iskola ma kellha ebda inċident s'issa minn Frar 2001;", "Erba' skejjel sekondarji tas-subien li fi tnejn minnhom kellna żewġ inċidenti f'kull waħda, fi skola waħda kellna erba' inċidenti u fi skola oħra kellna inċident wieħed;", "Skola sekondarja tal-bniet waħda li fiha kellna tliet inċidenti;", "Skola junior lyceum tas-subien waħda li fiha kellna inċident wieħed;", "Skola junior lyceum tal-bniet waħda li fiha kellna inċident wieħed;", "F'ebda skola f'Għawdex, lanqas f'ebda skola post-sekondarja ma ġew irrapportati xi indiċenti vjolenti bejn ġenituri, studenti u għalliema.", "RODENT SECTION", "30166.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 29757 u cioe` tgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema fir- Rodent Section illum?", "Kif inhuma mqassma u xi programm ta' kontroll jikkoordinaw f'Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): F'Għawdex, is-sezzjoni tal-pest control taqa' taħt ir-responsabbilta` tad-dipartiment tal-customer services u fiha hemm jaħdmu tmien impjegati li huma supervisor, tliet general hands, tliet health attendants B u tradesman.", "Żewġ impjegati jagħmlu xogħol regolari ta' tqegħid ta' velenu fis-sistema tad-drenaġġ, tnejn jagħmlu xogħol ta' tqiegħid ta' velenu fil-miftuħ, jiġifieri fl-għelieqi, fl-irħula u l-lokalitajiet kollha ġewwa Għawdex kif indikat lilhom mis-supervisor.", "It-tnejn l-oħra jattendu għall-ilmenti rapportati mill-pubbliku u jagħmlu trattament kontra l-ġrieden fil-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra.", "Wieħed mill-impjegati jkun dejjem fl-uffiċċju biex jilqa' l-ilmenti tal- pubbliku u jkun responsabbli mit-tqassim ta' pakketti tal-velenu lill- pubbliku.", "L-impjegati kollha f'din is-sezzjoni huma responsabbli għat-taħlit u ppakkjar tal-velenu.", "GWIDI LIĊENZJATI", "30320.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għal domanda numru 4901, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm gwidi liċenzjati fil- lingwa Franċiża, Taljana u Tedeska għas-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif ġej:-", "SENA LINGWA IRĠIEL NISA 1999 Franċiża 30 40 Taljana 50 156 Tedeska 42 103", "2000 Franċiża 31 47 Taljana 51 159 Tedeska 42 105", "2001 Franċiża 30 48 Taljana 51 160 Tedeska 41 105", "UFFIĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI", "30321.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għad- domanda numru 21182, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal l-proġett taċ-ċaqliq ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għad- domanda numru 21182 għax il-problema ta' akkomodazzjoni alternattiva għadha ma ġietx solvuta.", "BORMLA - KATUSI TAD-DRENAĠĠ", "30322.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għal domanda numru 1988, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm flejjes intnefqu biex sar il- pipe tad-drenaġġ f'bieb Santa Liena, f'Bormla?", "Meta beda u meta spiċċa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li dan il-kuntratt ġie jiswa bejn wieħed u ieħor Lm13,000 u sar bejn l-1 ta' Marzu u l-bidu ta' Mejju 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li għalkemm qed jingħad li saru l-katusi tad-drenaġġ, il-problema tal-mina ta' Santa Liena għadha ma ġietx solvuta?", "Fil-fatt kull meta tagħmel ix-xita jfur id-drenaġġ u jibqa' sejjer għal pjazza Gavino Gulia.", "Barra minn hekk il-wied jgħolli t- tappiera tad-drenaġġ b'konsegwenza li jsiru ħafna inċidenti tat-traffiku.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif jifhem l-Onor.", "Interpellant, jiena m'iniex daqshekk intiż dwar is-sitwazzjoni tad-drenaġġ f'dawk l-inħawi, pero` għamel sew li ssolleva din is-sitwazzjoni fil-Kamra u nwiegħdu li nirriferi dan l-ilment lil sieħbi, l-Ministru għall-Ambjent.", "SMOKING SHED", "30323.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11601, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk s-smoking shed hijex se ssir peress li din qed taqa' minn ġurnata għal oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hu ppjanat li din tiġi restawrata skond prioritajiet u fondi disponibbli għaċ-Ċentru Malti għar-Restawr.", "JOINT OFFICE", "30324.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "20990, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm dħul minn bejgħ ta' proprjeta` u fidi ta' ċens ġewwa l-joint office għas-snin 2000 u 2001?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Intern): Ninsab informat li d-dħul ta' l-Uffiċċju Konġunt minn bejgħ ta' proprjeta` u fidi ta' ċens fis-snin msemmija kien kif ġej:-", "Sena 2000 - Lm 900.716 Sena 2001* - Lm1,243.590", "* Sa l-4 ta` Diċembru.", "SKOLA PRIMARJA TA' WIED IL-GĦAJN - TEACHER", "30348.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jara li tintbagħat teacher biex tgħallem il-year 6 ta' l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn peress li t-teacher li kien hemm sfortunatament tinsab l-isptar u mistennija tieħu sick leave fit-tul?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li diġa` ttieħdu l-passi biex għalliema oħra tieħu post l-għalliema ta' qabel peress li din tinsab temporanjament assenti fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn.", "SPTAR - MANAGEMENT COMMITTEE", "30353.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid xi status legali għandu s-St Luke's patients' bill of rights li ġie mħabbar dan l-aħħar mill-management committee ta' l-isptar?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Informat li l-bill of rights li qed issir riferenza għalih, inħareġ minn Kumitat għat-Tmexxija ta' Sptar institwit in forza tal-Kap.", "94 ta' l-Ordinanza dwar l- Organizzazzjoni tad-dipartiment tas-saħħa.", "Dan il-kumitat għandu kemm il-poter kif ukoll id-dmir li jirregola b'mod amministrattiv u maniġerjali f'diversi oqsma tas-servizzi tas-saħħa li jiġu mogħtija lil kull min jirrikorri għalihom.", "Dan il-bill of rights huwa l-manifestazzjoni tad-dmir u l-poter diga` msemmi.", "PLANNING AUTHORITY", "30354.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra topic paper li ppreparat l-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar id-demografija?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Intern): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra erba' kopji tat-topic papers dwar id-demografija li ppreparat l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Aktar kopji ta` dawn it-topic papers jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar (www.pa-malta.org).", "PA - NATIONAL AQUACULTURE POLICY", "30355.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar National Aquaculture Policy f'kollaborazzjoni ma' diversi dipartimenti u aġenziji?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Intern): Ta' min jgħid li dan hu pjan nazzjonali u mhux pjan ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar biss.", "L- Awtorita` qed tipprovdi l-koordinazzjoni minħabba l-esperjenza li għandha fit-tfassil ta' pjanijiet u minħabba l-effett li din l-industrija jista' jkollha fuq użi oħra kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar.", "S'issa twaqqaf steering committee magħmul minn rappreżentanti tad- dipartiment tas-sajd u akwakultura, id-dipartiment tal-protezzjoni ta' l- ambjent, id-dipartiment tas-servizzi veterinarji, l-Malta Development Corporation, il-Malta Maritime Authority u l-Malta Tourism Authority.", "Dan il-kumitat iltaqa' diversi drabi u ġew diskussi numru ta' issues li jikkonċernaw l-industrija kif ukoll l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali tagħhom.", "Il-mira hi li jitfassal abbozz ta' pjan sa l-aħħar ta` Frar biex ikun jista' jiġi diskuss ma' l-entitajiet konċernati kollha u mal- pubbliku in ġenerali.", "Dawk konnessi ma' din l-industrija ser jiġu ikkonsultati waqt it-tfassil ta' dan l-abbozz.", "DIPENDENZA FUQ IL-KALMANTI - PROBLEMA", "30356.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid sarux xi studji dwar l-użu ta' kalmanti f'pajjiżna fost it-tfal, l-adoloxxenti, iż-żgħażagħ, nies ta' eta' medja u anzjani?", "Dawn l-istudji juru problema ta' dipendenza fuq il- kalmanti?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Saħħa): Informat li fid- dipartiment tal-psikjatrija ma saru l-ebda studji ta' din in-natura hawn Malta iżda hija xi ħaġa magħrufa mad-dinja kollha li ċerti tipi ta' kalmanti jistgħu jikkawżaw problemi ta' dipendenza fi kwalunkwe eta`.", "PLANNING AUTHORITY", "30357.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-topic paper dwar trasport imħejjija mill-Awtorita` ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Intern): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 30063.", "PLANNING AUTHORITY", "30358.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-topic paper ippreparata mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar social facilities?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Intern): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30247.", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "30361.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħtini lista ta' dawk il-ħwienet kollha u l-business shops li huma liċenzjati għal ġeneru ta' negozju fil- lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħ'Attard?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Intern): Ninsab informat li l-ħwienet kollha u l-business shops li huma liċenzjati għal ġeneru ta' negozju fil-lokalitajiet ta' Ħaż Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħ'Attard huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "NUTARA GRADWATI", "30367.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nutara gradwati bħalissa li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant biex jkunu jistgħu jeserċitaw il-professjoni?", "Jista' jgħid meta huwa previst li jsir l-eżami tal-warrant li jmiss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat għax il-ministru ta' l-edukazzjoni m'għandux x'jaqsam mal-warrant tan-nutara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, kemm-il darba tqajjem is-suġġett dwar programmi apposta għal studenti li għandhom problema biex jitgħallmu, bħal, per eżempju, dawk li jbatu bid-dyslexia.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi tagħmel id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għal dawn it-tip ta' tfal li f'pajjiżna għandna numru konsiderevoli minnhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, il-punt li qed iqanqal l-Onor.", "Membru huwa fil-fehma tiegħi ta' importanza kbira fis-sistema u fl-istrateġija edukattiva u qed nieħdu miżuri biex inkunu nistgħu nassiguraw li t-tfal ta' pajjiżna jkollhom programmi edukattivi li jgħinuhom ilaħħqu ma' l-iskola.", "Tajjeb li ngħid li s-sistema edukattiva tagħna nbdiet fl-aħħar 50 sena u l- mod kif żviluppat wasslet biex ikollna kejl tal-ħiliet ta' l-iżvilupp edukattiv tat-tfal li huwa l-kejl ta' l-eżamijiet.", "Naturalment ikun hemm mumenti diversi u spissi li jvarjaw minn tip ta' skola għal oħra biex wieħed ikun jista' jsegwi l-iżvilupp edukattiv tat-tfal imma meta mbagħad niġu fuq livell nazzjonali għandna żewġ mumenti partikolari; il-mument meta t-tfal jagħlqu l-11-il sena, meta jiġu biex jgħaddu mil-livell primarju għal-livell sekondarju u l-mument l-ieħor meta mbagħad iż-żgħażagħ tagħna jagħlqu s-16-il sena, jiġifieri f'għeluq l-edukazzjoni obbligatorja ta' 16- il sena, fejn it-tfal jagħmlu l-għażla jekk humiex se jagħmlu l-eżami taċ- ċertifikat ta' l-edukazzjoni sekondarja, is-SEC, li jiġi organizzat mill- MATSEC.", "Issa x'qed jiġri, Sur President?", "Meta tara kemm minn dawk it-tfal li jagħlqu l-11-il sena jgħaddu minn dan l- eżami, issib li nofshom jirnexxilhom.", "Għandna grupp li jgħaddi għall-junior lyceum, grupp li jgħaddi għall-iskejjel sekondarji tal-Knisja u grupp li jikkwalifika biex imur fi skejjel sekondarji privati.", "L-istess imbagħad meta niġu għal dak li nsejħulu l-eżami tas-SEC, f'għeluq is-16-il sena.", "Hemmhekk ukoll qisu jkollna n-nofs ta' dawn iż-żgħażagħ li jispiċċaw b'ċertu livell ta' edukazzjoni li huwa attinenti għal-livell sekondarju.", "Irrid nippreċiża li meta qed ngħid nofs u nofs mhux qed inkun xjentifiku imma qiegħed sempliċement ngħid il-livelli approssimattivi biex nispjega l- punt li se nagħmel.", "Jiġifieri sal-lum, f'ċertu s-sens, is-soċjeta` kienet qiegħda taċċetta li s-sistema edukattiva tagħtina dawn ir-riżultati u ftit li xejn inkwetajna fuq x'se jiġri minn dawk li ma jġibux dawn ir-riżultati.", "Din hija r-riflessjoni tiegħi, Sur President.", "L-ewwelnett minn imkien ma jirriżulta li dawk l-istudenti li ma jġibux riżultati kwalifikanti f'dawn l-eżamijiet m'għandhomx intelliġenza.", "Anzi jekk wieħed jagħraf il-ħiliet ta' dawn l-istudenti u jagħraf kif jikkomunika magħhom isib li wħud minn dawn l-istudenti jibbrillaw.", "Huwa veru li mbagħad tmur fuq in-naħa l-oħra ta' l-ispectrum ta' dawn l- istudenti u ssib li għandek studenti bi problemi ta' natura ta' intelliġenza jew inkella li ġejjin minn aspetti soċjali jew minn aspetti ta' ċerti diffikultajiet mentali jew fiżiċi.", "It-tieni, jekk lil dawn l-istudenti tkejjilhom b'metodi differenti ssib li mhux biss għandhom dan il-livell ta' intelliġenza, talli llum is-soċjeta qiegħda tgħidilna wkoll li meta qabel kellna soċjeta` industrijali, dawk li ma kenux iġibu ċerti kwalifiċi edukattivi u akkademiċi, b'xi mod kienu jsibu xogħol.", "Imma llum f'soċjeta` li qed insejħulha soċjeta` intelliġenti u elettronika, dawk iż-żgħażagħ li ma jkollhomx bażi edukattiva ta' kwalita`, se jidħlu f'diffikulta`, anke biex jagħmlu tipi ta' xogħlijiet li sal-lum ma kienx ikun hemm bżonn ċerta ċertifikazzjoni għalihom.", "Per eżempju, qabel kont tista' tidħol taħdem ta' pulizija anke b'edukazzjoni ta' form 3 filwaqt li llum irid ikollok l-\"O\" levels.", "Anke biex tidħol suldat per eżempju.", "Illum dawk li japplikaw biex jidħlu suldati jkollhom sitta, sebgħa jew tmien \"O\" levels għax huma żgħażagħ li qed ifittxu dak it-tip ta' mistjier.", "Qed jiġri wkoll – dan huwa l-aspett l- aktar importanti – li fis-soċjeta` tal-lum, bla edukazzjoni ta' kwalita` bażika, se jkun diffiċli li ż-żgħażagħ tagħna jsibu xogħol.", "Huwa għalhekk li aħna waqqafna l-fondazzjoni għal servizzi edukattivi li qed tagħmel ċerti programmi.", "Wieħed minn dawn jismu \"Ħilti għal ma' l- Istudenti\" u l-ieħor \"Id f'id għal mal-Ġenituri\".", "Barra minn hekk se ndaħħlu kategorija ġdida ta' għalliema li jissejħu \"activity teachers\".", "Dawn jibdew ix-xogħol tagħhom fl-10:30a.m. u jdumu sa l-4:30 p.m. u huma kruċjali biex aħna nbiddlu s-sistemi tagħna ħalli fl-edukazzjoni nkunu nistgħu ndaħħlu ħafna iktar kreattivita`, ħafna iktar hands on, u noħolqu ambjent li jimmotiva ħafna iktar lit-tfal milli stajna nimmotivawhom sal- lum.", "Allura lil dawn l-istudenti qed nimmottivawhom b'ħafna programmi, qed ikollna l-activity teachers u se jkollna wkoll programmi wara l-ħin ta' l- iskola li jissuplimentaw dak li jkun qed isir matul il-ġurnata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anton Refalo, fil-qosor jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ANTON REFALO: X'inhi r-raġuni li l-bord speċjali ta' l-edukazzjoni dwar facilitators f'Għawdex qatt ma jiltaqa'?", "Għaliex dan l-istess bord idum ix-xhur u ġieli anke s-snin biex jittratta applikazzjonijiet ta' ġenituri Għawdxin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant jafx li aħna biddilna s-sistema minn kif kienet qabel.", "Fil-fatt illum teżisti policy ġdida - din ukoll kont poġġejt kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra - li qiegħda taħdem fuq individual educational programme.", "Din is-sistema taħdem billi jsiru laqgħat bejn il-kap, il-ġenituri, l-istudent - fejn ikun il-każ - u nies oħrajn u jiftiehmu fuq programm edukattiv partikolari.", "Jekk dak il- ftehim isir bejniethom, allura jsir fuq l-appoġġ speċjali li jkun hemm bżonn u lanqas ngħaddu għand il-panel li jkun qiegħed hemm biex isegwi.", "Jien informat li jsiru panels ukoll li jiltaqgħu f'Għawdex.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu l-voti għall-ministeru għal Għawdex.", "Bħas-soltu nifforma lill-kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura numru 258 tas-26 ta' Novembru 2001 il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Issa nistieden lill-Ministru għal Għawdex biex jekk jogħġobha, tressaq ir-riżoluzzjonijiet tagħha.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Nipproponi li:", "VOT 47 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 19,562,337 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 47 - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "VOT XI - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,320,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "THE CHAIRMANGrazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 47 MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Personal Emoluments", "Item 11 Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm13,769\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm13,758\".", "Dan biex jirrifletti t-tnaqqis tas-somma ta' Lm11 li l-Gvern ried għal ħlasijiet ta' l-eżamijiet tal-Matsec ta' l-istudenti Għawdxin.", "Delete the figure \"Lm13,769\" and substitute therefore the figure \"Lm 13,758\".", "This is to reflect the Lm11 increase in Matsec examination fees for Gozitan students.", "Dan qed isir biex jirrifletti s-somma ta' Lm11 li l-gvern żied għal ħlasijiet ta' l-eżamijiet tal-Matsec għall-istudenti Għawdxin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, għalkemm smajna li kollox sejjer tajjeb u li mexjin fuq ir-rubini, meta wieħed janalizza fil-fond il-polz tal-pajjiż isib riżultati fin-negattiv.", "M'iniex se nsemmi d-dejn għaliex semmejnieh biżżejjed miż-żewġ naħat.", "Se nitkellem fuq il-familja li hi n- nukleu tas-soċjeta'.", "Il-familja għawdxija qiegħda fi problemi ikbar minn dik Maltija.", "Jekk wieħed jiċċekkja jsib li 80% tal-familji Għawdxin qegħdin f'xifer ta' falliment.", "Dan ifisser li minn kull għaxra għandna tmiena li qegħdin f'xifer ta' falliment.", "Wieħed jistaqsi jekk dan għandux x'jaqsam mal-politika.", "Jiena ngħid li għandu x'jaqsam għax il-familja qiegħda ssib dawn il-problemi kollha minħabba t-tmexxija ħażina tal-gvern.", "Jekk wieħed jara kemm qed idumu barra l-membri tal-familji minħabba l-ħinijiet tax- xogħol isib li huma ħinijiet fenomenali.", "Minħabba l-ħinijiet twal li qed jagħmlu l-ġenituri barra mid-dar, qed ikollna dan il-falliment tan-nukleu tas-soċjeta`.", "Irrid nara l-familja avvanzatx jew marritx lura mis-snin 70 'il hawn.", "Fis- snin sebgħin insibu li l-familja b'paga waħda kien ikollha d-dar tagħha.", "Mhux qed ngħid appartament imma dar.", "B'paga waħda kienet kapaċi teduka lil uliedha u kienet biżżejjed biex tgħix diċenti.", "Illum ir-raġel jaħdem u ma fiha xejn ħażin.", "Ir-raġel ikollu jishar u wkoll ma fiha xejn ħażin.", "Il-mara trid u ma tridx ikollha toħroġ taħdem ukoll.", "Minkejja dan kollu qegħdin f'sitwazzjoni li l-familji lanqas jaffordjaw ikollhom dar.", "Miegħi ġibt leaflet li qed iqassam il-privat biex il-ħaddiem imur jixtri u dan juri f'liema stat wasal il-ħaddiem tal-lum.", "Dan jindika l-polz tal-pajjiż fejn hu sejjer.", "Nistaqsi x'inhu jiġri min-naħa tal-gvern biex jirribatti din il- problema kbira li qiegħda therri s-soċjeta` tagħna.", "Se ngħid x'inhu jiġri min-naħa tal-gvern u min-naħa ta' l-awtorita` tad-djar.", "F'Għawdex minn tliet snin 'l hawn ħarġu 50 maisonette.", "Kien hemm 18 il- Qala, 16 ix-Xewkija u 16 ir-Rabat.", "Għal tal-Qala l-applikazzjonijiet ħarġu erba' darbiet u ttieħdu tnejn minn 18.", "Tax-Xewkija minn 16 hemm tnejn pendenti għaliex għadu ma sarx il-kuntratt fuqhom.", "Tar-Rabat m'għandniex għalfejn ngħidu għaliex.", "Dawn għadhom ħerġin l-ewwel darba u ma tteħdux.", "Wieħed tajjeb ikun jaf x'inhuma l-prezzijiet soċjali li qiegħed jagħti l- gvern.", "Mela l-prezzijiet li qed isejjaħ soċjali jvarjaw minn Lm17,000 sa Lm18,000 fil-każ tal-maisonettes tal-Qala, bejn Lm19,000 u Lm20,000 għal tax-Xewkija u tar-Rabat qegħdin Lm30,000.", "Garaxx li qiegħda toffri l- awtorita` tad-djar għall-ħaddiema bis-sussidju qiegħed stmat Lm12,000.", "Sur President, il-ħaddiem mhux qed ilaħħaq mal-prezzijiet soċjali li offra dan il-gvern.", "Jidher ċar li mhux qed ilaħħaq magħhom għaliex tal-Qala ħarġu erba' darbiet u ttieħdu tnejn biss minn 18.", "Tax-Xewkija l-istess, u tar-Rabat hekk ukoll se jispiċċaw.", "Din hija sitwazzjoni tal-mistħija.", "L- ewwel ħaġa dan juri verament il-qagħda tal-pajjiż u li hija totalment differenti minn kif qiegħed ipinġiha l-gvern, u t-tieni, iktar inkwetanti minn hekk, dawn il-maisonettes se jispiċċaw bl-offerti għal kulħadd.", "Dan għaliex skond il-proċedura ta' l-awtorita` tad-djar, jekk joħorġu erba' darbiet u ma jitteħdux, joħorġu bl-offerti.", "Fejn ma laħħaqx qabel il- ħaddiem, lanqas se jlaħħaq issa.", "Anzi ngħid li iktar u iktar mhux se jlaħħaq.", "Dawn id-djar se jispiċċaw għand kulħadd barra għand min għandu bżonnhom.", "Ma neħodhiex bi kbira jekk se jispiċċaw għand il-barranin, għaliex dawn għandhom kull dritt li jitfgħu l-offerti għalihom.", "Bil-mod kif inhu miexi dan il-gvern, id-djar soċjali se jispiċċaw jew għand il-barrani jew bħala villeġġjatura.", "Sur President, għandi żewġ leaflets li jqassam il-privat u se npoġġuhom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dawn fihom maisonettes għall-bejgħ bi Lm18,500.", "Qatt ma smajniha li l-privat joffri prezzijiet orħos mid-djar soċjali li jagħti l- Istat.", "Qed nisimgħu biha l-ewwel darba f'pajjiżna.", "Dik hija s-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna llum.", "Biex naraw is-sinjali humiex pożittivi jew negattivi ħa nsemmi t-toroq.", "L- istat tat-toroq li għandna f'pajjiżna inkluż t'Għawdex m'humiex aħjar.", "Qed nistaqsi hemmx pjan ta' kif se nirranġawhom.", "Kemm -il darba tlabna biex il- gvern jaqbad sistema fejn it-toroq jiġu rranġati b'tali mod li m'hemmx bżonn jitħarbtu.", "Sal-lum għadna ma rajna xejn.", "Ħaġa iktar inkwetanti hija l-istruttura tat-toroq.", "F'Għawdex għandna toroq li l-istruttura tagħhom tant iddgħajfet li qegħdin fi stat ta' kollass.", "Ilna niġbdu l-attenzjoni imma qatt ma sar xejn.", "Dawn qed jikkollassaw għax huma toroq elevati u minnhom għaddej il-main tad-drenaġġ.", "Għal xi raġuni jew oħra d-drenaġġ u l-affluent ta' ġo fih mhux għaddej kif suppost minn ġol-pajpijiet.", "Qiegħed jillijkja u jherri l-materjal sakemm dawn it-toroq jikkollasaw.", "Hemm it-triq li min-Nadur tieħu għall-Imġarr.", "Hemm oħra perikoluża ferm iktar.", "Din hija t-triq tal-Qaċċa, ix-Xagħra.", "Jekk wieħed imur jaraha jsib li l-livell tat-tarmak niżel b'iktar minn sitt pulzieri.", "Għamlulu ftit konkos biex ix-xifer li hemm ma jkunx perikoluż għat-traffiku għaliex ma jistax jgħaddi minn fuqu.", "Il-ħajt mexa b'iktar minn sitt pulzieri.", "Dak huwa l-istat ta' kif qiegħed jitmexxa dan il-pajjiż.", "Ħalli niġu issa għat-traffiku, problema li qed tifni lil Għawdex.", "Dan għidnieh kemm –il darba u ma sar xejn.", "Mir-rapport li sar dwar it-traffiku jirriżulta li f'pajjiżna l-ammont ta' karozzi qiegħed jiżdied b'madwar 7,000 karozza fis-sena.", "Ħareġ ukoll li l-użu tat-trasport pubbliku f'għaxar snin naqas b'21% flok żdied.", "Se niġbed l-attenzjoni ta' kulħadd.", "Aħna minn hawnhekk ivvutajna biex it-tarriffi jiżdiedu biex jitjieb is-servizz.", "It- tarriffi żdiedu u t-trasport mar iktar lura.", "Forsi xi ħadd joħroġ jgħajjat li hawn ħafna karozzi ġodda għax ħafna flus fl-idejn.", "Mhux veru hawn il-flus fl-idejn.", "Skond esperti barranin iż-żieda tal- karrozzi ma tirriflettix il-qagħda tajba tal-pajjiż imma bil-kontra u se ngħid għaliex.", "Il-bniedem f'ħajtu jkollu tliet ħolmiet.", "L-ewwel waħda hi li jakkwista dar, l-oħra li jakkwista karrozza, u t-tielet waħda li jakkwista s-satar.", "Minħabba li d-dar m'għandux mezzi biex jakkwistaha jmur għat-tieni għażla u jixtrilek il-karrozza bis-self mill-bank.", "Di hija l-qagħda tal- pajjiż u l-polz tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Biex isolvi l-problema tat- traffiku fir-Rabat, il-gvern ġab metodu kosmetiku billi għamel restrizzjoni tal-parking.", "Din mhux se ssolvi l-problemi.", "Fil-mediċina kultant ikun hemm problema li tfejjaqha b'ingwent jew mediċina minn barra.", "Għaldaqstant xi drabi wieħed ikollu jagħmel operazzjoni u jrid taqta'.", "Hekk hi l-problema tat-traffiku ġor-Rabat.", "Trid taqta', u inutli tiġi toqgħod tagħmel affarijiet kosmetiċi.", "Dawn l-affarijiet kosmetiċi qegħdin iħallu effett negattiv fuq il-popolazzjoni għawdxija kollha u speċjalment fuq in-nies tar-Rabat.", "Qegħdin iħallu dan l-impatt għaliex in- negozju, minħabba nuqqas ta' spazju fejn wieħed jipparkja, ħiereġ kollu 'l barra.", "Ma kompliex ħiereġ iktar 'il barra għaliex m'hemmx fejn wieħed jespandi.", "Kieku m'hemmx tilwim familjari fuq ir-raba' li hemm ma ġenb il- ground in-negozju tar-Rabat jispiċċa.", "Din hija l-qagħda preżenti tar-Rabat.", "Kull sena ngħidu li trid issir xi ħaġa konkreta biex insolvu l-problema tat- traffiku fir-Rabat.", "Hemm diversi mezzi li jistgħu isiru.", "Nistgħu nagħmlu parkeġġ suret in-nies jew devjazzjoni tat-traffiku.", "Hemm affarijiet oħrajn fejn il-gvern ma ħax passi.", "L-impatt negattiv jidher ukoll fl-edukazzjoni għawdxija.", "L-akbar xokk li ħadt dan l-aħħar kien meta xi familji qaluli li qegħdin joħorġu t-tfal tagħhom minn ġo skejjel privati.", "Mhux l-iskejjel ta' l-Istat biss marru lura imma anke tal-privat.", "Hija ħaġa nkwetanti, Sur President, għax tirrifletti ħażin fl-amministrazzjoni.", "Meta jkollok l-affarijiet kollha sejrin lura ikun hemm xi ħaġa li ġejja minn fuq.", "Ma ngħidux li l-iskejjel damu xhur sħaħ bla għalliema.", "Illum l-istudenti mingħajr lezzjonijiet tal- privat ma jaslux.", "Qed ngħid dan għal min hu għaref u min m'huwiex.", "Nitlobkom titkellmu mal-ġenituri biex tkunu tafu.", "Jekk wieħed jiċċekkja jsib li bejn l-1987 u l-1996 manutenzjoni ta' l- iskejjel ma sar assolutament xejn.", "Lanqas saru tiswijiet fl-aperturi.", "Kellu jkun gvern laburista, bis-saħħa ta' l-Onor.", "Bartolo, li minkejja s-sena u għaxar xhur żmien li kellu rnexxielu jagħmel survey tal-ħsarat li kien hemm u beda x-xogħol biex iwettqu.", "Dan wettaq parti sostanzjali minnu.", "Naraw mill-1998 'l hawn x'sar.", "Ħareġ rapport ta' xi spejjeż iridu jsiru biex jirranġaw l-iskejjel ta' Għawdex.", "Qed nitkellmu fuq 11-il skola u ċ-ċentri l-oħra.", "Dan jammonta għal kważi Lm1,200,000.", "Kellhom jintnefqu Lm360,000 fis-sena bejn l-1999 u l-2003.", "Rajna li mill-1992 sas-sena 2002 intefqu xi Lm630,000 - lanqas nofs is-somma li kien hemm irrakmandata fir-rapport biex jiġu rranġati l-iskejjel ta' l-Istat.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija u ma jawgurawx tajjeb għall-amministrazzjoni li qed tmexxi.", "Fil-biedja il-qasam esperimentali li kien hemm spiċċa.", "Lill-istat ma kien qed iqumlu xejn għax kien self sufficient.", "Dan kien iġib prodotti sew tal- biedja u sew li għandhom x'jaqsmu mal-bhejjem tar-raħħala minn barra.", "Kienu qed ikabbruhom hemm, jitgħallmu minn fuqhom u jaraw liema prodotti huma adattati għal pajjiżna.", "Il-prodotti kienu jinbiegħu u għalhekk kienu self sufficient.", "Bil-flus li kienu jiġbru kienu jkopru l-ispejjeż tagħhom.", "Barra dan kien qiegħed jiggwida r-raħħala u lill-bdiewa x'tip ta' prodotti għandhom ikabbru u kienu qed jgħallmu lill-istudenti tagħna biex għada pitgħada jsiru bdiewa w raħħala wkoll.", "Minn dan spiċċa kollox.", "Il-qasam ta' l-afforestazzjoni wkoll spiċċa.", "Minflok jindokra l-imsaġar li hemm u jagħmel imsaġar oħra spiċċa qed jagħmel it-tilqit bħall- embellishment fis-central strips.", "Jekk wieħed jara r-rapport ta' ħidma ppreżentat għal din is-sena, isib paragrafu ta' erba' linji biss fuq l-għajnuniet u x-xogħol li sar fil-qasam tas-sajd.", "Hemmhekk hemm ħafna problemi.", "L-ewwelnett hemm il-problema li l- ħut fil-Mediterran qiegħed jonqos minħabba ħafna fatturi inkluż il-ħmieġ tad-drenaġġ u l-iskart li jmur fil-baħar.", "Tajjeb ngħidu li anke tagħna għadu jaqa' hemm sal-lum apparti l-affarijiet tossiċi li qegħdin jiġu mill- ġirien.", "Barra dan hemm ukoll overfishing.", "Min-naħa tagħna qisu m'hu qiegħed jiġri assolutament xejn.", "Hemm ukoll il-problema l-kbira tal-lampuki u lilna l-għawdxin tolqotna b'mod partikolari.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Sur President, għaddiet sena oħra u naħseb li ma nkunx żbaljat jekk ngħid li din kienet sena moħlija għal dan il-gvern.", "Dan il-budget ma jġib l-ebda wens u l-ebda sens ta' inizjattiva għall-poplu Għawdxi.", "Hekk jippermettuli niddobba żewġ kelmiet li kienet qalet ir- Reġina Eliżabetta.", "Naħseb il-budget li għadu kemm għadda kien annos orrible.", "Dħalt f'dan il-parlament fl-1987.", "Niftakar li anke l-Ministru daħlet dak iż-żmien.", "Konna l-iżgħar membri f'din il-Kamra imma llum ngħodd lili nnifsu ma' l-anzjani.", "Gvern wara ieħor u persuna wara l-oħra li kellha r-responsabbilta` ta' Għawdex dejjem raw li dak li huwa Għawdxi mhux biss inħarsuh imma nagħmlu l-isforzi kollha biex intejbuh.", "Sur President, il-Partit Laburista ħadem bis-serjeta` f'dan il-qasam.", "Inkun korrett jekk ngħid li l-pedament kien għamlu gvern Nazzjonalista permezz tal-Ministru Anton Tabone li kien ħareġ bil-konċett ta' reġjonaliżmu għall- gżira Għawdxija.", "Qabel ma tlajna fil-gvern emminna li lil Għawdex irridu verament nagħtuh dimensjoni reġjonali.", "Emminna li l-Għawdxin għandhom problemi kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi għax nafu li dan ix- xiber baħar li jaqsam bejn Malta u Għawdex jikkrea ħafna u ħafna problemi.", "Jekk verament aħna ċittadini minn Għawdex irridu nimxu almenu paripassu ma' ċittadini mill-Mellieħa.", "Aħna ridna li nilleġislaw billi lil Għawdex nagħtuh iktar sehem fit-tmexxija ta' pajjiżu.", "Fi ftit kliem ridna li lil Għawdex niddiskriminaw favur tiegħu u mxejna 'l quddiem.", "Konna aħna – infakkar lil kulħadd – li mill-oppożizzjoni ridna nittrattaw lil Għawdex bħala reġjun.", "Kien il-kap tal-oppożizzjoni li dejjem emmen li dan il-konċett ta' reġjonalita` għandu jaħdem.", "Kien qalli biex immur indur lill-kumitati distrettwali laburisti biex infiehmhom xi tfisser tkun għawdxi u xi tfisser li jkollok taqsam għall-gżira Maltija kuljum għax-xogħol jew studju.", "Għamilna dan biex nagħmlu mozzjoni li tiġi approvata mill-konferenza ġenerali.", "B'hekk il-maltin verament jifhmu xi tfisser li għandek dan ix-xiber baħar jaqsam dawn iż-żewġ gżejjer.", "Ħdimna bis-serjeta` u meta tlajna fil-gvern konna aħna li esponejna t- teorija li Għawdex irridu nittrattawh bħala reġjun.", "Din tfisser li Għawdex għandu problemi partikolari li jridu jsolvuhom l-Għawdxin stess għax huma jafu x'inhuma.", "Għalhekk ħriġna bil-konċett tal-kunsill reġjonali għal Għawdex.", "Kienet idea li aħna emminna fiha u li b'hekk Għawdex għall-ewwel darba kellu parti mit-tmexxija ta' pajjiżu.", "Il-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien kien immexxi mill-Onor.Austin Gatt. li għandu ħafna kwalitajiet tajba u ħafna kwalitajiet inqas tajba, fosthom li jippretendi li jaf ħafna.", "Dan kien ta istruzzjonijiet lill-kunsilli li kienu mmexxijja minn nazzjonalisti biex jagħmlu bojkott lill-kunsill reġjonali.", "Il-kunsilliera nazzjonalisti kienu jafu li huma l-iktar li kienu se jibbenefikaw minn dan il-kunsill reġjonali għaliex kellhom il-maġġoranza ħlief għal-żewġ kunsilli.", "Sur President, ma qtajniex qalbna u mxejna 'l quddiem.", "Iddiskutejna l-white paper ta' dan il-kunsill reġjonali u wara ħriġna abbozz ta' liġi għat-twaqqif tiegħu.", "Illum nieħu pjaċir li dawk li qabel kienu kontra dan il-kunsill fosthom l-MIC u s-sindku ta' San Lawrenz qegħdin joħorġu jgħajjtu favur tiegħu.", "Qed jgħidu kemm hi ħaġa tajba li f'Għawdex ikollok dan il-kunsill reġjonali.", "Dak li fi żmienna kien ħażin illum tajjeb u qed jgħidu li jridu jittrattaw Għawdex bħala reġjun.", "Jiddispjaċini, Mr Chairman, li llum dan is-sens ta' reġjonalita' li dejjem ħdimna għalih mhux talli twarrab iżda tilef kull sens.", "Għawdex tilef kull sens ta' tmexxija ta' pajjiżu.", "Qed ngħid dan għaliex il-gvern ma riedx li Għawdex ikollu l-kamra tal-kummerċ tiegħu għax għandha l-istess isem.", "Dawn kellhom jadottaw l-isem ta' Gozo Business Chamber.", "Jiddispjaċini wkoll li twaqqaf il-kunsill nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l- Għawdxin ma ngħataw l-ebda vuċi fit-tmexxija tiegħu.", "Jiddispjaċini niftaħ gazzetta bħal \"The Times\" u nara mara għawdxija li għandha tifla jew tifel bi bżonnijiet speċjali, tittallab wara l-bieb tal-parlament biex tkellem lill-ministru l-kbir Lawrence Gonzi.", "Jiddispjaċini li l-gvern mhux se jgħin fondazzjoni bħall-Arka li fiha jattendu tfal bħal ta' din il-mara.", "Din bħal ħafna oħrajn ma tafx il-futur ta' bintha u l-gvern minkejja l-appelli li qed isiru qed jibqa' b'widnejn torox.", "Dawn ma jimportahomx.", "Meta fetħu l- Arka marru jippużaw quddiem, jippretendu li huma galloppini li jgħinu lil kulħadd.", "Illum meta ġejna għas-si u n-no il-gvern irrifjuta li jgħin lil din il-fondazzjoni.", "Infakkar li hemm il-mezzi tal-informazzjoni dwar l-Ewropa li minn Lm30,000, għas-sena d-dieħla se jingħataw mhux inqas minn Lm900,000.", "Dan huwa ħażin u jiddispjaċini li l-GTA u l-Gozo Business Chamber m'għandhom l-ebda vuċi fil- liġijiet pilotati fil-parlament anke jekk ikun imdaħħal Għawdex.", "Dawn qatt ma jiġu kkonsultati.", "Dan qed joħnoq lil Għawdex u fejn qabel konna ngħidu li rridu li kull gvern jilleġisla favur Għawdex iktar minn Malta, illum wasalna f'sitwazzjoni li Għawdex qiegħed jitlef kull vuċi li kellu f'dan il- parlament.", "Qabel konna ninsistu u f'kull diskors ngħidu li Għawdex irriduh vetrina ta' Malta.", "Illum Għawdex sar il-vetrina ta' Malta mhux fit-tajjeb imma fil- ħażin.", "Kulħadd jaf bil-parkeġġ ikkontrollat li issa għamlu fir-Rabat u fil- Fontana.", "Dan għamlu l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali mingħajr ma kkonsulta lil ħadd.", "Dan ivvintah u minflok m'għamlu wara biebu jew fid- distrett tiegħu tefgħu fil-gżira Għawdxija.", "Lill-Ministru tal-Ġustizzja jien nagħtih parir biex jagħmlu fid-distrett tiegħu u mhux jiġi jitfgħu fil-gżira Għawdxija fi żmien il-Milied.", "Hija sistema ħażina li hemm bżonn li nirrevedu mill-iktar fis possibbli għaliex qed toħloq konflitt mhux biss bejn il-kunsilli tal-Fontana u tar-Rabat iżda anke bejn nies mir-Rabat stess.", "Hemm nies li huma mir-Rabat u jridu jipparkjaw fiż-zona tar-residenza tagħhom u ma jistgħux.", "Jien kont naħseb li l-Ministru għal Għawdex kienet sejra tqum u tgħid lill-ministru li jekk irid jagħmel dawn l-affarijiet irid jagħmilhom bi pjan u jibdihom mid- distrett tiegħu.", "Illum kif diġa' spjegajt Għawdex sar vetrina ta' taxxi u xejn iktar.", "Jiddispjaċini wkoll li s-surmastrijiet Maltin jingħataw iktar flus għar- riżorsi u materjal edukattiv minn dawk f'Għawdex.", "Din ma nifhimhiex u għalhekk hemm bżonn li Għawdex ikollu vuċi akbar fit-tmexxija ta' pajjiżna.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin naraw li l-Maltin qed jeħdulna d- drittijiet li huma tagħna.", "Sal-lum dejjem għedt li f'Għawdex fi żmien tliet snin ma sar l-ebda proġett.", "L-uniku proġett li sar kien fit-Triq ta' Xħajma li wara xahrejn reġgħet waqgħet.", "Issa qegħdin jerġgħu jagħmluha.", "F'Għawdex hemm tmexxija kompletament ħażina tant li dan l-aħħar sar xogħol fi pjazza t-Tomba fir- Rabat u biex jagħmlu l-ewwel tarmak nefqu eluf kbar ta' flus biex jitfgħu l- ilma għal Fontana.", "Dan biex jinqeda bniedem wieħed.", "Il-kunsill tal-Fontana, bir-raġun għamlilhom mandat ta' inibizzjoni.", "Dawn reġgħu għamlu kollox kif kien qabel.", "Nefqu eluf kbar ta' liri u naħseb li llum il-ministru trid tgħidilna dawn il-flus kollha minn sejjer joħroġhom.", "Ma nafx jekk hux se jħallas il-poplu għawdxi jew xi ħadd ieħor li ħa d-deċiżjoni li jaqbad għal xejn b'xejn jitfa' dan l-ilma kollu fil-Fontana.", "Dan tefgħu meta kienet għadha tibda l-iskola tal-Vajrinġa.", "Ir-riżultat kien konfużjoni sħiħa u ħadd ma jaf fejn sejjer.", "It-Triq ta' Marsalfon ilha minn Ottubru magħluqa sempliċement biex jingħata tarmak lil biċċa minnha.", "Għalquha f'Ottubru u sal-lum għadha magħluqa.", "Dawn huma l-uniċi proġetti li għamlet il-ministru għal Għawdex fit-tliet snin li ilha hemm.", "Dawn il-proġetti safejn naf jien kollha marru l-baħar.", "Mr Chairman, kulħadd jaf li l-Kabinett kollu kien iltaqgħa fil-Ministeru għal Għawdex.", "Hemmhekk ħarġu bl-idea sublimi li jagħmlu ċentru komunali għall-gżira Għawdxija.", "Kulħadd jistenna d-duħħan ħiereġ ħdejn it-Tipai u li xi ħadd minnhom joħroġ jgħid: \"Abemus papam.\"", "Fl-estimi tas-sena 2001 qalu:", "\"During a Cabinet meeting held in Gozo, the minister proposed the building of a Gozo communal centre in Victoria in an area which is currently occupied by the bus terminus.", "This project will include a multi-level underground carpark and improved bus terminus office space to accommodate back offices operations and a new edifice to house the Gozo law courts as well as communal facilities.", "It is aimed that the area be developed to a public/private partnership.", "The tender to construct this assignment to operate the tender is envisaged to be issued during 2001.\".", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Another issue dealt with by the Cabinet was the position which Malta should adopt during its negotiations with the European Union so as to ensure that Gozo obtains the maximum possible benefit from EU membership.\".", "Fl-estimi tas-sena 2001 wieħed isib li fil-kostruzzjoni se tintnefaq is- somma ta' Lm20,000 għal dan iċ-ċentru komunali.", "Għaddiet sena u ma sar xejn.", "Din is-sena suppost ħarġet tender u ssib li fis-sena 2000 nefqu Lm63 u fis-sena 2001 ma nefqu xejn.", "Waqt li fis-sena 2001 kien hemm ivvotat is- somma Lm27,000 din is-sena' niżlet għal Lm10,000.", "Dan huwa l-mod kif qed jimxi Għawdex.", "Il-Kabinett ġie Għawdex jgħid li se jibda jaħdem fuq din l- idea tal-ministru.", "Dan m'hu veru xejn għaliex konna bdejnih aħna.", "Jistgħu jistaqsu lis-Sur Psaila jekk konniex aħna li għaddejnih mill-Planning Authority.", "Dan kien il-pjan tagħna, imma xi ħadd tefgħu quddiem il-ministru u ħarġet bih fil-laqgħa tal-kabinett.", "Qalu li sejrin jagħmlu dan iċ-ċentru u li dan kellu jkun il-proġett tal-millennju li kellu jibda fis-sena 2001.", "Wasalna fis-sena 2002 u għadu ma sar xejn.", "F'sentejn nefqu biss Lm63!", "Il-ministru qalet ukoll li dakinhar il-Kabinett immexxi mill-prim ministru ddiskuta wkoll is-sħubija t'Għawdex fl-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jiftakar lill-ministru tgħajjat u tgħid li Għawdex fl- Unjoni Ewropea se jiġi trattat bħala reġjun.", "Niftakruha tgħid lill- Għawdxin biex iserrħu rashom għax minħabba f'hekk ġejjin il-miljuni.", "Sal-lum kulħadd jaf li ma kien minnu xejn għaliex f'dokument wara l-ieħor l-unjoni ewropea qalet lill-Gvern Malti li Għawdex m'huwiex se jiġi trattat bħala reġjun u f'seminar li kellna dan l-aħħar f'San Lawrenz il-ministru qalet li m'hu veru xejn li Għawdex se jiġi trattat bħala reġjun.", "Il- ministru qalet li kellhom cabinet meeting u Għawdex se jibbenefika mill- protokol ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk kellha tibda steering committee biex jistudja l-effett fuq Għawdex jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li tgħid affarijiet bħal dawn biex tinganna lill-poplu.", "Dan il-kliem ifakkarni fil-famuż catamaran.", "Qabel l-elezzjoni l-ministru qalet li dan il-catamaran ġie jaħdem is-sena kollha u li l-istudenti se jqumu fis-7:00 a.m. u l-ħaddiema jmorru Malta u jiġu lura.", "Din hija politika ta' qerq u ingann.", "Lill-poplu l-ewwel ngħidulu li Għawdex se jibbenefika bil-miljuni imbagħad insibu li lanqas biss hemm studju.", "Jien għadni nistaqsi lil tan-naħa l-oħra jekk sarx xi studju biex jara kif l-Unjoni se taffettwa lil Għawdex.", "Sal-lum għadhom m'għamlu l-ebda studju u l-ministru marret f'San Lawrenz u qalet li se jsir dan il-famuż steering committee.", "(Interruzzjonijiet).", "Safejn naf jien għadu lanqas twaqqaf.", "Il-vot kapital fil-budget huwa ta' Lm132 miljun.", "Minn dan Għawdex se jieħu inqas minn Lm2 miljun.", "Dan jammonta għal 0.013% mill-vot kapitali.", "Dan hu inqas minn 1% tal-vot kapitali.", "Jiddispjaċini ngħid li dan m'huwiex mod kif wieħed jamministra l-gżira ta' Għawdex.", "Fejn jidħol iċ-ċentru komunali jmissu nħadem xogħol bis-serjeta`.", "Jekk veru rridu li jkollna underground carpark irridu nagħmlu ring road madwar ir-Rabat u nistaqsu hijiex vijabbli jew le.", "Ma nistgħux naqbdu u nivvintaw sistema ta' l-ipparkjar f'zoni a, b, u c. Dawn huma affarijiet tad-daħk.", "Issa għandna l-arloġġ tal- karti ta' Austin Gatt.", "Dan irid jitwaħħal mal-karozza sakemm wieħed jipparkja u jekk ma jneħħiħx jeħel multa ta' Lm40.", "Dawn huma multi fuq il- poplu Għawdxi.", "Nixtieq li llum il-ministru tgħidilna jekk hijiex kontra jew favur li f'Għawdex ikun hawn dawn iż-żoni.", "Punt ieħor importanti huwa dwar il-qasam edukattiv.", "Jekk tara r-rapport ta' ħidma dwar Għawdex issib li l-ministru qalet li għamlet ħafna xogħol fil-qasam edukattiv.", "Safejn naf jien dan m'hu veru xejn għaliex fil-qasam edukattiv l-iktar li mar ħażin huwa Għawdex.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Evarist Bartolo mill-istudju li sar fl-1999 fuq studenti ta' seba' snin instab li l- istudenti Għawdxin fil-lingwa maltija w ingliża għandhom livell ta' edukazzjoni ferm iktar baxx minn sħabhom il-maltin.", "Jirriżulta wkoll li f'Għawdex is-sena l-oħra 185 student spiċċaw l-iskola sekondarja.", "85% tagħom lanqas qagħdu għall-eżamijiet fil-ħames suġġetti bażiċi waqt li minn dawk li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec kien hemm nofshom li ma għaddewx.", "Jirriżulta wkoll li nofs l-istudenti li attendew l-iskola sekondarja m'attendewx l-iskola post-sekondarja.", "Sibna li minn 218 student Għawdxi li spiċċaw l-iskola post-sekondarja 159 biss bdew degree fl-universita`.", "Dan huwa ħafna inqas minn Malta.", "Jirriżulta wkoll li din is-sena 112 Għawdxi ggradwaw pero` d-doppju ta' dak l-ammont spiċċaw l-iskola sekondarja mingħajr ċertifikati.", "Irrid insemmi wkoll il-vakanzi tal-kapijiet u assistenti kapijiet.", "Jidher ċar li fil-qasam edukattiv il-ministru għal Għawdex m'għandhiex kontroll.", "Għalkemm l-iskejjel ilhom miftuħa minn Ottubru l-vakanzi tal-kapijiet u assistenti kapijiet ta' bosta skejjel għadhom sal-ġurnata tal-lum ma mtlewx.", "Dawn huma l-ikbar skejjel f'Għawdex.", "Dawn huma l-iskola post- sekondarja, il-Liċeo Ninu Cremona tas-subien kif ukoll l-iskola sekondarja u l-junior lyceum tal-bniet Agius de Soldanis.", "Dawn għadhom immexxija minn assistenti kapijiet.", "Hemm ukoll vakanzi tal-assistenti kapijiet.", "F'Settembru ta' din is-sena, Sur President, ġew trasferiti xi assistenti kapijiet fil-gżira Għawdxija imma dawn, għax irranġaw, ma dehru qatt.", "Tawhom transfer u ma dehrux bil- konsegwenza li hemm skejjel bħal Agius de Soldanis u oħrajn mingħajr assistenti kapijiet.", "Sa Novembru ta' din is-sena kien hemm vakanzi ta' għalliema fil-Franċiż fl- iskola sekondarja tal-bniet u fil-fiżika u l-Malti fil-post-sekondarja u f'postijiet oħrajn.", "Din hija l-edukazzjoni li skond il-ministru mxejna 'l quddiem fiha.", "L-indafa fl-iskejjel sekondarji wkoll sejra lura.", "Hemm nuqqas kbir ta' purtinara bil-konsegwenza li qegħdin jibagħtu purtinara mill-iskejjel primarji.", "B'hekk anke l-indafa fl-iskejjel primarji sejra lura.", "It-trasport tat-tfal, speċjalment ta' l-iskejjel sekondarji huwa fi stat tal-biki u studenti li jridu jattendu xi lezzjonijiet qabel il-ħin normali qed jibqgħu l-art mingħajr trasport.", "Se ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-edukazzjoni inklussiva.", "Hemm ħafna talbiet mill-ġenituri biex il-bord speċjali tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni jiltaqa' Għawdex biex jittratta l-applikazzjonijiet tagħhom għall- facilitators.", "Dan il-bord qatt ma ltaqa' fil-gżira Għawdxija u l- applikazzjonijiet idumu biex jiġu trattati xhur u anke snin.", "Hemm il-kwestjoni tat-taqsima tal-programmi ta' l-EU.", "Nistaqsi lill- ministru biex tgħidli kemm Għawdxin qegħdin jibbenefikaw minn programmi bħal Socrates.", "Nixtieqha wkoll tgħidli x'ġara fuq il-ftuħ ta' l-MCAST f'Għawdex.", "Sur President, wara li nfetaħ dan iċ-ċentru f'Malta bdew jgħidu li l-MCAST se jiftaħ aġenzija f'Għawdex ukoll.", "Wara ħabbru li għalliem wieħed biss kien se jiġi reklutat għal din l-iskola.", "Tħabbar ukoll li se jibdew xi korsijiet u oħroġ il-għaġeb il-ftit korsijiet li kienu se jibdew kienu l-istess korsijiet li kienu qed jiġu offruti lill- Għawdxin fil-post sekondarja.", "Is-secretarial course kien ilu jsir bosta snin.", "Din is-sena ma sarx u hemm bżonn li l-ministru tgħidilna r-raġuni għaliex.", "Il-hostel tal-Qala li kienet tintuża biex ikun hemm skambju ta' studenti barranin u Maltin ma' studenti Għawdxin ingħalqet bl-iskuża li se jsir refurbishment u għadha magħluqa sallum.", "Kien hemm xogħol ta' manutenzjoni li kien imwiegħed li jsir fl-iskejjel ta' Kerċem, Għajnsielem u x-Xewkija u sal-lum għadu ma sarx.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li din il- fondazzjoni se jkun hemm ivvotat mhux inqas minn somma ta' Lm600,000.", "Nixtieq li l-Ministru għal Għawdex tgħidilna minn dawn il-flus kemm se jiġu vvotati għall-fondazzjoni tal-iskejjel t'għada.", "Il-kunsill ta' l-edukazzjoni għal Għawdex twaqqaf għal gżira Għawdxija, Sur President.", "Hemm bżonn li l-ministru tgħidilna x'ħareġ minn dan il-kunsill.", "Nixtieq inkun naf, per eżempju, qattx ġie diskuss it-twaqqif ta' l-MCAST f'Għawdex jew jekk saritx pressjoni ma' l-awtoritajiet ta' Malta biex l- Għawdxin jingħataw scholarships bħal sħabhom il-Maltin.", "Nistaqsi wkoll jekk dan il-kunsill għamilx xi studju dwar ħteġijiet futuri ta' skejjel ġodda.", "Minn dan naraw li dak li jingħad mhux veru.", "M'hu veru xejn li fil- qasam edukattiv il-gvern Nazzjonalista mar 'il quddiem, kif ma marx 'il quddiem fit-turiżmu.", "Rigward it-turiżmu nsemmi ċifra waħda, dik tal-coaches.", "Sa Novembru ta' din is-sena n-numru ta' coaches għad-day trippers kien 5,523 filwaqt li għas-sena 2000 għall-istess perijodu kien 6,164.", "Kien hemm tnaqqis ta' madwar 1,000 coach ta' day trippers tat-turisti.", "Ma noqogħdu nwaħħlu f'ħadd għax fit-turiżmu ma nafux fejn sejrin u ma nafux fejn se nibdew.", "Qed niftaħru li rridu niddiversifikaw u li rridu nfittxu n- niċeċ u sal-lum jien għadni ma nafx x'inhi l-politika tal-gvern dwar il- golf course, dwar il-casinos u dwar il-yacht marina.", "Wara tliet snin il- ministru hemm bżonn tqum u tgħidilna jekk hijiex favur li f'Għawdex ikollna golf course, yacht marina u casino.", "Ma rridux inwaħħlu fil-qagħda internazzjonali ħażina għax in-nazzjonalisti jixtiequ li Bin Laden qiegħed Għawdex jew Malta biex jibdew iwaħħlu fih ta' kollox.", "Jidher li fit- turiżmu sejrin lura u issa qegħdin jiftaħru li l-occupancy rate fil-lukandi kibret.", "Dan m'hu veru xejn.", "Dawn huma ċifri li jivvintaw huma u hemm bżonn li anke fit-turiżmu nimxu bis-serjeta'.", "Hemm bżonn li llum il-ministru għal Għawdex tgħidilna wkoll x'inhi l- pożizzjoni tal-ħaddiema tal-Gozo Channel.", "Taħt l-Onor.Debono Grech il-Gozo Channel imxiet bis-serjeta' u marret 'il quddiem u min hawn nixtieq ngħidlu prosit.", "Tant kemm imxejna bil-għaqal li ma daħħalna lil ħadd jaħdem mal- Gozo Channel.", "Il-poplu Malti u Għawdxi jafu dan.", "Kien hemm ħaddiema li tan- naħa l-oħra daħħluhom għal kuntratt ta' sena biex jirbħulhom il-vot.", "Aħna konna nafu li dawn huma nies tal-familja u daħħalnihom.", "Issa l-pożizzjoni tbiddlet u hemm ħafna nies li qed jiġu ngaġġati fis-sistema tal-catering biex ma jkunx hemm kritika.", "Dawn imbagħad jidħlu eventwalment mal-Gozo Channel.", "Fuq din ħadd ma merieni.", "Ħafna drabi fuq il-vapur ikun hemm ħaddiema aktar minn passiġġieri.", "Issa se jkollna vapur ġdid ieħor u diġa nafu min huma n-nies li se jkunu ngaġġati.", "In-nies jitkellmu ħafna.", "L- għaġeb tiegħi m'huwiex għax ma jidħlux Laburisti imma għaliex jidħlu nies li jkunu għadhom kemm ġew mis-safar jew ikunu bil-pensjoni.", "Dawn huma nies li jaqilgħuha tajjeb u għandhom ħafna flus.", "Bil-wegħda li jidħlu fil-Gozo Channel, iġibuhom minn Malta u jdaħħluhom jaħdmu.", "L-għaġeb tiegħi hu li dawn in-nies m'għandhomx bżonn jaħdmu u wieħed isibhom mar-rampa tal-vapur.", "Hemm min ma ħax promozzjoni waħda u hemm min f'xahrejn jew tlieta ħa tlieta.", "Issa ħriġna b'oħra tajba.", "Dawn ħarġu tender biex jistudjaw kif għandha tinqasam ir-rotta tal-Gozo Channel.", "Ma naħsibx li biex wieħed jagħmel skeda hemm bżonn joħroġ tender.", "Biex tagħmel skeda tajba ma tridx tagħmilha kif inhi llum għax ħadd ma jaf il-ħinijiet.", "Din għandha ssir bis-siegħa u bin- nofs siegħa.", "Jista' jiġri li kull siegħa jitlaq minn Għawdex u kull siegħa u nofs jitlaq minn Malta.", "Dan biex nevitaw it-taħwid li l-vapur ikun f'u kwaru u f'neqsin kwart.", "Illum biex wieħed ikun jaf il-ħinijiet irid joqgħod bil-karta f'idu.", "Lill-Gozo Channel fallewh.", "Meta joħorġu l-audits inkunu nafu x'għamlulu lill-Gozo Channel.", "Dan suppost huwa servizz soċjali.", "Dan m'aħniex ngħiduh aħna iżda qalu wkoll il-Gozo Business Chamber meta ltaqa' mal-mexxej tagħna, Dr Alfred Sant.", "Kien qal li fil-Gozo Channel għad hemm l-inkwiet.", "Nafu li l-Gozo Channel sejra l-baħar u nafu li l-ministru kissritha.", "Hawnhekk ngħid li l-Partit Laburista għandu l-pjanijiet tiegħu għall-Gozo Channel.", "Il-mexxej tagħna qalilhom li l-ewwelnett m'aħniex se ngħollu l- prezzijiet tal-Gozo Channel, pero' għandna nħarsu bis-serjeta' l-aspett soċjali.", "Se nkunu attenti li ħadd ma jagħmel l-oxxenitajiet li qed isiru bħalissa.", "Nagħlaq hawn, Mr Chairman, għaliex il-ħin tiegħi spiċċa.", "Irrid ngħid li jien għandi viżjoni u ħolma għal Għawdex.", "Irridu nkomplu nimxu kif konna qed nimxu qabel u kemm jista' jkun f'Għawdex inġibu xogħol għall-Għawdxin.", "Irridu nkomplu l-proġetti li konna bdejna bħal huts għas-self-employed.", "Jeħtieġ inkomplu b'dan ix-xogħol sabiex is-self-employed Għawdxi nagħtuh il- post fejn ikun jista' jaħdem u mhux jiġi rrapportat il-ħin kollu mill- planning authority.", "Għandna viżjoni li kull Għawdxi jkollu sehem fit-tmexxija ta' pajjiżu u li l-ebda persuna ma tkun għar-rimi; sew nazzjonalisti u anke laburisti.", "Il- viżjoni tagħna hija l-enfasi reġjonali, fejn l-Għawdxin stess ikollhom vuċi fit-tmexxija ta' pajjiżhom.", "L-Għawdxin stess għandu jkollhom is-saħħa li jgħidu x'inhu importanti għall-gżira tagħhom.", "Għandna ħolma fejn l-Għawdxin stess ikollhom is-servizzi kollha fil-gżira tagħhom.", "B'din il-viżjoni rridu li nimxu 'l quddiem għall-ġid tal-poplu Għawdxi.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, l-argumenti tiegħi se nipprova nagħmilhom b'mod telegrafiku imma se jkunu bbażati fuq l- argumenti li l-oppożizzjoni ilha tiżviluppa f'dawn l-aħħar diskussjonijiet dwar il-budget, ċertament applikabbli għal Għawdex.", "L-argument huwa li fir- rigward ta' Għawdex għandna budget nieqes minn kull inizjattiva u minn kull wens.", "Qed inħarsu lejh wara tliet snin moħlija ta' gvern li għandu ħafna bluff u ħafna kliem sabih imma meta jiġi għall-prattika mhux kapaċi u m'għandux ir-rieda li jwettaq.", "F'Għawdex din il-ħaġa ħarġet b'mod ċar.", "Aħna konna qed nipprovaw nimbottaw 'il quddiem l-argument u l-viżjoni ta' Għawdex bħala reġjun pero' din il-viżjoni mhux talli twarrbet, talli Għawdex qed tiġi pproġettata minn dan il-gvern bħala barunija mmexxija minn ministru li qed tħares lejn kullimkien b'mod fewdali.", "Il-vassalli tagħhom neżlin kollha 'l isfel u min huwa personalment relatat ma' dak il-vassall jingħata kull ċans li jimxi 'l quddiem.", "L-oħrajn imsieken imwarrbin.", "Għandna viżjoni ta' Għawdex li hija mxekkla ċertament bil-klijenteliżmu sfrenat fejn qisu l-prinċipju ta' kif titmexxa gżira bħal dik hija klijentelistika u m'hemmx mod ieħor kif jiġi żviluppat futur aħjar.", "Kif għadhom kif qalu sħabi l-Onor.", "Carmelo Borg u l-Onor.", "Anton Refalo, hemm min għandu l-viżjoni li Għawdex jista' jimxi 'l quddiem permezz tal- klijenteliżmu, it-tribu` u l-battalji tal-barunissa li tmexxih.", "Il-viżjoni tagħna hi li lil Għawdex nagħtuh in-nifs.", "Imbagħad hemm inkompetenza sħiħa li timmina l-mod kif nistgħu niżviluppaw toroq ġodda għal Għawdex.", "L-aktar ħaġa li laqtitni din l-aħħar sena hija kemm żdied il-livelli ta' biżgħa fost l-Għawdxin.", "Hija biżgħa li jgħidu l-affarijiet kif inhuma.", "L- Għawdxin jiġu u jgħidulna \"Ara ma tmurx tirripetiha jew issemiha fil- pubbliku quddiem ħaddieħor għaliex ikunu jafu minn fejn ġiet l- informazzjoni\".", "Minħabba f'hekk l-omerta` mibnija madwar din is-sistema ta' barunija ddur kontra tagħhom u jien naħseb ħaġa bħal din tagħlaq il- perspettivi ta' l-iżvilupp għal Għawdex, aktar u aktar għaliex nerġa' ngħid li f'linja mal-kritika li qed nagħmlu dwar il-budget jinħass ċar sens ta' telqa.", "F'dawn l-aħħar sentejn, speċjalment f'ċerti toroq u postijiet f'Għawdex li qabel kienu jinżammu b'ċerta kura, naqqsniha sew u din tinħass b'mod palpabbli.", "Hemm ukoll is-sens ta' nuqqas ta' wens li se nitkellem fuqu.", "Inizjattivi li ħarġu minn Għawdex f'dawn l-aħħar tliet, erba' jew ħames snin tħallew permezz ta' dan il-budget u permezz ta' nuqqas ta' inizjattiva, responsabbilta`, ħeġġa, jew ħila tal-ministru għal Għawdex, imdendla fuq iz-zokk u issa qed jisparaw fuqhom ukoll.", "Sur President, jien nixtieq li nitkellem ftit fuq id-degradazzjoni li għaddejja fit-tmexxija ta' Għawdex u se nitkellem b'mod ċar għax xbajt li kulħadd jitkellem b'mod ġenerali.", "Anzi sħabi llejla kienu konkreti.", "Meta wieħed jitkellem ma' l-Għawdxin jgħidulek affarijiet konkretissimi u jafu eżattament fejn hu t-taħsir u kif qed jinfirex.", "Għaldaqstant hemm id- diċenza w l-omerta` li żżomm lura milli l-affarijiet jintqalu.", "L-iktar ħaġa li qed tispikka hija l-inkompetenza tal-Ministeru għal Għawdex.", "Il- Ministeru għal Għawdex qed jeżisti biss biex jinqdew ċerti nies.", "Ta' min igħid li dawn m'humiex in-nazzjonalisti kollha jew nazzjonalisti li jixirqilhom, iżda nazzjonalisti li huma tal-qalba u li huma ta' ċerta klikka jew ta' ċerti Vassalli.", "Minħabba f'hekk l-affarijiet li hemm bżonn li tittieħed azzjoni fuqhom jaqgħu lura.", "Sħabi semmew l-edukazzjoni u se nkun qed nirripeti ċerti affarijiet imma tajjeb li jsir hekk.", "Kieku jien kont il-Ministru għal Għawdex l-aktar ħaġa li kont nara ċara hija l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Ma jistax ikun li tħalli ż-żewġ skejjel li huma l-pilastri ta' l-edukazzjoni f'Għawdex mingħajr kap.", "Ma jistax ikun jitmexxew minn assistent kap biss.", "Dawn huma s- Sir Mikel Anġ tal-further studies – is-sixth form - u l-kumpless Ninu Cremona.", "Dan fih l-iskola sekondarja tas-subien u l-junior lyceum.", "Ma tistax tkun ministru għal Għawdex u ma tiħux azzjoni fuq affarijiet bħal dawn.", "Din ma tinvolvix ħafna affarijiet.", "Wara kollox biex inċaqilqu n-nies fil-Gozo Channel, fil-pulizija u fl-isptarijiet qed ikollna vakanzi.", "Ma jistax ikun li fl-iskejjel primarji ta' Sannat u ta' San Lawrenz la jkun hemm kap u lanqas assistent kap.", "Hemmhekk lanqas hemm bżonn xi saħħa kbira iżda ftit impenn.", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Anton Refalo u l-Onor.Evarist Bartolo id- degradazzjoni fil-livelli ta' l-edukazzjoni f'Għawdex qed tkun lampanti.", "Qabel konna nemmnu li fil qasam tal-edukazzjoni f'Għawdex ma tantx hemm problemi.", "Jien ngħid li hemm ħafna.", "Ma jistax ikun li f'sitwazzjoni bħal din nibqgħu b'idejna msallbin u qisu ma ġara xejn.", "Se nsemmiha u ma nitkellimx iktar fuqha.", "Din hija l-problema tal-istudenti universitarji għawdxin u l-istipendji li qed jingħataw biex ilaħħqu mal-problemi li għandhom f'Malta.", "Il-Ministru għal Għawdex qisha li ma tafx bihom dawn l- affarijiet.", "Għalqet widnejha għalihom u m'għamlet xejn.", "Fit-tmexxija tas-saħħa f'Għawdex hemm rebus.", "Fuq ordni tal-Ministru stess tnaqqas l-ikel li jingħata lill-pazjenti fl-Isptar Ġenerali.", "Il-vot tnaqqas bi 15%.", "Irrid nistaqsi b'liema mod qed jiġi mmaniġġjat dan it- tnaqqis u għaliex sar fuq l-ikel tal-pazjenti li hemm fl-isptar.", "Insemmi wkoll it-tħarbit fil-management tas-sistema tas-saħħa u se nagħti eżempju wieħed.", "M'hemm l-ebda sens ta' kordinament meta tinqala' problema.", "Fid-19 ta' Novembru, l-ispeċjalista ta' l-għajnejn li hemm Għawdex, Dr Evan Vella kellu jitla' Malta biex jixhed il-qorti.", "Ir-regola hi li wieħed ikun jaf minn qabel li se tiġri ħaġa bħal din u jitla' speċjalist ieħor minfloku waqt li jkun nieqes.", "Dawn m'għamlux hekk.", "Wieħed mill-pazjenti li mar hemmhekk għalxejn u li kellu każ urġenti, kien jaf kif għandhom isiru l- affarijiet.", "Ħaddieħor ma kienx jaf u bagħtuh lura d-dar.", "Dak li kien jaf esiġa li jintbagħat San Luqa.", "Qalgħu ambulanza mit-tnejn li hemm Għawdex u ħaduh biha San Luqa.", "B'riżultat ta' dan f'Għawdex spiċċaw b'ambulanza waħda minflok bi tnejn.", "In-nies l-oħrajn li marru biex jinqdew intbagħtu d-dar.", "Dan m'huwiex il-mod kif jitmexxa Għawdex, meta suppost li għandna ministeru li qiegħed hemm preċiżament biex b'mod diċentralizzat jorganizza s-sistemi amministrattivi.", "M'aħniex resqin lejn il-kunċett ta' Għawdex bħala reġjun u suppost il-ministeru għal Għawdex kellu jgħin f'ħaġa bħal din.", "Biex inkun ġust din kienet qed tiġri taħt il-ministru preċedenti - għalkemm ma tantx għandi simpatija miegħu politikament - Nazzjonalista Tabone.", "Hemmhekk kona mexjin u konna mexjin aktar taħt gvern Laburista.", "Issa mhux talli m'aħniex resqin lejn sens reġjonali talli anke l-kunċett ta' diċentralizzazjoni fit- tmexxija qed jiġi mminat minn taħt.", "Se nkompli nagħti l-eżempji.", "Sur President, l-aktar ħaġa li qed turta l-Għawdxin hija n-nuqqas ta' kontroll fuq ix-xogħol privat li jingħata u li jgħaddi mingħand il-ħaddiema tal-gvern li suppost qed tikkontrolla l-Ministru.", "M'hemmx sistema ġusta u ma nafx kemm jista' jkun hemm iżda għallinqas jekk trid tagħlaq għajnejk fuq xi ħadd trid tagħlaq għajnejk fuq xi ħaddieħor ukoll.", "Jien ngħid li ma trid tagħlaq għajnejk fuq ħadd jekk trid tkun ġust, imma jidher ċar li hemm sistema istituzzjonalizzata li jekk inti ta' ċertu kulur jew ta' ċertu vassall tista' tagħmel li trid.", "Tista' toħroġ mix-xogħol waqt il-ħin tax- xogħol tal-gvern u tagħmel li trid.", "Se nsemmi l-każ ta' xi ħadd li jismu Loretu Debono.", "Loretu Debono huwa magħruf ma' l-Għawdxin kollha.", "Dan jaħdem mal-gvern u waqt il-ħin tax-xogħol ikun għaddej b'kuntratti biex jagħmel is-swimming pools fil-farmhouses.", "Dan qed isir waqt il-ħin tax-xogħol.", "Ma naħsibx li qed insemmi lil xi ħadd li ma jafu ħadd.", "Dan kulħadd jaf bih.", "Waqt li lil dan ħadd ma jagħti kasu għax qisu qaddis, lill-ħaddieħor nimxu mod ieħor miegħu.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-permessi biex in-nies jaħdmu ġimgħa ta' sitt ijiem minflok ħamsa.", "Kien hemm sistema li fi żmien il-gvern Laburista u anke qabel ikun hemm min li minflok jaħdem ħamest ijiem jaħdem sitt ijiem mal-gvern.", "Wieħed kien jirranġa l-ħinijiet tiegħu b'mod li dak li jaħdem f'ħamest ijiem jaħdmu f'sitta.", "B'hekk il-kontrolli jillaxkaw u jsiru aktar flessibbli.", "Fi żmien il-labour din il-ħaġa kienet issir – jista' jikkonfermaha Anton naħseb - permezz tal-go ahead ta' l-MPO minn Kastilja.", "Din kienet issir mhux skond xi jgħid il-prim ministru jew xi ministru imma skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Din issa nbidlet.", "Issa qed tiġi riferibbli biss lill-kap tal-barunija li għaddejja bħalissa f'Għawdex.", "Minħabba dan hemm ċerti nies li qed jagħmlu din il-biċċa xogħol u ċerti nies li ma jagħmluhiex.", "L-abbużi li għaddejjin f'Għawdex kulħadd jaf bihom.", "Hemm impjegata fir- reġistru pubbliku, per eżempju, li ngħatat il-permess u għaddejja fuq sitt ijiem.", "Dan kulħadd jafu.", "Hemm persuna oħra li kienet ex-kunsilliera tal-PN ġewwa ż-Żebbuġ u li qed taħdem fl-iskola sekondarja de Soldanis.", "Fuq dawn l-affarijiet m'hemmx kontrolli u jekk hemm, m'humiex serji.", "Dawn m'humiex kontrolli li wieħed jista' jafda fuqhom u evidentement huma maħduma fuq bażi personali fil-kwestjoni tal-vassali.", "Sur President, fil-medjuevu meta wieħed ikun vassall kienu jidilkulu jdejh biż-żejt.", "Bħalissa s-sistema' hekk qed taħdem.", "Jekk wieħed ikun vassall tal- barunija, jkun x'kulur ikun, jidilkulu jdejh biż-żejt u għalhekk Għawdex sejjer lura b'mod palpabbli.", "Nixtieq nerġa' nsemmi l-biżgħa li wieħed jitkellem għaliex din teqred l- armonija u kieku kulħadd ikun jista' jitkellem ir-riperkussjonijiet ikunu ħafna aħjar.", "Dan il-fatt ibeżżagħni għaliex Għawdex hija gżira mimlija b'inizjattiva u n-nies t'hemmhekk ifuru bl-ideat.", "Din is-sena' żort postijiet ta' nies li qed jivvintaw modi ġodda ta' kif mill-art t' Għawdex joħolqu xejriet li minnhom ittellgħu l-għeneb.", "L- inizjattiva hemmhekk qiegħda imma iktar ma tikber il-biżgħa li qed tiġi njettata fil-poplu Għawdxi inqas nara li għandha futur.", "Se nagħti eżempju ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mat-telqa u n-nuqqas ta' inizjattiva, ta' ħeġġa u ta' direzzjoni tal-Ministeru t'Għawdex f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif ittieħdet, per eżempju, id-deċiżjoni tal-parking ġewwa r-Rabat, Għawdex.", "M'hu veru xejn li kien hemm xi involviment ta' xi ħadd b'mod serju.", "Id-deċiżjoni ma tteħditx mill-Ministru għal Għawdex.", "Fil-fatt jien infurmat li l-Ministru għal Għawdex fil-Kabinett qalet li ma taqbilx ma' dak li qed jiġi propost.", "Id-deċiżjoni ħadha l-Ministru tal- Ġustizzja u Gvern Lokali.", "Veru li għandu xi rabtiet ma' Għawdex, imma m'għandux jiddeċiedi kif se jittieħdu d-deċiżjonijiet fiċ-ċentru tar-Rabat.", "Il-Ministeru għal Għawdex baqa' jħares u aċċetta u għalhekk nibqa' nemmen fil-kunċett tagħna.", "Bħalma qalu sħabi llum, il-kunċett ta' Għawdex bħala reġjun nemmnu fih biex ikun tabilħaqq hemm, mhux biex taparsi nagħmlu xi forma ta' rappreżentazzjoni qisna qed naraw il-vari tal-Ġimgħa l-Kbira għaddejjin u kollox ikun manipulat minn xi ħadd moħbi.", "Sur President, nerġa' ngħid li bħalissa t-tmexxija t' Għawdex qiegħda mibnija żżejjed fuq klijenteliżmu sfrenat li qed inawwar il-prospetti ta' din il-gżira.", "Dan huwa dnub kbir u nerġa' ngħid li l-klienteliżmu m'huwiex maħsub biss favur in-nazzjonalisti imma favur in-nazzjonalisti li jżommu mal-ministru konċernat.", "Għedtha s-sena li għaddiet, nerġa' ngħidha din is- sena u ngħid li kompliet tisferra għaliex l-istejjer li smajna huma veru.", "Ivverifikajna l-istejjer ta' kif qed isiru l-ħatriet fil-Gozo Channel.", "Hemm nies li jagħmlu xahrejn jew tlieta, ikollhom il-go ahead ta' xi ħadd, u jispiċċaw f'impjieg mal-Gozo Channel.", "Meta jien staqsejt liċ-chairman, is-Sur Sullivan kif iħallu dawn l- affarijiet jiġru qalli li ma jafx bihom.", "Meta jkollhom bżonn in-nies imorru għand il-korporazzjoni ta' l-impjiegi u t-taħriġ t'Għawdex u tiddeċiedi hi.", "Meta staqsejtu mbagħad min huwa inkarigat jew min għandu saħħa fil-korporazzjoni ta' l-impjegi u t-taħriġ insibu barumbara u nsibu li hemm nies f'postijiet differenti biex nispiċċaw għall-punt tad- deċiżjoni.", "Naħseb li għalhekk ikunu jafu kemm ġejjin nies mill-Kanada biex imbagħad ikun hemm xi ħadd li ilu sitt snin jistenna biex jidħol jaħdem..", "U dawn m'humiex Laburisti biss.", "Hemm Nazzjonalisti wkoll f'din il-qagħda.", "Għaldaqstant jekk wieħed għandu l-barka jew xi ħadd jiġi minnu li għandu jdejh midluka biż-żejt tal-barunija ikun jista' jasal fejn irid.", "Jien ngħid li dawn l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk.", "Jien nemmen li hemm bżonn li nitkellmu bl-iktar mod ċar għaliex qegħdin jimmilitaw kontra l-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet serji ħalli l-potenzjal kbir ta' Għawdex ma jibqax imwarrab iktar.", "Sur President, dan ma ngħidux biss f'sens ekonomiku imma anke fis-sens soċjali.", "Jien bqajt imbellah meta qrajt il-ħneżrijiet li qal il-Viċi Prim Ministru Lawrence Gonzi l-bieraħ fuq il-fondazzjoni Arka.", "Jekk hemm xi ħaġa li wriet kemm dan il-budget hu bla qalb u stonku ħażin din hija l-mod kif ittratta l-fondazzjoni Arka.", "Kien l-Onor.", "Gonzi nnifsu li lill- fundaturi ta' l-Arka meta kellmuh dwar il-proġett qalilhom biex imexxu għax se jgħinuhom.", "Dawn mexxew u ma għenuhomx.", "Il-Ministru għal Għawdex qagħdet gallerija u jmissha tistħi li għamlet hekk.", "Il-bieraħ kellna lill-Onor.", "Gonzi jilgħabha tal-qaddis bħas-soltu u jgħidilna li ma tawhomx l- għajnuniet għaliex il-mod kif jimxu m'huwiex volontarjat, u għax min qed imexxi hemmhekk għandu Lm8,000 fis-sena.", "Issa jien kont smajt minn qabel li r-raġuni għaliex dan il-gvern ma jridx jgħin lill-Fondazzjoni Arka.", "Ir-raġuni hi li m'għandux grazzja ma' min qiegħed jippilota amministrattivament lill-fondazzjoni.", "Bir-rispett kollu dawn mhux biss huma attitudnijiet pwerili imma mod assolutament assurd kif tipprova ddaħħal sens ta' partiġġjaniżmu.", "Dan m'huwiex sens ta' partiġġjaniżmu politiku għaliex il-persuna konċernata lanqas hi laburista.", "L-Onor.", "Gonzi qed jgħid li ma jridx jgħin lill-Arka għaliex biex Rev. Curmi jmexxiha kellu bżonn ta' nies professjonali u allura jrid iħallashom.", "Nistaqsi lil Dr. Gonzi jekk il-gvern jagħtix fondi lil organizzazzjonijiet oħra fil-qasam tad-diżabilita` li jħaddmu nies b'iktar minn Lm8,000 fis- sena.", "Nistqsi jekk ma jaqbilx minħabba li din qegħda f'Għawdex.", "Imbagħad kien hemm l-attakk personali fuq Rev. Curmi, persuna li ħadmet ma' l- amministrazzjonijiet kollha.", "Jien nawgura li tibqa' tagħmel hekk għax jekk hemm xi ħadd li huwa integru f'dan il-qasam huwa hu.", "Għax l-Onor.", "Gonzi sab ruħu mal-ħajt spara fuq persuna li bir-rispett kollu tat kontribut kbir lil Għawdex u min-naħa tiegħi nsellmilha u nsellmilha bil-kbir.", "Jien nappella lill-Ministru għal Għawdex li fuq din għallinqas tieħu stand jekk hi tabilħaqq trid tiddefendi l-interessi t'Għawdex.", "Ma nafx jekk hemmx xi ħadd li jaħdem magħha mill-qrib, jew hux qed jimpjegawlha lin-nies tagħha wkoll.", "Nittama li fuq din għallinqas turi inizjattiva jekk trid turi nteress f'dan il-qasam.", "B'hekk l-inizjattiva li hemm fil-Fondazzjoni Arka toħroġ bil-kbir.", "Issa kellna lill-Onor.", "Gonzi jgħid li qed nipprovaw inżellġu l-affarijiet meta hu jaf li qed jagħti fondi ħafna iktar milli ma jridx jagħti lill- Fondazzjoni Arka.", "Dawn il-fondi jagħtihom lill-organizzazzjonijiet li jimpjegaw nies li għandhom ħafna iktar minn Lm8,000 bħala salarju.", "Is- salarju m'għandux x'jaqsam meta qed nitkellmu fuq organizzazzjoni li qed jagħtu input kbir.", "Dan biex ma nsemmux id-Lm900,000 li qed jagħtu liċ- ċentru tal-propaganda ta' Simon Busuttil u sħabu.", "Nieqaf fuq dan il-punt u nerġa' nappella lill-ministru biex għallinqas tagħmel xi ħaġa fuq dan il- qasam u tipprova ssolvi din il-pjaga li ħierġa minn pika politika w infantili.", "Sur President, semmejt il-wens u issa se nsemmi l-inizjattiva.", "Waħda mill- affarijiet li tgħaġġibni hija li meta l-Ministru tippreżenta r-rendikont tal-ministeru tagħha ma tgħid xejn fuq il-ħtieġa li l-ministeru jew il- barunija tagħha timbotta l-argument ta' account reġjonali ħalli tabilħaqq nifhmu eżattament fejn ninsabu fil-progress t' Għawdex.", "Din hija l-unika statistika li b'xi mod jew ieħor torbot ma' kif sejrin f'Għawdex.", "Sieħbi l- Onor. Anton Refalo semma kemm telgħu u niżlu coaches f'Għawdex minn Malta.", "Fuq turiżmu, biedja u industrija m'għandna l-ebda statistika u ma sar xejn f'dawn l-aħħar tliet snin moħlija biex ikollna din l-informazzjoni li biha nkunu nafu fejn tabilħaqq qiegħed Għawdex.", "Aħna konna bdejna naħsbu biex nimxu 'l quddiem f'din il-ħaġa, imma ma sar xejn.", "Jekk inħarsu kif għadu kif għamel sieħbi lejn il-kwestjoni tal-coaches, insibu li f'dak li għandu x'jaqsam ma' coaches kien hemm tnaqqis ta' 9% meta tara l-Maltin u barranin flimkien.", "Jekk inħarsu biss lejn il-coaches tat-turisti li huma aktar kruċjali nsibu li naqsu b'iktar minn 10% f'sena waħda.", "Jien nistaqsi x'qed tagħmel il-ministru biex għallinqas tindirizza ħaġa bħal din.", "Dan qed nistaqsih b'mod prattiku u mhux billi noqogħdu nibagħtu lit-tfal tal- vassalli jmorru xi trade fair fil-Ġermanja.", "Dan kollu jidher sabih għal fuq Net TV imma ma jġibilniex it-turiżmu.", "Sur President, irridu nħarsu wkoll lejn it-tip ta' pożizzjonijiet li qed jiġu ppreżentati lill-Unjoni Ewropea fuq Għawdex.", "Jien ħarist lejn il- pożizzjoni preżenti tal-gvern Malti fuq il-biedja w l-ikel.", "Għawdex tista' tgħid li huwa assenti u ma jinħass imkien.", "Jekk hemm xi ħaġa li taffettwa lil Għawdex fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea hija preċiżament il- kwestjoni ta' l-ikel u tal-biedja.", "L-ewwel reazzjoni ta' Brussel għat- talba li għamel il-gvern Malti biex it-trasport bejn Malta u Għawdex jibqa' jiġi ssussidjat kienet li ma jagħmluhiex huma.", "Jien nixtieq inkun naf x'inhu l-involviment serju.", "Mhux biżżejjed li noqogħdu nidhru quddiem il- cameras u li Ivan Camilleri joqgħod jirrepeti x'qalet il-Ministru għal Għawdex.", "Dik m'hijiex il-parteċipazzjoni li qed nitkellem dwarha.", "Is- serjeta' tidher meta naraw x'inhu l-impatt veru li qed ikollna u l- kontribuzzjoni li qed ikollu tabilħaqq il-Ministeru għal Għawdex fuq it- tmexxija tan-negozjati fir-rigward ta' din il-gżira.", "Irrid ngħid ukoll li bħalissa għaddej stupru sħiħ ta' Chambrai u l-ministru għal Għawdex assolutament ma jimportaha xejn.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal- wirt – u qed nitkellmu ħafna fuq wirt – arkitettoniku u storiku għaddej sfreġju sħiħ u l-awtorita` ta' l-ippjanar taparsi ħarġet tliet enforcement notices.", "Minkejja dan ix-xogħol u t-taħwid baqa' għaddej u kulma taparsi qed isir fuq in-naħa professjonali hu li min għandu l-ishma jipprova jinnegozjahom 'l hemm 'l hawn.", "F'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol meħtieġ biex il-wirt nipprestinawh m'hu qed isir xejn.", "Hemmhekk ma hemmx xogħol.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li nħarsu 'l quddiem fuq Għawdex.", "Il-gvern missu jifhem li meta jkollu ministru li jaħdem fuq bażi ta' barunija u bi klejenteliżmu sfrenat qed idaħħal lil Għawdex fi sqaq.", "Minħabba dan meta nkellem lill-Għawdxin b'mod kunfidenzjali joqgħodu attenti u ċerti affarijiet jibżgħu milli jgħiduhom.", "Il-biżgħa u l-inċertezza f'Għawdex huma sinjali ħżiena għall-futur t'Għawdex.", "Il-Partit Laburista jemmen li dan il-gvern qed jaħdem totalment b'mod ħażin f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp ta' Għawdex u aħna qed ngħidu lill-Għawdxin biex iħarsu lejna biex nuruhom it-triq li tkun ibbażata fuq il-kunċett li Għawdex huwa reġjun u li l-inizjattiva, l-potenzjal u r-rikkezzi ta' Għawdex nivvalorizzawhom b'mod li l-Għawdxin ikunu qed imexxuhom huma.", "Din it-tmexxija trid issir fil-prattika u ma jridux iħallu lil min imexxihom minn imneħirhom kif qed tipprova tagħmel il-barunissa ta' Għawdex issa.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Grazzi.", "Issa skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal huwa għall- gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Grazzi, Sur President.", "Is-slogan li qed jiggwidana fil-preżent huwa \"Insaħħu Pajjiżna\" għaliex gvern Nazzjonalista dejjem emmen li pajjiżna jixraqlu u għandu jkollu l-aħjar.", "Għadu kif ġie ppreżentat budget meqjus li jħares 'il quddiem lejn sitwazzjoni ekonomika li treġi u li ma tħammar wiċċ ħadd.", "Din la tħammar il-wiċċ tal-politiċi li jkunu qed imexxu u wisq inqas ta' l-individwu meta jqabbel ruħu mal-livell ta' ħajja li jkunu qed joffru pajjiżi barranin.", "Qed naħdmu bla waqfien għall-pajjiż u ferm iktar għad-dinjita` ta' kull Malti u Għawdxi.", "Sur President, qatt ma ppretendejt u lanqas nippretendi li se niġġudika u nikkummenta mill-għajnejn esperti ta' l-ekonomista għaliex sinċerament ma nħossx li qatt nista' nkun għall-altezza tagħhom.", "Għaldaqstant dak li jolqotni mill-qrib, bħalma jolqot il-biċċa l-kbira tal-maltin u l-għawdxin naħseb li kapaċi nassimilah, niddiskutih u nesprimih b'sinċerita` bħalma jagħmel kull malti w għawdxi li għandu ftit sens.", "Jien inħoss li fi kwalunkwe rendikont ikun hemm ċerti elementi li tista' ssejħilhom foolproof u li tant huma sempliċi li jifhimhom kulħadd.", "Mil-lat globali l-aktar ħaġa ta' sodisfazzjoni li ħadd ma jista' jiċħad hija naturalment l-aktar ħaġa li tidher u l-aktar ħaġa li donnu kulħadd iħoss li għandu jisħaq fuqha.", "Dan huwa d-deficit, l-iżbilanċ nazzjonali.", "Meta tliet snin ilu tlajna fil-gvern dan kien ta' Lm150 miljun u bl-ebda mod ma kien sar biex ikabbar l-ekonomija.", "Kien sar għaliex il-gvern tal- ġurnata kien irnexxielu jdur mas-swaba tiegħu stess bħal ma tagħmel il- qarnita.", "Dan l-iżbilanċ ta' Lm150 miljun niżżilnih għal Lm82 miljun.", "Issa, Sur President, jiġri li jekk l-oġġett imur żmerċ naturalment ngħidu li tort tal-gvern u meta nippjanaw b'tant għaqal u qies ngħidu li qtilna lill-poplu bil-ġuħ, ħqarnih bit-taxxi u fuq kollox l-aktar akkuża sfaċċata li ċ-ċifri giddibin.", "Din l-oppożizzjoni qisha l-irwiefen għax nagħmlu x'nagħmlu jaraw kif iqumu.", "L-oppożizzjoni tara wkoll kif se tħawwad l- imħuħ tal-poplu għax m'hemmx sens li tagħraf dak li hu kostruttiv.", "Jien nissorprendi ruħi meta nara deputati influwenti u stabbiliti min-naħa l-oħra jgħidu għal iktar minn darba fuq il-mezzi tax-xandir li l-iskejjel privati seta' kellhom sussidju ferm ikbar f'dan il-budget.", "Dan qed jingħad minn min stinka mingħajr riżervi biex irażżan l-iskejjel privati.", "Huwa biss issa li qed iħossu tant għalihom, perox' ta' min igħid li żgur li mhux grazzi għall-ħidma tagħhom li l-iskejjel privati għadhom hemm.", "L-aktar issue li qed jindirizza dan il-budget hija l-problema eterna ta' l- evażjoni tat-taxxa għaliex din timplika inġustizzja li kapaċi therri l- fiduċja tal-poplu fl-amministrazzjoni.", "Dan il-budget qed jaqbad il-barri minn qrunu billi tinqata' l-mentalita' li t-taxxa qiegħda hemm sabiex tevadiha u li jekk id-dħul ma jidhirx tkun mentalment inkapaċi jekk tiddikjarah.", "Naħseb li hija ġustizzja li kulħadd jerfa' l-piż skond kemm jiflaħ.", "Il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni tal- finanzi ġie fuq il-mezzi tax-xandir tal-poplu u sejjaħ it-tax compliance unit monstru, filwaqt li l-kantaliena ta' Lm40 miljun taxxa magħsura minn demm il-fqir kulħadd tgħallimha bl-amment.", "Nistaqsi jekk dawn in-nies iridux li min qiegħed jevadi t-taxxa jibqa' mistur, ħalli l-piż jibqa' fuq min tidhirlu kull lira li jaqla'.", "B'hekk dawn l-Lm40 miljun ma jerġgħux jiċċirkolaw għall-ġid komuni.", "Dawn in-nies jafu li l-paga medja telgħet minn Lm99 fil-ġimgħa għal Lm106 fil-ġimgħa.", "Nistaqsi jekk għandhomx l-iċken idea ta' kemm hawn flus fl-idejn jew imfaddla.", "Hawn Lm2.7 biljun jekk ma niżbaljax.", "Nistaqsi jekk dawn in-nies hux konxji li l-inflazzjoni minn 2.7 is-sena li għaddiet niżlet għal 2.4 din is-sena.", "Hemm ukoll miżura li tista' tfisser tnaqqis ta' minn lira sa kważi Lm3 taxxa, mill-paga medja sa l-għola waħda.", "Din se tolqot mal-50,000 kopja miżżewġa li jagħmlu dikjarazzjoni waħda tat-taxxa.", "Il-ġid komuni lil dawn in-nies donnu jinżlilhom velenu u l-ispiża tal-gvern weħlet ma' rashom bl- ikrah.", "Irregolarizzajna mat-800 ruħ li qabel il-gvern kien xorta waħda joħroġ il-pagi tagħhom, għax kien jikri vettura minflok jimpjegahom bħala individwi.", "B'hekk sibna ma' wiċċna l-akkuża li għabbejna lill-gvern bl- istess numru ta' mpjiegi ġodda.", "Il-fatt hu li l-ispiża pubblika timplika b'mod sostanzjali l-pagi ta' l-impjegati tal-gvern, il-pensjonijiet u l- benefiċċji soċjali.", "Fejn il-ħaddiem tal-gvern, m'huwiex impjegat b'xogħol produttiv u effettiv, sejrin inniedu skemi biex dawn ikunu jistgħu jagħtu l- ġurnata tax-xogħol tagħhom mal-privat, mingħajr ma jitilfu posthom mal- gvern.", "Dan il-plejtu dwar spiża pubblika bla rażan donnu qed jgħid ċar u tond li l-gvern qed jitlaq il-ħobża ta' kuljum.", "Ma nafx għandhomx l-istess messaġġ għall-pensjonanti.", "Nispera li jien żbaljat.", "Hemm miljuni ta' liri li qed jintefqu fl-edukazzjoni.", "Irrid insemmi l-MCAST u s-Lm27 miljun ivvuttat għall-bini ta' l-isptar il-ġdid.", "Fil-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea l-istess qed jiġri.", "Qbilna li għandna noqorbu aktar u anke naħdmu flimkien ma' l-Ewropa.", "Kulħadd qed iħambaq li r- regoli hekk imsejħa b'riħet l-Ewropa bħal dawk favur l-ambjent, favur is- sigurta` fuq il-post tax-xogħol jew fit-toroq misshom ilhom li ġew implimentati.", "Dwar il-kwestjoni tas-sigurta` fuq il-post tax-xogħol jiena persważ li ħadd ma jrid li n-nies jipperikolaw ħajjithom għalxejn, hu x'inhu l-kuntest, u naħseb l-istess fejn jidħol l-ambjent.", "Sinċerament inħoss li lkoll naqblu li għandu jkollna baħar nadif għall-għawm, ilma safi għax-xorb u soluzzjoni reali għall-miżbliet tal-Magħtab u tax-Xagħra f'Għawdex.", "Hemm elf ħaġa oħra li wara kollox huma dritt ta' kull individwu.", "Il-gvern min-naħa tiegħu ma naħsibx li għandu d-dritt iċaħħad lill-poplu minn għajnuniet finazjarji sostanzjali u li jistgħu jingħataw mill-Ewropa bl-iskop li jissewwew dawn il-ġrieħi.", "L-oppożizzjoni taqbad ma' l-element psikoloġiku u tbeżża' mill-bidla.", "Iż-żewġ naħat jemmnu li jaqblilna nkunu qrib u ngħixu fuq il-passi ta' l-ewropa, iżda sempliċiment għall-punt, l- oppożizzjoni preżenti qed tinsisti li nċedu d-dritt li nipparteċipaw fl- istess deċiżjonijiet ta' l-unjoni anke ma' l-istess mejda.", "Ma jridux li dan ikun dritt sagrosant tagħna imqar jekk tgħaddi mozzjoni li tolqotna ħażin.", "Jekk inkunu fiha nistgħu dejjem nesiġu kumpens għall-fatt li tkun laqtitna ħażin.", "Hemm il-kuntest vag ta' żona ta' kummerċ ħieles, li qed tinsisti fuqha l- oppożizzjoni.", "Il-World Trade Organisation wkoll tesiġi liberalizzazzjoni.", "Jekk nagħmlu dak li qed titlob l-oppożizzjoni se ngħumu waħedna għaliex inkunu ħarisna sa mneħirna u tlifna ċ-ċans li jassigura għajxien aħjar b'mod ġenerali.", "Qed ibeżżgħu lin-nies li se neqirdu l-intrapriżi ż-żgħar.", "Wieħed mingħajr ma jrid, jistaqsi x'kien sar sabiex jipproteġu l-ażjendi ż-żgħar f'dawk is- sentejn skarsi li kien għamel il-partit laburista fil-gvern.", "Nistaqsi jekk jiftakrux meta l-gvern Nazzjonalista kien ta' bidu għall-ħolqien ta' l- IPSE, appuntu biex jaġevola l-ażjendi ż-żgħar.", "Huma kienu ħallewhom bla fondi, u dan minkejja li wieħed minn ħamsa tad-dħul mill-bejgħ tal- Maltacom kellu jmur għal dawn il-fondi.", "L-istess ngħid għas-sussidji w l- inċentivi konkreti li hemm elenkati f'dan il-budget favur in-negozji ż- żgħar, il-lukandi u saħansitra negozji f'oqsma ġodda.", "Ma nistax nemmen li l- oppożizzjoni kellha l-ħila din id-darba tgħid li dawn kienu miżuri diskriminatorji kontra l-ażjendi l-kbar.", "Nistaqsi jekk dawn l-affarijiet jitwemmnux.", "Qed ibeżżgħu ukoll lill-bdiewa u lis-sajjieda.", "Qed insemmi dawn iż-żewġ setturi minħabba li dawn huma ta' importanza kbira għall-gżira t'Għawdex.", "Ma jafux li l-gvern wettaq eżerċizzju rigoruż sabiex jassigura li l-bdiewa jieħdu l-għajnuna li jixraq skond iċ-ċirkostanzi.", "Aħna rridu tabilħaqq nadottaw ruħna għall-bidla għax nafu li rridu jew ma rridux il-bidla tiġi għax hi element naturali tal-umanita'.", "Il-bidla ħadd ma jista' jżommha u l- mistoqsija tkun kemm se nkunu preparati għaliha.", "Fl-aħħar mill-aħħar nixtieq nagħraf lill-bidwi bħala l-għerq sostanzjali mhux biss ta' l-ekonomija, imma anke tal-Partit Nazzjonalista.", "L-istess ngħid dwar Għawdex.", "Lill-oppożizzjoni ma nagħtihiex tort li tissielet għall- pagi li wara kollox qed jingħataw mill-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, s'issa tkellimt b'mod ġenerali dwar il-budget.", "Tkellimt b'dan il-mod għaliex persważ li l-effetti pożittivi li se jgawdi minnhom il- Malti minn dan il-budget, se jkollhom l-istess effett fuq l-Għawdxi, pero' la qed niddiskutu l-estimi tal-Ministeru għal Għawdex, se nagħmel ukoll riferenza għall-ġid li bbenefika minnu Għawdex issa u fil-futur.", "Il-gvern Nazzjonalista dejjem ta lil Għawdex l-attenzjoni li tixraqlu.", "Ir-riżultati li qed jinkisbu f'Għawdex juru kemm il-politika li miexi biha l-gvern preżenti hi fid-direzzjoni t-tajba, u kemm din l-istess politika qed tissarraf f'ġid għal Għawdex u għall-poplu Għawdxi.", "Illum stess ġejna kkritikati mill-oppożizzjoni li Għawdex mhux jingħata l- importanza li suppost tingħatalu.", "L-ikbar ċertifikat li jxejjen dan l- argument huwa proprju l-budget tas-sena 2002 fejn għal Għawdex ġiet ivvutata l-akbar somma ta' finanzi li qatt ġiet ivvutata.", "Hawnhekk mhux qed ngħodd flus ivvutati taħt ministeri oħra li minnhom se jibbenefika wkoll Għawdex.", "Insemmi biss l-Lm4.2miljun li hemm ivvutati fil-Ministeru tas- Servizzi Ekonomiċi għall-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel.", "Sieħbi l-Onor.", "Anton Refalo tkellem ukoll dwar il-kunsill reġjonali.", "Wieħed irid jgħid li Għawdex minn dejjem ippreżenta diffikultajiet u problemi ta' tmexxija, u wieħed jiltaqa' ma' ħafna esperimenti li saru fl-imgħoddi.", "Hawnhekk ngħid li għal darba oħra, kellu jkun il-Partit Nazzjonalista li jieħu bis-serjeta' dan is-suġġett, sakemm isib l-aħjar formola - dik ta' ministeru.", "Din bdiet ukoll b'esperiment u llum saret esperjenza aċċettata mill-maġġoranza assoluta ta' l-Għawdxin.", "Kien proprju tliet snin ilu meta gvern ġdid immexxi mill-Partit Nazzjonalista reġa' ta lil Għawdex il-vuċi li tisħoqqlu fil-Kabinett li hu l-ogħla istituzzjoni fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "Il-ħidma li saret wara kompliet tikkonferma l-bżonn li Għawdex ikollu l-ministeru tiegħu, u dan ikkonfermatu s-sena li għaddiet.", "Is-sena' li għaddiet kienet sena ta' ħidma li fiha ma kien abbandunat l- ebda settur pero' żgur li l-akbar kisba kienet fil-qasam tax-xogħol.", "Din is- sena Għawdex kellu l-inqas rata ta' nies jirreġistraw għax-xogħol li qatt kienet reġistrata mill-istatistika.", "Il-pass li jmiss li diġa qed isir, hu li l-gvern Nazzjonalista jikkonsolida dak li għamel s'issa u fl-istess waqt ikompli fil-proċess ta' żvilupp sostenibbli għall-gżira għawdxija.", "F'dan il- kuntest il-gvern preżenti qiegħed iħejji dan il-pass wara 12-il sena ta' amministrazzjoni nazzjonalista.", "Dan qed narawh iseħħ fil-Gozo Channel, fejn wara li żdiedu konsiderevolment in-numru ta' trips is-sena kollha, daħlu fis-seħħ żewġ vapuri ġodda u t-tielet wieħed mistenni jibda jopera kmieni s- sena d-dieħla.", "Biex dan is-servizz tant essenzjali għalina l-għawdxin ikun jixraq iż-żmenijiet tal-lum, se jinbnew żewġ terminals moderni; wieħed fiċ- Ċirkewwa u l-ieħor fl-Imġarr.", "Ix-xogħol kollu konness ma' dawn iż-żewġ proġetti mistenni jitla' għal Lm16-il miljun.", "Fis-settur tas-saħħa qed jiġu ntroddoti setturi ġodda u qed isiru xogħlijiet ta' mmodernizzar fl-isptar ġenerali t'Għawdex.", "L-iżvilupp li seħħ fil-gżira Għawdxija qiegħed jirriżulta f'domanda ikbar għall-enerġija eletrika.", "Biex tintlaħaq din id-domanda u biex tiġi solvuta darba għal dejjem il-problema tal-qtugħ ta' l-eletriku f'Għawdex, dan l-aħħar żdied submarine cable bejn Malta u Għawdex.", "Ix-xogħol konness ma' dan is- submarine cable wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu.", "L-assoċjazzjoni għawdxija tat-turiżmu, il-GTA, qed taħdem ma' l-awtorita` Maltija tat-turiżmu għal iktar kordinazzjoni bejn il-partijiet għall- benefiċċju tat-turiżmu fil-gżira.", "Twaqqfet skema għall-benefiċċji tal- ħaddiema fis-settur turistiku fejn dawn jistgħu jibbenefikaw minn taħriġ bil-ħlas barra minn Malta għal perijodu ta' bejn 20 ġimgħa u sena.", "Fil-qasam ta' l-ambjent ukoll saret ħidma qawwija, imma bla dubju ta' xejn, l-akbar ħidma għall-futur se tkun dik li bħala parti mill-proċess ta' pjan integrat għall-immaniġjar ta' skart solidu, il-gvern impenja ruħu li jlesti l-miżbla tal-Qortin tax-Xagħra sas-sena 2004.", "Dan kollu jagħti prova oħra ta' kemm gvern Nazzjonalista għandu viżjoni u direzzjoni biex inkomplu nsaħħu pajjiżna.", "Dan l-ispunt iwassalni biex ngħalaq billi ngħid li direzzjoni soda terfa' lill-poplu.", "Hawn ikolli naqbel b'ruħi w ġismi meta l- oppożizzjoni tgħid li l-poplu xieraq jiġġudika.", "Alla ħares ma niġġudikawx għaliex inkunu morna lura aktar minn qabel Borg Olivier ġab l-Indipendenza għal Malta.", "Għaldaqsant direzzjoni soda, Mr Chairman, trid tkun konsistenti mhux biex il-poplu jagħtina prosit jew jikkritikana fuqha.", "Ma nagħmlux l- iżball li nieħdu direzzjoni wara li nkunu dehrna bħala poplu maqsum quddiem entitatajiet influwenti barranin, a skapitu ta' prestiġu li tista' tgawdi Malta fil-kuntest internazzjonali.", "Jekk jiġri hekk żgur li tkun saret ħsara kważi rreparabbli f'kull sens għal pajjiżna, kemm fil-preżent immedjat u aktar u aktar fil-futur qarib.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Sant, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nixtieq nagħmel point of order f'forma ta' osservazzjoni.", "Il-kelliemi li għadu kemm spiċċa kien qiegħed jaqra.", "Skond l-istanding orders suppost għednilu jieqaf.", "B'kortesija lejn il- kelliem, li għandna simpatija lejh, m'għamilniex il-point of order, imma nfakkru li n-naħa l-oħra tal-Kamra tagħmel point of order kull meta niksru l-istanding orders tal-Kamra.", "Infakkar li n-naħa l-oħra dejjem tagħmel hekk meta naqbżu l-erbgħin minuta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Victor Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Nirringrazzjak, Mr Chairman.", "Wara li nispiċċa d- diskors tiegħi nispera li kulmin qiegħed jismagħni jkun aktar infurmat bil- problemi li hawn fil-pajjiż u bil-ħtieġa li l-poplu Malti u Għawdxi jieħu ħsieb l-assi li għandna.", "Għandna napprezzaw dak li qed isir madwarna u konxji ta' dak li ġara fil-11 ta' Settembru fl-Amerika, li jiena ċert li biddel għal kollox il-mod kif naħsbu, kif naġixxu, kif nivjaġġaw u kif kontinwament nieħdu s-sigurta` bħala l-prijorita` ta' kull wieħed u waħda minna.", "Quddiemna għandna sfidi kbar għaliex bħalma qed jiġri fid-dinja kollha, is- settur tat-turiżmu jista' jiġi milqut b'mod negattiv minħabba dawn il- kwestjonijiet u anke minħabba dak li qed isir fil-Lvant Nofsani.", "Minħabba f'hekk hu importanti li nduru dawra madwarna u naraw l-affarijiet li għandna nieħdu ħsieb u nirranġaw.", "Żgur li l-proġetti li qegħdin isiru ġewwa Għawdex jikkumplimentaw il-gvern Nazzjonalista li matul is-snin kollha ħadem bla qies.", "Naċċertaw lill-oppożizzjoni li l-ikbar proġetti li saru f'Għawdex, dejjem saru taħt gvernijiet Nazzjonalista.", "Dan ġara anke fi żmien meta Borg Olivier kien prim ministru.", "(Interuzzjonijiet) Ix-Xlendi wkoll saru proġetti diżastrużi meta saru dawk il-flats fuq is-sies.", "Kull darba li l-Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern jaħdem b'serjeta` kbira u jippjana għall-futur u għal dawk ta' warajna.", "Il-passat huwa mera tal- futur u l-passat tagħna jixhed dan kollu.", "Nixtieq nagħmel ftit suġġerimenti, fosthom dwar il-garaxxijiet li kellhom jinbnew ġewwa x- Xewkija u għal tant applikazzjonijiet ta' industriji żgħar.", "S'issa għadna nistennew lill-MDC tagħti l-go ahead għal dawn il-proġetti.", "Jiena nissuġġerixxi lill-ministru biex tistinka għal dawn il-garaxxijiet biex b'hekk ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet li qiegħed insemmi jiġu allokati u biex ħafna minn nies li għandhom l-inizjattiva u l-intrapriża ġo fihom jagħmlu xi ħaġa bl-industrija tagħhom u jkollhom il-post addattat fejn jaħdmu.", "Nissuġġerixxi wkoll biex il-planning authority li ilha żżomm lura fuq il- parkeġġ tal-foss ta' taħt is-sur tallokah lill-kunsill lokali biex ikun jista' joperah bħala parkeġġ għaliex, kif qalu mill-oppożizzjoni, il- problema ġewwa r-Rabat hija akuta u żgur li l-foss ikun ta' benefiċċju kbir.", "Dan il-foss jakkomoda mill-inqas 600 karozza.", "Se nagħmel riferenza għall-by pass tar-Rabat li semma' l-Onor.", "Refalo.", "Naħseb li llum il-ġurnata peress li tela' ħafna bini madwar ir-Rabat, din ma tkunx possibbli.", "Forsi wieħed ikun jista' jaħseb iktar fuq il-linji ta' mina li tkun tista' tgħaddi minn taħt Triq ir-Repubblika għall-pjazza t- Tokk, Pjazza Sabina, u tibqa' sejra għal wara l-Gerwiel u t-Triq ta' Pinu.", "Jista' jkun hemm ukoll mina li tiġi min-naħa tal-kapuċċini ta' Marsalforn, tibqa' għaddejja sa taħt Triq Putirjal u tgħaddi għal Triq ix-Xlendi.", "Ħaġa oħra li xtaqt nissuġġerixxi tinvolvi l-port ta' l-Imġarr.", "Kif kulħadd jaf il-port ta' l-Imġarr sar żgħir ħafna u kieku kellna naħsbu fuq long term project fejn il-mollijiet jikbru, jkollna l-wisa' biex nakkomodaw il- vapuri tal-Gozo Channel.", "B'hekk ikun jista' jirdoppja l-post fejn jorbtu l- yachts u jkun hemm spazju w servizzi iktar għas-sajjieda, kif ukoll il- possibbilta' li jibdew jidħlu l-cruiseliners.", "Naf li qed insemmi xi ħaġa kbira li tiswa ħafna u ħafna flus, imma ċert li bi ħsieb u bi pjan serju dan kollu jista' jseħħ fil-futur biex b'hekk Għawdex jibqa' jifjorixxi w jissaħħaħ.", "Ma' dak li semmejt fuq il-port tax-xatt, ikun validu li kieku kellha tgħaddi mina minn taħt Chambrai u tiżbokka fit-triq li hemm kif taqbeż Għajnsielem.", "Kieku kellha ssir din il-mina żgur li niffrankaw lin- nies t'Għajnsielem ħafna għaqan u storbju fit-toroq tagħhom, filwaqt li proġett bħal dan ikun jista' jkun ta' servizz utli għat- traffiku kollu li jkun nieżel u tiela' mill-port ta' l-Imġarr.", "Qed nara li m'għandix ħafna ħin, u għalhekk nagħlaq billi nawgura li Għawdex jibqa' miexi 'l quddiem u jkompli bix-xogħol li qiegħed isir bħalissa, għalkemm fuq nota negattiva rrid ngħid li ċerti xogħlijiet li ilhom li bdew iridu jitlestew.", "Qed nirreferi għal dak li qiegħed isir fit- triq ta' Marsalforn li issa ilu wisq u naħseb jixraq li l-kuntrattur, hu min hu, ilesti għaliex il-maltin li qegħdin iżuruna qegħdin isibuha diffiċli biex jinżlu Marsalforn.", "Ħafna minnhom jgħaddu miż-Żebbuġ jew mix- Xagħra.", "Nagħlaq, Sur Chairman, billi nirringrazzja lill-gvern u b'mod partikolari lill-ministru tal-finanzi talli għoġbu jżid il-fondi kapitali lil Għawdex.", "Infakkar li kollox jiġi biż-żmien.", "Għandna fiduċja qawwija fil- poplu Għawdxi, li huwa poplu żgħir imma ħabrieki.", "Id-depożiti fil-banek ta' Lm150 miljun aktar jikkonfermaw kemm aħna poplu b'saħħtu.", "Aħna wkoll inħallsu t-taxxi u l-ministru tal-finanzi jafha din.", "Għalhekk nerġa' nawgura għal sena oħra ta' ġid taħt gvern Nazzjonalista.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Grazzi, Sur President.", "F'din il-Kamra llejla qegħdin niddiskutu l-Ministeru għal Għawdex, u għalhekk qabel xejn inħoss li għandi nibda billi nirringrazzja lill-uffiċjali tal-ministeru, lill- uffiċjali tad-dipartimenti kollha tal-gvern u tal-korporazzjonijiet u awtoritajiet u ovvjament lill-ħaddiema Għawdxin kollha li matul din is-sena ħadmu u taw il-kontribut tagħhom biex seta' jiġi reġistrat progress fl- ammministrazzjoni ta' Għawdex.", "Irrid nirringrazzja lill-kelliema ta' qabli għall-interventi tagħhom; il-kelliema tan-naħa tal-gvern, kif ukoll dawk ta' l-oppożizzjoni.", "Jiena segwejt b'attenzjoni l-interventi li saru u għalhekk issa, kif inhuwa xieraq, imiss lili sabiex nagħmel l-analiżi tiegħi fuq dak li ntqal u anke niffoka fuq il-ħidma li ġiet reġistrata f'din it-tielet sena ta' din il-leġislatura.", "Irrid nagħmel ukoll riferenza għall-pjanijiet futuri tagħna.", "Meta wieħed jisma' l-kelliema tan-naħa l-oħra mingħajr ma jrid jagħmel id- domanda jekk għalihom jiġix l-ewwel Għawdex jew il-Partit Laburista.", "Nistaqsi jekk jiġix l-ewwel Għawdex, l-attakki fuq il-Partit Nazzjonalista jew l-attakki fuq il-Ministeru għal Għawdex.", "Jiena nistenna li deputati responsabbli u serji li verament għandhom lil Għawdex għal qalbhom jiġu f'din il-kamra u jiddiskutu bl-aktar mod ġust u ġenwin u b'sens ta' rieda tajba, dak kollu li għandu x'jaqsam ma' Għawdex.", "Il-kritika ta' l- oppożizzjoni tal-lejla reġgħet, għal darba oħra, kienet id-diska tas-soltu - ripetizzjoni ta' dak li ilna nisimgħu hawn ġew u anke barra minn din il- kamra f'diskorsi li ma jirriflettux il-verita'.", "Huma diskorsi mmirati biex jiżvijjaw lill-poplu u maħsuba biex jaljenaw lin-nies mill-ġid li jkun qiegħed jitwettaq.", "Ma rridx ngħid li kollox hu perfett imma altru li żgur li mhux kollox miexi ħażin.", "Ma rridx ngħid li ma kellniex problemi u li m'għandniex problemi, imma nfakkar kemm indirizzajna minnhom.", "Jiena naħseb li għamilna ħafna, Sur President.", "Dan m'huwiex paroli iżda fatti.", "Il-lejla se niffoka fuq fatti li juru li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista Għawdex dejjem mar għall-aħjar.", "Dan ngħidu għal kull settur u kull qasam.", "Sur President, ridt ngħid li dan it-tkattir ta' ġid ma sarx b'kumbinazzjoni jew sar waħdu, imma seħħ għaliex il-partit nazzjonalista fil-gvern bil-fatti u bil-figuri jemmen f'Għawdex.", "Jekk inqabblu budget ta' gvern nazzjonalista ma' ta' gvern laburista' nsibu li kontra dak li ntqal f'din il-kamra, tal-ewwel wieħed kien ħafna aħjar.", "Fl-aħħar 14-il sena l- gvern Laburista għamel sena sħiħa waħda biss fil-gvern taħt il-prim ministru Alfred Sant li kien responsabbli għal Għawdex.", "Is-sena ta' gvern laburista, l-1997, kienet sena ta' records negattivi għal Għawdex f'dawk li huma flus ivvutati w minfuqa taħt is-segretarju parlamentari għal Għawdex.", "In-nefqa kapitali fl-1997 kienet ta' Lm1,113,000, l-inqas nefqa mill-1988 'l hawn.", "In-nefqa fuq it-toroq kienet ta' Lm254,000, l-inqas nefqa li saret f'Għawdex minn meta twaqqaf il- ministeru.", "(Interruzzjonijiet) Infakkar lill-Onor.Bartolo li n-nefqa fuq l- edukazzjoni fl-1997 kienet ta' Lm31,000, l-anqas nefqa mill-1988 'l hawn.", "L- istess jista' jingħad fuq in-nefqa fuq is-saħħa li kienet ta' Lm80,000.", "Hawn, Sur President, il-kap ta' l-oppożizzjoni ma jistax jistaħba wara l- argument li bagħbasna fil-figuri għaliex huma l-figuri tiegħu stess.", "Irrid ngħid li n-nefqa kapitali fl-1996, jiġifieri l-aħħar sena tal-gvern nazzjonalista kienet ta' Lm1.7miljun.", "Dan ifisser li fl-ewwel sena sħiħa tiegħu il-gvern Laburista naqqas in-nefqa t'Għawdex b'Lm600,000.", "Kienet providenza li dak il-gvern kellu ħajja qasira għaliex Għawdex kien se jkompli jbati.", "Infakkar li fl-1998 il-gvern Laburista kien ivvota Lm1,267,000 għal Għawdex.", "Jiena niftakar li meta f'Settembru ta' dik is- sena nbidel il-gvern, u jiena nħtart Ministru għal Għawdex, kont sibt li kien hemm problemi kbar ta' fondi.", "Jiena kont interrpellajt lill-gvern il- ġdid biex iżid il-vot għal Għawdex, u fil-fatt hekk kien ġara.", "Il-gvern Nazzjonalista alloka iktar flus għal Għawdex u dik is-sena, meta l-gvern Laburista kien ivvota biss Lm1,267,000, aħna tellajna n-nefqa għal Lm1,7miljun.", "Din in-nefqa żidnieha għat-tliet xhur li kien baqa' b'Lm430,000.", "Aħna ma waqafniex hawnhekk.", "Il-gvern Laburista għandu f'idejh ir-record ta' l-inqas nefqa mill-1988 'l hawn.", "Aħna llum għandna record ta' l-ikbar nefqa li qatt saret f'Għawdex minn meta twaqqaf il-ministeru jiġifieri mill-1987 'l hawn.", "Is-sena l-oħra n- nefqa kapitali tal-ministeru kienet ta' Lm2.1miljun, l-akbar nefqa tal- ministeru.", "Din tirriżulta f'Lm1 miljun aktar minn kemm nefaq il-gvern laburista fl-1997.", "Dan m'huwiex l-uniku record li waqqafna f'dawn it-tliet snin li ilna fil-gvern.", "Fis-sena 2000, kellna l-ikbar nefqa qatt minfuqa fuq it-toroq f'Għawdex.", "Dik is-sena nfaqna 'l fuq minn Lm700,000.", "Is-sena l- oħra wkoll kellna l-ikbar nefqa qatt minfuqa fuq l-edukazzjoni mill-1987 'l hawn.", "Infaqna Lm213,000.", "Fl-istess sena wkoll kellna l-ikbar nefqa fuq is- sistema tad-drenaġġ meta nfaqna aktar minn Lm0.5 miljun u iktar mid-doppju tan-nefqa li kienet saret fl-1998.", "Għas-sena d-dieħla, Sur President, qegħdin nivvuttaw is-somma totali ta' Lm2,320,000 għall-ministeru għal Għawdex li hi l-ikbar somma qatt ivvotata għall-ministeru jew segretarju parlamentari, iktar mid-doppju li nefaq gvern laburista fl-1997 u kważi d- doppju ta' dak li kien ivvotat għall-1998.", "Id-differenza bejn gvern Nazzjonalista u gvern Laburista fejn jidħol Għawdex ma toħroġx biss min-nefqa tal-ministeru għal Għawdex.", "Din toħroġ ukoll f'oqsma oħrajn bħal korporazzjonijiet u awtoritajiet li jsibu somom sostanzjali ta' flus allokati direttament u speċifikament għall-gżira t'Għawdex.", "Għalkemm dawn m'humiex taħt il-vot tal-ministeru, il-flus se jgawdi minnhom Għawdex.", "Fost dawn insibu l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Fuq l-ilma, fl-istess sena, il-gvern laburista nefaq Lm90,000 għal Għawdex, l-anqas nefqa mill-1988 għajr l-1991.", "In-nefqa mhux biss reġgħet żdiedet, imma għas-sena d-dieħla l-water services corporation qed tivvota l- akbar nefqa qatt ivvotata fil-qasam ta' l-ilma għal Għawdex.", "Il-water services qed tivvota Lm881,000 biex fost l-oħrajn tibni impjant għat- trattament ta' l-ilma - dak li nsejħulu polishing ta' l-ilma.", "Hawnhekk se jsir polishing tal-ġibjun ta' Ta' Ċenċ biex b'hekk titjieb ħafna l-kwalita` ta' l-ilma li jitqassam fid-djar, lukandi u anke stabbilimenti oħrajn.", "Hawnhekk irrid nammetti li f'dan il-qasam din in-nefqa mhux se tkun l-akbar waħda li niftakru għaliex fil-bidu tas-snin '80 il-gvern Laburista kien nefaq aktar minn hekk.", "Għaldaqstant irrid ngħid li dawn kien nefaqhom biex iqiegħed pajp taħt il-baħar, mhux biex itejjeb il-kwalita` ta' l-ilma kif se nagħmlu aħna llum.", "Dan ix-xogħol kien għamlu biex jieħu l-ilma minn Għawdex għal Malta, u allura r-record negattiv fejn jidħol Għawdex jibqa' dejjem f'idejn il-gvern Laburista.", "Il-korporazzjoni Enemalta din is-sena investiet Lm2.3 miljun biex f'Għawdex ikollna sistema ta' l-elettriku aħjar.", "Għal dan diġa` għamel riferenza sieħbi l-Onor.", "Fredrick Azzopardi.", "Inżid biss li dan is-submarine cable, li se jsaħħaħ il-provista' ta' l-elettriku f'Għawdex għandu skop ieħor, għaliex huwa differenti miż-żewġ cables l-oħrajn li tpoġġew fl-1981 u fl- 1987.", "Dan it-third submarine cable għandu wkoll fibre optic course li jista' jintuża għal skop ta' telekomunikazzjoni.", "Dan hu servizz tant essenzjali għaż-żminijiet tal-lum u li allura jinkoraġġixxi trasferiment ta' xogħol elettroniku u żviluppi oħra lejn Għawdex.", "Fl-1997 fit- telekomunikazzjoni l-gvern laburista kien nefaq biss Lm55,000, l-anqas nefqa mill-1988 'l hawn.", "Fejn jidħlu l-portijiet, gvern Laburista ma nefaq xejn f'Għawdex jew għal Għawdex.", "Ma nefaq xejn għall-vapuri l-ġodda fis-sena sħiħa li għamel fil- gvern.", "Irrid ngħid li mhux talli għamel hekk talli f'dibattitu li sar f'din il-kamra fl-1997 meta kienu qed jiġu diskussi l-voti ta' l-uffiċċju tal- prim ministru, l-uniku kumment li qal dwar Għawdex kien kumment negattiv għaliex f'sentenza waħda akkuża lill-gvern Nazzjonalista b'ingann.", "Dak biss ingħad dwar Għawdex.", "Infakkar li dak iż-żmien Għawdex kien jaqa' taħt il-prim ministru Dr.Alfred Sant.", "Skond hu l-ingann kien għax ġie ffirmat kuntratt għal tliet vapuri tal-Gozo Channel.", "Dik hi l-ħeġġa u l-ħila li tkellem dwarha l-Onor.", "Alfred Sant illejla.", "Dik hija l-ħeġġa li hu kellu lejn Għawdex.", "Din hi d-differenza bejn gvern u ieħor fejn jidħol Għawdex.", "Filwaqt li l-oppożizzjoni kkundannat lill-gvern Nazzjonalista għall- iffirmar tal-vapuri l-ġodda, fl-1998 il-gvern Nazzjonalista ħareġ Lm16,054,000 għall-bini tal-vapuri t'Għawdex.", "Dan barra li għal din is-sena u għas-sena d-dieħla vvota Lm8.8 miljuni għall-vapuri li jtella' n-nefqa totali għal kważi Lm25 miljun f'ħames snin.", "Hawn huwa xieraq ukoll, Sur President, li nuri s-sodisfazzjon u l-apprezzament tiegħi għal proġett ieħor li l-gvern tal-lum qiegħed jinvesti fih f'Għawdex.", "Dan huwa vot ieħor li ma jaqax direttament taħt il-ministeru, iżda huwa Għawdex li se jibbenefika minnu.", "Jiena qed nirriferi għat-terminals taċ-Ċirkewwa u ta' l- Imġarr.", "Il-ħbieb tagħna tan-naħa l-oħra ma jsemmux dawn l-investimenti.", "Kollha tkellmu dwar il-Gozo Channel imma ħadd minnhom ma semma' dan l-investiment.", "L-oppożizzjoni qed tipprova taħbi u tnessi l-investimenti tal-portijiet u tal-vapuri l-ġodda billi titfa' statements bl-addoċċ.", "Dawn l-istatements bl-addoċċ qed isiru fuq l-ingaġġ tal-ħaddiema u bi kritika lejja.", "Meta wieħed jismgħahom jara l-faqar tal-kritika bla sens li hija intenzjonata biss biex taljena n-nies mill-progress u l-qabża ta' kwalita` tas-servizzi li llum toffri l-kumpannija.", "Nixtieq nistaqsi kif qatt l-oppożizzjoni tista' tkun kredibbli meta kulħadd jitkellem kemm tjieb is-servizz u għaliha qisu ma ġara xejn.", "Ma nafx hux possibbli li ma ndunawx li bdew joperaw il-vapuri l-ġodda u lanqas li ġew introdotti diversi miżuri u inizjattivi għall-passiġġieri.", "Dawn ma jgħidu xejn għalihom.", "Jien ma rridx ngħid li m'hemmx lok ta' progress għaliex anke jiena stess mhux darba jew tnejn ġbidt l-attenzjoni għal xi nuqqasijiet li jkun hemm.", "Min hu serju, Sur President, isemmi t-tajjeb ukoll, sar minn min sar, u mhux jintilef jitkaża b'dak li noħolmu jew dak li jbellagħlna ħaddieħor.", "Ma nistgħux nibqgħu nirrepetu l-istess diska biex forsi fl-aħħar inbellgħuha lil xi ħadd.", "Il-poplu mhux baħnan u kapaċi jagħraf il-verita' u li llum it- trasport bil-baħar hu aħjar milli kien il-bieraħ.", "Bil-proġetti li għandna, għada se jkun aħjar mil-lum.", "Dan hu l-impenn ta' gvern serju, Sur President.", "F'dan id-dibattitu saru diversi riferenzi oħra għal oqsma differenti.", "Il- ministeru għal Għawdex għandu ħafna taħtu w għalhekk jiena nixtieq li llejla nipprova nindirizza kull settur.", "Nixtieq nibda bl-edukazzjoni.", "Saret ħafna riferenza għall-edukazzjoni hawn ġew illejla.", "Iktar ma bdew jgħidu, iktar bdejt inħossni sodisfatta għaliex issa drajt it-tattika ta' l- oppożizzjoni li aktar ma jsir ġid aktar jikkritikaw.", "L-aktar li tgħajjat hu dwar dak li jkun verament miexi 'l quddiem.", "Għalina l-edukazzjoni hija qasam ta' importanza kbira.", "Aħna ma qgħadniex lura milli ninvestu bi sħiħ fl-edukazzjoni.", "Aħna fl-iskejjel mexjin bi pjan biex ebda skola ma tibqa' lura, u fl-istess ħin nimxu skond l-ordni ta' prijorita' kif indikat lilna min-nies tekniċi u ta' esperjenza.", "Irrid ngħid li fl-iskejjel sekondarji sar refurbishement qawwi u bżonnjuż.", "Fl-iskola sekondarja tal-bniet Ġuze` de Soldanis bdilna s-settijiet ta' toilet facilities.", "Sebbaħna l-klassijiet u l-faċċata ta' l-iskola, irranġajna l-kmamar biex jibdew jintużaw bħala dressing rooms u lestejna wkoll żewġ laboratorji; wieħed biex jintuża għall- fiżika, u l-ieħor għall-computers u affarijiet oħra.", "Fl-iskola sekondarja tas-subien fis-sajf sar xogħol ta' tibjid u żebgħa fil-kmamar kollha.", "Dan ix-xogħol sewa ftit iktar minn Lm21,000, u bħalissa qegħdin isiru t- tħejjijiet meħtieġa biex jiġi nstallat passenger lift biex jiffaċilita' l- aċċess għall-persuni b'diżabilita'.", "L-istess impenn u ħeġġa, Sur President, iddedikajniha għall-iskejjel primarji u l-unit speċjali li għandna ġewwa Sannat għal tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Jiena m'inix se noqgħod insemmi d-dettal ta' kull skola għaliex il-lista hija twila pero' ta' min igħid li investejna eluf kbar ta' liri sabiex fost l-oħrajn nagħmlu tibdil fis-sistemi tad-dawl u ta' l-ilma, għeluq ta' aperturi, kurituri bl-aluminju, membrane u waterproofing fis- soqfa ta' diversi skejjel u refurbishment ieħor.", "Sar xogħol ukoll fl-iskola ta' l-arti, fl-iskola tad-drama u anke s-sixth form, Sir Mikiel Anġ Refalo.", "Tejjibna wkoll ħafna s-servizz ta' l-istudenti tagħna.", "Irrid ngħid li f'dawn it-tliet skejjel partikolari n-numru ta' studenti qiegħed dejjem jiżdied.", "L-Onor.", "Anton Refalo għoġbu jsemmi wkoll l-ITS fil-Qala.", "Kultant ngħid li dan ma jinteressax ruħu f'Għawdex.", "Nistaqsih jekk jafx li l-ITS fil-Qala rranġajniha ħafna.", "Tani l-impressjoni li hu mingħalih li l-ITS fil-Qala hija magħluqa.", "Irridu ngħidu li mhux talli m'hijiex magħluqa talli l-hostel li għandna hemmhekk immodernizzajnih u llum qiegħed jintuża minn ħafna Maltin u barranin.", "Illum l-ITS u l-hostel fil-Qala qiegħed joffri akkomodazzjoni xierqa u preżentabbli.", "L-Onor.", "Refalo staqsieni jekk l- Għawdxin ipparteċipawx fl-exchanges.", "Nerġa' nsaqsi jekk l-Onor.Refalo hux qed jgħix Għawdex.", "Imissu jaf li kellna tmien skejjel Għawdxin b'numru sostanzjali ta' tfal li pparteċipaw billi siefru u ħadu sehem fil-programmi tal-European Union progress unit.", "L-iskejjel tagħna ma qagħdux lura milli jieħdu dawn l-opportunitajiet li tajnihom u żgur li kienu esperjenzi ta' informazzjoni u edukazzjoni fis-sens wiesa' tal-kelma.", "Wieħed jista' jinnota wkoll li minbarra investiment fl-infrastruttura fiżika ta' l-iskejjel t'Għawdex, sar impenn ukoll sabiex jitwettqu inizjattivi li jgħollu l-kamp edukattiv u li jpoġġu lill-edukazzjoni f'Għawdex fuq quddiem nett.", "Fost dawn l-inizjattivi nsibu, per eżempju, il- programm tat-teknoloġija u tal-informatika.", "Għalliema f'Għawdex b'konformita' ma' l-implimentazzjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali użaw b'mod regolari ċ-ċentri tal-computers għal diversi korsijiet u għat-taħriġ.", "Matul din is-sena wkoll ġew introdotti diversi korsijiet ġodda, fosthom il- masters in education fiċ-ċentru ta' l-Universita'.", "F'Marzu li għadda twaqqaf għall-ewwel darba grupp bl-isem ta' Agape li l- għan tiegħu huwa li jfittex li jeduka u jippromwovi edukazzjoni dwar il- bniedem u s-sesswalita` tiegħu.", "Ma nafx jekk l-Onor.Borg, meta kien qiegħed jgħid fuq l-iskola tal-maternita', kienx qiegħed jirreferi għal xi ħaġa bħal din.", "Li jitwaqqaf grupp bħall-Agape huwa ġid għall-komunita' u rrid ngħid ukoll li hija konformi ma' l-għan numru 6 tal-kurrikulu minimu nazzjonali.", "Fi Frar li għadda waqqafna l-ewwel kunsill ta' l-edukazzjoni għal Għawdex li llejla saret riferenza għalih.", "Irrid ngħid li l-kunsill ta' l- edukazzjoni f'Għawdex qiegħed jaqdi l-għanijiet għalfejn ġie mwaqqaf.", "Jiena ħassejt li għandi nsemmi dan kollu għaliex il-lejla ridt li toħroġ il- verita` dwar il-qasam ta' l-edukazzjoni f'Għawdex.", "Il-Lm140,000 ivvotati għas-sena l-oħra ntefqu tajjeb, Sur President.", "Dawn tqassmu b'ġustizzja ma' l-iskejjel kollha t'Għawdex.", "Ix-xogħol deher u r-riżultat tal-ħidma tal- ministeru t'Għawdex, flimkien mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni f'Għawdex kien pożittiv u sodisfaċenti.", "Minn dan wieħed jinnota kemm il-gvern tal-lum għandu għal qalbu l- edukazzjoni, u kemm bil-fatti f'Għawdex qed nagħmlu ħilitna kollha biex noffru servizz aħjar fil-kamp edukattiv.", "Ma jfissirx li m'għandniex diffikultajiet.", "Naf li għad fadlilna skejjel bla kapijiet u assistenti kapijiet, u rrid ngħid li qed nagħmel ħilti kollha f'dan ir-rigward pero' kulħadd jaf kemm kultant il-burokrazija taċ-ċivil tfixkel mill-pjanijiet tagħna.", "Dik hija l-kawża għalfejn għad m'għandniex il-full complement ta' kapijiet u assistenti kapijiet.", "Madankollu rrid nirringrazzja lil min qiegħed imexxi dawn l-iskejjel li anke fl-assenza ta' kap jew assistant qed imexxu b'mod għaqli w sod.", "Sur President, settur ieħor li huwa determinanti huwa s-servizz tas-saħħa.", "Il-qasam tas-saħħa, bħall-qasam ta' l-edukazzjoni, huwa fuq quddiem nett fuq l-aġenda tal-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex.", "Tgħid x'tgħid l-oppożizzjoni il-fatt hu li anke fil-qasam tas-saħħa, f'din it-tielet sena ta' din il-leġislatura, bħas-snin ta' qabel investejna bil- għaqal, komplejna ntejbu s-servizzi, ħadna diversi inizjattivi u kompla jitnaqqar l-inkonvenjent tat-traġitt bejn Malta w Għawdex għas-servizzi tas- saħħa bażiċi.", "Minħabba dan illum il-pazjent Għawdxi qiegħed jingħata servizzi aħjar.", "Hawnhekk l-Onor.", "Alfred Sant għamel referenza għal żewġ każijiet.", "L-ewwel semma' li aħna naqqasna l-ikel tal-pazjenti.", "Jien nistaqsih min bellagħlu dawn l-affarijiet.", "Lanqas biss tgħaddi minn moħħna li xi darba nnaqsu l-ikel lill-pazjenti.", "Se ngħid x'għamilna ħalli toħroġ il-verita'.", "Sibna li kien hemm ħela sfrenat fejn jidħol l-ikel għall- ħaddiema, u kultant l-ikel li kien jinħela, wieħed seta' jitma' lil nofs Għawdex bih.", "Hemmhekk ikkontrollajna u naħseb li fuq inizjattiva bħal din l- Onor. Alfred Sant għandu jfaħħar lill-gvern u mhux jikritikah b'xi ħaġa li m'għamilx.", "Semma' wkoll il-każ ta' Mr. Evan Vella.", "Qal li dan qabad u mar Malta u ħalla 'l-pazjenti Għawdxin mingħajr servizz.", "Jiena waslitli l-informazzjoni issa għaliex mhux dejjem inkun naf kollox, li Mr. Vella f'dik il-ġurnata partikolari, id-19 ta' Novembru, kien imsejjaħ jitla' xhud f'kawża fil- qorti ta' Malta.", "Dan hu dover li kellu jagħmel iżda ma qabadx u telaq u ġie jaqa' u jqum.", "Dan avża li se jitlaq.", "Il-pazjenti li kellhom ikunu l- isptar dik il-ġurnata partikolari, ġew imsejjħa għal ġranet oħra u kienu avżati minn qabel.", "Il-każ tal-pazjent li ġie Malta kien emerġenza li nqalgħet dak il-ħin.", "Irrid ngħid ukoll, Sur President, x'wettaqna fis-saħħa.", "Spikka ħafna l- immodernizzar tal-isptar ġenerali t'Għawdex u l-inawgurazzjoni ta' kliniċi ġodda fid-dipartiment ta' l-outpatient.", "Jiena bħal-lum sena semmejt ukoll li kien għaddej xogħol fuq dawn il-kliniċi ġodda, u mbagħad f'April ta' din is-sena ġew inawgurati.", "Jiena qed nirreferi għall-klinika li qed tintuża għall-interventi fuq l-għajnejn, permezz ta' l-opthalmic laser machine, klinika oħra li ġiet attrezzata bħala soundproof audiology room.", "Hawnhekk irrid nagħmel referenza għas-servizz li qed nagħtu għall-persuni neqsin mis- smiegħ.", "Fl-isptar t'Għawdex qed isiru hearing moles - apparat li nagħmlu fil-widnejn ħalli l-pazjenti Maltin u Għawdxin jisimgħu aħjar.", "Dawn kienu jsiru l-Ingilterra u l-pazjenti kien ikollhom jistennew dan l-apparat għal widnejhom għal kważi tlett xhur.", "Issa dan is-servizz qed jiġi offrut mill- isptar t'Għawdex għall-Maltin u għall-Għawdxin f'inqas minn ġimgħa.", "Dan wara li aħna investejna f'apparat apposta u ħarriġna bniedem tekniku biex ma niddependux aktar minn barra u ninqdew f'Għawdex stess.", "Klinika oħra li awgurajna kienet dik li fiha jsiru interventi minuri.", "Immodernizzajna wkoll il-medical records tal-isptar t'Għawdex.", "Dan id- dipartiment kien sar żgħir ħafna u kienet anke qiegħda ssir ħsara lill- files tal-pazjenti.", "Aħna kabbarna dan id-dipartiment.", "Għaldaqstant l-aktar ħaġa tajba li għamilna kienet li ntroduċejna il-mobile shelfing.", "B'hekk il- files qegħdin jiġu miżmuma aħjar u f'inqas spazju.", "Dan għamilnieh għaliex kif jaf kulħadd, il-files tal-pazjenti huma importanti ħafna.", "Kien hemm ukoll problema inkwetanti għaliex setgħat kienet tkun ta' ħsara għall- ħaddiema tal-boiler room.", "Hemmhekk kien hemm problema ta' l-asbestos lagging.", "Din issa ġiet eliminata għaliex dan l-asbestos ġie mibdul b'lagging ieħor li ma jagħmel l-ebda ħsara lill-ħaddiema.", "Sur President, dan l-aħħar kont qiegħda ndur l-isptar, għaliex introduċejna l-quality service charter f'żewġ sezzjonijiet; l-outpatients u l-health centre.", "Wara mort nara r-refurbishment li għamilna fl-operating theatre u verament ħadt gost nara kif ġie mibdul u mmodernizzat b'apparat u materjal ieħor ġdid addattat għaż-żminijiet tal-lum.", "Wieħed iħoss sodisfazzjon jara t-theatre fl-isptar t'Għawdex daqshekk attrezzat b'apparat mill-iktar modern.", "Wara kollox hekk jixiriqilhom il-pazjenti tagħna.", "L-istess modernizzar qiegħed isir fid-dipartiment ta' l-emerġenza.", "Żgur li ma rridx inħalli barra r-refurbishment u t-titjib sostanzjali li għaddej bħalissa fis-swali ta' l-anzjani nisa.", "Fl-isptar ta' Għawdex għandna din il-parti tax-xjuħ nisa.", "Hekk insibuha.", "Dik kienet ġiet inawgurata mal-25 sena ilu, u minn dakinhar 'l hawn ftit li xejn saru manutenzjonijiet.", "Sfortunatament kull min kien iżur din il-parti ta' l-isptar, l-ewwel waħda jien, kien iħoss għafsa ta' qalb għaliex l-ambjent li kienu qed jgħixu fih l-anzjani nisa kien wieħed nieqes mill-kumditajiet neċċessarji u l-post kien wieħed li jimbuttak.", "Minħabba f'hekk iddeċidejt li nagħmel refurbishment totali biex nimmodernizza din l-area u nibdilha f'residenza xierqa għall-anzjani nisa.", "Ix-xogħol imbeda u għall-ftit xhur li ġejjin kellna nitrasferixxu lill- anzjani nisa f'area oħra.", "Forsi ħloqna xi ftit inkonvenjent temporanju pero' l-anzjani tagħna se jirritornaw f'post mibdul.", "Dan il-proġett qed isir flimkien mal-welfare committee u meta jitlesta se jżid aktar spazju.", "Dan se jiżdied bi kważi 25%.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-proġett se jlaħħaq in-nefqa kapitali ta' Lm250,000, investiment favur l-isptar t'Għawdex u favur l-anzjani tagħna.", "Dawn huma l-fatti, Sur President, u ma naħsibx li dan juri nuqqas ta' ħeġġa, ħila u inizjattiva għal Għawdex.", "Dan m'huwiex paroli, imma realta', li issa jaraha kulħadd.", "Sur President, iż-żmien ma nħeliex kif intqal il- lejla.", "Ix-xogħol li sar u li qiegħed isir huwa frott ta' ħidma li ma waqfet qatt.", "Hija ħidma bil-għaqal, bi pjan, b'impenn u li hija imfassla fuq il- bżonnijiet l-aktar essenzjali.", "Qed naħdmu fuq x'hemm l-aktar bżonn u mhux fuq x'jidher l-aktar.", "Ħafna mill-ħidma tal-ministeru mhux kulħadd jaf biha, għaliex qed ninvestu fi proġetti li ma jidhrux ħafna.", "M'humiex proġetti li wieħed jara hu u miexi fit-triq.", "Kultant dawn ikunu proġetti verament tajbin.", "Huma proġetti ġenwini li Għawdex ikollu bżonn bħal ma kien proġett bżonjuż meta waħħalna l-arja kundizzjonata fis-swali tal-irġiel u n-nisa.", "Irrid ngħid ukoll li barra l-infrastruttura ma qgħadniex lura milli noffru servizzi ġodda għall-isptar t'Għawdex.", "Biex nagħti eżempju rrid ngħid li issa f'Għawdex bdew isiru testijiet bħala parti minn screening programme għall-kanċer tan-nisa.", "Introduċejna apparat ġdid li qed jintuża biex l- ispeċjalisti li jaħdmu fl-isptar t'Għawdex ikunu jistgħu jidentifikaw kmieni kemm jista' jkun hemmx bidu ta' kanċer jew le.", "Jekk wieħed jinnota aħna impenjati sabiex intejbu s-servizz ta' l-isptar u naqdu lill-pazjent Għawdxi, safejn hu possibbli f'Għawdex stess, fl-iqsar żmien possibbli u anke b'mod professjonali.", "Fl-isptar iktar milli f'xi post ieħor għad fadal xi jsir imma matul din is-sena, bħas-sentejn ta' qabel, ma qgħadniex lura minkejja li ħafna diffikultajiet ma jonqsux.", "Dipartiment ieħor li wkoll jaqdi l-funzjoni tiegħu b'effiċjenza huwa d- dipartiment ta' l-anzjani li għandna fil-ministeru għal Għawdex.", "Irrid ngħid li f'dawn it-tlett snin sar ħafna xogħol u introduċejna ħafna servizzi ġodda.", "Biex insemmi eżempju wieħed se nagħmel referenza għall- aħħar servizz li introduċejna.", "Qed nirreferi għas-servizz tal-podoloġija fejn bdejna nibagħtu n-nies fid-djar ta' l-anzjani tagħna.", "Dan is-servizz ġdid intlaqa' tajjeb ħafna.", "Fil-qasam soċjali din is-sena bħas-snin l-oħra tqassmu għotjiet finanzjarji lil numru kbir ta' għaqdiet mhux governattivi, dawk li aħna nsejħulhom NGOs.", "Ma' din l-iskema ta' sussidju għen ħafna wkoll l-NGO centre.", "Dan iċ- ċentru laħaq l-għan tiegħu u huwa imfittex ħafna u qed joffri servizzi lill-għaqdiet mhux governattivi.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors, il-ministeru għal Għawdex huwa responsabbli minn diversi oqsma, u kif smajna llejla d-diskorsi jvarjaw minn settur għall-ieħor: filli nitkellmu fuq is-saħħa, filli fuq l-edukazzjoni u filli fuq suġġett ieħor.", "Issa se naqleb għall-infrastruttura fiżika.", "L-ewwel li jiġini f'moħħi, bħal ħafna nies oħra, huma t-toroq.", "Dawn issemmew ħafna mill-oppożizzjoni.", "Irrid ngħid li llum il-mod kif isiru t-toroq huwa ferm differenti minn kif kienu jsiru sa ftit ilu.", "Bl-istess ammont li kona nagħmlu tlieta jew erba' toroq illum nagħmlu waħda.", "Dan għaliex nemmnu li x- xogħlijiet iridu jsiru b'serjeta' u kif suppost.", "Aħna qegħdin nindirizzaw il-ħtiġijiet veri tat-toroq u minflok m'għamilna xogħol li jdum biss ftit snin, qed nibnu toroq li għandhom iservu għal snin twal.", "Proprju bħalissa għaddej xogħol fuq tlett toroq prinċipali f'Għawdex.", "L- ewwel waħda hi dik li mill-Għasri tagħti għaż-Żebbuġ, oħra li tagħti mir- Rabat għal Marsalforn, u Triq ta' Xħajma fin-Nadur.", "Dawn it-tliet toroq kienu fi stat ħażin ħafna, u qed tingħatalhom l-attenzjoni kollha meħtieġa.", "L-ispiża sabiex jiġu rranġati se tlaħħaq mat-Lm300,000.", "Biex nerġa' mmur għar-raġunar ta' qabel, bi Lm300,000 ftit snin ilu kont tiksi ħafna toroq bit-tarmak.", "Għaldaqstant kienu jgħaddu ftit snin u jkollna nerġgħu nagħmluhom.", "Dan ma kienx investiment għaqli.", "Dan kien daħk fil-wiċċ u ħela ta' flus.", "Li qiegħed isir qiegħed isir sewwa u b'riżultat li ngawduh għal snin twal.", "Triq Bin Nazju, fiż-Żebbuġ kienet mibnija fuq it-tafal u kultant fuq il- ħamrija.", "Il-ħitan li kienu jżommuha kienu spiċċaw fi stat ħażin ħafna u għalhekk kien hemm il-ħtieġa li jinbnew retaining walls ġodda.", "Qed inwessgħu partijiet minnha u meta tkun lesta, probabbli fil-ġimgħat li ġejjin, tkun triq li verament tirrifletti s-serjeta' li miexi biha d- dipartiment tat-toroq.", "L-istess nistgħu ngħidu għat-Triq ta' Xħajma, li tinsab fid-daħla prinċipali għar-raħal tan-Nadur.", "Mhux veru kif qal il- lejla l-Onor.", "Refalo li qed nagħmlu t-triq għaliex waqgħet.", "Dik kienet l- ewwel fażi, lestejniha, għada hemm u għada tajba.", "Issa morna għat-tieni fażi tax-xogħol li huwa relatat mar-rikostruzzjoni u għalhekk jinkludi l- bini ta' madwar mitt metru retaining wall ġdid.", "Kif inlestu dan, inkunu nistgħu nagħtu t-tarmak.", "Biex nagħmlu l-affarjiet bil-għaqal mhux qed nagħmlu t-triq biss.", "Peress li f'din l-area ta' Kiluna kien hemm il- ħtieġa ta' pumping station, f'din it-tieni fażi qegħdin ninkludu wkoll il- bini ta' pumping station tad-drenaġġ li se ssolvi l-problema antika ta' l- inħawi.", "Se jkun hemm ukoll l-embellishment ta' din id-daħla.", "Waqt li jkun għaddej ix-xogħol kultant jinħoloq inkonvejent mhux żgħir għas-sewwieq.", "Għalkemm jittieħdu ċertu miżuri biex l-inkonvenjent ikun mill-inqas, xorta jaffetwa r-ritmu normali.", "Għaldaqstant nappella sabiex kulħadd jifhem li dawn huma sitwazzjonijiet temporanji u kultant inevitabbli.", "Nappella wkoll biex ikun hemm aktar kollabborrazzjoni b'mod partikolari min-naħa tal-kuntratturi.", "Bħalissa għaddej ix-xogħol fit-triq prinċipali ta' Marsalforn u anke hawn qed isir sforz sabiex isir l-inqas inkonvenjent possibbli.", "Dan ġie spjegat mill-uffiċjali tal-ministeru f'laqgħa li għamilna għas-sidien ta' l- istabbilimenti turistiċi f'Marsalforn il-ġimgħa l-oħra.", "Nerġa' ngħid li x- xogħol li qiegħed isir m'huwiex sempliċi kisja tarmak, imma jinvolvi fost l- oħrajn tqaxxir ta' l-art taflija sabiex tingħata cement base li ssaħħaħ il- fondazzjoni tat-triq.", "Fit-triq ta' Marsalforn għaddejna rising main ġdid, li jtella' d-drenaġġ miż-żona ta' Marsalforn lejn ir-Rabat.", "Qabel ma nbeda x-xogħol f'din it- triq saru konsultazzjonijiet ma' diversi dipartimenti oħra sabiex jiġi żgurat li servizzi bħad-drenaġġ, dawl, ilma, xogħol relatat mal-Melita Cable u l-Maltacom isiru minn qabel biex ma jerġgħux isiru trinek oħra 'l quddiem.", "Sur President, qed naraw li l-ħidma qed titwettaq bi ħsieb, bi pjan u bi programm biex niżguraw li bil-għaqal insaħħu l-infrastruttura tal- gżira t'Għawdex.", "L-Onor.", "Borg ukoll għoġbu jsemmi t-Triq tax-Xagħra tal- Qaċċa, u jiena ħadt pjaċir li għamel referenza għaliha, għaliex irrid nirfumah li bħalissa qed jitħejjew ix-xogħolijiet relatati mat-tender għal din it-triq.", "Jekk il-bambin irid nirranġaw anke din it-triq.", "Barra dawn it- toroq prinċipali li semmejt saru diversi xogħlijiet fit-toroq.", "Saret manutenzjoni ġenerali, tiswija ta' ħitan u kostruzzjoni ta' water culverts madwar Għawdex kollu.", "Għaldaqstant l-akbar kostruzzjoni ta' water culvert kien fit-triq prinċipali tar-Rabat Għawdex.", "Dan il-water culvert ma kienx żgħir u llum nista' ngħid li huwa lest.", "Irrid insemmih illejla għax huwa proġett kbir li permezz tiegħu, għalkemm ma jidhirx strieħu ħafna studenti li jidħlu fl-iskejjel ta' faċċata tiegħu.", "Strieħu wkoll ir- residenti u anke s-sidien tal-istabbilimenti f'din l-area.", "Irrid ngħid ukoll li f'Għawdex, Sur President, għandna l-construction and maintenance unit li nsibuha bħala s-CMU.", "Hawnhekk irrid ngħid li saru diversi xogħlijiet madwar Għawdex.", "Fl-estimi tal-budget għas-sena d-dieħla nsibu li parti sostanzjali tan- nefqa kapitali serja għad-drenaġġ u għall-impjant ta' tisfija tiegħu li se jsir f'Ras il-ħobż, limiti tax-Xewkija.", "Hawn il-gvern qiegħed jivvota s- somma ta' Lm972,000, kważi d-doppju tas-sena l-oħra.", "Dan il-vot qawwi se jsaħħilna jdejna biex inkomplu nirranġaw is-sistema tad-drenaġġ u biex jinbena impjant għall-purifikazzjoni tad-drenaġġ f'Ras il-Ħobż.", "Dan, Sur President, huwa proġett kbir, li wkoll huwa ta' siwi kbir għal Għawdex.", "Problema li tissemma' kontinwament, u li ssemmiet illejla wkoll, hija tal- miżbla fil-Qortin tax-Xagħra, li minkejja l-isforzi kollha li jsiru biex tiġi kontrollata qatt ma jista' jkollna kontroll assolut u perfett.", "Qatt ma nistgħu inserrħu moħħna li din mhux se toħloq aktar inkonvenjent.", "Għaldaqstant sar ħafna biex tejjibna l-qagħda tagħha.", "Kieku ma sarx hekk, is-sitwazzjoni llum hija ħafna agħar milli hi.", "Kif ilkoll nafu, s- soluzzjoni hija t-transfer station.", "Din hija d-deċiżjoni li għandna quddiemna llum u dan huwa l-pjan tal-gvern kif spjegat fil-pubblikazzjoni tal-verżjoni finali dwar l-istrateġija għall-immaniġjar ta' l-iskart solidu għall-gżejjer tagħna.", "L-oppożizzjoni tissorprendina meta jikkritikawna dwar il-Qortin fix-Xagħra u dwar il-miżbla.", "Dawn jissorprenduna meta jmorru jippużaw bil-kartelluni ħdejn il-miżbla għaliex aħna ħadna miżuri biex nikkontrollaw kemm nistgħu.", "Aħna ħadna deċiżjoni u nafu x'se nagħmlu.", "Fis-sentejn li għamlu fil-gvern ma naf b'ebda miżura li ħadu biex isolvu din il-problema.", "Aħna l-ħin kollu attenti biex niżguraw li l-ambjent f'Għawdex, filwaqt li jkun nadif, safejn hu possibbli jibqa' fl-istat naturali tiegħu.", "Ċertament dan huwa fattur importanti ħafna li jiddistingwi lokal minn ieħor.", "Aħna se nkomplu nieħdu inizjattivi bħal dawk tal-kumitat għat-titjib ta' l- ambjent f'Għawdex, flimkien mad-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Matul is- sena li għaddiet dawn ħawlu ma' l-20,800 siġra w pjanta staġjonali, barra li ħadu ħsieb it-tisbiħ ġenerali ta' soft areas.", "Inizjattivi bħal dawn huma tajbin ħafna u huma purament favur l-ambjent t'Għawdex.", "Semmejt id- dipartiment ta' l-agrikoltura u l-ambjent u allura xieraq ukoll li nsemmi l- ħafna ħitan tas-sejjieħ li bnejna matul din is-sena.", "Barra dan qed ngħinu lill-bdiewa jikkaratterizzaw l-ambjent tagħna.", "Relata wkoll mal-bdiewa u r- raħħala, aħna konna ksejna l-btieħi tal-pitkalija bit-tarmak u dan is-sajf aħna saqqafna l-ftuħ biex b'hekk il-ħaddiema u n-nies li jiffrekwentaw il- pitkalija, mhux biss ikunu qegħdin jaħdmu f'ambjent aħjar, imma jkollhom prodott protett mill-qilla tax-xemx.", "Qed nagħtu wkoll ħafna għajnuna finanzjarja liIl-bdiewa u s-sajjieda tagħna.", "Irrid ngħid li anke f'dan il- qasam għaddej ħafna xogħol ta' manutenzjoni li huwa marbut biex jiffaċilita' dak kollu li huwa marbut mas-sajd.", "Barra għajnuniet finanzjarji lill-bdiewa u lis-sajjieda, biex inkunu nistgħu ninnewtralizzaw l-ispejjeż addizzjonali bħalma huma dawk tat- trasport bejn il-gżejjer, mill-ministeru qed nagħtu inċentivi finanzjarji lill-kumpaniji Għawdxin u lill-industrija.", "Huwa wkoll impenn tal-ministeru li jħares l-iżvilupp industrijali w ekonomiku għall-gżira t'Għawdex.", "Il- Gozo Business Chamber żgur qed jinfluwenza b'mod pożittiv dawn l- industriji.", "Dan kien imwaqqaf kważi sentejn ilu bl-inizjattiva tal- ministeru.", "Jien nixtieq nagħti ħarsa lejn il-flus fil-banek f'Għawdex.", "Hawnhekk insibu li f'dawn l-aħħar tlett snin il-ġid inħoloq u nfirex.", "Il- flus fil-banek żdiedu minn Lm125 miljun f'Ottubru ta' l-1998, għal Lm150 miljun f'Ottubru ta' din is-sena.", "Din hija żieda ta' Lm25 miljun.", "In-numru ta' kotba tal-bank jew kontijiet żdiedu minn 60,000 għal 65,000.", "Dan ifisser li l-ġid kompla jinfirex b'żieda ta' 5,000 ktieb.", "Jekk hemm qasam li jolqot jew jeffetwa b'mod qawwi lill-ekonomija t'Għawdex huwa bla dubju ta' xejn it-turiżmu.", "Meta wieħed jisma' lil tan-naħa l-oħra jaħseb li t-turiżmu f'Għawdex spiċċa.", "Qed jagħmlu referenza biss għall- coaches u għad-day trippers, meta nafu aħna stess li m'għandniex niffokkaw biss fuq it-turiżmu li ġej mid-day trippers.", "Anke l-kelliem ewlieni tal- oppożizzjoni fuq it-turiżmu ġieli qalu dan.", "Hemm turiżmu aħjar li rridu ninvestu fih u l-oppożizzjoni għalkemm taf qed tipprova ċċajpar il-fatti.", "Il-verita' hi li l-ministeru għal Għawdex flimkien mal-ministeru tat- turiżmu, mal-GTA u l-MTA, qed jagħtu lit-turiżmu l-importanza li jistħoqqlu w riżultati sodisfaċenti.", "Kif spjega dalgħodu l-ministru Refalo s-sena li għaddiet kienet l-aħjar sena għat-turiżmu ġewwa Għawdex.", "Min hawn irrid nirringrazzjah.", "Dan ma jfissirx li se inserrħu rasna u aħna mħeġġin biex inkomplu nżidu l-attivita' turistika għaliex l-industrija tat-turiżmu hija l-għixien ta' ħafna familji Għawdxin.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li aħna la waqfna naħsbu u lanqas waqafna naħdmu u nagħmlu pjanijiet ġodda għat-turiżmu.", "Dan l-aħħar twaqqaf task force bejn il-GTA u l-MTA b'kollaborazzjoni mal-ministeru sabiex jiġi żgurat li l-partijiet konċernati jaħdmu flimkien sabiex ikollna turiżmu aħjar għal Għawdex.", "L-ewwel inizjattiva hi li qegħdin naħdmu fuq walking tours u walking paths li jħajjru aktar turisti biex jiġu Għawdex.", "Daħħalna wkoll inizjattiva ġdida li qed insejħula seasonality scheme.", "Sur President, il-ħin jagħfas, pero' rrid ngħid li kollox ma' kollox it-turiżmu f'Għawdex huwa aktar b'saħħtu u dan jinkoraġina biex inkomplu nsaħħu dan il-qasam daqstant importanti.", "Fil-qasam tal-kultura matul din is-sena wettaqna xogħol relatat ma' manutenzjoni u restawr ta' siti storiċi u mużewijiet li sfortunatament mhux se jkolli ċans insemmihom kollha għax il-ħin ma jipperemettilix.", "Fosthom insemmi ċ-Ċittadella u l-Ġgantija.", "Fil-qasam tal-kultura għamilna wkoll diversi attivitajiet.", "Fit-taqsima tal-isport saru xogħlijiet infrastrutturali u ta' mmodernizzar fuq numru kbir ta' faċilitajiet eżistenti madwar il-gżira.", "L-aħħar biċċa xogħol tajba ħafna li lestejna kienet proprju l-club house fix-Xewkija.", "Dan hu ċentru sportiv li kumbinazzjoni inawgurajt jiena stess il-bieraħ.", "Irrid ngħid li l-poplu tax-Xewkija flimkien mal-poplu għawdxi huwa sodisfatt ħafna b'din l-inizjattiva li ħadna.", "F'din is-seduta l-oppożizzjoni, bħalma għamlet fis-seduti l-oħra kollha allokati għall-ministeri l-oħrajn, esprimiet ruħha bl-aktar kritika fqira possibbli, tgħawwiġ tal-verita' u statements mill-aktar irresponsabbli.", "Se niġi għall-parti fejn semmew li qabel l-elezzjoni ta' l-1998 kellhom ħafna proġetti xi jwettqu.", "Qed isemmu l-yacht marina, u l-qasam industrijali.", "Dawn huma proġetti li kif kelli l-okkażjoni ngħid drabi oħra, ma setgħux isiru għal raġunijiet li jafhom kulħadd.", "Ħafna nies indunaw li bdew isemmu dawn il-proġetti għax kienet ġejja l-elezzjoni.", "Dawn mingħalihom li lill- Għawdxin tista' tgħaddihom biż- żmien.", "Ma rridx ngħid li għamilna xi proġetti kbar, imma f'dawn it-tlett snin sar ħafna xogħol f'kull qasam.", "Sar ħafna xogħol fl-edukazzjoni, fis-saħħa w fl-infrastruttura.", "Għamilna xogħlijiet kbar li kienu bżonnjużi u ta' prijorita'.", "Dak li nidħlu għalih aħna nagħmluh bl-akbar responsabbilta`, kif qed nagħmlu fiċ-ċentru komunali, li għamit referenza għalih.", "Irrid ngħid li l-istudju u l-laqgħat dwar dan il-proġett ma waqfqu qatt.", "Fil-fatt tlestew żewġ studji ta' importanza kbira u li huma marbuta ma' dan iċ-ċentru komunali.", "Qed nirreferi għall-geological study u għall-financial disability study.", "Bħalissa qegħdin nerġgħu nirrevedu d-development brief, anke fid-dawl tal- financial disability study u rrid ngħid li l-laqgħa li jmiss hija ppjanata għal nhar l-Erbgħa.", "Sur President, mexjin bl-akbar għaqal biex dak li nagħmlu nagħmluh sewwa u li jkun anke ta' l-akbar benefiċċju għall-gżira t'Għawdex.", "L-istess qed nagħmlu fir-rigward t'Għawdex u l-Unjoni Ewropea.", "Illejla kkritikawna u qalu li ma sarx studju u ma jafux x'se jiġri.", "Nerġa' nistaqsi jekk dawn isegwux il-politika tal-gvern.", "Qed jippruvaw jagħmluha tal-boloħ li qishom ma jafu xejn u jgħidu li m'hu qiegħed isir xejn.", "Jiena rrid ngħid li għalkemm l-oppożizzjoni tikritikana u tipprova tbeżża' lill-Għawdxin li aħna l-agħar li se mmorru bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, f'Għawdex qed inħarsu b'fiduċja lejn il-ġejjieni għax għandna fiduċja fl-Ewropa.", "Kulħadd qed jagħmel minn kollox minbarra l-oppożizzjoni.", "Qed nagħmlu minn kollox biex niżguraw ġejjieni aħjar.", "Is-sena l-oħra l-ministeru għal Għawdex ikkumissjona studju lil wieħed mill-aqwa esperti fl-Ewropa.", "Dan kien studju dwar il-gżejjer Ewropej u sar biex inkunu nafu aħjar kif ir-regolamenti Ewropej jolqtu lil Għawdex.", "Proprju fil-ġimgħat li għaddew beda jitħejja studju ieħor ikkumissjonat mill-kummissjoni ewropea stess bi qbil mal-ministeru għal Għawdex u ma' l- uffiċċju tal-prim ministru biex jiġu stabbiliti l-ħteġijiet speċjali t'Għawdex.", "Dan l-istudju huwa frott ta' laqgħa li kelli fl-20 ta' Ġunju ta' din is-sena ma' l-ambaxxatur tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta.", "Ir-rapport li qiegħed jitħejja se jgħin lill-gvern Malti u anke lill-Ministeru għal Għawdex b'mod partikolari biex ikunu ndirizzati bl- aħjar mod possibbli l-bżonnijiet speċjali t'Għawdex.", "Dan juri s-serjeta` tagħna u l-istudju se jipproponi miżuri w inizjattivi prattiċi li għandhom jittieħdu biex il-proċess ta' żvilupp fil-gżira jilħaq mhux biss mal-livell ta' żvilupp ta' Malta, iżda wkoll ma' dak tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Se nsemmi l-għanijiet ta' l-istudji li qegħdin isiru u rrid insemmihom ħalli l-oppożizzjoni tifhem x'qegħdin nagħmlu u ma jkollhiex għalfejn tistaqsi.", "L-għanijiet ta' dan l-istudu qed jinkludu titjib fil-livell tad- dħul mix-xogħol u tal-ħidma kummerċjali t'Għawdex, it-tkattir ta' l- opportunitajiet ta' mpiegi, it-tnaqqis tal-problema ta' l-insularita` doppja, it-titjib fil-kompettivita` t'Għawdex, il-ħarsien ta' l-ambjent u t- titjib fil-kwalita` tal-ħajja ta' l-Għawdxin.", "Biex isir dan l-istudju speċjalizzat, il-kummissjoni ewropea ħarġet sejħa għall-offerti sabiex jintgħażlu l-aħjar nies.", "Fil-fatt min-nofs Novembru tliet esperti barranin li flimkien ma' żewġ esperti Maltin ġew imqabbda biex iħejju dan l-istudju.", "Din il-verita`, Sur President, ma tantx iddoqq għal widejn l-oppożizzjoni għaliex l-interventi tiegħi u ta' sħabi minn din in-naħa tal-Kamra ma kenux fl-arja.", "Tkellimna dwar il-fatti u l-fatti ma jista' jmerihom ħadd.", "Dak li sar matul din is-sena kompla jikkonferma kemm verament gvernijiet Nazzjonalisti jagħtu kas Għawdex u kemm din il-gżira tgawdi aktar taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil- Kumitat ta' Provvista.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-vot 47 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Anton Refalo.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Negatived", "ONOR MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "Billi intalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fin-12:30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- emenda għall-vot 47 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Anton Refalo.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Negatived.", "ONOR MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "336", "FAVUR: 29", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "KONTRA: 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 47 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 19,562,337 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 47 - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 47 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XI - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,320,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XI għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 47 u XI tal-Ministeru għal-Għawdex ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Issa nistieden lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 11 ta' Diċembru, 2001 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista", "Estimi Ġenerali 2002", "It-Tnax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 11 ta' Diċembru, 2001 fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunika mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.39 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 258 tas-26 ta' Novembru, 2001..", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MALTACOM", "30376.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30254?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PENSJONI - INJURIES SCHEME", "30377.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta żdiedet il-pensjoni ta' l- injuries scheme?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ŻEJTUN - TRIQ IS-SUQ", "30380.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-PQ 30269 possibli d-Dipartiment tat-Toroq ġentilment jinnota li Triq is-Suq Żejtun m'għandha x'taqsam xejn ma' Triq Toni Zahra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-parti ta' Triq is-Suq li qed issir referenza għaliha f'PQ Nru. 30296, hi dik il-parti li ma hiex asfaltata u li tiġi fil-kantuniera bejn Triq is-Suq u Maria Stella Caruana.", "Hemm xogħol x'isir fi Triq Maria Stella Caruana u parti ta' Triq T. Zahra, bejn Triq Maria Stella Caruana u Triq Santa Katerina, li jikkonsisti f'bini ta' culverts sabiex tingħeleb il-problema ta' l-għargħar mill-ilma tax-xita.", "Għalhekk ix-xogħol f'din il-kantuniera isir mal-bqija tax-xogħol fit-toroq imsemmija f'din il-lokalita'.", "PA", "30386.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid xi pjanijiet hemm mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar żvilupp til-barriera magħrufa tal-blu fil-by pass tal-Mellieħa?", "Jista' l-Ministru jgħid wkoll jekk hemmx applikazzjonijiet għal zvilupp f'dan is-sit?", "Jekk iva, x'inhi t-tip ta' żvilupp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'seduta oħra", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - FLUS IVVUTATI", "30387.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus ivvutati għad- Dipartiment tal-Mużewijiet fis-sena 2000 u fis-sena 2001 li ma ntużgħawx mid-dipartiment u li allura ġew mgħoddija lura lill-finanzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-kontijiet għas-sena 2001 għadhom ma ġewx magħluqa, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra."]} {"filename": "20000726_362d_par.doc", "date": "2000-07-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 362 L-Erbgħa, 26 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 362", "L-Erbgħa, 26 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "362", "L-Erbgħa, 26 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 33", "PETIZZJONI 33", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 33", "TQEGĦID TA' KARTI 37", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' TA' L-ISTATISTIKA TA' MALTA (IT-TIENI QARI) MALTA STATISTICS AUTHORITY BILL (SECOND READING) 37", "AĠĠORNAMENT 55", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 63", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 361 li saret fis-26 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "ONOR SILVIO PARNIS: Mr Speaker, qed nippreżenta petizzjoni f'isem ir- residenti ta' Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, fejn qed jitolbu lill-gvern biex jagħti widen għal leħinhom.", "Peress li din hija arterja prinċipali u għaldaqstant ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, dawn ir- residenti jixtiequ li din it-triq il-gvern jirranġaha għax tinstab fi stat diżastruż ħafna, speċjalment il-bankini u anke s-sistema tat-traffic- lights.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Grazzi.", "Ngħaddu għal mistoqsijiet.", "L- Onor. Mizzi.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ARMATA - IMPJEGATI", "17853.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm army personnel attendew kors barra minn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'tip ta' kors kien u kemm minn dawn is-suldati għadhom fis-servizzi llum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jien informat li fit-tnax-il xahar ta' qabel l-10 ta' Lulju, 2000 kien hemm 140 persuna - jiġifieri fizzjali u suldati - li attendew korsijiet ta' taħriġ barra minn Malta, li 128 minnhom għadhom qed iservu fl-armata.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra lista tad-diversi tipi ta' korsijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fost dawk li attendew għal taħriġ barra minn Malta, kienx hemm minnhom li għamlu dan taħt l-awspiċi tal-partnership for peace?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'għandix id-dettalji għal din ir-risposta, imma mill-memorja nista' ngħid li kien hemm il-parteċipazzjoni tal-membri ta' l-armata f'taħriġ li kien sar taħt l-umbrella tal-partnership for peace - jiena stess kont mort nara wħud minn dawn l-eżerċizzji jsiru ġewwa l- Bulgarija - u nista' ngħid li dawk kollha li pparteċipaw ħarġu sodisfatti ħafna, anke fuq livell personali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Min-numru ta' persuni li semma, kemm minnhom attendew għal korsijiet ta' taħriġ barra minn Malta b'riżultat tal-ftehim li jeżisti bejn pajjiżna u l-pajjiż fejn attendew?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naturalment isiru diversi offerti minn qabel biex membri tal-forzi armati jkunu jistgħu jmorru fuq korsijiet barra minn Malta.", "Il-maġġor parti minn dawn are taken up u naturalment l-armata tfittex ukoll opportunitajiet fejn jistgħu jmorru jitħarġu l-membri tagħha.", "(Interruzzjonijiet)", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jippreċiża xi jrid jgħid bil-kelma \"ftehim\" għax naturalment dan kollu bi ftehim isir, imma mhux għax jeżisti xi ftehim partikolari dwar taħriġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Qed ngħid għal ftehim purament ta' taħriġ, ċioe' mhux bħal dak li jeżisti bejn Malta u l-Italja.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ikun hemm opportunitajiet ta' ftehim ta' taħriġ ma' diversi pajjiżi, fosthom mal-Gvern Ingliż, mal-Gvern Amerikan, mal-Gvern Taljan - dawn ikunu numerużi - mal-Gvern Franċiż u jekk m'iniex sejjer żball anke mal-Ġermanja.", "F'dan is-sens hemm koperazzjoni ma' diversi pajjiżi, imma naturalment jiddependi minn x'ikunu l-bżonnijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Rita Law, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Meta jsir ftehim u jkun hemm ċerta koperazzjoni bejn suldati Maltin u dawk barranin taħt l-iskema tal-partnership for peace li semma l-Onor.", "Mario Galea, dan ikun ifisser li s-suldati tagħna jkunu mistennija jipparteċipaw f'xi ġlied barra 'l pajjiż?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Membru jmissha taf li waħda mill- affarijiet li kien għamel gvern Laburista meta rebaħ l-elezzjoni ta' Ottubru 1996 kien li ħareġ lil Malta mill-membership tal-partnership for peace.", "Fl-opinjoni tiegħi dik kienet deċiżjoni żbaljata għax il- parteċipazzjoni fil-partnership for peace bl-ebda mod ma tfisser li s- suldati tagħna jieħdu parti f'xi azzjoni militari.", "Il-partnership for peace kienet u għadha toffri okkażjonijiet ta' taħriġ utli ħafna, u naħseb li huwa ta' sfortuna li pajjiżna mhux qed jipparteċipa fiha.", "Naturalment il-gvern jista' jitlob li jirravviva l-parteċipazzjoni pero' jidhrilna li f'dan il-mument almenu m'għandniex noħolqu kontroversji bla bżonn, għalkemm nerġa' ngħid li l-ftit taż-żmien li fih Malta kienet tipparteċipa kien utli ħafna u kien anke jagħtina l-opportunita' li Malta tagħmel programmi ta' tagħlim.", "Dan jistgħu jikkonfermawh mhux biss il- kapijiet ta' l-armata imma anke dawk is-suldati li ipparteċipaw f'eżerċizzji li saru dak iż-żmien.", "Aħna konna offrejna li jsiru ċerti korsijiet hawn Malta, dan kien ġie aċċettat u kellna l-okkażjoni li anke aħna nagħtu s-sehem tagħna fil-partnership for peace.", "Fil-fatt membri tal- forzi armati barranin kienu ġew għal taħriġ fil-lingwa Ingliża.", "Jien naħseb li dak li sar kien żball politiku u, kif diġa' għedt, il- gvern s'issa ma ħax id-deċiżjoni li jerġa' jirraviva l-parteċipazzjoni ta' Malta, pero' mhux talli ma nara xejn ħażin li dan jerġa' jsir anzi nittama li jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Veru li jista' jkun hemm min qed jitħarreġ fil-lingwi imma nimmaġina li jkun hemm min qed jitħarreġ fil-ġlied u fil-gwerer ukoll!", "Għaldaqstant jaċċertana l-Prim Ministru li dawn is-suldati Maltin m'humiex se jkunu involuti f'xi ġlied jew gwerer?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din l-ipotesi li qed issemmi l-Onor.", "Membru assolutament mhijiex attinenti għas-sempliċi raġuni li Malta m'hijiex membru tal-partnership for peace għax, kif irrimarkajtilha qabel, gvern Laburista ma kienx ħalliha membru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri l-Prim Ministru jikkonferma b'mod ċar li l-ħsieb tal-gvern huwa li jara li Malta tissieħeb fil-partnership for peace?", "Ippermettili nagħmel domanda oħra, Mr Speaker.", "L-offerti u r- rikjesti ta' taħriġ isiru bi ħlas jew taħt xi forma ta' ftehim bejn pajjiż u ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa' spjegajt, kien żball politiku li Malta ħarġet mill-partnership for peace.", "ONOR.", "RITA LAW: Jien mhux hekk naraha.", "Jien ngħid li għandna għalfejn nirringrazzjaw lill-Partit Laburista għax b'hekk is-suldati tagħna m'humiex se jkunu involuti fil-ġlied u l-gwerer ta' ħaddieħor.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Law hija assolutament informata ħażin u ma tafx kif taħdem il-partnership for peace.", "Kulmin jipparteċipa m'għandu l-ebda obbligu li jmur jiġġieled f'xi gwerer li jista' jkun hemm.", "Għar-rigward tad-domanda ta' l-Onor.", "Cuschieri, jien diġa' għedt li dak kien żball u li l-gvern tiegħi jemmen li jkun utli li pajjiżna jkun membru fil-partnership for peace - għalkemm din m'hix xi ħaġa li hi daqshekk vitali għal Malta - u jkun utli li aħna nieħdu parti f'eżerċizzji li jistgħu jiswulna.", "Il-gvern s'issa ma ħa l-ebda deċiżjoni, pero' nittamaw li meta jkun wasal iż-żmien opportun il-gvern jerġa' jirriattiva l- parteċipazzjoni ta' Malta fil-partnership for peace.", "L-Onor.", "Cuschieri staqsa jekk il-parteċipazzjoni fit-taħriġ issirx bi ħlas.", "Dan jiddependi mit-taħriġ x'ikun u għal kemm żmien ikun, jiġifieri kull każ huwa differenti minn ieħor.", "Jista' jkollok korsijiet li trid tħallas għalihom u jista' jkun hemm oħrajn li r-rati ta' ħlas ikunu ridotti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, hemm xi terminu ta' żmien dwar kemm iddum hawn Malta l-missjoni militari Taljana?", "Jekk kien hemm data ta' skadenza li ġiet imġedda, din għal kemm żmien ġiet imġedda?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bl-amment ma nistax nagħtik l-informazzjoni, pero' żgur li l-missjoni militari Taljana f'Malta hija waħda utli.", "Ilha magħna għal aktar minn 25 sena u m'hemm l-ebda ħsieb li din ma tkomplix.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "18025.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu n-nies li ġew ingaġġati mal-gvern mill-1987 'l hawn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra skeda li turi n-numru ta' persuni li ġew ingaġġati mal-gvern mill- 1987 sal-lum, kif ukoll tabelli li juru l-impieg tagħhom.", "Naturalment importanti ħafna li wieħed jara xi kwalita' ta' xogħol jirriferu għalih dawn l-ingaġġi mal-gvern.", "Per eżempju, fl-1987 kienu ġew ingaġġati 2,104 persuna mal-gvern, fosthom 600 ruħ taħt group A u 466 health attendant fil-public cleansing.", "Jekk wieħed janalizza x'kien ix-xogħol ta' dawn il-persuni jsib li kien differenti ħafna minn dak li għalih ġew ingaġġati nies oħrajn fis-snin ta' wara.", "Jekk nieħdu sena oħra at random insibu li kien hemm 145 instructor u 36 pharmacist.", "B'hekk wieħed jinduna li hemm kambjament pożittiv fl-intake ta' nies mal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, preżumibilment il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Law tirriferi għal dawk in-nies li ġew ingaġġati mill-elezzjoni ta' l-1987 'il hawn.", "Il-Prim Ministru għandu l-informazzjoni dwar x'ġara ġimgħa qabel l-elezzjoni ta' Mejju, meta kienu ġew impjegati 'il fuq minn 2000 ruħ mal- gvern?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fir-risposta hawn breakdown ta' dawk il- persuni li ġew impjegati maċ-ċivil fl-1987.", "Fil-fatt minn Jannar sa April ġew impjegati 2,104 persuna.", "Id-domanda m'hijiex tirriferi għall-impjiegi li kienu ngħataw mal-parastatali, max-shipbuilding, ma' l-Enemalta, mat- Telemalta, eċċ. imma tittratta dwar nies li ġew impjegati direttament mal- gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Teżisti xi tip ta' statistika ta' kemm minn dawn il-ħaddiema għadhom impjegati maċ-ċivil u kemm minnhom spiċċaw jew irriżenjaw?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif kelli l-okkażjoni ngħid drabi oħra, mal- gvern hemm wastage naturali ta' mijiet kull sena u hija naturali li n-numri jinbidlu minn sena għal oħra.", "Ir-records għal kull impjegat jeżistu u jekk l-Onor.", "Interpellant irid nista' niġborlu din l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'nuqqas ta' ħaddiema hemm mal-gvern bħalissa?", "X'inhu l-ħsieb tal-gvern rigward id-dħul ta' ħaddiema fis-servizz pubbliku?", "Il-ftit ħaddiema awżiljari li kien għad fadal, dawk kienu ħadu l-appointment u daħlu mal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, safejn naf jien kienu saru proċeduri li qbilna magħhom flimkien mal-PSC u ma' l-ETC u l-problema ta' dawk li kienu jissejħu awżiljari ġiet riżolta.", "Dwar id-domanda l-oħra ta' l-Onor.", "Parnis irrid ngħid li llum ir- recruitment mal-gvern isir strettament skond l-esiġenzi li jkun hemm bżonn.", "Per eżempju, huwa evidenti li r-recruitment tat-teachers isir kull sena u r-recruitment tan-nurses isir prattikament kull meta jispiċċa l-kors.", "Illum t-tip ta' mpjiegi bħal general hand, labourers u unskilled laboureres - dari kien hawn ħafna minnhom - m'humiex qegħdin isiru.", "Dawn l-impjiegi huma minimi biex ma ngħidx ineżistenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, peress li fl-isptarijiet hemm kemm nuqqas ta' tobba kif ukoll nuqqas ta' nurses - fil-fatt kellhom jiġu temporanjament magħluqa għal ftit tal-ħin iċ-ċentri tas-saħħa f'diversi distretti - il-gvern beħsiebu jdaħħal nies li huma lesti li jaħdmu f'dawn il-postijiet?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fejn hemm nuqqasijiet u hemm personnel available dawn jiġu impjegati.", "Jekk nieħdu l-lista ta' l-impjiegi li saru sa Ġunju ta' din is-sena insibu li kellna żewġ agricultural officers, żewġ assistant curators, 31 clerk, 50 enrolled nurse, 22 principal fil-general service u 231 teacher, li huwa l-akbar numru.", "Jekk nieħdu l-paramediċi insibu li għandna tliet radiographers u żewġ scientific officers.", "Nista' ngħid li r-recruitment qed isir proprju fejn ikun hemm bżonn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar awtoritajiet, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18602; u", "Tagħrif dwar konsulenti legali li jagħtu servizz lill-ministeru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18624;", "u f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar matul l-1999 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18354.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti legali li jagħtu servizz lill-ministeru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18630.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' TA' L-ISTATISTIKA TA' MALTA", "MALTA STATISTICS AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Lulju 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, għal darb'oħra għandna quddiemna waħda minn sensiela ta' liġijiet li jwaqqfu awtorita'.", "Qed ngħid hekk għax matul dawn l-aħħar ġimgħat iddiskutejna awtoritajiet oħrajn u jidher li in the pipeline hemm sensiela ta' abbozzi ta' liġi oħra li jirrigwardaw it- twaqqif ta' awtoritajiet ġodda.", "Mr Speaker, minkejja li qabel tan-naħa l-oħra kienu jgħidu li l-ħofra ħrafa, dan l-aħħar sirna nisimgħu ħafna diskors dwar id-deficit nazzjonali.", "Il-verita' hi li l-Partit Laburista fil-gvern kien beda jieħu l-passi neċessarji biex iżid id-dħul tal-gvern u fl-istess ħin kien qed jirnexxilu jnaqqas l-ispiża pubblika.", "Effettivament dik iċ-ċifra kienet tirrifletti d- deficit finanzjarju tal-pajjiż u allura kien hemm bżonn li wieħed jagħmel l-affarijiet bis-serjeta'.", "Din is-sitwazzjoni tant kienet qed tiddeterjora li mhux il-każ li wasslet lil xi membru parlamentari biex jivvota kontra l- partit tiegħu stess, imma fil-verita ġiegħlet lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern isejjaħ elezzjoni kmieni għal Ottubru ta' l-1996.", "Mela allura s-sitwazzjoni finanzjarja kienet il-kawża ta' dik l-elezzjoni.", "Pero' biex in-Nazzjonalisti jagħmlu gwadann politiku kienu jaħarbu mir-realta' u dak iż-żmien kienu jgħidu li l-ħofra ħrafa, Sur President.", "Ara qabel l-elezzjoni ta' wara, dik ta' Settembru 1998, kienu jgħidu li jekk jitilgħu fil-gvern mhux se joqogħdu jingħu li hawn ħofra jew li l- pajjiż għandu problemi finanzjarji!", "Pero' għaddiet l-elezzjoni u bdejna nisimgħu lil min jingħi li hawn il-problemi fil-pajjiż, għalkemm ikun tajjeb li wieħed jgħid li donnu li l-problemi huma għal ċerti individwi biss, bħall-ħaddiema ta' Kalaxlokk, il-ħaddiema tat-tarznari - issa anke qed isemmu li madwar 800 ħaddiem li hemm fid-dockyard u fix-shipbuilding jistgħu jispiċċaw barra - u diversi ħaddiema oħra li jaħdmu f'setturi varji li jafu li għandhom xabla mdendla fuq rashom.", "Imbagħad niġu f'dan il-parlament u nsibu li quddiemna għandna numru ta' abbozzi ta' liġi li jwaqqfu numru ta' awtoritajiet!", "Qed ngħid dan, Sur President, għax dawn l-awtoritajiet qed isiru bil- barka tal-ministri u nafu wkoll li dawk li jmexxuhom jitħallsu mhux ħażin.", "Ċertament li l-paga tal-ministri u dik tal-ħaddiema taċ-ċivil hija peanuts ħdejn il-paga ta' dawk inkarigati minn dawn l-awtoritajiet u ta' dawk li qegħdin, per eżempju, fil-bank ċentrali.", "Issa li se jkollna din l- awtorita' wieħed jistenna li d-dipartimenti individwali se jiġbru l- informazzjoni kollha neċessarja u jgħadduha lil din l-awtorita' biex din min-naħa tagħha tkompli tmexxi l-affarijiet hi.", "Pero' nerġa' ngħid li fejn jidħlu l-pagi se jkun hemm diskrepanza bejn il-ħaddiema taċ-ċivil li jkunu qed jaħdmu biex jiġbru ċerta informazzjoni għall-awtorita' u dawk li jkunu fuq il-bord ta' din l-awtorita'.", "Sur President, naħseb ukoll li jkun tajjeb li l-Ministru jagħti spjegazzjoni daqsxejn ċara ta' dan il-punt li se nsemmi.", "F'dan l-abbozz ta' liġi nsibu li l-awtorita' tista' taħtar direttur ġenerali għal terminu ta' tliet snin, pero' l-ewwel direttur li jinħatar se jinħatar għal ħames snin.", "Apparti minn hekk nixtieq nistaqsi kemm l-awtorita' se tkun lesta li tgħaddi informazzjoni sensittiva lil min ikun qed jistaqsi dwarha.", "Qed nistaqsi dan għax biex wieħed ikun jista' jagħmel ċerti projections u ċertu ippjanar ikollu bżonn ċerta statistika.", "U filwaqt li nsostni li l- istatistika hija importanti ħafna, ma rridx li xi ħadd jifhem li din l- awtorita' se tkun l-ewwel entita' li se tkun qed tforni l-istatistika neċessarja għax diġa' jeżisti d-dipartiment ta' l-istatistika.", "Allura x'inhi r-raġuni li minn dipartiment se noħolqu awtorita', se ndaħħlu diversi impjegati u se nżidu l-ħlasijiet?", "Ovvjament issa nistennew li lid-direttur ġenerali nixtrulu karozza u noffrulu wkoll numru ta' perkaċċi oħrajn, għax naħseb li din l-awtorita' mhux se tkun inqas minn awtoritajiet oħrajn!", "Nistgħu nieħdu ftit idea ta' dan jekk inħarsu ftit lejn il-pagi li ġew offruti lill-membri tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi, Sur President.", "Per eżempju, ikollok lil xi ħadd jaħdem mal-gvern li jagħtuh l-unpaid leave biex imbagħad imur jaħdem mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u jagħtuh paga doppja, jagħtuh karozza - għax fejn kien qabel ma kienx intitolat għal karozza - u jħallsulu health scheme għalih u għall- familja!", "Apparti minn hekk dan jista' jingħaqad ma' xi club biex jagħmel l-eżerċizzji fiżiċi u jkollu kollox imħallas!", "Hekk se naħdmu f'din l- awtorita'?", "Ikun interessanti li nkunu nafuhom dawn l-affarijiet għax naħseb li min se jkun inkarigat minn din l-awtorita' se jiġi ttrattat bl- istess mod.", "Nista' nsemmi każ ieħor ta' waħda mara li kienet taħdem mal- gvern li biex jirringrazzjawha qalulha biex tieħu l-unpaid leave u daħħluha mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi b'paga doppja!", "Dan ifisser li filwaqt li lil ċerti ħaddiema nsemmulhom il-ħofra u ngħidulhom li m'għandhomx dritt jieklu, lil ħaddiema oħrajn nistmawhom b'dan il-mod.", "Nista' ngħid, per eżempju, li ċerti ħaddiema qed jibżgħu li l-impjieg tagħhom se jiġi tterminat peress li l-kumpannija li jaħdmu magħha waslet biex tfalli.", "Naħseb li hekk kif lil ta' Kalaxlokk qalulhom li l- kumpannija tagħhom falliet, dalwaqt se jiġri l-istess lil dawk li jaħdmu t- tarzna.", "Lil dawn jgħidulhom li ladarba qed jagħmlu d-dejn u l-gvern qed jissussidjahom il-ħin kollu, allura t-tarzna hija falluta.", "Din ukoll hija in the pipeline u m'għandniex għalfejn neħduha bi kbira, imma għal dawn l- awtoritajiet il-ħofra mhijiex problema.", "Darba kien hemm membru min-naħa tal-gvern li qal li money is no problem u naħseb li għal ċerti individwi hekk hu.", "Mhux talli hekk talli lil dawn joħolqulhom il-postijiet għax waqt li qabel kien hemm min għamel xi ħames snin mingħajr ma jitħallas, issa f'daqqa waħda lil dawn tal-lum bdejna nħallsuhom!", "Insibu, per eżempju, li l-president tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi jitħallas Lm7,000 u l-viċi chairman jitħallas Lm4,500, biex ma nsemmix il- perkaċċi l-oħrajn bħal karozzi, mobile phones, telephones u affarijiet oħra.", "Il-ħofra teżisti biss għall-ħaddiema tal-Kalaxlokk mhux għal dawn!", "Insibu, per eżempju, li fl-applikazzjoni għal permanent secretary, direttur ġenerali jew direttur - forsi għalhekk il-Prim Minsitru staħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li jien staqsejt għaliha ftit tal-jiem ilu permezz ta' interpellanza - waħda mill-klawsoli li hemm tgħid li dawn ma jistgħux jagħmlu xogħol ieħor, imma biex jaħdmu mal-fondazzjoni għas- servizzi mediċi nagħtuhom l-approval, inħallsuhom u nagħtuhom allowances ta' Lm2,500, apparti l-paga li għandhom u l-bonuses tax-xogħol li jagħmlu li jistgħu jlaħħqu sa 15% tal-paga.", "U din l-istorja tkompli għaddejja.", "Mela l-ħaddiema għaddejjin minn martirju u n-nies magħżulin qegħdin fil- glorja!", "Sur President, storja li ta' spiss konna nisimgħu biha meta tan-naħa l- oħra kienu fl-oppożizzjoni qabel l-1987 kienet li kien hawn xi 20,000 ruħ qegħda, pero' meta wieħed kien jistaqsi kif waslu għal din iċ-ċifra konna nsibu li ma' dawk li kienu jirreġistraw fl-ewwel parti u fit-tieni parti, in-Nazzjonalisti kienu jżidu lil dawk li jaħdmu fil-korpi, lill-istudenti tas-sixth form, lill-istudenti ta' l-universita', lill-istudenti ta' kwalunkwe kulleġġ ieħor li kien jeżisti u nies oħra li ma kenux imorru jirreġistraw.", "Hekk kienu jagħmlu dawn!", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Karmenu Vella dalgħodu, l-istatistika tista' tużaha kif trid u kif jogħġbok.", "Iċ- ċifri li jkollok quddiemek tista' ġġibhom jidhru sbieħ jew jidhru koroħ.", "L-istatistika dik kulma hi.", "Issa nixtieq insemmi punt ieħor li jirrigwarda s-settur tas-saħħa, Sur President.", "Ta' min isemmi wkoll li ħafna drabi l-formoli ma jkunux ċari u ma jkunx ċar x'ikun qed jintalab.", "Per eżempju, kultant wieħed jibda jiddubita kemm ċerta informazzjoni li tingħata tkun veritiera.", "Jien mhux qed ngħid li l- informazzjoni tingħata ħażina għal tapposta, imma qed ngħid li l-mod kif tiġi miġbura ċerta statistika tħalli ħafna mistoqsijiet x'wieħed jagħmel dwar il-veraċita' tar-riżultati li jkunu qegħdin jiġu ppreżentati.", "Per eżempju, meta konna qed nitkellmu ma' diversi setturi b'mod informali dwar l-introduzzjoni tal-breast screening, kien hemm diversi opinjonijiet kemm in-numru ta' każi ta' kanċer tas-sider li kien isemmi d-dipartiment tas- saħħa huma reali jew le - l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia spjega tajjeb ħafna, per eżempju, ir-relazzjoni bejn it-tipjip u l-mard terminali - u dan juri d- defiċjenzi li jeżistu mhux fin-nuqqas tat-tobba li jiktbu l-informazzjoni imma għax il-kliem li jintuża fil-formoli li jkollhom quddiemhom it-tobba biex jagħmlu ċertifikat tal-mewt jew xi dikjarazzjoni oħra ma jkunx ċar.", "Għalhekk naħseb li l-formoli li jeżistu llum għandhom jiġu riveduti u nittama li l-awtorita' tħares ukoll lejn dawn il-fatti.", "Naħseb li d- dipartiment jew inkella d-dipartiment tal-health information systems unit għandhom id-dmir li jaraw li l-informazzjoni kollha li toħroġ tagħti stampa ċara tar-realta' tas-saħħa.", "Ikun taċ-ċajt li nipprovaw nikkomparaw is- sitwazzjoni f'pajjiżna mas-sitwazzjoni ta' pajjiżi oħrajn meta nafu li l- istatistika li għandna aħna m'hijiex daqhsekk reliable.", "Apparti minn hekk, f'diversi interpellanzi li qegħdin isiru wieħed jinnota wkoll illi jew mhux qed tinġabar l-informazzjoni jew inkella din mhux qed tingħata lill-parlament.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi jsiru interpellanzi lill-ministri tal-gvern u r-risposta tkun li dik l- informazzjoni ma tinġabarx.", "Issa jien ma nemminx illi l-informazzjoni ma tinġabarx, għax mhux daqshekk diffiċli li wieħed jiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja.", "Per eżempju, dalgħodu l-Onor.", "Karmenu Vella kien qed jagħti dettalji fuq il-qasam tat-turiżmu u kien qed jgħid x'eta' jkollhom it-turisti li jiġu Malta, għalxiex jiġu jżuruna, f'liema lukandi joqogħdu u kemm jonfqu.", "Pero' wieħed jinnota li fl-aħħar xhur dan is-sors ta' informazzjoni hekk importanti ġie mblokkat u naħseb li jkun tajjeb li nkunu nafu għalfejn dan is-sors ta' informazzjoni ġie sospiż.", "Il-gvern din ipprova jpinġiha bħala xi ħaġa li n-nies jiddejqu joqogħdu jiktbu l- informazzoni u li issa tant sirna avant-garde illi din l-informazzjoni m'għadx għandna bżonnha, imma mbagħad meta mmorru biex niksbu l- informazzjoni ftit li xejn ikollna risposta.", "Ftit taż-żmien ilu konna nużaw l-embarkation card u d-disembarkation card u minnhom stajna noħorġu ħafna informazzjoni.", "Minbarra li din kienet isservi għal skop ta' statistika, kienet ukoll sors ta' informazzjoni li tista' tintuża anke biex wieħed ikun jaf jekk persuna tkunx verament residenti hawn Malta jew le għal skop ta' elezzjonijiet ġenerali.", "Pero' dan is-sors ta' informazzjoni tneħħa għax il-gvern jidher li qed jibża' minn elezzjonijiet futuri u allura ried isib xi forma kif persuni li ma jgħixux Malta jkunu jistgħu jiġu hawnhekk u jivvotaw u ma jkun hemm l-ebda forma kif wieħed jista' jqabbel.", "Issa hawnhekk xi ħadd min-naħa tal-gvern jista' jgħid li wieħed jista' jivverifika mal-passaport, pero' jekk dan jintilef kif tista' tiġi vverifikata l-informazzjoni kollha neċessarja ħalli wieħed ikun jaf jekk it-tali persuna kenitx residenti hawn Malta jew le tul dak il-perijodu?", "Issa dan apparti l-informazzjoni l-oħra kollha neċessarja li wieħed seta' jiġbor permezz ta' dawn id-dokumenti illi kienu jintużaw sa ftit taż-żmien ilu.", "(Interruzzjonijiet) Ma fiha xejn ħażin din, hux!", "(Interruzzjonijiet) Issa problema tagħkom jekk iddaħħluhiex.", "Ngħid għalija jien ma niddejjaqx naħli ħames sekondi biex nimla' dik il- card, basta nkun naf li l-gvern mhux se jasal biex jabbuża fl-elezzjoni ġenerali!", "Issa jekk dawn iridu joħolqu sistema serja oħra minflokha jkun tajjeb li nkunu nafu x'sistema hi.", "Kif diġa' għedt, wieħed mhux se jivverifika mal-passaport għax dan faċilment jintilef, pero' ma nixtieqx noqgħod nintielef f'dettalji.", "(Interruzzjonijiet) Nafu li dawn l- affarijiet isiru u nafu wkoll li nies minn barra minn Malta jiġu biex jivvotaw fl-elezzjoni.", "Ġieli anke ġew ambaxxaturi u rappreżentanti tal- Gvern Malti biex jivvotaw!", "Sur President, kif għedt diġa', wieħed jista' juża l-istatistika kif irid u kif jogħġbu, pero' huwa importanti li nitkellmu u nippreżentaw l- affarijiet b'mod serju.", "Li ma nistax nifhem jien hu għalfejn kien hemm il- bżonn li niġu f'dan il-parlament biex inwaqqfu din l-awtorita'.", "Naħseb li huma ħafna dawk li jafu eżattament x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż, nies li ma jistgħux jifhmu għalfejn ma nirranġawx dipartiment li diġa' huwa strutturat u jekk hemm bżonn nagħtuh in-nies kollha li għandu bżonn biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Apparti minn hekk, naħseb li huwa importanti wkoll illi ċ-ċensimenti li jsiru biex jindikaw 'il fejn hu sejjer pajjiżna jsiru b'mod aktar frekwenti u r-riżultati li joħorġu ma jeħdux ħafna żmien biex jiġu ppubblikati.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi qegħdin insibu illi meta jibdew ħerġin ir-riżultati taċ-ċensiment, il- mentalita' tal-popolazzjoni tkun diġa' bdiet tinbidel.", "Per eżempju, nafu li llum ħafna nies qegħdin isiru aktar konxji ta' saħħithom u qegħdin jagħżlu tip ta' ikel minn tip ta' ikel ieħor.", "Nafu wkoll li d-dipartiment tas-saħħa through d-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa qed jipprova jeduka lill-poplu dwar x'inhi l-aħjar dieta għalih.", "Issa hawnhekk mhux se noqgħod nidħol fil-mertu tal-prezzijiet tal-ħxejjex u tal-basket li fuqu jiġi meqjus l-għoli tal-ħajja.", "Hawnhekk qed naraw li ħaġa hija marbuta ma' l-oħra u l-basket tal-prezzijiet huwa marbut maċ-ċensimenti u affarijiet oħrajn li jkunu qegħdin isiru.", "Smajna kemm-il darba min-naħa tal-gvern illi jridu jagħmlu basket ieħor separat għall-anzjani, għax it-trend hija li dak li jieklu l-anzjani hu differenti minn dak li jieklu persuni li huma f'eta' ħafna iżgħar, li ħafna drabi dawn imorru aktar għall-fast foods u affarijiet oħra - mhux se nidħol fil-mertu jekk dan l-ikel hux tajjeb għal saħħithom jew le - u għalhekk huwa importanti li nkunu nafu mhux kemm hawn anzjani, x'eta' għandhom u x'inhuma jagħmlu, imma xi stil ta' ħajja għandhom u kif jonfqu flushom fuq l-ikel u fuq affarijiet oħrajn.", "Huwa importanti li jkollna din l-informazzjoni għax il-bżonnijiet tagħhom huma differenti mill-bżonnijiet ta' persuni oħrajn.", "Ħafna drabi l-ikel li jieklu jinvolvi aktar spejjeż minn ikel li jiekol wieħed ta' eta' iżgħar.", "Naħseb li huwa importanti illi din it-tip ta' informazzjoni tkun f'idejn il-gvern għax b'hekk biss inkunu nistgħu naraw jekk il-bżonnijiet ta' l-anzjani hux qegħdin jiġu servuti.", "Sur President, filwaqt li l-gvern jgħid li ma jridx inaqqar il- pensjonijiet, min-naħa l-oħra qed jieħu azzjoni biex bil-mod il-mod dawn jibdew jitnaqqru.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-anzjani ma jeħdux żidiet bħalma jieħdu l-ħaddiema.", "Per eżempju, jekk il-ħaddiema jieħdu Lm1, l-anzjani jieħdu 67c, jiġifieri żewġ terzi taż-żieda ta' l-għoli tal- ħajja.", "Imma ż-żewġ terzi taż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja li jieħdu l- ħaddiema kemm hija biżżejjed għall-anzjani?", "Apparti li l-ikel li jieklu l- anzjani ħafna drabi jinvolvi aktar spejjeż, dawn ġieli jkollhom iħallsu għall-mediċini huma għax ma jkunux intitolati għall-kartuna r-roża jew għall-kartuna s-safra, jew inkella għax minkejja li jkunu intitolati għalihom jgħidulhom li m'għandhomx.", "Għalhekk dawn qed joħorġu aktar flus minn buthom.", "Ta' min isemmi wkoll li aktar ma jgħaddi żmien, aktar l-anzjani qed jiżdiedu u bil-mod il-mod qed nersqu lejn sitwazzjoni fejn 20% tal- popolazzjoni Maltija tkun anzjana.", "Issa hawnhekk wieħed jistaqsi: Kemm għandna statistika tajba fuq dawn l-anzjani?", "Kemm minnhom għandhom forma ta' diżabilita' u m'huma kapaċi għalxejn?", "Kemm minnhom jixtiequ jkomplu jagħtu kontribuzzjoni lis-soċjeta'?", "Jien ngħid li ftit li xejn għandna minn din l-informazzjoni u allura ma nafx kif nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Per eżempju, kemm persuni taħt il-61 sena huma kapaċi jagħmlu ċertu xogħol biss minħabba xi forma ta' mard jew diżabilita' li għandhom?", "Allura kif nistgħu nippjanaw biex lil dawn in-nies noffrulhom xi forma ta' impjiegi!", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Farrugia, niġbidlek l- attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Michael Farrugia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, m'hawnx in-numru ta' membri kif rikjest mir- regolamenti tal-Kamra u għalhekk insejjaħ quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.10 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, fil-ġimgħat li għaddew konna qed niddiskutu t-twaqqif ta' diversi awtoritajiet u llum qed inkomplu b'din il- kantaliena u qed niddiskutu t-twaqqif ta' l-awtorita' dwar l-istatistika.", "L-iskop ewlieni ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li titwaqqaf awtorita' u sabiex ikun hemm il-funzjonijiet regolatorji dwar riżorsi li għandhom x'jaqsmu mal-ġbir, kompilazzjoni u pubblikazzjoni ta' statistika uffiċjali u biex jipprovdi għal ħwejjeġ li huma anċillari.", "Naħseb li permezz tal- ġbir ta' data u statistika nkunu nistgħu nkejlu ċerti performances li jkunu qegħdin isiru fil-pajjiż.", "Issa hawn l-ewwel ħsieb li jiġini f'rasi huwa li minkejja li ngħidu li rridu nnaqqsu n-numru ta' persuni mpjegati mas-servizz pubbliku, fil-fatt qed inżidu dawn l-awtoritajiet u lill-impjegati li bħalissa jifformaw parti mid-dipartimenti li se jaqgħu taħt dawn l-awtoritajiet se nagħtuhom iċ-ċans li jagħżlu li jew imorru ma' din l-awtorita' jew inkella jibqgħu mal-gvern, bir-riżultat li jekk imbagħad ikollhom jidħlu impjegati ġodda se jkollna żieda fil-payroll u se jiżdied il-piż fuq il-Kaxxa ta' Malta.", "Din l-awtorita' suppost tkun awtonoma pero' qed naraw li se jkollha kontroll assolut min-naħa tal-ministru.", "Qed ngħid dan għax f'dan l- abbozz ta' liġi nsibu li din l-awtorita' se tkun magħmula minn chairperson li jkun maħtur mill-ministru, kif ukoll minn sitt membri oħra li jkollhom kompetenza teknika fil-kamp ta' l-istatistika, li wkoll se jiġu maħtura mill-ministru.", "Apparti minn hekk f'dan l-abbozz ta' liġi nsibu li l- ministru jista' jinnomina wieħed mill-membri maħtura ta' l-awtorita' bħala deputat chairman u dan ikollu s-setgħa kollha li jwettaq il-funzjonijiet kollha taċ-chairperson fl-assenza tiegħu.", "Sal-lum l-istatistika għadha toħroġ mill-uffiċċju ċentrali ta' l- istatistika u fost ħafna affarijiet insibu l-qasam tax-xogħol, it-turiżmu, l-ekonomija, l-edukazzjoni u r-retail price index.", "Pero' jien nixtieq nitkellem l-aktar dwar dik l-istatistika li għandha x'taqsam mal-qasam tax- xogħol, li toħroġ darba fix-xahar.", "Fil-fatt joħorġu listi li jirrigwardaw il-labour supply, jiġifieri dawk li huma kapaċi jaħdmu, u anke dwar il- gainfully occupied, dwar is-self-employed, dwar dawk li jaħdmu mas- servizz pubbliku u anke dawk li jaħdmu mal-privat.", "Ikollna wkoll ċifri li juru kemm hawn nies jirreġistraw għax-xogħol.", "Issa jien ngħid li wasal iż- żmien li jispiċċa l-logħob biċ-ċifri bl-iskop li ċerti diffikultajiet li jkun għaddej minnhom il-pajjiż jinħbew, naturalment għall-gwadann ta' min ikun qiegħed fil-gvern.", "Naħseb li dan isir l-aktar fejn jidħol l- unemployment u f'dak li għandu x'jaqsam ma' żidiet jew tnaqqis fl-impjiegi.", "Per eżempju, qabel l-elezzjoni ta' l-1996 l-uffiċċju ċentrali ta' l- istatistika kien jikkonsidra l-impjegati ta' ċerti korpi u entitajiet oħra tal-gvern bħala mpjegati mas-settur privat.", "Ngħid għalija dik kienet logħba biċ-ċifri għax kienet waslet l-elezzjoni.", "Fost l-entitajiet governattivi li wħud mill-impjegati tagħhom kienu qed jitqiesu bħala impjegati mal-privat insibu l-awtorita' ta' l-ippjanar, ċerti impjegati tal-METCO, ċerti impjegati tal-Malta stock exchange u ta' l-MSU fost oħrajn, kif ukoll ħaddiema ta' l-Isptar Zammit Clapp u tal-kunsilli lokali.", "Huwa ovvju li meta jsir hekk ma nkunux fidili lejn iċ-ċifri u lejn dak li jkun verament qed jiġri fil-pajjiż.", "Fil-fatt meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern sab li dawn iċ-ċifri ma kenux korretti u allura ħaseb biex jirranġa ċerti diskrepanzi.", "Dak iż-żmien kienu saru numru ta' laqgħat bejn uffiċjali ta' l-ETC u uffiċjali ta' l-economic planning division sabiex dawn id-diskrepanzi jispiċċaw u allura kellu jkun hemm reviżjoni bis- serjeta' dwar il-figuri ta' nies jaħdmu maċ-ċivil u nies jaħdmu mal-privat.", "Għalhekk meta ġew irranġati dawn iċ-ċifri f'daqqa waħda s-settur pubbliku kiber u s-settur privat naqas.", "Naħseb li l-affarijiet li saru qabel saru biex taparsi nuru li n-nies maċ-ċivil kienu qed jonqsu, in line mal- konklużjonijiet li kienet qed titlob minna l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, ta' min jgħid ukoll li minkejja li jingħad ħafna li n-nies fis-servizz pubbliku jridu jonqsu, matul iż-żmien li l-Partit Nazzjonalista għamel fil-gvern in-nies maċ-ċivil żdiedu bi 11,000.", "Fil-fatt minn mistoqsija parlamentari li saret madwar ħmistax ilu jirriżulta li fl-1988 daħlu maċ-ċivil 1,400 persuna, fl-1989 daħlu 1,870 persuna, fl-1990 daħlu 1,700 persuna, fl-1991 daħlu 1,060 persuna, fl-1992 daħlu 950 persuna, fl- 1993 daħlu 1,000 persuna, fl-1994 daħlu 1,200 persuna u fl-1995 daħlu 716 persuna, b'kollox 11,186.", "Jidher li din it-trend tkompliet għaliex is-sena li għaddiet biss il-gvern Nazzjonalista daħħal maċ-ċivil 1,155 persuna.", "Dawn huma ċifri li joħorġu minn tabelli li tqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Mr Speaker, illum jidher li l-istatistika tax-xogħol qed tkun aktar dettaljata għax minbarra informazzjoni dwar kemm qed jaħdmu nies, fejn qed jaħdmu u dwar il-qgħad, issa l-lista ta' nies bla xogħol qed tkun klassifikata skond is-sess, skond l-eta', skond l-istat, għal-liema xogħol qegħdin jirreġistraw u kemm ikun ilhom jirreġistraw dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol.", "Naħseb li huwa tajjeb li dawn l-affarijiet isir studju dwarhom ħalli naraw x'qed isir fid-dinja tax-xogħol.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll li fil-listi li għad iridu joħorġu fil-futur, dawk li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol jiġu mqassma lokal b'lokal.", "B'hekk lill-ministri nkunu qed niffrankawlhom ftit mix-xogħol li jridu jagħmlu meta jiġu biex iqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar kemm nies ikunu qed jirreġistraw u mil-liema lokal ikunu ġejjin.", "Per eżempju, nistgħu ngħidu li l-labour supply baqa' kważi l-istess tul is-sena kollha, bħalma kien f'Mejju li għadda, pero' nistgħu ngħidu li qed ikollna aktar nisa milli rġiel li qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Fil-fatt minn Diċembru tas-sena l-oħra sa Mejju ta' din is-sena kellna żieda ta' 700 mara u 180 raġel li huma kapaċi u jridu jaħdmu.", "U naħseb li jekk nagħtu ħarsa lejn l-aħħar tliet snin fil-qasam tax-xogħol insibu li kellna żieda ta' 300 raġel, komparat ma' l-2,700 mara li kapaċi jaħdmu u kapaċi jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Hawnhekk wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li forsi lħaqna l-peak ta' kemm nistgħu noħolqu impjiegi ġodda għas-sess maskil.", "Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn il-lista ta' dawk li qegħdin jaħdmu bi qligħ, il-gainfully occupied, insibu li l-uffiċċju ċentrali ta' l- istatistika din il-lista jaqsamha f'dawk li huma self-employed, dawk li jaħdmu mal-privat, dawk bħala direct production kif ukoll il-private market services.", "Imbagħad għandna s-settur pubbliku kif ukoll dawk li għandhom xogħol temporanju.", "Ta' min jgħid li l-part-timers mhumiex inklużi mal- lista' tal-gainfully occupied, iżda ma' din il-lista jitniżżlu wkoll dawk li għandhom xogħol temporanju, li bħalissa jlaħħqu madwar 4,600 persuna.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li nikkonsidraw jekk wasalx iż- żmien li dawk li għandhom xogħol temporanju jibqgħux jiġu nklużi f'din il- kategorija.", "Mr Speaker, meta fl-1996 tela' fil-gvern il-Partit Laburista konna sibna li l-qgħad kien beda jiżdied minn Ġunju ta' qabel u allura ma kienx faċli li taqbad u tikkontrolla n-numru ta' nies ifittxu x-xogħol.", "Pero' fit-22 xahar li għamilna fil-gvern irnexxielna nwaqqfu dan in-numru dejjem jikber ta' nies ifittxu x-xogħol, u fil-fatt f'Ġunju ta' qabel l-elezzjoni ta' l- 1998 kellna l-inqas ċifra ta' nies jirreġistraw għax-xogħol, cioe' 6,500.", "Imbagħad kellna kampanja elettorali fejn il-poplu ġie mwiegħed li malli jkun hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kellu jkun ix-xogħol li jiġri wara l-ħaddiem u mhux il-ħaddiem ifittex ix-xogħol, pero' minkejja dan insibu li kemm ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista kellna l-ogħla ċifra ta' nies jirreġistraw għax-xogħol u n-numru tela' għal 8,126 persuna jfittxu x-xogħol.", "Dan kien eżattament daqs sena ilu.", "U minkejja li f'din il-Kamra jkun hawn ħafna ftaħir li l-ekonomija reġgħet qabdet ir-ritmu - hawn min iqis li n-numru ta' dawk li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol bħala termometru ta' dak li jkun għaddej fil-pajjiż - jidher li ċ-ċifra tal-qgħad f'Jannar ta' din is-sena laħqet is-7,996.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li għaddejja ħidma sfrenata mill-ispetturi ta' l- ETC sabiex jikkontrollaw iċ-ċifri tal-qgħad.", "Ma nixtieqx ninftiehem li aħna naqblu ma' dawk il-persuni li jkunu qegħdin jirreġistraw u jaħdmu fl- istess ħin, għax m'huwiex sewwa li jkollna min jabbuża mill-benefiċċji soċjali, pero' naħseb li m'għandniex naqtgħu lil xi ħadd minn fuq ir- reġistru qabel ma nkunu assolutament ċerti li dak li jkun ikun qed jabbuża, għax inkella nkunu qed intellfulu l-flus li jieħu biex imantni l-familja.", "Ta' min jgħid minn Settembru ta' l-1998 sal-lum inqatgħu 1,300 persuna minn fuq ir-reġistru, u kieku kellna nniżżlu dawn il-persuni man-numru ta' nies qegħda ċ-ċifra kienet tisplodi ħafna aktar 'il fuq.", "Issa nixtieq nagħti ħarsa lejn x'ġara fil-qasam ta' l-impjiegi f'dawn it-23 xahar ta' gvern Nazzjonalista.", "Sur President, insibu li f'dawn it-22 xahar kellna żieda ta' 195 persuna mad-dipartimenti tal-gvern, żieda ta' 31 persuna mal-forzi armati u żieda ta' 312 persuna bħala apprendisti u trainees.", "Fl-1998 daħlu 870 persuna mas-settur pubbliku u fl-1999 daħlu 1,115 persuna.", "Min-naħa l-oħra kellna tnaqqis ta' 64 persuna mit-total ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal- produzzjoni diretta mal-privat u tnaqqis ta' 168 ħaddiem mis-settur tal- manifattura.", "Allura hawnhekk wieħed jistaqsi: X'inhi r-raġuni li qed ikollna dan it-tnaqqis mis-settur tal-manifattura?", "Jista' jkun li dan qed jiġi kkawżat minħabba l-biża' tat-tneħħija tal-levies u minħabba l-fatt li se jkun hawn kompetizzjoni aktar diretta għal prodotti lokali?", "Insibu, per eżempju, li minn Settembru ta' l-1998 sa Jannar ta' din is-sena kellna 3,050 persuna li tilfu l-impjieg tagħhom fis-settur tal-manifattura.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li nħarsu bis-serjeta' lejn dawn iċ-ċifri u naraw x'qed jiġri f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, is-sena l-oħra l-gvern qal li biex il-kumpannija Kalaxlokk tkun vijabbli kellhom jonqsu xi ħaddiema u allura l-gvern ħareġ skema ta' early retirement.", "Kien qal ukoll li jekk in-numru ta' persuni li japplikaw għal din l-iskema ma jkunx sodisfaċenti l-iskema tispiċċa, pero' nafu li kien hemm numru sostanzjali ta' ħaddiema li applikaw.", "Dakinhar il-gvern qal li l-kumpannija Kalaxlokk setgħet tkompli għaddejja b'130 ħaddiem, pero' llum qed insibu li l-gvern iddeċieda li Kalaxlokk m'għadhiex vijabbli u n-numru ta' ħaddema jrid jonqos għal 50 biex tibqa' għaddejja.", "Il-gvern qed jgħid ukoll li dawn il-50 ħaddiem li se jibqgħu fuq il-kotba ta' Kalaxlokk għandhom jew jaċċettaw tibdil fil-ġimgħa tax-xogħol tagħhom jew inkella tnaqqis ta' 25%.", "Għalhekk minkejja dawk il-wegħdiet kollha li saru qabel l-elezzjoni, naħseb li wasal iż-żmien li lil dawn in-nies nittrattawhom aktar bis-serjeta' u naraw x'possibilita' hemm biex dak li wegħednihom jingħatalhom.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq it-tarzna għax jidher li din għaddejja minn żmenijiet diffiċli u l-ħaddiema qed jibżgħu li l-mira tal-gvern tista' tkun li t-tarzna finalment tagħlaq.", "Naħseb li lkoll naqblu li fit-tarzna hemm bżonn li jkun hemm aktar dixxiplina u aktar serjeta', pero' hemm bżonn ukoll li l-impjiegi ta' dawn il-ħaddiema jkunu mħarsa bis-serjeta', għax wara kollox kollha kemm huma għandhom il-familji tagħhom u naħseb kollha kemm huma huma kuntenti bix-xogħol tagħhom.", "Mr Speaker, ikun tajjeb li meta nkunu qed nitkellmu fuq xi gwadann li jkun għamel il-pajjiż insemmu l-lokalitajiet.", "Naħseb li meta nagħmlu dan inkunu nistgħu naraw li l-investiment governattiv li jsir ikun imqassam tajjeb għall-gwadann ta' kulħadd.", "Ikun tajjeb li naraw kif ċerti postijiet ikunu qegħdin jikkomparaw ma' postijiet oħra f'Malta.", "Per eżempju, nafu li l-komunita' kummerċjali fin-naħa tal-Kottonera ma tagħmilx l-istess gwadann li jagħmlu postijiet fin-naħa ta' fuq u l-postijiet ċentrali ta' Malta.", "Mr Speaker, jien nittama li din l-awtorita' tilħaq l-iskopijiet tagħha sabiex dak li jsir fil-pajjiż jitqassam b'mod ġust u sabiex dawk il- komunitajiet li tul dawn l-aħħar snin tħallew lura minn oħrajn u kienu minsija jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l-oħrajn.", "Għalhekk huwa importanti li l- informazzjoni li tinġabar tkun tista' tiġi mistħarrġa tajjeb sabiex kulħadd ikun jista' jiggwadanja minn dak li jitqassam f'dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-funzjoni prinċipali ta' din l-awtorita' se tkun li tiġbor l-istatistika uffiċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet u kondizzjonijiet demografiċi, soċjali, ambjentali, ekonomiċi u attivitajiet u kondizzjonijiet ġenerali ta' Malta kif imfisser fl-Ewwel Skeda.", "Issa f'para (ċ) ta' din l-iskeda nsibu: \"okkorrenzi vitali, mard, saħħa u nutrizzjoni\", u hawnhekk wieħed irid joqgħod attent li ċerti affarijiet ma jkunux ta' detriment għas-saħħa.", "Per eżempju, bħalissa fil-pajjiż hawn dilemma dwar l-aerials tal-mobile phones u ovvjament hawnhekk jidħol l-aspett ambjentali, jidħol l-aspett ta' saħħa u jidħol ukoll l-aspett tekniku, għax meta wieħed jiġi biex jiddeċiedi fuq ħaġa bħal din ikun jiddependi ħafna fuq ċerta statistika.", "Ta' min jgħid li s-settur privat żgur li ma jistax jiġbor statistika fuq dawn l-affarijiet.", "Kumpannija li forsi tkun qed toffri s-servizz hi jew forsi jkollha xi interess dirett jew indirett tista' tiġbor ċerta statistika dwar dawn l-affarijiet, pero' jekk din ma jkunx jaqblilha toħroġ xi informazzjoni żgur li mhux se toħroġha u żgur li mhux se tagħtiha lil xi ħadd biex dan jużaha kontriha.", "Min-naħa l-oħra ċerti dipartimenti tal- gvern jistgħu jagħmlu ċertu xogħol lil din l-awtorita' li se titwaqqaf, pero' ċerti affarijiet żgur li ma jistgħux isiru.", "Mhux billi jkollna awtorita' bħal din imbagħad din ma tkunx tista' tipprovdi ċerta informazzjoni biex wieħed jasal għall-konklużjoni, per eżempju, jekk dawn l-antennas humiex ta' detriment għas-saħħa jew le.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed ikun jaf kemm hawn minn dawn it-tip ta' antennas għax wieħed jista' jasal għall-konklużjoni jekk huwiex vijabbli li ssir xi sistema ta' trasmissjoni li tkun miġbura f'area partikolari biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm ammont kbir ta' dawn l-antennas.", "Irridu naraw li l-istatistika tinġabar bis-serjeta' għax jidher li ħafna drabi meta tintalab xi statistika toħroġ informazzjoni skorretta jew minħabba xi vantaġġ politiku jew inkella għax xi ħadd ma jkunx jaqbillu.", "Min-naħa l- oħra meta toħroġ xi informazzjoni korretta jkun hemm min ikollu interess illi din l-informazzjoni jużaha kif jaqbel lilu.", "Per eżempju, meta sar iċ-ċensiment ċerta informazzjoni intużat bħala propaganda u allura lill-poplu ma tagħtihx tort illi meta jintalab biex jagħti ċertu informazzjoni joqgħod daqsxejn lura.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni fejn wara li ngħatajna ċerta statistika dwar l-impjiegi, per eżempju, il- poplu m'emminhiex għax kien jaf illi dik l-istatistika ma kenitx korretta.", "Per eżempju, il-poplu kien ċert li l-affarijiet ma kenux kif kien qed jingħad dwar l-għoli tal-ħajja għax mhux veru li l-ħajja kienet roħsot, u allura spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-poplu kien qed jiddubita ħafna minn dik l-istatistika.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti illi nagħtu l- informazzjoni korretta u nkunu kredibbli biex il-poplu jemminna.", "Per eżempju, il-poplu jinsab imħawwad fuq il-kwestjoni ta' l-aerials tal- mobile phones għaliex min jgħid li dawn ma jagħmlulek xejn u min jgħid li jagħmlulek il-ħsara.", "Pero' fir-realta' dawn jagħmlulek ħsara jew le?", "Biex ngħid il-verita' jien domt ħafna żmien u ma tkellimt xejn għax, peress li x-xogħol tiegħi huwa konness ma' transmissions - u allura studjajt u ħdimt fuq ċerti affarijiet - naf illi dawn jistgħu jkunu ta' detriment u jistgħu ma jkunux.", "Min-naħa l-oħra ma rridx nallarma lin-nies għax m'hemmx għalfejn, imma ma nistax ngħid li wieħed jista' jeħodha for granted illi dawn l-antennas ma jagħmlux ħsara.", "Dan qed ngħidu bl-akbar responsabbilta'.", "Jekk hawn xi ħadd li jista' jagħti garanzija li dawn l- antennas ma jagħmlux ħsara - hawnhekk ta' min jgħid li hawn apparat ieħor li huwa perikoluż aktar minn dawn l-antennas, pero' dan ħadd ma jsemmih - għandu jitkellem.", "Kieku toħroġ statistika minn min hu responsabbli li jeżisti xi tip ta' periklu s-sitwazzjoni tkun differenti, imma l- affarijiet mhux hekk qegħdin.", "Kieku l-intenzjoni hija biex din l-awtorita' li se titwaqqaf tibda toħroġ statistika korretta kieku dan il-gvern kien iħalliha taħt il-kontroll tal-parlament, kif kien ippropona gvern Laburista, u b'hekk il-poplu kien iserraħ rasu għax jekk ikun hemm xi ħaġa ħażina kulħadd ikun jaf.", "Per eżempju, minkejja li hawn min jikkontrolla l-ilma u jgħid li dan huwa tajjeb għax-xorb jidher ċar li dan mhuwiex minnu għax jekk tazzarda tixorbu tirrimetti!", "Għalhekk jidher li qed ikun hemm dan it-tgħawwiġ u jien għalhekk qed ngħid li l-affarijiet għandhom isiru bis-serjeta'.", "Pero' ħalli nkompli nitkellem ftit fuq l- antennas li kont qed insemmi, Sur President.", "Jekk hawn xi ħadd li jaħseb illi dawn ma jagħmlux ħsara nitolbu biex joħroġ xi ħaġa bil-miktub, jiffirma li hu responsabbli u jagħtiha lil kull min jitlobhielu.", "Kif diġa' għedt, jien ma rridx nallarma lin-nies pero' hemm bżonn li nkunu responsabbli.", "Per eżempju, jekk l-equipment ma jkunx stallat kif suppost jew ikun hemm affarijiet bħal ġenerazzjoni ta' frekwenzi għoljin minħabba xi difett fl-equipment jew minħabba xi radjazzjoni fil-pattern, wieħed jista' jiġi affettwat.", "Mela allura ma tistax taqbad u tgħid li dawn l-affarijiet ma jagħmlux ħsara u dak li jkun iserraħ moħħu!", "Per eżempju, wieħed li jkollu pacemaker u jmur viċin dan l-antenna żgur li se jiġi affettwat.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti minn dawn l-affarijiet u din qed ngħidha b'responsabbilta'.", "Niftakar li meta kont ministru responsabbli mit-telecommunications kont sħaqt li jkollna telecommunications tower għax jekk ikollna ċentru għoli biżżejjed illi jkun jista' jittrasmetti mal-line of sight, ma jkollniex bżonn ċerti repeaters u microwave links.", "Pero' dan it-telecommunications tower għadu ma sarx.", "Issa semmili post fid-dinja li m'għandux dan it-telecommunications tower!", "Aħna biss speċjali, Sur President!", "Issa aħna aktar għandna bżonnu għax it-terrain tagħna mhuwiex lixx u minħabba f'hekk kull fejn tħares ħlief repeaters u microwave links ma tarax.", "Mela allura hemm bżonn li fuq ħaġa bħal din niġbru l-informazzjoni u nagħtuha lill-poplu.", "Hemm bżonn li ngħidu l-verita'.", "Kif diġa' għedt, jien ma rridx nallarma lin-nies għax m'hijiex allarmanti s-sitwazzjoni u mhux kif qed jaħsbu ħafna nies, pero' hemm ċerti riskji u dawn irridu nsemmuhom.", "U biex nuri kemm l-informazzjoni li tinġabar hija importanti qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tad-WHO dwar din il-kwestjoni ħalli kulmin huwa interessat ikollu l-faċilita' li jara din l-informazzjoni u b'hekk la jallarma ruħu u lanqas iħalli l-affarijiet għaddejjin.", "Jien nisħaq li jekk lill-poplu ma nuruhx ir-realta', inutli noqogħdu nagħmlu awtoritajiet u niġbru l-istatistika għax il-poplu ma jkollux fiduċja.", "Il- poplu jitlef il-fiduċja għax aħna stess inkunu li nħawduh, u filli ngħidulu li dawn l-antennas jagħmlu l-ħsara u filli ngħidulu li ma jagħmlux ħsara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "Din l-awtorita' li se titwaqqaf se tkun responsabbli wkoll minn statistika dwar l-ambjent.", "Kif jaf kulħadd issemmiet ħafna statistika dwar il- kontenut ta' ċertu materjal fl-ilma baħar u dwar it-tinġis fil-arja, u anke ntqal li għandna nġibu ċertu apparat u li għandna nieħdu ċerti passi.", "Per eżempju, il-Profs.", "Asciak kien ta spjegazzjoni dwar il-kontenut ta' ċertu materjal perikoluż li hemm fl-ilma baħar, pero' xorta baqa' ma sar xejn.", "Jien għalhekk ngħid li ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż.", "Nafu wkoll li minkejja li ttieħdu kampjuni ta' l-arja, xorta baqa' ma sar xejn għax noqgħodu nduru mal-lewża u noqgħodu nistennew sakemm joħroġ xi rapport uffiċjali.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni fejn l-ewwel iħalluk tmut imbagħad jagħmlulek l-awtopsja forsi jgħidulek biex mitt!", "L- istatistika rridu nużawha biex nirranġaw l-affarijiet qabel ma ssir il- ħsara u mhux bil-kontra!", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq l-iskart, Sur President.", "Wara li ħriġna ħafna statistika dwar kemm minn dan l-iskart huwa perikoluż u tossiku u affarijiet bħal dawn, xorta baqa' ma sar xejn.", "Nixtieq inkun naf x'għamel il-gvern dwar il-waste management.", "Meta aħna konna fil-gvern għallinqas konna bdejna nagħmlu xi studji u konna ddeċidejna li ċerti barrieri noħorġulhom il-permess biex ċertu skart inpoġġuh fihom u l-ambjent tal-Magħtab nagħtuh dehra oħra.", "Pero' mbagħad inbidel il-gvern u minkejja li dan qabel li jintużaw dawn il-barrieri għal ċertu skart ma ħa l-ebda passi.", "U jekk tal-barrieri ma jridux jaslu l- gvern għandu jieħu r-responsabbilta' u jieħu l-barrieri f'idejh.", "L- istatistika ma rridux nużawha biex sempliċement inkunu nafu x'hemm u x'ma hemmx u mbagħad ma neħdux passi.", "L-istatistika rridu nużawha biex intejbu l-affarijiet.", "Per eżempju, ċerti studji juru li f'ċerti areas bħall- inner harbour area hemm ħafna nies ibatu minn mard tal-pulmun minħabba l- arja.", "Imma fir-realta' x'ġara?", "Li ġara kien li minflok il-gvern ra kif għamel u ġab l-apparat konness ma' dan il-mard, u minflok fetaħ il- polikliniċi 24 siegħa kuljum, dan wasal biex jiftaħ il-polikliniċi f'ħinijiet limitati u spiċċajna biex bilkemm issib tabib.", "L-aqwa li noqgħodu niftaħru li se nagħmlu awtorita' li se tiġbor l-istatistika u permezz ta' hekk suppost se ntejbu dawn l-affarijiet kollha!", "In-naħa tal-gvern qed tgħid li issa se nibdew inqassmu l-istatistika li se tinġabar, donnu l-pajjiż se jimxi 'l quddiem, pero' l-eżempju li qed jagħti l-gvern mhux hekk qed ikun għax qed jaħdem kontra statistika li ħarġet diġa'.", "Jien ma nistax nifhimhom dawn l-affarijiet!", "Huwa importanti li l-poplu jkun edukat u jkollu l-fiduċja fl-istatistika li toħroġ, għax ħafna drabi x'jiġri?", "Jekk l-informazzjoni forsi ma tkunx togħġob lil dak li jkun għax ma jkunx qed jemmen li l-affarijiet ikunu qed jaffetwawh daqshekk ħażin, qisu ma jagħtix kas u kultant jeħodha kontra min ikun qed jagħti din l-informazzjoni.", "Hawnhekk nixtieq insemmi eżempju partikolari.", "Niftakar li meta kont qed nagħmel sensiela ta' mistoqsijiet f'dan il- parlament dwar tip ta' mard, pollution, kriminalita' u delinkwenza li hemm fil-Kottonera u fl-areas tal-madwar, xi ħadd għoli fil-parlament kien qal li qed nikkuljunahom lil dawk in-nies.", "Irrid ngħid ukoll li meta jien kont tlabt ċerta informazzjoni minn ċertu dipartiment, il-ministru responsabbli ma kienx tahieli għax ħaseb li se nużaha biex nagħmel xi propaganda politika - mhux qed nirriferi għall-Ministru Josef Bonnici - mentri l-iskop li kelli kien li lin-nies inġibhom konxji li fin-naħa ta' isfel ta' Malta jeżistu dawn il-problemi.", "Għalhekk minkejja li ngħidu li se nagħmlu din l- awtorita' biex tagħti l-informazzjoni, insibu li din l-awtorita' hija kkontrollata mill-ministru.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li kienet ġiet organizzata konferenza minn moviment reliġjuż, immexxi minn Dun Fortunat Mizzi, li fiha ġew diskussi l- problemi tal-Kottonera.", "Niftakar li dakinhar kont ġbart ftit informazzjoni min-naħa tal-gvern u informazzjoni minn statistika li ġabru studenti universitarji illi kienu qegħdin jagħmlu ċerta riċerka.", "Ta' min jgħid li ħafna drabi l-istudenti universitarji jiġbru ħafna informazzjoni importantissima għat-teżi li jagħmlu u din l-informazzjoni għandha tkun available għall-pubbliku.", "Nista' ngħid li minn din l-informazzjoni sibt li mill-Kottonera u mil-lokalitajiet tal-madwar hemm daqshekk nies il-ħabs u hemm ukoll tip ta' mard u tinġis fl-arja.", "Jien għamilt din ir-riċerka mhux biex ngħajjar lili nnifsi imma biex inġib aware liċ-ċittadini li għoġobhom jagħżlu lili biex nirrappreżentahom hawnhekk.", "U minkejja li jien bżajt, biex inkun onest, nista' ngħid illi ftit ġimgħat wara rriżulta li jien ħadt ir-raġun u mhux dak li qam jagħmel paniku sħiħ hawnhekk.", "Fil- fatt wara kienet tqajmet kuxjenza u kulħadd beda jitkellem u jikteb fuq dawn il-problemi li għandna n-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Qabel ħadd ma kien jitkellem fuq dawn l-affarijiet, pero' bis-saħħa ta' Dun Fortunat Mizzi u dawn l-għaqdiet li jafu li hawn dawn il-problemi rnexxielna nedukaw lin-nies tagħna.", "Aħna rridu li ċerti affarijiet li huma ta' detriment għas-saħħa jiġu rranġati.", "Jien nemmen li meta l-istatistika tkun korretta tista' sservi ħafna.", "M'għandniex inħallu lill-poplu jiddubitana għax inkella ma nafx kemm din l- istatistika tista' sservi pożittivament.", "U meta l-istatistika tkun tajba nagħtuha bis-serjeta' nagħtuha tajba u ma nħallux lill-poplu jiddubitana għaliex jekk jiddubitana ma nafx kemm tista' sservi pożittivament.", "Kif diġa' għedt, ma nafx kif din l-awtorita' ta' l-istatistika mhux se tkun taħt il-kontroll ta' dan il-parlament, kif kien ippropona l-gvern Laburista, fejn jekk l-affarijiet ma jkunux qed isiru kif suppost dejjem ikun hemm min jissorvelja.", "B'dan il-mod il-poplu żgur kien ikollu l- fiduċja, imma sfortunatament mhux hekk qiegħed jiġri.", "Fl-opinjoni tiegħi din l-awtorita' se titwaqqaf l-ewwelnett biex il-gvern jogħġob lil ta' l- Ewropa; it-tieni biex il-gvern joħloq ċerti impjiegi għal ċerti nies li huwa obbligat lejhom; u t-tielet biex il-gvern ikollu l-kontroll f'idejh.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar li suppost hija awtorita' awtonoma, suppost qiegħda hemmhekk biex iżżomm bilanċ bejn l- iżvilupp u l-ambjent, suppost li lill-poplu tagħtih sodisfazzjon dwar il- mod kif inhi miexja u suppost li tgħid kif il-pajjiż għandu jiġi żviluppat, pero' l-kummenti li wieħed jisma' dwar din l-awtorita' huma xi ħaġa tal- biża'.", "Per eżempju, minkejja li din l-awtorita' toħroġ statistika li qisu kollox sejjer tajjeb, il-gvern, l-oppożizzjoni u l-poplu Malti u Għawdxi jattakkawha u jikkritikawha l-ħin kollu.", "Mela allura ma naħsibx li din qed tagħti informazzjoni korretta u xi ħaġa ħażina hemm.", "Per eżempju, meta jmorru tad-DCC jaraw ammont ta' każi, nofshom jaqbżuhom u jarawhom darb'oħra; qishom jgħaddu 30 file, biex nagħti eżempju.", "Issa erħilha li dawn ikunu jridu jerġgħu jmorru darb'oħra u jerġgħu jgħodduhom ma' l-oħrajn.", "Pero' jekk wieħed imur jara l-istatistika vera ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar, mhux dik li toħroġ hi, isib ħafna affarijiet li ta' min wieħed jixtarrhom.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-enforcement u għall-mod kif joħorġu ċerti permessi.", "Jien ma nistax nifhem kif kultant wieħed ma jinħariġlux permess għax ma jkunx jikkwalifika mbagħad ieħor li jkun fl-istess pożizzjoni jinħariġlu.", "Għaliex l-awtorita' ta' l-ippjanar ma tagħtiniex l-istatistika ta' kemm qed jitilquha nies kwalifikati u ta' l- affari tagħhom!", "Il-poplu għandu dritt ikun jafhom dawn l-affarijiet għax hu qed iħallas it-taxxi.", "Kieku l-awtorita' ta' l-ippjanar tagħti statistika kif suppost, tgħid kif saru l-istudji u tgħid kemm u kif saru l-environment impact assessments u d-development briefs, ikun utili ħafna u l-poplu jinduna b'ħafna affarijiet.", "Kieku l-awtorita' ta' l-ippjanar tagħti statistika tad- development briefs li tagħmel, il-poplu jinduna li għall-proġett tal- Kottonera ma sar l-ebda development brief meta proġett bħal dan jirrikjedi li jsir development brief.", "Kieku l-awtorita' ta' l-ippjanar tagħti statistika tat-traffic impact assessments li saru, il-poplu jinduna li għall-proġett tal-Kottonera ma sar l-ebda traffic impact assessment.", "Li din l-awtorita' ma tagħtix l-informazzjoni lill-poplu hija xi ħaġa gravi, imma huwa gravi aktar li din l-istatistika ma tinġabarx.", "U minkejja li l- gvern kien iddikjara li mhux se jindaħal f'dak il-proġett, jidher ċar li mhux hekk ġara.", "Per eżempju, għax ċerti nies mill-awtorita' ta' l- ippjanar beżgħu jieħdu r-responsabbilta', għamlu rapport biex isalvaw ġildhom għax kienu jafu li għada pitgħada se joħorġu ċerti affarijiet.", "F'dan ir-rapport dawn qalu li l-consortium li se jagħmel il-proġett tal- Kottonera mhux qed jagħmel l-affarijiet bis-serjeta' u kulma jrid jagħmel hija spekulazzjoni ta' l-art.", "Issa din ma qaluhiex minn qalbhom imma qaluha għax ġew darhom mal-ħajt, għax jafu li ma sarx development brief meta suppost kellu jsir u għax jafu illi l-affarijiet ma sarux skond il- kuntratt.", "Jekk ma sarx traffic impact assessment biex tara kif dak il- proġett se jaffettwa l-aspett soċjali u affarijiet oħrajn, kif jista' jkun li tidħol responsabbli biex tirranġa l-affarijiet li jkun hemm bżonn!", "U jekk ma tkunx tista' tirranġahom, x'jiġri?", "Dan ma tkunx tista' teħodulu l-permess!", "Issa dawn mhux bużullotti!", "Inutli li tagħmel l-istatistika wara li lil dak li jkun tkun tajtu l-permess biex jagħmel l-affarijiet meta tkun taf li jkun hemm il-problemi.", "Sur President, irridu noqogħdu attenti li ma nużawx l-istatistika kif jaqblilna kif fil-fatt qed jiġri.", "U mela jiġi jitkellem xi ħadd f'aġġornament hawnhekk qisu jaf kollox u jipprova jagħti x'wieħed jifhem li l-affarijiet saru kif suppost u li qisu hawn xi ħadd illi jrid li dan il- proġett jinżamm lura!", "Hawnhekk m'hawn ħadd li jrid iwaqqaf il-proġett, Sur President.", "Kieku ridt jien stajt inwaqqfu dan il-proġett għax huwa kontra l-liġi dwar l-ippjanar li joħroġ permess bħal dak mingħajr ma jsir traffic impact assessment.", "Pero' jien ma kelli l-ebda interess inwaqqaf dak il-proġett.", "Lanqas il-Partit Laburista m'għandu xi intenzjoni li jwaqqaf dak il- proġett.", "Li jrid il-Partit Laburista huwa li l-affarijiet isiru sewwa.", "Il-Partit Laburista qed jgħid il-verita'.", "U li kieku, per eżempju, nġabret statistika ta' postijiet storiċi jew ta' ċerta importanza - statistika tinġabar biex jew ċerti postijiet jiġu skedati jew għax ikunu ta' ċerta importanza u jien naf li din inġabret għalkemm mhux b'mod uffiċjali - kienu jsibu illi dak il-post ...", "U mela jiġi l-professur tal-Kottonera li taħtu ħlief ħmerijiet u abbużi ma sarux, jgħid li hemmhekk huwa dilapidat!", "Fejn huwa dilapidat!", "Jien nista' ngħid kemm hemmhekk mhuwiex dilapidat.", "Jien nista' ngħidlu bil-ġurament u bil-provi - lest li nġib ukoll kapijiet tad-dipartimenti tal-gvern taħt ġurament biex jagħtu l-provi wkoll - kemm hemmhekk ma kienx dilapidat.", "Hemmhekk kien hemm l-arkivji tal-Maltacom u jien kont dħalt f'diskussjoni mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili biex ineħħi l-arkivji minn hemmhekk u jeħodhom il-Furjana, ħalli wara dawn imorru r-Ricasoli fejn hemm l- istores, u hekk ġara.", "Kieku hemmhekk kien dilapidat dawn ma kenux imorru hemmhekk.", "U min kien imexxi d-dipartiment kien Nazzjonalist, jiġifieri kellhom kull interess li jikxfuni.", "Kieku kont niġi akkużat li kont se ndaħħal lil tal-protezzjoni ċivili f'post dilapidat.", "Pero' dawn ma qalux hekk, anzi ridna nagħmlu sezzjoni tal-baħar, u għadni niftakar min kien il-perit li kellu jagħmel il-pjanti - konna ħsibna biex inneħħu l- bridge ta' ħdejn il-baħar ħalli jiġi bridge ieħor, u ħsibna wkoll biex nirranġaw il-faċċata ta' quddiem ta' fejn kien hemm l-arkivji, għax kien hemm kondizzjoni li din kellna nirrestawrawha - pero' meta hemmhekk ridt niftaħ bieb mal-ġenb lanqas ħallewni min-naħa ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Imbagħad kienu ġabu l-iskużi li l-arkati li hemm hemmhekk għandhom ċerta importanza u m'għandhomx jintmissu.", "Issa dan juri li l- affarijiet ma jafuhomx sew u jien lil dawn ngħidilhom biex jaraw jekk ħafna mill-affarijiet humiex tajbin jew le.", "Dawn għandhom jaraw, per eżempju, jekk it-travi li qed jinqalgħu humiex tajbin.", "Veru li s-sular ta' fuq li kien f'idejn id-dwana kellu bżonn aktar reinforcement - għax hemmhekk it-tfal kienu jkissru x-xorok biex igaraw il- knatan - imma s-sulari ta' taħt kienu dilapidati wkoll?", "Veru li fil- gwerra dik il-parti fejn kien hemm il-kappella kienet waqgħet imbagħad kienu rranġawha l-Ingliżi, imma allura wara baqa' dilapidat?", "Per eżempju, fejn kienu jżommu l-ilsiera għad hemm il-katini u ċ-ċimi u ħafna kitba.", "U taħt il-mina għad hemm salib antik, għax lill-insara li kienu jeħduhom fuq ix-xwieni kienu jgħadduhom minn quddiemu biex jgħidu xi talba.", "Hemmhekk għad baqa' ħafna storja.", "U għalfejn qed jgħid li l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tirrapporta.", "Jien nixtieqha tirrapporta għax l- awtorita' ta' l-ippjanar qalet li meta xi ħadd qalilhom li hemmhekk huwa dilapidat, jien kont għedt li dan qed jgħid il-kummiedji.", "Bħala ex- ministru responsabbli jien lest li nagħti x-xhieda tiegħi wkoll.", "Imma x'għamlet l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Din ma tkellmet xejn għax kellha l- forza tal-gvern bħal dejjem u ma ħaditx ir-responsabbilta'.", "X'jimpurtaha!", "L-aqwa li hi clear!", "L-awtorita' ta' l-ippjanar mhux ir-rapporti jmissha toħroġ imma r-recordings!", "Sur President, il-gvern Laburista tant ħadhom bis-serjeta' l-problemi tan- naħa ta' isfel ta' Malta illi kien ħoloq kumitat biex iħejji rapport li fih kien involut kulħadd, il-partiti politiċi, l-għaqdiet reliġjużi, l- għaqdiet filantropiċi, id-deputati, il-kandidati, il-każini politiċi u anke d-dipartimenti tal-gvern.", "Nista' ngħid li saru studji minn esperti biex jiġbru l-informazzjoni u biex jiddiskutu ma' kulħadd.", "U wara li dawn analizzaw il-feedback u wara li marru jaraw il-post u s-sitwazzjoni soċjali, kienet saret konferenza kif kien miftiehem.", "Iż-żewġ partiti kienu qablu li wara l-istudju li sar l-affarijiet kellhom jimxu 'l quddiem.", "Pero' minkejja li sar dan l-istudju kollu u minkejja li kulħadd qabel miegħu, issa qed nerġgħu nisimgħu li nħatar xi kumitat biex jaħdem fuq master plan għall-Kottonera.", "Allura l-informazzjoni kollha li nġabret u l- ftehim bejn kulħadd ma swew għalxejn?", "Issa ġibna wieħed minn barra li donnu jaf aktar mill-Maltin x'għandhom bżonn il-Maltin, jaf aktar min-nies tal-Kottonera x'għandhom bżonn in-nies tal-Kottonera u jaf x'inhuma l- problemi tagħna aktar minna!", "Sa hawnhekk wasalna!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li l-Onor.", "Mizzi jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Joe Mizzi jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, minkejja li l-gvern qed jgħid li dan huwa abbozz ta' liġi ta' ċerta importanza, il-membri tan-naħa l-oħra xorta m'humiex preżenti u għalhekk insejjaħ quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.17 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, allura nsejjaħ lill-Ministru biex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jidher li fuq ħafna partijiet minn dan l-abbozz ta' liġi hawn qbil pero' mhux fuq kollox.", "Jien ma naħsibx li hawn xi differenzi kbar bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u naħseb li diversi membri min-naħa l-oħra ma fehmux il-kontenut ta' din l-istruttura li qed inwaqqfu.", "Din l-awtorita' se jkollha rappreżentant mit-trade unions, rappreżentant mill-employers association, rappreżentant mill-universita' u rappreżentant mill-bank ċentrali li se jintagħżlu fuq rakkmandazzjoni tal-korpi kostitwiti involuti.", "Din hija xi ħaġa li bħalissa ma teżistix fid- dipartiment ta' l-istatistika, pero' din it-tip ta' consultation hija kkontemplata wkoll fil-liġi dwar il-konsumatur, fejn il-constituted bodies jinnominaw tliet membri u bażikament il-ministru jagħżel wieħed.", "Għalhekk din m'hijiex xi ħaġa li qed nivvintawha issa.", "Din l-awtorita' m'hijiex inkarigata li tidħol fid-dettall pero' se jkollha a wide representation tad-diversi constituted bodies ta' pajjiżna.", "Fil-fehma tagħna din hija l-bażi ta' l-awtonomija u l-indipendenza ta' l-awtorita' illi ma nsibuhiex fis-sistema preżenti ħlief fir-retail price management board.", "Meta jiena introduċejt dan l-abbozz ta' liġi għedt li kien hemm l-eżempju tar-retail price management board li ġie stabilit taħt il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, li bażikament huwa kompost mir-rappreżentanti tal-unions, rappreżentanti tal-gvern u rappreżentanti tal-constituted bodies.", "Dan il-mekkaniżmu ħadem u jista' jaħdem ukoll taħt dan l-abbozz ta' liġi.", "Għalhekk fuq naħa għandek l-awtorita' u fuq naħa oħra għandek l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li se jkun inkarigat mid-day-to-day management li fuqu se taqa' r-responsabbilta' tal-konfidenzjalita'.", "Dan ifisser li l-membri ta' l-awtorita' mhux se jkollhom aċċess għal informazzjoni konfidenzjali u hekk għandu jkun biex ikun hemm din is- separazzjoni.", "Pero' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika se jkun qed jaħdem biex jiġbor l-informazzjoni, jikkompilha u eventwalment jippubblikaha.", "Imbagħad hemm il-funzjoni tal-ministru li hija lura ħafna minn dawn iż-żewġ entitajiet li qed insemmi.", "Bażikament dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li l-ministru responsabbli mill-istatistika għandu d-dover li jappunta liċ-chairman u l-membri ta' din l-awtorita' wara li jsiru l-konsultazzjonijiet u għandu wkoll id-dover li jaħtar lid-direttur ġenerali.", "Ovvjament din wieħed jifhimha għax irid ikollok starting point u l-perijodu li fih jiġi appuntat id-direttur ġenerali huwa itwal min-normal.", "Din hija l-prassi li nużaw meta nkunu qed inwaqqfu awtorita' għall-ewwel darba għax wieħed irid jagħti ċans lill- awtorita' tibda topera biex wieħed ikun jaf x'tip ta' xogħol irid isir.", "Dan ifisser li hawnhekk hawn awtonomija bl-aktar mod ċar u l-unika ħaġa li jista' jagħmel il-ministru hija li jagħti policies ġenerali, fl-interess nazzjonali li ma jkunux inkonsistenti ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju, dan l-abbozz ta' liġi jgħid li:", "''Il-membri ta' l-awtorita' m'għandhomx jieħdu istruzzjonijiet mill- gvern jew minn xi awtorita' oħra, partiti politiċi jew gruppi interessati oħra, fl-għażla ta' sorsi, ta' data, metodi u proċeduri ta' l-istatistika, fil-kontenut, il-forma u ż-żmien li tiġi mxandra l- informazzjoni, u fl-applikazzjoni tal-konfidenzjalita' ta' l- istatistika.''.", "Naturalment din tapplika wkoll għad-direttur ġenerali għax dan ukoll huwa membru ta' l-awtorita'.", "Għalhekk hawnhekk jidher bl-aktar mod ċar li din l- awtorita' mhux se jkollha indħil politiku.", "Fil-fehma tagħna din hija struttura li m'hijiex imposta mill-Unjoni Ewropea.", "Ftit ilu kien hemm min qal li din l-awtorita' qed inwaqqfuha minħabba l- Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni mhux qed timponi li aħna nwaqqfu din l-awtorita'.", "Fil-fatt l-Onor.", "Leo Brincat qalha din għalkemm f'mument ieħor donnu kien hemm min staqsa għalfejn qed issir jekk mhijiex imposta mill-Unjoni.", "Kultant jien nikkonfondi meta nisma' dawn it-tip ta' argumenti għax jew se nagħmlu xi ħaġa minħabba l-Unjoni, jew inkella għax nagħmlu xi ħaġa li mhux neċessarjament qed timponihielna l-Unjoni jistaqsuna għalfejn qed nagħmluha.", "Din bħal tal-ġlekk, jekk tinża' l-ġlekk jgħidulek għax qiegħed bla ġlekk u jekk tilbsu jgħidulek għax qiegħed bil-ġlekk!", "Sfortunatament kultant l-oppożzizjoni tinqabad f'din il-pożizzjoni u ma jkunx hemm konsistenza u hawnhekk wieħed jibda jiddubita jekk hux kulħadd fehem biżżejjed l-abbozz ta' liġi.", "Jekk dan l-abbozz ta' liġi nqabbluh ma' l-abbozz ta' liġi li kien qed jiġi mħejji mill-gvern preċedenti - li kien ibbażat fuq abbozz ta' liġi ieħor ippreparat mill-gvern ta' qabel, meta jien kont responsabbli wkoll mill-istatistika - insibu li m'hemmx differenzi kbar.", "Per eżempju, minflok għandek awtorita' għandek bord.", "Imma naħseb li l-akbar differenza li hemm hija li l-gvern preċedenti kien qal li dan l-istitut - dak iż-żmien kien qed jissejjaħ istitut u mhux awtorita' - għandu jirrapporta lill-parlament.", "Issa fil-fehma tagħna din daħħlet diversi problemi.", "L-ewwelnett ikun tajjeb li ngħid li l-pariri tekniċi ta' diversi nies li taw lill-gvern preċedenti kien li din tista' toħloq diversi diffikultajiet u mhuwiex neċessarju li din l-awtorita' tirrapporta lill-parlament.", "Pero' aktar minn hekk, l-awtorita' kif inhi abbozzata llum tista' tidħol għal obbligi internazzjonali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-OECD u fuq international institutions li inti trid iżżomm il-pass magħhom u tipprovdilhom l-informazzjoni.", "Fil- pajjiżi li nafu aħna dan it-tip ta' xogħol huwa responsabbilta' tal-gvern.", "Jien ma naħsibx li aħna għandna xi ħaġa inqas minn pajjiżi oħra fejn filwaqt li f'pajjiżi oħra din l-awtorita' hija responsabbilta' tal-gvern, f'Malta din tkun taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-parlament.", "Għalhekk ma naħsibx li huwa l-każ li wieħed għandu jibni struttura kompletament oriġinali, sui generis, sempliċement għax ikun hemm xi ħadd li jgħid li jekk din l-awtorita' tirrispondi lill-parlament allura se jkollha aktar oġġettivita'.", "Fil-fehma tagħna dan ma jagħmilx sens u jistgħu jinħolqu ħafna diffikultajiet għax finalment il-gvern li huwa elett mill-poplu huwa responsabbli mill-commitments internazzjonali u mhux din il-Kamra.", "Naħseb ukoll li ħafna membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma apprezzawx x'hawn f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju, kien hemm min qal li qed noħolqu wisq awtoritajiet.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istitut, kif kien propost, isib li dan huwa simili għall-awtorita' għax minkejja li hemm differenza fuq xi affarijiet tekniċi xorta qed toħloq xi ħaġa separatament.", "Għalhekk dawk il-membri li kkritikaw lil dan il-gvern għax qed joħloq wisq awtoritajiet ma kenux jafu x'kien qed jagħmel il-gvern preċedenti u x'kienet id-direzzjoni, allavolja dan kollu kien imsemmi fid-Diskors tal-President.", "Mr Speaker, naturalment m'għandix ħin nirrispondi għall-punti kollha li tqajmu, imma rrid ngħid li r-rapport ta' l-awtorita' se jibda jiqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, pero' mbagħad bħalma jiġri s-soltu dan jittieħed quddiem il-public accounts committee.", "Per eżempju, jien ma stajtx nifhem il-kumment li għamel l-Onor.", "Brincat meta qal li l-PAC m'huwiex filter adegwat ta' l-accounts ta' l-awtorita'.", "Jien jiddispjaċini nisma' dan għax naħseb li l-affarijiet huma bil-maqlub.", "Il-PAC huwa kumitat ta' din il- Kamra u l-iskop tiegħu huwa li jiffoka fuq ċerti aspetti ta' l-accounts, eċċ., li jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien ma stajtx nifhem eżattament għalfejn kien hemm dan it-tip ta' atteġġjament.", "L-Onor.", "Joe Cilia semma l-punt li b'xi mod il-ministru jista' jitlob xi informazzjoni mingħand il-membri ta' l-awtorita'.", "Fil-fatt il-ministru jista' jitlob informazzjoni mingħand il-membri ta' l-awtorita' biex jara li huma l-persuni idonei li jistgħu jiġu appuntati fuq din l-awtorita'.", "Ta' min jgħid li paragrafu (ċ) ta' subklawsola (5) ta' klawsola 5 jispeċifika dan il-punt u bl-aktar mod ċar jgħid li:", "''Kull persuna li l-Ministru jaħtar jew bi ħsiebu jaħtar bħala membru ta' l-awtorita' għandha, kull darba li tkun hekk mitluba mill- Ministru, tagħtih dik l-informazzjoni li l-Ministru jidhirlu meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ministru skond il-paragrafi (a) u (b).''.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hawn bl-aktar mod ċar li m'għandu jkun hemm ebda indħil politiku.", "Dan qed nagħmluh black on white u huwa wieħed mill-punti bażiċi ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "L-Onor.", "Jose' Herrera għamel diversi punti validi u qal li l-uffiċċju ta' l-istatistika llum qisu dipartiment tas-second division u din l-awtorita' se tpoġġih f'pożizzjoni aħjar.", "Dan qal li ma jaqbilx mal-prinċipju illi din l-awtorita' ma tirrispondix lill-parlament imma dik diġa' tkellimt fuqha.", "Pero' mbagħad l-Onor.", "Herrera għamel diversi punti validi u dwar l- istruttura ta' l-awtorita' u l-mod kif se jinħatru l-membri uża l-kliem \"fit and proper\".", "Issa hawnhekk hawn speċifikat li b'fit and proper nifhmu wkoll li wieħed għandu jkollu ċertu background fis-suġġett u li d-direttur ġenerali jkollu ċertu professjonaliżmu.", "L-Onor.", "Herrera qal li din hija waħda mill-aħjar liġijiet li tressqu quddiem dan il-parlament f'dawn l- aħħar xhur.", "Jien naqbel miegħu fuq dan il-punt għax din l-istruttura li qegħdin nitkellmu fuqha toffri dak illi wieħed jixtieq.", "L-Onor.", "Carmelo Abela għamel suġġerimenti validi wkoll u qal li għandu jkun hemm link elettroniku bejn l-awtorita' u l-membri parlamentari biex ikun hemm flow of information aħjar.", "Naħseb li din hija xi ħaġa valida ħafna għax meta wieħed ikun qed jipprepara d-diskorsi tiegħu ikun jista' jagħmel rikjesta lill-awtorita', lid-dipartiment jew lill-uffiċju nazzjonali ta' l-istatistika biex dawn ikunu jistgħu jiġbrulu ċerta informazzjoni li jkollu bżonn.", "Ħafna drabi jkun hawn ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar statistika li tkun ippublikata pero' ma tkunx miġbura kif wieħed ikun jixtieqha u din is-sistema tista' tgħin xi ftit minn dan il-lat ukoll.", "L-Onor.", "Chris Agius tkellem fuq l-istatistika ta' l-impjiegi u kien hemm min tkellem ukoll fuq l-istatistika tat-turiżmu u fuq l-istatistika tal- manifattura.", "Ovvjament f'dawn il-ftit minuti jien ma nistax nirrispondi għall-kummenti kollha, pero' rrid ngħid illi ċ-ċifri tal-labour supply u ta' l-employment li ġew ippubblikati mhumiex iċ-ċifri li semma l-Onor.", "Chris Agius.", "Per eżempju, jirriżulta miċ-ċifri tal-lum illi r-rata tal- qgħad naqset għal 4.5%.", "Jekk wieħed iqabbel dan ma' l-aħħar 20 xahar isib illi l-qgħad naqas b'575, il-labour supply żdied b'2,333 u l-gainfully occupied żdiedu b'2,900.", "Dan ifisser li mhux biss ipprovdejna l-impjiegi kollha għaż-żieda fin-nies li ħarġu jfittxu x-xogħol pero' irnexxielna wkoll innaqqsu l-qgħad b'575.", "Qed ngħid dan kollu mhux għax dan huwa parti sostanzjali minn dan l-abbozz ta' liġi imma għaliex irrid nikkoreġi dak li ntqal.", "Jien assolutament ma stajtx naqbad minn fejn ġew ikkwotati ċ-ċifri kollha li semmew.", "Punt validu u interessanti ieħor li tqajjem huwa dwar l-indiċi tal- prezzijiet għall-pensjonanti.", "Nista' ngħid li jien kont wieħed minn dawk li mbuttajt biex qabel l-elezzjoni ta' l-1996 jidħol l-indiċi tal- prezzijiet għall-pensjonanti u dak iż-żmien konna ħadna ħsieb li għall- ewwel darba l-household budgetary survey ta' l-1995 jinkludi madwar 500 pensjonant.", "Qabel il-pensjonanti, għal xi raġuni jew oħra kienu jiġu esklużi awtomatikament.", "Hawnhekk qed immur lura għall-1947 meta beda jsir l-indiċi tal-prezzijiet.", "Nistgħu ngħidu li llum inħadem indiċi għall- pensjonanti, għalkemm għad hemm xi irtukkjar tekniku x'isir.", "L-indiċi tal- pensjonanti jimxi broadly in line ma' l-indiċi l-ieħor u hemm perijodu fejn ir-rata ta' inflazzjoni tkun kemm kemm aktar.", "Per eżempju, f'Jannar ta' l- 1997 ir-rata ta' l-inflazzjoni ta' l-indiċi normali kienet madwar 2.5% u r- rata ta' l-inflazzjoni ta' l-indiċi tal-pensjonanti kienet 3%.", "Pero' mbagħad issib li f'Jannar ta' l-1998 din ir-rata kienet bil-maqlub għax ir- rata ta' l-indiċi tal-pensjonanti baqa' bejn wieħed u ieħor 2.5% filwaqt li l-indiċi ġenerali tela' għal madwar 3%.", "Hemm dan it-tip ta' moviment li jrid jiġi analizzat u spjegat b'mod li wieħed jifhem x'qed isir.", "Pero' l- veru breakthrough għall-indiċi tal-pensjonanti se ssir mill-household budgetary survey li qed isir issa għaliex hawnhekk se jkun indikat ferm aħjar kif wieħed joħroġ l-indiċi għall-pensjonanti fuq il-basket tagħhom u kif isir monitoring regolari ta' dawk il-prodotti biex wieħed ikun jista' joħroġ indiċi għall-pensjonanti.", "Kif diġa' għedt, iż-żewġ indiċijiet jimxu viċin xulxin ħafna pero' jista' jkun hemm xi differenza meta wieħed jikkalkola l-cost of living eċċ. Pero' jien informat li at some point l- uffiċċju se jkun jista' joħroġ aktar informazzjoni dwar dan il-punt.", "Issa ħalli niġi għall-intervent ta' l-Onor.", "Gulia.", "Jiddispjaċini ngħid li filwaqt li l-interventi kważi kollha saru b'mod kostruttiv, anke fejn ma konniex qed naqblu, hawnhekk kellna eku għal xi ħaġa li ġrat fil-passat illi lili dejqitni.", "L-ewwelnett l-attakk kien illi meta kienu nbidlu xi ċifri tal-labour statistics fl-1997, proprju qabel il-budget li ġie ppreżentat fl-1997, jien b'xi mod kont qiegħed inqarraq - per eżempju, illejla l-Onor.", "Chris Agius tkellem dwar il-logħob biċ-ċifri - jiddispjaċini ngħid li ma naqbel xejn ma' dan.", "Jien naħseb li għandna sistema oġġettiva pero' l-oġġezzjonijiet u d-diffikultajiet li kelli fl- 1997, meta ġew riveduti ċ-ċifri ta' l-impjiegi, għadhom hemm.", "Jien inħoss li dak iż-żmien saru affarijiet bl-għaġġla u r-revisions ma sarux kif kellhom isiru mhux billi ntqal li l-affarijiet kienu ppjanati.", "Jiddispjaċini ngħid li l-indħil fil-mod kif issir l-istatistika li qed isemmu l-membri tan-naħa l-oħra dak iż-żmien seħħet.", "Dan mhux qed nivvintah imma qed ngħidu għax għandi ċerta evidenza.", "Per eżempju, qabel il-budget ta' l-1997, it-tieni budget ta' gvern Laburista, kien hemm direzzjoni biex jinbidlu xi ċifri ta' l-istatistika tal-GDP, ħaġa li issa b'din il-liġi ma tkunx tista' issir.", "Jien għalhekk qed nisħaq li fil-mod kif tinħadem l-istatistika m'għandu jkun hemm indħil minn ħadd.", "U meta l- membri tan-naħa l-oħra jgħidu li jibżgħu minn dan l-indħil ngħidilhom li bir-raġun jibżgħu għax meta kienu fil-gvern kien hemm din l-imbottatura.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għal ittra li ntbagħtet mill-employment and training corporation datata 28 ta' Ottubru ta' l-1997 li ġġib il-firma tad- deputy chairman, is-Sur Alfred Grixti, through the Minister for Social Welfare, il-Profs.", "E. Grech.", "Jien mhux se noqgħod nikkummenta fuq is-Sur Alfred Grixti, pero' kif nafu dan għandu kariga għolja fil-Partit Laburista.", "Hawnhekk nistgħu nieħdu togħma ta' kif kienu jsiru l- affarijiet!", "\"Enclosed please find revised labour market statistics compiled by the corporation's labour market information section for the months of September and December during the years 1994, 1995, 1996 and September 1997.\"", "Jiġifieri hawnhekk ir-reviżjoni f'daqqa waħda saret għal xahrejn biss pero' fuq erba' snin u din tinkludi l-1997.", "\"These statistics are still of a confidential nature and are being forwarded solely ...", "- il-kelma \"solely\" qegħda bold -", "\"... to help you revise your office's GDP estimate in connection with the presentation of the budget.", "This data may only be published after the presentation of the economic survey with the budget and estimates for 1998 in Parliament. .\"", "Dan ifisser li din il-klawsola qed tipprojbixxi illi l-uffiċċju ta' l- istatistika jkollu xi direzzjoni minn x'imkien li huwa jirrivedi ċ-ċifri tiegħu.", "U", "Li ġara kien li peress li għall-ewwel disa' xhur ta' l-1997 il-GDP kien baxx, fit-28 ta' Ottubru kien hemm attentat biex jiġi rivedut il-GDP fuq bażi ta' bidliet fiċ-ċifri ta' l-employment illi ngħataw fl-aħħar minuta.", "(Interruzzjonijiet) Il-banda li għaddejja minn Merchants Street qed tiġbed l-attenzjoni tal-membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra u jien mhux qed nagħtihom tort!", "F'din l-ittra li għadni kemm ikkwotajt, iffirmata mill- ministru responsabbli mis-social policy, jingħad li kien hemm direzzjoni biex jibdlu ċ-ċifri tal-GDP proprju lejliet il-budget biex dawn ikunu jidhru aħjar.", "Mr Speaker, is-serjeta' mhux hekk titlob.", "U lin-naħa l-oħra nagħtiha raġun meta tgħid li trid xi ħaġa indipendenti għax meta huma kienu fil-gvern ma mxewx bir-reqqa u bid-distakk li misshom imxew bih.", "U din il-liġi se tipprovdi l-opportunita' illi tipproteġi l-istatistika tagħna minn dan it-tip ta' manuvrar u indħil.", "Illum il-prattika internazzjonali hi li l-istatistika tkun magħmula min-nies kompetenti u awtonomi u ma jkollha l-ebda pressjoni bħalma kien ġara dak iż-żmien.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi għandu jsib l-appoġġ taż-żewġ naħat.", "Illum qed nirrealizzaw illi ċerta manipulazzjoni u ċerti direttivi li jistgħu joħorġu fuq uffiċjali li huma nkarigati biex jagħmlu l-istatistika m'għandhomx ikunu hemm.", "Huwa importanti li nassiguraw ruħna illi l- istatistika ta' Malta u Għawdex tkun waħda faithful, reali, awtonoma kompletament u ma jkunx fiha tbagħbis.", "Din l-awtorita' għandha tkun waħda awtonoma u qed ninvolvu lir-rappreżentanti tal-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku biex ikollna sitwazzjoni trasparenti li ġġib il-fiduċja u li tagħmel l-affarijiet b'mod professjonali kif jixraq lil pajjiż żviluppat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Awtorita' li tkun magħrufa bħala l- Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta, u għat-twettiq minn jew f'isem dik l- Awtorita' ta' funzjonijiet regolatorji dwar riżorsi li għandhom x'jaqsmu mal-ġbir, kompilazzjoni u pubblikazzjoni ta' statistiċi uffiċjali, u biex jipprovdi għall-ħwejjeġ li huma anċillari għalihom jew li għandhom x'jaqsmu magħhom\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fit-8.53 p.m. intalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nagħmel il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "249 FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA : 27", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard Montalto |Herrera Jose' | |John | | |Bartolo Evarist |Law Rita | |Borg Karmenu |Mangion Charles | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles|Parnis Silvio | |Buhagiar Louis |Refalo Anton | |Cardona Chris |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Cuschieri Joseph|Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu | |Farrugia Michael| |", "Il-mozzjoni għaddiet", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Settembru, 2000 fid-9.00 a.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Huwa evidenti li dan il-parlament qiegħed jaġġorna għall-vaganzi tas- sajf, liema vaganzi huma meritati mid-deputati kollha għaliex il-Kamra ħadmet b'aġenda impenjattiva ħafna li fl-opinjoni tiegħi laħqet l-għan ewlieni tax-xogħol parlamentari.", "Aħna niġu hawn niddiskutu, niddibattu u nilleġislaw għall-interessi tal-pajjiż.", "Wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx u wieħed jista' jiddiskuti u jipproponi alternattivi, pero' l-iskop tal-parlament, fejn il-membri jiltaqgħu biex jiddiskutu u joħorġu bl- opinjonijiet tagħhom biex imbagħad jittieħdu d-deċiżjonijiet f'sistema demokratika, fl-opinjoni tiegħi, naħseb li ntlaħaq u ntlaħaq b'mod pożittiv.", "Naturalment fil-ħajja dejjem tista' timmira għal riżultati aħjar u m'għandix dubju li l-intenzjoni tagħna lkoll hija li ntejbu dejjem iżjed il-funzjonament u l-mod ta' kif jaħdem dan il-parlament.", "Sur President, jiena xtaqt nirringrazzja lil kulħadd għax-xogħol li sar matul il-ġimgħat u x-xhur li għaddew.", "Irrid ngħid li qed naġġornaw għal data ftit aktar kmieni minn dik tas-soltu għax is-soltu niltaqgħu fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru u din id-darba se niltaqgħu fit-18 ta' l-istess xahar.", "Ir-raġuni hija li dan il-parlament għad fadallu ħafna xogħol x'isir u allura l-gvern ħass li huwa d-dmir tagħna lkoll li niltaqgħu qabel anke biex neħilsu diskussjonijiet li ftehemna li jridu jsiru meta l-parlament jerġa' jiltaqa' wara l-vaganzi tas-sajf.", "Nerġa' ngħid li għad fadlilna aġenda qawwija ta' xogħol x'nagħmlu u jiena m'għandix dubju li jkun hemm l- impenn li ntwera mid-deputati kollha ta' din il-Kamra matul ix-xhur li għaddew.", "Sur President, xtaqt nirringrazzja lilek tal-paċenzja li tieħu bina għax li tippresjedi parlament naf li mhux dejjem ikun faċli.", "Xtaqt nirringrazzja lill-istaff kollu ta' dan il-parlament u nawguralhom li matul dawn il- ġimgħat li ġejjin jieħdu wkoll vaganza li tant timmeritahom.", "Xtaqt nirringrazzja wkoll lill-membri tal-media u lill-uffiċjali kollha ta' dan il-parlament li għandhom x'jaqsmu ma' security eċċ, għax-xogħol kollu li għamlu.", "Nawgura wkoll, b'mod partikolari, lid-deputati kollegi taż-żewġ naħat mhux biss vaganzi imma opportunita' li fiha jkunu jistgħu wkoll igawdu ftit iktar lill-familja għaliex naf li għalina lkoll il-familja għandha importanza kbira.", "Aħna li qegħdin fil-politika ħafna drabi napprezzaw il-valur tal-familja proprju meta l-impenji tagħna tant ikunu qawwijin li ma jħalluniex ingawduha kif nixtiequ.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jiena wkoll f'isem in-naħa ta' l- oppożizzjoni irrid nirringrazzja lill-istaff kollu tal-parlament, lilek, Mr Speaker, u lil dawk kollha li jieħdu ħsieb li jaraw li din il-Kamra timxi 'l quddiem u jsir ix-xogħol tagħha kif suppost.", "Bħall-Viċi Prim Ministru, nawgura wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin kull wieħed minna jsib il-mistrieħ li jixraqlu.", "Pero' fl-aħħar seduta qabel il-parlament jagħlaq għall- vaganzi tas-sajf, nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet dwar dak li għadda matul din is-sena leġislattiva.", "Aħna qegħdin nawguraw mistrieħ lil xulxin biex dak li jkun imur igawdi s- sajf, pero' immedjatament tiġi l-mistoqsija: Qegħdin nawguraw mistrieħ lil min, Sur President?", "Jiena konvint li ma nkunux qegħdin nirriflettu u nuru li aħna sensititivi għal dak li għaddej jekk kemm-il darba norbtu l-idea tal-mistrieħ tas-sajf ma' li wieħed imur jiddeverti u jixxala meta nafu li hemm setturi sħaħ ta' ħaddiema li għaddejjin minn inkwiet kbir.", "Wieħed ma jistax jawgura lil dawn in-nies sajf ta' mistrieħ meta nafu li dawn għaddejjin minn taqlib u inkwiet kbir.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għall-ħaddiema tal-Kalaxlokk li wara l-wegħdiet kollha mill-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni għadhom inċerti dwar il-futur tagħhom.", "Kien hawn anke min staqsa jekk dawn għandhomx dritt jieklu.", "Jiena naħseb li bil- kuxjenza kollha ma nistgħux nawguraw il-mistrieħ u t-tgawdija tas-sajf lil xulxin meta nafu li hemm dawn il-ħaddiema li fuq rashom għandhom imdendla x- xabla tas-sensja.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu fil-każ tal-ħaddiema ta' l-HSBC.", "Minkejja l- ħafna wegħdiet ta' opportunitajiet kbar li se jkollhom wara li jieħu over world player daqshekk importanti fil-kamp bankarju, f'daqqa waħda dawn sabu ruħhom mhedda li jew jagħmlu dak li jiġu ordnati jew inkella se jkollhom l-inkwiet kif fil-fatt nafu li għandhom.", "L-istess wieħed jista' jgħid għall-ħaddiema tat-tarzna.", "Il-ħaddiema tat-tarzna jafu li l-prospetti għalihom m'humiex sbieħ ħafna u jiena ma nistax nifhem kif nies bħal dawn jistgħu jgħaddu ġimgħat ta' mistrieħ meta moħħhom ikun qed iberren fuq il- futur tagħhom u tal-familji tagħhom.", "Dawn huma affarijiet li jekk aħna ma nirriflettux fuqhom qabel nitilqu minn din il-Kamra li se tagħlaq għal sitt ġimgħat, mhux se jkun hemm l-okkażjoni li fiha nerġgħu nitkellmu fuqhom.", "Għalhekk wieħed irid jgħid lil dawn in-nies li aħna qegħdin magħhom u rridu naraw li wara kollox iseħħ is-sewwa u min għandu d-drittijiet tiegħu jeħodhom.", "Ma rridux naraw aktar ħaddiema mhedda u mdejqa fuq xogħolhom u offruti l-flus ħalli jitilqu 'l barra, sempliċement għax dak li kellu jkun xi ħaġa ta' opportunita' rriżultat li kienet xi ħaġa totalment differenti.", "Pero' din hija xi ħaġa li mhux qed tolqot biss lil dawn it-tliet kategoriji ta' ħaddiema.", "Jiddispjaċini ngħid - ma rridx inkun negattiv ħafna imma dawn huma fatti, niltaqgħu u nitkellmu man-nies kuljum - li din hija xi ħaġa li anke l-poplu in ġenerali qed iħoss għax m'hemm l-ebda kontroll fuq l-għoli tal-ħajja u l- prezzijiet baqgħu telgħin.", "Proprju f'dawn il-ġranet tkellimna ħafna fuq l- indiċi tal-prezzijiet u minkejja li qed jingħad li l-ħajja roħsot b'xi 0.5% meta titkellem ma' kull mara tad-dar li tiltaqa' magħha tgħidlek li ma tistax tlaħħaq mal-ħajja.", "Dawn ukoll huma nies li ma jistax ikollhom il- mistrieħ tal-moħħ li kien wegħidhom proprju l-Onor.", "Gonzi qabel l-elezzjoni meta qal li mill-għada li joħroġ ir-riżultat il-poplu Malti se jkollu serħan il-moħħ.", "Għaddew sentejn u n-nisa tad-dar ukoll qed isibu l-ħajja diffiċli u meta jiġu biex isarrfu dawk il-wegħdiet qed isibu li mhux veru jistgħu jgħixu b'moħħhom mistrieħ.", "Sew jekk inhu is-sajf, sew jekk inhi x- xitwa, sew jekk hi r-rebbiegħa kif ukoll jekk hi l-ħarifa, il-moħħ ma jistax joqgħod mistrieħ.", "Mr Speaker, qed nitkellem għall-kategorija tal-ħaddiema għax min qiegħed komdu u qiegħed fil-lussu u jista' jaqbad il-yacht u jagħmel id-dawriet ma' l-Ewropa, ma tantx jista' jħoss eżatt x'iħoss min jagħmel xi sitt ġimgħat mingħajr ma jircevi l-paga u min irid jara kif bil-paga jrid iwassal minn ġimgħa għal oħra.", "Dawn huma n-nies li qed nitkellmu fuqhom.", "Ma nistgħux inkunu bla qalb u ninsew lil dawn in-nies u ngħidu li issa se mmorru ngawdu s-sajf, meta għal dawn in-nies is-sajf se jkun sajf ta' disperazzjoni minflok sajf ta' tgawdija.", "Aħna qed nitkellmu l-aktar dwar dawk il-ħaddiema li dan il-gvern għall-ewwel darba fl-istorja riċenti politika ta' pajjiżna bagħathom litteralment id-dar bil-paga mnaqqsa u għabbihom b'aktar taxxi.", "Dan huwa l-istess partit li tela' fil-gvern fuq l-għajta li l-gvern ta' qablu kien għamel budget anti-soċjali u issa għat-tieni sena konsekuttiva kompla jgħabbi lill-poplu bit-taxxi.", "Dan apparti l-kontijiet tad-dawl u l- ilma u affarijiet oħra li m'iniex se noqgħod nitkellem fuqhom għax kull min qiegħed jgħix f'dan il-pajjiż jaf x'kontjiet qed jirċievi.", "Mr Speaker, nixtieq ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar l-istat ta' telqa sħiħa li bħalissa jinsab fiha l-pajjiż.", "Nista' ngħid f'dak li huwa ambjent il-pajjiż kważi minsi għal kollox.", "Dan qed ngħidu bl-aktar mod onest.", "Iddur fejn iddur wieħed jista' jara din it-telqa li hawn f'dan il-pajjiż.", "Hawn ċertu stat ta' diżordni u ċertu stat ta' neglect.", "Jekk tgħaddi mill- Belt tara wires imdendlin ma' kullimkien.", "Forsi wieħed jista' jgħidli: Imma dawn il-wires illum qed tarahom!", "Jiena ngħid li le għax naf li ilhom hemm, imma m'hu qed isir xejn biex dawn l-affarijiet nirranġawhom.", "It-telqa li hawn fil-pajjiż fl-ambjent kollu in ġenerali hija xi ħaġa li timpressjonak.", "Sieħbi, l-Onor.", "Joe Mizzi, kemm-il darba tkellem dwar il-miżbla tal- Magħtab imma sal-lum għadu ma sar xejn dwarha, anzi baqgħet hemm u iktar ma jmur iktar qed tikber u l-gvern plaċidu, kwiet u jgħidilna li mexjin.", "Veru li awgurajna sajf ta' mistrieħ lil xulxin imma naħseb li hawn ministri li ilhom mistreħin minn mindu reġgħu daħlu fl-uffiċċju, b'mod partikolari l- ministru għall-ambjent - dan ngħidu b'wiċċi minn quddiem - għax ħlief iqabbad lil min jagħmel studji u lil min jagħmel rapporti għadu m'għamilx s'issa!", "U b'dawn l-istudji u r-rapporti kollha bqajna fejn konna.", "Jiena jiddispjaċini ngħidu dan għax kulħadd jaf kemm hu għal qalbi l-ambjent u kulħadd jaf ukoll li l-ambjent qed ikollu impatt dirett fuq it-turiżmu, l- aktar industrija importanti li qiegħda tikkontribwixxi għall-ekonomija tagħna.", "Huwa inutli li noqogħdu nsibu l-iskużi kollha u nsemmu statistika u nqabblu l-figuri tagħna ma' dawk ta' l-Ewropa biex niġġustifikaw ruħna.", "Ejja nagħmlu ftit eżami tal-kuxjenza u naraw x'qed noffrulu lit-turist u naraw lill-pajjiżna mill-għajn tat-turist.", "Din hija xi ħaġa li qed tagħmel ħsara lil kulħadd.", "Din m'hijiex xi issue ta' politika partiġġjana.", "Hawn telqa enormi, forsi l-aktar fis-sajf, u hemm bżonn li l-gvern jibda jiċċaqlaq biex din it-telqa ma nibqgħux narawha.", "Mr Speaker, ta' min wieħed jgħid ukoll li din it-telqa ma taffettwax biss biss lit-turiżmu imma għandha anke effett fuq is-saħħa.", "Nerġa' ngħid li sieħbi tkellem dwar l-intejjen li qed ikollna minħabba l-miżbla tal-Magħtab u n-nuqqas ta' kontroll fuq l-fumes li joħorġu mill-exhuast pipes tal- karozzi.", "Kieku liġijiet għandna kemm trid imma enforcement m'għandna assolutament xejn.", "Jekk tinzerta wara trakk tal-gvern jew wara karozza tifgak bid-diesel u inti ma tista' tagħmel xejn.", "Issa għanda ruxmata wardens u ħafna regolamenti imma l-miskin huwa dak li jinqabad biss.", "Mr Speaker, ma' dan kollu li qeq ngħid, jiġifieri t-tnaqqis fil-paga, it- telqa fl-ambjent u l-affarijiet l-oħra li semmejt, ma rridx ninsa nsemmi t- tnaqqir fis-servizzi li kien hawn dan l-aħħar.", "Bħala eżempju nsemmi l- għeluq tal-polyclinics.", "Naturalment dan mhux se jaffetwa lil min jiflaħ idaħħal idejh fil-but u jmur jinqeda għand il-privat - u llum hawn ħafna servizzi mediċi li jingħataw fil-privat - imma lil min jiddependi mill- polyclinics għax ma jistax iħallas x'se jagħmel?", "Imma mbierek Alla ftit li xejn taqra fuq il-gazzetti dwarhom dawn.", "Qalleb il-gazetti, kemm tal- knisja kif ukoll dawk li mhumiex tal-knisja, u ara ssibx xi kritika dwar dan.", "Ma ssib lil ħadd jgħid li lill-ħaddiem li jiddependi mill-paga, lill- pensjonant u lil min hu bla xogħol qedgħdin jitnaqqrulu s-servizzi.", "Ara fuq Alfred Sant il-ħin kollu għaddejjin dawn il-gazzetti, sew min hu mħallas u sew min m'huwiex, sew min għandu l-ispaga miġbuda minn Kastilja u sew min għandu l-ispaga miġbuda minn xi ħadd partikolari, kollha kemm huma kor wieħed jitkellmu kontra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Imma fuq dawn l- affarijiet imbierek Alla assolutament xejn.", "Ma tara mkien kritika għall- Partit Nazzjonalista, xejn ħażin, kollox tajjeb, kollox perfett!", "Sur President, ejja nirriflettu f'dawn il-ġimgħat li ġejjin meta nkunu qegħdin fil-kwiet, forsi nistrieħu xi ftit, jekk nistgħux nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż, nistgħux nibqgħu nittolleraw media msejħa libera, msejħa demokratika, li qiegħda tiġi strumentalizzata biex f'moħħ in-nies twassal l-istampa li jogħġobha u mhux il-fatti tal-verita'.", "F'ġieħ is- sewwa ejja ngħidu l-verita'.", "Għaliex m'għandux ikun hemm kuxjenza f'dawn l- affarijiet?", "Għaliex l-gvern m'għandux iħoss il-kritika fuqu li mhux sew li qed jagħmel dawn l-affarijiet għax qed ibatu n-nies bihom?", "Ara dwar min għandu l-eluf ta' liri f'salarju għax qiegħed chairperson ta' awtorita' u jieħu anke l-allowance tal-babysitting tat-tifla ma jingħad xejn, dak tajjeb.", "Oħroġ il-ħdura kontra Alfred Sant u tibqa' in the good books tal- gvern, imma ara titkellem fuq il-fatti u l-problemi tal-pajjiż għax ma tibqax!", "Sur President, dan kollu trid tarah fil-kuntest u f'kuntrast veru net u sharp ma' dak kollu li kien imwiegħed, għax hawn l-istorja.", "Il-poplu huwa disilluż u milgħub fuq dak li ġie mwiegħed.", "Forsi xi ħadd qed jgħid li ġej b'tal-Lm100 miljun.", "Lanqas għadni nsemmiha għax kulħadd jaf li din kienet l-ikbar oxxenita' li qatt qal il-Partit Nazzjonalista biex rebaħ il-voti.", "Illum nafu li hemm ftit miljuni f'euros li bihom irridu nagħmlu dak kollu li l-gvern intrabat li jrid jagħmel.", "Ara l-irbit li intrabat bih ma' l- Unjoni Ewropa jrid joqgħod għalih u jrid jara minn fejn se jġib it-taxxi biex isostnih, imma dawk il-flus li wiegħed li se jġib sal-lum għadu ma ġabhomx.", "Mr Speaker, bħalissa hawn ħafna ftaħir li l-qgħad nieżel u j'Alla jinżel għax meta jkun hawn il-qgħad kulħadd ibati.", "Pero' ejja ma nilludux irwieħna fuq iċ-ċaqliq staġjonali meta jkun hawn ħafna kuntratti ta' xogħol li huma definiti u ħadd ma jkollu stabilita' - qed nirriferi għall- kuntratti ta' xogħol li jkun hawn fil-qasam turistiku meta jkollna ftit turiżmu - trend li ssibha mhux f'Malta biss imma fl-Ewropa kollha.", "Per eżempju, Spanja biex solvietha l-problema tal-qgħad?", "Solvietha billi l- unions aċċettaw li jkun hemm hemm kuntratti definiti tax-xogħol fejn wieħed ikun qed jiġi mpjegat għal sena, għal sena u nofs jew sentejn mingħajr permanenza.", "Hemm argumenti favur u hemm oħrajn kontra, pero' għidli min irid jippjana l-futur tal-familja tiegħu kemm jista' jorbot fuq kuntratt ta' xogħol bħal dak.", "Hawn Malta minkejja li qed jingħad li l-qgħad nieżel - ma nafx jekk kienx hemm qabda part-timers li saru full-timers! - meta wieħed jara l- istatistika jsib li fil-qasam tal-manifattura kważi s-setturi kollha naqqsu l-esportazzjoni.", "Jekk tara l-aħħar figura ta' l-esportazzoni ssib li s- setturi prattikament kollha tal-manifattura biegħu inqas, esportaw inqas.", "L-uniku settur li ma naqqasx huwa dak ta' l-elettronika, li fih hemm il- ġgant ta' l-ST Microelectronics li qed jagħti stampa totalment differenti li qed tfixkel l-istatistika kollha.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax jekk wieħed iħares lejn il-qasam tal-manifattura jsib li s-setturi kollha kważi naqqsu l-bejgħ b'xi Lm45 miljun, filwaqt li l-ST Microelectronics waħedha biss ipproduċiet b'xi Lm47 miljun biex tagħmel tajjeb għall-fabbriki tal- manifattura l-oħra.", "Mr Speaker, fejn hu l-investiment li wegħdu li se jkun hawn?", "Mhux talli ma ġiex investiment talli issa qed induru fuq il-Libjani.", "L-investiment mill-Ewropa u mill-Ġappun li Prof de Marco kien jgħid li qiegħed in the pipeline baqa' ma ġiex u dorna fuq il-LIbjani.", "Issa ta' min jgħid li meta konna fil-gvern aħna li ssemmi lil-Libjani kien qisu xi taboo.", "Ma kontx tista' issemmihom fi żmienna għax kien jiġi xi Carmel Attard ta' \"Il-Ġens\" dak iż-żmien u joqgħod jagħmlilna ħafna mistoqsijiet, u issa tas-servizz li ta lil dan tawh post fl-MIC.", "Hekk jitħallas min ikun attiv mal-Partit Nazzjonalista u xi editur li jkun qed jieħu xi konsulenza mal-ministru għall-ambjent!", "Minn hawn lil Carmel Attard nistaqsih jgħidilna x'jaħseb issa fuq dan il-ħafna namur mal-Libjani.", "Jew m'għadhomx jaqq issa l- Libjani?", "Fi żmienna jaqq kienu l-Libjani u ma konniex nistgħu nsemmuhom, imma issa le.", "Anzi issa qed naraw ritratti tal-Prim Ministru jmur il-Libja u jiltaqa' mal-kapijiet tagħhom.", "Issa ġejjin u sejrin hemmhekk u ġieli anke bil-moħbi biex ma jgħidux li marru!", "Din hija ipokrezija li lil dan il- poplu qed tħawwadlu moħħu u qed iddejqu għax din m'hijiex politika serja.", "Din politika ta' ingann, politika ta' opportuniżmu u politika ta' ipokrezija li qed tkompli żżid id-dwejjaq f'dan il-pajjiż.", "Ejja nkunu serji, inkunu ċari.", "Ara aħna dejjem tkellimna ċar fuq il-ħbiberija u r- rispett tagħna għal-Libjani u l-kuntatti li kellna mal-Libjani u x-xogħol li ħdimna biex illum qegħdin narawhom anke mingħajr is-sanzjonijiet fuqhom.", "Imma ħaddieħor le, ħaddieħor skond il-ġurnata u skond ix-xahar!", "Mr Speaker, la qed insemmi l-MIC rrid ngħid li dan ukoll sar strument f'idejn il-gvern Nazzjonalista għax filwaqt li dan suppost qiegħed jagħti informazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea, sar strettament strument biex jagħti informazzjoni dwar sħubija fl-Unjoni.", "U jiena nisfida li min qed imexxih biex jgħidilna jekk ħariġx paragrafu wieħed fuq it-trattat li sar bejn l- Isvizzera u l-Unjoni Ewropea - il-poplu għandu dritt għall-informazzjoni għax dawn kollha qed jitħallsu minn flus il-poplu - ħalli jispjega lin-nies x'vantaġġi u xi żvantaġġi fih dak it-trattat.", "Dan kien fid-dover tiegħu ukoll għax dak it-trattat sar ma' l-Unjoni.", "Mhux sħubija sħiħa dak imma trattat ma' l-Unjoni u jekk bis-serjeta' dan huwa ċentru ta' informazzjoni fuq l-Unjoni naħseb kien xieraq li joħorġ informazzjoni, speċjalment f'dan il-pajjiż fejn għadu għaddej id-dibattitu politiku biex iwassalna għar- referendum fuq l-Unjoni Ewropea.", "Hawn irrid ngħid li l-qorti kostituzzjonali iddeċieda li l-flus li jonfoq il-gvern - bħalissa ma niftakarx ta' liema pajjiż kien - f'ċentru ta' informazzjoni mħallas mill- pubbliku biex ixerred l-informazzjoni ma jistax ikun one-sided kif fil-fatt qed ikun dan ta' hawn Malta.", "Jiġifieri f'din il-kawża kostituzzjonali ġie deċiż li l-gvern ma jistax juża fondi biex tiġi propaganda one-sided meta għad għandek dibattitu politiku partiġġjan, għaddej meta l-poplu għad irid imur jivvota ħalli jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar ix-xogħol parlamentari u mill-ewwel nibda billi ngħid li jiddispjaċini li se nagħlqu sena oħra ta' xogħol parlamentari bla ma qatt kien hemm inkjesta parlamentari waħda f'dan il-parlament.", "Minkejja t-talb kollu tagħna lill-ministru ta' l-intern bqajna bla inkjesta fuq il-ħarba ta' El Zabi.", "Il-poplu għadu sal-lum ma jafx x'sar minnu u l-ministru għadu komdu, high and dry.", "La nafu min kien responsabbli għal ħarba ta' El Zabi, la nafu għaliex ħarab u ma nafux jekk din l-istorja tistax tirrepeti ruħha u mbierek Alla ħa nagħlqu għall- vaganzi tas-sajf u qed nawguraw lil xulxin li mmorru nistrieħu ftit ġimgħat!", "Mr Speaker, l-istess nistgħu ngħidu dwar il-kwestjoni li fuqha xjabjna niċċalinġjaw lill-Prim Ministru u lill-ministru tal-finanzi.", "Qed nirriferi għall-każ tad-Daewoo.", "Il-poplu se jibqa' ma jkun jaf xejn fuq dan il-każ għaliex il-Prim Ministru għoġbu jżomm is-silenzju u mbagħad bil-wiċċ tost kollu jaqbad fuq il-każ ta' l-elezzjoni tal-kap tal-Partit Laburista biex jipprova jaljena u jnessi lin-nies dak li għaddej bħalissa fil-pajjiż.", "U jien ngħidlu: Għid lil dak li beda l-ewwel allegazzjoni jkollu l-guts - biex ma nsemmix parti anatomika aktar 'l-isfel - u l-ewwel jagħti l-provi, u mhux nitfgħu l-affarijiet hekk u nieħdu pjaċir inħallu l-ħmieġ jinxtered.", "Pero' lill-Prim Ministru ngħidlu li mhux se jdum ma jkollu risposta!", "Mr Speaker, ħaġa oħra li spikkat matul din is-sena kienet li filli kienu qegħdin jgħidu li d-dejn ma jeżistix u meta mbagħad stenbħu u ndunaw li jeżisti, bdew jgħidu li dak ġej minħabba n-numru ta' impjegati li l-gvern Laburista kien daħħal fis-servizz pubbliku qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Imbagħad meta ċċalinġjajnihom bil-fatti u bil-figuri li qed jgħidu ċ- ċuċati, għalqu ħalqhom.", "Il-bravi professuri ta' l-ekonomija u tal-finanzi qatt ma semmewhom aktar, lanqas sieħbi l-Onor.", "Gonzi ma semmihiex aktar din.", "Mr Speaker, se nagħlqu dan il-parlament u mbierek Alla ma sibniex ħin niddibattu l-aktar ħaġa importanti li qed tikkonċentra fuqha din il-Kamra matul dawn l-aħħar xhur.", "Qed nalludi għall-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis, il-pjan li minkejja li għadu draft - fejn jaqbillhom jgħidu li għadu draft u fejn ma jaqbillhomx jgħidu mod ieħor! - il-gvern diġa' miexi fuqu.", "Nerġa' ngħid li għandna ma rnexxilniex insibu ħin biex niddibattu dan il-pjan.", "Il-Ministru Gonzi ġab l-iskuża li jiena u l- Ministru Joe Borg konna msiefrin.", "Nista' ngħid li minn Frar ta' din is- sena, minn mindu ġie ppubblikat l-acquis, naħseb kemm jien u kemm l-Onor.", "Borg konna ħafna drabi hawn Malta.", "Issa qed iwegħduna li jekk noqogħdu bravi jkollna dibattitu probabbilment kif nidħlu f'Settembru!", "Mr Speaker, imbagħad x'ngħidu għall-fissazzjoni kontinwa ta' din il-Kamra li tikkonċentra l-ħin kollu fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-EU.", "Qed inġibu ruxxmata ta' liġijiet biex nikkonformaw ruħna ma' l-Unjoni Ewropea u lilna mhumiex jagħtuna ċans nitkellmu iktar minn 40 minuta kull wieħed.", "Qabel kienu jgħidulna li meta l-parlament jibda jiltaqa' ta' spiss filgħodu u filgħaxija nibdew nagħtu sens ta' paniku.", "Ara issa qatt ma smajnih dan il-kliem.", "Issa li l-parlament qed jiltaqa' mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħodu u filgħaxija mhux qed nagħtu sens ta' paniku!", "Allura se nibqgħu sejrin hekk minn issa sas-sena 2003, bla nifs u b'ilsienna barra, biex inlaħħqu ma' l-ammont ta' liġijiet li rridu nagħmlu biex inkunu eliġibbli għall-Unjoni?", "Nixtieq li 'l quddiem il-Ministru jsib iċ-ċans li jgħidilna.", "Imbagħad l-aktar ħaġa li spikkat, fl-opinjoni tiegħi, kien in-nuqqas ta' parteċipazzjoni mill-backbenchers tan-naħa l-oħra.", "Mhux hekk biss imma għax aħna nitkellmu jmorru jgħidu li qażżiżnihom għax qed nagħmlu apposta biex naħlu l-ħin!", "U jiena nistaqsi: Allura huma apposta ma jitkellmux?", "Ma jridux jaħlu ħin?", "Daqshekk qegħdin jibżgħu għall-ħin tal-parlament dawn?", "Nerġa' ngħid li din kienet xi ħaġa li spikkat bil-kbir.", "Ma nistax nifhem kif dan il-gvern qed jagħmel din il-pressjoni u l-għaġġla kollha biex ngħaddu l-liġijiet kollha li hemm bżonn sas-sena 2003 - dan skond il- programm ta' l-NPAA - meta jaf, jew jekk ma jafx naħseb illum ikkonverta għaliha, li qabel is-sena 2005 m'hu se jiġri xejn.", "Allura għalfejn qed nagħfsu lill-Kamra, lill-poplu Malti, lill-leġislaturi, lid-drafters u lill- membri tal-parlament biex indaħħlu dawn il-liġijiet meta nafu li jekk nagħmluhom teoritikament sas-sena 2003 irridu nistennew mill-inqas sentejn jew tlieta oħra.", "Ħaġa oħra li wieħed jinnota hija n-nuqqas ta' involviment ta' dan il- parlament f'dak li għaddej fin-negozjati tar-relazzjonijiet tal-gvern ma' l- Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru Borg jgħidilna li aħna messna qegħdin fil- MEUSAC, fil-kumitat li jifformola l-policy.", "Jiena ngħidlu ma jirriżulta minn imkien li hemm xi obbligu ta' l-oppożizzjoni li tkun f'dan il-kumitat, pero' żgur li jirriżulta l-fatt li l-parlamenti kollha u l-organi kollha ta' l-Unjoni Ewropea jitkellmu fuq il-bżonn ta' l-involviment tal- parlament.", "Dan il-parlament qed jiġi assolutament injorat u bl-ebda mod m'hu qed jiġi informat x'inhu għaddej f'dawn in-negozjati.", "Anzi meta fil- foreign affairs committee tlabnihom biex jgħidulna x'kienet ir-reazzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea għall-pożizzjoni Maltija fin-negozjati, qalulna li dak huwa sigriet u l-Unjoni Ewropea ma tippermettilniex nippublikawhom u m'aħniex se nippublikawhom.", "Jiġifieri l-poplu Malti m'għandux dritt ikun jaf x'qalu u kif irreaġixxew l-pajjiżi membri ta' l- Unjoni dwar il-pożizzjoni tal-Gvern Malti.", "Tant ħaditilna ħin din il- kwestjoni ta' Unjoni - u ma ninsewx li min-naħa l-oħra kienu jgħajruna li aħna nemmnu fin-newtralita' u newtralita' assoluta u li ma jimpurtana minn xejn aktar - li dan il-parlament de facto ġie iktar mill-aktar parlament ta' l-aktar pajjiż newtrali li hawn fid-dinja għaliex ħlief dwar l-Unjoni Ewropea ma nitkellmux!", "Per eżempju, fejn qatt iddiskutejna bis-serjeta' x'naħsbu fuq is- sanzjonijiet oxxeni li baqgħu jiġġebdu u jitkattru bla sens fuq il-poplu Iraqi?", "Lanqas biss għandna ċans.", "Wieħed l-iżjed forsi jista' jitkellem f'xi aġġornament meta l-Kamra tkun vojta, għax kulħadd jitlaq 'il barra u ħadd ma jimpurtah minn dawn l-affarijiet.", "Xi darba kellna ċans niddiskutu l-effett tat-tneħħija tas-sazzjonijiet minn fuq il-Libja u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-Libja fid-dinja Mediterranja?", "Qatt ma kellna ċans nitkellmu dwar dawn l-affarijiet għax għall-gvern l-Unjoni Ewropea biss teżisti.", "Xi darba ddiskutejna s-sitwazzjoni ekonomika f'pajjiżna?", "Iddiskutejna xi darba l-problemi li hemm fil-Balkani, liema problemi jilqtuna direttament?", "Sirna qisna ma jinteressana xejn, sirna qisna pajjiż li m'għandu rabtiet ma' ħadd ħlief meta toħroġ xi dikjarazzjoni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, fejn bl-aktar mod ta' skjavitu' jassoċjawna flimkien ma' pajjiżi oħra, inkluż Ċipru, u nagħmlu bħal pappagalli bla ma niddiskutu xejn.", "Mr Speaker, dan l-aħħar sirna nafu li l-gvern qed jipparteċipa f'konferenza fuq id-demokrazija ġewwa l-Polonja.", "Dan ma sirniex nafuh mill- gazzetti u għalhekk għedt li l-media għandhom kontroll u għandhom ħbiberija li tgħinhom f'kollox.", "Il-gvern bagħat lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jipparteċipa f'din il-konferenza.", "Dan sirna nafuh wara li mar u anke x'iffirma sirna nafuh wara wkoll.", "Pero' meta mbagħad tara x'iffirmaw tibqa' skantat u tgħid: Imma kif jista' jkun!", "Il-gvern iffirma dikjarazzjoni fejn qiegħed jirrikkmanda u jissottolinja d-dritt ta' gvern elett demokratikament li jagħmel il-mandat kollu tiegħu fil-parlament wieħed min-normi tad-demokrazija.", "Din hija l-Warsaw declaration li ffirma l-gvern Nazzjonalista issa permezz ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici, fejn fost affarijiet oħra jingħad ċar u tond li huwa sagrosant id-dritt ta' gvern elett demokratikament li jagħmel it-terminu kollu tiegħu.", "Imbagħad għandek is-segretarju ġenerali ta' l-istess partit li qiegħed fil-gvern jiftaħar f'konferenza ġenerali li huma rnexxielhom iwaqqgħu lill-gvern Laburista.", "Jiena dawn l-affarijiet ma nistax nifhimhom!", "Veru li matul din is-sena sar ħafna xogħol u ħafna nies bl-akbar sinċerita' u bl-akbar intenzjonijiet tajbin ikkontribwew f'din il-Kamra, imma issa meta ngħoddu kollox ma' kollox, dan il-parlament x'effett qed iħalli fuq il-poplu b'mod ġenerali?", "Nafu kemm qegħdin jikkriktikawna li m'aħniex kredibbli bħala parlamentari u kemm mhux qegħdin jagħtu kas ta' x'qegħdin ngħidu.", "Ħafna qegħdin jgħidu li aħna spiċċajna, apparti dawk li kienu fil-politika u issa mbierek Alla reġgħu deħlin lura b'mod tal-media qishom verġni, qishom qatt ma tħammġu dawn, qishom qatt ma kellhom x'jaqsmu xejn, qishom qatt ma kienu f'kabinett u issa qed jikkritikaw għax huma verġni u puri!", "Imma dawn inħallihom għall-ġudizzju tan-nies jien.", "Imma li jinkwetani ħafna lili huwa l-mod kif iħarsu lejna n-nies ta' barra meta jaraw dawn l-affarijiet jiġru fil-parlament, ir-riflessjonijiet li jagħmlu n-nies fuq dan il-parlament meta jisimgħuna fuq ir-radju.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li ma rridx inkun negattiv fis-sens li nkun negattiv, imma rrid nagħmel riflessjonijiet ħalli aħna stess nirriflettu fuq kif qegħdin naġixxu u naraw kif qegħdin jarawna n-nies minn barra.", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn għall-gost li nkunu hawn.", "Qegħdin hawnhekk fl-interess tal-pubbliku, fl-interess biex nagħmlu ħajja aħjar.", "Qed nagħmluha aħjar il-ħajja jew qed nagħmluha agħar?", "Qed nagħtu prospetti ta' titjib fil-ħajja Maltija?", "Inħalli għan-nies biex jirrispondu.", "Qegħdin noħolqu sigurta' jew qed noħolqu aktar inċertezza b'dawn il-miżuri li qegħdin nieħdu u bil-mod kif inhi miexja l-politika?", "Meta nitkellem man- nies u anke ma' membri ta' korpi kostitwiti tħoss li hemm ċerta inċertezza, ma nafux x'se jiġri, ma nafux fejn mexjin, m'għandniex pjan miftuħ quddiemna u jekk hemm pjan m'għandux time-limit.", "Jiena nixtieq nawgura f'dawn il-ġimgħat li kull wieħed minna, bħala membru tal-parlament, jirrifletti ftit u jistaqsi: X'inhu d-dover tagħna?", "X'inhu l-kontribut tagħna?", "Kemm qegħdin nikkontribwixxu biex nagħmlu dan il-pajjiż aħjar?", "Kemm qegħdin nipprovaw nieħdu miżuri li bihom mhux inkomplu nagħmlu l-ħajja diffiċli jew impossibbli għal ħaddieħor imma li bihom inkunu qed nippruvaw nagħmlu miżuri ħalli kull wieħed miċ-ċittadini jkun qed igawdi d-rittijiet tiegħu.", "Is-soċjaliżmu jgħallmek illi anke jekk taf li hemm persuna waħda biss li m'hijiex qed tgawdi d-drittijiet tagħha jew m'hijiex komda fil-bżonnijiet tagħha, f'saħħitha, fl-edukazzjoni tagħha u fil-bżonnijiet finanzjarji tagħha, ukoll għandek tiġġieled u tagħmel minn kollox ħalli dik il-persuna tiġi mal-bqija ta' l-oħrajn li jkunu komdi.", "U mhux ngħidu: Isma', jiena komdu u ma jippurtanix!", "Sfortunatament f'dan il-pajjiż għandna ħafna li jirraġunaw b'dan il-mod.", "Jew inkella ngħidu: Jiena komdu u mhux se nitħallat ma' dik il-marmalja!", "U għad għandna min, speċjalment fil-media li jiktbu bl-Ingliż, li għalihom tan-naħa l-oħra huma l-marmalja.", "Dawn huma affarijiet li bis-serjeta' nemmen li għandna nitkellmu fuqhom u nixtieq nappella wkoll, u dan nagħmlu bl-akbar rispett u bl-akbar umilta', lill- awtoritajiet tal-knisja biex ma jitkellmux fuq affarijiet bħalma tkellmu dan l-aħħar biex aktar forsi jitfgħu sparks fil-ġlieda imma jitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Eżortaw lin-nies li jiġbdu u jgħabbu responsabbilta' fuq il-politiċi ħalli jerfgħu din ir-responsabbilta' fuq spallejhom għax dawn huma l-veru bżonnijiet li għandu l-pajjiż.", "L-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa oħra, intlifna fuqha, spiċċajna mhedijin fuqha!", "Hemm tant problemi u tant affarijiet li għandu bżonn dan il-poplu li jrid ikun il-poplu stess, iċ- ċittadini stess, il-votanti stess li jimbuttaw fuqna l-membri tal-parlament li qegħdin hawn biex nirrappreżentawhom u jgħidulna: Aħna ma rridux nisimgħu b'dawk l-affarijiet li qegħdin nitkellmu fuqhom.", "Fuq \"hekk\" irridukom titkellmu.", "\"Dan\" irridukom tirranġawlna.", "Wara kollox id-dover tagħna f'dan il-parlament huwa li nikkontribwixxu biex nagħmlu l-ħajja ta' kull wieħed u kull waħda minna f'dan il-pajjiż aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad ukoll maż-żewġ naħat tal-Kamra biex tixtieq lill-Onor.", "Membri vaganzi li verament fihom jistrieħu u anke jagħmlu riflessjonijiet biex meta nerġgħu niltaqgħu, kulħadd jagħti l- kontribut tiegħu għall-ġid tal-pajjiż.", "Nirringrazzja wkoll lill-membri ta' l-istaff, lill-media u lil dawk kollha li jsegwu l-parlament kull meta jiltaqa'.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Settembru, 2000 fid- 9.00 a.m., b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITAJIET GOVERNATTIVI - SALARJI", "18051.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u l-perks eċċ li jingħataw liċ-chairman ta' l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet oħra mal- gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba ngħatat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18592.", "BENEFIĊĊJI TAL-MARD", "18282.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "17964?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "18047 - seduta 349.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "18283.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "17966?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "18047 - seduta 349.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "18284.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "17967?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: NirrIferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "18047 - seduta 349", "INFIQ TAL-GVERN", "18301.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministrujgħid, b'mod dettaljat, x'sejra tkun in-nefqa għall- gvern fl-inizjattivi li ġejjin tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni: skola sekondarja ġdida fil-Karwija; għajnuna lill-familji li għandhom uliedhom fl- iskejjel privati; il-bini ta' kumplessi sportivi reġjonali u faċilitajiet oħra; żvilupp ta' faċilitajiet sportivi ġodda fil-kumpless tal-Marsa; it- twaqqif tal-mużew tax-xjenza u t-teknoloġija; id-dħul ta' l-internet fl- iskejjel; it-twaqqif ta' fond għal finanzjament ta' proġetti edukattivi u kulturali u t-twaqqif ta' skola ġdida sekondarja għal-lokalita' ta' Sta.", "Venera?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Narraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammonti approvati għas-sena 2000 huma publikati fl-estimi, waqt li n-nefqa li tista' ssir fil- futur hi suġġett għal budget tas-sena d-dieħla li għadu mhux finalizzat.", "PULIZIJA - SERQ", "18305.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn djar privati mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u l-20 ta` Lulju 2000, il-pulizija kellha 361 rapport ta` serq minn djar.", "Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 28 każ.", "PULIZIJA - STABILIMENTI KUMMERĊJALI - SERQ", "18306.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn stabilimenti kummerċjali mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-18 ta` Lulju 2000, il-pulizija kellha 856 rapport ta` serq minn stabilimenti kummerċjali.", "Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 47-il każ.", "PULIZIJA - VETTURI - SERQ", "18307.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq minn vetturi mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-18 ta` Lulju 2000, il-pulizija kellha 2,039 rapport ta` serq minn vetturi.", "Infurmat ukoll li fl-istess perijodu ġew solvuti 18-il każ.", "SKEJJEL - KARWIJA", "18327.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti, b'mod dettaljat, x'infiq sejjer ikollha d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-bini ta' l-iskola sekondarja ġdida fil- Karwija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub jingħata meta x-xogħol fuq il-pjan tal-bini ta' l-iskola jkun aktar avanzat.", "SKEJJEL PRIVATI - GĦAJNUNA", "18328.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu antiċipat li tkun l-għajnuna lill-familji li għandhom uliedhom fl-iskejjel privati kif ukoll jgħid tali nefqa kif sejra tkun sostnuta mill-ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li għadni fi stadju bikri ta' diskussjoni, minix f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub.", "KUMPLESSI SPORTIVI - PERITI", "18329.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti tal-kumplessi sportivi reġjonali li l-gvern impenjat li jibni u f'kull każ jgħid xi tħallsu dawn il-periti minn meta tqabbdu sal-lum u x'inhu antiċipat li jitħallsu sakemm jitlestew il-proġetti rispettivi, filwaqt li jgħid x'inhu antiċipat li jiswew b'mod dettaljat dawn il-kumplessi, wieħed wieħed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "Kumpless Cottonera:", "Id-disinn u x-xogħol konness ma' dan ix-xogħol qed isir mill-works division.", "Kumpless Karwija:", "Id-disinn ta' dan il-kumpless qed isir mad-disinn ta' l-iskola l-ġdida.", "Għad m'hemmx impenn definit f'dan ir-rigward f'dan l-istadju.", "Kumpless Tan-North:", "Għadhom qed isiru taħditiet rigward is-sit.", "F'kull każ għadhom qed jinħadmu l-bills of quantities.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI - PERITI", "18330.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti responsabbli mill-bini ta' uffiċini u faċilitajiet sportivi ġodda fil-kumpless tal-Marsa, filwaqt li jgħid b'mod dettaljat kemm sejrin jiswew dawn il-proġetti biex isiru, kif ukoll jgħid x'inhu antiċipat li jitħallsu l-periti mqabbda sakemm jitlestew dawn il-proġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-disinn fuq ix-xogħol tal-kumpless tal- Marsa qed isir mill-Malta freeport corporation project office.", "Għadhom qed jinħadmu l-bill of quantities rilattivi għall-proġett, u allura m'aħniex f'pożizzjoni s'issa li nikkwantifikaw l-ispiża kapitali għal dan il- proġett.", "MUŻEW TAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "18331.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm sejjer jiswa t-twaqqif tal-mużew tax-xjenza u teknoloġija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa f'Bighi jinkludu t-tkomplija tar-restawr fil-bini tal-Kumpless użat miċ- Centru Malti tar-Restawr u t-tlestija ta' Villa Bighi għall-użu tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija.Il-proġett tal-Mużew tax-Xjenza u Teknoloġija huwa l-aħħar fażi tal-proġett kollu ta' Bighi li għandha tinbeda kif jitlestew ix-xogħlijiet imsemmija.", "Għalhekk għadhom ma sarux stimi ta' din il-fażi tal-proġett.", "GĦAWDEX - SAFAR", "18354.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kienet imsiefra fuq xogħol ministerjali?", "Tista' tgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Qeda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "TRASPORT - SAFAR", "18355.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "18356.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-talbiet pendenti għall akkomodazzjoni alternattiva fir-Rabat li jlaħħqu 74 każ, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi qed jokkupaw bini li huwa ċertifikat bħala bini kkundannat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 18163 f'Seduta 355.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "18357.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-talbiet pendenti għall- akkomodazzjoni alternattiva fil-Mosta li jlaħħqu 89 każ, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi qed jokkupaw bini li huwa ċertifikat bħala bini kkundannat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 18163 f'Seduta 355.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "18358.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-talbiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva f'San Pawl il-Baħar li jlaħħqu 115 każ, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi qed jokkupaw bini li huwa ċertifikat bħala bini kkundannat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-Risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 18163 f'Seduta 355.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA - TALBIET", "18359.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għat-3,571 talba pendenti għall- akkomodazzjoni alternattiva, jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani jekk hemmx xi policy partikolari sabiex it-talbiet tal-koppji u familji mir- Rabat, Mosta, San Pawl li jammontaw għal 228 talba, jiġu rimedjati?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinfurmani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-applikazzjonijiet pendenti quddiem id- Dipartiment konċernat jiġu ttrattati kollha fuq l-istess kriterji, immaterjalment mill-lokalita' minn fejn ikunu ġejjin.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "18600.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18097?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "GĦAWDEX - KONSULENTI", "18601.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 18122?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-konsulenti li qed jatu s- servizz tahom lill-Ministeru al awdex jammontaw al tnax.", "Lkoll kemm huma qedin jatu s-servizzi tahom fl-Isptar Ġenerali t awdex fi ħdan id- Dipartiment tal-Customer Services.", "Il-kundizzjonijiet li andhom dawn il- konsulenti huma skond il-ftehim intitolat Classification, Regrading and Assimilation of the Medical Class li sar mal-Medical Association of Malta u skond it-termini tal-kuntratt iffirmat minn kull wieħed minnhom mad- Dipartiment tas-Saħħa filwaqt li s-salarju tahom huwa ta LM7534 fis-sena.", "TURIŻMU - KORPORAZZJONIJIET", "18602.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18241?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi huma:-", "* l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta;", "* l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi; u * l-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li jipprovdu l-Ikel.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal- Mistoqsija.", "TURIŻMU - KONSULENTI", "18603.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18123?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li mal-Ministeru tat-Turiżmu hemm erba' konsulenti.", "Ir-renumerazzjoni li jitħallsu huwa ta' Lm4,244, Lm5,849, Lm1,600 u Lm5,014.", "Ma jieħdu ebda 'fringe benefits'.", "Tnejn minn dawn il-konsulenti kienu mpjegati mal-Gvern.", "SAĦĦA - KONSULENTI", "18604.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18124?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KORPORAZZJONIJIET", "18605.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18238?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "TURIŻMU - KONSULENTI", "18624.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17356 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba dwar liema Dipartimenti/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi kkommissjonaw is-servizz; l-avukati jew konsulenti legali li taw is- servizz; kemm tħallsu għas-servizz; u x'tip ta' servizz li ngħata f'kull każ.", "Minħabba n-natura ġeneralment speċjalizzata tas-suġġett partikolari, is- servizz individwali ntalab minn avukati/għaqdiet ta' avukati/konsulenti legali li kienu esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta' xogħol wara li saret sejħa pubblika.", "F'kull każ il-ħlas għas-servizz ġie stabbilit skond il-provvedimenti tar-Regolamenti Finanzjarji u fuq il-parir ta' 'adjudicating board' imwaqqaf apposta u, fejn l-ammont kien ta' aktar minn Lm2,500, wara awtorizzazzjoni speċifika tal-Ministeru tal-Finanzi.", "INTERN - KONSULENTI", "18625.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17358 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17358 ingħatat f`Seduta Nru. 356.", "AGRIKOLTURA - KONSULENTI", "18626.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17359 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.", "SAĦĦA - KONSULENTI", "18628.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17361 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - KONSULENTI", "18630.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17362 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - KONSULENTI", "18631.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17363 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għad-domanda parlamentari nru.18630."]} {"filename": "20001025_407d_par.doc", "date": "2000-10-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 407 L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 407", "L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "407", "L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 223", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 223", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA'", "TAL-PRODOTTI (IT-TIENI QARI)", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL (SECOND READING) 229", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA'", "FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL (KUMITAT)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 230", "AĠĠORNAMENT 255", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 258", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 406 li saret fl-24 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - FUEL - PAGAMENTI", "19040.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset separatament kull pompa tal-petrol għal xiri ta' petrol u diesel tul is-sena 1999?", "Kemm kien id-dejn fl-1 ta' Jannar 2000 ma' kull pompa tal-petrol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hi kif ġej:", "|Isem tal-Pompa | Ammont | | | LM | | | | |Industrial Motors | 18,359.85 | |Ltd. | | |Miss Ltd. | 9,502.00 | |Carlo Cini Ltd. | 267.00| |V & J Grima Ltd. | 757.05| |V.C. Service Station| 526.35| |Polidano Serv. | 527.00| |Station | | |A.D. Borg Tyre | 13.05| |Service | | |C. Abela Auto | | |Station |3.48 | |Ch.", "Vella & Sons | | |Ltd. |4.35 | |Jameno Ltd. | | | |4.35 | |Kappara Serv. | | |Station |3.48 | |Manoel Serv. | | |Station |32.03 | |Natu | | | |39.80 | |Pardi Ent.", "Ltd. | | | |6.09 | |Michael Attard Ltd. | | | |4.35 | |Paul & Rocco | 3,529.69 | |Paul & Rocco (Marsa)| | | |8.70 | |Tyre Services Ltd. | | | |6.74 | |Velga Bros. Ltd. | | | |5.00 | |Sundries | 35.66| |TOTAL |33,636.02 |", "VALLETTA - APPARTAMENTI", "19077.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-appartamenti li jinsabu f'76, Triq San Nikola, Valletta, jistgħux jinxtraw mill-inkwilini li jgħixu fihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li dawn l-appartamenti ma jistgħux jinxtraw peress li l-art li fuqha hemm mibnija din il-proprjeta' tinsab fil-pussess tal-gvern taħt titolu ta' possession and use.", "DJAR - LIFT", "19078.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita li l-awtorita' tad- djar tistalla lift fl-appartamenti li ġejjin?", "Block D1 Housing Estate, Ta' Xbiex.", "131, Triq San Pawl, Valletta.", "48, Triq l-Arċisqof, Valletta.", "18, Triq il-Punent, Valletta.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-każ ta' Block D1, housing estate, Ta' Xbiex u fil-każ ta' 131, Triq San Pawl, il-Belt, l- istallazzjoni ta' lift hi possibbli u qed jittieħdu l-passi biex isiru l- applikazzjonijiet neċessarji ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dwar il-post li jinsab f'nru.", "18, Triq il-Punent, il-Belt, ninsab informat li hu possibbli li jiġi stallat lift fit-tromba tat-taraġ kemm-il darba jitneħħa store fil-pjan terren li jintuża minn wieħed mill-inkwilini.", "L-awtorita' tad-djar qed tagħmel ir-riċerka meħtieġa biex tistabilixxi x'titolu jeżisti fuq dan l-istore.", "L-awtorita' tad-djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni biex jiġi stallat lift f'48 Triq l- Arċisqof, il-Belt.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar l-istallazzjoni ta' lifts bil-għan li r-residenti jkollhom aċċessibilita' aktar komda?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, aħna bdejna bl-ewwel fażi - jiġifieri kkonċentrajna fuq il-Belt, il-Furjana u l-Kottonera - u mbagħad inkunu nistgħu nestendu din l-iskema għal kull post f'Malta fejn jirriżultalna li hemm xi persuna li għandha diffikulta' serja ta' mobilita.", "Billi dan il- proċess huwa ikkomplikat mhux ħażin - trid l-ewwel tibgħat il-periti biex jaraw jekk l-istallazzjoni tal-lift tistax issir, imbagħad issir l- applikazzjoni lill-awtorita' ta' l-ippjanar u mbagħad joħorġu l-permessi - għalissa se nikkonċentraw fuq dawn il-postijiet biss.", "Sadanittant sirna nafu li f'Novembru l-awtorita' ta' l-ippjanar beħsiebha tbiddel il-policy biex tippermetti li t-tromba tal-lift tkun tista' titla' sa fuq il-bejt u mhux sa l-aħħar sular kif qiegħda llum, u allura ddeċidejna li nittardjaw bi ftit ġimgħat biex napplikaw.", "Jiena qed nittama li s-sena d-dieħla nkunu nistgħu nestendu din il-policy għal inħawi oħrajn ta' Malta, imma għall-mument la nista' nintrabat b'terminu ta' żmien u lanqas nista' ngħid jekk nagħmluhiex miftuħa għal kullimkien jew naqbdu area li nikkonsidraw li fiha bżonnijiet aktar minn areas oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Saru investigazzjonijiet dwar dak li ġie rrapportat il-bieraħ mill-Onor.", "Anthony Abela, fejn intqal li ċertu bini qed ikun okkupat mir-raġel tas-Sindku ta' l-Imtarfa, anke in vista tal-fatt li l- Viċi Prim Ministru qal li kellu jinvestiga u s-Sindku ta' l-Imtarfa ddikjarat li dan m'huwiex minnu?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dalgħodu fil-gazzetta qrajt id- dikjarazzjoni li għamlet il-persuna konċernata u nerġa' nirrepeti dak li għedt il-bieraħ li jekk jirriżulta li xi ħadd qed jokkupa proprjeta' tal- gvern mingħajr titolu, se jittieħdu l-passi kollha kontra tiegħu u jiġi żgumbrat.", "Imma f'dan il-mument ma nistax ngħid la abjad u lanqas iswed għax irrid nivverifika l-fatti.", "ĊENTRU GĦALL-ANZJANI", "19116.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li f'Birżebbuġa jinfetaħ ċentru għall- anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal ċentru ta' matul il-jum, fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li f'Birżebbuga jinfetaħ ċentru bħal dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, hemm xi raġuni partikolari għala m'hemmx il-ħsieb li f'Birżebbuga jinfetaħ ċentru ta' matul il-jum?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wieħed irid iħares lejn dawn l-affarijiet b'saqajh ma' l-art, jiġifieri jikkonsidra x'inhuma l-aktar bżonnijiet meħtieġa, x'riżorsi għandu u mbagħad jistabilixxi l-prijoritajiet.", "F'dan l-istadju jidhrilna li Birżebbuga ma tidħolx fil-kategorija ta' l-ogħla prijoritajiet u allura qegħdin niffokaw l-attenzjoni tagħna fuq areas oħrajn fejn jidhrilna li hemm dan il-bżonn.", "Ma ninsewx li fl-area ta' Birżebbuga hemm servizzi oħrajn li wieħed jista' jagħmel użu minnhom.", "M'iniex qed ngħid li 'l quddiem m'huwiex se jiġi kkonsidrat, imma bħalissa m'huwiex wieħed mill-prijoritajiet.", "SANTA LUĊIJA - TRIQ IL-PRINJOL - MANUTENZJONI", "19127.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "16111, il-Viċi Prim Ministru qed isostni li l- inkwilini ta' l-imsemmi blokk residenzjali għandhom jinżammu responsabbli għat-tindif tal-basement li jinsab fl-istess blokk meta huwa proprjeta' tal- gvern.", "Jista' jispjegali kif qed isostni li dan il-basement unit huwa responsabbilta' ta' l-inkwilini meta f'avviż li deher fil-gazzetta tal- gvern tat-12 ta' Marzu, 1993, il-gvern irreklama l-bejgħ ta' dan il- basement?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li huma l-partijiet komuni li jagħtu aċċess għall-basement units li jridu jinżammu fi stat ta' ndafa mill- inkwilini u mhux il-basement units infushom.", "Dawn ta' l-aħħar huma magħluqin u għalhekk m'huwiex il-każ li jimtlew bil-ħmieġ.", "SAĦĦA - OVERTIME", "19529.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-impjegati fid- dipartiment tas-saħħa - bin-numru tal-karta ta' l-identita' u l-grad tagħhom - mill-1 ta' Ottubru, 1999 sal-31 ta' Awissu, 2000 li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime?", "F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fil-lista annessa li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA - SPIŻA RIKORRENTI", "20019.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tad- dipartiment tas-saħħa tul l-1998, 1999 u sa' l-1 ta' Ottubru, 2000 fuq drugs, medical instruments, u disposable items separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-flus li tħallsu mid-dipartiment tas-saħħa tul 1998, 1999 u sa l-1 ta` Ottubru, 2000 fuq drugs, medical instruments/disposable items kienu kif ġej:", "|SENA |DRUGS |MEDICAL |DISPOSA| | | |INSTRUMEN|LS | | | |TS | | | | LM | LM | LM | |1998 |6,862,48|4,049,874|71,647 | | |9 | | | |1999 |6,625,18|4,240,306|76,722 | | |1 | | | |2000 | | | | |(sa |7,080,52|3,335,825|60,862 | |Ott) |5 | | |", "MALTACOM - ĦADDIEMA ĠODDA", "19387.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mal-Maltacom mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr il-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 il-Maltacom impjegat persuna waħda, wara li saret sejħa għal applikazzjonijiet permezz tal- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ fuq talba tal-kumpannija.", "ST VINCENT DE PAULE - ĦADDIEMA ĠODDA", "19388.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fl-Isptar St. Vincent de Paule mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr il-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-perijodu indikat fil- mistoqsija ġew impjegati seba' ħaddiema ġodda fil-grad ta' infermiera f'St Vincent de Paule.", "Dawn ġew impjegati wara sejħiet għal applikazzjonijiet ippubblikati fit-2 ta' Lulju u fit-12 ta' Novembru, 1999.", "TAXXI INTERNI - ĦADDIEMA ĠODDA", "19389.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartiment tat-taxxi interni mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr il-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 fid-dipartiment tat-taxxi nterni.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19390.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-Air Malta mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr il-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu indikat mill- Onor. Interpellant ġew impjegati 415-il persuna ma' l-Air Malta - 397 minnhom ġew impjegati fuq bażi temporanja jew part-time, kif hi l-prattika kull sena minħabba n-natura staġjonali tax-xogħol tal-linja nazzjonali ta' l-ajru - b'dan il-mod:", "|398 permezz tal-korporazzjoni | |għax-xogħol u taħriġ; | | 12 wara sejħa għal | |applikazzjonijiet; u | | 5 minn agenziji tax-xogħol | |barranin |", "MDC - ĦADDIEMA ĠODDA", "19391.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-MDC mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr il-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li matul il-perijodu msemmi, il- korporazzjoni għall-iżvilupp ma mpjegatx ħaddiema ġodda.", "INDUSTRIJA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19393.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartiment ta' l-industrija mill-5 ta' Jannar sal- 10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr il-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu indikat ma ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid mad-dipartiment ta' l-industrija.", "RABAT - GĦAJN QAJJED", "20208.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "18362 - oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali - u cioe' jista' d-dipartiment tal-housing jistħarreġ kif jista' jkun hemm aċċess għal parking aħjar fil-qasam tad- djar ta' Għajn Qajjied, ir-Rabat, Malta?", "Jista' jikkonsidra li jsir underground parking fil-futur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Għal dak li jirrigwarda aċċess aħjar għal parking fil-qasam tad-djar, tlabt lill-bord għall-kontroll tat-traffiku biex jara x`jista' jsir.", "Fil-każ tat-talba għal underground parking, jien informat li s`issa m'hemm l-ebda ħsieb li dan isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy bil- għan illi din is-sistema ta' underground parking tiġi żviluppata f'ċerti housing estates?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, kif għedt diġa', m'hemm l-ebda ħsieb li f'dan l-istadju l-ministeru jidħol għal dan l-investiment għax għandu prijoritajiet akbar ta' żvilupp.", "AGRIKOLTURA - ĦAXIX U FROTT TA' BARRA", "20209.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' f'tunnellaġġ ta' ħaxix u frott frisk importat matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet l-istess kwantita' f'tunnellaġġ għall-istess perijodu għas- snin 1996, 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA - POSTIJIET VAKANTI", "20210.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' postijiet vakanti ta' uffiċjali mad-dipartiment ta' l-agrikoltura fil-preżent?", "X'talbiet saru lill-uffiċċju tal-prim ministru sabiex jimtlew dawn il-postijiet vakanti u meta saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fid-dipartiment ta' l-agrikoltura hemm 62 post vakanti.", "It-talbiet għalihom saru hekk:", "|Postijiet Vakanti |Data | | | | |5 security guards |17/08/99 | |14 agricultural foremen|20/10/98 | |5 farmers |08/03/99 | |1 boiler attendant |12/06/00 | |1 assistant technical | | |officer (carpentry) |15/10/99 | |1 assistant technical | | |officer (plumbing) |18/10/99 | |1 laboratory operator | | |(group IV) |13/05/99 | |1 engineer/junior | | |engineer (mechanical) |20/07/99 | |1 assistant technical | | |officer |15/10/99 | |(micropropagation) | | |1 technical officer | | |(maintenance) |23/11/99 | |9 senior operative | | |(plasterers and |23/11/99 | |painters) | | |1 tradesamn (mason) |23/11/99 | |1 operation manager | | |(maintenance section) |23/11/99 | |1 technical officers | | |(construction) |23/11/99 | |3 supervision (building| | |and construction) |07/12/99 | |2 security officers |15/12/99 | |1 supervisor (garage) |01/03/00 | |7 scientific officers |18/05/00 | |4 senior operative | | |(agriculture) |05/06/00 | |1 technical officers | | |(micropropagation) |12/09/00 | |1 assistant head | | |(agriculture) ** |- |", "** dan il-post irid jintela' mill-ufficcju tal-prim ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li fil-gazzetta tal-gvern tas-6 ta' Ottubru ħarġet applikazzjoni għall-membri li jixtiequ japplikaw biex isiru principals u chief officers fid-dipartiment tal-health plant ta' l- agrikoltura meta dawn ġew mitluba jindirizzaw l-ittra lid-direttur?", "Jista' jgħid min hu d-direttur f'dan il-każ?", "Għaliex din l-ittra ma ġietx indirizzata lid-direttur ta' l-agrikoltura jew lid-direttur ġenerali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Fl-imsemmija call for applications kien hemm li jridu jmorru għand id-direttur tal-micropropagation.", "Dan kien żball u fil-fatt iridu jmorru għand id-direttur ta' l-agrikoltura.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA' TAL-PRODOTTI", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-24 ta' Ottubru, 2000 Il-mistoqsija regġħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari huwa in possession.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr. Speaker, il-bieraħ kont qiegħed nirriferi għall-argument tan-naħa ta' l-oppożizzjoni li qalet li din hija liġi li qed issir bl-iskuża ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kellna wkoll il-kumment li qegħdin ninqdew bil-konsumatur biex indaħħlu liġi li trid il- Kummissjoni Ewropea.", "L-argument tiegħi tal-bieraħ kien li aħna ma nħarsux biss lejn l-Unjoni bħala istituzzjoni li bilfors irridu nissieħbu magħha, imma nħarsu lejha wkoll bħala istituzzjoni li toffri pakkett ta' liġijiet li l-poplu jgawdu minnu.", "Din il-liġi qed ngħadduha biex inkunu nistgħu nsaħħu d-dipartiment tal-konsumatur b'tali mod li jkun jista' jagħmel sorveljanza u kontroll li permezz tiegħu nneħħu minn kull post tal-bejgħ kull prodott li jista' jkun perikoluż għas-saħħa tal-konsumatur.", "M'huwiex minnu li aħna qegħdin ninqdew bil-konsumatur biex nagħmlu xi ħaġa li tridna nagħmlu l-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin nagħmluha għax nemmnu li jekk se nagħmluha se jgawdi minnha l-konsumatur.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni ntqal ukoll li hija daħka li aħna se nibdew nagħmlu standards Ewropej bħal dawk li għandhom fil-Ġermanja.", "Jien irrid infakkar lin-naħa ta' l-oppożizzjoni li meta huma kienu fil-gvern illeġislaw biex jidħlu s-CE markings, li huma standards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm hu l-għaqal u dan ifisser li dak li qed nagħmlu llum kellu l- bidu tiegħu fi żmien gvern Laburista.", "Dak kien gvern li kien qiegħed ikompli fejn ħallejna aħna meta bdejna naħdmu biex nagħtu l-ħajja lil Malta standards authority.", "Huwa biss issa li n-naħa l-oħra qed titkaża b'dak li qegħdin nagħmlu.", "L-istess, jissemmew il-genetically modified foods.", "Għalfejn dan il-babaw kontra l-Unjoni Ewropea, imbagħad min-naħa l-oħra lkoll nitkellmu fuq dan is-suġġett qisu xi ħaġa li qed nittrattaw għall-ewwel darba!", "Veru li hemm ċerta biża' mill-genetically modified foods għax għalkemm mhux xjentifikament ippruvat, din is-sistema tista' tħalli wkoll xi effetti negattivi fuq saħħet il-bniedem.", "Pero' huwa veru wkoll li l-Amerikani qegħdin jimbuttaw kemm jista' jkun il-bejgħ ta' ikel li huwa genetically modified.", "Allura għalfejn dan it-tgħajjir kollu kontra l-Unjoni Ewropea?", "Fuq kollox jekk ma nidħlux fl-Unjoni, nibqgħu żarmati minn kull tip ta' struttura li tista' tgħinna ħalli nilqgħu għall-biżgħat imnissla mill- genetically modified foods.", "Malta barra mill-Unjoni se tkun vulnerabbli aktar għas-saħħa tas-suq Amerikan.", "Jekk Malta tidħol fl-Unjoni, il-biża' li għandna mill-genetically modified foods ikollna biex nilqgħulha.", "Dan ifisser li hija kontradizzjoni li l-oppożizzjoni tbeżża bil-babaw ta' l- Unjoni fejn jidħlu genetically modified foods.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Noel Farrugia, bil- permess tal-Kamra.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jikkonferma s-Segretarju Parlamentari li dwar il- genetically modified foods il-gvern għandu policy li hija simili għal dik ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien nista' ngħid x'qed jagħmel il-gvern fir- rigward ta' din il-liġi.", "Din il-liġi se tagħtina l-istruttura biex nikkontrollaw dawn l-affarijiet.", "Il-bieraħ il-ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-Avviż Legali 213/2000, fejn qegħdin jitwaqqfu direttorati fl- awtorita' Maltija dwar l-istandards.", "Dan l-avviż legali qed joħloq l- istruttura ħalli jkun hawn kumitati fuq diversi suġġetti u nittama li jkolli l-opportunita' li nkun nista' nitkellem dwar dan is-suġġett.", "Dawn huma strutturi meħtieġa biex eventwalment inkunu nistgħu nilqgħu għal kull periklu li jista' jkollna, anke fil-konfront ta' genetically modified foods.", "Grazzi", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar Kontroll fuq il-Kwalita' (Esportazzjonijiet, Importazzjonijiet u Oġġetti Lokali), Kap 225\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Memri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-tieni darba.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar Kontroll fuq il-Kwalita' (Esportazzjonijiet, Importazzjonijiet u Oġġetti Lokali), Kap 225\", jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR.", "SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda", "MR.", "SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar Kontroll fuq il-Kwalita' (Esportazzjonijiet, Importazzjonijiet u Oġġetti Lokali), Kap 225\", jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "Ikompli mill-20 ta' Ottubru, 2000", "Klawsola 6 - Dmirijiet ta' min iħaddem (Kont)", "Clause 6 - Duties of employers (Cont)", "THE CHAIRMAN: Konna wasalna fi klawsola 6.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, fil-mument qed nitkellmu fuq saħħet it-terzi persuni.", "Waqt l-istadju tat-tieni qari ta' din il-liġi ssemmew diversi eżempji fejn saħħet it-terzi persuni tista' tkun f'riskju minħabba xi ħidma partikolari jew minħabba nuqqas ta' safety measures mad- dawra tal-post tax-xogħol.", "Hawnhekk xtaqt nenfasizza li kemm jista' jkun il-kampanji ta' edukazzjoni u informazzjoni jridu jkunu mifruxa.", "Jien inħoss li l-employers għandu jkollhom indirizz partikolari għalihom, u l- istess il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, imma naħseb li imbagħad irid ikun hemm ukoll programmazzjoni ta' proċess edukattiv għaddej lill- kumplament tal-poplu.", "B'mod partikolari xtqat insemmi l-fatt li llum għandna kurrikulu nazzjonali li għandu firxa enormi ta' oqsma li jirrigwarda life skills, u b'xi mod din l-awtorita' għandu jkollha kordinament tajjeb mal-qasam edukattiv biex ikun hemm input indirizzat lejn it-tfal, ħalli l-kultura tal- ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol tibda miċ-ċokon.", "Niftakar li fit-tieni qari ta' din il-liġi semmejt ċertu xogħol li jagħmlu dawk inkarigati mill-boy scouts u l-girl guides, li jiġbru dawn it-tfal u jibdew jagħllmuhom anke safety at home - inizjattiva li ta min ifaħħarha - imma ma tistax titħalla biss għal dawn il-gruppi volontarji għax dawn ma jaqbdux it-tfal kollha ta' Malta u Għawdex.", "Għaldaqstant inħoss li l- awtorita' għandha b'xi mod jew ieħor taħdem mill-qrib mad-dipartiment ta' l- edukazzjoni, proprju biex l-edukazzjoni fir-rigward tas-saħħa u s-sigurta' tagħna tkun xi ħaġa li tibda minn fuq il-bank ta' l-iskola minn eta' żgħira.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naqbel perfettament u effettivament l-aħħar darba ppreżentajt emenda f'dan is-sens.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naħseb li l-iġene fuq il-post tax-xogħol għandha tissemma per se, imma f'liema parti nħalli f'idejn l-esperti.", "F'liġijiet oħra barra minn Malta, partikolarment f'dik Amerikana, l-iġene hija xi ħaġa li hija part and parcel minn kif iħarsu lejn is-saħħa u s- sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb li l-aspett ta' l-iġene m'għandux jiġi ttrattat f'liġi li għandha x'taqsam mal-health and safety.", "Naturalment ma rrid innaqqas xejn mill-importanza tal-punt, pero' din għandha tkun regolata taħt liġijiet differenti.", "Int dejjem irid ikollok l- indafa, anke jekk ma tkunx ta' periklu għas-saħħa u s-sigurta', u ma rridux nagħtu l-impressjoni li l-iġene hija marbuta esklussivament mas- saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Hija xi ħaġa li wieħed għandu jirsisti fuqha u hemm regolamenti tas-sanita' li jgħidu li għandu jkun hemm ilma, toilets u dawn it-tip ta' servizzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien nifhem li l-liġi tas-saħħa tkopri dawn l- affarijiet, imma l-kwestjoni ta' l-indafa tat-toilets, etc. ċertament li tħalli impatt fuq is-saħħa tal-ħaddiema.", "Jien fil-fatt tajt eżempju ta' research xjentifiku Amerikan fejn instab li tista' taqbdek urinary infection jekk iddum biex tmur toilet.", "Ma tistax iddum aktar minn siegħa jekk ikollok bżonn tmur toilet!", "Dan l-istess studju li għamilt riferenza għalih jitkellem ukoll fuq l-indafa tat-toilets.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-fatt il-qasam ta' l-iġene, naturalment fil- kuntest ta' health and safety, huwa rregolat permezz ta' regolamenti li jistabilixxu l-minimum health and safety requirements.", "Dawn huma regolamenti maħruġin taħt l-Att tal-1994, pero' malli tgħaddi din il-liġi jiġu parti integrali minnha.", "Forsi xi ħaġa li qatt m'għamilniha ċara f'dan id-dibattitu u ta' min nagħmluha issa hija li r-regolamenti kollha li ġew ippubblikati s'issa taħt l-Att tal-1994, għandhom jiġu ttrasportati lock, stock and barrel f'din il- liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Napprezza li din ġiet mogħtija widen u tajjeb li dawn diġa jeżistu.", "Ma nafx jekk hux possibbli li dawn ir-regolamenti jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jekk inhu possibbli li d-dipartiment jiġborhom flimkien u jgħaddilna kopja, napprezza ferm.", "Xtaqt ngħid ukoll, Sur President, li din l-istorja tas-saħħa tat-terzi jien għadni nkwetata fuqha.", "Se nagħti eżempju konkret biex ninftiehem mill-ewwel.", "Sfortunatament aħna għad għandna ħafna small businesses, bħal sprayers tal-karozzi u mechanics, li qed joperaw minn residential areas.", "Per eżempju, it-toxic fumes li joħorġu minn dan l-ispray definittivament jaffettwa lil min jużah u anke lin-nies ta' l-akkwata.", "Jiġifieri f'liema parti f'din il-klawsola nistgħu nserrħu rasna li min qiegħed jagħmel dan ix- xogħol inġegħluh jieħu l-miżuri biex mhux iħares lilu nnifsu u l-ħaddiema tiegħu imma anke jħares lil min forsi jgħix bieb ma' bieb miegħu?", "I am very conscious tagħha din il-ħaġa għax Ħal Qormi huwa wieħed mill-postijiet partikolari fejn għandna dawn il-ħafna small businesses, li proprju qegħdin fil-core tar-raħal.", "Somehow irridu nassiguraw li t-terzi persuni li m'għandhom x'jaqsmu xejn max-xogħol ikunu protetti wkoll.", "Niftakar li fit-tieni qari semmejt il-każ ta' dik il-warehouse kbira mimlija thinners taż-żebgħa li ħadet in-nar u għal min kien joqgħod fis- sular ta' fuq kienet traġedja.", "M'hemmx dubju li l-effett ta' l-irwejjaħ żġur li nħass for miles around.", "F'liema parti ta' din il-liġi aħna nistgħu nserrħu rasna li min iħaddem irid jieħu ħsieb dawn l-affarijiet?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim MInistru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb dan kien il-punt kardinali li ddiskutejna fl-aħħar seduta meta konna qed nagħmlu klawsola 6.", "Din il- klawsola, b'differenza għal dak li hemm fl-Att VII ta' l-1994, issa tgħid li min iħaddem għandu dejjem iħares is-saħħa u s-sigurta' tal-persuni kollha li jistgħu jiġi affettwati mix-xogħol li jkun qiegħed isir.", "Jiġifieri hawnhekk hawn estensjoni tar-responsabbilta' fuq min iħaddem.", "Dan jinsab ukoll fil-klawsola li jmiss, li titkellem fuq id-dmirijiet tal-ħaddiema.", "Il-wording huwa magħmul b'tali mod li jkopri lil dawk kollha li b'xi mod jistgħu jiġu affettwati b'dak ix-xogħol u allura anke l- interessi tat-terzi huma koperti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: M'hemmx dubju li hemm żieda tajba, imma dan se jkun ifisser li l-awtorita' se toħroġ regolamenti speċifiċi?", "Jien f'dan is-sens irrid infisser.", "Kif se tiġi translated into practice biex nassiguraw is-saħħa u s-sigurta' ta' persuni terzi?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-regolamenti kollha kemm huma jidħlu f'dettalji tekniċi u dan isir proprju biex nissalvagwardaw is-saħħa u s-sigurta', sia tal-ħaddiema u naturalment anke tat-terzi.", "Ma rridux lanqas inħallu barra liġijiet oħrajn.", "Għall-mument qed nitkellmu fuq din, pero' ta min wieħed jgħid li hemm diversi regolamenti li jaqgħu taħt liġijiet oħrajn.", "Per eżempju, l-ewwel konna qed insemmu l-liġijiet tas-sanita'.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Mugliett, li qiegħed maġenbi bħalissa, qed jgħidli li anke taħt l-awtorita' ta' l-ippjanar illum hemm diversi regolamenti li huma proprju mfasslin apposta biex jipproteġu jew ineħħu r-riskju anke għall- terzi.", "Dawk huma liġijiet oħra imma, għar-rigward ta' din il-liġi, ir-risposta hi li jekk wieħed jara ċerti regolamenti li ġew ippubblikati taħt il-liġi l- antika ta' l-1994, wieħed jinduna li l-kunċett m'huwiex limitat biss għall- protezzjoni tal-ħaddiema imma wieħed jaħseb anke għall-interessi tat-terzi.", "Jista' jkun li l-ħaddiem jipperikola lilu nnifsu f'post tax-xogħol, għax ċerti affarijiet jkunu perikolużi fihom innifishom, pero' fl-istess ħin jista' jkun qiegħed anke jipperikola lil persuni terzi.", "Anke r-regolamenti li diġa jeżistu huma mfassla b'dan il-mod li jkopru ukoll.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela l-ewwel se npoġġi l- mistoqsija fuq iż-żewġ verbal amendments kif imressqa mill-Viċi Prim Ministru fis-seduta tal-Ġimgħa filgħaxija, 20 ta' Ottubru, 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emendi verbali għaddew nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"E\", kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"F\", kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 kif emendata għaddiet nem con u ġiet ordnata ssir parti mill- abbozz ta' liġi.", "Klawsola 4 - Dikjarazzjoni ta' prinċipji.", "Clause 4 - Declaration of principles.", "(Posposta fis-seduta 402 ta' l-20 ta' Ottubru, 2000)", "MR CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sempliċement infakkar li fis-seduta 402 kien qam dibattitu fuq il-kliem 'u jiġi salvagwardat'.", "L-esperti ppreparawli din l- emenda u se nressaqaha b'mod formali:", "\"G\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 4 minflok il-kliem \"u jiġi salvagwardat\" għandhom jidħlu l-kliem \"u li tiżgura li jkun salvagwardat minn kull min għandu dak l-obbligu\".", "\"G\" In subclause (2) of clause 4, for the words \"and safeguarded\" there shall be substituted the words \"and to ensure that they are safeguarded by whoever is so obliged to do\".", "Infakkar lill-Kamra li dan huwa obbligu ta' l-awtorita', u jien kont għedt li hawnhekk qed nitkellmu fuq dikjarazzjoni ta' prinċipju u r- responsabbilta' tas-salvagwardja.", "L-obbligi tal-liġi jaqgħu fuq min iħaddem jew fuq il-ħaddiem u qatt ma jistgħu jiġu assunti mill-awtorita' nnifisha.", "Il-punt li sar min-naħa tal-kelliema ta' l-oppożizzjoni huwa validu u allura issa saret din l-emenda li tirrispondi b'mod pożittiv għall- argumenti li tqajmu meta ddiskutejna din il-klawsola.", "Ovvjament nitlob li emenda \"C\" tiġi rtirata, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex l-emenda \"C\" tiġi rtirata.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "L-Emenda \"C\" ġiet irtirata.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"G\", kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 4, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem con u ġiet ordnata ssir parti mill- abbozz ta' liġi.", "Klawsola 7 - Dmirijiet tal-ħaddiema.", "Clause 7 - Duties of workers", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 7 hija n-naħa l-oħra tal-munita.", "Fi klawsola 6 tkellimna fuq ir-responsabbiltajiet ta' min iħaddem u issa se nitkellmu fuq id-dmirijiet tal-ħaddiema.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li dan l-artiklu huwa fis-sustanza tiegħu meħud minn artiklu 2 tal-liġi ta' l- 1994, pero' anke hawnhekk twessgħet ir-responsabbilta' tal-firxa biex indaħħlu ukoll l-interessi ta' persuni terzi.", "Il-punt kruċjali ta' dan l-artiklu huwa dak li jingħad fl-ewwel subartiklu li kull ħaddiem għandu jissalvagwarda s-saħħa u s-sigurta' tiegħu stess kif ukoll dik ta' persuni oħra li jistgħu jiġu affettwati bix- xogħol li jkun qiegħed isir.", "Imbagħad is-subartiklu jitfa' obbligu fuq in- naħa tal-ħaddiema li jikkoperaw ma' min iħaddem jew mar-rappreżentant jew rappreżentanti tal-ħaddiema dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol.", "Infakkar li dan huwa uffiċċjal ġdid li qed nintroduċu f'din il-liġi f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: M'hemmx dubju li dan l-artiklu espandejnieh u kien hemm bżonnu, pero' naħseb li stajna espandejnieh ftit ieħor.", "Din hi waħda minn dawk il-liġijiet li mhux biss qed tagħtina għodda ħalli nkunu nistgħu mmexxu imma tindirizza wkoll bidla fil-mentalita' li trid tieħu proċess ta' ċertu tul.", "Dan tkellimna dwaru anke fl-artiklu ta' qabel meta semmejt l-edukazzjoni indirizzata lejn it-tfal f'dan il-qasam.", "Din hija kwestjoni ta' proċess fit-tul u nittamaw li fuq medda ta' snin il- ġenerazzjoni l-ġdida tkun second to nature, li tieħu ħsieb saħħitha u s- sigurta' tagħha, imma għall-immedjat ħafna drabi barra l-edukazzjoni jrid ikun hemm ukoll daqxejn ta' shock treatment biex dak li jkun jiġi f'tiegħu u allura forsi xtaqt li dan l-artiklu jkun aktar qawwi.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt niġbed l-attenzjoni fuqha hija x'se tkun ir- relazzjoni ta' l-uffiċċjal elett mill-ħaddiema għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u l-awtorita'.", "Dan il-link se jkun importanti ferm pero' dan l-uffiċċjal ma jistax jaħdem in isolation fuq il-post tax-xogħol.", "Nifhem li se jkun hemm xi xogħol ta' kordinament imma kif se jsir dan il- kordinament ma' l-awtorita'?", "Wara dan l-individwu fuq il-post tax-xogħol se jkun il-persuna bil-hands-on fuq kif se titħaddem il-liġi.", "X'link regolari se jkollha?", "X'kordinament regolari se jkun hemm?", "Din hija ħaġa importantissima għax din trid tkun il-perrsuna front line biex tassigura li l-affarijiet mexjin tajjeb u skond ma titlob din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-ewwel punt, jiġifieri jekk għandniex iwessgħu jew le dan l-artiklu, nerġa' nfakkar li wieħed m'għandux jara l- klawsoli ta' din il-liġi waħidhom.", "Diġa' jeżistu ħemel ta' regolamenti u jridu joħorġu ħemel ta' regolamenti oħrajn li jidħlu f'ħafna aktar dettal ta' responsabbiltajiet tal-ħaddiema.", "Naqbel perfettament ma' dak li qed tgħid l-Onor.", "Coleiro li hawnhekk qegħdin nippruvaw nagħmlu bidla fil-kultura.", "Il-liġi trid tgħinna biex nagħmlu din il-bidla pero' ma naħsibx li din il-bidla sseħħ billi nwessgħu iżjed l-artiklu fih innifsu.", "Jien naħseb li l-artiklu jistabilixxi li s- saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem innifsu hija dmir tiegħu nnifsu li .", "Issa s- sabiħa hi li kultant tibda tirrealizza - anke jien stess bħala avukat - li kultant aħna nilleġislaw fuq dak li huwa ovvju.", "Qisna aħna rridu ngħaddu liġi biex ngħidu li mejda hija tavla b'erba' saqajn!", "Hawnhekk forsi qegħdin ngħidu l-aktar ħaġa ovvja imma li xorta trid tgħidha, li huwa d-dmir tal- ħaddiem li hu stess jissalvagwarda saħħtu u s-sigurta' tiegħu.", "Huwa dmir ukoll fuq il-ħaddiem li jissalvagwarda mhux biss saħħtu imma anke s-saħħa ta' sieħbu fuq il-post tax-xogħol u anke ta' dawk li jistgħu jkunu qed jiġu pperikolati minħabba x-xogħol li jkun qed jagħmel il-ħaddiem.", "Barra minn dan, l-artiklu qed jgħid ukoll li huwa d-dmir tal-ħaddiem li jikkopera ma' min iqegħed iħaddmu u ma' rappreżentant magħżul biex jirrappreżenta l-qasam tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol biex l- affarijiet jimxu sew fuq il-post tax-xogħol.", "Naħseb li l-artiklu fih innifsu jgħid li għandu jgħid, imma nerġa nirrepeti li forsi l-punt kruċjali huwa - u dan japplika anke għall-artiklu ta' qabel ta' l-employers - li m'għandniex naħsbu li għamilna dan li hawn hawnhekk u nieqfu.", "Id- dettal tar-responsabbiltajiet joħroġ mir-regolamenti li huma ppubblikati jew li għad iridu jiġu ppubblikati.", "Imbagħad naturalment hemm ukoll il- pieni li se naslu għalihom aktar 'il quddiem.", "It-tieni punt huwa daqstant ieħor importanti.", "Dan l-uffiċċjal il-ġdid li aħna qegħdin inwaqqfu b'din il-liġi u li se jintagħżel minn fost il- ħaddiema - il-health and safety officer jew representative - x'relazzjoni se jkollu ma' l-awtorita'?", "Kif wieħed kien jistenna l-liġi ma tidħolx f'dan id-dettal għaliex, kif għedt fil-bidu, il-ħsieb huwa li malli l-awtorita' tkun ħadet kemm jista' jkun malajr il-forma u l-istruttura tagħha, nippubblikaw regolamenti fid-dettal dwar kif jintgħażel dan il-ħaddiem u x'inhuma d-dmirijiet tiegħu ġenerali.", "Naħseb għandna nindirizzaw ukoll ir- relazzjoni bejn l-uffiċjal innifsu u l-awtorita'.", "Irrid ngħid li aktar il- quddiem f'artiklu 9 li jittratta l-funzjonijiet ta' l-awtorita' qed nitfgħu dmirijiet ġenerali fuq l-awtorita', li fosthom hemm li tkattar l- informazzjoni, ġġib il-quddiem it-tagħlim u t-taħriġ u tiġbor u tanalizza d- data.", "Jien m'għandix l-iċken dubju li l-punt ta' kuntatt se jkun dan l- uffiċjal u allura se jkun pedina importanti, fis-sens tajjeb tal-kelma, fit-twettiq ta' politika ta' saħħa u sigurta' fuq livell nazzjonali.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentasi żgħira, Sur President.", "Irrid ngħid li jien żort post wieħed tax-xogħol li għandu dawn l- uffiċjali imma jista' jkun hemm oħrajn li diġa għandhom il-health and safety officer.", "Xi erba' ġimgħat ilu żort fabbrika kbira u kien interessanti l-fatt li kull sezzjoni tagħha kellha health and safety officer.", "Jien immiraviljat ruħi u rrid ngħid li nkoraġġejt ruħi meta rajt li hawn min hu avant-garde u ħa l-inizjattivi mingħajr ma qagħad jistenna li aħna nilleġislaw.", "Għalkemm f'minoranza, hawn min ħa l-affarijiet bis- serjeta' u diġa mexa b'pass aktar mgħaġġel milli mxejna aħna u mplimenta dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk jien nara għalqa kbira li għandna tinħadem u se tkun ir-responsabbilta' ta' l-awtorita' li tara kif tagħmel biex tapprofitta ruħha minn dan l-uffiċjal li se jkun fuq il-post tax-xogħol.", "Min-naħa ta' l-esperti qed jgħiduli li fir-regolamenti li għad iridu joħorġu hemm miktub li dan l-uffiċjal irid ikun imħarreġ u l-liġi stess qegħda tinkoraġġixxi u tistimula lill-employer biex dan l-uffiċjal iħarrġu fl-oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-health and safety.", "Fil-fatt irrid ngħid li f'din il-fabbrika li jien mort inżur, wieħed mill-uffiċjali li ġew magħżulin biex ikunu health and safety officers qalli li l-employer tiegħu stess bagħtu jispeċjalizza f'korsijiet fil-qasam tal-health and safety wieħed minnhom anke barra minn Malta.", "Din hija esperjenza li rridu ninkoraġġuha u bħala l-ministru responsabbli minn dan il-qasam nista' ngħid li l-intenzjoni hi li l-awtorita' - u naħseb li l-messaġġ joħroġ ċar mill- liġi - għandha timmassimizza fis-sens pożittiv tal-kelma lil dan l- uffiċċjal u għandha tużah bħala point of contact.", "Naturalment il-health and safety officer jew l-individwu se jkun magħżul minn fost il-ħaddiema.", "L- awtorita' għandha d-dmir ukoll li tixpruna, tinkoraġġixxi u tinforma anke lill-employers biex eventwalment anke tinforza l-liġi mal-persuna.", "Il-liġi fiha nfisha ma tidħolx f'dan id-dettal kollu.", "Dan id-dettal se joħroġ fir- regolamenti speċifiċi fuq dan l-uffiċċjal li għad irridu nippubblikaw.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Veru li din il-liġi qed tespandi ħafna fuq dan il-qasam, pero' jien inserraħ rasi biss malli jkun hemm ċerti regolamenti li jappoġġjaw ċerti klawsoli.", "Hemm fabbriki li jieħdu ħsieb ħafna affarijiet imma qalilna l-Viċi Prim Ministru li dawn qegħdin fil- minoranza.", "Lili li jinkwetani huwa l-fatt li n-know-how ta' ħafna fabbriki żgħar huwa limitat u anke l-finanzi tagħhom huma limitati.", "Issa din il-liġi qed tgħidilhom li dawn iridu jaħtru uffiċċjal għas-saħħa u s-sigurta'.", "Jiena għalhekk għedt li l-fatt li dan l-uffiċjal se jkun il-focal point għall-awtorita' must feature somehow fil-liġi.", "Naf li at this point in time lanqas għandna spetturi biżżejjed to monitor il-postijiet tax-xogħol kollha.", "Dan huwa mod ta' kif qisha din l-awtorita' se jkollha swaba twal u se tkun qed tilħaq kullimkien.", "Din l-idea ta' focal point togħġobni immens.", "Dan huwa mod ta' kif nistgħu nassiguraw li l-awtorita' verament ikollha jdejha fuq kull post tax-xogħol, altrimenti anke jekk l-awtorita' jkollha mitt spettur, huwa impossibbli li dawn imorru jispezzjonaw kull post tax- xogħol regolarment.", "B'persuna preżenti f'kull post tax-xogħol, l-awtorita' tista' sserraħ rasha li se jkollha spettur kullimkien.", "Naturalment id-doveri tal-health and safety officer fuq il-post tax- xogħol m'humiex se jkunu akbar mid-doveri ta' l-impjegati ta' l-awtorita', pero' dan il-health and safety officer għandu jkun il-persuna li fejn jara li xi ħaġa m'hijiex qiegħda ssir sew, wara li l-attentat mal-management biex l-affarijiet jiġu rranġati jfalli, jitlob lill-awtorita' tagħmel inspection fuq il-post biex jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi evitat il- periklu għall-ħaddiema.", "Jekk inħallu l-liġi kif inhi xorta nkunu għamilna pass 'il quddiem, imma jekk inżidu li dan il-health and safety officer se jkun the extra arm ta' l-awtorita', inkunu qed nagħtu iktar saħħa lil dan l-uffiċjal, li wara kollox huwa ħaddiem bħal kull ħaddiem ieħor li jmur ix- xogħol biex jaqla' x'jiekol.", "Jiġifieri jekk il-ħaddiem li jingħata dan l- inkarigu jħoss li ħobżu qed jiġi mhedded, għandu mnejn ma jibqax jieħu ħsieb il-health and safety tal-post tax-xogħol tiegħu.", "Hemm bżonn li kemm jista' jkun lil dan l-uffiċjal insaħħulu jdejh, billi anke permezz tal-liġi, nagħmluha ċara li dan se jkun il-co-ordinating person bejn il-post tax-xogħol tiegħu u l-awtorita'.", "Il-mod ta' kif se jaħdem dan il-koordinament in practice m'hemmx għalfejn ikun inkluż fil- liġi imma jista' joħroġ iktar tard f'forma ta' regolamenti dettaljati.", "L- importanti hu li fil-liġi jkun hemm dan il-prinċipju biex dan l-uffiċjal ikun imsaħħaħ kemm jista' jkun biex ma jkun hemm xejn li jkun jista' jfixklu milli jaqdi d-doveri tiegħu.", "B'hekk l-awtorita' ma jkollhiex il- problema li jridu jgħaddu sena jew sentejn biex tagħmel inspection fuq xi post tax-xogħol għax ma jkollhiex biżżejjed ħaddiema, għax permezz ta' dawn l-uffiċċjali tkun qed tagħmel monitoring kontinwu tas-saħħa u s-sigurta' fil-postijiet kollha tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mingħajr ma nidħol f'daqshekk dettal, irrid nesiġi l-importanza ta' dak li għadha kif qalet l-Onor.", "Coleiro, għaliex mill- esperjenza personali tiegħi naħseb li l-qabża fil-liġi trid issir proprju f'dan il-qasam.", "Huwa importanti li nesiġu li l-employers huma obbligati li jassiguraw il-health and safety għall-ħaddiema tagħhom, pero' huwa importanti wkoll li nesiġu li l-ħaddiema għandhom jużaw is-safety equipment provdut, mhux ma jużawhx biex juru kemm huma b'saħħithom u kemm jifilħu għad-daqqiet.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro li l-bidla fil-mentalita' trid tidħol ftit ftit permezz tal-liġi u bl-għajnuna ta' dawn l-uffiċjali għall-health and safety fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk ma jirnexxilniex indaħħlu l-mentalita' li l-ħaddiem stess għandu jkun l-ewwel persuna li jissalvagwarda s-saħħa tiegħu, allura nkunu fallejna.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena napprezza u naqbel mal-punti ta' l-Onor.", "Coleiro u l-Onor.", "Asciak dwar ir-rwol ta' dawn l-uffiċjali.", "Ma naħsibx li hemm għalfejn tidħol emenda fil-liġi.", "L-importanti huwa li nistabilixxu dan il-punt u nagħmlu l-affarijiet ċari aktar 'il quddiem meta nippubblikaw ir-regolamenti.", "Irrid nenfasizza wkoll il-fatt li din hija esperjenza ġdida għall-pajjiż u għalhekk għandna nżommu saqajna ma' l-art u ma ngħollux l-aspettattiva tan-nies.", "Din l-esperjenza ġdida tfisser li hemm bżonn ta' ċertu investiment għax il-persuna li tintgħażel għal dan ir-rwol ikollha tingħata ċertu taħriġ.", "L-Onor.", "Coleiro għamlet punt li lili laqatni għaliex huwa mportanti, jiġifieri li l-health and safety representatives għandu jkollhom il-poter li jirrapportaw każi ta' periklu jew ta' ksur ta' regolamenti lill- awtorita'.", "Jien nemmen li dawn l-uffiċjali għandhom ikunu l-ewwel nies qabel kulħadd li jagħmlu dan u għalhekk m'għandu jkun hemm xejn li jista' jwaqqaf lill-health and safety representatives milli jirrapportaw lill- awtorita'.", "Iva, nikkonferma dak li kont qiegħed ngħid, li l-health and safety representatives għandhom mhux biss ikollhom il-poter li jirrapportaw lill-awtorita' imma għandhom id-dmir li jagħmlu dan.", "Infakkar li fl-emenda li ppreżentajna għal klawsola 2, biddilna d- definizzjoni ta' \"rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema\", biex issa din ġiet taqra hekk:", "\"\"Rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem\" tfisser persuna li tkun ġiet eletta, magħżula jew nominata kif preskritt f'regolamenti biex tirrapreżenta lill-ħaddiema fuq dak kollu li jirrigwarda l- promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa jew is-sigurta' tagħhom fuq il- post tax-xogħol\".", "Anke fid-definizzjoni stess għamilnieha ċara daqs il-kristall li din il- persuna se tirrapreżenta lill-ħaddiema fuq dak kollu li jirrigwarda l- promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Madankollu eventwalment din il-parti se tkun iktar dettaljata fir- regolamenti li għad irridu nippubblikaw u li sfortunatament għad m'għandix draft tagħhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, aktar minn kollox jien qed inqis din il-liġi bħala għodda qawwija biex jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, jiġifieri s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol.", "Barra minn hekk, din il-liġi se ġġib ukoll bidla fil-mentalita', biex noħorġu mill-macho culture li semma' l-Onor.", "Asciak, jiġifieri li ħaddiem ma jużax is-safety wear biex jagħti l-impressjoni li hu b'saħħtu.", "Sfortunatament fost il-ħaddiema m'hemmx biss il-macho culture imma anke l- mentalita' ta' żmien il-medju evu, li l-ħaddiem huwa s-serv u għalhekk irid joqgħod għal kollox.", "Fil-fatt nafu b'każi fejn biex ma jitilfux l-impjieg, il-ħaddiema kellhom joqogħdu għal ċerti riskji.", "Issa kif jgħid il-Malti, irridu naħsbu fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx.", "Ma nistgħux naħsbu għal meta jkollna full employment.", "Aħna għandna naħsbu għal meta jkun hawn il-qagħad u allura għax ikun hawn l- għażla, l-employers ikollhom iktar ċans jitkessħu.", "Huwa għalhekk li jien qed ngħid li lill-health and safety representatives għandna nsaħħulhom idejhom, u la l-employers qed jaċċettaw il-fatt li l-ħaddiema bejniethom se jeleġġu rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta' tal-post tax-xogħol, allura m'huwiex se jkun diffiċli għalihom li jaċċettaw il-fatt li dawn ir- rappreżentanti se jkunu l-portavoce ta' l-awtorita'.", "Per eżempju fost l-akbar ilmenti ta' occupational hazards li jeżistu fid- dinja nsibu l-pożizzjoni ħażina fuq makna, u f'Malta min jaf kemm hawn nisa li xi darba kienu jaħdmu fuq production line u li llum ibatu b'daharhom imma lanqas biss jirrealizzaw li dik hija konsegwenza ta' meta kienu jaħdmu fil-fabbriki.", "Jekk f'post tax-xogħol ikun hemm persuna mħarrġa fuq dawn l- affarijiet, problemi bħal dawn se tidentifikahom mill-ewwel u għalhekk se tressaq l-ilment lill-employer u jekk ma tasalx ma' l-employer, tirrapporta lill-awtorita'.", "Jien ma nafx għalfejn qed insibuha bi tqila biex inżidu klawsola żgħira bil-funzjonijiet ta' dawn il-health and safety representatives u mhux inħallu l-informazzjoni mifruxa ma' ħafna klawsoli.", "Jien inħoss li la l- employers diġa' aċċettaw li fost il-ħaddiema tagħhom ikun hemm wieħed li jkun qed jieħu ħsieb il-health and safety, m'għandhomx għalfejn ma jaċċettawx il-fatt li dawn l-uffiċjali se jkunu qed jirrappreżentaw b'mod uffiċċjali lill-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se nieħu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Coleiro u dan il-punt niddiskutih ma' l-esperti.", "Pero' peress li din m'hijiex kwestjoni ta' emenda, m'għandhiex iżżommna milli nimxu fuq din il-klawsola.", "Li xtaqt ngħid hu biex noqogħdu attenti għax l-uffiċjal qatt ma jista' jissostitwixxi lill-ispetturi.", "Infakkar ukoll li subklawsola (4) ta' klawsola 6, li tittratta d-dmirijiet ta' l-employer, tgħid li l-employer qed jiġi obbligat li mhux biss jara li l-uffiċjal jintagħżel, imma li jikkonsulta minn qabel ma' dan ir-rappreżentant dwar dawk il-ħwejjeġ li jistgħu jaffettwaw lis-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Rigward it-taħriġ ta' dawn il-health and safety representatives, tajjeb li l-employers jibdew jaraw il-flus li jonfqu għal dan it-taħriġ bħala investiment.", "Jien naħseb li l-awtorita' għandha tieħu on board it-taħriġ inizjali ta' dawn l-uffiċjali biex forsi jkun hemm a standing course bħal dak ta' l-ispetturi li jsir fl- universita'.", "L-ebda ħaddiem li jiġi maħtur uffiċjal għas-saħħa u s- sigurta' ma jista' jieħu crash course biex ikun jaf x'suppost għandu jagħti każ fuq il-post tax-xogħol tiegħu u jieqaf hemm, għax din hija xi ħaġa li trid tiġi aġġornata paripassu mat-tibdil ekonomiku fil-qasam tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela se npoġġi klawsola 7 għall-vot.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Twaqqif u għamla ta' l-Awtorita'.", "Clause 8 - Establishment and composition of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se nibda billi nressaq din l-emenda biex id- diskussjoni fuq il-kontenut ta' din il-klawsola tkun ċara.", "\"H\"(a) fil-paragrafu (c) tas-subklawsola (2), minflok il-kliem \"u s- sigurta'\" għandhom jidħlu l-kliem \"u, jew is-sigurta'\"; u", "(b) fis-subklawsola (3), minflok il-kliem \"uffiċjal għoli tad- Dipartiment tal-Politika Soċjali biex ikun\" għandhom jidħlu l-kliem \"persuna biex tkun\".", "\"H\"(a) in paragraph (c) of subclause (2), for the words \"and safety\" there shall be substituted the words \"and, or safety\"; and", "(b) in subclause (3), for the words \"senior officer in the Department of Social Policy\" there shall be substituted the word \"person\".", "Wasalna issa f'taqsima III u allura essenzjalment nistgħu ngħidu li bdejna l-parti teknika tat-twaqqif ta' l-awtorita'.", "Subklawsola (2) ta' klawsola (8) tistabilixxi l-kompożizzjoni ta' l- awtorita', liema kompożizzjoni hija simili għal dik tal-kummissjoni għall- promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, jiġifieri li l- awtorita' tkun magħmula minn disa' membri.", "Subklawsoli (4) u (10) huma relattivament ġodda u qed jirregolaw il-mod ta' kif jiġu nominati dawn il-membri u qed jagħtu r-raġunijiet għall- iskwalifika tagħhom.", "Hawnhekk ukoll irrid niġbed l-attenzjoni li dawn l- artikli huma meħuda minn liġijiet oħrajn fosthom mil-liġi li pprovdiet għat- twaqqif tal-korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ.", "Subklawsola (5) titkellem dwar il-konflitt ta' interess, jiġifieri ħadd ma jista' jaħtar lil xi ħadd li jkun membru ta' l-awtorita' għax joħloqlu konflitt ta' interess.", "L-ewwel parti ta' l-emenda li ressaqt kienet għal paragrafu (ċ) ta' subklawsola (2), li tgħid li l-awtorita' għandha tkun magħmula minn disa' membri, jiġifieri minn chairperson, mid-direttur tar-relazzjonijiet industrijali, minn persuna nominata mill-ministru, kompetenti f'materji dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Hawnhekk aħna dehrilna li l-mod ta' kif inhi miktuba timplika li l-persuna trid tkun esperta kemm fuq is-saħħa kif ukoll fuq is-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk, biex l-affarijiet ikunu ċari, daħħalna l-frażi \"u jew saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol\" biex il-kompetenza tal-persuna nominata tkun tista' tkun kemm fuq iż-żewġ oqsma kif ukoll fuq qasam wieħed.", "It-tieni parti ta' l-emenda tapplika għal subklawsola (3), fejn bi żball tniżżel li \"Il-Ministru għandu jaħtar uffiċċjal għoli tad-dipartiment tal- politika soċjali\", imma fil-fatt ma jeżisti l-ebda dipartiment tal-politika soċjali.", "Għalhekk dak il-kliem ġie maqtugħ barra biex issa s-sub-klawsola ġiet taqra li:", "\"Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal għoli biex ikun is-segretarju tal- bord\".", "Il-punt importanti ta' din il-klawsola huwa l-kompożizzjoni ta' din l- awtorita'.", "Dan kien il-punt li ddiskutejna fix-xhur li għaddew, proprju meta konna qed nippreparaw l-abbozz, meta konna qed niddiskutu mal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, ma' l-imsieħba soċjali u ma' l-espert legali ta' l-ILO.", "Il-parir li ngħatajna li l-konklużjoni li ġbidna minn dawn id-diskussjonijiet kienu li fis-sustanza tagħha, il-kompożizzjoni ta' l-awtorita' trid tkun tixbah il-mod ta' kif kienet komposta l-kummissjoni, pero' l-maġġoranza tal-membri ta' l-awtorita' għandhom ikunu min-naħa tal- gvern.", "L-argument li qam dwar din il-klawsola partikolari kien li peress li l- awtorita' trid tinkludi wkoll lill-imsieħba soċjali, kien hemm min ħass li terz tar-rappreżentanza fuq l-awtorita' għandha tkun f'idejn il-gvern, terz f'idejn min iħaddem u terz f'idejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "Dan il- punt ġie dibattut fid-dettal u l-konklużjonijiet kienu li prattikament, il- maġġoranza tal-persuni fl-awtoritajiet barranin simili għal din huma kollha nominati mill-gvern.", "Għalkemm kull subklawsola ta' din il-klawsola hija importanti, ma jidhirlix li hemm għalfejn nidħlu fihom waħda waħda għax inħoss li fil-kontenut tagħhom huma ċari biżżejjed.", "Nirrepeti biss punt żgħir dwar il-kwestjoni ta' konflitt ta' interess.", "Peress li membru ta' l-awtorita' jista' jispiċċa f'konflitt ta' interess, aħna daħħalna subklawsola (9) biex tagħmilha ċara li dak il-membru li jiġi f'konflitt ta' interess għandu jirrapporta l-każ minnufih lill-ministru u jagħti r-riżenja tiegħu.", "Permezz ta' din il-klawsola aħna qed inwasslu messaġġ lill-membri li se jiġu nnominati biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-livell ta' awtorita' jkunu oġġettivi u ma jitteħdux b'mod li jkunu favur jew kontra xi settur partikolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, ħadt gost nisma' lill-ministru jagħmel enfasi fuq il-fatt li l-ebda membru fl-awtorita' m'għandu jkollu konflitt ta' interess.", "Pero' min-naħa l-oħra din il-klawsola turi biċ-ċar li attwalment din l-awtorita', għalkemm se tkun komposta mill-gvern, mill- employers u mill-ħaddiema, se tkun dominata għax mill-gvern bħala l-ikbar employer.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena m'għedtx li terz tal-kompożizzjoni ta' l- awtorita' se tkun magħmula mill-gvern, terz mill-employers u terz mill- ħaddiema.", "Li għedt hu li dan kien biss suġġeriment li l-gvern irrifjuta għax deherlu li l-maġġoranza tal-membri fl-awtorita' għandhom ikunu nnominati mill-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nirringrazzja lill-Onor.", "Gonzi għax b'dak li għadu kif qal kompla saħħaħ l-argument tiegħi.", "Il-gvern huwa employer li żgur li għandu interess vestit f'din l-awtorita' proprju għax l-indirizz ta' l-awtorita' huwa l-ħaddiem.", "Din hija liġi li tipprovdi għat-twaqqif ta' awtorita' li tħares is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax- xogħol.", "Assolutament ma jagħmilx sens li l-gvern, li hu l-akbar employer, se jkun hu li jiddomina l-awtorita' li se tindirizza direttament lill- ħaddiema.", "Għalija l-fatt li kulmin ikollu konflitt ta' interess ma jistax jinħatar fuq l-awtorita' filwaqt li l-gvern se jkollu dominanza assoluta fuq din l-awtorita', jikkuntrastaw ma' xulxin.", "Huwa ovvju li l-gvern huwa l-iktar employer li jrid jaħdem biex jiġi in line ma' din il-liġi għax is- saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema f'ċerti setturi governattivi hija tassew inkwetanti.", "Jien ma nafx x'se jagħmel il-gvern biex jassigura li d- dipartimenti u s-setturi kollha tiegħu jkunu konformi ma' din il-liġi.", "Il- fatt li l-kompożizzjoni ta' din l-awtorita' qed tagħti saħħa tremenda lill- gvern, jagħmel l-affarijiet aktar inkwetanti.", "Il-gvern mhux talli se jkollu dominanza assoluta fost il-membri ta' l- awtorita', talli l-ministru se jkollu s-setgħa li jiddeċiedi liema għaqdiet u trade unions għandu jkollhom rappreżentanza fuq l-awtorita'.", "Il-ministru liema kriterji se juża biex jiddeċiedi liema għaqdiet u liema trade unions għandhom ikunu fuq l-awtorita'?", "F'din l-awtorita', apparti mill-fatt li l- gvern bħala l-akbar employer u bħala l-employer li l-iktar li jrid jagħmel riformi fil-postijiet tax-xogħol tiegħu biex jiġi konformi ma' din il-liġi se jkun qiegħed fl-awtorita' b'dominanza assoluta, il-ministru, jiġifieri l- istess gvern li jiddeċiedi liema għaqdiet ta' min iħaddem u liema trade unions għandu jkollhom rappreżentanza f'din l-awtorita'!", "(Interruzzjonijiet) Filli konna qed nitkellmu fuq prinċipju li dwaru qablu ż-żewġ naħat tal-Kamra, u filli tiġi din il-parti li titfa' lil kulħadd mitt sena lura għax tqajjem dubju dwar l-iskop ta' din il-liġi.", "Jien ma nixtieqx li dawn ir-rimarki jittieħdu b'mod partiġġjan għax illum hawn il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u għada pitgħada jkun hawn il-Partit Laburista.", "Qed nagħmel dawn ir-rimarki għax inħoss li l-ebda gvern m'għandu jiddomina lill-awtorita' li tieħu ħsieb il-health and safety tal- ħaddiema.", "Jien inħoss li l-qafas ta' din l-awtorita' għandu jkun magħmul mill-imsieħba soċjali li imma m'għandhomx ikunu deteriminati mill-gvern.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, innotajt li hemm differenza bejn il- verżjoni Maltija u dik Ingliża ta' klawsola 8, għax filwaqt li l-verżjoni Maltija tgħid \"persuna nominata mill-ministru\", dik Ingliża tgħid \"person appointed by the minister\", fejn \"appointed\" u \"nominata\" ma jfissrux l- istess ħaġa.", "Huwa ovvju li l-kelma korretta hija \"appointed\" għax m'huwiex il-każ li l-ministru jinnomina persuni li jirrapreżentaw lill-ħaddiema.", "Għalhekk qed tiġi ppreparata emenda biex fil-verżjoni Maltija, il-kelma \"nominata\" tiġi sostitwita bil-kelma \"maħtura\".", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li huwa d-dmir ta' dan il-parlament li jaħtar lil persuni biex jirrappreżentaw lill-ħaddiema imma naħseb li dan huwa kompitu tal-parti eżekuttiva, jiġifieri tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Qiegħda nifhem sew li l-persuni fuq l- awtorita' se jkunu nnominati mill-għaqdiet u mit-trade unions waqt li l- letter of appointment toħroġ mill-ministru?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, l-Onor.", "Coleiro qiegħda tifhem tajjeb.", "Biex inkun ċar, l-intenzjoni tagħna kienet li nibnu fuq l-esperjenza li kellna mal-kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol matul dawn l-aħħar sitt snin.", "Jekk tħares lejn dik il-parti ta' l- Att ta' l-1994 li titkellem dwar ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, jiġifieri artiklu 3, issib li din tgħid hekk:", "\"Żewġ persuni maħtura mill-ministru biex jirrapreżentaw l-interessi tal-ħaddiema minn fost persuni indikati minn għaqdiet tal-ħaddiema jew organizzazzjonijiet ta' għaqdiet tal-ħaddiema\"", "Issa f'din il-liġi, dan se jkun jaqra hekk:", "\"Żewġ membri maħtura mill-ministru biex jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema, wara konsultazzjoni ma' dak il-korp jew korpijiet li l- ministru jista', minn żmien għal żmien, iqis bħala r-rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema\".", "Jekk xi ħadd qed iħoss li din il-klawsola hija nkwetanti, jien ma nsib l- ebda diffikulta biex nikkopja eżatt l-artiklu ta' l-1994.", "L-intenzjoni hija li kif dejjem sar, dawk l-għaqdiet tal-ħaddiema u l- għaqdiet ta' l-employers li jirrappreżentaw lill-massa, jiġu mitluba jagħtuna lista ta' ismijiet biex nagħżlu minnhom.", "Dan hu l-mod ta' kif tul is-snin kienu jintgħażlu r-rappreżentanti fuq l-awtorita' u għalhekk jien m'għandi l-ebda ntenzjoni li nbiddel din il-proċedura.", "Dan huwa l-mod stabilit mhux biss mill-kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol imma anke minn korporazzjonijiet oħra bħall- employment and training corporation.", "S'issa qatt ma kien hemm problemi u dejjem intgħażlu l-aħjar nies.", "Jien naħseb li ħlief għall-kelma \"nominati\" li trid tiġi sostitwita bil- kelma \"maħtura\", fiha nnifisha l-(f) hija tajba, anzi naħseb li hija aħjar minn dik ta' l-Att ta' l-1994.", "Pero' nerġa' ngħid li jekk hawn xi ħadd li m'huwiex sodisfatt b'din is-subklawsola kif inhi, jien ma nsib l-ebda diffikulta' biex nissostitiwiha b'dik ta' l-att ta' l-1994.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Chairman, xtaqt nenfasizza l-fatt li l- gvern elett demokratikament mill-poplu għandu responsabbilta' soċjali u jrid jerfagħha.", "Jien m'għandix dubju li kemm il-gvern preżenti kif ukoll l- oppożizzjoni Laburista quddiem għajnejhom iżommu dejjem il-prinċipju tal- ġid komuni.", "Huwa d-dmir ta' kull gvern li jerfa' r-responsabbiltajiet kollha li l-poter iġib miegħu u għalhekk dan il-gvern għandu jerfa' r- responsabbilta' ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta' tal- ħaddiem.", "L-iktar ħaġa faċli għal kull gvern hija li jfarfar mir- responsabbiltajiet tiegħu u jitfagħhom fuq setturi oħra, pero' f'dan il-każ il-gvern Nazzjonalista qed jgħid ċar u tond li ma jridx li jsir hekk imma jrid li din il-liġi tiġi attwata.", "M'hemmx dubju li biex dawn ir- regolamenti jiġu fis-seħħ u jiġu nfurzati, is-servizz ċivili se jkollu jgħaddi minn transizzjoni.", "Pero' dan il-gvern huwa lest li jimplimenta u jenforza din il-liġi fost id-dipartimenti u l-entitajiet kollha tiegħu.", "Sur President, xtaqt nirrimarka wkoll dwar paragrafi (f) u (g) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 8 li jitrattaw ir-rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema.", "Kulħadd jaf li f'pajjiżna l-partiti politiċi huma marbuta ma' trade union partikolari.", "Għalhekk, minħabba dan il-fattur li fil- passat kemm-il darba uriena fiex jista' jsarraf, jien naħseb li dawn iż- żewġ paragrafi għandhom jiġu ppreċiżati.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna, tajjeb li fil-qosor nispjegaw l-għanijiet u r-raġunijiet ta' din il-liġi:", "\"L-għanijiet u r-raġunijiet prinċipali ta' dan l-abbozz huma biex titwaqqaf awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol li jkollha l-funzjoni li ġġib 'il quddiem u tissalvagwardja l-ġid tal- ħaddiema kollha f'kull tip ta' xogħol u biex tiżgura li jinżammu l- livelli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax- xogħol stabbiliti b'regolamenti li jsiru taħtu\".", "Naturalment id-doveri tal-health and safety officer fuq il-post tax- xogħol m'humiex se jkunu akbar mid-doveri ta' l-impjegati ta' l-awtorita', pero' dan il-health and safety officer għandu jkun il-persuna li fejn jara li xi ħaġa m'hijiex qiegħda ssir sew, wara li l-attentat mal-management biex l-affarijiet jiġu rranġati jfalli, jitlob lill-awtorita' tagħmel inspection fuq il-post biex jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi evitat il- periklu għall-ħaddiema.", "Jekk inħallu l-liġi kif inhi xorta nkunu għamilna pass 'il quddiem, imma jekk inżidu li dan il-health and safety officer se jkun the extra arm ta' l-awtorita', inkunu qed nagħtu iktar saħħa lil dan l-uffiċjal, li wara kollox huwa ħaddiem bħal kull ħaddiem ieħor li jmur ix- xogħol biex jaqla' x'jiekol.", "Jiġifieri jekk il-ħaddiem li jingħata dan l- inkarigu jħoss li ħobżu qed jiġi mhedded, għandu mnejn ma jibqax jieħu ħsieb il-health and safety tal-post tax-xogħol tiegħu.", "Hemm bżonn li kemm jista' jkun lil dan l-uffiċjal insaħħulu jdejh, billi anke permezz tal- liġi, nagħmluha ċara li dan se jkun il-co-ordinating person bejn il-post tax-xogħol tiegħu u l-awtorita'.", "Il-mod ta' kif se jaħdem dan il- koordinament in practice m'hemmx għalfejn ikun inkluż fil-liġi imma jista' joħroġ iktar tard f'forma ta' regolamenti dettaljati.", "L-importanti hu li fil-liġi jkun hemm dan il-prinċipju biex dan l-uffiċjal ikun imsaħħaħ kemm jista' jkun biex ma jkun hemm xejn li jkun jista' jfixklu milli jaqdi d- doveri tiegħu.", "B'hekk l-awtorita' ma jkollhiex il-problema li jridu jgħaddu sena jew sentejn biex tagħmel inspection fuq xi post tax-xogħol għax ma jkollhiex biżżejjed ħaddiema, għax permezz ta' dawn l-uffiċċjali tkun qed tagħmel monitoring kontinwu tas-saħħa u s-sigurta' fil-postijiet kollha tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mingħajr ma nidħol f'daqshekk dettal, irrid nesiġi l-importanza ta' dak li għadha kif qalet l-Onor.", "Coleiro, għaliex mill- esperjenza personali tiegħi naħseb li l-qabża fil-liġi trid issir proprju f'dan il-qasam.", "Huwa importanti li nesiġu li l-employers huma obbligati li jassiguraw il-health and safety għall-ħaddiema tagħhom, pero' huwa importanti wkoll li nesiġu li l-ħaddiema għandhom jużaw is-safety equipment provdut, mhux ma jużawhx biex juru kemm huma b'saħħithom u kemm jifilħu għad-daqqiet.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro li l-bidla fil-mentalita' trid tidħol ftit ftit permezz tal-liġi u bl-għajnuna ta' dawn l-uffiċjali għall-health and safety fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk ma jirnexxilniex indaħħlu l- mentalita' li l-ħaddiem stess għandu jkun l-ewwel persuna li jissalvagwarda s-saħħa tiegħu, allura nkunu fallejna.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena napprezza u naqbel mal-punti ta' l-Onor.", "Coleiro u l-Onor.", "Asciak dwar ir-rwol ta' dawn l-uffiċjali.", "Ma naħsibx li hemm għalfejn tidħol emenda fil-liġi.", "L-importanti huwa li nistabilixxu dan il-punt u nagħmlu l-affarijiet ċari aktar 'il quddiem meta nippubblikaw ir-regolamenti.", "Irrid nenfasizza wkoll il-fatt li din hija esperjenza ġdida għall-pajjiż u għalhekk għandna nżommu saqajna ma' l-art u ma ngħollux l-aspettattiva tan-nies.", "Din l-esperjenza ġdida tfisser li hemm bżonn ta' ċertu investiment għax il-persuna li tintgħażel għal dan ir-rwol ikollha tingħata ċertu taħriġ.", "L-Onor.", "Coleiro għamlet punt li lili laqatni għaliex huwa mportanti, jiġifieri li l-health and safety representatives għandu jkollhom il-poter li jirrapportaw każi ta' periklu jew ta' ksur ta' regolamenti lill- awtorita'.", "Jien nemmen li dawn l-uffiċjali għandhom ikunu l-ewwel nies qabel kulħadd li jagħmlu dan u għalhekk m'għandu jkun hemm xejn li jista' jwaqqaf lill-health and safety representatives milli jirrapportaw lill- awtorita'.", "Iva, nikkonferma dak li kont qiegħed ngħid, li l-health and safety representatives għandhom mhux biss ikollhom il-poter li jirrapportaw lill-awtorita' imma għandhom id-dmir li jagħmlu dan.", "Infakkar li fl-emenda li ppreżentajna għal klawsola 2, biddilna d- definizzjoni ta' \"rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema\", biex issa din ġiet taqra hekk:", "\"\"Rappreżentant għas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem\" tfisser persuna li tkun ġiet eletta, magħżula jew nominata kif preskritt f'regolamenti biex tirrapreżenta lill-ħaddiema fuq dak kollu li jirrigwarda l-promozzjoni u l- protezzjoni tas-saħħa jew is-sigurta' tagħhom fuq il-post tax-xogħol\".", "Anke fid-definizzjoni stess, għamilnieha ċara daqs il-kristall li din il- persuna se tirrapreżenta lill-ħaddiema fuq dak kollu li jirrigwarda l- promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Madankollu eventwalment din il-parti se tkun iktar dettaljata fir- regolamenti li għad irridu nippubblikaw u li sfortunatament għad m'għandix draft tagħhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, aktar minn kollox jien qed inqis din il-liġi bħala għodda qawwija biex jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, jiġifieri s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol.", "Barra minn hekk, din il-liġi se ġġib ukoll bidla fil-mentalita', biex noħorġu mill-macho culture li semma' l-Onor.", "Asciak, jiġifieri li ħaddiem ma jużax is-safety wear biex jagħti l-impressjoni li hu b'saħħtu.", "Sfortunatament fost il-ħaddiema m'hemmx biss il-macho culture imma anke l- mentalita' ta' żmien il-medju evu, li l-ħaddiem huwa s-serv u għalhekk irid joqgħod għal kollox.", "Fil-fatt nafu b'każi fejn biex ma jitilfux l-impjieg, il-ħaddiema kellhom joqogħdu għal ċerti riskji.", "F'dan l-istadju tajjeb li nagħmel parentesi - kif jgħid il-Malti, irridu naħsbu fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx - u għalhekk ma nistgħux naħsbu għal meta jkollna full employment.", "Aħna għandna naħsbu għal meta jkun hawn il-qagħad u allura għax ikun hawn l-għażla, l-employers ikollhom iktar ċans jitkessħu.", "Huwa għalhekk li jien qed ngħid li lill-health and safety representatives għandna nsaħħulhom idejhom, u la l-employers qed jaċċettaw il-fatt li l-ħaddiema bejniethom se jeleġġu rappreżentant għas-saħħa u s- sigurta' tal-post tax-xogħol, allura m'huwiex se jkun diffiċli għalihom li jaċċettaw il-fatt li dawn ir-rappreżentanti se jkunu l-portavoce ta' l- awtorita'.", "Per eżempju fost l-akbar ilmenti ta' occupational hazards li jeżistu fid- dinja nsibu l-pożizzjoni ħażina fuq makna, u f'Malta min jaf kemm hawn nisa li xi darba kienu jaħdmu fuq production line u li llum ibatu b'daharhom imma lanqas biss jirrealizzaw li dik hija konsegwenza ta' meta kienu jaħdmu fil-fabbriki.", "Jekk f'post tax-xogħol ikun hemm persuna mħarrġa fuq dawn l- affarijiet, problemi bħal dawn se tidentifikahom mill-ewwel u għalhekk se tressaq l-ilment lill-employer u jekk ma tasalx ma' l-employer, tirrapporta lill-awtorita'.", "Jien ma nafx għalfejn qed insibuha bi tqila biex inżidu klawsola żgħira bil-funzjonijiet ta' dawn il-health and safety representatives u mhux inħallu l-informazzjoni mifruxa ma' ħafna klawsoli.", "Jien inħoss li la l- employers diġa' aċċettaw li fost il-ħaddiema tagħhom ikun hemm wieħed li jkun qed jieħu ħsieb il-health and safety, m'għandhomx għalfejn ma jaċċettawx il-fatt li dawn l-uffiċjali se jkunu qed jirrappreżentaw b'mod uffiċċjali lill-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se nieħu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Coleiro u dan il-punt niddiskutih ma' l-esperti.", "Pero' peress li din m'hijiex kwestjoni ta' emenda, m'għandhiex iżżommna milli nimxu fuq din il-klawsola.", "Li xtaqt ngħid hu biex noqogħdu attenti għax l-uffiċjal qatt ma jista' jissostitwixxi lill-ispetturi.", "Infakkar ukoll li subklawsola (4) ta' klawsola 6, li tittratta d-dmirijiet ta' l-employer, tgħid li l-employer qed jiġi obbligat li mhux biss jara li l-uffiċjal jintagħżel, imma li jikkonsulta minn qabel ma' dan ir-rappreżentant dwar dawk il-ħwejjeġ li jistgħu jaffettwaw lis-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Rigward it-taħriġ ta' dawn il-health and safety representatives, tajjeb li l-employers jibdew jaraw il-flus li jonfqu għal dan it-taħriġ bħala investiment.", "Jien naħseb li l-awtorita' għandha tieħu on board it-taħriġ inizjali ta' dawn l-uffiċjali biex forsi jkun hemm a standing course bħal dak ta' l-ispetturi li jsir fl- universita'.", "L-ebda ħaddiem li jiġi maħtur uffiċjal għas-saħħa u s- sigurta' ma jista' jieħu crash course biex ikun jaf x'suppost għandu jagħti każ fuq il-post tax-xogħol tiegħu u jieqaf hemm, għax din hija xi ħaġa li trid tiġi aġġornata paripassu mat-tibdil ekonomiku fil-qasam tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi klawsola 7 għall-vot.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Twaqqif u għamla ta' l-Awtorita'.", "Clause 8 - Establishment and composition of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se nibda billi nressaq din l-emenda biex id- diskussjoni fuq il-kontenut ta' din il-klawsola tkun ċara.", "\"H\" (a) fil-paragrafu (c) tas-subklawsola (2), minflok il-kliem \"u s- sigurta'\" għandhom jidħlu l-kliem \"u, jew is-sigurta'\"; u", "(b) fis-subklawsola (3), minflok il-kliem \"uffiċjal għoli tad-Dipartiment tal-Politika Soċjali biex ikun\" għandhom jidħlu l-kliem \"persuna biex tkun\".", "In clause 8:-", "(a) in paragraph (c) of subclause (2), for the words \"and safety\" there shall be substituted the words \"and, or safety\"; and", "(b) in subclause (3), for the words \"senior officer in the Department of Social Policy\" there shall be substituted the word \"person\".", "Wasalna issa f'taqsima numru 3 u allura essenzjalment nistgħu ngħidu li bdejna l-parti teknika tat-twaqqif ta' l-awtorita'.", "Sub-klawsola (2) ta' klawsola (8) tistabbilixxi l-kompożizzjoni ta' l-awtorita', liema kompożizzjoni hija simili għal dik tal-kummissjoni għall-promozzjoni tas- saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, jiġifieri li l-awtorita' tkun magħmula minn disa' membri.", "Sub-klawsoli (4) u (10) huma relattivament ġodda u qed jirregolaw il-mod ta' kif jiġu nominati dawn il-membri u qed jagħtu r-raġunijiet għall-iskwalifika tagħhom.", "Hawnhekk ukoll irrid niġbed l-attenzjoni li dawn l-artikli huma meħuda minn liġijiet oħrajn fosthom mil- liġi li pprovdiet għat-twaqqif tal-korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ.", "Sub-klawsola (5) titkellem dwar il-konflitt ta' interess, jiġifieri ħadd ma jista' jaħtar lil xi ħadd li jkun membru ta' l-awtorita' għax joħloqlu konflitt ta' interess.", "L-ewwel emenda li ressaqt kienet għal paragrafu (ċ) ta' sub-klawsola (2) li tgħid li l-awtorita' għandha tkun magħmula minn disa' membri, jiġifieri minn chairperson, mid-direttur tar-relazzjonijiet industrijali, minn persuna nominata mill-ministru, kompetenti f'materji dwar is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Hawnhekk aħna dehrilna li l-mod ta' kif inhi miktuba timplika li l-persuna trid tkun esperta kemm fuq is-saħħa kif ukoll fuq is-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk, biex l-affarijiet ikunu ċari, daħħalna l-frażi \"u jew saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol\" biex il-kompetenza tal-persuna nominata tkun tista' tkun kemm fuq iż-żewġ oqsma kif ukoll fuq qasam wieħed.", "It-tieni emenda mressqa tapplika għal sub-klawsola 3 fejn bi żball tniżżel li \"Il-Ministru għandu jaħtar uffiċċjal għoli tad-Dipartiment tal- Politika Soċjali\", imma fil-fatt ma jeżisti l-ebda dipartiment tal-politika soċjali.", "Għalhekk dak il-kliem ġie maqtugħ barra biex issa s-sub-klawsola ġiet taqra li \"Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal għoli biex ikun is- Segretarju tal-Bord\".", "Il-punt importanti ta' din il-klawsola huwa l-kompożizzjoni ta' din l- awtorita'.", "Dan kien il-punt li ddiskutejna fix-xhur li għaddew, proprju meta konna qed nippreparaw l-abbozz, meta konna qed niddiskutu mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku, ma' l-imsieħba soċjali u mas-Sur Riscthofen??, l-espert legali ta' l-ILO.", "Il-parir li ngħatajna li l- konklużjoni li ġbidna minn dawn id-diskussjonijiet kienu li fis-sustanza tagħha, l-kompożizzjoni ta' l-awtorita' trid tkun tixbah lill-mod ta' kif kienet komposta l-kummissjoni, pero' l-maġġoranza tal-membri ta' l- awtorita' għandhom ikunu min-naħa tal-gvern.", "L-argument li qam dwar din il-klawsola partikolari kien li peress li l- awtorita' trid tinkludi wkoll lill-imsieħba soċjali, kien hemm min ħass li terz tar-rappreżentanza fuq l-awtorita' għandha tkun f'idejn il-gvern, terz f'idejn min iħaddem u terz f'idejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "Dan il- punt ġie dibattut fid-dettal u l-konklużjonijiet kienu li prattikament, il- maġġoranza tal-persuni fl-awtoritajiet barranin simili għal din huma kollha nominati mill-gvern.", "Għalkemm kull sub-klawsola ta' din il-klawsola hija mportanti, ma jidhirlix li hemm għalfejn nidħlu fihom waħda waħda għax inħoss li fil- kontenut tagħhom huma ċari biżżejjed.", "Nirrepeti biss punt żgħir dwar il- kwestjoni ta' konflitt ta' interess.", "Peress li membru ta' l-awtorita' jista' jispiċċa f'konflitt ta' interess, aħna daħħalna sub-klawsola 9 biex tagħmilha ċara li dak il-membru li jiġi f'konflitt ta' interess għandu jirrapporta l-każ minnufih lill-ministru u jagħti r-riżenja tiegħu.", "Permezz ta' din il-klawsola aħna qed inwasslu messaġġ lill-membri li se jiġu nominati biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-livell ta' awtorita' jkunu oġġettivi u ma jittieħdux b'mod li jkunu favur jew kontra xi settur partikolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, ħadt gost nisma' lill-Ministru jagħmel enfasi fuq il-fatt li l-ebda membru fl-awtorita' m'għandu jkollu konflitt ta' interess.", "Pero' min-naħa l-oħra din il-klawsola turi biċ-ċar li attwalment din l-awtorita', għalkemm se tkun komposta mill-gvern, mill- employers u mill-ħaddiema, se tkun dominata għax il-gvern huwa l-ikbar employer.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena m'għedtx li terz tal-kompożizzjoni ta' l- awtorita' se tkun magħmula mill-gvern, terz mill-employers u terz mill- ħaddiema.", "Li għedt hu li dan kien biss suġġeriment li l-gvern irrifjuta għax deherlu li l-maġġoranza tal-membri fl-awtorita' għandhom ikunu nominati mill-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nirringrazzja lill-Onor.", "Gonzi għax b'dak li għadu kif qal kompla saħħaħ l-argument tiegħi.", "Il-gvern huwa employer li żgur li għandu nteress vestit f'din l-awtorita' proprju għax l-indirizz ta' l-awtorita' huwa l-ħaddiem.", "Din hija liġi li tipprovdi għat-twaqqif ta' awtorita' li tħares is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax- xogħol.", "Assolutament ma jagħmilx sens li l-gvern, li hu l-akbar employer, se jkun hu li jiddomina l-awtorita' li se tindirizza direttament lill- ħaddiema.", "Għalija, il-fatt li kull min ikollu konflitt ta' interess ma jistax jinħatar fuq l-awtorita' filwaqt li l-gvern se jkollu dominanza assoluta fuq din l-awtorita', jikkuntrastaw ma' xulxin.", "Huwa ovvju l-gvern huwa l-iktar employer li jrid jaħdem biex jiġi in line ma' din il-liġi għax is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema f'ċerti setturi governattivi hija tassew inkwetanti.", "Jien ma nafx x'se jagħmel il-gvern biex jassigura li d- dipartimenti u s-setturi kollha tiegħu jkunu konformi ma' din il-liġi.", "Il-fatt li l-kompożizzjoni ta' din l-awtorita' qed tagħti saħħa tremenda lill-gvern, jagħmel l-affarijiet aktar inkwetanti.", "Il-gvern mhux talli se jkollu dominanza assoluta fost il-membri ta' l-awtorita', talli l-ministru se jkollu s-setgħa li jiddeċiedi liema għaqdiet u trade unions għandu jkollhom rappreżentanza fuq l-awtorita'.", "Il-ministru liema kriterji se juża biex jiddeċiedi liema għaqdiet u liema trade unions għandhom ikunu fuq l-awtorita'?", "F'din l-awtorita', apparti mill-fatt li l-gvern bħala l- akbar employer u bħala l-employer li l-iktar li jrid jagħmel riformi fil- postijiet tax-xogħol tiegħu biex jiġi konformi ma' din il-liġi se jkun qiegħed fl-awtorita' b'dominanza assoluta, il-ministru, jiġifieri l-istess gvern li jiddeċiedi liema għaqdiet ta' min iħaddem u liema trade unions għandu ikollhom rappreżentanza f'din l-awtorita'.", "F'din is-seduta, filli konna qed nitkellmu fuq prinċipju li dwar qablu ż- żewġ naħat tal-Kamra, u filli tiġi din il-parti li titfa' lil kulħadd mitt sena lura għax tqajjem dubju dwar l-iskop ta' din il-liġi.", "Jien ma nixtieqx li dawn ir-rimarki jittieħdu b'mod partiġġjan għax illum hawn il- partit Nazzjonalista fil-gvern u għada pitgħada jkun hawn il-partit Laburista.", "Qed nagħmel dawn ir-rimarki għax jien inħoss li l-ebda gvern m'għandu jiddomina lill-awtorita' li tieħu ħsieb il-health and safety tal- ħaddiema.", "Jien inħoss li l-qafas ta' din l-awtorita' għandu jkun magħmul mill-imsieħba soċjali li imma m'għandhomx ikunu deteriminati mill-gvern.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, innotajt li hemm differenza bejn il- verżjoni Maltija u dik Ingliża ta' klawsola 8, għax filwaqt li l-verżjoni Maltija tgħid \"persuna nominata mill-ministru\", dik Ingliża tgħid \"person appointed by the minister\", fejn \"appointed\" u \"nominata\" ma jfissrux l- istess ħaġa.", "Huwa ovvju li l-kelma korretta hija \"appointed\" għax m'huwiex il-każ li l-ministru jinnomina persuni li jirrapreżentaw lill-ħaddiema.", "Għalhekk qed tiġi preparata emenda biex fil-verżjoni Maltija, il-kelma \"nominata\" tiġi sostitwita bil-kelma \"maħtura\".", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li huwa d-dmir ta' dan il-parlament li jaħtar lil persuni biex jirrappreżentaw lill-ħaddiema imma naħseb li dan huwa kompitu tal-parti eżekuttiva, jiġifieri tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Qiegħda nifhem sew li l-persuni fuq l- awtorita' se jkunu nominati mill-għaqdiet u mit-trade unions waqt li l- letter of appointment toħroġ mill-ministru?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, l-Onor.", "Coleiro qiegħda tifhem tajjeb.", "Biex inkun ċar, l-intenzjoni tagħna kienet li nibnu fuq l-esperjenzi li kellna mal-kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol matul dawn l-aħħar sitt snin.", "Jekk wieħed iħares lejn dik il-parti ta' l-att ta' l-1994 li titkellem dwar ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, jiġifieri artiklu 3, isib li dan jgħid hekk:", "\"Żewġ persuni maħtura mill-ministru biex jirrapreżentaw l-interessi tal- ħaddiema minn fost persuni indikati minn għaqdiet tal-ħaddiema jew organizzazzjonijiet ta' għaqdiet tal-ħaddiema\"", "F'din il-liġi, dan il-fattur se jkun jaqra hekk:", "\"Żewġ membri maħtura mill-ministru biex jirrappreżentaw l-interessi tal- ħaddiema, wara konsultazzjoni ma' dak il-korp jew korpijiet li l-ministru jista', minn żmien għal żmien, iqis bħala r-rappreżentanti prinċipali tal- ħaddiema\".", "Jekk xi ħadd qed iħoss li din il-klawsola hija nkwetanti, jien ma nsib l- ebda diffikulta biex nikkopja eżatt l-artiklu ta' l-1994.", "L-intenzjoni hija li kif dejjem sar, dawk l-għaqdiet tal-ħaddiema u l-għaqdiet ta' l- employers li jirrappreżentaw lill-massa, jiġu mitluba jagħtuna lista ta' ismijiet biex nagħżlu minnhom.", "Dan hu l-mod ta' kif tul is-snin kienu jitgħażlu r-rappreżentanti fuq l-awtorita' u għalhekk jien m'għandi l-ebda ntenzjoni li nbiddel din il-proċedura.", "Dan huwa mod stabbilit mhux biss mill-kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol imma anke minn korporazzjonijiet oħra bħall-Employment and Training Corporation.", "S'issa qatt ma kien hemm problemi u dejjem intagħżlu l-aħjar nies.", "Jien naħseb li ħlief għall-kelma \"nominati\" li trid tiġi sostitwita bil-kelma \"maħtura\", fiha nnifisha s-sub-klawsola (f) hija tajba, anzi naħseb li hija aħjar minn dik ta' l-att ta' l-1994.", "Pero' nerġa' ngħid li jekk hawn xi ħadd li m'huwiex sodisfatt b'din is-sub-klawsola kif inhi, jien ma nsib l-ebda diffikulta' biex nissostitiwiha b'dik ta' l-att ta' l- 1994.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Chairman, xtaqt nenfasizza l-fatt li l- gvern elett demokratikament mill-poplu għandu responsabbilta' soċjali u jrid jerfagħha.", "Jien m'għandix dubju li kemm il-gvern preżenti kif ukoll l- oppożizzjoni Laburista quddiem għajnejhom iżommu dejjem il-prinċipju tal- ġid komuni.", "Huwa d-dmir ta' kull gvern li jerfa' r-responsabbiltajiet kollha li l-poter iġib miegħu, u għalhekk dan il-gvern għandu jerfa' r- responsabbilta' ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta' tal- ħaddiem.", "L-iktar ħaġa faċli għal kull gvern hija li jfarfar mir- responsabbiltajiet tiegħu u jitfagħhom fuq setturi oħra, pero' f'dan il-każ il-gvern Nazzjonalista qed jgħid ċar u tond li ma jridx li jsir hekk imma jrid li din il-liġi tiġi attwata.", "M'hemmx dubju li biex dawn ir- regolamenti jiġu fis-seħħ u jiġu nfurzati, is-servizz ċivili se jkollu jgħaddi minn transizzjoni.", "Pero' dan il-gvern huwa lest li jimplimenta u jenforza din il-liġi fost id-dipartimenti u l-entitajiet kollha tiegħu.", "Sur President, xtaqt nirrimarka wkoll dwar paragrafi (f) u (g) ta' sub- klawsola (2) ta' klawsola 8 li jitrattaw ir-rappreżentanti prinċipali tal- ħaddiema.", "Kulħadd jaf li f'pajjiżna l-partiti politiċi huma marbuta ma' trade union partikolari.", "Għalhekk, minħabba dan il-fattur li fil-passat kemm-il darba uriena fiex jista' jsarraf, jien naħseb li dawn iż-żewġ paragrafi għandhom jiġu ppreċiżati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna, tajjeb li fil-qosor nispjegaw l-għanijiet u r-raġunijiet ta' din il-liġi:", "\"L-għanijiet u r-raġunijiet prinċipali ta' dan l-Abbozz huma biex titwaqqaf Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol li jkollha l- funzjoni li ġġib 'il quddiem u tissalvagwardja l-ġid tal-ħaddiema kollha f'kull tip ta' xogħol u biex tiżgura li jinżammu l-livelli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol stabbiliti b'regolamenti li jsiru taħtu\".", "Il-battibekk ta' jekk il-gvern għandux ikollu l-maġġoranza jew le qed jinħoloq għaliex il-liġi tgħid li l-awtorita' għandha tkun magħmula minn disa' membri, jiġifieri minn chairperson, viċi-chairperson - li se jkun id- direttur tar-relazzjonijiet industrijali u mpjiegi - u tliet esperti, wieħed fuq is-saħħa, ieħor fuq is-saħħa u s-sigurta' u ieħor fuq l- affarijiet ekonomiċi.", "Ġustament dawn il-ħames persuni se jkunu appuntati direttament mill-ministru.", "Apparti dawn, fil-bord ta' l-awtorita' jrid ikun hemm żewġ membri nominati mill-unions biex jirrappreżentaw lill- ħaddiema u żewġ membri biex jirrappreżentaw lill-employers.", "S'hawnhekk kulħadd qed jaqbel.", "Il-problema tinsab fil-fatt li l-wording ta' din il- liġi qed tagħti lil wieħed x'jifhem li dawn l-erba' membri se jkunu nominati mill-ministru.", "Eżattament, il-liġi tgħid hekk:", "\" ... żewġ membri nominati mill-Ministru biex jirrappreżentaw l- interessi tal-ħaddiema, wara konsultazzjoni ma' dak il-korp jew korpijiet li l-Ministru jista', minn żmien għal żmien, iqis bħala r- rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema ... \"", "Primarjament hawnhekk id-diffikultajiet huma tnejn, waħda li r- rappreżentanti tal-unions se jkunu nnominati mill-gvern u l-oħra li fuq kollox hemm il-possibbilta' li from time to time il-ministru jbiddel lil dawn ir-rappreżentanti.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia għamel enfasi fuq il-fatt li għar-rigward tar-rappreżentanti ta' min iħaddem il-liġi tista' tibqa' kif inhi, pero' jien naħseb li anke f'dan ir-rigward għandu jkun hemm scelta libera.", "Għalhekk minn hawnhekk ngħid li l-oppożizzjoni assolutament ma taqbilx ma' kif ġie mfassal il-wording.", "Din m'hijiex riflessjoni personali tiegħi imma hija xi ħaġa li ġiet irrimarkata mill-unions u mill-employers.", "Kulħadd qed jistenna li din il-liġi tiġi reworded biex mingħajr ma naqtgħu il-jedd tal- maġġoranza li għandu l-gvern, dawk l-erba' membri ma jiġux nominati mill- ministru imma mill-unions u mir-rappreżentanti ta' min iħaddem.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, se nressaq emenda għal klawsola 8.", "\"I\"(a) f'paragrafu (a) ta' subklawsola (2) minflok il-kelma \"nominat\" għandha tidħol il-kelma \"maħtur\";", "(b) f'paragrafu (c) ta' subklawsola (2) minflok il-kelma \"nominata\" għandha tidħol il-kelma \"maħtura\";", "(c) f'paragrafu (d) ta' subklawsola (2) minflok il-kelma \"nominata\" għandha tidħol il-kelma \"maħtura\";", "(d) f'paragrafu (e) ta' subklawsola (2) minflok il-kelma \"nominata\" għandha tidħol il-kelma \"maħtura\";", "(e) f'paragrafu (f) ta' subklawsola (2) minflok il-kelma \"nominati\" għandha tidħol il-kelma \"maħtura\"; u", "(f) f'paragrafu (g) ta' subklawsola (2) minflok il-kelma \"nominati\" għandha tidħol il-kelma \"maħtura\".", "\"I\"(a) in paragraph (a) subclause (2) for the word \"nominat\" there shall be substituted the word \"maħtur\";", "(b) in paragraph (c) subclause (2) for the word \"nominata\" there shall be substituted the word \"maħtura\";", "(c) in paragraph (d) subclause (2) for the word \"nominata\" there shall be substituted the word \"maħtura\";", "(d) in paragraph (e) subclause (2) for the word \"nominata\" there shall be substituted the word \"maħtura\";", "(e) in paragraph (f) subclause (2) for the word \"nominati\" there shall be substituted the word \"maħtura\"; and", "(f) in paragraph (g) subclause (2) for the word \"nominati\" there shall be substituted the word \"maħtura\".", "Issa suppost li b'din l-emenda, waħda mid-diffikultajiet ta' l-Onor.", "Chircop ġiet riżolta.", "Rigward it-tieni argumentazzjoni ta' l-Onor.", "Chircop, il-wording huwa kważi l-istess, anzi jien ngħid li jtejjeb il-kliem li qed jintuża fil-liġi ta' l-1994.", "Dan għaliex fil-liġi ta' l-1994, għall-kuntrarju ta' din il- liġi li għandna quddiemna, biex jinħatru l-erba' membri biex jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema u ta' l-employers, m'hemmx l- obbligu tal-konsultazzjoni.", "Jien naħseb li dan l-obbligu li qed jiddaħħal f'din il-liġi se jservi ta' ġid għall-eżerċizzju kollu.", "Ġid biss jista' joħroġ mill-fatt li l-ministru nkarigat biex jaħtar lil dawn il-membri, fil- proċess ta' konsultazzjoni, ħafna drabi b'mod informali għall-aħħar, ikun jista' jingħata indikazzjoni ta' min huma l-aħjar persuni biex iservu fuq il-bord ta' l-awtorita'.", "Jien naħseb li dwar dan il-fatt, kulħadd jaqbel.", "Mill-esperjenza tiegħi jien nista' ngħid li mhux l-ewwel darba li meta kelli l-kompitu li naħtar persuni fuq bord partikolari, ikkonsultajt ma' l- għaqdiet involuti u bejnietna rnexxielna nagħżlu l-aħjar persuni.", "Kull proċess ta' konsultazzjoni, ġid jagħmel u mhux deni.", "Għalhekk inħoss li l- konsultazzjoni f'din il-liġi għandha tibqa' hemm.", "Il-proċess ta' konsultazzjoni m'huwiex xi ħaġa ġdida għax diġa' għaddew sitt snin minn meta ġie introdott, u sa issa għaddew minnu ħafna ministri differenti.", "Ormai issa huwa aċċettabbli li ssir konsultazzjoni maż-żewġ unions il-kbar ta' pajjiżna, il-GWU u l-UĦM, u mas-CMTU, biex jintgħażlu l- aħjar rappreżentanti.", "Kieku l-liġi dwar il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku kienet diġa' fis-seħħ, konna nkunu nistgħu nankraw ftit magħha, pero' xorta naħseb li b'din l-emenda li għamilna, l-affarijiet ġew iċċarati.", "Jidher li issa l-Kamra kollha qed taqbel ukoll mal-kompożizzjoni ta' l-awtorita', jiġifieri ħames persuni min-naħa tal-gvern, tnejn min-naħa tal-ħaddiema u tnejn min-naħa ta' min iħaddem.", "Sur President, fl-istadju tat-tieni qari ta' din il-liġi, jiena ddikjarajt li għandu jkun il-gvern li jixpruna lill-awtorita' biex timxi 'l quddiem.", "Jien konvint li d-determinazzjoni biss tista' twassalna biex nagħmlu dan, għax jekk ma nagħmlux hekk se nibqgħu nittitubaw bħalma għamilna għal snin twal f'ħafna oqsma differenti.", "Konvint ukoll li l- persuni li se jintgħażlu biex iservu fuq din l-awtorita' se jagħtu l-impenn massimu tagħhom bħalma għamlu dawk nominati fuq il-kummissjoni għall- promozzjoni għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol fis-sitt snin li għaddew.", "Fil-fatt nista' ngħid li hija l-esperjenza ta' dawn is-sitt snin li urietna li mingħajr determinazzjoni sħiħa ma nistgħux nimxu 'l quddiem.", "Issa wasal iż-żmien li ma nibqgħux induru dawra tond imma nibdew nimxu 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, għalkemm napprezza l-isforz li sar mill- esperti u mill-Onor.", "Gonzi biex il-wording jitjieb, xorta għadni daqsxejn dubjuż dwar paragrafi (f) u (ġ) għax donnhom baqgħu jfissru l-istess, jiġifieri li r-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' min iħaddem se jkunu maħtura mill-ministru.", "Jien xtaqt li dawn ir-rappreżentanti jkunu nnominati mill-unions u l-kompitu tal-ministru jkun li jissekondahom jew jaħtarhom, jiġifieri l-kwestjoni hija waħda ta' preċedenza.", "Peress li l- liġi tgħid li dawn il-membri jridu jkunu nnominati, awtomatikament qed ixxaqleb favur il-ministru.", "Għalhekk aħna xorta nirritjenu li ma naqblux kompletament magħha.", "Ma nixtieqx inkun polemikuż, imma l-punt ta' din in-naħa tal-Kamra huwa li primarjament il-unions għandhom jingħataw il-jedd li jinnominaw huma r- rappreżentanti biex imbagħad, wara konsultazzjoni, jiġu maħtura mill- ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi-Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, ċerti affarijiet ma jistgħux jiġu solvuti għaliex definittivament huwa l-ministru li jrid jaħtar dawn il- membri.", "L-ebda kelma oħra ma tista' tintuża flok din, għax li wieħed jissekonda m'għandu x'jaqsam xejn.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: M'għandix diffikulta' dwar il-kelma \"maħtura\", basta l-preċedenza tkun mod ieħor.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li issa qed infittxu wisq ix-xagħra fl- għaġina!", "Hawnhekk qed jingħad li hemm l-obbligu ta' konsultazzjoni mar- rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema, jiġifieri mal-unions il-kbar biex finalment ikun hemm qbil fuq il-persuna li se tkun maħtura fuq il-bord ta' l-awtorita'.", "Jien naħseb li din il-klawsola, kif inhi qiegħda tajba, iktar u iktar għaliex fuq kollox hija aħjar minn dik tal-liġi ta' l-1994.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Chairman, jien naħseb li l-frażi \"ma' dak il-korp jew\", li tinsab f'paragrafu (f) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 8, għandha titneħħa biex jiġi salvagwardat il-pluraliżmu fil-qasam tat-trade unions.", "Fl-opinjoni tiegħi dan il-paragrafu għandu jiġi jaqra hekk:", "\" ... wara konsultazzjoni ma' dawk il-korpijiet li l-Ministru jista', minn żmien għal żmien, iqis bħala r-rappreżentanti tat-trade unions prinċipali tal-ħaddiem\".", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena qed nifhem il-punt ta' l-Onor.", "Farrugia, pero' ma naħsibx li għandna għalfejn niddubitaw minn dan il-wording għax il- korpi li huma rikonoxxuti b'mod ovvju bħala r-rappreżentanti tal-maġġoranza tal-ħaddiema huma l-unions.", "Pero', biex l-affarijiet ikunu ċari, irrid ngħid ukoll li hawn ukoll numru kbir ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li wkoll qed jistennew li b'xi mod jew ieħor jiġu kkonsultati.", "Kieku jkolli nilqa' x-xewqa ta' dawk l-organizzazzjonijiet kollha li jridu li jkollhom rappreżentanza fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, naħseb li s-sala tal-Mediterran għall-konferenzi ma tkunx biżżejjed!", "Il-prattiċita' ma tippermettilniex li jkollna forum daqshekk wiesa' ta' nies għax inkella l-proġett fih innifsu jistaġna.", "Illum il- ġurnata hemm metodi oħra ta' kif issir konsultazzjoni wiesa', liema metodi qed jiġu ndirizzati wkoll.", "Insomma, il-punt hu li ma jistax ikun li l-liġi tispeċifika korpi partikolari, għaliex aħna m'aħniex qed nilleġislaw għal-lum biss imma anke għall-futur.", "Meta nilleġislaw b'dan il-mod il-liġi rridu nħalluha flessibbli, u naħseb li din il-klawsola qiegħda tagħti lok għall- flessibilita' għaliex hija mibnija fuq l-esperjenza li kellna sal-lum, esperjenza li dwarha l-ebda gvern u l-ebda ministru ma kellu problema.", "Permezz tal-konsultazzjoni li obbligajna ruħna f'dawn il-klawsoli, għamilna improvement żgħir fuq is-sistema ta' qabel.", "Jien naħseb li ladarba għamilnieha ċara li l-ministru se jaħtar wara konsultazzjoni, u mhux jinnomina, il-preokkupazzjoni ewlenija ġiet indirizzata.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Għalkemm b'din l-emenda li għadha kemm tressqet, għamilna pass 'il quddiem, jien xorta għadni nkwetata fuq parti oħra tal-klawsola, eżattament dwar paragrafi (f) u (ġ) li jgħidu li l- ministru jista', minn żmien għal żmien, iqis bħala r-rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema u ta' min iħaddem rispettivament.", "Fl-interventi li għadni kif għamilt, jien staqsejt liema kriterji se juża l-ministru biex jagħżel lil dawn ir-rappreżentati.", "Fuq liema benchmark se tintagħżel union u għaqda minn oħra?", "Nerġa' nirrepeti li huwa importanti li mhux aħna l- membri parlamentari biss naqblu ma' din il-liġi, imma jaqblu magħha anke l- imsieħba soċjali kollha involuti.", "Importanti wkoll li fil-liġi ma jkun hemm xejn li jnissel id-dubju li l-gvern, ikun min ikun, għandu grazzja ma' xi ħadd u mhux ma' xi ħadd ieħor.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, nerġa' nirrepeti li l-kriterju użat fil-liġi biex il-ministru jkun jaf lil min għandu jikkonsulta, joħroġ mill- kliem \"rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema\" f'paragrafu (f) u \"rappreżentanti prinċipali ta' min iħaddem\" f'paragrafu (ġ), b'enfasi fuq il-kelma \"prinċipali\", li tirriferi għall-GWU u għall-UĦM, li jirrappreżentaw il-massa tal-ħaddiema Maltin li huma rikonoxxuti b'mod nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, nirringrazzja lill-ministru ta' l-ispjega li ta u li ċċarat id-diffikulta' tiegħi, pero' l-oppożizzjoni għad għandha dubju dwar is-saħħa enormi li se jkollu l-gvern fuq l- awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, jiġifieri paragrafu (f) kif emendat issa ġie jaqra hekk:", "\"żewġ membri maħtura mill-Ministru biex jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema, wara konsultazzjoni ma' dak il-korp jew korpijiet li l- Ministru jista', min żmien għal żmien, iqis bħala r-rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema\".", "Kif qalet tajjeb l-Onor.", "Coleiro, għalkemm biddilna l-kelma \"nominati\" bil- kelma \"maħtura\", jien xorta nħoss li l-ministru għandu poteri assoluti fuq l-awtorita'.", "Għalhekk jien nixtieq li ntejbu dan il-paragrafu biex nispjegaw aħjar li r-rappreżentanti se jkunu nnominati mill-unions u maħtura mill-ministru.", "Kif għedt aktar kmieni f'din id-diskussjoni, il-kwestjoni hawnhekk hija waħda ta' prijorita', ta' kif frażi se torbot ma' oħra.", "Jien naħseb li l- ordni għandha tkun hekk:", "\"ir-rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema jinnominaw lir- rappreżentanti tagħhom u li, wara konsultazzjoni mal-ministru, jiġu maħtura mill-istess ministru\".", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, nerġa' ngħid li qed infittxu x-xagħra fl-għaġina għaliex huwa ovvju li l-konsultazzjoni bejn il-ministru u r- rappreżentanti tal-ħaddiema ssir biex tintgħażel l-aħjar persuna possibbli biex taqdi dmirha fuq din l-awtorita'.", "Ma naħsibx li għandna għalfejn inbiddlu xi ħaġa li prattikament qed tikkonferma l-prattika li użajna b'mod pożittiv tul dawn l-aħħar snin f'boards differenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela se npoġġi l- mistoqsija dwar l-emenda \"H\", kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi l-mistoqsija dwar l-emenda \"I\", kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 8, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Funzjonijiet ta' l-Awtorita'.", "Clause 9 - Function of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, permezz ta' din il-klawsola qegħdin nispjegaw il-funzjonijiet ta' din l-awtorita'.", "Xtaqt nibda billi nressaq emenda għal paragrafu (b) ta' subklawsola 2 ta' din il-klawsola.", "Preżentement dan il-paragrafu jgħid li fost l-oħrajn il-funzjoni ta' l- awtorita' għandha tkun li:", "\"tfassal l-istrateġija jew l-istrateġija ġenerali dwar is-saħħa u s- sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol kif stabbiliti mill-Ministru\",", "waqt li l-emenda li se nressaq tgħid hekk:", "\"J\"Minflok il-paragrafu (b) ta' sub-klawsola (2) ta' klawsola 9, għandu jidħol dan li ġej:", "\"(b) tistabbilixxi strateġiji, f'konsultazzjoni ma' l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, li biha l-politika nazzjonali ġenerali li tirrigwarda s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, lilha indikata mill-Ministru, tkun tista' tiġi implimentata;\".", "\"J\"For paragraph (b) in subclause (2) in clause 9, there shall be substituted the following:-", "\"(b) establish strategies in consultation with the Chief Executive Officer, by which the general national policy relating to occupational health and safety, indicated to it by the Minister, may be implemented;\".", "Ħarsa ħafifa lejn din il-klawsola turina li din l-awtorita', meta mqabbla mal-kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol, qed tingħata diversi funzjonijiet ġodda.", "Fl-opinjoni tiegħi, l- iktar funzjoni importanti hija dik li għaliha għadni kif ressaqt emenda, jiġifieri l-fatt li l-awtorita' stess se tistabilixxi fuq livell nazzjonali l-istrateġija ta' kif pajjiżna jimxi 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, ma' l-enforcement tal-liġi u mat-twettiq tal-funzjonijiet l-oħra li joħorġu mil-liġi.", "Rigward l-emenda li għadni kif ippreżentajt, irrid ngħid li peress li paragrafu (b) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 9 fih kontradizzjoni - għax għalkemm tajna s-setgħa lill-awtorita' li tfassal l-istrateġija, fl-istess ħin għedna li din l-istrateġija trid tkun kif stabilita mill-Ministru - aħna dehrilna li kellna nemendawh.", "Għalkemm ma kenitx l-intenzjoni tagħna li nagħmlu dan imma kien sempliċement każ ta' wording ħażin, l-espert ta' l- ILO mill-ewwel indikalna din il-kontradizzjoni u għalhekk għamilna diskussjoni dwar dak li rridu nagħmlu.", "Bażikament dak li rridu hu li jkollna politika nazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Id- direzzjoni ġenerali trid tiġi stabilita fuq livell politiku għax l- esperjenza turina li jekk ma jkunx hemm l-ixprun politiku biex iseħħu l- bidliet meħtieġa, eventwalment dawn il-bidliet jibqgħu ma jsirux.", "Meta qed ngħid direzzjoni politika qed infisser il-policy stabilita f'livell politiku.", "Għalhekk il-funzjoni ewlenija ta' l-awtorita' hija li twettaq id- direzzjoni politika, il-policy in ġenerali tas-saħħa u s-sigurta' fuq il- post tax-xogħol.", "F'din l-emenda li għadni kif ressaqt daħħalna l-kunċett li l-awtorita' trid tikkonsulta maċ-chief executive officer tagħha, xi ħaġa li ma kenitx teżisti fl-abbozz oriġinali.", "Għamilna dan għaliex dik il-persuna li se tkun qed tiffaċċja l-ħajja ta' kuljum, tiltaqa' direttament ma' l-ispetturi, ma' l-employers u mal-ħaddiema hija prorpju ċ-chief executive officer.", "Għalhekk aħna dehrilna li filwaqt li l-funzjoni ewlenija ta' l-awtorita' għandha tkun li tfassal l-istrateġiji, huwa importanti li l-awtorita' tintrabat li għallinqas tikkonsulta maċ-CEU.", "Funzjoni oħra importanti li se jkollha twettaq din l-awtorita' hija li tara li kull min huwa kkonċernat qed isegwi r-regolamenti ta' din il-liġi u tieħu azzjoni fejn dawn ir-regolamenti ma jkunux qed jiġu obduti.", "Sal-lum, din kienet il-funzjoni tal-unit għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet, pero' mat-twaqqif ta' l- awtorita' din il-funzjoni se titneħħa minn taħt idejn id-Dipartiment tax- Xogħlijiet u tgħaddi f'idejn din l-awtorita'.", "Funzjoni oħra importanti li dan l-abbozz iqiegħed taħt ir-responsabbilta' ta' din l-awtorita' hija l-ġbir ta' statistika u informazzjoni biex pajjiżna jkollu stampa ċara tas-sitwazzjoni attwali.", "Min segwa d-dibattitu fl-istadju tat-tieni qari jaf li kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra lmentaw li kultant ma jkollniex stampa ċara tas-sitwazzjoni ta' l-inċidenti fuq il- postijiet tax-xogħol minħabba l-fatt li sal-lum l-unika entita' li tiġbor xi statistika huwa d-dipartiment tas-sigurta' soċjali minħabba l-claims li jitressqu quddiemu.", "Ilkoll kemm aħna nafu li l-istatistika li tinġabar minn dan id-dipartiment m'hijiex biżżejjed biex tagħti stampa reali tas- sitwazzjoni attwali fil-pajjiż, u għalhekk qed nobbligaw lil din l- awtorita' li tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar dak kollu li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li fil-ġbir u fl-analisi tad-data, din l-awtorita' beħsiebha timxi fuq il- kriterji stabiliti mill-European study on the harmonisation of accidents at work.", "B'hekk inkunu nistgħu nistabilixxu jekk pajjiżna huwiex miexi 'l quddiem jew le fit-triq tal-konformita' mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kunċett ieħor li ta' min isemmih huwa li l-awtorita' se tkun konstretta tikkopera ma' kull ministeru u dipartiment tal-gvern u ma' kull organizzazzjoni oħra, kemm lokali kif ukoll barranija, biex tippromwovi u tiżgura s-saħħa u s-sigurta' tal-persuni kollha fuq il-post tax-xogħol.", "Wieħed jista' jgħid li ma kienx hemm għalfejn li din il-funzjoni titniżżel fl-abbozz pero', peress li meta abbozzajna din il-liġi deher ċar li dan il- punt kien se joħroġ, kif ukoll minħabba l-fatt li l-obbligu tal-gvern bħala l-akbar employer hu li jkun the model employer, iddeċidejna li nniżżluha fil-liġi.", "B'hekk l-awtorita' issa għandha l-jedd li tara li l-gvern, bħala l-model employer, iġib fis-seħħ il-bidliet li pajjiżna tant għandu bżonn.", "Eżempju ta' xi bidliet li issa ilhom sentejn li ġew fis-seħħ huma l-carreer break, ir-responsibility break u r-reduced hours għall-ħaddiema fis-settur pubbliku, miżuri li dwarhom għall-ewwel kien hawn reazzjoni negattiva imma li llum wara sentejn qed jagħtu riżultat pożittiv u għalhekk nittama li ma ndumux ma naraw drittijiet bħal dawn fis-settur privat.", "Qed ngħid dan sempliċement bħala eżempju biex nenfasizza l-importanza li l-gvern ikun il- mudell li fuqu kulħadd ikun jista' jkejjel il-ħidma tiegħu.", "Jidhirli li b'din l-ispjega koprejt il-punti ewlenin ta' din il-klawsola għaliex mingħajr ma nnaqqas xejn mill-importanza tal-funzjonijiet l-oħra, ma naħsibx li hemm għalfejn nerġa' nirrepeti dak li diġa' ntqal.", "Il- funzjonijiet l-oħra li ssemmi din il-klawsola u li jien m'għamiltx riferenza għalihom huma kollha funzjonijiet importanti u wiesa' kemm jista' jkun, jiġifieri jippermettu l-flessibilita' fl-inizjattivi kollha li l- awtorita' jkollha bżonn tieħu minn żmien għal żmien biex dan il-qasam jimxi 'l quddiem.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, ħadt gost bl-emenda li ressaq il-ministru, pero' sinċerament ma nistax nara fejn sar it-tibdil għaliex il- ministru xorta għad għandu s-setgħa li jindika l-istrateġija lill- awtorita'.", "Iktar minn hekk, anke paragrafu (ċ) jkompli jenfasizza s-setgħa tal-ministru meta jgħid li waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorita' għandha tkun li:", "\"tagħti parir lill-Ministru dwar l-għemil ta' regolamenti li jġibu 'l quddiem, iżommu jew jipproteġu livell għoli ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol\".", "Jiġifieri fi kliem ieħor se jkun il-ministru li jagħmel dawn ir- regolamenti.", "L-istorja baqgħet l-istess.", "Kulma sar huwa biss camouflage biex dan il- paragrafu ma jkomplix jagħmilha ovvja li m'hemmx għalfejn issir awtorita' għax, bil-mod ta' kif inhu magħmul dan l-abbozz, il-ministru jista' faċilment iqabbad erba' konsulenti u jmexxi kollox hu.", "Imbagħad, kif diġa' għedt, paragrafu (ċ) jkompli jenfasizza l-objettiv oriġinali ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Din il-liġi fiha diversi klawsoli li jirriflettu s-setgħa tal-ministru fuq l-awtorita'.", "Kif diġa' għedt, anke għar-rigward ta' klawsola 8, jien niskanta kif awtorita' bħal din, li assolutament m'għandhiex għalfejn tkun imċappsa mal-politiċi, qed titqiegħed taħt il-poter ta' ministru biex nibqgħu nagħtu l-impressjoni li f'kull ħaġa li teżisti f'dan il-pajjiż irid ikun hemm il-politika.", "Paragrafu (ġ) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 9 jgħid li l-awtorita' għandha:", "\"iġġib 'il quddiem it-tagħlim u t-taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, u l-preparazzjoni għal emerġenza jew għall- ewwel għajnuna fuq il-post tax-xogħol\".", "M'iniex se nerġa' nirrepeti dak li diġa' għedt għar-rigward tal-klawsola preċedenti imma ngħid biss li hawnhekk jien nara l-bżonn ta' kordinament sħiħ mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "L-istess jista' jingħad rigward paragrafu (h) ta' subklawsola (2) ta' l- istess klawsola, liema paragrafu jgħid li l-awtorita' għandha l-kompitu li:", "\"tiġbor u tanalizza data u statistika dwar korrimenti, danni għas- saħħa u mwiet fuq il-post tax-xogħol, u dwar affarijiet anċillari għas-saħħa u għas-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol\",", "u li għalhekk għandu bżonn li jikkordina tajjeb ma' l-uffiċċju ta' l- istatistika.", "Innotajt pero' li la f'dan il-paragrafu u lanqas f'dawk li jsegwu m'hemm xi ħaġa li tindika li l-awtorita' se jkollha s-setgħa li tikseb tagħrif mingħand is-settur privat.", "Jien inħoss li din l- osservazzjoni tenfasizza l-importanza tas-saħħa li għandu jkollu r- rappreżentant tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, saħħa dwarha konna tkellimna fit-tul.", "Mr Chairman, paragrafu (j) jgħid li l-awtorita' għandha l-kompitu li:", "\"tagħmel kull investigazzjoni fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam mas- saħħa u s-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol, inkluża, iżda mhux limitata għal, l-investigazzjoni ta' xi inċident, korriment, mard jew mewt li jiġru bħala riżultat jew minħabba xi ħaġa konnessa max- xogħol\".", "Biex dan il-paragrafu jiġi implimentat, l-awtorita' għandha bżonn ikollha kordinament tajjeb mal-pulizija.", "Qiegħda kull darba nagħmel enfasi fuq il- kordinament għaliex minkejja li l-Viċi Prim Ministru qal li subklawsola (4) ta' klawsola 9, li tgħid li \"l-awtorita' għandha tistabbilixxi kooperazzjoni ma' kull ministeru, dipartiment tal-gvern jew organizzazzjoni oħra\", hija superfluwa, jien naħseb li hemm bżonn nenfasizzaw il-ħtieġa li d-dipartimenti u l-entitajiet tal-gvern jikkoperaw bis-serjeta' ma' din l- awtorita'.", "Id-dipartimenti tal-gvern donnhom iħobbu jaħdmu wisq għal rashom u ma jippermettu lil ħadd li jidħlilhom fl-għalqa.", "Minħabba f'hekk din il-liġi għandha tagħmilha ċara daqs il-kristall li jekk l-awtorita' ddur fuq dawn id-dipartimenti biex tieħu xi informazzjoni u data, dawn għandhom jgħinuha mill-aħjar li jistgħu biex din l-awtorita' tkun tista' twettaq id-dmirjiet tagħha.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-ewwelnett irrid ngħid li jiena naqbel li għandu jkun hemm komunikazzjoni u kordinament bejn l-awtorita' u d-dipartimenti tal-gvern.", "Irrid ngħid ukoll li iktar minn dak li qalet l- Onor. Coleiro, jiġifieri li l-ministeri u d-dipartimenti tal-gvern huma obbligati li jfornu lill-awtorita' bl-informazzjoni meħtieġa kull darba li jintalbu jagħmlu dan, dan l-obbligu japplika wkoll għas-settur privat.", "Fil- fatt għadni qiegħed niddiskuti ma' l-esperti jekk dan l-abbozz għandu jispeċifika li dan l-obbligu japplika wkoll għas-settur privat.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar il-paragrafu (b) li għadna kif emendajna u li xorta għad hawn nuqqas ta' qbil dwar il-poter li se jkollu l- ministru.", "Għalhekk jien nixtieq nistaqsi jekk irridux li nħallu lil din l- awtorita' tfendi għal rasha mingħajr direzzjoni politika.", "Jiena ngħid u nibqa' ngħid mingħajr tlaqliq li l-gvern tal-ġurnata, ikun min ikun, għandu jara li l-pajjiż jimxu 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Imma biex isir dan, l-awtorita' jkollha bżonn tad-direzzjoni tal-ministru.", "Għalkemm jien ġejt akkużat b'aġir dittatorjali, iktar naħseb li qed nitlaq il-poteri minn idejja biex ngħaddihom lill-awtorita'.", "Pero' nerġa' ngħid li għandu jkun il-kompitu tal-gvern tal-ġurnata li jagħti direzzjoni lil din l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Għalissa nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "F'nofsinhar id-diskussjoni fuq Klawsola 9 u l-Emenda \"J\" kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, 25 ta' Ottubru, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni. ----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, se nieħu ftit mill-ħin tal-kollega tiegħi biex nirrimarka dwar il-prattika li qed tuża l-oppożizzjoni fis- sejħiet ta' quorum.", "Jien naħseb li s-sejħiet għal quorum għandhom limitu li m'għandux jinqabeż.", "Jien nemmen li r-regolamenti qegħdin hemm biex jiġu mħarsa u għalhekk assolutament m'huwiex aċċettabbli li l-oppożizzjoni tipprova tilgħab noli mad-deputati eletti f'din l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-każ tal-bieraħ wera kemm verament li l- lastiku jinqata' wara li tkun ilek iġġebbdu.", "Waqt is-seduta tal-bieraħ filgħaxija ssejjaħ quorum fit-8.50 p.m. u s- seduta rriżumiet ħames minuti wara.", "Ma laħqitx għaddiet minuta li ma ssejjaħx quorum ieħor, bl-iSpeaker jerġa' jieħu postu wara li kien skada l- ħin għall-interruzzjoni tax-xogħol.", "Ir-riżultat ta' dan kollu kien li tnaqqsu għaxar minuti mill-ħin ta' l-Onor.", "Edwin Vassallo, għax id- deċiżjoni li kienet ittieħdet fil-leġislatura l-oħra tgħid li l-ħin tal- quorum għandu jitnaqqas mill-ħin tal-kelliem, li wara kollox ma jkun qed jagħmel xejn għajr id-dmirjiet tiegħu quddiem dan il-parlament.", "Jiġifieri intortament is-segretarju parlamentari tilef għaxar minuti mill-ħin tiegħu biex jagħmel il-winding-up għax xi ħadd għoġbu jsejjaħ quorum li fallielu l- ewwel darba u fallielu wkoll it-tieni darba.", "Mr Speaker, ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk, bl-iskuża li hija n- naħa tal-gvern li tinsisti li kulħadd jimxi mar-regolamenti.", "Skond ir- regolamenti tal-Kamra, meta titressaq liġi l-ewwel kelliem u min iwieġbu min-naħa ta' l-oppożizzjoni għandhom siegħa u nofs kull wieħed, waqt li kull kelliem li jsegwi, kemm jekk ikun membru tal-gvern kif ukoll jekk ta' l-oppożizzjoni, għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 40 minuta, waqt li min jagħlaq id-dibattitu għandu 30 minuta.", "Kulma qed nagħmlu aħna ta' din in- naħa tal-Kamra hu li nimxu mar-regolamenti.", "Issa donnu li għal xi raġuni jew oħra l-oppożizzjoni ma tridx taċċetta dan ir-regolament, u bħala tpattija u biex tinki lilna l-membri tal-gvern talli qed nimxu mar- regolamenti, qed issejjaħ quorum fuq quorum bl-addoċċ.", "Kif kulħadd jaf diġa' ssejħu 130 quorum, fejn f'sitt okkażjonijiet il-ministri u d-deputati nzertaw kienu mpenjati fuq xogħol politiku x'imkien ieħor.", "F'dan l-istadju ta' min jgħid li jien implimentajt il-fatt li f'dan il- parlament għandna nirregolaw u nipprogrammaw xogħolna.", "Jiena tajt indikazzjoni wkoll li jekk kemm -il darba jkun hawn ftehim minn qabel fuq in-numru ta' seduti dedikati għal xi liġi partikolari, din in-naħa tal- Kamra ma tinsistix fuq il-ħin ta' l-40 minuta.", "Dan għaliex l-iskop finali tagħna m'huwiex li nirrestrinġu d-diskorsi li jsiru mill-membri imma li nipprogrammaw ix-xogħol ta' din il-Kamra.", "Peress li sal-lum, dan m'huwiex possibbli, ikollna nimxu bir-regola ta' l-40 minuta kif stabilita fl- ordnijiet permanenti.", "Għaliex għandna noqogħdu nilagħbu noli f'dan il-parlament?", "Għaliex f'temp ta' sitt minuti għandhom jissejħu żewġ quorums?", "Għaliex aħna l- membri għandna nkunu preżenti fil-Kamra bilfors meta nistgħu noqogħdu fil- kmamar tagħna fejn filwaqt li x-xogħol tal-Kamra jkun għaddej u aħna nkunu qed nisimgħu xi jkun għaddej inkunu qed nagħmlu xogħol ieħor?", "Wara kollox ix-xogħlijiet l-oħra li jkollna aħna l-membri jkunu kollha fl-interess tal- pajjiż u tal-ministeru li nirrappreżentaw.", "U fuq kollox, jekk il-membri ta' l-oppożizzjoni jridu li kulħadd ikun preżenti bilqiegħda f'din il-Kamra, allura dan ma jgħoddx għall-membri tal-gvern biss.", "Jekk ma mmorrux wisq 'il bogħod naraw li l-bieraħ stess 11-il membru ta' l-oppożizzjoni kienu assenti, mhux ma kenux hawn fil-ħin tal-quorum imma kienu assenti bejn is- 6.00pm u d-9.30 pm. Jien nistieden lil kulħadd biex mill-minuti jara kemm kienu d-deputati Laburisti li m'attendewx lanqas għal ħames sekondi biss fis-seduti kollha li saru f'dawn l-aħħar sitt xhur.", "Jien ma nafx għaliex qed nilagħbu tat-tfal iż-żgħar għax jidhirli li b'daqshekk m'aħna qed nakkwistaw xejn.", "Jekk hawn xi ħadd li jaf kif dan il- parlament qed jitjieb permezz ta' dawn il-quorums nitolbu jgħidli, għax il- konklużjoni li wasalt għaliha jien hi li din hija logħba li minħabba fiha l- parlament qed jitlef mill-effiċjenza tiegħu.", "Bħala Kap tal-Kamra, jien għandi r-responsabblita' li ma nħallix li dawn l-affarijiet jibqgħu jsiru.", "Ma nistgħux nibqgħu nippermettu li l-membri ta' l-oppożizzjoni jabbużaw mir- regolamenti tal-Kamra u jużawhom biex il-Kamra ssir ineffiċjenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, riċentement l-awtorita' ta' l- ippjanar ippubblikat a public attitude survey, rapport dwar kif jaħsibha l- poplu Malti.", "Għalkemm xi gazzetti kkummentaw dwar dan ir-rapport, ta' min jagħmel iktar enfasi fuqu għaliex huwa utli ħafna għall-istatistika li joħorġu minn żmien għal żmien id-dipartimenti tal-gvern, il-parastatali u l- NGOs.", "Tajjeb li nsemmi ftit mir-riżultati li ħarġu minn dan is-survey li sar fuq random sampling ta' 15,000 persuna.", "Rigward it-tfal, 21% tal-koppji miżżewġin għandhom wild wieħed, 44% għandhom żewġt itfal, 22% għandhom tliet ulied waqt li 8% għandhom erbat itfal, 3% għandhom ħamest itfal u 1% għandhom sitt itfal.", "Jiena għedt li dan is-survey jista' jkun utli għad-dipartimenti tal-gvern, il-parastatali u l-NGOs, għax per eżempju din l-informazzjoni tista' tgħin lid-dipartiment tal-housing fit-tfassil tad-djar li jkun se jibni.", "Dan is-survey juri li huwa utli li l-gvern jibni appartamenti bi tliet ikmamar tas-sodda.", "Rigward persuni li jaħdmu, minn dan is-survey jirriżulta li l-gainfully occupied minn 39% fl-1995 żdiedu għal 45% fl-1999, waqt li l-housewives minn 32% fl-1995 naqsu għal 20% fl-1999.", "B'hekk dan is-survey wera li iktar nies qed joħorġu fid-dinja tax-xogħol.", "Rigward l-istudenti, filwaqt li ċ- ċensiment ta' l-1995 wera li 4% tal-popolazzjoni kienu studenti, illum din iċ-ċifra rduppjat għal 8%.", "Fl-1995 kien hawn 55% ta' l-impjegati li kellhom sa Lm4,000 salarju fis- sena, waqt li fl-1999 dan il-persentaġġ tela' għal 61%.", "Nafu wkoll li 9% tal-ħaddiema fl-1995 kellhom salarju ta' bejn Lm4,000 u Lm6,000, mentri llum il-ġurnata dan il-persentaġġ tela' għal 19%.", "Dawk li fl-1995 kienu jaqilgħu iktar minn Lm6,000 kienu biss 3%, waqt li llum dawn saru 9%.", "Rigward NGO affiliation, minn dan is-survey jirriżulta li 30% tal-poplu Malti huma membri ta' għaqdiet reliġjużi, 8% huma affiljati f'partiti politiċi, 23% huma soċji ta' għaqdiet sportivi, 5% huma mseħbin f'għaqdiet ambjentali waqt li 16% huma membri ta' għaqdiet kulturali.", "Għalija dan huwa riżultat pożittiv li 40% taċ-ċittadini Maltin huma interessati fl- isports u fil-kultura.", "Dan ir-rapport jgħid li 58% tal-popolazzjoni Maltija jsuqu karozza regolarment, 7% jsuqu karozza darba kultant waqt li 32% qatt ma saqu karozza.", "In-numru ta' karozzi reġistrati f'Malta jlaħħaq il-250,000 waqt li l-popolazzjoni tal-pajjiż hija ta' 380,000, u allura nistgħu ngħidu li prattikament hawn żewġ karozzi għal kull persuna b'liċenzja tas-sewqan, xi ħaġa li tirrifletti tajjeb fuq l-istandard of living tagħna l-Maltin.", "Dan is-survey staqsa jekk il-permessi tal-bini għandhomx jingħataw għal dawk l-areas li jaqbżu d-development boundary schemes.", "Jirriżulta li 50% tal-popolazzjoni ma taqbilx li l-bini għandu jiżdied 'il barra mill-area ta' żvilupp approvata mill-parlament.", "Huma biss 17% li jaqblu li dan għandu jsir.", "Rigward l-infurzar tal-liġijiet, irriżulta li 21% biss tal- popolazzjoni taħseb li hawn biżżejjed enforcement tal-liġi, waqt li l- persuni li ma jaħsbux li hawn infurzar tal-liġijiet jammontaw għal 64% tal- popolazzjoni.", "Dawn iċ-ċifri jkomplu jenfasizzaw il-bżonn li ta' iktar inforzar tal-liġijiet.", "Informazzjoni oħra interessanti li toħroġ minn dan is-survey hija dwar l- archeological sites.", "Meta mistoqsijin x'jidhirlhom minn dawn il-fdalijiet arkeoloġiċi u kif jaħsbu li dawn għandhom jiġu ppreservati, 93% tal-poplu wieġbu li huma aware dwar il-konservazzjoni ta' dawn l-archeological sites u jidhrilhom li l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex dawn il-fdalijiet ma ssirilhomx ħsara.", "Il-pubbliku ġie mistoqsi wkoll jekk għandhomx jingħataw iktar permessi għal ħwienet tal-merċa u local shops f'residential areas.", "Kulħadd jaf li llum il-ġurnata, minħabba s-supermarkets li dejjem qegħdin jiżdiedu, dawn il-local shops qegħdin dejjem jonqsu għaliex ma jsibux bejgħ.", "Fil-fatt 85% ta' dawk interpellati jixtiequ li dawn il-local shops jiżdiedu fl-irħula u fl-ibliet tagħna.", "Din hija indikazzjoni oħra ta' kemm il-poplu Malti huwa aware ta' l-affarijiet li qed jiġru madwaru.", "Mr Speaker, kieku s-servizz li jingħata mill-karozzi tal-linja kollu jkun puntwali, tajjeb u nadif, 83% tal-poplu Malti jkunu lesti li jużaw it- trasport pubbliku minflok jużaw karozza privata.", "Dan ir-riżultat juri kemm hu importanti li s-servizz li l-awtorita' tat-transport qed tipprogramma għall-futur jibda mill-aktar fis possibbli biex jitnaqqsu t-traffic jams, inċidenti tat-traffiku u problemi ta' parking.", "Mr Speaker, se nagħlaq dan id-diskors billi nagħmel aċċenn għall-wires ta' l-Enemalta, tal-Maltacom u tal-Melita Cable li jinstabu mwaħħlin mal- bjut, mad-djar, jaqsmu minn triq għal oħra, eċċ. Meta l-pubbliku ġie mistoqsi x'jidhirlu minn dawn il-ħafna wires li hawn imwaħħlin ma' kullimkien, 93% qalu li l-cables kollha għandhom jgħaddu minn taħt l-art u mhux min-nofs tat-triq.", "Minn hawn wieħed jinnota kemm hu importanti li fil- programm tat-toroq li qed nagħmlu naħsbu biex ċerti cables u wires ma jkomplux iħassru l-ambjent u nibdew ngħadduhom minn taħt l-art.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għall-lejla l-Erbgħa, 25 ta' Ottubru, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMPJIEGI - POSTIJIET TA' UFFIĊJALI", "20210.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numri ta' postijiet vakanti ta' uffiċjali mad-dipartiment ta' l-agrikoltura fil-preżent?", "X'talbiet saru lill-uffiċju tal-Prim Ministru sabiex jimtlew dawn il-postijiet vakanti?", "Meta saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fid-dipartiment ta' l-agrikoltura, hemm 62 post vakanti.", "It-talbiet għalihom saru hekk:", "|Postijiet Vakanti |Meta Saret | | |it-talba | |5 security guard | | | |17/08/99 | |14 agricultural | | |foreman |20/10/98 | |5 farmer | | | |08/03/99 | |1 boiler attendant | | | |12/06/00 | |1 assistant | | |technical officer |15/10/99 | |(carpentry) | | |1 assistant | | |technical officer |18/10/99 | |(plumbing) | | |1 laboratory | | |operator (group |13/05/99 | |IV) | | |1 engineer/junior | | |engineer |20/07/99 | |(mechanical) | | |1 assistant | | |technical officer |15/10/99 | |(micropropagation) | | |1 technical officer| | |(maintenance) |23/11/99 | |9 senior operative | | |(plasterer and |23/11/99 | |painter) | | |1 tradesman (mason)| | | |23/11/99 | |1 operations | | |manager |23/11/99 | |(maintenance | | |section) | | |1 technical officer| | |(construction) |23/11/99 | |3 supervisor | | |(building and |07/12/99 | |construction) | | |2 security officer | | | |15/12/99 | |1 supervisor | | |(garage) |01/03/00 | |7 scientific | | |officer |18/05/00 | |4 senior operative | | |(agriculture) |05/06/00 | |1 technical officer| | |(micropropagation) |12/09/00 | |1 assistant head | -- | |(agriculture) ** | |", "** dan il-post irid jintela' mill-Ufficcju tal-Prim Ministru.", "PULIZIJA - SALVATAĠĠ", "20211.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet/każi li sajjieda, baħħara u sidien ta' opri tal-baħar privati għamlu għas-salvataġġ matul Jannar u Ottubru ta' din is-sena?", "Kemm minnhom irriżultaw f'inċidenti fatali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is- sena, id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili kien imsejjaħ għall-23 darba biex tingħata assistenza lil sajjieda, baħħara u sidien ta` opri tal-baħar.", "Minn dawn il-każi, wieħed biss irriżulta f`inċident fatali.", "Dan seħħ nhar il-Ġimgħa 13 ta` Ottubru, 2000 meta għerqet speedboat fin-naħa ta` fuq ta` Malta.", "F`dan l-inċident persuna rnexxiela ssalva, wieħed instab mejjet u l-ieħor għadu ma nstabx.", "PULIZIJA - KOLLIŻJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "20212.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku rrapportati lill-pulizija bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm minnhom irriżultaw f'inċidenti fatali u x'passi u nkjesti qed jittieħdu u jsiru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar u Settembru 2000, ġew irrapportati lill-pulizija 9,507 inċident tat-traffiku, li fihom tilfu ħajjithom disa' persuni.", "F`dawn l-inċidenti fatali dejjem saret inkjesta mill-maġistrat.", "Ta` min jgħid li minn din is-sena, il-\"hit and run\" fejn karozzi jintlaqtu minn karozzi li jibqgħu għaddejjin, bdew jiġu reġistrati bħala inċidenti tat-traffiku meta qabel ma kenux jiġu hekk ikkonsidrati.", "SPTAR SAN LUQA - KAŻI TA' OVERDOSE", "20213.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu b'overdose fl- Isptar San Luqa, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Jista' jgħid x'etajiet kellhom u x'passi qed jittieħdu sabiex ikunu nvestigati l-każi u tiġi mogħtija l-għajnuna/assistenza għall-programm ta' riabilitazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-hospital activity analysis jirriżulta li minn Jannar sa Awissu 2000 ġew ammessi 155 każ ta' overdose fl-isptar San Luqa.", "It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji:", "*Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bioloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44)", "*Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)", "*Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bioloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14)", "Kategorija A", "|Etajiet (snin) |Numru | | 0-4 | 20 | | 5-9 | 1 | | 10-14 | 1 | |Total | 22 |", "Kategorija B Ma kien hemm l-ebda każ irreġistrat f'din il-kategorija għal dan il- perijodu.", "Kategorija C", "|Etajiet (snin) |Numru | | 15-24 | 44 | | 25-34 | 36 | | 35-44 | 22 | | 45-54 | 19 | | 55-64 | 4 | | 65-74 | 1 | | 75-84 | 1 | |Mhux speċifikat | 6 | |Total |133 |", "Il-każi kollha jingħataw il-kura akuta meħtieġa fl-Isptar San Luqa u mbagħad jiġu riferuti għas-servizzi ta' l-aġenzija Sedqa.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq aktar dettalji dwar il-programm ta' assistenza, u għajnuna u rjabilitazzjoni għandu jagħmel domanda speċifika lill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "WSC - KONTIJIET", "20444.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru lmenti dwar kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma li ntbagħtu lill-konsumaturi f'Settembru?", "Jista' jgħid għaliex ħafna konsumaturi rċevew kontijiet li huma ferm ogħla mis-soltu?", "Jista' jgħid kemm-il konsumatur talab li ssir spezzjoni fid- djar tiegħu biex il-meters jiġu ċċekkjati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jinħarġu fil- preżent huma ferm irħas milli kienu jkunu li kieku l-gvern preżenti ma biddilx ir-rati li kienu ġew stabiliti mill-Gvern Laburista.", "L-informazzjoni l-oħra mitluba, dwar ilmenti mill-pubbliku u ċċekjar ta' meters, qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - GROUND", "20445.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kundizzjonijiet ingħata l-ground ta' l- Universita' lit-team tas-Sliema W?", "Għaqdiet oħra bħal Għaqda ta' l- Industriji (ISA) li tuża l-ground tal-football kull nhar ta' Sibt wara nofs inhar se jkunu jistgħu jużawh?", "Dawk in-nies li jużaw it-track għal jogging jew miexi bħala bżonn biex ikunu fiżikament tajjeb, se jkunu jistgħu jużawh?", "Fuq kollox, x'aċċess se jkollhom studenti universitarji għal ground u t- track?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-użu tal-football pitch ta' l- Universita` li ser jintuża mis-Sliema Wanderers FC huwa regolat minn ftehim li sar bejn id-dipartiment tax-xogħlijiet, is-Sliema Wanderers, is- segretarjat parlamentari fil-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-Universita`.", "B'dan il-ftehim is-Sliema Wanderers ser jagħmlu użu mill-pitch tal-football ta' l-Universita` skond skeda miftehma.", "Għandhom jinbnew żewġ five-a-side pitches bit-turf artifiċjali għall-użu ta' l-Universita` u n-nursery ta' l- istess club.", "Saru xi xogħlijiet ta' titjib ta' l-istess football pitch, partikolarment tiswijiet tal-fencing.", "Dan ma sarx sabiex ma jħalli l-ħadd barra l-players ta' Tas-Sliema milli juża l-pitch, imma sabiex jinqata' l- użu ħażin li nies idaħħlu klieb jew bhejjem oħra fl-istess pitch.", "Dawk in- nies li kienu jużaw it-track ta' mal-pitch għal jogging, sejrin jistgħu jibqgħu jagħmlu dan.", "Nikkwota l-aħħar klawsola ta' l-arranġament li sar sabiex inwieġeb it- tieni parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Membru.", "\"The use of the University premises shall be on a non-exclusive basis and for the whole period until such time when Sliema Wanderers F.C. can return to the new sports complex at Tigne', and during times to be agreed upon between the parties keeping in mind the concurrent needs of University students.\"", "L-iskeda miftiehma hija din:", "Ġranet matul il-Ġimgħa 5.30p.m. sa' 8.00p.m Sibtijiet 9.00a.m. sa' 11.30a.m.", "Ħdud u Festi 8.30a.m. sa' 12.00-", "NICHOLL GROUND", "20446.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sit alternattiv se jingħata għal użu sportiv minflok in-Nicholl Ground meta jibda l-proġett hemmhekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-arranġamenti għal użu alternattiv (jekk meħtieġ) għar-rigward tan-Nicholl Ground jifformaw parti mil-ftehim milħuq mal-konzorzju MIDI Nitlob għalhekk li d-domanda tiġi ndirizzata lill- ministru konċernat.", "SPORTS - GĦAJNUNA", "20447.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Id- dipartiment ta' l-isport jagħti għajnuna lil xi għaqdiet biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu testijiet tad-doping fuq l-atleti/players tagħhom?", "Jekk fl- affermattiv, x'għajnuna ngħatat din is-sena u lil liema għaqdiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena, 2000, kellna żewġ talbiet, mill-Malta Football Association u mill-Malta Amateur BodyBuilding Association.", "Dawn it-talbiet waslu tard din is-sena u qed jiġu kkunsidrati.", "PULIZIJA - SUPRETENDENTI ĠODDA", "20448.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara l- ħatra ta' supretendenti ġodda, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spetturi fil-pulizija llum?", "Kemm suppost ikun hemm spetturi?", "X'inhu n-numru ta' spetturi li diġa' għalqu l-25 sena servizz?", "Kemm-il spettur se jagħlaq il- 25 sena servizz fl-2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 74 spettur fil- korp tal-pulizija.", "Minn dawn hemm ħamsa li għalqu l-25 sena servizz fil- korp tal-pulizija, filwaqt li sebgħa ser jagħlqu l-25 sena servizz fis-sena 2001.", "Hemm ukoll 22 spetturi kadetti jattendu kors ta` taħriġ fl-akkademja tal-pulizija.", "PULIZIJA - ŻWIEMEL", "20449.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar inxtraw żwiemel għal kavallerija tal- pulizija?", "Kemm għandu żwiemel il-korp bħalissa?", "X'inhi l-eta' medja tagħhom?", "Jikkonferma li għakemm hemm bżonn ta' żwiemel, m'hemmx il-finanzi biex jinxtraw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-aħħar li nxtraw żwiemel għall- kavallerija tal-pulizija kien fl-1995 meta nxtraw ħamsa, pero` fl-1998 kienet saret donazzjoni ta` erba` żwiemel mill-Gvern Taljan.", "Fil-preżent, il-kavallerija għandha 19-il żiemel, li l-eta` medja tagħhom hija ta` 18-il sena.", "Huwa maħsub li jinġiebu aktar żwiemel għal din it-taqsima.", "KUNSILLI LOKALI - PERSUNI SEKONDATI", "20454.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mid-dipartiment ta' l-ambjent sekondati mal-kunsilli lokali ta' Sliema, Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ħaddiema fuq xogħol mal-kunsilli lokali ta' Tas-Sliema, Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi huwa kif ġej:", "Sliema 1 Pembroke 1 San Ġiljan 2 Swieqi 1", "QORMI - IMDINA ROAD - XOGĦLIJIET", "20476.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega b'mod aktar ċar ir-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "19956 dwar Imdina Road, Qormi, għax ma jidhrix li hemm konnessjoni bejn il-mistoqsija u t-tweġiba li ngħatat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19956.", "IMPJIEGI", "20478.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "SIĠĠIEWI - RIMI TA' SKART", "20479.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li titnaddaf l-area ta' wara l-ground tal-football tas- Siġġiewi mill-iskart li nġabar matul dawn l-aħħar xhur?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 seduta 392.", "PULIZIJA - KAROZZI MITLUQA", "20480.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tneħħi l-vetturi li hemm mitluqa wara l- ground tal-football is-Siġġiewi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-pulizija ser tieħu passi meħtieġa sabiex il-vetturi li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant jitneħħew.", "BIRKIRKARA/SANTA VENERA - TOROQ", "20481.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "19953, jista' l-Ministru jgħid fejn se jinbnew ir-retention basins fl- inħawi ta' Triq Salvu Psaila?", "L-ilma li jinġabar fir-retention basins fejn se jittieħed u b'liema sistema se jitwassal?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-location eżatta ta` fejn ser jinbnew ir-retension basins tkun tista` tingħata malli dan il-pjan jitlesta` kollu.", "L-ilma li jakkumula fir-retension basin ikompli miexi fis- sistemi ta` storm water culverts fil-lokalita` b'forza imnaqqsa li tgħin fl-effiċjenza tal-kontrol tar-run off tax-xita minn dawn l-akwati.", "SPTAR ĠDID", "20482.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-bini li issa twaqqa' fit-tibdil tal-pjani li sar għall-isptar ġdid f'Tal-Qroqq?", "Kemm sewa flus sabiex jitwaqqa' dan il-bini?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "20000216_244d_par.doc", "date": "2000-02-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 244 L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 244", "L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "244", "L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 132", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 132", "TQEGĦID TA' KARTI 137", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI) BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 140", "AĠĠORNAMENT 157", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 162", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 243 li saret fis-16 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MUŻEWIJIET - IMPJEGATI ĠODDA", "12535.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartiment tal-mużewijiet mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l- ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l- Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn jingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Jien informat li ħadd ma ġie impjegat mad-dipartiment indikat fil-perijodu msemmi.", "DRENAĠĠ - IMPJEGATI ĠODDA", "12536.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fid-dipartiment tad-drenaġġ mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ma daħal l-ebda impjegat ġdid mad-dipartiment tad-drenaġġ mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Din id-domanda aktar tirrigwarda d-drenaġġ.", "Minkejja li kien intqal li l-problema tad-drenaġġ kienet ġiet solvuta, din ma ġiet solvuta xejn.", "Fil-fatt meta tagħmel ftit xita, taħt il-mina ta' Santa Liena, f'Bormla kif ukoll fl-area magħrufa bħala \"Ix-Xewkija\", id-drenaġġ jisbroffa b'tali mod li tkun qisha għaddejja xi xmara u n-nies ma jkunux jistgħu jgħaddu, speċjalment dawk li jkunu sejrin il-klabb tal-boċċi, biex ma nsemmux ukoll ir-rieħa tinten li jkun hemm.", "Jista' l-Ministru jgħidli x'passi qegħdin jittieħdu u fiex waslet it-tender li kellha toħroġ biex din is-sistema tiġi rranġata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sfortunatament meta tagħmel ix-xita jisbroffa d-drenaġġ f'diversi lokalitajiet.", "Dan qed jiġri minħabba over- capacity fis-sistema tad-drenaġġ għax teżisti d-drawwa li l-ilma tax-xita li jkun ġej minn fuq il-bjut - anke jekk din is-sistema hija waħda llegali - jibqa' sejjer direttament ġos-sistema tad-drain.", "Qegħdin naħsbu biex din is-sistema tiġi upgraded naturalment mhux l-inqas fid-dawl ta' dak li huwa pproġettat għall-waterfront tal-Kottonera fis-snin li ġejjin.", "Rigward it- tender li semma' l-Onor.", "Interpellant, issa nivverifika u jekk din għadha ma ħarġitx nara fiex waslet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, ladarba qegħdin nitkellmu fuq dan is- suġġett nixtieq infakkar kemm ilna niġbdu l-attenzjoni ta' l- amministrazzjoni dwar it-toroq t'Għawdex, speċjalment fir-Rabat, li qed iżommu ħafna ilma tax-xita u qed ikunu ta' periklu.", "Jiddispjaċini ngħid li l-mod kif qed tinħadem is-sistema tad-drenaġġ m'hijiex waħda tajba u m'aħniex nagħtu kas flus il-poplu.", "Filwaqt li llum għandna l-inġenji u s- sistema tista' tinħadem bil-mini qegħdin għal kull ħaġa ta' xejn naqgħu għall-pompa li kienet tintuża mijiet tas-snin ilu meta kienu jaħdmu kollox bl-idejn.", "Barra minn hekk trid mill-inqas Lm20,000 biex tixtri pompa.", "Meta lill-Ministru għamiltlu mistoqsija parlamentari dwar kemm tiġi l- ispiża biex tagħmel pompa żelaqli minnha u qalli li dan jiddependi mid-daqs tagħha.", "Jiena l-average kulma ridt inkun naf!", "Barra minn hekk trid tqis ir-running tagħha u l-konsum ta' l-elettriku.", "Allura għaliex qed isir dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li jkun aktar prudenti jekk l-Onor.", "Membru jagħmilli domanda bil-miktub għax l-ewwelnett id-domanda li għamilli diġa' tajtu risposta għaliha u ċioe' li ma tistax tagħmel kalkolu bl-amment peress li s-sistema ta' pumping station tista' tvarja minn waħda li tiswa ftit eluf ta' liri għal oħra li tiswa ħafna aktar.", "Dan jiddependi mid- daqs, minn xi jkollok ikkomunikat magħha u affarijiet oħra.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi pumping station partikolari - fil-każ ngħidlu li m'għandux għalfejn joqgħod jagħmel domandi ipotetiċi għax skond l-istanding orders ta' din il-Kamra dawn id-domandi lanqas suppost isiru - nitolbu jgħidli liema hi ħalli nkun nista' ngħidlu kemm swiet, x'manutenzjoni nagħmlulha u affarijiet oħrajn.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jistaqsi b'mod ġenerali qisu qed jistaqsi kemm tqum karozza, naturalment ir- risposta se tkun: Skond x'karozza tixtri!", "Jekk lill-Onor.", "Membru, bħala perit, nistaqsih kemm tiswa dar, dan se jgħidli: Skond id-daqs tagħha, fejn qiegħda u x'finish għandha!", "Id-domandi għandna nagħmluhom bis- serjeta' mhux qisna qegħdin nagħmlu spedizzjonijiet biex noqogħdu nistadu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħa nagħmel mistoqsija u nispera li nieħu risposta bis- serjeta'.", "Peress li l-Ministru semma' l-proġett tal-Kottonera, jista' jgħidli x'inhuma l-proġetti li għandhom x'jaqsmu mad-drenaġġ f'dik l-area?", "Għaliex ma baqgħetx issir il-maintenance fis-sistema tad-drenaġġ kif kienet issir qabel?", "Għax din hija l-vera kawża għala d-drenaġġ qed ifur għalkemm huwa veru li l-ilma tal-bjut qed jinżel ġos-sistema tad-drenaġġ.", "Jista' l-Ministru jispjegali eżatt x'se jsir u jgħidli speċifikament jekk dan huwiex marbut mat-trattat li ġie ffirmat skond in-national convention illi d-drainage m'għandux imur fil-baħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor. kollega għandu ħabta minn Barċellona jispiċċa f'xi area tal-Kalkara jew inħawi oħra.", "Li nista' ngħidlu hu li l-programm ta' manutenzjoni fuq is-sistema baqa' għaddej b'mod regolari.", "Skond l-informazzjoni li għandi biex isir titjib fis- sistema jrid ikun hemm provvediment għal capacity aħjar minn dik eżistenti.", "Ma nafx jekk dan ifissirx li f'xi areas trid sempliċement tagħmel rising main ġdid u f'oħrajn trid tagħmel pumping station addizjonali minħabba x- xaqlib li tkun qed taħdem kontra l-gravita'.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal xi partijiet partikolari nitolbu jagħmilli domanda bil- miktub ħalli nkun nista' nivverifika mad-dipartiment konċernat.", "Il-kollegi tiegħi jridu japprezzaw li tlaqna minn mistoqsija dwar numru ta' mpjegati ġodda bejn is-16 ta' Settembru u l-4 ta' Jannar, 2000 fejn it- tweġiba kienet li ma kien hemm ebda mpjegat ġdid f'dan il-perjodu - kieku kien hemm forsi kienu jgħiduli li għalhekk qed jiġri dan li qegħdin ngħidu - u allura ngħidilhom li hemm limiti kif wieħed jirrispondi bl-amment għal ċertu domandi.", "Jekk l-Onor.", "Membru jrid id-dettalji preċiżi nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nagħtih id-dettalji kollha li jixtieq.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT(Kap ta' l-Oppożizzjoni): Peress li fid-domanda supplimentari ssemma' d-drenaġġ forsi nista' nagħmel domanda li għandha x'taqsam ma' policy aktar milli ma' affarijiet oħra.", "Qabel l-1996 il- Partit Nazzjonalista fil-gvern kien impenjat li jdaħħal trasparenza fit- tariffar tas-servizz tad-drenaġġ u kellu wkoll commitment mal-bank Ewropew ta' l-investiment li jdaħħal ċertu forma ta' tariffar biex wieħed ikun jista' jagħmel financial output tas-sistema.", "Wara l-1998 intqal li m'għandux ikun hemm tariffar fuq id-drenaġġ u mbagħad intqal li se jkun hemm tneħħija jew teħid ta' persentaġġ mid-dħul fuq l-ilma li jitwaddab bħala input, bħala financial inflow u bħala dħul finanzjarju tas-servizz tad-drenaġġ.", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jispjega eżattament x'inhuma l- intenzjonijiet tal-gvern preżenti fuq dan il-punt ta' policies u ċioe' jekk huwiex beħsiebu jibqa' jipprovdi s-servizz tad-drenaġġ bla ebda spiża ta' xejn, jekk hux se jdaħħal xi sistema ta' tariffar direttament relatata ma' l-użu jew jekk hux se jkun hemm sempliċement sistema li biha ċertu persentaġġ ta' dħul mill-water service se jiġi allokat għas-servizz tad- drenaġġ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, kif spjegajt diversi drabi, anke mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni fi żmien meta l-Onor.", "Sant kien prim ministru, il-prinċipju li tagħmel cost recovery tas-sistema tad-drenaġġ ma jfissirx li timponi tariffa fuq kull familja bħala taxxa tad-drenaġġ.", "Jiena kont ndikajt sistema li biha tiddistribwixxi s-second class water li jiġi provdut mill-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u ġie kkalkolat - anke minn studju li kien sar mill-Professur Edward Scicluna li kien ta mudelli differenti ta' kemm jista' jkun għoli l-persentaġġ ta' recovery li tagħmel minn bejgħ ta' ilma bħal dan - li b'dan il-mod ikollok element qawwi ta' cost recovery.", "Imbagħad jekk il-gvern iħoss li jibqagħlu xi proporzjon ieħor ta' cost recovery li għandu jiffinanzja minn sorsi oħrajn jista', per eżempju, jagħmel komputazzjoni fil-kont ta' l-ilma li parti minnu tkun qed tintuża għal dik is-sistema.", "Imma li timponi bilfors din it- taxxa fuq kull bieb u għatba hija policy li kien segwa l-Onor.", "Interpellant meta kien prim ministru.", "Aħna din il-policy ikkritikajniha dakinhar, wegħdna li se nneħħuha meta nkunu fil-gvern, dik il-wegħda żammejniha u dak li għedna dakinhar se nibqgħu nsostnuh u nwettquh.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzja lill-Ministru li spjega teoritikament kif kien jirrimarka meta kien fl-oppożizzjoni imma issa li qiegħed fil- gvern qed nistaqsuh eżattament x'policy qed isegwi.", "Jiġifieri qed neħodha li l-cost recovery li jaqbel magħha hu se tiġi in large parts mir-rati li se jiċċarġja fuq l-ilma second class li se joħroġ mid-drenaġġ u li dak li jibqa defiċitarju se jieħu parti minnu mid-dħul tal-Water Services Corporation fuq l-ilma.", "Dik hija l-policy tal-gvern?", "Jien ma rridx nisma' aktar teoriji dwar x'tista' tagħmel u ma tagħmilx imma x'inhi l-policy tal- gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li dawn il-policies jevolvu skond il-ħteġijiet tal-pajjiż.", "Fl-istat preżenti l-policy tal-gvern hi li din l-ispiża infrastrutturali għal pajjiż jerfa' l- parti kbira minnha hu direttament u jekk jagħmilx xi allokazzjoni ta' parti żgħira fuq il-kontijiet ta' l-ilma hija kważi materja amministrattiva.", "Hemm żgur is-suġġeriment validu li nagħmlu element qawwi ta' cost recovery mill-bejgħ ta' l-ilma li joħroġ mis-sistemi ta' l-impjanti tad-drenaġġ għax fl-aħħar mill-aħħar it-twettieq tal-masterplan tas-sistema tad-drenaġġ hija l-aktar mira importanti, jiġifieri li s-sistema tad-drenaġġ kollha tkun trattata biex flok tintrema fil-baħar fl-istat li tkun, tintuża għal skopijiet agrikoli u skopijiet oħrajn.", "Allura jagħmel sens li tagħmel cost recovery addizjonali minn hemmhekk.", "Dik hi l-policy attwali.", "Issa dwar x'għandu jsir 'il quddiem jew x'għandek tagħmel f'sitwazzjonijiet oħrajn wieħed irid jara l-ewwelnett f'liema stat tkun waslet il-masterplan, jara s-sistema kollha kif tkun qed titħaddem u jagħmel policies li jkunu ġusti soċjalment mal-poplu Malti.", "Dan ifisser ukoll li ma timponix tariffa across the board fuq kull bieb f'Malta.", "Meta fir-Renju Unit kien hemm l-ideat tat-Thatcherism, qamet rivoluzzjoni sħiħa fuq dik li tissejjaħ poll tax, jiġifieri taxxa fuq kull bieb u għatba tal- pajjiż.", "It-taxxa li għamel il-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant kienet kemm kemm il-ġewwa mill-bieb għax qal: Naraw hemmx is-sistema ta' drenaġġ ikkomunikata, naraw hemmx il-meter u nagħmlu din it-taxxa.", "Li tagħmel impożizzjoni ta' taxxi b'dan il-mod, bla ebda konsiderazzjoni soċjali, tmur kontra l-policy tal-gvern preżenti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Napprezza l-kritika fina li għamel il-Ministru fuq il- politika preċedenti imma ta' min jibqa' jiffoka ftit fuq il-politika tiegħu għax jekk qed nifhem tajjeb minn naħa qiegħed jara kif joħroġ ftit flus mid- dħul tas-second class water, jiġifieri qed jgħid illi jkun hemm cost recovery ġej mill-ilma tad-drenaġġ li jkun reċiklat - u napprezza jekk jagħtina l-persentaġġ ta' dan il-cost recovery - u mbagħad qed jissuġġerixxi li jkun hemm xi forma ta' allokazzjoni mill-water services lis-servizz tad-drenaġġ.", "Mela policy tikkonsisti f'suġġeriment Ministru?", "Din l-ewwel darba li smajt li l-component ta' policy jikkonsisti f'suġġerimenti!", "Jew suġġeriment jew policy!", "Naħseb li jkun tajjeb li anke hu allura jilluminana ftit bis-sapjenza kritika li għandu ta' xjenza politika x'ifisser suġġeriment fi ħdan ta' policy għax jew suġġeriment jew policy!", "Imbagħad nixtieq li l-Ministru jilluminana ftit, mis-sapjenza kollha tiegħu, kif dan li għadu kemm spjegalna jinkwadra mas-suġġeriment tal- kummissjoni Ewropea li l-utilities ta' Malta, inkluż ovvjament id-drenaġġ, ikunu jirriflettu l-market forces jew il-market realities.", "X'inhu l- inkwadrament tagħha f'din il-ħaġa?", "Jiġifieri dan qiegħed jgħid li fuq din il-ħaġa se ngħidulha \"le\" lill-kummissjoni u se ngħidulha li aħna rridu li l-cost recovery ikun mill-ilma second class u l-ieħor nagħmlu kif irridu aħna.", "Jekk jogħġbu jilluminana fuqha, mhux bħala suġġerimenti jew bħala kritika lejn xi ħaġa li m'huwiex responsabbli għaliha hu imma bi kjarifika ta' xi ħaġa li huwa responsabbli attwalment tagħha llum hu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq jagħmel id-domandi ta' natura filosofika u spekulativa nistgħu nagħmlu hekk għal ħafna aktar mill-ħin li fadal imma naħseb li d-domandi parlamentari għandhom isiru wkoll fuq realtajiet u kif fil-fatt il-gvern ikun qed jimxi.", "Li wieħed ma jkollux suġġerimenti li jsiru anke fil-formalazzjoni tal- policy jinkwetani.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem b'dan il-mod ifisser li hu jemmen fil-policy tad-dictat, li ma jagħmel qatt suġġerimenti u li dak li jiġi f'moħħu jrid jimponih.", "Donnha din hija l-avverżjoni għall- kelma \"suġġeriment\" jekk irridu niddiskutuha issa f'dan il-livell intelletwali.", "L-ewwelnett din m'hijiex kwestjoni biss ta' suġġeriment imma hija kwestjoni ta' x'għedna fid-diskors tal-budget.", "Hawn qegħdin ngħidu li jagħmel sens li wieħed jagħmel allokazzjoni ta' komponent mit-tariffa fuq il-Water Services Corporation għas-sistema tad-drenaġġ anke għaliex hemm policy oħra tal-gvern preżenti - safejn naf jien il-gvern preċedenti kellu jompli fuq din il-parti tal-policy - li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma għandha tkun responsabbli wkoll mis-sistema tad-drenaġġ speċjalment mat-twettieq tal-masterplan tad-drenaġġ.", "U l-liġi li waqqfet il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma diġa' tipprevedi li d-dipartiment tad-drenaġġ ma jibqax separat minnha imma jkun parti mill-istrutturi tagħha.", "B'dan il-mod ikollok politika li tolqot kemm l-aspett ta' l-ilma kif nafuh b'mod tradizzjonali fil-vit tagħna, kemm is-sistema tad-drenaġġ kif taħdem, kemm sistemi alternattivi ta' ilma u ta' second class water għal skopijiet agrikoli f'kumplessi turistiċi u skopijiet industrijali li jista' jkollok, kemm li tkun tista' tħares lejn l-ilma kollu li normalment jinħela, u dan kollu jkun responsabbilta' ta' awtorita' waħda li allura tagħmel l-allokazzjonijiet li jkunu meħtieġa biex tipprovdi s-servizzi kollha li huma marbuta ma' din il-korporazzjoni.", "Jien m'iniex qed nifhem dawn is-sorpriżi kollha.", "Nerġa' ngħid li normalment il-kunċett mogħti f'dan ir-rigward huwa li jkollok il-cost recovery.", "Meta jkollok is-sistema taħdem bil-mod totali tagħha, jiġifieri li jkollok l-impjanti kollha tat-tisfija tad-drenaġġ u jkollok sistema adegwata ta' distribuzzjoni ta' second class water u allura tkun tista' titkellem fuq perċentwali aktar realistiku li jkollok cost recovery minnha, din il-policy tagħmel sens għax il-prinċipji ta' l-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward jolqtu l-aktar il-kwestjoni ta' cost recovery.", "Fiex jidħlu hawn il-market forces bir-rispett kollu?", "Mela fil-pajjiż għandna xi tliet kumpanniji jiġbru d-drenaġġ?", "Il-prinċipju huwa wieħed ta' cost recovery.", "Issa x'niddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea fl-applikazzjoni u fid-direttivi kollha li għandek f'dan il-qasam u f'tant oqsma oħrajn ...", "Dan huwa proċess li jien bħala Malti kburi li reġa' nbeda għal pajjiżna minkejja li tlifna s-sentejn ta' żmienu u hemm iż-żmien kollu biex il- proċess tan-negozjati nagħmlu l-każijiet partikolari fuq l-oqsma kollha ta' l-amministrazzjoni tal-pajjiż, ma jinkwetax.", "IMMIGRAZZJONI - IMPJEGATI ĠODDA", "12537.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartiment ta' l-immigrazzjoni mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab infurmat li fil- perijodu speċifikat fil-mistoqsija ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mill-korp tal-pulizija bħala uffiċjali ta` l-immigrazzjoni.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - IMPJEGATI ĠODDA", "12538.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartiment ta' l- anzjani mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000 id- dipartiment impjega part time nurse waħda u casual enrolled nurse.", "Dan l- impjieg ma kellux bżonn ta' ħruġ ta' sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Il- casual enrolled nurse ġiet impjegata wara li temmet b'suċċess kors ta' sentejn fin-nursing.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati part-time fis-setturi tal-biedja u sajd f'Diċembru 1997 u f'Diċembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13587.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Proċeduri għal Kunsilli Lokali;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-Finanzi Ġenerali; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' każijiet ġodda ta' malignant neoplasms misjuba fl-1999 u reġistrati sad-19 ta' Jannar 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12963.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja għall-fatt li dalgħodu rċevejt telefonata d-dar mill-ex-deputat kummissarju tal-pulizija s-Sur Mifsud Tommasi, u dan għaliex waqt li nhar it-Tnejn filgħaxija matul il-ħin ta' l-aġġornament kont qed nitkellem dwar dak li ħareġ mill-ġuri tas-Surġent John J. Grech rigward l-inċidenti li saru ġewwa r-Rabat fil-5 t'April, 1987, għamilt riferenza wkoll għax-xiehda li ta s- Sur Mifsud Tommasi fil-qorti, liema xiehda kienet transcribed ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, nixtieq nitlob lis-Sedja biex tgħid jekk hux qegħdin in order meta qed isir statement bħal dan issa u mhux fil-ħin ta' l-aġġornament.", "MR SPEAKER: Fil-fatt mhux l-ewwel darba li ngħata l-permess biex isiru dawn it-tip ta' statements f'dan l-istadju.", "Għalhekk l-Onor.", "Galea għandu jingħata ċans jagħmel il-punt tiegħu, imbasta jagħmlu fil-qosor.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma dan m'huwiex il-ħin propizju biex tagħmel statement bħal dan.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien m'inix qed nagħmel statement hawnhekk.", "Kieku ħallejtni nispiċċa kont ngħidlek li hawnhekk qed nitkellem fuq każ li qed jikser il-House of Representatives (Privileges and Powers) Ordinance.", "MR SPEAKER: Imbasta titkellem fil-qosor, Onor. Galea!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' l-Onor.", "Galea jgħidilna fuq liema prinċipju qam?", "Jiġifieri huwa qam fuq breach of privilege?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien qomt biex niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li fl- opinjoni tiegħi b'dak li għamel is-Sur Mifsud Tommasi huwa kiser ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom m'hemmx cross debates.", "Onor. Galea, jekk jogħġbok agħmel il-punt tiegħek fil-qosor.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Fil-qosor se nagħmlu, Mr Speaker!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-punt tiegħi huwa li normalment meta membru jqum jitkellem f'dan l-istadju jgħid mal-ewwel li se jġib għall-attenzjoni tal- Kamra ksur ta' privileġġ.", "Kieku l-Onor.", "Galea għamel hekk jien ma kont ngħid xejn, pero` f'dan il-każ huwa beda mal-ewwel bi statement.", "MR SPEAKER: Kompli, Onor. Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, kont qed ngħid li nhar it-Tnejn filgħaxija waqt il-ħin ta' l-aġġornament jien għamilt riferenza għax-xiehda li kien ta fil-qorti l-ex-deputat kummissarju tal-pulizija, is-Sur Mifsud Tommasi, dwar l-inċidenti tar-Rabat fejn fost affarijiet oħra qal li l- ordnijiet tiegħu kienu ġew injorati u li ħadd ma kien obdieh.", "Matul dak l- aġġornament jien għedt ukoll li s-Sur Mifsud Tommasi kien informa lill- kummissarju tal-pulizija, jiġifieri lil Dr. Lawrence Pullicino, dwar dan il- fatt, u dan għamiltu sabiex inkun ġust miegħu.", "Imbagħad jien staqsejt kif jista' jkun li f'operazzjoni delikata bħalma kienet dik tar-Rabat, fejn nies kienu ġew feruti għall-mewt, ġiet sfidata u injorata l-ordni li tahom id-deputat kummissarju ta' dak iż-żmien biex jirtiraw, u dan meta suppost kellna korp dixxiplinat.", "Jien għedt ukoll li wara dak li ġara kont nistenna li s-Sur Mifsud Tommasi kien se jinsisti biex jittieħdu passi kontra min sfidah dakinhar għax inkella alternattiva waħda biss kellu, dik illi jirriżenja.", "Issa dalgħodu s-Sur Mifsud Tommasi ċempilli d-dar tiegħi fejn b'ton irrabjat u arroganti ferm kważi beda jiddettali x'għandi ngħid fil-Parlament biex niskolpieh u wasal saħansitra biex semmieli l- possibbilta` li jaqbad polemika miegħi fuq il-ġurnali.", "Huwa qalli wkoll diversi kliem ta' disprezz, bħal per eżempju, ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien m'għandi xejn kontra dak li qed jgħid l-Onor.", "Galea, biex inkunu ċari mal-ewwel, pero` hawnhekk aħna qed nisimgħu biss il-qanpiena ta' l-Onor.", "Galea.", "Safejn naf jien il-proċedura li għandha tiġi wżata f'din iċ-ċirkostanza hija li l-Onor.", "Membru jgħid f'termini ġenerali li huwa kien indirizzat mill-persuna li qed isemmi b'mod li m'huwiex dinjituż bħala membru tal-parlament, jitlob lis-Sedja biex tinvestiga dan il-każ u mbagħad din tfornih bil-fatti.", "Hawnhekk l-Onor.", "Galea qed jitkellem fuq persuna li din, min-naħa tagħha, m'għandha l-ebda fakulta` u l-ebda dritt illi tgħid il-verżjoni tagħha.", "Jien nippretendi li s-Sedja tkun iktar ekwa fi kwestjonijiet bħal dawn.", "MR SPEAKER: Onor. Galea, jekk jogħġbok ikkonkludi d-dikjarazzjoni tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jekk m'iniex se niġi mħolli ninforma lis- Sedja x'ġara se npoġġi bil-qiegħda u ma ngħid xejn iktar, pero` jien għandi dritt nagħmel dan.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Galea, nerġa' ngħidlek biex jekk jogħġbok tikkonkludi.", "Jien tajtek il-permess li tagħmel l-intervent tiegħek ...", "ONOR.", "MARIO GALEA: Għandi dritt nagħmel dan l-intervent, jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' permess!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-Onor.", "Galea qed jitkellem fuq sitwazzjoni fejn wara li għamel diskors f'dan il-Parlament, ċempillu xi ħadd u b'xi mod jew b'ieħor ipprova jagħmillu ċerta pressjoni fuq dak id- diskors li għamel.", "Issa jien naħseb li l-Onor.", "Galea qed jipprova jispjega li membru parlamentari għandu jaqdi d-doveri tiegħu f'dan il-Parlament mingħajr ma jiġi mxekkel minn ħaddieħor milli jagħmel hekk.", "Wara kollox jien naħseb li anke l-Onor.", "Vella jaqbel ma' dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien naqbel li membru tal-Parlament għandu jkun liberu li jitkellem dwar dak kollu li jidhirlu u naqbel ukoll li ħadd m'għandu jipprova jintimida lil ħadd.", "Fil-fatt jien għaddejt minn din l-esperjenza wkoll meta wara li kont għamilt l-intervent tiegħi waqt dibattitu dwar il-foreign affairs, ġie espert tal-gvern, l-ex-ambaxxatur Saliba, jheddidni b'ittra u anke b'telefonati, pero` xorta waħda jibqa' l- fatt li aħna m'għandniex nispjegaw każijiet bħal dawn proprju f'dan il- Parlament għax il-parti l-oħra ma tistax tagħti l-ispjegazzjoni tagħha hawnhekk.", "L-Onor.", "Galea għandu jgħid sempliċement li l-individwu in kwestjoni kellmu b'mod arroganti u mbagħad ipoġġi l-każ quddiem is-Sedja ħalli jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom issa ejjew ma niftħux dibattitu fuq din il- kwestjoni.", "Onor. Galea, jekk jogħġbok ikkonkludi l-intervent tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jew se tħallini ngħidlek x'ġara jew inkella se nagħmel stqarrija pubblika għaliex jien naħseb li għandi dritt nispjega lis-Sedja kif ġara l-każ, bir-rispett kollu lejn dak li qed jgħid l-Onor.", "Vella.", "MR SPEAKER: Onor. Galea, jien qed nitolbok sempliċement biex tikkonkludi l-intervent tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, meta dalgħodu ċempilli s-Sur Mifsud Tommasi u beda jkellimni b'dak il-mod jien għedtlu li jista' jkun qed jikser il-House of Representatives (Privileges and Powers) Ordinance.", "Madanakollu hu baqa' jsostni li ried jagħtini spjegazzjoni għax qal li jien fid-diskors tiegħi tlabt spjegazzjoni.", "Min-naħa tiegħi, jien irrispondejtu billi għedtlu li jien li tlabt hu li ssir inkjesta u ma tlabt l-ebda spjegazzjoni mingħandu.", "Mr Speaker, naħseb li s-Sedja taqbel miegħi meta ngħid li ħadd m'għandu dritt ifixkel jew jintimida b'mod dirett jew indirett lil xi membru parlamentari ta' din il-Kamra fil-qadi ta' dmirijietu billi jgħidlu x'għandu jiġi jgħid f'din il-Kamra jew inkella jċempillu fid-dar privata tiegħu biex ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Galea, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jekk iħalluni nikkonkludi, pero` issa wasalna fl- assurdita` li lanqas nistgħu ...", "MR SPEAKER: Jien qed nitolbok biex tikkonkludi.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr, Speaker, jien qed nitlob il-protezzjoni tas- Sedja.", "Isemmu tant ismijiet tan-naħa l-oħra!", "Dejjem ifaqqgħu l- allegazzjonijiet tan-naħa l-oħra fuq nies li m'humiex qegħdin hawn!", "MR SPEAKER: Onor. Galea, jekk jogħġbok ikkonkludi l-intervent tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MARIO GALEA: Inti mur oqgħod bil-qiegħda u jekk trid tgħid xi ħaġa agħmel point of order!", "MR SPEAKER: Onor. Abela, jekk jogħġbok żomm l-ordni.", "Onor. Galea, nerġa' nitolbok biex tikkonkludi l-intervent tiegħek.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, huwa inaċċettabbli li jkun hemm xi ħadd li jċempel lil membru parlamentari fid-dar privata tiegħu u jkellmu b'mod imprudenti għall-aħħar għal dak li jkun qal fil-Parlament.", "To add insult to injury irrid ngħid ukoll li dan meta fettillu qabad u sabbatli t- telephone.", "Kif taf is-Sedja, id-diskors ta' kull membru parlamentari huwa protett mill-House of Representatives (Privileges and Powers) Ordinance u għalhekk jien qed nitlob lis-Sedja biex tinvestiga dan il-każ.", "Jien lest li ngħaddi lis-Sedja kull informazzjoni li tista' tkun teħtieġ waqt li din tkun qed tagħmel l-investigazzjoni tagħha.", "MR SPEAKER: Jiġifieri, Onor. Galea, hawnhekk inti qed tqajjem breach of privilege?", "Dan li nixtieq inkun naf preċiż mingħandek jien.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien xtaqt ninforma lis-Sedja b'dan il-każ uffiċjalment u li din tinvestigah.", "MR SPEAKER: Kollox sew.", "Mela issa s-Sedja tinvestiga dan il-każ u żżomm kuntatt ma' l-Onor.", "Membru.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Frar, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi huwa l-qofol tal- miżuri li ħabbar il-gvern Nazzjonalista u jikkostitwixxi l-morr li qed iduq il-poplu Malti u Għawdxi għaliex żgur li qatt ma kien hawn budget li ntaxxa lill-poplu b'dan il-mod.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex minbarra li b'dan l-abbozz ta' liġi l-poplu se jibda jiġi intaxxat iktar fuq id-dħul tiegħu u fuq dokumenti u trasferimenti oħra, fih qed naraw ukoll diversi preparamenti biex jiżdiedu iktar taxxi, fosthom fuq l-anzjani u l- pensjonanti.", "Għalhekk bla ebda dubju nistgħu ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ikompli jiftaħ il-ferita ta' taxxi li nfetħet fl-ewwel budget tal-gvern preżenti iktar fil-beraħ.", "Mr Speaker, waqt li konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li jemenda l- Att dwar id-Dazju tas-Sisa smajna lill-ministru tal-finanzi jsemmi kemm il- gvernijiet Laburista kienu daħħlu ħaddiema mal-gvern u ħafna affarijiet oħra bħal dawn, naturalment biex jipprova jbellagħha lill-poplu li ħafna mill-problemi finanzjarji li qed jiffaċċja pajjiżna ġejjin minn deċizjonijiet meħuda fil-passat minn gvernijiet Laburisti.", "Jien naħseb li jkun interessanti jekk infakkar lill-poplu fuq xiex kien jattakka lill- gvern Laburista l-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-1987.", "Fil-fatt kien jattakka fuq il-bolla - tant li kienu jsejħulha il-bolla balla - pero` llum qed naraw li dan l-abbozz ta' liġi mhux talli qed ikompli jżid il-bolla wara li din kienet diġa' żdiedet fl-ewwel budget ta' l-amministrazzjoni preżenti, imma talli filwaqt li fl-ewwel budget ta' dan il-gvern il-bolla żdiedet b'one-twelfth għax minn 8.33% telgħet għal 9%, din id-darba din żdiedet b'one-tenth għax minn 9% telgħet għal 10%.", "Kif naħseb li jista' jifhem kulħadd dan huwa piż li l-poplu tagħna qajla jiflaħ, speċjalment il- ħaddiem iż-żgħir li jaqla' paga medja ta' Lm50 fil-ġimgħa.", "Madanakollu meta l-ministru tal-finanzi jismagħna ngħidu kliem bħal dan, jinfexx jikkritikana li aħna ndoqqu dejjem l-istess diska.", "Iva, aħna ta' din in- naħa bilfors ikollna nagħmlu hekk għax nemmnu li l-poplu tellagħna f'dan il- parlament biex nirrappreżentawh u nwasslu l-karba tiegħu, u l-karba tiegħu, speċjalment tal-ħaddiem iż-żgħir, illum hi li huwa ma jiflaħx iktar għat- taxxi li qed jiġu imposti fuqu inġustament.", "Xi ġimgħatejn ilu jien u dieħel il-parlament waqqfitni mara mill-Belt u qaltli: Sinjur, agħddu kelma u aqbżu għalina għax ma nifilħux iktar għal dawn il-piżijiet!", "Jien lil din il-mara ma nafhiex u ma naħsibx li hija mid- distrett tiegħi, pero` dak il-ħin bejni u bejn ruħi għedt: Jien hawnhekk għandi funzjoni u din il-funzjoni rrid naqdiha.", "Ejjew ngħiduha kif inhi, huwa verament piż li raġel tal-familja li jkun jaqla' Lm50 fil-ġimgħa f'daqqa waħda l-ispiża tal-bolla titlagħlu għal 83c.", "Fil-fatt hawn ta' min ikompli jsemmi wkoll li dawk il-ħaddiema li għandhom paga ta' Lm55 fil- ġimgħa l-ispiża tal-bolla telgħetilhom għal 91c; waqt li dawk il-ħaddiema li għandhom paga ta' Lm60 fil-ġimgħa l-ispiża tal-bolla telgħetilhom għal Lm1; filwaqt li dawk il-ħaddiema li għandhom paga ta' Lm100 fil-ġimgħa l- ispiża telgħetilhom għal Lm1.67.", "Naturalment imbagħad irridu nsemmu wkoll it-taxxi l-oħra li qed ikomplu jnaqqru l-but tal-ħaddiem, fosthom l-income tax, it-taxxa fuq is-sigaretti, it-taxxa fuq id-dokumenti u diversi taxxi oħra.", "Għalhekk il-poplu bir-raġun jiġi għandna u jgħidilna: Komplu tkellmu fuq dawn l-affarijiet fil-parlament għax sew tagħmlu li tgħidu lill- gvern li m'huwiex ġust li wara li kien hu li ħoloq il-ħofor - fil-fatt iktar 'il quddiem beħsiebni nitkellem fuq min ħoloq il-ħofor verament - illum qed idur fuq il-ħaddiem iż-żgħir biex inaqqas id-deficit finanzjarju u qed jgħakksu b'taxxa wara l-oħra.", "Issa jekk kien hawn partit li ftaħar kemm felaħ li ġaladarba jitla' fil-gvern se jnaqqas it-taxxa fuq id-dħul, dan kien gvern Nazzjonalista.", "Mr Speaker, jien għadni niftakar kemm kienu jiftaħru li għamlu bravura l- ministri tal-finanzi tal-gvernijiet Nazzjonalista preċedenti meta kienu naqqsu l-income tax - għax dak iż-żmien kienu jgħidu li meta tnaqqas it- taxxa fuq id-dħul tkun qed tistimola l-ekonomija, tkun qed iżżid il- motivazzjoni ta' dak li jkun biex jaħdem u biex jinvesti u tkun qed tmexxi n-negozju 'l quddiem - u għalhekk illum jien indur lejn il-gvern preżenti u nistaqsih: Fejn hi d-direzzjoni li ftaħartu biha qabel l-aħħar elezzjoni?", "Fejn hi d-direzzjoni li Fenech Adami preżenti tant kien ftaħar biha fl- 1998, għax kien qal li bi gvern Nazzjonalista ġdid se jkollna direzzjoni?", "Mela sewwa, l-ewwel naqqastu t-taxxa fuq id-dħul u issa se taqbdu d- direzzjoni opposta għax se terġgħu tgħollu t-taxxa fuq id-dħul, liema żieda se tkun ta' piż kemm fuq il-ħaddiem iż-żgħir, kemm fuq il-ħaddiem medju kif ukoll fuq il-ħaddiem il-kbir!", "Illum il-poplu qed jiġi intaxxat inġustament, u qed ngħid li qed jiġi intaxxat inġustament għaliex żgur li ma kienx tort tiegħu li nħolqot ħofra finanzjarja fil-pajjiż.", "Per eżempju, x'tort għandha li nħolqot ħofra finanzjarja fil-pajjiż dik il-mara li waqqfitni jien u dieħel il-parlament u li minħabba f'din il- ħofra llum qed nintaxxawha iżjed, qed ngħollulha l-kontijiet tad-dawl u l- ilma u qed ngħollulha l-ħajja?", "L-aħħar darba l-ministru tal-finanzi pprova jbenġel il-fatt li f'pajjiżna teżisti ħofra finanzjarja billi għamel eloġju sħiħ biex jipprova jbellagħha lill-poplu li kien il-Partit Laburista li ġab din il-ħofra.", "Issa jien persważ li l-poplu m'huwiex mazzun u jaf min ikkaġuna dan id-deficit, li huwa record għal dan il-pajjiż.", "Anke meta l- Ministru Dalli kien qed jagħmel il-winding up fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa, huwa qal li l-kaġun ta' dan id-deficit kbir huwa l-gvern Laburista ta' qabel l-1987 għax dan daħħal 8,000 ħaddiem mal-gvern.", "Aħna niftaħru bil-fatt li kellu jkun il-gvern Laburista ta' qabel l-1987 li daħħal mal-gvern 8,000 ħaddiem li kienu sfaw bla xogħol u li kienu qed ibatu u jipprovaw jiġġieldu mal-ħajja, anzi jien ngħid li dan il-pass wera liema gvern għandu verament kuxjenza soċjali.", "Kellu jkun gvern Laburista li ħass għal dawn il-ħaddiema li kienu sfaw bla xogħol u ddeċieda li jdaħħalhom mal-gvern.", "Naturalment dak iż-żmien pajjiżna ma kellux il-ħofra finanzjarja li għandu llum għax il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien imexxi 'l pajjiż b'għaqal kbir.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li meta mbagħad tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista ma keċċihomx minn mal- gvern lil dawn il-ħaddiema, jiġifieri iktar u iktar ma jreġix l-argument tal-ministru tal-finanzi li llum qed jipprova jbellagħha lill-poplu li l- kaġun tal-problema finanzjarja li għandu l-pajjiż illum hija dik id- deċiżjoni li kien ħa l-gvern Laburista li jdaħħal 8,000 ħaddiem mal-gvern.", "Jien lill-ministru tal-finanzi ngħidlu hawnhekk: Taħseb li l-poplu ma jafx jaqra u ma jistudjax il-figuri li joħorġu mid-dipartimenti tal-gvern?", "Taħseb li l-poplu ma jistudjax il-figuri li joħorġu mill-ministeru li responsabbli minnu inti stess?", "Għax jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-figuri, mal-ewwel jinduna li l-ikbar żbalji finanzjarji li qatt saru f'dan il-pajjiż kien fi żmien l-istess ministru tal-finanzi li għandna llum.", "Madanakollu fid-diskors tal-budget il-ministru tal-finanzi qalilna: Jien lest li nitkellem f'dan il-parlament dwar dawn it-taxxi li qed ngħabbi fuq il-poplu, pero` jekk ma naslux se nivvinta taxxi oħra.", "Hekk qalilna fid-diskors tal-budget l-istess ministru li taħtu sploda d-deficit tal- pajjiż.", "Imbagħad jiġi jipprova jbellagħha lill-poplu li kien taħt il-gvern Laburista ta' l-1987 li nħolqot il-ħofra finanzjarja fil-pajjiż!", "Jien lill- poplu ngħidlu: Ħares lejn il-figuri sena b'sena u ara meta nħolqot il- ħofra finanzjarja!", "Għalhekk jien nibqa' nsostni li m'huwiex ġust illi minħabba l-irresponsabbilta` tal-gvern, illum il-ħaddiem iż-żgħir qed jiġi mitlub jerfa' dawn il-piżijiet kollha.", "Wara kollox kien l-istess gvern u l- istess ministru tal-finanzi li kienu responsabbli għal dan kollu, u meta ngħidu hekk ma nkunux qed nitkellmu fl-arja.", "Aħna għandna ħafna eżempji ta' kemm il-gvern Nazzjonalista kien jimmaniġġja l-flus b'mod ħażin, ta' kemm kellu viżjonijiet u policies ħżiena u ta' kemm kien jaħli flus, u llum dan kollu qed jirriżulta f'deficit finanzjarju record.", "Illum qed nindunaw li sewwa konna ngħidu aħna meta konna nirrimarkaw li għad jiġi żmien meta l- gvern jiġi dahru mal-ħajt u jkollu jagħmel kif jgħid il-qawl Malti, bħal qarnita li jkollha ddur għal subgħajha stess.", "Mr Speaker, bħala shadow minister responsabbli mill-qasam ta' l-ilma nista' ngħid li anke f'dan il-qasam jidher ċar li sar ħafna nfiq bl-addoċċ.", "Biżżejjed insemmi li fi żmien il-gvernijiet Nazzjonalista l-impjanti tar- reverse osmosis inbnew bla ħsieb, allavolja konna ngħidulhom kontinwament li għalkemm huwa tajjeb li nibnu dawn l-impjanti, min-naħa l-oħra l-ewwel għandna nsibu tarf tal-problema tat-telf ta' ilma.", "Madanakollu tan-naħa l- oħra baqgħu ma semgħux minna bil-konsegwenza li llum nofs l-impjanti tar- reverse osmosis jinsabu magħluqin.", "Allura dan mhux investiment mitluf u mmanniġġjar ħażin jissejjaħ?", "Dan ma kienx ta' kontribuzzjoni għall- ħofra li qed nitkellmu fuqha?", "Imbagħad xi ngħidu għall-airport?", "Din in-naħa lanqas ma kenit kontra li jinbena airport suret in-nies, anke għaliex nafu li dan jifforma parti importanti mill-qasam infrastrutturali tal-pajjiż, pero` dan kien proġettat li se jiġi jiswa Lm12- il miljun meta fil-fatt ġie jiswa Lm24 miljun.", "Dawn huma tnejn minn fost il-ħafna eżempji li juru li l-ħofra finanzjarja li għandu pajjiżna llum ġiet kaġunata mill-policies ħżiena u mit-tmexxija ħażina ta' gvernijiet Nazzjonalista, pero` minkejja li l-gvern Nazzjonalista jaf f'liema sitwazzjoni ġab lil pajjiżna, sal-lum kompla jmexxi bl-istess mod, kif se nuri iktar 'il quddiem.", "Għalhekk m'huwiex sew li mbagħad niġu hawnhekk u ngħidu li jekk ma naslux se nivvintaw taxxi oħra; il-poplu għandu limitu sa kemm jiflaħ.", "Per eżempju, dik l-anzjana li rriferejt għaliha ma tiflaħx għal iktar taxxi u għalkemm mhux se tiġi hawnhekk u tagħmel xi protesta - u lanqas se tara lill-Ministru Dalli dieħel f'dan il-parlament u tibda tgħajjat miegħu - madanakollu xorta tħoss weġgħa f'qalbha meta tiftaħ il- portmoni u ma ssib xejn, bil-konsegwenza li jkollha toqgħod lura milli tixtri l-aktar affarijiet essenzjali.", "Huwa għalhekk li mbagħad in-nies jiġu fuqna l-membri parlamentari u jgħidulna: Agħmlu dmirkom u għaddu l- karba tagħna fil-parlament, forsi fl-aħħar iġġiegħlu lill-prim ministru ma jibqax stinat u jerġa' jibda jinnegozja l-miżuri li ttieħdu fil-budget.", "Miżura oħra li ħa l-gvern Nazzjonalista u li wasslet lil pajjiżna għal ħofra finanzjarja record kienet dik illi artijiet pubbliċi sitwati fi prime sites jibdew jingħataw bil-peanuts lil nies barranin biex imbagħad jerġgħu jgħaddu għand il-Maltin.", "Imbagħad xi ngħidu għall-ippjanar ħażin tat-toroq u għall-pagi u għall-kummissjonijiet fenomenali lin-nies tal-qalba?", "Biżżejjed ngħid li dan l-aħħar il-kummissjoni telgħet saħansitra għal Lm171,000!", "Għalhekk huwa d-dmir tal-membri kollha ta' din in-naħa li nsostnu li llum pajjiżna għandu tmexxija ħażina u m'hux sew illi l-ħaddiem iż-żgħir jibqa' jiġi intaxxat bil-mod kif qed jiġi intaxxat.", "Huwa għalhekk ukoll li aħna ngħidu li m'hux sew li llum il-poplu qed jintalab jerfa' l- piżijiet billi qed jiġi mġiegħel iħallas iktar income tax u bolla, u qed jiġi mġiegħel iħallas iktar għas-sigaretti u għas-servizzi tad-dawl, ta' l- ilma u tat-telephone.", "Imbagħad xi ngħidu għad-deċiżjoni li ħa l-gvern b'kapriċċ fejn kiser ir-regolamenti li bihom kien issellef il-flus b'imgħax baxx mill-EIB, biex illum qed ikollu jissellef b'rati iktar għolja?", "Allaħares noqgħod insemmi l-affarijiet kollha fejn fihom dehret bl-iktar mod ċar it-tmexxija ħażina tal-gvern Nazzjonalista għax ma nispiċċa qatt!", "Aħna rajna wkoll kumpanniji li wara li ġew hawn Malta u tajniehom il- flus, dawn ħarbu bihom - hawnhekk qed nirriferi għall-kumpannija AMS - u dan ukoll sar taħt l-istes ministru li llum qed jiġi jgħid lill-poplu biex jerfa' iżjed għax hemm bżonn li nimlew il-ħofra!", "Matul l-amministrazzjoni Nazzjonalista aħna rajna anke vapuri u inġenji oħra jinħadmu b'telf pero` l- gvern ma jimportahx minn dan u baqa' għaddej.", "Hawn ta' min isemmi wkoll il- flus tat-tickets għall-vapuri t'Għawdex, li bqajna sal-lum ma nafux fejn marru, bil-konswegwenza li l-kumpannija kienet tispiċċa b'telf sena wara l- oħra.", "Aħna fis-sena u ftit xhur li għamilna fil-gvern irnexxielna nirranġaw kollox.", "Hawn qiegħda s-serjeta`.", "U jien nistaqsi hawnhekk: Fejn kienet is-serjeta` tal-gvern Nazzjonalista f'disa' snin u nofs sħaħ?", "Issa ħalli nerġa' niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma.", "Mr Speaker, lill-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kienu jingħatawlu diversi pariri biex is-sezzjoni li tieħu ħsieb l-impjanti tar-reverse osmosis tiġi mgħoddija f'idejn il-ħaddiema Maltin, pero` minkejja li dan il- parir kienu jgħadduhulu sena wara l-oħra ma kien jagħti kas xejn.", "Meta fl- 1996 tela' fil-gvern il-Partit Laburista, mal-ewwel implimenta dawn il- pariri u fi żmien sena aħna stajna niġu niftaħru hawnhekk li minn mindu din is-sezzjoni bdiet titmexxa minn ħaddiema Maltin, il-poplu ffranka Lm1.7 miljun.", "Allura jien nistaqsi: Min kien verament serju, gvern Nazzjonalista jew gvern Laburista?", "Kif kellu jkun il-Partit Laburista li dam fil-gvern biss għal sena u ftit xhur biex juri tant u tant affarijiet lill-poplu, fosthom il-problema tad-deficit?", "Għax ikun tajjeb jekk wieħed ifakkar li sa sena u ftit xhur ilu Allaħares konna nsemmu li hawn problema finanzjarja fil-pajjiż.", "Fil-fatt il-prim ministru li għandna llum u li dak iż-żmien kien kap ta' l-oppożizzjoni tgħidx kemm kien jiddieħak bil-gvern Laburista meta dan kien isemmi l-ħofra, pero` llum qed ikollu jammetti li din il-problema veru teżisti.", "Tant teżisti li llum Fenech Adami mhux talli qed ikollu jżid it-taxxi fuq il-ħaddiem iż-żgħir imma talli qed jgħidlu li jekk nibqgħu ma naslux xorta waħda se jivvinta taxxi ġodda.", "Madanakollu din m'hijiex serjeta` lanqas għaliex wara kollox aħna ġejna mtellgħin hawnhekk biex nirrappreżentaw lill-poplu.", "Aħna għandna responsabbilta` lejn din il-Kamra, lejn il-pajjiż u lejn il-poplu, mhux biss lejn il-poplu ta' llum imma wkoll lejn dak li ġej warajna.", "Għalhekk jekk ma nindirizzawx il-problemi li jeżistu llum mal-ewwel dawn iktar se jkomplu jikbru, kif ġara fil-każ tad-dejn finanzjarju li għandu pajjiżna.", "Fil-bidu ma tarahiex ħaġa kbira li tissellef Lm3 miljun u forsi lanqas taraha bi kbira lanqas li tissellef Lm100 miljun, pero` ftit huma dawk li jieħdu in konsiderazzjoni ta' kemm jitilgħu b'rata mgħaġġla l-interessi fuq id-dejn.", "Biżżejjed ngħid li llum l-interessi li għandna fuq id-dejn jammontaw għal madwar Lm52 miljun, u dan huwa proporzjon sinifikanti ħafna għal dak kollu li jonfoq il-gvern.", "Per eżempju, il-gvern jonfoq madwar Lm150 miljun f'kontribuzzjonijiet għas-servizzi soċjali, jiġifieri issir terz minn dawn il-flus qed imur f'interessi fuq id-dejn.", "Madanakollu l-gvern Nazzjonalista la għamel l-affarijiet sew qabel l-1996 u lanqas għamilhom sew issa, u nistgħu nġibu ħafna eżempji biex nuru kemm il-gvern preżenti ma ħadhiex it-tagħlima wara li fl-1996 u fis-snin ta' qabel ħoloq ħofra finanzjarja lill-pajjiż u sfortunatament issa għadu miexi bl-istess nuqqas ta' direzzjoni, bl-istess traskuraġni u bl-istess vendikazzjonijiet lejn il- poplu Malti u Għawdxi u lejn il-pajjiż li kien miexi bihom qabel.", "Eżempju klassiku li nista' nġib biex nuri kemm dan li qed ngħid huwa minnu huwa l- każ tal-privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank.", "Għax jekk hemm eżempju ċar ta' kif gvern Nazzjonalista għamel sfreġju sħiħ b'vendikazzjoni lejn il-pajjiż u lejn il-poplu, dan huwa l-mod kif biegħ l-ishma ta' dan il-bank lill- barranin.", "Aħna ma konniex kontra li l-Mid-Med bank jiġi pprivatizzat, pero` huwa assolutament inaċċettabbli l-mod kif sar dan il-bejgħ, minn taħt u mingħajr l-ebda ħruġ ta' tenders.", "Imbagħad jiġi Dr Fenech Adami jgħidilna - u huwa importanti li din insemmuha hawnhekk ħalli l-poplu jifhem kif jirraġuna l- gvern preżenti fejn jidħlu flus il-poplu - U iva, toqogħdux tinkwetaw, Lm10 miljuni 'l hawn u Lm10 miljun 'l hemm ma jimportax!", "Dażgur ma jimportax Lm10 miljuni 'l hawn u Lm10 miljuni 'l hemm għax imbagħad meta jasal il-budget nistgħu ngħabbu lill-poplu bit-taxxi!", "Jien illum lill-Prim Ministru nistaqsih: Fejn marru l-Lm10 miljuni?", "Din hija mistoqsija li qed jagħmilha anke l-poplu Malti.", "Il-verita` hija li l-bejgħ ta' l-ishma tal- Mid-Med Bank kien bejgħ bir-ribass, kien bejgħ irregolari, u llum kulħadd qed jammettieh dan, anke dawk in-nies li dak iż-żmien kienu kontra l- pożizzjoni tal-gvern Laburista.", "Illum anke dawn in-nies qed jammettu li dak il-bejgħ kien irregolari, kien ħażin u sewa lill-poplu Malti u Għawdxi s-somma ta' madwar Lm40 miljun.", "Illum il-prezz tax-shares ta' l-HSBC huwa ta' Lm7.25.", "Issa hawnhekk jien m'iniex se nipprova nipparaguna dan il-prezz, pero` rrid ngħid li meta din in-naħa kienet tistma l-ishma tal-Mid-Med bank bejn l-Lm4 u Lm5, tan- naħa l-oħra kienu jgħidulna: U tesaġerawx!", "Għax b'dan il-mod kienu jargumentaw il-membri tan-naħa l-oħra biex jipprovaw jaħbu u jnessu lill- poplu dak li verament kienu qed jagħmlu.", "Madanakollu llum iż-żmien tana raġun għax il-prezz ta' l-ishma ta' l-HSBC tela' ħafna u l-poplu jaf li tilef bejn l-Lm40 miljun u l-Lm50 miljun.", "Din hija verament ħasra u dan huwa sinjal ieħor illi l-gvern preżenti għadu ma ħax it-tagħlima li ħa fl- 1996, fejn kellna nkunu aħna li nikxfu r-riżultati ħżiena tiegħu.", "Dan huwa eżempju ċar ta' kif il-poplu Malti ġie misruq fid-dawl tax-xemx, imma madanakollu llum qed niġu hawnhekk biex nerġgħu nitolbu lill-ħaddiema, lill- pensjonanti u lill-anzjani biex jerfgħu iktar piżijiet.", "Hawn quddiemna hawn miktub iswed fuq l-abjad x'iridu jġorru l-ħaddiema, il-pensjonanti u l- anzjani biex ipattu għall-immaniġġjar sistematiku ħażin u vendikattiv tal- gvern preżenti.", "Qed ngħid hekk għaliex trid tkun vendikattiv li wara li jkollok lil tan-naħa l-oħra jiftħulek għajnejk biex ma tagħmilx żball bħal dak, inti tkompli twebbes rasek u tivvota favur it-trasferiment ta' l-ishma tal-Mid-Med bank lill-HSBC - għax fil-fatt il-membri kollha tan-naħa l-oħra vvotaw favur - u mbagħad iddur fuq il-poplu u tgħidlu li se tgħabbih b'iktar taxxi.", "Mela sewwa. l-ewwel ngħabbu lill-poplu bit-taxxi u nerġgħu niġu f'din il-Kamra biex ngħabbuh dejjem iżjed, u lil min għandu minfejn iħallas naħfrulu it-taxxa!", "Sur President, meta ġejna għat-trasferiment ta' l-art ta' Kottonera lill- Kottonera waterfront group irranġajna magħhom biex naħfrulhom il-boll - u iva, Lm1 miljun 'l hawn u l-Lm1 miljun 'l hemm, dawn imsieken se jidħlu għal dan il-proġett! - imma llum il-proġett tal-Kottonera qiegħed sentejn tard, u dan għaliex il-gvern preżenti għamel minn kollox biex jostakola u jikkonfoffa ħalli dak il-proġett ma jinbediex meta kellu jinbeda, bil- konsegwenza li llum il-poplu tal-Kottonera għadu qed jittewweb.", "Imma għal dan il-gvern imbasta jgawdu l-ħbieb u tal-qalba, anke jekk imbagħad ikollu jdur fuq il-poplu u jintaxxah anke fuq is-sigaretti.", "Issa jien bħala tabib dejjem nagħti parir biex kemm jista' jkun iktar nies jaqtgħu l-vizzju tat- tipjip, għaliex is-sigaretti jagħmlu ħsara kbira lill-ġisem pero`, kif qal kull kelliem li għamel l-intervent tiegħu matul dan id-dibattitu, minkejja li kważi f'kull budget jiżdiedu t-taxxi fuq is-sigaretti, ma jirriżultax li dan il-vizzju qed jonqos minn fost il-poplu Malti u Għawdxi.", "Mr Speaker, dawn it-taxxi li qed jiġi mitlub iħallas il-poplu huma inġusti, u qed ngħid li huma inġusti għaliex il-problema finanzjarja żgur li ma ħoloqhiex il-poplu Malti u Għawdxi, żgur li ma ħolqithiex l-oppożizzjoni Laburista u żgur li ma ħoloqhiex il-gvern Laburista ta' qabel l-1987, kif ipprova jimplika l-Onor.", "Dalli.", "Jien lill-membri tan-naħa l-oħra ngħidilhom: Qallbu l-programm elettorali li għamiltu qabel l-elezzjoni ta' l-1998 u araw issibux il-wegħda li lill-poplu se żżidulu l-income tax!", "Intom għedtulu lill-poplu li se żżidulu l-income tax?", "Le, anzi intom għedtulu proprju l-kontra, jiġifieri li m'intomx se żżidu l-income tax.", "Fil-fatt meta lill-Prim Ministru saritlu din il-mistoqsija huwa wieġeb ċar u tond li huma qabel mhux talli ma kenux żiedu l-income tax imma talli kienu naqqsuha.", "U x'ma kenux qalu l-membri tan-naħa l-oħra meta l-gvern Laburista kien irriveda t-tariffi tad-dawl u l-ilma!", "Jien persważ li kulħadd għadu jiftakar illi qabel l-elezzjoni ta' l- 1998 kemm l-Onor.", "Fenech Adami kif ukoll l-Onor.", "Josef Bonnici wiegħdu lill- poplu li ġaladarba jitla' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, it-tariffi fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu se jiġu għal dawk li kienu qabel.", "Fil- fatt aħna qegħidna fuq il-Mejda tal-Kamra kemm tape kif ukoll transcript ta' dak li kienu qalu eżattament il-Prim Ministru u l-ministru għas- servizzi ekonomiċi.", "Imma llum jien indur fuq il-poplu u nistaqsih: Il- kontijiet tad-dawl u l-ilma veru ġew għal dak li kienu qabel, jew illum kulmin qed jirċievi dawn il-kontijiet qed jibqa' skantat, mhux biss għaliex huma għoljin esaġerati imma wkoll minħabba l-iżbalji li qed ikun hemm fihom?", "Biżżejjed insemmi t-taħwid li qed ikun hemm fl-indirizzi, bil- konsegwenza li dawn il-kontijiet m'humiex qed jaslu fejn għandhom jaslu.", "Imbagħad xi ngħidu għall-Lm10 li taw għaż-żieda li kien hemm fil-prezz tal- ħobż?", "Jidher ċar li minkejja l-kritika ta' din in-naħa li fil-billing section tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hemm diżastru fenomenali, l-affarijiet baqgħu ma ġewx irranġati.", "Mr Speaker, dan il- gvern m'għandux il-mandat tal-poplu biex illum iressaq dawn it-taxxi kollha quddiem din il-Kamra, anzi l-poplu ġie mwiegħed totalment l-oppost, u jekk wieħed irid li nġib eżempju ċar ta' kemm il-poplu ġie mwiegħed l-oppost, huwa biżżejjed li naċċenna għall-fee li jħallsu l-anzjani meta jiġu biex jidħlu f'istituzzjonijiet tal-gvern, bħal per eżempju fl-isptar San Vinċenz de Paule.", "Ta' min ifakkar li qabel l-elezzjoni ta' Settembru ta' l-1998, il-Prim Ministru kien bagħat ittra lill-anzjani - fil-fatt diġa' tqiegħdet kopja ta' din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra - fejn qalilhom li l-gvern Laburista kien qed jaħseb biex iżid il-fee li jħallsu l-anzjani residenti f'xi waħda mill-istituzzjonijiet ta' l-anzjani tal-gvern.", "Madanakollu wara li keskes lill-anzjani kontra l-gvern Laburista b'dak il-mod, illum b'dan l-abbozz ta' liġi l-gvern Nazzjonalista, bl-iktar mod ipokrita, qiegħed iwitti t- triq biex lill-anzjani li huma residenti fl-isptar St Vincent de Paule jżidilhom il-fee.", "Issa jekk hemm xi ħaġa ipokrita u vendikattiva din hija li l-ewwel tmur tkeskes lill-anzjani li ħaddieħor se jieħu t-tali miżuri u mbagħad timplimenta dawk il-miżuri inti stess.", "Hemm ħafna raġunijiet għaliex jien kontra dan l-abbozz ta' liġi pero` l-iktar parti li tweġġagħni hija dik li l-anzjani qed jiġi mgħakksa iktar meta dawn ġew imwegħda eżattament l-oppost.", "Jien ma nafx x'wiċċ irid ikollu u kif ma jistħix il- gvern Nazzjonalista jiġi f'din il-Kamra u lill-anzjani jressqilhom miżura bħal din!", "Illum il-poplu huwa mgħaffeġ u ma jiflaħx għal dawn it-taxxi kollha li nerġa' nirripeti, ġew imposti fuqu inġustament.", "Biżżejjed li wieħed iħares lejn l-istaġnar ekonomiku li hawn fil-pajjiż.", "MR SPEAKER: Onor. Buhagiar, ippermettili ninterrompik għax skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li llum il-poplu huwa mgħaffeġ għax ma jiflaħx għal dawk it-taxxi kollha li qed jimponi fuqu l-gvern.", "Matul is- seklu li għadda l-ħaddiem għamel kisbiet kbar, fejn fosthom irnexxielu jakkwista diversi żidiet fil-pagi kif ukoll fil-pensjonijiet, u hija verament ħasra li kellu jkun preċiżament fil-bidu tal-millennju ġdid li l- ħaddiem Malti għall-ewwel darba tnaqqsitlu l-paga bħala riżultat tal-miżuri tal-budget li ħabbar il-gvern Nazzjonalista.", "Din hija xi ħaġa li ħadd ma kien jistennieha u ċertament il-poplu ma vvotax għaliha.", "Madanakollu l- ikbar ħasra hi li l-konsegwenzi ta' dawn il-miżuri qed ibatihom l-iktar iż- żgħir.", "Huwa veru li l-iktar li se jħallsu income tax huma dawk tal-klassi medja u tal-klassi għolja pero` hija l-klassi l-baxxa li l-iktar li qed tintlaqat negattivament mill-għoli tal-ħajja, u fil-fatt jien diġa' tajt rendikont lill-Kamra ta' l-ispejjeż li daħal fihom il-ħaddiem Malti minħabba l-miżuri tal-budget.", "M'hemmx dubju li għal darb'oħra huwa ż- żgħir, li se jlaqqat ta' kollox, minkejja li qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien iwiegħed lill-poplu li l-għada li jitla' fil-gvern l- affarijiet kienu se jiġu rranġati.", "Issa diġa' għaddew sena u ħames xhur minn mindu l-Partit Nazzjonalista ħa l-gvern f'idejh u l-affarijiet huma staġnati iktar minn qatt qabel, u dan proprju minħabba l-miżuri ħżiena li qed jintroduċi dan il-gvern.", "Wieħed irid jgħid ukoll li llum bilfors hawn kollox staġnat fil-pajjiż ġaladarba l-gvern preżenti għoġbu jżid l-income tax, iżid il-bolla u jgħolli l-ħajja mingħajr ma ħaseb biex iġib investimenti ġodda.", "Jien nifhem li l-gvern ma jistax jiċċirkola iktar flus ġaladarba hemm bżonn li jiġi kkontrollat id-deficit finanzjarju, pero` la qed jipprova jnaqqas id-deficit billi jiġbor iktar taxxi mingħand il-poplu bilfors irid jistimola l-ekonomija b'xi mod għax inkella ħlief staġnar mhux se jkollna fil-pajjiż.", "Wara kollox aħna lkoll nafu min se jbati għal dan l-istaġnar; se jbati ż-żgħir nett u se tbati dik il-mara li ltaqgħet miegħi fil-bieb tal-parlament u li qaltli mbikkma: Morru hemmhekk u aqbżu għalina!", "Lili laqtitni ħafna dik il-mara u minn dakinhar 'l hawn sirt iktar konxju ta' kemm jinsabu mifnija l-persuni li jinsabu fil-klassi l-baxxa bil-miżuri li ttieħdu fil-budget.", "Dawn il-miżuri laqtu lil 80% tal-poplu tagħna fil- laħam il-ħaj.", "Terġa' peress li dawn il-miżuri m'humiex qed jiġu introdotti fi klima ekonomika tajba, minħabba li m'għandna l-ebda investiment ġdid fil- pajjiż, il-poplu bilfors inqaras għaliex qed niġbru dejjem iktar flus minn fuq il-poplu mingħajr ma qed nipprovdulu benefiċċji ġodda.", "Għalhekk il- poplu għandu dritt u dmir li jipprotesta pubblikament għal dan kollu.", "Mr Speaker, ċertament m'huwiex biżżejjed li niġu f'dan il-parlament u nitkellmu fuq taxxi ġaladarba għandna lill-Prim Ministru li qed jgħidilna li l-miżuri li ttieħdu fil-budget li għadda m'humiex negozjabbli.", "Ovvjament bħala kelliema għall-poplu dmirna qed nagħmluh, pero` la llum il- poplu Malti u Għawdxi għandu gvern stinat, kif diġa' għedt, għandu d-dritt u d-dmir li jipprotesta pubblikament, u qed tagħmel sew il-GWU li qed tindika pubblikament li jeħtieġ isiru l-protesti fl-apert.", "Hawn ikun tajjeb jekk ngħid illi l-GWU ma qagħditx lura milli tressaq il-proposti tagħha pero` l-gvern ma jridx jisma'.", "Aħna drajnieh il-mod li bih jaħdem il-gvern, l-ewwel jagħmel minn kollox biex jostakolak u mbagħad joqgħod jgħajrek.", "Fil-fatt lill-GWU hekk qed jagħmlilha, l-ewwel jostakolaha u mbagħad qed jgħid li m'hijiex qed tagħmel proposti konkreti waqt it- taħdidiet li qed ikollu magħha.", "Issa l-verita` hi li l-GWU għamlet proposti konkreti u kien il-gvern preżenti li ma semagħhomx.", "Il-Prim Ministru qalilna mill-bidu nett illi l- miżuri li ttieħdu fil-budget m'humiex negozjabbli u allura l-GWU bir-raġun qed tipprotesta, għax taf li biex il-gvern jimla l-ħofra finanzjarja se jdur fuq il-ħaddiema Maltin u Għawdxin u jkompli jgħakkishom iktar milli huma diġa' mgħakksin.", "Għalhekk il-gvern m'għandu l-ebda triq oħra ħlief li jagħmel dak li fil-fatt qed jagħmel, li jipprova jnaqqas is-saħħa tal-GWU billi jtellagħha l-qorti sempliċement għaliex qed tiddefendi d-drittijiet tal-ħaddiema.", "Illum il-gvern Nazzjonalista qed jipprovoka lill-GWU b'mod maħsub u qiegħed itella' lil din il-union il-qorti biex jaħlilha l-ħin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, on a point of order.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, dan il-każ għadu pendenti quddiem il- qorti u għalhekk l-Onor.", "Membru ma jistax jagħmel ċerti osservazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri biex jużaw ċerta prudenza fil-mod kif ipoġġu d-diskors tagħhom.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, jien mhux qed nidħol fil-mertu tal-każ imma kont biss qed nipprova nispjega kif qed tiġi ttrattata l-GWU mill- gvern, minħabba li qed tiddefendi l-interessi tal-ħaddiema, u kont qed ngħid illi mhux sew li l-union tiġi pprovokata b'dan il-mod.", "Wara kollox il-mexxejja tal-GWU qed jirrappreżentaw lill-ħaddiema u jgawdu r-rispett tagħna lkoll, pero` l-gvern mhux talli mhux qed jagħmel dan imma talli qed jipprova jipprovokahom u jumiljahom, u dan m'huwiex sew.", "Il-gvern għandu jisma' dak kollu li għandhom xi jgħidu l-unions, huma min huma, u jekk dawn jgħidulu li l-ħaddiem ma jiflaħx għal dawn il- piżijiet kollha huwa għandu joqgħod fuq dak il-kliem.", "Il-gvern m'għandux għalfejn jibqa' jwebbes rasu imma għandu jagħti widien għal dak li qed tgħid il-GWU u m'għandhomx għax ma jilħqux ftehim bejniethom.", "U mela niġu hawnhekk b'rasna stinata u ngħidu li l-miżuri li ttieħdu fil-budget m'humiex negozjabbli!", "Jekk irridu mmexxu lill-poplu Malti u Għawdxi 'l quddiem bis-serjeta` ma nistgħux nagħmlu għamad quddiem għajnejna għall- krib tal-ħaddiema u nipprovokaw, numiljaw u ntellgħu l-qorti lil min qed jiddefendi l-interessi ta' l-istess ħaddiema.", "U mbagħad dawn mhux bilfors li jirreaġġixxu oltre minn dak li għandhom jirreaġġixxu jekk jiġu umiljati u pprovokati b'dan il-mod?", "Jekk il-gvern preżenti se jibqa' miexi kif inhu miexi, għandu jistenna li anke nkwiet industrijali jinqala' minħabba l- mibegħda artifiċjali li tkun inħolqot.", "Imma, Mr Speaker, minkejja s-sitwazzjoni kerha, il-gvern huwa moħħu biss fiċ-ċerimonji u minħabba l-ossessjoni assoluta li għandu li jdaħħal lil pajjiżna membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, għandna prim ministru li iktar moħħu fuq x'qed jiġri barra minn Malta, li jiġri minn pajjiż għall-ieħor u li jidher fuq il-gazzetti milli fuq il-problemi li għandu l-pajjiż.", "Il- gvern Nazzjonalista qed jinsa l-problemi ta' ġewwa u jinsab mitluf jitkarrab lil dak u lil ieħor biex idaħħlu lil pajjiżna fl-Unjoni.", "Il- gvern qiegħed ukoll jimmina d-dritt tal-poplu li jipprotesta għal dawn it- taxxi kollha li qed jiġu imposti fuqu.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li dan l- abbozz ta' liġi qed juri b'mod ċar li l-gvern m'għandux direzzjoni u huwa bħal pinnur, ibiddel id-direzzjoni minn ħin għall-ieħor.", "Filwaqt li qabel ma tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista kien dejjem jiftaħar li se jistimola l-ekonomija, li se jżid il-motivazzjoni, li se jżid in-negozju u li se jinċentiva lis-setturi kollha bit-tnaqqis ta' l-income tax, illum l- istess partit fil-gvern qed jitlobna nivvotaw favur abbozz ta' liġi li qed jgħolli l-income tax.", "Dan il-gvern spiċċa biex staġna lill-pajjiż u ġab record ta' tnaqqis fil-pagi tal-ħaddiema bħala riżultat tal-miżuri ħżiena li ħa, imma madanakollu llum huwa qiegħed jitlob lill-ħaddiema biex jerfgħu iżjed u wasal saħansitra biex wegħidhom li jekk ma jimliex il-ħofra li ħoloq hu stess kien se jgħabbihom b'iktar taxxi.", "M'hemmx dubju li n-numru ta' abbozzi ta' liġi li qed iressaq dan il-gvern biex permezz tagħhom jiġu imposti miżuri ħorox ta' taxxi ġodda fuq il-poplu huwa record.", "Għalhekk nerġa' nsostni li l-poplu mhux biss għandu d-dritt imma għandu wkoll id- dmir li jipprotesta għal dan kollu għax dan il-gvern għandu jiftaħ għajnejh għall-krib tal-poplu u jibda jagħmel l-istudji neċessarji sabiex idawwar ir- rotta ħażina li qabad, b'liema rotta qed idaħħal lil pajjiżna fi problemi ikbar milli daħħlu fihom qabel l-1996 bil-konsegwenza li llum il-poplu qed jiġi mitlub jagħmel sagrifiċċji kbar biex isolvihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, jien smajt lil kull kelliem minn intervena fuq dan l-abbozz ta' liġi u nista' ngħid li ż-żewġ naħat tal- Kamra naqblu li l-pajjiż għandu deficit finanzjarju kbir, bl-unika differenza li l-Partit Laburista ma jħobbx jirriferi għal din il-problema bħala deficit imma bħala ħofra.", "Ovvjament il-flus minn x'imkien iridu jiġu biex din il-problema tiġi solvuta u għalhekk il-gvern preżenti qed iżid it- taxxi pero` qed jara li jħallashom min jiflaħ l-iktar, kuntrarjament għall- gvern Laburista li kien jimponi taxxi across the board, jolqot fejn jolqot.", "Għalina l-oppożizzjoni jgħidu li waħda mill-miżuri li ħa l-gvern Nazzjonalista fil-budget li għadda hija li naqqas il-paga tal-ħaddiema, pero` dan m'hu minnu xejn.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li fil-każ ta' persuna single, jekk il-gross income tagħha ma jaqbiżx it-Lm3,000 fis-sena, din ma tħallas l-ebda taxxa u fil-każ ta' persuna miżżewġa ma tħallas l-ebda taxxa sakemm il-gross income tagħha ma jkunx jaqbeż l-Lm4,000 fis-sena.", "Għalhekk l-argument li qed iġibu l-membri ta' l-oppożizzjoni li t-taxxa żdiedet fuq kulħadd huwa argument zopp.", "Fil-fatt l-uniċi nies li bil-miżuri tal-budget li għadda żdiditilhom ir-rata ta' taxxa dovuta minnhom huma dawk li jaqilgħu Lm100 fil-ġimgħa jew iktar pero`, kif għedt diġa', xi ħadd bilfors irid jagħmel ċerti sagrifiċċji biex tiġi solvuta l-problema tad-deficit f'pajjiżna.", "Ngħid għalija jien inħobb inkun ċar fi kliemi u għalhekk irrid ngħid li min qed jaħseb li xi darba d-dejn ta' pajjiżna se jispiċċa għal kollox qed jiżbalja bl-ikrah, imma almenu l-gvern qed jipprova jnaqqas ir-rata li biha kien tiela' d-deficit.", "Per eżempju, smajna lill-Ministu Dalli jgħidilna kif id-deċiżjoni li kien ħa l-gvern Laburista li jimpjega 8,000 ruħ mas-servizz pubbliku qabel l- elezzjoni ta' l-1987 sal-lum swiet lill-poplu Malti u Għawdxi Lm600 miljun.", "Il-membri tan-naħa l-oħra pprovaw jiġġustifikaw dan il-fatt billi qalu li almenu huma rnexxielhom jipprovdulhom impjieg lil dawn in-nies.", "Huwa veru li dak iż-żmien ir-rata tal-qgħad fil-pajjiż kienet għolja ħafna, għax l- ekonomija kienet staġnata u allura l-gvern ta' dak iż-żmien ried jara x'se jagħmel bin-numru kbir ta' nies li kien hawn qegħda, pero` allavolja fl- industrija privata ma kienx hemm postijiet fejn jista' jimpjegahom, xorta ma kellux jirrikorri għas-soluzzjoni li jimpjegahom kollha mal-gvern għaliex il-poplu Malti u Għawdxi għadu sal-lum ibati l-konsegwenzi ta' din id-deċiżjoni.", "Anke llum żdied xi ftit il-qgħad - u din hija xi ħaġa li l- gvern m'huwiex qed jipprova jaħbiha, anzi jammettieha - pero` l-gvern preżenti m'huwiex qed jipprova jsolvi din il-problema billi jimpjega eluf ta' nies maċ-ċivil.", "Xiehda ta' dan huma t-tweġibiet li jingħataw għall- mistoqsijiet parlamentari li jsiru minn diversi membri min-naħa ta' l- oppożizzjoni, fejn jistaqsu kemm żdiedu nies maċ-ċivil, kemm żdied in-numru ta' mpjegati fit-tali dipartiment u fit-tali ministeru u ħafna mistoqsijiet bħal dawn fejn jirriżulta li minkejja li l-gvern jaf li bħalissa l-livell tal-qgħad huwa xi ftit għoli, madanakollu m'huwiex qed jaqa' għat- tentazzjoni li jgħabbi lill-pajjiż bi spejjeż żejda billi jimpjega iktar nies mal-gvern.", "Minn hawnhekk toħroġ id-differenza bejn l-għaqal ta' gvern Nazzjonalista u l-bluha ta' gvern Laburista.", "Mr Speaker, kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, minn x'imkien irridu nġibuhom il-flus biex inħallsu d-deficit li għandu l-pajjiż u biex jitħallsu l-pensjonijiet u benefiċċji oħra, pero` l-gvern qed jara li huwa jiġbor iktar flus mingħand min jiflaħ l-iktar.", "Għalhekk jien skantajt mhux ftit meta smajt lill-Onor.", "Buhagiar jgħid li li l-anzjani ma jifilħux iħallsu iktar taxxi għaliex dawk l-anzjani li ma jaqilgħux iktar minn Lm3,000 ma jħallsu l-ebda taxxa u min jgħid diskors bħal dan ikun qed jipprova jqarraq u jimmislijdja lill-Kamra.", "Veru li fejn qabel il-gvern kien iżomm lil dawk l-anzjani li jinsabu rikoverati fl-isptar San Vinċenz de Paule 40% tal-pensjoni, issa se jibda jżommilhom 60%, pero` hawnhekk wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll il-fatt li kull anzjan li jinsab rikoverat f'San Vinċenz qed jiġi jiswa lill-gvern Lm18 kuljum, u dan joħroġ minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret dan l-aħħar.", "Issa kif nafu, pajjiżna lanqas għandu riżorsi naturali, bħal żejt jew faħam, u xi ħadd bilfors irid iħallas għall-ispejjeż tal-gvern.", "Għalhekk hemm bżonn li kull ċittadin iħossu fid-dmir li jagħti sehmu u jħallas it-taxxi kollha dovuti minnu.", "Wara kollox l-obbligu li kulħadd iħallas it-taxxa dovuta minnu ma ġiex ivvintat illum jew xi 20 sena ilu imma ilu jeżisti mijiet u eluf ta' snin, anke fi żmien Kristu.", "Fil-fatt fil-Bibbja stess insibu l- frażi: Agħtu lil Ċesri dak li hu ta' Ċesri, jiġifieri nistgħu ngħidu li l- bniedem minn dejjem, kważi mill-bidu nett, kellu l-obbligu morali li jħallas it-taxxa dovuta minnu.", "Mr Speaker, jien ħadt pjaċir nisma' d-diskorsi li għamlu l-Onor.", "Cilia u l-Onor.", "Brincat fuq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax żammew ċerta linja, speċjalment meta tkellmu fuq il-black economy.", "Sfortunatament huwa fatt magħruf minn kulħadd li anke f'pajjiżna teżisti l-black economy u nafu li hemm uħud li jiddikjaraw li l-gross income tagħhom ma jaqbiżx it- Lm3,000 jew l-Lm4,000 meta fir-realta` l-gross income tagħhom huwa ferm iktar minn hekk.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Cilia fid-diskors tiegħu, hemm 265 persuna li għad għandhom jagħtu lill-inland revenue medja ta' Lm50,000 kull wieħed, u hawnhekk jien nappella kemm lill-kummissarju tat-taxxi interni kif ukoll lill-uffiċjali ta' dan id-dipartiment biex jibqgħu jiġru wara dawn il-persuni ħalli jħallsu dak li għandhom iħallsu.", "Ma jistax ikun li dawn il-persuni jibqgħu ma jħallsux it-taxxi li huma dovuta minnhom bl- iskuża li jekk jagħmlu dan, ikollhom jagħlqu l-fabbrika li għandhom.", "Ġaladarba huma daħħlu l-flus li qalgħu matul is-snin fi bwiethom, huma obbligati li jaqdu d-doveri tagħhom f'dawk li huma ħlasijiet ta' taxxa.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-bolla.", "Mr Speaker, jien inħobb inqabbel il-ħlas tal-bolla mal-ħlas li wieħed jagħmel f'insurance għall-karozza tiegħu fejn, f'każ li jiġrilu xi inċident bil-karozza, huwa jieħu flus skond il-premium li jkun qed iħallas.", "Issa aħna nafu u naqraw anke fuq il-gazzetti li l-insurance companies qed jilmentaw li l-claims li qed ikollhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' car insurances qegħdin saħansitra jaqbżu l-premiums u allura huma qed jipprovaw isolvu din il-problema billi jżidu l-premiums.", "Fil-fatt illum l-istess qed jagħmel il-gvern għax peress li jinsab konxju tal-problema li se tinħoloq iktar 'il quddiem f'dawk li huma benefiċċji soċjali, minħabba li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tikbirlu l-ispiża tal-benefiċċji soċjali, qed ikollu bilfors iżid il-bolla li jħallas kull ħaddiem.", "Hawnhekk ta' min jgħid li f'ħames snin pensjonant ikun ħa l-flus kollha li jkun ħallas f'bolla kemm kien ilu jaħdem, u dan minbarra benefiċċji oħra li ħafna mill- pensjonanti huma intitolati għalihom.", "Biex inkunu ċari, għamlu tajjeb il-gvernijiet, kemm il-gvern Laburista kif ukoll il-gvern Nazzjonalista li għamlu minn kollox biex jipprovdu dejjem iktar benefiċċji lil kulmin hu fil-bżonn, mhux biss wara li wieħed jispiċċa mix-xogħol imma matul iż-żmien kollu li jdum ħaj.", "Illum il- benefiċċji soċjali hawn Malta huma ta' livell tajjeb u ma jħallu lil ħadd batut.", "Per eżempju, jien ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Cilia jgħid illi d- differenza bejn il-minimum wage u l-benefiċċju soċjali li tirċievi persuna qegħda hija biss ta' bejn Lm5 u Lm8 fil-ġimgħa, pero` rridu nifhmu li xi ħadd irid iħallas għal dan kollu.", "Mr Speaker, ma nixtieqx intawwal dan id- diskors iktar pero` rrid ngħid li l-miżuri li ħa l-gvern fil-budget li għadda ħadhom b'ċertu għaqal.", "Per eżempju, aħna assigurajna ruħna li kulħadd iħallas it-taxxi skond kemm jiflaħ.", "Qabel ma nagħlaq dan id-diskors nixtieq nappella lill-gvern biex joqgħod iktar b'għajnejh miftuħa għat-taxxi li huma dovuti mill-kumpanniji.", "Per eżempju, f'\"The Times\" jien qrajt li l-VAT department jew id-dipartiment tat-taxxi interni nduna li sid ta' kumpannija ma kienx qed iħallas dak li huwa dovut minnu u minflok ma qassam id-dividends tal-kumpannija lill- individwi konċernati, dawn żammhom għalih bħala kapital.", "Nerġa' nsostni li hemm bżonn illi l-awtoritajiet konċernati joqogħdu b'seba' għajnejn fuq dak li jkun qed jiġri fil-kumpanniji għaliex jista' jagħti l-kas li dawn m'humiex qed jiddikjaraw l-income tagħhom kollu lill-gvern.", "Wara kollox dawn ukoll għandhom l-obbligu li jħallsu t-taxxi li hemm bżonn iħallsu.", "Fl-aħħarnett irrid nerġa' nagħmilha ċara li l-ħaddiema li għandhom dħul baxx m'huma qed jiġu intaxxati assolutament xejn u huwa min jiflaħ iħallas li qed jiġi intaxxat l-iktar bil-miżuri li ttieħdu fil-budget.", "Fil-fatt ikun interessanti jekk ngħid li dan l-aħħar qrajt illi mit-33,000 persuna li hemm impjegati mal-gvern, huma biss 3,000 li ġew affettwati miż-żieda ta' l-income tax.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm il-gvern preżenti m'huwiex qed iżid il-piż tal-problema finanzjarja li għandu l-pajjiż fuq min ma jiflaħx iħallas.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nibda dan id-diskors billi qabel xejn nikkwota l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, li jgħidu hekk:", "\"L-għan ewlieni ta' l-Abbozz huwa biex iġib fis-seħħ il-miżuri mħabbrin fid-Diskors ta' l-Estimi għas-sena 2000 għar-rigward ta' l- Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali u l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.\".", "Dawn l-għanijiet u raġunijiet ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhux biss qed jikkonfermaw bl-iktar mod ċar li l-wegħdi kollha li għamel il- Partit Nazzjonalista lill-poplu Malti u Għawdxi qabel l-elezzjoni taru mar- riħ imma qegħdin jikkonfermaw ukoll kemm għandhom raġun il-ħaddiema jilmentaw li ma jifilħux iħallsu iktar taxxi.", "Illum il-poplu jinsab mifni bit-taxxi imposti fuqu, ma jiflaħx jissaporti iktar il-politika ta' gvern li kontinwament jintroduċi taxxi sfrenati, u huwa inutli li nipprovaw nidħku bil-poplu għaliex il-fatti ma jista' jinnegahom ħadd.", "Mr Speaker, il-membri tan-naħa tal-gvern qed jipprovaw jiġġustifikaw il- miżuri li ttieħdu fil-budget billi qed jgħidu li t-taxxi qed jiġu imposti fuq il-poplu b'mod ġust.", "Jien nistaqsihom: Jirriżultalkom illi lill-iktar nies li għandhom dħul baxx fis-soċjeta` tagħna, il-bolla għolietilhom b'iktar minn Lm14 fis-sena?", "Jirriżultalkom li l-gvern se jdaħħal iktar mill-bolla milli se jdaħħal mill-income tax?", "M'hemmx dubju li l-gvern preżenti jrid ibiddel il-politika tiegħu għall-ħaddiema tal-paga għaliex inkella l-problemi iktar se jkomplu jikbru.", "Hemm bżonn li l-gvern jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu u ma jaħrabx mir-realta' tas-sitwazzjoni xejn pjaċevoli li għandna, li fuq kollox ħoloq huwa stess.", "Inutli jipprova jgiddeb lill-oppożizzjoni Laburista, li min-naħa tagħha lill-gvern qed tipprova tiftaħlu għajnejh biex jikkoreġi l-miżuri anti-soċjali li wekka lill-poplu bihom matul dawn l-aħħar 18-il xahar, liema miżuri ma jagħmlux sens għaċ-ċokon ta' pajjiżna u għall-bżonnijiet soċjali li għandu l-poplu tagħna.", "M'hemmx dubju li iktar ma jdumu ma jiġu mwarrba dawn il-miżuri li qed jimponi l-gvern Nazzjonalista permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, iktar se jinħoloq piż fuq is-soċjeta`.", "Il-maġġoranza l- kbira tas-soċjeta` tagħna m'hijiex magħmula minn nies li ma jiddikjarawx id- dħul kollu tagħhom jew minn nies li jsibu xi ministru biex jeżenta lill- kumpannija tagħhom milli tħallas xi dazju jew levy, imma hija magħmula up to 85% minn ħaddiema tal-paga li jiddikjaraw id-dħul kollu tagħhom lill- gvern u li dejjem ħallsu dak kollu li huwa dovut minnhom.", "Żgur li l-poplu Malti u Għawdxi kollu għadu jiftakar fil-propaganda li kien jagħmel il-Partit Nazzjonalista.", "Lill-poplu l-Partit Nazzjonalista kien jgħidlu li jekk kemm-il darba jitla' fil-gvern hu, jista' jserraħ moħħu għax mhux se jkollu jħallas iktar taxxi milli kien qed iħallas.", "Imma llum il-poplu qed ikollu jħallas iktar taxxi, qed ikollu jħallas aktar għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u qed ikollu jħallas aktar għall-petrol u d-diesel biex ma nsemmix ukoll l-għoli tal-ħajja.", "Madanakollu meta l- membri tan-naħa l-oħra jisimgħuna ngħidu dawn l-affarijiet jgħidulna li qed nesaġeraw, li qed nigdbu u ġieli jkun hemm saħansitra xi bully li bl- artikli li jikteb fuq il-ġurnali jipprova jirredikola l-integrita` tagħna.", "Jien, bħalma naħseb jagħmel kull deputat ieħor f'din il-Kamra, inħobb inżomm kuntatt mal-kostitwenti tiegħi u, per eżempju, ikun tajjeb jekk insemmi li riċentement iltqajt ma' każ fejn familja ta' disgħa min-nies irċeviet kont tad-dawl u l-ilma li jammonta għal Lm919, u dan għall- perijodu ta' bejn is-6 ta' Jannar u s-17 ta' Mejju, 1999.", "Jien dan il-kont lest li nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli kulħadd ikollu l-konferma ta' kemm għandha raġun l-oppożizzjoni Laburista tgħid li llum il-poplu Malti u Għawdxi, speċjalment il-ħaddiema tal-paga u l-familjari tagħhom, jinsab mifni bil-miżuri li qed jieħu l-gvern.", "Allura mhux bilfors li llum iktar Maltin u Għawdxin qed jersqu iktar lejna u jistqarru l-fiduċja tagħhom fina!", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma naħsibx li huwa sewwa li meta qed niddiskutu abbozz ta' liġi importanti bħal dan ma jkun hawn ħadd preżenti min-naħa tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux għalik qed ngħid, Onor. Dalli.", "Kieku kont qed ngħid għalik semmejtek!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nassigura lill-Onor.", "Mizzi li jien ma kontx hawn mhux b'nuqqas ta' rispett lejn l-Onor.", "Farrugia imma minħabba li għadni kif kont preżenti għal wieħed mill-kumitati permanenti tal-Kamra flimkien ma' l- Onor. Mizzi stess.", "Fil-fatt kif spiċċa l-kumitat bqajt ġej dritt hawnhekk.", "THE DEPUTY SPEAKER: Tista' tkompli bid-diskors tiegħek, Onor. Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, kont qed ngħid li l-membri tan-naħa l-oħra, speċjalment il-ministri, iħobbu jakkużawna li aħna ngħidu ħafna gideb u li qabel ma nitkellmu ma nivverifikawx il-fatti sewwa.", "Għalhekk biex nuri kemm aħna mhux biss nagħmlu l-verifiki neċessarji qabel ma nitkellmu imma wkoll nitkellmu fuq fatti proprja, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kont tad-dawl u l-ilma li familja ta' disgħa min-nies irċeviet għall-perijodu ta' bejn is-6 ta' Jannar u s-17 ta' Mejju, 1999, liema kont jammonta għal Lm919, u dan mingħajr ma din il-familja kellha tagħti l-ebda arretrati.", "Meta naraw fatti bħal dawn iktar inkomplu nsaħħu l-fehma tagħna li jipprova kemm jipprova jinganna l-gvern, huwa qed ipoġġi piż kbir fuq il-familji Maltin u Għawdxin, l-iktar fuq il-familji tal-ħaddiema tal-paga, li kif għedt diġa' jammontaw għal 85% tas-soċjeta` tagħna.", "Kif kulħadd jaf, il- problemi finanzjarji li qed ikollhom jiffaċċjaw iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin m'humiex ikkaġunati biss miż-żieda li kien hemm fuq il-VAT għas- servizz tat-telephone jew inkella miż-żidiet li kien hemm fuq il-ħobż, il- petrol u d-diesel, imma anke mill-kera li qed tiġi ċċarġjata lil ħafna familji li joqogħdu f'xi post tal-gvern.", "Hawn irrid nerġa' nfakkar li dawn it-tip ta' miżuri qed jeħodhom gvern li suppost kellu jserraħ moħħ il-poplu Malti u Għawdxi.", "Nista' ngħid li riċentement iltqajt ma' każ ta' familja ta' sitta min- nies li toqgħod f'post tal-gvern u għax f'sena partikolari l-missier qala' Lm323 iktar milli qala' s-sena ta' qabel, is-sussidju fuq il-kera tnaqqaslu b'tali mod li minn Lm181 qed ikollu jħallas Lm469 fis-sena.", "Issa jekk il- Viċi Prim Ministru jgħidli li dan m'huwiex minnu, jien lest li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-FS3 ta' dan l-individwu fejn fiha ġiet immarkata din iż-żieda ċkejkna fid-dħul tiegħu kif ukoll l-FS3s tas-snin ta' qabel ħalli wieħed ikun jista' jagħmel paragun.", "Din hija problema soċjali ġdida li m'hemmx ħjiel tagħha fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, pero` ħafna miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin xorta qed ikollhom jiffaċċjawha.", "Illum il- ħaddiem sab ruħu f'pożizzjoni fejn jekk kemm-il darba ma jagħmilx xi part- time job, jispiċċa joħroġ flus ferm iktar milli jdaħħal biex ikun jista' jgħajjex lill-familja tiegħu.", "Imma minkejja dawn il-fatti, dawk li qabel l- elezzjoni kienu jgħidu li ma teżisti l-ebda ħofra finanzjarja fil-pajjiż u dawk li lill-poplu qabel kienu jgħidulu biex iserraħ rasu, għax illum jisimgħuna nsemmu l-problemi finanzjarji li qed ikollu jiffaċċja l-istess poplu, jitħajru jattakawna li min-naħa tagħna qed nipprovaw inbeżżgħu lin- nies u qed nipprovaw naqtgħulhom qalbhom.", "Fil-fatt aħna kulma qed nagħmlu huwa li qed niġbdu l-attenzjoni tal-gvern stess għall-pjagi kbar li qed jesperjenzaw il-ħaddiema tal-paga Maltin u Għawdxin.", "Sur President, meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li jemenda l- Att dwar Dazju tas-Sisa, jien għedt li dawk il-persuni li jaħdmu mal-pompi tal-petrol qed jilmentaw minn tnaqqis fil-bejgħ, peress li l-konsum naqas u naqas sew.", "Ta' min jgħid ukoll li llum għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru għas-servizzi ekonomiċi, fejn staqsejtu x'kien il-konsum tal- petrol u d-diesel matul ix-xahar ta' Jannar għal dawn l-aħħar tliet snin, u l-ministru weġibni li f'Jannar ta' din is-sena ġew ikkonsmati 600,000 litru inqas.", "Meta wieħed iħares lejn statistika bħal din - u din ukoll se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - għandu jirrealizza mal-ewwel li llum il- poplu qed joqgħod attent ħafna x'jonfoq, ġaladarba minn mindu tela' fil- gvern il-Partit Nazzjonalista ħlief xita ta' taxxi ma mponiex fuq il-poplu tagħna.", "U mhux billi jgħidu li aħna ta' l-oppożizzjoni ma nagħmlux il- verifiki neċessarji qabel ma nitkellmu, kif għamel il-Ministru Dalli fl- għeluq tad-diskussjoni dwar l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa, meta qal li aħna nibnu ħafna stejjer u sitwazzjonijiet li ma jkunux konfermati.", "Ċertament li aħna nagħmluh il-homework tagħna u nafu x'inkunu qed ngħidu, mhux bħal xi kelliema tal-gvern.", "Sur President, jien nista' ngħidlek li b'risposta għal mistoqsija parlamentari li dehret illum, il-Viċi Prim Miinistru kkonferma li l- informazzjoni li kienet ngħatat f'mistoqsija parlamentari preċedenti - fejn intqal li bejn Diċembru ta' l-1998 u Diċembru ta' l-1999 kienu żdiedu 449 ħaddiem fil-qasam agro-industrijali - kienet żbaljata.", "Dawn id-dokumenti qegħdin quddiemi u se nqiegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil-fatt il- Viċi Prim Ministru ammetta li kien żbalja wara li jien staqsejtu fejn ġew impjegati dawn l-449 ħaddiem, u kompla jgħidli li fir-realta` l-ħaddiema fil-qasam agro-industrijali ma żdedux b'449 imma naqsu b'100.", "Dan huwa eżempju ieħor ta' kemm mhux aħna nibnu ħafna stejjer bl-addoċċ imma tan- naħa l-oħra.", "Jien nifhimha li kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu pero` ma nistax ma nurix ir-riżervi tiegħi għall-fatt li filwaqt li l-gvern preżenti qiegħed kontinwament jgħid lill-poplu li bil-politika tiegħu għal sħubija fl-Unjoni Ewropea se jkun hawn iktar ċans ta' xogħol, imbagħad qed insibu li fil-qasam agro-industrijali biss l-impjiegi naqsu u mhux żdiedu.", "Kif jaf kulħadd, nofs il-poplu Malti u Għawdxi ma jaqblux mal-politika tal-gvern Nazzjonalista u għalhekk meta aħna l-membri ta' din in-naħa tal- Kamra nesprimu opinjonijiet differenti minn dawk tal-gvern preżenti, dan ma jfissirx li nkunu qed infixklu lill-gvern jew inkella li nkunu qed naqtgħu qalb il-poplu imma nkunu sempliċement qed naqdu d-doveri tagħna.", "Aħna nemmnu li minkejja l-problemi finanzjarji kbar li għandu pajjiżna, il-gvern Nazzjonalista qed jinjorahom għaliex jinsab mitluf fil-ħidma tiegħu biex jara kif jista' jassimila l-politika ta' Malta ma' dik ta' l-Unjoni.", "Issa l-Partit Nazzjonalista ilu 18-il xahar fil-poter u għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li jidentifika l-problemi li għandu pajjiżna u jiffaċċjahom bis- serjeta` għaliex inkella dawn il-problemi iktar se jkomplu jikbru.", "Ma jistax ikun li meta aħna niġbdu l-attenzjoni tal-gvern għal dawn il- problemi, il-gvern jibqa' jargumenta kapriċċożament illi din in-naħa tal- Kamra qiegħda tagħmel dawn l-istatements biex tkun tista' tibni l-politika tagħha.", "Sur President, kulħadd jaf li l-Partit Laburista dejjem irrappreżenta u ddefenda l-interessi taċ-ċittadini, speċjalment ta' dawk li l-iktar għandhom dħul baxx.", "Ovvjament jien m'iniex qed ngħid li kulmin huwa ħaddiem tal-paga għandu dħul baxx, pero` minkejja l-ħafna retorika li torħoġ minn fomm sħabna tan-naħa tal-gvern, u minkejja l-isforzi li jagħmlu biex jipprovaw jikkonvinċuna li m'għandniex raġun li ngħidu l-iktar li qed ibati mill-miżuri li ttieħdu fil-budget huwa ż-żgħir , iktar qed joħroġ fil- beraħ il-fatt li f'pajjiżna l-flus qed jinxtorbu l-iktar mill-bwiet ta' dawk in-nies li għandhom dħul baxx.", "Biżżejjed insemmi, per eżempju, it- tnaqqis li rċevew fil-pensjoni tagħhom dawk l-anzjani li huma residenti fid- djar tal-gvern fil-bidu ta' seklu ġdid.", "Dan huwa fatt ieħor li juri li l- gvern preżenti m'huwiex qed jindirizza l-problemi li qed jiffaċċjaw dawk iċ- ċittadini li l-għajxien tagħhom jiddependi mill-paga jew inkella mill- benefiċċji soċjali.", "Ġaladarba qed insemmi l-benefiċċji soċjali, nixtieq naċċenna għall-miżuri l-ġodda li introduċa l-gvern Nazzjonalista għal dak li għandu x'jaqsam maċ-children allowance.", "Qabel xejn ikun tajjeb illi wieħed ifakkar li sa ftit ilu l-Partit Nazzjonalista kien jgħid li t-tfal għandhom jingħataw iċ-children allowance - għax huma innoċenti - anke f'każ li l-ġenitur ma jkunx qed iħallas bolla - pero` milli jidher illum dan il-gvern m'għadux jaħsibha l-istess għaliex mhux talli m'għadux jipprovdi ċ-children allowance f'dawk il-każi fejn il- ġenituri li jkunu qed jaħdmu ma jkunux qed iħallsu l-bolla, imma talli lanqas għadu jipprovdi l-istess allowance f'każ li l-ġenitur li jkun qed jaħdem, jew inkella l-ġenituri bejniethom, jeċċedu s-ceiling stabilit.", "Jidher ċar li fejn jidħol l-impenn soċjali, il-gvern iħobb ifarfar u jipprova jqanqal ċerti sentimenti propagandistiċi, ħalli b'hekk jaljena lill-poplu mill-argumenti ġenwini li nkunu qed iressqu minn din in-naħa, bl- għan waħdieni li nindirizzaw ir-realtajiet li jkunu qed jiffaċċjaw dawk il- persuni li għandhom dħul baxx.", "Sur President, fatt ieħor li qed jikkonferma kemm qed ikollhom jiffaċċjaw problemi finanzjarji kbar il-ħaddiema Maltin u Għawdxin huma l-azzjonijiet li qed tagħmel il-GWU.", "Fil-fatt din il-union, li tirrappreżenta l-akbar numru ta' ħaddiema, ilha ħafna titlob lill-gvern biex jiftaħ in-negozjati magħha, ħalli forsi fl-aħħar nibdew nindirizzaw il-problemi li qed ikollhom jiffaċċjaw il-ħaddiema llum, liema problemi qed iġibu d-dħul tal-ħaddiema fix-xejn.", "Jien semmejt biss uħud mill-problemi li qed jiffaċċjaw il- ħaddiema Maltin u Għawdxin pero` fil-verita` qed jiffaċċjaw ħafna iktar problemi minn hekk.", "Madanakollu l-gvern Nazzjonalista, bl-iktar mod abbużiv, qiegħed jevita kontinwament milli jibda negozjati jew almenu jiddiskuti mal-GWU, u dan minkejja li jaf illi din il-union m'hijiex qed taħdem għal raġunijiet partiġjani imma qed taħdem għaliex taf tajjeb li d- dover tagħha huwa li tiddefendi l-ħaddiema tal-paga.", "Iktar ma l-GWU tipprova tiftaħ għajnejn il-gvern li l-ħaddiema qed ikollhom iġorru piżijiet soċjali kbar, iktar il-gvern qed jimponi taxxi fuq dawn il- ħaddiema.", "Jien ma nixtieqx noqgħod ngħid ħafna diskors pero` ma nistax ma nawgurax lill-GWU għall-ħidma li qed tagħmel f'dan is-sens.", "Jien twelidt trejdunjonista u għalhekk naf tajjeb x'iħoss fil-kuxjenza tiegħu u f'demmu t-trejdjunjonista meta jkun jaf li għalkemm il-ħaddiem ikun għaddej minn diffikultajiet soċjali kbar, xorta ma jkunx qed jiġi mismugħ.", "Terġa' llum il-familji tal-ħaddiema ma jistgħux ma jaġġornawx ruħhom ma' l-iżviluppi soċjali kbar li qed isiru fid-dinja mgħaġġla tal-lum, u allura iktar u iktar tikber il-preokkuppazzjoni tat-trejdunjonista meta jsib quddiemu gvern magħluq li qed jimbarra kull possibbilta` li jsiru negozjati sabiex l- inġustizzji soċjali li qed isofru l-ħaddiema, speċjalment il-ħaddiema tal- paga, jiġu megħluba.", "Jien nikkundanna lill-gvern preżenti bl-iktar mod responsabbli u b'wiċċi minn quddiem għall-mod diżonest li qed jittratta l-problemi soċjali kbar li qed ikollhom jiffaċċjaw il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Nikkundanna lil dan il-gvern għax minkejja li qed jara dan kollu, qed jiġi f'din il-Kamra u jressaq abbozz ta' liġi wara l-ieħor biex jimponi iktar taxxi.", "Illum il- poplu kollu qed jgħajjat l-għajta li ma jiflaħx għal iktar taxxi.", "Jien ma nafx x'sodisfazzjon qed jieħu l-gvern billi qed jinjora dak li qed tgħidlu l-oppożizzjoni Laburista, dak li qed tgħidlu l-akbar trade union tal-pajjiż u dak li qed jgħidulu l-ġurnali lokali.", "Fil-fatt anke dawk il-ġurnali lokali li ma jissimpatizzawx mal-Partit Laburista - bħal \"Il-Ġens\" u \"The Malta Independent\" - qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom biex jipprovaw iġibu għall-attenzjoni ta' dan il-gvern li llum il-poplu qed ikollu jiffaċċja problemi soċjali kbar, pero` kif għedt qabel il-gvern moħħu biss f'li jaġġorna l-politika tagħna ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, u għandu ġenn sħiħ sabiex jagħmel dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sur President, hemm bżonn li dan il-gvern jirrikonoxxi li l-ġenn sfrenat li għandu sabiex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea qed joħloq ċertu żbilanċ bejnu u bejn is-soċjeta'.", "Jien m'inix se noqgħod nirrispondi għall-akkużi irresponsabbli li jħobb jagħmel il-ministru responsabbli mill-agrikoltura u sajd fuq ċerti statements li nagħmel jien matul id-diskorsi tiegħi bħala l-kelliem ta' l- oppożizzjoni fuq dan il-qasam, pero' se ngħid biss x'qal Anthony Manduca fil-Malta Business Weekly tad-9 ta' Frar, 2000.", "Fil-fatt dan sostna li minkejja li l-kelliemi ta' l-oppożizzjoni jitkellem regolarment dwar l- impatt li tista' tħalli s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni fuq il-qasam ta' l-agrikoltura u sajd, ħafna mill-punti li huwa jagħmel ma jiġux imwieġba, la mill-gvern u lanqas miċ-ċentrau ta' l-informazzjoni.", "Dan jikkonferma li minkejja l-ħafna diskorsi vagi u l-bullying li jsir f'dan ir- rigward - għaliex illum għad hemm min m'huwiex qed jirrealizza li m'hu se jsolvi xejn b'din it-tip ta' attitudni - dan il-gvern għadu m'huwiex jagħraf jindirizza ħafna affarijiet.", "Dan m'aħniex qed ngħiduhulu aħna imma qed jgħiduhulu nies prominenti li għalkemm forsi ma jħaddnux sentimenti Laburisti, għandhom għal qalbhom il-poplu u l-ġid komuni ta' pajjiżna u allura huma kapaċi jkunu serji u kredibbli.", "Aħna hekk nixtiquh lill-gvern, li jkun serju u kredibbli u mhux jinganna u jaħbi fattih; u l-fatti huma li minħabba l-ġenn sfrenat li għandu l-gvern preżenti biex jara lil pajjiżna membru sħiħ ta' l-Unjoni, qiegħed dejjem joħloq iktar piżijiet fis- soċjeta'.", "Veru li ċ-ċittadini għandhom dritt jiġu mgħarrfa dwar il- vantaġġi li jgawdi pajjiżna jekk isir membru sħiħ ta' l-Unjoni, pero' għandu jkun jaf ukoll l-iżvantaġġi li toħloq tali sħubija.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu ta' jekk hijiex prattika jew le l-politika Laburista li pajjiżna jkollu l-aqwa relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma nissieħbu, imma bilfors ikolli nidħol fir-realitajiet li jkollna nesperjenzaw b'tali sħubija.", "Per eżempju, jekk wieħed jaqra r-rapporti ta' l-OECD isib li l- measurement of support to agriculture fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jilħaq il-livell ta' Euro 127 biljun fis-sena, u dan at farmgate level u mhux at the point of sale.", "Jien nistaqsi: Għal liema raġuni l-OECD, fir- rapporti professjonali u dokumentati tagħha, qed tikkonferma li hemm \"an artificial cost\" f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti ta' l-ikel fil- pajjiżi ta' l-Unjoni?", "Jien naf li meta ngħidu dan il-kliem tan-naħa l-oħra jġibu l-argument li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni affarijiet oħra, bħal jeans, televisions u videos jorħsu; pero' aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq dawk il-ħaddiema li għajxien tagħhom u tal-familji tagħhom jiddependi mill- paga, u għalhekk li jinteressana l-ewwel u qabel kollox huwa l-ikel.", "Aħna m'għandna l-ebda interess li noqogħdu nirrakkontaw il-ħrejjef biex inbeżżgħu lin-nies imma rridu nitkellmu fuq fatti.", "Id-dokument li għandi f'idejja huwa rapport ta' l-OECD - u l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jistgħu jaqrawh ukoll - u hawn qed jikkonferma li \"EU estimates of support to agriculture transfers from consumers and transfers from taxpayers at farmgate level\" jammontaw għal Euro 127.5 biljun fis-sena.", "Fil-fatt anke \"The Economist\" jikkonferma li teżisti taxxa artifiċjali fuq il-prodotti ta' l-ikel fil-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Jien inħobb naqra saħansitra r- rapporti tal-BBC, u dawn ukoll jgħidu li huwa kkalkolat li kull familja ta' erba' persuni li tgħix f'xi pajjiż li huwa msieħeb fl-Unjoni Ewropea tħallas Lm600 fis-sena f'taxxi - li jammontaw għal iktar minn £Stg.", "20 fil- ġimgħa - minħabba l-common agricultural policy li għandhom il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Jien ma rridx inbeżża' lin-nies lin-nies bil-babaw pero' fl-1997, jiġifieri 21 sena ilu, il-VAT fuq l-ikel fid-Danimarka kienet ta' 25%, fil- Fillandja kienet ta' 17%, fl-Isvezja kienet ta' 12%, fil-Greċja kienet ta' 8%, fil-Ġermanja kienet ta' 7%, fil-Belġju kienet ta' 6%, fi Spanja kienet ta' 6%, fin-Netherlands kienet ta' 6% u fi Franza kienet ta' 5.5%.", "Din it- tabella wkoll se nqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn qed naraw li anke istituzzjonijiet magħrufa fid-dinja - jiġifieri m'iniex qed nirriferi għal istituzzjonijiet li jinsabu fi ħdan il-Partit Laburista jew inkella għal xi union li għax qed tipprova tiddefendi l-interessi tal-ħaddiema, qed jakkużawha u qegħdin jeħduha saħansitra l-ħabs - qed jikkonfermaw li fl- Unjoni teżisti taxxa artifiċjali fuq il-prodotti ta' l-ikel.", "Fil-fatt jien ngħid li l-gvern preżenti neħħa s-sussdju minn fuq id-dqiq tal-ħobż sabiex jagħti bidu għall-politika komuni li għandhom il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-qasam tal-biedja.", "Fi żmien il-gvern Laburista tan-naħa l- oħra kienu jgħidu li kien qed isir abbuż mis-sussidju li jingħata fuq id- dqiq, u dan għaliex għal ħobża l-poplu kien iħallas 11c.", "Mela issa xi ngħidu meta għal ħobża l-poplu ikollu jħallas bejn 15c u 18c.", "Aħna nafu li s-sussidji li jingħataw fuq il-prodotti ta' l-ikel, kemm taħt gvernijiet Nazzjonalisti kif ukoll taħt gvernijiet Laburisti, dejjem jingħataw biex iżommu l-prezzijiet stabbli, mhux biss il-prezz tal-ħobż imma anke t'affarijiet essenzjali oħra, bħalma huma l-bajd, il-ħalib, il-laħam u l- perzut.", "Ta' min jgħid li xi ftit ġimgħat ilu l-Ministru Ninu Zammit beda jgħajjarni giddieb fuq wieħed mill-programmi tar-Radio 101 - għax beda jgħid lis-semmiegħa li mhux veru li qabel kien jingħata s-sussidju fuq il- gwież - u fil-fatt jien ma bqajtx lura milli nintervjeni u ngħid dak li għandi xi ngħid f'dan ir-rigward.", "Illum ma nixtieqx nerġa' noqgħod nidħol f'din il-kontroversja pero' nistieden lill-ministru biex jaqra t-tweġiba li ta sieħbu stess għal mistoqsija parlamentari numru 12,293 - din ukoll qed inqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra - fejn f'dik it-tweġiba huwa kkonferma li qabel, minħabba li s-soya bean kienet expensive fis-suq internazzjonali, din kienet tiġi ssussidjata.", "F'ċirkostanzi bħal dawn wieħed ikun jista' jikkonferma kemm aħna nitkellmu fuq fatti u li l-interess tagħna m'huwiex li nbeżżgħu lin-nies imma li nżommu saqajna ma' l-art u niddefendu lil dawk il-persuni li l-għajxien tagħhom u tal-familji tagħhom jiddependi mill- paga.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li minbarra l-VAT, l-Unjoni Ewropea għandha sistema ta' intergrated tariffs, liema sistema hija maħsuba sabiex dak kollu li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' l-ikel u li jappartjeni għall-common agricultural policy jiġi protett.", "Madanakollu, fl-istess waqt li l-gvern Nazzjonalista qed jgħid lill-poplu li jekk pajjiżna isir membru ta' l-Unjoni se jitneħħew il-levies, fl-istess ħin qed jaħbi l-fatt li jiddaħħlu l-integrated tariffs of the European community.", "Jiġifieri jekk il-prezz taz-zokkor, tal-ġwież u ta' prodotti oħra ta' l-ikel fil- pajjiżi ta' l-Unjoni jkun ogħla minn swieq internazzjonali oħrajn u xi ħadd jiddeċiedi li iġib dawn il-prodotti minn swieq internazzjonali, il- konsumatur ikun suġġett għal tariffa.", "Jien naħseb li ma nkun qed nagħmel xejn ħażin jekk insejjaħ din it-tariffa bħala levy ġdida.", "Dawn huma fatti li ma jista' jinnegahom ħadd pero' l-gvern qed jevita milli lill-poplu jispjegalu dawn l-affarijiet.", "Imma jien nistaqsi: Wara kollox min se jbati jekk ma ngħidilux il-verita' kollha lill-poplu?", "Mhux is-soċjeta' kollha?", "Għax jekk, per eżempju, nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn il-prodotti ta' l-ikel f'pajjiżna jogħlew, mhux biss se jbatu l-ħaddiema tal-paga u l- familjari tagħhom imma wkoll il-lukandi, li allura ma jibqgħux kompetittivi.", "Jien ngħid li l-gvern jagħmel ħażin illi jabbuża bl- irġulija, bil-konsistenza u bl-abbilta' ta' l-oppożizzjoni Laburista u jipprova jgħawweġ l-argumenti tagħna b'mod qarrieqi, meta aħna qegdin nagħmlu xogħolna bl-iktar mod kalm u demokratiku waqt li qegħdin nindikaw il-problemi kbar li se jkollu jħabbat wiċċu magħhom il-poplu Malti u Għawdxi, jekk kemm-il darba sas-sena 2003 Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, anke għaliex mhux it-tariffi biss huma l-kaġun ta' l-għoli tal- ħajja fl-Unjoni.", "Irridu nifhmu li aħna m'aħniex self-sufficient f'kollox.", "Ħalli nġib eżempju billi nsemmi l-industrija lokali tal-ħalib.", "Ikun tajjeb jekk wieħed ikun jaf li l-industrija tal-ħalib f'pajjiżna tipproduċi biss 30% tad-dairy products li jikkonsma l-poplu Malti u Għawdxi.", "Mela dan ifisser li 70% tad-dairy products li jikkonsma l-poplu jridu jiġu importati.", "Issa , kif għedt diġa', l-oppożizzjoni ma trid tbeżża' lil ħadd bil-babaw u lanqas trid tagħmel ħsara lill-gvern, pero' hija fid-dmir li tinforma lill-poplu li jekk Malta ssir membru ta' l- Unjoni, dawk is-70% tad-dairy products li nimportaw mill-Awstralja, min-New Zealand jew mill-Amerika jkunu suġġetti għall-integrated tariffs of the European community.", "Madanakollu l-membri tal-gvern mhux biss qed jiċħdu dan kollu imma qegħdin saħansitra jirredikolawh, kif jidher minn risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12284, li wkoll qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra, u għalhekk aħna ngħidulhom: Ifhmu x'hemm fil-qalb ta' dawk il-ħaddiema tal-paga li huma msieħba fil-GWU, jifhmu x'inhu l-polz ta' l-anzjani li huma msieħba f'din l-union, ifhmu l-impenn ta' l-oppożizzjoni Laburista biex tindika lill-gvern iċ-ċirkostanzi diffiċli li hu mhux qed jara jew li qed jinnega!", "Imma jien persważ li t-tweġiba tal-gvern f'dan ir-rigward se tkun li huwa ma jista' jagħmel xejn għalissa għaliex dawn l- affarijiet għadhom ma bdewx jiġu nnegojati, u tweġiba bħal din tikkonferma l-faqar amministrattiv li għandu l-gvern Nazzjonalista.", "Pero' issa ħalli nkompli nibni l-argumenti tiegħi fuq il-kwestjoni ta' l-industrija lokali tal-ħalib.", "Aħna nafu li jekk kemm-il darba pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni, l- industrija lokali tal-ħalib se tiffaċċja problemi kbar għaliex imbagħad din tkun trid tikkonforma ruħha mar-regoli ta' l-Unjoni.", "Per eżempju, m'hemmx dubju li l-ammont ta' xaħam fil-ħalib li nipproduċu lokalment m'huwiex konformi ma' dak li tesiġi l-Unjoni, pero' aħna ma nistgħu qatt nilħqu dak il-livell.", "Għalhekk aħna minn hawnhekk nappellaw lill-gvern biex jispjegalna kif se jissalvagwarda l-interessi tal-bdiewa, tar-raħħala u tal- qasam agro-industrijali jekk kemm-il darba pajjiżna jsir membru ta' l- Unjoni.", "Sur Gvern, inti lilna għedtilna li ma taqbilx mal-policy tagħna, li jkollna relazzjonijiet mill-aqwa ma' l-Unjoni mingħajr ma nissieħbu, imma issa, bħalma aħna għednilek għaliex aħna għażilna din il-policy, ikun xieraq li inti min-naħa tiegħek tgħidilna għaliex ma taqbilx ma' din il- policy.", "Ikun xieraq, Sur Gvern, li tgħidilna wkoll għaliex lir-raħħala u lil dawk kollha li jaħdmu fl-industrija tal-ħalib - liema industrija għandha attivita' ekonomika ta' iktar minn Lm11 miljun fis-sena - m'intix tiddiskuti magħhom jew almenu tinformahom dwar dak li qed tagħmel għal dan il-qasam.", "Imma anke hawn wisq nibża' li r-risposta tal-gvern se tkun: Għalissa ma nista' ngħid xejn għax dawn l-affarijiet għadhom ma ġewx negozjati!", "Imma din x'serjeta' hi?", "Dawn huma n-nies li joqogħdu jgħajru lilna li ma nagħmlux il-verifiki tagħna!", "Dawn huma n-nies li fil-ġurnali joqogħdu jiktbu b'dak it-ton ta' bullying!", "B'din it-tip ta' attitudni beħsiebna mmexxu l-poplu u l-pajjiżna 'l quddiem?", "Sur President, hawnhekk ta' min isemmi wkolll-export refunds, liema refunds aħna nibbenefikaw minnhom peress li m'aħniex membri ta' l-Unjoni.", "Forsi mhux kulmin qed jismagħni jaf x'inhuma dawn l-export refunds, u għalhekk ikun tajjeb jekk nispjega li peress li kif qed tikkonferma l-OECD stess fir-rapporti tagħha l-prodotti ta' l-ikel li ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni għandhom an artificial cost, meta l-pajjiżi ta' l-Unjoni jiġu biex ibigħu l-prodotti tagħhom fis-suq internazzjonali ma tantx isibu bejgħ għax ovvjament in-negozjanti u l-konsumaturi jagħżlu dak li huwa l-irħas u għalhekk l-Unjoni tissussidja l-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti għal dawk il-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex l-Onor.", "Farrugia jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rrifera għalihom iktar kmieni?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Frar 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa – Tielet Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, il-kelliem ewlieni ta' l-intern ta' l-oppożizzjoni ħa ftit minuti mill-aġġornament ta' dalgħodu sabiex jipprova jitfa' d-dubji dwar tender li ħareġ għall-famużi speed monitoring devices li jridu jagħmlu l-pulizija liema tender kien ħareġ fl-20 ta' Awissu tas-sena li għaddiet.", "Kif kien ħabbar il-kummissarju tal-pulizija fi press conference kien inqala' xi inċident żgħir fis-sens li l-għada li nfetħu t-tenders u ġew eżebiti irriżulta li kien baqa' żewġ tenders li ma kenux ħarġu mill-kaxxa.", "Irriżulta li dan kien żball ġenwin u li dawn iż-żewġ tenders kienu weħlu fil-kaxxa.", "Issa ta' min jgħid li dawn ma kenux l-irħas imma kienu fost l-ogħla li ntefgħu.", "Issa li kieku ntefgħu wara ma naħsibx li min kien se jagħmel din l-operazzjoni daqshekk komplikata li jisgassa l-kaxxa tat-tender imbagħad kien jitfa' tender li tkun ogħla minn dawk li fil-fatt intefgħu.", "Madankollu meta ra hekk id- dipartiment tal-korp tal-pulizija talab il-parir tal-kumitat tal-kuntratti liema parir kien li għandhom jitlaqqgħu dawk li tefgħu t-tenders ħalli jaraw jekk jiġux aċċettati dawn iż-żewġ tenders flimkien ma' xi ħdax oħra li kienu ntefgħu.", "It-tenders kienu nfetħu fit-22 ta' Settembru u l-laqgħa saret fl-14 ta' Ottubru, u dan il-perjodu ta' żmien kien dovut għall-fatt li d-dipartiment tal-financial administration tal-korp tal-pulizija kien talab il-parir tal-kumitat tal-kuntratti.", "Huwa diffiċli biex in-negozjanti jaqblu fuq xi ħaġa li jistgħu jitfgħu tender dwarha, u f'dan il-kas ukoll ma qablux.", "Minħabba f'hekk, anke fuq parir tal-kumitat tal-kuntratti reġa' nfetaħ it-tendering procedure.", "Mr. Speaker, issa l-Onor.", "Gulia pprova jitfa' d-dubju dwar kif setgħet waħlet din it-tender.", "Jiena jiddispjaċini se jkolli nirrimarka hawnhekk li mill-file irriżulta wkoll li l-Onor.", "Gulia kien wieħed mill-avukati ta' waħda mill-kumpanniji li tefgħet it-tender l-ewwel darba.", "Jidhirli li għandu dritt jagħmel is-sottomissjonijiet li jrid f'dan il-parlament imma għallinqas messu ddikjara li hu kien wieħed mill-avukati ta' kumpannija li tefgħet it-tender u allura kellu interess fil-kwestjoni.", "Tant hu veru li mill-file - li jien se npoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra ħalli ħadd ma jaħseb li l-pulizija jridu jaħbu xi ħaġa - jirriżulta li saħansitra anke kien bagħat protest ġudizzjarju wara li nqala' dan l-inċident.", "Naturalment dik affari tiegħu jekk kellux jiddikjara interess fil-kwestjoni jew le, kieku kont jien kont niddikjara pero' jien nista' niddikjara minn issa li l-ebda kumpannija ma ġiet tkellimni.", "Lanqas meta weħlu dawn iż-żewġ tenders fil-kaxxa ma kont naf li kienet waslet biex tiġi aġġudikata t- tender.", "Li naf huwa li wara li nqala' dak l-inċident - li anke kien tqajjem mill-kap ta' l-oppożizzjoni xi sitt xhur jew erba' xhur ilu - reġgħu nħarġu t-tenders fis-17 ta' Novembru u ntefgħu 16-il-offerta.", "L-Onor.", "Gulia staqsa dwar kemm se jdumu ma jiġu aġġudikati dawn it- tenders.", "Qal ukoll li f'xi gazzetti ra dawn l-ispeed machines diġa' in operation meta għadha ma saritx l-adjudication.", "Fil-file li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra hemm ir-rapport tal-bord tekniku li ddeċieda fuq it- tenders.", "F'dan il-bord hemm l-assistent kummissarju Josie Brincat, li huwa involut ħafna fil-qasam tat-traffic kif ukoll il-principal officer Mr F. Pisani u PC.216 Farrugia.", "Dawn huma tlieta min-nies li jgawdu fiduċja u rispett minn diversi nies u jekk xi ħadd qed jipprova jħammeġ lil xi ħadd huwa lil dawn in-nies li qed jipprova jħammeġ.", "Minn dan ir-rapport tekniku li jifforma parti minn dan il-file jirriżulta li kien hemm sittax-il tenderer f'din l-okkażjoni.", "Irrid ngħid li reġgħu tefgħu t-tender dawk it- tnejn li kienu weħlu fil-qiegħ tal-kaxxa u għal darba oħra dawn it-tnejn ma kenux fost l-irħas.", "Fil-fatt il-bord sejjaħ dak li tefa' l-irħas offerta pero' meta ntalab biex jagħti informazzjoni biex ikun jista' jaġġudika dan ma rrispondiex u għalhekk għaddew għat-tieni l-irħas offerta.", "L-istess, il- bord talabhom ċerta informazzjoni importanti fosthom jekk l-ispeed machine kenitx kapaċi toħroġ printout - għax inutli jkollna l-ispeed monitoring devices biex imbagħad ma jkollniex printout ta'dak li qed tara l-makna biex dak li jkun jinġieb il-qorti - u din il-kumpannija bl-ikbar onesta qalet li dan ma tagħmlux.", "Dwar dan ir-rapport li għamel l-assistent kummissarju Josie Brincat u tnejn min-nies oħra jgħid li:", "\"The tenderer replied that their offer is not capable of producing evidential photographic and/or video documentation, so the offer could not be considered further.\"", "Wara dan, kif dejjem isir, il-bord mar għal the next offer li f'dan il- kas kienet the third cheapest offer.", "Din il-kumpannija tat l-informazzjoni meħtieġa u meta l-bord ra li din il-kumpannija toffri l-prodott kif reklamat fit-tender talbu li jsiru demostrations.", "Issa meta joħroġ tender document ikun hemm imniżżel li l-gvern - f'dan il-każ il-kummissarju tal- pulizija - jista' jitlob li mhux jixtri l-oġġett sempliċement billi jara l- leaflets jew il-pamphlets pubbliċitarji, għax dawn dejjem joħorġu s-sabiħ u qatt ma joħorġu xi difett li jkun fiha l-makna, imma jitolbu wkoll li jsiru demostrazzjonijiet fiżiċi u prattiċi ta' kif taħdem is-sistema.", "Fil-fatt dawn il-physical demostrations saru wieħed fit-8 ta' Frar 2000 fl-Imrieħel by-pass u l-ieħor fid-9 ta' Frar f'Valletta Road, Attard.", "L-Onor.", "Gulia tkaża kif saru l-provi qabel l-adjudication.", "Alla jħares nagħmlu l-provi wara l-adjudication.", "Il-provi jridu jsiru qabel l-adjudication biex imbagħad wieħed ikun jista' jiġġudika aħjar.", "Fil-fatt abbażi ta' dawn id- demostrazzjonijiet li ra l-Onor.", "Gulia, l-bord irrakkmanda li din it-tielet kumpannija hija idonea biex tieħu t-tender.", "Fil-fatt fl-14 ta' Frar lestew ir-rapport tagħhom u huwa ttamat li din il-ġimgħa stess issir l- adjudication.", "Peress li l-adjudication ma nagħmilhiex jien, m'inix se noqgħod nikkumenta jekk il-kummissarju tal-pulizija għandux jaċċetta r- rakkmandazzjoni jew le, dik inħalliha f'idejh.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment l-offerti l-oħrajn ġew injorati mit-technical board għaliex dawn bdew mill-irħas offerta u wara li eleminaw tnejn li ma kellhomx l- ispecifications, sabu l-iktar waħda irħisa li taqbel ma' l-ispecifications u qed jirrakkmandawha.", "(Interruzzjonijiet) Dik il-kumpannija m'hijiex waħda minn dawn iż-żewġ kumpanniji li weħlulhom it-tender fil-qiegħ tal-kaxxa u li tant sar kjass dwarhom daparti ta' l-Onor.", "Gulia.", "Jiena se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-file kollu għar-rigward it-tieni tender u r-rapporti li saru dwar l-ewwel tender u jekk l-Onor.", "Gulia jkun irid inpoġġi wkoll il- file dwar l-ewwel tender.", "Mr. Speaker, li jiskantani huwa li l-breathalyser tests machines li jikkalkolaw il-livell ta' l-alkoħol u li jqumu press a poco daqs dawn l- ispeed machines - jiġifieri bejn Lm16,000 u Lm18,000 - fi żmien l- amministrazzjoni laburista nxtraw fuq direct order.", "Mela fiż-żmien il- gvern laburista dawn inxtraw permezz ta' direct order mingħajr ma nħarġu t- tenders, f'dan il-kas inħarġu t-tenders u kif jirriżulta minn dawn id- dokumenti sar kollox bl-iktar mod regolat u bl-iktar mod trasparenti, imma minkejja dan xorta waħda qam storbju sħiħ min-naħa l-oħra.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda d-dokumenti kollha ħalli kulħadd ikun jista' jiġġudika li hawnhekk il-pulizija m'għandha xejn x'taħbi f'dan il-proċess ta' l-ispeed cameras.", "J'Alla jintużaw u jintużaw tajjeb u j'Alla wkoll iservu bħala prova fil- qrati tagħna.", "Issa m'aħniex se noqogħdu biss fuq l-għajnejn jew fuq x'wieħed ħaseb imma se jkollna mezzi xjentifiċi biex wieħed jiddetermina l- ispeed ta' vettura.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Hemm permess biex l-Onor.", "Tonio Borg ipoġġi dan il-file fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' file tal-Pulizija dwar tenders għax-xiri ta' speed monitoring devices.", "Dan huwa photocopy, karta b'karta ta' dak li hemm fil-file u jekk xi ħadd ikun irid iqabblu ma l-oriġinal biex jara li dan huwa vera kopja nawtorizza jien stess li jista' jmur id-depot u jarah.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, ftit tal-ġranet ilu ġie ppubblikat abbozz ta' liġi dwar l-awtorita' tat-trasport f'pajjiżna.", "Jiena m'inix se nitkellem dwar dan l-abbozz pero' se nitkellem fuq parti żgħira mill- funzjoni li jrid ikollha din l-awtorita' u fuq kif se teffettwa pajjiżna.", "Bil-proposta tal-liġi li għandna, din l-awtorita' trid tinkludi fiha wkoll id-dipartiment tal-liċenzji, it-traffic control board, dik li sal-lum hija l-awtorita' tat-transport pubbliku u d-dipartiment tat-toroq u huwa proprju fuq dan id-dipartiment li xtaqt nitkellem illum.", "Mr Speaker, f'dan l-aġġornament se nitkellem biss fuq ix-xogħol li qed jagħmel u fuq ix-xogħol li għandu mfassal għaż-żmien li ġej id-dipartiment tat-toroq biex it-toroq ta' pajjiżna jilħqu dawk il-livelli li kull wieħed minna jixtieq.", "Apparti l-baħar, l-uniku mezz ta' trasport li għandna f'pajjiżna huma t-toroq u wieħed jista' jgħid li t-toroq f'pajjiżna huma importanti iktar milli huma importanti f'pajjiżi oħra li għandhom mezzi li permezz tagħhom wieħed jista' jmur minn destinazzjoni għal oħra.", "Mr Speaker, fuq it-toroq ta' pajjiżna għandna kwart ta' miljun vettura u dan iwassalna biex nikkonkludu li għandna ammont qawwi ta' traffiku.", "Biżżejjed ngħid li minn risposta li tajt din il-ġimgħa jirriżulta li bejn wieħed u ieħor 50,000 vettura huma wkoll illiċenzjati li jidħlu l-Belt.", "Huwa veru li dawn ma jkunux hemmhekk kontinwament pero' huwa veru wkoll li ħafna minnhom jispiċċaw jidħlu l-Belt b'mod partikolari mit-Tnejn sas-Sibt fil-ħinijiet normali tax-xogħol u fil-ħinijiet tal-ħwienet u kif nafu dawn m'hemmx wisa' għalihom fit-toroq tal-Belt.", "Jekk wieħed iħares lejn it- traffiku li jkun hemm fil-Belt Valletta nnifisha wieħed malajr jinduna li hemm bżonn isir ammont tax-xogħol f'dawk li huma metodi ta' kontroll tat- traffiku inkluż fit-toroq li jagħtu għall-Belt Valletta b'mod partikolari fil-peak hours.", "Litteralment eluf ta' karrozzi jkunu deħlin il-Belt bejn is- 7.00 a.m. u 8.30 a.m. u jibdew ħerġin bejn l-4.30 p.m. u s-6.30 p.m..", "Dan wassal biex matul ix-xhur li għaddew inħasset il-ħtieġa li dan it-traffiku jkun ikkontrollat u għalhekk saru numru tat-traffic lights.", "Dawn ma twaħħlux fl-inħawi tal-Belt biss imma saru f'diversi nħawi fil-pajjiż u għalkemm fuq xi wħud minnhom inqalgħu xi kontroversji, dawn illum saru neċessita' u minn hawnhekk irrid ngħid li għad iridu jitpoġġew ferm iktar minnhom.", "Mr Speaker, dwar it-traffic lights tajjeb li ngħid ukoll li fl-aħħar tas- sittinijiet it-traffiku kien ferm inqas mill-lum pero' xorta kien inħass il- bżonn li jiġu stallati dawn il-mezzi ta' kontroll tat-traffiku.", "Sfortunatament għal 16 jew 18-il sena intilef l-użu ta' dan is-servizz u meta xi ftit snin ilu reġgħu bdew jitfaċċaw dawn qajjmu ċerti kontroversji.", "Issa li ndraw il-funzjoni tat-traffic lights f'dan il-pajjiż qed tiġi apprezzata aktar u ta' min ngħid ukoll li qed ikun hemm talbiet ripetuti għalihom speċjalment mill-kunsilli lokali.", "Mr. Speaker, tajjeb li wieħed jgħid ukoll li forsi qatt daqs illum ma kien hemm numru ta' xogħlijiet għaddejjin fl-istess ħin f'dawk li huma t- toroq ta' pajjiżna.", "L-isfortuna hi li ħafna mix-xogħol li għaddej fil- preżent huwa xogħol ta' rranġar ta' toroq li fil-passat kienu nbnew b'mod żbaljat.", "Wieħed jista' jsib l-oriġini għal dan kollu fil-bidu tas-snin sebgħin meta kien hemm azzjoni industrjali min-naħa tal-periti tad- dipartiment tax-xogħlijiet.", "It-tradizzjoni dak iż-żmien kienet li min jagħmel strike jew kien jitkeċċa jew inkella jiġi mġiegħel li jitlaq mill- post tax-xogħol tiegħu.", "Minħabba din it-tradizzjoni fil-bidu tas-snin sebgħin kienet tkissret il-ġerarkija tal-periti fid-dipartiment tax- xogħlijiet u sal-lum għadna qed inħossu l-effett tagħha.", "Id-dipartiment tat- toroq kien forsi l-ikbar vittma ta' din il-biċċa xogħol għaliex matul is- snin minflok struttura ta' direttur u numru ta' periti spiċċajna biex il- periti tad-dipartiment tat-toroq kienu jibdew mad-direttur u jispiċċaw ukoll mad-direttur.", "Matul is-sena li għaddiet fil-fatt żidna wkoll tlieta jew erba' periti f'dan id-dipartiment u jien nispera li dawk li qegħdin fl- aħħar sena tal-kors tagħhom li qegħdin jispeċjalizzaw fil-kostruzzjoni tat- toroq isibu wkoll impjieg mad-dipartiment tat-toroq.", "Minbarra dan kollu fid- dipartiment tat-toroq għad fadal nuqqas u għalhekk ħarġet sejħa għall- applikazzjonijiet għal impjiegi fuq bażi każwali ta' numru ta' periti.", "Dwar din is-sejħa wieħed jista' jgħid li kien hemm response pjuttost pożittiv.", "Nispera li nsibu mod ta' kif dawn il-periti jibdew jissorveljaw ix-xogħol li bħalissa jinsab għaddej f'diversi lokalitajiet fosthom fit-triq ta' Ħal Far, f'Imdina Road ġewwa Ħal Qormi, fil-bypass ta' l-Imtarfa u x-xogħol li se jibda dalwaqt fi Psaila Street ġewwa Birkirkara u Santa Venera.", "Dawn huma xogħlijiet ta' entita' kbira u qed isiru minħabba nuqqas ta' ippjanar u management ħażin meta dawn saru oriġinarjament.", "Dak iż-żmien sfortunatament min kien imexxi pajjiżna kien jaħseb li jista' jordna li jmorru erba' trakkijiet bil-materjal u ħamrija li jitwittew fuq il-post imbagħad tagħti żewġ pulzieri tarmac u tkun tista' tgħid li ftaħt triq.", "Il- konsegwenza ta' dan kollu huwa l-istat ta' toroq li għandna f'pajjiżna.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li matul is-sena li għaddiet ġie ppubblikat pjan ta' xogħol.", "Dan tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra u ġie mogħti lill- press.", "Barra minn hekk id-dipartiment tat-toroq jinsab miexi bix-xogħol b'mod partikolari fuq it-toroq arterjali u prinċipali mingħajr ma jvarja minn dak l-istess programm.", "Madankollu xorta għadna niġu hawnhekk u ngħidu li m'hu qed isir xejn u li t-toroq huma fi stat ħażin u nieqfu hemmhekk.", "Kulħadd jaf li numru sostanzjali ta' toroq huma fi stat ħażin pero' naħseb li għall-ġustizzja mhux mal-ministru, mhux mad-dipartiment imma max-xogħol li qed isir tajjeb wieħed jgħid li hemm programm li diġa' huwa mħabbar u li mexjin fuqu b'mod l-iktar skrupoluż.", "Mr Speaker, intqal f'dan il-parlament u wkoll barra li d-dipartiment tat- toroq qiegħed jagħmel xogħlijiet li huma fid-distrett elettorali li minnu niġi elett jien.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li l-programm tax-xogħol ma ġiex imfassal minni imma ġie imfassal minn esperti Ġermaniżi li ġew hawn Malta fiż-żmien l-amministrazzjoni l-oħra.", "L-isfortuna hi li madwar 70% jew 75% tax-xogħol fit-toroq arterjali li hawn f'pajjiżna huma verament fid- distrett elettorali li nikkontesta jien, imma dan ma jfissirx li għaliex jiena nikkontesta allura dawn it-toroq għandhom jibqgħu mkissrin.", "Wara kollox m'huwiex tort tal-ministru li t-toroq minn Burmarrad sar-Rabat, mir- Rabat sa Ħaż-Żebbuġ u mir-Rabat sas-Siġġiewi huma fi stat ħażin u naħseb li ħadd m'għandu jippretendi li dawn it-toroq għandhom jibqgħu mkissrin sempliċement għax qegħdin fid-distrett tiegħi.", "Nista' ngħid li matul il- ġimgħat li ġejjin se joħorġu numru ta' tenders li huma marbutin mas-sistema ta' culverts li jridu jiġu mqiegħda f'dawn it-toroq prinċipali.", "Minn dawn il-culverts irid jgħaddi l-ilma tax-xita li huwa wieħed mill-kawżi ta' l- istat diżastruż li qegħdin fih it-toroq ta' pajjiżna.", "Jiena nispera li dawn il-culverts jibdew jitqiegħdu f'posthom matul is-sajf li ġej ħalli qabel ma tasal ix-xitwa nkunu nistgħu nikkontrollaw ferm aħjar l-ilma li jgħaddi mit- toroq prinċipali ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li l-kunsilli lokali ntalbu biex jindikaw huma liema toroq fil-lokalitajiet tagħhom għadhom m'humiex lesti jew li huma mkissrin.", "Kif għedt iktar minn darba l-kunsilli lokali ndikaw lid- dipartiment madwar 800 triq li huma jixtiequ li jew jinbdew għall-ewwel darba jew inkella jiġu reconstructed.", "Nista' ngħid li matul il-ġimgħat li għaddew kien hemm madwar 40 triq - li huma biss 5% tax-xogħol - li diġa' ġew ippubblikati.", "Dan huwa l-bidu ta' diversi xogħlijiet oħrajn li jridu jsiru f'pajjiżna matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.", "Il-pass li jmiss hu li joħorġu t-tenders biex imbagħad dawn l-40 triq jiżdiedu ma' numru ta' toroq oħrajn li fihom jinstab għaddej ix-xogħol fosthom Triq il-Ħafur ġewwa Ħ'Attard u l-area ta' madwar Triq il-Parilja.", "Naturalment ix-xogħol li għaddej ma jikkonsistix biss f'sempliċement il-wiċċ tat-triq imma qed nagħmlu wkoll il-bażi b'mod li t-toroq jibqgħu fi stat tajjeb għal ċertu tul ta' żmien.", "Jien nispera li fil-ġimgħat li ġejjin joħorġu t-tenders biex isiru toroq bħalma huma tar-Rabbat ġewwa l-Hamrun, li dwarha l-kunsill lokali ilu jagħmel pressjoni għal numru kbir ta' ġimgħat jekk mhux ukoll ta' snin u l-area tas-salini fejn hemm area enormi ta' residenzi li wkoll tħalliet barra għal numru ta' snin.", "Dawn huma kollha tenders ta' għaxriet ta' eluf ta' liri biex ma ngħidx ta' mijiet ta' eluf ta' liri u x-xogħol involut għandu jħalli impatt pożittiv fuq il-livell ġenerali tat-toroq f'pajjiżna.", "Mr Speaker, numru sostanzjali ta' toroq ma rridux nibnulhom il-wiċċ tagħhom biss u biex dan jiġi assigurat id-dipartiment tat-toroq se jippubblika dak li se jkun magħruf bħala l-kodiċi ta' kostruzzjoni tat- toroq.", "Dan se jsir biex mhux biss id-dipartiment tat-toroq jimxi ma' dan il- kodiċi ta' kostruzzjoni imma wkoll il-kunsilli lokali meta jiġu biex jagħmlu resurfacing jew reconstruction ta' toroq.", "Tajjeb wieħed jgħid li hemm relazzjoni diretta bejn il-mod ta' kif tibni triq u kemm tkun tiflaħ dik it-triq u allura d-dipartiment qed iħares lejn sistema fejn fit- toroq li jinsabu fil-qalba ta' l-irħula u li jgħaddi minnhom light traffic biss jinbnew mod u toroq li jgħaddi minnu traffiku itqal jinbnew b'mod differenti.", "Jien nispera li dan kollu jkun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin biex kulħadd ikun jaf x'sistemi jridu jintużaw anke mil-lat ta' kostruzzjoni.", "Dan għandu jwassal biex il-kuntratturi li jagħmlu tendering mingħajr ma jkunu geared biżżejjed biex jagħmlu ċertu tip ta' xogħlijiet jibdew jifhmu li hemm tip ta' xogħol li jistgħu jidħlu għalih pero' hemm xogħlijiet oħrajn li ma jkunux preparati għalihom.", "Dan għandu jwassal biex it-toroq jibdew iservu ħafna iktar minn għamlu sal-lum.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn 21 ta' Frar, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - IMPJEGATI ĠODDA", "12539.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tad-Djar mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta'Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma ġew impjegati l-ebda persuni fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali matul il-perijodu indikat.", "DIPARTIMENT TAL-BEACH CLEANERS - IMPJEGATI ĠODDA", "12540.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Beach Cleaners mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fis- sezzjoni tal-beach cleaning tad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.", "MUŻEWIJIET - ŻJAJJAR", "12959.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li żaru d-diversi mużewijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern?", "Jista' jgħid u jagħti breakdown ta' kull mużew partikolari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-Onor.", "Membru ma speċifikax perijodu partikolari, sejjer nagħti n-numru ta' nies li żaru l-Mużewijiet matul is- sena li għadha kif spiċċat.", "Għaldaqstant informat li n-numru ta' nies li żaru l-mużewijiet u siti storiċi fis-sena 1999 huwa kif ġej:", "|Mużew/Sit storiku |Numru ta' | | |viżitaturi | | |Jannar - | | |Diċembru 1999| | | | |Mużew ta' |74,603 | |l-Arkeoloġija | | |Mużew ta' l-Arti |32,865 | |Mużew ta' |16,529 | |l-Istorja Naturali| | |Mużew tal-Fdaliet |61,446 | |Rumani | | |Għar Dalam |98,141 | |Tempji ta' Ħaġar |134,927 | |Qim | | |Palazz ta' |44,503 | |l-Inkwiżitur | | |Mużew Marittimu |36,910 | |L-Armerija, |97,376 | |il-Palazz | | |State Rooms, |128,887 | |il-Palazz | | |Katakombi ta' San |86,041 | |Pawl | | |Tempji ta' Ħal |123,104 | |Tarxien | | |Mużew tal-Gwerra |40,238 | |Mużew ta' |20,177 | |l-Arkeoloġija, | | |Għawdex | | |Mużew |18,481 | |tal-Folklore, | | |Għawdex | | |Mużew tax-Xjenza |10,944 | |Naturali, Għawdex | | |Tempji |176,619 | |tal-Ġgantija, | | |Għawdex | | |Il-Mitħna ta' |42,933 | |Kola, Għawdex | | |TOTAL |1,244,724 |", "VAPURI", "12960.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew vapuri tat-turisti ġewwa pajjiżna matul is- sena 1999 u kemm kien in-numru ta' turisti li żaru pajjiżna dawn il-cruise liners?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Għalkemm l-Onor.", "Interpellant messu għamel din il- mistoqsija lil sieħbi l-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni ninformah li mill-istatistika ppubblikata joħroġ li fl-1999 dehru Malta 248 cruise liner b'192,785 turist fuqhom.", "GĦASAFAR/RETTILI/ANNIMALI - IMPORTAZZJONI", "12961.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar, rettili u annimali eżotiċi oħra matul is-sena 1999 u x'tip kienu f'kull każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jżommx tagħrif fuq in-numru ta' annimali eżotiċi li jiġu mportati, ħlief dawk li huma mħarsa taħt il-Ftehim dwar il-Kummerċ Internazzjonali dwar speċi ta' Flora u Fawna li huma mhedda (CITES).", "Tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant li jiġbor fih in-numru ta' annimali eżotiċi kollha li kienu, jew huma, importati, kemm jekk dawn huma CITES, kemm jekk le, jista' jinġabar mingħand id-Dipartiment tad-Dwana.", "SPTARIJIET - PAZJENTI", "12962.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar lejliet il-Milied u fil- Milied li għadda kif ukoll lejliet is-sena il-ġdida u fl-ewwel tas-sena minħabba xorb żejjed u teħid ta' droga?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA:", "|Data |Numru ta'|Admissi|Dischar| | |pazjenti |ons to |ged at | | |li daħlu |wards |request| | |l-isptar | | | | |kawża ta'| | | | |xorb | | | |24.12.9|7 | - |2 | |9 | | | | |25.12.9|- |- |- | |9 | | | | |31.12.9|5 |- |1 | |9 | | | | | |14 |- |4 | |1.1.00 | | | |", "|Data |Numru |Admissi|Discharg| | |ta'pazjen|ons to |ed at | | |ti li |wards |request | | |daħlu | | | | |l-isptar | | | | |kawża ta'| | | | |droga | | | |24.12.9|- |- |- | |9 | | | | |25.12.9|1 |M2 |- | |9 | | | | |31.12.9|- |- |- | |9 | | | | | |- |- |- | |1.1.00 | | | |", "SAĦĦA - KAŻI TA' KANĊER", "12963.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' kanċer ġodda matul is-sena 1999?", "X'tip ta' kanċer f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA Lista li turi n-numru ta' każijiet ġodda ta' malignant neoplasms misjuba fl-1999 u li ġew reġistrati s'issa fir-Reġistru Nazzjonali tal-kanċer tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Dawn il-figuri huma strettament proviżorji.", "Il-każijiet huma mqassmin skond il-parti affettwata mill-kanċer.", "Il-klassifikazzjoni International Classification of Diseases for Oncology - Second Edition (ICD-O-2) intużat għal dan il-għan.", "SAĦĦA - PERSUNI LI MIETU MINĦABBA TIPJIP", "12964.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni matul is-sena 1999 minħabba tipjip ta' tabakk u/jew komplikazzjonijiet minħabba tipjip?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Huwa stmat li matul is-sena 1999 mietu 253 raġel u 118 mara minħabba tipjip ta' tabakk u/jew komplikazzjonijiet minħabba t- tipjip.", "DIESEL/PETROL - KONSUM", "13558.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-konsum tad-diesel/petrol leaded u unleaded għax-xahar ta' Jannar 2000 u Jannar 1999 u 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-bejgħ ta` litri ta` petrol, petrol bla ċomb u diesel matul ix-xahar ta` Jannar f`dawn l-aħħar tliet snin kien hekk:", "| |1998 |1999 |2000 | |Petrol |5,693,0|4,972,02|4,465,| | |70 |0 |440 | |Petrol |2,170,8|2,182,90|2,380,| |bla Ċomb |80 |0 |300 | |Diesel |5,433,0|5,413,32|5,975,| | |50 |0 |220 | |Total |13,297,|12,568,2|12,820| | |000 |40 |,960 |", "ETC - BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA", "13587.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12708, jista' l-Ministru jgħid f'liema kategorija żdiedu n-numru ta' 286 part-timer fis-settur tal-biedja u/jew tas-sajd reġistrati mal-ETC?", "Kemm huwa l-ammont tmiem li qed jikkoltivaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AGRO-INDUSTRIJA - ĦADDIEMA", "13588.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija paramentari numru 12709, jista' l-Ministru jgħid f'liema agro industrija sabu mpjieg fulltime l-449 ħaddiema matul l-1999 fuq is-sena 1998 li minn 1802 l-impjiegi fl- agro industrija żdiedu għal 2351 fis-sena 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ġejt informat illi ċ-ċifra ta' 2351 tniżżlet bi żball fil-kolonna mmarkata \"Mpjieg Fulltime\" u minflok iċ-ċifra l-korretta kellha tkun 1709.", "PULIZIJA - KUNTRABANDU", "13611.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti lill-pulizija dwar kuntrabandu fuq xorb, ikel, sigaretti, eċċ matul l-1999?", "X'passi ttieħdu u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999, il-Pulizija nvestigat 59 każ li jinvolvi kuntrabandu.", "Minn dawn, inbdew proċeduri quddiem il- Qorti fi 18-il każ fejn erbgħa minnhom ġew deċiżi, filwaqt li se jinbdew proċeduri f`19-il każ ieħor.", "Ninsab informat ukoll li 12-il każ għadhom qed ikunu nvestigati filwaqt li għaxar każi rriżultaw fin-negattiv.", "RABAT: LABINI STREET - DAWL", "13682.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li f'Labini Street, Rabat, hemm bozza maqtugħa b'detriment li qed tkun ta' inkonvenjent għall-anzjani, jista' l-Ministru jawtorizza li jsiru l-manutenzjonijiet neċessarji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "LANDRIJIET - WIED IL-BUŻBIEŻ - DAWL", "13683.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li r-residenti f'Montana, Wied il-Bużbież, Landrijiet, l/o Rabat għandhom talba pendenti għal bozza ġdida fl-inħawi imsemmija, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova din t-talba mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistħarreġ u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "PULIZIJA - PRIĠUNIER", "13864.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament u li huwa inmate fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin, ikun eskortat mill-pulizija u mhux mill-iSpecial Response Team meta jkun ma jiflaħx?", "U għaliex ma jitteħidx f'St. Michael's Ward?", "Jista' jgħid ukoll kemm-il darba ġie eskortat għax kien ma jiflaħx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellanti, l-aħħar li ddaħlet il-ħabs kien fil-15 ta` Ottubru, 1999.", "Minn dakinhar, sal-15 ta` Frar 2000, din il-persuna ttieħdet tliet darbiet l-Isptar San Luqa u tmien darbiet l-Isptar Monte Carmeli.", "Ninsab informat ukoll li priġunier li jkollu bżonn li jittieħed ġo sptar dejjem jiġi skortat mill-Pulizija, ħlief meta jkun hemm xi każ ta` emerġenza, f`liema każ l-iskorta ssir mill-membri ta` l-SRT biex ikun żgurat li ma jintilifx ħin biex il-priġunier jitwassal għal kura.", "Għalkemm St. Michael`s Ward huwa dikjarat bħala parti mill-ħabs, din tinfetaħ biss fuq l-ordni tal-konsulent mediku konċernat.", "SAĦĦA - DIABETIĊI", "13865.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni li diabetiċi dan l-aħħar bdew jiġu mitluba jieħdu flixkun vojt biex jingħataw surgical spirit, meta marru fl- ispiżerija tal-Gvern fil-health centre f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-flixken li fihom jingħata is-surgical spirit lid- dijabetiċi kienu temporanjament out of stock fl-ispiżerija fiċ-ċentru tas- saħħa ta' Ħal Qormi fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru.", "EXTERNAL ACCOUNTNT", "13866.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il assignment ingħataw l-external accountant jew auditors li ġew mogħtija l-ġurament fi żmien il-gvern Laburista preċedenti biex jinvestigaw abbużi fit-returns ta' l-income tax?", "Jekk ingħataw dawn l-assigments lil min ingħataw?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ngħataw 14-il assignment.", "Ma naħsibx li għandi noqgħod insemmi l-ismijiet.", "SKEJJEL - BORMLA", "13898.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti ta' l-iskola primarja ta' Bormla se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-ground ta' quddiem l-istess skola?", "Ma jidhirlux il-Ministru li l-affarijiet għandhom jitkomplew peress li t-tfal qed ikollhom jibqgħu fil-klassi waqt il-break?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara li l-ħaddiema tat-Taqsima tax- Xogħlijiet tal-Ministeru ta' l-Ambjent ilestu x-xogħol li għaddej madwar il- ground ta' l-iskola, dan ikun jista' jintuża mingħajr ebda periklu.", "Rappreżentanti tat-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed isegwu mill-qrib l-andament tax-xogħol."]} {"filename": "20000516_293d_par.doc", "date": "2000-05-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 293 It-Tlieta, 16 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 293", "It-Tlieta, 16 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "293", "It-Tlieta, 16 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 456", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 456", "TQEGĦID TA' KARTI 460", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL- KOMUNIKAZZJONI(IT-TIENI QARI) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (SECOND READING) 461", "AĠĠORNAMENT 477", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 482", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 292 li saret fil-15 ta' Mejju, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SLIEMA - PROMENADE - XOGĦLIJIET", "14595.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-proġett ta' embellishment fil-promenade ta' Tas-Sliema se jieħu perijodu ta' sena u nofs biex jitlesta meta oriġinarjament dan kien ippjanat li jitlesta fi żmien qasir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Fil-verita' x- xogħol fuq l-ewwel fażi minn ħdejn il-fortizza sa fejn it-torri kien ippjanat li jitlesta bejn Novembru 1999 u Ġunju, 2000.", "Il-parti l-kbira ta' dan ix-xogħol huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju minbarra x- xogħol ta' paving, li ser jittardja minħabba dewmien fl-għoti tal-kuntratt.", "Ix-xogħol fuq it-tieni fażi, minn ħdejn it-torri sal-pjazza - ħdejn Taormina Kiosk - huwa mistenni li jkun lest bejn Novembru 2000 u Ġunju 2001.", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li dan ix-xogħol qed jieħu fit-tul ħafna u qed joħloq inkonvenjent kbir kemm fis-sistema tat-traffiku kif ukoll għall-pedestrians, ma jħossx il-Ministru li għandu jirrifletti mill-ġdid biex jinċentiva aktar dan il-proġett u jara li t-target dates jintlaħqu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif spjegajt fit-tweġiba, il-partijiet l- aktar essenzjali ta' l-ewwel fażi tal-proġett se jkunu lesti sad-data li kienet targeted, jiġifieri sa l-aħħar ta' Ġunju.", "Huwa veru li ċertu xogħol, bħal dak ta' pavimentar ġdid, se jieħu aktar żmien milli kien mistenni - u dan mhux tort tal-ħaddiema tat-taqsima tax-xogħlijiet imma minħabba diffikulta' li nqalgħet biex ntgħażlet l-aħjar offerta wara li ġew ikkonsidrati l-fatturi kollha u allura l-award tal-kuntratt sar f'data aktar tard minn dik prevista - iżda għandna l-assigurazzjoni li l- kuntrattur li huwa responsabbli mit-tqegħid tal-pavimentar mhux biss se jimxi skond il-limiti taż-żmien li hemm impost fit-tender, anzi se javvanza fuqhom.", "L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li l-ebda proġett, speċjalment f'area prominenti u ta' skala kbira bħall-promenade ta' Tas-Sliema, ma jista' jsir mingħajr ma jikkaġuna ċertu inkonvenjent.", "Dan ngħidu b'dispjaċir kbir għax naturalment kont nippreferi kieku nistgħu nagħmlu proġetti mingħajr ma nikkawżaw ebda inkonvenjent.", "Pero' wieħed irid jifhem li anke meta xi ħadd jiddeċiedi li jirranġa xi kamra fid-dar jaf li se jiltaqa' ma' ħafna diffikultajiet sakemm jikkordina xogħol ma' ieħor - per eżempju, jekk għandux jgħaddi l-conduit jew iwaħħal il-madum qabel ma jkaħħal jew jiżbogħ - u allura kif b'xi immaġinazzjoni nistgħu naħsbu li nagħmlu proġett daqshekk kbir mingħajr ma naqilgħu t-trab, mingħajr ma jkollna l-inġenji meħtieġa u ħafna affarijiet oħra simili, bħallikieku se mmorru xi darba filgħaxija, naqbdu l-magic wand u nippretendu li l-għada filgħodu kollox se jinbidel, se jkollna l-mużika għaddejja u l-funtani se jibdew jaħdmu, dik hija fantasija.", "L-appell tiegħi hu li meta jkun hemm xi inkonvenjent simili nissaportuh flimkien, nagħmlu l-aqwa immaniġġjar possibbli tiegħu, nimxu bi programm fejn nispjegaw lill-pubbliku u mbagħad ngawdu l-frott ta' dak l-inkonvenjent li nkunu sofrejna flimkien.", "M'għandi l-ebda dubju li meta naraw ir-riżultati tal-fażijiet kollha tal-proġett ta' tisbiħ fil- promenade ta' Tas-Sliema napprezzaw dak li jkun sar.", "Nerġa' ngħid li mexjin fuq ix-xogħol prinċipali bil-mira li l-proġett ikun lest sa l-aħħar ta' Ġunju, bix-xogħol ta' pavimentar jibqa' għaddej - diġa' tkellimt dwar dan mal-ministru responsabbli mit-turiżmu, anke minħabba li din hija area sensittiva ħafna - u fl-istess ħin nispjegaw lill- pubbliku fejn inkunu wasalna, fejn ikun hemm diffikultajiet, fejn ikun hemm bżonn ta' phasing itwal u x'miżuri wieħed jista' jieħu waqt it-tkomplija ta' dan ix-xogħol, biex ċerta kumdita' bażika tibqa' tkun assigurata u wieħed ikun jista' jasal minn post għal ieħor permezz ta' passaġġi temporanji.", "Dan qed nagħmluh b'mod ġenerali, bl-inkonvenjent daqs min ikun qed jagħmel xi xogħol fid-dar privata tiegħu pero' fuq skala akbar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, qabel xejn xtaqt nifraħ lill-kollega tiegħi, il-Ministru Francis Zammit Dimech, għax min semgħu jitkellem dalgħodu jaħseb li hu xi espert fuq il-maintenance tad-djar u ma kontx naf li huwa daqshekk dilettant!", "Xtaqtu jagħtina dettalji fuq fuq dwar fiex jikkonsisti dan l-embellishment li se jsir fil-promenade ta' Tas-Sliema.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirringrazzja lill-kollega tiegħi għall- kumpliment ġentili li għamilli u jekk ikollu bżonn xi pariri dwar maintenance lest li nipprovdihomlu!", "Li nista' ngħid hu li l-proġett jinvolvi diversi aspetti, fosthom li l- jinħolqu gallariji ġodda matul il-promenade.", "Din f'ċertu sens hija l-aktar parti prominenti li tidher għax dawn il-galleriji jħarsu għal fuq il-baħar.", "Għamilna wkoll bankijiet fejn wieħed jista' jqatta' l-ħin tal-mistrieħ tiegħu mal-familja.", "Din hija forsi l-akbar karatteristika li tibqa' tidher.", "Qed nikkalkulaw li bejn wieħed u ieħor inkunu żidna l-ispazju tal- promenade b'50% fuq l-ispazju eżistenti.", "Il-proġett jinvolvi wkoll sistemi ta' dawl u lampi ġodda, aktar fuq stil antik, u jinvolvi railings ġodda, li naturalment huma ta' disinn aħjar; se tinħoloq ukoll forma ta' landscaping bejn il-bankina u t-triq - il-ħsieb hu li dak li niżirgħu ikun jaqbel ma' l-inħawi u jkompli jsebbaħ l-ambjent tal- post - u se jkun hemm ukoll ġibjun kbir biex l-ilma li jinżel f'dawk l- inħawi ma jagħmilx ħsara imma jkun jista' jinġabar.", "Dan se jinvolvi r- riallokazzjoni jew il-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet sanitarji u 'l quddiem se nirranġaw il-kiosks eżistenti.", "Dawn huma l-karatteristiċi prinċipali tal-proġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri aħna għadna ma nafux meta effettivament se jispiċċa dan 'l hekk imsejjaħ proġett ta' ftit bankini, ftit railings u ftit tibdil f'servizzi sanitarji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Anzi jiena naħseb li t-tweġiba li tajtek kienet ċara ħafna!", "Għedt li x-xogħol fuq l-ewwel fażi - u spjegajt preċiżament minn fejn jibda u fejn jispiċċa x-xogħol, jiġifieri minn ħdejn il-fortizza sa fejn it-torri - kien ippjanat li jitlesta sa Ġunju.", "Fil- fatt ix-xogħol prinċipali fuq din il-fażi se jkun lest sa dak iż-żmien pero' bid-diffikulta' li l-pavimentar il-ġdid ...", "Forsi mil-lat viżwali taħseb li huwa l-proġett kollu, pero' dik hija parti żgħira għax l-aktar parti diffikultuża hija l-ħolqien ta' gallariji ġodda, li kont qed nirriferi għalihom fit-tweġiba li tajt lill-kollega l-Onor.", "Mario Galea.", "Għaliex?", "Għax gallarija ma toħloqhiex billi sempliċement twaħħalha.", "F'dan il-każ intużat is-sistema tal-cantilevers, għax naturalment hawnhekk qed nitkellmu fuq gallariji ta' ċertu daqs.", "Dan ix-xogħol huwa lest, ir-railings ġodda huma lesti, id-dwal huma ordnati u se jibdew jitwaħħlu fil-ġranet li ġejjin.", "Jiġifieri l-proġett fl-ewwel fażi tiegħu, kif kien ippjanat u kif kien hemm anke l-provvediment finanzjarju għalih, se jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju, bid-differenza li l-pavimentar ikollu jibqa' għaddej fix-xhur ta' wara.", "Pero' rridu nispjegaw lill-pubbliku dwar il-phasing tax-xogħlijiet li jkun għad fadal u fil-mument opportun dan nispjegawh anke b'komunikat għall-istampa.", "PA - SAN ĠILJAN - PARKING AREA", "14776.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Peress li quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar ġiet sottomessa applikazzjoni bin-numru 06092/99, bl-iskop li art proprjeta' tal- gvern biswit il-Westin Dragonara Hotel, f'San Ġiljan, tiġi żviluppata - u nikkwota l-applikazzjoni: \"to sanction external parking area\" - jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jagħti l-indikata art għall-iżvilupp mitlub?", "Jista' jgħid xi proċeduri qed jintużaw u se jintużaw fil-futur biex tiġi pproċessata din it-talba?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li saru diversi talbiet għall-art imsemmija mill-Onor.", "Interpellant pero` għadha ma ttieħdet l-ebda deċizjoni mit-taqsima proprjeta` tal-gvern favur it- trasferiment tagħha lil terzi.", "Il-proċeduri li dejjem jintuzaw fl- ipproċessar ta` kull talba li ssir lid-dipartiment imsemmi huma dawk elenkati fl-Att dwar it-Trasferiment ta` Proprjeta` tal-Gvern.", "Għal dak li jirrigwarda l-awtorita` ta` l-ippjanar ninsab infurmat li l- proċedura ta` kif l-applikazzjoni msemmija se tkun proċessata hi dik li normalment tintuża biex jigu pproċessati applikazzjonijiet ta` zvilupp.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet jikkonsidra jekk jagħtix din l-art jew le wara li l-awtorita` ta` l-ippjanar tipproċessa din it-talba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, filwaqt li jiena m'għandi xejn kontra mistoqsijiet simili, nitlob lill-Ministru biex jistabilixxi regoli ċari jekk dawn għandhomx isiru.", "Qed ngħid hekk għax kien hemm diversi sitwazzjonijiet fejn back-benchers tan-naħa tal-gvern staqsew dawn it-tip ta' mistoqsijiet u ma ġewx imwieġba.", "Intqal li qed tintuża din il-policy għax dawn it-tip ta' domandi jistgħu jagħmlu pressure fuq l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Li qed ngħid hu li aħna ma nistennewx privileġġi bħala back- benchers tal-gvern, imma almenu għandna nkunu ttrattati bl-istess mod li jkunu ttrattati l-kollegi tagħna tan-naħa l-oħra!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ir-regoli ta' x'jiġi aċċettat bħala domanda ma nagħmilhomx jien.", "Il-qalba ta' din id-domanda m'hijiex dwar fiex waslet l-applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar imma jekk il- gvern huwiex lest li jagħti proprjeta' lill-applikant jekk kemm-il darba jġib il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ħalli nagħti spjegazzjoni għala jinqalgħu dawn it-tip ta' problemi.", "Sa l-1997 l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet tinsisti li jekk xi ħadd japplika għal żvilupp irid ikun is-sid ta' dik l-art.", "Mela jekk allura xi ħadd irid jagħmel żvilupp fuq art tal-gvern irid l-ewwel jakkwista l-art mingħand il-gvern u mbagħad jagħmel l-applikazzjoni għall-iżvilupp.", "Dan kien ifisser li l-gvern jista' jagħtihielek u mbagħad għal xi proġett partikolari ma joħroġlokx il-permess mill-awtorita' ta' l-ippjanar - f'dan il-każ qed tissemma' parking area - u l-art tibqa' għandek.", "U allura kien intlaħaq ftehim, permezz ta' ċirkolari jew avviż, bejn l-awtorita' ta' l- ippjanar u l-lands li xi ħadd jista' jagħmel an outline development application fuq art tal-gvern u malli l-awtorita' ta' l-ippjanar tirċievi dik l-outline development application tavża lill-gvern li hemm xi ħadd li qed japplika fuq art tiegħu.", "Toħroġ biss l-outline development permit u mbagħad l-lands, jekk irid, jagħti dik l-art lill-individwu wara li toħroġ bit-tender u mbagħad joħroġ il-permess finali.", "Naħseb li din hija proċedura tajba u fil-fatt inżammet.", "Issa hawnhekk jiena qed inwieġeb li ma nistax nagħti assigurazzjoni li din l-art tal-lands se tingħata lill-applikant qabel ma l-ewwel jinħareġ il- permess.", "Għax jekk ma jinħariġx l-outline development permit lanqas ikun hemm il-bżonn li l-gvern jagħtiha lil xi ħadd għax assolutament ma jkunx hemm il-permess.", "Dwar il-parti tal-mistoqsija li għamel rIferenza għaliha l-Onor.", "Cuschieri dwar il-proċeduri li qed jintużaw u se jintużaw fil-futur biex tiġi pproċessata din it-talba, naħseb li l-Onor.", "Galea jinduna li fir- risposta jien qed ngħid li tintuża dejjem il-proċedura tas-soltu.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Imma jien ma staqsejtx fiex waslet l-applikazzjoni!", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien qed nirriferi għat-tieni parti tad-domanda supplimentari li għamel l-Onor.", "Cuschieri - fil-fatt l-ewwel biċċa titkellem dwar l-lands u mhux dwar l-awtorita' ta' l-ippjanar - u li għaliha qed issir oġġezzjoni min-naħa ta' l-Onor.", "Galea, għax qed jgħid li din tmur fuq il-proċedura ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, u qed jistaqsi xi proċeduri se jintużaw fil-futur biex tiġi pproċessata din it-talba.", "Jiena qed nirrispondih li tiġi wżata l-prattika normali.", "Jiena bl-ebda mod ma se nħalli lil xi ħadd jużani biex nagħmel pressjoni fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar biex tiġi pproċessata xi ħaġa.", "Qed ngħid li din tiġi pproċessata bħal ta' ħaddieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, fil-passat il-poplu kien skandalizzat għax ċerta art tal-gvern kienet ħarġet fuq ċerti premessi u mbagħad wara ċertu żmien għaddiet għand sidien ġodda b'premessi differenti.", "Qed nirriferi għall-art ta' Chambrai u xi art pubblika li kienet ħarġet għal operaturi privati u mbagħad għaddiet għand operaturi oħrajn.", "Jista' l- Ministru jelenka x'inhi l-politika tal-gvern dwar il-ħruġ jew għoti ta' art pubblika lil terzi persuni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nafx jekk għandix ħin biżżejjed biex nilħaq nirrispondi din id-domanda!", "Naħseb li l-Onor.", "Buhagiar jiftakar li dan il-gvern, kuntrarjament għall- gvern ta' qabel, għadda liġi minn dan il-parlament biex l-ewwelnett kull trasferiment ta' art tal-gvern jgħaddi minn għarbiel ta' kumitat permanenti tal-Kamra.", "Din għamilniha aħna, niftaħru biha u ma kenitx fil-pjani tal- gvern ta' qabel.", "Dak il-kumitat għandu xahar żmien biex jagħmel r-rapport tiegħu ħalli r-riżoluzzjonijiet parlamentari jgħaddu b'ċerta serjeta', ħaġa li ma saritx fil-proġett tal-Kottonera, per eżempju.", "Anzi meta aħna pproponejna l-proġett tal-Kottonera, minkejja li konna għadna lanqas għaddejna l-liġi, xorta waħda għaddejnih mill-kumitat tal-Kamra.", "Kien hemm għarbiel dettaljat fuq dak il-proġett, imbagħad tressaq quddiem il-Kamra u b'hekk kellna żewġ diskussjonijiet għax kellna diskussjoni fil-kumitat tal- Kamra u kellna diskussjoni fil-parlament nnifsu, mingħajr ma' l-gvern kien obbligat legalment li jagħmel dan.", "Meta rajna li dan huwa metodu tajjeb imbagħad qbadna dik il-proċedura u ħadna l-inizjattiva li ndaħħluha fil- liġi.", "Fil-fatt fil-ġranet li ġejjin se nippreżentaw diversi riżoluzzjonijiet biex nittrasferixxu art tal-gvern lil għaqdiet sportivi u lil għaqdiet filantropiċi u se jsir l-ikbar trasferiment ta' art tal-gvern.", "Dan ix- xogħol l-ewwel se jiġi pproċessat għal 30 ġurnata mill-kumitat tal-Kamra u jekk ma jkunx hemm deċiżjoni unanima ta' approvazzjoni - jiġifieri anke jkun hemm wieħed biss li joġġezzjona - nerġgħu nagħmlu diskussjoni f'seduta plenarja tal-parlament.", "Naħseb li ma jeżistix kontroll aktar ċar u aktar trasparenti minn dan.", "Anzi kien dan il-gvern stess li għamel din il- proċedura biex jorbot lilu nnifsu.", "Għax, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, huwa l-gvern li fil-parlament jipproponi t-trasferiment ta' l-artijiet.", "L- eħfef ħaġa kienet tkun li nagħmlu kif dejjem sar, inġibu riżoluzzjoni fil- parlament u ngħadduha, mentri aħna stess b'liġi rbatna lilna nfusna li bħala gvern qabel ma nressqu riżoluzzjoni parlamentari din trid tgħaddi mill-għarbiel ta' dan il-kumitat tal-Kamra, li fih hemm rappreżentanti kemm tal-gvern kif ukoll ta' l-oppożizzjoni, u jekk ma jkunx hemm deċiżjoni unanima favur dak it-trasferiment allura terġa' tiġi diskussa fil-Kamra f'seduta plenarja.", "Aħna emendajna wkoll id-definizzjoni ta' \"trasferiment ta' art tal-gvern\" sabiex kwalunkwe bidla fil-kondizzjoni - li ma tkunx żieda fil-kera għax dik hija eżentata - tkun tfisser li dik l-art trid terġa' toħroġ għat- tender jew inkella jekk tkun għaddiet b'riżoluzzjoni parlamentari oħra terġa' ssir riżoluzzjoni parlamentari sabiex jinbidlu l-kondizzjonijiet.", "Qabel ma kienx hemm obbligu legali dwarha u meta tlajna fil-gvern aħna għamilna dan l-obbligu legali bħala waħda mill-ewwel miżuri.", "Lill-Onor.", "Interpellant ngħidlu li l-każ ta' Chambrai m'għandu x'jaqsam xejn.", "Hemmhekk hemm riżoluzzjoni parlamentari mgħoddija minn dan il- parlament - jekk jagħti d-dritt lill-persuna li titrasferixxi dik tista' tittrasferixxi l-art, jekk ma jagħtihiex dan id-dritt l-art ma tistax tiġi ttrasferita.", "Il-kuntratt ta' Chambrai sar eżattament fuq il-linji kontenuti fir-riżoluzzjoni parlamentari li kienet għaddiet f'Diċembru 1992.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' applikanti ma' l-awtorita' tad-djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16108.", "MR SPEAKER Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar priġunieri barranin fil-ħabs, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 15955.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL- KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-15 ta' Mejju 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Censu Galea huwa in possession.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, il-bieraħ filgħaxija fl-introduzzjoni ta' din il-liġi jiena rrimarkajt li wieħed irid jara f'liema kuntest qegħda tiġi proposta l-liġi li għandna quddiemna.", "Din il-liġi qed tiġi proposta biex naraw fejn ninsabu, biex naraw fejn irridu naslu u biex naraw l-għan li aħna qegħdin naħdmu għalih.", "M'hemmx dubju li matul dawn l-aħħar erba' jew ħames snin saru żviluppi kbar f'dan il-qasam.", "Saru bidliet li huma l-akbar bidliet li seħħew minn mindu Bell ivvinta s-sistema tat-telefonija.", "Qegħdin naraw li llum il-mezzi ta' komunikazzjoni saru l-għodda prinċipali li permezz tagħhom jitwettqu diversi inizjattivi li żgur li ħadd ma kien jaħseb li se naslu għalihom b'dan il-mod.", "Mr. Speaker, jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn ċifri li huma pprovduti mill-ITU jinduna li llum għandna mal-50 miljun linja tat- telephone u dawn damu biex infirxu madwar id-dinja madwar 75 sena.", "Ir-radju wkoll huwa mezz ta' komunikazzjoni li llum sar parti integrali mill-ħajja tagħna.", "Anke jekk bl-iżviluppi li qegħdin iseħħu kien hemm tnaqqis fl-użu ta' dan il-mezz ta' komunikazzjoni pero' jibqa' l-fatt li ttieħdu 35 sena biex 50 miljun radju jiġu mifruxa madwar id-dinja.", "Jekk nitkellmu fuq it- television, mezz ieħor ta' komunikazzjoni li nużaw kontinwament, in-numru ta' 50 million tv sets intlaħaq fi żmien 13-il sena.", "Is-sistema tat- telephones ċellulari damet 12-il sena biex laħqet iċ-ċifra ta' 50 miljun, imbagħad l-internet, li huwa wieħed mill-aħħar żviluppi li seħħew fis- sistema tal-komunikazzjoni ħa biss erba' snin.", "Mhux hekk biss imma fis- sentejn ta' wara dawn il-50 miljun saru 100 miljun.", "Dan qed ngħidu biex nuri li l-iżviluppi llum tant qed isiru b'mod mgħaġġel li fil-prattika sar impossibbli biex wieħed iżomm il-pass.", "M'għandix dubju li matul is-snin li għaddew anke f'pajjiżna għamilna qabżiet kbar f'dawk li huma żviluppi u bidliet fil-mod ta' kif nużaw il- mezzi tal-komunikazzjoni.", "Sa ftit żmien ilu dan il-pajjiż żgħir kellu d- diffikulta' li kellu diversi sistemi li kienu qegħdin jaħdmu flimkien.", "Din il-ħaġa kienet toħloq ħafna problemi u minħabba f'hekk kellhom isiru investimenti kbar.", "Wieħed jista' jara l-fatt li n-numru ta' telephones f'pajjiżna f'dawn l-aħħar 12-il sena iktar minn irdoppja.", "Barra minn hekk, kontra dak li kien jiġri qabel, illum min jitlob linja tat-telephone jinqeda fi żmien qasir.", "Din hija ħaġa tajba għax b'hekk aktar sezzjonijiet tal-poplu Malti jkollhom il-possibilita' dan li jużaw il-mezz ta' komunikazzjoni.", "Dan qed ngħidu għax l-iżviluppi li qegħdin ikomplu jseħħu f'dan is-settur madwar id-dinja huma kbar u qegħdin iseħħu b'pass mgħaġġel ħafna.", "M'hijiex Malta biss li qed tintlaqat b'dan il-fenomenu għax din hija sitwazzjoni li tolqot il-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Forsi dawk li l-aktar jintlaqtu huma l-pajjiżi l-iktar żviluppati pero' anke dawk il-pajjiżi li lanqas biss għadhom bdew jaħsbu - u sfortunatament għad hawn pajjiżi fid- dinja li qegħdin ħafna warajna f'dan is-settur - jiġu milquta mill- iżviluppi li qed iseħħu.", "M'għandix dubju li s-sistemi tat-telefonija kif żviluppaw illum għamluha aktar faċli għax dawn m'għadhomx jirrikjedu cables u minħabba f'hekk qed isir possibbli li iktar nies fl-iktar postijiet imbegħda fid-dinja qed ikollhom il-possibilita' li jingħataw dawn is- servizzi.", "Barra minn hekk, żjarat qosra f'postijiet fejn ikun hemm il- fieri ta' l-informatika malajr juruk li llum fil-prattika ma baqa' xejn li ma tistax taħseb li se tagħmlu bil-mezzi l-ġodda ta' komunikazzjoni.", "Fil- fatt kulma mmorru dejjem naraw jiċkien ix-share ta' l-użu tat-telephone bħala perċentwali tas-sistema kollha tal-kuntatti li jsiru madwar id- dinja.", "Illum qed isiru ħafna kuntatti li huma real time contacts permezz ta' l-E-mail.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jiżdied il-fenomenu li minflok permezz tad-diskors, issir komunikazzjoni permezz ta' messaġġ miktub li jasal dak il-ħin, anke jekk ir-riċevitur ikun qiegħed in-naħa l- oħra tad-dinja.", "Mr. Speaker, żvilupp ieħor fl-informatika huwa l-internet.", "Dawk kollha li llum għandhom il-possibilita' li jidħlu fis-sistema ta' l-internet jafu x'vantaġġi għandha.", "Naturalment wieħed irid joqgħod attent ukoll kif jesponi lilu nnifsu pero' kollox ma kollox l-internet huwa mezz li permezz tiegħu ningħataw informazzjoni li s-soltu jkollna nfittxu u nqallbu fil- kotba biex inġibuha.", "Permezz ta' l-internet ningħataw risposti fi żmien verament qasir għal domandi li jistgħu jkunu importanti għalina f'dak il- mument partikolari hu x'inhu s-suġġett.", "Ma ninsewx li f'dan il-pajjiż kellna wkoll perijodi meta konna nirrifjutaw li ndaħħlu s-sistema tal- computer minħabba l-biża' li jintilfu l-impiegi.", "Niftakru żmenijiet meta biex timporta computer kont ridt tiffirma dikjarazzjoni li m'inti se tkeċċi lil ħadd minn miegħek, anke jekk qatt ma kont impjegajt lil ħadd.", "Iċ- ċirkostanzi llum inbidlu u bi ftaħir nistgħu ngħidu li sirna pajjiż żviluppat u li nistgħu nagħmlu kuntatti diretti ma' kullimkien.", "Mr Speaker, jekk l-iżviluppi jintużaw tajjeb dawn iwasslu biex pajjiżna jkompli jiżviluppa u jżomm lilu nnfisu fuq quddiem fil-qasam tal-bidliet.", "Minbarra l-liġi li għandna quddiemna, diġa' tħabbar b'mod pubbliku li se tiġi ppubblikata white paper li titkellem dwar tliet liġijiet oħrajn, li huma dwar computer misuse, data protection u sistemi oħrajn ta' komunikazzjoni.", "Irridu naraw kif dawn il-liġijiet se jkunu parti integrali mis-sistema li trid tkompli tiżviluppa matul iż-żmien li ġej f'dan il- pajjiż u barra minn pajjiżna.", "Dan huwa settur fejn il-bidliet li qegħdin isiru fih huma tant imgħaġġla u tant importanti li ma nistgħux nikkuntentaw ruħna b'dak li għamilna sal-lum.", "Nispera li fil-każ ta' dan l-abbozz ta' liġi ma jiġrix bħalma sfortunatament ġieli jiġri f'dan il-parlament fejn, minflok naraw x'inhuma l-veri bidliet li rridu nagħmlu u minflok naraw x'inhuma l-veri benefiċċji, nibdew naqilgħu d-diffikultajiet u l-problemi fuq affaijiet li jistgħu jkunu ta' ċerta relevanza jekk tarahom f'kuntest tal-passat pero' jekk tarahom fil-kuntest tal-lum issib li huma għal kollox irrelevanti.", "Mr. Speaker, qegħdin f'pajjiż li jiftaħar li jrid ikompli miexi 'l quddiem biex ikun hemm kemm jista' jkun żviluppi fis-setturi kollha tal- ħajja.", "M'għandix dubju li pajjiż li jgħid li jrid iżomm lilu nnifsu abreast maċ-ċirkostanzi li dejjem qed jinbidlu madwar id-dinja, irid ikun minn ta' quddiem biex ibiddel l-għodda li permezz tagħha jiġi kkontrollat u amministrat is-settur ta' l-informatika.", "Dan qed ngħidu għax fl-opinjoni tiegħi għandna liġi li trid tbiddel il-mod globali ta' kif aħna nħarsu lejn l-affarijiet.", "Din hija liġi li se twassal għal bidliet radikali u akbar minn dawk li kellna f'dawn is-setturi matul is-snin li għaddew.", "Jekk taqta' r-radju u t-televiżjoni ssib li għal snin twal id-dominju tal-mezz tal- komunikazzjoni fid-dinja kien it-telephone.", "Illum qegħdin ngħidu li dak iż- żmien spiċċa.", "Per eżempju, f'pajjiżna fl-1990 daħlet ukoll is-sistema taċ- ċellulari u mbagħad daħal il-cable television.", "Illum kulħadd juża l-kelma \"globalizzazzjoni\", fis-sens li permezz tal-komunikazzjoni d-dinja saret qisha villaġġ fejn huwa faċli li wieħed jikkomunika ma l-ieħor.", "Minħabba f'hekk, aktar ma jgħaddi ż-żmien sistemi bħalma huma t-telephone, is- sistemi ċellulari u l-cable television qegħdin iktar joqorbu lejn xulxin u iktar qed isir diffiċli li wieħed jiddistingwi bejniethom.", "Dan wassal biex ikun hemm il-ħtieġa ta' modi ġodda ta' amministrazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jgħidilhom kontrolli jekk trid imma jiena nemmen li huma metodi ta' amminsitrazzjoni biex l-affarijiet jaslu bl-aħjar mod għand il-poplu.", "Biex il-benefiċċji ta' dawn is-sistemi jkomplu jintlaħqu aħna rridu naraw li jispiċċaw is-sistemi li kellna fejn min jagħti s-servizz ikun hu wkoll il-kontrollur u r-regolatur.", "Din hija qabża kbira fil-kwalita' li lilna tneħħielna x-xkiel ta' sistemi ta' monopolji li ħadmu f'pajjiżna - bħalma ħadmu f'pajjiżi oħrajn għal ċertu żmien - fejn kollox kien ikkontrollat mill-gvern.", "Dan il-monopolju wassal biex ċerti affarijiet ma sarux bil-mod kif wieħed kien jistenna.", "Aħna rridu li dan is-settur ikompli miexi 'l quddiem u biex jiġri hekk m'għandniex nagħmlu riferenza biss għal dak li ġara 20 jew 30 sena ilu imma rridu nħarsu lejn dak li se jiġri ħamsa, għaxra, 15 'l sena u possibbilment iktar 'il quddiem.", "Mhuwiex faċli li f'settur bħal dan tħares 'il quddiem daqshekk fit-tul, madankollu għandu jkollna l-mod ta' kif inħarsu lejn l-affarijiet u nibbażaw fuq fatti li qed jiġru llum madwarna.", "Irridu naraw li l-leġislazzjoni tagħna f'dan is- settur tkun waħda li tolqot b'mod pożittiv lil dawk li jagħtu s-servizz, lil dawk li jirċevuh u lil dawk li se jwasslu biex is-servizz ikun jista' jingħata b'mod aħjar.", "Dan huwa żvilupp li rridu noqogħdu attenti l-ħin kollu kif nagħmluh.", "Filwaqt li nkunu qegħdin nagħmluh irridu naraw ukoll kif jistgħu jinbidlu s-sistemi kollha li għad għandna illum u naraw ukoll x'effett jista' jkollha bidla bħal din.", "Naħseb li rridu naraw ukoll kif niżviluppaw sistemi ta' regolamentazzjoni.", "Irridu naraw ukoll kif u kemm imxew l-affarijiet kemm f'pajjiżna kif ukoll madwarna.", "Pajjiżi bħall- Polonja, li sa ftit tas-snin ilu mhux talli ma kellhomx liberalizzazzjoni fis-settur talli kellhom kontroll assolut, illum qed jilleġislaw favur il- liberalizzazzjoni biex jingħata l-ikbar benefiċċju possibbli lill-poplu.", "Dawn huma pajjiżi li sa ftit żmien ilu konna nqisuhom li qegħdin warajna.", "Issa rridu naraw li ma nispiċċawx fil-pożizzjoni li nkunu aħna li qegħdin insegwu jew li nkunu qegħdin tard wara ħaddieħor.", "Mr Speaker, issa nixtieq nagħmel riferenza għal dak li ntqal matul ix-xhur li għaddew dwar il- funzjoni tar-regolatur.", "Hawnhekk għandna abbozz ta' liġi li jitkellem dwar awtorita' tal- komunikazzjoni u anke dan jolqot ukoll il-mod ta' kif issir ir- regolamentazzjoni.", "L-ewwelnett irridu nżommu quddiem għajnejna li r- regolatur tat-telekomunikazzjoni huwa l-persuna li għandha l-funzjoni li tapplika l-leġislazzjoni relattiva.", "(Interruzzjonijiet) Il-bidliet meħtieġa fis-settur m'humiex bidliet li seta' jagħmel ir-regolatur imma huwa kompitu tal-parlament li jagħmilhom.", "F'dan l-abbozz hemm bdil fil-mod kif nirregolaw l-affarijiet u hemm provdut biex il-funzjoni tar-regolatur ma tibqax dik li kienet matul is-sentejn li għaddew.", "F'dan l-abbozz hemm provdut biex dan jiġi distakkat mill-gvern u mill-funzjoni ta' l- amministrazzjoni tal-gvern.", "B'dan il-mod ir-regolatur se jkollu wkoll ir- responsabbilta' li jara l-bidliet li hemm bżonn iseħħu f'dan is-settur.", "Hawnhekk irrid ngħid li jiena konvint li l-bidliet la waqfu llum u lanqas se jieqfu għada imma se jkomplu jżidu fir-ritmu tagħhom matul iż-żmien li ġej.", "Per eżempju, naraw pajjiżi ferm ikbar minna li jitkellmu fuq il- possibilta' li jkun hemm importazzjoni ta' personnel li jieħu ħsieb ir- regolamentazzjoni li tkun qed tinbidel proprju, biex kemm jista' jkun ikunu f'qagħda li r-regolamentazzjoni fil-pajjiż partikolari tkun ibbażata fuq l- istess sistema ta' pajjiżi oħra.", "Mr Speaker, jiena naħseb li spiċċa ż-żmien li fih tieħu deċiżjoni, tajba jew ħażina, u dik id-deċiżjoni jkollha effett biss fuq dak il-pajjiż partikolari.", "Mr Speaker, klawsola 4 ta' dan l-abbozz titkellem dwar x'għandhom ikunu l- funzjonijiet ta' din l-awtorita'.", "Sal-lum ir-regolatur kellu ċerti obbligi u ċerti doveri li ried jaqdi u jiena nemmen li fiċ-ċirkostanzi leġislattivi li kien qiegħed jopera fihom ipprova jaqdihom bl-aħjar mod li seta'.", "Issa aħna qed inbiddlu dawn iċ-ċirkostanzi biex hu jkun jista' jopera b'mod differenti.", "Qegħdin ngħidu li l-awtorita' trid tiżgura l-liberta' tal- komunikazzjoni u trid tiżgura li l-komunikazzjonijiet m'għandhomx ikunu limitati ħlief f'każ ta' numru ta' affarijiet li se nitkellem fuqhom iżjed 'il quddiem, bħal meta jkun hemm il-possibbilta' li l-informazzjoni li tkun qed tiġi diffuża tkun waħda li tista' tagħmel ħsara mhux bilfors lill- pajjiż imma ħsara wkoll lill-individwu.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-awtorita' trid taqdi l-funzjonijiet regolatorji fil-kamp tal-komunikazzjoni li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu assenjati lill-awtorita' minn jew taħt xi Att tal-parlament.", "Hawnhekk ukoll ikompli jiġi ppruvat f'din il-liġi li r-regolatur għandu d- dover li jara li l-affarijiet jinterpretahom mhux biss skond din il- leġislazzjoni li għandna quddiemna pero' wkoll skond liġijiet oħra eżistenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia, on a point of order.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fl-10.09 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, xtaqt li tkun on record li bħalissa preżenti hawn madwar 18 jew 19-il membru min-naħa tal-gvern u hawn tliet membri ta' l-oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, kont qed ngħid li t-tieni funzjoni li għandha l-awtorita' hija dik li tinterpreta u tqiegħed fis-seħħ ir-regoli u l-liġijiet li jgħaddu minn dan il-parlament.", "Qegħdin ngħidu wkoll li din l- awtorita' għandha:", "\"...tirregola, tissorvelja u żżomm fil-konjizzjoni tagħha kull pratika, operazzjoni u attivita' li tirrigwarda kull ħaġa relatata minn jew taħt dan l-Att.\"", "Din hija funzjoni li żgur se twessa' ħafna x-xogħol li għamel sal-lum ir- regolatur, aktar u aktar meta wieħed jiftakar illi qegħdin nitkellmu fuq żmenijiet fejn mhux biss ikollna persuna waħda jew inkella numru żgħir ta' persuni li jieħdu ħsieb dan is-settur imma fejn aktar importanti rridu naraw li l-affarijiet isiru b'mod ekwu u b'mod ġust ukoll biex il- liberalizzazzjoni twassal biex ikun hawn ukoll il-kompetizzjoni meħtieġa.", "Il-kompetizzjoni mhux qed tiġi introdotta biss f'dan il-pajjiż imma nistgħu ngħidu li hija xi ħaġa li qed isseħħ ukoll f'ħafna pajjiżi oħra.", "Il- konsumatur f'pajjiżi oħra diġa' qed igawdi mill-benefiċċji tal- liberalizzazzjoni u għalkemm m'hijiex parti minn din is-sezzjoni partikolari tal-liġi, tajjeb li wieħed jgħid li l-Maltacom, li sal-lum tipprovdi s-sistema ta' telefonija fissa, ukoll se tidħol taħt il- leġislazzjoni tal-kompetizzjoni.", "Mr Speaker, l-awtorita' se jkollha wkoll il-funzjoni li:", "\"...tagħti liċenza, permessi jew awtorizzazzjonijiet oħra, għall- għemil ta' kull operazzjoni jew attivita' li tirrigwarda kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att.\"", "Se tkun din l-awtorita' wkoll li tiġbor l-informazzjoni neċessarja biex wieħed isegwi l-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu minn żmien għal ieħor f'dan is-settur.", "Din l-awtorita' mhux biss trid tara li l-affarijiet iseħħu b'mod tajjeb pero' trid tkun hi li tara li pajjiżna jżomm abreast mal- bidliet li jkunu qegħdin iseħħu.", "Mr Speaker, l-awtorita' se jkollha wkoll il-funzjoni li:", "\"...tirregola u tiżgura li jkun hemm interkonnessjoni fil-produzzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni tas-servizzi, prodotti, operazzjonijiet jew attivitajiet oħra li jirrigwardaw kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-att.\"", "Din l-awtorita' se jkollha s-saħħa tassigura li mhux biss xi ħadd jagħmel produzzjoni jew trasmissjoni imma wkoll ikun hemm il-possibbilta' ta' interkonnessjoni bejn dawk li jagħtu dan is-servizz.", "Għedt ukoll aktar kmieni li l-awtorita' trid tiżgura li jkun hemm kompetizzjoni ġusta f'kull prattika u operazzjoni li ssir.", "Sal-lum ir- regolatur kellu jżomm kontinwament quddiem għajnejh il-fatt li f'dan il- pajjiż għandna sitwazzjoni ta' monopolji.", "Dawn il- monopolji nisperaw li jispiċċaw minn dan il-pajjiż fil-mument li din il-liġi tgħaddi minn dan il- parlament.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-awtorita' trid tkun awtorita' li:", "\"...tistabilixxi standards ta' kwalita' u sigurezza minimi għal kull waħda mill-imsemmija servizzi, prodotti, operazzjonijiet jew attivitajiet li li jirrigwardaw kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att.\"", "Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ikun hemm ħtieġa ta' sigurezza pubblika jew ta' sigurezza privata u allura din l-awtorita' se jkollha l-kapaċita li tara li dik is-sigurezza tiġi miżmuma kontinwament u tkun qiegħda tiġi mqiegħda skond l-istandards li wieħed jistenna.", "Din il-ħaġa qed issir skond il-mod kif qegħda tiżviluppa d-diskussjoni fil-livell internazzjonali dwar id-drittijiet ta' l-individwu u d-drittijiet ta' l-Istat.", "Mr Speaker, minn żmien għal ieħor nisimgħu li jista' jkollok lil xi ħadd li jipprova jikkollassalek is-sistema kollha kemm hi u naħseb li min hu kapaċi jsib mod kif jikkollassa s-sistemi internazzjonali madwar id-dinja kollha jista' jkun kapaċi wkoll li jsib mod ta' kif ikollu aċċess għal informazzjoni privata.", "Minħabba f'hekk huwa ferm importanti li din l- awtorita' tkun f'pożizzjoni li tassigura li jkun hemm is-sigurezza.", "Wara kollox, irridu u ma rridux u naqblu jew ma naqblux magħha, aktar ma jgħaddi ż-żmien din is-sistema aktar se tkompli tolqotna u tolqot mhux biss lil min irid jużaha imma tolqot ukoll lil dawk li forsi ma jkunux jixtiequ jintlaqtu minnha.", "F'dan ir-rigward ukoll inħolqot diskussjoni madwar id- dinja u fil-futur naħseb li rridu nibdew din it-tip ta' diskussjoni għal pajjiżna wkoll biex naraw x'se jkunu l-benefiċċji jew inkella n-nuqqas ta' benefiċċji ta' sistema bħal din.", "Qegħdin nitkellmu fuq il-possibbilta' li jinħoloq distakk kbir bejn dawk li għandhom aċċess għal dawn is-sistemi differenti u dawk li m'għandhomx.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li forsi, għalkemm b'mod limitat, irridu nitkellmu fuqhom ukoll.", "Trid tkompli tiġi diskussa wkoll f'livell internazzjonali il-problema ta' dawk il-pajjiżi li sal-lum għad lanqas biss għandhom sistema ta' telefonija tradizzjonali b'mod mifrux u tajjeb biżżejjed u allura rridu naraw x'se jkunu wkoll il- konsegwenzi fuqhom.", "Mr Speaker, irridu naraw li din l-awtorita' tkompli kontinwament tistabilixxi u tirregola l-iżviluppi u tagħmel manutenzjoni ta' sistemi effiċjenti.", "Hawnhekk qed ngħidu \"sakemm ikun ekonomikament possibbli\", għaliex l-element ta' l-ekonomija jidħol b'mod qawwi f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li din l-awtorita' għandha tassigura li safejn hu ekonomikament possibbli dawn is-servizzi għandhom jitwasslu għal kulmin b'xi mod ikollu l-ħtieġa li jaċċedi għalihom.", "Qegħdin ngħidu wkoll li din l- istess awtorita' tkun trid tagħmel kemm riċerka kif ukoll investigazzjoni.", "Mr Speaker, għal dawn l-aħħar xhur fil-pajjiż kellna dibattitu li mhux dejjem kien wieħed informat u għalhekk huwa importanti li malli tidħol fis- seħħ din l-awtorita' tistabilixxi ruħha immedjatament u ġġib ukoll il- fiduċja tan-nies, ta' l-operaturi u ta' l-organizzazzjonijiet kollha li b'xi mod ikunu f'kuntatt magħha.", "Għal dan il-għan qegħdin ngħidu wkoll li l-awtorita' trid kemm jista' jkun tinforma lill-pubbliku in ġenerali u lid- diversi entitajiet kummerċjali dwar affarijiet li jkunu qegħdin iseħħu bħala riżultat ta' din il-liġi kif ukoll bħala riżultat ta' ċirkostanzi oħrajn li jkunu qed jinbidlu internazzjonalment.", "Kif għedt iktar kmieni, bidla barra minn Malta tista' twassal għal bidliet f'pajjiżna u allura huwa importanti li din l-awtorita' tinforma lill-pubbliku in ġenerali u lill- entitajiet kummerċjali dwar dawn il-bidliet.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-awtorita' trid", "\"...tirregola l-istruttura tal-prezzijiet għal kull attivita' regolata b'dan l-Att jew taħt dan l-Att u meta jkun adattat li tistabilixxi l- mekkaniżmi li bihom jiġi stabbilit il-prezz li jkollu jitħallas għas- servizzi, prodotti, operazzjonijiet jew attivitajiet.\"", "Tajjeb li nagħrfu x'qed jingħad hawnhekk.", "Qegħdin nitkellmu fuq żmien meta f'pajjiżna se sseħħ il-liberalizzazzjoni tas-settur.", "Hawn min forsi qed jgħaddilu min rasu li l-liberalizzazzzjoni tfisser li issa kulħadd se jibda jaqbad u jnaqqas jew jgħolli l-prezz tas-servizz li jagħti u li kulħadd se jkun jista' jipprovdi dak li jfettillu biex jieħu vantaġġ u jtellef lil ħaddieħor mis-sehem tas-suq mingħajr ma jkun hemm l-ebda regolamentazzjoni.", "Dan m'huwiex il-każ għax din l-awtorita' se jkollha l-obbligu li tara li jkun hemm regolamentazzjoni f'dawn l-affarijiet ukoll.", "Mr Speaker, qed jingħad ukoll li mhux il-prezz fih innifsu huwa importanti imma aktar importanti mill-prezz huwa s-servizz li jkun qed jingħata.", "Meta naraw il-kelma ''sale'' nieħdu pjaċir għax naħsbu li se nagħmlu bargain, pero' l-bidliet li jkunu qed jiġu proposti fl-istrutturi tal-ħlasijiet f'dan is-settur iridu jiġu approvati u aċċertati minn din l- awtorita' proprju biex jiġi assigurat li dak ir-roħs ma jkunx qed isir biex flok benefiċċji long-term għal min juża s-servizzi ikun hemm benefiċċji li jistgħu jidhru benefiċċji fis-short-term pero' mbagħad jissarrfu f'nuqqas ta' benefiċċji fuq medda itwal ta' żmien.", "L-awtorita' trid tara wkoll li l- persuni li jiġu mpjegati f'xi attivita' regolata minn dan l-Att ikollhom il- kwalifiki neċessarji biex jiġi assigurat li dawn ikunu teknikament ppreparati u persuni li jżommu lilhom infushom kemm jista' jkun informati bil-bidliet li jkunu qed iseħħu fis-servizz.", "Din l-awtorita' għandha wkoll:", "\"...tistabilixxi miżuri għall-protezzjoni ta' l-ambjent fil- provvediment tas-servizzi, prodotti u operazzjonijiet...\"", "Mr Speaker, hawnhekk l-ambjent m'huwiex biss dak naturali imma huwa wkoll l- ambjent tax-xogħol u l-ambjent tan-negozju.", "Huwa importanti ferm li min ikun qiegħed fuq din l-awtorita' jara li jittieħdu l-miżuri ta' protezzjoni għall-mod ta' kif isiru l-affarijiet, proprju biex nassiguraw li dan is- servizz li ma nistgħux ngħaddu mingħajru matul iż-żmien li ġej jingħata fl- aħjar ċirkostanzi possibbli.", "Naturalment f'dan il-każ qegħdin naħdmu f'ċirkostanzi fejn is-settur qed jiġi globalizzat il-ħin kollu u qed jiġi affettwat ukoll minn dak li jsir f'pajjiżi oħrajn.", "Minħabba f'hekk qegħdin ngħidu li l-awtorita' trid tassigura li:", "\"...l-obbligi internazzjonali magħmula minn Malta relattivi għall- ħwejjeġregolati minn jew taħt dan l-Att jiġu mħarsa.\"", "Fost obbligi oħrajn, l-awtorita' għandha wkoll l-obbligu u l-funzjoni li tagħti lill-ministru responsabbli minn dan is-settur diversi pariri dwar il- formolazzjoni ta' policies, bil-għan li l-istess ministru jkun kemm jista' jkun informat bil-bidliet li jkunu qed iseħħu.", "Qed ngħidu wkoll li din l- istess awtorita' trid tifformola u timplimenta l-policies u l-istrateġiji b'għanijiet kemm short-term kif ukoll long-term għar-rigward ta' dak kollu konness mal-funzjonijiet tagħha.", "Huwa importanti li awtorita' bħal din ikollha policies kemm short-term kif ukoll long-term pero' jien naħseb li l- long-term policies huma ferm aktar importanti għaliex il-bidliet huma radikali u kbar.", "Mr Speaker, irridu naraw ukoll li kemm jista' jkun din l-istess awtorita' tinkoraġġixxi t-tkabbir tas-servizzi ta' komunikazzjoni biex dawn jiġu mifruxa bl-ikbar mod possibbli.", "L-awtorita' għandha l-funzjoni wkoll li:", "\"...tinkoraġġixxi lill-utenti ta' servizzi ta' komunikazzjoni li jistabilixxu postijiet ta' kummerċ f'Malta.\"", "Dan għandu jsir mhux sempliċement biex ngħidu li għandna ma nafx kemm-il organizzazzjoni li tagħti s-servizzi imma aktar importanti għaliex nemmnu li dan huwa settur li jrid ikompli jbiddel il-pożizzjoni tal-komunikazzjoni f'pajjiżna, jrid ikompli jbiddel il-pożizzjoni ta' l-impjiegi f'pajjiżna u jrid ikompli jagħti benefiċċji essenzjali lil dawk kollha li jiġu f'kuntatt ma' din is-sistema.", "Jiena nemmen ukoll li f'dan il-pajjiż se jinħolqu wkoll numru kbir ta' opportunitajiet permezz ta' dan is-servizz.", "Mr Speaker, jista' jkun li matul dan id-dibattitu ikun hemm min jitkellem fuq il- ħaddiema ta' organizzazzjoni partikolari li sal-lum kienet tipprovdi s- servizzi waħedha.", "F'dan il-pajjiż kellna żmenijiet fejn bżajna mit-television tal-kulur għax kien se jkollna noħorġu ħafna flus barra l-pajjiż!", "Bżajna wkoll nimportaw il-computers għaliex ħsibna li se jintilfu l-impjiegi.", "Dak iż- żmien konna naħsbu li ma konniex kapaċi li nlaħħqu mal-bidliet li kienu qed iseħħu f'pajjiżi oħrajn u allura bnejna ħajt madwar pajjiżna.", "Jien nemmen li ż-żmien tana parir u għallimna li minkejja l-biża' li kellna dawn l- affarijiet xorta waħda daħlu fil-pajjiż u dan ġie ppruvat minn dikjarazzjonijiet li saru meta ngħataw l-eżenzjonijiet.", "Il-computer illum sar parti integrali mill-iżvilupp tal-komunikazzjoni li għandna f'pajjiżna.", "Mingħajr il-computer illum m'huwiex possibbli li inti tuża l-internet u m'huwiex possibbli li inti tidħol f'kuntatt ma' pajjiżi oħrajn.", "Illum nitkellmu fuq exposure tat-tfal għall-computer minn eta' żgħira.", "Dan huwa tajjeb u j'Alla nkomplu nsaħħu din l-exposure b'mod li t-tfal minn eta' żgħira jkollhom il-possibilita' li jaraw x'inhuma l-benefiċċji ta' dawn is- sistemi.", "Mr Speaker, irridu niftakru wkoll li kien f'dawn l-aħħar ftit snin li f'pajjiżna żviluppaw b'mod qawwi l-computers u numru sostanzjali ta' mpjiegi konnessi magħhom.", "Insibu li fil-pajjiż hawn eluf ta' persuni li qegħdin jaqilgħu l-għixien tagħhom direttament u indirettament permezz tal- computers u kieku ma kienx hawn il-computers dan l-għixien kien ikollhom jaqilgħuh b'modi totalment differenti.", "Dawn huma n-nies li bl-investiment li għamlu u bit-tagħlim li qegħdin iwasslu qegħdin jimbuttaw lilna lkoll fid-direzzjoni li bilfors ikollna nkomplu niżviluppaw dan is-settur.", "Jien nemmen li bil-liberalizzazzjoni fis-settur żgur li se tiżdied il- kompetizzjoni u n-numru ta' persuni li jkollhom telephone systems li sal- lum m'humiex daqshekk aċċessibbli għal kulħadd.", "Dawn huma sistemi li jwasslu biex jiżdiedu l-kuntatti diretti bejn l-individwi u l-kuntatti fil- kummerċ.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza wkoll għal dak li huwa l-pjan nazzjonali għal bidliet fis-settur tal-komunikazzjoni.", "Permezz ta' din il- liġi qegħdin nifirxu t-triq u qegħdin inwasslu lil pajjiżna fid-direzzjoni fejn aħna wkoll inkunu f'qagħda li kontinwament inżommu abreast mal-passi internazzjonali li qegħdin iseħħu.", "Matul ix-xhur li għaddew fil pajjiż kien hawn diskussjoni kontinwa dwar il-liberalizzazzjoni.", "Kien hemm min hu tal- fehma li s-suq għandu jkun miftuħ għal kulħadd mingħajr regolarizzazzjoni ta' xejn u kien hemm min ma qalx li għandna nneħħu l-monopolji li għandna llum għaliex dan ikun ifisser ċaqliq fl-impjiegi.", "Jekk jagħti daqqa t'għajn lejn l-ewwel skeda tal-liġi wieħed jista' jara li għandna pakkett ta' riformi li mhux ħolmu xi ħadd f'ġurnata u qabad u ppubblikah fil- gazzetta tal-gvern imma huwa pakkett ta' riformi li ġie diskuss matul ix- xhur li għaddew kemm mal-pubbliku kif ukoll ma' l-entitajiet li jagħtu s- servizzi f'pajjiżna.", "Hawn qed ngħidu li llum ninsabu fil-pożizzjoni li jiġi stabilit programm ta' liberalizzazzjoni u ta' riforma f'dan is-settur.", "Dawn il-bidliet għandhom isiru bejn illum u l-aħħar ta' Diċembru, 2002.", "Mr Speaker, qiegħed jingħad li minn l-1 ta' Ġunju, 2000 jkun hemm il-liberalizzazzjoni tas- setturi kollha tat-telekomunikazzjoni minbarra dawk tat-telefonija fissa, tat-telefonija mobbli, tal-gateway internazzjonali u tal-cable television.", "Forsi dak li jkun jista' jaħseb li m'hu qed inbiddlu xejn pero' fir-realta' hawn bidliet li huma pjuttost sostanzjali.", "Qed ngħidu li l-monopolju preżenti tal-kumpannija Maltacom għandu jispiċċa fl-aħħar ta' Diċembru ta' l-2002.", "F'dan il-perijodu naturalment irid ikun hemm numru ta' bidliet u aġġustamenti fl-istess kumpannija.", "Qed jingħad ukoll li s-suq tal-cable television jiġi lliberalizzat mill-1 ta' Ġunju, 2001 u s-servizzi internazzjonali nklużi tal-gateway u tad-data, jiġu lliberalizzati mill-1 ta' Jannar 2003.", "Qed ngħidu wkoll li f'din id-data jiġu lliberalizzati wkoll is-sistemi tat-telephones fissi.", "Mr Speaker, f'dan l-istess abbozz ta' liġi għandna spjegat ukoll il-mod kif se jintlaqtu d-diversi setturi li sal-lum taw is-servizz b'mod monopolistiku.", "Fl-opinjoni tagħna dawn is-servizzi se jkollhom benefiċċji ġodda u se jkollhom ukoll xi nuqqas f'dawk il-benefiċċji li gawdew sal-lum, pero' aħna nemmnu li l-bilanċ ta' dan il-pjan huwa wieħed li jwassal biex ikun hemm bidliet fid-direzzjoni t-tajba, bidliet li jbiddlu għal kollox il- mod ta' kif operajna s'issa.", "Fil-ġimgħat li għaddew wieħed malajr seta' jinduna li prattikament l-operaturi kollha qegħdin jitkellmu dwar servizzi ġodda li jridu jagħtu matul iż-żmien li ġej.", "Uħud minn dawn is-servizzi ilhom jeżistu għal żmien twil pero' ma kien hemm ħadd li tħajjar jagħtihom qabel ma bdejna nitkellmu fuq il-liberalizzazzjoni.", "U wieħed jista' jgħid b'konvinzjoni li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar se jkun hemm servizzi li jingħataw minn dawn l-operaturi għall-benefiċċju tagħna bħala konsumaturi.", "F'dan il-pjan hemm ukoll rioferenza għall-impjegati tal-kumpannija Maltacom li m'hemmx aktar ħtieġa għalihom.", "Dan in-numru ġie stabilit permezz ta' l-IPO li wassal għal privatizzazzjoni parzjali fl-1998.", "Qed jingħad li l-gvern se jidħol f'diskussjonijiet mal-Maltacom biex jgħinha:", "\"...fit-twettiq, tħarriġ mill-ġdid, impjieg mill-ġdid jew irtir kmieni ta' kull żieda fil-persunal...\"", "Jista' jkun li dawn ma jibqgħux impjegati ma' din il-kumpannija pero' wieħed irid jiftakar li din il-kumpannija se jkollha bżonn ta' numru sostanzjali ta' mpjegati minħabba li hawnhekk qed nitkellmu wkoll dwar għotja ta' liċenzja għall-provvediment immedjat ta' mobile telephones.", "Dan qed ngħidu biex nuri li l-bilanċ finali bejn il-benefiċċji u n-nuqqas ta' benefiċċji se jkun bilanċ favur l-istess kumpannija, favur l-impjegati tal-kumpannija u favur persuni oħra li jistgħu jaqilgħu l-għixien tagħhom permezz tax-xogħol ġdid li jrid jinħoloq.", "Mr Speaker, m'hijiex illużjoni li ngħidu li dan il-proċess ta' liberalizzazzjoni se jġib miegħu l-impjiegi u lanqas hija illużjoni li ngħidu li dan il-proċess se jwassal biex aħna l- konsumaturi jkollna l-ikbar numru ta' benefiċċji possibbli.", "Bħalissa qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li se jbiddel radikalment il- mod ta' kif inħarsu lejn l-affarijiet u l-mod ta' kif aħna bħala pajjiż u bħala individwi ngawdu mill-benefiċċji ta' sistemi ta' komunikazzjoni li żviluppaw u li għadhom qed jiżviluppaw fid-dinja.", "Nemmen ukoll li meta jgħaddi ż-żmien u nħarsu lura se nkunu nistgħu ngħidu li mn'Alla kien hemm il-bidliet neċessarji f'dan is-settur u mn'Alla kien hemm gvern li żamm ruħu aġġornat fuq il-bidliet li jseħħu fid-dinja f'dan is-settur.", "Mr. Speaker, jiena konvint ukoll li b'dan l-abbozz qed inwaqqfu awtorita' li permezz tagħha mhux igawdi xi ħadd partikolari biss imma ngawdu minnha aħna lkoll bħala poplu li se nibbenefikaw mid-diversi servizzi li ser jiżviluppaw matul iż-żmien li ġej.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, hemm qbil minn din in-naħa dwar l- importanza tal-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Anzi jiena mmur 'il bogħod iżjed minn hekk u ngħid li ebda ekonomija moderna ma tista' tiffjorixxi jekk ma jkollokx settur tat-telekomunikazzjoni b'saħħtu u li jkun qed jevolvi mal-progress li jsir.", "Ma jistax ikollok żvilupp soċjali fil-pajjiż jekk ma jkollokx settur tat-telekomunikazzjoni avvanzat u jevolvi kważi kuljum minħabba li l-progress li qed isir f'dak is-settur", "Xi mitt sena ilu ġiet ivvintata s-sistema tat-telephones pero' minn dak iż-żmien 'l hawn kien hawn żvilupp kontinwu f'dan is-settur.", "Dawn l-aħħar 15 jew 20-il sena rajna żvilupp potenzjali fejn dan is-settur qed ikun iżjed qrib il-konsumatur.", "Waqt li qabel fuq linja tat-telephone kont tgħaddi messaġġ wieħed, illum bis-sistema tal-fibre-optic jinqdew eluf u eluf ta' konsumaturi.", "Mhux hekk biss pero' l-iżvilupp f'dan is-settur qed jinvolvi wkoll is-settur tat-telefonija mobile li permezz tiegħu kull ċittadin, ikun fejn ikun, jista' jżomm kuntatt ma' ċittadin ieħor kemm f'pajjiżu u kemm f'pajjiż ieħor.", "Kien hemm ukoll l-iżvilupp ta' l-internet li mid-dar wieħed jista' jfittex informazzjoni mid-dinja kollha u jagħmel ukoll kuntatt man-nies involuti.", "Dawn l-affarijiet kollha qed ibiddlu l-mod kif iċ-ċivilizzazzjoni qed tevolvi, għax anke s-settur ekonomiku huwa bbażat fuq sistema ta' telekomunikazzjoni moderna.", "Bis-sistema ta' l-E-commerce, mid-dar jew minn uffiċċju żgħir, wieħed jista' jagħmel kuntatti ma' kumpanniji kbar biex jagħmel l-ordnijiet tiegħu.", "Din hija sistema ta' kummerċ li jeħtieġ li jidħol fiha kull pajjiż li qed jiżviluppa.", "Kulma jgħaddi ż-żmien l-ekonomija ta' pajjiżna iżjed u iżjed qed tkun ibbażata fuq il-qasam tas-servizzi.", "Issa jekk ma jkollokx infrastruttura tat-telekomunikazzjoni b'saħħitha, effiċjenti u li tkun ukoll miftuħa għal-liberalizzazzjoni biex tavvanza f'dik li hija effiċjenza u f'dak li huwa prezz, nispiċċaw biex ikollna żieda fil-piżijiet tal- produzzjoni u dan ikun ta' detriment għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.", "F'pajjiżna hemm ukoll is-settur turistiku li huwa ta' importanza kbira.", "Biex ikollok settur turistiku effiċjenti dejjem jikber, bilfors irid ikollok settur tat-telekomunikazzjoni b'saħħtu, modern, effiċjenti u rħis.", "Barra minn hekk is-settur tat-telekomunikazzjoni huwa importanti wkoll fil-qasam amministrattiv tal-pajjiż.", "Illum il-pajjiż irid ikollu amministrazzjoni iżjed avvanzata fejn id-dipartimenti tal-gvern iridu jkunu konnessi ma' xulxin b'sistemi moderni u effettivi.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll is-settur ta' l-edukazzjoni.", "Illum l-aċċess għall-informazzjoni permezz ta' l-internet għandu impatt importanti fuq is-settur ta' l- edukazzjoni.", "Biżżejjed wieħed jiftakar li tfal żgħar ta' sitta u seba' snin qegħdin jużaw l-internet biex iġibu informazzjoni għall-proġetti tagħhom u dan l-iżvilupp fis-sistema edukattiva għandu jiġi msaħħaħ billi dawn is-sistemi jkunu effiċjenti, aċċessibbli u jkunu wkoll irħas.", "Mr Speaker, fuq bażi internazzjonali s-settur tat-telekomunikazzjoni mhux biss huwa importanti minħabba li jipprovdi servizzi lill-ekonomiji tal- pajjiżi, lill-qasam ta' l-edukazzjoni u lill-qasam tat-turiżmu, imma bħala settur fih innifsu huwa l-aktar settur li qed juri growth rate u sors ta' investiment.", "Il-kumpanniji internazzjonali li l-iżjed qed javvanzaw huma dawk imdaħħlin fis-settur tat-telekomunikazzjoni.", "Dan ukoll irridu nżommuh quddiem għajnejna.", "Mhux biss irridu nkunu kuntenti li nipprovdu servizzi aktar effiċjenti u irħas għall-konsumatur, imma rridu nħarsu 'l bogħod aktar minn hekk u naraw kif nistgħu nieħdu vantaġġ mill-pożizzjoni ġeografika u minn know-how li għandna fil-pajiż biex nattiraw l-investiment anke f'dan is-settur, mhux biss biex ikollna ħafna kumpanniji jikkompetu bejniethom imma biex niġġeneraw aktar impiegi.", "Meta jara dan kollu wieħed bilfors ikollu jgħid li rridu nieħdu dan is-settur bl-akbar serjeta' u rridu naraw li l-progress kollu li jsir barra minn xtutna jilħaqna kemm jista' jkun malajr u naraw li f'dan is-settur ikollna kompetizzjoni vera u ġusta.", "Mr. Speaker, la qed nitkellem fuq il-kompetizzjoni rrid naċċenna għall- fatt li m'għandniex sempliċement nispiċċaw nagħtu lip-service għall-kliem \"kompetizzjoni ġusta\" u \"privatizzazzjoni\" imbagħad ma naraw xejn minn dan.", "Wara l-kliem kollu li ngħidu f'dan il-parlament, irridu naraw li min juża dawn is-servizzi jieħu a good deal u mhux ikun misruq biex igawdu l- ftit li jmexxu dawn il-kumpanniji.", "M'għandux ikun li jiġu kumpanniji barranin biex jagħmlu profitti enormi u l-konsumatur jispiċċa l-aħħar fil- lista u jkollu jħallas prezzijiet għoljin għas-servizzi li jingħataw.", "Meta ngħid \"il-konsumatur\" m'inix qed nirriferi biss għaċ-ċittadini li jagħmlu użu minn dan is-servizz imma qed nirriferi wkoll għall-kumpanniji, għall- kummerċjanti u għall-industrija.", "Jekk il-prezzijiet ma jkunux ġusti u s- sistema ma tkunx effiċjenti, dawn jispiċċaw ikollhom għoli fil-prezz tal- produzzjoni u l-kompetittivita' tagħhom tispiċċa tonqos.", "Minħabba f'hekk irridu naraw li l-operaturi barranin interessati f'dan il-qasam ma jiġux hawnhekk għax sempliċement iridu jaraw kif jagħmlu profitti esaġerati li jitgawdew 'il bogħod minn xtutna.", "Mr. Speaker, dan l-aħħar fil-qasam tat-telekomunikazzjoni kien hawn taħwid kbir u minn din in-naħa sikwit għamilna kritika lill-gvern minħabba n-nuqqas kbir ta' regolamentazzjoni u n-nuqqas kbir ta' direzzjoni.", "F'dan il-qasam rajna kumpanniji jressqu lil kumpanniji oħrajn il-qorti.", "Rajna per eżempju li l-Maltacom ma tħallietx topera linji ta' telefonija mobbli u rajna wkoll li l-cable television kienet tuża ċerti linji għall-cable television imma ma tħallietx tużahom għal sistema ta' data transmission.", "Dan l-aħħar smajna wkoll l-aħbar li se jitneħħa l-monopolju tal-Maltacom, b'detriment kbir għall-ħaddiema.", "Ħafna mill-ħaddiema u x-shareholders tal- kumpannija jinsabu nkwetati wkoll minħabba f'hekk.", "Mr Speaker, rajna wkoll inkwiet bejn l-operaturi tas-servizz ta' l- internet, fejn uħud minnhom ma ppermettewx l-aċċess għal operaturi ta' kumpanniji oħrajn u dan minħabba nuqqas ta' direzzjoni u nuqqas ta' regolamentazzjoni f'dan il-qasam.", "Dan huwa kollu tort tal-gvern minħabba li ma kienx preparat b'mod serju għall-politika li ġiet imposta fuqu mill- Unjoni Ewropea u fil-fatt fl-update ta' l-avis intqal li l-gvern m'għamilx biżżejjed biex il-qasam tat-telekomunikazzjoni jiġi lliberalizzat skond kif tesiġi l-Unjoni Ewropea.", "Bħala riżultat ta' dan u minħabba nuqqas ta' preparamenti serji rajna dan it-taħwid bejn kumpanniji differenti isir iżjed fiċ-ċar, b'detriment għal ħafna konsumaturi u ħaddiema f'dan is- settur.", "Mr Speaker, rajna dan kollu minħabba li l-gvern ħassu ppressat biex, lest jew mhux lest u tajjeb jew ħażin, jimplimenta ċerti struzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea b'mod aċċellerat.", "Fiċ-ċentru ta' dan kollu wieħed ma jistax jinsa minn xiex jinsab għaddej il-konsumatur, li sfortunatament f'dawn l-aħħar sentejn laqqatha fuq rasu waħda sew.", "Fl-aħħar budget ġiet imposta l-VAT bir-rata ta' 5% fuq l-utenti li jagħmlu użu mit-telephone.", "Issa ta' min jgħid li l-użu tat-telephone għadu importanti ħafna fil-qasam soċjali u minħabba din iż-żieda rajna ħafna ċittadini jbatu l-konsegwenzi ta' dawn il-miżuri.", "Meta kont segretarju parlamentari, ħafna anzjani kienu jgħiduli bid-diffikultajiet kbar li kienu jiltaqgħu magħhom minħabba l- għoli tat-telephone.", "Anke dak iż-żmien kienu jħossuh għoli, aħseb u ara llum meta l-kontijiet tat-telephone komplew jogħlew bħala riżultat tal- miżura li ttieħdet fl-aħħar budget li għadda, fejn ġiet imposta taxxa ta' 15%, li 5% minnha hija mħallsa mill-konsumatur u l-10% l-oħra mill- kumpannija.", "Meta ġiet introdotta din il-miżura kellna lmenti anke miċ- chairman tal-Maltacom, minħabba li lanqas hu stess ma ġie kkonsultat dwar l-impatt ta' din il-miżura.", "Din hija xi ħaġa li f'dan il-qasam kellha impatt kbir għax għalkemm nitkellmu dwar l-internet, dwar l-E-commerce u dwar il-mobile phones, ikun tajjeb li ngħidu li l-maġġor parti taċ- ċittadini li huma anzjani, morda u familji normali għadhom jużaw is-sistema tat-telephone sempliċement biex jagħmlu kuntatt personali.", "Imbagħad f'dawk li huma tariffi fuq linji internazzjonali kulħadd jaf li l-konsumatur hawnhekk qed jieħu deal ħażina ħafna.", "It-tariffi fuq linji internazzjonali huma fenomenali.", "Kulħadd jgħidlek li meta jkun hemm familja f'pajjiż barrani u oħra f'Malta dawn jiftehmu bejniethom biex tkun il-familja li hija minn barra li ċċempel lill-familja li qiegħda Malta.", "Din il-ħaġa jilmentaw dwarha wkoll l-industrijalisti u n-negozjanti li jgħidulek li l- prezz tal-prodott tagħhom joħroġ ogħla anke minħabba dan l-għoli esaġerat fit-tariffi internazzjonali tat-telephone.", "L-istess nista' ngħid għat-tariffi fuq l-użu tal-mobile telephones.", "Kważi fl-ebda pajjiż Ewropew it-tariffi fuq il-mobile telephones m'huma għoljin daqskemm huma hawn Malta.", "Dan huwa riżultat ta' monopolju li ngħata lil kumpannija waħda u wkoll riżultat tat-taħwid u tan-nuqqas ta' regolamentazzjoni li jeżisti f'dan il-qasam.", "Bħala riżultat ta' dawn it- tariffi nsibu li għalkemm fil-bidu dan il-qasam kien aċċellerat, ovvjament minħabba li kienet sistema innovattiva, dan l-aħħar intlaħaq saturation point.", "Imbagħad l-ironija hi - u hawnhekk toħroġ l-isfiduċja li għandha din in-naħa anke fl-abbozz ta' liġi - li meta l-kumpannija li tmexxi dan is- servizz ta' mobile telephones applikat biex traħħas dan is-servizz, għal xi raġuni jew oħra li ħadd ma jifhimha - u jien dejjem nirriferi għaliha bħala l-id moħbija f'dan il-qasam - kien hemm rifjut min-naħa tal-gvern.", "Meta jara affarijiet bħal dawn wieħed bilfors jitlef il-fiduċja li din il- liġi tfisser liberalizzazzjoni miftuħa, ġusta u vera.", "Anke l-poplu jaf li l- kumpannija Vodafone applikat biex traħħas il-prezzijiet tagħha iżda l- gvern irrifjuta, u jiena ma nistax nimmaġina kif il-poplu jista' jkollu fiduċja f'dak li qed isir biex f'dan il-qasam ikun hawn xi sistema ta' regolamentazzjoni tajba.", "Mr. Speaker, ħaġa ta' l-iskantament hi li waqt li ċ-chairman tal- kumpannija Maltacom ħareġ jgħid bir-riżultati pożittivi tal-kumpannija u li sar qligħ ta' Lm3 miljun matul is-sena li għaddiet, imbagħad fl-istess nifs joħroġ jgħid li hemm il-ħsieb li jkomplu jogħlew it-tariffi fuq bażi lokali.", "Din hija xi ħaġa li ma tiftiehemx għax wieħed jippretendi li aktar ma jkun hemm liberalizzazzjoni f'dan is-settur iżjed il-prezzijiet se jorħsu, u meta ngħid li l-prezzijiet se jorħsu ma jfissirx li jorħsu l- prezzijiet a skapitu tas-servizz li jingħata.", "Dan huwa importanti.", "Meta aħna qed nitkellmu fuq roħs tas-servizz irridu bilfors nitkellmu fuq roħs fis-servizz li jkun iżjed effiċjenti u mhux servizz ta' kwalita' inqas.", "Din hija xi ħaġa li din in-naħa ma taċċettahiex imma f'dan il-każ ukoll il- konsumatur kompla jlaqqatha fuq rasu minħabba li hemm din ix-xabla mdendla.", "Issa niġi wkoll għall-liberalizzazzjoni, Mr Speaker.", "Din in-naħa hija favur il-liberalizzazzjoni għax b'hekk is-settur se jsir iżjed effiċjenti, se jkun hemm kompetizzjoni iżjed ġusta u suppost se jorħsu l-prezzijiet.", "Minkejja dan meta nitkellmu fuq kompetizzjoni u fuq liberalizzazzjoni bilfors irridu naċċettaw is-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Ma jistax jiġi xi ħadd mill-Unjoni Ewropea jew mid-WTO u jgħidilna li rridu niftħu s-suq at all costs.", "Dan irridu nagħmluh bil-pass tagħna u fil- kuntest taċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna u ħadd ma jista' jimponi fuqna xi time- frame.", "Jekk nagħmlu dan il-pass irridu nagħmluh b'mod serju biex ikun hemm kompetizzjoni ġusta u bħala riżultat ta' hekk ikollna l-frott tal- liberalizzazzjoni li huwa li nżidu l-effiċjenza f'dan is-settur, jorħsu l- prezzijiet u l-konsumatur jinqeda aħjar.", "Din hija l-fehma ta' l- oppożizzjoni dwar il-liberalizzazzjoni.", "Jekk aħna se nitkellmu fuq kompetizzjoni ġusta rridu naraw li jkollna protezzjoni minn cartels li jistgħu jiġu ffurmati f'kull qasam biex jimmanuvraw il-prezzijiet, l- effiċjenza u s-servizz.", "Din hija xi ħaġa importanti u hija xi ħaġa konnessa ħafna ma' din il-liġi.", "Mr. Speaker, nixtieq nitkellem ftit dwar id-direzzjoni li se nieħdu f'dan is-settur.", "Bħalissa għandna kumpannija li twaqqfet lokalment, imxiet tajjeb 'il quddiem, qed tagħmel il-profitti u qed taqdi ċ-ċittadini.", "Minkejja li kellha monopolju, din il-kumpannija dejjem imxiet 'il quddiem u dejjem rat kif tagħti servizzi aħjar liċ-ċittadini.", "Għandna kumpannija oħra, il- Vodafone, li introduċiet b'mod tajjeb ħafna s-sistema tal-mobile telephony.", "Din il-kumpannija wkoll kienet sejra 'l quddiem.", "Għandna mbagħad kumpannija oħra, il-Melita Cable Television, li wkoll qed tipprovdi servizz billi tipprovdi linji ta' fibre optics li permezz tagħhom qed twassal fi djarna s- servizz tat-television.", "Hemm il-ħsieb ukoll li l-kumpannija Melita Cable Television 'il quddiem tipprovdi servizzi ta' fixed telephone lines permezz ta' dawn il-fibre optics.", "Issa billi għandha dawn il-fibre optic cables, din il-kumpannija se tħaddem inqas nies u inqas apparat u se tkun kapaċi tipprovdi servizz iżjed wiesa mill-kumpannija Maltacom.", "Aħna f'dan il- pajjiż f'liema direzzjoni se nimxu?", "Se nkunu kuntenti biss li jkollna dawn it-tliet kumpanniji joperaw?", "Jew se nkunu kuntenti biss meta naraw kumpanniji oħrajn jidħlu f'dan is-servizz u jikkompetu bħala riżultat tal- provvedimenti ta' din il-liġi?", "Se nkunu kuntenti sempliċement li jkollna xi kumpannija barranija tiġi hawn Malta u tieħu over billi tixtri l-ishma ta' dawn il-kumpanniji u jkollna xi erba' shareholders igawdu minn din it-take- over?", "Se nkunu kuntenti b'dan, Mr Speaker, jew se nħarsu iżjed 'il quddiem u naraw li f'dan is-settur ikollna potenzjal dejjem jikber, jipprovdi impjiegi u jipprovdi l-investimenti?", "Aħna se nagħmlu bħalma qed jagħmlu pajjiżi oħrajn li qed javvanzaw f'dan il-qasam jew se nkunu kuntenti biss billi noqogħdu ċiċċi beqqi u nħallu kumpanniji oħrajn jieħdu over dan is- settur li pproduċejna aħna bl-għaraq tagħna stess?", "Din hija challenge li nispera li l-gvern jieħu konjizzjoni tagħha.", "Dan qed ngħidu - u nistenna li l-ministru jitkellem fuqu fil-winding-up - għax f'din il-liġi m'hemm l-ebda inċentiv biex nimxu f'din id-direzzjoni li nużaw il-potenzjal tal-qasam tat-telekommunikazzjoni biex nipprovdu iżjed investiment u biex nipprovdu iżjed impjiegi Din hija xi ħaġa importanti.", "Irridu naraw kif nieħdu vantaġġ mill- pożizzjoni ġeografika u mit-time zones ta' pajjiżna biex niżviluppaw il- qasam tat-telekomunikazzjonijiet mhux sempliċement biex ikollna konsumaturi kuntenti imma wkoll biex insostnu l-qasam tas-servizzi f'dan il-pajjiż u biex nipprovdu iżjed impjiegi.", "Jiena niddejjaq ngħid li għalkemm il- ministru qed jittama li b'din il-liġi dan il-qasam ma jsofrix telf ta' mpjiegi, hemm il-biża' li jiġri hekk minħabba li m'hemm l-ebda pjani f'dan ir-rigward.", "Issa niġi għal-liġi nnifisha u jiena ngħid li waħda mill-affarijiet li m'għoġbitnix hija l-fatt li qabel ma tressqet din il-liġi f'dan il- parlament kien diġa' sar qbil bejn it-tliet operaturi prinċipali - il- Maltacom, il-Vodafone u l-Melita Cable - dwar kif se jqassmu x-xogħol ladarba jitneħħa l-monopolju.", "Din hija xi ħaġa li lili personalment m'għoġbitni xejn għax jiena nifhimha li dan kien sempliċement exercise fejn stabilejna cartel ġdid.", "Anke meta tħares lejn il-liġi nnifisha, wieħed isib li ftit li xejn se jitħalla lok biex operaturi oħrajn jidħlu f'dan is- settur.", "Din hija xi ħaġa li ma tawgurax tajjeb u fl-opinjoni tiegħi b'dak li qegħdin nagħmlu qegħdin inpoġġu l-karettun qabel il-ħmar.", "Jiena kont nistenna li l-ewwel tgħaddi l-liġi mill-parlament imbagħad ikun hemm il- ftehim li sar dwar meta u liema biċċa xogħol se jieħdu dawn il-kumpanniji meta jispiċċa l-monopolju.", "Jiġifieri dan ma jawgurax tajjeb dwar kif se taħdem din l-awtorita' u hemm ix-xamma li se nerġgħu nispiċċaw bl-id moħbija li tkellimt dwarha rigward ix-xewqa li l-kumpannija Vodafone traħħas il-prezzijiet fejn il-loġika kienet titlob li l-gvern jaċċetta, imma fil-fatt ma sarx hekk.", "Jiena nibża' li bil-mod kif saru l-affarijiet, bil-mod kif tressqet din il-liġi u bil-ftehim li sar minn qabel, se nispiċċaw nerġgħu bl-id moħbija taħdem u tressaq l-affarijiet kontra dak li tiddetta l-loġika.", "Din hija l-ewwel raġuni għaliex l-oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz.", "Dan huwa abbozz li ma kienx preparat tajjeb u m'huwiex qiegħed juri li l-affarijiet saru sewwa.", "It-tieni raġuni dwar għaliex l-oppożizzjoni se tivvota kontra din il-liġi hija preċiżament minħabba li l-konsumatur m'huwiex qiegħed jieħu deal tajjeb bħala riżultat ta' din il-liġi.", "Il-konsumatur mhux se jieħu deal tajjeb anke għall-fatt li f'din il-liġi m'hemm l-ebda provvediment biex xi ħadd mill-qasam tal-konsumatur jirrappreżentah.", "Din hija xi ħaġa li l- oppożizzjoni tħoss li hija importanti u ninsistu fuqha.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq is-servizzi, fuq il-prezzijiet u fuq affarijiet oħra tant essenzjali u bilfors irid ikollna lil xi ħadd li jirrappreżenta lill- konsumatur għax dan huwa ċ-ċentru ta' kollox.", "Aħna nħossu li hawn dan in- nuqqas għax din il-liġi ma kenitx preparata tajjeb imma kienet preparata b'mod mgħaġġel.", "Kieku ngħata widen għal dawn l-affarijiet din il-liġi kienet tkun ħafna aħjar.", "Niġi issa għall-qasam tal-ħaddiema li huwa qasam importanti ħafna, Sur President.", "Bħal fil-każ tal-konsumatur, hawnhekk anke l-ħaddiem ħa bad deal.", "Jekk wieħed iħares lejn paġna C647 ta' din il-liġi jsib li anke l-gvern qed jinduna li bħala riżultat tal-liberalizzazzjoni u t-tneħħija tal-monopolju f'dan is-settur hemm ċans li ċerti ħaddiema jbatu.", "F'dan l-abbozz ta' liġi stess hemm miktub dan il-kliem preċiż:", "\"Meta wieħed jikkonsidra li f'dan ix-xenarju kompetittiv Maltacom se tenħtieġ li topera b'mod aktar effiċjenti, il-gvern se jiddiskuti ma' Maltacom bil-għan li jipprovdi għaliha u jgħinha fit-twettiq, tħarriġ mill-ġdid, impjieg mill-ġdid jew irtir kmieni ta' kull żieda meħtieġa fil-persunal aktar minn dak previst fid-dokument IPO tat-8 ta' Ġunju, 1998.\"", "Issa jekk wieħed iħares lejn ir-record ta' l-employment taħt din l- amministrazzjoni preżenti bilfors jiġuk dubji serji dwar kemm il-gvern qed ikun serju meta jressaq dan il-paragrafu tal-liġi.", "F'dan il-pajjiż in-numru ta' nies bla xogħol qed ikompli jogħla xahar wara xahar u allura wieħed bilfors jeħodha qisha daħqa li l-gvern qed jikkommetti ruħu li jgħin lill- kumpannija Maltacom, meta tiġi għall-problema ta' ħaddiema li spiċċaw bla xogħol, minħabba li se jkollok xenarju iżjed kompetittiv.", "Li l-Maltacom tkun iżjed effiċjenti hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Li l-ħaddiema jaħdmu b'mod iżjed kompetittiv u effiċjenti hija xi ħaġa li anke l-gvern preċedenti ħadem fuqha, pero' meta inti jkollok kumpannija geared li jkollha monopolju sal-2010 u mbagħad f'daqqa waħda tgħidilha li dan se jispiċċa fl-2003, bilfors li se jkun hemm pressjoni biex din il-kumpannija tikkompeti aħjar ma' kumpanniji oħrajn u bilfors se jkollok pressjoni biex ċerti ħaddiema jispiċċaw bla xogħol.", "Din hija xi ħaġa ħażina.", "Dan il- paragrafu li qrajt juri kemm il-gvern m'huwiex preparat, m'huwiex iħares fit-tul u juri wkoll kemm il-gvern qata' qalbu anke f'dan is-settur.", "Kif għedt qabel, dan is-settur m'għandniex inħarsu lejh bħala xi ħaġa li biex inkunu effiċjenti fiha se jispiċċaw il-ħaddiema.", "Aħna rridu naraw settur iżjed avvanzat, settur iżjed avant garde, settur iżjed preparat għall-progress u settur iżjed preparat li jinvesti.", "Kif diġa' għedt, għandna nkunu preparati li nagħmlu użufrutt mill-pożizzjoni tagħna u anke nipprovdu servizzi barra mill-pajjiż biex mhux biss inżommu n-numru ta' ħaddiema li għandna imma nipprovaw anke nżiduh.", "Ix-shortsightedness tal- gvern f'din il-liġi hija xi ħaġa li tirrikorri anke f'affarijiet oħrajn u din il-ħaġa tispjega l-falliment u r-rigress li qed ikollna f'dak li huwa investiment u f'dawk li huma impjiegi.", "Din hija xi ħaġa li qed jinnotaha kulħadd.", "Fil-fatt l-editorjal ta' \"The Times\" ta' jumejn ilu - issa kulħadd jaf li \"The Times\" m'hijiex xi gazzetta li tappoġġja lill-Partit Laburista jew li tmur kontra dak li jagħmel il-gvern preżenti - juri ċertu allarm għall-fatt li f'pajjiżna mhux qed inkunu kompetittivi, mhux qed ikollna investiment ġdid u li anke l-investiment lokali qed jispiċċa jmur barra mill-pajjiż.", "L-editur ta' din il-gazzetta skanta wkoll kif anke investituri Maltin qed iħarsu lejn pajjiżi oħrajn ta' l-Ewropa tal-Lvant biex jinvestu hemmhekk.", "Din is-sitwazzjoni żviluppat minħabba li l-gvern ma jħarisx fil-bogħod u ma jarax kif jisfrutta l-pożizzjoni ta' pajjiżna imma jkun fid-difensiva l-ħin kollu u jaċċetta l-ħażin anke jekk ma jkunx preparat għalih.", "Qed ngħid hekk għax inutli l-gvern jgħid u jwiegħed lill-Maltacom li se jgħinha fit- twettiq jew taħriġ mill-ġdid ta' dawn il-ħaddiema.", "Din hija xi ħaġa difensiva u xi ħaġa li qed iġġib ħsara f'dan il-pajjiż.", "Mela f'nifs qegħdin ngħidu li l-gvern se jieħu r-responsabbilta' jekk il-kumpannija tagħmel xi programm ta' rtirar kmieni minħabba li ħafna ħaddiema se jispiċċaw redundant - u dan ifisser li lil dawn se ngħabbuhom fuq is- sistema tal-pensjonijiet - imbagħad ikollna ministru ieħor li jiġi jgħidilna fil-pubbliku li hemm problema kbira u rridu nitkellmu biex naraw x'se nagħmlu għax 'il quddiem mhux se nkunu nistgħu nerfgħu l-piż tal- pensjonijiet.", "Din hija nuqqas ta' direzzjoni u nuqqas ta' ħars fit-tul.", "F'pajjiżi oħra dan is-settur qed ikun sors ta' investiment kbir u sors ta' impjiegi imma dan il-gvern m'huwiex qiegħed iħares lejn dan is-settur b'dan il-mod u minħabba f'hekk se jispiċċaw ibatu l-ħaddiema.", "Il-ħaddiema tal- Maltacom llum jinsabu nkwetati minħabba n-nuqqas ta' direzzjoni, minħabba l- viżjoni għaġġelija u minħabba d-deċiżjoni sfurzata mill-Unjoni Ewropea li jitneħħa l-monopolju ferm iżjed kmieni minn dak previst.", "Ħafna minnhom se jispiċċaw bla xogħol u minħabba din il-biża' hemm ukoll nuqqas ta' motivazzjoni.", "Mr Speaker, meta gvern Laburista introduċa l-IPO li tkellem ukoll dwar ħaddiema li sa l-2010 kienu se jispiċċaw żejda, kien għamel programm sħiħ biex ħadd minn dawn il-ħaddiema ma jispiċċa redundant.", "Gvern laburista żamm konsultazzjoni kontinwa ma' l-unions.", "Dan huwa eżettament bil-kontra ta' dak li se jiġri bħala riżultat ta' din il-liġi, fejn se jkun hemm taqlib kbir fis-sistema tal-ħaddiema u se jkun hemm ħaddiema li se jispiċċaw redundant.", "Jiena nispera li jkun hemm ħaddiema li jiġu mpjegati minħabba li l-Maltacom se tingħata funzjonijiet ġodda biex kemm jista' jkun jonqos il- bilanċ ta' dawk li jiġu redundant.", "Nispera wkoll li l-kumpannija tidħol fil- qasam tas-servizzi internazzjonali u żżid u mhux tnaqqas in-numru tal- ħaddiema li jaħdmu fiha.", "Irrid ngħid ukoll li ma nafx li dan il-gvern għamel xi konsultazzjonijiet ma' l-unions dwar x'effett se jkollu t-tibdil fil-politika tiegħu fil-qasam tal-ħaddiema.", "Jekk saru xi konsultazzjonijiet jiena nistenna li l-ministru jitkellem dwarhom u jgħid x'kienu l-fehmiet ta' l-unions.", "Dan qed ngħidu għax daqs kemm hu importanti li nitkellmu dwar il-qasam tal-konsumatur daqstant ieħor huwa importanti li naraw li l-ħaddiema f'dan is-settur ma jbatux.", "Mr Speaker, hemm konnessjoni kbira bejn il-mod kif ġiet ppreżentata din il-liġi u l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt fil-liġi nnifisha hemm sezzjoni li tagħmel referenza għall-Unjoni u fiha nsibu li fl-1 ta' Jannar, 1998 is-suq Ewropew infetaħ għall-kompetizzjoni f'dan is-settur.", "Kien sentejn ilu li dan is-settur ġie lliberalizzat kompletament fl-Unjoni u meta ġie lliberalizzat kien jeħtieġ li l-15-il membru ta' l-Unjoni jiftħu s-suq tagħhom progressivament minħabba li anke l-Unjoni ndunat li jekk f'dan is- settur l-affarijiet ikunu mgħaġġlin dawn ma jirnexxux u jispiċċaw ibatu ħafna nies.", "Dan qed ngħidu biex nuri li anke pajjiżi li huma ekonomikament b'saħħithom u stabbiliti sew kien jeħtiġilhom li jilliberalizzaw b'mod progressiv.", "Evidentement l-Unjoni tesiġi wkoll li tiżdied il-VAT fuq is- servizzi li jingħataw f'dan is-settur.", "Nafu wkoll li kien hemm membri ta' l-Unjoni li talbu għal ċerti derogi.", "Mela barra li l-Unjoni Ewropea fetħet dan is-suq progressivament, kien hemm pajjiżi li saħansitra talbu żmien limitat biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Dan ifisser li anke huma stess sabu ċerti piżijiet u ħadu l-prekawzjonijiet dwar kif jiftħu dan is-suq.", "Sfortunatament l-Unjoni Ewropea tesiġi li pajjiżi li japplikaw għal sħubija jridu jagħmlu dan it-tibdil f'daqqa.", "Din hija xi ħaġa li ma nifhimhiex u xi ħaġa li hija kontra l-interess ta' dawn il-pajjiżi.", "Wieħed ma jistenniex li l-Unjoni titlob ħaġa minn pajjiż applikant u timxi b'mod aktar leġġer ma' pajjiż membru.", "Hawnhekk jiena nistaqsi lill-ministru biex jinforma lil din il-Kamra dwar x'passi qed jieħu l-gvern biex jitlob derogi għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Aħna naqblu li jkun hemm ċerta liberalizzazzjoni f'dan is-settur pero' din trid tidħol b'mod gradwali, b'mod li l-pajjiż jiflaħ għaliha u b'mod li l- pajjiż ikun protett mill-kompetizzjoni mhux ġusta.", "Jekk niftħu s-suq f'daqqa u b'mod mgħaġġel wisq nibża' li se jkollna kumpanniji li wara ħafna għaraq ta' ħaddiema li ħadmu fihom jinbelgħu minn kumpanniji ferm iżjed kbar ta' pajjiżi oħrajn li huma iżjed b'saħħithom u iżjed preparati biex jieħdu over.", "Assolutament din xi ħaġa li fl-interess nazzjonali l-gvern irid jipproteġi ruħu għaliha.", "Wara kollox mhux il-gvern ta' Malta biss qed jipproteġi ruħu għaliha imma anke l-pajjiżi Ewropew u l-Unjoni Ewropea stess talbet li t-tibdil isir b'mod gradwali u b'mod progressiv.", "Issa f'din il-liġi jiena ma rajt xejn dwar x'passi tista' tieħu l-awtorita' biex tipproteġi l-qasam tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżna minn kompetizzjoni li ma tkunx ġusta.", "Din hija xi ħaġa importanti f'kull qasam imma billi dan il- gvern jinsab kommess li jidħol fl-Unjoni, qed naraw nuqqas ta' mpenn u nuqqas ta' kawtela f'kull qasam.", "Għandna gvern mgħaġġel, gvern intenzjonat li jingħaqad ma' l-Unjoni at all costs li lanqas biss jieħu il- prekawzjonijiet li jkun hemm bżonn biex jipproteġi lil pajjiżu stess.", "U f'din il-liġi wkoll qed tispikka din in-nuqqas ta' kawtela u dan in-nuqqas ta' interess.", "Mr Speaker, hemm ħafna punti oħrajn li jirriżultaw minn din il-liġi.", "Per eżempju x-shareholders tal-kumpannija jinsabu nkwetati għax meta xtraw ix- shares kienu ħasbu li l-monopolju ma jispiċċax qabel l-2010.", "Mr Speaker, fil-liġi stess issemma' xi ħaġa dwar xi kumpens lil dawn ix-shareholders pero' safejn naf jien m'hemm xejn ċar dwar dan.", "Anke nitkellmu ħafna dwar l-effiċjenza fil-Maltacom u nisperaw li bil-ftuħ tas-suq tiżdied l- effiċjenza, pero' ċ-ċifri ma jurux hekk.", "Dawn juru li f'din l-aħħar sena u nofs l-effiċjenza fil-Maltacom qegħda kulma tmur tonqos u dan minħabba li l- ħaddiema fil-Maltacom huma demottivi minħabba li hemm ħafna biża' li fil- futur mhux inbiegħed dawn se jispiċċaw redundant bħala riżultat tal- politika mgħaġġla u l-pressa esaġerata mill-Unjoni Ewropea li dan il-gvern qed jagħti lok għaliha.", "Mr Speaker, hemm ħafna domandi oħrajn li tajjeb nistaqsihom hawnhekk, bħall-fatt li l-Maltacom għandha share mill- kumpannija Vodafone u din se tiġi kostretta li tbiegħ ix-shares tagħha.", "Aħna rridu iżjed kjarifika dwar il-metodu kif dan se jsir.", "Ħaġa oħra li l- poplu qed jistaqsi u hemm bżonn tingħata kjarifika dwarha tirrigwarda l- kumplament tal-privatizzazzjoni fil-Maltacom.", "Hija ħaġa ċara li hemm il- ħsieb li jinbiegħu s-60% ishma li għandu l-gvern.", "Wara l-esperjenza ħażina li kellu meta Mid-Med Bank inbiegħ lill-HSBC, il-poplu għandu dritt jistaqsi dwar il-metodu li se jadotta l-gvern biex jinbiegħu dawn l-ishma.", "Nispera li l-ministru fil-winding-up jidħol iżjed fuq dan il-punt u jispjega iżjed x'miżuri u xi prekawzzjonijiet se jieħu l-gvern biex dawn l- ishma jgħaddihom lill-privat bi prezz tajjeb, b'mod miftuħ u b'mod kompetittiv biex il-kumpannija Maltacom u l-poplu Malti jieħdu l-aħjar deal minn din it-transazzjoni.", "Hawn ġew nitkellmu ħafna fuq liberalizzazzjoni, fuq l-openness u fuq l-accountability imma l-poplu jippretendi li l-mod kif per eżempju sar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank ma jiġix repetut.", "Mr. Speaker, kif għedt dan is-settur huwa settur importanti ħafna fil- qasam tal-kummerċ.", "Huwa settur li qed jinbidel u li fih qed isiru avvanzi kuljum.", "Nistgħu ngħidu li s-servizzi li jeżistu llum ma jkunux japplikaw sena oħra minħabba l-progress mgħaġġel li qed isir fid-dinja kollha.", "Dan kollu juri li dan is-settur se jkollu impatt kbir fuq pajjiżna, se jkollu impatt kbir fuq il-mod kif nagħmlu l-kummerċ u fuq il-mod kif nedukaw lilna nfusna.", "Huwa suġġett importanti ħafna minħabba li f'dan is-settur jaħdmu ħafna ħaddiema u hemm ħafna għixien ta' familji li jiddependu minnu.", "Dan kollu juri li dan is-settur kellu jittieħed bis-serjeta' minn dan il-gvern imma l-fatti kollha li semmejt f'dan id-diskors juru li dan ma sarx.", "Minħabba f'hekk l-oppożizzjoni se tivvota kontra din il-liġi.", "Irrid ngħid ukoll li jiena kont sorpriż li jiġi l-ministru hawnhekk u jgħidilna li hemm il-biża' li n-numru ta' ħaddiema jonqos f'dan is-settur.", "Jiena kont nistenna l-ministru jiġi jgħidilna x'inhi l-viżjoni tiegħu biex dan is- settur jużah biex iġib l-investiment u biex iżied l-impjiegi.", "Mr Speaker, nagħlaq bili ngħid li l-gvern ma weriex impenn biżżejjed biex jara li din il-liġi tieħu in konsiderazzoni dawn il-punti kollha u ma ħax l- inkarigu biżżejjed biex jipproduċi liġi li tħares 'il quddiem biżżejjed f'dan is-settur.", "Minħabba f'hekk 'il quddiem mhux se jkollna salvagwardi biżżejjed biex dan is-settur jimxi 'l quddiem kif nixtiquh u biex f'dan is- settur ma jkunx hemm it-taħwid li kien hemm dan l-aħħar u li l-poplu tagħna sofra minnu wkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, m'hemmx dubju li s-settur ta' telekomunikazzjoni għandu importanza strateġika kbira għall-iżvilupp ekonomiku u m'hemmx dubju wkoll li l-żvilupp ekonomiku rridu narawh mill- inqas minn tliet aspetti differenti.", "Biex ikun wieħed san, żvilupp ekonomiku jrid ikun magħqud ma' affarijiet oħra, fosthom mal-kuxjenza soċjali, mal-ġustizzja soċjali kif ukoll ma' mpenn ambjentali.", "Dawn huma tliet affarijiet li jridu jmorru flimkien anke fis-settur daqshekk importanti bħal dak tat-telekomunikazzjoni, li llum m'huwiex biss mezz passiv ta' trasmissjoni tal-messaġġi imma għandu valur strateġiku għax fuqu huwa mibni s-suċċess mhux biss ekonomiku imma anke dak soċjali ta' pajjiż.", "F'ekonomija tradizzjonali l-investiment kien jiċċaqlaq fuq il-bażi ta' pagi baxxi, fuq il-bażi ta' location - jiġifieri jekk intix qrib is-suq fejn se jinbiegħu l-prodotti - u fuq il-bażi ta' l-istabilita' politika u soċjali li tkun teżisti fil-pajjiż.", "S'intendi llum ċerti fatturi tal- kompetittivita' bħal livell tal-pagi u l-istabilita' soċjali u politika għadhom importanti ħafna, imma żgur li fattur deċiżiv fejn jiċċaqlaq l- investiment jiddependi minn żewġ fatturi importanti, li huma l-livell tekniku u edukattiv li hemm fil-pajjiż u l-livell ta' linfrastruttura li teżisti fit-telekomunikazzjoni.", "Dan li għadni kif għedt juri li bħalissa qed niddiskutu settur li minnu jiddependi s-suċċess tal-pajjiż u tan-nies li jgħixu fih.", "Issa s-suċċess ma jitkejjilx biss bit-tkattir tal-ġid imma jitkattar ukoll bil-ħolqien ta' l-impjiegi u jitkejjel skond kemm jilħaq nies differenti fis-soċjeta'.", "Żvilupp ekonomiku san jintrabat ukoll ma' dak li jissejjaħ koeżjoni soċjali, jiġifieri li l-ġid li qed jinħoloq fil-pajjiż ma jħalli lill-ħadd barra minnu.", "Għalkemm huwa importanti li nidħlu għall-kompetizzjoni u l- liberalizzazzjoni huwa importanti wkoll li dawn l-affarijiet isiru skond ir- realta' u skond iċ-ċirkostanzi partikolari tagħna.", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet ma jsirux a spejjeż tal-ħaddiema, a spejjeż tal-familji tagħhom u a spejjeż tal-pajjiż.", "Wara kollox iridu niftakru li anke pajjiżi oħra li daħlu għal din l-isfida tal-kompetizzjoni u tal-liberalizzazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni għamlu hekk fuq dak li huma raw bħala l- ġid nazzjonali tagħhom, l-interess nazzjonali tagħhom u anke l-ġid li joħroġ lis-setturi differenti tas-soċjeta'.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna wkoll iċ-ċirkostanzi storiċi differenti li fihom seħħ dan it-tibdil f'dan il-qasam.", "Jekk wieħed jiftakar fit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea f'mumenti storiċi differenti minn tal-lum - hawn qed nirriferi għal meta l-Unjoni Ewropea kienet għadha tissejjaħ suq komuni - wieħed isib li l-pajjiżi li daħlu dak iż-żmien bħall-Irlanda, Spanja, il-Portugal u l-Lussemburgu, kollha kienu talbu li r-regoli ta' l-Unjoni japplikaw biss wara perijodu twil ta' transizzjoni.", "Dawn talbu dawn l-affarijiet fin-negozjati għax waqt li kienu jifhmu li s-settur tat-telekomunikazzjoni f'pajjiżhom irid jinfetaħ għall-kompetizzjoni u għal-liberalizzazzjoni, fl-istess ħin riedu jaraw li jagħmlu dan it-tibdil skond l-interess nazzjonali tagħhom.", "Wieħed mill- punti ewlenin li nixtieq li tassew nirriflettu dwaru hu l-fehma perikoluża ta' ċerti setturi tas-soċjeta' tagħna li jridu jkunu l-barranin li qishom jiġu u jiċċivilizzawna.", "Jiena naf li jitkellmu dwar din il-ħaġa fil-privat u ma' ħbiebhom u ma tantx jitkellmu dwarha fil-miftuħ, imma l-opinjoni tagħhom hi li l-Maltin u l-Għawdxin m'humiex kapaċi jġeddu u jagħmlu minn pajjiżna pajjiż dixxiplinat u modern.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Bartolo, imma jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Censu Galea, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal lejla t-Tlieta, 16 ta' Mejju fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Il-ħajja hija kollha esperjenzi, Mr Speaker.", "Hemm esperjenzi li l-bniedem jitgħallem minnhom u hemm ukoll dawk li l-bniedem ikun irid jinsa.", "Imbagħad hemm esperjenzi oħra li juru li minkejja r-rieda tajba ta' ħafna nies, issib lil min anke waqt ix-xogħol tiegħu jipprova jkisser is-sistema.", "Dan xejn ma jagħmel ġieħ lis-sitwazzjoni tiegħu u l- anqas lid-dipartiment, ministeru jew post li jkun jirrapreżenta.", "Pero' nixtieq nibda l-intervent tiegħi b'esperjenza kostruttiva.", "Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra kont ma' l-Onor.", "Mario Galea, l-Onor.", "Gavin Gulia u l-Onor.", "Joseph Cuschieri, fejn attendejna l-laqgħa tal-Commonwealth parliamentary association għar-reġjun tal-Mediterran u l-gżejjer Brittaniċi u ddiskutejna ħafna affarijiet li normalment niddiskutu f'dan il-parlament.", "Pero' filwaqt li hawn inħarsu lejhom mill-aspett nazzjonali u minn dak lokali, matul din il-laqgħa kellna ċ-ċans li dawn l-affarijiet niddiskutuhom fuq sfera reġjonali, kif jaffettwaw il-gżejjer tal-Mediterran bħal Malta, Ġibilta u Ċipru.", "Iddiskutejna wkoll kif jaffetwaw diversi gżejjer u dipendenzi ta' l-Ingilterra li baqgħu b'rabta materna ma' l- Ingilterra.", "Din il-laqgħa kellha parteċipazzjoni tajba ta' deputati rappreżentanti tal-Parlament Malti.", "Waqt li konna qed niddiskutu t-tip ta' amministrazzjoni li teżisti f'postijiet differenti, wieħed seta' jara li f'ċerti territorji minflok sistema ta' partiti politiċi bħal tagħna, teżisti sistema fejn il-poplu jtella' ammont ta' nies indipendenti.", "Fl-Isle of Man, per eżempju, għandek 24 deputat imtellgħin kollha b'mod indipendenti, waqt li f'Jersey u Guernsey għandek 16 u 12-il deputat rispettivament imtellgħin minn listi indipendenti.", "Imbagħad hemm gvernijiet bħal ma huma dawk ta' Gibilta, Malta u Ċipru li s-sistema tagħhom hija bbażata fuq il-partiti, li jkollhom tellieqa bi programm elettorali differenti għat-tmexxija tal-pajjiż.", "Session oħra li kellna kienet dwar l-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l- informatika kif ukoll fuq l-E-commerce.", "Wieħed seta' jara li dak li qabel kien jieħu xahar illum jieħu biss il-ħin biex inti tagħfas buttuna fuq makna.", "Dak li qabel kien miftuħ biss għall-kumpanniji kbar, illum permezz ta' l-internet u permezz tas-sistemi tal-informatika huwa miftuħ għal kull persuna li trid tagħmel xogħol anke mid-dar stess, ħalli mbagħad tikber jekk hemm bżonn, imma tista' topera u tikkompeti fil-konfront tal- kumpanniji l-kbar.", "Iddiskutejna ukoll ir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi ż-żgħar u l-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd tenna l-esperjenza tiegħu f'dan il-kamp fejn dehru biċ-ċar l-aspirazzjonijiet ta' Malta u Ċipru biex isiru membri sħaħ.", "Rajna wkoll il- mod ta' kif iċ-Channel Islands u l-Isle of Man iħarsu lejn l-Ewropa, fi sfond ta' territorju li jiddependi għall-politika interna tiegħu totalment minnu innifsu, territorju li jikkomponi u jiżviluppa l-finanzi u l- ekonomija tiegħu, pero' fl-istess ħin jaf li hu mrażżan fid-drittijiet tiegħu b'dak li tiddeċiedi l-Ingilterra.", "L-istess bħal ta' dawn hija l- pożizzjoni ta' Ġibilta, fejn il-problema li għandhom mal-ġar kbir tagħhom qiegħda dejjem tiskala, ċioe' Spanja, li qiegħda bieb u għatba magħhom u hi l-pont tagħhom għall-Ewropa.", "Imbagħad punt li fih tajna kontribuzzjoni tajba ħafna kemm man-naħa u kemm minn oħra kien jekk hux neċessarju li bil-liġi jingħataw opportunitajiet ugwali lil kulħadd kemm f'dak li huwa sess, reliġjon, opportunitajiet ta' xogħol u f'kull settur tal-ħajja.", "Finalment wasalna għall-konklużjonijiet simili ħafna ta' dawk li ttieħdu f'dan il-parlament ftit taż-żmien ilu, fejn aħna għedna li minkejja l-liġijiet li wieħed jista' jgħaddi bl-aħjar intenzjoni, jeżisti ukoll ambjent fejn bniedem irid ipoġġi dak li jkun illeġisla fil-prattika, fis-sens li xi kultant bilfors trid tkun diskriminatorju b'mod pożittiv ma' ċerti setturi tal-ħajja, speċjalment fejn hemm handicap, sabiex min hu ġej minn dik it-triq ikun jista' jlaħħaq ma' min għandu aċċess aktar għall-affarijiet.", "Imbagħad l-aħħar diskussjoni li kellna kienet tirrigwarda l-iskrutinju tax-xogħol tal-gvernijiet mill-parlament ta' kull territorju.", "Minkejja li jeżistu parlamenti fejn hemm nies imtellgħin indipendenti dawn ukoll għandhom is-sistema tagħhom ta' kif joħolqu tip ta' analisi ta' x'ikun qed jagħmel kull ministru u ta' kull proġett li jkun qed isir fil-pajjiż, biex dawn jassiguraw rwieħhom li dak li jsir isir bi skop tajjeb li jkun jaqbel għall-pajjiż in ġenerali u li ħadd ma jieħu vantaġġ minħabba l-pożizzjoni li jkun jokkupa.", "Iva, nista' ngħid li kienet esperjenza pożittiva ħafna daqs kemm kienet esperjenza negattiva ħafa dik li qed ngħaddi minnha bħalissa fix-xogħol tiegħi ta' nutar, pero' qegħdin jgħaddu minnha wkoll oħrajn fil-konfront ta' ċerti nies li jaħdmu fid-dipartiment tat-taxxa.", "Mela skond Kap. 55, il-liġi li tirregola x-xogħol tan-nutara, nutar huwa obbligat li fi żmien 15-il ġurnata minn meta jippublika kuntratt iħallas il- boll, iħallas il-capital gains tax dovuta, jekk ikun il-każ, u jinsinwa l- kuntratt fir-reġistru pubbliku biex jassigura li l-att li jkun sar jiġi wkoll a konjizzjoni tal-pubbliku għal dak li għandu x'jaqsam ma' terzi.", "Jekk nutar ma jħallasx il-boll fi żmien 15-il ġurnata minn meta jagħmel l- att huwa suġġett li meta l-maġistrat li jirrevedilu l-kuntratti jagħmel tali reviżjoni jista', jekk dan ma jagħtihx raġuni għaliex dam iżjed, iwaħħlu multa kif tistabilixxi l-liġi għal kull jum li hu jittardja milli jagħmel il-pagament.", "Aħna n-nutara nagħmlu kuntratti ta' nies barranin li jbiegħu proprjeta' u ovvjament wara immorru nirreġistraw lil dawn in-nies biex iħallsu l-capital gains tax u mbagħad inkunu nistgħu nagħmlu l- proċeduri li bihom bniedem jista' jibgħat il-flus barra minn Malta.", "Hawn jiddispjaċini ngħid li wieħed minn dawk li qegħdin jirreġistraw in- nies, ċertu De Gaetano, li kien segretarju ta' ċertu ministru taħt amministrazzjoni Soċjalista, qiegħed jagħmel il-ħajja diffiċli ħafna lin- nutara li jmorru jirreġistraw.", "Il-kliem li qed jgħid fil-konfront tal- kummissarju tat-taxxi interni mhu xejn sabiħ, xejn anke floku u xejn mhu ta' dekor għad-dipartiment.", "Il-bieraħ kellimt lill-kummissarju tat-taxxi interni nnifsu fuq dan u nispera li jieħu l-passi neċessarji.", "Il-liġi tgħid li bniedem jista' jkollu prokura verbali biex jaġixxi f'isem ħaddieħor, iżda dan l-uffiċjal qed jirrifjuta milli jagħtina income tax number għal dawn in-nies jekk ma jkollniex prokura bil-miktub sabiex nirreġistraw bniedem għall-fini tat-taxxa u nħallsu l-ammont dovut.", "Dan il-bniedem qed iġibna f'pożizzjoni li niksru l-liġi, jiddispjaċini ngħid.", "Fil-konfront ta' ċerti problemi li qed niffaċċja minn hawn, jien qiegħed nagħti avviż lill-kummissarju tat-taxxi interni li l-ewwel darba li dan is-Sur De Gaetano jerġa' jirrfijuta li jagħtina tax number, jien se niddeposita l- ammont ta' flus li jkun dovut lill-gvern fil-qorti sabiex nipproteġi d- drittijiet tiegħi u tal-klijenti tiegħi.", "Imbagħad jara hu kif jieħu l- proċeduri meħtieġa a spejjeż tiegħu, biex għall-kapriċċ ta' dan l-impjegat li għandu hemmhekk jiġbor il-flus mill-qorti.", "Speċjalment fil-postijiet fejn in-nies jiltaqgħu man-nies fuq ix-xogħol, jekk bniedem għandu l-geddum għal xi dipartiment jew għal xi ministru għax ikun poġġih hemmhekk, dan m'għandux jirriflettih fl-għaġir tiegħu mal-pubbliku li jmur biex jinqeda minn dak id-dipartiment.", "Jiddispjaċini li din kellha tasal s'hawn pero' din diġa' ġrat għal darba, tnejn, tlieta u issa qed nispiċċaw li kull darba rrid noqgħod inċempel lill-kummisarju tat-taxxi interni u dan jagħtih ordni ad hoc sabiex inkunu nistgħu nirreġistraw lil dawn in-nies għall-fini tat- taxxa.", "Din hija sitwazzjoni negattiva u bilkemm ma ngħidx li l-PSC għandha tieħu passi fil-konfront ta' din il-persuna.", "Esperjenza oħra ġrat il-Ħadd li għadda fejn il-gazzetta \"KullĦadd\" dehrilha li jien b'xi mod inkun naf x'qed jiddeċiedi l-prim ministru dwar reshuffles fil-parlament, fil-bankijiet tal-gvern u fil-ministri.", "Veru li ġimgħatejn ilu jien ktibt artiklu fil-gazzetta fejn awgurajt lis-segretarju parlamentari nkarigat mill-isport u tgħajtu l-prosit fuq ix-xogħol li qed jagħmel fil-kamp tiegħu.", "Ktibt li jekk xi darba jiċċaqlaq minn hemm, j'Alla li fix-xogħol li se jagħtuh ikun jista' jilqa' l-isfida bħalma laqagħha fil-kamp ta' l-isport.", "Evidentement bil-għan li jimlew il-paġni, il-kittieba u l-ġurnalisti ta' \"KullĦadd\" deherilhom li din għandhom jinterpretawha li jien għandi xi inside information ta' kif il-prim ministru jiddeċiedi lil min se jagħmel ministru jew segretarju parlamentari.", "Lil min kiteb dak l-artiklu nista' nserraħlu moħħu li j'Alla hu jasal fi stat li bħal Esopu jikteb il-ħrejjef għat-tfal, għax aħjar minn hekk jiddispjaċini ngħid li minn dak l-artiklu ma setax iweġġa'!", "Fl-istess paġna wkoll, mhux talli l-ġurnalisti ta' \"KullĦadd\" ma qalux prosit għax-xogħol li sar mill-kunsill tar-Rabat fil-mixja għall-elezzjoni tal-kunsill, iżda raw kif għamlu biex jimplikaw li qed issir korruzzjoni mis-sindku u mill-viċi sindku.", "Bil-mod ta' kif qiegħed l-artiklu jimplikaw li qed isir xi mod ta' għażla.", "Dawn l-affarijiet xejn m'huma sbieħ favur bniedem li jissuplixxihom b'materjal, ovvjament wara li jkun poġġa l-prezz tiegħu bħalma jpoġġi ħaddieħor, wara li jkun għamel it-tender bħal ħaddieħor u wara li jkun ta l-quotations bħal ħaddieħor sabiex dan jissuplixxi l-materjal sempliċement għal xogħol infrastrutturali.", "Kien ikun iżjed utli kieku dan l-artikolist ta' \"KullĦadd\" talab lill-gvern ċentrali, bħalma nitolbu jien repetutament, li peress li l-kunsill tar-Rabat ikopri area massiċċa fil-konfront ta' lokalitajiet oħrajn u allura minħabba ċerti nħawi, speċjalment dawk agrikoli fin-naħa tal-countryside tar-Rabat, hemm bżonn ta' fondi akbar biex ċertu xogħol infrastrutturali jista' jitħaffef, jista' jitneħħa minn fuq il-piż tal-ministeru tat-trasport u jieħu ħsiebu b'mod aħjar il-kunsill lokali tagħna.", "Iva, sfortunatament ħafna mit-toroq tal-kampanja tan-naħa tagħna mhumiex miksijin bit-tarmac u hija esperjenza li tgħaddi bil-karrozza minn hemmhekk, bejn minħabba xi ftit ħaxix ħiereġ mill-ġnub, bejn minħabba l-ħofor li jfeġġu minn żmien għall-żmien minħabba l-elementi u l-vetturi li jgħaddu minn fuqhom u allura jkun hemm bżonn ta' iżjed maintenance.", "Hawn nerġa' ntenni t-talba tiegħi lill-ministru għat-trasport għat-triq li tagħti mir-Rabat għall-Baħrija, fejn il-ministru jaf sew li hemm illum żviluppa f'raħal kbir.", "Hemm bżonn li l-main road mir-Rabat għal Għajn Qajjet, għal Tas-Salib u tibqa' tiela' għal Bieb Ruwa sal-Baħrija titwessa u tingħata tarmac u servicing tajjeb darba għall-dejjem.", "Ma nixtieqx noqgħod inqajjem problemi żgħar imma wieħed jista' jgħid l-istess ħaġa għat- triq li tagħti minn ħdejn il-winery tal-Buskett għat-triq prinċipali tal- Girgenti.", "Din taqa' taħt il-kunsill lokali tas-Siġġiewi pero' hemmhekk hemm taħlita bejn nies li huma fid-distrett tar-Rabat u dawk li jaqgħu mad- distrett tas-Siġġiewi.", "Din it-triq għanda bżonn maintenance urġenti, maintenance li bi trakk żrar, qatran u romblu malajr jagħmluh.", "Naħseb li wasal iż-żmien li din titranġa ukoll, illum qabel għada jekk jista' jkun.", "Din ma tinvolvix spejjeż kbar.", "Hija maintenance ta' kuljum u naħseb li għandha ssir.", "It-tielet esperjenza li xtaqt insemmi dalgħodu hija l-pożizzjoni ta' l- iskejjel tal-Gvern tar-Rabat, Mr Speaker.", "Nhar il-Ħamis li għadda kelli x- xorti li nattendi għall-prize day ta' l-iskola Kanonku Pullicino fir-Rabat.", "Wara nofsinhar kont xogħol u ftaħt l-uffiċċju l-Imġarr.", "Bdiet nieżla x-xita u bdejt nispera li din tieqaf għax dawn ikollhom litteralment jorganiżżaw il-prize day fil-bitħa ta' l-iskola għax ma tezistix sala fir-Rabat għall- użu ta' l-iskejjel tal-gvern.", "Din il-prize day setgħet ġiet tlett ijiem wara u u ma kenitx tkun sitwazzjoni feliċi fejn minħabba nuqqasijiet ta' ċerta infrastruttura long overdue, lil dawn kienet se titħassrilhom affari li kienu ilhom jorganizzaw matul dawn l-aħħar xhur.", "Fuq talba tal-headmistress, is-Sinjorina Debono, u fuq talba ta' l-istaff ta' l-iskola u l-istudenti, jien erġajt kellimt lill-ministru ta' l- edukazzjoni rigward il-ħtieġa li din l-iskola jkollha sala li minnha mhux biss tinqeda l-iskola tat-tfajliet tas-sekondarja pero' jistgħu jinqdew ukoll it-tfal ta' l-iskola li hemm f'Ferris Sreet kif ukoll l-iskola tal- bniet taż-żgħar.", "Jekk din is-sala tinbena fl-unika art li għad baqa' vojta f'dawk l-inħawi, nħoss li jekk hemm xi fdalijiet arkeoloġiċi taħt din l- għalqa dawn għandhom jiġu protetti billi bniedem joqgħod attent waqt li qed jibni u anke jieħu dawk il-miżuri meħtieġa biex dawk ma ssirilhomx ħsara.", "Iżda l-istess sala meħtieġa għall-iskola għandha tinbena mill-aktar fiss possibbli biex kif, matul din il-leġislatura, il-gvern għamel xogħol strutturali bżonjuż ħdejn l-iskola tal-gvern ta' l-Imġarr - kif ukoll għandi nifhem li se jsir xi xogħol fl-iskola tal-gvern tal-Mellieħa - issa ukoll jieħu dawk il-passi meħtieġa sabiex tinbena din is-sala.", "Il-Ministru Louis Galea qalli li hu ppreżenta t-talba għall-fondi meħtieġa sabiex isir dan ix-xogħol u assigurani li jekk dawn il-fondi jkunu available dan ix-xogħol isir fis-snin immedjati li ġejjien.", "Nirringrazzjah ta' l-interess tiegħu u nawgura li l-poplu Rabti, fil-bidu tal-millennju l- ġdid, jista' jgawdi minn din l-iskola, mill-irranġar ta' dan il-bini.", "Għal lokalitajiet differenti il-ħteġijiet tagħhom ta' kuljum huma aktar importanti minn proġett nazzjonali tal-millennju li jgawdih il-poplu, pero' ġeneralment igawdih fi stat ta' kapriċċ u mhux fi stat ta' neċessita'.", "Relatata ma' dan ta' l-iskola, nixtieq ngħid li waqt li kont imsiefer fuq xogħol tas-CPA tkellimt fit-tul mal-ministru ta' l-edukazzjoni ta' l-Isle of Man.", "Dan qalli li minħabba l-iżvilupp kontinwu ta' l-informatika, l- għalliema tagħhom attendew kors matul is-sajf fejn saru mhux biss computer literate imma aktar avvanzati minn hekk.", "Illum fl-iskejjel ta' dawn il- pajjiżi kull għalliem għandu laptop tiegħu li bih jaħdem ma' l-istudenti fil-klassi.", "Mela l-għalliem huwa responsabli mil-laptop waqt li dan iservi għall-ħteġijiet tal-klassi kollha.", "Skond dan il-ministru l-effett fuq l- istudenti kien wieħed pożittiv ħafna.", "Qal li qed iġib interess minn hafna istudenti għax huwa fatt li l-istudenti jħobbu jesploraw, iħobbu jippruvaw affarijiet ġodda u jħobbu jkunu komdi sabiex huma jistgħu jitgħallmu xi ħaġa ġdida billi jippruvawha.", "Qed jaraw fejn huma kapaċi jaslu b'din il- makna imsejħa computer.", "Sfortunatamnet f'Malta sal-lum għadna ma wasalniex fi stadju li kull familja jkollha computer id-dar u bilfors li trid tkun l- iskola li lil dawn tagħtihom iċ-ċans li jiżviluppaw ruħhom f'dan is-settur.", "Ħaġa oħra li xtaqt insemmi huwa l-fatt li matul dawn l-aħħar ġimgħat smajt ħafna kelliema jsemmu l-awtorita' tat-trasport.", "Issa l-liġi ntbagħtet quddiem l-kumitat immexxi minni biex naraw klawsola klawsola x'għandu jiġri minn l-awtorita' tat-trasport.", "Pero rridu nsibu il-finanzi sabiex il- karrozzi tal-linja ma jibqux fil-maġġoranza tagħhom dawk li huma.", "Ma jibqux dawk li huma mhux għax is-sidien ma jeħdux ħsiebhom u ma jippruvawx jagħmlu l-maintenance neċessarju, imma minħabba li gvernijiet differenti repetutament wiegħdu lis-sidien assistenza u għajnuna sabiex jibdlu dawn il- vetturi biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar u sal-lum ħafna minnhom għadhom qegħdin jittewbu.", "Qegħdin jittewbu għax b'xi mod ma nstabx il-meżż kif jiġi ffinanzjat is-sussidju li ġie mwiegħed sabiex jinxtraw dawn il- vetturi.", "Għaddiet sena oħra u ħafna mit-turisti li jiġu jżuruna jmorru lura lejn pajjiżhom u bilfors li jġorru magħhom it-tifkiriet tal-pajjiż.", "Ċertament li jiftakru fl-istorja rikka li għandna.", "Oħrajn li jiġu biex jixxemxu jiftakru fil-bajjiet sbiħ li għandna u fix-xemx tiżreġ ta' kuljum.", "It-turisti li jiġu permeżż ta' cruise liners jittieħdu madwar Malta b'coaches moderni, air-conditioned u tajbin u allura ftit li xejn jaffetwawhom it-toroq, imma dawk it-turisti li jużaw is-servizz tar-route buses isibu li air-conditioning ma jeżistix, li f'ħafna minnhom it- twieqi ma jinfetħux u li l-bankijiet tirranġa kemm tirranġa fihom, illum tajbin u għada jerġgħu jitqattgħu għax hawn min jieħu buzz billi jqatta' s- siġġijiet tax-xarabank.", "(Interruzzjonijiet) Veru affarijiet żgħar pero' jirriflettu kemm fuq il-livell t'għixien tal-Maltin, fuq is-sense of pride tagħna kif ukoll f'dak il-mod kif iħarsu lejn pajjiżna t-turisti li jiġu Malta.", "Għaldaqstant huwa meħtieġ li din il-problema tittieħed in hand għax għalija - u naħseb li anke għall-Ministru Ċensu Galea u għall-ministri u l- membri taż-żewġ naħat - xbajna nirċievu lmenti.", "Veru li jridu noll ogħla, pero' filwaqt li aħna ngergru fuq in-nuqqasijiet tagħhom issa hemm bżonn ukoll li nneħħu dawn in-nuqqasijiet u naħseb li l-gvern għandu jġorr il-piż tiegħu wkoll.", "Finalment xtaqt insemmi li preżentement qalb ir-residenti ta' l-Mtarfa, jidher li hemm sitwazzjoni fejn qiegħed jiġi propost li tingħalaq parti minn parking area - ħdejn apartment block Santa Lucija - biex issir playground jew green area għan-nies tal-lokalita'.", "F'dawk l-inħawi l- parking huwa diġa' problema sostanzjali għalkemm hu mtaffi ftit mill- garages li jeżistu.", "Fl-Imtarfa hemm diversi postijiet fejn wieħed jista' jagħmel bandli għax għall-grazzja t'Alla hemm open areas sostanzjali pero' ma nħossx li bniedem għandu jnaqqas minn parking area eżistenti.", "Għal dan l- iskop qiegħed nitlob li ma jitnaqqsux il-mezzi ta' parking li hemm fl- inħawi u li jekk hemm bżonn jittieħdu areas oħrajn li sal-lum huma f'idejn l-awtorita' tad-djar jew xi awtorita' oħra biex isiru leisure areas.", "Nispera li l-kunsill lokali l-ġdid ta' l-Mtarfa jieħu r-responsabbilta' ta' din il-ħaġa.", "MR SPEAKER; Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 16 ta' Mejju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - DELITTI", "15384.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar 15-il sena seħħew attentati ta' delitti omiċidjali u anke delitti omiċidjali b'armi li huma liċenzjati to keep?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul dawn l-aħħar 15-il-sena kien hemm 14-il każ ta` attentat ta` omicidju u sebgħa każi ta`omiċidju li fihom intużaw armi liċenzjati sabiex jinżammu.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "15479.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li m'humiex ambaxxaturi, konsli ta' Malta, uffiċjali tal-gvern, jew b'xi mod fl-impjieg tal-gvern u huma mill-istess Prim Ministru - skond it-termini ta' l-artikolu 3 (1) tal- Kap. 253 tal-Liġijiet ta' Malta - awtorizzati jużaw is-siġill pubbliku ta' Malta?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni tali persuni ġew hekk awtorizzati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-uffiċjal pubbliku nnominat bħala Kustodju tas- Sigill Pubbliku huwa s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Is-siġill pubbliku ta' Malta jista' jintuża biss għal skopijiet uffiċjali minn ministeri u dipartimenti tal-Gvern, fejn ikun hemm il-ħtieġa.", "Fi kwalunkwe każ, is-siġill pubbliku jsir biss fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - XIRI TA' POST", "15482.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex applikazzjoni għal xiri ta' post mingħand il-Joint Office li ilha li saret mis-6 ta' Jannar, 1996 ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija, tiġi pproċessata mill-aktar fis peress li min kif jidher din issa ilha żmien twil biex tiġi pproċessata?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi dffikultajiet li qed iżommu milli dan il- proċess issir?", "Jekk hemm, x'inhuma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-applikazzjoni li għalija qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, ma ġietx ipproċessata minħabba diffikultajiet li nqalgħu fit-twettiq tal-ftehim iffirmat bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta` Malta.", "Kif diġa` tħabbar riċentament, sar progress sostanzjali fuq din il- materja.", "Wara li jiġu solvuti dawn id-diffikultajiet, l-Uffiċċju Konġunt jkun jista` jirreġistra l-proprjeta` u jibgħat għal applikant biex jiffirma l-kuntratt tal-fidi.", "ĦABS ĊIVILI - ĦARBA TA' PRIĠUNIER", "15593.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li t-Tnejn 3 ta' April, 2000 għal xi l-ħabta ta' l-10.45 p.m. priġunier ħarab lill-pulizija meta kien qiegħed għal kura fl-Isptar San Luqa?", "Jista' jgħid min kien dan il- priġunier u eventwalment inqabadx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fid-data li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, l-ebda uffiċjal li kien skorta ma` xi prigunier dakinhar, ma rrapporta xi inċident.", "GĦAWDEX - SPEZZJONIJIET", "15733.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet għal għarrieda mill-awditur u l-ispetturi f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jagħmlu parti mit-tliet dipartimenti fi ħdan il-Ministeru ta' Għawdex mill-1 ta' Frar, 2000 sal- lum?", "Għal kull spezzjoni li saret f'kull uffiċċju, x'passi dixxiplinari ttieħdu kontra dawk li ma nstabux fuq il-pst tax-xogħol?", "Min huma dawn l- uffiċjali li naqsu?", "Kemm inħarġu charges kontra uffiċjali governattivi mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum f'kull dipartiment fi ħdan il-Ministeru ta' Għawdex, sena b'sena?", "Minn dawn iċ-charges, kemm instemgħu jew qed jinstemgħu quddiem bord dipartimentali u kemm quddiem il-bord tad- dixxiplina tal-PSC?", "Kemm saru verifiki tas-sick leave f'kull uffiċċju li jaqa' taħt il-Ministeru ta' Għawdex mill-1997 sal-lum, sena sena?", "Kemm kien hemm uffiċjali li s-sick leave tagħhom kien verifikat iktar minn darba f'kull sezzjoni u uffiċċju fi ħdan il-Ministeru ta' Għawdex mill-1997 sal- lum, sena sena?", "Kemm inħarġu charges kontra ħaddiema li abbużaw bis-sick leave mill-1997 sal-lum, sena sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li sakemm ma tingħatax raġuni għaliex din il-mistoqsija qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "VETTURI KLASSIĊI/STORIĊI", "15734.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Fid-dawl tal-benefiċċji għal ħafna oqsma f'Malta li jġib miegħu l-użu ta' vetturi klassiċi u storiċi, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jintroduċi rati preferenzjali għal ħlas tat- taxxi ta' l-ewwel reġistrazzjoni, VAT jew dazju u tal-liċenzja tat-triq ta' dawn il-vetturi klassiċi u storiċi?", "Jekk iva, għandu indikazzjoni ta x'inhuma r-rati preżenti tal-ħlas tat- taxxi ta' l-importazzjoni fuq karozzi, muturi u trakkijiet storiċi u klassiċi; x'se jkunu r-rati preferenzjali jekk jidħlu fis-seħħ u għal-liema kategoriji ta' żmien jistgħu japplikaw; kemm sidien se jibbenfikaw; il- gvern hux qed jikkonsulta ma' xi entita'; meta se jidħlu fis-seħħ dawn il- miżuri; u jekk hemmx il-ħsieb ta' xi forma oħra ta' għajnuna lil dawn in- nies?", "Fl-aħħarnett, jista' l-Ministru jgħid ċar u tond x'inhi l-proċedura eżatta biex persuna timporta vettura klassika f'Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-importazzjoni ta` karozzi klassiċi li jkollhom aktar minn ħamsin sena hija regolata b`rati speċjali ta` taxxa ta` reġistrazzjoni li daħlu fis-seħħ f`Awissu 1996.", "Dawn il-vetturi jħallsu bir-rata speċjali ta` 11% jew 16.5% fuq il- valur tal-vettura u skond is-saħħa tal-makna.", "Karozzi normali jħallsu bir- rata ta` bejn 50.5% (iżda mhux inqas minn Lm850) u 75% (iżda mhux anqas minn Lm7,000) fuq il-valur tal-vettura u skond is-saħħa tal-makna.", "Peress li ġeneralment dawn il-vetturi jkunu jiffurmaw parti minn xi kollezzjoni, ma jkunux suġġetti għal ħlas annwali tal-liċenzja tat-triq.", "Meta dawn il-vetturi jkunu se jiġu wżati fit-triq għal skopijiet ta` esebizzjoni u għal skopijiet filantropiċi, dawn il-vetturi jinħarġilhom permess speċjali għal ħlas nominali ta` Lm1.", "Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jistax jgħid kemm sidien ibbenifikaw jew jistgħu jibbenifikaw minn din il-miżura.", "Il-proċedura biex persuna timporta f`Malta vettura klassika hija l-istess bħal dik ta` vettura normali, iżda trid tkun akkumpanjata b`ċertifikat minn xi awtorita` rikonoxxuta fejn ikun stipulat li għandha aktar minn 50 sena.", "EU - DIRECT AID", "15885.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal- ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad- direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal- pajjiżi membri u pajjiżi godda, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tad-tadam għal għasir se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15881 waqt is-Seduta Nru. 292.", "EU - DIRECT AID", "15886.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-propaganda li għamel il-gvern flimkien mal- ministeru tiegħu mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad- direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal- pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-ħaxix frisk se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15881 waqt is-Seduta Nru. 292.", "EU - DIRECT AID", "15887.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal- ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad- direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal- pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li ser jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-frott frisk se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15881 waqt is-Seduta Nru. 292.", "EU - DIRECT AID", "15888.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal- ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad- direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal- pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tal-fniek se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentri numru 15881 waqt is-Seduta Nru. 292.", "EU - DIRECT AID", "15889.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-propaganda li għamel il-Gvern flimkien mal- ministeru tiegħu u mal-ministeru ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad- direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal- pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmana kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur lokali tas-serer se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15881 waqt is-Seduta Nru. 292.", "VETTURI", "15890.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi reġistrati ġodda f'Malta u f'Għawdex matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?", "Kemm minnhom huma diesel u kemm petrol?", "Kemm minnhom huma muturi u kemm huma heavy plant vehicle?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bejn l-1 ta` Jannar u l-aħħar ta` April 2000 in-numru ta` vetturi reġistrati ġodda f`Malta u Għawdex kien ta` 5,936.", "Minn dawn kien hemm 179 muturi.", "Bħalissa d-dipartiment ma jżommx statistika skond it-tip ta` fuel li jużaw il-vetturi.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika x`jifhem b`heavy plant vehicles`.", "PULIZIJA - BARRANIN", "15953.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu barranin il-qorti, din is-sena s'issa u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li din is-sena, sa` l-10 ta` Mejju 2000, tressqu quddiem il-Qorti 199 persuna ta` nazzjonalita` barranija.", "58 ġew meħlusa taħt il-provvediment ta` l-artikolu 9 ta` Kap. 152 u mogħtija ordni ta` tneħħija; 111 ġew mogħtija sentenza sospiża u ordni ta` tneħħija; tlieta ġew mogħtija sentenza ta` ħabs u ordni ta` tneħħija; 11 ġew mogħtija ordni ta` tneħħija; tnejn weħlu multa; filwaqt li 14 oħra għad għandhom il- każ pendenti quddiem il-Qorti.", "PULIZIJA - REATI", "15954.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija, xahar b'xahar din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif gej :", "Jannar Frar Marzu April 1,241 1,419 1,349 1,285", "ĦABS ĊIVILI - BARRANIN", "15955.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin il-ħabs illum, u minn liema pajjiż huma?", "Kemm huma dawk li huma ssentenzjati u kemm huma dawk fuq arrest preventiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI DIPORTATI", "15956.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iddeportati persuni din is-sena s'issa?", "Kemm swiet lill-pajjiż din il-proċedura?", "Minn liema pajjiż kienu u għaliex ġew deportati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li din is-sena, sa` l-10 ta` Mejju, in- numru ta` persuni li tneħħew minn dawn il-gżejjer wara li tressqu quddiem il-Qorti u nstabu ħatja kien ta` 183.", "In-nazzjonalita` ta` dawn il-persuni hi kif ġej : -", "Sirja 13 Libja 109 Bulgarija 8 Ġordan 5 Niġerja 1 Armenja 3 Marokk 2 Ċina 8 Eġittu 21 Pakistan 1 Tuneżija 2 Moldavja 1 Italja 2 Jugoslavja 3 Ingilterra 1 Lebanon 1 Iraq 1 Turkija 1", "Ninsab informat ukoll li fl-istess perijodu, in-nefqa għat-tneħħija minn dawn il-gżejjer ta` persuni minn dawk imsemmija kienet tammonta għal Lm2,835.", "EU INFORMATION CENTRE - MOBILE PHONE", "15957.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi mobile phones u/jew karozzi mikrija mill-gvern għall-użu mill-impjegati tal-European Union Information Centre?", "Jekk iva, min jużahom u kemm jiswew lill-gvern fuq medda ta' xahar?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-European Union Information Centre għandu mobile phone wieħed li jintuża mill-Kap taċ-Ċentru.", "Dan jiswa medja ta' Lm50 fix-xahar f'sejħiet, skond il-ħtieġa.", "Iċ-ċentru jikri karozza waħda għal-Kap taċ-Ċentru li tiswa Lm178.25 fix- xahar.", "Ma' dawn l-ispejjeż, hemm l-ispejjeż tal-petrol li huma madwar Lm30 u Lm40 fix-xahar skond il-ħtieġa.", "EU INFORMATION CENTRE - IMPJEGATI", "15958.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-European Union Information Centre?", "Kemm jitħallsu fuq medda ta' xahar u kemm sewa lill-pajjiż dan iċ-ċentru minn mindu nfetaħ?", "ONOR.", "JOE BORG: Bħalissa hemm seba' persuni, minbarra il-Kap (Dr Simon Busuttil) li jaħdmu mal-European Union Information Centre.", "Dawn is-seba impjegati jitħallsu s-somma ta' Lm3241.42 fix-xahar bħala salarji u Lm1270.00 f'allowances bejniethom.", "Fl-1999 meta nfetaħ, dan iċ-ċentru ma kellux allokazzjoni għalih u l- infieq dak iż-żmien kien meħud mill-voti differenti tal-Ministeru tal- Affarijiet Barranin u għaldaqstant, kif jista' jifhem l-Onor.", "Interpellant, jenħtieġ żmien twil biex tislet din l-informazzjoni dettaljata.", "Minn din is-sena 2000, iċ-ċentru għandu allokat vot għalih, kif imħabbar fl-Estimi Ġenerali, ta' Lm310,000.", "L-ispiża għal perijodu minn Jannar sa April 2000 kienet ta' Lm43,323.90.", "SKEJJEL - ART ROOMS", "15978.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15705, jista' jwieġeb it-tielet parti tal-mistoqsija li tgħid: jaħseb li hemm bżonn aktar għalliema ta' l-arti bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa hemm il-full complement ta' għalliema ta' l-arti kif kien deċiż għas-sena skolastika 1999/2000.", "SKEJJEL - LANGUAGE/SCIENCE LABS", "15979.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 15704, li saret fl-10/4/2000 f'liema risposta ġejt imwiegħed li se tingħata risposta għall-istess mistoqsija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15704 f'Seduta Nru, 286 tat-3 ta' Mejju, 2000 meta l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - ĊITTADINANZA DOPPJA", "15980.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini Maltin biex iżommu d-dual citizenship?", "Kemm ġew approvati u kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infOrmat li s`issa Ġew reĠistrati 111-il persuna bĦala Ċittadini Maltin li jistgħu jżommu ċ-ċittadinanza barranija li diġa` għandhom.", "Dawn setgħu jagħmlu dan bis-saħħa tat-tibdil li sar dan l-aħħar fl-Att dwar ic-Cittadinanza Maltija (Kap. 188).", "Ninsab informat ukoll li qed jiġu processati 360 applikazzjoni oħra simili.", "Bis-saħħa ta` l-istess tibdil, hemm numru ta` persuni oħra b`ċittadinanza barranija li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija mill-ġdid b`mod awtomatiku u b`hekk issa għandhom żewġ ċittadinanzi.", "In-numru ta` persuni li lilhom ġiet ikkonfermata din l-informazzjoni mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza huwa 345 filwaqt li hemm madwar 300 każ simili li għadhom qed jiġu pproċessati.", "Hemm numru ta` każijiet oħra bħal dawn ta` l-aħħar li ġew ipproċessati mill-ambaxxati u/jew konsolati ta` Malta barra minn Malta fejn flok ingħataw konferma bil-miktub, ingħataw passaport Malti.", "Statistika dwar dawn il-każijiet għadha ma nġabritx.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "15981.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi fi grad ta' għalliema fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji?", "F'liema suġġetti hemm bżonn ta' għalliema?", "Meta hemm il-ħsieb li jimtlew l-imsemmija vakanzi jekk dejjem hemm il-bżonn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel primarji ma hemmx vakanzi fi grad ta' għalliema.", "Fl-iskejjel sekondarji u tas-snajja' hemm dawn il-vakanzi kif ġej:", "Żebbuġ Boys Sec.", "School - Computer - 14-il lezzjoni Mtarfa Boys Sec.", "School - Computer - 15-il lezzjoni Żurrieq Boys Sec.", "School - Computer - 10 lezzjonijiet Ħamrun Girls Sec.", "School - Integrated - 16-il lezzjoni Science (għalliema bis-sick leave) Mosta Girls Sec.", "School - Religion - 8 lezzjonijiet (għalliema bil-maternity leave) Rabat Grils Sec.", "School - Spanish - 9 lezzjonijiet (għalliema bil-maternity leave) St Andrews Sec.", "School - Geography - 6 lezzjonijiet Umberto Calosso BTS Santa Venera - Physics - 30 lezzjoni Umberto Calosso BTS Santa Venera - Computer - 8 lezzjonijiet", "Il-vakanzi fuq imsemmija jiġu mimlija appena jinstabu l-għalliema li hemm bżonn.", "Fil-fatt xi vakanzi minn dawn kienu ġew koperti b'impjieg ta' supply teachers pero` reġgħu nħolqu meta l-imsemmija supply teachers irriżenjaw mill-impjieg.", "Naturalment xorta jibqa' jsir dak kollu meħtieġ biex dawn il-vakanzi jintlew mill-aktar fis possibbli.", "DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI - ŻJAJJAR", "15982.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-ministru jgħid kemm kienu d-delegazzjonijiet ministerjali li żaru pajjiżi barranin matul is-sena 1999?", "Minn min kienu fformati d- delegazzjonijiet imsemmija u għal-liema raġuni d-delegazzjonijiet żaru l- imsemmija pajjiżi?", "Kemm swiet f'termini finanzjarji kull delegazzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN - ŻJAJJAR", "15983.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru staff mid-Dipartiment ta' l- Affarijiet Barranin fuq żjarat uffiċjali matul is-sena 1999?", "Min kienu dawk l-impjegati li marru fuq xogħol barra minn Malta?", "Kemm swew f'termini finanzjarji ż-żjarat imsemmija?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MARSALFORN - TRIQ SANTA MARIJA", "16007.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta se jittieħdu passi biex Triq Santa Marija if'Marsalforn issir one way, biex tinqata' l-konġestjoni kbira li jkun hemm speċjalment fix-xhur tas-sajf li qed joħloq konsegwenzi serji u nkonvenjent lil dawk li jabitaw f'din it-triq?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - INSPECTORS", "16008.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm huma n-numru ta' inspectors li hemm iduru fuq il- ħaddiema f'Għawdex?", "Kemm saru spezzjonijiet minn dawn l-inspectors bejn Jannar 1999 u April 2000?", "Kemm instabu ħaddiema mhux f'posthom, u kemm minn dawn dehru quddiem bord tad-dixxiplina?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "VICTORIA, GĦAWDEX - KUNSILL LOKALI", "16009.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tikkonferma li wara li biċċa art fil-viċinanzi tal-Kattidral kienet ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali ta' Victoria, dan issa irritornaha lill-Gvern?", "X'kienet ir-raġuni għal dan?", "X'sar issa minn din il-biċċa art?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - UNIFORMIJIET", "16033.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Waqt li tiġi rispettata l-awtonomija ta' l-iskejjel tal-gvern, jistgħu jinħargu linji gwidi għall-kapijiet u l-kunsilli skolastiċi dwar meta u kif jiddaħħlu uniformijiet ġodda għall-istudenti, fid-dawl li hemm każi fejn kapijiet qed jimponu uniformijiet, anorak u track suits li jiswew ħafna flus li huma ta' piż żejjed fuq il-ġenituri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kapijiet ta' l-iskejjel kull meta jiġu biex jibdlu uniformi jikkonsultaw mal-membri ta' l-istaff u mal-ġenituri permezz tal-kunsill ta' l-iskola.", "Ħafna drabi t-talba għal track suit u anorak tiġi min-naħa ta' l- istudenti u, jew ġenituri.", "Ħafna skejjel jgħinnu wkoll b'diversi mezzi familji li jsibu xi diffikulta` dwar l-uniformi.", "Kull meta skola tiddeċiedi li tagħmel xi tibdil fl-uniformi dan it- tibdil jibda jgħodd għat-tfal il-ġodda u l-uniformi l-ġdida tidħol fuq medda ta' sentejn jew iżjed.", "Żgur ukoll li jekk irridu intejbu l-image ta' l-iskejjel ta' l-Istat, il- kapijiet iridu jeżiġu li tfal jilbsu l-uniformi sħiħa.", "PA - IRZIEZET TAL-ĦUT", "16034.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlitx studji ta' l-impatt ambjentali ta' l-irziezet tal-ħut fuq l-ekosistema fejn jinsabu?", "Meta saru dawn l-istudji?", "X'jirriżulta minn dawn l-istudji?", "Minn min saru dawn l-istudji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, il-biċċa l-kbira ta' l-applikazzjonijiet għal irziezet tal-ħut ikunu suġġetti għal studju dwarl-impatt ambjentali, inkluż l-impatt ambjentali li dan it-tip ta' żvilupp jista' jkollu fuq l- ekosistema fejn jinsabu.", "Dawn l-istudji isiru minn esperti mqabbda mill-iżviluppatur u mhux mill- awtorita' ta' l-ippjanar.", "L-esperti maħtura jiġu approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar u d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "L-istudji ukoll isiru a bażi ta' termini ta' riferenza maħruġa mill-istess żewġ entitajiet (kultant b'konsultazzjoni ma' dipartimenti oħra).", "Għalhekk, jeżisti kontroll kemm fuq il-kontribuzzjonijiet kif ukoll fuq il-kontenut ta' dawn l-istudji.", "Jiena mgħarraf ukoll li matul il-proċess ta' dawn l- istudji kien hemm numru ta' laqgħat bejn l-esperti u l-awtoritajiet sabiex dawn ta' l-aħħar jiggwidaw u jipprovdu informazzjoni lil ta' l-ewwel skond il-proċess stabbilit.", "L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant fuq dawn l-istudji, ċioe' meta saru dawn l-istudji, minn min saru u x'jirriżulta minn dawn l- istudji tirrikjedi riċerka intensa f'kull applikazzjoni li saret għar- razzett tal-ħut għaliex l-informazzjoni m'hijiex miġbura b'mod kollettiv.", "Għalhekk mhux possibbli li tiġi ppreżentata ma' din ir-risposta.", "Jekk l- Onor. Interpellant jogħġbu jkun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, dan jista' jiffaċilita risposta f'iqsar żmien.", "IRZIEZET TAL-ĦUT", "16035.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru dwar l-impatt ta' l-irziezet tal-ħut fuq l-ekosistema tal-baħar fejn jinsabu?", "Jirriżulta li qed inniġġsu l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kull applikazzjoni għall-irziezet tal-ħut tiġi sottoposta għal studju ta' l-impatt ambjentali bħala parti mill- proċessar ta' l-istess applikazzjoni mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Barra minn hekk, bħala kondizzjoni għal permess maħruġ mill-awtorita', l- iżviluppatur hu rikjest li jimmoniterja s-sit bil-għan li jiġi stabbilit l- impatt li l-iżvilupp ikollu fuq l-ambjent.", "Ir-rapporti ta' dan il- monitoraġġ jintbagħat lill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "ANTENNA - MOBILE PHONES", "16036.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jerġa' jivverifika jekk l-antenna li titwaħħal fuq l-iskejjel u ħdejn inħawi residenzjali biex iwassal is-sinjali u t-trasmissjonijiet tal- mobile phone b'xi mod jew ieħor hijiex jew tistax tkun ta' ħsara għas-saħħa tal-persuni milquta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16036, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Diviżjoni tas-Saħħa, qiegħda tistudja l-possibbilta' jekk dawn l-antenne jistawx ikunu ta' ħsara għas-saħħa pubblika.", "B'dan il-għan ġie maħluq bord, minn rappreżentant tas-saħħa pubblika, direttur tal-wireless and telegraphy, kif ukoll espert fuq din il-materja.", "Jekk ikun il-każ, jinħareġ code of safety standards għal Malta fuq standards internazzjonali.", "Tali standards jibdew jiġu annessi bħala kondizzjoni mal-liċenzja relatata li tiġi maħruġa mid-direttur tal-wireless and telegraphy.", "Fost diversi każijiet ta' stħarriġ li saru minn ħafna istituzzjonijiet madwar id-dinja, fosthom fir-Renju Unit, sal-lum f'ebda wieħed ma nstabu provi li t-trasmissjonijiet li ġejjin minn stazzjonijiet tal-mobile phones (apparat ċellulari) huma ta' dannu għas-saħħa tal-persuni.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - DRAMA UNIT", "16045.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Wara li dan l-aħħar id-Drama Unit tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tellgħet preżentazzjoni teatrali interessanti ħafna dwar junk food, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-preżentazzjoni u oħrajn siewja ta' qabilha dwar temi soċjali oħra humiex se jkunu ffilmjati sabiex l-iskejjel li jixtiequ jarawhom fil-futur ikunu jistgħu jagħmlu dan fl- iskola stess?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il student mar jara din il- preżentazzjoni s'issa u minn kemm skejjel ta' l-Istat u tal-Knisja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għall-preżentazzjoni teatrali dwar il- junk food (Teatru fl-edukazzjoni -T.I.E. JUNK FOOK HIGH) li ttellgħet id- Drama Unit ta' l-edukazzjoni li tinsab fi ħdan id-Dipartiment tal- Kurrikulu, bejn il-21 ta' Frar u s-17 ta' Marzu (18-il ġurnata) attendew b'kollox 3385 student/a li ġew minn tmien skejjel tal-Knisja/privati u 31 skola statali.", "Informat ukoll li JUNK FOOD HIGH huwa wieħed minn tliet proġetti dwar temi soċjali li d-Drama Unit għandha ppreparat għall-istudenti tal-Forms 3,4,5.", "Il-proġetti l-oħra huma GENERATION X (dwar l-influwenza tar-riklami u l-isfruttament taż-żgħażagħ) u BIG BULLY (dwar il-problema tal-bullying fis-soċjeta` tagħna).", "Kull sena, fuq roster ta' tliet snin, jiġi ttakiljat wieħed minn dawn is-suġġetti.", "L-istudenti tal-Form 3 jiġu fiċ-Ċentru tad- Drama M.A. Borg, il-Blata l-Bajda, li fih id-Drama Unit għandha ċ-ċentru tagħha, u jassistu għal u jipparteċipaw fil-programm teatrali interattiv dwar dak is-suġġett.", "Dan, normalment, isir fit-tieni term bejn Frar u Marzu.", "Sadanittant fl-ewwel term membri tal-unit iżuru lill-istudenti tal- Forms 4 u 5 fl-iskejjel tagħhom bi skript ridott fuq l-istess suġġett u jsiru workshops ma' l-istudenti.", "B'hekk l-istudenti kollha ta' l-upper forms jiġu esposti għal u jaħdmu fuq dawn it-tliet temi soċjali - u kollha jkollhom l-opportunita` li jattendu għall-inqas darba matul it-tliet snin fiċ-ċentru.", "L-impatt immedjat, i.e. il-kuntatt ħaj ma' l-atturi/għalliema tad-Drama Unit, huwa ta' importanza kbira - l-unit fuq dan tagħfas.", "Li dawn il- proġetti jiġu ffilmjati mhix idea ħażina għax b'hekk jistgħu jibbenefikaw dawk li għal xi raġuni jkunu tilfu l-opportunita` li jattendu - imma qatt ma jista' jissostitwixxi l-impatt immedjat.", "Madanakollu qed jiġi studjat mezz kif dawn il-proġetti jiġu fil-fatt iffilmjati u jkun hemm videos għad- dispożizzjoni ta' dawk l-edukaturi li jkollhom bżonnhom.", "MARITIME LAW - MASTERS DEGREE", "16047.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-Masters Degree fil-Maritime Law (IMLI)?", "Kemm ġew magħżula u min kienu?", "Xi kwalifiki kellhom u xi kriterji ntużaw fil-proċess ta' l- għażla?", "Min kienu dawk li ffurmaw parti mill-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "GOZO CHANNEL - FREE TRIPS", "16048.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel hux qed tagħti free trips għal vjaġġi bejn Malta u Għawdex lis-sidien taż-żwiemel u dan b'mod partikolari għal tiġrijiet li se jsiru fit-13 ta' Mejju, 2000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-kumpannija Gozo Channel għandha impenn soċjali, f`okkażjonijiet speċjali, tisponsorizza certi attivitajiet ta` natura edukattiva, kulturali jew sportiva li jsiru f`Għawdex, partikolarment meta dawn ikunu fuq skala nazzjonali.", "F`dan il-kuntest il-Gozo Channel sponsorizzat lill-Gozo Horse Racing Association fl-okkażjoni tal-Kampjonat Oracl Casino li sar nhar is-Sibt 13 ta` Mejju, 2000.", "L-isponsorizzar ingħatat taħt forma ta` biljetti b`xejn tal-vapur lill-parteċipanti kollha.", "TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL - SPONSORS", "16049.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk xi korporazzjoni jew xi entita' oħra fid-dekasteru tiegħu sponsorjawx it-tiġrijiet taż-żwiemel li se jsiru fit-13 ta' Mejju, 2000 ġewwa Għawdex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat, li minbarra l-isponsorizzar imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti, il-Maltapost tat is-somma ta` Lm500 bħala sponsorizzar għall-attivita` li għaliha qed issir riferenza.", "SKEJJEL - PROĊEDURI DWAR ĦARSIEN", "16072.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm matul din is-sena skolastika fit-twettiq tal-proċeduri għall-iskejjel dwar il-ħarsien tat- tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - METODU \"LET ME LEARN\"", "16073.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet jeżistu sabiex il-metodu tal-\"Let Me Learn\" jissaħħaħ u jinxtered f'aktar skejjel?", "Jista' jindika kif mar s'issa l-proġett pilota, u kif se jkompli jiżviluppa sabiex dan il-metodu tant utli jkun jista' jibbenefika lil tfal li għandhom stil ta' kif jitgħallmu li mhux indirizzat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa l-proġett tal-Let Me Learn qiegħed jinħadem fi tliet skejjel: dawk tal-Primarja A tal-Mosta, St Elmo Valletta u Fra Diego Bonanno l-Marsa.", "Numru ta' għalliema f'dawn l-iskejjel ġew imħarrġa u ħadu ċertifikat tat-taħriġ fi Frar 2000.", "F'dawn l-iskejjel l-LCI (Learning Combination Inventory) li dwaru hu mibni dan il-proġett ġie spjegat lill-għalliema, tfal u ġenituri u beda l- proċess biex jiġi implimentat.", "Bħalissa, qed jinbnew l-istrutturi u r-riżorsi (sew umani, kemm materjali) biex f'Settembru 2000, barra li jissaħħu u jiżviluppaw il- proġetti mibnija fit-tliet skejjel imsemmija, jidħlu ħames skejjel oħra fl- iskema fulltime, waqt li skejjel oħrajn jieħdu l-ewwel introduzzjoni għall- proġett.", "IHC - STUDENTI", "16085.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema fondi ntużaw sabiex studenti tal-mediċina ta' l-Institute of Health Care iwettqu ħidma fl-Isptar San Luqa fis-sajf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - SPECIAL LEARNING DIFFICULTIES SERVICES", "16086.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-Paired Reading Project ta' l-Ispecial Learning Difficulties Services tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Paired Reading Project kien esperiment ġdid għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fejn tfal u ġenituri ħadmu biex jiżviluppaw l-iskills tal-qari.", "Tfal dyslexic u l-ġenituri tagħhom kienu mistiedna jipparteċipaw f'kors ta' sitt ġimgħat.", "Tul dawn is-sessions il-ġenituri ġew mogħtija taħriġ speċifiku fuq kif jgħinu t-tfal fil-qari, kif jaqraw flimkien mat-tfal.", "Dan il-kors kien ta' suċċess kbir - rajna li meta l-ġenituri jafu bl- eżatt kif għandhon jgħinu t-tfal li għandhom diffikulta` fil-qari jistgħu jiġu 'l quddiem.", "SUR ROBERT LAURENTI", "16105.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati kollha li jaħdmu fit-taqsima tal- koperattivi?", "Jista' jgħid liema huma l-impjegati f'kull koperattiva?", "Jista' jikkonfemra jekk is-Sur Robert Laurenti rtirax u jekk irtira jista' jikkonferma jekk hux qiegħed jieħu pensjoni?", "Jista' jgħid jekk is-Sur Robert Laurenti huwiex jaħdem f'xi dipartiment jew koperattiva jew aġenzija oħra tal-gvern li taqa' taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid jekk wara li s-Sur Laurenti ffirma l-contract of termination għandux dritt jirreġistra bħala unemployed?", "Jista' jgħid jekk is-Sur Laurenti hux qed jirreġistra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Koperattivi hemm jaħdmu dawn l-impjegati:", "1.", "Is-Sinjura Josephine Agius 2.", "Is-Sinjorina Marcelle Azzopardi 3.", "Is-Sur Joseph Casha 4.", "Is-Sur Vince Fabri 5.", "Is-Sur Francis Galea 6.", "Is-Sinjorina Michelle Mamo 7.", "Is-Sur Emanuel Zahra", "Fir-rigward għat-tieni parti tal-mistoqsija, diġa' weġibt fid-dettall u m'għandix għalfejn nirrepeti.", "Lanqas m'għandi għalfejn nagħti dettalji personali ta' l-individwu konċernat.", "PENSJONANTI", "16106.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti talbux laqgħa miegħu minn wara l-budget 'l hawn?", "Jista' jgħid jekk iltaqax ma' din l-għaqda?", "Jekk iltaqa', x'kienu l-punti diskussi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma nħossx li hi etika li ngħati nformazzjoni dwar min jitlob li jiltaqa' miegħi u aktar u aktar li niżvela xi jkun ġie diskuss.", "EU - PENSJONANTI", "16107.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: La darba l-Kap ta' l-MIC ikkonferma ma' l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea jkollha timponi VAT fuq ikel u mediċinali (ara paġna 6 tal-newsletter tagħhom numru 158), jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Nazzjonalista u mod b'partikoari l-Ministeru għall-Politika Soċjali, hux qed jipprepara studju dwar l-impatt soċjali tal-VAT fuq ikel u mediċinali?", "Jista' jgħid meta l- gvern beħsiebu jimponi VAT fuq l-ikel u mediċinali u kemm se tkun ir-rata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nformat li kuntrarjament għal dak li qal fil- mistoqsija tiegħu l-Onor.", "Membru, il-Kap taċ-Ċentru ta' Informazzjoni dwar Malta u l-UE ma qalx illi jekk Malta tissieħeb fl-UE ikollha timponi VAT fuq ikel u mediċina iżda qal illi, filwaqt li dawn iż-żewġ tipi ta' prodotti huma inklużi bħala taxxabbli taħt id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, il-pożizzjoni tal-gvern Malti dwar din il-kwestjoni għadha mhix magħrufa.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET", "16108.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid bejn ix-xhur Diċembru u April, xahar xahar, kemm applikaw nies għal kull skema li hemm fis-seħħ fl-Awtorita' tad-Djar?", "Kemm ġew approvati applikazzjonijiet taħt kull skema?", "Kemm tħallsu flus taħt kull skema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - APPARTAMENTI", "16109.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu djar jew appartamenti b'kera mid-dipartiment għall-akkommodazzjoni soċjali mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali alloka 298 dar jew appartament b'kera.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "16110.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu djar jew appartamenti b'kera mill-Awtorita' tad-Djar, xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn Settembru 1998 'l hawn, l-Awtorita' tad-Djar ma ħarġet l-ebda post għal kiri peress li l-aħħar ħarġa għall-postijiet tal- kiri kienet fis-6 ta' Settembru, 1996."]} {"filename": "20020212_697d_par.doc", "date": "2002-02-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 697 It-Tlieta, 12 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 697", "It-Tlieta, 12 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "697", "It-Tlieta, 12 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 628", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 628", "TQEGĦID TA' KARTI 633", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI (KUMITAT)", "THE NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL (COMMITTEE STAGE) 634", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 646", "AĠĠORNAMENT 656", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 661", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduti Nri.", "695 u 696 li saru fil-11 u t-12 ta' Frar, 2002, rispettivament, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TAL-FINANZI – TELEPHONES, SAFAR, FUEL U HOSPITALITY - NEFQA", "30752.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' telephones u mobile phones matul is-sena 2001 fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality matul l- istess perijodu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l- informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, peress li mistoqsijiet simili qabel kienu jiġu risponduti – kemm meta l-Partit Laburista kien fil-gvern u anke f'din il-leġislatura – nista' nkun naf għalfejn f'daqqa waħda m'humiex qed jiġu risponduti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, li nista' ngħid hu li din it-tip ta' mistoqsija saret lil kull ministru u tinvolvi ċertu ġbir ta' informazzjoni li fil-fehma tiegħi jista' jkun hemm skrutinju tiegħu fil-public accounts committee.", "Barra minn hekk m'hemmx skop li wieħed jitlef daqshekk żmien biex jiġbor din l-informazzjoni kollha ladarba din imbagħad tkun miġbura fir-rapport finanzjarju ta' kull sena.", "Aħna jidhrilna li hemm metodi aħjar kif wieħed jinvesti flus il-poplu u m'għandux għalfejn jaħli r-riżorsi umani u finanzjarji ta' pajjiżna billi jiġbor informazzjoni doppja b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux li b'dan il-mod it-trasparenza li tant jiftaħru biha tan-naħa tal-gvern qed tiġi ostakolata?", "Din m'hijiex trasparenza u biex nuri li l-Parlament m'għandux jibqa' sejjer hekk, se ngħajjat quorum.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, naħseb li s-Sedja għandha tikkonsidra li preżenti hawn għaxar deputati min-naħa tal-gvern, tnejn min-naħa ta' l- oppożizzjoni u hawn it-toroq tal-Belt kollha magħluqa minħabba l-karnival!", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża.", "Billi kien hemm nuqqas ta' quorum is-seduta ġiet sospiża fis-6.06 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI – TELEPHONES, SAFAR, FUEL U HOSPITALITY - NEFQA", "30753.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa globali matul is-sena 2001 fuq telephones u mobile phones fil- ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingħata l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infieq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, f'diversi lokalitajiet, speċjalment fix- xitwa, isiru ħafna lmenti minħabba li jkun hemm provvista baxxa ta' l- elettriku.", "Jidher li waħda mill-problemi li ta' spiss tqum hija l-post fejn tinbena substation.", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li s-substations jibdew jinbnew taħt l-art bħalma sar fil-power station ta' Delimara li kienet saret fir-roundabout?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: B'mod ġenerali qed jiġi mistħarreġ fejn jistgħu joqogħdu aktar substations.", "Per eżempju, f'Imsida Circus hemm substation li tinsab proprju f'nofs ir-roundabout imdawwra bis-siġar u għalhekk qed nagħmlu użu minn post li m'huwiex daqshekk utilizzat u qed niffrankaw li jkollna nieħdu proprjeta` oħra għal dan l-iskop.", "Qegħdin ukoll jiġu kkonsidrati postijiet fejn jistgħu jsiru substations taħt l-art pero` rridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm flooding ta' l- ilma tax-xita għax dan jista' jikkaġuna ħsarat kbar.", "Jekk nagħmlu substations taħt l-art f'lokalitajiet li m'humiex soġġetti għal dan it-tip ta' flooding, inkunu qed nutilizzaw l-ispazju tagħna aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jispjega x'inhi s- sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-Maltacom li jinsabu preokkupati ħafna għax ma jafux x'se jiġri minnhom u qed jingħad li dawk li ma marrux ma' kumpanniji sussidjari jistgħu jispiċċaw barra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, issa morna għall-Maltacom.", "B'mod ġenerali nista' ngħid – għax kont nippreferi kieku kelli ċans inġib l- informazzjoni b'mod aktar dettaljat – li meta l-Maltacom ġiet parzjalment privatizzata mill-gvern preċedenti, kien hemm indikat li kienu se jonqsu mill-inqas 500 ħaddiem u dan kien taħt l-amministrazzjonijiet preċedenti.", "(Interruzzjonijiet) Issa ma ndawrux id-diskors għax fid-dokument li ġie maħruġ fil-privatisation – l-Onor.", "Joe Mizzi jmissu jafu dan għax għalkemm kien bla portafoll, dak iż-żmien kien iħares aktar mill-qrib lejn il- Maltacom – kien hemm indikat dan bl-aktar mod ċar.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, jekk m'għandekx point of order itlaq 'il barra.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett hawnhekk is-Sedja tiddeċiedi jekk titfax lil xi ħadd 'il barra u mhux il-Ministru.", "It-tieni nett, f'din il-Kamra ma tistax tgħid affarijiet li m'humiex veri.", "Dak li qed jgħid il-Ministru m'huwiex korrett għax kien hemm ftehim mal-union li ma jitkeċċa ħadd, anzi li dawn il-ħaddiema jiġu offruti jobs oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija li saret u jweġibha fuq ir-responsabbilta` tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma l-Ministru m'huwiex qed jgħid il-verita`.", "MR SPEAKER: Kompli Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-Onor.", "Joe Mizzi qed jakkużani li jiena gdibt.", "Dan m'huwiex veru u nitlob il-protezzjoni tas-Sedja.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Issa qiegħed iwieġeb il- Ministru fuq ir-responsabbilta` tiegħu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk l-Onor.", "Joe Mizzi nesa dak li kien ikkommetta ruħu dwaru gvern Laburista, nitolbu jġib il-provi u jurihomlna.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li fid-dokument għall-privatizzazzjoni tal-Maltacom taħt gvern preċedenti, kien hemm miktub black on white li se jkun hemm 500 ruħ żejda li jridu jitnaqqsu.", "Ma qalx x'se jsir minnhom imma qal li jridu jitnaqqsu. (|nterruzzjonijiet) Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant lanqas qed iħallini nirrispondi.", "MR SPEAKER: Ministru, indirizza lis-Sedja u kompli bit-tweġiba tiegħek.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma l-Onor.", "Mizzi għandu ħabta tant jgħajjat li anke meta jkun bla microphone itaqqab widnejn kulħadd!", "Jien li qed ngħid hu li l-Maltacom ukoll għaddejja minn proċess ta' diversifikazzjoni ...", "(Interruzzjonijiet) Jidher li l-Onor.", "Mizzi m'huwiex interessat fir- risposta.", "Naħseb li aħjar immur mar-regoli u meta jagħmel xi mistoqsija l- Onor. Mizzi ngħidlu li jekk dak li qed jistaqsi m'huwiex inkluż fil- mistoqsija oriġinali, jagħmel domanda bil-miktub għax minn fuq li qed nipprova nirrispondih fuq xi ħaġa li m'hijiex inkluża fil-mistoqsija oriġinali, qiegħed għaddej bil-kampanja li jtellef u jgħid ħafna ħmerijiet!", "Il-verita` hi li l-gvern preċedenti kellu proċess li hu qed jipprova jinsih u dak il-proċess aħna komplejnih.", "M'għamilna xejn differenti!", "Aħna għadna għaddejjin bil-proċess fejn il-Maltacom qed tiġi diversifikata f'areas ġodda, bħal tal-Go Mobile, per eżempju, fejn żiedet l-impjiegi u mhux naqqsithom, u allura aħna għaddejjin b'dak il-proċess ta' diversifikazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jilluminani ftit x'kienet ir- raġuni li l-industriji li jimportaw is-sors ta' materja prima ta' l-ikel ma ġewx informati li s-supply measure tinvolvi kondizzjoni u protezzjoni fuq ċerta kwantita` u minn fejn?", "Dan kif se jeffetwa lil dawn l-industriji u d- diversifikazzjoni tal-prodotti partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nissuġġerilu li din id-domanda verament jagħmilha bil-miktub ħalli nkun nista' nġib ir-risposta mingħand l-entita` konċernata.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – TELEPHONES, SAFAR, FUEL U HOSPITALITY - NEFQA", "30754.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali matul is-sena 2001 f'telephones u mobile phones fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l- istess perijodu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l- informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, skond dak li ġie kkomunikat lill-gvern mill-Unjoni Ewropea rriżulta li matul dawn l-aħħar tliet snin f'pajjiżna la kellna strateġija u lanqas kapaċita` amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp rurali.", "Tista' l-Ministru tgħid x'kienu l- prijoritajiet tagħha wara li ntqal dan u cioe` xi programm qiegħda tħejji biex tiżviluppa dawn iz-zoni rurali fil-gżira t'Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Mr Speaker, għar-rigward il-pożizzjoni t'Għawdex vis-à-vis l-Unjoni Ewropea l-ministeru jinsab għaddej b'ħidma sħiħa.", "Fil- fatt saru diversi laqgħat - mhux biss mar-rappreżentanti Maltin imma ġiet ukoll ikkummissjonata delegazzjoni minn Brussels biex tagħmel laqgħat speċifiċi - mal-Ministeru għal Għawdex kif ukoll ma' kull dipartiment u wasalna fi stadju fejn iddraftjajna protocol partikolari għal Għawdex li 'l quddiem se jiġi ppreżentat fin-negozjati dwar il-gżira t'Għawdex.", "Jidher li kien hemm response tajjeb ħafna minn kull sezzjoni.", "Rigward id-domanda supplimentari ta' l-Onor.", "Noel Farrugia, il-ministeru qiegħed jipparteċipa f'kull diskussjoni li jkun hemm rigward l-agrikoltura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl li l-Ministru qed tgħid li se jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa u attiva fil-laqgħat u fin-negozjati, bħala on-going f'dak li aħna nifhmu bih bħala żvilupp rurali, hemm xi proġetti maħsuba jew xi kuntratti li ngħataw jew xi konsulenti li ġew integrati fil-ministeru biex jagħtu konsulenzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-persuna nkarigata minn din il-ħidma huwa d- direttur li huwa responsabbli mill-proġetti u mill-iżvilupp fil-ministeru għal Għawdex.", "Dan l-aħħar anke ħriġna sejħiet għal aktar officers fid-dipartiment ta' l- agrikoltura bl-iskop partikolari li jkun jista' jgħin ukoll f'din il-ħidma.", "L-għan tagħna hu li dak kollu li jsir għal Malta jsir ukoll għal Għawdex, anzi aktar minn hekk għax Għawdex minnu nnifsu jitlob ċerta partikolarita` li hija speċifika għall-gżira t'Għawdex.", "LUKANDA VERDALA", "30755.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsijiet tiegħi dwar il-flus dovuti lill-ex-ħaddiema tal-lukanda Verdala tar-Rabat u l-arranġamenti verbali li kienu saru sabiex wara li tinbiegħ din il-lukanda, il-ħaddiema jitħallsu u għall-fatt li l- GWU ġabret mill-ġdid l-ismijiet u l-ammonti ta' flus dovuti lill-ħaddiema wara l-Ministru nformani li jekk ikun hemm talba mill-GWU f'dan ir-rigward jikkonsidra li jħallas il-pagamenti pendenti, jista' l-Ministru jinformani bil-progress li sar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn informazzjoni li għandi jirriżultali li sal- lum il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp ma rċeviet ebda dokumentazzjoni dwar din il-materja.", "Tajjeb ngħid li anke jekk tali dokumentazzjoni tiġi sottomessa, wieħed ma jistax jaqbad u jieħu azzjoni biex isir il-ħlas dovut.", "Qabel isir dan irid ikun żgurat li kull azzjoni li tittieħed tkun konformi mal-liġi, anke in vista tal-fatt li f'dan il-każ ikun irid isir użu ta' fondi pubbliċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li t-tweġiba ma tispeċifikax x'kontinwazzjoni u x'follow-up se jsir dwar it-talba ta' l-ex impjegati tal- lukanda Verdala, anke tal-GWU, jista' almenu l-Ministru jara jekk hux possibbli li jaħtar persuna biex tikkoordina s-sitwazzjoni li qegħdin jiffaċċjaw dawn il-ħaddiema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jiena mhux persuna nkarigajt imma nkarigajt lill-MDC biex tindaga sewwa, tara jekk hemmx records dwar din il- materja u tiddiskuti wkoll mal-union konċernata, li f'dan il-każ hija l- GWU.", "Pero` sfortunatament, allavolja ntqal kemm-il darba li din l- informazzjoni se tintbagħat – hawnhekk qed nirriferu għal meta l-Hotel Verdala kienet għalqet fl-1984, ittieħdet over mill-MDC u kien għad hemm xi pagi dovuti lil dawn il-ħaddiema minn dak iż-żmien – din baqgħet ma ntbagħtitx bil-miktub allavolja kien hemm repeated requests min-naħa tal- korporazzjoni.", "Kieku ntbagħtet din l-informazzjoni konna nkunu nistgħu naraw is-sitwazzjoni aħjar u jsir aktar progress.", "Pero` nerġa' ngħid li m'hemm l-ebda indikazzjoni fil-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp li kien hemm xi ħlas dovut lil dawn l-ħaddiema.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI – TELEPHONES, SAFAR, FUEL U HOSPITALITY - NEFQA", "30756.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa globali fis-sena 2001 f'telephones u mobile phones fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, numru ta' anzjani tilfu l-benefiċċju li kienu jingħataw qabel permezz tas-servizz tat-Telecare minħabba li s- ceiling tagħhom ogħla b'riżultat taż-żidiet li ngħatawlhom.", "Jista' l- Ministru jinvestiga din is-sitwazzjoni li qed tiskomoda u tpoġġi f'natura stramba kemm lill-anzjani nfushom kif ukoll lill-familjari tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, ma waslitli l-ebda informazzjoni ta' dan it- tip.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każ partikolari nitolbu jgħaddili l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – TELEPHONES, SAFAR, FUEL U HOSPITALITY - NEFQA", "30757.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali matul is-sena 2001 f'telephones u mobile phones fil-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l- informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nixtieq nirriferi għat-triq ta' Ħal Far, li ssemmiet hawnhekk diversi drabi u li s'issa parti minnha biss tlestiet u saret b'mod tajjeb.", "Peress li l-parti l-oħra ta' din it-triq qiegħda eżatt mar-runway, hemm il-ħsieb li din tinfetaħ biex il-vetturi li jkunu ġejjin min-naħa ta' Birżebbuġa jkunu jistgħu jgħaddu minnha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, meta kien hemm il-programmar ta' reconstruction tat-triq li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Galea, kien ġie deċiż li din it-triq tidjieq għall-wisgħa li hemm fil-preżent b'mod li jkun hemm lane f'direzzjoni u lane f'direzzjoni oħra u dan ix-xogħol huwa komplut.", "Li fadal issa huwa x-xogħol marbut mad-dwal ta' din it-triq u peress li din hija parallel mar-runway, qegħdin nikkonsidraw - kemm mas- civil aviation kif ukoll ma' l-Enemalta - x'tip ta' liaisoning partikolari jrid isir.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "31341.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fl-iskejjel speċjali f'dawn l- aħħar sentejn?", "Kemm ħarġu studenti minn dawn l-iskejjel?", "Kemm kienet l- ispiża kapitali u rikorrenti f'dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirriferi l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 29 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward ta' Angola.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 36 ta' l-2002 – Ir-Regolamenti tas-sena 2002 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1994 tal-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies – B.A. Leg. & Hum.", "St.;", "Avviż Legali Nru 37 ta' l-2002 - Ir-Regolamenti tas-sena 2002 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1997 dwar il-kors għall-Grad ta' Doctor of Laws – LLD;", "Tagħrif dwar il-programm Socrates ta' l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31399; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 31 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Ħwienet għall-Bejgħ ta' l-Inbid, Birra jew Likuri Spiritużi (Liċenzi, Bonordni u Diċenza Pubblika).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Avviż Legali Nru 30 ta' l-2002 – Avviż ta' dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2001 dwar is-Servizzi Veterinarji.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U", "L-ARTI", "THE NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-12 ta' Frar 2002)", "Klawsola 28 – Trasferiment ta' Attiv lill-Kunsilli", "Clause 28 – Transfer of Assets to the Council", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"K\" Klawsola 28 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) minflok il-kliem fis-subklawsola (2) \"f'Ordni magħmula mill- Ministru responsabbli għall-artijiet u ppubblikata fil-Gazzetta\" għandhom jidħlu l-kliem \"f'Ordni magħmula mill-Ministru responsabbli għall-artijiet f'konsultazzjoni mal-Ministru u ppubblikata fil- Gazzetta.\".", "\"K\" Clause 28 shall be amended as follows:-", "(a) for the words in subclause (2) \"in an Order made by the Minister responsible for lands and published in the Gazette\", there shall be substituted the words \"in the Order made by the Minister responsible for lands in consultation with the Minister and published in the Gazette\".", "Sur President, dalgħodu kont qed nispjega l-kontenut ta' din il-klawsola, li toħloq il-mekkaniżmu li bih se jiġu trasferiti l-proprjeta` u l- intrapriżi, l-assets u l-undertakings, kif ukoll l-użu u l- amministrazzjoni, lill-kunsill u lill-korpi magħqudin.", "Din il-klawsola tagħmel distinzjoni bejn il-proprjeta` mobbli u dik immobbli.", "Għandna paragrafu li jagħti idea dettaljata ta' x'qed nifhmu meta ngħidu \"proprjeta`\" u \"impriżi\", meta ngħidu \"assets\" u \"undertakings\".", "F'din il- klawsola qed jiġi nkorporat il-ħsieb li filwaqt li dejjem, it-trasferiment ta' proprjeta` jsir suġġett għal dawk il-patti u kundizzjonijiet li l- ministru responsabbli jqis meħtieġa, isir ukoll bil-kundizzjoni li l- proprjeta` tkun esklussivament użata għal finijiet kulturali u artistiċi jew inkella għal dawk il-finijiet li huma anċillari għal dan l-iskop.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif kien qed jgħid il-Ministru fis-seduta ta' dalgħodu, din hija klawsola importanti.", "L-uniku kumment li nixtieq ngħaddi huwa jekk fid-dawl tal-fatt li dawn il-postijiet li qed insemmu jagħmlu parti mill-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna, aħniex qed inħarsu....", "Il- Ministru diġa' spjega li dan ma jfissirx li qed nipprivatizzaw din lit- Teatru Manoel, lill-Kavallier ta' San Ġakbu, lil Dar il-Mediterran għall- konferenzi jew lil xi post ieħor.", "Li nixtieq nistaqsi lill-Ministru hu - anke jekk hemm klawsoli li jaħsbu għal din il-mistoqsija - x'jiġri, mhux mill-użu u mit-tmexxija tal-post innifsu, imma meta jsir sub-contracting ta' partijiet mill-bini.", "Per eżempju żgur li jagħmel sens li f'Dar il-Mediterran ikun hemm mużew ta' l-isptar ta' l-Ordni.", "Il-Franċiżi, li f'dan ir-rigward għandhom ħafna inqas wirt milli għandna aħna u żgur li m'huwiex ta' livell artistiku għoli daqs tagħna, irnexxielhom jagħmlu dan.", "Iva, ikun jagħmel sens kieku parti minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi tieġi żviluppata b'mod li jerġa' jiġi kkreat l-ambjent ta' sptar li kien hemm fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann.", "Jekk ikun hemm entita` privata li tkun interessata li tidħol għal din il-biċċa xogħol u allura tkun interessata biss f'parti minn Dar il- Mediterran, fl-istruttura li qed infasslu, x'jiġri?", "Ma' min se tinnegozja din l-entita` privata biex tilħaq ftehim dwar kif tiġġestixxi dik il-parti tal-bini?", "L-istess jista' jingħad fir-rigward tat-Teatru Manoel, fejn hemm restaurant tal-post, u anke fir-rigward tal-Kavallier ta' San Ġakbu, fejn ukoll hemm café tal-post.", "F'dak il-każ, l-arranġamenti kif u ma' min iridu jsiru?", "Nixtieq li l-Onor.", "Ministru jgħid jekk fl-istrutturi li qed niddiskutu, dak li qed jiġri s'issa huwiex se se jsir b'mod differenti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-punt ta' partenza ta' din it-tweġiba huwa li dan l- abbozz ta' liġi jaħseb biex il-proprjeta`, it-titolu, l-ownership, jibqa' tal-gvern.", "Issa meta l-gvern, permezz ta' din il-liġi, qed jgħaddi l-użu u l-amministrazzjoni ta' l-assi immobbli, anke skond il-liġi ċivili tagħna, dan irid isir skond il-patti u l-kundizzjonijiet li wieħed jagħmel.", "Din hija sitwazzjoni Ii diġa' kellna esperjenza tagħha.", "Sal-lum, dawn l- entijiet, biex b'intenzjonijiet l-iktar tajba jagħmlu l-aħjar użu ta' l- ispazji li għandhom u anke biex jiggwadanjaw xi flus li jkunu jistgħu jużaw għall-iskopijiet proprji tagħhom, għamlu ftehim kummerċjali ma' entijiet privati, ftehim li sar mingħajr is-sorveljanza tal-gvern.", "Ta' min jgħid li f'dawn l-aħħar żminijiet, din il-materja ġiet diskussa anke mad-dipartiment ta' l-artijiet.", "L-ewwelnett irrid ngħid li t-trasferiment ta' l-użu u l-amministrazzjoni mhux se jagħmilhom il-Ministru tal-Kultura, imma l-Ministru ta' l-Artijiet.", "Meta wieħed jiġi biex jgħaddi dawn it-trasferimenti, jiftiehem dwar il- parametri li fi ħdanhom irid jeżerċita dan l-użu u din l-amministrazzjoni.", "Naħseb li l-kundizzjonijiet u l-patti jkun suġġett għan-negozjati li jkunu jridu jsiru bejn id-dipartiment ta' l-artijiet, il-Ministeru tal-Kultura u l-entita` partikolari, bl-iskop li wieħed idaħħal is-sorvelja meħtieġa mingħajr ma jissostiwixxi n-negotiating process, ir-rieda, is-savoir faire ta' dawn l-entijiet b'modli finalment jista' jinċampa xi ftit l-affarijiet.", "Jiena nifhem li sal-lum konna qegħdin fl-estrem fejn f'ċertu sens, dawn l- entijiet kienu jinnegozjaw without reference, bħalma ġara fil-każ tas-St.", "James Cavalier, fejn ħarġu avviżi biex l-użu u l-amministrazzjoni ta' spazji jingħataw għal finijiet ta' ristorant eċċ, anke jekk finalment, ma ġie konsultat ħadd iktar minħabba l-inesperjenza li għandna f'din il- materja.", "Fil-fatt jien sirt naf x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-kuntratt post factum, anke għaliex, u forsi hawnhekk tgħallimt ftit mill-esperjenza ta' xi ħaġa li suppost kellha tkun ovvja, li għandu jkun hemm ċerta reference għall-finijiet ta' pariri, li wieħed irid jara l-kuntratt ftit qabel, biex ikun jista' jiflih, u jkun hemm ċertu auditing minn qabel ta' l- affarijiet, ħalli wieħed jikkonferma li l-kundizzjonijiet ikunu fair and reasonable, li ma jkunx hemm sell-out imma jkun hemm xi ħaġa fondata tajba.", "Jien naħseb li dan it-tip ta' kundizzjonijiet ikunu jridu jidħlu, kemm fl- istatuti li jingħataw meta eventwalment ikun jista' jingħad li t-Teatru Manoel għandu personalita` ġuridika, u wisq iktar meta wieħed jiddiskuti man-negozjaturi dwar taħt liema kundizzjonijiet se jingħataw l-użu u l- amministrazzjoni ta' dak il-post.", "Huwa hawnhekk fejn imbagħad wieħed ikun jista' jikkonsulta.", "Jiena ma nsib l-ebda diffikulta` biex ngħaddi dan it-tip ta' drafts lill- oppożizzjoni ħalli tkun tista' tarahom qabel tagħti l-kontribut tagħha.", "Nerġa' ngħid li din hija kwestjoni ta' fejn se nsibu l-bilanċ biex minn naħa jkollna l-assikurazzjoni li l-affarijiet qed isiru bil-għaqal, u min- naħa l-oħra ma nidħlux fis-sitwazzjoni fejn nippruvaw inwarrbu l-element ta' riskju kummerċjali u f'idejna ma' jibqagħlna xejn.", "Naħseb li huwa f'din il-linja li nista' nwieġeb għall-mistoqsija li saret.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena naċċetta l-ispjega tal-Ministru, u fil-fatt kelli l-ħsieb li anke nagħmel mistoqsija bil-miktub, għax lanqas hu fair li naħseb li l-Ministru jkollu l-informazzjoni li kont se nagħti bħala eżempju.", "Jien se nitlob lill-Ministru jivverifika f'mistoqsija bil-miktub, jekk jirriżultax li hu minnu li dan l-aħħar ittieħdet deċiżjoni biex tinbidel il-persuna li kienet tieħu ħsieb ir-restaurant tat-Teatru Manoel.", "Milli jidher, il-kuntratt li kellha din il-persuna ġie mitmum qabel iż- żmien u bħala kumpens ingħatat is-somma ta' madwar Lm22,000.", "Qed inpoġġi dan bħala mistoqsija għax ma nafx jekk huwiex veru jew le, u għalhekk ma rridx noqgħod fuq xi ħaġa li tista' tkun sempliċiment għajdut.", "Sur President, hawn ġew xbajna nitkellmu dwar il-bżonn li nsibu mod ħaj kif nimmaniġġjaw anke proprjeta` li bħalissa, sa ċertu punt, hija mejta, pero' min-naħa l-oħra naħseb li għandna nieħdu l-passi meħtieġa biex ma neqirdux l-ispirtu imprenditorjali, ma noqtlux il-fatt li dawn l-azjendi jew partijiet minnhom ikunu jistgħu jitmexxew fuq bażi kummerċjali.", "Waħda mill- problemi li għandna f'pajjiżna, peress li huwa gżira żgħira, huwa li r- relazzjonijiet inter-personali u inter-familjari huma ferm iżjed b'saħħithom mill-istituzzjonijiet u mil-liġijiet.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien, imma jgħiduh l-istudji li saru fuq fuq gżejjer żgħar u stati żgħar bħal tagħna.", "Probabbilment, din il-konklużjoni hija kemmxejn esaġerata, pero' huwa veru li f'pajjiżna, huwa faċli li l-kuntatti personali jieħdu sopravvent fuq ħaġa oħra.", "Għalhekk huwa mportanti li jkollna dawn l- arranġamenti istituzzjonali li semma' l-Ministru, u kif qal hu, wieħed jipprova jilħaq bilanċ bejn tmexxija imprenditorjali fuq bażi kummerċjali u bejn il-mod ta' kif l-affarijiet, għallinqas isiru fuq level playing ground, ħalli kull min jissogra jidħol għal biċċa xogħol bħal din, iva, jagħmel il-kuraġġ, imma f'parametri aċċettabbli u diċenti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ovvjament, biex inkun nista' nagħti d- dettalji dwar il-kwestjoni tar-restaurant tat-Teatru Manoel, ikolli nistaqsi, pero' f'dan l-istadju ngħid li iva, il-kuntratt li kellu l- operatur tar-restaurant ġie mitmum għal raġunijiet li l-management ħass li kienu meħtieġa.", "Ma niftakarx bi preċiżjoni x'kienu ċ-ċirkostanzi, pero' jidher li ntlaħaq ftehim bejn il-management tat-Teatru Manoel u l-operatur biex dan ta' l-aħħar iħalli fir-restaurant proprjeta` mobbli u affarijiet oħra li hu kien għamel u xtara, biex jintużaw minn min kien se jmexxi lir- restaurant warajh.", "Fir-rigward ta' din il-kwestjoni, għalkemm kien hemm mument fejn kont qed ningħata informazzjoni, f'ċertu sens ma stajtx ...", "Per eżempju li stajt nagħmel kien li nwaqqaf kollox, nidħol fil-kwestjoni u nawtorizza jien bid- dettal eċċ., pero' ma niftakarx li formalment kien hemm xi talba jew xi riferenza min-naħa tal-management tat-Teatru Manoel lill-uffiċju tal- permanent secretary, biex aħna nidħlu f'din il-kwestjoni.", "Jista' jkun li l- obbligu tagħna kien li nidħlu, pero' rigward id-dettalji, ikolli nitlob it- tagħrif meħtieġ mingħand l-awtoritajiet konċernati.", "Sur President, nixtieq nirtira l-emenda li qrajt għal klawsola 28, għax fl- ewwel subklawsola rrid inżid dak il-kliem li rriferejt għalih dalgħodu.", "F'subklawsola (1), fir-rigward tat-trasferiment ta' l-assi mobbli, qed ngħidu li dawn ikunu \"trasferiti lil u jiġu vestiti fil-Kunsill taħt l- istess titolu li bih kienu miżmuma mill-Gvern minnufih qabel dik id-data.\". dan ifisser li per eżempju s-siġġijiet li hemm f'Dar il-Mediterran se jiġu vestiti fil-kunsill u mhux fl-entita` li qed tmexxi Dar il-Mediterran.", "L- intenzjoni m'hijiex din, jew inkella li imbagħad, il-kunsill ikollu jerġa' joqgħod ivestihom.", "F'subklawsola (2), li jitkellem dwar proprjeta` immobbli, fl-abbozz pubblikat qed jingħad li dawn \"ikunu vestiti fil-Kunsill jew fil-korp magħqud jew entita` li jkunu hekk imsemmija f'dik l-ordni magħmula mill- imsemmi Ministru\".", "Għalhekk, f'subklawsola (1) ta' klawsola 28 qed inżid li dawn jiġu vestiti fil-kunsill jew fil-korp magħqud jew fl-entita` kif indikat mill-ministru, jiġifieri l-assi mobbli li hemm fit-Teatru Manoel jiġu trasferiti fl-istess teatru, u l-istess għal dawk li hemm f'Dar il- Mediterran u f'St. James Cavalier, għax inkella, kif diġa` għedt, bil-mod ta' kif qiegħda miktuba subklawsola (1), dawn jiġu vestiti proprju fil- kunsill innifsu.", "Għalhekk naħseb li fir-rigward tat-trasferiment, subklawsoli (1) u (2) ta' klawsola 28 għandhom ikunu jaqraw l-istess, jiġifieri li t-trasferiment isir lill-kunsill jew lill-korp jew entita` kif indikat mill-ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, għalkemm dan li għadu kif qal il- Ministru jagħmel sens, pero' nixtieq inqajjem ċerti punti li rridu naħsbu fihom iktar milli fil-qafas tal-liġi, speċjalment meta niġu biex niddiskutu xi ħaġa bħat-Teatru Manoel, fejn minbarra proprjeta` mobbli u immobbli, hemm affarijiet oħra bħal per eżempju kostumi, arkivji sħaħ ta' ħafna partituri u kompożizzjonijiet mużikali.", "Allura naħseb li huwa mportanti ħafna li issa li se jsir dan il-pass, isiru inventarji serji ta' x'hemm f'dawn il-postijiet.", "Iva, għandna nieħdu l-opportunita` biex nagħmlu inventarju b'mod sistematiku ta' x'jeżisti f'Dar il-Mediterran, fit-Teatru Manoel u f'entitajiet oħra bħal dawn.", "Jiena nawgura li jsir pass tajjeb ħalli niftħu paġna ġdida u ma nkomplux nimxu kif imxejna sa issa, jiġifieri b'mod li mhux dejjem kien serju, iktar u iktar peress li qed nitrattaw fuq parti daqshekk importanti mill-wirt storiku u kulturali tagħna, li sfortunatament kultant kienu mobbli żżejjed għax spiċċaw fejn mhux suppost li kellhom imorru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju li dak li qed jgħid l-Onor.", "Bartolo huwa esiġenza importanti ħafna.", "Hija wkoll il-policy u l-prattika normali li meta jsiru dan it-tip ta' trasferiment minn gvern għal xi entita`, anke jekk tkun entita` pubblika, dan isir b'mod formali u fost il-formalitajiet, ikun hemm ukoll inventarju dettaljat li jkun irid jiġi wkoll verifikat.", "Sur President, se nipproponi mill-ġdid l-emenda għal klawsola 28.", "\"K\" Klawsola 28 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) minflok il-kliem fis-subklawsola (1) \"jiġu vestiti fil-Kunsill taħt l-istess titolu\" għandhom jidħlu l-kliem \"jiġu vestiti fil- Kunsill jew fil-korp magħqud jew entita' kif indikat mill-Ministru\"; u", "(b) minflok il-kliem fis-subklawsola (2) \"f'Ordni magħmula mill- Ministru responsabbli għall-artijiet u ppubblikata fil-Gazzetta\" għandhom jidħlu l-kliem \"f'Ordni magħmula mill-Ministru responsabbli għall-artijiet f'konsultazzjoni mal-Ministru u ppubblikata fil- Gazzetta.\".", "\"K\" Clause 28 shall be amended as follows:-", "(a) for the words in subclause (1) \"vested in the Council under the same title\" there shall be substituted the words \"vested in the Council or in the body corporate or entity so designated by the Minister\"; and", "(b) for the words in subclause (2) \"in an Order made by the Minister responsible for lands and published in the Gazette\", there shall be substituted the words \"in the Order made by the Minister responsible for lands in consultation with the Minister and published in the Gazette\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda l-ġdida kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 28 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Kif jiftehmu l-liġijiet eċċ.", "Clause 29 – Construction of Laws etc.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola ta' natura pjuttost teknika legali, fejn permezz tagħha qed jiġi stabbilit kwalunkwe regolament, ordni, sentenza, digriet, award, kuntratt eċċ., li jkun jeżisti minnufih qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din it-taqsima, li jaffettwa jew ikun konness ma' xi waħda mill-proprjetajiet jew intrapriżi trasferiti lill-kunsill b'dan l-abbozz jew taħtu, jibqa' jkollu seħħ u effett kontra jew favur il-kunsill, u għandu jkun fis-seħħ liberament u effettivament bħallikieku minflok il-gvern jew l-awtorita` tal-gvern kien hemm l-imsemmi kunsill.", "Naturalment, hemm kuntratti, jista' jkun hemm sentenzi, proċeduri jew xi affarijiet bħal dawn, jista' jkun hemm kawżi pendenti, li dwar dawn irrid nistaqsi għax ma nafx jekk hemmx, li jkunu saru jew kontra l-gvern jew mill-gvern.", "Ovvjament, f'ċertu sens, il-gvern se joħroġ direttament barra mix-xena.", "Dan ifisser li dawk il-proċeduri kollha li laħqu saru sad-data tad-dħul fis- seħħ ta' dan l-abbozz, jirithom il-kunsill, jiġifieri bħalma se jiġu trasferiti lilu l-affarijiet l-oħra, se jiret ukoll id-drittijiet u l- obbligi.", "Jekk hemm min għandu jħallas lill-gvern talli per eżempju uża Dar il-Mediterran, f'din il-liġi qed ngħidu li avolja l-kuntratt kien sar mad- dipartiment jew mal-gvern, id-dritt tal-ħlas issa jappartjeni lill-kunsill.", "U l-istess viċi versa, jiġifieri jekk il-gvern għandu jħallas lil xi ħadd għal servizzi li jkunu ingħataw lil dawn l-entijiet, dawk l-obbligi se jirithom il-kunsill ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Allura dan japplika anke jekk baqa' xi kawżi pendenti fuq partijiet tal-proprjeta` tat-Teatru Manoel, ma' familja li kienet tgħix fil-post?", "Skond dak li qed jgħid jgħid il-Ministru, qed nifhem li jkun il-kunsill li....", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, u fil-fatt fil-klawsola li jmiss se nitkellmu dwar kawżi.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 – Dispożizzjonijiet Transitoriji.", "Clause 30 – Transitory provisions.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, subklawsola (1) ta' din il-klawsola qed jistabbilixxi l-prinċipju li dak li jkun inbeda taħt l-awtorita` tal- gvern qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-att, u li jkollu x'jaqsam mar-responsabbiltajiet li qed jiġu trasferiti lill-kunsill, se jkompli jitwettaq u jiġi mitmum mill-kunsill jew kif awtorizzat minnu.", "Subklawsola (2) jitkellem proprju dwar kawżi pendenti qabel id-dħul fis- seħħ ta' dan l-abbozz.", "Fejn ikun hemm proċedimenti legali pendenti li fihom il-gvern ikun parti, qed ngħid li l-gvern se jiġi sostitwit bil- kunsill.", "Dan il-paragrafu jgħid li l-kunsill għandu, sa mid-data hawn imsemmija, jiġi sostitwit f'dawk il-proċedimenti għall-gvern jew inkella jsir parti minnhom.", "F'subklawsola (3), il-Ministru qed jiġi mogħti s-saħħa li b'ordni, jista' jagħmel provvedimenti inċidentali jew konsegwenzjali jew supplimentari, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-fini li jiddetermina l-attiv trasferit lill- kunsill b'dan l-abbozz, u jiżgura u jagħti kull effett lit-trasferiment ta' proprjeta` jew intrapriżi jew kull dritt jew responsabbilta` lill-kunsill.", "Din hija klawsola li nsibuha f'dawk il-liġijiet li jagħmlu trasferiment minn sistema għall-oħra, minn awtorita` għal oħra.", "In between, il-ministru konċernat ikollu dan l-empowerment li jagħmel ordnijiet biex dak li qed tipprevedi l-liġi jkun jista' jitwettaq, filwaqt li jkun hemm ħwejjeġ li jkunu jridu jsiru ad hoc għal dak il-perjodu partikolari ta' transizzjoni, u allura jrid ikun hemm xi ħadd li jkollu l-legalita` li jagħmilhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma naf iniex out of order, imma per eżempju fil- kalendarju kulturali, il-festival ta' l-għana u tal-jazz saru appuntament annwali.", "Forsi din m'hijiex il-klawsola rilevanti biex niddiskutu xi ħaġa bħal din, imma jien nixtieq inkun naf x'se jkunu l-arranġamenti, fis-sens li s'issa, f'każ minnhom kien hemm persuna waħda li torganizza kollox u f'każ ieħor, minkejja li hemm forma ta' struttura, jispikka s-sehem ta' individwu partikolari.", "Dawn ma jaqgħu taħt l-ebda entita` li qed insemmu, kemm fl-ewwel skeda kif ukoll fit-tieni skeda.", "Qajjimt dan il-punt għax dawn il-festival huwa tnejn mill-attivitajiet li probabbilment il-kunsill probabbli se jassumi r-responsabbilta` li jorganizzahom, jiġifieri dak li qabel kien isir bejn id-dipartiment u l-organizzatur, issa nassumi li se jibda jsir bejn il-kunsill u l-persuna konċernata.", "Nassumi wkoll li l-vot kien ġej mill-general culture activities, il-line item li għandna hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa preċiżament hekk.", "Sal-lum, il-festival ta' l- għana, il-jazz festival, u f'ċertu sens anke l-festival kanzunetta għall- Ewropa, minkejja li għandu line item għalih, jaqgħu direttament taħt ir- responsabbilta` tad-dipartiment tal-kultura.", "Issa dawn se jsiru responsabbilta` tal-kunsill.", "Forsi wieħed jistaqsi jekk hemmx garanzija Ii dawn l-attivitajiet se jibqgħu jittellu.", "Għalkemm bil-liġi m'aħniex qed ngħidu li iva, se jibqu jsir, se norbtuhom b'liġi mal-kunsill.", "Jiena nispera li dan il-kunsill jagħmilhom iktar sostenibbli.", "Jiena naqbel li dawn il-festivals għandhom isiru b'mod iktar organizzat, speċjalment il- jazz festival, fejn hemm il-possibilta` li kummerċjalment ntejjbu xi ftit ir-rendiment.", "Iva, ikolli ngħid li dawn il-festivals jiddependu minn persuna waħda, pero' naħseb li kieku ma jkunx hemm dik il-persuna mimlija entużjażmu u esperjenza, ikun diffiċli...", "Nerġa' ngħid li min se jmexxi lil dan il- kunsill u biħsiebu jċaqlaq l-affarijiet, għandu joqgħod attent li jkollu l- garanzija, sa fejn hu umanament possibbli, li se jċaqlaq għall-aħjar, għax ormai, kemm il-festival ta' l-għana kif ukoll il-jazz festival, għandhom ċertu rikonoxximent fost il-pubbliku, it-tnejn li huma rabbew ċertu segwitu u ntogħġbu.", "Għalhekk l-isforzi jridu jsiru biss biex nassiguraw li dawn il- festivals ikunu aħjar.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31 – Persuni li Jitqiesu Bħala Uffiċjali Pubbliċi", "Clause 31 – Persons Deemed Public Officers", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-klawsola rriferejna għaliha wkoll dalgħodu, u permezz tagħha qed nirrendu lill-membri tal-kunsill, lill-uffiċjali u lill- impjegati kollha bħala li jkunu uffiċjali pubbliċi għall-finijiet tal- kodiċi kriminali, anke jekk ikunu persuni li qatt ma kienu uffiċjali pubbliċi skond it-tifsira li tagħti l-kostituzzjoni, jew ikunu mpjegati li ġew ingaġġati mill-kunsill li jkun qed jimpjega persuni miegħu imma mhux bħala public officers.", "Għall-finijiet tar-responsabbiltajiet fil-qadi tad- dmirijiet ta' dawn l-impjegati, hemm l-istess sanzjonijiet li tistabbilixxi l-kodiċi kriminali għall-uffiċjali pubbliċi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri anke dawk impjegati fuq bażi kuntrattwali, bħal per eżempju d-direttur eżekuttiv li jiġi ngaġġat fuq kuntratt ta' tliet snin jew ħames snin, qed jintrabtu bi klawsola bħal din.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hija fl-affermattiv.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 – Setgħa li jsiru Regolamenti.", "Clause 32 – Power to make Regulations.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija the enabling clause, jiġifieri l-għajn li minnha toħroġ is-setgħa tal-ministru li jagħmel regolamenti.", "L-ewwelnett, b'konsultazzjoni mal-kunsill, il-ministru jista' jagħmel regolamenti dwar xi funzjoni tal-kunsill u dwar kulma hemm preskritt taħt dan l-abbozz.", "Fil-kors tal-qari ta' l-abbozz ta' liġi, insibu diversi klawsoli li jitkellmu dwar kif jiġi preskritt taħt dan l- abbozz.", "Huwa imbagħad hawnhekk li ngħidu li preskritt tfisser permezz ta' regolamenti.", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li l-Ministru se jkun jista' anke jemenda l-iskeda, pero' hawnhekk trid issir emenda għax skedi hemm tnejn, u allura rridu ngħidu \"l-iskedi li jinsabu ma' dan l-att\".", "Jistgħu jinħolqu entijiet oħra jew jista' jkun hemm inqas entijiet minħabba l-assorbiment ta' diversi entijiet f'xi enti waħda.", "Ħadd ma jaf x'jista' jsir, jiġifieri dawn iż-żewġ skedi m'humiex bħaż-żewġ twavel ta' Mose`, u jistgħu jinbidlu.", "Subklawsola (3) tispeċifika oqsma partikolari li huma suġġetti wkoll għar- regolamentazzjoni.", "Dawn huma kollha regolamenti li jsiru bħala avviż legali, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u jkunu leġislazzjoni sussidjarja suġġetta għall-iskrutinju tal-Parlament.", "L-ewwel qasam li qegħdin nipprospettaw huwa regolamenti dwar proċeduri amminstrattivi u organizzattivi li għandhom jiġu segwiti mill-kunsill, mid-direttur eżekuttiv u minn kull entita` msemmija f'xi waħda mill-iskedi ta' dan l- abbozz.", "Dan qed isir biex anke ċerti issues Ii tqanqlu f'din id- diskussjoni, jekk wieħed iħoss il-bżonn li jirregolamentahom, ikun jista' jagħmel dan.", "Imbagħad hemm regolamenti dwar skemi għal fini ta' finanzjament jew sussidjar ta' programmi, inizjattivi u avvenimenti kulturali u artistiċi.", "Din il-parti tirreferi għal dak li tkellimna dwaru fil-klawsola 7.", "Fir-rigward ta' paragrafu (ċ) ta' din is-subklawsola, fejn jingħad li \"kull ħaġa li għandna x'taqsam ma' l-uffiċjali u l-impjegati tal-kunsill\", se nressaq emenda biex inżidu \"kull ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-infiq, id- dħul tal-kunsill, l-estimi u l-kontijiet tiegħu u l-verifika tagħhom\", ħalli nassiguraw li jekk fil-kors ta' l-esperjenza, jirriżulta li jkun hemm bżonn ta' interventi ta' superviżjoni aħjar jew inkella ta' informazzjoni, diġa' jkun hemm il-vires fil-liġi prinċipali biex dak ikun jista' jsir.", "Għalhekk nipproponi din l-emenda għal klawsola 32.", "\"L\" Klawsola 32 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) fis-subklawsola (2) minflok il-kliem \"jemenda l-Iskeda\" għandhom jidħlu l-kliem \"jemenda l-Iskedi\"; u", "b) fis-subklawsola (3) wara l-paragrafu (ċ) għandu jidħol il-paragrafu ġdid li ġej:-", "\"(d) kull ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-infiq u d-dħul tal-Kunsill, l- estimi u l-kontijiet tiegħu, u l-verifika tagħhom.\".", "\"L\" Clause 32 shall be amended as follows:-", "a) in subclause (2) for the words \"amend the Schedule\" there shall be substituted the words \"amend the Schedules\"; and", "b) in subclause (3) after paragraph (c) there shall be added the following new paragraph:-", "\"(d) any matter related to the expenditure and income of the Council, its estimates and accounts, and their verification.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Irrid ngħaddi kumment biex anke norbot ftit ma' dak li konna qed ngħidu qabel dwar il-jazz festival u l-festival ta' l- għana.", "Jien qed nifhem li bil-qafas ta' relazzjoni li qed niddiskutu bejn il-ministru u l-kunsill, u anke fid-dawl ta' dak li hemm fi klawsola 9, nassumi li jkun in order li l-ministru jista' jesprimi - mhux kwestjoni ta' x'inhi x-xewqa personali tiegħu - li per eżempju waħda mid-direttivi bil-miktub lill-kunsill hi li l-festival ta' l-għana u l-jazz festival jibqgħu jsiru.", "Qed nifhem li f'dan il-każ, hija xi ħaġa formali u li tista' ssir.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, klawsola 9 hija ftit differenti minn xi klawsoli li nsibu f'liġijiet oħra, għax fid-diversi liġijiet fejn twaqqaf per eżempju regolatur, hemm speċifikat li d-direttivi jistgħu jkunu biss dwar policy.", "Meta f'din il-Kamra għaddejna klawsola 9, proprju ddiskutejna internament.", "Kieku kellna nħalluha biss dwar policy, il-gvern jiġi eżawtorat milli jesprimi direzzjoni u jordna li l-festival ta' l-għana jsir.", "Jista' jkun hawn kunsill li ma jkunx jaqbel li dan il-festival isir, u jekk xi ħadd jinsisti, l-kunsill ikun jista' jgħid li dik m'hijiex il- policy imma hija xi ħaġa dettaljata.", "Għalhekk fi klawsola 9 assigurajna ...", "Ovvjament dejjem se jkun hemm xi ftit esitazzjoni, u żgur li jkun hemm min jistaqsi jekk il-ministru huwiex se jibda jiddetta lill-kunsill xi jnkanta u ma jkantax, pero` imbagħad irid ikun hemm ċerta fiduċja, jiġifieri jekk il-ministru se jagħti direttivi li huma stupidi, naħseb li jkun hemm l-opinjoni pubblika u tan-nies konċernati li jissanzjonawh.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 32 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 32, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, se nressaq emenda għal klawsola 16.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se naqra issa l-emenda għal klawsola 16.", "\"M\" Minflok paragrafu (a) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 16 għandu jidħol dan li ġej:-", "\"Kap. 93.", "(a) Għall-għanijiet ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, l- emolumenti pensjonabbli ta' dak l-uffiċjal pubbliku meta jirtira għandhom jitqiesu li jkunu l-emolumenti pensjonabbli li jitħallsu lil xi uffiċjal fis-servizz tal-Gvern fi grad u f'livell inkrementali li jikkorrispondi għall-kariga li jkollu l-uffiċjal meta jirtira minn mal- Kunsill.\".", "\"M\" For paragraph (a) of subclause (6) of clause 16 there shall be substituted the following:-", "\"Cap.", "93.", "(a) For the purposes of the Pensions Ordinance the pensionable emoluments of such public officer on retirement shall be deemed to be the pensionable emoluments payable to an officer in Government service in a grade and at an incremental level corresponding to the post and incremental level at which the officer retires from the Council.\".", "Sur President, jekk wieħed jara paragrafu (a) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 16 isib li fis-sustanza qed ngħidu l-istess ħaġa, għax fi klawsola 16 kif għaddejniha qegħdin ngħidu \"għall-finijiet ta' dan l-artikolu\", u issa qed ngħidu \"għall-finijiet ta' l-ordinanza dwar il-pensjonijiet\".", "Ovvjament, din il-klawsola din il-parti tapplika biss għall-ordinanza dwar il-pensjonijiet, u issa, b'din l-emenda, qed nispeċifikawha.", "Imbagħad qed nużaw terminoloġija ftit differenti meta qed ngħidu li l-gradi u s-salarji jkunu kklassifikat skond l-iktar grad korrispondenti u livelli inkrementali fis-servizz mal-Gvern ta' Malta, b'riferenza għal abbiltajiet eċċ., u għalhekk qed nagħmlu lil din il-klawsola iktar preċiża biex tirrifletti d- diċitura teknika li għandha x'taqsam mal-mod ta' kif fil-livell ta' l-MPO, wieħed jistabbilixxi l-grad u f'liema livell inkrementali tkun tikkorrispondi l-kariga.", "Li qegħdin ngħidu hawnhekk huwa li meta persuna li tkun ilha taħdem mal- gvern sa minn qabel l-1979, issir impjegata permanenti tal-kunsill, imbagħad hemmhekk ikollha l-avenues of promotion tagħha, xorta se jinżamm id-dritt li wieħed jibqa' jagħmel paragun bejn is-salarji, il-gradi u d- diversi increments tal-gvern u dawk li qed isegwu fil-kunsill, biex ħadd ma joħroġ out of line iktar milli suppost.", "Il-manjiera ta' kif se tiġi applikata l-ordinanza dwar il-pensjonijiet m'hijiex qiegħda tinbidel bl-ebda mod.", "Lanqas is-somma m'hi qed tinbidel, għax huwa d-dritt ta' l-uffiċjal pubbliku li jagħżel jekk iridx jieħu d- dritt tiegħu f'pensjoni jew iridx ibigħ parti minnu u l-bqija jieħdu f'pensjoni.", "Dak mhux qed jiġi mimsus.", "Hawnhekk mhux qed immissu xi artikolu fl-ordinanza tal-pensjonijiet.", "Dan li qed ngħid s'issa huwa regolat b'subartiklu (a) ta' artiklu 8 ta' l-ordinanza tal-pensjonijiet, li jippermetti dan l-eżerċizzju li qed nagħmlu hawnhekk.", "Ovvjament, hawnhekk, il-mod ta' kif wieħed jiggarantixxi d-drittijiet tal-pensjoni ta' uffiċjali pubbliċi meta jiġu trasferiti għal ma' dawn l-entijiet huwa ħafna iktar spelled out.", "Minn hawn u ftit taż-żmien ieħor, il-Kamra se jkollha l-opportunita` li tiddiskuti fid-dettal dan is-suġġett, għax se jitressqu emendi għall- ordinanza dwar il-pensjonijiet, biex ċerti affarijiet li sal-lum, ġieli jitqanqal dubju dwarhom, kemm minn min japplika dik l-ordinanza kif ukoll minn bnadi oħra, jiġu settled darba għal dejjem, u b'hekk ikun hawn framework fl-ordinanza tal-pensjonijiet li tirrinforza dak kollu li sar f'dawn id-diversi liġijiet, filwaqt li jitpoġġa kwadru ċar ħalli ma jkunx hemm varjazzjoni minn liġi għall-oħra.", "Kultant tista' tibdel kelma 'l hawn u kelma 'l hinn, u b'hekk is-sitwazzjoni tkun iċċarata.", "Pero' dak ikun suġġett ta' abbozz ta' liġi li jressaq il-Ministru tal-Finanzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nifhem li hawnhekk qed nidħlu f'dik is-sezzjoni ta' ħaddiema li kienu ngaġġati ma' korpi parastatali jew ma' kumpanniji pubbliċi, imbagħad ġew trasferiti għal mal-gvern jew għal ma' korp bħalma huma l-Junior College jew l-Universita`, u s'issa, x'ġara mid-dritt tal- pensjoni tagħhom kienet issue pjuttost griża.", "Hawnhekk dan qed jiġi ċċarat, pero' imbagħad nifhem li anke l-liġi tal-pensjonijiet innifisha trid tiġi ċċarata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Biex il-gvern jittratta dan it-tip ta' każijiet, bħal l-Universita`, il-Junior College, l-Enemalta u entijiet oħra, kien diġa' emenda l-ordinanza dwar il-pensjonijiet u żied anke subartiku (a) ta' artiklu 8 ġdid.", "Dan kien jgħid li lill-uffiċjali pubbliċi li jieħdu impjieg permanenti ma' entita` pubblika, jibqgħalhom id-dritt għall- pensjoni u għall-gratuity, filwaqt li l-liġi dwar il-widows and orphans tipprovdi għalihom ukoll, basta jkun ġie segwit ċertu proċess.", "U dak il- proċess kien tfassal biex tiġi assigurata t-trasparenza fil-mod ta' kif din issir, fiwaqt li ried isir ordni lill-President ta' Malta, li jiġi pubblikat fil-gazzetta tal-gvern, li jiddikjara dik l-entita` bħala entita`li l-impjegati tagħha jikkwalifikaw għal dawk il-benefiċċji taħt l- ordinanza.", "Pero' dak l-artiklu ma kienx stabbilixxa b'mod ċar fuq xiex se tiġi kalkolata l-pensjoni ta' dawn l-uffiċjali, ladarba dawn ma baqgħux jaħdmu ma' dak id-dipartiment.", "Għakemm hemm indikazzjoni, baqa' ma ġie definit xejn.", "Issa l-liġijiet li għaddew minn wara dik tal-Malta Tourism Authority 'l hawn, bdew jiċċaraw dan, bdew jgħidu li l-ewwelnett, l-ebda pensjoni taħt l-ordinanza ma titħallas lil dawn l-impjegati ma tista' tkun kalkolata fuq salarju massimu ta' iktar minn tat-tielet grad.", "Barra minn hekk, dik l- entita` pubblika għandha l-obbligu li tirrifondi lill-gvern id-differenza bejn it-2/3 fuq l-aħħar salarju li dak l-uffiċjal pubbliku kellu qabel spiċċa minn ma' l-entita`, u l-pensjoni li se tibqa' toħroġ mit-teżor u garantita taħt il-kostituzzjoni tagħna, li se titħallas lil dak l-uffiċjal in vista tal-promozzjoni u s-salarju ġdid li kellu, promozzjoni li basta ma tkunx teċċedi t-tielet grad.", "Din hija l-pożizzjoni sal-lum, b'dawn id-diversi liġijiet li għaddejna sal- lum.", "Issa meta l-gvern iressaq l-abbozz li se jiċċara iktar din il- kwestjoni, se jkun hemm kumplikazzjonijiet oħra li wieħed ikun jista' jiddibattihom f'dak l-istadju, pero' kwestjonijiet li ma jolqtux lil dawn l- impjegati.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 33", "NEW CLAUSE 33", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il-permess biex inressaq klawsola 33 għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali, u l-Klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' klawsola ġdida 33.", "\"N\" (a) Minnufih wara klawsola 11 għandha tidħol din il-Klawsola Ġdida:", "\"Forum Nazzjonali.", "12.", "(1) Il-Ministru għandu, darba kull sentejn, ilaqqa' Forum Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, fejn jistieden il-parteċipazzjoni fih tal-Kunsill u ta' l-uffiċjali tal-Kunsill, dipartimenti u entijiet oħra tal-Gvern, rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali, għaqdiet mhux governattivi u dawk volontarji, istituzzjonijiet edukattivi, kulturali u artistiċi sew pubbliċi sew privati, kif ukoll rappreżentanti tas- setturi turistiċi, kummerċjali u tal-mezzi ta' komunikazzjoni awdjo- visivi, u kull parti oħra li turi bil-miktub lill-Ministru li għandha interess.", "(2) Il-Forum għandu jiddiskuti l-politika nazzjonali dwar il-kultura u l-arti kif tkun fis-seħħ minn żmien għal żmien, kif ukoll l-istat tal-kultura u l-arti b'mod ġenerali wara li jisma' rapport dwarhom li jkun imħejji mid-Direttur Eżekuttiv.", "(3) Il-Ministru għandu jirregola l-proċeduri tal-Forum u jaħtar il- President tiegħu.", "(4) Il-proċeduri tal-Forum għandhom ikunu ppubblikati u jiġu mibgħuta lill-Ministru.", "(5) Il-Ministru għandu jagħti avviż pubbliku bil-quddiem mill-anqas xahar qabel ma jiltaqa' l-Forum.\"; u", "(b) Klawsola 12 għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala klawsola 13 u l-klawsoli sussegwenti jiġu hekk ukoll enumerati mill-ġdid.", "\"N\" (a) Immediately after clause 11 there shall be inserted the following New Clause:", "\"National Forum.", "12.", "(1) The Minister shall, once every two years, convene a National Forum for the Culture and the Arts inviting the participation therein of the Council and its officers, Government departments and entities, representatives of Local Councils, non-governmental and voluntary organisations, educational, cultural and artistic institutions whether public or private, as well as representatives of the tourist, commercial and the audio-visual communications media sectors, and any other parties registering their interest in writing with the Minister.", "(2) The Forum shall discuss the national cultural and arts policy in force from time to time, and the state of culture and the arts in general after hearing a report thereon prepared by the Executive Director.", "(3) The Minister shall regulate the proceedings of the Forum and appoint its Chairperson.", "(4) The proceedings of the Forum shall be published and transmitted to the Minister.", "(5) The Minister shall give advance public notice at least a month before the meeting of the forum.\"; and", "(b) Clause 12 shall be renumbered clause 13 and the subsequent clauses shall be renumbered accordingly.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 33 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u klawsola ġdida 33 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li klawsola ġdida 33 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Hawnhekk, Sur President, adottajna l-proposta li għamel l-Onor.", "Bartolo iktar kmieni fid-diskussjoni dwar dan l-abbozz, biex ikollna opportunita`, li hija opportunita` li trid tiġi segwita, li darba kull sentejn isir dibattitu dwar xi jkun qed jiġri fil-qasam tal-kultura u ta' l-arti u biex kulħadd ikun jista' jkollu dak il-forum fejn jattendi bi dritt u jesprimi l- fehmiet tiegħu dwar suġġett li bla dubju huwa ta' importanza kbira għall- kwalita` ta' ħajja ta' pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien nesprimi s-sodisfazzjoni tiegħi għall-fatt li din il-proposta ġiet aċċettata.", "Li rrid nistaqsi hu jekk \"kull parti oħra\" tfissirx anke individwu.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 33 tifforma parti lill- Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola ġdida 33 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-Qosor u Bidu fis-Seħħ.", "Clause 1 - Short Title and Commencement", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, se naqra l-emenda għal klawsola 1.", "Fis-subklawsola (1) ta' klawsola 1, minflok il-kliem \"Att tal-2001\" għandhom jidħlu l-kliem \"Att ta' l-2002\".", "In subclause (1) of clause 1, for the words \"Act, 2001\" there shall be substituted the words \"Act, 2002\".", "Sur President, subklawsola (2) ta' din il-klawsola tippermetti d-dħul fis- seħħ ta' diversi provvedimenti ta' dan l-abbozz, f'dati differenti, u subklawsola (3) tgħid li l-ministru jista' jagħmel dispożizzjonijiet transitorji f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet miġjuba fis-seħħ permezz tiegħu.", "Qabel nagħlqu d-diskussjoni, nixtieq infisser l-apprezzament tiegħi għall- kontribut siewi li ta l-Onor.", "Bartolo għat-tfassil ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Kellna diskussjoni, fil-fehma tiegħi kostruttiva u li għandha tgħin lil min finalment se jiġi fdat bit-twettiq ta' l-istrutturi l-ġodda u tal- missjoni li qegħdin inpoġġu.", "Naħseb li l-Kamra għandha tapprezza l-mod ta' kif svolġejna din id-diskussjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir- renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "Fis-7.40 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-7.56 p.m.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-22 ta' Jannar 2002)", "Klawsola 31 – Kwalifiki għall-Warrant (Kont.)", "Clause 31 – Qualifications for Warrant (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija taqsima li tirregola lil dawk li jaħdmu fil-qasam tal-konservazzjoni, lill-konservaturi u lir- restawraturi, u tipprovdi għall-ħtieġa ta' kwalifiki, standard u livell ta' taħriġ, u għal ċerta proċedura li permezz tagħha wieħed ikun irid jakkwista warrant jew ikun jikonoxxut Ii jista' jaħdem f'dan il-qasam.", "Mill-aħħar darba li ltqajna 'l hawn, mhux biss fid-dawl tad-diskussjoni li kienet laħqet saret bejni u bejn l-Onor.", "Bartolo, imma anke b'riferenza għall-kummenti li rċevejna minn entijiet u persuni li jinteressaw ruħhom f'dan il-kamp, ħassejna li għandna nagħmlu ċertu tibdil.", "Fi ftit ħin, għax l-aħħar darba domna ħafna nitkellmu dwar din il-klawsola, nerġa' nfakkar li hawnhekk qed nipproponu li biex persuna taħdem ta' konservatur – restawratur, irid ikollha l-warrant li qed nipprovdu għalih f'din it-taqsima, filwaqt li f'subklawsola (2) qed nistabbilixxu liema huma l-kwalifiki għall-għoti tal-warrant.", "F'dan l-istadu qegħdin ngħidu li l- ewwel kwalifika hija li wieħed ikun ċittadin Malti jew inkella jkollu l- permess li jaħdem f'Malta, it-tieni kwalifika hi li jkollu kondotta tajba u t-tielet kwalifika hi li jkollu kapaċita` legali sħiħa.", "Dawn huma tliet kwalifiki li huma marbutin mal-persuna, filwaqt li l-aħħar waħda tirreferi għall-kapaċita` legali li trid toħroġ mhux biss mill-istat ta' saħħa mentali li wieħed irid ikollu - għax il-kapaċita` legali tfisser li l- bniedem ikollu l-awtonomija legali li jaġixxi taħt kull forma - għax xi ħadd jista' ma jkollux kapaċita` legali għax tkun ġiet irtirata lilu per eżempju b'sentenza ta' qorti.", "Ir-raba' kwalifika imbagħad hija s- sodisfazzjoni tal-bord li se jkun responsabbli għall-warrant, għal dawk li huma kwalifiki akkademiċi u vokazzjonali.", "Huwa f'dan ir-rigward fejn qed inressqu ċerti emendi.", "Is-sustanza baqgħet l-istess, pero' nħasset il-ħtieġa li f'sub-paragrafu (i) ta' paragrafu (d) ta' subklawsola (2), ma nispeċifikawx fil-liġi t-titolu tal-grad Baċillier fl-Istudju tal-K u r-Restawr mill-Universita` ta' Malta, għax jista' jkun hemm senat li jibdel l-isem ta' dak il-grad.", "Allura qegħdin ngħidu li t- tieni parti, jiġifieri \"li jkollu f'idejh kwalifiki akkademiċi li jkun kiseb wara li jkun temm b'suċċess xi kors ta' studju\" eċċ., tiġi re-worded bl-iskop li tkun tirrifletti li dak li qed ninsistu għalih huwa kwalifika akkademika, li ssir b'kors ta' studju ta' mill-inqas tliet snin full-time jew perjodu ekwivalenti part-time, f'universita` jew istituzzjoni akkademika kif tista' tkun rikonoxxuta mill-bord.", "M'hemmx dubju li l- Universita` ta' Malta se tkun rikonoxxuta.", "Skond dak li kien hemm qabel fl-abbozz, din kienet rikonoxxuta mill-bord b'konsultazzjoni maċ-ċentru, u peress li ċ-ċentru jista' jkollu interess li jagħti taħriġ u korsijiet, jista' jkun hemm min isib diffikulta` li l- istess ċentru ta' l-istudji tar-restawr, jieħu sehem f'eżerċizzju ta' rikonoxximent ta' dawn il-korsijiet, ta' dawn l-istandards, ta' dan il- livell akkademiku.", "Għalhekk issa qegħdin ngħidu li dan ikun rikonoxxut mill-bord li jissemma' iktar tard, u l-kors irid ikun fih dawk is-suġġetti prinċipali fil-qasam tal-konservazzjoni u r-restawr, li l-ministru jista' jippreskrivi.", "Din hija l-bidla li qed nagħmlu f'dan is-sub-paragrafu.", "F'sub-paragrafu (ii), fejn m'hemmx tibdil, qed ngħidu li t-tieni kwalifika hi li minbarra li wieħed jagħmel kors ta' għallinqas tliet snin full-time, irid jagħmel perjodu ta' mhux inqas minn sentejn taħriġ f'Malta, taħt is- superviżjoni ta' detentur ta' warrant prattikanti, skond dawk il-linji direttivi li l-ministru jista' jippreskrivi.", "Fl-ewwel proviso għal sub-paragrafu (ii), qegħdin nagħmlu bidla biex ngħidu li meta l-kwalifiki akkademiċi jinkisbu wara korsijiet akkademiċi full- time, ta' durata ta' mill-inqas 6 snin, u li jikkontjenu dak il-livell ta' taħriġ prattiku kif jista' jiġi approvat mill-bord, allura din il- kundizzjoni ta' taħriġ prattiku ta' sentejn għandha tiġi meqjusa bħala mwettqa.", "Minbarra imbagħad, dawn l-emendi li qed inressqu, il-klawsola tgħid li meta xi ħadd jagħmel taħriġ barra minn Malta, il-bord jista' jikkonsidra dak it-taħriġ għal perjodu ta' żmien kif stabbilit fil-liġi, jiġifieri jista' japprovah u jgħid li m'hemmx għalfejn li dik il-persuna titħarreġ għal sentejn f'Malta.", "Sub-paragrafu (iii) jgħid li wara li wieħed ikun ħa degree mill-Universita` u jkun għamel il-perjodu ta' taħriġ prattiku, ikun eżaminat u approvat kif imiss mill-bord li jagħti l-warrant, kif isir anke f'warrant boards oħra.", "Ovvjament, anke hawn, il-bord jista' jeżenta lil xi persuna li tkun kisbet il-kwalifiki akkademiċi mill-Universita` ta' Malta jew f'xi istituzzjoni akkademika oħra bħal dik approvata mill-bord, mill-eżami kollu jew l- eżamijiet kollha jew minn xi parti minnu jew minnhom.", "Sur President, se naqra issa l-emenda għal klawsola 31.", "\"R\" Il-klawsola 31 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok is-subparagrafu (i) fil-paragrafu (d) fis-subklawsola (2) tagħha, għandu jidħol dan li ġej:", "\"(i) ikollu kwalifiki akkademiċi miksuba wara t-tkomplija b'suċċess ta' kors ta' studju ta' durata ta' mill-anqas tliet snin full-time jew durata ekwivalenti part-time f'universita' jew istituzzjoni akkademika kif tista' tkun rikonoxxuta mill-Bord imsemmi fl-artikolu 34, u li jkun kors li jkun fih dawk is-suġġetti prinċipali fil-qasam tal- konservazzjoni u restawr li l-Ministru jista' jippreskrivi;\"", "(b) minflok l-ewwel proviso għas-subparagrafu (ii) fil-paragrafu (d) fis-subklawsola (2) tagħha, għandu jidħol li ġej:", "\"Iżda meta l-kwalifiki akkademiċi msemmija fis-subparagrafu (i) ta' dan il-paragrafu jkunu miksuba wara korsijiet akkademiċi full-time ta' durata b'kollox ta' mill-anqas sitt snin, u li jikkontjenu dak il- livell ta' taħriġ prattiku kif jista' jiġi approvat mill-Bord, il- kundizzjoni għal taħriġ taħt superviżjoni titqies li tkun ġie imwettqa:\" u", "(c) il-kliem \", wara li jikkonsulta liċ-Ċentru,\" kull fejn jidhru għandhom jiġu mħassra.", "\"R\" Clause 31 shall be amended as follows:", "(a) for subparagraph (i) in paragraph (d) in subclause (2) thereof there shall be substituted the following:", "\"(i) he is in possession of academic qualifications obtained after successful completion of a course of study of at least three years full-time duration, or equivalent part-time duration at such university or academic institution as may be recognised by the Board referred to in article 34, being a course which contains those minimum core subjects in the field of conservation and restoration as the Minister may prescribe;\"", "(b) for the first proviso to subparagraph (ii) in paragraph (d) in subclause (2) thereof there shall be substituted the following:", "\"Provided that where the academic qualifications referred to in subparagraph (i) of this paragraph are obtained after full-time academic courses in conservation of a duration in the aggregate of at least six years, and which contain such level of practical training as may be approved by the Board, the condition for supervised training shall be deemed to have been fulfilled:\"; and", "(c) the words \", after consulting the Centre,\" wherever they appear shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, inħossni li naqbel ikbar mal-mod ta' kif ġiet imfassla din l-emenda milli mal-klawsola oriġinali, għax għalkemm niftakar lill-Ministru jispjega li ma kienx se jkun iċ-ċentru tar- restawr waħdu li jagħti l-warrant, nikkondividi l-preokkupazzjoni li kienu esprimew dawk li kienu jħossu li l-piż taċ-ċentru tar-restawr fl-għoti tal- warrant kien b'saħħtu ħafna iktar milli wieħed iħoss konsiljabbli.", "Punt li nixtieq nagħmel issa, avolja naħseb li se niddiskutuh f'iktar dettal meta naslu għal klawsola 34, huwa li jirriżulta li l-membri fqu bordijiet bħal dawn ikunu qegħdin hemm għal perjodu partikolari ta' żmien, jekk m'iniex sejjer żball, il-president għal tliet snin u l-membri għal sentejn.", "Se nistaqsi mistoqsija li forsi tidher banali, pero' li rridu naħsbu fiha għax din is-sitwazzjoni ġieli ġrat f'bordijiet oħra.", "Jekk wara li jgħaddu tliet snin, ma jinħatarx president ġdid, u wara li jgħaddu sentejn ma jinħatrux membri ġodda, il-bord ma jkunx qiegħed jopera?", "Qed ngħid dan għax jekk jien informat tajjeb, jeżistu xi bordijiet li jagħtu warrants, ovvjament f'oqsma differenti minn dan li qed nitkellmu dwaru llum, u li ilhom ma jinħatru madwar 4 snin.", "Nistgħu naħsbu f'xi ħaġa li tassigura l-kontinwita` tal-bord, biex jekk ikun hemm ministru kapriċċuż, ikun min ikun, li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx irid jerġa' jaħtar dan il-bord, ma jkollux il-poter li jagħmel dan?", "Nistgħu naħsbu f'xi ħaġa biex dan il-bord jibqa' jiffunzjona dejjem, anke jekk ma tiġġeddidx il-ħatra tiegħu?", "Jien naħseb li ta' min wieħed jirrifletti dwar dan, għax il-poter li se jkollu dan il-bord m'huwiex żgħir.", "Lura għal klawsola 31 li qed niddiskutu bħalissa, għalkemm ma nippretendix li dan għandu jkun imniżżel fil-liġi, jirriżultali li waħda mill-iktar partijiet dgħajjfa ta' l-edukazzjoni xjentifika f'pajjiżna – kwestjoni li qamet anke l-ġimgħa li għaddiet fil-kumitat għall-affarijiet soċjali, fejn anke l-Professur Alfred Vella, li huwa d-dekan tal-fakulta` tax-xjenza fl- Universita`, qabel miegħi – hija li kemm fil-livell sekondarju kif ukoll fil-livell post-sekondarju u terzjarju, hemm nuqqas kbir ta' studju dwar il- ġeoloġija fil-formazzjoni xjentifika ta' l-istudenti.", "Jekk jien informat tajjeb, l-istudju dwar il-ġeoloġija anke fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija is conspicuous by its absence.", "Ħafna drabi qegħdin litteralment niddubbaw b'nies li l-formazzjoni tagħhom ħaduha f'dixxiplini oħra relatati, imma li m'għandhomx speċjalizzazzjoni f'dan il-qasam.", "Allura, il-vojt li għandna fil-qasam tal-ġeoloġija – u qed insemmi l-ġeoloġija għax hija mportanti ħafna għal oqsma sħaħ tar-restawr li għandhom x'jaqsmu mal-ġebla, eċċ. – qed jimtela' b'nies li jew għandhom xi ftit background fil-ġografija, li l-ġeoloġija hija biss parti minnha, jew huma periti.", "Bir-rispett kollu, il-periti ma jkollhomx dik il-bażi fil- ġeoloġija li jkollhom dawk li jkunu speċjalizzaw, u allura f'pajjiżna qed ikollna periti li fuq il-bażi tal-formazzjoni li ħadu, jippreżentaw ruħhom bħala kwalifikati biex jagħmlu xogħol ta' restawr.", "Ir-riżultati, għalkemm forsi ma jkunux jidhru mill-ewwel, mhux dejjem ikunu kif wieħed jixtieq, għax nerġa' ngħid, lili jispjegawli, u I stand to be corrected, li anke fil- kors tal-periti u ta' l-inġiniera ċivili fl-Universita`, in-nuqqas ta' input serju fil-ġeoloġija jinħass ħafna, imbagħad b'mod iktar tanġibbli, jinħass fil-mod ta' kif jinbnew it-toroq f'pajjiżna, fejn ħafna drabi ma jkunx hemm is-sodda li wieħed jistenna li jkun hemm biex it-triq issir kif suppost.", "Lura għall-qasam li jolqotna b'mod iktar dirett, u ċioe` l-qasam tar- restawr, fir-rigward tar-restawr ta' tempji u postijiet oħra storiċi, hemm bżonn li jkollna nies b'formazzjoni professjonali solida f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġeoloġija.", "Iva, hemm bżonn li lill-ġeoloġija nagħtuha l- għarfien mistħoqq, biex ma jkunx hemm għax ikollu kwalifika jew għax ikun perit, jaħseb li b'daqshekk kapaċi jagħmel xogħol ta' restawr.", "Nerġa' ngħid li m'iniex qed nippretendi li se nsemmu l-ġeoloġija fil-liġi, imma naħseb li lkoll kemm aħna għandna nżidu l-għarfien għall-bżonn ta' iktar nies li jkollhom formazzjoni fil-ġeoloġija, għax sfortunatament lil dan il- qasam ittraskurajnih u njorajnih.", "Lili jispjegawli, u ma nafx jekk din hijiex conspiracy theory, li fil- kolonji Ingliżi kollha kienu jsiru inventarji exhaustive ħafna tal-ġid minerali u tal-formazzjoni ġeoloġika ta' kull kolonja.", "Meta imbagħad dawn il-kolonji ħadu l-indipendenza tagħhom, l-Ingliżi ġarrew magħhom dik l- informazzjoni u l-persuni mħarrġa li kien hemm, u għalhekk in-nazzjonijiet indipendenti ġodda kellhom u għad għandhom it-tendenza li jinjoraw dawk il- ħiliet li għandhom bżonn....", "Ħafna drabi spiċċaw sprovvisti f'oqsma varji sħaħ.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar ir-restawr, imma wieħed jista' jitkellem bl-istess mod dwar l-esplorazzjoni taż-żejt, il-barrieri u ħafna affarijiet oħra.", "L-appell tiegħi hu biex inżidu l-għarfien u l-ħtieġa ta' formazzjoni professjonali fil-qasam tal-ġeoloġija fil-livelli li għandna bżonn tal- kultura xjentifika f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ma nitkellimx bil-kompetenza, għax f'din il-ħaġa ma nifhimx, pero' napprezza li meta qed nitkellmu dwar konservazzjoni u restawr, fil-kors tad-diskussjoni li kellna hawnhekk u anke barra, ħareġ ċar li li ngħidu li jkollna konservatur – restawratur u li nagħtuh warrant, m'huwiex biżżejjed, għax fl-istudji li qed isiru fiċ-Ċentru Malti għar- Restawr, diġa' minn kmieni, wara li jkun infirex b'bażi ġenerali, l- istudenti qed jispeċjalizzaw.", "Meta persuna tieħdu degree mill-Universita`, għalkemm ikun degree in conservation studies, xorta waħda se tkun għamlet it-taħriġ tagħha f'xi qasam partikolari, fit-tessuti, fil-metall, fil- pittura fiċ-ċeramika jew f'xi materja oħra.", "Minħabba dan il-fatt, waħda mill-problemi li nqalgħet kienet għax per eżempju meta jasal biex isir intervent fuq struttura ta' monument, normalment dan ikun xogħol li jsir minn perit, pero' bil-liġi kif inhi abbozzata s'issa mingħajr l-emendi li qed nipproponu, dak il-perit seta' jidħol fid-diffikulta` dwar jekk jistax jintervjeni jew le, għax ma jkollux warrant ta' konservatur – restawratur.", "Huwa għalhekk li iktar tard se nippreżentaw tibdil fil-liġi li jaħseb biex persuna ma jkollhiex biss il-warrant.", "Għalkemm il-warrant se jintitola lil persuna partikolari għal dik il-professjoni, x'ħin imbagħad tiġi biex tintervjeni, il-bord se jiġi mogħti l-possibilita` li jidħol biex jagħmel akkreditazzjoni, biex jispeċifika ta' xiex dik il-persuna hija restawratur.", "Hawnhekk mhux bħal meta nitkellmu dwar il-mediċina.", "Fil-mediċina, kulħadd jingħata warrant ta' tabib, mifgħum li dan il-warrant jista' jfisser li bniedem jista' jeżerċita il-prattika ġenerali, imma fil-qasam tar-restawr, m'aħniex qed nitkellmu fuq prattika ġenerali.", "Persuna se tintervjeni fuq pittura, xi ħadd se jintervjeni fuq il-bronż u ħaddieħor se jintervjeni fuq iċ-ċeramika.", "Il-ħiliet, l-esperjenza, il-kwalifiki meħtieġa biex wieħed jagħmel dawn l-interventi differenti, jirrikjedu sa mill-bidu, speċjalita` differenti.", "Fil-qasam tal-mediċina hemm il-general practice u l- ispeċjalisti.", "Fil-kamp tar-restawr m'hemmx general practice, hemm mill- ewwel l-ispeċjalizzazzjoni.", "Biex nifhmu kemm ir-restawr huwa qasam ta' speċjalizzazzjoni, nistgħu nsemmu bħala eżempju lir-restawraturi mill-Ingilterra li bħalissa qed jagħmlu xogħol fuq fresco f'dan il-Palazz.", "L-ispeċjalita` ta' dawn in-nies hija kif jassiguraw li l-affresk jeħel mal-ħajt u jirreparaw il-ħsara li għandu minħabba li huwa irqiq ħafna, maż-żmien beda jinbeżaq 'il barra mill- ħajt, u anke minħabba l-blast ta' żmien l-aħħar gwerra dinjija.", "Dan l- affresk inżamm fil-kundizzjoni li hu għax xi ħadd, mingħajr ma kien jaf li kien se jkun is-salvatur tiegħu, beda jipprova jwaħħal il-konsenturi li beda jkun hemm bil-biljetti tal-lottu, li naħseb ftit kienu jafu li dawk kienu biljetti tal-lottu qabel telgħu hemm fuq.", "Jien staqsejt lil dawn ir- restawraturi jekk wara li jassiguraw li l-affresk huwa mwaħħal, kienux se jirrestawraw it-tpinġija, u r-risposta tagħhom kienet fin-negattiv, għax it- tpinġija m'hijiex l-ispeċjalita` tagħhom.", "Fil-fatt għandhom jiġu restawraturi oħra biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Anke rigward is-soffitt ta' l- injam, mhux se jkunu huma li jieħdu ħsiebu, għax l-ispeċjalita` tagħhom m'hijiex l-injam.", "Qed inġib dan l-eżempju rilevanti biex nuri kemm dan il-qasam, sa mill- ewwel intervent tiegħu, huwa wieħed ta' speċjalizzazzjoni.", "Huwa għalhekk allura – u iktar tard forsi jkollna ċans inkomplu niddiskutu dwar dan is- suġġett – li qed naħsbu li minbarra li persuna jkollha l-warrant, ir- reġistru se jispeċifika fiex din il-persuna tispeċjalizza, biex b'dan il- mod, meta niġu biex ninġaggaw lil xi ħadd biex jagħmel ċertu xogħol ta' restawr, inkunu nafu ftit iktar fejn qegħdin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-uniku punt li kont għamilt u qed nistaqsi jekk warrabnihx għal kollox hija l-idea, li ddiskutejtha anke ma' l-esperti tal- Ministru, li nikkunsidraw, jew f'dan l-istadju jew fi stadju ieħor, li nagħmlu l-kodiċi ta' etika għall-konservaturi–restawraturi, anke billi nitgħallmu minn pajjiżi oħra.", "Dan għaliex klawsola 31 issemmi l- kwalitajiet, mhux biss professjonali imma anke l-kondotta tajba eċċ., filwaqt li f'pajjiżi oħra nstab li minbarra dan li qed nagħmlu aħna, hemm bżonn li jsiru żewġ affarijiet oħra, u ċioe` li tiġi żviluppata kodiċi ta' etika għall-konservazzjonisti u li jkun hemm linja gwida għal xogħol tal- konservazzjoni.", "Għalhekk nistaqsi jekk nikkunsidrawx li forsi bħala skeda, jissemmew dawn iż-żewġ affarijiet, anke jekk għall-bidu tkun xi ħaġa żgħira u modesta, għax naħseb li b'hekk inkunu tajna lil wieħed x'jifhem li f'dan il-qasam irridu naħdmu b'mod serju.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt dan kien punt diġa' tqajjem mill-Onor.", "Bartolo, we took it on board u s'issa inkludejnih fl-emenda għal klawsola 35, jiġifieri fdajna t-tifsil tal-kodiċi ta' l-etika lill-bord li joħroġ il- warrant.", "Issa x'ħin naslu għal dik il-klawsola nkunu nistgħu nkomplu nikkunsidraw jekk dik hijiex it-triq li rridu nieħdu jew jekk irridux nieħdu triq differenti.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"R\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 31 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 – Ċirkostanzi Speċjali.", "Clause 32 – Special Circumstances", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija l-klawsola li titratta l- għoti ta' warrant f'ċirkostanzi speċjali, u f'ċertu sens qegħdin ngħidu liema huma dawn iċ-ċirkostanzi.", "Il-preparazzjoni ta' konservaturi- restawraturi permezz ta' korsijiet akkademiċi u permezz ta' skema ta' taħriġ li hija stabbilita, hija xi ħaġa li bdiet issa fil-pajjiż.", "Ma jfissirx li għax bdiet issa, f'Malta m'għandniex nies li għandhom kompetenzi ta' restawr li setgħu ġew minn studji barra mill-pajjiż, anke jekk mhux daqstant formali, u wisq iktar minn esperjenzi diretti, prattiċi, fit-tul, kemm hawn Malta kif ukoll barra minn Malta, u li ż-żmien wera li huma nies li għandhom dawn il-ħiliet u dawn il-kompetenzi.", "Allura ma kienx ikun tajjeb li wieħed jaqta' linja u jgħid li dawk li minn issa 'l quddiem jiksbu dan id-degree u jkollhom dan it-taħriġ se jingħataw il-warrant, u l- oħrajn se jibqgħu b'xejn.", "Aħna ma dehrilniex li huwa sewwa li nagħmlu hekk, u allura qegħdin ngħidu li dawk li pprattikaw ir-restawr u l-konservazzjoni, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, għal perjodu ta' mhux inqas minn 15-il sena, u li l-bord jidhirlu li għandhom il-kompetenza u l-abbilta` akkademika meħtieġa, għandhom ikollhom id-dritt li jingħataw il-warrant.", "Peress li għal dan il- qasam, kemm f'Malta kif ukoll f'pajjiżi oħra, m'hawnx ħafna regoli, x'imkien ridna naqtgħu linja, u għalhekk stabbilixxejna ż-żmien ta' mhux inqas minn 15-il sena.", "Subklawsola (2) ta' din il-klawsola titkellem dwar dawk il-persuni li ma jkollhomx il-kwalifiki għall-warrant kif mitluba fi klawsola 31 li għadna kif għaddejna, pero' jkollhom kwalifiki akkademiċi li jinkludu grad akkademiku fit-teknika tal-konservazzjoni li jkun miksub minn universita` li tkun qed tagħmel kors ta' studji iqsar mill-perjodu li qed insemmu, u li pero', il-bord konċernat iqis li jkun ta' l-istess livell.", "Fl-emenda, biex nissimplifikaw l-affarijiet, qegħdin ngħidu li persuna tista' tingħata l- warrant jekk ikollha l-kwalifiki elenkati fil-paragrafi (a), (b) u (c), jiġifieri li tkun Maltija, li jkollha kondotta tajba, li jkollha kapaċita` legali sħiħa, u jkollha wkoll il-kwalifiki li qed jissemmew f'subklawsola (2), jiġifieri li tkun għamlet taħriġ ta' mhux inqas minn sentejn u tkun għaddiet mill-eżami tal-bord, pero' tkun għamlet kors li jista' ma jkollux is-suġġetti prinċipali minimi kollha fil-qasam tal-konservazzjoni u r- restawr, għax il-liġi ma tgħidx biss li wieħed irid jagħmel kors ta' tliet snin, imma tgħid ukoll Ii dak il-kors irid ikun fih dawk is-suġġetti prinċipali fil-qasam tal-konservazzjoni u r-restawr li jiġu preskritti.", "Jekk il-kors li jsir ma jkunx fih dawk is-suġġetti prinċipali minimi li jkunu ġew stabbiliti, imma l-individwu jkollu kwalifika akkademika li tista' tkun xi ftit differenti, u meta jissottometti ruħu għall-eżami tal- bord, jgħaddi minn dak l-eżami, allura jkollu d-dritt għal dan il-warrant.", "Hawnhekk qed nipproponu emenda għal subklawsola (2), emenda li hija ftit iktar sempliċi biex tinqara.", "\"S\" Il-klawsola 32 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-kelma \"konservatur\" fis-subklawsola (1) tagħha, għandhom jidħlu l-kliem \"kosnervatur – restawratur\"; u", "(b) minflok is-subklawsola (2) tagħha għandu jidħol li ġej:-", "\"(2) il-kwalifiki elenkati fil-paragrafi (a), (b) u (c) u fis- subparagrafi (ii) u (iii) tal-paragrafu (d) tas-subartikolu (2) ta' l- artikolu 31 u jkollu kwalifiki akkademiċi li jkun kiseb wara kors kif imsemmi fis-subparagrafu (i) ta' l-imsemmi paragrafu (d) iżda li ma kienx fih dawk is-suġġetti prinċipali minimi kollha fil-qasam tal- konservazzjoni u restawr kif imsemmija fl-istess subparagrafu iżda jkun għadda b'suċċess mill-provi li l-Bord imsemmi fl-artikolu 34 jista' jqis meħtieġa skond il-każ biex jagħmel tajjeb għal dak in- nuqqas.\".", "\"S\" Clause 32 shall be amended as follows:", "a) for the word \"conservator\" in subclause (l) therein there shall be substituted the words \"conservator – restorer\"; and", "b) for subclause (2) therein there shall be substituted the following:", "\"(2) the qualifications listed in paragraphs (a), (b) and (c) and in subparagraphs (ii) and (iii) of paragraph (d) of subarticle (2) of article 31, is in possession of academic qualifications obtained after a course of studies as is mentioned in subparagraph (i) of the said subparagraph (d) which however does not contain all the minimum core subjects in the fields of conservation and restoration but has successfully undergone such tests that the Board referred to in article 34 may deem necessary from case to case to make good for such deficiency.\".", "Sur President, ninsab infurmat li persuna jista' jkollha kwalifiċi akkademiċi ta' korsijiet li bihom tkun akkwistat grad akkademiku fit- teknika tal-konservazzjoni, imma dak il-kors jista' ma jkollux il-credits kollha kif qed nippreskrivu hawn Malta, jiġifieri jista' jkun hemm xi credit nieqes.", "L-aħħar eżempju attwali, nafu li l-fakulta` ta' l- arkitettura fi ħdan l-Universita` ta' Malta se tagħmel MSC in road engineering, u qed tgħid li għal dan il-kors jistgħu japplikaw dawk li għandhom il-grad akkademiku ta' l-arkitettura u li jkunu għamlu l-credit in road engineering.", "Dan huwa credit li ġie ntrodott wara l-1995, u allura hemm periti li dan il-credit ma kienux għamluh għax meta kienu qed jistudjaw huma, ma kienx għadu jeżisti.", "Issa ovvjament, is-sejħa għal min irid jagħmel dawn il-korsijiet tagħti wkoll il-possibilita` li persuna tidher quddiem l-admissions board tal-fakulta` ta' l-arkitettura, tressaq il-portfolio tagħha u jekk tissodisfa lill-admissions boards għax tkun wettqet prattika jew segwiet taħriġ f'dik l-area partikolari b'mod li tkun kapaċi ssegwi l-MSC in road engineering, allura tkun tista' tattendi.", "Din hija xi ħaġa simili biex wieħed ikun jista' jippreżenta l-kwalifiki akkademiċi tiegħu, li jiġu eżaminati fid-dettal mill-bord tal-warrants, u jekk ikun hemm xi ħaġa nieqsa, ma jfissirx li wieħed jarmi 'l barra dawk il- kwalifiki, imma dejjem hemm dak l-eżami li jrid jagħmel kulħadd, anke min jakkwista l-grad akkademiku minn Malta, u jekk jissodisfa dak l-eżami, allura l-individwu jkollu d-dritt għall-warrant.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mhux se nirrepeti dak li qal il-Ministru dwar kif ġie stabbiliti il-perjodu ta' 15-il sena, pero' nixtieq nistaqsi jekk meta ġiet stabbilita` l-cut-off point ta' 15-il sena, itteħidx in konsiderazzjoni l-mod ta' kif se jintlaqtu n-nies li jaħdmu f'dan il-qasam, jekk għandniex xi idea ta' x'inhu l-profil demografiku ta' nies f'dan il- qasam, u jekk il-perjodu ta' 15-il sena jserrħilniex rasna li m'huwiex se jaqta' barra lil xi nies.", "Barra minn hekk, waħda mill-affarijiet li rridu noqogħdu attenti għaliha, għax qed tiġri f'oqsma oħra u tista' tiġri wkoll f'dan il-qasam, hija t- tradizzjoni ħażina li daħlet f'pajjiżna fejn persuni li ma jkollhomx ċertifikati formali, minkejja li jkollhom ħiliet prattiċi u tajbin, bdew jiġu mwarrba.", "Il-mod ta' kif l-individwi jiġu ttestjati u l-mod ta' kif isiru l-eżamijiet, jipprivileġġjaw lil dawk li jitgħallmu mill-kotba, b'mod astratt u akkademiku, u ħarġu bħala inferjuri lil dawk li ħadu formazzjoni vokazzjonali u li għandhom ħiliet prattiċi.", "Jiena nawgura li f'dan il- qasam ma jiġrix l-istess.", "Per eżempju bħalissa dan qed jiġri fir-rigward ta' l-awtorita` marittima.", "Għalkemm huwa tajjeb li kull min għandu biċċa tal-baħar bil-mutur, irid ikollu liċenzja tas-sewqan tagħha, dawn li rabbew il-ħiliet bl-esperjenza, f'daqqa waħda qed jiġu ffaċċjati b'testijiet u eżamijiet formali li qed joħolqulhom bosta problemi.", "Jiena ma rridx ninftiehem li m'iniex favur is- serjeta` jew li ma rridx li jkun hemm mod rigoruż, imma hemm modi differenti ta' wieħed jittestja u jiċċertifika l-affarijiet.", "Fil-fehma tiegħi m'għandniex niddiskriminaw ma' dawk li l-formazzjoni tagħhom m'hijiex waħda akkademika.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-ewwel kumment, huwa ftit diffiċli li naraw kif u lil min se tolqot din ir-regola ta' 15-il sena esperjenza, fis-sens li m'hawnx elenku ta' min huma n-nies li jaħdmu f'dan il-kamp.", "Ovvjament, lil ħafna minnhom nafuhom personalment.", "Aħna qed ngħidu li kull min ilu jaħdem f'dan il-kamp għal iktar minn 15-il sena, jista' jitlob li jiġi eżaminat billi jersaq quddiem il-bord u jipprovdi l- portfolio ta' l-esperjenza tiegħu.", "Min ma jistax iġib xi forma ta' prova li ilu 15-il sena jaħdem f'dan il-qasam, allura jrid jistenna li jgħaddi dak il-perjodu ta' żmien.", "Issa aħna ma nafux min se jintlaqat, għax ma nafux min huma dawk li ilhom jagħmlu dan il-mestier għal 14-il sena, 13-il sena jew 10 snin.", "Lil dawn inkunu rridu niltaqgħu magħhom hekk kif dan l- abbozz jibda jiġi implimentat.", "Il-cut-off line hija ta' 15-il sena, u nerġa' ngħid li x'imkien ridna naqtgħu linja.", "F'ċertu sens, din il-linja tinqata' b'mod arbitirarju, għax m'hemm l-ebda regola għaliha, pero', anke kieku minflok 15-il sena saret per eżempu 12-il sena, kif inhu stabbilit fil-Greċja, xorta kien se jkun hemm min jistaqsi għaliex ma ġiex stabbilit perjodu ta' żmien iqsar jew itwal.", "Rigward il-kumment l-ieħor, dan l-abbozz jaħseb biex proprju dawk in-nies li jaħdmu f'dan il-kamp u li għandhom element ta' esperjenza u element prattiku, jiġu valorizzati.", "Issa jiena nifhem il-messaġġ ta' l-Onor.", "Bartolo, li jikkummenta li frott l-esperjenza, f'Malta kellna u forsi għad għandna t-tendenza li dak li jirnexxielna niċċertifikaw bil-mod formali, jissodisfa ċerti kriterji, u dak li minħabba storja ta' ċirkostanzi ma jkunx jista' jissodisfa dawk il-kriterji formali, anke jekk ikun mustaċċun f'dak ix-xogħol partikolari, jibqa' ma jiġix rikonoxxut.", "Din is- sitwazzjoni niltaqgħu magħha f'kollox, anke f'affarijiet sempliċi.", "Per eżempju llum, biex persuna tidħol suldat, irid ikollha tliet \"O\" Levels, u niltaqgħu ma' nies li jħossu is-sejħa li jservu fl-armata, imma għax ma jkollhomx dawk it-tliet kwalifiki formali, jiġu esklużi.", "Hawnhekk qed nippruvaw noħolqu l-mekkaniżmu għal dawn l-assistenti tar- restawraturi.", "Jien naħseb li meta l-kunsill għall-kwalifiki vokazzjonali jibda' jaħdem kif suppost - , u għad fadallu esperjenza x'jakkwista u storja minn xiex jgħaddi biex jagħmel dan – u meta l-kulleġġ vokazzjonali jibda jwettaq dak li għalih twaqqaf, inkunu nistgħu nibdew nindirizzaw dawn il-problemi.", "Ovvjament, bħalissa għaddejjin minn fażi ta' transizzjoni, għax sal-lum, aħna li għexna f'dan il-pajjiż, iktar sibniha faċli li niġġudikaw bil-mod formali milli nivvalorizzaw b'mod awtentiku u oġġettiv, l-esperjenzi u l-ħiliet li wieħed ikun żviluppa bil-prattika u bl- esperjenza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"S\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 32 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 32, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 33 – Warrant ta' Prattika Bħala Konservatur Professjonali.", "Clause33 – Warrant to Practise as a Conservation Professional.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija l-klawsola li tistabbilixxi l- għoti tal-warrant ta' prattika bħala konservatur-restawratur.", "Dan il- warrant jingħata mill-ministru bir-rakkomandazzjoni tal-bord.", "Il-kelma operattiva hija \"bir-rakkomandazzjoni\", jiġifieri l-ministru m'għandux għażla oħra ħlief li jimxi fuq il-linja li jistabbilixxi l-bord.", "L-unika emenda li se nressaq għal din il-klawsola hija fl-isem.", "Ġejt mogħti l- parir li t-terminoloġija li trid tintuża hija ta' konservatur-restawratur, u allura qed nipproponi din l-emenda:", "\"T\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 33 minflok il-kelma \"Restawratur\" għandhom jidħlu l-kliem \"Konservatur – Restawratur\".", "\"T\" In subclause (2) of clause 33 for the word \"Restawratur\" there shall be substituted the words \"Conservator – Restorer\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-uniku punt li xtaqt inqajjem huwa dak li semmejt qabel.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Ministru għandux reazzjoni għall-fatt li għedna li rridu niżguraw li l-bord jitwaqqaf, jibqa' funzjonabbli u ma' jkunx hemm perjodu fejn ma jkunx qed jaħdem, biex b'hekk is-sistema ma tiġġammjax.", "Ma nafx jekk ....", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan se niddiskutuh meta naslu għal klawsola 34.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"T\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 33 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 33, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 – Bord tal-Warrant tar-Restawraturi.", "Clause 34 – Bord tal-Warrant tar-Restawraturi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal din il-klawsola għandi emenda biex wara ħafna diskussjonijiet li saru f'din il-Kamra u anke barra minnha sa riċenti, inġibu t-tibdil li naħsbu li jirrifletti aħjar il-ħsibijiet li żviluppaw fil-kors tad-dibattitu dwar dan is-suġġett.", "Din hija l-klawsola li titkellem dwar il-bord tal-warrant tar-restawraturi, dwar il- kompożizzjoni tiegħu u anke dwar il-proċedura li jrid isegwi fi kwestjonijiet ta' quorum u casting votes.", "Iktar tard se nitkellmu wkoll dwar il-funzjonijiet ta' dan il-bord u se nitrattaw il-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Bartolo, fejn wieħed irid jilqa' għal sitwazzjoni fejn jista' jkun hemm xi raġuni li minħabba fiha l-bord ma jkunx qed jiffunzjona.", "Naħseb li f'dan il-każ ikun aħjar li nfisser is-sens ta' l-emenda u qabel inressaqha formalment, nara kif se jiżvolġu d-dibattitu dwarha, għax jista' jkun hemm bżonn ta' xi żidiet jew xi tibdil.", "Sur President, qegħdin ngħidu li sub-klawsola (1) titkellem dwar il- kompożizzjoni tal-bord.", "S'issa, kif inhu ppubblikat dan l-abbozz ta' liġi, il-bord għandu jkun magħmul minn president u minn chairperson li jkun maħtur mill-ministru minn fost persuni li jkunu jew kienu kwalifikati li jkunu maħtura imħallfin f'Malta, kif inhuma l-presidenti tal-bordijiet diversi li jagħtu l-warrants.", "Imbagħad konna qed naħsbu li jkun hemm membru maħtur mill-ministru minn fost detenturi ta' warrant li jkollhom mill-inqas 8 snin esperjenza, ikun hemm membru ieħor li jinħatar miċ- ċentru, minn fost detenturi ta' warrant li jkollhom mill-inqas 8 snin esperjenza, u jkun hemm żewġ membri oħra li jkunu eletti għal perjodu ta' sentejn, b'vot sigriet minn fost id-detenturi ta' warrant innifishom.", "Fil-kors tad-diskussjoni, inħasset il-ħtieġa li jkun hemm xi preżenza tas- sovrintendenza, ladarba qegħdin nitrattaw il-kwestjonijiet ta' patrimonju kulturali fejn ir-regolatur huwa s-sovrintendent.", "Id-diskussjoni li saret minn dak iż-żmien 'l hawn wasslet biex f'dan l-istadju ngħidu li iva, il- president għandu jibqa' persuna magħżula minn fost dawk li jkunu jew kienu kkwalifikati li jkunu imħallfin.", "F'paragrafu (b) qed ngħidu li jkun hemm żewġ membri maħtura mill-ministru minn fost persuni li fil-fehma tiegħu għandhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa, u li wieħed minnhom ikun minn fost il-membri akkademiċi ta' l-istaff ta' l-Universita` ta' Malta u l- ieħor minn fost persuni akkreditati taħt dan l-abbozz.", "S'issa, fl-abbozz kif ippreżentat, konna qed ngħidu li minbarra l-president, il-ministru għandu jaħtar persuna minn fost detenturi ta' warrant li jkollhom mill- inqas 8 snin esperjenza.", "Meta bdejna niddiskutu ħalli naraw kif din nistgħu nsarrfuha fil-prattika, iltqajna ma' żewġ punti.", "L-ewwelnett innotajna li għadu kmieni biex ngħidu \"minn fost detenturi ta' warrant\", għax il-korp ta' professjonisti f'dan il- kamp għad irid jitrabba.", "Allura inħasset ukoll il-ħtieġa li f'dan il-bord ikun hemm preżenza ta' l-Universita`, u minħabba dawn ir-raġunijiet, ressaqna din il-bidla.", "Ilqajna l-idea li ndaħħlu preżenza tas- sovrintendenza, u żammejna wkoll il-preżenza taċ-ċentru tar-restawr mingħajr ma għedna li dan irid ikun bilfors warrant holder.", "Eliminajna f'dan l-istadju l-livell ta' elettivita` ta' membri fuq dan il-bord minn fost il-warrant holders, biex qabel ma nibdew niġru, nippruvaw nitgħallmu nimxu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Mr Speaker, ninfurmak li l-Kumitat li qed jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali, wasal fi klawsola 34.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 13 ta' Frar 2002, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nixtieq nagħti spjegazzjoni dwar x'ġara dalgħodu f'din il-Kamra.", "Dalgħodu inti kont hawnhekk preżenti u taf eżatt x'ġara, pero' wara dak li xxandar illejla fuq it-television, jkun tajjeb li nagħti spjegazzjoni biex kulħadd ikun jaf.", "Huwa veru li qegħdin fi żmien il-karnival, imma ma tistenniex dawn it-tip ta' buffonati.", "Mr Speaker, fil-ħin tal-mistoqsijiet dalgħodu l-ewwel mistoqsija kienet ta' l-Onor.", "Noel Farrugia dwar kemm kienet in-nefqa globali ta' telephones u mobile phones fis-sena 2001 fil-ministeru u kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality.", "Hija mistoqsija standard li għamilha lill-ministeri kollha.", "Jien weġibt li informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "Weġibtu għal darba, darbtejn u għedt li din hija n- normalita' kif jimxu l-affarijiet.", "Il-gvern jiġbor u jara kemm kienu l- ispejjeż u mbagħad fil-ħin opportun jippubblika l-informazzjoni kollha.", "Din hija r-risposta li tajt dalgħodu.", "Dan kollu ingħad b'mod ċar u b'mod onest.", "Ara fil-passat l-affarijiet ma kenux isiru hekk.", "Infakkar li fil- passat meta tagħmel mistoqsijiet ta' dan it-tip kienu jgħidulna \"Mhux fl- interess tal-poplu\".", "Aħna għall-kuntrarju, Mr Speaker, għedna li fil-ħin opportun tinġabar l-informazzjoni kollha u din l-informazzjoni tiġi ppubblikata.", "Mr. Speaker, imbagħad reġa' qam l-Onor.", "Noel Farrugia u għamel mistoqsija supplimentari dwar l-ispecial measures għall-policy programme for Maltese agriculture, l-SMPPMA.", "Jien bdejt nispjega li dan huwa programm finanzjarju li l-gvern qed jagħmel u li wasal fil-fażi finali tiegħu biex ladarba jibdew jitneħħew il-levies, il-gvern jipprovdi l-flus biex jiggarantixxi li d-dħul lill-bdiewa u lir-raħħala ma jonqosx.", "Dan huwa mekkaniżmu finanzjarju li se jiggarantixxi li l-bdiewa u r-raħħala jibqa' jkollhom income xieraq u ġust wara li jibdew jitneħħew il-levies.", "Ovvjament jien mort daqsxejn lura sa tliet snin ilu biex nispjega lil din il-Kamra u lil kulmin ikun qiegħed jismagħna li dan l-SMPPMA huwa programm finanzjarju li jitla' għal għexieren ta' miljuni - jiġifieri jaqbeż l-Lm10 miljuni, l- Lm20 miljun, Lm30 miljun - li se jiġi provdut bħala state aid biex jiggarantixxi li bit-tneħħija tal-levies il-bidwa u r-raħħala ma jmorrux ħażin u jibqa' jkollhom dħul xieraq u ġust.", "Mr Speaker, jiena għedt ukoll li anke l-oppożizzjoni soċjalista Maltija meta kienet fil-gvern iddikjarat iswed fuq l-abjad li hi taqbel mat- tneħħija tal-levies.", "Dan ġie ddikjarat iswed fuq l-abjad f'intervista li l- gazzetta \"The Times\" għamlet lill-Onor.", "Dr Alfred Sant liema intervista ġiet ippubblikata nhar l-Erbgħa 29 ta' April, 1998.", "Jien fakkart li f' din l-intervista, li fiha mill-inqas żewġ ritratti ta' Dr Alfred Sant, Dr Alfred Sant kien iddikjara li bil-politika ta' free trade area, jiġifieri dik li hija magħrufa llum bħala Svizzera fil-Mediterran:", "\"With free trade we would still have the option of buying what we want from where we want to buy it, ...\".", "Pero` mbagħad qal ukoll:", "\"... although we wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs and our vegetables.\".", "Kif għamilt riferenza għal din l-intervista qam l-infern hawn ġew.", "U ġara hekk għaliex l-Onor.", "Farrugia dejjem jgħid li l-Partit Laburista huwa kontra t-tneħħija tal-levies pero' l-kap tiegħu ddikjara kważi erba' snin ilu li bil-politika tiegħu ta' Svizzera fil-Mediterran se tispiċċa l- protezzjoni, jiġifieri se jitneħħew il-levies.", "U kif semmejtu din dalgħodu qam l-infern hawn ġew.", "L-Onor.", "Farrugia beda jgħajjat, iwerżaq u jgħid li jien kont qed nigdeb.", "Ovvjament jien tad-demm u l-laħam bħal ħaddieħor.", "Jien m'iniex nigdeb.", "Jien ikkwotajt biss dak li qal il-kap tiegħu.", "U ma joqgħodx jiġi l-kap tiegħu jgħid żgarbata u mhux żgarbata.", "Kieku kienet sgarbata, kieku kienet falza stikka kien joħroġ l-għada jgħid li kienet falza stikka u mhux iħalliha għal kważi erba' snin wara.", "Din hija l-politika ta' Svizzera fil-Mediterran, Mr Speaker.", "B'din il- politika xorta jitneħħew il-levies, bid-differenza li jitneħħew b'mod li l- bdiewa u r-raħħla ma jiġux mgħejjuna finanzjarjament.", "Din il-politika ta' Svizzera fil-Mediterran tfisser li f'pajjiżna jkollna importazzjoni ta' prodotti agrikoli bi prezzijiet tant baxxi li l-bdiewa u r-raħħala ma jkunux jifilħu jikkompetu u jlaħħqu magħhom.", "Barra li jgħajjat u jwerżaq l-Onor.", "Farrugia beda jagħmel ħafna ġesti min- naħa l-oħra b'mod li ma jħallix li jiena nkompli nispjega x'ifisser SMPPMA.", "Issa kien hu li għamel mistoqsija supplementari, u ladarba għamel mistoqsija supplementari m'għandux jiġi u bil-wiċċ tost jgħidli: \"Jien għamilt mistoqsija qasira, agħtini risposta qasira.\"", "X'jiġifieri!", "Mela jien nikkmandah x'tip ta' mistoqsija supplementari jagħmel( Mela jien nikkmandah kemm idum jagħmel mistoqsija supplementari( Jiena ntlabt nispjega l-affarijiet kif inhuma u dak li bdejt nagħmel.", "Mr Speaker, dan beda jgħajjat u jwerżaq u inti fil-konfużjoni li nqalgħet issospendejt il-Kamra.", "Wara dan, bl-akbar ardir l-Onor.", "Farrugia qasam il- Kamra u ġie jwerżaq b'idejh ma' wiċċi.", "Skużi jien tad-demm u laħam.", "U l- Onor. Farrugia m'għandux jaħseb li hawn ġew hawn xi ħadd li jbeżża' lil xi ħadd.", "Hawn ġew ħadd ma jbeżża' 'l ħadd.", "Dak il-ħin għedtlu: Jekk trid tkompli tigdeb mur għidu barra.", "Dak li ġara dalgħodu.", "Din hija l- verita`ta' x'ġara dalgħodu.", "Din hija l-istorja kollha.", "Imbagħad meta kompliet is-seduta l-Onor.", "Farrugia talab il-protezzjoni.", "Issa forsi min qed jismagħna ma jafx x'jiġifieri meta taqsam għan-naħa l- oħra tal-Kamra.", "Jekk jien irrid nibgħat xi ħaġa lil xi ħadd fuq in-naħa l- oħra, hawn ġew għandna grupp ta' messaġġiera li jagħmlu xogħolhom taħt id- direzzjoni tal-clerk tal-Kamra u jeħodha u din jeħodha xi ħadd minnhom.", "Barra minn hekk jiena ma naqbadx u naqsam il-Kamra u mmur quddiem xi membru tan-naħa l-oħra u nagħmillu idejja f'wiċċu.", "La nagħmel hekk jien lil ħaddieħor u lanqas jiena se nħalli 'l ħadd jagħmel hekk lili.", "Dak li ġara, pero' llejla rajna lill-Onor.", "Farrugia fuq l-aħbarijiet tas-super 1 tiela' hawnhekk bejn żewġ messaġġiera.", "Irrid ngħid veru qegħdin fi żmien il-karnival, pero` ma kontx nistenna din il-buffunata li rajt illejla fuq Super 1.", "Jien għedtlu biss biex dan il- kliem joħroġ jgħidu barra.", "F'din il-Kamra kien sarli vot ta' sfiduċja fl- 1993 u jiena kont iddeċidejt li ma nġibx dik il-vot ta' sfiduċja fil- parlament.", "Jiena ħadthom il-qorti kriminali 'l min qalhom.", "Illum wara disa' snin telgħin u niżlin kull xahar il-qorti, prattikament irbaħt il- kawżi kollha.", "Kien hemm xi sitta jew seba' kawżi.", "Sitta minnhom irbaħthom diġa`, imma hemm tentufa fuq waħda, pero` fuq din it-tentufa issa nirbaħha wkoll.", "Il-Membri ta' l-Oppożizzjoni llum qegħdin isibu l-iskużi kollha taħt ix- xemx biex jgħidu li m'huwiex veru li qalu dak il-kliem fil-press conference.", "Wasalt li kelli nerġa' nisma' l-cassette, nerġa' nagħmel nagmel transcript u nerġa' nipprovdih lill-qorti biex il-qorti jkollha l- affarijiet f'idejha.", "Jiena ma naċċettax li dan jiġi hawn ġew jgħid li jien giddieb meta jien kulma kont qed nagħmel kien li qed nippreżentah b'dak li qal il-kap tiegħu.", "Dawk l-affarijiet għandu jiġi jgħidhom barra ħalli jiena nieħu l-passi meħtieġa biexnagħlaqlu ħalqu.", "Mr. Speaker, nitlob il-permess biex għas-seba' darba nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra dan id-dokument.", "MR SPEAKER: Hawn permess( (Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-gazzetta \"The Times\" ta' nhar l-Erbgħa, 29 ta' April 1998 dwar intervista li saret lill-Prim Ministru l-Onor Alfred Sant fuq Malta u l-Unjoni Ewropea", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, dalgħodu l-Onor.", "Charles Buhagiar reġa' tkellem fuq il-culvert f'Ħaż-Żebbuġ u fost affarijiet oħra qal li ma jridx jgħajjatli iktar onorevoli.", "Mr Speaker, diment li tkun membru f'din il-Kamra, jgħajtulek jew ma jgħajtulekx xorta tibqa' onorevoli.", "Jien lilu nibqa' ngħajjatlu Onor. Charles Buhagiar għax wara kollox din m'hijiex xi ħaġa personali bejnietna.", "Dan huwa argument bejn gvern u oppożizzjoni, kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu u jiena m'għandi l-ebda diżrispett, la lejn l-Onor.", "Charles Buhagiar u lanqas lejn l-l-ebda membru tal-Kamra.", "Fil-ħin li fadal xtaqt nirrispondi kemm għal dak li qal fl-aġġornament kif ukoll għal dak li qal fl-artiklu li deher fit-\"Torċa\" ta' nhar il-Ħadd li għadda.", "Ngħid ukoll li l-kelma \"marmalja\" li ntużat għal dawk in-nies li ħarġu jipprotestaw kontra d-danni li jistgħu jsofru m'hijiex indirizzata biss għan-nazzjonasiti imma anke għal-laburisti.", "Ċempluli laburisti stess u qaluli li qatt ma stennewha li mill-Partit Laburista jgħajjruhom marmalja.", "Dakinhar kien hemm kemm nazzjonalisti kif ukoll laburisti, jiġifieri meta meta qed jgħajjru marmalja mhux qed jgħajjru lin- nazzjonalisti biss imma anke lil-laburisti.", "Mr. Speaker, fil-ħin li fadal xtaqt nagħti risposta lill-Onor.", "Charles Buhagiar u mhux se nitkellem iktar fuq din il-materja tal-culvert.", "Fl- artiklu tat-\"It-Torċa\" l-Onor.", "Charles Buhagiar qal ukoll li jiena nibgħat envelopes tal-gvern lin-nies.", "Dwar din il-ħaġa naħseb ikun aħjar jekk inti toħroġ stqarrija, Mr Speaker, għax kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min- naħa ta' l-oppożizzjoni qed jinqalgħu ħafna battibekki għax nibagħtu envelopes tal-gvern.", "Kull membru ta' dan il-parlament huwa intitolat għal 100 envelope fix-xahar bil-posta mħallsa li jistgħu jintbagħtu lill- kostitwenti.", "Din hija waħda mill-konċessjonijiet li għandna bħala membri parlamentari, jiġifieri jien ma ħloqt l-ebda skandlu għax bgħatt dawn l- envelopes imma kont qed nibgħathom bi dritt.", "Dakinhar impostajt biss 53 ittra f'envelope tal-gvern, għandi l-awtorita` li nagħmel hekk u hekk se nkompli nagħmel.", "L-Onor.", "Buhagiar semma' wkoll wkoll il-conclusions tal-masterplan u anke stieden lill-gazzetti indipendenti biex min irid jiġi jikkonsultah u jgħidilhom il-fatti kif inhuma.", "Jiena wkoll nistieden lill-korrispondenti li tal-gazzetti indipendenti biex jiġu u nispjegalhom il-verita` dwar dak li hemm fil-masterplan.", "Qal ukoll li l-Perit Philip Grech bi żvista nesa jdaħħal din il-parti ta' Triq il-Kbira fil-masterplan tiegħu rigward l-ilma tax-xita.", "Jiena se ngħid x'qal il-Perit Grech fil-paragrafu 3(2) ta' l- istess rapport.", "Se naqraha bl-Ingliż apposta biex inkun ikkwotajtu eżatt:", "\"... suggest water from Muxi Square and Triq il-Kbira be deviated to a wide culvert along Triq il-Kbira and Triq 12 ta' Mejju thus avoiding Triq il-Grazzja and other streets leading to Triq il-Grazzja\".", "Dan ifisser li mhux veru li l-Perit Philip Grech bi żvista nesa jdaħħal din il-parti ta' Triq il-Kbira fil-masterplan tiegħu.", "Isemmi wkoll:", "\"The report of the storm water control nowhere suggests or recommends that Triq Fra Fred Mattei will be the route to solve the rainwater problem.", "In like manner, the storm water from Triq Kurkanti and Triq il-Qubbajd will find itself through a pipe system for Triq il- Grazzja\".", "Hawnhekk jagħmel enfasi li l-ilma fejn it-Triq tal-Grazzja għandu jkun minimu għall-aħħar u fil-paragrafu 3 (1) jipproponi:", "\"... trench system be laid at a level below other utility services to enable storm water collection to take place.", "Action being carried out by local council ignores this fact and pipes are being laid below street level.\".", "Dawn il-fatti huma dokumentati fir-rapport li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra.", "Lill-gazzetti ngħidilhom li min irid jikkonsultani , jiena lest li nweġibhom.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Buhagiar qal ukoll li jiena wettaqt att kriminali meta ħriġt karti mill-files.", "Dan assolutament m'hu veru xejn.", "Meta għamilt konsultazzjoni mar-roads department qaluli li dawn kitbu ittra, jekk m'iniex sejjer żball fid-29 ta' Jannar jew fit-30 ta' Jannar biex ix-xogħol jieqaf.", "Dik l-informazzjoni ġibtha minn hemm.", "Din l-ittra flimkien ma' l-ittra l-oħra, jiġifieri r-risposta ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar mill-kumpannija Med Design ġibtha mill-kunsill lokali ta' Ħaż- Żebbuġ permezz ta' kunsilliera Nazzjonalisti li għoġobhom jagħtuni kopja.", "Jien ma ħadt l-ebda file mill-ebda dipartiment.", "Mr Speaker, isemmi wkoll il-bypass li kollha taqleb lejn Triq il-Kbira.", "Mhux veru.", "Hawn ġew għandna ngħidu l-verita`.", "Dan biex nagħmlu xi ħaġa għall-ġid ta' Ħaż-Żebbuġ! 95% ta' l-ilma tal-bypass li jiena kont il- promutur tagħha li tinfetah imur Triq San Martin.", "Fil-masterplan tal- culvert system kien propost li f'din it-triq isir culvert pero' dan ma sarx mill-kunsill lokali.", "5% biss imur lejn Triq il-Kbira.", "Imbagħad hemm Triq 12 ta' Mejju li wkoll jasal fi Triq il-Kbira.", "Dak iż- żmien, Mr Speaker, qal ukoll li Triq il-Kbira ma ġietx imneħħija mill- asfalt li kien hemm u sar it-tarmac.", "Jien infakkru li Triq il-Kbira saret bit-tarmac bejn l-1987 u l-1992.", "Dak iż-żmien f'Malta ma kien hawn l-ebda makkinarju li jagħmel xogħol ta' scarifing bħal dak li qed naraw illum.", "Dan kien introdott madwar sitta jew tmien snin ilu hawn Malta u dan ix- xogħol ilu iktar minn għaxar snin, jiġifieri aħna ma stajniex nagħmlu dak ix-xogħol li kien qed jgħid.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Buhagiar qal ukoll li jien insistejt ħafna biex jinfetaħ passaġġ fi Triq il-Kurkanta.", "Meta l-Onor.", "Charles Buhagiar laħaq ministru l-proprjetarju ta' l-art fejn infetaħ dan il-passaġġ għamel pressjoni fuq l-Onor.", "Charles Buhagiar biex jekk jista' jkun ma tinfetaħx, imbagħad dawwar il-verżjoni tiegħu.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid li meta fl-14 ta' Marzu 1997 l-Onor.", "Buhagiar bħala ministru kien intalab li ssir amendment għall-iskema u din ġiet approvata.", "Din l-emenda kienet tipproponi li dak il-passaġġ jinqata' mill-iskema u jibqa' cul-de-sac.", "Dan sar mhux biex ma jgħaddix ilma imma biex jipproteġi lil klijent li huwa kellu meta ma kienx għadu ministru.", "Ovvjament meta mbagħad sar ministru allura l-proprjetarju ta' din l-art qabbad perit ieħor li wkoll għamel is-sottomissjonijiet tiegħu.", "Meta reġa' daħal l-Onor.", "Charles Buhagiar fl-1 ta' Marzu 2000 u reġa' sar il-perit għamel a new planning application to open stretch of two metres.", "Jiena wkoll għamilt pressjoni, pero` se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra petizzjoni li tressqet mir-residenti ta' Triq il-Kurkanta fejn qed jagħmlu enfasi speċjali biex dik it-triq tinfetaħ għaliex kienet ippjanat.", "Imbagħad l- Onor. Buhagiar aċċetta li jinfetaħ passaġġ ta' żewġ metri u din ġiet approvata mill-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Dan kollu juri li meta kien ministru l-Onor.", "Charles Buhagiar ħalla li dik għandha tinfetaħ żewġ metri.", "Mr Speaker, rigward Triq Inċita qal li canvasser tiegħi ħallejtu jagħmel xi passaġġi u jagħlaq il-culvert.", "Veru li saru l-passaġġi pero` l-bdiewa qabżu fuqna u qalulna: Mela sewwa għamiltu l-passaġġ u ma ħallejtulniex l- aċċess għall-għelieqi.", "Jien lest li nuri r-ritratti li juru li ma kienx hemm aċċess għall-bdiewa u minħabba f'hekk l-għelieqi li kien hemm kienu kollha abbandunati.", "Għandi wkoll il-petizzjoni ta' tliet bdiewa.", "Wieħed minnhom ikkritikani għaliex wara li wessajna t-triq ma ħallejniex aċċess u l-uniku aċċess li kien hemm kien minn triq oħra li dan il-bidwi ma ħallihomx jgħaddu minn hemmhekk u allura bilfors kellu jsir dan il-passaġġ.", "L-ilma tax-xita baqa' għaddej regolari minn hemmhekk.", "Veru li ddejjaq ftit, pero` żgur li dan ma jtellifx il-flow ta' l-ilma kif kien ippjanat.", "Imbagħad semma x-xogħol dwar Ħaż-Żebbuġ u qal li ma sar xejn hemmhekk.", "M'hu veru assolutament xejn.", "Imma għalfejn qed nigdbu?", "Jien se npoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra lista tax-xogħlijiet li saru f'Ħaż-Żebbuġ bejn l- 1987 u l-1992 u bejn l-1992 u l-1996.", "Għandek waħda fejn saru toroq li ma kenux asfaltati dak iż-żmien u mbagħad hemm oħra fejn turik li saru bit- tarmac.", "Qal ukoll li l-areas fejn l-iktar hemm laburisti qatt ma saru.", "Jien hawnhekk immarkajthom u se ngħidlu dawn it-toroq fejn huma.", "Dawn it-toroq huma lejn in-naħa ta' Ħal Mula fejn hemm fortizza laburista.", "Hawnhekk ngħid li għalkemm għandna diverġenzi politiċi bejnietna lil dawn nirrispettahom u huma jirrispettawni wkoll.", "Qatt ma kelli xi ngħid magħhom għaliex dejjem tajthom ir-rispett u l-għajnuna li kellhom bżonn.", "Se naqra biss l-ismijiet ta' dawk it-toroq li qegħdin fl-area ta' Ħal Mula li ġew asfaltati mit- tħarbit li kien hemm.", "Dawn huma Triq Dun Salv Ciappara, Triq Dun Salv Trevisan, Triq l-Eroj, Triq Ġanni Bonnici li ġiet tinfed ma' Triq l-Imdina, Triq Ġanni Cilia, Triq Aramm, Triq l-Indipendenza, Triq l-Irvell tal- Qassisin, Triq N. Mifsud Tommasi, Triq is-Sindku P Vella u Triq Wied Qirda.", "Ta' min igħid li Triq Arram li llum hija Triq Dun Loret Callus kien hemm l- ikbar tħarbit.", "Jiena qatt ma naf li rajt triq imħarbta daqshekk.", "Barra minn hekk kienet fuq tliet livelli, kulħadd jgħaffeġ fit-tajn u x'naf jien.", "Fiha kien hemm ħafna materjal mormi li kien ħalla gvern Laburista.", "Dawn l- affarijiet irranġaw ruħhom bl-interventi li għamilt jien.", "Saħansitra kellhom barriera li kienet tintuża għar-rimi u skart u din irranġajtilhom u għamiltilhom ġnien.", "Kien hemm biċċa oħra fejn darba kienet ġejja pont bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi fejn kien jintefa' ħafna materjal biex jinħaraq - saħansitra anke majjali u annimali oħra kienu jinħarqu hemmhekk –u permezz ta' intervent tiegħi din tnaddfet u saret ġnien.", "Il- kunsill lokali ma ried qatt jieħu responsabbilta` biex ikompli jsebbaħ dak il-ġnien u ħallih abbandunat.", "Naf li d-dipartiment tal-kunsill lokali ġibidlu l-attenzjoni diversi drabi dwar dan, imma għax jaf li dak ix-xogħol sar bl-inizjattiva tiegħi, dan ħallih abbandunat.", "Issa dan mhux għalija għamiltu imma għar-residenti.", "L-istess il-barriera li kien hemm fi Triq Guliermo Lorenzi f'Ħaż-Żebbuġ.", "In-nies jistgħu jixhdu x'għamilt jien għal Ħaż-Żebbuġ, u fuq dan id-dokument li nixtieq inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra n-nies jistgħu jaraw il-provi.", "Ix-xogħol se jkompli sejjer.", "Ħdimna ħafna u se nkomplu nirsistu.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Lista ta' proġetti għal toroq f'Ħaż-Żebbuġ; u", "Kopja ta' petizzjoni datata 30 ta' Jannar 2001 iffirmata minn residenti ta' Triq il-Kurkanta, Ħaż-Żebbuġ, indirizzata lill-Ombudsman dwar il-ftuħ ta' l-istess triq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l- Erbgħa, 13 ta' Frar, 2002 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI U SERVIZZI KOMUNITARJI", "31342.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id- dipartiment ta' l-anzjani u servizzi komunitarji hux bi ħsiebu jiftaħ aktar ċentri żgħar fil-komunita' biex inaqqas min-numru kbir ta' klijenti li hemm bħalissa, b'mod speċjali fl-Imtarfa, f'Marsascala u fi Fleur-de-Lys?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li sabiex jitnaqqsu n-numru kbir ta' klijenti li jattendu f'ċerti Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita', d-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil-komunita' qiegħed f'diskussjonijiet ma' l-Awtorita' tad-Djar sabiex jikri postijiet oħra fil- komunita' biex jikkonvertihom bħala Ċentri żgħar (Resource Centres) għall- persuni b'diżabilita'.", "Tajjeb li wieħed isemmi li din is-sena sejrin jinfetħu żewġ Ċentri ġodda f'Pembroke u fil-Kottonera.", "ĊENTRU TAL-PERSUNI B'DIŻABILITA' – ĦADDIEMA PROFESSJONALI", "31343.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għar-risposta għal-mistoqsija parlamentari nru.", "7282 bid-data ta' l-24 ta' Mejju 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema professjonali li jinkludu nurses, fizjoterapisti, occupied therapists u social workers ġew impjegati biex jaħdmu fiċ-Ċentru tal-Persuni b'Diżabilita?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita' hemm dawn il-ħaddiema professjonali: żewġ nurses u Training Consultant.", "Bla dubju ta' xejn hemm bżonn li jiġu mpjegati aktar ħaddiema professjonali li għandhom jinkludu Fiżjoterapisti u Occupational Therapists.", "Fil-futur qarib sejra toħroġ sejħa għall- Applikazzjoni biex jiġu impjegati Professional Support Workers biex jaħdmu f'dan il-qasam tad-diżabilita'.", "ĊENTRI TAL-PERSUNI B'DIŻABILITA - STUDENTI", "31344.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din is-sena ċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita humiex sejrin jaċċettaw lill- istudenti li ser jispiċċaw mill-Iskejjel Speċjali?", "Jekk iva, qiegħed isir il-proċess ta' tranzizzjoni ta' dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li bħal ma sar is-sena l-oħra, iċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita' diġa' qegħdin jippreparaw biex ikunu f'qagħda li jieħdu studenti mill-iskejjel speċjali.", "Saru diversi kuntatti neċessarji mat-Transition Officer tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u ġew identifikati dawk l-istudenti li jistgħu jibbenefikaw minn din it-tranżizzjoni.", "Id-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil- Komunita' ukoll qed jieħu ħsieb li jiftaħ Ċentri żgħar ġodda fil-komunita'.", "ĊENTRU TAL-PERSUNI B'DIŻABILITA - FONDI", "31345.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibli li din is-sena ċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita jingħataw aktar fondi peress li l-Gvern, fil-budget tiegħu, naqqas in-nefqa fuqhom b'aktar minn Lm 21,000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fiċ-Ċentru tal- Persuni b'Diżabilita', s-servizzi jingħataw bl-aktar mod effettiv u effiċjenti rrispettivament mill-fondi li hemm għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Barra minn hekk, tajjeb li wieħed jgħid li ċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita' jifformaw parti mid-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil- komunita' li l-vot ta' din is-sena 2002 żdied b'Lm783,000 fuq is-sena 2001.", "KONSULENTI - ĦLAS", "31367.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm qed jitħallsu il-konsulenti indikati fil-mistoqsija parlamentari nru.", "31260?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-konsulenti msemmija fit-tweġiba tiegħi għall- mistoqsija 31260 qed jitħallsu kif ġej:-", "Is-Sur Jean Micallef Grimaud , Lm 2000 fis-sena", "Is-Sur Alfred Mallia Milanes, Lm 1000 fis-sena", "KONSULENTI", "31368.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-konsulenti li inti irreferejt għalihom fit- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31204?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 31387 (Seduta 695).", "KONSULENTI", "31369.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li inti irreferejt għalihom fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31272?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li ż-żewġ konsulenti msemmiija fil-mistoqsija parlamentari huma:", "dak fil-Kunsill Lokali - Is-Sur Maurice Caruana u dak fil-Qrati - Is-Sur Joseph Muscat (Enginier).", "UNJONI EWROPEA – PROGRAMMI EDUKATTIVI", "31399.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti sottomessi minn Malta ġew milqugħa mill-Kummissjoni Ewropeja taħt il-programmi edukattivi (EU) kollha li qed tieħu sehem Malta fihom?", "Jista' jgħid f'hiex jikkonsisti kull proġett li ġie aċċettat u magħżul u x'finanzi se jieħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proġetti sottomessi minn Malta huma kif se nsemmi:", "LEONARDO DA VINCI: Hemm 34 proġett ta' Mobilita` tas-sena 2000 u 2001 li qegħdin jiġu attwati b'fondi allokati mill-Kummissjoni Ewropeja.", "Is-somma allokata għal dan il- perjodu hija ta' 431,577 Euro.", "Għas-sena 2002, il-Kummissjoni Ewropeja allokat 186,368 Euro f'fondi għal proġetti ta' Mobilita`.", "Hemm proġett pilota wieħed li ġie aċċettat mill-Kummissjoni Ewropeja taħt il-programm edukattiv Leonardo da Vinci fis-sena 2001.", "Il-proġett jismu \"Web and Multimedia Training for Medical English\".", "Il-Kummissjoni Ewropeja allokat budget ta' 34,863 Euro għal dan il-proġett, li ser jopera fuq perjodu ta' sentejn.", "YOUTH:", "Il-proġetti li saru s'issa taħt il-programm YOUTH ġew sottomessi kollha fuq livell lokali.", "Rigward il-programm SOCRATES, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "XEMXIJA - MARE D'ORO", "31400.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28693, jista' l- ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza mogħtija mill- qorti dwar il-każ tal-Gvern kontra s-sidien tal-Mare d'Oro rigward l-aċċess għall-parti pubblika tax-xatt ta' quddiem l-istabbiliment Mare D'Oro fil- bajja tal-Fekruna, Xemxija San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "KAVALLIER TA' SAN ĠAKBU – NEFQA", "31401.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq xogħol ta' konsulenza fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001?", "Min kienu dawn il-konsulenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-konsulenti u n-nefqa ta' flus fuq xogħol ta' konsulenza fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001 kien kif jidher hawn taħt:", "|Konsulen|Tip ta' |2000 |2001 | |ti |Konsulenza | | | | | |Lm |Lm | |England |Architectura|37677.|24147.| |& |l |59 |71 | |England |Consultancy | | | |Paul |Mechanical |1313.5|1837.6| |Meilaq |Engineering |0 |1 | | |Consultancy | | | |Camiller|Electrical |1077.8|5622.1| |i & |Engineering |9 |0 | |Cuschier|Consultancy | | | |i | | | | |Theatre |Theatre |41078.|8722.6| |Projects|Consultancy |69 |1 | |BD |Fire |1541.0|NIL | |Atherson|Protection &|0 | | | |Security | | | | |Consultancy | | | |KPMG |Advice and |7130.0|NIL | | |Assistance |0 | | |Michael |Restoration |1875.0|NIL | |Ellul |Consultancy |0 | | |TOTAL | |91693.|40330.| | | |67 |03 |", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX - KONSULENTI/ADVISORS", "31417.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm konsulenti/advisors fil-ministru għal Għawdex fil-Qasam tas-Saħħa/Sptar Ġenerali ta' Għawdex fis-sena 2001 f'Jannar u f'Diċembru ?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: F'Jannar tas-sena 2001 kien hemm tnax-il konsulent jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex filwaqt li f'Diċembru ta' l- istess sena kien hemm tlettax-il konsulent u Advisor.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX - KONSULENTI/ADVISORS", "31418.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31247, meta ġew ingaġġati l-14 il-konsulent/advisor fil-Qasam tas-Saħħa/Sptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' t-tagħrif jingħata ndividwalment għal kull konsulent?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-Informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tidħer fil-lista t'hawn taħt:", "Konsulent/Advisor Kariga Data ta' Ingaġġ Mr Andrew Armatis Konsulent Ġinekoloġija 10.08.92 Mr John Mamo Konsulent Ġinekoloġija 10.04.95 Dr Julius Kwas Konsulent Kirurġija 23.04.95 Dr Antonin Pechar Konsulent Kirurġija 20.10.97 Dr Goran Milosavljevic Konsulent Anestesija 01.07.99 Dr Miodrag Stoianovic Konsulent Anestesija 07.09.99 Dr Rodovan Nemecek Konsulent Patoloġija 17.02.92 Dr Vaclav Svejda Konsulent Mediċina 16.02.89 Dr Frank Farrugia Konsulent Mediċina 20.06.98 Dr Robert Sciberras Konsulent Mediċina 17.08.01 Mr Ray Aquilina Konsulent Ortopedija 03.02.92 Mr Ivan Vella Konsulent Oftalmoloġija 15.12.00 Dr Victor Mercieca Konsulent Pedjatrija 17.06.91 Prof Maurice Cauchi Advisor Public Health 01.10.01", "VOT RIKORRENTI – SALARIES & WAGES", "31419.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm persuni jitħallsu mill-Vot Rikorrenti 47 Line Item 12 Staff-Salaries & Wages 03, Customer Services fejn hemm ivvotati Lm 1,512,500?", "Kemm qed jitħallsu f'kull każ?", "F'liema oqsma jaħdmu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "VOT RIKORRENTI – SALARIES & WAGES", "31420.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm persuni jitħallsu mill-vot rikorrenti 47 Line Items 12 Staff-Salaries & Wages 05 taħt saħħa fejn hemm ivvotati Lm 3,815,000?", "Kemm jitħallsu f'kull każ?", "F'liema oqsma jaħdmu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MCAST – PROGRAMM LEONARDO", "31421.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li matul din is-sena (b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 31275) m'hemm l-ebda student mill-Istituti li bħalissa huma fl-MCAST li se jieħu sehem fil-programm Leonardo?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-MCAST hija istituzzjoni ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali li għadha fil-bidu tagħha.", "Il-Coordinating Committee tal- Programm Leonardo qed jgħin lill-MCAST biex isibu partners għall-proġetti futuri.", "Kien għalhekk li sar il-contact seminar fi Franza (Toulon) fejn kienu rappreżentati l-Istituti u Skejjel kollha fil-qasam vokazzjonali.", "Bħalissa qed jimmaturaw il-kuntatti u jitħejjew l-applikazzjonijiet għas- sejħa li jmiss.", "Dan hu proċess li jinħtieġ ħafna ħin u xogħol ta' preparazzjoni biex jissarrfu fi proġetti ta' kwalita`.", "STAFF FIS-SEGRETARJAT PRIVAT - KUNTRATTI", "31437.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm membri tal-staff fis-segretarjat privat tiegħek?", "Min huma?", "X'karigi jokkupaw?", "Kemm minnhom huma ħaddiema tal-Gvern?", "Kemm minnhom ġew mislufa minn kumpaniji u azjendi parastatali?", "Kemm hemm minnhom ta' kuntratt definit?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Nterpellant li fil- preżent hemm ħmistax-il membru fis-Segretarjat Privat tiegħi.", "L- informazzjoni dwarhom hija mogħtija fil-lista annessa.", "Erbatax minnhom huma ħaddiema tal-Gvern u mhemm ħadd minnhom li huwa misluf minn kumpaniji u azjendi parastatali.", "Lkoll kemm huma għandhom kuntratt definit.", "Uffiċċjali li huma membri tas-segretarjat privat tal-ministru għal Għawdex", "|ISEM |POSIZZJONI | |Anthony Borg |Personal Assistant | |Claire P. |Private Secretary | |Camilleri | | |Marion Zammit |Assistant Private | | |Secretary | |Emanuel Grech |Office Co-ordinator| |Anthony Zammit|Secretariat Officer| |Joe Mifsud |Secretariat Officer| |Anthony |Secretariat Officer| |Buttigieg | | |Darlene |Officer in the | |Inguanez |Secretariat Pool | |Joseph Grima |Officer in the | | |Secretariat Pool | |Mario |Officer in the | |Camilleri |Secretariat Pool | |Charles |Officer in the | |Portelli |Secretariat Pool | |Alfred Grech |Secretariat | | |Messenger | |Anthony Grima |Secretariat | | |Messenger | |Louis Cassar |Personal Driver / | | |Security Officer | |Michael |Personal Driver / | |Camilleri |Security Officer |"]} {"filename": "20000606_308d_par.doc", "date": "2000-06-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 308 It-Tlieta, 6 ta' Ġunju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 308", "It-Tlieta, 6 ta' Ġunju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "308", "It-Tlieta, 6 ta' Ġunju, 2000", "WERREJ MINUTI 291", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 291", "TQEGĦID TA' KARTI 295", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 295", "AĠĠORNAMENT 322", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 327", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 307 li saret fil-5 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ ĊIVILI - PENSJONI TA' L-ETA'", "16227.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Francis Agius) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l- impjegati li spiċċaw bil-pensjoni ta' l-eta' jew ta' l-invalidita' - separatament għas-snin 1996, 1997 u 1998 - fi grad ta' salarju u minn skala 1 sa skala 20?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali)(f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat illi n-numru ta' mpjegati li spiċċaw bil-pensjoni ta' l-eta' jew ta' l-invalidita' huwa kif jidher hawn taħt:", "|Sena |Spiċċaw |Għaddew bord| | |bl-eta' |mediku | |1996 | 442 | 168 | |1997 | 544 | 185 | |1998 | 485 | 277 |", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru l-informazzjoni mitluba fuq il-gradi u l-iskali ta' salarju kif miżmuma minn dan l- uffiċċju.", "MIDDLE SEA INSURANCE - ALLOKAZZJONI TA' SHARES", "16368.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi kien ġie mwiegħed li l-eżerċizzju ta' l-allokazzjoni tax-shares tal-Middle Sea Insurance lix-shareholders tal-Mid-Med Bank kellu jsir sa l-aħħar ta' Marzu, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dan l-eżerċizzju se jsir dalwaqt.", "Fil-fatt nqalgħu xi problemi tekniċi dwar shareholders li jinsabu barra minn Malta, pero' dawn qed jiġu riżolti.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri din is-sena dan il-proċess ikun tlesta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, ikun tlesta.", "BASAL - PREZZ MEDJU", "16369.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-basal bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?", "Jista' jagħti l- istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant illi l-prezz medju tal-basal bejn l-1997 u s-sena 2000 kien dan li ġej :-", "| |1997 |1998 |1999 |2000| |Janna|26.57|15.17|37.44|7.06| |r | | | | | |Frar |29.56|16.25|40.35|5.29| |Marzu|29.83|20.02|41.79|4.65| |April|27.30|41.92|49.86|4.41| |Mejju|13.70|18.62|9.12 |4.60|", "Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u dawn jiddependu mill-forzi u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu, skond kif jippermetti t-temp.", "PATATA - PREZZ MEDJU", "16370.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-patata bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-prezz medju tal-patata bejn l-1997 u s-sena 2000 kien dan li ġej :-", "| |1997 |1998 |1999|2000| |Janna|10.66|15.48|16.0|17.4| |r | | |0 |1 | |Frar |7.89 |18.56|22.6|14.9| | | | |2 |1 | |Marzu|6.93 |22.50|20.7|12.1| | | | |8 |2 | |April|6.57 |12.32|13.6|12.2| | | | |5 |9 | |Mejju|6.58 |7.79 |7.59|6.74|", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fid-dawl ta' dak li għedna l-bieraħ li s-CAP hija għolja - allavolja dan qabel kien jiċħdu l-gvern - jista' l- Ministru jgħidilna x'besieħbu jagħmel biex jipproteġi lill-bidwi lokali, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir tal-patata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ikolli nirrepeti ftit dak li għedt il- bieraħ.", "Qed isir eżerċizzju biex ikollna stabilit x'se jkun l-impatt ekonomiku fuq is-settur kollu ta' l-agrikoltura, peress li kulħadd jaf li bi sħubija u mingħajrha xorta trid tispiċċa l-protezzjoni fuq il-prodotti agrikoli.", "Rigward il-prezz tal-patata nafu li pajjiżna għandu niċċa barra minn Malta.", "Din in-niċċa rridu nikkultivawha, nieħdu ħsiebha, inkattruha u nkabbruha ħalli għall-futur lill-bdiewa nkomplu nipprovdulhom din in-niċċa, fejn jistgħu jesportaw il-patata bi prezz tajjeb.", "Irrid infakkar illi l- patata ta' Malta ġġib prezz tajjeb għal diversi fatturi u iżjed ma nikkuraw il-proċess kollu tat-tkabbir, iżjed ikun assigurat li l-bdiewa tagħna jirċievu prezzijiet tajbin għall-patata li jesportaw.", "Ovvjament rigward il-prezzijiet fl-Unjoni Ewropea u kif dawn jikkomparaw ma' dawk ta' pajjiżna rrid ngħid illi aħna għandna prezzijiet li huma vantaġġużi u ovvjament ladarba titneħħa l-protezzjoni kollha għall-qasam agrikolu, bħalma ddikjarajt diversi drabi jrid ikun hemm mezzi oħra, mekkaniżmi finanzjarji oħra, illi jiggarantixxu illi d-dħul tal-bdiewa u tar-raħħala ma jonqosx.", "Għal dan il-għan l-Unjoni Ewropea, fil-każ ta' pajjiżi bħal tagħna fejn aħna nikkwalifikaw bħala less favoured area, għandha proġetti oħra illi permezz tagħhom il-bdiewa jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom ħalli d-dħul tagħhom jibqa' stabbli u garantit.", "Fil- preżent dawn jikkonsistu billi jkun hemm direct income għall-bdiewa raħħala tagħna kif ukoll hemm benefiċċji għal development programmes li pajjiżna jkun jista' japplika għalihom.", "Jiena persważ li ladarba jsiru dawn il- proġetti bis-serjeta' bħal pajjiżi oħra pajjiżna jkun jista' jibbenefika minn dawn il-proġetti ta' rural development.", "Imbagħad hemm ukoll l-SSM, l-ispecial supply measures u l-ispecial support measures, benefiċċji li pajjiżna jista' japplika għalihom waqt in- negozjati, ħalli b'hekk il-prezzijiet ta' ċerti prodotti li nimportaw, bħalma huma l-qmuħ u z-zokkor, inżommuhom kemm jista' jkun fil-livell li qegħdin fil-preżent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr. Speaker, meta l-Ministru f'din il-Kamra jgħid illi għadu qed jinnegozja u għadu ma jista' jagħti ebda rendikont, kif ma jqisx kemm qed ikun irresponsabbli meta jgħid li l-politika Laburista ma kenitx lesta ssostni l-protezzjoni tal-levy?", "Il-Ministru ċaħad kemm-il darba l-istqarrijiet li jiena għamilt f'isem l-oppożizzjoni li l-politika komuni ta' l-agrikoltura se ġġib magħha splużjoni tal-prezzijiet f'pajjiżna.", "Il-bieraħ u dalgħodu għamilt riferenza għan-new challenges għas-CAP, għax jekk ma ssirx reviżjoni totali is-CAP mhux se tkun kompetittiva lanqas għas-swieq Ewropej.", "Mela allura l-Ministru kif dejjem jaħrab u ma jgħidx il-verita' meta issa jaf ukoll illi l-politika, il-linja u t-triq tal-Partit Laburista ġiet konfermata anke minn pajjiżi oħra li għamlu ftehim simili?", "(Interruzzjonijiet) Jekk jien qed nitkellem fuq il- punent kif jirrispondini fuq il-lvant!", "Għax dan mhux darba jew tnejn imma ilna x-xhur sejrin hekk.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, mhux se noqgħod ngħid min huwa irresponsabbli imma se nuri bil-fatti x'inhija l-politika tal-Partit Laburista fir-rigward ta' l-agrikoltura.", "Jekk inħarsu lejn il-gazzetta \"The Times\" ta' Erbgħa, 29 ta' April 1998, meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ġie mistoqsi x'jiġri bis-set-up ta' free trade area, kien ġie kkwotat li qal ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, din il-ġimgħa l-Prim Ministru qal li m'għandniex noqogħdu nikkwotaw minn artikli tal-gazzetti u allura ma nistax nifhem kif issa Ministru qed jikkwota mill-gazzetti!", "MR SPEAKER: Ikompli jwieġeb il-Ministru, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hawnhekk hawn intervista li kien ta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li ġiet irrapportata fil-gazzetta \"The Times\" ta' l-Erbgħa, 29 ta' April, 1998.", "Issa Sant kien qal hekk:", "\"With free trade we would still have the option of buying what we want from where we want ... \".", "- jiġifieri qal li nistgħu nixtru l-prodotti minn fejn irridu aħna -", "\" ... although we wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs, our vegetables.\"", "Dik hija l-politika Laburista!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of personal explanation.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Il-Ministru ilu jirrepeti dan l-artiklu żmien twil.", "(Interruzzjonijiet) Ibqa' rrepetih kemm trid imma b'hekk tkun qed tiżgwida lilek innifsek u l-bqija!", "Ovvja li bi free trade ma tistax tipproteġi l-biedja!", "Għalhekk konna ngħidu \"industrial free trade\", jiġifieri free trade fl-industrija.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal- prodotti tal-biedja hemm policy bbażata fuq give and take, as easy as that.", "Il-Ministru ilu żmien għaddej b'dan l-artikolu u ma jarax affarijiet oħra fejn tkellimna b'dettall.", "Ovvjament jagħmel hekk għax dik hija l-unika straw li għandu biex ma jegħriqx!", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hawnhekk qed nikkwota x'qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Dan qiegħed miktub iswed fuq l-abjad li bi free trade area \"we would not be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs and our vegetables\".", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid x'ġie kkwotat li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-29 ta' April, 1998.", "U minn dak iż-żmien 'l hawn Dr Sant qatt ma nnega x'qal hawnhekk.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr. Speaker, free trade hekk tfisser.", "Għalhekk konna ngħidu \"industrial free trade\".", "Il-Ministru tant huwa mgħomi b'dak l- artiklu li assolutament m'huwiex qed jifhem li dik it-terminoloġija ntużat fis-sens ta' kummerċ industrijali ħieles.", "Il-prattika internazzjonali diplomatika titkellem dwar kummerċ ħieles u mbagħad meta tiġi biex timplimentaha fil-ftehim tiżgura li jkun kummerċ industrijali, kif ġara, per eżempju, għall-ftehim li kellhom il-pajjiżi ta' l-EFTA fis-snin '70.", "Kienu jgħidula free trade imma fil-fatt kienet industrial free trade għax kienet teskludi s-settur tal-biedja mill-provisions ġenerali tal-free trade.", "Xi ħaġa sempliċi u elementari bħal din l-Onor.", "Zammit ma jistax jifhimha!", "Dan tant jipprova jżelliġha li ovvjament qed jipprova jimmislijdja lilu nnifsu u agħar minn hekk l-bqija tal-pajjiż!", "MR SPEAKER: Ma ninsewx li dan huwa l-ħin tal-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Michael Asciak, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jistax jikkonferma illi l-Unjoni Ewropea kienet diġa' eskludiet b'mod kategoriku li jsir free trade fil-kwestjoni ta' l-agrikoltura.", "Irrid ngħid ukoll li għadu kemm sar agreement bejn il-Gvern Svizzeru u l-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern Svizzeru kellu jaċċetta wkoll free trade f'dik li hija agrikoltura u sajd?", "(Interruzzjonijiet) L-EFTA li semma' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għandhiex x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-mod kif tpoġġiet issa l-EFTA minn xi ħadd li ftit ilu qal li l-Irlanda għadha kemm daħlet fl-Unjoni Ewropea juri li dan assolutament qed jipprova jżelleġ dak li għadni kemm għedt.", "Jiena rriferejt lill-Onor.", "Membru għall-ftehim li kellhom il-pajjiżi ta' l-EFTA ma' l-EU fis-snin 70.", "Dażgur li għandha x'taqsam!", "L-Onor.", "Asciak jippretendi li jifhem ħafna fuq l-EU pero' ftit ilu qal li l-Irlanda għadha kemm daħlet fl-EU.", "Dan lanqas kien jaf li ilha kważi 30 sena hemmhekk.", "Jiena nistiednu jħares lejn il-ftehim li kellhom il-pajjiżi ta' l-EFTA li ma daħlux fl-EEC fis-snin 70, fosthom l-Awstrija li daħlet wara, u jara li kellhom ftehim ta' kummerċ ħieles u kummerċ industrijali ħieles de facto.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, kont qed ngħid - u nerġa' nirrepeti ħalli jidħol f'moħħ kulħadd - li l-politika tal-partit fl-oppożizzjoni fir- rigward ta' l-agrikoltura hija dik li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl- artiklu li għadni kif irriferejt għalih.", "Kif jista' qatt il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jinnega dak li qal f'dan l-artiklu?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Staqsieni nistax ninnega li għedt li kummerċ ħieles ifisser li ddaħħal il-biedja.", "Jiena semmejt \"kummerċ industrijali ħieles\" biex fil-ftehim li tagħmel tiffoka fuq l-industrija.", "Hemm xi ħaġa aktar sempliċi minn hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, fil-ġurnata ta' qabel kien hemm intervista ma' Robin Cook u f'dik l-intervista ntqal li bit-twaqqif ta' zona ta' kummerċ ħieles l-agrikoltura ma setgħetx tiġi eskluża.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jikkonferma x'kien intqal f'dik il-konferenza.", "Gvern soċjalista ried iwaqqaf zona ta' kummerċ ħieles li tkun tinkludi l- agrikoltura.", "Bħalma qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ladarba tkun inkluża l- agrikoltura kienet se tispiċċa l-protezzjoni kollha u l-industrija tal- ħalib, l-industrija taċ-ċanga u l-industrija tat-tiġieġ u t-tkabbir tal- ħxejjex.", "Din hija d-differenza bejn iż-żewġ linji.", "Il-gvern preżenti jaf li bi sħubija u mingħajr sħubija xorta rridu nirranġaw dan il-qasam.", "Issa biex tirranġah ovvjament trid il-finanzi u bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-piż ma nġorruħx weħidna.", "Mill-banda l-oħra bil- politika tal-Partit Soċjalista dan il-piż kien ikollu jinġarr kollu kemm hu mill-poplu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadd.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Censu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar permessi għal kiosks bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16577.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, ippresjeda.", "Ikompli mill-5 ta' Ġunju 2000.", "KLAWSOLA 5 - Tmexxija ta' l-Affarijiet ta' l-Awtorita' (Kont)", "CLAUSE 5 - Conduct of the Affairs of the Authority)(Cont)", "THE CHAIRMAN: Infakkar li ma Klawola 5 hemm l-ewwel skeda.", "Il-Kumitat għandu quddiemu wkoll l-emenda \"L\" imressqa mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, se nressaq emenda flimkien ma' dik li hija diġa' proposta.", "Din hija maqsuma f'żewġ partijiet, waħda biex tagħti l- possibbilta' li jkunu jistgħu jiġu mpjegati bħala diretturi l-persuni li m'humiex bilfors mal-gvern jew inkella ma' l-awtorita' u oħra biex tagħmel aktar ċar il-policy li the core functions tar-regolamentazzjoni u liċenzjar m'hijiex waħda minn dawk il-funzjonijiet li jistgħu jiġu kuntrattati barra mill-awtorita'.", "Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "\"M\" (1) Fis-subklawsola (4) tal-klawsola 5 minnufih wara l-kliem \"jew impjegat ta' l-Awtorita'\" għandu jidħol il-kliem \"jew persuna assenjata biex taħdem ma' l-Awtorita' skond ftehim bejn l-Awtorita' u intrapriża pubblika jew privata\".", "(2) Fis-subklawsola (5) għandu jiżdied il-proviso li ġej:", "\"Iżda ebda ħaġa f'dan is-subartikolu ma għandha tawtorizza lill- Awtorita' sabiex tagħti b'kuntratt il-funzjonijiet ċentrali tagħha ta' regolamentazzjoni jew liċenzjar.\".", "\"M\" (1) In subclause (4) of clause 5, immediately after the words \"or an employee of the Authority\" there shall be inserted the words \"or a person detailed to work for the Authority in accordance with an agreement made between the Authority and a public or private undertaking\".", "(2) In subclause (5) the following proviso shall be added:", "\"Provided that nothing in this subsection shall authorise the Authority to contract out its core regulatory or licensing functions.\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li l-emendi mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Jiena ftit titubanti fuq kif qed tiġi tradotta core functions.", "Trid tagħmilha ċentrali bil-Malti hux hekk?", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din.", "Bl-Ingliż piu o meno tiftiehem għax qiegħda \"core\" imma ma kienx ikun aktar preċiż li tirriferi mill-ewwel għal 3(a) u teskludi dawk il-funzjonijiet li huma ċari li m'għandhomx jiġu regolati?", "Għax minn klawsola 4(3) għandek il-functions kollha listed f'paġna 662.", "Jekk tħares lejhom hemm tnejn jew tlieta biss li huma core functions, l-oħrajn m'humiex core.", "Din hija ftit vaga.", "Bl-Ingliż tiftiehem imma bil-Malti ma tiftiehemx.", "Mr. Chairman, ma rridx nagħfas aktar fuq dan il-punt għax naħseb li din hija emenda li fid- direzzjoni t-tajba imma nixtieqha tkun aktar preċiża.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li l-kelma \"funzjonijiet ċentrali ma tittraduċix tajjeb il-kelma \"core functions\"?", "(Interruzzjonijiet) Nara jekk hemmx xi translation li tista' tkun aktar preċiża.", "L-opinjoni li għandi jien hija li din tittraduċi tajjeb imma nara jekk huwiex possibbli li tiġi translated b'mod illi jogħġob aktar f'dan il-każ.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, nxtieq li l-ministru jispjega aħjar kif se taħdem il-hierarchy f'din l-awtorita'.", "Se jkun hemm l-eżekuttiv prinċipali u se jkun hemm id-direttorati bid-direttur bħala kap ta' kull direttorat?", "Issa jekk wieħed iħares lejn klawsola 4(9) isib li l-eżekuttiv prinċipali se jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' l-awtorita' waqt li l-awtorita' se tiffunzjona billi teżerċita l- funzjonijiet tagħha permezz tad-direttorati.", "Nixtieq li l-Ministru jispjega r-relattivita' bejn ir-responsabbiltajiet tat-tliet units, l- eżekuttiv prinċipali, l-awtorita' u d-direttorati, u jserraħ moħħ il-Kamra li ma jkunx hemm konflitti f'dawk li huma funzjonijiet u responsabbiltajiet bejn dawn it-tliet units.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, naħseb li l-istruttura kif inhi qegħda hija self-explanatory.", "Jiena ma nafx kif jista' jkun hemm il-konflitt li qed isemmi l-Onor.", "Buhagiar għax dawn id-direttorati għandhom funzjonijiet separati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jekk wieħed iħares lejn klawsola 4(9) isib li l- eżekuttiv prinċipali se jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l- għanijiet, mela se jkollu ċerta responsabbilta'.", "Id-diretturi tad- direttorat wkoll se jkollhom responsabbilta' li jimplimentaw id- direzzjonijiet ta' l-awtorita'.", "Jiena rrid spjegazzjoni dwar jistax ikun hemm konflitt fir-responsabbiltajiet ta' l-eżekuttiv prinċipali jew xi konflitt bejn l-eżekuttiv prinċipali u xi direttur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, iċ-chief executive hija l-persuna li trid tara li d-direttorati qegħdin jaħdmu bl-aħjar mod possibbli u skond il- kriterji li hawn anke fl-istess twaqqif ta' dawn id-direttorati.", "Jekk ikun hemm konflitti dawn mhux fil-funzjonijiet jistgħu jinħolqu imma bejn il- personalitajiet.", "Din xi ħaġa li żgur l-ebda persuna ma jista' jaċċerta illi ma sseħħx għax ħafna drabi jkun jiddependi mill-mod ta' kif individwu jħares lejn dawk ta' madwaru, lejn dawk ta' taħtu jew lejn dawk ta' fuqu.", "Jiġifieri m'hijiex kwestjoni ta' funzjonijiet imma aktar minn ħaġa oħra l- mod ta' kif l-individwi jaġixxu fil-pożizzjoni li jkun fiha.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr. Chairman, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-istess idea tar-reporting relationship imma issa mhux vis-a-vis d-diretturi u ċ-chief executive imma bejn iċ-chief executive, il-Ministru u ċ-chairman.", "Il-bord ta' l-awtorita' tistabbilixxi l-policies.", "Iċ-chief executive għandu r- responsabbilta' li jimplimentahom imma mkien ma hemm follow up, anzi tiffolowja bil-maqlub, li ċ-chief executive jirrapporta liċ-chairman.", "Sur President, qegħdin nispiċċaw bi struttura fejn iċ-chief executive m'għandu l-ebda obbligu li jirrapporta lill-bord għax jirrapporta lill- ministru u effettivament il-bord m'għandu l-ebda power fuq iċ-chief executive u fuq id-diretturi.", "Il-power qiegħed f'idejn il-ministru.", "Ir- reporting relationships qegħdin miċ-chief executive lill-ministru u miċ- chairman tal-bord lill-ministru.", "Anke d-diretturi huma appuntati direttament mill-ministru, jiġifieri reporting relationships assolutament m'humiex neċessarji taħt din il-liġi.", "Ma nafx hux qed nispjega ruħi tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, iċ-chief executive jesegwixxi l- funzjonijiet delegati lilu mill-awtorita'.", "Ir-relazzjoni li qed jitkellem fuqha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija waħda f'ċertu sens awtomatika.", "Ladarba ċ-chief executive se jwettaq il-funzjonijiet li tagħtih l-awtorita', żgur li tkun l-awtorita' nnifisha li tara li ċ-chief executive ikun qiegħed jew ma jkunx qiegħed jattwa r-responsabbiltajiet li għandu.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Hija ħaġa ċara li l-awtorita' teżerċita' l- funzjonijiet tagħha mid-direttorat u miċ-chief executive.", "Il-punt huwa li ċ- chief executive u d-diretturi huma appuntati direttament mill-ministru u xi kultant għandhom obbligi li jirrapportaw jew jieħdu instructions mill- ministru.", "Ir-relationship bejn il-bord, iċ-chairman tal-bord u ċ-chief executive m'hijiex preċiżata fis-sens li dawn iridu jirrapportaw lill-bord.", "Jiġifieri ċ-chief executive għandu responsabbilta' li jimplimenta jew ikun in line mad-deċiżjonijiet li jieħu l-bord, imma l-bord m'għandu l-ebda say biex per eżempju jgħidlu li m'huwiex miexi tajjeb biżżejjed fuq xi deċiżjoni.", "Imkien m'hu qed jintqal li ċ-chief executive għandu d-dover li jirrapporta lill-bord jew lill-awtorita' fuq ix-xogħol li qed jagħmel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: F'dan l-istadju m'għandix iktar kummenti x'inżid għaliex naħseb li kif inhi worded hawnhekk, ir-relazzjoni bejn l-awtorita' u ċ-chief executive u l-kumplament ta' l-istruttura toħroġ b'mod awtomatiku.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna liema partijiet jimplikaw awtomatikament dan li qed jgħid?", "Għax anke r-responsabbilta' għall- implimentazzjoni qiegħda mija fil-mija f'idejn ċ-chief executive.", "Hawnhekk hawn imniżżel li ċ-chief executive irid jassumi \"full responsibility for the overall supervision and control of the directorates\".", "Minn fejn joħroġ dak li qal il-Ministru li hija ħaġa awtomatika li ċ-chief executive għandu jirrapporta wkoll lill-bord?", "Għax nistgħu nifhmu x'jiġri.", "Per eżempju, dan jibda jirrapporta direttament lill-ministru u jaqbeż lill-bord kompletament.", "Imbagħad ikollok il-bord jew l-awtorita' li qed tieħu deċiżjonijiet u m'għandhiex kontroll fuq dak li qed jiġi implimentat u m'għandhiex say għax tiġi undermined il-ħin kollu mir-relazzjoni bejn iċ- chief executive u l-ministru.", "Tgħidli jekk ikun hemm ministru serju mhux se jagħmilha din il-ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Issa ma nafux kif taħdem is- sistema!", "Mhux qed nargumenta dwar xi ħaġa out of this world, hija xi ħaġa li tiġri.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Jiena nagħmel riferenza għal subklawsola (1) ta' klawsola 5 fejn jingħad li:", "''Bla ħsara għall-proveddimenti l-oħra ta' dan l-att, l-affarijiet u x- xogħol ta' l-awtorita' għandhom ikunu r-responsabbilta' ta' l- awtorita' nnifisha iżda, salv kif hawn iktar imsemmi, it-tmexxija eżekuttiva ta' l-awtorita', l-amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tagħha u l-kontroll amministrattiv ta' l-uffiċjali u l-impjegati tagħha jkunu responsabbilta' ta' l-eżekuttiv prinċipali ta' l- awtorita', li jkollu wkoll dawk il-poteri l-oħra li jistgħu, minn żmien għal żmien, jiġu lilu delegati mill-awtorita'.''.", "Hawnhekk, aktar minn ħaġa oħra, iċ-chief executive għandu r-responsabbilta' illi jkollu the executive administration ta' l-awtorita'.", "Il-funzjoni taċ- chief executive hija waħda preċiża u speċifika.", "Hawnhekk awtomatikament mhux biss hemm implikat imma huwa wkoll stabilit li r-rabta prinċipali hija bejn l-awtorita' u ċ-chief executive, li iktar minn ħaġa oħra, anke bil- wording li hawn hawnhekk, għandu dan id-doveri li mhux biss jirrapporta lill-awtorita' imma jara li hu kontinwament ikun qiegħed jesegwixxi d- deċiżjonijiet ta' l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Jiena ma naqbilx ma' din l-interpretazzjoni għax naħseb hija miftuħa beraħ u se tagħti ċans lil kull chief executive, lil kull ministru u eventwalment anke lil kull president ta' l-awtorita' illi joħolqu balbuljata manja kif jiġri kemm-il darba.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-ewwel skeda, fejn titkellem dwar it- tielet direttorat.", "Apparti mill-electronic commerce, dan id-direttorat għandu wkoll information and other systems.", "Dan ifisser li se jkun responsabbli mir-regolamentazzjoni ta' l-internet?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr. Chairman, it-tielet direttorat huwa:", "\"Direttorat għal sistemi ta' Informazzjoni u sistemi oħra b'responsabbilta' għar-regolament ta' kull pratika li tirrigwarda l- kummerċ elettroniku kif ukoll informazzjoni u sistemi oħra li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu assenjati lill-awtorita' minn jew taħt Att tal-Parlament.\"", "Issa jekk l-internet huwa meqjus bħala sistema ta' informazzjoni jiġi jaqa' taħt dan id-direttorat.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Mhux \"jekk\"!", "Hu jew m'huwiex għall-fini ta' din il- liġi?", "Din hija xi ħaġa konkreta mhux xi ħaġa ta' 20 sena ilu.", "L-internet jeżisti.", "Huwa klassifikat mill-gvern li qed jipproponi din il-liġi taħt electronic commerce as well as information and other systems?", "L-internet taqa' direttorat numru 3?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Kif inhi qegħda hawnhekk, l-internet jista' jaqa' taħt dan id-direttorat partikolari.", "ONOR ALFRED SANT: X'jiġifieri \"jista' jaqa\"?", "Issa qed nitkellmu fuq xi ħaġa konkreta.", "Qed nitkellmu dwar l-iskop ta' regulation għall-finijiet ta' dan li qed ngħaddu f'dan il-parlament.", "Kieku nistaqsik jekk electronic commerce jaqax taħt dan id-direttorat ma tgħidlix \"jista' jaqa'\" imma tgħidli li hemmhekk qiegħed.", "Jiena nifimha li l-internet jaqa taħt \"information and other systems\", imma nixtieq nikkonferma biex nistaqsi mistoqsija oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, għall-grazzja ta' l-argument l-internet jista' jaqa' wkoll fl-ewwel direttorat bħala sistema ta' telekomunikazzjoni.", "L-awtorita' se jkollha d-dover li tassenja l- funzjonijiet speċifiċi u f'dan l-istadju m'inix f'pożizzjoni ngħid jekk l- awtorita' hijiex se tassenja l-internet taħt direttorat numru 1 jew inkella taħt direttorat numru 3.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Il-mistoqsija tiegħi hija din: Hemm xaqq fil-liġi tax- xandir.", "Din il-liġi tirregola r-radio u t-television transmissions kollha nklużi bis-satellita ħlief fuq l-internet.", "Hemmhekk, il-liġi kif ġiet emendata sal-ġimgħa li għaddiet, l-internet is out of it.", "Radio u television transmissions fuq l-internet taħt din il-liġi se jiqbgħu jiġu regolati minn dawn id-direttorati jew le?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Nifhem il-punt li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex kien hemm din id-diskussjoni għaddejja fil-kumitat ta' l-abbozzi illi jirrigwarda l-mod ta min se jamministra u jirregola t-trasmissjonijiet bir-radju u affarijiet bħal dawn.", "Irrid ngħid li sakemm ix-xandir huwa meqjus bħala xandir, hija l-awtorita' tax-xandir li hija responsabbli mill- kontroll ta' dak li joħroġ.", "Vis-a-vis il-punt ta' l-internet użat biex jitrasmetti, wieħed tajjeb jiftakar illi bħalissa għaddejjin minn sitwazzjoni dwar dak li qed tissejjaħ il-konverġenza bejn it-trasmissjonijiet televiżivi, trasmissjonijiet tar-radju u l-internet.", "Kollox qiegħed joqrob lejn xulxin u qed isir diffiċli biex tiġi stabbilita distinzjoni.", "Dan mhux biss hawn Malta imma wkoll barra minn Malta.", "Madanakollu, sakemm għandek it- trasmissjoni bħala internet, is-servizz ta' internet huwa regolat minn din l-awtorita'.", "Ix-xandir fih innifsu s'issa għadu regolat mill-awtorita' tax- xandir.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Nagħtu kas ikun hawn xi ħadd - u naf li hawn proġetti biex isiru dawn l-affarijiet - illi jrid iwaqqaf stazzjon li jitrasmetti biss fuq l-internet.", "Dan lanqas tista' tgħidlu xandir tekniku normali.", "Issa dan taħt min se jaqa'?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux qed jitkellem fl-ajru meta jsemmi li hemm il-possibbilta' illi jkollna xandir permezz ta' l-internet.", "Hija possibbilta' li tista' tiżviluppa u naħseb li se tiżviluppa wkoll fiż-żmien li ġej.", "S'issa qegħdin ngħidu li l- pożizzjoni tal-kontenut ta' dak li jiġi trasmess huwa regolat mill- awtorita' tax-xandir.", "Mill-banda l-oħra s-sistema fiha nnifisha ta' internet hija regolata minn din l-awtorita'.", "Il-parir li għandi huwa li the content of the transmission jiġi regolat mill-awtorita' tax-xandir.", "ONOR ALFRED SANT: Anke meta jkun biss fuq l-internet?", "ONOR ĊENSU GALEA: Iva, anke meta huwa biss fuq l-internet.", "ONOR ALFRED SANT: Ma naħsibx li hu hekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Kif jista' jiġi regolat dak li joħroġ through l-internet?", "Din m'hijiex kwestjoni ta' stazzjon lokali imma kwestjoni ta' aċċess.", "M'hemmx mod ta' kif wieħed jirregola dak li wieħed jista' jaċċessa mill-internet.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk apparti li tagħmel ir- regolamentazzjoni għall-finijiet ta' kummerċ u politika nazzjonali f'dan il- qasam, din l-awtorita' hijiex tikkontempla wkoll li teduka.", "Fi kliem ieħor min se jieħu ħsieb li jkollna iktar awareness, partikolarment indirizzat lejn il-ġenituri, biex ikollhom għajnuna ta kif jistgħu jiggwidaw u jħarsu lill-uliedhom minn ċertu tip ta' trasmissjonijiet jew inkella affarijiet oħra li jistgħu jidħlu permezz ta' l-internet?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: In parti r-risposta għal din id-domanda toħroġ minn klawsola 4(3)(h), fejn qed ngħidu li:", "\"...tipprovdi informazzjoni u toħroġ linji direttivi lill-pubbliku u lill-entijiet kummerċjali dwar kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l- Att.\"", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri qed nifhem illi b'dan is-subartiklu hemm ikkontemplat ukoll li l-awtorita' tieħu in konsiderazzjoni l- edukazzjoni tal-parents u l-edukazzjoni tat-tfal, jew hija relatata biss ma' l-aspett kummerċjali u l-politika tal-komunikazzjoni fil-pajjiż?", "Naħseb importanti li nkunu ċari ħalli jekk mhux se tkun din l-awtorita' li tieħu ħsieb dan, wieħed jara fuq min taqa' r-responsabbilta' ta' xi ħaġa bħal din.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: L-għanijiet ta' l-awtorita' kif inhuma spjegati hawnhekk jinkludu wkoll din il-funzjoni, li tajjeb wieħed jgħid hija funzjoni li diffiċilment tiġi implimentata mhux minn din l-awtorita' biss imma minn kwalunkwe awtorita' oħra.", "Din il-ħaġa dwar x'jista' jiġi trasmess, kif jiġi trasmess u kif teduka lill-ġenituri u lit-tfal dwar l- użu ta' dan is-servizz hija concern mhux f'Malta biss imma anke barra.", "Kif qegħda hawnhekk naħseb illi tista' tkun waħda mill-funzjonijiet li tagħmel l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Il-bieraħ jien ressaqt il-punt li d-definizzjoni ta' \"komunikazzjoni\" tinkludi wkoll is-servizzi postali.", "X'kienet ir-raġuni li ma nkludiex direttorat speċifiku biex jassenjalu x-xogħol relatat mas- servizzi postali?", "Dawn is-servizzi postali forsi se jiġu regolati minn xi liġi oħra?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Chairman, dan il-punt diġa' ġie mwieġeb il-bieraħ filgħaxija.", "Li qed ngħidu f'dan l-istadju huwa li din l-awtorita' għandha bżonn dawn it-tliet direttorati biex tibda taqdi l-funzjonijiet tagħha.", "Hemm il-possibbilta' illi direttorati oħra jiġu mwaqqfa skond il-ħtieġa u jekk u meta l-postal services jaqgħu wkoll taħt din l-awtorita', allura jkun hemm il-possibbilta' jew li jitwaqqaf direttorat ieħor inkella li wieħed mid-direttorati diġa' eżistenti jingħata r-responsabbilita' tal- postal services.", "Mr. Chairman, ippermettili nirtira l-emenda \"M\" li kont ippreżentajt iktar kmieni u nissostitwiha b'din l-emenda:", "\"N\" (1) Fis-subklawsola (4) tal-klawsola 5 minnufih wara l-kliem \"jew impjegat ta' l-Awtorita'\" għandu jidħol il-kliem \"jew persuna assenjata biex taħdem ma' l-Awtorita' skond ftehim bejn l-Awtorita' u intrapriża pubblika jew privata\".", "(2) Fis-subklawsola (5) għandu jiżdied il-proviso li ġej:", "\"Iżda ebda ħaġa f'dan is-subartikolu ma għandha tawtorizza lill- Awtorita' sabiex tagħti b'kuntratt xi funzjonijiet regolatorji jew ta' liċenzjar tagħha.\".", "\"N\" (1) In subclause (4) of clause 5, immediately after the words \"or an employee of the Authority\" there shall be inserted the words \"or a person detailed to work for the Authority in accordance with an agreement made between the Authority and a public or private undertaking\".", "(2) In subclause (5) the following proviso shall be added:", "\"Provided that nothing in this subsection shall authorise the Authority to contract out any of its regulatory or licensing functions.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex l-emenda \"M\" tiġi rtirata?", "(Onor. Membri: Iva)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Mhux rimarka imma stqarrija ta' l-aħħar.", "Qed nagħmilha ċara f'isem l-oppożizzjoni Laburista li aħna nqisu li u wara li tgħaddi elezzjoni mhux biss iċ-chairman u l-membri ta' l-awtorita' jridu jittenderjaw ir-riżenja tagħhom, imma wkoll iċ-chief executive ta' l- awtorita' u d-diretturi ta' l-awtorita' li huma appuntati mill-ministru.", "Qed ngħid dan biex kollox ikun trasparenti u ċar.", "Jiġifieri aħna nistennew li fi żmien elezzjoni, meta taqleb elezzjoni, joffru r-riżenja tagħhom - kif inhija konswetudni s'issa - mhux biss iċ-chairman u l-membri ta' l- awtorita', imma wkoll iċ-chief executive ta' l-awtorita' u d-diretturi ta' l-awtorita', li taħt din il-liġi se jkunu qegħdin appuntati għal tliet snin minn ministru ta' gvern li jkun qiegħed jersaq għall-elezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu kull dritt jesiġi l- affarijiet meta u jekk ikun hemm il-bidla li għamel riferenza għaliha, pero' tajjeb wieħed jiftakar illi f'diversi sensi, b'mod partikolari għal dak li huwa ċ-chief executive u d-diretturi, din l-istqarrija wkoll hija theddida għall-istabilita' ta' awtorita' bħal din.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: M'hi theddida la għall-ebda awtorita' u lanqas għall- ebda stabilita'.", "Hija sempliċement mixja 'l quddiem fuq l-ispirtu u l-ittra ta' din il-liġi.", "Għax l-ispirtu u l-ittra ta' din il-liġi mhux biss jagħtu lill-ministru ta' amministrazzjoni viġenti l-poter li jaħtar lill-membri ta' l-awtorita' imma wkoll li jaħtar it-top executives direttament hu fuq kuntratt ta' tliet snin.", "Dik hija fiduċja politika diretta u meta taqleb amministrazzjoni, fis-sens normali ta kif jaħdmu l-amministrazzjonijiet f'demokrazija parlamentari, għandu jkun hemm ukoll il-kuxjenza min-naħa ta' dawn in-nies li mhux biss iħallu lill-membri ta' l-awtorita' joffru r- riżenja tagħhom imma huma wkoll joffru r-riżenja tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, forsi għalhekk hawn id-diversita' fil-mod kif namministraw lil dan il-pajjiż.", "Naturalment il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu dritt għall-opinjoni tiegħu wkoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: M'hawn l-ebda diversita' fil-mod kif namministraw il- pajjiż.", "Aħna nħarsu lejn il-prattika tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern u nagħmlu bħalu.", "Jekk ħadd ma kkritika dak li għamel il-Partit Nazzjonalista, ħadd m'għandu jikkritika kif jaħdem Partit Laburista fil- gvern jekk jaħdem fuq l-istess binarji.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Jekk il-gvern mibdul jaħdem bl-istess mod kif ħadem il- gvern preżenti, allura jkun ifisser li prattikament kull chairman li kien hemm u kull uffiċjal li kien hemm jibqa' wkoll fil-post għal diversi xhur u għal diversi snin ukoll wara.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Veru li qegħdin f'parlament differenti għax mid-dehra l- Ministru ma jafx ir-realta' kif inhi!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naf sewwa u m'għandix iktar kummenti xi nżid!", "ONOR ALFRED SANT: La taf u lanqas trid taf kif inhi r-realta'!", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda ''L'', kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda ''L'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda ''N'', kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda ''N'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5, kif emendata, u l-Ewwel Skeda.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 5, kif emendata, u l-Ewwel Skeda għaddew u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Relazzjonijiet bejn il-Ministru u l-Awtorita'", "Clause 6 - Relations between the Minister and the Authority THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: F'din il-klawsola hawn id-dettalji ta kif tiġi esegwita r-relazzjoni bejn il-pożizzjoni tal-ministru u ta' l-awtorita'.", "Naħseb li hija klawsola pjuttost self-explanatory u f'dan l-istadju m'għandix kummenti x'ngħaddi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Id-direttivi li joħorġu mill-ministru lill-awtorita' ikunu published jew ikunu in petto?", "Qed nipprova niċċekkja jekk dawn id- direttivi humiex qegħdin in writing.", "Safejn naf jien mhux qiegħda in writing lanqas.", "Dawn id-directions of a general character se jkunu wkoll bil-miktub?", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Kif konna qed ngħidu mill-bidunett, filwaqt illi l- gvern jiftaħar illi din se tkun awtorita' awtonoma, f'kull klawsola tal- liġi nsibu li l-ministru jappunta, il-ministru jista' jneħħi u hawnhekk insibu li l-ministru, apparti l-istruzzjonijiet li jagħti b'dan l-Att, jista' jagħmel kull direttiva ta' xorta ġenerali.", "Dan ifisser li l-ministru jista' jinkludi kull ħaġa li jfettillu.", "Il-punt tagħna hu li din awtorita' mhux talli mhux se tkun awtonoma talli se tkun soġġetta totalment għal dak li jrid u li jesiġi l-ministru.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, inkompli ma' dak li kien qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "Buhagiar.", "Min se jkun responsabbli għall- policy, l-awtorita' jew il-ministru?", "Għax la se jkun jista' faċilment jagħti struzzjonijiet dwar policy, allura naħseb li l-ministru se jkollu l- policy f'idejh.", "F'subklawsola 6(2) il-ministru se jkollu d-dritt kollu li jitlob informazzjoni dwar kollox.", "Jiġifieri din l-awtorita' li se tkun qed taħdem fil-qasam kummerċjali se tkun sottomessa li tgħaddi kwalunkwe informazzjoni, anke saħansitra ta' natura kummerċjali lill-ministru, li wara kollox huwa persuna politika?", "Din se tispiċċa agħar minn section f'dipartiment?", "F'subklawsola 6(3) saħansitra għandna li l-prim ministru jista' x'ħin irid jittrasferixxi għand il-ministru parti jew il-funzjonijiet kollha ta' l-awtorita'.", "Hawnhekk komplejna nkabbru l-omnipotenza tal-ministru.", "Barra minn hekk it-trasparenza qiegħda ħafna 'l bogħod minn dak li nixtiequ, għax lanqas hemm xejn ipprovdut biex almenu b'mod pubbliku jingħataw ir-raġunijiet għalxiex jista' jagħmel dan il-prim ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr. Chairman, għar-rigward tal-punt dwar li d-direttivi jkunux bil-miktub jew le, naħseb li nistgħu niċċarawha u nagħmluha li d- direttivi jkunu bil-miktub.", "M'għandux ikun hemm problema u bħalissa qegħdin jippreparawli emenda biex ngħidu li d-direttivi jkunu wkoll bil-miktub.", "Għar-rigward tal-pubbliċita' jew le ta' dawn id-direttivi, tajjeb wieħed jifhem li dawn id-direttivi jistgħu jkunu ta' natura diversa u allura huwa diffiċli li tintrabat li bilfors kull waħda minn dawn id-direttivi tkun ukoll pubblikata.", "Jekk għall-argument ikun hemm direttiva biex jiġi investigat każ partikolari huwa diffiċli li inti tippubliċizza.", "Għall-kumment ta' l-Onor.", "Coleiro, aħna nemmnu li huwa importanti li l- informazzjoni li tiġbor l-awtorita' f'każi li jista' jinħoloq il-bżonn tagħhom tkun aċċessibbli għall-ministru.", "Għar-rigward ta' l-aħħar punt - jekk l-awtorita' tonqos milli tħares xi ordni maħruġ taħt dan l-artiklu, il-prim ministru jista' jittrasferixxi ċerti funzjonijiet tagħha lill-ministru - tajjeb nifhmu li l-gvern għandu r- responsabbilta' li jmexxi l-pajjiż bl-aħjar mod 'il quddiem u jkollu mod kif jiċċensura ċerti azzjonijiet ta' l-awtorita'.", "Hawnhekk mhux qed ngħidu li l-ministru se jiċċensura l-funzjoni ta' l-awtorita' imma se jkun il-prim ministru li jagħmel dan.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nissospendi ruħi nisma' lill-Ministru jagħti r- raġuni għaliex m'għandhomx ikun published id-direttivi li jagħti l-ministru lill-awtorita'.", "Nissospendi ruħi għaliex mingħajr ma nduna l-Ministru kkonferma kemm għandna raġun ngħidu li din l-awtorita' se tispiċċa pupazz tal-ministru.", "Għaliex m'għandekx tagħmilha pubblika d-direttiva tal- ministru lill-awtorita'?", "Bir-rispett kollu, il-każ li semma' ma jistax jagħmlu l-ministru taħt din il-klawsola.", "Permezz ta' din il-klawsola ministru ma jistax jibgħat jgħid lill-awtorita' biex, per eżempju, tinvestiga xi ħaġa dwar il-cable television.", "Għax il-klawsola tgħid ċar u tond li d-directions li:", "\"...from time to time are given to the authority are directions of a general character not inconsistent with the provisions of this Act.\"", "Mela ċertament direttiva bħal dik m'hijiex of a general character u hija ultra vires għal din il-liġi.", "L-eżempju li ta huwa bir-rispett kollu żbaljat, għalkemm jimplika ċar il- mind-set tal-gvern li qed imexxi din il-liġi.", "Il-liġi m'hijiex qed tagħti l-poter lill-ministru biex jordna lill-awtorita' biex tinvestiga lil dak jew lill-ieħor.", "Din il-klawsola assolutament ma tippermettix lill-ministru jagħmel hekk, għax hawn qed tirriferi għal direttivi ta' natura ġenerali, bħal dwar kif se jiġi orġanizzat is-suq jew dwar kif se tiġi organizzata ir- regulation.", "Mela dan l-eżempju huwa ħażin imma jindika l-psikoloġija tal- gvern li l-ministru se jkollu l-poter li jimbotta lill-awtorita' biex tkun qisha kelb ta' l-għassa fuq dak jew fuq l-ieħor.", "Il-Ministru għandu kull dritt jaħseb hekk, imma m'għandux dritt jew poter taħt din il-liġi jagħmel hekk.", "Dik m'hijiex direttiva of a general character.", "Ladarba dan huwa stabilit, jerġa' jqum il-punt: X'jista' jkun daqstant kunfidenzjali f'xi ħaġa li tkun of a general character?", "Anzi jekk hija of a general character għandha tkun pubblikata għax se tkun direttiva li tapplika għal kulħadd.", "Nerġa' ngħid: Fejn hi t-trasparenza li l-ministru joħroġ direttiva of a general character, jagħmilha in writing - għax qbilna li se ssir in writing - u jkun jafha biss il-ministru u l-awtorita'?", "Din il-ħaġa assolutament ma tagħmilx sens.", "Jien naħseb li għandu jkun prinċipju kardinali li direttivi of a general character mhux talli jkunu in writing talli jkunu pubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Intqal li l-ministru se jkollu l-faċilita' kollha li jitlob mingħand l-awtorita' anke informazzjoni ta' ċerta natura.", "Dan kif se jinkwadra f'dik li hija l-liberalizzazzjoni li suppost qed titkellem fuqha din il-liġi, meta l-informazzjoni li l-awtorita' se jkollha żgur se tkun ta' natura kummerċjali?", "Again dejjem jidħlu s-suspetti għaliex l-affarijiet m'humiex ċari biżżejjed.", "Xtaqt insemmi wkoll il-punt fuq l-investigazzjoni li għadu kif semma' l- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "X'relazzjoni se jkollha din l-awtorita' mal-fair competition office meta aħna għandna legislation fuq fair competition?", "X'tip ta' relazzjoni se jkun hemm bejn dawn iż-żewġ entitajiet?", "L-aħħar punt tiegħi huwa fuq dak li qal il-Ministru fir-rigward tas- setgħa li għandu l-prim ministru li jxolji l-awtorita' għaliex tkun naqset li tħares xi ordni maħruġa minn dan l-Att.", "Dan il-parlament qed jiddiskuti biex titwaqqaf din l-awtorita', allura l-prim ministru kif ma jiġix u jirriferi lill-parlament fuq ħwejjeġ ta' tali importanza bħax-xoljiment ta' awtorita' sħiħa?", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Il-bieraħ il-Prim Ministru qal li l-assenjazzjoni tal-funzjonijiet bejn il-ministru u awtorita' partikolari tinvolvi xi forma ta' balancing act.", "Dan nifhmu jiena.", "Jiġifieri waqt li l-ministru huwa responsabbli mill-politika, l-awtorita' għandha tingħata ċerta inizjattiva u ċerta motivazzjoni u tħallilha ċerta leeway biex taħdem.", "Nifhem li għandu jkun hemm balancing act pero' jiena ma nafx fejn huwa l-isforz li sar biex ikun hemm din il-balancing act fil-każ ta' din il-liġi.", "Fil- klawsoli kollha ta' din il-liġi ma ssib l-ebda balancing act imma hemm assolutament l-awtorita' tal-ministru.", "Il-ministru jista' jappunta lin- nies, jista' jneħħihom, jista' jgħaddilhom direttivi fil-magħluq u jista' jagħmel kollox.", "THE CHAIRMAN : Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Il-balancing act qiegħed minn klawsola 1 sa klawsola 32 magħqudin kollha flimkien.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu raġun li kif inhi qiegħda l-liġi l- ministru ma jistax jordna li tiġi investigata attivita' ta' kumpannija partikolari u dak il-punt huwa evidentement validu.", "Issa għar-rigward tal- pubblikazzjoni bil-miktub se nressaq din l-emenda:", "\"O\" Fis-subklawsola (1) fi klawsola 6 minnufih wara l-kliem \"jagħti lill- awtorita' direttivi\" għandhom jidħlu l-kliem \"bil-miktub\".", "\"O\" In subclause (1) of clause 6 immediately after the words \"to the authority directions\" there shall be added the words \"in writing\".", "Mela dawn id-direttivi ma jistgħux ikunu bil-fomm jew inkella b'xi mod ieħor imma jridu jkunu bil-miktub.", "Rigward il-pubblikazzjoni ta' dawn id-direttivi l-parir li għandi huwa li għalkemm huwa ideali li dawn id-direttivi jiġu ppubblikati - u safejn nistgħu għandhom jiġu pubblikati wkoll - jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ma jkunx possibbli jew inkella huwa fl-interess pubbliku li ma jiġux pubblikati.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kull raġuni li tinġieb biex titnaqqas it-trasparenza hija awtomatikament suspetta.", "Aktar u aktar awtomatikament suspetta r- raġuni konkreta li ġab il-Ministru in the first stage.", "(Interruzzjonijiet) Issa qed jammetti li bil-liġi ma jistax iġiegħel lill-awtorita' tinvestiga kumpannija.", "Issa m'għandniex eżempji aktar imma qed jgħidilna li għandu parir li jista' jkun hemm affarijiet li ma jkunux in the public interest.", "U ejja!", "X'jistgħu jkunu dawn l-affarijiet daqstant importanti?", "Dawn huma direttivi ta' natura ġenerali.", "Allura dan qegħdin nagħmluh biex il- burokratiċi u t-teknokratiċi jkunu jistgħu jaħbu idejhom.", "Din ma tagħmilx sens.", "Il-Ministru qalilna li t-trasparenza tinħass il-ħin kollu f'kull klawsola, imbagħad ma jaċċettax l-iktar ħaġa trasparenti bħala bħala prattika li direttiva ta' natura ġenerali tiġi ppubblikata?", "Hawnhekk qed noħolqu screen madwar dak li nagħmlu biex ikollna ċ-ċans nimmanipulaw l- affarijiet.", "Forsi dawn għandhom direttiva moħbija.", "Dan bħal fil-każ ta' Luigi XIV, jibgħatlek ittra minn taħt biex lil xi ħadd iddaħħlu l-ħabs u lil xi ħadd tħallih barra!", "Raġuni oħra importanti għaliex għandha tiġi published hi għax jista' jkun hemm direttivi li ma jkunux ta' natura ġenerali imma xorta joħorġu u ħadd ma hemm biex jikkontesta li dik m'hijiex ta' natura ġenerali.", "Il-Ministru stess tana eżempju ta' direttiva ta' natura partikolari li għalih kienet ġenerali.", "Din id-direttiva jibgħatha xorta waħda in writing.", "Min se jkun jaf li dik ħarġet u li hija ultra vires?", "Fejn hi t-trasparenza?", "Nerġa' nfakkar lill-Ministru li fil-liġijiet li qrajtlu tal-UE fuq regolamentazzjoni tat-telecoms u tal-komunikazzjoni, il-kelma trasparenza tidher il-ħin kollu.", "Il-Ministru qalilna li t-trasparenza f'din il-liġi tidher mill-miżuri li se nkunu qed indaħħlu.", "Hawn għandna każ fejn direttivi ġenerali jemanaw mill-ministru lill-awtorita' li suppost hija awtonoma.", "Hu qed jgħid li jista' jkun hemm raġunijiet għaliex direttiva ma tkunx pubblikata.", "Jekk għandu xi każi jew setturi konkreti f'moħħu fejn skond hu fl-interess pubbliku li ma jixxandrux, jgħidilha liema huma forsi naqblu miegħu.", "Jekk neliminaw dawn il-każi konkreti mbagħad id-direttivi l- oħra kollha għandhom jiġu pubblikati.", "Din hija t-trasparenza li ftaħar biha meta qalilna li kull klawsola tirrifletti awtomatikament is-sens ta' trasparenza?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Naħseb li rridu nagħtu ftit mertu lill-membri li għad iridu jiġu appuntati fl-awtorita'.", "Dawn żgur ma jkunux f'qagħda li b'xi mod jaċċettaw li jimxu fid-direzzjoni ta' direttivi li huma ultra vires.", "Minbarra hekk, jekk l-awtorita' se tkun qed taġixxi fuq direttiva partikolari tal-ministru, jien konvint li l-istess awtorita' se tippubblika u tgħid li tinsab miexja fuq direttiva partikolari tal-ministru.", "Il-punt li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq xi affarijiet li huma ultra vires jew b'xi mod moħbija ma jirriżultax.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, Mr. Chairman.", "Kull darba li titqajjem oġġezzjoni qed insemmu n-nies li se jaħdmu b'dan il-mod, il-ministru li se jaħdem b'dan il-mod jew li l-bord li se jaħdem b'dan il- mod ...", "Imma skużi, allura ma nagħmlu liġijiet xejn!", "Inħallu lill-bord u lill-ministru jmexxu u nafdaw fil-kapaċita' u fl-integrita' tagħhom u fil- parametri li jmexxu 'l quddiem.", "Il-ħajja reali m'hijiex hekk.", "U jien frankament xi kultant ngħid li dan huwa maniġġ għal ta' l-apposta.", "Skużi, huwa fair enough li jkollok il-fiduċja fin-nies li se jiġu appuntati, imma lil dawn għandek tagħtihom is-saħħa bil-liġi biex ikunu jistgħu jmexxu 'l quddiem l-affarijiet mingħajr ma joqogħdu jxellfu subgħajhom ma' dak jew ma' l-ieħor.", "X'inhi l-problema li direttivi ta' natura ġenerali jiġu pubblikati?", "Il-Ministru qal li jista' jkun hemm l-interess pubbliku.", "X'inhu l-interess pubbliku?", "L-interess pubbliku hu li l-affarijiet isiru bi trasparenza l-ħin kollu f'qasam bħal dan.", "Il-Ministru beda billi semmielna każ konkret li huwa ultra vires u ġibdu lura.", "Imma hemm xi każi konkreti oħra?", "Jekk hemm forsi naqblu magħhom, imma la m'hemmx m'għandniex noqogħdu ngħidu li n-nies ta' l-awtorita' se jkunu tant trasparenti li se jippublikawhom huma.", "Mhux dejjem hekk jiġri, u bħala eżempju nistgħu nsemmu l-korporazzjoni ta' l-iżvilupp.", "F'dan il-każ ċerti stqarrijiet li qed jiġru min-naħa tal-politiċi on the one hand u min naħa l-oħra ċerti affarijiet fil-korporazzjoni ta' l- iżvilupp qed jimxu ħażin kontra kull trasparenza u kontra kull accountability.", "Fost affarijiet oħra qed inaffru l-investiment minn pajjiżna.", "X'inhu dan?", "Jiena konvint li se jkun hemm attentat biex jitpoġġew nies ta' integrita' u ta' kapaċita' imma hija l-istruttura tal-liġi li trid tagħtihom is-saħħa lil dawn in-nies.", "U tagħtihom saħħa billi ma jkunux soġġetti għall-ħsieb li ladarba direttiva hija bil-moħbi jridu jaraw huma kif se jmexxu jekk ma jaqblux magħha, imbagħad kulħadd iġorr ir- responsabbiltajiet tiegħu.", "Integri kemm huma integri u kapaċi kemm huma kapaċi, direttiva bil-miktub imposta mill-ministru bil-liġi, tagħtihom iċ- ċans li jeżerċitaw l-integrita' tagħhom u l-kapaċita' tagħhom bla constraints.", "U dan imissu jżomm quddiem għajnejh il-Ministru li ftaħar li t- trasparenza tkejjilha mill-miżuri konkreti li se jkun qed ipoġġi 'l quddiem.", "Hemm aħna, qed ipoġġi miżura konkreta 'l quddiem.", "Din iżżid it- trasparenza jew tnaqqas it-trasparenza?", "Huwa evidenti li tnaqqas it- trasparenza.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Fil-fatt, diġa kienet ċara li b'xi mod l-awtorita' trid tispjega li miexja fuq id-direttiva.", "Issa bil-pożizzjoni li d-direttivi jkunu bil-miktub, il-membri ta' l-awtorita' u l-awtorita' se jkollhom il- liberta' u l-possibbilta' kollha li bl-iktar mod trasparenti wkoll... (interruzzjonijiet) Iva, il-proċess ta' trasparenza li tkellem fuqu diversi drabi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed hemm.", "Imbagħad fl-aħħar mill- aħħar dawn tista' tippublikahom.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan li qed jgħid il-ministru fl-opinjoni tiegħi m'huwiex ibbażat fuq realta' amministrattiva.", "Dan joħroġ minn subklawsola 6 (3) li titkellem fuq x'jiġri jekk l-awtorita' fails to comply ma' direttiva li tkun irċeviet.", "Infakkar jien li fil-bidu lanqas kienet bil-miktub id- direttiva, jiġifieri tant konna trasparenti li meta qed nagħmlu d-drafting tal-liġi anke dan il-punt elementari nqabeż!", "Jekk l-awtorita' ma tesegwix id-direttiva li rċeviet, se tkun soġġetta li jkollha s-sanzjoni li l- ministru jkeċċiha jew joħdilha l-affarijiet?", "Jista' jiġri li l-awtorita' ma taqbilx mad-direttiva tal-ministru kollha kemm hi u tobdi minnha 60% jew 70%.", "B'liema mod l-awtorita' se tkun qiegħda b'mod trasparenti turi lill- pubbliku eżattament x'qed tagħmel?", "Ma nafx!", "Għax hi se tkun qed timplimenta 60% mid-direttiva li tkun irċeviet.", "U jekk in-naħa tal-gvern tkun urtata minħabba dak il-40% li ma jkunx ġie implimentat, għandha ċans tagħmel pressjoni qawwija fuq l-awtorita' - kollox bil-moħbi.", "L-awtorita' mhux se tippubblika d-direttiva sħiħa la l-liġi ma timponilhiex li tagħmel hekk.", "Imbagħad allura nistgħu naslu għall-pożizzjoni fejn in-naħa politika, għax jaqblilha tagħmel hekk, tagħmel anke pressjoni ġenerali, pubblika fuq l-awtorita' kif aħna pubblikament nagħmlu, bir-raġun kollu, fuq il-planning authority - għax ma tkunx qed taħdem tajjeb.", "Fejn hi t- trasparenza f'dan kollu?", "U nistgħu naslu għall-istadju li fit-taħwida li tinqala' jinġibdu lura l-affarijiet mill-awtorita' u l-pubbliku ma jkunx qed jara l-affarijiet b'mod trasparenti.", "Dawn l-affarijiet qegħdin waħda wara l-oħra.", "Allura dan tajjeb?", "Jekk l-awtorita' tiddeċiedi li timplimenta 60% biss mid-direttiva - u għax huma ta' integrita' u ta' kapaċita' se jagħmluha din il-ħaġa - imma skużi għall-anqas trid tagħtihom il-protezzjoni li jkunu jafu minn fejn telqu u fejn waslu.", "Il-ministru tahom direttiva u huma se jimplimentaw 60% biss minnha.", "Imbagħad jekk il- ministru jrid ikeċċihom jew jeħdilhom l-affarijiet, hi responsabbilta' tal- ministru daqs kemm hi responsabbilta' ta' l-awtorita'.", "Din hija t- trasparenza.", "Important aktar u aktar minħabba l-mod kif jiskattaw waħda ma' l-oħra subklawsoli (1), (2) u (3).", "Jekk l-awtorita' hija veru awtonoma, l-ewwelnett id-direttivi ta' natura ġenerali għandhom ikunu jidhru b'mod trasparenti.", "It-tieni l-operat u d- deċiżjonijiet li twettaq l-awtorita', jekk ikunu 20%, 50%, 100%, anke huma jkunu bl-istess mod ċari u preċiżi u t-tielet kulħadd ikun jista' jibbilanċja l-affarijiet fit-trasparenza.", "Għaliex il-planning authority hija daqshekk kritikata?", "Għax fiha ma tidhirx trasparenza.", "La nafu x'direttivi tirċievi u lanqas nafu kif ikunu wiegħed ċerti deċiżjonijiet.", "Minkejja li għandha qafas pubbliku minn barra, id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod li huwa mdallam.", "Allura issa se nagħmlu l-istess ħaġa hawn ukoll?", "Jiena nappella lill-Ministru biex jerġa' jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu għax m'hijiex tenibblii, lanqas in terms ta' trasparenza Ii qed jgħid li qed turi din il-liġi.", "Ma turihiex f'dan il-każ żgur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nifhem il-kumment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li biex jipprova jippopolarizza l-argument tiegħu, jagħmel attakk indirett fuq il- planning authority.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, jekk iqishom bħala attakki diretti ma jimpurtax!", "Il-punt li semma' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni hu li l-ministru għandu l-poteri li jista' jagħti direttivi ta' xorta ġenerali u qed jistaqsi x'jistgħu jkunu dawn id-direttivi.", "Qal li jistgħu jkunu affarijiet ultra vires, li jmorru 'l bogħod mill-funzjoni ta' l- awtorita' u li subklawsola (3) timplika li jekk l-awtorita' ma tesegwix direttiva 100%, il-ministru jista' jkun urtat u allura b'konsegwenza ta' hekk l-awtorita' kollha kemm hi tista' tisfa' mtajra.", "Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - issa jew apposta jew inkella ma nafx għal liema raġuni - qed jaqbeż ukoll nofs sentenza li tinsab f'subklawsola 6 (1), fejn qed ngħidu li:", "\"Il-Ministru jista' fir-rigward ta' dawk l-affarijiet li jkun jidhirlu li jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti lill-awtorita' direttivi ta' xorta ġenerali, li ma jkunux inkonsistenti mal-provedimenti ta' dan l-Att\".", "Mela l-ewwelnett id-direttivi li jista' jagħti l-ministru huma direttivi ta' xorta ġenerali li jidhru li jolqtu l-interess pubbliku.", "Imbagħad hemm il-parametru l-ieħor li jgħid li dawn id-direttivi jridu jkunu tali li ma jkunux inkonsistenti mal-provedimenti ta' dan l-Att.", "Dan ifisser li d- direttivi bl-ebda mod m'huma se jkunu ultra vires u lanqas imorru kontra l- mod kif għandha taħdem l-awtorita'.", "Mela hawnhekk huwa ċar x'tip ta' direttivi jistgħu jingħataw.", "Ta min jgħid li fil-bidu ma kenux bil-miktub imma qegħdin naqblu li għandhom ikunu direttivi ukoll bil-miktub.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, min qal li direttiva bilfors tkun inkonsistenti u tqajjem il-problemi?", "L-ewwelnett l-eżempju ta' l-ultra vires mhux jien ġibtu imma ġabu l-Ministru stess meta qal li d-direttiva m'għandhiex tkun pubblika jekk il-ministru jgħid lill-awtorita' biex tinvestiga kumpannija.", "Imbagħad aċċettaha li tkun ultra vires.", "Hu ġabu l- eżempju.", "Jien mhux qed ngħid li direttiva li tista' tiġi kkontestata mill- awtorita' bilfors se tkun inkonsistenti mal-provvediment ta' din il-liġi.", "Jista' jkun hemm apprezzament ta' politika differenti bejn il-ministru u l- awtorita' fuq bażi ta' policy.", "La l-ministru u lanqas l-awtorita' jew il- membri ta' l-awtorita' ma jkunu inkonsistenti mal-provvediment ta' din il- liġi imma jista' per eżempju jkun hemm nuqqas ta' qbil fuq kif għandu jiġi organizzat is-suq.", "Per eżempju, il-ministru jibgħat direttiva li ħadd fis- settur tat-telecoms ma jkollu iktar minn 30% għal 40% tas-suq.", "Hemm xi ħaża inkonsistenti ma din il-liġi?", "Le, hija mod kif b'apprezzament ta' ġudizzju kummerċjali gvern jagħti direttiva konsistenti mal-liġi imma jista' jkun li membri ta' l-awtorita' ma jaqblux magħha.", "La wieħed u lanqas l-ieħor ma huwa inkonsistenti mal-liġi.", "Il-membri ta' l-awtorita' jistgħu flok 30% jgħidu 50% u l-ministru ma jkunx happy biha din.", "M'humiex qegħdin jimplimentaw id-direttiva kollha imma parti minnha.", "(Interruzzjonijiet) X'għandha x'taqsam li l-ministru żgur se joqgħod attent li ma jkunx inkonsistenti mal-liġi!", "(Interruzzjonijiet) Mhux dak il-punt.", "Il-punt hu li d-direttiva li joħroġ il-ministru tkun pubblikata in writing u l-awtorita' tgħid: Aħna se nimplimentaw daqshekk biss minnha.", "U anke d- deċiżjoni tagħhom imbagħad ovvjament tispiċċa pubblikata.", "Jekk ikun hemm clash u l-prim ministru jiddeċiedi li jieħu parti mill-funzjonijiet ta' l- awtorita' għal din ir-raġuni, x'hemm ħażin li kollox ikun trasparenti?", "Bilfors li hekk trid tkun biex naħdmu bis-serjeta' fuqha din l-istorja.", "Nerġa' ngħid li direttiva li ma tintlaqax mill-awtorita' ma jfissirx li tkun direttiva inkonsistenti mal-provvedimenti ta' din il-liġi, anzi tkun in line magħhom.", "Dan huwa l-punt kollu tar-regulation, apprezzament politiku, ekonomiku, kummerċjali u teknoloġiku ta' kif jimxu l-affarijiet.", "M'huwiex konċepibbli li l-gvern ikollu veduta u l-membri ta' l-awtorita' ikollhom veduta oħra?", "X'inhi r-raġuni li qed ngħidu li d-direttivi ma jiġux ippubblikati.", "Din il-ħaġa ma tagħmilx sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr. Chairman, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex korrett meta jgħid li d-direttivi kollha ma jiġux ippubblikati jew inkella xi direttiva partikolari ma tiġix ippubblikata.", "Li qed ngħidu f'din il- klawsola partikolari huwa li mhux bilfors jiġu ppubblikati.", "Għar-rigward tal-punt illi naslu fil-pożizzjoni li għal xi raġuni jew oħra l-awtorita' jkollha b'xi mod tiġi xolta...", "ONOR ALFRED SANT: Mhux tiġi xolta.", "Min qed jgħid xolta?", "ONOR ĊENSU GALEA: Kollox sew, tiġi mneħħija.", "ONOR ALFRED SANT: Il-funzjonijiet tagħha jeħodhom il-Prim Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Tiġix xolta jew imneħħija, jiena konvint li kieku naslu għal pożizzjoni bħal din mhux biss ir-raġunijiet għaliex jitneħħa l- poter mingħand l-awtorita' u jmur għand il-ministru jkollhom jiġu ppubblikati, imma jiġu ppubblikati wkoll id-diskussjonijiet kollha u l- fatti kollha li jkunu saru.", "Naħseb illi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed iġorr l-argument.", "Minn pożizzjoni fejn qiegħed jgħid li l-awtorita' mhux bilfors tippubblika d-direttivi jew inkella l-Ministru mhux bilfors jippubblika d-direttivi qed imur għall-pożizzjoni l-oħra fejn il-Prim Ministru jista jittrasferixxi l-funzjonijiet ta' l-awtorita' lill-ministru.", "Naħseb illi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jifhem iktar minni li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-ogħla livell tal-gvern żgur li mhux se jkunu qed jittieħdu b'mod kappriċuż jew inkella b'mod irresponsabbli.", "Minbarra l-ministru nnifsu jkun hemm ir-responsabbilta' ikbar tal-prim ministru.", "Barra minn hekk meta l-prim ministru jiġi biex jaġixxi f'pożizzjoni bħal din żgur li barra l-fehma tal-Ministru se jisma' wkoll dik ta' l-awtorita'.", "Il-każ ta fejn il-Prim Ministru jneħħi funzjoni u jgħaddiha lill-Ministru hija xi ħaġa ta' estremita' biżżejjed li f'dan il-pajjiż tinħoloq reazzjoni u diskussjoni pubblika.", "Meta tiġi biex tieħu deċiżjonijiet ta' dan it-tip - u nispera li ma naslu qatt għal din il-pożizzjoni - tkun qed tieħu din id- deċiżjoni b'mod responsabbli u għal raġunijiet ġustifikati skond din il- liġi u skond ukoll l-opinjoni pubblika.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: L-aħħar intervent tiegħi fuq dan il-punt.", "Bir-rispett kollu, kull darba qed inbiddlu l-goalposts.", "L-ewwel ingħatajna eżempju ta' direttiva inkonsistenti mal-liġi, issa meta waqqa' dan il-punt ukoll qed ngħidu - jien ngħidlu argument tas-soltu - li hemm ministru, prim ministru u gvern li se jkunu responsabbli u allura se jagħmlu l-affarijiet kif suppost.", "Skużi, iċ-checks and balances il-liġi trid toħloqhom mhux dawn il- ħafna assumptions dwar kif se jimxu jew ma jimxux l-affarijiet.", "Iċ-checks and balances il-liġi trid tipprovdihom u mhux qed tipprovdihom.", "Jien tajtu eżempju u hu għadu ma tanix eżempju wieħed.", "Jien tajtu eżempju ta x'jista' jinqala' u drammatizzajtu apposta biex dan l-eżempju jitlaħħam.", "Semmejtlu eżempju fejn qabbilt klawsola (6)1 ma klawsola 6(3).", "Il-fatt li direttiva ma tiġix milqugħa kollha mill-awtorita' jista' jwassal biex jiġri dak li hemm provdut fi klawsola 6(3).", "Iċ-cheques and balances il-liġi trid tagħtihom u mhux din il-klima li jitkellem dwarha l-Ministru barra mil- liġi.", "Kif qed isiru l-affarijiet m'hawnx trasparenza.", "Jiena ma nistax nifhem x'inhija din il-ħerqa min-naħa tal-Ministru biex xi ħaġa mbażwra ma jikkorreġihiex.", "Din ma tinvolvih l-ebda problema billi jikkorreġġiha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr. Chairman, diġa' għedt li l-pożizzjoni ta' dak l- eżempju hija fil-fatt differenti minn dik li spjegajt fil-bidunett.", "Huwa ċar hawnhekk li dawn id-direttivi ma jridux ikunu inkonsistenti mal- provvedimenti ta' dan l-Att.", "Altrimenti m'għandix iktar kummenti x'ngħaddi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt kieku l-Ministru jweġibni għall-punti li għamilt jiena.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Jiena jidhirli li l-punti li tqajmu weġibthom kollha, pero' jekk hemm xi punt partikolari li tħoss li ma weġibthiex dwarhom nipprova nweġibha wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena staqsejt dwar il-kwestjoni ta x'relazzjoni se jkollha l-awtorita' mal-fair competition office.", "Biex il- liberalizzazzjoni u l-politika ta' kompetizzjoni tkun tista' taħdem tajjeb u verament ikun hemm kompetizzjoni ġusta allura l-awtorita' jrid ikollha xi tip ta' relazzjoni.", "Jekk le, b'liema mod se jiġru l-affarijiet?", "Staqsejt ukoll dwar klawsola 6(3) fejn il-Prim Ministru għandu s-setgħat li jekk din l-awtorita' ma tħarisx dan l-Att, jista' ixoljiha kompletament u jittrasferixxi s-setgħat jew inkella l-funzjoni tagħha lill-Ministru.", "Dan il-parlament qed jiddiskuti biex titwaqqaf awtorita' u ma nafx kif imbagħad ikun il-Prim Ministru waħdu li jiddeċiedi mingħajr ma jagħti raġunijiet ċari.", "Kif din il-liġi m'hijiex tikkontempla li jerġa' jkun hawn diskussjoni f'dan il-parlament fuq din il-bażi?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr. Chairman, għar-rigward tal-punt tar-relazzjoni bejn din l-awtorita' u l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta rrid ngħid li l- liġi tal kompetizzjoni hija waħda mil-liġijiet ili għandha relazzjonijiet ma' din il-liġi.", "Dan bħal fil-kas tal-postal services act, l-e-commerce u d- data protection act.", "Il-punt li l-Prim Ministru bl-omnipotenza kollha jista' jneħħi l- awtorita' jew inkella jista' jneħħi l-funzjoni ta' l-awtorita' u jgħaddiha lill-Ministru, naħseb illi kien diskuss fit-tul biżżejjed u m'għandix iktar x'inżid ma' dak li ngħad.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Jista' l-Ministru jagħmel emenda li f'dawk il-każi li l-Prim Ministru jkun kostrett li jittrasferixxi ċerti funzjonijiet lill- Ministru jew il-funzjonijiet kollha jkun marbut illi jippubblika u jagħti sodisfazzjon lill-parlament għaliex ikun ħa dik id-deċiżjoni?", "Hawnhekk m'għandniex noqogħdu nitkellmu fuq intenzjoni tajba.", "THE CHAIRMAN: ll-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr. Chairman, m'għandix iktar xi nżid mal-kummenti li diġa' għaddejt fuq dan il-punt iktar kmieni dalgħodu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Mr. Chairman, f'dan il-parlament irridu nkunu serji iżjed minn hekk.", "M'hijiex serjeta' li f'liġi nagħmlu klawsola speċifika li permezz tagħha l-Prim Ministru se jkollu funzjoni li jittrasferixxi lill- ministru u lanqas ikun hemm bżonn spjegazzjoni f'din il-Kamra.", "Jekk irridu nagħmlu leġislazzjoni serja dawn l-affarijiet irridu niddiskutuhom u ma jistax jiġi l-Ministru jgħidilna li mhux se jitkellem iżjed fuq dan il- punt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Mr. Chairman, qed nitkellmu fuq liġi li se tkun qisha l-vetrina tagħna mhux lokalment biss imma anke internazzjonalment.", "Din il-liġi se tagħti s-seta' ta' liberalizzazzjoni f'dan il-qasam tant importanti.", "Jekk aħna m'aħniex se nkunu kredibbli ma nafx kif qatt xi ħadd xi darba jista' jħares lejna bħala worth it li jwaddab ftit kapital f'pajjiżna u forsi joħloq ftit impjiegi.", "Qed naraw sa mneħirna biex ma ngħidx inqas ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr. Chairman, forsi r-risposta għal dan il-kumment hija n-numru ta' organizzazzjonijiet li diġa' fl-aħħar ġimgħat bdew jaraw il-possibbilta' li jinvestu f'pajjiżna f'dan is-settur.", "U iktar ma ndumu ma ngħaddu din il-liġi mill-Parlament aktar inkunu qegħdin intellfu l- possibbiltajiet lil pajjiżna.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Il-Ministru Bonnici tgħidx kemm ilu jgħid li ġej kollox hawn.", "S'issa għadu ma ġie xejn.", "M'għandniex ngħoddu l-flieles qabel ma jfaqqsu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda ''O'' għall-klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda ''O'' għaddiet nem. con..", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6 kif emendata għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Personalita' ġuridika u rappreżentanza ta' l-Awtorita'", "Clause 7 - Legal personality and representation of the Authority", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, din hija klawsola self-explanatory u m'hemmx aktar kummenti x'ngħaddi, almenu f'dan l-istadju.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Provvedimenti rigward il-proċedimenti ta' l-Awtorita'", "Clause 8 - Provisions with respect to proceedings of the Authority", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, din hija klawsola li titkellem dwar il- proċeduri tal-ħajja ta' kuljum ta' l-awtorita'.", "Titkellem dwar kif jissejħu l-laqgħat, il-quorum u affarijiet bħal dawn.", "Din il-klawsola wkoll hija self-explanatory u m'għandix kummenti x'ngħaddi fuqha.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Ħatriet ta' persunal", "Clause 9 - Staff appointment", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, għandi din l-emenda \"P\" għal klawsola 9:", "Klawsola 9", "Fil-klawsola 9, minflok il-kliem minn \"Bla ħsara\" sa \"mingħajr preġudizzju\" għandhom jidħlu l-kliem \"Mingħajr preġudizzju\".", "Clause 9", "In clause 9, for the words from \"Subject to\" to \"without prejudice\" there shall be substituted the words \"Without prejudice\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Fi klawsola 9 qed jingħad illi l-ħatra tal- personnel tal-human resource fl-awtorita' issir mill-awtorita', imma mbagħad il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorita' bi ftehim mal-Ministru.", "In vista tal-fatt li l- Ministru għandu setgħat kbar ħafna, dan se jkun ifisser li l-awtorita', per eżempju, tirrikmanda xi tip ta' kuntratt jew xi tip ta' kondizzjoni lil xi mpjegat u l-Ministru jista' jiddeċiedi kontra?", "Jekk jiġri hekk, ta min se tgħaddi, ta' l-awtorita' jew tal-Ministru?", "Dan qed ngħidu dejjem in vista tal-famuża balancing act li l-Ministru qal li torbot minn artiklu għal ieħor.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Jien naħseb illi hawnhekk huwa ċar li l-impiegi għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorita' bi ftehim mal-Ministru.", "Hija l- awtorita' illi tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-pakkett kollu ta' ħlasijiet u affarijiet bħal dawn li mbagħad ikun hemm il-Ministru li jrid jaqbel ma' dak li tressaq l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Jekk il-Ministru ma jaqbilx x'jiġri?", "Il- Ministru jista' jtajjar direttorat u jaħtar ieħor u għandu r- responsabbilta', skond il-liġi, li jappunta lil dak u lill-ieħor fl- awtorita'.", "Jekk f'dan il-każ l-awtorita' tiġi b'sett ta' kondizzjonijiet u tip ta' kuntratt li l-Ministru ma jiftiehemx dwarhom - se nużaw it- terminoloġija wżata f'dan l-artiklu - ta' min se tgħaddi?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, ma naħsibx illi huwa l-każ ta' min se tgħaddi, imma dan irid isir bi ftehim bejn iż-żewġ naħat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Dawn x'affarijiet huma?", "Jekk ma jkunx hemm ftehim x'se jiġri?", "Se jkun hemm xi strike bejnietkom?", "Ta min se tgħaddi?", "Din il-liġi titkellem b'mod speċifiku li l-Ministru għandu s-setgħa li jtajjar direttorat, jaħtar direttorat, jaħtar iċ-chairman u jaħtar lil kulħadd.", "F'każ li ma jaqbilx mal-kondizzjonijiet u l-kuntratt li l- awtorita' tippreżentalu għall-personnel li se timpjega, ta min se tgħaddi, tal-Ministru jew ta' l-awtorita'?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Jibqgħu jiddiskutu sakemm jiftehmu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jekk wieħed segwa l-ġurnali meta bdejna niddiskutu din il-liġi, waħda mill-affarijiet illi l-pubbliku kkritika f'din il-liġi hija l-omnipotenza tal-Ministru.", "Din kienet waħda mill-punti kardinali għaliex l-Oppożizzjoni tkellmet kontra din il-liġi.", "Il-Ministru jaħtar lill-awtorita', jaħtar lill-membri ta' l-awtorita', jaħtar id-diretturi, jista' jneħħi lill-awtorita', jista' jneħħi d- diretturi u jaħtar iċ-chief executive.", "Issa wasalna fil-punt illi jekk l- awtorita' tiddeċiedi li timpjega lil xi ħadd trid bilfors tmur għand il- Ministru u tieħu l-approvazzjoni tiegħu.", "Fejn hi l-fiduċja li n-naħa tal- gvern titkellem dwarha rigward l-awtoritajiet?", "Fejn hi l-fiduċja li n-naħa tal-gvern għandha fil-poplu Malti?", "Din hija patrimonju tal-gvern u patrimonju tal-Ministru.", "Huwa veru li għandu jkun hemm balancing act u li l-Ministru għandek tħallilu l-poteri għax ġie elett mill-poplu imma fl- istess ħin bilfors irridu nħallu ċerta funzjoni lill-awtoritajiet.", "Dan l- artiklu huwa eżempju ċar fejn din il-liġi qed tagħmel kastrament lill- awtorita' mingħajr ma tħallilha funzjoni ta' xejn.", "Lanqas biss se tħallilha l-funzjoni li timpjega lil xi ħadd li fl-opinjoni tagħha jidhrilha li hu tajjeb jekk ma jkunx hemm il-ftehim tal-Ministru.", "F'dan il-pajjiż l- affarijiet nafu kif jiġru meta tindaħal persuna pubblika.", "Sfortunatament - u hawn m'inix nipprova nnaqqas il-mertu tan-nies fil-gvern - meta ssemmi li l-ministru se jindaħal biex jimpjega lil xi ħadd jew biex jiftiehem li jimpjega lil xi ħadd nifhmu li għandu ċerta nuqqas ta' fiduċja fil- pubbliku.", "Allura se nkomplu nsammru l-musmar anke b'din il-liġi?", "Jista' l- Ministru jikkonsidra li għallinqas din il-klawsola jneħħiha minn nofs u tkun unikament responsabbilta' ta' l-awtorita' li timpjega l-impjegati li jidhrilha li hemm bżonn?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR MICHAEL FRENDO: Mr Chairman, jiena assolutament ma naqbilx ma' l- argumenti fuq din il-klawsola min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk niġu f'sitwazzjoni fejn awtorita' timpjega lil xi ħadd b'xi Lm70,000 mbagħad niġu f'dan il-parlament u nduru għall-ministru u nistaqsuh ma nafx kemm-il mistoqsija u nżommuh responsabbli għall-mod ta kif qed jintnefqu l-flus pubbliċi.", "Ladarba hawn ġew isir hekk ma nistgħux imbagħad fl-istess argument ngħidu li l-ministru m'għandu jkollu l-ebda say assolutament mhux fuq min timpjega, imma fuq il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg.", "Naħseb illi l-awtorita' għandu jkollha l-fakulta' illi min qed imexxiha jagħmel l-għażliet tiegħu lil min jimpjega imma mhux li jagħmel pattijiet u kondizzjonijiet li forsi ma jkollhom l-ebda relazzjoni mal-pattijiet u kondizzjonijiet f'awtoritajiet oħrajn u joħloq sitwazzjoni fejn il-Ministru jrid jiddefendi affarijiet illi m'għandu l-ebda say fihom.", "Naħseb li din mhijiex klawsola daqshekk ħażina u żgur li mhijiex klawsola li jixirqilha t- terminoloġija li ntużat li qed \"tikkastra\" lill-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jiena niskanta kif il-line of thought il- ħin kollu ta' l-Oppożizzjoni huwa ta' attakk fuq il-pożizzjoni tal-ministru all along.", "Kif qal l-Onor.", "Michael Frendo irridu naqraw ukoll dak illi hemm.", "Ħadd mhu qed jgħid illi l-Ministru se jkun hu li jindaħal jekk jiġix impjegat ''a'' inkella ''b'' imma huwa l-pakkett ta' kondizzjonijiet illi se jiġi diskuss u se mai approvat mill-ministru.", "Kif qal l-Onor.", "Frendo l-ministru fl-aħħar mill-aħħar qiegħed hemmhekk biex jassigura li jkun hemm relattivita' bejn din il-funzjoni partikolari u funzjonijiet f'postijiet oħra biex jiġi assigurat li ma jkun hemm ħadd illi f'daqqa waħda jiddeċiedi li jagħti anke t-tip ta' pakketti li għamel referenza għalihom l-Onor.", "Frendo.", "U hawnhekk żgur m'hawn l-ebda intenzjoni li b'xi mod il-Ministru jiddeċiedi li jiġi mpjegat ''a'' jew ''b'' kif donnha qed tagħti l-impressjoni l-Oppożizzjoni.", "Huwa l-pakkett ta' kondizzjonijiet li jkun stabbilit mill-awtorita' bi ftehim ma' l-istess ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, possibbli l-Ministru mhux se jkollu l- fiduċja f'awtorita' li jappunta hu stess li din tara li l-kondizzjonijiet ta' impjieg ikunu konsistenti mal-budget li l-Ministru jassenja lil din l- awtorita'?", "Hemm bżonn il-Ministru jorbot lill-awtorita' dwar il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' kull impjieg li jsir ma' l-awtorita'?", "Din hija l- fiduċja li nitkellmu fuqha dwar l-awtoritajiet?", "Jiena kont nifhem li x- xogħol tal-Ministru f'dan l-att għandu jkun li jagħti direttivi dwar il- policies u jara li l-att jiġi mplimentat bħala mod ġenerali.", "Il-Ministru jista' jiġi kkritikat dwar kemm jassenja budget lill-awtorita', imbagħad għandu jkollu fiduċja biżżejjed fl-awtorita' li din se tutilizza dawk il- fondi skond kif jidhrilha hi.", "Din l-awtorita' għandha jkollha kull faċilita' li timpjega lil xi ħadd u tagħmillu kondizzjonijiet u pattijiet dwar kif jidhrilha li huma konsistenti mal-kapaċitajiet ta' dik il-persuna mingħajr indħil tal-ministru.", "Il-ministru m'għandux għalfejn joqgħod jidħol fin-nitty-gritty ta' din l-awtorita' għax inkella se jintilef jaħli ħafna żmien fuq affarijiet li suppost għandha responsabbli għalihom l- awtorita'.", "ONOR ĊENSU GALEA: No more remarks.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"P\" kif ippreżentata mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"P\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 9 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri:No) Carried.", "Klawsola 9 kif emendata għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 10 - Ħatra u funzjonijiet ta' l-Uffiċjali u l-impjegati ta' l- Awtorita'", "Clause 10 - Appointment and functions of officer and employees of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Klawsola 10 titkellem dwar li l-awtorita' għandha timpjega u taħtar personnel b'remunerazzjoni skond il-kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti minn żmien għall-ieħor skond l-artiklu 9 li għadna kif għaddejna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, hawnhekk japplika l-istess argument li konna qegħdin nagħmlu għall-klawsola preċedenti.", "Hawnhekk jidher li lill- awtorita' qed nagħtuha fakulta' li taħtar u timpjega b'dawk ir- remunerazzjonijiet u b'dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet u allura bilfors terġa' tapplika klawsola 9 u bilfors irid jerġa' jindaħal il- ministru biex jara jekk dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet humiex ġusti.", "Il-Ministru m'għandux għalfejn joqgħod jidħol f'dan ix-xogħol meta qed nitkellmu fuq id-deċentralizzazzjoni tal-poter.", "Il-Ministru se jispiċċa missing the woods for the trees kif jgħidu l-Ingliżi, jidħol fid-dettall u jitlef mill-funzjonijiet li għandu jkollu dwar direzzjoni ta' politika u biex jara li dan l-att ikun esegwit bil-mod kif approvat f'dan il- parlament.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: No more remarks.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Assenjament ta' uffiċjali pubbliċi biex jaqdu dmirijiet ma' l- Awtorita'", "Clause 11 - Detailing of public officersfor duty with the Authority", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Din il-klawsola titkellem dwar il-mod ta kif persuni li qegħdin jaħdmu fis-settur pubbliku jistgħu jiġu assenjati ma' l- awtorita' u wkoll il-mod ta kif ikunu jistgħu jaqdu funzjonijiet fl-istess awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, qed nifhem sew li bniedem li jiġi trasferit mis-servizz pubbliku u jgħaddi biex jiġi mpjegat mill-awtorita' awtomatikament wara sena dan ma jibqax jiġi kkonsidrat bħala li jaħdem mas- servizz pubbliku diment li ma jkunx hemm proviżjonijiet ulterjuri?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, din hija klawsola li għadha kif ġiet applikata fit-twaqqif tal-Malta Tourism Authority u l-pożizzjoni hi li persuna li tmur ma' l-awtorita' trid, wara perijodu speċifikat jekk ma jkunx hemm estensjoni tagħha, tiddeċiedi x'se tagħmel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Jista' l-Ministru jelenka r-raġunijiet għaliex il- Prim Ministru jista' jirrevoka partijiet minn din il-klawsola?", "Din se tkun talba ta' l-uffiċjal pubbliku stess jew se tkun talba ta' l-awtorita' li f'ċerti sitwazzjonijiet tirrevoka ċerti kondizzjonijiet ta' din il- klawsola?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, kif għedt din hija klawsola li fil- prattika hija meħuda mil-liġi dwar l-Awtorita' dwar it-Turiżmu u m'hemm l- ebda raġuni partikolari li jkun hemm differenza bejn din l-awtorita' u awtoritajiet oħrajn.", "Naħseb li m'hemm l-ebda raġuni għaliex għandi nidħol fid-dettall li qed jitlob l-Onor.", "Buhagiar u m'għandix kummenti aktar x'ngħaddi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jiena nistenna iżjed serjeta' mill- Ministru.", "Huwa veru li dawn il-klawsoli li qed ngħaddu b'ċerta rapidita' huma kkuppjati minn liġijiet oħrajn pero' l-Ministru għandu d-dmir li jidħol fid-dettall tal-liġi u allura għandu jagħti l-ispjegazzjoni.", "Għallinqas jista' l-Ministru jispjegali jekk il-Prim Ministru huwiex se jirrevoka partijiet minn din il-kondizzjoni fuq talba ta' l-uffiċjal pubbliku nnifsu jew fuq talba ta' l-awtorita'?", "Għax faċli ngħidu li dawn diġa' għaddejnihom f'liġijiet oħrajn.", "Ejja nitkellmu dwar il-kontest ta' din il-liġi.", "Per eżempju għalkemm klawsola 4 hija kkuppjata mill- Kostituzzjoni u minn liġijiet oħrajn, ikun hemm ċerti ċirkostanzi fejn ċerti partijiet, għalkemm japplikaw għal-liġijiet oħrajn ma jkunux japplikaw għal din il-liġi partikolari.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-individwu jista' jitlob, l-awtorita' tista' titlob, il-Prim Ministru jista' jitlob u tista' tkun xi ħaġa bejn kulħadd flimkien jew uħud minnhom.", "U huwa nkredibbli li xi ħadd jiġi jgħid li f'liġi bħal din għandna nidħlu f'dan id-dettall kollu.", "Jista' jagħti l- kas li l-awtorita' ma tkunx trid lil ċertu individwu għal xi raġunijiet li ma nafx x'jistgħu jkunu u l-individwu jkun irid jibqa'.", "Jista jiġri viċi versa fejn l-individwu ma jridx jibqa' u l-awtorita' jkollha bżonnu.", "Hija pożizzjoni li tixxiftja mhux skond il-persuna, imma tixxiftja għaliex inti għandek diversi possibbiltajiet kif dik l-ordni tista' tiġi revokata.", "Mhux kwestjoni ta' l-individwu jitlob jew l-awtorita' titlob jew il-Prim Ministru jitlob.", "Ma tistax tispeċifika x'inhi r-raġuni partikolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-argument ta' l-Onor.", "Buhagiar huwa f'waqtu mmens għax ma tistax tipparaguna din l-awtorita' ma' l-awtorita' tat- turiżmu.", "L-awtorita' tat-turiżmu ħadet jew setgħet tieħu numru ta' nies mid- dipartimenti li kienu jaqgħu taħt it-turiżmu bħall-HCEB, jew inkella l- field service section mentri rigward din it-tip ta' awtorita' qatt ma kien hemm struttura ta' regolatur amplifikata daqshekk.", "Il-klawsoli li japplikaw fil-każ ta' l-awtorita' tat-turiżmu ma jistgħux jiġu applikati hawnhekk bl-istess mod.", "Din importanti ħafna li tkun ċara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr. Chairman, bir-rispett kollu persuna hija impjegata maċ-ċivil irrispettivament mil-liema dipartiment jew inkella organizzazzjoni hija mpjegata miegħu.", "Dawk li kienu ma' l-HCEB u llum marru ma' l-awtorita' tat-turiżmu għad għandhom l-istess kondizzjonijiet u allura d-distinzjoni ma teżistix.", "Dan japplika anke fil-kas ta' din l-awtorita' b'funzjonijiet u raġunijiet differenti.", "Veru li f'dan is-settur m'hemmx ħafna impjegati b'mod dirett mal-gvern imma b'daqshekk ma jfisser xejn.", "Safejn naf jien il-kondizzjonijiet li jorbtu l-impjiegi mal-gvern huma kondizzjonijiet ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma nistgħux niġġeneralizzaw l-impjegati kollha taċ-ċivil.", "Hemm ħaddiema taċ-ċivil li m'għandhomx l-istess kondizzjonijiet ta' impjegati oħra.", "Per eżempju gwardjan tad-dwana għandu l- istess kundizzjonijiet u jaħdem bl-istess mod li jaħdem skrivan fiċ-ċivil?", "Safejn naf jien gwardjan tad-dwana jaħdem bix-shift u skrivan fiċ-ċivil ma jaħdimx bix-shift, jiġifieri ma nistgħux niġġeneralizzaw b'dan il-mod.", "MR CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, l-istess argument jista' jingħad għal klawsola 11(2).", "Skond din il-klawsola l-Prim Ministru jista' jappunta lil xi ħadd jew jittrasferih minn uffiċjal pubbliku għal ma' l-awtorita' pero' jagħmillu kondizzjonijiet li huma differenti minn ta' ħaddieħor.", "Jiena naħseb li kif qiegħda din il-klawsola tagħti lok għal ħafna diskriminazzjoni f'dawn it-tip ta' trasferimenti.", "Ma naħsibx li għandha tidħol klawsola bħal din jew għallinqas tista' tiġi rranġata biex ma jkunx hemm dan il-lok ta' diskriminazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u saret parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 12 - Status ta' uffiċjali pubbliċi assenjati biex jaqdu dmirijiet ma' l-Awtorita'", "Clause 12 - Status of public officers detailed for duty with the Authority", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, klawsola 12 titkellem dwar l-istatus li jkollhom uffiċjali pubbliċi li jkunu assenjati ma' din l-awtorita' u għal darb'oħra l-kondizzjonijiet huma dawk kif stabbiliti minn awtoritajiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Għalkemm uffiċjal pubbliku ikun impjegat ta' l- awtorita', pero' jibqa' kkunsidrat bħala uffiċjal pubbliku a terminu tal- Kostituzzjoni bl-istess responsabbiltajiet u drittijiet.", "Persuna oħra li ma tkunx seconded mill-public sector m'hijiex se titqies bħala uffiċjal pubbliku jekk ma tikkreax dikotomija f'dak li huwa engagement ta' employment.", "U jekk hu hekk x'inhu l-iskop tal-gvern li jżomm din id- distinzjoni?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirrepeti li dawn huma l-istess tip ta' kondizzjonijiet li għandhom persuni oħrajn li jiddeċiedu li jmorru ma' awtoritajiet oħrajn, b'mod partikolari ma' l-awtorita' dwar it-turiżmu.", "Dwar il-punt li semma' li hemm distinzjoni bejn uffiċjali li jkunu ġejjn miċ-ċivil u uffiċjali mpjegati direttament tajjeb wieħed jgħid li ħlief għal skopijiet ta' pensjoni, impjegat maċ-ċivil li jiddeċiedi li jmur ma' l- awtorita' għandu perjodu tranżitorju ta' sena - jew inkella kemm jiġi stabbilit hawnhekk - biex jiddeċiedi jekk jibqax ma' l-awtorita'.", "Jekk jiddeċiedi li jibqa' mbagħad dik id-distinzjoni tispiċċa ħlief għad-dritt tal-pensjoni li ġejja min-naħa taċ-ċivil.", "Il-problema li semma' l-Onor.", "Mangion m'għandhiex tirriżulta wara l-perijodu tranżitorju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jista' jkun il-kas li uffiċjal pubbliku jkun ikkuntrattat li jagħmel ċertu żmien ma' l-awtorita'.", "F'dak il-perijodu kuntrattwali jiena nifhem li ma jitlef l-ebda drittijiet tal-pensjoni pero' l-fatt hu li matul dak il-perijodu huwa jibqa' jiġi kkonsidrat bħala uffiċjal pubbliku u tibqa' din id-dikotomija bejn min ikun minn barra u min ikun mis-settur pubbliku.", "Barra minn hekk fi klawsola 12(2)(a)(1) hemm il-konsiderazzjoni li ma naħsibx li tagħmel sens sa ċertu punt illi bniedem jista' japplika biex ikun transferred għal dipartiment tal-gvern.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu f'parametri ta' mobbililta' tax-xogħol ukoll.", "Jekk wieħed jagħmel kuntratt ma' l-awtorita' għal sentejn ma jistax ikun li wara sitt xhur jew wara sena u nofs jgħidlek li jrid jiġi transferred ma' dipartiment ieħor.", "Ma naħsibx li din il-ħaġa għandha titħalla.", "Il-kondizzjonijiet l-oħra tax- xogħol, il-benefiċċju tal-pensjoni u forsi l-perijodu ta' l-għażla li jkun ikkunsidrat bħala uffiċjal pubbliku għal skopijiet ta' pensjoni għandna niċċarawhom pero' ma naħsibx li tagħmel sens li matul dak il-perijodu jkollu dritt li jitlob transfer.", "Din m'hijiex serjeta'.", "Dan jew se jagħżel li jmur għal dak il-perijodu jew inkella ma jagħżel xejn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Impjegat li hu fiċ-ċivil se jmur ma' l-awtorita' mhux b'kuntratt kif qal l-Onor.", "Mangion.", "Ma naħsibx li l-individwu li jmur ma' l-awtorita' għandu jkun prekluż milli jitlob li jiġi trasferit min-naħa għal oħra.", "Kif għedt aktar qabel dawn huma kondizzjonijiet ġenerali li qed jiġu applikati għall-awtoritajiet kollha li qed jiġi mwaqqfa u ma narax raġuni partikolari għaliex għandhom jinbidlu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Ministru kemm-il darba ġustament qal li dan huwa settur speċjalizzat u ħafna drabi jkun aktar diffiċli biex issib nies idonei biex jaħdmu fih.", "Minħabba f'hekk ikun tajjeb li uffiċjal pubbliku li huwa tajjeb għal ċerta funzjoni jagħmel kuntratt ma' l-awtorita.", "Huwa tajjeb li jsir xi ħaġa biex lil dak li jkun tħajru jieħu ċerta kariga.", "Dan li qed ngħid huwa fl-aħjar interess ta' l-awtorita'.", "B'dan il-mod impjegat sempliċement tkun qed tgħidlu: Jiena se nitfgħek fl-awtorita' u meta trid itlaq.", "Dan huwa konċett pjuttost perikoluż.", "Aħjar ikun hemm xi ħadd li volontarjament jagħżel.", "Fl-opinjoni tiegħi għandha tingħata l-faċilita' li anke uffiċjali pubbliċi, speċjalment f'ċerti kategoriji, għandhom jiġu recruited b'kuntratt mingħajr ma jitilfu l-benefiċċji li jkollhom matul dak il-perijodu tal-kuntratt.", "L-iskop ta' din il-ħaġa huwa biss biex jagħtik aktar flessibbilta' u biex jekk hemm nies li huma idonei tkun tista' tutilizzahom.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA Nifhem u napprezza l-kumment li għadu kif għadda l- Onor. Mangion, madanakollu din is-sezzjoni partikolari titkellem dwar dawk il-persuni li se jiġu assenjati biex jagħmlu xogħol b'mod permanenti.", "L- għan prinċipali ta' din il-klawsola u l-klawsola ta' qabilha hu li jirregolaw il-mod ta' kif impjegat maċ-ċivil ikollu l-possibbilta' li jiġi mpjegat ma' l-awtorita'.", "Qed jingħata l-possibbilta' ta' perijodu ta' tranżizzjoni - hawnhekk fil-fatt imsemmi b'mod kważi speċifiku li jkun perijodu ta' sena - li fih l-individwu se jkollu l-possibbilta' li jagħżel jekk jirritornax taħt il-kondizzjonijiet tad-dipartiment kif kien qabel inkella jibqax impjegat ma' l-awtorita'.", "Wieħed japprezza l-punt li semma' l-Onor.", "Mangion għar-rigward ta' kuntratti ta' xogħol u wkoll rigward tal-problema ta' personnel pero' f'dan ir-rigward naħseb li individwu ta' dan it-tip ma jistax jitqies bħala persuna li hija mpjegata ta' l-awtorita', imma jitqies bħala persuna li qed tagħmel biċċa xogħol partikolari bi ftehim partikolari ma' l-awtorita'.", "Irrid ngħid li m'huwiex l-għan tagħna li nirregolaw dan ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jiena qed nifhem x'inhu jgħid il-Ministru pero' meta jiena kont ministru din ippruvajna nagħmluha anke biex imorru mid-DCA għall-MIA pero' dejjem sibna d-diffikultajiet miż-żewġ unions.", "Aħna konna ngħidu perjodu ta'transizzjoni ta' sena pero' wara li tgħaddi s-sena xorta jkun hemm il-kwestjonijiet għax jibdew isemmulek il-collective agreements u l-public service commission u jgħidulek li dawn xorta għandhom dritt jerġgħu jmorru lura anke sentejn, tlieta jew erbgħa wara.", "Jiena nissimpatizza mal-ministru fuq din il-kwestjoni għax nemmen li mhux sewwa li bniedem imur ma' awtorita' biex jieħu l-benefiċċji minħabba li l- awtoritajiet għandhom pagi differenti u x'ħin ifettillu jerġa' jmur lura f'dipartiment.", "Wara kollox dan se jġorr il-pensjoni miegħu.", "Per eżempju fil- kas tal-posta kellna ħafna zig-zag minħabba kwestjonijiet ta' promotions u ħafna ġiri minn mal-posta għal mal-gvern u viċi versa.", "Jien nixtieq inkun naf jekk hijiex veru li hemm il-PSC fuq dawn l-affarijiet illi tgħidlek li dan ma jistax isir.", "Dan qed ngħidu biex ma niġux b'ħafna anomaliji 'l quddiem.", "Meta jitlaq bniedem trid timpjega ieħor minfloku.", "Barra minn hekk, jekk bniedem għandu pensjoni mal-gvern dan ma tistax tneħħiehielu din u jekk imur ma awtorita' il-pensjoni tiegħu se tiġi aktar minn tal-gvern.", "Lili hekk kienu jgħiduli l-PSC u l-unions.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-fatt il-punt li qajjem tajjeb l- Onor. Debono Grech huwa punt li affaċċjawh il-gvernijiet ta' pajjiżna fl- aħħar snin meta kien hemm kwestjonijiet - u f'ċertu sens għad hemm kwestjonijiet - dwar drittijiet ta' pensjoni għal ċerti impjegati.", "Madanakollu bil-mod kif qegħda miktuba f'din il-liġi u kif kienet miktuba fil-liġi dwar il-Malta Tourism Authority din il-problema jidher li ġiet sorvolata u l-pożizzjoni hi li hemm dan il-perijodu ta' tranżizzjoni li fih wieħed irid jiddeċiedi jekk imurx lura jew inkella jkomplix bħala impjegat ta' l-awtorita'.", "Jidher li permezz ta' din il-liġi ġew eliminati dawn it- tip ta' diffikultajiet li kellu jaffaċċja l-Onor.", "Debono Grech fis-sentejn li għamel ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr. Chairman, il-unions kienu qaluli li hemm agreements ma' kwalunkwe' gvern u meta konna niġu għaliha kienu jgħidu li dan id-dritt ma jistax jitneħħa.", "Jien għalhekk ngħid li għandna nagħmlu shelving tad-deċiżjoni fuq din il-kwestjoni.", "J'Alla din il-problema issa ġiet sorvolata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-pożizzjoni għar-rigward ta' dawn il-punti li qajjem l-Onor.", "Debono Grech jidher li ġiet ukoll maħsuba minn min kien qed ifassal kemm din il-liġi kif ukoll il-liġi tat-tourism authority.", "Id- diffikultajiet imqajma mill-Onor.", "Debono Grech ma jidhirx li jistgħu jirriżultaw għaż-żmien li ġej u allura f'dan l-istadju ma narax raġuni għaliex għandna nagħmlu shelving tad-deċiżjoni fuqha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Offerta ta' impieg permanenti ma' l-Awtorita' lil uffiċjali pubbliċi assenjati biex jaqdu dmirijiet ma' l-Awtorita'", "Clause 13 - Offer of permanent employment with the Authority to public officers detailed for duty with the Authority", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'din il-klawsola hawn f'aktar dettall il-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li sal-lum jaħdmu ma' xi dipartiment tal-gvern u se jiġu assenjati biex jagħmlu xogħol ma' l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr. Chairman, klawsoli 11,12 u 13 iridu jaħsbu għal tliet affarijiet, waħda fejn għandek l-assignment tal-ħaddiema - trasferiment insejħulu assignment - għandek ukoll l-element fejn ħaddiema jiġu kuntrattati u l-oħrajn li jkunu fuq bażi permanenti.", "Klawsola 13 tħares fejn ħaddiema mis-settur pubbliku jkunu ngaġġati fuq bażi permanenti ma' l-awtorita'.", "Issa fid-dawl tal-fatt li min ikun qed jagħżel li jmur hemmhekk fuq bażi permanenti qed jagħżel ukoll li jitlaq is-settur pubbliku, għaliex irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Prim Ministru?", "Hawnhekk hawn:", "\"L-Awtorita' tista', bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru, toffri lill- uffiċjal assenjat...\"", "Qed tippresupponi li l-uffiċjal irid ikun assenjat diġa' biex ikun jista' jmur hemmhekk fuq impjieg permanenti?", "Jekk ikun hemm call for applications u uffiċjal pubbliku jagħżel li jirriżenja biex jiġi ngaġġat hemmhekk, dan ma jistax?", "Sempliċement qed nistaqsi mistoqsija għax ma naħsibx li dan huwa l-ħsieb.", "Effettivament din il-ħaġa ma tagħmilx sens.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawnhekk il-liġi titkellem dwar dawk l-impjegati li jiġu assenjati ma' l-awtorita' fil-bidu.", "Naturalment jekk ikun hemm call for applications u individwu li ilu jaħdem mal-gvern jiddeċiedi li jirriżenja minn mal-gvern biex imur jaħdem ma' din l-awtorita', dak jiġi meqjus bħala persuna normali li m'hijiex impjegata tal-gvern u allura d- diffikultajiet li se jinħolqu huma dwar drittijiet tiegħu ta' pensjoni mill- gvern u affarijiet bħal dawn.", "Din hija d-differenza bejn impjegat li huwa assenjat miċ-ċivil għal ma' l-awtorita' u persuna oħra li f'ħafna sensi jista' jitqies bħala persuna privata.", "Jista' jagħti l-kas li persuna jkollha job mal-gvern pero' biex tmur tikkompeti għal job partikolari ma' l- awtorita' din tkun tista' tapplika pero' mingħajr id-drittijiet l-oħrajn ta' pensjoni u affarijiet oħra li huma carried over minn mal-gvern għal ma' l-awtorita'.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sakemm jibqa' fuq bażi li uffiċjal jista' at any time imur lura mal-gvern hija ħaġa loġika u hekk għandu jkun li jibqa' jgawdi l-istess benefiċċji.", "Meta l-uffiċjal assenjat jagħżel li jitlaq minn mal-gvern, dan m'għandux igawdi benefiċċji aktar minn uffiċjal ieħor mal- gvern li ma ġiex assenjat biex imur jaħdem fl-awtorita' pero' xorta qed jgħid li għandu opportunita' fl-awtorita' u din l-opportunita' jrid neħodha.", "Mela min diġa' qiegħed assenjat se jgawdi ċerti benefiċċji u uffiċjal ieħor li huwa mal-gvern u għażel li se jitlaq - u t-tnejn huma fuq bażi permanenti u t-tnejn se jirriżenjaw minn mal-gvern u t-tnejn se jispiċċaw jirriżenjaw minn mal-gvern - ma jeħodhomx.", "Jiena naħseb li mhux ġustifikat li ssir din id-distinzjoni.", "M'għandux ikun hemm hemm diskriminazzjoni ma xi ħadd minħabba l-fatt illi jkun għażel li jitlaq minn mal-gvern.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, tajjeb li nispeċifika għal darb'oħra li persuna li hija mpjegata fiċ-ċivil u se tkun assenjata li taħdem ma' l- awtorita' se ġġorr magħha biss id-dritt tal-pensjoni u l-perijodu ta' xogħol li għamlet impjegata tal-gvern se jiġi meqjus ukoll għal skopijiet ta' pensjoni.", "Dawn huma paragrafi li huma meħudin għal darb'oħra word for word mill-klawsoli rilevanti tal-liġi dwar it-twaqqif ta' l-awtorita' tat- turiżmu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Pero' naħseb li xorta jibqa' dan l-element diskriminatorju anke jekk din il-klawsola hija meħuda word for word mil- liġi dwar it-twaqqif ta' l-awtorita' tat-turiżmu.", "Jien qed nippresupponi li jkun hemm xi ħadd li qiegħed assenjat u baqa' jgawdi l-benefiċċji li ħaddieħor li irriżenja minn mal-gvern u mar jaħdem ma' l-awtorita' ma gawdihomx.", "Dan huwa element diskriminatorju.", "Mhux qed ngħid li huwa intenzjonali imma l-element diskriminatorju qiegħed hemmhekk.", "U naħseb illi dan m'huwiex l-iskop.", "Hija xi ħaġa understandable li min ikun assenjat minn mal-gvern iżomm l-istess drittijiet.", "Hekk għandu jkun pero' dawn il-benefiċċji għandhom japplikaw ukoll għal min ikun għażel li jirriżenja minn mal-gvern u jmur kompletament ma' l-awtorita'.", "Bil-mod kif inhi din il-klawsola se noħolqu żewġ tipi ta' impjegati fiċ-ċivil li jagħżlu li jmorru fil-private sector.", "Issa jekk irridu nkunu loġiċi rridu nħajru nies fiċ-ċivil li jmorru jaħdmu fis-settur privat pero' aktar milli inċentiv dan se jservi ta' disinċentiv.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru tat-Turiżmu.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru tat-Turiżmu): Mr. Chairman, naħseb li l- ewwel esperiment ta' din il-kwalita' sar fil-Malta Tourism Authority.", "Intqal li din il-klawsola hija diskriminatorja kemm f'dan il-kas kif ukoll fil-kas tal-Malta Tourism Authority.", "Il-gvern għandu numru ta' uffiċjali li għandhom ċerta esperjenza fl-amministrazzjoni tat-turiżmu u jrid iħalli l- bieb miftuħ biex jutilizza lil dawk in-nies ukoll fil-Malta tourism authority.", "Issa mhux bilfors min qiegħed mal-gvern għandu bilfors imur għand l-awtorita' tat-turiżmu.", "Ix-xelta hija waħda libera.", "Daqskemm hemm ukoll liberta' li min jaħdem mhux fid-dipartiment jista' japplika wkoll.", "Fil-fatt ikun hemm diversi calls miftuħin għal executives u karigi oħrajn biex jaħdmu mal-Malta Tourism Authority.", "Hemm distinzjoni bejn dawk li m'humiex fid-dipartiment tat-turiżmu jew fl-ITS u bejn l-oħrajn.", "Filwaqt li l-awtorita' tista' tistieden lil dawn ta' l-aħħar, l-oħrajn iridu japplikaw u jekk japplikaw f'din il-liġi hemm is-setgħa tal-PRIM MInistru li jista' jassenjahom.", "Fil-fatt din hija improvement fuq il-klawsola ta' l- awtorita' tat-turiżmu.", "F'dan il-pajjiż għandna pool ta' expertise limitat u għalhekk ikun żball li ma tagħtix l-opportunita' lil dak li jkun li juża dak l-expertise tiegħu ma fejn l-aħjar li jista' jużah għall-interess tal- pajjiż.", "Din hija r-raġuni wara din il-klawsola.", "Issa mbagħad tqum kwestjoni amministrattiva rigward id-drittijiet vestiti li jkun kiseb impjegat tal-gvern matul il-karriera tiegħu u l-klawsola qiegħda hemmhekk biex ma ttellifx dawn id-drittijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Per eżempju jiena m'inix assenjat lill-awtorita', mela m'hemmx dik il-kondizzjoni għalkemm jiena bniedem kompetenti biex naħdem fiha.", "Jekk jiena rriżenjajt mis-settur pubbliku u mort naħdem hemmhekk wara call for applications m'inix se nieħu l-benefiċċji.", "Dan hu l- element diskriminatorju.", "(Interruzzjonijiet) ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-creaming off ikun diġa' sar, voldieri ma jfissirx li l-iskrivani ma jistgħux jidħlu.", "L-iskrivani at a certain level ma ssibhomx kullimkien.", "Issa jekk nieħdu l-każi ipotetiċi nistgħu naslu nagħmlu dawn id-domandi waħda wara l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Il- prinċipju naħseb li huwa mportanti pero dan jiġi diskuss fit-tieni qari.", "(Interruzzjonijiet) L-Awtorita' tat-Turiżmu hija limitata li tagħżel min- nies li jkunu fit-turiżmu.", "Per eżempju ma tistax tmur u ssib wieħed li jkun qiegħed fil-public works.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-gvern ma tantx jaqbillu, għax inneħħulu l-aħjar nies biex imorru f'awtorita.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun hemm ukoll closed department.", "Close department kemm hu kopert?", "Wieħed kellu jsib is-soluzzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Xorta ma rrispondewx ir-rimarki li qanqalt.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr. Chairman, għandi din emenda teknika.", "Fis-subklawsola (3) tal-klawsola 13 minflok il-kliem \"l-artikolu 33 ta' dan l-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"is-subartikolu (6) ta' dan l- artikolu\".", "Clause 13", "In subclause (3) of clause 13 for the words \"section 33 of this Act\" there shall be substituted the words \"subsection (6) of this section\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda ''Q''.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda ''Q'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 13 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - L-infieq ta' l-Awtorita' jsir mid-dħul tagħha", "Clause 14 - Authority to meet expenditure out of revenue", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, se mmorru għat-Taqsima 4 ta' din il-liġi fejn hemm il-provvedimenti finanzjarji u d-dettalji ta' kif l-awtorita' tiġbor il-flus u kif tkun tista' tonfoq dawn il-flus.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: F'dan il-pajjiż nitkellmu dwar id-deficit finanzjarju u allura għandu jsir kull sforz f'kull awtorita' li nagħmlu, speċjalment jekk tkun awtorita' regolatorja, biex dawn ikunu self financing.", "Din hija anke nkluża fil-liġi u hawn li kemm hu possibbli l- awtorita' għandha taħdem bid-dħul li tiġġenera hi stess.", "Waqt li nerġa' nenfasizza l-importanza ta' dan l-artiklu rrid ngħid li mkien fil-liġi ma ssib dettalji ta' kif l-awtorita' se ddaħħal dawn id-drittijiet jew ħlasijiet li jkollha bżonn biex taħdem.", "Jien naħseb li għandna nagħtu direzzjonijiet anke fil-qafas tal-liġi dwar kif awtoritajiet bħal dawn jiġġeneraw id-dħul tagħhom.", "F'dan l-istess artiklu qed ngħidu li jekk l- awtorita' ma tkunx self sufficient jgħaddulha l-flus mill-fond konsolidat.", "Din nifhimha imma f'liġijiet bħal dawn irid ikun hemm speċifikament indikat dwar kif dawn l-awtoritajiet se jdaħħlu dawn il-flus.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Din l-awtorita' suppost tkun self-financed.", "Issa fit-tieni skeda ta' dan l-abbozz diġa' hemm arranġament dwar kif tliet entitajiet, il-Maltacom, Melita u Vodaphone se jaqsmu l-kejk bejniethom.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx xi rati li diġa' ġew maqbula magħhom biex għallinqas ikollna idea dwar kemm se jkun l-introjtu ta' din l- awtorita'?", "Dan qed ngħidu biex din il-Kamra tkun tista' tagħmel assessment.", "Mhux qed ngħid li għandu jkollna projections preċiżi għalkemm jekk għandek ir-rati maħduma tkun tista' tagħmel projections kważi preċiżi.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-kwestjonijiet ta' ħlasijiet li jrid isiru mill-operaturi - u din m'hijiex kwestjoni ta' tliet operaturi - li jkunu qed jaħdmu f'pajjiżna f'dan is-settur fiż-żmien li ġej se jiġu stabbiliti b'regolamenti li joħorġu minn din il-liġi li għandna quddiemna b'mod partikolari mill-iskeda 2.", "F'dan l-istadju l-ħlasijiet għadhom mhux stabiliti.", "Naturalment hemm ħjiel ta' x'inhi l-intenzjoni li għandu jiġi ċċarġjat il-quddiem pero' f'dan l-istadju għadni ma nistax ngħid kemm se jkunu dawk ir-rati għas-sempliċi raġuni li għadhom mhux uffiċjalment stabbiliti.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hawnhekk fil-liġi għandna wkoll l-hekk imsejjaħ pjan nazzjonali għar-riforma fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet.", "Dan il- pjan jispeċifika dawk il-miżuri li japplikaw għall-Maltacom u l-miżuri li japplikaw għall-oħrajn kollha.", "Mela kull entita' minn dawn taf fejn tista' teżerċita' d-drittijiet tagħha u sa' liema data għandha monopolju.", "Jiġifieri l-awtorita' diġa taf li għallinqas għas-sentejn li ġejjin l- awtorita' trid topera taħt dawn il-parametri.", "Fid-dawl ta' dan kollu, meta sar dan l-arranġament lanqas kien hemm proposta ta' kemm se jkunu l- ħlasijiet u r-rati minn dawn l-entitajiet?", "Ma jistax ikun nagħmlu element hekk importanti...(Interruzzjonijiet) Meta l-Ingilterra kienu qed jilliberalizzaw l-air waves u kienu se jagħmlu auction kienu qegħdin jistmaw li se jdaħħlu xi Stg 22 biljun.", "Huwa veru li dan huwa pajjiż kbir imma l-fatt hu li kien hemm stima ta' kemm kienu se jdaħħlu.", "Hawn qed nitkellmu fuq ftehim bejn dawn l-entitajiet li għandhom is-servizzi assenjati lilhom u għandhom monopolju sas-sena 2002 u mbierek Alla l-gvern ma jafx kemm se jdaħħal minn dawn l-entitajiet.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-kondizzjonijiet ta' pagamenti għadhom m'humiex ppublikati permezz ta' regolamenti li jridu jiġu stabbiliti.", "Hawnhekk fir-realta' lanqas għandi dawn ir-regolamenti li għad iridu jiġu pubblikati u li fihom hemm ukoll stabbilit il-mod ta' kif irridu jsiru l- ħlasijiet u l-ammont li jrid jitħallas.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ir-rati u l-ħlasijiet ġew miftehma?", "Iva jew le.", "Jekk iva, kemm huma r-rati?", "Hawn qegħdin niddiskutu finanzi pubbliċi.", "M'humiex se jinħolqu problemi jekk jgħid kemm se jkunu dawn il-ħlasijiet għax sa sentejn oħra kulħadd jaf il-piece of cake tiegħu fejn qiegħda.", "Jekk ir-rati huma miftehma l-Ministru għandu jgħidilna kemm huma.", "Jekk m'humiex miftehma jgħidilna li m'humiex.", "Wieħed jippresupponi li dawn iridu jitħallsu immedjatament biex l-awtorita' tibda tiffunzjona u mhux nagħtuhom il-credit b'xi imgħax baxx.", "(Interruzzjonijiet) Ara nissussidjawhomx mill- housing authority wkoll!", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, ma nafx għalfejn l-Onor.", "Mangion qed jagħmel konklużjonijiet li ma jidhru mkien.", "Diġa' għidt li r-rati li jridu jitħallsu m'humiex qegħdin għandi hawnhekk.", "Fil-kas inġibhom fis-seduta li jmiss.", "Fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma ħaseb li se naslu għal klawsola 14 għaliex konna qegħdin nagħmlu nofs klawsola kull seduta.", "Kien dalgħodu biss li mxejna ftit.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nieħu l-kelma tal-Ministru li fis-seduta li jmiss iġibilna kemm se jkunu r-rati u l-ħlasijiet li se jħallsu dawn l- entitajiet.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Meta kien hemm id-diskussjonijiet dwar kif se jinqasmu dawn il-funzjonijiet bejn il-Maltcom, il-Melita Cable Television u l-Vodaphone ġew diskussi u maqbula l-ħlasijiet li se jagħmlu dawn l- entitajiet lill-awtorita'?", "Il-Ministru qed jgħidilna li m'għandux id- dettalji speċifiċi ta' kemm dawn se jikkontribwixxu sena b'sena lill- awtorita' u wegħdna li darba oħra se jġibilna dawn il-figuri.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-ammont m'huwiex wieħed fiss imma huwa marbut ma' l-attivitajiet li jkunu qegħdin jagħmlu l-entitajiet separati.", "Hawnhekk m'għandix dan id-dettall u jekk taparsi nagħti risposta hawnhekk dalgħodu nkun qed nimmislidja lil dan il-parlament.", "Li qed ngħid huwa li r-regolamenti huma stabbiliti u nista' nġibhom miegħi fis-seduta li jmiss biex ikunu nistgħu niddiskutuhom jekk hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Setgħa li tissellef jew toriġina kapital", "Clause 15 - Power to borrow or raise capital", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, klawsola 15 titkellem fuq is-setgħa ta' l-awtorita' li jekk il-kapital li tkun qiegħda ddaħħal ma jservix għall- amministrazzjoni ta' l-istess awtorita' din tkun tista' tissellef.", "Irrid nenfasizza li hija l-intenzjoni tal-gvern li l-awtorita' tkun self financing imma qegħdin nagħtu wkoll possibilita' li jekk l-awtorita' jkollha ħtieġa, din tkun tista' tissellef biex tkun tista' twettaq xi funzjoni partikolari tagħha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla Tlieta 6 ta' Ġunju, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, ħaġa ta' l-iskantament hija li meta ġejna biex niddiskutu l-att dwar ix-xandir, minflok poġġa dak kollu relatat mat-teleshopping fl-abbozz il-gvern nazzjonalista ġabu fi stadju ta' kumitat li sar quddiem il-kumitat permanenti għall-abbozzi ta' liġi.", "Hija ħaġa tal-mistħija li l-gvern nazzjonalista jintroduċi affarijiet bil-moħbi tan-nies u bil-moħbi ta' l-istess membri tal-parlament.", "Issa qed nidrawha s- sistema tal-gvern.", "Dan jitfa' l-abbozzi taħt kumitat biex ir-ruxxmata emendi li jkun hemm jiġu diskussi biss minn tlieta jew erba' min-nies.", "Dan m'huwiex fair ma' l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Qed ngħid dan għaliex it-teleshopping dieħel f'pajjiżna b'liġi li qatt ma ġiet diskussa f'dan il-parlament imma ġiet diskussa biss fil-kumitat permanenti.", "B'din il-liġi kull organizzazzjoni, kumpannija jew individwu, wara li japplikaw għal-liċenzja, jistgħu jxandru permezz tar-radju, tat- televiżjoni kif ukoll tal-cable television.", "Dan ifisser li persuna tista' tarma studio b'recording camera u minn hemmhekk tkun tista tittrażmetti 24 siegħa kuljum u tagħmel xogħol ta' trade irrispettivament mill-ħinijiet li tkun qed ixxandar fihom u b'kompetizzjoni diretta man-negozji ż-żgħar li jridu joqogħdu għal-liġijiet tal-pajjiż.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, kif taf tajjeb din hija liġi li wieħed jista' jitkellem fuqha waqt li jkun għaddej id-dibattitu dwarha.", "Nitolbok tikkummenta dwar din il-liġi fil-ħin adatt.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Kollox sew.", "Jien kont qed nitkellem fuq it- teleshopping, fejn ġejt informat li f'dan il-każ ħadd ma kkonsulta man- negozji ż-żgħar qabel kien hemm propost li jidħol it-teleshopping.", "Meta t- teleshopping jiġi introdott ħadd ma jkun jista' jżomm lil min għandu studio milli jittrażmetti t-teleshopping u jidħol f'kompetizzjoni diretta mal- ħwienet iż-żgħar.", "Jista' jkun hemm min jitħajjar jixtri xi outside broadcasting unit u jibda' jmur f'warehouses u supermarkets u jorganizza t- teleshopping minn hemmhekk.", "L-impatt ta' dan kollu ħadd ma studjah u l- gvern nazzjonalista ma kkonsulta ma' ħadd fuq l-effetti tat-teleshopping.", "Jien nistaqsi lill-Onor.", "Edwin Vassallo jekk iddiskutiex it-teleshopping mas-sidien tan-negozji ż-żgħar.", "Nistaqsih ukoll jekk dawn is-sidien qalulux lil minħabba l-mod mgħaġġel ta' kif qed jiġu introdotti indirettament ċerti direttivi ta' l-UE, ħafna mill-corner shops qegħdin jgħalqu u jekk se jidħol it-teleshopping il-ferita se tikber.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, nerġa' niġbidlek l-attenzjoni li wieħed jista' jikkummenta fuq din il-liġi fil-ħin allokat lilha.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, qed nifhem x'inti tgħidli.", "Irrid ngħid ukoll li hawnhekk m'aħniex fi Sqallija jew l-Italja, fejn il- popolazzjoni hija ta' miljuni u huwa għalhekk li n-negozjanti twerwru hekk kif semgħu li qed jiġi diskuss it-teleshopping.", "Bil-popolazzjoni ta' ftit eluf dawn in-negozji diġa' għandhom problemi kbar biex ilaħħqu man-negozju.", "Peress li dan il-gvern huwa ossessjonat bl-Unjoni Ewropea m'huwiex qed jirrispetta l-interess pubbliku u m'huwiex qed jifhem x'inhuma l-problemi serji tal-pajjiż.", "Bħalissa f'Malta hawn ħafna fallimenti u n-negozjanti qed ikollhom ħafna telf.", "Allura ma' dan kollu se nżidu t-teleshopping?", "Għamel sew il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li din il-ġimgħa tkellem dwar it-teleshopping f'Għawdex, għax anke l-Ministru Giovanna Debono dehret inkwetata fuq dan il- fatt.", "Tajjeb li wieħed jgħid li anke f'Għawdex il-ħwienet diġa' għandhom il- problemi tagħhom.", "Dawn il-problemi se jiżdiedu malli jibda' t-teleshopping.", "Ma neskludix il-fatt li jista' jkun hemm xi ħadd minn Għawdex li jitħajjar jiftaħ xi studio tat-teleshopping hemmhekk għax il-liġi qiegħda miftuħa għal kulħadd basta kull persuna ma jkollhiex iktar minn liċenzja waħda.", "It- teleshopping hija xi ħaġa serja ħafna u rridu naraw x'hemm moħbi warajha.", "Hemm bżonn li s-sidien tal-ħwienet, l-organizzazzjonijiet bħall-GRTU u l- għaqdiet l-oħra konċernati jiltaqgħu malajr biex jiddiskutu din il-problema u biex jieħdu stand kemm jista' jkun malajr.", "Aħna nafu li meta tkun ġejja xi elezzjoni ġenerali jew l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali l-Prim Ministru jikteb ittra indirizzata \"Lill-għażiż ċittadin\" u ffirmata minnu stess imma meta ġie biex jgħaddi l-liġi tat-teleshopping lil tal-ħwienet ma kitbilhomx biex jinformahom.", "Mr. Speaker, aħna qegħdin ngħidu li t-teleshopping ma jaqax taħt id- definizzjoni ta' ħanut.", "Huwa kklassifikat bħala mod li bih jixxandru offerti diretti lill-pubbliku bil-għan li jippromwovu l-provvista ta' prodotti.", "Allura jekk it-teleshopping m'huwiex klassifikat bħala ħanut mhux bilfors li mhux se jaqa' taħt il-liġijiet li jirregolaw il-liċenzji tal-ħwienet!", "Quddiem dawn il-problemi kollha jien ħassejt li f'dan l- aġġornament, bl-urġenza kollha nenfasizza l-fatt li t-teleshopping irid jiġi diskuss malajr mill-għaqdiet kollha konċernati u mhux minn minn min għandu l-istazzjonijiet tat-television.", "Wara kollox it-teleshopping huwa biss mezz ieħor ta' profitt.", "(Interruzzjonijiet) Mela aħna hawn Malta se ngħixu billi noqogħdu nħarsu lejn l-iscreens tat-television biss?", "Hawn Malta rridu naraw li jkollna negozju b'saħħtu u dan isir billi nipproteġu lill-ħwienet iż-żgħar biex dawk li huma b'saħħithom ma jkomplux jissaħħu għad-detriment ta' min hu żgħir.", "Nafu li bit-teleshopping jista' jiġri li supermarket kbir joqtol kull negozju żgħir li jkun hemm fl-akkwata tiegħu.", "Malta hija żgħira u għalhekk min se jagħmel it-teleshopping jaffordja li jagħmel offerta li in the next hour jagħti skont ta' 20%, għax jaf li fi żmien nofs siegħa kull min ikun interessat li jixtri jkun diġa wasal fuq il- post. Barra minn hekk illum hawn sistemi ta' couriers u sistemi ta' negozju permezz tal-computers u dawn kollha jagħmlu lill-kwestjoni tat-teleshopping aktar serja u aktar urġenti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' kull min qed jismagħna li għal dak li għandu x'jaqsam ma' relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea il-gvern diġa' ftiehem fuq seba' kapitli li iżda ma jridx li jkunu pubblikati.", "Sfortunatament ukoll, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-operat ta' l-ETC il-Ministru Gonzi l-bieraħ stess naqas milli jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra rapport li jikkonċerna d-dinja tax-xogħol li nafu li bħalissa tinsab għarkubbtejha.", "Dan ir-rapport li tħejja rigward l-operat ta' l-ETC jirrigwardja wkoll l-impatt ta' membership fl-Unjoni Ewropea.", "Proprju l-istess gvern Nazzjonalista kkummissjona dan ir-rapport permezz ta' aġenzija governattiva Ewropea, li hija l-FAS Ireland.", "Meta jiena staqsejt lill-Ministru biex ipoġġi kopja ta' dan ir-rapport li l-FAS Ireland ippreżentat lill-ETC, il-Ministru qalli li m'hemmx il-ħsieb li r- rapport jiġi ppubblikat.", "Jien naħseb li kull ċittadin u kull taxpayer Malti għandu d-dritt li jkun jaf sew x'hemm lest għalih fid-dinja tax-xogħol, speċjalment jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "La jien u lanqas l-oppożizzjoni laburista m'għandna x'naħbu, anzi aħna dejjem emminna fil-prinċipji tal- verita' u tat-trasparenza.", "Dawn huma prinċipji li ninsab ċert li kienu fost l-affarijiet li tellfuna l-elezzjoni li għaddiet imma jista' jkun li l- Ministru Gonzi ma jridx jippubblika dan ir-rapport għax għandu x'jaħbi jew għax jibża' jistqarr dak li hemm fih.", "Jien irnexxieli niddobba dan ir- rapport mingħand membru li jaħdem l-ETC u għalkemm ma tkunx etika li nikxef lil din il-persuna ...", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onor. Chircop.", "Il-Viċi Prim Ministru bil- permess ta' l-Onor.", "Membru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-Onor.", "Chircop għamilli mistoqsija u jiena weġibtu lura u għalhekk nitolbu biex ikun korrett mal-kontenut tat- tweġiba tiegħi.", "Jiena weġibtu li dan ir-rapport għadu m'huwiex lest u l- proċess għadu għaddej.", "Peress li hu qed jgħid kemm il-partit tiegħu jimxi mal-verita' nitolbu biex għallinqas f'din il-kwestjoni jgħid il-verita'.", "Jekk jgħid il-kuntrarju naħseb li jkun qed jimmislidja lil din il-Kamra u lil kull min qed isegwi d-diskors.", "S'issa għadni ma smajtux jgħid li jien weġibtu li dan il-proċess għadu għaddej u allura r-rapport għadu mhux lest minħabba f'hekk.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Xejn affattu!", "Jiena ġie f'idejja rapport li l-FAS Ireland għaddiet lill-ETC u nista' nassigura lill-Ministru li r-rapport huwa lest u se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Importanti li niġbed l-attenzjoni lill-membri tal-gvern Nazzjonalista li anke fil-kamp tagħhom stess hemm ħafna nies li jaħsbuha xort'oħra milli jaħsbuha huma.", "Dawn ma jaqblux mal-politika estera tal-Partit Nazzjonalista almenu fuq dak li għandu x'jaqsam mad-dinja tax-xogħol.", "Jiena persważ li fejn għandu x'jaqsam ix-xogħol, żgur li diġa' qed jikber il-consensus favur il-politika laburista.", "U lil dawk in-Nazzjonalisti li jridu jagħmlu bħall- ostrich u jgħaddsu rashom fir-ramel ngħidilhom li ma jdumux ma jintebħu bl- iżball li qed jagħmlu huma u l-partit tagħhom.", "U jekk mhux se jkun moħħhom li jikkonvinċihom li huma żbaljati, jien persważ li għada pitgħada se jkun buthom li jġiegħlhom jirrealizzaw .", "Dan ir-rapport magħmul minn aġenzija governattiva Irlandiża qed jgħid hekk:", "\"To meet the demands of the EU employment guidelines and the ETC terms of reference it is important to identify the client groups whom we serve and their needs with a view to designing and implementing world- wide initiatives.\"", "Mela hawnhekk qegħdin naraw li l-iskop ta' dan ir-rapport huwa li jidentifika x'inhuma l-problemi u jara kif se nilqgħu għalihom, iżda imbagħad fl-istess rapport, f'subsection 4, insibu miktub hekk:", "\"Special interventions will have to be made available to combat the expected large scale redundancies.\"", "L-istess rapport jgħaddi imbagħad biex jiddiskuti d-diversi inizjattivi li għandhom jittieħdu biex kemm jista' jkun dawn il-large scale redundancies jiġu evitati.", "Imma mbagħad aktar tard, fil-kapitlu ddedikat totalment għat- telf ta' impjiegi, ir-rapport itenni li:", "\"There is expectation that there be redundancies in the event of Malta joining the EU as trade levies and barriers are removed\"", "Se nieqaf ftit fuq dawn iż-żewġ sentenzi.", "It-tneħħija mgħaġġla tal-levies diġa' urietna li ntilfu eluf ta' impjiegi fis-settur tal-manifattura.", "Proprju minn mistoqsija parlamentari li saret lill-istess Ministru Gonzi irriżulta li kemm ilu l-partit Nazzjonalista fil- gvern, fis-settur tal-manifattura ntilfu mas-7,000 impjieg.", "Ħaġa oħra li tinkwieta lil din in-naħa tal-Kamra huwa l-fatt li sfortunatament ma ġie l- ebda investiment minn barra.", "Għalqu ħafna fabbriki iżda minflokhom ma ġewx oħrajn.", "L-uniku investiment li qed isir huwa permezz tal-fabbriki li l- maġġoranza tagħhom kienu twaqqfu waqt amministrazzjonijiet preċedenti Laburisti.", "L-istess jekk nitkellmu fuq il-free movement of persons li se jiftaħ beraħ is-suq ta' l-impjiegi tagħna li diġa' huwa mgħakkes u ristrett.", "X'qed isir f'dan il-kamp biex inkunu nistgħu nilqgħu għat-theżżiżiet li ġejjin fuqna?", "M'hu qed isir xejn, anzi l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel minn kollox biex jgħawweġ il-fatti dwar id-dritt ta' l-Ewropej li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom.", "Ir-realta' hi li minn ftehim li ġie milħuq bejn l-Isvizzera u l-Ewropa, fi żmien sentejn l-Isvizzeri se jkollhom id- dritt imorru jaħdmu fl-Ewropa pero' l-Ewropej se jkollhom l-istess dritt fi żmien 13-il sena.", "Dan hu t-tip ta' ftehim li kapaċi jilħaq min għandu moħħu f'postu!", "Iżda aktar importanti minn hekk huwa l-fatt li l-Isvizzera għandha l-faċilita' li tinħall minn kull irbit ma' l-Unjoni Ewropea jekk tħoss li dan il-ftehim ma jkunx qed jaħdem fl-interess taċ-ċittadini Svizzeri.", "Wieħed jista' jara wkoll li pajjiżi li diġa' jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea qed jitħassbu dwar l-effetti li l-moviment ħieles ta' persuni se jħalli fuq pajjiżhom.", "Per eżempju l-Ġermanja u l-Awstrija qed jibżgħu li ħafna nies mill-Ewropa tal-Lvant se jmorru f'pajjiżhom biex ifittxu x- xogħol.", "Issa l-Ġermanja l-Awstrija diġa' huma membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea pero' dawn qed ifittxu derogi biex ħaddiema mill-pajjiżi tan-naħa ta' l- lvant ma jkunux jistgħu jiġu jidħlu jaħdmu f'pajjiżhom.", "Mr Speaker, minkejja dan sfortunatament jidher li l-gvern Nazzjonalista ma jibżax li ħaddiema barranin jistgħu jidħlu jaħdmu Malta bla xkiel ta' xejn.", "Dak li jbeżża' pajjiżi kbar u ekonomikament b'saħħithom bħalma huwa l- Ġermanja u l-Awstrija jidher li mhux qed ibeżża' lill-Gvern Malti ta' Fenech Adami, u hawnhekk tinkixef l-ipokresija, speċjalment tal-Prim Ministru għax jiena persważ li dan ir-rapport ġie mgħoddi lilu wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Huwa ħażin jekk ma ġiex mgħoddi lilu għaliex bħala l- iktar bniedem responsabbli mill-eżekuttiv tal-gvern għandu jkun jaf anke fuq riżultat ta' l-istħarriġ li għamlet l-FAS Ireland fi ħdan l-ETC.", "Wara kollox fl-għeluq tal-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista proprju nhar il-Ħadd li għadda l-istess Prim Ministru ġie kwotat li qal li l-istess Partit Nazzjonalista għandu identita' u viżjoni - is-soltu buzz words li ma jfissru xejn ħlief fantasija u xinxilli - u li diġa' beda jagħmel riforma fi ħdanu sabiex ikun jista' jibda jaħdem b'mod aktar effettiv.", "Mr Speaker, il-Prim Ministru kompla biex attakka anke l-policy tal-Partit Laburista fuq l-Unjoni Ewropea fejn qal li dan il-partit m'huwiex kredibbli u li ma rnexxilux isib politika alternattiva għall-istand li ħa kontra sħubija sħiħa immedjata fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk verament jemmen li l- politika tal-Partit Nazzjonalista hija kredibbli aktar minn tagħna għax ma jippubblikax il-kapitli li ġie miftiehem fuqhom u li s'issa għadhom ma ġewx ippubblikati?", "Jew wieħed jibża' li jippubblika xi affarijiet minnhom?", "U jekk verament in-naħa l-oħra hija fiduċjuża mill-politika estera tagħha u tinsab konvinta wkoll li n-nazzjonalisti kollha jinstabu kuntenti b'din il- politika, għaliex dokument daqstant importanti bħalma huwa dan ta' FAS Ireland ma jiġix ippubblikat?", "U għaliex il-Viċi Prim Ministru f'risposta għall-interpellanza tiegħi rrispondini b'dak il-mod?", "Jiena ma tlabtu xejn speċjali.", "Sempliċement tlabtu biex ipoġġi l-istess dokument li qed nirriferi għalih jien fuq il-Mejda tal-Kamra għall-użu tal-membri taż-żewġ naħat.", "X'qed iżomm lill-Viċi Prim Ministru li jiena persważ li jemmen fl- onesta milli jippubblika informazzjoni daqstant importanti fil-qasam tax- xogħol u kif dan se jiġi affettwat jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk qed jibża' jagħmel hekk jiena ngħidlu li ta' din in-naħa aħna lesti biex lill-poplu Malti u anke membri oħrajn tan-naħa l-oħra tal-Kamra ngħidulu l- verita' kif inhi.", "Il-poplu, Mr Speaker, għandu dritt ikun jaf fuq dawn l- affarijiet.", "Dawn huma affarijiet li jolqtu fil-laħam il-ħaj.", "Inutli niġu niftaħru li l-qgħad naqas għax sfortunatament jidher li fil-futur qarib ġejjin theżżiżiet kbar fil-qasam tax-xogħol, theżżiżiet li fl-aħħar mill- aħħar se jolqtu fil-laħam il-ħaj lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Mr Speaker, l-FAS Ireland hija aġenzija governattiva tal-Gvern Irlandiż.", "Tan-naħa l-oħra spiss jiftaħru li l-Irlanda waqfet fuq saqajha meta daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk għandna l-istess pajjiż li qed jibagħtilna aġenzija biex tirrapporta fuq kif se jintlaqat is-settur tax-xogħol meta aħna jkollna full membership fl-Unjoni Ewropea u qed jgħidulna li se jkollna large scale redundancies.", "Il-kelma hija ċara u tonda, Mr Speaker, u ħadd ma jista' jinnegaha.", "U għall-ġid ta' din il-Kamra jiena nitlob lill- Ministru Gonzi biex jagħmel stqarrija fuq din il-kwestjoni kollha.", "M'għandniex dritt li lill-poplu noqogħdu nbellgħulu ħafna buzz words ta' serjeta', verita' u direzzjoni li meta tagħsarhom ma jsarrfu xejn biex imbagħad minn warajh ikun qed jinħema xi ħaġa minn wara l-kwinti li se jaffettwa ħażin proprju l-qasam tax-xogħol.", "Mr Speaker, hawnhekk għandi cutting mill-gazzetta \"The Times\" tal-bieraħ fejn il-Prim Ministru Fenech Adami reġa qal li:", "\"...the MLP policy on EU membership is just not credible and Dr. Sant failed to find an alternative policy.\"", "Jiena nerġa' nistaqsi: Jekk kemm-il darba l-Prim Ministru huwa konvint li l-maġġoranza tal-Maltin fil-qasam tax-xogħol huma favur il-full membership fl-Unjoni Ewropea għaliex jafu li se jiġu 'l quddiem għaliex qed ikompli jirreżisti li jippubblika l-kapitli li ġew mifthemin u anke dan ir-rapport ta' l-FAS Ireland li proprju jistqarr li jekk Malta tissieħeb bħala membru sħiħ ma' l-Unjoni Ewropea se jkun hemm large scale redundancies?", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER.", "Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 6 ta' Ġunju 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TADAM - PREZZ", "16371.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tat- tadam, xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena, fil-pitkalija ċentrali?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-prezz medju ta' tadam kull kilo, xahar b'xahar, fil-pitkalija ċentrali bejn Jannar u Mejju bejn 1997 u 2000 kien kif ġej:", "| |1997 |1998 |1999 |2000 | |Jannar |18.98ċ|41.28ċ|21.16ċ|60.95ċ| |Frar |34.42ċ|42.99ċ|32.91ċ|49.85ċ| |Marzu |33.16ċ|52.43ċ|25.70ċ|49.39ċ| |April |41.57ċ|39.03ċ|30.10ċ|43.35ċ| |Mejju |20.16ċ|26.86ċ|23.96ċ|23.83ċ|", "Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.", "PASTARD - PREZZ", "16372.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal- pastard, xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena, fil-pitkalija ċentrali?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-prezz medju tal-pastard kull kilo, xahar b'xahar fil-pitkalija ċentrali bejn Jannar u Mejju bejn 1997 u 2000, huwa dan li ġej:", "| |1997 |1998 |1999 |2000 | | |Janna|4.39ċ|31.35|2.03ċ |14.36ċ| | |r | |ċ | | | | |Frar |4.63ċ|29.78|10.34ċ|16.18ċ| | | | |ċ | | | | |Marzu|3.48ċ|17.96|6.89ċ |23.55ċ| | | | |ċ | | | | |April|6.04ċ|3.68ċ|3.35ċ |12.65ċ| | |Mejju|7.11ċ|3.16ċ|6.51ċ |4.67ċ | |", "Ta' min ifakkar illi l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.", "FRAWLI - PREZZ", "16373.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal- frawli xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas- snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-prezz medju għall-prodott tal-frawli kull kilo xahar b'xahar fil-pitkalija ċentrali bejn is-snin 1997 u 2000 kien dan li ġej:", "| |1997 |1998 |1999 |2000 | |Jannar|42.91ċ|57.54|48.42ċ|59.73ċ| | | |ċ | | | |Frar |34.92ċ|35.61|48.51ċ|45.54ċ| | | |ċ | | | |Marzu |24.91ċ|23.06|29.47ċ|32.04ċ| | | |ċ | | | |April |18.39ċ|11.85|16.86ċ|15.61ċ| | | |ċ | | | |Mejju |16.84ċ|17.53|17.53ċ|17.89ċ|", "Ta' min ifakkar illi l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.", "PULIZIJA - TA' XBIEX - PERMESSI", "16476.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li mhux se joħorġu permessi ġodda għall-uffiċini f'Ta' Xbiex ħlief għall-ambaxxati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-pjan lokali għat-tramuntana tal-portijiet (North Harbours).", "L- Awtorita` ta` l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika.", "Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.", "Nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi għall-proposta NHGT15 ta`dan il-pjan.", "SAĦĦA - POLYCLINICS", "16477.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi pjan hemm biex il-polyclinic tal-Gżira titmexxa għal Tas- Sliema?", "Kif se tiġi milquta l-komunita' tal-Gżira?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru.", "16447.", "PULIZIJA - TAS-SLIEMA - PARKING", "16478.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid hux minnu li r-residential parking f'Tas-Sliema se jkun jista' jsir bil-lejl biss?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - SLIEMA - PARKING", "16479.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid hux minnu li mijiet ta' parking spaces se jitneħħew f'Tas- Sliema u fi Qui-si-Sana sabiex jiġu sostitwiti b'parking lots bi ħlas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - PACEVILLE - PARKING", "16480.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk ir-residenti ta' Paceville humiex se jiġu kkonsultati dwar ir-resident parking scheme li hemm maħsuba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PA - SWIEQI", "16481.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-art agrikola fis-Swieqi se tintuża għal skopijiet ta' housing?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onor.", "Membru, fis-6 ta` Mejju ġie varat l- abbozz tal-pjan lokali għat-tramuntana tal-portijiet (North Harbours).", "L- Awtorita` ta`l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika.", "Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.", "Ninsab infurmat li l-policies għal Swieqi fil-pjan lokali jidentifikaw art li diġa` qiegħda fiż-żona ta` żvilupp, għal użu speċifiku bħal housing u użi oħra.", "Biex jintuża għal dan l-iskop trid tintefa' applikazzjoni mis- sidien rilevanti.", "AFM - ROADBLOCKS", "16506.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru roadblocks mill-Forzi Armati mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "Jista' jgħid f'liema lokalitajiet saru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi l-Forzi Armati wettqu 373 roadblocks fi 72 lokalita'.", "Nifhem li ma għandux jingħad liema kienu l-lokalitajiet.", "PULIZIJA - SAN ĠILJAN - BARS", "16507.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex il-bars u l-pubs li hemm fi Triq il- Kbira, San Ġiljan, biswit Triq it-Taraġ tal-Bajja, jibdew jagħlqu fil-ħin kif provdut fil-liġi u skond il-permess li għandhom u ma jkomplux jiddisturbaw lir-residenti sa tard bil-lejl, kif qed jiġri preżentament?", "Jista' jgħid il-pulizija kemm-il rapport irċeviet f'dawn l-aħħar sentejn f'dan ir-rigward u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija kienet u ser tibqa` tissorvelja sabiex ma jkunx hemm abbużi mis-sidien tal-ħwienet fil- lokalita` li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Ninsab infurmat ukoll li kull meta l-pulizija kellha rapporti li qed ikun hemm abbuż, dejjem investigat u ttieħdu l-passi kif meħtieġ.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar sentejn inħarġu 14-il ċitazzjoni lil sidien ta` ħwienet fl-inħawi.", "GĦARGĦUR - DRENAĠĠ", "16514.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mgħoddija s-sistema tad-drenaġġ fil- parti t'isfel ta' Triq Mons Luigi Catania u Triq l-Isqof Tumas Gargallo, Għargħur?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tender biex isiru dawn ix-xogħlijiet kien inħareġ.", "Preżentement dan it-tender (WD 1496/83/4), li jinkludi tħaffir ta' galleries u gravity main, qiegħed għall-proċeduri ta' approvazzjoni qabel ma ssir il-pubblikazzjoni.", "PULIZIJA - GĦARGĦUR", "16515.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jieħu passi biex ikun hemm pulizija fi Triq San Bartolomew fil-ħinijiet kollha tad-dħul u ħruġ ta' tfal mill-iskola primarja tal-Għargħur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat- tfal qed ikun hemm assenjat regolarment pulizija fejn l-iskola li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - GĦARGĦUR - SKOLA PRIMARJA", "16516.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-saqaf tas-sala fl-iskola primarja tal-Għargħur hux fi stat ta' perikolu?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi qed jittieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm huwa minnu li saret xi ħsara f'żewġ planki fis-saqaf tas-sala ewlenija ta' l-iskola primarja Karmnu Sant fil-Għargħur, is-sala ma ntużatx u għalhekk m'hemmx periklu għat-tfal.", "Informat ukoll li minnufih id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ħarġet sejħa għat- tenders biex tissewwa l-ħsara.", "Ix-xogħol ingħata lill-kuntrattur f'April li għadda iżda dan ma bediex ix-xogħol mill-ewwel fuq talba ta' l- awtoritajiet ta' l-iskola li xtaqu jħarsu lill-istudenti żgħar tagħhom minn xi ħsejjes u trabijiet li seta' jikkaġuna dan it-tip ta' xogħol.", "Għalhekk ix-xogħol fuq dan is-saqaf issa għandu jibda fl-10 ta' Lulju, 2000.", "GĦAWDEX - KORSA TAŻ-ŻWIEMEL", "16528.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-tiġrijiet taż-żwiemel li saru fit-13 ta' Mejju, 2000 fil-korsa ta' Għawdex l-organizzaturi għamlux użu mis-servizzi tal-ħaddiema tal-Malta Racing Club?", "Jekk iva, min ħallas u kif ġew magħżula minħabba li ma marrux kollha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm xi ħaddiema tal-Malta Racing Club Committee li taw servizz biex ġew organizzati t-tiġrijiet li saru Għawdex fit-13 ta' Mejju 2000.", "Dawn il-ħaddiema ġew magħżula mill-kumitat organizzattiv magħmul minn rappreżentanti ta' l-Oracle Group li sponsorizza l-attivita` u l-kumitat ta' Għawdex.", "Il-kumitat tal-Malta Racing Club ma kienx responsabbli mill-organizzazzjoni u għalhekk m'għandux dettalji ta' min ħallas lil dawn il-ħaddiema.", "GĦAWDEX - KORSA TAŻ-ŻWIEMEL", "16529.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir logħob, bħalma jsir fil-korsa tal-Marsa, fil-korsa taż-żwiemel ġewwa Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-korsa taż-żwiemel ġewwa Għawdex qatt ma nħarġilha ċertifikat ta` approvazzjoni skond Kap 78.", "GĦAWDEX - KORSA TAŻ-ŻWIEMEL", "16530.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-meeting tat-13 ta' Mejju, 2000 li sar fil-korsa ta' Għawdex kienx hemm servizz ta' bookmakers?", "Jekk iva, kemm ħallsu lill- organizzaturi u għand min marru l-flus?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX - KORSA - VAT", "16531.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm inġabret VAT fuq id-dħul fil-korsa ta' Għawdex fit-13 ta' Mejju, 2000?", "Tista' tgħid ukoll kemm tħallsu l-impjegati tal-korsa taż- żwiemel ta' Għawdex fl-istess meeting u kemm tħallset VAT?", "Jekk tħallsu, min ħallas dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmata li l-impjegati tal- korsa ma tħallsu xejn extra għal din l-attivita'.", "ŻEJTUN - TRIQ IT-TANBUNN", "16536.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta, bejn wieħed u ieħor, Triq it-Tanbunn fiż-Żejtun se ssir minħabba li tinsab fi stat mhux aċċettabbli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali, qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "EU - TABAKK/ALKOĦOL", "16537.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex pajjiżna jiġi in line mad-direttivi u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' reklamar u sponsorships minn azjendi tat-tabakk u ta' l-alkoħol, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' għaqdiet sportivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħala riżultat tar-rwol edukattiv tiegħu, u sensibbli għall-ħsara għal saħħet il-bniedem, il-ministeru ta' l-edukazzjoni jifhem il-bżonn ta' regolamentazzjoni ta' dan it-tip ta' reklamar u sponsorships, irrispettivament jekk Malta ssirx membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn diversi dipartimenti interessati dwar is- suġġett.", "FMS - SPTAR TAL-QROQQ", "16554.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16426, jista' l-Ministru jgħid min huma d-\"disinjaturi oħra\" apparti l-perit Joe Cassar, li ġew \"approvati skond il-ħtieġa tax-xogħol\", li b'xi mod għandhom x'jaqsmu mad-disinji l-ġodda ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16554 u t-tweġiba ta` mistoqsija parlamentari nru.", "16426 dawn huma id- disinjaturi l-oħra li ġew approvati skond il-ħtieġa:", "1.", "Perit Joe Cassar minn Cassar Grech & Ebejer; il-persuna responsabbli skond it-termini tal-liġi.", "2.", "White Architects; Hospital Planners.", "3.", "Prof. Richard England; Architectural Consultant.", "4.", "Perit Carmel Busuttil; Structural Consultant.", "5.", "Skanska (In-House Team); responsabbli mill-electrical, mechanical u medical design; fejn meta jinħass il-ħtieġa jitqabbdu esperti f'ċerti oqsma ta` speċjalizzazzjoni bħal eżempju fire fighting, medical gases etc.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR", "16555.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari nru.", "16389?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu qed jinġabar u għaldaqstant m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija nru.", "16389.", "PA - SAN PAWL IL-BAĦAR - PESCATORE", "16573.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tinforza d- deċiżjoni tagħha u tneħħi l-istrutturi illegali mwaħħla mal-bini tal- Pescatore f'San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-każ li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant tpoġġa fuq il-lista ta` każi għal azzjoni diretta.", "L- awtorita` qiegħda fil-proċess li taġixxi biex jitneħħew l-istrutturi li nbnew mingħajr permess.", "ETC - ŻGĦAŻAGĦ BLA XOGĦOL", "16574.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn Settembru, 1999 sal-lum x'inizzjattivi ttieħdu mill-ETC ma' żgħażagħ bla xogħol taħt id-19-il sena li huma bla kwalifiki u ma jafux jiktbu u jaqraw?", "F'kull każ, kemm attendew u fiex kienu jikkonsistu dawn l-inizzjattivi?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sillabu tal-korsijiet li saru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn Settembru, 1999 sal-lum, in-numru ta' żgħazagħ bejn is-16 u 18-il sena li jirreġistraw għax-xogħol u li attendew korsijiet tal-ETC hu ta' 376.", "Il-korsijiet kienu dawn:", "Kors Attendew", "Office Skills 65 Book Keeping and Accounts 3 Computer Skills 99 Wages Clerk 7 Core Skills 133 Retail Skills 15 Sage 12 Typing 7 Storekeeping 8 Local Wardens 8 Refrigeration & Air Conditioning 2 Woodwork & Spraypainting 2 Aluminium Frame Work 13 Welding 1 Water & Electrical Installation 1", "Jista' jkun li numru ta' dawn kienu bla kwalifiki u ma jafux jiktbu u jaqraw iżda ma kienx hemm inizzjattivi speċifiċi ta' taħriġ għal dawn.", "Fil-passat l-ETC organizzat korsijiet fil-qari u l-kitba għal dawk li qed ifittxu x-xogħol u jiddikjaraw li huma illiterati.", "Sfortunatament, ir- riżultati miksuba ma tantx kienu nkoraġġanti għaliex dawn il-korsijiet ma tantx wasslu biex il-persuni li attendew għalihom isibu mpjieġ.", "U dan, minkejja li l-ETC għamlet użu minn għalliema mħarrġa għal dan il-qasam ta' l-edukazjoni mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Barra minn hekk, il-programm kien jinkludi fih taħriġ fuq oqsma tas-snajjaż, minbarra tagħlim fuq qari u kitba, biex il-kors ikun imżewwaq u jħajjar aktar lil min qed jagħmlu.", "L- Interpellant japprezza li tista' tistieden jew tisforza bniedem biex jattendi għal programm ta' taħriġ iżda ma tistax iġġiegħlu jitgħallem.", "Ċertament, il-problema ta' l-illitterizmu fost min qed ifittex ix-xogħol hija waħda preokkupanti.", "Għalhekk l-ETC qed tippjana biex iġġib flimkien lil dawk l-organizzazzjonijiet kollha jistgħu jgħinu f'dan il-qasam.", "Kulħadd jaqbel li jkun aħjar jekk nintroduċu sistem biex il-problema ta' l- illiteriżmu ma tinqalax milli noqogħdu nipprovaw insolvuha wara li tinqala'", "ENEMALTA - ĦSARAT", "16575.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru, 1999 sal-lum f'liema postijiet saru ħsarat kbar waqt xogħol tal-kuntratturi fuq cables ta' Enemalta?", "F'kull każ kemm swiet il-ħsara u x'passi ttieħdu kontra l- kuntratturi nvoluti?", "Min kienu l-kuntratturi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "PULIZIJA - GĦAWDEX - RADAM", "16576.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm ittieħdu passi f'Għawdex dwar tfigħ illegali ta' radam fil-kampanja?", "F'liema postijiet twaddab dan ir-radam f'Għawdex?", "Kontra min ittieħdu dawn il-passi u meta f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-ewwel ħames xhur ta` din is- sena, il-Pulizija ressqet żewġ persuni quddiem il-Qorti dwar rimi ta` materjal f`Għawdex.", "Wieħed dwar rimi ta` terrapien ġo Victoria u l-ieħor f`Għajnsielem.", "Dawn il-każi seħħew fit-12 ta` Jannar, u fit-12 t`April, rispettivament.", "Ninsab informat ukoll li fit-22 ta` Mejju, ta` din is-sena, il-Pulizija flimkien ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar bdiet l-investigazzjoni ta` żewġ persuni, dwar tfiegħ ta` materjal fil-Munxar.", "Il-pulizija ukoll qed tagħmel ronda f`postijiet l-aktar suxxettibbli għal dan it-tip ta` abbuż sabiex kemm jista` jkun dan ma jsirx.", "PULIZIJA - FIXED KIOSKS", "16577.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid f'liema bajjiet ta' Malta u Għawdex ingħataw permessi għal ftuħ ta' fixed kiosks għas-sajf li ġej?", "Kemm hemm kiosks f'kull każ?", "Min huma s-sidien f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-operaturi li jingħataw permess sabiex joperaw l-kiosks tagħhom għal perijodu tas-sajf fil-bajjiet f`Malta u Għawdex huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Nixtieq inżid li l-permessi għadhom qegħdin jitħallsu.", "SKEJJEL - MOBILE PHONE TRANSMITTER ANTENNAE", "16578.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma ħa ebda linja pubblika dwar jekk għandhomx jitwaħħlu mobile phone transmitter antennae fuq il-bjut ta' l-iskejjel governattivi?", "F'liema skejjel s'issa twaħħlu dawn l- antennae?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tajjeb jingħad li l-awtoritajiet edukattivi Maltin bdew jieħdu azzjoni fuq il-kwestjoni sa mill-bidu ta' din is-sena hekk kif saru jafu bil-kontroversja imqanqla.", "Fi skambju ta' korrispondenza fil-bidu tas-sena, il-Health and Safety Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġiet informata mid-Dipartiment tal- Wireless Telegraphy li ma kienx jirriżultalu li r-radjazzjoni li jemettu t- tip ta' aerials stallati fuq l-iskejjel jaffettwaw is-saħħa ta' staff u studenti fl-iskejjel.", "Fuq insistenza tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fil-21 ta' April 2000 it- Taqsima Health and Safety id-diviżjoni irċeviet konferma li d-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy għamel testijiet fi skejjel fejn hawn dawn l- antennae dwar radio frequency electromagnetic field u r-riżultat kien li r- radjazzjoni li temetti l-antenna li tittrasmetti t-telefon ċellulari hi fil- limiti ta' safety internazzjonalment stabbiliti.", "Il-kwestjoni kompliet tiġi segwita attivament u, kif diġa' intqal pubblikament, pendenti konklużjonijet ta' bord governattiv imwaqqaf apposta fuq din il-kwestjoni, ġie deċiż li l-iskejjel għandhom jissospendu kull negozjati ma' kumpanniji konċernati dwar stallazzjoni ta' dawn l-antennae.", "Fir-rigward ta' kuntratti konklużi ma' skejjel sa minn Ġunju 1998, qed tiġi kkonsidrata l-azzjoni li tista' tiġi segwita skond il-liġi taħt il- kuntratti eżistenti biex jiġi assigurat li s-saħħa pubblika tiġi salvagwardata.", "Informat li saru kuntratti f'dawn l-iskejjel:", "Skola Sekondarja Ġuże' D'Amato, Paola Skola Tas-Snajja' Umberto Calosso, Sta Venera Skola Primarja 'B', Żebbuġ Skola Tas-Snajja' Stefano Żerafa, Naxxar Skola Primarja Ġuże' Ebejer, Dingli Skola Sekondarja Erin Serracino Inglott, Cospicua.", "SKEJJEL - SUBJECT CO-ORDINATORS", "16606.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet u meta għalqu għal subject co-ordinators primary sector?", "Jista' jgħid kemm applikaw għal dawn il-postijiet vakanti, meta ser isiru l-intervisti, u meta huwa maħsub li l-għalliema applikanti li eventwalment ikunu ġew magħżulin ser jibdew din il-ħidma?", "Jista' jgħid liema huma l-iskejjel primarji li fihom ser jintbagħtu dawn is-subject co-ordinators?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-applikazzjonijiet għal subject co- ordinator ħarġu fid-9 ta' Mejju, 2000 u għalqu fid-29 ta' l-istess xahar.", "Perss li l-eżerċizzju ta' għażla huwa mniehdi mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku - liema kummissjoni tesiġi kunfidenzjalita` waqt il-proċess - m'iniex f'pożizzjoni li nagħti dettalji iżjed f'dan l-istadju.", "ŻJARAT UFFIĊJALI", "16607.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk riċentement kellux żjarat uffiċjali fil- Bahrain, Latvia, Pariġi u Zurich?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u ma' min saru?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn iż-żjarat ma ngħatawx pubbliċita' u ma ssemma' xejn fil-media lokali kif jiġri s-soltu?", "Jista' jgħid minn min kien akkumpanjat u kemm laħqet l- ispiża ta' dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kontra li qiegħed jgħid l-Onor.", "Interpellant, jiena ma għamilt ebda żjara uffiċjali la fil-Bahrain u lanqas fi Zurich.", "Għamilt żjara f` Dubai, Pariġi u Riga.", "F`Dubai kelli laqgħat mal-Kamra tal-Kummerċ, u l-Bank Ċentrali dwar l- investiment li Malta jista` jkollha minn dik il-Parti tad-Dinja fil-qasam ta` servizzi finanzjari.", "F`Pariġi indirizzajt seminar organizzat mill-MFSC u kelli diskussjonijiet mal-OECD fuq il-klassifikazzjoni li se jkollha Malta fil- kategorizazzjoni li dawn se jagħmlu ma' Ċentri Finanzjarji u li għandha tiġi ppubblikata sa l-aħħar ta` dan ix-xahar.", "Iltqajt ukoll mal-President tal-Movement des Entreprises de France (MEDEF) u mad-deputat Ministru fil- Ministeru tal-Finanzi, Francois Huwart.", "F`Riga attendejt għal-laqgħa annwali tal-EBRD u ħadt l-okkażjoni biex niffirma l-Ftehim dwar il-Ħelsien mit-Taxxa doppja bejn Malta u l-Latvja.", "F`Pariġi u l-Latvja kont akkumpanjat mill-Assistent Segretarju fil- ministeru, waqt li f` Dubai ma` kont akkumpanjat minn ħadd.", "Hu falz li tgħid li ma ssemma xejn fil-medja lokali dwar din iż-żjara.", "L-ispejjeż laħqu Lm6,346.", "OPM - IMPJEGATI", "16608.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16271, jista' l-Ministru jgħid x'pakkett ġie offrut lis-Sur Joe Portelli bħala kap tat-Tax Compliance Unit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħala Kap tat-Tax Compliance Unit, is-Sur Joseph Portelli ingħata remunerazzjoni ta` Lm12,600 fis-sena li bejn wieħed u ieħor huwa l-pakkett globali li kellu bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi.", "XIRI TA' DJAR - VAT", "16623.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li koppja li tkun se tiżżewweġ u tixtri post li jkun inbena wara l-1960 ma jkollux dritt għar-rifużjoni tal-VAT fuq l-ispejjeż li jagħmel?", "Jekk huwa minnu, ma jidhirlux li: (a) dan l-aġir qed inaqqas l-interess taż-żgħażagħ li jixtru postijiet qodma u jirranġawhom; u (b) qed jiżdied il-piż enormi li jkollhom iġorru dawn iż-żgħażagħ?", "Għaldaqstant ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li: (c) qiegħda tinħoloq diskriminazzjoni ma' dawn iż-żgħażagħ meta wieħed iqis li meta l-gvern ibigħ residenza shell lil koppji għarajjes dawn ix-xerrejja żgħażagħ huwa stess jagħtihom id-dritt għal rifużjoni tal-VAT?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-iskema ta' rimborż sa massimu ta Lm 3,000 tal-VAT imħallsa fuq xogħlijiet li jsiru fuq l-ewwel dar ta' abitazzjoni, li nbnew l-1960, hi ntiża biex tħajjar nies jixtru u jmorru jgħixu fi djar qodma.", "Fil-każijiet l-oħra elenkati fl-iskema relattiva, l-ammont massimu ta' rifużjoni hu ta' Lm 2,500.", "Il-kondizzjoni dwar is-sena speċifika msemmija kienet hemm fil-Att ta' l- 1995 dwar sussidju tad-djar fuq taxxa tal-valur miżjud imħallas fuq l-ewwel dar ta' abitazzjoni kif ukoll fl-Att ta' l-1997 dwar sussidju fuq djar fuq taxxa tas-SISA imħallsa fuq l-ewwel dar ta' abitazzjoni.", "Il-fondi għal din l-iskema jinħarġu mill-VAT Office.", "L-Awtorita' tad- Djar hi l-operatur tagħha.", "Il-kondizzjonijiet ta' l-iskema ġew maqbula bejn il-VAT Office u l-Awtorita' tad-Djar.", "------------------"]} {"filename": "19941006_321d_par.doc", "date": "1994-10-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 321 Il-Ħamis, 6 ta' Ottubru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 321", "Il-Ħamis, 6 ta' Ottubru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 321", "Il-Ħamis, 6 ta' Ottubru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 1", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA 1", "AĠĠORNAMENT 32", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 33", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 320 li saret fil-5 ta' Ottubru, 1994, ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Skond il-ftehim tal-Kamra milħuq fis- seduta Nru. 320 li saret il-bieraħ, 5 ta' Ottubru, 1994, m'għandhomx isiru mistoqsijiet orali u ngħaddu mill-ewwel għall-Mozzjonijiet.", "Ninforma lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 320 tal-5 ta' Ottubru, 1994, id-diskussjoni fuq Mozzjoni 171 tagħlaq mhux aktar tard mid-9.00 p.m. L-ewwel votazzjoni li tintalab tittieħed ħames minuti wara u f'każ ta' votazzjonijiet oħra dawn jittieħdu immedjatament wara.", "Il-ħin tad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u ta' l- Oppżizzjoni, bil-winding up għall-Oppożizzjoni u l-Aġġornament ma jitteħidx.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jekk joġgħbu, iressaq il-Mozzjoni Nru. 171.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FIL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nipproponi din il-mozzjoni:", "\"Din il-Kamra tar-Rappreżentanti:", "Wara li kkonsidrat kif fl-20 ta' Settembru 1994, b'Warrant maħruġ mill- President tar-Repubblika, li kien iffirmat ukoll b'awtorita' mill- Ministru tal-Ġustizzja l-Onor.", "Dr Joe Fenech, Francisco Assis Queiroz li kien jinsab maqful fil-ħabs ta' Kordin skond sentenza tal-Qrati, ingħatatlu maħfra presidenzjali mis-sentenza tiegħu, u kien ordnat li jiġi meħlus mill-ħabs b'seħħ mis-26 ta' Settembru 1994;", "Wara li qieset kif Assis Queiroz inqabad f'Malta fil-pussess ta' ammont sostanzjali ħafna ta' droga, li f'Malta u GĦawdex kien se jagħti spinta kbira 'l quddiem lit-traffiku llegali tad-droga b'dannu kbir għall- poplu;", "Wara li għarblet ir-raġunijiet dgħajfa mogħtija fuq fuq mill-Gvern biex jiġġustifika l-maħfra mogħtija, fejn intqal li Assis Queiroz kellu problemi ta' saħħa, liema problemi żgur m'humiex anqas minn dawk li għandhom uħud mid-detenuti l-oħra fil-ħabs ta' Kordin;", "Taqbel li d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħti l-maħfra Presidenzjali lil Assis Queiroz tmur għal kollox kontra l-impenn li għandu jkollu l-Gvern Malti biex jiġġieled b'kull mezz kontra t-traffikar illegali tad-droga;", "Tifhem kif il-maħfra mogħtija bilfors toħloq diżgwid kbir fost il-forzi tas-sigurta' fil-pajjiż li b'sagrifiċċju kbir, jiġġieldu kontra t- traffikanti tad-droga li ħafna drabi huma mgħammra b'riżorsi ħafna aqwa minn tagħhom;", "Tinnota b'inkwiet iċ-ċirkostanzi strambi li fihom ingħatat il-maħfra Presidenzjali b'mod li kibru s-suspetti ġustifikati fost iċ-ċittadini li saru arranġamenti finanzjarji moħbija biex tkun tista' tingħata l- maħfra presidenzjali;", "Taqbel li fiċ-ċirkostanzi ta' l-aħħar ġimgħat fejn il-pulizija dehru li kienu qed jagħmlu ċertu progress fil-kisba ta' informazzjoni siewja dwar it-traffikar tad-drogi, il-maħfra mogħtija lil Assis Queiroz bilfors iżżid il-klima ta' suspetti u sfiduċja lejn l-awtoritajiet għolja li suppost huma impenjati mija fil-mija fil-ġlieda kontra t- traffikar illegali tad-droga - u dan aktar u aktar, meta jidher li Assis Queiroz baqa' qatt ma ta informazzjoni serja u kredibbli, dwar iċ- ċirkostanzi li fihom ġie Malta, la qabel u lanqas wara l-maħfra Presidenzjali;", "Temmen li s-soċjeta' Maltija tinsab wiċċ imb wiċċ ma' mewġa dejjem tinfirex ta' traffikar fid-drogi organizzat minn nies li qed isibu protezzjoni misterjuża, waqt li l-ħajja ta' aktar u aktar familji qed tiġi perikolata mill-ħidma bla rażan ta' negozjanti tad-droga qawwija ħafna;", "Taqbel li quddiem din il-kriżi, il-Gvern irid juri impenn sod u ma jaqta' xejn biex jibqa' jsaħħaħ il-ġlieda nazzjonali kontra n-negozju qerried tad-droga;", "GĦalhekk din il-Kamra tar-Rappreżentanti:", "Tikkundanna d-deċiżjoni meħuda mill-Gvern li jagħti l-maħfra Presidenzjali lil Assis Queiroz;", "Tiddikjara li ma għandha l-ebda fiduċja fil-Ministru tal-Ġustizzja l- Onor. Dr Joe Fenech, titlob ir-riżenja tiegħu, u fil-każ li dan ma jsirx, tesiġi t-tkeċċija tiegħu minn Ministru tal-Ġustizzja;", "Tiddeċiedi li jitwaqqaf Kumitat Magħżul tal-Kamra, b'rappreżentazzjoni ugwali min-naħa tal-Gvern u min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, presedut minn Membru ta' l-Oppożizzjoni, li fost dmirijiet oħra jkollu dawk li fi żmien erba' ġimgħat", "- jinvestiga fid-dettall is-segwenza ta' ġrajjiet li wasslu għad- deċiżjoni biex tingħata l-maħfra presidenzjali;", "- jgħarbel ir-riperkussjonijiet ta' din id-deċiżjoni fuq il-forzi tas- sigurta' f'pajjiżna;", "- jiddeċiedi dwar ir-responsabbiltajiet differenti fid-deċiżjoni meħuda;", "- jagħmel rakkommandazzjonijiet lill-Kamra dwar x'aktar passi għandhom jittieħdu dwar dan il-każ, dwar kif għandu jkun hemm salvagwardji biex ma jerġgħux jiġru abbużi simili fil-futur, u dwar kif għandu jiġi rijaffermat il-prinċipju li l-Istat Malti hu tassew determinat li t- traffikar kriminali tad-droga, jagħmlu min jagħmlu, ma jibqax għajn ewlieni tal-qerda taċ-ċittadini, fosthom mhux l-anqas iż-żgħażagħ.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim MInistru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Sur President, on a point of order.", "Nattira l-attenzjoni tas- Sinjorija Tiegħek għall-paragrafu li jgħid:", "Tinnota b'inkwiet iċ-ċirkostanzi strambi li fihom ingħatat il-maħfra Presidenzjali b'mod li kibru s-suspetti ġustifikati fost iċ-ċittadini li saru arranġamenti finanzjarji moħbija biex tkun tista' tingħata l- maħfra Presidenzjali. \".", "Sur President, jien għandi nifhem li l-Onor.", "Membru se jissostanzja dan li qed jgħid a tenur ta' l-iStanding Orders.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din assolutament m'hijiex point of order.", "Quddiemna għandna mozzjoni li inti aċċettajt li tiġi ppreżentata quddiem din il-Kamra, id-dibattitu jsegwi fuq dak li jingħad u l-vot ukoll jittieħed fuq dak li jingħad.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzjak, Sur President u nittama li quddiem diskussjoni serja bħal din u ċirkostanzi tal-mistħija bħal dawn ma jkunx hemm dawn it-tentattivi biex niddevjaw l-attenzjoni, għax tabilħaqq ninsabu quddiem ċirkostanzi ta' l-akbar mistħija.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Tibdewx bl-indirizzi personali lejn xulxin.", "Issa qegħdin out of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, bir-rispett kollu hawnhekk kellna attentat ta' devjazzjoni tad-diskussjoni mill-bidu nett, meta kulħadd jaf li l-Mozzjoni qiegħda quddiem din il-Kamra għad-diskussjoni.", "MR SPEAKER: Titfgħux dawn id-dellijiet fuq l-intenzjoni ta' xulxin.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu, kif għandu dritt għall-opinjoni tiegħu l-poplu Malti quddiem iċ- ċirkostanzi ta' mistħija li ninsabu fihom.", "U tabilħaqq ninsabu quddiem ċirkostanzi ta' mistħija, fejn għandna Gvern li jippretendi li għandu jkun xempju ta' kif jitmexxew l-affarijiet u bl-aktar mod tal-mistħija, ta maħfra Presidenzjali lil bniedem li ġie f'pajjiżna biex jiżra' l-qirda fost il-familji.", "Bl-aktar mod sfaċċat, f'daqqa waħda l-ħniena messet lil dan il- bniedem, qisha the quality of mercy is not strained ħlief meta jkun hemm it-traffikar tad-drogi.", "Pero', Mr Speaker, naqbel mal-parir tiegħek li fuq dawn l-affarijiet wieħed għandu jkun kliniku kemm jista' jkun u jien hekk beħsiebni nkun fuq il-każ ta' mistħija li għandu quddiemu l-poplu Malti.", "Mr Speaker, se nagħti l-fatti, pass wara l-ieħor, ta' kif ġraw l- affarijiet u kif żvolġew iċ-ċirkostanzi.", "Fl-20 ta' Settembru, il-President tar-Repubblika ffirma, fuq il-parir tal- Ministru tal-Ġustizzja, Joe Fenech, maħfra Presidenzjali għal Francisco de Assis Queiroz ta' nazzjonalita' Brażiljana, pilota miżmum fil-ħabs ta' Kordin b'sentenza tal-Qrati wara li nqabad idaħħal f'Malta konsenja kbira ta' droga kokaina.", "Mr Speaker, l-għotja ta' din il-maħfra Presidenzjali hija skandaluża għal diversi raġunijiet u se nibda biex insemmihom.", "L- ewwelnett il-maħfra Presidenjzali timmina l-ħidma u l-impenn tal-Pulizija kontra t-tixrid tad-droga fil-pajjiż.", "Il-mod kif ingħatat u l-fatt li ngħatat jagħtu kuraġġ lit-traffikanti Maltin u barranin tad-droga għaliex juru li l-Gvern Malti hu gvern laxk u gvern artab quddiem it-theddida li s- soċjeta' tagħna hija ffaċċjata biha min-negozju illegali tad-drogi.", "Imbagħad fi żmien meta l-kriżi soċjali maħluqa mid-droga qed tiqliel, id- deċiżjoni tal-maħfra Presidenzjali turi inkuxjenza totali lejn din il- problema li qed teqred familji sħaħ f'pajjiżna.", "Aktar u aktar hija ta' mistħija għall-isem ta' pajjiżna għax iżżijd l-isfiduċja ta' gvernijiet u istituzzjonijiet barranin fl-impenn Malti kontra d-droga u favur il-ġlieda kontra d-droga.", "GĦalhekk, Mr Speaker, hemm bżonn li wieħed jagħti għarfien sħiħ lil dak li ġara u jħares fid-dettal, lejn kif svolġew dawn l-affarijiet pass wara l-ieħor li ħafna minnhom saru fil-moħbi.", "Ħalli nibda biex nistaqsi kif tingħata l-maħfra Presidenzjali.", "Il-maħfra Presidenzjali tingħata lil min ikun qiegħed jiskonta sentenza l- ħabs skond waħda mis-setgħat li għandu l-President taħt artiklu 93 tal- Kostituzzjoni li jitkellem dwar il-maħfra Presidenzjali.", "Biex inkun naf aħjar kif tingħata din il-maħfra jien irreferejt għar-risposta li ta l- Ministru tal-Ġustizzja nnifsu, l-Onor.", "Joe Fenech, fejn f'interpellanza parlamentari numru 11,995 li ngħatat f'seduta parlamentarti numru 167, spjga kif tingħata l-maħfra Presidenzjali.", "Dan kien qal hekk:", "\"Naturalment, il-President f'affarijiet bħal dawn ta' maħfra Presidenzjali, jaġixxi fuq il-pariri ta' l-eżekuttiv mogħti mill- Ministru tal-Ġustizzja.", "Normalment, dan joqgħod fuq il-parir li jagħtuh diversi uffiċjali ta' dipartimenti nvoluti, cioe' l-Pulizija jew dipartiment konċernat mill-każ, uffiċjal fid-Dipartiment tas- Social and Family Welfare, il-Ħabs u l-Avukat Ġenerali.", "Il-kriterji wżati fil-parir lill-President huma jekk il-persuna partikolari jkollhiex raġunijiet biżżejjed li jipperswadu lill-awtoritajiet involuti u lill-Attorney General li jimmeritaw u jiġġustifikaw li tingħata l-maħfra jew tnaqqis mill-piena.\".", "Dan hu li qal l-Onor.", "Joe Fenech ftit xhur ilu dwar kif tingħata l- maħfra Presidenzjali.", "Mill-istqarrijiet li saru sew quddiem din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra, jidher li l-istess Ministru tal- Ġustizzja meta ġie biex jara x'se jagħmel fuq il-maħfra Presidenjzali li kienet qed tiġi moħmija għal Queiroz ma segwiex id-direttivi tiegħu stess.", "Mhux talli ma segwiehomx bil-galbu, talli kisirhom kollha kemm huma, għax it-tip ta' deċiżjonijiet li ħa u l-konsultazzjoni li m'għamilx imorru kompletament kontra dak li stqarr hu stess fis-seduta parlamentari 167 dwar kif tingħata l-maħfra Presidenzjali.", "Minnufih minn hawn toħroġ il-kundanna li tistħoqq mija fil-mija lill-Onor.", "Fenech li hu stess irrikonoxxa x'għandu jsir biex tingħata maħfra Presidenzjali kitbu u stqarru quddiem dan il-Parlament - pero' ma wettqux fil-każ ta' Queiroz.", "Issa ejjew nistaqsu x'inhuma l-fatti.", "Fiex jikkonsisti l-każ ta' Queiroz, pass wara l-ieħor?", "Fil-11 ta' Lulju 1991 il-pilota Brażiljan Queiroz wasal Malta b'titjira minn Zurich.", "Meta kien dieħel mid-Dwana twaqqaf minn uffiċjali tad-Dwana li sabu li l- bagalja tiegħu kellha qiegħ falz.", "Meta fetħu dan il-qiegħ falz sabu fiha 3.", "280 kg kokaina.", "Il-valur tagħha fis-suq illegali tad-droga f'pajjiżna ġie stmat li hu bejn Lm0.5 miljun u Lm1 miljun.", "Dawn huma fatti li ħadd ma jinnegahom.", "Ta' min jgħid li l-qabda tad-droga li sabu fil-bagalja falza ta' Queiroz għadha waħda mill-ikbar qabdiet tad-droga li saru s'issa f'pajjiżna, għalkemm hemm min jgħid li hija l-akbar waħda.", "Dan huwa l- fatt li madwaru tippernja s-sentenza kollha li ngħata Queiroz.", "Issa x'kienet l-istorja ta' Queiroz quddiem il-Pulizija?", "Kienet li kien hemm xi ħadd li stiednu Malta u biddillu l-bagalja.", "Sakemm dam jiġi nvestigat Queiroz baqa' ma ta l-ebda informazzjoni siewja u serja dwar il- kuntatti li kellu hawn Malta, dwar minn bagħtu u dwar kif wasal; l-ebda informazzjoni li l-Pulizija tista' tuża hawn Malta fil-ġlieda kontra d- droga.", "Baqa' ma qal assolutament xejn ta' serjeta'.", "Imbagħad il-Qorti kkundannat lill-Queiroz għal 12-il sena ħabs u għal multa ta' Lm50,000.", "Kemm ilu fil-ħabs Queiroz ma pprovda lill-Pulizija bl-ebda informazzjoni ġdida, l-ebda informazzjoni serja u l-ebda informazzjoni siewja dwar x'kienet il-missjoni tiegħu f'pajjiżna.", "Xejn.", "Baqa' ħalqu meħjut.", "Imbagħad kemm dam fil-ħabs ġrat xi ħaġa stramba, Sur President.", "Għal xi żmien Queiroz sar ħabib ta' qassis anzjan minn Bormla, ir-Reverendu Galea Scannura.", "Lil dan il-qassis Queiroz beda jagħtih informazzjoni differenti minn dik li kienet ħarġet fil-Qorti u beda jsaħħnu sakemm fl-aħħar mill- aħħar Galea Scannura beda jikteb u jhedded lill-Pulizija li l-informazzjoni li kien qed jagħtih Queiroz kien se jagħmilha pubblika.", "X'kien qed jgħidlu dan?", "Effettivament kien qed jgħidlu li parti mill-kokaina li ġab Malta kienet ittieħdet mill-Pulizija u kienu bigħuha l-Pulizija.", "Dan il-qasis aċċetta din il-verżjoni, aċċetta li Queiroz kien innoċenti u beda jara kif se jipprova jilliberah u għalhekk għamel il-protesti tiegħu.", "Kiteb lill- ħabs, kiteb lill-President u safejn naf jien, kiteb anke lill-Prim Ministru.", "Meta l-Pulizija saret taf b'dak li kien qed jiġri, tellgħet lil Galea Scannura l-Qorti, li anke hedded li jekk ma kenux se jittieħdu passi dwar dak li kien qed jgħid, jiġifieri dwar dik l-informazzjoni li kien tah Queiroz, kien se jagħmel konferenza stampa biex ixandar il-korruzzjoni fil- qasam tal-Pulizija.", "Sur President, f'Diċembru 1993, il-Pulizija għamlet kawża lill-qassis Galea Scannura dwar l-allegazzjonijiet tiegħu.", "Mhux talli l-Pulizija mid- dehra ma beżgħetx mill-press conference li kellu jagħmel, talli tellgħetu l- Qorti.", "Fil-Qorti Galea Scannura aċċetta li hu kien ġie żgwidat minn Queiroz u rtira l-allegazzjonijiet kollha li kien qed jagħmel kontra l- Pulizija.", "La ma kien hemm l-ebda prova, kellu jaċċetta li dawk kienu allegazzjonijiet fl-ajru.", "Issa ma jistax ikun li l-Onor.", "Joe Fenech ma kienx jaf b'din l-istorja għax Galea Scannura kien bagħat dawn l-ittri lill-awtoritajiet kollha, anke lill-Ministru tal-Ġustizzja, u allura kien jaf ukoll x'kien l-eżitu ta' dawn l-allegazzjonijiet.", "Allura l-Onor.", "Joe Fenech kien jaf li Francis de Assis Queiroz fiż-żmien li kien qiegħed il-ħabs mhux talli ma tax informazzjoni dwar il-kuntatti tiegħu talli kien qiegħed jiffijdja informazzjoni falza li żgwidat anke lil dan il-qassis biex jagħmel dak li għamel.", "Meta mbagħad wieħed jara l-att tal-maħfra jsib li dan l-att jaħfer il- piena ta' 12-il sena ħabs, jaħfer il-multa ta' Lm50,000 u magħhom aktar u aktar il-Gvern se joffri li jibgħat lil Queiroz lura lejn il-Brażil a spejjeż taċ-ċittadin Maltin.", "Il-maħfra hija ffirmata mill-Onor.", "Joe Fenech, jiġifieri bl-awtorita' ta' l-Onor.", "Joe Fenech illi kien jaf li dan il-bniedem l-ewwelnett inqabad f'Malta b'waħda mill-akbar hauls ta' droga li qatt instabu f'pajjiżna, it-tieni li dan il-bniedem qatt ma kkollabora biex jagħti informazzjoni dwar in-networks li kellu kuntatt magħhom f'pajjiżna vis-a-vis il-missjoni li kellu tad-droga f'pajjiżna, u t-tielet, li kemm dam fil-ħabs dan il-bniedem kien ikkommetta sistema ta' maniġġ madwar ir-Reverendu Galea Scannura biex joħloq klima ingannatorja favur tiegħu, jiġifieri favur Queiroz.", "Mela wara li rajna x'inhuma l-fatti, ta' min jistaqsi kif saret magħrufa u kif ġiet ippubblikata l-maħfra Presidenzjali kif ukoll min kien responsabbli għaliha u kif waslet quddiem il-pubbliku.", "Ta' min jgħid li l- maħfra Presidenzjali ġiet iffirmata fl-20 ta' Settembru, 1994, u kellha tiġi fis-seħħ fis-26 ta' Settembru.", "Il-Pulizija saru jafu li kienet intalbet u fil-fatt ingħatat il-maħfra lil Queiroz fis-26 ta' Settembru, jiġifieri meta daħlet fis-seħħ, u ma kenux jafu biha qabel.", "Fl-istess ġurnata, f'dan il-Parlament, il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali, l- Onor. Louis Galea, ġie mistoqsi mill-Onor.", "Evarist Bartolo jekk il-maħfra li ngħatat dak inhar lil Francisco de Assis Queiroz kenetx se therri l- impenn tal-Pulizija fil-ġlieda kontra l-barunijiet tad-droga u staqsih ukoll x'kien x'jidhirlu minnha.", "Ir-risposta kienet sinifikattiva ħafna, Sur President.", "Dik kienet risposta ta' ministru li assolutament inqabad ma jafx fejn qiegħed, u b'ħafna tidwir ta' kliem, dak inhar, fis-26 ta' Settembru - daqs ġimgħa u nofs ilu - il-Ministru Louis Galea wieġeb - din il-parti ħadtha mid-dibattitu tal-Kamra u wieħed jista' jivverifikaha - billi qal hekk:", "\"Irrid ngħid li għad irrid ninforma ruħi fuq dan il-każ partikolari.", "Minħabba li hi materja ta' amnestija jiena ma nkunx ġejt mitlub li nagħti l-parir għax skond il-liġi huwa l-Ministru tal-Ġustizzja li jagħti parir.\".", "L-Onor.", "Galea imbagħad ċaħad - għalkemm qal li din l-istorja kien għadu qed jisma' fuqha su due piedi - li l-maħfra setgħet taffettwa ħażin lill- Pulizija.", "Il-Ministru Louis Galea anke hemm kien informat, jew ippretenda li kien informat, kompletament ħażin.", "Għaliex, Sur President?", "Għax fl- istess ġurnata li l-Ministru Louis Galea kien qed jgħid li din ma kenitx se taffettwa ħażin lill-Pulizija, u allura fl-istess ġurnata li l-Pulizija semgħet li dak inhar kienet se tidħol fis-seħħ din il-maħfra, saret laqgħa fid-Depot tal-Pulizija fejn ħadu sehem l-aktar uffiċjali għolja u avvanzati fil-ġlieda tad-droga fost il-Pulizija u fiha ddiskutew dak li kien ġara.", "Kulħadd, bla eċċezzjoni ta' ħadd, mill-Kummissarju 'l isfel kien diżgustat b'dak li ġara u bl-aġir tal-Ministru Joe Fenech li baqa' miexi 'l quddiem biex jagħti lok għal din il-maħfra Presidenzjali.", "Kien hemm tlieta mill-aktar uffiċjali avvanzati fil-ġlieda kontra d-droga, li ilhom impenjati bis-sħiħ f'dan ix-xogħol, li dak il-ħin stess talbu li jiġu trasferiti minn dak ix-xogħol għax indunaw li mhux veru kien hemm impenn sħiħ u sod fis-sistema kollha tal-Gvern fil-ġlieda kontra d-droga.", "Dawn talbu li jiġu trasferiti fl-istess ġurnata li l-Ministru Louis Galea qal sue due piedi li hija l-ewwel darba li qed jisma' b'din il-ħaġa u li l- maħfra m'hijiex se taffettwa lill-Pulizija.", "Xi jumejn wara l-Ministru Galea ġie ffaċċjat b'interpellanza oħra ta' l- Onor. Mangion li fiha ġie mitlub biex jagħti aktar background dwar x'kienet il-pożizzjoni tiegħu vis-a-vis din il-maħfra Presidenzjali skandaluża.", "L- Onor. Galea wieġeb nhar it-Tnejn li għadda, 3 ta' Ottubru, u qal li m'hijiex proċedura normali li hu jiġi konsultat fuq materja ta' maħfra Presidenzjali u qal ukoll li personalment ma kienx ġie konsultat dwar il- maħfra ta' Queiroz.", "L-Onor.", "Galea kompla jgħid li f'April ta' din is-sena l-Pulizija, li jaqgħu taħtu, kienu ġew konsultati dwar maħfra li Queiroz kien diġa' talab u l-Pulizija ma kenux qablu li tingħata din il-maħfra.", "Meta reġgħet tqanqlet għat-tieni darba fil-kors tas-sajf li għadda, wara din il-materja kien hemm il-Ministru Joe Fenech.", "U x'ġara?", "Il-Pulizija din id-darba ma ġewx konsultati, inqabżu kompletament.", "Hawnhekk nerġa' nfakkrek, Sur President, f'dak li kien qal l-Onor.", "Fenech innifsu fuq din il-ħaġa.", "Huwa kien qal li l-policy tkun li jiġu konsultati l-awtoritajiet li għandhom x'jaqsmu, fosthom il-ħabs, l-Avukat Ġenerali u l-awtoritajiet tal-Pulizija.", "Mela għat-tieni darba l-Onor.", "Joe Fenech din nesieha.", "Matul il-ġimgħa li għaddiet ma baqgħet tingħata l-ebda spjega għal dak li kien ġara.", "Jidher ċar li l-Ministri kollha, preżenti u mhux preżenti, quddiem din il-ħaġa ċċassaw u ndunaw bl-indignation kbira li kien hawn fil- pajjiż.", "Il-Ministru Fenech kien imsiefer u minflok ħareġ xi ħadd jiddefendih ħallew kollox għaddej sakemm jiġi hu.", "Ħadd ma qam jiddefendi d- deċiżjoni tal-maħfra li ngħatat; ħadd ma ried jidħol bejn il-basla u qoxritha u m'hemmx dubju li l-indignation fuq din il-ħaġa kienet u għadha ġenerali.", "Nhar it-Tnejn li għaddew ġie lura l-Ministru Fenech minn barra u ħareġ stqarrija pjuttost twila biex jiddefendi d-deċiżjoni tiegħu li jirrakkommanda maħfra Presidenzjali.", "Wieħed ma jridx ikun xi intellettwali kbir biex jikkonkludi li din l-istqarrija xejn m'hi sodisfaċenti; hija stqarrija mimlija kontradizzjonijiet, nofs veritajiet u anke gideb.", "Jien ngħid li dik l-istqarrija minnha nnifisha tiġġustifika li l-aġir tal- Ministru jiġi ċensurat minn dan il-Parlament.", "U ngħid għaliex.", "Per eżempju, fl-istqarrija tiegħu l-Ministru qal li Queiroz kien diġa' għamel talba għal maħfra Presidenzjali f'April li għadda u din ġiet miċħuda.", "Imbagħad qal li fit-8 ta' Ġunju Queiroz reġa' għamel it-tieni petizzjoni tiegħu għall-maħfra fejn daħħal l-element ġdid tas-saħħa tiegħu.", "Il-Ministru qal li Queiroz wera mġieba tajba u eżemplari fil-ħabs.", "Imma kif jista' jgħid hekk l-Onor.", "Fenech meta kien jaf li matul is-snin li ilu fil-ħabs, Queiroz baqa' qatt ma ta informazzjoni lill-Pulizija dwar x'kuntatti kellu hawn Malta fin-network tad-droga u dwar il-missjoni tiegħu, u meta kien jaf ukoll dak li għamel fir-rigward tar-Reverendu Galea Scannura, meta kien webblu b'dik il-ħmerija biex jipprova jqanqlu kontra l- Pulizija?", "Kif tista' tgħid dawn l-affarijiet meta inti bħala Ministru tkun konxju li Queiroz kien webbel lil Rev. Galea Scannura jimxi b'dak il-mod?", "Dan kien instigah, għaliex l-ittra ta' Rev. Galea Scannura kienet mibgħuta anke lill-Ministru tal-Ġustizzja.", "Inkompli ngħid li l-Ministru Fenech fl-istqarrija tiegħu qal li li l- priġunier ibati minn marda infettiva ħafna iżda baqa' ma qalx x'inhi din il- marda infettiva u għalhekk se ngħidlu jien.", "Jien, fuq ħaġa bħal din u ma' bniedem bħal dan, ċertament ma napplikax il-ħafna tlablib dwar privazija, aktar u aktar meta din l-iskuża tal-marda infettiva qed tintuża kif intużat biex il-Ministru jipprova jdawwar ftit il-bilanċ ta' l-opinjoni pubblika li daret kontra tiegħu.", "X'inhi din il-marda infettiva ħafna li qiegħed isemmi l-Ministru Fenech, qisha l-pesta li ħierġa mill-Indja?", "Il-marda hija strain ta' hepatitis B. U hawnhekk minnufih tqum sorpriża ġenerali dwar kif qed nużaw din it-tip ta' skuża ħalli nipprovaw noħorġu minn dan l- iskandlu li dħalna fih.", "U ngħid għaliex.", "L-ewwelnett m'huwiex veru li l- hepatitis toħloq xi problemi gravi ta' iżolament u ta' spejjeż għal kura; hemm ċerti komplikazzjonijiet, pero' m'humiex dawk li pprova jgħid il- Ministru.", "Imbagħad il-Ministru qal gidba oħra, Sur President, meta qal li Queiroz qiegħed jinżamm f'post iżolat fil-ħabs.", "Sal-bieraħ stess Queiroz kien qed jiċċirkola fil-ħabs ma' ħabsin oħra fil-liberta' daqshom u bl-istess aċċess bħalhom.", "Dik hija l-verita'.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlu x'inhi l- verita'.", "Għal xi ġranet f'Ġunju li għadda Queiroz u żewġ priġunieri oħra nżammu f'post iżolat fil-ħabs għaliex instab li kellhom il-hepatitis B, imbagħad spiċċa l-paniku, tneħħew minn hemm u reġgħu tpoġġew mal-bqija tal- priġunieri.", "Dik hija l-verita'.", "Nerġa' nirrepeti li sal-bieraħ stess Queiroz kien għadu mal-priġunieri l-oħra mingħajr problemi ta' xejn.", "Imbagħad il-Ministru Fenech fl-istqarrija tiegħu saħaq fuq kemm hi infettiva u kemm hi ħaġa diffiċli u finanzjarjament dispendjuża li tipprovdi trattament effikaċi għall-marda infettiva li semma, li qatt ma qal x'inhi; qed ngħidu aħna x'inhi.", "Sur President, jirriżulta li sal- ġurnata tal-lum għadhom ma sarux fuq Queiroz it-testijiet mediċi bażiċi kollha meħtieġa li suppost isiru fuq min għandu din il-marda.", "Dawn għadhom ma sarux!", "Jirriżulta li sal-lum lil Queiroz għadhom lanqas bdew jagħtuh it-trattament sħiħ li suppost jingħata lil min għandu l-marda tiegħu.", "Hemm trattamenti bażiċi li għandhom jingħataw u dawn mhux qed jingħatawlu sal-ġurnata tal-lum.", "Mhux veru li dan hu trattament li jinvolvi xi spejjeż ta' barra minn hawn.", "M'intomx qed tagħtuh dan it- trattament li għandu bżonn.", "Imbagħad jirriżulta li l-infettivita' tal- marda daqshekk kbira li l-Ministru qal li għandu Queiroz m'hijiex wisq differenti mill-infettivita' ta' diversi strains li diġa' hemm fil-ħabs.", "Nerġa' ngħid, m'hux minnu li fil-ħabs m'hemmx każi bħal ta' Queiroz.", "Hawnhekk għandna l-istorja ta' dibattitu li diġa' għamilna f'dan il- Parlament fuq il-mismanagement totali li qed imexxi l-Ministru Louis Galea fil-ħabs.", "Ħalli nfakkru lill-Ministru Fenech x'kien qal il-Ministru Louis Galea fid-dibattitu li kellna fil-21 ta' April ta' din is-sena dwar l-istat imwiegħer tal-ħabs.", "Dik id-darba, bil-qdusija kollha tiegħu, il-baruni Louis Galea qam u fakkar x'kont għidt jien dwar il-hepatitis B xi jumejn qabel meta kont qed nitkellem ma' l-istudenti universitartji.", "Il-Ministru Louis Galea qal illi m'hemmx prevalenza ta' hepatitis B fil-ħabs.", "Semma li hemm biss tliet każi.", "Qal ukoll li m'hemm l-ebda każ ta' HIV positive.", "Din qed neħodha testwalment mid-debate.", "Mela hemmhekk il-Ministru Louis Galea kien qed jaċċetta li fil-ħabs kien hemm tliet każi ta' hepatitis B. GĦall-ħabta ta' Ġunju, il-Ministru Galea wieġeb għal interpellanza numru 9476 li għamillu l-Onor.", "Sandro Schembri Adami, dwar jekk hemmx mard tal- hepatitis fil-ħabs.", "Ħalli naraw x'qal il-Ministru Louis Galea meta kien qed jirrispondi fuq il-hepatitis fil-ħabs, li suppost li minnha kien hemm każ wieħed biss gravi, u fil-fatt hemm tlieta:", "\"Mir-reġistru li d-Dipartiment tas-Saħħa beda jżomm mill-l988 jirriżulta li diversi persuni f'Malta jsofru mill-marda tal-hepatitis.", "Il-Ħabs Ċivili jirċievi fih persuni minn fost ir-residenti f'Malta u ma jistax jiġi eskluż mill-priġunieri li jista' jkollhom din il- kondizzjoni.", "Il-policy dwar il-prevenzjoni tal-hepatitis ġol-Ħabs ta' Malta hija fuq l-istess skala ta' l-istituzzjonijiet oħra bħalma huwa sptar.\"", "Sur President, f'dak li qal il-Ministru Galea ma hemm l-ebda sinjal li kienet teżisti xi problema serja ta' infettivita'.", "Dan intqal f'Ġunju meta Queiroz kien qed iħejji l-petizzjoni tiegħu dwar kemm hija infettiva u serja l-marda tiegħu.", "Issa ħalli nkomplu noħorġu iktar informazzjoni interessanti dwar kemm hi infettiva, gravi u serja l-marda ta' Queiroz.", "Ġimgħatejn wara li Queiroz għamel il-petizzjoni tiegħu għall-maħfra Presidenzjali u fiha ssemmiet il- marda tiegħu, preċiżament fl-24 ta' Ġunju, Super 1 Radio xandar rapport dwar dwejjaq li kien fil-ħabs minħabba li tliet priġunieri kellhom il- hepatitis B. Dawn it-tlieta kienu qed jaqsmu l-istess servizzi ta' ikel u ta' sanita' ma' priġunieri oħra.", "Mela qamet din il-kwestjoni u Super 1 Radio irrapporta li kien hemm priġunieri mdejqa b'din l-istorja ta' hepatitis B u wieħed minn dawn it-tliet priġunieri kien Queiroz.", "L-għada, fil-25 ta' Ġunju, \"In-Nazzjon\" xandret artiklu kbir fejn akkużat lil Super 1 Radio li kien xandar rapport allarmista dwar is-sitwazzjoni fil- ħabs.", "Fl-artiklu li deher f'\"In-Nazzjon\" dwar x'qal Super 1 Radio fuq il- problema li nqalgħet fost il-priġunieri minħabba l-kwestjoni tal-hepatitis B, kien hemm miktub hekk:", "\"Minn stħarriġ li għamel \"In-Nazzjon\" jirriżulta li għalkemm il-marda tal-hepatitis li għandhom it-tliet priġunieri f'Kordin hi kontaġġjuża, din m'hix perikoluża, u l-uniku mod li bih tista' tinxtered hu billi xi ħadd juża l-istess siringa jew labra li tkun użat persuna li għandha din il-marda, jew minn relazzjonijiet sesswali ma' persuna kontaġġjuża.", "Kemm id-Direttur tal-Ħabs, Louis Cilia, kif ukoll il- Konsulent Amerikan Jim Rouland kellmu lill-priġunieri u spjegawlhom is- sitwazzjoni u assigurawhom li ma kien hemm ebda periklu li s-sintomi tal-marda jinxterdu ħlief mis-siringi u mill-kuntatti sesswali.\".", "Mr Speaker, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt minn \"In-Nazzjon\" tal-25 ta' Ġunju l994 intitolat \"Super One Radio jallarma l-priġunieri\".", "Sur President, kemm Rouland u kemm is-Sur Cilia meta tkellmu b'dan il-mod kienu diġa' jafu x'kienet il-marda ta' Queiroz, wieħed mit-tliet priġunier infettati bil-hepatitis, din il-marda li tant hi infettiva, li tant hu diffiċli li tikkuraha illi bilfors trid tibgħat lil dak li jkun barra ħalli tiffranka problemi gravi, qisha l-pesta ġejja mill-Indja!", "Din hija r- realta'.", "Barra minn hekk, fil-15 ta' Lulju, xahar u nofs qabel l-Onor.", "Joe Fenech kien qed iwassal il-maħfra presidenzjali sa l-aħħar il-Ministru Louis Galea reġa' ta risposta oħra għal interpellanza parlamentari.", "Fiha reġgħu staqsewh x'inhi l-pożizzjoni fil-ħabs dwar mard li jittieħed, mard bħall- hepatitis B, li ssemmiet speċifikament fil-mistoqsija.", "L-Onor.", "Louis Galea mill-ġdid reġa' rrefera għall-mistoqsija ta' qabel biex jindika li ma kienx hemm problemi, li kollox kien taħt kontroll u qal ukoll li ma kienx hemm problema li se tfaqqa xi epidemija serja fil-ħabs.", "Dan kien fil-15 ta' Lulju ta' din is-sena meta kien avvanzat sew dan il-proċess kbir biex tingħata l-maħfra Presidenzjali lil Queiroz ħalli tikkorreġi l-problema li kien hemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-infettivita' kbira u gravi tal- marda tiegħu!", "Issa ħalli niġi għar-rimarki li għamel il-Ministru De Marco fil-bidu.", "Hawn minnufih tqum mistoqsija dwar x'hawn wara din l-istorja, Sur President.", "Jien għandi aktar informazzjoni dwar l-istat ta' saħħa ta' Queiroz u kif waslu għand il-Ministru ċerti konklużjonijiet jew kif inħmew ċerti konklużjonijiet.", "Per prudenza, Sur President, m'iniex se nitkellem dwarhom.", "Quddiem sitwazzjoni bħal din tqum il-mistoqsija dwar x'hawn wara dan kollu, kif Ministru tal-Ġustizzja jidħol f'dan it-tip ta' proċess fejn qed juża raġunar li ma jorbotx, li huwa fallaċi u giddieb quddiem każ mill- aktar serju u quddiem każ li waħħax ta' bniedem li ġab f'dan il-pajjiż aktar minn 3 kg. ta' kokaina.", "U la ġab dak l-ammont ta' kokaina, żgur li dik id-droga kienet għall-użu f'Malta fost uliedna, żgħażagħ u nies oħra li jużaw id-droga f'pajjiżna.", "Fil-fatt, l-argument dwar is-saħħa ta' Queiroz huwa argument mill-bidu sa l-aħħar falz u huwa l-uniku argument li ġab il-Ministru Fenech biex jiġġustifika dak li sar.", "Nerġa' nirrepeti li dan huwa argument falz u l- uniku wieħed li nġieb.", "Issa jien nixtieq nistaqsi għaliex l-ewwel darba li tmexxit 'il quddiem il-maħfra Presidenzjali, il-pulizija ġew ikkuntattjati u kkonsultati, u t-tieni darba ma ġewx.", "L-ewwel darba li tmexxiet 'il quddiem il-maħfra Presidenzjali, l-Avukat tar-Repubblika ġie kkonsultat u l- parir tiegħu ġie segwit, imma milli jidher it-tieni darba l-parir tiegħu ma ġiex segwit.", "L-uffiċjali tad-Dwana li kienu involuti fil-qbid ta' Queiroz, meta semgħu dak li ġara kienu fost in-nies li l-bieraħ reġgħu pprotestaw.", "Jiġifieri ddur fejn iddur, tasal biex tgħid li din id-deċiżjoni ħadha bniedem wieħed biss, u dan ma kien ħadd ħlief l-Onor.", "Joe Fenech.", "X'inhi r-raġuni li ttieħdet dik id-deċiżjoni?", "Minn hawnhekk għalhekk tasal għall-konklużjoni - jien fil-kuxjenza tiegħi nikkondividiha - li r- raġuni m'hijiex dik li ssemmiet, imma li għaddew il-flus.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hemm bżonn li l-affarijiet ngħiduhom kif inkunu.", "Meta l- affarijiet isiru baxx baxx, kif saru din id-darba fuq każ serju u gravi bħal dan, naħseb li it's about time li l-affarijiet li huma bojod ngħidulhom bojod u dawk li huma suwed ngħidulhom suwed.", "Il-konklużjoni tiegħi - mhux tiegħi biss imma hija konklużjoni kondiviża mill-poplu Malti u Għawdxi - hija li quddiem dan il-każ kelma waħda tista' tgħid: X'porkerija!", "Bilfors tqum din il-konklużjoni, Sur President, għaliex ir- riperkussjonijiet hemm qegħdin.", "Il-poplu jinsab allarmat b'dak li ġara, allarmat għall-fatt li l-ġlieda kontra d-drogi dejjem sejra lura.", "Mhux billi jiffanfra l-Onor.", "Louis Galea; from the ground u mill-familji, il- feedback li jkollna hija li qed tiżdied u qiegħda tiggrava l-problema tad- drogi.", "Qed jinfirxu networks ġodda u mbagħad ikun hemm ċerti każijiet li joħorġu fil-pubbliku, bħal dawk li ħarġu daqs ġimgħatejn ilu, fejn il- barunijiet iż-żgħar tad-droga jħossuhom qishom Al Capone f'Chicago meta jkollhom problema bejniethom.", "Pero' u jirriżulta li warajhom ikun hemm nies ħafna aktar qawwija, tkun hemm flejjes deħlin min-negozju tad-droga u kulħadd jibda jissuspetta.", "U allura bir-raġun ngħid li hemm kompjaċenzi strambi għaddejjin b'ċerti kuntatti, maniġġi, relazzjonijiet moħbija u indikazzjonijiet għaddejjin, u li minħabba dawn il-kompjaċenzi strambi fin- negozju tad-droga hemm kien isib ruħu komdu, anzi komdu ħafna.", "Din hija l- akbar kundanna li jista' jkollu l-Ministru Joe Fenech, illi bil-pass li ħa qiegħed jagħti l-boll tiegħu għal dawn is-suspetti ġustifikati li qed ikun hawn kompjaċenzi strambi u sħaħ fit-tmexxija tan-negozju tad-droga.", "Aktar u aktar għaliex il-flejjes li huma nvoluti f'dan in-negozju, aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar qed jikbru, aktar qed ikunu flessibbli, u aktar qed isir ħasil tagħhom, bħal f'bini, real estate u negozji taparsi ta' counter- trade li għaddejjin b'rata li aktar ma jgħaddi ż-żmien anke Ċikku l-poplu qed jinduna x'hemm wara din l-istorja.", "Għalhekk hija kundanabbli azzjoni bħal din, jiġifieri li quddiem każ mill-aktar serju ta' traffikar ta' droga li ġab kejla bħal din f'pajjiżna, ikun il-Ministru tal-Ġustizzja li jimbotta għal darba, darbtejn biex dan il-priġunier jingħata maħfra Presidenzjali.", "Imbagħad hemm raġuni oħra għaliex dan li għandna quddiemna huwa tassew ta' tħassib, u dan huwa l-effett li qed ikollu u li se jkollu fuq il- Pulizija, Sur President.", "Jien diġa' semmejt kif il-Pulizija, malli semgħu b'dak li qed jiġri, minnufih iltaqgħu flimkien.", "Dawn ma jistgħux jesprimu d-diżgust tagħhom b'mod pubbliku, imma hemm qiegħed, jgħid x'jgħid il- Ministru ta' l-Intern.", "M'hemmx dubju wkoll li fi żmien meta ħasbu li kienu qegħidn jippenetraw f'ċerti circles ġodda, ħassew li hawn xi ħadd fis- sistema tal-Gvern li lest li jagħtihom daqqa ta' sikkina f'daharhom.", "GĦax f'każ bħal dan, il-maħfra Presidenzjali m'hi xejn ħlief gambetta - jien ma ngħidx li dan hu vot ta' sfiduċja - lill-ħidma tal-Pulizija biex imexxu l- affarijiet tagħhom b'mod serju.", "Jien qed ngħid dan għax meta jaraw x'qed jiġri, in-nies li kienu jikkollaboraw magħhom - jew li kienu lesti li jagħmlu dan - bilfors jikkonkludu li għaddejjin fili ġodda u differenti u minħabba f'hekk jibdew jibżgħu jitkellmu għax ma jkunux jafu fejn se tasal il-kelma tagħhom.", "GĦalhekk in-nies jibdew jibżgħu jikkollaboraw mal- Pulizija.", "Il-Pulizija li għandhom x'jaqsmu mal-ġlieda tad-drogi għandhom raġun iħossu diżgust kbir għax pass bħal dan ifisser - u din se tkun l- interpretazzjoni ta' kulħadd, inkluż tal-Pulizija - li hawn min għandu l- influwenza li jista' jċaqlaq l-ispag u jekk iċaqlaq l-ispag lil min irid jeħles u jirranġalu, dan se jirnexxilu jirranġalu.", "F'sitwazzjoni bħal din, min ikun lest li jagħti informazzjoni u għajnuna lill-Pulizija joqgħod lura għax jibda jibża' li l-għajnuna li jagħti lill-Pulizija tista' ddur kontra tiegħu u kontra l-familja tiegħu.", "GĦalhekk min ikun lest li jikkollabora jiddeċiedi li ma jagħmilx dan.", "Il-Pulizija għandhom raġun jgħidu li pass bħal dan kien wieħed mill-iktar passi diżgustanti li kellu jieħu l-Ministru tal-Ġustizzja f'pajjiż demokratiku bħal dan.", "Sur President, hemm ħaġa oħra li ta' min jaħseb fuqha wkoll.", "Maħfra bħal din tagħti sinjal internazzjonalment ta' kemm il-Gvern ta' Malta huwa serju fil-ġlieda tiegħu kontra d-drogi.", "Kieku jien kont qed inħares lejn dan il- pajjiż minn barra u nara maħfra Presidenzjali bħal din, il-konklużjoni tiegħi tkun ċara awtomatikament.", "Jien nikkonkludi li l-Gvern ta' Malta hu Gvern laxk u artab fil-ġlieda kontra d-drogi.", "Ma jistax ikun li jkun hemm konklużjoni oħra u internazzjonalment, sinjal bħal dan ikompli jnawwar l- isem ta' pajjiżna f'qasam fejn pajjiżna qiegħed jieħu isem ikrah.", "Qegħdin nieħdu isem li aħna ċentru tat-traffikar tad-drogi u tal-ħasil tal-flus illegali.", "Ċertament li jekk f'sitwazzjoni bħal din, gvern juri din it-tip ta' kompjaċenza għat-traffikar tad-drogi, internazzjonalment bilfors jistaqsu fejn hi s-serjeta' ta' dan il-pajjiż dwar dawn l-affarijiet u jekk il-Gvern Malti nnifsu huwiex kompliċi mas-sistemi internazzjonali tat- traffikar tad-drogi.", "Sur President, waħda mill-affarijiet strambi hija li l-istess Ministru diġa' qanqal baraxx sħiħ internazzjonalment - kellu raġun jew ma kellux - fuq il-ħelsien ta' Ali Rezaq xi xhur ilu.", "Kellu raġun jew ma kellux, dik ir- reputazzjoni b'xi mod jew ieħor daħlet fil-kuxjenza internazzjonali.", "GĦalhekk il-Gvern iktar u iktar kellu juri prudenza meta jiġi biex jikkonsidra l-ħelsien u l-maħfra Presidenzjali ta' traffikant tad-drogi li hu magħruf u maqbud.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll dwar l-argument tas-saħħa.", "L- Attorney General kien kontra dan l-argument għax qal li jekk il-Gvern Malti jagħti ħelsien u maħfra Presidenzjali on grounds li l-bniedem konċernat huwa marid b'mod gravi u infettiv, huwa ċar x'se jagħmlu t-traffikanti internazzjonali tad-droga; dawn se jibagħtu lejn Malta traffikanti u couriers li jkunu morda.", "Din il-ħaġa tant tiftiehem li l-Ministru stess kellu jgħidha, u jien naqbel magħha.", "Jien naqbel mal-parir ta' l-Avukat Ġenerali li dan hu preċiżament żball ieħor li sar u li qiegħed ikompli jimbolla lill-Gvern Malti bħala gvern li hu laxk u artab fil-ġlieda kontra d-drogi.", "Sur President, l-aħħar riperkussjoni li ta' min isemmi f'attitudni bħal din hija l-fatt li t-theddida tad-drogi fuq iż-żgħażagħ tagħna qed tinfirex iktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Meta ż-żgħażagħ jaraw li l-Gvern Malti qiegħed jieħu din l-attitudni laxka u ratba lejn il-ġlieda kontra d-drogi bilfors jikkonkludu li m'hemmx rieda politika fil-ġlieda kontra d-drogi, jew inkella jekk hemm rieda politika hija rieda tal-kliem biss u mhux tal- fatti, u li d-droga hija xi ħaġa aċċettabbli fil-mod kif qed titmexxa bħala negozju f'pajjiżna.", "Jien naħseb li ma jistax ikun li naċċettaw li din l- attitudni laxka u ratba tkompli tirriafferma ruħha.", "GĦalhekk naħseb li kull Membru tal-Gvern u ta' l-Oppożizzjoni fil-kuxjenza tiegħu jrid jieħu deċiżjoni ċara dwar jekk jaqbilx mad-deċiżjoni li ħa l-Onor.", "Joe Fenech.", "Wieħed ma għandux jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq bażi ta' partit, imma b'mod ħieles u liberu.", "Jekk il-Membri jiddeċiedu fuq il-kuxjenza tagħhom, dawn jaqblu ma' din id-deċiżjoni jew le?", "GĦax jekk il-kuxjenza tagħhom taqbel ma' din il-ħaġa, jien ikolli ngħid li l-Gvern u kull Membru tiegħu qiegħed ifalli fl-impenn li għandu jkollhom biex jissalvagwardaw il-bon ordni u l- liġijiet f'pajjiżna.", "Il-mod kif ingħatat il-maħfra huwa attakk u theddida għal-liġi u għall-bon ordni f'pajjiżna.", "GĦalhekk jekk din hija l- konklużjoni ta' dak li qed joħroġ mill-ħidma ta' l-Onor.", "Joe Fenech, naħseb li l-poplu Malti u l-Parlament għandhom raġun jivvotaw għar-riżenja tiegħu.", "Jekk l-Onor.", "Joe Fenech ma jkunx lest li jirriżenja quddiem każ bħal dan, il-Prim Ministru għandu jkollu r-responsabilita' li f'din il-kultura tar- riżenji li jsemmi, meta ma tinħariġx riżenja kif għandha toħroġ, ikeċċi lill-Onor.", "Joe Fenech.", "Jien naħseb li diġa' kien hemm każi oħra fejn issemma l-isem ta' l-Onor.", "Joe Fenech, imma mhux se noqgħod insemmihom.", "Ħalli nkompli nitkellem fuq il-każ li kont qed nitkellem fuqu.", "Kienu x'kienu l-każijiet l-oħra li fihom issemma l-Onor.", "Joe Fenech, naħseb li dan hu l-aktar każ kruċjali u f'din il-kultura tar-riżenji u ta' rġulija, l-Onor.", "Joe Fenech għandu jurina l-istess sens ta' rġulija, fis-sens tal-kelma kif jużaha l-Prim Ministru, billi llejla jagħtina r-riżenja tiegħu.", "Jekk il-Ministru tal- Ġustizzja ma jidħolx f'din il-kultura ġdida li suppost li hawn f'dan il- pajjiż u allura ma jirriżenjax quddiem il-fatti serji li għandna quddiemna, jekk mhux se jidħol f'dan is-sens ta' rġulija politika li tant nitkellmu u niftaħru dwaru, allura forsi għandha tiġi eżerċitata r-responsabilita' tal- Prim Ministru u jkeċċih.", "U jekk dawn iż-żewġ sinjuri jfallu f'dan id-dmir tagħhom, allura forsi għandu jkun id-dover u l-kuxjenza personali ta' kull wieħed u waħda minna hawn ġew li jużaw il-vot tagħhom b'mod veru liberu din id-darba li jivvotaw biex l-Onor.", "Joe Fenech jirriżenja u jekk ma jirriżenjax jitkeċċa.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Sur President, quddiem mozzjoni ta' sfiduċja fija quddiem il-Kamra, jidhirli li jkun korrett li jien ma nagħmilx awto difiża tiegħi nnifsi, imma nagħmel biss elenku kronoloġiku tal-fatti kif ġraw biex din il-Kamra - u anke l-poplu - tkun tista' tasal għall-ġudizzju tagħha dwar jekk il-parir li jiena tajt lill- President tar-Repubblika, f'isem l-Eżekuttiv, kienx parir li ttieħed b'mod responsabbli jew le.", "Biss qabel ngħaddi għall-elenku kronoloġiku tal-fatti kollha kif ġraw - u l-fatti li huma relevanti għalina huma x'kienu l- ġustifikazzjonijiet jew le li tilqa' jew tirrifjuta talba għal maħfra Presidenzjali - irrid ngħid li l-ħabib tiegħi semma l-inċident ta' Galea Scannura.", "Jien se ngħid żewġ fatti biss.", "F'Mejju 1993 Galea Scannura kiteb ittra - il-ħabib tiegħi din ma semmihiex - li Alla jbierek tant beżżgħet jew irrikattat lill-Eżekuttiv u lill-Pulizija, li l-Pulizija għamlulu kawża u fil-fatt irtira kollox.", "U l-Gvern tant beża' li lil Querioz għaddieh ġuri - jekk m'iniex sejjer żball f'Novembru 1993 - fejn ġie kkundannat 12-il sena ħabs u multa ta' Lm50,000!", "Mela dak kollu li semma qabelmhux biss mhux minnu, imma wkoll mhux rilevanti għal kas in eżami għax sar qabel saret il-petizzjoni.", "Irridu naraw x'ġara minn mindu talab il-maħfra Presidenzjali, u huwa dak li jrid jiggwida l-kwestjoni.", "Il-ħabib tiegħi semma wkoll - ma nistax ma nikkummentax fuqha - li din bilfors kienet kwestjoni fejn għaddew il-flus.", "L-Onor.", "De Marco korrettament talbu biex allegazzjoni bħal din jissostanzjaha u jien nista' ngħidlu li jekk mhux se jissostanzjaha hawn, jien diġa' għamil kwerela biex ikun jista' jissostanzjaha quddiem il Qorti u jtella' l-provi kollha sabiex jissostanzja dak li qal, għax dan l-aġir huwa rresponsabbli jew li wieħed jagħmel dikjarazzjonijiet simili li jagħmilha biex ikun għamilha mingħajr ma jkollu l-iċken prova jew indizju ta' prova ta' xi ħaġa.", "Issa ħalli nelenka daqsxejn il-fatti kif ġraw.", "L-ewwelnett se nagħti t-teorija ta' kif normalment tingħata l-amnestija Presidenzjali.", "L-awturi kostituzzjonali u l-prassi jgħidu li l-maħfra Presidenzjali tingħata f'diversi ċirkostanzi imma l-każijiet l-iktar komuni huma: kondizzjoni medika tal-priġunier; meta jinstabu provi ġodda li jitfgħu dubju dwar il-korrettezza tal-kundanna; meta tittieħed Queen's evidence jew State evidence; jew inkella meta jkun hemm okkażjoni ta' importanza nazzjonali.", "Din il-kwestjoni ġiet a konjizzjoni tiegħi l-ewwel darba fl-10 ta' Mejju, 1994, meta rċevejt mingħand il-President għall-konsiderazzjoni u l-parir, petizzjoni li kienet bagħtet mart il-priġunier biex tingħatalu maħfra minħabba raġuni umanitarja, cioe' minħabba t-tbatija tal-familja.", "Din il-petizzjoni ġiet riferita lill-Pulizija fl-24 ta' Mejju, 1994, li ssuġġerew li tiġi irrifjutata u bagħtuli kopja tas-sentenza tal-Qorti li ngħatat kontra Queiroz fl-1 ta' Novembru, 1994.", "Minn indaġini li għamilt irriżulta li fil-11 ta' Lulju, 1991, Queiroz inqabad fl-ajruport bil- pussess ta' droga minn uffiċjali tad-Dwana u ġie arrestat mill-Pulizija u ppreżentat il-Qorti fit-13 ta' Lulju meta bdiet il-kumpilazzjoni.", "Fit-13 ta' Lulju, 1991, iddaħħal Kordin u fil-25 ta' Ottubru, 1993, beda l-ġuri tiegħu.", "Fl-1 ta' Novembru, 1993, ingħatat is-sentenza fejn il-ġurati kienu rrakkommandaw klemenza u wara li ħadet konjizzjoni tagħha fl-applikazzjoni tal-piena, il-Qorti kkundannat lil Queiroz għal 12-il sena ħabs u Lm50,000 multa.", "Minn din il-piena kellu jitnaqqas il-perjodu li għamel fil-ħabs.", "Billi l-akkużat ma kellux mezzi u ma setax iqabbad avukat biex jiddefendih, ġie difiż fil-ġuri mill-avukat ta' l-għajnuna legali, magħruf komunement bħala l-avukat tal-fqar.", "Huwa ġie nfurmat li mill-piena ta' 12-il sena kien għad fadallu biss tliet snin u 11-il xahar ħabs x'jiskonta wara li tnaqqas il-perjodu li għamel fil-ħabs, iż-żmien ta' maħfra permess mil-liġi għal imġieba tajba fil-ħabs u t-tnaqqis tal-piena skond il-proklama tat-2 ta' Mejju, 1992.", "U kieku ma setax iħallas il-Lm50,000 u kellhom jiġu konvertiti f'ħabs, dawn kienu jissarrfu fi 18-il xahar ħabs.", "Fil-31 ta' Mejju jien tajt parir lill-President biex jirrifjuta t-talba u l-petizzjoni ġiet rifjutata fl-1 ta' Ġunju, 1994.", "Mela l-ewwel talba biex dan jiġi mogħti l-maħfra Presidenzjali kienet ibbażata biss fuq bażi umanitarja.", "Il- Pulizija ġustifikatament oġġezzjonat u bla dubju ta' xejn ilqajt il-parir tagħhom, għax anke kieku ma tawhulix hekk kont nagħmel.", "Jien għalhekk tajt il-parir lill-President biex ma jaċċettax il-petizzjoni.", "U mhux veru li mort għand l-Attorney General, kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għax ma kienx hemm għalfejn.", "L-ewwel talba kienet eżattament hekk.", "Imbagħad x'ġara?", "Fis-16 ta' Ġunju, 1994, irċevejt mingħand il-President għall-konsiderazzjoni u l-parir tiegħi, petizzjoni oħra li din id-darba bagħatlu l-priġunier Queiroz mill-ħabs, fit-8 ta' Ġunju 1994, u li magħha hemeż ċertifikat mediku tat-tabib tal-ħabs u rapport ta' l-imġieba fil-ħabs datat ukoll 8 ta' Ġunju, 1994.", "Mela dan mal-petizzjoni li bagħat lill- President, bagħat ċertifikat mediku mit-tabib tal-ħabs u rapport ta' l- imġieba tiegħu mill-uffiċjali tal-ħabs.", "It-tabib ġie nformat li ntbagħtet din il-petizzjoni mill-priġunier dak inhar stess li ġie nformat għall-ewwel darba bil-marda u s-serjeta' tagħha.", "Fil-fatt il-petizzjoni għall-maħfra kienet ibbażata biss fuq l-istat ta' saħħtu u fiha ħareġ dan l-element ġdid importanti ta' marda serja li t-tabib fiċ-ċertifikat tiegħu iddeskrivieha bħala marda \"highly infectious especially in prison facilities\" u li l- marda kienet waħda attiva.", "Fiċ-ċertifikat it-tabib kiteb ukoll li l- Professur Fenech fl-Isptar San Luqa kien eżamina lill-priġunier.", "In vista ta' dan, fl-20 ta' Ġunju, 1994, jien irreferejt kollox lis-CGMO għall- kummenti u r-rakkommandazzjonijiet tiegħu.", "Billi din id-darba ma kenitx kwestjoni umanitarja fejn jidħlu l-Pulizija - u l-Pulizija quite rightly kienu diġa' oġġezzjonaw u allura ma kienx hemm iktar x'tisma' mingħandhom iktar - l-awtorita' li lilha ridt nirreferi l-kwestjoni biex tagħtini l- entita' u s-serjeta' ta' dak li kien qed jallega u ta' dak li kien hemm fiċ- ċertifikat mediku, kienet l-awtorita' sanitarja u ħadd iktar.", "Fil-fatt jien bgħatt kollox lis-SGMO fl-20 ta' Ġunju.", "Fid-29 ta' Lulju, 1994, is-CGMO ikkonferma l-marda u l-kondizzjoni medika tal-pazjent bħala waħda infettiva u r-riskju ta' nfezzjoni lil ħaddieħor dak iż-żmien ġie minimizzat billi l- priġunier inżamm in a secluded area.", "Qaluli li gdibt, imma din qiegħda fiċ- ċertifikat li rċevejt mingħand l-awtoritajiet tas-saħħa u jien m'għandix għaliex ma noqgħodx fuqhom.", "Fil-11 ta' Awissu, 1994, irreferejt għall- ewwel darba l-każ lill-Avukat Ġenerali għall-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu.", "Fl-24 ta' Awissu, 1994, l-Avukat Ġenerali rrakkommanda li billi m'hemmx arranġamenti mal-Brażil għat-trasferiment ta' priġunieri, l-aħjar mod kien li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jagħmel arranġamenti ma' awtoritajiet Brażiljani biex il-priġunier ikompli jservi s-sentenza f'ħabs fil-Brazil, filwaqt li tinħafirlu l-piena pekunjarja.", "Fuq ir-rakkommandazzjoni ta' l-Avukat Ġenerali, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi, fit-28 ta' Awissu, 1994, kiteb ittra lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin biex, kif issuġġerixxa l-Avukat Ġenerali, jagħmlu l-arranġamenti neċessarji ma' l-Awtoritajiet Brażiljani ħalli l-priġunier ikompli jservi s-sentenza fil-ħabs il-Brażil.", "Il-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin ikkonfermalu li m'hemmx arranġamenti simili mal-Brażil u li kienu jridu jgħaddu xhur jekk mhux snin biex forsi jsiru arranġamenti simili.", "Fis-7 ta' Settembru, 1994, mingħand id-Direttur Ġenerali tal- Ministeru ta' l-Intern irċevejt kopja ta' ittra li kien bagħat lill-Avukat Ġenerali, flimkien ma' kopja ta' ittra tat-Tabib tal-Ħabs, Dr Zammit Montebello, datata 11 ta' Awissu, 1994, li magħha nkluda wkoll kopja ta' rapport li l-Professur Fenech kien bagħat lit-tabib fit-3 ta' Awissu, 1994, wara li kien irreferielu lill-priġunier għall-eżami.", "F'din l-ittra l- Professur Fenech qallu li l-marda kienet persistentement attiva - u min hu tabib jaf din xi tfisser - infettiva u kien hemm riskju li l-marda tiggrava.", "GĦalhekk deherlu li l-priġunier għandu jkun konsidrat għal trattament b'mediċini partikolari ...", "Qed nitkellem hekk biex ma nsemmix il-marda x'kienet għalkemm int deherlek li għandek issemmiha.", "(Interruzzjonijiet) U fil-fatt semmejtha ħażin għaliex hemm diversi kwalitajiet ta' hepatitis.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien fl-interess tal-pubbliku ridt insemmiha.", "ONOR.", "JOE FENECH: L-interess tal-pubbliku l-Gvern qed jieħu ħsiebu.", "F'din l-ittra kien hemm miktub hekk:", "\"Għalhekk deherlu li l-priġunier għandu jkun konsidrat għal trattament b'mediċini partikolari, liema trattament hu spendjuż ħafna.", "GĦalhekk jirrakkommanda li l-priġunier jintbagħat lura f'pajjiżu għall-kura.\".", "Din kienet ir-rakkommandazzjoni li kien għamel il-Professur Fenech.", "Bl- ittra tiegħu tal-11 ta' Awissu, 1994, it-Tabib Zammit Montebello nforma lill-Aġent Direttur tal-Ħabs li jaqbel mar-rakkommandazzjonijiet li kien għamel l-ispeċjalista.", "Id-Direttur Ġenerali tal-Ministeru ta' l-Intern fl- ittra tas-7 ta' Settembru, 1994, li bagħat lill-Avukat Ġenerali u li bħala bagħat kopja lill-Ministeru tal-Ġustizzja, iddikjara li l-istat ta' saħħa ta' Queiroz kien qed jiddeterjora u li in vista tar-rakkommandazzjoni tat- tobba li dan jintbagħat għall- kura f'pajjiżu u l-fatt li m'hemmx arranġamenti mal-Brażil li taħthom il-prinġunier Queiroz seta' jintbagħat ikompli jservi s-sentenza hemm, deherlu li minħabba ċ-ċirkostanzi mediċi tal-każ, wieħed għandu jesplora x'possibbiltajiet oħra hemm wara li wkoll jieħu in konsiderazzjoni l-aspett uman u l-ispiża tat-trattament.", "Mir-rapport dwar l-imġieba tiegħu fil-ħabs - u hawn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qal li jien gdibt ukoll - li d-Direttur Ġenerali hemeż ma' l- istess ittra, jirriżulta li l-imġieba tal-priġunier fil-ħabs f'dawn it- tliet snin kienet tajba, anzi eżemplari, ta' eżempju għal ħaddieħor, u qatt ma sar rapport kontra tiegħu, filwaqt li kien ubbidjenti u jirrispetta lill-uffiċjali tal-ħabs u l-istat ta' saħħtu ma kienx tajjeb.", "Irriżulta wkoll li l-priġunier ma kkommetta ebda delitt fil-Brażil jew f'xi post ieħor qabel dan id-delitt li sar f'Malta.", "Minn Frar ta' l-1992 sal-lum, kien hemm 48 petizzjoni minn priġunieri li kien hemm il-ħabs dwar delitti relatati mad-droga.", "Il-Gvern qatt ma ta maħfra għaliex dawn id-delitti jikkonsidrahom gravi ħafna u flaġell għas- soċjeta' u jinsab impenjat u determinat li jiġġieled it-tixrid tad-droga b'kull mezz.", "Kien hemm żewġ każijiet, barra dan ta' Queiroz, fejn sar xi tnaqqis tal-piena.", "Każ minnhom kien ta' ċertu wieħed kunjomu Rapinett fejn ġie rakkommandat it-tnaqqis ta' multa ta' ¥400 wara rakkommandazzjoni ta' l-istess Pulizija billi dan kien attenda għall-kors ta' riabilitazzjoni tal-Caritas u kien qed jagħmel progress u beżgħu li l-inkwiet tal-multa seta' jkun detrimentali għas-suċċess tal-kors.", "Kien hemm ukoll tnaqqis ta' multa minn Lm200 għal Lm100 fil-każ ta' ċertu wieħed kunjomu Buhagiar għal raġunijiet umanitarji billi tkeċċa minn post tal-Gvern u kien fi strettezzi finanzjarji.", "Finalment kien hemm il-każ ta' Queiroz li wara li jien eżaminajt l-istat deterjoranti ta' saħħtu, il-perikli u r-riskji ta' l- infezzjoni lil ħaddieħor f'marda li hi deskritta bħala \"attiva\", il-parir tat-tobba, il-fatt li ma setax jintbagħat ikompli jservi l-piena fil-ħabs karċerarja fil-Brażil, kif ukoll ċirkostanzi oħra msemmija iktar 'il fuq, b'sens ta' responsabilita', fl-interess pubbliku u nazzjonali, jien tajt parir lill-President biex tingħatalu l-maħfra ħalli jmur f'pajjiżu għat- trattament.", "B'hekk nevitaw il-periklu tal-marda tiegħu mill-ambjent tal- ħabs.", "Dawn huma l-fatti li fuqhom għamilt ir-rakkommandazzjoni tiegħi u huma fatti li jitkellmu weħidhom u li fl-opinjoni tiegħi jiġġustifikaw b'mod ċar il-parir li tajt lill-President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġbok żomm l-ordni, Onor. Spiteri.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, m'hemmx dubju li meta tiġi eżerċitata l- maħfra Presidenzjali, naħseb li din dejjem tkun deċiżjoni ta' ċerta kontroversja.", "M'hux l-ewwel darba li fil-pajjiż kien hawn kontroversja dwar l-eżerċizzju ta' din il-maħfra, pero' jien naħseb li iktar nifhmu kemm il-kontroversja tkun aktar qawwija jekk din il-maħfra Presidenzjali tkun tirrigwarda lil xi ħadd li jkun ġie kundannat - kif inhu f'dan il-każ - fuq traffikar tad-droga.", "Naħseb li f'Malta, il-kontroversja qed takkwista ċerta karga iktar min-normal minħabba li t-tħabbir ta' din il-maħfra Presidenzjali tikkonċiedi mal-qtil u mat-traġedja li kellna fil-Mosta li hija wkoll relatata ma' problemi, ma' abbuż u ma' traffikar tad-droga.", "Illum aħna ltqajna hawnhekk sabiex nesprimu l-fehma tagħna fuq il-ġudizzju li eżerċita l-Ministru tal-Ġustizzja fil-qadi ta' dmirijietu biex jagħti parir lill-President ta' Malta dwar dan is-suġġett.", "Waħda mir- riflessjonijiet li rrid nagħmel hija li, filwaqt li wieħed jista' ma jaqbilx mal-ġudizzju ta' awtorita' kompetenti u jista' jikkustinja dak il- ġudizzju, ma jidhirlix u ma nemminx li wieħed għandu jaqbeż mill-ewwel għall-konklużjoni li dik id-deċiżjoni, b'xi mod, tista' timmina l-impenn tal-Gvern fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.", "Jien nifhem li, li wieħed jikkritika deċiżjoni hija parti mis-sistema demokratika ta' pajjiżna u li wieħed jikkritika deċiżjoni biex jissensibilizza iktar opinjoni pubblika fuq is-suġġett wieħed jasal biex jifhimha wkoll imma, fil-fehma tiegħi, huwa apprezzament żbaljat tal-fatti u taċ-ċirkostanzi kollha u huwa wkoll apprezzament mgħaġġel, daparti ta' l-Oppożizzjoni, li mhux biss ma taqbilx mal-ġudizzju tal-Ministru tal-Ġustizzja, mhux biss toħroġ u tikkritikah fil-pubbliku talli timputa malizzja u mottivi ulterjuri, bl- iktar mod infondat, u tersaq biex tipproponi mozzjoni ta' sfiduċja.", "Allaħares kull darba li l-Oppożizzjoni ma taqbilx mal-ġudizzju ta' awtorita' kompetenti tavvanza l-mozzjonijiet ta' sfiduċja u tavvanza l- imputazzjonijiet infondati għaliex kieku wieħed jispiċċa fi kriżi sħiħa ta' stat.", "Dalgħodu, kif ġieli jkolli nagħmel, ġabuli quddiemi biex niffirma dik li tissejjaħ ordni ta' kura għal tarbija li qiegħda f'diffikultajiet fi ħdan il-familja tagħha.", "M'huwiex eżerċizzju faċli li persuna li hija kompletament estranja għall-persuna oħra minuri u għall-familja tagħha, tevalwa r-rapporti li jaslulha - f'dan il-każ tas-social workers - u abbażi ta' dik l-evalwazzjoni tagħmel ġudizzju u tiddeċiedi li toftoq lil dak l-iben jew lil dik il-bint mill-ġenituri tagħha.", "Dan huwa ġudizzju li l-awtorita' kompetenti - f'dan il-każ inzerta l-Ministru responsabbli għall-Affarijiet Soċjali - trid teżerċitah u trid tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex teżerċitah b'għaqal u bi prudenza u m'hux eskluż li jkun ġudizzju li ħaddieħor ma jaqbilx miegħu u li jqanqal ċertu kritika.", "GĦalhekk, fl-opinjoni tiegħi, il-materja li għandna quddiemna, m'hijiex il-kwestjoni jekk il-Ministru tal-Ġustizzja kienx ġenwin, korrett, onest jew integru fid-deċiżjoni tiegħu meta ġie biex jagħti l-parir lill- President ta' Malta favur il-maħfra f'dan il-każ partikolari.", "Dak il- ġudizzju huwa kompitu ta' dik l-awtorita' skond il-Kostituzzjoni, ħadd ma jista' jissostitwixxi l-ġudizzju tiegħu għal ġudizzju ta' dik l-awtorita' għax dik l-awtoirita' f'dak il-mument partikolari tkun qed tevalwa ċ- ċirkostanzi u l-fatti li jkollha quddiemha u għalhekk tibqa' il- kwestjoni jekk din id-deċiżjoni, kif qed tgħid l-Oppożizzjoni, timminax b'xi mod l-impenn tal-Gvern fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.", "L- Oppożizzjoni qalet: Ir-rieda politika bil-kliem hemm, bil-fatti le.", "Fuq dan nesprimi ftit opinjonijiet iktar tard.", "Il-qalba tal-mozzjoni li għandna quddiemna m'hijiex l-isfiduċja fil- Ministru Fenech imma hi jekk din id-deċiżjoni timminax l-isforzi ta' l- Istat Malti fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, turix nuqqas ta' kuxjenza daparti tal-Gvern f'din il-materja u tnaqqasx il-fiduċja ta' gvernijiet barranin fil-Gvern u fl-operat tal-Gvern Malti li l- Oppożizzjoni sejħitlu laxk u artab.", "Jien konvint ħafna li minn din il- perspettiva li qed titfa' l-Oppożizzjoni ma javvera ruħu assolutament xejn u se nispjega għaliex.", "L-ewwelnett nixtieq nagħti xi informazzjoni oħra dwar il-kwestjonijiet li huma marbuta ma' l-aspetti ta' saħħa għar-rigward tal-popolazzjoni li hemm fil-ħabs ta' Kordin.", "L-Oppożizzjoni donnha trid tagħti l-impressjoni li din ir-raġuni ta' saħħa hija xi invenzjoni, x'aktarx b'kollużjoni ta' dan il-priġunier u li din ir-raġuni wasslet għal din il-maħfra Presidenzjali.", "Pero' l-fatti huma ħafna iktar 'il bogħod minn daqshekk.", "Il-fatti huma fl-istorja tal-popolazzjoni tal-ħabs ta' Kordin qatt ma kien sar screening ta' l-inmates.", "Meta l-awtoritajiet tal-ħabs bdew jaraw kif il-kategorija tal-ħabsin qegħda tevolvi b'mod li n-numru ta' dawk li qegħdin jiġu kkundannati fil-ħabs minħabba reati konnessi ma' abbuż ta' droga u traffikar ta' droga qiegħed jiżdied u minħabba li hu magħruf minn kulħadd illi fil-popolazzjoni ġenerali li tabbuża mid-droga hemm inċidenza ta' infezzjonijiet u ta' mard illi hija ogħla mill-inċidenza illi jkollok f'popolazzjoni li ma tkunx qed tabbuża hekk, f'Ottubru tas-sena l-oħra ħassew il-ħtieġa li jibdew screening programme tal-ħabsin kollha kemm huma.", "Dan ma bediex isir għaliex skoppjat xi kriżi u f'daqqa waħda l- awtoritajiet ma kenux jafu x'se jaqbdu jagħmlu u għamlu xi screening programme.", "Dan beda jsir għaliex element importanti tar-riforma fil-ħabs huwa s-servizzi mediċi u ta' saħħa illi aħna rridu nintroduċu bħala parti mir-riforma kollha tas-servizzi korrettivi.", "Wieħed ma setax jibda jibni strateġija u policy dwar x'servizzi ta' saħħa u x'servizzi mediċi jrid jipprovdi jekk l-ewwel ma jkollux profil ta' l-istatus tas-saħħa tal- popolazzjoni tal-ħabsin.", "GĦalhekk f'Ottubru beda l-iscreening.", "Irrid ngħid li hemm ċerta delikatezza fis-sitwazzjoni.", "L-ewwelnett, tajjeb ngħid li wieħed ma jistax, skond il-liġijiet u skond l-etika medika, imur fuq ħabsi u jgħidlu li jrid jeħodlu d-demm ħalli jittestjahulu.", "Kieku l- awtoritajiet tal-ħabs kellhom jipprovaw jagħmlu dan l-iscreening bil-metodu rough li d-diskors ta' l-Oppożizzjoni meta tiġi biex timmaniġġja dawn l- affarijiet donnu jindika - anke jekk fil-fatt jien naf illi meta mbagħad jaraw l-affarijiet bil-kalma bil-pariri ta' min jifhem - kieku kien ikollna diżastru għaliex l-inmates kienu jirrifjutaw li jiġu screened.", "U kien hemm min ried jirrifjuta li jiġi screened u filwaqt li aħna ma stajniex nisforzawhom daħħalna wkoll il-prinċipju li min jirrifjuta li jiġi screened jista' ma jiġix screened għax huwa dritt tiegħu, imma daqstant ieħor l-awtoritajiet tal-ħabs ikollhom id-dritt li mbagħad ma jqisux b'mod pożittiv dawk illi fl-intern tal-ħabs isejħulhom il-privileġġi tal-ħabsin, jiġifieri l-contact visits u affarijiet oħra bħal dawn.", "Bejn il-persważjoni u bejn ċertu bilanċ ta' kif jiġu maniġġjati l-affarijiet, beda screening programme bil-mod, imbagħad sa nofs is-sena l994 konna qrobna biex kważi nagħmlu screening ta' l-inmates kollha tal-ħabs.", "Ir-riżultat ta' dan l- iscreening wera xi każijiet tal-hepatitis B. Naturalment dawn li jkunu taw dawn ir-riżultati jiġu mbagħad riferuti għal aktar investigazzjonijiet u, jekk ikun hemm bżonn, għal aktar kura lill-awtoritajiet ta' l-isptar.", "GĦall-ħabta ta' nofs din is-sena, minn ċerti investigazzjonijiet ulterjuri li saru, mhux biss b'testijiet li saru hawn Malta imma b'testijiet ukoll li saru fl-Ingilterra - u safejn informat jien ma jirriżultalix li ma sarux it-testijiet kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-kondizzjoni tal-persuna in kwestjoni - irriżulta li fil-każ tal-persuna li għandna quddiemna llum dan kellu kondizzjoni - u din mhux il-Ministru tal-Ġustizzja, jew l-agent Direttur tal-Ħabs jew xi uffiċjal ieħor tal-ħabs qed jgħiduha imma l- awtoritajiet tas-saħħa Maltin, il-konsulenti u t-tobba Maltin u t-tabib konċernat li jsegwi dawn il-każijiet - li hija highly infectious, li m'hijiex passiva kif tkun il-hepatitis B fil-biċċa l-kbira tal-każijiet.", "Hija kondizzjoni illi tkun qegħda persistentement attiva u li għaliex hija attiva allura l-periklu ta' l-infettivita' ta' l-infezzjoni għal xi raġuni jew oħra jikber ħafna iktar min-normal.", "Meta xi ħadd mill-faċilita' korrettiva ta' Kordin informa b'dan kollu lill-mezzi ta' komunikazzjoni ta' l-Oppożizzjoni u dan kollu ġie mxandar, żarmawlna x-xogħol kollu li konna qed nipprovaw nagħmlu sabiex l-affarijiet isiru b'għaqal, għall-ġid tal- popolazzjoni tal-ħabs, għall-ġid tal-familjari tagħhom li jżuruhom u għall- ġid ta' l-istaff li jaħdem il-ħabs; f'kemm ilni ngħidlek kien se jkollna rivoluzzjoni.", "At that point in time, f'nofs Ġunju, l-uniku mezz li aħna bih stajna nikkalmaw is-sitwazzjoni kien billi nissegregaw, jiġifieri niżolaw il-persuni li kellhom indikazzjoni ta' din il-kondizzjoni.", "Jien naħseb - għalkemm kulħadd jaf fuq xiex qed nitkellmu - li s-serjeta' titlob ukoll li wieħed xorta jibqa' juża ċertu korrettezza dwar kif jiżvela x'inhu l- istat ta' saħħa ta' xi ħaddieħor, hu min hu, Mr Speaker.", "Għalhekk m'iniex se noqgħod nispeċifika l-marda kif inhi għaliex l-Oppożizzjoni jidher ċar li għandha ħjiel tajjeb.", "Irrid ngħid li wara li s-sitwazzjoni ikkalmat ...", "U kkalmat mhux kumbinazzjoni; l-ewwel ġew provokati għaliex din l-aħbar ġiet mogħtija b'ċerta mod u manjiera, l-awtoritajiet kellhom id-dover tagħhom jaraw kif is-sitwazzjoni jġibuha għan-normal għaliex f'sitwazzjoni mhux normali ma setax ikomplu l-iscreening u ma setgħux ikomplu l-ħteġijiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu mplimentati miżuri għar-rigward tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-ħabs u jekk m'inix sejjer żball, dawn ġew segregati fit-28 ta' Ġunju u ġew poġġuti fil-lock-up tar-Raħal il-Ġdid fejn damu hemmhekk sat-2 jew 3 ta' Awissu ta' dik is-sena.", "Irrid ngħid li f'dak iż- żmien, saru diversi laqgħat - ġieli kont preżenti jien ukoll - fejn ġew involuti l-awtoritajiet tas-saħħa, id-Direttur responsabbli għas-saħħa pubblika, it-tobba tal-Faċilita' Korrettiva, il-persuni responsabbli għall- Prison Board, il-Professur Rizzo Naudi, id-Direttur Ġenerali, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tagħna u jien.", "F'dawn il-laqgħat li saru f'Ġunju - f'Lulju kien hemm laqgħat iktar formali - ġie analizzat dawn iċ- ċirkostanzi kollha u f'dak iż-żmien bdejna nifhmu iktar kif wieħed għandu jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Sadanittant fit-2 ta' Awissu 1994, f'laqgħa oħra li saret fejn kont preżenti jiena wkoll, idduskutejna l- kwestjoni tal-policy tas-segregazzjoni ta' każijiet ta' dan it-tip.", "Filwaqt li wieħed faċilment jista' jaħseb li dak li tista' tagħmel huwa li tifred lil min ikollu kondizzjoni bħal din mill-bqija tal-popolazzjoni, l- esperjenza kollha turi u l-prinċipji etiċi u anke ta' natura ta' konvenzjonijiet fuq livell internazzjonali jindikaw, li wieħed m'għandux jieħu x-short-sighted avenue li jagħmel segregazzjoni ta' min ikun milqut b'din il-materja.", "U fil-fatt il-pożizzjoni kienet li f'din il-laqgħa tat-2 ta' Awissu, 1994 wara li qissna l-konsegwenzi kollha ta' xi tfisser policy ta' segregazzjoni, x'inhuma l-implikazzjonijiet legali u etiċi, x'inhuma l- implikazzjonijiet jekk tapplika l-policy ta' segregazzjoni f'dan il-każ in partikolari għal kondizzjonijiet oħra ta' mard futuri, x'timplika din għat- tmexxija kollha kemm hi tas-servizzi korrettivi, x'timplika din għad-dritt ta' kull ċittadin għall-konfidenzjalita' dwar il-kondizzjoni ta' saħħtu ...", "Rajna wkoll, Mr Speaker, x'jgħidu awtoritajiet f'dan il-qasam.", "Hemm konvenzjonijiet Ewropej li jitkellmu kontra din il-policy.", "Wieħed mill- awtoritajiet li aħna nsegwuh ħafna bħala manual li jismu l-\"Prison Health\" magħmul mill-Helsinki Institute for Crime Prevention and Control li huwa affiljat man-Nazzjonijiet Uniti jgħid li:", "\"Whether compulsory HIV testing and segregation has reduced transmission of HIV infection remains unproven but such practices have been opposed for penalising HIV infected prisoners.\".", "Jirriżulta wkoll li segregation on grounds of HIV infection alone was adoped as a policy - per eżempju fl-Irlanda - by the prison administration rather than the health service and also much against the protest tal- professjoni medika f'dak il-pajjiż in partikolari.", "U għal din ir-raġuni aħna ħdimna strateġija kif inwaqqfu din is-segregation.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qalilna - donna din ġrat naturali - li meta l-paniku waqaf, is- segregation waqqfuha.", "Ma jafx il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-input li kien hemm ta' diversi uffiċjali pubbliċi mediċi u oħrajn biex inkunu nistgħu ġo ambjent delikat infiehmu lil kulħadd għaliex segregation policy m'hijiex la fl-interess tal-popolazzjoni tal-ħabs u tmur ukoll kontra d-drittijiet taċ- ċittadini li jkunu ġew segregati?", "U waħda mir-raġunijiet hija li jekk wieħed jibda jadotta l-policy ta' segregation allura l-porċess ta' volontarjeta' li huwa meħtieġ daparti ta' priġunier biex jikkopera ma' l- awtoritajiet mediċi biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta' saħħa u ħwejjeġ oħra relatati, jiġi ostakolat għax ħadd ma jkun irid jikkopera biex f'każ li jirriżulta xi ħaġa, ma jiġix iżolat u segregat.", "Mr Speaker, dan jien qed ngħidu għaliex l-Oppożizzjoni donnha pprovat tagħti l- impressjoni li kollox kien fittizju mentri dan hu r-riżultat ta' proċess ta' ħsieb li qed jieħu ż-żmien.", "Dan qed isir b'ċertu għaqal u rrid ngħid ukoll li f'dan il-każ partikolari, aħna ħadna l-miżuri kollha meħtieġa.", "L- Oppożizzjoni donnha qed tgħid li l-kondizzjoni ta' saħħa li qed nitkellmu fuqha m'hi xejn.", "Veru li hemm kondizzjonijiet, li meta tkun passiva, din ma tkunx ta' periklu partikolari, pero' wieħed xorta jrid jieħu ċerti prekawzjonijiet għaliex anke f'dan ir-rigward hemm possibilitajiet ta' infettivita'.", "Imma din tista' tkun kondizzjoni attiva u kronika jew kif jien informat mill-opinjoni medika jista' jkun hemm każijiet fejn f'daqqa waħda tista' tiddeterjora l-kondizzjoni u l-persuna konċernata tkun tista' tmur għall-agħar u tmut.", "L-infettivita' tista' tirriżulta mhux biss minn kwestjonijiet ta' atti sesswali, minn sharing ta' siringi għall-abbuż tad- droga intravenuż u minn xi taħlit ta' demm imma tista' tirriżulta wkoll f'ambjent magħluq kif inhu l-ħabs; anke jekk bniedem ikollu xi jgħid.", "U aħna nafu li l-livell ta' tensjoni fil-ħabs bilfors huwa ogħla minn dak ta' ċirkostanzi normali.", "MR SPEAKER: Point of Order.", "L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Fl-opinjoni tiegħi, il-Ministru qed jimmiżlijdja lill-Kamra u se nagħti l-provi għal dan.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, dan se jidħol fil-mertu ....", "MR SPEAKER: Onor. Nicholl, agħmel il-punt tiegħek.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Mr Speaker, jien hawnhekk għandi kopja tal-magazine mediku t'Awissu, 1994 miktub minn Michael K. Reese li huwa Internist in Private Practice in Brooklyn, Clinical Instructor of Medicine f'Harvard Medical School ...", "MR SPEAKER: Onorevoli, imma jien ma nistax nidħol fil-ġudizzju ...", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Imma l-Ministru qed jimmiżlijdja lill-Kamra.", "Dan qed jgħid: A common misconception among some patients ...", "MR SPEAKER: Onorevoli, din hija opinjoni u jien ma nistax niddeċiedi fuqha.", "Jiddispjaċini imma qiegħed out of order.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nerġa' ngħid, li jien noqgħod fuq l- opinjoni medika għaliex jien lajk għal kollox f'din il-materja.", "Jien għandi ċertifikati li jgħidu li l-kondizzjoni konċernata hija highly infectious u l-artiklu li qed jikkwota l-Onor.", "Membru jgħid ukoll li din il-kondizzjoni in partikolari is a marker of virenia (?) and denotes increased infectivity.", "MR SPEAKER: On a point of order.", "L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Ġaladarba l-Ministru Galea qiegħed jikkwota, biex jirribatti dak li qal l-Onor.", "Nicholl, inħoss li s-Sedja għandha l-obbligu li tippermetti li jidħol fir-record il-parti qasira li kien se jaqra l- Onor. Nicholl.", "MR SPEAKER: Onorevoli tressaq point of order.", "Naturalment, għandek id- dritt li twieġeb u tintervjeni d-dibattitu.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nixtieq ngħid li f'dan il-każ in partikolari l-fatti ma kenux biss iqanqlu tħassib fil-Ministru tal- Ġustizzja li, fi proċess kompletament separat, kien qiegħed jikkonsidra petizzjoni tal-priġunier in kwestjoni imma minn punto di vista totalment differenti kien qiegħed iqanqal tħassib serju lill-awtoritajiet tal-ħabs li, nerġa' ngħid, kienu fi proċess ta' screening process fuq kondizzjonijiet ta' saħħa fejn l-avvanz mediku għadu qiegħed jiskopri ċerti affarijiet.", "Mr Speaker, tajjeb li ngħid li ċerti screening tests li ġew użati f'dan il-proċess kollu li qed insemmi huma tests li bdew jiġu wżati għall-ewwel darba fl-1989 u għadhom sal-lum l-awtoritajiet mediċi jgħidu li f'ċerti kondizzjonijiet ta' din il-marda ġenerali li qed nitkellmu fuqha mhux dejjem li jagħtuk ir-riżultati kif huwa meħtieġ.", "Allura wieħed tajjeb li jfisser li f'dan il-każ partikolari, fejn jidħlu raġunijiet ta' saħħa li qies il-Ministru tal-Ġustizzja huma raġunijiet mill-iktar reali, raġunijiet li preokkupaw lill-awtoritajiet sa minn Ottubru tas-sena l-oħra u li ġew segwiti b'attenzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa f'pajjiżna għaliex wieħed irid jagħmel ħiltu kollha mhux biss sabiex jipproteġi lill- popolazzjoni tal-ħabs imma anke sabiex jipproteġi lill-familjari tagħhom li jkunu qegħdin jitħalltu bil-konsegwenzi kollha li wieħed jista' jagħti lok għalihom.", "GĦalhekk aħna konna qegħdin ngħidu li f'din il-materja l- kwestjoni tal-ġudizzju li għamel il-Ministru Fenech mhuwiex xi ġudizzju li sar b'xi kapriċċ u bla ebda bażi.", "Dan sar f'ċirkostanzi li l-awtoritajiet tal-ħabs kienu qegħdin isegwu min-naħa tagħhom biex ikunu jistgħu jissalvagwardjaw ċertu pożizzjoni.", "Imbagħad l-Oppożizzjoni qaltilna li din id-deċiżjoni se tfixkel l-impenn tal-Gvern fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u li se timmina l-ħidma tal-Pulizija.", "Bħala prova ta' dan ġie ċitat li kien hemm uffiċjali fil- Korp tal-Pulizija li talbu li jiġu trasferiti mit-taqsima fejn qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam.", "Nerġa' ngħid, deċiżjoni bħal din ma tistax ma tkunx kontroversjali.", "Jien ma nistagħġeb xejn li min ma jkollux għad- dispożizzjoni tiegħu l-istampa sħiħa, il-fatti kollha u ċ-ċirkostanzi kollha, jeħodha bi kbira li l-Ministru tal-Ġustizzja javvoka l-maħfra Presidenzjali f'każ ta' persuna li nstabet ħatja ta' traffikar ta' droga.", "Pero' altru r-reazzjoni mmedjata ta' min ikun involut bħalma huma uffiċjali tal-Pulizija, uffiċjali tad-Dwana u tal-pubblku in ġenerali u altru r- reazzjoni ta' wieħed li jifhem l-isfond kollu li fi ħdanu tkun ittieħdet deċiżjoni li tajjeb infakku li hija deċiżjoni li ttieħdet skond il- Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Din mhijiex xi deċiżjoni li xi ħadd qabad u abbuża jew qabad u vvinta imma hija deċiżjoni li ttieħdet wara li ġie segwit il-proċess tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "U the proof of the pudding dejjem tkun in the eating, Mr Speaker.", "Jekk aħna rridu naraw l-impenn ta' l-Istat u l-impenn tal-Gvern fil- ġlieda kontra d-drogi rridu nħarsu wkoll lejn il-fatti .", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qal \"rieda politika tal-kliem u mhux tal-fatti\".", "Jiena ngħidlu li jekk kien hawn amministrazzjoni fl-aħħar 30 sena mindu bdiet il- problema tad-droga f'pajjiżna li bil-fatti uriet ir-rieda politika u l- impenn li din il-problema tittekiljaha b'serjeta' kbira, sew bl-istrutturi li bnejna aħna, sew bil-liġijiet li għaddejna u sew bl-azzjonijiet li ttieħdu, dan ma kien ħadd għajr din l-Amministrazzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Irrid ngħid ukoll, Mr Speaker - biex ma niġix mifhum ħażin - għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal \"niftaħar\" jew ma nafx x'kelma uża - li din m'hijiex kwestjoni ta' ftaħir.", "Hawn xi Ministru ta' l-Intern, jew xi Gvern fid-dinja kollha kemm hi - inkluż fil-pajjiżi l-aktar żviluppati u sofistikati u inkluż fl-iStati fejn il-piena tal-mewt hija xi ħaġa li nisimgħu spiss dwara - li jista' b'xi mod jgħid li f'din is-sitwazzjoni irrombla l-pressjoni lura kollha kemm hi?", "Hawn xi Gvernijiet li għaddew xi liġijiet immaġinabbli - liġi minnhom, dik ta' l-eletronic surveillance għad irridu ngħadduha s-sena d-dieħla, jekk il-Bambin irid - ...?", "Hawn pajjiżi fejn il-Liġi ta' l-Electronic Surveillance u liġijiet oħra bħal dik tal-money laundering.", "Jekk l-Oppożizzjoni qed taħseb li meta tkun fil- gvern din il-materja se tfaqqgħalha subgħaja la u ssolviha mhux biss qed turi li m'għadhiex taċċettaha - għax dawn għamlu żmien ma jaċċetawx il- probelma tad-droga - imma lanqas jemmnu li hawn il-problema tad-droga f'pajjiżna.", "Jien ipprovajt nagħmel riċerka ħalli nara x'qed taħseb l- Oppożizzjoni - mhux meta kienet fil-gvern imma issa - u x'inhi l- istrateġija u l-policy ta' l-Oppożizzjoni fil-ġlieda li huma fil-mozzjoni qed jgħidu li l-Istat Malti għandu jagħmel bla ebda heda kontra d-droga, pero' qalleb kemm tqalleb, kritika u attakki ssib volumi iżda suġġeriment validu bis-serjeta' u ħsieb maħsub kif dawn meta jkunu fil-gvern se jittekiljaw din il-problema, ma ssibx għajr minn xi erba' linji, u f'dawn l-erba' linji ssib li tliet linji minn dik l-azzjoni li qed jipproponu, dan il-Gvern diġa' wettaqaha, għax l-unika ħaġa li jsemmu en passant u li dan il-Gvern għadu m'għamilx hija l-electronic surveillance.", "Irrid ngħid ukoll li dawn jitkellmu b'ħafna saħħa, imma jekk wieħed jaqra d-dokumenti tagħhom ta' Lulju, 1991, isib li dawn jibdew jitkellmu favur li nimxu bil- prevenzjoni f'dawn il-każijiet u li rridu nipprovaw nirriabilitaw dawn id- drogati ma jitkellmux b'ċertu mod u manjiera .", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Order, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, irrid ngħid li l-fatti juru li ma tistax issib problemi fl-impenn tal-Gvern għall-ġlieda kontra d-droga.", "Aħna ħadna l-ħsieb biex norganizzaw ruħna kemm jista' jkun u issa rrivedejna l- Kummissjoni għall-Abbuż tad-droga.", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Bir-rispett kollu lejn is-Sedja, nixtieq nistaqsi x'inhi tagħmel is-Sedja.", "Mr Speaker, ilu 20 minuta out of order.", "Hemm mozzjoni speċifika - bi proposti speċifiċi fiha, speċjalment fl-għeruq tagħha - li ma kienx hemm referenza waħda għaliha.", "Jiġifieri dan ilu 20 minuta jitkellem fuq affarijiet politiċi u partiġġjani u m'għamel l-ebda referenza għal dak li qed niddiskutu llejla.", "MR SPEAKER: Il-Ministru qiegħed in order.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien qed nuri għaliex hija żbaljata l- mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni meta tgħid li l-maħfra Presidenzjali tmur għal kollox kontra l-impenn li għandu jkollu l-Gvern Malti biex jiġġieled b'kull mezz kontra t-traffikar illegali tad-droga.", "Ladarba dan mhux veru, allura t- talbiet l-oħra ta' l-Oppożizzjoni ma jibqgħux iktar validi.", "Aħna waqqafna dawn l-istrutturi u llum hemm aġenzija li qed tikkordina aħjar minn qabel l- isforzi kollha li jridu jsiru f'dan il-qasam.", "Tajjeb li nfakkru li sal-lum stess il-Kap ta' l-Interpol ġie kkwotat f'\"The Times\" li qal hekk:", "\"The global drugs problem is one of the biggest threats to democracy and the scourge cannot be conquered by reinforcement alone.\"", "Dan qed jitkellem dwar il-ħtieġa tal-prevenzjoni, fis-sens li wieħed ikollu servizzi ta' kura u din hija ħaġa li aħna qegħdin nittekiljaw.", "Irrid ngħid li għall-qasam tat-trattament sar ċentru ta' ditossifikazzjoni f'Malta u f'GĦawdex, l-Isptar Santa Marija u l-Komunita' Terapewtika ta' San Blas.", "Jiġifieri issa qed jibdew jitħaddmu servizzi ġodda għall- kwestjonijiet u għas-sensibilizzazzjoni li qed jinħolqu fil-pajjiż.", "Illum nistgħu ngħidu li fil-qasam tal-liġijiet ta' pajjiżna qegħdin ħafna iktar 'il quddiem u nista' ngħid ukoll li kien dan il-Gvern li rratifika l- Konvenzjoni ta' l-1961 u ta' l-1972 u għadda liġijiet biex inkunu fil-qrib ħalli nkunu nistgħu nirratifikaw ukoll il-Konvenzjoni ta' l-1988.", "Ftit ilu qabel ma waqaf il-Parlament, għaddejna l-Liġi tal-Money Laundering, li fiha qed ngħidu li min jikkommetti r-reat ta' money laundering jista' jeħel sa Lm1 miljun u sa 14-il sena ħabs.", "(Interruzzjonijiet) Sew f'din il-Liġi kif ukoll fil-liġijiet li għaddejna qabel hemm ukoll setgħat ta' investigazzjoni u ta' sekwestru li qabel il-Pulizija ma kellhiex għad- dispożizzjoni tagħha.", "Irrid ngħid ukoll li - u dan mhux qed jiġi kontrodett mill-Oppożizzjoni - il-Pulizija bil-mod il-mod qed ikollha dejjem aktar riżultati pożittivi fil-ġlieda tagħha kontra t-traffikar illegali tad-droga.", "Dan huwa supported miċ-ċifri u mill-aħbarijiet.", "Irrid ngħid ukoll li l-affarijiet mexjin 'il quddiem bil-mod kif qed norganizzaw lilna nfusna.", "Fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, aħna m'għandna l- ebda nuqqas ta' rieda, imma għandna l-impenn kollu meħtieġ u dan qed nagħtuh bil-provi.", "Fadal iktar x'isir, nixtiequ li jkun hawn sħubija nazzjonali iktar effettiva bejn il-partijiet kollha.", "Irridu li f'dan il- qasam inkunu nistgħu nsibu riżultati aħjar.", "Il-fatti juru li din il-maħfra Presidenzjali - l-Oppożizzjoni tista' ma taqbilx ma' dak il-ġudizzju, ma tikkompetix biex dak il-ġudizzju tagħmlu skond il-Kostituzzjoni tagħna u tista' tibqa' tikkritikah - bl-ebda mod m'hi se xellef l-impenn, il-ġlieda u l-istrateġija tal-Gvern, anzi aħna se naraw kif fiż-żminijiet li ġejjin din il-ġlieda tibda ssir aħjar u tkun organizzata iktar.", "Dan qed ngħidu mhux biss għax il-liġijiet li għaddejna se jitħaddmu ħafna aħjar imma għax se jkun hemm iktar taħriġ ta' l-iskwadri involuti, anke bl-għajnuna ta' pajjiżi oħra barranin.", "GĦalhekk jien ċert li f'dan il-qasam se nkunu nistgħu nsaħħu dan l-impenn.", "Mhux talli mhux se jkun hawn Gvern li jiddubita s-serjeta' ta' dan il-Gvern, imma talli aħna diġa' kellna ċertifikati tajba f'dan il-qasam mir-rappreżentanti tal-Ġnus Magħquda li ġew Malta, mir-rappreżentanti tad-Drug Enforcement Agency Amerikana u mir- rappreżentanti tal-Gvern Taljan li qed nikkolaboraw magħhom f'dan il-qasam.", "Meta ġew f'Malta u raw għas-size u ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna u għat-tip ta' problema ta' droga li għandna f'pajjiżna x'irnexxielna nagħmlu fis- sebgħa snin li ilna fil-gvern, iċ-ċertifikati mhux biss ma kenux ta' nuqqas ta' mpenn imma kienu ċertifikati li hawnhekk hawn Gvern li l-problema rrikonoxxiha, aċċettaha, qiegħed isieħeb lill-aġenziji kollha differenti li jridu jaħdmu f'dan il-qasam, qiegħed jagħmel kuxjenza nazzjonali u li huwa miexi fit-triq it-tajba anke jekk m'hux mingħajr diffikultajiet u ngroppi imma hija d-direzzjoni u hija l-istrateġija li lil pajjiżna se tagħtih ir- riżultati kemm jista' jkun tajbin u li din il-problema tiġi umanament possibbli li wieħed jikkontollaha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, il-Mozzjoni li għandna quddiemna fis-sustanza tagħha qiegħda titlob lil din il-Kamra biex tara jekk l- eżerċizzju tal-prerogattiva tal-maħfra eżerċitata mill-President fuq il- parir tal-Ministru tal-Ġustizzja kenitx xi ħaġa kappriċċuża, irregolari, ambigwa jew korrotta.", "Mr Speaker, s'issa f'dan l-istadju tad-dibattitu smajna lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kemm fil-Mozzjoni u kemm fil- preżentazzjoni tal-Mozzjoni għamel allegazzjonijiet mill-aktar serji.", "Fil- paragrafu li għamel referenza għalih fil-bidu tas-seduta fuq point of order il-Viċi Prim Ministru hemm miktub li din il-Kamra:", "\"Tinnota b'inkwiet iċ-ċirkostanzi strambi li fihom ingħatat il-maħfra presidenzjali b'mod li kibru s-suspetti ġustifikati fost iċ-ċittadini li saru arranġamenti finanzjarji moħbija biex tkun tista' tingħata l- maħfra presidenzjali;\".", "Meta l-Onor.", "Sant għamel il-preżentazzjoni tal-Mozzjoni, żied jgħid li huwa konvint fil-kuxjenza tiegħu li għaddew il-flus.", "Jiena nagħti avviż ta' mozzjoni ta' ċensura fil-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex tiġi dibattuta f'din il-Kamra jekk fil-winding up huwa ma jgħidilniex x'inhuma l-provi li għandu dwar li għaddew il-flus.", "Mhux hekk biss, imma nitlob ukoll lill- Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinterroga lill-persuna li għadha Malta li dwarha qed niddibattu u jitlob lill-Onor.", "Sant sabiex jagħtih il-provi kollha li għandu biex jiġġustifikaw dawn l-istqarrijiet li għamel hawn.", "Mr Speaker, din il-Kamra hija mitlbua tiddibatti dan il-każ u minbarra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni issa kien hawn żewġ kelliema min-naħa tal-Gvern.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru tal-Ġustizzja mhux biss tana elenku kronoloġiku tal-fatti kif ġraw imma tana elenku loġiku tal-fatti kif ġraw li abbażi tagħhom wasal għall-konklużjoni li għandu jirrakkommanda l- maħfra.", "Jien m'inix se nitlob, la lil din il-Kamra u lanqas lill-opinjoni pubblika, li tgħid li hi taqbel ma' din ir-rakkommandazzjoni pero' li għandna quddiemna huwa - u fil-kuxjenza tagħna kull wieħed minna jrid jiġġustifika ruħu jekk mill-allegazzjonijiet li smajna hawn, fantasiji u fantaxjenza tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew mill-fatti elenkati b'mod responsabbli kif imsemmija bil-mod limitat kif kien jafhom il-Ministru tal- Ġustizzja u bil-mod ħafna aktar dettaljat kif ġew spjegati lil din il-Kamra mill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali - .....", "Dawn huma l-fatti.", "Jien ġejt imsejjah fil-kawża f'din il-Mozzjoni u nistqarr li bl-ikbar responsabbilta' fuq il-fatti li kont nafhom qabel u fuq il-fatti kif ħarġu s'issa f'din il-Kamra, ma nsib l-ebda raġuni biex ngħid li l-Ministru tal- Ġustizzju jrid jirriżenja.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jġibli almenu inizju ta' prova li kien hawn xi flus li għaddew b'mod moħbi, kif qed jgħid, u li xi ħadd influwenza lill-Ministru tal-Ġustizzja minħabba dan, jien lill-Ministru mhux biss inneħħiħ minn Ministru imma nipproċessah ukoll.", "Imma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu jkun responsabbli.", "Jien ngħid li huwa politikament irresponsabbli u hekk qed ikun f'dan il-pajjiż għax m'għandux platform politika.", "Mingħalih lest li jisfrutta għall-vantaġġ politiku sentimenti li jistgħu veru jitħawdu fl-opinjoni pubblika.", "Imma b'hekk il-poplu Malti jkollu prova oħra - kif qed ikollu f'din il-Kamra llum - li hu Kap ta' Partit u Kap ta' Oppożizzjoni politikament irresponsabbli.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, Mr Speaker, jien se nressaq emenda għall-Mozzjoni li tgħid hekk:", "\"Ħassar il-paragrafi kollha wara t-tieni paragrafu u daħħal flokhom dan li ġej:", "\"Wara li semgħet id-dikjarazzjoni dwar il-fatti magħmula lilha mill- Ministru tal-Ġustizzja, l-Onor Dottor Joseph Fenech;", "Wara wkoll li l-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali, l-Onor Dottor Louis Galea spjega l-miżuri kollha li ħa, qed jieħu u se jkompli jieħu l-Gvern fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-abbuż tad-droga;", "Tifhem il-preokkupazzjoni ta' l-opinjoni pubblika biex din il-ġlieda b'ebda mod ma tiddgħajjef;", "Taqbel li l-Gvern għandu jkompli juri impenn sod u ma jaqta' xejn biex jibqa' jsaħħaħ il-ġlieda nazzjonali kontra n-negozju qerried tad- droga;", "Tirrakkomanda li l-maħfra presidenzjali ma tingħatax, ħlief f'ċirkostanzi għal kollox speċjali, f'każijiet ta' kundanni għal reati konnessi mat-traffikar tad-droga.\".\".", "Mr Speaker, se nkun qasir ħafna.", "Jien nifhem li l-opinjoni pubblika tippreokkupa ruħha, pero' d-dover tagħna mhuwiex li nirkbu fuq l-opinjoni pubblika imma li nserħulha rasha.", "(Interruzzjonijiet) Jiena niskanta kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi hawn u jiċċitalna x'qal Super 1 Radio, ir- radju tal-Partit tiegħu.", "Dan kien il-mument fejn ħolqu preokkupazzjoni li setgħat iġġib konsegwenzi gravi, u din mhux l-ewwel darba li għamluha.", "L-istess qed jiġri b'din il-Mozzjoni fejn insibu akkużi bla bażi, vvintati u ħolm.", "Dawn ma kellhomx id-diċenza jivverifikaw jew jaraw x'inhuma l- fatti u lanqas kellhom id-diċenza li jgħidu li jista' jkun li l-Minsitru tal-Ġustizzja ħa żball.", "(Interruzzjonijiet) Dawn mingħalihom li l- politika tfisser tara sitwazzjoni fil-pajjiż u tisfruttaha kif qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kif jipprova jagħmel fuq kwestjonijiet oħra.", "Jien m'iniex se nitkellem fuq il-kwestjoni tal-VAT illejla imma, f'dan il- każ, qed jagħmel l-istess, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Vella, m'hemmx interruzzjonijiet, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Oppożizzjoni m'għandhiex platform politika biex xi darba, wara elezzjoni demokratika, takkwista l-gvern u bl-iktar mod miżerabbli u bl-iktar mod kundannabbli qiegħda tippreżenta mozzjonijiet bħal dawn meta, kif qed ngħid jien, din hija ġlieda nazzjonali u ġlieda li m'għandniex ninfirdu fuqha.", "Il-ġlieda kontra d-droga m'għandniex ninfirdu fuqha politikament, m'għandniex ninfirdu fuqha bejn Gvern u Oppożizzjoni.", "Huwa ta' mistħija għall-Oppożizzjoni li flok ma ġiet hawn biex tiddibatti ġenwinament il-każ, imliet il-mozzjoni b'paragrafi li bl-iktar mod ovvju għandhom sinifikat politiku u xejn aktar, biex tieħu vantaġġ minn sitwazzjoni li faċilment tiġi spjegata.", "Mr Speaker, ir-responsabilita' qiegħda fuq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien nerġa' ngħidlu li għamel akkużi serji ħafna u se nerġa' nikkwotalu l- kliem li qal hu.", "Hu qal li skond il-kuxjenza tiegħu, hu konvint li għaddew il-flus u qal li għandu suspetti ġustifikati li saru arranġamenti finanzjarji.", "Nerġa' ngħidlu li din irid jipprovaha.", "Jien min-naħa tiegħi nwiegħed li din il-kwestjoni ma tiqafx hawn; irridu naraw dawn id- dikjarazzjonijiet irresponsabbli tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni minn fejn ġabhom u għaliex qed jagħmilhom.", "U jekk dan id-dibattitu ma jagħti ebda spjegazzjoni għal dawn l-akkużi serjissimi li qed jagħmel, allura jien ngħidu li ma jistħoqqlu ebda fiduċja mill-poplu Malti.", "Jien m'għandi l- ebda dubju li l-kwestjoni tad-droga hija ta' interess nazzjonali u l-Gvern, l-Oppożizzjoni u tant organizzazzjonijiet volontarji li hawn u li huma nvoluti fiha għandhom is-simpatija, l-inkoraġġiment u l-backing tal-poplu kollu tagħna.", "Jekk l-Oppożizzjoni verament trid tkompli f'din il-ġlieda nazzjonali flimkien, allura għandha, b'att ta' rġulija, tgħid li issa semgħu l-ispjegazzjonijiet, li l-allegazzjonijiet li ħasbu li setgħu jsiru m'għandhomx provi tagħhom u li dak li qal il-Ministru tal-Ġustizzja mhux biss hija verżjoni plawsibbli, imma hija l-verżjoni vera li wasslitu biex jieħu d-deċiżjoni tiegħu.", "Jien ma rridx ngħid li l-Oppożizzjoni għandha tgħid li din hi deċiżjoni tajba, illi kieku l-Onor.", "Alfred Sant kien il- Ministru tal-Ġustizzja, kien jagħmel bħalu.", "Mhux din hi l-issue li għandna quddiemna, imma jekk din hijiex deċiżjoni onesta minn min kellu jieħu d- deċiżjoni.", "Il-konvinzjoni personali tiegħi u ta' kull min irid jara din il- kwestjoni b'mod oġġettiv għandha tkun qbil li l-Ministru tal-Ġustizzja mexa b'mod onest kif deherlu f'dan il-każ.", "GĦalhekk l-Onor.", "Joe Fenech żgur ma jimmeritax l-isfiduċja li qed tipproponi l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda l-emenda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-liġi tagħna, bħal dik ta' ħafna pajjiżi oħrajn, tippermetti li l-Eżekuttiv jagħti maħfra ta' sentenzi ta' natura penali illi jkunu ngħataw mill-Qrati tal-Ġustizzja.", "Dan il-poter ilu jeżisti mill-eqdem żmenijiet u l-Kostituzzjoni tagħna, kif qal anke l- Kap ta' l-Oppożizzjoni, f'artiklu 93 tagħti setgħa lill-President tar- Repubblika li, fuq il-parir tal-Gvern tal-ġurnata, jiddelega dan il-poter lill-Ministru tal-Ġustizzja.", "U se nikkwota minn paragrafu (d) ta' dan l- artiklu tal-Kostituzzjoni:", "\"jaħfer fl-intier tagħha jew f'parti minnha kull kundanna mogħtija lil xi persuna għal reat.\".", "Għax dak hu li tfisser delegazzjoni.", "Fil-fatt il-Kostituzzjoni timponi biss li d-deċiżjoni tkun tal-Kabinett kollu f'każijiet meta kien hemm il- piena tal-mewt, f'liema każ ried ikun hemm ir-rakkommandazzjoni u anke l- opinjoni ta' l-imħallef ġudikant li jkun ta s-sentenza tal-mewt.", "U hemm raġunijiet validi għaliex dan il-poter jeżisti, anke jekk fil-fatt hu eċċezzjoni għad-dottrina kostituzzjonali tas-separazzjoni tat-tliet setgħat ta' l-Istat, għax wieħed jista' jargumenta li meta ssir il-maħfra Presidenzjali l-Eżekuttiv ikun qiegħed b'xi mod jindaħal f'dak li tkun għamlet il-Qorti.", "Ir-raġuni hija li wara kollox f'sistema legali ma tista' qatt tipprevedi s-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi kollha immaġinabbli li jinħolqu fil-komplikazzjonijiet tal-ħajja.", "Isiru żbalji fl- amministrazzjoni tal-ġustizzja - li tibqa' dik li hi: ġustizzja mhux divina iżda ġustizzja ta' bnedmin illi jiżbaljaw - u jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn id-drawwiet u l-kostum jinbidlu u allura dak li ma kienx meqjus bħala aċċettabbli u kien punibbli, isir aċċettabbli.", "Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-interess nazzjonali jirrikjedi li tiġi aġġustata jew imħassra sentenza tal-Qorti.", "Mhux l-ewwel darba li smajna li barra minn Malta tingħata amnestija lil xi ħadd partikolari għal raġunijiet ta' politika interna jew inkella xi kultant politika internazzjonali.", "Dawn huma affarijiet li ġraw.", "Issa huwa naturali, anke kif qal il-Ministru Galea, illi meta l-Eżekuttiv jeżerċita dan il-poter, anke jekk dak li jagħmel ikun perfettament legali u mbierek mill-Kostituzzjoni, dan iqajjem dubji, domandi u kontroversji.", "Iżda llum aħna, bħala membri parlamentari individwali ta' kull naħa tal- Kamra, irridu naraw - mingħajr passjoni u kummenti għall-gallerija - jekk nistgħux ngħidu li l-fatti, kif jirriżultaw u kif dehru quddiem il- Ministru, kienu jintitolawh li jeżerċita d-diskrezzjoni u jagħmel il- ġudizzju tiegħu kif għamel f'din il-materja.", "U l-ewwel konsiderazzjoni legali hija li m'hemmx ktieb wieħed tal-Liġi li kkonsultajt, li ma jgħidx li l-kondizzjoni medika serja ta' persuna li tkun ġiet ikkundannata mill-qorti, f'ċerti ċirkostanzi ma tagħtix lok għall- maħfra, maħfra li ma teqridx il-kundanna u s-sejba tal-ħtija, iżda telimina l-piena inflitta.", "U fil-ktieb awtorevoli \"Imprisonment, The Legal Status and Rights of Prisoners\" ta' Treverton Jones jingħad hekk:", "\"There are a number of circumstances in which the prerogative of mercy is exercised.", "Perhaps the most typical examples are:", "the medical condition of the prisioner or a close relative;", "the emergence of fresh evidence throwing doubt upon the correctness of the prisoner's conviction; and", "as a form of reward to the prisoner for the provision of valuable assistance to the authorities.\".", "Jiġifieri l-ewwel kondizzjoni li tissemma hija l-medical condition tal- priġunier.", "Mr Speaker, fl-1987 Malta ffirmat il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-prevenzjoni ta' tortura u trattament inuman.", "Din il-Konvenzjoni ħolqot Kumitat Ewropew li jżur il-ħabsijiet u jħejji rapporti dwar il- kondizzjonijiet u t-trattament tal-priġunieri.", "Fit-tielet Rapport Annwali għas-sena 1992, dan il-Kumitat iddedika parti sostanzjali mir-rapport tiegħu għas-sitwazzjoni tas-saħħa u l-kondizzjonijiet ġenerali fil- ħabsijiet Ewropej mil-lat ta' saħħa tal-priġunieri.", "Taħt it-titolu \"Prisioners unsuited for continued detention\" f'dan ir-rapport intqal hekk:", "\"Typical examples of this kind of prisoner are those:", "who are the subject of a short-term fatal prognosis;", "who are suffering from a serious disease which cannot be properly treated in prision conditions;", "who are severely handicapped or of an advanced age.", "The continued detention of such persons in a prision environment can create an intolerable situation.", "In cases of this type, it lies within the Prison Doctor to draw up a report for the responsible authority with a view to suitable alternative arrangements being made.\".", "Jiġifieri huwa konsidrat li priġunieri jistgħu jinħelsu għal raġunijiet serji ta' saħħa flimkien ma' konsiderazzjonijiet oħrajn.", "Il-Ministru qal li m'huwiex għaqli li f'ċerti każijiet fejn ikun hemm mard infettiv neċessarjament ikun hemm xi forma ta' segregazzjoni.", "U qal tajjeb li skond l-awturi moderni u anke skond il-politika moderna ta' gvernijiet, f'dan ir- rigward, anke fil-każ ta' l-AIDS, m'għandux awtomatikament ikun hemm segregazzjoni, għalkemm wieħed ma jistax jeskludi li f'ċerti każijiet, anke minħabba l-mod kif jaġixxi l-priġunier innifsu, bilfors ikollha ssir din is- segregazzjoni.", "Naturalment kull każ irid jiġi eżaminat fid-dawl taċ- ċirkostanzi tiegħu.", "Fl-1993 il-Kunsill ta' l-Ewropa ppubblika studju li sar mis-Swiss Institute of Comparative Law ta' Lausanne, intitolat \"Comparative Study on Discrimination against Persons with HIV or AIDS\".", "Dan huwa studju ta' kif diversi pajjiżi jittrattaw din is-sitwazzjoni u jekk xi ħadd għandux jiġi meħlus qabel iż-żmien meta jkun hemm każ ta' mard infettiv.", "Naturalment il- fatt li sempliċement priġunier għandu marda, skond dan ir-rapport, ma jagħtihx id-dritt awtomatiku għall-ħelsien mid-detenzjoni.", "Skond dan ir- rapport ukoll, fil-Ġermanja, per eżempju, jekk din il-marda - b'referenza għall-AIDS - tkun waslet fi stadju irriversibbli, il-liġi tipprovdi li l- priġunier jinħeles qabel iż-żmien.", "Naturalment barra l-marda jiġu konsidrati kwestjonijiet oħra, bħal x'tip ta' kura medika hija disponibbli barra l-ħabs wara l-ħelsien, u l-periklu għas-soċjeta' jekk dan il-ħelsien jingħata.", "Skond studju komparattiv li sar fl-Italja, il-Kodiċi Penali Taljan f'artiklu 17 jipprovdi għall-posponiment jew inkella sospensjoni ta' sentenza ta' kundanna.", "Ħalli nikkwota minn dan ir-rapport fejn jgħid hekk:", "\"To justify the application of this article, the disease must have been diagnosed as incurable and likely to deteriorate.", "Alternately deferral may be granted where the convicted person would be able to receive outside the prison an indispensable treatment not available in conditions of detention.\".", "Fl-Isvizzera, fil-Canton ta' Geneva, skond dan l-istudju, bħala raġunijiet għall-ħelsien qabel iż-żmien, f'żewġ sitwazzjonijiet minnhom jissemmew \"medical confirmation that the prisinor will die within a short period of time\", u \"medical confirmation that the prisoner imperatively needs long- term medical treatment which is not compatible with detention\".", "Il-Ministru qal ukoll li s-segregazzjoni mhux dejjem hija indikata.", "Naturalment kieku jkollok sitwazzjoni fejn mhux biss għandek priġunier b'mard infettiv serju, imma priġunier li jrid jiġi segretat, allura jkollok sitwazzjoni ta' xi ħadd li qed jgħix f'ħabs ġewwa ħabs innifsu.", "U dan huwa fattur ieħor li jimmilita favur konsiderzzjoni speċjali ta' dawn il- każijiet.", "Kull każ ikollu l-fatti partikolari tiegħu.", "Fattur wieħed waħdu ma jistax jiġġustifika l-ħelsien mid-detenzjoni, iżda l-effett kumulattiv ta' fatturi separati jista' jimmilita favur dan il-ħelsien.", "Aħna qegħdin ngħidu illi kieku wieħed kellu jgħaqqad il-fattur ta' nazzjonalita' barranija mas-segregazzjoni, din hija xi ħaġa ta' min jikkonsidraha għaliex il-barranin dejjem jilmentaw dwar diskriminazzjoni li ssirilhom fil-ħabs, li ħafna drabi hija n-nuqqas ta' sigurta' li jħossu minħabba li qegħdin f'art barranija.", "GĦax filwaqt li ħaddieħor għandu l-konfort tal-qraba u tal-ħbieb li jkunu jistgħu jmorru jarawh u jtaffu xi ftit il-piż tal-piena, priġunieri barranin ma jkollhomx din il-faċilita'.", "Fil-fatt kien għalhekk li ħafna pajjiżi Ewropej, inkluż pajjiżna, iffirmaw u rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar it-trasferiment tal-ħabsin li bih, bil-kunsens taż-żewġ pajjiżi u tal-priġunier innifsu - dejjem b'referenza għall- pajjiżi Ewropej - jkun possibbli li priġunier jiġi trasferit għall-pajjiż ta' l-oriġini tiegħu.", "GĦalhekk ħabsin barranin joħolqu mhux biss il- problema ġenerali ta' diffikulta' ta' integrazzjoni f'soċjeta' barranija għalihom, talli meta jkunu l-ħabs joħolqu l-problema l-oħra li diġa' semmejt, jiġifieri dik ta' iżolazzjoni u ta' nuqqas ta' konfort minn qrabathom u minn ħbiebhom li jistgħu jtaffulhom xi ftit mill-piż tagħhom.", "Dan biss m'huwiex fattur li jimmilita favur maħfra Presidenzjali, imma huwa fattur li jrid jiġi kkonsidrat flimkien mal-fattur prinċipali l-ieħor tal- mard infettiv.", "Mr Speaker, meta jkun hemm każijiet bħal dawn nistgħu nieħdu l-attitudni li għax il-priġunier huwa marid jista' jibqa' marid fil-ħabs, għax wara kollox l-iżvantaġġi li qed isofri huma konsegwenza naturali ta' l- azzjonijiet tiegħu meta li kkommetta r-reat.", "Għalhekk jista' jibqa' marid ġewwa l-ħabs, kemm jekk għandu marda infettiva u anke jekk jista' jmur lura u l-marda li jkollu twassal għall-mewt tiegħu.", "Naturalment, il- pożizzjoni opposta ta' min jitlob il-maħfra u l-ħniena hija dik kontenuta fil-versi famużi li kien se jibda jikkwota l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u li tgħallimna bl-amment fl-iskola u li kultant nisimgħuhom fil-vuċi ġewwinija tagħna, jiġifieri li \"the quality of mercy is not strained\".", "Pero' mbagħad din tkompli li \"it dropeth as the gentle rain from Heaven upon the place beneath, it is twice blessed, it blesseth him that gives and him that takes\".", "Hi x'inhi l-pozizzjoni tagħna f'din il-materja, sew jekk taqbel mal- maħfra u sew jekk ma taqbilx - kulħadd għandu dritt li ma jaqbilx - l- eżerċizzju ta' diskrezzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja ma kienx bażat fuq kapriċċ jew mala fede jew, li hu agħar, kif qed jallega l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, fuq korruzzjoni, iżda fuq apprezzament oġġettiv tal-fatti kif irriżultawlu mill-esperti li tawh dak il-parir, liema eżerċizzju ma jista' qatt jagħti lok għal mozzjoni ta' sfiduċja bħal din li għandna quddiemna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li għad fadal huwa kollu għad-dispożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni.", "Hemm aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni bil- winding up.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, nibda billi ngħid lill-Prim Ministru li assolutament ma jintimidanix u ma jdejjaqnix bl-approach tiegħu.", "GĦalhekk se nirrepetilu wiċċ imb'wiċċ li dak li smajt illejla jerġa' jikkonfermali l-konvinzjoni morali tiegħi li fuq din it-transazzjoni għaddew il-flus.", "Dan kollu jerġa' jikkonfermahieli, u kkonfermahieli bl-aktar mod lampanti l- mod kif ġiet trattata din il-Kamra llejla mill-Ministru tal-Ġustizzja u mill-Prim Ministru stess, il-mod irresponsabbli li bih tiffaċċjaw problema li hija ta' natura gravi għall-pajjiż, ta' natura li tmiss l-għeruq ta' kif dan il-pajjiż iħoss l- identita' tiegħu u tal-familji muġugħa għax iż-żgħażagħ tagħhom inqabdu fil- vizzju tad-droga.", "Illum il-ħin kollu tissemma l-ħniena għal dawk li jridu jġibu d-droga f'pajjiżna.", "Imma l-ħniena mal-poplu tagħna għandu jkun ninsewha!", "Imbagħad jiġu jgħidu li jien xewwixt fuq din il-ħaġa!", "Min jista' jgħid li jien xewwixt fuq din il-ħaġa?", "L-Onor.", "Fenech Adami, li mar quddiem folla nies, semma li hemm tlieta min-nies li huma qattiela u qatt ma ġab prova waħda?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-Onor.", "Fenech Adami li f'din il-Kamra qal li jaf min qatel lil Karen Grech u qatt ma ta prova ta' dan?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan hu raġel li għandu wiċċu nforrat biex jiġi hawn u jgħidilna li aħna irresponsabbli.", "Aħna irresponsabbli, meta kemm ilna fl-Oppożizzjoni, kull ħaġa li għamilna kienet maħsuba biex nippreservaw l-integrita' ta' pajjiżna?", "Imbagħad niġu wiċċ imb'wiċċ ma' dawn il-Ministri u minflok ma jiddefendu lilhom infushom u jagħtu spjegazzjoni ċara u trasparenti, bi kliem ta' avukati jipprovaw jagħtu l- lectures fuq id-definizzjonijiet tal-liġijiet.", "Sur President, trid ngħidlek x'ħareġ minn dan kollu?", "Suppost li wara l-ħniena murija mill- Onor. Joe Fenech, l-aktar punt importanti kellu jkun l-istat mediku tal- priġunier Assis Queiroz.", "L-Onor.", "Joe Fenech lanqas indenja ruħu jgħidilna eżattament x'inhi l-marda tiegħu u kellu jkun l-Onor.", "Louis Galea li jitkellem dwarha.", "Imbagħad jgħidilna li mhux se jgħid x'inhi din it-tip ta' marda \"biex nippreservaw l-etika medika\", meta suppost li dik kienet ir- raġuni fundamentali li għaliha ta l-maħfra Presidenzjali lil xi ħadd li jimporta f'pajjiżna iktar minn tliet kilos ta' kokaina.", "Din x'etika hi?", "Mela se noqogħdu nġibu r-rixa biex ngħattu l-affarijiet?", "Tridu ngħidilkom ħaġa waħda fuq il-kondizzjoni medika tal-priġunier u fuq l-affarijiet sbieħ li ssemmew min-naħa tagħkom?", "Onor. Fenech, taf li l-allegazzjoni fundamentali li kellha ssir biex tikkonferma dik il-marda li għandu l- priġunier baqgħet ma saritx sal-lum?", "(Interruzzjonijiet) Taf li għadha ma saritx liver biopsy fuqu?", "Naħseb li taf għax huwa ħuk, il-Professur Fenech, li mexxa l-investigazzjonijiet min-naħa tal-ħabs.", "Ħalli ngħidlek xi ħaġa oħra li ma ntqalitx.", "L-ewwel persuna mill-isptar li rrakkommandat li l-priġunier Assis Queiroz għandu jintbagħat il-Brażil kien il-Professur Fenech.", "Ma kinitx l-awtorita' tal-ħabs li ħarġet b'din l-idea.", "Waħda mir- raġunijiet li nġabet min-naħa ta' l-isptar kienet dik li t-trattament tal- kwestjoni jinvolvi ħafna flus.", "L-ebda tabib ma jidħol fi kwestjoni ta' flus meta jagħti l-pariri.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn l-affarijiet ngħiduhom?", "(Interruzzjonijiet)", "Ħalli ngħidu xi ħaġa oħra wkoll.", "Mhux talli dak li għidt inti biex tipprova taħbi l-affari dwar l-hepatitis B hija kompletament żbaljata, imma talli se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi ħaġa li diġa' ssemmiet illejla, silta mill-ħarġa \"Modern Medicine of the Middle East\" t'Awissu ta' din is- sena, fejn hemm l-aħħar rapport dettaljat fuq il-konsegwenzi kollha tal- hepatitis A, B, u C, inkluża l-istrain fil-hepatitis B li jbati minnha l- prġunier.", "M'huwiex minnu dak kollu li ntqal hawnhekk, illi l-marda li jbati minnha tirrikjedi ċertu trattament li ma jistax isir hawn Malta, trattament li hu expensive iżżejjed; Lm5,000 huma biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad jiġi l-Prim Ministru jitkellem fuq ir- responsabbilta'!", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-magazine \"Modern Medicine\" maħruġ f'Awissu 1994.", "Sur President, illejla jien ikkonvinċejt ruħi minn ħaġa waħda.", "Frankament, ili li tlift ir-rispett lejn il-Prim Ministru.", "Kemm ili f'dan il-Parlament bħala Kap ta' l-Oppożizzjoni, rajtu kif mexxa l-kwestjoni ta' Chambrai, rajt kif mexxa affarijiet oħra, bħall-kwestjoni ta' l-Elbros, il- kwestjoni ta' San Raffaele u ħafna affarijiet oħra.", "Il-mod kif mexxa l- affarijiet l-Onor.", "Fenech Adami kkonvinċieni, darba wara l-oħra, li l- interess tiegħu kien - apparti mill-arroganza li dejjem tiżdied - li jfarfar l-affarijiet taħt it-tapit biex jgħatti dak li għandu wara dahru, biex jgħatti lil ta' madwaru, ħlief jekk ikun hemm xi ħadd bħall-Onor.", "Lawrence Gatt, miskin.", "Għax hemmhekk imbagħad is-sagrifiċċju spjetorju ntuża.", "Imma fejn hemm affarijiet oħra, fejn hemm nies oħra nvoluti, hemmhekk jipproteġi lil sħabu.", "GĦalhekk illejla komplejt nikkonvinċi ruħi illi mhux veru li l-kultura tar-riżenji qed tidħol fil-pajjiż taħt it- tmexxija ta' l-Onor.", "Fenech Adami, imma hija l-kultura tal-koka li qed tidħol fil-pajjiż u qed tidħol b'mod insidjuż.", "Smajnieha llum stess.", "X'qal l-Onor.", "Fenech Adami?", "Qal illi lill-poplu mhux nallarmawh irridu.", "Jien ngħid li l-Onor.", "Fenech Adami lill-poplu jaljenah irid u jilloppjah.", "Dik hija l-istrateġija l-ħin kollu, li jilloppjah.", "Illum fhimt illi għal tan-naħa l-oħra ma jimportax illi l-poplu jilloppja ruħu bid-droga!", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦaliex il-ħniena ma nuruhiex mal-poplu imma ma' min jipprova jilloppja lill-poplu bil-kokaina.", "Imbagħad xi ngħidu għall-gideb li ntqal illejla?", "Issemmiet il-gidba, per eżempju, li Super 1 Radio xewwex lill-ħabsin.", "Onor. Louis Galea, kemm tifilħu ddumu tigdbu fuq din il-ħaġa?", "Super 1 Radio xandar affarijiet li ntbagħtulu mill-ħabs, meta fil-ħabs kienet diġa' qed tqum tgeġwiġija.", "U għandna hawnhekk għandna l-provi.", "L-aħbar li kien hemm ferment fil-ħabs minħabba l-hepatitis B ingħatat wara l-ferment.", "U ngħatat għax intbagħat fax mill-ħabsin stess lil Super 1 Radio fejn qalu x'inhi l-problema.", "Ħalli naqra dak li nkiteb fil-fax datata l-24 ta' Ġunju, fis-6.45 p.m., ġurnata qabel ħarġet xi aħbar fuq Super 1 Radio u meta kien hemm ferment qawwi fil- ħabs.", "F'din il-fax mibgħuta u ffirmata min-nisa ħabsin kollha fil-ħabs ta' Kordin indirizzata lil Super 1 Radio, dawn qalu li huma mqanqlin bil- problema tal-hepatitis B u nkwetati dwar l-ikel li qed jingħataw.", "Jiġifieri mhux veru li Super 1 Radio qanqal il-problema.", "Il-problema kienet qiegħda hemm.", "Super 1 Radio xandar l-aħbar għax kien informat minn hemm ġew stess.", "GĦalhekk dak li ntqal huwa gideb!", "Tallarma lill-poplu?!", "Jekk diġa' kien hemm ferment fil-ħabs?", "Dan huwa mod kif tipprova tilloppja u tiddroga lill-poplu.", "Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra din il-fax, datata 24 ta' Ġunju, mibgħuta mill-ħabs ta' Kordin lil Super 1 Radio fejn tindika eżattament il-ġideb li bih l-Onor.", "Louis Galea jipprova jgħatti l-faċċata ta' madwaru u t-tmexxija tal-ħabs li qed taqgħalu biċċa biċċa u l- affarijiet kollha żbaljati li jiġi jgħid hawn.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta min-nisa fil-ħabs lill-Editur ta' Super One Radio.", "Se nsemmi każ ieħor fejn assolutament din il-Kamra ġiet misled minn kif tkellem l-Onor.", "Louis Galea.", "Qalu li fil-pjani li kellhom bdew jagħmlu screening ġdid tal-ħabsin.", "Dan m'hux veru; ma kien hemm l-ebda pjan biex isir screening ġdid tal-ħabsin.", "Sempliċement daħal medical officer ġdid fil-ħabs u fuq inizjattiva tiegħu dan qabad u beda jagħmel screening tal- ħabsin.", "Imbagħad kien hemm il-Ministru li ra din il-ħaġa għaddejja u qal li hija parti mill-pjan.", "Sur President, meta nara dawn l-affarijet jien nerġa' mmur lura għall- punt prinċipali.", "Nerġa' ngħid li hawn ġew min-naħa tal-Ministru konċenat ma saret l-ebda preżentazzjoni serja u ċara ta' l-ispjega li ta hu fis-sens li hemm raġunijiet mediċi li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tiegħu.", "Din baqgħet ma ngħatatx.", "Kulma tana kien kalendarju ta' deċiżjonijiet suppost, ta' laqgħat suppost u ta' ittri suppost.", "Imma xorta tibqa' l- mistoqsija: Tassew li l-qagħda medika ta' dan il-proxxmu tiġġustifika dak li ntqal dwaru?", "GĦaliex l-informazzjoni li għandi jien assolutament ma tiġġustifikax dan.", "U għalhekk kellha tkun proposta serja min-naħa tal- Gvern li jaċċetta dak li qed nipproponu aħna, jiġifieri li jsir kumitat magħżul magħmul miż-żewġ naħat tal-Kamra biex jinvestiga kull ħaġa li ġrat f'dan il-proċess u jkun jista' wkoll jiddelega lill-Kummissjoni Medika biex tinvestiga b'mod indipendenti u awtonomu dak li qiegħed jintqal, dak li qiegħed isir u l-asserzjonijiet fuq l-istat mediku tal-priġunier.", "Saret din il-proposta, Sur President?", "Jien ma smajthiex issir.", "Anzi nnotajt l- attenzjoni li biha tpoġġa l-kliem meta xi ħadd kien qed jitkellem fuq ir- raġuni attwali suppost - l-unika raġuni suppost - li għaliha ngħatat l- amnestija.", "U mhux l-amnestija biss, għax barra li ngħatat l-amnestija fuq il-piena, ġiet imħassra wkoll il-multa ta' ¥50,000 li kellu jħallas dan il- priġunier.", "Issa meta tisma' dak li ntqal, tinduna li anke l-iċken baħnan f'dan il-pajjiż jifhem li gvern serju u gvern li verament huwa impenjat fil- ġlieda tad-drogi - ħaġa li dan il-Gvern m'huwiex - meta jiġi quddiem din il- possibilita' għallinqas kien jipprova jistħarreġ lil dan il-bniedem u jara x'possibilita' kien hemm biex talli jinħeles għallinqas jagħti xi informazzjoni.", "Ma ninsewx li dan il-proxxmu baqa' sal-lum ma ta l-ebda informazzjoni dwar il-kuntatti li kellu u dwar x'kien qed jagħmel hawnhekk.", "Mhux talli dan l-istħarriġ ma sarx, talli meta wasalna fit-tieni mewġa li biha l-Ministru wassal għall-maħfra Presidenzjali, il-Pulizija lanqas biss kienu jafu x'inhu għaddej.", "Allura kif tista' temmen li kien hemm xi serjeta' fit-tmexxija tal-proċess kollu, meta seta' kien hemm għallinqas ftit leverage hemmhekk biex tinġab xi informazzjoni jew tinstab xi informazzjoni dwar x'kien qiegħed jagħmel dan il-priġunier hawn Malta u din ma ntużatx?", "Ma ninsewx li qed nitkellmu fuq waħda mill-akbar sejbiet ta' kokaina li qatt saru f'dan il-pajjiż, sejba ta' kważi 3.5 kg.", "Mela dan ma kienx qiegħed imexxi boċċi żgħar, imma warajh kien hemm nies b'interessi profondi.", "Il-valur ta' l-ammont ta' droga li kellu fuqu kien ilaħħaq bejn Lm0.5 miljun u Lm1 miljun.", "Żgur li min qiegħed warajh għandu flejjes kbar u jaf kif għandu jgħaddi, jaf x'għandu jagħmel u jaf kif jasal.", "GĦalhekk bilfors timtela b'dispett lejn it-tip ta' sentimenti li nisimgħu hawnhekk, qisna għandna quddiemna forum sħiħ ta' qaddisin li kull meta jgħidulna xi ħaġa rridu nagħlqu għajnejna u nisimgħu dak li jgħidu, għax jekk ma nagħmlux hekk inkunu qisna irresponsabbli u niġu mgħajrin u trattati b'ċerta arroganza, qisna qegħdin nagħmlu xi leurs majestes, qisna les rois s'emusent u aħna noqogħdu nħarsu lejh u nieħdu gost bih!", "Imma l-affarijiet huma aktar serji.", "Għalhekk il-poplu huwa mdejjaq u ma jaqbilx ma' dak li ġara.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' tixwix, imma kwestjoni li wieħed jifhem li l-affarijiet saru ħażin u jien, l-ewwel wieħed, nerġa' nirrepeti li l- konvinzjoni morali tiegħi hija li għal din il-ħaġa għaddew il-flus.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, mill-ġdid kien hemm l-argumenti tal-Ministru Louis Galea dwar l-infettivita'.", "U hemmhekk stajt nerġa' ninnota kif qgħadna nduru bil- kliem.", "Jien meta bdejt nitkellem ikkwotajt li sa ftit żmien ilu l-Onor.", "Louis Galea u sħabu kienu qed jattakkaw lil min jgħid li hemm xi problema ta' infezzjoni fil-ħabs.", "Bil-maqlub il-Ministru Fenech, min-naħa tiegħu qal li tant kienet problema ta' nfezzjoni serja li kellu jtellaq 'il barra lil Queiroz.", "Bħalissa min qiegħed ixewwex lil min?", "GĦax jien kont nimmaġina li meta jisma' ħaġa bħal din l-Onor.", "Galea kellu jdur fuq l-Onor.", "Fenech u jgħidlu li qed ixewwixlu lill-ħabsin kollha.", "Ara kemm ilu fil- ħabs dan il-priġunier u qed idur ma' kullimkien!", "Għax mhux veru li qiegħed iżolat.", "Mela minn naħa għandna lill-Ministru Galea jgħidilna li tan-naħa l- oħra huma irresponsabbli għax qegħdin ixerrdu x-xnigħat ta' nfezzjoni u qed ixewxu lill-priġunieri, u min-naħa l-oħra l-Ministru Fenech, biex jgħatti dak li għamel qed jgħid li tant hemm problema serja ta' saħħa infettiva li lil Queiroz se jkollu jtellqu 'l barra.", "GĦallinqas kunu ftit koerenti bejnietkom u taħsbux li għax wieħed jgħid ħaġa u l-ieħor jgħid oħra, aħna għandna nieħdu l-parir ta' l-Onor.", "Fenech Adami u ngħidu kemm intom bravi u ma nitkellmux għax lill-poplu trid taljenah u tilloppjah.", "Hekk se nagħmlu?", "X'rispett tistennew?", "(Interruzzjonijiet) Il-kollega tiegħi qed jistaqsi jekk il-Ministru jridx li nagħtih ċans li jispjega din il-kontradizzjoni?", "Mela dan se jispjegaha?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imissu spjegaha l-Ministru u mhux aħna.", "Hemm konfużjoni sħiħa bejnietkom.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LINO SPITERI: F'moħħ min irranġa din il-biċċa xogħol m'hemmx konfużjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fil-fatt waħda mill-aktar affarijiet irresponsabbli li smajt illejla kienet dik li semma l-Onor.", "Louis Galea fejn mill-ġdid ipprova jikkorreġi dak li kien qal hu sa ftit żmien ilu.", "L-Onor.", "Galea kien qal li l-hepatitis B tittieħed mis-siringi u minn relazzjonijiet sesswali.", "Dak kien il-mod kif spjegawha f'Lulju li għadda meta qam il- ferment fil-ħabs.", "Illum il-Ministru qalilna li apparti mis-siringi u minn relazzjonijiet sesswali, jista' jkun hemm problema ta' infettivita' anke meta wieħed ikun maqbud b'ambjent magħluq.", "Issa meta semma ambjent magħluq ma nafx jekk kienx qed jirreferi għall-ħabs ta' Kordin, għax dan l-aħħar kulħadd ħa l-impressjoni li l-ħabs ta' Kordin huwa miftuħ ħafna għax il- ħabsin kontinwament jaħarbu minnu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Apparti minn hekk, meta l-Onor.", "Galea llum tkellem b'dan il-mod ma kienx qed ixewwex lill-ħabsin ukoll?", "Għax hu qed jaċċetta li fil-ħabs hemm il- hepatitis B u li din il-marda ma titteħidx biss mis-siringi u minn relazzjonijiet sesswali, imma wkoll mill-fatt li tkun f'ambjent magħluq.", "Min qed ikun irresponsabli, Sur President?", "Jiena ngħid li l-Ministru Galea qed ikun irresponsabbli bil-mod kif illum ipprova jiddefendi lil sieħbu, il- Ministru Fenech, billi ħareġ jgħid din il-ħaġa ġdida li assolutament hija maħsuba biex taqla' affarijiet li m'humiex hemm, aktar u aktar meta mbagħad nitkellmu fuq ir-rieda politika fil-ġlieda kontra d-drogi.", "Sur President, jiena wieħed minn dawk li jemmnu li mhux veru teżisti r- rieda politika fil-ġlieda kontra d-drogi.", "Jiena wieħed minn dawk li jemmnu - nerġa' ngħidha u l-Onor.", "Fenech Adami jista' jagħmel li jrid - li qed ikun hemm relazzjonijiet xejn xierqa bejn ċerti nies marbuta mad-drogi u ċerti barunijiet li huma qawwija fin-negozju Malti.", "Fil-pajjiż qed ikun hemm affarijiet għaddejjin fejn qed ikun hemm flejjes li m'humiex accounted for u m'humiex accountable u minflok ma l-Gvern qiegħed jara kif jagħmel bis-serjeta' biex jikkontrolla dawn il-flejjes u dawn it-tranżazzjonijiet, qed ikun hemm dewmien esaġerat, kif rajna anke min-naħa tal-Ministru Galea, fid-dħul ta' ċerti kontrolli li kienu meħtieġa biex jikkontrollaw, per eżempju, il-ħasil tal-flus.", "Il-liġijiet m'humiex biżżejjed.", "Hemm bżonn li l-Pulizija tingħata iktar saħħa.", "M'hux veru li l-Pulizija qed tingħata s- saħħa biżżejjed biex tmexxi l-ġlieda kontra l-barunijiet tad-droga.", "Qed ikun hemm ħafna kliem sabiħ, ħafna aġenziji, ħafna seminars u ħafna relazzjonijiet pubbliċi, imma meta mbagħad titkellem mal-Pulizija, on the ground issib li dawn kollha jilmentaw li m'għandhomx riżorsi, materjal, flus u mezzi ta' inkwiżizzjoni u ta' stħarriġ biżżejjed.", "Meta tkellimhom jgħidulek li l-ġlieda mhux veru qiegħda tintrebaħ, anzi sejra lura, jgħidulek li l-ammont tad-droga li dieħla fil-pajjiż huwa barra mill- kontroll ta' l-Istat u li l-ħin kollu dieħla mewġa wara l-oħra ta' kuntrabandu li ħafna drabi ċerti nies ikunu jafu bihom u jħalluhom għaddejjin.", "Dawn huma affarijiet li jinstemgħu u li jistgħu jiġu verifikati għax qed jgħiduhom l-istess pulizija li ħafna drabi jsibu ruħhom bla poter fil-ġlieda li għandhom kontra nies li huma attrezzati aktar minnhom.", "Xi kultant tiskatta xi ħaġa bħal dak li ġara fil-Mosta, fejn dawn l-affarijiet jibdew jidhru aktar ċari għall-poplu.", "Imma min qiegħed f'nofs il-ġlieda jgħid ċar u tond li min-naħa ta' l-Istat m'hemmx biżżejjed forza u saħħa fil-ġlieda kontra d-droga.", "Għalhekk wieħed kien jistenna li la llum kellna dan l-essay mill-Onor.", "Louis Galea dwar kif inhi sejra l-ġlieda kontra d-droga, għallinqas messu tkellem ukoll dwar il-problema li hawn u dwar il-fatt li l-barunijiet tad-droga qed iżidu s-saħħa tagħhom.", "Minn dan kollu ma smajna xejn.", "Jiena jgħiduli li hemm ukoll nies li jkunu mqabbda sew fid-droga u li jkollhom kull ċans biex jisparixxu u jinħbew.", "L- argument qed iqum ċar u għalhekk il-poplu huwa mxebbgħa b'dak li qed jiġri.", "Jien ma nemminx li l-poplu jrid xi pieni tal-mewt jew xi kastigi tal-Medju Evu fil-ġlieda kontra d-droga, imma ċertament li l-poplu jistenna li jkun hemm serjeta' fil-mod kif qed tiġi miġġielda l-ġlieda kontra d-droga.", "Għandna Gvern li huwa laxk u artab fuq il-kriminalita' tad-droga, kemm fuq il-kawżi tal-kriminalita' tad-droga u kemm fuq l-effetti tagħha.", "Illejla smajna ħafna kliem ta' ħniena għat-traffikanti u ma smajniex kliem ta' ħniena għall-poplu Malti u Għawdxi li qed jistenna serjeta' mit-tmexxija tal-Gvern tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Wieħed kien jistenna li din is-serjeta' turi ruħha llejla fil-prattika ċara tal-kultura tar-riżenja li semmewlna.", "Kont nistenna li minflok id-diskors irresponsabbli ta' l-Onor.", "Fenech Adami, fejn moħħu biss biex jipproteġi lil dawk li huma mdawra madwaru, kont nistenna diskussjoni serja ta' deċiżjoni żbaljata u żgarrata mill-bidu sa l-aħħar.", "Il-fatt li ttieħdet din id-deċiżjoni u l-fatt li din id-deċiżjoni kellha din il-protezzjoni speċjali kollha, għalija turi l-mod kif qed jitħallew jitherrew l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Smajna bħala difiża li d-deċiżjoni ttieħdet skond in-normi kostituzzjonali kollha.", "Imma apparti mill-forma, x'kien hemm wara dawk l-affarijiet li ċċaqilqu u li mxew biex l-ewwel il-maħfra tieqaf u mbagħad il-maħfra tibqa' għaddejja 'l quddiem?", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li l-akbar dnub li sar illejla kien li llum reġa' deher ċar li din is-suppost klima ta' kultura ta' riżenja ma teżisti xejn, lanqas ir-riżenji finti, imma qegħdin fi żmien fejn aktar ma jgħaddu x-xhur aktar qed naraw therrija tas-serjeta' fil-mod kif qed jitmexxa l-gvern.", "Qed naraw ministri jieħdu deċiżjonijiet irresponsabbli li qed ikollhom difiża irresponsabbli mill-Prim Ministru nnifsu u qed naraw li d-deċiżjonijiet li fundamentalment huma marbuta ma' deċiżjonijiet ħżiena qed jiġu difiżi.", "Qed naraw ukoll li m'hijiex teżisti serjeta' fil-ġlieda kontra d-drogi.", "Sur President, għalhekk ngħid li r- repubblika tagħna qed taqa' vittma għall-kultura tal-koka u mhux għall- kultura tar-riżenja.", "Dik hija xi ħaġa li għaliha għandu jiddispjaċih kull wieħed u kull waħda minna, u jiena l-ewwel għamilt appell biex kulħadd iħares lejn din il-ħaġa skond il-kuxjenza personali tiegħu.", "Pero' mid- disors li sar ninsab konvint li min-naħa l-oħra mhux se jkun hemm dik ir- rieda, għax jidher li kull wieħed min-naħa l-oħra m'huwiex lest li jiffaċċja din il-mistoqsija bħala mistoqsija personali fuq il-kuxjenza.", "Jien kont nistenna lil xi ħadd bħal, per eżempju, l-Onor.", "Ċensu Galea - li nemmen li m'huwiex xi ħadd li m'għadux jemmen fl-integrita' fundamentali ta' kif jitmexxew dawn l-affarijiet - u lil nies oħra - li m'humiex preżenti f'din il-Kamra bħalissa - li jieħdu ċerta attitudini li tkun aktar responsabbli u viċina lejn dak li għandu x'jaqsam ma' l-integrita' ta' kif jitmexxa pajjiż u ta' kif jitmexxa partit.", "Jien kont nistenna li għallinqas tqum vuċi li titlob investigazzjoni aħjar taċ-ċirkostanzi li jitqanqlu madwar din il-ħaġa, titlob analiżi xjentifika ta' kif saru l- proċessi u mhux naċċettaw b'għajnejna magħluqa l-qari li għamlilna l- Ministru tal-Ġustizzja.", "Jien kont nistenna li tqum għallinqas vuċi waħda, jew nofs vuċi waħda, min-naħa l-oħra li tgħid li ta' min janalizza u jifli aktar dak li huwa għaddej madwarna, minflok ma nagħmlu bħall-flieles madwar qroqqa li meta semgħu l-għajta isterika ta' l-Onor.", "Fenech Adami llejla - li naħseb jinsab muġugħ dwar dak li qed jiġri, għalkemm ma jurix - baqgħu marbutin madwaru.", "Illejla, Onorevoli, se tkunu l-kor tal-qtates, għaliex quddiem okkażjoni fejn jidher ċar kif iċċaqilqu l-affarijiet - u din m'hijiex kwestjoni ta' vox popoli vox dei, imma hija kwestjoni ta' kif tabilħaqq żgrinċjaw l-affarijiet biex xi ħadd li ġie hawn Malta ħalli jeqred il-ħajja ta' daqstant żgħażagħ u familji - minflok turu ħniena mal- vittmi tiegħu u tiflu għaliex dan il-proxxmu qed jingħata ħniena b'dan il- mod misterjuż u stramb, tinġabru madwar il-qroqqa tagħkom qiskom kor tal- qtates.", "Jien jiddispjaċini li qed inkellimkom b'dan il-mod, imma naħseb li bil-vot tagħkom illejla se tkun l-integrita' tar-Repubblika Maltija li se tiġi attakata b'mod li jmur fil-vixxri ta' x'għandna nagħmlu f'pajjiżna.", "F'pajjiżna għandna nagħmlu xi ħaġa li trid tkun trasparenti fiċ- ċirkostanzi kollha.", "Ċertament li l-kwestjoni tat-trasparenza tqum meta tiġri xi ħaġa bħal din, meta l-aqwa istituzzjoni tal-pajjiż, il-Presidenza, ġiet manipulata b'mod li qed tagħti maħfra lil xi ħadd li ġie hawnhekk biex jagħmel dannu importanti u ewlieni lil fabric intern tas-soċjeta' tagħna - apparti mis-sigurta' - u minflok li għallinqas biex inħalluh imur ngħidulu li jrid jagħtina informazzjoni dwar kif nistgħu nkissru dak li qed jherrina minn taħt, il-kankru tad-droga, ngħidulu \"bye\" u qisu ma ġara xejn!", "Dak huwa l-akbar dnub li sar illejla u jiddispjaċini li mil-lum 'il quddiem se jkolli nibda naħseb fikom bħala nies li ħadtu vot mhux skond qalbkom u ruħkom, imma skond il-kalkolu politiku ta' min hu kompliċi ma' min għamel il-ħażin u d-deni lil pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-emenda mressqa mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Billi ntalbet votazzjoni din tittieħed fid-9.05 p.m., skond il-ftehim milħuq fis-seduta numru 320, tal-5 ta' Ottubru, 1994.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-8.45p.m., il-Kama ġiet sospiża u rriżumiet fid- 9.05 p.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda mressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, f'isem l-Oppożizzjoni, bi qbil tal-Kamra, nitlob li l-votazzjoni tkun sigrieta ħalli kulħadd jivvota skond il- kuxjenza tiegħu.", "MR SPEAKER: Dan m'huwiex skond ir-regoli tal-Kamra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għalhekk għidt \"jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra\".", "MR SPEAKER: M'hemmx ftehim f'dan is-sens.", "(Interruzzjonijiet) Ir- regoli tal-Kamra u anke l-Kostituzzjoni jistabbilixxu kif isiru l- votazzjonijiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, nixtieq inkun naf x'kien ir-ruling tiegħek.", "MR SPEAKER: Skond ir-regoli tal-Kamra dan li ġie mitlub m'huwiex permess.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma r-ruling jippermetti li, jekk ikun hemm qbil, issir?", "MR SPEAKER: Jien naħseb li lanqas skond il-Kostituzzjoni ma tista' ssir.", "Skond ir-regoli tal-Kamra żgur li ma tistax issir.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista', jekk jogħġbok, tagħtina ruling?", "MR SPEAKER: Ir-ruling tajtu.", "Skond ir-Regoli tal-Kamra din ma tistax issir.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Anke jekk ikun hemm qbil?", "MR SPEAKER: Naħseb li lanqas skond il-Kostituzzjoni.", "Lanqas bi qbil.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalhekk nixtieq ruling.", "(Għajjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbu, l-Iskvrivan tal-Kamra jaqra l-ismijiet.", "VOTAZZJONI NRU.", "234", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Ċensu | |Bonello du Puis |Galea Louis | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | | |Angelo | |Debono Giovanna |Rizzo Naudi John| |Deguara Louis |Spiteri Carm | | |Lino | |DeMarco Guido |Tabone Anton | |Falzon Michael |Zammit Ninu | |Fenech Adami |Zammit Stanley | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Mangion Charles | |Attard Montalto |Micallef Freddie| |John | | |Bartolo Evarist |Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Borg Carmel |Mintoff Dom | |Brincat Joseph |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles |Muscat Philip | |Buhagiar Louis |Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech Joe |Sant Alfred | |Farrugia Michael |Sant Salvu | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin S. |Vella George |", "L-emenda għaddiet.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 320 tal-5 ta' Ottubru, id-division se tittieħed issa.", "VOTAZZJONI NRU.", "235", "FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Ċensu | |Bonello du Puis |Galea Louis | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | | |Angelo | |Debono Giovanna |Rizzo Naudi John| |Deguara Louis |Spiteri Carm | | |Lino | |Demarco Guido |Tabone Anton | |Falzon Michael |Zammit Ninu | |Fenech Adami |Zammit Stanley | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Dimech | | |Francis | |Frendo Michael | | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Mangion Charles | |Attard Montalto |Micallef Freddie| |John | | |Bartolo Evarist |Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Borg Carmel |Mintoff Dom | |Brincat Joseph |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles|Muscat Philip | |Buhagiar Louis |Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech Joe|Sant Alfred | |Farrugia Michael|Sant Salvu | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin S. |Vella George |", "Il-mozzjoni, kif emendata, għaddiet.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 10 ta' Ottubru, b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Ottubru, skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 320 tal-5 ta' Ottubru, 1994, bl- aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.15 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAN GILJAN - LUNA PARK", "20620.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-ebda operatur ta' Luna Parks ma jingħata permess jopera luna park ħdejn il-playing field ta' San Ġiljan (wara Palazzo Spinola) għax hekk ikun qed iċaħħad lit-tfal u lill- familji ta' l-inħawi mill-unika spazju miftuħ li hemm fil-lokalita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bgħatt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru għall- konsiderazzjoni tal-Pulizija.", "AWTORITA' MARITTIMA - LIĊENZJI TA' VETTURI", "20621.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hemm vetturi liċenzjati bħala self drive?", "Kemm hemm vetturi liċenzjati bħala chauffer driven?", "Kif jinżamm kontroll fuq dawn il-vetturi, speċjalment dawk is-self drive biex ikun żgurat lijinżamm f'kordinazzjoni tajba?", "Kemm minn (1) u (2) huma liċenzjati f'Għawdex?", "Hemm xi tariffi fuq kemm suppost tinkera vettura self drive?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-parti l-kbira ta' din il-mistoqsija tispetta lill-Ministru responsabbli mit-Trasport.", "Għalkemm il-Pulizija tieħu azzjoni kull meta tosserva ksur tar- Regolamenti tat-Traffiku, l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u d-Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar ta' Vetturi jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TA' SPEEDBOAT", "20622.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Persuna li jkollha speedboat jew lanċa għandha bżonn xi liċenzja/permess speċjali biex iġorr passiġieri?", "L-Awtorita' Marittima taf li hemm minn qed jieħu tlett liri (Lm3) biex jieħu n-nies minn Kemmuna sa San Giljan, wara li dawn ikunu waslu Kemmuna b'mezzi oħra?", "L-Awtorita' taf ukoll li l-istess persuni qed iżommu żewġ liri (Lm2) biex jieħdu n-nies dawra ma Kemmuna?", "Jekk dan huwa abbuż jista' l-Ministru jara li dan ma jkompliex isir?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Biex persuna tkun tista' topera dgħajsa jew bastiment għall-ġarr ta' passiġġieri bi ħlas minn post għal post fl-ibħra territorjali Maltin tenħtieġ liċenzja għal dan l-iskop mingħand l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "M'hemmx tariffi stabbiliti għal trasport bil- baħar tat-tip li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Dan it-tip ta' trasport hu wieħed liberalizzat u għalhekk teżisti l-kompetizzjoni, li jfisser li għall-pubbliku teżisti l-għażla kemm f'dak li hu servizz kif ukoll f'dawk li huma prezzijiet.", "AWTORITA' MARITTIMA - VAPURI MAQBUDA", "20623.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Mill-vapuri li huma laid up jista' l- Ministru jgħid:", "Kemm huma maqbuda wara deċiżjoni mill-Qorti?", "Kemm tħallew mis-sidien għaliex m'hemmx xogħol għalihom jew għal raġuni oħra?", "Jekk jitħallew hawn mis-sidien dawn jħallsu xi flus talli qed jokkupaw post fil-port?", "F'liema naħat tal-portijiet jinstabu?", "Kemm ilu laid up kull wieħed?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-ebda wieħed mill-vapuri li jinsabu qiegħda jew laid up f'dan il-mument m'hu maqbud wara deċiżjoni tal- qrati.", "Vapuri ta' aktar minn għaxar tunellati grossi li jkunu qiegħda, iħallsu d- Drittijiet tal-Port skond it-Tieni skeda (Regolament 3, Para.", "2) tar- Regolamenti ta' l-1977 dwar id-Drittijiet tal-Port, iżda skond l-Artiklu 2 ta' l-Att XVII ta' l-1991, bastimenti qiegħda ma jinkludux inġenji tal- baħar użati biss għad-diveriment jew għall-industrija tas-sajd, jew xi bastiment li jkun qiegħed f'xi post biex jissewwa.", "Fis-26 ta' Settembru kien hemm b'kollox 17-il vapur li tħallew qiegħda mis-sidien tagħhom għax m'hemmx xogħol għalihom jew għal diversi raġunijiet oħra.", "L-informazzjoni, dwar dawn il-vapuri, it-tul taż-żmien li ilhom qiegħda u l-postijiet fejn jinsabu, hi kif tidher hawn taħt:", "|BASTIMENT|KEMM ILU |POST | | |HEMM | | | | | | |Seisventu|25.09.94 |Deep Water | |rer | |Quay | |British |01.09.94 |Xatt ta' | |Terrior | |l-Injam, | | | |Marsa | |Halliburt|30.08.94 |Manoel | |on 301 | |Island | |Geo |26.08.94 |Manoel | |Surveyor | |Island | |Salvatur |23.06.94 |Xatt ta' | | | |l-Injam, | | | |Marsa | |Marie |21.04.94 |Il-Menqa | |Louise | | | |Labin |22.03.94 |Barra | | | |Marsaxlokk | |Sparrow |01.08.93 |Xatt ta' | | | |l-Injam, | | | |Marsa | |Western |09.06.93 |Xatt ta' | |Arctic | |Ċejlu, | | | |Marsa | |Aghia |21.04.93 |Xatt | |Eleni | |il-Pont, | | | |Marsa | |Princess |01.03.93 |Xatt | |Duda | |ir-Risq | |Texelstro|21.07.92 |Xatt | |om | |ir-Risq | |Marsdiep |29.06.92 |Xatt ta' | | | |Ċejlu, | | | |Marsa | |Thea Tyhi|14.05.92 |Moll | | | |tal-Power | | | |Station | |Dellimara| | | |Redeemer |13.09.91 |Xatt | | | |ir-Risq | |Badr 7 |14.08.90 |Manoel | | | |Island | |Yambu |14.08.90 |Manoel | | | |Island |", "AWTORITA' MARITTIMA - LIĊENZJI TA' SPEEDBOATS", "20624.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Kull min isuq speedboat jew lanċa għandu bżonn ta' liċenzja?", "Jekk iva, qed isir xi kontroll fuq dawk li jsuqu l-ispeedboat jew laneċ ?", "Jekk le, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li dawk li jsuqu l- ispeedboats għandhom ikunu liċenzjati regolarment?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li skond Avviż Legali Numru 19 ta' 1985, min isuq speed boat suppost ikollu liċenzja tas-sewqan maħruġa mill- Kummissarju tal-Pulizija.", "Dawk li jsuqu l-speed boats u l-laneċ qegħdin jiġu kkontrollati mill- Pulizija ta' l-SAG permezz ta' patrols bi speed boats u mill-AFM permezz tal-laneċ tagħhom.", "Spiss isiru ċitazzjonijiet fuq sewqan eċċessiv.", "Barra minn hekk l-Awtorita' Marittima ta' Malta għada kif ippreżentat speed boat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikunu jistgħu jsiru aktar patrols fuq il- baħar.", "L-Awtorita' Marittima qed tagħmel kampanja dwar safety u fil-fatt ħarġet ktieb bl-isem Safety at Sea li madwar 30,000 kopja tiegħu tqassmu lill-pubbliku b'xejn.", "Qegħdin isiru arranġamenti biex il-liċenzji għas-sewqan ta' speed boats jibdew jinħarġu mill-Awtorita' Marittima ta' Malta fil-futur qrib.", "DINGLI - TISWIJA TA' TRIQ TA' FUQ L-IRDUM", "20625.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19667 li oriġinarjament għamilt lill-Ministru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li x-xogħol ta' \"patching\" fit-Triq ta' Fuq l-Irdum f'Ħad Dingli tlesta mid-Dipartiment tad-Distretti.", "PAOLA - DAWL F'SCHREIBER STREET", "21060.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsiru bozoz f'Schreiber Street, Paola?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba biex isir dawl adekwat fi Triq Schreiber Paola qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "VALLETTA - TISWIJIET FI FLATS TAL-GVERN", "21087.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li f'Nru 138 (flats tal-Gvern) Archbishop Street, Valletta isiru tiswijiet fuq il-bejt u fuq il-katusi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "SKEMA YOUTH FOR STUDIES", "21088.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Kif intgħażlu għall-iskema Youth for Studies?", "Min ingħażel?", "Liema korsijiet?", "Kemm ingħataw flus?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Iz-żgħazagħ li applikaw għall-iskema Youth Specilisation Studies Scheme kellhom jibgħatu cirriculum vitae, dokumentazzjoni ta` aċċettazjoni mill-istitut li riedu jissoktaw l-istudji jew taħriġ fih u xi dettalji oħra li setgħu ikunu ta` interess għall-bord ta`l-għazla bħal:", "i) li jkun hemm aċċettazzjoni mill-istitut barrani (ta` l-applikant)", "ii) li l-kors ma jkunx disponibbli f`Malta", "iii) li l-applikant ma jkollux aktar minn 35 sena", "iv) li l-kors ikun ekwivalenti għal 2nd Degree fil-qasam akkademiku għalkemm dan ma kienx possibbli tisstabbilih f`oqsma oħra bħal sport,kultura eċċ", "v) li kemm jista` jkun l-kors magħżul ma jkunux ta` tul aktar minn sena u dan fl-interess ta` l-applikanti stess.", "S`issa ntgħażlu 43 applikant.", "Il-korsijiet kienu diversi iżda kienu jinkludu:", "MBA - Distance Learning ACCA Accountancy Master in sports & recreational studies Specialization course in music and drama MA Museum studies Art Therapy Ph.D in Agricultural Economics & Management Ma in Modern International Studies Ph.d in Educational Psychology MSC in Clinical Cytotechnology Doctorate in Bio-Medical Engineering Optometry Bachelor of applied science degree in hospital administration Degree Course in Journalism MA of Art in Advanced Architectural Studies Studies on Islam and Christian-Muslim Relations MBA,MSC in Project Management Photography Course in Pianoforte Course in Training (Tennis).", "Course in Drawing,Painting and Graphic Art", "Il-kandidati li ntgħażlu kienu dawn:", "Martin Bowerman, Joseph Darmanin, Joe Vella, George Debono, Mario C. Spiteri, Joe Mifsud, Gerard J. Sammut, David Melillo, John Farrugia, Timothy Attard, Finian Bilocca, David T. Agius, Miriam Cauchi, Larissa Strickland, Antonia Farrugia, David A Curmi, Jonathan Galea, Leonard Mizzi, Michelle Pace,Victor Martinelli, Gemma Cassar, Mario Taliana, Christopher James, Justin Kodurand, Pierre Louis Catania, Andre Claude Micallef, Malcolm Jones, Ariadne Massa, Raymond Borg, Samuel Formosa, Ivan Grixti, Charles Scerri (Opted out), David Catania, Rev. Joe Vella Gauci, Eric Muscat (Opted out), Jan Yves Grech, Anthony J. Camilleri, Danny Doneo, John Montanaro, John Aquilina, Alan J. Chircop.", "Is-somma globali mislufa lilhom mill-APS Bank kienet ta` Lm150,000 filwaqt li l-Ministeru jħallas Lm10,000 f`interessi.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - AIR CONDITIONER", "21096.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li l-Assistant Head fi Block 1 fl-Income Tax Department għandu jkollu \"air conditioner\" bħal ħafna oħrajn bi grad bħal tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed jittieħdu l- passi neċessarji biex jiġu akkwistati l-air conditioners li hemm bzonn sabiex l-uffiċċju tal-Assistant Head imsemmi jkun mgħammar b'air conditioner ukoll.", "INDJA - ŻJARA TAL-PRIM MINISTRU", "21099.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Imbilli meta l- Prim Ministru kien għamel żjara fl-Indja xi snin ilu kien intqal li jista' jsir kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi, u min dak iż-żmien li tħabbar Enemalta xtrat żewġ turbini bil-prezz ta' 'l fuq minn Lm8 miljun minn dak il-pajjiż, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kummerċ ieħor sar bejn Malta u l-Indja minn dak iż-żmien?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jirriżultax li l-iskambji kummerċjali bejn Malta u l-Indja żdiedu f'dawn l-aħħar snin.", "COTTONERA - QTUGĦ TAL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "21100.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni tal-qtugħ tad-dawl fil-Kottonera nhar it- Tlieta 9 ta' Awissu, fejn l-aktar li ntlaqat il-Birgu bejn id-9.15 p.m. sal- 11.00 p.m. fejn kien hemm il-festa ta' San Lawrenz?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li r-raġuni tal-qtugħ fil- provvista ta' l-elettriku fil-Cottonera fid-9 ta' Awissu fil-għaxija ġiet ikkaġunata peress li saħan it-transformer tas-substation tal-Birgu minħabba li kien mgħobbi żżejjed u kienet ukoll ħafna sħana u ħadmet is-sistema ta' protezzjoni li tfiet it-transformer biex ma tiġrilux ħsara permanenti.", "RAĦAL ĠDID - PLAYING FIELD", "21101.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li ftit wara li nfetħet għall-pubbliku il-playing field f'Raħal Ġdid kont ġbidt l-attenzjoni ta' l-awtorita' għal mod ta' kif qed jispiċċaw it-tfal maħmuġa meta jużaw din il-playing field.", "Jista' l-Ministru jara li l-art ta' din il-playing field issir bħal dawk ta' postijiet oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment tad-Distretti għadu kif introduċa sistema ġdida ta' paviment fil-playgrounds.", "Din tikkonsisti fi tqegħid ta' paviment ġdid permess ta' bricks żgħir kulurit u tqegħid ta' materjal speċjali magħruf bħala safety play.", "Din is-sistema se titqiegħed ukoll fi Ġnien Pawlu Boffa wara li jsiru l- proċeduri neċessarji.", "ISLA - LANĊA MGĦARRQA FIX-XATT", "21102.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Nirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 17444 u 17839 dwar lanċa mgħarrqa fix-Xatt ta' l-Isla u fejn il-Ministru kien irrisponda \"m'inix qed nifhem x'inhu l-interess pubbliku jew dak tal-Membru ...\"", "Illum l-Ministru hu f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba mill- Interpellant?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Diġa' kont f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub meta weġibt għall-mistoqsija oriġinali numru 17839 u dak inhar tajt it- tweġiba li nħoss li għadha valida s'issa.", "Il-Pulizija taf il-persuni konċernati u tieħu l-passi skond il-Liġi.", "POWER STATION - QTUGĦ TAL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "21103.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nirreferi għal qtugħ tal-provvista ta' l-elettriku li reġa' kellna dan is- sajf u għal każ ieħor rapportat f'\"In-Nazzjon Tagħna\" tat-12 ta' Awissu, 1992.", "Iċ-Chairman ikkummenta li \"t-turbini fil-Marsa huma makni li ilhom installati għal numru ta' snin u l-ħsara li seħħet il-bieraħ hi waħda ....\"", "Jista' għalhekk bl-istess raġunar tingħata spjegazzjoni għal waqfien kontinwu li kellna bl-impjant il-ġdid fil-Power Station ta' Delimara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fix-xhur ta' Lulju u Awissu ġraw numru ta' ħsarat fuq l-impjant tal-Marsa, inkluża ħsara fuq circuit breaker fis- sistema tat-turbina Nru. 8 li kkawżat il-qtugħ tad-dawl fil-11 ta' Awissu.", "Iċ-Chairman ta' Enemalta kien qed jirreferi għal dawn il-ħsarat meta għamel kumment ma' \"In-Nazzjon\".", "Il-waqfien tat-turbina Nru. 2 ta' Delimara sar biex issir spezzjoni wara rapport ta' \"vibrations\".", "Din il-ħsara issa ġiet irranġata.", "QTUGĦ TAL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "21104.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti l-lista tal-postijiet li kellhom qtugħ ta' provvista ta' l- elettriku il-bieraħ 11/8/94 kif ukoll il-ħinijiet ta' l-interruzzjonijiet ta' dan il-qtugħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-postijiet li kellhom qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku fil-11 ta' Awissu, 1994 kienu dawn li ġejjin:", "Il-qtugħ dam bejn wieħed u ieħor mill-10.00 a.m. sa l-3.45 p.m.", "St Julians, Sliema, San Ġwann, Swieqi, Msida, Gżira, Manoel Island, Ta' Ġiorni, Kappara, B'Kara, Balzan, Attard, Qormi, Mrieħel, Sta Venera, Iklin, Ħamrun, Pieta', G'Manġia, Madliena, Żebbuġ, Siġġiewi, Għar Lapsi, Luqa, Marsa, Paola, Corradino, Fgura, Cospicua, Senglea, Għajn Dwieli, Tarxien, Kirkop, Mqabba, Safi, Żurrieq, Gudja, Qrendi, Ħal Far.", "Kien hemm ukoll qtugħ f'Ta' Gandolli, Għaxaq mid-20.45 sat-03.10 ta' l- għada filgħodu.", "VALLETTA - INFIQ GĦALL-PROĠETT TA' RIABILITAZZJONI", "21106.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13860 (Seduta 191), jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja tal-Ġiżwiti kien ristrett għall-faċċata fuq Triq il-Merkanti u ma tkomplix għal ġenb fuq Triq l-Arċisqof?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ix-xogħol ta` restawr fuq il-knisja tal-Ġiżwiti,il-Belt, huwa proġett tal- `Valletta Rehabilitation Project` fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lil dan il-Ministeru.", "VALLETTA - TISWIJIET F'KERREJJA 63, ST.", "PATRICK STREET", "21107.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li fl-iqsar żmien possibbli jsir tibjid, tikħil u rranġar tal-kerrejja 63, St. Patrick Street, Valletta li issa minn post tal- Kurja sar tal-Gvern?", "Nitlob lill-Ministru jintervjeni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-propjeta' mmobbli li għaddiet mingħand il-Kurja għal għand il-Gvern hija amministrata mill-Joint Office li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Finanzi.", "Għalhekk xogħlijiet fuq din l-propjeta' isiru mill-Ministeru għall- Ambjent meta ssir talba mingħand il-Joint Office u skond proċeduri stabbiliti.", "MARSAXLOKK - ĊENTRU TA' L-AKWAKULTURA", "21164.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwaqqaf liċ-ċentru ta' l- Akwakultura f'Marsaxlokk milli jkompli jagħti x-xogħol ta' l-ippakjar tal- ħut li jitkabbar hemmhekk lis-sid ta' garaxx fi Triq il-Ġdida fi Triq Melkart, Marsaxlokk liema ipproċessar qiegħed initten it-triq kollha msemmija b'dannu għar-residenti tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ic-Centru ta' l-Akwakultura ma jaghtix xoghol tal- ippakkjar ta' hut lil xi ndividwu.", "ETC - SPEZZJONIJIET FUQ XUFIERA", "21165.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm qed isiru spot checks fuq ix-xufiera tal-karozzi tal- linja minn uffiċjali tal-ETC meta huwa magħruf li hemm diversi xufiera li qed jirreġistraw għax-xogħol u jagħmlu xogħol ta' xufiera?", "Għadha tgħodd l- ordni li kull xufier ta' karozza tal-linja jrid jilbes il-badge li turi li hu mpjegat?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Uffiċjali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ jagħmlu investigazzjoni ta' kull rapport li jsirilhom.", "Barra minn hekk huma jagħmlu spezzjonijiet madwar Malta u Għawdex kull fejn hemm ħaddiema fuq ix- xogħol.", "Xufiera tal-karozzi tal-linja ġieli ġew investigati mill-ispetturi tal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "Il-Korporazzjoni ivverifikat mar-records tagħha l-lista sħiħa tax-xufiera li nħarġitilhom il-badge mill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, u ħadet il-passi meħtieġa.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każi speċifiċi, nassigurah li jekk jgħaddi din l-informazzjoni lill-Korporazzjoni, jittieħdu passi minnufih.", "Rigward il-badge li tintlibes minn dawn ix-xufiera, il-Korporazzjoni hija mgħarrfa li din l-ordni għadha fis-seħħ.", "AWTORITA' TAT-TRASPORT - BADGE TA' IDENTIFIKAZZJONI MIX-XUFIERA", "21166.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Kemm qed tinforza l-ordni li kienet ħarġet l-Awtorita' tat-Trasport li kull xufier tal-karrozza tal-linja jrid jilbes il-badge ta' identifikazzjoni biex juri li huwa impjegat tat- trasport pubbliku?", "Jaf li l-interpellant innota diversi xufiera mingħajr din il-badge?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li bħalissa x-xufiera m'humiex jilbsu l-identification tag maħruġa mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku peress li din inġabret mill-għaqdiet li jirrapreżentaw lis-sidien b'direttiva tal-Federazzjoni tat-Trasport Pubbliku.", "AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU - KAROZZI LI JUŻAW IL-PITROLJU", "21167.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jaf il-Ministru li hemm diversi karozzi tal-linja li għadhom jużaw il-pitrolju flok diesel bi ħsara kbira għall- ambjent?", "Kemm inqabdu karozzi tal-linja f'din is-sena li kienu qed jużaw il- pitrolju flok id-diesel?", "Kemm isiru checks mill-enforcement officer ta' l-Awtorita jew mill- pulizija dwar dan l-abbuż?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li permezz ta' miżuri amministrattivi li ttieħdu mill-Korporazzjoni Enemalta ftit taż-żmien ilu, jidher li naqas sostanzjalment it-taħlit tal-pitrolju mad-diesel fil- karrozzi tal-linja.", "It-testijiet għal abbużi bħal dawn isiru minn żmien għal żmien minn uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku flimkien ma' uffiċjali tal-Pulizija.", "Matul din is-sena ma tressaq l-ebda sid fil-Qorti dwar taħlit ta' fuel.", "AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU - UFFIĊJAL INVOLUT F'HOLD-UPS", "21168.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jikkonferma li persuna li għaddejja proċess fil-Qorti dwar involviment fi tlett hold-ups qegħda fil-fatt taħdem ma' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku bħala enforcement officer, jew f'xi kariga oħra?", "Jista' jiċċekkja meta ngħidlu li din il-persuna hija mill-Isla u qed tiġi akkużata li għenet biex isiru tlett hold-ups fuq impjegati tad-ditta Tessons?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ma taf bl-ebda mpjegat fuq il-kotba tagħha li jinsab għaddej proċess fil-Qorti dwar involviment f'xi \"hold up\".", "PULIZIJA - KAŻ TA' SURGENT LI SFRATTA HOLD-UP F'TA' QALI", "21169.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kif baqa' il-każ ta' dak is-surġent min Ħal Lija li b'kuraġġ kbir sfratta hold-up f'Ta' Qali u spiċċa b'nofs wiċċu mtajjar minn tir ta' senter mill-ħallelin li riedu jisirqu van li kien fiha 'l fuq min Lm100,000 flus tal-Gvern?", "Kien ġie akkużat xi ħadd?", "Dan għadda ġuri jew le?", "Peress li kien hemm tlieta nvoluti f'dan il-hold-up ikraħ se jitressqu aktar minn wieħed fuq dan il-każ?", "Jekk tressaq xi ħadd, quddiem min qed issir il-kawża?", "Fiex waslet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li persuna ġiet akkużata l-Qorti in konnessjoni ma' dan il-każ, li għadu pendenti quddiem il-Qorti tal- Maġistrati.", "Il-Proċeduri jinsabu fi stadju ta' kumpilazzjoni.", "BAĦRIJA - BDIL TA' ARBLI TAD-DAWL", "21229.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li minkejja t-talbiet li saru biex jinbiddlu l- arbli tad-dawl imsadda fil-Baħrija partikolarment fl-inħawi tas-Sirena, sal- lum għad ma kienx hemm żviluppi sodisfaċenti?", "Jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa mmedjatament qabel ma tidħol ix-xitwa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-arbli fl-inħawi tas- Sirena l-Baħrija inbidlu ħlief għal wieħed li għad irid jinqala'.", "RABAT: SAQQAJJA - PUMPING STATION TAD-DRENAĠĠ", "21230.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha tiġi rrapportata bil-ħsara l-pumping station tad-drenaġġ taħt is-Saqqajja, r-Rabat?", "Jista' l-Ministru jara li jinbidlu l-pompi sabiex ma jkompliex ifur id- drenaġġ fl-inħawi u jagħmel ħafna ħsara lill-uċuħ tar-raba tal-bdiewa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hemm il-ħsieb li jinxtraw pompi ġodda biex jieħdu post dawk eżistenti fil-pumping station tad-drenaġġ taħt is- Saqqajja, Rabat.", "It-tender għal dawn il-pompi huwa lest u mistenni joħroġ fi ftit żmien.", "Għaldaqstant, id-Dipartiment se jinstalla pompa temporanja sakemm il- pompi ġodda jaslu u jiġu installati.", "MANIKATA - MANUTENZJONIJIET", "21231.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ressaqt diversi mistoqsijiet parlamentari dwar ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni meħtieġa fil-Manikata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi programm ta' manutenzjoni mistenni li jsir sa l-aħħar tas-sena?", "Għaliex per eżempju, Triq Dun Manwel Grima baqgħet ma saritx b'detriment ta' inkonvenjenza u periklu għar-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sa l-aħħar tas-sena se jitkompla xogħol ta' patching fil-Manikata.", "Ix-xogħol fi Triq Dun Manuel Grima huwa r-responsabbilta' tad-Dipartiment tat-Toroq, għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "MANIKATA - PROĠETT GĦAT-TĦARIS TA' L-AMBJENT NATURALI", "21232.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mid-diversi diskorsi tal-Ministeru li minn żmien għal żmien jingħad li għandu proġetti mħejjija sabiex jiġi mħares l- ambjent naturali tal-Manikata?", "Ma jħossx il-Ministru li jkun qed iċekken liċ-ċittadin tal-Manikata meta wara l-paroli ma jsir xejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn din is-sena, numru ta' toroq fil- kampanja madwar il-Manikata ġew koperti minn kuntratti ta' tindif.", "Dan ix- xogħol sar mid-Dipartiment tad-Distretti, fuq ħlas mill-Kunsill Lokali tal- Mellieħa.", "Bħalissa l-MSU qed jaħdmu fuq skema biex mis-sena d-dieħla jitfasslu kuntratti simili li jkopru ukoll interventi oħra fil-kampanja, mhux iktar limitati biss għal-tindif ta' toroq.", "SKEJJEL: SAN PAWL IL-BAĦAR -STUDENTI", "21233.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni ta' l- istudenti/tfal mill-Manikata li jattendu l-iskejjel ta' San Pawl il-Baħar?", "Dawn se jibdew jattendu fl-iskejjel tal-Mellieħa?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, huwa f'pożizzjoni li jgħid x'inhija l- pożizzjoni tal-ġenituri dwar dan it-tibdil?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din is-sena t-tfal mill-Manikata, bħal qabel, se jattendu l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar.", "Għad ma tteħditx deċiżjoni dwar talba li saret mill-Kunsill Lokali tal- Mellieħa biex dawn it-tfal jibdew jattendu l-iskola tal-Mellieħa.", "RABAT:- QASAM TAD-DJAR F'GĦAJN QAJJED - TROMBA", "21234.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi t-tromba ta' Block \"C\" f'Għajn Qajjed, Housing Estate ir-Rabat ilha tiġi rrapportata s-snin li tenħtieġ il-manutenzjoni sabiex ma tkomplix issir ħsara lill-istruttura ta' dan il-block inkluż lir-residenti ta' appartamenti, jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa?", "Billi issa dalwaqt tidħol ix-xitwa, jista' l-Ministru jara li x- xogħlijiet jsiru immedjatament?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentaru numru.", "21227 (Seduta 320).", "FGURA - TISWIJA TA' WESGĦA", "21340.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 19771 fejn tlabtek biex il-wesgħa żdingata li hemm bejn Toroq Sant'Antnin, Wistin Levanzin u Pepprin, il- Fgura, tiġi rranġata, imnaddfa u mogħtija l-asfalt, tista' tgħidli fejn waslu l-investigazzjonijiet li kellu jagħmel id-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet?", "Hu possibbli li ssir xi ġnien żgħir bis-siġar, bankijiet u fanali biex iservi kemm għar-rikreazzjoni tar-residenti tal-madwar kif ukoll ħalli l- ambjent jisbieħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar is-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant.", "FGURA - ĠNIEN PUBBLIKU", "21341.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 19773 fejn tlabtek biex il-wesgħa li hemm fit-tarf ta' Triq Romano Carepecchia, il-Fgura, jinbena ġnien pubbliku, tista' tgħidli fejn waslu l-investigazzjonijiet tad-Dipartiment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dwar is-suġġeriment għall-Ġnien fl-area indikata mill-Onor.", "Interpellant, il-każ ġie referit lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għall-kummenti tagħhom.", "Id-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet kien u għadu jżomm regolarment l-area taħt sorveljanza biex jitneħħa kull skart mormi fil-post.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PJAN REGOLATUR", "21342.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li issa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ilha taħdem ħafna, tista' tgħidli jekk il-Pjan Regolatur għadux temporanju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Pjan Regolatur kien inħadem taħt l-Att ta' l-1988 dwar permessi tal-Bini (Provvedimenti Temporanji) u għalhekk kien jissejjaħ \"temporanju\".", "Dan il-Pjan Regolatur kien addottat mill-Pjan ta' Struttura f'Lulju ta' l- 1992 meta kien approvat mill-Parlament.", "Eventwalment il-Pjan ta' Struttura waqa' taħt l-ambitu ta' l-Att ta' l- 1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp li daħal fis-seħħ f'Novembru 1992.", "L-użu tal-kelma \"temporanju\" hija biss nomenklatura li baqgħet tintuża minħabba l-oriġini tagħha.", "FGURA - TISWIJA TA' PLAYING FIELD", "21343.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Il- playing field li hemm ħdejn il-mużew tas-subien, il-Fgura, għandha bżonn irranġatura kbira.", "Tista' tittieħed attenzjoni mmedjata biex nevitaw kull periklu għat-tfal ċkejknin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-Kunsill Lokali qed jaħdem fuq pjan ta' \"refurbishment\" ta' din il-playing field.", "Sadanittant id-Dipartiment tad-Distretti se jara li jiġi eliminat kull periklu fil-post.", "FGURA - TISWIJA TA' TOROQ", "21344.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 19758 fejn kont tlabt biex it-toroq ta' madwar l-iskola primarja tal-Fgura jiġu rranġati b'tali mod li t-tfal mhux kull darba li tagħmel ix-xita jegħrqu fl-ilmijiet biex jaslu sa l- iskola, tista' tgħidli x'għamel id-dipartiment konċernat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-Kunsill Lokali tal- Fgura bħalissa qiegħed f'kuntatt mad-Dipartiment tat-Toroq fuq din il- problema.", "Hu ssuġġerit li l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "KALKARA - TISWIJA TA' TRIQ CONVOY TA' SANTA MARIJA", "21345.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Interpellanza numru 17748 fejn tlabt lill-Ministru jirranġa malajr kemm jista' jkun Triq Convoy ta' Santa Marija, il-Kalkara.", "Jista' jgħidli x'jagħmel id-dipartiment biex jirrispondi għall-ilment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi din it-triq hija responsabbilta' tad-Dipartiment tat-Toroq, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "LIBJA - TAĦDIDIET MA' UFFIĊJALI GĦOLJIN", "21397.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar it-taħdidiet li kellu dwar il-Libja ma' uffiċjali għoljin ta' l-Amministrazzjoni Clinton fosthom in-National Security Advisor Anthony Lake?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Rigward il-Libja, l-amministrazzjoni Amerikana tisħaq fuq l-implimentazzjoni kompleta tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas- Sigurezza għal dak li għandu x'jaqsam mal-każ ta' Lockerbie.", "Aħna spjegajna li kull azzjoni ta' Malta hija bbażata fuq ir-rispett ta' l- obbligi tagħna bħala membru tan-Nazzjonijiet Uniti, fuq il-commitment tagħna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fuq ix-xewqa tagħna li kull tilwim jirrisolvi ruħu b'mezz paċifiku.", "Spjegajna l-importanza li l-paċi u l- istabbilita' fir-reġjun tagħna għandhom għall-iżvilupp ekonomiku tagħna.", "Spjegajna wkoll il-politika tagħna ta' ħbiberija u koperazzjoni mal-pajjiżi ġirien tagħna.", "TWAQQIF TA' CSCM", "21398.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Il-proposta għat- twaqqif ta'CSCM tqajjmet fit-taħdidiet uffiċjali tiegħek mal-Gvern Amerikan?", "Jekk iva, x'kienet ir-reazzjoni tagħhom għaliha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-inizjattivi għal djalogu u koperazzjoni fil- Mediterran, inkluża l-proposta fuq is-CSCM, ifformaw parti mit-taħdidiet li kelli f'Washington.", "Il-Gvern Amerikan jidher li qiegħed isegwi b'attenzjoni l-interess li qiegħed jiżdied f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' dan is-suġġett.", "ĦAB ĊIVILI - QLIGĦ MIT-TUCK SHOP", "21399.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti figuri tas-sales turnover sena b'sena mill-1987 'l quddiem fit-tuck shop tal-Ħabs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-kont tat-tuck shop tal-Ħabs, minn fejn il-priġunieri jkun jistgħu jixtru sigaretti, ħelu u ċerti bżonnijiet oħra, kien infetaħ mal-Mid-Med Bank ta' Raħal Ġdid fit-30 ta' Ġunju 1992.", "Il-figuri tat-turnover sena b'sena hu kif jidher hawn taħt:", "1992 (mit-30 ta' Ġunju) Lm1420.16 1993 3010.25 1994 (sal-5 ta' Settembru) 1696.35", "STATI UNITI - PROBLEMA TAL-FUNDAMENTALIŻMU", "21400.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Billi jingħad li l-Prim Ministru iddiskuta l-problema tal-fundamentaliżmu fit-taħdidiet tiegħu mal-President Clinton u ma' l-uffiċjali ta' l-Amministrazzjoni Amerikana, jista' jgħid x'kienet il-fehma taż-żewġ naħat dwar dan is- suġġett jaħraq?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iż-żewż naħat tennew il-pożizzjoni tagħhom fuq dan is-suġġett kif spjegata f'diversi statements pubbliċi.", "Il-pożizzjoni ta' Malta hija spjegata fid-diskors li jien għamilt fin-National Press Club fit-23 ta' Settembru li tiegħu poġġejt kopja fuq il-Mejda b'risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 21401.", "STATI UNITI - DISKORSI TAL-PRIM MINISTRU", "21401.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jistgħu jiġu tabled kopji tad-diskorsi li l-Prim Ministru għamel waqt iż-żjara tiegħu fl-iStati Uniti kif ukoll tal-proceedings tal-laqgħa li kellu ma' membri tal-Foreign Relations Committee?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kopja tad-diskors li għamilt fin-National Press Club, Washington, fit-23 ta' Settembru se titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra fis-Seduta li jmiss.", "SKOLA SIR ADRIAN DINGLI - ĦINIJIET TA' TRASPORT", "21402.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi minkejja li l-Gżira mhijiex daqstant mbiegħda mill- iskola Sir Adrian Dingli, il-private qiegħda tiġbor lit-tfal ta' dan il- lokal fis-7.00 a.m., jistgħu isiru arranġamenti alternattivi aktar adegwati għaliex it-tfal qed ikollhom iqumu kmieni ħafna biex imbagħad meta jaslu jsibu skola magħluqa?", "Ma jħossx il-Ministru li għandhom jittieħdu passi issa qabel tidħol ix-xitwa u jiġi żmien il-maltemp?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għalkemm il-ħin tas-7.00 a.m. huwa ħin normali li fih jibdew jinġabru t-tfal għall-iskejjel ta' l-Istat, l-ilment ġie rrapportat lill-kumpannija konċernata biex isiru sforzi ħalli t-trasport ta' dawn it-tfal jibda jsir aktar tard.", "ANZJANI - SKEMA BIEX ANZJANI JIRRANĠAW DARHOM", "21458.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Meta hemm il-ħsieb li toħroġ skema biex anzjani jkunu jistgħu jirranġaw darhom jew/u jirranġaw il-kamra tal-banju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-Dipartiment qed jikkonsidra jekk ghandux johrog skema simili.", "SPTARIJIET - TELEPHONE OPERATORS", "21459.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Minħabba nuqqas ta' telephone operators li għad hemm fl- isptarijiet, hemm il-ħsieb li jidħlu telephone operators minn barra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa m'hemmx il-ħsieb li jidħlu telephone operators minn barra minħabba li dan hu grad li għalih jikkompetu dawk li diġa' huma mpjegati mal-Gvern.", "WIED IL-GĦAJN - TFIGĦ TA' MATERJAL FI TRIQ IL-BTIETI", "21460.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Possibbli jitwaqqaf id-dumping ta' materjal li qed isir fl-għelieqi li hemm fi Triq il-Btieti, Wied il-Għajn?", "Billi diġa' intefgħu għadd ta' trakkijiet ta' materjal u billi issa hemm numru ta' kuntratturi li qed jużaw dan il-post biex jeħilsu mill-materjal, jista' l-Ministru ġentilment jara li jittieħdu passi effettivi u mmedjati biex ma jerġax isir dak li sar f'Sant'Antnin f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se ninforma lill-Building Inspectors (fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar) u l-Pulizija dwar it-tbattil ta' terrapien bla permess, fit-triq indikata mill-Onor.", "Interpellant biex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "ŻEJTUN - ASFALTAR TA' TOROQ", "21461.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz-joni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jgħid jekk wara li saru t-toroq il-kbar, jiġifieri Triq il-Qadi u Triq l-Isqof E. Galea fiż- Żejtun, hux possibbli li jiġi kkonsidrat li jingħata wkoll it-tarmac fil- ftit side streets li fadal, jiġifieri Triq il-Fossa tal-Qamħ, Triq Xeħt il- Forom, Triq il-Marrubija, Triq il-Ġiebja Rumana, Triq Kemmun Ħelu, Triq il- Kamumilla u Triq il-Ħuxlief biex b'hekk dan il-Housing Estate ikun tlesta kollu?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata mid-Dipartiment tat-Toroq flimkien ma' talbiet oħrajn.", "ŻEJTUN - DAWL FI TRIQ IL-QADI", "21462.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li fi Triq il-Qadi, fiż-Żejtun sar it-tarmac, hux possibbli li jsiru żewġ bozoz minħabba li f'partijiet ta' din it-triq għad hemm id-dlam?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta għall-konsiderazzjoni tagħħa.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-QADI - CARDPHONE", "21463.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Wara li Triq il-Qadi, fiż-Żejtun issa ngħatat it-tarmac, possibbli li ssir cardphone f'din it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Telemalta hija mpenjata li sa l-aħħar ta' Novembru, 1994 tkun installat \"cardphone\" fl- inħawi ta' San Girgor viċin Triq il-Qadi.", "REĠISTRATURI TAŻ-ŻWEĠIJIET - ĦLAS LIL", "21504.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Meta se jitħallsu r-Reġistraturi taż-Żweġijiet peress li l-pagamenti li suppost jitħallsu kull tliet xhur qed jitħallsu wara kull erba' xhur jew anke sitt xhur?", "Taf li taħt Gvern Laburista fi 12-il sena ma kenux idumu ma jitħallsu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi ghall- mistoqsija parlamentari numru 21047 li tittratta dwar l-istess materja.", "XGĦAJRA - KUMPLESS SPORTIV", "21506.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jagħtini kopja tas-site plan u kopja ta' pjanta ta' kif ġej l-isports complex fix-Xgħajra ta' Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mill-istħarriġ li sar mill-Ministeru jirriżulta li sar xi tibdil tal-pjan kif oriġinarjament imfassal fil-bidu tas-snin 80.", "Għalhekk risposta fid-dettal tingħata` wara li jiġi kompletat dan l-istħarriġ.", "Ngħid, iżda, li minn dak li jirriżulta s`issa lil dan il- Ministeru joħroġ li artijiet li kienu parti mill-pjan oriġinali ġew meħlusa għall-bini.", "KALKARA - ĊIMITERJU NAVALI", "21507.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli x'sar minnha dik il-parti li kienet tagħmel minn Naval Cemetery fi Triq Santu Rokku fil-Kalkara?", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk huwiex se jsir ġnien jew xi ħaġa oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - MANAGER TREATMENT AND REHABILITATION", "21508.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-Interpellanza numru 21273, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tat-tabib li jokkupa l-pożizzjoni ta' Manager Treatment and rehabilitation?", "Dan huwa post full-time u mingħajr prattika privata?", "X'inhuwa s-salarju?", "Dan it-tabib jagħmel xi xogħol ieħor mad-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-Tabib li jokkupa l-pożiżżjoni ta' 'Manager, Treatment and Rehabilitation' huwa mpjegat tal-Gvern, u bħalissa hu misluf ma' l-Aġenzija SEDQA.", "Huwa jaħdem 'full-time' bl-istess sigħat kif jaħdmu t-tobba fl-Isptarijiet Governattivi.", "Barra minnhekk, flimkien mat-tobba f'dan il-qasam, hu jipprovdi 'cover' ta' 24 siegħa kuljum fuq 'roster' ta' 'one-in-four', kif spjegat fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 21509.", "Bħal tobba oħra, għandu l-permess li jagħmel il-prattika privata.", "Is- salarju tiegħu huwa bħalma kellu fid-Diviżjoni tas-Saħħa, kif diġa' ndikat fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 21273.", "Hu ma jagħmilx xogħol ieħor mad-Diviżjoni tas-Saħħa, iżda jkun lest li jagħmel kwalunkwe xogħol li jiġi mitlub.", "SPTARIJIET - AĠENZIJA GĦALL-ĦARSIEN MILL-ABBUŻ TAD-DROGA U L-ALKOĦOL", "21509.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-interpellanza numru 21273, jista' l-Ministru jgħid kif jaħdmu l-erba' uffiċjali Mediċi fl-Aġenzija għall-Ħarsien mill- Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol?", "X'taħriġ għandhom jew qed jingħataw dawn it- tobba?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li jkun hemm preżenza ta' tabib fid-Detox Centre/Santa Marija tul l-24 siegħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-erba' Uffiċjali Mediċi li qed jaħdmu mas-SEDQA - l-Aġenzija għall-Ħarsien mill-Abbuż tad-Droga u l-alkoħol - joffru s- servizzi tagħhom f'dawn iċ-ċentri:-", "- Fiċ-Ċentru tad-Detox fl-Isptar San Luqa; - Fl-Isptar Santa Marija; u - F'Ċentri tar-rijabilitazzjoni fl-Isptar Monte Carmeli.", "It-tobba jittrattaw mal-klijent kemm mill-att mediku kif ukoll joffru servizz ta' pariri, speċjalment fil-prevenzjoni.", "Dawn it-tobba bħalissa qed jipprovdu 'cover' ta' 24 siegħa kuljum, inkluż is-Sibt u l-Ħadd, fuq 'roster' ta' 'one-in-four'.", "Minn Jannar 1995, dawn it-tobba se jieħdu rwol aktar attiv billi se jkunu wkoll jifformaw parti mit-'Team' tal-Komunita', kif ukoll jagħmlu xogħol ta' prevenzjoni fejn ikun meħtieġ.", "It-taħriġ ta' dawn it-tobba sar fuq il-post tax-xogħol permezz ta' esperjenza.", "Hemm il-ħsieb li t-tobba, bħall-impjegati l-oħra, jingħataw taħriġ aktar speċjalizzat.", "Għal dan l-iskop, f'Settembru 1994, it-tobba attendew għal Kors ta' Taħriġ li huwa parti minn programm ta' l-'Istaff Development Organisation'.", "F'April 1994, it-tobba attendew għal Kors għall- Professjonalisti fil-Qasam tas-Saħħa Mentali.", "MALTA DAIRY PRODUCTS LTD - PRODUZZJONI TA' IRKOTTA", "21510.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tipproduċi rkotta kull sena l-Malta Dairy Products Ltd?", "X'miżuri jittieħdu f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċessar u distribuzzjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni?", "X'inhuma l-kriterji mikrobijoloġiċi adottati mill-Komunita' Ewropea għall- ħalib u xi prodotti tal-ħalib?", "Kif jikkomparaw il-kriterji li tuża l-Malta Dairy Products Ltd biex tiżgura kemm jista' jkun li dawn il-prodotti jkollhom livell aċċettabbli ta' kontaminazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Malta Dairy Products Ltd. tipproduci madwar 2,200,000 kilo rikotta fis-sena, kollha ghal konsum lokali.", "F'dawn l-aħħar snin kien hemm zieda sostanzjali ta' madwar 25% fil-konsum ta' dan il-prodott.", "Jien informat li l-Malta Dairy Products Ltd. tieħu l-passi kollha necessarji waqt l-ipprocessar u d-distribuzzjoni ta' dan il-prodott biex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni.", "L-irkotta tigi manifatturata f'temperatura għolja ta' madwar 85 gradi Celcius u li hi temperatura għolja biżżejjed biex tiżgura li ma jkunx hemm mikrobi li jistgħu jkunu ta' ħsara f'dan il-prodott.", "Il-kriterji mikrobijoloġici adottati mill-Komunita' Ewropea għall-ħalib u prodotti tal-ħalib huma dawk elenkati fl-\"Official Journal of the European Committees No. L 268/27\" ta' l-14 ta' Settembru 1992.", "Il-Malta Dairy Products Ltd. tuża dawn il-kriterji bħala gwida biex kemm jista' jkun jiġi żgurat li l-prodotti tagħha jkunu ta' livell aċċettabli.", "XARBA BL-ISEM TA' \"REDBULL\"", "21511.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga fiex jikkonsistu l-ingredjenti ta' xarba bl-isem ta' \"Redbull\" li hi diskritta bħala Tonic Fluid li skond informazzjoni li għandi tiġi manifatturata lokalment u tiġi mibjugħa mill- Ispiżeriji?", "Billi din ix-xarba hija riklamata bħal stimulanti, speċjalment għal dawk li jieħdu parti f'attivitajiet sportivi, jista' l-Ministru jindaga li din ix-xarba ma fihiex xi stimulanti bħal amphetamine u mediċini simili?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ma jirriżultax, sallum, li dan il-prodott qed jiġi manifatturat lokalment.", "L-ingredjenti ta' din ix-xarba ma jinkludu l-ebda amfetamini.", "Skond il- parir li għandi, l-uniku ingredjent ta' natura stimulanti hu l-kaffeina li mhix preżenti f'doża li tista' tagħti effetti mhux mixtieqa jew ta' 'doping'.", "PULIZIJA - MEWT TA' JAMES TABONE", "21512.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li l-Kummissjoni biex tistħarreġ il-mewt ta' James Tabone li kien miet fiċ-ċella tas-CID fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ilha li twaqqfet fuq sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta r-rapport u jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Kemm-il darba iltaqgħet din il-Kummissjoni?", "Meta u f'liema data żammet l- aħħar laqgħa tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Imħallef li ippresieda l-Inkjesta rredieġa r- Rapport relattiv u bagħtu lili fit-12 ta' Settembru 1994.", "Ir-Rapport qed jiġi konsidrat u fil-mument opportun jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX - HELICOPTER LI NTUŻA BIEX IĠORR LIL TURISTA ĠERMANIŻA", "21513.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-helicopter li ntuża biex iġorr lil turista Ġermaniża li ttellgħet mill-baħar mill-Calypso Diving Centre f'Għawdex ftit ġimgħat ilu ma kellux ossiġnu?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk din it-turista kenitx għadha ħajja meta ttellgħet fuq il-helicopter?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizzaha lill-Ministru responsabbli mill-Forzi Armati ta' Malta.", "Fl-istess waqt ninsab informat li min-naħa ta' l-Isptar ma saret ebda talba għal 'helicopter' iżda kienu l-Pulizija li ordnawh.", "Ninsab informat ukoll li l-pazjenta kienet diġa' mejta meta twasslet l- Isptar.", "BIRKIRKARA/SANTA VENERA - TISWIJA TA' TOROQ", "21533.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li ma jdumx ma jsir l-asfaltar tat-triqat f'Birkirkara/Santa Venera ta' Triq Carmel Brincat, Triq il-Maġġur Aquilina u Triq Ħal Qormi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "ATTARD - ASFALTAR TA' TRIQ ANTONIO MICALLEF", "21540.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: X'inhi r-raġuni li Triq Antonio Micallef f'H'Attard ma ġietx asfaltata kollha u tħalliet biċċa minnha barra?", "Meta se titkompla sħiħa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li Triq Antonio Micallef, Ħ'Attard hija kollha mogħtija t-tarmac.", "BELT VALLETTA - LIFT FIL-LIBRERIJA NAZZJONALI", "21542.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir lift fil-Librerija Nazzjonali li hemm fil-Belt sabiex din tkun tista' ssir aċċessibbli kemm għal dawk l-anzjani li jkunu jixtiequ jagħmlu użu minnha kif ukoll għal dawk b'diżabilita' fiżika?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Napprezza s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru.", "Jien informat li ntalbu kemm-il darba l-pariri ta' diversi studjużi li jagħmlu użu mill-bibljoteka u anke ta' periti tal-gvern biex jinstab post adatt għal lift li jwassal għas-sala tal-qari.", "Iżda, billi fil-livell tat- triq hemm biss id-daħla li tagħti għat-taraġ ewlieni, u billi l-bqija ta' l- area taħt il-bibljoteka hija meħuda minn stabbilimenti kummerċjali, ma jidher li hemm ebda rokna fejn jista' jitħaffer jew jinbena shaft għal- lift.", "SKEJJEL - TECHNICAL INSTITUTE - COURSE TA' MICRO COMPUTER TECHNICIAN", "21543.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'se jiġri mill-istudenti tal-Course ta' Micro Computer Technicians fit-Technical Institute, Raħal Ġdid, li ma jsibux sponsor?", "Jista'l-Gvern joffri huwa sponsorships?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qiegħed isir kull sforz biex, kif ġara fl- imgħoddi, l-istudenti kollha jinstabilhom sponsor.", "Dwar it-tieni parti tal- mistoqsija jrid jingħad li l-isponsorships mhumiex ristretti għall-privat iżda jinkludu numru li l-Gvern joffri regolarment fid-diversi snajja' lill- apprendisti tat-TAS.", "KORDIN - QTUGĦ TA' BLAT FUQ IL-CONTAINER TERMINAL", "21544.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm sewa t-tqattigħ tal-blat sal-lum fuq il-container terminal ta' Kordin?", "Meta se jitlesta dan it-terminal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata mill-aktar fis possibbli.", "PORT ĦIELES - ĦSARA LILL-MOBILE CRANE \"GRU\"", "21545.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Japprezza l-Ministru illi l-Mobile Crane \"Gru\" qed issirlu ħafna ħsara peress li għandna l-moll imkisser?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal \"crane\" Italgru li hemm Ras Ħanżir (Laboratory Wharf).", "Jiena nformat li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex waqt il- ħatt u t-tagħbija tal-merkanzija ssir l-anqas ħsara sew lil crane kif ukoll lill-moll.", "Tiswijiet fuq il-wiċċ tal-moll isiru minn żmien għal żmien u xogħol simili ta' manutenzjoni mistenni jsir fi ftit xhur oħra.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - SALARJI TAL-AO'S", "21546.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa ill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Issa li ħafna AO's (Principals) fil- Korporazzjoni Telemalta għalqu tmien snin f'dan il-grad, jista' l-Ministru jgħid meta dawn se jitilgħu fi skala tmienja tas-salarji?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li wara li ġie mplimentat l-ewwel fażi tal-Ftehim tar-Riforma iffirmat fid-19 ta' Novembru, 1993 tal-grad imsemmi, l-Korporazzjoni qed taħdem fuq il-proċess li tkompli tattwa l- provedimenti tar-Riforma li hija marbuta ma' effiċjenza u responsabbilitajiet miżjuda, kif elenkati fid-definizzjoni tad-dmirijiet ta' l-istess Ftehim tar-Riforma.", "FGURA - NUQQAS TA' ILMA FI TRIQ ĠERANJU", "21547.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu passi biex jara għaliex fi Triq Ġeranju, Fgura qed ikun hemm nuqqas ta' ilma/pressa regolarment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma ħadet ħsieb li jsiru sensiela ta' testijiet tal-pressa ta' l-ilma fit- triq imsemmija, (irriżulta li skond l-aħħar spezzjoni l-pressa ta' l-ilma kienet sodisfaċenti.", "Barra minnhekk f'dawn l-aħħar jiem il-Korporazzjoni ma wasluliex rapporti f'dan ir-rigward.", "Jekk xi residenti għandhom rapporti ta' din in-natura huma mitluba li jagħmlu kuntatt mas-Sezzjoni tal- \"Customer Services\" tal-Korporazzjoni fuq in-numri diretti: 234530 jew 234531.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - ĊEKKJAR TA' METERS TA' L-ELETTRIKU", "21548.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm saru rapporti sabiex jiġu ċċekkjati meters ta' l-elettriku peress li mill- kontijiet tqajmu suspetti li dawn il-meters kienu qegħdin jimmarkaw ħażin f'dawn l-aħħar disa' xhur?", "Kemm minn dawn ir-rapporti instabu li kienu ġustifikati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mit-2 ta' Jannar 1994 sal-5 ta' Ottubru 1994, 1021 meters ġew ittestjati.", "564 instabu tajbin, 331 slow, 104 fast u 22 instabu weqfin.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - ĊEKKJAR TA' METERS TA' L-ILMA", "21549.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm saru rapporti sabiex jiġu ċċekkjati meters ta' l-ilma peress li mill- kontijiet tqajmu suspetti li dawn il-meters kienu qegħdin jimmarkaw ħażin, f'dawn l-aħħar disa' xhur?", "Kemm minn dawn ir-rapporti instabu li kienu ġustifikati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li f'dawn l-aħħar disa' xhur il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma eżaminat 329 każijiet ta' talbiet sabiex jiġu ċċekkjati l-meters ta' l-ilma.", "Fost dawn il-każijiet instab li 141 rapporti kienu ġustifikati.", "KUMPANNIIJA KALAXLOKK - XOGĦOL LILL-ANGELO BIONDO", "21550.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol ingħata lit-Taljan Angelo Biondo mill-kumpannija Kalaxlokk?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-persuna msemmija mill-Onor.", "Membru, ma ġiet mogħtija ebda xogħol mill-Kalaxkokk.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - INFIQ FUQ ĊELEBRAZZJONIJIET", "21590.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ dwar kemm nefqet Telemalta f'ikliet, parties, riċevimenti u festini oħrajn bejn is-snin 1987 u Settembru, 1994?", "It-tagħrif mitlub huwa meħtieġ fuq bażi ta' sena b'sena.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - CHAMPAGNE PARTY", "21591.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa ix- Champagne Party li għamel iċ-Chairman ta' Telemalta Dr. Richard Galea Debono fl-aħħar tas-sena 1993 ġewwa l-Casino?", "Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' min kienu l-mistiednin kif ukoll lista tar-rigali kollha li tqassmu waqt dan ir-riċeviment, l-ispiża \"item by item\" u lil min ingħataw?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li fil-Buffet organizzata fl-aħħar tas-sena 1993 ġewwa l-Casino kienu mistiedna klijenti, uffiċjali u mpjegati tal-Korporazzjoni Telemalta, u membri ta' l-Istampa u x-Xandir.", "Jien informat li f'dik is-sena t-Telemalta għażlet li tagħti aktar enfasi fuq il-kuntatt personali mal-klijenti tagħha bħala parti mill-istrateġija ta' marketing tagħha.", "Fil-fatt għar-\"reception\" ġew mistiedna madwar 350 persuna bi spiża totali lill-Casino ta' Lm3,300.", "Ma jidhirliex li hija etika li nagħti lista sħiħa ta' kull mistieden kif qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "Jiena nformat li la nxtraw u lanqas tqassmu rigali lill-mistednin waqt ir- riċeviment.", "ILMA - SERVIZZ TA'ILMA TAX-XORB BIL-BOWSER", "21622.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'każ ta' persuni li jipprovdu l-ilma tax-xorb bil-bowsers (tal-privat) permessi għal din l-attivita' ikunux soġġetti li jgħidu minn fejn se jġibu l-ilma li jbiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skond l-Artiklu 43 (1) (a) bl-Att ta' l- 1991 dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadd ma jista' jqassam ilma tax-xorb bil-bowsers mingħajr il-permess mill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li qatt ma tat permess għall-privat biex jiġi trasportat ilma tax-xorb li jkun intrefa' minn spieri privati.", "Bowsers privati li jkunu ġew ikkontrattati mill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma jiġu eżaminati regolarment u ċċertifikati biex jissuplixxu l-ilma tax-xorb.", "L-ilma li jiġi provdut għal dawn il-bowsers jingħata biss mill-ġibjun ta' Ħal-Luqa.", "QORMI - NIXXIEGĦA TA' ILMA FIL-BASEMENT TAL-POLYCLINIC", "21623.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jaf il-Ministru li għal dawn l-aħħar xhur kien hemm nixxiegħa kontinwa ta' ilma fil-basement tal-Polyclinic ta' Ħal Qormi?", "Jekk fl-affermattiv, x'se jsir dwar din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment tal-Kura Primarja huwa konxju tat- tnixxija ta' ilma li hemm fil-basement taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi.", "Id-Dipartiment għamel kuntatti ma' diversi Dipartimenti oħra biex tiġi stabbilita l-oriġini ta' dan l-ilma.", "Fil-fatt ġie stabbilit li dan l-ilma ġej mill-mains u l-Korporazzjoni għas-Servizz ta' l-Ilma ġiet mgħarrfa biex tieħu l-passi neċessarji.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Membru biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat."]} {"filename": "20030127_858d_par.doc", "date": "2003-01-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 858 It-Tnejn, 27 ta' Jannar 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 858", "It-Tnejn, 27 ta' Jannar 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "858", "It-Tnejn, 27 ta' Jannar 2003", "WERREJ", "MINUTI 870", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 870", "TQEGĦID TA' KARTI 873", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA (L-EWWEL QARI) 874", "ORDINIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA BEJN L-IRĠIEL U N-NISA (IT-TIELET QARI)", "EQUALITY FOR MEN AND WOMEN BILL (THIRD READING) 874", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI U KUMITAT)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING AND COMMITTEE STAGE) 875", "AĠĠORNAMENT 911", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 914", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 857 li saret fit-22 ta' Jannar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' CORNED BEEF", "38149.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-prezz intern u dak estern tal-corned beef li nnegozja l-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern wara s-sħubija, bl-iskop li ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 38140.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jurina l-kalkoli li għamel il- gvern biex wasal għaċ-ċifra ta' euro 47 miljun li jgħid li għandu bżonn biex jissussidja ċerti prodotti fl-ewwel tliet snin ta' wara s-sħubija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, kif għedt diversi drabi, il-gvern ma nnegozjax fuq prodott prodott imma wasal għal ftehim globali li għandu jgħinna biex il-prezzijiet inżommuhom stabbli.", "Fin-negozjati li kellna wasalna għaċ-ċifra netta ta' Lm81 miljun having taken everything into account.", "Dan ifisser li finalment aħna se nispiċċaw b'net gain ta' Lm81 miljun, anke jekk ikun hemm xi varjazzjoni fil-prezzijiet internazzjonali.", "(Interruzzjonijiet)", "Veru li għandna ċerti prodotti bażiċi li l-prezz tagħhom huwa għoli imma hemm ċerti prodotti oħrajn, bħal fil-każ tal-frott, li l-prezz tagħhom ivarja skond l-istaġun.", "Jiġifieri wieħed irid jieħu into consideration il- kwadru globali u mhux sempliċement parti minnu.", "Dak hu li għamilna aħna fin-negozjati.", "We had no option but to take everything into account.", "Jekk kif qed jgħid l-Onor.", "Membru pajjiżna se jkollu joħroġ aktar flus fuq dak li kkalkulajna aħna, irridu niġu kkumpensati.", "Dan hu li ili nipprova nispjega lill-Onor.", "Interpellant, Sur President.", "Tajjeb li ngħid ukoll li Verheugen, meta kien hawn l-ġimgħa l-oħra, qal b'mod speċifiku li l-Lm81 miljun huma fondi li aħna nistgħu nutilizzaw wara l-ewwel tliet snin tas-sħubija.", "Għax jekk fl-ewwel tliet snin din is-somma ma jirnexxielux nonfquha kollha, xorta waħda dawn il-flus jibqgħalna d- dritt għalihom.", "Din stqarrija li saret minn rappreżentant ta' komunita` ta' kważi 400 miljun ruħ u allura it carries a lot of weight.", "Għalhekk wieħed irid jieħu into consideration li bil-bidla li se jagħmel pajjiżna fis-sistema tat-tariffi, xorta waħda se nispiċċaw b'net gain ta' Lm81 miljun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma ġaladarba l-gvern stess qed jikkonferma li l- prezzijiet interni se jkunu aktar għolja, bilfors li l-oppożizzjoni tibqa' tinsisti biex tkun taf x'inhuma t-tariffi li pajjiżna se jkun obbligat iħallas fuq ċerti prodotti abbażi tax-shifting li se jsir mill-external price għall-internal price.", "Hija ħaġa evidenti wkoll li hemm xi forma ta' workings li l-gvern kellu jagħmel biex seta' jasal għall-konklużjoni li mill-Kaxxa ta' Malta joħroġ euro 47 miljun, somma li fil-verita' illum qed niffrankawha.", "Sur President, aħna għandna dritt ninsistu li ningħataw din it-tip ta' informazzjoni, jekk mhux illum anke fi stadju ieħor, u ma nistax nifhem kif il-Ministru qed jgħid li l-gvern ma nnegozjax abbażi ta' prodotti individwali.", "Per eżempju, quddiemi għandi dokument li tqassam f'laqgħa li nżammet fil- Phoenicia, fid-9 ta' Diċembru, u hawn jissemma' il-corned beef.", "U mela tiġu tgħidulna li aħna ma nagħmlux il-homework tagħna!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jien ġejt mistoqsi dwar il-prezz li l- gvern innegozja fuq il-corned beef u r-risposta tiegħi hi li l-gvern ma marx Brussels biex jinnegozja l-prezz tal-corned beef.", "Din għedtha kemm-il darba u ma nistax nifhem għaliex tan-naħa l-oħra qegħdin jibqgħu jinsistu fuq dan il-punt.", "Il-gvern għamel eżerċizzju biex jara kemm se jkollna nħallsu meta niġu biex nadottaw l-iskema ta' tariffi ta' l-Unjoni.", "Naturalment din l-iskema għandha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha, pero' f'dan il-każ l-iżvantaġġi se jiġu kkumpensati permezz tal-pakkett finanzjarju li nnegozjajna.", "Jien jidhirli li m'huwiex sew li l-Onor.", "Membru joqgħod jimmislijdja lill-poplu b'dan il-ħafna diskors, Sur President.", "Ma nistax nifhem kif l-oppożizzjoni ma tridx tirrikonoxxi li dan kollu huwa parti mill-Lm81 miljun li se nieħdu u b'mod qarrieqi qiegħda tgħid li dan mhux minnu, anke permezz tad-diversi posters li hawn imxerrdin.", "Il-verita' hi li huma qegħdin jigdbu, mhux aħna.", "Kif mhux qed jindunaw li b'ċerti mistoqsijiet li qegħdin jagħmlu qegħdin jeħduna lura 20!", "Din bħall-istorja ta' Rip Van Winkle, li raqad għal 20 sena sħaħ u meta qam sab li l- affarijiet kienu inbidlu iżda xorta waħda beda jipprova jiġġudikahom bil- mentalita` ta' qabel.", "Għadda dak iż-żmien meta kien iqum xi ministru tal- finanzi u joqgħod isemmi l-prezz tat-tonn taż-żejt, tal-corned beef, tal- bakkaljaw u ma nafx ta' xiex aktar, Onor. Farrugia!", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, hawnhekk għandi dokument li jikkonferma li mhux jien li qed nimmislidja lill-Kamra iżda l-Ministru.", "Dan id-dokument jgħid li fl-aħħar tmien xhur tas-sena 2004 (Interruzzjonijiet) - mhux biss lest li nippreżentah, anzi jekk irid il-Ministru jista' jieħu photocopy tiegħu dan – il-gvern se joħorġ euro 840,000 mill-Kaxxa ta' Malta biex jissussidja l-prezzijiet ta' ċerti prodotti, inkluż il-corned beef.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, imma għax għandna nippermettulu lill- Onor. Membru jibqa' għaddej bl-istess diska li issa weħlitlu?", "Li wieħed tiġih f'moħħu li jagħmel din it-tip ta' domanda, veru jrid ikun bħal Rip Van Winkle, qed jgħix 20 sena b'lura!", "(Interruzzjonijiet) Din it-tabella li għandu quddiemu, għandha tgħinu jifhem li m'għandux għalfejn jibqa' jagħmel dawn it-tip ta' domandi.", "Aktar kien jagħmel sens kieku staqsa kif wasalna għaċ-ċifri li hemm imniżżla fl-SMPPMA, liema ċifri ġew diskussi fil- laqgħa li semma' huwa stess.", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' nirrepeti li l- gvern ma marx jinnegozja xi prezz partikolari, la tal-corned beef u lanqas taz-zalzett, imma nnegozja pakkett li bis-saħħa tiegħu se niġu kkumpensati għall-għoli fil-prezzijiet ta' ċerti prodotti.", "Meta nirriferu għas-somma netta ta' Lm81 miljun inkunu qed ngħidu li f'każ li varjazzjoni fil-prezzijiet internazzjonali tista' tirriżulta f'sitwazzjoni fejn niġu mitluba nħallsu xi ħaġa aktar, xorta waħda m'aħna se nitilfu xejn minn dawn il-Lm81 miljun.", "Din irridu nifhmuha u rridu nifhmu wkoll li kif qegħdin illum qegħdin ħafna agħar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ma jidhirlux il-Ministru li hija ironija li filwaqt li l-oppożizzjoni qed tinkwieta għax il-prezz tal-corned beef jista' jinbidel xi ftit, fl-istess waqt bil-partnership li jridu huma nispiċċaw nitgħabbew bil-piżijiet kollha mingħajr ma nieħdu ebda benefiċċji u drittijiet oħra li toffri sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din hija mistoqsija tajba, Sur President, għaliex aħna nafu li bejn l-1997 u l-1998, gvern Laburista kien ipprova jinnegozja an industrial free trade area.", "Iżda ma rnexxielux għax l-Unjoni Ewropea qaltlu li jrid jinnegozja a free trade area li tkun tinkludi prodotti agrikoli.", "Dan ifisser li bil-partnership ikollna nadottaw l-istess tariffi li għandha l-Unjoni.", "Jiġifieri jekk inti timporta l-corned beef mill- Arġentina – la l-Onor.", "Farrugia għoġbu jibqa' jinsisti li jistaqsini fuq il-prezz tal-corned beef - prodott li aħna ma nipproduċuhx f'pajjiżna, fuqu se jkollok tadotta s-sistema tagħhom.", "Dan hu l-punt kollu u l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra ma jistgħux jibqgħu jinjorawh dan, Sur President.", "Kif qal Verheugen stess il-ġimgħa li għaddiet, taħt is-sistema ta' partnership, jekk pajjiż ikollu inqas minn Lm0.5 miljun fis-sena, jitpoġġa fl-istess keffa ta' dawk il-pajjiżi li l-istandard of living tagħhom għadu ma żviluppax biżżejjed.", "Barra minn hekk, l-assistenza li tingħata lil dawk il-pajjiżi bħall-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija u l-Eġittu trid bilfors tinqasam b'mod ġust.", "Dan ikun ifisser li Malta jkun imissha Lm400,000 u l- pajjiżi l-oħra, li naturalment għandhom popolazzjoni u ħteġijiet ferm akbar minn tagħna, ikun imisshom il-bulk tal-fondi, li huma aktar limitati mill- fondi li hemm għall-pajjiżi li qegħdin ġewwa u li jaqgħu taħt Objective One.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura l-Ministru ma jikkonfermax li filwaqt li bħalissa għandna levy ta' 10% fuq l-importazzjoni tal-laħam, ġej minn fejn ġej, wara s-sħubija se jkollna nitgħabbew b'tariffa ta' Lm88.90 fuq kull Lm100 laħam?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nikkonferma li llum għandna levy ta' 10% fuq kilo ċanga, ġej minn fejn ġej.", "Meta nissieħbu fl-Unjoni – u ma ninsewx li l- bulk taċ-ċanga li nimportaw inġibuh mill-Irlanda - mhux se jkun hemm aktar levy fuqu u allura dik l-istampa li qed ipinġi l-Onor.", "Farrugia hija qarrieqa.", "Nerġa' ngħid li tan-naħa l-oħra ma jistgħux jibqgħu jinjoraw il-fatt li jekk pajjiżna se jkollu jħallas xi tariffi, dawn se jiġu lura b'imgħax u li allura l-pożizzjoni tagħna se tkun ferm aħjar milli hija llum, Sur President.", "MR SPEAKER: Onor. Louis Buhagiar, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, jiena nifhem li s-somma ta' Lm81 miljun hija ċifra netta, kif qed jgħid il-Ministru.", "Imma jekk il-pajjiż ikun irid jixtri kwantitajiet akbar ta' laħam minn terzi pajjiżi, il-piż għall-konsumatur xorta waħda se jogħla.", "Jiġifieri l-Onor.", "Farrugia għandu raġun u, bir-rispett kollu, naħseb li huwa l-Ministru li qed iħawwad l- affarijiet!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-somma ta' Lm81 miljun tirrappreżenta d- differenza bejn l-inflow u l-outflow.", "Għax jekk ikollok toħroġ aktar flus milli tkun ikkalkulajt, se tiġi kkumpensat għal dan u b'hekk il-Lm81 miljun jibqgħu netti.", "Allura l-argument ta' sħabna tan-naħa l-oħra li jekk jogħlew il-prezzijiet aħna niġu minn taħt, ma jreġix.", "Jiġifieri meta tqabbel il-pożizzjoni ta' kif se jkun pajjiżna bil- partnership li jrid Alfred Sant, b'għotja miżera ta' Lm400,000, u l- pożizzjoni li nnegozjajna aħna, bilfors li trid tkun iblah biex tirrifjuta Lm81 miljun.", "Imma possibbli din hija ħaġa daqshekk diffiċli biex wieħed jifhimha?", "(Interruzzjonijiet) Il-verita' hi li tan-naħa l-oħra mhux qed jippruvaw jifhmu l-argumenti kollha, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta` Karti.", "Il-Aġent Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet li saru lill-Awtorita' tad-Djar għal akkommodazzjoni fl-2001 u l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 38221; u", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 32 ta' l-2003 – Ordni ta' l-2003 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji tal-President ta' Malta u ta' Uffiċjali oħra; u", "Avviż Legali Nru 33 ta' l-2003 – Ordni ta' l-2003 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji ta' l-Imħallfin u Maġistrati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): F'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għaqdiet li użaw il-faċilitajiet sportivi fi skejjel statali wara l-ħin ta' l-iskola, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 38280;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Dettalji tal-marka u ċ-ċilindraġġ ta' vetturi liċenzjati matul s-sena 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 38256; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tabella li tagħti tagħrif dwar armi tan-nar li ġew reġistrati mal- pulizija matul is-sena 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 38282; u", "Tabella li tagħti tagħrif dwar armi li ġew reġistrati mal-Pulizija matul l-2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 38283.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Josef Bonnici.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KORPORAZZJONI MALTIJA GĦALL-INTRAPRIŻA", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2003 dwar il- Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2003 dwar il-Korporazzjoni Maltija għall-Intrapriża\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta` Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDINIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UGWALJANZA BEJN L-IRĠIEL U N-NISA", "EQUALITY FOR MEN AND WOMEN BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iġib 'il quddiem l-ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iġib 'il quddiem l-ugwaljanza għall-irġiel u n-nisa\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta` Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Jannar 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru John Dalli huwa in possession.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, waħda mill-kritika li kellna min-naħa ta' l- oppożizzjoni waqt li ressaqna dan l-abbozz ta' liġi kien li din hija cocktail ta' ħafna liġijiet u allura jkun hemm affarijiet ma' xiex wieħed jaqbel u ma' xiex wieħed ma jaqbilx.", "Dan huwa l-mod kif fil-fatt għal xi snin ilna nagħmlu biex indaħħlu dawn it-tip ta' emendi li jirriżultaw mill- budget.", "Ma ninsewx li aħna nkunu ddiskutejna dawn l-issues kollha li hemm inklużi f'din il-liġi, bl-eċċezzjoni ta' xi affarijiet amministrattivi li wkoll nieħdu okkażjoni nindaħħlu, ad nauseam waqt id-debate tal-budget.", "Mr Speaker, għandna bżonn nieħdu ħsieb li anke dan il-Parlament nimmaniġġjawh daqsxejn aħjar.", "Kieku, per eżempju, din il-liġi ma ressaqnihiex kif ressaqniha, kien ifisser li rridu nġibu tmien liġijiet u mhux liġi waħda.", "Kieku, bl-iskuża li dawn huma money bills, kien iqum kulħadd jitkellem fuq kull waħda ħafna drabi fuq kollox barra fuq is- suġġett bħalma ġara f'dan il-każ.", "Kieku ressaqna tmien liġijiet kien ikollna tliet xhur biex ngħadduhom, u dan jekk kull waħda tieħu tliet seduti normali tal-Parlament.", "Jien naħseb li wieħed ma setax joqgħod jikkritika l-fatt li organizzajna ruħna b'dan il-mod.", "Wara kollox f'dan il- Parlament illum, liġi wara liġi, mozzjoni wara mozzjoni qed nisimgħu l- istess affarijiet, dejjem l-istess diska għaddejja ad nauseam.", "Smajna wkoll ħafna affarijiet li ftit jagħmlu sens.", "Smajna.", "Per eżempju, lill-Onor.", "Rita Law titkellem dwar il-fatt li jekk nidħlu fl-Ewropa se jkun hawn 15% VAT fuq il-bini.", "Mr Speaker, din hija assolutament ħrafa oħra mal- ħafna li qegħdin jixxerrdu llum min-naħa ta' dawk li jridu jikkonvinċu lill- poplu Malti biex jivvota le għall-Ewropa.", "Dawn huma ħrejjef u gideb li qegħdin jiġu msawrin u mxerrdin biss biex ibeżżgħu lil kulħadd.", "Jien smajt tnejn oħra.", "Waħda minnhom smajtha l-bieraħ hija li jekk nidħlu fl-Ewropa l- overtime li jsir nhar ta` Ħadd jispiċċa.", "Din hija gidba xxellerata oħra.", "Imbagħad qaluli li semgħu oħra fuq wieħed mir-radjijiet tagħna, li mhux magħruf għall-fatt kemm ikun oġġettiv fil-kummenti tiegħu, li qal li meta nidħlu fl-Ewropea l-lira tagħna se ssir 40 ċenteżmu.", "Dawn huma ħmerijiet.", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens u għalhekk dawk li qegħdin joħorġu b'dawn l-affarijiet fil-fatt qed jitilfu l-kredibilita` kollha.", "Mr Speaker, fuq l-iskema tar-reġistrazzjoni li għamilna smajna wkoll lil min jgħidilna li r-rati ta' interess barra minn Malta huma aktar minn dawk li wieħed jista` jieħu hawn Malta.", "Dan m'hu vera xejn.", "Illum kulmin għandu flusu investiti barra minn Malta jaf li r-rati ta' l-interessi huma ħafna baxxi aktar minn dawk li l-banek Maltin qegħdin jagħtu lill-investituri tiegħu u lill-opportunitajiet li hawn f'pajjiżna biex jinvestu.", "Naturalment dan sakemm xi ħadd ma jkunx irid jinvesti f'xi junk bond jew fl-Arġentina jew f'xi pajjiż ieħor b'riskji enormi.", "Smajna wkoll lil min jikkritikana fuq taxxi barra l-budget.", "L-Onor.", "Brincat semma t-taxxa fuq il-fuels.", "Allura ma nafux li llum f'pajjiżna ddaħħlet is- sistema u qiegħda taħdem u tiġi aċċettata wkoll mill-poplu Malti li l- prezzijiet tal-fuels ikunu aġġustati skond il-prezzijiet internazzjonali?", "Mhux ħaġa tajba li meta jogħlew il-fuels barra minn pajjizna, flok nibqgħu nissussidjaw awtomatikament, nagħmlu mezz fejn in-nies ikunu konxji wkoll tal-prezzijiet u allura jkunu jistgħu jottemperaw ftit id-domanda tagħhom?", "Dan, ekonomikament ikun ukoll ta' ġid għall-pajjiż.", "Din tajba jew ħażina?", "Ħafna kliem fieragħ fuq management professjonali, fuq kif se mmexxu l- pajjiż aħjar u mbagħad meta niġu biex nieħdu deċiżjonijiet li veru jkollhom impatt ta' management serju tal-pajjiż ninsew kollox, kif se ngħid ukoll ftit iktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, kien hemm min qalilna: Min iddiskuta l-budget fi żmien il- Milied?", "Il-budget ma ġiex diskuss matul il-Milied għax huwa aċċettat mill- poplu Malti.", "Il-poplu Malti ħa gost b'dan il-budget li ppreżentajnielu u l- oppożizzjoni waqgħet fil-muta.", "Ma kellhiex xi tgħid, għax kieku naħseb kienu jiddiskutuh matul il-Milied.", "Ma naħsibx li għandhom rispett għall- Milied, bħalma ma kellhomx rispett għall-Milied f'budgets oħrajn.", "Jien naħseb ma ddiskutejniex il-budget fi żmien il-Milied għaliex ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: On a point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jekk inti qiegħed hemmhekk aljenat u tħalli rimarki bħal dawn, li din in-naħa m'għandniex rispett għall-Milied, naħseb aħjar tqum u tara x'inhu jingħad f'din il-Kamra, jekk jogħġbok!", "Jien għandi rispett lejn il-Milied u jekk m'għandux hu jgħid li m'għandux.", "Jiena nitolbok tgħidlu biex jirtiraha.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħalqkom mimli bil-ħmieġ, ħalqkom mimli bil-ħmieġ!", "Intom organizzati bil-ħmieġ!", "(Interruzzjonijiet) Anke noqtlu n-nies fil- Milied.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom inżommu l-kalma u l-ordni u nkunu meqjusin f'dak li ngħidu.", "Onor. John Dalli, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, kull min semagħni nitkellem u qed isegwini nitkellem jifhem x'qed ngħid.", "Din is-sena l-Partit Nazzjonalista ħareġ direttiva għal kulħadd biex waqt il-jiem tal-Milied ma nitkellmux fuq politika, però huma m'għamlux hekk.", "Fuq dak il-każ kont qed ngħid li ma jirrispettawx il-Milied, u m'hu se nirtira xejn.", "(Interruzzjonijiet) Jista` jgħid li jrid l-Onor.", "George Vella.", "Jekk jieħu għalih b'dak li ngħid, iħallas hu!", "Jien la se jintimidani George Vella u lanqas ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Ħadd ma jintimidani.", "Lanqas bil-ħmieġ li ilhom jivvintaw is-snin m'hu se jintimidawni tan-naħa ta' l-oppożizzjoni, l-ebda wieħed minnhom.", "Jistgħu jgħajtu u jheżżu snienhom kemm iridu għax la se jbeżżgħuni u lanqas se jintimidawni.", "Dak li għandi ngħid ngħidu u ngħidu ċar biex il-poplu jifhem il-gideb li qed jgħidu min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Ħadd ma jdejjaqni lili.", "Jekk xi ħadd minnhom jaħseb li se jdejjaqni b'xi ħaġa li se ngħid qed jgħarralu!", "Jien nibqa` ngħid li għandi ngħid u nibqa` niftaħ għajnejn il-poplu kontra l-gideb li ġej min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, qalulna li hawn dlam dwar il-qagħda finanzjarja fl-aħħar tas- sena.", "Fir-realtà r-riżultati jitħabbru...", "(Interruzzjonijiet) X'nirtira?", "Jien m'hu se nirtira xejn, Mr Speaker.", "(Interuzzjonijiet) Jien m'hu se nirtira xejn.", "M'għandix x'nirtira.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Is-Sedja semgħet id-diskors li qal il-Ministru John Dalli meta qal li din in-naħa m'għandhiex rispett lejn il-Milied u bħalma f'ċirkostanzi oħra s-Sedja talbet kelliema oħrajn jirtiraw ċertu diskors, illum trid titlob lill-Ministru Dalli jirtira dak id-diskors li qal fil- konfront tagħna għax m'hu veru xejn li aħna ma nirrispettawx il-Milied.", "Nitolbok li tipproteġi lil kulħadd hawn ġew.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien m'għandi xejn x'nirtira b'dak li għedt.", "Jien tkellimt fil-kuntest tad-dibattitu politiku waqt il-Milied.", "U m'għandi xejn x'nirtira, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Jien jidhirli li ma kien speċifiku fil-konfront ta' ħadd, imma kien kumment ġenerali.", "Però nitlob lill-membri kollha biex jużaw diskors parlamentari.", "Ikompli l-ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, dawn ngħidulhom li finalment....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jew jirtiraha jew jieqaf.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux hekk!", "Tgħid mhux se twaqqafni milli nitkellem Onor. Carmelo Abela!", "(Interruzzjonijiet) Issa sirtu tiswew iktar minna intom, hux!", "GĦandkom ċans twaqqfuna milli nitkellmu!", "Kien hemm xi żmien meta kontu tisparaw fuqna biex twaqqfuna milli nitkellmu!", "Imma m'għadux dak iż-żmien!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, nitlob li żżommu l-kalma!", "Jekk jogħġobkom, jekk se nibqgħu għaddejjin hekk ikolli nwaqqaf is-seduta.", "(Interuzzjonijiet) (Għajat) Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.45 p.m. is-seduta kienet sospiża minħabba diżordni u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, wara li waqqfuni u ħlewli ħafna żmien bl-interuzzjonijiet inkompli bid-diskors tiegħi u nitkellem fuq it- tradizzjonijiet demokratiċi li għandna f'pajjiżna.", "Ladarba tan-naħa l-oħra għażlu li fuq din il-liġi bażikament ma jitkellmu xejn u jitkellmu fuq l- Unjoni Ewropea, allura jien naħseb li għandi nagħmel l-istess fil-ħin ristrett u mnaqqas li għandi.", "Bħalma kelli okkażjoni ngħid il-bieraħ fil- pubbliku, jien ngħid li bħala ċittadin ta' dan il-pajjiż nieħu għalija u nurta ruħi li jiġu min-naħa ta' l-oppożizzjoni, partit li jgħid li hu demokratiku, u jagħmlu dikjarazzjoni li biha jiddevalwaw l-vot tiegħi fl- elezzjonijiet f'dan il-pajjiż.", "Jien ma nistax naċċetta, mhux bħala politiku nerġa' ngħid, imma bħala ċittadin - u hawnhekk indur lejn il- ġurnalisti li ma jagħmlux il-kummenti li għandhom jagħmlu fuq dawn it-tip ta' sagrileġġi u ereżijiet li jkollna kontra d-demokrazija - li xi ħadd jiġi jgħidli li l-vot ta' Joe Mizzi jiswa daqs vot u nofs tiegħi.", "Jiġifieri biex niġu daqshom irridu nivvotaw tlieta għat-tnejn tagħhom.", "Dawn huma ħniżrijiet.", "Dawn huma sagrileġġi kontra d-demokrazija li kulmin jgħidhom jgħidhom - jekk kien f'sensih meta qalhom - u kulmin jipprova jiddefendihom b'xi mod imissu jistħi.", "Kulmin ma jikkundannax dawn it-tip ta' pożizzjonijiet imissu jistħi u ma messux qiegħed hawn ġew jirrappreżenta istituzzjoni demokratika f'dan il-pajjiż!", "(Interruzzjonijiet) Dawn l- attakki kontra d-demokrazija huma attakki li issa ilhom isiru mill- oppożizzjoni.", "Dawn l-attakki kontra d-demokrazija huma fl-istess stil ta' meta jgħidulna li jekk jgħaddi r-referendum ma jagħtux kasu.", "(Interruzzjonijiet) Issa oqgħod kwiet, Onor. Vella.", "Jien għamilt ħames seduti nistaportikom.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ħames seduti ili nistaportikom, issa staportu lili.", "Ħames seduti ilni nissaportikhom.", "(Interruzzjonijiet) Lill-poplu Malti għidu, mela lil Verheugen!", "Lill-poplu Malti tridu tagħtu kont dawn is- sagrileġġi li qed tagħmlu kontra d-demokrazija, mela lil Verheugen!", "(Interruzzjonijiet) Noqogħdu nilagħqu l-warrani tal-barranin aħna!", "Lill- poplu Malti trid tagħti rendikont inti, Onor. George Vella.", "Lill-poplu Malti għid li l-vot ta' min jivvota \"iva\" ma jiswiex daqs il-vot ta' min jivvota \"le\".", "(Interruzzjonijiet) Dak iridu jgħidulna, Mr Speaker.", "Kemm qalulna affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nkompli fuq id-demokrazija għax wieħed mill-kummenti li smajna hawnhekk kien fuq l-MUT.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jien nista` nkompli nitkellem f'dan il- Parlament?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Ma rridx iktar interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kieku jistgħu jagħmlulna sarima ma' ħalqna dawn!", "Dawn għandhom id-DNA tad-dittatorjat f'demmhom.", "Id-DNA tad-dittatorjat għandhom f'demmhom!", "(Interruzzjonijiet) Dawn m'għandhomx rispett għad-demokrazija, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Issa hu jaf.", "Forsi kien imur jagħmilhom.", "Ma nafx, inti taf donnok.", "Inti taf donnok!", "Toqgħodx tpaċpaċ fil-vojt u taqa' għaċ-ċajt kull meta tiftaħ ħalqek!", "(Interruzzjonijiet) Iva kollha professuri!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Nitlobkom iżżommu l-ordni.", "Il-Ministru Dalli jkompli bid- diskors tiegħu, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, staqsew jekk l-MUT għamlitx studju dwar l- impatt fuq il-ħaddiema u fuq it-teachers meta niġu biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Lill-MUT qed jistaqsu jekk għamiltx analisi ta' kif se mmorru meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea?", "Ma naħsibx li għandhom għalfejn imorru ħażin.", "Il-General Workers' Union ikkummissjonat rapporti bi flus il-gvern biex jaraw x'se jkun l-impatt tas-sħubija u għażlu n-nies li riedu huma biex jagħmlulhom ir-rapporti.", "Huma għażluhom in-nies.", "Il-gvern ma mponielhom lil ħadd biex jagħmlilhom ir-rapporti.", "Ħafna minn dawn ir- rapporti nkitbu qabel ma ġew konklużi t-trattattivi u allura wħud mill- pożizzjonijiet li hemm f'dawn ir-rapporti, li kienu tajbin, issa huma aħjar u f'ħafna każi fejn ċerti pożizzjonijiet setgħu jkollhom impatt negattiv ġew ikkorreġuti bit-trattativi li saru u bl-eċċezzjonijiet li Malta rnexxielha tieħu mill-Unjoni Ewropea fil-mod kif jiġi implimentat l-acquis f'Malta.", "Pero` anke hawnhekk tispikka d-demokrazija!", "Aħna kemm-il darba għedna lis-Sur Tony Zarb biex jippubblika dawn ir-rapporti ħalli jistma lill-membri tiegħu ta' nies intelliġenti u ta' ċittadini bi dritt sħiħ f'Malta u jħalli lilhom jiġġudikaw u jiddeċiedu x'inhu tajjeb u x'mhux tajjeb u mhux jaqbad jagħmel diktat u jgħid: Int ma jaqbillekx!", "Xi smajna f'waħda mil-laqgħat li għamel Tony Zarb?", "Is-Sur Tony Zarb, xempju ieħor tad-demokrazija f'dan il-pajjiż, qal li issa se jagħżel dawk il-biċċiet li huma negattivi fuq l-Ewropa u jippubblika lilhom biss u jqassam lilhom biss lill-membri tiegħu.", "Din x'viltà hi?!", "Din hi d-demokrazija?!", "Din hija ċ-ċensura fl-eċċellenza tagħha li biha, bl-aktar mod arroganti, lill- membri tiegħek li qed isostnuk bil-miżati tagħhom qed tgħidlhom: Intom m'għandkomx moħħ biex taħsbu, ħa naħseb għalikom jiena.", "Intom tridu tieklu biss l-għalf li se nagħtikom jien u tridu tiddeċiedu biss fuq dak li se ngħid jien.", "Araw ftit fiex irridu inġibu lil dan il-pajjiż!", "Araw ftit xi klassi politika għandna u x'tip ta' nies għandna li qegħdin jippumpjaw kontra l-Unjoni Ewropea.", "Dan kollu juri kemm anke f'moħħhom jafu li l- Unjoni Ewropea hija tajba għal pajjiżna.", "Kieku l-Unjoni Ewropea m'hijiex tajba għal pajjiżna, għalfejn jagħmlu din iċ-ċensura?", "Kieku l-Unjoni Ewropea m'hijiex tajba għal pajjiżna s-Sur Tony Zarb kien jaqbad ir- rapporti kollha kif inhuma, iqassamhom lil kulħadd u jgħidilhom: Araw kemm hu veru dak li qed ngħidilkom jien, iddeċiedu.", "Mela jaqta' dak kollu li huwa tajjeb u jippubblika dak biss li huwa ħażin, Mr Speaker?", "Tajba din!", "L-iskuża li ġab kienet li tant qed nisimgħu bit-tajjeb li fihom dawn ir- rapporti li m'hemmx għalfejn jippubblikahom hu.", "Taf kemm hu bravu biex iġib il-boċċa qrib il-likk!", "Araw ftit x'argument dan!", "Din hija l- attitudni totalment anti-demokratika li qed jużaw l-oppożizzjoni u dawk li jappoġġjawhom.", "Sur President, kien hemm min staqsa għaliex ma nġibux lil Farage jitkellem fil-Parlament.", "Mela fil-Parlament aħna nġibu lil kulmin jiġi Malta jitkellem favur jew kontra.", "F'dan il-Parlament inġibu nies li jkunu ta' ċertu livell fil-pożizzjonijiet tagħhom, bħalma hu s-segretarju tal-Lega Għarbija u l-iSpeaker tal-Kamra tal-Parlament Ewropew.", "Lil dawn inġibu u mela jiġi Farage - ma jafu ħadd – u nġibuh biex jgħidilna x'nagħmlu u ma nagħmlux f'dan il-pajjiż!", "Imbagħad noqogħdu ngħidu kemm hu tajjeb u lanqas inkunu nafu fuq xiex qed jitkellem, kif irriżultalna mid-debate fejn kien ikkwotat.", "Sur President, dawn qed jgħidulna li l-Ingliżi lanqas għandhom kontroll fuq il-liġijiet tagħhom u jkollhom iħallu lill-Ewropa tiddeċiedi fuq il- liġijiet tagħhom.", "U jien ngħidilhom: L-Ingilterra biss?", "Ħalli nikkwota mill-ktieb li jismu \"Forgotten Enlargement - Future EU Relations with Iceland, Norway and Switzerland\" li ġie ppubblikat minn Euro MP ieħor, Diana Wallace.", "Din qalet li n-Norveġja u l-Islanda - għax bħalhom iriduna dawn - inkorporaw fil-liġijiet tagħhom 80% ta' l-acquis comnunautaire.", "Allura tagħmel il-punt u tgħid li l-Pollakki u ċ-Ċiprijotti se jkollhom iktar impatt fuq kif jinbidlu l-liġijiet fl-Islanda u n-Norveġja min- Norveġiżi u l-Islandiżi nfushom.", "Jiġifieri biex aħna jkollna kontroll fuq kif jinbidlu l-liġijiet f'pajjiżna rridu nkunu fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk inkunu barra mill-Unjoni Ewropea se nabdikaw id-dritt li nbiddlu l-mod kif noperaw f'pajjiżna, mhux meta nkunu ġewwa.", "Għalhekk anke fl-għeluq ta' dan id-diskors mqassar minħabba l-istorbju li kien hawn, inħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex verament jaħseb u jixtarr, ma jemminx il-ħmerijiet u t- tfesfis fil-widnejn li qed jinxtered u jara x'inhu fl-interess tiegħu, ta' wliedu u ta' pajjiżu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-estimi u miżuri amminsitrattivi oħra\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, is-seduta ġiet sospiża fis-7.02 p.m. u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amminsitrattivi oħra\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "389", "FAVUR : 31 L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA : 23", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mizzi Joe | |Buhagiar Charles |Parnis Silvio | |Buhagiar Louis |Sammut Joseph | |Chircop Karl |Sant Alfred | |Cilia Joe |Vassallo Adrian | |Coleiro Marie |Vella George | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella Karmenu | |Dalli Helena | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tieni darba.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru): Sur President, bil-permess tal-Kamra nitlob biex ngħaddu għall-istadju ta' kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "MR SPEAKER: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Dħul fis-seħħ ta' din it-Taqsima.", "Clause 2 - Coming into force of this Part.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, l-ewwel taqsima tal-liġi qed tawtorizza lill-Ministru tal-Finanzi biex ikun jista` joħroġ b'self, stocks tal-gvern sa mhux iżjed minn Lm100 miljun.", "Din il-klawsola tispeċifika d-data tal- bidu fis-seħħ ta` din it-taqsima.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki( L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, m'għandix x'inżid għax ir-riżervi tagħna għamilnihom fis-second reading ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawosla 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Tifsir.", "Clause 3 - Interpretation.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, it-tliet klawsoli li ġejjin huma klawsoli standard kull meta ngħaddu liġijiet tal-loans.", "Hawnhekk qegħdin niddefinixxu x'inhu \"dħul\".", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawosla 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawosla 4 - Awtorità li jinġabar self.", "Clause 4 - Authority to raise loan.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, ir-raba` klawsola tispeċifika l-massimu ta' self li jista' jsir, u tispeċifika wkoll li dawn se joħorġu stocks f'Malta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, ir-riżerva tagħna fuq dan kollu hija li s-sena l-oħra l-gvern ta x'jifhem li kien se jipprova jiddependi biss fuq dak li huwa self għal żmien qasir, dawk li huma treasury bills.", "Issa jidher li qed ikun kostrett li jerġa` jirrikorri għas-self għat-tul kif inhuma l-istocks tal-gvern, u aħna nħossu li dan ikompli jikkonferma li l- qagħda finanzjarja tal-pajjiż qalbet għall-agħar.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, naturalment il-loġika tiegħi ma twassalx għall-istess konklużjonijiet.", "Aħna konna għedna x'se nagħmlu s-sena l- oħra, u hekk għamilna.", "We relied fuq ix-short-term borrowing.", "Pero` din is-sena qegħdin ngħidu li minħabba l-fatt li r-rati ta' l-interessi qegħdin jonqsu naħseb li huwa opportun ħafna li nibdew nikkonsidraw b'mod serju li nissellfu b'rati aktar baxxi long term għall-futur.", "B'hekk inkunu qegħdin nillokkjaw lilna nfusna long-term fuq rati baxxi.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li jkollna din il-flessibilita` f'idejna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien ma kontx se ngħaddi dawn ir-rimarki li kieku l- Ministru fl-introduzzjoni tiegħu ma ddiskriviex dan kollu bħala xi att ta' flessibilita` ġdida min-naħa tal-gvern.", "Kull min il-bieraħ ra t-treasury bills limits fil-gazzetti seta` jara kemm il-gvern kien iddisprat biex jerġa` jissellef dawk il-Lm100 miljun li ssellef - għat-treasury bills qed ngħid mhux qed nitkellem fuq l-istocks - għaliex diġa` qabeż il-Lm200 miljun ceiling li kellu qabel grazzi għal dak il-Lm100 miljun li approvajna f'din il-Kamra xi jumejn jew tlieta wara li nqara l-budget.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jiena mhux se noqgħod niddibatti din il- klawsola qisna qegħdin fis-second reading, pero' nerġa` nirrepeti li wieħed jifhem li d-deficit irid jiġi finanzjat.", "Fir-realta` minflok ħriġna long- term loans s-sena l-oħra għad-deficit, aħna ffinanzjajnih mis-short-term borrowing bit-treasury bills.", "Jien qed ngħid li llum minflok nibqa` nestendi l-limitu tat-treasury bills nibqa` nissellef on a short-term.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li jkun hemm din il-flessibilita' din is-sena.", "L- outlook għal din is-sena, f'dawk li huma interessi, huwa li l-interessi se jkunu baxxi, u forsi se jitbaxxew xi ftit ieħor, u allura rridu nsibu l-ħin opportun biex inkunu nistgħu nissellfu u nillokkjaw ruħna long-term u nirrilisjaw mit-treasury bills.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Skop", "Clause 5 - Purpose", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola tispjega għal liema fini jridu jintużaw il-flus mislufa.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 6 - Amendment of the Income Tax Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għal din il-klawsola għandi din l- emenda:", "\"A\" Subklawsola (2) ta' klawsola 6 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) f'paragrafu (a) tagħha, minflok il-kliem \"u l-artikolu 24\", għandhom jidħlu l-kliem \"u l-paragrafu (a) sa (d) ta' l-artikolu 24\"; u", "(b) f'paragrafu (b) tagħha, minnufih wara l-kliem \"l-artikoli 12, 18\" għandhom jidħlu l-kliem \"il-paragrafu (c) ta' l-artikolu 19\".", "\"A\" Subclause (2) of clause 6 shall be amended as follows:", "(a) in paragraph (a) thereof, for the words \"and article 24\", there shall be substituted the words \"and paragraph (a) to (d) of article 24\"; and", "(b) in paragraph (b) thereof, immediately after the words \"articles 12, 18\" there shall be added the words \"paragraph (c) of article 19\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda ''A'' kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda 'A '' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 7 - Amendment of article 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, bażikament din il-klawsola temenda d- definizzjoni ta' ''kumpannija b'kummerċ''.", "Barra minn hekk qegħdin inbiddlu kliem bħal ''minn Malta imma mhux f'Malta''.", "Dan għal dak li għandu x'jaqsam ma` fejn kumpannija tista` tagħmel in-negozju.", "Naturalment dan se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumpanniji li jaħdmu fuq bażi internazzjonali biex ikun jista` jkollhom aktar attivita` ekonomika ġo pajjiżna.", "Din l-emenda wkoll hija meħtieġa minħabba l-mixja li qiegħda tagħmel l-OECD f'dak li huwa negozjati dwar il-harmful tax practices.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, kif spjegajt fis-second reading, aħna ma kellniex oġġezzjoni għal din l-emenda u mhux se noqgħod infettaq fuqha.", "Biss kont għamilt rimarka u għedt li minn informazzjoni li kelli – din kienet soġġetta għall-korrezzjoni – seta` kien hemm operaturi ta' l- international trading companies li setgħu kienu qed jieħdu benefiċċju minn żewġ għejjun, minn taħt id-dipartiment tat-taxxi interni u minn taħt l- Business Promotion Act.", "Ma nafx jekk lill-Ministru jew il-ministeru tiegħu rriżultalux li kien hekk u li forsi din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn qed isir dan l-issikkar fil-leġislazzjoni kif proposta.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, aħna ma jirriżultalniex dan il-fatt.", "Naturalment dawn it-tip ta` kummenti aħna neħduhom bis-serjeta` u ninvestigaw fid- dettall l-kumpanniji.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: M'għandix xi każ speċiku, ħalli nkun fair.", "Imma kien hemm xi practitioners li qaluli hekk.", "Jien frankament ma nafx kif tista` tiġri fil-prattika meta d-dipartiment ta` l-income tax ikollu l-company registration number tal-kumpannija nnifisha.", "Imma tajjeb li wieħed forsi jinvestigaha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien sempliċement qiegħed ngħid li għalkemm ma jirriżultalniex hekk, meta nisimgħu dawn il-kummenti xorta waħda nieħdu l- briga biex niċċekkjaw li l-affarijiet qegħdin isiru sewwa.", "Nassigurak li din l-emenda m'hijiex qed issir minħabba f'hekk imma qed issir, kif għedt, biex inkunu konformi mal-proċess ta' żvilupp li qed ikun hemm fi ħdan l- OECD dwar in-negozjati internazzjonali u globali fuq il-harmful tax practices.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Emenda ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 8 - Amendment of article 4 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din l-emenda qegħdin nagħmluha biex niċċaraw is-sitwazzjoni li għandna bħalissa li l-qligħ minn xi depożitu f'bank Malti, kemm jekk hu kkalkulat fuq rata u sew jekk hu kkalkulat b'xi mezz ieħor bħal, per eżempju, meta jkun abbinat ma' xi prestazzjoni ta' shares fuq xi stock exchange ikun meqjus bħala interessi.", "Dan sabiex ma jkunx hemm dubju li 15% final withholding tax għandha tinżamm.", "Hekk ineħħu l-ekwivoċi u l-grey areas li mill-esperjenza rriżultawlna li jeżistu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, aħna min-naħa tagħna anything li jista' jwassal għall-fine-tuning u jelimina l-grey areas hija xi ħaġa tajba f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma` finanzi għax b'hekk il-liġi tkun inqas neboluża fl-interpretazzjoni tagħha.", "Jiġifieri ma naħsibx li hija xi ħaġa kontenzjuża.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Emenda ta' l-artikolu 12 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 9 - Amendment of article 12 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din l-emenda qed inġibu fis-seħħ il- miżura li ħadna fil-budget li l-manteniment li raġel jagħti lill-martu għat- tfal ma jkunx income li jrid jiġi dikjarat min-naħa tat-tfal.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nirrepeti osservazzjoni li għamilt fis-second reading, iktar fuq punt ta' informazzjoni milli fuq punt ta' kritika.", "X'inhu taħt l-awtorita` tal-qrati, is-separazzjoni nnifisha jew l-ammont finanzjarju miftiehem?", "Minħabba d-diċitura qed ngħid hekk.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-liġi qed jingħad li ''kull assistenza finanzjarja stabbilita mill-Qrati ta' Malta jew kif miftiehem b'att pubbliku ta` separazzjoni personali taħt l-Awtorita` tal-Qrati ta` Malta''.", "Hija ċara naħseb.", "Hawnhekk qegħdin inneħħu l-element tat-taxxa doppja.", "Aħna qegħdin ngħidu li dawn il-flus m'għandhomx jiġu ntaxxati kemm għand il-missier u kemm għand it-tfal, bħalma seta` sar sal-lum.", "Pero` li qed nistabbilixxu hawnhekk huwa li l-għajnuna tkun kif stabbilita mill-qrati.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Emenda ta' l-artikolu 14 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 10 - Amendment of article 14 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din l-emenda qegħdin inpoġġu fis-seħħ miżura oħra tal-budget fejn qed inżidu l-ammont ta' għajnuna li l-gvern jagħti lil min jagħmel riċerka.", "Qegħdin ngħidu li għalkemm sal-lum min jagħmel riċerka għal kull Lm100 li jonfoq jista` jnaqqas Lm120 mill- profitti tiegħu, b'din il-miżura jista` jibda jnaqqas Lm150.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien mhux se nagħmel kif għamel il- Ministru fil-winding-up u noqgħod indeffes l-Unjoni Ewropea f'issue bħal din.", "Anzi jien ngħid li jekk hemm xi ħaġa li ż-żewġ partiti qed jagħtuha importanza, u dan irrispettivament mid-dibattitu sħun li għaddej bħalissa fuq l-Unjoni Ewropea, hija l-issue tar-research and development.", "Fl- imgħoddi forsi dan l-aspett ma kienx jiġi trattat biżżejjed għax forsi l- industriji li kellna ma kenux iħarsu lejn it-tip ta' value added li jista' jkollok jekk ikollok input ta' research and development.", "U qed nieħu gost li hawn din il-klawsola għax aħna naqblu magħha.", "Dan huwa rifless anke fl- aġġornament għall-politika Laburista li approvajna f'Ottubru 2001.", "Aħna nemmnu li biex l-industrija jew l-attivita` ekonomika – għax mhux l- industrija biss għax jista` jkollok anke l-qasam tas-servizzi fejn jidħol software u affarijiet oħra simili - timxi 'l quddiem waħda mill-ingredjenti tal-kompetittivita` hija proprju l-element ta` l-innovazzjoni.", "Galhekk kwalunkwe miżura, iressaqha min irresaqha, fuq riċerka u żvillupp żgur mhux se nivvotaw kontra tagħha.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 11 – Emenda ta` l-artiklu 15 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 11- Amendment of article 15 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola qiegħda tesdendi l- benefiċċju li kienu jgawdu minnhom kumpanniji liċenzjati taħt l-investment services act, għal dak li huma rikonoxxuti wkoll taħt l-artiklu 9A ta' l- istess att.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, se nagħmel mistoqsija fuq punt ta' dettall.", "Jagħmel sens li ngħidu biss \"rikonoxxuta minn awtorita` kompetenti\" mingħajr ma nispeċifikaw l-awtorita` kompetenti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, għax kif qed nagħmlu dejjem, billi l-awtorita' kompetenti tista` tinbidel allura ma nsemmuhomx b'isimhom normalment.", "Ngħidu li hija l-awtorita` kompetenti naturalment skond l-awtorita` li jkollha d-dekasteru ta' din l-area fiż-żmien partikolari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma fil-prattika, issa li saru ċerti tibdiliet fejn anke għaddew ċerti poteri mis-Central Bank għall-MFSA, ma naħsibx li l- amministrazzjoni qed tenvisiġja xi tibdiliet fil-medium terms, sakemm mhux qed nitkellmu fuq long term.", "M'għandix oġġezzjoni għaliha.", "Kif għedt, qed insemmiha fuq punt ta' dettall.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Assolutament le.", "Pero' jien nemmen li l-liġijiet tagħna għandhom ikunu flessibli xorta waħda.", "Jekk jinqala` xi ħaġa, forsi jkun hawn gvern ieħor u jkollu ħsebijiet differenti kif jorganizza l-MFSA u kif jorganizza dan is-settur, għalfejn għandna noqogħdu norbtu fuq dawn l- ismijiet?", "Jien m'għandi l-ebda ħsieb li nerġa` nibdel il-focus regolamentarju, imma jien temporanju hawn.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta`Liġi.", "Klawsola 12 - Emenda ta` l-artiklu 27 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 12 - Amendment of article 27 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qegħdin ukoll niċċaraw is- sitwazzjoni biex ma nħallux li telf li jsir mill-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni li jista` jkunu parti minn gruppi jgħaddi lill-kumpanniji oħra fl-istess grupp.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-prinċipju huwa tajjeb għax ovvjament qed tagħlaq ċertu lok għal abbużi u wieħed ikun irresponsabbli jekk jgħid li hu kontra.", "Imma forsi jkun tajjeb li l-Ministru jgħidilna jekk l-awtoritajiet, sal- lum, irriżultalhomx li kien hemm kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li effetivament kienu qed jgħaddu telf lill-kumpanniji oħrajn fil-grupp li huma jifformaw parti minnu, u li ovvjament serva ta' katalista biex ġiegħlet lill-gvern biex iressaq din l-emenda.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-raġuni li ressaqna din l-emenda hija din.", "Aħna għandna l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li għandhom sistema ta' tassazzjoni differenti mill-oħrajn.", "Allura wieħed ikun irid jiddivorzjahom mill-oħrajn meta tiġi għat-trasferibilita` ta' losses għax il-mod kif tikkalkula loss kumpannija ta' assigurazzjoni hija differenti minn kif jikkalkulaw l-loss il-kumpanniji l-oħrajn.", "U hemm ikollna l-periklu, kif qal qabel l-Onor.", "Leo Brincat u naqbel miegħu, li jkollok xi ħadd li qiegħed jieħu benefiċċju doppju fuq strutturi li jkollna.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem.com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta`Liġi.", "Klawsola 13 - Żieda ta` l-artiklu 27A ma` l-Att Prinċipali.", "Clause 13 - Additon of article 27A to the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din il-klawsola qegħdin nagħtu l- poter biex isiru r-regolamenti kif tiġi ttrattatata t-taxxa tal-kumpanniji u tal-membri tagħhom u ta` membri jew persuni simili oħra għar-rigward ta` amalgazzjonijiet u diviżjonijiet ta' kumpanniji, trasferiment ta` attiv bejn il-kumpanniji u skambju ta' azzjonijiet.", "Dan biex inħaffu l-proċess mill-att burokratiku wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, minn dak li qal il-ministru hemm daqxejn konfort fil-fatt li qed jgħid li l-intenzjoni hija li jħaffef il- proċeduri.", "Imma apparti dan, għandi żewġ osservazzjonijiet x'nagħmel.", "L- ewwel waħda li hija f'forma ta` mistoqsija hija din: Dan it-tibdil kif propost fil-proċedura se jkun intiż biex ikun hemm iktar flessibilita` jew iktar riġidita` fl-interpretazzjoni?", "It-tieni osservazzjoni hija din.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jieħu nota ta` l-osservazzjoni li għamlu tal- Malta Institute of Taxation dwar l-adeżjoni għall-mergers diretti.", "Dawn qalu li jifhmu li ġaladarba l-gvern huwa kommess li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jrid jikkonforma l-leġislazzjoni tiegħu għal dawk li huma cross boarder transactions.", "Pero` wrew it-tħassib tagħhom li dan jista` jkollu impatt negattiv fuq mergers u divisions li jistgħu jsiru domestikament.", "Forsi l-Ministru jista` jitfa ftit dawl fuq dan l-aspett.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien ma naħsibx li meta wieħed qed iħaffef fil- proċedura ta' mergers dan se jkun ifisser li mergers li se jinvolvu lil xi ħadd minn barra se jkun eħfef minn mergers li jinvolvu nies Maltin.", "Dan huwa inkonċepibbli fil-punto di vista tiegħi.", "Allura kulma qegħdin ngħidu huwa li rridu l-flessibilita` biex kemm jista` jkun inżommu aġġornati in real time ma' l-iżviluppi li jkunu qed isiru anke fl-Ewropa f'dawn l- affarijiet għax dawn huma l-brejkijiet burokratiċi li jistgħu jtellfu l- kompetittivita`.", "Il-kompetittivita` saret xi ħaġa li kulħadd bending here and there fuqha.", "Pero` dawn il-ħafna tikek ikollhom ukoll effett fuq il- kompetittivita` għaliex jekk inti ddeċidejt fuq ri-organizzazzjoni ta' kumpannija jrid ikollok il-flessibilita` kollha kemm jista` jkun malajr biex twettaq din ir-ri-organizzazjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta`Liġi.", "Klawsola 14 - Emenda ta` l-artiklu 32 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 14 - Amendment of article 32 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola hija konsegwenzjali għall-klawsola li se niddiskutu wara, jiġifieri klawsola 15.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem.com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta`Liġi.", "Klawsola 15 - Żieda ta` l-artiklu 32A ġdid ma` l-Att Prinċipali.", "Clause 15 - Additon of new article 32A to the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qed ngħidu li dawk li għandhom income minn investiment li fuqu tista` tinżamm il-15% final witholding tax għandhom jirreġistraw mal-kummissarju tat-taxxi interni.", "Dan sabiex ikun hemm aktar kontroll fuq id-dħul minn dan il-qasam.", "Fuq din ukoll kien hawn ħafna diċeriji u jiena irrid niċċaraha.", "Se jirreġistra mhux min irreġistra flusu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu għall-aġenti finanzjarji.", "Dawk iridu jirreġistraw.", "Jiġifieri mhux l-individwi jridu jirreġistraw, biex nifthemu.", "Dawk li jridu jirreġistraw huma dawk li se jiġbru l-flus mingħand l- individwi biex jgħadduhom lill-kummissarju tat-taxxi interni, ħalli nkunu nafu min huma dawn.", "Dawk se jirreġistraw.", "Jiġifieri m'aħniex qed nitkellmu, b'mod assolut irrid ngħid, għall-individwi li rreġistraw flushom.", "Dawk se jibqgħu kunfidenzjali u ħadd m'hu se jidħol, jekk ma jridux huma, fuq l-identita` tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Emenda ta` l-artiklu 34 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 16 - Amendment of article 34 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'din il-klawsola qegħdin ngħidu li kull min qed jiġbor din il-15% withholding tax irid jgħaddiha lill- kummissarju tat-taxxi interni flimkien ma` l-informazzjoni relatata magħha.", "Jiġifieri jekk xi ħadd, jitlob li hu ma jridx li titnaqqaslu 15% withholding tax irid jgħaddi din l-informazzjoni, bħalma jagħmlu l-banek, mingħajr il-bżonn li l-kummissarju joqgħod jitlobha.", "Jiġifieri din bħala ħaġa ta' proċess, kull l-aħħar tas-sena jrid jgħaddi din l-informazzjoni lill-kummissarju tat-taxxi interni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 - Emenda ta` l-artiklu 35 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 17 - Amendment of article 35 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din il-klawsola qed nagħmlu emenda favur l-investituri biex dawn ikunu jistgħu jagħżlu li jirċievu l-qligħ kapitali tagħhom gross li jista' jkun hemm mill-hekk imsejħa non-prescribed funds, jiġifieri l-fondi li jkunu investiti kważi totalment barra minn Malta.", "S'issa s-sitwazzjoni kienet li dawk bilfors iridu jnaqqsu 15% withholding tax.", "Allura dawk li ma jiġux taxxabbli ġibnihom ekwipari ma' l- oħrajn kollha.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġfieri din fil-prattika tfisser li l-individwu jista' jmur hu nnifsu għand is-CIR biex iħallas?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, aħna qegħdin ngħidu li l-individwu li finalment ma jkunx taxxabbli fuq l-income kollu tiegħu jista' jagħżel li ma jitnaqqsulux il-15% witholding tax.", "Qabel ma kellux dik l-għażla.", "Kif jaf kulħadd fil- final withholding tax għandna għażla, jew tagħżel li jintaxxa jew inkella le.", "Dan it-tip ta' income ma kienx inkluż bħala tip ta' income li tista' teżerċita fuqu din l-għażla.", "Issa qed ngħidu li anke fuq dan tista` teżerċita din l-għażla.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 – Sostituzzjoni ta` l-artikolu 40 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 18 - Substitution of article 40 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għal din il-klawsola għandi din l- emenda:", "\"B\" Klawsola 18 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Minflok il-kliem \"meta l-income fuq l-investiment imsemmi fl-artikolu 41(a)(iv) jinkiseb mingħand persuna\" f'subartikolu (2) ta' artikolu 40 li hemm fi klawsola 18, għandhom jiġu sostitwiti l-kliem \"meta l- income fuq l-investiment imsemmi fl-artikolu 41(a)(iv) u 41 (a)(vii) jinkiseb mingħand persuna\".", "\"B\" Clause 18 shall be amended as follows:", "For the words \"where investment income referred to in article 41(a)(iv) are derived from a person\" in subarticle (2) of article 40 in clause 18, there shall be substituted the words \"where investment income referred to in article 41(a)(iv) and 41(a)(vii) are derived from a person,\".", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li l-kummissarju se jkollu d-dritt li jitlob l-informazzjoni meħtieġa mingħand min jirċievi u mingħand min iħallas jekk b'xi mod isir jaf li t-taxpayer kellu dħul u ma kienx irregolarizza l-pożizzjoni tiegħu.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ma jkunx irreġistra l-holding tiegħu u jipprova jgħaddi d-dħul tiegħu miċ-channel tal-15% u l-kummissarju jinduna b'xi mod, allura l-kummissarju jkollu dritt jitlob l-informazzjoni fuqha.", "Dan biex aħna naffermaw li 15% withholding tax qiegħda hemm għal min għandu flusu above board, u mhux għal min għandu flusu moħbija.", "Aħna m'aħniex se nagħtu inċentiv jew se naġevolaw lil min għandu flusu moħbija.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna bħala oppożizzjoni noqogħdu dejjem ħafna attenti fuq dawn it-tip ta' emendi għax naħseb importanti li nibagħtu messaġġ serju li fejn tidħol tax evasion iż-żewġ naħat juru li they both means business, u naħseb li bid-difetti kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra, dan il-messaġġ qed jirnexxielna nwassluh.", "Għalhekk meta nagħmlu ċerta kritika ma noqogħdux niġu interpretati li aħna qegħdin niffavorixxu xi forma ta' tax evasion.", "Jekk bniedem li abbuża mill-investment registration scheme, fis-sens li kien jaf bl-iskema u dan ipprova jisfida lill-gvern tal-ġurnata u ġab flusu xorta u lanqas daħal fl-iskema, żgur li lil dak se nkun l-aħħar wieħed li nipprova niddefendih għaliex ma nħossx li jekk il-gvern jagħmel skema, difettuża kemm hi difettuża, wieħed għandu jipprova jisfidaha.", "Jiġifieri lil dak żgur li m'iniex se niddefendih.", "Il-problema tqum - u hawnhekk jidħol anke l-kuntest ta' segretezza bankarja - għal dawk il-każi li jmorru lura għal qabel ma ġiet fis-seħħ l-investiment registration scheme.", "Nerġa' ngħid m'iniex se nipprova nieħdu l-pożizzjoni tal-financial practioners għax il-financial practioners ovvjament jinterpretawha kif jaqbel lilhom.", "Imma jien naħseb li kif inhi se tkun drakonjana wisq u tista' twassal, speċjalment meta l-financial practioners jiflu l- implikazzjoni ta' din l-emenda, biex jerġa` jkollna xi forma ta' flight of capital mill-pajjiż.", "M'iniex qed ngħid li se twassal għaliex ma rridx inkun allarmista, imma din hija l-aħħar ħaġa li jrid il-pajjiżi jew xi partit jew ieħor.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel li dan ma rriduhx li jiġri f'pajjiżna u aħna dejjem naraw kif se nkunu fair kemm jista' jkun ma' kulħadd.", "Jien naħseb li meta għamilna din it-taxxa tar-reġistrazzjoni konna fair man- nies u widdibnihom minn qabel ta' x'jista' jsir fil-futur.", "Fil-fatt ftaħnilhom għajnejhom, urejnihom il-problemi li jista' jkollhom u tajnihom il-mezzi biex il-pożizzjoni jirregolarizzawha ħalli ma jkollhomx problemi.", "Jien naħseb li konna fair magħhom u mal-poplu Malti li ma kellux flusu barra meta ċċarġjajna xi ħaġa żgħira bħala penitenza ta' dan.", "Issa meta tibda tagħmel l-affarijiet jibdew jinqalgħu każi oħrajn.", "Per eżempju, każijiet ta' dawk in-nies, li semma` l-Onor.", "Brincat u li naf bihom jien ukoll, li kienu diġa' ġabu flushom minn barra qabel.", "Pero' aħna fil-legal notice li konna ħriġna konna għamilniha tassattiva li min iġib flusu irid ikollu l-flus tiegħu barra minn Malta f'data partikolari.", "Issa x'nista' ngħid jien?", "Jien inħares lejn din is-sitwazzjoni u nara jekk nekwiparahomx ma' dawk li tħallew iġibu flushom meta kienu barra, u ngħid: Dawn jistgħu jitħallew jirreġistraw flushom anke jekk kienu ġabuhom qabel?", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li wieħed jista' jara.", "Din hija xi ħaġa li nistgħu nikkonsidrawha, u fil-fatt qegħdin nikkonsidrawha.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien nappella biss sempliċement biex is-sitwazzjoni tiġi monitored.", "Dak biss li qed ngħid.", "Jien mhux qed nieħu pożizzjoni allarmista u j'alla li l-emenda taħdem fil-prattika.", "Imma ma rridux nagħmlu xi ħaġa bl-intenzjonijiet tajbin u jkollha rebound effect.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien b'mod ġenerali kuntent kif il-poplu Malti rreaġixxa.", "Bħalissa qed ikolli l-aħħar ċifri u nispera li nkun nista' nagħti informazzjoni ta' kif għalqet din l-iskema.", "Naturalment aħna lesti nisimgħu, bħalma dejjem smajna, kummenti u mod kif nistgħu nagħmlu l- affarijiet tajjeb.", "Ovvjament ma nistgħux immorru overboard u kulħadd joqgħod jivvinta xi jrid.", "Irridu nkunu serji, kif qal l-Onor.", "Brincat, u nagħmlu l-affarijiet anke b'mod li ma nċaqilqux iżżejjed l-edifiċju li bnejna b'tant sagrifiċċji.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fid-dawl tal-kritika li kienet saret mill-MIT, il- Malta Institute of Taxation, wara li ppubblikaw ir-reaction tagħhom fil- media lokali, kien hemm xi konsultazzjonijiet magħhom min-naħa tal-gvern biex tiġi ċċarata l-pożizzjoni?", "Billi qed ngħid hekk ma jfissirx li neċessarjament qed nabbel magħhom.", "Imma dawn kellhom xi riżervi fosthom din:", "\"The trust of this article appears to grant powers to the revenue to obtain information regarding assets which were not declared for the purpose of the investment registration scheme, and the commissioner is now being empowered to request information regarding the relative income arising from such undeclared assets.\".", "Peress li, biex ngħid hekk, dan huwa l-istitut ewlieni ta' tassazzjoni, kien hemm xi forma ta' abbokkament bejn l-istitut u l-gvern wara li ppubblikaw il-kummenti tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, ma kienx hemm xi forma ta` abbokkament magħhom.", "Pero` anke meta taqra dan il-kumment, bir-rispett kollu ....", "(Interruzzjonijiet) Mhux għalik imma għal min kitbu għax naf li int qed tikkwota b'mod ġenwin.", "Imma bir-rispett kollu, dak hu xogħol il-kummissarju u għandna nagħtuh il-poteri kollha li għandu bżonn biex min għandu l- affarijiet b'mod illegali jkun jista` jidħol fihom u jara x'inhuma u m'humiex.", "Issa wieħed ukoll jifhimha li x-xogħol tal-practitioners hu li jgħinu lil klijenti tagħhom iħallsu kemm jista' ikun taxxa baxxa.", "Kollox sew, imma ma jfissirx li l-kummissarju m'għandux jingħata l-poteri kollha li nistgħu nagħtuh biex ikun jista' jiġġieled kontra l-evażjoni tat-taxxa.", "Diġa` għandu żvantaġġi kbar il-kummissarju, u min qiegħed f'din l-area ta' enforcement.", "Għandhom żvantaġġi enormi meta jiġu biex jiġġieled kontra l-evażjoni.", "Aħna għaddejna żmien, anke din l-aħħar sena, nipprovaw nagħmlu enforcement u nipprovaw naslu bil-persważjoni ma ħafna nies.", "Imma tispiċċa li mbagħad tidħol il-qorti u l-qorti għandek is-snin biex tirrisolvi xi ħaġa u kulħadd jivvinta l-proċeduri u l-proċessi ħalli ddum ma tiddeċiedi ma nafx kemm.", "Jiġifieri ejjew noqogħdu attenti.", "Jien nista` nifhem il- motivazzjoni tas-sinjuri li kitbu dawn il-kummenti, pero` wieħed irid jifhem ukoll il-pożizzjoni min-naħa tal-gvern li ried jagħti s-saħħa lill- awtoritajiet ta' enforcement biex jagħmlu l-enforcement.", "U iva, jekk il- kummissarju għandu bżonn l-awtorita` li jinvestiga biex jara ċerti flus minn fejn ġew għandna nagħtuh din l-awtorita`.", "Għalhekk għamilna l- firewall.", "Il-firewall għamilnih biex ladabrba l-kummissarju jkollu l- karta tar-reġistrazzjoni ma jkomplix ixammem warajk imma jekk m'għandekx dik il-karta tar-reġistrazzjoni issa, wara ngħatajt iċ-ċans se noqogħdu kid gloves!", "Le, mhux dak il-każ.", "Lil kulħadd tajna ċ-ċans li jirregolarizza l- pożizzjoni tiegħu u min irregolarizza l-pożizzjoni tiegħu m'għandu għax jiddejjaq xejn.", "Se jibqa` anonimu u jekk xi ħadd se jistaqsih xi ħaġa għandu l-karta u jgħidlu: Issa daqshekk, din hija l-pożizzjoni.", "Imma issa min ma rregolarizzax il-pożizzjoni tiegħu, dawk affarijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 18, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 – Emenda ta' l-artikolu 41 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 19 - Amendment of article 41 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, dan li hemm f'din il-klawsola tista' wkoll issejjaħlu dettall biex kemm jista` jkun jinżamm il-level playingfield fil-każi kollha.", "Qed nitkellmu fuq emenda li tagħti ċans li jinqabad wkoll bil-15% final withholding tax dak id-dħul kapitali minn boroż ta' assigurazzjoni li huma linked u fejn dħul minn dawn il-poloz minflok ma jkun kollu kemm hu marbut ma' funds liċenzjati f'Malta jkun 85% marbuta ma' funds f'Malta.", "Allura dawn qed ngħidu li wkoll għandhom jiġu fl-istess skema.", "Sur President, għandi emenda għal din il-klawsola li taqra hekk:", "\"C\" Klawsola 19 għandha titħassar u tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"19.", "Il-paragrafu (a) ta' l-artikolu 41 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fil-partita (2) tas-subparagrafu (v) tiegħu, minflok il-kliem \"l- benefiċċji huma għalkollox stabbiliti\", għandhom jiġu sostitwiti l- kliem \"l-benefiċċji huma mill-inqas ħamsa u tmenin fil-mija stabbiliti\";", "(b) fil-paragrafu (i) tal-proviso mal-partita (2) tas-subparagrafu (v) tiegħu, minflok il-kliem \"miżmuma f'fond preskritt\" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem \"li kienu miżmuma f'fond preskritt għal perjodu kontinwu li jtul għall-ħajja kollha tal-kuntratt ta' assigurazzjoni linked għal żmien twil rilevanti jew tliet snin mid-data tal-maturita` jew ċessjoni relattiva skond liema perjodu jkun l-inqas;\"; u", "(c) minnufih wara s-subparagrafu (vi) tiegħu, għandu jidħol is- subparagrafu (vii) li ġej:", "\"(vii) imgħax li jitħallas minn persuna li tmexxi kummerċ bankarju skond il-liġi barra minn Malta, dwar somma ta' flus, li tkun depożitata magħha f'liema munita tkun li tkun u f'liema kont ikun li jkun u l-pagament ta' income minn investiment isir permezz ta' financial intermediary awtorizzat skond kif provdut fil-partiti (i), (ii) jew (iii) tal-paragrafu (c) ta' l-artikolu 41A.\".\".", "\"C\" Clause 19 shall be deleted and shall be substituted by the following:", "\"19.", "Paragraph (a) of article 41 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in item (2) of subparagraph (v) thereof, for the words \"the benefits are wholly determined\" there shall be substituted the words \"the benefits are at least eighty five per cent determined\";", "(b) in paragraph (i) of the proviso to item (2) of subparagraph (v) thereof, for the words \"that are held in prescribed funds;\" there shall be substituted the words \"that were held in prescribed funds for a continuous period spanning the whole life of the relevant linked long term contract of insurance or three years from the date of the relevant maturity or surrender whichever period is the lesser;\";", "(c) immediately after sub-paragraph (vi) thereof, there shall be inserted the following new sub-paragraph (vii):", "\"(vii) interest payable by a person carrying on the business of banking in accordance with foreign legislation in respect of a sum of money in whatever currency deposited with it in any account whatever where the payment of the income from investment is made through an authorised financial intermediary as is provided for in items (i), (ii) or (iii) of paragraph (c) of article 41A.\".\".", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 19, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed?", "Klawsola 19 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Żieda ta` l-artiklu 50A ma` l-Att Prinċipali.", "Clause 20 - Addition of article 50A to the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għal din il-klawsola għandi din l- emenda:", "\"D\" Klawsola 20 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Minflok in-nota marġinali tagħha għall-artikolu 50A li hemm fiha, għandha tidħol in-nota marġinali li ġejja:", "\"Meta għandha titħallas it-taxxa fuq arretrati ta' pensjoni.\".", "\"D\" Clause 20 shall be amended as follows:", "For the marginal note to article 50A therein, there shall be substituted the following marginal note:", "\"When arrears of pension are to be brought to charge.\".", "F'din il-klawsola għandna l-miżura tal-budget dwar il-mod kif titħallas it- taxxa fuq l-arretrati tal-pensjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nirripeti l-istess osservazzjoni li kont għamilt fit-tieni qari.", "Aħna din mhux qed inqisuha bħala emenda kontroversjali.", "L-unika mistoqsija tagħna hija din: Ġaladarba qed isir dan il-provvediment għas-sistema tal-pensjonijiet, għaliex mhux qed ninkludu wkoll arretrati oħrajn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna qed nitkellmu fuq arretrati ta' pensjonijiet għax bażikament dawn huma l-arretrati li l-iktar kienu in vigore.", "Irridu noqogħdu attenti fuq arretrati oħra għaliex dawk jistgħu jkunu determinati minn terzi persuni u mhux mill-gvern.", "Aħna ċerti li l-payer tal- pensjonijiet huwa governattiv u allura żgur li m'għandniex sitwazzjonijiet fejn noqogħdu nilgħabu biċ-ċifri.", "Kieku, per eżempju, kellna nagħmluhom fuq il-pagi jkun ħafna faċli li wieħed jgħid li se jagħti Lm3,000 arretrati ta` Lm100-il waħda għall-aħħar 30 sena, u mbagħad nidħlu f'dan it-tip ta' matassa ta` problemi.", "Allura amministrattivament u anke mil-lat ta' kontroll ikun diffiċilissimu.", "Fil-każ tal-pensjonijiet, is-sitwazzjoni hija li llum dawn jitħallsu kollha mill-gvern u żgur li l-gvern mhux se jagħmel dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 20, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 – Emenda ta' l-artikolu 56 ta` l-Att Prinċipali.", "Clause 21 - Amendment of article 56 of the Principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din il-klawsola qegħdin indaħħlu in vigore ir-rati ġodda ta' income tax li se jiġu ċċarġjati mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Jiġifieri issa anke l-FSS, il-final settlement system, tal-pagi li se tibda topera minn dan ix-xahar se tkun b'dawn ir-rati mnaqqsa ta' taxxa.", "Ta' min jinnota li kif għedt qabel dawn ir-rati ta' taxxi llum fuq l-istess livell ta' salarju wieħed se jħallas inqas income tax.", "Il-biċċa l-kbira se jħallsu inqas income tax milli kienu jħallsu meta bdiet din il-leġislatura erba' snin ilu.", "B'din il-klawsola qegħdin ukoll nagħmlu l-aġġustament tat-taxxa fuq il-barranin.", "U din qed inżiduha bi ftit wara 14-il sena fuq il-permanent residents għaliex qabel konna ngħidu li dawn kellhom idaħħlu Malta Lm6,000 u kienu jiġu intaxxati fuq hekk.", "Naħseb li minn kien jiswa Lm6,000 14-il sena ilu m'għadux jiswa Lm6,000 illum, u naħseb li kien tajjeb li nemendaw kif fil-fatt emendajna.", "Din il-parti tiċċara wkoll id-definizzjoni ta' ommissjoni mir-return tat-taxxa billi tinkludi dak kollu li b'xi mod jista' jnaqqas it-taxxa.", "B'dan il-mod neħilsu mill-problemi ta' definizzjoni ta' x'inhu omission u ta' dak li jiġi charged u x'ma jridx jiġi charged mid-dipartiment.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, fuq l-aspett ta' l-income tax il-kumment tiegħi huwa li qed isir too little to late, kif jgħidu l-Ingliżi, għax naħseb li t-tax burden li ġarrew il-Maltin tul din l-aħħar leġislatura kienet xi ħaġa notevoli.", "Din ikkummentaw dwarha mhux biss kummentaturi lokali, għax forsi aħna l-kummentaturi lokali naraw biss l-affarijiet minn lenti politika, imma kkummentat dwarha l-IMF li kien qal li meta jkollok tassazzjoni qawwija żżejjed li m'hijiex sostenibbli tista' twassal biex tikber l-evażjoni tat-taxxa fil-pajjiż u mhux il-kuntrarju.", "It-tieni nett fuq l-aspett li għandu x'jaqsam mal-barranin diġa` kkummentajt fis-second reading.", "Li xtaqt mingħand il-Ministru huwa jekk kienx hemm xi forma ta' konsultazzjoni mar-residents association tagħhom.", "Dawn ħassew li ġew taken forgranted wisq u ġew injorati.", "Jekk ma sarx abbokkament min-naħa tal-gvern kien nuqqas, għax m'hemm xejn ħażin billi wieħed jikkonsulta mingħajr ma wieħed jidħol fil-merti tal-miżura nnifisha.", "It-tielet ossevazzjoni hija li jekk Malta b'xi mod jew ieħor tibqa` miexja fit-triq ta' adeżjoni sħiħa bħala membru prospettiv fl-Unjoni Ewropea, hemm xi ħsieb li l-gvern ikollu jbiddel jew beħsiebu jħalli l-affarijiet kif inhuma?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, l-ewwelnett vis-à-vis l-abbokkament ma' l- assoċjazzjoni tal-permenant residents rrid ngħid li meta ministru tal- finanzi jagħmel budget u jaġġusta t-taxxi ma jagħmilx konsultazzjonijiet ma' min se jintlaqat.", "Ma naħsibx li lil dawn il-barranin għandna nistmawhom b'mod differenti milli nistmaw il-Maltin.", "Pero` nista' ngħid lill-Onor.", "Membru li qabel m'għamilna l-miżuri, għamilna abbokkamenti ma' nies professjonisti li jieħdu ħsieb il-biċċa l-kbira ta' dawn il-permanent residents biex naraw x'impatt jista' jkun hemm fil-mod ta' kif se naġġustaw din it-tassazzjoni.", "Nista' ngħid li f'dan il-kollokwju li kellna ma' dawn il-professjonisti li ma kenux direttament milquta, biddilna l-pożizzjoni tagħna minn kif konna qegħdin naħsbu li se nagħmlu t-taxxi ħalli tkun iktar xi ħaġa li ma jkollhiex impatt.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ħa ngħidlek għaliex għamilt din l-osservazzjoni.", "Jiena mhux qed nippretendi li l-gvern, biex jagħmel xi taxxa, għandu jikkonsulta lill-permenant residents association, kif lanqas nippretendi li l-gvern għandu jikkonsulta liċ-ċittadin Malti qabel jagħmel taxxa fuqu.", "It- taxxa ħadd ma jieħu gost biha, u l-ebda gvern ma jagħmel konsultazzjoni qabel jimponi taxxa.", "Jiena nieħu l-kelma tal-Ministru li sar xi forma ta' kuntatt mal-practitioners li jieħdu ħsieb dawn in-nies.", "Pero` jista` jkun li b'hekk forsi ġew koperti dawk l-iktar li għandhom mezzi kbar u dawk ir- residenti li qegħdin hawnhekk u li forsi kienu qed iżommu mat-threshold imposta mil-liġi ħassew li qishom ġew injorati kompletament.", "Din qed ngħidha fis-sens biex ikun hemm a better feeling ħalli dawn in-nies, li wara kollox huma welcome fil-pajjiż, iħossu ruħhom integrati iktar fis- soċjeta` Maltija.", "Nerġa' ngħid li dan il-punt li għadni kif għamilt m'huwiex xi wieħed kontenzjuż.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwelnett dawk li għandhom income iktar u jġibuh f'Malta ma ntlaqtu xejn minn din il-miżura, għax dawn dejjem ħallsu iktar mill-minimum.", "Ma ninsewx li hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq tassazzjoni ta' kemm jistgħu jħallsu dawn in-nies, imma qed nitkellmu fuq il-minimum li jistgħu jħallsu, u nafu b'nies li ħallsu ħafna iktar minn hekk.", "Għandna nies li jħallsu eluf ta' liri f'taxxa.", "Dawn ma ntlaqtu xejn.", "Fil-fatt din il-miżura ma kenitx intiża biex inżidu r-rata ta' taxxa fuq il- permanent residents.", "Aħna ċaqlaqna l-minimum u nista' nassigura lill-Onor.", "Membru li fil-fatt dawn li tkellimna magħhom jirrappreżentaw faxxa enormi li tinkludi anke nies li kienu fuq il-minimum.", "Il-messaġġ li tajna huwa li m'aħniex se nerġgħu nbiddlu s-sena d-dieħla jew ħames snin oħra.", "Issa għandna b'dawn il-minimums snin twal.", "Pero` mill-banda l-oħra ma nistgħux ngħidu li kollox huwa huwa cast in concrete u ma jinbidel xejn.", "Irridu nagħtu messaġġ li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq sistema ta' tassazzjoni li kollha kemm huma jridu jkunu qed jagħmlu sens fil-kuntest ta` x'qed nagħmlu u ma jistax ikollna mqar ħaġa waħda li tista' b'xi mod tinfluenza l- perception ta' pajjiżna bħala ċentru finanzjarju li m'huwiex ċentru intiż biex tiġi evitata t-taxxa.", "Dan fl-opinjoni tiegħi huwa importanti għax dan huwa edifiċju li bnejna b'ħafna sagrifiċċji u b'kunsens.", "Hija waħda mill- ftit affarijiet f'pajjiżna li bnejna b'kunsens u rnexxa anke minħabba li hemm il-kunsens fuqu, u hawnhekk fejn wieħed jista' jagħti indikazzjoni ta' x'nistgħu nagħmlu f'dan il-pajjiż kieku naqblu fuq l-affarijiet oħra bejnietna.", "Irridu nifhmu kemm hu fraġli ċ-ċentru finanzjarju, u rridu noqogħdu dejjem b'seba' mitt għajn biex nipproteġuh.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 21 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 – Emenda ta' l-artiklu 60 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 22 – Amendment of article 60 of e the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda: \"E\" It-test Malti ta' klawsola 22 għandu jiġi emendat kif ġej:", "Minflok il-kliem \"mogħtija bl-artikolu jew taħt l-artikolu 12 ta' dan l-Att,\" għandhom jidħlu l-kliem \"mogħtija bl-artikolu jew skond l- artikolu 12 ta' dan l-Att\".", "\"E\" The Maltese text of clause 22 shall be amended as follows:", "For the words \"mogħtija bl-artikolu jew taħt l-artikolu 12 ta' dan l- Att,\" there shall be substituted the words \"mogħtija bl-artikolu jew skond l-artikolu 12 ta' dan l-Att\".", "Din l-emenda qegħdin nagħmluha għal-liġi prinċipali biex jiġi ċċarat li kulħadd qiegħed fl-istess pożizzjoni, jiġifieri li kull persuna eżenti mit- taxxa, ġejja minn fejn ġejja din l-eżenzjoni, ma tistax tingħata refund tat- taxxa miżmuma minn ras il-għajn.", "Dan qed ngħidu, per eżempju, għal korporazzjoni li minn banda tkun tax free u li aħna nikkalkolaw l-income tagħha bħala n-net tax li tkun irċeviet u ma tistax tiggrossja u tieħu refund tat-taxxa li tkun imħallsa minn qabel.", "Din hija emenda teknika li tapplika l-iktar għall-awtoritajiet governattivi pero` hija xi ħaġa li tajba tkun fil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawosla 22, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 – Emenda ta' l-artiklu 96 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 23 – Amendment of article 96 of e the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Klawsola 23 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fit-test Malti ta' paragrafu (b) li hemm f'subartikolu (2) li hemm fi klawsola 23, minflok il-kelma \"pubblikati\" għandha tidħol il-kelma \"applikati\".", "\"F\" Clause 23 shall be amended as follows:", "In the Maltese text of paragraph (b) in subarticle (2) in clause 23, for the word \"pubblikati\" there shall be substituted the word \"applikati\".", "Din l-emenda u l-klawsola li temenda l-att prinċipali qed tawtorizza l- kummissarju biex joħroġ guidelines dwar kwalunkwe regola jew kwalunkwe ħaġa oħra li għandha x'taqsam ma' l-atti dwar it-taxxa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, aħna żgur ma naraw xejn ħażin li l- kummissarju joħroġ ċerti guidelines, imma rrid ngħid li qed isiru diversi tibdiliet fis-sistema tat-taxxa.", "Jien mhux qed nikkritika dak li qed isir bħala fine tuning, imma naħseb li r-registered tax payer ħafna drabi jkun fil-għama mhux biss dwar dak li jkun għaddej imma anke dwar il-lingwa teknika li tkun użata.", "Naħseb li ma jsirx ħażin jekk id-dipartiment tat-taxxi interni, biex ikun iktar user friendly, perijodikament jibgħat ċerti updates lir-registered taxpayer b'lingwa li tkun tiftiehem.", "Dawn l-updates għandu joħroġhom minħabba emendi fil-leġislazzjoni li mhux bilfors jirriżultaw mill-budget imma anke minn miżuri oħrajn.", "Dan ħalli t-taxpayer Malti lanqas ikollu bżonn joqgħod jirrikorri għand persuni oħra biex jifhem l-obbligi, id- drittijiet u d-dmiritijiet bħala taxpayer.", "Dan qed ngħidu b'mod ġenerali u mhux fil-kuntest ta' din l-emenda, imma naħseb li jkun tajjeb, għalkemm id- dipartiment tat-taxxi interni qatt ma jħares lejh b'mod benign, importanti li fl-istess ħin li filwaqt id-dipartiment tat-taxxi interni jkun qiegħed hemmhekk bħala għassies u jiżgura li jkun hemm compliance mat-tax standards tal-pajjiż, fl-istess ħin ikun hemm relationship aħjar u ta' fiduċja bejn it-taxpayer u d-dipartiment.", "Din tnaqqas il-livell ta' ostilita' li tradizzjonalment tul is-snin taħt diversi amministrazzjoni dejjem kienet tinħass fil-perception tat-taxpayer lejn id-dipartiment.", "Nerġa' ngħid li dan huwa kumment ġeneriku u mhux marbut mal-klawsola nnifisha.", "Imma naħseb li bħala medium term objective, id-dipartiment anke bħala parti mill-public relations exercise tiegħu, naħseb li ma jkunx ħażin li dawn it-tip ta' guidelines jiffilterjaw u jippenetraw 'l isfel b'mod li ċ-ċittadin komuni jirċevihom f'mod u għamla u sura li tkun tiftiehem minnu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel u nilqa' s-suġġerimenti ta' l-Onor.", "Membru u inħeġġeġ li dan isir għax huwa veru li għandna bżonn nispjegaw tajjeb lill-pubbliku dak li nkunu qegħdin nagħmlu.", "Ħaġa li qed nagħmlu aħna bħalissa hija li qed nagħtu l-faċilita' anke fuq l-internet li wieħed isir jaf dak kollu li jirrigwarda l-gvern.", "Naturalment id-dipartiment ta' l- inland revenue huwa wieħed mid-dipartimenti li qiegħed fuq l-internet, u allura għandna nieħdu l-opportunita' li mhux biss nispjegaw, imma ninformaw dwar l-emendi uffiċjali u tekniċi li jkunu ħarġu.", "Issa l-problema hi li ħafna drabi, meta tiġi biex tispjega legal notice jew tispjega l-liġi u tagħtiha awra uffiċjali trid toqgħod attent, għax jekk ma tkunx preċiż bil- ħafna konnatazzjoni u sfumaturi ta' kelma li wieħed jista' juża jew ma jużax, allura tista' tiġi fl-inkwiet.", "Naħseb dan huwa li ħafna drabi jżomm lura lill-uffiċjali tagħna milli jagħmlu paraphrase tal-liġijiet tagħna u tal-kodiċi, inkluż il-legal notices.", "Pero' nilqa' s-suġġeriment li qed jagħmel l-Onor.", "Membru.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 23, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 – Emenda ta' l-Iskeda ta' l-Att prinċipali.", "Clause 24 – Amendment of the Schedule of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi se nipproponi din l-emenda:", "\"G\" Klawsola 24 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Minnufih wara paragrafu (d) tagħha, għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(e) fil-partita 10 tagħha, il-paragrafu (b) għandu jitħassar u jiġi sostitwit b'dan li ġej:", "\"(b) Għall-għanijiet tal-paragrafu (a) ta' din il-partita, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jagħmel regoli li jipprovdu dwar iċ- cirkostanzi u l-mod kif it-taxxa addizzjonali tista' tiġi mnaqqsa kollha jew parti minnha.", "(c) L-użu tad-diskrezzjoni tal-Kummissarju għall-fini ta' din il- partita ma hi sindakabbli f'ebda appell.\"\".", "\"G\" Clause 24 shall be amended as follows:", "Immediately after paragraph (d) thereof, there shall be added the following new paragraph:", "\"(e) in item 10 thereof, paragraph (b) shall be deleted and shall be substituted by the following:", "\"(b) For the purposes of paragraph (a) of this item, the Minister responsible for finance may make rules providing for the circumstances and the manner in which the additional tax may be remitted in whole or in part.", "(c) The use of the Commissioner's discretion for the purpose of this item shall not be questioned in any appeal.\"\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, li qed jiġri huwa li ma' kull emenda fuq l-Att tat-taxxa ħafna drabi ma tonqosx li tidħol xi penalita' ġdida, u din ovvjament barra l-interessi ta' kull xahar li jinżammu fuq it- taxpayers.", "Filwaqt li napprezza li ċerti penali huma meħtieġa biex iservu ta' deterrent kontra min jista' jabbuża, irridu noqogħdu attenti li ma jkollniex penali eċċessivi fuq it-taxpayers li jkunu sporporzjonati għall- effett li jixtiequ jiksbu.", "Dan qed ngħidu għaliex il-feeling li għandi jew l-informazzjoni li għandi minn ċerti nies li huma midħla tad-dipartiment tat-taxxi interni hi anke d-dipartiment innifsu donnu qisu konxju li ċerti penali qed ikunu kważi counter-productive u eċċessivi.", "Filwaqt li jien m'iniex qed ngħid li l-gvern għandu jneħħi l-penali, fl-istess ħin jien naħseb li sakemm jiġi żgurat ċertu livell ta' compliance u effiċjenza, il- gvern għandu jara li l-penali jkunu raġonevoli u ma jkunux sporzjonati, sakemm ikollu moħħu mistrieħ li jista` jilħaq l-għanijiet tiegħu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel ma' l-Onor.", "Membru hawn ukoll.", "Fil-fatt li qed nagħmlu huwa li qed innaqqsu l-penali f'ħafna każi.", "Qed innaqsuhom b'mod li jkunu iktar raġonevoli u li verament ikunu jistgħu jiġu amministrati.", "Jiġifieri qegħdin inneħħu l-prassi li antika fejn kien hemm penalitajiet eżorbitanti u mbagħad kienet tidħol ħafna diskrezzjoni jekk jiġux iċċarġjati jew le.", "Dik irridu nneħħuha kollha u qegħdin ngħidu li l- penalitajiet għandhom ikunu raġonevolissimi, pero' mbagħad m'hemmx diskrezzjonijiet lil ħadd ta' kif għandhom jiġu implimentati.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor.Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 24, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 – Emenda ta' l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Accountancy.", "Clause 25 - Amendment of the Accountancy Profession Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, issa bdejna t-taqsima III u din hija taqsima biex tagħmel emendi żgħar fl-Accountancy Profession Act.", "Jien diġa' ħabbart li qegħdin naħdmu fuq accountancy profession act ġdid li jagħti iktar robustness lis-superviżjoni u regolamentazzjoni tal- professjoni ta' l-accountancy u jimmodernizza għaż-żmenijiet tal-lum.", "Pero' ħassejna li qabel ma ngħaddu dan l-att kollu hemm bżonn li ċerti affarijiet nagħmluhom daqsxejn b'urġenza.", "Dawn huma bażikament fi klawsola 25 li qegħdin nipproponu bħala bidu għal din it-taqsima, li hija bidu fis-seħħ tat-taqsima kollha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fid-dawl ta' l-assigurazzjoni li kien ta l-ministru l- ġimgħa li għaddiet fejn anke kkonfermali li saret il-konsultazzjoni mal- professjonijiet konċernati, naħseb li iżjed u iżjed m'għandux ikun hemm oġġezzjoni min-naħa tagħna.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 – Emenda ta' l-artiklu 5 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 26 – Amendment of article 5 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, fi klawsola 26 qegħdin insaħħu l-fatt biex kull min ikun qed jagħmel xi audit ikun taħt superviżjoni ta' persuna li għandha kemm training u kif ukoll esperjenza f'dak li huwa auditing.", "Naturalment qed nagħmlu dan biex naċċertaw professjonalita` f'dak li jkun qed isir.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-aħħar l-emenda tgħid \"minn persuni li jkunu qegħdin jipprovdu dawk il-garanziji adegwati dwar it-taħriġ bħalma jistgħu jiġu ordnati\".", "Forsi m'hijiex daqshekk ċara minn min u kif.", "ONOR.JOHN DALLI: Jiġu ordnati mill-accountancy board.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: All right.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor.Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 – Emenda ta' l-artiklu 7 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 27 – Amendment of article 7 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, biex kulħadd ikun jaf min huma dawn l- accountants, f'din il-klawsola sempliċement qegħdin ngħidu li meta jiġu ppubblikati l-ismijiet ta' l-acountants, meta nippubblikaw partnerships ma nibqgħux biss bl-isem tal-partnership imma nagħtu d-dettalji tal-partners min huma.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor.Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – Emenda ta' l-Att dwar id-Dazji ta' l-Importazzjoni.", "Clause 28 – Amendment of the Import Duties Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, issa bdejna Taqsima IV li hija t-taqsima dwar id-dwana.", "Din il-klawsola hija sempliċement id-data ta' meta jiġi fis- seħħ.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Emenda ta' l-iskeda ta' l-Att prinċipali.", "Clause 29 – Amendment of schedule of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda li taqra hekk:", "\"H\" Fl-Iskeda relattiva għal klawsola 29 li tinsab ma' l-Abbozz minflok il-figuri \"1514901000\" li jidhru fl-Ewwel Kolonna tagħha għandhom jidhru l-figuri \"1514991000\".", "\"H\" In the Schedule relating to clause 29 of the Bill for the figures \"1514901000\" appearing in the First Column thereof there shall be substituted the figures \"1514991000\".", "Din hija Sempliċement bidla fl-HS code ta' xi prodott u hawnhekk għandna x-schedule li fiha ġew emendati r-rati kollha tad-dazji biex nibqgħu naġġustawhom 'il fuq u 'l isfel ħalli fl-aħħar tas-sena d-dieħla jkunu konformi mal-common external tariff Ewropew u wkoll biex ninkludu l-miżuri li ħadna fil-budget dwar karozzi u dwar affarijiet oħra ta' l-ambjent, il- bozoz u l-karta u affarijiet l-oħra li kellna.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 29 u l-Iskeda, kif emendati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Klawsola 29 u l-iskeda, kif emendati, għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 – Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.", "Clause 30 – Amendment of the Duty on Documents and Transfers Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, issa bdejna Taqsima V fuq l-Att dwar it- taxxa fuq il-boll u din il-klawsola tagħti l-elenku ta' meta dawn il- klawsoli differenti li se nagħmlu se jiġu fis-seħħ.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 30 għaddiet nem con. u ġiet ordnata issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31- Tħassir ta' l-artikolu 24 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 31 – Repeal of article 24 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qed inħassru artiklu 24 ta' l-att prinċipali.", "Dan kien l-artiklu li jagħti diskrezzjoni lill-kummissarju li jnaqqas il- penalitajiet fuq assessments li jagħmel.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 31 għaddiet nem con. u ġiet ordnata issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 – Emenda ta' artiklu 32 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 32 – Amendment of article 32 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, b'din il-klawsola qegħdin inġibu fis- seħħ miżura oħra tal-budget li biha l-ammont ta' Lm20,000 li fuqu kien jitħallas rata ta' boll inqas, fir-rigward ta' dawk li jakkwistaw darhom, issa qed jiżdied għal Lm30,000.", "B'dan il-mod żidna s-sussidju fuq dan ix- xiri.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 32.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 32 għaddiet nem con. u ġiet ordnata issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 33 – Emenda ta' artiklu 40 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 33 – Amendment of article 40 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, hawnhekk qed nagħmlu l-istess ħaġa li għamilna fil-klawsola ta` qabel, pero` fuq ċnus.", "Naturalment dawn imorru id f'id u waħda tiddependi mill-oħra.", "THE CHAIRMAN: Hawn iżjed rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 33.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 33 għaddiet nem con. u ġiet ordnata issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 – Emenda ta' artiklu 52 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 34 – Amendment of article 52 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola qiegħda temenda l-artiklu 52 ta' l-Att prinċipali u bażikament qed ngħidu li qed innaqqsu r-rata ta' penalitajiet.", "Dan ukoll konformi ma' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Brincat, anke f'dan ir-rigward.", "Qed innaqqsu l-penali minn għaxar darbiet li kienu għad-doppju tat-taxxa, fis-sens għal 100%.", "Jiġifieri t-taxxa perikolata jkollha daqstant equal il-penali.", "Pero` fl-istess ħin qed ngħidu wkoll li fil-każ li din il-penali titħallas fi żmenijiet stipulati, allura anke din tonqos.", "Per eżempju, jekk titħallas matul 30 ġurnata allura l-penali tkun ta' 10%, matul 60 ġurnata tkun ta' 20%, matul 90 ġurnata tkun ta' 30%, matul 120 ġurnata tkun ta' 40%, matul 150 ġurnata tkun ta` 50%, matul 180 ġurnata tkun ta` 60%, matul 210 ġurnata tkun ta` 70%, matul 240 ġurnata tkun ta` 80%, matul 270 ġurnata tkun ta` 90% u wara 270 ġurnata, jiġifieri kważi disa' xhur, allura l-penali tkun 100%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "L-ewwel waħda hija din.", "Biex tkun fair ma tistax tinstab soluzzjoni jew sistema fejn is-CIR jagħti l-fehma tiegħu fuq applikazzjoni tal-bejjiegħa jew tax-xerrejja qabel isir il-kuntratt u b'hekk jinqatgħu l-penalitajiet?", "It-tieni waħda hija din.", "Ġaladarba t-taxxa titħallas mill-bejjiegħ u se jkollna sitwazzjoni fejn it-taxxa addizzjonali titħallas mill-bejjiegħ u mix-xerrej, x'jiġri jekk il-bejjiegħ idum ma jħallas it-taxxa?", "Jista' x- xerrej iħallas il-multa qabel effettivament titħallas it-taxxa nnifisha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Normalment il-boll jitħallas mix-xerrej u mhux mill- bejjiegħ.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhux mill-bejjiegħ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, normalment il-boll jitħallas mix-xerrej.", "M'hemm xejn fil-liġi li tgħid hekk.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-liġi tistipula li sakemm ma jkunx hemm ftehim ieħor l-ispejjeż huma pagabbli mill-kompratur.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri l-liġi fiċ-ċivil tistipula li jħallas il- kompratur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Chairman, jien għandi żewġ punti x'inqajjem.", "L- ewwel ħaġa nixtieq ngħid li ma jagħmilx sens iżjed li fil-każ tal-causa mortis id-dipartiment għandu sitt snin perjodu sa meta jibgħat perit jispezzjona proprjeta` għax f'perjodu daqstant twil jista` jkun hemm ħafna tibdil fl-istrateġija, fl-ambjent u fil-lokalita`.", "Jiena ngħid li l-perjodu ta' meta jista` jintbagħat iI-perit għandu jiġi regolari sa sena minn meta l-bniedem jippreżenta d-dokumenti lill-gvern u mhux sa sitt snin kif qiegħed.", "Ladarba qed nemendaw għandna nemendaw f'dan is-sens ukoll.", "Iżjed minn hekk nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-kwestjoni tal-penali li bniedem jista` jeħel.", "Li rrid ngħid huwa dan.", "Jekk bniedem jagħmel u l- oġġezzjoni ddum ma tiġi dealt with xahrejn jew tlieta l-penali se tiżdiedlu b'10% kull darba?", "Jiġifieri jekk jien nagħmel oġġezzjoni u d-dipartiment idum ma jirrispondini sitt xhur se jwaħħalni 60% talli jkun dam ma rrispondieni sitt xhur?", "Ma jreġix dan l-argument.", "Jekk id-dipartiment joħroġ kont jien għandi żmien xahar biex noġġezzjona għalih.", "Issa jekk jien noġġezzjona u d-dipartiment jirrifjutali, nemmen li minn dak il-mument għandha tgħaddi din.", "Però jekk jien nasal f'arranġament mad-dipartiment u jkun qiegħed jikkonsidrah, ma jagħmilx sens li l-bniedem jibda jħallas l-imgħax fuq kwestjoni li għadha pendenti.", "Assolutament ma jreġix l-argument.", "Nipproponi li jien stess inlesti emenda għal din, gax meta nirċievi kont fejn għandi miktub li jew nirrispondi fi żmien tmint ijiem jew nagħmel oġġezzjoni fi żmien tletin ġurnata, fil-każ li noġġezzjona m'għandux jibda jiġri ż-żmien għax allura n-nies lanqas ikunu jistgħu joġġezzjonaw.", "Drakonjana totalment.", "Jien naħdem regolarment mad- dipartiment, bħalma jaħdem l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Cilia, u sal- lum kontra kull perception li għandhom in-nies, in-nies tad-dipartiment jipprovaw jaslu għal soluzzjoni.", "Veru xi kultant idejhom ikunu marbutin bl- istima tal-perit, però ma nistgħux li nħalluha li l-multa tiżdied sakemm qed tiġi diskussa oġġezzjoni.", "Jekk imbagħad id-dipartiment jibgħatlek ittra li l-oġġezzjoni tiegħek ġiet rifjutata, minn hemm jiġri l-perjodu li qed insemmu.", "Imma ma jagħmilx sens li jibda jiġri l-perjodu li qed insemmu meta l-liġi stess tagħtini d-dritt li jien noġġezzjona.", "Għax waħda tmur totalment kontra l-oħra.", "Apparti minn hekk, meta wieħed iqis li f'sena jsiru xi 20,000 kuntratt ta' bejgħ, ma jistax ikun li jkollna sitwazzjoni fejn il-gvern għandu sena żmien biex jibgħat perit sabiex jara l-proprjetà ħalli jiddeċiedi jekk inbigħetx b'valur reali jew le, waqt li f'każ ta' eredità għandu sitt snin żmien.", "F'sitt snin wieħed jista' jiret il-proprjetà u jbigħha.", "Imbagħad xi dritt legali għandu li jitlob lil min joqgħod fid-dar biex imur perit ħalli jerġa' jispezzjona dik id-dar li tkun inbiegħet erba', ħames snin qabel?", "Naħseb li hawnhekk hawn bżonn rethinking biex issir emenda ħalli l- affarijiet jagħmlu sens waħda ma' l-oħra.", "Ma nafx kif jaħsibha l-Ministru imma dan assolutament ma jagħmilx sens.", "Fl-inter vivos, fejn ikun hemm il- massa tal-bejgħ tal-proprejtà, il-perit tal-gvern għandu żmien sena biex jagħmel l-ispezzjoni u joħroġ il-kont minn meta inti tippreżenta d- dokumenti.", "Fil-causa mortis għandu żmien sitt snin.", "Ejja nimmaġinaw li bniedem ikun wiret post, wara sentejn biegħu, għamel il-causa mortis regolari, u tliet snin wara tmur tħabbatlu l-bieb biex jidħol il-perit tal- gvern biex jara l-causa mortis ta' missierek.", "Il-proprjetarju l-ġdid ikun laħaq irranġa l-post.", "Imbagħad jiddependi wkoll mill-perit li jmur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, fuq il-kwestjoni tal-causa mortis irridu nagħmlu impenji amministrattivi iktar milli legali biss.", "Nagħmlu impenn amministrattiv li l-perit jintbagħat malajr kemm jista' jkun, mhux biss fuq il-causa mortis imma anke fl-inter vivos li ħafna drabi ...", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Le, fil-każ ta' l-inter vivos il-perit tal-gvern imur fi żmien xahrejn jew xahar u nofs.", "Bħalissa qed jiġu nies b'assessments ta' kuntratti li saru xahrejn, tliet xhur ilu.", "Jiġifieri f'dak li hu inter vivos sar l-exercise min-naħa ta' l-amministrazzjoni.", "Imma jekk bniedem tibgħatlu ittra sitt darbiet u ma jiġikx ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jeħtieġ nagħmlu l-istess impenn fil-causa mortis.", "Again, it-tul ta' żmien ħafna drabi - u rrid nidħol aktar fid-dettall fuq jekk għandux jiċkien jew le - huwa riżultat ta' komplikazzjonijiet enormi li jkun hemm fl-ereditajiet.", "Ħafna drabi tant ikun hemm komplikazzjonijiet bejn il-werrieta li tieħu ż-żmien biex issolvihom.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Imma nista' nibgħat bniedem jispezzjona dar li jien begħt tliet snin ilu għax mietli missieri ħames snin ilu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Però rridu naraw kemm jiġru dawn l-affarijiet fir- realtà.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nista` ngħidlek li jiġru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġru bħalma kienu jiġru affarijiet oħra qabel.", "Irridu nimpenjaw ruħna amministrattivament li kemm jista' jkun inkunu aktar effiċjenti f'dawn l-affarijiet.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Issa fuq il-kwestjoni tal-multi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fuq il-kwestjoni tal-multi wieħed irid jifhem ukoll li hawnhekk qegħdin nagħtu konċessjoni.", "Jiġifieri qed nistabbilixxu li l- multa tkun daqs it-taxxa li ġiet perikolata.", "Issa qed nitkellmu f'każ li wieħed vera ipperikola t-taxxa.", "Jiġifieri l-multa se tiġi eżerċitata f'każ meta l-valur tal-proprjetà huwa aktar minn dak iddikjarat.", "Il-multi jsiru mhux biss biex wieħed jikkastiga lil min għamel żball, imma biex iġiegħlu lin-nies ma jagħmlux dawn l-iżbalji.", "Għalhekk il-multi ma jkunux frivoli, ma jkunux żgħar għaliex bil-multi żgħar kulħadd jagħmel li jrid għax wieħed jgħid: Jekk ninqabad inħallas Lm10 u barra bid-daqq!", "Il-multi jkunu ta' ċerta portata għaliex ikun hemm il-bżonn li nagħmlu deterrent biex ma jsirux l-affarijiet ħżiena.", "Però hawnhekk qegħdin ngħidu li ladarba tiġi stabbilita l-multa, jekk wieħed iħallas qabel se jkollu discount fuqha.", "Naturalment jekk wieħed jagħmel oġġezzjoni u tiġi aċċettata mhux se jħallas multi.", "Il-multa se jħallasha meta l-oġġezzjoni tiegħu ma tiġix milqugħa.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Imma jekk jien nagħmel att u l-att stess lili jagħtini d-dritt li noġġezzjona fi żmien 30 ġurnata u għandek xahrejn, tlieta biex jiddeċiedu dwarha, dan ifisser li se tiżdiedli l-multa b'30% f'dawn ix-xahrejn, tlieta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inti trid tiddeċiedi għandekx każ fuqhiex toġġezzjona jew le.", "Aħna żgur ma rridux li f'dan il-pajjiż kulħadd jieħu d-drawwa li joġġezzjona għal kull kont li jirċievi, għandu raġun u m'għandux.", "Dan huwa deterrent kontra l-oġġezzjonijiet frivoli.", "Jekk inti taf li għandek tort taqbad u tmur tħallas 10% tal-multa.", "Imma jekk inti taf li għandek raġun toġġezzjona, u jekk tingħata r-raġun - kif nispera li tingħata jekk għandek raġun - allura m'intix se tħallas multa.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-problema hija li d-dipartiment kważi huwa kostrett li joqgħod bl-idea tal-perit li jkun mar on site.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma x'tista' tagħmel?", "Allura se noqogħdu nagħmlu erba' periti on site u nieħdu l-average ta' l-istima tagħhom?", "Noqogħdu attenti x'inkunu qegħdin ngħidu.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Huwa l-każ li jiżdied ftit il-perjodu \"within thirty days\".", "Jekk wieħed iħallas fi żmien xahar l-ammont ikun nominali, jekk idum iżjed imbagħad l-multa tiġi b'dawk l-ammonti.", "B'hekk wieħed jilħaq joġġezzjona għax ħafna min-nies jaqtgħu qalbhom joġġezzjonaw għax jibżgħu jmorru l-qorti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inti qed tgħid li tinbidel din l-iskeda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Tinbidel l-iskeda biex tiġi li wieħed jeħel ammont nominali jekk iħallas within thirty days, imbagħad tiżdied minn sixty days 'il fuq ħalli tagħti ċans lin-nies biex joġġezzjonaw.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux xorta qegħdin ngħidu?", "Ngħidu within thirty days ma teħel xejn, bla multa allura?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mhux bla multa, agħmilha Lm25, Lm50.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bir-rispett kollu, ma naqbel xejn ma' din it-teżi.", "Il-multa qiegħda hemm, jekk inti għandek teħel il-multa.", "Il-multa qiegħda hemm meta int iddikjarajt ħażin.", "Minn hemm irridu nibdew.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Illum is-sitwazzjoni hija li jekk wieħed jirċievi kont sa Lm2,000, flok imur jonfoq Lm200 biex imur il-qorti u jiġġilidha l- qorti, għax jaf li xorta se tiġih spiża ta' Lm200, jaqbad u jmur iħallsu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skużi, jien qed ngħid li kulħadd għandu jiddikjara l- ammont sewwa fuq il-kuntratt tal-bejgħ tal-proprjetà.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Naqbel miegħek jien fuq dan.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għandu jkun hemm penali li għandha sservi mhux biss bħala kastig imma anke bħala deterrent kontra min ma jiddikjarax l-ammont sewwa.", "Però jekk wieħed jammetti li ma ddikjarax l-ammont sewwa u jaqbad u jħallas within thirty days minn meta jirċievi l-assessment, minflok iħallas il-penali kollha se jħallas 10% tagħha.", "Qed nagħtu konċessjoni.", "Jiġifieri ma tistax titqies bil-kontra, li qed nikkastigaw lil min iħallas tard.", "U nirrepeti li wieħed ikollu jħallas meta l-penali hija dovuta, għax meta jagħmel oġġezzjoni u jingħata raġun, m'hu dovut iħallas ebda penali.", "M'hu se tħallas xejn anke jekk il-każ jinqata' sentejn wara.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Il-persentaġġi tad-deċiżjonijiet favur in-nies huma baxxi ħafna.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jien ma naħsibx li għandna nbiddlu dawn il-penali.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34 għaddiet nem.com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-liġi.", "Klawsola 35 – Emenda ta' l-artikolu 60 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 35 – Amendment of article 60 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija konsegwenzjali għat-tibdil li għamilna fid- differenza fil-ħlas tad-dazju.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 35.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35 għaddiet nem. com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta`Liġi.", "Klawsola 36 - Emenda ta' l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur.", "Clause 36 - Amendment of the Motor Vehicle Registration Tax Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din it-taqsima qed temenda l-Att dwar it-Taxxa tar- Reġistrazzjoni ta' vetturi bil-Mutur.", "Bażikament din hija emenda għall- iskeda ta' l-Att prinċipali fejn qed indaħħlu ċerti items li bi żvista ma kenux inklużi fl-emenda li għamilna s-sena l-oħra.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 36.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 36 għaddiet nem. com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-liġi.", "Klawsola 37 – Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 37 – Amendment of article 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'din il-klawsola qegħdin ninkludu t-tifsira ta' \"karozza tat-tlielaq\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 37.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 37 għaddiet nem.com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-liġi.", "Klawsola 38 – Sostituzzjoni ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 38 – Substitution of the First Schedule to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'din il-klawsola qegħdin indaħħlu l-miżuri tal-budget dwar go-karts, vetturi klassiċi u vintage u t-tneħħija ta' reġistrazzjoni fuq il-motorcycles.", "Qegħdin nieħdu wkoll l-opportunità biex indaħħlu l- kodiċi l-ġodda msejħa VERA fil-kodiċi tagħna.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 38.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 38 għaddiet nem.com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-liġi.", "Klawsola 39 – Emenda ta' l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Clause 39 – Amendment of the Income Tax Management Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nipproponi din l- emenda:", "\"I\" Klawsola 39 għandha tiġi emendata kif ġej:", "F'paragrafu (b) ta' subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"u ta' l- artikolu 41\" għandhom jidħlu l-kliem \"ta' l-artikolu 41 u tal- paragrafu (c) ta' l-artikolu 43\".", "\"I\" Clause 39 shall be amended as follows:", "In paragraph (b) of subclause (2) thereof , for the words \"and of article 41\" there shall be substituted the words \"of article 41 and of paragraph (c) of article 43\".", "Dan bażikament huwa l-bidu fis-seħħ ta' din it-taqsima dwar l-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 39, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 39, kif emendata, għaddiet nem. com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz tal-liġi.", "Klawsola 40 – Emenda ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 40 – Amendment of article 4 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'din il-klawsola qegħdin nagħtu l-awtorizzazzjoni lill-kummissarju tat-taxxi interni biex jgħaddi l-informazzjoni lill- awtoritajiet barranin meta jkun hemm qbil u protokolli dwar bdil ta' informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, hawnhekk għandna xi ħaġa li barra minn Malta kienu mexjin fuqha fuq żewġ binarji, kemm fuq livell ta' l-OECD u anke fil-kuntest ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kif jaf kulħadd dan l-aħħar, jekk m'iniex sejjer żball, fil-bidu tal-ġimgħa ltaqa' l-ECOFIN li huwa l-kumitat tal-ministri ekonomiċi u finanzjarji ta' l-Unjoni Ewropea u nstabet speċi ta' compromise solution fuq l-hekk imsejħa EU savings tax directive.", "L- ironija hija li l-presidenza Griega ta' l-Unjoni Ewropea tidher li ħarġet b'soluzzjoni ta' kompromess li hija piu' o meno identika għas-soluzzjoni ta' kompromess li kienu pproponew saħansitra l-Isvizzeri xi ftit tal- ġimgħat ilu.", "Ironikament fl-interim period l-Isvizzeri kienu ġew mhedda mill-Unjoni Ewropea li jekk ma jċedux id-dritt tas-segretezza bankarja kienu se jkunu soġġetti saħansitra għal sanzjonijiet min-naħa ta' l-UE.", "Issa rriżulta li s-sanzjonijiet ma seħħewx u l-presidenza Griega ta' l- Unjoni Ewropea addottat piu' o meno s-suġġeriment li għamlet in-naħa Żvizzera.", "U n-naħa Żvizzera mhux biss żammet ir-raison d'être tas-settur bankarju Żvizzeru, is-segretezza bankarja, imma ġejna fis-sitwazzjoni li biex ikun hemm level playing field u biex ovvjament pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea ma jitilfux il-competitive edge tagħhom stess - hawnhekk qed nitkellem għall-Belġju, il-Lussemburgu u l-Awstrija, jekk m'iniex sejjer żball - ingħataw huma wkoll l-opportunità li japplikaw witholding tax minflok ma jirrikorru għal dak li huwa bdil ta' informazzjoni.", "Issa filwaqt li napprezza li din hija xi ħaġa li nħadmet fuq iż-żewġ binarji, bejn l-OECD u anke l-Unjoni Ewropea, jien naħseb li l-gvern Malti qed jgħaġġel li qed iressaq din l-emenda.", "Qed jgħaġġel fis-sens li mhux qed iħares lejha biss fil-kontest ta' l-Isvizzera.", "GĦax l-Isvizzera m'hijiex pajjiż li qed tipprevedi sħubija sħiħa fl-UE fil-ġejjieni qarib, jista' jkun li l-politiċi Svizzeri jixtiequ jissieħbu imma l-poplu Svizzeru jidher li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa hesitant ħafna milli jissieħeb fl-UE.", "Tant hu hekk li l-bankers' association Svizzera ġiet irrapportata li beżbżet lill-gvern Svizzeru li, jekk jagħmel konċessjonijiet ġenerużi wisq lill-Unjoni Ewropea, kienet lesta saħansitra biex issejjaħ referendum fil-pajjiż għax kienet tkun taf li l-gvern seta' faċilment jiġi mblukkat milli jkompli miexi fit-triq fejn jista' jagħmel xi konċessjonijiet.", "Sur President, għalfejn qed nagħmel dan il-preambolu kollu fuq l-emenda li qed iressaq il-ministru?", "Dan huwa rilevanti għax filwaqt li Malta naf li tixtieq li taderixxi ma' ċerti normi ta' l-OECD, Malta hija pajjiż applikant u jekk nifhem sew - il-ministru jista' jikkonfermali jew le - il- pajjiżi applikanti, bħal fil-każ ta' l-Euro, m'għandhomx id-dritt li jagħmlu opting out, fis-sens li m'għandhomx id-dritt li jagħżlu waħda flok l-oħra.", "M'għandhomx id-dritt li jagħmlu kif qed jagħmlu l-Lussemburgu, il- Belġju u l-Awstrija, li jirrikorru għall-witholding tax flok jirrikorru għall-bdil ta' informazzjoni.", "Kif fhimtha jien, dawn se jkunu soġġetti awtomatikament għall-bdil ta' informazzjoni.", "GĦalhekk tajjeb li l-ministru jgħidilna l-ewwelnett x'inhuma l-obbligi tagħna, anke jekk ninsew l-OECD, bħala pajjiż applikant għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid hekk għax anke fil-kuntest ta' l-Euro, kulħadd jaf li hemm kejl differenti.", "Qed ngħid hekk ukoll għax filwaqt li ċerti pajjiżi sal-lum kellhom id-dritt ta' l-opting out - hawnhekk qed nitkellem għad-Danimarka, għall-Isvezja u anke għall-Ingilterra u fil-każ ta' l-Ingilterra tidher li kulma tmur iktar qed titbiegħed din l-issue ta' l-Euro - il-pajjiżi applikanti, fosthom Malta, jekk jiddeċiedu minn rajhom li jridu jidħlu membri fl-Unjoni Ewropea jkollhom jadottaw l-Euro fi żmien stipulat.", "Galhekk tajjeb li l-ministru jgħidilna x'wassal lill-gvern biex jagħmel din l-emenda, jekk iħossx li din l-emenda hijiex prematura jew le, u x'inhuma l- obbligi tagħna bħala pajjiż applikant għall-Unjoni Ewropea, jekk il-poplu Malti jiddeċiedi li aħna nsiru membri sħaħ.", "Qed ngħid hekk għaliex jekk ma qbiltx ma' ċerti kummenti li għamlet il-Malta institute of taxation, naqbel mal-kumment li għamlet li, filwaqt li hija m'għandha l-ebda intenzjoni li tiddefendi t-tax evasion, ċerti tip ta' proposti bħal dawn li qed jitressqu hawnhekk jistgħu jwasslu għall-iżmantellar ta' ċerti prattiċi li fuqhom ġew mibnija b'tant fiduċja taħt iż-żewġ gvernijiet is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwelnett il-pożizzjoni tagħna vis-à-vis l-exchange of information ma tteħditx in vista ta' l-Unjoni Ewropea, imma ttieħdet in vista tan-negozjati li kellna fl-OECD.", "U r-realtà hija li l-pożizzjoni li ħadna aħna fl-OECD kienet taqbel ma' dawk li huma requirements ta' l-Unjoni Ewropea, allura ma kienx hemm għalfejn inbiddlu l-pożizzjoni tagħna meta ġejna biex ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk irrid nenfasizza li d-deċiżjoni li qegħdin nieħdu bħala strateġija għaċ-ċentru finanzjarju Malti hija li dan m'għandux ikun ibbażat fuq flus li niġbru mill-barranin biex jaħarbu t-taxxa minn pajjiżhom, imma jrid ikun ibbażat fuq attivita` ekonomika li ssir minn ażjendi li joperaw minn Malta u li jkunu tax efficient fir-riżultati li jkollhom.", "Aħna qed nibbażaw iċ- ċentru finanzjarju tagħna mhux bħala l-kaldarun fejn jiġu flus maħruba, imma l-lokalita` minn fejn l-ażjendi serji jkunu jistgħu jibbażaw l- attivita` tagħhom vera, a real activity, f'pajjiżna.", "Dak huwa l-kunċett tagħna ta' ċentru finanzjarju.", "Vis-à-vis l-agreement li għamlet l-Isvizzera l-ġimgħa l-oħra, jien se npoġġi dan l-agreement fuq il-Mejda tal-Kamra biex kulħadd ikun jaf eżattament x'inhu.", "Dan l-agreement jipprovdi li l-Isvizzera tiġbor taxxa li tlaħħaq sa 35% fl-2010 - din titla' bil-mod il-mod - fuq l-interessi kollha fuq depożiti ta' nies li m'humiex Svizzeri li jkollhom flus fil- banek Svizzeri.", "Jiġifieri kulmin se jkollu flusu fl-Isvizzera se jħallas 35% taxxa fuq dawk il-flus.", "Pero` l-Isvizzera mhux se żżommhom hi dawn il- flus għax tliet kwarti minnhom trid tgħaddihom lill-pajjiż minn fejn ġejjin dawn il-flus.", "Kważi kważi kieku kelli nagħmel is-somom ngħid li l-gvern Malti jaqbillu jkollu lin-nies bi flushom fl-Isvizzera għax minflok jieħu 15% withholding tax, se jieħu 26% taxxa fuqhom għax l-Isvizzera se tiġbor 35% u se tgħaddi 26% minnhom lill-gvern Malti tal-flus tal-Maltin li jkunu fl-Isvizzera.", "Jiġifieri jekk l-Isvizzera hijiex kompetittiva fl-operat tagħha b'dan il-mod, wieħed irid jara.", "Pero` n-negozjaturi ta' l-Unjoni Ewropea nnegozjaw ma' l-Isvizzera għax l- Isvizzera ma qabditx u qalet li hi tista' tagħmel li trid ladarba qiegħda barra mill-Unjoni Ewropea, bħalma hawn min jagħti x'jifhem f'pajjiżna.", "M'hu hekk xejn.", "Lanqas l-Isvizzera li għandha din is-saħħa kollha fil- qasam finanzjarju ma tista' tgħid li tagħmel li trid.", "Mela ma tagħmilx li trid!", "Inti qed taħdem f'kuntest internazzjonali u kellha toqgħod għal dak li qed jgħidulha fil-kuntest internazzjonali.", "Fil-fatt lill-Isvizzera qed jgħidulha li allavolja qiegħda tiġbor din it-taxxa ta' 35%, xorta trid tgħaddi l-informazzjoni lill-istati l-oħrajn fil-każ ta' rikjesta fuq criminal and civil misfeasance.", "U l-kelma \"civil\" trid tinkludi kwestjonijiet ta' taxxa.", "Nixtieq insibha ħalli nikkwotaha preċiż.", "Pero` l-Isvizzera ma ħellsitx mill-bżonn li tagħti exchange of information.", "U iktar minn hekk il-kunsill qed jgħid li se jkompli jiddiskuti ma' l- Isvizzera biex finalment ikompli jagħfas biex the ultimate aim ikun li jkun hemm exchange of information totali.", "Kien hawn min kiteb artiklu fil-gazzetti lokali li ried jagħti x'jifhem li meta tkun b'sistema ta' partnership tista' tagħmel li trid.", "Qal li jekk inżommu dawn il-ftit flus li kieku jkollna nkunu nistgħu nagħtuhom il- flight b'xejn u nipprovdulhom il-lukandi b'xejn biex jiġu jinvestu hawn.", "Dawk m'humiex it-tip ta' servizzi finanzjarji li rridu f'pajjiżna.", "Is- servizzi finanzjarji li rridu f'pajjiżna jridu jkunu serji, ta' nies li verament ikollhom attivita` f'pajjiżna.", "Sur President, bil-permess tal-Kumitat nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-agreement li għamlet ma' l-Isvizzera.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tar-riżultat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija li ltaqa` fi Brussell dwar it-Tassazzjoni fil-21 ta` Jannar, 2003", "Dan jistgħu jniżżluh mill-internet.", "Jiġifieri m'iniex qed nagħmel xi scoop għax m'hijiex.", "Imma tajjeb li dan il-Parlament ikun informat bil-fatti għax dan juri li jekk tkun barra mill-Ewropa m'għandek ebda vantaġġ fil-mod kif tagħmel l-strateġiji tiegħek f'dan is-settur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, il-Minsitru ta biss parti mill-verżjoni.", "M'iniex qed ngħid li kien skorrett f'dak li qal, imma ma semma xejn dwar it-tliet ġurisdizzjonijiet li hemm fl-Unjoni Ewropea nnifisha.", "Qed nitkellem espressament, kif għedt iktar kmieni, dwar il-Lussemburgu, l- Awstrija u l-Belġju.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kieku qegħdin membri aħna stajna ninnegozjaw.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Xort waħda l-kritika tiegħi hija li l-gvern Malti għaġġel, anke jekk wieħed iħares lejha fil-kuntest ta' pajjiż li jrid jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Ejja ngħidu li qed naqblu lkoll - li mhux il- każ - li Malta għandha tissieħeb, xorta waħda l-fatt li l-gvern għandu dan l-oneru fuqu lilna qed ipoġġina f'pożizzjoni żvantaġġjata vis-à-vis - insiha l-Isvizzera - ġurisdizzjonijiet oħrajn li aħna nħarsu lejhom, irrispettivament minn jekk aħniex favur is-sħubija sħiħa jew le fl-Unjoni Ewropea, b'ċertu għira għall-mod kif inhuma s-servizzi finanzjarji tagħhom.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għal-Lussemburgu, li l-gvern Malti tant jipprova jġib paraguni magħhom.", "Jiġifieri ma naqbilx ma' l-idea li rridu nkunu verġni iktar minn ħaddieħor li saħansitra qiegħed fl-Unjoni Eworpea, anke jekk ninsew l-Isvizzeri.", "Irid ikollna daqsxejn realpolitik fil-pajjiż.", "Naħseb kien daqsxejn unfair il-Ministru li semma biss l-oneri li hemm fuq l-Isvizzera u ma semmiex l-oneri li hemm fuq dawn it-tliet pajjiżi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux l-oneri, il-vantaġġi li għandhom.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: At the end of the day l-Isvizzera fil-prinċipju żammet il-kunċett tal-banking secrecy.", "Tant hu hekk li l-OECD ikkritikat lill-Unjoni Ewropea li kienet ġeneruża wisq fil-compromise solution li għamlet u kkritikatha li se ddgħajfilhom il-miżuri li qed jipprovaw jieħdu huma bħala OECD biex jikkumbattu dawn il-harmful tax measures.", "Naħseb irridu nammettu li kienet a compromise solution u mhux noqogħdu niżolaw l- Isvizzera, qisha l-Isvizzera għamlet xi climb down kbira meta żammet il- banking secrecy.", "Jekk xi ħadd ħareġ bl-edge fiha il-biċċa xogħol kienet l- Isvizzera u gawdew minnha wkoll t-tliet ġurisdizzjonijet l-oħra li qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-morali ta' din l-istorja huma varji.", "L-ewwel wieħed huwa li tkun qawwi kemm tkun qawwi fid-dinja ma tistax topera waħdek, trid bilfors topera bil-kunsens tal-partners tiegħek kollha fil- globalised economy li għandna llum.", "L-Isvizzera ma setgħetx topera waħedha u kellha bilfors tbaxxi rasha għar-requirements u l-impożizzjonijiet li għamlulha l-pajjiżi l-oħra.", "It-tieni nett mhux l-Unjoni Ewropea waħedha tagħmel ir-regolamenti fid- dinja.", "F'dan is-settur għandna l-OECD li hija iktar iebsa mill-Unjoni Ewropea f'dak li jirrigwardja regolamentazzjoni f'dan is-settur.", "L-OECD diġa` qalu lill-Unjoni Ewropea li għalkemm huma għamlu dak l-agreement ma' l-Isvizzera, pero` huma m'humiex sodisfatti u se jkomplu jagħfsu lill- Isvizzera.", "Allavolja l-Isvizzera m'hijiex membru fl-Unjoni Ewropea l-OECD se jibqgħu jagħfsu lill-Isvizzera biex tasal għal dak li qed jgħidu huma.", "L-OECD m'hijiex marbuta bl-agreement li għamlet l-Isvizzera ma' l-Unjoni Ewropea.", "Allura, kif ngħidu aħna, hemm organizzazzjonijiet oħrajn dinjija, irrispettivament mill-Unjoni Ewropea, li fil-kuntest globalizzat jimponu fuq kulħadd ir-regoli u l-istandards tagħhom.", "Pero` dawk il-pajjiżi li kienu fl-Unjoni Ewropea - u hawnhekk qed nitkellmu fuq il-pajjiżi ż-żgħar fl-Unjoni Ewropea - għax kienu madwar il-mejda tan-negozjar u l-ministri tal-finanzi tagħhom kienu fl-ECOFIN li kien qed jiddeċiedi fuq dawn l- affarijiet, dawn innegozjaw għal pajjiżhom eċċezzjonijiet, temporanji kemm trid, f'dan ir-rigward.", "Imma għaliex?", "GĦax kienu hemm ġew.", "U dan hu li qed ngħidu aħna, Mr Chairman!", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma int qed tagħti l-impressjoni li kieku kont hemm ġew ma kontx tinnegozja din il-pożizzjoni minħabba l-OECD.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, minuta waħda.", "Fuq il-moral qed ngħid jien.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fuq il-prinċipju qegħdin nitkellmu issa.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, m'iniex qed ngħid hekk.", "Kont ġej għaliha biex nikkonkludi.", "M'iniex qed ngħid hekk.", "Pero` r-realta` hija din; li peress li kienu hemm ġew u kienu madwar il-mejda, dawn il-pajjiżi żgħar - l-iżgħar pajjiżi li hemm fl-Unjoni Ewropea - innegozjaw għalihom infushom dak li ħasbu li jaqbel lilhom.", "Issa l-pożizzjoni tagħna x'inhi?", "Il-pożizzjoni tagħna hija differenti minn tal-Lussembrugu.", "Aħna m'aħniex nikkompetu f'dan il-qasam, aħna m'aħniex nikkompetu fil-flus maħruba minn pajjiżi oħra.", "Il-Lussemburgu u pajjiżi oħrajn, bħall-Awstrija li għad għandha l- bearer accounts u l-affarijiet l-oħra, bnew is-servizzi finanzjarji tagħhom fuq din il-ħaġa għal għexieren ta' snin.", "Per eżempju ̧ il-Ġermaniżi u l- Franċiżi jmorru jiddepożitaw fil-Lussemburgu.", "Pero' ċ-ċentru tas-servizzi finanzjarji tagħna m'huwiex mibni fuq hekk imma huwa mibni fuq tip ta' prodott kompletament differenti.", "Nerġa' ngħid li din id-deċiżjoni ma ħadnihiex minħabba l-Ewropa imma ħadniha meta bdejna ninnegozjaw snin ilu ma' l-OECD għax din ma tweġġagħniex.", "Din il-linja ma tagħmlilniex differenza għaliex il-linja li mexjin biha f'pajjiżna hija l-linja ta' attivita` ekonomika li tirrendi spin-offs ekonomiċi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien naħseb li minkejja li ma naqblux fuq l-Unjoni Ewropea jidher li fil-financial services irnexxielna nilħqu ċertu sens ta' kunsens f'dawn l-aħħar snin.", "Dan huwa fatt posittiv u sinjal ta' maturita` u naħseb li ż-żewġ naħat ma tantx jaqblu fuq l-enfasi fuq private banking.", "Issa jien naħseb li l-private banking ġewwa Malta ma rnexxietx daqskemm wieħed kien jixtieq u naħseb li hemm possibbilta` li l-private banking jiżviluppa aktar fil-pajjiż jekk ikun hemm din it-tip ta' flessibbilta ` li qed nitkellem dwarha.", "Għalhekk jien għedt li it does not pay li kultant tkun verġni aktar minn min huwa verġni.", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nattiraw bilfors il-hot money, imma din il- flessibbilta` għaliex għandek tirrinunzjaha?", "Jien nieħu l-kelma tal- ministru fuq l-OECD imma anke li kieku l-gvern Malti ma kellux l-impenn vis- a-vis l-OECD ̧ bħala pajjiż applikant fl-Unjoni Ewropea l-gvern ma kellux id-dritt ta' l-għażla kif kellhom il-Lussemburgu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma għax ma konniex ġewwa.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, le, mhux għax m'aħniex ġewwa.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "Din bħal ta' l-Euro.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Monaco li m'huwiex dieħel fl-Unjoni Ewropea se jkollu għażla?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mhux dan il-punt tiegħi.", "Il-punt tiegħi huwa li l- pajjiżi applikanti ma kellhomx the right of choice imma kellhom jaderixxu għar-regoli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' għax għadna barra.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Le, mhux għax għadna barra.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ladarba nkunu ġewwa nkunu wieħed minnhom.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Din tgħodd anke għall-pajjiżi applikanti li l-poplu tagħhom se jiddeċiedi li jidħlu, jiġifieri m`hijiex kwestjoni ta' min ma jridx jidħol.", "Naħseb li fuq din m'aħniex niftehmu.", "Min-naħa tiegħi kont ċar imma l-ministru xorta ma rrispondiex il-mistoqsija tiegħi anzi rrisponda indirettament li bħala pajjiż applikant aħna ma kellniex dritt li neżerċitaw flessibbilta` imma ridna noqogħdu għal waħda mill-options.", "Issa aħna ma kellniex iż-żewġ options li għandhom it-tliet pajjiżi membri flimkien ma' l-Isvizzera.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hija s-sħubija li żżidilna l-flessibbiltà.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna ma naqblux ma' dan anzi naħseb li neħħejna l- flessibbilta`.Dan ammettewh Pricewaterhouse Coopers fi studju li għamlu li fih semmew it-tajjeb u l-ħażin taż-żewġ options.", "Jien ma rridx nagħti l- impressjoni li dawn qalu li kulma qed nipproponu aħna huwa tajjeb jew jaqblu miegħu jew inkella kulma għandu x'jaqsam ma' membership huwa tajjeb jew jaqblu miegħu, imma meta semmew il-vantaġġi u l-iżvantaġġi fl-istudju li għamlu Pricewaterhouse Coopers ta' l-Olanda dwar il-membership option u l-free trade area option dawn qalu ċar u tond li fl-option Laburista se jkun hemm aktar flessibbilta` fis-settur finanzjarju.", "Dan huwa l-punt li ridt nagħmel.", "Jien ma rridx infettaq iżjed u naħseb li dan is-suġġett huwa talked out.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 40.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 40 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 - Żieda ta' l-artikolu 10A ġdid ma' l-Att prinċipali.", "Clause 41 - Addition of new article 10A to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola qed tagħti d-dritt lill-kummissarju biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa li jkollu bżonn jagħti.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 41.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 41 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 – Emenda ta' l-artikolu 14 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 42 - Amendment of article 14 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola qed tagħti aktar poter fuq il- kummissarju biex jakkwista informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 42.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 42 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 43 – Emenda ta' l-artikolu 23 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 43 - Amendment of article 23 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija preparazzjoni għal meta ndaħħlu l-iskema tal- bdiewa.", "Hawnhekk qed ngħidu li income li jkun ġej min-negozju jista' jkun soġġett għal tnaqqis.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 43.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 43 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 44 – Emenda ta' l-artikolu 28 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 44 - Amendment of article 28 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola qed tillegalizza l-firma tal- Kummissarju tat-Taxxi Interni anke f'każ li din tkun stampata fuq l- irċevuta tal-ħlas tat-taxxa.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 44.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 44 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 45 – Emenda ta' l-artikolu 31 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 45 – Amendment of article 31 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qed ngħidu li f'każ li persuna ma tkunx bagħtet formola, il-Kummissarju jkun jista' joħroġ assessment u jinvestigaha mingħajr ma jkun obbligat li jinnotifikaha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 45.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 45 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 46 – Emenda ta' l-artikolu 44 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 46 - Amendment of article 44 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi din l- emenda:-", "\"J\" Klawsola 46 għandha titħassar u tiġi sostitwita kif ġej:", "\"Emenda ta' l-artikolu 44 ta' l-Att prinċipali.", "46.", "L-artikolu 44 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "a) fis-subartikolu (1) tieghu, minflok il-kliem \"fl-artikolu 43\" għandhom jidħlu l-kliem \"fl-artikolu 42\"; u", "(b) minnufih wara s-subartikolu (2C) tiegħu, għandu jiżdied is- subartikolu ġdid li ġej:", "\"(2D) Il-Kummissarju jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, jaħfer għal kollox jew f'parti l-interessi li għandhom jitħallsu skond is- subartikolu (2A) ta' hawn, skond regoli maħruġa apposta għal dan il- għan mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.\"\".", "\"J\" Clause 46 shall be deleted and shall be substituted by the following:", "\"Amendment of article 44 of the principal Act.", "46.", "Article 44 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) in subarticle (1) thereof, for the words \"in article 43\" there shall be substituted the words \"in article 42\"; and", "(b) immediately after subarticle (2C) thereof there shall be added the following new subarticle:", "\"(2D) The Commissioner may, at his discretion, remit wholly or in part any interest chargeable under subarticle (2A) hereof in accordance with rules issued for this purpose by the Minister responsible for finance.\"\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 46 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 46, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 47 – Emenda ta' l-artikolu 48 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 47 - Amendment of article 48 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija emenda konsegwenzjali.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 47.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 47 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 48 – Att dwar Dazju tas-Sisa.", "Clause 48 - Excise Duty Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din hija klawsola dwar id-dazju fuq is- sisa u hawnhekk bażikament qed nitkellmu dwar iż-żieda fuq is-sigaretti.", "Din il-klawsola qed turi d-data minn meta tiġi fis-seħħ.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 48.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 48 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 49 – Emenda tat-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "Clause 49 - Amendment to the Third Schedule to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, f'din il-klawsola hemm skeda li hija l- emenda għat-Tielet Skeda.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 49.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 49 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 50", "NEW CLAUSE 50", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 50 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kumitat qara n-nota marġinali, u din il-klawsola ġdida tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 50 li hija emenda ta' l-artikolu 41A tal-liġi prinċipali:", "\"K\"Minnufih wara klawsola 49 għandha tiżdied din il-klawsola ġdida 50 li ġejja, li għandha tidher fl-Att finali minnufih wara l-artikolu 19 fit- Taqsima II ta' l-Att:", "\"Emenda ta' l-artikolu 41A ta' l-Att principali.", "50.", "Fil-paragrafu (c) ta' l-artikolu 41A ta' l-Att prinċipali minflok il- kliem \"permezz tas-servizzi tiegħu.\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"permezz tas-servizzi tiegħu.", "Pagament ta' income minn investiment isir permezz ta' financial intermediary awtorizzat meta pagament bħal dan:", "(i) isir lill-intermediary li f'ismu jkun reġistrat l-investiment għall-benefiċċju ta' riċevitur;", "(ii) isir direttament lir-riċevitur li jitlob li financial intermediary awtorizzat jiġbor ammont ta' taxxa li tkun daqs ħmistax fil-mija ta' l-income imsemmi biex jitħallas lill-Kummissarju;", "(iii)-isir permezz ta' arranġament approvat mill-Kummissarju li jagħmilha possibbli li tinġabar it-taxxa fuq id-dħul imsemmi permezz ta' financial intermediary awtorizzat;\"\".", "\"K\" Immediately after clause 49 there shall be added the following new clause 50 which shall appear in the final Act immediately after clause 19 in Part II of the Act:", "\"Amendment to article 41A of the principal Act.", "50.", "In paragraph (c) of article 41A of the principal Act, for the words \"through his services;\" there shall be substituted the following:", "\"through his services.", "A payment of investment income is effected through the services of an authorised financial intermediary when such payment –", "i) is made to the intermediary who holds the relevant investment for the benefit of the recipient;", "ii) is made directly to the recipient who requires that an authorised financial intermediary collects an amount of tax equal to fifteen percent of such income for onward payment to the Commissioner;", "iii) is made through an arrangement approved by the Commissioner, which arrangement enables the collection of tax on such income through an authorised financial intermediary;\"\".", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 50 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 50 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 50 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn xi rimarki (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 50 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 50 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Niitlob il-peremss tal-Kumitat biex l-Iskrivan tal- Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Fid-9.20 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- Minuti tal-Laqgħa Nru. 180 tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi kif ukoll id-draft minutes tal-Laqgħa Nru. 181.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Aġent Prim Ministru biex, jekk jogħġbu ̧ iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 28 ta' Jannar 2003, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2002-2003.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, illum nixtieq nikkumenta fuq dak li ġara nhar il-Ġimgħa meta l-Kummissarju Verheugen żar il-Kumitat ta' l- Affarijiet Barranin li għalih kienu mistiedna l-membri parlamentari kollha u li sfortunatament mit-30 membru ta` l-oppożizzjoni kienu tlieta biss li attendew, l-Onor.", "George Vella, l-Onor.", "Louis Buhagiar u l-Onor.", "Jose` Herrera.", "Tajjeb li ngħidu daqsxejn x'ġara f'din il-laqgħa li kienet magħluqa għal press għax kien hemm punti interessanti li ħarġu u jkun tajjeb li l-poplu Malti jkun jaf bihom.", "F'din il-laqgħa, il-Kummissarju Verheugen appella lil-Partit Laburista biex jieqaf jimmiżlidja lill-poplu Malti dwar il-flus li l-UE se tagħti lil Malta.", "Il-Kummissarju Verheugen enfasizza li l-poplu Malti se jieħu ammont ta' Lm81 miljun wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tiegħu.", "Dawn il- flus marbutin ma' proġetti se jibqgħu tal-poplu Malti anke jekk ma jissottomettix proġetti.", "Dan hu l-ewwel punt li għamel il-Kummissarju Verheugen u għamlu minħabba dak il-famuż billboard li jgħid li l-poplu Malti se jieħu biss Lm1.5 miljun flus kontanti.", "Il-Kummissarju Verheugen qal ukoll li mhux veru li wara s-sena 2006 Malta se tieħu inqas flus milli qiegħda tieħu llum.", "Anzi qal b'mod ċar li l-flus li se tieħu fit-tliet snin li ġejjin huma flus speċjali li qegħdin hemm għall-pajjiżi li se jkunu għadhom kemm daħħlu ġodda u li wara s-sena 2006 Malta tidħol f'kategorija ta' flus separati u huwa konvint li aħna mhux talli nibqgħu nieħdu l-flus talli hemm probabbilita` li nieħdu iżjed.", "Qal wkoll li fil-budget il-ġdid li se jsir fl-2006 Malta se jkollha l-vot u aħna nafu li l-budget ta' l-UE irid jgħaddi b'unanimita` fil-kunsill.", "Dan ifisser li aħna se jkollna l-poter tal-veto u nkunu nistgħu nwaqqfu l- proċess kollu jekk ikun hemm xi ħaġa li ma togħġobniex.", "Għalhekk jiena naħseb li kemm-il kummissjoni kif ukoll il-kunsill se jieħdu l-passi biex jaraw li l-flus ta' Malta ma jonqsux.", "Dan hu punt importanti ħafna għax il- Labour Party qed jgħid li wara l-2006 Malta ma tibqax tieħu l-Lm81 miljun.", "Imma f'dik il-laqgħa li kellna Verheugen għamilha ċara li din m'hijiex il- verita`.", "Sfortunatament, l-oppożizzjoni qiegħda tinfexx f'eżeċizzju ta' scaremongering u qiegħda tbeżża' n-nies b'affarijiet li assolutament m'humiex veri u nasal ukoll biex ngħid li huma gideb.", "Sur President, il-kummissarju enfasizza wkoll li jippretendi li f'pajjiż demokratiku, l-istil tad-dibattitu fuq l-UE għandu jkun wieħed demokratiku.", "Dan kien punt li laqatni ħafna għax Malta hija pajjiż demokratiku u qiegħda tapplika biex isir membru ta' blokk politiku, ekonomiku u soċjali li bħala kondizzjoni jitlob li l-membri jridu jkunu pajjiżi demokratiċi.", "Għalhekk, Verheugen jippretendi li f'pajjiż bħal m'hi Malta, l-istil tad-dibattitu jkun jirrispetta d-demokrazija u, fl-opinjoni tiegħi, dan kien qed jirreferi għal fatt li l-Oppożizzjoni qegħda tgħid li m'hijiex lesta li tagħti kas tar-riżultat tar-referendum.", "Din hija ħaġa li ma ssir fl-ebda pajjiż demokratiku ieħor.", "Dan hu żball kbir u l-appell ta' Verheugen għal Labour Party kien li hemm bżonn nirrispettaw id-demokrazija għax il-blokk li deħlin fih m'huwiex se jaċċetta li jkun hemm xi tip ta' diskors ieħor, għax huwa fl-interess taċ-ċittadini Maltin kollha li d-demokrazija tirbaħ.", "Sur President, fid-dawl ta' dan irrid insemmi wkoll dak li l-Labour Party ivvintaw issa u cioe` li dawn se jagħtu kas tar-riżultat tar-referendum jekk ikun 60% jew aktar.", "Ma nistax nifhem minn fejn qalgħuha din.", "Din hi xi ħaġa tad-daħk, jekk mhux tal-biki, li l-Partit Laburista jgħid li hu mhux se jagħti kas tal-konsultazzjoni li se ssir mal-poplu jekk kemm-il darba ma jkunx ma jkunx hemm 60% li vvotaw favur.", "Din hija xi ħaġa li mkien fid- dinja ma ssir.", "Malta diġa` kellna l-okkażjoni fejn fl-1981 partit li ġab il- maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa baqa' fl-oppożizzjoni u l-partit bil- minoranza tal-voti kompla jiggverna.", "Imma li jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni hawnhekk u jgħid li jrid is-60% tal-voti biex jaċċetta r-referendum bħallikieku aktar minn 50% mhux biżżejjed, jiena ngħid li dan huwa insult għall-poplu Malti u juri li l-Partit Laburista m'huwiex lest li jilgħab il- logħba demokratika.", "Jiena ma nafx jekk xi darba għadx iqum fil-għodu u dawn is-60% isiru 70 % jew 80%?", "Jiena kemm-il darba għedt li Paul Tillich kien ħabbar b'mod ċar li meta partit politiku jenfasizza b'mod estrem fuq l-awtonomija, it-tieni pass ta' dak il-partit ikun li jibda jirrikmanda affarijiet li m'humiex demokratiċi.", "Hekk ġara fi żmien Hitler u jekk dawn il-ħmerijiet li qed jgħid il-Labour Party se nimxu magħhom u nagħżlu t-triq ta' l-awtonomija falza, it-tieni pass huwa li dak il-partit jissuġġerixxi affarijiet mhux demokratiċi bħal din tas-60%, fejn il-vot ta' Laburist ikun vot u nofs ta' wieħed Nazzjonalist.", "Dawn huma ħmerijiet li lanqas nippretendihom li jingħadu f'pajjiż demokratiku.", "Ara veru l-Partit Laburista ma jafx jistħi biex kellu l-wiċċ jippreżenta proposta bħal dik!", "Missirijietna ġġieldu u stinkaw biex niġu one man, one vote u mbagħad jiġi l-Partit Laburista u jagħmel suġġeriment bħal dan.", "Hawnhekk niftakar f'dak li qal il-kummissarju Verheugen meta qal li jippretendi li l-istil tad-dibattitu jkun wieħed demokratiku.", "Hawnhekk nitlob lil kulħadd biex jaħseb naqra jekk l-istil tad- dibattitu li qed joħloq il-Labour Party huwiex wieħed demokratiku.", "Nistgħu ma niftiehemu fuq xejn imma fuq il-kunċetti bażiċi tad-demokrazija m'għandniex għalfejn nintilfu.", "Hawnhekk għandna l-Partit Laburista li għadu jilgħaba tal-vavu u mhux qed jaċċetta li f'Malta jkun hawn one man one vote democracy u ma jridx jaċċetta l-fatt li min għandu l-maġġoranza ta' iktar minn 50% għandu jirbaħ.", "Għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni 40% huma iktar minn 60%.", "Issa jekk aħna nġibu 59.9% u hu jġib 40.1% xorta hu jkun rebaħ!", "Jiena rari nistgħaġeb b'dak li tgħid l-Oppożizzjoni imma din it's over the top.", "Niftakar iż-żmien meta l-Partit Laburista kien fil-gvern u konna inqumu filgħodu bil-ħsieb dwar fuqhiex se jkun ħolom il-gvern dakinhar.", "Issa erġajna ġejna f'dawk iż-żmenijiet, tmur torqod u ma tafx biex se jqum il-Labour Party l-għada.", "Bħalissa qed jinfexx fil-kumpanniji u qed jgħid li dawn se jagħlqu jekk aħna nidħlu fl-UE mentri fil-realta` dan m'hu veru xejn għax dawk li qed jiddeċiedu li se jagħlqu, iddeċidew xi sentejn ilu minħabba affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' l-UE.", "Sur President, Il-kummissarju Verheugen qal li l-pożizzjoni tal-Labour Party dwar li Malta se titlef is-sovranita` hija waħda falza għax kull pajjiż se jkollu kummissarju u kull kummissarju se jkollu vot wieħed fil- Kunsill.", "Dan ifisser li Malta se jkollha vot daqs il-Ġermanja, daqs Franza u daqs l-Italja.", "Verheugen qal ukoll li filwaqt li s-sitt kummissarji tal- pajjiżi l-kbar se jkunu qed jirrapreżentaw 400 miljun ruħ, id-dsatax-il kummissarju tal-pajjiżi ż-żgħar se jkunu jirrappreżentaw 100 miljun ruħ.", "Araw x'saħħa kbira għandhom il-pajjiżi ż-żgħar meta komparati mal-pajjiżi l- kbar.", "Dan tajjeb li ngħiduh għaliex dan igiddeb dak li dejjem jgħid il- Partit Laburista, jiġifieri li se nitilfu s-sovranita`.", "Mhux talli mhux se nitilfu s-sovranita` talli se nkabbruha u se naqsmuha ma' pajjiżi oħra, pero` żgur li l-influwenza tagħna f'dawn iċ-ċirkostanzi se tkun ħafna ikbar.", "Sur President, Verheugen qal ukoll li Malta rnexxiela tikseb kondizzjonijiet tajba ħafna għaliex kienet persistenti ħafna u rnexxiela tikseb kondizzjonijiet u derogi li jixirqu l-kondizzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżna.", "Verheugen qal ukoll li l-kummissjoni u l-kunsill kienu sensittivi ħafna lejn ir-rikjesti ta' Malta u qal li sa lejliet il-kunsill ta' Copenhagen kienu ħafna li taw appoġġ lill-pożizzjoni ta' Malta, fosthom – u semmihom b'isimhom – il-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, il- President Franċiż Chirac, il-Kanċellier Ġermaniż Schroeder kif ukoll il- Prim Ministru tar-Renju Unit, Tony Blair.", "Semmihom b'isimhom għaliex kienu determinanti biex Malta ngħatat pakkett daqstant tajjeb u qal li l-ebda pajjiż ieħor ma ħa kondizzjonijiet tajbin daqs kemm ħadet Malta, u dan bis- saħħa tan-negozjati ebsin li għamel il-gvern Malti.", "Il-Kummissarju Verheugen qal ċar u tond li:", "\"Negotiations for this round are finished.", "There will be no further re- negotiations\"", "Dan għamilha ċara li d-deċiżjoni li se jieħu l-poplu Malti fir-referendum se torbot lill-poplu Malti, mhux għal għaxar snin, mhux għal għoxrin sena imma għas-seklu li ġej.", "Għadna fil-bidu tas-seklu u l-kummissarju uża kliem iebes magħna d-deputati biex jenfasizza li d-deċiżjoni li se nieħdu se torbot lill-poplu tagħna għas-seklu li ġej.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TAR-ROSS", "38150.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern tar- ross li ġie nnegozjat bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' state aid temporanju li jrid joħroġ il-gvern wara s-sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38140.", "BELT VALLETTA – FLOODLIGHTING TAS-SWAR", "38151.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jinxtegħlu r-reflectors li hemm ftit 'il isfel mill-pixkerija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant tidħol fil-programm ta' manutenzjoni regolari tas-sistema tal-floodlighting.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' ĠOBON", "38153.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern tal- ġobon cheddar li ġie nnegozjat bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' state aid temporanju li jrid joħroġ il- gvern wara s-sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il- prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38140.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' ĠOBON", "38154.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern tal- ġobon Edam li ġie nnegozjat bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' state aid temporanju li l-gvern irid joħroġ wara s-sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38140.", "UE – LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TAL-LARINĠ", "38155.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid għaliex tneħħiet il-levy ta' xahar u nofs mill-Unjoni Ewropea fuq il-larinġ u daħlet levy oħra ta' 12-il xahar wara Mejju 2004 fuq l-importazzjoni minn non-EU countries?", "Liema frott wara s- sħubija ta' Malta fl-Unjoni se jibqa' bil-levy meta jkun ġej minn non-EU countries?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38123.", "NEFQA FUQ MEDIĊINI", "38210.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm għandu jagħti l-gvern fuq ix-xiri ta' mediċini akkwistati tul l-2002?", "Kemm hemm ħsieb li jsiru minn dawn il-ħlasijiet fis-sena 2003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-nefqa totali fuq mediċini, surgical materials u prosthetics/orthotics matul is-sena 2002 kienet ta' Lm16,277,145, bil-ħlas bħala regola jsir tliet xhur bl-lura.", "Informat ukoll li sa l-aħħar ta' Diċembru 2002 il-gvern kellu jagħti s- somma ta' Lm6,845,613.", "Huwa ppjanat li l-ammont dovut jitħallas kollu matul is-sena 2003.", "ŻGĦAŻAGĦ B'DIŻABILITA' - TAĦRIĠ", "38211.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjani hemm maħsuba għat-taħriġ u l-edukazzjoni ta' żgħażagħ b'diżabilita' wara li jagħlqu s-16-il sena?", "X'iniżjattivi ttieħdu f'dan il-qasam f'dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "RATIFIKA TAL-ĦAMES PROTOKOL FINANZJARJU MA' L-ITALJA", "38212.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li n-naħa Taljana tapprova l-protokol ma' Malta u tgħaddih mill-proċess kollu?", "Jirriżulta li hemm nuqqas ta' qbil fil-kabinett Taljan dwar il-protokol?", "ONOR.", "JOE BORG: Jekk il-protokol li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant hu l-ħames wieħed finanzjarju ffirmat bejn Malta u l-Italja fl- 20 ta' Diċembru 2002, il-Gvern Malti qed isegwi mal-Gvern Taljan il- proċess meħtieġ min-naħa ta' l-Italja għar-ratifika ta' dan il-protokol, liema ratifika hija mistennija li sseħħ fil-futur qarib.", "Il-Gvern Malti ma jaf bl-ebda nuqqas ta' qbil fil-kabinett Taljan dwar il- protokol.", "JUNIOR LYCEUM - EŻAMIJIET", "38213.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'bidliet sostanzjali se jkun hemm fl-eżamijiet tal-junior lyceum għal din is-sena?", "Kif se jiġu kkalkolati l-marki ta' studenti kandidati fl-eżamijiet, b'differenza mill-eżamijiet li ġew organizzati s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa qed isir xogħol ta' riċerka fuq kif jistgħu jsiru l-bidliet bla skossi, b'mod validu u fl-aħjar vantaġġ tat-tfal.", "Id- dipartiment tal-kurrikulu mhux biss jagħti sentejn notice qabel xi bidla bħal din iżda jħarreġ ukoll l-għalliema, l-istudenti u l-ġenituri stess għall-bidla.", "Waqt li l-preparazzjoni għal dan it-tibdil se tibda għaddejja permezz ta' programm pilota f'numru ta' skejjel primarji, żgur li jkun prematur li wieħed jagħmel xi bidliet sostanzjali minn din is-sena.", "JUNIOR LYCEUMS - KAPIJIET TA' L-ISKEJJEL", "38214.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm junior lyceums tal-bniet u subien li bħalissa jew matul din is-sena skolastika, se jispiċċaw bla kap?", "Xi pjani hemm biex jilħqu persuni oħra flok dawk li jispiċċaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li se jispiċċaw żewġ kapijiet ta' l-iskola.", "L-interview ta' wieħed minnhom diġa` sar u r-riżultat hu magħruf.", "Meta kap ta' skola li jkun fiha aktar minn 500 student jasal biex jispiċċa, toħroġ sejħa interna fost il-kapijiet li huma diġa' fil-post.", "L-għażla tal- kap il-ġdid tkun minn din is-sejħa.", "GĦALLIEMA – ĦRUĠ WARRANTS", "38215.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni applikaw u qed jistennew li jingħataw il-warrant ta' għalliema, peress li dan id-dewmien qed jikkaġuna tbatija għall-persuni li qed jitħallew jistennew, b'detriment għall-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena li għaddiet il-bord iltaqa' 33 darba u għadda 383 warrant permanenti, 120 warrant temporanju u ġedded 259 warrant temporanju.", "Bħalissa hemm pendenti 59 applikazzjoni għal warrant permanenti u 41 applikazzjoni għal warrant temporanju.", "PRIVATE ADOPTIONS", "38216.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 38093 u jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar private adoptions tat-tfal?", "Kemm saru private adoptions matul dawn l-aħħar erba' snin?", "Kemm hu n-numru pendenti ta' talbiet għal private adoptions?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Adozzjoni privata ssir minn koppja jew individwu eliġibbli skond il-liġi Maltija dwar l-adozzjoni, b'rikors fis-sekond'awla.", "Mar-rikors jiġu ppreżentati ċ-ċertifikati u d-dokumenti ta' l-applikanti, kif ukoll il-kunsens tal-ġenituri tal-minuri li jkun se jiġi adottat.", "Skond Artiklu 116 (2) tal-Kodiċi Civili (Cap.", "16), id-direttur tal-ħarsien tal-familja jiġi informat dwar l-adozzjoni mill-avukat li jressaq ir- rikors.", "Mill-1998 sa l-2001 saru 61 adozzjoni privata.", "Minn dawn 15 saru fl-1998, 17 fl-1999, 14 fl-2000 u 15 fl-2001.", "Id-dipartiment tal-ħarsien tal- familja għandu erba' talbiet pendenti ta' adozzjonijiet privati li qed isir xogħol fuqhom.", "IL-KUNĊIZZJONI - RESTAWR TA' ARKATA", "38217.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jitkompla x-xogħol ta' restawr fuq l-arkata storika li hemm mal-ġenb tal-kappella tal-Kunċizzjoni, peress li dan ix-xogħol ilu wieqaf għal diversi ġimgħat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol ta' restawr fuq l-arkata storika li hemm mal-ġenb tal-kappella tal-Kunċizzjoni, limiti tar-Rabat, jinsab wieqaf temporanjament minħabba raġunijiet loġistiċi.", "Ix-xogħol għandu jerġa' jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ : TRIQ IL-GANDLORA – ROAD SURFACING", "38218.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora, Żebbuġ, peress li din it-triq hi prattikament mibnija kollha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi l-awtorita' dwar it-trasport lestiet l-istima neċessarja sabiex jitlesta x-xogħol fit-triq imsemmija.", "Għalhekk hu mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin toħroġ sejħa għal offerti sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' isir.", "LUQA : DUN PAWL STREET – ROAD SURFACING", "38219.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex New Street u Dun Pawl Street, Luqa, jiġu mogħtija t-tarmac, li t-tnejn li huma nqalgħu kollha wara li ġew mgħoddija s-servizzi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma qiegħda twettaq proġett biex jinbidlu l-mains ta' l-ilma f'dawn it- toroq u x-xogħol għar-reinstatement tagħhom qiegħed inkluż f'dan il- proġett.", "HAŻ-ŻEBBUĠ : TRIQ IL-GANDLORA - DWAL", "38220.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li l-parti ta' ġewwa ta' Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora, Ħaż-Żebbuġ, tiddawwal b'mod adegwat għax mal-lejl ikun hemm dlamm ċappa u peress li t-triq għadha ma saritx, qiegħda tagħti lok għal ħafna inċidenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "AWTORITA' TAD-DJAR – APPLIKAZZJONIJIET", "38221.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid matul l- aħħar sentejn kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-awtorita' tad-djar għal akkomodazzjoni minn koppji miżżewġa ġodda, individwi/familji b'akkomodazzjoni substandard, għarajjes u individwi bi bżonnijiet speċjali?", "Kemm units ġew allokati u lil liema kategorija?", "Kemm kienet il-kontribuzzjoni lejn it-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti mħallsa mill-awtorita' tad-djar u/jew id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fuq il-proprjeta' allokata f'kull każ, jekk kien hemm?", "Kemm kienet il-kontribuzzjoni ta' dawk li bbenefikaw mill-għotja lejn it- taxxa li titħallas fuq id-dokumenti u trasferimenti, jekk kien hemm?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija.", "L-awtorita' tad-djar ma tħallasx taxxa fuq dokumenti u trasferimenti ta' proprjeta'.", "It-taxxa dovuta mix-xerrejja tinġabar direttament minn nutara magħżula mix-xerrejja stess u għalhekk l-awtorita' m'għandhiex l- informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "KALKARA - ĊIMITERJU TAL-LHUD", "38222.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: B'riferenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol beda jsir ġewwa ċ-ċimiterju tal- Lhud fil-Kalkara?", "X'inhuma l-ispejjeż previsti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-kumitat għar- riabilitazzjoni tal-Kottonera beda proġett sabiex jiġi rrestawrat iċ- ċimiterju tal-Lhud fil-Kalkara, l-eqdem ċimiterju tal-Lhud eżistenti.", "Il-proġett bħalissa jikkonsisti f'tindif u dokumentazzjoni fuq ġewwa minn grupp ta' arkeoloġisti peress li l-post kien mimli siġar u materjal.", "Qiegħed ukoll jiġi restawrat il-ħajt ta' barra.", "Peress li l-proġett kollu għadu qed jiġi ppjanat, il-kumitat għar- riabilitazzjoni tal-Kottonera għadu mhux f'pożizzjoni li jgħid kemm se jiġi jiswa dan il-proġett.", "XATT TAL-KALKARA – XOGĦLIJIET", "38223.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra xi flus inħarġu fuq xogħol ta' tibdil fix-xatt tal-Kalkara?", "X'sar f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol ta' titjib fix- xatt tal-Kalkara sar mill-kunsill kokali.", "Madankollu l-kumitat għar- riabilitazzjoni tal-Kottonera ta kontribut ta' Lm6,000.", "KOTTONERA – AĊĊESS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "38224.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li 'l quddiem isiru rampi adegwati ta' aċċess għal persuni b'diżabilita' fil-knejjes ta' Bormla, il-Kalkara u Senglea?", "Jekk fl- affermattiv, meta għandhom jibdew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-kumitat għar- riabilitazzjoni tal-Kottonera għamel talba lill-MEPA ta' aċċess għal persuni b'diżabiltia' fil-knejjes parrokkjali ta' Bormla, l-Isla u l- Kalkara.", "Il-proġetti jsiru meta jkun hemm l-approvazzjoni tal-MEPA u jekk il-fondi jkunu jippermettu.", "Għar-rigward tal-Birgu, s'issa għadu ma nstabx mod kif tista' ssir din ir- rampa.", "BORMLA: PJAZZA PAOLINO VASSALLO – TITJIB", "38225.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol se jsir ġewwa Pjazza Paolino Vassallo, quddiem il-każin tal-banda ta' San Ġorġ, Bormla?", "Jista' jiġi indikat ukoll x'xogħol sar fuq il-public convenience il-ġdida?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-proġett ta' Pjazza Paolino Vassallo huwa approvat mill-MEPA.", "Bħalissa qed jitħejjew it-tenders għal dan ix-xogħol li jikkonsisti prinċipalment f'titjib sostanzjali, inkluż paviment, dawl u street furniture.", "Il-public convenience fil-viċin hija kompletament ġdida u saret fuq talba tal-kunsill lokali.", "Dan ix-xogħol se jitħallas mill-kumitat għar- riabilitazzjoni tal-Kottonera.", "KALKARA: TRIQ BAPTIST BORDA - DAWL", "38226.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jeħlu żewġ bozoz jew dawl ieħor suffiċjenti sabiex Triq Baptist Borda fil-Kalkara, quddiem il-pjazza, tiġi mixgħula u mdawla aħjar milli hija fil-preżent?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fit-triq indikata hemm dawl adegwat.", "GĦAR DALAM - TINDIF TAL-CARPARK", "38227.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru ġentilment jara li d-dipartiment tal-mużewijiet jieħu ħsieb inaddaf il-carpark li hemm ħdejn GĦar Dalam?", "Billi jien informat li dan il- carpark jaqa' taħt id-dipartiment tal-mużewijiet, possibbli jittieħdu passi biex jitnaddaf għax hu ta' eyesore anke għall dawk li jżuruh?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm il-carpark qatt ma kien taħt id- dipartiment tal-mużewijiet, il-patrimonju Malti talbet lill-kunsill lokali ta' Birżebbuga biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' dan is-sit.", "MALTACOM - SERVIZZ TAT-TELECARE", "38232.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Maltacom mhux qed tagħti aktar is-servizz tat-telecare lill-applikanti l-ġodda?", "Jista' jgħid kemm hu l-ammont miftiehem u jekk l-upgrading neċessarju hux qed isir ħalli applikanti ġodda jkunu jistgħu jingħataw dan is-servizz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li bħalissa l-abbonati tas-servizz tat-telecare ilaħħqu 8,401 waqt li hemm 300 applikanti ġodda.", "Fil-preżent il-Maltacom qed tiddiskuti l-possibbilta` li żżid in-numru ta' abbonati minn massimu ta' 8,500 għal 9,000.", "Fil-fatt diġa` daret ordni għal 250 telefon tat-telecare li mistennija jaslu Malta fil-ġimgħat li ġejjin.", "KWALITA` TA' L-ARJA", "38234.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jikkonferma li r-riżultat tal-kwalita` ta' l-arja, inkluż it-twaqqif ta' stazzjon mobbli biex jimmoniterja l-arja kollha, hu ħiereġ minn studji li saru mill-ex-dipartiment ta' l-ambjent u mhux mill- MEPA kif qed jiġi rreklamat?", "Jista' jinformana x'kien l-involviment tad- direttur il-ġdid biex saru dawn l-istudji?", "GĦaliex kemm ilu li sar il- merger mal-MEPA, ir-riżultati tal-kwalita' ta' l-arja mill-istazzjon mobbli huma ħżiena għax kien hemm ħsarat serji li baqgħu ma ssewwewx?", "Ic-chairman tal-MEPA u d-direttur għall-ħarsien ta' l-ambjent ħadu l-passi neċessarji bien jingħataw l-attrezzi meħtieġa u l-ħsara tissewwa u ma tibqax għal aktar minn erba' xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li peress li l-programm ta` moniteraġġ tal-kwalita` ta` l-arja huwa programm kontinwu, ħlief f'xi studju partikolari, ir-riżultati li ħarġu u dawk li ħerġin issa saru sew mill-ex- dipartiment ta' l-ambjent kif ukoll mill-MEPA.", "Id-direttur il-ġdid ta' l-ambjent - nassumi li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għalih - impenja ruħu biex jara li l-moniteraġġ isir kontinwament kif ukoll li r-riżultati ta' l-istudji jiġu kkommunikati lill-pubbliku hekk kif ir-riżultati ta' l-analiżi jkunu lesti.", "Il-ħsarat li kien hemm ġew imsewwija sew mill-istess uffiċjali tal-pollution control unit u fejn dan ma kienx possibbli t-tiswijiet ġew riferuti lill-kumpanniji speċjalizzati.", "Matul l-erba' xhur indikati mill-Onor.", "Interpellant, il-programm ta' moniteraġġ bil-passive tubes xorta baqa' għaddej normali.", "Ic-chairman tal- MEPA u d-direttur għall-ħarsien ta' l-ambjent ħadu l-passi kollha neċessarji biex ma jkunx hemm waqfien fil-programm.", "EU STANDARDS - LIVELL TAĊ-ĊOMB FL-ARJA", "38235.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Id- direttur ta' l-ambjent tal-MEPA għadu kif ħabbar li f'ċerti lokalitajiet ta' Malta nstab li l-livell taċ-ċomb fl-arja huwa ogħla mill-EU standards mitluba fl-2005.", "Veru li l-istandards rikjesti japplikaw minn issa u li hemm margin of tolerance biss sa l-2005?", "Veru li dawn l-istandards qegħdin f'regolamenti tal-MEPA li diġa` ġew fis-seħħ?", "Veru li dan l-istudju kien pilot study u ma jikkonformax la mad-direttiva ta' l-Unjoni u lanqas mar- regolamenti tal-MEPA?", "Jekk il-MEPA se tkompli żżid il-kampjuni ta' l-arja f'dan ir-rigward, ħareġ xi tender jew ħarġet xi call for application biex isir it-tieni sett ta' kampjuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li r-riżultati tal-livell taċ-ċomb fl- arja mħabbra riċentement mill-MEPA kienu riżultati preliminari biex jiġu identifikati lokalitajiet li qed ikollhom livell ta' ċomb għoli.", "Numru akbar ta' kampjuni se jittieħdu fis-sitt xhur li ġejjin biex jiġi stabilit jekk il-petrol bla ċomb introdott riċentement huwiex fattur determinanti fil-kwalita` ta' l-arja ta' dawn il-lokalitajiet.", "Il-margin of tolerance jagħtik ċans li tnaqqas l-emissjoni tiegħek sal-limit value sa l-ewwel ta' Jannar 2005.", "Ir-regolamenti ta' Malta, għalkemm huma diġa` fis-seħħ, jagħtu ċans li nniżżlu l-livelli għolja li jista' ikun hemm sal-limit value tas-sena 2005.", "Il-programm ikopri 12-il xahar ta' ġbir ta' kampjuni li jiddetermina l-konċentrazzjoni ta' ċomb fl-arja fid-diversi lokalitajiet.", "Il-kuntratt ingħata wara sejħa għal applikazzjonijiet u jkopri ġbir ta' madwar 400 kampjun.", "Il-kuntratt kien ingħata biex jissodisfa l-ħteġijiet tad-direttiva rigward il-livelli taċ-ċomb fl-arja.", "TARZNA – INSURANCE COVER GĦALL-ĦADDIEMA", "38253.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tat- tarzna humiex inxurjati?", "Jista' jgħid x'jiġri f'każ li persuna tweġġa' waqt il-qadi ta' dmirijietha u għal xiex hi intitolata?", "Jista' jgħid ukoll jekk ħaddiem li jweġġa' gravi fit-tarzna għandux dritt jara l-polza ta' sigurta` jekk din teżisti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BORMLA:TRIQ SAN ĠUŻEPP - SIĠRA TAT-TIN", "38254.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex siġra tat-tin fl-abitat fl- isqaq ta' Triq San Ġużepp, Bormla, tinqata' peress li qed timla lill- ġirien bid-dud u n-nemus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-siġra tat-tin fl-isqaq ta' Triq San Ġużepp, f'Bormla taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-kunsill lokali.", "Għalhekk dan l- ilment se jiġi mgħoddi lill-kunsill biex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "BORMLA - GĦALQA MITLUQA", "38255.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir minn dik il-biċċa art li hemm wara l- kunsill lokali ta' Bormla peress li saret miżbla?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-art li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant fil-fatt mhijiex tal-gvern.", "IMPORTAZZJONI TA' KAROZZI SECOND-HAND", "38256.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37284 u jgħid ta' liema ċilindraġġ huma l-karozzi kif ukoll ta' liema marka?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SERVIZZ PUBBLIKU - LONG LEAVE", "38257.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna mpjegata maċ-ċivil tistax tingħata long leave sabiex f'dan il-perjodu taħdem f'post ieħor?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din is-sena, permezz tal-collective agreement għall-uffiċjali pubbliċi għas-snin 2002 sa 2004, l-uffiċjali fis-skali 14 sa 20 ingħataw il-benefiċċju ta' leave bla ħlas biex jippruvaw xogħol ieħor.", "Dan il-leave jista' jittieħed għal perjodu minimu ta' tliet xhur sa massimu ta' tliet snin.", "Il-leave jingħata bil-kondizzjoni li ma jkunx hemm bżonn ta' sostitut għall-uffiċjal u ma jtellifx l-effiċjenza tad- dipartiment.", "Dalwaqt toħroġ ċirkolari bid-direttivi dwar l-implimentazzjoni ta' dan il- benefiċċju.", "BIRGU: XATT IR-RIŻQ - ARKATI GĦALL-KIRI", "38258.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk baqax xi arkata vakanti minn ta' Xatt ir- Riżq, Birgu?", "Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li tinħareġ għall-kiri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li skond l-arkivji tat-taqsima proprjeta` tal-gvern hemm mina waħda li għadha ma ġietx allokata.", "Qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex jiġi stabilit jekk il-mina inkwestjoni għandhiex tinħareġ għall-kiri bl-offerti.", "ĦAMRUN LABOUR OFFICE – TARAĠ IMKISSER", "38265.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jaf il-Ministru li t-taraġ tal-labour office tal-Ħamrun huwa kollu mkisser u għalhekk huwa ta' periklu għal min juża l-uffiċċju?", "Jista' il-Ministru jibgħat ħaddiema sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li d-dipartiment tal- kostruzzjoni u manutenzjoni se jinvestiga l-każ.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZ-JONI TA' INĠUSTIZZJI", "38266.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji m'għadux jiffunzjona?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li t-tribunal għall- investigazzjoni ta' inġustizzji mwaqqaf b'Att VIII ta' l-1997, għadu għaddej bix-xogħol tiegħu.", "LIVELLI TA' L-OŻONJU", "38267.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Din is-sena hemm fis-seħħ regolamenti li jirrigwardaw il-livelli ta' l- ożonju u l-partiċelli PM 10 fl-arja, speċjalment fl-abitat.", "Jista' il- Ministru jgħidilna kemm-il darba nqabżu l-livelli ta' l-ożonju u PM 10 fl- arja matul dawn l-aħħar 13-il xahar?", "Kemm-il ġimgħa kien hemm fejn sar moniteraġġ bl-istazzjoni mobbli u meta kien bil-ħsara jew ma liema qed jopera?", "Ittieħdu xi passi dixxiplinarji kontra min ma tax l-approvazzjoni biex l-istazzjon mobbli jissewwa?", "Jista' il-Ministru jgħid jekk l- istazzjon mobbili għandux il-monitors jaħdmu kollha jew le?", "U jekk le, għaliex ma tteħdux passi urġenti biex jissewwew?", "Kif se jiġu interpretati dawn ir-riżultati għas-sena 2002?", "ONOR TONIO BORG: L-informazzjoni dwar kemm-il darba nqabżu l-livelli fl- ożonju u l-PM 10 fl-arja għadhom qegħdin jiġu interpretati u kkumpilati.", "L-istazzjon mobbli ma ħadimx bejn Marzu u Lulju 2002 minħabba nuqqas ta' staff.", "F`Ottubru xi monitors kienu bil-ħsara u ngħatat l-ordni għall- manutenzjoni.", "Ma kienx hemm bżonn azzjoni dixxiplinarja għax l- approvazzjoni biex l-istazzjon mobbli ssirlu manutenzjoni ngħatat.", "Bħalissa tlieta minn ħames monitors qegħdin jaħdmu u l-oħrajn qegħdin jiġu serviced u jkunu lesti fi żmien qasir.", "Dawn ir-riżultati se jiġu interpretati bid-data li hemm storjata fil- computer u jinħarġu fir-rapport annwali.", "ĦARSIEN TA' L-AMBJENT - AWDITURI BARRANIN", "38268.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 36344 - fejn intqal li l-awdituri ta' l-Unjoni Ewropea ma qablux ma' kif ġew imħallsa l- konsulenti Maltin, tant li d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent kellu jirrifondi s-somma ta' euro 74,777.50 - jista' il-Ministru jgħid minn fejn ħarġet din is-somma flus?", "Mill-fondi li ngħataw minn Brussel taħt il-life project jew mill-budget tad-dipartiment?", "Min ta l-awtorizzazzjoni biex titħallas din is-somma?", "Min kienu d-direttur u l-kordinatur ta' dan il- proġett?", "Kemm tħallsu tax-xogħol li għamlu?", "GĦaliex dan l-istate of the environment report 1994 qatt ma ssemma u qatt ma ġie ppubblikat mill-gvern Nazzjonalista?", "Tista' titpoġġa kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR TONIO BORG: L-ewwelnett ta' min jgħid li fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 36344 ma ntqalx li \"l-awdituri ta' l-Unjoni ma qablux ma' kif ġew imħallsa l-konsulenti Maltin\", iżda li \"l-awdituri ta' l- Unjoni ma qablux li r-rati li ġew użati biex jiġi vvalutat ix-xogħol ikunu fuq l-istess livell tar-rati li tħallsu lill-konsulenti barranin\".", "Nerġa' intenni li l-ebda uffiċjal pubbliku ma ħa flus bħala kumpens għal dan il- proġett.", "Is-somma ta' flus inkwestjoni ġiet rifuża fil-11 ta' Mejju 2000 u tħallset mill-flus allokati għad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent u mhux mill- fondi li ngħataw minn Brussels taħt il-life project.", "L-awtorizzazzjoni biex isir dan il-ħlas ingħatat mid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent wara li ġie kkonfermat mill-ministeru tal-finanzi illi l-awtorizzazzjoni tagħhom ma kenitx meħtieġa.", "Il-kordinatur ta' dan il-proġett kien is-Sur Louis Vella, li kien ukoll id-direttur għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Skond dan il-proġett kellu jsir an eco-audit and preparation of an environmental action plan.", "Dan ir-rapport kien baqa` dejjem bħala abbozz u għalhekk qatt ma ġie ppubblikat.", "LEAD REPLACEMENT PETROL", "38269.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jiswa lill-korporazzjoni Enemalta l-additive li jkollu jintuża ma' petrol bla ċomb f'karozzi li jużaw petrol biċ-ċomb?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-korporazzjoni Enemalta li tali informazzjoni tiġi ppubblikata.", "FLORIANA: TRIQ L-IMĦAŻEN – DAWL", "38270.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Tista' il-korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li jinbidel l- istreetlighting fi Triq l-Imħażen, kantuniera ma' Triq il-Miratur, fil- Floriana?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.", "QORTI EWROPEA GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM", "38271.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il ċittadin Malti u kemm-il kumpannija Maltija ressqu xi każ quddiem il-Qorti Ewropea dwar id- Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa fis-snin li għaddew?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull applikazzjoni li xi ċittadin ta' stat membru tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem iressaq quddiem il-Qorti Ewropea, tiġi sottomessa direttament lill-qorti u għalhekk l-istat li tiegħu l-applikant ikun ċittadin ma jiġix informat li tkun tressqet xi applikazzjoni.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf ukoll li ħafna mill-każi mressqa jiġu mwarrba mill-qorti stess wara li jkunu nstabu bħala invalidi u ma jinżamm l-ebda kwalita` ta' rekord dwar dawn il-każi.", "Minn informazzjoni miksuba mill Qorti Ewropea, jirriżulta li kien hemm 17-il każ kontra Malta li ġew iddikjarati inammissibbli - każ minnhom tressaq minn ċittadin mhux Malti - ħames każi kontra Malta li ġew deċiżi b'sentenza - tlieta minnhom tressqu minn ċittadini mhux Maltin - u każ li ntlaħaq ftehim dwaru bejn iż- żewġ partijiet.", "Barra minn hekk, hemm ħames każi oħra kontra Malta li għadhom qed jiġu kkonsidrati mill-qorti.", "FLORIANA – TINDIF", "38272.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf l-iskart li nġema bejn il-binja tal-lukanda Excelsior u x-xatt fil-Floriana?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali.", "AĠENZIJA APPOĠĠ - COLLECTIVE AGREEMENT", "38273.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi ffirmat il-collective agreement mas-social workers ta' l- aġenzija Appoġġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ftehim kollettiv li għamel riferenza għalih l- Onor. Interpellant qiegħed quddiem it-tribunal industrijali.", "Ninsab informat li s-seduta li jmiss ġiet iffissata għall-25 ta' Frar, 2003.", "SKEJJEL - UŻU TA' FAĊILITAJIET SPORTIVI", "38280.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 37995 u jgħid kemm hawn skejjel ta' l-Istat li l-faċilitajiet sportivi tagħhom jintużaw minn għaqdiet wara l-ħin ta' l-iskola?", "Liema huma l-iskejjel u l-għaqdiet?", "Isir xi ħlas?", "Kemm f' kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "DIPARTIMENT TA' L-ISPORT - TAGĦMIR SPORTIV", "38281.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlametnari 37996 u jgħid kemm intefaq mid-dipartiment ta' l-isport f'tagħmir sportiv li jinkludi wkoll footballs, blalen għall-volleyball u l-basketbell, eċċ. għall-iskejjel ta' l-Istat għall-użu ta' l-istudenti, u dan fis-sena finanzjarja li għaddiet?", "Jista' jgħid liema skejjel ingħataw xi tagħmir?", "Kemm huwa maħsub li se jintnefqu fuq affarijiet simili fis sena finanzjarja li qegħdin fiha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment ta' l-isport ma jqassamx tagħmir sportiv lill-iskejjel għall-użu ta' l-istudenti.", "Kien hemm okkażjonijiet fejn kumpanniji privati għamlu donazzjonijiet ta' tagħmir sportiv fil-preżenza tas-segretarju parlamentari.", "Kien hemm okkażjonijiet, bħal fil-każ tax-xogħol għal wiċċ sintetiku fil-ground sportiv tal-junior lyceum Margaret Mortimer, fejn it-tender kienet tinkludi xi tagħmir sportiv.", "Kull skola tingħata flus mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex taqdi l- ħteġijiet tagħha.", "Imbagħad sta għall-amministrazzjoni ta' l-iskola biex tqassam dawn il-flus skond il-ħteġijiet partikolari tagħha fil-firxa kollha tal-kurrikulu.", "REĠISTRAZZJONI TA' ARMI TAN-NAR", "38282.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 37999 u jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien hawn armi tan-nar reġistrati mal- pulizija?", "Jista' jagħti breakdown tat-tip ta' l-armi?", "Kemm minn dawn l- armi huma meqjusa bħala antiki u għalhekk ma jistgħux jintużaw aktar?", "Kemm ġew reġistrati għall-ewwel darba fl-2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-31 ta' Diċembru 2002 in-numru ta' armi reġistrati mal-pulizija li jagħqu taħt l-interpretazzjoni ta' \"arma tan-nar\" kif definit fl-Arms Ordinance (Cap 66), hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - ARMI REĠISTRATI", "38283.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 38000 u jgħid minbarra l-armi tan-nar, liema armi oħra għandhom jiġu reġistrati mal-pulizija?", "Kemm hawn reġistrati minn kull tip?", "Kemm minn dawn l-armi ġew reġistrati għall-ewwel darba fl-2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-31 ta' Diċembru, 2002 in-numru ta' armi reġistrati mal-pulizija li ma jagħqux taħt l-interpretazzjoni ta' \"arma tan-nar\" kif definit fl-Arms Ordinance (Cap 66), hu kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA – ĦATRA TA' MAĠĠURI", "38284.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jinħatru maġġuri fil-korp tal-pulizija?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet minn surġenti fil- korp?", "Hemm xi data sa meta dawn ser jinħatru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kien hemm 100 membru tal-korp tal- pulizija li jokkupaw il-grad ta' surġent ta' l-ewwel klassi li applikaw sabiex ikunu kkunsidrati għall-ħatra ta' surġent maġġur tat-tieni klassi.", "Il-ħatriet ser isiru skond kif ikun hemm bżonn fl-aħjar interessi ta' l- istess korp.", "XGĦAJRA: TRIQ KARLU VELLA – XOGĦLIJIET", "38306.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol wara l- konferma fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33737?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi l-awtorita' dwar it-trasport qiegħda tħejji programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha, iżda m'hemmx dubju li x-xogħol fil-lokalita` isir skond il- prioritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "REĠISTRAZZJONI TA' MEDIĊINI", "38307.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid fiex wasal il-proċess il-ġdid ta' reġistrazzjoni ta' mediċini?", "Minn min qiegħed isir dan ix-xogħol preparatorju?", "Jista' jagħti indikazzjoni tar-range tar-registration fees li ser ikunu involuti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-proċess il-ġdid ta' reġistrazzjoni ta' mediċini li qed isir mill-medicines regulatory unit fid-diviżjoni tas-saħħa wasal fi stat avanzat u jkun lest biex jinbeda meta jiġu stabiliti l-fees.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' fees ġew imħejjija diversi għażliet li fil- preżent qed jiġu studjati u analizzati."]} {"filename": "19990615_122d_par.doc", "date": "1999-06-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 122 It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 122", "It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "122", "It-Tlieta, 15 ta' Ġunju, 1999", "WERREJ MINUTI 46", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 46", "TQEGĦID TA' KARTI 53", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI", "TAT-TAXXA (EMENDA NRU 2) (IT-TIENI QARI)", "INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) (NO 2) BILL (SECOND READING) 53", "RIŻOLUZZJONI DWAR FONDI GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI 61", "AĠĠORNAMENT 71", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 76", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 121 li saret fil-15 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TAXXI INTERNI - DOKUMENTI U TRASFERIMENTI", "6767.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'metodu jintuża mill-periti tal-gvern biex jivvalutaw proprjeta` li tinbiegħ bejn individwi?", "Jista' jgħid jekk dan il-metodu huwiex l-istess metodu li jintuża u jadotta l-perit tal-gvern meta tiġi esporprjata proprjeta` tal-privat?", "Jekk ma jintużax l-istess metodu, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ir-regoli ta' l-1993 dwar it- taxxa fuq dokumenti u trasferimenti jipprovdu li l-valur tal-proprjeta` assoluta ta' kull proprjeta` fid-data rilevanti għandu jkun il-prezz medju li dik il-proprjeta` kienet iġġib li kieku kellha tinbiegħ fis-suq liberu f'dik id-data, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha li jolqtu dik il- proprjeta`.", "Għar-rigward tal-metodu li jintuża u jadotta l-perit tal-gvern meta tiġi esproprjata proprjeta` tal-privat, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jindirizza din il-parti tal-mistoqsija lill-ministru responsabbli mid- dipartiment ta' l-artijiet.", "TAXXI INTERNI - LIKWIDAZZJONI", "6768.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il likwidazzjoni ġiet appellata lill-bord konċernat fid-dipartiment tat-taxxi interni matul is-snin 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta' likwidazzjonijiet appellati quddiem il- bord ta' kummissarji speċjali kienu hekk:", "| |Incom|Duty on |Death and | | |e Tax|Documents |Donation | | |Act |and |Duty Act | | | |Transfers | | | | |Act | | |1996| 18| 28 | 0 | |1997| | 37 | 4 | | |8 | | | |1998| 11| 7 | 1 |", "FISKU - SPEZZJONIJIET", "6769.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-ministru jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni saret minn peritI għall- kuntratti ta' kull nutar, nutar b'nutar, għall-konferma tal-valur matul is- sena 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Saru 6,020 spezzjoni matul l-1998.", "Ma naħsibx li hu ta' interess pubbliku li tiġi mwieġba l-bqija tal- mistoqsija.", "TAXXI INTERNI - KUNTRATTI", "6770.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm-il kuntratt daħħal kull nutar Malti, nutar b'nutar, fid-dipartiment tat-taxxi nterni matul is-sena 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din l-informazzjoni tista' tinġabar mill-Onor.", "Interpellant mir-reġistru pubbliku.", "TAXXI INTERNI - KUNTRATTI", "6771.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-kuntratti li għalihom jintbgħat perit għall-konferma tal-valur tal-proprjeta`?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Avviżi tal-kuntratti kollha jkunu eżaminati minn bord intern magħmul mill-prinċipal anzjan (tekniku), mill-prinċipal kap tas- sezzjoni tat-trasferimenti causa mortis u mill-prinċipal kap tas-sezzjoni tat-trasferimenti inter vivos u dan il-bord jirriferi l-każi li jidhirlu lill-espert tekniku tad-dipartiment.", "TAXXI INTERNI - LIKWIDAZZJONI", "6772.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il likwidazzjoni ġiet mibdula mill-bord konċernat fid- dipartiment tat-taxxi interni fl-appell fis-snin 1997 u 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta' likwidazzjonijiet li ġew mibdulin mill- bord ta' kummissarji speċjali kienu hekk:", "| |Incom|Duty on |Death and | | |e Tax|documents |Donation | | |Act |and |Duty Act | | | |Transfers | | | | |Ac | | |1997 | | 2 | 4 | | |1 | | | |1998 | | 0 | 1 | | |0 | | |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għalkemm din m'hijiex mistoqsija direttament relatata mal-mistoqsija li għandna quddiemna, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi r-raġuni għalfejn ir-rapport li kien ħejja d-dipartiment tal-lottu pubbliku m'għandux jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn huma rapporti interni li jkunu saru lill- ministeru mid-dipartiment li jkun qed jikkonsidrahom għall-policy making tiegħu.", "Ma naħsibx li f'dan l-istadju jkun opportun illi dawn l-affarijiet jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ITS - STUDENTI", "7527.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qed tittieħed id- deċiżjoni li jitnaqqas in-numru ta' studenti li jidħlu fl-istitut għall- istudji turistiċi?", "Kemm se jitħallew jidħlu studenti fis-snin li ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) (f'isem il-Ministru għat- Turiżmu): Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li m'huwiex il-ħsieb li l- istitut jintroduċi xi numerus clausus iżda jibqa' jaċċetta għadd adegwat ta' studenti dejjem skond il-kwalifiki akkademiċi tagħhom u naturalment skond ir-riżorsi umani, finanzjarji u loġistiċi ta' l-istitut.", "Tajjeb li ngħid li filwaqt li l-għadd ta' studenti full-time fl-aħħar ta' Frar ta' din is-sena kien ta' 615, in-numru llum niżel għal 485.", "Fl-istess ġurnata, fi Frar, l-għadd ta' studenti part-time kien ta' 448, filwaqt li llum dan issa niżel għal 191.", "Dan ifisser li fil-perijodu msemmi l-għadd totali ta' studenti li rriżenjaw jew abbandunaw l-istudju tagħhom hu ta' 387.", "Dan in-numru fih innifsu huwa prova biżżejjed ta' l-għaqal li jiġi stabilit livell akkademiku xieraq għad-dħul fl-istitut għall-istudji turistiċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, il-Ministru għadu kemm qal li m'huwiex il-ħsieb li jsir xi tip ta' numerus clausus pero' jiena f'idejja għandi dokumenti li juru iswed fuq l-abjad li fi Frar ta' din is-sena l- postijiet li għalihom ħarġu applikazzjonijiet kienu limitati fin-numru, fosthom fil-hospitality studies, fejn kien hemm 18-il post, fil-food preparation and production, fejn kien hemm 24 post, u fil-food and beverage services, fejn kien hemm 30 post. Sfortunatament il-Ministru Refalo nnifsu m'huwiex preżenti ħalli jgħidilna jekk dan huwiex numerus clausus bil-pulit jew le.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, mill-informazzjoni li għandi quddiemni jidher li mhux se jkun hemm numru stabilit pero' dan ma jfissirx li ma jkunx hemm livell akkademiku.", "F'dan is-sens qiegħda r-risposta li ta l- Ministru Refalo u dan jirriżulta mill-fatt li rriżenjaw ħafna studenti kemm part-time kif ukoll full-time.", "Pero' jekk l-Onor.", "Cuschieri għandu xi informazzjoni u jixtieq jagħmel mistoqsija addizzjonali bil-miktub, żgur li l-Ministru Refalo jieħu pjaċir jirrispondih.", "TOROQ - TINDIF", "7528.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitnaddfu t-toroq u l-bankini mimlijin ħaxix ħażin u maħmuġ fit-triq ewlenija li mill-ajruport tieħu lejn il-Belt?", "Jista' jsir it-tindif meħtieġ u jinqata' l-ħaxix ħażin peress li dan joffri dehra tassew kerha lil min ikun għadu kif wasal f'pajjiżna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena ma nafx min hu l-ministru konċernat biex jara li t-toroq u l-bankini jitnaddfu imma nerġa' ngħid li hija tal- mistħija li hekk kif il-barranin jaslu f'pajjiżna, l-ewwel dehra li tilqagħhom hija l-ħaxix ħażin u l-ħmieġ li għandna fit-toroq prinċipali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-responsabbilta` għal toroq arterjali, inkluż it-tindif tagħhom u ż-żamma ta' l-istess toroq fl-istat li jkun meħtieġ tappartjeni lid-dipartiment tat-toroq.", "Għalhekk wieħed jista' jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu ggwidat b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Konnessa ma' toroq, ħitan tas-sejjieħ u l-aspett ta' telqa, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi pjanijiet kompla miexi fuqhom il-gvern fil-kampanja li kienet bdiet biex jitneħħew tankijiet, fridges u affarijiet li huma estranji fuq ħitan tas-sejjieħ?", "Meta ġie mfakkar jum l-ambjent fil-pjazza tal-Belt Valletta, stajt ninnota li ttella' ħajt kif konna għamilna aħna biex niġbdu l-attenzjoni tan-nies li m'għandhomx iżejnu l-ħitan tas-sejjieħ bi fridges, saqqijiet u affarijiet oħra.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu jsir biex din il-kampanja titkompla?", "Qed ngħid dan għaliex safejn stajt ninnota waqaf kollox.", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll x'sar minnhom dawk in-nies li konna tajnihom kors fil-bini tal-ħitan tas-sejjieħ?", "Kemm minnhom ġew mogħtija promotion?", "Kemm minnhom huma mqabbdin jagħmlu dan ix-xogħol u kif qiegħda ssir il-manutenzjoni ta' dan il-feature tal-kampanja Maltija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward oġġetti estranji fuq ħitan tas- sejjieħ, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, fl-aħħar mill-aħħar din hija kwestjoni ta' enforcement u naħseb illi wasal iż-żmien illi jkun hemm l- infurzar tal-liġijiet b'mod adegwat.", "Għar-rigward tan-nies li kienu għamlu dan il-kors, il-ħsieb huwa li taħt il-countryside section ikollok nies illi jifformaw unit sabiex jieħdu ħsieb il-ħitan tas-sejjieħ u jagħmlu interventi pożittivi oħrajn fil-pajsaġġ Malti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru qed jgħidilna li din hija kwestjoni ta' enforcement u li wasal iż-żmien li dan jibda jsir imma ma ninsewx li qegħdin nitkellmu disa' xhur wara li nbidel il-gvern.", "Meta aħna tlaqna l- gvern, konna qegħdin fi stat illi l-ewwel għamilna perijodu li fih għamilna propaganda fuq din il-kwestjoni, tajna żmien tliet xhur u konna diġa' wasalna fi qbil mal-kunsilli lokali liema areas se nnaddfu.", "Issa l- Ministru reġa' għandu pampaluni bħal Louis Vella, li kien direttur tad- direttorat ta' l-ambjent u li issa reġa' qiegħed hemm, pero' b'liema funzjoni ma nafx.", "Għaliex lil dan ma jqabbdux jagħmel dan ix-xogħol għallinqas?", "Għaliex ma jqabbdux ineħħi t-tankijiet minn fuq il-ħitan tas- sejjieħ ħalli għallinqas ikun għamel xi ħaġa?", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu l-programm ta' enforcement tiegħu, jew qiegħed bilqegħda jħares u jistenna li jsir xi ħaġa?", "X'inhu l-programm ta' enforcement għal dan il- proġett partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Apparti li ma nifhimx it-ton ta' preġudizzju mill-Onor. kollega fil-konfront ta' ħaddiem tal-gvern, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jgħidilna eżatt x'inhu l-grad u r- rwol ta' Louis Vella fid-dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jikkonferma l-Ministru li minn mindu din il-persuna reġgħet daħlet fid-dipartiment ta' l-ambjent, hemm tant diżgwid kbir li qegħdin f'sitwazzjoni li jekk ikollna xi diżastru mit-tinġis taż-żejt ħadd ma jaf x'għandu jagħmel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li din id-domanda assolutament m'għandha l-ebda rabta mal-mistoqsija oriġinali, nitlob lill-Onor.", "Mizzi jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub u nassigurah li jkollu tweġiba adegwata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-ġnien Pawlu Boffa li issa ilu magħluq għal żmien twil?", "Jista' jgħidilna x'progress sar dwar il-ħmieġ esaġerat li hemm f'Albertown?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-ġdid, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, il-parti l-kbira tax-xogħlijiet li qed isiru fil-pajjiż bħalissa huma proġetti żgħar tal-kunsilli lokali.", "Jistgħu dawn minflok jużaw il-ġebla tal-franka jagħmlu użu mill-ħitan tas-sejjieħ, b'kontinwazzjoni mal-proġett li kien beda seħibna l-Onor.", "George Vella?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, m'għandix x'inżid mat-tweġibiet preċedenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dan it-titubar kollu biex jitlestew proġetti kapitali li kien beda gvern Laburista f'diversi lokalitajiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Apparti li ma naqbilx mal-premessa tad- domanda, nitlob lill-Onor.", "Cuschieri jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil- miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "TONY ABELA: Issa li f'Buġibba tneħħa dak il-ħajt li kien inbena fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, eyesore tremenda, jista' l-Ministru jgħidilna jekk huwiex se jsir xi tip ta' landscaping f'dawk l-inħawi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandix dubju li l-Onor.", "Abela jaf bil- programm li qed isir imma jekk irid informazzjoni addizzjonali nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru għad-diversi mistoqsijiet supplimentari li qegħdin isiru qed jitlobna nagħmluhom bil-miktub, qed jgħid hekk għaliex għandu x'jaħbi jew inkella għaliex ma jridx jagħti l- informazzjoni lill-poplu Malti u Għawdxi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, meta titlob li mistoqsija ssir bil-miktub naturalment dan tagħmlu għaliex ikollok il-ħerqa li twieġeb b'mod korrett, skond il-proċeduri parlamentari ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Apparti l-fatt li ma naqbel xejn mal-Ministru li ċerti mistoqsijiet m'humiex relatati mal-mistoqsija li kellu hawnhekk - għaliex jiena staqsejt fuq ħitan tas-sejjieħ u sieħbi kien qed jistaqsih fuq l-istat ħażin tat-toroq ħdejn l-ajruport imma l-Ministru għoġbu jkun evażiv meta s-soltu jkun voluminuż ħafna - jista' għallinqas jgħidilna f'liema stadju wasal ir-rapport li kont bdejt jien fi żmieni, the state of the environment report?", "Jew anke din il-mistoqsija rrid nagħmilha bil- miktub!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li nista' nwieġeb hekk, nista' ngħid li dan ir-rapport wasal biex ikun pubblikat.", "BELĠJU - IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "7529.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa dwar l- importazzjoni ta' tiġieġ u bajd mill-Belġju mniġġes mid-diossina?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-saħħa ħa l-passi neċessarji u immedjati sabiex tinżamm l-importazzjoni ta' prodotti tat-tiġieġ u bajd, ċanga, majjal u ħalib maħduma fil-Belġju mill-15 ta' Jannar, 1999.", "Id-dipartiment qiegħed fil-proċess li jeleva mill-ħwienet u stabilimenti ta' l-ikel kull prodott magħmul minn dan il-laħam li seta' ġie maħdum u importat wara l-15 ta' Jannar.", "Il-miżuri li qed jittieħdu huma fuq l-istess linji li adottaw pajjiżi Ewropej oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk f'Malta għandniex it-tagħmir meħtieġ biex inkunu nistgħu ninvestigaw jekk prodott fihx id- diossina jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Safejn jien informat, m'għandniex l-apparat biex niċċekjaw id-diossina pero' jsir random sampling tal-laħam kollu li jiddaħħal minn kull farm u mbagħad jintbagħat barra biex isiru t-testijiet.", "Barra minn hekk dawn it-testijiet isiru regolarment fuq prodotti oħra bħal bajd eċċ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li f'affarijiet bħal dawn tkun teħtieġ riżultat kemm jista' jkun malajr, jista' l-Ministru jgħidilna xi kemm iddum sakemm issir l-elevazzjoni meħtieġa lokalment u mbagħad jiġu r-riżultati minn barra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiena m'iniex informat dwar dan għaliex attwalment it-testijiet isiru min-naħa tal-veterinarji, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jibqa' jinsisti lest li nġiblu l-informazzjoni.", "Nixtieq ngħid ukoll illi minn mindu beda dan it-tip ta' kontroll, l- importaturi ntalbu jġibu ċertifikat mingħand l-awtoritajiet tas-saħħa tal- Belġju u qabel ma jasal dan iċ-ċertifikat uffċjali, dawn il-prodotti ma jkunux jistgħu jiġu rrilaxxati.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): F'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti li diġa' inxtraw mill-konsumatur, jiġifieri prodotti li la qegħdin fil-ħwienet u lanqas għand l-aġenti, jista' l-Ministru jgħid x'sar biex il- konsumatur jingħata gwida serja fuq din il-problema ta' prodotti li huma kontaminati jew potenzjalment kontaminati bil-problema tad-diossina?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat illi d-dipartiment għamel ħiltu kollha biex jiġbor dawk il-prodotti li kienu għadhom fil-ħwienet pero' wieħed irid jiftakar ukoll li huwa medikament u xjentifikament ipprovat li d-diossina tista' tikkawża ċertu tip ta' mard, fosthom il-kanċer, jekk din tittieħed f'dożi ferm akbar milli jinsabu fil-prodotti u wkoll jekk tittieħed għal perijodu ta' żmien twil.", "Għalhekk ma tantx jidher li din hija xi ħaġa possibbli jew imminenti.", "Min-naħa l-oħra, kid diġa' għidt, hekk kif id-dipartiment ġie informat beda jwaqqaf il-bejgħ ta' dawn il-prodotti min-naħa ta' l-aġenti u bdew isiru wkoll spezzjonijiet fil-ħwienet u fis-supermarkets kollha biex il- prodotti ġejjin mill-Belġju wara dik id-data jinġabru kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Peress illi f'pajjiżna m'hemmx metodu biex wieħed jiċċekkja għad-diossina, għallinqas nistgħu ninformaw lill-poplu li fil- ħwienet tagħna għandna dawn il-prodotti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb illi huwa prematur li naslu għall- konklużjonijiet li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant għaliex iċ-ċertifikati li rċevejna s'issa mill-awtoritajiet Belġjani juru li m'hemmx periklu tad- diossina.", "FONDAZZJONI GĦAX-XJENZI MEDIĊI - OFFERTI", "7530.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment tal-kuntratti dwar is-sejħa għal offerti li ħarġet il-fondazzjoni għax-xjenzi mediċi għall-provvista` ta' ikel fl-isptarijiet tal-gvern?", "Meta ttieħdu dawn il-passi?", "Setgħet il- fondazzjoni toħroġ din is-sejħa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li saru d- diskussjonijiet meħtieġa, id-dipartiment tal-kuntratti issa se jieħu f'idejh din is-sejħa għal offerti.", "Il-passi biex dan isir ittieħdu hekk kif sar magħruf il-ħruġ tas-sejħa għal offerti.", "Jidher li minn interpretazzjoni stretta tal-Public Service (Procurement) Regulations 1996, il-fondazzjoni ma setgħetx toħroġ din l-offerta jekk mhux bil-permess ad hoc tal-ministeru tal-finanzi, skond klawsola 4 (4) tar- regolamenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mit-tweġiba li ta l-Ministru qed nifhem illi dawn id-diskussjonijiet saru wara li ħarġet is-sejħa u wara li nġibdet l- attenzjoni li l-fondazzjoni ma kenitx qed issegwi r-regolamenti finanzjarji li kien ħareġ Gvern Nazzjonalista f'Ġunju.", "Jista' l-Ministru jagħtina d- data meta bdew dawn id-diskussjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni li għandi JIEN hi li hekk kif id- direttur tal-kuntratti ra mill-gazzetti reklam għall-avviż ta' din l- offerta, ħa l-passi meħtieġa mal-ministeru tal-finanzi biex jara kienx hemm xi approvazzjoni skond ir-regolamenti u mal-fondazzjoni biex jiċċara s- sitwazzjoni ta' l-interpretazzjoni tar-regolamenti.", "Id-data preċiża meta bdew id-diskussjonijiet ma nistax nagħtiha issa pero' nkun nista' nagħtiha jekk issirli mistoqsija fi stadju ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk id- diskussjonijiet bdewx wara li dehru l-avviżi jew jekk bdewx wara li deher artiklu li jgħid li l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi kienet qed tikser ir- regolamenti ta' l-1996?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nerġa' nirripeti li jien informat illi d-direttur tal- kuntratti ħa l-passi kif ra l-avviż għar-reklami.", "Naturalment id-data nagħtihielu jekk jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jispjegalna eżattament x'inhi l- proċedura f'dan il-każ?", "Jiġifieri l-fondazzjonijiet u l-quangos l-oħra għandhom il-possibbilta` li joħorġu tenders soġġetti għall-ministeru tal- finanzi?", "Jew l-ewwel, taħt regolamenti preċiżi, iridu jmorru għand il- ministeru tal-finanzi?", "Jista' jgħidilna jekk hemmx regolamenti ċari li jirregolaw ħaġa bħal din?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Public Service (Procurement) Regulations 1996 huma regolamenti li ġew pubblikati u diskussi f'din il-Kamra.", "Issa kemm dawn ir- regolamenti huma preċiżi jiddependi mill-interpretazzjoni li wieħed jagħtihom.", "Fil-fatt kien hemm min fl-FMS interpretahom li seta' jagħmel din is-sejħa għal offerti u d-direttur tal-kuntratti interpretahom mod ieħor.", "Jiena personalment - naħseb li anke l-ministru tas-saħħa - naqbel illi l-interpretazzjoni tad-direttur tal-kuntratti hija l-interpretazzjoni t-tajba u allura l-affarijiet ġew korretti u issa d-direttur tal-kuntratti ħa f'idejh din it-tender kif għandu jkun.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar inizjattivi ġodda li ttieħdu fil-qasam taż-żgħażagħ u sports bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7577.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAT-TAXXA (EMENDA NRU 2)", "INCOME TAX MANAGEMENT (AMENDMENT) (NO 2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-15 ta' Ġunju, 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru Dalli biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, ngħaddi biex nagħmel l-għeluq ta' din il- liġi, li tidher illi hija liġi li fuqha hawn qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, għalkemm ma nafx hux qbil fid-dettall: dak issa narawh meta niġu għall- istadju ta' kumitat.", "Pero' t-thrust ġenerali u x'qed nipprovaw nagħmlu b'din il-liġi jidher illi huwa aċċettat - hekk almenu ngħatajt x'nifhem mill-interventi li saru - iżda qabel ngħaddi biex nagħmel xi kummenti fuq kummenti oħra tekniċi li saru fuq il-liġi, se nagħti r-reazzjoni tiegħi għad-diskorsi li saru dalgħodu, li pjuttost kienu diskorsi politiċi.", "Per eżempju, l-Onor.", "Evarist Bartolo tana l-idea tiegħu ta kif hu jħares lejn gvernijiet serji u gvernijiet anqas serji u qalilna li d-differenza qiegħda fil-mod kif dawn jamministraw is-sistema ta' tassazzjoni.", "Prattikament qalilna li dawn ta l-aħħar jieħdu deċiżjonijiet iebsa ta' tassazzjoni kmieni fil-leġislatura u mbagħad meta tkun qed toqrob l-aħħar tal- leġislatura jieħdu miżuri li jaġevolaw l-elettorat, u dan sabiex bin-nies jisirqulhom jew jeħdulhom il-vot.", "Ngħid għalija ma naħsibx illi hawn xi ħadd f'dan il-parlament illi jista' jgħid li għandu l-monopolju fejn tidħol is-serjeta'.", "Għaliex x'għamlu gvernijiet Laburisti fil-passat, speċjalment dak il-gvern immexxi mill- Avukat Karmenu Mifsud Bonnici fl-1987?", "Mhux talli għamel liġijiet ta' tassazzjoni imma b'mod mill-aktar abbużiv u b'mod li jmur direttament kontra l-Kostituzzjoni, fit-tliet xhur ta' qabel l-elezzjoni ta' Mejju 1987 - l-elezzjoni dakinhar kienet saret fl-aħħar ġurnata li setgħet issir - gvern Laburista mmexxi minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici mpjega madwar 8,000 ruħ mas-settur pubbliku, mossa li diġa' swiet lill-Kaxxa ta' Malta madwar Lm360 miljun.", "Issa bid-deskrizzjoni u bid-definizzjoni ta' l-Onor.", "Bartolo, huma dawn il-kriterji li wieħed għandu jadotta biex jiddeċedi jekk gvern huwiex serju jew le?", "Rigward gvern serju jew le nistgħu anke nitkellmu fuq l-introduzzjoni tal- VAT fl-1995, ftit xhur qabel ma kellna l-elezzjoni.", "Allura l-Onor.", "Bartolo kif jiddefinixxi dik il-miżura?", "Forsi jasal biex jgħidilna li l-gvern Nazzjonalista kien introduċa dik it-taxxa ġdida għaliex ried jirbaħ il-voti mingħand in-nies?", "Kif jiddefinixxi l-kampanja li kienet saret mill-Partit Laburista dak iż-żmien, kampanja li kienet ċara l-interpretazzjoni tagħha x'għandha tkun, fejn għalkemm dikjarazzjonijiet diretti ma kenux isiru pero' il-mod kif wieħed jinftiehem kien ħafna ċar.", "U l-mod kif tinftiehem kien li: \"Bil-VAT se jagħfsuk biex ma tibqax tevadi t-taxxa u aħna l- Laburisti se nneħħulek il-VAT!\"", "Dak kien il-messaġġ illi kien qiegħed jingħata fl-1995 u fl-1996 meta daħħalna l-VAT.", "Din hi s-serjeta - jew nuqqas ta' serjeta' - illi wieħed irid jiddeċiedi fuqha meta jiġi biex jiġġudika lin-nies.", "Meta qed nitkellmu fuq amministrazzjoni u serjeta', wieħed irid anke jara l-istorja riċenti ta' pajjiżna.", "Meta wieħed jara l-miżuri li n-new Labour kien qiegħed jieħu fil-pajjiż, naħseb li m'hemmx dubju dwar it-timing ta kif kienu qegħdin jiġu pprogrammati u ta kif kienu qegħdin isiru dawn it- tibdiliet.", "Kien ovvju li t-timing ta' miżuri hekk imsejħa jew meqjusa ebsin kienu qed jittieħdu fil-bidu tal-leġislatura biex imbagħad ikollna free run fl-aħħar tal-leġislatura.", "Fortunatament tfixklu f'saqajhom u dak illi kien mingħalihom se jkun il-bidu tal-leġislatura kien fil-fatt l-aħħar tal-leġislatura, pero' dak ma kien tort ta' ħadd ħlief tagħhom.", "Bħas-soltu, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel diskors li fih għamel ħafna dikjarazzjonijiet u wasal għal ħafna konklużjonijiet mingħajr m'għamel l- argumentazzjoni biex jurina kif wasal għalihom.", "Illum liIl-Kap ta' l- Oppożizzjoni drajnih jaqta' għad-dritt - irrispettivament mil-loġika u l- argumentazzjoni ta' kif wieħed jasal għal deċiżjoni preċiża - ħalli mbagħad inkunu nistgħu nivverifikaw il-konklużjoni li jkun wasal għaliha.", "Per eżempju, qalilna l-oraklu ta' Delphi, li mill-VAT mhux qed indaħħlu flus aktar milli kienu jidħlu mis-CET.", "Dan min qalulu lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "L-Onor.", "Alfred Sant forsi kkwotalna mqar ċifra waħda biex jurina li dak li kien qed jgħid huwa ppruvat?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel statement, il-gazzetti rrapportawh u naturalment ma jimportah minn xejn aktar.", "Daqshekk u xejn aktar!", "Dik hija l-metodoloġija ta' kif nagħmlu l-argumentazzjoni, anke f'dan il-parlament.", "L-ewwelnett irrid ngħid li rridu nagħtu ċans li l-VAT taħdem għax għadna m'għamilniex iċ-ċiklu sħiħ tal-kummerċ illi jeżisti f'pajjiżna.", "Fil-fatt lanqas a full sample ta' quarter wieħed għadna ma ħadna, ħalliha li s- seasonality tiġi wara.", "Per eżempju, jekk fl-ewwel tliet xhur tas-sena jien indaħħal tant flus mill-VAT mir-ristoranti jew mil-lukandi, nistenna li t- tliet xhur ta' wara jkunu differenti għax nibdew l-istaġun tas-sajf.", "Nista' ngħid li l-indikazzjonijiet li għandna u l-indikazzjonijiet li diġa' qed jiġu ppubblikati fir-returns tal-gvern huma pożittivi.", "Dawn ir-returns li jiġu ppubblikati ma tistax teħodhom minn xahar għal xahar, kif donnha bdiet tagħmel l-oppożizzjoni, u tipprova tipproġetta r-riżultati ta' Jannar, Frar u Marzu fuq sena sħiħa imbagħad April tħallih barra għax f'dak ix-xahar ir-riżultati jkunu bdew jitjiebu.", "Dan huwa logħob biex nipprovaw nagħmlu argument illi assolutament ma jreġix.", "L-affarijiet mexjin bil-mod mingħajr ħafna frattarija, twerwir, biża', skossi u theddid u jekk il-Bambin irid fl-aħħar tas-sena nkunu nistgħu nirrapportaw l- andament illi se jkollna matul din is-sena.", "Qed isiru ħafna statements li l-evażjoni tat-taxxa qed tiżdied.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni min qallu li bis-CET ma kienx hawn evażjoni?", "Ma kienx hawn evażjoni meta qal lir-retailers biex ma jħallsux VAT u dawn qegħdin barra mis-sistema?", "Ir-retailers kienu jħallsu dazju fuq l-affarijiet li kienu jixtru?", "Dawn kienu jħallsu CET, ETP u ETS u l-ħafna hotchpotch ta' taxxi li kellna li suppost kellhom iħallsu?", "M'għandniex nagħmlu dawn l- asserzjonijiet mingħajr ma nippruvawhom u nissostanzjawhom.", "Dan mhux mod kif tagħmel argument u tibni dibattitu.", "F'pajjiżna qatt kien hawn xi ministru tal-finanzi li rebaħ l-evażjoni?", "Dażgur li le!", "Jien nista' ngħid illi llum imxejna pass sostanzjali 'l quddiem, anke minn meta daħħalna l-VAT l-ewwel darba.", "Naturalment il-learning curve li bdiet fl- 1995 sfortunatament inkisret mill-Partit Laburista fl-1997, riżultat ta' pika u ħmerijiet illi swew lill-pajjiż inċertezza, flus fid-dħul tal-gvern u nuqqas ta' direzzjoni ta' 'l fejn il-pajjiż jista' jmur.", "Wara li neħħew il-VAT u daħħlu din il-hotchpotch ta' taxxi, li sal-lum ħadd ma jista' jifhem, kellhom jerġgħu lura għas-sistema tal-VAT.", "Ara daqsxejn mil-liema kalvarju għaddew lill-poplu Malti minħabba l-pika!", "Fil-fatt dawn għamlu dikjarazzjonijiet f'dan is-sens, anke lill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li qed naqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa u qalilna li qed indaħħlu inqas minn kullimkien.", "Imma min qed jgħaddilu din l-informazzjoni lill-Onor.", "Sant?", "L-informazzjoni li għandi jiena hija li mexjin fuq binarju tajjeb.", "Kull meta naraw li l-affarijiet mhumiex mexjin kif nixtequhom nieħdu l-miżuri korrettivi biex nikkoreġu s-sitwazzjoni.", "Pero' mhux imbagħad meta nieħdu l-corrective actions li għandna nieħdu, min- naħa ta' l-oppożizzjoni nisimgħu qrid, krib u trewwieħ lin-nies.", "Hawnhekk jiġu jikkritikawna li hawn l-evażjoni u jgħidulna li l-gvern m'hu qed jagħmel xejn konkret, imbagħad meta l-gvern jagħmel xi ħaġa jiġi l-Onor.", "Brincat ifajrilna statement fil-gazzetti u jgħid li hija għarukaża li qed nibagħtu għan-nies li ma ħallsux l-arretrati!", "Imma x'tagħmel?", "X'miżuri konkreti trid tieħu?", "Smajna ħafna diskorsi sbieħ miż-żewġ naħat tal-Kamra kontra l-evażjoni tat-taxxa, kemm il-ħlas tat-taxxa huwa impenn ċiviku li għandu jkollu kulħadd u kemm hija xi ħaġa dinjituża u dekoruża u allura għandna ninsistu fuqha.", "Kulħadd jaqbel ma' dan imma mhux sew li kull meta jkunu qed jittieħdu l-passi biex tinġabar it-taxxa noqogħdu ngħidu li hija għarukaża li l-gvern qed jieħu passi biex jiġborha.", "Dawn mhumiex affarijiet lineari u żgur itellfu l-kredibilita' ta' kulħadd.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li hemm kumpanniji li għandhom arretrati ta' taxxa imbagħad semma l-patronaġġ politiku ta' xi wħud minn dawn il-kumpanniji.", "Huwa veru li hawn kumpanniji li għandhom arretrati tan- national insurance u tal-PAYE pero' rridu nkunu raġonevoli.", "Filwaqt li nesiġu li dawn għandhom jitħallsu rridu noqogħdu attenti wkoll illi mhux nippruvaw, kif jgħidu l-Ingliżi: that we cut off our nose to spite our face.", "Matul l-20 xahar li għamel fil-poter, il-gvern Laburista kien jaf li hawn dawn il-kumpanniji li kellhom l-arretrati tat-taxxa pero' dawn segwew l-istess politika li qed insegwu aħna issa.", "Bla ebda dubju jekk lil dawn il-kumpanniji ngħidulhom li għada jridu jħallsu l-arretrati kollha li għandhom iħallsu, nispiċċaw b'xi 3,000 ruħ oħra qegħda ma' wiċċna.", "Tajjeb li lil dawn il-kumpanniji nkellmuhom u nfasslu programm flimkien magħhom dwar kif għandha titħallas it-taxxa, pero` ma nistgħux niġru ġirja u nħabbtu rasna mal-ħajt - kif ma ħabbatx rasu mal-ħajt l-Onor.", "Brincat meta kien hu ministru tal-finanzi u bħalma mhux se nħabbat rasi mal-ħajt jien - billi, kif jgħidu, nipprovaw noħorġu d-demm mill-ġebla u nispiċċaw b'ħaddiema qegħda u b'kumpanniji totalment falluti.", "Wara kollox, ġaladarba wieħed jista' jaħdem ma' dawn il-kumpanniji bi programmi li jagħmlu sens biex finalment tinġabar it-taxxa dovuta, ikun fl- interess tagħna li nsalvaw dawn il-kumpanniji u l-impjegati li jaħdmu fihom.", "Is-soluzzjoni m'għandhiex tkun dik li tfarrak l-azjendi imma għandha tkun dik li tkun organizzat b'tali mod illi ma tħallix l-arretrati jkomplu telgħin.", "Dik biss għandha tkun is-soluzzjoni u fil-fatt dan hu li qed jagħmel l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax qed jagħmel streamlining tal-mod li bih għandha tiġi rrapportata t-taxxa u kif għandha tiġi mħallsa t-taxxa dovuta, ħalli kemm jista' jkun kulħadd ikun on-line mad-data li fiha dawn ir-rapporti jkunu due.", "B'hekk biss nistgħu ngħidu li nkunu sibna soluzzjoni f'dan il-qasam u mhux billi nfarrku l-irjus tan- nies.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni rrimarka li minkejja li aħna konna għidna li se ndaħħlu sistemi oħra ta' ġbir ta' taxxa, m'għamilna xejn minn dan kollu.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jagħmel eżattament dak li konna għidna aħna, jiġifieri qed idaħħal sistemi oħra ta' ġbir ta' taxxa, għax qed jintroduċi sistema ta' self-assessment li permezz tagħha mil-lum 'il quddiem il-formola tat-taxxa li jibgħat it-taxpayer lid- dipartiment tat-taxxi interni se tkun meqjusa bħala l-kont tat-taxxa u dak li jkun dovut se jkun irid jitħallas mill-ewwel.", "Mr Speaker, smajna lil min jgħid illi l-gvern qed idaħħal 11% inqas f'dik li li hi national insurance.", "Fil-fatt li ġara kien - u dan ġara fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti u mbagħad aħna komplejna fuqu - illi s-sena l- oħra r-responsabbilta` tal-ġbir tan-national insurance għaddiet mingħand id- dipartiment tas-sigurta` soċjali għal għand id-dipartiment tat-taxxi interni.", "Ta' min jgħid li l-arretrati baqgħu jiġu miġbura mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali pero` l-ħlas rikorrenti qed jinġabar mid-dipartiment tat-taxxi interni u din, fl-opinjoni tiegħi, kienet deċiżjoni tajba.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma wkoll li qed isiru transfers partiġjani fid-dwana.", "Hawn jien nistaqsi: Xi transfers partiġjani qed isiru?", "Safejn naf jien, peress li l-funzjoni tad-dipartiment tad-dwana hija delikata u tinvolvi ċerta responsabbilta`, hemm saħansitra struzzjonijiet illi l- impjegati m'għandhomx jitħallew jaħdmu fl-istess post għal perijodu twil imma għandu jkun hemm skeda ta' rotazzjoni u, fl-opinjoni tiegħi, dan huwa għaqli.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti qabel ma niġu ngħidu li saru transfers partiġjani għax anke llum li qegħdin taħt gvern Nazzjonalista, jiġu nies fuqi jgħiduli li tawhom transfer minħabba li huma Nazzjonalisti.", "Jien naħseb li jkun fl-interess ta' kulħadd li ma nemmnux kull ħaġa li jsefsulna f'widnejna u ma nindaħlux f'dawn id-deċiżjonijiet amministrattivi.", "Nerġa` nirripeti li hekk kif lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jmorru jgħidulu li qegħdin isiru transfers partiġjani, hekk ukoll jgħidu lili.", "Allura jien x'għandi nagħmel quddiem din is-sitwazzjoni?", "Noqgħod niċċekkja kull transfer li jsir billi nara min għamlu, x'kulur politiku għandu dak li għamlu, għalfejn għamlu, eċċ. eċċ?", "Mela issa se noqogħdu nilagħbu?", "Ovvjament, jekk imbagħad ikun jidher b'mod flagranti li xi ħaġa tkun saret ħażin, nieħdu l-azzjoni li għandna nieħdu, imma l- amministrazzjoni tal-gvern għandha titħalla taħdem u m'għandniex noqogħdu nilagħbu b'dawn it-tip ta' ħmerijiet.", "Nerġa` ngħid li t-transfers fid- dipartimenti tal-gvern isiru u jibqgħu jsiru fl-interess ta' l-effiċjenza tas-settur pubbliku.", "Aħna l-politiċi ma nistgħux noqogħdu niġu rrikattati minn min irid jibqa' jsaħħan l-istess siġġu minn filgħodu sa filgħaxija matul is-snin kollha li jdum impjegat mal-gvern u allaħares iċċaqalqu minn kamra għall-oħra għax joqgħod jgħajjat li saret xi vendikazzjoni politika miegħu.", "Smajna lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid illi aħna diġa` tlifna sena nipprovaw nattakkaw il-problemi ekonomiċi tal-pajjiż.", "Jien lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni ngħidlu: Tlifniex sena jew le narawh meta nkunu għamilna l- perijodu li għandna nagħmlu fil-gvern, bir-riżultati li jien nemmen li se jkollna.", "Pero` m'hemmx dubju li għal dak li hu telf ta' żmien jirbħilna l- Kap ta' l-Oppożizzjoni daqskemm tilef żmien fl-20 xahar li dam imexxi l- gvern hu!", "Biss biss tilef tmien xhur jilgħab mat-taxxa tal-VAT meta beda jgħid li se jbiddilha u ma kienx jaf kif, biex imbagħad ġie fuq it- television u rajnieh ifassal liġi dak il-ħin stess - jien persważ li kulħadd jiftakarhom dawn il-fares - mingħajr l-ebda ħsieb, mingħajr ma kien jaf eżattament fejn hu sejjer u mingħajr ma kien jaf x'effett se jkollu d- diskors li kien qed jagħmel.", "Kemm tilef żmien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "Kemm tilef żmien il-pajjiż meta l-partit tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu kriżi politika!", "Biżżejjed ngħid illi meta f'Settembru li għadda l-partit Nazzjonalista tela' fil-gvern, sab li l-pajjiż mhux biss kien tilef 20 xahar imma kien tilef ukoll id-direzzjoni u l-enerġija li kellu l-poplu Malti u Għawdxi biex jiżviluppa ruħu u jimxi 'l quddiem, liema enerġija aħna qegħdin nerġgħu nagħtuhielu lura.", "Mr Speaker, dalgħodu smajna lill-Onor.", "Helena Dalli tagħmel diskors akkademiku tajjeb ħafna fuq l-istorja tat-taxxa, fejn tefgħet l-aċċent fuq kemm il-Knisja kienet kontra d-dħul tat-taxxa ta' l-income għax kienet temmen li dak kien serq.", "Fil-fatt meta l-Onor.", "Membru bdiet tirrakkonta dawn l-affarijiet bdiet tfakkarni fil-kampanja distruttiva li għamel il- Partit Laburista fuq il-VAT fl-1996 minħabba l-opportuniżmu tiegħu.", "Biex mingħalih se jirbaħ il-voti ta' dawk li kienu qed iħossuhom magħsura ħareġ bil-wegħda li se jneħħi l-VAT - għax kienu qed iħallsu t-taxxa u kien se jkollhom jibdew jiddikjaraw l-affarijiet kif inhuma - u allura dak kien ifisser fi kliem sempliċi li kulħadd se jkun jista' jerġa` jibda jevadi t- taxxa kemm jidhirlu u kemm ifettillu.", "Dak huwa l-high moral ground li fuqu l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ta' l-1996 u naturalment dik hija r- raġuni għalfejn il-Partit Laburista kkollassa bil-mod kif ikkollassa ftit xhur wara.", "L-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni qalulna li jrid ikun hemm rieda politika biex niġġieldu l-evażjoni u jien nirriafferma li n-naħa tal- gvern uriet ir-rieda politika kollha li tagħmel dak kollu possibbli biex tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa.", "Mr Speaker, l-ewwelnett aħna nemmnu li t-taxxa għandha tkun imfassla b'mod li kemm jista' jkun ma tkunx oppressiva fuq il-poplu, u dak aħna diġa` għamilnieh.", "Aħna ma morniex quddiem il-poplu Malti u Għawdxi u għidnielu sempliċement li jrid iħallas it-taxxi dovuti minnu kollha imma bejn l-1987 u l-1996 ħadna l-passi konkreti meħtieġa biex nagħmlu taxxa inqas oppressiva Naturalment imbagħad ħadna ħsieb indaħħlu wkoll il-bastun fl-amministrazzjoni tat-taxxa għax m'huwiex biżżejjed illi ngħidu \"bravu\" lil min ikun qed iħallas it-taxxa imma rridu nipprovdu wkoll bastun għal min ma jħallashiex - fl-idea tagħna l-ikbar bastun irid ikun id-dipartiment tat-taxxi interni stess - u dan jista' jsir biss meta l-poplu jkun jaf li jekk jevadi t-taxxa, illum jew għada se jinqabad mid-dipartiment tat-taxxi interni u jkollu jħallas il-prezz li jkun ħaqqu.", "MR SPEAKER: Ministru, għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema`.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirringrazzja lill-Kamra li qed tippermettili nkompli bid-diskors ta' l-għeluq.", "Kemm in-naħa tal-gvern kif ukoll in-naħa ta' l- oppożizzjoni qegħdin naqblu li għandha tiddaħħal il-kultura tal-ħlas tat- taxxa, pero` din irridu nwettquha bis-serjeta` u ċertament ma nistgħux ngħidu li rridu ndaħħlu l-kultura tal-ħlas tat-taxxa u mbagħad kull meta jsir xi ħaġa mill-gvern biex jassigura li t-taxxa tkun qed tinġabar noqogħdu nitkażaw.", "Jekk nemmnu li għandna ndaħħlu l-kultura tal-ħlas tat- taxxa għandna ndaħħluha llum qabel għada.", "Forsi hawn wieħed jista' jistaqsi: X'inhi din il-kultura tat-taxxa?", "L-ewwelnett irridu nneħħu dan il-vizzju li għandna li jekk xi ħadd irid iħallas xi taxxa, l-ewwel ħaġa li jagħmel hu li jitlob xi eżenzjoni.", "Qed ngħid dan għax m'għandkomx idea kemm il-ministeru tal-finanzi jirċievi talbiet għal eżenzjoni mill-ħlas tat- taxxa, taħt kwalunkwe skuża li teżisti taħt il-kappa tax-xemx.", "ONOR.", "MEMBRU: Qed tara kemm inti popolari!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment jekk il-ministru tal-finanzi ma jaċċettax dawn it-talbiet, bħalma nagħmel jien, ma tantx jikseb popolarita`!", "Issa kieku l-ministru tal-finanzi kellu jaċċetta dawn ir-rikjesti, kieku bejn dawk li jevadu t-taxxa u bejn dawk li jiġu eżentati milli jħallsu t-taxxa ma jinġabar l-ebda sold!", "Donnu li f'dan il-pajjiż jew tipprova tevadi jew inkella jekk ma tistax tevadi titlob eżenzjoni u tippretendi li tingħatalek!", "Din hija l-kultura tat-taxxa li għandna u ċertament ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Irridu nifhmu li jekk hemm liġi li tobbligak tħallas it-taxxa, inti għal kwalunkwe attivita` li se tagħmel trid tieħu in konsiderazzjoni li dik it-taxxa trid titħallas u mhux toqgħod tara kif se tagħmel biex ma tħallashiex.", "Illum sħabna ta' l-oppożizzjoni kkritikaw lill-gvern minħabba li l- players tal-football se jibdew jiġu intaxxati.", "Allura m'għandniex nintaxxaw players professjonali li sal-lum baqgħu għaddejjin scott-free?", "M'għandniex nintaxxaw players professjonali li l-Bambin biss jaf kemm qed jaqilgħu flus kull ġimgħa mingħajr ma jħallsu l-ebda income tax?", "Mela dan il-job m'huwiex bħall-jobs l-oħra li jeżistu fil-pajjiż?", "Jew f'dan il- pajjiż li tkun tilgħab il-football ifisser li inti tax-free?", "Allura jekk wieħed imur jara logħba football m'għandux iħallas VAT bħal meta wieħed imur jara film fiċ-ċinema?", "Mela dawn mhux it-tnejn li huma huma mezzi ta' entertainment?", "Allura tajjeb, jekk immur nara film mal-familja għax il- football ma jogħġobnix inħallas il-VAT, imma jekk inħobb il-football u mmur il-ground ħalli nsegwi xi logħba ma nħallasx VAT!", "Ċertament li dan m'għandux ikun.", "Aħna m'aħniex ngħidu li se nintaxxaw l-attivitajiet sportivi wkoll pero` dak li jmur jara xi attivita` sportiva bħala entertainment għandu jiġi ntaxxat, bħalma jiġi ntaxxat kull entertainment ieħor li hawn fil-pajjiż.", "Wara kollox din hija t-tax base ta' pajjiżna, jiġifieri l-attivita` ekonomika li fuqha tinġabar it-taxxa, u għalhekk ma nistgħux nibqgħu sejrin f'sitwazzjoni fejn kulħadd jippretendi li dak li jagħmel hu m'għandux jiġi ntaxxat.", "Pajjiżna mhux talli ma jistax jaffordja li nnaqqsulu t-tax base tiegħu imma talli għandu bżonn illi nespanduhielu għax huwa hekk biss kif nibdew nespandu t-tax base li nkunu nistgħu nnaqqsu l-impatt tat-taxxa fuq attivitajiet partikolari.", "Għalhekk jeħtieġ li meta nitkellmu fuq l- evażjoni tat-taxxa nkunu konsistenti f'dak kollu li ngħidu u mhux meta jaqblilna ngħidu mod u meta jaqblilna ngħidu l-oppost ta' dak li nkunu għidna.", "Wara li tkellimt dwar ir-riorganizzazzjoni li qed issir fid-dipartiment tat-taxxi interni, ġejt mistoqsi jekk il-konċessjoni fuq il-ħlas ta' l- arretrati bin-nifs hijiex se tispiċċa.", "Fil-fatt hawn irrid nagħmilha ċara li din il-konċessjoni m'hijiex se tispiċċa u l-arranġamenti li saru bejn ħafna mit-taxpayers u d-dipartiment tat-taxxi interni biex l-arretrati dovuti lid-dipartiment jitħallsu bin-nifs se jibqgħu jgħoddu.", "Pero` issa li qed isir huwa li f'dawk il-każi fejn it-taxpayers m'humiex qed iżommu ma' dawn l-arranġamenti, id-dipartiment tat-taxxi interni qed jibgħat għalihom u qed iwissihom li jekk ma jerġgħux jirregolarizzaw irwieħhom ma' dak il-ftehim, se jeħlu l-penali.", "Allura dak huwa ħażin?", "Għax jekk hawn min jidhirlu li dak huwa ħażin, imbagħad kif jista' jgħid li jrid illi f'pajjiżna tiddaħħal il-kultura tal-ħlas tat-taxxa?", "Hemm bżonn li min qed jirraġuna b'dan il-mod jiddeċiedi x'irid verament.", "Mr Speaker, meta l-Onor.", "Brincat kien qed jitkellem dwar ir-re- engineering qal li l-impjegati tad-dipartiment tat-taxxi interni ma jmesshomx ġew involuti direttament f'dak l-eżerċizzju u hawn assolutament ma naqbilx miegħu.", "Jista' jkun illi hemm xi ħadd fit-task force li twaqqfet għal dan il-għan li jaħsibha bħall-Onor.", "Brincat ukoll imma dik affari tiegħu.", "Jien ngħid: Mela m'għandhomx jiġu involuti l-impjegati tad- dipartiment tat-taxxi interni!", "Mela biex tanalizza l-problemi li jeżistu fil-ġbir tat-taxxi mhux nies bl-esperjenza f'dan il-qasam trid?", "Naturalment imbagħad inti dejjem trid tanalizza r-rapporti li jkunu qegħdin jagħmlulek u taċċerta ruħek li dawn ikunu koerenti, ikunu jagħmlu sens, ikunu effettivi u jkunu jagħtu ċerti riżultati.", "L-Onor.", "Brincat qalilna wkoll li l-ministru m'għandux ikun iċ-chairman ta' dik it-task force.", "Hawnhekk naqbel miegħu pero` huwa fatt ukoll li ħafna drabi l-ministru jkun irid jidħol f'ċertu dettall biex jassigura li l- affarijiet isiru.", "Kif għidt diġa`, jien m'iniex xi vażun fil-ministeru imma qiegħed hemm biex nagħmel dak li hemm bżonn isir u qiegħed nipprova nidħol anke fid-dettalji ta' l-affarijiet li hemm bżonn isiru.", "Jien naħseb li għandi wkoll knowledge tekniku ta' kif għandhom jimxu l-affarijiet, pero` din xi kultant tista' sservi bħala drawback ukoll għaliex imbagħad forsi tibda tħossok tindaħal ħafna iktar milli suppost.", "Ħafna drabi n-nies ta' madwar il-politiċi jagħmlu dawk l-affarijiet kollha li hemm bżonn isiru u mbagħad aħna l-politiċi naraw l-aspett politiku u soċjali ta' dak li jkun qed isir mingħajr ma nidħlu fit-teknikalita` ta' ċerti affarijiet pero` xi kultant, biex l-affarijiet isiru kif għandhom isiru, ikollna nidħlu f'ċerta teknika wkoll.", "L-Onor.", "Brincat irrimarka li b'dawn l-emendi li qed nagħmlu, lill- kummissarju qed nagħtuh ċerta diskrezzjoni żejda.", "Jien ma naqbilx miegħu hawnhekk għaliex anzi, fl-opinjoni tiegħi, f'ċerti każi lill-kummissarju qegħdin inneħħulu d-diskrezzjoni bħal meta, per eżempju, qegħdin inneħħulu d-diskrezzjoni li jnaqqas jew iħassar il-penali.", "Aħna li qegħdin nagħmlu huwa li f'ċerti aspetti qed nieħdu l-istess linja li ħadna għal-liġi tal- VAT għaliex inħossu li dawk l-affarijiet li ħadmu f'dik il-liġi u li tawna compliance factor għoli għandna nirripetuhom anke fl-Att dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Fid-dipartiment tal-VAT aħna rnexxielna ndaħħlu d-dixxiplina għax jirriżulta bil-fatti li meta t-taxpayers ikunu jafu li jekk idumu ma jħallsu dak li huwa dovut minnhom se jeħlu multa u m'hu se jkun hemm ħadd li jaħfirilhom, id-dixxiplina tidħol awtomatikament u jien persważ li anke fid-dipartiment tat-taxxi interni se jirnexxielna ndaħħlu din it-tip ta' dixxiplina.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Brincat saħaq ukoll fuq il-bżonn li s- settlement date, jiġifieri d-data ta' meta għandha tintbagħat ir-return tat- taxxa, tibqa' l-istess minn sena għall-oħra biex kulħadd ikun jista' jippjana.", "Fil-fatt jien naqbel ma' dan il-punt li għamel u dalwaqt se niffissaw dati li għandhom jibqgħu l-istess minn sena għall-oħra.", "Huwa veru li din is-sena ffissajna dati differenti pero` dan għas-sempliċi raġuni li qed ngħaddu l-liġi issa u allura din id-darba ma stajniex nagħmlu l-istess dati li rridu li jkunu applikabbli fis-snin li ġejjin imma kellna nagħmlu dati li jikkonformaw maż-żmien li hemm bżonn biex ikunu jistgħu jintbagħtu l-formoli u jintbagħtu lura ld-dipartiment tat-taxxi interni.", "Ara fil-każ tas-simple declaration, dik stajna niffissaw data mal-ewwel għaliex dik setgħet tiġi in vigore b'sempliċi tibdil fir-regolamenti ta' l- income tax.", "Fil-fatt illum kienet l-aħħar ġurnata li fiha kellhom jaslu dawn is- simple declarations u ġaladarba qed insemmuhom ta' min jgħid illi filwaqt li kienu eliġibbli biex jimlewhom 100,000 ruħ, sal-lum fid-dipartiment tat- taxxi interni daħlu 90,000.", "Naturalment fil-jiem li ġejjin żgur li jidħlulna xi ftit dikjarazzjonijiet oħra għax, peress li kif għidt diġa` t- taxpayers kellhom ċans sal-lum biex jibagħtu din is-simple declaration, ikun hemm min jimpostaha llum stess u għalhekk tasal għand id-dipartiment għada.", "Meta tinbidel is-sistema tal-mili tal-formoli tat-taxxa wieħed jistenna li fl-ewwel sena jkun hemm xi ftit konfużjoni sakemm wieħed jidraha, pero` iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar nies jidraw is-sistema u m'hemmx dubju li ġaladarba din is-sistema tindara, se jitneħħa ħafna mill- workload li għandu bħalissa d-dipartiment.", "L-Onor.", "Brincat iħobb jikkwota ħafna minn rapport li sar fuq dan il-qasam u li jipproponi li fid-dipartiment tat-taxxi interni jiġu mpjegati 40 investigatur.", "Issa jekk għall-grazzja ta' l-argument għada jien nibgħat ittra lill-management and personnel office fejn ninformah li għandi bżonn 40 investigatur għad-dipartiment tat-taxxi interni, dan x'jista' jagħmel?", "Jibda jagħmel il-cloning u jipprovdili 40 investigatur!", "Ir-realta` kulħadd jafha u r-realta` hi li ma jeżistux 40 investigatur.", "Fil-fatt aħna għalhekk qed naħdmu biex nagħmlu re-engineering fid-dipartiment tat-taxxi interni u naħdmu fuq sistemi oħra.", "Għax għalkemm huwa veru li 40 investigatur jistgħu jġibulna Lm20 miljun jew Lm30 miljun f'revenue, mhux la kemm taqbad u tgħid li hemm bżonn jiġu mpjegati 40 investigatur fid- dipartiment tat-taxxi interni mir-riżorsi li għandu l-gvern.", "Mr Speaker, il-miżura li ttieħdet għar-rigward ta' dawk il-familji b'ġenitur wieħed intlaqgħet tajjeb miż-żewġ naħat tal-Kamra, pero` smajna kritika li dan m'huwiex biżżejjed u kien hemm saħansitra min qalilna li mhux se jkun hemm nies biżżejjed illi jiggwadanjaw minn din il-miżura.", "Issa hawnhekk irridu noqogħdu attenti li meta nieħdu xi miżura ta' din it- tip kemm jista' jkun niffokawha għal min għandu verament bżonn u mhux għax xi ħadd ikun ħa xi ħaġa, allura kulħadd jibda jippretendi ċ-ċejċa.", "Ma jistax ikun li l-poplu jibqa` b'din it-tip ta' mentalita` u jeħtieġ illi meta nkunu se nagħtu xi tip ta' għajnuna nassiguraw irwieħna li din l- għajnuna se jeħodha min verament għandu bżonnha.", "Sfortunatament f'pajjiżna kulħadd irid u għalhekk huwa importanti ħafna li nagħmlu ċerti limiti fuq min għandu jkun intitolat għall-benefiċċji.", "Ħafna drabi meta tittieħed xi miżura ġdida, għall-ewwel din ma tkunx on target preċiż u mbagħad nibdew nikkoreġuha maż-żmien.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti li mhux fil-bidu niftħu din il-miżura żżejjed u mbagħad nipprovaw nillimitawha, għax imbagħad ma naslux biex nillimitawha.", "Ikun aħjar jekk għall-ewwel nillimitawha xi ftit iżżejjed u mbagħad nibdew niftħuha għax ikun iktar possibbli li nagħmlu dan, kemm politikament kif ukoll umanament.", "Huwa għalhekk li, per eżempju, aħna qed ngħidu li biex single parent igawdi minn din il-miżura m'għandux ikun qed jirċievi manteniment, għax jekk dan ikun qed jirċievi manteniment ma jkunx għadu single parent mil-lat ta' dħul għall-familja.", "Fil-fatt aħna qed ngħidu wkoll li lanqas dak is-single parent li għandu xi wild 'il fuq minn 16-il sena u għandu dħul ta' iktar minn Lm1,000 fis- sena m'huwa intitolat għal dan il-benefiċċju.", "Għalkemm ma tkellmitx f'din id-diskussjoni, l-Onor.", "Helen D'Amato attiratli l-attenzjoni li l- istipendji ta' l-istudenti universitarji fl-ewwel sena jkunu jlaħħqu l- Lm1,020 pero` Lm400 minnhom huma one-time payment għal xi software li jkollhom bżonn jixtru matul il-karriera studenteska tagħhom.", "Naturalment din hija sitwazzjoni li għandha tiġi kkoreġuta għaliex il-one-time payments m'għandhomx jingħaddu bħala parti mill-income.", "Jien għalhekk qed ngħid li huwa aħjar jekk nillimitaw u mbagħad nibdew niftħu bil-mod għax jekk toqgħod tiftaħ, tiftaħ u tiftaħ għal kulħadd mal-ewwel, imbagħad tispiċċa f'sitwazzjoni fejn f'daqqa waħda ssib li ma baqagħlek xejn għal ħadd.", "Din hija realta` li għandna nżommu f'moħħna kontinwament.", "Jien se nagħlaq dan id-diskors hawnhekk u mbagħad meta mmorru għall- istadju ta' Kumitat inkunu nistgħu niddiskutu dawn il-provvedimenti li qed nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi f'iktar dettall.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa\" jiġi ttrattat mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "RIŻOLUZZJONI DWAR FONDI GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI", "Ikompli mill-14 ta' Ġunju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed nitkellem dwar in- nuqqas ta' parteċipazzjoni tar-residenti li qed ikun hemm fl-attivitajiet tal-kunsilli lokali u kont qed ngħid illi jekk aħna nemmnu verament f'soċjeta` parteċipattiva, lir-residenti għandna nħallulhom spazju akbar fil-kunsilli.", "Wara kollox huma r-residenti li jkunu jafu x'inhuma l-vera bżonnijiet tal-lokal tagħhom u x'jeħtieġ isir sabiex il-livell t'għajxien jogħla.", "Madanakollu, kif għidt il-bieraħ, mill-5 ta' Settembru 'l hawn ftit li xejn sar biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata.", "Fil-gazzetti qrajna li bħalissa hemm kwestjoni dwar l-Imtarfa għax filwaqt li l-kunsill lokali tar-Rabat jixtieq li l-affarijiet jibqgħu kif inhuma f'dawk li huma konfini, ir-residenti ta' l-Imtarfa qegħdin jinsistu biex ikollhom il-kunsill tagħhom.", "Jien diġa' għedt li jkun inutli li nwaqqfu kunsilli lokali ġodda jekk imbagħad il-gvern ċentrali ma jifhimx x'inhuma l-problemi veri ta' kull lokalita'.", "U ġaladarba qed nitkellem fuq l-Imtarfa, ikun tajjeb jekk insemmi li r-residenti ta' dan il-lokal - kemm dawk li kienu ġew allokati xi post hemmhekk wara li telqu s-servizzi Ingliżi kif ukoll ir-residenti l-ġodda - ilhom snin jilmentaw li qegħdin jokkupaw bini bi ħsarat strutturali, liema bini qed ikun ta' periklu għall- istess residenti.", "Għalhekk m'huwiex biżżejjed illi l-gvern ċentrali iżid ir-responsabbiltajiet lill-kunsilli lokali imma jrid jara wkoll kif lil dawn jgħinhom.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi Museum Square, li tinsab ġewwa r-Rabat.", "Għalkemm din il-pjazza tinsab f'arterja prinċipali u kważi kulmin jiġi jżur ir-Rabat u l-Imdina jipparkja hemmhekk - saħansitra anke t-turisti - donnu li l-gvern ċentrali għadu ma fehemx l-importanza li din iż-żona tiġi upgraded.", "Jekk kemm-il darba din iż-żona tappartjeni lill-privat, il-gvern ċentrali xorta waħda għandu jara li jsir l-upgrading neċessarju, anke jekk jagħmel ċerti arranġamenti, għax ma jistax ikun li din iż-żona tibqa' mitluqa meta nafu kemm tiġi wżata, kemm mir-residenti tal-lokal kif ukoll mit-turisti.", "Biżżejjed insemmu li mill-miljun turist li jiġu f'pajjiżna kull sena, tliet kwarti minnhom iżuru l-mużewijiet u r-rikkezzi l-oħra li għandna ġewwa r-Rabat u l-Imdina.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk ngħid li jekk il-kunsilliera jibqgħu jaraw dan in-nuqqas ta' interess kollu min- naħa tal-gvern ċentrali biex jgħin lill-kunsilli lokali, dawn żgur li m'humiex se jitħajru jerġgħu jikkontestaw meta tasal elezzjoni oħra għax ġustament jgħidulek li mhux sew li kulħadd iħabbtilhom il-problemi ma' wiċċhom u ħadd ma jagħti kashom.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Farrugia, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "RITA LAW: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Farrugia jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Kont qed ngħid li jekk irridu li l-kunsilli lokali jkollhom parteċipazzjoni akbar min-naħa tar-residenti, bilfors irridu nagħtu kas il- problemi li jeżistu.", "Il-gvern Laburista preċedenti mhux talli kien fehem dan il-bżonn imma talli kien anke beda jilħaq arranġamenti mal-kunsilli lokali fuq bażi reġjonali.", "Madanakollu llum ġew introdotti ċerti konflitti.", "Per eżempju, milli jidher fuq il-kwestjoni li hemm bejn il- kunsill lokali tar-Rabat u l-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli dwar Triq Ġorġ Borg Olivier, se tittieħed deċiżjoni mingħajr ma jsiru l-konsultazzjonijiet kollha.", "Jiġifieri issa minflok m'aħna se nibqgħu naraw kif nistgħu nikkordinaw il-ħidma tal-kunsilli lokali, se nibdew noħolqu firda fosta l- kunsilli u dan iktar qed idarras lir-residenti milli jagħtu sehemhom.", "Illum anke dan il-parlament ħoloq numru ta' kumitati permanenti għaliex fehem li hemm bżonn illi aħna d-deputati nesprimu ruħna aħjar, ħalli finalment il-liġijiet li napprovaw ikunu mfassla u mirquma bl-aħjar mod possibbli.", "Sfortunatament ikolli ngħid li llum il-problema ta' nuqqas ta' parteċipazzjoni li hemm fil-kunsilli lokali hija kbira daqs il-problema finanzjarja li dawn ikollhom iħabbtu wiċċhom magħha kuljum.", "Sur President, jien persważ li jekk kemm-il darba d-dipartimenti governattivi jirnexxielhom jikkordinaw ix-xogħol tagħhom flimkien mal- kunsilli lokali, dan jista' jkun ta' għajnuna kbira biex jerġa' jkun hemm dik il-motivazzjoni li l-gvern Laburista preċedenti kien ikkrea.", "Jien naħseb li kulħadd jiftakar fin-numru ta' proġetti li kien qed iniedi l- gvern Laburista preċedenti u dan kien iservi ta' inċentiv kemm għall- kunsilli lokali kif ukoll għar-residenti biex ikomplu jaħdmu għall-ġid tal- lokal tagħhom.", "Per eżempju, huwa diffiċli għall-kunsilli li jikkonfinaw mal- kosta li jidħlu għal ċerti proġetti biex jirranġaw bajjiet li għal numru ta' snin kienu abbandunati.", "Każ tipiku hija l-bajja ta' Golden Bay, li kulħadd jaf li hija fost l-iktar bajjiet popolari fil-gzejjer tagħna.", "Hemmhekk imn'Alla li kienet saret public convenience fi żmien is-servizzi Ingliżi għaliex deħlin fis-seklu l-ġdid u sal-lum għadek issib l-istess latrina li tiftakar lill-bużnanniet.", "Kulmin huwa responsabbli jifhem li għandu jagħti sehmu biex jimxi aħjar l-operat amministrattiv tal-gvern lokali però jrid ikun hemm l-appoġġ mill-gvern ċentrali.", "Nerġa' ngħid li l-gvern preċedenti kien qed jipprova flimkien mal-kunsilli lokali jagħmel evalwazzjoni tal-problemi li ilhom jeżistu s-snin u jipprova jsolvihom b'mod serju ħalli finalment jibbenefika ċ-ċittadin.", "Biżżejjed insemmi l- upgrading li sar fil-bajja tal-Ġnejna, li kien ilu mixtieq is-snin.", "Kien impossibbli għall-kunsill lokali ta' l-Imġarr li jagħmel dak l-investiment imma dan issa sar għaliex ftit tax-xhur ilu kellna gvern li beda stil ta tmexxija li tat riżultati pożittivi u immedjati sabiex l-iżvilupp ekonomiku u soċjali jimxi 'l quddiem.", "Imma jiddispjaċini ngħid li dawn il-proġetti li kienu qed jiġu ppjanati spiċċaw mill-5 ta' Settembru 'l hawn.", "Mr Speaker, kif qalu l-kollegi tiegħi, is-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT minflok dik tas-CET se tolqot ħażin lill-kunsilli lokali għaliex se jkollhom iħallsu aktar taxxa peress li l-fondi li qed nestendulhom huma intenzjonati għal attivitajiet u servizzi li fuqhom bilfors trid titħallas il-VAT.", "Apparti minn hekk issa mhux se jsiru l-proġetti kbar li minn żmien għal żmien il-gvern preċedenti Laburista kien jagħmel ma' l-erbat irjieħ tal-gżejjer tagħna, proġetti li kien impossibbli għall-kunsilli lokali li jidħlu għalihom.", "Naturalment hawnhekk m'hijiex biss kwestjoni ta' finanzjament imma ta' determinazzjoni, abilità u kuxjenza li naħdmu fl- interess taċ-ċittadini kollha u mhux fl-interess ta' xi grupp jew uħud.", "Aspett ieħor li nixtieq nara kordinament aħjar dwaru min-naħa ta' l-NTOM huwa t-twinning ma' kunsilli lokali ta' pajjiżi oħra.", "Irrispettivament nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le, nafu li permezz tal-kunsilli lokali tista' tinbet koperazzjoni ma' kunsilli oħra minn diversi pajjiżi.", "Bħala gżira fiċ-ċentru tal-Mediterran, dawn ir-rabtiet jistgħu jkunu kemm ma' pajjiżi Għarab kif ukoll ma' pajjiżi Ewropej.", "Fl-imgħoddi numru ta' kunsilli lokali pprovaw jikkreaw dan it-tip ta' ġemellaġġ imma dejjem sabu diffikultajiet kbar u, fl-opinjoni tiegħi, ftit li xejn sabu għajnuna mill- organizzazzjoni nazzjonali tat-turiżmu sabiex jiżviluppaw dan it-tip ta' turiżmu.", "Per eżempju, jiena niftakar li l-kunsill lokali tar-Rabat kien beda kuntatti ma' Leeds City Council ta' l-Ingilterra u riċentement beda kuntatti ma' Tarquinia, fil-provinċja ta' Viterbo, f'Ruma.", "Dawn il- kunsilli lokali wrew interess fi skambji taż-żgħażagħ, jiġifieri li Taljani jiġu Malta ħalli jkunu jistgħu jitgħallmu l-Ingliż u naturalment l-Ingliżi jiġu biex jitgħallmu l-lingwa Taljana.", "Inċidentalment huwa interessanti li l-kunsill lokali ta' Leeds huwa l-iktar wieħed organizzat u rikonoxxut fir- Renju Unit għall-mod kif irnexxielu joħloq atmosfera ta' integrazzjoni għal persuni b'diżabilità.", "Meta wieħed jitkellem dwar it-twinning irid iżomm quddiem għajnejh l- interess nazzjonali wkoll.", "Minħabba l-fatt ta' l-eżistenza ta' l-Imdina u ta' dawk il-fdalijiet storiċi fit-territorju tar-Rabat, u minħabba l-fatt li dan il-lokal huwa xempju tas-sbuħija ta' pajjiżna, wieħed irid ikun aktar sensittiv u jagħti aktar spazju għal dawk l-ideat u esperjenzi li kisbu kunsilliera ta' bliet u rħula ta' pajjiżi oħra Ewropej li aħna għandna rabta magħhom, fosthom l-Italja u l-Ingilterra.", "Biżżejjed ngħidu li għal 180 sena aħna konna kolonja ta' l-Imperu Ingliż.", "Allura jrid ikun hemm aktar impenn f'ħaġa bħal din u mhux sempliċement nistrieħu fuq inizjattivi ta' żewġ kunsilli li raw kif ikkreaw dawn il-laqgħat bejniethom.", "Ma jistax ikun li dawn, per eżempju, ma jsibux lill-NTOM lesta biex tgħinhom ħalli jkollna rabtiet li tabilħaqq jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal dan il-lokal partikolari tar-Rabat u l-Imdina u anke għal Malta.", "Dawn huma kollha miżuri li permezz tagħhom nistgħu nappellaw aktar liċ-ċittadini sabiex jipparteċipaw fl-operat tal-kunsilli tagħna.", "Mr Speaker, jeħtieġ li jkun hemm kordinament ukoll f'numru ta' sitwazzjonijiet li jien konvint li l-membri kollha ta' din il-Kamra jiltaqgħu magħhom.", "Diversi kunsilliera jċemplu fid-dipartmenti tal-gvern, fosthom id-dipartiment tad-drenaġġ sabiex jitolbu informazzjoni dwar meta jkunu se jsiru ċerti estensjonijiet tad-drenaġġ f'areas fejn ikun hemm familji li jkunu ħallsu r-road contribution u din l-estensjoni tad-drenaġġ tkun għadha ma saritx.", "Allura l-kunsill lokali ma jkunx jista' jagħmel upgrading ta' dik l-area u resurfacing ta' dawk it-toroq.", "Mr Speaker, jekk aħna nkunu aktar responsabbli u aktar determinati, ħafna minn dawn il-problemi nistgħu negħlbuhom fiċ-ċokon ta' pajjiżna għax, apparti mill-finanzjament li jirrikjedu l-kunsilli lokali, l-iktar ħaġa li dawn jeħtieġu hija koperazzjoni akbar min-naħa tal-gvern ċentrali.", "Tiltaqa' ma' kunsilliera li jgħidulek li ilhom ħames snin li talbu biex jagħmlu, per eżempju, reliever valve fis-sistema tad-drenaġġ sabiex il- problemi li għandhom f'dawk in-naħat jiġu rrimejdati.", "U sena wara l-oħra għadu ma ġiex proġettat u lanqas ġew ivvotati flus biex isir dan ix-xogħol.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li jekk il-kunsilli lokali mhux se jsibu l- għajnuna meħtieġa meta jmorru fid-dipartimenti governattivi, naturalment se jkun inutli li ngħaddu iktar responsabbiltajiet lill-kunsilli lokali u ma nistgħux nippretendu li ċ-ċittadini jibdew jipparteċipaw fit-tmexxija ta' dawn il-kunsilli lokali.", "Problemi oħra huma dawk tat-trasport, mhux biss pubbliku imma t-trasport in ġenerali.", "Uħud mill-kunsilli lokali ilhom is-snin jitolbu biex ikun hemm ċerti rotot tat-trasport pubbliku ħalli jkunu moqdija wkoll dawk ir- residenti li jgħixu fil-kampanja jew joqogħdu ftit 'il bogħod miċ-ċentru tal-belt jew raħal tagħhom.", "Dawk il-komunitajiet li ssibhom f'villaġġi rurali għandhom problemi partikolari, speċjalment sabiex ikunu jistgħu jżuru xi pazjenti fl-Isptar San Luqa u fid-djar ta' l-anzjani.", "Hemm ukoll żgħażagħ li bejn is-16 u t-18-il sena ma jistgħux isuqu vettura, allura jkun diffiċli għalihom biex jaslu l-iskola jew l-universita' jew fuq il- post tax-xogħol.", "F'pajjiż ċkejken bħal tagħna, fejn ftit tal-ġimgħat ilu dan il-parlament wasal biex approva l-proġett tal-Kottonera b'tant ġenerożita' murija lejn ċerti kapitalisti, m'għandix nifhem għaliex bir- riżorsi li jeżistu ma nipprovdux dawk is-servizzi bażiċi li huma daqshekk neċessarji.", "Forsi min qed jismagħni mill-kumdità tal-karozza tiegħu ma jifhimx din il-problema imma min jgħix f'zoni rurali jiltaqa' ma' dawn il- problemi kuljum.", "Huwa importanti li ntaffu dawn il-problemi mal-ħafna li diġà semmejt billi noħolqu ambjent ta' diskussjoni bejn iċ-ċittadini u l- kunsilli lokali.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ndur naqra għall- kwestjoni bejn il-koperattiva għall-ġbir ta' l-iskart u l-kunsilli lokali.", "Wara strike ta' diversi jiem l-atmosfera reġgħet ġiet lura għan-normal, għalkemm forsi mhux mija fil-mija, imma nibqa' ninsisti biex il-gvern ċentrali jagħmel tindifa ġenerali ta' ċerti toroq.", "Il-bieraħ għidt li kienu nbdew ċerti xogħlijiet mill-gvern preċedenti f'dak li jirrigwarda tindif u upgrading ta' postijiet, speċjalment fil-kampanja - li għamel riferenza għalihom ukoll l-Onor.", "George Vella llum - fejn tneħħew it- tankijiet li kienu jintużaw minflok ħitan tas-sejjieħ u nbnew ħitan ġodda, kif ukoll tpoġġew gates li jmorru ma' l-ambjent minflok it-testieri u pjanċi li kien hemm.", "Nitlob li tkompli l-kordinazzjoni bejn id- dipartimenti konċernati ħalli jitkomplew dawn ix-xogħlijiet biex ikollna pajsaġġ sabiħ li jgawduh il-Maltin u jiġbed aktar turisti lejn pajjiżna.", "Sur President, filwaqt li assolutament ma naqblux mal-miżuri ta' taxxi li minn mument għall-ieħor dan il-gvern qed jgħabbi liċ-ċittadini bihom, daqstant ieħor nappoġġjaw dak li jista' jagħmel ġid lis-soċjetà tagħna u m'aħniex se noqogħdu lura milli nirrakkmandaw minn din il-Kamra affarijiet li jgħollu l-livell tal-ħajja f'pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, se nkun ftit differenti mill-kollegi taż-żewġ naħat li tkellmu s'issa għax fl-intervent tiegħi fuq ir-riżoluzzjoni dwar il-kunsilli lokali se nitkellem l-aktar mill-aspett soċjali.", "Inħoss li wasal iż-żmien li s- suċċess ta' kunsill lokali ma jibqax jiġi meqjus biss minn kemm kunsill ikun kapaċi jżomm ir-raħal jew il-belt nadifa, kemm jagħmel bankini, kemm jagħmel toroq bit-tarmac jew kemm huwa kapaċi jagħmel ġonna pubbliċi.", "Ma nixtieqx li ninftiehem ħażin.", "Dawn huma affarijiet importanti u essenzjali u żgur li f'dawn il-ħames snin ta' eżistenza tal-kunsilli lokali għandna biex niftaħru bix-xogħol li għamlu.", "Jien nemmen li huwa mertu tax-xogħol li għamlu dawn il-kunsilli li ħafna lokalitajiet ħadu dehra ġdida, ferm isbaħ u ferm iktar nadifa.", "Jien naħseb li minn dan il-lat żgur li wieħed juġġistifika l-eżistenza tal-kunsilli lokali, iżda l-iskop ta' l-intervent tiegħi joħroġ mill-kariga li għandi bħala segretarju parlamentari fil-ministeru għall-politika soċjali, fejn trid jew ma tridx ikollok tħabbat wiċċek mar-realtajiet tal-ħajja.", "Hemmhekk tiltaqa' ma' kull klassi tas-soċjetà tagħna però l-iktar ma' dawk il-klassijiet li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna ta' ħaddieħor, speċjalment ta' l-Istat.", "Dan huwa ministeru li jġiegħlek tirrealizza li għalkemm qegħdin fuq l-għatba tat-tielet millennju, għad hemm ħafna aktar xogħol xi jsir fil-qasam soċjali, mhux mill-gvern tal-ġurnata biss iżda mis- soċjetà kollha u allura mill-kunsilli lokali wkoll.", "Jekk irridu li s- soċjetà tkun inklussiva, hemm bżonn li naħdmu flimkien ħalli nilħqu dan l- iskop.", "Minn dan l-aspett irrid li niġġudika l-kompitu u r-riżultati tal- kunsilli lokali.", "Hemm bżonn li l-kunsilli lokali jifhmu li fiż-żmenijiet tal-lum iridu jagħtu l-kontribut tagħhom anke fil-qasam soċjali biex ikun hawn aktar ġustizzja soċjali.", "Mr Speaker, kultant fil-gazzetti naqraw li f'pajjiżna għad hawn dawk li jissejħu foqra - naturalment il-foqra tal-lum mhumiex dawk li m'għandhomx flus għaliex għall-grazzja t'Alla f'dan ir-rigward sar progress enormi- u huwa fatt innegabbli li hawn nies li għandhom bżonn l-għajnuna ta' ħaddieħor u għalhekk huwa dover ta' kulħadd li jgħinhom.", "Għandna nies anzjani u mhumiex li huma morda; għandna dawk li jgħixu waħedhom; għandna anzjani li kultant lanqas biss ikollhom min iżurhom, anzjani minsijin anke minn qrabathom.", "Għandna nies li sfortunatament għandhom il-vizzju ta' l- alkoħol u tad-droga, li żgur għandhom bżonn min jieqaf magħhom.", "Għandna wkoll nies li sfortunatament għandhom xi diżabilità fiżika jew mentali, li żgur għandu jkollhom l-għajnuna u s-solidarjtetà ta' ħaddieħor.", "Allura jiena hawnhekk nistaqsi: Il-kunsilli lokali in ġenerali konxji tar- responsabbiltà li għandhom biex jgħinu lil dawk iċ-ċittadini li għandhom bżonn l-għajnuna ta' ħaddieħor?", "Kemm għandna kunsilli lokali li fformolaw xi pjan jew ħadu xi inizjattiva favur l-anzjani jew persuni b'diżabilità fil-lokal tagħhom?", "F'ħames snin ta' eżistenza tal-kunsilli lokali kellna diversi okkażjonijiet ta' kollaborazzjoni bejn il-kunsilli u d-dipartiment ta' l-anzjani, per eżempju, biex infetħu diversi centres għall-anzjani, fosthom id-day centres ta' Tas-Sliema, ta' Ħad-Dingli, ta' Ħal Qormi u ta' Birkirkara.", "Permezz ta' kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali ħriġna l-karta anzjan, kif ukoll ġie mniedi l-proġett info-anzjan.", "Mr Speaker, irrid nieħu ftit minuti biex nitkellem fuq dan il-proġett info-anzjan, li konna bdejnieh tliet snin ilu fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, għaliex irrid nuri r-responsabbiltà kbira li l-kunsilli lokali għandhom li jaraw li dan il-proġett ikun suċċess.", "Fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista konna naqilgħu kritika min-naħa ta l-oppożizzjoni li fil-qasam ta' l-anzjani konna qed nimxu fil-għama, ma konniex qed nippjanaw u li ma konniex qed nagħmlu studju biżżejjed dwar il- qagħda vera ta' l-anzjani.", "Kienu jgħidulna li ma konniex qed nintroduċu ċerti servizzi għall-anzjani fuq bażi xjentifika u ma kellniex statistika tajba biex niġġustifikaw dawk is-servizzi li ntroduċejna fil-pajjiż.", "Fl- 1996, b'kollaborazzjoni bejn is-segretarjat parlamentari għall-anzjani, il- kunsill nazzjonali ta' l-anzjani, il-management systems unit u l-kunsilli lokali nidejna l-proġett info-anzjan, li dak iż-żmien kellna tama kbira li sa l-aħħar ta' l-1996 kellu jibda jagħti l-frott tiegħu.", "Sfortunatament, kif jaf kulħadd, bħal ħafna affarijiet oħra dan il-proġett ma sar ebda xogħol fuqu matul it-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista u issa erġajna qed nipprovaw nagħtuh il-ħajja.", "Fil-pjanifikazzjoni u t-twettiq tas- servizzi kollha li qegħdin jingħataw fil-qasam ta' l-anzjani huwa importanti mhux biss li nagħtu servizzi lill-anzjani fil-komunita' iżda huwa importanti wkoll li nsibu soluzzjoni sodisfaċenti għad-domanda kontinwa li qed ikollna mill-anzjani biex jidħlu fid-djar ta' l-anzjani kemm tal-gvern, kemm tal-Knisja u kemm tal-privat.", "Allura tajjeb li wieħed jgħid xi skop kellna meta nidejna l-proġett info-anzjan.", "Mr Speaker, kuljum ikollna numru ta' nisa u rġiel li jaslu għall-età tal- pensjoni u għalhekk jintemm il-kontribut uffiċjali tagħhom lejn is-soċjetà.", "Però wieħed malajr jinduna li ħafna minn dawn jibqgħu jgawdu saħħithom u m'hemmx wisq differenza f'dik li hija saħħa mentali u saħħa fiżika minn meta kienu jaħdmu ftit qabel.", "Il-maġġoranza kbira tagħhom jibqgħu jħossu l- bżonn li jkomplu joffru s-servizzi tagħhom lejn arthom u lejn dawk ta' madwarhom.", "Iżda hemm ukoll minoranza ta' anzjani li sfortunatament mhumiex b'saħħithom biżżejjed u għandhom ċerti bżonnijiet fiżiċi, kemm ta' natura soċjali, kemm mentali u għandhom bżonn xi forma jew oħra ta' solidarjetà.", "Allura għandna bżonn informazzjoni eżatta biex naraw kemm għandna minn dawn iż-żewġ gruppi f'kull raħal u belt.", "Hawn tidħol l-importanza ta dan il- proġett info-anzjan u r-responsabbiltà li għandhom il-kunsilli lokali.", "Kemm minn naħa u kemm minn oħra hemm nuqqas ta' informazzjoni dwar kif l- anzjani jistgħu jkomplu jikkontribwixxu jew kif nistgħu ngħinu lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Għalkemm dawn ta' l-aħħar huma f'minoranza żgħira, huma l-iktar grupp importanti għaliex jiddependu mill-għajununa ta' l-Istat u mill-għajnuna tal-volontarjat.", "Permezz ta' dan il-proġett ridna naslu li kull kunsill ikollu reġistru ta' informazzjoni fuq kull anzjan fil-lokalità tiegħu permezz tal-computer.", "Din l-informazzjoni kienet se tkun ibbażata fuq erba' kategoriji, l- ewwelnett f'dik li hija demografija, fejn ikollok mhux biss in-numru ta' anzjani imma l-età, l-istat, is-sess, l-indirizz, it-tip ta' residenza, il- familjarji li hemm fir-residenza u allura jkollok informazzjoni sħiħa fuq kull anzjan li jabita f'dak ir-raħal jew f'dik il-belt.", "Ikollna wkoll informazzjoni dwar l-esperjenza li kull anzjan ikun għadda minnha, it- taħriġ li kellu fl-imgħoddi, ix-xogħol li għamel fil-passat u li qed jagħmel fil-preżent, ix-xewqa u l-forma ta' kontribuzzjoni li jista' jagħti fil-futur u l-passatempi tiegħu.", "Ninkludu wkoll informazzjoni dwar l- indipendenza tiegħu fl-għajxien jew le, il-kapaċità fl-attivitajiet ta' kuljum, ir-raġuni jekk hemm dipendenza fuq ħaddieħor, is-sostenn soċjali li jista' jkollu l-anzjan li jgħix f'dak ir-raħal, is-sitwazzjoni familjarji li jiddependi ħafna minnha, ir-relazzjonijiet mal-ġirien, problemi ta' natura soċjali, kif ċerti anzjani qed jagħmlu użu mis-servizzi ta' l-Istat li jagħti fil-komunità.", "Allura jekk kull kunsill lokali jkollu l- informazzjoni fuq kull anzjan li għandu fil-lokalità tiegħu - mhux fuq in- numru imma x'jista' jsarraf kull anzjan, x'jista' jagħti lill-komunità; u min-naħa l-oħra fuq dawk l-anzjani li għandhom bżonn l-għajnuna mingħand l- Istat u mingħand ħaddieħor - allura nkunu f'pożizzjoni li nippjanaw aħjar is-servizzi li nagħtu.", "Il-gvern jagħti ħafna servizzi kemm lill-anzjani u kemm lill-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Hemm servizzi li issa kulħadd jaf bihom u hemm ħafna li jużawhom, bħall-home-help, bħat-telecare, bħall-meals-on-wheels u l- handyman service, li jekk ikunu utilizzati tajjeb huma ta' ġid kbir għal kull raħal u belt.", "Imma sal-ġurnata tal-lum għadna nsibu li jkollok ċittadini f'ċerti rħula li lanqas jafu bihom jew jekk jafu bihom m'għandhomx il-mod kif jistgħu jużawhom.", "Id-dipartiment ta' l-anzjani ma jistax ikun jaf il-bżonnijiet ta' kull anzjan f'kull raħal.", "Allura hawn tidħol ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali li jkollu informazzjoni li f'dik it-triq hemm anzjan jew anzjana li jgħixu waħedhom u allura jista' jiġbed l-attenzjoni tad-dipartiment ta' l-anzjani li forsi bis-servizz tal- home-help, tat-telecare jew bis-servizzi tal-handyman dan l-anzjan jista' jgħix ħajja aħjar u allura nkunu lħaqna l-iskop li rridu.", "Għalhekk jiena ngħid li wasal iż-żmien li l-kunsilli lokali jagħtu aktar attenzjoni lill- qasam soċjali tal-lokalità tagħhom.", "Huwa importanti li kulħadd jifhem li s- suċċess ta' kunsill ma jitkejjilx biss minn kemm tagħmel xogħol fil- lokalità imma huwa importanti li l-qasam soċjali jingħata wkoll l- importanza li jistħoqqlu.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-kunsilli lokali se jkollhom rwol ferm aktar importanti u determinanti fil-ħajja ta' kuljum ta' l-anzjani, ta' kull saff soċjali f'kull belt u f'kull raħal ta' pajjiżna.", "Dan id-diskors tiegħi m'huwiex ta' kritika għall-operat li għamlu s'issa l-kunsilli lokali.", "Jiena naf numru kbir ta' kunsilli lokali li jkollhom sotto-kumitati fuq affarijiet soċjali.", "Hemm ħafna kunsilli lokali li, kif diġà semmejt ukoll, kienu determinanti biex ftaħna ċentri ta' matul il-jum f'ċerti bliet u rħula ta' Malta u hemm ħafna kunsilli lokali li qed jagħtu ħafna kontribut fil-qasam soċjali bl-għajnuna li jagħtu lill-anzjani u lil persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Hemm kunsilli li m'hemmx għalfejn noqgħod insemmihom b'isimhom li daħlu responsabbli għat-trasport taċ-ċittadini tagħhom lejn id-day centres u jorganizzaw ċerti laqgħat għall-anzjani.", "F'ċerti rħula, per eżempju, hemm nies tal-volontarjat li qed joffru servizz lill-anzjani mil-lat mediku.", "Jiġifieri l-kontribut qiegħed jingħata imma mhuwiex biżżejjed.", "Issa l-kunsilli lokali se jkollhom rwol ferm iktar importanti fil-qasam ta' l-anzjani u allura jeħtieġ li jaħdmu iktar.", "L-ewwel appell tiegħi lil kull kunsill lokali huwa li mingħajr ma jgħaddi ħafna żmien iktar, jaraw li l-proġett ta' info-anzjan jagħti l-frott tiegħu.", "Huwa vitali kemm għall-kunsilli lokali u kemm għad-dipartiment ta' l-anzjani li jkollhom ċerta database fuq kull anzjan li jgħix f'kull lokalità għaliex b'hekk tkun tista' tippjana aħjar u tkun taf min għandu bżonn is-servizz tal-home-help, tkun taf li ċerti nies, jekk tagħtihom it- telecare, jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità.", "Meta konna bdejna dan il- proġett tliet snin ilu kienu ġew intervistati 575 anzjan fil-Ħamrum li kienu staqsewhom x'inhija l-problema ewlenija li l-iktar tkiddhom.", "Skond tabella li għandi quddiemi jirriżulta li minn dawn, 191 qalulhom li l- problema ewlenija hija tas-saħħa, 63 għaliex jgħixu waħedhom, 40 għaliex kellhom problema ta' familja, disgħa għaliex il-komunikazzjoni tal-familja ma kenitx kif suppost u 40 l-ikbar problema tagħhom kienet kwestjoni ta' finanzi.", "Allura jekk ikollok statistika bħal din f'kull raħal u belt tkun tista' tippjana aħjar u forsi nistgħu nevitaw ukoll ċerti inċidenti li jiġru f'pajjiżna.", "Per eżempju, riċentement sabu anzjana f'post li kienet ilha mejta tlett ijiem.", "Jien ħadt il-briga li ninvestiga għax għidt: Imma possibbli li din l-anzjana li kienet tgħix waħedha, f'post deżolanti ħafna, ma kienx hemm social workers li rawha!", "Fil-fatt sibt li veru kienu offrewlha l-għajnuna tas-social workers u kienu offrewlha servizzi fil-komunità imma sfortunatament din l-anzjana kienet marida mentalment ukoll u ma rrifjutat l-għajnuna.", "Imma kieku jkun hemm iktar kollaborazzjoni bejn il-kunsilli lokali u d-dipartiment ta' l-anzjani, inċidenti bħal dawn jistgħu jiġu evitati jew minimizzati.", "Min-naħa l-oħra, permezz ta' dan il-proġett info- anzjan inkunu nafu x'kapaċi joffru lill-komunità l-maġġoranza kbira ta' l- anzjani li huma b'saħħithom u attivi.", "Hija misnomer li meta wieħed jgħid il-kelma \"anzjan\" jikkonnotaha ma' persuna li għandha bżonn xi ħaġa għax 95% ta' l-anzjani f'pajjiżna huma b'saħħithom, attivi u m'għandhom bżonn ħadd.", "Imma hemm dawk il-5% li l-Istat irid jagħti kashom.", "Minbarra l-proġett info-anzjan il-kunsilli lokali għandhom ukoll responsabbiltà flimkien mad-dipartiment ta' l-anzjani fil-pjanifikazzjoni tad-day centres li jridu jinfetħu.", "Jiena diġà semmejt ċerti lokalitajiet fejn saru dawn iċ-ċentri b'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali.", "Għaddejjin taħdidiet ma' kunsilli lokali oħra u nispera li din is-sena jkollna okkażjoni niftħu day centres f'żewġt irħula oħra, dejjem bil- kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Għaddejjin ukoll diskussjonijiet ma' kunsill lokali li qalilna li jippreferi li fir-raħal tiegħu jkollu night centre minflok day centre.", "Jiena naf li l-amministrazzjoni ta' qabel ma kenitx favuriha u għalkemm kien hemm l-idea li se jsiru night wardens baqgħu ma sarux, imma dawn huma ideat li wieħed jista' jattwahom.", "Wieħed irid jara jekk night warderns humiex aħjar minn night centres imma l- kunsilli lokali jridu jikkollaboraw ħalli nilħqu l-iskop tagħna.", "Ċertament li d-dipartiment ta' l-anzjani għandu bżonn il-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali, anke fejn jidħlu dawk l-anzjani li waslu fi stat li ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-komunità u jridu jidħlu f'xi dar ta' l-anzjani, jew tal- gvern jew tal-privat jew tal-Knisja.", "Allura jekk ikollna l-informazzjoni mill-kunsill lokali fuq anzjana jew anzjan f'dak ir-raħal inkunu nistgħu naraw liema każ hu iktar urġenti minn ħaddieħor biex jidħol f'dawn id-djar ta' l-anzjani.", "Il-kunsill lokali naturalment irid ikun ukoll promotur ta' ċerti attivitajiet fil-qasam ta' l-anzjani.", "Jiena naħseb li għadda ż-żmien li meta anzjan ikun għalaq is-60 jew 61 sena nqisuh li m'għadu tajjeb għal xejn.", "Numru kbir ta' anzjani jkunu għadhom jistgħu jipparteċipaw f'ċerti attivitajiet u jagħtu kontribut lejn ir-raħal u l-belt tagħhom.", "Għalhekk huwa importanti li l-kunsill joħloq attivitajiet ħalli dawn l-anzjani jħossuhom li għadhom integrati fis-soċjetà tagħna.", "Huwa importanti li naslu wkoll għal dan l-iskop.", "Naħseb ukoll li l-kunsilli lokali jridu jgħinu wkoll ħalli nwettqu l-policy tagħna ta' welfare society.", "M'għadux iż-żmien li naħsbu li l-welfare state huwa biżżejjed.", "Il-welfare state huwa importanti imma l-gvern jemmen li fiż-żmenijiet tal-lum irid ikun hemm ukoll a caring society, fejn kulħadd iħoss li għandu r-responsabbilta' tiegħu u jagħti l-kontribut tiegħu.", "Hawnhekk wieħed ma jridx jinsa jsemmi wkoll il-qasam tal-volontarjat, li minn dejjem ta l-kontribut tiegħu u qatt ma nistgħu nirringrazzjawh biżżejjed tal-ġid li jagħmel qalb is-soċjeta' tagħna.", "Sur President, iddeċidejt li nagħmel dan l-intervent bl-iskop li nqajjem kuxjenza fost il-kunsilli lokali, li huma wkoll għandhom ċerta responsabbilta' fil-qasam soċjali.", "Kif għidt diġa', jekk irridu li f'pajjiżna tkompli tirrenja l-ġustizzja soċjali kulħadd għandu jilgħab il- parti tiegħu u ċertament ma nistgħux ngħidu li dak li jagħmel il-gvern huwa biżżejjed.", "Fl-aħħarnett nixtieq nerġa' nenfasizza li s-suċċess tal- kunsilli lokali ma jitkejjilx skond kemm ikun għamel bankini u toroq ġodda imma skond kemm ikun ħadem biex iġib il-qasam soċjali 'l quddiem għall-ġid taċ-ċittadini kollha.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, ma nistax nimmaġina kif il-gvern jista' jittieħed bis-serjeta' meta wara li għamilna jumejn niddiskutu r- riżoluzzjoni dwar fondi għal ħteġijiet speċjali lill-kunsilli lokali, aħna u deħlin f'din il-Kamra llum ingħatajna żewġ kotba li jispjegaw il-proposti li qed jagħmel il-Gvern Nazzjonalista dwar il-ħidma futura tal-kunsilli.", "Imma issa ħalli ma nitlifx żmien u nibda minnufih biex nitkellem fuq dan is- suġġett li għandna quddiemna.", "L-ewwelnett irrid ngħid li minkejja li r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali qed jikbru minn sena għall-oħra, ir-riżorsi umani qed jibqgħu l- istess.", "Jiddispjaċini ngħid ukoll li ftit li xejn ingħatajna spjegazzjoni dwar il-memorandum li l-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ta' min jgħid li dan il-memorandum kien jittratta dwar tliet affarijiet, ċioe' dwar il-fondi li l-gvern ċentrali se jagħti għal ħteġijiet speċjali, dwar l-introduzzjoni tal-gwardjani lokali, kif ukoll dwar is-sistema komputerizzata li se tiġi introdotta fil-kunsilli lokali.", "Iż-żewġ kotba li ngħatajna aħna u deħlin f'din il-Kamra jagħtu xi ftit iktar ħjiel dwar dan il-memorandum u ta' min jinnota wkoll li issa bil- mod il-mod qed narawha tidħol iktar il-frażi \"gvernijiet lokali\" minflok \"kunsilli lokali\".", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Point of explanation, Sur President!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, on a point of explanation.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nixtieq nikkoreġi stat ta' fatt. Meta l-Kostituzzjoni titkellem dwar il-kunsilli lokali ma tirriferix għalihom bħala \"kunsilli lokali\" imma bħala \"gvernijiet lokali\" u huwa għalhekk li ġieli tintuża l-frażi \"gvernijiet lokali\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Law tista' tkompli bid-diskors tagħha.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, jien wisq nibża' li l-memorandum li l- ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra se jkompli jkabbar il-piż li diġa' qed iġorru fuq daharhom il-kunsilliera, li m'għandhom l-ebda interess ieħor ħlief li jagħtu kontribut għall-ġid tar-residenti tal-lokal tagħhom u qed ngħid dan għaliex tgħabbew anke b'ħafna mix-xogħol li normalment jagħmlu d- dipartimenti tal-gvern.", "Bħalma għidt diġa', jien li ma nistax nifhem huwa kif filwaqt li lill- kunsilli lokali qed jiżdidulhom tant responsabbiltajiet, imbagħad il-qasam tar-riżorsi umani mhux se jiżdied.", "Issa ħalli niġi biex nispjega s-sistema li qed titħaddem bħalissa fil-kunsilli lokali u mbagħad ngħaddi biex nagħti daqqa ta' għajn lejn ir-responsabbiltajiet ġodda li qed jipproponi l-gvern Nazzjonalista għall-kunsilli lokali.", "(Interruzzjonijiet) Il-verita' hi li meta ġew introdotti l-kunsilli lokali f'pajjiżna, dawn ingħataw biss responsabbiltajiet li għandhom x'jaqsmu ma' tindif u aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar qed ngħabbuhom b'responsabbiltajiet ġodda.", "Madanakollu jien l- iktar li jiddispjaċini huwa li minkejja dan kollu, ċerti talbiet li r- residenti ilhom jagħmlu għal snin sħaħ xorta għadhom ma ntlaqgħux.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Gvern Nazzjonalista mhux qed jattwa affarijiet li kienu ġew proposti mill-Gvern Laburista preċedenti.", "Qabel ma ġejt hawn ipprovajt nagħmel daqsxejn riċerka dwar l-affarijiet li hemm bżonn isiru fit-tieni distrett.", "Fil-fatt il-kunsilli lokali kollha tal-Kottonera huma diżappuntati ferm għaliex l-ebda wieħed minnhom ma ngħata l-fondi biex isir football ground.", "Jien nixtieq nistaqsi għalfejn il-gvern m'għandux jaħseb ukoll għal xi pitch li fih ikunu jistgħu jmorru t- tfajliet?", "Nistaqsi wkoll għalfejn fl-aħħar budget il-kunsilli lokali tal- Kottonera tħallew barra u ma ngħatawx flus biex issir xi ħaġa għaż- żgħażagħ.", "Allura aħna n-nies tal-Kottonera m'għandux ikollna post fejn inqattgħu l-ħin liberu tagħna u dak li jkun jevita milli jaqa' f'xi vizzju?", "Per eżempju, il-gvern Laburista preċedenti kien beda xi xogħol fuq ix- xatt tal-Kalkara.", "Tant hu hekk li hemmhekk kienu twaħħlu xi arbli tad-dawl, kienu saru xi partijiet bis-siment u kienu se jsiru xi żewġ public conveniences, pero' f'dawn l-aħħar disa' xhur ta' amministrazzjoni Nazzjonalista għadu ma sar xejn u m'hemm l-ebda proposti biex ix-xogħol jitkompla.", "Il-kelliem min-naħa tal-gvern Nazzjonalista li tkellem qabli semma l-anzjani.", "Jien lill-anzjani nneħħilhom il-kappell u nieħu pjaċir ngħinhom imma għandna naħsbu wkoll fiż-żgħażagħ, li ħafna minnhom huma fi stat ta' dipressjoni u għandhom bżonn l-għajnuna.", "Il-kunsilli lokali qed jaffaċċjaw ħafna problemi pero' dawn mhux qed jingħataw attenzjoni biżżejjed.", "Per eżempju, il-gvern preċedenti kien għen finanzjarjament lill-kunsill lokali tal-Fgura biex issir Zabbar Road.", "Ix- xogħol fuq din it-triq kien sar b'mod professjonali u j'Alla t-toroq kollha jsiru b'dak il-mod.", "Pero' mbagħad għandek Triq San Ġwann u Triq l-Iskola li r-residenti li jgħixu fihom ilhom xhur sħaħ jitolbu ftit għajnuna mill- gvern biex dawn it-toroq jingħataw l-ewwel kisja tarmac.", "Ta' min igħid li dawn it-toroq ilhom 12-il sena biex isiru!", "Meta jien għamilt xi mistoqsijiet parlamentari dwar dan, il-ministru konċernat qalli biex inkellem lill-kunsill lokali u meta mort għand il-kunsill lokali dawn qaluli li dawn l-affarijiet huwa responsabbli minnhom il-gvern.", "Proġett li kien qed jiġi studjat taħt gvern Laburista preċedenti kien ir- regional park ta' madwar is-swar pero' minħabba li bħal dan iż-żmien sena l- affarijiet ġraw kif ġraw, ix-xogħol ma nbediex.", "Jien nistenna li l- affarijiet tajbin għandhom jitkomplew u mhux jiġu mwarrba.", "Preżentement il- kunsill lokali tal-Fgura qed jiltaqa' ma' xi diffikultajiet għax il-liġi trid tiġi rranġata.", "Per eżempju, biex dan japplika ħalli jagħmel l-outline development tar-regional park irid iħallas Lm5,000 lill-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Issa kunsill lokali li għadu lanqas biss beda, kif jista' jħallas Lm5,000!", "Dawn il-flus jistgħu jintnefqu fuq affarijiet li jkunu jistgħu jgawdu minnhom ir-residenti tal-Fgura.", "Għalhekk jien inħoss li dawn l-affarijiet għandhom jiġu rranġati għaliex inkella l-flus li jingħataw lill-kunsilli lokali jkunu qegħdin jitnaqqru.", "Sur President, in-nies ta' Bormla huma rrabjati għaliex il-kunsill lokali ma ngħatax biżżejjed finanzi.", "M'huwiex ġust li naħsbu fil-Belt u fil-Birgu u nħallu barra lill-bqija tal-Kottonera.", "Huwa veru li fil-Birgu hemm palazzi sbieħ u għalhekk ikun ġust li l-kunsill lokali jingħata fondi speċjali biex jirranġahom, pero' m'għandniex ninsew li anke f'Bormla u fl- Isla hemm bini storiku.", "Minkejja li tqassam dan il-memorandum brief u xi kotba oħra jien għadni m'inix kuntenta għaliex ħafna mistoqsijiet li ridt nagħmel xorta waħda ma ġewx imwieġba, speċjalment fuq il-gwardjani lokali u fuq is-sistema komputerizzata.", "Ħalli ngħid fuq il-gwardjani lokali.", "Mill-ftit informazzjoni li ngħatajna sirna nafu li għal din is-sena l- gvern se jonfoq Lm100,000 fuq il-gwardjani lokali.", "F'Mejju li għadda 58 gwardjan lokali għamlu kors intensiv u ggradwaw - jien naqbel mal-mod kif ġie kostruwit dan il-kors - pero' dawn m'humiex informati biżżejjed fuq ix- xogħol li se jagħmlu, minkejja li se jkollhom responsabbiltajiet u xogħol daqs pulizija.", "Issa jien naħseb li ħafna ċittadini Maltin lanqas jafu fiex jikkonsisti x-xogħol ta' dawn il-gwardjani lokali.", "It-tagħrif li għandi jien ġbartu għaliex proprju tkellimt magħhom.", "Per eżempju, sirt naf li dawn in-nies se jkollhom l-awtorita' li jaraw li r-regolamenti tal-planning authority jiġu mħarsa u anke jridu jduru l-ħwienet.", "Għalhekk jien naħseb li dawn il-gwardjani lokali għandu jkollhom ċerta protezzjoni.", "Għalhekk nistaqsi lill-ministru jekk dawn in-nies humiex se jkunu nxurjati, anke meta jkunu d-dar.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid dan għaliex Malta żgħira u kulħadd jaf lil xulxin.", "Fil-brief li ngħatajna hemm li numru ta' liċenzji se jibdew jinħarġu u jkunu kkontrollati esklussivament mill-kunsilli lokali, imbagħad għandek in- numru u t-tip ta' liċenzji, li hawnhekk lanqas biss hawn spjegat x'inhuma, li jinħarġu mill-kunsilli lokali f'isem dipartimenti oħra.", "Jien ma nistax nifhem xi kwalita' ta' ċitazzjonijiet iridu jagħmlu dawn il-gwardjani lokali.", "Ta' min igħid li lanqas huma stess ma jafuh dan!", "Jien inħoss li dawn in-nies għandhom ikunu jafu l-affarijiet tagħhom sew.", "Minkejja li dawn il-gwardjani lokali ggradwaw f'Mejju hemm propost li forsi jibdew jaħdmu f'Jannar u s-sabiħa hi li lanqas jafu kemm se jkollhom paga.", "Jien nixtieq inkun naf, per eżempju, jekk dawn humiex se jkollhom uniformi għax dak li jkun ikun jaf min huma u jġibilhom aktar rispett.", "Barra minn hekk l- uniformi turi wkoll ċerta serjeta'.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nista' nassigura lill-Onor.", "Law li l-gwardjani lokali se jkollhom uniformi.", "Min għaddielha l-informazzjoni missu jaf li fil-liġi stess hemm imniżżel li dawn bilfors iridu jilbsu l-uniformi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Law, tista' tkompli.", "ONOR.", "RITA LAW: Fil-ktejjeb li ġie mqassam lilna ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-white paper m'għandha x'taqsam assolutament xejn mal-memorandum dwar l-ispecial funds.", "Dan ifisser li mhux se ssib id- dettalji dwar il-gwardjani lokali fil-memorandum li għandna quddiemna.", "Hawnhekk kulma qed nagħmlu hu li qed inqassmu l-flus li diġa' ġew ivvotati fil-budget.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Law, tista' tkompli bid-diskors tagħha.", "ONOR.", "RITA LAW: Almenu issa wieħed jaf xi ħaġa oħra fuq il-gwardjani lokali!", "Per eżempju, nixtieq nistaqsi jekk dawn il-gwardjani lokali hux se jkollhom vettura għaliex ma nistax nimmaġina sitwazzjoni fejn wieħed li jkollu bżonn imur min-naħa għall-oħra tal-lokal x'jagħmel.", "Peress ukoll li l-flus miċ-ċitazzjonijiet se jmorru għand il-kunsilli lokali, ta' min iqajjem il-punt li wieħed m'għandux iħallat lokal żgħir ma' lokal kbir.", "Per eżempju, f'Tas-Sliema jew fil-Belt aktar se tagħmel ċitazzjonijiet mill- Kalkara.", "Issa allaħares naslu fis-sitwazzjonijiet li biex tagħti ammont ta' ċitazzjonijiet tagħmel ġurnata ddur sakemm taqbad lil xi ħadd!", "Jien inħoss li fuq dan il-punt għandu jkollna aktar informazzjoni.", "Jien nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-customer care system, Sur President.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu l-ministru qalilna li l-kunsilli lokali se jkollhom data vasta u għalhekk wieħed se jkun jista' jiġbor applikazzjonijiet ta' passaporti, formoli ta' l-income tax u ċertifikati tat-twelid minn hemmhekk ukoll.", "Ladarba x-xogħol fid-dipartimenti konċernati se jonqos, nixtieq nistaqsi x'se jiġri mill-ħaddiema li jaħdmu fihom.", "Din hija xi ħaġa li lili tbeżżagħni daqsxejn.", "Per eżempju, għadna ma nafu xejn jekk hux se jiżdiedu xi ħaddiema fil-kunsilli lokali.", "Qed ngħid dan għax ma nafx kif il-ħaddiema li hemm se jlaħħqu mad-domanda kbira ta' xogħol li se jkollhom, speċjalment meta ċerti lokalitajiet għandhom segretarja waħda biss.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien ma nafx għalfejn kien hemm pressjoni qawwija biex il-kunsilli lokali jsiru politiċizzati.", "Fejn qabel il-kunsilliera kienu impenjati fuq xogħol ta' tindif u affarijiet simili, issa donnu li dawn il-kunsilli lokali qed jieħdu xejra oħra għax issa wieħed qisu għandu l-politiċi tiegħu tal-lokal.", "Jien nispera li s-sistemi l-ġodda tal-kompjuter u l-introduzzjoni tal- gwardjani lokali ma joħolqux qasma bejn kunsilliera ta' partit u kunsilliera ta' partit ieħor għaliex inkella jkollna parlament ieħor f'kull lokalita'.", "Inħoss li għandu jkun hemm kordinament bejn il-kunsilliera għall-ġid taċ-ċittadini.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-finanzi li jintnefqu mill-gvern u l-finanzi li jintefqu mill-kunsilli lokali.", "(Interruzzjonijiet) Minn informazzjoni li ħarġet dan l-aħħar sirna nafu li l-ministru għall-affarijiet barranin nefaq Lm51,000 f'safar imbagħad biex issir xi ħaġa li jgawdu minnha ċ-ċittadini noqogħdu nraqqgħu l-pannu bil-qara' aħmar.", "Minkejja li l-gvern Nazzjonalista jgħid li għandu kuxjenza soċjali u li qabel l-elezzjoni kien jagħti l-impressjoni li se jakkomoda lin-nies f'kollox, qed naraw li ċerti bżonnijiet li jeżistu f'ċerti lokalitajiet lanqas biss hemm il-ħsieb li jsiru.", "Peress li l-funzjoni tal-kunsilli lokali issa se tikber iżjed, jien nippretendi li filwaqt li jonfqu l-flus għandhom jaħsbu għall-futur.", "Per eżempju, xi ħaġa li ma tantx naqbel magħha hija li jintnefqu ħafna flus fuq skips u containers oħra li fihom jinġabar ir-rubbish.", "Għalkemm naqbel li l-lokalitajiet għandhom jinżammu nodfa ma naħsibx li għandhom jintnefqu eluf ta' liri fuq dawn l-affarijiet meta għandna ħafna żgħażagħ li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Per eżempju, fil- Fgura m'hemmx ċentru li fih iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jirrikreaw ruħhom.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Dalli li tkellem qabli qal li meta kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista tlifna sentejn għaliex kieku matul dak iż-żmien kien isir ix-xogħol.", "Allura jekk meta kien hemm il-gvern Laburista Malta tilfet sentejn, għalfejn gvern Nazzjonalista sejjaħ l- elezzjoni ta' l-1996 qabel żmienha?", "Nixtieq li xi ħadd jirrispondini fuq dan.", "Għalhekk nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li l-gvern m'għandux juża l-kunsilli lokali biex jinqdew il-ministri u s-segretarji parlamentari.", "Il- kunsilliera, li tant jaħdmu bil-qalb, għandhom jaħdmu għal-lokal tagħhom.", "Jien ma nixtieqx li l-kunsilli lokali jkunu mgħobbijin b'din ir- responsabbilta' kollha għax bilfors li jnaqqsu mill-ħin li normalment jiddedikaw għal-lokal tagħhom.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li l-ewwel tqassmilna memorandum biex nitkellmu fuqu imbagħad wara li konna ilna jumejn niddiskutuh tqassmulna żewġ kotba oħra dwar il-kunsilli lokali, juri nuqqas ta' serjeta' min-naħa tal-gvern.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Gatt sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Ġunju 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar fondi għal ħtiġijiet speċjali lil kunsilli lokali - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta – it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tielet Qari.", "----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, bħala l-kelliem ta' l-oppożizzjoni fuq l-isport xtaqt niddedika ftit ħin minn dan l-aġġornament tal-lejla fuq id- diskussjoni li bdiet il-Ħadd li għadda fuq ċerti ġurnali lokali.", "Qed nirriferi għall-istorja li l-gvern qed jesiġi li titħallas il-VAT meta wieħed jiġi biex jidħol il-ground biex jara partita football.", "Huwa importanti li apparti d-diskors sabiħ li jingħad miż-żewġ naħat tal-Kamra, naraw li b'dak li nagħmlu ma nkunux qegħdin noħolqu aktar diffikultajiet lill-assoċjazzjonijiet sportivi.", "Jien naħseb li d-deċiżjoni li tiġi ċċarġjata 15% taxxa fuq l-entratura - almenu għalissa jidher li din se tapplika biss għall-football għalkemm hemm min qed jinsisti li din it-taxxa għandha tapplika wkoll fuq logħob ieħor ħalli ma tinħoloqx diskriminazzjoni - ma tantx se tagħmel ġid bil-logħba tal-football.", "Ħalli nagħtu ħarsa lejn is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-football f'pajjiżna.", "Għalkemm mhux dejjem rifless fir-riżultati li jinkisbu mit-team nazzjonali Malti, xorta waħda naħseb li tul is-snin sar ċertu progress anke f'dik li hija organizzazzjoni ta' l-istess Malta football association u tad- diversi clubs.", "Hawnhekk wieħed jifhem li din l-organizzazzjoni tenħtieġ spiża biex titmexxa u għalhekk il-fatt li se tibda tiġi ċċarġjata 15% taxxa fuq il-prezz għad-dħul ta' partita football naħseb li se jaħdem kontra l- ispirtu sportiv.", "Qed ngħid dan għaliex aħna nafu li f'dawn l-aħħar snin kien hemm nuqqas ta' attendenza fil-grounds tagħna, ħaġa li tista' tkun ġejja minn diversi fatturi, fosthom li n-nies jippreferu jibqgħu jaraw logħbiet ta' livell internazzjonali fuq it-televiżjoni u anke li l-interess fil-football lokali naqas minħabba ċerti riżultati li jinkisbu.", "Konsegwenza li deċiżjoni bħal din tista' ġġib magħha hija li jkun hemm anqas attendenzi għall-partiti tal-football u minħabba f'hekk ibatu l-MFA u l-clubs, li jieħdu parti mill-gate money.", "Il-fatt li se titħallas taxxa ta' 15% fuq il-prezz tad-dħul għall-partiti tal-football m'iniex qed ngħidu jien imma qalitu dan l-aħħar \"The Malta Independent\".", "Il-gazzetta rrapportat li nhar il-Ġimgħa mistenni jkun hemm council meeting u wkoll li: \"It is expected that admission prices for league matches may have to be increased as from next season\".", "Minbarra li tibda titħallas din it-taxxa ta' 15% minn issa 'l quddiem, ġie deċiż ukoll li għandhom jitħallsu l-arretrati sa mill-1994, jiġifieri minn meta daħlet il-VAT għall-ewwel darba f'pajjiżna.", "Hawnhekk ta' min wieħed jistaqsi jekk dan l-enforzar huwiex se jsir fuq il-football biss jew inkella jekk għada pitgħata huwiex se jiġi mifrux fuq tip ta' sport ieħor.", "Jekk mill-banda l-oħra din it-taxxa m'hijiex se tiġi enforzata fuq sport ieħor allura nkunu qed noħolqu preċedent ikrah, fis-sens li tkun qed issir diskriminazzjoni bejn tipi differenti ta' sports.", "Fis-seduta ta' dalgħodu, waqt li kont qed nitkellem fuq id-dibattitu dwar il-liġi ta' l-income tax, semmejt proprju l-qasam ta' l-isport pero' m'għamilt l-ebda riferenza għal players professjonali, b'mod partikolari dawk barranin li ma jħallsu l-ebda taxxa.", "Minkejja dan, il-ministru llejla proprju għażel li iktar jirrispondi fuq il-players professjonali u bħal donnu ried jgħid li ġaladarba dawn qed jaqilgħu flus tajbin, allura għandhom iħallsu t-taxxa.", "Ċertament li jien ma dħaltx f'dan l-argument pero' huwa ovvju li l-liġijiet tal-pajjiż għandhom japplikaw l-istess għal kulmin jaħdem u jekk xogħol individwu partikolari huwa li jilgħab il- football, allura dan għandu jħallas it-taxxa dovuta huwa wkoll.", "Waqt id-dibattitu ta' dalgħodu, il-ministru għoġbu jqabbel logħba football ma' film u qal li t-tnejn huma forma ta' entertainment.", "Jista' jkun li l-ministru qed jaraha minn xi angolu differenti pero' jien naħseb li hemm differenza bejn it-tnejn għaliex wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn a profit-making organisation and a non-profit-making organisation, ħaġa li toħroġ ukoll mill-istess liġi tal-VAT.", "Fil-fatt meta fl-1994 din il- liġi kienet qed tiġi diskussa fi stadju ta' kumitat, kien tqajjem proprju dan il-punt u għal domanda ta' l-Onor.", "Charles Mangion dwar jekk għaqdiet sportivi li jipprovdu faċilitajiet kenux se jħallsu din it-taxxa, il- ministru kien wieġeb u qal li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn a profit- making organisation and a non-profit-making organisation.", "Issa jekk qed naħsbu li l-MFA qiegħda hemmhekk biex tagħmel il-qligħ allura veru għandha titħallas din it-taxxa, pero' jekk naqblu li l-football f'pajjiżna mhux qiegħed hemmhekk biex jagħmel il-qligħ imma biex joffri spazju għaż- żgħażagħ tagħna biex jipprattikaw l-isport favorit tagħhom u anke sabiex il- pubbliku dilettant tal-football imur il-ground u permezz ta' l-admission fee li qed iħallas b'mod dirett jew indirett jgħin lill-clubs fit-tmexxija tagħhom, allura għandna nqisu lill-MFA bħala a non-profit-making organisation.", "Aħna nafu li l-flus li jingħataw lill-clubs mid-dħul ta' l- admission fees qegħdin jintużaw biex jinżammu n-nurseries, jinżammu players u anke jiġu organizzati attivitajiet oħra.", "Ċertament li dawn il-clubs m'humiex jagħmlu profitt anzi, kif għedt fil-bidu, l-isport kollu f'pajjiżna qed jiffaċċja problemi, primarjament finanzjarji.", "Għalhekk jien naħseb li rridu naraw x'inhuma l-prinċipji u nimxu magħhom.", "Il-ministru llejla qal ukoll li huwa importanti li mhux talli m'għandniex innaqqsu tax base imma bil-maqlub għandna naraw kif nespanduha aktar.", "Dan ifisser li għandna naraw li jkun hemm eżenzjonijiet mill-inqas.", "Jien nifhem li fl-aħħar mill-aħħar ma nistgħux noqogħdu nagħtu eżenzjoni lil kulmin jitlob għaliha pero' ma nistax nifhem kif il-ministru fl-1994 qal mod u llum qed jgħid mod ieħor.", "Wara kollox l-għanijiet li kellha l-MFA fl-1994 huma l-istess għanijiet li għad għandha llum u naħseb li wieħed ma jistax iqabbel lill-MFA ma' min qed jikkompeti fis-suq ċinematografiku, fejn hemm element ta' qligħ.", "Jiġifieri naħseb li l-argument li għamel il-ministru, fejn qabbel lil min imur jara film ma' min imur jara logħba football, assolutament ma jreġix għaliex fl-aħħar mill-aħħar min imexxi c-cinemas jagħmel dan bi skop ta' qligħ, filwaqt li l-flus mill-admission fees għall- partiti tal-football imorru għal skopijiet totalment differenti.", "Mr Speaker, jekk aħna rridu verament nagħmlu ġid lill-isport hemm bżonn li mill-paroli ngħaddu għall-fatti u għalhekk xtaqt li nagħmel suġġeriment, fis-sens li l-flus tal-VAT, jew almenu parti minnhom, li jinġabru mill- admission fees fil-grounds tal-football - ġaladarba s'issa għadna qed nitkellmu fuq football biss - jerġgħu jiġu investiti fl-isport sabiex inkabbru aktar dan il-qasam, liema qasam nafu li jista' jkun wieħed mis- soluzzjonijiet għall-problemi soċjali, b'mod partikolari dik tad-droga li sfortunatament qiegħda dejjem tikber.", "Għalhekk jien naħseb li jkun tajjeb li nikkonsidraw dawn l-affarijiet, mhux biss mill-aspett ekonomiku tagħhom imma anke mill-aspett soċjali.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, f'dawn l-aħħar ġranet kellna mewta oħra ta' persuna żagħżugħa kaġunata minn overdose ta' droga, it-tieni każ fi żmien xahar.", "Iż-żewġ persuni li mietu kienu mill-Kottonera u nieħu din l- opportunita' sabiex f'isem l-oppożizzjoni Laburista nagħti l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi.", "Jidher li fil-Kottonera u l-areas tal-viċin il- problema tad-droga reġgħet refgħet rasha u għalhekk hemm bżonn ta' sforz kollettiv akbar sabiex inkunu nistgħu niġġieldu din il-problema, li tidher li sejra tegħlibna.", "L-ewwelnett irridu nibdew billi naraw x'hemm bżonn li jsir bħal, per eżempju, aktar edukazzjoni, ħidma akbar mill-pulizija u għajnuna lill-istess pulizija miċ-ċittadini.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni hemm bżonn ta' aktar informazzjoni dwar dak li jista' jwassal persuna biex tieħu d-droga kif ukoll fiex twassal id-droga lill- persuna li tkun qed teħodha.", "Din l-informazzjoni għandha tiġi mill- iskejjel, mill-ġenituri ta' l-istess żgħażagħ kif ukoll mill-Knisja.", "Semmejt ukoll aktar ħidma mill-pulizija u hawn qed nirriferi għall-bżonn ta' aktar raids u rondi f'areas fejn kulħadd jaf li huma magħrufa għad- droga, bħall-Kottonera u b'mod partikolari l-Birgu.", "Hemm bżonn ukoll li jkun hemm aktar sigurta' mill-pulizija waqt ir-rave parties u d-discos, speċjalment issa li daħal is-sajf u dawn l-attivitajiet jiżdiedu.", "Nixtieq ukoll li l-pulizija jxandru b'aktar insistenza in-numru tat-telefon li fuqu persuna tista' ċċempel u tagħti informazzjoni filwaqt li tibqa' anonima.", "Il- pulizija għandhom jagħmluha ċara li l-identita' ta' min jagħmel dawn ir- rapporti tibqa' mistura għaliex kulħadd jaf li ħafna min-nies jibżgħu mis- saħħa tat-traffikant tad-droga u anke jibżgħu li forsi xi pulizija jikxef lil min ikun għamel ir-rapport.", "Għalhekk hemm bżonn li nkabbru r-rispett taċ-ċittadin lejn il-pulizija, li jidher li dan l-aħħar naqas ħafna.", "Fil- fatt ftit tal-ġranet ilu ltaqjt ma' pulizija li hu stess qalli li kien qed iħossu diżilluż minħabba l-fatt li wara li jkun sar tant mill-pulizija sabiex tinqabad persuna li tkun qed tittraffika d-droga, dik l-istess persuna tispiċċa tittella' l-qorti u toħroġ liberata.", "Aktar kmieni semmejt l-għajnuna li għandha tingħata miċ-ċittadini lill- pulizija.", "Mr Speaker, jien naħseb li nkunu qed nonqsu meta nkunu nafu b'abbuż jew bi traffikar ta' droga u nibqgħu b'ħalqna magħluq.", "Ħafna minna jirraġunaw b'mod li diment li l-problema ma tkunx tolqot lilna, allura ma nagħtux kas.", "Dan huwa raġunament żbaljat għaliex irridu niftakru li għalkemm illum ikun hemm xi problema li forsi ma tkunx qed tolqotna, għada pitgħada din tista' tolqot lil xi membru tal-familja tagħna.", "Għalhekk hemm bżonn li kulmin jara xi ħaġa suspettuża jirrapporta mill-ewwel lill- pulizija, li min-naħa tagħhom żgur li jkunu lesti jaħdmu fuq kull informazzjoni li jirċievu.", "Ma nistgħux nibqgħu passivi quddiem sitwazzjoni bħal din li qed toħloq pjaga f'pajjiżna u qed tħalli żgħażagħ fl-isbaħ żmien ta' ħajjithom vittmi.", "Illum stess irċevejt ittra mingħand l- assoċjazzjoni tal-ġenituri \"inħarsu 'l uliedna\", fejn qegħdin jitolbu sabiex iż-żgħażagħ jiġu mħarsa waqt il-ħin tad-divertiment.", "Mr Speaker, jiena nemmen li meta persuna tkun bla xogħol u allura jkollha ħafna ħin li ma jkunx okkupat aktar tkun fiċ-ċans li taqa' f'xi vizzju, fosthom dak tad- droga.", "Għalhekk hemm bżonn ta' sforz kollettiv akbar sabiex noħolqu jobs għaż-żgħażagħ ħalli b'hekk dawn ikunu okkupati u jitbiegħdu mill-vizzji.", "F'dawn l-aħħar ġranet sar l-ewwel party għall-istaġun tas-sajf, party li beda f'nofsinhar u baqa' sejjer sa l-għada filgħodu.", "Kif kulħadd jaf, f'parties simili li saru s-sena l-oħra kellna każi ta' mewt b'overdose tad- droga u għalhekk hemm bżonn li nilqgħu minn issa sabiex ma jkollniex aktar telfien ta' ħajja żagħżugħa kawża tad-droga.", "Jien nittama li dawk il- guidelines li tant ħdimna fuqhom waqt il-kumitat permanenti dwar l- affarijiet soċjali jaslu biex jiġu mwettqa u ssir ukoll xi ħaġa rigward il- ħinijiet għaliex ma jistax ikun li żagħżugħ joħroġ fl-10.00 p.m. u jibqa' barra sal-5.00 a.m. jiżfen u jixrob.", "Dan l-aħħar esperjenzajna d-dħul tal- breathalyser test f'Malta - jidher li dan kellu effett pożittiv - u qed isiru wkoll anti-doping tests fejn jidħol l-isport.", "U hawnhekk xtaqt nagħmel suġġeriment.", "Naħseb li jkun tajjeb li waqt li jkunu għaddejjin dawn il-parties, ikun hemm xi tip ta' anti-doping test fuq dawk li jkunu jidhru li huma taħt l-effett tad-droga ħalli b'hekk tidħol ċerta biża' u jonqos l- abbuż.", "Hemm bżonn ukoll li jkollna aktar kontrolli kemm fl-airports, kif ukoll fil-portijiet u l-posta.", "Hawnhekk nistaqsi jekk hux qed ikun hemm inspections fuq in-numru kbir ta' laneċ, kemm pleasure boats kif ukoll tas- sajd, li jidħlu u joħorġu qishom mhux huma.", "Qiegħed ikun hemm inspections fil-posta biex jaraw li ma jidħlux ċerti drogi, bħal-LSD, li faċilment tista' tgħaddi b'dan il-mezz ta' komunikazzjoni?", "Mr Speaker, illum qed nindunaw li t-trobbija tajba m'hijiex garanzija li ż-żgħażagħ se jibqgħu 'l bogħod mill-vizzji, speċjalment dak tad-droga.", "Għalhekk inkunu żbaljati għall-aħħar jekk ngħidu li dawk il-persuni li jabbużaw mid-droga ġejjin minn familji li għandhom ċerti problemi.", "Huwa veru li żgħażagħ li jkunu ġejjin minn familji b'background bħal dan huma aktar vulnerabbli għall-vizzjijiet, pero' r-realta' hi li dawk maħkuma mill- vizzju misħut tad-droga ġejjin minn kull livell tas-soċjeta' tagħna.", "U hawnhekk xtaqt nikkwota ftit figuri li joħorġu mir-rapport li għamlet il- Caritas - minn hawnhekk nirringrazzja lill-Caritas għall-ħidma sfiqa li twettaq fost iż-żgħażagħ li għandhom il-problema tad-droga - is-sena l-oħra dwar l-użu tad-droga minn adoloxxenti.", "Il-Caritas għamlet dan is-survey fost numru ta' żgħażagħ li jattendu l-iskola sekondarja jew post- sekondarja.", "Il-mistoqsijiet li saru f'dan is-survey kienu identiċi għal dawk li kienu saru f'survey ieħor li kienet wettqet l-istess Caritas fl- 1991 u għahekk setgħu jsiru l-paraguni.", "Fatt inkwetanti ħafna huwa li kien hemm żieda ta' 60% fl-użu tad-droga li fost kollox kienu jinkludu marijuana, eroina, LSD, steroids, kokaina u ecstasy.", "Ta' min jgħid ukoll li l-marijuana kienet l-akar droga popolari fost dawn l-istudenti.", "Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn x'qalu dawn l-istudenti dwar l- aċċessibilita' għad-droga, insibu li ħafna qalu li kemm il-marijuana kif ukoll l-eroina jitqiesu bħala easy-to-find drugs.", "Il-fatt li ż-żgħażagħ tagħna sa minn eta' żgħira qed jaraw li ċerti drogi huma daqshekk aċċessibbli, juri li s-sitwazzjoni sejra għall-agħar u li hemm bżonn ta' aktar kontrolli sabiex il-ġlieda tagħna tkun aktar b'saħħitha u aktar effettiva.", "Informazzjoni importantissima li toħroġ mill-istess survey hija li l-eta' li ż-żgħażagħ qalu li jibdew imorru l-parties u d-discos hija proprju l-eta' fejn iż-żgħażagħ tagħna huma l-aktar fil-periklu li jaqgħu fil-vizzju ta' l-użu tad-droga.", "Għalhekk jidher ċar li hemm bżonn ta' kontrolli aktar stretti u serji waqt li jkunu qegħdin isiru dawn il- parties u d-discos.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq xtaqt insemmi xi konklużjonijiet, li forsi ma semmejtx aktar qabel u li ħarġu minn dan l-istess rapport, fosthom li 30% taż-żgħażagħ ta' 17-il sena li kienu involuti f'dan is-survey qalu li huwa faċli takkwista d-droga.", "L-istess rapport juri wkoll li l-istudenti li huma well-off, jiġifieri li ġejjin minn familji ta' ċertu livell - hekk almenu isejħilhom ir-rapport - u li jmorru skejjel privati, tal-knisja jew juniour lyceums huma aktar esposti għall-abbuż mid-droga minn żgħażagħ oħra.", "Ċertament li hemm bżonn ta' sforz kollettiv aktar b'saħħtu sabiex il- ġlieda kontra dan il-vizzju misħut tad-droga ma tintilifx.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 16 ta' Ġunju 1999 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gatt.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FONDAZZJONI GĦAX-XJENZI MEDIĊI - OFFERTI", "7531.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' issa l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti li ħarġet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi għal provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern ġietx awtorizzata mid-Dipartiment tal-Kuntratti kif jitolbu r-regolamenti finanzjarji tal-gvern imressqa mill-Gvern Nazzjonalista f'Ġunju 1996 b'Avviż Legali 70/96?", "Jekk is-sejħa ġiet awtorizzata, meta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jidher li minn interpretazzjoni stretta tal-Public Service (Procurement) Regulations 1996, il-Fondazzjoni ma setgħetx toħroġ din l-offerta jekk mhux bil-permess ad hoc tal-Ministeru tal-Finanzi skond klawsola 4(4) tar-Regolamenti.", "Il-passi biex dan isir ittieħdu hekk kif sar magħruf il-ħruġ tas-sejħa għall-offerti.", "Wara li saru d-diskussjonijiet meħtieġa d-Dipartiment tal-Kuntratti issa ser jieħu f'idejh din is-sejħa għall-offerti.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - DISKUSSJONIJIET", "7532.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mad- Dipartiment tat-Toroq li hemm riferenza għalihom fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 7182?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li wara li saru taħdidiet mad- Dipartiment tat-Toroq, instab mezz kif l-arbli fi Triq il-Kosta, Baħar iċ- Ċagħaq setgħu jitwaħħlu wara l-crash barriers.", "Tajjeb li wieħed jgħid li wara d-diskussjoni dwar din il-materja fil-Parlament, ġbidt l-attenzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta dwar il-possibilta ta' perikli għas-sewqan tal- post li kien ntagħżel oriġinarjament biex jitwaħħlu l-arbli.", "QASAM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ/SPORTS", "7577.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru u/jew is-Segretarju Parlamentari jgħid x'inizjattivi ġodda ttieħdu fil-qasam taż-żgħażagħ u sports minn Settembru tas-sena l- oħra sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SWIMMING PROMOTIONS UNIT", "7578.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju u d-d-diskussjonijiet dwar it- twaqqif tas-swimming promotions unit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 3493 u nżid li għadhom qegħdin jiġu studjati l-aħjar arranġamenti biex dan il-unit, meta jitwaqqaf, ikun jista' jaħdem mhux għal sena waħda kif ġara fil-passat, iżda fuq bażi aktar fit-tul.", "FEDERAZZJONIJIET SPORTIVI", "7579.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk id-diversi federazzjonijiet sportivi li għad m'għandhomx il-headquarters tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-federations?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Segretarjat Parlamentari flimkien mal- Kunsill Malti għall-Isport għaddej b'ħidma kontinwa biex il-federazzjoni sportivi nazzjonali jkollhom il-headquarters tagħhom.", "Fil-fatt diġa` hemm xi għaqdiet nazzjonali li ġew mogħtija l-headquarters tagħhom b'titolu legali u oħrajn li ġew mogħtija spazju ta' kmamar fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali biex iservi ta' headquarters.", "Mill-kwestjonarju li nieda d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport f'Marzu jirriżulta li hemm dawn il-federazzjonijiet nazzjonali li għadhom mingħajr headquarters.", "Malta Taekwando Federation Malta Tenpin Bowling Association Malta Gymanastics Federation Malta Amateur Bodybuilders Association Malta Handball Association Malta Tennis Federation Malta Amateur Weightlifting Association Archery Association of Malta Malta Squash Association Assoċjazzjoni Sport Muturi Malta Judo Association Għaqda Regatta Nazzjonali National Fencing Federation Malta Pool Association Malta Darts Association Malta Netball Association Malta Bridge Federation Malta Triathlon Association Malta Table Tennis Association Malta Badminton Association Malta Baseball/Softball Association", "Qiegħda tiġi kkonsidrata l-possibbilta` li fejn hu possibbli xi wħud mill- federazzjonijiet jiġu allokati spazju ta' uffiċini fit-tliet ċentri sportivi li hemm ippjanat li jinbnew skond il-wegħda elettorali tal-gvern.", "F'każijiet oħra qegħdin jiġu kkonsidrati talbiet li saru mill-istess federazzjonijiet għall-akkwist ta' art b'titolu legali biex ikunu jistgħu jinbnew il-faċilitajiet sportivi tagħhom.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - KAROZZI IMPRESSED", "7599.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7049 ċioe' jista' jgħid kemm iddaħlu karozzi impressed fid-dikasteru tiegħu mill- 5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Kemm karozzi impressed ġew trasferiti għad- dikasteru tiegħu minn dipartimenti oħra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ma ddaħlux karozzi impressed ġodda mal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u mad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-istess ministeru.", "Matul l-istess perijodu ġew trasferiti tliet karozzi impressed għad-dekasteru ta' dan il- ministeru.", "Wieħed ġie trasferit mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, fil-waqt li t-tnejn l-oħra ġew trasferiti mill-Korporazzjoni Enemalta.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "7600.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7048 ċioe' b'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6901, jista' jgħid x'se jsir mill-ħaddiema tal-PMO fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, ladarba l-ftehim li hemm bejn l-MUS u l-FMS se jiġi tterminat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li meta jiġi tterminat il-ftehim bejn l-MUS u l-FMS, il-ħaddiema tal-PMO li ma jkollhomx xogħol alternattiv se jkollhom l-impjieg tagħhom tterminat skond il-provvedimenti legali.", "SKEJJEL - VAKANZI GĦALL-ASSISTENT KAP", "7601.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm mistennija li jkunu l-vakanzi għal assistent kap fl-iskejjel sekondarji sa nofs Settembru, 1998?", "Kemm għalliema mil- lista l-ġdida mistenni li jkunu promossi sa dak iż-żmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' vakanzi ta' Assistenti Kapijiet fl-iskejjel Sekondarji f'nofs Settembru 1999 mistenni jkun sitta.", "L-għalliema li jkunu promossi għal Assistent Kap ikun ekwivalenti għan- numru ta' vakanzi.", "MIA - IMPJEGATI", "7602.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7092 ċioe' jista' jgħid: kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; kemm hemm ħaddiema mpjegati mas- subcontractors tal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-subcontractors tal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; x'inhuma s-snajja' u/jew ix-xogħol ta' l- impjegati mas-subcontractors li jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li: hemm 252 persuna mpjegata direttament ma' l-MIA Terminal.", "In-numru ta' ħaddiema mpjegati mas- subcontractors ta' l-MIA u x-xogħol li jagħmlu jvarja skond iċ-ċirkostanzi.", "Hemm 496 impjegati jaħdmu ma' l-MIA fil-parti ta' l-Airfield, li minnhom 111 jaħdmu fl-Air Traffic Control.", "MIA - APPARAT/SISTEMI", "7603.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7093 ċioe' jista' jgħid: (a) jekk l-apparat u s-sistemi li jinsabu fit- Terminal Building tal-Gudja humiex kollha ċċertifikati għall-Y2K; (b) liema sistemi tat-Terminal Building tal-Gudja għandhom jiġu mibdula biex tiġi solvuta din il-problema; (ċ) kemm hi stmata li tkun l-ispiża; (d) liema sistemi f'dan l-istess bini diġa' ġew upgraded biex ikunu kompatibbli għas- sena 2000; e) fil-każ ta' (c) kemm kienet l-ispiża?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li:", "a. L-apparat u s-sistemi li jinsabu fit-Terminal Building tal-Gudja, li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-MIA, ġew iċċekkjati kollha għall-Y2K.", "Dan l-apparat u sistemi ġew ċertifikati għall-Y2K kollha minbarra l- Building Management System u l-Access Control System.", "Ta' min jgħid li x- xogħol ta' upgrading għall-Y2K ta' dawn iż-żewġ sistemi mistenni li jkun lest fi żmien qasir.", "b. L-ebda sistema li taqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-M.I.A. ma għad trid tinbidel minħabba l-Y2K.", "c. Is-sistemi tat-Terminal Building tal-Gudja li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' ta' l-MIA li diġa' ġew upgraded biex ikunu kompatibbli għas- sena 2000 huma: Telephone Call Logging System, CCTV Recording System, Hand Recognition System u POS Novell Server.", "d. L-ispiża tax-xogħol imsemmi fil-paragrafu preċedenti kienet ta' madwar Lm7,000.", "LUQA - ĊENTRU TAL-KONTROLL TA' L-AJRU", "7604.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7089 ċioe' peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5713 il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni ta wieħed x'jifhem li s-sistema tar-radar ġdid li kienet ġiet installata fiċ-ċentru l-ġdid tal-kontroll ta' l-ajru f'Ħal-Luqa kienet mistennija li tibda topera f'Awissu 1998, jista' jgħid jekk din is-sistema fil-fatt toperax?", "Jekk fl-affermattiv, meta bdiet topera?", "Jekk fin-negattiv, x'inhuma r-raġunijiet li din mhijiex topera meta għaddew aktar minn sitt xhur meta kellha tibda topera?", "Meta hu ppjanat li din is-sistema tibda tintuża?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-sistema tar-radar il-ġdid li kienet ġiet installata fiċ-ċentru l-ġdid tal-kontroll ta' l-ajru f'Ħal-Luqa, taħdem iżda mhix topera kompletament.", "Dan minħabba konsiderazzjonijiet ta' taħriġ, nuqqas ta' numru meħtieġ ta' kontrolluri u difetti fis-sistema u fl- apparat li wħud minnhom żviluppaw fil-perjodu tal-operational trials li saru fil-bidu tas-sena 1998.", "Din kienet sitwazzjoni li sab il-Bord tad-Diretturi preżenti fl-aħħar tas- sena 1998, u mill-ewwel bdiet tittieħed azzjoni biex dawn in-nuqqasijiet jiġu kkoreġuti fl-iqsar żmien possibbli.", "Huwa ppjanat li din is-sistema tiġi fully operational qabel l-aħħar ta' din is-sena.", "HATCHERIES/PROCESSORS TAL-POULTRY - RAPPREŻENTANTI", "7621.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ltaqax ma' rappreżentanti tal- hatcheries/processors tal-Poultry mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "X'punti tressqu permezz ta' korrispondenza lill-Ministeru mir- rappreżentanti tal-Hatcheries u processors matul l-istess perijodu?", "X'konsiderazzjoni saret mill-Ministeru dwar din il-korrispondenza?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-artiklu li deher f' paġina 9 ta' The Times tat-3 ta' Gunju 1999, f' liema artiklu għandu jsib ir-risposta għal dak li qed jitlob.", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "7622.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-KIM u l- Ministeru dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-UE fuq din l-industrija?", "Kif ġie stabbilit li bil-prezzijiet medji ta' l-UE ta' 60 ċenteżmu kull kilo, il-produtturi jmorru aħjar meta llum iġibu aktar minn 80 ċenteżmu kull kilo?", "X'kalkoli xjentifiċi saru u jista' l-Ministru jpoġġi dawn il- kalkoli fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kelli erbgħa laqgħat formali mal-Koperattiva ta' min Irabbi l-Majjali (KIM) mill-5 ta' Settembru 'l hawn, kif ukoll diversi okkazjonijiet fejn saru laqgħat informali skond in-neċessita' tal-ġurnata.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, donnu li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għad-dikjarazzjoni magħmula mid-diriġenza tal-KIM li kienet tgħid li jemmnu li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-industrija tal-majjal għanda tissaħħaħ u tmur għall-aħjar.", "L-Onor.", "Interpellant jiftakar li kien il-ħafna kliem fieraħ minn naħa tiegħu dwar esportazzjoni ta'majjal li riżulta f' over production peress li r-raħħala ġew mogħtija x'jifhmu li kienet ser tinfetaħ l-istess esportazzjoni.", "Ir-raħħala kollha li jifformaw il-KIM jafu dan kollu w jafu wkoll li minn ħafna propaganda vojta u bla sugu ta' l-istess Interpellant ġew esportati biss madwar 40 majjal.", "ĊANGA FRISKA", "7623.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li numru ta' ħwienet tal-laħam li jixtru ċanga friska niżel minn 373 f'Dicembru 1998 għal 247 f'Mejju, 1999, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex ġara dan?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ammont ta' bejgħ ta' ċanga minn xahar għal xahar, kif ukoll in-numri ta' drabi li ħwienet jixtru ċ-ċanga huma determinati mill-forzi tas-suq kif ukoll minn fatturi oħra li jaffettwaw il-konsum bħal żmienijiet tal-Milied u żmien ir-Randan u l-Gimgħa Mqaddsa.", "DJAR - MTARFA - ĦSARAT FI DJAR", "7624.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' residenti fl-Imtarfa li ressqu talbiet quddiem l-Awtorita' tad-Djar dwar ħsarat li żviluppaw fi djar, appartamenti, maisonettes, eċċ tagħhom matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm minnhom ġew trattati?", "Kemm minnhom ġew irtirati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma' kull kuntratt ta' bejgħ li jsir, kull benefiċjarju għandu ċ-ċans, fil-preżenza ta' uffiċjali ta' l-Awtorita' tad- Djar biex jagħmel l-ilmenti tiegħu fuq il-post li jkun ingħata.", "Il- kuntrattur imbagħad jikkuntattja lill-benefiċjarju sabiex jagħmel ix-xogħol meħtieġ.", "L-aħħar ħlas lill-kuntrattur ma jsirx qabel ma l-Awtorita' tad- Djar ikollha l-konferma mill-benefiċjarji li huma sodisfatti bix-xogħol kollu.", "F'każ ta' difetti strutturali, il-kuntrattur kif ukoll il-perit li ħa ħsieb ix-xogħol, jibqgħu responsabbli għall-istruttura għal perjodu preskritt skond il-liġi u għandhom l-obbligu li jaraw li jsiru t-tiswijiet meħtieġa.", "Kien hemm każi fejn il-benefiċjarji rrapportaw xi ħsarat anke wara li kien għadda żmien sostanzjali minn meta ħadu l-post.", "Madanakollu l- Awtorita' tad-Djar dejjem ħadet passi, diment li l-każ kien ġenwin, biex il- problemi li jinqalgħu jiġu solvuti għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.", "Fil-każ li ma jsirx ftehim mal-kuntrattur u x-xogħol ma jirriżultax sodisfaċenti, l-Awtorita' tad-Djar tieħu passi legali biex tissolva l- problema.", "ĊANGA FRISKA", "7625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-bejgħ taċ-ċanga friska lill-ħwienet tal-laħam niżel minn 39212 kilos f'Diċembru, 1998 għal 24788 kilos f'Mejju, 1999, jista' l- Ministru jgħid kif oriġina dan it-tnaqqs fil-bejgħ ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għad- domanda parlamentari numru 7623.", "EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA", "7626.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li bħalissa huma sekondati fil- ministeri, dipartimenti governattivi, korpi parastatali u għaqdiet oħra?", "Kemm minn dawn huma għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika?", "Dawn ta' l-aħħar fejn huma sekondati bħalissa?", "Meta ġew sekondati fl-impjieg li għandhom?", "Għal kemm żmien?", "Hemm xi ħsieb li dawn jerġgħu lura għad-doveri tagħhom mad-Diviżjoni ta l-Edukazzjoni qabel is-sena skolastika li jmiss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa n-numru ta' għalliema li huma fil-ministeri, dipartimenti governattivi, korpi parastatali u għaqdiet oħra hu kif se nsemmi: Ministeru ghall-Politika Soċjali - 1 Ministeru ta' l-Edukazzjoni - 1 Ministeru ta' l-Intern - 1 Ministeru tas-Sahha - 2 (1 Assistent Kap ta'Skola) Ministeru tat-Trasport - 1 (Assistent Kap ta'Skola) Librerija Pubblika - 2 (1 Assistent Kap ta'Skola) Dipartiment ta' l-Agrikoltura - 2 Dipartiment tal-Muzewijiet - 1 Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici - 2 Dipartiment tas-Servizz Korettivi - 2 St Patricks Salesian School - 2 Institute of Tourism - Gozo - 1 Malta University Services Ltd - 1 (Kap ta' Skola) Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce - 2 General Workers Union - 1 Confederation of Malta Trade Unions - 1 Malta Council for Science and Technology - 1", "M'hemmx għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika li ġew sekondati f'postijiet oħra.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI - RAPPORT", "7627.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport li sar minn kumitat imwaqqaf apposta dwar faċilitajiet sportivi u biex jirrakomanda fejn għandhom jitwaqqfu tliet ċentri sportivi li beħsiebu jibni l-gvern f'diversi lokalitajiet sportivi?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' dan ir-rapport tal-kumitat li kien immexxi mill-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament?", "Saru laqgħat bejn uffiċjali tal-gvern u membri ta' dan il-kumitat biex jiġi mistħarreġ aktar dan ir-rapport u jittieħdu passi konkreti dwaru?", "Ittieħdet xi deċiżjoni dwar fejn se jsiru dawn l-impjanti sportivi?", "Saru xi pjanti relattivi għal dawn iċ-ċentri?", "Jekk iva, jista' jpoġġi kopji fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapport dwar it-tliet ċentri sportivi tlesta.", "It-talba biex kopja ta' dan ir-rapport titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra tiġi kkonsidrata wara li tkun saret l-evalwazzjoni tiegħu.", "Sakemm kien qiegħed jiġi ppreparat ir-rapport, il-membri ta' dan il-Kumitat kellhom laqgħat ma' uffiċjali mid-Dipartiment tal-Kuntratti, ta' l-Artijiet u tax-Xogħlijiet kif ukoll ma' uffiċjali mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "S'issa għad ma hemm ebda deċiżjoni dwar fejn se jsiru dawn l-impjanti sportivi.", "Ir-rapport jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar is-siti għal dawn l-impjanti kif ukoll studju mfassal mill-Kumitat li ġie bbażat fuq impjanti eżistenti fl-Ewropa.", "PIXXINA NAZZJONALI - SWIMMING PROMOTION UNIT", "7628.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-gvern ma kompliex bis-swimming promotion unit li kien waqqaf Gvern Laburista u li kenet topera mill-Pixxina Nazzjonali?", "Japprezza l-bżonn ta' unit bħal dan biex irawwem subien u bniet fl-għawm speċjalment wara l-wirja fqira ta' l-għawwiema tagħna fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar?", "Japprezza li kemm-il darba s-Segretarju Parlamentari tiegħek wiegħed li kien se jerġa' jwaqqaf u jsaħħaħ din il- unit iżda għaddew aktar minn tmien xhur u għadu ma sar xejn?", "Japprezza li matul is-sena skolastika li għaddiet l-iskejjel ta' l-Istat ma ħadux lit- tfal tagħhom jgħumu għaliex ma kellhomx nies imħarrġa biex jieħdu ħsieb it- tfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3493 u 7578.", "Nixtieq nippreċiża li s- Swimming Promotion Unit imwaqqfa mill-Gvern preċedenti spiċċat f'Ġunju 1998 u ma kien tlesta ebda pjan biex din terġa' tibda topera.", "Naċċerta lill- Onor. Interpellant li dan il-Gvern japprezza l-bżonn ta' dan il-unit, irrispettivament mill-prestazzjoni ta' l-atleti fil-kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET", "7661.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7111, jista' l-Ministru jgħid jekk, apparti r-riforma komprensiva, huwiex qiegħed isir ix-xogħol fuq il-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija u Għar Dalam, Ħaġar Qim u l- Imnajdra, il-Museum of Fine Arts, il-Mużew Marittimu, l-Ethnography Museum u l-Mużew tal-Gwerra u l-Hypogeum kif iddikjarat f'Jannar li għadda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID - HYPOGEUM", "7662.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa' jinfetaħ il-Hypogeum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-data tal-ftuħ ta' l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni għadha trid tiġi deċiża.", "SERVIZZ TA' GĦAJNUNA LEGALI TAL-GVERN", "7663.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, in-numru ta' nies li bbenefikaw mis-servizz ta' għajnuna legali tal-gvern matul dawn l-aħħar 15- il sena?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tinghata f`xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar.", "ŻURRIEQ - UFFIĊĊJU TAS-SOCIAL SERVICES", "7679.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jaf il-Viċi Prim Ministru li għall- Uffiċċju tas-Social Services fiż-Żurrieq in-nies iridu jitilgħu t-taraġ?", "Se jsir xi ħaġa biex dan l-uffiċċju jkun aċċessibbli għal dawk li huwa diffiċli għalihom li jitilgħu bit-taraġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif ġie mħabbar diġa', fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali bdejna proġett pilota dwar l-Uffiċċini Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "L-għan prinċipali ta' dan il-proġett huwa li jiġu upgraded dawn l-uffiċini kif ukoll li jsir titjib konsiderevoli fis-servizz li jingħata liċ- ċittadini taħt il-kunċett ta' one stop shops.", "Wieħed mill-ewwel ħames uffiċini li ġie mdaħħal fil-proġett pilota hu dak taż-Żurrieq.", "Ħa jsir studju kif dan l-uffiċċju jista' jkun irranġat u rrinovat.", "Qed jiġi kkonsidrat wkoll kif dan l-uffiċċju jista' jsir aċċessibli u waħda mis- soluzzjonijiet tista' tkun li jkun installat stair-lift jew lift.", "LUQA - PELICAN LIGHTS", "7680.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-pelican lights fi Triq Ħal Qormi, Luqa li ġew approvati xhur ilu u anke skond it- tagħrif li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5853?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji l-pjanti biex din il-parti tat-triq tkun tista` tiġi rranġata qabel jitwaħħlu l-lights indikati biex jiġi evitat periklu akbar għal min ikun qed jaqsam.", "Wara li jitlesta dan ix-xogħol, jitwaħħlu wkoll il-pelican lights.", "QRENDI - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "7681.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għassa tal-Qrendi tkun dejjem magħluqa?", "Se jittieħdu passi biex din tinfetaħ regolarment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Għassa tal-Qrendi qed tkun miftuħa regolarment.", "QRENDI/ŻURRIEQ - TRASPORT PUBBLIKU", "7682.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hux maħsub li jiġi mtejjeb is- servizz tat-trasport bejn il-Qrendi u ż-Żurrieq billi jkun hemm trasport dirett, minħabba li n-nies tal-Qrendi jkollhom imorru ż-Żurrieq għal diversi affarijiet bħal social services eċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s-servizz li qed titlob l-Onor.", "Membru diġa` jeżisti u jopera bir-Rotot 38 u 138.", "Ma jidhirx li hemm il- ħtieġa għal żieda f`dan is-servizz.", "QRENDI - SERVIZZI TAL-BERĠA", "7683.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta s-servizzi tal-berġa tal-Qrendi se jiġu mtejba, bħall-ħin tal-ftuħ, is-servizzi tal-pilloli, eċċ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'huwiex possibbli li jsir titjieb fil-ħin tal-ftuħ tal-berġa tal-Qrendi sakemm in-numru ta' tobba fis-servizz taċ-Ċentru tas- Saħħa jibqa nieqes.", "Is-sistema tas-servizz tal-pilloli hija uniformi fil-Berġa kollha u dik tal-Qrendi hija konforma mal-parametri preżenti.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "7684.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tinfetaħ Health Centre għall- area Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, eċċ biex ir-residenti t'hemmhekk ma jkollhomx għalfejn imorru fil-health centre tal-Furjana għal ċerti servizzi biex jinqdew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għalissa mhux ippjanat li jinfetah Ċentru tas-Saħħa għall-area Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, eċċ."]} {"filename": "20000308_260d_par.doc", "date": "2000-03-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 260 L-Erbgħa, 8 ta' Marzu, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 260", "L-Erbgħa, 8 ta' Marzu, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "260", "L-Erbgħa, 8 ta' Marzu, 2000", "WERREJ", "MINUTI 762", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 762", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 763", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 259 li saret fit-8 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WSC - ĦADDIEMA ĠODDA", "12636.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mal-water services corporation mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li matul il-perijodu msemmi l-korporazzjoni għas-servizzi ta` l-ilma mpjegat żewġ apprentisti fil-grad ta` draughtsman taħt it-technician apprenticeship scheme.", "L-għazla saret wara interview minn fost lista ta` studenti li kienu qed jagħmlu dan il-kors, liema lista giet sottomessa mill-ETC.", "Il- proċess ta` l-għazla sar skond il-proċedura stabilita.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bir-reviżjoni kif kienet se ssir fi żmien gvern Laburista fuq it-tariffi tal-kontijiet tad- dawl u l-ilma kienx hemm medda ta' nies, fosthom pensjonanti, li kienu se jiggwadanjaw għax il-kontijiet tagħhom kienu se jkunu irħas?", "Bil-kontijiet kif ħarġu issa dawn ibbenefikaw jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Meta l-Onor.", "Membru qed jgħid li kien hemm medda ta' nies li l-kont tagħhom kien se jiġihom irħas, irħas minn xiex, minn dak ta' l-1996?", "Għax jekk inhuwa hekk allura sħabna tan-naħa l-oħra għandhom l-obbligu li jippruvaw dan li qed jgħid l-Onor.", "Mizzi.", "Safejn naf jien il- maġġorparti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq diversi bands - everything taken into account, inkluż it-taxxa fuq id-drenaġġ - kienu se jiġu madwar 50% jew 60% aktar għoljin milli kienu qabel.", "Irridu niftakru wkoll li fl-1998 il-gvern Laburista kien ħa sena sħiħa fuq l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Bir-rati stabiliti kien hemm roħs ta' madwar 40% jew 50% on paper, imma fil-metodu kif kienu maħdumin it-tariffi kien hemm ukoll ċerti skerzi, biex insejħilhom hekk.", "Għaliex?", "Għax il- konsum ta' l-ilma kienu naqsuh minn 20 gallun għal xi 18-il gallun u meta taqbeż minn livell ta' konsum għal ieħor it-tariffa titlagħlek.", "(Interruzzjonijiet) Inti qbadtli fuq it-tariffi ta' l-ilma u qed nirrispondik kif jidhirli jien!", "MR SPEAKER: Fil-każ għamel domanda supplimentari, Onor. Mizzi.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, ħu l-passi li għandek tieħu ħalli narawha din l-arroganza!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien staqsejtek u għedtlek biex tikkompara l-kont ta' dak iż-żmien mal-kont li ħareġ issa, u ma noqogħdux induru mal-lewża!", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, inti għamilt domanda u l-Ministru qed jirrispondik.", "Issa jkollok l-opportunita' li tagħmel domanda supplimentari.", "Il-Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nista' nifhem li mhux qed idoqqlu għal widnejh dan id-diskors!", "L-Onor.", "Mizzi jaf li huma għamlu tagħsida sħiħa u allura m'għandux il-paċenzja jisma' r-risposta għal mistoqsija tiegħu stess.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, qed insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: M'hawnx quorum u l-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.15 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, kulħadd jieħu postu.", "Għaddejna n-numru ta' l-Onor.", "Membri preżenti u jidher li hawn wieħed anqas min-numru rikjest.", "Skond ir-regolamenti l-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Marzu, 2000 fis-6.00 p.m. bl-istess aġenda.", "Fis-6.23 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TA' L-ISPORTS - ĦADDIEMA ĠODDA", "12637.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment ta' l-isports mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn is-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 ma kien hemm ebda impieg ġdid fid-dipartiment ta' l- isports.", "MMA - KAROZZI", "12638.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12164, jista' l-Ministru jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija, jiġifieri, kif qegħdin jintużaw u għal-liema raġuni u jgħid jekk dawn il-karozzi jistgħux jiġu wżati minn persuni oħrajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 12164, inżid ngħid li jekk ikun hemm il-ħtieġa dawn il-karozzi jistgħu jiġu wżati minn xi persuni oħra mpjegati ta` l-awtorita` marittima.", "SPTAR MONTE CARMELI - TRASPORT", "12639.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fl- Isptar Monte Carmeli sarux xi abbużi bit-trasport ta' l-istess sptar?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'passi ttieħdu f'dan ir-rigward mill- officer in charge?", "Jirriżulta wkoll li fl-istess sezzjoni hemm uffiċjali li qed jaħdmu day- in-day-out mingħajr permess ta' min huwa konċernat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ma jirriżultax li fl-Isptar Monte Carmeli saru xi abbużi bit-trasport ta' l-istess sptar.", "L-impjegati li jaħdmu f'din is-sezzjoni kollha għandhom il-permess meħtieġ biex jaħdmu fuq roster AOAO minbarra: xufier li ġie trasferit f'dan l-isptar propju ġimgħa ilu, u dan applika għall-approvazzjoni u żewġ xufiera li għamlu t-talba meħtieġa u qegħdin jistennew l-approvazzjoni mid- direttur konċernat.", "SPTAR MONTE CARMELI - OVERTIME", "12640.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn fl- Isptar Monte Carmeli sarx overtime fuq xogħol ta' tindif u grass cutting u xogħol ieħor doppjament minn impjegati li xogħlhom huwa in charge mit- trasport?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk jirriżultax li mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemmx ħaddiema - hospital auxiliary - li fl-off-day tagħhom għamlu xogħol ta' overtime fil-kċina meta xogħlhom kien fis-swali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuna li hi in charge mit-trasport qatt ma għamlet xogħol ta' overtime fuq xogħol ta' tindif u grass cutting.", "F'din is-sezzjoni hemm ukoll żewġ supervisors li kemm-il-darba għamlu tindif u xogħol ieħor fuq bażi ta' overtime.", "F'dawn l-aħħar xhur kien hemm xi hospital auxiliaries li x-xogħol normali tagħhom huwa fil-wards u li tqabbdu jagħmlu xogħol ta' tindif fil-kċina.", "Dan ix-xogħol sar fl-off-day tagħhom fuq bażi ta' overtime.", "SPTAR MONTE CARMELI - TRACTOR", "12641.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tractor li nxtara għall-Isptar Monte Carmeli m'għandux number plates?", "Jista' jgħid jekk dan it-tractor għandux insurance?", "Jista' jgħid minn fejn inxtara dan it-tractor?", "Jista' jgħid f'dan is-sens intalbux quotations jew ħarġux offerti?", "Jista' jgħid kemm sewa fi spejjeż dan it-tractor?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tow tractor li nxtara riċenti għall-Isptar Monte Carmeli, inxtara mingħand Ventur garage bil-prezz ta' Lm805.", "Intalbu quotations mingħand żewġ aġenti oħra minbarra Ventur garage.", "Il- quotations miġbura huma kif ġej:-", "a) Bonnici Bros. Lm2300 b) Il-Palma Lm875.00", "Dan it-tractor twaħħlitlu tinda tal-ħadid u perspex li swiet Lm30 oħra.", "Għalkemm ilna xi żmien li għamilna kuntatt mad-dipartiment tal-liċenzji dwar in-number plates, sa issa dawn il-plates għad ma waslux għandna.", "Bħall-vettturi l-oħra tal-gvern, dan it-tractor mhux kopert b'insurance.", "PA - SWIMMING POOLS - PERMESSI", "14414.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi ta' swimming pools f'residenzi privati?", "F'liema lokalitajiet qegħdin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li sat-2 ta` Marzu, 2000 in-numru ta` permessi għall-swimming pools fi djar residenzjali maħruġa mill-awtorita` ta` l-ippjanar kien ta` 751.", "L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - MENANGITIS", "14415.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jaf il-Ministru bil-każ ta' menangitis f'St. Albert the Great College li jidher li l-ġenituri tat-tfal ġew informati matul il-ġimgħa li bdiet fl-14 ta' Frar, 2000?", "Jaf li l-ġenituri ġew informati madwar ħamest ijiem wara li nstab il-każ?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li suppost li jiġu adottati f'ċirkostanzi bħal dawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi f'din il- mistoqsija ġie rappurtat lit-taqsima sorveljanza tal-mard fis-16 ta' Frar, 2000 dakinhar stess li ħareġ ir-riżultat mil-laboratorju u immedjatament ittieħdu l-passi kollha neċessarji.", "Dawn jinkludu: ġbir tal-listi tal- kuntatti mill-qrib mingħand il-familjari u mill-iskola fejn jattendi l- pazjent; trattament b'mediċina preventiva lill-kuntatti mill-qrib kollha.", "Nirriferi wkoll għar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14314.", "MMA - JOTTIJIET", "14416.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn yachts Valletta registered mal-Malta Maritime Authority?", "Kemm hawn dgħajjes \"S\" registered mal-Malta Maritime Authority?", "Kemm hawn yachts proprjeta' ta' ċittadini Maltin li huma reġistrati f'portijiet barranin li jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' marinas f'Malta?", "X'inhuma r-rati ta' liċenzji \"S\" registered u tal-motor yachts Valletta registered?", "X'inhuma r-rati għal berthing fil-marinas u s-servizzi/facilitajiet li jkopru dawn ir-rati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li sa l-aħħar ta` Diċembru, 1999 kien hawn 1,383 pleasure yachts reġistrati taħt l-Att ta` l-1973 dwar il- bastimenti merkantili.", "Jien infurmat ukoll li sa l-aħħar ta` Frar, 2000 kien hemm 5,800 dgħajsa mar-reġistru tas-small ships register li kellhom il-liċenzja mħallsa kif ukoll madwar 2,500 dgħajsa oħra li huma reġistrati iżda m`humiex suġġetti li jħallsu liċenzja.", "Skond ir-records tal-Malta Maritime Authority ma jidhirx li hemm yachts reġistrati barra u li huma proprjeta ta` ċittadini Maltin li qed jagħmlu użu mill-Yacht Marina ta` Malta.", "Ir-rati ta` liċenzji ta` dgħajjes u yachts huma kif ippublikati b`Avviż Legali Nru. 240 ta` l-1997.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija l- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- seduta.", "ŻEBBUĠ - OLIVE SQUARE - RAMPA", "14417.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn huwa responsabbli li jara li rampa ta' garaxx li qiegħda f'Olive Square u li hija wieqfa wisq u anke mbaqqna fuq bankina, u li b'konsegwenza ta' hekk la wheelchair u lanqas b'pushchair ma tista' tgħaddi minn fuqha, issir kif suppost, u skond il-liġi biex tagħti l-aċċessibbilita'?", "Min huwa responsabbli li jara li dawn l-affarijiet ma jsirux, il-kunsill lokali jew il-pulizija, jew xi awtorita' oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' nkarigat lill-perit u l-avukat tagħha biex jistabilixxu ta' min hi r- responsabbilta' li jara li rampi li jostakolaw bankini lill-persuni b'diżabilita' u persuni oħra jitneħħew jew isiru sew.", "Malli jiġi stabbilit dan, il-kummissjoni ser tieħu l-passi kollha neċessarja biex, kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll fuq bażi individwali, il-liġi titħares.", "ANZJANI - SOCIAL WORKERS", "14418.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13951 dwar kemm hemm social workers assenjati għal St Vincent de Paule u għal residential homes oħra tal-gvern, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid in-numru ta' social workers li hu semma fit-tweġiba tiegħu, li jaħdmu f'pool ċentrali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani għandu pool ċentrali ta' social workers li jiġu assenjati xogħol fil-qasam ta' l- anzjani skond il-każ.", "In-numru totali ta' social workers fid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani hu ta' sebgħa.", "ANZJANI - CSA'S", "14419.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13950, dwar l-abbużi jew tilwim rrapportati minn anzjani dwar CSAs u dwar abbużi jew tilwim irrapportati minn CSAs dwar anzjani, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' rapporti li saru mill-1988 sa l-1999 sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rapporti li xi kultant jinqalgħu bejn l-anzjani u l-helpers jiġu rreġistrati fil-file rispettiv tagħhom biss u għalhekk ma jistax jingħata n-numru.", "BORMLA - GROUND", "14526.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar min-naħa tal-Ministeru biex jitħaffef ix- xogħol li kien qed isir fil-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla biex it-tfal ikollhom fejn joħorġu jilgħabu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13898, qed nintervjeni mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet biex jitħaffef ix-xogħol.", "SKEJJEL - STUDENTI", "14527.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 1998-1999 kemm kien hemm studenti li qatt ma attendew l-iskola, minkejja li huma obbligati jagħmlu dan?", "X'inhuma l-etajiet ta' dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-Iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "EDUCATION WELFARE SECTION - ŻGĦAŻAGĦ", "14528.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 1999 kemm kien hemm żgħażagħ taħt is- 16-il sena li ngħataw għajnuna mill-education welfare section wara li tressqu l-qorti akkużati bi ksur tal-liġi?", "Kemm kien hemm minn dawn iż- żgħażagħ li ngħataw għajnuna mill-guidance and counselling unit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena 1999, kien hemm 60 żgħażugħ taħt is-16-il sena li ngħataw għajnuna mis-Social Workers ta' l-Education Welfare Section, wara li dawn iż-żgħażagħ tressqu il-Juvenile Court, akkużati bi ksur tal-liġi.", "Informat ukoll li mill-Guidance and Counselling Unit, Cousellor jattendi l- Juvenile Court regolarment, u minn hemm isir jaf l-iskola fejn jattendi (billi fiċ-ċitazzjoni jkun hemm biss l-indirizz tad-dar).", "Meta jkunu każi serji, il-Counsellor jikkuntattja l-Counsellor/s in-charge mill-iskola verbalment u dan/dawn jagħtu l-għajnuna meħtieġa f'follow-up.", "Ma tinżammx statistika tal-kuntatti li jsiru, jew kemm idumu jsiru.", "SPTAR SAN LUQA - ĦADDIEM", "14529.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xahar ta' Frar, 2000 kemm-il darba l-ħaddiem, li ismu qed jintbagħat separatament u li hu sewwieq ta' l-ambulanzi, iddaħħal jagħmel xogħol overtime ta' żebbiegħ fl-Isptar San Luqa?", "Għaliex dan ix- xogħol jingħata lilu meta hemm ħaddiema oħra jagħmlu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul ix-xahar ta` Frar l-impjegat imsemmi ddaħħal jagħmel xogħol overtime ta` żebbiegħ sitt darbiet fl-uffiċċju tal-Manager tat-trasport u mhux fl-Isptar San Luqa.", "Dan ix-xogħol ingħata lil dan l-impjegat għaliex il-ħaddiema tal- Maintenance Section kienu mpenjati fuq il-proġetti l-oħra li għaddejin fl- Isptar.", "ITS - EŻAMIJIET", "14534.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istitut għall-istudji turistiċi għadu ma xandarx ir-riżultati ta' l-eżamijiet u qed iżomm lill-istudenti f'ansjeta' bla bżonn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li r-riżultati ta' l-eżamijiet ġew pubblikati fit-28 ta' Frar 2000, cioe' jumejn qabel ma tressqet il- mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant u fiż-żmien li normalment jittieħed biex jiġu proċessati r-riżultati.", "KUNSILLI LOKALI - LOCAL WARDENS", "14535.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'sens jagħmel għal local wardens li jieħdu passi kontra persuni li joħorġu l-iskart fil-boroż malli joħorġu għax-xogħol kmieni filgħodu u mhux tard filgħodu meta jgħaddi t-trakk tal- ġbir ta' l-iskart?", "X'jistgħu jagħmlu l-koppji li jaħdmu t-tnejn jekk ta' l- iskart jgħaddi wara li joħorġu għax-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Gwardjani Lokali huma fid-dmir li jinfurzaw dawk ir-regolamenti kollha li ġew delegati lilhom permezz ta` l-Avviż Legali Nru. 32`2000, irrispettivament taċ-ċirkustanzi ta` kull individwu.", "------------"]} {"filename": "20000404_278d_par.doc", "date": "2000-04-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 278 It-Tlieta, 4 ta' April, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 278", "It-Tlieta, 4 ta' April, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "278", "It-Tlieta, 4 ta' April, 2000", "WERREJ MINUTI 755", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 755", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR SERVIZZI FL-AJRUPORT (IT-TIENI QARI) AMENDMENT OF VARIOUS LAWS (AIRPORT SERVICES) BILL (SECOND READING) 761 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PRIVATTIVI INDUSTRJALI (IT-TIENI QARI) PATENTS BILL (SECOND READING) 770", "AĠĠORNAMENT 777", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 782", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 277 li saret fl-4 ta' April, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - UŻU TAL-KAROZZA TAL-MINISTRU", "13391.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li ta l-prim ministru għal mistoqsija parlamentari nru.", "5477.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - UŻU TAL-KAROZZA TAL-MINISTRU", "13392.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Minstru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nitlob lill- Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li ta l-prim ministru għal mistoqsija nru.", "5477.", "GĦAWDEX - UŻU TAL-KAROZZA TAL-MINISTRU", "13393.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tagħha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li ta l-prim ministru għal mistoqsija nru.", "5477.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - Y2K", "13502.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "12436?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-ammont minfuq mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tieghi biex jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha kontra l- problema tal-Y2K millennium bug jammonta għal Lm1,453,788.", "Tajjeb jingħad li minn din iċ-ċifra, Lm1,329,782 intnefqu mill-MIA, l-Air Malta u l- Maltacom, fejn ittieħdet l-opportunita` biex isir upgrading tas-sistemi u ta' l-apparat fil-process ta` modernizzar ta` dawn l-entitajiet.", "Fil-kaz tal-ministeru, tad-dipartimenti kollha u ta' wħud mill- korporazzjonijiet u entitajiet ix-xogħol sar mill-MITTS, filwaqt li x- xogħol f`numru ta` korporazzjonijiet u entitajiet oħra sar minn diversi ditti kompetenti f`din il-materja li ġew magħzula wara li saret talba għal quotations.", "PULIZIJA - EXTRA DUTY", "13507.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- pulizija tas-sitt distrett ilhom ma jitħallsu ta' l-extra duty għal dawn l- aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li matul is-sitt xhur li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant il-membri tal- korp tħallsu total ta` Lm56,133 talli ħadmu extra duty iġġenerat fis-sitt distrett.", "Dan l-ammont tħallas kif jidher hawn taħt :", "Awissu Lm21,563 Settembru Lm 7,693 Ottubru Lm 3,333 Novembru Lm 9,063 Diċembru Lm14,481 Jannar -", "PULIZIJA - KAŻI TA' QTIL", "13508.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-murders li saru mill-1994 'l hawn?", "Jista' jgħid meta saru dawn il-murders?", "Fejn saru?", "Min kien il-vittma?", "Kemm-il każ kien solvut?", "Kemm-il każ ma kienx solvut?", "X'eżitu kien hemm fuq kull każ fil-qorti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "FISHERIES ADVISORY BOARD - MONITORING CENTRE", "15056.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-koperattivi u mas-sajjieda dwar it-twaqqif ta' fisheries monitoring centre matul l-1999?", "Meta saru, fejn u x'osservazzjonijiet tressqu mill-koperattivi tas-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd): Kif diġà nformajt lill-Onor.", "Interpellant fir-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "15055, il-fisheries monitoring centre m'hu xejn għajr upgrading tad-dipartiment tas-sajd u akwakultura f'dan il-qasam.", "Laqgħat isiru regolari mal-fisheries advisory board fejn, kif naħseb taf inti, il-koperattivi kif ukoll is-sajjieda huma rappreżentati.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li matul l-1999 il-bord iltaqa' sitt darbiet.", "AGRIKOLTURA - PRODUZZJONI ORGANIKA", "15057.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-varjetajiet ta' ħxejjex li bdew jiġu esperimentati fuq bażi ta' produzzjoni organika fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "X'inhu l-pjan dwar dawn il-provi u meta huwa maħsub li jkunu lesti dawn il-provi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "14941.", "UE - BIEDJA - DEROGI", "15058.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema setturi tal-biedja mistennija jintalbu derogi sabiex ma jkunux żvantaġġati l-bdiewa/raħħala/produtturi Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "14221.", "PRODOTTI TA' L-IKEL - LEVIES", "15059.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari nru.", "11652?", "Jista' jinformana kemm laħqet it-TARIC għall-pajjiżi membri matul l-1999 fuq il-laħam aħmar, zokkor, butir, ġobon u ġwież importati minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "11652.", "IKEL - LEVIES", "15060.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jaġġornana dwar il- mistoqsija parlamentari nru.", "11651, cioe' jgħid xi stħarriġ sar dwar din il- materja mit-23 ta' Novembru, 1999 sal-lum?", "Tista' tgħid xi żviluppi kien hemm wara l-aħħar WTO meeting f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-istħarrig li qed jistaqsi dwaru l-Onor.", "Interpellant qed jigi kkordinat mill-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "Għal aktar dettalji, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu fejn qed ngħidlu.", "Il-laqgħa ta` livell ministerjali tad-WTO li nżammet gewwa Seattle f`Novembru li għadda ma wassletx għal ftehim globali dwar miżuri ġodda biex jitkattar il-kummerċ fid-dinja.", "Madanakollu din il-laqgħa kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni indikata fil-passat mill-organizazzjoni, jiġifieri li l-proċess ta` liberalizzazzjoni globali għandu jinkludi wkoll progressivament oqsma oħra barra dawk industrijali.", "F'dan il-kuntest, l-organizzazzjoni diga` qed tisħaq li kull ftehim għal zona ta` kummerċ ħieles għandu jkopri mhux anqas minn 90% tal-kummerċ kollu attwali u għalhekk bilfors li dan irid jinkludi wkoll element sostanzjali mill-kummerċ fi prodotti agrikoli.", "MTARFA - DAWL", "15061.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li hemm bozza maqtugħa qrib Dar is-Sejjieħ, qabel in-niżla ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jara li ssir il- manutenzjoni meħtieġa sabiex ma jkunx hemm aktar inkonvenjent għar- residenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-manutenzjoni fuq il-bozza li għaliha qed issir riferenza diga` saret.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOE MIZZI: Mr Speaker, qed ikun hemm ilmenti li qed jiġu rrapportati bozoz biex jiġu mibdula u għal ġimgħat jibqa' ma jsir xejn.", "Per eżempju, hemm bozza fejn il-club tar-regatta fil-Kalkara, mal-bini ta' Bruno, u bozza oħra fejn il-pet shop, fl-istess triq fix-xatt tal-Kalkara, li ilhom ħafna rrapportati mill-kunsill lokali tal-Kalkara u minn oħrajn u baqa' ma sar xejn.", "Hemmhekk hemm ħafna dlam u hemm lok li jsir serq peress li hemm l-opri tal-baħar, iktar u iktar meta dan l-aħħar kien hemm ir- regatta.", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex meta jiġu rrapportati l-lampi, jara li jkun hemm xi forma ta' follow-up ħalli wieħed jivverifika jekk dawn ikunux ġew irranġati jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Irrid ngħid li r-replacement tal-lampi f'dawn l- aħħar ġimgħat u xhur laħaq ritmu tajjeb u f'ħafna postijiet naqsu l-każi pendenti.", "Però jekk hemm xi żewġ bozoz li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant li għadhom ma ġewx mibdula, nitolbu jagħtini l-informazzjoni f'iktar dettall u wieħed ikun jista' jindirizza l-problema ħalli l-ħsara tiġi rrimedjata malajr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Il-club tar-regatta tal-Kalkara huwa post speċifiku - kulħadd jaf fejn qiegħed - u l-lampa l-oħra li qiegħda tixgħel u titfi tinsab fejn il-pet shop.", "Jien qed insemmihom hawnhekk għax dawn ilhom iktar minn xahar li ġew irrapportati mill-kunsill lokali u anke minn xi nies oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR CARMELO ABELA: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex xi pjan li qed taħdem fuqu bħalissa biex toroq prinċipali li qegħdin fid-dlam - mhux li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali - jiġu mdawla minħabba l-periklu li jista' jkun hemm?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Iva, hemm programm biex jiġu mdawla toroq prinċipali.", "Ftit ilu tlestiet it-triq Tal-Balal, in-naħa tan-Naxxar, u qed jitkompla x-xogħol fuq it-triq tas-Salina, li parti sostanzjali minnha diġà ġiet imdawla.", "Hemm ħafna toroq oħra li għandhom bżonn ikunu mdawla aħjar, imma wieħed irid jifhem li l-Enemalta taħdem taħt ċertu constraint ta' budget ukoll, peress li dawn il-lampi l-ġodda tħallashom mill-fondi tagħha stess.", "Għalhekk din tkun trid tirregola l-pożizzjoni tagħha biex kemm jista' jkun ma teċċedix il-budget.", "Hemm programm mhux biss għat-toroq prinċipali imma anke għat-toroq fil-villaġġi li jkunu areas ġodda li jridu jiġu mdawla bi prijorità.", "Il-budget li għandha l-korporazzjoni fuq it-toroq huwa ta' 'l fuq minn Lm300,000 fis-sena, li huwa prattikament id-doppju ta' dak li kien jintnefaq ftit tas-snin ilu.", "Xorta waħda jinħass in-nuqqas ta' fondi f'dan il-qasam, però kultant ikun hemm areas li jirrikjedu spejjeż kbar biex isir id-dawl u allura wieħed irid jagħmel analisi tajba tal-prijoritajiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta bdietx taħdem diġà jew inkella għandhiex il-ħsieb li f'ċerti postijiet, speċjalment dawk storiċi u fiċ-ċentru ta' ċerti lokalitajiet, il-wires tad- dawl jgħaddu minn taħt l-art minflok kif inhuma llum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Huwa dejjem preferibbli li wieħed jgħaddi l-wires minn taħt l-art għaliex ikunu inqas soġġetti għall-ħsara kkawżata bil- maltemp, għalkemm il-wires ta' taħt l-art kultant ikunu soġġetti għall- ħsara mill-element uman, għax iħaffru t-toroq mingħajr ma jiċċekkjaw minn fejn ikunu għaddejjin il-cables tad-dawl, u ġieli l-ħsara ma tidhirx fil- pront.", "Kien hemm każ in-naħa ta' Marsaxlokk fejn ġie mxellef il-cable waqt li kienu qed isiru xi xogħlijiet iżda ma kienx biżżejjed biex jinqata' d- dawl, però meta għamel il-maltemp dan ħoloq problema għaliex biex issir tiswija fil-maltemp hemm element ta' periklu wkoll.", "Jiġifieri fejn hu possibbli li wieħed ipoġġi l-cables taħt l-art dan isir.", "Naturalment tingħata prijorità li cables ħoxnin ta' ċertu power jgħaddu minn taħt l-art għaliex huma ta' aktar periklu minħabba li jkun għaddej il-high voltage.", "Jekk il-Bambin irid, kif qed jgħid l-Onor.", "Abela, 'il quddiem f'ċerti postijiet storiċi nneħħu dawk il-wires kollha mdendlin.", "Dan jirrikjedi investiment qawwi fl-infrastruttura u again wieħed irid jibbilanċja bejn il- ħtieġa li wieħed itejjeb id-dehra tal-post - importanti ħafna għal pajjiżna - u l-ħtieġa li jkollna postijiet b'voltage ta' dawl qawwi biżżejjed biex ilaħħaq ma' sistemi li huma iktar moderni u inqas soġġetti għall-ħsara.", "M'hijiex ħaġa faċli biex tqassam il-budget tal-Korporazzjoni Enemalta, imma bla dubju din is-sistema ta' cables taħt l-art hija waħda mill-affarijiet li hija under consideration.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Ġieli kien hemm każi fejn ċerti bozoz twaħħlu qrib ta' twieqi li jkunu fl-għoli u dawn joffru periklu għar-residenti.", "Ftit taż-żmien ilu, permezz ta' mistoqsija parlamentari, kont ressaqt għall- attenzjoni tal-ministru każ simili f'area ġdida li qed tinbena f'Wied il- Għajn.", "Il-korporazzjoni għandha ħaddiema jew uffiċjali biex jaraw li dan il-periklu jiġi evitat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Naħseb wieħed irid jagħti attenzjoni għal dan l- element ta' periklu wkoll, għax nifhem li jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-post fejn titwaħħal bozza jagħti lok ta' aċċess aħjar għal proprjetà.", "Għalkemm il-korporazzjoni tagħti attenzjoni għal dan l-element ta' periklu, jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każ partikolari nitolbu jinformani bih ħalli nressqu biex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa.", "SAĦĦA - ECG TESTS", "15229.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ECG test sar matul l-1996, 1997, 1998 u 1999 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta' ECG tests li saru huwa kif ġej:-", "Sena Tests", "1996 85,875 1997 90,394 1998 126,295 1999 130,701", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET TAL-QALB", "15230.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Minsitru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-bypass, operazzjonijiet biex jinbiddlu valves tal-qalb u operazzjonijiet fejn saret bypass u nbiddlu l-valves fl-istess ħin matul l- 1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta' operazzjonijiet tal- bypass, operazzjonijiet biex jinbidlu valves tal-qalb u operazzjonijiet fejn saret bypass u nbidlu l-valves fl-istess ħin huwa kif ġej:-", "| |1996|1997|1998|1999| | | | | | | | Bypass only |295 |203 |266 |269 | | Bypass & | 13| | 10| 19| |Valves | |9 | | | | Valves only | 46| 29| 46| 32|", "OPERAZZJONIJIET TAL-QALB - IMWIET", "15231.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' mwiet waqt operazzjonijiet tal-qalb fl-1997, 1998 u 1999 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għadha qed tinġabar.", "OPERAZZJONIJIET TAL-QALB - WAITING TIME", "15232.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' stennija għall-operazzjonijiet tal-qalb fl-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-waiting time for non-urgent cardiac surgery huwa kif ġej:", "1997 n. a. 1998 għaxar xhur 1999 ħames xhur u nofs", "DIABETES - KAŻI ĠODDA", "15233.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu każi ġodda ta' diabetes matul l-1999?", "Kemm minnhom huma pazjenti ta' età iżgħar minn 18-il sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għadha qed tinġabar.", "SAĦĦA - PAZJENTI MIBGĦUTA BARRA", "15234.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 intbagħtu barra minn Malta għall-kura?", "X'tip ta' kura ngħataw barra minn Malta u f'liema pajjiż marru?", "X'kienet l-ispiża kollettiva tal-kura ta' dawn il-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta` pazjenti li ntbagħtu barra għall-kura u l-ispiża kienu hekk:", "Sena Numru Spiża", "1996 326 Lm631,727 1997 291 Lm533,696 1998 253 Lm514,030 1999 256 Lm568,018 Dawn il-pazjenti ntbagħtu l-Ingilterra għall-operazzjonijiet jew investigazzjonijiet li ma setgħux isiru Malta.", "Dawn jinkludu każi ta` newrologija, newrokirurġija, onkoloġija, ortopedija. oftalmoloġija, endokrinoloġija, ENT, maxillofacial, mard fil-fwied, pediatrija, prosthesis u riabilitazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Mozzjonijiet.", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR SERVIZZI FL-AJRUPORT", "AMENDMENT OF VARIOUS LAWS (AIRPORT SERVICES) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' April 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR.", "SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor Joe Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Mr Speaker, qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il-Partit Laburista kien qal li se jkun serju, li se jgħid il-verita' lill-poplu u li kien se jaħdem biex lill-pajjiż jagħtih id-dinjita' li tixraqlu billi jġibu pajjiż modern u ċivilizzat.", "Fil-fatt waħda mill-ewwel affarijiet li għamilna meta tlajna fil-gvern kienet li mmodernizzajna l-korp tal-pulizija billi daħħalna d-dixxiplina.", "Il-korp tal-pulizija beda jagħmel biss xogħol konness mal-pulizija u beda wkoll jidher aktar bħala korp li qiegħed hemm biex jgħin lill-pubbliku.", "Ħadna ħsieb ukoll li ndaħħlu regolamenti fejn għandu x'jaqsam il-breathalyser u l-bumper-to-bumper collisions u ħadna ħsieb ukoll li l-fire-fighting section titlaq mill-korp tal-pulizija u tiġi taħt id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Mr. Speaker, biex nagħmlu dan il-pass konna bdejna nippreparaw abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni ċivili.", "Dan l-abbozz ħa daqsxejn fit-tul għax kontra qalbi jkolli ngħid li kien qed ikollna ħafna problemi mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Kellna oppożizzjoni fuq ċerti affarijiet tal-liġi u l-avukat ġenerali kien jgħidilna li ma jistgħux iseħħu.", "Per eżempju, qalilna illi biex in-nies tal-fire section ikunu dejjem jistgħu jagħtu s- servizz dawn qatt ma jistgħu jistrajkjaw pero l-liġi li konna qed nipproponu aħna ma kienet tagħti l-ebda garanzija ta' dan.", "Skond l-avukat ġenerali wkoll il-liġi kif konna qegħdin nipproponuha kienet kontra l- Kostituzzjoni għax il-fire-fighting section ma stajniex inpoġġuha taħt forza.", "Dawn il-problemi kienu qed jiġu b'mod regolari min-naħa ta' l-avukat ġenerali u fil-fatt anke l-uffiċjal responsabbli mid-direttorat tal- protezzjoni ċivili kien jiktibli spiss li l-avukat ġenerali kien qed itawwal.", "Biex nuri minn xiex kien għaddej id-direttorat tal-protezzjoni ċivili, nixtieq nirriferi għall-minuti tal-laqgħa tad-direttorat li saret fil-31 ta' Lulju, 1997.", "Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti fost l-oħrajn il-permanent secretary Louis Cilia, il-brigadier Rupert Montanaro, il- kummissarju tal-pulizija George Grech, id-direttur tal-general works Vincent Cassar, id-director customer care service (Gozo) Anton Attard u d- direttur tas-civil protection department Joe Micallef.", "F'minute no. 9 - u lest li npoġġi extract minn dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra - hemm miktub hekk:", "''Mr Cilia distributed the revised Civil Protection Act and said that the attorney general had reacted strongly to the previous draft sent.", "The main argument forwarded by the attorney general was that as there was the Emergency Powers Act in existence, there was no need for a Civil Protection Act.", "It was mentioned by Mr Cilia that the advice given by Dr. Kevin Aquilina, who had drafted the original Civil Protection Act, was that the Emergency Powers Act was intended for acts of riots, mutiny, etc and that as this Act was tied to the Constitution, it requires a presidential declaration before regulations are enforced.", "This system is complicated and time consuming in an emergency.", "More detailed information was submitted to the attorney general regarding the functions of the civil protection council.", "It was decided to include in the civil protection council a representative from Enemalta and one member each from voluntary service and the local councils for a term of three years.", "The attorney general also did not agree with the original proposals regarding civil protection personnel having a different pension because of the Pensions Regulations and also that a disciplined force was not possible due to legal complications pertaining to the Constitution.''.", "Hawnhekk tidher ċara l-oppożizzjoni ta' l-attorney general għal dak li konna qed nitolbu aħna.", "Imbagħad il-minuti jkomplu hekk:", "''A general discussion followed as to whether fire-fighters should be a disciplined force and it was decided that due to legal circumstances, civil protection personnel should not be conditioned as a disciplined force because of the necessity of constitutional amendments.", "In the eventuality of a strike during an emergency, the army and police would be required to man the emergency services.''.", "Hawn jidhru ċari d-dubji serji li kien hemm dwar jekk tistax iżżomm lil tal- fire-fighting milli jistrajkjaw.", "X'ġara?", "Wara ħafna argumentazzjoni u pariri legali, fil-liġi tal-protezzjoni ċivili li ressaqna fid-29 ta' Ottubru 1997, daħlet clause 7 li tgħid hekk:", "''Fl-interess tas-sigurezza pubblika, l-ordni pubbliku u s-saħħa pubblika, fl-ingaġġar ta' kull membru tal-forza jeħtieġ il-kunsens ta' dik il-persuna li tkun qed tiġi ingaġġata li ma tifformax u ma tidħolx fi jew tkun membru ta' trade union, iżda l-membri tal-forzi jistgħu jifformaw assoċjazzjoni għalihom infushom.''.", "Din il-klawsola - u kulħadd kien qabel magħha - daħlet biex aħna jkollna garanzija li dawn ma jistrajkjawx.", "Wara kollox Alla jħares tal-fire- fighting section ikunu jistgħu jistrajkjaw!", "Mr. Speaker, jiena nixtieq nitkellem ukoll dwar l-armata.", "Dan huwa qasam ieħor li gvern Laburista kien wiegħed li jimmodernizza.", "Għal dan l-iskop kienet ħarġet white paper dwar il-forzi armati ta' Malta u kienet saret ukoll konsultazzjoni pubblika.", "Wara li tħabbar x'kien il-feedback min-naħa tal-pubbliku, f'Diċembru ta' l-1997 kienet tħabbret miżura li kienet tikkonċerna l-air traffic control corps u l-airport company.", "Dawn kienu friegħi militari u fihom ma kien hemm l-ebda direzzjoni.", "Kien hemm biss taħwid u complaints min-nies li jaħdmu fihom u biex nirranġaw din is- sitwazzjoni l-air traffic control corps u l-airport company - jiġifieri l- fire-fighting section ta' l-airport u taqsimiet oħra bħall-uffiċċju meteoroloġiku, iċ-ċentru ta' komunikazzjoni, it-taqsima ta' l-elettriku u r- riggers - poġġejnihom maċ-ċivil.", "Daħlu lmenti u kummenti oħrajn, fosthom mill-Malta air traffic controllers association, li kienu qalu li jafu li huma qegħdin f'sitwazzjoni li ma jistgħux iwaqqfu s-servizz u li huma jkunu kuntenti jekk il-gvern jilleġisla f'dan is-sens.", "Tant hu hekk li fil-5 ta' Diċembru, 1997 kienet intbagħtet ittra lill-prim ministru u fiha ntqal hekk:", "''The Malta air traffic controllers association welcomes the government decision to demilitarise the air traffic control unit (ATC) following 18 years under military administration.", "One of the main objectives of the association has been the total demilitarisation of ATC in Malta, an issue we have continuously pursued.", "We are pleased to note that this positive development is in line with proposals we forwarded to Minister J. Mizzi in August 1997.", "We look forward to taking part in the discussions regarding the future of air traffic control as has been agreed with Mr. Mizzi.", "We are eager to participate in a smooth transition from armed forces of Malta authority to a civilian environment.", "While retaining present employment conditions as a starting point, we are prepared to co- operate with the authorities in tackling problems so far left unattended.", "Previous efforts at restructuring ATC, although going a long way, unfortunately fell short of solving the recurring friction between the military and the department of civil aviation.", "It is sincerely hoped that this fresh policy will trigger a process which will address the requirements of a modern air traffic management system in which the human element is of prime importance.''.", "Din ukoll se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jidher ċar illi l-air traffic control association qablet li hija tiġi taqa' taħt l-essential service - jiġifieri ma tistax tistrajkja - u jidher ċar ukoll li dak li kienu talbu kien ingħatalhom.", "Fis-7 ta' Awissu jien kont għaddejt l-informazzjoni fuq cabinet paper \"on the future position of the air traffic control corps and the airport company\" lill-advisor tal-prim ministru, is-Sur Scicluna, li min naħa tiegħu kien qal hekk:", "''You passed me a paper which was sent to you by the executive secretary of the Malta air traffic controllers association dated 4 August.", "I have read it carefully and in my view the paper underlines the difficulties of trying to operate the current organisation and the logic of what is being proposed in the draft cabinet paper.", "I note that ATC association accept that should the authorities feel that they have to demand the condition ensuring continuity of operation in only this particular sector, such a condition could be obtained through legislation.", "This of course is precisely what we have in mind and I am therefore now forwarding the draft cabinet paper to the cabinet secretary for inclusion in the cabinet's agenda as requested by the prime minister.''.", "Hawnhekk hija ċara li l-ATC kienu lesti jaċċettaw li fil-liġi tidħol klawsola li taċċerta li s-servizz jibqgħu jagħtuh.", "L-ittra tas-Sur Scicluna qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr. Speaker, kellna wkoll sottomissjonijiet mil-Luqa airport fire section.", "Fil-11 ta' Diċembru, 1997 dawn kellhom laqgħa miegħi f'Kastilja u wara li għamilna d-diskussjonijiet, jiena għidtilhom biex jagħmlu t-talbiet tagħhom bil-miktub.", "B'dan il-mod jiena jkolli xi ħaġa f'idejja li nkun nista nissottometti kemm lill-advisor kif ukoll lill-ministru responsabbli biex dawn imexxu fuqhom.", "U x'talbu dawn?", "L-ittra li bagħtuli kienet tgħid hekk:", "\"Fuq talba tiegħek, wara l-laqgħa ta' nhar it-Tlieta, 9 ta' Diċembru, f'isem il-membri tat-taqsima tat-tifi tan-nar, nitolbu li tingħata attenzjoni għal li ġej billi membri ta' din it-taqsima jinsabu preokkupati dwar il-futur tagħhom:", "1) li fil-qalba tat-taqliba mad-DCA l-ebda membru ma jitlef vantaġġ mill-pagi jew skemi ta' pensjoni li jgawdu minnhom illum iżda jippretendu li dawn għandhom jiġu mtejba u għall-fini tal-pensjoni l- membri jitolbu li jżommu s-servizz tagħhom kif ukoll is-seniority;", "2) li l-paga l-ġdida tiġi mfassla fuq l-aħjar paga fl-istess kategorija tax-xogħol.", "Bħala ħaddiema ċivili mad-DCA, il-ħaddiema tat- taqsima jitolbu li jiġu kkonsidrati dan li ġej:", "i) id-dritt ta' rappreżentanza ta' union jew assoċjazzjoni, benefiċċji ta' ħlas għall-Ħdud u l-festi, allowances, id-drivers għandhom jingħataw liċenzja ta' sewqan tat-tip ta' vettura li jsuqu u assigurazzjoni f'każi ta' inċidenti b'din il-vettura u għandhom jingħataw ukoll kumpens tas-sewqan;", "ii) li l-membri tat-taqsima jkomplu jaħdmu bl-istess shift tal- preżent;", "iii) li r-records tal-membri kollha jitrasferixxu ruħhom għand id-DCA;", "iv) li jingħata dritt lil dawk il-membri li jixtiequ jkomplu s- servizz tagħhom ma' l-armata bħala suldati biex ikunu jistgħu jagħmlu dan;", "v) li bħal kull ħaddiema taċ-ċivil, jingħataw id-dritt li japplikaw għal kull vacancy li toħroġ ma' l-istess ċivil;", "vi) li l-istruttura ta' kondizzjonijiet għandha tiġi mfassla fuq l-aħjar struttura taċ-ċivil li jinkludu dawk li jgawdu minnhom il-membri ta' l-ATC u tad-DCA.", "3) nitolbu li l-awtoritajiet jippermettu li qabel ma jkun hemm deċiżjoni uffiċjali ssir laqgħa ta' konsultazzjoni magħna sabiex niddiskutu aktar fid-dettall il-punti mressqa minna.", "Filwaqt li napprezzaw il-ħidma tal-gvern għall-ġid tal-membri tat- taqsima tagħna, nirringrazzjaw lil kulmin hu nvolut u nistennew risposta favorevoli.''.", "Mela aħna kellna żewġ talbiet, waħda mingħand l-air traffic controllers u l-oħra mingħand il-fire section.", "It-traffic controllers fehmu li s-servizz tagħhom irid ikun kontinwu u min-naħa tagħna aħna ridna nilleġislaw xi ħaġa li tissalvagwardana f'dan is-sens.", "Min-naħa l-oħra aħna ridna li waqt li tal-fire section ikunu jistgħu jistrajkjaw, imma jekk tinqala' xi emerġenza bħal xi hijack jew xi ajruplan li jaqa' dawn iridu jagħtu s-servizz bilfors.", "Mela fil-liġi tal-protezzjoni ċivili kellha tidħol klawsola li żżomm milli jagħmlu strike lill-air traffic controllers pero' f'dan l- abbozz li għandna quddiemna din il-ħaġa ma daħlitx.", "L-entendre kien - u anke l-prim ministru kien kitibli f'dan is-sens - li t-traffic controllers iridu jagħtu s-servizz bilfors imma l-oħrajn iridu jagħtu servizz bilfors f'każ li tinqala' xi emerġenza.", "Kont jiena li tlabt biex iseħħu dawn l- affarijiet u jekk tan-naħa l-oħra jridu, nista' nurihom aktar evidenza dwar dan.", "Sfortunatament imbagħad ġara dak li ġara u dawn l-affarijiet ma laħqux ġew diskussi fil-parlament.", "Din hi r-realta' u naħseb li ħadd ma jista' jgħid daqs kemm nista' ngħid jien, li kont involut direttament f'din il- ħaġa.", "B'dan il-mod għamilnihom l-affarijiet, pero' llum il-gvern Nazzjonalista qed jgħid li fuq dik il-klawsola ma jistgħu jieħdu l-ebda azzjoni.", "Mr. Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li ladarba l-gvern qed jinterpreta l-affarijiet b'mod differenti milli konna qed ninterpretawhom aħna, aħna se nivvotaw kontra u se nagħmlu emenda biex tiġi riflessa l-intenzjoni li kellna aħna meta konna qed nippreparaw din il-liġi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra d- dokumenti li rrifera għalihom matul id-diskors tiegħu l-Onor.", "Mizzi?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR JOE MIZZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' estratt mill-minuti tal-laqgħa tad-direttorat tal- protezzjoni ċivili li saret fil-31 ta' Lulju 1997;", "Estratt minn abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni ċivili;", "Kopja ta' ittra dwar l-air traffic control unit mibgħuta mill-Malta air traffic controllers association lill-prim ministru, l-Onor Alfred Sant, fil-5 ta' Diċembru 1997;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mis-Sur M L Scicluna, adviser, lill-ministru mingħajr portafoll, l-Onor Joe Mizzi, fis-7 ta' Awissu 1997, dwar l- air traffic control corps u l-kumpannija ta' l-ajruport; Kopja ta' ittra dwar laqgħa li l-ministru mingħajr portafoll, l-Onor Joe Mizzi, kellu ma' l-airport fire section, mibgħuta mill-istess ministru lill-prim ministru, l-Onor Alfred Sant, fil-15 ta' Diċembru 1997; u", "Kopja ta' ittra li airport fire section bagħtu lill-ministru mingħajr portafoll, l-Onor Joe Mizzi, fil-11 ta' Diċembru 1997.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hemmx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi biex jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr. Speaker, matul dan id-dibattitu wieħed seta' jinduna li l-oppożizzjoni m'hijiex qed titkellem b'vuċi waħda fuq din il- liġi.", "Ta' min igħid li din hija l-istess liġi li kien ippubblika l-gvern preċedenti, pero' l-Onor.", "Anglu Farrugia, l-Onor.", "M'Louise Coleiro u l- Onor. Jose' Herrera kollha qalu li l-gvern preżenti qiegħed iwettaq oxxenita' meta qed idaħħal il-fire-fighting section u l-air traffic control section taħt l-essential services.", "Din il-ħaġa pinġewha b'mod qisu dan il- gvern qed jattakka xi dritt fundamentali tal-ħaddiema għal skopijiet ulterjuri.", "Forsi kien ikun aħjar kieku l-Onor.", "Mizzi għamel l-intervent tiegħu fil-bidu tad-diskussjoni għax nimmaġina li ħafna mill-membri li tkellmu kienu jiggwidaw ruħhom aħjar.", "Dan qed ngħidu għax ċertament fid- diskors ta' l-Onor.", "Membru m'hemmx l-attakk li għamlu sħabu.", "L-Onor.", "Mizzi ma qalx li din il-liġi ma kenitx intenzjonata għall-air traffic controllers imma saħansitra qal li kien hemm talba min-naħa tagħhom biex is-servizz jibda jitqies bħala servizz essenzjali.", "Mr. Speaker, jiena ssorprendejt ruħi bit-ton li wżaw tan-naħa l-oħra għaliex kont nippretendi li dawn kienu se jittrattaw dan is-suġġett fuq bażi ta x'għandu bżonn il-pajjiż.", "Huwa veru li l-Onor.", "Debono Grech qal li dan huwa servizz essenzjali u minħabba f'hekk forsi għandu jkun hemm xi forma ta' skeleton staff - u kien hemm aktar minn interpretazzjoni waħda x'għandu jkun dan l-iskeleton staff - pero' l-fatt jibqa' li kemm l-Onor.", "Debono Grech u kemm l-Onor.", "Mizzi tkellmu b'ton kompletament differenti mill-bqija tal-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Issa huwa nkwetanti l-fatt li jkollok oppożizzjoni li titkellem b'ħafna vuċijiet, għaliex bħala gvern alternattiv wieħed jistenna li l-oppożizzjoni jkollha pożizzjoni magħquda u konsistenti.", "F'dan il-każ mhux hekk ġara u jidher li l-qasma qegħda bejn dawk li kienu membri fil-kabinett Laburista u dawk li ma kenux.", "Mr. Speaker, il-fatti huma li matul is-sajf li għadda żviluppat sitwazzjoni li xejn m'għamlet ġid lil pajjiżna.", "Qed nirriferi għall- kwestjoni li nqalgħet bejn żewġ unions u li fiha nqalgħu xi inċidenti.", "Min- naħa l-oħra kien hemm min staqsa għaliex il-ftehim li ntlaħaq reċentement ma ntlaħaqx qabel.", "Jiena rrid ngħid li dan il-ftehim kien propost fis-sajf li għadda pero' dak iż-żmien ma ntlaqax.", "Huwa tajjeb li ntlaħaq dan il- ftehim pero' mill-banda l-oħra wieħed ma jistax jgħid li l-gvern mexa b'mod inkorrett f'din il-kwestjoni.", "Ta' min igħid li fl-airport kellna jumejn bi strike u kien hemm anke azzjonijiet oħra qabel dawk il-jumejn.", "Fis-17 ta' Awissu saħansitra kien hemm strike mingħajr ma kien hemm prior warning ċar.", "Permezz ta' notice intqal li l-GWU kienet se tieħu xi azzjonijiet industrijali li jistgħu jinvolvi lill-fire section u dik il-ġurnata stess irċevejna notice li l-fire section qegħda on strike u l-ajruport kellu jagħlaq.", "Jumejn wara li sar dak l-istrike ġiet talba mill-GWU biex jagħmlu laqgħa biex jinformaw lill-membri aħjar dwar il-każ li kien għaddej quddiem it- tribunal industrijali.", "Din il-laqgħa riedu jagħmluha fl-area li hija responsabbli minnha l-MIA, imma minħabba raġunijiet ta' sigurta' - u din hija l-istess pożizzjoni li kien ħa gvern preċedenti - l-MIA qalet li l- laqgħa għandha ssir barra.", "Minħabba f'hekk il-GWU waqqfet l-attivita' tal- fire section - u allura magħha dik ta' l-airport - mill-10.00a.m. sas- 2.00p.m, xi ħaġa ferm inkwetanti.", "Il-fire section ġejja mill-forzi armati, fejn m'hemmx cover jekk wieħed jistrajkja, u kien f'dak l-istadju li l-GWU offrew li jipprovdu xi forma ta' emergency service.", "Hawnhekk ta' min igħid li l-emergency service kien se jiġi pprovdut biss għal xi ajruplan li jkun għaddej minn fuq pajjiżna u mhux għall-ajruplani li jkunu ġejjin lejn pajjiżna jew li jitilqu minn pajjiżna.", "Jien kont l-ewwel wieħed li oġġezzjonajt għal dan it-tip ta' servizz ta' emerġenza għax wara kollox il-fire section ma tistax toqgħod tagħmel distinzjoni bejn emerġenza u oħra.", "Mr. Speaker, kif kompliet din il-kwestjoni?", "Appena l-membri tal-fire section li kienu on strike indunaw li kien hemm ħaddiema li daħlu għax-xogħol, dawn għamlu ħsara lill-fire-trucks u lill- ambulanza, ċarrtu xi tyres u battlu l-fire-engines.", "Dan l-aġir wassal għal azzjoni mill-pulizija għaliex kien hemm ksur tal-liġi u f'dak l-istadju l- azzjoni industrijali saret waħda indefinita.", "Dan wassal għal sitwazzjoni fejn il-gvern kellu jaħseb biex jara kif jipprovdi dan is-servizz u għalkemm intilfu xi sigħat biex tissewwa l-ħsara, finalment l-airport fetaħ għaliex kien hemm ħaddiema - u jiena minn hawnhekk lil dawn insellmilhom - li daħlu għax-xogħol minkejja li ħafna theddid li kellhom.", "Ta' min igħid li l-azzjoni industrjali ġiet estiża anke għall-bowsers tal-petrol tal- Korporazzjoni Enemalta pero' xi ħaddiema, inkluż membri tal-GWU, irtiraw mill-azzjoni - avolja ma kellhomx l-instructions biex jagħmlu hekk mill-GWU - u l-airport fetaħ il-Ġimgħa filgħaxija.", "Mr. Speaker, din kienet is- sitwazzjoni fis-sajf li għadda u hawnhekk m'għandniex noqogħdu nipprovaw nerġgħu niktbu l-istorja.", "Dawn huma l-affarijiet kif ġraw u li wasslu għal sitwazzjoni inaċċettabbli għas-sigurta' ta' pajjiżna.", "Issa hawnhekk ta' min jiftakar li aħna għandna ajruport wieħed li minnu jidħlu u joħorġu eluf u li kellu jieqaf milli jipprovdi servizz minħabba kwestjoni bejn żewġ unions.", "Hekk ġraw il-fatti u wieħed m'għandux joqgħod jipprova jattakka lill-gvern li dan għamel xi ħaġa biex ikisser xi union.", "Il-gvern kien prudenti ħafna bil-mod kif mexa.", "Fuq kollox matul din il- kwestjoni stess kien propost il-ftehim li ntlaħaq illum pero' dak iż-żmien donnu ma kienx il-mument li jintlaħaq.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu, wieħed irid jistaqsi għaliex kellu jinqala' dan l-inkwiet meta proprju kien hemm qbil li din is-section tiġi kkonsidrata bħala servizz essenzjali.", "Fil- fehma tiegħi din il-kwestjoni karkret daqshekk fit-tul minħabba nuqqas ta' maturita'.", "Barra minn hekk, ta' min igħid li l-azzjonijiet li ttieħdu kienu sproporzjonati vis-a-vis l-kwestjoni.", "Din hija r-realta' u huwa għajb għall- pajjiż illi kellna ngħaddu minn dan kollu.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ladarba tinkiser il-liġi awtomatikament jittieħdu ċerti azzjonijiet, imma bħala rieda tajba għax ġie ffirmat il-ftehim il-gvern waqqaf il-proċeduri legali.", "Mr. Speaker, nixtieq issa ngħid xi ħaġa fuq l-abbozz.", "Irrid ngħid li l-Onor.", "Mizzi qal li fil-każ ta' l-air traffic controllers ma kienx hemm problema li dawn jiġu kkonsidrati bħala essential service u fil-każ tal-fire section kien hemm ċerta aċċettazzjoni li dan huwa essential service.", "L-Onor.", "Membru qal ukoll li l-liġi li għandna quddiemna ma tirriflettix eżatt dak li kien intenzjonat li jagħmel il-gvern preċedenti.", "Jien għandi n-noti tal-laqgħat li saru mill-gvern preċedenti, għandi wkoll in-noti ta x'pożizzjoni ħadu l-prim ministru preċedenti u l- Onor. Joe Mizzi, u anke għandi l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppubblikat u li aħna erġajna ppubblikajna u ressaqna quddiem il-parlament.", "Dawn in-noti juru bl-iktar mod ċar illi l-gvern preċedenti kien jaf fuqhiex miexi.", "Saħansitra fit-3 ta' Diċembru, 1997 f'dan il-parlament il-prim ministru preċedenti kien għamel stqarrija dwar il-forzi armati u fiha nsibu dan li ġej:", "''Għalhekk il-gvern iddeċieda li jneħħi l-air traffic control corps u l-airport company minn mal-forzi armati u jqiegħdhom taħt id- dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili bħala forza ċivili soġġetta għall- kondizzjoni speċjali ta' servizz skond l-Att dwar il-Provvisti u Servizzi, Kap 117.", "Se jittieħdu passi mill-ministeru għat-trasport u portijiet biex isir tibdil legali organizzattiv amministrattiv meħtieġ u biex jitfasslu t-termini u l-kondizzjonijiet.''.", "Dan ifisser li l-ewwel intenzjoni kienet li ż-żewġ sections jaqgħu taħt is- Supplies and Services Act, li hija liġi drakonjana ta' wara l-gwerra.", "Dwar dan l-Onor.", "Fenech Adami, dak iż-żmien kap ta' l-oppożizzjoni, kien qal hekk:", "''Fis-Supplies and Services Act il-gvern għandu poteri enormi biex jagħmel kważi li jrid f'ċirkostanzi diffiċli bħalma kienu dawk ta' wara l-gwerra.", "Dawk il-poteri ma kenux intiżi għal korp bħalma hu l- air traffic control corps jew l-airport company.", "Fis-Supplies and Services Act hemm poteri eċċezzjonali għal ċirkostanzi eċċezzjonali u għalhekk jiena sinċerament ma nifhimx kif liġi ta' emerġenza ta' wara l-gwerra se tirregola l-air traffic control corps u nixtieq li l-prim ministru jgħidilna iktar x'se jfisser li dawn iż-żewġ korpi jaqgħu taħt is-Supplies and Services Act.\"", "Għal din il-mistoqsija l-prim ministru, dak iż-żmien Dr. Alfred Sant, kien wieġeb b'dan il-mod:", "''Il-kap ta' l-oppożizzjoni mbagħad staqsa xi tfisser li se npoġġu lill-membri tal-korp ċivili li se jkollhom x'jaqsmu ma' l-airport taħt is-Supplies and Services Act.", "Din hija sempliċi ħafna - għalkemm għad irridu nitkellmu u ninnegozjaw magħhom - għax filwaqt li dawn se jkunu korp ċivili, it-tip ta' xogħol li jagħmlu ma jistax jitqies bħala xogħol normali, fejn jista' jkun hemm xi forma ta' strike jew azzjoni industrijali mil-lum għal għada.''.", "Dan hu proprju dak li ġara s-sajf li għadda.", "Dakinhar kien hemm strike mil- lum għal għada li pparalizza pajjiżna, fejn ħaddiema oħra ma tħallewx jagħmlu xogħolhom barra li saret ħsara fuq l-apparat.", "Issa dwar is-Supplies and Services Act irrid ngħid li primarjament din hija liġi li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' prodotti u mhux ta' provvista ta' servizzi.", "Fil-fatt jekk wieħed iqalleb in-noti, il-minuti u d- diskussjonijiet tal-kabinett preċedenti, għandu jsib li kien hemm il-ħsieb li din il-liġi tinbidel b'mod li tkopri dawn is-servizzi wkoll.", "Kien hemm imniżżel ukoll li din ma kenitx l-aħjar liġi biex inti tirregola dawn is- sections; u nota oħra li għaddiet kienet tindika li kien hemm rethinking dwar dan.", "Hawnhekk għandi nota ffirmata mill-prim ministru ta' dak iż-żmien li tgħid li taqbel mal-liġi kif inhi u li din se tiġi nkluża għad- diskussjoni fil-kabinett wara li jkun hemm diskussjoni ma' l-uffiċċju tal- Ministru Mizzi.", "Kien deċiż ukoll li minflok ma tmur taħt is-Supplies and Services Act din kellha tmur taħt l-Industrial Relations Act u tiddefinixxi dawn is-servizzi bħala essential services.", "Hekk kienet id-deċiżjoni u hekk qed nagħmlu aħna.", "U aħna qed nagħmlu hekk għax hemm element ta' qbil bejn iż-żewġ naħat li ma jistax ikollok fire-fighting section li ma toffrix dak is-servizz.", "Ma jistax ikollok air traffic controllers li f'daqqa waħda dawn jieqfu jaħdmu.", "Kif jista' jkun pajjiżna jimxi 'il quddiem b'dan il-mod?", "Kif jista' jkun nonoraw l-obbligi internazzjonali tagħna?", "Kif jista' jkun nittrattaw dan is-servizz b'dan il-mod meta aħna għandna madwar 70 titjira deħlin u ħerġin kuljum?", "Mr. Speaker, huwa minħabba dawn il-fatti li semmejt li jiena ma nħossx illi kellu jkun hemm din il-attitudni minn ċerti membri ta' l-oppożizzjoni.", "Illum donnu li parti mill-oppożizzjoni qed tgħajjar lill-gvern li huwa oxxen għax qed jagħmel din il-liġi u qisha nsiet li kien il-gvern tagħhom stess illi ppreżentaha, ippreparaha u ddiskutiha.", "Hawnhekk għandha black on white liġi li ġiet ippubblikata u mgħoddija mill-kabinett preċedenti pero' għal raġuni li jiena ma nifhimhiex, tan-naħa l-oħra se jivvotaw kontriha.", "Hawn naraw nuqqas ta' konsistenza għax ċertament il-politika m'għandhiex tinbidel skond fuq liema naħa tal-Kamra tkun qiegħed.", "Naturalment smajna b'ħafna raġunijiet - uħud minnhom xejn m'huma serji - għaliex l- oppożizzjoni qed tieħu dan l-atteġġament.", "Kien hemm min qal li din il-liġi m'għandhiex issir għax l-MIA se tiġi pprivatizzata.", "Bħallikieku l-MIA ma kenitx se tiġi privatizzata taħt il-gvern preċedenti!", "Kien hemm min saħansitra qal li l-gvern qed jgħaġġel biex jipprivatizza l-MIA.", "Skużi, kien il-gvern preċedenti li għaġġel biex jipprivatizza l-MIA, u saħansitra f'dik l-għaġġla naqas milli jagħmel il-homework tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, l-art ma kenitx ġiet identifikata u mgħoddija lill-MIA minn dan il- parlament għax kien hemm diffikulta kbira fl-amalgamazzjoni tal-MIA u d- DCA.", "Barra minn hekk lanqas kien hemm ir-riżultati finanzjarji fuq xiex wieħed seta' jibbaża l-privatizzazzjoni.", "Jekk kien hemm xi ħadd li kien qed jgħaġġel biex jipprivatizza l-MIA, dan żgur kien il-gvern preċedenti u assolutament wieħed ma jistax jgħid li l-bidla fl-atteġġament ta' l- oppożizzjoni hija dovuta għall-bidla fiċ-ċirkostanzi.", "Hawnhekk irrid nirrifletti ftit fuq is-sitwazzjoni fejn għandek oppożizzjoni li kienet fil-gvern - u huwa vantaġġ li kienet fil-gvern - u ppubblikat deċiżjonijiet li llum m'għadhiex taqbel magħhom sempliċement għax qegħdin fl-oppożizzjoni.", "Dan l-atteġġament xejn konsistenti la huwa ta' dehen għal dan il-parlament, la huwa ta' dehen għal pajjiżna u lanqas huwa ta' dehen għal oppożizzjoni li xi darba trid tkun fil-gvern.", "MR SPEAKER: Ministru, skadielek il-ħin u għandek bżonn il-permess tal- Kamra biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR JOSEF BONNICI: Nirringrazzja lill-Kamra għal dan il-permess.", "Kont qed ngħid li tan-naħa l-oħra qegħdin f'sitwazzjoni ta' ambigwita' u din il- ħaġa jridu jsibu soluzzjoni huma għaliha għax ma jagħmilx sens li jkollna iktar minn vuċi waħda.", "Issa ma nafx jekk ġarax xi ħaġa oħra wara li saru dawn in-noti kollha fil-kabinett, imma meta din għaddiet mill-kabinett Laburista jirriżulta li kien hemm l-istess raġunar li dan il-gvern qed jagħmel rigward il-fire-fighting section u l-air traffic controllers.", "U fost il-kategoriji kollha li kien hemm huma dawn iż-żewġ servizzi li ġew identifikati bħala servizzi li għandhom jidħlu taħt l-Essential Services Act.", "Barra minn hekk, jekk kien hemm kwestjoni bejn żewġ unions, għaliex kellha tiġi targeted li tmur on strike il-fire-fighting section, biex tagħlaq l-airport?", "X'responsabbilta' hi li tpoġġi eluf ta' passiġġieri fil- periklu għax m'intix qed toffri s-servizz li suppost toffri?", "Ma kienx hemm modi oħra kif wieħed jaġixxi?", "Kien hemm għalfejn jissospendu servizz ta' emerġenza għal darba tnejn?", "Din hija xi ħaġa nkwetanti għax wara kollox kien hemm il-ftehim biex il-fire section u d-DCA in ġenerali jmorru ma' l- MIA.", "Kull persuna kienet taf u aċċettat li s-servizz se jkun meqjus bħala servizz essenzjali.", "Barra minn hekk dawn m'humiex se jitilfu mill- privileġġi tagħhom ta' pensjoni wara 25 sena.", "Issa bażikament din il- problema nibtet sentejn ilu meta b'għaġġla żejda s-civil aviation department u l-MIA ingħaqdu mingħajr ma kienet ittieħdet into consideration il-kwestjoni tar-recognition tal-union.", "Imbagħad wara kollox lill-ħaddiema involuti ħadd ma sfurzahom li jmorru ma' l-MIA u kieku riedu setgħu baqgħu mal-forzi armati.", "Mr. Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li f'dan il-pajjiż m'għandniex nibqgħu nużaw double standards.", "Meta kien hemm dan il-ftehim ma kienx hemm sinjal wieħed negattiv mill-union konċernata pero' mbagħad inbidel il-gvern u qamu l-irwiefen kollha.", "Intużaw double standards ukoll min-naħa ta' l- oppożizzjoni tal-lum, li dak iż-żmien kienet ipproponiet l-istess liġi u llum se tivvota kontriha.", "Għax il-gvern preżenti se jagħmel xi ħaġa li ppropona l-gvern ta' qabel, uħud minn tan-naħa l-oħra qed igħidu li qed issir xi ħaġa oxxena li qed tattakka d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiem.", "Hemm bżonn li f'dan il-pajjiż ma jkollniex dawn id-double standards.", "Barra minn hekk, meta jinqalgħu l-problemi wieħed għandu jiddiskutihom madwar mejda u mhux jiċċarrtu t-tyres tat-trakkijiet, jitbattlu l-fire-engines u jinkisru l-istretchers u l-ambulanza fl-airport minn ħaddiema ordnati on strike u li dwarhom kien hemm ftehim illi dawn ma setgħux jistrajkjaw.", "Dik kienet sitwazzjoni tal-biki li kkombinat ruħha ma' problemi oħra fil-port, fejn vapuri ma tħallewx jidħlu.", "Barra minn hekk hija wkoll sitwazzjoni li l-underlying theme tagħha hija kollha ta' double standards, fejn ma' gvern wieħed taġixxi mod u ma' gvern ieħor taġixxi mod ieħor.", "Sfortunatament hekk qed jagħmlu l-GWU u hemm qed tagħmel l-oppożizzjoni.", "Dan huwa nuqqas ta' serjeta', din hija nuqqas ta' konsistenza u fil-fehma tagħna jindika bl-iktar mod ċar illi l-oppożizzjoni m'hijiex kapaċi titkellem b'vuċi waħda fuq xi ħaġa li pproponew huma stess.", "Id-diviżjoni ta' l-oppożizzjoni toħroġ bl-iktar mod ċar fid-diskussjoni dwar dan l-abbozz u din hija ħasra għaliex il-pajjiż għandu bżonn oppożizzjoni serja u konsistenti.", "Nirringrazzjak", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi Liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment ta' servizzi minn air traffic control corps u mill-airport company tal-Forzi Armati ta' Malta għal Malta International Airport plc\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fit-7.45 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "VOTAZZJONI NRU.", "234", "FAVUR : 30", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Galea Pace Victor| |Bonnici Josef |Gatt Austin | |Bonnici Michael |Gonzi Lawrence | |Borg Joe |Hyzler George | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond | |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis |", "KONTRA : 24", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, qed nifhem sew li hemm qbil li dan l- abbozz ta' liġi jgħaddi quddiem il-kumitat għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Il-qbil hu li jekk in-naħa tal-gvern tixtieq li dan l- abbozz ta' liġi jiġi kkonsidrat mill-kumitat għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi, min-naħa tagħna m'hemmx oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Kollox sew, naqblu li nibagħtuh quddiem il-kumitat għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi, dejjem bl-arranġament li din il- ġimgħa nikkonkludu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Jien fhimt li l-problema min-naħa tal-gvern kienet fis- sens li hawn kellna Messaġġ tal-President, marbut ma' kwestjoni ta' pensjoni, liema provvediment issa se jitneħħa.", "La se jitneħħa m'hemmx problema.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Allura nitlob formalment liċ-Chairman ta' dak il- kumitat biex jibdew mill-ewwel jikkonsidraw dan l-abbozz ta' liġi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi Liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasferiment ta' servizzi minn air traffic control corp u mill-airport company tal-Forzi Armati ta' Malta għal Malta International Airport plc\" jiġi kkonsidrat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PRIVATTIVI INDUSTRIJALI", "PATENTS BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-29 ta' Marzu 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa in possession.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Mr. Speaker, dan l-abbozz li qegħdin nitkellmu fuqu huwa simili għall-abbozzi li diġa' ddiskutejna f'din il-Kamra dwar il- copyright u t-trademarks.", "Filwaqt illi copyright tista' tkun replika ta' xi ħaġa oħra u trademark tista' tkun kontinwazzjoni ta' xi ħaġa, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq invenzjoni magħmula mill-bniedem.", "L-iktar skoperta li tiġi f'moħħ kulħadd hija skoperta xjentifika, pero' ta' min jgħid li dan l-abbozz - li qed isir ukoll minħabba obbligazzjonijiet li għandu pajjiżna vis-a-vis l-Konvenzjoni ta' Berna u konvenzjonijiet oħra, b'mod partikolari l-WIPO treaties - ma jitkellimx fuq invenzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu b'mod dirett ma' skoperti jew teoriji xjentifiċi imma jitkellem fuq skoperti industrjali.", "Dan jiġri għax, per eżempju, jekk isir żvilupp fil-qasam tal-mediċina wieħed ma jistax jgħid: Din hija skoperta tiegħi u ħadd ma jista' jagħmel użu minnha!", "Per eżempju, meta Einstein ħareġ bit-teorija tar-relattivita', dan ma setax jagħmel patent fuqha għax hija xi ħaġa marbuta ma' teorija xjentifika li hemm marbut magħha l-ġid komuni.", "Mr. Speaker, mill-banda l-oħra wieħed jista' jagħmel patent fuq skoperta li jkollha x'taqsam ma' l-industrja, bħal meta xi ħadd jagħmel avvanz fuq makna.", "Biex nagħti eżempju, jiena hawnhekk għandi dettalji li fil-Malta Drydocks kien hemm ħafna ħaddiema li bl-inġenwinita' u bl-esperjenza tagħhom żviluppaw metodi kif jistgħu jsewwu partijiet minn makna ta' vapur.", "Din hija tip ta' skoperta li tista' tiġi patented u kien hemm każi fejn sar hekk.", "Nafu wkoll b'Malti fl-Awstralja li kien ivvinta mod kif l-electrodes tal-batteries idumu iktar permezz ta' ċerta kimika.", "Din kienet ġiet reġistrata bħala invenzjoni għax kienet marbuta ma' l-industrija.", "Dan ifisser li kontra dak li għandu x'jaqsam mal-copyright u t-trademarks, il- każ tal-privattivi jiġi applikat f'każ ta' pass inventiv fl-industrija.", "Mr. Speaker, illum nafu x'inhu jiġri fil-qasam tal-computers.", "Per eżempju, fl-aħbarijiet għadna kif smajna l-kawża li kien hemm fl- Amerka minħabba l-fatt li l-Microsoft, li hija l-leading company f'dak li għandu x'jaqsam mal-programmi tal-computers, għamlet ċerti invenzjonijiet li permezz tagħhom ipprovat trażżan, tikkontrolla jew toħnoq kumpanniji li jistgħu jikkompetu magħha.", "Dan juri kemm meta għandek teorija xjentifika ma tistax tagħmel patenting tagħha għax dik tista' tintuża minn kulħadd għall- ġid komuni.", "Illum ċerti programmi tal-computers jippermettu lill-bniedem jgħix aħjar billi jkun iktar effiċjenti fix-xogħol tiegħu u allura persuna li tkun għamlet skoperta f'dan il-qasam ma tistax tippretendi li jkollha jedd iktar minn ħaddieħor għax tkun għamlet l-iskoperta.", "Skoperti f'dan il- qasam għandhom x'jaqsmu ma skoperti fil-qasam mediku.", "Per eżempju, allaħares skoperta ta' metodu għall-kura tal-ġisem tal-bniedem - u anke ta' annimal - tkun tista' tiġi interpretata bħala invenzjoni li tista' tiġi patented, għalkemm f'dan il-qasam spiss isiru abbużi speċjalment minn xi kumpanniji kbar tal-mediċini.", "Ħafna minn dawn il-kumpanniji dejjem isibu l-kenn f'kull pajjiż, in partikolari fl-Isvizzera u fil-Ġermanja, u l-iskuża li dejjem iġibu tkun li parti mill-budget tagħhom imur għar-riċerka.", "(Interruzzjonijiet) Iva, l- Ewropa miexja b'pass pożittiv illi jiġi mrażżan l-abbuż.", "Dawn il- kumpanniji jgħidu li qed jivvotaw 25% tal-budget tagħhom għar-riċerka u issa qed isiru ċerti kontrolli biex wieħed ikun jaf jekk dawn il-flus verament jintużawx għal hekk jew inkella jmorrux x'imkien ieħor.", "L-agħar hu - u jidher li qed jaħdmu fuqha wkoll - meta jkollok żvilupp mediku pero' dan ma joħroġx fis-suq minħabba li wieħed jibża li jista' jostakola lil sieħbu li jkun qed jgħix miegħu.", "Per eżempju, kien hawn ħafna domandi għaliex għadna ma wasalniex fuq ċertu mard meta jkun sar investiment enormi tul is-snin.", "Nistgħu ngħidu li veru li fil-marda qerrieda tal-kanċer sar progress imma madankollu għadna 'l bogħod.", "Jiena mhux se nkun prużuntuż u nistaqsi għaliex ma waslux, imma hawn min jgħid illi żvilupp fil-mediċina fejn tidħol il-kura tal-kanċer ma ġiex indirizzat adegwatament.", "Per eżempju, l-Amerikani kkonċentraw dejjem fuq il-metodi xjentifiċi li dejjem ħaddnu huma u qatt ma ħarsu sew lejn l-avvanz enormi li sar fiċ-Ċina.", "Hawnhekk jiena ngħid li l-pajjiżi jistgħu ma jaqblux fuq kwestjonijiet ekonomiċi jew politiċi imma għandhom ikunu magħquda fuq kwestjonijiet li huma for the common good, speċjalment fil-qasam mediku.", "Wara kollox x'hemm isbaħ milli tara bniedem ifieq minn marda?", "Għaliex ħadd ma jindirizza l- problemi ta' mard li hemm fl-Afrika?", "Għaliex l-iżvilupp li sar fl-Ewropa mhux qed jitwassal fl-Afrika?", "Dan kollu jfisser li l-invenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kura tal-ġisem tal-bniedem m'humiex jiġu indirizzati sew u naħseb li meta Malta tipparteċipa f'kungressi jew seminars dwar dawn l-affarijiet, għandna nitkellmu dwar il-kunċett ta' l-armonija u r- relazzjonijiet viċini bejn pajjiż u ieħor fil-kamp ta' l-iżvilupp tal- mediċina u fil-kamp ta' l-invenzjonijiet xjentifiċi li jistgħu jagħmlu ġid lill-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Dan qed ngħidu għaliex ir-rata ta' nies li jmutu bil-marda qerrieda tal-kanċer f'pajjiżna hija kbira meta tqabbilha ma' dik ta' pajjiżi oħra u allaħares ma kienx hawn il-mediċina.", "Imxejna ħafna 'l quddiem fil-qasam tal-qalb u f'oqsma oħra imma fil-każ ta' din il- marda qerrieda tal-cancer għadna 'l bogħod sew.", "Mr, Speaker, id-definizzjoni ta' invenzjoni hi li din tkun xi ħaġa ġdida li ma tkunx tagħmel parti minn xi ħaġa li kienet hemm qabel.", "Klawsola 5 ta' dan l-abbozz tgħid li invenzjoni titqies bħala waħda ġdida jekk din ma tkunx tagħmel parti minn xi arti prijuri.", "Il-frażi ''arti prijuri'' tfisser \"dak kollu li sar qabel id-data ta meta ssir ir-reġistrazzjoni\".", "Deskrizzjoni bil-kitba hija wkoll mod kif tista' tagħmel patenting ta' invenzjoni.", "Per eżempju, wieħed jista' jgħid li skopra metodu kif iħaddem ċerta makna jew metodu kif jiġi analizzat dettall xjentifiku u jiktbu.", "Illum għandna s-CD-Roms u għandna baħar ta' teknoloġija li jagħmlu dan kollu aktar faċli.", "Ħalliha li t-teknoloġija li għandna llum ma ddumx ma ssir outdated.", "Per eżempju, llum il-Ġappuniżi qed jitkellmu dwar li jkollok database, arloġġ jew telephone ċellulari li jintlibes bħalma tintlibes brazzuletta u li jkun jaħdem bix-xemx.", "Dan il-prodott se joħorġuh in the next two or three years.", "Dan qed ngħidu għax jiena jidhirli li f'din il- Kamra għandna naħsbu għal dak li jista jiġri.", "Il-pajjiż tagħna jrid ikun preparat għal dawn l-affarijiet u għalhekk huwa importanti li meta qegħdin nitkellmu fuq il-fatt li l-ministru jista' jagħmel regolamenti sabiex ikun jista' jimmodifika xi parti minn dawn il-provvedimenti, dan għadu jibda jaħseb ukoll biex jagħmel tajjeb għall-eventwalitajiet.", "Mr. Speaker, l-ewwel liġi li kellu pajjiżna u li għandha x'taqsam mal- privattivi kienet saret fl-1902 u kienet daħlet bħala ordinanza minħabba li dak iż-żmien konna kolonja.", "Ftit tas-snin qabel fil-kungress internazzjonali ta' Parigi kienet saret l-ewwel konvenzjoni għax il-pajjiżi dehrilhom li jridu jagħmlu xi ħaġa.", "Qabel dan kien hawn ċertu nkwiet dwar ta' min kienet invenzjoni u dan ma kienx qed jagħmel ġid.", "Billi konna kolonja Ingliża, pajjiżna kien minn ta' quddiem li daħħal din il-liġi u issa aħna qed niżviluppaw fuqha.", "Issa aħna rridu nkunu minn ta' quddiem f'din il-ħaġa u m'għandniex għalfejn nistennew biex naraw x'jagħmel ħaddieħor.", "Mr. Speaker, jiena kkritikajt lill-Unjoni Ewropea għaliex din tittratta u tiggranfa ma' ċerti prinċipji li l-qrati tagħna dejjem qagħdu lura dwarhom.", "Il-qrati tagħna dejjem raw li jipproteġu dak li huwa Malti u dak li hu fl- interess tas-soċjeta' Maltija.", "Jista' jkollok kawżi fuq invenzjonijiet jew inkella trademarks li fihom ikunu involuti interessi barranin u interessi lokali u aħna rridu naraw li l-interessi tagħna jiġu protetti dejjem.", "Dwar dan naħseb illi l-qrati tagħna għamlu a very good job.", "Mill-banda l-oħra l- qrati ta' l-Unjoni Ewropea qed ikunu daqsxejn avventurużi u meta l- avventura tkun aċċellerata tista' tkun perikoluża.", "Mr. Speaker, għalkemm jiena qed ngħid dan kollu rrid nagħmilha ċara li bħala oppożizzjoni aħna qegħdin naqblu ma dan l-abbozz.", "Jiena qed ngħid biss li wieħed għandu joqgħod attent.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar konvenzjonijiet li aħna firmatarji tagħhom, bħall-Konvenzjoni ta' Berna, il-WIPO treaty u missejna wkoll il- protocol ta' Madrid fil-każ tat-trademarks, imma issa rridu nagħmlu a step forward biex niġu in line ma' l-acquis communautaire u f'dan il-każ naħseb li jista' jkollna l-problemi.", "Aħna pajjiż żgħir ħafna - u Malta huwa wieħed mill-iżgħar pajjiżi fl-Ewropa - u allura għandu jkollna protezzjoni speċjali.", "Dan qed ngħidu mhux għax jien m'għandix fiduċja f'dak kollu li nistgħu nagħmlu imma għax nixtieq li l-interessi tagħna jkunu mħarsa sew.", "Fid-dibattitu dwar il-copyright u trademark jiena kkritikajt il-protocol ta' Madrid li ma kienx qed jara l-interessi ta' pajjiżi żgħar.", "Dan għamiltu għaliex Malti ma tistax tpoġġih fil-keffa ta' Ġermaniż u tgħidlu: Ir-reġistrazzjoni tiegħek hija daqs ta' Ġermaniż.", "B'dan il-mod persuna ma jkollhiex inċentiv biex tkun iktar inventiva għaliex taf li hi se jkollha tħallas rata kbira.", "Barra minn hekk is-suq Ġermaniż huwa ta' bejn 50 miljun u 60 miljun ruħ u s-suq tagħna huwa daqs belt Ġermaniża ta' daqs inqas mill- medja.", "Pajjiżna ta ċertifikat fl-imgħoddi li stinka biex jitħares l- interess ta' pajjiż żgħir u ta reġjun bħalma huwa dak Mediterranju.", "Dan wieħed seta' jarah fis-sehem attiv ta' pajjiżna - u dan kemm min-naħa tagħna bħala Partit Laburista u anke min-naħa tal-Partit Nazzjonalista - fis-CSCE u fl-OSCE.", "Hemmhekk sar ħafna xogħol min-naħa tal-gvernijiet Maltin biex jiġi protett pajjiżna u jiena ngħid li anke fil-kamp li għandu x'jaqsam mal-privattivi pajjiżna jrid jara li jaqbad dawk it-toroq illi bihom jista' jirbaħ.", "Mr. Speaker, klawsola 8 titkellem dwar il-kwestjoni ta' l-iżvelar ta' invenzjoni u hawnhekk jidħol il-kunċett tat-12-il xahar.", "Din il-klawsola tgħid hekk:", "\"L-iżvelar, matul it-12-il xahar illi jiġu qabel id-data ta' l- applikazzjoni, jew meta tiġi vantata l-prijorita', id-data tal- prijorita' ta' l-applikazzjoni speċifikata, ta' informazzjoni li kieku xort' oħra jolqot il-jedd għal privattiva ta' l-invenzjoni vantata f'dik l-applikazzjoni, m'għandux jolqot il-jedd għal privattiva ta' dik l-invenzjoni meta l-informazzjoni tkun ġiet żvelata:\"", "Hawnhekk il-leġislatur huwa kompletament korrett u dan huwa kunċett rikonoxxut kemm fl-abbozz dwar il-copyright u anke fl-abbozz dwar it- trademarks.", "Hemm ukoll il-prinċipju ċivili fejn inventur ikollu d-dritt li jgħaddi patent lis-suċċessuri tiegħu b'testment jew inkella b'mod intestat jekk kemm-il darba wieħed imut mingħajr testment.", "Il-ħajja ta' dak id-dritt hija ħajja twila fejn għandek tul ta' snin.", "Mr. Speaker, l-applikazzjonijiet għal privattivi dejjem isiru skond it- Taqsima 6.", "Dawn isiru lill-uffiċċju tal-kontrollur u fihom għandu jkun hemm talba għall-konċessjoni tal-privattiva u deskrizzjoni ta' l-invenzjoni.", "Talba tista' tkun waħda jew aktar u magħha jista' jkun hemm inklużi wkoll disinji u anke l-astratt ta' l-invenzjoni.", "Ma' dan id-dritt ikun hemm marbuta wkoll data ta' żvelar għaliex l-applikazzjoni nnifisha qed tiżvela.", "Fl-istess taqsima mbagħad hemm klawsola 15 li tgħid li l-applikazzjoni għandha tiżvela l-invenzjoni:", "\"...b'mod illi jkun biżżejjed ċar u komplet sabiex l-invenzjoni tkun tista' tinġieb fis-seħħ minn persuna li tkun tas-sengħa.\"", "Jista' jkun illi t-talbiet ikunu kwalifikati.", "Imbagħad fi klawsola 16 hemm li:", "\"It-talbiet għandhom jagħtu definizzjoni tal-materja li dwarha tkun qed tiġi pretiża l-protezzjoni permezz ta' privattiva.", "It-talbiet għandhom ikunu ċari u konċiżi.\"", "Mela hawnhekk il-preċiżjoni hija mportanti sine qua non.", "Kollox hu marbut mal-fatt li wieħed irid jagħti dettall meqjus u preċiż.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Farrugia, skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "ONOR JOE BORG: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sur President, jiena xtaqt nirrimarka u nirreġistra f'dan id- dibattitu li s'issa ma nafx li f'Malta jeżisti reġistru li jmur lura għal snin twal.", "Ilna iktar minn mitt sena bl-Ordinanza dwar il-Privattivi, fejn għandna dettall kronoloġiku ta' dawk il-Maltin li għamlu invenzjoni, u jiena nixtieq li jsir studju dettaljat minn xi student jew grupp ta' studenti universitarji - nafu li l-istudenti universitarji jagħmlu ħafna xogħol ta' melitensia - fuq dawk il-Maltin li matul dawn is-snin għamlu invenzjonijet li huma reġistrati jew inkella invenzjonijiet li għalkemm m'humiex reġistrati huma magħrufa li saru mill-Maltin.", "Dan qed ngħidu għax ikun tajjeb li wieħed jiġbor dawn l-invenzjonijiet f'pubblikazzjoni.", "Mr. Speaker, hawn Malta għandna nies illi għamlu ġieħ lil pajjiżna fil-qasam letterarju, fil-qasam ta' l-iskultura, fil-qasam tad-diplomazija internazzjonali u f'diversi oqsma oħra.", "Per eżempju, xi sitt xhur ilu ħadt pjaċir niltaqa' mal-familjari ta' ex- ambaxxatur ta' Malta għall-Ġnus Magħquda, Arvid Pardo, li ħoloq il-baby tiegħu bil-konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar.", "Dwar dan saru konferenzi internazzjonali fil-Ġnus Magħquda u dan kollu grazzi għall-ħsebijiet ta' ambaxxatur b'parantela Maltija.", "Dawn huma affarijiet sbieħ u huma affarijiet li lil pajjiżna jpoġġuh dejjem 'il quddiem.", "Aħna għandna nkunu kburin b'dawk in-nies li jagħmlu marka fis-soċjeta', b'dawk li fil-pajjiż dejjem rawmu l-ġid anke jekk mhux dejjem kienu qed jarawh.", "Kultant deċiżjoni jew kreazzjoni ta' persuna tkun tidher inutli fil-perijodu meta ssir pero' meta jgħaddi ż-żmien din issir xi ħaġa ta' min japprezzaha.", "U fil-każ tal-konvenzjoni internazzjonali dwar il-liġi tal-baħar u l-follow- up kollu tagħha huwa mertu tagħna.", "Jiena għalhekk inħeġġeġ lill- Universita' ta' Malta biex tħeġġeġ studenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' studju dwar invenzjonijiet.", "Sur.", "President, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro appellat biex jekk saru studji jew skoperti li għandhom x'jaqsmu ma' l-enerġija dawn għandhom jintużaw.", "Jiena persważ li hemm nies li ħadmu fil-Maltacom u għamlu skoperti marġinali li jmexxu 'l quddiem lis-soċjeta'.", "Dan ukoll għandu jiġi rikonoxxut għax dawn huma affarijiet sbieħ.", "Fl-opinjoni tiegħi, bħalma għandna l-premju għall-ħaddiem tas-sena u l-premju għall-anzjan tas-sena, għandna ndaħħlu apprezzamenti oħra f'livell nazzjonali għaliex dawn huma l- affarijiet li jagħmlu pajjiż b'saħħtu u ħaj.", "Aħna hawnhekk qegħdin indaħħlu lock, stock and barrel l-affarijiet li għamel ħaddieħor - u kważi bir-raġun - imma fl-istess ħin irridu naraw ukoll li nilleġislaw b'mod li dejjem nipproteġu u ngħożżu b'kura dak li hu Malti.", "Jiena ma naħsibx li hawn xi ħadd li ma jemminx li għandna nirrikonoxxu persuna tkun għamlet skoperti li jservu ta' ġid lis-soċjeta' Maltija u anke dik estera.", "Sur President, huwa tajjeb ukoll li l-protezzjoni tkun kwalifikata, fis- sens illi jien qed nipproteġik imma inti tabbużax mill-protezzjoni li qed nagħtik.", "Barra minn dawn il-kunċetti li semmejt hemm ukoll il-kunċett tal- liċenzja, fejn l-applikazzjoni tista' wkoll tkun fiha nnifisha liċenzja.", "Infatti klawsoli 35 sa 38 kollha jitkellmu fuq liċenzji, liċenzji li m'humiex volontarji u esplojtazzjoni governattiva.", "Biex nagħlaq irrid ngħid li dan huwa abbozz importanti li huwa marbut ma' abbozzi oħra, huwa abbozz illi qed jipprovdi provvedimenti ġodda għar- rigward tal-privattivi u qed ineħħi dak li mxejna bih s'issa.", "Jien ovvjament naqbel ma' dan l-abbozz u nirringrazzja lil kulmin qgħad jismagħni.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Waħda mid- diskussjonijiet li l-aktar qed niltaqgħu magħha mhux f'Malta biss imma fil- kamp internazzjonali hija dwar il-kwestjoni tal-proprjeta' intellettwali.", "Dan anke minħabba ċerti żviluppi politiċi li ġraw fil-kamp internazzjonali dan l-aħħar, fejn kien hemm tnaqqis fil-budgets militari ta' ħafna pajjiżi.", "Nafu bl-ammonti fenominali ta' flus iddedikati għar-riċerka fuq l-armamenti u nafu wkoll bid-dibattitu dejjem għaddej dwar kif l-investiment fir- riċerka għandu jitkattar.", "Inħolqot diskussjoni kif ir-riċerka li qabel kienet issir għal aspetti militari, tista' ssir għal skopijiet oħrajn.", "F'ħafna pajjiżi bħall-Amerika u pajjiżi Ewropej qamet il-kwestjoni dwar kif l-universitajiet jistgħu jagħmlu riċerka effettiva.", "Ta' min igħid li f'Malta diġa' jeżisti patent protection office, pero' ftit sar sfruttar ta' dan l-uffiċċju u naħseb wisq inqas ħalla effett fuq l-ekonomija tal-pajjiż.", "Dan jindika nuqqas ta' riżorsi għar-riċerka u anke nuqqas ta' intrapriżi biex jagħmlu xogħol fix-xjenza u t-teknoloġija.", "Sur President, il-patent jipproteġi invenzjonijiet tekniċi li ħafna drabi jkunu prodotti jew proċessi.", "Meta Stat jagħti dan il-patent ikun qiegħed jagħti lis-sid id-dritt esklussiv għall-użu ta' l-invenzjoni li jkun għamel, dan id-dritt kien għal 14-il sena pero' b'din il-liġi issa qiegħed isir għal 20 sena.", "Dan huwa konformi ma' ħafna mil-liġijiet li jeżistu barra minn Malta u qed isir hekk għax wieħed mill-iskopijiet tal- liġi preżenti hu biex is-sistema leġislattiva tagħna nġibuha pari mal- leġislazzjoni li hemm barra minn pajjiżna, partikolarment in line ma' dak li tgħid id-WTO.", "Dan huwa qasam komplikat u l-fatt li kull pajjiż ikollu s- sistema tiegħu ta' patents ħafna drabi ma' jippromwovix l-isfruttar effiċjenti tiegħu.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea bħalissa tinsab għaddejja b'diskussjoni sħiħa bl-iskop li jinħoloq a single community patent office, pero' sfortunatament dan il-ħsieb għadhom ma waslux għalih.", "Sur President, is-sistema tal-patents hija ntiża kemm għall-protezzjoni ta' dawk li jkunu qed jagħmlu riċerka kif ukoll tgħin lill-istess inventuri jagħmlu l-profitti minn xogħolhom.", "Dawn il-profitti jistgħu jagħmluhom b'mod dirett billi huma stess jużaw u jadattaw dak il-proċess li jkunu żviluppaw u anke b'mod indirett billi jbiegħu l-patent lil terzi.", "Dan huwa minnu nnifsu inċentiv għall-innovazzjoni.", "Hawnhekk ta' min igħid li l-ewwel liġi kienet introdotta fl-Istati Uniti fl-1790 u dan il-fatt jixhed il- kultura ta' dan il-pajjiż għall-innovazzjoni.", "Sur President, tajjeb ukoll naraw x'hemm wara din il-liġi.", "Permezz tagħha qed nistennew li niġu in line ma' leġislazzjoni internazzjonali, pero' tajjeb li wieħed jgħid li wara din il-liġi hemm skopijiet oħrajn, inkluż l- iskop biex nippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni.", "Ħafna drabi ssir riċerka iżolata u ma nagħmlux il-qabża li mir-riċerka mmorru għall-innovazzjoni.", "Din m'hijiex preokkupazzjoni biss hawn Malta imma hija preokkupazzjoni fid- dinja kollha.", "Fil-fatt fl-Istati Uniti kienu nkwetati li l-fondi għar- riċerka tnaqqsu minħabba t-tnaqqis f'military spending u minħabba f'hekk għaddew liġi li tippromwovi l-innovazzjoni fl-universitajiet.", "Aktar minn hekk permezz ta' din il-liġi jistgħu jiġu fformati kumpanniji fil-viċinanzi biex jipproduċu l-prodotti li jkunu vvintaw l-universitajiet.", "Ta' min igħid ukoll li hemm konnessjoni diretta bejn din il-liġi tal-patents u l- innovazzjoni.", "Sur President, tajjeb li ngħid ukoll li qed tikber il-prattika li r- riċerka ma ssirx f'istituzzjoni b'mod iżolat pero' ssir bi sħubija bejn diversi istituzzjonijiet.", "F'dan il-każ ħafna drabi tqum il-kwestjoni dwar min ikun is-sid ta' invenzjoni jew proċess.", "Wieħed ma jistax isib sieħeb u jagħmlu riċerka flimkien imbagħad jaspira li jkun sid huwa wkoll ta' dik l- istess riċerka meta f'pajjiżu ma jkollux il-mod kif dik ir-riċerka tkun protetta.", "Dan ifisser li fil-pajjiż hemm bżonn li jibqa' jkollna l- protezzjoni u fl-istess ħin din il-protezzjoni tkun konformi ma' dik ta' pajjiżi oħra.", "Sur President, fil-bidu tad-diskors tiegħi jiena għedt illi wieħed mill- għanijiet ta' din il-liġi huwa li nippromwovu r-riċerka.", "Fil-fatt klawsola 4(1) tgħid hekk:", "''An invention shall be patentable if it is novel, involves an inventive step and is industrially applicable.''.", "Imbagħad klawsola 4(2) tgħid hekk:", "''The following, in particular, shall not be regarded as inventions within the meaning of subsection (1) ...'',", "u hawnhekk għandna elenkati x'inhuma dawk li m'humiex ikkonsidrati bħala invenzjonijiet.", "Dawn huma:", "\"(a) discoveries, scientific theories and mathematical methods;", "(b) aesthetic creations:", "(c) schemes, rules and methods for performing mental acts, playing games or doing business and programmes for computers", "(d) presentations of information.\"", "Mela biex tkun soġġetta li takkwista din il-liċenzja ħaġa trid tkun minnha nnifisha invenzjoni, trid tkun żvilupp fuq proċess li jeżisti diġa' jew żvilupp ġdid jew li tista' tużaha għall-industrija.", "Fil-fatt għandna nies f'Malta li żviluppaw proċessi simili.", "Per eżempju, fil-qasam ta' l-isport naf persuna li żviluppat forma ta' molla li ddaħħalha fl-iskartoċċ biex tassorbi ż-żejt tas-senter u nista' ngħid li dan il-proċess ġie rreġistrat għall-patent mal-kontrollur.", "Hawn min jgħidlek li patents are a means to an end - jiġifieri mod kif wieħed jieħu ritorn fuq l-innovazzjoni li jkun wettaq - u hawn min huwa tal-fehma li r-riċerka hija għan aħħari fiha nnifsha, pero' jekk wieħed jara kif qed jaħdmu l-ekonomiji llum isib li dawn huma mbuttati mill- innovazzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ddeskriva l-kultura tal-patents bħala xi ħaġa tal-kapitaliżmu, pero' tajjeb li wieħed jgħid li m'humiex il- pajjiżi kapitalisti bħall-Istati Uniti jew il-Ġappun biss li jużaw dawn il- patents imma dawn jintużaw ħafna anke fl-Asja.", "Il-patent huwa inċentiv biex minn riċerka pura tgħaddi għall-innovazzjoni u normi aċċettati jgħidu li pajjiż għandu jiddedika madwar 2% tal-GDP għar-riċerka.", "Malta qegħdin ħafna 'l bogħod minn dan pero' hawn minn igħid li meta wieħed jonfoq dawn it-2% tal-GDP ikun hemm ripple effect ta' 10% fuq l-economic value added.", "Sur President, naħseb li jkun tajjeb li norbtu din id-diskussjoni mal- kultura u mat-tip ta' industrija li rridu għal dan il-pajjiż.", "Ir-Rambol report jgħid li r-riċerka hija xi ħaġa li l-pajjiż għandu jimmira għaliha biex jinħolqu industriji ġodda u biex insostnu l-industrija li għandna.", "Dan ir-rapport kien elenka erba' oqsma fejn tista' ssir ir-riċerka f'Malta u dawn huma l-biological and medical technologies, energy technologies, IT and telecommunication technologies u educational technologies.", "Hawnhekk ta' min wieħed igħid li minkejja li dan ir-rapport issa ilu li nkiteb xi tliet snin, f'pajjiżna mhux qed naraw l-iżvilupp mixtieq fir-riċerka li fl- opinjoni tiegħi tissarraf f'industrija sostenibbli biex fil-futur ikollna standard of living aħjar.", "Dan qed ngħidu għax ħafna drabi wieħed mill- indikaturi tal-performance teknoloġika ta' pajjiż huwa kemm ikunu reġistrati minn dawn il-patents.", "Huwa veru li mhux bilfors ikun hemm relazzjoni diretta bejn l-innovazzjoni u r-reġistrar - għax mhux kull invenzjoni tiġi patented, għax forsi wieħed ikun irid iżommha sigrieta jew inkella jkun irid jidħol mill-ewwel fis-suq u allura ma jkollux għalfejn imur għall-patent - pero' ħafna drabi jekk wieħed ikun irid jippenetra s- suq jew jipproteġi skoperta, in the long term bilfors irid imur għal din it- tip ta' protezzjoni u allura d-diskors fuq il-patents għandu ħafna relevanza fuq it-tip ta' industrija li rridu nattiraw.", "Per eżempju, għalfejn il-Ġappun għandu dik is-saħħa fit-teknoloġija?", "Dan il-pajjiż jirreġistra patents ħames darbiet aktar milli tirreġistra l-Ewropa u fi spazju ta' għaxar snin in-numru ta' patents irreġistrati fil-pajjiżi Ażjatiċi kiber minn 1,000 għal 5,000 kull sena.", "Dan qed ngħidu għaliex fl- opinjoni tiegħi din il-liġi rridu narawha f'dan l-isfond.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Coleiro staqsiet għalfejn ma żdiedux il-fondi għar- riċerka u għalfejn il-vot tal-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija baqa' l-istess.", "Ħafna drabi tingħata l-impressjoni li l-universita' hija l-unika istituzzjoni li tagħmel ir-riċerka, pero' tajjeb li wieħed jgħid li fil- pajjiż mhux din l-istituzzjoni biss tagħmel ir-riċerka.", "Għalkemm l- universita' tibqa' l-ogħa istituzzjoni fil-pajjiż li tagħmel ir-riċerka, tajjeb li wieħed isemmi li l-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija għandu l-marine network li jagħmel riċerka fuq dak li għandu x'jaqsam mal-baħar, mal-kosta u ma' l-oċean.", "Barra minn dan hemm l-alternative energy centre, għandna l-micro-propagation centre li jagħmel riċerka fuq l-agrikoltura, għandna ċ-ċentru ta' l-akkwakultura u għandna l-water services corporation.", "Il-biċċa l-kbira tal-poplu Malti ma jafux li jeżistu dawn l-oqsma li jagħmlu riċerka f'dan il-pajjiż.", "Per eżempju, dan l-aħħar sirt naf li fil- lighthouse tal-Ġordan f'Għawdex issir ċerta riċerka fuq il-kwalita' ta' l- arja anke b'kollaborazzjoni mal-Gvern Ġermaniż.", "Għandna anke fabbriki bħall-ST Microelectronics u l-Brandtstatter li huma wkoll jagħmlu riċerka.", "Fl-istitut Carlo Gavazzi wkoll jagħmlu ċertu development.", "Dawn ikollhom prodott li għal ħafna snin ikun magħmul mod pero' t-technicians u l- inġiniera jiżviluppawh aktar 'il quddiem.", "Mr. Speaker, ikun tajjeb li nħarsu lejn il-persentaġġi li pajjiżi oħra jonfqu għar-riċerka biex naraw jekk aħniex nonfqu biżżejjed.", "Kif diġa' għedt, il-persentaġġ aċċettat huwa ta' 2% tal-GDP u li kieku kellna nattwaw dan il-parametru suppost li nonfuq Lm20 miljun.", "Għalkemm qegħdin ħafna 'l bogħod minn dan u għalkemm fl-1999 l-universita' nefqet biss Lm100,000 għal dan il-għan, matul dawn l-aħħar erba' snin mill-protocol Taljan infaqna bejn Lm8 miljun u Lm10 miljun fi spejjeż kapitali biex issir ir- riċerka.", "Hawnhekk ta' min nirringrazzjaw lill-Gvern Taljan ta' din l- għajuna pero' dan m'huwiex biżżejjed.", "Il-protocol Taljan issa skada u n- nefqa għar-riċerka rridu nkattruha b'mezzi oħra.", "Li huwa żgur hu li ma nistgħux inħallu dak l-equipment rieqed hemmhekk imma rridu nkomplu nisfruttawh kemm għan-knowledge tal-pajjiż, kemm għat-tagħrif u anke għall- istess żvilupp ekonomiku.", "Mr. Speaker, hawn ġew saret il-kritika li qed nagħmlu dan kollu minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm dan sa ċertu punt huwa veru, ta' min igħid li minħabba n-nuqqas ta' leġislazzjoni f'dan is-sens tlifna ċerti okkażjonijiet li nipparteċipaw f'ċerti programmi proprju minħabba n-nuqqas ta' dedika għar-riċerka.", "Per eżempju, hemm l-INCOMED, li huwa programm partikolari għar-riċerka taħt il-fifth framework programme u m'għandekx għalfejn tkun pajjiż membru biex tipparteċipa fih.", "Din il-ġimgħa rċevejt żewġ compendiums tal-proġetti li kienu sottomessi taħt dan il-programm u li fihom ipparteċipaw pajjiżi bħall-Alġerija, l-Marokk u l-Eġittu.", "Il-fatt li Malta bilkemm tissemma' jweġġagħni u jiena naħseb li hemm bżonn li titkattar aktar il-kultura li ġġib magħha din il-liġi.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, imma jkolli nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 5 ta' April fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Minstru ta' l-Intern): Mr Speaker, dalgħodu sar aġġornament mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Mhux se nwieġeb bl- istess ton li tkellem hu - kieku nagħmel hekk inkun qed nikkommetti l- istess żball li għamel hu, li semma b'isimhom nies, uħud minnhom jokkupaw kariga għolja f'dan il-pajjiż - u lanqas ma jien beħsiebni nitfa' botti kontra ħadd.", "Lanqas ma jien se noqgħod nikkummenta fuq artikli fil- ġurnali jew fuq id-diskors tiegħu għax dak jagħmlu l-pubbliku in ġenerali, pero' naħseb li għandi dritt li nikkoreġi l-impressjoni li setgħet ingħatat billi niċħad ċerti affarijiet li ntqalu.", "Mr. Speaker, f'dan id-diskors intqal li l-priġunier Dr Lawrence Pullicino mhux se jingħata pre-release fl-aħħar fażi tas-sentenza biex joħroġ jaħdem taħt xi forma ta' supervision u jirrinkaża ruħu l-ħabs.", "Intqal ukoll li l- Porporina - għax hawnhekk lin-nies insemmuhom bil-laqam u mhux b'isimhom! - għadu kemm ingħata dan il-pre-release mid-direttur tal-ħabs.", "Dan assolutament m'hu veru xejn.", "Lill-priġunier Bugeja ma ngħatalux xi forma ta' pre-release leave.", "L-argument kollu li pprova jagħmel l-Onor.", "Gulia dalgħodu kien li lil Dr Pullicino mhux se jingħatalu pre-release leave kif wara kollox ingħata lil priġunier ieħor.", "L-Onor.", "Gulia talab li Dr Pullicino joħroġ barra mill-ħabs biex jagħmel xogħol konness ma' l-uffiċċju legali tiegħu.", "Mr. Speaker, hawnhekk ta' min ngħid li kemm-il priġunier Dr Pullicino kif ukoll il-priġunier li ssemma' ngħatalhom leave ta' natura oħra.", "M'inix se noqgħod nidħol fid-dettalji dwar f'liema każi ngħataw il-leave - għax ħafna minnhom huma ta' natura personali, bħal xi birthday tal-mara jew birthday tat-tifla - u naħseb li lanqas huwa fl-interess ta' l-oppożizzjoni li nidħol f'dan id-dettal.", "Jekk jisfidani jiena lest li ngħid kemm-il darba ħareġ wieħed u kemm-il darba ħareġ l-ieħor, liema kienu dawn l- okkażjonijiet u jekk kenux ġustifikati fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra, pero' llum se nieqaf hawnhekk.", "Li rrid nerġa' nirrepeti hu li mhux veru li l-priġunier bil-laqam tal-Porporina ngħata xi pre-release leave u li Dr Pullicino b'diskriminazzjoni ma ngħatax jew mhux se jingħata dan il-pre- release leave.", "Nerġa' nirrepeti wkoll li dan il-pre-release leave intalab biex Dr Pullicino jagħmel xogħol legali għall-Onor.", "Gulia.", "Jekk dan huwiex parti mix-xogħol ta' avukat jew le dik ma nindaħalx fiha jien, u qed ngħid hekk għax fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Gulia qal li se jirreferi dan il-każ - u deher anke xi artiklu fil-gazzetta f'dan is-sens - lill-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Dak mhux affari tiegħi, jaraha hu u l- kummissjoni għall-aministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Irrid ngħid li din il-kummissjoni ddefiniha bħala dik li:", "\"... iċ-chairman tagħha m'hu ħadd inqas mill-President tar-Repubblika ta' Malta, il-Prof.", "Guido de Marco, li għamel karriera jiddefendi l- kriminali!\"", "Jiena ma nafx b'liema ton tkellem għax sfortunatament ma kontx hawnhekk pero' għallinqas, kif inhu miktub id-diskors, naħseb li stennejt xi ħaġa aħjar bħala rispett lejn l-ogħla kariga tal-pajjiż.", "Il-Prof. de Marco għamel karriera jiddefendi lil min għandu bżonn il-protezzjoni tal-liġi.", "Hu ma ddefendiex nies kontra l-liġi imma ddefendihom skond il-liġi, kif jagħtih dritt il-warrant ta' avukat.", "Issa jekk il-Prof. de Marco kienx applika wkoll għal leave biex ħabsin imorru jaħdmu miegħu ma nafx!", "Li naf hu li l-anoloġija m'hijiex korretta għax mhux sew li nitkellmu fuq il-Kap ta' l-Istat b'dan il-mod.", "M'inix se noqgħod niddefendi jien lill-President tar-Repubblika, għax naħseb li bħala wieħed mill-aħjar avukati li kellna fid-dritt penali jaf jiddefendi lilu nnfisu.", "Hu għamel suċċess mhux biss f'kawżi kriminali imma wkoll f'diversi kawżi kostituzzjonali ta' ksur ta' drittijiet tal-bniedem li saru fiż-żmenijiet mudlama ta' dan il-pajjiż.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Gulia għamel ukoll allegazzjonijiet fil-konfront tad-direttur tal-ħabs Emmanuel Cassar u fost ħwejjeġ oħra qal li s-Sur Cassar ma kienx lest jaħdem taħt gvern Laburista.", "Jien għandi l-provi li taħt l-amministrazzjoni Laburista, is-Sur Cassar ma tħalliex jerġa' jidħol lura l-ħabs u għal xhur sħaħ kien jirċievi l-paga d-dar għalxejn.", "Hu ma riedx jirċievi l-paga għalxejn u kellu jirrikorri għand l-Ombudsman.", "Il- gvern Laburista ta' dak iż-żmien la bagħtu lura l-ħabs wara li kien ħareġ għal tliet ġimgħat bis-sick leave u lanqas bagħtu lura bħala supretendent fil-korp tal-pulizja.", "Minkejja dan kollu, l-Onor.", "Gulia allega li s-Sur Cassar telaq meta gvern Laburista kellu bżonnu pero' mbagħad mar jiġri jaqdi lill-gvern Nazzjonalista.", "Dan m'hu veru xejn.", "Hu ġie nnominat bħala aġent direttur tal-ħabs fuq talba tiegħi personali għax id-direttur ta' qabel, is-Sur Cordina, għal raġunijiet personali talab li ma jibqax direttur tal-ħabs.", "Issa din il-ħaġa s-Sur Cordina ma qalhiex inkiss inkiss imma qalha pubblikament u f'okkażjoni minnhom kien hemm preżenti wkoll l- Onor. Gulia.", "Illum is-Sur Cordina qed jaqdi dmiru fil-protezzjoni ċivili, li wkoll jaqa' taħt ir-responsabbilita' tiegħi.", "Dwar il-kariga ta' direttur tal-ħabs irrid ngħid li din hija kariga diffiċli ħafna, tant li meta mbagħad ħarġu l-applications biex jimtela' l-post ta' direttur tal-ħabs - għax is-Sur Cassar kien għadu aġent direttur - miċ-ċivil kollu applikat persuna waħda biss, ċioe' s-Sur Cassar innifsu.", "Nagħlaq, Mr Speaker, billi niċħad allegazzjoni oħra li għamel l-Onor.", "Gulia li qal li meta kien direttur is-Sur Cassar kien hemm xi rapport tal- bord tal-viżitaturi li jikkonferma li xi priġunieri Libjani ġew imsawta fil- ħabs.", "Dan m'hu veru xejn.", "Kien hemm allegazzjoni li dawn issawtu qabel ma ddaħħlu l-ħabs, din ġiet indagata u ttieħdu proċeduri kriminali.", "L- allegazzjoni li dawn issawtu ġewwa l-ħabs ukoll ġiet indagata mill-bord tal- viżitaturi pero' dan ma wasalx għal din il-konklużjoni.", "Peress li dawn il- Libjani baqgħu jindikaw gwardjan li sawwathom, l-avukat ġenerali ħa l-passi kriminali kontra dan il-gwardjan - fil-fatt huwa ex gwardjan għax sakemm ittella' l-qorti ma baqax jaħdem il-ħabs - pero' dan ġie lliberat ukoll mill-qorti.", "Dan ifisser li m'hu veru xejn li wieħed jgħid li l-bord tal- viżitaturi tal-ħabs - u jiena poġġejt dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra - ikkonferma li xi priġunieri Libjani ssawtu ġewwa l-ħabs.", "Sur President, sal-lum daqshekk se ngħid pero' jista' jkun li nerġa' nintervjeni darb' oħra jekk jerġgħu jsiru allegazzjonijiet ta' dan it-tip.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, m'hemmx dubju li s-settur ta' l-anzjani sar wieħed mill-prijoritajiet ta' ħafna partiti politiċi u gvernijiet madwar id-dinja kollha.", "Fil-pajjiżi żviluppati l-politika ta' l-anzjani hija waħda rregolata mil-liġijiet tal- pajjiż u f'xi każi hemm ukoll leġislazzjoni speċjali.", "Ħafna gvernijiet huma konxji mill-fatt li l-popolazzjoni qed tixjieħ u dan qed iġib miegħu konsegwenzi serji fit-tqassim tal-ġid tal-pajjiż.", "Minħabba l-problemi tal- qgħad li qed jikbru hemm tħassib ta' dawk li qed jiggvernaw dwar kif jistgħu jkomplu jsostnu finanzjarjament is-servizzi soċjali u dawk tas- saħħa li ħafna anzjani jkollhom bżonn.", "Minħabba f'hekk din il-problema qed tkun ittrattata anke fuq livell tal-Ġnus Magħquda, tant li fl-1999 ġiet iddikjarata s-sena internazzjonali ta' l-anzjani.", "Dan sar biex jitwassal il- messaġġ li hemm bżonn li kull gvern ikollu pjan politiku serju u fit-tul biex jilqa' għall-konsegwenzi negattivi u joħloq opportunitajiet sostenibbli biex l-anzjani kollha jibqgħu kemm jista' jkun qrib iċ-ċentru tas-soċjeta' li jgħixu fiha.", "Naħseb li hawn qbil ġenerali li l-kwalita' tal-ħajja li qed jgħixu l- anzjani llum hija ferm ogħla minn dik li kienu jgħixu 15-il sena ilu.", "Sa dak iż-żmien kienet għadha tipprevali l-mentalita' li kien biżżejjed li l- anzjani tagħtihom pensjoni tajba biex jgħixu ħajjithom f'kumdita'.", "Din il- mentalita' kienet tqis lill-anzjan bħala bniedem li għalaq ċerta eta' u allura m'għadux jgħodd aktar għas-soċjeta'.", "Sakemm kien għadu jaħdem u m'għalaqx il-61 sena bniedem kien jitqies bħala kapaċi u bravu, iżda hekk kif qabeż dik l-eta' ma sar tajjeb għal xejn u allura kellu jgħix l-aħħar snin ta' ħajtu jiddependi mill-ħniena tal-gvern jew ta' xi ħaddieħor.", "Għall- grazzja t'Alla din il-mentalita' ġiet kważi eradikata minn pajjiżna u flokha rnexxielna ndaħħlu kultura ġdida li fiha hemm imsawwar il-kunċett li nkomplu ngħollu d-dinjita' u l-prestiġju ta' l-anzjan biex b'hekk intejbu l- image ta' l-anzjan u tax-xjuħija.", "Ċertament li fattur importanti tal- kwalita' tal-ħajja li qegħdin jgħixu l-anzjani llum u li jridu jgħixu fil- futur huwa żgur il-fattur finanzjarju, jiġifieri l-pensjonijiet li qegħdin igawdu u li fil-futur irridu nkunu żguri li jkomplu jgawdu.", "L-istess nistgħu ngħidu għal diversi benefiċċji soċjali li ħafna anzjani jirċievu u li jgħinuhom jgħixu ħajja aktar komda u bla skossi.", "Irridu naraw li l- pensjoni tal-ġurnata jibqa' jkollha l-valur tagħha meta tqisha fil-qasam ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Mr. Speaker, il-politika tal-gvern Nazzjonalista dwar l-anzjani kienet u għadha bbażata fuq it-twemmin li l-aħjar post tal-persuna anzjana hu f'darha stess.", "Kien għalhekk li l-gvern Nazzjonalista ħoloq diversi servizzi għall-anzjani fil-komunita'.", "Huwa proprju għalhekk li qegħdin nagħtu prijorta' li nkomplu nestendu u ntejbu dawn is-servizzi, iżda fl- istess waqt il-gvern irid iżomm quddiem għajnejh li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom f'darhom stess, l-aktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom.", "Għaldaqstant il-gvern irid jaħseb li jipprovdi djar residenzjali li jissodisfaw il-ħteġijiet ta' dawk li jagħżlu jew li jkollhom bilfors jgħixu fihom.", "L-esperjenza tgħallimna li għal din is-sezzjoni tas-soċjeta' trid titfassal politika li tqis ukoll il- bidliet soċjali, kulturali, ekonomiċi u politiċi li qed iseħħu madwarna.", "Biex tkun waħda realistika, politika ta' dan it-tip trid ukoll tħoss il- polz ta' l-istess anzjani, kif ukoll trid tqarreb kemm jista' jkun lejn ix- xewqat ta' l-anzjani nfushom.", "Fis-16 ta' Diċembru, 1991 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat Riżoluzzjoni Nru. 46 li fiha hemm miġbura l-UN principles for older persons.", "Fis-soluzzjoni ta' kull problema għandna naraw li dawn il-prinċipji jkunu salvagwardati iżda dan m'huwiex biżżejjed.", "Fl-isfond soċjo-ekonomiku tal-popolazzjoni li qegħda dejjem tixjieħ irridu nagħtu kas u nieħdu in konsiderazzjoni wkoll l-iżvilupp qawwi u r-rwol tas-settur privat fiż-żmenijiet tal-lum kif ukoll ir-rwol tal-kunsilli lokali.", "Mr. Speaker, aħna konxji mill-fatt li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu waħedhom f'darhom stess, l-aktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom.", "In-numru ta' dawn l-anzjani ma jaqbiżx il-5%.", "Dan huwa persentaġġ żgħir pero' li jista' jkompli jikber minħabba ż-żieda fil- popolazzjoni ta' l-anzjani.", "Minħabba f'hekk matul dawn l-aħħar snin aħna ħadna ħsieb li nibnu djar residenzjali ta' l-ogħla livell kif ukoll intejbu r-residenza ta' San Vinċenz.", "Biex għamilna dan kollu investejna mijiet ta' eluf kbar ta' liri.", "Dan m'għamilnihx għall-kapriċċ jew għal xi lussu iżda għax verament nemmnu li l-anzjani jixirqilhom dak li hu l-aħjar.", "Mr. Speaker, f'dan l-istadju tajjeb li hawnhekk wieħed jara x'inhi l-qagħda preżenti tad-djar residenzjali għal-anzjani f'pajjiżna.", "Barra r-residenza ta' San Vinċenz, li tospita iktar minn 1,000 ruħ, il- gvern għandu djar residenzjali għall-anzjani fil-Furjana, fl-Imsida, il- Mosta, iż-Żejtun, il-Gżira, l-Imtarfa u issa anke f'Bormla.", "S'issa f'dawn id-djar hemm rikoverati madwar 450 ruħ.", "Minkejja dan għandna waiting list ta' madwar 1,200 ruħ biex jidħlu f'San Vinċenz jew fid-djar residenzjali tal-gvern, imma dan m'huwiex il-kwadru kollu.", "Wieħed irid jara wkoll id- djar residenzjali tal-knisja li fihom hemm miġburin aktar minn 650 ruħ - dawn ukoll għandhom waiting list ta' iktar minn 600 ruħ - u għandna wkoll id-djar privati għall-anzjani, li fihom hemm miġbura madwar 350 ruħ.", "Meta wieħed jeżamina dawn iċ-ċifri wieħed bilfors jirrealizza li din is- sitwazzjoni titlob li jsir pjan ikkordinat biex neżaminaw kif jistgħu jiżdiedu l-postijiet għall-anzjani fid-djar residenzjali.", "Naħseb li lkoll naqblu li l-gvern waħdu żgur ma jistax jasal għal soluzzzjoni ta' din il- problema li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tikber.", "Kultant issir kritika u hawn min jistaqsi x'inhu jagħmel il-gvern dwar din il-problema u anke jissemmew il-kontribuzzjonijiet li jħallsu l-anzjani biex jidħlu f'dawn id-djar residenzjali.", "Kif jaf kulħadd, il-gvern Nazzjonalista ħa miżuri - u dawn huma miżuri ġustifikati - biex mill-ewwel ta' din is-sena jogħlew il-kontribuzzjonijiet li l-anzjani jagħtu meta jkunu fid-djar ta' l-anzjani jew f'San Vinċenz.", "Biex inneħħi l-misconceptions li hawn irrid ngħid mill-ewwel li l- kontribuzzjonijiet li jagħtu l-anzjani li jidħlu kemm fid-djar residenzjali kif ukoll f'San Vinċenz imorru f'fond apposta tal-welfare committee li jara kif jista' jiddisponi minnhom.", "Sas-sena l-oħra kulmin kien jidħol fi djar residenzjali - mhux f'San Vinċenz - kellu jħallas 60% ta' l-income tiegħu basta ma jaqbiżx Lm4 kuljum u basta jkun żgurat li jibqagħlu ammont ta' Lm1 kuljum għalih, jiġifieri Lm360 fis-sena.", "Mela kull anzjan li kien jidħol f'dar residenzjali tal-gvern l-iktar li seta' jħallas kien Lm4 kuljum.", "Naħseb huwa raġunat u ħadd m'hu se jeħodha kontrina li waqt li nħallu l-persentaġġ l-istess, jiġifieri 60% ta' l-income, is- ceiling minn Lm4 ntellgħuh għal Lm6.", "Kulħadd jaf li min jidħol fid-djar privati jħallas iktar minn hekk u kulħadd jaf li l-anzjani qed jiswew lill- gvern ferm iktar minn Lm6 kuljum.", "Mill-banda l-oħra għamilna provision li waqt li qabel konna naċċertaw li l-anzjan li jidħol f'dar residenzjali tal- gvern jibqagħlu almenu Lm1 kuljum, issa se naraw li jibqagħlu Lm1.50 kuljum, jiġifieri Lm550 fis-sena.", "Jiena naħseb li din il-ħaġa hija ġustifikata, aktar u aktar meta wieħed jara l-kwalita' ta' ħajja li għandhom l-anzjani residenti fid-djar tal-gvern.", "Mr. Speaker, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar San Vinċenz li kif għedt jakkomoda aktar minn 1,000 ruħ.", "Sas-sena l-oħra l-anzjani ta' San Vinċenz kienu jħallsu biss 40 % tal-pensjoni tas-sigurta' nazzjonali u aħna rajna li wasal iż-żmien u konna ġustifikati li nbiddlu din il-kontribuzzjoni.", "Naturalment l-oppożizzjoni kkritikatna fuq dan, pero' li rrid ngħid hu li jien nista' nkun xhud tad-differenza li hemm fil-livell ta' l-għajxien u fil-kwalita' tal-ħajja li qed igawdu r-residenti hemmhekk illum minn kif kienu 13-il sena ilu u dan grazzi għax-xogħol li għamel gvern Nazzjonalista f'dik ir-residenza.", "Irrid ngħid li hemm raġunijiet għaliex ħassejna li huwa ġustifikat li nbiddlu r-ratio li jħallsu l-anzjani hemmhekk.", "Sfortunatament nafu b'każi - mhux wieħed jew tnejn - li l-parti tal-pensjoni li jibqagħlu l-anzjan f'San Vinċenz ma tmurx għall-bżonnijiet tiegħu imma tmur għal qrabatu, li forsi jmorru jarawh meta jfettlilhom.", "Naħseb huwa ġustifikat li l-gvern ħa din il-miżura li dawn l-anzjani jikkontribwixxu iktar għall-fond tal-welfare committee biex wara kollox dan il-kumitat ikollu iktar mezzi biex ikompli jirristruttura u jimmodernizza.", "Bi ftaħir ngħid li jekk hemm ħaġa li żgur li gvern Nazzjonalista qatt ma ttraskura dan hu San Vinċenz, fejn kull sena fil-programm tiegħu jkollu ppjanat li hemmhekk jsiru opri ġodda għall-benefiċċju ta' l-anzjani.", "Wieħed jista' jisma' ħafna kummenti favorevoli mill-qraba ta' l-anzjani u anke' min-nies fil-qasam ta' l-anzjani li jiġu minn barra, u allura naħseb li d-differenza li se jħallsu l-anzjani li qegħdin f'San Vinċenz hija ġustifikata.", "Wara kollox din il-miżura kienet f'moħħ il-Partit Laburista.", "Tant hu hekk li dak li qabel kien segretarju parlamentari aktar minn darba qal li l-gvern Laburista kien qed jistudja biex ibiddel ir-rata ta' kontribuzzjoni.", "Naħseb li l-gvern preċedenti ma kellux kuraġġ biżżejjed biex jagħmel din il-miżura u allura għamilha gvern Nazzjonalista, li jemmen fil-ġustizzja soċjali, għax wara kollox dan huwa pass fl-interess ta' l- anzjani.", "Mr. Speaker irrid ngħid ukoll li permezz ta' avviż legali se nibdlu wkoll ir-rata li jħallsu l-anzjani li qed jirċievu l-home-help.", "Sas-sena l-oħra kulħadd kien iħallas Lm1 fil-ġimgħa għas-servizz li jingħata.", "Naħseb li kulħadd jirrealizza li hemm differenza minn anzjan li jgħix bil-pensjoni minima għal anzjan li għandu pensjoni ferm iktar minn hekk u allura m'huwiex ġust li min qiegħed bil-pensjoni minima jħallas Lm1 u min għandu pensjoni ferm ikbar jħallas l-istess ammont.", "Din is-sena għamilniha li dawk l-anzjani li bil-means test huma intitolati għall-karta r-roża fis- servizzi l-oħra li għandna fil-komunita', bħall-handyman service u t- telecare, se jibqgħu jħallsu Lm1 fil-ġimgħa, imma dawk l-anzjani li bil- means test m'humiex intitolati għall-karta r-roża flok Lm1 se jħallsu Lm1.50 fil-ġimgħa.", "F'dan il-każ ukoll qed nimxu b'ġustizzja soċjali.", "Dan qed nagħmluh għax nemmnu li jekk irridu li jkollna mod kif inlaħħqu mad- domanda li qed ikollna għal dawn is-servizzi, hemm bżonn li l-gvern ikollu l-mezzi biex ikun jista' jista' jagħmel dawn is-servizzi.", "Mr. Speaker, nixtieq ngħid ukoll li l-gvern qed ikun ċar u kategoriku li huwa favur li jkun hawn djar privati għall-anzjani u dwar din il-ħaġa qed jistudja policy dwar kif jista' flimkien mas-settur privat jipprovdi iktar postijiet għall-anzjani.", "Minkejja dan il-gvern għandu d-dover li żgur mhux se jabdika minnu li jara li f'kull dar ta' l-anzjani kemm tal-gvern, kemm tal-knisja kif ukoll tal-privat tkun salvagwardata d-dinjita' ta' l-anzjan.", "Irridu naraw li l-livell ta' l-għixien tagħhom ikun garantit u li kull anzjan ikollu kwalita' tal-ħajja tajba.", "Xhieda ta' dan huwa l-istand li ħa s-sena l-oħra l-ministeru għall-politika soċjali meta kontra qalbu kellu jżomm il-liċenzja lil tlett idjar privati.", "Dan sar għaliex aħna deċiżi li ma jkunx hawn ċerti lmenti u lanqas irridu li jidhru fil-gazzetti ċerti lmenti li fuqhom il-gvern bilfors irid jieħu ċerti passi.", "Jiena persważ li l-gvern permezz tal-ministeru għall-politika soċjali m'huwiex se jħalli dawn l-affarijiet jiġru għax nemmnu li l-anzjan li qiegħed f'dar ta' l-anzjani, hi ta' liema entita' hi, għandu dritt li jkollu d-dinjita' tiegħu salvagwardata.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 5 ta' April fis-6.00 p.m., bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAQDIET SPORTIVI - PROPRJETA'", "15258.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet jew clubs sportivi li ġiet mgħoddija lilhom proprjeta' pubblika b'titlu ta' ċens?", "X'inhija l- proprjeta' li ġiet mgħoddija lil kull waħda minn dawn l-għaqdiet jew clubs?", "Kemm hija l-kera li qed iħallsu dawn l-għaqdiet u l-clubs għall-użu ta' din il-proprjeta' separatament?", "Fuq liema kriterji ġew iffissati dawn il- kirjiet u jekk sarux diskussjonijiet qabel ma dawk konċernati, qabel ma dawn saru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba għal domanda simili ngħatat f'risposta numru 8356.", "Informat ukoll li l-kirjiet proposti lill-klabb jew għaqdiet ġew imfassla fuq il-kirjiet adottati fir-Riżoluzzjoni Parlamentari ta' Ottubru 1997.", "L-Onor.", "Membru jaf ukoll li bħalissa dawn il-kuntratti, flimkien mal- kirjiet rispettivi qed jiġu diskussi ma' dawk l-għaqdiet jew klabbs konċernati.", "BUDGET - STUDJU", "15269.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju min-naħa tal-Ministeru dwar kif il-miżuri mħabbra fil-budget 2000 irriżultaw fi tnaqqis fis-salarji ta' l- impjegati fil-qasam edukattiv?", "Jekk sar dan l-istudju, jista' jgħid b'kemm naqas is-salarju għal kull skala differenti ta' impjegati milquta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru l-prattika f'Malta s'issa hi li l-effett ta' xi miżuri li jitħabbru fil-budget jiġi evalwat minn mekkaniżmu stabbilit li jkejjel l-inflazzjoni abbażi ta' Household Budgetary Survey, li jiġi aġġornat minn żmien għal żmien, u skond ir-riżultat jiġi stabbilit kumpens għall-għoli tal-ħajja b'Ordni Nazzjonali.", "PA - TWAĦĦIL TA' APPARAT TAL-MOBILE", "15270.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tagħti permess biex jitwaħħal apparat għat- trażmissjoni tas-servizz tal-mobile fl-inħawi residenzjali, qed tqis l- impatt fuq is-saħħa tar-residenti minħabba tniġġiż radju-attiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tikkonsulta mad-Dipartiment tas-Saħħa waqt l-ipproċessar ta` applikazzjonijiet għat-tip ta` żvilupp li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Dan minkejja li ma teżistix informazzjoni konklussiva dwar l- impatt imsemmi fil-mistoqsija.", "SAĦĦA - MOBILE PHONES", "15271.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet lokali tas-saħħa għamlux xi riċerka jew infurmawx irwieħhom dwar pajjiżi oħra fejn awtoritajiet simili rrikmandaw li kumpanniji li joffru s-servizz tal-mobile phone ma tħallewx iwaħħlu apparat għat-trażmissjoni fl-inħawi residenzjali minħabba r-riskju tal-kanċer minn tniġġis radju-attiv?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-apparat użat għat-trażmissjoni tas-servizz tal-mobile phones ma jinvolvix materjal-radiu- attiv.", "SKEJJEL - TWAĦĦIL TA' APPARAT TAL-MOBILE PHONES", "15272.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema skejjel tal-gvern ingħataw permessi biex kumpanniji li joffru jew beħsiebhom joffru s-servizz tal-mobile phone iwaħħlu s-sistemi ta' trażmizzjoni tagħhom?", "Qabel jingħataw dawn il-permessi, l-awtoritajiet edukattivi nfurmaw irwieħhom li f'pajjiżi oħra l-kumpanniji ma tħallewx iwaħħlu apparat simili fl-iskejjel minħabba r-riskju tal-kanċer mir-radju attivita?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif dwar din il-mistoqsija għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - SKOLA FRA DIEGU BONANNO", "15273.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu mill-Ministeru biex iwassal lill-kapijiet tal-kumpless edukattiv fejn hemm l-iskola primarja u l-iskola sekondarja (Fra Diego Bonanno) fil-Marsa biex jaqsmu bejniethom l-użu tas- sala bi qbil?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsilli skolastiċi u l-kapijiet ta' l- erba' skejjel fil-kumpless li jagħmlu użu mis-sala, cioe` Primary A, Primary B, Fra Diegu Bonanno u FX Attard (fejn tinsab is-sala), qatt ma rnexxielhom jaslu għal ftehim dwar kif għandu jinqasam l-użu, l-manteniment u l-amministrazzjoni tas-sala.", "Id-diviżjoni kienet interveniet diversi drabi, bla suċċess, biex twassalhom għal ftehim.", "Tlabt lid-diviżjoni biex tieħu l-inkarigu li tifformola ftehim li permezz tiegħu l-iskejjel kollha konċernati jibbenefikaw u jaqsmu l-ispejjeż tal-manteniment tas-sala.", "SKEJJEL - MARSA - TNIĠĠIS", "15274.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul din is-sena skolastika mill- Ministeru biex issir pressjoni fuq dawk li jmexxu l-power station u l- industriji li f'dawn l-iskejjel primarji u sekondarji tal-Marsa biex jittaffa t-tniġġis fl-inħawi għax ċerti ġranet l-istudenti u l-istaff ma jkunux jistgħu jieħdu nifs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kull meta, matul din is-sena skolastika, l- awtoritajiet ta' l-iskejjel statali fil-Marsa rrapportaw li hemm tniġġis mill-power station u l-industriji ta' l-inħawi, dejjem mar fuq il-post l- uffiċjal inkarigat mis-Saħħa u s-Sigurta`, li flimkien ma' l-awtoritajiet skolastiċi, dejjem għamel rappreżentazzjonijiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex l-inkonvenjent jiġi kkontrollat mill-aktar fis possibbli.", "Fil-każ tal-power station, id-diviżjoni għamlet talba lid-Diviżjoni ta' l- Ambjent biex tinstab soluzzjoni permanenti għad-dħaħen li jipproduċi dan l- impjant.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - UFFIĊJALI", "15299.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali fil-ministeru li joqogħdu jaħdmu wara l-ħin?", "Tista' tgħid kemm hemm impjegati mill-minor staff ikunu metħieġa joqogħdu wkoll wara l-ħin jekk jitħallsux overtime jew inkella jieħdu xi allowance?", "F'kull każ kemm kien il-ħlas ta' kull impjegat kull xahar minn ras għal ras f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati fis- Segretarjat Privat huma regolati bid-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 124 fis-16 ta' Ġunju, 1999.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA - QORMI", "15314.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex is- servizz tat-tabib partikolarment fil-health centre ta' Ħal Qormi, isir effiċjenti u mhux jibqa' jkun hemm dewmien kbir għal min ikollu bżonn dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Diviżjoni tas-Saħħa ilha li bdiet tieħu passi biex ittaffi n-nuqqas ta` tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Fil-fatt ġiet implimentata skema li biha tobba Maltin taħt il-65 sena jistgħu jaħdmu part- time sa 16-il siegħa fil-ġimgħa f'dawn iċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Sfortunatament ir-rispons kien mingħand għaxar tobba biss.", "QORMI - ZEBRA CROSSINGS", "15315.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hux ippjanat li jsiru xi zebra crossing fi Triq San Edwardu, Ħal Qormi, minħabba t-traffiku li jgħaddi minnha kontinwament u għaldaqstant qed issir dejjem aktar diffiċli għan- nies biex jaqsmu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li Triq San Edwardu hija one way u jgħaddi ħafna traffiku, il-kunsill lokali ta` Ħal Qormi qiegħed jipprepara pjan għall-kontroll tat-traffiku, qabel ma jiġi deċiż jekk hemmx lok għal zebra crossing jew le.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "15316.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk skond il-ftehim li se jintlaħaq dawk l-impjegati ta' l-Enemalta li għal snin sħaħ għamlu xogħol ta' segretarji mal-korporazzjoni, mingħajr ma ħadu l-allowances, dawn l- impjegati humiex se jieħdu l-allowances b'lura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mhux ċar għal-liema ftehim qed tirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Jiena nformat li l-uniku ftehim li l-Korporazzjoni Enemalta għamlet fir-rigward ta` l-impjegati tagħha huwa l-Ftehim Kollettiv li jikkonċerna l-iskali minn 27.", "L-iskali li hemm bhalissa ma jinkludux xoghol specifiku relatat ma` dak ta` segretarju jew segretarja.", "SKEJJEL - RITRATTI", "15317.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Ma jidhirlux l-Ministru li għandu jkun hemm policy dwar ir- ritratti li qed jittieħdu ta' spiss wisq f'ċerti skejjel minn fotografi kummerċjali, fejn l-istudenti qed iħallsu madwar Lm2.50c għal sett ritratti, bil-konsegwenzi illi l-ġenituri qed jiddaħħlu f'ċerti spejjeż bla bżonn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li din hija materja li tiġi deċiża mill-Kap ta' l-Iskola u mill-Kunsill ta' l-Iskola, naqbel li wieħed għandu jkun sensittiv ħafna għall-mezzi tal-familji li jibagħtu l-uliedhom fl-iskola.", "TA' FARSINA - ĠRIEDEN", "15318.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa urġenti dwar il-ġrieden kbar li hemm partikolarment fl-area tal-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern f'Ta' Farsina, Qormi minħabba l-ambjent u s-saħħa tan-nies tal-post in ġenerali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "15319.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Peress li issa bis-saħħa tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali se jidħol il-co-ordinated science, jista' l-Ministru jara x'se jiġri mill- għalliema li kienu jgħallmu l-Fiżika, l-Bioloġija u l-Kimika?", "Kif se jiġi assigurat li l-aktar għalliema adatti se jgħallmu s-suġġett relevanti?", "X'se jiġri mill-istudenti fl-aħħar klassijiet tas-sekondarja li se jersqu għall-eżamijiet tal-MATSEC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, f'paġna 81, b'rifernza għax-Xjenza Koordinata jgħid li biex il-pass ta' l-introduzzjoni tax-Xjenza Koordinata jirnexxi, \"l-istituzzjonijiet post-sekondarji u l-Universita` ta' Malta jridu jirreformaw il-progrmmi tagħhom.", "Sakemm il-ftehim isir realta` konkreta, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni se tibqa' tħaddem is- sistema ta' speċjalizzazzjoni fix-xjenza mit-tielet sena tal-livell sekondarju\".", "Għalhekk mhux se jkun hemm studenti fl-aħħar klassijiet tas- sekondarja li jersqu għall-eżamijiet tal-MATSEC qabel ma' dawn l-eżamijiet tal-MATSEC kif ukoll il-kwalifiċi meħtieġa għad-dħul fil-korsijiet fl- Universita` jkunu qegħdin fuq din il-linja.", "Id-Diviżjoni qegħda taħseb ukoll għat-taħriġ meħtieġ għall-għalliema biex jgħallmu dan is-suġġett u dan ikun miftuħ ukoll għal min issa qed jgħallem il-Fiżika, il-Bijoloġija u l-Kimika.", "KUNTRATTI - XIRI TA' KARTI", "15329.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li wara li d-Dipartiment tal- Kuntratti ħareġ tenders biex jinxtraw minn kuntrattur l-karti A4 bil- watermark MG, liema proċess għadu għaddej, intefgħet tender minn kuntrattur partikolari li poġġa prezz baxx ħafna li allura jista' jagħti lok għal abbuż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-prezzijiet mitfugħa b`rispons għall-avviż CT 48\\2000 `Period Contract for the Supply of Xerographic Paper` ġew ippublikati fin-Notice Board tad-Dipartiment tal- Kuntratti fl-istess jum li għalqu l-offerti jiġifieri 7 ta` Marzu 2000.", "Għaldaqstant mhux il-każ li nikkonferma jew le jekk intefax xi prezz baxx għax il-prezzijiet huma ppubblikati, jista` jarahom kullħadd u sta` għal min jarahom jiddeċiedi jekk xi prezz huwiex baxx ħafna jew le.", "Inżid ngħid li f`każ bħal dawn mhux il-prezz biss li jgħodd imma l- kwalita` tal-karta li tkun qed tiġi offruta.", "Ma l-offerta kellhom jintbgħatu kampjuni tal-karta u dawn il-kampjuni jintbgħatu lill- laboratorju nazzjonali biex jiġu ttestjati viz-a-viz l-ispeċifikazzjonijiet ta` l-offerta.", "Ma tiġi aċċettata l-ebda offerta jekk il-kampjun ma jgħaddix mit-test.", "Naħseb li jkun tajjeb niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor.", "Interpellant illi meta jiġi deċiż min se jingħata l-kuntratt u toħroġ il-letter of acceptance id-Direttur tal-Kuntratti joħroġ ċirkolari lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u l-Korpi Parastatali fejn jinformhom min hu l-kuntrattur, il-prezzijiet aċċettati, il-fatt li l-karta trid tkun water marked bil-GM u li kultant żmien kampjuni tal-karti li jinxtraw għandhom jiġu mingħuta għat-testing mill-ġdid biex jiġi żgurat li l-karta tkun l-istess kwalita` bħall dik li biha ntrebaħ il-kuntratt.", "L-ebda kap ta`dipartiment ma jista` jixtri karta, f`dan il-każ għall- photocopy jekk mhux mingħand il-kuntrattur approvat mill-Gvern u bil-prezz u l-kwalita` aċċettati inkluża l-watermark.", "Nikkonkludi billi ngħid li prezz għoli ma jfissirx l-eliminazzjoni ta` l- abbuż.", "L-abbuż jinqered jekk il-kapijiet tad-dipartimenti u l- korporazzjonijiet parastatali jimxu mad-direttivi li jkun hemm fiċ- ċirkolari msemmija.", "MOSTA - GWARDJANI LOKALI", "15330.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid hux prudenti li fil-Mosta, l-gwardjani lokali qegħdin jħarrku u joħorġu ċitazzjonijiet lill-vetturi direttament konnessi mas-servizz ta'funeral li jkunu qegħdin ipparkjati faċċata tal- knisja sakemm jinħareġ it-tebut fi triqtu għaċ-ċimiterju?", "Jista' l- Ministru jara li għandu jkun hemm ftit bon sens u li wieħed fil-ħajja ta' kuljum għandu jkun prattiku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-kunsilli.", "BHEJJEM - TESTIJIET TAD-DEMM", "15341.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar testijiet tad-demm fuq il-bhejjem li jipproduċu l-ħalib bħal nagħaġ, baqar u mogħoż fil-Mosta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-irziezet kollha li jrabbu l-bhejjem tal-ħalib isirilhom testijiet tad-demm kull sitt xhur.", "L-aħħar li sar dan l-eżerċizju fuq razzett fil-Mosta kien fid-29 ta' Frar, 2000.", "SERVIZZI ĊIVILI - KAROZZI MIKRIJA", "15377.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali għolja fid-dekasteru tiegħu li huma ntitolati li jkollhom il-karozza mikrija jew mogħtija lilhom mill- gvern anke wara l-ħin normali tax-xogħol?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-uffiċjali għolja fid- dekasteru tiegħi li huma ntitolati li jkollhom karozza tal-Gvern jew tal- kiri anke wara l-ħin normali tax-xogħol huma: Is-Segretarju Permanenti, is-Segretarju tal-Kabinett, l-ex Segretarju tal- Kabinett, id-Diretturi Generali, id-Diretturi, il-Kummissarju Elettorali Prinċipali, is-Segretarju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ir- Registratur tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, il-Kap tad- Defence Section, il-Prinċipal Information Officer u dawk il-persuni fis- Segretarjat Privat tiegħi li huma ntitolati għal karozza skond id-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra fit-2 ta' Novembru, 1998.", "Fl-EU Negotiations Secretariat hemm tliet Negotiations Coordinators li huma ntitolati għal karozza waqt li Research Analyst għandha car allowance.", "Fil-Forzi Armati dawk il-fizzjali li għandhom il-grad ta' Logutenent Kurunell jew ogħla għandhom il-faċilita li jużaw staff car u sewwieq għal waqt il-ħin tax-xogħol kif ukoll għal obbligi uffiċjali wara l-ħin.", "Fil-Management Efficiency Unit hemm persuna waħda li għandha karozza mikrija mill-Gvern, filwaqt li 13-il persuna oħra fil-kariga ta' manager, managing consultant u consultant jingħataw allowance biex jużaw il-karozza privata tagħhom fuq ix-xogħol uffiċjali tal-unit.", "Fil-MITTS Ltd ic-Chief Executive Officer huwa ntitolat li jkollu karozza, anki wara l-ħin normali tax-xogħol.", "Hemm 42 uffiċjal għoli ieħor li għandhom allowance biex jużaw il-karozza privata tagħhom fuq ix-xogħol uffiċjali.", "PIXXINA NAZZJONALI - XOGĦLIJIET", "15423.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fil-Pixxina Nazzjonali humiex isiru bil-permessi meħtieġa jew le?", "Jista' jgħid x'xogħlijiet qed isiru?", "Liema huma dawk ix-xogħlijiet li għandhom bżonn permess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħlijiet li qed isiru fil-Pixxina Nazzjonali huma:", "* Manutenzjoni ta' bini/faċilitajiet eżistenti * Tlestija ta' struttri eżistenti fi Blokk 'A' biex jiġu pprovduti uffiċċji għall-Kumitat Olimpiku Malti * Tlestija ta' sular intermedju * Stallazzjoni ta' servizzi fl-East Block * Tlestija ta' fitness centre fil-post fejn kien hemm uffiċini ta' l-A.S.A.", "Informat ukoll li l-applikazzjonijiet għall-permessi meħtieġa ġew sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti. -----------"]} {"filename": "20010115_467d_par.doc", "date": "2001-01-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 467 It-Tnejn, 15 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 467", "It-Tnejn, 15 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "467", "It-Tnejn, 15 ta' Jannar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 227", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 227", "TQEGĦID TA' KARTI 232", "KONDOLJANZI 232", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI LEGALI (IT-TIENI QARI)", "LEGAL PROCEDURES BILL (SECOND READING) 234", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA TAD-DWANA (IT-TIENI QARI)", "CUSTOMS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 243", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (IT-TIENI QARI)", "LOCAL LOANS BILL (SECOND READING) 256", "AĠĠORNAMENT 259", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 264", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 466 li saret fit-12 ta' Jannar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - PERIPATETIC TEACHERS", "19876.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm peripatetic teachers fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat?", "F'liema skejjel jattendu?", "Għalkemm ħin?", "Kemm hemm studenti fl-iskejjel tal-gvern, tal- knisja u tal-privat li jeħtieġu s-servizz ta' dawn l-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li minn Settembru 2000 in-numru ta' peripatetic teachers fl-iskejjel ta' l-Istat laħaq il-170.", "Dawn jattendu fl-iskejjel primarji kollha u uħud, speċjalment dawk li jgħallmu l-PSE, il-home economics u d-drama jattendu fl- iskejjel sekondarji wkoll.", "Il-ħin tas-servizz ta' dawn l-għalliema huwa preċiż bħal dak ta' għalliema oħra u jinżamm l-istess record statutorju ta' l-attendenza tagħhom fl-iskejjel jew ċentri fejn jagħtu servizz.", "Fil-każ tal-peripatetic service kollu, barra dawk tal-complementary education, l-istudenti kollha jistgħu u għandhom dritt igawdu mis-servizz ta' dawn l-għalliema, filwaqt li bħalissa hawn mat-800 tifla u tifel li ġew identifikati mill-iskejjel tagħhom li għandhom bżonn is-servizz tal- peripatetic teachers tal-complementary education.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dawn il-170 għalliem qegħdin ilaħħqu mal- ħteġijiet kollha li għandna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-servizz li qed nagħtu bħalissa qiegħed ilaħħaq mas- sistema kif nafuha llum, pero' żgur li m'huwiex adegwat biex ngħinu lil dawk it-tfal li għandhom bżonn dawn il-ħafna servizzi.", "L-ewwelnett xogħol il-peripatetic teachers hu li jagħtu appoġġ regolari ta' darba jew darbtejn f'ġimgħa lil dawk it-tfal b'diffikultajiet f'ċerti suġġetti.", "Hemm uħud minnhom li l-iskola m'hijiex bażi tas-servizz li joffru - qed nirriferi għas-suġġetti bħall-art, il-crafts, l-isports u d-drama - u jmorru minn skola għal oħra.", "Is-suġġett kollu qiegħed jiġi bħalissa rikonsidrat fid-dawl tal-programm illi nixtiequ noffru wara l-ħin ta' l-iskola għat-tfal li għandhom ċertu diffikultajiet.", "Dejjem se jibqa' l-bżonn tas-servizz li aħna nagħtu fl- oqsma tad-drama, ta' l-isports u dawn it-tip ta' suġġetti, pero' irridu nżiduhom billi ntejbu l-konsistenza illi kemm jista' jkun noqorbu lejn li dan is-servizz ikun ibbażat fl-iskejjel u mhux jibqa' peripatetiku b'mod li jkun xi ftit frammentat, b'mod li ma jkollux ċerta kontinwita' u ċerta konsistenza imma li kemm jista' jkun nieqfu mat-tfal f'ambjent li joffri ċerta stabilita' u ċerta kontinwita'.", "Jiena nemmen illi hekk kif inkunu fil-qagħda li nibdew nagħtu servizz lil dawn il-kwalita' ta' tfal, permezz ta' l-istitut ta' l-appoġġ għal tagħlim lit-tfal u lill-ġenituri f'dan il-programm ta' wara l-ħin ta' l-iskola, naħseb li għandna nibdew nirreġistraw progress f'dak li huwa żvilupp tal- personalita' tat-tfal, f'dak li huwa żvilupp edukattiv u anke fir-rata tal- kwalita' ta' litteriżmu.", "QRATI - ĠURIJIET PENDENTI", "20002.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm ġurijiet pendenti?", "Kemm-il persuna akkużata u li se tgħaddi ġuri għadha miżmuma fil-faċilita korrettiva ta' Kordin?", "Kemm huma dawk li qegħdin barra bi pleġġ?", "X'inhu ż-żmien li ilhom taħt arrest preventiv u fuq liema akkużi?", "X'inhu ż-żmien li ilhom jistennew dawk li qegħdin bi pleġġ?", "F'dawn il-każi kollha, kemm huma l-barranin u ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Bħalissa hemm 42 att ta` akkuza pendenti kontra 55 persuna differenti.", "Hemm 19-il persuna li qegħdin mizmumin fil-facilita` korrettiva ta` Kordin li qed jistennew li jgħaddu ġuri u 36 persuna li qegħdin barra bi pleġġ.", "Persuna minnhom qed tinzamm arrestata in konnessjoni ma` ġuri u ngħatat il-pleġġ f'ġuri iehor.", "L-informazzjoni għal din id-domanda tista` tinġabar mill- facilita` korrettiva ta` Kordin, liema entita' taqa` taħt id-dekasteru tal- ministeru ta` l-intern.", "Fil-każi hawn fuq imsemmija hemm żewg Libjani, tliet Olandizi u Tuneżin li ngħata ċ-ċittadinanza Maltija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi s-sitwazzjoni rigward l-istrajk tal-ġuħ li qed jagħmlu l-priġunieri ġewwa l-ħabs ta' Kordin u x'passi qed jittieħdu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, hemm grupp ta' priġunieri ta' nazzjonalita' Għarbija li m'humiex qed jaċċettaw l-ikel li qed jiġi offrut lilhom.", "Is-sitwazzjoni qed tiġi monitored, ġew ikkuntattjati wkoll rappreżentanti mill-ambaxxata u anke mill-MAM illi kellmuhom, u qed nistennew aktar żviluppi.", "S'issa ma kienx hemm sblokk ta' din is-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom f'din is- sitwazzjoni, x'inhuma l-ilmenti tagħhom, iltaqax xi ħadd magħhom u x'irriżulta s'issa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din is-sitwazzjoni ilha għaddejja mis-Sibt li għadda.", "Ma' dawn il-priġunieri ltaqgħu n-nies li semmejt u anke d-direttur tal- ħabs.", "M'huwiex eskluż li fil-futur isiru laqgħat oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'inhu l-punt prinċipali li għalih il-priġunieri qegħdin jagħmlu din il-protesta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Huma qegħdin isostnu li qegħdin jiġu ddiskriminati barra l-ħabs - voldieri mill-qrati - kif ukoll ġewwa l-ħabs.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura filwaqt li hemm din l-akkuża – jiena m'iniex qed ngħid jekk hijiex ibbażata fuq il-fatti jew le – qed issir xi inkjesta mill- uffiċjali tal-ħabs biex jaraw jirriżultawx xi nuqqasijiet jew jekk dak li qed jiġi allegat huwiex minnu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawn il-priġunieri ntalbu, anke permezz tal-bord tal- viżitaturi, biex bil-miktub jgħidu fiex jikkonsistu dawn l- allegazzjonijiet biex imbagħad jittieħdu l-passi.", "Pero' naturalment x'jiġri barra l-ħabs m'hijiex responsabbilta' la tiegħi u lanqas ta' xi ministru ieħor.", "Is-sentenzi huma dawk li huma u taqtagħhom il-Qorti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma illi qabel ma seħħet din is-sitwazzjoni, kien hemm approach minn ambaxxati ta' xi pajjiżi Għarab biex it-trattament li jingħataw il-priġunieri jkun aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar il-ħabs le.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena mhux qed nirriferi għall-ħabs imma għat- trattament li qed jirċievu nies ta' nazzjonalita' Għarbija, kemm meta jaslu fil-portijiet tagħna u anke mbagħad sussegwentement meta jiġu akkużati quddiem il-qorti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, veru li kien hemm rappreżentazzjonijiet dwar il-fatt li jiġu rrifjutati persuni ta' nazzjonalita' Għarbija at the point of entry - fil-fatt anke kien hemm ambaxxata li ħarġet stqarrija f'dan is-sens - u dawn ġew diskussi mal-foreign affairs, biex anke nuru lill-ambaxxati l-kriterji li jintużaw dwar min jiġi aċċettat u min ma jiġix aċċettat.", "Pero' għad ma kellix ilmenti oħra ħlief li persuni ta' nazzjonalita' Għarbija ma jitħallewx jidħlu Malta at the point of entry.", "Jiena kont tajt iċ-ċifri tagħhom dawn u kont anke esebejthom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din il-laqgħa kienet saret, ġie spjegat lilhom x'inhuma dawn l-ilmenti u huma sostnew li l-pulizija mhux dejjem ikollha kriterji ċari għala ma tkunx aċċettathom.", "Aħna spjegajnilhom x'inhuma dawn il-kriterji, pero' fl-aħħar mill-aħħar trid tħalli fid-diskrezzjoni tal-immigration officer li jagħmel dan u meta jkollu d-dubji jirriferi lill-ispettur ta' l-immigration office li jkun on duty.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri l-Ministru allura qed jgħid li ma ġie approached minn ħadd u mill-ebda ambaxxata rigward il-mod ta' kif qed jiġu ttrattati dawn il-priġunieri fil-ħabs?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-ħabs la qabel u lanqas wara.", "XGĦAJRA - FORTIZZA DELLA GRAZIA", "21172.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "2352 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'progress sar għar-rigward l-fortizza della Grazia ġewwa x-Xgħajra, billi din għandha bżonn ta' restawr tajjeb u immedjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif kien imfisser fir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "11844, l-isem korrett ta' l-hekk imsejħa fortizza della Grazia huwa fil-fatt it-torri ta' triq il-wiesgħa u dan jinsab fil-limiti tal-kunsill lokali ta' Marsaskala.", "It-torri tat-triq il-wiesgħa - li ta' spiss jissejjaħ bi żball bħala della Grazia - huwa fortifikazzjoni ta' żmien l-Ordni ta' San Ġwann, li matul iż-żmenijiet sofra ħafna ħsarat, kif rapportat f'risposta partalmentari nru.", "11844.", "Fil-fatt fil-11 ta' Ottubru 2000 il-kunsill ta' Marsascala kiteb lid-diviżjoni tax-xogħlijiet sabiex jinbeda x-xogħol ta' restawr fuq dan il-bini storiku.", "Informat ukoll li d-diviżjoni tax-xogħlijiet, l-enti responsabbli għar- restawr tal-monumenti arkitettoniċi fil-propjeta` tal-gvern, ħa nota ta' din ir-rikjesta u daħħal dan il-monument fil-programm tiegħu għal fortifikazzjonijiet li jeħtieġu xogħol ta' restawr.", "Jidher ukoll li enti privata qed tieħu interess fir-restawr ta' dan il-bini, għalkemm s'issa ma ntlaħaq ebda arranġament.", "Ta' min jinnota li l-fortizza della Grazia kienet teżisti fil-limiti tax-Xgħajra, imma din m'għadhiex teżisti billi ġiet imwaqqa fiż-żmien l-Ingliżi.", "Fix-Xgħajra teżisti wkoll 'l hekk imsejħa batterija della Grazia, li huwa bini ta' żmien l-Ingliżi.", "Ninsab informat illi d-dipartiment tax- xogħlijiet ma rċieva ebda rikjesta jew proposta għar-restawr ta' din il- batterija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Waqt li nieħu pjaċir bl-informazzjoni storika illi qed jagħtina d-dipartiment, pero' lill-Ministru xtaqt nirriferih għal domanda parlamentari oħra li wieġeb illum stess fuq il- batterija della Grazia.", "Minn hemm jirriżulta li saret talba lill-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex il-batterija tiġi rranġata.", "Jiġifieri kuntrarjament għal dak li hemm fl-ewwel domanda, hemm proposta u rikjesta biex din il- fortizza tiġi rranġata.", "Nista' nkun naf f'liema stadju preċiż waslu l- affarijiet?", "Għax din hija waħda mill-ftit batteriji illi għadha fi stat tajjeb u tista' tiġi ppreservata.", "Fiha għamilna l-kunsill lokali tax- Xgħajra u b'naqra attenzjoni naħseb li nistgħu nsalvawha kompletament u nkunu nistgħu niftħuħ bħala bini storiku.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena ma nkunx informat f'liema stat tkun waslet it- talba lill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar it-tiswijiet ta' din il-batterija.", "Nerġa' ngħid li fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbilta' ta' l-eżekuzzjoni tar-restawr hija f'idejn id-diviżjoni tax-xogħlijiet.", "Ix-xogħol tad- dipartiment tal-mużewijiet huwa li jikkollabora biex jassigura li r-restawr ikun ta' livell professjonali il suppost ikun.", "Pero' l-aħjar ħaġa hi li nimpenja ruħi ma' l-Onor.", "Membru li nitlob briefing u rapport dwar fiex waslet din l-applikazzjoni li hemm quddiem l- awtorita' ta' l-ippjanar u nassigurah li nsegwiha attivament biex l-iskop tiegħu li dan il-post storiku jkun restawrat tajjeb nilħquh.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, jiena ili sentejn nagħmel domandi fuq il-fortizza della Grazia.", "Jista' l-Ministru jindaga jekk mill- ewwel domanda li saret, intalabx mid-dipartiment tax-xogħlijiet jew minn x'imkien ieħor rapport fuqha, jew inkella ġietx shelved u mwarrba 'l hemm u 'l hawn, daqslikieku kienet xi dubbiena fitta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, meta xi Onor. Membru ta' din il-Kamra jagħmel xi mistoqsija parlamentari, anke fis-sens li qed jagħmel l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, ninsisti mal-kapijiet tad-dipartiment li jidħlu fil- qalba tal-kwestjoni u mhux sempliċement jagħtu l-informazzjoni burokratika.", "Jien ngħid li barra li jagħtu dik l-informazzjoni, għandhom ipoġġu fuq l- aġenda tagħhom l-ilment li jkun qed jitqanqal.", "Naf li d-direttur tal-mużewijiet ħa din is-sitwazzjoni bis-serjeta' u t- tingiż pjaċevoli ta' l-Onor. kollega jkompli jispinġini biex inkompli nnigges lid-direttur tal-mużewijiet b'mod pjaċevoli wkoll!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jinforma ftit lil din il-Kamra x'inhija l-qagħda eżatta fir-rigward ta' l-azzjonijiet li qegħdin jittieħdu mill-union tat-teachers vis-à-vis l-implimentazzjoni tal- kurrikulu minimu nazzjonali?", "X'inhi eżattament il-qagħda bħalissa min-naħa tal-gvern?", "Nisimgħu ċerti stqarrijiet li jsiru min-naħa ta' l-union of teachers u m'aħniex daqstant informati dwar il-perspettiva li qed jara quddiemu l-gvern u x'inhuma l-proposti li qegħdin isiru biex din il-qagħda, li tista' twassal għal ċerti problemi fix-xhur li ġejjin, tkun b'xi mod jew ieħor imtaffija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pożizzjoni hija illi hemm kuntatti u taħditiet li huma viġenti bejn il-gvern u l-MUT.", "Fl-opinjoni tiegħi m'huwiex ta' ġid li f'dan l-istadju wieħed jiżvela x'inhu l-istat tan-negozjati.", "Nittama li fi żmien mhux inbiegħed inkunu f'pożizzjoni li s-sitwazzjoni tkun tista' tiġi kkjarifikata bl-informazzjoni kollha u mbagħad tkun tista' tingħata lil din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'dan il-kuntest nixtieq inkun naf jekk għallinqas il- Ministru għandux xi ftit ta' dawl x'jagħti lil dawk il-ħafna ġenituri li jinsabu nkwetati dwar x'jista' jiġri fil-kuntest ta' l-eżamijiet li qed jitħejjew, anke f'ċerti affarijiet li għadhom pendenti fl-edukazzjoni tat- tfal tagħhom?", "Jista' jagħtihom għallinqas xi ftit kliem ta' konfort, aktar u aktar fid-dawl tal-mistoqsija li saret meta l-istqarrija li saret mill-kapijiet ta' l-iskejjel tal-knisja li jinsabu lkoll milquta bl- azzjonijiet li qed jittieħdu fir-rigward tal-kurrikulu nazzjonali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jiena nittama li f'qasir żmien tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni kritika preżenti u f'dan il-każ wieħed ikun fetaħ it-triq biex isiru l-eżamijiet b'mod normali u anke nkunu nistgħu ngħaddu għall-implimentazzjoni ta' miżuri oħra fil-kamp ta' l-edukazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Waqt li nifhem dak li għadu kemm qal il-Ministru li ma jagħmilx stqarrijiet f'dan il-kuntest, imma fil-kuntest ukoll ta' dak li għadu kemm qal li s-sitwazzjoni hija kritika – fil-fatt l-ewwel darba li qed nisma' dan l-appellattiv għal din is-sitwazzjoni li hija kritika - jista' jikkonsidra l-possibbilta' li jekk sa ġimgħa oħra ma jkunx hemm żviluppi għallinqas jagħmel stqarrija quddiem din il-Kamra dwar is- sitwazzjoni li qed tiżviluppa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li meta nkun qiegħed ngħid li s-sitwazzjoni hija kritika nkun qiegħed niddeskriviha oġġettivament, fis-sens li l-fatt illi ma jsirux l-eżamijiet ta' nofs is-sena hija minnha nnifisha ħaġa gravi, ħaġa illi l-gvern diġa' wera biċ-ċar li m'hijiex aċċettabbli għalih.", "Imma nerġa' ngħid li jiena għandi tama li nkunu nistgħu naslu f'sitwazzjoni li nneħħu l-ostakoli ta' diffikultajiet li għandna u nkunu sitwazzjoni normali għal darb'oħra.", "Bla dubju ta' xejn is-sitwazzjoni ma tistax ittul u llum is-sitwazzjoni hija illi d-diffikultajiet, id-diskussjonijiet u t-taħditiet qed jiġu sorveljati minn ġurnata għal oħra.", "Il-kuntatti kollha qed isiru sew fuq in- naħa tal-gvern u anke fuq in-naħa tal-union u kulħadd huwa konxju ta' l- urġenza li tinstab soluzzjoni.", "Inħoss illi hemm il-possibbilta' tagħha din u naħseb li l-Kamra tikkonċedili li nistqarr l-opinjoni tiegħi illi f'dan l- istadju wieħed ikun aktar prudenti li ma jidħolx f'aktar dettalji.", "Jekk naturalment ma jeħdux l-isvolta li jiena qed nistenna li jieħdu, allura naqbel ħafna mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li mbagħad is-sitwazzjoni trid tinġieb għad-dawl ta' din il-Kamra u anke ta' l-opinjoni pubblika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikanti li offrew proprjeta' a bażi ta' skema 8 ta' l- awtorita' tad-djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22570.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar żjarat uffiċjali tal-prim ministru matul l-1999 u l-2000 li fihom kien akkumpanjat minn ġurnalisti tal-PBS, , bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21191;", "Lista tal-membri fuq il-bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- ministeru ta' l-edukazzjoni, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21316; u", "Tagħrif dwar l-impjegati fl-Universita' ta' Malta li qabżu l-eta' ta' irtirar u li ngħataw estensjoni matul l-1999 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21477.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Riżultati ta' eżerċizzju ta' monitoring tal-kwalita' ta' l-arja, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22490.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Kondoljanzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nhar is-Sibt, 13 ta' Jannar, 2001 tħabbret il-mewt tal-Perit Piju Busuttil fl-eta' relattivament żgħira ta' 53 sena.", "Għal min jiftakar l-istorja parlamentari ta' dawn l-aħħar 20 sena, il-Perit Busuttil kien okkupa siġġu parlamentari fl-1982.", "Kienet saret elezzjoni każwali u b'riżultat ta' dik l-elezzjoni, Piju Busuttil kien ġie elett f'din il-Kamra fuq in-naħa tal-Partit Laburista, tal-gvern ta' dak iż-żmien, u okkupa siġġu parlamentari fil-leġislatura li mbagħad baqgħet sejra sa l-1987.", "Jiġifieri l-Perit Busuttil okkupa l-kariga ta' deputat parlamentari prattikament għal ħames snin.", "Jiena lil Piju Busuttil ma kontx nafu dak iż-żmien imma sirt nafu tista' tgħid f'dawn l-aħħar snin u sirt nafu bħala bniedem dħuli, b'dik it- tbissima fuq fommu u stajt nara fih il-personalita' ta' individwu li l- ħajja jeħodha b'ċerta dedikazzjoni, mhux biss fil-vokazzjoni tiegħu bħala perit imma m'għandix dubju wkoll fil-qasam politiku.", "Jien informat li Piju Busuttil fil-fatt kien ilu għal ċertu numru ta' snin juri l-impenn politiku tiegħu fuq livell nazzjonali - fil-fatt ikkontesta l-elezzjonijiet kważi kollha li seħħew mill-1981 sa l-1992 - u naħseb li huwa xieraq li f'din il- Kamra aħna kollha bħala deputati nirrikonoxxu l-kontribut li persuna tkun tat f'ħajjitha lill-istituzzjoni parlamentari u allura lill-pajjiż kollu kemm hu.", "F'dan il-kuntest, f'isem il-kollegi sħabi ta' din in-naħa - u m'għandix dubju wkoll f'isem id-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra - ningħaqad f'espressjoni ta' sogħba f'dan il-mument ta' niket u nieħu l-opportunita' biex inwassal il-kondoljanzi lill-familjari ta' Piju Busuttil.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, għan-nom ta' din in-naħa nixtieq jien ukoll nassoċja ruħi ma' dak kollu li qal il-kollega tiegħi rigward Piju Busuttil, li kuntrarju għal ċerti drabi meta nqumu biex nagħtu l- kondoljanzi, din id-darba nista' ngħid li kien bniedem li nafu ħafna, nafu jitrabba, nafu jikber, bniedem miż-Żejtun, li eventwalment imbagħad kiber ġo Bormla, pero' bniedem li nista' ngħid li kemm fuq livell professjonali kif ukoll fuq livell personali, dejjem bħalma qal l-Onor.", "Gonzi, kien b'dik it-tbissima, kalm, jieħu l-affarijiet bil-kwiet u qatt ma tarah jitlef il- boxxla.", "Jien naf lill-familja ta' Piju Busuttil, naf lil ħutu kollha, nafu jitrabba u mbagħad meta eventwalment minn Bormla marru joqogħdu San Tumas, għamilna snin twal anke ħbieb intimi flimkien, niġru flimkien - għalkemm kien iċken minni - konna ħbieb ħafna, imma aktar u aktar imbagħad meta daħal fil-kamp politiku.", "Fil-kamp politiku Piju Busuttil qatt ma kellu pretenzjonijiet kbar, qatt ma telagħlu għal rasu.", "Kien bniedem umli, bniedem approachable ħafna u nista' ngħid li anke mil-lat professjonali min jaf kemm ġieli rriferejtlu nies li kien jittrattahom bl-ikbar karita', bl-ikbar modrija u anke bl- ikbar professjonalita'.", "L-aħħar li niftakar li kelli kuntatt fit-tul ma' Piju kien proprju meta kont ministru, fejn kien jiġi jirrappreżenta lill- kamra tal-periti, meta konna qed nagħmlu dawk l-emendi illi eventwalment ressaqna quddiem din il-Kamra għar-regoli tal-planning authority.", "Jiena m'għandix dubju li l-mewt ta' Piju ħarbtet ħafna nies u meta ċemplitli oħtu Juliette kmieni filgħodu biex tgħidli x'ġara, xi ħaġa li wieħed ma stennihiex, pero' ovvjament din hija l-ħajja u wieħed irid assolutament jiffaċċja dak li jiġri.", "Għalhekk f'isem din in-naħa u flimkien mal-kondoljanzi li għadda l-kollega tiegħi, nixtieq li f'ismi, f'isem ukoll il-familja tiegħi u l-oppożizzjoni kollha, inwassal is-sogħba tagħna lill-familja kollha ta' Piju, lil martu, liż-żewġt itfal li għandu, lil ħutu u anke l-qraba li għandu, li ovvjament nafhom kollha personalment.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti ta' sogħba murija għall- mewt ta' l-ex-kollega tagħna, il-Perit Piju Busuttil, u titlob lill- Iskrivan tal-Kamra jwassal il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.", "Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI LEGALI", "LEGAL PROCEDURES BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mit-12 ta' Jannar 2001", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, xtaqt nagħmel tliet rimarki fuq din il- liġi.", "Nistqarr li m'inix daqstant midħla tal-qasam legali ġudizzjarju b'mod li nkun nista' nagħti veduti li jkunu b'xi mod jew ieħor analitiċi.", "Min-naħa l-oħra, l-esperjenza tiegħi kemm ili mdaħħal fil-politika wasslitni biex nifhem kemm dan il-qasam jiġbed interess u kemm għandu ċerta importanza fil-ħajja taċ-ċittadini.", "Għalhekk naħseb li għandna nħarsu lejn dan is-suġġett kollu, preċiżament billi naraw x'inhu l-interess taċ- ċittadini.", "Is-sistema ġudizzjarja, il-proċess ġudizzjarju u legali, u l-proċeduri legali qegħdin hemm fl-aħħar mill-aħħar mhux fl-interess tal-ġudikatura jew ta' l-avukati iżda fl-interess tas-soċjeta', taċ-ċittadini.", "Ikolli nammetti li f'dawn l-aħħar żmenijiet - hawn m'inix qed nitkellem f'sens politiku ta' elezzonijiet u mhux elezzjonijiet – laqtuni ċerti każi li għalija jillustraw bil-kbir il-problema li qegħdin iħossu ċ-ċittadini meta jiġu wiċċ imb'wiċċ ma' kif tiġi amministrata l-ġustizzja.", "Jidher li teżisti frustrazzjoni kbira fost numru kbir ta' ċittadini dwar il-fatt li l- proċessi legali jew aħjar is-sistema ġudizzjarja ma tilqax l- aspirazzjonijiet u t-talbiet tagħhom biex il-problemi li jinqalgħulhom ikunu jistgħu jiffaċċjawhom bis-serjeta'.", "Jiena wieħed minn dawk li naħseb li sitwazzjoni bħal din għandha tiġi ffaċjata b'mod maniġerjali u f'dan il- kuntest inħossni naqbel mal-pożizzjoni li spjega l-Ministru Gatt meta kien qed jiftaħ dan id-dibattitu fis-sens li r-riżorsi li għandna rridu nimmaniġġjawhom aħjar.", "Bħalma l-operating theatres ta' l-isptar ma jistgħux jagħmlu numru ta' sigħat vojta jekk ikun hemm programmar serju, anke l-awli tal-qorti ma jistgħux jitħallew vojta għal ċertu ammont ta' sigħat.", "L-użu tagħhom għandu jiġi massimizzat u jekk hemm bżonn ikun hemm iktar ġudikanti dejjem skond il-pożizzjonijiet kif spjega l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Huwa importanti li jkun hemm attitudni maniġerjali ċara u skjetta f'dawn l- affarijiet basta din tkun indirrizzata l-ewwel u qabel kollox biex tilqa' għall-aspirazzjonijiet u għall-bżonnijiet taċ-ċittadini komuni.", "Fl-istess ħin, nemmen li din l-approach maniġerjali, din l-attitudni hekk imsejħa teknokratika ma tridx tkun ibbażata biss fuq element ta' suq u fuq analiżi tal-problema li tħares lejn is-sistema ġudizzjarja bħallikieku din tkun f'ambjent ta' market, fejn hemm prezz għall-affarijiet u allura jekk jitħallas dak il-prezz tieħu s-servizz, u jekk m'intix lest li tħallas il- prezz mitlub allura dak is-servizz ma tiħdux.", "Jiena nemmen li l- kwestjoni tat-tariffi b'mod ġenerali, li tqajmet tajjeb matul dan id- dibattitu, kif ġiet imposta mill-gvern fejn jidħlu servizzi tal-qrati, qiegħda tkun arbitrarja żżejjed.", "Jidher li dan sar bil-għan biex awtomatikament tneħħi min-nofs ċerti talbiet u ċerti bżonnijiet li jitqiesu żejda.", "Jiena ma naħsibx li din hija s-soluzzjoni ideali, għalhekk nittama li 'l quddiem din il-liġi tiġi riveduta.", "Veru li iktar ma jgħaddi ż-żmien donnu qiegħed ikun hawn iktar konsensus li s-soċjeta' f'pajjiżna għandha titmexxa ekonomikament skond il-prinċipji tas-suq, imma mbagħad m'huwiex aċċettabbli li bżonnijiet soċjali u ċivili bħalma huma dawk li jitressqu quddiem il-qrati jiġu assessjati u maħduma skond prinċipji tas-suq ċertament.", "Dan ifakkarni f'dak li qal Jospin, li għandna naqblu ma' l-ekonomija tas-suq imma m'għandniex naqblu mas-soċjeta' tas-suq.", "Huwa veru li jeżistu problemi dwar ammont ta' kawżi, li minħabba l- proċeduri eżistenti jibqgħu fl-ajru, jibqgħu jitwalu u jibqgħu ma jiġux tackled pero' wieħed għandu jifhem li problemi bħal dawn ma ssolvihomx billi ddaħħal il-mekkaniżmu tas-suq għax inkella tkun qiegħed tgħid li min jiflaħ iħallas m'għandux problema u jibqa' għaddej imma min ma jiflaħx iħallas - bħal numru sostanzjali ta' ħaddiema, nies tax-xogħol, anzjani u pensjonanti, kif urew sħabi minn din in-naħa tal-Kamra - jiġi f'pożizzjoni li jkun imċaħħad mill-ġustizzja.", "Ħaġa bħal din turi li qegħda tittieħed linja anti-soċjali.", "Naħseb li f'dan il-qafas is-soluzzjonijiet li qegħdin jiġu proposti m'humiex tajbin, m'humiex validi, u għalhekk għandhom jerġgħu jiġu konsidrati.", "Nerġa' ngħid, jiena naqbel li l-problema ta' kif taħdem is-sistema legali f'pajjiżna għandha bżonn soluzzjonijiet li jridu jitħaddmu b'mod maniġerjali.", "Ir-riżorsi kollha li huma available għandhom jintużaw bl-aħjar mod possibbli b'danakollu, min-naħa l-oħra rridu nagħmlu limitu li meta jinqala' xi bżonn ċivili, xi bżonn soċjali, bħal meta ċittadin jersaq lejn il-qrati biex il-problemi tal-familja tiegħu jiġu riżolti m'għandniex nipprovaw li minflok ngħinuh jieħu s-sodisfazzjon għall-aspirazzjonijiet tiegħu, sempliċement indaħħlu l-mekkaniżmu tas-suq biex min jiflaħ iħallas jimxi 'l quddiem u min ma jiflaħx ikollu jaqa' lura u joħroġ barra mis- sistema, ħalli b'hekk il-caseload tonqos awtomatikament.", "Din is-soluzzjoni m'għandha qatt tkun aċċettabbli.", "Nemmen ukoll li hemm bżonn li dawk li jifhmu f'dan il-qasam jirriflettu aktar fuq ċerti problemi umani li qegħdin jinqalgħu lil hinn mill-konsiderazzjonjiet maniġerjali u lil hinn mill- konsiderazzjonijiet ta' kif nistgħu mmexxu aħjar ir-riżorsi li hemm.", "Il- problemi umani huma problemi li jridu jiġu realizzati bħala tali.", "Veru li dawn ma joħolqux problemi ta' statistika, imma joħolqu problemi ta' kif f'pajjiżna tinħass li l-ġustizzja qiegħda titmexxa fl-interess taċ- ċittadini.", "Bħalissa qed niftakar każ li ma jirrigwardax xi query bejn tnejn min-nies imma juri kif is-sistema tal-qrati tagħna tiddilja ma' bżonnijiet li jinqalgħu meta per eżempju jkun hemm xi disgrazzja fil-familja.", "Waħda mill- iktar esperjenzi li qanqluni f'din l-aħħar sena u nofs kienet dik ta' mara ftit anzjana li t-tifla tagħha ta' 22 sena mietet zobtu wara li kienet kielet ikel li allegatament ittieħed minn ċertu fast food store.", "Saret inkjesta ġudizzjarja li l-outcome tagħha baqa' mistur minn din l-omm.", "Sadanittant, din l-imsejkna mara, xahar wara l-ieħor għal diversi xhur - issa għaddew kważi sena u nofs - għadha tipprova tara kif tista' ġġib l- inkartamenti kollha relatati mal-każ tat-tifla tagħha, peress li hi ssostni li l-mewt ta' bintha ġiet ikkaġunata b'nuqqas kriminali jew whatever it is, min-naħa tal-lokal fejn marret tiekol flimkien ma' l-għarus tagħha.", "Din issa saret taf li hi ma tistax tieħu, tara jew ikollha aċċess għal dawn l-inkartamenti.", "L-avukat tagħha pprova jimmaniġġja minn hemm u minn hawn biex ikollu r-rapporti kollha ta' l-esperti miġbura mill- awtoritajiet tal-pulizija, anke fil-kuntest tad-dokument finali tal- maġistrat inkwerenti, imma kulma setgħet taċċedi din il-mara kien sempliċement għal xi ħaġa abridged.", "Hi ssostni li dan mhux sew, u naħseb li għandha raġun.", "Issa din m'hijiex xi ħaġa li tinvolvi flejjes, m'hijiex kwestjoni ta' riżorsi, m'hijiex kwestjoni ta' iktar riżorsi jew maniġġjar aħjar tar-riżorsi, imma hi xi ħaġa li tinvolvi biss id-dritt taċ-ċittadin li f'affarijiet li huma intimament konnessi miegħu - bħal f'dan il-każ li għadni kemm semmejt - joħroġ sodisfatt u mhux isib il-bibien magħluqin f'wiċċu.", "Is-sistema ġudizzjarja tagħna jrid ikollha trasparenza sħiħa u sal-lum għadni ma nistax nifhem x'inhija r-raġuni li inkartamenti bħal dawn jiġu mċaħħda, b'xi skuża jew oħra, liċ-ċittadini li għandhom dritt għalihom.", "Dan m'huwiex servizz ekonomiku, lanqas huwa servizz soċjali imma huwa sempliċement servizz ċivili għax meta s-soċjeta' torganizza inkjesti ta' dan it-tip fuq diżgrazzji li jiġru, kull ċittadin jistenna li s-soċjeta' tipprovdilu l-eżitu ta' l-inkjesti li jkunu saru.", "B'dan il-mod inżommu s- soċjeta' ċivili għaddejja.", "Naħseb li hi parti mill-obbligu li għandu jkollna aħna lkoll li qegħdin nissorveljaw - f'dan il-każ tal-ministru li qed jamministra jew jassigura l-amministrazzjoni tal-ġustizzja - li l- proċeduri legali f'kontesti u f'investigazzjonijiet bħal dawn ikunu għal kollox trasparenti.", "M'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi kwerela, anqas dwar fatt li xi ħadd jersaq biex jagħmel xi mandat jew xi ħaġa oħra simili, imma qegħdin nitkellmu fuq sempliċement servizz li s-soċjeta' għandha tagħti lill-familji tagħna.", "Bl-istess mod u fuq l-istess wavelength wieħed għandu jifli kif ċerti investigazzjonijiet ġudizzjarji fejn hemm input mis-sistema ġudizzjarja jitwalu żżejjed, għax dan jista' jagħti spazju għal manipulazzjoni ta' dak il-proċess partikolari, li donnu jitwal b'tali mod biex ċerti affarijiet jinħbew jew jitwittew inkella biex jintesew għal kollox.", "F'din l-aħħar sena, per eżempju, kellna l-każ ta' dak iż-żagħżugħ li waqa' minn fuq l-irdum ta' wara l-Għadira.", "Jien informat li l-familja - u anke jien - staqsiet lill-ministru konċernat x'ġara mill-investigazzjoni biex dak li allegatament seħħ fil-mument tad-diżgrazzja jiġi investigat u jiġi mifli kif imiss.", "Ir-risposta kienet li qabel ma jkun finalizzat il- proċess ta' l-inkjesta legali u maġisterjali l-affarijiet ma jistgħux jimxu 'l quddiem.", "X'jiġri f'ħaġa bħal din?", "Jiġri li titwal l-analiżi tal- kwestjoni u mhux talli dak li jkun ma jħossux sodisfatt, imma talli l- affarijiet fil-moħħ ta' min ikun involut anke b'mod ġenwin jintesew u jiżżelġu.", "Imbagħad justice delayed is justice denied.", "Wieħed irid jifhem ukoll li hawn m'aħniex nitkellmu fuq ġustizzja fejn xi ħadd qiegħed jagħmel claim għal xi ħaġa kontra xi ħaddieħor, iżda qegħdin nitkellmu dwar każi umani li ma tistax tkejjilhom la bil-flus u lanqas b'riżors, imma li għallinqas il-familja jkollha rasha mistrieħa li tkun taf il-fatti kollha.", "Għalhekk għedt – u nibqa' ninsisti – li hemm bżonn li s-sistema ġudizzjarja tagħna tkun aktar trasparenti u hu dmir tagħna lkoll li naraw li din tkun hekk.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tqum il-flus, m'hijiex xi ħaġa li tiddependi mir-riżorsi jew allokazzjoni tar-riżorsi, imma xi ħaġa li suppost teżisti.", "Naħseb li hu importanti li nifhmu li dan huwa settur fejn ir-riżorsi jridu jintużaw bl-aħjar mod u m'għandniex noqogħdu niddependu minn tradizzjonijiet jew nistrieħu fuqhom biex l-affarijiet nagħmluhom kif għandna nagħmluhom.", "Mhux sew li meta niġu biex nagħtu sodisfazzjon lill- familji, liċ-ċittadini, nitilquhom għal għonq it-triq iżda għandna nimpenjaw ruħna 100% biex dak is-sodisfazzjon nagħtuh, għax b'hekk inkunu qegħdin immissu affarijiet mill-iktar umani, li jolqtu fil-laħam il-ħaj il- mod kif tgħix familja u kif tiżvilupa soċjeta'.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel għandu x'jaqsam mal-pożizzjoni tal- ġudikatura.", "Jiena smajt li l-ministru wasal appik li jkollu xi forma ta' konklużjoni dwar ir-rati tal-pagi tal-ġudikanti, kemm bħala imħallfin kif ukoll bħala maġistrati u li hawn se jkun hemm qabża sostanzjali.", "Safejn naf jien l-iskali l-ġodda ta' l-imħallfin u tal-maġistrati għadhom ma tħabbrux.", "Jiena naqbel ma' dak li qal il-ministru meta kien qiegħed jintroduċi dan il-Bill li m'għandux ikun hemm cross appointments min-naħa tal-ġudikatura li b'xi mod jew ieħor jingħataw appointments li jkunu rappreżentattivi ta' l-eżekuttiv.", "Infakkar iżda li kien fi żmien gvern Nazzjonalista mmexxi minn Dr Fenech Adami li kien appuntat bħala ambaxxatur il-maġistrat Borg Olivier de Puget.", "Din hi xi ħaġa li it flies in the face ta' dak li qal il-ministru nnifsu li stqarr li ma jridx li jkun hemm cross appointments f'dawn l-affarijiet għax ma jreġux.", "Min-naħa l-oħra, m'inix se ngħid jekk l-onorarja li qed jagħti l-gvern jew l-eżekuttiv lill- ġudikatura hijiex ta' livell tajjeb jew le.", "Il-punt li nixtieq nagħmel huwa li s-soċjeta' tagħna, bħal soċjetajiet oħra, qiegħda ssir iktar u iktar dipendenti fuq konsiderazzjoniiet tas-suq, ta' flus, ta' interessi u ta' kummerċ; u din l-attitudni tas-suq qiegħda tippernja kważi l-oqsma kollha tal-pajjiż, kif qiegħda tippernja l-oqsma kollha ta' ħafna pajjiżi oħra.", "Jiena nemmen li kif il-poplu jippretendi trasparenza sħiħa mill-politiċi, ħaġa li to be fair ma nafx kemm wasalna għaliha, donnu li wasal iż-żmien ukoll li l-poplu jistenna l-istess mill-membri tal-ġudikatura.", "Jingħad li fl-imgħoddi din kienet ħaġa assjomatika, li min kien ikun membru fil- ġudikatura ma kien ikollu l-ebda interess kummerċjali personali jew professjonali ieħor.", "Għallinqas hekk dejjem qaluli.", "Nerġa' ngħid, jien m'inix midħla daqstant ta' dawn l-oqsma, imma jassigurawni li 30, 40, u forsi 60 sena ilu, meta kont tkun membru tal-ġudikatura ma kontx tista' tmiss mad-dinja tal-kummerċ.", "Anzi, jgħidu wkoll, li ċerti imħallfin - jekk mhux l-imħallfin u l-maġistrati kollha - kienu jagħmluha a point li ma jidhrux f'okkażjonijiet fejn kienu jidhru wkoll membri tal-kummerċ.", "Ma nafx jekk dan hux veru jew le, għax din tista' wkoll tkun waħda mill- ħrejjef tradizzjonali li ngħidu dwar kif il-ġenna li ntilfet f'dawn l-aħħar 60, 70 sena, imma apparti minn hekk naħseb li wasal iż-żmien li nirriflettu fuq il-possibilitajiet, iva jew le, li membri tal-ġudikatura jkollhom interessi kummerċjali personali.", "L-istess kif għall-membri tal-klassi politika, speċjalment dawk fil- parlament, daħħalna l-konċett ta' reġistri ta' interessi kummerċjali, naħseb li wasal iż-żmien ukoll li l-istess ħaġa tapplika anke għall- membri tal-ġudikatura li jkun hemm reġistru ta' interessi kummerċjali.", "Din tkun xi ħaġa trasparenti, xi ħaġa li tkun available biex kulħadd ikun jista' jikkonsultaha.", "Naf li se jkun hemm min jgħid li jien qed nerġa' nipprova nnassas personalment kontra n-nies u qed nipprova nerġa' ndaħħal konċetti ta' suspett.", "Drajthom dawn l-akkużi imma qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li għalkemm hija delikata hija wkoll importanti u nemmen li fil- kontest fejn tabilħaqq irridu li s-sistema ġudizzjarja, is-sistema legali taħdem dejjem fl-aħjar interess taċ-ċittadin, tal-persuni, tal-familji, allura anke hawnhekk għandu jkollna t-trasparenza li sħaqna fuqha fil- kontest politiku.", "Iva, din għandha tapplika wkoll għall-membri tal- ġudikatura.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien biex ħaġa bħal din tiġi konsidrata fl-aħjar interess ta' kif din is-sistema 'l quddiem tista' titmexxa bi trasparenza u b'effiċjenza.", "Nerġa' nisħaq dwar dawn iż-żewġ punti u nieqaf hawn; il-punt li kull bidla fil-proċedura, kull titjib fil-proċedura jrid ikun maħsub fl- interess tal-familji u taċ-ċittadini u mhux fl-interess tal-ġudikanti u ta' l-avukati, bir-rispett kollu lejhom.", "Nibqa' ninsisti wkoll li dan it- titjib ma jridx isir biss f'konċett teknokratiku marbut sempliċement ma' l- idea tas-suq imma li jmur lil hinn minn hemm.", "Irid ikun hemm anke ħidma maħsuba li waqt li tassigura li r-riżorsi kollha available jintużaw bl- aħjar mod min-naħa tagħna għandna nżommu f'moħħna d-dimensjoni umana li qiegħda hemm biex tagħti ġustizzja.", "Din ma titkejjilx fuq kemm għandek flus fil-but, anqas skond kemm issib imħallef jew maġistrat dedikat li lest li jagħtik dak li ħaqqek, imma permezz ta' regoli li jassiguraw li jkun hemm trasparenza fl-amminsitrazzjoni tal-ġustizzja u li l-proċeduri jassiguraw ukoll li l-ġustizzja tingħata dejjem fi żmien raġjonevoli, ħaġa li skond il-każi li sirt naf bihom f'dawn l-aħħar sena u nofs, mhijiex qiegħda sseħħ.", "Il-punt l-ieħor huwa li f'sitwazzjoni fejn l-ekonomija u s-soċjeta' tagħna qegħdin dejjem jirrispondu aktar għall-pressjonijiet tas-suq, jiena nemmen li wasal iż-żmien li nikkonsidraw jekk membri tal-ġudikatura għandhomx jiddikjaraw x'inhuma l-interessi - jekk għandhom - kummerċjali u professjonali tagħhom.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT(Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, l- ewwelnett nixtieq nibda billi nirringrazzja lil kulmin intervjena f'dan id- dibattitu b'rimarki li fil-maġġoranza tagħhom żgur kienu maħsuba biex jikkontribwixxu biex inkomplu niżviluppaw dan il-qasam, li ċertament m'huwiex daqstant faċli.", "Irrid nagħmel reazzjoni immedjata għal dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, dwar l-għanijiet li poġġa bi skop ta' riforma f'dan il-qasam.", "Wieħed jinduna li dawn l-għanijiet huma simili ħafna għal dawk li għandu l- gvern.", "L-istess Kap ta' l-Oppożizzjoni stqarr ċar u tond li hu m'huwiex midħla ta' dan is-suġġett u allura bilfors ikollu joqgħod fuq dak li jinstema', pero' din l-iskuża ma tapplikax għal xi kelliema oħra, speċjalment għal dawk li għandhom background legali, li kienu skorretti meta rreferew għall-kwestjoni tat-tariffi tal-qorti.", "Nikkwota x'qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni: \"Naqblu ma' l-ekonomija tas-suq imma ma naqblux ma' soċjeta' tas-suq.\"", "Jiena niżgura lil kulħadd li meta ġejna biex nagħmlu t- tariffi, aħna mxejna fuq dan il-prinċipju.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lil kulmin tkellem dwar iż-żieda tat-tariffi tal-qorti li seħħet mill-1 ta' Ottubru infakkru li dan il-gvern naqqas it-tariffi tal-kawżi li huma b'valur sa Lm1,500 u 60% tal-kawżi tagħna huma ta' dan it-tip.", "Għalhekk, dawn il-kawżi, darba tiġi approvata din il-liġi li għandna quddiemna, se jorħsu sa massimu ta' 40%.", "Mela f'dawk il-kawżi żgħar li l-iktar huma nvoluti fihom ikunu nies komuni se jkollna traħħis sostanzjali fit-tariffi li jiċċarġja l-gvern.", "It-tieni punt li konvenjentement dejjem qed jintesa huwa li fit-tariffi l- ġodda l-gvern għamel eċċezzjoni qawwija favur l-iktar kawżi soċjali bħal separazzjonijiet, annullamenti, manteniment, korrimenti, kawżi li jitolbu rifużjoni ta' paga, ta' tkeċċija mix-xogħol u oħrajn simili.", "Dawn kollha għandhom tariffa ridotta ħafna u llum iħallsu inqas milli kienu jħallsu qabel.", "Barra minn hekk, fi ftit żmien għandha toħroġ emenda oħra għal dawn it-tariffi fejn qegħdin nestendu din l-eċċezzjoni ta' social cases għat- tariffi kollha li hemm fil-qrati u dawn is-social cases se jħallsu tariffa ridotta b'50%, mhux biss fil-kawżi imma f'kull att ieħor li jista' jsir fil- qorti.", "Jien ma nħobbx nitkellem fl-ajru, inħobb nitkellem bil-fatti u dawn huma l-fatti veri.", "It-tariffi għolew fejn kienu baxxi, u dak l-għoli għamilnieh b'ġustizzja soċjali għall-aħħar tant hu hekk li għamilna eċċezzjonijiet qawwijin għal każi li għandhom b'xi mod jew ieħor taqsima soċjali.", "Irrid nirrispondi wkoll lil min għamel riferenza għal-legal aid.", "Tajjeb li min jitkellem ikun jaf il-fatti u allura jmissu jaf li min qiegħed fuq ir-relief u min jieħu s-social assistance jikkwalifika għal-legal aid, u min jikkwalifika għal-legal aid ma jħallasx ċenteżmu fi spejjeż.", "Għalhekk, jiena nsostni kif sostnejt qabel, li dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li apparentement ġie żgwidat fuq dan il-punt - dan il-gvern veru biddel it- tariffi, iżda l-ebda tibdila fit-tariffi ma qatt irriduċiet in-numru ta' kawżi, u naħseb li lanqas dawn it-tibdiliet li għamilna m'huma se jirriduċu in the long term in-numru ta' kawżi li għandna.", "Aħna żidnihom għax kien hemm bżonn li jiżdiedu, pero' dejjem żammejna għajnejna miftuħin għall- bżonnijiet soċjali ta' pajjiżna, fattur li ħadna ħsiebu bil-kbir.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar l-inkjesti.", "Għamel riferenza għal każ ta' waħda omm li mititilha t-tifla wara li marret f'xi fast food outlet u l-każ l-ieħor sfortunat ta' persuna li waqgħet minn x'imkien.", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni missu għamel distinzjoni bejn inkjesta u proċedura legali.", "Fil-fażi ta' l-inkjesta bilfors irid ikun hemm is-sigriet sakemm tingħalaq, għax din hija l-fażi ta' l-investigazzjoni li ssir mill- maġistrat u darba tingħalaq dik il-fażi, l-eredi jew f'dan il-każ huma min huma, ikollhom aċċess għad-dokumentazzjoni kollha.", "M'huwiex sew li waqt li l-maġistrat qed jirreaġixxi bħala maġistrat inkwerenti jkun hemm l-aċċess għal dawn id-dokumenti.", "Min-naħa l-oħra, naqsam l-istess ħsieb mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-preokkupazzjoni li kultant f'każi bħal dawn ikun hemm ċertu dewmien li f'għajnejna jista' jidher dewmien żejjed.", "Jien ħadt gost nisma' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li rridu nattakkaw din il- problema, jew parti minnha, mil-lat maniġerjali.", "Huwa propju dan li qegħdin nipprovaw nagħmlu f'din il-liġi.", "Għalhekk hija liġi importanti għax hija l-ewwel pass fl-istrateġija li trid twassal għal-inqas backlog, speċjalment fil-qorti tal-Prim Awla.", "Ma nemminx li r-riforma tal-qorti għandha xi soluzzuoni maġika, lanqas nemmen li din għandha xi soluzzjoni immedjata jew li nistgħu nisperaw li bit-tibdil li se jsir b'din il-liġi jew inkella b'liġijiet oħra li jiġu iktar 'il quddiem, f'daqqa waħda kollox se jiġi f'postu.", "Jekk irridu soluzzjoni, irridu nitilqu bil-premessa li din almenu tkun in the medium- term, li se tibda tirrealizza ruħha mhux qabel tlieta, erba', ħames snin, aktar probabbli f'ħamsa milli tlieta.", "Mhux biss, imma tirrealizza ruħha biss jekk nifhmu li llum qed ngħixu f'dinja li hi differenti minn dik ta' 20 jew 30 sena ilu.", "Kulħadd għandu jifhem li l-qorti u l-professjoni legali fil-preżent għandhom jaħdmu b'mod differenti minn kif kienu jaħdmu 20 jew 30 sena ilu.", "Dan huwa essenzjali.", "Din il-liġi, per eżempju, qiegħda tipproponi li n-numru ta' appelli li llum isiru minn ċerti bordijiet u li jinstemgħu quddiem il-qorti ta' l- appell superjuri jiġu trasferiti għall-qorti ta' l-appell inferjuri.", "Ir- raġuni hi li l-qorti ta' l-appell inferjuri għandha inqas backlog milli għandha l-qorti ta' l-appell superjuri.", "Fil-fatt, sa l-aħħar ta' Diċembru, fil-qorti ta' l-appell superjuri kellna 1,032 appell pendenti filwaqt li fil-qorti ta' l-appell inferjuri kellna pendenti 166 appell.", "Dan minħabba li l-kompożizzjoni hija differenti.", "Fl-appell superjuri jpoġġu tliet imħallfin flimkien filwaqt li fl-appell inferjuri hemm tliet imħallfin separati, kulħadd ipoġġi għal rasu u allura d-disposal rate fl- inferjuri hija naturalment iktar qawwija minn dik fis-superjuri.", "Rajna l- liġijiet li jeżistu u fejn dehrilna li kien hemm appelli ta' importanza minuri, ittrasferejnihom għall-qorti ta' l-appell inferjuri.", "Per eżempju l- appelli mill-planning authority, li dejjem qegħdin jiżdiedu, joħolqu backlog fil-qorti ta' l-appell superjuri għax dawn jinstemgħu minn tliet imħallfin.", "Aħna dehrilna li dawn huma tip ta' appelli fejn hemm bżonn jinstemgħu minn tliet imħallfin, imma la huwa appell li jkun diġa' nstema' minn board kostitwit mil-layman, dawn jistgħu jiġu ttrasferiti għall-qorti inferjuri.", "Fis-superjuri żammejna l-iktar appelli importanti bħal dawk li għandhom xi konnessjoni kostituzzjonali, bħall-appelli fuq id-dritt tal-vot u numru ta' appelli oħra li huma ta' importanza kbira u li jeħtieġu tliet imħallfin u mhux imħallef wieħed.", "Dan li nfissru meta aħna ngħidu li l- istatistika hija importanti daqskemm hu importanti li nfittxu soluzzjonijiet ġodda.", "It-tieni punt li qegħdin nagħmlu f'din il-liġi huwa - u kien hemm riferenza għalih mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li konsonanti mal-policy ta' dan il-gvern, qegħdin ngħidu li l-imħallfin u l-maġistrati m'għandhomx ipoġġu fuq kummissjonijiet u bordijiet ta' natura eżekuttiva.", "Il-gvern jemmen fermament li d-distinzjoni bejn gvern, eżekuttiv u ġudizzjarju għandha tkun ċara u netta, mhux biss biex ikun hemm trasparenza, imma għax hekk tesiġi l-Kostituzzjoni tagħna.", "Naf li din m'hijiex pożizzjoni popolari ma' xi membri tal-ġudikatura pero' nieħu gost nara li fil-kodiċi ta' etika li ġie propost mill-ġudikatura stess - u bħalissa qiegħed jiġi diskuss mill-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja - hemm ukoll proposta f'dan is-sens.", "Nikkonferma dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq x'jgħidu dwar l-imħallfin kif kienu jġibu ruħhom 20 jew 30 sena ilu.", "Nikkonfermah għax ili avukat 25 sena u naf diversi imħallfin, fosthom Sir Luiġi Camilleri, li għex iktar minn 90 sena u baqa' luċidu sa l-aħħar.", "Jekk m'inix sejjer żball dan kien jgħidlek ċar u tond li eżatt wara l- gwerra l-imħallfin lanqas party ma kienu jattendu biex żgur ma jiġux akkużati li qegħdin jiltaqgħu ma' dak jew ma' l-ieħor.", "Illum forsi dik il- pożizzjoni tidher esaġerata, b'danakollu jiena nemmen li l-gvern m'għandux jappunta 'l xi ħadd biex jirrappreżentah fuq xi kummissjoni, xi board, jew iktar u iktar barra minn Malta.", "Mr. Speaker, ma naqbilx ma' l-eżempju li ġab il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u ma naħsibx li huwa eżempju tajjeb meta kkritika lill-gvern għax kien appunta ambaxxatur lil Dr. Borg Olivier de Puget.", "Hawn ta' min ifakkar li Dr. Borg Olivier de Puget ma kienx baqa' jipprattika bħala maġistrat, imma kien ħalla għal kollox dik il-kariga biex mar ambaxxatur.", "Hawnhekk qed ngħid li l-policy tal-gvern hi u ser tibqa' li mhux se jappoġġja aktar nomini ta' imħallfin sedenti biex jitpoġġew f'kummissjonijiet, f'bordijiet eżekuttivi jew b'xi mod jirrappreżentawh f'xi fora lokali jew nazzjonali.", "Il-gvern hu determinat li jappoġġja biss nomini ta' imħallfin fuq kummissjonijiet, bordijiet jew fora strettament ġudizzjarji u li jkollhom x'jaqsmu max-xogħol tagħhom.", "Hawn emenda oħra importanti f'din il-liġi li tolqot il-qorti ta' Għawdex.", "Ilqajna t-talbiet ta' l-avukati li jipprattikaw f'Għawdex u se nagħmlu numru ta' emendi bl-iskop li jiffaċilitawlhom xogħlhom.", "Per eżempju għamilna reġistri ta' ċerti qrati fil-qorti ta' Għawdex biex l-avukat ma jkollux għalfejn jiġi hawn Malta bilfors biex jippreżenta applikazzjoanijiet u rikorsi.", "L-iktar emenda importanti hija dik li tbiddel il-ġurisdizzjoni tal-qrati tagħna.", "Illum kawża sa Lm250 tmur quddiem it-tribunal għat-talbiet iż- żgħar; kawża bejn Lm250 u Lm1,000 tmur quddiem il-qorti tal-maġistrati; u kawża 'l fuq minn Lm1,000 tmur quddiem il-qorti tal-prim awla fejn hemm imħallef.", "Qed jiġi propost li dawn iċ-ċifri jitbiddlu, u sa Lm1,500 jmorru quddiem it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar, bejn Lm1,500 u Lm5,000 jmorru fil-qrati tal-maġistrati u 'l fuq minn Lm5,000 quddiem il-qorti tal-prim awla.", "Qed nagħmluh għax iċ-ċifri juru biċ-ċar li jekk irridu nsolvu l- problema tal-backlog li preżentement teżisti l-iktar fil-qorti tal-prim awla ma nistgħux nibqgħu marbutin ma' l-istess proċeduri li kellna fil- passat.", "Ir-realta' u l-prattika juru - u dan jikkonvidih kull avukat - li kawża li kienet Lm500 u li sa sentejn ilu kienet tinstema' mill-prim awla, minn mindu dik l-istess kawża marret quddiem il-qorti tal-maġistrati, bdiet tinqata' ħafna iktar malajr milli kienet tinqata' quddiem il-prim awla tal- qorti ċivili.", "Ir-raġuni hija waħda u sempliċi.", "Il-proċedura u l-prattika fil-qrati superjuri huma itwal u jiswew iktar milli quddiem il-qrati inferjuri.", "Mela s-s-soluzzjoni għal backlog li għandna m'hijiex li nżidu iktar imħallfin kif jgħidu xi wħud, inkluża l-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, imma li nbiddlu l-post fejn deħlin il-kawżi u nilliberaw il- ħin lill-imħallfin biex ikollhom il-possibilita' li jaqbdu mal-backlog, xi ħaġa li llum m'għandhomx.", "Insemmi ċifra waħda għalissa.", "Is-sena l-oħra daħlu fil-prim awla tal-qorti ċivili 2,991 kawża.", "L-imħallfin tal- Prim'Awla qatgħu - u ta' dan irrid infaħħarhom kif se ngħid iktar 'il quddiem, infaħħar kemm lilhom kif ukoll il-maġistrati imma hawnhekk qed nitkellem fuq il-prim awla - 3,393 kawża.", "Dan ifisser li qatgħu mhux biss daqskemm daħlu imma 13% iktar milli daħlu.", "Huwa diffiċli li jaqtgħu iktar, hawn wasalna sal-limiti.", "Forsi nistgħu nitilgħu għal 3,500, pero' ma nistgħux u m'għandniex nippretendu żżejjed mill-imħallfin tagħna.", "Għalhekk tajjeb li nifhmu li nżidu kemm inżidu mħallfin in-numru ta' kawżi li se jidħlu se jkun tali, dejjem jekk nibqgħu bl-istess sistema, li nlaħħqu biss ma' dak li huwa dieħel.", "Din hija l-esperjenza minn 1967 'l hawn u ma naħsibx li għax qlibna l-millennium se nbiddluha.", "Mr. Speaker, kien hawn preokkupazzjonijiet dwar jekk dawn l-emendi hux se jfissru li se ngħabbu iktar kemm lill-maġistrati kif ukoll lit-tribunal għat-talbiet iż-żgħar.", "Qabel ma pproponejt lill-kabinett dawn l-emendi, saru l-istudji kollha neċesarji.", "It-tibdila ibbażajniha fuq l-istatistika li kellna fl-1999, pero' hija kkonfermata bl-istatistika li għandna għas- sena 2000.", "Li se jiġri huwa li t-tribunal għat-talbiet iż-żgħar mill-2,000 kawża li daħlu s-sena l-oħra, bejn wieħed u ieħor se jżid 2,000 kawża oħra.", "Se jżid 1,800 li llum qegħdin quddiem il-qrati tal-maġistrati u madwar 300 oħra li hemm fil-prim awla u li jidħlu fil-kompetenza ta' dan it-tribunal.", "Għalkemm se nirduppjawlu l-load, irridu nifhmu li minn dawn l-2,000 kawża li daħlu fis-sena 2000, is-sena l-oħra nqatgħu 1,800 mit-tribunal għat- talbiet iż-żgħar.", "Minn dawn l-1,800 madwar 1,500 fil-fatt ġew ċeduti u allura t-tliet aġġudikaturi li għandna llum, fil-fatt kulma taw kienu bejn wieħed u ieħor 300 deċiżjoni.", "Dan ifisser li r-riforma se tirdoppja, se żżid ma' dawn il-300 deċiżjoni probbabilment 2,000 deċiżjoni oħra u biex nilqgħu għal dan, hija l-policy dikjarata ta' dan il-gvern li sejrin mill- inqas nirduppjaw in-numru ta' aġġudikaturi minn tlieta għal sitta.", "Mhux biss se nagħmlu dan, imma se nagħtuhom ukoll staff kull wieħed biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar u allura jkollhom il-faċilitajiet kollha neċessarji biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma' din il-load ġdida.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni ntweriet anke preokkupazzjoni dwar l- indipendenza ta' l-aġġudikanti peress li dawn huma part-time, u kkomparawhom mal-justice of the peace ta' l-Ingilterra jew mal-giudice di pace ta' l-Italja.", "Saru xi suġġerimenti biex lil dawn nagħmluhom full-time bis-salvagwardji kollha li għandhom il-ġudikaturi l-oħra.", "Jien ngħid ċar u tond li l-gvern ma jaqbilx ma' dan.", "Naf li hemm forsi minn fost il- aġġudikaturi preżenti li jawspika dan, iżda ma naħsibx li għandna nagħmlu t- tielet tier ta' ġudikatura.", "Aħna nippreferu nibqgħu bis-sistema preżenti għax inkella nispiċċaw niżnaturaw għal kollox it-tribunal tat-talbiet iż- żgħar.", "Mill-banda l-oħra naqblu li jista' jkun hemm lok li jsiru emendi biex l-indipendenza li jiena ngħid li diġa' teżisti, tkun iktar trasparenti, iktar ċara u iktar garantita.", "Fil-fatt fl-istadju ta' Kumitat se nressaq numru ta' emendi li diġa' tajt kopja tagħhom lill-kelliem ta' l- oppożizzjoni biex dan jiġi garantit u b'dan il-mod naħseb nistgħu nneħħu d- dubji kollha li jista' jkun hemm.", "Xi kelliema qalu wkoll li b'din it-tibdila se nżidu n-numru tal-kawżi fit- tribunal tat-talbiet iż-żgħar.", "Iva, dan huwa veru pero' se nżidu wkoll l- aġġudikanti biex niżguraw li bejn wieħed u ieħor il-load fuq kull aġġudikant qatt ma teċċedi s-600 kawża.", "Min-naħa l-oħra, qegħdin jgħidulna li il-qrati tal-maġistrati se ngħollulhom il-kompetenza sa Lm5,000 u se nżidulholm il-load.", "Mill-istudju li għamilna dan ma jirriżultax.", "Irrid ngħid li l-qrati tal-maġistrati s-sena l-oħra rċevew 1,780 kawża.", "Wara li ssir din l-emenda jidher li dan l-ammont se jonqos b'mod sostanzjali u fil- fatt il-kawżi ċivili quddiem il-qrati tal-maġistrati huwa previst li jitnaqqas kważi bin-nofs, b'hekk il-maġistrati se jkollhom iktar ċans jittrattaw il-kawżi kriminali li għandna, għalkemm hawnhekk il-backlog m'huwiex għoli wisq.", "Din hija emenda bbażata fuq numri ċari u fuq il-premessa sempliċi ħafna li l-unika riforma li verament ħadmet fis-snin li għaddew - mhux qed ngħid l-aħħar sentejn jew tliet snin, imma fl-aħħar 30 sena - kienet ir-riforma meta għollejna l-ġurisdizzjoni.", "Din m'hijiex l-esperjenza ta' Malta biss imma hija esperjenza komuni għall-Ewropa kollha u għal kull pajjiż li pprova jirriforma s-sistema ġuridika tiegħu.", "Hawn wieħed għandu jifhem li din ir-riforma m'hijiex xi waħda maġika imma hija biss l-ewwel pass fit- triq twila li rridu nagħmlu.", "Jiena nieħu gost ninforma lill-Kamra li bħalissa l-ministeru tiegħi għaddej b'laqgħat regolari, prattikament kull tliet ġimgħat, ma grupp żgħir imma rappreżentattiv ħafna tal-players kollha li hemm involuti f'dan il-qasam.", "F'dan il-grupp hemm rappreżentanti tal- ġudikatura, maġistrat u mħallef, rappreżentanti tal-kamra ta' l-avukati, tal-kamra tal-prokuraturi legali kif ukoll numru ta' avukati li ma jirrappreżentaw lil ħadd għax nominati minni pero' li għandhom esperjenza twila fil-qrati tagħna.", "Dan il-grupp qiegħed jiltaqa' b'mod regolari u qiegħed ifassal proposti speċifiċi ħafna mhux tant għat-tibdil kbir ta' liġijiet iżda b'danakollu huma proposti speċifiċi li jridu jolqtu fil- laħam il-ħaj il-proċeduri kultant ta' għanqbud li għandna f'xi oqsma tal- ġustizzja tagħna.", "Fix-xhur li ġejjin nittama li nippreżenta lil dan il-parlament emendi, l- ewwelnett biex niżguraw li l-enforcement tas-sentenzi jibda jsir bis- serjeta', u bis-serjeta' wkoll nagħmlu l-bejgħ bl-irkanti ta' l-affarijiet li jinqatgħu.", "Emendi oħra li beħsiebna nressqu huma marbutin mal-metodu kif isiru n-notifiki, filwaqt li bi qbil mal-ġudikatura għandna wkoll il-ħsieb li nbiddlu s-sistema tal-master.", "Kif dejjem għedt, dan huwa qasam fejn il- gvern waħdu ma jistax jiddeliverja, bilfors irridu naħdmu flimkien gvern, professjoni legali, amministrazzjoni ċivili u ġudikatura.", "B'dan il-mod biss nistgħu nimxu 'l quddiem u niksbu r-riżultati mixtieqa.", "Tajjeb ngħidu, li dawn ir-riżultati bil-mod il-mod diġa' jidher li qegħdin jinkisbu.", "Xaqq dawl beda jidher diġa'!", "Mr Speaker, quddiemi għandi ċ-ċifri għall-qrati kollha tal-kawżi deċiżi fis-sena 2000 u nieħu gost nara li per eżempju - kif diġa' għedt - fil-prim awla tal-qorti ċivili mhux biss inqata' l-istess numru ta' kawżi li daħlu, pero' nqatgħu 13% iktar.", "Il-maġistrati fl-aspett ċivili qatgħu 118% tan- numru ta' kawżi li daħlu, jiġifieri 18% iktar.", "Dan ifisser li kemm fil-prim awla kif ukoll quddiem il-maġistrati rajna tnaqqis fil-backlog.", "Hawn inħoss li għandi nfaħħar il-maġistrati kollha li meta tara wkoll l-ammont ta' kawżi kriminali pendenti quddiemhom għat-tielet sena konsekuttiva ssib li l-backlog ta' kawżi li hemm bejniethom qiegħed dejjem jonqos.", "Għandi analiżi ta' ħames snin u tara li filwaqt li fl-aħħar ta' 1996 kien hemm 13,475 kawża kriminali pendenti quddiem il-maġistrati, illum dan in-numru niżel għal 7,554.", "Irrid infaħħar bilfors il-ġudikatura, u kif kont kritiku tagħha - u għadni kritiku sal-lum f'diversi aspetti - huwa doveruż min-naħa tiegħi li ngħid li fis-sena 2000 ksibna riżultati pożittivi mmens.", "Jekk tgħaqqad flimkien il-kawżi ċivili kollha, is-sena l-oħra daħħlu 7,651 kawża u nqatgħu 8,076.", "Għall-ewwel darba f'dawn il-ħames snin inqatgħu iktar kawżi milli daħlu.", "Fil-kamp kriminali, jekk tgħodd il-kawżi kollha inferjuri u superjuri inqatgħu 105% tal-kawżi.", "Prattikament daħlu 12,190 kawża u nqatgħu 12,800.", "Dan ċertament huwa sinjal pożittiv u nawgura li jitkompla matul din is-sena.", "Ovvjament, mhux il-qrati kollha individwali qed jimxu bl-istess ritmu.", "Hemm uħud li huma mixjin tajjeb ħafna u hemm oħrajn li qegħdin ifallu, pero' l-fatt li qed nilħqu dawn in-numri għall- ewwel darba f'dawn l-aħħar snin jindika li hemm ir-rieda tajba min-naħa tal- ġudikatura.", "Nagħlaq billi nassigura l-ewwel u qabel kollox lill-pubbliku Malti, lill- ġudikatura, u lill-ħaddiema kollha tal-qorti li dan il-gvern beħsiebu jkompli bil-politika tiegħu li jsaħħaħ l-amministrazzjoni tal-qorti, billi jipprovdi n-nies u r-riżorsi finanzjarji kollha neċessarji biex il- ġudikatura tkompli taħdem b'mod seren, b'mod effiċjenti u tkompli taqdi l- bżonnijiet li għandha s-soċjeta' Maltija u fuq kollox li tilħaq l- aspettattivi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar il-Kompożizzjoni ta' diversi bordijiet u dwar il-Kompetenza ta' diversi Qrati u Tribunali u Appelli minn Deċiżjonijiet Tagħhom, u l-għemil ta' provvedimenti inċidentali jew konsegwenzjali għalihom\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi li l-Att dwar il-Proċeduri legali jgħaddi fl-istadju ta' Kumitat quddiem il-Kumitat Permanenti għal Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar il-Kompożizzjoni ta' diversi bordijiet u dwar il-Kompetenza ta' diversi Qrati u Tribunali u Appelli minn Deċiżjonijiet Tagħhom, u l-għemil ta' provvedimenti inċidentali jew konsegwenzjali għalihom\" jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għal Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA TAD-DWANA", "CUSTOMS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Novembru, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-għanijiet ta' dan l-abbozz isib li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jdaħħal dispożizzjonijiet ġodda biex jirregolaw it-tneħħija taħt ċerti kondizzjonijiet ta' oġġetti konfiskati waqt li jkunu għadhom għaddejjin il- proċedimenti biex jagħti seħħ lill-arranġamenti reċiproċi ma' servizz ta' dwana oħrajn u biex jipprovdi għall-infurzar aħjar tal-liġi.", "Issa għalkemm l-iskop tal-klawsoli l-ġodda hu biex titjieb il-liġi u biex forsi wieħed jista' jsolvi problemi li tiffaċċja d-dwana, pero' wieħed ma jistax ma jħossux preokkupat b'ċerti klawsoli, l-aktar wara li l-poplu Malti u Għawdxi jkun għadda minn esperjenzi ta' ċerti każi.", "Hawn nixtieq nirriferi għall-klawsola 6 fejn f'paragrafu 5 (a) se tidħol klawsola ġdida li tgħid hekk.", "Se naqra kelma b'kelma biex ma nigix misinterpretat li qed ngħid affarijiet mhux korretti u mhux eżatti:", "\"(5) (a) Minkejja kull dispożizzjoni li hemm f'dan l-artiklu, il- Kontrollur jista' jagħżel li jagħti lura l-oġġetti kkonfiskati lill- importatur meta dan jaqbel li jħallas dak id-depożitu jew dawk id- depożiti lil, u kif ikun determinat mill-Kontrollur, sakemm il- Kontrollur jikkalkula l-prezz attwali li jrid iħallas l-importatur għall-oġġetti u f'dan il-każ il-prezz li jrid jitħallas għal dawn l- oġġetti ma jistax jaqbeż is-somma totali ddepożitata mill-importatur.\"", "Hawnhekk wieħed bilfors iħossu ppreokkupat meta jara ċerti każi li jseħħu f'dan il-pajjiż.", "Minkejja li forsi jibdew il-proċedimenti legali, kultant naraw li wieħed jista' jasal f'arranġamenti u nispiċċaw biex anke nevitawlu milli jeħel il-ħabs avolja forsi jkollu diġa' xi sentenzi pendenti.", "F'każi bħal dawn bilfors li wieħed irid jistenna biex jara kif se jiżvolġu l- affarijiet.", "Jien inħossni ppreokkupat għax donnu li f'dan il-pajjiż meta jkun hemm xi ħadd imsemmi li jkollu parantela ma' xi ras kbira, jew li jkollu xi hold fuq ċerti politiċi u dan jiġi akkużat b'reat jew bi frodi, inkella li pprova jevita d-dwana jew ikun daħħal affarijiet oħra minflok dawk li kienu ddikjarati, arah jispiċċa biex joħroġ scot-free.", "Meta wieħed jara dan kollu, bilfors li jitħasseb.", "Għax jekk jinqabad xi ħadd żgħir indendluh u Malta kollha tkun taf bih u nressquh il-qorti u nsibuh ħati, imma meta jkun hemm xi ħadd li jkollu xi qaddis, l-affarijiet donnhom li jiżvintaw.", "Insemmi, per eżempju, il-każ ta' meta l-ilma sar whisky.", "X'ġara?", "Dak l- istorbju kollu li kien hemm, dawk l-evidenzi kollha li nġabru spiċċajna biex xorta waħda ma nafux eżattament x'ġara.", "Ħadd donnu ma nstab ħati, ħadd m'għamel xejn u sadanittant l-ilma sar whisky!", "Dawn huma affarijiet li fil-pajjiż żgur inisslu ċerti dubji u jġiegħlu lill-poplu jibda jistaqsi dwar jekk dan huwiex verament pajjiż serju fejn tirrenja l-ġustizzja.", "Il- poplu jistaqsi jekk dan huwiex pajjiż fejn min hu b'saħħtu u min għandu l- qaddisin jista' jibqa' għaddej scot-free.", "Ara aħna ċ-ċittadini ż-żgħar, kif nagħmlu xi ħaġa mill-ewwel naqilgħuha fuq rasna.", "Mhux biss, imma ċ- ċittadin iż-żgħir somehow dejjem ilaqqatha għax jew togħla t-taxxa fuq l- affarijiet, inkella jkollu jħallas għal dak li jagħmel il-kontrabandu u għal dak li jiffroda l-pajjiż.", "Għalhekk inħossni persważ li l-poplu Malti u Għawdxi huwa preokkupat ħafna b'din is-sitwazzjoni.", "Ilkoll smajna b'każi ta' nies li għax jagħmluha ta' bullies jiżgiċċaw mil- liġi u għalhekk inħossni ppreokkupat b'din il-klawsola speċjalment meta niftakar b'każi li ġraw fil-passat u oħrajn li għadhom jiġru.", "Dan kollu qed ngħidu għax jekk m'aħniex se nbiddlu din is-sistema ma nistgħux nistennew li l-poplu jkollu fiduċja f'dan il-pajjiż.", "Smajna dan l-aħħar li fuq vapur tas-Sea Malta kien hemm skoss xorb pero' ħadd ma kien jaf ta' min hu.", "Ħaġa ta' l-iskantament, dan ġie mill-Italja u ħadd ma jaf xejn dwaru.", "Dan ix- xorb instab fuq il-bastiment iżda dwar min ġabu, min għabbieh u kif tela' ħadd ma jaf xejn.", "Għadda ftit ta' żmien ieħor u erġajna, vapur ieħor tas- Sea Malta li kien ġej mill-Italja, instab li kellu fuqu madwar 4,800 flixkun xorb.", "Kien hemm madwar 400 kaxxa fuq sitt pallets, u fost ix- xorb kien hemm whisky bl-isem Famous Grouse, tip ieħor ta' whisky li qatt qabel ma kien daħal f'pajjiżna u kien hemm ukoll vodka mħallta.", "Is-sabiħa hija din.", "Veru li hemm proċedura kif wieħed jikklerja ċerti affarijiet u dokumenti mid-dwana, pero' hemm ukoll gwidi meta wieħed għandu jagħti jew ma jagħtix quick release.", "Int qatt m'għandek tafda, imma għandek dejjem tiċċekkja u mhux tagħmel quick release.", "U min hu responsabbli jafhom dawn il-proċeduri tad-dwana!", "Jiena, per eżempju, naf li fuq ċerti oġġetti qatt ma jagħtuk quick release.", "Għallinqas meta kont immur nagħmel dak ix-xogħol qatt ma naf li kelli quick release, dejjem jiftħulek il-kaxxi u jarawlek kollox.", "Kienu jagħmlu hekk mhux għax ikunu jissuspettaw imma għax ikun hemm ċerti items.", "Imbagħad meta kienu jissuspettaw fuq xi ħadd, dan ix-xogħol kien isir aktar bir-reqqa.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif ċerti affarijiet ma jindunawx bihom.", "Irrid ngħid ukoll li fuq ċerti affarijiet ilna nisimgħu ċ-ċuqlajta ċċaqċaq pero' madankollu ma jinqabad ħadd.", "Per eżempju jiena ma nistax nifhem kif kulħadd isemmi s-sigaretti tal- kuntrabandu u sadanittant ma jinqabad ħadd!", "Jien ma nixtrix sigaretti għax ma npejjipx, imma nismagħhom jgħidu dwar dan il-kontrabandu.", "Dawn minn fejn qegħdin jiġu?", "Jien nħoss li meta l-awtorita' tisma' dawn l-affarijiet għandha tinvestiga bl-akbar serjeta' għax xi ħaġa ħażina jkun hemm.", "Inkompli fuq dak il-każ.", "Xi ħadd mar biex joħroġ kaxxa b'affarijiet ta' l- istainless steel, u magħha ħarġu dawn is-sitt pallets bl-400 kaxxa xorb.", "Veru li wara l-pulizija marret tinterċetta għax kien hemm min kellu common sense u nduna li kien hemm xi ħaġa mhux normali...", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, jekk inti se toħroġ mill-bonded store, ngħidu aħna li hemm Ħal Far, fejn fl-istores ta' hemmhekk hemm l-affarijiet tad-dwana; jekk skond il- karta suppost li għandek kaxxa, allura fit-truck għandu jkun hemm kaxxa u mhux affarijiet oħra wkoll.", "Jiena persważ li fost l-uffiċjali hemm min hu ta' l-affari tiegħu, bħalma jagħmlu xogħlhom sew ir-revenue security corps.", "Dawn tant kienu jagħmlu xogħol siewi f'dan il-qasam li kienu jibżgħu minnhom ħwejjeġ bħal dawn u kienu jiċċekkjaw kemm-il kaxxa toħroġ.", "Iżda donnu li f'daqqa waħda dawn l-affarijiet irrilaxxaw.", "Ir-raġuni għaliex ma nafuhiex.", "Donnha trid tkun b'kumbinazzjoni biex affarijiet simili jindunaw bihom.", "Fil-fatt, minflok kaxxa ta' l-istainless steel waħda, ħarġu dawk il- kaxxi kollha.", "B'danakollu l-kontrollur tad-dwana ma ħax passi malajr billi jibgħat il-letter to prosecute ħalli l-affarijiet jimxu bla dewmien.", "(Interruzzjonijiet) Nibża' li dan il-kas se jtawwal, imbagħad nispiċċaw li jgħaddi ż-żmien, jintilfu xi karti jew ma jinstabux ċerti karti u ma jifdalx evidenza.", "Jien informat li se jitressqu madwar seba' min-nies il-qorti, fosthom Joseph Fenech, burdnar, u uffiċċjal tad-dwana.", "Joseph Fenech magħruf bħala Żeppi l-Ħafi, ħareġ Lm6,000 u l-ieħor Roderick Tanti ħareġ Lm6,000.", "Jiġifieri dawn l-affarijiet premeditati u maħdumin juru ċar li kien hemm min ħema kollox minn qabel.", "Dan m'inix qed nivvintah.", "Kienu huma li ddikjaraw u ammettew li ħarġu dawn il-flus biex daħħlu dan ix-xogħol hawn Malta b'kuntrabandu.", "Sadanttant, Joseph Fenech ammetta vilment li wettaq dan għax qal li ried jagħmel ftit flus fi ftit żmien.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux imma huma ħwejjeġ tal-biki li qegħdin jiġru f'pajjiżna.", "Barra minn hekk jidher ċar li hemm imdaħħal ukoll xi ħut kbir mhux ħażin.", "Għaliex qed ngħid li jidher li hemm xi protezzjoni għal ċerti nies f'dan il-pajjiż?", "Anke meta jissemma xi ħadd li jkun wettaq reat, il-mezzi tax- xandir, qabel jaraw min ikun.", "Jekk inti tkun raġel ta' l-affari tiegħek u tkun wettaqt xi reat żgħir jew kont involut f'inċident ċkejken forsi wkoll kien l-ewwel żball żgħir f'ħajtek, dawn ma joqogħdux jaħsbuha darbtejn biex iġibuk front page fil-gazzetta jew ixandruk fir-radios imma jekk tkun Żeppi l-Ħafi ċerti gazzetti u ċerti mezzi tax-xandir ma jsemmux ħlief Joseph Fenech.", "Meta xi ħadd isemmi fuq il-mezzi tax-xandir, li Joseph Fenech ikun seraq jew daħħal kuntrabandu, ħadd ma jagħti kas, imma kieku jispeċifikaw li dan hu Żeppi l-Ħafi wieħed malajr jikkonkludi min hu.", "Hawnhekk irrid ngħid li f'dan il-pajjiż bilfors li l-poplu qiegħed jitlef il-fiduċja f'min hu responsabbli, saħansitra fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Il-vilta' hi li l-mezzi tax-xandir jipprovaw jiddefendu kriminali bħal dak b'mod li lanqas biss jindikaw min hu.", "Imbagħad meta ċittadin onest jagħmel żball żgħir joqogħdu jsemmuh u jġibu ismu u salt dettalji dwaru.", "Hawn qiegħed nalludi b'mod partikolari għall-media tal-Partit Nazzjonlaista u se nsaħħaħ dan b'esperjenza li għaddejt minnha jiena stess.", "Mela darba minnhom it-tifel tiegħi kellu inċident tat-traffiku.", "Kienet qiegħda tiġi rmunkata karozza li kienu se jarmuha għall-iscrapyard tal- Kalkara.", "It-tifel tiegħi ma kienx in-naħa tad-driver, kien in-naħa l-oħra f'dik il-karozza li kienet qiegħda tiġi rmunkata.", "Insomma, ġara li nqata' l-ħabel u dik il-karozza li kien fiha t-tifel baqgħet dieħla ġo trakk.", "Sfortunatament f'dak l-inċident it-tifel safa weġġa' gravi u miegħu weġġa' ieħor ukoll.", "Jien ġejt informat li t-tifel kien weġġa' erba' minuti bogħod mill-uffiċċju fejn kont.", "Sadattant, dak il-ħin kont qed nisma' r-radju 101 tal-Partit Nazzjonalista fejn intqal li Matthew Mizzi, iben Joe Mizzi tal- Malta Labour Party, kien weġġa' gravi u fuq il-post kienet sejra wkoll l- ambulanza.", "Ara dakinhar, lit-tifel semmew ismu u iben min hu.", "Ma qagħdux jaħsbuha.", "Ara ma' Żeppi l-Ħafi jimxu mod ieħor; ma jgħidux li Joseph Fenech hu Żeppi l-Ħafi.", "Dan biex nuri l-ħneżrija tal-Partit Naazzjonalista u kemm verament dawn tipproteġu l-kriminali meta lil ħaddieħor, għax ikun politikament oppost tagħkom jipprovaw ikissruh anke f'sitwazzjonijiet diffiċli.", "Radio 101 kompla jgħid li t-tifel, li għad m'għandux 18-il sena, kien qiegħed isuq bi speed eċċessiv.", "Fi kliem ieħor ġabuh li kien qiegħed isur bla liċenzja u b'mod eċċessiv.", "Semmew ukoll li ta' l-SAG marru biex joħorġuh mill-karozza meta t-tifel tiegħi kien minxur ma' l-art!", "Araw xi ħneżrijiet!", "Ta' dan għandi recording u cutting tal-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista.", "Anqas ġabu quddiem għajnejhom lilna, tal-familja.", "Imbagħad tan-naħa l-oħra jilmentaw minn dak li jġibu l-gazzetti tagħna!", "Fil-każ tat-tifel xejn ma ġabu quddiem għajnejhom xi stajna ġarrabna aħna.", "It-tifel f'qagħda gravi u l-ambulanza ma marritx.", "Għalihom l-importanti kien li jpoġġu lili f'dell ikrah ma' kulmin semagħhom.", "Dwar it-tifel taw id- dettalji kollha u preċiżi, imma fil-każ ta' Joseph Fenech ma jgħidux li dan hu Żeppi l-Ħafi biex ma jagħtux indikazzjoni li dan huwa dak il-bniedem li għandu kwalitajiet tajba u kwalitajiet daqsxejn inqas tajba.", "Din hija s-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Probabbilment kien qed iżżomm lill-Prim Ministru fuq spalltu!", "Forsi għalhekk l-Prim Ministru tagħkom qallu li għandu kwalitajiet tajba u kwalitajiet daqsxejn inqas tajba.", "Għalhekk tah l-amnestija (Interruzzjonijiet)....", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni u anke nżommu mal-liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nurikom hawnhekk il-ħneżrijiet tagħkom.", "Meta aħna konna fil-gvern ipprovajna nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta'.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li pprovajna naħdmu bis-serjeta'!", "Ara issa l- affarijiet m'humiex isiru bis-serjeta'.", "Għandna bħala eżempju l-każ tad- Daewoo.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex ma ħadtx passi?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nitolbok tgħidli fuqiex jien stajt nieħu passi fil-każ tad-Daewoo u ma ħadtx.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mirakli mill-ilma għal whisky ma nagħmilx!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitolbu jgħidli liema akkużi saru lili u li jiena stajt nieħu passi dwarhom, Mr Speaker.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Min qallek li saru lilek?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux hekk qed tgħidli, biex nieħu passi!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inti taf bihom u taf kollox.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri lili ma sarulix akkużi, hux hekk?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk int kont imdaħħal f'tad-Daewoo...", "(Interruzzjonijiet) Sinjal li int kont wieħed minnhom!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, Onor. Membri.", "No cross debate.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien ma kontx imdaħħal f'tad-Daewoo.", "Int qed tgħid li jien kont imdaħħal u notolbok spjegazzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qabel int kont taħdem mad-Daewoo.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, diġa' għedtu dan.", "Domt sitt xhur naħdem hemm.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ara daqsxejn l-affarijiet!", "ONOR.", "JOHN DALLI: X'affarijiet huma?", "Aħjar ma tibqax tħawwad u tkun serju.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ara daqsxejn x'intqal, anke barra mill-parlament, b'konnessjoni miegħek u mad-Daewoo.", "Int m'għedtx li mhux veru u lanqas ma ħadt passi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nerġa' ngħidlek li miegħi ma ntqal xejn fuq tad-Daewoo.", "(Interruzzjonijiet) U sadanittant għadek m'għedtlix fuqhiex.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta l-ilma sar whisky baqa' ħadd ma nstab ħati.", "Tista' tgħid li dan mhux veru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien x'għandi x'naqsam!", "Li naf huwa li dan il-każ qiegħed il-qorti.", "MR SPEAKER: Onor. Membri, dan m'għandu x'jaqsam xejn mas-suġġett tal- liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm ilu l-qorti?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inti taf għax int rajt il-files li hemm għand il- pulizija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hekk se tagħmlu fuq Żeppi l-Ħafi?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Int qed tgħid li jien jew xi membru ta' din in-naħa għandna xi dritt nindaħlu lill-qorti?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk il-qorti qiegħda ttawwal, iva, għandek dritt tiġbdilha l-attenzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jaqaw tridna nbagħbsu fil-files tal-pulizija, kif kont tagħmel int?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ma bagħbastx fil-files tal-pulizija.", "Ħalli nisjpjegalu x'tip ta' ħmieġ jien ma rridx inħalli jsir, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Mizzi.", "Irridu noqogħdu mas-suġġett tal- liġi li għandna quddiemna.", "L-aġenda hija dik li hi u rridu nitkellmu fuq il- liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett meta jien rajt il-file b'konnessjoni ma' Żeppi l-Ħafi kelli kull dritt li nagħmel dan.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien għandi d-dubji tiegħi kemm kellek dritt tara l- files tal-pulizija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iddaħħakx nies!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, hawn għandna ammissjoni mill-Onor.", "Mizzi li meta kien ministru kien jara l-files tal-pulizija.", "Jien qatt ma rajt files tal-pulizija.", "Qatt ma tlabt lill-pulizja jagħtuni l-ebda file fuq xejn u fuq ħadd.", "Ma naħsibx li ministru għandu dritt imur għand il- pulizija u jara l-files.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, mhux sew tħallih jinterrompini.", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri li jridu joqogħdu għas-suġġett li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien kont responsabbli għall-korp tal-pulizija u allura files b'konessjoni mal-pulizija stajt nara.", "Li ma stajtx nara kienu l- files tad-Daewoo!", "Stajt nara l-file fejn l-ilma sar whisky u stajt nara files oħra wkoll!", "(Interruzzjonijiet) Iva, kont bgħatt għall-file – u dan iddikjarajtu kemm-il darba għax kelli dritt li narah – b'konnessjoni ma' Żeppi l-Ħafi u Richard Cachia Caruana.", "U kont rajtu l-ewwelnett għax l- attorney general kien qal li l-Ħafi huwa xhud importanti fil-każ ta' Meinrad Calleja.", "(Interruzzjonijiet) Kien ċempel lill-kummissarju - u se naqraha - dwar it-tneħħija tal-protezzjoni ta' Żeppi l-Ħafi.", "U rrid nagħmilha ċara li d-deċiżjoni ttieħdet mill-pulizija u mhux minni.", "Dwar dan kien ipprotesta l-AG.", "MR SPEAKER: Dan m'għandu x'jaqsam xejn mas-suġġett tal-liġi, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dażgur li għandu x'jaqsam!", "Ħalli nispjegalek kif għandu x'jaqsam.", "MR SPEAKER: Bħalissa suppost qegħdin niddiskutu l-liġi dwar id-dwana.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura barra li ra l-files tal-pulizija ħa photocopies tagħhom ukoll, Mr Speaker?", "Għax dawn huma affarijiet serji.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri dan għandu f'idejh kopja tal-file?", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' nistaqsi, Mr Speaker.", "L-Onor.", "Mizzi, barra li ra l-files tal-pulizija għandu wkoll f'idejh photocopy ta' dawk il-files?", "Irridu nkunu nafu issa.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, ħalli tkun taf.", "Mr Speaker, kieku ra l-karti ta' l-ombudsman li tpoġġew kien isib tweġiba għal dan.", "Ħalli jkun jaf li ntbagħtu.", "(Interruzzjonijiet) Mela Richard Cachia Caruana minn fejn ġabhom?", "Tajthomlu inti dawn?", "(Interruzzjonijiet) Dak għandu dritt?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: No cross debate, jekk jogħġobkom.", "Onor. Mizzi, indirizza ruħek lejn is-Sedja u kompli fuq il-liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għaliex għandu x'jaqsam Żeppi l-Ħafi ma' din il-liġi tad-dwana?", "Jien semmejt diġa' dik il-klawsola partikolari filwaqt li rriferejt għall-każ li għadu kemm seħħ u li fih hemm imdaħħal Żeppi l- Ħafi.", "Dan juri ċar għaliex jien qed ngħid li l-poplu għandu jkun preokkupat dwar dawn l-emendi li qegħdin isiru.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti għalihom.", "Għaliex meta jkollok persuna bħal Żeppi l-Ħafi, li ngħata amnestija, li ngħata maħfra fuq diversi każi u issa nerġgħu nsibu dan il- każ, ikun xieraq li wieħed jispjega l-affarijiet.", "Ħalli nkompli nispjega.", "MR SPEAKER: Imma dejjem skond il-liġi li għandna quddiemna, Onor. Mizzi.", "Aħna rridu nirrispettaw dak li għandna quddiemna u noqogħdu fuq il- liġi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Se nerġa' naqrahielek għax forsi nsejtha.", "Il-klawsola tgħid li:", "\"(5) (a) Minkejja kull dispożizzjoni li hemm f'dan l-artiklu, il- Kontrollur jista' jagħżel li jagħti lura l-oġġetti kkonfiskati lill- importatur meta dan jaqbel li jħallas dak id-depożitu jew dawk id- depożiti lil, u kif ikun determinat mill-Kontrollur, sakemm il- Kontrollur jikkalkula l-prezz attwali li jrid iħallas l-importatur għall-oġġetti u f'dan il-każ il-prezz li jrid jitħallas għal dawn l- oġġetti ma jistax jaqbeż is-somma totali ddepożitata mill-importatur.\"", "Issa jien qed nurik li din tista' tintuża ħażin u għalhekk intenni li wieħed irid joqgħod attent fi ħwejjeġ bħal dawn.", "Mela, l-AG ċanfar lill-kummissarju u qallu li l-protezzjoni kienet miftiehma u li ma kellux ineħħiha.", "Qallu wkoll li ma kellux id-diċenza li jinformah.", "Sostna li Joseph Fenech jista' jkun xhud ewlieni u importanti f'każ ieħor iżda minkejja dan kollu u minkejja l-protesta li saret minn ħu Meinrad Calleja, li pprotesta talli kienu neħħew il-pulizija minn ma' Fenech u sostna li seta' kien hemm xi frame-up, hu fakkar li jekk joqtlu lil Żeppi l-Ħafi tibqa' ma toħroġx il-verita'.", "Dik l-ittra jien għaddejtha lill-kummissarju biex jiddeċiedi hu x'għandu jagħmel.", "Imma jidher li l- kummissarju, li kien responsabbli, ma reġax għamel is-sigurta' ma' Żeppi l- Ħafi.", "Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux.", "X'ġara iktar?", "Għaliex skond il- Ministru Dalli, jien ma kellix dritt għal ċerti affarijiet.", "Irrid ngħid li s-sigurta' ma' Richard Cachia Caruana kienet tnaqqset ukoll fuq rakkmandazzjoni tal-kummissjarju.", "U nirriferi għall-ittra li ntbagħtet fit-3 ta' Jannar 1998 li fost ħwejjeġ oħra kienet tgħid li mar- residenza ta' Richard Cachia Caruana kellha titnaqqas is-sigurta' b'terz.", "Mela kien il-kummissarju li rrakkmanda li titnaqqas is-sigurta'.", "Hawn jien ħassejt li fl-interess ta' pajjiżna kelli nara b'għajnejja kif tabilħaqq kienu l-affarijiet, u mhux nieħu deċiżjoni bl-amment.", "Fi kliem ieħor ridt inkun responsabbli.", "U x'għamilt ħażin allura billi rajt l-affarijiet bis- serjeta'?", "U kif stajt nagħmel dan ħlief billi nara l-file fejn kienu mniżżlin dawn l-affarijiet?", "U hekk għamilt.", "Imma rrid ngħid ukoll li ġo dak il-file rajt anke ċerti ħniżrijiet kbar.", "Per eżempju, kif jista' jkun li kien hemm xhieda oħrajn li ma ġewx imsejħa?", "Kif jista' jkun li seta' kien hemm evidenza mill-irmied tas-sigaretti li setgħu jaqbdu minn kien hemmhekk, u dan ma tteħidx biex jaraw id-DNA?", "Sadattant, sikkina ttieħdet l- Iżrael biex isiru jafu jekk dik kinetx magħmula f'Hong Kong jew Taiwan.", "Dawn x'affarijiet huma?", "Din serjeta'?", "Mhux bilfors li wieħed jibda jissuspetta dwar kif sejrin l-affarijiet!", "Dan juri li bilfors hemm xi ras kbira mdaħħla fin-nofs.", "Mhux hekk biss, imbagħad issib li jiġu għandek xi nies b'akkużi li hemm files oħra mitlufin - u se nsemmi l-każ ta' Sant Cassia - u jgħidulek li każ bħal dan....", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri x'għandha x'taqsam?", "U żgur li din għandha x'taqsam!", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok, nerġa' niġbidlek l-attenzjoni għall-għanijiet u r-raġunijiet ta' din il-liġi qegħdin hawn quddiemna.", "L- għan ta' dan l-abbozz huwa li jdaħħal dispożizzjonijiet ġodda biex jirregolaw it-tneħħija taħt ċerti kondizzjonijiet ta' oġġetti konfiskati waqt li jkunu għadhom għaddejjin il-proċedimenti biex jagħti seħħ lill- arranġamenti reċiproċi ma' servizzi tad-dwana oħrajn u biex jipprovdi għall- enforzar aħjar tal-liġi.", "Dawn huma l-objects and reasons ta' din il-liġi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Proprju dan li għandi f'moħħi, għaliex jista' jagħti l- każ li waqt li jkun hemm proċeduri għaddejjin kontra ċerti individwu, sadattant jistgħu jirranġawlu biex dawk il-proċeduri jieqfu ħalli forsi ma jitlifx amnestija.", "B'hekk jibqa' ma jinstabx ħati ta' reati oħra li jkun wettaq u allura ma jiħux il-kastig li jkun ħaqqu.", "Dan mhux sewwa.", "M'hijiex ġustizzja li kriminal tikklerjah minn ħtija li jkun wettaq.", "Jiena wieħed minn dawk li ma naqbilx li għax kriminal ikun protett mill-irjus kbar għandu jibqa' għaddej lixx.", "U ħafna jaqblu miegħi meta ngħid li l-poplu hu preokkupat bis-sitwazzjoni li Żeppi l-Ħafi dejjem jiskappa minn hawn u jiskappa minn hemm.", "Issa nispera li b'din il-liġi dan ma jibqax isir, u għalhekk qed nagħmilha ċara minn issa, biex imbagħad ma nsibux l-iskuża.", "Jien b'dan il-għan qed nitkellem.", "Meta għandna dan quddiem għajnejna, iżjed u iżjed għandna noqogħdu attenti meta niġu biex nagħmlu liġi bħal din.", "Għax bniedem bħal dak, b'kondotta kriminali, m'għandux jiġi definit bħala bniedem ta' kwalita' tajba u ta' kwalita' inqas tajba.", "Hawn nirriferi għal dak li qal l-Onor.", "Dalli, li lill-qorti ma jindaħlilhiex.", "Meta dan l-aħħar il-qorti sabet lil persuna innoċenti min- naħa l-oħra kien hemm min ikkummenta dwar is-sentenza tal-qorti u dwar il- ġurati u wasal biex qal li dawn kienu influwenzati u li l-affarijiet ma sarux sew.", "Kemm intqal diskors bħal dan!", "Mela fejn jaqbel biss ma nindaħlulhiex lill-qorti!", "Ara dakinhar m'aċċejtajtuhx il-verdett tal- qorti.", "Sadanittant meta nara bniedem li donnu jagħmel li jrid għax hu protett minn kollox, nasal biex ma ninteressax aktar ruħi dwar min hu tassew ħati jekk hux Calleja jew l-ieħor.", "Għalija min żbalja ħaqqu jinstab ħati.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Mizzi.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mhux għal xi ħaġa, imma jiena membru f'din il- Kamra u qed inħossni nitħawwad.", "(Interruzzjonijiet) Jimporta li meta hawnhekk isiru ċerti statements jinġiebu l-fatti?", "Qiegħed jgħid li aħna nindaħlu fil-qrati u dawn l-affarijiet kollha.", "Jista' jikkonferma dan li qiegħed jgħid bil-fatti, jekk jogħġbu?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan hu fatt. Intom m'aċċettajtuhx dak il-verdett.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, nerġa' niġbed l-attenzjoni biex wieħed ikun meqjus f'diskorsu.", "Għandna wkoll noqogħdu għall-prinċipji tal-liġi li għandna quddiemna, Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, u jien nerġa' nirriferi għal dik il-klawsola u nibqa' nsostni li ninsab preokkupat minħabba individwu bħal dan.", "Hemm bżonn noqogħdu attenti għal dak li nagħmlu.", "MR SPEAKER: Jekk tippermettili, hemm l-istadju ta' kumitat fejn wieħed jista' jitkellem dwar xi klawsola partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Issa qegħdin nitkellmu fuq il-priċinpji.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li nafhom ir-regolamenti, Mr Speaker.", "Fit-Tieni Qari għandi d-dritt nirriferi għall-klawsoli kollha, u għandi dritt nispjegahom, filwaqt li nuri l-preokkupazzjoni tiegħi fuq klawsoli partikolari.", "Għandi dritt ukoll nispjega każi li jistgħu jiġu influwenzati mill-klawsoli.", "Għandi dritt ukoll insib l-għajnuna u mhux it-tfixkil ta' l- iSpeaker!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mizzi, din ma naċċettahiex.", "(Interruzzjonijiet) Qiegħed niġbed l-attenzjoni tiegħek għall-fatt li fis- Second Reading wieħed irid jitkellem fuq il-prinċipju tal-liġi.", "Jekk wieħed irid jitkellem fuq il-klawsoli u jrid jagħmel emenda għal xi klawsola naturalment, hemm stadju ieħor li huwa l-istadju tal-kumitat biex jagħmel hekk.", "L-objects and reasons diġa' qrajthomlok u qed niġbidlek l-attenzjoni biex titkellem fuqhom.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, jien qed ngħid li l-prinċipju tal-liġi m'għandux jinbidel biex nipproteġu lil xi ħadd.", "Dan hu ċar biżżejjed.", "Pero' fit-Tieni Qari tista' titkellem fuq il-klawsoli, u naf x'jien ngħid.", "Iva, fis-Second Reading għandi dritt nitkellem fuq il-klawsoli wkoll.", "Naf ukoll li emenda għandi nagħmilha fl-istadju tal-kumitat u mhux fis-Second Reading.", "Naħseb li tgħallimt ċerti regolamenti kemm ili f'dan iI-parlament.", "Mr Speaker, l-iskop tiegħi hu li nfisser li l-poplu ma jistax ikollu fiduċja fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż meta jiġru każi bħal dawn.", "Ma nistgħux nibqgħu niddefendu individwu li għandu kwalitajiet tajba u kwalitajiet daqsxejn inqas tajba billi saħansitra anke fil-mezzi tax-xandir ...", "(Interruzzjonijiet) U żgur li jien għandi kwalitajiet tajbin u kwalitajiet inqas tajba....", "(Interruzzjonijiet) Mela le, imma tiegħi żgur li m'humiex bħal ta' Żeppi l-Ħafi!", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk tiegħek huma bħal ta' Żeppi l-Ħafi ma nafx!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien Żeppi Mizzi u mhux Żeppi l-Ħafi!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Mizzi u jindirizza lis-Sedja, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lili żgur li ħadd qatt ma tani amnestija għaliex ittraffikajt id-drogi, għax sraqt, għax sawwatt jew għax ipprovajt noqtol.", "Jien m'għandix minnhom dawk il-kwalitajiet.", "Jekk inti għandek dawk il- kwalitajiet tajba żommhom, imma jien m'għandix!", "Meta tibda tara li ċerti nies ta' fama kriminali bħal dak x'saħħa għandhom, tant li dejjem iġibuha żewġ, bilfors tkun preokkupat.", "Dan jappilka wkoll għall-abbozz li qegħdin niddiskutu.", "Issa nispera li ma ndumux intawlu żżejjed ħalli fejn irridu naslu, naslu bla dewmien biex issir ġustizzja ma' min għandha ssir.", "Barra minn hekk, ma ntawlux iżżejjed anqas għax jista' jgħaddi ż-żmien u mbagħad nipprovaw nirranġaw billi l- ħatjin sempliċiment jeħlu l-multa, u dawn l-affarijiet.", "Jista' jkun hemm nies oħra minn dawk is-sebgħa li semmejt li wkoll għandhom parantela ma' xi ħuta kbira.", "Jista' wkoll, per eżempju, ikun hemm min ikollu parentela ma' xi ħadd imdaħħal f'korpi li suppost qegħdin hemm biex iżommu l-ġustizzja allura jispiċċaw jeħilsuha ħafif qisu ma ġara xejn.", "Għalhekk qed ngħidhom hawnhekk dawn l-affarijiet.", "Għax il-poplu Malti u Għawdxi hu preokkupat dwarhom.", "Preokkupat, ngħidu aħna, dwar il-miraklu li l-ilma jsir whisky u l-miraklu ta' l-istainless steel.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Semmi l-frame-ups!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, dan m'għandu x'jaqsam xejn.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-frame-ups huma kienu jagħmluhom, biex iwaħħluhom fuqna, bħalma għamlu tal-Pupa.", "Dan kien inqabad jisraq, waqa' u pprovaw jagħmlu frame-up billi qalu li kienu ppruvaw joqtluh il-pulizija, iżda ma rnexxilhomx.", "U hemm file għal dawn l-affarijiet.", "Għedtilkom kemm-il darba biex toħorġuh dak il-file.", "(Interruzzjonijiet) Inkjesta indipendenti saret bin-nies li għażiltu intom.", "Ngħid lil kulħadd għaliex ma kien hemm xejn.", "Imma pprovajtu tagħmlu frame-up u ma rnexxilkomx.", "Intom professjonali għal daqshekk, biex dak li hu iswed tipprovaw tikkonvinċu li hu abjad u dak li huwa abjad tipprovaw iġġiegħlu lil ħaddieħor jemmen li hu iswed.", "Għal dan inneħħilkom il-kappell għax tassew tafu tingannaw lill- poplu.", "Nerġa' ngħid, intom kapaċissimi għal dawn l-affarijiet.", "Dan bħalma rnexxielkom tagħmlu fl-elezzjoni li għaddiet.", "Irnexxielkom iddawru kollox għall-iskopijiet ta' moħħkom.", "Ikkritikajtu ħafna l-affarijiet li għamel il- Partit Laburista biex meta mbagħad tlajtu fil-gvern għamiltu agħar minnu.", "Issa qegħdin tgħidu li dan qegħdin tagħmluh fl-interess tal-pajjiż.", "Dik hija s-sistema tagħkom.", "Sistema li bniedem kriminali b'xi seba' offiżi tgħidulu li għandu kwalitajiet tajba u kwalitajiet inqas tajba.", "(Interruzzjonijiet) Kapaċissimi biex bniedem li jkun imdaħħal f'każi bħal dawn iġġibuh qisu xi martri.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikkonkludejt, Onor. Mizzi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, ma kkonkludejtx.", "MR SPEAKER: Mela biex tkompli titkellem għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOE MIZZI: M'hawnx quorum, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "(Interruzzjonijiet) Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta kienet sospiża fit-8.10 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR.", "SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk ma hawnx aktar rimarki, il-Ministru jista' jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li din il-liġi ilna ħafna li bdejna niddiskutuha u illum qegħdin nagħlqu d-diskussjoni fuqha.", "Jiddispjaċini li kellna nagħlqu b'dan it-tip ta' diskors li għadna kif smajna.", "Dan kien diskors ippermjat fuq tbażwira nobis ta' kif jiġu miftiehma dawn l-emendi li qegħdin nagħmlu.", "Bażikament l-Onor.", "Mizzi għamel 40 minuta jkellimna fuq Żeppi l-Ħafi.", "Jidher li dik hija l-aġenda tiegħu u tal-magna tal-ħmieġ tal-Partit Laburista.", "Dawn jippruvaw idaħħlu l- affarijiet li l-aġenda tagħhom tiddettalhom fuq kwalunkwe suġġett li nitkellmu dwaru.", "Il-kelliem għamel dan bl-iskuża tal-klawsola 5 li għandna f'din il-liġi li se nispjega l-iskop tagħha.", "Mr. Speaker, meta ħafna drabi jkun hemm żbalji fid-dikjarazzjonijiet ta' kontenut.", "Dan jiġri kontinwament.", "Ħafna drabi wieħed ikun bagħat affarijiet li jew dak li jkun ma jkunx ordnahom, jew inkella jkun ordna inqas jew iktar, allura dan jiddikjara skond l-informazzjoni li jkollu bil- miktub.", "Ma ninsewx, Mr Speaker, li meta ssir dikjarazzjoni ta' x'ikun fih container, l-importatur ma jmurx jiċċekkja x'ikun fih u wara jagħmel id- dikjarazzjoni.", "Id-dikjarazzjoni ssir fuq l-ammonti li jiġu b'invoice, u żbalji, kif nafu, isiru kullimkien.", "S'issa l-liġi kienet tgħid li jekk ikun hemm xi żball fid-dikjarazzjoni, ikun xi jkun, l-affarijiet iridu jiġu konfiskati.", "Issa kulma qegħda tagħmel din l-emenda prattikament hu, li tpoġġi in vigore prassi, xi ħaġa li ilha s-snin issir jiġifieri li l- kontrollur tad-dwana jippermetti lill-importatur li jieħu l-affarijiet basta jħallas id-dazju fuqhom u jħallas ukoll multa talli sar l-iżball.", "U dan jagħmel ħafna sens.", "Skond il-liġi tad-dwana kif inhi llum meta jkun hemm dawn it-tipi ta' żbalji trid issir konfiska ta' l-affarijiet pero' qegħdin ngħidu wkoll li l-kontrollur fejn jidhirlu li hu żball ġenwin jista' ma jenforzax din il-konfiska.", "Aħna kulma qegħdin nagħmlu hu biss li niċċaraw l-affarijiet u minħabba f'hekk smajna dak id-diskors fl-opinjoni tiegħi vili mingħand l-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-Onor.", "Mizzi semma l-każ ta' meta l-ilma sar whisky.", "Iva, kien hemm każ fejn container whisky ġie rrapportat bħala ilma.", "Dan il-każ jinsab quddiem il-qorti.", "Issa s-Sur Mizzi ġie jakkużani li lil dan it-tali xi ħadd irranġalu biex ma jitteħdux proċeduri kontrieh.", "L-Onor.", "Mizzi qisu qal li xi ħadd mar jgħid li billi dan jiġi ħu l-ministru wieħed m'għandux jipproċedi kontrieh.", "Fil-fatt dan ma sarx.", "Bħallikieku jien xi darba, f'xi ħin b'xi mod, ippruvajt nintervjeni ħalli jew inwaqqaf il-proċeduri jew indewwimhom inkella nħaffifhom biex nagħmilhom eħfef mit-toqol tagħhom.", "Mr Speaker, jien minn dawn l-affarijiet la qatt għamilt u lanqas qatt nagħmel.", "Dwar dan il-każ, hu min hu involut, bħal f'każi l-oħra, jien ma nindaħal f'xejn.", "Fil-fatt jien qatt ma kellimt lil ħadd, la pulizija u la avukati tal-kuruna, lil ħadd biex dawn b'xi mod jieħdu xi direzzjoni li ma tkunx dik li jagħżlu huma fl-aħjar interess ta' l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, kien ikollhom kull dritt jakkużawni kemm hu kif ukoll il- magna tal-ħmieġ tal-Partit Laburista kieku jien għamilt bħalu u mort inqalleb fil-files tal-pulizija għal skopijiet differenti milli qal.", "Ara meta għedtlu llum ipprova jaqleb kollox u qal li mar iqalleb fil-każ ta' Żeppi l-Ħafi u ta' Richard Cachia Caruana għaliex kien irċieva xi ittra.", "Imma għalfejn mar iqalleb, bħalma ammetta li għamel ftit ġimgħat ilu qabel ir-recess f'dan il-parlament, f'dan il-file partikolari?", "Mhux għax ipprova juża dik l-informazzjoni kunfidenzjali għall-pulizija għal skopijiet politiċi?", "Hawn fejn dawk il-ħafna edituri ta' gazzetti, nies ta' opinjonijiet pubbliċi u nies li tant jippriedkaw id-demokrazija u d-dritt ta' l-individwu għandhom jieħdu l-affarijiet bis-serjeta'!", "Għandhom jieħdu l-affarijiet bis-serjeta' meta bniedem bħall-Onor.", "Mizzi jmur iqalleb fil- files tal-pulizija biex jara kif jista' jieħu gwadann politiku.", "Dan hu ħmieġ.", "U Alla jħares il-politiċi jkollhom il-fakulta' li jagħmlu dawn l- affarijiet.", "Għalkemm m'inix avukat pero' jien ngħid li l-Onor.", "Mizzi ma kienx qed jimxi skond il-liġi meta għamel dawn l-affarijiet, bħalma kien kodard dak il-pulizija li beża' minnu għaliex kien ministru u tah il-files meta mhux suppost tahomlu.", "Dan m'għandu jsir qatt, ikun xi jkun il-file.", "Alla jħares jien jew xi politiku ieħor fostna, ikun min ikun, ikollu għal xi ħadd u jmur joqgħod iqalleb fil-files tal-pulizija fuq dik il-persuna partikolari!", "Alla jħares ikollna l-prassi f'dan il-pajjiż li nħallu lill- politiku li jagħmilha tal-milord li jmur u mingħajr ma jimpurtah minn kwalunkwe etika jaqbad u jbagħbas f'dawn il-files bħalma għamel is-Sur Mizzi.", "L-aħħar darba qalilna li kien hemm jew ma kienx hemm il-karti nieqsa.", "Min jaf x'kien hemm?", "F'idejh kien il-file, kif għedtlu jien.", "Issa jien naf x'għamel fil-file?", "Xi ħadd jista' jgħid x'għamel fil-file la kien f'idejh?", "Sfortunatament, Mr Speaker, affarijiet serji bħal dawn f'Malta jittieħdu b'mod leġġer.", "Kieku qegħdin f'pajjiżi oħra, dawn l-affarijiet żgur jittieħdu b'serjeta' kbira għaliex din hija kwestjoni ta' abbuż mill- integrita' ta' l-individwi u taċ-ċittadini f'pajjiżna.", "Dan huwa l-abbuż tal-poter b'danakollu qisu ma sar xejn.", "L-istess bħal meta kellna l- ammissjoni tat-tbagħbis fl-elezzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Hemm ukoll qisu ma sar xejn!", "Mhux sewwa li affarijiet simili neħduhom b'mod leġġer, tant li ma nagħtux kashom u nibqgħu għaddejjin.", "Donnu li nagħtu kas biss meta f'pajjiżna jkollna lil xi appostlu tal-mibegħda u joqgħod jirrepeti u jirrepeti l-istess insinwazzjonijiet fuq in-nies biex bħallikieku jitwemmen f'dak li jgħid.", "Ħwejjeġ bħal dawn nieħdu bis- serjeta' f'pajjiżna.", "Bla ma noqgħod nagħmel priedki rrid ngħid li proprju f'każi bħal dawn għandna nagħmlu ħilitna biex nelevaw lil pajjiżna.", "Mr Speaker, hu ħażin ħafna li nagħmlu dawn it-tipi ta' insinwazzjonijiet u dawn it-tipi ta' statements sempliċement biex inħammġu lin-nies.", "Bħalissa qed niftakar f'dik il-famuża parliamentary question li kien għamilli l-Onor Brincat.", "L-Onor.", "Brincat kien allega li kien daħal container dikjarat bħala mimli ħaxix u fil-fatt kien mimli laħam taċ-ċanga ġej minn Franza.", "Irrid ngħid, li dwar dan qegħdin nagħmlu l- investigazzjonijiet kollha possibbli fid-dwana.", "Dawn huma l-abbużi li rridu naqtgħu.", "Huwa fl-interess ta' kulħadd li dawn l-abbużi ma jsirux.", "Naħseb li l-Onor.", "Brincat ma jissuspettax li hemm xi protezzjoni għal dawn in-nies minn xi ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid li ma jissuspettax.", "Jiġifieri m'inix qed ngħid u kien għalhekk jien tlabt lill-Onor Brincat jgħidli bil-miktub.", "L-Onor Brincat qiegħed jgħid li m'għandux iktar informazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien tlabt lill-Onor Brincat jagħtini l-informazzjoni kollha tal-każ ħalli min għamel dan l-abbuż jinqabad u jħallas ta' dak li għamel.", "Hekk isiru b'mod serju l-affarijiet.", "Mhux li nitkellmu biss fuq il-kuntrabandu imma anke fuq ħwejjeġ li jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tan-nies.", "Fil-fatt dwar dan il-kas inħoloq il-paniku fost il-poplu tagħna.", "Għalhekk jiena tlabt u nibqa' nitlob lill-Onor Brrincat biex jgħidilna eżattament x'ġara u x'ma ġarax.", "(Interruzzjoinijiet) Kollox sew.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor Michael Bonnici): L-Onor.", "Leo Brincat, bil- permess tal-Ministru.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fl-14 ta' Diċembru meta l-parlament kien in recess, kien hemm persuna li ġieli informatni fuq affarijiet oħra li m'għandhomx x'jaqsmu mad-dwana - u l-informazzjoni li tatni dejjem kienet korretta - u din tatni ċerta informazzjoni.", "Jien għamilt forma ta' mistoqsija fuq din l-informazzjoni, jiġifieri ma ħadtiex bħala stat ta' fatt. Nerġa' ngħid, li jien kulma għamilt kienet parliamentary question u xejn aktar.", "Kieku kien fatt kompjut jien kont noħroġ statement, kif nagħmel diversi drabi bħala kelliemi dwar il-finanzi.", "Jien qgħadt attent ħafna dwar dak li għamilt.", "Għalhekk għażilt mistoqsija parlamentari u mhux forma ta' statement.", "It-tieni nett kien hemm min qalli: Għaliex dan it-tagħrif m'għaddejtux lill-pulizija minflok għaddejtu lill-ministru?", "Jien ma ħassejtx li kelli nagħmel dan, qisni qiegħed nugża lill-ministru.", "Bħala membru parlamentari ħassejtni aktar fid-dmir li ngħaddi l-informazzjoni li kelli lill-ministru konċernat, tramite l-parlament innifsu, fejn għandi dmir naqdi l-funzjoni tiegħi biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.", "Fit-tweġiba parlamentari li tani l-ministru - u anke l-kontrollur tad- dwana - stedinni biex jekk għandi iktar informazzjoni ngħaddihielhom.", "Kieku kelli iktar tagħrif żgur li kont ngħaddih lilhom direttament għaliex jien inħoss li fuq oġġett delikat bħal dan, meta hemm fin-nofs is-saħħa tal- bniedem u mhux biss sempliċement affarijiet tad-dwana, bħal evażjoni ta' dazju jew affarijiet simili, naħseb li tkun irresponsabbilta' kbira jekk xi ħadd minna - jiġifieri jien f'dan il-każ - joqgħod jilagħab noli biex jieħu xi gwadann politiku.", "Għaldaqstant nerġa nikkonferma li kulma għamilt għamiltu bħala forma ta' mistoqsija fil-parliamentary questions u f'dan l- istadju m'għandix xi nżid.", "Jekk 'il quddiem nakkwista xi informazzjoni addizjonali jien ngħaddiha direttament lill-ministru konċernat ħalli jkun jista' jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu.", "L-unika ħaġa li nixtieq inkun naf hija għaliex il-parliamentary question ġiet tabled fl-14 Diċembru u ma resqitx hawnhekk qabel nhar it-Tnejn fid-9 ta' Jannar.", "Naf li dan mhux tort tal-ministru imma għaliex konna bir- recess, iżda naħseb li huwa fl-interess pubbliku li wieħed ikun jaf meta bdew l-investigazzjonijiet min-naħa tad-dwana. .", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, jien nista' ngħidlu issa stess li l- mistoqsija parlamentari waslet minn hawnhekk fid-dipartiment tad-dwana fl- ewwel ġimgħa ta' Jannar.", "Fl-14 ta' Diċembru naħseb li konna diġa' għalaqna mill-parlament.", "Barra dan, wieħed irid jirrealizza l-backlog kollu li għandhom l-uffiċjali ta' dan il-parlament biex ilaħħqu ma' l-affarijiet tagħhom.", "Nerġa' ngħid din waslet għandna fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar.", "Jien irrispondejtha dakinhar stess li ġiet għandi għall-approvazzjoni tiegħi.", "U biddiltha r-risposta jien.", "Dik ir-risposta ktibtha jiena, għaliex min-naħa ta' l-uffiċjali tad-dwana kienu qegħdin jgħidu li: \"M'għandna l-ebda inkling li ġraw dawn l-affarijiet\".", "Jien għedt li din hija ħaġa serja u allura mhux biżżejjed li tgħid li m'għandna l-ebda ħjiel li saru l-allegazzjonijiet imsemmija.", "Jien ħassejt li dik kienet ħaġa serja ħafna u minnufih tajt ordni biex jibdew isiru l- investigazzjonijiet.", "Għax importanti li wieħed jifhem li min mar jinforma lill-Onor.", "Brincat, almenu għandu b'dettall il-container partikolari li qiegħed jitkellem fuqu.", "Issa jekk jista' l-Onor.", "Brincat ....", "(Interruzzjonijiet) Insomma jiena nitlob lill-Onor, Brincat biex filwaqt li jżomm il-kunfidenzjalita' tas-sors tiegħu - jien ma jimpurtanix is-sors min hu u ma rridx inkun naf - pero' jipprova jindaga u jagħmilli pjaċir jgħaddili l-informazzjoni eżatta ta' x'inhuma l-fatti ħalli aħna nkunu nistgħu mmorru f'ras il-għajn u mhux bħalissa qegħdin nagħmlu scanning ta' dak kollu li daħal mid-dwana fl-aħħar erba' xhur, biex nippruvaw insibu x'jista' jkun ħażin u x'jista' jqanqlilna suspett.", "Bħalissa hemm ħafna użu ta' riżorsi biex nipprovaw nidentifikaw containers partikolari li jistgħu jkunu suspettati.", "Hemm containers, per eżempju, li kienu mkessħin sa ċertu livell, li mhux suppost kellhom dik il-kesħa skond il-kontenut li kellhom.", "Pero', morna niċċekkjaw fil-warehouse u veru kien hemm il-kontenut ta' l-affarijiet li kien hemm.", "Jiġifieri bħalissa għaddejjin minn dan l-eżerċizzju ta' investigazzjoni.", "Kieku l-Onor Brincat jgħaddilna almenu t-tagħrif li għandna bżonn marbut ma' l-informazzjoni li għandu, jgħinna ħafna fl-investigazzjoni tagħna.", "Jien għalhekk weġibtu kif weġibtu.", "Kulma qed ngħid lill-Onor Brincat hu biex jagħtini l-informazzjoni li għandu ħalli nkun nista' ninvestiga.", "M'inix qed ngħidlu li qed jgħid il- ħmerijiet, xejn minn dan.", "Kont proattiv kemm jista' jkun għaliex jinteressani li nikkontrollaw kemm nistgħu dawn l-affarijiet.", "B'hekk l- Onor. Brincat ikun qiegħed jagħti servizz lil pajjiżna.", "Lanqas jinteressani, kif diġa' għedtlu, min għaddielu din l-informazzjoni.", "Il- kunfidenzjalita' tas-sors tiegħu jista' jżommha pero' almenu jagħtini indikazzjoni speċifika - jekk għandu - ta' meta, per eżempju, daħlu dawn il- containers.", "Min tah l-informazzjoni għandu xi ħaġa konkreta fuqiex ibbaża l- allegazzjoni tiegħu.", "Jista' jgħaddilna din l-informazzjoni konkreta jekk jistaqsih?", "M'inix nistenna li dan għandu jagħmlu llum, imma jista' jistaqsi lil min tah l-informazzjoni konkreta il-permess biex jgħaddihielna ħalli aħna nkunu nistgħu ninvestigaw b'aktar attivita' u neħilsu minn din il- biċċa xogħol?", "Dan hu kulma qiegħed nitolbu jagħmel jiena.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, jien diġa' għamiltha ċara li kull informazzjoni li kelli għamiltha fil-parliamentary question innifisha.", "U diġa' għamilt statement f'din il-Kamra li jekk ikolli informazzjoni addizjonali, ngħaddiha fejn għandi ngħaddiha.", "Nerġa' ngħid li m'hijiex l- intenzjoni tiegħi li nipprova nilgħab xi noli politiku f'dan ir-rigward, iżjed u iżjed meta naf li dan huwa suġġett li mhux marbut biss forsi ma' evażjoni ta' xi dazju, imma qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li tolqot direttament is-saħħa tal-bniedem.", "Irrid nagħmilha ċara li l-partit ma kellu x'jaqsam xejn ma' dan, fil-fatt jien hawn nerfa' ir-responsabbilta' sħiħa.", "Jiena ċert, li f'każ bħal dan ebda partit politiku would stoop so low biex jagħmel xi gwadann politiku.", "Għalhekk nerġa' nsostni li jekk jirriżultali li mis-sorsi tiegħi jkolli informazzjoni addizjonali, iva, ngħaddiha fejn għandi ngħaddiha.", "Wieħed jifhem li jien ma nistax nisforza l-id ta' ħaddieħor.", "Min-naħa l-oħra ma rridx li niġi li qisu l-onus min-naħa tal-gvern se jintefa' kompletament fuqi wara li jien għamilt qisu tipping-off bħallikieku l-investigazzjoni trid issir min-naħa tiegħi.", "Jien nista' nipprova nikseb informazzjoni addizjonali imma bid- diffikultajiet kollha li jista' jkun hemm min-naħa tad-dwana - mhux diffikultajiet ta' ndħil politiku biex ħadd ma jifhimni ħażin - biex isiru l-investigazzjonijiet, dawn iridu jsiru min-naħa tagħha.", "M'għandniex niġu f'pożizzjoni li l-onus of responsibility ta' l-investigation tintefa' fuqi sempliċement għax għamilt query parlamentari.", "Nerġa' ngħid li jiena għamilt query u mhux statement parlamentari.", "Dan ifisser li rridu nkunu ċari anke dwar il-kronoloġija ta' l-affarijiet kif żvolġew u kif se jiżvolġu.", "Jiena naħseb li l-isfortuna marbuta ma' dan kollu hi r-recess tal- parlament.", "Dan ħadem kontra t-time factor.", "Fil-fatt issa, bir-rispett kollu ngħid li l-għasfur seta' faċilment tar għaliex jekk kien hemm abbuż ma naħsibx li dan se jirriżulta mid- documentation, speċjalment jekk kien hemm abbuż fid-documentation innifisha, għalkemm ma nafx kif jaħdmu sew dawn l-affarijiet, peress li aħna qatt ma għamilna dawn it-tipi ta' abbużi.", "Ma naħsibx li jekk ikun hemm xi ħadd li jagħmel dan it-tip ta' abbuż qabel l-14 ta' Diċembru, he is going to sit on the merchandise proprju sal-lum, 15 ta' Jannar, xahar u ġurnata wara.", "Jekk nipprova naħseb b'moħħ kriminali, li m'għandix, naħseb li kieku nipprova niddisponi mill-oġġett immedjatament u mhux inħalli xahar u ġimgħa jgħaddu.", "Mela jekk marru biex jagħmlu investigazzjonijiet f'xi stores u f'xi postijiet oħra, jekk effettivament sar hekk, ma nafx illum, xahar u ġimgħa wara, kemm jista' jirriżulta li wieħed jasal biex jikkonkludi l-affarijiet kif tabilħaqq saru.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment, jien m'inix ngħid li l-onus ta' l- investigazzjoni qed ngħabbiha lill-Onor.", "Brincat.", "Kulma qed ngħidlu huwa li jekk hemm bażi fuq xiex saru dawk l-allegazzjonijiet jgħidilna x'inhi, b'mod kunfidenzjali u jiena nżomm din il-kunfidenzjalita'.", "Jiġi jgħidha lili, jekk hemm bżonn b'mod kunfidenzjali u jien ngħaddiha lid-dwana ħalli jkunu jistgħu jinvestigaw b'mod aktar effiċjenti.", "Barra minn hekk huwa importanti li nkunu ttippjati dwar dawn l-affarijiet għall-futur.", "L- interess tagħna huwa li kemm jista' jkun dawn l-affarijiet ma jsirux.", "U anke l-emendi li qegħdin nagħmlu issa - biex ngħaddi l-ftit tal-ħin li baqa' fuq dawn l-affarijiet ukoll - dawn qegħdin ngħadduhom bil-għan li l- organizzazzjoni tad-dwana tkun tista' ssir ħafna aktar effiċjenti milli hi.", "Mr Speaker, fid-dwana għandna bżonn inkunu aktar effiċjenti.", "Jiena konxju li fid-dwana m'aħniex perfetti, anzi naħseb li hemm ħafna xogħol xi rridu nagħmlu, hemm ħafna iktar kontrolli li jridu jsiru, hemm ħafna sistemi oħra li rridu nibdew indaħħlu u jekk il-Bambin irid naħseb li dalwaqt inkunu f'pożizzjoni li nibdew indaħħlu kontrolli li s'issa ma kellniex.", "Xi ġimgħat ilu, jekk m'inix sejjer żball, l-Onor.", "Brincat kien ikkritikana li fis-settur ta' l-iskwadra kontra d-drogi konna għamilna ħafna trasferimenti.", "Jien għandi nota li turi iswed fuq l-abjad li kienu ġew trasferiti biss tlieta min-nies mill-kompliment ta' 45.", "Jekk hemm xi ħaġa li dejjem jien ninsisti u nibqa' ninsisti dwarha mal-kontrollur tad- dwana hija l-bżonn li jkun hemm rotazzjoni tan-nies f'funzjonijiet fiduċjarji ta' dan it-tip.", "Hemm bżonn li f'dawn it-tipi ta' funzjonijiet ma jkollniex min irabbi l-egħruq, imma għandna bżonn li b'mod ordinat u organizzat minn żmien għal żmien isir it-taqlib tan-nies.", "Ma jistax ikun li d-dipartiment jiġi kkritikat għaliex qed ibiddel in-nies minn funzjoni għal oħra.", "Mr Speaker, akkużawna li ma nagħtux training pero' t-taħriġ isir u se jkompli jsir.", "Dan it-taħriġ isir fuq bażi kontinwa fid-dipartiment tad- dwana, dwar proċeduri moderni li qegħdin jidħlu bħal risk assessment u kontrolli fuq ngħidu aħna l-intellectual property u kif jistgħu jindunaw li affarijiet li qegħdin jiġu impurtati jistgħu ma jkunux oriġinali imma jkunu kkuppjati.", "Isir ħafna training ukoll dwar is-sistema ta' volutazzjoni u kellna esperti mill-world customs organization u mid-WTO li ħadmu man-nies tad-dwana tagħna ħalli jħarrġuhom.", "Dan biex ma nsemmix aspetti diversi dwar kif għandu jsir l-invoicing kontra commercial fraud.", "Irrid ngħid li titħarreġ kemm titħarreġ donnu li qatt m'hu biżżejjed.", "Id- dwana hija l-għassies tal-bieb ta' pajjiżna.", "Jekk dan ikun mgħasses bin- nies li ħafna drabi jkollhom a fresh look lejn l-affarijiet li jkunu qegħdin jiġu impurtati u lejn il-proċeduri li jridu jħaddnu, allura nimxu 'l quddiem.", "Irridu noqogħdu attenti iżda, li f'dan il-pajjiż żgħir tagħna, ma jkunx hemm ċerti ħbiberiji, għax dawn jistgħu jkunu perikolużi ħafna.", "Mr Speaker, mhux se ntawwal bil-winding-up ta' din il-liġi imma ngħid biss li din il-liġi għandha bżonn ta' din ir-riforma u naħseb li hija xi ħaġa li jaqbel fuqha kulħadd.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn l-emendi qegħdin streamlining tajjeb dak li qed isir fid-dwana.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza tad-Dwana\" Kap. 37 ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza tad-Dwana\" Kap. 37 jiġi riferut għall-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOANS BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jawtorizza li somma ta' mhux iżjed minn mitt miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa akbar mid-dħul fil- Fond Konsolidat matul is-snin 1999 u 2000 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-sena 2001\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal- Kamra tad-Deputati.", "18 ta' Diċembru 2000.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, fl-aħħar tas-sena għaddejna minn dibattitu dwar il-budget f'pajjiżna fejn stajna naraw li matul din is-sena rnexxielna nrażżnu l-iżbilanċ ta' pajjiżna għal livell anqas minn dak li konna qegħdin nimmiraw għalih.", "Għalkemm konna qegħdin naħsbu li kellna nispiċċaw is-sena bi żbilanċ ta' Lm109 miljun, fil-fatt spiċċajniha bi żbilanċ ta' Lm95 miljun.", "Mhux biss, imma qegħdin nipproġettaw li s-sena d-dieħla se nispiċċaw bi żbilanċ ta' Lm85 miljun.", "Bħalma soltu jsir, kif sar ħafna drabi matul is-snin li għaddew, dan l- iżbilanċ irid jiġi finanzjat; u hemm mod differenti biex nagħmlu dan.", "Tiffinanzjah, per eżempju, bil-bejgħ ta' assi tal-gvern.", "Hawn, kif kulħadd jaf, għalkemm konna pproġettajna li nbiegħu ċerti assi tal-gvern matul is-sena li għaddiet, minħabba problemi li nqalgħu l-iktar fil- privatizzazzjoni tal-freeport, il-bejgħ ta' dawn l-assi ma ġiex konkluż u allura ma daħlux il-flus fil-cash flow tal-gvern biex ikun jista' jagħmel tajjeb għal dan l-iżbilanċ.", "L-iżbilanċ tagħmel tajjeb għalih ukoll billi tissellef fuq ix-short term billi toħroġ treasury bills.", "Matul is-sena li għaddiet il-gvern uża dan l-istrument tat-treasury bills biex jiffinanzja l- operat tiegħu.", "Pero' issa qegħdin niġu quddiem dan il-parlament kif niġu s- soltu biex dan l-istess parlament jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu ħalli l- gvern ikun jista' jissellef sa Lm100 miljun permezz ta' ħruġ ta' stocks tal- gvern.", "M'aħniex ngħidu tassattivament li se nisselfu Lm100 miljun imma din hija faċilita' li nitolbu lill-parlament biex jekk ikun meħtieġ jagħti l- awtorita' lill-gvern biex skond il-bżonn tal-cash flow tiegħu ikun jista' jagħmel dan is-self.", "Nerġa' ngħid, m'aħniex se nisselfu daqshekk.", "Qed ngħid hekk, Mr Speaker, għaliex kif għedna fil-pubbliku, għal din is- sena għandna pjan aggressiv ta' privatizzazzjoni għal pajjiżna, li jekk jirnexxielna nwettquh - kif fl-opinjoni tiegħi għandna nwettquh - jista' jkun li ma jkollniex bżonn nisselfu dan l-ammont kollu li qegħdin nitolbu.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-budget ġie ppreżentat, ġie approvat minn dan il- parlament wara li saru d-diskussjonijiet kollha fuqu mill-aspetti kollha li wieħed seta' jarah mid-dipartimenti u mill-ministeri kollha.", "Konsegwenzjali tal-budget huwa l-finanzjament tad-deficit li jirriżulta u għalhekk qegħdin ngħidu li l-gvern għandu bżonn dan il-permess biex jissellef.", "Jien m'inix se ntawwal iktar.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li din hija liġi konsegwenzjali għall-budget li għamilna u għandha tittieħed bħala tali.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien segwejt b'attenzjoni l- introduzzjoni pjuttost telegrafika li għamel il-ministru biss naħseb li ma nistgħux ma nħarsux lejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna anke f'kuntest politiku.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex bil-modestja kollha nħoss li l-liġi li għandna quddiemna llum hija l-pern ta' ċerta inkonsistenza min-naħa ta' l-amministrazzjoni preżenti.", "Sa inqas minn sena ilu l-gvern kien qed jgħid li fis-sena li ntemmet ġimgħatejn ilu, is- sena 2000, ma kienx beħsiebu joħroġ stocks ġodda, ma kienx beħsiebu jissellef għat-tul ħlief biex jagħmel rolling-over ta' dawk li jimmaturaw.", "Hawn ta' min jara x'kienet il-konsegwenza netta ta' dan kollu.", "Il-gvern straħ fuq it-treasury bills b'mod sostanzjali għaliex ikkonsla lilu nnifsu li l-piż ta' l-imgħaxijiet tagħhom kien se jkun iċken milli kieku ssellef għat-tul.", "Iżda tajjeb ngħidu, kif u b'kemm straħ fuq it-treasury bills.", "Biżżejjed wieħed isemmi li fl-1998 il-livell ta' self ta' treasury bills kien ta' Lm66 miljun, bejn Jannar u Novembru tas-sena li għaddiet dan is- self permezz ta' treasury bills tela' għal Lm159 miljun.", "Imma mbagħad hemm l-aspett tad-dejn innifsu.", "Dan qed insemmih għaliex fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista hemm imniżżel li dawn m'humiex se jisselfu aktar, jew li jissellfu mill-inqas, għaliex effettivament id-dejn se jċekknuh u jrażnuh.", "Għalhekk huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi li għandna quddiemna llum, huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi li qegħdin iwasslu lill-gvern jitlob il-Kamra tad-Deputati biex ikun jista' jissellef sa massimu ta' Lm100 miljun, ċertament dan juri ċerta inkonsistenza politika.", "Iżjed u iżjed meta wieħed jara anke l-kuntest tad-dejn innifsu fiex jinsab illum.", "Jekk nagħmlu paragun bejn id-dejn fl-1997 u fl-aħħar tas-sena li għaddiet - f'Novembru - wieħed isib li dan effettivament kiber b'34.4%, għaliex minn Lm679 miljun fl-1997 tela' għal aktar minn Lm900 miljun.", "L-aħħar figura - jekk m'inix sejjer żball - hija ta' Lm913 miljun.", "Inkwetanti huwa l-fatt li anke l-piż tad-dejn innifsu żdied bi 8.8% fuq is-sena ta' qabel.", "Dan ifisser li f'sena waħda biss kellna żieda sostanzjali ta' 73.6%.", "Niddejjaq noqgħod nagħti ħafna figuri għaliex il-figuri kultant iħawdu l- imħuħ imma naħseb li ma tistax tispjega l-andament ta' dawn l-affarijiet mingħajr ma tikkwota ċ-ċifri u l-figuri.", "Iżda jien nippreokkupa ruħi l- aktar meta waqt li nħares lejn il-qagħda finanzjarja preżenti nara l-famuża gap qiegħda dejjem tikber.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "X'joħroġ ċar jekk wieħed jagħmel ċerti kalkoli u mhux jaċċetta biss il-figuri ppubblikati mill-gvern at face value?", "Ħalli nispjega ruħi daqsxejn aħjar.", "Mela fis-sena 1999 il-gvern qal li kellu Lm533 miljun dħul ordinarju.", "Issa jekk innaqqsu minnu s-Lm37 miljun li daħħal dakinhar mill-bejgħ ta' l- ishma dan iġibna għal Lm496.", "Jiġifieri, jekk aħna minn Lm533 innaqqsu Lm37 miljun tal-privatisation li l-gvern daħħal dakinhar, iġibna għal bilanċ ta' Lm496 miljun.", "Jekk imbagħad innaqqsu minn dan il-Lm465 miljun bħala spiża rikorrenti li l-gvern kellu f'dik is-sena, insibu li l-gap effettivament kienet ta' Lm31 miljun.", "Jekk niġu imma għall-ewwel 11-il xahar tas-sena 2000, jiġifieri s-sena li għadha kif intemmet, hemmhekk insibu dawn il-figuri.", "Importanti li dawn wieħed iżommhom f'moħħu.", "Insibu, per eżempju, li d-dħul ordinarju s-sena li għaddiet kien ta' Lm549 miljun.", "Jekk innaqqsu minnu kulma daħħal il-gvern f'bejgħ ta' ishma, u l-ftit leftovers minn tas-sena ta' qabel tal-bank kummerċjali li kien inbiegħ, u nnaqqsu minnu Lm12-il miljun, allura naraw li nibqgħu b'Lm537 miljun.", "Jekk imbagħad innaqqsu minn din il-figura l-ispiża rikorrenti ta' Lm492 miljun niġu b'gap ta' Lm45 miljun.", "Jiġifieri l-gap ta' Lm31 miljun li kien jeżisti fl-1999 issa kibret u telgħet għal Lm45 miljun.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni mhux veru qiegħda tirranġa f'termini effettivi għax wieħed isib li l-gap attwali qiegħda tikber u mhux tiċkien.", "Għandna wkoll bosta indikaturi li jinkwetawna.", "Fil-budget, per eżempju, il-ministru kien qalilna li m'hemmx problemi ta' riżervi.", "Issa joħorġu l-iktar figuri reċenti tal-Bank Ċentrali u x'insibu?", "Insibu li r-riżervi barranin f'sena, bejn Novembru 1999 u s-sena 2000 naqsu b'10.5%.", "Meta ngħidu li r-riżervi naqsu b'10.5% tajjeb nikkwantifikaw kemm hija l-figura ħalli l-poplu jkun jaf fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Mhux qegħdin nitkellmu fuq Lm5 miljuni jew Lm10 miljun hawnhekk, imma qegħdin ngħidu li r-riżervi naqsu b'Lm77.7 miljun f'temp ta' sena waħda biss.", "Inkonsistenza oħra hija l-pjan tal-gvern dwar il-privatizzazzjoni.", "Naħseb jekk hemm pjan tal-gvern li sar suf dan huwa l-pjan tal- privatizzazzjoni kif evolva ruħu tul is-sena 2000.", "Qed ngħid hekk għax skond diversi dikjarazzjonijiet li saru min-naħa tal-gvern, is-sena 2000 kellha tkun is-sena tal-privatizzazzjoni meta fil-fatt ma ġie pprivatizzat xejn u l-gvern ma daħħal xejn li tista' tgħidlu ġdid minn dan is-sors.", "Mela hawnhekk qegħdin naraw li l-gap kibret, ir-riżervi naqsu u l- privatisation plan marret haywire.", "Qegħdin naraw diversi fatturi li juru li l-affarijiet marru żmerċ.", "La għadna fuq il-privatizzazjoni tajjeb li wieħed jgħid li tant għadna lura - u dan skond il-pjani tal-gvern tal-ġurnata kif iddikjarati fil- budget ta' qabel dan u anke matul is-sena finanzjarja li ntemmet ftit ilu - li l-gvern saħansitra kellu jerġa' jagħmel sejħa għall-konsulenti, għad- ditti interessati biex jgħinu fil-privatisation.", "Dan għamlu għax fi kliemu stess, kien għadda ħafna żmien minn mindu saret l-ewwel sejħa...(Interruzzjonijiet) Dażgur, ovvjament ikun hemm xi ilsna ħżiena li jgħidu li din għamluha biex iwessgħuha iżjed ħalli forsi jagħtu ċans lil xi ħadd li ma kienx applika oriġinarjament imma li xtaq japplika, imma l-fatt huwa li anke l-gvern stess b'din is-sejħa mill-ġdid wera li tant kien waqa' lura, li kellu jerġa' jagħmel sejħa oħra għax għal dik oriġinali t- tweġiba kważi kważi skadiet daqskemm għadda żmien minn mindu saret.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-income tax, b'sitwazzjoni fejn mhux biss qed ikollna ruxxmata taxxi fuq il-poplu, imma fejn il-gvern qiegħed jipprova jqaxxar ħajjin lil ċerti nies meta mbagħad insibu li hu għandu jagħti Lm1.63 miljun lis-self employed, Lm6.08 miljun il-kumpanniji mingħajr ma nispeċifika f'liema settur, u Lm5 miljuni jew iktar lill- ħaddiema bil-paga.", "Dan qed ngħidu mhux biex niġġustifika jew ngħid jew nimplika li l-gvern m'għandux jiġbor it-taxxa dovuta, far from it, anzi l- kritika tagħna hija, kif nuri iktar 'il quddiem, li minkejja l-exaltations li jsiru min-naħa tal-gvern, minkejja ċerti statements li saru f'dawn l- aħħar snin, għal dak li huwa tax compliance xorta għadna 'l bogħod minkejja li għandna t-tax compliance unit li suppost hi alive and kicking.", "Jibqa' l- fatt li għandna pajjiż ironiku fejn min-naħa għandek l-evażjoni tat-taxxa għadha lampanti u min-naħa l-oħra għandek tassazzjoni qawwija ħafna fuq dawk li qegħdin jimxu mal-liġi.", "Għandna gvern li żied il-piż tat-taxxi b'Lm120 miljun fl-ewwel tliet budgets tiegħu - biex ma nsemmix ukoll id- diversi taxxi li daħħal bejn budget u ieħor – u dan meta skond il-manifesti tiegħu, il-Partit Nazzjonalsita fil-gvern effettivament kellu jnaqqas il- piż tat-taxxi u mhux iżidhom.", "Jekk wieħed jifli, per eżempju, l-manifest elettorali ta' l-elezzjoni ta' l-1996 tal-Partit Nazzjonalista, meta rebaħ il-Partit Laburista, isib li dakinhar kienu saħansitra wegħdu mhux li ma jagħmlux taxxi ġodda, imma li jbaxxu l-income tax mill-ġdid għall-ħaddiem iż-żgħir minkejja l-piż u l- kobor tal-ħofra finanzjarja li kienu wikkewna biha.", "Kulħadd jaf li l-1996 kienet il-colmo ta' dan il-piż tal-ħofra finanzjarja, u minkejja dan kollu kienu wiegħdu fil-programmi elettorali tagħhom li jekk iċ-ċirkostanzi jippermettu, jbaxxu l-income tax mill-ġdid għall-ħaddiema ż-żgħar.", "Meta wieħed jgħodd dan kollu ...", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Brincat ikolli nwaqqfek għax sar il- ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "TONY ABELA (Chairman tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nixtieq nirrapporta dwar il- progress li għamilna fl-istadju tal-Kumitat b'diversi emendi fl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwalita' tal-Prodotti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l- aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 16 ta' Jannar 2001, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari:", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien m'inix tip ta' persuna li s- soltu noqgħod inħabbel moħħi dwar xi jħarbxu l-gazzetti.", "Ħafna drabi jien neħodhom with a pinch of salt għax nifhem li jkunu jimlew ċertu spazju fil- gazzetta u jibdew jaraw x'jivvintaw.", "Biss ma stajtx ma nagħtix kas artiklu li deher il-bieraħ li l-ebda persuna ma ħadet ir-responsabbilta' tiegħu, fejn qed jiġi nsinwat li jien għedt ċerti affarijiet f'dan il-parlament meta jien ma għidthomx.", "Ma kellix il-ħsieb li noqgħod ninħela u noqgħod niġi hawnhekk u nressaq ksur ta' privileġġ.", "Jien ħafna drabi ċerti bużullotti ma noqgħodx nagħti kashom daqshekk bis-serjeta', imma dan kien kumment li ma stajtx inħallih għaddej għax fih hemm insinwazzjoni li hija 'l bogħod mill-verita'.", "U qed ngħid 'il bogħod mill-verita' minħabba l- etika parlamentari biex ma ngħidx gideb.", "F'dan il-ġurnal hemm miktub li jien għedt li l-gvern Nazzjonalista introduċa - u hawnhekk hawn quote - \"ħlas għal servizzi tas-saħħa tal- gvern\".", "Dan l-artiklu ta l-impressjoni li kulmin se jiġi bżonn ċerti servizzi mill-isptar se jibda jħallas għalihom.", "Qal ukoll, b'riferenza għalija naturalment, li: Tkellem ukoll f'dan is-sens fl-aġġornament tal- parlament.", "Jekk infittxu daqsxejn ir-records naraw kemm dan l-artiklu huwa żbaljat, kemm dan l-artiklu huwa malinn u kemm dan l-artiklu ma jagħmilx ġieħ la lil min kitbu u lanqas lil min ħallieh jiġi ppubblikat.", "Meta inti tippubblika xi ħaġa li m'hijiex vera, allura tasal sal-punt li wieħed iqis u jikkalkula lil dawn il-persuni talli huma.", "Irrid nagħmilha ċara, Mr Speaker, li dawn jafu li m'hijiex vera.", "Dan huwa ġurnaliżmu li wieħed lanqas jibqa' jagħti kasu għaliex jista' jgħidlu ġurnaliżmu tal-ħabbagozz.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex jekk wieħed jara jien x'għedt f'dan il-parlament fl-aġġornament tal-ġimgħa li għaddiet, isib li jiena elenkajt b'mod ċar għal xiex kienu qegħdin jirriferu r- regolamenti li jistgħu jiġu esegwiti bis-saħħa ta' l-Ordinanza dwar id- Drittijiet, ir-regolamenti msejħin ta' l-2001 dwar servizzi mediċi mogħtija mit-taqsima tas-saħħa okkupazzjonali.", "Jien anzi mort oltre minn hekk fl- aġġornament ta' dan il-parlament billi kelli ċ-ċans ukoll nidħol f'ċerti dettalji dwar it-taqsima tas-saħħa okkupazzjonali u dwar x'tagħmel u x'ma tagħmilx.", "Waħda mill-affarijiet li nnotajt ukoll matul il-ġimgħa hija li \"in- nazzjon\" ppruvaw jagħtu wkoll l-istess impressjoni.", "Għalfejn ippruvaw jagħtu l-istess impressjoni?", "Għax il-verita' tweġġa' u jidher li l- orkestrazzjoni mill-ministeru tas-saħħa, l-orkestrazzjoni anke fuq il-media Nazzjonalista, kif ukoll anke mill-ġurnali Nazzjonalisti kienet immexxija b'tali mod li tipprova tiskredita l-persuna u mhux tiskredita l-fatt.", "Issa l-persuna m'għandhomx għalfejn jiskreditawha u l-fatt lanqas għandhom għalfejn jiddiskreditawh lanqas.", "Għaliex?", "Għaliex il-fatti jibqgħu fatti.", "Jien se nerġa' nagħmilha hawnhekk ukoll biex anke fil-parlament inkun għamiltha.", "Għamiltha fuq ir-radju, għamiltha fi stqarrija li ħriġt nhar il-Ġimgħa, fejn sfidajt l-editur ta' \"in-nazzjon\" li jġib l-istqarrijiet tiegħi kelma b'kelma ħalli b'hekk inkunu nistgħu naraw jekk verament hemmx fl-istqarrijiet li għamilt jien li dejjem kont qiegħed nirriferi għat- taqsima tas-saħħa okkupazzjonali.", "Tajjeb li ngħid li ovvjament l-istqarrijiet tiegħi kelma b'kelma ma ġabuhomx.", "Tajthom tlett ijiem ċans.", "Waħda mill-isfidi għamiltha l-Hamis filgħaxija u kien hemm ċans il-Ġimgħa, kien hemm is-Sibt, il-Ħadd u kien hemm it-Tnejn.", "L-isfida li għamilt kienet biex l-istqarrijiet tiegħi jġibuhom kelma b'kelma ħalli l-qarrejja fidili ta' \"in-nazzjon\" ikollhom ċans jaraw min qed jgħid il-verita', jekk hux min qiegħed iħarbex dawn l- artikli u mhux qed juri ismu - u nista' nimmaġina min hu - u dak li fil- fatt għedt jien.", "Ovvjament m'għandix dubju - u ħadd m'għandu jkollu dubju - li ma jazzardawx iġibu l-istqarrijiet tiegħi kelma b'kelma għaliex allura jkun jidher b'mod ċar min hu l-malinn u min jasal biex jigdeb fuq persuna basta l-froġa li tkun saret ma tingħatax aktar importanza.", "Jien nista' nagħmilha ċara li t-tmiem politiku tiegħi jasal meta jien immut għaliex affarijiet bħal dawn iktar ikomplu jsaħħuni u iktar nikkonsolida l- pożizzjoni tiegħi li nibqa' naħdem fi ħdan il-Partit Laburista.", "Jiena nkompli nsostni l-verita' għaliex ovvjament il-giddieb huwa għomru qasir.", "Issa ejjew nerġgħu naraw daqsxejn il-fatti, Sur President.", "Ir-regolamenti ta' l-2001 dwar servizzi mediċi mogħtija mit-taqsima tas- saħħa okkupazzjonali jikxfu beraħ il-ħrafa li smajna xi seba' ġimgħat jew tmien ġimgħat ilu f'dan il-parlament li fil-fatt il-budget li tressaq għal din is-sena kien wieħed li ma fihx taxxi.", "Issa ta' min jgħid li jekk wieħed jaqra x'inhu jingħad isib li d-dipartiment u l-ministeru tas-saħħa kkonfermaw għal aktar minn darba li din hija taxxa ġdida.", "Issa huwa immaterjali jekk hijiex taxxa biex tagħmel il-qligħ, jekk hijiex taxxa biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż jew jekk hijiex taxxa biex tirkupra biss parti mill-ispejjeż.", "Il-fatt jibqa' li din hija taxxa.", "Mela dak hu l-ewwel fatt sagrosant.", "Issa biex niċċaraw punt ieħor, fl-ebda parti tar-regolamenti m'hemm imniżżel dwar ta' min hi r-responsabbilta' li jħallas id-drittijiet mitluba skond ir-regolamenti u se nagħti eżempju.", "Supermarket partikolari qed jibgħat lil min japplika biex jidħol jaħdem miegħu, inkluż dawk part-time, u jitlobhom ċertifikat mingħand it-tabib privat tagħhom.", "Mhux is- supermarket iħallas għall-pre-employment certificate, imma jitħallas minn dak li jkun qed jaspira li jidħol għax-xogħol.", "M'hemm xejn f'dawn ir- regolamenti li jobbliga lill-employer li jħallas hu f'każ li jitlob dan iċ- ċertifikat.", "M'hemm xejn li jikkontrolla.", "Daqskemm f'dawn ir-regolamenti m'għandekx x'jikkontrolla li dipartimenti tal-gvern ma jħallsux.", "Nisfida - u din sfida oħra - lill-ministru tas-saħħa biex jgħid fejn f'dawn ir- regolamenti hemm imniżżel iswed fuq l-abjad li d-dipartimenti tal-gvern ma jħallsux.", "M'hemm imkien.", "Hawn hu l-qerq.", "Il-qerq jiġi wkoll li allura nippruvaw indaħħlu f'moħħ in-nies li se jibda jħallas min jimpjega, Mr Speaker, issa se nispjega daqsxejn din ta' min jimpjega, apparti li ma tidher imkien.", "Waħda mill-affarijiet li min jimpjega jagħmel huwa li ħafna drabi jara l- ispejjeż ta' matul is-sena u allura jekk jintbagħtu xi ħaddiema f'din it- taqsima jdaħħalhom bħala parti mill-ispejjeż.", "Imbagħad jara li l-profitti ma jkunux inqas mis-sena ta' qabel - jekk jista' jkun ikunu daqsxejn iktar - u jaħdem fuq dawn il-figuri biex joħroġ il-prezz tal-prodott tiegħu.", "Mela l-ispiża li se jkun qed jagħmel biex dawn il-ħaddiema jintbagħtu f'din it-taqsima tas-saħħa okkupazzjonali ħalli jingħataw servizz mediku se jgħaddiha fuq il-konsumatur.", "Żgur li m'hawn ħadd miġnun li se joqgħod jerfa' l-piż hu, u nafuha din.", "Inkunu boloh jekk nippruvaw ningannaw lil dak li jkun billi nippruvaw nuru xi stampa differenti.", "Kulħadd jaħdem għall-qliegħ u jekk jista' jkun il-qliegħ ta' din is-sena jkun aktar minn tas-sena li għaddiet, u allura dawn żgur li mhux se jerfgħu l-ispejjeż.", "Mr. Speaker, agħar minn hekk il-ħaddiem iħallas wieħed minn kull għaxra tal-bolla u wieħed minn kull għaxra tal-paga bħala kontribuzzjonijiet għas- sigurta' soċjali.", "Anke l-employer iħallas wieħed minn kull għaxra f'kontribuzzjonijiet għas-sigurta' soċjali f'isem l-impjegat li jkollu miegħu.", "Nafu wkoll li d-dħul li jkun hemm mill-kontribuzzjonijiet li jkunu ttieħdu lill-ħaddiema, lil min jimpjega u lill-gvern - jiġi topped up anke mill-Kaxxa ta' Malta, li jfisser li allura jkunu flus li jkunu ttieħdu mingħand kulħadd b'taxxi diretti u anke indiretti - jintuża għas-servizzi soċjali li jingħataw fil-pajjiż u li joħorġu mill-fond tas-sigurta' soċjali.", "Huwa l-fond li għandu x'jaqsam mal-benefiċċji soċjali kollha li jieħdu l-ħaddiema, il-pensjonanti, ir-romol, it-tfal - dawk li jieħdu ċ- children allowance għaliex illum ħolqu bgħula oħra li ma jeħduhomx - u anke l-anzjani.", "Dan joħroġ kollu minn fond wieħed li kkontribwew għalih kemm l-employers, il-ħaddiema, il-gvern u l-poplu in ġenerali.", "Mela l-employers diġa' qed jagħmlu l-kontribuzzjonijet tagħhom lejn is-servizzi soċjali u allura anke jekk immorru bl-argument li min jimpjega jrid jerfa' l-piż kollu ta' din it- taxxa ukoll tinħass ċerta inġustizzja.", "U tinħass ingħustizzja għax l- employers diġa' qed jikkontribwixxu lejn il-fond tas-sigurta' soċjali anke fejn jirrigwarda s-saħħa.", "Jien ninkwieta fuq dan il-punt għaliex qed jiġi attakkat il-punt li dak li jkun jikkontribwixxi biex imbagħad ikollu servizz tas-saħħa li jkun b'xejn għal kulħadd.", "Dan il-kunċett ġie introdott mill-Partit Laburista fis-sebgħinijiet.", "Din hija l-ewwel minn sensiela.", "Il- ħsibijiet tal-gvern nafu fejn huma.", "U jekk wieħed iħares lejn id-diskors tal-budget mhux ta' din is-sena imma tas-sena li għaddiet wieħed jara fejn il-gvern qiegħed jaspira li jrid jmur fejn jirrigwarda ħlasijiet fis-settur tas-saħħa.", "Jiena għedt ukoll li wħud mis-servizzi mediċi li se jkunu qed jingħataw mit-taqsima tas-saħħa okkupazzjonali huma ogħla minn dawk tal-privat.", "Il- ministru għoġbu, bil-ġerarkija li kellu miegħu, jagħmel konferenza stampa fejn qal li din m'hijiex vera.", "Qal li mhux vera li wħud mit-tariffi huma ogħla mill-privat.", "Qal li kollha huma orħos minn tal-privat.", "L-għada fuq \"in-nazzjon\" deher artikolu ntitolat \"Michael Farruġia mgiddeb\".", "Jien iddeċidejt li eżatt wara l-istqarrija li għamel il-ministru mmur niċċekkja daqsxejn ma' laboratorju, mhux taċ-ċekċik imma wieħed mill-laboratorji li l- iktar li għandu xogħol fil-privat hawn Malta, biex nara daqsxejn it-tariffi li jiċċarġjaw.", "Fil-privat complete blood count jiswa Lm3.50, filwaqt Ii l- gvern bir-regolamenti li għamel u li se jibdew japplikaw fl-ewwel ta' Marzu ta' din is-sena, dan it-test se jiġi jiswa Lm5.00.", "Għal complete blood count bid-differential, li huwa test li jagħtik ċerta informazzjoni dwar infjammazzjonijiet u affarijiet oħrajn, il-gvern se jibda jitlob Lm7.00.", "Imbagħad rajt xi testijiet oħrajn u sibt wieħed li huwa kważi pari għaliex il-gvern se jkun qed jiċċarġja Lm11 u fil-privat jiċċarġjaw Lm12 Maltin.", "Hawn qed nirriferi għat-test tal-fwied.", "Meta ndagajt aktar sibt li fil- privat jagħmlu ħames testijiet tal-fwied waqt li fil-laboratorju tal-gvern isiru erba' testijiet.", "Hawnhekk jidher ċar li l-ġurnali tal-Partit Nazzjonalista qed jippruvaw jingannaw biex ma nsemmix il-programm li jkun hemm wara nofs inhar fuq ir-Radju 101, għax ħadd m'hu se joqgħod jaħli l- ħin prezzjuż tiegħu biex joqgħod jisma' min joħroġ id-dwejjaq li jkollu fuq l-istonku.", "Tajjeb wieħed jgħid li l-gvern b'dawn ir-regolamenti se jkun qiegħed jitlob Lm5 sabiex jeżaminak tabib fit-taqsima tas-saħħa okkupazzjonali.", "Biex inkun preċiż, il-kliem eżatt li hawn fir-regolamenti hu: \"Eżami kliniku bażiku inkluż eżami fiżiku u analisi ta' l-urina\".", "Issa nafu li fil-maġġorparti meta wieħed imur għal check-up fil-klinika tat-tabib privat tiegħu, bħala medja jiġi ċċarġjat bejn Lm1.50 u Lm2.00 u hawn min iżomm iktar u hawn min iżomm daqsxejn inqas.", "Hawnhekk jien nidħak jew nibki.", "Ir- regolamenti tal-gvern fejn jirrigwardjaw it-tariffi tat-tobba ilhom ma jinbidlu xi 30 jew 40 sena u għadhom biż-żewġ xelini u sitt soldi ta' dawk iż-żminijiet.", "Meta wieħed jara dawn ir-regolamenti wieħed jagħmel il- mistoqsija.", "Jaqaw dan huwa metodu baxx baxx - mhux kif daħlu r-regolamenti għaliex anke r-regolamenti daħlu baxx baxx - dan huwa gwida baxx baxx ta' kemm it-tobba għandhom jikkalkulaw li għandhom jiċċarġjaw lill-pazjenti tagħhom fil-privat jekk xi ħadd imur għandhom għall-eżami kliniku bażiku inkluż eżami fiżiku u analiżi ta' l-urina?", "Xi tfisser din?", "Hija xi gwida li bil-mod il-mod qed nippruvaw nitfgħu 'l quddiem?", "Meta nara dawn l-affarijiet kollha nibda nirrealizza l-paniku li qabadhom għaliex f'daqqa waħda l-gvern irrealizza li nqabad fuq sieq waħda b'dak li pprova jintroduċi baxx baxx.", "Issa tajjeb ukoll li wieħed igħid li kien hemm taxxi oħrajn li żdiedu minn meta tħabbar il-budget 'il hawn.", "Kien hemm tip ta' taxxi li wieħed isir jaf bihom meta jmur biex iħallas xi liċenzja u f'daqqa waħda jsib ħlas iktar ma' wiċċu.", "Dawn li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa m'humiex l-uniċi taxxi li mhux suppost kellhom jiġu introdotti għax hekk konna mwegħdin.", "Qed ngħid hekk għax il-leaflet tal- Partit Nazzjonalista \"Fid-direzzjoni t-Tajba\", jagħmilha b'mod ċar li din is-sena mhux se jkun hemm taxxi ġodda, anzi li se jkun hemm iktar skrutinju ħalli l-gvern idaħħal dak li għandu jdaħħal.", "Dment li jdaħħal dak li għandu jdaħħal ikun qed jagħmel sewwa imma min-naħa l-oħra l-impressjoni li ppruvaw jagħtu b'mod propagandistiku hi li l-gvern ma kienx se jagħmel taxxi ġodda biex idaħħal Lm56 miljun oħra.", "Issa rridu nħarsu lejn il-punt kardinali.", "Il-punt kardinali huwa li anke ħames, sitt snin ilu, il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern kien diġa' qiegħed jitkellem fuq struttura ta' cost-sharing.", "Dan il-gvern matul is-sena li għaddiet tkellem kemm-il darba fuq li s-settur tas-saħħa m'għadux sostenibbli.", "Aktar minn hekk, meta konna qegħdin niddibattu s- suġġett li għandu x'jaqsam mas-saħħa, il-ministru tas-saħħa għamilha ċara u kważi pprova jagħti wieħed x'jifhem - xi ħaġa oħra li jidher li l-ministru tas-saħħa jekk hemm xi ħaġa tajba li jikkwalifika fiha hija din, li jgħawweġ x'wieħed ikun qal - li fejn tidħol is-sostenibilita' donnu jien biss qiegħed ngħid li s-settur tas-saħħa huwa sostenibbli.", "Din hija xi ħaġa li jien qatt ma għedt.", "Jien dejjem sostnejt li biex inkomplu jkollna s-servizz soċjali tas-saħħa sostenibbli ġewwa pajjiżna ma jistax ikun li pajjiżna nħalluh miexi għal riħu bil-viżjoni waħda biss u unika li hija l- Unjoni Ewropea, imma rridu naraw li l-ekonomija tal-pajjiż tiġi msaħħa b'tali mod li tagħmel tajjeb biex tingħeleb kwalunkwe problema u theddida li jista' jkun hemm.", "Mr. Speaker, hi ħaġa tajba li l-Partit Laburista diġa' minn issa, mill- bankijiet ta' l-oppożizzjoni, mhux biss diġa' tkellem fuq il-politika soċjali tiegħu għall-futur imma anke qiegħed ukoll jaħdem fuq politika ekonomika li tipproteġi s-servizzi soċjali ġewwa pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PBS - ĠURNALISTA", "21191.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min kien il-ġurnalist tal-PBS li akkumpanja lill- Prim Mnistru fuq kull safra li għamel f'dawn l-aħħar sentejn?", "Għaiex u kif intgħażel?", "Kemm u fejn siefer u kemm swiet lil PBS kull safra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista li turi l-ismijiet tal-ġurnalisti li akkumpanjaw lill-Prim Ministru fuq id-diversi żjarat uffiċjali matul is- snin 1999 u 2000, kif ukoll id-destinazzjoni taż-żjarat u kemm swiet kull żjara tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "L- għażla ssir mill-PBS.", "EDUKAZZJONI - BORDIJIET", "21316.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jifformaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "QRATI - ĊITAZZJONIJIET", "21341.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ċitazzjonijiet quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili mill-1-10-99 sa l-1-11-99 u mill-1-10-2000 sa l-1-11-2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant gew preżentati 308 fl-1999 u 164 fl-2000.", "B`danakollu fix-xahar ta` qabel gew preżentati 207 fl-1999 - 472 fl-2000.", "Peress illi t-tariffi tal-kawżi għolew mill-1 ta` Ottubru 2000 hu ovvju li ħafna nies ippreżentaw il-kawżi tagħhom qabel din iż-żieda tant li jekk tgħodd flimkien ix-xahrejn issib li fl-1999 gew preżentati 515 citazzjoni u fl-2000 ġew preżentati 636 - aktar mis-sena ta` qabel.", "QRATI - AVVIŻI", "21342.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati avviżi quddiem il-Qrati tal-Maġistrati mill 1-10-1999 sa l-1-11-1999 u mill-1-10-2000 sa l- 1-11- 2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant ġew preżentati 168 fl-1999 u 67 fl-2000.", "B`danakollu fix-xahar ta` qabel ġew preżentati 117 fl-1999 u 307 fl-2000.", "Peress illi t-tariffi tal-kawżi għolew mill-1 ta` Ottubru 2000 hu ovvju li ħafna nies ippreżentaw il-kawżi tagħhom qabel din iż-żieda tant li jekk tgħodd flimkien ix-xahrejn issib li fl-1999 ġew preżentati 285 avviż u fl-2000 gew preżentati 374 - aktar mis- sena ta` qabel.", "UNIVERSITA", "21477.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati l-Universita' li qabżu l-eta' ta' rtirar u ngħataw estensjoni fis-sena 1999 u s-sena 2000?", "Jista' jgħid min kienu?", "Liema grad kienu jokkupaw?", "Għal kemm qed tingħata l-estensjoni?", "Liema grad qed jokkupaw issa u jekk humiex full-time jew part-time?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Informat li meta l-membri ta' l-academic staff jgħalqu l-61 sena matul is- sena akkademika normalment l-impjieg tagħhom jiġi estiż awtomatikament sa tmiem is-sena akkademika.", "Fejn tingħata estensjoni ġeneralment din tingħata għal sena.", "Informat li m'hijiex il-prassi li tingħata informazzjoni personali dwar impjegati partikolari.", "SKEJJEL - POLICIES", "21615.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policies fuq l-użu ta' l-iskejjel primarji wara l-ħin normali ta' l-iskola minn entitajiet mhux governattivi jew mill-kunsilli lokali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill ta' l-iskola jikkonsidra talbiet għall-użu ta' skejjel wara l-ħin normali ta' l-iskola u jiddeċiedi l-kundizzjonijiet (inkluż il-ħlas), għall-użu ta' l-iskejjel, u jimxi fuq legal notice dwar il-kunsilli skolastiċi.", "Il-policy dwar l-użu ta' l- iskejjel wara l-ħin normali qed tiġi riveduta.", "TAXXI - INCOME TAX", "22237.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income min-nisa Maltin matul is- snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l- aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward taxxa mħallsa hija din:", "|1990 |Lm1,751,397 | |1991 |Lm2,961,103 | |1992 |Lm6,801,575 | |1993 |Lm8,462,402 | |1994 |Lm10,002,842 | |1995 |Lm11,560,226 | |1996 |Lm9,782,374 | |1997 |Lm8,975,951 | |1998 |Lm11,175,690 | |1999 |Lm13,661,338 |", "Billi l-informazzjoni tal-FSS għadha m'hix finalizzata, ċifri għas-sena 2000 ma jistgħux jingħataw.", "TAXXI - INCOME TAX", "22238.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallset taxxa ta' l-income minn irġiel Maltin matul is- snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l- aħħar ta' Settembru 2000 f'isimhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interprellant li l-informazzjoni mitluba rigward taxxa mħallsa minn irġiel Maltin hija din:", "|1990 |Lm7,498,221 | |1991 |Lm12,082,859 | |1992 |Lm26,766,670 | |1993 |Lm33,408,756 | |1994 |Lm42,443,519 | |1995 |Lm48,318,356 | |1996 |Lm44,257,698 | |1997 |Lm40,371,463 | |1998 |Lm47,978,446 | |1999 |Lm57,806,586 |", "Billi l-informazzjoni tal-FSS għadha m'hix finalizzata, ċifri għas-sena 2000 ma jistgħux jingħataw.", "PRODUZZJONI TA' AWRAT U SPNOTT", "22219.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li matul l-amministrazzjoni preċedenti kien inxtara chillers għall-MAC biex ikessaħ l-ilma u jżomm it-temperatura ideali għall-ispnott u kien wkoll beda jinżamm brood stock ġdida ta' l-ispnott biex nieħdu bajd aħjar, jista' l-Ministru jgħidli x'kienet il-produzzjoni tal-awrat u spnott f'dawn l-aħħar sentejn fl-MAC?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi c-chiller imsemmi għadu ma jistax jiġi utilizzat sakemm jinbena substation għall-NAC.", "Dan għaliex meta nxtara dan ic-chiller, ma kien sar l-ebda provvediment għal provvista tad-dawl.", "Barra min dan fil-preżent qiegħed jiġi vverifikat il-kapaċita ta' dan ic-chiller għaliex huwa żgħir wisq biex jaqdi n- neċessitajiet ta' l-NAC.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MAC", "22220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid biex inqatlu 80 mill-brood stock ta' l- ispnott li ħalliet warajha l-amministrazjoni preċedenti tal-MAC?", "X'investigazzjoni saret u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi n-numru ta' broodstock ta' l- ispnott miet b'nuqqas ta' ossigenu meta naqas id-dħul ta' l-ilma fit-tank tiegħu.", "Dan ġara għaliex inbeda esperiment ieħor fuq tankijiet oħra li kien jieħu l-ilma mill-istess sistema u nfetħu il-vitien ta' dawn it- tankijiet li naqqsu d-dħul fl-oħrajn ta' l-ispnott.", "Twaqqaf board biex jistudja id-dikjarazjonijiet kollha miġbura u jagħmel is-suġġerimenti fuq l- azzjoni li għandha tittieħed.", "DJAR - BINI PERIKOLUŻ", "22221.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-każi rrapportati li għandhom bini perikoluż, ġew offruti akkomodazzjoni alternattiva matul din is-sena?", "Kemm minnhom ġew rimedjati u cioe' aċċettaw il-proprjeta' li offrewlhom l- awtoritajiet konċernati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi mill-1 ta' Jannar 2000, ġew offruti 35 post lill-familji li kienu rrapportati li joqogħdu f'bini perikoluż.", "Minn dawn, 33 aċċettaw il-proprjeta' li ġiet offruta lilhom.", "DJAR - BINI PERIKOLUŻ", "22222.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' każi rapportat lid-direttur ta' l-akkomodazzjoni soċjali fejn hemm bini perikoluż u joqogħdu r-residenti fih u wara l-investigazzjoni li saret instab li l-bini mhux f'kondizzjoni perikoluża għall-istess abitanti?", "X'inhija l-pożizzjoni ta' dawk li l-bini fejn joqogħdu nstab li huwa perikoluż?", "Meta se jiġu offruti akkomodazzjoni alternattiva sabiex ma jibgħux jgħixu fil-periklu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-eżerċizzju ta' spezzjonijiet għadu mhux finalizzat.", "Dawk li jinstabu li joqogħdu fil-periklu jintalbu japplikaw taħt l-iskema relevanti ta' l-awtorita' tad-djar jew jitpoġġew fuq il-lista għal akkomodazzjoni alternattiva tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali.", "MTARFA - ĊENTRU TAL-ANZJANI", "22223.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi ranġat il- buzzer taċ-ċentru ta' l-anzjani fl-Imtarfa peress li dan ilu ma jaħdem għal dawn l-aħħar xahrejn?", "Peress li l-kmamar ta' l-anzjani kollha taċ-ċentru ta' l-Imtarfa huma bla buzzer, jista' jara li l-ħsara tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?", "X'ikkawża l-ħsara u għaliex ilha pendenti għal aktar minn xahrejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara maltemp qawwi fit-30 t'Ottubru li għadda kien hemm ħsara kbira fis-sistema ta' l- elettriku fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa, liema ħsara affettwat is- sistema tan-nurse call system.", "Wara diversi interventi mill-kuntrattur, din is-sistema ġiet irranġata.", "CHILDREN ALLOWANCE", "22224.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li mill-1985 'l hawn 'il fuq minn 11,000 familja tilfu l-benefiċċju tac-children allowance, jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' familji li bil-miżuri tal-Budget 2001 se jiġrilhom l-istess?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "21778.", "SAĦĦA - PAZJENTI BARRA MINN MALTA", "22381.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti għal kura barra minn Malta fis-sena 1999?", "F'liema pajjiż intbagħtu?", "Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern Malti f'kull pajjiż, pajjiż pajjiż, għal din il-kura?", "Hemm ħlasijiet jew talbiet pendenti?", "Kemm hu dan il-valur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta nru.", "22375.", "SAĦĦA - PAZJENTI BARRA MINN MALTA", "22383.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti għal kura barra minn Malta fis-sena 2000?", "F'liema pajjiż intbagħtu?", "Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern Malti f'kull pajjiż, pajjiż pajjiż, għal din il-kura?", "Hemm ħlasijiet jew talbiet pendenti?", "Kemm hu dan il-valur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta nru.", "22375.", "NURSING SERVICES - KONTIJIET", "22384.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew mhux imħallsa taħt item 17 (nursing services) fl-1 ta' Jannar, 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - VOT ITEM (1) MINISTRY", "22386.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 1 (Ministry) fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "PERMANENT SECRETARY OFFICE ITEM 2", "22388.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 2 (Permanent Secretary's Office) fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GOVERNMENT PHARMACEUTICAL SERVICE - ITEM 3", "22391.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 3 (Government Pharmaceutical Services) fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "DISTRETT NRU.", "2 - XOGĦLIJIET", "22427.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid liema kienu dawk ix-xogħlijiet li saru matul is-sena 2000 fil-lokalitajiet tat-tieni distrett minn ħaddiema li jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħu u li ma tħallsux mill-kunsill lokali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħlijiet li saru fil- lokalitajiet tat-2 distrett mill-ħaddiema tad-dipartiment tad-distretti u li għadhom ma tħallsux mill-kunsilli lokali huma:", "|Job |Lokalita'|Sit |Xogħol| |No. | | | | |23106 |Wied |Ġnien - |Tisbie| | |il-Għajn |Bajja ta'|ħ | | | |San Tumas| | |23513 |Kalkara |Bajja |Tisbie| | | |tar-Rinel|ħ | | | |la | | |24355 |L-Isla |Toroq |Irranġ| | | |different|ar | | | |i | |", "PULIZIJA - ABBUŻ MID-DROGA", "22429.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li nqabdu jabbużaw mid-droga tul Diċembru 2000?", "X'eta' kellha kull persuna li nqabdet tabbuża u x'tip u x'ammont ta' droga kellha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul ix-xahar ta` Diċembru 2000, kien hemm 23 persuna li l-eta` tagħhom kienet ta` bejn is-16 u 45 sena li nqabdu jabbużaw mid-droga.", "L-ammont ta` droga maqbuda kien kif ġej:", "|Cannabis |2.5 grms | |Ecstacy |980 tablets | |Heroin |407 grms | |Cocaine & Heroin|24 sachets |", "HEALTH CENTRES - SIRINGI", "22431.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn fix-xahar ta' Diċembru 2000 mill- health centres separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li t-total ta' siringi li tqassmu b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa lil dawk il-persuni li jsofru mill-vizzju tad-droga fix-xahar ta' Diċembru 2000 huwa dan:", "|Floriana |1900 | |Qormi | 841 | |Gzira |3483 | |Paola |4000 | |Cospicua | 800 | |Mosta |1742 | |Rabat | 770 |", "FGURA - ASFALTAR", "22433.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilta' li din is-sena Triq Ġdida fi Triq tal-Karmnu, Fgura tingħata kisja tarmak minħabba l-inkonvenjent li qed tikkaġuna lir-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq qed jieħu passi mall-joint office sabiex l-art meħtieġa biex it-triq tinfetaħ kollha tiġi mgħoddija lid-dipartiment, u hekk ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.", "BORMLA - PJAZZA STA.", "MARGERITA", "22434.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet se jsiru din is-sena fuq il-proġett ta' Pjazza Sta.", "Margerita, Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li din is-sena ser isir it- tieni fażi tal-proġett li hija l-link bejn il-parti ta' isfel u l-parti ta' fuq u ser titkompla s-sistema ta' dawl għal pjazza.", "PRODOTTI - LEVY", "22435.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-prodotti li mill-1 ta' Jannar, 20001 tneħħitilhom il-levy?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma kien hemm ebda prodott importat li b'seħħ mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena tneħħielu l-levy.", "KWALITA' TA' L-ARJA - RAPPORT", "22490.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li r-rapport dwar il-kwalita' ta' l-arja jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Riżultati dwar il-kwalita' ta' l-arja, liema riżultati huma ppubblikati fuq il-website tad-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent.Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra", "PULIZIJA - VETTURI", "22495.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-pulizija għat-tiswija fil- garages tal-gvern bħalissa?", "Kemm irid jgħaddi żmien sabiex vettura bi ħsara li trendiha mhux tajba għas-sewqan tiġi mogħtija l-attenzjoni meħtieġa?", "Kemm ġew scrapped karozzi u muturi tal-pulizija, sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin u kemm inxtraw jew ġew donated vetturi fl-istess perijodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent hemm 19-il vettura għat-tiswija fil-garage tal-pulizija.", "Il-proċedura segwita hija li meta vettura tkun irrapportata bil-ħsara u tiddaħħal il-garage għat-tiswija, tiġi assessjata l-ammont tal-ħsara u t-tiswijiet meħtieġa.", "Kif jista` japprezza l-Onor.", "Interpellant, iż-żmien sabiex issir it-tiswija jiddependi ħafna fuq l-ammont ta` tiswijiet meħtieġa.", "Inqas ma tkun il-ħsara inqas ikun iż-żmien sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa.", "Dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija informat li kien hemm 253 vettura u 64-il mutur li ġew scrapped matul iż-żmien imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, filwaqt li nxtraw jew ġew donated 209 vettura u 67 mutur.", "FURJANA - SLUM CLEARANCE", "22496.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-proġett ta' slum clearance f'Argotti Street, kantuniera ma' Lion Street, fil-Furjana?", "Ġiet allokata fabbrika alternattiva lil sid il-confectionery fl-inħawi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li saret applikazzjoni ġdida lill-awtorita' ta' l-ippjanar f'forma ta' pre- submission application biex jista' jinbeda dan il-proġett.", "Id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar qiegħed jistenna r-reazzjoni ta' l-awtorita' qabel jissottometti l-applikazzjoni formali.", "Hu ppjanat li x-xogħol jibda wara li jkun ħareġ il-permess u jkunu ħarġu l-offerti jiġifieri għall-bidu ta' l-2002.", "Sadanittant jien informat li għadha ma ġietx allokata l- fabbrika alternattiva lil sid il-confectionery fl-inħawi.", "MALTAPOST", "22497.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li l-Interpellant irċieva kartolini tal-Milied impostati qabel il-Milied sas-Sibt, 6 ta' Jannar, 2000, tista' l-kumpannija Maltapost, jew ir-regolatur jidħol fil-mertu tal-każ ta' dan id-dewmien esaġerat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Maltapost ikkonfermat li b`mod ġenerali l-ebda posta tal-Milied ma nqabdet b`mod li seta` jiġi kkaġunat dewmien mhux raġonevoli.", "Madankollu biex l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ikun jista` jiġi nvestigat, Maltapost teħtieġ aktar dettalji, u fejn hu possibli, l- envelopes in kwestjoni.", "BENNA - BEJGĦ TA' PRODOTTI", "22498.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-ditta Benna m'għadhiex tbigħ il- prodotti tagħha minn ħanut fil-Ħamrun fejn il-fabbrika?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-ditta Malta Dairy Products, li tipproduċi wkoll il- prodotti Benna, hija entita kummerċjali.", "Għaldaqstant id-deċiżjonijiet kummerċjali li jittieħdu fl-amministrazzjoni tan-negozju m'humiex kompitu ta' dan il-ministeru.", "INCOME TAX", "22499.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għoti ta' l-arretrati ta' l-income tax qed jingħataw lil min hu separat b'digriet tal-qorti qabel dawk separati bonarjament?", "Jista' jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li jekk b'għoti ta' arretrati ta' l-income tax wieħed jifhem refund ta' taxxa mħallsa żejda, allura d-dipartiment ma jagħmilx distinzzjoni bejn konjuġi separati b'digriet tal-qorti u oħrajn separati bonarjament.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ried ifisser tnaqqis għall-manteniment, f'dan il-każ, tnaqqis mill-income ta' taxpayer għal fini ta' taxxa minħabba manteniment huwa aċċettat biss jekk il-manteniment ikun stabilit b'digriet tal-qorti.", "SENA TAL-LINGWI", "22513.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li din is-sena hija s-sena tal-lingwi, jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jorganizza d-dipartiment biex iqajjem aktar il-kuxjenza, mhux biss ta' l-istudenti iżda anke ta' l-adulti, għal tagħlim tal-lingwi, kemm dik mitkellma kif ukoll dik miktuba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta din il-ġimgħa", "SENA TAL-LINGWI", "22514.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xhur x'konsultazzjoni kien hemm bejn uffiċjali tad-dipartiment, kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat u dawk ta' l- iskejjel tal-knisja u indipendenti biex jiġi ċċelebrat kif jixraq \"Is-Sena tal-Lingwi\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kumitat nazzjonali għas-Sena Ewropea tal-lingwi kien kompost minn uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kif ukoll rappreżentanti ta' l-iskejjel indipendenti u tal-knisja, ta' l-Universita` ta' Malta u ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli ta' l-iskola.", "Sar kumitat ta' l-uffiċjali edukattivi tal-lingwi biex jgħinu f'din il-ħidma.", "Il-koordinatur nazzjonali għamel preżentazzjoni dwar is-sena fis-sessjoni tas-senior staff development programm tal-bidu tas-sena skolastika 2000-1.", "Saret ukoll laqgħa dwar is-sena għall-guidance u l-PSS teachers.", "Intbagħtet ċirkulari lil-librara ta' l-iskejjel.", "Intbagħtet ċirkulari lill-Iskejjel dwar is-sena biex barra milli tħeġġiġhom jiffokaw b'mod speċjali fuq il-lingwi matul din is-sena kif ukoll jipparteċipaw fl-attivitajiet nazzjonali, jsawru l-programm ta' l- iskola għas-sena Ewropea tal-lingwi.", "SKEJJEL PRIVATI - BENEFIĊĊJI", "22515.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif id-dipartiment beħsiebu jħaddem l-iskema biex ġenituri ta' tfal li jmorru fl-iskejjel indipendenti jieħdu xi benefiċċju kif imħabbar fl-aħħar budget?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall mistoqsija ta' l-istess Onor. Membru nru.", "22512.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "22516.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel term tas-sena skolastika 2000/01 x'kien l-assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u dawk indipendenti?", "Jista' jagħti breakdown fil-primarji, sekondarji, sixth form, etc.?", "Jista' jgħid f'liema skejjel f'kull kateorija kienu l-aktar fejn kien hemm studenti assenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - ĠLIED WAQT IL-FOOTBALL", "22517.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid, bejn Settembru u Diċembru 2000, kontra kemm-il persuna ttieħdu passi talli: (1) iġġieldu jew b'mod ieħor fixxklu l-andament ta' logħba football; (2) kemm kien hemm dagħa waqt l-istess logħob; (3) issawtu uffiċjali tal-logħba?", "F'kull każ, jista' jgħid kemm saru fl-istadium nazzjonali, fil-Gozo stadium, fl-istadium Victor Tedesco, fil-ground tal-Hibernians f'Kordin u fis-Centenary stadium?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-perijodu speċifikat mill- Onor. Interpellant kien hemm 19-il persuna li nbdew proċeduri kriminali kontra tagħhom minħabba ksur ta' bon ordni fi ground tal-football.", "Dan il- ksur li kien jikkonsisti f'dagħa seħħ kif ġej:", "|National Stadium |13 | |Centenary Stadium | 5 | |Gozo Stadium |1 |", "PULIZIJA - TA' QALI - TRAFFIKU", "22518.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Minkejja li f'mistoqsija preċedenti l-Ministru wieġeb li l-pulizija se tieħu passi biex f'Ta' Qali (fit-triq bejn is-centenary stadium u dak nazzjonali) ma jkomplix isir ġiri sfrenat biż-żwiemel nhar ta' Ħadd kmieni filgħodu, dan għadu jsir bla kontroll, jista l-Ministru jara li l-pulizija twaqqaf dan l- abbuż qabel ma ssir xi traġedja, peress li jgħaddu wkoll vetturi minn din it-triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi qed issir ronda mill-pulizija tad- distrett regolarment nhar ta' Ħadd fl-akkwati ta' Ta' Qali sabiex ma jkunx hemm ksur ta' liġi, inkluż dak imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "SPEED CAMERAS", "22550.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "22189 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid x'sar mill-proċess ta' l-ispeed cameras?", "Jista' jgħid jekk dawn bdewx jaħdmu u kemm ġew jiswew lill-gvern?", "Kemm ingħataw ċitazzjonijiet s'issa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-twegiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19982.", "RASCALA OF MALTA LTD - GRANT PAYMENTS", "22560.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta nagħtaw il-grant payments il-kumpanija Rascala of Malta Ltd u dan kif indikat fir-risposta f'mistoqsija parlamentari nru.", "22182 fuq fondi ta' taħriġ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-grant payments ingħataw lill- kumpanija li qed issir riferenza għaliha fis-26 ta' Lulju, 1999.", "AFM - SULDATI FIL-BALKANI", "22561.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk is-suldati Maltin li marru fil-Balkani fuq xogħol umanitarju ġewx eżaminati mit-tobba ta' l-armata wara li ħarġu diversi rapporti ta' mard serju, li qed jaffetwa diversi suldati barranin li kienu stazzjonati hemm?", "X'tip ta' training għandhom is-suldati Maltin dwar il- prekawzjonijiet li għandhom jieħdu meta jidħlu ġo area fejn jista' jkun hemm livelli għolja ta' radio attivita?", "X'passi qed jieħdu l-gvern biex jassigura s-saħħa tas-suldati Maltin li kienu għal xi żmien fil-Balkani?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Membru għamel riferenza għal diversi rapporti ta' mard serju qalb suldati barranin stazzjonati fil-Balkani.", "Ninsab informat li fil-lokalitajiet fejn marru convoys tas-suldati Maltin, fi Prizren fil-Kosovo, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' mard jew radio attivita' għolja, kif ġie konfermat mill-awtorita' militari Ġermaniża responsabbli minn dan is-settur li jikkonċerna lilna.", "Il-Forzi militari Ġermaniżi kienu stazzjonati f'dawn il-lokalitajiet għal bosta xhur.", "Is-suldati Maltin ingħataw taħriġ bażiku dwar prekawzjonijiet li jistgħu jiġu meħtieġa f'operazzjonijiet bħal dawk li kienu sejrin jagħmlu.", "Qiegħed jinżamm kuntatt dirett ma' forzi armati barranin biex, jekk f'xi eventwalita' li jkun hemm indikazzjoni ta' kwalunkwe ħtieġa, isiru l- eżamijiet mediċi rilevanti.", "AFM - INSTRUCTORS BARRANIN", "22562.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hawn instructors barranin iħarrġu lis-suldati Maltin?", "Jekk iva, kemm kien hawn is-sena l-oħra - x'rank kellhom u minn liema pajjiż kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Hi proċedura normali li, minbarra li jintbagħtu xi membri fuq korsijiet ta' taħriġ f'kulleġġi u akkademji militari barra minn Malta, il-forzi armati jorganizzaw ukoll korsijiet lokali f'dixxiplini diversi u li jitmexxew minn instructors barranin li jinġiebu Malta apposta.", "Ninsab informat li matul l-2000 twettqu għaxar korsijiet lokali f'dixxiplini diversi li għalihom ġew Malta 26 instructors barranin.", "Dawn kienu l-biċċa l-kbira warrant officers jew instructors pajżana mill-Italja, Renju Unit u Stati Uniti.", "IMPORTAZZJONI TA' KAROZZI", "22563.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi u ingenji bil- mutur is-sena li għaddiet?", "Kemm minnhom kienu ġodda?", "Kemm minnhom kienu second-hand?", "Kemm kien il-valur f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-istatistika għal Diċembru li għadda għadha qed titlesta, l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn Jannar u Novembru tas-sena 2000 hija kif ġej:", "Karozzi privati ġodda kien hemm 11,918 bil-valur ta' Lm38,306,354.", "Użati kien hemm 1,360 bil-valur ta' Lm 2,540,079.", "Inġenji bil-mutur għall-użu kummerċjali (inklużi vannijiet, trakkijiet, buses u mini-buses) kien hemm: Ġodda 689 b'valur ta' Lm 2,534,657.", "Użati kien hemm 738 b'valur ta' Lm 1,590,292", "Inġenji bil-mutur għall-użu speċjali li jistgħu jinkludu krejnijiet u inġenji tat-tifi tan-nar.", "F'dan il-każ mhemmx statistika li tiddistingwi bejn ġdid u użat kien hemm.", "84 b'valurta' Lm540,969.", "Din l-istatistika hija proviżorja.", "MIMCOL - IMPJEGATI", "22564.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entrapriżi pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-MIMCOL?", "Kemm hemm impjegati fuq l- istaff tal-Mimcol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Malta Government investments limited għandha shareholding dirett f'għoxrin kumpanija li huma:", "Casma Limited, Fort Chambray Limited, Gozo Channel Company Limited, Gozo Ferries Company Limited, Interprint Limited, Kalaxlokk Company Limited, Kordin Grain Terminal Limited, LIMSUK, Malpro Limited, Malta Shipbuilding Company Limited, Medigrain Limited, National Orchestra Limited, Sea Malta Company Limited, Tug Malta Limited, Malta Export Credit Insurance Company Limited, Maltese Falcon Productions Limited, Malta National Laboratory Company, Malta Film Promotion and Development Company Limited, Malta Countertrade Company Limited and Malta Gantry Manufacturing Limited.", "Barra minn hekk, il-Malta Government investments limited, b'mod indirett permezz tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, għandha shareholding f'dawn l-azjendi:", "Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, Korporazzjoni Enemalta, Maltacom, Tarzna ta' Malta, Korporazzjoni tal-Port Ħieles, Air Malta, Maltapost, Libyan Arab Maltese Holdings Company Limited, Malta International Airport plc u Malta Film Commission.", "Fil-preżent il-MIMCOL għandha 17-il impjegat.", "MALTAPOST", "22565.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-għadd ta' mpjegati mal- Maltapost li jqassmu ittri fid-djar ?", "Kemm hawn branch post officers, fejn jinsabu u kemm hawn letter boxes f'Malta u kemm f'Għawdex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li bħalissa l-għadd ta' pustiera li jqassmu ittri fid-djar huwa ta' 294.", "In-numru ta' fergħat tal-posta jammonta għal 30 u dawn jinsabu fil-lokalitajiet li ġejjin:", "Ħal-Balzan, Birkirkara, Birżebbuġia, Bormla, l-Gżira, il-Ħamrun, Ħal-Luqa, il-Mellieħa, l-Ajruport Nazzjonali ta' Malta, il-Marsa (l-Uffiċċju Ċentrali), il-Mosta, l-Msida, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, ir-Rabat ta' Malta, San Ġwann, tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, Haż-Żebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, ir-Rabat Għawdex, Għajnsielem, l-Għarb, in-Nadur u x-Xagħra.", "F'Malta bħalissa hawn 478 kaxxa ta' l-ittri, waqt li f'Għawdex hemm 59.", "DRENAĠĠ - ĦAL GĦAXAQ - TRIQ IT-TELLERITU", "22566.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni, jew aħjar x'possibbilta' hemm li Triq it- Telleritu f'Ħal Għaxaq, jiġi mgħoddi minnha d-drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li Triq it-Telleritu u t- toroq ta' biswit qegħdin f'livell baxx b'tali mod li s-sistema tad-drenaġġ, meta ssir, trid tiġi ppumpjata lejn in-naħat tal-bypass.", "Dan ix-xogħol jinkludi tħaffir ta' main twil, bini ta' pumping station ġdida u tħaffir għal rising main.", "Għalkemm stima eżatta għad ma nħadmitx, madankollu nifhem li noqorbu Lm100,000., minbarra l-pompi neċessarji, li hija parti sostanzjali mill-vot tagħna.", "Diġa' tlabna għal easement ta' l- art (WD221/97/1 miftuħ fit-28 ta' April 1998) u ġiet ippreparata l-pjanta għall-esproprjazzjoni ta' l-art fejn ġejja l-pumping station il-ġdida.", "Wara dan issir applikazzjoni l-planning authority għall-bini tal-pumping station f'din l-arja (li hija green area).", "Meta jkollna dawn f'idejna nkunu nistgħu nagħmlu t-tenders tal-katusi.", "Minħabba dan kollu huwa diffiċli li dan ix-xogħol jibda din is-sena.", "SAJJIEDA - ĦLASIJIET", "22567.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta ser isiru l-ħlasijiet lis- sajjieda f'Marsaxlokk da parti tal-koperattiva nazzjonali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant biex jiċċara d-domanda tiegħu.", "Il-ħlasijiet ta' bejgħ ta' ħut tas-sajjieda huwa mħallas sa ġimgħa 51 tas-sena 2000.", "VOICE OF THE MEDITERRANEAN", "22568.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-complement ta' l-istazzjon tar-radju Voice of the Mediterranean?", "Kemm intefqu flus mill-istazzjon fuq salarju u allowances u kemm intefqu flejjes fuq equipment is-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-complement ta' l-istazzjon tar-radju Voice of the Mediterranean huwa 18 li jinkludu 2 part-timers.", "Is-sena l-oħra l-ammount ta' salarji u allowances kien ta' LM84,516 bħala salarji u Lm 1,200 bħala allowances; filwaqt li spejjez li saru fuq equipment kienu jammontaw għal Lm 1,263.", "PTA - BIRŻEBBUGA - TAL-PAPA", "22569.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li s-sistema ta' trasport pubbliku fin-naħa tal-Papa f'Birżebbuga tiġi riżolta?", "Jista' jara li dawn iżommu ma' l-orarju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li m'hemm l-ebda problema fis-sistema li għaliha rrifera l-Onor.", "Interpellant.", "Fir-rigward taż-żamma ta' l- orarju ser isiru spotchecks biex naraw li l-ħinijiet ta' l-iskeda jinżammu.", "SKEMA NRU.", "8", "22570.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward ta' skema nru.", "8 maħruġa fid-19 ta' Novembru, 1999, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l-applikanti li offrew il-proprjeta' a bażi ta' l-istess?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li kien hemm 17-il applikazzjoni taħt skema 8 ta' l-awtorita' tad-djar.", "Tabella li turi min kienu l-applikanti, in-numru ta' units, il-lokalita' u l-ammont mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- seduta", "SKEMA NRU.", "8", "22573.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward ta' skema nru.", "8 maħruġa fid-19 ta' Novembru, 1999 dwar xiri ta' postijiet vojta mingħand il-privat, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22570 f'din l-istess seduta.", "SKEMA NRU.", "8", "22575.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal skema nru.", "8 maħruġa fid-19 ta' Novembru, 1999, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet tinsab il-proprjeta' offruta jekk kien hemm?", "Jista' jindika t-talba li saret sabiex isir it-trasferiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22570 f'din l-istess seduta.", "PRINCIPAL IMMIGRATION OFFICER", "22595.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "22326, jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux kriterji li jiggwidaw lill-uffiċjali ta' l- immigrazzjoni kif jeżerċitaw il-poter tagħhom li jaċċettaw jew ma jaċċettawx dħul ta' passiggieri li jaslu Malta?", "Ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar li dan il-poter, ġaladarba delegat f'isem il-principal immigration officer għandu jkun eżerċitat minn numru ristrett ta' uffiċjali, ben identifikati, possibbilment organizzati f'unit li l-membri tiegħu jkunu dejjem preżenti lejl u nhar fl-entry points u li għandhom jagħtu rendikont ta' xogħolhom lill-principal immigration officer innifsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm hemm kriterji bażiċi biex uffiċjal ta` l- immigrazzjoni jagħti permess lill-persuna barranija tidħol jew jinnegala dan il-permess, il-fenominu internazzjonali ta` immigrazzjoni llegali jagħmilha impossibli biex ikun hemm sett ta` kriterji uniċi, biex permezz tagħhom l-uffiċjal ta` l-imigrazzjoni jiggwida lilu nnifsu f`dan ix-xogħol.", "Għaldaqstant kull każ irid ikun eżaminat individwalment fuq il-mertu tiegħu u dan sabiex kemm jista` jkun jiġi aċċertat illi barrani li jkun dieħel Malta, jiġi għal skopijiet tajba.", "Immigration officer bilfors irid jiġi delegat f`isem il-principal immigration officer bħala tali, biex ikollu l-poter li jaċċetta jew jinnega d-dħul ta` barrani f`Malta.", "Ta` min isemmi illi lejl u nhar matul kull xift, ikun hemm surġent illi għandu esperjenza vasta fuq dan ix-xogħol.", "Fost id-doveri tiegħu, xogħlu huwa li jeżamina każi fejn hemm dubju jekk persuna hiex bona fede jew le.", "Ta` min isemmi ukoll illi f`każi diffikultużi hemm ukoll spettur li huwa on call 24 siegħa kuljum, biex meta jkun meħtieġ, jara każi diffiċli hu ukoll.", "STAFF NURSES - APPOINTMENT", "22599.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta hu maħsub li jieħdu l-appointment ta' staff nurses dawk li segwew b'suċċess il-Conversion Course minn EN għal SN's?", "Billi dan il-course ta' 'l fuq minn sentejn tlesta f'Ġunju tas-sena l- oħra, jaħsibx l-Ministru li wasal iż-żmien li dawn jieħdu l-appointment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-ħatriet bħala staff nurses ta' dawk li segwew b'suċċess il-conversion course minn enrolled nurse għal staff nurse jingħataw skond il-proċedura normali stabilita mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Fil-fatt is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall- postijiet ta' staff nurse fid-diviżjoni tas-saħħa ħarġet fil-Gazzetta tal- Gvern tal-11 ta' Jannar 2001 li għaliha għandhom japplikaw dawk il-persuni ndikati mill-Onor.", "Interpellant.", "ARTIJIET - PROPRJETA'", "22600.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista tad-diversi nies li jixtiequ jixtru proprjeta' mingħand il-gvern, jikkonsidra l-Ministru li jsir studju mill-kummissarju ta' l-artijiet sabiex jiġu identifikati siti ta' proprjeta' li preżentement qegħdin f'idejh taħt it-titolu ta' possession and use sabiex dawn jiġu meħuda b'titolu ta' proprjeta' assoluta u sussegwentement mibjugħa lil terzi persuni li qegħdin jabitaw fihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20304.", "SAĦĦA - NURSES", "22601.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid bħala motivazzjoni biex aktar EN's jitħajjru jagħmlu l- conversion course minn EN għal SN, tikkunsidra d-diviżjoni tas-saħħa li meta l-EN's jilħqu SN's dawn javvanzaw permezz ta' skala jew ta' l-anqas issir ftehem li tingħata konsiderazzjoni lin-numru ta' snin ta' servizz li jkollu l-EN qabel dan jilħaq SN.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minkejja l-fatt li l-motivazzjoni biex aktar enrolled nurses jitħajru jagħmlu l-conversion course minn enrolled nurse għal staff nurse hija akkademika, il-proposta ndikata mill-Onor.", "Interpellant ser tiġi kkunsidrata.", "ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "22602.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm qiegħed iħallas flus il- kummissarju ta' l-artijiet f'proprjetajiet li qegħdin f'idejh taħt it- titolu ta' possession and use taħt l-esproprjazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "15281.", "SAĦĦA - NURSES", "22603.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-każ ta' l-enrolled nurses bi snin twal ta' esperjenza u li għamlu b'suċċess il-conversion course ta' sentejn biex minn EN's issiru SN's, id-dipartiment tas-saħħa għadu jirriferi għalihom bħala EN's?", "Ladarba dawn in-nies segwew kors ta' sentejn u għaddew bil-credits kollha u laħqu SN's, jista' l-Ministru jara hux possibbli li d-diviżjoni tas-saħħa tibda tirrikonoxxi mill-ewwel il-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li dawk l-enrolled nurses li temmew b'suċċess il-conversion course għal staff nurses ġew reġistrati man-nursing and midwifery board bħala state registered nurses.", "Il-ħatra tagħhom bħala staff nurse tingħata meta titlesta l-proċedura stabilita mill-kummissjoni dwar is-servizz pwara li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' staff nurse fid-diviżjoni tas-saħħa.", "Fil-fatt din is- sejħa ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Jannar 2001.", "XGĦAJRA - FORTIZZA DELLA GRAZIA", "22604.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għad-domanda parlamentari nru.", "2352 u dawk l-oħra sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx rapport rigward il-fortizza della Grazia ġewwa x-Xgħajra billi din għandha bżonn ta' restawr tajjeb u immedjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-batterija della Grazia fix-Xagħjra (u mhux il-fortizza della Grazia liema bini m'għadux jeżist) qiegħed f'idejn il-kunsill lokali tax-Xagħjra.", "Dan il-kunsill għamel applikazzjoni għar-restawr ta' din il-fortizza ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar (PA No. 0394/00) Id-diviżjoni tax-xogħlijiet u d-dipartiment tal-mużewijiet qed jaħdmu f'kollaborazzjoni fuq din il- proposta sabiex tassigura li x-xogħol ikun ta' livell sodisfaċenti.", "Id-dipartiment tal-mużewijiet jikkunsidra din l-inizjattiva tal-kunsill lokali tax-Xagħjra f'dawl pożittiv u lest jikkunsidra mezzi sabiex jikkollabora mal-kunsill lokali f'dan il-proċess.", "FGURA - TRIQ HOMPESCH - TOROQ", "22605.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għad-domanda parlamentari preċedenti, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx konklużi issa l- proċeduri għal aġġudikar u bidu tat-twettiq ta' Triq Hompesch, Fgura?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s-sejħa għall-offerti għal xogħol f`din it-triq għalqet fl-aħħar ta` Diċembru 2000, wara li kellha toħroġ mill-ġdid, u t-tender qegħda tiġi vvalutata sabiex ikun jista` jingħata l- kuntratt.", "FGURA - ĊENTRU POSTALI", "22606.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx aktar indaġni fuq il- bżonn veru, ta' poplazzjoni li qiegħda dejjem tiżdied ġewwa l-Fgura, sabiex tgħin biex twassal ħalli tiġi meħuda deċiżjoni pożittiva li jkun hemm ċentru postali adegwat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li mill-aħħar stħarriġ li sar, jirriżulta li r-residenti tal-Fgura huma moqdija tajjeb bis-sub-post office li hemm fi Triq Hompesch.", "Dan is-sub-post office joffri ħafna mis-servizzi postali li normalment jinkisbu minn fergħa tal-posta.", "Madanakollu is-sitwazzjoni f'dan ir-rigward tiġi riveduta minn żmien għal żmien.", "MET OFFICE", "22607.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk inġabux azjendi ta' esperti biex iħejju rapporti jekk fil-fatt finalment ippreżentawx rapporti dwar l- operat tal-MET office.", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: (a) liema kienu dawn l-azjendi? (b) min kienu dawn l-esperti (individwi) u x'riferenza għandhom? (c) kemm tħallset kull azjenda; (d) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull rapport? (e) ittieħdu xi deċiżjonijiet fuq dawn ir- rapporti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - FGURA - GĦASSA", "22608.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għad-domandi parlamentari preċedenti kollha, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba hemmx xi tibdil fil-ħsieb u hemmx issa l-bidu ta' proġett lejn għassa ġdida u tajba għall-pulizija ġewwa l-Fgura?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "21186 għadha tgħodd.", "ĊITTADINANZA", "22609.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija quddiem id-dipartiment taċ-ċittadinanza u l-expatriates?", "Jaf li din l-applikazzjoni issa ilha lesta snin u l-pendenza qiegħda tikkawża ħsara kbira lill-applikant?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-każ tal-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għadu qed jiġi nvestigat.", "ENEMALTA - DAWL", "22611.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti ordni li min hu nkarigat jieħu ħsieb li l-bozza li nqatgħet aktar minn xahar ilu f'ta' l-Għarar Lane Ħaż-Żabbar tinbidel?", "In-nuqqas ta' dawl huwa ta' periklu għall-ħames familji li jgħixu hemm hekk u diġa' kien hemm inċident serju ikkawżat mid-dlam.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PULIZIJA - PROSTITUZZJONI", "22623.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet tipprattika l-prostituzzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jgħid kemm minn dawn kienu taħt it-18-il sena u kemm kienu taħt is-16-il sena?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu tas-sess femminili u kemm tas-sess maskili?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn tressqu l-qorti u ġew ikkundannati piena ta' priġunerija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant rigward in-numru ta` persuni mressqa l-qorti fuq reati konnessi ma` prostituzzjoni mill-1996 sa l-1999 nirriferih għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "13976.", "Għas-sena 2000 ninsab informat li l-figura hija ta` 24.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, informat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.", "TESTIJIET TA' L-ILMA", "22624.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' talbiet biex isiru testijiet fuq samples ta' ilma li jirċievi l-konsumatur, minn individwi privati jew stabilimenti matul is-sena 2000?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet saru dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew proċessati u f'kull każ b'mod separat x'irriżulta mit- testijiet li saru?", "Jista' jgħid ukoll minn min saru dawn it-testijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PROSTITUZZJONI", "22625.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti mixlija li ħeġġet persuni jipprostitwixxu ruħhom f' dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22623 f`din l-istess seduta.", "PROSTITUZJONI", "22626.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'nazzjonalita' kienu dawk li nqabdu jippratikaw il- prostituzjoni tul dawn l-aħħar ħames snin?", "F'każ ta' barranin. kemm minnhom ġew deportati minn Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.", "PROSTITUZZJONI", "22627.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom tul dawn l-aħħar ħames snin inqabdu persuni jippratikaw il-prostituzjoni u minn liema lokalitajiet Maltin u Għawdxin kienu dawk il-persuni li nqabdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.", "PROSTITUZJONI", "22628.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid tul dawn l-aħħar ħames snin kemm-il persuna tressqet il- qorti akkużata bi prostituzjoni u kemm minn dawn kienu riċedivi fuq l- istess att ta' akkuża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22623 f`din l-istess seduta.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, informat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika."]} {"filename": "20020306_710d_par.doc", "date": "2002-03-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 710 L-Erbgħa, 6 ta' Marzu, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 710", "L-Erbgħa, 6 ta' Marzu, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "710", "L-Erbgħa, 6 ta' Marzu, 2002", "WERREJ", "MINUTI 385", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 385", "TQEGĦID TA' KARTI 390", "MOZZJONI DWAR IL-MARA MALTIJA FIS-SOĊJETA` TAGĦNA 391", "AĠĠORNAMENT 415", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 421", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 709 li saret fis-6 ta' Marzu, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĦAXIX – PREZZ GĦALL-KONSUMATUR", "30866.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il- prezz medju ta' kilo tadam, pastard, kaboċċi, basal, ġdur, karrotti u patata għall-konsumatur matul ix-xahar ta' Novembru u Diċembru li għadda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "PRODOTT Novembru 2001 Diċembru 2001", "Lm Lm", "Basal Niexef 1.43 1.67", "Patata (wiżna) 1.22 1.17", "Tadam 0.43 0.54", "Pastard 0.44 0.39", "Kaboċċi 0.34 0.37", "Ġdur 0.22 0.29", "Karrotti 0.61 0.67", "TRASPORT PUBBLIKU - ŻIEDA FIN-NOLL", "30867.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani kemm għola n-noll tat-trasport pubbliku matul l-1999, 2000 u 2001?", "Kemm hija t- talba għaż-żieda fin-noll li qed tintalab fil-mument?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li n-nollijiet tal-karozzi tal-linja għolew b'effett mill-1 ta' Settembru, 1999 skond l-Avviż Legali Nru. 148 ta' l-1999.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jintużaw il-karozzi tal-linja l-ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hawn diversi rapporti li jindikaw li qegħdin noqorbu biex wara numru ta' snin jiġi konkluż ftehim mas-sidien tal-karozzi tal-linja li talbu biex ikunu jistgħu jġibu karozzi tal-linji ġodda.", "Wara li l-awtorita` ħarġet specifications ġodda u ġew approvati ħames tipi differenti ta' karozzi tal-linja, huwa mistenni li dawn il-karozzi jibdew jaslu fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fil-fatt waħda diġa' waslet u qed tiċċirkola.", "Huwa mistenni li bejn il-ġimgħa d-dieħla u ta' wara tiġi formalment approvata karozza tal-linja oħra li nbniet minn kumpannija hawn Malta.", "Il-142 sid ta' karozzi tal-linja li għandhom talba u agreement pendenti ma' l-awtorita' se jkunu mitluba jikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jimportaw jew li jixtru minn Malta dawn il-karozzi tal-linja fi żmien qasir.", "Il- possibbilta' li jibqgħu jgawdu minn benefiċċju ta' aktar minn Lm30,000 bħala sussidju li l-gvern se jagħti għal kull waħda minn dawn il-karozzi, ma jistax jibqa' jiġi estiż mingħajr ma l-poplu Malti jingħata l-benefiċċju ta' dan is-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Peress li f'qasir żmien se jibda jkollna karozzi tal-linja ġodda, dan ifisser li l-awtorita' tat-trasport pubbliku se tkun f'qagħda li toffri servizz aktar diċenti lil dawk il-komunitajiet li m'għandhomx servizz kif suppost?", "Qed nirriferi b'mod partikolari għall- area Ta' Farzina f'Ħal Qormi, fejn il-karozzi tal-linja jgħaddu kull siegħa, kif ukoll għal areas oħra fl-istess lokalita` fejn il-karozzi tal- linja ma jgħaddu xejn u n-nies ikollhom jimxu kważi żewġ mili biex isibu bus stop.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, irrid l-ewwelnett niċċara li bl-ebda mod ma jien għedt li l-karozzi tal-linja se jiżdiedu.", "F'pajjiżna għandna 508 karozza tal-linja u sakemm ma tinqalax il-ħtieġa li dawn jiżdiedu – ma naħsibx li se jkun hemm din il-ħtieġa for the foreseeable future – in-numru se jibqa' l-istess.", "Li kont qed ngħid hu li se jkun hemm replacement ta' 142 karozza tal-linja li s-sidien tagħhom talbu biex jinbidlu.", "Kif qalet l-Onor.", "Coleiro, huwa minnu li f'ċerti postijiet hemm nuqqas ta' servizz ta' karozzi tal-linja – naturalment kull wieħed minna jista' jsemmi diversi areas fil-lokalita` tiegħu li m'humiex moqdijin bis-servizz attwali – u jien kemm-il darba għedt li dan is-servizz ma jistax jibqa' jiġi pprovdut bl-istess mod kif kien jiġi pprovdut numru ta' snin ilu.", "Pero' l-estenzjoni ta' dan is-servizz m'huwiex marbut fih innifsu mal- karozzi tal-linja l-ġodda imma ma' talbiet pendenti li jista' jkun hemm, speċjalment f'dawk l-inħawi li żviluppaw matul dawn l-aħħar 30 sena.", "F'ċerti każi wasalna għal soluzzjoni u nispera li anke f'Ta' Farzina u postijiet oħra jkollna s-soluzzjoni meħtieġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nixtieq inkompli nsemmi lmenti dwar karozzi tal-linja li jbiddlu r-rotot kuljum u oħrajn li ma jitfaċċawx fil- ħin - bħalissa jiġini f'moħħi Pembroke – għax jidher li rapporti dwar dawn l-ilmenti qed ikunu njorati.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari jittieħdu meta jkun hemm dawn it-tip ta' lmenti fuq bażi regolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-fatt isiru żewġ tipi ta' rapporti.", "Dawk li jsiru mill-pubbliku in ġenerali - ħafna drabi dak li jkun jippreferi li jibqa' anonimu, u dan joħloq diffikulta' biex jittieħdu ċerti passi fil-konfront ta' min ikun allegatament kiser ir-regolamenti jew ikun qabeż xi parti mir-rotta li suppost ikun għadda minnha - u dawk li jsiru mill-persuni nkarigati fi ħdan l-awtorita' tat-trasport li jagħmlu enforcement u normalment ma jibżgħux ikomplu bir-rapport tagħhom.", "Fil-fatt mhux darba jew tnejn li kien hemm enforcement officers li meta ġew għas-si u n-no biddlu l-verżjoni ta' x'kienu l-fatti f'inċidenti partikolari.", "Pero' nista' nikkonferma liberament li jittieħdu passi u skond ir-rapport annwali ta' l-awtorita' jirriżulta li s-sena li għaddiet kien hemm aktar minn 1000 każ ta' dixxiplina fil-konfront ta' persuni differenti li taw is- servizz.", "Madanakollu tibqa' dejjem it-tendenza li jkun hemm min jabbuża u min jikser ir-regoli u għal kull każ jittieħdu l-passi neċessarji u jitwaħħlu l-multi.", "Jien niddikjara li m'iniex sodisfatt bin-numru ta' multi li jingħataw għax is-somma ta' flus li titħallas għal dawn il-multi hija żgħira ħafna.", "Għalhekk irridu naslu biex dawn il-multi jiżdiedu u jiżdiedu b'mod sostanzjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar rotot ġodda within ċerti rħula li espandew matul dawn l-aħħar snin u li sal-lum għad m'għandhomx is-servizz tat-trasport pubbliku.", "Jiena ili tliet snin u nofs f'dan il-parlament u kull meta nagħmel interpellanza f'dan ir-rigward dejjem ningħata l-istess tweġiba, u cioe' li qed isiru d-diskussjonijiet ma' l-awtorita' tat-trasport pero' azzjoni u deċiżjoni milli jidher ma titteħedx.", "Once li wieħed jaċċetta l-prinċipju li hemm bżonn ta' dan is-servizz f'ċerti lokalitajiet, nemmen li b'mod jew ieħor għandha tinstab soluzzjoni.", "Ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar jekk dawn l-affarijiet jintrabtu b'deadlines u ma jitħallewx għall- eternita`, dejjem b'riferenza għall-area ta' Farzina kif ukoll għal Tal- Blat, in-naħa ta' Valletta Road, areas li żviluppaw f'dawn l-aħħar 25 sena u li jiġbru fihom mijiet ta' familji li għadhom qed jistennew bil-ħniena dan is-servizz?", "Barra minn hekk, jista' l-Ministru jgħidli kif tittieħed deċiżjoni li jitwaħħlu traffic lights, pelican lights jew isiru zebra crossings mingħajr dawl ta' xejn?", "Għax jista' jkun ukoll li ma tittieħed l-ebda miżura biex tiġi salvagwardata s-sigurta' tal-pedestrians u kull darba li dawn jiġu biex jaqsmu minn ċerti toroq ċentrali biex imorru fil-qalba tar-raħal ikunu qed jirriskjaw ħajjithom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ħalli nibda mill-aħħar parti tad-domanda.", "Punt li diġa' kelli l-opportunita' li nsemmih f'dan il-parlament u nerġa' nirrepetih kull darba li jkun hemm domanda marbuta ma' l-istess suġġett huwa dwar il-pelican lights u t-traffic lights.", "Illum għandna madwar 130 pelican jew traffic lights li huma mifruxin madwar il-gżira kollha.", "Tliet snin ilu kellna inqas minn 30 pelican lights.", "Dan ifisser li fl-aħħar tliet snin, meta hawn min jgħid li f'dan il-pajjiż ma sar xejn, fil-fatt saru 300% aktar pelican u traffic lights milli qatt eżistew mill-eternita' sal-lum.", "Issa dawn l-affarijiet ma nsemmuhomx biex noqogħdu niftaħru li għamilna 100 pelican lights għax forsi jkun hemm min jieħu għalih u jħarbex xi ħaġa fil-gazzetti – mhux qed nirriferi għall- Onor. Coleiro – madanakollu r-realta' tibqa' realta'.", "Illum minħabba li t- traffiku żdied bil-mod kif żdied u minħabba li l-ħteġijiet ta' kull wieħed u kull waħda minna inbidlu radikalment minn kif kienu 20 sena ilu, għandna numru sostanzjali ta' postijiet li assolutament għandhom il-ħtieġa li fihom issir zebra crossing jew xi tip ta' traffic lights.", "U daqqa t'għajn lejn prattikament il-postijiet kollha li qegħdin nitkellmu dwarhom tagħtina indikazzjoni ta' l-iżbalji li saru fil-passat.", "Filwaqt li f'pajjiżi oħra bypass jew triq arterjali suppost tiddelinja l- limitu ta' fejn jispiċċa l-villaġġ, hawn Malta qegħdin ngħixu r-realta' - ilha tiżviluppa matul is-snin kollha li ilha teżisti din il-gżira - li t- toroq li suppost jindikaw fejn jispiċċa t-tali raħal, fil-fatt jaqsmu minn nofs dak l-istess raħal.", "Mdina Road f'Ħal Qormi per eżempju taqsam Ħal Qormi l-antik minn Ħal Qormi li żviluppa fl-aħħar snin.", "Il-bypass tal- Marsa taqsam il-Marsa l-antika mal-Marsa li żviluppat fl-aħħar snin.", "Triq Diċembru 13 taqsam il-Marsa l-antika minn kif kienet fil-passat għal kif inhi llum.", "Il-bypass ta' Ħal Għaxaq taqsam ir-raħal l-antik minn Ħal Għaxaq li żviluppa matul l-aħħar ftit snin.", "Il-bypass ta' Birkirkara taqsam l-Iklin minn Birkirkara b'mod illi kuntrarju għal kull sens ta' management tat-traffiku, hemm ċerti diffikultajiet biex persuni li joqogħdu fil-parti l-ġdida tar-raħal ikunu jistgħu jilħqu u javviċinaw iċ-ċentru tar- raħal l-antik.", "Issa kieku wieħed kellu jistaqsi jekk jagħmilx sens li fil-bypass isiru xi tip ta' traffic lights, ir-risposta mil-lat ta' traffic management hija: Le, ma jagħmilx sens li f'bypass ikollok traffic lights jew pelican lights.", "Infatti ġieli ġejt ikkritikat talli f'ċerti postijiet għamilna pelican lights jew traffic lights meta fil-fatt il-ħteġijiet tal-komunita' hekk kienu jirrikjedu.", "Iżda dan mhux jiena niddeċidieh imma n-nies konċernati fid-direttorat tat-toroq u fid-direttorat tat-trasport.", "Dawn għandhom esperjenza aktar milli għandi jien u huma jieħdu d-deċiżjoni fejn għandhom jiġu nstallati dawn il-lights.", "Fil-fatt hemm madwar 60 lights oħra li diġa' huma approvati u nisperaw li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin jiġu nstallati.", "Il-programm għal din is- sena jinkludi madwar 30 pellican lights oħra li għandhom jiġu nstallati f'diversi nħawi u naturalment jibqa' oħrajn li għad irridu ninstallaw fil- futur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt nirriferi wkoll għar-road signs li qegħdin jitwaħħlu li fil-fehma tiegħi huma sbieħ pero' f'ċerti areas qegħdin jagħlqu l-aċċessibbilta' tal-bankina, bħal fi Triq Diċembru 13.", "Għandi nifhem li bħalma kunsill lokali norbtuh bil-linji gwida nazzjonali ta' l-aċċessibilita' tal-bankini, hekk ukoll għandna norbtu lil min qed iwaħħal dawn is-signs.", "Għax jekk persuna tkun għaddejja minn Triq Diċembru 13 bilfors trid tinżel taħt il-bankina minħabba xi arblu li fuqu jkunu qed jitwaħħlu r-road signs.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, dawn is-signs qegħdin jitwaħħlu mid- direttorat tat-toroq.", "Nispera li almenu naqblu li t-twaħħil ta' dawn is- signs huwa pass fid-direzzjoni t-tajba għax żgur huma an upgrade fuq is- signs li kellna u għad għandna sal-lum.", "J'Alla kullimkien ikollna minnhom dawn!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Coleiro qed tgħid li ma skoprejniex l- Amerika għax għamilna s-signs.", "Lill-Onor.", "Membru nfakkarha li sa sena ilu ma kellniex minn dawn is-signs u għalkemm ma skoprejniex l-Amerika, skoprejna t-tabelli.", "Aktar kont nieħu pjaċir kieku saruli domandi dwar 'il għala s-signs qegħdin ħames metri u nofs ogħla mill-art u xorta waħda qegħdin jintlaqtu mill-karozzi.", "Nispera li dawn m'humiex qed jintlaqtu għal tapposta!", "Qed ngħid hekk għax filwaqt li dawn qegħdin aktar fil-għoli minn kull sign fid-dinja kollha, f'dan l-iżgħar pajjiż tad-dinja qegħdin jintlaqtu.", "Din hija xi ħaġa li ma tiġri mkien.", "Fil-fatt għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna se nagħmlu legal notice – se niskopru l-Amerika għal darb'oħra! - li tistabilixxi li ma jistax ikollok traffic sign ta' ċertu għoli above road level għax ladarba f'pajjiżna rnexxielna nagħmlu dak li ħadd m'għamel fid-dinja, hemm bżonn li nagħmlu kontrolli b'mod differenti minn liġijiet oħra li hawn fid-dinja.", "Mr Speaker, l-aċċessibbilta' hija wkoll waħda mill-punti li tiġi kkunsidrata kull meta jkun hemm twaħħil ta' signs, pero' hemm toroq li m'humiex intenzjonati li minnhom jgħaddu n-nies bil-mixi u waħda minn dawn hija proprju Triq Diċembru 13.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-arblu li semmejtlu qiegħed fejn isir il-horse riding u n-nies imorru hemm biex iqattgħu siegħa żmien.", "Naħseb li l-bankina għalhekk qiegħda biex timxi fuqha!", "U kien hemm post ieħor fejn dan l-arblu seta' jitwaħħal flok fuq il- bankina.", "Jekk il-Ministru jrid lesta nindikalu l-post eżatt fejn qiegħed.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ladarba l-Onor.", "Membru qed tindika li post partikolari, niċċekkja jekk din it-tabella tistax tiċċaqlaq minn fejn hi.", "Fl-aħħar mill-aħħar mhux jien waħħalthom dawn it-tabelli!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ladarba qegħdin nitkellmu fuq sinjali tat- traffiku, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li bħalissa quddiem numru ta' lukandi f'Ta' Sliema qed jitħassru l-linji tat-traffiku, b'konsegwenza li la jistgħu jtellgħu u lanqas iniżżlu turisti f'dawn il- lukandi.", "X'kienet ir-raġuni li ttieħdet deċiżjoni bħal din?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'iniex konxju ta' din u nitlob lill- Onor. Interpellant biex jagħmel domanda formali ħalli nkun nista' nwieġbu.", "GOZO CHANNEL – ŻIEDA FIN-NOLL", "30868.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil- fatt għola n-noll tal-vjaġġi tal-Gozo Channel matul l-1999, 2000 u 2001 separatament?", "X'żieda fin-noll qed tintalab fil-mument mill-Gozo Channel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li matul l-1999, 2000 u 2001 l-ebda noll ta' vjaġġi magħmula mill-Gozo Channel ma għola.", "Għal kuntrarju għal dak li ġara fit-3 ta' Frar, 1997 permezz ta' Avviż Legali Nru. 13 ta' l- 1997, b'seħħ mill-1 ta' Jannar, 1999 diversi nollijiet ġew imraħħsa (Avviż Legali Nru. 277 ta' l-1998).", "In-noll għall-Għawdxin minn 75c niżel għal 30c; it-tariffa għal karozzi flimkien man-noll għal xufier residenti f'Għawdex niżel minn Lm4.75 għal Lm2.30; filwaqt li t-tariffa għal mutur flimkien man-noll għal xufier residenti f'Għawdex niżlet minn Lm2 għal Lm1.30.", "Ma' dawn ġew introdotti wkoll nollijiet ġodda għall-passiġġieri li jużaw il-vapur wara t-8.00p.m.", "Dawn huma ta' Lm1.50 għall-passiġġieri - jiġifieri kien hemm tnaqqis ta' 25c - filwaqt li t-tariffa għal karozzi flimkien man-noll għax-xufier hi ta' Lm4.50c, tnaqqis ta' Lm1.25.", "Inżid ngħid li fil-mument m'hemm l-ebda talba għal żieda fin-noll.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Il-Ministru jista' jikkonferma li s-sena li għaddiet l-Gozo Channel għamlet telf ta' Lm800,000?", "Jista' jikkonferma wkoll li rapport intern rrakkmanda lil Gozo Channel biex tagħmel ekonomija ikbar fit-tmexxija tagħha għar-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam mas-servizz tal-catamaran minħabba li qed titlef mal- Lm150,000 fis-sena u biex jitneħħa s-servizz kummerċjali minn Sa Maison?", "Jista' jikkonferma wkoll li effettivament is-sena li għaddiet u din is-sena l-ispiża tal-Gozo Channel fit-tmexxija qed tiżdied bil-kbir minħabba mpiegi ġodda li ttieħdu f'din l-aħħar sena u nofs?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA Mr Speaker, jiena m'iniex f'pożizzjoni li nikkonferma dan kollu u se ngħid għaliex.", "Il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni huwa l-ministeru regolatur mit-trasport fil-pajjiż u l-Gozo Channel bl-ebda mod ma taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għat-trasport.", "Il-bieraħ fl-aħbarijiet bdew jitkellmu dwar Lm800,000 telf li għamlet il- Gozo Channel, pero' ma kellix iċ-ċans u lanqas l-okkażjoni li nara fid- dettall kif l-istazzjonijiet li rrapportaw din l-aħbar waslu għal dawn il- konklużjonijiet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ladarba l-Ministru qed jgħid li fis-sistema huwa biss bħala regolatur u għadu kemm tana tagħrif dwar it-tariffi, irid jgħidilna li ma jkunx informat dwar l-andament finanzjarju u ekonomiku ta' azjenda bħall-Gozo Channel?", "Jekk inhu r-regolatur, ma joħroġx minnufih li awtomatikament huwa informat dwar kif qed jitmexxa dan is-servizz monopolistiku.", "La hu regolatur irid ikun jaf dettaljatament kif inhi għaddejja u x'inhu l-andament tal-Gozo Channel għax allura m'hu regolatur xejn!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzoni jaf tajjeb li l-Gozo Channel taqa' taħt il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi u l- ministeru għat-trasport u komunikazzjoni huwa r-regolatur li naturalment jirregola diversi aspetti ta' l-operat, inkluż it-tariffi jekk ikun hemm applikazzjoni għal żieda.", "Huwa veru li s-sena li għaddiet il-Gozo Channel għamlet it-telf, u r- raġunijiet huma varji pero' b'mod partikolari minħabba l-impatt fiż-żieda taż-żejt u l-impatt tal-vapuri l-ġodda.", "Naturalment dawn jikkonsmaw ferm aktar fuel milli jikkonsmaw il-vapuri l-oħra u għandhom security u abbilta` li jbaħħru u jimmanuvraw b'mod aktar effiċjenti mill-vapuri l-qodma, li ħafna minnhom kienu adattati għal ibħra ferm aktar kalmi minn dawk ta' madwar Malta u Għawdex.", "Li nista' ngħid hu li qegħdin jittieħdu miżuri u qed jiġi ppreparat ukoll rapport biex inkunu nistgħu nieħdu l-miżuri korrettivi biex inkunu f'pożizzjoni li nnaqsu dan it-telf mingħajr ma jiġi affetwat is-servizz.", "Naturalment hemm ċerti servizzi bħal dak tal-catamaran li kien reġa' ġie ntrodott bi prova u sfortunatament is-servizz tiegħu ma kienx qed jiġi wżat biżżejjed biex jiġġustifika l-ispiża tiegħu u għalhekk qed isir re- assessment biex naraw jekk għandux jibqa' għaddej fiċ-ċirkostanzi li l-Gozo Channel tejbet ħafna s-servizz tagħha.", "Peress li l-vapuri l-ġodda b'mod partikolari jirrikjedu security aktar ta' nies, kemm biex ikollhom il-classification ta' fire and safety minħabba dak li jista' jinqala' u anke minħabba insurance, fejn qabel konna ngħaddu bi crew ta' sebgħa' jew tmienja minn nies, issa dan kellna nżiduh għal 15-il ruħ peress li dawn il-vapuri huma aktar kumplessi u għamilna investiment tant kbir fihom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u t-tip ta' bombi u ordinanza oħra tal-gwerra defused/meqruda matul l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31974; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 59 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 dwar skema ta' reġistrazzjoni dwar l-investiment.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, skond il-ftehim li ntlaħaq fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, nitlob is-sospensjoni ta' l-ordnijiet tal-ġurnata fuq l-aġenda biex issir diskussjoni, bla mozzjoni u bla vot, u allura mingħajr riżoluzzjoni fl-aħħar, dwar il-mara Maltija fis-soċjeta` tagħna.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "IL-MARA MALTIJA", "FIS-SOĊJETA`", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, se nagħmel introduzzjoni qasira min- naħa tal-gvern għal dan id-dibattitu.", "Forsi jekk m'hijiex xi ħaġa unika, huwa rari li f'dan il-parlament ikollna l-okkażjoni li nagħmlu dan it-tip ta' dibattitu miftuħ, mingħajr il-bżonn ta' xi votazzjoni finali.", "Din il- Kamra m'hijiex qed tiltaqa' llejla biex tieħu xi deċiżjoni, imma biex tagħmel dibattitu dwar suġġett li huwa kkunsidrat bħala ta' ċerta importanza għall-pajjiż, miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dan id-dibattitu qed isir proprju ftit ġranet qabel jiġi ċċelebrat Jum il-Mara.", "Fl-okkażjoni tal-lum nistgħu nifirxu l-opinjonijiet u is-suġġerimenti tagħna dwar ir- rwol tal-mara fis-soċjeta` Maltija, dwar kif dan kif żviluppa tul iż-żmien, dwar kif inhu llum u anke dwar kif jista' jkun 'il quddiem.", "Jien nemmen li dan id-dibattitu għandu dawn l-iskopijiet.", "Issa wieħed ovvjament qiegħed fil-liberta` li jittratta s-suġġett kif jidhirlu hu, imma fl-opinjoni personali tiegħi personali u fl-opinjoni tal-gvern, naħseb li din hija okkażjoni biex nirrikonoxxu l-ħidma li saret f'pajjiżna tul is- snin biex il-mara Maltija takkwista l-pożizzjoni li tixraqilha fl-iżvilupp tas-soċjeta` tagħna, biex tingħata l-opportunitajiet li jixirqulha biex tkun tista' tiżviluppa l-potenzjal tagħha u d-dinjita` tagħna bħala persuna, u biex tagħti mhux biss kontribut lejn l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tal-pajjiż, imma tikkontribwixxi wkoll fl-iżvilupp tal- karriera tagħha bħala persuna, f'kuntest soċjali, flimkien mar-raġel, tifforma ċ-ċellula l-iktar importanti f'pajjiżna, u ċioe` l-familja.", "Jien mill-ewwel irrid inpoġġi lil dan id-dibattitu fuq livell mhux kontroversjali, jiġifieri ġenwinament nirrikonoxxi li sar ħafna minn gvernijiet differenti u minn diversi segretarji parlamentari li kienu responsabbli mill-qasam tan-nisa fis-soċjeta` Maltija tul is-snin.", "Irrid insellem lil dawk kollha li tul dawn is-snin kollha taw il-kontribut tagħhom, u jekk nikkritikaw lil xulxin, wieħed irid ipoġġi din il-kritika fil-kuntest ta' min jipprova jagħmel l-aħjar li jista' ħalli dan il- potenzjal ikun jista' joħroġ u ħalli l-mara takkwista d-dinjita` sħiħa tagħha fis-soċjeta`.", "Insellem lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fis-snin l-imgħoddija, bl- iktar persuni riċenti jkunu il-Ministru Louis Galea, li ħadem għal dan fl- amministrazzjoni ta' bejn l-1987 u l-1996, u lill-Onor.", "Helena Dalli, li fl- amministrazzjoni preċedenti kienet segretarja parlamentari responsabbli mill-qasam tan-nisa.", "Irridu nirrikonoxxu li sa ftit snin ilu, kien jinħass il-bżonn ta' ħidma biex tinbidel kultura, biex tinbidel mentalita`.", "Billi semmejt il-perjodu ta' bejn l-1987 u l-1996, u lill-Ministru Louis Galea, ma jfissirx li ma nirrikonoxxix ukoll il-kontribut li nagħta fis-snin ta' qabel, anke bl-għażliet ta' nisa f'karigi importanti fil-pajjiż.", "Fihom infushom dawn l-għażla ma kinux ibbażati biss fuq il-kapaċita` ta' l- individwi imma kien fihom messaġġ importanti li żgur li tressaq minn min għamel l-għażla.", "Għalhekk iva, il-gvern preżenti jirrikonoxxi l-ħidma li saret f'dan il-qasam tul is-snin.", "Mr. Speaker, jiena naħseb li l-iskop ta' dan id-dibattitu għandna neħduh pass iktar 'il quddiem, billi mhux biss nirrikonoxxu u nsellmu lil dawk li taw is-sehem tagħhom f'dan il-kamp, inklużi organizzazzjonijiet, NGOs u kummissjonijiet li twaqqfu tul is-snin, imma anke nagħmlu analiżi tas- sitwazzjoni li qegħdin fiha, u allura nirrikonoxxu l-istat li qegħdin fih, biex b'hekk ikollna l-opportunita` li nħarsu 'l quddiem, ikollna ċ-ċans li ngħidu iva, fadlilna x'nagħmlu, fadlilna x'ninvestu u fadlilna fuq xiex nikkonċentraw l-attenzjoni tagħna.", "Jien nittama li dan id-dibattitu jservi b'mod pożittiv u kostruttiv anke għal analiżi ta' l-istampa li għandna llum, biex naraw fejn nistgħu ntejjbu iżjed fuq dak li diġa' sar fis-snin li għaddew.", "Il-ħarsa 'l quddiem hija mportanti ħafna.", "Bħalissa f'pajjiżna hawn ċerti proġetti li qegħdin miftuħin għad-dibattitu pubbliku, u dan lejliet li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Biex insemmi ftit inizjattivi li ġew varati fl-aħħar ġranet, mingħajr ma nillimita ruħu għalihom, nista' nirreferi għall-white paper għal bidliet fil-liġijiet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'pajjiżna u għall-white paper dwar l-ugwaljanza bejn il-mara u r-raġel fis- soċjeta` tagħna.", "Dawn huma dokumenti li issa tressqu bħala proġetti għad- diskussjoni nazzjonali, ħalli fix-xhur li ġejjin nieħdu deċiżjonijiet u nilleġislaw dwarhom.", "Nixtieq nagħmel spjegazzjoni qasira dwar il-mod ta' kif in-naħa tal-gvern se tibni dan id-dibattitu.", "Aħna dehrilna li d-dibattitu ma kellux ikun limitat għal xi kontribut min-naħa tal-membri parlamentari nisa.", "Dehrilna li l-approach, għallinqas min-naħa tal-gvern, m'għandux ikun dan.", "Il- messaġġ li nixtiequ nwasslu huwa li dan is-suġġett jinfirex mal-ministeri u mad-dekasteri kollha, u allura l-istedina tagħna hi li min-naħa tal-gvern, f'dan id-dibattitu jipparteċipaw ministru u deputati li għandhom responsabbiltajiet differenti.", "Nista' ngħid li fl-interventi li se nisimgħu minn kelliema tal-gvern, se jkun hemm perspettivi differenti, il- perspettiva tal-mara u l-edukazzjoni, tal-mara u l-ekonomija, tal-mara u l- qasam tas-saħħa, tal-mara fil-kuntest ta' leġislazzjoni u jekk il-ħin jippermetti, anke l-perspettiva tal-mara fil-kuntest ta' Għawdex, li hija realta` differenti ` li tipprovdi sitwazzjoni partikolari li forsi tkun tirrikjedi indirizz speċjalizzat.", "Għalissa, bħala introduzzjoni, se nieqaf hawn biex inħalli f'idejn id- deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra ħalli jesponu l-aspetti differenti dwar dan is-suġġett.", "Fl-għeluq ta' dan id-dibattitu imbagħad inkun nista' nwieġeb jew nirreaġixxi għal xi punti li jkunu tressqu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, waħda mill-kumplikazzjonijiet ta' kull sena qed tkun li l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali qed jaħbtu fl-istess żmien ta' Jum il-Mara, u allura xi ftit mill-impatt soċjali u komunitarju li din il-ġurnata għandha jkollha, b'xi mod jew ieħor qed jintilef.", "Fil-ġimgħa li għaddiet kellna l-proposta min-naħa tal-gvern li bħala parlament nimmarkaw Jum il-Mara billi niddedikaw l-aġġornamenti tal-bieraħt lura, tal-bieraħ u tal-lum filgħodu u filgħaxija għal din il-ġurnata.", "In- naħa ta' l-oppożizzjoni ħasset li ma jkunx xieraq li nkomplu ngħattu l- importanza ta' jum bħal dan, simboliku imma anke b'mod konkret, billi naċċettaw din il-proposta.", "Għalhekk ipproponejna li minflok, seduta sħiħa tal-parlament għandha tkun dedikata għal diskussjoni dwar il-qagħda soċjali, ekonomika, kulturali u privata tal-mara f'Malta, mingħajr mozzjoni, ħalli ma jkunx hemm xi ħsieb li dan huwa xi ġest partiġġjan, bi qsim tal-ħin bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, jiġifieri fi ftit kliem, issir sempliċiment diskussjoni.", "Madwar tliet snin ilu konna għamilna diskussjoni simili dwar il-qagħda ekonomika f'Malta, u naħseb li f'dak iż-żmien, dik l- inizjattiva kienet tajba bħal din tal-lum, li tippermetti li ż-żewġ naħat jimmarkaw l-ideat u l-analiżi tagħhom dwar il-qagħda tal-mara fis-soċjeta` Maltija.", "Sur President, aħna ddeċidejna li jien nagħmel introduzzjoni, nittama qasira, għax il-problema professjonali tagħna n-nies tal-politika hi li ntawwlu wisq fid-diskors li nagħmlu, u l-bqija tal-kontribut ta' l- oppożizzjoni jsir mill-Onor.", "Helena Dalli, li hija responsabbli mill- kuntest kollu tad-drittijiet tal-mara, maħsub bħala suġġett fejn b'mod pożittiv, l-awtoritajiet ċivili, l-awtoritajiet politiċi jmexxu dak kollu fl-oqsma differenti tal-ħajja, imexxu dawk il-kundizzjonijiet, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-drawwiet li tabilħaqq jippromwovu preżenza dejjem iktar qawwija tan-nisa fil-pożizzjonijiet, fid-deċiżjonijiet, fl-oqsma li jirriflettu fuq ħajjitna u fuq il-futur tagħna.", "Il-kelma li nużaw hija \"drittijiet tal-mara\", imma din ma tagħtiniex biżżejjed sens għal x'inhi l-problema.", "Tajjeb li nistaqsu x'inhi l- problema.", "Il-problema hi li l-kuxjenza tagħna twassalna biex nifhmu li hawn żbilanċ ta' kontribut u ta' sehem bejn dak li huwa l-ispazju li jieħdu l- irġiel u dak li huwa l-ispazju li jieħdu n-nisa fl-oqsma kollha tal-ħajja.", "B'mod iktar qawwi minn hekk imbagħad ngħidu li dan m'għandux ikun.", "Hemm bżonn li jsiru ħidmiet sħaħ ħalli dan l-iżbilanċ, dan id-deficit demokratiku, għax fil-fatt, hekk hu, anzi jien ngħid mhux biss deficit demokratiku imma deficit uman, jiġi korrett.", "Min-naħa tagħna nemmnu li jeżisti dan l-iżbilanċ u li hemm bżonn ta' ħidma pożittiva – mhux li wieħed jgħid le, imma li jgħid li se nagħmel hekk u hekk – biex l-iżbilanċ jiġi korrett.", "Hawnhekk imbagħad iqum il-punt għax diversi spokespersons, diversi nies ta' kalibru, speċjalment jekk ikunu nisa, jgħidu li m'hemm xejn xi jsir għax jekk inħallu l-affarijiet jimxu kif inhuma, hemm l-ispazju sħiħ biex min hu ta' kalibru, min għandu impenn, anke fost in-nisa, jimxi 'l quddiem fid- dinja tad-deċiżjonijiet politiċi u kummerċjali.", "L-affarijiet qegħdin hemm, b'mod naturali, qisha d-dinja hi xi pjanta li titla' waħedha, u l- affarijiet b'mod naturali jippermettu li min għandu talent, impenn u ħila, jimxi 'l quddiem u bil-ħila tagħha biss, il-mara tasal fejn għandha tasal daqs l-irġiel.", "Aħna naqblu li huwa tajjeb li min jagħmel dan l-akkwist ikollu kull rikonoxximent, imma nħossu li m'huwiex biżżejjed.", "Inħossu li hemm bżonn, nerġa' ngħid, ta' ħidma pożittiva biex l-iżbilanċi strutturali fis-soċjeta` tagħna, fil-qagħda ekonomika ta' pajjiżna, jinbidlu.", "Allura bilfors irridu nindirizzaw din il-problema b'mod politiku, billi jkun hemm programm politiku maħsub ħalli dawk li nsejħulhom drittijiet tan-nisa, mhux biss jiġu rikononoxxuti, imma jiġi affermati, imsaħħa u mmexxija 'l quddiem.", "Filwaqt li nagħmlu hekk, nagħmlu wkoll bħalma għandu kif għamel il-Viċi Prim Ministru u nirrikonoxxu l-fatt li matul is-snin, saru ċerti avvanzi.", "Filwaqt li nagħtu ġieh lil min wettaqhom, lil min ħadimhom, lil min oriġinahom, xorta nibqgħu ngħidu li m'huwiex biżżejjed.", "Hemm bżonn allura ta' proġett politiku li jkun koerenti u konsistenti, li jirrikjedi imbagħad is-solidarjeta` u l-appartenza mhux biss tan-nisa, imma speċjalment ta' l-irġiel, fejn permezz ta' dan il-proġett politiku, inbiddlu d-dinja ta' madwarna b'mod li lill-ispazji mnaqqsa li fir-realta` jkollhom jaffaċċjaw in-nisa biex javvanzaw l-għanijiet u l-aspirazzjonijiet ta' ħajjithom nwessgħuhom biex tabilħaqq imbagħad jidħlu bilanċi sħaħ fl- ispazji li jkollhom in-nisa u l-irġiel.", "Mill-ġdid, aħna ma naċċettawx li dawn l-iżbilanċi huma naturali.", "Din hija l- pożizzjoni li partiti soċjali demokratiċi u soċjalisti fl-Ewropa adottaw matul dawn l-aħħar 30 sena, u aħna, bħala Partit Laburista, ninsabu solidali magħhom, fis-sens li hemm bżonn, nerġa' ngħid, ta' ħidma pożittiva biex fejn hemm żbilanċi kontra n-nisa fil-ħajja ċivili, politika, kulturali, ekonomika, amministrattiva u pubblika, inwaddbuhom lura.", "Aħna qed ngħidu li hemm bżonn ta' ħidma politika biex nintervjenu b'mod politiku f'dak li jinsab għaddej.", "Jiena ngħid ukoll, Sur President, li dan m'huwiex biss imperattiv morali, fis-sens li jekk wieħed iħares lejn il-problematika mil-linja morali, minnufih għandu jgħid li m'huwiex sew li jkun hemm diskriminazzjoni bejn ċittadin u ċittadin, f'dan il-każ ċittadin u ċittadina, fl-aċċess għall- affarijiet li jagħmlu lil ħajja rikka, serja u siewja.", "M'huwiex aċċettabbli li xi parti mis-soċjeta`, f'dan il-każ in-nisa, ma jkollhomx l- istess drittijiet, l-istess aċċess reali bħalma għandhom l-irġiel.", "Akkost li nitilfu mill-effiċjenza ekonomika tas-soċjeta`, għandna biss dawk il- miżuri li jagħtu drittijiet ugwali lil naħa u lil oħra, imma l-argument imur iktar 'il bogħod għax m'hu veru xejn li bidliet li jwasslu biex l- ispazji li għandhom in-nisa fis-soċjeta` jitwessgħu, se jkollhom impatt negattiv, għallinqas fil-medium term, fuq l-effiċjenza ekonomika tas- soċjeta`, anzi bil-maqlub.", "Nargumentaw li huwa fl-interess tas-soċjeta`, biex din iżżid l-effiċjenza u l-effettivita` ekonomika u finanzjarja tagħha u biex tilħaq il-potenzjal kollu tagħha li jinħolqu kundizzjonijiet li fihom, in-nisa daqs l-irġiel jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma u fil-ħajja tal-pajjiż.", "Għaliex?", "Għax ninsabu, speċjalment f'Malta, f'sitwazzjoni fejn qisu hawn fabbrika li nofs il-magni tagħha jintużaw b'50%, b'20%, b'10%.", "Meta qed nuża din il-metafora m'inix qed ngħid li n-nisa jew l-irġiel huma magna, għalhekk nittama li wieħed qed jifhem dak li qed nipprova ngħid.", "Kull miżura li twassal biex aktar u aktar mill-magni tal-fabbriki jintużaw b'mod ottimali, hija fl- interess ta' l-effiċjenza ekonomika, tat-tkabbir tal-ġid ekonomiku, finanzjarju u soċjali ta' dawk kollha li għandhom x'jaqsmu mal-fabbrika.", "Il-punt hu li l-ħidma politika pożittiva favur id-drittijiet tal-mara mhux biss hija moralment ta' min jaqbel magħha, imma biż-żmien se twassal ukoll għal titjib fl-effiċjenza, fil-poter, fil-potenza tal-magna soċjali u ekonomika tal-pajjiż biex timxi 'l quddiem. nerġa' ngħid li ma jistax ikun li parti sostanzjali mit-talenti ta' pajjiżna jiġu mogħtija l-ġenb u jkunu diskriminati b'mod li ma jkunux jistgħu jipparteċipaw bil-kontribut ottimali li huma kapaċi jagħtu.", "F'dan il-kuntest mill-inqas irridu nirrikonoxxu, għalkemm l-Onor.", "Dalli żgur li se tidħol iktar f'dettal, l-aspetti differenti ta' din il-ħidma pożittiva, l-aspett ta' drittijiet privati u ċivili li n-nisa jkunu jistgħu jgawdu minnhom mhux bħala privileġġ, imma jkunu jistgħu jeżerċitawhom daqs l-irġiel.", "Formalment hemm l-argumenti kollha politiċi u kostituzzjonali li jagħtu ugwaljanza lin-nisa, imma fir-realta` hemm ħafna xkiel, ħafna minnu informali, li jrid jiġi indirizzat.", "Iva, aħna nemmnu li dawn il-barrieri għandhom jiġu indirizzati b'ħidma u b'deċiżjonijiet politiċi li l-parlament għandu jmexxi 'l quddiem.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni tad-drittijiet fuq il-post tax-xogħol, fejn il- fatt li l-ħajja tal-mara u tar-raġel ma jimxux fuq l-istess binarji għandu inċidenza fuq il-mod ta' kif in-nisa jistgħu jikkontribwixxu fuq il-post tax-xogħol.", "Anke hawn, aħna nemmnu li hemm bżonn ta' riflessjoni sħiħa u eventwalment ta' deċiżjonijiet biex għal dawn l-affarijiet li m'humiex simetriċi fil-mod ta' kif mara tista' tipparteċipa fuq il-post tax-xogħol vis-à-vis r-raġel jew viċi-versa, jinħadmu regolamenti u jimxu 'l quddiem strateġiji ta' direzzjoni li jibbilanċjaw in-nuqqas ta' simetrija li teżisti, ħalli fuq il-post tax-xogħol, tabilħaqq ikun hemm l-ugwaljanza.", "Fl-aħħarnett - u din għalija hija l-iktar issue kruċjali - irid ikun hemm ħidma pożittiva biex in-nisa jkollhom aċċess sħiħ mhux għall-post tax- xogħol jew għal postijiet fejn ikun hemm spazju żbilanċjat, imma għal postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Dan huwa kruċjali għax l-irġiel, ħafna minnhom ħbieb tiegħi, jaraw id-dinja ta' madwarhom bħala ħaġa naturali, għax il-maġġor parti, biex ma ngħidx dawk kollha li huma nvoluti fid-deċiżjoni, huma rġiel, u allura jinfiltraw il-mod ta' kif tiġi skedata l-mistoqsija u l-mod kif qed tiġi indirizzata s-soluzzjoni permezz tal- value systems tagħhom, permezz tal-perceptions u ta' l-esperjenzi tagħhom, u jeskludu minnufih 50% ta' l-esperjenza tas-soċjeta` kollha kemm hi, jiġifieri tan-naħa tan-nisa.", "Allura, bħala mod pożittiv ta' kif irridu nindirizzaw l-affarijiet, se jkun u jibqa' dejjem iktar kruċjali l-fatt li rridu naħdmu ħalli fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ikun hemm preżenza attiva u regolari tan-nisa.", "Dan m'huwiex se jsir b'mod naturali, għax bħalissa, il-piżijiet soċjoloġiċi li hemm, jimmilitaw favur l-istatus quo.", "Lanqas ma rridu nidħlu fi sqaq fejn għax ikollna 2% jew 4% jew 5% tal-parteċipanti li jkunu nisa, naħsbu li l-problema b'xi mod jew ieħor hi solvuta, għax kulma jiġri jkun dak li jissejjaħ tokenism, u Alla jħares naqgħu f'dan l-iżball.", "Aħna nemmnu - u dan imiss minnufih mad-diskussjoni sħiħa dwar kwoti u mhux kwoti - li l-pass 'il quddiem irid ikun il-ħidma pożittiva min-naħa tal- gvern, b'deċiżjonijiet konkreti l-ħin kollu, biex iżid il-perċentwali ta' nisa li qegħdin f'post ta' deċiżjoni, f'post ta' eżekuttiv, u apparti minn dik id-deċiżjoni konxja, sistema ta' kwoti kull fejn tista' tkun applikabbli.", "Naf li hawn min jargumenta kontra l-kwoti għax jidhirlu li huma miżura diskriminatorja.", "Jien ma ngħidx hekk, imma ngħid li huma miżura ta' rinforzament tal-ħtieġa li jsiru bilanċi, huma mod temporanju ta' kif jiġru l-affarijiet.", "Per eżempju f'pajjiżi Skandinavi, fejn din il- kwestjoni ta' kwoti operat għal żmien twil mhux ħażin, issa nstab li m'hemmx għalfejn li wieħed ikompli jagħfas fuq il-kwoti għax f'ċerti każi, in-nisa bdew jaqbżu lill-irġiel, jiġifieri f'dak il-kuntest m'hemmx iktar problemi.", "Iva, wieħed jista' juża s-sistema tal-kwoti bħala strateġija temporanja biex toħloq bilanċ fil-pożizzjonijiet fejn jittieħdu deċiżjonijiet.", "Allura min-naħa tagħna, se nagħmel punt politiku li imma fl-opinjoni tiegħi, m'huwiex partiġġjan.", "Dawn l-aħħar tliet snin, fir-rigward ta' dan il- qasam, kienu moħlija, għax ċerti inizjattivi jmisshom tmexxew 'il quddiem, fil-postijiet tax-xogħol, fir-rigward tal-qagħda tan-nisa fil-ħajja ċivili u privata tagħhom, f'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet biex iktar nisa jidħlu f'pożizzjonijiet eżekuttivi, anke jekk hemm bżonn, permezz ta' kwoti, fil-ħtieġa imbagħad li jkun hemm impenn at the highest level mis- sistema governattiva, biex tabilħaqq tiġi indirizzata din il-problema.", "Jien nemmen li jekk ma jkunx hemm strutturi li jirriferu direttament għar- responsabbilta` prim ministerjali, m'aħniex se nimxu 'l quddiem.", "Jiddispjaċini li f'dawn l-aħħar tliet snin, f'dan ir-rigward waqajna lura, mhux l-inqas, għax l-Onor.", "Helena Dalli, meta kienet segretarja parlamentari, kellha numru ta' inizjattivi għaddejjin, li kienu tajbin, ma kien hemm xejn politiku partiġġjan fihom, u xorta twaqqfu, tħallew fuq l- ixkaffa u issa qegħdin jerġgħu taparsi jiġu mirduma taħt studji ġodda li m'huma se jwasslu għal imkien.", "Dan huwa ħażin.", "Nerġa' ngħid li l-ħtieġa li jkun hemm ħidma pożittiva, affermazzjoni dejjem iktar qawwija ta' drittijiet aqwa għan-nisa, jiġifieri drittijiet ugwali bejn nisa u rġiel, għandha tkun il-lodestone ta' l-istorja kollha.", "Jekk ma jkunx hemm dan l- impenn u din il-ħidma, f'termini relattivi u jien ngħid, anke f'termini assoluti, se naqgħu lura, iktar u iktar għax imbagħad nistgħu nibdew nikkuntentaw ruħna, kif qed jiġri f'dawn iż-żminijiet, b'ħafna tokenism.", "M'hemm xejn agħar mit-tokenism, fejn wieħed ikun mingħalih li qed jimxi 'l quddiem, li qed javvanza, u fil-fatt ikun qed jirriafferma u jsaħħaħ stereotypes qodma li ma jagħmlulux ġieh.", "Naħseb li allura dan il-parlament, f'din id-diskussjoni bla vot, għandu jieħu l-opportunita' biex b'mod prattiku jmexxi dawk il-miżuri li huma within reach.", "Ovvjament, hemm imbagħad miżuri li mhux kulħadd jaqbel dwarhom.", "Jiena naf li min-naħa tal-gvern, per eżempju fir-rigward tal- kwestjoni tal-kwota, ma tantx hemm entużjażmu.", "Min-naħa l-oħra għallinqas il-gvern jista' jimpenja ruħu biex ċerti persentaġġ ta' diretturi fuq il- kumpanniji tiegħu jkunu nisa, għax mill-impressjoni li għandi jien, f'dan ir-rigward waqajna lura.", "Allura l-appell tiegħi hu li llejla, mhux biss bil-kliem imma forsi anke b'fatti konkreti, min-naħa tal-gvern nisimgħu b'xi tnejn jew tliet impenji konkreti, bit-time limits tagħhom, li juru tabilħaqq li hemm interess ġenwin ħalli dak li jingħad dwar id-drittijiet tal-mara f'Jum il-Mara, ma jkunx sempliċiment kliem ta' l-okkażjoni imma jkun parti minn programm ta' azzjoni li tabilħaqq ikun maħsub biex jitwettaq.", "Wara kollox huwa l-gvern li jiddeċiedi u li jmexxi.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni, f'dan il-kuntest ta' diskussjoni miftuħa, se jkun hawn survey sħiħ ta' fejn wasalna u ta' x'nistgħu nagħmlu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, peress li l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħi huwa limitat, se nkun ftit ristrett f'dak li se ngħid.", "Naħseb li m'hemmx dubju li l-kelliema kollha ta' din in-naħa tal-Kamra jaqblu mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qed iħeġġeġ lill-gvern u lill-ministri biex kulħadd jindividwa fejn ikun jista' jgħin iktar ħalli jkun hawn l-ugwaljanza li tant nixtiequ.", "Pero' naħseb li xi kultant ninqabdu - u jiena ngħid b'sens tajjeb - nikkritikaw jew inħarsu lejn dak li hemm bżonn isir, u ninsew dak li diġa' sar tul dawn l-aħħar snin.", "M'iniex se nillimita ruħi għal x'sar fl-aħħar tliet snin, pero' żgur li bħala Ministru tas-Saħħa u anke bħala tabib, meta nħares lura u nara x'sar fl-aħħar 20, 30 sena fir-rigward ta' l- avvanz 'il quddiem tan-nisa Maltin, ikolli bilfors nitkellem b'ċertu sens ta' sodisfazzjon kbir.", "Naħseb li ħadd minn din il-Kamra m'għandu għalfejn ifakkar lill-partit Nazzjonalista u jħeġġu biex jaħdem favur in-nisa.", "Il-gvern Nazzjonalista jemmen fl-ugwaljanza tal-mara, pero' daqstant ieħor huwa konxju mill- bidliet sostanzjali li jeżistu bejn is-sessi, u li jirrikjedu attenzjoni partikolari.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li nsejna nirrimarkaw fuqha sa issa huwa l-fatt li l-gvern Malti, mingħajr ma insemmi liema gvern kien, kien wieħed mill-ewwel gvernijiet li f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa, beda jiġbor statistika separata taż-żewġ sessi, li imbagħad seta' jużaha bħala parametru biex ikejjel kemm verament kien qiegħed miexi lejn l- għanijiet tiegħu.", "Tajjeb li f'dan l-istadju nagħmel riferenza għal dak li n- nisa Maltin akkwistaw fl-aħħar snin.", "Jekk iħarsu lejn il-life expectancy tan-nisa, naraw li fl-1999 din kienet ta' 79.8, jiġifieri ferm iktar għolja mill-medja tal-life expectancy tan- nisa fl-Ewropa.", "Naħseb li dan ma sarx b'kumbinazzjoni imma għax gvern wara l-ieħor irrikonoxxa lis-settur tas-saħħa bħala wieħed mill-oqsma fejn kellu jikkonċentra l-ħidma tiegħu.", "Pero' l-istatistika tal-life expectancy m'hijiex iżolata.", "Hemm statistiċi oħra li jirriflettu wkoll fuq is-saħħa tan-nisa, bħal per eżempju l-infant mortality, li fl-1999 kienet ta' 7.2 per 1000 life births u fl-istess sena, il-pre-natal mortality kienet ta' 10.8 per 1000 life births.", "Il-maternal mortality, li ovvjament hija indikatur tal-kumplikazzjonijiet jew ta' kemm l-ante-natal care hija tajba, għall-perjodu ta' bejn l-1990 u l-1996 kienet ta' 11.2 per 100,000 life births, li hija wkoll inqas mill-medja fil-komunita` Ewropea.", "Għalhekk naħseb li d-dipartiment tas-saħħa rrikonoxxa d-differenza li hemm bejn il- bżonnijiet taż-żewġ sessi.", "Għalkemm f'din il-Kamra nitkellmu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u dwar id- drittijiet ta' l-istess sessi, ħadd minna ma jista' jiċħad li n-nisa Maltin, forsi iktar minn nisa oħra Ewropej, għandhom responsabbilta` li qatt ma jistgħu jerfagħuha l-irġiel.", "Naħseb li huwa mportanti li din ir- responsabbilta` tibda tiġi rikonoxxuta u jitfasslu anke policies dwarha.", "Bħala tabib nista' ngħid li kull meta nżur tfal morda, qatt ma nsib lill- missier jieħu ħsiebhom, imma dejjem lill-omm.", "Huwa awtomatiku li meta jkun hemm tfal li jimirdu, tkun l-omm li tara kif se tirranġa, anke billi jekk tkun taħdem, tieħu unpaid leave, biex tieħu ħsiebhom.", "Dan ifisser li fil- kultura tagħna hemm ċerti rwoli li nagħmlu x'nagħmlu, dejjem se jibqgħu jsiru mill-mara.", "Fil-fatt it-tfal stess jippretendu li f'mument ta' diffikulta`, l-ewwel rifuġju tagħhom tkun proprju ommhom.", "L-omm għandha ċerta responsabbilta`, u din ġejja mill-fatt li hija l- persuna li trid tieħu ċerti deċiżjonijiet sa mill-ewwel nifsijiet ta' uliedha, per eżempju fir-rigward tal-breast feeding, li imbagħad fuq dik id- deċiżjoni jiddependi l-futur tas-saħħa ta' uliedha.", "L-omm tista' tkun importantissima ħafna biex tnaqqas jew iżżid, ovvjament skond l-attitudni tagħha, l-istress li jsofru t-tfal waqt li jkunu qed jattendu l-iskejjel.", "Iktar minn hekk, il-parir u l-influwenza ta' l-omm fir-rigward ta' l-abbuż ta' l-alkoħol u t-tipjip huma kollha responsabbiltajiet importanti li s- soċjeta` titfa' awtomatikament fuqha.", "L-istess jista' jingħad għal dak li għandu x'jaqsam ma' family planning.", "Naħseb li mingħajr ma rridu, ir- responsabbilta` nitfgħuha iktar fuq il-mara milli fuq ir-raġel.", "Mr Speaker, anke jekk aħna l-irġiel ma rridux naċċettaw dan il-fatt, irridu nammettu li n-nisa huma fiżikament ħafna iktar b'saħħithom minna.", "Jien qrajt kemm-il darba artikli li jgħidu li kieku raġel u mara jintefgħu f'nofs deżert jew f'nofs l-Antartiku, dejjem il-mara se tkun li toħroġ ħajja.", "Strutturalment, il-mara hija mibnija b'mod differenti mir-raġel.", "Hija mibnija b'mod li tkun tista' tlaħħaq ma' l-istress li l-funzjoni tagħha fis-soċjeta` titfa' fuqha.", "F'ċerti perjodi partikolari fil-ħajja tagħha, mingħajr ma wieħed irid, jintefa' fuq il-mara piż żejjed, bħal per eżempju l-istress fil-perjodu tat-tqala u l-periklu ta' psikosi waqt il- ħlas.", "Illum in-nisa Maltin qed jgħixu ħajja itwal, u l-problemi li qed jaffaċċjaw huma differenti minn dawk ta' l-irġiel.", "Ma nistgħux ninsew li n-nisa huma iktar suġġetti mill-irġiel għall-kanċer tas-sider.", "Ovvjament, lilna tinkwetana wkoll l-istatistika li qegħdin niġbru, li turi li minkejja l- promozzjoni kollha li qed issir, iktar nisa qegħdin ipejpu u iktar nisa se jibdew jimirdu b'mard tal-qalb u kumplikazzjonijiet oħra.", "Ma nistgħux ninsew li għalkemm fiżikament, in-nisa huma iktar reżistenti u b'saħħithom mill-irġiel, l-istruttura tagħhom m'hijiex, u allura dan jagħmilhom suġġetti għal ċerti sitwazzjonijiet partikolari bħal domestic violence.", "Naħseb li m'hemmx dubju li n-nisa u l-irġiel huma bioloġikament u soċjalment differenti, u għandhom bżonnijiet li jistgħu jiġu indirizzati jekk aħna nagħtu konoxxenza tagħhom kull meta nkunu qed infasslu policies, programmi u proġetti biex nindirizzaw l-issues differenti.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni appella li m'għandniex nisfurzaw biex nagħmlu dawn l- affarijiet, imma għandna nibdew nikkultivaw kulturali li għalina tkun second nature, li meta nkunu qed infasslu ċerti policies, nibdew nagħtu kas ta' dawn id-differenzi fis-sessi.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li forsi iktar minn ministeri oħrajn, il-health division kienet waħda mil-lead ministries li rrealizzat dawn il-bżonnijiet, u dan mhux għax ġabret l-istatistiċi jew għax kienet fasslet policies għal ta' l-apposta, biex jinkisbu r-riżultati pożittivi li qed naraw illum.", "M'hemmx dubju li f'dawk li huma riżultati, stajna niksbu ħafna iktar, imma ovvjament, wieħed ma jistax jagħmel ċerti prioritajiet li ma jkunx jiflaħ jagħmilhom.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-gvern għandu jkun il- promotur ta' dan il-kunċett, u jien naħseb li fil-fatt, dan diġa' qiegħed isir.", "Jekk inħarsu lejn il-caring professions naraw li minkejja li sa ftit taż-żmien ilu, dawk il-professjonijiet li għandhom x'jaqsmu man-nursing kienu predominati min-nisa u il-professjonijiet speċjali kienu ppredominati mill-irġiel, illum, 50% ta' dawk li qed jattendu għall-korsijiet fil- mediċina huma nisa.", "Il-persentaġġ ta' tobba reġistrati li huma nisa qiegħed dejjem jiżdied, u fil-fatt sal-lum dan ilaħħaq mat-30%.", "Sur President, kif diġa' għedt, ħafna drabi aħna nintilfu fil-kritika u f'dak li jrid isir 'il quddiem u ninsew dak li nkunu diġa' għamilna.", "Fil- fatt irrid ngħid li 32% tar-rappreżentanti fuq il-bordijiet tad-diviżjoni tas-saħħa huma nisa.", "Madwar 7% tal-konsulenti huma nisa wkoll, u mid-disa' direttorati li hemm fid-diviżjoni, 4 minnhom huma mmexxija minn diretturi nisa.", "Lil dawn iċ-ċifri nistgħu nqabbluhom mal-flixkun li min jarah nofsu mimli u min jarah nofsu vojt.", "Ovvjament, aħna narawh nofsu mimli, u l-ħidma li rridu nagħmlu tul din il-leġislatura trid tkun indirizzata biex dak in-nofs li għadu vojt, nimlewh.", "Kif diġa' għedt, dawn il-kisbiet mhux kollha saru taħt gvern Nazzjonalista, anzi l-opening statement tiegħi kien li l-kisbiet saru għax iż-żewġ partiti politiċi jirrikonoxxu l-importanza tas-saħħa f'pajjiżna.", "Pero', l-aħħar ċifri li semmejt kienu frott tal-ħidma ta' l- amministrazzjoni preżenti, ħidma li jiena ċert li se tkompli, mhux biss fid- diviżjoni tas-saħħa imma anke f'ministeri oħra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi f'dan id-dibattitu qed nitkellmu dwar l-iżjed ħaġa mportanti f'ħajjitna.", "Filwaqt li storikament naraw li l-iżjed nies li kienu kapaċi jistudjaw fl-universita` kienu rġiel, jekk inħarsu lejn l-universita` tat-triq, l-universita` ta' kif jgħix il-bniedem jgħix, jgħajjex lill-familja tiegħu, iġebbed il-flus li jkollu biex ilaħħaq ma' l-ispejjeż tad-dar, insibu li n-nisa kienu l- iktar kapaċi.", "Għalija, il-mara hi l-partner fil-ħajja, l-accountant, il-book-keeper, il- persuna li tieħu ħsieb lill-familja.", "Allura naħseb li fit-tellieqa ta' min hu l-aħjar fl-universita` tat-triq, ċertament li r-rebbieħa hija l-mara, u rebbieħa mhux bi ftit, imma b'ħafna.", "Għalhekk inħoss li għandna nkunu grati għall-fatt li l-mara hija dik il-persuna li tagħmel il-familja.", "Mr Speaker, bħalma qalu l-kelliema ta' qabli, jien nixtieq inwassal il- messaġġ tal-bdil fil-kultura.", "Biex nitkellem ftit dwar il-mara mill-aspett legali, nista' ngħid li sa l-1973, meta din kienet tiret proprjeta`, biex tamministraha kien ikollha l-bżonn tal-firma tar-raġel.", "Din kienet assurdita` li kienet tirrifletti l-fatt li l-mara ma kinetx tingħata ċ-ċans biex tesprimi d-drittijiet tagħha, avolja llum nafu li xorta waħde kienet tkun kapaċi tamministra tajjeb l-affarijiet tagħha.", "Sa l-1973, meta mara tiżżewweġ kienet tidħol f'limbu tal-medju-evu, fejn jekk ma kienx ikollha kitba taż-żwieġ, ir-raġel tagħha seta' jħalliha mingħajr saqaf fuq rasha, jiddejjen fuq il-proprjeta` tagħhom, u dan mingħajr il-bżonn tal-firma tagħha.", "Iva, f'dawk iż-żminijiet dawn kienu affarijiet realistiċi.", "Nafu wkoll li mhux darba jew it-tnejn li l-mara kienet tispiċċa tbati minħabba affarijiet oħra.", "Per eżempju jiena ftit naf nisa li jilagħbu l- karti fil-ħwienet bil-lejl, imma rġiel li jilagħbu l-karti u li sallbu lill- familja tagħhom għax ma tawx każ, naf ħafna.", "Nafu ukoll li f'każijiet bħal dawn, kellha tkun il-mara li tara kif se tqanċeċ minn hemm u minn hawn biex titma' lil uliedha uliedha.", "Il-messaġġ li nixtieq inwassal illum hu biex il-gvern u l-oppożizzjoni ma jibqgħux jgħajjtu lill-mara bħala housewife.", "Il-mara m'hijiex housewife, il- mara hija l-family-maker ta' dan il-pajjiż.", "Jien nista' ngħid li jekk inkun naf li sejjer id-dar imma l-mara m'hijiex se tkun hemm, kważi nitlef l-interess li mmur.", "Jekk il-mara ssiefer u magħha tieħu lit-tfal, jien żgur li mmur norqod għand il-ġenituri tiegħi biex inħossni parti minn familja.", "Din hija r-realta` li nistgħu nħarsu lejha u nitbissmu u nistgħu ngħidu li hi esaġerata, pero' xorta jibqa' l-fatt li l-mara hija kapaċi tikkumbatti mal-ħajja taħt iċ-ċirkostanzi kollha.", "Fil-fatt, jekk wieħed jara ftit x'jiġri minn persuna wara l-mewt tas-sieħeb jew sieħba tagħha jsib li f'dawk iż-żwiġijiet fejn l-ewwel persuna li tmut tkun il-mara, it-tendenza hi li r-raġel imbagħad f'qasir żmien, filwaqt li t-tendenza li l-mara tmut f'qasir żmien wara l-mewt ta' żewġha, hija inqas, bil-perċentwali jkunu ta' kważi 2:1.", "Dan jiġri għax il-mara għandha l- kapaċita` li tkun iżjed realistika, taċċetta ċ-ċirkostanzi, timponi ruħha hi fuq iċ-ċirkostanzi u mhux tħalli liċ-ċirkostanzi jiġru biha.", "Mr Speaker, nistgħu ngħidu wkoll li hija l-mara li tiġġieled at first hand ħafna mid-daqqiet ta' ħarta li jsofru l-ħaddiema fin-negozju tagħhom, minħabba mard jew xi ċirkostanzi oħra li mhux dejjem ikunu ġabuhom b'idejhom huma.", "U dan biex il-mara tkun tista' tkompli taqdi l-bżonnijiet ta' uliedha.", "Hija l-mara li tkompli, għal darba, tnejn, tlieta, tara kif twassal, minn ġimgħa għal ġimgħa, sabiex uliedha jbatu l-inqas possibbli.", "Huwa proprju dan li qed niċċelebraw illum.", "Qed niċċelebraw u nroddu ħajr lin-nisa kollha Maltin għall-ħin, għad-dedikazzjoni, għall-imħabba li jagħtu lill-familja tagħhom u għall-mod ta' kif imexxuha.", "Biex niċċajta jiena ngħid li dak li hu tiegħi hu tal-mara, dak li hu tal-mara huwa tagħha biss, tħallini għallinqas nuża l-karozza, pero' Alla jħares il-mara ma tamministrax l-affarijiet fid-dar.", "Fid-dinja moderna tal-lum, bl-esiġenzi ġodda li hawn, fejn il-basic necessities u l-prezzijiet tagħhom m'għadhomx dawk tal-bieraħ, Alla ħares ma tkunx il-mara li fl-aħħar tax-xahar tara kif se tqassam il-paga.", "Pero' rrid ngħid li llum il-mara żgur li ngħatat id-dritt li għallinqas tkun realistikament aċċettata mis-soċjeta`, tieħu dak li hu dovut lilha u tkun at least an equal partner fiż-żwieġ bejnha u bejn ir-raġel.", "Iva, anke fir-rigward ta' finanzi ta' koppja fejn kemm ir-raġel kif ukoll il-mara jkunu jaħdmu, biż-żmien il-gvern addotta l-kultura li l-mara għandha tiġi ntaxxata b'mod separat, ħalli hi wkoll tkun qed tingħata ċerti benefiċċji u ma tibqax titqies bħal qabel, fejn id-differenza bejn it-taxxa ta' ġuvni u dik ta' raġel miżżewweġ kienet tkun minima.", "Imma minkejja dan kollu, għad fadal ħafna iżjed xi jsir.", "F'dan l-istadju, il-messaġġ tiegħi hu li sar ħafna xogħol fuq il-liġi tas- suċċessjoni u l-liġi ċivil, fejn sfortunatament, minkejja li fuq il-karta, dawn taw lill-mara ċerti drittijiet li ġabuha fuq binarju ugwali, fir- realta` tal-ħajja, sal-lum il-mara għadha m'hijiex fuq l-istess binarji tar- raġel.", "Waħda mill-iktar binarji li nħoss li se tkun importanti fil-ħajja ta' għada hija dik li peress li llum, il-familja hija iżgħar, hemm inqas tfal, li wara li jiżżewġu, jibqgħu jaħdmu kemm huma kif ukoll il-partners tagħhom, min jikber fl-eta` u min jibqa' ħaj fost il-koppja, żgur li se jiġi affettwat b'dan.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li l-liġi ta' Malta tiġi emendata biex filwaqt li nżommu f'moħħna r-responsabbiltajiet li għandna lejn uliedna, li nedukawhom u nibdewhom fil-ħajja, ikun hemm id-dritt li żewġ persuni miżżewġin jkunu jistgħu jħallu lis-sieħeb jew sieħba werrieta tagħhom.", "Dan għaliex jekk għall-grazzja ta' l-argument, kif semma' l-Ministru Deguara, illum in-nisa qed jgħixu iżjed, iktar u iktar għax ġeneralment, mill-eta' l- mara tkun iżgħar mir-raġel, din ikolla l-mezzi at hand sabiex fl-aħħar snin ta' ħajjitha, ma tkunx tiddependi minn ulieda u tkun tista' tiddisponi liberament minn proprjeta' jew tuża l-mezzi finanzjarji li tkun ġemmgħet flimkien ma' żewġha fiż-żwieġ biex tkun tista' tidħol f'dar ta' l-anzjani li trid hi.", "Mr Speaker, nagħlaq dan l-intervent qasir tiegħi billi nawgura li fil- futur, is-sitt membri nisa f'din il-Kamra jkomplu jkunu kapaċi jimxu u jagħtu kontribut siewi daqsna l-irġiel.", "Nawgura wkoll lin-nisa kollha, li nhar il-Ġimgħa hija l-festa tagħhom, il-jum li jroddilhom, u li kif qalu tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Viċi Prim Ministru, fir-rigward ta' ċerti affarijiet li ma' jinvolvux partiġġjaniżmu, jekk hemm bżonn anke nħabbtu rasna ma' xulxin u l-emendi li hemm bżonn li jsir biex jagħtu iżjed saħħa, isiru fl-inqas żmien possibbli, possibbilment anke matul din il- leġislatura.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, huwa l-pjaċir tiegħi li għal ftit tal-minuti nitkellem dwar suġġett importanti bħalma huwa r-rwol tan-nisa fis-soċjeta' Maltija, anke mill-aspett ekonomiku.", "L-ewwelnett, huwa tajjeb li wieħed jgħid li f'dawn l-aħħar għaxar snin – u qed ngħid għaxar snin għax x'imkien irrid naqta' linja – mill-14,000 impjieg li ġie kkreat f'dan il-perjodu, madwar 8,800 impjieg ġew okkupati minn nisa filwaqt Ii kienu biss 5,200 dawk l-impjiegi li ġew okkupati minn irġiel.", "Pero', minkejja dan, in-numru ta' nisa Maltin li għandhom impjieg huwa relattivament baxx, imma l-fatt li f'dawn l-aħħar l-għaxar snin, il- maġġoranza ta' l-opportunitajiet ta' xogħol li kien hawn, marru għand nisa, jawgura tajjeb għal pajjiżna.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li biex is- soċjeta' tagħna tkun tista' tuża t-talenti tagħha kollha bl-iktar mod flessibbli u bl-iktar mod wiesa', irid ikollha opportunitajiet.", "M'għandix dubju li minkejja li f'dan il-qasam għad hemm ħafna u ħafna xogħol xi jsir, min-naħa l-oħra sar progress sostanzjali, għax minn madwar 30,000 mara li kienu jaħdmu sa l-1990, illum din iċ-ċifra telgħet għal 40,000.", "Mr Speaker, huwa ovvju Ii wieħed jistaqsi fiex aħna meta mqabbla ma' pajjiżi oħra.", "Hawnhekk naraw li filwaqt li fl-1990, ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol kienet ta' 26%, fis-sena 2000 din telgħet għal 31%.", "Fil-fatt, bil-permess tal-Kamra nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra graph li turi ċerti fluctuations interessanti, għax ir-rata ta' parteċipazzjoni tvarja minn żmien għal żmien u skond l- opportunitajiet li jkun hawn.", "Meta jkun hawn ħafna opportunitajiet ta' xogħol, ikunu n-nisa li l-iktar li jisfruttaw dan iċ-ċans filwaqt li meta dawn l-opportunitajiet jonqsu, in-numru ta' nisa li jsibu xogħol ikun ferm inqas minn drabi oħra.", "Nerġa' ngħid li għalkemm f'dawn l-aħħar għaxar snin, il-persentaġġ ta' nisa jaħdmu tela' b'iktar minn kwart għal 31%, meta mqabbla ma' ta' pajjiżi oħra, din ir-rata għadha baxxa ħafna għax per eżempju fl-Unjoni Ewropea, ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol hija ta' 59%, jiġifieri aħna għadna kważi nofs triq.", "Jien naħseb li dan il-punt jirrifletti r-rata ta' żvilupp ta' pajjiżna, jiġifieri li pajjiżna għadu m'huwiex qed jipprovdi opportunitajiet biżżejjed biex fis-soċjeta` tagħna jkun hawn livell ta' parteċipazzjoni fid- dinja tax-xogħol daqs dak ta' pajjiżi oħra.", "Per eżempju fl-OECD, li jinkorpora fih 26 pajjiż, mhux 15 bħall-Unjoni Ewropea, il-medja ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija ta' 60%.", "Fl-Irlanda, il- parteċipazzjoni tan-nisa laħqet il-55% filwaqt li fl-Italja, din ir-rata hi ta' 46 % u fil-Greċja u fi Spanja hija ta' 49%.", "Fl-opinjoni tiegħi, il- fatt li l-persentaġġ f'Malta huwa ta' 31% huwa indikatur rilevanti biex wieħed ikejjel il-livell ta' opportunitajiet li hawn f'pajjiżna.", "Filwaqt li fl-aħħar għaxar snin sar progress, irridu niżguraw li noħolqu iktar opportunitajiet ta' xogħol, b'mod partikolari għal dawk in-nisa li s'issa għadhom ma pparteċipawx fid-dinja tax-xogħol u allura jridu jkollhom opportunitajiet ta' xogħol adattat għall-iskills tagħhom.", "Mr Speaker, jekk inħarsu lejn id-distribution ta' l-impjiegi naraw Ii l- uniku ġeneru ta' xogħol fejn hemm jaħdmu iktar nisa milli rġiel huwa dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni.", "Dan huwa interessanti għax ifisser li f'settur li huwa daqshekk formattiv, in-nisa qed jagħtu kontribut fost il- familji Maltin.", "Skond il-labour force survey, fl-2001 kien hemm 4,091 raġel jaħdem fis-settur ta' l-edukazzjoni filwaqt li n-numru ta' ħaddiema nisa fl- istess qasam kien ta' 6,700.", "Fil-fehma tiegħi, tajjeb li wieħed jirrifletti fuq dan il-fatt li f'settur daqshekk importanti, l-ikbar kontribut qed jingħata min-nisa.", "Irrid ngħid li min-nisa kollha li għandhom impjieg, 14% għandhom livell ta' edukazzjoni terzjarja, waqt li l-istess persentaġġ fil-każ tal-ħaddiema rġiel huwa ta' 9.5%.", "Ovvjament, in-numru ta' rġiel li għandhom impjieg ilaħħaq il-100,000 waqt li t-total ta' nisa li jaħdmu huwa ta' madwar 40,000, jiġifieri l-ammonti totali huma differenti.", "Pero' xorta jibqa' l- fatt li din hija xi ħaġa interessanti għax turi wkoll li l-firxa ta' dawk li jaħdmu hija bbażata fuq livell ta' edukazzjoni iktar għoli.", "Sfortunatament, jekk wieħed iħares imbagħad lejn il-persentaġġ tan-nisa li għandhom livell terzjarju ta' edukazzjoni li huwa inactive, isib li kulma hemm huma 1.4% filwaqt li l-persentaġġ ta' l-irġiel huwa ta' 6%.", "Jien naħseb li dan huwa frott tal-fatt li fil-passat kien hemm it-tendenza li inqas nisa kienu jmorru l-Universita' u għalhekk illum għadna qed insofru minn dan l-effett, avolja bħalissa hemm ħafna studenti universitarji li huma nisa.", "Pero' m'hemmx dubju li l-edukazzjoni hija parti importanti ħafna fl-iżvilupp ta' l-opportunitajiet ta' kull individwu.", "Mr Speaker, waħda mill-iktar affarijiet li personalment tatni ħafna sodisfazzjon kienet li meta fl-1990 kont naħdem bħala advisor fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, konna għamilna r-riforma ta' l-income tax fejn mhux biss naqqasna r-rata ta' taxxa marġinali minn 65% għal 35%, pero' ntroduċejna element importanti ħafna għal dawk in-nisa miżżewġin li kienu jaħdmu u li d- dħul tagħhom kien jingħaqad ma' dak tar-raġel, bil-konsegwenza li kienu jiġu ntaxxati b'rati għoljin ta' anke 50% u 60%.", "Dik kienet sitwazzjoni inġusta, kienet mażżra ma' għonq l-ekonomija ta' pajjiżna u għalhekk ninsab konvint li din kienet waħda mill-fatturi li fil-fatt wasslu biex ikun hawn parteċipazzjoni iktar wiesa' tan-nisa fis-suq tax-xogħol u biex ikun hawn sitwazzjoni ferm iktar ekwa u ġusta.", "M'hemm l-ebda ġustifikazzjoni li wieħed jista' jsib biex mara miżżewġa tiġi ntaxxata mill-ewwel b'rata iktar għolja minn dik ta' raġel jew ta' mara oħra li ma tkunx miżżewġa, għax indirettament din is-sistema kienet qed tassumi li l-post ta' mara miżżewġa m'huwiex fuq il-bank tax-xogħol għax kważi kważi tkun qiegħda tieħu post ħaddieħor.", "Jien naħseb li din il-mentalita' kienet żviluppat sforz in- nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol li kien hawn fil-passat.", "Ċertament li aħna ma nistgħux nibbażaw is-soċjeta' tagħna fuq dan l-aspett.", "Jien nawgura li nhar il-Ġimgħa tkun ġurnata feliċi għan-nisa kollha, u nawgura wkoll li nkomplu għaddejjin bil-proċess ta' riforma biex b'hekk pajjiżna jkun verament jirrifletti aspetti ta' opportunitajiet mill-iktar wiesa' għas-soċjetajiet kollha, b'mod partikolari għan-nisa li fil-passat ma kellhomx opportunitajiet ta' xogħol daqs kemm għandhom illum u daqs kemm għandhom f'pajjiżi oħra.", "Dan jista' jsir biss billi aħna bħala gvern inkomplu nħaddnu politika li tippromwovi lir-rwol tal-mara fis-soċjeta' tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA(Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, fil- kontribut tiegħu, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni rrimarka li fir-rigward tal- mara, formalment jeżistu drittijiet politiċi, legali u kostituzzjonali imma fil-prattika għad fadal ħafna iktar xi jsir.", "M'hemmx dubju li jien naqbel li fil-prattika għad fadlilna triq twila u għad irridu nirreġistraw bosta akkwisti, pero' ma nistax naqbel ma' l-ewwel parti ta' din l-istqarrija li tgħid li formalment għandna drittijiet politiċi, legali u kostituzzjonali li poġġew it-tema ta' l-ugwaljanza tal-mara fil-konfrot tar-raġel fuq bażi soda.", "Irrid ngħid li l-ewwelnett, mhux dejjem kien hekk.", "Aħna llum nistgħu niftaħru mad-dinja kollha li l-mara għandha l-istess status legali, politiku, kostituzzjonali bħar-raġel.", "Din hija xi ħaġa li nistgħu ngħidu li bdejna ngħixuha f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Fil-fatt kienet propjru amministrazzjoni Nazzjonalista li bidlet il-Kostituzzjoni u ntroduċiet diversi miżuri oħra.", "Sur President, jien ma naqbilx lanqas ma' dak li donnu ried jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u ċioe' li formalment għandna l-liġijiet imma fil- prattika bqajna lura.", "Anke hawnhekk, jien naħseb li l-mara Maltija rreġistrat progress mgħaġġel u qawwi frott ta' deċiżjonijiet politiċi, ta' liġijiet li għadda dan il-parlament, ta' strateġija li waqqaf il-gvern b'impenji li kellu ma' l-elettorat Malti f'elezzjoni wara l-oħra.", "Għaliex huwa formalita` l-fatt li għandna l-kostituzzjoni li tipprojbixxi d- diskriminazzjoni abbażi ta' sess?", "Hija formalita' li aħna għandna liġi tal- familja li tat dawk id-drittijiet kollha lill-mara miżżewġa, drittijiet li qabel ma kellhiex?", "Hija formalita` li l-mara ġiet mogħtija sensiela ta' benefiċċji soċjali li huma tailormade biex din tkun tista' twettaq il- missjoni tagħha aħjar?", "Huwa formalita' dak li semma l-Onor.", "Bonnici, u ċioe` li d-diversi miżuri wkoll huma tailormade proprju biex fil-prattika l- mara jkollha status tagħha, li jkun iktar benefiċċjarju, fl-ekonomija u fil- familja?", "Għalhekk jien xtaqt li mill-ewwel ngħid li iva, il-mara Maltija qiegħda tagħmel progressi kbar.", "Jekk inħarsu lejn dawn l-aħħar ħamsin sena naraw li saret qabża kbira.", "Irid jintqal ukoll li fir-rigward ta' dan is-settur, iż-żewġ partiti politiċi kellhom il-mumenti ta' qawwa tagħhom u t-tnejn li huma kellhom ukoll mumenti ta' ċertu nuqqas ta' attiviżmu.", "Pero', fl- opinjoni tiegħi, illum il-ġurnata l-mara Maltija għandha qafas importanti ħafna, qafas b'saħħtu li jrid jikkurah kulħadd, kemm l-irġiel kif ukoll l- istess nisa.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-filtering ta' ħafna deċiżjonijiet, policies, strateġiji u affarijiet amministrattivi għadu jsir mill-irġiel.", "F'ċertu sens, dan huwa minnu, pero' dan ma jiddependix biss mill-irġiel biss dan.", "Għalkemm hemm bżonn ta' iktar edukazzjoni fost l-irġiel, min- naħa tan-nisa jrid ikun hemm ħafna iktar involviment.", "Illum, lejliet l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, jekk wieħed jarat xi tfisser il-politika ta' deċentralizzazzjoni u ta' sussidjareta' li dan il-gvern tant insista fuqha u li permezz tagħha nħolqu l-kunsilli lokali, isib li l-fatt li numru ta' nisa saru jieħdu sehem fil-ħajja politika, anke b'pożizzjoni importanti fl-ibliet u l-irħula rispettivi, għal ħafna minnhom serva ta' stepping stone biex anke jaslu sal-livell tal-parlament.", "Sur President, qed naraw li din hija kwestjoni ta' kemm wieħed jemmen jew ma jemminx.", "Kull min jafni jaf li dan huwa suġġett li jien nemmen fih b'saħħti kollha.", "Jien ma naħdimx bit-tokenism.", "Fil-fatt, jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-bordijiet li ninnomina jien isib li fihom hemm perċentwal tajjeb ħafna ta' preżenza tan-nisa.", "Mis-sitt direttorati li jeżistu fi ħdan id-dipartiment ta' l-edukazzjoni, erbgħa minnhom huma kappeġġati min-nisa filwaqt li ħafna mill-kapijiet ta' l-iskejjel huma nisa wkoll.", "Huwa veru li qegħdin nitkellmu dwar professjoni li tinkorpora fiha persentaġġ għoli ta' ħaddiema nisa, imma l-fatt hu li l-preżenza qiegħda hemm.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li hemm bżonn li fid-decision making process jiżdied il-persentaġġ tan-nisa.", "Jien naħseb li fil-fatt ninsabu mexjin lejn dik it-triq, mhux biss għax illum, il-preżenza tan-nisa hija l-ikbar li qatt ġiet reġistrata fl-istorja tal-mara Maltija, imma għax biex inżidu l- perċentwali tan-nisa f'dan il-livell, irridu nżidu l-perċentwali tan-nisa li jkomplu javvanzaw fil-kamp ta' l-edukazzjoni għax nafu li l-edukazzoni hija ċ-ċavetta ta' dan is-settur.", "Sur President, nixtieq nikkwota xi affarijiet li qegħdin isiru.", "L-ewwelnett tajjeb li nfakkar li meta nitkellmu dwar l-edukazzjoni, qed immorru fl- għeruq.", "Illum, is-suġġett ta' ugwaljanza bejn is-sessi m'huwiex xi ħaġa ta' formalita`.", "Illum l-ugwaljanza bejn is-sessi hija wieħed mill- prinċipji bażiċi tal-kurrikulu nazjonali u wieħed mill-iskopijiet fundamentali li jrid jilħaq dan il-kurrikulu.", "Fil-prinċipji nazzjonali aħna ngħidu li l-kurrikulu huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-rispett sħiħ tad-diversita` ta' bejniethom, għax it-tema ta' l-ugwaljanza, dejjem hekk trid tinftiehem.", "Ngħidu li l-ugwaljanza f'dan il-kamp m'hijiex tema li l-iskola tista' titratta f'iżolament u li imbagħad irridu naħdmu bħala skop, għax il-kurrikulu huwa maqsum bejn il-prinċipji u numru ta' objettivi.", "Fil-fatt, it-tisħiħ ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi huwa wieħed mill-għanijiet.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li anke fil-pjan strateġiku nitkellmu dwar dan is-suġġett.", "Allura dan il-prinċipju kif se jitwettaq?", "Wara li kien ġie pubblikat il-pjan strateġiku, ġie mwaqqaf focus group apposta li x- xogħol tiegħu hu li jara li l-kurrikulu qed jiġi mplimentat, bit-tema ta' gender equity, mhux ugwaljanza iżda ekwita`.", "Hemm ukoll action plan li qiegħed fl-aħħar fażi biex jiġi kompletat u evalwat.", "Nagħmel riferenza għas-survey tal-literacy li kien sar fl-1999 fost it-tfal kollha ta' l-eta` ta' seba' snin.", "Il-findings ta' dan is-survey jgħidu li bħala average, il-bniet kellhom riżultati aħjar minn tas-subien, kemm fil- Malti kif ukoll fl-Ingliż.", "Il-concern ta' dan is-survey qaleb ħafna perceptions li kellna qabel, għax kien qed jgħid li hemm bżonn li nuru tħassib dwar il-gap li qed ikun hemm bejn ir-riżultati li jiksbu s-subien u l-bniet, bil-bniet ikollhom riżultati aħjar.", "Dan is-survey se jiġi ripetut fil-ġimgħat li ġejjin biex naraw is-sitwazzjoni x'inhi.", "Huwa għalhekk li huwa fil-kamp ta' dan il-fattur importanti li rridu naslu għal edukazzjoni bażika ta' kwalita` għal kulħadd.", "Permezz tad-diversi programmi fil-kwadru ta' dan il-kurrikulu nazzjonali, irridu nassiguraw li lit-tfal Maltin sa l-eta` ta' 11-il sena nagħtuhom, jekk jista' jkun lil kulħadd, literacy ta' kwalita`, literacy fil-prattika li ma tkunx tfisser biss li jkunu jafu jaqraw sentenza bil-Malti u bl-Ingliż imma li jkollhom il-ħila li jikkomunikaw biż-żewġ lingwi, ikollhom numeracy skills u communication skills tajbin u li jkunu diġa' bdew jiġu ingrained bil- kunċett li t-tagħlim huwa proċess ta' matul il-ħajja kolha kemm hi.", "Huwa għalhekk li aħna nidejna diversi programmi.", "Hemm imbagħadil-korsijiet ta' filgħaxija, fejn tajjeb li ngħid li minn 7,527 persuna li jattendu għal dawn il-korsijiet, 61% huma nisa.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn iċ-ċentru għall-edukazzjoni ta' l-adulti naraw li minn 261 persuna li jattendu għall-korsijiet għandna, 226 huma nisa, u numru minnhom anke waslu sa l-\"O\" levels u għamlu ċertu suċċess.", "Irrid infakkar ukoll fin-numru ta' nisa li preżentement jattendu l-Universita`, numru li huwa ikbar minn dak ta' l-irġiel.", "Anke fil-maintenance grants hemm 3,155 mara li jibbenefikaw mill-istipendju, kontra l- 2,200 raġel.", "Filwaqt li għall-full-time courses ta' l-Universita` jattendu iktar nisa, il- maġġoranza ta' dawk li jiffrekwentaw part-time courses huma rġiel.", "Anke fil-livell tas-SEC u tal-Matsec, irrid ngħid li numerikament u kwalitattivament, in-nisa qed ikunu aħjar mill-irġiel.", "Sur President, nagħlaq billi nagħmel aċċenn qasir għall-kulleġġ vokazzjonali, fejn jekk inħarsu lejn l-institute of electronics naraw li f'din I-area rrid naħdmu ħafna iktar.", "Fil-fatt naraw li hawnhekk, minn 125 student hemm mara waħda biss filwaqt li fil-building and construction engineering, minn 193 student, ħamsa biss huma nisa, tlieta fid-draughtsmen u surveying courses u tnejn fil-basic heritage skills.", "Fir-rigward ta' l- information and communication technology, is-sitwazzjoni hija kemmxejn aħjar għax minn madwar 200 student, 34 minnhom huma nisa.", "L-aħjar sitwazzjoni hija dik li teżisti fil-business and commerce courses fejn hemm 114-il raġel u 220 mara.", "Għall-art and design courses jattendu l-istess numru ta' rġiel u nisa u għall-kors marittimu ma tattendi lanqas mara waħda.", "Ix-xogħol li qed isir fil-kulleġġ vokazzjonali huwa taħt forma ta' laqgħat, fejn per eżempju saru laqgħat ma' 100 career guidance teacher biex jiġi spjegat lilhom x'inhu l-kulleġġ vokazzjonali ħalli min-naħa tagħhom ikunu jistgħu jwasslu feedback pożittiv fl-iskejjel.", "Qed isiru wkoll short day u short evening courses biex kemm jista' jkun nolqtu anke lin-nisa u lill- ommijiet ħalli dawn ukoll ikunu jistgħu jattendu għal korsijiet bħalma huwa l-European computer driving licence.", "Fin-national development plan li qed isir, il-kulleġġ vokazjonali qed ipoġġi women returnees fuq quddiem ta' l- aġenda biex dawn il-korsijiet ikunu jistgħu jsiru tailor made għalihom.", "Sur President, fl-edukazzjoni, il-preżenza tal-mara Maltija hija kbira u jien ninsab ċert li din I-preżenza qawwija li f'ħafna livelli qiegħda tkun ikbar mill-preżenza ta' l-irġiel, fis-snin li ġejjin se tirrifletti ruħha perċentwalment fil-pożizzjonijiet ta' deċiżjonijiet fl-industrija, fis- setturi governattivi u f'setturi oħra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Mr Speaker, kif nafu, nhar il-Ġimgħa se jiġi ċelebrat Jum il-Mara u bħalma jiġri kull sena, matul din il-ġurnata jsiru diversi attivitajiet li jiffokkaw fuq id-dinja ta-sess feminili.", "Bi pjaċir ninotaw li llejla, fil-parlament, u allura fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż, qed niddedikaw seduta sħiħa għall-mara.", "Ta' dan inħoss li għandna nuru l-apprezzament tagħna għax naħseb li minkejja li din hija xi ħaġa tajba ħafna, hija wkoll unika jekk mhux xi ħaġa rari immens.", "Ħafna huma dawk, kemm nisa kif ukoll irġiel, li jistaqsu jekk fid-dinja tal-lum, fejn in-nisa u l-irġiel qed jingħataw l-istess drittijiet u opportunitajiet, għadhiex tinħass il-ħtieġa li wieħed jiċċelebra Jum il-Mara( hawn min anke jistaqsi jekk għaqdiet li huma ffurmati esklussivament minn nisa, li jindirrizzaw issues li jinteressaw lin-nisa, għadx għandhom post f'soċjeta` li titkellem dwar gender mainstreaming.", "Jien naqbel ma' dawk li jsostnu li ħafna mill-miżuri li ttieħdu u li tradizzjonalment kienu jissejħu miżuri favur il-mara, huma fil-verita` miżuri favur il-familja jew kif inhuma magħrufa aħjar, huma family friendly policies.", "Huwa fatt magħruf li l- mara, sakemm ikollha l-ulied, tkun tista' tisfrutta l-opportunitajiet kollha fil-qasam ta' l-edukazzjoni, fil-qasam ta' taħriġ u fil-qasam tax- xogħol.", "Ħafna huma dawk in-nisa li jagħżlu li jkomplu jagħmlu dan, anke wara li jsiru ommijiet.", "L-ulied huma taż-żewġ ġenituri u t-tnejn jistgħu jibbenefikaw minn dawn il- miżuri li jiffaċilitaw il-ħajja tax-xogħol fl-ewwel snin tat-trobbija tat- tfal, avolja fil-prattika, il-maġġoranza ta' dawk li jagħmlu użu minn dawn il-miżuri huma nisa.", "Pero' ` huwa importanti li nifhmu u nkomplu nibnu fuq dan il-prinċipju, li wara kollox huwa prinċipju li fuqu hija mibnija l- politika soċjali tal-gvern preżenti fir-rigward ta' dan il-qasam.", "Dak li tradizzjonalment konna nsejħulu l-avvanz tal-mara, irid isir permezz ta' proċess ta' inklużjoni u mhux b'attitudni ta' segregazzjoni tas-sessi.", "Jekk nagħtu ħarsa lura għandna għal xiex inkunu sodisfatti bil-passi 'l quddiem f'diversi oqsma tal-ħajja tal-mara.", "Jiena ngħid li jekk inħarsu lejn il-mara fid-dinja tax-xogħol żgur li se nsibu qabża kbira bejn in- numru ta' nisa li kienu gainfully occupied ftit tas-snin ilu u n-numru ta' nisa gainfully occupied illum.", "Illum in-numru ta' nisa fuq il-post tax-xogħol kiber ħafna, u bħalma ġara kullimkien, anke f'Għawdex kiber dan in-numru.", "Huwa proprju għalhekk li llejla ddeċidejt li nagħmel dan l-intervent, biex niffoka fuq il-mara fis- soċjeta` Għawdxija.", "Nistgħu ngħidu li llum f'Għawdex insibu madwar 3,000 mara għawdxija li għandhom impjieg u allura huma gainfully occupied, filwaqt li nisa jirreġistraw għax-xogħol taħt part 1 huma biss 55.", "Biex wieħed jifhem aħjar dan li qed ngħid, se nagħmel ftit paraguni bejn l-1997 u l-1998, fejn in-numru ta' nisa Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 138 u 83 rispettivament.", "Fl-1999, din iċ-ċifra niżlet għal 82 filwaqt li fis-sena 2000 kompliet nieżla għal 72 biex fis-sena 2001 kien hemm 55 mara tirreġistra għax-xogħol.", "Dan it-tnaqqis minn sena għal oħra ma jfisser xejn għar li n-nisa Għawdxin kulma jmur qed isibu iktar opportunitajiet ta' xogħol.", "Dan il-fatt huwa żgur marbut mal-livell ta' edukazzjoni, li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħed jitjieb.", "Fil-fatt l-istatistiċi juru li iktar tfajliet Għħawdxin qed ikomplu bl-istudji tagħhom wara l-livell sekondarju.", "Sur President, huwa nteressant li wieħed jinnota li percentage wise, dejjem insibu attendenza ikbar ta' tfajliet milli ta' ġuvintur f'ċerti livelli ta' edukazzjoni.", "Biex nikkonferma dan, nista' ngħid li fis-sena akkademika ta' ħames snin ilu, jiġifieri s-sena 1997/1998, studenti universitarji Għawdxin irġiel kien hemm 216 waqt li kien hemm 278 mara.", "F'din is-sena hemm 336 mara Għawdxija li qed jattendu għal xi kors fl-Universita`, kontra l-216-il raġel.", "Għalkemm għamilt paragun bejn l-Għawdxin stess, nixtieq nipparaguna r- riżultati miksuba mill-istudenti Għawdxin ma' dawk tal-Maltin, u dan minħabba l-fatt li f'din il-Kamra stess, f'xi seduta oħra u anke fil-media, kelliem partikolari ta' l-oppożizzjoni għoġbu jagħmel riferenza għal fatt li l-istudenti Għħawdxin qed jibqgħu lura meta pparagunati mal-Maltin.", "Irrid ngħid li m'huwiex l-istil tiegħi li nagħmel din id-distinzjoni, pero' la kien hemm min iddistingwa qabli, irrid inwieġeb fil-qosor għal dak li ntqal.", "Għalkemm dan li se ngħid jgħodd għaż-żewġ sessi, se niffoka biss fuq in-nisa biex inżomm mas-suġġett li qed jiġi diskuss illejla.", "Il-perċentaġġ nazzjonali ta' studenti li wara t-tmiem tal-livell sekondarja jkomplu jistudjaw fil-livell post-sekondarju huwa ta' 65%.", "F'Għawdex, il- persentaġġ ta' studenti li jkomplu jistudjaw wara li jkunu temmew l-iskola sekondarja huwa ferm ikbar minn dan.", "Fil-fatt dan huwa ta' 93%, u dawn mill-junior lyceum biss.", "F'Malta, il-persentaġġ ta' bniet li wara li jispiċċaw l-edukazzjoni tagħhom f'xi area secondary, ikomplu jistudjaw fil- livell post-sekondarju huwa ta' 25%, filwaqt li l-persentaġġ f'Għawdex huwa ta' 32%.", "Dan jawgura tajjeb ferm għall-ġejjieni u juri bl-iktar mod ċar li llum, il-mara Għawdxija qed tgawdi mill-iżviluppi u mill-avvanzi kbar u għarfet tisfrutta tajjeb l-opportunitjaiet li qed jiġu offruti lilha.", "Dan l-istil ta' ħajja se jkompli wkoll fis-snin li ġejjin, kif anke jindikaw il- persentaġġi li għamilt riferenza għalihom.", "Mr Speaker, huwa tajjeb ukoll li ngħid li fi ftit ġimgħat oħra, il- Ministeru għal-Għawdex flimkien ma' l-istitut tal-ġerontoloġija ta' l- Universita` ta' Malta se jippubblika studju dwar riċerka li saret fost in- nisa Għawdxin ta' eta` 'il fuq minn 60 sena, dwar il-fenomenu ta' l- anzjanita` f'Għawdex minn perspettiva femminili.", "Il-persentaġġ ta' persuni anzjani f'Għawdex huwa ogħla minn dak f'Malta u bħala medja, in-nisa jgħixu iktar mill-irġiel.", "L-għan ta' dan l-istudju huwa li jidentifika l- bżonnijiet soċjali u psikoloġiċi ta' dawn l-anzjani u t-tibdil fl-identita` u fir-rwoli tagħhom, iktar ma javvanzaw fl-eta`.", "Permezz ta' dan l-istudju se tingħata stampa ċara tas-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u psikoloġika tan-nisa anzjani f'Għawdex.", "Dan l-istudju sar permezz ta' intervisti li għamlu studenti matul work phase fis-sajf, fejn żaru madwar 3,000 anzjana fi djarhom stess.", "Ta' dan irrid nirringrazzja lill-Prof.", "Troisi u lill- istaff tiegħu għall-impenn li urew.", "Sur President, naħseb li huwa xieraq li qabel nagħlaq dan l-intervent, nagħmel riferenza għall-proġett li l-Ministeru għal Għawdex qed iwettaq bħalissa favur il-mara anzjana Għawdxija.", "Qed nirriferi għax-xogħol li jinsab għaddej u li huwa relatat mat-tkabbir u ma' l-immodernizzar tas- swali fejn anzjani nisa qed jinżammu fl-hekk imsejħa swali tal-ġerjatrija fl-isptar ġenerali ta' Għawdex.", "Dan huwa proġett ta' prijorita` fil- bżonnijiet immedjati ta' l-oqsma soċjali u tas-saħħa vis-à-vis l-mara anzjana f'Għawdex, għax illum il-ġurnata m'huwiex biżżejjed li nagħtu s- servizz, imma hemm bżonn li s-servizz li jingħata jkun ta' kwalita`.", "Dan hua proġett li se jtejjeb ferm il-pożizzjoni ta' l-anzjani nisa u meta jitlesta, se jpoġġi lill-mara anzjana f'ambjent li jixraq għaż-żminijiet tal-lum, filwaqt li joffri residenza ta' kwalita` lin-nisa Għawdxin li jagħżlu li jgħaddu l-kumplament ta' ħajjithom fis-swali tal-ġerjatrija fl- isptar t'Għawdex.", "Mr Speaker, f'dan il-ftit ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi tajt ħarsa ħafifa lejn il-mara Għawdxija kif kienet fl-imgħoddi u kif inhi llum.", "B'sodisfazzjoni insib li tul iż-żminijiet, il-mara Għawdxija għamlet avvanzi kbar fl-oqsma kolha tal-ħajja.", "Ta' dan inħoss li għandi nuri l- apprezzament tiegħi lejn kull min ta l-kontribut tiegħu biex illum qegħdin ngħixu din l-esperjenza, u ċioe` lill-amministrazzjonijiet preċedenti u lil dik preżenti, kif ukoll lid-diversi organizzazzjonijiet u għaqdiet li matul iż-żmien ma waqfu qatt isostnu l-kawża tal-mara Maltija u Għawdxija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, qabel nibda bl-intervent proprju tiegħi irrid nagħmel qrara żgħira.", "Qabel ġejt għal dan id-dibattitu, it- tifel tiegħi staqsieni jekk naħsibx li għal-lum studjax biżżejjed, peress li bħalissa qed jagħmel l-eżamijiet.", "Għedtlu li jekk fehem dak li studja u jaħseb li jiftakru, mela allura ħadem tajjeb.", "Hu qalli li ħa gost li għedtlu hekk u kien qed iħossu ferħan.", "Illejla, meta l-Onor.", "Gonzi fetaħ dan id-dibattitu, hekk ħassejtni jien, għax għall-ewwel darba, l-Onor.", "Gonzi wera rikonoxximent għax-xogħol li għamel gvern Laburista fir-rigward tal-mara.", "S'issa, minn mindu l-Onor.", "Gonzi sab postu fil-gvern, dejjem instema' jikkritika lil dan ix-xogħol u għalhekk nagħtih ħajr u ngħid li ninsab ferħana li llum irrikonoxxa x- xogħol tajjeb li sar minn gvern Laburista f'dan il-kamp.", "Min-naħa l-oħra pero', wisq nibża' li dan il-kumment illum sar għax hawnhekk m'aħniex waħedna imma għandna l-mistednin.", "Sfortunatament, il- klima f'din il-Kamra mhux dejjem tkun hekk.", "Smajt ukoll lill-Onor.", "Galea jgħid li donnu li x-xogħol sar f'dawn l-aħħar għaxar snin biss.", "Jien ma nixtieqx li llum nidħlu f'dawn il-polemiki, u għalhekk m'iniex se nirrispondi għal dak li ntqal.", "Pero' rrid insemmi ħaġa waħda biss, li lill-white paper dwar il-liġi tal-familja, il-gvern Nazzjonalista ta' l-1987 kien sabha hemmhekk, u minkejja dan, kellha tibda leġislazzjoni oħra biex ħadem fuqha.", "L-Onor.", "Galea semma' wkoll il- benefiċċji, bħal donnu li dawn intgħataw f'dawn l-aħħar għaxar snin, imma m'iniex se nidħol f'dawn l-affarijiet għax in-nies li qed jisimgħuna mid- dar u dawk li hawn preżenti hawnhekk jafu l-verita` x'inhi, proprju għaliex għexuha.", "Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-kunsill nazzjonali tan-nisa, immexxi mis-Sinjura Grace Attard, għall-inizjattivi li ħa.", "Tajjeb li ngħidu li huwa grazzi għal inizjattiva ta' dan il-kunsill li llum qegħdin nagħmlu dan id-dibattitu.", "Nieħu gost ħafna nara lill-membri ta' dan il-kunsill preżenti hawnhekk, avolja kien ikun aħjar kieku l-preżenza tan-nisa kienet ikbar, pero' nifhem li dawn ingħataw short notice u allura naħseb li huwa għalhekk li l-istrangers gallery m'hijiex mimlija.", "Skond l- informazzjoni li għandi, dawn in-nisa kienu informati nhar it-Tnejn li għadda b'dan id-dibattitu, u għalhekk nifhem li nisa li għandhom x'jagħmlu ma setgħux jattendu.", "Ħadt gost ukoll li tkellmu xi ministri, u jkolli ngħid, u jidhirli li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma' dan, kieku ma kienx il-partit Laburista li nsista li niddedikaw seduta biex niddiskutu dan il-qasam, kif jaf kull min għandu f'idejh il-korrispondenza, is-suġġeriment tal-gvern kien li dan il-qasam jiġi diskuss f'żewġ aġġornamenti.", "Ma nafx jekk in-nies li hawn fl- istrangers gallery jafux li l-aġġornament tas-seduta ta' filgħodu jsir bejn nofsinhar u n-12.30 pm u dak ta' filgħaxija jsir bejn id-9.00 pm u d- 9.30pm, jiġifieri naħseb li kien ikun diffiċli ħafna għalihom li jattendu kieku aħna aċċettajna s-suġġeriment tan-naħa tal-gvern.", "Barra minn hekk, li nużaw il-ħin ta' l-aġġornament biex nitkellmu dwar issues li jikkonċernaw lin-nisa, għalina hija normal practice f'din il- ġimgħa taċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Mara, jiġifieri ma kienx hemm il- bżonn li l-gvern jgħidilna hu biex nużaw l-aġġornamenti għal dan il-għan, għax aħna xorta konna se nagħmlu hekk.", "Fil-fatt, jekk wieħed jara r- records isib li din il-biċċa xogħol issir kull sena.", "In a way, jien ngħid li l-gvern ried jieħu inizjattiva u fl-istess ħin ma ried jagħmel xejn.", "Għaldaqstant nieħu gost li l-iskop li din il-Kamra tiddedika seduta sħiħa biex tiddiskuti dan il-qasam, irnexxa.", "Fuq kollox jiena ngħid li tant hemm aspetti differenti x'wieħed jiddiskuti, li lanqas seduta waħda ma hi biżżejjed.", "Il-Ministri li tkellmu qabli rriferew għall-gender mainstreaming.", "Jien ngħid li dan huwa proċess ongoing u nittama li niġu fi stat fejn inkunu nistgħu nagħmlu dan il-mainstreaming biss, għax imbagħad la jkollna bżonn infakkru Jum il-Mara u lanqas ikollna bżonn ta' ministeri u segretarjati parlamenti, għax ma jkunx hemm iktar il-bżonn li niġbdu l-attenzjoni għal dak li jkun għad jrid isir.", "Aħna tant nemmnu u naħdmu fuq dan il- mainstreaming, li meta konna fil-gvern, bdejna proġett ta' training mal- Commonwealth ħalli kull dipartiment u kull ministeru jkollu fi ħdanu nies kwalifikati biex jaraw li jkun hemm din il-perspettiva ta' gender.", "Aħna mhux bil-kliem biss ngħidu li l-gender mainstreaming huwa mportanti ħafna, imma anke bil-fatti, għax l-aqwa ħaġa li wieħed jista' jagħmel f'dan il-każ hija li jeduka.", "Għall-ewwel, din il-biċċa xogħol dehret li se tkun iebsa, imma bil-mod, anke l-ħaddiema ta' l-istess dipartimenti aċċettaw dan il- fatt u issa, il-mainstreaming qed jidħol tajjeb f'kull dipartiment u f'kull ministeru.", "Pero' għadna 'l bogħod ħafna milli naslu għal sitwazzjoni fejn ma jkollniex għalfejn niffokaw speċifikament fuq id-drittijiet tan-nisa.", "Sur President, lil dawn id-drittijiet tan-nisa donnu li nibżgħu nsemmuhom.", "Pero' anke l-Unjoni Ewropea għandha kumitat għad-drittijiet tan-nisa li jagħmel mainstreaming, imma mhux biss.", "Dan il-kumitat qiegħed hemm biex jara li jkun hemm azzjoni pożittiva u liġijiet speċjali li jolqtu lin-nisa.", "Anke l-Ġnus Magħquda, biex nagħti eżempju ieħor, mhux biss tfassal targets imma għandha wkoll il-platform for action fejn issir azzjoni pożittiva, għax il-mainstreaming biss m'hijiex biżżejjed.", "Il-Ġnus Magħquda għandha 12- il critical area fejn taħdem biex tittieħed azzjoni pożittiva.", "Illum, id-dipartiment tan-nisa fis-soċjeta` ħareġ pubblikazzjoni bl-isem ta' \"Women's Welfare in Society\", li tgħid li hawn gruppi ta' nisa li qegħdin ibatu u allura għandhom bżonn ta' azzjoni speċjali li ma tistax issir bil-mainstreaming biss.", "Din il-pubblikazzjoni per eżempju titkellem dwar il-kunċett ta' femminisation of poverty, u għalkemm hija xi ħaġa tajba, irrid ngħid li aħna l-membri ta' din il-Kamra mmissu dawn l- affarijiet b'idejna kuljum, u dan minħabba l-kuntatt kontinwu li jkollna ma' nies ta' diversi livelli soċjali u ta' background soċjo-ekonomiku differenti.", "Il-femminisation of poverty hija waħda mill-issues li rridu naħdmu fuqha, u billi nagħmlu mainstreaming biss, mhux se jkollna moħħna mistrieħ.", "Qabel ġejt hawnhekk tajt daqqa t'għajn lejn studju magħmul mil-London School of Economics li jgħid li fil-ħajja tax-xogħol, in-nisa jitilfu medja ta' Stg.250,000, sempliċiment għax huma nisa.", "Qed nara quddiemi lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, li flimkien miegħi attenda għal seminar fejn iddiskutejna proprju l-wage differentials.", "F'dan is-seminar kien hemm persuni li bdew jitkellmu mill-esperjenza tagħhom, fosthom żewġ professuri li għalkemm jagħmlu l-istess xogħol, il-mara taqla' Lm6,000 inqas mir- raġel.", "Lura għal dan ir-rapport, jirriżulta li n-nisa jitilfu dawn il-flus kollha mhux minħabba xi lifestyle choice, għax jonfqu iżjed, jgħixu ħajja ta' lussu jew għal xi żvantaġġ fl-edukazzjoni, imma sempliċiment minħabba l- fatt li huma nisa.", "Minkejja li kulħadd jingħata l-istess edukazzjoni, għandu l-istess aċċess u opportunitajiet, minħabba l-kwestjoni ta' kultura ta' responsabbiltajiet, hemm bosta fatturi li jċaħħdu lin-nisa milli jkollhom dħul daqs ta' l-irġiel, avolja jagħmlu preċiżament l-istess xogħol.", "Biex inkompli nitkellem dwar il-kunċett tal-mainstreaming irrid ngħid li l- gvern preżenti ħares ħafna lejn x'qed jiġri fl-Unjoni Ewropea.", "Anke aħna naraw x'jiġri f'din l-Unjoni, għax minnha għandna ħafna x'nitgħallmu, pero' dak li nitgħallmu nadattawh għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "L-Unjoni Ewropea, minkejja li timplimenta l-policy ta' gender mainstreaming, xorta għandha direttivi li jindirizzaw issues partikolari dwar it-trattament ugwali bejn nisa u rġiel fuq il-post tax-xogħol u fir- rigward ta' pagi.", "F'dan l-istadju nixtieq nikkwota minn dokument li jġib l-isem ta' \"Equal Opportunities for Women and Men\", li huwa ġabra ta' direttivi u riżoluzzjonijiet.", "F'dan id-dokument, membru mill-kummissjoni ta' l- impjiegi ta' l-Unjoni Ewropea, qalet li", "\"It is this combination of legislation, mainstreaming and practical initiatives which will support a flourishing and competitive EU and will enable it to use the talents of men and women to their full potential.\".", "In a nut shell, dan huwa eżattament dak li kien qed jagħmel il-gvern Laburista fiż-żmien qasir li dam jamministra lill-pajjiż.", "Mil-lat leġislattiv konna komplejna x-xogħol fuq il-liġi taċ-CERA fir-rigward tal- mara u għamilna abbozzi ta' liġi dwar child minding, vjolenza domestika u l- ugwaljanza fix-xogħlijiet.", "Mil-lat ta' mainstreaming, aħna konna qed ninsistu li kull ministeru jara l-liġijiet u ċ-ċirkolarijiet tiegħu mill- perspettiva femminili, fir-rigward ta' gender, imma iżjed minn hekk, konna qed nesiġu wkoll li kull abbozz ta' liġi, qabel jersaq fil-parlament irid jgħaddi mis-segretarjat parlamentari għad-drittijiet tan-nisa.", "Forsi la jgħaddi ż-żmien ma jibqax ikun hemm il-bżonn li jsir hekk, għax kull dipartiment u kull ministeru jkun qed jagħmel dan ix-xogħol tajjeb u waħdu, pero' s'issa nafu li għadna ma lħaqniex dak il-livell.", "Kif għedt, fir-rigward tal-mainstreaming il-gvern Laburista kien beda proġett ta' training flimkien mal-Commonwealth.", "Fir-rigward imbagħad ta' practical initiatives, kien hemm ħafna proġetti bħal per eżempju dak ta' Profs.", "Leyton, li kienet bdiet taħdem fuq rapport dwar kif wieħed jista' jtella' b'mod strutturali lin-nisa fil-livelli għolja taċ-ċivil, fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, liema rapport tlesta f'din amministrazzjoni preżenti.", "Rigward il-kwota ta' nisa fuq bordijiet, mill-mistoqsijiet parlamentari li nagħmel lill-ministri b'mod individwali, jien nara li kif anke qal tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, din qiegħda kulma tmur tinżel.", "Għalhekk inħeġġeġ lill-ministri preżenti hawnhekk biex jagħmlu użu mid- direttorju li jeżisti fid-dipartiment tan-nisa biex dawk in-nisa li huma kapaċi u kwalifikati, li m'humiex ftit, jingħataw ċerti responsabbiltajiet u jitqiegħdu f'pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet biex jagħtu l- perspettiva tagħhom li tant hi meħtieġa f'dawn il-livelli li qed insemmu.", "Il-gvern Laburista kien għamel ukoll inizjattivi oħra prattiċi, bħal per eżempju l-emenda li kienet saret fl-industrial development act, fejn kienet qed tingħata għajnuna lill-employers li jiftħu child care centre.", "Rajna li dan il-benefiċċju beda jintuża ftit taż-żmien ilu fiċ-ċentru li nfetaħ fl- industrial estate ta' Bulebel.", "Jien nieħu pjaċir li din il-miżura ntlaqgħet u ntużat għax kif diġa' għedt, dawn huma inizjattivi prattiċi.", "Mr Speaker, qed insemmi l-miżuri varji li ħa l-partit Laburista fir-rigward tal-mara meta kien fil-gvern biex nuri li wieħed ma jistax joqgħod fuq il- mainstreaming biss.", "Minbarra l-Leyton report, il-mainstreaming, il- vjolenza domestika, iċ-child minding u l-employment, irrid insemmi wkoll lill-equality legislation, fejn f'dan ir-rigward nistaqsi x'sar matul din il-leġislatura.", "Kif għedt iktar kmieni, fi żmien il-Ministru Galea għaddiet il-liġi tal- familja, pero' x-xogħol fuq din il-liġi kien ilu jsir sa mill- amministrazzjoni Laburista tas-snin 80.", "Fil-fatt kienet il-kummissjoni mmexxija minn Dr. Ġuże' Cassar li ħejjiet il-proposti li imbagħad iddaħħlu f'din il-liġi.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira biex ngħid li hemm bżonn li naraw jekk wasalx iż-żmien li din il-liġi tiġi emendata, l-iktar minħabba l-firem ta' nisa għal ċerti businesses, id-dejn li jsir f'isem koppja, avolja ħafna drabi l-mara ma tkun taf b'xejn, ir-rikonoxximent ta' tfal mill-missier u problemi oħra.", "Sfortunatament, il-liġi tal-familja għadha ma taħsibx għal dawn id-diffikultajiet, u għalhekk minn hawn nappella biex din il-liġi tiġi emendata.", "Iktar kmieni f'dan l-intervent għedt li ġiet ippubblikata l-white paper dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.", "F'dan ir-rigward li rrid ngħid hu li dan ix-xogħol kien beda minn gvern Laburista madwar sitt snin ilu u fil-fatt aħna ilna mill-1999 nistaqsu lill-gvern preżenti meta se joħroġ il- white paper u jiddiskuti din il-liġi.", "Issa, f'daqqa waħda, rajna li din il- white paper ġiet pubblikata.", "Minn dan kollu, li jinkwetani huwa l-fatt li meta din ġiet launched, il-kummissjoni għall-avvanz tal-mara ma kinetx preżenti.", "Jien nistaqsi x'ġara għax qatt ma nippretendi li f'launching ta' liġi daqshekk importanti, il-kummissjoni għall-avvanz tal-mara ma tkunx preżenti.", "Imma insomma, issa li l-white paper qiegħda f'idejna nistgħu naraw dak li qed jiġi propost.", "Waħda mill-iktar affarijiet li laqtitni hija li d-dipartiment tan-nisa fis- soċjeta` se jispiċċa fuq il-kummissjoni, jiġifieri dan il-gvern mhux talli ma waqqafx ministeru għall-qasam tan-nisa, talli beda billi neħħa lis- segretarjat parlamentari li kien jaħdem f'dan ir-rigward u issa se jitfa' lil dan id-dipartiment f'kummissjoni.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżi Ewropej narw li dawn kollha għandhom ministeru għad-drittijiet tan-nisa, anke fl- Isvezja, fejn nofs il-kabinett huwa magħmul minn nisa, il-poplu jħoss il- bżonn ta' ministeru għall-women's issues.", "Minkejja li nofs il-kabinett Svediż hu magħmul min-nisa, dan il-pajjiż xorta għadu ma wasalx fejn ried, għax kieku ma jħossx il-bżonn li jkollu ministeru għad-drittijiet tan-nisa, aħseb u ara aħna.", "Irrid nagħmel parentesi oħra u ngħid li fl-Isvezja, il-poplu wasal biex ikollu kabinett maqsum bejn nisa u rġiel għax fis-snin 70 kien introduċa s- sistema tal- kwota, li issa m'għadhiex teżisti għax m'hemmx iktar bżonnha.", "Iva, biex l-Isvezja laħqet dan il-bilanċ kellha tuża din l-azzjoni pożittiva, u b'hekk irnexxielha jkollha rappreżentanza xierqa ta' nisa fil- parlament.", "Jien nixtieq li f'pajjiżna ma jkunx hawn bżonn ta' segretarjat jew ministeru għad-drittijiet tan-nisa, kif hemm f'pajjiżi oħra, bħalma nixtieq ukoll li ma jkunx hemm bżonn tan-national council of women.", "Imma la dawn qegħdin hemm, sinjal li għad hemm bżonnhom.", "Jien nixtieq li fis-soċjeta` tagħna tant ma jkunx hawn diskriminazzjoni bejn is-sessi, li nkunu kapaċi ngħaddu mingħajr in-national council of women, mingħajr Jum il-Mara, mingħajr il-ministeru għad-drittijiet tan-nisa.", "Wara kollox, ma jeżisti l- ebda kunsill nazzjonali għall-irġiel jew ministeru għad-drittijiet ta' l- irġiel, għax m'hemmx bżonn li jkollna entitajiet bħal dawn, pero' fir- rigward tan-nisa, iva, il-bżonn ta' dawn l-istituzzjoni li jaħdmu favur il- mara, għadu jinħass għax għad fadal xi jsir biex naslu fejn nixtiequ.", "Minn dak li rajt fil-white paper innotajt li din hija bbażata fuq sex discrimination u mhux fuq azzjoni pożittiva.", "Il-liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' gender equality, huma mferrxa fuq il-liġi ta' l-employment, dik ta' l-occupational health, il-liġi tal-gender equality u s-social security law.", "Dawn il-liġijiet kellhom ikunu miġbura f'waħda koerenti u komprensiva, għax kif qegħdin f'din il-white paper, huwa diffiċli għan-nisa li jieħdu azzjoni legali għax mhux kollox hu miġbur f'liġi waħda.", "F'dan l-istadju tajjeb li ngħid li l-liġi li fuqha kien qed jaħdem il-gvern Laburista kienet tiġbor flimkien u b'mod koerenti, dak kollu li għandu x'jaqsam ma' gender equality.", "Iva, dak li kien ippropona gvern Laburisa huwa ħafna iktar dettaljat minn din il-white paper.", "Dan għaliex aħna kollna inkludejna riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li ħassejna li huma rilevanti, filwaqt li f'din il-white paper qegħdin naraw biss dawk id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea li jridu jkun hemm bilfors.", "Fil-fatt, l-Unjoni stess qaltilna li sa l-aħħar ta' din is-sena, dawn id- direttivi jridu jsiru mil-liġi tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan juri nuqqas ta' impenn min-naħa tal-gvern għal gender approach bis-serjeta`.", "Jidher li din il-white paper ħarġet malajr malajr ħalli sa l-aħħar tas-sena 2002 tkun għaddiet minn din il-Kamra.", "Hemm bżonn li nifhmu li aħna rridu naħdmu għal rasna, skond il-bżonnijiet u r-realtajiet ta' pajjiżna, kif wara kollox jagħmel il-Partit Laburista.", "Sur President, quddiem dan l-aġir, bilfors ikolli ngħid li din il-white paper saret biex il-gvern jissodisfa lill-Unjoni Ewropea għax fil-fatt, issues bħall-vjolenza domestika u ċ-child minding, li dwarhom l-Unjoni ma ħarġet l-ebda direttiva, baqgħu fuq l-ixkaffa.", "Din l-attitudni qed narawha kontinwament, bħal meta l-Ministru Gonzi qal li l-maternity leave żdied b'ġimgħa minħabba li ninsabu mexjin fit-triq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Allura aħna ma nafux nagħmlu l-affarijiet waħedna?", "Jien ngħid li iva, nafu nagħmlu dan, għax iżjed 20 sena ilu, il-gvern Laburista kien introduċa 13- il ġimgħa maternity leave, bi ħlas, mingħajr ħadd ma ġiegħu imam għaliex kien jaf x'inhuma l-bżonnijiet tas-soċjeta` tagħna, li kienet qiegħda tiżviluppa u tinbidel.", "Għalhekk nappella lin-naħa tal-gvern biex ta' l- inqas, tirrispetta l-ftit intelliġenza li forsi għandna.", "Nixtieq issa nerġa' lura għall-white paper. filwaqt li aħna konna qed nitkellmu dwar it-twaqqif ta' makkinarju bi status bħalma għandu l- ombudsman jiġfieri bil-bord ta' l-appell u b'poteri legali fost l-oħrajn, fil-white paper m'hawn xejn minn dan, anzi l-poteri ġew watered down ħafna 'l bogħod minn dak li konna qed ngħidu aħna.", "Biex inġib eżempju, jekk jinqala' każ ta' sexual harassment, il-vittma trid tirrikorri għand it- tribunal industrija u mhux għandi il-kummissjoni li konna qed infasslu aħna.", "U jen nistaqsi.", "It-tribunal industrijali kemm huwa gender sensitive?", "L-iktar jekk ikun magħmul minn maġġoranza assoluta ta' rġiel!", "Fir-rigward tax-xogħol, fir-rapport li kien ħejja l-Partit Laburista, kien hemm speċifikat x'għandu jsir bid-dettal, x'azzjonijiet pożittivi kien hemm bżonn li jittieħdu, imma minn dan kollu ma jidher xejn, la f'din il-white paper u lanqas f'dik li ħarġet iktar kmieni dwar l-impjiegi.", "Sur President, illejla smajna b'ħafna ċifri u statistika tan-numru tan-nisa fuq bordijiet fejn jittieħdu deċiżjonijiet.", "F'dan l-istadju, li rrid ngħid hu li hawn diversi nisa li mhux talli ma jaspirawx li jkunu fuq dawn il- bordijiet, talli lanqas f'darhom stess ma jistgħu jiftħu ħalqhom.", "Din hija pjaga li nafu biha, u għalhekk, f'din is-seduta speċjali, ma nistgħux ma nitkellmux dwar min m'għandux vuċi, dwar min qiegħed priġunier fid-dar tiegħu stess.", "Qed nirriferi hawnhekk għan-nisa msawta, li minkejja l-emendi li hemm għal-liġi, minkejja l-ħafna seminars li jsiru dwar dan is-suġġett, minkejja li n-national council of women iħeġġeġ lill-Ministru biex iġib fis- seħħ l-emendi li kien ressaq gvern Laburista, ħalli għallinqas dawn in-nisa jkollhom protezzjoni legali, sal-lum għadu ma sar xejn.", "Minkejja li għaddew li għaddew 4 snin, ħlief seminar dwar il-white paper ma sarx.", "Hawnhekk nixtieq nagħti ħajr lil dawk li ħadmu ħafna.", "Ftit taż-żmien ilu ltqajt ma' mara li kienet fuq dan il-kumitat u kienet tmexxi dar tan-nisa msawta u qaltli li meta tarani tieħu qatgħa għax tiftakar f'dawk l- afternoons li qattajna naħdmu fuq l-emendi għal-liġi, biex issa għadhom ma tressqux.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjaha filwaqt li nirringrazzja wkoll lil Dr. Lorraine Schembri Orland, lil Dr. Jana Micallef Stafrace, lis- social workers, lill-pulizija u lil dawk li jmexxu d-djar tan-nisa msawta, li għamlu xogħol tajjeb ħafna, għax huma esperti fuq dan is-suġġett u jmissu l-problema b'idejhom kuljum.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt riċentement nafu li fis-sena jiġu rappurtati average ta' 500 każ ta' vjolenza domestika, pero' l-problema żgur li hija akbar minn hekk għax ħafna każijiet ma jkunux rappurtati.", "Ħafna nisa jċemplu lili, bħalma naf li jċemplu lid-deputati l-oħra ta' din il-Kamra, u jistaqsuni x'inhi tagħmel il-klassi politika fir-rigward ta' din il-problema.", "Il-proposti għall-emendi huma lesti u qegħdin hemm.", "Il- Ministru, meta mistoqsi dwar dan, jgħid li qed jistenna li titwaqqaf il- qorti tal-familja, imma din hija skuża għax il-qorti tal-familja ilha żmien twil ġejja u Alla biss jaf meta se tasal.", "Jien naf li l-Ministru se jirrispondi billi jgħid li din il-qorti dalwaqt se titwaqqaf, imma allura sa ma jasal dak il-mument se nibqgħu nċaħħdu lin-nisa mill-protezzjoni legali?", "Il-gvern iva, jista' jressaq l-emendi issa, għax kif kulħadd jaf, dawn ilhom lesti.", "Le, m'hemmx għalfejn nistennew li titwaqqaf il-qorti tal- familja biex in-nisa li jisfaw vittmi ta' vjolenza domestika jingħataw il- protezzjoni meħtieġa.", "Fl-Ingilterra per eżempju hemm liġi li tgħid min isawwat lill-mara tiegħu jittieħed il-qorti, anke jekk il-vittma tirtira r-rapport li tkun għamlet għax kif jaf kulħadd, f'ħafna każi r-rapport jitwaqqa' għax il-vittma tkun ġiet intimidata.", "Għalkemm f'pajjiżna nafu li hawn minn jinsab għaddej minn dawn il-problema, xorta għadna m'aħniex qed noffru protezzjoni legali.", "Aħna mhux qed nitolbu ħafna, imma dak il-ftit li qed jintalab, xorta għadu ma sarx.", "Infakkar biss li f'Jum il-Mara tas-sena 2000, il-Ministru Gonzi kien qal li sa Ġunju ta' dik is-sena, dawn l-emendi kienu se jitressqu f'din il-Kamra.", "Is-sena 2000 għaddiet u fl-2001 reġa' qal l-istess u l- emendi xorta baqgħu ma tressqux.", "Dawn huma kollha wegħdiet li qegħdin on record, imma llum donnu li l-kelma ma saret tfisser xejn.", "Kien ikun aħjar kieku l-Onor.", "Gonzi ma qal xejn milli qal li se jressaq dawn l-emendi f'Ġunju tas-sena 2000 u s'issa, ftit inqas minn sentejn wara, għadu ma sar xejn.", "Sur President, nistgħu ngħidu li l-istess ġara fir-rigward tar-regolamenti dwar iċ-child minding.", "Għalkemm dawn diġa' tfasslu u minkejja li nafu li għandna bżonnhom, għadhom ma ġewx implimentati.", "Ħafna ommijiet qed ikollhom iħallu lil uliedhom flimkien ma' xi 10 oħra, ma' carer waħda.", "Ma jeżisti ħadd li jispezzjoni l-iġjene tal-postijiet fejn jinżammu dawn il- fatt jew li jara li dawn il-postijiet huma addattati biex jintużaw għal dan l-iskop.", "Ftit taż-żmien ilu sar rapport mill-għaqda tal-kooperattivi li kkonkluda li hemm bżonn urġenti li s-settur taċ-child minding jiġi regolat.", "Fir-regolamenti li kien fassal il-partit Laburista jingħad li għandu jkun hemm reġistru, approvat mill-gvern, ta' nies li jistgħu jieħdu ħsieb lit- tfal fid-djar tagħhom.", "Jingħad ukoll li dawn id-djar għandhom ikunu ċċekkjati għall-finijiet ta' iġjene, security, in-numru tat-tfal li se jinżammew hemm u min se jieħu ħsiebhom.", "Barra minn hekk, il-gvern għandu jara li jagħti t-taħriġ meħtieġ lill-carers ta' dawn it-tfal.", "L-istess bħal fil-każ tal-vjolenza domestika, l-appell tagħna bħala oppożizzjoni huwa li l-gvern iressaq dawn ir-regolamenti li diġa' huma mfassla, imma r-risposta tal-gvern dejjem tkun li dan m'huwiex se jsir qabel ma jiġi fis-seħħ iċ-children act, ħalli dawn ir-regolamenti jiġi nkorporati mill-ewwel f'dan l-att.", "Issa aħna nafu li dan l-att ilu snin twal jintiret minn gvern għall-ieħor.", "Dan l-att għadda mingħand gvern Laburista għal għand gvern Nazzjonalista, imbagħad reġa' għadda għand gvern Laburista ieħor biex issa spiċċa f'idejn il-gvern Nazzjonalista preżenti.", "Jien nistaqsi x'jista' jiġri jekk dawn ir-regolamenti jinġiebu fis-seħħ imbagħad jiġi nkorporati fiċ-children act meta dan jiġi fis-seħħ.", "Hawn ġew, aħna nfasslu l-liġijiet għalina jew skond il-bżonnijiet tal-poplu?", "M'hemmx għalfejn li wieħed ikun xi Einstein biex jifhem il-bżonn immedjat li dan is-settur jiġi regolat.", "Jien ma nistax nifhem għaliex il-gvern qed iġib id-dinja fit-tarf biex iġib fis-seħħ regolamenti li diġa' huma mfassla u li għandhom bżonnhom kulħadd.", "Iva, dawn ir-regolamenti ilhom iktar minn tliet snin li ġew imfassla u xorta għadu ma sar xejn biex jinġiebu fis- seħħ.", "Kultant jien naħseb li dan il-gvern qed jaġixxi b'dan il-mod, jew għax ma jkollux kuntatt mal-bżonnijiet tal-poplu, bħal qisu qed jgħix f'torri għoli u ma jafx x'inhu jiġri fl-art, jew inkejja għandu xi skop speċifiku u jrid jilħaq lilu biss.", "Pero' jiena ngħid li jekk dawk l-affarijiet li hu jqis bħala żejda, jirriżultaw indispensabbli għall-poplu, iridu jiġu mwettqa xorta waħda.", "Huwa veru li l-poplu eleġġa lill-partit Nazzjonalista biex dan jimplimenta l-politika tiegħu, imma l-gvern għandu d-dmir li jindirizza li dawk nuqqasijiet li qed joħolqu inkonvenjent daqshekk kbir fost il- poplu.", "Sur President, jien nittama li mhux f'Jum il-Mara biss nitkellmu dwar in- nisa fis-soċjeta`, imma kuljum.", "Iva, irrid naħdmu biex inkomplu nsaħħu dak li bnew ta' qabilna.", "Jiena ma rridx ngħid bħalma qal l-Onor.", "Galea, li l- progressi kollha f'dan il-qasam saru f'dawn l-aħħar 10 snin.", "Nixtieq infakkar per eżempju li s-Sinjorina Agatha Barbara kienet l-ewwel mara li ġiet eletta fil-parlament Malti proprju għaliex il-Partit Laburista kien ħadem biex anke n-nisa jkollhom id-dritt li jivvutaw.", "Jekk il-Ministru Galea se joqgħod jgħid li x-xogħol kollu f'dan il-qasam sar f'dawn l-aħħar 10 snin, jien se jkolli ngħid li ftit iżjed minn 50 sena ilu, kien il- partit Nazzjonalista li qal li l-mara ma jmisshiex tivvota, biex ikun intqal kollox.", "Jiddispjaċini li qed ikollu nuża dan l-atteġġjament, pero' jiddispjaċini wisq iktar meta nisma' lil min jitkellem b'dan il-mod.", "Mr Speaker, minn hawnhekk irrid insellem lis-Sinjorina Agatha Barbara, li kienet l-ewwel mara eletta f'dan il-parlament, fiż-żmien meta l-gvern Laburista kien ħadem ħalli n-nisa jkollhom il-vot, għall-kuntrarju tal- partit Nazzjonalista li ma riedx li jsir dan.", "Is-Sinjorina Agatha Barbara fetħet l-aċċess għan-nisa għall-edukazzjoni.", "Iva, f'dan iż-żmien, is- Sinjorina Barbara kienet għamlet li setgħet biex l-edukazzjoni saret tingħata b'xejn u lil kulħadd.", "Huwa faċli li wieħed jgħid fiex wasalna llum, imma tajjeb li fl-istess ħin jgħid ukoll minn fejn bdejna, jgħid li min dak iż-żmien ma kellux min iħallaslu biex jeduka ruħu jew il-ġenituri tiegħu ma tawx każ, baqa' illitterat.", "Sfortunatament, ħafna minn dawk li batew minn dawn iċ- ċirkostanzi kienu l-bniet, li kienu jitħallew id-dar biex jgħinu fit- trobbija u fil-faċendi.", "Jekk inħarsu lejn l-istatistika naraw li r-rati ta' illitteriżmu f'dawk in-nies li qorbu għal 60 sena jew qabżuhom, jikkomparaw ma' dak iż-żmien meta kenet ġiet introdotta l-edukazzjoni obbligatorja għal kulħadd.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri li x-xogħol ilu żmien twil isir, mhux biss tul dawn l-aħħar 10 snin.", "Jiena ngħid li jekk irridu nsemmu bl-eżatt meta beda jsir ix-xogħol f'dan ir-rigward, irridu nibdew minn 50 sena ilu, minn dawk li stinkaw biex is- servizzi tas-saħħa f'pajjiżna jkunu mingħajr ħlas, biex jibdew jingħataw il- benefiċċji soċjali u biex il-pagi tan-nisa u ta' l-irġiel li jagħmlu l- istess xogħol ikunu indaqs.", "Jien niftakar żminijiet fejn in-nisa kienu jaħdmu ta' sefturi u jitħallsu bis-soldi, imma meta imbagħad għaddiet il- liġi dwar il-pagi, l-affarijiet inbidlu u n-nisa bdew jieħdu r-ruħ.", "Nista' nsemmi wkoll il-maternity leave u l-ħolqien tal-kindergartens, li l-iktar li bbenefikaw minnhom kienu n-nisa.", "Huwa veru li llum avvanzjana tant li wasalna sal-mainstreaming, pero' rridu nsemmu l-mixja li mxejna rridu nirrikonoxxu x-xogħol ta' kulħadd.", "Filwaqt li rridu natgħu ħarsa lura, huwa iktar importanti li narsu 'l quddiem u ngħidu fejn sejrin.", "Bla dubju ta' xejn, huwa mportanti ħafna li naħdmu biex insaħħu l- makkinarju tad-drittijiet tan-nisa sabiex inkunu ċerti li l-aġenda tal- gvern tkun tista' tiġi mplimentata.", "Filwaqt li nimplimentaw politika ta' gender mainstreaming - li hija xi ħaġa kontinwa u għalhekk m'hemmx għalfejn insemmuha kull darba – huwa importanti ħafna li nagħmlu liġijiet skond il- ħtiġijiet u l-bżonnijiet tas-soċjeta` tagħna, mhux għax jordnalna xi ħadd biex nagħmlu hekk, u fuq kollox naraw li jiġu infurzati.", "Irridu nibnu strutturi li jissapportjaw lil dawn il-liġijiet, għax jekk ma jkollniex l-enforcement u l-istrutturi meħtieġa, ikun inutli li ngħaddu l- liġi.", "Minbarra dawn l-istrutturi li għandna bżonn biex inħaddmu l-liġijiet, hemm il-ħtieġa wkoll ta' strutturi oħra biex permezz tagħhom inkunu nistgħu ngħinu lill-familji jimxu iktar 'il quddiem.", "Qed nirriferi hawnhekk għal per eżempju childcare centres u shelters għal dawk in-nisa li minħabba xi raġuni jew oħra, ikunu kostretti jitilqu minn darhom.", "Irridu nħarsu 'l quddiem ukoll fil-qasam ta' l-edukazzjoni u naraw li t-tfal bniet u subien mhux biss jingħataw opportunitajiet indaqs imma kif diġa' semmejt, jiġi żviluppat fihom il-kunċett ta' ekwita`.", "Jinħtieġ li kull fejn hemm bżonn, u jirriżulta li l-bżonn huwa kbir, nieħdu azzjoni pożittiva u ma noqogħdux nibżgħu li forsi dik l-azzjoni se tkun diskriminatorja.", "Wara li ilna niġu diskriminati għal dawn is-sekli kollha, naħseb li ftit azzjoni pożittiva biex niġu f'postna m'hi se tagħmel ħsara lil ħadd.", "Iva, trid tittieħed azzjoni pożittiva anke per eżempju fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika, fejn hemm bżonn li nkunu nafu għaliex inqas nisa qed jersqu għal dawn is-suġġetti.", "Huwa b'dan il-mod li nkunu nistgħu nindirizzaw dawn il-problemi, għax billi ngħidu li t-tfajliet m'humiex qed jitħajju għal ċertu ġeneru ta' xogħol, imbagħad ma niċċekkjawx iktar 'l isfel fil-livell ta' l-edukazzjoni ħalli naraw minn fejn ġej dan in-nuqqas, ħalli naraw jekk kulħadd huwiex qed jingħata t-taħriġ meħtieġ, b'daqshekk ma nkunu qed insolvu xejn.", "Mr Speaker, għalkemm il-Ministru Deguara ta s-sehem tiegħu f'din id- diskussjoni, ma semma' xejn dwar xi breast screening programme.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li l-gvern Laburista kien kommess li sas-sena 2000, jibda' programm, avolja żgħir, ta' breast screening għal nisa at high risk.", "Fil- fatt kollox kien kollox maħdum biex l-affarijiet jimxu f'dik id-direzzjoni.", "Meta nbidel il-gvern, twaqqaf kumitat u ġie kkummissjonat rapport li spiċċa biex qal dak li kien qed jgħid il-gvern Laburista.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn pero', ħadd ma sema' xejn iktar dwar il-programm ta' breast screening, jiġifieri anke fejn tidħol is-saħħa, jiena ma narax għalfejn m'għandniex, kif qal il-Ministru Gonzi, nikkompetu kontra xulxin fuq min jaħdem l-iżjed.", "Jien ngħid li gvern għandu jkompli fejn ikun ħalla l-gvern ta' qablu.", "Fl-opinjoni tiegħi, f'affarijiet bħal dawn m'għandhiex tidħol il-politika, speċjalment meta dawn l-affarijiet ikollhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-bniedem.", "Nafu li aħna għandna l-ogħla inċidenza ta' breast cancer fl- Ewropa, jiġifieri m'iniex qed nitkellem kappriċċożament jew fuq affarijiet taċ-ċajt.", "Sur President, irridu nagħtu każ ukoll tan-nisa anzjani, tar-romol, tas- single parents u tan-nisa fis-suq tax-xogħol.", "Għalkemm l-Onor.", "Bonnici rrifera għal statistika li turi li n-numru ta' nisa li jaħdmu qiegħed dejjem jiżdied, irridu naraw taħt liema kundizzjonijiet ta' xogħol qegħdin jaħdmu.", "X'qed jiġu offruti dawn in-nisa, part-time jobs b'kundizzjonijiet ħżiena, fejn ma jaħdmux 40 siegħa fil-ġimgħa ħalli ma jkollhomx dritt għal ċerti benefiċċji u kundizzjonijiet?", "Iva, ħafna nisa qegħdin jgħaddu minn dan il-martirju għax minħabba ċ-ċirkostanzi li jinsabu fihom, ma jistgħux jaffordjaw li ma jaħdmux.", "Allura qed jiġu sfruttati billi per eżempju jintbagħtu jaħdmu f'xi stabbiliment, bħal f'xi lukanda, fejn f'ġimgħa jaħdmu 19-il siegħa bħala chambermaids u 19-il siegħa oħra bħala waitresses, biex peress li ma jkunux qed jaħdmu 40 siegħa f'post wieħed, ma jikkwalifikawx għall-ebda benefiċċju.", "Li qed nipprova ngħid hu li qabel ma nsemmu ċerti ċifri rridu naraw eżattament fejn qed jaħdmu dawn in-nisa, x'xogħol qed jagħmlu u taħt liema kundizzjonijiet.", "Mr Speaker, irridu naraw ukoll li l-piż tal-familja, ir-responsabbilta` tat- trobbija tinqasam bejn il-membri kollha tal-familja u rridu nħarsu 'l quddiem fir-rigward tal-pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, mhux biss bir-rapporti imma billi naraw li dawn ir-rapporti jiġu implimentati.", "Per eżempju r-rapport ta' Profs.", "Leyton, as a starting point jgħid li għandna nwaqqfu kummissjoni għan-nies fiċ-ċivil li tkun taħdem fuq equal opportunities policy.", "Għalkemm din hija xi ħaġa primarja, dan is- sempliċi bord xorta għadu ma twaqqafx.", "Minkejja li fi żmien gvern Laburista ġie kkummissjonat ir-rapport li x-xogħol dwaru sar waqt din l- amministrazzjoni, issa għaddiet iktar minn sena u l-iċken rakkomandazzjoni, u ċioe` li titwaqqaf kummissjoni għall-opportunitajiet indaqs fiċ-ċivil, għadha ma ġietx milqugħa.", "Jekk din l-kummissjoni ma titwaqqaf, ix-xogħol biex ikun hemm iktar nisa f'pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ma jistax jinbeda.", "Kif semmejt iktar kmieni, hemm bosta liġijiet oħra li wieħed irid jitkellem dwarhom fil-kuntest tas-suġġett tal-lum, fosthom il-liġi tas-social security, fir-rigward ta' raġel li jrid imantni lil martu imma jekk din tkun breadwinner ma tgawdix mill-married rate, u ħafna kumplikazzjonijiet bħal dawn.", "Statistika li ġiet ippubblikata dan l-aħħar mill-NSO turi li l- average tal-paga tan-nisa hija 84% fuq dik ta' l-irġiel, jiġifieri l- problema ta' diskrepanza li semmejt fir-rigward ta' pajjiżi oħra, toħroġ ukoll mil-labour force survey.....", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, il-ħin li fadal issa huwa għad-dispożizzjoni tan-naħa tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nibda' billi nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'dan id-dibattitu li s-suġġett tiegħu kien il-mara fis- soċjeta` Maltija.", "Nistqarr li xtaqt li konna ftit iżjed kostruttivi, għax wieħed mill-messaġġi li donnu ħareġ kien li kollox sar f'amministrazzjonijiet preċedenti u f'dawn it-tliet snin, Alla jbierek ma sar xejn.", "Saħansitra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni wasal biex qal li fl- amministrazzjoni preżenti morna lura.", "Illum jien nista' nikkwota ċifri li qatt ma kien hemm bħalhom f'dak li għandu x'jaqsam maż-żieda fir-rata tal-parteċipazzjoni tal-mara, żieda li seħħet matul dawn it-tliet snin li għaddew.", "Nista' ngħid li f'dawn l-aħħar tliet snin, fost affarijiet oħra irriżulta l-ogħla numru ta' studenti tfajliet li bdew jattendu fl-universitajiet Maltin.", "Nista' ngħid ukoll li minn mindu dan il-gvern, fil-bidu ta' din il-leġislatura, ftiehem mal- unions u daħħal kunċetti ġodda fil-ftehim kollettiv, bħall-parental leave, il-flexible hours, il-career breaks, ir-responsibility breaks, rajna riżultati pożittivi, grazzi għal dawn il-miżuri li ddaħħalu fis-settur pubbliku, li nkoraġġewna biex nagħmlu l-istess fis-settur privat.", "Iva, waħda mill-ikbar sfidi li għandna quddiemna hi li nikkonvinċu lis-settur privat li dawn il-miżuri favur il-mara fis-soċjeta` Maltija iservu finalment għall-ġid ekonomiku tagħhom ukoll, mhux biss għall-gwadann soċjali u għall-gwadan tal-mara nnifisha.", "Ilum, tliet snin wara li tlajna fil-gvern, nista' niġi quddiem din il-Kamra u ngħid li analizzajna r-realtajiet ta' pajjiżna, flimkien ma' l-Unjoni Ewropea kkonkludejna rapport li ppubblikajna, li huwa joint assessment paper, u identifikajna fejn huma l-isfidi li għandna u identifikajna wkoll is-soluzzjonijiet għal pajjiżna.", "Nista' ngħid li kkonkludejna proċess li kien ilu 12-il sena biex isir, u cioe` l-aġġornament tal-liġijiet tax- xogħol ta' pajjiżna.", "Dan l-aġġornament jinkludi miżuri kontra d- diskriminazzjoni tan-nisa, kontra l-fastidju sesswali fuq il-post tax- xogħol, jinkludi protezzjonijiet għall-ħaddiem part-time, li nafu li l- maġġoranza tagħhom huma nisa.", "Nista' ngħid ukoll Ii matul dawn it-tliet snin, l-amministrazzjoni Nazzjonalista għaddiet liġi li permezz tagħha ġiet imwaqqaf l-awtorita` tas- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li saħħaħ il-miżuri tas- saħħa u s-sigurta` għall-mara Maltija li taħdem, inkluża dik il-mara li tkun tqila u allura, fuq il-post tax-xogħol ikollha bżonn protezzjoni għal saħħitha.", "Jien nista' niġi quddiem din il-Kamra u ngħid li f'dawn it-tliet snin li għaddew ħdimna wkoll biex insaħħu l-istrutturi, għax għalkemm l-iktar ħaġa faċli hi li wieħed ifassal il-liġijiet, l-iktar ħaġa diffiċli hija li imbagħad isarraf dawk il-liġijiet fi strutturi li mbagħad jimplimentaw l- istess liġijiet.", "Huwa proprju għalhekk li nista' ngħid li l-white paper għall-emendi tal-liġijiet tax-xogħol tinkludi wkoll emendi għall-poteri tat- tribunal industrijali, biex dan ikollu l-kompetenza li jisma' każi ta' diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa.", "F'dawn it-tliet snin li għaddew wasalna biex anke ppubblikajna l-white paper għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l- irġiel, fejn fiha ndirizzajna l-oqsma kollha tat-tneħħija tad- diskriminazzjoni, jiġifieri mhux biss fil-qasam tax-xogħol imma fil-qasam soċjali kollu kemm hu, fil-qasam ta' l-edukazzjoni, fil-qasam tar-riklamar, f'dak li għandu x'jaqsam ma' protezzjonijiet fil-ħajja soċjali, filwaqt li ddikjarajna l-fastidju sesswali fl-ambjenti kollha bħala reat kriminali.", "Mr Speaker, dan il-gvern, fit-tfassil tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, irrikonoxxa li fil-kumitat tas-soċjeta` ċivili jkun hemm preżenza stabbilita bil-liġi tal-kummissjoni għall-avvanz tal-mara.", "Jien nista' niġi quddiem din il-Kamra u ngħid li huwa faċli li nagħmlu il- liġijiet u nkomplu ntejjbu fuq dak li diġa` jeżisti ħalli nipproteġu lin- nisa milli jkunu msawwta.", "Pero` nista' ngħid ukoll li xtaqtna li qabel ma nippubblikaw il-liġi, ikollna strutturi li jiffunzjonaw, ikollna shelter li jiffunzjona.", "Illum nista' ngħid li l-ispiża li jonfoq il-gvern, filwaqt li fl-1998 kienet tammonta għal Lm49,000 f'forma ta' għajnuniet lil organizzazzjonijiet bħal Dar Merħba Bik, Dar Qalb ta' Ġesu` u l-Aġenzija Appoġġ, illum telgħet għal Lm152,000, jiġifieri iktar minn tliet darbiet iktar minn dak li kien jintefaq fir-rigward tan-nisa msawwta.", "Allura nista' ngħid li, iva, f'dawn it-tliet snin twaqqaf shelter għall-vjolenza domestika li llum il-ġurnata jilqa' fih vittmi ta' din ix-xorta.", "Nista' ngħid ukoll li l-aġenzija Appoġġ, filwaqt li tliet snin ilu kienet tingħata Lm400,000, illum qed tingħata Lm800,000.", "Barra minn hekk, illum il-ġurnata din l-Aġenzija għandha numru ta' social workers li huwa tliet darbiet iżjed milli kellha dakinhar, u allura nistgħu ngħidu li din l- aġenzija tinkorpora fiha unit speċjalizzat u b'saħħtu biex jindirizza l- qasam tal-vjolenza domestika.", "Ma rridx ninsa ngħid li aħna bħala gvern ħdimna flimkien mal-Ministeru tal-Ġustizzja biex, iva, titwaqqaf il-qorti tal-familja, għax naħseb li l-parti effettiva tal-bidla kbira f'dak li għandu x'jaqsam ma' protezzjoni legali lil nisa msawwta u lil vittmi ta' ċrikostanzi partikolari, hija li kemm jista' jkun, dawn il-vittmi jingħataw ir-riżultat finali mill-qorti malajr, b'mod effiċjenti u li jżomm quddiem għajnejh il-kunċett tal-familja.", "Mr Speaker, nista' ngħid ukoll li f'dawn it-tliet snin waqqafna l- kummissjoni tal-familja, li parti mportanti mit-termini ta' riferenza tagħha hija li tara lir-rwol tal-mara fil-familja, fir-realtajiet soċjali u ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Għalkemm parttikament għedt x'għamel il-gvern preżenti f'dawn l-aħħar tliet snin fir-rigward tan-nisa, ma xtaqtx li dan id-dibattitu jikkonċentra fuq x'għamel dak u x'għamel l-ieħor, imma xtaqt li nikkonċentraw iktar fuq l-isfidi li għandna quddiemna.", "X'inhuma l- prijoritajiet li pajjiżna jrid jiddedika ruħu għalihom biex il-mara fis- soċjeta` Maltija tkompli tavvanza?", "Jien naħseb li hawn lok fejn dan id- dibattitu jitkompla ħalli nidentifikaw u naqblu ħafna iżjed milli qed naqblu llum fuq x'inhuma l-isfidi u fuq is-soluzzjonijiet għalihom.", "Ma nistgħux nibbażaw is-soluzzjonijiet tagħna fuq il-perceptions imma fuq ir- riċerki u fuq liġijiet li jkollhom l-istrutturi neċessarji ħalli jkunu jistgħu jitmexxew 'il quddiem.", "Mr Speaker, l-aħħar minuti li fadal irrid niddedikahom għall- organizzazzjonijiet li taw sehem qawwi fil-qasam ta' l-avvanz tal-mara fis- soċjeta` Maltija, bħall-Kunsill Nazzjonali għan-Nisa, il-Kummissjoni għall- Avvanz tal-Mara, id-dipartiment konċernat u ħafna organizzazzjonijiet oħra li qed jaħdmu, u m'għandix dubju li se jkomplu jaħdmu, biex issir pressjoni ħalli l-affarijiet jinbidlu.", "Qabel nagħlaq irrid nirringrazzja lill-ministri u lill-backbenchers li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Il-messaġġ li ħareġ kien wieħed, li l-qasam ta' l- avvanz tal-mara m'huwiex monopolju tal-Ministru tal-Politika Soċjali, imma huwa monopolju ta' gvern sħiħ fid-dekasteri kollha.", "U dan huwa gender mainstreaming fil-prattika.", "Aħna ma naqbdux is-suġġett \"nisa\" u npoġġuh f'garzella għalih u ngħidu li l-Ministru tal-Politika Soċjali huwa responsabbli minnu.", "Il-qasam tan-nisa jaqa' taħt ir-responsabbilta` tal- ministri kollha, li l-mira waħdanija tagħna hi li nsaħħu lil pajjiżna permezz tar-riżorsi umani kollha li hawn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jixtieq iqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Graph li turi r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol bejn l-1990 u l-2000.", "KUMITATI PERMANENTI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, nixtieq ninfurmak li wara 19-il laqgħa, l-istadju ta' kumitat dwar l-emendi għall-kodiċi kriminali huwa lest.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l- aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-", "Kamra għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Marzu 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "Mr Speaker, fir-rigward ta' l-ewwel item irrid ngħid li ninsab infurmat li se jkun hemm talba għar-recommittal ta' dan l-abbozz lura lill-Kumitat tal- Kamra, waqt li fir-rigward tat-tieni item, kif spjegajt fil-Kumitat tax- Xogħol tal-Kamra, anke dan se jkollu bżonn ta' recommittal fil-kumitat pero' tal-Kamra kollha biex tinbidel biss klawsola waħda li ssemmi d-data ta' bidu fis-seħħ, li kellha tkun l-1 ta' Marzu.", "Dik id-data ta' bidu fis- seħħ trid tinbidel, imbagħad bil-permess tal-Kamra, ikun jista' jitressaq it-tielet qari dak il-ħin stess, kif tkellimna fil-Kumitat tax-Xogħol tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, nixtieq nieħu dan l-aġġornament biex inserraħ moħħ il-poplu Malti fuq x'qed jiġri eżatt f'San Vinċenz de Paule Residence rigward il-mikrobu MRSA u l-allarmiżu żejjed li nħoloq wara li \"l-orizzont\" ta' nhar is-Sibt, 2 ta' dan x-xahar ippubblikat fil-faċċata tagħha l-artiklu \"Il-Każ jitħalla Mistur\".", "Jien se nibda billi nikkwota xi partijiet mill-artiklu in kwestjoni ħalli inkun nista' nispjega aħjar il-punt tiegħi u hekk nuri lil din l-Kamra kif \"l-orizzont\" uża s-suġġett sensittiv tas-saħħa biex jagħmel propaganda issa li ġejjin l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Sfortunatament, l-artikolist irnexxielu fil-missjoni tiegħu li jallarma lill-pubbliku għalxejn u l- effett tiegħu deher meta xi ġenituri imbeżżgħin ma ħallewx lit-tfal tagħhom imorru ma' ta' l-iskola fit-teatru ta' l-SVPR.", "Mela ħalli naraw x'kien hemm miktub f'dan l-artiklu.", "\"L-awtoritajiet responsabbli mill-Isptar San Vinċenz de Paule, qegħdin iżommu mistur każ ta' l-MRSA, li laqat lil waħda mis-swali ta' dan l-isptar, u apparti dan ma ttieħdu l-ebda prekawzjonijiet biex il- marda ma tinfirixx.", "Fil-fatt, la l-qraba u lanqas il-pazjenti f'din is- sala partikolari m'huma informati b'dan il-mikrobu li hemm u li jista' jwassal anke għall-mewt\"", "Dan il-mikrobu, li fl-artiklu ġie pinġut bħala letali, hu l-staphylococcus aureus li f'ċerti każi huwa reżistenti għall-antibiotics u għalhekk jissejjaħ methicillin resistant staphylococcus aureus jew MRSA fil-qosor.", "Dan il-mikrobu jinsab fil-maġġoranza tal-poplu Malti imma f'ċerti każi jista' jwassal għall-infezzjoni li bl-antibiotics li għandna illum, jista' jirriżulta li huwa reżistenti pero` huwa kurabbli għalhekk dan il-mikrobu mhux letali daqs kemm \"l-orizzont\" iridu juru.", "Fl-artiklu wkoll ġie rrapportat li ma ttieħdux il-prekawzjonijiet li kellhom jittieħdu u hawn fejn tara l-ħażen ta' dawn in-nies għax fl-istess artiklu kitbu :", "\"L-MRSA instab f'sala ta' erba' pażjenti.", "Wieħed biss minn dawn il- pazjenti, kellu l-MRSA.", "Biss immedjatament l-awtoritajiet ta' l-isptar bdew jinvestigaw lit-tliet pazjenti l-oħra\"", "Minkejja li fl-artiklu tagħhom, huma stess qalu li aħna ħadna l-passi immedjati biex ninvestigaw lill-pażjenti, xorta waħda kitbu li ma tieħdux il-prekawzjonijiet u biex inkompli nuri lil din il-Kamra li dawn ittieħdu, jien għandi ittra datata 2 ta' Marzu, iffirmata mill-acting DNO tas-sala mibgħuta lil Dr Ronald Fiorentino li tgħid:", "\"Wara li ġejt mitluba minnek sabiex niproduċi statement rigward il- każijiet ta' l-MRSA fil-ward St. Joseph, 20 u 21.", "Kif wasal ir-riżultat ta' l-MRSA positive (+ve), kemm l-Infection Control Officer kif ukoll it-tabib tas-sala tawna dawn l- istruzzjonijiet:-", "Nibdew lill-pazjent fuq antibiotic.", "Naħslu il-pazjent bil-Hibiscrub Meta naħslu idejna nużaw il-Hibisol.", "Ġibna l-water soluble bags mill-laundry.", "Ġibna wkoll yellow plastic bags (biohazard) mill-istores.", "Il-materjal kollu rikjest u ordnat mill-infection control officer ingħataw u ntużaw immedjatament mill-istaff.", "L-istaff kollu kien informat bil-miktub bil-proċeduri kollha li għandhom isegwu sabiex jiġi evitat li l-mikrobu jinfirex fuq pazjenti oħra.", "Dan kollu miktub hawnhekk, jistgħu jixhduh l-istaff kollu tas-sala. \"", "Din l-ittra iffirmata min Mary Anne Bugeja - li aktar tard nitlob il- permess biex inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - tkompli turi li l- prekawzjonijiet ittieħdu għax il-prekawzjonijiet ma jikkonsistux f'li tavża lill-pazjenti u lill-qraba li hemm periklu ta' l-MRSA.", "Dakinhar li deher l- artiklu, is-supretendent kiteb ittra lill-editur ta' \"l-orizzont\" fejn qallu hekk:", "\" B'riferenza għall-artiklu li deher fil-ħarġa tal-ġurnal \"l-orizzont\" illum 2 ta' Marzu 202, rigward l-MRSA fir-residenza San Vinċenz de Paule intitolat il-Każ Jitħalla Mistur.", "Wieħed għandu japprezza li m'hijiex etika u lanqas proċedura li tiġi ppubblikata jew tingħata informazzjoni dwar il-qagħda tar-residenti li jkunu rikoverati ġewwa l-isptarijiet jew ġewwa istituzzjonijiet residenzjali.", "Il-mikrobu ta' l-MRSA huwa mikrobu staphylococcus aureus, li jinstab fil-ġisem tal-bniedem f'postiijet bħall-imnieħer, urina, eċċ., jew fuq il-ġilda mingħajr ma jagħmel l-ebda ħsara.", "Il-mikrobu jista' jikkawża l-mard f'każijiet fejn l-immunita` tal-bniedem tkun baxxa.", "Għalkemm il-mikrobu huwa kemmxejn aktar diffiċli li jitfejjaq pero` hemm mediċini li jingħataw u jaħdmu.", "Għaldaqstant għalkemm kull ħaġa tista' twassal għall-mewt, infezzjoni bil-mikrobu ta' l-MRSA m'hijiex aktar serja mill-infezzjonijiet b'mikrobi oħra\"", "Dan ifisser li \"l-orizzont\" allarma lill-poplu Malti\" għalxejn.", "Imbagħad is- supretendent ikompli jgħid hekk:", "\"Nassiguraw li l-awtoritajiet fir-residenza ta' San Vinċenz ħadu u qed jieħdu l-passi kollha neċessarji biex iħarsu saħħet ir-residenti.", "Kien proprju għalhekk li wassal biex jiġi investigat dan il-pazjent fejn irriżulta li kellu l-MRSA.", "L-amministrazzjoni ħadet ħsieb li oltre l-proċedura normali segwita minn sptarijiet oħrajn, pazjenti oħra ġewwa s-sala ġew screened għal dan il-mikrobu.", "Dan konfermajtu int stess fil-paragrafu 3", "\" biss immedjatament l-awtoritajiet ta' l-isptar bdew jinvestigaw lil tliet pazjenti l-oħra\".", "Kif ġie notifikat ir-riżultat mil-laboratorju, l-istaff fir-residenza ħa mill-ewwel il-miżuri kollha skond struzzjonijiet maħruġa mill- infection control unit\"", "Naturalment l- infection control unit ta' l-isptar San Luqa u mhux tagħna.", "\" Immedjatament din is-sala ġiet fornuta bil-materjal kollu nkluż likwidi apposta, sew biex jinħaslu l-idejn (Hibisol) u kif ukoll biex jinħasel il-pazjent involut (Hibiscrub).", "Tajjeb nżidu li l-istaff kollu kien informat anke bil-miktub, bill-proċeduri kollha li għandhom isegwu sabiex jiġi evitat li l-mikrobu jinfirex fuq pazjenti oħra.", "Għaldaqstant il-persuni li kienu sors ta' informazzjoni għalik, jirriżulta li huma stess ma tantx huma informati sew.", "U għalhekk dak li ntqal minn \"nies mitħla ta' San Vinċenz li l-prekawzjonijiet m'humiex jittieħdu\" jista' jitqies bħala gidba assoluta.", "Mhux minnu dak li ntqal li dan l-MRSA jitfaċċa biss ġewwa l-isptar San Luqa, tant li fl-istess residenza kien hemm każi fejn tfaċċa l-MRSA għall-ewwel darba u dawn ġew ikkurati u mfejqa.", "Kellna wkoll każi ta' persuni li ġew ammessi ġewwa San Vinċenz mid-djar tagħhom u dawn instabu li kellhom l-MRSA u ġew ikkurati għal din l-infezzjoni.", "Screening tal-pazjenti kien, għadu u se jibqa' jsir kemm jekk jiġu mill-isptarijiet u kemm jekk jiġu mir-residenzi tagħhom.\".", "Spiċċajna din l-ittra billi tlabna li tiġi ppubblikata fi \"l-orizzont\" u billi ktiba:", "\"L-awtoritajiet fir-residenza bir-responsabbilta' kollha jassiguraw lill-pubbliku li ma hemm l-ebda stat ta' alarm rigward l-MRSA fir- residenza SVPR\".", "U din għamilniha in bold type ħalli jagħtuha importanza.", "Li kieku dawn in- nies kellhom intenzjoni tajba, kienu jippubblikaw l-ittra kollha kemm hi imma minflok, jumejn wara, \"l-orizzont\" ġab artiklu ieħor fejn qalu:", "\"Konfermat il-każ ta' mikrobu MRSA f'San Vinċenz de Paule\".", "Bħallikieku hemm x'tikkonferma!.", "Aħna m'għedniex li m'hemmx u għalhekk m'hijiex kwestjoni ta' jekk hemm jew m'hemmx.", "Imbagħad komplew b'ittri kbar:", "\"Ebda prekawzjoni għal pazjenti u qraba f'riskju\"", "U dan sar biex ikomplu jallarmaw llil-pubbliku għalxejn u rnexxilhom sa ċertu punt, għaliex kif diġa` għedt aktar qabel, kien hemm każi ta' ġenituri li ma bagħtux lit-tfal fit-teatru ta' SVPR.", "Fl-istess artiklu komplew jgħidu :", "\"il-mikrobu jista' jwassal għall-mewt....\"", "- dan mhux veru għax nista' ngħid li kważi l-virus ta' l-influwenza hu aktar letali - u:", "\"......ma ttieħdu ebda prekawzjoniijiet biex dawk li jinstabu f'riskju li jieħdu l-mikrobu, fosthom il-qraba ta' pazjenti fl-istess sala, ma jieħdux dan il-mikrobu\".", "Minkejja li bgħatnilhom spjegazzjoni dettaljata bħal dik, xorta reġgħu kitbu li ma ħadniex prekawzjonijiet għax dawn jaħsbu li billi tavża lill- qraba tal- pazjenti l-oħra tkun qed tieħu xi prekawzjonijiet!", "Il- prekawzjonijiet huma dawk li ħadna aħna u li qalulna biex nieħdu mill- infection control unit.", "L-istess l-artiklu jistaqsi kif dan il-mikrobu spiċċa f'SVPR.", "Dawn donnhom irridu jidħku bin-nies meta jistaqsu dan għax, minkejja li dan l- mikrobu jinstab l-iżjed f'postijiet fejn hemm infezzjonijiet akuti bħal fl-isptar San Luqa speċjament fl-ITU, m'hemm l-ebda regola li dan ma jistax jinstab x'imkien ieħor u fil-fatt mhux l-ewwel darba li deher f'SVPR.", "Veru li dan huwa t-tieni każ li kellna ta' l-MRSA din is-sena imma kif spjegajt il- bieraħ fi press conference - għaliex kellna nagħmlu press conference ħalli nippruvaw nikkalmaw il-pubbliku - l-istatistika f'San Vinċenz turi li fis- sena 2000 kellna 41 każ, fl-1999 kellna 49 każ u fl-1998 kellna 19–il każ ta' MRSA.", "Dan juri bla ebda dubju li l-MRSA kemm il-darba tfaċċa fl-SVPR u għalhekk nistaqsi jiena, għalfejn \"l-orizzont\" qed jistaqsu kif dan il- mikrobu ġie f'SVPR bħal li kieku din kienet xi ħaġa ta' barra min hawn.", "L- importanti f'dan il-każ hu li tieħu l-prekawzjonijiet kollha ħalli l- mikrobu ma jinxteridx u aħna jidhrilna li ħadna l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.", "Mr Speaker se nikkwota issa ittra li bagħat is-senior pharmacy technician lil Dr Fiorentino fit-2 ta' Marzu meta deher l-ewwel artiklu f' \"l- orizzont\" – 'il quddiem inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra fejn qed jgħidlu:", "\"I was phoned by the medical superintendent and informed that we have a MRSA alert.", "I promised Dr Fiorentino that I will look into it immediately.", "I discussed it with the medical officer in charge and we established that we are well stocked with all the necessary medicaments required to treat and also to prevent it from spreading.", "I contacted the wards involved within seconds and insured the ward managers that we were at their disposal at all times and with all means necessary.", "I telephoned back Dr Fiorentino that the situation was taken care of and also that I will consider myself on call, even after closing hours, should there be an emergency.", "I would like to add that at anyone time we are prepared to deal with more than 30 cases of MRSA although even one case is a rarity.", "Its significant that we have been requested by other hospitals and other polyclinics to supply them with medicaments from our stores on many occasions.\".", "Dan ikompli juri, jekk kien hemm aktar bżonn, li l-prekawzjonijiet neċessarji ttieħdu u dak li ġie ppubblikat fl- \"l-orizzont\" m'hu xejn ħlief allegazzjonijiet vojta.", "Jiena ngħid li affarijiet bħal dawn ma jagħmlu ġieh lill-ebda ġurnalist u niskanta kif \"l-orizzont\" tkompli tippersisti biex tagħmel id-deni lill-amministrazzjoni ta' San Vinċenz jew inkella tipprova tieħu vantaġġ politiku min dan il-każ.", "Anke llum f'\"l-orizzont\" reġgħu ġabu artiklu ieħor wara l-press conference li tajt jien flimkien mad-direttur tad-dipartiment, Dr Fiorentino u s-Sur Cini – li hu l- infection control officer li għall-ewwel darba qed jaħdem f'San Vinċenz għax dan il-post ħloqnieh aħna biex l-affarijiet isiru b'mod serju – fejn b'ittri kbar ippublikaw:", "\"Konferma oħra li kien hemm każ ta' l-MRSA f'San Vinċenz de Paule\"", "Nerġa ngħid li l-kwestjoni qatt ma kienet jekk hemmx MRSA jew le.", "Bħalma ġara fis-snin li għaddew, nafu li kien hemm il-każ ta' l-MRSA u peress li ħadna l-prekawzjonijiet meħtieġa l-fatti tawna raġun għax min kien suspettuż ġie screened u bi pjaċir ngħid li r-riżultati kienu kollha negattivi.", "Ħadd ma jista' jakkużana li ma ħadniex il-prekawzjonijiet li kellna nieħdu u billi \"l-orizzont\" jibqa jirsisti li jgħid il-ħmerijiet bħal ma għamel illum fejn qal:", "\"Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali Dr Mifsud Bonnici kkonferma li f'sala ġewwa SVPR kien hemm każ tal- mikrobu MRSA fuq pazjent\"", "Jiena naħseb li hu deplorevlori meta ikollok ġurnalisti li japprofitaw ruħhom min każi bħal dawn biex jieħdu vantaġġ politiku.", "La qed nitkellem fuq SVPR, se nitkellem fuq l-artiklu \"SVPR, Ward 7 u 8 Irġiel\" tal-ħabib tiegħi Sylvio Parnis fejn fih dan qal li sab din il-ward f'miżerja kbira fejn iż-żebgħa qed taqa', qed jidħol l-ilma tax-xita ġol- bini, it-toilets huma fi stat disastruż, dawk li jbatu bil-parkinsons għandhom bżonn pultruni aħjar u ħafna problemi oħra.", "Mr Speaker, ma nistenniex li d-deputati tal-faċċata jiġu u jgergru fuq SVPR wara x-xogħol kollu li sar f'dawn it-tliet snin u fejn pero`, l-wards 7 u 8 ma lħaqniex irranġajnihom.", "Żgur ma kinitx kumbinazzjoni li dan l-artiklu sar fl-istess ġimgħa li l-ward kienet waslet għar-rinnovament u dan jista' ikun li sar biex l-artikolista mingħalih se jieħu l-mertu ta' dak li se isir għax ġabha fuq il-gazzetta.", "Mhux issa għandu jgħid x'se jagħmel meta l- Partit Laburista jitla' fil-gvern għax dawn huma l-istess nies li kienu fil- gvern tliet snin ilu u nistedinhom issemmuli ward waħda biss li ġiet miżbugħha meta huma kienu fil-Gvern.", "Dak iż-żmien il-wards 7 u 8 hemm kienu wkoll.", "Mela fit-22 xahar huma m'għamlu xejn waqt li aħna fil-istess perjodu ta' żmien mhux talli żbajna u rranġajna xi wards, imma anke tellajna blokk sħiħ ta' 120 sodda imbagħad jiġi l-Onor Parnis jikkritikana fuq xi wards li għadhom mhux lesti!.", "Irrid ngħid wkoll li mhux veru li hemm dik il-miżerja kollha li issemmiet fl-artiklu.", "Mhux veru li jidħol l-ilma għax erġajt investigajt dan l-punt u irriżulta li din hi waħda minn dawk il-wards li għandha l-membrane fuq u għalhekk żgur li ma jidħolx l-ilma minn hemmhekk.", "Din l-kritika fuq SVPR hija biss kritika partiġġana u l-għan tagħha ma hux l-ġid tar-residenti ta' SVPR imma li ssir propaganda kontra l-Gvern Nazzjonalista.", "Inqas ma l-Partit Laburista isemmi l-SVPR, iktar jaqbillhom għaliex il- poplu qed jara d-differenza kbira li hemm f'SVPR bejn tmexxija Nazzjonalista u tmexxija Soċjalista.", "Ma jistax jiġi l-Onor.", "Parnis jew xi onorevoli ieħor min-naħa l-oħra u isemmu x'se jagħmlu meta jitilgħu fil- Gvern bħal ma qal:", "\"għaliex ma nistgħux nħallu swali li jkunu kważi se jaqgħu biċċiet kif fil-fatt morna u rajna b'għajnejna fil-ward ta' l-irġiel 7 u 8\"", "Veru ma missux iħallihom u missu għamel hekk tliet snin ilu u qal lil min kien responsabbli għal SVPR biex jirranġahom.", "Jien ngħidlu mhux 7 u 8 ara biss, imma l-wards 5 u s-6 kemm tan-nisa kif wkoll ta' l-irġiel li rranġajna, is-Sala 1 Rużar Briffa li rranġajna wkoll u s-serenity ward li bnejna, u dan ix-xogħol kollu sar f'dawn it-tliet snin.", "Minkejja li tal-faċċata qed jagħmlu min kollox biex isibulna jew joħolquna l-problemi, jiena nemmen li fil-qasam ta' l-anzjani u persuni b'diżabilita' ħadd m'hu se jħammrilna wiċċna.", "Wieħed irid jifhimhom lil dawn in-nies għax dawn kienu jgħidu li meta jitla' il-gvern Nazzjonalista kien se ikun hemm disastru fl-aspett soċjali u dan mhux talli ma seħħx, talli wrejna lill- oppożizzjoni li fil-qasam soċjali gvern Nazzjonalista qiegħed ferm aktar l- quddiem mill-Partit Soċjalista.", "Nagħmel enfasi ta' l-aħħar biex inserraħ lill-poplu Malti li fuq l-MRSA m'hemm l-ebda allarm u nippretendu li jekk veru \"l-orizzont\" iridu ikunu ġurnalisti kredibbli, m'għandhomx għalfejn jallarmaw l-pubbliku għalxejn.", "Rigward SVPR in ġenerali, l-gvern Nazzjonalista dejjem għamel u se ikompli jagħmel l-aħjar li jista'.", "Għada għandna konferenza stampa oħra hemmhekk fejn bdejna l-proġett l-ieħor li ħabbarna s-sena l-oħra u ċioe` l-bini ta' blokk ġdid fin-naħa ta' l-irġiel.", "Sa sitt xhur ilu kien jagħmluli l- interpellanzi dwar il-fatt li fin-naħa ta' l-irġiel wards 1, 2, 3 u 4 qed jiġru l-ġrieden pero` issa żgur mhux se jiġru iżjed għax l-blokk waqqagħnih u minflok se ntellgħu blokk ġdid fuq il-livell tas-serenity ward.", "Dan hu l- gvern Nazzjonalista fejn jidħol il-qasam ta' l-anzjani u l-persuni b'diżabilita'.", "Mr Speaker qabel nagħlaq xtaqt nitlob l-permess biex inpoġġi fuq xi dokumenti li rreferjt għalihom fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta fit-2 ta' Marzu 2002 mill-Amministratur Mediku tar-Residenza San Vincenz de Paul lill-editur ta' \"l-orizzont\" dwar artiklu li deher fl-istess gazzetta fuq każijiet ta' MRSA fl- istess Residenza; u", "Kopja ta' korrispondenza datata 2 ta' Marzu 2002 bejn l-Amministratur Mediku u uffiċjali tar-Residenza San Vincenz de Paule dwar każijiet ta' MRSA fl-istess Residenza.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 11 ta' Marzu, 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENEMALTA - RABAT", "30869.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid peress li l-bozza ta' farmhouse il-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat ta' anzjan li ismu qed jintbagħat separatament qed tinxtel mal-jum flok mal-lejl, jista' d-dipartiment konċernat jara li tiġi rimedjata immedjatament il-ħsara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.", "ENEMALTA - QTUGĦ TA' DAWL - RABAT", "30871.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ tal-provista tad-dawl ta' l- elettriku nhar is-Sibt, 12 ta' Jannar 2002 filgħaxija?", "Liema bliet u rħula kienu affettwati u għall kemm-il siegħa dawn tħallew bla dawl separatament?", "Kemm tammonta fi spejjeż l-ispiża tal-ħsarat li kkawżaw il-qtugħ inkwistjoni?", "Jista' jikkunsidra li peress li ħafna stabbilimenti kummerċjali tilfu l-kummerċ tas-Sibt filgħaxija li jkun ilhom jistennew il- ġimgħa kollha, bħal fil-kas tal-ħwienet tax-xorb u restoranti fir-Rabat eċċ, jagħti skont fuq il-kont tad-dawl lil dawn il-familji u nies ta' negozju jridu jħallsu fil-ġimgħat li ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kawża tal-qtugħ fil-provvista tad-dawl kienet dovuta għat-tripping ta' l-interbus transformer numru 1 fil-power station ta' Delimara.", "B'riżultat ta' dan, kien hemm ħsara fit-tap charger tat- transformer.", "Peress li dan it-transformer jagħti l-provvista ta' l- elettriku lill-impjant awżiljarju tal-power station, din intfiet kollha u per konsegwenza waqaf il-kuntatt mal-power station tal-Marsa.", "Din ta' l- aħħar ma setgħetx tagħti provvista lis-sistema ta' l-elettriku kollha u għalhekk kellu jsir load shedding.", "Il-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku sar għall-ħabta ta' l-9.40p.m. u kienu effettwati diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.", "Il-ħin li dawn il- lokalitajiet damu bla provvista jvarja minn post għal ieħor.", "Kien hemm postijiet fejn il-provvista ħadet żmien mhux ftit biex ġiet kompletament għan-normal u kien hemm oħrajn fejn damu mingħajr provvista għal ħin relattivament qasir.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Membru li l-liġi ta' l-1977 dwar l-Enemalta tistipula li l-korporazzjoni ma tkunx responsabbli f'dawn iċ-ċirkustanzi u għaldaqstant ir-risposta hija fin-negattiv.", "WIED INĊITA - NURSERY", "30872.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani bl-arranġamenti li saru bejn il-gvern u l-kumpaniji privati dwar il-nursery ta' Wied Inċita?", "Jista' jinfurmani bis- sitwazzjoni u l-pożizzjoni tal-ħaddiema ta' Wied Inċita?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti tal-ministeru u jgħid meta ġew ippublikati u ċirkolati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma saru ebda arranġamenti bejn il-Gvern u kumpaniji privati dwar in-nursery ta' Wied Incita.", "Il-public private partnerships unit tal-management and personnel office tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppublikat sejħa sabiex kull min hu interessat li jidħol bi sħab mal-gvern fit-tmexxija tax-xogħol tal-fergħat tal-urban and rural landscaping unit tad-diviżjoni ta' l-agrikoltura jagħmel il-proposti tiegħu.", "Il-proposti sejrin jiġu analizzati u aktar informazzjoni tingħata hekk kif u jekk tiġi finalizzata xi ħaġa.", "AFM", "31974.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu u x'tip kienu l-bombi jew ordinji militari oħra li ġew newtralizati mil-AFM is-sena l-oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Matul is-sena 2001, l-explosives ordnance disposal section tal-Forzi Armati ssejħet għal 11-il darba biex tinvestiga, tinnewtralizza jew tiddisponi minn bombi u materjal splussiv ieħor kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "HOAXES - AMBULANZI", "31975.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru sejħiet foloz (hoaxes) għall-ambulanzi is-sena l- oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li matul is-sena 2001 saru 198 sejħiet foloz għas-servizz tal-ambulanza.", "SUBMARINE NUKLEARI AMERIKAN F'MALTA", "31976.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-futur qarib se jidħol submarine nukleari Amerikan f'pajjiżna u jekk hux veru li se jsorġi ġo San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Ministeru ma rċieva ebda talba biex submarine nukleari Amerikan iżur Malta.", "HOAXES – PROTEZZJONI ĊIVILI", "31977.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew imsejħa għal xejn (hoaxes) il-membri tal-protezzjoni ċivili is-sena l-oħra?", "Għaliex ġew imsejħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili sarulu 266 sejħa għal għajnuna li irriżultaw li kienu hoax calls.", "Dawn il-calls kienu varji, iżda fil-maġġor parti kienu dwar nirien li wara nstab li kienu sejħiet foloz.", "AFM – AIR SEARCHES", "31978.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru air searches is-sena l-oħra mill-AFM?", "Kemm ġew salvati nies?", "Kemm swew dawn is-searches lill-AFM?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Matul l-2001, il-Forzi Armati salvaw 32 persuna, filwaqt li ngħatat assistenza lil 132 persuna oħra.", "Dawn il-figuri jinkludu wkoll assistenza mogħtija bil-mezzi tal-baħar.", "Tfittxijiet bil-mezzi ta' l-arju saru 78.", "Dawn it-tfittxijiet swew lill- Forzi Armati s-somma ta' Lm5,395.", "VAPURI TAL-GWERRA", "31979.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra is-sena l- oħra u ta' liema pajjiż kienu?", "X' tip kienu?", "ONOR.", "JOE BORG: Matul is-sena 2001 daħlu 51 vapur militari li ġew mill- Belġju, Franza, Ġermanja, Greċja, Ingilterra, Italja, Kanada, Marokk, Olanda, Polonja, Stati Uniti u t-Turkija.", "It-tip ta' dawn il-vapuri kienu: Amphibious Assault Ships, Fleet Ocean Tugs, Frigates, Guided Missile Destroyer, Coastal Minehunter, Minehunters, Supply Ships, Coastal Defence Ship, Guided Missile Frigate, Dock Landing Ship, Command Ship, Submarines, Patrol Craft, Combat Store Ship, Ocean Surveillance Ship, Corvette, Training Ship, Aircraft Carrier, Surveying Ship, Helicopter Carrier, Attack Submarine.", "ETC – REĠISTRAR TA' XOGĦOL", "31985.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara biex l-ETC jinvestiga l- każ ta' l-persuna under separate cover li ilu xi żmien jirreġistra għax- xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija nru.", "31826 fil-5 ta' Marzu 2002, f'seduta nru.", "707.", "SWATAR – TRIQ INDRI GRIMA", "31986.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li isiru stop lines u yellow lines aħjar fis-Swatar, l-aktar fl-inħawi ta' Triq Indri Grima?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31828.", "PBS - RIFORMA", "31987.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara fhiex waslet ir-'riforma' li kellha issir fil-PBS?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "31831 f'seduta 707 ta' l-istess Onor. Membru.", "PULIZIJA – SWATAR - SKIPS", "31988.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jara x'passi qed tieħu l-pulizija kontra l-iskips li spiss ikunu parkjati f'zoni residenzjali tas-Swatar b'konsegwenza ta' danni għall-igene u il-ħolqien ta' problema ta' ġrieden?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31834.", "SWATAR – TRIQ INDRI GRIMA - BOUNDARY WALL", "31989.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li jieħu passi biex jinbena boundary wall madwar dawk iż-żewġ plots abbandunati li hemm fi Triq Indri Grima, Swatar minħabba il-perikli li qed jikkawżaw għat-tfal li jkunu jilgħabu fl- inħawi, aktar u aktar minħabba bir, nofsu mikxuf, li hemm f'wieħed minnhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31835 (seduta 708).", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN", "31990.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' housing 63/1999 ref application 760/99 ta' l-Aquilina, Lorenza Fl.", "3 Capuchins Str, San Ġwann?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija nru.", "31836 fil-5 ta' Marzu 2002, f'seduta nru.", "708.", "VOT RIKORRENTI", "32004.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31568 għas-sempliċi raġuni li dawn huwa fondi pubbliċi li joħorġuhom iċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi u wkoll għax hija funzjoni essenzjali tal-parlament li jiskrutinja n-nefqa pubblika?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ENEMALTA – UNIVERSITA`", "32007.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għas-servizzi ekonomiċi jassigura li d- dawl tal-lampi fit-toroq li jwasslu għad-daħla ta' l-Universita' jinxtegħlu peress li jeżisti dlam kbir li jista' jwassal għal inċidenti serji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet riferuta lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "MARSAXLOKK - SKOLA PRIMARJA – GĦALLIEM", "32010.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex fl-iskola primarja ta' Marsaxlokk l-istudenti ta' klassi 5B jerġa' jkollom għalliem għalihom kif kellhom qabel ġew mibgħuta ma' klassi 5A bil-periklu reali li jibqgħu jaqgħu lura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' tfal li hemm fil-5A u fil-5B fl- Iskola ta' M'Xlokk, meta jitqabbel man-numru ta' tfal li hemm fi klassijiet fi skejjel oħra, ma jitlobx żewġ għalliema.", "Informat ukoll li dawn il-klassijiet diġa' kienu magħquda darba oħra, minħabba ċirkostanzi partikulari, u ġejt assigurat li ma jkun hemm ebda detriment għat-tfal.", "PLANNING AUTHORITY - FORTI CHAMBRAY", "32013.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li l-awtorita' ta' l-ippjanar ordnat lill-iżviluppaturi ta' Forti Chambray biex iħallsu Lm100,000 f'garanzija bankarja?", "Meta saru dawn il-ħlassijiet dovuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-14 ta` Diċembru 2001 talbet lill-applikanti għall-iżvilupp ta' Fort Chambray biex jagħmlu garanzija bankarja ta' Lm100,000 iżda din il-garanzija għada ma' ġietx ippreżentata.", "MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI - ĦLASS TA' PERSUNA", "32026.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi tħallset il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fil-perjodu bejn l-10 ta' Settembru 1998 sal-lum mill- ministeru ta' l-edukazzjoni u l-entitajiet kollha, dipartiment, awtoritajiet u fondazzjonijiet li jagħtu taħt l-istess ministeru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: La l-ministeru u lanqas dipartimenti jew entitajiet taħtu m'għandhom relazzjoni kuntrattwali diretti u personali mal-persuna indikata imma mal-kumpannija li tagħha huwa direttur.", "Bejn l-10 ta' Settembru 1998 sal-lum din il-kumpannija tħallset kif ġej għas-servizzi li ġiet mitluba tagħti:", "1998: xejn", "1999: Lm11,400 fuq xogħol konness ma' challenge 2000", "2000: Lm6,000 fuq xogħol konness ma' challenge 2000", "Lm8,750 fuq xogħol konness mat-task force ta' tomorrow's schools", "2001: Lm5,000 fuq xogħol konness mat-task force ta' tomorrow's schools", "Lm8,750 mill-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada", "2002: Lm2,500 mill-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada.", "MOBILE PHONES ANTENNAE – SAFETY GUIDELINES", "32044.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Fid-dawl tar-riċerka ta' Dr G Hyland fuq l-efett tal-antennae tal-mobile phones li saħansitra għamel rapport lill-parlament ewropew fejn jgħid li s-safety guidelines eżistenti m'humiex adekwati għax ma jipproteġux kontra l-effetti non-thermal u jirrakomanda li għandhom jiġu ssikkati drastikament (minn 41 v/m għal 0.19 v/m); u fid-dawl ta' rakkomandazzjoni li saret f'konferenza internazzjonali li saret f'Salzburg fis-7/06/2000 li l-livelli għandhom jinżlu għal 0.6 v/m, il-Ministru jikkunsidra li s-safety guidelines lokali e'eistenti jiġu ssikkati drastikament (mill-inqas b'70 darba) minħabba l- ħsara lis-saħħa tal-bniedem?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Dipartiment tas-saħħa pubblika qiegħed kontinwament jissorvelja xi jkun qiegħed jiġi diskuss fl-isfera xjentifika internazzjonali fuq dan is-suġġett.", "Madanakollu, d-dipartiment tas-saħħa pubblika dejjem japplika dawk ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu uffiċjalment mill-organizzazzjoni dinjija tas-saħħa (WHO) u mhux opinjonijiet personali ta` xjenzati individwali, sakemm dawn l-opinjonijiet ma jiġux riprodotti f'rakkommandazzjonijiet uffiċjali ta` l-istess organizzazzjoni."]} {"filename": "20011126_648d_par.doc", "date": "2001-11-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 648 It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 648", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "648", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 328", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 328", "TQEGĦID TA' KARTI 335", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI LI TIRREGOLA S-SEDUTI KONNESSI MA' L-ESTIMI ĠENERALI 2002 U L- ESTIMI SUPPLIMENTARI 2001 335", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA 2001 – 2002 - KONTINWAZZJONI 338", "AĠĠORNAMENT 359", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 647 li saret fis-26 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "QAMMIEGĦ", "29865.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinformani għaliex minkejja l- wegħdiet li saru lill- bdiewa tal-Qammiegħ li l-ħlas taċ-ċens għat-tomma se jkun ta' Lm8.00 flok ta' Lm125.00, kif qed jitlob fil-mument id- dipartiment ta' l-artijiet lill-bdiewa in kwestjoni, dawn għadhom ma rċevew xejn uffiċjali?", "Jista' jinvestiga x'qed jikkawża d-dewmien sabiex tintbgħat din il-konferma lill-bdiewa?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi l-bdiewa ġew mgħarrfa uffiċjalment li l-gvern iddeċieda li jagħmel proposta lill- Parlament biex l-ammont taċ-ċens ikun jista' jonqos skond kif miftiehem ma' l-assoċjazzjoni tal-bdiewa.", "Sabiex dan isir, il-klawsola numru 3 ta' kull kuntratt trid tinbidel.", "Din il-klawsola tista' tinbidel biss permezz ta' riżoluzzjoni fil-Parlament.", "Din ir-riżoluzzjoni diga` giet ippreparata u se tigi mressqa fil-Parlament ma' l-ewwel possibbilta'.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura x'inhi r-raġuni li l-emenda ma saritx dakinhar li l-Oppożizzjoni ġibdet l-attenzjoni li din għandha ssir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-Oppożizzjoni kienet qajmet il-każ dwar l- interpretazzjoni tal-kuntratt.", "Fil-fatt din kienet korretta u se jkollha tinbidel permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari.", "Fl-1989 konna għamilna emendi li biex jinbidel xi ħaġa fil-kuntratt trid toħroġ tender jew tagħmel riżoluzzjoni parlamentari.", "Aħna dehrilna li jkun aktar fair jekk nagħmlu riżoluzzjoni parlamentari ħalli niggarantixxu l-istess titlu lin-nies li ilhom is-snin jaħdmu din ir-raba'.", "Din ir-riżoluzzjoni ġiet approvata anke mill-Kabinett u qegħdin niġbru riżoluzzjonijiet oħrajn biex inressquhom l- ewwel quddiem il-kumitat tal-Kamra u mbagħad quddiem dan il-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, li rrid ngħid hu li kien hemm l- opportunita` li wieħed seta' jagħmel emenda dak iż-żmien li ddiskutejna r- riżoluzzjoni dwar l-artijiet u issa l-liġi għadha fi stadju ta' kumitat .", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, aħna mhux liġi se nressqu fil-Parlament.", "Dik il-parliamentary policy li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Mizzi hija fuq kera mhux fuq ċens.", "Dan huwa kuntratt ta' ċens li beda jgħodd fl-1966 u kellna żewġ alternattivi biex inbidlu l-kondizzjoni li biha kienet torbot il-valur ta' ċens li jiżdied kull 30 sena skond il-valur ta' l-art peress li dan kien se jogħla ħafna.", "Aħna se nbidlu l-mod kif jinħadem u minflok nagħmlu mal-valur ta' l-art se nagħmluh skond l-indiċi ta' l-inflazzjoni, ta' l-ordinanza ta' kontroll li joħroġ kull sena l-gvern u forsi nagħmlu kondizzjoni li ma jistgħux jittrasferuh jekk mhux lil tal-familja.", "Biex tbiddel il-kuntratt trid jew toħroġha b'tender – din stajna għamilniha pero` dehrilna li m'huwiex fair għax forsi jkun hemm min jisfidhom u allura jgħollilhom ħafna ċ-ċens jew inkella joħdilhom l-art mogħtija b'emfitewsi – jew inkella b'short cut għax tagħtihilhom direttament b'riżoluzzjoni parlamentari.", "Din ir-riżoluzzjoni parlamentari tfasslet, jidhirli li hemm xi 60 ruħ involuti, ġiet approvata mill-Kabinett u se nressquha flimkien ma' xi 30 riżoluzzjoni parlamentari oħra.", "Din l-ewwel tmur quddiem il- kumitat tal-Kamra u mbagħad quddiem dan il-Parlament.", "PRODOTTI TAL-BIEDJA", "29866.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mil-levies fuq prodotti tal-biedja matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena separatament?", "Jista' jagħti breakdown fuq liema varjeta` tħallset il-levy?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma nistax nagħti dettalji dwar l-importazzjoni u l-levies li nġabru għal raġunijiet ta' konfidenzjalita'.", "Jekk wieħed jara l-ewwel 24 kapitlu tat-tariffa tad-dwana, jsib li l-levies miġbura kienu kif ġej :", "1999 Lm 7,733,067 minn total ta' Lm 9,853,000", "2000 Lm 7,436,878 minn total ta' Lm 8,447,000", "2001 (sat-30 ta' Settembru) Lm 5,821,893 minn total ta' Lm 6,424,000", "Taħt dawn il-kapitli hemm inklużi prodotti bħal sigaretti, xorb, imbejjed, etċ.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tas-setturi nklużi f'dawn il- kapitli.", "SUPPLY MEASURE", "29897.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba f'mistoqsija parlamentari nru.", "29597, ma jħossx il-Ministru li la l-Unjoni Ewropea ma timponi ebda kontrolli fuq l-importazzjoni ta' l-ikel tal-popli tal-pajjiżi membri, m'hemmx il-ħtieġa li jsiru t-talbiet għas-supply measures?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li jkun fl-interess ta' pajjiżna li Malta timporta ċerti ħteġijiet tagħha minn pajjiżi barra l-Unjoni fuq il-kondizzjonijiet preżenti ta' importazzjoni.", "Għaldaqstant, talba għal supply measure hi ġġustifikata.", "SUPPLY MEASURE", "29898.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba f'mistoqsija parlamentari nru.", "29597, ma jħossx il-Ministru li ġaladarba bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE se jkun hawn il-liberalizzazjoni fil-kummerċ u se jitneħħew il-levies ta' protezzjoni tal-biedja f'pajjiża, m'hemmx għalfejn il-ħtieġa li napplikaw u naħlu ż-żmien ninnegizjaw is-supply measures ma' l- UE sabiex niportaw materja prima ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel li diġa nimportaw bla dazju meta ninsabu barra mill-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li b'supply measure nifhmu provvista ta' prodott bi prezz aktar kompetittiv, fil-preżent ngħidu aħna l-prezz dinji.", "Din hi konsiderazzjoni li tmur aktar 'il fuq minn dazji u mizuri oħra ta' protezzjoni.", "PULIZIJA - KAĊĊATTURI", "29899.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinformani x'inhuma l-intoppi li qed idewmu l-proċess u l-approvazzjoni tat-talba ta' l-għaqda kaċċaturi u nassaba konservazzjonisti tal-Mellieħa sabiex ikollhom shooting range għall- membri tagħhom?", "Jista' l-Ministru jara li jsir pjan kordinat sabiex fit-tliet xhur li ġejjin jiġi ffinalizzat il-proċess u tingħata l-approvazzjoni meħtieġa lill- għaqda kaċċaturi u nassaba Mellieħin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22776, ninsab informat illi appell kontra d-deċiżjoni negattiva tal-kummissjoni għall- kontroll ta' l-iżvilupp dwar din l-applikazzjoni ġie sottomess fit-2 ta' Awissu ta' din is-sena, u l-ewwel smiegħ se jsir fis-26 ta' Novembru, 2001.", "L-appell għadu fl-istadju inizzjali tiegħu u għalhekk hu kemmxejn diffiċli sabiex tingħata indikazzjoni kemm se jdum sakemm jiġi konkluż.", "SUPPLY MEASURE", "29901.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba tal- mistoqsija parlamentari nru.", "29597, ma jħossx il-Ministru li jekk inkunu membri fl-UE, din timponi fuq il-Maltin u l-Għawdxin kontrolli fuq l- importazzjoni tal-materja prima ta' l-ikel u tal-prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE fosthom it-TARIC, Tariff Quotas u s-special saveguards provisions li huma reġistrati mad-WTO?", "Fid-dawl tal-mistoqsijiet preċedenti u ta' l-iżviluppi riċenti, jista' l- Ministru jinformani bl-aħħar pożizzjoni tas-sitwazzjoni msemmija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Proprju special supply measure jevita dak kollu li qed isemmi.", "U għal darba oħra nserraħ ras l-Onor.", "Interpellant li n- negozjati żgur li jirrispettaw it-talbiet għall-ħteġijiet tagħna.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, fil-futur qarib Malta tibda n- negozjati formali, fosthom it-talbiet tagħna għal special supply measures.", "TRAPJANTI TAL-ORGANI - WAITING LIST", "29908.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fuq il-waiting list li qegħdin jistennew trapjant ta' l-organi?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn il-każi kif ukoll ta' kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali) (f'isem il- Ministru tas-Saħħa): Tweġiba tingħata f'sedura oħra", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru ma jafx li qed isir ħafna tgergir peress li għal kull tip ta' operazzjoni, speċjalment għal tal-cartilage hemm waiting list twila?", "Ma jistax iserraħ moħħ il-poplu u forsi jagħmel pressjoni fil- Kabinett biex din il-problema tiġi solvuta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Safejn naf jien il-Ministru tas-Saħħa l-ġimgħa l-oħra rrisponda dwar it-trapjanti ta' l-organi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien għalhekk qed nitlob lill-Ministru tas-Saħħa biex iqajjem din il-kwestjoni fil-Kabinett għax l-ġimgħa l-oħra hu stess qal li hemm waiting list allarmanti u xorta ma spjegax kif din il-problema se tiġi solvuta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, għadni kif smajt dwar każ verament tal- biki ġewwa Għawdex.", "Hemm persuna li qed tistenna biex jinbidlulha xi organi – il-liver u l-bowels – u minħabba finanzi l-gvern għadu ma ddeċidiex li jsifierha.", "Mela qatt xi darba l-finanzi ġew qabel is-saħħa tal- bniedem!", "X'inhu jagħmel il-ministru biex din il-persuna u l-familjari tagħha ma jkomplux itertqu qalbhom minħabba din il-kondizzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li dan il-gvern qatt ma poġġa l-flus quddiem is-saħħa tal-persuna.", "Intbagħtu diversi nies barra minn Malta li ġew jiswew eluf kbar ta' liri u qatt ma daħlet din il- konsiderazzjoni.", "Billi l-Onor.", "Interpellant qed isemmi każ speċifiku jkun aħjar jekk b'mod konfidenzjali jagħmel domanda lill-ministru konċernat u jiena ċert li dan jagħtih id-dettalji tad-deċiżjonijiet li ttieħdu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, affarijiet bħal dawn niddejjaq insemmihom fil-Parlament pero' meta ndagajt qaluli li huwa veru li din il- persuna ma siefruhiex minħabba l-finanzi.", "Għalfejn għandna nittrattaw liċ- ċittadin tagħna b'dan il-mod?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nerġa' nirripeti, li għalkemm ma għandix x'naqsam ma' dan il-qasam direttament, dan il-gvern qatt ma poġġa l-finanzi bħala wieħed mill-kritierji meta kellu bżonn jibgħat barra l-pazjenti.", "Forsi jkun tajjeb jekk l-Onor.", "Borg jiċċekkja s-sors ta' informazzjoni qabel ma jagħmel dawn it-tip ta' statements.", "FLORIANA - ĦAMIEM/ĠRIEDEN", "29943.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinvestiga l-fatt li Pjazza Luiġi Preziosi, kantuniera ma' Triq il-Miratur, Floriana saret pocket li fiha infestazzjoni ta' ħamiem u ġrieden?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-pest control għamlu trattament intensiv fit-triq u l-pjazza indikata, fit-22 ta` Novembru 2001.", "F'Lulju ta` din is-sena, kien sar trattament fi t-Triq il-Miratur.", "Għaldaqstant il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni ta` ġrieden tiġi kkontrollata.", "Dwar il-problema tal-ħamiem, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "REDIFFUSION ANTIKI - WIRES", "29946.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jitneħħew wires tat-telefon u tar-rediffusion antiki li hemm fil- Floriana?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Tajjeb jingħad li l-Maltacom għandha programm ta' manutenzjoni ta' linji tat-telefon biex, minbarra li jingħata servizz aħjar, jitneħħew ukoll cables u wires li ma jkunx hemm aktar ħtieġa għalihom.", "Fil-fatt bħalissa l-kumpannija qed tagħmel xogħol kbir ta' manutenzjoni fost l-oħrajn, fil-Belt Valletta.", "Hemm ukoll pjan biex fix-xhur li ġejjin isiru xogħlijiet fuq skala iżgħar fil-Floriana.", "Tajjeb jingħad ukoll li meta xi entita' titlob sabiex dan il-programm jiġi mħaffef f'xi post partikolari, ix-xogħol ikun jista' jitlesta fil-ħin mitlub wara li jintlaħaq ftehim bejn l-entita' u l-Maltacom.", "TAQSIMA XOGĦLIJIET", "29947.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari nru.", "29448?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "INGAĠĠ TA' GĦALLIEMA", "29955.", "L-ONOR.", "MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema fix-xahar ta' Settembru?", "Dawn meta ġew miżjuda mal-figuri tal-ħaddiema fis-settur pubbliku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "PJAN TA' ŻVILUPP NAZZJONALI", "29956.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ix- xogħol li sar s'issa flimkien ma' ministeri oħrajn għat-tfassil ta' pjan ta' żvilupp nazzjonali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-isem sħiħ tar-rapport li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant huwa \"National Development Plan for Economic and Social Cohesion\".", "Ix-xogħol fuq dan ir-rapport għadu fil-fażi inizzjali tiegħu u qed ikun ikkordinat mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "L-għan ta' dan ir-rapport huwa li jinkwadra taħt qafas wieħed l-iżvilupp proġettat għad-diversi setturi ta' l-ekonomija b'mod integrat u fid-dawl ta' l-objettivi aktar wiesgħa għall-Iżvilupp soċjali fil-pajjiż.", "Dan qed isir ukoll bi preparazzjoni għal meta Malta tikkwalifika għall-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea, wara li pajjiżna jkun sar membru.", "OFFERTI GĦAL-BIĊĊA ART", "29974.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li tinħareġ għall-offerti l-biċċa art li hemm tmiss ma' l-ex-fabbrika ta' l-ST Microelectronics f'San Ġwann?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li ma hemm l-ebda ħsieb li fil- futur immedjat il-biċċa art li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tinħareġ għall-offerti.", "TRANSAZZJONIJIET SUSPETTUŻI", "29975.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid l-awtoritajiet kemm irċevew rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi li setgħu kienu marbutin mal-ħasil tal-flus maħmuġin matul is-snin 1999, 2000 u 2001?", "Kemm minn dawn ġew mis-settur bankarju?", "Kemm minnhom oriġinaw minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn tan-non-banking sector?", "Kemm minn dawn il-każi wasslu għall-prosekuzzjoni tal-partijiet konċernati?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perjodu msemmi ċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta rċieva rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi kif gej:", "1999: 5 2000: 5 2001: 8 (sa 26.11.01)", "Ir-rapporti kollha ingħataw lill-Pulizija.", "Il-pulizija għandha informazzjoni sħiħa dwar in-numru globali ta' rapporti fuq transazzjonijiet suspettużi, u investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li saru matul il-perjodu msemmi.", "Il-pulizijia tista' tirċievi wkoll u tagħmel investigazzjonijiet fuq informazzjoni jew rapporti li jaslu minn awtoritajiet barranin.", "In-numru ta' rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi li setgħu kienu marbutin mal-ħasil tal-flus maħmuġin magħmula minn banek liċenzjati taħt il- Banking Act 1994 jew minn istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati taħt il- Financial Institutions Act 1994 kienu kif ġej:", "|Sena |Banek |Oħrajn |Total | |1999 |13 |1 |14 | |2000 |23 |- |23 | |2001(sa |19 |- |19 | |26.11.01| | | | |) | | | |", "Il-Borża ta' Malta ma kellha l-ebda rapport ta' transazzjoni suspettuża li b'xi mod setgħet kienet marbuta ma' ħasil tal-flus matul is-snin 1999, 2000 u 2001.", "MFSC", "29976.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MFSC fil-preżent għandhiex struttura ta' pagi għall-uffiċjali u l-impjegati tagħha?", "Huwa minnu li qed jkun hemm każi fejn diversi impjegati tal-bank ċentrali qed jiġu offruti pakketti attraenti ħafna on case by case basis sabiex l-MFSC tkun tista' ssaħħaħ ir-risorsi umani tagħha qabel titwaqqaf formalment bħala awtorita' li tkun wkoll single financial regulator?", "X'inhuwa il-framework ta' pagi li qed jiġu offruti lill-uffiċjali għoljin tal-Bank Ċentrali sabiex jitħajru jingħaqdu ma' l-MFSC?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-MFSC għandu skali ta' pagi stabbiliti għall-impjegati kollha tiegħu.", "L-impjegati tal- Bank Ċentrali li se jgħaddu għal ma' l-MFSC qegħdin jiġu offruti paga skond l-iskali li għandha l-MFSC.", "Dawn l-iskali kienu ġew debitament approvati mill-Bord tal-MFSC, u huma differenti mill-iskali tal-Bank Ċentrali, anke peress illi l-MFSC ma għandhiex fringe benefits, la diretti u lanqas indiretti, bħalma jidher li jista' għandhom l-impjegati tal-Bank Ċentrali in virtu' tal-ftehim kollettiv eżistenti.", "L-ebda impjegat tal-Bank Ċentrali ma ġie offrut salarju on a case by case basis.", "Wieħed iżda jrid iżżom quddiem għajnejh illi l-kondizzjonijiet li għandhom l-impjegati tal-Bank Ċentrali huma differenti wieħed mill-ieħor.", "SKEJJEL - TFAL BL-AUTISM", "29982.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari nru.", "11344?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "11344 ingħatat f'seduta 216.", "SKEJJEL - WARRANTS TA' GĦALLIEMA", "29983.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari nru.", "11022?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "11022 ingħatat f'seduta 218.", "MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI - RAPPORTI", "29984.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari nru.", "6538?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "6958 ingħatat f'seduta 108.", "MUŻEWIJIET/SITI PRE-ISTORIĊI - DĦUL", "29985.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi u storiċi xahar b'xahar minn Settembru sa Ottubru għas-snin 2000 u 2001?", "Fiex wasal il-proċess tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta' interess storiku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Lista ta' x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi xahar b'xahar minn Settembru sa Ottubru għas-snin 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Informat li l-kuntratt tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta' interess storiku ingħata u qed isir xogħol fuq il-pilot project.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI POST-SEKONDARJA", "29986.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari nru.", "10263?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "20563 ingħatat f'seduta nru.", "413.", "SKEJJEL - GROUNDS", "29987.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari nru.", "2545 u jagħti t-tagħrif aġġornat għas-snin skolastiċi 1998-1999, 1999- 2000 u 2000-2001?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Rapport ta' kemm tneħħew siġar fis-snin mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DIABETE - SKA", "29997.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jingħata l-SKA lill-persuna diabetika li d-dettalji tagħha qed ngħaddi separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) : Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PENSJONI", "29998.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'drittijiet għal xi forma jew oħra ta' pensjoni għandha l- persuna li d-dettalji tagħha qed ngħaddi separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata mhux qed tirċievi ebda pensjoni mid-dipartiment.", "Għaldaqstant informajna lill-persuna kkonċernata biex tmur fl-uffiċċju distrettwali ħalli tiġi nformata bid-drittijiet tagħha.", "PENSJONI - ROMOL", "29999.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm romlu nies matul din is-sena?", "Kemm minn dawn kienu rġiel u kemm kienu nisa?", "Kemm minnhom żdiditilhom il-pensjoni, ta' kemm minnhom baqgħet l-istess, kemm minnhom tnaqqsitilhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' tax-Xandir ta' Malta għas-sena 2002 u report and financial statements ta' l-istess Awtorita' għas- sena 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 293 ta' l-2001 – Regolamenti ta' l-2001 dwar Skemi ta' Ipparkjar Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali);", "Avviż Legali Nru 294 ta' l-2001 – Ordni ta' l-2001 li jemenda l-Ordni dwar id-Delega ta' Infuzar mill-Kunsilli Lokali (Emenda Nru. 2);", "Avviż Legali Nru 295 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw l-Iskeda ta' l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja; u", "Avviż Legali Nru 296 ta' l-2001 – Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Korrezzjoni għall-Malta: National Programme for the Adoption of the Acquis (NPAA) as at January 2001 imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill- Ministru għall-Affarijiet Barranin fis-Seduta Nru 647 tas-26 ta' Novembru 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI LI TIRREGOLA S-SEDUTI KONNESSI MA' L-ESTIMI ĠENERALI 2002 U L- ESTIMI SUPPLIMENTARI 2001", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi minkejja kull provvedimenti oħra fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra, dan li ġej għandu jirregola l- proċedura dwar l-Estimi Ġenerali ta' l-Ispiża għas-sena 2002 u dwar l- Estimi Supplimentari ta' l-Ispiża għas-sena 2001.", "A. Provvedimenti Ġenerali", "1.", "Illi jkunu jistgħu jittieħdu aktar minn seba' seduti għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali fil-Kumitat ta' Provvista (Ordni Permanenti Nru 71 (3) (ċ)).", "2.", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' fil-għodu fid-9.00 a.m., u fil-għaxija fis-6.00 p.m. fl-istess jum.", "3.", "Illi matul il-jiem tad-dibattiti dwar l-Estimi Ġenerali 2002, kif ukoll fil-jiem tal-Kumitat ta' Provvista għall-Estimi Ġenerali 2002, u Estimi Supplimentari għas-sena 2001, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l- Kamra hu kif ġej:", "(i) Jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għodu, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l-Kamra għandu jkun fid-9.00 a.m. u x-xogħol finanzjarju m'għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill- Ministri sa mhux aktar tard mid-9.30 a.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "(ii) Jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għaxija, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l-Kamra għandu jkun fis-6.00 p.m. u x-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mis-6.30 p.m. u l-ħin ta' l- Aġġornament ma jitteħidx.", "4.", "Illi l-ħin li jittieħed għal xi sospensjoni waqt id-diskussjonijiet kollha fuq l-Estimi Ġenerali 2002, Kumitat ta' Provvista, Estimi Supplimentari 2001, kif ukoll waqt iż-żewġ approprjazzjonijiet, għandu jiżdied mal-ħin stabbilit għall-interruzzjoni tax-xogħol.", "5.", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' wkoll il-Ħamis, il-Ġimgħa, u s-Sibt, kemm fil-għodu u fil-għaxija fl-istess jum.", "6.", "Illi meta l-Kamra tiltaqa' nhar ta' Ħamis, kemm fil-għodu fid-9.00 a.m., u fil-għaxija fis-6.00 p.m., isir biss xogħol tal-Gvern.", "7.", "Illi fis-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 2002 jew l-Estimi Supplimentari 2001, jista' jsir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kif ikun jidher fuq l-Aġenda, wara li jispiċċa x-xogħol finanzjarju fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol u wara li jgħaddi x-xogħol kollu li jkun jidher fuq l-Aġenda, jitressaq l-Aġġornament u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "B. Estimi Ġenerali 2002", "1.", "Illi jkun hemm żewġ seduti fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għas-sena 2002; u l-ewwel seduta minn dawn tkun għall-Oppożizzjoni, waqt li t-tieni waħda tkun għall-Gvern; u ż-żewġ seduti jkunu eżenti mil-limiti ta' ħin għad-diskorsi (Ordni Permanenti Nru. 49).", "Il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ta' dawn iż-żewġ seduti jkun fil-11.30 a.m. jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għodu u fit-8.30 p.m. jekk tiltaqa' fil-għaxija u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab, waqt li l-votazzjonijiet l-oħra kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu immedjatament wara.", "Il-ħin ta' l-Aġġornament ta' dawn is- seduti ma jitteħidx.", "2.", "Illi fis-seduti mħollija għall-Kumitat ta' Provvista għas-sena 2002, il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, rigward ix-xogħol finanzjarju jkun fin-12.30 p.m. kull meta l-Kamra tiltaqa' fil-għodu u fid-9.30 p.m. kull meta l-Kamra tiltaqa' fil-għaxija; u li f'dawn is-seduti l-ħin ta' l- Aġġornament ma jitteħidx.", "3.", "Illi fil-jiem tal-Kumitat ta' Provvista:-", "(i) Kull Ministru jressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu fil-Kumitat fil- bidu tad-diskussjoni dwarhom; u mbagħad il-ħin disponibbli għad- diskussjoni jinqasam indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-Gvern;", "(ii) Fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol finanzjarju, il-President tal-Kumitati jqiegħed għall-vot mingħajr diskussjoni l-mistoqsija fuq il- voti ta' l-estimi kif jidhru fuq l-Aġenda, u fuq l-emendi li jista' jkun hemm għalihom:", "Iżda Ministru jista' jressaq emendi li jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni; u Ministru jista' wkoll jitlob il-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat dwar emendi proposti minnu, u f'dan il-każ dawn l-emendi jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni;", "(iii) Il-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu x'ħin tispiċċa d-diskussjoni; u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, waqt li l- votazzjonijiet l-oħra, jekk ikun hemm, jittieħdu immedjatament warajha.", "4.", "Illi l-voti fil-Kumitat ta' Provvista jistgħu jittieħdu għad- diskussjoni mhux fl-ordni u fid-dati kif jidhru hawn taħt u iktar minn voti ta' Ministeru wieħed jistgħu jiġu diskussi f'seduta waħda.", "5.", "Illi matul il-perjodu li fih ikunu qed isiru s-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 2002 jew l-Estimi Supplimentari 2001, il-Kamra tista' tiltaqa' wkoll biex isir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kif ikun jidher fuq l-Aġenda.", "DISKORS BUDGET L-Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2001 Fis-6.30 p.m.", "RISPOSTA MILL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI L-Erbgħa, 28 ta' Novembru, 2001 Fis-6.30 p.m.", "RISPOSTA MILL-PRIM MINISTRU Il-Ġimgħa, 30 ta' Novembru, 2001 Fis-6.30 p.m.", "L-EWWEL JUM MINISTERU TAL-FINANZI Is-Sibt, 1 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m.", "IT-TIENI JUM MINISTERU TA' L-INTERN It-Tnejn, 3 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m.", "IT-TIELET JUM MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI It-Tnejn, 3 ta' Diċembru, 2001 Fis-6.30 p.m.", "IR-RABA' JUM MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m. u It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2001 fis-6.30 p.m.", "IL-ĦAMES JUM MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD L-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m.", "IS-SITT JUM MINISTERU GĦAS-SAĦĦA L-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001 Fis-6.30 p.m.", "IS-SEBA' JUM MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m. u Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru, 2001 fis-6.30 p.m.", "IT-TMIEN JUM MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN Il-Ġimgħa, 7 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m.", "ID-DISA' JUM MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI Il-Ġimgħa, 7 ta' Diċembru, 2001 Fis-6.30 p.m.", "L-GĦAXAR JUM MINISTERU GĦAT-TURIŻMU It-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m.", "IL-ĦDAX-IL JUM MINISTERU GĦAL GĦAWDEX It-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2001 Fis-6.30 p.m.", "IT-TNAX-IL JUM MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI It-Tlieta, 11 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m.", "IT-TLETTAX-IL JUM MINISTERU GĦALL-AMBJENT It-Tlieta, 11 ta' Diċembru, 2001 Fis-6.30 p.m.", "L-ERBATAX-IL JUM UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru, 2001 Fid-9.30 a.m.", "IL-ĦMISTAX-IL JUM APPROPRJAZZJONI L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru, 2001 fis-6.30 p.m.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Mela se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA 2001 – 2002 - KONTINWAZZJONI", "(Tkompli mis-26 ta' Novembru, 2001)", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li s'issa n-naħa tal-gvern ħadet 59 minuta u l-oppożizzjoni ħadet 88 minuta.", "Għaldaqstant il-ħin ta' din is- seduta għandu jinqasam hekk: 90 minuta għan-naħa tal-gvern u 60 minuta għan-naħa ta' l-oppożizzjoni, bil-winding up isir min-naħa tal-gvern.", "L-Onor.", "Michael Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, fis-seduta ta' dalgħodu kont qed ngħid li l-mission statement tal-Water Services Corporation qed jintlaħaq, fis-sens li din il-korporazzjoni qed tipproduċi provvista kontinwa ta' l- ilma u bi kwalita` ħafna aħjar.", "Minkejja li għad hemm il-bżonn ta' iktar titjib, mir-rapport jidher li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tagħmel l-almu tagħha biex tipprovdina bl-aħjar kwalita` ta' ilma li tista' jipproduċi u bl-inqas detriment għal saħħitna.", "Barra minn hekk, id- distribuzzjoni ta' l-ilma għal skopijiet domestiċi u industrijali hija garantita, u bis-saħħa t'hekk, kif spjegajt dalgħodu, id-domanda għall-ilma bil-bowsers naqset drastikament.", "Rigward il-protezzjoni ta' l-ambjent, il-WSC qiegħda tara li l-livell ta' nitrat jonqos ħafna mill-ilma li jasal fid-djar, u dan huwa dovut għat- testijiet li qed isiru.", "Din hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha, anzi għandna nibqgħu ninsistu fuqha sabiex l-ilma li nixorbu jkun verament ta' kwalita` tajba għal kulħadd.", "Mr Speaker, fil-qosor nixtieq ngħid ukoll li l-ilma qiegħed hemm kemm għall- poplu Malti kif ukoll għat-turisti u għall-agrikoltura.", "Rigward din ta' l- aħħar, bejn Settembru tas-sena li għaddiet u Settembru ta' din is-sena, fil- pitkalija daħlu 31 miljun kilogramma ta' ħaxix.", "Dan jirriżulta mir-rapport dwar it-tielet sena ta' ħidma ta' gvern Nazzjonalista, li poġġa fuq il- Mejda tal-Kamra l-Onor.", "Ninu Zammit.", "Wieħed irid iqis li din il- produzzjoni għolja ta' ħaxix tiddependi mill-ilma.", "Barra minn hekk, anke l- 260 farm għat-trobbija ta' l-annimali u l-20,000 breeding stock li nsibu f'pajjiżna jirrikjedu kwantita` konsiderevoli ta' ilma ta' kwalita` tajba.", "Tajjeb li nfakkar li f'pajjiżna l-ilma jiġi prodotti minn żewġ sorsi, mill- boreholes u mid-desalination plant.", "Nota pożittiva hi dik li fil-programm ta' ħidma tal-WSC hemm l-awareness għall-health and safety.", "Din hija xi ħaġa li lili tinteressani bħalma naħseb li tinteressa lill-membri ta' din il-Kamra u lill-poplu Malti in ġenerali.", "Dan l-aħħar il-WSC nidiet programmi ta' health and safety għall- ħaddiema tagħha, u dan b'kollaborazzjoni mal-Malta Shipbuilding, ma' l-MIA u ma' l-Institute of Health and Safety.", "Jiena nispera li din l-inizjattiva ma titteħidx biss mill-WSC imma anke mill-korporazzjonijiet l-oħra kollha.", "Nafu li l-liġi dwar il-health and safety tgħid ċar u tond li sas-sena 2003, kemm il-gvern kif ukoll il- korporazzjonijiet u l-industrija privata jridu jkunu fully compliant magħha.", "Nittama wkoll li f'dan ir-rigward, il-korporazzjonijiet l-oħra jimxu fuq il-passi tal-WSC u jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema tagħhom.", "Mr Speaker, fir-rigward tar-road building jiena ngħid li għandu jkun hemm il-kooperazzjoni.", "Qed insemmi r-road building għax dan jinkorpora fih il- bini tal-culverts mal-ġnub jew fin-nofs tat-toroq biex l-ilma tax-xita ma jkomplix jimxi bħala surface water imma jinżel fihom.", "Huwa mportanti ħafna li l-ilma li jinġabar f'dawn il-culverts jibda jinġabar x'imkien, mhux jibqa' sejjer fil-baħar.", "Għalhekk għandu jsir kull mezz possibbli biex jinstabu reservoirs li forsi m'humiex qed jintużaw, jew inkella saħansitra jinbnew reservoirs ġodda biex fihom jinġabar dan l-ilma.", "Pero' dawn ma jridux ikunu open reservoirs bħalma kellna fl-imgħoddi, imma għandhom ikunu reservoirs imsaqqfa.", "Fir-rapport ta' l-ombudsman dwar il-barrakka ta' fuq u l-barrakka t'isfel, qrajna li t-tisqija f'dawn il-ġonna qed issir bl-ilma tal-vit meta fiż-żewġ postijiet hemm reservoirs kbar li fihom jinġabar l-ilma.", "X'qed isir minn dan l-ilma?", "Għaliex dawn ir-reservoirs m'humiex qed jiġu użati?", "Mr Speaker, irrid nirrimarka wkoll dwar il-boreholes, li huma ferm u ferm importanti.", "F'pajjiżna hawn bosta boreholes liċenzjati imma hawn ħafna oħrajn mingħajr liċenzja, u dwar dan hemm bżonn li tittieħed azzjoni.", "Jien m'iniex kontra li jitħaffru l-boreholes.", "Illum il-ġurnata, l-agrikoltura b'mod partikolari għandha bżonn ta' ħafna ilma.", "Jekk irridu nkunu compliant mal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli, bilfors irid ikollna l- ilma għat-tisqija.", "Bis-sistema innovattiva ta' drip irrigation qed jiġi ffrankat ħafna ilma, pero' jrid isir sforz qawwi biex il-provvista ta' l- ilma tkun available għall-bdiewa kollha.", "Għalhekk huwa mpossibbli li l- iskema attwali, fejn min m'għandux borehole jibqa' b'xejn, tibqa' kif inhi.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm sharing.", "Hemm bżonn li l-WSC, jew minn issa 'l quddiem, il-Malta Resources Authority, tieħu l-inizjattiva biex id- distribuzzjoni ta' l-ilma tkun indaqs għal kulħadd.", "Skond il-liġijiet tagħna, l-ilma ta' taħt l-art huwa ta' kulħadd, huwa proprjeta` pubblika, u għalhekk għandu jsir mezz biex dan jiġi shared bejn l-ikbar numru possibbli ta' bdiewa.", "Għandu jittieħed ukoll gauging ta' kemm qed jittella' ilma mill-aquifer.", "Dan huwa mportanti li jsir għax jekk ikun hemm over-extraction mill-boreholes, il-ħsara li ssir tkun irreparabbli.", "Dalgħodu rriferejt għal dawk l-applikazzjonijiet li jaslu għand il-planning authority u li dwarhom ikun hemm bżonn ta' konsultazzjoni mill-WSC.", "Ir- riżultat ta' dan qed ikun li dawk il-bdiewa li jkunu jridu jibnu xi serra, xi farm jew irabbu xi livestock, qed jispiċċaw ibatu.", "Jien inħoss li l-WSC qed titlob garanziji għoljin ħafna biex tissalvagwardja l-water table li tinsab taħt l-art.", "Huwa veru li l-bdiewa għandhom ikunu compliant mar-regolamenti, pero' m'għandux ikun hemm dak id- demwien u dik il-burokrazija kollha min-naħa tal-WSC u tal-planning authority, li sakemm dawn jaslu għal ftehim, ikun laħaq għadda ħafna żmien.", "Mr Speaker, dalgħodu l-Onor.", "Louis Buhagiar semma' l-kuntratturi, b'mod speċjali dawk Nazzjonalisti.", "Jiena ngħid li bħalma hawn kuntratturi Nazzjonalisti, hawn ukoll kuntratturi Laburisti.", "L-importanti hu li x- xogħol isir tajjeb.", "Jiena ma noqgħodx nara jekk il-kuntratturi jkunux Nazzjonalisti jew Laburisti.", "Jien nara biss li jsir xogħol tajjeb.", "Per eżempju hija għarukaża li f'Ħaż-Żebbuġ, il-kuntrattur, hu min hu, ħalla kanali mħaffrin bil-konsegwenza li qed issir ħafna ħsara.", "Min hu responsabbli għal din il-biċċa xogħol għandu jara li dawk il-kanali jitgħattew.", "Jien nispera li l-WSC qed tiċċekkja x-xogħol li m'huwiex qed isir bl-addoċċ.", "Nittama wkoll li qed issir superviżjoni, hu min hu l- kuntrattur, għax ir-residenti ta' dawk l-inħawi huma urtati ħafna bl- irresponsabbilta` ta' min għamel ix-xogħol.", "Anke l-kunsill lokali għandu jara li wara li jsir ċertu xogħol ta' trinek, jekk ma jiġux asfaltati kompletament, ta' l-inqas jitgħattew b'xi ħaġa temporanja.", "Jien nitlob lill-WSC biex tara x'qed isir f'Ħaż-Żebbuġ u kullimkien.", "M'għandniex inħallu lill-pubbliku jbati b'tali mod li per eżempju jkun hemm min ma jistax idaħħal il-karozza tiegħu fil-garaxx.", "Din hija għarukaża, u l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ imissu jistħi li m'hu qed jieħu l-ebda azzjoni fuq din il-materja, nerġa' ngħid, hu min hu l-kuntrattur.", "Min jagħmel il-ħsara għandu jħallas għaliha, u jien nispera li dan il-messaġġ jasal f'widnejn min għandu jasal.", "Mr Speaker, in-naħa t'isfel ta' Malta, jiġifieri fl-inħawi ta' Wied il- Għajn, il-bdiewa huma pprovduti b'recycled water maħdum fl-impjant ta' Sant'Antnin.", "In-naħa ta' fuq tal-pajjiż, partikolarment in-naħa tal- Majjistral, m'għandhiex dan il-benefiċċju u per konsegwenza f'dawn l-inħawi nsibu diversi boreholes, kemm legali kif ukoll illegali.", "Jien nittama li jsir sforz - jew mill-WSC jew mill-Malta Resources Authority - biex f'dawk l-inħawi wkoll ikun hemm xi impjant simili biex il-bdiewa ta' dawn in-naħat ikunu jistgħu jixtru l-ilma riċiklat bi prezz irħis ħafna.", "Jien naħseb li f'dik l-area hemm reservoirs tajbin biżżejjed biex jintużaw għal dan l- iskop.", "In-naħa taż-Żurrieq ukoll jista' jsir pipeline biex l-ilma li ma jkunx jista' jiġi ppurifikat biżżejjed biex jintuża għax-xorb, jintuża għat- tisqija ta' l-għelieqi.", "Jien nittama li l-WSC tagħmel xogħla b'mod tajjeb u nappella biex lill-agrikoltura ma tħallihiex nieqsa minn dak l-ilma li tant għandha bżonn.", "Sur President, fl-intervent tiegħi ta' dalgħodu għamilt riferenza għall- ktieb \"Proceedings - Water and Agriculture in a Competitive Environment\".", "Dan huwa ktieb sabiħ li minnu wieħed jista' jitgħallem ħafna, għax jikkonċentra l-aktar fuq il-bdiewa.", "Jien nittama li l-WSC jew il-Malta Resources Authority jimxu fuq dan il-ktieb biex jgħinu lis-settur agrikolu, settur li mingħajr ilma ma jistax jagħtina dawk il-prodotti alimentari li tant neħtieġu.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li l-gvern Nazzjonalista m'huwiex jgħin biżżejjed lill-qasam ta' l-agrikoltura.", "Jien naħseb li l-partit Laburista nesa li dan il-gvern ta lill-bdiewa Lm8 miljun biex jirriabilitaw jew jagħmlu rikostruzzjoni tal-farms jew tal-postijiet agrikoli tagħhom.", "Jien nittama li bħalma ġibna 'l quddiem lill-qasam ta' l-edukazzjoni u tas-saħħa, tant li nistgħu ngħidu li huma fost l-aqwa fid-dinja, is-settur agrikolu wkoll imur 'il quddiem, anke permezz ta' provvista tajba ta' ilma.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, illum qed niddiskutu l-operat tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, pero', qabel xejn, wieħed irid jara l-mentalita` u l-ħsibijiet tal-poplu, fis-sens li minn żmien il-gwerra 'l hawn, saru ħafna innovazzjonijiet u l-poplu Malti beda jwarrab l-affarijiet naturali u juża dawk artifiċjali, bil-konsegwenzi kollha li dawn ta' l- aħħar iġibu magħhom.", "Per eżempju t-trabi ma baqgħux jingħataw il-ħalib naturali ta' l-omm imma saru jingħataw ħalib u ikel artifiċjali.", "L-ironija hi li dan il-ħalib jiġi reklamat bħala l-iktar wieħed li jixbaħ lil dak ta' l-omm.", "Illum il-bniedem kompla jitgħarref u sab li dan qed iħalli konsegwenzi koroh, kemm fuq l-omm, għax biex teħles mill-ħalib li n-natura tagħtiha jkollha tuża mezzi mediċinali u mekkaniċi, u anke fuq l-istess trabi.", "Dan għaliex dawk it-trabi li sa mit-twelid jingħataw il-ħalib naturali ta' l-omm, ikollhom immunisation system iktar ipperfezzjonata u li tbiegħdhom iktar mill-mard, kemm meta jkun qed jitrabbew kif ukoll meta jikbru.", "Dan m'huwiex każ iżolat.", "Fil-qasam ta' l-agrikoltura, l-ewwel kulħadd beda juża l-bexx, imbagħad wara ftit snin, ħabta u sabta beda jitfaċċa mard li ma jitfejjaqx u li hu direttament marbut ma' dan it-tkabbir tal-ħxejjex u l- annimali permezz tal-genetically modified products.", "Fil-fatt, kienu l- isteroids u l-proteini artifiċjali li kkawżaw il-mad cow disease fost il- baqar, waqt li fit-tkabbir tal-ħut, wara li bil-mod selvaġġ li bih narmu l- iskart fil-baħar, kważi qridna l-ħut kollu tal-Mediterran, issa ironikament bdejna nkabbru l-ħut b'mod artifiċjali fil-fish farms fl-istess baħar.", "Din hija l-mentalita` li qed jimxi biha anke l-poplu tagħna.", "L-awtorita' għas-servizzi ta' l-ilma wkoll qed timxi b'dan il-mod, għax jekk naraw l-operat tagħha nsibu li għalkemm 50% ta' l-ilma qed jittella' b'mod naturali, il-50% l-ieħor qed jiġi pprovdut permezz ta' mezzi artifiċjali - mhux fis-sens li jitħalltu kimiċi differenti u jinħoloq l- ilma - imma billi jittella' l-ilma baħar u jiġi msaffi permezz ta' mezzi mekkaniċi.", "Irrid ngħid li dwar dan il-metodu hemm dubji serji.", "L- ewwelnett, dan il-mod artifiċjali ta' kif jiġi prodotti l-ilma għax-xorb qed jiswa lill-korporazzjoni spejjeż kbar, spejjeż li bejn wieħed u ieħor jammontaw għal 12-il darba iktar mill-ispejjeż involuti biex l-ilma jittella' b'mod naturali mill-water table.", "Problemi oħra huma dawk li minħabba l-kimiċi li jinsabu fil-baħar, kemm dawk naturali kif ukoll dawk li jwaddab il-bniedem, u ħadd għadu ma jaf x'konsegwenzi qed iħallu dawn fuq il-poplu tagħna.", "Ir-raġunijiet għaliex il-WSC għażlet li tipproduċi l-ikbar volum ta' ilma b'mezzi artifiċjali milli b'dawk naturali, huma tnejn.", "L-ewwelnett, parti kbira mit-tort hija ta' l-amministrazzjoni preżenti, li m'hijiex qed tmexxi lill-pajjiż bl-aħjar mod.", "Dan joħroġ ċar anke mir-rapport li ħejjiet l- istess korporazzjoni, fejn fl-introduzzjoni taċ-chairman, il-perit Michael Falzon, jingħad bla tlaqliq ta' xejn li f'Għawdex, l-ilma ta' taħt l-art qed jiġi sfruttat minn persuni privati.", "Iktar 'il quddiem fl-istess rapport insibu wkoll li f'Għawdex wieħed jista' sfaċċatament jara bowsers jiġru fit-toroq u jbiegħu l-ilma li suppost huwa proprjeta` tal-WSC, u dan għad-dannu ta' l-istess korporazzjoni.", "It-tort jaqa' fuq il-gvern preżenti minħabba n-nuqqas ta' ppjanar li bih qed imexxi lil dan il-pajjiż.", "Per eżempju għalkemm dħalna f'millennju ġdid, l-ilma tax-xita, minflok qed jiġi użat bl-aħjar mod possibbli, qed ikun ta' dannu għall-poplu kollu.", "Jekk f'pajjiżna tinżel xita kemmxejn qawwija, ir-residenti li joqogħdu minn San Pawl il-Baħar 'il fuq, inklużi anke l-Għawdxin, biex imorru l-Belt, la jkunu jistgħu jgħaddu mit-triq ta' Burmarrad, la mit-telgħa t'Alla u Ommu u lanqas mit-triq ta' Baħar iċ- Ċagħaq, u dan minħabba l-ilma tax-xita li jkun hemm f'dawn it-toroq.", "Għalija din hija weġgħa ta' qalb kbira, l-ewwelnett għaliex tefgħa ta' ġebla 'l bogħod hemm il-baħar, jiġifieri l-ilma jista' faċilment jintefa' fil-baħar, u t-tieni nett għaliex minkejja li pajjiżna għandu bżonn kbir ta' l-ilma, dan qed jitħalla jiġri fit-toroq bla ebda kontroll u b'inkonvenjent kbir għall-pubbliku.", "Nuqqas ieħor ta' din l-amministrazzjoni jirriżulta fir-rigward tad-drenaġġ, fejn iktar minn tliet kwarti ta' l-ilma tad-drenaġġ qed jispiċċa fil-baħar minflok jiġi użat għat-tisqija.", "Dan l-ilma qed jagħmel ħsara lill-bajjiet tagħna - iktar u iktar meta kulħadd jaf kemm aħna l-Maltin inħobbu ngħumu – qed jagħmel ħsara kbira lill-ħlejjaq tal-baħar, speċjalment minħabba l- kimiċi li jintużaw fil-ħasil tal-ħwejjeġ u ta' l-art, u qed jagħmel ħsara wkoll lill-qasam tat-turiżmu, li huwa wieħed mill-pilastri l-kbar ta' pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li minħabba n-nuqqas ta' tmexxija serja tal-gvern Nazzjonalista, kollox sejjer għal riħu, b'dannu kbir għall-poplu tagħna, għall-ambjent u għal min jaħdem fil-qasam ta' l-agrikoltura, li kif jaf kulħadd, jinsabu mejtin għal qatra ilma.", "Nuqqas ieħor ta' dan il-gvern, li qiegħed ikun ukoll ta' ħsara għall-WSC, jinsab fis-sistema ta' kif is-servizz tat-telefon, tad-drenaġġ, ta' l- istess ilma u servizz oħra qed jitwasslu fid-djar.", "Forsi bħalissa hawn min qed jistaqsi jekk dan għandux x'jaqsam mal-korporazzjoni ta' l-ilma, imma fil-fatt, iva, għandu x'jaqsam ħafna.", "L-ewwelnett, skond ir-rapport tal- WSC, il-parti l-kbira ta' l-ispejjeż ta' din il-korporazzjoni jirriżultaw mill-home services, biex per eżempju jgħaqqdu d-djar privati mal-main prinċipali.", "Barra minn hekk, din il-korporazzjoni qed tkun involuta fi spejjeż oħra proprju għaliex id-drenaġġ qiegħed jinfiltra ġo l-art u jikkontamina l-water table.", "Il-mod li jintuża f'pajjiżna biex dawn is-servizzi jitwasslu fid-djar huwa mill-iktar privittivi, għax minkejja l-fatt li s-sistema preżenti ilha tintuża għal snin twal, gvern Nazzjonalista m'għamel xejn biex jirrinovaha jew ibiddilha.", "Mhux talli hekk, talli meta gvern Laburista, fis-sena u 10 xhur li kien dam jamministra lill-pajjiż, kien ħa l-passi neċessarji biex l- ilma tad-drenaġġ ma jkomplix jintrema' fil-baħar, l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kienet għamel plejtu sħiħ u bdiet ixxewwex lill-poplu li kien se jkollu jħallas għall-home services.", "Kif qed ngħid, dawn is-servizzi qed joħolqu ħafna ħsarat bla bżonn lill-WSC.", "Dan għaliex biex per eżempju l-Enemalta, il-Maltacom jew id-dipartiment tad-drenaġġ jgħaddu s-servizzi fid-djar, iħaffru t-toroq u jagħmlu rebus sħiħ.", "Per eżempju fit-triq fejn noqgħod jien, ftit ilu l-Maltacom kellha tibdel il-cables kollha għax sfortunatament, meta sar ix-xogħol l-ewwel darba, kien sar ħażin.", "Biex għamlet dan, il-Maltacom qattgħet it-triq u litteralment isserrat is-servizzi l-oħrajn kollha, fosthom dawk ta' l-ilma u tad-drenaġġ.", "Imbagħad, biex reġgħet għaqqdet id-drenaġġi tad-djar mal- main prinċipali, użat pipe wiesa' bħala sleeve, fejn min-naħa għaqqditu mal- fergħat li joħorġu mid-dar u l-parti l-oħra għaqqditha ma' dak li kien fadal mill-main, bil-konsegwenza li parti kbira mid-drenaġġ tad-djar beda jispiċċa fl-art minflok fil-main.", "Dan kien ta' dannu kbir għall-WSC, għax skond ir-rapport tagħha stess, parti sostanzjali mill-ilma li jittella' mill-art kellu jintrema' minħabba l-kontaminazzjoni ta' nitrates li kien hemm fih.", "Barra minn hekk, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kellha tibni mill-ġdid is-servizzi li kienu nqatgħu.", "Sur President, forsi bħalissa hawn min qed jgħid li l-ispejjeż ta' dan kollu tħallsu mill-kuntrattur.", "Iva, fil-fatt hekk ġara, imma l-kuntrattur huwa mħallas mill-Maltacom li min-naħa tagħha timxi bi flus il-poplu.", "Huwa għalhekk li jien ngħid t-tort prinċipali huwa ta' l-amministrazzjoni preżenti, għax din m'hijiex qed tagħmel ippjanar infrastrutturali ta' kif dawn is-servizzi essenzjali għandhom jitwasslu fid-djar tagħna.", "Ir-rapport tal-WSC jagħmel aċċenn speċjali għal Għawdex, fejn l-iktar ħaġa li tiġbed l-għajn huwa l-fatt li għalkemm għal xi żmien, f'Għawdex kien hemm biżżejjed ilma, tant li kien jissuplixxi lil Malta, illum lanqas għandu biżżejjed għall-ħtiġijiet tiegħu, u speċjalment fix-xahar ta' Awwissu, qed ikollu jieħu l-ilma mir-reverse osmosis taċ-Ċirkewwa.", "F'Għawdex, is-sitwazzjoni tant marret għall-agħar, li l-ilma ta' taħt l-art m'għadux jittella' u għalhekk, ħafna boreholes ingħalqu.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien imma qalu ċ-chairman tal-WSC f'dan ir-rapport li minnu qed nikkwota.", "Mr Speaker, meta jien kont nattendi l-Universita' ta' Malta, kont noqgħod fil-Furjana, u niftakar li l-ilma tal-vit ma kienx tajjeb għax-xorb ħlief jekk mhux imħallat mal-kafe` jew mat-te`.", "Illum, Għawdex jinsab f'din l- istess sitwazzjoni, fejn kulħadd qed ikollu juża l-ilma tal-fliexken.", "Allura ngħid jien, il-WSC kif tista' tgħid li hi qiegħda hemm biex twassal fid-djar potable water, meta dan l-ilma m'huwiex tajjeb għax-xorb?", "Għalija, la ma jinxtorobx, dan huwa second class water.", "Jien naħseb li dan ir-rapport għandu jħammar wiċċ il-Ministru, u kieku jien kont minfloku, illejla ma kontx niġi hawn.", "F'paġna minnhom dan ir-rapport jgħid li l-pumping station ta' l-Isperanza, waħda mill-aqwa li għandna f'dawn il-gżejjer, se jkollha tingħalaq minħabba xi fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu f'dawk l-inħawi.", "Allura l-ilma li kienet tipproduċi din il- pumping station, issa minn fejn se jibda jiġi pprovdut?", "Dan ir-rapport jikkalkula li biex l-ilma li kienet tipproduċi din il-pumping station jinħadem fir-reverse osmosis, se jiġi jiswa eluf ta' liri iktar fis-sena.", "Dan m'huwiex kollox, għax minbarra dan se jkollhom isiru routes ġodda biex din ir-reverse osmosis tkun tista' tibgħat l-ilma fid-djar.", "Din hija s- sitwazzjoni attwali f'pajjiżna, u nerġa' ngħid li kieku jien kont minflok il-Ministru, illejla ma kontx niġi hawn, għax dan ir-rapport qed iħammar wiċċ l-amministrazzjoni preżenti.", "Rigward il-korporazzjoni nnifisha, fl-opinjoni tiegħi hi wkoll għandha parti mit-tort minħabba l-mod ta' kif tieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Ftit ilu, f'din il-Kamra, il-Ministru ta' l-Ambjent għamel plejtu sħiħ għax se jintefqu Lm12.5 miljun f'meters ġodda biex jiġi kkontrollat is-serq.", "Jien niftakar li meta kont l-Universita`, kienu jgħidulna li huwa inutli li lill- poplu nagħmlulu passaġġ elaborat tad-deheb, għax dan dejjem se jieħu l- aħjar u l-iqsar triq.", "Fid-deċiżjonijiet tagħna, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-parlament kif ukoll fit-tmexxija tal-korporazzjonijiet, irridu nieħdu l-miżuri li jappellaw l-iktar għall-poplu.", "Il-Ministru nefaq Lm12.5 miljun f'meters sofistikati biex jaqta' s-serq, imma ġara li peress li l-poplu ma setax ibagħbas fil-meters, beda jtella' l-ilma direttament mill-art.", "Allura d-deċiżjoni tal-Ministru li jonfoq dawk il-miljuni kollha f'meters ġodda, nistgħu nsejjħulha għaqlija?", "Mr Speaker, biex il-gvern jaqta' s-serq, l-ewwel ħaġa li jrid jagħmel hi li jżomm il-prezz tas-servizz li joffri kemm jista' jkun baxx, għax iktar ma jżidlu fil-valur, iktar se jżid it-tentazzjoni tal-poplu biex jisraq.", "Per eżempju kulħadd jiftakar li meta kien għola l-fuel, dan beda jinsteraq mit- tankijiet tal-karozzi.", "Biex tnaqqas mis-serq, il-WSC trid tipprovdi ilma bi prezzijiet kompetittivi.", "Barra minn hekk, il-korporazzjoni trid tara kif qed twassal l-ilma fid- djar.", "Mir-rapport ippreżentat jirriżulta li l-ikbar spiża ta' din il- korporazzjoni huma l-home services.", "Per eżempju 80% tal-bursts tal-pipes minħabba l-pressure qed jiġru fil-connections tad-djar, għalhekk bilfors li l-ispejjeż tas-servizzi li jingħataw fid-djar, qed jiżdiedu.", "Iktar minn hekk, is-sitwazzjoni tat-toroq ta' pajjiżna ma tantx tgħin biex jiġu evitati ħsarat ta' din ix-xorta.", "Jien nissuġġerixxi li biex per eżempju t- trakkijiet li naraw jiġru fit-toroq tagħna b'tagħbija esaġerata, ma jkomplux jisfrondaw l-art u jagħmlu ħsara fis-servizzi ta' l-ilma, isir xi dual main fil-ġenb tat-triq.", "Sur President, irrid ngħid li l-kontaminazzjoni ta' l-ilma baħar u ta' dak li jittella' minn taħt l-art ġejja mill-iskart industrijali, mill-farms u mis-swimming pools.", "Rigward il-farms, l-amministrazzjoni preżenti qatt ma ħasbet għal area speċifika fejn dawn ikunu jistgħu jinbnew, u għalhekk il- ħmieġ ta' xi wħud minn dawn l-irziezet qed jispiċċa fl-ilma li jittella' għax-xorb.", "Fir-rigward tas-swimming pools, jien m'iniex ngħid li għandu jkun hemm xi sikkatura żejda li ddejjaq lin-nies, pero' għallinqas għandhom jiġu stabbiliti guidelines ta' kif dawn is-swimming pools għandhom isiru, għax il-chlorides u l-kimiċi l-oħra li jintużaw qed ikunu ta' ħsara għall- WSC.", "Mr Speaker, fil-bidu ta' dan l-intervent jiena għedt li l-bnedmin, inklużi aħna l-Maltin, warrbu l-mezzi naturali u addottaw dawk artifiċjali, li qed iħallu konsegwenzi koroh kemm fuq l-ambjent kif ukoll fuq saħħitna.", "Per eżempju bl-iskart tossiku li jintefa' fil-baħar mill-fabbriki Sqallin u Griegi, l-ilmijiet ta' dawk l-inħawi saru qishom ċimiterju.", "Irridu nżommu f'moħħna li l-ilmijiet tal-baħar Mediterran jieħdu 80 sena biex jinbidlu totalment, u allura, la għada pitgħada nindunaw li l-ilma li qed intellgħu permezz tar-reverse osmosis qed ikun fih ħafna toxicants, x'se jiġri?", "Il- korporazzjoni x'se tagħmel?", "Min se jagħmel tajjeb, il-Ministru, il-gvern, il-korporazzjoni?", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Michael Bonnici, is-sitwazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art marret għall-agħar, u jien ngħid li ħżienet ferm iktar milli jista' jaħseb hu.", "Il-parti l-kbira tal-ħtija għal dan kollu hija tal-gvern, proprju minħabba n-nuqqas ta' ippjanar u n-nuqqas ta' tmexxija serja tiegħu.", "Għalhekk huwa l-gvern li jrid jerfa' dan il-piż.", "Min-naħa l-oħra, il-WSC trid tara kif tista' tirrimedja biex kemm jista' jkun, il-ħala tiġi mnaqqsa u biex il-ħsara li qed issir minn xi membri fi ħdan l-istess korporazzjoni billi jgħidu lill-pubbliku kif għandu jisraq u kif għandu jmur kontra r-regoli li toħroġ l-istess korporazzjoni, tieqaf darba għal dejjem.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u l- Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, kultant hawn min jaħseb li l-gvern li jkun qed jamministra lill-pajjiż fil-preżent ikun ilu hemm minn dejjem, u jinsa dak kollu li jkun għadda minnu fi żmien amministrazzjonijiet oħra.", "Pero' m'iniex se nitkellem dwar dan, imma se nagħmel riferenza għax-xogħol li jsir mill-WSC u għall-mod ta' kif dan qed ikollu effett fuq oqsma oħra, fosthom dak tat-toroq.", "M'għandix dubju li f'pajjiżna, prattikament m'hawn l-ebda triq, la prinċipali u lanqas sekondarja, li minnha m'hemmx għaddejjin xi servizzi.", "Huwa għalhekk li għadni kif għedt li x-xogħol li tagħmel il-WSC jaffettwa direttament lit-toroq.", "M'għandix dubju wkoll f'dan il-kuntest, l- agreements li saru bejn il-WSC u diversi kunsilli lokali biex il-ħsarat fit- toroq li jinqalgħu minħabba x-xogħlijiet li tagħmel il-WSC, jiġu rranġati mill-kuntratturi tal-kunsilli lokali, qed jgħin biex it-tiswijiet tat-toroq isiru b'mod aħjar.", "Madankollu l-ideal jibqa' li ma jkun hemm l-ebda cable għaddej minn taħt il- wiċċ tat-triq, imma s-servizzi kollha jkunu għaddejjin mill-ġnub tat-triq fejn ma jkunx jintuża mill-vetturi.", "Fil-fatt ilna snin twal nitkellmu dwar il-bżonn li s-servizzi tad-dawl, ta' l-ilma u servizzi oħra ma jibqgħux għaddejjin min-nofs tat-toroq imma jibdew jiġu mgħoddija minn ġol-bankini, pero', sa ftit snin ilu, qatt ma kien sar xejn bis-serjeta'.", "L-ewwel esperiment fejn is-servizz ta' l-ilma u servizzi oħra bdew jiġu mgħoddija mill-ġenb tat-toroq sar fl-Imtarfa, fl-inħawi ta' wara Dar il- Kaptan, fejn saru culverts li ġabru fihom il-cables tas-servizzi kollha.", "Dan wassal biex dawk il-persuni fi ħdan il-WSC u dawk l-inġiniera li jaħdmu f'korporazzjonijiet oħra, b'mod partikolari fl-Enemalta, li kienu xettiċi dwar din il-possibilita`, fl-aħħar fehmu li pajjiżna m'huwiex differenti minn ħaddieħor, u għalhekk aħna wkoll nistgħu ngħaddu dawn is-servizzi mill- ġenb tat-toroq.", "Biex din is-sistema ta' culverts fil-ġnub tat-toroq issir, wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni id-diversi modi ta' bini tat-toroq u tad-djar li jiġu applikati f'pajjiżna.", "Per eżempju meta daħlet it-trend li jitħaffru basements taħt id-djar, ovvjament biex l-iżviluppaturi jieħdu l-aħjar li jistgħu mill-investiment li jkunu qed jagħmlu, bdew jinħolqu ħafna diffikultajiet fis-sens li kien qed ikun diffiċli li wieħed jgħaddi s- servizzi tad-dawl, ta' l-ilma u servizzi oħra lil dak il-bini partikolari.", "Mr Speaker, wara li dan l-esperiment irnexxa, l-amministrazzjoni preżenti qablet li meta jinbnew toroq ġodda, isiru l-culverts fil-ġnub biex is- servizzi kollha jibdew jgħaddu minnhom.", "Huwa ovvju li kull metru ta' culverts li qed jinbena fit-toroq ifisser spiża inizjali qawwija, spiża kapitali li fil-fatt hija ħafna ikbar mill-ispiża nvoluta biex titħaffer trench fin-nofs tat-triq, bħalma kien isir sa ftit żmien ilu.", "Il-WSC, bħall-korporazzjonijiet l-oħrajn kollha, għandha diffkulta` dwar x'tip ta' investiment se tagħmel.", "Madankollu jien nemmen li jekk il- kooperazzjoni li hemm bħalissa bejn il-WSC u d-dipartiment tat-toroq tkompli tikber, nistgħu naslu biex f'pajjiżna jkun hawn iktar toroq fejn is- servizzi jkunu għaddejjin mill-culverts fil-ġnub.", "Fis-seduta ta' dalgħodu, il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi qal li f'pajjiżna hawn madwar 2,000 kilometru ta' mains għaddejjin minn taħt it-toroq, u dan ifisser li biex isir dual main, ta' l-inqas irid ikollna 4,000 kilometru ta' culverts.", "Jekk ix-xogħol isir fuq dual main, ma jkunx hemm bżonn li l-mains ikunu ta' l-istess ħxuna daqslikieku kellu jsir main wieħed fin-nofs tat-triq.", "Għalkemm kif diġa' għedt, l-ispiża nvoluta biex isir dan hija kbira, aħna nemmnu li rridu nħarsu iktar 'il bogħod mill-ispiża inizjali, għax fl-aħħar mill-aħħar dan il-proġett se jnaqqas il-ħsarat li jsiru lit-toroq tagħna u allura awtomatikament inaqqas l-ispejjeż tal-korporazzjoni.", "Irridu iżda nkunu ċari f'dak li huwa l-pjan tax-xogħol li qed isir, u ma nippruvawx ngħidu dwar dan m'hu qed isir assolutament xejn, għax il-WSC qiegħda hi stess tfassal il-mod ta' kif nistgħu ngħaddu għas-sistema ta' dual mains, dejjem fejn dan huwa possibbli.", "Rigward il-mains temporanji, il-WSC ħadet id-deċiżjoni għaqlija li ma tibqax tagħti servizzi temporanji.", "Għalkemm l-applikant dejjem ikun sodisfatt b'dan is-servizz, għax hu jkun moqdi, il-WSC qed tiġi f'pożizzjoni li wara sena jew sentejn minn meta tkun qdiet lil xi ħadd b'main temporanju, il-pressure ta' ilma ma tkunx b'saħħitha biżżejjed biex taqdi lil kulħadd.", "B'hekk il-WSC qed ikollha tiffaċċja bosta diffikutajiet.", "Jien nemmen li d-deċiżjoni li ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma, li sa fejn hu possibbli, ma tagħtix iktar servizzi temporanji, kien pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Il-WSC qed tara wkoll li kemm jista' jkun, ikun hemm koordinazzjoni mad-dipartiment tat-toroq fir-rigward tas-servizzi ta' mains ġodda.", "Illum il-ġurnata, il-WSC qed tipprova tagħmel mains ġodda ta' l-ilma flimkien mal-kuntratturi li jaħdmu fit-toroq, biex jiġi assigurat li t-toroq ma jitkissrux bla bżonn.", "B'din il-koordinazzjoni bejn il-WSC u r-roads department, jew iktar 'il quddiem, it-transport authority, qed jiġi assigurat it-tnaqqis ta' ħela ta' flus, enerġija u riżorsi umani.", "Mr Speaker, din il-kollaborazzjoni hija mportanti ferm, kemm għas-servizzi ġodda kif ukoll għas-servizzi ta' tiswijiet u ta' replacement ta' temporary mains, filwaqt li qed tgħin indirettament biex titnaqqas il-ħala ta' l- ilma, li prinċipalment tirriżulta mil-leakages fit-temporary mains u fil- connections.", "Fil-fatt, tul dawn l-aħħar snin, il-water losses bdew dejjem jonqsu, u ngħinu x'ngħidu, il-mertu ta' dan it-tnaqqis fil-ħala ta' l-ilma jmur kollu għall-WSC li ħadmet bis-sħiħ biex tikkontrolla l-ħela ta' l-ilma mil-leakages.", "Sur President, fl-intervent li għadu kif għamel, l-Onor.", "Carmelo Borg qal li kollox sejjer ħażin, kollox miexi rasu 'l isfel, u li tliet kwarti tat- tort għal dan kollu huwa ta' l-amministrazzjoni preżenti u l-kwart l-ieħor huwa tal-WSC.", "Minkejja dan id-diskors li ntqal, jien nemmen li l-ħidma li qed issir preżentement u dik li hemm imfassla li ssir, bħall-bini ta' culverts fil-bankini li minnhom ikunu jistgħu jgħaddu l-mains prinċipali, xogħol li qed isir f'bosta lokalitajiet, kemm mill-WSC kif ukoll mid- dipartiment tat-toroq, għandu jwassal mhux biss biex il-WSC tkompli tnaqqas il-leakages imma wkoll biex eventwalment il-ħsarat li saru lit-toroq ta' pajjiżna ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.", "Fir-rigward tat-toroq, jien ngħid li xorta għad fadal xi diffikultajiet.", "Għalkemm sar improvement qawwi f'dak li huwa patching tat-toroq, xorta għad hemm il-problema ta' x'tip ta' resurfacing għandu jsir għal ċerti ħsarat.", "Għalhekk jien nemmen li iva, il-kollaborazzjoni li nħolqot bejn il-WSC u d- dipartiment tat-toroq għandha tiżdied biex f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- ilma u mat-tnaqqis tal-ħela ta' dan ir-riżors, pajjiżna jibqa' miexi 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma tipprovdi lill-konsumatur l-iktar prodott essenzjali għall-ħajja.", "Għalhekk, meta qed niddiskutu dawn l-estimi, tajjeb li nanalizzawhom fil- kuntest ta' kif qed jiġi moqdi l-konsumatur.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi x'jippretendi l-konsumatur mill-WSC.", "Naħseb li m'hemmx dubju li l-ewwel ħaġa li jippretendi l-konsumatur hija ilma ta' kwalita` tajba.", "Il-konsumatur jippretendi wkoll servizz li jista' jafda, servizz kontinwu mingħajr interruzzjonijiet, value for money u li jiġi trattat tajjeb mill-korporazzjoni.", "Ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitrattaw servizz li jingħata minn korporazzjoni tal-gvern li topera f'ambjent monopolistiku.", "Il-pretensjonijiet ta' kull wieħed u waħda minna, anke bħala konsumaturi, għandna ninkwadrawhom ukoll fil-kuntest ġeografiku u storiku.", "Qed ngħid hekk għax ovvjament, f'pajjiżna ma tantx tinżel xita u tradizzjonalment, l- ilma jiġi mtella' mill-water table.", "Sfortunatament, minħabba li kif qed ngħid, f'pajjiż ma tantx tagħmel xita, u iktar minn hekk, la għandna muntanji u lanqas xmajjar, l-ilma li jinġabar taħt l-art qatt ma jkun biżżejjed għall-bżonnijiet tagħna.", "Per konsegwenza, tul is-snin tellajna wisq ilma mill-boreholes, u allura, kif anke qal tajjeb l-Onor.", "Michael Bonnici, l-ilma li qed jittella' qed ikollu salinita` qawwija u kontenut għoli ta' nitrates.", "Sur President, jien niftakar li meta kont għadni tifel, il-problemi ta' l- ilma kienu kbar, u spiss kont nara lin-nies jiġru fit-toroq biex jimlew it- tankijiet bil-bowsers.", "Niftakar saħansitra d-dimostrazzjonijiet li kienu saru, fejn kulħadd ħareġ iħabbat il-bramel fit-toroq biex jiġbed l- attenzjoni tal-gvern tal-ġurnata dwar in-nuqqas ta' ilma.", "Fi ftit kliem, fir-rigward ta' l-ilma pajjiżna ma tantx kellu storja feliċi.", "Biex il-kwestjoni tal-korporazzjoni tkompli tikkomplika ruħha, niftakru li d-dipartiment li kien hemm qabel il-korporazzjoni kien mgħobbi b'ċerti piżijiet, bħall-ħaddiema li ġew ingaġġati ftit qabel l-elezzjoni ta' l- 1987, ovvjament mhux biex itejjbu s-servizz imma għal skopijiet partiġġjani.", "Sussegwentement ittieħdet id-deċiżjoni, fl-opinjoni tiegħi, għaqlija, li jinbnew numru ta' reverse osmosis plants.", "Fis-seduta ta' dalgħodu kien hawn min ikkritika l-entużjażmu żejjed li seta' kellha l- korporazzjoni fil-bini ta' dawn l-impjanti.", "Jien ngħid li Alla ħares ma tteħditx dik id-deċiżjoni, għax kieku llum għadna qegħdin naraw kif se nagħmlu biex nipprovdu biżżejjed ilma, jiġifieri bil-bini ta' dawn l- impjanti, il-konsumatur Malti seta' jserraħ rasu li s-supply ta' l-ilma se tkun garantita.", "Minkejja dan, xorta għad hemm numru ta' problemi, bħal dik tad- distribuzzjoni batuta, li għadha qed tiġi indirizzata, u l-problema l-oħra li parti sostanzjali mill-ilma li nipproduċu, qiegħed jintilef.", "Il- persentaġġ ta' l-ilma li nipproduċu fir-reverse osmosis plants, komparat ma' l-ilma tal-pjan, huwa bejn wieħed u ieħor nofs bin-nofs, kif anke qalu tajjeb il-kelliema ta' qabli.", "Sfortunatament, l-ilma prodott mir-reverse osmosis plants jiġi jiswa prezz għoli, u għalhekk, ovvjament, jekk wieħed jagħżel li jafda fuq l-ilma tal-pjan, ikun qed jiffranka ċertu ammont ta' flus.", "Dan huwa punt importanti ħafna u jirrispondi anke għad-domandi li għadu kif għamel l-Onor.", "Borg, fejn qal li huwa ħażin li qed nużaw daqstant ilma tal-pjan.", "Sar ukoll sforz biex tissaħħaħ id-distribuzzjoni.", "Dwar dan ta' min wieħed jiġbed l-attenzjoni għall-kontenut tar-rapport annwali, li tqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra, għax naħseb li huwa rapport komprensiv u li ta' min wieħed ikun kuntent bih, mhux biss għall-preżentazzjoni imma iktar u iktar għall-kontenut u għall-ammont kbir ta' informazzjoni li fih, fejn permezz tagħha wieħed jista' verament jieħu stampa ċara tax-xogħol li wettqet il- korporazzjoni u ta' fejn din għad trid tasal.", "Jien naħseb li hija xi ħaġa tajba li ndoqqu t-trombi f'dan il-qasam, għax il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma verament għamlet progress enormi.", "Pero', bħala fatt, ir-rapport fih innifsu huwa pass importanti li jipprovdi ammont kbir ta' informazzjoni utli.", "Per eżempju, fatt interessanti immens li joħroġ minn dan ir-rapport huwa l- uġigħ ta' ras kontinwa tal-korporazzjoni, li iktar ma tipproduċi, iktar titlef ilma.", "Jiena nqawwi qalbi meta nara l-figuri u nara li għal dak li huwa l-accounting tal-leakages ta' l-ilma, l-istatistika turi li mill-1995 'l hawn, it-telf ta' l-ilma naqas bin-nofs, jiġifieri minn 2,800 metru kubu fis-siegħa, it-telf niżel għal 1,210 metru kubu.", "Sas-sena 2003, il-mira stabbilita hija ta' 600 metru kubu fis-siegħa, waqt li sa l-2010, il-mira hi ta' 300 metru kubu fis-siegħa, li huwa l-ogħla perċentwal ta' effiċjenza li wieħed jista' jilħaq.", "B'hekk allura nkunu solvejna l-kwestjoni tas-supply.", "Madankollu, l-ilma li nieħdu mill-pjan m'huwiex ta' kwalita` tajba minħabba raġunijiet li anke ġew diskussi llelja.", "Għalhekk hemm bżonn li dan l-ilma jiġi blended ma' ilma prodott mir-reverse osmosis plants, biex il-persentaġġ tan-nitrat, li kif jaf kulħadd, huwa ħażin għas-saħħa, jiġi diluted.", "Għalhekk qed ngħid li n-nitrat huwa ħażin għas-saħħa, is-sitwazzjoni m'hijiex drammatika daqs kemm indika dalgħodu l-Onor.", "Buhagiar, fejn anke għaqqadha mal-kanċer, pero' ovvjament żgur li m'iniex se nkun jien li mmerih fuq dan is-suġġett.", "Minbarra dan, hemm bżonn li l-ilma jiġi polished, biex jitnaqqas l-ammont ta' sodium u chloride, li għalkemm m'humiex ħżiena għas-saħħa, jagħtu togħma ħażina lill-ilma.", "Il-ħsieb hu li sas-sena 2005, dan il-pjan ikun twettaq.", "Il-korporazzjoni qed tindirizza wkoll il-problema tas-sadid, li prinċipalment jiġi kkawżat mill-katusi, u dwar dan tfassal proġett ta' bdil tal-katusi, proġett li diġa' ġie fis-seħħ, jiġifieri din il-problema qed tiġi ndirizzata wkoll.", "Aspett ieħor li jikkonċerna lilna bħala konsumaturi huwa dak tal-value for money.", "Id-domanda hi dwar jekk aħniex qed inħallsu prezz xieraq għas- servizz li qed ningħataw.", "Kif għedt, ma rridux ninsew li dan huwa servizz provdut minn azjenda tal-gvern li topera f'ambjent monopolistiku, u allura jista' jkun hemm ċertu ammont ta' preġudizzju għal dan il-fatt, anke mill- istess konsumaturi.", "Għalhekk huwa tajjeb li meta wieħed janalizza dan ir- rapport, jinnota t-titjib sinifikanti fl-oqsma kollha li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni.", "Hawnhekk ta' min nagħmel riferenza għad-diskors ta' dalgħodu ta' l-Onor.", "Buhagiar, fejn skond hu, t-telf inqas li se jsir din is-sena mill-korporazzjoni, minflok ma huwa attribwibbli għal aktar effiċjenza, huwa attribwibbli għall-ġbir ikbar li sar mill-bwiet tal- konsumaturi.", "Jien nistieden lil kulħadd biex jara l-estimi, biex jara minn fejn ġie l- fatt li din is-sena se jsir mal-Lm1.2 miljun inqas telf mis-sena l-oħra.", "Fil-verita`, jekk wieħed jara kemm kienet iż-żieda fl-ammont imħallas mill- konsumaturi jsib li fuq is-sena ta' qabel, dan kien biss ta' Lm30,000, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' l-ilma naqsu b'Lm1.24 miljun.", "Fi kliem sempliċi, il-cost of production naqas b'Lm1.2 miljun waqt li t- turnover tal-korporazzjoni żdiedet biss bi Lm30,000.", "Ta' min wieħed jenfasizza li għas-sena d-dieħla, ta' l-inqas skond l-estimi li għandna quddiemna, huwa mistenni li t-telf ikun inqas.", "Qed ngħid dan għaliex anke mill-punto di vista ta' konsumatur, jien inserraħ rasi li għal dak li qed inħallas għas-servizz ta' l-ilma, il-korporazzjoni qed tagħmel sforz biex ittejjeb l-operat tagħha, biex lili żżommli prezz iktar baxx.", "Issa dan jista' jsir kemm bi tnaqqis dirett mill-kontijiet kif ukoll billi l-korporazzjoni tnaqqas il-piż lill-gvern, kif fil-fatt isir meta l- korporazzjoni tkun tiddependi mill-gvern, jiġifieri bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Buhagiar, naħseb li dak li fil-fatt ġara huwa proprju l-oppost ta' dak li kien qed jgħid, għax il-konsumaturi altru milli m'humiex qed iħallsu iżjed għas-servizz ta' l-ilma, speċjalment jekk wieħed iqis iż-żieda li kien hemm fil-volum.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa dak li naħseb li lkoll kemm aħna nixtiequ, u ċioe` li titjieb l-effiċjenza, pero' mhux a skapitu tal-prezz ta' l-ilma.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-korporazzjoni għamlet studju dwar kif matul is- sena d-dieħla, tista' tiffranka iktar flus.", "Dan jien ninkoraġġih u persważ li fis-sena li ġejja, dan l-aspett se jiġi tackled.", "Aspett ieħor li lili jolqotni mill-qrib, u li kull wieħed minna jippretendih, speċjalment minn korporazzjoni tal-gvern, huwa li din ikollha good customer relations.", "Hawnhekk ukoll, b'sodisfazzjon ninnota l- iżvolta li ħadet il-WSC.", "Ninnota li twaqqfu strutturi tajba biex jilqgħu għad-diffikultajiet tal-pubbliku, u naħseb li huwa tajjeb li wieħed jinnota li fir-realta', il-pubbliku qed jagħmel użu minn dan is-servizz.", "Fil-fatt, iċ-ċifri juru li matul is-sena li għaddiet, kien hemm madwar 80,000 telefonata jew viżita.", "L-Onor.", "Buhagiar għandu raġun jgħid li din iċ-ċifra hija nkwetanti, għax ovvjament, iktar ma nnaqqsu l-ħtieġa għall-pubbliku li jqajjem queries dwar il-kontijiet, iktar ikun aħjar.", "Pero' mill-banda l-oħra - u forsi dan ta' min wieħed jenfasizzah - il-fatt li mill-kwestjonijiet kollha li kien hemm, kienu biss 3,500 dawk li setgħu jissejjħu problemi ġustifikati, jiġifieri kif jgħid ir-rapport stess, inqas minn 0.4% tal-kontijiet kollha li nħarġu, huwa sinjal inkoraġġanti.", "Fi kliem ieħor, it-80,000 telefonata jew viżita ma kienux complaints imma kienu kuntatti bejn il-klijenti u l-korporazzjoni dwar xi diffikulta` fil- kontijiet.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-korporazzjoni ħasbet għal struttura li tilqa' għal dan it-tip ta' domandi.", "Mr Speaker, fil-fatt xtaqt inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break-down tat- tip ta' complaints li saru, biex wieħed ikollu idea aħjar ta' x'rikjesti qed isiru lill-korporazzjoni permezz ta' dan is-servizz innovativ.", "Ma rridux ninsew li bit-tibdil fil-gvern għal darba darbtejn fi żmien qasir, u anke bit-bidla fil-kontijiet u fil-mod ta' kif dawn jinħarġu, il-WSC għaddiet minn ċerti problemi.", "Sur President, malajr irrid niġbed l-attenzjoni kemm għall-customer charter, li f'din is-sena ġie rivedut, kif ukoll għall-inizjattivi ġodda li qed jittieħdu, fosthom dawk li jippermettu lill-konsumaturi li jipprovdu huma stess ir-readings tal-meters, xi ħaġa li hija komda mmens, speċjalment meta llum il-ġurnata, matul il-jum ħafna mill-individwi ma jkunux fid-dar, u għalhekk ma jkunux jistgħu jistennew lill-meter reader biex jiġi f'darhom ħalli jieħu r-readings naċessarji.", "Irrid ngħid li jien nemmen ħafna fil- customer charter.", "Jien nemmen li dan it-tip ta' charters għandhom jidħlu f'kull korporazzjoni, l-ewwel nett għax jidentifikaw ir-responsabbiltajiet tal-klijent tal-korporazzjoni, u barra minn hekk jorbtu lill-korporazzjoni b'livell bażiku ta' servizz li l-klijenti tagħha għandhom id-dritt li jippretendu.", "Inizjattivi ġodda kienu jirrigwardaw is-servizz li jinħareġ il-kont finali fl-istess ġurnata, servizz li huwa utli ħafna għal ċertu tip ta' azjendi, u li jingħata fi żmien għaxart ijiem.", "Xi ħaġa oħra li naħseb li matul din is- sena kienet utli mmens hija l-ftehim li ntlaħaq mal-kunsilli lokali dwar ir- reinstatement tat-toroq wara li jkun sar it-trenching jew ir-reconnections.", "Mr Speaker, jien naħseb li matul din is-sena, il-WSC għamlet passi kbar ħafna, u nistgħu ngħidu li għamlet titjib f'kull qasam.", "Filwaqt li kompliet ittejjeb l-infrastruttura tagħha u naqqset il-ħela ta' l-ilma, xi ħaġa li ilna nippruvaw insibu tarfha għal żmien twil, il-WSC waslet fi stat fejn qed tipproduċi inqas filwaqt li tipprovdi iżjed ilma fid-djar.", "Barra minn hekk, din il-korporazzjoni naqqset l-ispejjeż tal-produzzjoni, għamlet riorganizzazzjoni interna enormi, partikolarment fil-livell maniġerjali, u per konsegwenza naqqset is-sussidju li kellha bżonn tieħu mingħand il- gvern.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid nagħmel żewġ kummenti qosra.", "Rigward l- azzjonijiet industrijali u l-effett li dawn ħallew fuq il-produzzjoni ta' l- ilma, li semma' dalgħodu l-Onor.", "Buhagiar, fejn tkaża bil-fatt li dawn ġew imniżżla fir-rapport, irrid ngħid li r-rapport ma ħa l-ebda pożizzjoni imma qal biss li l-effett taż-żewġ azzjonijiet industrijali kien it-tel ta' madwar 200,000 metru kubu ta' produzzjoni.", "Fl-aħħar mill-aħħar, din hija statistika li lili tinteressani għax jien nippretendi li jekk tittieħed xi tip ta' azzjoni, kulħadd għandu jkun jaf x'inhu l-effett tagħha, inklużi dawk li jkunu ħadu dik l-azzjoni.", "Ngħid dan mingħajr ma nipponta subgħajja lejn ħadd, għax fl-aħħar mill-aħħar, azzjoni industrijali tittieħed minn unions responsabbli li allura jkunu jafu l-konsegwenzi ta' dak li jkunu se jagħmlu.", "Fil-fatt ir-rapport jgħid li llum il-ġurnata, il-problemi mal-unions ġew survolati, pero' bħala fatt tajjeb li wieħed ikun jaf x'kienu l-konsegwenzi ta' l-azzjonijiet li ttieħdu.", "Nagħlaq billi nifraħ is-Sur Antoine Riolo, li se jtemm il-kariga ta' chief executive tal-WSC, kariga li ilu jokkupa sa mit-twaqqif ta' din il- korporazzjoni, u nawguralu fil-ħatra ġdida tiegħu ma' l-Awtorita` tar- Riżorsi.", "Jien konvint li fl-impjieg ġdid tiegħu, is-Sur Riolo se jaqdi d- doveri tiegħu bl-istess mod kif konxenzjożament għamel tul il-perjodu li dam jaħdem mal-WSC.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, ir-rapport li qed nitkellmu dwaru fih diversi partijiet interessanti, u fil-fatt xtaqt nibda dan l-intervent billi nirriferi għall-informazzjoni li qed tingħata taħt it-titlu ta' \"performance indicators\".", "Wieħed mill-aspetti li lili jolqotni iktar minn oħrajn huwa l-water resources management, li jinteressani iktar minn affarijiet oħra proprju minħabba l-fatt li kif anke qal tajjeb l-Onor.", "Hyzler, għalina l-Maltin, l- ilma huwa riżors ta' natura prezzjuża ħafna, ovvjament minħabba l-fatt li ma tantx għandna minnu, u għalhekk bilfors irridu naraw li l-ftit li għandna jiġi użat bl-iktar mod għaqli.", "Jekk inħarsu lejn ir-rapport annwali tal-WSC għal din is-sena, rigward il- water resource management hawn dawn il-figuri:", "- Annual precipitation, jiġifieri l-ammont ta' xita' li niżlet matul din is- sena, li sfortunatament, kienet waħda xotta, kien ta' 104,000,000 cubic metres.", "- Total volume of sea and ground water extracted by WSC, jiġifieri l-ilma li utilizzat il-korporazzjoni biex tipproduċi potable water, kien ta' 57,926,000 cubic metres, kważi n-nofs tax-xita li niżlet.", "- Returned water to the environment, jiġifieri l-ilma li jintefa lura fil- baħar wara li parti minnu tkun ġiet trattata, kien ta' 24,269,000 cubic metres.", "- Total potable water supplied, jiġifieri l-ilma li l-korporazzjoni ssuplixxiet lill-klijenti tagħha, kien ta' 33,691,000 cubic metres.", "Minn dan l-ilma:", "Il-ground water production, jiġifieri l-ilma li ttella' mill-art, kienet ta' 17,081,000 cubic metres, ftit iktar min-nofs ta' l-ilma kollu li pproduċiet il-korporazzjoni, waqt li d-desalinated water, jiġifieri l-ilma li ġie prodott permezz tar-reverse osmosis plants, kien ta' 16,610,000 cubic metres.", "Is-supply of treated sewage effluent, jiġifieri l-ilma li ġie prodott mit- trattament tad-drenaġġ kienet ta' 2,055,000 cubic metres, waqt li s-supply of non-potable water kienet ta' 2,283,000 cubic metres.", "Nistħajjel li bħalissa hawn min qed jistaqsi bejnu u bejn ruħu għaliex qed nikkwota dawn il-figuri.", "Qed nagħmel dan għax jekk wieħed jevalwa ftit din l-informazzjoni malajr jinduna li tul dawn l-aħħar snin, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma kinetx qed taħdem b'mod sostenibbli.", "Per eżempju jekk nerġgħu mmorru lura għall-annual precipitation, naraw li filwaqt li matul is-sena li għaddiet, f'pajjiżna niżlu 104,000,000 metru kubu ta' ilma, il-ground water production, jiġifieri x'ittella' mill-blat, kienu biss 17,000,000 metru kubu, jew inkella madwar 12% tax-xita kollha li niżlet.", "Din il-figura hija waħda minima, u ngħid għaliex.", "Biex nibda mill-bidu, naħseb li lkoll kemm aħna nemmnu li l-WSC għandu jkollha dak li jissejjaħ integrated resource management, jiġifieri għandha tara li r-riżorsi kollha ta' l-ilma li għandna fil-pajjiż jiġu utilizzati bl-aktar mod effiċjenti.", "Bażikament, ir-riżorsi ta' ilma li għandna f'pajjiżna huma erba', u ċioe` l-ilma li jittella' mill-pjan, l-ilma baħar li jittella' mir-reverse osmosis plants biex jinbidel f'potable water, it- treated effluent u l-istorm water, jew l-ilma tax-xita li jibqa' sejjer dritt fil-baħar mingħajr l-ebda sforz biex b'xi mod jiġi użat.", "Jekk inkejjlu l-istorm water li jibqa' sejjer fil-baħar insibu li 88% ta' l-ilma tax-xita li jinżel kull sena f'pajjiżna, m'huwiex qed jiġi utilizzat.", "Mr Speaker, jekk inħarsu lejn il-figuri kollha li kkwotajt, speċjalment lejn dik li tindika li mill-ilma kollu li jinżel bħala xita, 12% biss qed jiġi użat, malajr nindunaw li x-xogħol f'dan il-qasam m'huwiex qed isir b'mod serju u għaqli.", "Jiena nifhem li huwa mpossibbli li nużaw kull qatra ilma li taqa' fuq pajjiżna, pero' naħseb li hemm possibilita` enormi li nibdew nużaw iktar minn 12% ta' l-ilma tax-xita li jaqa' fuq il-gżejjer Maltin.", "Din hija xi ħaġa nkwetanti, iktar u iktar meta niftakru kemm hu għoli l-prezz ta' l-ilma prodot fir-reverse osmosis plants.", "Bażikament, li qed jiġri hawn Malta hu li l-maġġoranza tax-xita li tinżel qed tibqa'sejra dritt fil-baħar, imbagħad aħna qed nippumpjaw dak l-istess ilma li jkun niżel fil-baħar, nipproċessawh fir-reverse osmosis plants, nonfqu ħafna flus biex minnu nipproduċu ilma tajjeb għax-xorb, imbagħad inbiegħuh lill-konsumaturi bi prezz sussidjat, bil-gvern jispiċċa joħroġ 90% tal-prezz tiegħu biex jissussidja l-operat tal-korporazzjoni.", "Imbagħad, wara li l-ilma jgħaddi għand il-konsumaturi, , ħafna minnu jerġa' jispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ, mid-drenaġġ lura għall-baħar, u nerġgħu nibdew is-cycle mill-ġdid.", "Fi ftit kliem, li qed tagħmel il-WSC hu li ttella' l-ilma mill-baħar, tonfoq ħafna flus biex tibdlu f'potable water, tagħtih lill-poplu Malti, dan jifflaxxjah fis-sistema tad-drenaġġ, mid- drenaġġ dan l-ilma jerġa' jsib ruħu fil-baħar, u jerġa' jittella' lura biex jiġi trattat mill-ġdid.", "F'pajjiż bħal tagħna, fejn litteralment, kull qatra tgħodd, ma jistax ikun li nippermettu li ma nintervjenux fuq din is- cycle biex b'xi mod biex ninterrompuha.", "Issa kif nistgħu nintervjenu biex ninterrompu cycle li hija mill-iktar ineffiċjenti, għax qed nonfqu dawk il-flus kollha u litteralment we're flushing them down the drain back to the sea?", "L-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hi li nagħtu iktar każ ta' l-ilma tal-pjan.", "Jidhirli li inti, Sur President, semmejt il-problemi kbar ta' salinita` fil-ground water minħabba l-over-exploitation tal-boreholes.", "Fir-realta`, l-over-exploitation tal- boreholes m'hijiex qed issir mill-WSC - għax jien naf li l-uffiċjali ta' din il-korporazzjoni huma għaqlin biżżejjed biex mill-boreholes ma jtellgħux ilma li huwa brackish - imma mill-bdiewa.", "F'pajjiżna llum għandna sitwazzjoni fejn kulħadd, hu min hu u hu fejn hu, qed iħaffer għall-ilma.", "Kieku dan qed isir biss mill-bdiewa, b'xi mod nasal biex nifimha, imma issa hawn min qed iħaffer il-boreholes fil-garaxxi biex itella' l-ilma u jbiegħu.", "Allura jista' jkun li aħna nibqgħu nippermettu li jsiru dawn l-affarijiet?", "U fuq kollox, x'inhuma l- konsegwenzi ta' dan kollu?", "Ejjew nibdew mill-bdiewa, li dawn, mingħajr ma jafu, ħafna drabi qed itellgħu ilma b'livell għoli ta' salinita`, li hekk kif jużawh għat- tisqija, wara erba' jew ħames snin qed jispiċċa jaħarqilhom ir-raba' kollu.", "Lil dawn il-bdiewa, qegħdin niftħulhom għajnejhom?", "Barra minn hekk, dawn l-istess bdiewa m'għandhomx borehole waħda jew tnejn, imma għandhom tlieta u erba' kull wieħed, meta l-WSC m'għandhiex iktar minn 80. boreholes privati reġistrati hawn madwar 4,000, imbagħad dawk li m'humiex reġistrati, Alla biss jaf kemm jammontaw.", "F'pajjiżna, kulħadd qed itella' l-ilma mill- boreholes, imbagħad kulħadd igerger għax qed issir il-ħsara lill-ilma tal- pjan.", "Mhux bilfors, jekk kulħadd jippompja l-ilma bl-amment!", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-WSC tagħmel eżerċizzju li bih tinforma lil kulħadd, speċjalment lill-bdiewa, dwar il-ħsara li ssir meta wieħed itella' ħafna ilma mill-boreholes – kif diġa' għedt, minħabba l-livell għoli ta' salinita' fl-ilma - speċjalment fi żminijiet meta ma tinżilx xita, u ċioe` ż-żminijiet meta l-boreholes l-iktar li jintużaw.", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet nifhmuhom u immedjatament nieħdu azzjoni biex inwaqqfu dan l- over-pumping ta' l-ilma tal-pjan.", "Jidhirli li waqt id-diskors tiegħek, Sur President, għamilt suġġeriment, u jiena naqbel miegħu, li ssir skema biex il-boreholes li huma reġistrati mal- korporazzjoni, għallinqas jiġu metered, mhux biex jintbagħtulhom il- kontijiet, imma biex inkunu nafu kemm qed jittella' ilma minnhom.", "Kif tista' l-WSC tagħmel ċertu ppjanar meta ma tafx x'qed itella' l-privat minn ġol-boreholes?", "Hemm bżonn ukoll li nispjegaw lill-poplu dwar il-ħsara li tista' ssir bl- ippumpjar ta' l-ilma minn ċerti boreholes.", "Kif għedt iktar kmieni, kieku l- boreholes isiru biss mill-bdiewa, wieħed jasal biex b'xi mod jaċċetta dan il-fatt, għax fl-aħħar mill-aħħar, ħafna mill-ilma li jintuża għat-tisqija tar-raba' jerġa' jinżel fil-blat, imma jiena ċert li kull concrete batching plant li hawn f'Malta, għandha l-borehole tagħha.", "Jien nistieden lill- Ministru Josef Bonnici biex iqabbel l-ammont ta' ilma li dawn jixtru mingħand il-WSC ma' l-output ta' concrete tagħhom, imbagħad malajr jinduna li dawn qed itellgħu l-ilma mill-art.", "Sur President, hemm bżonn li jsir ċertu kontroll, biex ma jerġax jiġri bħalma ġara xi erba' snin ilu, meta persuna, irrelevantement jekk hux b'inċident jew b'mod intenzjonat, tefgħet żejt maħruq f'borehole u kkontaminat waħda mill-gallaries ta' Ta' Kandja, bil-konsegwenza li din kellha tingħalaq u l-korporazzjoni spiċċat tħallas għexieren ta' eluf ta' liri biex tirranġa l-ħsara li kienet saret.", "Dakinhar, imn'Alla kienu l- uffiċjali tal-korporazzjoni li ndunaw b'dak li kien ġara, għax kieku l-ilma ta' dik il-boreholes tqassam fid-djar, kieku Alla biss jaf x'kien jiġri.", "Dwar dan il- każ, li hemm redikolu huwa l-fatt li l-persuna li kkawżat din il-ħsara kollha, ma weħlet xejn bħala penali.", "Issa f'din il-Kamra, kulħadd jaqbel li l-ilma huwa riżors mill-iktar importanti għal pajjiżna.", "Allura kif jista' jkun li meta jkun hemm xi ħadd li jitfa' ż-żejt maħruq fl-ilma tal-pjan, fis-sentenza tagħha, il-qorti ma tagħtix każ tal-ħsara li setgħet saret u toħroġ lil din il-persuna liberata minn kull akkuża?", "Mhux talli hekk, talli għaddew erba' snin minn fuq dan l-inċident u lanqas il-WSC għadha ma ppenalizzat lill-persuna responsabbli minn dan l-inċident.", "F'każ bħal dan, jien kont nippretendi li l-WSC tkun minn ta' l-ewwel li tieħu ħsieb tara li ta' l-inqas tirkupra d-danni li sofriet, imma minn dan kollu, s'issa għadu ma sar xejn.", "Fil-fatt, minn mistoqsija parlamentari li kienet saret irriżulta li min- naħa tagħha, il-passi legali li ħadet il-korporazzjoni kienu biss billi lil din il-persuna bagħtitilha ittra uffiċjali.", "B'dan l-aġir irridu nagħtu eżempju tajjeb lill-poplu?", "Huwa b'din l-attitudni li l-WSC trid li l- Maltin jitrattaw tajjeb l-ilma tal-pjan u ma jħaffrux boreholes bl-amment?", "Bħalma għedt iktar kmieni, f'ħafna każi huwa faċli għall-korporazzjoni li tagħmel monitoring ta' l-ilma li qed jittella' mill-boreholes privati biex jinbiegħ.", "Per eżempju fi żmien amministrazzjoni Laburista kienet għaddiet liġi li tgħid li kull min għandu water bowser, irid jirreġistrah, allura, kulma trid tagħmel il-korporazzjoni hu li flimkien mal-pulizija, tagħmel monitoring tal-water bowsers li naraw għaddejjin fit-toroq ta' pajjiżna, u tara minn fejn qed itellgħu l-ilma.", "Rigward ir-reverse osmosis plants, li huma sors ieħor ta' kif nipproduċu potable water, aħna minn dejjem konna ngħidu li qabel ma nibnu reverse osmosis plant wara l-ieħor, hemm bżonn li naraw kif insolvu l-problema tal- leakages, għax kien hemm żmien fejn saħansitra konna wasalna fis- sitwazzjoni redikola fejn iktar ma nipproduċi ilma, iktar kien qed ikun hemm leakages.", "F'dak iż-żmien, aħna konna għedna li ma jistax ikun li nibqgħu nipproduċu l-ilma permezz tar-reverse osmosis plants, bi spejjeż enormi, biex imbagħad dan l-ilma jispiċċa jillikja u jiskula fil-blat.", "Fil- fatt, il-proċess ta' bini ta' reverse osmosis plants kien inbeda fi żmien l- amminsitrazzjoni Laburista ta' bejn l-1981 u l-1987, fejn kienu inbnew l- impjanti tal-Marsa, ta' Għar Lapsi u ta' Tigne`, imbagħad wara kienu nbnew żewġ impjanti oħra mill-partit Nazzjonalista, f'Pembroke u fiċ-Ċirkewwa.", "Il-partit Nazzjonalista kellu l-pjan li jibni impjant ieħor fin-naħa tan- nofsinhar tal-pajjiż, imma bil-pjan intensiv ta' bdil ta' mains – li kien sar minn gvern Laburista - biex kemm jista' jkun, il-leakages jiġu contained, irriżulta li mhux talli ma kienx hemm għalfejn jinbena reverse osmosis plant ieħor, talli stajna faċilment nagħlqu tnejn mill-impjanti eżistenti, u fil-fatt, dak ta' Tigne` ġie żarmat u dak tal-Marsa ma jaħdem kważi xejn.", "Rigward il-leakages, jidhirli li l-Onor.", "Hyzler u xi kelliema oħra qalu li qed isir improvement.", "Għalkemm dan huwa minnu, żgur li għandu ma sar biżżejjed titjib, u dan jistgħu jixhduh il-figuri li nsibu fir-rapport stess, li jgħidu li l-leakages illum jammontaw għal 1,200 metru kubu fis- siegħa kuljum.", "Veru li meta mqabbel mas-snin ta' qabel, dan l-ammont naqas, imma nafu li 1,200 metru kubu ta' ilma kull siegħa f'kull ġurnata, jirriżultaw 10.5 miljun metru kubu fis-sena, li jekk jiġu kalkolati b'20c, ifissru li Lm11,600,000 worth of water qed jillijkja kull sena?", "Nafu li din is-somma hija ikbar mis-sussidju li jagħti l-gvern lil din il- korporazzjoni?", "Jekk ta' l-ilma, nofs dan l-ilma li qed jinħela jiġi kkontrollat, prattikament il-gvern ma jkollux għalfejn jissussidja lill- WSC, għax min-naħa tagħha din tkun qed tiffranka Lm6 miljuni kull sena.", "Meta rajt l-estimi għal din is-sena – u hawnhekk irrid ngħid li kien proprju llum li jien rajt dawn l-estimi għall-ewwel darba, għax għal xi raġuni jew oħra, dawn ma tpoġġewx fuq il-Mejda tal-Kamra - sibt li fejn qabel kien hemm programm intensiv ta' mains renewal, minn sena għall-oħra, in-numru ta' mains li qed jinbidlu qiegħed dejjem jonqos.", "Fil-fatt, fejn sa ftit ta' snin ilu, kienu jinbidlu madwar 80 kilometru ta' mains fis- sena, għas-sena d-dieħla hemm ipproġettat li jinbidlu 35 kilometru biss ta' mains, u dan dejjem jekk ix-xogħol isir, għax għalkemm matul din is-sena suppost li nbidlu 38 kilometru ta' mains, jidhirli li x-xogħol li sar ma laħaqx din iċ-ċifra.", "Mr Speaker, hemm bżonn li jsiru l-isforzi kollha neċessarji biex il- leakages jiġu kkontrollati, għax il-ħela ta' ilma hija waħda mill-ikbar ineffiċjenzi tal-WSC.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-unaccounted-for water, li ma jikkonsistix biss fil-leakages imma anke fis-serq, fil-meter under- reading u f'affarijiet oħra.", "Skond il-kalkoli li għamilt jien, kull sena, Lm11-il miljun worth of water qed jillikjaw ġo l-art.", "Għalhekk jien jidhirli li għandu jsir sforz iktar qawwi biex din il-problema tiġi ndirizzata immedjatament, iktar u iktar meta l-korporazzjoni konċernata hija waħda li tieħu persentaġġ għoli ta' sussidju mingħand il-gvern.", "Sur President, xtaqt nikkummenta wkoll dwar l-istorm water.", "Il-Ministru Ċensu Galea tkellem dwar il-culverts li qed jinbnew fit-toroq, imma l-problema hi li minkejja li l-korporazzjoni, skond il-liġi hija responsabbli minn kull tip ta' ilma li għandna fil-pajjiż, ir- realta` hija bil-wisq differenti, għax l-ilma prodott mill-impjant għat- trattament tad-drenaġġ jaqa' taħt ir-responsabbilta` tad-dipartiment ta' l- agrikoltura u l-istorm water culverts jagħmlu parti mid-dipartiment tat- toroq, għax il-WSC ma trid li jkollha x'taqsam ma' xejn.", "Allura jien nistaqsi, forsi l-Ministru jirrispondini, fejn hu l-management integrat tar- riżorsi?", "X'sar minnu l-famuż national storm water masterplan li kien beda jsir?", "Jien qrajt id-dokument mill-bidu sa l-aħħar, u sa fejn naf jien, dan ma jissemma' mkien.", "Jekk hemm xi ħaġa li bżonn dan il-pajjiż għandu bżonn jagħmel immedjatament hija li jara kif se jieħu ħsieb l-ilma tax-xita, li bħalma għedt, 88% minnu qed jintilef.", "Sur President, fl-intervent tiegħek inti għedt li f'Ħaż-Żebbuġ qed isir xogħol ta' bdil ta' mains, imma t-trinek tħallew miftuħin u qed joħolqu bosta problemi lir-residenti.", "L-ewwelnett, jiena ngħid li l-kuntrattur m'għandux joħloq problemi lir-residenti, pero', mill-banda l-oħra, il-WSC ma tagħtix permess lill-kuntrattur li jagħlaq it-trinek qabel ma hi tkun ittestjat il-pipes.", "U jagħmel sens li jiġri hekk, għax jekk wara li jingħalqu t-trinek xi ħadd jinduna li l-pipes ma jkunux saru sew, ikollu jerġa' jinqala' kollox, pero', ovvjament, jekk f'Ħaż-Żebbuġ hemm xi residenti li ma jistgħux jagħmlu użu mill-garages tagħhom, il-kuntrattur għandu jara li din l-inkonvenjenza tieqaf immedjatament.", "Nagħlaq billi ngħid li fl-opinjoni tiegħi, huwa mportanti ħafna li lil dan is-suġġett nitrattawh b'iktar serjeta`.", "Fir-rigward tal-qasam ta' l-ilma, m'għandniex inħarsu biss lejn il-figuri finanzjarji bħala the end result, imma għandna nħarsu lejh bħala riżors ferm importanti għal pajjiżna.", "Għalhekk għandu jsir dak kollu meħtieġ biex kemm jista' jkun, l-ilma kollu li għandna f'pajjiżna jiġi utilizzat bl-iktar mod sostenibbli.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Hawn permess biex l- Onor. George Hyzler iqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Breakdown ta' enquiries li saru lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma matul is-sena 2000-2001.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, fil-ftit minuti li l-Ministru Bonnici għoġbu jallokali nixtieq nagħti ħarsa lura lejn dan il-qasam hekk importanti u vitali għal pajjiżna, u ċioe` il-qasam ta' l-ilma.", "Irrid nibda biex infakkar li fl-1987 il-WSC telqet minn pożizzjoni fejn il- pajjiż kien jipproduċi madwar 18-il miljun gallun ilma kuljum, ċifra li kulħadd jaf li ma kinetx biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda.", "Ilkoll kemm aħna niftakru l-kriżi akuta ta' nuqqas ta' ilma.", "Il-qtugħ tas-servizz ta' l-ilma kien saħansitra jkun ipprogrammat.", "Kienet issir time-table ta' f'liema rħula kien se jinqata' s-servizzi ta' l-ilma f'kull ġurnata, u l- poplu Malti u Għawdxi kien imxabba b'din il-problema.", "Sur President, konna wasalna fis-sitwazzjoni fejn kellna nibdew nimportaw l- ilma minn barra l-pajjiż, u niftakru kif konna ħallasna mijiet ta' eluf ta' liri għal dan l-ilma li mbagħad irriżulta li kien ikkontaminat.", "Kien għalhekk għaqli u f'waqtu l-pjan ta' gvern Nazzjonalista li sa mill-bidu nett ta' l-amministrazzjoni tiegħu beda jkabbar il-produzzjoni ta' l-ilma permezz tat-tkabbir tar-reverse osmosis plant ta' Tigne`, tal-bini ta' impjant ġdid fiċ-Ċirkewwa u tat-tkomplija ta' l-impjant ta' Pembroke.", "B'hekk , il-produzzjoni ta' l-ilma kienet ġiet irduppjata.", "Ta' min jgħid li dan kien investiment li sewa lill-poplu Malti miljuni ta' liri, imma ta' l-inqas il-problema tan-nuqqas ta' ilma kienet ġiet eliminata darba għal dejjem.", "Ovvjament, minbarra din il-problema kien hemm oħrajn, imma bil- għaqal u b'ċerta serjeta`, dawn bdew jiġu tackled waħda wara l-oħra.", "Irrid infakkar li l-gvern Nazzjonalista, wara li rdoppja l-produzzjoni ta' l-ilma, beda jirranġa s-sistema tad-distribuzzjoni, għax biex insiru nafu fejn hemm il-leakages, irid ikun hemm l-ilma jippressa fil-katusi.", "F'network mejjet, li fih ma jkunx hemm supply ta' l-ilma, ovvjament wieħed ma jkunx jista' jiddetermina fejn hemm il-leakages.", "Biex nidentifikaw fejn hemm leakages u biex eventwalment nagħmlu analiżi ta' l-unaccounted-for water, ridna bilfors nippressaw in-network bl-ilma.", "Sur President, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Charles Buhagiar għadu kif qal li f'pajjiżna tant hawn leakages, li qed nitilfu Lm11-il miljun worth of water fis-sena.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Buhagiar għamel kalkolazzjoni ħażina, għax it-total cost tal-WSC għall-produzzjoni ta' l-ilma huwa ta' Lm22 miljun, u għalhekk ma jistax ikun li l-leakages biss jiswew Lm11-il miljun.", "Fil-ftit ħin li għandi rridu infakkar ukoll li biex gvern Nazzjonalista rnexxielu jirranġa n-network tad-distribuzzjoni ta' l-ilma, kellu jagħmel proġett estensiv u jinvesti miljuni ta' liri.", "Niftakar li konna bdejna billi niżżilna l-main ġdid tan-naħa ta' Buġibba, għamilna main għan-naħa ta' Tas-Sliema u San Ġiljan u għamilna l-proġett kbir u ambizzjuż tal- Qrendi, billi ħriġna mains ġodda mill-ġibjun ta' dan il-lokal u fornejna bl- ilma lin-nofsinhar tal-pajjiż.", "F'dan il-proġett, konna biddilna terz tan- network tal-pajjiż.", "Niftakar li fil-Gudja, f'Ħal Safi, f'Ħal Għaxaq, f'Ħal Tarxien, fiż-Żejtun u f'Wied il-Għajn konna biddilna l-mains kollha u għamilna sistema li kienet kapaċi twassal l-ilma għand il-konsumatur, sistema li ovvjament irriżultat fit-tnaqqis sostanzjali tat-telf ta' l- ilma.", "Tabilħaqq, f'dawn l-aħħar snin il-WSC saret verament effiċjenti, għax filwaqt li sa l-1992/1993, id-daily supply ta' l-ilma kienet ta' madwar 33 miljun gallun, illum bi pjaċir ngħid li din iċ-ċifra, grazzi għall- investiment qawwi li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni, niżlet għal 22 miljun gallun.", "Minħabba d-difetti li kien hawn fil-pajjiż, mingħajr ma nidħol fil-mertu ta' min kien responsabbli għalihom, is-sistema tad- distribuzzjoni ma kinetx miżmuma kif suppost u l-leakages kienu kbar.", "Bis- saħħa ta' l-investiment li sar minn gvern Nazzjonalista, il-WSC irnexxielha tnaqqas il-produzzjoni ta' l-ilma, u għalhekk qed tiffranka miljuni kbar ta' liri u l-konsumatur xorta qed jiġi moqdi.", "Sur President, irrid infakkar ukoll li l-gvern Nazzjonalista kien qasam lil Malta f'seba' zoni, fejn f'kull zona kienet ġiet iċċekkjata n-night rate flow li rriżultat f'ċertu proġetti li kellhom isiru, bħal dak tal-bdil tal- meters.", "Il-meters li kienu jintużaw f'pajjiżna f'dak iż-żmien kienu tal- klassi B u C, li kienu insensittivi għall-flow baxxa ta' l-ilma.", "Għalhekk nidejna proġett fejn kważi bdilna l-meters kollha li kien hawn fil-pajjiż, u ntroduċejna meters iktar sensittivi.", "B'hekk allura, l-ammont ta' unaccounted-for water beda jonqos.", "Hawnhekk irrid ngħid li b'\"unaccounted- for water\" irrid infisser dak l-ilma li kien jasal għand il-konsumatur imma ma kienx jiġi reġistrat.", "Pero', minbarra l-bdil tal-mains u tan-network tas-south tal-pajjiż, l- ikbar biċċa xogħol li saret kienet dik tal-bdil tas-service connection mill- main tat-triq għall-meters fid-djar.", "Infakkar li sa dak iż-żmien, is- service connection kienet issir b'pipes galvanizzati, li fihom kien ikun hemm ħafna corrosion.", "Mit-testijiet li kienu saru kien irriżulta li 80% tal-leakages kienu jseħħu fis-service connections, u għalhekk nidejna proġett, li qam miljuni ta' liri, u biddilna l-connections kollha billi ssostitwejna l-pipes galvanizzati b'oħrajn tal-plastic.", "B'hekk irnexxielna nnaqqsu l-leakages li kien hemm.", "Barra minn hekk, għar-rigward tal-kwalita` ta' l-ilma rrid ngħid li peress li qabel, is-sistema kienet li l-ilma li jittella` mill-boreholes jgħaddi direttament fil-mains, u għalhekk, jekk kien jinqata` d-dawl jew tmur il- pompa, is-servizz ta' l-ilma kien jieqaf ukoll, għamilna proġett ieħor fejn il-maġġor parti ta' l-ilma li jittella` mill-boreholes beda jiġi stored fil- ġibjuni, hemmhekk jiġi blended ma' l-ilma prodott fir-reverse osmosis plants, u eventwalment jgħaddi għand il-konsumatur bi kwalita` iktar tajba.", "Illum bi pjaċir ninnota li l-WSC qed tikkonsidra l-introduzzjoni ta' polishing plants, biex il-ground water li jittella' minn ċerti areas, jiġi polished qabel ma jgħaddi għand il-konsumatur.", "Fil-ftit minuti li baqagħli nixtieq nispjega r-relazzjoni tal-qasam tal- biedja ma' l-ilma.", "L-Onor.", "Buhagiar għamel riferenza għall-boreholes li għandhom il-bdiewa, pero' jien irrid infakkar li kien fiż-żmien meta l- Onor. Buhagiar kien ministru li l-boreholes illegali ingħataw il-fakulta` li jiġu reġistrati.", "Il-gvern preċedenti Laburista kien ħareġ sistema ta' applikazzjonijiet li permezz tagħha, ladarba bniedem kien ħaffer borehole illegali, seta' jirreġistra billi jħallas Lm100.", "Irrid ngħid ukoll li mill-informazzjoni li ġbarna irriżulta li kuljum, speċjalment f'dawn l-aħħar snin meta l-ammont ta' xita naqas, il-bdiewa Maltin jippumpjaw minn taħt l-art madwar 8 miljun gallun ilma, li ovvjament isarrfu ħafna u ħafna għal pajjiżna, speċjalment peress li l-produzzjoni ta' l-ilma tiswina ħafna flus.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Buhagiar li issa, wara li ħafna prioritajiet ġew tackled u wara li l-kriżi ta' nuqqas ta' ilma ġiet solvuta, hemm bżonn li nagħtu spinta lil dak li jissejjaħ run-off water, ħalli b'hekk ikollna integrated management tas-cycle kollha ta' l-ilma.", "Iva, wasal iż-żmien fejn ir-run-off water, jiġifieri dak l-ilma tax-xita li naraw igelgel mat- toroq, jibda jinġabar u jiġi polished kif suppost ħalli jkun jista' jiġi użat fil-qasam agrikolu.", "Ma' dan irrid ngħid ukoll li kemm il-WSC kif ukoll id-dipartiment tal- biedja qegħdin f'kuntatt ma' l-FAO biex flimkien ifasslu skemi ta' kif l- ilma tal-pjan jista' jiġi użat u dwar kif l-ilma tad-drenaġġ għandu jiġi msaffi b'mod tajjeb tat li jilħaq l-istandards tas-sanita`, biex dan ukoll jiġu użat għal skop agrikolu.", "Rigward il-kwalita` ta' l-ilma rrid ngħid li anke hawnhekk, il-qasam tal- biedja qed jagħti s-sehem tiegħu.", "Per eżempju peress li f'ċerti areas hemm kwantita' ta' rziezet li s-sistema tad-drenaġġ tagħhom m'hijiex skond il- liġi, u għalhekk qed tikkontamina l-ilma tal-pjan, il-gvern f'din is-sena nieda programm fejn ir-raħħala jistgħu jingħataw self ta' Lm12,000, bl- interessi sussidjati, ħalli fl-irziezet tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu sistema ta' waste management fejn meta l-ħmieġ ta' l-annimali meta jitħallat bl-ilma, dan jiġi polished sa ċertu grad qabel ma jgħaddi mad- drenaġġ tas-sistema pubblika.", "Sur President, punt żgħir li ma rridx ninsa huwa l-fatt ta' kif il- korporazzjoni qiegħda taħdem biex tagħmel recovery ta' l-enerġija li taħli.", "Fl-1987, meta l-partit Nazzjonalista ħa f'idejh it-tmexxija tal-pajjiż, l- impjant ta' Għar Lapsi kien għandu żgħir, u minn kull 100 gallun li kien itella' mill-baħar, kien jutilizza biss madwar 33%.", "Grazzi għat-turbini li qed jintużaw f'parti mill-impjanti taċ-Ċirkewwa u ta' Pembroke, dan il- persentaġġ tela' għal madwar 42%, u barra minn hekk, qabel ma' r-reject ta' 58% jerġa' jintefa' fil-baħar, qed jgħaddi fuq turbini oħra, idawwar il- paletti u jipproduċi l-enerġija.", "B'hekk allura qed issir recovery ta' l- enerġija li tintuża f'dawn ir-reverse osmosis plants.", "Irrid ngħid li anke meta l-amministrazzjoni tal-WSC kienet f'idejn l-Onor.", "Buhagiar, fit-22 xahar li l-partit tiegħu dam fil-gvern, il-korporazzjoni ħadmet bis-sħiħ u ħadmet bil-għaqal.", "Jekk fl-1987 kien hemm 1,900 persuna jaħdmu fil-qasam ta' l-ilma, lejn l-1992 dawn kienu tnaqqsu u baqgħu jonqsu sal-lum.", "Il-WSC, li ġiet imwielda fl-1992, ħadmet bis-sħiħ, u fost affarijiet oħra żiedet il-produzzjoni u rranġat is-sistema tad- distribuzzjoni.", "Minkejja dan kollu, xorta għad baqa' xi jsir, u l-awgurju tiegħi hu li din il-korporazzjoni, bħalma rnexxielha timxi b'tant għaqal meta kienet immexxija mis-Sur Antoine Riolo, tkompli tirranġa l-operat tagħha ħalli ssir iktar effiċjenti.", "Sur President, nagħlaq billi minn qalbi nawgura kull suċċess lis-Sur Riolo fil-kariga ġdida tiegħu bħala chief executive officer fil-Malta Resources Authority.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, qabel xejn nixtieq inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tabella li tirrigwarda l-capital expenditure u li sfortunatament, bi żvista, ma ġietx inkluża fl-estimi, avolja diġa' ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fl-estimi tal-budget, f'paġni 254 u 255.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Projections dwar l-ispiża kapitali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas sena 2001-2002.", "Xtaqt nerġa' nfakkar li f'din is-sena, għall-ewwel darba f'ħafna snin, grazzi għad-diversi inizjattivi li semmejt fis-seduta ta' dalgħodu, irnexxielna nnaqqsu l-ispiża tal-WSC tant li din iffrankat lill-gvern Lm1,300,000 f'sussidju.", "Sfortunatament, ħafna mill-kelliema ta' l- oppożizzjoni njoraw dan ir-riżultat.", "Mhux talli hekk, talli kien hemm min qal li l-effiċjenza tal-korporazzjoni marret lura bi 12%.", "Jien ma nistax nifhem kif jista' jkun li minkejja li naqqasna s-sussidju li l-gvern jagħti lill-WSC b'Lm1,300,000, xorta niġu akkużati li din il- korporazzjoni qed tkun inqas effiċjenti u allura qed ikun iktar expensive biex wieħed jipproduċi l-ilma.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Louis Buhagiar fis-seduta ta' dalgħodu qal li issa, kull litru ilma qed iqum 43c minflok 37c.", "Wara li domt ħafna biex nipprova il-mod ta' kif l-Onor.", "Buhagiar kien qed jargumenta, irrealizzajt li dan il-kalkolu sar b'serje ta' żbalji u għalhekk huwa kompletament skorrett.", "L-ewwelnett, l-Onor.", "Buhagiar ma kienx qed jitkellem dwar din is-sena imma kien qed iqabbel l-1998/1999 ma' l-1999/2000.", "Li għamel huwa li ħa element tal-cost of production u ddivida bit-total amount of water produced.", "Jekk wieħed jaħseb mill-conceptual aspect, jibda jinduna li kif inaqqas it-telf ta' l-ilma, id-denominator se jonqos.", "Iktar ma l-WSC tkun effiċjenti, inqas se jinħela ilma, għax ikun hemm inqas leakages eċċ., u allura, skond din il-miżura, se jkun hemm iktar costs per unit.", "Pero' ma jagħmilx sens li wieħed iħares lejn il-figuri b'dan il-mod.", "Iċ-ċifri li ta l-Onor.", "Buhagiar huma skorretti fis-sens li għalkemm għall- 1998/1999, il-prezz ta' kull litru suppost huwa ta' 37c, kif qal hu, għall- 1999/2000, jekk wieħed jikkalkula kif għamel l-Onor.", "Membru, il-prezz suppost jiġi 41c, pero' jiena ngħid li ma nistgħux nikkalkolaw b'dan il- mod.", "Jekk irridu nieħdu miżura li tagħtina indikazzjoni, irridu nħarsu lejn il-built consumption, li fl-1999/2000 kienet ta' 16,490,000 cubic metres waqt li fis-sena ta' wara telgħet għal 18,000,000 cubic metres, jiġifieri filwaqt li t-total production naqset, l-amount built kien qed jiżdied.", "U din hija żieda fl-effiċjenza u mhux fl-ineffiċjenza!", "Bl-ebda mod ma nistgħu nikkonkludu li f'dawn is-sentejn partikolari, l-ineffiċjenza żdiedet bi 12%.", "Jekk nirraġunaw hekk inkunu qed immorru kontra kull loġika li wieħed jista' jaħseb biha.", "Fil-fatt, jiddependi imbagħad minn liema costs nużaw.", "Per eżempju jekk nieħdu l-operation costs, li jeskludu ċerti spejjeż oħra, għall-1999/2000, u niddividuhom bil-consumption, il-prezz ikun ta' 86c kull litru, u jekk nagħmlu l-istess għas-sena ta' wara, ir- riżultat ikun ta' 83c kull litru, proprju riżultat oppost li jagħmel sens maċ-ċifri finanzjarji li qed joħorġu.", "Għalhekk, l-appell tiegħi għall-membri ta' l-oppożizzjoni huwa to call a spade a spade.", "Jekk il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed topera b'mod iktar effiċjenti, għaliex għandna naraw kif insibu xi argument biex jipprova bil-kontra?", "Sur President, irrid ngħid li fit-12 ta' Novembru ta' din is-sena, il-partit Laburista ħareġ stqarrija bi kritika għall- performance tal-ministeru li mmexxi jien.", "Rigward il-WSC, din l-istqarrija kienet tgħid li m'hu qed isir xejn biex titjieb il-kwalita` ta' l-ilma waqt li l-effiċjenza u l-kooperazzjoni qegħdin dejjem jonqsu, avolja l-ispiża tal-produzzjoni għal din is-sena kienet ta' Lm1 miljun iktar minn dik tas- sena li għaddiet.", "Pero' dan assolutament m'huwiex minnu.", "Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn l-estimi jsib proprju il-maqlub ta' din l-istqarrija, għax fis-sena li għaddiet, l-ispiża tal-produzzjoni, kienet ta' Lm20.6 miljun waqt li issa niżlet għal Lm19.4 miljun.", "Jien ma narax għaliex m'għandniex nagħtu credit where it's due.", "Għaliex għandhom isiru dan it-tip ta' stqarrijiet, li jien ngħid li huma skorretti u misleading, meta huwa ovvju li qed isir ċertu progress?", "Saru bosta affarijiet li wasslu għal titjib fis-sitwazzjoni finanzjarja u għalhekk ma naħsibx li l-oppożizzjoni għandha tkun daqshekk negattiva.", "Sfortunatament, l-oppożizzjoni Laburista m'hijiex kapaċi tgħid li iva, verament qed isir progress, imma tehda billi tuża argumenti assolutament skorretti, bħal din l-istqarrija, li qed tgħid li l-costs żdiedu meta fir-realta` dawn naqsu b'iktar minn Lm1 miljun.", "Għalhekk, f'ġieh is-sewwa, ejjew inkunu realistiċi.", "Iċ-ċifra li semma' dalgħodu l-Onor.", "Buhagiar hija skorretta meta użata bħala miżura ta' ineffiċjenza, u l-Onor.", "Membru m'għandux għaliex jaqa' għal din il- konklużjoni, għax iċ-ċifri ppreżentati huma ċari biżżejjed.", "Sur President, jien s'issa għadni smajt raġuni waħda biss għaliex l- oppożizzjoni se tivvota kontra dawn l-estimi, ir-raġuni li skond hi, il-WSC m'għandhiex viżjoni u m'huwiex qed isir biżżejjed xogħol biex titjieb il- kwalita` ta' l-ilma.", "Jien ninsab imbellah kif l-oppożizzjoni għandha l- kuraġġ tgħid dan kollu meta taf li l-gvern se jinvesti madwar Lm300,000 fil- bini ta' impjant ġdid f'Għawdex biex isaffi aħjar l-ilma tal-pjan, proġett li se jiġi estiż ukoll għal Malta.", "This is a major departure.", "L-ebda gvern preċedenti ma għadda l-ilma tal-pjant mir-reverse osmosis plants, u għalhekk jien ma nippretendix li min-naħa ta' l-oppożizzjoni nisma' li l- WSC m'għamlet xejn biex ittejjeb il-kwalita` ta' l-ilma.", "M'għamlet xejn meta hemm ippjanat li jiġu ntrodotti polishing plants li se jsaffu l-ground water biex mhux biss itejjbuh fit-togħma imma anke jnaqqsulu l- kontaminazzjoni tal-melħ li tiġi kkawżata min-nuqqas ta' xita?", "Kif jista' jkun li quddiem dan kollu, l-oppożizzjoni tiġi hawn u takkużana li l-WSC m'għandhiex viżjoni?", "Qed nieħdu inizjattiva kompletament ġdida, li fl-aħħar 10 snin ħadd qatt ma ħolom biha, u ċioe` dik li nitrattaw il-ground water fir-reverse osmosis plants.", "Il-gvernijiet preċedenti kienu għamlu over-pumping tal-ground water li ħafna postijiet spiċċaw bi brackish water f'ħafna postijiet u għalhekk kellna nagħlqu ħafna pumping stations.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent kif ipoġġi d-diskors.", "Jien naħseb li la huwa fair u lanqas realistiku li niġu kkritikati b'dan it-tip ta' negattiviżmu.", "Hemm x'tikkritika, mela m'hemmx!", "Per eżempju jien nixtieq li f'Malta, il-livell ta' leakage control jinżel daqs dak ta' Għawdex, li huwa livell aċċettabbli internazzjonalment.", "Dan finalment se jfisser savings ta' madwar Lm1 miljun fis-sena, u għalhekk irid isir investiment kbir biex Malta tkun tista' tilħaq dan il-livell.", "Kif għedt fis-seduta ta' dalgħodu, il-focus qed isir fuq is-service connections, għax huwa kalkolat li hemmhekk għad hemm telf abnormali, minħabba li sa l-1995, dawn is-service connections kienu jsiru bil-pipes galvanizzati li kienu qed jikkawżaw ċerta kontaminazzjoni, u issa dawn qed jinbidlu ftit kull sena biex over a period of years inkunu nistgħu ntejjbu l-kwalita` ta' l-ilma li jasal għand il-konsumatur.", "Jien ma nistax nifhem kif wara li wieħed iħares lejn il-pjanijiet tal-WSC, fosthom l-introduzzjoni ta' polishing plant f'Għawdex biex l-ilma ma jibqax imur minn ġol-boreholes direttament għal ġod-djar, imma qabel jiġi msaffi, jiddeċiedi li jivvota kontra għax m'hu qed isir xejn biex titjieb il- kwalita' ta' l-ilma.", "Il-kwalita` hi ppjanata li titjieb, u jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla nkunu nistgħu ngħidu li mxejna pass ieħor 'il quddiem.", "Sur President, nixtieq nikkummenta wkoll dwar diversi punti li ssemmew.", "L- Onor. Louis Buhagiar staqsa xi pjan hemm għall-qasam tad-distribuzzjoni.", "X'jiġifieri fejn hu l-pjan?", "Mela ma semagħniex l-Onor.", "Buhagiar ngħidu li qed isir investiment biex insaħħu s-sistema ta' distribuzzjoni, ħalli tkun tippermetti blending aħjar.", "Dan hu wieħed mill-pjanijiet tal-WSC biex tkun f'pożizzjoni iktar flessibbli.", "Issemma' r-reservoir Ta' Xwieki, u dwar dan irrid ngħid li iva, meta jasal il-waqt, dan se jinbena, imma għalissa hemm affarijiet iktar importanti xi jsiru.", "Waħda minnhom hi li ntaffu l-problema billi nżidu l-flessibilita`, jiġifieri jkollna connections aħjar bejn ir-reservoirs, biex jekk ikun hemm xi ħsara jew nuqqas ta' dawl, inkunu nistgħu nissuplixxu in parti minn postijiet oħra.", "Eventwalment, iva, huwa ppjanat li jinbena r-reservoir Ta' Xwieki, pero', fil-constraints finanzjarji tal-korporazzjoni, bħalissa jkun aħjar li l-flus jintnefqu biex tittejjeb il-kwalita` u tiżdied il- flessibilita`.", "Irridu nimxu pass pass.", "L-ewwel li rridu nagħmlu hu li nsaħħu l- flessibilita` tas-sistema, imbagħad intejjbu l-kwalita` u wara nkomplu niżviluppaw iktar is-sistemi li għandna.", "Dan huwa l-pjan tal-WSC fiċ- ċirkostanzi tagħha tal-lum, fejn qed tipprova tagħmel mill-aħjar li tista' biex ikollha sistema iktar effiċjenti, b'inqas losses, sistema li tippermetti tnaqqis tas-sussidju, bħalma ġara din is-sena, fejn kellna riżultat impressjonanti li jien ngħid li għandu jiġi rikonoxxut minn kull naħa tal-Kamra.", "Dan huwa progress enormi, iktar u iktar meta niftakru li l- gvern preċedenti kien se jirdoppja u jittrippla l-kontijiet ta' l-ilma minħabba l-costs.", "Aħna m'għamilniex hekk, u fis-sena li ġejja, m'huwiex veru li l-kontijiet se jogħlew.", "Fil-fatt, li se jiġri s-sena d-dieħla hu li l-kontijiet se jiżdiedu b'60c għal kull persuna f'residenza ta' iktar minn 4 persuni.", "Dan qed isir biex inżommu in parallel mas-sistema li kien ippropona gvern Laburista, biex dejjem inżommu l-istess distakk, għax gvern Laburista kien ippjana li l-kontijiet jiżdiedu fuq tliet snin, u aħna tawwalna dan il-perjodu b'sena.", "F'din is-sena, bħalma għamilna fil-budget u fid-deficit tal-gvern, qed innaqqsu wkoll id-deficit tal-korporazzjoni billi nnaqqsu l-ħala ta' ilma mil-leakages u billi nikkontrollaw ċerti spejjeż oħra.", "Sur President, smajna wkoll diversi kummenti dwar il-queries li jkollhom il- konsumaturi, u dwar dan jien nappella biex wieħed joqgħod attent għal kif jinterpreta l-informazzjoni.", "Iva, huwa veru li matul din is-sena kien hemm 22,000 ilment dwar il-kontijiet, li minnhom, 3,000 ġew ikkoreġuti, pero' ma nistgħux ngħidu dan biss.", "Ma' dan irridu ngħidu wkoll li dawn l-ilmenti saru fuq erba' cycles ta' kontijiet, u l-maġġoranza ta' l-ilmenti kienu jirrigwardaw nuqqas ta' kjarezza fil-mod ta' kif inħadem il-kont.", "Għalhekk ma naħsibx li minn dan għandna nikkonkludu li l-kontijiet huma għoljin, għax m'huwiex il-każ.", "It-tariffi li għadda minn dan il-parlament il-gvern preċedenti kienu se jkunu madwar 70% iktar għoljin minn dawk li qed jintbagħtu llum.", "Taħt gvern Laburista, fl-1997/1998, f'cycle waħda ta' kontijiet kien hemm madwar 52,000 customer contact, jiġifieri l-membri ta' l-oppożizzjoni m'għandhm għalfejn joqogħdu jġebbdu l-fatti reali.", "Il-kontijiet illum huma bil-bosta inqas minn dawk li kien għamel gvern Laburista, u għalhekk ma nistgħux nippruvaw ngħawwġu dan il-fatt billi ngħidu li qed ikun hemm ħafna ilmenti għax il-kontijiet huma għoljin.", "L-ilmenti jistgħu jsiru fuq kwalunkwe ħaġa.", "Jien dejjem nesiġi mal-WSC biex tagħmel l-affarijiet bl- iktar mod ċar, ħalli wieħed jifimhom aħjar, pero' ovvjament xi problemi se jinqalgħu dejjem.", "Ikolli ngħid li ssorprendejt ruħi bit-ton tad-diskors li għamel l-Onor.", "Carmelo Borg.", "Nerġa' ngħid li aħna se nagħmlu xi ħadd li l-ebda gvern qatt ma ħaseb li jagħmel, u ċioe` l-polishing plant li se jinbena f'Għawdex biex l-ilma tal-pjan, qabel ma jgħaddi għand il-konsumatur, jiġi msaffi.", "Barra minn hekk hemm ukoll pjan biex tingħata informazzjoni lill-bdiewa ta' kif jistgħu jaħdmu aħjar, pero' l-problema tal-kontaminazzjoni ta' l-ilma mill- bdiewa trid tiġi ttrattata on two fronts, bl-edukazzjoni u bl-assistenza li se tingħata lill-bdiewa ħalli dawn jaħdmu b'mod iktar korrett, fis-sens li jiġu megħjuna biex ir-run-off mill-farms tagħhom ma jispiċċax fil-water table.", "Pero', in the meantime, se ninvestu Lm300,000 biex f'Għawdex nippruvaw nippurifikaw iktar l-ilma tal-pjan.", "Jien naħseb li dan huwa pass pożittiv.", "Fid-diskors li għamel, l-Onor.", "Carmelo Borg qabbel ir-reverse osmosis water mal-ħalib tal-bottijiet.", "Li rrid ngħid hu li fir-rapport li għandna quddiemna hemm spjegazzjoni ta' x'tip ta' testijiet xjentifiċi jsiru fuq l- ilma prodott fir-reverse osmosis plants, u għalhekk m'għandniex għalfejn nitkellmu b'mod allarmanti.", "Iva, huwa veru li n-nofs ta' l-ilma li nipproduċu qed jiġi mir-reverse osmosis plants, pero' ma nistgħux nagħmlu mod ieħor, u għaldaqstant qed nużaw metodi xjentifiċi biex l-ilma jiġi prodott bl-iktar mod safi u kemm jista' jkun, free of chemicals.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid ukoll li l-WSC qed tagħmel diversi improvements fid-distribuzzjoni u fil-kwalita` ta' l-ilma.", "U r-riżultati huma pożittivi, anke dawk finanzjarjim għax qed jirnexxielna nnaqqsu l- ispiża tal-produzzjoni.", "Ovvjament, fil-futur jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-ispiża jkollha tikber, speċjalment minħabba investimenti kapitali, pero', fil-preżent, il-WSC qed tekonomizza aħjar l- użu tar-riżorsi tagħha, inklużi r-riżorsi umani, filwaqt li tuża aħjar it- teknoloġija aħjar biex tnaqqas it-telf mil-leakages.", "Barra minn hekk, il- WSC qed tipprova ttejjeb il-billing system, biex tkun iktar effiċjenti u preċiża.", "Fi ftit kliem, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tinvesti fl-apparat, fit-teknoloġija, fir-riżorsi umani u qed tagħmel dak kollu possibbli biex f'pajjiżna jkollna sistema ta' servizz ta' l-ilma li tkun l-għira ta' pajjiżi barranin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-mozzjoni.", "Il- mistoqsija hi l-mozzjoni biex il-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għas-sena 2001/2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fid-9:00p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni biex il-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma għas-sena 2001/2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "323", "FAVUR : 31", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis | |", "KONTRA : 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002 skond l-Att XXIII ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma, ġew approvati.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 27 ta' Novembru 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2001 - 2002.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "Dan id-dibattitu jinfirex fuq żewġ seduti ta' filgħodu u ta' filgħaxija, il- ħin jinqasam indaqs u l-vot jittieħed fl-għeluq tas-seduta ta' filgħaxija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jien ħassejt li għandi nitkellem fuq suġġett li forsi llum ftit qegħdin nindunaw li għada pitgħada se joħloq diskussjoni.", "Din il-problema soċjali diġa' teżisti f'dan il-pajjiż pero' forsi ftit ħafna minna f'din il-Kamra qegħdin imissu r-realta` tagħha.", "Mr. Speaker, bosta gvernijiet f'pajjiżna ħadmu biex solvew ħafna problemi soċjali.", "Illum niftaħru li f'pajjiżna għamilna l-progress pero` ftit qegħdin nindunaw li b'dan il-progress qegħdin noħolqu tip ta' faqar ġdid.", "Irrid nitkellem dwar problema li jħabbtu wiċċhom magħha familji bi dħul baxx li qegħdin isibuha diffiċli li jkunu jistgħu jixtru computer.", "Ili ħafna niltaqa' ma' nies li jgħiduli li t-tfal tagħhom qegħdin jibqgħu lura għax ma jkunux jistgħu jixtrulhom il-computer.", "Sakemm il-familja tkun magħquda u r-raġel ikun jaħdem din ma tkunx problema għax anke l-banek iselfu l-flus biex jinxtraw dawn il-computers, pero` nista' ngħid li fil- ħidma tiegħi, l-iktar fil-ħidma tal-volontarjat li tant nagħmel bil-qalb, qed niltaqa' ma' familji, l-iktar familji li ż-żwieġ tagħhom ma jkunx irnexxa jew familji li xi ħadd mill-ġenituri tagħhom huwa marid u għaldaqstant id-dħul tagħhom ikun jiddependi mis-sigurta` soċjali li qed jilmentaw minn din it-tip ta' problema.", "Min jaħseb li aħna qegħdin hawn biex insaħħnu l-bankijiet jew biex nistgħanew naħseb ikun żbaljat.", "Fit-tliet snin li ili f'dan il-parlament nistqarr li qatt m'għaddieli minn moħħi li nkun deputat ta' dan it-tip.", "Jiena dejjem niftakar fl-għeruq tiegħi, u kburi li qiegħed fil-Partit Laburista għax in-nies tagħna fil-parti l-kbira ħerġin minn dawn l-għeruq.", "U huwa minħabba f'hekk li jien ħassejt li għandi nibda nimbotta minn dan il-parlament - u din il-ħaġa se nibqa' nwassalha wkoll fl-għeruq tal- partit - biex naraw kif nagħmlu biex ikun aktar faċli biex familji ta' dan it-tip ikollhom computer.", "Dan qed ngħidu għax fl-uffiċini tiegħi spiss jiġu nies u tfal b'dan l-ilment minħabba li għandhom dħul baxx.", "Il-Partit Laburista fis-snin 70 ħoloq il-benefiċċji soċjali f'dawk li huma flus pero' jiena naħseb li llum wasal iż-żmien li naraw kif anke f'dawk li huma computers ikun hemm xi tip ta' għajnuna.", "Dan huwa importanti għax wara kollox it-tfal minn familji bi dħul baxx ukoll għandhom il-moħħ.", "Dawn minħabba l-mezzi finanzjarji ma jistax ikollhom computer fid-dar tagħhom u minkejja li huma kapaċi xorta waħda qed jibqgħu lura.", "Mhux l-ewwel darba li familji tal-ħaddiema sabu bibien magħluqa f'wiċċhom għax id-dħul tagħhom ma jikkwalifikax biex il-bank jislifhom biex ikunu jistgħu jixtru computer.", "F'dan il-każ se nibqgħu b'idejna marbuta u ma nagħmlu xejn( Se nibqgħu ngħidu li l-gvern, ikun min ikun, u l-banek ma jistgħux jgħinu( F'pajjiżna gvern u oppożizzjoni għandna naħdmu flimkien billi niddiskutu proposti li jkunu pożittivi u possibilment nattwawhom.", "Jiena ċert li n-nies li jsegwuna, ikun x'ikun it-twemmin tagħhom, jieħdu pjaċir meta f'dan il-parlament noħorġu bi proposti pożittivi rigward problemi soċjali.", "Min jaħseb li l-faqar f'pajjiżna spiċċa għax iddaħħlu l- benefiċċji soċjali jkun żbaljat.", "Il-faqar mhux spiċċa f'pajjiżna imma nbidel.", "Jiena nħoss li tifel jew tifla li Alla tahom moħħ biex ikunu jistgħu jitgħallmu m'għandhomx ikunu kostretti jieqfu mill-istudji tagħhom sempliċement għax il-mezzi finanzjarji ma jippermettux.", "Fl-iskola jkollhom il-computer pero' dawn qed jintefgħu lura minħabba l-fatt li meta jmorru d- dar ma jkunux jistgħu jagħmlu riċerki kif jagħmlu tfal oħra minn familji bi dħul tajjeb li affordjaw jixtru computer u jkolhom aċċess għall-internet.", "Mr. Speaker, din hija problema serja f'pajjiżna u jien inħoss li ma nistax nibqa' b'idejja marbuta quddiemha.", "Wara kollox min ikun qed ibati f'dawk li huma problemi soċjali ma jridx jisma' l-kelma \"jaħasra\" imma jrid azzjoni u li tgħidlu lest li ngħinek.", "Mr. Speaker, fil-ftit ħin li fadal nixtieq noħroġ bi proposta biex il-banek jikkonsidraw iktar rati baxxi fuq self għal familji bi dħul baxx li t-tfal tagħhom b'mod ġenwin ikunu jridu jitgħallmu l-computer.", "Illum il-computer huwa biċċa għodda mportanti daqskemm kienu fl-imgħoddi l-ktieb u l-lapes.", "Daqshekk huwa bżonnjuż il-computer, u allura filwaqt li nirringrazzja l- banek għal-inizjattivi li ħadu f'dak li hu self għal computers pero` rridu naħsbu li dan il-pajjiż m'għandekx biss nies li għandhom dħul tajjeb.", "Huwa tajjeb li l-banek ikollhom ħafna qligħ pero' tajjeb ukoll li min hu b'saħħtu jaħseb f'min hu iżgħar minnu.", "Irrid ngħid ukoll li jekk dawn l- affarijiet m'aħniex se nikkunsidrawhom wisq nibża' li l-għajta li dejjem għajjatna f'dan il-parlament ta' ġustizzja soċjali tkun qed issir biss biex nirbħu l-poter.", "Dan qed ngħidu għax għalkemm l-ewwel appell li għamilt kien għall-banek pero` nemmen ukoll li l-gvern jista' jagħmel xi ħaġa f'dan ir- rigward.", "Aħna nafu li l-iskejjel huma fornuti b'tant computers u naħseb li wasal iż-żmien li l-iskejjel tal-gvern jinfetħu filgħaxijiet biex it-tfal tal-ħaddiema jew li ġejjin minn familji bi dħul ikollhom l-aċċess għall- computers u b'dan il-mod ma jaqgħux lura.", "Illum f'dan l-aġġornament għamilt proposta li żgur min għandu għal qalbu l- klassi tal-ħaddiema, l-familji bi dħul baxx u kulmin għandu għal qalbu l- ġid tat-tfal u taż-żgħażagħ jaf li hija proposta pożittiva ħafna.", "Dawn huma affarijiet li llum għadhom fil-bidu pero' għada żgur li se nsibuhom ma' wiċċna.", "Illum diġa` nafu li min ma jafx computer qed isibha ħafna diffiċli biex isib xogħol.", "Allura issa se noħolqu preċedent f'pajjiżna li min hu tajjeb finanzjarjament jista' jkompli u min m'huwiex tajjeb finanzjarjament ma jistax ikompli u se jibqa' lura( Il-Partit Laburista ħadem biex fetaħ il-bibien ta' l-edukazzjoni għal kulħadd, għamel l-edukazzjoni obbligatorja sa 16-il sena, kien il-Parti Laburista li fetaħ il-bibien ta' l-Universita` għat-tfal tal-ħaddiema setgħu jidħlu fl- Universita` u issa wasalna biex nibdew naħsbu f'dan is-sens ukoll.", "Jiena qed ngħid dan kollu mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni pero' nemmen li ladarba hija proposta pożittiva għandha tinħoloq diskussjoni.", "Forsi ħafna jaħsbu li f'dan il-Parlament aħna dejjem inkunu partiġġjani pero' ta' min igħid li kien hemm waqtiet fejn il-kritika tkun pożittiva u kostruttiva u fejn isiru proposti tajbin.", "Jiena naħseb li llum ma kontx partiġġjan fid- diskors tiegħi.", "Naħseb iktar kont difensur tal-klassi tal-ħaddiem u difensur ta' dawk li għandhom dħul baxx.", "Wara kollox din il-proposta ma vvintajthiex jien biex nimla' l-ħin imma xtaqu jagħmluha ħafna familji li għandhom tant problemi soċjali.", "Kultant f'pajjiżna niftaħru li qed nagħmlu ħafna toroq toroq ġodda pero` naħseb li wasal il-mument li f'pajjiżna nibdew niftaħru li nkunu verament qegħdin nidħlu għal dawk li huma problemi soċjali.", "Illum il-problema tad-droga m'għadhiex tissemma ħafna imma madankollu qiegħda hemmhekk.", "Ftit insemmu dwar il-faqar f'pajjiżna għax ngħidu li l-gvern jagħti l-benefiċċji soċjali, imma l-faqar għadu jeżisti f'pajjiżna.", "Illum jiena semmejt tip ta' faqar ġdid f'pajjiżna fejn tfal tal-ħaddiema ma jistax ikollhom computers tagħhom.", "Nittama li proposti bħal dawn ma nkunx jien biss li nitkellem fuqhom, imma jkun hemm oħrajn mhux biss min-naħa ta' l-Oppożizzjoni iżda anke min-naħa tal-gvern u min-naħa tal-Knisja li wkoll għandha sehem importanti fl-edukazzjoni ta' pajjiżna.", "Nagħlaq billi ngħid li nittama li din il-problema soċjali ġdida li għandna f'pajjiżna ma tibqax moħbija taħt it-tapit.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Speaker, kuntrarjament għall-intervent li għamel sieħbi l-Onor.", "Silvio Parnis, l-aġġornament tiegħi huwa wieħed politiku ħafna għax għażilt li nitkellem fuq kwestjoni li naħseb hija waħda mill- iktar kwestjonijiet li hawn nuqqas ta' ftehim fuqha.", "Qed nirreferi għas- sitwazzjoni li hija relatata ma' l-applikazzjoni li għandu l-gvern preżenti biex isieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Xtaqt nibda dan l-aġġornament tiegħi billi ngħid mill-ewwel li l- oppożizzjoni qiegħda tagħmel kritika u titkellem bil-qawwa kontra l-mod ta' kif il-gvern preżenti qiegħed imexxi n-negozjati ta' pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena m'inix qed ngħid li qed jagħmel ħażin għax għandu din il- politika, imma nixtieq nikkritika l-mod ta' kif qed iġib ruħu f'dawk li hu qed isejjaħ negozjati.", "Dan m'aħniex qegħdin ngħiduh aħna biss mill- oppożizzjoni, imma teżisti kritika anke internament fl-istess Partit Nazzjonalista u anke minn membri influenti fl-istess gvern li l-mod ta' kif qed jagħmel in-negozjati iħalli ħafna x'wieħed jixtieq.", "It leaves a lot to be desired kien wieħed mill-kummenti li smajt jiena minn persuna influenti tal-Partit Nazzjonalista.", "Din ma taqbel xejn mal-mod ta' kif il-gvern qed jinnegozja.", "Dan mhux qed ngħidu għax l-għeneb huwa qares.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-gvern Nazzjonalista ġab lilu nnifsu f'sitwazzjoni li ma jistax jinnegozja, għax minn qabel ma beda jinnegozja ta x'jifhem li l-politika tiegħu ta' sħubija sħiħa hija indispensabbli, hija commitment totali mas- setturi ta' politika kollha right across the board.", "Ta' x'wieħed jifhem li m'huwiex possibbli li wieħed ikollu alternattiva għal din il-politika, u jiena għalhekk qed ngħid li ma jistax ikun f'pożizzjoni li tassew jinnegozja.", "Meta aħna ngħidu li nixtiequ nkunu nafu x'inhu jagħmel il-gvern fin- negozjati, dan ngħiduh b'mod responsabbli u għar-raġuni li ma rridux nagħmlu filibustering.", "Aħna ma rridux li ntelfu jew nagħmlu azzjonijiet li jagħmlu ħsara lin-negozjati imma rridu naraw li jkun hemm diskussjoni politika pubblika nazzjonali wiesgħa biex inkunu nistgħu naraw x'jaqbillu individwalment kull settur u x'jaqbel verament għal pajjiżna.", "Il-kelliema tan-naħa tal-gvern dejjem jgħidulna li aħna messna pparteċipajna fil-MEUSEC li huwa kumitat konġunt u li fih hemm diversi rappreżentanti fosthom tal- korpi kostitwiti u anke tal-gvern.", "Bir-rispett kollu din il-ħaġa ma tikonvinċinix għax il-MEUSAC m'huwiex il-forum fejn għandu jkun hemm diskussjoni pubblika.", "Il-MEUSAC huwa l-forum fejn għandhom jiġu mfasslin il- pjan ta' ħidma tal-gvern pero` d-diskussjoni għandha ssir f'livell politiku wiesa' aktar minn hekk.", "Ħaġa li nħoss li hija nieqsa fid-diskussjoni pubblika hija l-fatt li hawn Malta m'aħniex nikkomparaw il-pożizzjonijiet li qegħdin nieħdu bħala pajjiż fir-relazzjoni li għandna ma' l-Unjoni Ewropea ma' dik ta' pajjiżi oħrajn.", "Ma ninsewx li Malta m'hijiex l-uniku pajjiż li hija kandidat biex issir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea u lanqas m'hija l-unika pajjiż fl-Ewropa li m'hijiex membru fl-Unjoni Ewropea.", "Jiddispjaċini ngħid li din it-tip ta' diskussjoni m'hijiex jitqajjem la mill-gvern u kultant lanqas mill- oppożizzjoni, u f'dan l-aġġornament nixtieq nappella anke lin-naħa tagħna, biex inkunu f'pożizzjoni li b'mod analitiku nikkomparaw il-pożizzjoni tagħna anke f'dik li hija relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea ma' dik ta' pajjiżi oħra.", "Per eżempju ħadd ma jsemmi r-relazzjoni li għandha l- Norveġja ma' l-Unjoni Ewropea li m'hijiex membru ta' l-Unjoni Ewropea, ħadd ma jsemmi r-relazzjoni li għandha l-Islanda, li għandhom raġunijiet u merti differenti minn tagħna pero` hemm raġunijiet oħra li huma simili għal tagħna.", "Jiddispjaċini ngħid li barra li kienu tliet snin moħlija anke fuq livell ta' negozjati, dawn l-aħħar tliet snin kienu wkoll qegħdin jirriflettu nuqqas ta' eżerċizzju analitiku ta' dan it-tip rigward setturi differenti.", "Jekk wieħed jara per eżempju s-settur tat-turiżmu f'dawn l-aħħar tliet snin, għajr mill-ftit diskussjonijiet li saru fil-foreign affairs committee fejn kien hemm il-press ma smajniex iżjed.", "Rigward is-settur ta' l- edukazzjoni, għajr fuq il-programmi Leonardo u Socrates - li huma programmi tajbin u li m'hu veru xejn li huma limitati biss għal dawk li huma membri fl-Unjoni Ewropea - ma nisimgħux.", "Ma nisimgħux per eżempju fuq l- inizjattivi li qed jieħu l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'livell primarju jew fil-livell vokazzjonali.", "Fuq is-settur ta' l-ambjent ma nisimgħux fuq x'miżuri għandhom jittieħdu mill-iktar fis possibbli biex naraw li verament ikun hemm livell ta' ambjent li huwa diċenti.", "Mr. Speaker, illum stess kellna laqgħa tal-kumitat ta' l-affarijiet barranin u ddiskutejna l-kapitlu tat-trasport.", "Dan huwa kapitlu ieħor li ngħalaq reċentement taħt il-presidenza Belġjana, huwa importanti ħafna għal pajjiżna, huma importanti minħabba l-fatt li ġeografikament għandna bżonn kuntatt kontinwu pero` jiddispjaċini ngħid li anke waqt il-kumitat stess, l- oppożizzjoni għamlet diversi mistoqsijiet lill-gvern, pero' r-risposti baqgħu ma waslux.", "Aħna tlabna lill-gvern jispjega ċerti pożizzjonijiet bħal per eżempju dwar kif se jħaddem il-makkinarju amministrattiv fil-każ tal- VRT li nafu li se jkollha tieħu t-triq ta' full VRT test minħabba l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea, għamilna diversi mistoqsijiet fuq il-fees li bilfors irid jintroduċi l-gvern biex ikun hemm l-implimentazzjoni tad-diversi direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, għamilna mistoqsijiet fuq diversi spejjeż oħrajn li se jkollhom jagħmlu sidien ta' buses biex japplikaw speed devices, għamilna mistoqsijiet dwar road taxes u fuq il-bandiera marittima pero` sfortunatament il-gvern anke f'dan il-lat barra qed jonqos ħafna fil- mod u l-metodoloġija kif iġib ruħu fin-negozjati.", "Il-gvern qed jonqos ukoll għax mhux qed jagħti aċċess serju lill-pubbliku biex ikun jsita' jagħmel l- evalwazzjoni ta' kif qed iġib ruħu l-gvern fin-negozjati tiegħu ma' l- Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornanta għal għada t- Tlieta, 2 ta' Novembru 2001, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20011106_634d_par.doc", "date": "2001-11-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 634 It-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 633", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "634", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 542", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 542", "TQEGĦID TA' KARTI 546", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI VETERINARJI (IT-TIELET QARI)", "VETERINARY SERVICES BILL (THIRD READING) 546", "ABBOZZ TA'LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI (IT-TIENI QARI)", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL (SECOND READING) 547", "AĠĠORNAMENT 565", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI BIL-MIKTUB 569", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 633 li saret fis-6 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX - POSTIJIET VAKANTI", "29103.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il talba għandhom il-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess ministeru u dipartimenti?", "Liema huma dawk il- gradi li l-ministeru u d-diviżjoni qed jitolbu li jimtlew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Ninsab informata li b'risposta għal ċirkolari li permezz tagħha l-fergħat tad-dipartimenti tal- ministeru għal Għawdex jagħtu return kull tliet xhur tal-vakanzi li jkollhom, dawn fl-aħħar ta' Settembru 2001 għamlu talba għal dawn is- segwenti postijiet: Tliet clerks; tliet senior operatives; tliet operatives; technical officer; żewġ general hands jew charwomen; principal officer; u messenger.", "Qed isir eżerċizzju biex jiġi stabilit jekk dawn il-vakanzi jistgħux jiġu mimlija permezz ta' redeployment intern.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - POSTIJIET VAKANTI", "29104.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandhom il-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess ministeru u dipartimenti?", "Liema huma dawk il-gradi li l-ministeru u d-diviżjoni qegħdin jitolbu li jimtlew?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) (f'isem il-Ministru tal- Ġustizzja u Gvern Lokali): L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "INTERN - POSTIJIET VAKANTI", "29105.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandhom il-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess ministeru u dipartimenti?", "Liema huma dawk il- gradi li l-ministeru u d-diviżjoni qegħdin jitolbu li jimtlew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar impjegatx nies magħha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-domanda hija dwar postijiet vakanti u mhux jekk ġewx impjegati nies jew le!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien ċert li l-planning authority għamlet talba biex jimtlew postijiet vakanti u ma nafx kif dawn ma jidhrux fit-tabella li l- Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, id-domanda kif intavolata ma tkoprix dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "OPM - POSTIJIET VAKANTI", "29106.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba għandhom l-OPM u d- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess ministeru u dipartimenti?", "Liema huma dawk il- gradi li l-ministeru u d-diviżjoni qegħdin jitolbu li jimtlew?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li l-postijiet vakanti fl-uffiċċju tiegħi u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħi huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA - POSTIJIET VAKANTI", "29107.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandhom il-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess ministeru u dipartimenti?", "Liema huma dawk il- gradi li l-ministeru u d-diviżjoni qegħdin jitolbu li jimtlew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li m'hijiex il- prassi li d-diviżjoni tas-saħħa tirċievi talbiet formali biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess diviżjoni.", "Id-diviżjoni tas-saħħa dejjem ħadet passi minnufih sabiex il-postijiet vakanti jimtlew mill-aktar fis possibbli.", "Fil-fatt id-diviżjoni qed tieħu passi biex jimtlew il-postijiet vakanti kif imsemmija fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "POLITIKA SOĊJALI - POSTIJIET VAKANTI", "29108.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandhom il-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir- responsabbilita' tiegħu biex jimtlew postijiet vakanti fl-istess ministeru u dipartimenti?", "Liema huma dawk il-gradi li l-ministeru u d-diviżjoni qegħdin jitolbu li jimtlew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "MELLIEĦA – L-AĦRAX – ŻGUMBRAMENT", "29201.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga każ ta' żgumbrament ordnat mill-kummissarju ta' l-artijiet – dettalji ta' dan il- każ qed jintbagħtu separatament - dwar raba' fl-inħawi ta' l-Aħrax tal- Mellieħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, id- dipartiment ta' l-agrikoltura ilu li ssottometta l-pożizzjoni tiegħu dwar dan il-każ lill-kummissarju ta' l-artijiet minn April ta' l-1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sar stħarriġ biex f'ċirkostanzi bħal dawk li kellu jiffaċċja dan il-bidwi partikolari mill-Mellieħa, ma tkomplix tintilef aktar raba' li tkun ilha għal bosta snin tinħadem minn ġenerazzjoni għal oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ċertament li d-dipartiment ta' l-agrikoltura jagħmel dak kollu li huwa neċessarju meta jintalab minn qabel biex jagħti l-veduti tiegħi, ħalli jkun f'qagħda li jindika lid-dipartiment ta' l-artijiet jekk dik l-art għandhiex tibqa' tintuża għal skop agrikolu jew le.", "Kif għedt diġa' fir-risposta tiegħi, f'dan il-każ id-dipartiment ta' l-agrikoltura ilu li ssottometta l-pożizzjoni tiegħu lill-kummissarju ta' l-artijiet minn April 1999.", "Per eżempju, dan l-aħħar f'Ħal Far kien hemm area li ġiet immarkata biex tiġi żviluppata bħala art tajba biex minnha ssir barriera tal-qawwi.", "Aħna tajna l-veduti tagħna u għedna li dik art agrikola.", "Barra minn hekk inzerta li l-art tikkonsisti f'ġebla tal-franka li taqleb fuq il-qawwi.", "Naturalment il-lands qablu magħna li dik l-art ma kellhiex tittieħed għal dak l-iskop għax żgur li l-blat m'huwiex tajjeb, apparti li l-ħamrija ħamra li tkopri wiċċ l-art hija ideali biex fiha titkabbar patata tar-rebbiegħa.", "Nerġa' ngħid li sakemm il-ministeru ikun avżat minn qabel, ma nsibux diffikulta' biex nagħtu l-veduti tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-każ ta' dan l-istess bidwi li qegħdin insemmu, id-dipartiment ta' l-agrikoltura ipproteġieh mill-iżgumbrament li ġie mpost fuqu mid-dipartiment ta' l-artijiet, jew ta l-veduti tiegħu u daqshekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-dipartiment ta l-veduti tiegħu u għadda l- informazzjoni kollha li kellu lil-lands.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li f'Ħas-Saptan hemm art agrikola li min qed jaħdimha ġie informat mill-gvern li se jeħodhielu biex fiha jsir żvilupp fl- interess nazzjonali, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' żvilupp se jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, m'għandix informazzjoni dwar dan il-każ partikolari.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħaddili d-dettalji, inkun nista' bil-qalb kollha niċċekkjalu.", "PRODUZZJONI TAL-MAJJAL – ŻIEDA FIL-PREZZ", "29202.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bil-progress li sar dwar it-talba tal- produtturi tal-majjal sabiex jingħataw żieda fil-prezz?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li t-talba għal żieda fil-prezz tal- majjal għadha qed tkun evalwata.", "PRODUZZJONI TAĊ-ĊANGA – PRICE UNDERCUTTING", "29203.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani għaliex matul dawn l-aħħar erba' xhur il- produtturi taċ-ċanga friska tħallsu bejn Lm60 u Lm65-il qantar flok Lm75 u Lm80-il-qantar għal-laħam taċ-ċanga, u Lm95 u 105-il qantar flok Lm115 u Lm110-il qantar għal-laħam ta' l-għoġol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru offra lill-KPH li jinqatlu l-baqar mill-istess koperattiva biex jinqata' xi abbuż.", "Fil-fatt il-qatla bħalissa hi kompleta u l-KPH ma kellhiex għalfejn tintervjeni għax il-produtturi qed jingħataw prezz raġonevoli u m'humiex jagħmlu undercutting.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: It-talba għal special supply measures fil-każ taċ- ċanga saret fil-kuntest ta' dak li nsibuh bħala integrated tariffs of the European communities, saret fil-kuntest ta' dak li nifhmu bih bħala tariff quotas li l-Unjoni Ewropea għandha rreġistrati mad-WTO jew ta' dak li aħna nsibuh bħala special safeguard provisions for agriculture produce li l- istess Unjoni Ewropea għandha mad-WTO, jew forsi saret għal xi raġunijiet oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, pajjiżna jipproduċi madwar 200 tunnellata laħam tal-ħaruf u tal-muntun fis-sena.", "Barra minn hekk nimportaw b'madwar 800 tunnellata oħra minn postijiet bħal New Zealand.", "Issa meta nlestu min- negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, din il-kwota tkun tista' tiżdied ma' dik ta' l-Ewropa.", "Jiġifieri jekk l-Ewropa timporta ammont ta' laħam tal-ħaruf jew taċ-ċanga minn third countries, jiġifieri minn pajjiżi barra l-block, il-kwota tagħna fin-negozjati tiġi miżjuda ma' dik ta' l-Ewropa.", "Issa aħna qed nitolbu special supply measures biex ningħataw il-fakulta' li nkomplu nixtru provvista ta' ċanga bi prezzijiet internazzjonali għal perjodu ta' snin.", "Irrid ngħid li dawn l-affarijiet għad iridu jiġu nnegozjati, pero' m'għandniex għalfejn noqogħdu ninfaxxaw rasna qabel naqsmuha!", "Jekk nieħdu Spanja u l-Portugal, per eżempju, dawn kienu talbu special supply measures fuq l-importazzjoni tal-qamiħirrun u ilhom mill-1986, jiġifieri minn meta daħlu fl-Unjoni Ewropea, jimportaw il-qamħirrun bi prezz internazzjonali.", "Minħabba ċerti raġunijiet – veru li dak iż-żmien kienu żvantaġġati u sa ċertu punt għadhom żvantaġġati – Spanja u l-Portugal għadhom qed jingħataw l-opportunita' li jkomplu jixtru din il-provvista ta' qamħirrun bi prezzijiet internazzjonali.", "Fil-fatt dawn iż-żewġ pajjiżi jimportaw b'madwar 2.5 million metric tons ta' qamħirrun fis-sena bi prezzijiet internazzjonali.", "Jekk nieħdu l-każ tagħna, li wkoll qed nitolbu special supply measures, aħna nimportaw madwar 50,000 tunnellata ta' qamħirrun fis-sena, jiġifieri 2% biss ta' dak li jimportaw Spanja u l-Portugal.", "Ladarba dawn iż-żewġ pajjiżi ma sabu l-ebda problema, allura bl-istess raġunar m'għandux ikun hemm problema lanqas għalina biex ningħataw il-fakulta' li jkollna dawn l- ispecial supply measures.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru qed isemmi l-qamħirrun u mhux jsemmi l-ebda supply measures fil-każ tal-laħam aħmar.", "Dan ifisser li ftit hemm ċans li jiġu approvati special supply measures fuq il-laħam aħmar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien qed insemmi l-qamħirrun biex nagħti idea ta' kemm pajjiżi oħra għandhom supply measures fuq ċerti prodotti u biex nagħti indikazzjoni li meta nagħmlu paragun tal-ħtieġa tagħna ta' qamħirrun ma' l- ammont li jimportaw Spanja u l-Portugal, insibu li dan huwa biss ta' 2%.", "Jiġifieri ladarba hemm pajjiżi oħra li jimportaw ammonti li huma ferm wisq akbar minn dak li nimportaw aħna bi prezz internazzjonali, ma jidhirlix li għandu jkun hemm xi diffikulta' biex pajjiżna jigħata l-opportunita' li jagħmel l-istess ħaġa fuq ammont ferm iżgħar.", "Fil-verita' aħna nimportaw b'madwar 6,000 tunnellata ċanga fis-sena u għandna ammont żgħir ta' produzzjoni ta' madwar 1,000 tunnellata fis-sena, u se ninnegozjaw biex ikollna special supply measures fuq l-ammont ta' ċanga li nimportaw.", "Issa meta aħna nimportaw b'madwar 6,000 tunnellata ċanga, ma nistgħux f'daqqa waħda ngħidu li għandna bżonn 10,000 tunnellata.", "L-ispecial supply measures għandhom rabta diretta mad-domanda, u fuq hekk se ninnegozjaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri bi sħubija sħiħa fl-Unjoni, Malta xorta waħda se tkun soġġetta għal kontrolli fuq l-importazzjoni ta' l-ikel, u allura m'huwiex veru li se nkunu nistgħu nimportaw minn fejn irridu.", "Dan ifisser li l-Unjoni Ewropea trid tgħidilna hi minn fejn nistgħu nimportaw u b'kemm?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, biex niġu on a level playing field ma' l- Ewropej, irridu nimxu mar-regoli tagħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "Nerġa' ngħid li jekk inti statistikament sena wara sena timporta 6,000 tunnellatla ċanga, iċ-ċans tiegħek ikun biss fuq dak l-ammont dikjarat.", "MR SPEAKER Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, f'isem il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 270 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 dwar prodotti ta' kostruzzjoni; u", "Avviż Legali Nru 271 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 dwar ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (eżenzjonijiet ġenerali).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar żidiet fit-tariffi minn dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tas-saħħa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29422.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI VETERINARJI", "VETERINARY SERVICES BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji.", "MR SPEAKER: Min jissekonda(", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jistabbilixxi u u jikkonsolida l-ħteġijiet fil-qasam veterinarju, prodotti u mediċinali veterinarji, ħteġijiet dwar l-għalf u żootekniċi u biex jirregola l-professjoni veterinarja\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem con u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA'LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL", "L-ordni għat-tieni qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Novembru, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, illum qegħdin nerġgħu niddibattu awtorita' jew entita' oħra, din id-darba l-kunsill nazzjonali għall- kultura.", "L-iskop ta' dan il-kunsill huwa biex wieħed jippromwovi l-arti u l-kultura f'dan il-pajjiż, jiġifieri għandu terms of reference pjuttost wiesa'.", "Qed ngħid li qed nergħu nitkellmu fuq awtorita' oħra għax din il- leġislatura ġiet inondata b'abbozzi ta' liġi simili fejn qed jiġu kkreati iktar enititajiet, kunsilli u awtoritajiet.", "Illum qed isir diffiċli għall- kelliema ta' din in-naħa li nerġgħu nitkellmu fuq dawn l-awtoritajiet mingħajr ma nirrepetu lilna nfusna, pero' minkejja dan l-oppożizzjoni trid tikkritika biex tiġġustifika l-vot tagħha.", "Aħna ta' l-oppożizzjoni kellna l-okkażjoni nenfasizzaw u nispjegaw għaliex aħna qegħdin nivvotaw kontra l-kreazzjoni ta' dawn l-awtoritajiet.", "Spjegajna li bħala partit u bħala oppożizzjoni nħossu li Malta bir-riżorsi limitati li għandha ma taffordjax li tikkrea dawn l-awtoritajiet kollha.", "Nemmnu - u naħseb iż-żmien għad irid jagħtina raġun - li dawn l- awtoritajiet kollha se jkunu ta' piż kbir finanzjajrju fuq il-pajjiż u appart minn hekk - u se nissostanzja dak li se ngħid - nemmnu li din it-tip ta' amministrazzjoni fiha nnifisha qed tkun waħda iktar burokratika.", "Ħafna drabi l-gvern juża l-argument li ċ-ċivil kultant ikun burokratiku żżejjed u li l-burokrzija jsarraf f'ineffiċjenza biex jiġġustifika l-kreazzjoni ta' dawn l-awtoritajiet.", "Jgħidu li ċ-ċivil huwa antikwat bil-mod kif jaħdem, għandu wisq regoli fuqu, hemm estacode, hemm il-public service commission, hemm l-overlapping u m'huwiex effiċjenti pero' mbagħad mill-banda l-oħra jispezzettaw l-istess ċivil billi joħolqu dawn l-awtoritajiet li fl- opinjoni tagħna, apparti l-ispejjeż kbar li se jinvolvu lill-pajjiż, se jdaħħlu ferm aktar burokrazija u ferm inqas effiċjenza.", "Il-ministeru li se jkollu l-aktar minn dawn l-awtoritajiet se jkun il-ministeru ta' l- edukazzjoni, u forsi xi ħadd jgħidilna kemm hawn bordijiet, awtoritajiet, entitajiet u kunsilli f'kull dekasteru.", "Nixtieq inkun naf ukoll min huma dawk li qed imexxu dawn il-bordijiet.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li l-kritika kollha li l-oppożizzjoni ilha tagħmel matul dawn l-aħħar xhur tat ċertu frott, għax għalkemm tan-naħa l- oħra jipprovaw jirredikolaw il-kritika tagħna, naħseb in all fairness ċerti aspetti tal-kritika tagħna qegħdin jiġu riflessi f'din il-liġi.", "Dawn l- aspetti se nagħmel aċċenn għalihom biex ħadd ma jaħseb li aħna nsemmgħu biss dak li hu ħażin.", "Dak li hemm tajjeb fl-abbozz se naċċenna għalih ukoll, pero' ħalli nibda biex nikkritika l-ħażin.", "Per eżempju, jekk wieħed jara klawsola 8 jsib li l-ministru jista' jikkrea entitajiet jew korporazzjonjiiet oħra b'persuni legali distinti biex jamministraw \"xi jew kull attiv jew intrapriża li hemm elenkati...\"", "Dan ifisser li apparti li se jkollna dan il-kunsill, il-ministru b'din qed jingħata poter li mingħajr ma niġu quddiem dan il-parlament jista' jikkrea bordijiet kemm irid.", "Jiġifieri mhux biżżejjed li qed nikkreaw dan il-kunsill bid-direttorat u bis-setup tiegħu imma l-ministru qed jingħata l-poter li b'legal notice jaqbad u jikkrea kemm irid entitajiet.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Membru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru qed jgħid li l-klawsola 8 tagħti poter lill-ministru li jistabilixxi korpi kemm irid.", "Dan huwa żbaljat għax dak huwa marbut mat-tieni skeda u mhux ma' l-ewwel skeda, kif qal.", "It-tieni skeda torbot żewġ entijiet, it-Teatru Manoel u Dar il- Mediterran.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Nieħu pjaċir li l-Ministru ċċarahieli u probabilment għandu raġun, pero' se naqraha kif qegħda l-liġi għax il-liġi m'hijiex ċara: \"The minister may by order establish bodies corporate having a distinct legal personality to administer and manage any or all of the assets or undertakings listed in the Second Schedule to this Act.\"", "Jista' jkun li l-verb li ntuża mhux ċar, u forsi fl-istadju ta' kumitat dan il-punt jiġi ċċarat iktar fid-dettal.", "Hawnhekk fil-plural qiegħda, cioe' \"bodies\" mhux \"body\".", "Kif inhi worded il-liġi, wieħed bilfors jieħu l- impressjoni li l-ministru għandu l-poter li jikkrea dawn l-entitajiet.", "Issa jiena persważ li l-ministru mhux se jappunta bodies b'kapriċċ, imma kif inhi worded il-liġi dan tfisser.", "Issa jew taqbel magħha din is-sistema ta' gvern jew ma taqbilx, u Alla jħares fil-pajjiż kulħadd għandu l-istess fehma jew kulħadd għandu l-istess opinjoni jew l-istess stil ta' kif se jmexxi l-pajjiż għax kieku ma jkollniex gvern u oppożizzjoni.", "U huwa tajjeb li f'dan il-parlament ikollna nies li jappartjenu għal partiti differenti b'ideoloġiji u ħsieb differenti.", "Mr. Speaker, jiena kuntent li f'Malta m'hawnx partit wieħed, kuntent li f'Malta l-partiti għandhom l-ideat tagħhom kif għandu jitmexxa dan il- pajjiż.", "Kulħadd jemmen fl-ideal tiegħu mbagħad il-poplu jiġġudika.", "Issa jiena u l-Partit Laburista nemmnu li f'pajjiż żgħir bħal tagħna ta' 400,000 ruħ u 450 kilometru kwadru, m'għandniex riżorsi biżżejjed biex nimlew dawn l-awtoritajiet għax wara kollox mhux se nnaqqsu ċ-ċivil.", "Ara kieku għedna li hemm 43,000 ruħ fiċ-ċivil imma 10,000 minnhom se nittrasferuhom lock, stock and barrel f'dawn l-entitajiet għax parti mix-xogħol taċ-ċivil se jagħmluh dawn l-entitajiet, jista' jagħmel sens.", "U jiena għalhekk qed ngħid li din il-liġi hija aħjar minn oħrajn għax f'liġijiet oħra m'hemmx provvedimenti simili.", "Kieku l-gvern Nazzjonalista qal li f'Malta hemm bżonn li ssir riorganizzazzjoni totali ta' kif inħarsu lejn l-amministrazzjoni ordinarja ta' dan il-pajjiż, billi nikkreaw sistema ta' gvern qisu shadow taċ-ċivil mingħajr ma nisparplajaw il-flus tal-poplu u mingħajr ma nagħmlu ri-ingaġġament totali ta' nies...(Interruzzjonijiet) Iva, għax aħna dejjem ngħidu li ċ-ċivil huwa over-burduned bl-impjegati.", "Apparti hekk, l-agħar ħaġa li għandu ċ-ċivil hi li m'hemmx organizzazzjoni tajba.", "Għandek ċerti dipartimenti u ċerti ministeri fejn in-nies jaħdmu daqs klieb, u fosthom nista' nsemmi l-ħaddiema tal-parlament – u jiena impressjonat kif tiġi fl-uffiċċju u ssib mill-kap l-isfel kulħadd jagħmel the best – imma mbagħad jekk tmur f'dipartimenti oħra ssib oħrajn bilqiegħda jħarsu lejn il-ħajt.", "Dan qed ngħidu mhux biex inkun inkejjuż imma hija l-verita'.", "Per eżempju l-qorti hemm sezzjoni ta' impjegati li jaħdmu qishom klieb u għandek oħrajn li m'għandhom x'jagħmlu assolutament xejn.", "Dan qed ngħidu għax meta nitkellmu fuq ri-organizzazzjoni rridu ngħidu li r-riżorsi umani qegħdin hemm, disponibbli, għax fiċ-ċivil għandek nies kapaċissimi, imma minħabba l-organizzazzjoni ħażina għandek ħafna ħin moħli u hemm min qiegħed jitkisser u hemm min ma jkollu x'jagħmel xejn.", "Biex nerġa' niġi għas-suġġett, irrid ngħid li hawn dan is-set-up monk li fuqu qed nisparpljaw ħafna flus.", "Veru li l-gvern qed jipprova jirranġah pero' aħna ma naqblux ma' l-approach li qed jieħu biex jagħmel dan.", "Aħna nemmnu li rridu nirristrutturaw iċ-ċivil billi nagħmluh iktar effiċjenti.", "Għandu jsir studju u mhux rapport kontra rapport .... u hawn m'għandhomx jieħdu għalihom in-Nazzjonalisti meta ngħidulhom li huma jiddilettaw iżejjed bir-rapporti.", "Forsi kultant jagħmlu hekk għax jibżgħu jieħdu deċiżjoni u allura qabel ma jaslu għal xi ħaġa jagħmlu rapport kontra rapport.", "Iridu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet biex isir ristrutturar taċ- ċivil u biex l-eluf kbar ta' nies li jaħdmu maċ-ċivil jiġu wżati aħjar.", "Hemm dipartimenti per eżempju, fejn għad hemm ħafna cleaners li jmorru għax-xogħol u joqogħdu jħarsu lejn il-ħajt għax hemm kuntrattati kumpanniji privati li jnaddfu.", "Mela għandek il-cleaners u minflok ma x-xogħol ta' cleaning jagħmluh il- cleaners jiġi kuntrattur li għandu organizzazzjoni ta' cleaners u l- cleaning isir minn din l-organizzazzjoni.", "Per eżempju fil-public works department għandek ħafna ħaddiema tajbin u ħafna drabi ċertu xogħol jistgħu jagħmluh huma imma mbagħad immorru nikkuntrattaw lil xi ħaddieħor biex jagħmel ix-xogħol kollu hu.", "M'inix qed ngħid li m'għandhomx isiru l- kuntratti.", "Illum qed ngħixu fis-sena 2001 u jiena wieħed milli nemmen li għandna nagħtu kuntratti u għandna ndaħħlu l-privat, pero' dan m'għandux isir fuq kollox.", "Ħafna ħaddiema qegħdin hemm għal xejn u mhux qed jiġu utilizzati.", "Fl-opinjoni tiegħi, fejn tista', uża li għandek.", "There is bad management all around u mhux biex nikkritika lill-Ministru Galea jew il-ministeru tiegħu.", "Hemm din il-problema li ma tistax timxi biha u din il-problema hija wkoll tort tal-kapijiet taċ-ċivil li huma burakoratiċi żżejjed.", "Jekk hemm dipartiment u għandu bżonn ċerti ħaddiema ejja nagħmluha iktar faċli li forsi jiġu skambjati.", "Hawn din il-problema kbira li rridu nsolvuha pero' aħna ma naqblux li din tissolva billi lock, stock and barrel nitfgħu x- xogħol taċ-ċivil f'dawn l-entitajiet għax fil-verita' nkunu qed nikkreaw ċivil ieħor.", "Bażikament qed nikkreaw ċivil ieħor.", "L-istess nies dawn!", "Allura għax huwa ngaġġat ma' kunsill jew ma' awtorita' allura se jkollu xi attributi speċjali li m'għandhomx nies oħra mpjegati maċ-ċivil?", "Billi l-kap ta' entita mhux se jkun id-direttur imma jista' jkun chairman jew chief executive officer allura se nbiddlu xi ħaġa?", "Mhux bl-istess nies qed nilagħbu?", "Aħna ma naqblux u m'aħniex konvinti li din hija the only way out.", "Mr. Speaker, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar it-tħaddim ta' dawn il- kumitati, bordijiet u awtoritajiet kollha.", "Hemm kumitati li għandhom tnax, ħamsa, seba' jew saħansitra ħmistax-il membru.", "Naturalment, wieħed irid jgħid ukoll li ħafna mid-direttorati se jkunu mimlijin bil-part-timers imbagħad se jkollok l-eżekuttiv taħt chief executive.", "Kollha għandhom l- istess format dawn il-kumitati.", "Għandek is-CEO li qisu se jkun il-kap ta' dipartiment.", "Barra minn hekk, għalkemm f'dan l-abbozz l-affarijiet saru iktar bil-għaqal, ta' min igħid li f'ħafna mil-liġijiet li jwaqqfu l- awtoritajiet jippermettu li jiġu ngaġġati n-nies minn barra.", "F'ħafna minn dawn il-liġijiet is-salarji ta' CEO jiġi deċiż mill-kunsill u m'humiex marbutin mas-salary scales tal-gvern.", "Mela biex nagħti eżempju jista' jkollok CEO li jkollu salarju darbtejn daqs permanent secretary, li hi l- ogħla kariga fiċ-ċivil.", "Issa dawn huma nies li jagħmlu l-istess xogħol, imma għax minflok qegħdin taħt iċ-ċivil qegħdin taħt kunsill jew awtorita' dawn se jkollhom salary scales differenti.", "B'dan il-mod se jikkreaw it- tensjonijiet.", "Jien naħseb li qabel ma l-gvern jingaġġa nies minn barra jrid jassigura li jekk hemm available fiċ-ċivil, jieħu taċ-ċivil.", "Mhux qed nitkellem għal dan il-kunsill biss, imma qed nitkellem b'mod ġenerali.", "Il-kritika tagħna hija l-istess, dejjem nispjegawha iktar.", "Jekk inti se tagħmel kunsill fi ħdan il-ministeru tal-kultura, huwa ovvju li ħafna mix-xogħol li kien jagħmel il-ministeru tal-kultura se jibda jagħmlu dan il-kunsill.", "Issa l- loġika tgħidlek li x-xogħol taċ-ċivil u tal-ministeru se jonqos drastikament, għaliex jekk inti tara t-terms of reference u l-funzjonijiet ta' dan il-kunsill issib lista ma tispiċċa qatt, u dan huwa kollu xogħol li kien jagħmel il-ministeru tal-kultura.", "Mr. Speaker, il-ministru f'din il-liġi se jibqa' jżomm ċerti poteri li jiena naqbel li jżomm.", "Per eżempju naqbel ma dak li hemm miktub fi klawsola 9 li:", "\"If the council fails to comply with any direction issued under this article, the prime minister may make an order transferring to the ministry in whole or in part any of the functions of the council.\"", "Naqbel ukoll li:", "\"The minister may from time to time give to the council such directives ...\"", "Naqbel magħhom, imma f'ħafna minn dawn il-liġijiet m'għamilnihomx dawn id- drittijiet tal-ministru.", "Dan mhux xi bord ġudizzjarju li jrid ikun awtonomu, din hija l-amministrazzjoni ordinarja ta' l-istat, jiġifieri huwa tajjeb li l-ministru f'din il-liġi żamm dan il-poter.", "Il-ministru huwa magħżul mill-prim ministru tiegħu li jmexxi dan id-dikasteru u għandu jkun kapaċi li jmexxih.", "Jiġifieri dawk il-klawsoli jien naqbel magħhom perfettament.", "Mr. Speaker, dan il-kunsill għandu numru kbir ta' funzjonijiet u minħabba f'hekk fl-opinjoni tiegħi n-nies li jmexxu d-dipartiment tal-kultura - ma nafx kemm hemm nies jaħdmu hemmhekk imma ta' min jgħid li fil-ministeri kollha qed jiġri hekk - se jispiċċaw qishom redundant.", "Dawn xogħolhom ħadu ħaddieħor u jien naħseb li dawn għandhom jiġu ttrasferiti f'dawn l- awtoritajiet flok nimpjegaw iktar nies.", "Qed ngħidu li hawn wisq nies mal- gvern u issa se jkollna iktar.", "U jekk se nimpjegaw dawn in-nies kollha ma' dawn l-awtoritajiet kollha, minflok se nnaqqsu l-ammont ta' nies maċ-ċivil - maċ-ċivil fis-sens li rridu nħallsuhom aħna mill-kaxxa ta' Malta – se nispiċċaw inżiduhom.", "Mela minn banda qed ngħidu li hemm ħafna piż fuq il- kaxxa ta' Malta għaliex hemm wisq nies fiċ-ċivil u mill-banda l-oħra se nżidu dan il-patafjun ta' mpjegati oħra ma' dawn l-entitajiet kollha.", "Dan it-tip ta' raġunament m'huwiex skond il-loġika u allura jien naħseb li f'dawn il-liġijiet kollha għandu jkun hemm klawsola biex jekk inhu possibbli, l-impjegati f'dawn l-awtoritajiet jiġi transferred lock, stock and barrel miċ-ċivil.", "Għax inkella x'se jagħmlu dawn in-nies taċ-ċivil jekk ix-xogħol tagħhom qed tagħmlu entita' oħra?", "Aħna dan li qed nikkritikaw, u mhux qed nikkritikaw biex inkunu frivoli.", "Din il-kritika m'hijiex xi kritika malizzjuża imma hija kritika li qed issir għax naħsbu li qed ikollna the wrong approach u qed ngħaġġlu wisq f'dak li jirrigwarda awtoritajiet.", "Mr. Speaker, qed ngħid dan kollu għax meta wieħed jara artiklu 12 dwar kif jiġu ngaġġati n-nies isib:", "\"Subject to the provisions of the Constitution and of any other enactment applicable thereto, and without prejudice to the other provisions of this Act, the appointment of officers and other employees of the council shall be made by the council.", "The terms and conditions of employment shall be established by the council with the concurrence of the minister.\"", "Issa barra minn hekk dawn mhux se jkunu taħt il-public service commission bħalma hu ċ-ċivil.", "Ta' min jgħid li kontra dak li hemm f'liġijiet oħra, almenu f'din il-liġi hemm detailing of public officers for duty with the council.", "Hawnhekk il-prim ministru jista', jekk il-kunsill jitolbu, jibagħat public officers biex jiġu ssekondati hemm.", "Dan ifisser li l- kritika kollha li għamlet l-oppożizzjoni ma kenitx għalxejn u naħseb li din il-liġi hija improvement fuq liġijiet oħra.", "Hemm ħafna sections li jgħidu, per eżempju, li l-public officers detailed for duty with the council se jżommu l-istatus tagħhom.", "Hemm ukoll li:", "\"The council may, with the approval of the prim minister, offer to any officer detailed for duty with the council under the provisions of article 4 of this Act, permanent employment...\"", "Jiġifieri mhux biss jissekondahom imma jista' jimpjegahom kompletament.", "Imbagħad hemm ukoll xi ħaġa tajba li ma ssibhiex f'ħafna liġijiet oħra ta' dan it-tip.", "Klawsola 16(6) tgħid:", "\"For the purposes of this article, post and salary grades with the council shall be classified in the most nearly corresponding grades and incremental levels in the service under the Government of Malta by reference to job description, skills, responsibilities and other analogous factors.\"", "Din hija klawsola li naqbel magħha.", "Hawnhekk qed jingħad li l-kunsill jista' jingaġġa minn barra, x'tip ta' xogħol se jagħtihom jarah il-kunsill u japprovah il-ministru, it-tip ta' salarji mhux qed jgħid li jaqgħu taħt is-salary scales tal-gvern, imma qed jgħid li almenu għandu jsir studju biex is-salary scales ta' dawn in-nies kemm jista' jkun jinħadmu fuq dawk taċ-ċivil.", "Min daħħal din il-klawsola ħaqqu prosit.", "Għalkemm xorta waħda per prinċipju ma naqblux ma' dan kollu, ta' min jgħid li hawnhekk għandna improvement fuq liġijiet oħrajn.", "F'liġijiet oħrajn litteralment il-gvern jista' jwaqqaf awtorita' u din tista' tingaġġa lil min trid, minn fejn trid, minn barra l-gvern u tagħmel li trid.", "Hawnhekk almenu hawn dan l- isforz li jkun hawn dan it-tip ta' streamlining li jien naturalment naraha ħaġa tajba.", "Issa hemm il-kwestjoni wkoll tal-finanzjament ta' dan il-kunsill.", "Filwaqt li l-infiq tal-ministeri jaqa' kompletament taħt l-iskrutinju ta' dan il- parlament, meta niġu biex nitkellmu dwar dawn l-awtoritajiet insibu li għalkemm hemm sforz li jsir ċertu kontroll għaliex għandek l-estimi li jiġu approvati mill-parlament, pero' ssib klawsola 'l hemm u 'l hawn li jillimitaw l-iskrutinju parlamentari fuqhom.", "Din hija sistema sistema ġdida ta' gvern għax is-sistema tradizzjonali ta' gvern hi li jkollok vot ta' l-appropriation u kontroll sħiħ fuq il-ministeri u d-dipartimenti.", "Il- fondi li jista' jkollu l-gvern huma stabiliti mill-Kostituzzjoni, pero' issa dawn it-tip ta' awtoritajiet kollha kemm huma qed ikollhom dritt li jikkreaw reserve funds.", "Hawnhekk ngħid mill-ewwel li jiena għandi d-dubju tiegħi kemm huma kostituzzjonalment ammessibbli dawn it-tip ta' funds.", "Kieku saret mill-ministeri żgur li din il-ħaġa ma tkunx aċċettata.", "Issa ta' min igħid ukoll li dawn il-funds m'humiex se jkunu parti mill-estimi li se jiġu dibattuti quddiem dan il-parlament.", "Dan ifisser li l-entitajiet u ministru fuqhom ikunu jistgħu - mhux qed ngħid li jisparpaljahom jew idaħħalhom fil-but - jutilizzaw dawn ir-risorżi mingħajr l-iskrutinju tal- parlament.", "Din hija ħaġa ħażina għaliex l-idea hija li jkollok budget u li jkollok sistema ta' checks and balances.", "Din il-ħaġa wkoll fiha x'tikkritika u hija wkoll part and parcel tal-pakkett il-ġdid ta' li qed jintroduċi fil-pajjiż il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Hemm ukoll klawsola 18 li tgħid li l-ministru tal-finanzi jista' wkoll:", "\" ....", "Make advances to the council of such sums as he may agree to be required by the council for carrying out of any of its functions under this Act, and may make such advances on such terms and conditions as he may, after consultation as aforesaid, deem appropriate.", "Any such advance may be made by the minister responsible for finance out of the Consolidated Fund, and without further or appropriation other than this Act, by warrant under his hand authorising the accountant general to make such advance.\"", "Mela l-finanzi jistgħu joħorġu wkoll mill-fond konsolidat mhux kif is-soltu jsir meta qed nitkellmu għal dak li jikkonċerna l-ministeri.", "B'dan il-mod dejjem jonqos l-iskrutinju ta' dan il-parlament.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li fi klawsola 22 nsibu li:", "\" .....", "The council shall, by the end of May of each year, submit to the minister, a business plan for the following three financial years together with an estimated capital and recurrent expenditure and income for the following year.", "Except for funds generated by the council itself or received from non-state sources, the council sħall remain within the parameters....\"", "Dan ifisser li din l-entita' se nagħtuha dritt li tagħmel fees biex tiġġenera flus mingħand iċ-ċittadini għas-servizzi li tagħti.", "Din hija entita' pubblika, hija fl-opinjoni tiegħi kelma oħra flok \"ministeru\", għandha dritt tiġġenera flus hi, pero' l-flus li tiġġenera ma jaqgħux taħt l-iskrutinju tal-parlament bħal fil-każ tal-ministeri.", "Il-liġi lanqas tgħidlek li dan jidħol f'reserve fund, jiġifieri dan jibqa' hemm bħala kapital u l-ministru, iċ-chief executive officer, il-president jew chairman tal-kunsill bejniethom dawn il-flus jużawhom kif iridu, meta jridu, għalxiex iridu, kemm iridu bil-manjiera li jridu mingħajr l-iskrutinju ta' dan il-parlament.", "Dan huwa dak li nsejjaħlu the new civil service.", "Aktar ma nikkreaw minn dawn l-awtoritajiet iktar qed innaqqsu l-funzjoni taċ-ċivil.", "B'dan il-mod dawn l-entitajiet se jkollhom rwol iktar importanti miċ-ċivil pero' minkejja dan il-flus li jdaħħlu dawn l-entitajiet mhux se jkunu taħt l-iskrutinju ta' dan il-parlament.", "Dan hu ħażin, għax kif tgħallimni s- Sedja, aħna qegħdin hawn bil-għan ewlieni li niskrutinizzaw il-flus pubbliċi u n-nefqa pubblika.", "U huwa ħażin li dan il-poter jonqsilna minħabba din is-sistema ta' gvern ġdid.", "Din hija l-kritika ta' l- oppożizzjoni.", "Irridu noqogħdu attenti u meta nagħmlu l-affarijiet ma rridux ninsew li dan il-parlament huwa sovran fil-limitu tiegħu.", "Mr. Speaker, it-treġija ta' l-Istat u l-mod kif jiffunzjona ċ-ċivil huwa dirett mill- Kostituzzjoni ta' pajjiżna u l-artikli tal-Kostituzzjoni m'humiex qegħdin hemm akkademikament kif inhuma l-istrutturi tal-gvern imma huma magħmulin bi ħsieb.", "Dawn ġew imposti fuqna mill-gvern Ingliż biex jassigura li jkollna demokrazija vera f'dan il-pajjiż.", "L-idea hi li l-infiq pubbliku jiġi kkontrollat u min imexxi jirribattu l-kritika li ssirlu.", "Dik hija s-sistema tal-gvern tagħna.", "Hemm pajjiżi li ma jagħmlux hekk.", "Saħansitra hemm ċerti pajjiżi fejn il-ministri lanqas huma membri parlamentari, jiġifieri għandek sistemi differenti ta' gvern, pero' li rrid ngħid hu li f'pajjiżna qed isiru kambjamenti li forsi mhux qed nindunaw bihom u li permezz tagħhom qed inbiddlu l-approach tagħna ta' kif immexxu dan il-pajjiż.", "Dawn huma kambjamenti fundamentali u radikali u meta nitkellmu dwarhom m'għandniex niġu kkritikati li aħna rridu mmexxu l-arloġġ lura għas-sittinijiet, għas-sebgħinijiet u għat-tmeninijiet meta l-ministru kien paternalistiku u jikkmanda kollox hu.", "Dan ukoll huwa ħażin, imma mbagħad ma jfissirx li għandna mmorru fl-estrem l-ieħor u nbiddlu s-sistema tal-gvern kompletament mill-għeruq.", "U dan qed ngħidu għax jidher li din it- trend se nibqgħu mexjin biha.", "Mr. Speaker, nagħlaq billi ngħid li għandna bżonn nieqfu u nirriflettu ftit mhux biss fuq il-klawsoli li għandna quddiemna jew fuq l-aspetti tekniċi tal-liġi imma għandna nirriflettu bis-serjeta' jekk b'din it-tip ta' leġislazzjoni aħniex qed immorru oltre mill-prudenza li l-liġi suprema tal- pajjiż timponi fuqna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, għandna liġi li tistabilixxi t-twaqqif ta' kunsill nazzjonali għall-kultura u l- arti, kunsill li se jieħu l-funzjonijiet li bħalissa huma vestiti fid- dipartiment tal-kultura.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kien gvern nazzjonalista li waqqaf id-dipartiment tal-kultura fl-1987.", "Dan ma jfissirx li l-kultura qatt ma kient teżisti.", "Il-kultura dejjem kient taqa' taħt l- edukazzjoni pero' kien dak ż-żmien fl-1987 li l-pajjiż ħass li kien hawn bżonn li titwaqqaf struttura li tieħu ħsieb l-attivitajiet.", "Ta' min igħid li dak iż-żmien ma kienx moda t-twaqqif ta' aġenziji.", "Lanqas il-kelma privatizzazzjoni ma kienet għadha daħlet fil-vokabularju politiku Malti, għalkemm naħseb li kien f'dak iż-żmien li l-privatizzazzjoni kienet bdiet dieħla moda f'pajjiżi oħrajn.", "Kien il-ministru ta' dak iż-żmien, Dr Ugo Mifsud Bonnici, li kien ta spinta lil dawn l-attivitajiet li kienu qed ikunu organizzati mill-ministeru ta' l- edukazzjoni.", "Dak iż-żmien kien jidher li l-poplu kien jixtieqhom dawn l- attivitajiet.", "Anke l-pajjiż kien jeħtieġhom kemm għall-identita' u għall- espressjoni tiegħu kif ukoll minħabba l-mod kif il-pajjiż jipproġetta ruħu f'ċerti oqsma partikolarment fit-turiżmu.", "Jiena ma naħsibx li dak kien iż- żmien opportun li titwaqqaf aġenzija jew kunsill għax dan kien settur li kien qed jevolvi u bħala gvern konna qegħdin ukoll nimmaturaw ir-rwol li għandu jkollu l-gvern f'dak is-settur.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Evarist Bartolo l-bieraħ qal li l-fatt li minflok id- dipartiment tal-kultura qed jinħatar kunsill għall-kultura u l-arti huwa xhieda li r-riforma taċ-ċivil ma seħħitx.", "Jiena niftakar li fl-ewwel ġranet ta' din il-leġislatura jiena u l-Ministru Louis Galea konna dorna d- dipartiment kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħna.", "Minn din l- esperjenza niftakar partikolarment li meta morna l-mużewijiet konna għamilna l-mistoqsija jekk huwiex aħjar jekk dawn is-setturi jkunu mmexxija minn dipartiment.", "Dan qed ngħidu biex nuri li din l-idea li kien wasal iż- żmien li f'dawn l-oqsma jkollna strutturi iktar dinamiċi ma evolvietx illum.", "Ħafna drabi anke meta wieħed jara l-infiq jinduna li dan l-infiq f'dawn is-setturi dejjem jiżdied pero' the end product ma jirriflettix din iż-żieda.", "Forsi anke meta wieħed jara l-fatt li l-budgets dejjem qed jikbru jinduna bil-bżonn li jkollok strutturi li huma iktar cost effective.", "Mr. Speaker, l-oppożizzjoni kull darba li niġu hawn tgħid li dawn it- bidliet m'humiex meħtieġa, li x-xogħol meħtieġ jistgħu jagħmluh anke d- dipartimenti, li qegħdin noħolqu strutturi biex nimpjegaw il-ħbieb u li qegħdin nagħtu poteri enormi lill-ministru.", "Naħseb tajjeb li nixtarru dawn l-allegazzjoijiet.", "Huwa veru li għandna dawn il-motivi ulterjuri( Naħseb biex tieħu risposta għal din il-mistoqsija trid tara l-istrutturi li bħalissa jimmaniġjaw il-kultura, l-arti, l-isport imbagħad tistaqsi jekk dipartiment huwiex struttura addattata biex imexxi dan is-settur.", "Jien naħseb li din hija t-tip ta' diskussjoni li nixtieq nagħmel fid-diskors tiegħi mingħajr ma nkun dispreġġjattiv lejn id-dipartiment, li wara kollox evolva ċerta prattika fejn per eżempju hemm ċerti kumitati li huma kważi awtonomi mid-dipartiment bħall-kumitat tal-kanzunetta Maltija, il-karnival u l-kumitat tal-festi nazzjonali.", "Allura daqshekk biss għandu jkun id- dipartiment, li jkompli jmexxi dawn l-attivitajiet li issa drajna fosthom il-jazz festival?", "Jien ngħid li f'oqsma bħall-arti, il-kultura u l-isport hemm bżonn li jiġu impjegati nies speċjalizzati u professjonisti.", "Illum f'pajjiżna għandna nies li studjaw u speċjalizzaw u xi kultant ikollok bżonn timpjegahom b'mod definit, għal ċertu żmien jew għal programmi partikolari li jista' jkollok.", "Ħafna drabi dipartiment m'huwiex l-aħjar struttura biex inti tkun tista' tagħmel ħaġa bħal din.", "Mr Speaker, f'diversi oqsma wkoll, partikolarment f'dawk ta' l-arti u l- kultura hemm bżonn li l-ħin kollu toħloq programmi jew proġetti ġodda u żżommhom aġġornati.", "Kif tiskopri li qed jevolvi ċertu interess fil-pajjiż trid toħloq xi ħaġa għalih.", "Per eżempju llum kulħadd jaċċetta li hawn nuqqas ta' drama u din il-ħaġa trid toħloq proġetti għaliha.", "Biex tagħmel dan irid ikollok in-nies li għandhom biżżejjed kreattivita'.", "Lil dawn ikollok bżonnhom kemm biex joħolqulek dawn il-proġetti kif ukoll biex iżommuhom aġġornati.", "Issa għalfejn mhux dipartiment allura?", "Għax f'dipartiment ħafna drabi jkollok in-nies li telgħu up the ranks fejn jibdewlek bħala clerks u jibqgħu telgħin, pero' ma jfissirx li jkunu l- iktar nies speċjalizzati fil-qasam.", "Ċerti drabi wkoll mhux bilfors li dawn ikunu daqshekk dinamiċi biex jirrispondu għall-ħteġijiet.", "Barra minn hekk fid-dipartimenti f'dawn l-oqsma jkollok ħafna operators, ftit managers u no policy makers jew l-ebda persuna li kapaċi taġġornalek politika f'dan il- qasam.", "Ħafna drabi wkoll i l-programmi li nkunu neħtieġu li niżviluppaw ikunu jridu jingħataw il-pubbliċita' biex tkun assigurata l-parteċipazzjoni l- aktar wiesgħa tal-pubbliku.", "F'dan il-każ dipartiment m'huwiex l-aħjar ħaġa biex jagħmel dan minħabba l-mod kif inhuwa strutturat u l-mod kif jaġixxi.", "Ħafna drabi dipartiment jiżviluppalek proġett u jasserixxi li se jiġu n- nies.", "Per eżempju min jaf kemm-il darba li minħabba f'hekk ikollok attivitajiet bi programm validu pero' tispiċċa tqassam il-biljetti b'xejn.", "Naħseb dan jirrispondi xi ħaġa li kien qed jgħid il-kelliem ta' qabli l- Onor. Herrera fejn staqsa dwar x'se jagħmel dan il-kunsill bl-income li se jiġġenera.", "Mr. Speaker, fl-opinjoni tiegħi l-akbar nuqqas fl-istruttura tad- dipartimenti huwa n-nuqqas ta' proċess kostanti ta' policy dwar kif immexxu dawn l-oqsma ta' l-arti, tal-kultura u ta' l-isport.", "Fiċ-ċivil ftit hawn policy makers, u f'dawn l-oqsma nista' ngħid li m'hemm xejn.", "Fil-fatt l- ewwel tentattiv li kien hawn biex tinkiteb policy kulturali għal Malta sar eżattament qabel ma ġiet diskussa din il-liġi.", "Forsi din m'hijiex il- politika l-iktar adattata u hemm bżonn li jinħoloq dibattitu fuqha u mbagħad nibqgħu naġġornawha anke max-xejra ta' l-affarijiet.", "Qed ngħid dan għax il-kultura hija xi ħaġa li tevolvi kemm minħabba r-realtajiet fil- pajjiż u anke minħabba r-realtajiet barra mill-pajjiż.", "Minħabba f'hekk hemm bżonn li l-policy nibqgħu nżommuha aġġornata imma bl-istruttura ta' dipartimenti din il-ħaġa ma nistgħux nagħmluha.", "Wara li ssir, imbagħad ikun hemm bżonn li din il-policy tiġi implimentata strateġikament.", "Hija l- mind-set tad-dipartimenti li jagħmlu strategic plans ta' l-oqsma tagħhom imbagħad jimplimentawhom?", "Jiena ftit naf dipartimenti li jagħmluha din.", "Naħseb li dan huwa meħtieġ ħafna.", "Mr. Speaker, hemm ukoll il-ħtieġa li jkollok politika tat-tmexxija tal- faċilitajiet.", "Qed naraw li l-gvern, anke b'ċerti investimenti li qed jagħmel, rigward l-arti u l-kultura qed ikollu numru ta' faċilitajiet li qed ikunu l-hubs ta' l-attivita' f'dawn l-oqsma.", "Bħalissa l-gvern għandu l- Mediterranean Conference Centre, it-Teatru Manoel u l-Kavallier ta' San Ġakbu.", "Hemm bżonn li jkollok politika li tinkwadra kif dawn jitmexxew, kif ikunu kumplimentari ma' xulxin u kif ma jidduplikawx l-affarijiet.", "Ħafna drabi dipartiment ftit ikollu know-how fuq kif titmexxa entita' partikolari.", "Għal dawn ir-raġunijiet kollha li semmejt ma nistgħux ngħidu li dipartiment huwa l-aħjar struttura li tmexxilek qasam bħall-kultura.", "Ħafna drabi dipartiment jidħol f'ċerta rutina ta' amministrazzjoni mingħajr ma jkollu dik id-drive għall-aġġornament, għal policy setting, għall- iżvilupp tar-riċerka.", "Huwa għalhekk li qed inħossu l-ħtieġa din il-bidla.", "Mr. Speaker, f'dan il-qasam għandek ukoll preżenza qawwija ta' NGOs, diversi skejjel tal-ballet u tad-drama, u ovvjament l-istruttura responsabbli trid tkun ukoll iktar disposta li titkellem magħhom.", "Forsi dipartiment m'huwiex l-aħjar struttura li tagħmel dan, għax ħafna drabi dawn l-NGOs jiltaqgħu filgħaxija fil-ħinijiet li d-dipartiment ikun magħluq u għalhekk irridu strutturi iktar dinamiċi.", "U nixtieq nagħmel aċċenn għal żewġ asserzjonijiet li għamel l-Onor.", "Bartolo dwar il-kultura u ż-żgħażagħ.", "Fil-fatt l-Onor.", "Bartolo qal li lill-ġenerazzjoni żagħżugħa tagħna mhux qed nagħtuha l-mezz kif tiżviluppa kultura awtentika Maltija.", "It-tieni asserzjoni kienet li żgħażagħ Maltin mhux qegħdin jipparteċipaw fl- attivitajiet kulturali u staqsa dwar x'qed isir biex iż-żgħażagħ ikunu nkoraġġiti jieħdu sehem f'diversi attivitajiet kulturali.", "Naħseb li fiż- żewġ asserzjonijiet li għamel, l-Onor.", "Bartolo kien pjuttost pessimist u naħseb kien qed jinjora ħafna l-affarijiet li qegħdin isiru.", "Mr. Speaker, nixtieq nibda biex inwieġeb it-tieni asserzjoni li ż-żgħażagħ m'humiex jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali.", "Bħalma jagħmel l-Onor.", "Bartolo jiena nattendi diversi rappreżentazzjonijiet.", "Inkun nixtieq nattendi iktar, pero' minħabba li għandi familja żgħira mhux dejjem inkun nista' nattendi kollox.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Bartolo qal li mar jara xi film u preżenti kien hemm biss xi għaxra min-nies.", "Jiena min jaf kemm il-darba mort il-university film club.", "Il-films kollha jkunu black and white u bis- subtitles u ħafna drabi dik kienet tkun l-attendenza, jiġifieri din il-ħaġa minn dejjem kienet.", "Meta jkollok ċerti oqsma daqstant speċjalizzati dejjem se jkollok ftit nies.", "Jiena niftakarni li meta kont immur għal attivitajiet ta' ċerti oqsma speċjalizzati ta' kultura għolja dejjem ikun hemm preżenza żgħira.", "Niftakar dan speċjalment meta kient fetħet il-gallerija feniċi fil- Mediterranean Conference Centre.", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm okkażjonijiet oħra fejn il-preżenza taż-żgħażagħ kienet impressjonanti u dan speċjalment għal rappreżentazzjonijiet li jagħmlu kumpanniji tipo l- IADA u Act and React.", "Hemm ukoll kumpanniji ġodda li qegħdin jiffjorixxu u qed jagħtu kontribut anke għall-kultura inġenerali, u fost dawn nista' nsemmi l-kumpanniji Masquerade u Stage Coach.", "Dawn kważi qed isiru skejjel u m'għadhomx biss kumpanniji.", "Jiena mort anke attivitajiet ta' skejjel bħal soiree tal- junior college, ta' San Alwiġi u ta' l-universita'.", "Il-junior college saħansitra għandhom orkestra ta' l-iskola.", "F'pajjiżna ssib ukoll ruxxmata ta' skejjel tal-ballet.", "Meta naraw dan nistgħu verament ngħidu li ż- żgħażagħ mhux qed ikunu attivi fil-kultura Maltija( Meta nara dawn l- affarijiet ma nistax naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Bartolo.", "Il-fatt li għandna kumpannija teatrali li saru skejjel naħseb juri li li hawn għatx anke mill-ġenituri biex iħajjru lit-tfal għal dawn l-oqsma, xi ħaġa li ma kenitx teżisti fil-passat.", "Dan l-aħħar kellna wkoll żvilupp kummerċjali - qed ngħid għal Baystreet – b'area dedikata għar-rappreżentazzjonijiet artistiċi u kulturali.", "Dan ifisser li dawn l-affarijiet hawn suq għalihom, u dan juri kemm kien pessimist l-Onor.", "Bartolo meta qal li ż-żgħażagħ mhux qed ikunu preżenti fl-attivitajiet kulturali.", "Ma nixtieqx niftiehem li kollox huwa ward u żahar.", "Veru li hawn min jaħseb, kif qal l-istess Onor. Bartolo, li l-kultura hija folklor, pero' hawn ċertu folklor li hu ħaj u sakemm għadu ħaj huwa wkoll kultura.", "Jekk nitkellmu fuq il-ganutell nistgħu ngħidu li llum dan reġa' qisu qabad ċerta popolarita' u dan ikollna naċċettawh bħala parti mill-kultura.", "Kultura hija ħajja meta tkun kreattiva, innovattiva u tipprova anke tipprovoka u għalhekk naħseb li waħda mill-problemi li għandna fl- attivitajiet kulturali ta' pajjiżna hija li għandna wisq pageantry.", "Ma nafx l-esperjenza ta' sħabi, imma fi żmien l-Għid min jaf għal kemm pageants u rappreżentazzjonijiet tal-passjoni inkun mistieden.", "Din ukoll forsi hija parti mill-kultura Maltija u ma tistax tinjoraha, pero' naħseb li rridu nanalizzaw dan il-fatt għax meta xi ħaġa tkun repettitiva sena wara l-oħra, hemhekk veru nistgħu ngħidu li bdejna nistagħġnaw.", "Naħseb li għandna nimbottaw għal aktar kreattivita'.", "Li tkun kreattiv ma jfissirx li tagħmel l-uniformi ta' xi ċenturjun b'mod differenti imma fil-mod kif tagħmel ċerti espressjonijiet.", "Per eżempju lili qaluli li l-Għargħur għamlu rappreżentazzjoni tal-passjoni b'mod innovattiv.", "Dawn m'għamlux sempliċement pageant, fejn l-affarijiet tipprevedihom, pero' għamlu l- affarijiet b'mod li jipprovokaw ċertu ħsieb.", "Naħseb li dak huwa t-tip ta' impenn li aħna rridu nilħqu.", "Mr. Speaker, wieħed jista' jgħid li l-attivitajiet li semmejt, bħal musicals, m'humiex kultura awtentika Maltija.", "Dan huwa veru, imma mbagħad mill-banda l-oħra ma jistax ikollna attivitajiet Maltin awtentiċi biss f'dan il-pajjiż.", "Huwa tajjeb li tara ħafna interess ta' addattament u aġġornament u traduzzjonijiet, pero' rridu nżommu f'moħħna li f'ċerti oqsma m'għandniex tradizzjoni ta' kultura.", "Per eżempju fiż-żfin m'għandniex tradizzjoni b'saħħitha Maltija, jiġifieri hemmhekk bilfors ikollna nimportaw u allura ma nistgħux ninjoraw dak li qed iseħħ.", "Hemm affarijiet lokali li qed jżviluppaw mill-għeruq li huma tajbin u li huma Maltin u tista' tgħidilhom awtentiċi.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Bartolo semma' l-Iniziamed.", "Dawn ma nafx kemm-il darba ltqajt magħhom u ta' min ifaħħar il-mod kif qed jippromwovu l- letteratura Maltija ġenwina.", "Għandna affarijiet ta' l-arti anke iktar moderna.", "Jiena ltqajt mal-producers ta' film Malti li anke pprovaw jippromwovuh f'festivals ta' films bħal Cannes u Los Angeles u dan il-film kellu wkoll ċerti citations.", "Dik ukoll hija kultura Maltija.", "Qed naraw ukoll ruxxmata produzzjonijiet għat-television li qed jieħdu spinta anke mid-diversi stazzjonijiet televiżivi li għandna.", "Żvilupp ieħor reċenti huwa l-Etnika, li hu grupp ta' nies li jridu jerġgħu jiskopru l-istrumenti awtentiċi Maltin u anke bdew jagħmlu sinerġiji ma' forom oħra ta' mużika fosthom mal-Flamengo.", "Mr. Speaker, lill-Onor.", "Bartolo mhux se nattribwilu ebda motivi ħżiena.", "Min verament iħobb il-kultura u l-identita' Maltija dejjem se jkun jixtieq li jkun hemm aktar attivita'.", "Min verament iħobb il-kultura u l-identita' Maltija dejjem se jkun inkwetat li mhux bilfors għandek biżżejjed, pero' mbagħad ejja ma ninjorawx dak li hawn.", "Waħda mir-raġunijiet li naħseb li jiġġustifikaw il-ħolqien ta' struttura mhux governattiva hija li jkollok struttura li tidentifika l-ħteġijiet u li tirispondi għalihom.", "Hawn ħteġijiet ta' oqsma kulturali Maltin, l-ammont ta' attivita' li tittella' mhux bilfors li wieħed għandu jkun sodisfatt biha, mhux bilfors hawn affarijiet li telgħin li huma tajba f'dak li huwa drama lokali u għalhekk naħseb min ikun responsabbli minn dan il-qasam irid ikunu aġġornat u kapaċi jiżviluppa proġetti li jippromwovu dawn l-oqsma.", "Mr. Speaker, ma naqbilx lanqas ma' l-argumenti li saru li m'hu qed isir xejn biex inressqu iktar żgħażagħ lejn il-kultura.", "L-ewwelnett kellna anke l-ħolqien taċ-ċentru tal-Kavallier ta' San Ġakbu li ġab miegħu attivita' kbira u possibbilta' fejn wieħed jesponi.", "Hemmhekk għandek moviment sħiħ ta' nies li qed jiġu għal attivitajiet varji.", "Mal-ftuħ tal-Kavallier ta' San Ġakbu kellek ukoll il-programm kulturali \"Sagħtejn għall-Kultura\", fejn nhar ta' Sibt kienu qed iġibu tfal ta' l-iskola ta' l-ewwel u t-tieni klassi biex jagħtuhom induction f'diversi tipi ta' kultura li jvarjaw minn letteratura Maltija għal dak li għandu x'jaqsam ma' snajja u kant.", "Għandna wkoll diversi programmi anke fid-dipartiment taż-żgħażagħ u sport.", "Illum l- Onor. Bartolo qal li l-motto li għandu jkollna f'dan il-qasam huwa \"let thousand flowers bloom\" u għandu raġun.", "Għandna noħolqu l-ispazju fejn it- talenti diversi li jistgħu jeżistu partikolarment fiż-żgħażagħ iridu jiffjorixxu.", "Bħala dipartiment taż-żgħażagħ ippruvajna nippromwovu din il-ħaġa u ntroduċejna programmi fil-komunita' għal dawk li jsegwu u jitgħallmu xi strument mużikali fil-mużika klassika, esebizzjonijiet ta' l-arti u anke kant popolari.", "F'dawn l-iniżjattivi kollha rajna parteċipazzjoni tajba, pero' kien diffiċli tmexxi dawn il-programmi permezz ta' dipartimenti speċjalment fejn tidħol pubbliċita'.", "Ħafna drabi huwa mportanti li jkollok monitoring.", "Hawnhekk mhux qed nirreferi għal monitoring li tagħmlu sena wara sena dejjem l-istess.", "Kultant dik hija l-mind-set ta' dipartiment, imma meta' tagħmel monitoring trid tara fejn mort ħażin, taġġorna u anke tipprova tagħti direzzjoni.", "Imbagħad huwa importanti wkoll li jkollok input professjonali f'dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, jiena rajt ukoll interess enormi minn għaqdiet ta' żgħażagħ li jissottomettu proġetti kulturali u ta' arti anke permezz ta' programmi ta' l-Unjoni Ewropea, tal-Euro-Med action programme.", "Dawn anke ddibattew l- issues li kien qed jindirizza l-Onor.", "Bartolo ta' kif kultura teħtieġ tiżviluppa fi gżejjer żgħar, kif l-arti tista' tegħleb anke ċerti problemi ta' xenofobija u affarijiet bħal dawn.", "Rajna wkoll l-istess Inziamed jiġu ma nafx kemm-il darba u jissottomettu b'suċċess diversi proġetti.", "Għaqdiet oħrajn fosthom l-għaqda ta' San Alwiġi ssottomettew proġetti tad-drama ma' xi gruppi minn Cornwall.", "Qed ngħid dan biex nuri li kellna diversita'.", "Permezz ta' dawn il-programmi liż-żgħażagħ qed nagħtuhom inċentiv biex joħolqu proġetti.", "Dawn qed jiġu anke b'temi relavanti għall-problemi li jistgħu jiffaċċjaw gżejjer żgħar bħal tagħna.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Bartolo meta qal kemm huwa importanti li nindirizzaw l- issue ta' nies ta' nisel Malti li jgħixu l-Kanada, l-Amerika, l-Awstralja u l-Ingilterra.", "Jien ħassejtha din meta kont mort l-Awstralja.", "Dawn in-nies huma għatxana li jipparteċipaw f'attivitajiet li permezz tagħhom iħossuhom li huma Maltin.", "L-Onor.", "Bartolo qal li t-team ta'l-isports tad-dipartiment tal-kultura jieħu iktar minn xi għaqda ta' dan it-tip fl-Awstralja.", "Il-ħaġa hija kif se toħloq is-sinerġija ma' dawn l-għaqdiet li jeżistu.", "L-isport huwa forsi medium iktar straightforward kif inti toħloq l-allaċċjament ma' dawn il-gruppi li hemm barra minn Malta għax fl-isports għandek attivita' regolari organizzata, inti taf x'inhuma l-parametri ta' l-inclusion, jiġifieri ċ-ċittadinanza u jekk tkunx ħadt sehem f'kompetizzjoni oħrajn taħt ċittadinanza oħra.", "It is very clear cut u very straightforward fil-każ ta' l-isport pero' f'affarijiet kulturali għandna sfida.", "Aħna konna morna l-Awstralja nippruvaw inbiegħu l-idea ta' kif se nġibu Maltin ta' l- Awstralja jipparteċipaw f'diversi attivitajiet internazzjonali.", "Din ukoll hija sfida u naħseb li għandu jkollna budget kemm għal proġetti ta' l- iżvilupp ta' lingwa kif ukoll għal żviluppi ta' proġetti kulturali.", "L-Onor.", "Bartolo aċċenna wkoll għall-isfida tal-globalizzazzjoni u kif din tista' mhux bilfors tfisser diversita' imma post għall-omoġenita'.", "Naħseb li din hija sfida li verament irridu nindirizzawha u huwa għalhekk ukoll li neħtieġu struttura dinamika li tgħarbel l-essenza tal-kultura.", "Dan il- proċess irid ikun il-ħin kollu għaddej.", "Irridu niġbru wkoll l-istatistika rigward il-kultura u nanalizzawha.", "Ta' min jgħid li din il-ħaġa diġa' bdiet issir u hawnhekk nixtieq infaħħar dak li qed jagħmel in-national office of statistics.", "Li nara importanti hu li din l-istatistika tkun marbuta by region u anke by gender u dwar parteċipazzjoni fit-teatru u kemm hemm nies fil-baned, għax anke l-baned huma parti mill-kultura tagħna.", "Wara li ssir l- istatistika trid issir ukoll ir-riċerka u l-analisi, għax l-istatistika tagħtik biss in-numri u trid tkun int li tipprofondixxi.", "Issa ta' min igħid li l-istrutturi li għandna s'issa la l-analisi, la r-riċerka, la d- diskussjoni fuq il-kultura u lanqas il-monitoring fuq kif jintnefqu l-flus ma jagħmlu.", "Meta aħna ngħaddu l-flus lil diversi entitajiet ħafna drabi jintnefqu tajjeb għaliex il-prodott tagħhom jidher pero' kemm qed nużaw il-flus biex nippruvaw nimbottaw lil dawk l-organizzazzjonijiet biex imorru f'direzzjoni fejn nixtiquhom aħna?", "Ma naħsibx li nistgħu nagħtu l-flus imbagħad ninsew ir-relazzjoni bejn dik l-entita' u l-gvern hekk kif ngħaddulhom il-cheque, imma rridu nkomplu nħeġġuhom biex imorru lejn direzzjonijiet li aħna nixtiquhom.", "S'issa dan il-proċess ma jeżistix għax per eżempju fuq it- teatru Manoel l-ministru biss hemm fil-kumitat u l-ministru, rigward kultura biss għandu t-Teatru Manoel, għandu l-MCC, San Ġakbu, id- dipartiment u għandu diversi kumitati, barra affarijiet oħrajn.", "Dan kemm jista' jżomm għajnejh fuq il-monitoring?", "Issa dan il-kumitat se jkun jista' jimbotta li dawn id-diversi management committees bil-għan li jkun hawn kumplimentarjeta' u bil-għan li anke jippromwovu l-programm li aħna jidhrilna li għandna nippromwovu biex ikollna żvilupp ta' kultura forsi fejn m'hawnx biżżejjed.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Herrera tkellem fuq il-poter.", "Jiena naħseb li l- preokkupazzjoni li għandu jkollna m'hijiex dwar il-poter.", "Wara kollox rari kien hawn xi kritika enormi fuq id-diversi NGOs li waqqafna hawnhekk.", "L- Onor. Herrera qal ukoll li dawn ma niddiskutux il-budget tagħhom hawnhekk pero' tajjeb li jingħad li ħafna drabi waqt id-diskussjoni tal-budget nindirizzaw l-operat ta' kull entita' li taqa' taħt kull ministru, jiġifieri d-dibattitu żgur li se isir.", "Żgur li l-ossessjoni jew il- preokkupazzjoni tagħna f'din il-liġi m'għandhiex tkun fuq il-poter.", "Naħseb li l-preokkupazzjoni tagħna fuq din il-liġi hija kif se nagħmlu biex nikkonservaw l-identita' kulturali tagħna u huwa għalhekk li qed noħorġu b'din il-liġi.", "Aħna nixtiequ naraw xi ħaġa iktar, nixtiequ naraw struttura li tindirizza dawn il-problemi.", "Naħseb ħadd ma jista' jkun profeta imma persważ li bi struttura bħal din nistgħu nindirizzaw aħjar dawn il- ħtiġijiet.", "Kulħadd jaċċetta l-fatt li l-identita' tal-pajjiż u anke l- identita' kulturali tiegħek tista' tkun mhedda f'dinja li verament qiegħda timxi lejn il-globalizzazzjoni u żgur li huwa obbligu tal-ministru li qed imexxi dak is-settur li jfittex li jkollu strutturi iktar dinamiċi.", "Naħseb li dan huwa l-ħsieb wara din il-liġi u aħna persważi li din se tkun struttura li se tindirizza iktar l-affarijiet u se tagħti iktar frott.", "Il-kultura tagħna hija dik li tidentifikana mill-bqija tad-dinja.", "Hija wkoll mezz ta' kif il-pajjiż jassigura ċertu għixien anke permezz ta' turiżmu kulturali u ta' diversi affarijiet oħrajn u nawgura li dan ikun l- ispirtu li jmexxi d-diskussjoni anke fl-istadju tal-kumitat fuq din il- liġi.", "Dan huwa qasam li kultant ma nirrealizzawx kemm huwa importanti.", "U huwa importanti għax huwa l-qasam li verament jagħmilna poplu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, liġi bħal din ovvjament tolqot parti kbira mis-soċjeta' Maltija.", "Jekk persuna taf tapprezza dak kollu li hu sabiħ allura bla dubju bilfors tinteressaha din il-liġi.", "Aħna hawn Malta għandna ħafna kultura li hija l-għira ta' pajjiżi barranin, għandna ħafna arti moħbija, arti fil-knejjes u anke f'postijiet li kollha ġejja mill-istorja vasta li għandu pajjiżna.", "Malta kienet okkupata minn diversi ġnus fosthom l-Għarab, l-Ingliżi, il- Kavallieri u l-Franċiżi u kulħadd donnu ħalla dik ix-xi ħaġa li llum hija parti mill-patrimonju ta' pajjiżna.", "Għalkemm gżiritna hija żgħira, pero' tiskanta meta toqgħod tikkompara l-wirt li għandha ma dak ta' pajjiżi kbar oħra fid-dinja.", "Meta tagħmel dan tinduna kemm aħna fortunati li ħafna nies li rifsu din il-ġebla ħallew xi ħaġa f'pajjiżna.", "Jekk Malti kellu jsiefer biex jara l-istorja, l-arti u l-kultura ta' post ieħor, ikun irid jivvjaġġa ħafna għax bejn post u ieħor hemm l-mili 'l bogħod, pero' dan m'huwiex il każ rigward pajjiżna.", "Niftakar per eżempju darba kelli x-xorti li mmur il-Greċja u ndunajt li hemmhekk anke jekk għandhom erba' ġebliet fuq iġiegħlu t-turisti jmorru jżuruhom.", "Hemmhekk ukoll biex tmur minn post għall-ieħor trid tagħmel xi erba' sigħat tivvjaġġa.", "Hawn Malta minn kantuniera għall-oħra tara l-arti, tara kultura, tara monumneti u tara ġojelli sħaħ.", "Jiena kburija li jiena Maltija u li twelidt f'din il-gżira għax aħna furtunati b'dak kollu li għandna fil-pajjiż pero' nappella biex nibżgħu għal dan li għandna.", "Ta' qabilna beżgħu għalih biex inkunu nistgħu ngawduh aħna u aħna għandna d- dover li nibżgħu għalih ukoll biex ikunu jistgħu jgawduh ta' warajna.", "B'kultura ma nifhmux biss il-ġebla u l-arti imma kultura tinkludi ħafna affarijiet fosthom it-teatru.", "Min jaf kemm in-nanniet tagħna marru bl- għonnella f'xi sala tal-kappillan jaraw xi makkjetta.", "Dawk huma affarijiet li missirijietna għadhom jiftakru fihom u jgħiduhom lilna biex aħna wkoll inkunu nafu bihom u huwa tajjeb li nies bħal Anton Buttiġieġ u oħrajn kitbu fuq id-drawiet Maltin.", "Illum uliedna żgur li mhux se jaraw xi makkjetta bħal dik li kienu jaraw missirijietna imma almenu jkollhom dik ix-xi ħaġa bil-miktub fuq il-kotba li tinformahom dwar dawk it-tradizzjonijiet.", "Is-snajja' wkoll huma parti mill-kultura' tagħna.", "Nista' ngħid li għandna snajja' Maltin li ma ssibhomx f'postijiet oħra barra minn Malta.", "Sfortunatament ftit ftit anke dawn qed jinqatgħu, u jiena ma nafx x'inhi r- raġuni għaliex qed jiġri hekk.", "Qed ngħid hekk għax f'dawn l-aħħar tliet snin il-gvern Nazzjonalista beda jaqta' l-iskejjel tas-snajja.", "Fil-fehma tiegħi din hija ħasra għaliex il-gvern Nazzjonalista qata' ftit ftit mit- tradizzjonijiet u mit-tagħlim li kellna fil-passat.", "Jien bħalissa, per eżempju, qed niftakar fl-iskejjel ta' l-isnajja li kienu jgħallmu s-sengħa taż-żada, li hi sengħa li tixbaħ lil dik tal-crochet.", "Dik is-sengħa kienet tant prezzjuża u tant sabiħa u kont tieħu pjaċir tara turisti mmeraviljati jħarsu lejn dawn l-affarijiet magħmulin permezz ta' din is-sengħa.", "Għandek, per eżempju, is-sengħa tal-ġebla fejn fi żmenijiet l-imgħoddija missirijietna kienu wkoll jagħmlu skultura li timmeraviljak.", "Dawn kienu joħolqu dik ix-xi ħaġa speċjali li barra minn Malta lanqas biss teżisti.", "Ftit ftit din is-sengħa tista' tgħid inqatgħet minn fost l-istudenti tagħna, għax il-gvern lanqas għadu jagħti ċ-ċans li dak li jkun jitgħallimha.", "Minħabba f'hekk qegħdin naraw li l-bini ta' Malta qed ikun plain, qed ikun just biċċa faċċata b'tieqa u bieb mingħajr dik id-daqsxejn lavur li kien iservi wkoll ta' attrazzjoni lil min kien jiġi jżur pajjiżna.", "Fortunatament f'pajjiżna għad għandna ħafna minn dawn il-monumenti sbieħ li jiġbdu ħafna turisti, pero' hija ħasra li mhux qed ikun hawn inkoraġġament biżżejjed għal studenti li forsi m'humiex inklinati għall- pinna - dawn ikunu studenti li dak li jaraw għajnejhom jagħmlu jdejhom - biex dawn jieħdu s-snajja li kellhom missirijietna.", "Din m'hijiex xi ħaġa li tinvolvi ħafna flus.", "Meta tkun qed issir xi kostruzzjoni tal-bini jibqa' ħafna fdalijiet tal-ġebel u dan il-fdal jista' jiġi wżat biex iż-żgħażagħ tagħna jkunu jistgħu jitgħallmu fuqha.", "Wara kollox il-ġebla tagħna ftit li xejn issib bħalha fil-kumplament fid-dinja.", "Mr. Speaker, il-lingwa wkoll hija parti mill-kultura.", "Jien nieħu gost meta nkun qed nitkellem ma xi ħadd li juża d-djalett għaliex inħossni li jien tipikalment Maltija.", "Mill-banda l-oħra niddejjaq u nitkaża b'xi ħadd li suppost ikun qed jitkellem bil-Malti u dan iktar iżerżaqlek aktar kliem bl- Ingliż jew bit-Taljan milli juża kliem Malti.", "Jien nisħaq li l-lingwa Maltija tkun inforzata.", "Għandha tiġi mgħallma tajjeb għaliex sfortunatament ġieli osservajt għalliema li suppost ikunu qegħdin jagħmlu pedament biex l- istudenti jitgħallmu l-lingwa Maltija u dawn litteralment ikissru l-lingwa Maltija għaliex anke jiffurmaw kliem ġdid li jkun nofsu bl-Ingliż u nofsu bil-Malti.", "Jien dawn l-affarijiet ma nistax nifhimhom, imma huwa importanti li l-istat ikollu għalliema li jgħallmu l-Malti pur kemm fil- kitba kif ukoll mitkellem.", "Jiena, bħall-kollegi tiegħi nieħu gost nisma' xi persuna Maltija li tkun ilha tgħix il-Kanada jew inkella l-Awstralja għal xi għoxrin sena jew tletin sena u din tibqa' titkellem bil-lingwa Maltija.", "Mill banda l-oħra nitkaża meta nisma lil xi ħadd li għax forsi jkollu xi ħbieb barranin jibda jitkellem nofs bil-Malti u nofs bl-Ingliż.", "Dan ikun qed jiċħad – u nagħmel enfasi fuq il-kelma \"jiċħad\" - ilsien pajjiżu.", "Dawn huma affarijiet li lili jweġġgħuni.", "Nurta ruħi anke meta nċempel dipartimenti tal-gvern u nsib lil min jirrispondi b'lingwa barranija speċjalment bil-lingwa Ingliża.", "Għalkemm jien nirrispondi lura bil-lingwa Maltija, nsib min jibqa' jitkellem bil-lingwa Ingliża anke jekk din il-persuna tkun Maltija.", "Anke' f'dan il-każ għandna ċaħda tal-lingwa ta' art twelidna.", "Mr Speaker aħna għamilna żmien ninżlu għarkobbtejna quddiem nies barranin għax kienu jaħkmuna pero' llum aħna ħielsa, bħala poplu mmexxu lilna nfusna u m'għandniex għalfejn inkomplu b'din il-mentalita' qisna għadna ddominati mill-barrani.", "Jien naħseb li dawn l-affarijiet huma wkoll importanti biex jidentifikawna minn postijiet oħra u allura għandna nibqgħu nonorawhom u nipprattikawhom.", "Inutli twaqqaf kunsill nazzjonali għall-kultura jekk imbagħad tħalli dawn l-affarijiet jiddeterjoraw u jispiċċaw minn art twelidna.", "Mr. Speaker, bħala ġenitur jiena mhux l-ewwel darba kont mistiedna għal xi attivita' fl-iskola tat-tfal.", "Meta mmur għal dawn l-attivitajiet nibda nara affarijiet li jagħmlu t-tfal bħal pitturi u anke plays li juru li f'pajjiżna għandna ħafna tfal kapaċi.", "Jiena naħseb li l-Ministru mhux l- ewwel darba kien mistieden għal dawn l-attivitajiet u allura seta' jara anke l-kapaċita' ta' dawn it-tfal.", "F'xi lokalitajiet ukoll mhux l-ewwel darba ttellgħu reċti li jfakkru lill-poplu Malti fl-antenati tiegħu u dawn huma inizjattivi li ta' min ifaħħarhom.", "It-tradizzjonijiet Maltin huma sbieħ ħafna u jien ngħid li kieku wieħed kellu jikteb dwar it- tradizzjonijiet, il-folklor, il-kultura u l-arti Maltija naħseb li joħroġ b'wieħed mill-isbaħ kotba tad-dinja.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li l-iktar ħaġa li tolqot l-għajn huma dawk l-affarijiet li jinsabu barra u li għandna nibżgħu għalihom.", "Hawnhekk se nipprova niġi għal suġġett li jien bħala persuna li noqgħod fil-Kottonera nħossni fl-obbligu li nitkellem fuqu.", "Qed nirreferi għall-proġett tal- Kottonera li ilu ppjanat żewġ leġislaturi u li se jibqa' msemmi wkoll fl- istorja ta' Malta għat-taqlib politiku li ġab miegħu.", "Dan il-proġett kien se jagħmlu l-gvern Laburista, skond il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista suppost bħalissa wasal biex jispiċċa, pero' sal-lum, apparti l-casino di Venezia li qed tibbenefika minnu klassi waħda ta' nies, dan il-proġett għadu lanqas biss beda.", "Il-proġett imwiegħed mill-gvern Nazzjonalista huwa differenti minn dak li konna se nagħmlu aħna għaliex il-gvern Nazzjonalista ħass li kellu jagħmel blokk ġgantesk ta' appartament u blokk ieħor li skond il-pjanta għandu jkun bini tal-ħġieġ, ħaġa li tistona mal-bqija tal-bini li hemm fil-Kottonera.", "Aħna mill-ewwel ħassejna li kellna nikkritikaw bis-sħiħ dan il-bini għax ħassejna li dan huwa skandlu kbir li se jaffettwa l-kultura li għandna ġol- Kottonera.", "Il-kavallieri ġew hawn Malta u ħallewlna rigal f'dak li huma fortifikazzjonijiet u swar li bla dubju huma ġojjel mill-isbaħ, ħallewlna wkoll postijiet sbieħ bħalma huma l-warehouse, il-bakery u Sant' Anglu u issa dan kollu se jitħassar minħabba dan il-blokk bini tal-ħġieġ li qed jiġi propost li jiġi mddeffes f'nofs dawn il-monumenti li għandna fil- Birgu u fil-Kottonera.", "Ikun inutli li nagħmlu l-kunsill nazzjonali għall- kultura jekk imbagħad ma narawx dawn l-affarijiet.", "Dan huwa skandlu inaċċettabbli li qed joqtol l-istorja li għandna f'pajjiżna.", "Jien naf turisti barranin li jiġu hawn Malta proprju biex jaraw dawn il-monumenti li ma ssibhom imkien u issa dawn se jiġu rovinati minn struttura li se tkun qed tweġġa' l-għajnejn.", "J'Alla l-gvern jaħsibha aħjar dwar din l-istruttura għax ladarba tkissirhom dawn l-affarijiet mhux lakemm tgħid li tirranġahom mill-ġdid.", "Dan qisu għandek biċċa kristall li tkun tqum ma nafx kemm, pero' ladarba xxellifha mqar ftit din tiġi ma tiswa xejn.", "Dak li qed jagħmel dan il-gvern, u b'dan l-aġir qed juri li m'huwiex sensittiv għal dawn l-affarijiet.", "Nistagħġeb kif per eżempju l-planning authority żżomm permess lil min ikun irid jagħmel gallerija ta' l-aluminium - u jien nifhimhom għaliex jekk ikollok triq u jkollok il-galleriji ta' l- injam huwa ġustifikat li għandek tibqa' bl-istess stil – pero' mbagħad toħroġlok permess bħal dan fejn qed jiġi propost li jinbena mostru ultra modern qalb il-kumplament tad-djar li huma antiki sempliċement għax il- konsorzja jew il-gvern iddeċieda hekk.", "Dawn l-affarijiet jiena ma nistax nifhimhom u nitlob lill-ministru jipprova jfehmni għaliex bħall-kumplament tal-poplu Malti kollu rrid inkun naf għaliex isiru dawn l-affarijiet.", "Mill- bqija nħoss ukoll li l-gvern għandu jfittex ikompli bil-wegħda tiegħu biex isir il-proġett tal-Kottonera forsi jinqala' x-xogħol.", "Meta nitkellmu fuq il-kultura nistgħu wkoll ninkludu lill-familja.", "Aħna f'pajjiżna kellna kultura tal-familja sabiħa li ħalliet warajha familji twajba, familji li kienu ta' eżempju u familji rispettati.", "Ħalli nipprova nfiehem x'qed nipprova ngħid.", "Il-familja Maltija hija familja li tħobb lill- ulied u tħobb il-ġabra.", "Dawn huma affarijiet li taw il-frott, għax l-ulied li ħarġu mill-familji li rabbew lill-uliedhom b'din il-ġabra u b'din il- kultura kristjana baqgħu għaddejin bl-istess tradizzjoni. llum il-ġurnata tista' tara xi ftit differenza bejn il-familji ta' qabel u dawk tal-lum.", "Qabel il-familja kienet trankwilla, kienet aktar komda, kienet aktar trendi bil-produzzjoni li kienet tagħmel, kien hemm ġabra fl-ulied, ġabra fil- membri kollha u l-omm kienet aktar miġbura d-dar, pero' sfortunatament mal- milja taż-żmien bdejna naraw li l-ħajja bdiet tkun aktar mgħaġġla u l- familja bdiet aktar tinfirex.", "Fejn qabel l-omm kienet tkun id-dar u tagħti l-eżempji lill-uliedha, l-omm illum qed narawha titlaq mid-dar u tmur taħdem.", "Minħabba f'hekk l-ulied qed ikunu aktar indipendenti u forsi m'għadx hemm min jiġbdilhom l-attenzjoni għal ċerti żbalji li jagħmlu.", "Illum għandek l-ulied li ġew mill-iskola jew inkella mix-xogħol, daħlu d-dar waħedhom, jekk riedu jieklu qabdu u fetħu fridge u naqqru xi ħaġa u reġgħu ħarġu 'l barra.", "Din hija d-differenza bejn il-kultura tal-familja ta' qabel u l-kultura tal-familja llum, u jiena ħassejt li kelli wkoll insemmi hawnhekk.", "Jien nittama li ma nibqgħux sejrin għal għonq it-triq b'dan ir-ritmu minħabba din il-ħajja mgħaġġla li aħna l- Maltin dħalna ġo fiha qed jinqalgħu ċerti problemi.", "U ngħid \"dħalna\" għaliex qabel persuna setgħet tkun komda tgħaddi b'paga waħda u bil-mara tagħmel ix-xogħol tad-dar u x-xogħol tagħha ta' omm - u dan huwa xogħol importanti ħafna fil-familja u xogħol li jħalli l-frott għall-ulied – pero' llum l-istorja nbidlet.", "Sfortunatament, Mr Speaker, dan kollu ġara minħabba l-ġirja li ġera bina dan il-gvern mingħajr ma qgħad iħares lejn ċerti riperkussjonijiet.", "Għal ħafna snin dawn l-affarijiet ġew imwarrba u ħadd ma qagħad jara l- konsegwenzi.", "Dan il-gvern lanqas qagħad jara xi problemi se jħalli minħabba din il-ġirja sfrenata.", "Lanqas qed iħares lejn x'se tkun, kif se tkun l-istruttura tal-familja għaliex ma ssibx familja waħda, omm waħda, mara waħda ġod-dar.", "Darba kont qed nitkellem mal-meter reader u qalli li filgħodu qed jispiċċa jdur għalxejn, għaliex l-ommijiet kollha jkunu barra għax-xogħol.", "Hekk ġabna dan il-gvern.", "Qabel kont tieħu pjaċir tara l-omm li kienet il-pedament tal-familja.", "Kont tieħu pjaċir tara l-tgħaqqad il- familja.", "Sur President, nagħlaq billi nerġa' nappella lill-gvern fuq il-proġett tal- Kottonera.", "Nappellalu biex jara li ma jkunx hemm xi disastru minħabba dak il-monument ikrah li beħsiebu jagħmel fil-Birgu.", "Nirringrazzjak", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi li naħseb huwa importanti ħafna għal pajjiżna għal diversi raġunijiet.", "L- ewwel ħaġa huwa importanti li nikkonsidraw ftit jekk il-kultura hijiex importanti fil-ħajja tal-bniedem u hijiex determinanti għall-iżvilupp sħiħ tal-bniedem.", "Minn hemm huwa l-punt tat-tluq ta' din id-diskussjoni, u naħseb li llum irridu naċċettaw li l-kultura hija parti sħiħa mill- formazzjoni tal-bniedem u mid-dinjita' sħiħa ta' kull Malti u Għawdxi.", "Il-kultura hija importanti fil-ħajja ta' kull bniedem u huwa importanti iktar - u din hija l-importanza ta' dan l-abbozz - li aħna bħala l-ogħla organu ta' l-istat nirrikonoxxu din l-importanza mhux biss bid-diskors imma billi nagħmlu liġi li permezz tagħha mill-paroli ngħaddu għall-fatti.", "U dan hu li qed tagħmel din il-liġi.", "M'hijiex qiegħda tipprova tagħmel xi ħaġa ta' barra mis-soltu.", "Mhux qed tipprova tagħmel xi proġett tant ambizzjuż li huwa impossibbli li wieħed jilħqu.", "Din il-liġi qed tgħid li l- kultura hija importanti f'pajjiżna, il-kultura hija importanti għal kull bniedem u hemm bżonn li nagħmlu organu li nagħtuh poter – li diġa' smajna ħafna dwaru - sabiex din il-kultura tissaħħaħ u timxi iktar 'il quddiem.", "Il-kultura aħna ma nemmnux li hija xi ħaġa ta' impożizzjoni jew hija xi idea ta' bniedem wieħed, il-kultura hija tal-poplu.", "Huwa l-poplu li jagħmel il-kultura.", "Li qegħdin nagħmlu b'din il-liġi hu li qed nirrikonoxxu li huwa l-poplu li jagħmel din il-kultura u qegħdin nagħtu saħħa iktar lill-poplu biex ikompli jsaħħaħ dan il-wirt u dan it-teżor ta' identita' li għandu.", "Jekk wieħed iħares biss lejn artiklu 4 u jara x'inhuma l-funzjonijiet ta' dan il-kunsill isib li jkun dmir tal-kunsill li jippromwovi l-kultura ta' Malta:", "\"...b'kull għamla ta' espressjoni kreattiva u li jawmenta l- aċċessibilita' tal-pubbliku għall-arti, u jkabbar il-patrimonju kulturali ta' Malta kemm fil-pajjiż innifsu u barra mill-pajjiż.\"", "F'dan l-artiklu għandek kollox.", "Veru li l-kliem użat huwa pjuttost ta' ċertu toqol, pero' fihom jiġbru ħafna għaliex aħna qegħdin ngħidu x'inhu l- ewwel għan tal-kunsill, li hu li jmexxi 'l quddiem il-kultura ta' Malta b'kull għamla, kull forma ta' esprezzjoni kreattiva.", "Hawnhekk aħna qegħdin ngħidu li dan il-kunsill għandu fuqu d-dmir li jmexxi 'l quddiem kwalunkwe forma ta' arti li fiha aħna bħala poplu nesprimu l-kultura tagħna.", "Sur President, bir-rispett kollu naħseb li wara l-pass li twaqqaf id- dipartiment tal-kultura, din il-liġi saret neċessita' għal pajjiżna, u jekk kemm-il darba rridu nkomplu nsostnu l-ħsieb ta' kultura u l-ħsieb ta' kif il-kultura verament iġġibha fis-seħħ trid bilfors tagħmel dan il-kunsill.", "U ngħid \"bilfors\" għax wieħed irid ukoll jgħid li inti tipprova dejjem tipperfezzjona iktar dak li għandek u naħseb li din hi d-direzzjoni li din il-parti tal-Kamra qed issegwi sabiex il-kultura tkun verament xi ħaġa li nistgħu mhux biss nippreservawha, imma mmexxuha iktar 'il quddiem.", "Fil- kultura hemm żewġ aspetti.", "L-ewwel aspett huwa li żżomm dak li għandek, dak li qed jiġi magħmul mill-poplu u dak li l-poplu qed joħroġ bih bħala kultura imma mbagħad inti trid tagħti wkoll il-possibbilta' li jekk hemm settur li ma tantx ikun mogħti importanza, dan ukoll jibda jingħata l- importanza li ħaqqu biex joħroġ iktar għad-dawl tax-xemx.", "Dan l-artiklu jkompli jgħid hekk", "\"...u li jawmenta l-aċċessibilita' tal-pubbliku għall-arti\".", "Dan ifisser li dan il-kunsill irid iżid l-okkażjonijiet, il-mumenti u l- opportunita' li jkollu l-poplu biex ikun jista' jara u jagħraf aħjar il- kultura tiegħu.", "Terġa' t-tielet għan jgħid", "\"...ikabbar il-partimonju kulturali ta' Malta kemm fil-pajjiż innifsu u kemm barra mill-pajjiż\".", "Din hija xi ħaġa li aħna bħala leġislaturi ma nistgħux ninjoraw.", "Aħna bħala leġislaturi ma nistgħux ngħidu li m'għandniex nagħmlu din it-tip ta' liġi jew inkella ħaġa agħar li jkun hemm parti minn dan il-parlamen li tiddikjara li se tivvota kontra din it-tip ta' linja u dan it-tip ta' ħsieb.", "Min jaqra l-liġi nnifisha jirrealizza li din tagħti ħafna saħħa lill- kunsill mhux fl-impożizzjoni ta' l-ideat, imma ħafna saħħa li inti ċċaqlaq 'il quddiem kull settur tal-kultura Maltija.", "Fil-fatt aħna qed ngħidu li huwa dmir tal-kunsill li jiżviluppa, jimmotiva u jtejjeb il-konoxxenza u l- espressjoni tal-kultura u l-arti.", "Jiġifieri kull darba aħna qegħdin nagħtu iktar importanza u aktar saħħa sabiex il-kultura Maltija...", "Għaliex il- kultura Maltija diffiċli tagħmilha f'definizzjoni ħlief waħda: Il-kultura hi dak kollu li l-poplu Malti jesprimi fid-dimensjoni kulturali tiegħu.", "Dan hu li l-liġi qed tagħmel.", "Il-liġi qed tgħid: Dan huwa poplu bħal popli oħrajn, huwa poplu li għandu identita' u kultura tiegħu separata u distinta minn ta' razez oħra, ejjew ilkoll flimkien nagħtu aktar saħħa sabiex dan id-diskors li qegħdin ngħidu verament jiġi fis-seħħ.", "Jien naħseb li din il-liġi m'għandhiex issib ostakli u m'għandniex nippruvaw noħolqu argumenti li m'għandhomx verament la linja ta' prinċipju u lanqas xi forma ta' ħajt tal-kenn fil-parti tal-loġika.", "Jien ngħid li din il-liġi hija waħda li għandha ssib l-għaqda taż-żewġ naħat tal-Kamra għax iż-żewġ naħat tal-Kamra suppost għandhom f'moħħhom l-għan li jippruvaw iċaqilqu iktar 'il quddiem dan is-settur.", "U jekk kemm-il darba aħna verament irridu mmexxu iktar 'il quddiem dan is-settur irridu bilfors nagħmlu dan il-kunsill u nagħtuh dan il-poter biex iċaqlaq l-affarijiet kif qegħdin nippretendu li se jċaqlaqhom.", "Ma jistax ikun li aħna nibqgħu nitkellmu fl-arja mingħajr ma ninżlu fir-realta' ta' l-affarijiet.", "U jekk irridu ninżlu fir-realta' ta' l-affarijiet irridu bilfors nagħmluha din il- ħaġa.", "Sur President, il-gvern għandu f'idejh diversi strumenti ta' kif jista' jwettaq l-arti u l-kulturi u għandu wkoll diversi entitajiet li qegħdin f'idejh għal dan il-għan.", "Hawnhekk issemmew uħud minnhom fosthom it-teatru Manoel u id-Dar tal-Konferenza tal-Mediterran.", "Dawn huma kollha postijiet importanti, l-istess bħall-Fondazzjoni Patrimonju Malti u s-Socjeta' ta' l- Arti, Manifattura u Kummerċ.", "Dawn huma kollha entitajiet maħluqa apposta mill-gvern biex jagħtu aktar importanza lis-setturi differenti tal-kultura.", "Issa b'din il-liġi x'qegħdin nagħmlu?", "B'din il-liġi qegħdin nużaw aħjar dak li għandna diġa' għad-dispożizzjoni tagħna.", "Dan mhux xi ħaġa li ma nistgħux naqblu fuqha, anzi din għandha tkun xi ħaġa li ż-żewġ naħat tal- Kamra għandhom jaqblu perfettament fuqha.", "Jien naħseb li ċertu diskors dwar jekk ridniex l-Ingliżi li jiġu Malta jew għadx għandna ċerta mentalita' kolonjali jew le llum huwa xi ftit sorpassat.", "Għadda ż-żmien tiegħu.", "Li kieku kellna storja kompletament differenti konna nkunu poplu magħġun differenti.", "Illum aħna li aħna, u għandna din l-identita' partikolari tagħna u l-kultura partikolari tagħna minħabba fl-istorja li aħna għaddejna minnha.", "Jiġifieri aħna llum ma nistgħux nibqgħu niġu hawn u ngħidu għax aħna niddenigraw lilna nfusna jew inkella għax aħna nippruvaw niddeklassaw lilna nfusna bħala xi razza li għandha xi ħaġa ħażina jew li qiegħda taħt l- influwenza ta' xi madmad jew xi ideali jew ideat li aħna ma nħaddnux.", "Dan huw żbaljat kompletament.", "Aħna rridu naċċettaw li mhux mil-lum 'il quddiem, imma minn dejjem, kellna poplu li kellu diversi min-nies tiegħu li kienu nies li kellhom talenti speċjali tagħhom, talenti partikolari tagħhom li għen biex aħna nistgħu ngħidu li l-kultura Maltija verament teżisti u li l-kultura Maltija hija entita' separata.", "Kull min qara l-letteratura jaf li waħda mill-problemi kbar li kien hemm fil-letteratura Amerikana kienet proprju dwar jekk il- letteratura Amerikana teżistix jew le jew hijiex replika tal-letteratura Ingliża.", "Fortunatament issodat l-idea li l-letteratura Amerikana hija separata u distinta minn dik Ingliża.", "U ngħid \"fortunatament\" għax iktar ma jkun hemm kulturi fid-dinja, iktar ma jkun hemm ħsebijiet fid-dinja, iktar ma jkun hemm tagħġin ta' talenti tal-bniedem iktar aħjar.", "U aħna niffurmaw ruħna bħala parti minn din il-familja sħiħa.", "Aħna nies li għandna intelliġenza u kapaċi nagħtu kontribut, mhux biss f'pajjiżna imma anke barra minn pajjiżna.", "Jien ma rridx nagħmel elenku tad-diversi artisti Maltin li aħna kellna bħal Francesco Zahra, bħal Cali' jew bħal Gianni Vella.", "Dawn kienu nies li mhux biss ħallew il-marka tagħhom fl-arti imma wkoll ħallew isem internazzjonali.", "Jien, Mr Speaker, naħseb li din il-liġi kumplessivament għandha ssib l-għaqda taż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex hija liġi ta' sempliċita' kbira u liġi li m'għandhiex komplikazzjonijiet kbar.", "Hija liġi li qed tagħti l-kunsill id-dmir biex iċaqlaq il-kultura Maltija u biex il- kunsill iwettaq dan il-liġi qed tagħtih ċerti poteri.", "Jiġifieri għalija huwa żball kbir li wieħed ma jaqbilx fuq ħaġa daqshekk sempliċi u ċara.", "Wieħed irid jgħid li l-kultura hija xi ħaġa li l-bniedem ma jistax jgħix mingħajrha.", "Il-kultura hija tant importanti għall-iżvilupp sħiħ tal-bniedem kważi bħall-arja.", "Iktar ma l-bniedem jidħol f'din il-linja, iktar ma japprezza l-kultura, iktar ikun bniedem sħiħ.", "U dan aħna li qed nippruvaw nagħmlu mill-Maltin u l-Għawdxin.", "Aħna qed nippruvaw nissudaw iktar lill- Maltin biex japprezzaw iktar hi x'inhi l-kultura li huma għandhom.", "Jien ma neħux pjaċir nisma' li għal ċerti attivitajiet ta' kultura ma jkunx hemm udjenza kbira, pero' ngħid ukoll li wieħed jista' joħloq mezz ta' kif il- poplu jkun iktar mgħarraf bihom.", "Din hija problema oħra, Sur President.", "Il-problema hi li m'hemmx biżżejjed informazzjoni fuq l-attivitajiet kulturali li jkunu għaddejjin fil-pajjiż.", "Jien mhux se nitkellem neċessarjament fuq x'għandu jorganizza l-Manoel Theatre jew il- Mediterranean Conference Centre, għax il-linja għandha tkun ta' kultura in ġenerali, ta' kultura li tagħti dinjita' lill-bniedem u kultura li tagħti valuri sħaħ lill-bniedem, li ġġiegħelu jaħseb u ġġiegħelu jirrifletti fuq l- eżistenza tiegħu, fuq il-ħajja tiegħu u fuq kif huwa jista' jsir bniedem aħjar.", "U naħseb li din il-liġi qed tagħti din il-fakulta', qed tagħti din il-possibilta' u ma nistax nifhem għaliex għandna nsibu oġġezzjoni għal dan.", "Għalfejn għandna nippruvaw ngħidu jew niddenigrawha qisu hemm aġenda li tipprova tkisser l-idea li l-Partit Nazzjonalista jagħti importanza lill- kultura?", "Hemm il-ħsieb li nippruvaw nuru li l-elite kulturali jew l-elite intelletwali qiegħed fuq in-naħa tal-Partit Laburista?", "Dan m'hu veru xejn għaliex l-intelletwali, il-bniedem li jaħseb, il-bniedem li jikkontribwixxi fil-kultura u fl-arti m'għandux neċessarjament tħaddim politiku.", "L-arti u l-kultura hija xi ħaġa li ma tippartjenix neċessarjament lil xi linja politika partikolari.", "Ikun dejjem żball meta partit politiku jippruva jqasqas u jgħid hu x'inhi l-kultura għall-poplu tiegħu.", "Kulħadd jiftakar fid-dwejjaq kbar u fl-atroċitajiet li saru taħt in-nażiżmu u taħt il- faxxiżmu fejn inti kellek l-istorja sħiħa tal-Ġermanja u ta' l-Italja kważi miktuba mill-ġdid sabiex jippruvaw it-teorija li t-Taljani dejjem kienu faxxisti u l-Ġermaniżi kienu dejjem nażisti.", "Dan huwa żball, u huwa żball ukoll hawnhekk għax fuq affarijiet ta' kultura, fuq affarijiet li jissodaw il-poplu inġenerali huwa dejjem żball li din il-Kamra tkun maqsuma.", "Din il- Kamra għandha tkun dejjem magħquda fuqhom dawn l-affarijiet.", "Fil-kumitat wieħed jiddiskuti u jirfina u jirranġa l-affarijiet, pero' m'għandniex insibu raġuni li tifridna fuq il-prinċipju għaliex il-kultura hija importanti tant li ngħid \"Isma', what's in an organisation?\"", "L- importanti huwa li l-organizzazzjoni taħdem u dak li aħna rridu.", "Aħna rridu li din l-organizzazzjoni taħdem.", "Jekk aħna verament irridu l-kultura tidħol b'iktar saħħa fil-ħajja tal-Maltin, jekk aħna rridu l-kultura tokkupa iktar spazju mill-ħin tar-rikreazzjoni tal-Maltin għandna nagħmlu din il-liġi u għandna nagħtu din is-saħħa lil dan il-kunsill.", "Għaliex m'għandux ikollna dan il-kunsill li hija xi ħaġa li ssir kullimkien fid-dinja?", "L-Ingliżi għandhom l-art council u diversi pajjiżi fid-dinja għandhom il-kunsill tagħhom ta' l-arti u tal-kultura.", "Għaliex aħna m'għandniex nagħmluha din il-ħaġa?", "Comparisons are odious.", "Jien mhux se noqgħod ngħid id-dipartiment u mhux id-dipartiment, jien ngħid li llum il-ġurnata bl-esiġenzi taż-żmien u bl-iżvilupp tal-bniedem qed jinħass iktar il-bżonn li ndaħħlu l-kultura.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li hemm ukoll miri kbar fiha din it-triq.", "Jekk naħsbu biss fil-possibilta' kbira li tagħtina t-teknoloġija moderna, l- użu ta' l-internet, l-użu aħjar tas-satellita, l-użu aħjar tat-television sabiex wieħed iċaqlaq il-kultura, wieħed jifhem kemm hu iktar importanti li jkollok kunsill li huwa dedikat għal din il-ħaġa u speċjalizzat f'din il- ħaġa.", "Jiena ngħir għal dawn in-nies li se jidħlu f'dan il-kunsill, għaliex il-kultura hija waħda mill-isbaħ affarijiet tal-bniedem.", "U kull min imiss magħha, ma jistax jiċħad li hija waħda mill-isbaħ affarijiet, mill-isbaħ esperjenzi u mill-isbaħ proċessi tat-tagħlim li għandu l-bniedem.", "Jien ngħid li l-Malti u l-Għawdxi mhux vera jrid jibqa' injorant anzi jrid dejjem jitgħallem iktar.", "Kulħadd jaf li daħal sew il-cable f'dan il-pajjiż.", "Meta titkellem man-nies jgħidulek li l-iktar stazzjonijiet li jaraw fuq il- cable huma stazzjonijiet li jippromwovu l-kultura, stazzjonijiet li juru dokumentarji, li jippruvaw jgħallmu lill-poplu u dan hu li qed nippruvaw nagħmlu hawnhekk b'din il-liġi.", "F'din il-liġi qegħdin nippromwovu u qed inċaqilqu 'l quddiem elf ħaġa.", "Jekk wieħed jaqraha jsib il-ħin kollu li l- importanza tal-kunsill huwa li jinkoraġġixxi, iċaqlaq 'il quddiem u jħajjar u mhux jimponi, jikkontrolla jew jiddomina.", "Hawnhekk m'hawnx l-intenzjoni li jkun hemm xi ħadd li jipprova juri lilu nnifsu superjuri fl-intelliġenza intellettwali.", "Hawnhekk anzi qegħdin ngħidu li dan il-kunsill għandu jħajjar lill-poplu ħalli jikkontribwixxi iktar.", "Qegħdin ukoll nitilqu minn linja tar-rispett tal-bniedem u tar-rispett ta' l-ugwaljanza tal-bniedem għaliex aħna qegħdin ngħidu li kull min jikkontribwixxi fis-settur tal- kultura huwa importanti għal dan il-pajjiż, huwa importanti wkoll għal din il-leġistatura u għal dan il-gvern.", "Mr. Speaker, aħna ma rridux sitwazzjoni fejn il-kultura għandek erba' min- nies li huma magħżula jew ben visti.", "Aħna rridu li l-kultura sħiħa fid- dimensjoni sħiħa tagħha tingħata l-importanza sħiħa tagħha u kull min jipparteċipa fiha wkoll jingħata din id-dimensjoni mingħajr ma jkollna lil xi ħadd jiġi jippontifika hawnhekk u jippruva juri lilu nnifsu li huwa iktar superjuri għall-oħrajn.", "Dak huwa żball kbir fil-linja politika li inti tiddeċiedi u tgħid li inti l-kontra din il-liġi.", "Jien bir-rispett kollu kont nippretendi mill-bank ta' l-oppożizzjoni li jkun hemm qbil in prinċipju fuqha din il-ħaġa għax hemm bżonn li l-kultura tissoda fil- pajjiż.", "U jekk tissoda l-kultura f'dan il-pajjiż ikollna verament poplu aħjar, iktar matur, iktar intelliġenti u li jagħrbel aħjar dak li huwa għaddej f'dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li l-Onor.", "Anthony Abela xtaq jirrapporta progress.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali ġie mgħoddi mill-istadju ta' kumitat b'diversi emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa 7 ta' Novembru, 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni għat-tħassir ta' Avviż Legali Nru 260 ta' l-2001.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonniċi.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, dawn l-aħħar xhur ħarġu żewġ inizjattivi mill-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent f'pajjiżna li naħseb li ftit ingħataw importanza fil-gazzetti.", "L-ewwel waħda li ħarġet kienet proprju mit-tourism authority li hija l-awtorita' li l-iskop tagħha hu li tipproġetta l-image tal-pajjiż bħala destinazzjoni għall-mistrieħ ta' turist u bħala destinazzjoni fejn mhux il-baħar biss jeżisti imma anke ambjenti oħra fosthom dak kulturali.", "Minkejja li t-turiżmu madwar id-dinja kollha ħa daqqa ta' ħarta minħabba l-atti terroristiċi tal-11 ta' Settembru, ta' min igħid li llum-il ġurnata kull pajjiż jara kif jista' jagħmel biex jiġbed dan l-iżvilupp lejh u dan qed narawh ukoll fil-pajjiżi viċin tagħna.", "Dawn huma f'kompetizzjoni diretta magħna u għalhekk inħass il- bżonn li llum ma nibqgħux nirreklamaw lil pajjiżna sempliċement bħala destinazzjoni fejn wieħed isib il-baħar u x-xemx.", "Pajjiżna huwa żgħir imma għandu ħafna potenzjal li f'pajjiżi oħra ma ssibux.", "Per eżempju l-wirt storiku li għandna la ssibu fl-Amerika u lanqas fl-Awstralja u huwa għalhekk li l-awtorita' tat-turiżmu qed tmur oltre' milli tirrakkomanda pajjiżna sempliċement għall-baħar blu tal-Mediterran.", "Fost affarijiet oħra din l-awtorita' qed tħares lejn il-kampanja.", "Hawn Malta għandna kampanja sabiħa u rridu nibżgħu għaliha għax din qed tiddeterjora.", "Għal dan il-għan l-awtorita' tat-turiżmu f'Lulju li għadda ħarġet bi proġett kbir ta' landscaping scheme for a greener Malta.", "Barra l- amenities u l-kultura li għandu, pajjiżna jista' jiġbed lit-turist ukoll għall-kampanja sabiħa u kwieta li għandu.", "Irridu wkoll li jkollna kampanja nadifa u huwa għalhekk li l-awtorita' tat-turiżmu qed tagħmel din il- kampanja.", "Huwa vera li f'dawn l-aħħar snin sar ameljorament kbir sabiex il- kampanja tkun aktar nadifa pero' għandna bżonn li l-ewwelnett nedukaw lill- poplu.", "Parti mill-poplu jittraskura l-kampanja u jaraha biss bħala dumping area.", "Fejn jgħix iżommu nadif imma mbagħad jidentifika xi rokna biex jitfa' kull xorta ta' mbarazz, debris u ħmeġijiet oħra li jkollu.", "Dan jagħmel ħafna ħsara mhux lill-Maltin biss imma anke lit-turisti li jiġu jżuruna.", "Mr Speaker, dan il-potenzjal tal-country walks għandna għaliex ninkoraġġuh u konxja minn dan l-awtorita' tat-turiżmu qiegħda tinkoraġġixxi local councils, skejjel, NGOs u private establishments bħal hotels u restaurants biex jieħdu parti f'kampanja sabiex isir ċertu tindif.", "U jiena nara, per eżempju, in-naħa tal-Bidnija li hija kampanja sabiħa li ma tantx fiha bini, l-għelieqi huma kkultivati u hemm diversi fejn wieħed jimxi .", "Għandna postijiet lejn Bengħajsa u lejn il-Knisja tal- Kunċizzjoni fejn il-kampanja hija sabiħa u ffrekwentata anke mill-Maltin fil-Ħdud.", "Għandna wkoll kampanja li tista' tintuża bħala camping site.", "Dwar dawn irrid ngħid li fid-drafts local plans li qed iġġedded, l-awtorita' ta' l- ippjanar se tinkoraġġixxi u qed tidentifika postijiet fejn jistgħu jsiru camping sites.", "Dawn ikunu wastelands li jistgħu jiġu mnaddfa mbagħad il- poplu Malti u anke t-turist ikun jista' jgawdi u jserraħ moħħu minn dak il- ħafna ħafna ħsejjes u kontaminazzjoni li għandna fl-irħula u fl-bliet.", "Għal dan il-għan l-awtorita' tat-turiżmu se toħroġ 50% ta' l-ispejjeż li jistgħu jsiru mil-local councils, NGOs u private establishments għal dan it- tindif.", "Jekk wieħed jidentifika xi triq jew xi pajsaġġ Malti li jkun irid jirriabilitah, l-awtorita' tat-turiżmu fil-limiti tagħha qed tagħti 50% ta' l-ispejjeż involuti.", "Dan huwa proġett sabiħ ħafna u jiena nixtieq nagħmel appell kemm lill-kunsilli lokali kif ukoll lil dawn l-organizzazzjonijiet li semmejna sabiex jinteressaw ruħhom fih biex il-pajsaġġ Malti jkun ta' iżjed attrazzjoni kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin.", "Fin-naħa ta' Ħad-Dingli għandna waħda mill-aħjar panoramic views pero' din hija area ttraskurata.", "Irrid ngħid li l-Perit Michael Falzon meta kien ministru għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura kellu l-ħsieb li jirranġa t- triq twila li minn Ħad-Dingli tagħti għall-Girgenti u għas-Siġġiewi.", "Din tibda oriġinarjament mill-Buskett għall-outskirts ta' Ħad-Dingli u kien hemm il-ħsieb li dik il-panoramic view sas-Siġġiewi tkun riabilitata u mnaddfa sabiex issir post ta' rikreazzjoni kemm għall-Maltin kif ukoll għat- turisti.", "Sfortunatament ngħid li f'dan għadna 'l bogħod wisq.", "Il-gvern forsi għandu iktar prioritajiet fil-programm tiegħu, imma dawn l-affarijiet ma nistgħux nitraskurawhom għax dawn huma parti mill-gżira tagħna, huwa parti fejn il-poplu Malti jmur jistrieħ u fejn nistgħu nieħdu t-turisti biex igawdu ftit mill-kampanja tagħna.", "Għandna ħafna strutturi li huma koroh li qegħdin iħarrbtu l-ambjent b'mod speċjali fejn ikun hemm scrapyards u fejn ikun hemm irziezet li ma jinżammux nodfa.", "Forsi bi ftit sforz, bi ftit inizjattiva personali u bi ftit sens ta' dover u responsabbilta' dawn l-affarijiet jistgħu jitranġaw.", "Jiena nappella lil dawn l-organizzazzjonijiet u lill-poplu Malti kollu biex jikkontribwixxi biex il-pajsaġġ Malti ikun verament sabiħ.", "Jiena nappella lil dawn l- organizzazzjonijiet biex jieħdu din l-inizjattiva biex Malta mhux biss tkun iktar sabiħa imma tkun iktar green kif wieħed jixtieq.", "Inizjattiva oħra hija dak li ħareġ il-management personell office fl- uffiċċju tal-prim ministru fejn qed jagħmel call for expression of interest to enter into a public-private partnership agreement f'dak li jirrigwarda landscaping and embellishment.", "Hawnhekk ukoll qed isir appell ieħor għall-NGOs u stabbilimenti oħra sabiex huma wkoll jinteressaw ruħhom f'ċerti proġetti li huma diġa' stabbiliti.", "Hawnhekk nixtieq naqra testwalment mill-ktieb li ħareġ:", "\"Through this partnership the private partner or group of partners will manage government landscaping operations, utilize specified government sites for commercial purposes and undertake other gardening, landscaping and embellishment functions.\"", "Imbagħad jagħti lista ta' diversi postijiet li huma amministrati mill-gvern fejn individwu jew organizzazzjoni jistgħu jidħlu bi sħab mal-gvern, bl- użu ta' impjegati mal-gvern, bl-użu ta' makkinarju tal-gvern sabiex wieħed ikun jista' jagħmel ameljorament f'dawk li huma proġetti.", "Wieħed jistaqsi, per eżempju, allura l-ħaddiema tal-gvern biss m'humiex kapaċi jagħmlu dan?", "Għandna daqshekk ħaddiema manwali u ħaddiema tekniċi, dawn m'humiex kapaċi jagħmlu dawn l-affarijiet kollha?", "Iva, jistgħu jkunu kapaċi jekk ikun hemm inizjattiva pero' l-gvern irid jinvolvi aktar interess nazzjonali billi jħeġġeġ ċerti entitajiet oħra biex huma wkoll jieħdu parti f'dan l-embellishment fl-irħula jew fl-ibliet tagħna.", "Fost il- postijiet imsemmija għandek il-Mall, li diġa' qed jiġi riabilitat u anke ħarġu offerti biex jiġu restawrati l-monumenti sbieħ li hemm hemmhekk, hemm l-Argotti botanical gardens, St Philip's gardens li huwa parti iktar 'l isfel minn hemmhekk, il-war memorial, l-RAF memorial, il-Christ the King monument, Manoel De Vilhena monument u dawk il-pjazez li hemm madwarhom.", "Għandna wkoll Sa Maison gardens.", "Hemmhekk hemm mixtla pero' dan l-aħħar qrajna dwar it-traskuraġni kbira li hemm fiha.", "Hemmhekk hemm ħafna monumenti u anke skrizzjonijiet ta' suldati li kienu hemm fi żmien l-ewwel gwerra dinjija u huwa dnub li dawk l-iskrizzjonijiet jitħassru.", "Huwa dnub li ma jiġux konservati u li dawk is-siġar li huma stabbiliti għal tant u tant snin jiġu traskurati jew abbandunati.", "Hemm ħafna x'wieħed isir u l- gvern qed jara x'interess jista' jkollhom l-organizzazzjonijiet u l-poplu Malti biex dawn il-postijiet jinżammu verament indaf.", "Mhux qed ngħidu li l- gvern se jerħi r-responsabblita', għax dawn l-affarijiet se jkunu taħt is- superviżjoni tal-gvern imma bl-interess privat.", "Dan qed isir għax nafu li meta jidħol il-privat ikun hemm aktar interess, ikun hemm iktar inizjattiva u iktar drive biex isiru l-affarijiet.", "Jekk naraw il-Belt, per eżempju, għandek il-lower and upper barrakka gardens li huma żewġ postijiet verament sbieħ u li grazzi għall-Ministru Francis Zammit Dimech qed jintnefqu eluf kbar ta' liri sabiex issir ir-riabilitazzjoni li hemm bżonn fuqhom.", "Hemm ukoll il-monumenti ta' Gorġ Borg Olivier, li warajh illum hemm il- Borża ta' Malta u naħseb li hu ideali li l-Borża ta' Malta tieħu hi l- inizjattiva li tara li dak il-post jibqa' jinżamm nadif.", "Hemm l-area ta' madwar il-monument ta' Dr. Paul Boffa, l-area ta' madwar il-monument ta' Dun Mikiel Xerri fi Pjazza Indipendenza, il-monument ta' Manoel Dimech quddiem il-Berġa ta' Kastilja u l-Queen Victoria monument.", "Għandna, per eżempju s-San Anton Palace Gardens li għandu potenzjal kbir u viċin tiegħu għandna wkoll il-mixtla ta' Wied Incita li wkoll il-gvern qed joffriha għal dawk l-organizzazzjonijiet privati li jistgħu jieħdu interess fiha.", "Hemmhekk hemm diġa' serer li nbnew riċentement u wieħed jista' jagħmel esperimenti anke fuq pjanti li mbagħad ikunu jistgħu jiġu mħawwlin f'diversi lokalitajiet bħala parti mill-embellishment tagħhom.", "Imbagħad hemm il-parks and heritage sites in Malta fejn għandna l-Buskett, il- Birgu fortifications, Bormla fortifications, Floriana fortifications, Mdina fortifications, Senglea fortifications, Valletta fortifications, Portes des Bombes u l-Wignacourt aqueduct.", "Dawn huma inizjattivi li naħseb għandhom jingħataw pubbliċita' qawwija sabiex il-pajjiż inżommuh aktar attraenti.", "Mill-banda l-oħra l-awtorita' ta' l-ippjanar għadha kif ippublikat landscape topic paper bħala parti mill-istructure plan review.", "Dan huwa kollu kumplimentari għal dawn il-programmi li għadni kif semmejt tal-Malta tourism authority u l-oħra ta' l-uffiċċju tal-prim ministru.", "Mr Speaker, xtaqt nitkellem ukoll dwar ir-rapport ta' l-uffiċċju ta' l- ombudsman għal din is-sena li ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra ftit tal-ġimgħat ilu.", "Waħda mill-affarijiet li laqtitni hija - u tajjeb li wieħed jikkummenta fuqha - dwar dak li jgħid l-ombudsman regarding complaints on the final settlement system.", "Nafu li llum-il ġurnata bil- final settlement system dak li jkun ikun qed iħallas it-taxxa waqt li jkun qed jaħdem.", "Din hija sistema differenti ħafna mill-PAYE system imma dak li jkun ikun jaf kemm għandu jħallas matul is-sena u dawn jinqatgħulu mill- paga.", "Dan huwa tajjeb għax dak li jkun ma jakkumulax arretrati pero' l- aktar ħaġa li qed iddejjaq lill-ombudsman u l-aktar ħaġa li kien hemm complaints fuqha hija proprju l-fatt li l-gvern qiegħed iġiegħel iħallsu fi żmien speċifikat lil dawk li għandhom jagħtu l-arretrati ta' l-income tax għall-1998 u qed jiċċarġja wkoll l-interessi.", "Mr. Speaker, fl-opinjoni tiegħi wieħed għandu jkun daqsxejn uman.", "Jiena nifhem li l-gvern irid jiġbor it-taxxi dovuti, imma għandna nkunu daqsxejn umani għal dawk li qed jirċievu kontijiet kbar kollha f'salt.", "Huwa vera wkoll li qed jagħtihom iċ-ċans biex jħallsu l-bank f'ċertu perjodu ta' żmien, imma jekk ma jitħallasx dak imbagħad trid tħallas interessi ta' 1% fix-xahar li trid tħallashom sa ċertu perijodu ta' żmien.", "Dan m'huwiex ġust għax mill-banda l-oħra mbagħad il-gvern mhux qed iħallas l-interessi ta' dak li għandu jagħti hu.", "Jiena nappella - u għalhekk qed nagħmel din qabel il-jiem tal-budget - biex il-Ministru tal-Finanzi jikkonsidra din il-ħaġa.", "Filwaqt li hemm ħafna nies li għandhom jagħtu l-income tax, hemm ħafna nies li għandhom jieħdu mill-income tax.", "Hemm min kellu jagħti ta' sena imma kellu jieħu għax ħallas ċejjed sena oħra u u mhux qed tiġi aċċettata li flok iħallas, dawn jinqatgħulu minn dawk li għandu jieħu.", "Almenu din il- ħaġa għandha tiġi aċċettata parzjalment.", "Jiena nagħmel dan l-appell lill- ministru tal-finanzi sabiex jikkonsidra dan li qed ngħid fil-budget.", "Mr Speaker, fil-ħames minuti li għad fadalli rrid ngħid li f'dawn l-aħħar jiem jiena spiċċajt minn board member fl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Kont ili seba' snin nokkupa din il-kariga u nista' ngħid li kienu seba' snin ta' ħidma kbira.", "Ma stajtx indum iżjed għax il-liġi tgħidlek li l-ebda board member ma jista' jdum għal iktar minn seba' snin mingħajr interruzzjonijiet.", "Jiena kont ili hemmhekk minn 1995 u kien se jiskadieli ż- żmien fl-aħħar ta' din is-sena pero' ħassejt li kien aħjar jekk jinħatar il-board u jkun hemm il-persuna li tiġi nominata min-naħa tal-gvern biex timla dan il-post.", "Mr. Speaker, jien inħares b'sodisfazzjon lejn is-seba' snin li għamilt fl- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dan kien żmien fejn tgħallimt ħafna, fejn rajt il-progress ta' pajjiżna għal dawn is-seba' snin u rajt ħafna proġetti fuq il-pjanti u llum qed narahom realta'.", "Kont immur nara l-proġetti li kienu ġejjin għad-diskussjoni, kont naħli ħafna mill-ħin matul il-ġimgħa u anke l- Ħadd filgħaxija ndur dawn il-postijiet pero' llum inħoss sodisfazzjon li nara ċerti proġetti li saru wara li ħafna ħidma bil-għaqal u ħafna dibattitu sħan li kien ikollna.", "Għamilna ħafna kundizzjonijiet sabiex dak li jinbena ma jħassarx l-ambjent, jew inkella dak li għamilna jkun ta' kwalita' aktar għolja.", "Kien hemm okkażjonijiet fejn il-ħajja kienet turbulenti ħafna, fejn kien hemm diskussjoni sħuna ħafna, fejn kien hemm kontroversji kbar, pero' fl-aħħar mill-aħħar inħares b'sodisfazzjon li dak li għamilna kien l-aħjar fiċ-ċirkostanzi.", "Fosthom insemmi l-ewwel seduta li kont attendejt.", "Niftakar fl-1995 kienet qed tiġi diskussa l-iskola ta' l-Imselliet, illum San Anton School.", "Niftakar l-oppożizzjoni kbira li kien hemm għal din l-iskola pero' llum-il ġurnata hija waħda mill-aħjar skejjel privati u hi aċċettata fl-ambjent li nbniet.", "Illum anke l-iskejjel qed nagħtuhom f'ambjenti rurali biex ma jsirux fl-irħula jew fl-ibliet tagħna u dwar dan, l-awtorita' ta' l- ippjanar llum ingħatat raġun.", "Rajt il-Hilton u bosta proġetti oħra imma l- ikbar sodisfazzjon li għandi wara li spiċċajt bħala membru ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar huwa ċ-ċertifikat li għadu kif kellha l-planning authority li ġiet iċċertifikata bħala thumbs up u bħala professjonista f'dak li huwa interess fl-environment, f'dawk li huma planning issues, f'dak li huwa programmi ta' conservation areas u forward planning.", "Ġie ċċertifikat li din l-awtorita' għandha high professionals within it.", "Dan jagħmel ġieh lill- membri u lill-impjegati ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li jaħdmu bis-sħiħ.", "Dawn għandhom programm fuqxiex jaħdmu u għandhom il-pjan ta' struttura approvat minn dan il-parlament li jimxu miegħu.", "Għad hemm ħafna affarijiet x'wieħed jirranġa pero' l-emendi li saru fil- liġi u li ġew in vigore fl-1 ta' Novembru se jġibu iktar progress fl- awtorita' ta' l-ippjanar f'dak li għandu x'jaqsam ma' applikazzjonijiet.", "Veru li jista' jkun hemm ċerti deċiżjonijiet li ma jkunux jogħġbu lil wieħed jew lill-ieħor, imma żgur li x-xogħol li qed tagħmel l-awtorita' ta' l-ippjanar huwa xogħol utli ħafna u li jservi ta' ġid għall-pajjiż.", "Issa se jagħmlu xi 15 topic papers u affarijiet fil-qasam ta' landscaping imma l- iktar li sar progress kien fuq il-local plan u l-istructure plan.", "Rigward il-local plans nittama li għal Marzu li ġej ikunu approvati kollha u jkunu lesti wkoll biex jiġu implimentati.", "Nirringrazzja lill-istaff kollu tal-planning authority u nittama li jkomplu bis-suċċess li bdew bih.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 7 ta' Novembru, 2001 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI BIL-MIKTUB", "MELLIEĦA – KAŻ TA' ŻGUMBRAMENT ORDNAT", "29201.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' żgumbrament ordnat mill- kummissarju ta' l-artijiet li qed inbgħat separatament dwar raba' fl-inħawi ta' l-aħrax tal-Mellieħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-każ ilu jiġi nvestigat mill-Uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sa minn April 1999 u li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ssottometta l-pożizzjoni tiegħu, dwar dan il-każ, lill-Kummissarju ta' l-Artijiet sa minn April 1999.", "PRODUTTURI TAL-LAĦAM", "29202.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress li sar dwar it-talba tal- produtturi tal-majjal sabiex jkollhom żieda fil-prezz tal-laħam tal-majjal li jiproduċu?", "Kemm fil-fatt hija ż-żieda fil-kilo li qed titlob il-kooperattiva tal- produtturi tal-majjal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li t-talba għaż-żieda fil-prezz tal- majjal għadha qed tkun evalwata.", "PRODUTTURI TAĊ-ĊANGA", "29203.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex matul dawn l-aħħar 4 xhur il- produtturi taċ-ċanga friska tħallsu bejn Lm60 u Lm65 għall-qantar ċanga tal-baqra flok Lm75 u Lm80 l-qantar u għall-laħam taċ-ċanga ta' l-għoġiela Lm95 u 105 l-qantar meta s-soltu kienu jitħallsu Lm115 u Lm110 għall-istess laħam?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru offra lill-KPH li jinqatlu l-baqar mill-istess kooperattiva biex jinqata' xi abbuż.", "Fil-fatt il-qatla bħalissa hi kompleta u l-KPH ma kellhiex għalfejn tintervjeni għaliex il-produtturi qed jingħataw prezz raġjonevoli u m'humiex jagħmlu undercutting lil xulxin.", "SAJJIEDA", "29209.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-aħħar żviluppi tal-kwistjoni bejn is-sajjieda Għawdxin u Tuneżini?", "Kemm saru laqgħat Interministerjali u laqgħat ma l-Ambaxxata tat-Tuneżija f' Malta u mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Tuneżin?", "ONOR.", "JOE BORG: Apparti mill-kuntatti diretti li saru bejn l- Awtoritajiet tas-Sajd taż-żewġ pajjiżi, meta l-Ministeru rċieva rapport uffiċċjali dwar l-inċidenti li kienu nqalgħu bejn sajjieda Maltin u Tuneżini fl-ibħra internazzjonali, l-Gvern Malti talab lill-Gvern Tuneżin sabiex jinvestiga.", "Fil-laqgħat li saru bejn rappreżentanti taż-żewġ Gvernijiet, kien hemm qbil li ż-żewġ naħat għandhom jikkollaboraw flimkien ħalli jsibu soluzzjonijiet dejjiema dawn il-problemi.", "Dan il-punt ħareġ ċar aktar u aktar matul iż-żjara li għamel il-Prim Ministru Malti fit- Tuneżija fil-25 u s-26 ta' Ottubru 2001.", "ĊIMITERJU ĠDID", "29250.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari nru.", "28858 dwar iċ- ċimiterju fir-Rabat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt illi nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26335, ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ser tagħmel kull sforz biex tidentifika sit fil-Pjan Lokali li jilqa` għal dan il-bżonn.", "Dan is-sit irid ikun jirrispetta wkoll kriterji ambjentali, fosthom il-ħarsien ta` art agrikola ta` kwalita tajba, protezzjoni tal-aquifer u l-impatt fuq il- landscape, aċċess adegwat għal vetturi u provvediment ta` parkeġġ għal karozzi.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "29252.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jirrimedja għat-talba pendenti ta' l-anzjana (li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament) sabiex tidħol f' Mtarfa Home?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna msemmija applikat biex tidħol fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Imtarfa f'Marzu li għadda u fl-istess xahar sarilha l-assessment soċjali.", "L-assessment mediku sar f'Awissu li għadda.", "Il-każ tagħha qed jiġi kkunsidrat.", "PA - FORTI CHAMBRAY", "29300.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar id- deċiżjoni li hemm min-naħa tal-kumpanija li qed tibni l-kumpless residenzjali/turistiku f'Forti Chambray li twaqqa l-barracks militari?", "Xi grad ta' protezzjoni jgawdi dan il-bini?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-konfini tal-Forti Chambray għad hemm żewġ barracks militari.", "Wieħed huwa dak li nbena fi żmien l- Ordni u l-ieħor huwa il-Married Quarters mibni mis-Servizzi Ingliżi.", "Dawn iż-żewġ binjiet minħabba l-importanza storika tagħhom, kienu fost l- istrutturi identifikati biex jinżammu fid-Development Brief li sar dwar l- istess forti.", "Dwar l-ewwel wieħed ma teżisti ebda talba biex isir xi tibdil ħlief ir- restawr u xi tibdil żgħir li huma koperti bil-permessi maħruġa mill- Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Dwar it-tieni wieħed, jiġifieri l-barracks Ingliż, fil-preżent l-Awtorita` għandha applikazzjoni mill-iżviluppaturi biex dan jitwaqqa`.", "PA - MILITARY BARRACKS F'CHAMBRAY", "29301.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk kienx hemm permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks f'Chambray?", "X'sar minnhom dawk li tneħħew?", "X'passi se tieħu l-Awtorita?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill- enforcement officers ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fl-24 ta` Settembru 2001, irriżulta li kienu tneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks.", "Peress li ma hemmx permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jitneħħew twieqi u aperturi mill-military barracks f`Chambray, inħarġet enforcement notice ECF 1018/01 li tgħid: Għandek żvilupp mhux skond il-kundizzjonijiet tal-permess PA 3941/93 maħruġ fil-31 ta` Lulju 1995 (Document No. 72.1) li jikkonsisti fi tneħħija ta` l-aperturi tal-injam mill-Barracks.", "Għalhekk ix-xogħol fuq il-military barracks f`Chambray ġie mwaqqaf u ma tħalliex jitkompla.", "PULIZIJA - MARKI TAS-SWABA", "29302.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru b' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 29031 jgħid jekk ittiħditx DNA ta' dawk kollha li nġibu mill-pulizija dwar it-tkissir fl- Imnajdra fil-ġimgħa l-kbira li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma għandi xejn x`inżid mat-Tweġiba li jien tajt għall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 29031.", "PA - FORTI CHAMBRAY", "29303.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid hemmx xi proċeduri għaddejjin biex Forti Chambray tiġi trasferita f'idejn differenti minn dawk li qed jokkupawha bħalissa?", "X'sehem għandu d-dipartiment ta' l-artijiet f'dan iċ-ċaqliq?", "Se jkun hemm diskussjoni fil-parlament dwar dan it-trasferiment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet ma għandu l-ebda talba mingħand iċ-ċenswalisti biex il-Fortizza ta` Chambray tiġi trasferita.", "PA - WEBSITE", "29304.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom fil-website tagħha l- Awtorita' ta l-Ippjanar tagħti dettalji dwar il-kontravenzjonijiet li jsiru, dwar x'passi jittieħdu, isem l-enforcement officer iżda mbagħad ma ssemmix lil min ikun għamel il-kontravenzjoni?", "Tikkunsidra ddaħħal dan it- tagħrif fil-website?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni fuq il-web site tal-Awtorita` hija immirata għall-gwida u informazzjoni tal- pubbliku.", "F`dan ir-rigward, l-Awtorita` timxi skond il-provvedimenti tal- Att ta` l-Ippjanar, kif ukoll fuq linji ta` gwida dwar 'Data Protection'.", "F`dan il-kuntest, l-isem ta` min għamel il-kontravenzjoni m`huwiex ippublikat u saħansitra f`ħafna sitwazzjonijiet l-anqas ikun magħruf.", "INSTITUT GĦALL-ISTUDJI TURISTIĊI", "29305.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jivverifika jekk l-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi humiex kollha qed jieħdu l-istipendju li huma intitolati għalih?", "Kemm minnhom mhumiex jieħduh?", "Meta se jieħduh?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li minn total ta' 703 student fulltime fuq il-kotba ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (li minnhom 102 student huma taħt l-iskema ta' ESTS u allura jitħallsu mill-ETC, 54 student biss mhumiex intitolati g[al stipendju.", "Minn dawn il-54 student, 3 huma barranin u għalhekk skond ir-regolamenti ta' l-Istitut mhumiex intitolati għal stipendju.", "Ir-raġunijiet għaliex il- 51 studenti l-oħra ma jieħdux l-istipendju huma varji, iżda dejjem skond ir-regolamenti ta' l-istess Istitut.", "Dawn ivarjaw minn g[aliex student ikollu aktar minn 23 sena (mature student), g[al dawk li jkun fadlilhom xi module biex jispiċċaw il-kors.", "Infurmat li l-ewwel ħlas ta' l-istipendju għax-xahar ta' Ottubru jitħallas fl-aħħar ta' Novembru.", "INVESTIGAZZJONI", "29336.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Avukat Ġenerali bediex investigazzjoni dwar kif tagħrif li ħareġ fl-inkjesti dwar il-qtil ta' Lino Cauchi u l-mewt ta' Gianni Psaila li kienu fl-uffiċju tiegħu spiċċaw imxandra fil-ġurnali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat mill-Avukat Generali illi r-risposta hi fl-affermattiv ovvjament f`dak li jirrigwarda l-Ufficju tal-Avukat Generali.", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29337.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "28983 minħabba li l-informazzjoni mitluba hi ta' interess nazzjonali, għar- raġuni li wieħed jara l-kompożizzjoni tal-bordijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-etajiet, nerġa nitlob lill-Ministru sabiex jew mill-karta' ta' l-identita', jew inkella minn sorsi ta' informazzjoni oħra bħal computer, jagħti l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed tintalab m'hijiex faċilment aċċessibbli.", "Barra minn hekk, biex tinġabar din l- informazzjoni, f'ħafna każi irid isir kuntatt dirett ma' l-individwu, li f'dan il-każ ikun ifisser kuntatt ma' madwar erba' mitt persuna.", "Naħseb li l-Onorevoli Membru japprezza li dan ix-xogħol jitlob ammont ta' żmien u riżrosi umani li jistgħu jiġu utilizzati aħjar.", "QRATI – PRIM IMĦALLEF", "29338.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ħdax-il sena kienx hemm xi okkażjoni li persuna li kienet President tal-Qorti fil-kariga ta' Prim Mħallef tatu r-riżenja mill- kariga?", "Meta seħħ dan?", "X' kienet ir-raġuni?", "U x' ġara mir-riżenja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li ma kien hemm ebda Prim Imħallef li ta r-riżenja tiegħu fiż-żmien imsemmi.", "EXCISE DUTY – RETAIL PRICE", "29339.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hi l-excise duty fuq ir-retail price tas-sigaretti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif jidher fit- Tielet Skeda li hemm ma' l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa fejn jirrigwarda l- partita Sigaretti r-rata ta' dazju tas-sisa hija ta' 53.1% tar-retail price magħdud magħha l-ammont ta' 4c5, fuq kull pakkett ta' għoxrin sigarett jew parti minnu.", "Fl-istess waqt iżda hemm taxxa minima ta' 52c3 fuq kull pakkett.", "EXCISE DUTY – RETAIL PRICE", "29341.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid minħabba li fl-Unjoni Ewropea l-inqas excise duty fuq is-sigaretti hi 57% tar-retail price x' kienet il-pożizzjoni ta' Malta fin-negozjati li għaddejjin?", "Intalab xi transition period biex l-excise duty li trid l-Unjoni Ewropea ma jidħolx mill- ewwel?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-rata ta' tassazzjoni fuq is-sigaretti f'Malta, jiġifieri l-Excise Duty flimkien mall-Value Added Tax, hija diġa' konformi mar-rata minima permessibbli skond ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk ma kien hemm ebda bżonn li jintalab xi forma ta' arranġament speċjali f'dan ir-rigward.", "QRATI – ĦATRA TA' IMĦALLEF", "29343.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Maġistrat Michael Mallia kien avviċinat biex jingħata l-ħatra ta' Imħallef?", "Il-Maġistrat Mallia kien aċċetta dan?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li saret il-komunikazzjoni bejn il-Gvern u l-Maġistrat inbidlitx il-pożizzjoni tal-Gvern?", "Jekk inbidlet x' kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma jidirilhix li jkun għaqli li għal kull ħatra ta` Imħallef il-Gvern jgħid lil min avviċina, lil min ma avviċinax u għaliex.", "INTERN - SAFAR", "29371.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek?", "Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.", "AGRIKOLTURA U SAJD - SAFAR", "29372.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir- responsabbilita tiegħek?", "Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal- applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - SAFAR", "29373.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek?", "Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l- aħħar ta' Settembru 2001 il-Ministeru għal Għawdex nefaq b'kollox is- somma ta' Lm 7,596.69 fuq safar.", "Minn din is-somma l-ammont ta''Lm1,144.23 intefaq fuq safar relatat ma' l-Unjoni Ewropea.", "SAĦĦA - SAFAR", "29374.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek?", "Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra f'xi seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - SAFAR", "29375.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir- responsabbilita tiegħek?", "Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal- applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA", "29376.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fid-Dipartiment tal-Emerġenza ta' spiss pażjenti mhux qed jiġu provduti bis-silġ meta jknu hemm il-bżonn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li d-Dipartiment ta` l-Emerġenza m'għadux juża l-magna tas-silġ għall-pazjenti.", "Id-dipartiment qed juża ice packs li huma disposable.", "Għal xi żmien kienu out of stock iżda issa il-konsenja ta` l-ice packs waslet.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - TARIFFI", "29418.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "INTERN - TARIFFI", "29419.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-uniċi tariffi li żdiedu f`xi dipartiment / entita` li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern huma r-rati ta` ħlasijiet għall-applikazzjonijiet lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Dawn huma kif jidher fl-Avviż Legali 275 ta` l-2000, li b`effett mill-1 ta` Jannar 2001, amendaw ir-rati ta` ħlas dwar bini kif kuntemplati f`Avviż Legali 112 ta` l-1996.", "AGRIKOLTURA U SAJD - TARIFFI", "29421.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li ma kien hemm ebda żieda f'xi tariffi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd.", "SAĦĦA - TARIFFI", "29422.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "GĦAWDEX - TARIFFI", "29423.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li ma kien hemm l-ebda żieda fit- tariffi mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex matul il- perijodu msemmi.", "AFFARIJIET BARRANIN - TARIFFI", "29424.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?", "ONOR.", "JOE BORG: Id-drittijiet għall-awtentikazzjoni ta' ċertifikati li kienu ta' LM2 ġew riveduti bis-saħħa tal-Avviż Legali 237 ta' l-2001.", "Jien qedt kopja ta' dan l-Avviż Legali fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 612 tat- 8 ta' Ottubru 2001."]} {"filename": "19981116_011d_par.doc", "date": "1998-11-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 11 It-Tnejn, 16 ta' Novembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 11", "It-Tnejn, 16 ta' Novembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "11", "It-Tnejn, 16 ta' Novembru, 1998", "WERREJ MINUTI 536", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 536", "TQEGĦID TA' KARTI 540", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR ĦLASIJIET GĦAL ĦTIĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI 541", "AĠĠORNAMENT 565", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 570", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 10 li saret fil-11 ta' Novembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "61.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni għomja?", "Kemm minn dawn huma taħt il-35 sena?", "Kemm minn dawn għandhom xi diżabilita' jew mard ieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Skond ir- reġistru nazzjonali tal-persuni b'diżabilita', in-numru ta' persuni li għandhom nuqqas ta' vista huwa ta' 435; in-numru ta' persuni b'nuqqas ta' vista taħt il-35 sena huwa ta' 88; u n-numru ta' persuni li minbarra n- nuqqas ta' vista għandhom diżabilita' jew mard ieħor huwa ta' 221.", "Skond statistika miġbura mid-dipartiment tas-sigurta soċjali, in-numru ta' persuni li jbatu minn nuqqas ta' dawl huwa ta' 112, jiġifieri dawn qed jirċievu l-pensjoni għad-diżabilita'.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ilment partikolari li spiss nisimgħu bih huwa li dawn il-persuni m'humiex intitolati għall-eżenzjoni mid-dazju fuq il-karozza privata tagħhom, xi ħaġa essenzjali għal dawn in-nies jekk verament nixtiequhom jintegraw ruħhom fis-soċjeta'.", "Jista' allura l- Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jinkludi miżuri bħal dawn fil- budget li jmiss ħalli dawn in-nies, li tant ilhom jistennew li xi ħadd jirrealizza li huma għandhom l-istess drittijiet bħal persuni b'diżabilita' oħra, ikunu jistgħu jgawdu minn dan il-benefiċċju huma wkoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naturalment il-konċett ta' sussidju mill-gvern għal xiri ta' karozzi huwa marbut mal-ħsieb li wieħed għandu jinkoraġġixxi l-integrazzjoni u l-aċċessibilita'.", "Ċertament li l-mezz tat- trasport huwa element importanti ħafna għal dawn in-nies.", "Madanakollu minn dejjem saret distinzjoni bejn dawk il-persuni b'diżabilita' li jistgħu u għandhom huma stess isuqu l-karozzi tagħhom, u dawk il-persuni b'diżabilita' li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux isuqu huma stess.", "L- iskemi li eżistew sal-lum dejjem taw għajnuna sostanzjali lil dawk il- persuni b'diżabilita' li jsuqu l-karozza huma stess.", "Nista' ngħid li f'każijiet ta' dan it-tip normalment il-karozza tiġi adapted għalihom, xi ħaġa li tinvolvi spejjeż sostanzjali.", "Imma mbagħad nerġa' nirripeti li hemm kategorija ta' persuni b'diżabilita' li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jsuqu karozza.", "Biex nagħti xi eżempji, nista' nsemmi persuni b'diżabilita' mentali, persuni b'diżabilita' li huma taħt it-18-il sena - u allura jiddependu fuq il-ġenituri jew fuq il-carers - persuni neqsin mid-dawl.", "Dawn huma kategoriji ta' nies li qatt ma jistgħu jsuqu karozza u allura jingħataw sussidju inqas minn dawk il-persuni b'diżabilita' li jsuqu l-karozza huma stess.", "Issa l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi jekk nistgħux, jew jekk għandniex, nagħtu dan is-sussidju lill-persuni msemmija f'din it-tieni kategorija.", "Issa dwar dan jien nirrikmanda ċerta prudenza u kontroll, fis-sens li filwaqt li kemm jista' jkun wieħed għandu jinċentiva lil ġenituri u lil carers biex jixtru karozza huma stess ħalli dawn il-persuni jkunu jistgħu jintegraw ruħhom iktar fis-soċjeta', fl-istess ħin nifhmu li fil-maġġoranza l-kbira tal-każi l-karozza tibda tintuża għal skopijiet oħra wkoll.", "Għalhekk wieħed għandu jifhem li għandha ssir preferenza ma' dawk l- applikanti li jkollhom xi forma ta' diżabilita' u li għalihom il-karozza hija bżonn kruċjali kemm biex imorru x-xogħol kif ukoll biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja iktar integrata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, kulħadd jaf li jeżistu kondizzjonijiet ta' natura medika li jwasslu persuna biex titlef id-dawl bħal, per eżempju, id-diabete.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk isirx screening regolari fuq dawk in-nies li jbatu minn dan it-tip ta' mard jew kondizzjonijiet - jien semmejt id-diabete' bħala eżempju - minħabba li l- prevenzjoni tgħin biex dawn il-persuni ma jaslux f'dik il-kondizzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien naħseb li jkun iktar f'loku li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru tas-Saħħa.", "Il-miżuri ta' screening u miżuri oħra simili jaqgħu taħt il-ministeru tas-saħħa u mhux taħt il- ministeru għall-politika soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Rita Law, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm hemm għaqdiet ta' persuni neqsin mid-dawl li fil-preżent għandhom xi talbiet pendenti quddiem l-awtorita' konċernata sabiex jiżviluppaw ċerti inizjattivi li jkunu maħsubin biex jintegraw lil dawn il-persuni fl-ambjent modern tal-lum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien ma nistax nagħti din ir-risposta hekk, su due piedi, għaliex inkun irrid nivverifika mar-records li għandna.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant tagħmilli din il-mistoqsija bil-miktub inkun nista' nagħtiha risposta wara li nkun ivverifikajt mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, bħalissa qed titħaddem il-policy li l- familjari ta' persuna li tkun qiegħda f'wheelchair ikunu jistgħu japplikaw biex jingħataw permess għal reserved parking space.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk hemmx xi ħsieb li din il-policy tinbidel jew jekk sarux xi talbiet biex jiġi kkonsidrat jekk anke dawk il-persuni b'diżabilita' li m'humiex qegħdin f'wheelchair jingħataw id-dritt li japplikaw għall-permess ta' reserved parking space?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, din il-kwestjoni tar-reserved parking space hija waħda li ħafna nies huma interessati fiha u jixtiequha - għax naturalment isibuha komda - pero' aħna rridu nifhmu li m'għandniex infasslu l-policies għall-kumdita' iżda għandna nfassluhom għall-bżonn.", "Sal-lum il- ħsieb wara s-servizz tar-reserved parking space kien indirizzat lejn dawk il-persuni b'diżabilita' fiżika li jagħmlu użu minn karozza biex jittrasportaw lilhom infushom, jew inkella biex jittrasportawhom.", "Imma issa qed ikollna talbiet - u fil-fatt ilu jkollna dawn it-tip ta' talbiet - ta' ċirkostanzi oħrajn li filwaqt li wieħed jifhem il-ġenwinita' tagħhom, ma nistgħux nikkonsidrawhom minħabba ċerti limitazzjonijiet.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax jekk inkomplu nwessgħu dan il-konċett se nispiċċaw bit- toroq ta' pajjiżna mimlijin b'reserved parking spaces, bil-konsegwenza li mbagħad jekk jinqala' każ ta' bżonn veru ma nkunux nistgħu nwieġbu għall- bżonn ta' dak il-każ għax ma jkunx possibbli għalina li nneħħu xi reserved parking space ta' xi ħadd li jkun joqgħod fl-istess triq.", "Sal-lum il- policy kienet - u naħseb li hija policy tajba - li reserved parking space jingħata lil dik il-persuna li minħabba d-diżabilita' fiżika li jkollha tkun qiegħda f'wheelchair, u li tagħmel użu minn karozza biex tkun tista' tmur fuq il-post tax-xogħol tagħha jew biex tkun tista' tintegra ruħha fis- soċjeta'.", "Sur President, ma jidhirlix li din il-policy għandna nbiddluha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, meta l-Ministru Gonzi kien chairman tal- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', l-istess kummissjoni kienet ħadet l-inizjattiva li taħtar kumitat, biex insejjaħlu hekk, li kien jikkonsisti f'rappreżentant minn kull naħa tal-Kamra.", "L-idea kienet li dawn iż-żewġ rappreżentanti jiltaqgħu mal-kummissjoni minn żmien għal żmien ħalli hi min-naħa tagħha tkun tista' tinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti dwar il-problemi li tkun qed tiltaqa' magħhom.", "Il-Ministru ma jaħsibx li din kienet inizjattiva tajba li għandha terġa' tidħol fis-seħħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, biex inkunu aktar preċiżi naħseb li jkun tajjeb li ngħid li kien taħt l-amministrazzjoni preċedenti li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu nnominati żewġ deputati minn kull naħa tal-Kamra fuq din il-kummissjoni.", "Ċertament li jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nibqgħu nħaddmu din il-policy, għalkemm niftakar li oriġinarjament il-ħsieb tal-kummissjoni kien li r-rappreżentanti tal-Kamra m'hemmx għalfejn ikunu jifformaw parti mill-kummissjoni imma minflok ikun hemm speċi ta' kumitat konsultattiv, kif qed jgħid l-Onor.", "Mario Galea, li jkollu fih iż-żewġ rappreżentanti taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fil-fatt dawn iż-żewġ rappreżentanti kienu jiltaqgħu maċ-chairman tal-kummissjoni, kienu jikkonsultaw bejniethom, kienu jirċievu kopji tad-dokumentazzjoni tal- minuti tal-laqgħat kollha li jsiru, kienu jagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom u kienu jkunu huma l-ispokespersons tal-qasam tal-persuni b'diżabilita' f'dan il-parlament.", "Sur President, naqbel perfettament li deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom jipparteċipaw fix-xogħol tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Naħseb li kull wieħed minna f'din il-Kamra għandu jħossu responsabbli għall-fatt li l-qasam tal-persuni b'diżabilita' jittratta issues ta' integrazzjoni fis-soċjeta'.", "Ilkoll kemm aħna għandna d-dmir li kull inizjattiva li tittieħed f'din il-Kamra tiġi eżaminata wkoll fid-dawl tal-prinċipju ta' l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilita' fis-soċjeta'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, billi issa fil-liġi se nibdew nirriferu għal persuni għomja bħala \"persuni b'viżjoni batuta\", jista' l- Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni ta' \"persuni b'viżjoni batuta\", ħalli ma jkunx hemm diżgwid jew abbuż fis-servizzi li jingħataw lil dawn in-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, fil-fatt ma nafx jekk il-kliem eżatt huwiex \"persuni b'viżjoni batuta\" jew inkella \"persuni b'nuqqas ta' dawl\", pero' hija l-liġi stess li tistabilixxi x'inhu l-livell ta' nuqqas ta' vista li jintitola lil dak li jkun għall-benefiċċji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, minkejja li ta' spiss nitkellmu dwar kemm hu importanti li persuna nieqsa mid-dawl, jew inkella persuna għamja - biex b'hekk inkunu qed ninkorporaw id-definizzjonijiet kollha - tintegra ruħha fis-soċjeta', sal-lum dawn il-persuni għadhom ma jingħatawx taħriġ mill-awtoritajiet konċernati, inkluż mill-għaqdiet, biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti.", "Jien qed ngħid dan għax ġieli jinqalgħu ċirkostanzi fejn dawn il-persuni jispiċċaw ikollhom jgħixu weħidhom.", "Fil-verita' nemmen li biex wieħed ikun konsistenti ma' dak li jgħid għandu jara kif jista' jutilizza l-aħjar riżorsi li għandu sabiex dawn il-persuni jkunu jistgħu tabilħaqq jintegraw ruħhom fis-soċjeta' tagħna u l-Ministru għandu jikkonsidra li f'pajjiżna jkun hawn appartamenti maħsuba għal persuni għomja sabiex dawn ikunu jistgħu jgħixu f'ambjent soċjali indipendenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma nafx jekk fhimtx lill-Onor.", "Interpellant tajjeb.", "Fhimtu tajjeb li semma l-kelma \"appartamenti\"?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien nemmen li persuni neqsin mid-dawl jistgħu jintegraw ruħhom f'ambjenti ta' akkomodazzjoni bla ebda diffikulta' ta' xejn.", "Huwa veru li għad fadlilna ħafna x'nagħmlu f'dan il-qasam u li għad irridu naħsbu għal iktar faċilitajiet għal dawn il-persuni, pero' ma jidhirlix li għandu jkollna xi tip ta' policy fejn aħna nibnu appartamenti li fihom ikunu jistgħu joqogħdu biss persuni neqsin mid-dawl.", "Jien ma nafx jekk fhimtx lill-Onor.", "Interpellant tajjeb, biex inkun fair miegħu, pero' jekk dan huwa s-suġġeriment li qed jagħmel jiddispjaċini ngħid lu li ma naqbilx miegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li biex inti titgħallem taħdem fuq computer, l-ewwel trid tgħaddi minn ċertu background edukattiv u jkollok lil xi ħadd jgħallmek u jiggwidak, u jekk, per eżempju, trid li jkollok il-liċenzja tal-karozza l-ewwel trid issib lil min jgħallmek issuq.", "Li qed nipprova ngħid huwa li persuni neqsin mid-dawl għandhom bżonn xi tip ta' edukazzjoni u support ħalli għada pitgħada jkollhom biżżejjed know-how sabiex, jekk jiżviluppaw ċirkostanzi familjari fejn dawn ikunu jridu jgħixu ħajja indipendenti u jiltaqgħu ma' xi periklu bħal, per eżempju, xi gas jew water leakage, dawn il-persuni, permezz ta' l- edukazzjoni li jingħataw, ikunu jafu kif jindunaw b'dan u x'għandhom bżonn jagħmlu.", "Jien qed inqajjem din l-awareness għaliex safejn naf jien s'issa din it- tip ta' edukazzjoni m'hijiex qed tingħata lil persuni neqsin mid-dawl u nemmen li aħna m'għandniex nintegraw lil dawn il-persuni biss permezz tad- definizzjonijiet u ta' l-artikli tal-liġi imma f'kull qasam tal-ħajja għax dawn il-persuni b'hekk biss ikunu qed jintegraw ruħhom verament fis- soċjeta'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien naħseb li l-Onor.", "Membru mhux qed ikun korrett meta qed jgħid li m'hu qed isir xejn f'dan il-qasam.", "Naf li kemm il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kif ukoll diversi aġenziji oħrajn li l-gvern jixtri s-servizz mingħandhom, jinkludu bħala parti mit-taħriġ tagħhom dak li jissejjaħ life skills sabiex persuna nieqsa mid-dawl tkun tista' tgħix ħajja iktar indipendenti.", "Li kieku l-Onor.", "Membru poġġa l- osservazzjoni tiegħu f'sens differenti - jiġifieri li għad fadal ħafna iktar x'nagħmlu f'dan il-qasam - kont ċertament naqbel miegħu, pero' li jgħid li m'hu qed isir xejn naħseb li m'huwiex qed ikun korrett għax naf persuni neqsin mid-dawl li saħansitra spiċċaw jaħdmu f'post produttiv - fil-fatt naf anke min qed jaħdem fil-qasam tat-traskrizzjoni tad-dibattiti ta' dan il-parlament stess fuq il-computer - u ċertament li għandna bżonn nisimgħu b'ħafna iktar stejjer ta' suċċess f'dan ir-rigward għax dawn juru li bi ftit kuraġġ u kreattivita' dawn il-persuni mhux biss huma kapaċi jgħixu indipendenti ġewwa darhom imma huma kapaċi saħansitra jaqilgħu l- għajxien tagħhom u ma jirċevux il-benefiċċju soċjali li jagħtihom il-gvern biss imma wkoll ikunu kontributuri huma stess għall-iżvilupp ta' l- ekonomija.", "Jien naf li l-Onor.", "Interpellant jaqbel ma' dan li qed ngħid.", "Aktar kmieni jidher li fhimt ħażin dak li kien qed jgħid, għaliex jien ħsibt li hu kien qed jissuġġerixxi xi tip ta' appartamenti għal dawn il- persuni.", "Issa qed nifhem il-punt tiegħu, jiġifieri li għandna naħdmu iżjed biex inħarrġu persuni neqsin mid-dawl b'mod intensiv ħalli dawn ikunu kapaċi jiffaċċjaw ir-realtajiet ta' kuljum.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport datat 31 ta' Marzu 1997 dwar varjazzjonijiet bejn l- audited financial statements u r-rapport amministrattiv (Kunsill Lokali Marsa); u", "Lista ta' vakanzi fil-kariga ta' diretturi fis-servizz pubbliku li dehret maċ-Ċirkolari OPM 13/98 flimkien ma' lista' ta' vakanzi oħra li kien hemm fl-istess gradi qabel Marzu 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 946.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-kategorija ta' diżabbilta' ta' persuni reġistrati fir- reġistru nazzjonali ta' persuni b'diżabbilta' fil-11 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1084;", "u f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 245 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 tal-Kors għall-University Undergraduate Certificate in the Education of Children with Learning Difficulties - Cert.", "ECLD; u", "Avviż Legali Nru. 246 ta' l-1998 - Ordinamenti għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakulta' tal-Mediċina u l-Kirurġija, 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra: Avviż Legali Nru 248 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (Emenda Nru. 2); u", "Exemption Order skond is-subartiklu (2) ta' l-artiklu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income in konnessjoni ma' capital gains fuq trasferiment ta' proprjeta' bejn il-Malta Government Investments Limited u Maltacom public limited company.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 250 ta' l-1998 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att dwar il-Professjoni ta' l-Inġinerija; u", "Avviż Legali Nru 251 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar l- Assigurazzjoni għal Indennizz fil-Professjoni ta' l-Inġinerija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt iffirmat fis-17 ta' Frar 1998 bejn Maltacom p.l.c. u s-Sur Tony Mejlaq bħala Chief Executive tal-kumpannija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 734.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 249 ta' l-1998 - Regolamenti ta' l-1998 dwar il- Formuli tat-Trabi u l-Formuli tal-Prosegwiment; u", "Kopja ta' ittra mibgħuta mid-Dipartiment tas-Saħħa lill-Kunsill Lokali ta' l-Isla fid-29 ta' Ottubru 1998 dwar użu tal-post Nru. 2, Triq Santa Katerina, l-Isla, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 939.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR ĦLASIJIET GĦAL ĦTIĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett tal-Mozzjoni Nru. 21 hawn mehmuża, skond l-artikolu 58 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, jirrakkomanda l-imsemmija mozzjoni għall-konsiderazzjoni tal- Kamra.", "4 ta' Novembru 1998", "L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nipproponi:", "Billi l-artikolu 58 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Att Numru XV ta' l-1993) jipprovdi illi ''Ħlasijiet għal ħtiġijiet speċjali ta' lokalita' jew lokalitajiet għandhom isiru biss b'eċċezzjoni u wara Riżoluzzjoni għal hekk mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati''; u", "Billi huwa xieraq li din il-Kamra talloka somma flus sabiex tagħmel tajjeb għal żbilanċi soċjali u demografiċi ta' xi Kunsilli Lokali; u", "Billi fl-Estimi għas-sena 1998 il-Kamra tad-Deputati approvat taħt Vot Rikorrenti Numru 32 l-infiq tas-somma ta' mhux iżjed minn żewġ miljuni u ħames mitt elf liri Maltin (Lm2,500,000) għall-ħtiġijiet speċjali lill- Kunsilli Lokali;", "Għalhekk qiegħed jiġi b'dan riżolut li s-somma ta' żewġ miljuni, erba' mija u ħamsa u għoxrin elf, disa' mija sitta u disgħin liri Maltin (Lm2,425,996) tiġi allokata lill-Kunsilli elenkati fil-Memorandum mehmuż*, bħala fondi għal ħtiġijiet speċjali għas-sena finanzjarja tal-Kunsilli Lokali li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999.", "Il-ħlasijiet lil kull Kunsill (kif muri fil-Memorandum mehmuż*) qed jingħataw għall-ħteġijiet speċjali li ġejjin:", "(i) minħabba l-ħtieġa ta' tqegħid ta' pavimenti speċjali f'toroq u mogħdijiet f'ċentri storiċi;", "(ii) minħabba l-ħtieġa ta' tagħmir speċjali f'toroq storiċi;", "(iii) minħabba l-bini ta' playgrounds għat-tfal f'lokalitajiet fejn m'hemmx dawn il-faċilitajiet;", "(iv) minħabba pjani biex jinbnew jew biex ikunu jistgħu jiġu wżati grawnds tal-futbol f'lokalitajiet fejn ma jeżistux dawn il-faċilitajiet;", "(v) minħabba nuqqas ta' faċilitajiet jew tagħmir meħtieġ fuq ix-xtut;", "(vi) minħabba l-ħtieġa ta' faċilitajiet u tagħmir għal postijiet ta' rikreazzjoni fil-kampanja;", "(vii) minħabba żbilanċ ikkawżat mill-ispiża għaż-żamma u manutenzjoni ta' ċerti faċilitajiet pubbliċi li teċċedi n-nefqa per kapita li tkun daqs jew iktar minn 10 fil-mija ta' l-allokazzjoni totali;", "(viii) minħabba żbilanċ li jirriżulta meta l-medja ta' numru ta' residenti għal kull dar tkun ta' anqas minn jew daqs 2.0;", "(ix) minħabba żbilanċ ikkawżat bil-frekwenza ta' nies minn barra l- lokalita' għaliex fil-lokalita' jkun hemm għadd kbir ta' ċentri ta' negozju;", "(x) minħabba spejjeż li jridu jagħmlu Kunsilli li għandhom ''surface area'' u popolazzjoni żgħira, liema spejjeż ma ħasbitx għalihom il- formula li tinsab fl-Għaxar Skeda ta' l-Att;", "(xi) minħabba toroq li jkunu ser jingħataw wiċċ mill-ġdid (resurfaced) bħala parti mill-Programm għat-Tiġdid tat-Toroq;", "( xii) minħabba funzjonijiet u obbligazzjonijiet speċjali tal-Belt Valletta;", "(xiii) minħabba funzjonijiet speċjali ta' l-Imdina u l-Birgu;", "(xiv) minħabba l-introduzzjoni ta' l-iskema pilota ta' Servizzi ta' Gwardjani Lokali.", "Biex jintlaħaq l-iskop fl-ewwel kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn wieħed u ħamsin elf, erba' mija u tmienja u disgħin liri Maltin (Lm51,498);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tieni kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn sitta u ħamsin elf, tliet mija u disgħa u ħamsin liri Maltin (Lm56,359);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tielet kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn ħamsa u għoxrin elf, disa' mija u disgħa u għoxrin liri Maltin (Lm25,929);", "Biex jintlaħaq l-iskop fir-raba' kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjara li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn wieħed u tletin elf, ħames mija u tmienja u ħamsin liri Maltin (Lm31,558);", "Biex jintlaħaq l-iskop fil-ħames kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn sebgħa u tletin elf, u erbgħa u tletin liri Maltin (Lm37,034);", "Biex jintlaħaq l-iskop fis-sitt kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn ħamsa u erbgħin elf, mitejn u tnejn u tletin liri Maltin (Lm45,232);", "Biex jintlaħaq l-iskop fis-seba' kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn għoxrin elf, mija u tlieta u disgħin liri Maltin (Lm20,193);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tmien kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn mija u tmienja u tletin elf disa' mija u erbgħin liri Maltin (Lm138,940);", "Biex jintlaħaq l-iskop fid-disa' kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn mitejn u disgħa u tletin elf, mitejn u tlieta u ħamsin liri Maltin (Lm239,253);", "Biex jintlaħaq l-iskop fl-għaxar kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn mitejn u ħamsa u sittin elf liri Maltin (Lm265,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fil-ħdax-il kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999, għandha tkun ta' mhux aktar minn miljun u erba' mitt elf liri Maltin (Lm1,400,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tnax-il kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn tletin elf liri Maltin (Lm30,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fit-tlettax-il kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn erbgħin elf liri Maltin (Lm40,000);", "Biex jintlaħaq l-iskop fl-erbatax-il kriterju, s-somma allokata għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 1999 għandha tkun ta' mhux aktar minn ħamsa u erbgħin elf liri Maltin (Lm45,000).", "Kopja tal-memorandum imsemmija fil-mozzjoni ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal- Kamra fis-seduta 5 tat-2 ta' Novembru.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, quddiem il-parlament illum għandna riżoluzzjoni li tipprovdi għal ħlasijiet li jridu jsiru lill-kunsilli lokali għal ħteġijiet speċjali tagħhom.", "Tajjeb li forsi nibda biex ngħid li skond is-sistema adottata mill-parlament - tidher li hija maqbula bejn iż-żewġ naħat għaliex iż-żewġ naħat ipprattikawha - il-fondi għall- kunsilli lokali huma maqsuma fi tnejn, u ċioe' fondi ordinarji u l-fondi speċjali.", "Il-fondi ordinarji huma dawk il-fondi li huma maħduma fuq formula ta' area u ta' popolazzjoni, u huma maħsuba biex jissupplixxu lill- kunsilli lokali bi flus biżżejjed biex jilħqu l-ħteġijiet ordinarji, jiġifieri dawk li ġew devoluti lilhom bħala parti mil-liġi.", "Il-fondi speċjali, liema fondi qegħdin nitkellmu fuqhom illum, huma ntiżi għal żewġ skopijiet:", "L-ewwelnett meta saru l-fondi ordinarji, il-gvern sab li ċerti poteri devoluti lil dawk il-kunsilli ma kenux qegħdin koperti tajjeb biżżejjed bil- funds ordinarji, u allura l-ewwel skop tal-fondi speċjali huwa li jkun hemm aġġustament fil-quantum tal-fondi biex jagħmlu tajjeb għal dawk id- diskrepanzi li nstabu; u t-tieni nett sabiex tingħata opportunita' lil kunsilli lokali li jkunu jistgħu jagħmlu tajjeb permezz ta' dawn il-fondi għal ċerti attivitajiet speċjali tagħhom.", "Kif qrajt fil-mozzjoni, il-fondi provduti huma varji u diversi u jmorru minn reinstatement ta' toroq - li huwa l-ikbar fond u fil-fatt hemm provduti Lm1.4 miljun għalih - għal tqegħid ta' pavimenti speċjali f'ċentri storiċi u upgrading ta' playgrounds.", "Għandna wkoll numru ta' fondi li jieħdu ħsieb jaġġustaw l- iżbilanċi li ħarġu mill-fond ordinarju.", "Per eżempju, għandna fond li jikkonsidra l-lokalitajiet żgħar u jittoppjalhom l-ammont li huma jirċievu in vista tal-fatt li ċerta amministrazzjoni hija bżonjuża kemm f'postijiet żgħar kif ukoll f'postijiet kbar.", "Mr Speaker, li hemm komuni bejn iż-żewġ fondi huwa li m'hemmx l-użu tad- diskrezzjoni governattiva kif il-flus jitqassmu bejn kunsill u ieħor, prinċipju li jidher li qed jaqblu fuqu ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kemm il- fond speċjali kif ukoll il-fond ordinarju jitħaddmu fuq il-bażi ta' ċerti formoli pre-stabiliti u la d-dipartiment u wisq inqas il-ministri konċernati ma qatt kellhom xi say biex jiddeċiedu kemm għandhom jieħdu l- kunsilli individwali.", "L-użu tad-diskrezzjoni governattiva hija limitata biex jiġi stabilit l-ammont globali li jkun se jiġi destinat biex jitqassam, jiġifieri bażikament l-użu tad-diskrezzjoni jidħol meta jsir il- budget u allura hemmhekk il-gvern jiddetermina kemm se jivvota bħala somma globali, bħala fondi ordinarji u bħala fond speċjali, u meta jiġi biex isir il-fond speċjali, il-ministru wkoll jiddeċiedi l-ammont ta' kull sub-fond f'dak il-fond speċjali.", "Irrid ngħid ukoll li meta wieħed jiġi biex jara kif ġiet użata d- diskrezzjoni fir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna, u allura kemm ġie, per eżempju, deċiż li jiġi vvotat għal pavimentar fiċ-ċentri storiċi jew għat- toroq, isib li l-ministru uża d-diskrezzjoni tiegħu bażikament fuq l-istess linja li ssegwi mill-bidu li bdew isiru dawn il-fondi.", "Tajjeb li ngħid li filwaqt li d-diskrezzjoni hija bażikament limitata, hemm użu ta' diskrezzjoni fl-ammont globali li kull gvern jivvota għall-kunsilli lokali biex jintnefqu matul is-sena.", "Meta ngħid dan, irrid nikkonstata ovvjament il-fatt li matul l-aħħar sentejn rajna tnaqqis fil-fondi allokati lill- kunsilli lokali.", "Waqt li fl-1996 il-kunsilli lokali kellhom għad- dispożizzjoni tagħhom Lm9.75 miljun, fl-1998 dawn niżlu għal Lm8.3 miljun, tnaqqis ta' Lm1.5 miljun li jirrappreżenta madwar 16% ta' dak li kellhom available għalihom il-kunsilli lokali.", "Bi tnaqqis hekk drastiku wieħed ma jistgħaġibx li kien hemm effett negattiv fuq il-ħidma li setgħu jagħmlu l- kunsilli lokali.", "Tajjeb li fil-bidu nett ngħid ukoll li r-riżoluzzjoni li għandna quddiemna u l-mod kif tqassmu l-fondi, kif ukoll l-ammont globali allokat għal kull fond, huma deċiżjonijiet li ttieħdu mill-gvern preċedenti.", "Din ir-riżoluzzjoni hija bbażata fuq dak li ġie vvotat fil-budget f'Novembru tas-sena l-oħra - fejn kienu ġew ivvotati Lm2.5 miljun - u qed tittressaq minn dan il-gvern minkejja li kienet ġiet ippreparata mill-gvern preċedenti.", "Din ir-riżoluzzjoni ma tbiddel assolutament xejn minnha ħlief li fil-fund tal-local wardens il-ħsieb tal-gvern preċedenti kien li l- Lm45,000 ivvotati jiġu allokati lil tliet kunsilli differenti filwaqt li l- ħsieb ta' dan il-gvern huwa li ma jiġux allokati speċifikament lil tliet kunsilli imma jintużaw b'mod aktar wiesa' u aktar tard nispjega għaliex għamilna din is-slight difference.", "Mill-bqija, nerġa' ngħid, li din hija riżoluzzjoni li mill-bidu sa l-aħħar ġiet ippreparata mill-Gvern ċentrali preċedenti u aħna ħallejniha hekk, mhux għaliex kienet ippreparata hekk imma għaliex naqblu mal-ħsieb li hemm espress fiha u allura jien nistenna li jkun hawn consensus ċertament fuq il-vot għaliha.", "Irrid nosserva pero' li jidher li dieħla tendenza bil-mod il-mod li din ir-riżoluzzjoni tiġi ppreżentata kemmxejn tard.", "Il-financial year tal-kunsilli lokali jibda fl-1 ta' April u tispiċċa fil- 31 ta' Marzu, u llum qegħdin f'nofs Novembru u waqt li wieħed jifhem li ċ- ċirkostanzi li għadda minnhom il-pajjiż din is-sena setgħu affettwaw xi ftit id-data tal-preżentazzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni, irrid ngħid li anke s-sena ta' qabel ir-riżoluzzjoni ġiet ippreżentata fl-aħħar ta' Ottubru.", "Ma naħsibx li huwa tajjeb li riżoluzzjoni bħal din tiġi ppreżentata sitt xhur wara li tkun bdiet is-sena finanzjarja tal-kunsilli lokali u naħseb li għandna nimmiraw li wieħed jippreżenta din it-tip ta' riżoluzzjoni almenu qabel ir-recess tas-sajf - dejjem jekk insibu ħin f'dan il-parlament - sabiex il-kunsilli lokali jkollhom il-fondi available għalihom kemm jista' jkun malajr.", "Xtaqt ukoll nissofferma ruħi ftit fuq il-punt dwar jekk il-formola preżenti hijiex adegwata jew le.", "Sur President jien nistieden lill-membri li se jitkellmu f'dan id- dibattitu sabiex iħarsu ftit lejn jekk huwiex opportun li naraw wasalx iż- żmien li nbidlu l-mod ta' kif qed isir il-funding u naraw x'alternattivi hemm.", "Qed ngħid hekk għaliex jekk wieħed, per eżempju, iħares lejn il-fond għaċ-ċentri storiċi u jara l-proġetti li kienu ġew approvati, isib li għadna qed nipprovdu fondi għall-proġetti li ġew preżentati fl-1995 - fil- fatt mill-1995 'il hawn ma ġewx aċċettati proġetti ġodda - u li hu preokkupanti huwa li filwaqt li tajna Lm346,000 bħala fondi għal proġetti li approvajna fl-1995, għad baqgħalna nagħtu Lm673,000 ħra.", "Bir-rata li konna mexjin biha rridu sitt snin oħra biex naslu biex napprovaw il- proġetti li kellna fl-1995.", "Ovvjament li ġara wkoll kien li l-agreement mal-kunsilli lokali kien li dawn kellhom jimmeċċjaw lira b'lira l-fondi li jagħtihom il-gvern għall-proġetti speċjali u dan huma m'għamluhx.", "Fir- realta' jien ma tantx nista' nlum il-kunsilli lokali li m'għamlux dan għaliex f'dawn l-aħħar sentejn dawn sabu tnaqqis ta' 16% fil-fondi ordinarji tagħhom u ma naħsibx li kienu f'pożizzjoni li jimmeċċjaw lira b'lira dak li kien qed joħroġ il-gvern.", "L-istess jista' jingħad għall-fond li jipprovdi għal bini ta' playgrounds.", "Hawnhekk ukoll qed nitkellmu fuq proġetti li ġew sottomessi fl-1995 għax wara l-1995 ma ġie aċċettat xejn iktar.", "S'issa tajna Lm125,000 u baqgħalna nagħtu Lm217,000.", "Jiġifieri bir-rata li għaddejjin biha baqgħalna erba' snin oħra biex nipprovdu fondi fi proġetti li approvajna fl-1995.", "Rigward il-fond li jipprovdi għal faċilitajiet u tagħmir għal postijiet ta' rikreazzjoni fil-kampanja, il-proġetti again imorru lura għall-1995, tajna Lm150,000 u baqgħalna nagħtu Lm383,000, b'liema rata baqgħalna seba' snin oħra sakemm naslu.", "Dwar il-fond għar-resurfacing tat-toroq naħseb li l-formola adottata sentejn ilu qatgħet id-diskrezzjoni min-nofs u żgur li ħadd mill-kunsilli lokali ma jista' jgħid li qed jiġi favorit xi kunsill iktar minn ieħor.", "Pero' hawnhekk ukoll ir-realta' hi li biex isir resurfacing tat-toroq li ġew individwati fl-1995 baqgħalna seba' snin oħra.", "Jien ma naħsibx li hemm xi soluzzjonijiet faċli għal din is-sitwazzjoni u għalhekk qed nistieden lill-Kamra tara toħroġx b'xi proposti partikolari.", "Jien naħseb li l-fondi kif qegħdin illum qed iħarsu wisq 'il bogħod u ma jistax ikun li proġett li jkun ġie approvat fl-1995 nispiċċaw nagħtuh il-fondi seba' snin jew tmien snin wara.", "Irridu xi tip ta' tibdila li b'xi mod tfondi proġetti li huma vijabbli f'temp qasir.", "Hawn tajjeb li forsi nirriferi għar-raġuni tal- bidla għall-fond (G).", "Kif għidt, is-sena l-oħra l-gvern preċedenti kien alloka Lm45,000 f'dan il-fond sabiex imorru għall-pilot project tat-traffic wardens system.", "Dawn il-Lm45,000 tqassmu hekk: Lm15,000 għall-Belt Valletta, Lm15,000 għal Tas-Sliema u Lm15,000 għal San Pawl il-Baħar.", "Fir-realta' dawn il-fondi ma ntnefqux imma baqgħu għand il-kunsilli għaliex ma sar xejn mil-lat amministrattiv biex jimplimenta b'xi mod is-sistema.", "L-uniku post fejn kien hemm ftit wardens temporarjament kien f'Tas-Sliema pero' dawn ma ġewx funded minn dawn il-Lm15,000 u għalhekk il-fondi għadhom f'idejn il- kunsill.", "Kif kelli okkażjoni diġa' nispjega, dan il-gvern qiegħed jaħseb b'mod differenti ħafna fuq l-introduzzjoni tal-wardens u aħna deherilna li f'dan l-istadju, filwaqt li naqblu li għandu jkun hemm vot ta' Lm45,000 fuq il- wardens, ma jidhrilniex li huwa ż-żmien li nallokawhom b'mod partikolari lil xi kunsill lokali partikolari imma sejrin nużawhom bħala funds għal meta jidħlu l-wardens u t-tribunali lokali.", "Fil-fatt aħna qed ngħidu li l- allokazzjoni għal dawn il-flus għandha ssir skond kriterju, b'modalitajiet determinati mid-dipartiment tal-kunsilli lokali, wara konsultazzjoni ma' l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, u dan għamilnieh għaliex aħna qed naħsbu b'mod differenti ħafna fuq it-traffic wardens u fuq it-tribunali lokali milli kien qed jagħmel il-Gvern preċedenti.", "Fl-opinjoni tiegħi hemm hemm tliet differenzi bażiċi bejn il-gvern preżenti u l-gvern preċedenti.", "L-ewwel waħda hija li filwaqt li l-gvern preċedenti kien qiegħed jaħseb biex il-kontroll u l-impjieg tal-wardens isir b'xi mod ċentralizzat, aħna jidhrilna li dan għandu jsir mill-kunsilli lokali nnifishom.", "It-tieni waħda hi li filwaqt li l-gvern preċedenti kien ried idaħħal bilfors lill-kunsilli reġjonali u jimponi kunsill reġjonali fuq il-kunsilli lokali, aħna jidhrilna li s-sistema għandha tkun li jkun hemm tribunal lokali u jekk iridu l-kunsilli lokali jistgħu jingħaqdu bejniethom u jagħmlu r-reġjonalita' huma mingħajr ma din tiġi mposta fuq il- gvern.", "It-tielet waħda hi li filwaqt li l-gvern preċedenti kien qed jaħseb biex id-dħul mill-multi minn kawżi lokali jmur prinċipalment għand il-gvern ċentrali, aħna qed ngħidu li wara li jinqatgħu l-ispejjeż amministrattivi li jista' jkollu l-gvern ċentrali, id-dħul mill-multi għandhom imorru kollha kemm huma għall-kunsilli lokali.", "Given dawn id-differenzi sostanzjali, aħna jidhrilna li f'dan l-istadju m'għandniex nallokaw dawn il- fondi direttament lil xi kunsill lokali partikolari imma l-ewwel irridu naraw liema kunsilli se jibdew iħaddmu s-sistema qabel l-oħrajn u għalhekk ikun iktar xieraq li nallokaw dawn il-fondi meta jkollna l-ewwel kunsilli lokali up and running b'din is-sistema.", "Mr Speaker, hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li f'din il-Kamra dejjem kien hemm qbil fuq il-prinċipju ta' l-eżistenza tal-kunsilli lokali u sa ftit taż-żmien ilu l-uniku nuqqas ta' qbil kien dwar jekk il-partiti politiċi għandhomx jipparteċipaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Jien ma naħsibx li dan, b'xi mod jew ieħor, jista' jattakka l-prinċipju tal- kunsilli lokali, pero' jidher li fil-Partit Laburista hemm rethinking.", "Jien dan nilqgħu bil-ferħ għax naħseb li se jiffaċilita ħafna affarijiet, fosthom xi emendi fil-liġi li kienet qed tikkonsidra l-amministrazzjoni preċedenti - u li għandha tibqa' tikkonsidra din l-amministrazzjoni - u naħseb li meta jittieħed dan il-pass inkunu qed nersqu iktar lejn ir- realta'.", "Fl-opinjoni tiegħi d-differenza li kien hemm u li forsi għad hemm bejn din in-naħa u n-naħa l-oħra tal-Kamra m'hijiex tant fuq l- eżistenza tal-kunsilli lokali jew kif dawn għandhom jaħdmu imma fuq l- importanza li għandhom jingħataw il-kunsilli lokali fis-sistema demokratika u amministrattiva ta' pajjiżna.", "Jien naħseb li d-differenza kbira bejn iż-żewġ naħat kienet li l-gvern immexxi mill-Partit Laburista kien pjuttost lukewarm lejn il-kunsilli lokali u ma kellux xi ħeġġa partikolari biex jinvolvihom fl- amministrazzjoni.", "Jien ma ngħidx li l-Gvern Laburista ried joqtol lill- kunsilli lokali assolutament, anzi jien naħseb li kien hemm difensuri kbar, fosthom wieħed mill-ex-ministri li kellu r-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, pero' naħseb li bħala thinking ma tantx kien hemm ħeġġa biex il- kunsilli lokali jiġu featured fiċ-ċentru amministrattiv tal-gvern.", "Sfortunatament b'riżultat ta' dan wieħed ikollu jikkonstata li ġraw ċerti affarijiet li bagħtu l-ħidma tal-kunsilli lokali lura.", "Hawnhekk irrid nerġa' nenfasizza li dan ma sarx konxjament imma sar għaliex il-messaġġi li kienu ħerġin miċ-ċentru kienu qed jindikaw li m'huwiex importanti li l- amministrazzjoni tal-gvern tagħti kas lill-kunsilli lokali u, kif għidt diġa', dan ġara minkejja li ċerti individwi kienu difensuri kbar tal- kunsilli lokali.", "Fil-fatt x'ġara minħabba din is-sitwazzjoni?", "Ġara li sparixxew il-liaison officers li kien hemm fid-dipartimenti u fil- korporazzjonijiet tal-gvern, li xogħolhom kien li jgħaqqdu l-bżonnijiet tal- kunsilli lokali u tad-dipartimenti individwali u jsibu s-soluzzjonijiet flimkien, u għalkemm dawn baqgħu jeżistu fuq il-karta fir-realta' ma baqgħux jeżistu.", "Sfortunatament jien sibt li dawn kienu saru qishom iħirsa għax filwaqt li huma baqgħu jeżistu fid-dipartiment, xogħolhom ma kellu x'jaqsam xejn mal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt ġara li s-servizz li bdew jagħtu xi dipartimenti u korporazzjonijiet lill-kunsilli lokali mar għall- agħar sew, u hawn bilfors ikolli nsemmi - għax isemmihom kull kunsill lokali - lill-Korporazzjoni Enemalta u lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Fil-fatt l-istatistika li teżisti fil-files tal-gvern turi li r- rata li biha l-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tlaħħaq mat-talbiet għal bdil ta' bozoz tat-toroq marret lura konsistentement u minkejja li sar intervent kemm mid-dipartiment tal-kunsilli lokali u saħansitra mill- ministru li kien responsabbli mill-kunsilli lokali dak iż-żmien, din il- korporazzjoni xorta baqgħet tmur pass lura.", "L-istess jista' jingħad għall- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għax ħafna drabi, minkejja l-isforzi kollha li saru mid-dipartiment tal-kunsilli lokali u mill-ministru preċedenti anke personali, il-livell tas-servizz li tat din il- korporazzjoni fir-reinstatement tat-toroq kien totalment inaċċettabbli.", "U xi ngħidu għal dawk il-ħafna talbiet li l-kunsilli lokali kienu jagħmlu lid- dipartiment ta' l-artijiet?", "Sal-lum hemm mijiet ta' talbiet li saru min-naħa tal-kunsilli lokali quddiem id-dipartiment ta' l-artijiet, u r-risposta li dejjem ħadna għaliex dawn ma ġewx ipproċessati hija għaliex dawn qed jistennew li ssir policy.", "Sadanittant it-talbiet baqgħu hemmhekk minkejja li wħud minnhom huma sempliċi ħafna.", "Per eżempju, fost dawn it-talbiet nistgħu nsemmu t-talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla biex ikollu uffiċċju għalih fi Triq San Ġużepp ġewwa bini tal-gvern.", "Fil-fatt din it-talba baqgħet ma ġietx proċessata minħabba li ma kellhomx direzzjoni minn fuq.", "Mr Speaker, bażikament din hi d-differenza bejn il-gvern preżenti u l-gvern preċedenti għax dan ta' l-aħħar ma tax importanza biżżejjed il-fatt li biex il- kunsilli lokali jkunu jistgħu jittieħdu bis-serjeta' hemm bżonn li s- sistema amministrattiva taqdi l-bżonnijiet tal-kunsilli lokali.", "Dan biex ma ngħidx ukoll li matul dawn l-aħħar snin il-kunsilli lokali mhux biss tnaqqsulhom il-flus imma wkoll ma sar l-ebda pass lejn id-devoluzzjoni u ma ttieħdet l-ebda inizjattiva ġdida, bil-konsegwenza li l-kunsilli lokali spiċċaw f'pożizzjoni fejn filwaqt li minn naħa kienu qed jiġu magħfusa finanzjarjament, min-naħa l-oħra kienu qed jiġu magħfusa b'tali mod li ma setgħux jiċċaqalqu.", "Forsi l-apice ta' kollox intlaħaq meta l-kabinett, li huwa l-ogħla istituzzjoni tal-gvern, iddeċieda li lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il- Baħar jeħodlu daqs nofs il-parti li għandu u jistatalizza lil Buġibba għax qal li billi Buġibba hija a tourist area, ikun jaqbel li jneħħiha minn taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u jagħmilha taqa' taħt parti mir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Jien nimmaġina li hekk kif ittieħdiet din id-deċiżjoni fil-konfront ta' Buġibba, hekk ukoll kien se jiġri fil-konfront ta' Wied il-Għajn, ta' Paceville, ta' Marsalforn u ta' kull fejn il-gvern jiddeċiedi li jagħmel xi proġett; li jneħħiha mir- responsabbilta' tal-kunsill lokali, jitfagħha fuq ir-responsabbilta' tiegħu u jonfoq il-flus hu.", "Mr Speaker, realta' li ma nistgħux naħarbu minnha għax tissemma fil-laqgħat li jkolli ma' kull kunsill lokali, indipendentement mill-maġġoranza li għandu, hija li kellna sentejn ta' waqfien.", "Ir-rappreżentanti Laburisti kienu jgħidu li dan kien dovut għall- ħofra li ħalla l-Partit Nazzjonalista warajh fl-1996 - issa jekk fl-1996 aħna ħallejna ħofra, fl-1998 sibna barriera - pero' żgur li l-barriera li llum għandna quddiemna m'hijiex se żżommna milli flimkien mal-kunsilli lokali nimxu 'l quddiem lejn triq li trid twassal l-ewwel u qabel kollox għal iktar finanzjament.", "Bla ebda dubju, il-bażi tal-ħidma tal-kunsilli lokali għandha tkun tikkonsisti f'finanzjament aħjar u dan il-gvern huwa kommess li jħares lejn il-finanzjament tal-kunsilli lokali bis-serjeta' u jiżgura li jkollna l- finanzi adegwati għalihom.", "Bla ebda dubju, il-messaġġi li jiġu miċ-ċentru jolqtu ħafna dak li jiġri fl-apparat statali u l-mod kif jitkellmu l-prim ministru u l-ministri fuq suġġett partikolari, f'dan il-każ il-kunsilli lokali, jaffettwa l-mod kif il-kapijiet tad-dipartimenti u tal- korporazzjonijiet jaħdmu fil-konfront tal-kunsilli lokali.", "Il-messaġġ illi aħna dejjem qegħdin nibagħtu huwa wieħed sempliċi, li l-kunsilli lokali mhux qegħdin hemmhekk biex sempliċement jibqgħu hemmhekk imma biex jitpoġġew fiċ-ċentru tal-ħidma amministrattiva tal-gvern.", "Aħna qegħdin ninsistu li kull dipartiment u kull korporazzjoni għandhom jerġgħu jwaqqfu minnufih il-local council desk office li jrid jaħdem biex jikkordina kemm l- inizjattivi tad-dipartiment li jolqtu lill-kunsilli lokali kif ukoll biex jittratta t-talbiet tal-kunsilli lokali f'dak id-dipartiment.", "Aħna rridu niżguraw li t-talbiet tal-kunsilli lokali, speċjalment dawk li jinvolvu xi tip ta' proġettar jew xi tip ta' talbiet li m'humiex fil-kors ordinarju, għandhom jittieħdu bis-serjeta' fid-dipartimenti u ma rridux li dawn jaqgħu fil-mare magnum ta' karti li jeżistu ġewwa d-dipartimenti tal-gvern.", "Fil-fatt kien proprju għalhekk li aħna ddeċidejna li fejn ikun hemm involuta xi tip ta' inizjattiva li m'hijiex fil-kors ordinarju tal-ħidma tal-kunsilli lokali u m'hijiex parti mir-responsabbiltajiet devoluti b'mod ġenerali lilhom, il-kordinazzjoni għandha ssir minn fuq u mbagħad tinżel 'l isfel u mhux naqbduha minn isfel u mbagħad jekk issib in-nifs, tipprova titla' 'l fuq.", "Mr Speaker, ta' min isemmi wkoll l-impenn li qed isir mhux biss fuq livell dipartimentali imma wkoll fuq livell ministerjali ħalli l-ewwel l- affarijiet jiġu deċiżi fil-prinċipju u mbagħad nidħlu fid-dettall wara.", "Impenn ieħor li għandna huwa li jsir programm sħiħ ta' devoluzzjoni u mhux kif ġara f'dawn l-aħħar sentejn, meta d-devoluzzjoni kienet saret bħall- ħares.", "Fil-fatt għandna programm għal żewġ tipi ta' devoluzzjoni, dik ġenerali u dik lokali.", "Jien nista' nsemmi ħafna affarijiet li huma ppjanati pero' se nsemmi biss erba' affarijiet li naħseb li jeffettwaw ħafna lill-kunsilli lokali.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li aħna qed nimmiraw li sas-sena d-dieħla se jkollna s-sistema kollha tal-wardens, tat-tribunali lokali u tal-multi lokali mdaħħla fuq livell ta' kunsilli lokali; jew jekk mhux se tkun imdaħħla s-sistema kollha se jkollna parti minnha sew imdaħħla.", "Qed ninkludi din il-possibbilta' minħabba raġunijiet ta' timing pero' jien ċert li jekk nibdew naħdmu fuqha, sa Frar, jew l-iktar sa Marzu tas-sena 2000, żgur li l-kunsilli lokali kollha se jkunu qed jaħdmu b'din is-sistema.", "It-tieni nett irridu nikkonkludu malajr kemm jista' jkun id- delega tar-reinstatement of roads, wara x-xogħlijiet li jsiru mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, għax ma jistax ikun li l-kunsilli lokali jibqgħu jonfqu eluf kbar ta' liri biex jagħmlu t-toroq u l-bankini biex imbagħad tmur tagħmel xi xogħlijiet hemmhekk il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma u tagħmel ir-reinstatement ta' kafkaf.", "F'dan il-każ irridu naslu għal delega - u qegħdin viċin ħafna biex naslu għaliha - sabiex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tħallas management fee lill-kunsilli lokali ħalli b'hekk ix-xogħol ta' reinstatement isir mill- kunsilli lokali a spejjeż ta' din il-korporazzjoni.", "Mr Speaker, aħna rridu naslu wkoll għal delega ta' bdil ta' bozoz mill- Korporazzjoni Enemalta.", "Fil-fatt konna ilna nitkellmu ma' l-Enemalta dwar dan minn Marzu ta' l-1996, pero' mill-file li għandi jirriżulta li d- diskussjonijiet ikkumplikaw ruħhom b'mod enormi tant li minn sempliċi bdil ta' bozoz u fanali tat-toroq spiċċajna nitkellmu fuq min se jħallas għall- istreet lighting u f'xi żmien kien hemm anke l-ħsieb min-naħa ta' l- Enemalta u min-naħa tal-ministru responsabbli mill-Enemalta li jibda jiġi ċċarġjat l-istreet lighting.", "Ta' min iżid jgħid ukoll li minn bdil ta' bozoz spiċċajna nitkellmu wkoll fuq bdil ta' substations u affarijiet oħra u spiċċajna biex tlifna l-iskop oriġinali.", "Aħna kulma rridu huwa li jekk tinħaraq bozza, il-kunsill lokali jkollu l-possibbilta' u l-faċilita' li jaqbad u jbiddilha u mhux imur għand l-Enemalta u jdum jistenna xi xahrejn jew tlieta biex ibiddel bozza.", "Mr Speaker, aħna qegħdin naħdmu wkoll fuq devoluzzjoni sħiħa tal-liċenzji li jeżistu fi ħdan il-pulizija.", "Illum il-kunsilli lokali huma aġenti ta' parti mil-liċenzji li għandhom il-pulizija, jiġifieri dik tat-trading licences, u aħna qed naħdmu fuq proġett li jrid jagħmel migration tal- liċenzji tal-Pulizija fl-awtoritajiet rispettivi li għandhom x'jaqsmu ma' dawk il-liċenzji u, at the same time li ssir din il-migration, issir delega mid-diversi dipartimenti lill-kunsilli lokali sabiex jagħmluha ta' aġenti tad-diversi dipartimenti.", "Dan kollu jrid joħloq one-stop shop għal min irid jieħu liċenzja u ċertament ma jistax ikun li nibqgħu nħaddmu s- sistema li jekk wieħed ikun irid jiftaħ ħanut tat-te', ikollu bżonn xi sitt liċenzji minn xi erba' dipartimenti differenti; jew li sid ta' restorant ikun irid imur iħallas lill-HCEB u jekk ikollu l-imwejjed barra jkun irid imur iħallas lid-dipartiment ta' l-artijiet, apparti li jkun irid iħallas ukoll lill-pulizija u lis-sanita'!", "Dan kollu huwa ħela ta' ħin għan- negozjant u għalhekk għandna naħdmu biex nagħmlu liċenzja waħda li titħallas għand il-kunsill lokali.", "Aħna qegħdin naħdmu wkoll biex ċerti liċenzji żgħar, bħal-liċenzji tal-kiosks waqt il-festa u tal-luna parks, imorru mal-ewwel għand il-kunsilli lokali.", "Fil-fatt preżentement dawn it- tip ta' liċenzji jitħallsu lill-pulizija u lid-dipartiment ta' l-artijiet imma aħna qed nagħmlu minn kollox biex neliminaw din is-sistema billi dawn jibdew jitħallsu lill-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, hemm ħafna affarijiet oħra li qed naħdmu fuqhom pero' fil- ftit ħin li baqagħli nixtieq nitkellem fuq id-devoluzzjoni lokali.", "Aħna jidhrilna li dan il-gvern għandu jagħti l-backing neċessarju lill- inizjattivi tal-kunsilli lokali biex dawn jamministraw proprjeta' tal-gvern jew tal-joint office li tkun qed tiġi wżata ħażin mill-gvern.", "Per eżempju, il-Kunsill Lokali ta' San Ġwann għandu talba quddiem id-dipartiment ta' l- artijiet biex mitħna antika, illi preżentement hija wżata bħala store minn dipartiment tal-gvern, jeħodha f'idejh hu ħalli jkun jista' jirriabilitaha u jżommha bħala parti mill-heritage.", "Din hija inizjattiva li għandha tiġi nkoraġġita u l-gvern għandu jidħol direttament biex jagħmel l-arranġamenti neċessarji ħalli dan ikun jista' jseħħ.", "Ħalli nsemmi eżempju ieħor, li forsi huwa xi ftit estrem.", "Peress li ġewwa Santa Luċija m'hemmx banek, xi żmien ilu l-kunsill lokali ta' dan il-lokal ftiehem mal-Mid-Med Bank biex almenu hemmhekk issir ATM ħalli n-nies tal-lokal ikunu jistgħu jiġu moqdija; u ta' dan il-kunsill lokali kien se jieħu madwar Lm100.", "Għalhekk dan il-kunsill lokali għamel talba lid-dipartiment ta' l-artijiet biex jingħata biċċa ħajt imma Alla jbierek id-dipartiment ta' l-artijiet mhux talli ċaħad din it-talba talli qalilhom li la kienu se jdaħħlu Lm100 ta' dan, l-agreement mal-Mid Med Bank jagħmlu hu u l-flus idaħħalhom il-gvern ċentrali.", "Din l-attitudni aħna ma ninkoraġġuhiex.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Il-Kunsill Lokali tal-Munxar ried jagħmel tabella bil-kliem \"Welcome to Munxar\", liema tabella kienet se tkun funded mill-Mid-Med Bank.", "Imma meta l-kunsill lokali talab il-permess lid-dipartiment ta' l-artijiet sabiex ikun jista' jwaħħal din it-tabella, dawn ġew informati li biex jitħaffru żewġ toqob ħalli tkun tista' titwaħħal din it-tabella kien jenħtieġ il- permess tad-dipartiment u tkun trid tinħareġ tender.", "Dawn huma attitudinijiet li ma nistgħux nibqgħu sejrin bihom.", "Issa hawn ta' min jirrimarka li dawn l-attitudinijiet ma kenux ġejjin mid-diretturi tad- dipartiment - minkejja li kienu d-diretturi tad-dipartiment li kienu qed jieħdu din l-attitudini - imma kienu ġejjin minn fuq u għalhekk aħna rridu nagħfsu fuq dawn it-tip ta' inizjattivi.", "Mr Speaker, meta dan l-aħħar kont qed naqra d-diskorsi li saru fuq il- kunsilli lokali sibt li bħal-lum sena l-Onor.", "Mangion kien qal - u naqbel miegħu dwar dan - li kull kunsill lokali jagħmel talba għal civic centre u rridu nirrealizzaw li jekk ikollna naċċettaw it-talba ta' kull kunsill lokali, lil kull kunsill lokali se jkollna nagħtuh Lm0.5 miljun u nispiċċaw biex ikollna xi 60 sports centre ġewwa Malta u Għawdex.", "Aħna naħsbu li m'huwiex neċessarju li jsiru dawn il-proġetti l-kbar għaliex la jagħmlu sens mil-lat finanzjarju u wisq inqas jagħmel sens li f'kull lokalita' jkollna sports centre mgħammar b'kollox; dawn it-tip ta' proġetti għandhom ikunu reġjonali iktar milli lokali.", "Pero' imbagħad hemm ċerti proġetti lokali li jistgħu jsiru mill-kunsilli lokali u li ħaqqhom is-sostenn tal- gvern ċentrali.", "F'dan il-każ il-gvern ċentrali għandu jħeġġeġ lill-kunsill lokali biex jagħmel dawn it-tip ta' proġetti u jekk hemm bżonn jipprovdilu l-flus biex ikun jista' jagħmilhom, ħalli mbagħad dawn jiġu mmexxija mill- kunsilli lokali, anke bl-għajnuna ta' interessi privati.", "Mr Speaker, fl-istess seduta sieħbi l-Onor.", "Mangion enfasizza wkoll il- ħtieġa - u hawnhekk jien naqbel miegħu wkoll - li jkollna politika li tħeġġeġ il-koperazzjoni bejn il-kunsilli lokali - sfortunatament għad għandna wisq kunsilli lokali li ma jikkoperawx flimkien fuq ċerti inizjattivi - pero' b'mod li ma nimponux għaliex dak kien il-ħażin li għamilna fil-konċett tat-tribunali reġjonali.", "Jien konvint li finanzjarjament ikun jagħmel sens lil kull kunsill lokali li jikkoopera, u hawnhekk se nġib eżempju żgħir biex nuri dan.", "Hekk kif twaqqfu l-kunsilli lokali kien hemm tliet kunsilli lokali ġewwa Għawdex li bdew jikkoperaw flimkien fuq l-iskart imma, għal xi raġuni jew oħra, wara sena jew sentejn kunsill lokali minnhom ma qabilx li jkompli miexi fuq dan il-konċett ta' koperazzjoni u għalhekk ftehmu biex kulħadd jimxi għal rasu.", "Fil-fatt malli dawn ma baqgħux jikkoperaw flimkien, kull kunsill lokali spiċċa biex kellu jħallas madwar Lm2,000 żejda fuq il-ġbir ta' l-iskart.", "Għalhekk hemm bżonn li noħolqu politika fejn il-kunsilli lokali jieħdu proġetti flimkien.", "Per eżempju, għandna numru ta' widien li jaqsmu diversi kunsilli lokali u hawnhekk nista' ngħid b'sodisfazzjon li l- Kunsilli Lokali ta' San Ġwann, ta' Tas-Sliema u dak tas-Swieqi qegħdin jikkoperaw fuq il-wied li jġonġihom, pero' għad hemm ħafna oħrajn li m'humiex qed jikkoperaw flimkien.", "Aħna m'aħniex se nwaqqfu ċentri sportivi f'kull kunsill lokali imma se nwaqqfuhom fuq il-bażi ta' reġjonalita'.", "Din in-naħa trid li jkun hemm koperazzjoni bejn il-kunsilli lokali pero' ma naqblu qatt li din it-tip ta' kooperazzjoni tiġi b'xi mod imposta miċ- ċentru.", "Aħna nemmnu li t-triq li twassal lill-kunsilli lokali 'l quddiem trid tibbaża ruħha fuq il-fiduċja fin-nies li hemm fil-kunsilli lokali, liema fiduċja jien ma ngħidx li hija għamja imma tiġi mill-esperjenza li ggwadanjajna f'dawn il-ħames snin.", "Dan ix-xahar il-kunsilli lokali se jagħlqu ħames snin imwaqqfa.", "Ċertament ħdejn pajjiżi oħra għadna fit-tfulija tagħna pero' naħseb li ħames snin jgħallmuna x'għandna nibqgħu nżommu u x'għandna nbiddlu.", "Żgur li l-esperjenza ta' ħames snin ta' kunsilli lokali ma kenitx tajba kollha u ċertament għad fadal ħafna x'wieħed jitgħallem.", "Fil-fatt jista' jkun li s- sena d-dieħla jkun hemm lok li din in-naħa tipproponi xi emendi għall-Att dwar Kunsilli Lokali, u jien nawgura li dawn l-emendi jkunu jistgħu jagħmluhom iż-żewġ naħat flimkien għaliex ma naħsibx li jekk naqblu fuq il- prinċipju tal-kunsilli lokali u fuq ħafna affarijiet oħra f'dan il-qasam, nistgħu ma naqblux fuq il-mod ta' kif inħarsu lejhom jew kif ħdimna fuqhom.", "Mr Speaker, jien ngħid li aħna għandna nkomplu nagħtu l-fiduċja tagħna lill-kunsilli lokali għaliex l-esperjenza wriet li minkejja l- limitazzjonijiet kollha li kellhom, speċjalment dawk il-limitazzjonijiet finanzjarji kbar li kellhom, iktar u iktar in vista l-fatt li din kienet esperjenza ġdida, ir-riżultat huwa wieħed pożittiv ħafna.", "B'mod ġenerali nistgħu ngħidu li l-kunsilli lokali mhux biss irnexxielhom jaqdu l- funzjonijiet li għalihom twaqqfu b'mod effiċjenti, talli ħafna drabi qdewhom b'inqas flus mill-gvern ċentrali.", "Ċertament hemm diversi inizjattivi li nistgħu ninkoraġġixxu li jittieħdu.", "Jien persważ li jekk kull wieħed minna juri fiduċja lejn il-kunsilli lokali nkunu nistgħu nsaħħulhom il-poteri, ngħabbuhom b'iktar responsabbiltajiet kif ukoll nagħtuhom iktar flus għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-benefiċċju ta' dan kollu la se jieħdu partit u lanqas se jieħdu ieħor imma se jieħdu l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom ?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, donnu fl-aħħar illejla bdejna nitkellmu xi ftit bis-sens u qed ngħid dan għax illum spiċċat il-kantaliena li dak kollu li għamel il-Gvern Laburista matul is-sentejn li għaddew kien kollu ħażin u negattiv.", "Fil-fatt ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna llum hija bbażata fuq l-istess prinċipji li kellha r-riżoluzzjoni li għamel il- gvern preċedenti.", "Għalkemm intqal - u dan jien naqbel miegħu - li wieħed għandu jħares ukoll lejn kif il-fondi speċjali għandhom ikunu amministrati, jien naħseb li l-prinċipju tar-riżoluzzjoni li ressaq il-Gvern Laburista ġie aċċettat, ħlief ovvjament għar-rigward tas-servizz ta' gwardjani lokali fejn il-gvern qed jamministra jew jestendi iktar fid-dawl tal-politika tiegħu.", "Nista' ngħid b'sodisfazzjon illi ġie aċċettat ukoll il-konċett tar- reġjonalita' - fil-fatt dan beħsiebni nitkellem fuqu iktar fid-dettall - jiġifieri li jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa fost il-kunsilli lokali flimkien.", "Hawnhekk qed jingħad li m'aħniex se nimponu fuq il-kunsilli lokali sabiex dawn jikkollaboraw flimkien imma jien naħseb li l-gvern ċentrali għandu jkun il-mutur li jippromwovi din il-kultura ta' kollaborazzjoni.", "Kif se nuri iktar 'il quddiem, din it-tip ta' kollaborazzjoni mhux biss hija fl-aħjar interess ekonomiku u finanzjarju tal-kunsilli lokali - għax ovvjament il-fondi tal-kunsilli lokali qatt m'huma se jkunu biżżejjed - imma wkoll se tagħti dak is-sens ta' koperazzjoni fuq livell reġjonali, li ċertament se jservi ta' ġid kbir għan- nies li jkunu joqogħdu f'dik il-lokalita'.", "Mr Speaker, il-poplu li qed isegwi dan id-dibattitu, kemm permezz tar- radju kif ukoll permezz tal-ġurnali, għandu jifhem hu wkoll il- funzjonijiet, il-poteri, il-limitazzjonijiet u dak kollu li l-kunsill lokali tiegħu jista' jagħmel.", "Mill-esperjenza tiegħi kemm ta' ministru responsabbli mill-kunsilli lokali kif ukoll ta' shadow minister tal- kunsilli lokali, naf li l-poplu jħares lejn il-kunsilli lokali b'mod pożittiv minkejja li tisma' ħafna tgergir fejn, min jgħidlek kontrihom, min jgħid li qegħdin għalxejn, min jgħidlek li m'huwiex moqdi xorta waħda u min jgħidlek illi ma jagħtux kasu.", "Imma bħal f'kull ħaġa oħra dejjem se ssib lil min jgħidlek favur u lil min jgħidlek kontra.", "Madanakollu wara li issa għaddew ħames snin minn mindu twaqqfu, ma nistgħux ngħidu li m'hemmx bżonn issir ri-evalwazzjoni għax il-problemi li dehru fl-1994 baqgħu jidhru fl-1995, fl-1996, fl-1997 - għax ma rridx ngħid li dawn spiċċaw fl- 1997 u reġgħu bdew issa - u anke fl-1998 għadhom hemmhekk.", "Kif qal b'mod ċar l-Onor.", "Gatt, jeżistu korporazzjonijiet u dipartimenti tal-gvern li ma jagħtux kas u ma jirrispondux għat-talbiet li jsirulhom mill-kunsilli lokali.", "Huwa veru li llum qed nerġgħu nintroduċu d-desk officer li kien ġie introdott bejn l-1994 u l-1995 - aħna konna nsejħu lil dan l-uffiċjal fl-isem ta' liaison officer - pero' xorta jibqa' l-fatt li l- istruttura governattiva tal-gvern, li hija l-makna tal-gvern, hija iebsa biex tiċċaqlaq u forsi minħabba t-tradizzjoni li żviluppat fuq għexieren ta' snin din baqgħet taħdem bis-sistema ta' karti kontra karti, ta' ħafna riferimenti għar-registry, ta' files li jgħaddu minn id għall-oħra u ta' ħafna kitba ta' minuti.", "Ir-realta' hija li għalkemm kulħadd jaf li l- amministrazzjoni ċentrali hija tqila ħafna, donnu m'hemm ħadd li huwa responsabbli verament sabiex iwassal l-affarijiet minn stadju għal ieħor.", "Din hija l-isfortuna tal-gvern ċentrali.", "Meta kont ministru n-nies lili dejjem kienu jgħiduli li l-iktar dipartiment li kienu jsibu effiċjenti u koperattiv kien proprjament dak tal- kunsilli lokali.", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex infaħħar lill-uffiċjali ta' dan id-dipartiment, li huma preżenti hawnhekk, imma biex naraw x'inhi r- raġuni.", "Forsi r-raġuni għal dan ġejja mill-fatt li dan huwa dipartiment ġdid, bħalma huwa l-land registry, fejn hemmhekk ukoll kulħadd jgħid li jinqeda malajr.", "Jien naħseb li meta dipartiment ikun ġie reformed u ma jkunx mgħobbi bil-konswetudni li żviluppat fuq għexieren ta' snin, dan iktar ikun lest li jikkopera u allura r-riżultat finali joħroġ aħjar.", "Per eżempju, nistgħu ngħidu li l-land registry hija lesta li tikkopera mal- kunsilli lokali biex dawn ikunu amministrati aħjar, billi jkollhom iktar informazzjoni fuq l-artijiet, anke fid-dawl ta' dak li l-joint office għandu taħt il-pussess u l-kontroll tiegħu.", "Xi rrid ngħid b'dan kollu, Mr Speaker?", "Illum, wara li għaddew ħames snin minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali jenħtieġ li nagħmlu ri-evalwazzjoni oġġettiva - u hawnhekk irrid nerġa' nenfasizza l-kelma \"oġġettiva\" - għax jista' jkun hemm ċerti dettalji u punti li wieħed ma jaqbilx kif għandu jimplimentahom u kif għandu jwassalhom.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel li l-kunsilli lokali huma pass pożittiv u li biex dawn jiġu apprezzati iktar mis-soċjeta' huwa importanti li s-servizz illi jkunu qed jagħtu jkun wieħed tajjeb u li jintlaħaq minn kulħadd biex finalment kull ċittadin jirrealizza li bl-eżistenza tal- kunsilli lokali jkun mar aħjar.", "Issa ħalli nispjega fiex jikkonsistu l- fondi speċjali li għandna quddiemna llum.", "Mr Speaker, l-ewwelnett ta' min jgħid li l-fondi speċjali huma dawk il- fondi li jwarrab id-dipartiment tal-kunsilli lokali wara li jingħata l-vot annwali mħabbar fil-budget, biex permezz tagħhom jiġu indirizzati ċerti inizjattivi u obbligi tal-kunsilli lokali.", "Jien dejjem għidt illi għalkemm il-kriterju li jintuża biex dawn il-fondi jitqassmu bejn il-kunsilli lokali m'huwiex perfett, huwa oġġettiv biżżejjed għax jieħu in konsiderazzjoni kemm il-popolazzjoni kif ukoll l-area li jkollha l-lokalita'.", "Li kieku ma jkollniex dan il-kriterju jien naħseb li l-ewwel tentazzjoni ta' kull ministru tkun li jalloka l-ikbar ammont ta' fondi lid-distrett fejn jikkontesta għax b'hekk almenu jnaqqas it-tgergir taċ-ċittadini tad- distrett tiegħu.", "Matul l-1997, jiġifieri f'dak iż-żmien li jien kont ministru responsabbli mill-kunsilli lokali, aħna konna qed nagħmlu analisi biex naraw x'nistgħu nagħmlu biex filwaqt li nwessgħu l-kriterju li bih jitqassmu l-fondi, naċċertaw ruħna li t-tqassim ta' dawn il-fondi jkun qed isir bl-iktar mod ekwu.", "Minkejja li l-fondi tal-kunsilli lokali kienu limitati minħabba r-realta' finanzjarja li l-gvern ċentrali ma setax jaħrab minnha, aħna ridna naċċertaw ruħna li kull kunsill lokali għandu l-fondi neċessarji biex ikun jista' jamministra s-servizzi li huwa fid-dmir li jagħti bl-iktar mod effiċjenti.", "Dak iż-żmien aħna konna enfasizzajna l- ħtieġa tal-value for money concept - għax huwa veru li l-liġi tal-kunsilli lokali timponi dan il-konċett imma aħna ridna wkoll nattwawh - u ridna nattwawh billi l-ewwelnett nistmaw kemm jiġu jiswew is-servizzi li huma fir- responsabbilta' tal-kunsilli lokali f'kull lokalita' u t-tieni nett billi naċċertaw ruħna li kull kunsill lokali għandu l-fondi neċessarji biex ikun jista' jaħdem, għax ovvjament iktar ma inti tgħabbi lill-kunsilli lokali b'responsabbiltajiet iktar ikollok iżżidilhom fondi.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa fuq l-allokazzjoni ta' l-ispecial funds, illi kif għidt diġa', huma fondi li jingħataw lill-kunsilli lokali għal skopijiet speċifiċi.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li dawn l-ispecial funds ma jingħatawx bl- addoċċ, jiġifieri sempliċement biex wieħed ikun qassamhom, imma jkun hemm għan marbut magħhom.", "Per eżempju, fl-1996 jien kont ħassejt li waħda mill- ikbar problemi li jiffaċċjaw il-kunsilli lokali hija proprjament ir- resurfacing tat-toroq u għalhekk kont issuġġerejt lid-dipartiment tal- kunsilli lokali li persentaġġ kbir minn dawn il-fondi għandu jmur għar- resurfacing tat-toroq.", "Fil-fatt imbagħad dan id-dipartiment kien ħadem ħafna biex jara x'inhu l-aħjar mod li bih isir it-tqassim.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jinnota li filwaqt li f'Jannar ta' l-1997 kienu ngħataw xi Lm1.1 miljun għat-toroq - fil-fatt dawn kienu fondi li l-Gvern Nazzjonalista kien diġa' ddeċieda li għandu jgħaddihom lill-kunsilli lokali pero' dawn kienu ġew approvati mill-Parlament biex jitqassmu f'Jannar - matul l-istess sena, permezz tal-budget ta' l-1997, kienu tqassmu Lm1.4 miljun u matul din is-sena ġew ivvotati Lm1.4 miljun oħra.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li matul dawn is-sentejn il-kunsilli lokali ngħataw madwar Lm3.9 miljun biex jagħmlu r-resurfacing tat-toroq.", "Ċertament hawnhekk wieħed jista' jistaqsi kemm minn dawn il-fondi ġew użati, imma jien naħseb li fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet fejn dawn il- fondi ma ġewx użati, ir-raġuni ma kenitx minħabba li l-kunsill lokali ma riedx jutilizzahom imma minħabba li meta kunsill lokali jiġi biex jagħmel resurfacing ta' triq, jiltaqa' ma' diversi problemi li jinqalgħu minħabba n- nuqqas ta' kordinament li jeżisti bejn il-Korporazzjoni Enemalta, il- Maltacom, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, il-Melita Cable Television u d-dipartimenti tal-gvern.", "Fil-fatt jien diġa' semmejt din il- problema s-sena li għaddiet għax kienet l-aktar problema li kienet iddejjaqni.", "Ma jagħmilx sens illi wara li jintnefqu tant flus biex tiġi resurfaced triq, imbagħad lanqas jilħaq jgħaddi xahar li ma terġax tinqala' minn xi korporazzjoni jew minn xi entita' oħra, bil-konsegwenza li mbagħad ir-reinstatement isir b'mod diżastruż.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li dan id-dewmien isir minħabba li meta kunsill lokali jiddeċiedi li jagħmel resurfacing ta' triq u jistaqsi lil xi korporazzjoni jew lil xi entita' oħra jekk għandux bżonn jgħaddi xi cable minn dik it-triq, din jew tibqa' ma tirrispondih qatt jew il-kunsill lokali jirċievi acknowledgement u kollox jaqa' fil-bir tas-skieken.", "Inkella tgħidlu li m'għandhiex pjanijiet għal dik it-triq partikolari biex imbagħad wara xi ġimgħatejn li jkun sar ir-resurfacing, tarahom ġejjin iħaffru t-trinek u jkissru l-bankini biex jgħaddu l-cable.", "Hawnhekk joħroġ ċar li jeżisti nuqqas ta' ippjanar miċ- ċentru, liema nuqqas ta' ippjanar imbagħad jirrispekkja ruħu fuq il-lokal u n-nies tal-lokal jibdew jgħidu: Ara x'inhu jagħmel il-kunsill lokali, l- ewwel irranġa t-triq u issa reġa' qalagħha!", "Dawn huma każijiet li ġraw u li għadhom jiġru u għalhekk huwa importanti li naraw kif se nsolvu l- problema ta' relazzjoni li hemm bejn l-amministrazzjoni ċentrali u dik lokali.", "Jien naf li l-ebda gvern m'hu se jirnexxielu jsolvi din il- problema malajr, pero' huwa fl-aħjar interess tal-lokalita' u tal-pajjiż kollu kemm hu li jinbeda programm biex il-fondi pubbliċi jintnefqu bl-iktar mod effiċjenti u ekonomiku għax, wara kollox, waħda mill-evalwazzjonijiet li wieħed irid jagħmel meta jkun qed jistudja l-konċett tat-twaqqif tal- kunsilli lokali hija appuntu kemm l-amministrazzjoni pubblika tkun qed titjieb u kemm l-infiq ikun qed jiġi esegwit b'mod iktar effiċjenti bit- twaqqif tal-kunsilli lokali.", "Per eżempju, hawn wieħed bilfors ikollu jistaqsi jekk hijiex qed issir dupplikazzjoni ta' xogħol minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali - fil-fatt din hija xi ħaġa li dejjem sħaqt fuqha u li se nkompli nisħaq fuqha - jew inkella kemm jagħmel sens li filwaqt li r-riżorsi tal-gvern ċentrali ma jintużawx, imbagħad ċertu xogħol jagħmluh kuntratturi privati.", "Fil-fatt dan ta' l-aħħar huwa punt xi ftit delikat u ċertament m'għandniex inħarsu lejh mil-lenti politika imma rridu nħarsu lejh bl-iktar mod prattiku, bl- iktar mod prammatiku u bl-iktar mod finanzjarju li jaqbel.", "Issa biex niftehmu, jien m'iniex qed ngħid li kunsill lokali m'għandux jagħmel kuntratt jew inkella li m'għandux joħroġ tender imma qed ngħid li huwa importanti ħafna li d-dipartimenti tal-gvern u l-korporazzjonijiet jagħmlu x-xogħol tagħhom sew ħalli jkunu kapaċi jikkompetu.", "Meta waqt li kont ministru kienu jiġu nies mid-dipartimenti tal-gvern jgħiduli li t-tali tender ma ħaduhiex u jien kont nara x'diskrepanza hemm bejn it-tender li tefgħu huma u t-tenders l-oħra, kont insib li jekk id-dipartiment jibqa' bl- istess perception ta' kif jagħmel tender qatt m'hu se jkun kapaċi jagħti l- iktar tender vantaġġuża lill-kunsilli lokali.", "Issa dan huwa aspett wieħed biss ta' din il-problema għax imbagħad hemm aspett ieħor ukoll.", "Irridu naċċertaw ruħna li meta ċerti tenders jingħataw lil kuntrattur privat fuq livell lokali, jintlaħaq kemm il-value for money kif ukoll il- livell tas-servizz.", "Ħafna drabi ssib li bejn offerta mitfugħa minn dipartiment tal-gvern u oħra mitfugħa minn kuntrattur privat, dik ta' l- aħħar tkun ħafna irħas u allura ovvjament imbagħad il-kunsill lokali jagħżel lill-kuntrattur privat, bil-konsegwenza li, per eżempju, jekk it- tender ikun jirrigwarda l-latrini, is-servizz tal-latrini tant imur lura li jew jispiċċaw jingħalqu jew inkella ma jkunx hemm min jieħu ħsiebhom u ssibhom dejjem maħmuġin.", "Naturalment hawnhekk jien qed nagħti biss eżempju għax dawn it-tip ta' problemi ma jinqalgħux biss fis-servizz tal-latrini imma wkoll f'diversi servizzi oħra.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li naraw li l-livell tas-servizz ikun assigurat.", "Ngħid għalija, jien dejjem ngħid li huwa aħjar li nonfoq Lm10 u jkolli servizz tajjeb milli nonfoq Lm9 u s-servizz ikun ħażin għax fl-aħħar mill- aħħar l-ispiża tispiċċa biex tiġini ogħla.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex imbagħad ikolli nerġa' nħallas għal dak is-servizz u jekk ma nagħmilx hekk in-nies tibda tgerger li qed jintnefqu ħafna flus għalxejn.", "Għalhekk il- bilanċ għandu jsir bl-iktar mod miftuħ u trasparenti, imma mbagħad irridu nkunu realistiċi wkoll u min jagħżel it-tender m'għandux jara biss il- bottom line ta' kemm hu l-prezz, għalkemm dak huwa importanti wkoll, imma għandu jara wkoll li ma' dak il-prezz hemm l-obbligi kollha u li dawk l- obbligi li jiġu assunti fit-tender ikunu verament esegwiti waħda wara l- oħra fil-lokal.", "Din hija waħda mir-responsabbiltajiet li għandhom il- kunsilli lokali, u fil-fatt huma għalhekk għandhom il-managers.", "Jien qed ngħid dan bl-iktar mod miftuħ għax mhux darba u tnejn li nisma' li manager japprova xogħol mingħajr ma lanqas biss ikun mar fuq il-lant.", "(Interruzzjonijiet).", "Sieħbi qed jistaqsi fejn sar dan li qed ngħid.", "Fil- fatt kien hemm każ ġo skola fejn il-manager jew il-perit approva ċertu xogħol - issa jien m'iniex qed ngħid għal xi manager partikolari għax wara kollox l-għażla ssir permezz ta' tender ukoll - u wara li nħarġu l-flus, għax hekk hi l-proċedura, instab li x-xogħol ma sarx.", "Issa nispera li ħadd ma jieħu l-impressjoni li jien qed ngħid li qed isir hekk kullimkien.", "Jien qed nitkellem b'dan il-mod biex nuri lil kulħadd il-problemi u r-realtajiet li jeżistu f'dan il-qasam għax jien naħseb li jekk ma ssirx din l- evalwazzjoni l-kunsilli lokali ma jkunux jistgħu jkomplu jiżviluppaw.", "Mr Speaker, intqal li s-sentejn li għaddew kienu sentejn ta' waqfien.", "Jien naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed jara kemm ħdimna mal-kunsilli lokali.", "Nerġa' ntenni li l-gvern kellu bilfors jindirizza u jaċċetta d- deficit li kellu l-pajjiż u sfortunatament wieħed mis-setturi li ntlaqtu kien proprjament dak tal-kunsilli lokali, imma fl-istess waqt saret ħidma sħiħa biex il-kunsilli lokali jingħataw l-appoġġ kollu neċessarju ħallu jesegwixxu u jagħmlu l-proġetti tagħhom u aħna offrejnielhom diversi inizjattivi ġodda li taw frott tajjeb.", "Wieħed mill-proġetti ewlenin li sar, li jista' jitqies bħala proġett pilota - meqjus proġett pilota għax l- istess proġett jista' jiġi trasmess f'oqsma oħrajn - huwa proprjament dak tal-manutenzjoni ġewwa l-iskejjel tal-gvern.", "Fl-1996 xi ħadd kien qal li kulma kien hemm nieqes fl-iskejjel tal-gvern kienet ħġieġa waħda, imma fil- fatt meta xahrejn wara sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo qabbad lil xi periti biex jagħmlu rapport dwar il-manutenzjoni ta' l-iskejjel irriżulta li tista' tgħid li fil-lokalitajiet kollha l-manutenzjoni ta' l-iskejjel kienet waħda diżastruża.", "Pero' dan mhux kollox għax, minkejja li l- iskejjel ma kienu qed jiġu rranġati qatt, il-fondi għal dan il-għan baqgħu jiġu allokati minn sena għall-oħra u l-ħaddiema li jaħdmu fuq il- manutenzjoni ta' l-iskejjel baqgħu għaddejjin bil-pagi b'mod regolari, jew inkella, meta kienet issir xi manutenzjoni, din kienet issir waqt iż-żmien ta' l-iskola, bil-konsegwenza li kien jitħarbat il-proċess edukattiv kollu ta' l-iskejjel tagħna.", "Din kienet is-sitwazzjoni reali, liema sitwazzjoni ma setgħetx tibqa' u b'inizjattiva bejn id-dipartiment ta' l-edukazzjoni, id-dipartiment tal-kunsilli lokali u l-kunsilli lokali nfushom - fil-fatt nista' naċċertakom li l-maġġoranza kbira tal-kunsilli lokali daħlu b'interess għal din il-biċċa xogħol - tfassal pjan li ta riżultati pożittivi.", "S'intendi dan il-pjan ma kienx perfett 100% u fil-fatt meta esegwejnieh sibna li kien hemm ċerti difetti, pero' nerġa' ngħid li dan il- pjan ta riżultati pożittivi għax biżżejjed ngħid li matul l-ewwel sajf li kien hemm wara li lħaqna dan il-ftehim ġew irranġati madwar 23 skola u mbagħad dan il-proċess baqa' għaddej sajf wara sajf.", "Mr Speaker, kif qed naraw il-kollaborazzjoni bejn l-amministrazzjoni ċentrali u l-amministrazzjoni fuq livell lokali tista' tiġi attwata u fl- aħħar naħseb li rnexxielna nkissru t-taboo li dipartiment tal-gvern ma jaħdimx ma' kunsill lokali.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax waħda mill-ikbar diffikultajiet li jkollok fid-dipartimenti tal-gvern hija proprjament li jew ikun hemm konflitt ta' personalitajiet, jew inkella li għal xi raġuni jew oħra l-amministrazzjoni ċentrali u l-kunsilli lokali ma jaħdmux flimkien.", "Aħna konna fiduċjużi li jekk jirnexxielna nidentifikaw l-areas li jeħtieġ li jsir xi tibdil fihom, nippjanaw x'għandu jsir u nwettqu proġett naslu.", "Tant hu hekk li konna saħansitra kważi wasalna biex f'dawk li huma estensjonijiet ta' skejjel, jiġifieri proġetti kapitali, ikun hemm l-involviment dirett tal-kunsilli lokali, għalkemm naturalment fil-qafas ta' dan kollu mbagħad dejjem jibqa' jkun hemm l-awditur, in-nies tat-teżor, in-nies tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni u n-nies ta' dipartimenti oħrajn li jissorveljaw ħalli x-xogħol isir aħjar u b'hekk mill-esperjenza nitgħallmu wkoll kif intejbu dak il-proċess.", "Issa ħalli nerġa' ndur biex ngħid xi ħaġa fuq l-istat tat-toroq.", "Mr Speaker, aħna tant konna konxji li l-istat tat-toroq huwa ħażin li allokajna parti sostanzjali mill-fondi speċjali għar-resurfacing.", "Sieħbi l- Onor. Gatt kkritika l-fatt li l-proċess tar-resurfacing tat-toroq jieħu tmien snin biex jitlesta.", "Imma jkun tajjeb li hawnhekk wieħed ifakkar li dan il-framework ta' tmien snin inħadem fuq l-allokazzjoni ta' Lm1.4 miljun kull sena u aħna ħadna konsiderazzjoni tal-fatt li l-prezz ta' l-asfaltar per square metre ivarja xi ftit.", "Imma wieħed ikun qiegħed jipproġetta biss, jiġifieri jekk imbagħad jiżdied l-ammont ta' fondi - u hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li aħna konna qegħdin naħsbu wkoll kif insibu skemi ġodda biex il-fondi jiġu pprovduti lill-kunsilli lokali ħalli jkomplu għaddejjin bil-proċess ta' resurfacing - u minflok ikun hemm allokati Lm1.4 miljun kull sena jiġu allokati Lm2.8 miljun, ovvjament iż-żmien jitnaqqas.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li aħna konna waqqafna wkoll ir-road coordinating unit u wara xi xhur nitkellmu ma' l-entijiet rispettivi ħsibna biex niżviluppaw il-konċett tal-one-stop shop, anke f'dan il-qasam daqstant importanti, għax biex kunsill lokali joħroġ tender ħalli jkun jista' jagħmel resurfacing tat-triq ried ikollu l-informazzjoni neċessarja mill- Korporazzjoni Enemalta, mill-Korporazzjoni Telemalta, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, mill-Melita Cable, mid-dipartiment ta' l- artijiet, mill-awtorita' ta' l-ippjanar u minn diversi entitajiet oħra.", "Imma dan mhux kollox għax, kif diġa' ntqal, sfortunatament sa llum għadna f'sitwazzjoni fejn ir-risposta ta' l-entijiet pubbliċi u tal-gvern ċentrali ma tasal qatt.", "Ta' min jgħid li r-road coordinating unit kien jiġbor fih rappreżentanti minn kull entita', inkluż mid-dipartimenti konċernati, u l- iskop ta' dan il-unit kien li jfassal u joħroġ tenders flimkien mal- kunsilli lokali.", "F'Awissu ta' l-1997, jiġifieri meta kont għadni ministru jien, inbdiet skema fejn qabel ma ssir triq id-dipartiment kien jagħti l- fondi lill-kunsill lokali biex dan jagħmel ix-xogħol infrastrutturali kollu li jkun hemm bżonn għax s'intendi, imbagħad ikun diffiċli li din terġa' tinqala'.", "S'intendi kif bdiet titħaddem din l-iskema ltqajna ma' diversi problemi, pero' permezz tagħha rnexxielna noħorġu madwar 50 u 60 tender ta' toroq madwar Malta u Għawdex kollha.", "Madanakollu milli nista' nifhem, peress li dan ir-road coordinating unit kien qiegħed marbut mad-dipartiment għax-xogħlijiet pubbliċi u issa d-dipartiment tat-toroq ġie jaqa' taħt ministeru ieħor, dan il-unit sfaxxa kompletament biex issa morna pass lura u erġajna ġejna f'sitwazzjoni - almenu hekk naħseb għax nista' nkun sejjer żbaljat ukoll - fejn minflok ma l-kunsilli lokali qed jirriferu għall-one- stop shop issa jridu jerġgħu jibdew jikkuntattjaw numru ta' entitajiet u dipartimenti biex ikun jista' joħroġ tender għar-resurfacing tat-toroq bir- riskju li wara ftit li din it-triq titlesta terġa' tinqala' biex isirulha xi xogħlijiet infrastrutturali.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li aħna konna qed naħsbu kif nistgħu nintroduċu l-idea tal-wardens gradatament, billi l-ewwel tiġi introdotta f'ċerti siti fejn għandek il-konċentrazzjoni tat-traffiku u fejn għandek popolazzjoni densa bħall-Belt, tas-Sliema u Buġibba.", "Imma f'din il-Kamra ma jidhirx li kien hemm qbil dwar dan għax il-Gvern preżenti jrid jintroduċiha fil-pajjiż kollu f'daqqa.", "Aħna kellna wkoll il-ħsieb li d-dipartiment jiċċertifika lill-wardens u mbagħad ovvjament dawn jiġu ingaġġati mill-kunsilli lokali.", "Imma l-ikbar problema li sibna ma kenitx dwar min se jingaġġa lill-wardens imma dwar kif se tinġabar il-multa li jkun weħel dak l-individwu li l- warden ikun qabdu jikser ċerti regolamenti li jirrigwardaw, ngħidu aħna, il- parking u l-littering.", "Kif kulħadd jaf, ir-realta' hija li fil-qrati tagħna n-numru ta' multi jiżdied minn xahar għal xahar u minn sena għal sena mingħajr ma jinġabru.", "Għalhekk, flimkien mal-qorti, mal-pulizija u mad-dipartiment tal-liċenzji bdejna naħdmu fuq skema għall-qasam tat- traffiku - fil-fatt bdejna b'dan il-qasam minħabba li fih sibna l-ikbar numru ta' problemi - fejn min jaqla' ticket u wara li jikkontestaha fil- qorti jeħel il-multa xorta waħda, jinstab mezz kif din il-multa effettivament tkun tista' tinġabar.", "Fil-fatt dan il-pjan kien se jibda jiġi attwat matul din is-sena imma kien se jkun iktar in place matul l-1999 u fis-snin ta' wara.", "Din il-ħidma ma kenitx faċli għax minbarra li kienet tinvolvi tliet dipartimenti differenti, kienet tinvolvi wkoll li jkun hemm ċertu software u hardware tal-computer li jgħaqqad lil dawn id-dipartimenti kollha.", "Ovvjament ġaladarba kien ikollna l-istruttura in place mill-aspett ta' informatika u minn dak ta' l-amministrazzjoni, kien ikun iktar faċli li l- enforcement isir iktar effiċjenti, kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq dak reġjonali.", "Madanakollu aħna ddeċidejna li għandna nħarsu iktar lejn l- enforcement fuq livell reġjonali u dan wara li kellna diskussjoni sħiħa mal- kummissarji tal-ġustizzja, fejn dawn issollevaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom minħabba li jkunu jridu joqogħdu jduru ma' Malta u Għawdex kollu biex jiġbru l-multi, liema proċess normalment kien qed isir mill-qorti.", "Fil-fatt l-ikbar problema li tqajmet matul din id-diskussjoni kienet li meta xi multa ma tinġabarx, kien jispiċċa joqgħod jiġri s-segretarju tal- kunsill lokali biex jara li din il-multa tinġabar.", "Aħna lkoll naqblu li l- wardens, li jinforzaw il-liġi f'affarijiet li m'humiex ta' natura kriminali, għandhom jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Pero' mbagħad irridu noqogħdu attenti li ma naħsbux li għax ngħaddu din il- problema minn taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali għal taħt ir- responsabbilta' tal-kunsilli lokali, ikunu solvejna xi ħaġa jew li b'hekk inkunu qed ngħinu lill-kunsilli lokali.", "Għax x'jagħmel il-kunsill lokali jekk jiġi ffaċċjat bl-istess problema minħabba li l-enforcement tant huwa weak li ma jafx kif se jinforzah?", "Huwa faċli u hija xi ħaġa sabiħa li wieħed jitkellem fuq devoluzzjoni tar-responsabbiltajiet, pero' huwa iktar importanti li qabel wieħed jagħmel il-preparazzjonijiet kollha neċessarji biex effettivament dik id-devoluzzjoni tiġi amministrata tajjeb.", "Mr Speaker, jekk wieħed jaqra artiklu 33 ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali jsib li l-kunsilli lokali għandhom diversi responsabbiltajiet, pero' llum huwa importanti li nagħmlu evalwazzjoni fuq dan li qed ngħidu għax, per eżempju, jekk nieħdu l-qasam tal-ġbir ta' l-iskart u ta' l-indafa nsibu li matul dawn il-ħames snin kien hemm lokalitajiet fejn ir-riżultat deher li huwa tajjeb ħafna u kien hemm oħrajn fejn ir-riżultat ma deherx daqstant tajjeb.", "Jien naħseb li kieku r-riżultat deher tajjeb f'kull lokalita' ta' Malta u Għawdex, il-Ministru Zammit Dimech ma kienx jagħżel bħala waħda mill-missions tiegħu li sa nofs Diċembru ta' din is-sena jrid inaddaf lil Malta kollha għax, ngħid il-verita', meta smajt lill-Ministru jagħmel dik l- istqarrija, għidt bejni u bejn ruħi li dan żgur qed jgħid li l-kunsilli lokali kienu ineffiċjenti matul dawn il-ħames snin.", "Bla dubju ta' xejn Malta għandha bżonn tindifa sewwa għax wieħed ma jistax jgħid li ma jarax ħmieġ ġewwa pajjiżna, pero' għandna naraw li kemm dak li qed jagħmlu l- kunsilli lokali kif ukoll dak li qed jagħmel il-gvern ċentrali f'dik li hija ndafa tħalli r-riżultat mixtieq.", "Veru li kull tant żmien aħna nevalwaw lill-kunsilli lokali u jsir rapport fuq kif dawn jamministraw ix- xogħol tagħhom imma anke fuq dan irridu nkunu iktar esiġenti għax id- dipartiment tal-gvern ukoll għandu funzjoni importanti f'dak li huwa tindif tal-lokal.", "Per eżempju, aħna qed nagħmlu assessment biex naraw jekk dan id- dipartiment huwiex qed jaqdi dmiru sew u jekk hemmx kollaborazzjoni sħiħa bejn il-kunsilli lokali u bejnu ħalli d-diversi lokalitajiet jinżammu nodfa?", "S'issa l-Ministru kkonferma li hemm bżonn li tingħata spinta biex pajjiżna jitnaddaf, pero' biex jitnaddaf irid ikun hemm proċess kontinwu u mhux issir xi ħaġa sal-Milied u mbagħad għall-1999 ninsew kollox.", "Hawnhekk irrid nerġa' nenfasizza li jenħtieġ li bejn id-dipartiment u l-kunsilli lokali jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa għax inkella r-riżultat bilfors li ma jkunx dak li wieħed jixtieq jew jistenna.", "Problema oħra li jien iltqajt magħha kemm-il darba tirrigwarda l- manutenzjoni ta' ċerti soft areas minħabba li qisu ħadd ma jaf jekk din taqax taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt aħna pprovajna nittekiljaw x'inhuma eżattament ir-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali u dawk tal-gvern ċentrali.", "Dawn huma kollha problemi li żviluppaw matul il- ħames snin li ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali u jien naħseb li qabel ma jkun hemm devoluzzjoni addizzjonali ...", "Għalkemm fl-erba' items li semma s- Segretarju Parlamentari jidher li ma tantx se jkun hemm xi devoluzzjonijiet partikolari u għalhekk il-problemi amministrattivi se jibqgħu jinħassu.", "MR SPEAKER: Onor. Mangion, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema'.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mangion ikompli bl-intervent tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Jien inħoss li ġaladarba dan huwa proċess li lkoll naqblu fuqu hemm bżonn li nieħdu approach li tkun realistika u down to earth.", "Pero' issa ħalli niġi biex insemmi xi ħaġa li l-Gvern Laburista kien u għadu jemmen fiha, ċioe' l-bżonn li jkollna kollaborazzjoni sħiħa bejn il-kunsilli lokali fuq bażi reġjonali.", "Huwa tajjeb li jkollok nies li jaħsbu għall-bżonnijiet tal-lokal tagħhom, pero' lokal \"A\" jista' jkollu iktar bżonnijiet minn lokal \"B\" u għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm liaison kontinwu bejn kunsill lokali u ieħor ħalli l-inizjattivi jittieħdu flimkien.", "Fil-fatt jidher li hemm qbil li wieħed għandu jiżviluppa iktar ir-reġjonalita' u li jkun hemm kollaborazzjoni fuq bażi reġjonali.", "Ma narax għaliex m'għandux ikun hemm qbil għax din is-sistema hija iktar prattika, anke f'dak li huwa użu ta' finanzi.", "Naturalment anke f'dan il-qasam, il-gvern ċentrali għandu jħares lejn il-problema tad-deficit li għandu pajjiżna.", "Infatti dan kien il-ħsieb tagħna meta ħeġġiġna r-reġjonalita' u spjegajna l-ħtieġa li l-fondi jiġu amministrati mill-kunsill lokali b'mod iktar effiċjenti.", "Fil-fatt illum nistgħu naraw li meta kien hemm xi kunsilli lokali li ftehmu u ħarġu b'kuntratt komuni bejniethom, l-ispiża kienet inqas mis-soltu u s-servizz kien iktar effiċjenti.", "Wieħed irid jgħid ukoll li filwaqt li s-soltu meta kunsill lokali jitkellem fuq il-bżonnijiet tal-lokal tiegħu jaħseb li dawn il-bżonnijiet huma iktar importanti mill-bżonnijiet li għandha lokalita' oħra, meta jiltaqgħu xi tlieta jew erba' kunsilli lokali flimkien biex jitkellmu fuq il-bżonnijiet tagħhom jirrealizzaw li ħafna mill-problemi li jiffaċċjaw huma komuni u li huwa iktar faċli li jieħdu approach komuni biex jindirizzaw dawn il-problemi.", "Jien naħseb li wieħed mill-ikbar proġetti ta' kollaborazzjoni li saru fuq bażi reġjonali matul il-ħames snin li ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali kien eżattament dak ir-rapport jew il-pjan soċjo-ekonomiku li sar fl-1997 għan- nofsinhar ta' Malta, fejn fih ħadu sehem 12-il kunsill lokali bl-assistenza sħiħa ta' diversi dipartimenti tal-gvern.", "Permezz ta' dan il-pjan il-Gvern Laburista kien ħares lejn in-naħa t'isfel ta' Malta, li hija industrijalizzata u li hija mgħobbija b'kull tip ta' problemi li industrijalizzazzjoni intensa ġġib magħha - jiġifieri kemm bi problemi soċjali, kemm bi problemi ambjentali kif ukoll bi problemi ta' densita' fil- popolazzjoni - u ntrabat li għandna nagħmlu pjan reġjonali li għandu jaddottah il-gvern ċentrali biex jattwah.", "Dan kien ir-riżultat ta' kollaborazzjoni reġjonali bejn il-kunsilli lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta li ħadmu flimkien fuq perijodu ta' 12-il xahar.", "Naturalment matul dan il-pjan kien qed jikkordina kollox il-gvern ċentrali għax ovvjament dejjem irid ikun hemm xi ħadd li jieħu ħsieb il-kordinament, u fil-fatt hawnhekk tidħol l-importanza li l-gvern ċentrali jkun il-movent biex iħeġġeġ ir-reġjonalita'.", "Jien ma nemminx li l-affarijiet isiru weħidhom u nemmen li hemm bżonn li xi ħadd jieħu l-inizjattiva, jagħmilha ta' promotur u juri li qed jittratta lil kulħadd l-istess billi jisma' l-opinjonijiet ta' kulħadd.", "Wieħed b'hekk biss jirnexxilu jġib dik il-kollaborazzjoni u dik ir-reġjonalita'.", "Jien nemmen li r-rapport li tlesta flimkien mal- kunsilli lokali u ma' entitajiet oħra dwar in-naħa t'isfel ta' Malta oriġina wara inizjattiva sana li, minkejja li s'issa jidher li l-gvern preżenti għadu ma żarmahiex, ma naħsibx li qed jagħtiha l-importanza mistħoqqha.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk fil-winding-up il-Ministru jgħidilna x'importanza qed jagħti lil dan ir-rapport li sar għax dan huwa rapport li mhux biss irnexxielu jidentifika l-problemi soċjali, ekonomiċi, kummerċjali u ambjentali imma mar pass 'il quddiem iktar minn hekk għax jipproponi xi pjanijiet li bihom dawn il-problemi jkunu jistgħu jiġu solvuti gradatament.", "Ta' min jgħid li għall-pjanijiet li kien qed jipproponi, dan id- dipartiment kien kważi qed jinvolvi lid-dipartimenti tal-gvern kollha, speċjalment lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, lid-dipartiment tax-xogħlijiet u lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, għax kien qed jiġi identifikat li d-dipartimenti tal-gvern kollha kellhom rwol komuni x'jaqdu.", "Per eżempju, jekk id-dipartiment ta' l-edukazzjoni jieħu xi inizjattiva, din tkun tista' tingrana perfettament ma' inizjattiva li jkun qed jieħu d- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali; u jekk f'ċerta lokalita' jkun qed isir investiment strutturali, dan ikun irid jiġi ngranat ma' investiment strutturali ieħor li jkun qed isir f'lokalita' oħra ġo l-istess żona.", "Jien naħseb li b'hekk biss nistgħu niżviluppaw kollaborrazjoni sħiħa b'tali mod li naslu biex it-talbiet li kienu u li għadhom qed jagħmlu l-kunsilli lokali għal ċerti proġetti, bħal ngħidu aħna għal sports centres, civic centres, clinics, ...", "Fil-fatt jien niftakar li meta konna laqqajna lill- kunsilli lokali mad-dipartiment biex naraw x'inhuma t-talbiet tagħhom, sibna li kull lokalita' kienet qed titlob li jkollha sports centre, civic centre u ground tal-football bil-faċilitajiet kollha li ground jirrikjedi, u dan meta ħafna mill-faċilitajiet eżistenti li għandna lanqas biss jintużaw.", "Imma meta l-kunsilli lokali ltaqgħu, tkellmu u ddiskutew flimkien, ħafna minnhom bdew jifhmu iktar b'mod prattiku u reali li jekk se jsir proġett infrastrutturali bħal dan ta' Lm0.5 miljun - fil-fatt din iċ- ċifra ġiet konfermata wkoll - trid tagħmlu f'ċentru li jistgħu jibbenefikaw minnu l-ikbar numru ta' nies.", "Madanakollu kien hemm diversi kunsilli lokali li ma setgħux jifhmu dan il-konċett u baqgħu jinsistu li huma jridu jagħmlu dan il-proġett fil-lokal tagħhom.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li kien hemm ċerti konsulenti li kienu jħeġġu lill-kunsilli lokali biex jimbarkaw fuq proġetti li naħseb li kienu jiswew xi 20% tal-fondi kollha li jkollhom allokati għalihom.", "Imma ejjew inkunu realistiċi!", "Ikun ġenn li wieħed jagħmel dak l- investiment kollu biex imbagħad f'sena sħiħa jużawh biss xi 1,000 ruħ li jkunu joqogħdu f'dik il-lokalita'!", "Aħna minn dan irridu nibżgħu u mhux milli nkabbru u nippromwovu l-kollaborazzjoni reġjonali.", "Irridu noqogħdu lura milli niżviluppaw mentalita' introverta biex nispiċċaw niżviluppaw repubblika għal kull lokal, jiġifieri 67 repubblika f'pajjiż li fih innifsu huwa żgħir meta tikkomparah ma' pajjiżi oħrajn.", "Jien naħseb li meta wieħed iħares mill-perspettiva li qed inħares minnha jien ikun jista' jifhem iktar kemm jistgħu jiġu attwati proġetti fuq livell reġjonali u għalhekk nissuġġerixxi li nibqgħu nimbottaw il-proġett li sar għan- nofsinhar ta' Malta 'l quddiem billi l-pjanijiet tal-gvern ikunu bbażati fuq l-ideat li ħarġu minn dak ir-rapport li għandu ideat validi ħafna.", "Fil- fatt anke l-Partit Nazzjonalista kien ipparteċipa meta kien qed isir dak ir- rapport u għalhekk nerġa' nenfasizza li huwa importanti li l-gvern jadotta u jattwa ċerti ideat minnu ħalli mbagħad inkunu nistgħu nestendu l-istess ħsieb f'diversi oqsma oħra ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, f'dan id-dibattitu sar aċċenn għall-problema li nqalgħet wara li sar ċertu żvilupp infrastrutturali f'lokalitajiet diversi, u ssemmiet l- inizjattiva li ħa l-Gvern Laburista - issa rridu niftakru li l-Gvern Laburista kulma għamel fil-gvern kien perijodu ta' bejn 12 u 15-il xahar, jiġifieri hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq perijodu ta' xi għaxar snin - meta wettaq proġett infrastrutturali ġewwa Buġibba.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li l-gvern kien għażel dik iż-żona għax peress li dik hija żona kummerċjali u turistika, ħass li b'hekk kien se jgħin lill-prodott turistiku, apparti milli naturalment kien se jgħin lil dik il-lokalita' nnifisha.", "Fil-fatt meta twettaq dan il-proġett għalkemm kien fih ċerti difetti, kulħadd ħa gost u faħħru tant li kull kunsill lokali esprima x- xewqa tiegħu li jsir proġett bħal dan fil-lokalita' tiegħu u filwaqt li għall-ewwel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet ikkritikatu u bdiet issemmi permessi u mhux permessi, imbagħad meta l-proġett tlesta hija wkoll qalet li din kienet inizjattiva pożittiva.", "Madanakollu mbagħad inqalgħet problema ta' nuqqas ta' qbil bejn il-kunsill lokali u l-gvern ċentrali dwar kif għandha ssir il-manutenzjoni ta' l-infrastruttura ta' dan il-proġett.", "Saru diversi laqgħat bejn il-kunsill lokali u l-partijiet kollha konċernati biex tiġi diskussa din il-problema - fil-fatt jien għamiltha ta' chairman f'iktar minn laqgħa waħda - u l-ħsieb kien li għalkemm il-kunsill lokali għandu jkun responsabbli mill-manutenzjoni, irid ikun hemm ukoll l-input ta' dawk in-nies li għandhom l-ikbar interess li l-manutenzjoni ssir b'mod tajjeb u b'mod regolari.", "Ta' min jgħid ukoll li l-gvern kien dispost li jagħti l-għajnuna kollha tiegħu, kemm permezz tar-riżorsi umani kif ukoll permezz tal-makkinarju li għandu biex il-manutenzjoni ssir b'mod kontinwu.", "Imma sfortunatament, minkejja l-isforzi kollha li saru dan il-ftehim ma ntlaħaqx, bil-konsegwenza li llum il-manutenzjoni qed tiddeterjora mhux biss għal-lokal imma wkoll għall-pajjiż in ġenerali.", "L-istess problema qed tidher ukoll fil-proġetti ta' Birżebbuġa, ta' Marsascala u ta' Marsaxlokk.", "Mr Speaker, jien hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-gvern jekk huwiex beħsiebu jkompli dawk il-proġetti li kienu nbdew f'Tas-Sliema - fil-fatt dan il-proġett kien maħsub li jitlesta s-sena d-dieħla - u Paceville.", "Aħna nħossu li huwa xieraq li dawn l-inizjattivi jeħodhom il-gvern ċentrali għax hu għandu s-saħħa u r-riżorsi neċessarji u minn proġetti bħal dawn ikun jista' jibbenefika l-pajjiż kollu kemm hu.", "Wara kollox dan huwa l-iskop ewlieni ta' l-eżistenza tal-kunsilli lokali, li jibbenefika minn dak li jsir il-pajjiż għax, filwaqt li huwa veru li l-kunsill lokali jirrappreżenta lokalita' waħda, fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid jammetti li permezz tal-ħidma tal-kunsilli lokali miexi 'l quddiem il-pajjiż kollu, u dan huwa l-konċett li fuqu għandha issir l-evalwazzjoni.", "L-inizjattivi li kien qed jieħu l-Gvern Laburista, liema inizjattivi kienu qed jittieħdu minn sena għall-oħra, wara medda ta' snin żgur li kienu se jolqtu lil kull lokalita', jew almenu, lil kull reġjun ta' pajjiżna, u għalhekk wieħed għandu jkompli jmexxi dawn it-tip ta' inizjattivi 'l quddiem.", "Dan kien esperiment li rajnieh jiġi implimentat minn Gvern Laburista u r-riżultat kien wieħed pożittiv ħafna.", "Issa jekk waqt li kien qed jiġi implimentat dan il-proġett rajna xi nuqqasijiet, aħna għandna r-responsabbilta' li nidentifikawhom, anke flimkien mal-kunsilli lokali, ħalli nkunu nistgħu nibqgħu mexjin b'dawn it-tip ta' inizjattivi.", "Aħna rridu nidentifikaw ukoll x'inhu l-aħjar mod li bih il-manutenzjoni tkun tista' ssir bl-iktar mod effettiv u effiċjenti.", "Huwa veru li dan jista' jinvolvi spiża ikbar lill-kunsilli lokali pero' fl-aħħar mill-aħħar dan huwa li jippretendi minna l-poplu.", "Mr Speaker, kien hemm diversi inizjattivi li twettqu bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali pero' jien xorta waħda nibqa' nsostni li għad fadal ħafna x'isir f'dan il-qasam.", "Wara kollox il-kunsilli lokali għadhom trabi fil-proċess demokratiku u soċjali ta' pajjiżna, imma naħseb li m'għandniex noqogħdu lura milli nippromwovu l-inizjattivi u rridu nifhmu li dawn ma jitteħdux biex tinqered l-awtonomija tal-kunsilli lokali imma biex il-kunsilli lokali jagħtu riżultat aħjar lil-lokalita' u lill-pajjiż in ġenerali.", "Madanakollu mbagħad meta l-gvern ċentrali jkun qed jagħmel devoluzzjoni biex inaqqas ix-xaħam żejjed li għandu, irid joqgħod attent u jżomm ruħu responsabbli li jassigura li meta jkun qed jagħmel din id- devoluzzjoni l-amministrazzjoni fuq livell lokali tkun effiċjenti għax inkella, fl-opinjoni tiegħi, minflok ma jkun qed jagħti servizz lill- kunsill lokali jkun qed jagħtih disservice.", "Għalhekk jien nibqa' ninsisti li l-evalwazzjoni għandha tibqa' ssir regolarment u wieħed għandu jibqa' jagħmel ċerti mistoqsijiet bħal, per eżempju: Il-kunsilli lokali kemm irrealizzaw l-aspirazzjoni tan-nies tal-lokalita'?", "U jekk l- aspirazzjonijiet tan-nies kienu għoljin ħafna, x'inhi r-raġuni għal dan?", "Jew inkella: Jekk l-aspirazzjonijiet tan-nies ma ntlaħqux, x'inhi r-raġuni għal dan?", "U jekk irridu nsibu l-mezzi biex ikunu jistgħu jintlaħqu l- aspirazzjonijiet tan-nies, għalfejn m'għandniex naħsbu biex inwettqu l- inizjattivi li semmejt ħalli finalment dawn l-aspirazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu milħuqa?", "Mr Speaker, problema oħra li ltqajt magħha jien u li naħseb li llum qed jiltaqa' magħha sieħbi l-Onor.", "Gatt tirrigwarda l-elezzjoni tas-sindki għax sa llum żviluppat il-konswetudini li l-kariga ta' sindku jeħodha - s'intendi, jekk ikun irid - dak li jġib l-ikbar numru ta' voti.", "Donnu li din kienet ir-rule of thumb biex ħadd ma jieħu għalih.", "Sa ċertu punt jien lill-kunsilliera ma nagħtihomx tort għax peress li l-liġi ma tagħti l-ebda direzzjoni dwar dan, din hija l-iktar sistema loġika.", "Pero' qed naraw li hemm diversi kunsilli lokali li minflok m'huma qegħdin jaħdmu fl-aħjar interess tal-lokalita', qegħdin jinħlew f'piki personali billi jorganizzaw il-laqgħat u joqogħdu jippjanaw kif jistgħu jtajru lis-sindku.", "Hawn wieħed irid jerġa' jistaqsi: Dawn il-konflitti ta' personalitajiet qed jagħmlu ġid lill-kunsill lokali?", "Wasal iż-żmien li nindirizzaw din il-problema u naraw kif nistgħu nintroduċu sistema fejn is-sindku wkoll ikun elett mir- residenti ta' dik il-lokalita'?", "U jekk sindku jkun ġie elett mir-residenti tal-lokalita', kif ikun jista' jitneħħa minn dik il-kariga?", "Dawn huma l- problemi li għandna quddiema bħala riżultat ta' l-esperjenza ta' ħames snin li kellna ta' kunsilli lokali.", "Huwa tajjeb li l-konflitti personali li jkun hemm bejn kunsillier u ieħor inħalluhom jesternalizzaw ruħhom b'tali mod li dawn jispiċċaw anke fuq livell lokali?", "Jien qed nitkellem mill- esperjenza għax rajt ħafna kummiedji fejn il-bżonnijiet tal-lokal kienu qishom ma jeżistux u l-kunsill lokali beda jikkonċentra iktar fuq xi konflitt personali.", "Issa jekk il-kunsilli lokali jiġu ridotti għal dawn l- affarijiet, it-twaqqif tagħhom mhux se jibqa' iktar xi ħaġa pożittiva anzi se jkunu huma stess li jeqirdu lilhom nfushom.", "Jekk se noqogħdu lura milli ngħidu li affarijiet bħal dawn huma self-destructive u jeqirdu l-funzjoni u l-proġettazzjoni tal-kunsill lokali fil-komunita', wisq nibża' li nkunu qed ninnegaw jew innaqqsu l-eżistenza tal-kunsilli lokali.", "Jekk wieħed jemmen li l-kunsill lokali huwa l-bażi tad-demokrazija jeħtieġ li dawn il-problemi li jeżistu fl-amministrazzjoni interna jiġu solvuti.", "Mr Speaker, punt ieħor li nħoss li għandna nenfasizzaw u ninkoraġġuh huwa t-taħriġ tal-kunsilliera.", "Jien konvint li d-dipartiment għamel l- isforzi neċessarji biex iħarreġ lill-kunsilliera preżenti u lil dawk prospettivi imma hija sfortuna li min ikun se jidħol għal din il-kariga, li għandha l-importanza tagħha fil-ħajja pubblika ta' pajjiżna, ħafna drabi lanqas biss ikollu idea ta' kif jiffunzjona kunsill lokali.", "Allura ngħid jien, meta jsiru xi programmi ta' taħriġ mid-dipartiment dawn in-nies għaliex ma jipparteċipawx?", "Meta kont ministru konna għamilna diversi programmi ta' taħriġ li kienu organizzati tajjeb biex kemm jista' jkun nakkomodaw lill-kunsilliera bi kwalunkwe mezz.", "Imma sfortunatament l- attendenza kienet tkun miżera u għalhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nawgura lil sieħbi l-Onor.", "Gatt, li jien konvint li se jagħmel diversi programmi ta' taħriġ, li l-kunsilliera jippreparaw ruħhom b'mod serju għar- responsabbilta' li qegħdin jġorru billi jipparteċipaw f'dawn il-programmi.", "Mr Speaker, naħseb li f'dan id-diskors irnexxieli nagħti overview ta' kif aħna nixtiequ li jkunu l-kunsilli lokali.", "Apparti mill-flus li hemm diġa' allokati, illum ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna qed talloka Lm2.5 miljun oħra biex jiġu mħaddmin mill-kunsilli lokali u għalhekk l-importanza tal-kunsilli lokali qiegħda anke fuq livell ekonomiku.", "Jidher ċar li l- kunsilli lokali għandhom rwol siewi f'pajjiżna li huma qed jiżviluppawh fuq livell lokali u jien nemmen li jistgħu jiżviluppawh ukoll fuq livell reġjonali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nsibu mezz kif il-problemi li ilhom jipprevalu u li għadhom hemmhekk, bħal ngħidu aħna l-problema tar- relazzjoni li teżisti bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali, jibdew jitnaqqsu u finalment ikunu eliminati kompletament.", "Ċertament irid jinstab il-bilanċ tal-poter bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali, u qed ngħid li għandu jinstab dan il-bilanċ mhux biex wieħed jagħti l-veto u l-ieħor ma jkunx jista' jimxi.", "Irid jinstab anke bilanċ biex il-ħidma tal-kunsilli lokali tkun sorveljata u huwa importanti li l-kunsilli lokali jkunu jafu li tkun qed issir din is-sorveljanza.", "Naturalment dan ma jfissirx li l- kunsilli lokali għandu jkollhom il-pulizija l-ħin kollu fuqhom imma għandha ssir dik it-tip ta' sorveljanza li jkollha l-istess strutturi li jkollhom sorveljanzi oħrajn li jsiru fuq kwalunkwe amminstrazzjoni oħra.", "Irridu nifhmu li l-għan tas-sorveljanza huwa li l-affarijiet isiru aħjar u mhux biex ikun hemm il-kastig.", "Ovvjament min jabbuża għandu jieħu l-punizzjoni li ħaqqu pero' s- sorveljanza tfisser iktar minn hekk u ssir biex l-affarijiet jitjiebu, biex ix-xogħol isir aħjar u biex id-devoluzzjoni tal-poter, li aħna tant nitkellmu fuqha, tkun qed issir u tkun qed tinħass li qed ssir għax huwa biss b'dan il-mod li nkunu nistgħu ngħidu li qed nagħmlu xi ħaġa verament ta' ġid liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Wara kollox jien naħseb li dan huwa l-għan ewlieni ta' kull kunsill lokali u għalhekk aħna rridu naħdmu lkoll f'dik id-direzzjoni.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, din il-mozzjoni qiegħda tiġi diskussa f'dan il-parlament grazzi għax-xogħol li għamel il-gvern preċedenti.", "Kważi mn'Alla għandna din il-mozzjoni għaliex il-gvern preżenti għad m'għandux aġenda preparata għax-xogħol parlamentari.", "Din hija mozzjoni importanti għax qegħdin nitkellmu fuq ħteġijiet speċjali li kellhom jorganizzaw matul din is-sena l-kunsilli lokali pero' tajjeb naraw dawn minn fejn bdew u kif inhuma mexjin.", "L-introduzzjoni tal-kunsilli lokali kienet xi ħaġa li l-poplu Malti u Għawdxi aċċetta.", "Tant hu hekk li fl-ewwel elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kien hemm perċentaġġ ta' votanti konsiderevoli li nkoraġġixxa lil dawn il-kunsilli lokali jitilqu jimxu.", "Imma f'dan il-perjodu qasir - għax il-ħajja tal-kunsilli lokali għadha ma qabżitx sitt snin - diġa' kellna setbacks li, fl-opinjoni tiegħi, wieħed għandu jaħseb fuqhom.", "U ma naħsibx illi nkun skorrett jekk ngħid illi f'ċerti kunsilli lokali hemm ċertu ħela ta' ħin u piki bejn il-kunsilliera, u dan ma jagħmel xejn ħlief inaqqas il-fiduċja tal-poplu fl-istess kunsilli.", "Sur President, quddiemi qed nara lill-Onor.", "Michael Asciak (Interruzzjonijiet) Le, le, ma kontx se nistaqsih kemm damu l-membri tal- Kunsill Lokali ta' Birkirkara sakemm iddeċidew li jaħtruh sindku!", "(Interruzzjonijiet) Imma fil-verita' dawn huma l-affarijiet li jdejqu lill- poplu Malti.", "Iva, jien nemmen li wieħed għandu jindirizza din il-problema bis-serjeta'.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk ikollniex lill-partiti politiċi kollha jipparteċipaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali hija ħaġa oħra.", "Dik tista' titkellem favur jew kontra tagħha għalkemm idealment aħjar ma jkun hemm l-ebda partit jipparteċipa imma l-Partit Nazzjonalista bdiha u l- poplu rrisponda.", "Pero' iktar minn hekk din hija kwestjoni ta' fiduċja, fis- sens li rridu naraw li l-kunsilli lokali verament jispiraw il-fiduċja tal- poplu kollu.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li tinkwetani hija l-kwestjoni ta' kif jintnefqu l-flus mill-kunsilli lokali.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Austin Gatt, għandna kunsilli li għandhom popolazzjoni żgħira u territorju kbir u żgur li dawn ikollhom bżonn jidħlu f'investimenti kapitali ikbar minn kunsilli oħra.", "Il-mozzjoni taħseb għal dan f'artiklu 10, imma wieħed irid jgħid ukoll li fejn jidħlu l-flus il-liġi li għandna hija daqsxejn zoppa.", "Prattikament ma ssib l-ebda sistema ta' kontroll fin-nefqa tal-flus.", "Għaliex?", "Il-Prim Ministru għadu kif poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-Kunsill Lokali tal-Marsa li s-sindku tiegħu kien qed jiġi investigat dwar allegazzjoni imma jidher li kollox huwa korrett.", "Jiena naf li l- kunsill lokali jaħtru awdituri huma stess, imma m'għandux l-awditur tal- gvern jinvestiga kif qed jintefqu l-finanzi fil-kunsilli lokali?", "Għaliex dan isir biss meta jkun hemm xi allegazzjonijiet?", "Fil-leġislatura l-oħra kont staqsejt lill-Onor.", "Mangion fil-kapaċita' tiegħu ta' ministru fuq liema kriterju l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien nefaq eluf ta' liri iktar mill-budget li kellu allokat għalih mingħajr ma informa lil ħadd.", "Skond il-liġi, dan il-kunsill lokali kellu jadotta ċerta proċedura imma mhux hekk għamel.", "Hemm bżonn pero' li din ma terġax tiġri, la mill-istess kunsill u lanqas minn xi kunsill ieħor.", "Irid ikun hemm ċerta dixxiplina u ċerta armonjia kif isiru l-affarijiet.", "Iżda l-arroganza li torħoġ mill-kunsilli lokali li, bir-rispett kollu, inzertaw għandhom dominanza Nazzjonalista - xi ħaġa li tirrifletti proprju l-arroganza Nazzjonalista ....", "Dawn huma affarijiet li jirriflettu kif kien imexxi l- Gvern Nazzjonalista.", "Ħalli naraw issa kif se jmexxi.", "Għalhekk qed ngħid li għandu jkun hemm kontrolli serju fuq l-infiq ta' flus.", "Nixtieq issa ngħid xi dwar il-prijoritajiet tax-xogħlijiet li saru.", "Sur President, huwa veru li l-kunsilli lokali għandhom lista limitata ta' x'jistgħu jagħmlu imma huwa veru wkoll li ntnefqu ħafna flus f' xogħlijiet li ma kien hemm l-ebda skop ta' urġenza jew prijorita' għalihom meta tikkomparahom ma' xogħol iktar urġenti.", "Dawk il-vaski fi Triq il- Kostituzzjoni ġewwa l-Mosta, per eżempju, barra li estetikament iweġġgħu l- għajn, huma mibnija b'mod skorrett, anke f'dak li għandu x'jaqsam mar- regolamenti tat-traffiku.", "Għalhekk nistieden lill-Kunsill Lokali tal-Mosta sabiex jara bis-serjeta' fejn jista' jirranġa s-sitwazzjoni.", "Ma fiha xejn billi kunsill jirrivedi ċerti proġetti biex jara rnexxewx.", "Din bħall- kwestjoni tal-one-way system tat-traffiku.", "Jeħtieġ naraw x'inhuma l- ħtiġijiet tal-Mosta u naraw ukoll li dawn ikunu jirriflettu l-interessi kemm tar-residenti ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku u kemm tas-sidien tal- ħwienet.", "Il-Mostin għandhom għal qalbhom l-affarijiet tagħhom u żgur li ma jiġġildux fuq politka.", "Għalhekk m'għandux ikun il-kunsill lokali li huwa dominat min-Nazzjonalisti li jifred il-Mostin fuq affarijiet illi huma ta' importanza għal kulħadd.", "Sur President, jiena ma rridx ngħid li l-Kunsill Lokali tal-Mosta m'għamel xejn tajjeb.", "Per eżempju, xi ħaġa pożittiva li għadha ma ssemmietx f'din il-Kamra hija l-parteċipazzjoni ta' dan il-kunsill fi programmi internazzjonali ta' l- Unjoni Ewropea. bħalma hu l-Med Urbs, biex permezz ta' finanzjament minn barra jkunu jistgħu jagħmlu l-manutenzjoni tal-wirt kbir li għandna fl-area tal-Mosta.", "Din hija xi ħaġa pożittiva u ta' min jirrakkmandaha.", "Dan l- aħħar ġie f'idejja l-ktieb \"Birkirkara fis-Seklu Dsatax\" ta' Wistin Żammit, ippublikat mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara.", "Din ukoll hija inizjattiva tajba għaliex b'hekk il-kunsilli lokali jżidu d-doża fl-interess letterarju u kulturali.", "Jiena ngħid ukoll li l-kunsilli lokali għandhom ikabbru dan l-interess billi huma stess - forsi anke flimkien u mhux kull kunsill individwalment - joħorġu b'ideat li jgħinu lill-gvern ċentrali.", "F'dan is-sens, l-idea li ssemmiet kemm min-naħa tal-Gvern Laburista u jidhirli anke min-naħa tal- Gvern Nazzjonalista preċedenti dwar li jkollna a national trust act - jiġifieri li naraw illi jkun hemm trust li jkun jista' jirregola dawn l- għaqdiet volontarji biex verament jieħdu ħsieb il-kultura u l-wirt storiku ta' pajjiżna - hija idea verament tajba.", "Ovvjament waħda mill-għaqdiet l- iktar importanti u li qed tagħmel ħafna ġid fil-pajjiż hija \"Din l-Art Ħelwa\" imma tajjeb naraw x'għamlu għaqdiet Ingliżi li ħadmu ħafna biex jaraw kif jevolvu aħjar l-idea ta' l-involviment tal-kunsilli lokali f'dawn it-tip ta' proġetti.", "U kien hemm ideat tajbin li ħarġu mill-kunsilli lokali.", "Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar, per eżempju, kien ħareġ bl-idea li jkun hemm rotta għall-periferija tan-Naxxar għaliex nafu li t-trasport pubbliku mhux dejjem ilaħħaq mat-toroq kollha f'areas kbar.", "Niftakar ukoll li meta konna qegħdin niddibattu l-voti li jaqgħu taħt il-ministeru tal-ġustizzja - din diġa' semmiha l-Onor.", "Austin Gatt qabli - ħareġ il-punt li l-kunsilli lokali għandhom iwaqqfu tribunali lokali b'kompetenza żgħira.", "Tliet mitt sena ilu kellna anke l-qrati lokali u jekk din l-idea ta' tribunali lokali taqbad l-art, forsi l-kunsilli lokali jkunu jistgħu jidħlu fit-tfassil tagħhom ukoll.", "Tajjeb nenfasizza pero' li kollox irid isir bil-ħsieb u jrid ikun hemm value for money.", "Xi ħaġa li ma nistax ma nsemmix hawnhekk hija li meta tkun ġejja l- elezzjoni tal-kunsilli lokali, dawn jorganizzaw ħafna parties u ikliet għall-anzjani minn flus il-poplu, li fl-istess ħin iservu ta' propaganda għal xi kunsillier jew ieħor.", "Meta tara l-mod sottili, disinjat u sistematiku kif isiru għall-ewwel ma jokkorrilekx li dawn qed isiru għal dan il-għan, imma żgur li dawn l-affarijiet rajnihom.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' ħofor imma s-serjeta' titlob li jrid ikun hemm value for money, li r-riżultat ikun dak mistenni u li verament ikun fl-interess tal- poplu Malti.", "Ftit ilu semmejt l-għaqdiet volontarji, u kif dawn jistgħu jaħdmu flimkien mal-kunsilli lokali.", "Niftakar li way back fl-1993/94, meta kont għadni fil-korp tal-pulizija, b'mod speċjali l-Kunsilli Lokali ta' San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ħal Tarxien, San Ġiljan u oħrajn, interessaw ruħhom ħafna biex jorganizzaw neighbourhood watch.", "Sur President, f'dan il-pajjiż ħadd m'hu qiegħed jgħix f'xi spazju għalih u għalhekk kulħadd irid jagħti l- kontribut tiegħu.", "U m'hemmx biss il-problema tas-serq imma hemm ukoll il- problema tar-rave parties, il-problema tad-drogi, il-problema tal- kriminalita' eċċ. Li rrid ngħid huwa li l-kunsilli lokali m'għandhomx jinħlew f'affarijiet illi m'humiex daqshekk importanti għax hemm ħafna affarijiet x'jistgħu jagħmlu.", "Għalhekk tajjeb li l-idea tan-neighbourhood watch, per eżempju, tiġi avvanzata u ameljorata.", "Barra minn hekk din ma tinvolvix flus.", "Xi ħaġa oħra li jistgħu jagħmlu l-kunsilli lokali hija li jlaqqgħu n-nies tal-lokal u jorganizzawlhom laqgħat dwar il-kriminalita' għaliex il-kriminalita' hija xi ħaġa li tista' tattakkaha biss billi kulħadd jipparteċipa dak id-daqsxejn.", "Għalhekk in-neighbourhood watch hija xi ħaġa pożittiva għall-kunsill lokali.", "Din l-istess bħad-droga.", "M'huwiex biżżejjed li kultant nagħmlu xi seminar għaliex din hija biss xi ħaġa preliminari għalkemm hija tajba.", "Barra minn Malta, speċjalment fl-area tan-naħa ta' fuq ta' l-Ingilterra u Skozja, il-kunsilli lokali jaħdmu ħafna fil-kwestjoni tad-droga u huma stess għandhom kumitati speċjali biex jaraw in-novitajiet f'dan il-kamp illi qed jagħmel ħafna ħsara lit-tfal u żagħżagħ tagħna.", "Fil-fatt il- bieraħ smajna b'mewt oħra waqt rave party.", "Il-gvern ċentrali għandu l-korp tal-pulizija u affarijiet oħra li qegħdin hemmhekk biex jiġġieldu din il- problema imma l-kunsilli lokali jistgħu jidħlu f'postijiet u jilħqu ċerti points bin-nies kif jorganizzahom hu illi ma jilħaqhomx ħaddieħor.", "U xorta tkun qed tasal għall-istess riżultati.", "L-Onor.", "Austin Gatt semma l-kwestjoni dwar il-liċenzji li qegħdin jiġu mħallsin u organizzati within the local councils.", "Dan ifisser li dan il- piż tneħħa minn fuq il-korp tal-pulizija, imma jiena nistaqsi: Għaliex meta wieħed imur iħallas liċenzja ta' ħanut li għal xi raġuni jew oħra ma kenitx qed titħallas - forsi bi traskuraġni jew għaliex ikun miet is-sid u l-werrieta ma segwewx il-proċedura - jgħidulu li jrid jerġa' jibda kollox mill-ġdid?", "Għaliex min irid jibda business ta' ħanut li diġa' kellu liċenzja imma kellu l-armatura magħluqa, isib li ma jistax awtomatikament iħallas l-arretrati u jkollu l-liċenzja?", "Dawn huma affarijiet li jagħmlu ħsara lil pajjiżna, jagħmlu ħsara lil dawk in-nies li jridu jinvestu flushom f'investimenti żgħar imma li huma healthy.", "F'dan is-sens hawn ħafna x'isir bejn il-kunsilli lokali u d-dipartimenti.", "Fil-fatt aħna konna diġa' bdejna naħdmu fuq dan.", "Nistgħu nsemmu, per eżempju, il-proġett tat-triq ta' Raħal Ġdid u Ħal Tarxien, fejn kien hemm problema kbira tat-traffiku ħdejn iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.", "Id-dipartiment tax-xogħlijiet flimkien mal-kunsill lokali għamlu l-isbaħ sistema ta' traffic flow bit-traffic lights f'qasir żmien, grazzi għall-koperazzjoni bejn id-dipartimenti u l-kunsilli lokali.", "Nistgħu nsemmu wkoll il-proġett f'Ħaż-Żabbar u l-embellishment projects f'Bugibba, Marsacala, Marsaxlokk, Għajnsielem u Birzebbuga.", "Dawn kollha saru fil-perjodu qasir li konna fil-gvern u f'kull proġett kien hemm ir- rappreżentanza tal-kunsill lokali.", "Din hija l-idea li kellna, li noħolqu spirtu ta' koperazzjoni.", "Għalhekk il-Partit Laburista fil-gvern daħħal lil kulħadd fid-diskussjoni dwar il-proġett għan-nofsinhar ta' Malta.", "Jekk nieħdu l-qasam ta' l-agrikoltura u nieħdu l-area minn fejn ġej jiena, kien hemm l-idea li l-APS Bank - bank lokali żgħir imma b'qalb kbira - jiffinanzja serra fejn jiġu kkoltivati pjanti u siġar biex il-kunsill lokali flimkien mad-dipartiment ta' l-agrikoltura jifformaw green belt.", "Dawn it-tip ta' proġetti jeżistu kemm f'pajjiżi Ewropej u kif ukoll f'pajjiżi Meditteranji, u tajjeb li naraw x'jista' jsir għaliex dawn huma proġetti li jagħtu dehra isbaħ lil pajjiżna.", "Huwa veru li wieħed mit-tliet kunsilli lokali f'Għawdex li kienu qegħdin jaħdmu flimkien fuq proġett ta' l-iskart ħareġ 'il barra mill-proġett minħabba xi disgwid, u għalhekk li jrid isir huwa li ssib xi ħaġa li żgur jaqblu fuqha d-diversi kunsilli.", "Jiena għadni kemm semmejt l-agrikoltura imma wieħed jista' jsemmi wkoll proġetti filantropiċi u l-konċett tan-neighbourhood watch li jista' jkun organizzat b'mod iktar wiesa' u mhux bejn xi kunsill jew tnejn.", "Sur President, huwa importanti li dawn l-ideat jiġu attwati u mhux insemmuhom biss fil-Parlament.", "L-Onor.", "Gatt qal li qed jiltaqa' mal- kunsilli biex jara kif jistgħu jaħdmu flimkien.", "Jien naħseb li hemm bżonn ukoll isiru seminars b'temi speċifiċi dwar management bejn kunsilli lokali u ieħor fuq ċerti proġetti.", "Huwa importanti li they air their views u mbagħad naraw x'riżultat joħroġ.", "Tajjeb ukoll li meta niġu biex nattwaw xi proġett ikollna ċerti kriterji u mhux kunsill ikollu kriterji mod u kunsill ieħor ikollu kriterji oħra.", "Għalhekk f'dawn is-seminars wieħed jista' joħroġ bi standard recommendations u kulħadd jimxi fuqhom.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għall-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla.", "Naf li se ssir anke elezzjoni għall-Kunsill Lokali ta' l-Iklin - u minn hawn lil dan il-kunsill nawguralu għax għamel ħafna xogħol tajjeb f'dawn l-aħħar snin - u nista' ngħid li reċentement għamilt mistoqsija parlamentari li tirrigwarda l-bypass li minn Ħal Lija tieħu għall-Imsida, mingħalija jisimha Triq Dun Karm.", "Jiena naf li l-kunsill lokali ta' l-Iklin kien ilu jitħabat biex din it-triq tiġi regolata bit-traffic lights u issa jiena nformat li dan il-proġett ġie approvat u se jsir.", "Jien inħoss li kull min is-sena d-dieħla ħiereġ għall-elezzjoni jrid jara li x-xogħol tal-lokal isir b'dedikazzjoni u mhux nagħmlu x-xogħol biex noqogħdu nagħmlu ċ- ċerimonji.", "Wieħed ma jridx joħroġ għall-kunsill għax xi ħadd ikun qallu biex joħroġ biex forsi jwassal l-interess ta' ħaddieħor.", "Hawnhekk nitkellmu ħafna fuq jekk il-kandidati għall-kunsilli lokali għandhomx jikkontestaw taħt il-kappa tal-partiti politiċi.", "Jiena wieħed minn dawk li naqbel li idealment il-kunsilli lokali għandhom ikunu above party level, imma jekk kemm-il darba l-Partit Nazzjonalista għoġbu jipparteċipa f'dawn il-kunsilli fuq livell ta' partit mhemmx x'tagħmel.", "Ġaladarba l-poplu mhux qed jirrealizza li idealment il-kunsilli lokali aħjar ikunu komposti minn nies indipendenti biss u mhux min-nies li jirrappreżentaw il-partiti politiċi, allura bilfors ikollna nitkellmu dwar li jista' jkollok il-partiti politiċi kollha jipparteċipaw.", "L-Onor.", "Austin Gatt diġa' għamel kumment dwar dan u qal li l-Partit Laburista qiegħed jerġa' jagħmel rethinking dwar dan.", "Ir-rethinking kien proprju li ladarba l-partiti ż-żgħar u l-Partit Nazzjonalista deherilhom li għandhom jipparteċipaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali allura l-idea intelliġenti li ma jkollokx ip-partiti jipparteċipaw ma tistax tinforzaha, la l-poplu għadu ma mmaturax sew f'din il-ħaġa.", "Jiena naħseb li anke dawk il-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet li ġejjin, għalkemm se joħorġu taħt it-tikketta ta' partit - it-tikketta se tkun hemm għax hija kważi an evil necessity - għandhom jaraw li jaħdmu b'dedikazzjoni biex dejjem imexxu fl-aħjar interess tal-lokal.", "Qed nigħid dan għax l-ideal huwa li l-pajjiż ikollu l-aħjar nies li jirrapreżentawh kemm fil-gvern ċentrali kif ukoll f'dak lokali.", "Sfortunatament kultant il-qasam lokali jirrifletti l-qasam ċentrali.", "Din hija xi ħaġa li ħadd minna ma jixtieq.", "Kull ċittadin onest irid dejjem l- aħjar fost l-aħjar.", "Jiena nemmen li għandna ħafna nies kompetenti, nies serji, li lesti li jagħtu ħafna xogħol lil dan il-pajjiż bl-inizjattivi tal- kunsilli lokali.", "Il-fiduċja, kif diġa' għidt, tiġi kemm min-nies kif ukoll mill-mod ta' kif jaħdmu l-kunsilli lokali.", "Per eżempju, jiena ma nistax nifhem kif ix-xogħol li jsir mill-kunsilli lokali dejjem ikun dominat mill- istess nies.", "Jiena ma rridx nsemmi nies imma rrid ngħid li perit partikolari huwa mdaħħal fil-proġetti kważi kollha tal-kunsilli lokali, għalkemm illum forsi ma tantx jista' jaħdem ħafna.", "L-istess nista' ngħid f'dak li jirrigwarda t-tenders, għax dawn dejjem jeħduhom l-istess kuntratturi.", "Dawn il-kuntratturi jitfgħu tenders li jkunu rħas - u tajjeb li l-ministru responsabbli jismagħha din - u allura jeħduhom u mbagħad magħhom iħaddmu tfal li jkunu taħt l-eta' biex dak ix- xogħol jagħmluħ bi profitt akbar.", "Dan qed ngħidu għax il-GWU għmlet rapport dwar xogħol mill-kunsilli lokali li ttieħed b'tender u ġew impjegati tfal taħt l-eta'.", "Mela hawnhekk issa għandna anomalija fejn għandek nies li qed jieħdu xogħol tal-kunsilli lokali - li allura huma maħluqin b'liġi biex isir xogħol skond il-liġi, li jagħmel ġid lill-pajjiż - imbagħad noħolqu sitwazzjonijiet fejn soċjetajiet u kumpanniji jieħdu xogħol għall-kunsilli lokali u jiksru l-liġi dwar iċ-child labour.", "Din mhux biss hija liġi tal-pajjiż imma llum hija n-norma internazzjonali.", "Dan huwa sfruttament dirett fil-kamp tax-xogħol u għalhekk il-GWU waslet biex għamlet anke rapport u naf li hemm rapport f'idejn uffiċjal għoli tal-GWU f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol li qed isir mill-kunsilli lokali, liema xogħol huwa meħud b'tender u dan a skapitu ta' nies li jridu jaħdmu bl- ikktar mod onest.", "Allura anke f'dak li huma proġetti n-nies involuti fil- kunsilli lokali jridu jaraw illi qabel ma jagħtu l-go ahead għat-tender jaraw ukoll il-lista' ta' l-impjegati li huma nvoluti f'dik il-kumpannija li se tieħu x-xogħol.", "Qed ngħid dan għax naf li diġa' qed isiru l-abbużi u dawn huma abbużi serji.", "Barra minn hekk, f'dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti oħra tal-kunsilli lokali, naħseb li hemm fejn wieħed ukoll javvanza l-ħsieb illi fejn se jkun se jsir proġett kbir - fis-sens li kunsill lokali waħdu ma jkunx jista' jagħmlu tajjeb biżżejjed, jew il-proġett ikun ta' vantaġġ għal iktar minn kunsill lokali wieħed; ngħidu aħna, ikun hemm proġett li se jolqot tajjeb kemm l-area tal-Mosta kif ukoll dik ta' l-Imġarr - il-kunsilli jaħdmu flimkien u jinvestu l-istess kapital li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Sur President, nagħlaq billi nagħid li hemm ħafna x'wieħed jista' jagħmel fil-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali fihom infushom huma proġett importanti għal pajjiżna u żgur li flimkien nistgħu nagħmlu ħafna iktar.", "Imma żgur ukoll li issa rridu naraw lill-Partit Nazzjonalista, li tant kien jattakka lill-Gvern Laburista dwar ix-xogħol li kien jagħmel fil-kunsilli lokali, li fis-snin li ġejjin iżomm il-wegħdi li għamel qabel l-elezzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Issa nistieden lill-Ministru Gonzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 17 ta' Novembru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar ħlasijiet għal ħtiġiet speċjali lil Kunsilli Lokali - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kontinwazzjoni);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, f'dawn il-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi waqt dan l-aġġornament nixtieq ngħaddi kelmtejn dwar l- importanza tal-wirt kulturali ta' pajjiżna, b'aċċenn partikolari għal dak tar-raba' distrett, li jien għandi l-unur li nirrappreżenta.", "Dan il- pajjiż, bħal kull pajjiż ieħor, għandu l-identita' kulturali tiegħu, liema identita' hija msawra minn diversi esperjenzi tal-passat, monumenti, plakek, niċeċ, kappelli u ħafna affarijiet prezzjużi bħal dawn.", "Iżda l- biża' tiegħi hija li pajjiżna mhux dejjem ta l-importanza mistħoqqa lil dawn ir-rikordji li ħallewlna missirijietna.", "Ħalli nagħti xi eżempji biex wieħed jifhem iktar għaliex illum iddeċidejt li nitkellem proprjament fuq dan il-qasam.", "Per eżempju, ġewwa Raħal Ġdid hemm il-knisja ta' Sant'Ubaldeska, l-Ipoġew kif ukoll it-tempji ta' Għajn Dwieli li nstabu ftit tas-snin ilu.", "Issa jien persważ li ftit huma dawk in-nies li jafu b'dawn it-tempji li jinsabu proprjament ħdejn il-kunvent tal-kapuċċini ta' Għajn Dwieli, minkejja li kif għidt diġa', dawn instabu biss ftit snin ilu.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi: X'sar minnhom dawn it-tempji?", "Qed jiġu indukrati u mħarsa?", "Ċikku l-poplu jaf bihom?", "Kull min jgħaddi minn quddiem il-knisja ta' Sant'Ubaldeska, li semmejt diġa', żgur li tiġih ħasra jaraha fl-istat ta' abbandun li qiegħda fih.", "Imbagħad xi ngħidu għall-ġojjell ta' palazz li għandna ġewwa l-Gudja, liema palazz huwa magħruf bħala l-Palazz ta' Bettina u li kien mibni mijiet ta' snin ilu?", "Ta' min jgħid li dan il-palazz enormi kienet bnietu ċerta \"Bettina\", li kellha affiljazzjonijiet aristokratiċi ma' l-aqwa nobbli ta' l-Ewropa, sabiex toqgħod fih, u llum dan il-ġojjell arkitettoniku, li partijiet minnu ilhom mibnija 500 jew 600 sena, huwa proprjeta' privata.", "Wieħed irid isemmi wkoll il-kappella ta' Santa Luċija li minnha oriġina l-isem tar-raħal ta' Santa Luċija, liema kappella tinsab inti u dieħel il-Gudja fuq in-naħa tax-xellug.", "Mr Speaker, ġewwa Ħal-Tarxien hemm madwar 25 niċċa flimkien ma' diversi kappelli u tempji oħra.", "Riċentement konna smajna li saret inizjattiva bejn il-Kunsill Lokali ta' Ħal-Tarxien u l-Bank of Valletta International biex dan ta' l-aħħar jgħaddi somma ta' madwar $40,000 lill-kunsill lokali ħalli jiġi mniedi proġett għat-tempji neolitiċi li hemm fl-istess lokal.", "Jien ma rridx ngħid li $40,000, li bejn wieħed u ieħor jiġu Lm10,000, m'huma xejn; huma bidu, imma bla ebda dubju hemm ħafna u ħafna iktar xi jsir f'dan ir- rigward.", "Hawn ta' min ifaħħar il-proġett tar-Re-Birth 2000 li jikkonsisti fis-sehem ta' 12-il kunsill lokali, li ħafna minnhom huma min-naħa t'isfel ta' Malta u li l-għan tiegħu huwa proprjament li jiġu identifikati dawk il- postijiet li għandhom bżonn jiġu repaired u kkonservati kemm għall- benefiċċju tan-nies tal-lokal kif ukoll għat-turisti għax ma rridux ninsew li t-turiżmu huwa l-iktar settur li jrendi f'pajjiżna u l-ekonomija tagħna ma timxix mingħajr l-introjtu mit-turiżmu.", "Mr Speaker, aħna għandna nħossuna fortunati li għandna patafjun ta' monumenti u storja li hija interessanti li wieħed ikun jaf dwarha.", "Per eżempju, jekk m'iniex sejjer żball xi sitt snin ilu, f'Tal-Barrani, limiti ta' Ħal-Tarxien, instabu xi oqbra puniċi li għandhom eluf ta' snin, u hawn nixtieq nieħu l-opportunita' li nistaqsi x'sar minnhom dawn l-oqbra għax minkejja li dawn huma importanti ħafna għall-wirt kulturali tagħna, la nafu ġewx mirduma bil-konkos, la nafu għadhomx miftuħa u jekk stess għadhom miftuħa ma nafux minn fejn huwa l-aċċess għalihom.", "Issa kif nafu, dawn huma ġojjelli u għalkemm huma affarijiet żgħar, għandhom importanza kbira għat-turiżmu għax it-turist ma jiġix biss biex jara l-Kattidral ta' l- Imdina, il-Kattidral ta' San Ġwann jew iċ-Ċittadella imma jiġi wkoll biex jara dawn l-affarijiet u għalhekk huwa importanti li nieħdu ħsiebhom.", "Ta' min isemmi wkoll it-tempju ta' Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk li jinsab fi stat ta' abbandun totali.", "Mr Speaker, fatt li ta' min ifaħħru u jinkoraġġih huwa li f'pajjiżna għandna ħafna ħaddiema li jifhmu fir-restawr u jagħtu l-kontribut tagħhom u per eżempju, xiehda ta' dan hija n-niċċa ta' Santa Marija li tinsab ġewwa Ħal-Tarxien u li riċentement kienet sofriet danni kbar wara inċident tat- traffiku li kien hemm fi Triq tal-Barrani.", "Għal min ma jafx, ikun tajjeb jekk ngħid li din in-niċċa nbniet fl-1762, jiġifieri hawn qed nitkellmu fuq niċċa li għandha 'l fuq minn 200 sena u x-xogħol ta' restawr sar mir- restoration unit tad-dipartiment tax-xogħlijiet flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Tarxien.", "Fil-fatt dan ix-xogħol huwa ta' min ifaħħru għax ir- restawr ta' din in-niċċa sar verament b'għaqal kbir u għalhekk jien ma nistax nifhem kif ma jistgħux jiġu identifikati niċeċ u kappelli oħrajn li għandhom bżonn jiġu restawrati.", "Dan m'huwiex xi xogħol li għalih għandna għalfejn noqogħdu nġibu l-esperti barranin ġaladarba n-nies tagħna huma kapaċi jagħmluh b'tant dedikazzjoni.", "Hawn wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll il-knisja ta' San Bert, il-knisja ta' Santa Marija, Villa Le Fevre, Villa Aspinall u d-Dar tal-Kejka li jinsabu kollha ġewwa Ħal Tarxien.", "Dawn huma riżultat tal-wirt li ħallewlna missirijietna, imma sfortunament ħafna drabi m'humiex qed jiġu apprezzati, anzi pjuttust qed jiġu minsija, u jekk ma nqajmux il-kuxjenza tal-poplu fuq dan il-wirt storiku, dawn qatt ma jistgħu jiġu apprezzati.", "Per eżempju, dwar id-Dar tal-Kejka kienet saret proposta mill-Kunsill Lokali ta' Ħal- Tarxien biex din issir mużew kulturali u għalhekk għandna nagħtu mbottatura lil din il-proposta.", "Għal min ma jafx, din id-dar ġiet irrestawrata mill- ħaddiema tad-dipartiment tax-xogħlijiet, jiġifieri kif għidt l-ewwel, kienu l-ħaddiema lokali stess li taw il-kontribut tagħhom biex xi ħaġa Maltija tkun tista' titgawda mill-Maltin ukoll.", "Bħalissa qed niftakar f'dawk is-slaleb li nsibu fuq kolonna mdawra b'xi tlieta jew erba' tarġiet, li ġeneralment insibuha f'nofs ta' raħal jew viċin il-qalba tar-raħal.", "Hija ħasra li ħafna drabi ninsew l-importanza li kellhom dawn is-slaleb tal-ġebel meta nafu li huma daqstant tipiċi.", "Per eżempju, hawn ta' min isemmi s-salib tad-Dejma li hemm ġewwa Ħal-Tarxien, liema salib inbena bejn wieħed u ieħor f'nofs is-seklu 16 biex ifakkru li meta t-Torok kienu ġew jattakkaw lil Malta fl-Assedju l-Kbir kien waslu sal- punt fejn illum huwa mmarkat b'dan is-salib u mbagħad peress li l- kavallieri ta' San Ġwann kienu ffortifikaw din l-area u sejħu l-għassa li kienu qed jagħmlu \"dejma\", dan is-salib baqa' magħruf bħala s-salib tad- Dejma.", "Hemm ukoll is-salib tal-Marsa li ħafna minna lanqas nafu x'jirrappreżenta, u jien sirt naf b'dan meta kont qed nagħmel ir-riċerka u naqra fuq dan is-suġġett.", "Fil-fatt għal min ma jafx, is-salib tal-Marsa, li għall-grazzja t'Alla huwa ppreservat tajjeb ħafna, għandu mijiet ta' snin u kien jikkommemora l-punt minn fejn il-Belt kienet tinqata' minn mal- parroċċa ta' Ħal Qormi għax oriġinarjament il-parroċċa ta' Ħal-Qormi kienet testendi sal-peninsula ta' Sciberras li llum hemm mibnija fuqha l-Belt, jiġifieri s-salib tal-Marsa kien proprju l-punt li jindika sa fejn tasal il- Belt u minn fejn tibda lokalita' oħra.", "F'pajjiżna għandna ħafna minn dawn is-slaleb u naħseb li wasal iż-żmien li jkollna liġi li tirregola n- national trust, dak li l-Ingliżi jsejħu a national trust act.", "Qed ngħid dan għaliex għalkemm għall-grazzja t'Alla f'pajjiżna għandna madwar tmien organizzazzjonijiet li qed jiġġieldu u jikkompetu bejniethom dwar min minnhom se jagħmel l-ikbar biċċa xogħol għall-ġid ta' l-ambjent u ta' l- istorja, li minnha nnifisha hija ħaġa tajba, sfortunatament ma teżisti l- ebda koordinazzjoni bejniethom.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi: Għalfejn ma ssirx liġi tan-national trust sabiex tirregola u tikkoordina l-inizjattiva u x-xogħol ta' dawn l-għaqdiet volontarji li kieku mhux għalihom, ħafna mit- torrijiet li għandna madwar il-kosta tagħna llum jinsabu fi stat ta' abbandun?", "Hawnhekk ta' min wieħed isemmi lil \"Din l-Art Ħelwa\", li tant għamlet xogħol fit-Torri l-Aħmar u f'torrijiet oħra, bħal ngħidu aħna, fit-torri ta' Għajn Tuffieħa.", "Għalhekk jien inħoss u nibqa' nsostni li wasal iż- żmien li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom jaqblu fuq din il-proposta għaliex hija xi ħaġa li minnha se nibbenefikaw aħna lkoll.", "Fil-fatt ġewwa l- Ingilterra din il-liġi ilha li saret is-snin u llum hemm madwar 26 organizzazzjoni involuti f'dan in-national trust.", "Għalhekk ejjew inħarsu l- identita' kulturali tagħna u nagħtuha l-importanza li jixirqilha għax daqskemm huwa importanti l-ġid ekonomiku għall-pajjiż daqstant ieħor huwa importanti l-ġid kulturali.", "Hija ħasra li żagħżugħ li għadu ħiereġ mill- iskola ma jafx kemm batew missierijietna biex bnew xi monument jew għamlu xi opra oħra.", "Mr Speaker, illum nixtieq nisħaq ukoll fuq l-importanza li ndaħħlu iktar l-audio-visuals fil-postijiet kulturali.", "Per eżempju, fil-Knisja ta' Sant'Ubaldeska, li semmejt iktar kmieni u li tinsab ġewwa Raħal Ġdid, għaliex m'għandux ikun hemm audio-visual fuq l-istorja tagħna?", "U għalfejn m'għandux ikollna wkoll audio-visual fuq l-Ipoġew, li huwa daqstant uniku u imprezzabbli u li llum huwa rikonoxxut saħansitra mill-UNESCO?", "Għalfejn l- audio-visual m'għandhomx isiru iktar regolari u frekwenti?", "Ngħid għalija jien tgħidx kemm nieħu gost meta mmur f'xi pajjiż barra minn Malta fejn ikollhom is-son et lumière li jispjegalek b'mod sempliċi u viżwali tant li tibqa' tiftakar aktar.", "Għalhekk jien inħoss li l-gvern flimkien mal- kunsilli lokali kif ukoll mal-privat, għax il-privat ukoll għandu rwol f'dan il-qasam, għandhom iniedu proġetti li permezz tagħhom jiġu identifikati siti, monumenti, niċeċ, kapelli u affarijiet oħra ta' ċerta importanza kulturali biex filwaqt li jiġu ssorveljati, jiġu mogħtija aktar rikonoxximent, jintwerew iktar u jitpoġġew fuq il-vetrina ta' pajjiżna biex meta jiġi t-turist ma jsibx biss il-baħar tagħna, li tant huwa sabiħ u nadif, ma jsibx biss ix-xemx imma jsib ukoll dawn ir-rikordji u l-fdalijiet ta' wirt missirijietna u permezz tagħhom ikun jista' jgawdi u japprezza iktar l-istorja ta' pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzjak minn qalbi tal-paċenzja tiegħek li tismagħni nagħmel dan l-ewwel diskors qasir tiegħi f'din il-Kamra.", "Fil-fatt sa ftit sigħat ilu jien kont beħsiebni nitkellem fuq suġġett totalment differenti imma wara r-rapporti li dehru fil-gazzetti ta' dalgħodu dwar il-mewt li seħħet il-bieraħ kmieni filgħodu fejn intemmet ħesrem il-ħajja ta' żagħżugħ, jien ħassejt li kelli nkun fidili lejn is-sentimenti istintivi tiegħi ta' mara u ta' omm, li nħoss li huma sentimenti ta' sogħba, ta' ħasra kif ukoll ta' biża' li qed naqsam mal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Kif għidt diġa', il-mewt kiefra ta' żagħżugħ li seħħet kmieni dalgħodu żiedet isem ieħor mal-lista ta' dawk iż-żgħażagħ li ħarġu minn djarhom biex jiddevertu għal ftit sigħat u li sfortunatament qatt ma reġgħu rritornaw lura fi ħdan il-familja tagħhom.", "Hawnhekk nixtieq nagħmilha ċara li jien illejla ħadt l-ispunt li nitkellem minn dak li qrajt fuq il-gazzetti, liema rapporti kienu bbażati biss fuq indikazzjonijiet li laħħqu lil dawn il- gazzetti sakemm ġew ippubblikati l-bieraħ filgħodu.", "Jien, u naħseb li ħafna ġenituri oħra, waqt li konna qed naħsbu fuq il-familja ta' dan iż- żagħżugħ, għaddielna ħsieb minn moħħna u b'ċertu egoiżmu li wieħed jista' jifhmu għidna: There but for the grace of God go I. Dalgħodu aħna qajjimna lil uliedna għal ġurnata oħra ta' skola jew ta' ħidma b'ċerta tama u ħerqana għall-futur sabiħ għalihom, pero' sfortunatament il-jum ma bediex għal kulħadd l-istess.", "Illum ir-rave parties saru parti mix-xena lokali u għalkemm jista' jkun li wieħed ma japprovahomx, ir-realta' qed turina li r-rave parties huma popolari ħafna maż-żgħażagħ tagħna li jattenduhom bi ħġarhom.", "Fil-fatt kulħadd jaf li hemm mijiet, u xi drabi anke eluf, ta' żgħażagħ li jmorru għal dawn il-parties, imma sfortunatament dawn it-tip ta' parties joħolqu ambjent li donnu huwa conducive għat-tmexxija tad-droga.", "Mr Speaker, kif taf is-Sinjorija Tiegħek permezz tal-ħajja parlamentari twila li għandek, kienu ħafna dawk id-deputati li tul is-snin tkellmu fuq is-suġġett tad- droga qabli u jien m'għandi l-ebda dubju li ħafna minnhom kienu esperti fuq dan is-suġġett u taw il-kontribut siewi tagħhom, pero' jidhirli li llum kelli nerġa' nħares lejn dan is-suġġett għaliex inħoss li qatt ma nistgħu nitkellmu biżżejjed fuq dan is-suġġett għas-sempliċi raġuni li fin-nofs hemm il-ħajja ta' wliedna kif ukoll il-well-being ta' bosta familji Maltin u Għawdxin.", "Hemm ħafna issues li jien nixtieq narahom imneżżgħin totalment mill- politika partiġġjana imma l-aktar wieħed fosthom huwa l-issue tad-droga.", "Jien nixiteq bis-sinċerita' kollha li meta nkunu qed nitkellmu fuq dan is- suġġett kulħadd iqatta' l-iscore-cards politiċi tiegħu u naħdmu flimkien sabiex inkunu nistgħu nsaħħu dejjem iktar din il-ġlieda li għandna quddiemna.", "Mr Speaker, jien naħseb li huwa f'waqtu li ngħid li nhar l-Erbgħa li ġej il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali sejjer jiltaqa' sabiex jiddiskuti l-kondizzjonijiet u r-regolamenti għaż-żamma ta' discos u parties ħalli jsir minn kollox biex il-ħidma għall-protezzjoni taż-żgħażagħ tagħna tiġi inforzata iktar.", "Ta' min jgħid li għal din il-laqgħa ġew mistiedna ħafna għaqdiet, fosthom is-Sedqa, il-Caritas, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Forum Żgħażagħ Laburisti, il-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-Alternattiva Żgħażagħ kif ukoll il-GRTU u l- Malta Hotels and Restaurants Association.", "Jiena nittama u nispera li hemm ħafna għaqdiet oħra u ġenituri li kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi ta' gruppi lesti li jagħtu l-kontribut tagħhom f'dan il-qasam.", "Hawnhekk irrid ngħid - għalkemm intqalet diversi drabi - li wieħed ma jistax jinjora l-fatt u ma jsemmix ix-xogħol siewi u ferm diffiċli li dejjem għamlet l-għaqda Caritas f'dan il-qasam tul is-snin, kemm għall- ewwel sforzi tagħha biex titqajjem awareness fil-pajjiż f'dan ir-rigward kif ukoll għall-għajnuna prattika u sħiħa li tagħti lill-vittmi tad-droga u lill-familjari tagħhom.", "Hawnhekk wieħed irid isemmi wkoll lill-aġenzija Sedqa, liema aġenzija qed tagħti l-kontribut sħiħ tagħha f'dan il-qasam.", "Nixtieq ukoll nerġa' nenfasizza l-fatt li pajjiż żgħir bħal tagħna ma jaffordjax li jkollna overlapping ta' ċertu xogħol.", "Aħna ma rridux ninsew li aħna pajjiż żgħir u r-riżorsi tagħna, kemm dawk umani kif ukoll dawk finanzjarji, huma limitati u għalhekk jidhirli li għandu jkun hemm iktar liaison u iktar kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn kull għaqda u aġenzija li tista' tgħin f'din il-problema għax b'hekk biss nistgħu nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, inkunu qed niżbaljaw meta nassumu li l-vittmi tad-droga ġejjin biss minn dawk il-familji li għandhom ċerti problemi, jew aħjar li għandhom ċerti problemi kbar, għaliex filwaqt li ovvjament ċerti backgrounds joħolqu ambjent iktar vulnerabbli, madanakollu d-diversi studji li saru fuq dan is-suġġett juru li m'hemm l-ebda strata tas-soċjeta' li m'hijiex milquta mid-droga.", "Bla ebda dubju, ħadd ma jista' jsejħilhom drug addicts lil dawk iż-żgħażagħ li waqt li jkunu qegħdin fil-kumpannija ta' sħabhom, iktar u iktar waqt xi rave party, b'ċertu nuqqas ta' għaqal u ħafna drabi wkoll b'ċertu nuqqas ta' ħsieb biżżejjed jiddeċiedu li jesperimentaw id-droga, speċjalment id-droga ecstasy.", "Għalhekk hawn jien ninsisti fuq il-ħtieġa imminenti ta' parametri ċari li fihom għandhom jinżammu dawn it-tip ta' parties, kemm f'dik li hija sorveljanza kif ukoll f'dawk li huma kondizzjonijiet u f'każ ta' bżonn l-ewwel għajnuna għandha tkun dejjem preżenti.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq inwassal suġġeriment li qrajtu f'ġurnal - jiġifieri ma rridx nieħu l-kredtu għalih jien, pero' qed inwasslu għax inħoss li jistħoqqlu ċerta konsiderazzjoni - fejn ġie suġġerit li bħalma għandna l-breathalyser biex l-awtoritajiet jaraw jekk sewwieq ikunx xorob iktar mil-limitu jew inkella bħalma għandna r-road-blocks biex l- awtoritajiet ikunu jistgħu jagħmlu tfittxija għad-droga, l-awtoritajiet għandu jkollhom ukoll il-fakulta' li jagħmlu test għad-droga fuq min ikollhom suspett ġustifikat waqt li jkun għaddej xi rave party jew disco.", "Biex niftehmu, jien bl-ebda mod ma jien qed ngħid li l-awtoritajiet għandhom jaqbdu lill-ġuvintur u lit-tfajliet at random u jġegħluhom jissottomettu rwieħhom għat-test, pero' qed ngħid li fejn ikun hemm suspett ġustifikat, l-awtoritajiet għandu jkollhom il-fakulta li jaġixxu, għax apparti l-fatt li b'hekk tista' tissalva l-ħajja ta' xi ħaddieħor, fl- istess ħin il-fatt li l-awtoritajiet qed imorru hemm u jistgħu jieħdu passi legali kontrihom jista' jservi ta' deterrent għal min ikun qed jitħajjar jibda jesperimenta bid-droga.", "Ngħid għalija, l-ikbar ħasra li tiġini għall-imwiet ta' dawn iż-żgħażagħ li qed imutu bl-effett ta' l-ecstasy hija li ħafna drabi esperiment wieħed b'din il-pillola qed tiswielhom ħajjithom.", "Nixtieq ngħid ukoll li llum filwaqt li kont qed nitkellem ma' xi ġenituri oħra, ilkoll kemm aħna qsamna l-ħsieb li l-edukazzjoni fuq l-użu ta' l-ecstasy għadha m'hijiex aggressiva biżżejjed u ma naraw xejn ħażin jekk nibdew kampanja li tbeżża' u tixxokkja fuq l-użu ta' din id-droga.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk ngħid li ġewwa l- Ingilterra, qabel ma mietet tfajla li kienet ilha f'coma għal żmien twil minħabba l-effett tad-droga ommha tat il-permess li jittieħed ir-ritratt ta' bintha fuq is-sodda tal-mewt ħalli dan isir poster u jintuża biex juri l-istat kiefer li jwassal fih l-użu ta' pillola waħda biss tad-droga.", "Jien hawnhekk nerġa' ngħid li fl-opinjoni tiegħi l-ġenituri m'għandhomx biżżejjed faċilitajiet u għalhekk anke l-kunsilli lokali għandhom ikunu minn ta' quddiem biex jgħinu f'din il-kampanja aggressiva.", "Ta' min jappella wkoll lill-media biex timxi b'ċerta sensittivita' fuq dan il- qasam.", "Jien iddeċidejt li nagħmel l-intervent tiegħi fuq dan il-qasam illejla għax minkejja r-regolamenti kollha li qed nagħmlu f'dan ir-rigward, dawn m'humiex qed ikunu biżżejjed biex isalvaw il-ħajja ta' wliedna.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nerġa' nġedded il- ġurament li jien ħadt sollenement fl-ewwel seduta ta' dan il-Parlament, eżattament fl-24 ta' Ottubru ta' din is-sena, meta wegħedt solennement li nkun fidili lejn ir-Repubblika ta' Malta, lejn il-Kostituzzjoni u lejn il- poplu tagħha.", "Illum jien qed nerġa' nirripeti dak il-ġurament li ħadt bil- qalb u fl-aħħarnett nerġa' ntenni t-tliet kelmiet: Hekk Alla jgħinni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 17 ta' Novembru fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FABBRIKI/KUMPANNIJI - ĦADDIEMA", "62.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki/kumpanniji li ntalbu mid-Dipartiment tax-Xogħol sabiex itejbu l-faċilitajiet tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?", "Kemm kien hemm każijiet fejn id-dipartiment konċernat kellu jieħu passi legali biex isostni d-drittijiet tal-ħaddiema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul is-snin 1995 - 1997 saru numru ta' spezzjonijiet dwar saħħa u sigurta' fuq postijiet tax-xogħol.", "Fil-parti l- kbira ta' dawn l-ispezzjonijiet instabu xi nuqqasijiet li l-prinċipali ġew mitluba jirrimedjaw.", "Qiegħed nagħti hawn taħt skeda li turi sena b'sena n- numru ta' spezzjonijiet kif ukoll in-numru ta' każijiet fejn id-dipartiment talab lill-pulizija jieħdu passi kontra prinċipali li ma obdewx l-ordnijiet mogħtija lilhom.", "Sena Numru ta' Talbiet spezzjonijiet lill-Pulizija biex jitressqu il-Qorti", "1995 487 24 1996 489 18 1997 650 12", "POSTIJIET TAX-XOGĦOL - INĊIDENTI", "63.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew irrapportati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "F'liema industriji kien hemm l-aktar inċidenti rapportati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' talbiet li saru lid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali għal benefiċċju wara korriment fuq il-post tax-xogħol huwa kif jidher hawn taħt:", "1993 - 7,184 1994 - 7,157 1995 - 6,991 1996 - 6,134 1997 - 5,723", "L-akbar numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa fl-industrija tal- manifattura.", "SIGURTA' SOĊJALI - PAGAMENTI PENDENTI", "64.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpanniji li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jittratta fil- qrati sabiex jiġu rimedjati l-pagamenti pendenti tas-sigurta' soċjali ta' l- impjegati tagħhom?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema nvoluti u ċioe' li minkejja li l- ħlas dovut għal bolli tas-sigurta' soċjali ikun tnaqqas mill-paga tagħhom, dan il-ħlas ma jkunx ġie mgħoddi lid-dipartiment mill-kumpannija rispettiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond Artiklu 116(2) ta' l-Att tas-Sigurta' Soċjali (Kap. 318) meta prinċipal jew persuni oħra jonqsu li jħallsu il- kontribuzzjonijiet dovuti minnhom flimkien mal-kontribuzzjoni addizzjonali fi żmien tliet xhur miż-żmien imsemmi aktar 'il quddiem fl-istess artikolu, id-direttur joħroġ ittra uffiċjali li tiġi notifikata lill-persuna konċernata u jekk fi żmien għaxart ijiem din ma tiġix kkontestata t-talba tad-direttur tikkostitwixxi titolu eżekuttiv.", "Bħalissa hemm 7 każijiet ta' kontestazzjoni pendenti fil-qrati.", "Dan in-numru ma jinkludix dawk il- każijiet fejn id-dipartiment ħareġ ittri uffiċjali jew mandati.", "F'dawn il- każijiet, iċ-ċifri huma kif ġejjin:", "Sena Ittri Uffiċjali Mandati", "1996 717 481 1997 471 260 1998 123 100", "In-numru ta' mpjegati nvoluti ma jistax jiġi stabbilit peress li l- kumpaniji konċernati naqsu li jissottomettu d-dokumenti relattivi u għaldaqstant mhux magħruf in-numru ta' mpjegati f'kull kumpanija.", "TRIBUNAL INDUSTRIJALI - KAŻIJIET", "65.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każijiet li qed jiġu trattati quddiem it-Tribunal Industrijali?", "Kemm kien in-numru ta' każijiet li ġew trattati sena b'sena matul dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' każi li qegħdin jiġu tratti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-lum huwa 117.", "In-numru ta' każijiet li ġew trattati dawn l-aħħar ħames snin huma hekk:", "1993 - 75 1994 - 79 1995 - 73 1996 - 110 1997 - 131", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "66.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' anzjani li fil-mument għandhom applikazzjonijiet pendenti sabiex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani f'Malta u f'Għawdex?", "X'inhija l-policy tal-gvern dwar il-bini ta' dar għall-anzjani fil- Mellieħa li kien qed jipproġetta li jiżviluppa Gvern Laburista preċedenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' Anzjani li għandhom applikazzjoni pendenti sabiex jidħlu fid-djar ta' l-Anzjani f'Malta fl-1 t'Ottubru, 1998 kien 564.", "Hemm ukoll 45 applikazzjonijiet oħra għad-dar ta' Bormla.", "Għar-Residenza San Vinċenz, hemm ukoll 672 applikazzjonijiet pendenti.", "Kif jirriżulta mit-tweġiba li l-Ministru konċernat kien ta għad-domanda parlamentari tal-Onor.", "Ċensu Galea numru.", "15188 tas-16 ta' Ġunju 1998, fejn intqal 'Għalissa m'hemm l-ebda ħsieb li tinbena Dar Għall-Anzjani fil- Mellieħa, kif għedna u weġibna f'mistoqsijiet parlamentari numri 92 u 9081, l-Gvern Laburista preċendenti ma kienx qed jipproġetta li jiżviluppa ebda Dar tal-Anzjani fil-Mellieha.", "Il-Gvern ġdid Nazzjonalista qed jerġa' jikkonsidra il-proġett biex tinbena Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa.", "Ta' min jgħid li f'Għawdex għad ma għandniex dar ta' l-Anzjani pero' ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex jinsabu żewġ taqsimiet ddedikati lil irġiel u lin-nisa anzjani.", "Ġewwa it-taqsima tal-irġiel hemm 38 sodda li minnhom hemm 28 okkupati waqt li ġewwa it-taqsima tan-nisa hemm 60 sodda li huma mimlija kollha.", "Fil-waiting list hemm seba' nisa li qed jistennew biex jidhlu f'din it- taqsima.", "PBS - INTERVISTI", "114.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kienu ntervistati fil-bullettini ta' l- aħbarijiet tat-8.00 p.m. tal-Public Broadcasting Services mill-5 ta' Settembru sal-lum: (a) il-Prim Ministru u kull ministru; (b) il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u kull membru tal-Grupp Parlamentari Laburista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "TAXXI - SISTEMA TA' TASSAZZJONI", "115.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti garanzija li l-bidliet li hemm ippjanati fis-sistemi ta' tassazzjoni f'pajjiżna m'huma se jkollhom ebda effett negattiv fuq ir-rata ta' l-inflazzjoni f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta jiġu ffinalizzati d-dettalji tal-bidliet fit- tassazzjoni jiġi stabbilit ukoll l-impatt fuq ir-rata ta` l-inflazzjoni f`pajjiżna.", "Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jaħdem biex ma jkunx hemm effett negattiv fuq ir-rata ta` l-inflazzjoni.", "Jidher li dan ma tantx inkwieta l-Onor Interpellant fil-leġislatura li għadha kemm intemmet u li ħolqot sistema ta` tassazzjoni li fissret impatt ta` mill-anqas 21% fuq l-affarijiet impurtati kollha.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "116.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Tista' tagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'kariga ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjoni ngħataw?", "Tista' tpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Tista' tgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Għar-rigward tas-Segretarjat Privat ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftehim m'għadu ġie ffirmat u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra meta jsir ngaġġ formali.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81.", "Għar-rigward ta' mpjegati fid-dekasteru tiegħi li m'humiex fis- Segretarjat Privat, m'hemm ħadd li ġie ngaġġat minn barra s-Servizz Pubbliku mill-5 ta' Settembru 'l hawn.", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "117.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ingħataw?", "Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' l-Ministru jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għar-rigward tas-Segretarju Privat, ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi ukoll lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b`risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81.", "Għar-rigwaard ta`impjegati fid-dekasteru tiegħi li m`humiex fis- segretarjat, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ġie ngaġġat ħadd.", "MINISTERU TA' L-INTERN", "118.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ngħataw?", "Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "TONIO BORG:Għar-rigward tas-Segretarjat Privat, ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81.", "Għar-rigward ta' impjegati fid-dekasteru tiegħi li mhumiex fis-Segretarjat, ninsab informat li mill-5 ta' Settembru 'l hawn ġew ingaġġati 19 -il persuna ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li kien hemm l-approvazzjoni neċessarja mill-Kumitat tal-Kabinett għar-Reklutaġġ taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "119.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema diparitment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkdemiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ngħataw?", "Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas-Segretarjat Privat.", "Ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftehim m'għadu ġie ffirmat ma' l- individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81.", "DIPARTIMENT TAL-KUNSILLI LOKALI", "446.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Dipartiment tal-Kunsill Lokali?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li mis-6 ta` Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ingħataw żewġ transfers mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali: wieħed, fil-grad ta` Principal, ġie appuntat Deputat Reġistratur u naturalment mar jaħdem il-Qorti; waħda fil-grad ta` Clerk fuq talba tagħha stess, marret taħdem fis-Segretarjat Privat tal-Ministru tal-Finanzi; persuna oħra fil-grad ta` Senior Technical Officer ġiet lura fid- Dipartiment mis-Segretarjat Privat ta` l-ex Ministru ta` l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent.", "Għall-futur trasferimenti jsiru skond u jekk jinqala' l-bżonn u skond ir- regolamenti tas-Servizz Pubbliku.", "QRATI - TRASFERIMENTI", "447.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fost l-impjegati tal-Qorti?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li mis-6 ta` Settembru sat-28 ta` Ottubru 1998 kien hemm tlett uffiċjali li ġew trasferiti mill-Qrati tal-Ġustizzja u dan wara talba tagħhom stess.", "S'issa mhux previst li jsiru aktar trasferimenti mill-Qorti.", "F'każijiet ta` trasferimenti dawn jiġu kkonsidrati skond l- esiġenzi tas-servizz.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "448.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Djar ta' l- Anzjani?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 281.", "Fil-każ tas-16-il impjegat li ġew trasferiti fid-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani, tnejn minnhom kienu jinvolvu mpjegati li ġew trasferiti minn jew għal Dar ta' l-Anzjani.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil- futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-servizz.", "ENEMALTA - BOZOZ", "449.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati bozoz ġodda fit- toroq mill-Korporazzjoni Enemalta f'Malta u f'Għawdex, lokalita' b'lokalita' mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-bozoz li ġew installati mis-6 ta' Settembru sat- 28 ta' Ottubru, 1998 huwa kif ġej:", "Naxxar 2 San Giljan 1 Valletta 2 Msida 3 Floriana 1", "Total 9", "ITS - TRASFERIMENTI", "450.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Institute for Tourism Studies?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Institute for Tourism Studies flimkien mal- Kumpless tal-White Rocks u l-Martin Luther King Hall f'Pembroke jifformaw parti mid-Dipartiment tat-Turiżmu.", "Ninsab informat li, ħlief għal spostament ta' xi impjegati fl-istess dipartiment maħsuba biex dan jitmexxa aħjar, ma saru ebda trasferimenti mill-Institute for Tourism Studies għal xi dipartiment ieħor tal-Gvern.", "DIPARTIMENT TA' L-INFRASTRUTTURA", "451.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat- 28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Infrastruttura?", "Jista' l- Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent ma jeżisti l-ebda Dipartiment ta' l- Infrastruttura u għalhekk nitolbu jippreċiża għal liema dipartiment qiegħed jirriferi.", "SPTAR SAN LUQA - GENERAL ANAESTHESIA", "733.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ingħataw general anaesthesia fl-Isptar San Luqa tul l- 1997 u l-1998?", "F'liema theatres ingħataw u kemm ingħataw f'kull operating theatre?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li matul l-1997 saru 23,316-il operazzjoni fl-Isptar San Luqa.", "Fil-kaz ta` 14,611, minn dawn gie specifikat li ntuzat il-general anaesthesia (GA).", "Minn Jannar sa Lulju ta` din is-sena saru 14,513-il operazzjoni.", "Fil-kaz ta' 9,025 minn dawn gie specifikat li ntuzat il-GA.", "Id-dettalji li talab l-Onor.", "Interpellant fuq il-kazi ta' GA huma dawn:", "|Operating |1997|Jannar-Lulju| |Theatre | |1998 | | | | | |SLH Main |5586|3480 | |Theatre | | | |SLH Orthopaedic|1713|1089 | |Theatre | | | |SLH Endoscopy |522 |329 | |Theatre | | | |SLH Burns |* |74 | |Theatre | | | |KGH Paediatric |737 |451 | |Theatre | | | |KGH Gynae |1382|847 | |Theatre | | | |KGH Ophthalmic |444 |280 | |Theatre | | | |KGH ENT Theatre|1352|822 | |KGH Labour Ward|735 |381 | |Theatre | | | |KGH Gynae Ward |2140|1272 | |Theatre | | |", "*: It-taghrif minn dan it-theatre beda jintbaghat fl-1998.", "SLH = St. Luke's Hospital, KGH = Karin Grech Hospital", "MALTCOM - CHAIRMAN", "734.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ħlas u x'inhuma l-benefiċċji taċ-Chairman tal-Maltcom?", "Hemm xi klawsola fil-kuntratt tiegħu li jekk jispiċċa minn chairman irid jingħata xi somma ta' flus?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv, kemm hi s-somma li trid titħallas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għalkemm il-kumpanija ma qablitx li l-informazzjoni mitluba kellha tingħata, peress li l-PAC kien qabel li informazzjoni simili dwar kumpanniji pubbliċi kellha tingħata, qiegħed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn Maltacom plc u ċ-Chairman ta' l- istess Kumpannija.", "AIR MALTA - CHAIRMAN", "736.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratt għandu ċ-Chairman ta' l-Air Malta?", "Kemm hu l-ħlas li jirċievi?", "X'benefiċċji għandu?", "F'każ li l-kuntratt tiegħu jiġi terminat, il-kumpannija tkun obbligata li tagħtih xi ħlas?", "Billi din hi kumpannija nazzjonali, jaħseb il-Ministru li din l-informazzjoni għandha tingħata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-salarju li qed jirċievi ċ-chairman ta' l-Air Malta huwa Lm15,669, barra l-bonus annwali tal-gvern li jammonta għal Lm220.", "Bħal executives oħra ta' dan il-livell, iċ-chairman għandu karozza, inkluż il-fuel, għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Iċ-chairman jibbenefika wkoll minn assigurazzjoni medika, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta kemm għalih personali kif ukoll għall-membri tal-familja tiegħu.", "Il-kumpanija m'għandha l-ebda obbligu li tagħti xi terminal benefits fil- każ li l-impjieg taċ-chairman jiġi terminat.", "ETC - KLASSIJIET TA' FIL-GĦAXIJA", "737.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ terġa' tibda torganizza evening classes fuq panel beating?", "Billi jidher li hemm domanda kbira, jaħseb il-Ministru li dawn it-tip ta' courses li kienu jsiru u li issa twaqqfu, għandhom jerġgħu jibdew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ hi impenjata li torganizza dawk il-korsijiet li jolqtu l-aktar bżonnijiet li jiġu identifikati fil-qasam tax-xogħol f'pajjiżna.", "Fl-istess waqt il-mira tkun li kull persuna tilħaq livell ta' kompetenza kif mitlub fis-sengħa partikolari.", "Għalhekk il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ tippreferi li tħajjar persuni nteressati fil-panel beating biex jibdew apprendistat u b'hekk jieħdu taħriġ ħafna aktar estensiv li jwassal għal ċertifikat ta' kompetenza u li kapaċi jgħinhom jaqdu dmirhom b'mod aktar professjonali.", "SKEJJEL - ŻEJTUN", "775.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaħseb il-Ministru li inizjattiva li tittieħed ta' kull sena fl-iskola sekondarja taż-Żejtun, fejn għadd ta' għalliema u studenti jorganizzaw pantomine flimkien hi inizjattiva tajba ħafna li għandha tiġi nkoraġġita?", "F'dan il-kontest, jaħseb il-Ministru li inizjattivi bħal dawn għandhom isibu kull appoġġ u għajnuna mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni anke billi jingħataw xi forma ta' għajnuna, possibilment anke għajnuna finanzjarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-inizjattiva msemmija hija waħda li għandha tiġi inkoraġġita.", "Il-Ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dejjem taw l-appoġġ tagħhom għal inizjattivi bħal dawn billi fejn jiġi mitlub u safejn hu possibbli tingħata għajnuna teknika u artistika.", "Fejn jidħlu finanzi, illum l-iskejjel jimmaniġjaw il-voti finanzjarji tagħhom u għalhekk għandhom miżura ta' spazju fejn jiddeċiedu huma kif jallokaw il-finanzi meħtieġa.", "Informat li fil-każ partikulari tal-Junior Lyceum Carlo Diacono, Żejtun, l- attivita' ssir bil-flus li tiġġenera l-istess attivita', u meta meħtieġ bl- għajnuna tal-fondi tal-Kunsill Skolastiku.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - BORDIJIET", "799.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tagħha ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn?", "In kwantu għal dawk rikostitwiti, tista' l-Ministru tagħti lista tal-persuni u għal kull persuna tgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il- bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r- raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-ebda Bord/Kumitat li jaqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex ma ġie rikostitwit jew imġedded.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - BORDIJIET", "800.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn?", "In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi li kellhom fuq dawn il-bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r-raġunijiet għat- tneħħija tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inghataw struzzjonijiet liċ-chairmen kollha tal- bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi biex dawn ikomplu jiffunzjonaw skond it-termini oriġinali tagħhom.", "OPM - IMPJEGATI", "806.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali ġew maħruġa dawn it-transfers bl-approvazzjoni tal-Management and Personnel Office fid-dikasteru tiegħi.", "Minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru:", "|Minn |Ghal | |Private |Department of | |Secretariat |Corporate | | |Services (OPM) | |Department of |Electoral Office | |Corporate | | |Services(OPM) | | |Justice Division |Courts of Justice| |Local Councils |Courts of Justice|", "Minn dipartimenti f'dan il-Ministeru għal dipartimenti f'Ministeri oħra jew vice versa:", "|Minn |Ghal | |6 Courts of |Roads | |Justice | | |Notary to |Ministry of | |Government |Tourism, | |DSS(Gozo) |Libraries & | | |Archives | |1 Armed Forces |Education | |of Malta |Division | |1 Cabinet |Joint Office| |Office | | |2 Department of|DSS(Gozo) | |Information | | |Ministry for |Licensing& | |Social Policy2 |Testing, | | |Industry | |6 Maltapost, |Civil | | |Aviation | |Courts of |Works | |Justice |Division | |1 Office of | | |Telecommunicati| | |ons | | |Staff |Regulator | |Development | | |Organisation | |", "Erbgħa minn dawn it-transfers seħħew qabel is-6 ta' Settembru, 1998 imma ma laħqux dehru fi transfer list qabel l-Elezzjoni.", "Tlieta oħra seħħew ukoll qabel is-6 ta' Settembru, 1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat-trasferimenti għal Għawdex tax-Short Term Benefits Section tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "It-trasferimenti l-oħra saru jew fuq talba ta' l- impjegati stess jew skond l-esigenzi tas-servizz.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "807.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn?", "Jista', f'kull każ, il-Viċi Prim Ministru jgħid minn fejn, għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata risposta f' seduta oħra.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - IMPJEGATI", "808.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 281.", "Ir-raġunijiet għal dawn it- trasferimenti kienu jew talba mill-istess impjegat/a jew minħabba l- eżiġenzi tas-servizz.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "809.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "WSC/ENEMALTA - ĦADDIEMA", "833.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati ġew imċaqilqa minn posthom (transfered or redeployed) fil-Water Services Corporation u fl-Enemalta?", "Minn fejn ġew imċaqilqa u fejn ġew trasferiti?", "X'kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-Onor.", "Interpellant ma indikax perjodu speċifiku, se nillimita t-tweġiba għall-perjodu bejn is-6 ta' Settembru u l- 24 ta' Ottubru, 1998.", "Jien informat li fil-Korporazzjoni Enemalta saru b'kollox 17-il trasferiment u redeployments għar-raġunijiet segwenti:-", "8 impjegati ġew lura minn diversi ministeri; 4 impjegati marru jagħtu s-servizz tagħhom f'Ministeri; 3 impjegati wara li ħadu ħatra fi grad għola; 1 impjegat biex timtela vakanza li nħolqot; 1 impjegat fuq talba tiegħu.", "Fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma saru b'kollox 5 trasferimenti u redeployments għar-raġunijiet segwenti:-", "Impjegat irritorna fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fuq talba tiegħu; impjegat intbagħat minn Raħal Ġdid għal Birkirkara biex jissostitwixxi ħaddiem ieħor li għamel operazzjoni serja; 3 impjegati fuq talba tagħhom stess;", "EDUKAZZJONI - EX-GĦALLIEMA", "865.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu finalizzati d-dettalji dwar l- arranġamenti li saru biex tiġi riżolta l-kwestjoni tad-drittijiet għall- pensjoni ta' dawk li kienu jgħallmu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qabel Jannar, 1979 u issa huma impjegati ta' l-Universita' jgħallmu l-Junior College?", "X'arranġamenti saru biex din il-kwestjoni ġiet riżolta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Malli jkolli xi ħaġa ġdida xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 180 ninforma lill-Kamra.", "TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "866.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iStatementing Board biex jeżamina studenti bi bżonnijiet speċjali jingħata saħħa ta' liġi jew avviż legali?", "Se jitwaqqaf il-bord ta' l-appell li kien hemm il-ħsieb li jitwaqqaf biex quddiemu jinstemgħu każi li d-deċiżjoni dwarhom tkun kontestata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwel beħsiebni nwettaq xi tibdil bl-iskop li ntejjeb dak li qed isir, inkluż it-twaqqif ta' bord ta' appell, imbagħad ngħaddi għall-konsiderazzjoni ta' l-istruttura legali adatta.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-MASTERS", "867.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni ma' l-Universita' biex jibda l-kors tal-Masters tant meħtieġ tal-psikologi edukattivi?", "Meta mistenni jibda dan il-kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kwestjoni ġiet diskussa bejn dawk kollha nvoluti, inkluż fis-Senat ta' l-Universita', u issa hu deċiż li l-kors imsemmi jibda fi Frar, 1999.", "SKEJJEL - ISTITUT M A SAPIANO", "868.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinstabu min jgħallem is- suġġetti fil-branka ta' l-Inġinerija Teknika u fis-suġġetti assoċjati mal- computers li tagħhom hemm għalliema nieqsa f'disa' klassijiet ta' l-Istitut M A Sapiano?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li filwaqt li ġie reġistrat progress fis- sitwazzjoni tan-nuqqas ta' għalliema fis-sens li issa ntbagħat għalliem ġdid tal-computers, għad fadal xi nuqqasijiet u d-dipartiment konċernat għaddej bl-isforzi tiegħu sabiex jinstabu l-għalliema neċessarji.", "Għal dan l-iskop, barra mill-proċeduri normali, għaddejjin trattativi biex possibilment kumpaniji statali, parastatali u anki privati, jipprovdu servizz ta' lectures fl-oqsma ta' speċjalizzazzjoni.", "Saru wkoll avviżi fuq Channel 22 fejn saret stedina lil dawk bil-kwalifiki neċessarji biex japplikaw għal post ta' Supply Teachers'.", "Lest nikkonsidra kull proposta li tista' twassal għal akkwist tas-servizzi meħtieġa.", "KUMITAT MINISTERJALI DWAR L-EDUKAZZJONI INKLUSSIVA", "870.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jlaqqa' l-Kumitat Ministerjali dwar l- Edukazzjoni Inklussiva?", "Ix-xogħol li kien sar minn dak il-kumitat se jitwarrab jew se jiġi adottat u żviluppat?", "Id-deċiżjonijiet li kien intlaħaq qbil dwarhom sa Settembru, 1998 se jerġgħu jiġu kkonsidrati kollha mill-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: a) Kif diġa' għidt fit-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari numru 711 beħsiebni nlaqqa' l-kumitat imsemmi fil- futur qrib.", "b) Ebda xogħol la ta' dan il-kumitat u lanqas xogħol ieħor m'hu se jitwarrab imma se jiġi żviluppat fid-dawl tal-politika tal-gvern preżenti.", "c) Id-deċiżjonijiet imsemmija se jiġu riveduti fid-dawl tal-politika tal- Gvern preżenti li l-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħna jkunu parti sħiħa mill-proċess ta' pjanar u deċiżjonijiet li jikkonċernawhom.", "TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "871.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti qed jittieħdu biex it-22 tifel u tifla bi bżonnijiet speċjali li sal-bidu ta' Novembru, 1998 kienu għadhom ma bdewx l-edukazzjoni tagħhom, jibdew jieħdu l-edukazzjoni tagħhom b'mod regolari fi skejjel ma' tfal oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dawn il-jiem li ġejjin id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni se toħroġ sejħa għall-ingaġġ ta' Supply Kindergarten Assistants għal tfal bi bżonnijiet speċjali.", "BANEK - MID-MED - IMPJEGAT", "883.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, talab li jerġa' jidħol il-Mid-Med Bank?", "Meta ġie aċċettat lura?", "Taħt liema ftehim u b'liema kriterji?", "Meta l-aħħar li ħadem il-bank qabel reġa' lura?", "F'liema grad telaq?", "F'liema grad daħal lura?", "Kemm-il promozzjoni ħa u b'liema kriterju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - NADUR - TRIQ TORRI T'ISOPU", "900.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiġi rranġata l-parti tan- naħa ta' ġewwa ta' Triq it-Torri t'Isopu, fin-Nadur, Għawdex peress li din qiegħda ċċedi u tista' tkun ta' periklu kemm għar-residenti kif ukoll għall- proprjeta' tagħhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li se jittieħdu l-passi meħtieġa biex jitneħħa xi periklu li jista' hemm fit-triq imsemmija.", "GĦAWDEX - DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI", "901.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid: 1) x'kien l-assenteiżmu minn fuq ix-xogħol kawża ta' mard mill-ħaddiema tas-Servizz Ċivili f'kull dipartiment, sena b'sena, matul dawn l-aħħar sitt snin; u 2) f'liema perjodu tas-sena, matul dawn l-aħħar sitt snin, kien ikun hemm l-aktar assenteiżmu minn fuq ix-xogħol kawża tal- mard?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "902.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 754, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawn l-uffiċjali li ngħataw posting u f'liema missjonijiet Maltin barra minn Malta nħatru?", "Dawn żdiedu ma'l-istaff li kien hemm jew ġew replaced lil ħaddieħor?", "F'dan il-każ, min ġie msejjaħ lura Malta?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-uffiċjali li qed jintbagħtu jservu f'ambaxxati Maltin barra minn Malta huma:", "1.Is-Sur Bernard Cachia Riyadh 2.Is-Sur John Gatt Rutter Il-Kajr 3.Is-Sur Cajetan Schembri Brussell 4.Is-Sinjorina Michelle Micallef Brussell", "L-uffiċjali msemmija kollha bidlu uffiċjali li jew temmew jew se jtemmu t- terminu tal-posting tagħhom.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - DIPARTIMENT TAL-ĠILDA", "903.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li attendew għal visti fid- Dipartiment tal-Ġilda fl-Isptar Sir Paul Boffa f'din l-aħħar sena?", "Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm pazjenti li ġew operati f'dan l-istess dipartiment fl-istess żmien?", "Rigward il-makna tal-PUVA, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm pazjenti rċevew kura b'din il- magna f'din l-aħħar sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pazjenti li attendew għal visti fid-Dipartiment tal-Ġilda fl-Isptar Sir Paul Boffa f'din l-aħħar sena, jiġifieri minn Jannar 1998 sa Ottubru 1998, kienu jammontaw għal 13,762 ruħ.", "Il-pazjenti li ġew operati f'dan l-istess dipartiment u fl-istess żmien kienu jammontaw għal 810.", "Kien hemm ukoll 155 pazjent li rċevew kura bil-makna tal-PUVA f'din l-aħħar sena.", "ANZJANI - DĦUL FL-ISPTAR SAN VINĊENZ", "904.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta l- persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tkun tista' tidħol f'xi dar ta' l-anzjani wara li ilha madwar sentejn applikata biex tidħol fl-Isptar San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament applikat biex tidħol fir-residenza San Vincenz fis-7 ta 'Awissu, 1997.", "Skond rapport mediku l-persuna konċernata ma tistax tiġi kkonsidrata għad-dħul fid-djar residenzjali ta' l-anzjani.", "Kif taf l-Onor.", "Interpellant hemm waiting list twila għad-dħul f'San Vinċenz.", "Il- prijorita' jew le ta' dan il-każ qed tiġi eżaminata mill-ġdid.", "SERVIZZI SOĊJALI - CARE WORKERS", "905.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill- applikazzjonijiet li ħarġu f'Mejju jew Ġunju, 1998 għal care workers mid- Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?", "Jista' jgħid jekk min applika huwiex se jiġi kkonsidrat għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nippresumi li l-Onor.", "Membru qed tirreferi għas- sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta' care workers fiċ-ċentri ta' taħriġ għall-persuni b'diżabilita' u mhux mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Nikkonferma li dan il-proċess ta' għażla se jitkompla iżda peress li l- persuna li kienet inħatret bħala chairman tal-Bord ta' Għażla kienet sussegwentement indikat li ma xtaqitx tassumi din il-ħatra qed jittieħdu passi sabiex jinħatar PSC Selection Board ieħor.", "ANZJANI - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "906.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni, sena b'sena, dwar in-numru ta' casual social assistants li ħadmu u li qed jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Anzjani (minn meta ġew ingaġġati)?", "Kemm hu n-numru ta' anzjani li għamlu u qed jagħmlu użu minn dan is-servizz, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "907.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li l-Gvern jingaġġa lill-casual social assistants bħala mpjegati tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Gvern preżenti beħsiebu jwettaq il-wegħdiet elettorali tiegħu anke fil-konfront ta' din il-kategorija ta' mpjegati.", "ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "908.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' casual social assistants li kienu u qed jaħdmu f'Għawdex, sena b'sena?", "Kemm hu n-numru ta' anzjani li għamlu użu minn dan is-servizz, sena b'sena u lokal b'lokal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.", "ANZJANI - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "909.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet pendenti minn anzjani, eċċ għas-servizz tal-casual social assistants?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond jekk it-talba hijiex ġdida jew inkella żieda, sigħat, eċċ?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li ġie mnaqqas lilhom il-ħin ta' servizz li kienu jieħdu mingħand is-CSA's u x'inhuma r-raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - PERSUNI LI JISPIĊĊAW BLA XOGĦOL", "914.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- pożizzjoni ta' persuna li tispiċċa bla xogħol u li wara jinstab li l- imgħallem ta' qabel tagħha ma ħallasx il-bolol dovuti sakemm din baqgħet taħdem minkejja li mill-paga tal-persuna tkun inqatgħet il-kontribuzzjoni relattiva?", "Għaliex f'każi bħal dawn il-persuna bla xogħol tispiċċa ma tieħux il- benefiċċju tal-qgħad, minkejja li ma jkollha l-ebda tort?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Liġi tas-Sigurta' Soċjali tipprovdi li persuna li tkun tnaqqsitilha l-kontribuzzjoni mill-paga, minkejja li l-imgħallem ma jkunx għadu ħallas il-kontribuzzjoni dovuta lid-dipartiment, ma titlef ebda benefiċċju kawża ta' hekk, sakemm tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal- kontribuzzjonijiet.", "Kontribuzzjonijiet imnaqqsa mill-paga jiġu meqjusa daqslikieku kienu tħallsu lid-dipartiment.", "Ovvjament, id-dipartiment aktar tard jieħu passi biex dawn il- kontribuzzjonijiet jinġabru.", "MTARFA - GARAXX NRU.", "62", "915.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk garaxx Nru. 62 fl-Imtarfa huwiex se jinħareġ mill-Awtorita' tad-Djar għall-bini jew bejgħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall- garaxx numru 62 li hemm ġo Binja Buqana, Mtarfa, dan se jinħareġ għall- bejgħ b'sejħa għall-offerti.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - IMPJEGATI", "916.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-prattika li l-ħaddiema tad-Diviżjoni tax- Xogħlijiet Pubbliċi jiffirmaw l-attendenza, kemm meta jidħlu għax-xogħol kif ukoll qabel ma jitilqu, għadhiex fis-seħħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, il-prattika għadha illi l-ħaddiema tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jiffirmaw l-attendenza, kemm meta jidħlu għax-xogħol kif ukoll qabel ma jitilqu, għadha fis-seħħ kif kienet fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti.", "UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU TAL-KABINETT - INSPECTORATE UNIT", "917.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-Inspectorate Unit fi ħdan l-uffiċċju tas- Segretarju tal-Kabinett?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Inspectorate Unit li kien fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinett ġie xolt u skond kif jien infurmat, it-tliet uffiċċjali li kienu jiffurmaw il-Unit irritornaw fid-dipartimenti rispettivi tagħhom.", "WSC - STOCK TA' FITTINGS", "918.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm nuqqas kbir fl-istock ta' fittings li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa veru li minn żmien għal żmien ikun hemm nuqqas ta' fittings fl-istorijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma , speċjalment fuq dawk li jintużaw ħafna (fast moving).", "Matul l-aħħar ftit xhur kien hemm xi diffikultajiet dwar l-ispecifications ta' dawn il-fittings.", "Dan wassal biex il-materjal ma kienx ordnat fil-ħin.", "Ittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn id-diffikultajiet jingħelbu u s- sitwazzjoni tiġi għan-normal.", "Sakemm dan isir il-Korporazzjoni ħadet il- passi biex tordna l-fittings u dawn mistennija jibdew jaslu qabel l-aħħar ta' dan ix-xahar.", "KULLEĠĠ TA' L-AGRIKOLTURA - INSTRUCTORS", "919.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-instructors fil-Kulleġġ ta' l- Agrikoltura u x'inhi l-funzjoni ta' kull wieħed minnhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "GUDJA - ASFALTAR", "927.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-asfaltar li ormai huwa neċessarju għall-ħarsien ta' l-inkolumita' tal-ħajja tat-toroq f'Ta' Xlejli fil-Gudja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li t-toroq imsemmija huma diġa' asfaltati u l-maintenance tagħhom biex jitneħħa kull periklu għall-pubbliku huwa responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "ENEMALTA - RAPPORT", "928.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport rigward il-ħidma ta' l-aħħar sena ta' training centre li għandha l- Enemalta?", "Min huma l-ħaddiema konnessi, f'liema grad, meta tpoġġew u xi programm ta' ħidma qed isegwu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.", "MARSA - TRIQ IS-SAJJIEDA", "929.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbeda proġett sabiex fi Triq is-Sajjieda, l-Marsa u l-madwar ma jakkumulax dak l-ilma kollu kull meta tagħmel xita bil-qawwi tant li jinġarru n-nies b'periklu manifest għall-ħajja min barra d-drenaġġ li jfur u jidħol fid-djar privati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 855 (Seduta numru 10).", "GUDJA - ĠNIEN TA XLEJLI", "930.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal ġnien f'Ta Xlejli fil- Gudja?", "Meta huwa maħsub li dan il-ġnien jitlesta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - SPETTURI", "931.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk li qed isegwu l-kors ta' Spetturi ta' Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija?", "Kemm minnhom se jispiċċaw il-kors s-sena d-dieħla (1999)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-Akkademja tal-Ġustizzja Kriminali hemm 24 uffiċjal kadett li qed jattendu kors ta' taħriġ għal grad ta' Spettur tal-Pulizija.", "Dan il-kors, ta' mhux anqas minn 12-il xahar, beda fl-20 ta' April, 1998.", "PULIZIJA - RAPPORT", "932.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma li r-rapport Muscat Azzopardi dwar każijiet ta' frame-ups ta' qabel l-1987, liema rapport kien tlesta qabel l-1996, ma jistax jinstab?", "Kemm-il kopja ta' dan ir-rapport kien hemm u fejn tpoġġew?", "X'passi ħa l-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinstab dan ir-rapport u meta ġie kkonstatat li dan ir-rapport intilef?", "Jekk ma ttieħdux ebda passi mill- Kummissarju, għaliex u jekk hemmx il-ħsieb li jinbdew l-investigazzjonijiet neċessarji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fit-8 ta' Ġunju, 1998 fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, kien stqarr li l-kopja tar- rapport ta' l-ex imħallef Muscat Azzopardi dwar każijiet ta' frame-ups qabel l-1987, li kienet tinstab Kastilja, kienet tidher li ġiet mislaid u li ma kienet saret l-ebda inkjesta dwar dan.", "Ma sar l-ebda rapport lill-pulizija biex jinvestigaw dan il-każ.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferiha lill-Ministru konċernat.", "ISLA - KUNSILL LOKALI", "934.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali, jinforma f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla għall-uffiċċju adegwat fi Triq San Gużepp, l-Isla?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-24 ta' Diċembru, 1997 il-Kunsill Lokali ta' l-Isla kien għamel talba formali lid- Dipartiment responsabbli biex post pubbliku fi Triq San Ġuzepp, l-Isla jiġi wżat bħala l-uffiċini amministrattivi tal-Kunsill.", "Ma jidhirx li sar wisq progress dwar it-talba mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Se nara kif it-talba tiġi mistħarrġa f'qasir żmien.", "ISLA - BINJA DOCKYARD TERRACE", "935.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jikkonferma li qed tinġabar informazzjoni dwar l-interess ta' residenti tal-Binja Dockyard Terrace fl- Isla, fejn qed jiġu mitluba jekk humiex lesti li joħorġu mill-post tagħhom għal somma ta' flus jew tpartit ta' bini bil-għan aħħari li din tkun trasformata f'lukanda?", "X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru, fl-eventwalita' li jkun hemm talba formali minn xi persuna li tkun trid tagħmel użu kummerċjali minn dan il-post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Ministeru għall-Politika Soċjali ma kellu x'jaqsam xejn ma xi inizjattiva tat-tip indikata mill-Onor.", "Membru fil- mistoqsija tiegħu.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Membru li l- Ministeru tiegħi ma jħossx li għandu jieħu pożizzjoni fuq sitwazzjoni ipotetika.", "KOTTONERA - KNIS TAT-TOROQ", "936.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jsemmi għal-liema raġunijiet id-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija qed jitfa' offerti għoljin fil-Kunsilli tal-Kottonera għal kuntratti tal-knis tat-toroq u l-latrini pubbliċi?", "Jista' l-Ministru jagħti l-figuri għal kull offerta mitfugħa bejn l-1995 u l-1998 minn dan id-Dipartiment għal kuntratti maħruġa mill- Kunsilli tal-Kottonera?", "Jista' l-Ministru jsemmi n-numru ta' impjegati ta' dan id-Dipartiment li kienu jaħdmu fil-Kottonera fl-1994 u x'inhi l- pożizzjoni llum u kemm-il kuntratt kellu f'idejh fl-1995 u kemm għandu llum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ISLA - TINDIF TA' ĠONNA PUBBLIĊI", "937.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għalfejn id-Dipartiment ta' l- Agrikoltura tefa' offerta ta' 320% għola fl-offerta għall-kuntratt tat- tindif u l-manutenzjoni tal-ġonna pubbliċi maħruġa mill-Kunsill Lokali ta' l-Isla?", "L-offerta ttieħdet minn dan id-Dipartiment?", "U jekk le, hemm xi raġuni oħra minbarra ż-żieda fil-prezz?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura tefa' offerta wara li saret evalwazzjoni tax-xogħol involut kif titlob is-sengħa.", "L-offerta ma ġietx mirbuħa mid-Dipartiment.", "Il-kunsill ħass li l-offerta tad-Dipartiment kellha tiġi miċhuda għax id-Dipartiment għamel xi korrezzjonijiet fid- dettalji tal-offerta kif ħarġet.", "Ma nistgħax ngħid jekk kienx hemm xi raġunijiet oħra.", "ISLA - BINI TA' APPARTAMENTI", "938.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jsemmi f'liema stadju jinsab il-proġett għall-bini ta' appartamenti fi Triq San Filippu, l-Isla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-proġett fi Triq San Filippu, l-Isla qiegħed fl- istadju li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tipproċessa l-applikazzjoni għal permess tat-twaqqiegħ u rikostruzzjoni ta' dan il-bini.", "ISLA - TRIQ SANTA KATERINA", "939.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li post magħluq fil-pussess tad- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, fi Triq Santa Katerina, l-Isla, huwiex se jinfetaħ mill-ġdid għall-pubbliku wara li dan kien ingħalaq fl-1993 u jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Huwa l-hsieb ta' dan id-Dipartiment li l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant jinfetah bhala Ufficcju Distrettwali tas- Sahha kemm jista' ikun possibbli fil-vicin futur.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fid-29 ta' Ottubru, 1998 dan il- Ministeru, tramite id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika, kien informa lis- Segretarju tal-Kunsill ta' l-Isla li l-post Nru. 2, fi Triq Santa Katerina, Senglea, ghandu jigi wtilizzat bhala Ufficcju Distrettwali tas-Sahha ghall- popolazzjoni ta' l-Isla.", "Kopja ta' l-ittra bid-data tad-29 ta' Ottubru, 1998 mibghuta lis-Segretarju tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - ĦADDIEMA", "945.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijia parlamentari numru 572, huwa aċċettabbli għad- dipartiment li jħalli individwu bħala watchman fiċ-Ċimiterju ta' Sant'Andrija meta din il-kategorija taqa' taħt skala anqas minn dik l- iskala li għandu dan il-ħaddiem?", "Ma jidihirlux il-Ministru li dan huwa ħela ta' man-power?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed ninvestiga dan il-każ partikolari.", "SERVIZZ ĊIVILI - MILI TA' POSTIJIET", "946.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Billi riċentement intqal minn Uffiċjali għolja tal-Gvern li dawk li applikaw biex jimlew karigi għoljin fiċ-Ċivil m'għandhomx il-kwalifiki meħtieġa, jista' l- Prim Ministru jgħid: (a) Kemm hemm postijiet (posts) ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali u diretturi fis-Servizz Pubbliku; (b) Kemm minn dawn il-postijiet huma mimlija b'mod permanenti u kemm huma vakati u liema huma f'kull każ; (c) X'inhuma l-kwalifiki li qed jistenna u l- kriterji li beħsiebu japplika fl-għażla tagħhom f'kull kariga u f'kull każ; (d) X'inhuma l-kwalifiki li, fl-opinjoni tal-Gvern, dawk li applikaw għal headship positions fl-aħħar ta' Marzu li għadda jonqoshom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li n-numru ta' Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi fis-Servizz Pubbliku huwa ta' 14, 14 u 108 rispettivament - total ta' 136.", "In-numru ta' postijiet li mhumiex mimlija huma: Segretarju Permanenti - 1, Diretturi Ġenerali - 2, u Diretturi - 31.", "Dawn il-postijiet qed jiġu riveduti biex jirriflettu l-ħtiġijiet tal- Ministeri tal-lum.", "Is-sejħa għal 21 minn dawn il-postijiet battala kienet saret permezz taċ-Ċirkolari OPM 13/98 li ħarġet fit-30 ta' Marzu, 1998 u għalqet fl-24 ta' April, 1998.", "Saru 343 applikazzjoni minn 165 applikant għal dawn il-21 post. Kopja tal-lista tal-vakanzi li kien hemm maċ- Ċirkolari hija annessa ma' din it-tweġiba bħala Anness A. Lista tal- postijiet l-oħra hija annessa bħala Anness B.", "Il-ħatriet għal dawn il-postijiet isiru skond u fuq il-kriterji li hemm fil- provedimenti tal-Kostituzzjoni u fir-Regoli tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 194 tat-2 ta' Novembru, 1998.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "947.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija l-politika tal-Gvern rigward l-ingaġġ ta' impjegati mas-settur pubbliku, kemm maċ-ċivil u kemm mal-korporazzjonijiet u kumpanniji parastatali u tal-Gvern u kemm mal-Korpi statutorji indipendenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 286 fit-2 ta' Novembru, il-politika tal-Gvern rigward l-ingaġġ fis-Settur Pubbliku kollu hija li dan l-ingaġġ jiġi ristrett għal dak biss li hu essenzjali għax-xogħol tal-Gvern u l-funzjonijiet strateġiċi.", "KABINETT - SEGRETARJI", "948.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm segretarji tal-Kabinett mill-Indipendenza 'l hawn, x'responsabbiltajiet oħra kellhom fis-Servizz Pubbliku u xi kwalifiki kellhom f'kull każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li kien hemm 11-il uffiċjal pubbliku li serva bħala Segretarju tal- Kabinett mill-Indipendenza l hawn.", "Qiegħed nagħti l-ismijiet u l-kwalifiki akkademiċi tagħhom kif ukoll ir- responsabbiltajiet uffiċjali oħra li wħud minnhom kellhom waqt li okkupaw din il-kariga:", "Hon Edgar Cuschieri CBE u Official Secretary u wara Segretarju Amministrattiv", "Chev Edgar Cassar", "Mr Maurice Abela BSc Econ MBE", "Mr Joseph Camilleri BPharm - u Segretarju Privat tal-Prim Ministru", "Mr Albert Agius Ferrante LP - u Segretarju Amministrattiv", "Mr Edmond Micallef - u Segretarju Amministrattiv", "Mr Joseph Sammut BA (Hons) Econ DPA - u Segretarju Amministrattiv", "Mr George W Borg - u Segretarju Ġenerali u wkoll Segretarju Amministrattiv", "Mr Joseph R Grima - u għal xi żmien Segretarju Permanenti u Segretarju Amministrattiv", "Mr Alfred Fiorini Lowell", "Mr Joseph Zammit MA BA(Hons) Econ ACISA DInst M HCN CPAA", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ SAN GWAKKIN", "949.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li minħabba l-istat perikoluż li tinsab fih bħalissa Triq San Ġwakkin, f'Wied il-Għajn, meta se jitkompla x-xogħol fiha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol imsemmi mill- Onor. Interpellant mistenni li jitkompla fil-ġranet li ġejjin.", "POLITIKA SOĊJALI - IMPJEGATI", "950.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal- persuni li hemm jaħdmu fil-ministeru tiegħu, il-grad tagħhom, ix-xogħol li qegħdin jagħmlu u fejn kienu jaħdmu?", "Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma seconded u min minnhom ġie impjegat b'kuntratt?", "Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratt ta' impjieg kull fejn hu l-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li diġa' tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 291.", "TAL-ĦAWLI - TINDIF", "952.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk fil-futur qarib hemmx il-ħsieb li l-ambjent madwar il-bini tal-Gvern ġewwa Tal-Ħawli jiġi mnaddaf sewwa u rranġat b'mod aħjar mid-dipartiment konċernat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tindif u l- irranġar ta' l-ambjent huma r-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Dan japplika wkoll fil-kaz tal-Housing Estates.", "ISLA - DOCKYARD TERRACE", "953.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk fil-futur qarib hemmx il-ħsieb li Dockyard Terrace ġewwa l-Isla jiġi rranġat mid-dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex il-post ikun denju fejn joqogħdu l-bnedmin u t-tieni li jerġa' jirkupra ftit mill- isbuħija tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalkemm f'dan l-istadju m'hemmx ħsieb li jsir xi xogħol qawwi ta' restawr f'Dockyard Terrace, il-Kunsill Lokali ta' l-Isla qed jgħin lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fi studju ta' xi spiża jenħtieġ li ssir biex tiġi restawrata l-faċċata.", "Ta' min isemmi li ftit tas-snin ilu d-Dipartiment kien bidel diversi soqfa perikolużi tal- verandi ta' dan il-blokk u b'hekk elimina problema li r-residenti kienu ilhom jilmentaw dwarha għal diversi snin.", "ISLA - DAWL FIX-XATT", "954.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li x- Xatt tal-Belt Senglea jiġi mdawwal ferm aħjar milli huwa sabiex wieħed jħajjar aktar nies jinżlu jieklu hemm fil-għaxija anke fix-xhur tax-xitwa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.", "BEACH CLEANERS", "955.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema impjegati taħt l-isem ta' beach cleaners jingħataw numru ta' lezzjonijiet fuq l-importanza tal-kultura u l-ambjent ta' pajjiżna u dan sabiex japprezzaw aħjar ħidmiethom?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Napprezza s-suġġerimenti ta' l-Onor.", "Membru u se nara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.", "Nittama wkoll li l-Onor. ħabib tiegħi jaċċetta kull eventwali stedina li lest nagħmillu biex igħin fil-proċess li qed jissuġġerili nħejji.", "BORMLA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "956.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta l-Poliklinika ta' Bormla mistennija li tkun lesta billi x-xogħol fuqha jidher ċar li tul dawn l-aħħar ġimgħat ingħata attenzjoni speċjali u għaddej b'pass tajjeb?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bhalissa kollox jindika illi x-xoghol strutturali tal-kuntrattur jitlesta sa l-ahhar tas-sena u c-Centru tas-Sahha jinfetah fi zmien xahrejn wara.", "FGURA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "957.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin tiġi nstallata jew mibnija poliklinika ġewwa l-Fgura billi l-maġġornaza kbira tan-nies ta' hemm għandhom diffikulta' biex jużaw dawn is-servizzi billi jridu jitilgħu Raħal Ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hemm l-ebda hsieb bhalissa li fil-futur vicin tigi nstallata jew mibnija poliklinika gewwa l-Fgura.", "ĊIMITERU MARIA ADDOLORATA - OQBRA", "971.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm applikanti għall-oqbra taċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid?", "Jekk bħalissa huwiex isir tħaffir?", "Il-Gvern għandu oqbra xi jqassam?", "Jekk hux beħsiebu jkompli jħaffer u meta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 1,295 applikant ghall-oqbra fic-cimiterju ta' Santa Marija Addolorata f'Rahal Gdid u li ma hemmx oqbra x'jitqassmu f'dan ic-cimiterju.", "Nifhem li l-Onor.", "Interpellant dwar it-tieni u r-raba' talba fid-domanda tieghu qed jirreferi ghal xi estensjoni futura ta' tkabbir tac-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata f'Rahal Gdid.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bhalissa mhux qed isir thaffir ghalkemm hi l-intenzjoni ta' dan il-Gvern li espansjoni ta' dan ic-cimiterju tigi attwata, wara li jigu ffinalizzati l-proceduri necessarji ma' l-awtoritajiet kompetenti.", "FORZI ARMATI - SULDATI", "972.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiftħu l-applikazzjonijiet għal suldati fil-Forzi Armati ta' Malta, regolari?", "Jekk iva, kemm huwa n-numru u meta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għada kif ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Kadetti li tagħlaq fl-20 ta' Novembru, 1998.", "Hemm wkoll il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal suldati fil-Forzi Armati fl-1999.", "M'hijiex il-prattika li jiġu ddikjarati ċ-ċifri tar-reklutaġġ minn qabel li jsir.", "DJAR - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "973.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru lifts tal-flats tal-Gvern fi Blocks I,II,III, IV u V, fi Triq Ħal Luqa, Tarxien?", "Hemm il-ħsieb li daħla komuni tingħata ż-żebgħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward l-istallazzjoni ta' lifts f'bini tal- Gvern, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 409.", "Rigward it-talba li d-daħla komuni tinżebaħ, għaddejt il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA", "974.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fiċ-Ċimiterju Marija Addolorata, Paola, isir vit ta' l-ilma f'Section Q peress li bħalissa ma hemmx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qatt ma rċeviet applikazzjoni biex jiġi nstallat servizz ta' ilma fil-post imsemmi.", "Sabiex jingħata dan is-servizz ġdid huwa meħtieġ li ssir l-applikazzjoni lill-Korporazzjoni.", "RAĦAL ĠDID - VJAL STA.", "LUĊIJA", "975.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest li jitfa' ħamrija f'għalqa f'St Lucia Avenue - ħdejn it-Tyre Service, Paola - ta' l-individwu, li ismu qed jintbagħat separatament, li wara li sar il-proġett ta' daħla taċ- ċimiterju tellgħu ċint fl-għalqa u lanqas ħallew ħamrija biżżejjed b'dannu li l-inkwilin ma jistax jaħdem l-għalqa li ilu jagħmel għexieren ta' snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' CSA", "976.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-anzjani li qegħdin jistennew is-servizz ta' CSA?", "Kemm inqdew mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jipprovdi l-ismijiet ta' dawk li nqdew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' Anzjani li qed jistennew is-servizz tas-CSA huwa 55.", "Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum (11/11/98) ingħataw is- servizz 119 persuna.", "Mhux etika li tingħata lista bl-ismijiet kif mitlub fil-mistoqsija.", "MDC - ALLOKAZZJONI TA' ART", "1007.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-allokazzjoni ta' art lill- kumpannija CAR Limited li kellha ssir mill-Malta Development Corporation fl- inħawi ta' Ħal-Far?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq niforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.", "UE - FONDI", "1008.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa stmat li Malta se ddaħħal fi pre-accession funds mingħand l-Unjoni Ewropea fis- snin li ġejjin?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Minħabba li għadha qed tiġi diskussa t-talba ta' Malta għar-rijattivazzjoni ta' l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, li twassal biex Malta terġa' tinserixxi ruħha fil-proċess tat- tkabbir, il-forma u l-ammont ta' għajnuna li Malta tista' tieħu mill-Unjoni għad trid tiġi diskussa wara li jibdew it-taħdidiet.", "PULIZIJA - SERQ MINN KNEJJES", "1009.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm knejjes li ġew misruqa mill-elezzjoni ġenerali ta' l-1998 sal-lum?", "Kemm insterqu aktar kmieni din is-sena?", "Kemm insterqu fl-1996 u fl-1997?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mill-5 ta' Settembru, sa l-10 ta' Novembru, 1998, ġew rapportati lill-Pulizija 14-il każ ta' knejjes li ġew misruqa, filwaqt li bejn l-1 ta' Jannar, u l-4 ta' Settembru, 1998, kien hemm 9 każijiet.", "Matul l-1997, minn April, kien hemm 15-il każ.", "Jien informat ukoll li qabel April ma kienitx tinżamm statistika separata dwar dan it-tip ta' reat.", "AMBAXXATI MALTIN", "1010.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma rapporti li mhux se jinħatru political appointees fl-ambaxxati tagħna barra minn Malta meta jsiru ċerti tibdiliet ippjanati?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jiena ma nafx għal liema rapporti qiegħed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Pero' li għidt jiena f' ċerti okkażjonijiet hu li nippriferi li l-postings barra jimtlew minn uffiċjali professjonali u mhux minn political appointees.", "Għidt ukoll illi sfortunatament il-korp diplomatiku għadda minn fażijiet diffiċli li waqthom ma tkompliex il-proċess tar-reklutaġġ u ta' speċjalizzazzjoni.", "Ir-riżultat ta' dan hu illi illum għandna nuqqas serju ħafna fil-livell ta' senior officers.", "Għalhekk għall-prezent u sakemm titjieb din is-sitwazzjoni m'hemmx alternattiva oħra milli nikkonsidraw li ninnominaw numru ta' political appointees f'certi gradi.", "ĦAMRUN - TOROQ", "1011.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 705, peress li din it-tweġiba ilha tingħata għal perjodu ta' madwar sentejn u peress li s-servizzi tqiegħdu b'mod permanenti fit-toroq imsemmija, jista' l-Ministru jagħti time-frame meta hu maħsub li jsiru dawn ix-xogħlijiet tant meħtieġa u li ilhom tant mistennija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li s'issa għad m'hemmx time frame dwar meta ser jibda x-xogħol f'din it-triq.", "GĦARIX - KUMPENS LILL-PERIT MINTOFF", "1012.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti dwar l-istess suġġett, jista' l- Ministru jgħid jekk sarx diġa' xi ħlas lill-Perit Mintoff bħala kumpens dwar il-kwestjoni ta' l-Għarix u tal-power station?", "Jekk iva, meta sar dan il-ħlas u kemm kien l-ammont tal-ħlas?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi s'issa l-Perit Dom Mintoff tħallas is-somma ta' Lm128,000. indikata bħala danni f'paragrafu 2 tal-letter of intent maħruġa mill-Gvern preċedenti.", "TFAL - DRITTIJIET", "1013.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani min-naħa tal-Gvern biex jilleġisla favur id-drittijiet tat-tfal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm il-ħsieb li tinħatar Kummissjoni biex tistudja kif id-drittijiet tat-tfal ikunu formulati b'liġi.", "VALLETTA - TRIQ L-ORDINANZA", "1015.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 406 li kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex id-dawl/bozoz maqtugħa taħt il-loġoġ fi Triq Ordinanza, fil-Belt jibdew jiffunzjonaw?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-manutenzjoni tal-lampi msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma taqax taħt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta, iżda taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Għaldaqstant it-talba ġiet mgħoddija lill-imsemmi dipartiment.", "DENTAL OUT-PATIENTS - X-RAY MACHINE", "1016.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha out of order l-X-Ray machine fid-Dental Out-patients?", "Tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-apparat radjografiku Orthpantomograph ilu bil- hsara mill-ahhar gimgha ta` Settembru, 1998.", "Fil-5 ta` Novembru, 1998 id-Dipartiment Dentali gie mgharraf li l-part mehtiega m'ghadhiex tigi manifatturata u li ghaldaqstant l-apparat ikollu jigi skrappjat.", "Id-Dipartiment Dentali gharraf lid-Dipartiment koncernat b'din is- sitwazzjoni biex jibda l-process mehtieg biex jinxtara apparat gdid.", "FURJANA - DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI", "1017.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Peress li fil-Furjana joqogħdu ħafna anzjani, jista' l-Ministru jara li jinfetah uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'din il-lokalita' fejn il-gvern għandu ħafna uffiċini, imqar darbtejn fil-ġimgħa f'ħinijiet ristretti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Napprezza l-interess ta' l-Onor.", "Membru u nifhem li jista' jkun hemm inkonvenjent għall-anzjani mill-Furjana li jkollhom jinqdew mill-Uffiċċju Distrettwali tal-Belt, bħalma jista' jkun hemm f'distretti oħra fejn m'hemmx Uffiċċju Distrettwali.", "Il-Politika tal-Gvern il-ġdid hi waħda li fejn hu possibbli jiżdied is-servizz tal-Customer Care li jingħata mill-Ufficcju Distrettwali sew bħala numru ta' lokalitajiet u aktar importanti fil-livell li jingħata f'dan is-servizz.", "Inħoss li din il- problema trid tiġi studjata sew biex jiġu stabiliti l-prioritajiet skond in- numru tar-residenti u d-distanza li dawn għandhom biex jaslu sa l-Uffiċċju Distrettwali li jservi dik il-lokalita'.", "F'dan l-istudju naħseb li jkun xieraq li fih jieħdu sehem il-kunsilli lokali biex b'hekk wieħed ikun jista' jara wkoll, jekk dawn jistgħux, jagħtu servizz f'dan il-qasam.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - MEDIĊINI", "1018.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji mediċini ma jitqassmux minn spiżeriji fiċ-ċentri tas-saħħa tal-gvern iżda mill-OPD fl-Isptar San Luqa biss?", "Jista' l-Ministru jara li l-mediċina ISTIN tibda titqassam mill- ispiżerija tal-Floriana Health Centre biex jitnaqqas l-inkonvenjent lill- pazjenti anzjani li f'dan il-każ ibatu bl-anġina?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hemm numru ta` medicini li mhumiex stock items u b'hekk mhumiex inkluzi fuq il-formularju tal-Gvern.", "Dawn il-medicini li jinxtraw fuq bazi individwali wara li ssir domanda mill-konsulent ta` l- isptar.", "Dawn il-medicini jigu mqassma mill-'Out Patients Dispensary' ta` l-Isptar San Luqa biss minhabba li jesigi li jkun hemm kontroll ta` kif jitqassmu.", "Il-medicina Amlodipine (Istin) hi wahda mill-medicini li jaqgħu f'din il- kategorija u ghalhekk titqassam biss mill-'Out Patients Dispensary' ta` l- Isptar San Luqa.", "Din il-medicina, fost l-ohrajn, giet irrakkomandata mid-'Drugs & Therapeutic Committee' biex tkun inkluza fil-formularju tal-Gvern meta dan gie irrivedut.", "Appena dan jigi approvat, jittiehdu l-passi mehtiega biex Amlodopine u medicini ohra jkunu jistghu jitqassmu mill-ispizeriji fic- centri tas-sahha.", "SKEJJEL - VALLETTA", "1019.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-iskola primarja tal-Belt Valletta jirriżulta li hemm nuqqasijiet serji għal dak li jirrigwarda tindif?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat mill-Kap ta' l-Iskola li l-Istaff jiġi mogħti kull tip ta' stationery li jitlob inkluż, blue tack, imqassijiet, gem markers, transparent tape, foolscaps, drawing pins, rubber bands, etc.", "Kull membru ta' l-istaff għandu għażla ta' biros ta' erba' kuluri differenti kif ukoll ta' ħxuna differenti.", "B'kollox l-iskola tipprovdi sitt tipi differenti ta' biros, li minnhom kull membru ta' l-istaff jista jieħu kemm ikollu bżonn.", "Hemm 4 caretakers fl-iskola tal-Belt li normalment ilaħħqu sewwa max-xogħol ta' tindif.", "Fil-preżent għaddej xi xogħol ta' manutenzjoni li jitlob aktar xogħol ta' tindif.", "Hu maħsub li meta jitlesta x-xogħol ta' manutenzjoni jsir it-tindif li normalment isir wara kull manutenzjoni.", "WSC - BOREHOLES", "1020.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm boreholes reġistrati f'Malta u kemm hemm f'Għawdex?", "Kemm minn dawn ġew reġistrati minn meta ħarġu r-regolamenti l-ġodda tal-Water Services Corporation?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: In-numru ta' boreholes reġistrati bejn l-1995 u l- 1997 kien ta' 4,648 f'Malta u 2,731 f'Għawdex.", "In-numru ta' boreholes ġodda li ġew reġistrati wara li ħarġu r-regolamenti ġodda tal-Korporazzjoni kien ta' 1,632 f'Malta u 898 f'Għawdex.", "WSC - SELF", "1021.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-Water Services Corporation tissellef mill-banek kummerċjali din is-sena finanzjarja?", "X'inhuma r-rati ta' interess li se tissellef bihom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: M'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-figuri sakemm jiġi finalizzat il-Budget Kapitali tal-Korporazzjoni għas-sena 1997-1998.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "1022.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qiegħed isir bħalissa fid-dar il-ġdida ta' l-anzjani f'Bormla?", "Jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra meta hemm il-ħsieb li din titlesta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalissa fid-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla hemm kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-mechanical and electrical services, fuq xogħol tal-bjut, fuq xogħol ta' titjib u tikħil u fuq xogħol ta' main ta' l- ilma u drenaġġ.", "Huwa ppjanat li din id-dar titlesta f'nofs is-sena d-dieħla.", "ENEMALTA - MAINS", "1023.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbidlu jew saru ġodda distribution mains u trunk mains, sena b'sena, mill-1995 sas-sena preżenti, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.", "WSC - SERQ TA' ILMA", "1024.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' l-Ilma biex jaraw li ma jsirx serq ta' ilma b'dannu għall-Korporazzjoni fl-1997 u fl-1998?", "Kemm kien hemm każi ta' serq ta' ilma suspettat jew provat fil-perjodu imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul l-1997 saru 4,899 spezzjoni filwaqt li matul l-1998 in-numru kien ta' 2,192.", "In-numru ta' każijiet ta' serq kien ta' 13 matul l-1997 u 17 fl-1998.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FILE NO.", "JO/P/877/95", "1046.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fejn fiex wasal il-każ b'file No. JO/P/877/95 għar-rigward ta' fidi ta' ċens?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Uffiċċju Konġunt ma jistax jiffinalizza l-applikazzjoni għal fidwa taċ-ċens li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant qabel ma' l-imsemmi uffiċċju jirċievi l-informazzjoni meħtieġa u mitluba minn terzi.", "BIRKIRKARA - KUNSILL LOKALI", "1047.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl ta' l- avviżi li dehru fil-ġurnali ta' nhar is-Sibt 6 ta' Novembru, 1998 rigward ħruġ ta' tender mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara, jista' l-Prim Ministru jgħid liema tender hu ntiż biex isiru xogħlijiet fi Triq Anthony Sammut, Tal-Qattus, B'Kara?", "Jikkonferma li dan imur kontra l-liġi li tirregola l- Kunsilli Lokali?", "Jekk le, fuq liema kriterji ntgħażlet din it-triq?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ix-xogħlijiet fi Triq Anthony Sammut, Tal- Qattus, B'Kara, se jsiru minħabba xi ħsara li kienet saret waqt il-bini ta' blokk flats tal-Gvern.", "L-ispejjeż għal dan ix-xogħol se jitħallsu mill- Ministeru responsabbli għad-Djar.", "Ninsab informat li t-tender li ħareġ il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara ma jiksirx il-liġi li tirregola l-Kunsilli Lokali.", "PERSUNI B'DIŻABILITA - RESERVED PARKING", "1048.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi sodisfatta l-applikazzjoni tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għal keep clear/reserved parking bay quddiem ir-residenza tiegħu peress li għandu diżabilita' (sieq waħda) u jsuq karozza u qatt ma jsib post fejn ikun jista' jipparkja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-persuna applikat għall-Keep Clear fit-13 ta' Jannar, 1998.", "Fis-16 ta' Ottubru, 1998 saritilha żjara fid-dar tagħha.", "Fil-21 ta' Ottubru ktibnilha biex ninformawha li l-każ tagħha jiġi deċiż meta l-bord li jieħu ħsieb dan is-servizz jerġa' jiġi ri-appuntat.", "ŻEBBUĠ - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "1049.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 568, jista' l-Ministru jgħid kif jista' jiġi spjegat li s-sidien ta' l-art għadhom ma ġewx stabbiliti meta qabel ittieħdet l-art kemm id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u d-Dipartiment ta' l-Art ġew avviċinati u ntlaħaq xi forma ta' ftehim mas- sidien direttament?", "It-tieni paragrafu tar-risposta huwa korrett?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li għalkemm jista' jkun li diġa' ġew identifikati l-apparent owners, xorta waħda jridu jsiru r-riċerki neċessarji sabiex jiġi aċċertat li dawn huma s-sidien proprji tal-art li qegħdha tiġi esproprjata.", "Fi żmien qasir għandha tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern l- esproprjazzjoni ta' l-art u d-Dipartiment ta' l-Artijiet jkun jista' jibda r-riċerki biex jiġi stabbilit min huma s-sidien attwali.", "Wara dan id- Dipartiment ikun jista' jinfurmahom bil-prezz.", "Jiena nformat li mill-file tad-Dipartiment ta' l-Artijiet ma jirriżultax li l-apparent owners ġew avviċinati u ntlaħaq xi forma ta' ftehim.", "ĊIMITERJI - WATCHMEN", "1050.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid f'kemm-il ċimiterju li jaqa' taħt id-Dipartiment tas-Saħħa hemm watchman?", "X'inhuma l-ħinijiet li jaħdmu dawn il-watchmen?", "Għand min tinżamm iċ-ċavetta tal-katnazz taċ-Ċimiterju ta' Sant Andrija, Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li erba' cimiterji li jaqghu taht id-Dipartiment tas-Sahha ghandhom il-watchman.", "Dawn huma: ic-cimiterju ta' Santa Marija Addolorata - Paola, ic-cimiterju Ta' Braxia - Pieta', ic-cimiterju ta' Santa Margerita - Rabat u c-cimiterju ta' Santa Marija - Ghawdex.", "Il-hinijiet li jahdmu dawn il-watchmen huma:", "|Cimiterju |Hin | |Santa Marija |7.00am u | |Addolorata, |l-5.00pm (xift| |Paola |ta' bil-lejl | | |5.00pm sa | | |7.00am) | |Ta' Braxia, |7.00am sa | |Pieta' |5.00pm | |Santa Margerita,|7.00am sa | |Rabat (Malta) |2.00pm | |Santa Marija, |6.30pm sa | |Ghawdex |1.10pm |", "Iċ-ċavetta tal-katnazz tac-cimiterju ta' Sant'Andrija Haz-Zebbug tinzamm fl- ufficcju amministrattiv tad-dfin fic-cimiterju ta' Santa Marija Addolorata u kopja tac-cavetta tinzamm ghand persuna ta' fiducja ta' l-Arcipriet tal- parrocca ta' Haz-Zebbug.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - ĦADDIEMA", "1051.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 572, jista' l-Ministru jgħidli minn min qiegħed jitħallas dan il-watchman, mid-Dipartiment tax- Xogħlijiet jew mid-Dipartiment tas-Saħħa?", "Jaf il-Ministru li dan iċ- ċimiterju jaqa' taħt id-Dipartiment tas-Saħħa?", "Dan il-watchman iżomm ċavetta tal-katnazz ta' dan iċ-ċimiterju?", "Jista' l-Ministru jirrispondi l- kumplament tal-mistoqsija jiġifieri numri 2 u 3?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li dan il-watchman qed jitħallas mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Iċ-ċimiterju jaqa' taħt id- Dipartiment tas-Saħħa.", "Dan il-watchman iżomm ċavetta tal-katnazz ta' dan iċ- ċimiterju minħabba li waħda mill-funzjonijiet tax-xogħol tiegħu hija li jiftaħ u jagħlaq l-istess ċimiterju.", "Fiż-żewġ ġonna msemmija m'hemm ħadd jaħdem ma' l-Uffiċċju Ċentrali tad- Distretti fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "SERVIZZ ĊIVILI - INTERNET", "1052.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti tal-Gvern hemm is-servizz ta' l- Internet?", "Għal liema kategoriji ta' uffiċjali/ħaddiema qiegħed jingħata dan is-servizz?", "Kemm kienet is-somma ta' flus li ħallas il-Gvern fis-snin 1996-1997 għal dan is-servizz?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li d-Dipartimenti tal-Gvern kollha għandhom is-servizz ta' l-Internet.", "Ħaddiema tal-Gvern li għandhom aċċess għan-Network tal-Gvern ta' Malta u li jutilizzaw is-sistema ta' l-E-Mail tal-Gvern, huma eliġibbli awtomatikament għall-użu ta' l-Internet.", "Persuni oħra li għandhom bżonn Internet account biex ikunu jistgħu jużaw l- Internet irid ikollhom il-permess meħtieġ mingħand il-Kap tad-Dipartiment ikkonċernat.", "Minħabba li dan is-servizz għall-użu ta'l-Internet fid-Dipartimenti tal- Gvern huwa parti minn pakkett ta' servizzi oħra li jingħataw lill-istess dipartimenti, ma hemmx figura eżatta ta' somma li tħallset għal dan is- servizz partikolari.", "Madankollu, huwa stmat li dan is-servizz sewa lill-Gvern is-somma ta' Lm76,861 fl-1996 u Lm81,633 fl-1997.", "Hija l-intenzjoni tal-MITTS li mill-1999 'il quddiem jinżamm kont speċifiku għal dan is-servizz ta' l-użu ta' l-Internet fid-Dipartimenti tal-Gvern.", "REVENUE SECURITY CORPS", "1053.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid huwiex se jsir xi tibdil fix-xogħol li qegħdin jagħmlu r-Revenue Security Corps?", "Kemm hu l-complement ta' dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-pjan preżenti huwa li r-rwol u t-tasks tar- Revenue Security Corps jibqgħu skond dawk li huma issa.", "Iżda ta' min ifakkar li l-aspetti kollha tal-Forzi Armati huma dejjem taħt review.", "Il-complement tar-RSC huwa ta' fizzjal wieħed u 157 suldat.", "MĠARR - ART", "1058.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-art li tiġi wara l-Iskola ta' l- Imġarr tingħata lura lis-sidien billi jidher biċ-ċar li mhix meħtieġa għall- użu pubbliku u dan minħabba li l-estensjoni ta' l-iskola ssir billi jinbena sular ieħor?", "Dan ġie dikjarat mill-President ta' Malta stess f'memo ta' l-1990 meta hu kien Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "(Vide acknowledgement 18836 Lands)", "ONOR.", "TONIO BORG: It-talba għall-esproprjazzjoni ta' l-art li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, ġiet magħmula mill-Ministru ta' l- Edukazzjoni fit-8 ta' Awissu, 1994.", "Id-dikjarazzjoni ġiet ippublikata fit- 8 ta' Ottubru, 1996 (Avviż Nru. 651).", "Peress li dan huwa proġett tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, niltob l- Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PA - FILE NO.", "PA 4817/96", "1059.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jispjega kif ħareġ permess tal-bini fuq File No. PA 4187/96 li jinkorpora fih li jinqala' t-taraġ tal-Gvern li mit-Triq tal-Vecca jinżel sa fuq il-moll u fejn se jintuża taħt it-taraġ u dan meta l-bini mhux proprjeta' tal-persuna li applikat imma li hu mikri u liema sidien ma ġiex riferut lilhom u lanqas hemm il-kunsens ta' l-amministratur ta' l-eredita'?", "Oltre dan, jaħseb il-Ministru li l-mod kif inħareġ il-permess ma kienx regolari u li bil-mod kif ħareġ se jkun diskriminatorju u ta' detriment għad-drittijiet tas-sidien tal-bini sovrapost u viċin?", "Oltre dan ukoll, se jingħalaq sqaq pubbliku.", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - PILLOLI DIBENYLINE", "1060.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra liema nies jikkwalifikaw biex jieħdu b'xejn il- pilloli Dibenyline tat-10 mg.?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pilloli tad-Dibenyline huma indikati f'kazi ta' bladder outflow obstruction kagun ta' enlarged prostate.", "Jittiehdu b'xejn minn nies li, skond Schedule V, juru sintomi ta' chronic renal failure.", "RABAT - TRIQET IL-MERĦLIET", "1061.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jirranġa Triqet il-Merħliet, Rabat li għandha bżonn re-surfacing totali speċjalment li partijiet minnha m'għadhomx passabbli b'vetturi (pjanta qed tintbagħat separatament) speċjalment in-naħa msejħa ta' ħdejn il-Ġiebja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li xogħol ta' resurfacing f'dawn it- toroq huwa responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "RABAT - TRIQ TA' MAZZARA", "1062.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex titranġa t-Triq Ta' Mazzara, Chadwick Lakes limiti tar-Rabat?", "Jista' jinforma lill- Kamra meta hu maħsub li jsiru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dawn it-toroq jagħmel manutenzjoni fihom il-kunsill lokali.", "PA - ENFORCEMENT NO.892/98", "1063.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex ħarġet Enforcement No.892/98 kontra s-Sinjuri Galea meta dawn irranġaw biss faċċata flok madum diġa' mkisser u meta din l-użanza tintuża f'Malta kollha speċjalment f'postijiet fejn bini jkun sar bla ebda DPC?", "Jidhirlu l-Ministru illi l-azzjoni meħuda mill- persuni nkarigati toħloq diskriminazzjoni kontra s-Sinjuri Galea meta fit- toroq madwar fejn tranġat il-faċċata hemm 'l fuq minn ħamsin post ieħor li sar l-istess tip ta' xogħol?", "Jidhirlu l-Ministru li għandu jikkonsidra illi l-ħaddiema tal-Planning Authority għandhom jaċċettaw l-użanzi tan-nies tal-lokalita' qabel ma joqogħdu joħolqu inkonvenjent u diskriminazzjoni fit- trattament tagħhom ta' nies differenti fuq l-istess affarijiet?", "Jista' l- Ministru jordna li l-istess enforcement No.892/98 jiġi rtirat minnufih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ġiet mitluba tintervjeni peress illi madum taċ-ċeramika kien qed jiġi mwaħħal maz-zokklu tal-faċċata tal-fond in kwestjoni.", "Meta l-Uffiċjal inkarigat mar fuq il-post dan seta' jikkonferma illi ix-xogħol kien qed isir kif allegat.", "Dak il-ħin stess il-ħaddiema ġew mitluba jieqfu mix- xogħol.", "Peress illi dan it-tip ta' żvilupp ma jikkwalifikax bħala żvilupp permissibbli taħt l-Avviż Legali Nru. 137/97 (GDO) u peress illi dan is-sit jinstab ġo 'area' ta' konservazzjoni urbana, l-Uffiċjal inkarigat kien kostrett illi joħroġ Stop and Enforcement Notice kontra l-persuni msemmija fl-Interpellanza.", "L-iżviluppatur seta appella kontra l-Avviż quddiem il- Bord kompetenti skond il-liġi.", "Rigward dik il-parti tal-mistoqsija li tirriferi għal żvilupp simili, irid jingħad illi din is-sistema kienet użanza rregolari li kienet tiġri matul is-snin.", "Is-sezzjoni ta' l-Infurzar dejjem ħadet il-passi neċessarji, iżjed u iżjed meta persuni jinqabdu fil-fatt jagħmlu dan it-tip ta' xogħol kif ġara f'dan il-każ.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għanda tibqa' taġixxi kontra dan it-tip ta' żvilupp illi barra li m'għandux jiġi nkoraġġit ma huwiex xieraq f' 'areas' meqjusa mportanti mill-att ta' konservazzjoni.", "Il-liġi ma tagħti l-ebda poteri lill-Ministru jordna biex jiġi rtirat enforcement notice.", "MARSA - TRACK", "1071.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-ispiża tal-manutenzjoni tat-track tal- Marsa s-sena l-oħra telgħet għal Lm35,000 meta din is-sena n-nefqa kienet ta' Lm6,500 biss?", "Jista' l-Ministru jagħti l-breakdown ta' kif intnefqu dawn il-Lm35,000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nefqa biex saret il-manutenzjoni tat- track tal-Marsa fl-1997 kienet imqassma kif se nsemmi:", "Ramel u Zrar Ltd - Ramel Prima 4579 jardi kubi @ Lm4.60 - Lm21063 Red Sand 425 jardi kubi @ Lm2.25 - Lm 956 Sand Granite 1063 jardi kubi @ Lm3.53 - Lm 3753 ETP - Lm 643", "Philip Agius Kiri ta' makkinarju Lm 4505", "Benet Broberg (espert Svediż) - Spejjez ta' konsultazzjoni Lm 1212", "CJP Tarmac Ltd - Kiri ta' scarfing machine Lm 998 Joseph Borg - trasportar ta' ramel Lm 470 Remig Arapa - trasportar ta' ramel Lm 600 Brian Lia - trasportar ta' ramel Lm 415 Emanuel Cachia - trasportar ta' ramel Lm 15", "TOTAL Lm34630", "Fl-1998 l-ispiża ammontat għal Lm6494 u kient tinkludi materjal, xogħol, kiri ta' makkinarju u ETP.", "PULIZIJA - SEAT BELTS", "1072.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm saru ċitazzjonijiet bħala kontravenzjoni ta' l-ilbies taċ-ċinturini tas-sigurezza minn mindu bdiet fis-seħħ il-liġi?", "Kemm tressqu l-Qorti?", "Kemm minnhom instabu ħatja u x'multi ngħataw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻABBAR - TRIQ LIA", "1073.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 263, jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi riżolta l-kwestjoni u min hu responsabbli biex isir dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li l-pjan neċessarju irid isir mid- Dipartiment tat-Toroq u n-natura tal-problema li nħolqot minn kostruzzjoni privati li ma' antiċipawx is-sitwazzjoni li qed tinħoloq trid iż-żmien biex tiġi riżolta.", "SPTARIJIET - IMPJEGATI", "1074.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex biżżejjed in-numru ta' staff fil-kċejjen ta' l- isptarijiet u jekk għandhomx it-training meħtieġ?", "Hemm xi ħsieb li jiġu mpjegati jew re-trained staff f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi ghall- Isptarijiet San Luqa, Monte Carmeli, l-Isptar Generali t'Ghawdex u r- Residenza San Vinċenz de Paule.", "Numru ta` koki ghandhom livelli varji ta` tahrig waqt li numru iehor ta` impjegati li prezentement qed jaghmlu xoghol fil-kcejjen ta` dawn l- istituzzjonijiet iridu jigu mharrga dwar ix-xoghol taghhom f'dawn il- kcejjen.", "Dwar zieda fl-impjegati ta` staff ghal dawn il-kcejjen, qed isir stharrig jekk dan huwiex il-bzonn.", "SPTARIJIET - MENUS TAL-PAZJENTI", "1075.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tfassil tal-menus tal-pazjenti fl- isptarijiet fil-preżent?", "Jidhirlu l-Ministru li tista' issir reviżjoni ta' l-affarijiet ta' l-ikel li jinxtraw kemm bħala varjeta' kif ukoll bħala kwalita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tfassil tal-menus tal-pazjenti fl-isptarijiet ta' l-Istat f'Malta u Ghawdex inkluz ir-Residenza ta' San Vinċenz de Paul (li llum hija taht ir-responsabbilita' tal-Ministeru tal-Politika Socjali) hija r-responsabbilta' tad-dietician li huwa mpjegat tal-Ministeru tas- Sahha flimkien ma' l-Ispettur tas-Sahha responsabbli mill-operat tal- kcejjen ta' l-isptarijiet ta' l-Istat f'Malta u Ghawdex.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- provvisti ghall-isptarijiet ta' l-Istat f'Malta u Ghawdex jigu pprovduti skond talba ghalihom permezz ta' tenders li jinhargu mis-sezzjoni tas- Supplies tal-Ministeru tas-Sahha.", "Dwar meta ssir revizjoni ta' meta jinxtraw l-affarijiet ta' l-ikel, kemm bhala varjeta' kif ukoll bhala kwalita', jiddependi mit-talbiet tal- pazjenti u l-htigijiet ta' l-istess pazjenti dwar il-bzonnijiet differenti ta' dieta li jkun irrakommandat lilhom mill-ispecjalista/konsulent tal- kazijiet partikolari li jkunu.", "Dan id-dipartiment dejjem jara li jilqa' l-bzonnijiet tal-pazjenti skond il- bzonn.", "ETC - BDIEWA/SAJJIEDA", "1083.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħtina lista ta' nies reġistrati part-time fishermen u farmers, minn fejn huma u x'inhuma l- impjiegi l-oħra tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ipprovdietli l-parti l-kbira ta' l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "B'danakollu, naħseb li din m'hijiex informazzjoni ta' natura pubblika u ma nħossx li jkun xieraq li tingħata fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari.", "ETC - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "1084.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti kemma hemm persuni reġistrati bħala disabled mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', kemm hemm persuni reġistrati f'kull kategorija u kemm minnhom huma nisa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:", "1.", "Skond l-istatistika miġbura fir-Reġistru Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilita' joħorġu dawn il-fatti:", "(a) Numru globali ta' persuni rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita: 5,596.", "(b) L-informazzjoni dwar in-numru ta' nies irreġistrati skond il- kategoriji ta' nuqqasijiet (impairments) tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "(c) Numru globali ta' nisa b'diżabilita' rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita': 2,422.", "IMPJIEGI - CASUAL WORKERS", "1085.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jiġu trattati l-applikazzjonijiet li kienu fetħu fi żmien Gvern Laburista biex jiġu mpjegati aktar casual workers fiċ-Ċentri ta' Taħriġ għall-persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li m'hemm l-ebda sejħa għall- applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' casual workers fiċ-Ċentri ta' Taħriġ għal Persuni b'Diżabilita' li kienet ħarġet fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti u li għadha pendenti.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "1086.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni b'diżabilita' li qed jattendu fiċ-Ċentri ta' Taħriġ f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni b'diżabilita' li qed jattendu fiċ-ċentri ta' taħrig f'Malta u Għawdex huwa kif jidher hawn taħt:", "Iċ-Ċentru ta' Ħal-Far - 81 Iċ-Centru ta' Wied il-Għajn - 56 Iċ-Ċentru ta' l-Imtarfa - 104 Iċ-Ċentru ta' Fleur-de-Lys - 110 Iċ-Ċentru ta' l-Għomja, Santa Venera - 25 Iċ-Ċentru ta' Għajnsielem, Għawdex - 30", "WIED IL-GĦAJN - ĊENTRU TA' TAĦRIĠ", "1087.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jissokta fuq il-pjanijiet ta' Gvern Laburista għaċ-Ċentru ta' Taħriġ ta' Wied il-Għajn, jiġifieri li jiżviluppah f'Ċentru ta' Respite, jaħdem biex isiru possibbli exchange visits u sabiex l-impjegati tal-kċina jibdew jaħdmu fuq skema koperattiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iċ-Ċentru ta' Wied il-Għajn hu proġett tal-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996.", "Dan il-post kien ġie identifikat wara li sar ħafna xogħol mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita matul l- 1995 u l-1996.", "Tant hu hekk li l-konvenju għax-xiri tal-post kien ġie ffirmat ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1996 wara negozjati li ħadu fit-tul.", "Kien pass pożittiv li l-Gvern Laburista kompla b'dan il-proġett, anke jekk il-ħsieb oriġinali kien li f'dan iċ-Centru jittieħdu inizjattivi ġodda u innovattivi f'dak li għandu x'jaqsam ma l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilita' f'pajjiżna.", "Naċċerta lill Onor. Membru li se jsir l-aħjar użu minn dan iċ-Ċentru b'risq il-persuni b'diżabilita', u dan skond il- pariri li jingħataw mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Dwar l-impjegati tal-kċina, jien informat li kienu nbdew taħditiet mid- Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru tiegħi u mal-Bord tal- Kooperattivi biex titwaqqaf kooperattiva.", "Sar ukoll abbozz ta' ftehim iżda l-ħaddiema konċernati kellhom xi dubbji u għalissa waqaf il-proċess.", "DJAR - APPARTAMENT TAL-GVERN", "1126.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod ġo flat tal-Gvern isfel (taħt il-livell tat-triq) li la għandha bitħa u lanqas shaft, ma ngħatatx permess tagħmel tank ta' l-ilma fuq il-bejt tal-flat tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan it-tip ta' permess jinkiseb mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u għalhekk il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.", "SIGURTA' SOĊJALI - KOPPJI SEPARATI", "1127.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika tal- koppji li sseparaw fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "Jista' jagħti wkoll statistika ta' dawk li f'Malta huma divorzjati jew annullati fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "Jista' jgħid kemm huwa t-total ta' tfal li jikkonċernaw lil dawn il-koppji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Membru tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "1128.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li qed ifittxu x-xogħol?", "Mil-liema lokalitajiet ġejjin?", "Hemm minnhom li ilhom jirreġistraw għal ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fl-aħħar ta' Settembru, 1998 kien ta' 7184.", "Dawn kienu ġejjin minn dawn il-kunsilli lokali: MALTA GħAWDEX", "Attard 60 Msida 127 Fontana 17 Balzan 38 Naxxar 119 Għajnsielem 57 B'Kara 407 Paola 183 Għarb 14 B'Bugia 171 Pembroke 21 Għasri 6 Cospicua 255 Pieta' 62 Kerċem 29 Dingli 40 Qormi 416 Munxar 17 Fgura 177 Qrendi 56 Nadur 74 Floriana 69 Rabat Malta 169 Qala 30 Għargħur 53 San Gwann 184 San Lawrenz 8 Għaxaq 104 Santa Lucia 73 Sannat 33 Gudja 70 Santa Venera 114 Victoria 110 Gżira 124 Senglea 115 Xagħra 84 Ħal Safi 29 Siġġiewi 127 Xewkija 53 Ħamrun 292 Sliema 142 Żebbuġ 47 Kalkara 68 St Julians 103 Kirkop 45 St Paul's Bay 164 TOTAL 579 Lija 26 Swieqi 33 Luqa 128 Tarxien 130 L-Iklin 25 Ta' Xbiex 36 Marsa 222 Valletta 250 Marsascala 109 Vittoriosa 75 Marsaxlokk 65 Xgħajra 17 Mdina 3 Żabbar 344 Mellieħa 41 Żebbug Malta 218 Mġarr Malta 22 Żejtun 263 Mosta 171 Żurrieq 184 Mqabba 66", "TOTAL 6,605", "Minn dawn hemm 596 li ilhom jirreġistraw għal ħames snin.", "SAĦĦA - PERSUNI MORDA BIL-LEBBRA", "1129.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti statistika ta' kemm hawn persuni morda bil-lebbra f'Malta u f'Għawdex, mis-snin 1965 sa l-1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li bejn l-1965 u l-1998 kien hemm 140 pazjent ibaghtu bil-marda tal-lebbra.", "PULIZIJA - ARMI TAL-KAĊĊA", "1130.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se titneħħa l-anomalija naxxenti mill-fatt illi l-liġi tipprojbixxi l-kaċċaturi lokali milli jkollhom aktar minn żewġ skrataċ fil-magazine meta min-naħa l-oħra huwa permess l-importazzjoni ta' armi għall-użu tal-kaċċa li huma kapaċi jġorru aktar minn żewġ skrataċ fil- magazine?", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawk l-armi kollha wżati għal skopijiet ta' kaċċa li għandhom il-magazine tagħhom li jesa' aktar minn żewġt iskrataċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi d-Dwana tirrilaxxa snieter semi awtomatiċi kemm-il darba dawn ikunu b' magazine plug insert li bih ikunu jesgħu biss żewġ skrataċċ fil-magazine u ieħor fiċ-chamber.", "Dawk il- persuni li jinqabdu bi snieter semi awtomatiċi li ma jkunux jikkonformaw skond dak li għidt, jittellgħu l-Qorti.", "TOROQ - ONE-WAY", "1131.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara d- deċiżjoni li parti minn Triq iz-Zurrieq gewwa Hal Safi, u dan limitatament għal ftit metri, ġiet dikjarata one-way?", "Jista' l-Ministru jgħid kif ittieħdet din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jiġi eliminat il-periklu li kien qed jinħoloq mill-volum ta` traffiku li kien jgħaddi mill-qalba tar-raħal.", "ŻURRIEQ - TRIQ TA' CIANTAR - ZONA INDUSTRIJALI", "1132.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq Ta' Ciantar, fiż-Żurrieq hemmx xi area li hija meqjusa bħala zona/area industrijali?", "Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' permessi nħarġu f'din it-triq?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ġietx liċenzjata f'azjenda sabiex jiġi manufatturat ravjul, tortellini, lasagna u xogħol ieħor ta' l-għaġin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel u t-tieni partijiet tal-mistoqsija, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija t-tweġiba hija fl-affermattiv.", "ŻURRIEQ - TREJQET IN-NIGRET", "1133.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-vultaġġ ta' l-elettriku fi Trejqet in-Nigret, fiż-Żurrieq ikun wieħed stabbli peress illi r-residenti ta' l-akwata qegħdin ibatu minn preġudizzju u dannu minħabba fit-tlugħ u nżul ta' dan il-vultaġġ elettriku li xi drabi jkun tant baxx illi jinqata'?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tinvestiga l- ilment tal-Onor.", "Membru biex tkun tista' tieħu l-passi meħtieġa.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "1134.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti għall-akkomodazzjoni alternattiva quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi mill-5 ta' Settembru 'l hawn daħlu 280 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.", "ŻEJTUN - TRIQ SAN GIRGOR - XOGĦLIJIET", "1157.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta' Triq San Girgor, Żejtun ġewx mgħarrfin li x-xogħol li kien qiegħed isir fuq main ġdid ta' l-ilma f'din it-triq, jinsab wieqaf, minħabba li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma baqgħu ma kkomunikawx is-servizz ta' l-ilma mal-main il-ġdid?", "Dan il-waqfien tax-xogħol qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti.", "Jista' l-Ministru jagħti għallinqas ħjiel meta dan ix-xogħol beħsiebu jitlesta min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Preżentament il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma qed twettaq xogħlijiet ta' bdil ta' mejnijiet ta' l-ilma fil-lokalita taż-Żejtun b'koordinazzjoni max-xogħlijiet tal-kunsilli lokali sabiex isir ir-resurfacing ta' toroq.", "Ix-xogħlijiet tal-korporazzjoni qed jitwettqu bil-progress mistenni.", "Sabiex jiġu ċċertifikati l-mejnijiet il-ġodda riedu jsiru l-proċessi ta' testijiet tal-pressa ta' l-ilma, disinfezzjoni tal-pajpijiet u reconnecting ts-servizz tad-djar.", "Matul dan ix-xogħol il-korporazzjoni ħadet ħsieb li l- provvista ta' l-ilma baqgħet titwassal regolarment.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "1158.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti għal dawn l-aħħar tliet snin xahar b'xahar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kemm saru applikazzjonijiet ġodda kull xahar?", "Kemm applikazzjonijiet ġew deċiżi favur jew kontra kull xahar?", "Kemm saru applikazzjonijiet għar- rikonsiderazzjoni u appelli kull xahar u x'kien ir-residual backlog ta' applikazzjonijiet kull xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - SCREEN F6", "1159.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jikkonferma l-Ministru li Screen F6 li fuqu jiġu elenkati d-deċiżjonijiet tad-DCC tal-Planning Authority, suppost huwa aċċessibbli biss għas- segretarja tad-DCC biex tagħmel entries ġodda u tibdil fih?", "Jassigura l-Ministru li matul l-aħħar sitta jew tmien xhur (jew qabel) dan l-iscreen ma sabux mezz kif jidħlu fih nies oħra mill-awtorita', li mhux suppost kellhom il-fakulta' li jagħmlu tibdil fih?", "Jekk irriżulta dan, x'miżuri ta' dixxiplina ttieħdu kontra min abbuża u x'kontrolli kien hemm biex min seta' abbuża ma kienx hemm min iggwadanja minn dan l-abbuż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li s-segretarjat tad-DCC u segretarja fit-Transport Planning Unit (biex iddaħħal dettalji tal-Commuted Parking Pavement Scheme) biss jistgħu jagħmlu tibdil fi Screen 6, li fuqu jiġu elenkati d-deċiżjonijiet ta-DCC tal-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "Sal-25 ta' Settembru, 1998, dawn li ġejjin setgħu wkoll jagħmlu tibdil minħabba r-raġunijiet elenkati :", "* Żewġ uffiċjali fl-Accounts Office biex idaħħlu dettalji fuq multi.", "* Segretarja fi Transport Planning Unit, Segretarja fil-Land Survey Unit u Segretarja fl-Uffiċċju t'Għawdex biex idaħħlu dettalji tad-Development Monitoring.", "* Segretarji fid-Development Control Unit biex idaħħlu d-Delegated Decisions.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma kellha l-ebda rapport ta' abbuż tas-sistema kif indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "PA - DEVELOPMENT CONTROL COMMISSION", "1160.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex fuq id-Development Control Commission tal-Planning Authority inħatru sitt membri minn sebgħa li huma periti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li taħlita ta' membri b' background aktar varjat kien ikun aħjar fuq dan il-bord?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Membru, il-Prim Ministru jaħtar biss erbgħa mis-sebgħa membri tad-Development Control Commission (DCC), filwaqt li t-tlieta l-oħra jinħatru skond ix-xewqat tal-membri tal-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Sa l-aħħar ta' Ottubru, 1998, sakemm skada t-terminu ta' l-aħħar DCC, mill- erba' membri maħtura mill-Prim Ministru tlieta minnhom kienu periti, filwaqt li llum mill-erba' membri maħtura mill-Prim Ministru erbgħa huma periti.", "L-Onor.", "Membru japprezza li filwaqt li t-taħlita tal-membri hija fattur ta' min jikkonsidrah, huwa ferm aktar importanti li l-membri maħtura jkunu persuni b'kapaċita' teknika kif ukoll ta' integrita'.", "L-għażla li għamlu l-membri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għar-rigward tat- tliet membri l-oħra tad-DCC ma jidhirlix li għandi dritt nikkummenta fuqha ġaladarba din kienet l-għażla ħielsa tagħhom.", "PA - MEMBRI ĠODDA TAD-DCC", "1161.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jikkonferma l-Ministru li wieħed mill-membri l-ġodda tad-DCC tal-Planning Authority għandu l-mara tiegħu kap tat-taqsima ta' skemi li huma ODZ (barra miż-żona ta' l-iżvilupp) fin-nofs inhar ta' Malta?", "Jaħseb il-Ministru li meta jiġi biex jieħu deċiżjonijiet fuq il-bord, dan il-membru jista' jkollu konflitt ta' interessi stante li jista' jkollu jivvota kontra deċiżjonijiet li tkun ħadet martu stess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux minnu li l-persuna ndikata fil-mistoqsija, impjegata ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, hija Kap tat-Taqsima ta' Skemi li huma ODZ fin-nofsinhar ta' Malta.", "Din il-persuna hija biss case officer fi ħdan wieħed mill-area teams.", "Ir-rakkmandazzjonijiet li tkun għamlet din il- persuna jitressqu quddiem id-DCC wara li jkunu vverifikati mill-manager ta' l-area team tagħha.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-FOSSA TAL-QAMĦ", "1162.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-persuna responsabbli tara li titwaħħal bozza fl-isqaq wara Triq il-Fossa tal-Qamħ, iż-Żejtun fejn fis- satra tal-lejl qed isiru ċertu abbużi u qed jinħoloq ħafna inkonvenjent għall-ġirien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Diġa' twaħħlet lampa fl-isqaq msemmi mill-Onor.", "Membru.", "It-talba għal aktar dawl f'dan l-isqaq se tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "PULIZIJA - KORS TAS-SURĠENTI", "1165.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-eżitu tal-kors tas-surġenti fil-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 351 f'Seduta Numru 6.", "ETC - REVIŻJONI TA' STATISTIKA TAL-GAINFULLY EMPLOYED", "1166.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Billi għal mistoqsija parlamentari preċedenti l-Ministru kien wieġeb li l-ETC se tissokkta fil-proċess ta' reviżjoni ta' l-istatistika tal-gainfully employed, jista' l-Ministru jgħid jekk din ir-reviżjoni hijiex se tisskotta fl-istess modalita' li kienet ġiet addottata taħt l-amministrazzjoni preċedenti u ċioe' mill-1997 lura?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ETC ser tkompli taħdem fuq il-proċess tar- reviżjoni ta' l-istatistika tal-gainfully occupied billi tmur lura fiż- żmien u tirrevedi l-figuri sena b'sena.", "PULIZIJA - BĊEJJEĊ TAL-BAĦAR OVERSPEEDING", "1167.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm inqabdu bċejjeċ tal-baħar overspeeding bejn l-1 ta' Lulju, 1998 u t-30 ta' Settembru, 1998 fil-bajjiet ta' Malta u ta' Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - PERMESSI ĠODDA", "1168.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ġodda biex nies jarmaw f'open air markets mill-1 ta' Mejju, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VALLETTA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "1169.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta se jsir it-trasferiment ta' l-għassa tal-pulizija tal- Belt minn fejn tinsab bħalissa għall-bini fejn kien alloġjat il-parcel post office?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li għalkemm ix-xogħol fil-post jinsab fi stadju avvanzat, għad ma ġietx iffissata data għat-trasferiment.", "ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI - TRAFFIKAR TA' PERSUNI ILLEGALI", "1170.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Ma jaħsibx il-Ministru li barra li għandhom jiħraxu l-pieni għat-traffikar illegali ta' persuni, għandu jkun hemm provvediment partikolari fl-Att dwar l-Immigrazzjoni li jippenalizza speċifikament it-traffikar ta' persuni mhux biss lejn Malta iżda minn Malta wkoll?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kemm ili ministru diġa' semmejt fil-pubbliku u fuq il- mezzi tax-xandir proposti tiegħi sabiex min jittraffika illegalment fit- trasport ta' nies, jiġi akkużat b'reat speċjali u jekk misjub ħati jingħata kastigi aktar gravi sabiex l-isfruttament għal skop ta' qliegħ fuq dahar nies innoċenti jiġi punit b'mod aktar serju.", "Il-problema ta' l- immigrazzjoni illegali, li mhix problema ta' pajjiżna biss, tindika li hemm bżonn li jsiru emendi għall-Liġi dwar l-Immigrazzjoni ta' l-1970.", "Malli jitlesta x-xogħol fuq dan l-abbozz jiġi preżentat lill-Parlament fl-iqsar żmien possibbli.", "UE - KONTRIBUT TA' MALTA", "1199.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- Gvern Malti kkalkolax kemm se jammonta approssimattivament il-kontribut ta' Malta għall-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Għadu kmieni wisq, f'dan l-istadju, biex wieħed jikkalkola l-kontribut ta' Malta bħala membru dan minħabba li wieħed irid jara kemm se jkun hemm membri ġodda filwaqt tas-sħubija ta' Malta u x'sejrin ikunu l-kriterji ta' kif jiġi kkalkulat il-kontribut ta' kull pajjiż f'dak il-mument", "KUMMISSJONI EWROPEA - RAPPORT", "1200.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li huwa mifhum li l-Gvern Malti bagħat xi rapport dettaljat lill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rijattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jindika: a) x'inhuma l-kriterji li l-Gvern Malti poġġa quddiem bħala essenzjali għar- ristrutturazzjoni ta' l-ekonomija Maltija; b) x'inhuma l-kondizzjonijiet li l-Gvern Malti għamel dwar is-Settur Pubbliku; c) x'kienet il-pożizzjoni tal- Gvern Malti dwar is-sussidju li l-Gvern jagħti lid-Drydocks u lil korporazzjonijiet oħra; d) x'kienet il-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il- monopolju mogħti lill-Maltacom qabel ma ġiet parzjalment privatizzata; u e) jekk il-Gvern Malti ndikax x'jistgħu jkunu d-derogi mitluba mill-Gvern Malti fl-interess nazzjonali?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Ministeru ma bagħat l-ebda rapporti lill-Kumissjoni Ewropea.", "TURISTI", "1201.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien: (a) in-numru ta' turisti li żaru Malta fl-1994, fl-1995, fl-1996, fl-1997 u fl-1998 sa Ottubru; (b) id-dħul mit-turiżmu fl- istess snin sena b'sena; (c) hemm żieda ta' sodod fil-lukandi fl-istess snin u f'liema kategorija ta' lukandi saret iż-żieda relattiva jekk kien hemm fl-istess sena?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-għadd ta' turisti li żaru Malta fis-snin imsemmija kien hekk:", "1994 1,176,223", "1995 1,115,971", "1996 1,053,788", "1997 1,111,161", "1998 (sa Settembru) 941,288", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Membru għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 513.", "L-għadd ta' sodod fil-lukandi fl-ewwel ta' Jannar fl-istess snin li ma jinkludix is-self catering units, kien kif jidher hawn taħt:", "5* 4* 3* 2* 1* Unclassified Total", "1994 1554 8393 9000 1560 507 - 21014 1995 1674 9688 8099 1836 432 - 21729 1996 1274 9688 8464 2017 372 - 21815 1997 1774 10153 8500 2377 372 - 23176 1998 2878 10179 7587 2014 240 1932 24830", "UNJONI EWROPEA", "1202.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li l-Gvern Nazzjonalista ilu ħafna jsostni u jisħaq dwar l-għajnuna finanzjarja li Malta tirċievi mill-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (i) kemm tkun l-għajnuna finanzjarja għas-settur agrikolu u qasam tas-sajd taħt ir-regoli preżenti tal-Common Agricultural Policy; (ii) kemm tista' tkun l-assistenza finanzjarja lill-industrija Maltija in ġenerali; (iii) x'għajnuna jistgħu jirċievu t-tarznari Maltin; (iv) liema huma l-oqsma l-oħra ta' l-ekonomija Maltija u tal-ħajja soċjali li jikkwalifikaw għal xi għajnuna finanzjarja u kemm tkun tammonta din l-għajnuna?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Għalkemm huwa fatt illi l-Unjoni Ewropea tipprovdi għajnuna finanzjarja sostanzjali lill-membri tagħha f'diversi oqsma permezz tal-fondi strutturali u cohesion funds, l-għajnuna f'kull settur tingħata abbażi ta' proġetti li jiġu sottomessi mill-pajjiżi membri għal dan il- għan, għalhekk mhux possibbli li wiehed jagħti informazzjoni dettaljata dwar tali għajnuna li Malta tkun tista' tirċievi meta ssir membru ta' l- Unjoni.", "Li jistgħa jingħad b'ċertezza huwa li l-iskop ta' dawn il-fondi huwa li jsir titjib ġenerali fis-setturi konċernati b' mod li jiġu avviċinati l-livelli ekonomiċi u soċjali medji fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn il- fondi jinkludu għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta' diversi azjendi sabiex tiżdied il-vijabbilita' tagħhom bil-għan li jsiru aktar kompetittivi.", "UNJONI EWROPEA", "1203.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li l-Unjoni Ewropea qed topponi bi sħiħ għat-twaqqif u eżistenza ta' hekk msejjha low tax zones fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jindika x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti vis-a-vis r-raġuni fiskali preżenti li joffru tax credits sostanzjali lill-kumpaniji barranin u offshore li joperaw minn Malta?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu li jżomm u jsaħħaħ dan ir-reġim fiskali jew inkella hux dispost li jillimita kemm-il darba jiġi mġiegħel jagħmel dan mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-konformita' tar-reġim fiskali f'Malta mal-linji ta' gwida li għadhom kif tfasslu mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal- materja imsemmija mill-Onor.", "Interpellant għad trid tiġi evalwata mill- Gvern.", "Kull tibdil li jirriżulta li jkun megħtieġ fir-reġim fiskali f'Malta biex dan jiġi armonizzat fuq medda ta' żmien adegwat ma' l-obbligi ta' l-Unjoni Ewropea jiġi ttrattat fil-qafas tad-diskussjonijiet għas- sħubija.", "SKART - RIĊIKLAĠĠ", "1204.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern rigward il-proċess ta' riċiklaġġ ta' skart?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi negozjati ma' investituri privati li huma interessati li jgħinu f'dan il-proċess?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-pjani tal-Gvern huma li jiġi riċiklat l- iskart organiku permess tas-sistema tal-composting u li jiġu rkuprati l- frazzjonijiet l-oħra li huma utli għal sistema oħra tar-riċiklaġġ.", "Qegħdin jiġu kkunsidrati proposti li nirċievu minn investituri privati.", "XGĦAJRA - TRIQ DAWRET IX-XATT", "1210.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 832, jaf il-Ministru li fil-post indikat joqogħdu għadd ġmielu ta' familji b'mod permanenti s-sena kollha u numru ferm ikbar matul iż-żmien tas-Sajf u l- uniku aċċess għaliha hu permezz ta' din it-triq indikata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li peress illi l-fatti msemmija mill- Onor. Interpellant jistgħu jgħinu biex it-triq tkun inkluża fl-arja ta' żvilupp mill-Awtorita' ta' lppjanar, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "UE - IMPORTAZZJONI LEJN MALTA", "1231.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-volum u l-valur ta' l-importazzjoni lejn Malta minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea?", "Kif jikkompara mal-volum u l-valur totali ta' l-importazzjoni lejn pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jelenka breakdown tas-setturi differenti?", "Kemm minnhom huma mediċina u mediċinali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "UE - KWESTJONARJU", "1235.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-kwestjonarju mibgħut lilu mill-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-risposta tal-Gvern Malti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Kopja tal-kwestjonarju jitqiegħed meta jkun il- waqt.", "ETC - KORSIJIET DWAR L-UE", "1236.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid, fid-dawl tar- rapporti tad-diskors li għamel is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fuq il-mezzi tax-xandir nhar il-11 ta' Novembru, meta l-ETC beħsiebha tibda l-korsijiet dwar l-Unjoni Ewropea għall-kummerċjanti?", "Min se jagħmilhom?", "Kemm se jdumu?", "Fejn se jsiru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ETC beħsiebha tibda l-korsijiet dwar l-Unjoni Ewropea għall-kummerċjanti f'Marzu tas-sena d-dieħla.", "Il-korsijiet se jkunu qosra f'forma ta' seminars.", "Bħalissa qegħdin isiru arranġamenti biex jiġu identifikati postijiet f'lokalitajiet ċentrali fejn jistgħu jsiru dawn is-seminars.", "Bħalissa wkoll qegħdin isiru diskussijonijiet bejn l-ETC, is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi u d-Direttorat ta' l- Unjoni Ewropea biex jiġu identifikati persuni kompetenti biex imexxu dawn is-seminars.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET TA' L-GĦAJNEJN", "1300.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li numru ta' operazzjonijiet ta' l- għajnejn ġew posposti nhar it-Tlieta 3, ta' Novembru 1998?", "X'sar min-naħa ta' l-awtoritajiet wara li wħud mit-tlett pazjenti li laħqu dabbru infezzjoni f'għajnejhom waqt li wħud li kellhom operazzjoni f'għajnejhom fil-jiem ta' qabel kellhom infezzjoni wkoll wara l-operazzjoni f'għajnejhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Dipartiment tas-Saħħa jikkonferma li matul ix- xahar ta' Settembru u Ottubru seħħew tliet (3) kazijiet ta' panophthalmitis gewwa l-isptar San Luqa.", "Gie mlaqqa kumitat ad hoc immexxi mill-Infection Control Officer sabiex jinvestiga dawn il-kazijiet.", "Ma kien hemm ebda indikazzjoni li setghet tiddetermina b'mod deciziv u konkret minn fejn setghu gew dawn l-infezzjonijiet.", "Ghaldaqstant gew ezaminati l-processi kollha, inkluz l-isterilizazzjoni ta' l-istrumenti li jintuzaw f'dawn it-tip ta' operazzjonijiet.", "Bhala mizura ta' prekawzjoni, l- operazzjonijiet ta' katarretti gew posposti sakemm l-isterilizers jigu validati li qed jaħdmu perfettament.", "Ġew ordnati strumenti disposable bħala mizura temporanja, biex l-operazzjonijiet tal-katarretti jistgħu jitkomlew mingħajr aktar dewmien.", "SPTAR SAN LUQA - SALA TAL-GYNEKOLOĠIJA", "1301.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fis-Sala tal-Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa jkun hemm misħun fil-vit wara li minn nhar il-Ħadd 8 ta' Novembru, 1998 sal-lum ilma misħun fil-vit ma kienx hemm?", "Għaliex ix-xogħol ħa s'issa, erbat ijiem, biex isir?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-nuqqas ta' misħun fil-vit fis-sala tal- Ġinekologija ġie kkaġunat minħabba ħsara li żviluppat f'pompa li tiċċirkola misħun primarju li jkun maħżun ġo tank.", "Minħabba li din il-pompa hija antika u spare parts għaliha diffiċli ssib kellha tinbidel.", "Peress li l-pompa li ġiet imwaħħla hija differenti mill-qadima, kien neċessarju li jsiru alterazzjonijiet u għaldaqstant il-ħin biex jitlesta x- xoghol naturalment żdied.", "Dan tlesta t-Tlieta wara nofsinhar.", "Minn dak il- hin sa l-Erbgha filghodu t-tank kien qed jigi msaħħan u fil-fatt kmieni l- Erbgha s-servizz tal-misħun kien reġa' għan-normal."]} {"filename": "20020925_792d_par.doc", "date": "2002-09-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 792 L-Erbgħa, 25 ta' Settembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 792", "L-Erbgħa, 25 ta' Settembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "792", "L-Erbgħa, 25 ta' Settembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 495", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 495", "DIBATTITU DWAR L-INTERVISTA TA' L-OMBUDSMAN, IR-REAZZJONI TAL-GVERN", "DWARHA U L-UFFIĊĊJU TA' L-OMBUDSMAN (KONT.) 501", "AĠĠORNAMENT 527", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 532", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 791 li saret fil-25 ta` Settembru, 2002 ġew konfermati", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "WSC – BOREHOLES", "35266.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' ħofor ta' l-ilma u ta' spieri antiki reġistrati mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?", "Kemm minnhom ġew reġistrati din is-sena wara li nstabu mħaffra wara rapporti li saru lid- WSC?", "X'tip ta' ilma qed jittella` mill-ħofor u x'livelli ta' salinita`/kontaminazzjoni ġew reġistrati mill-ispezzjonijiet li tagħmel id- WSC?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li n-numru ta' spieri antiki u boreholes reġistrati mal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma huwa kif ġej, li jinkludu xi spejjer antiki wkoll:", "| |Malt|Għawde| | |a |x | |Spieri antiki (bejn |3,01| | |l-1945 u l-1950) |6 |1,833 | |Boreholes reġistrati|3,48| | |sa Awissu 2002 |2 |1,860 |", "Bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena, kien hemm 123 borehole f'Malta u 10 boreholes f'Għawdex li ġew reġistrati mal-korporazzjoni.", "Fuq direttiva ta' l-awtorita` tar-riżorsi, b'seħħ mill-1 ta' dan ix-xahar ma qed tiġi aċċettata l-ebda reġistrazzjoni oħra.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma m'għandha l-ebda informazzjoni rigward il-kwalita` ta' l-ilma li qed jittella` minn dawn il-ħofor peress li l-ispezzjonijiet li għamlet il-korporazzjoni kienu intiżi biss sabiex jikkonfermaw l-eżistenza tat-tali ħofor.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, spiss ikolli lmenti li meta jkun hemm ħsara fil-kanen ta` l-ilma u jsiru r-rapporti, l-azzjoni ddum ħafna ma tittieħed bil-konsegwenza li jilħaq jinħela ħafna ilma għax idum ħiereġ għal sigħat sħaħ.", "Per eżempju, dan l-aħħar kien hemm ħsara f'kanna ta` l- ilma viċin ta` fejn noqgħod jien, ir-rapport sar għal darba, tnejn, tlieta qabel l-10.00 a.m. iżda damu sa' l-11.30 p.m. sakemm ġew in-nies biex isewwu l-ħsara.", "Jien qed ngħid dan biex meta jsiru rapporti bħal dawn, jekk jista` jkun l- azzjoni tittieħed minnufih biex ma jkunx hemmx ħafna ħela ta` ilma għax inkella xi skop hemm li noqogħdu ngħidu lill-konsumatur biex jibża` għall- ilma!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, wieħed irid jara l-każ partikolari għax ġieli jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ħsarat x'imkien ieħor u allura wieħed irid jiddeċiedi liema waħda tkun l-iktar serja u urġenti, anke mil-lat ta` kemm ikunu qed jintlaqtu l-konsumaturi.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Membru jagħtini aktar informazzjoni tal- każ li semma', inkun nista` nitlob rapport biex ikolli spjegazzjoni għaliex ġara hekk u jekk jinstab li kien hemm xi nuqqas ta` xi ħaddiem jew ta` xi ħaddieħor, jittieħdu l-passi meħtieġa.", "Pero` ċertament li l-ħsara tissewwa fil-ħin u mill-aktar fis possibbli sabiex ma jkunx hemm ħela ta` ilma u fl-istess ħin is-servizz jingħata lill- konsumatur kif suppost, huwa l-iskop kollu tad-diviżjoni li tieħu ħsieb il- ħsarat fil-korporazzjoni għas-servizz ta` l-ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jiena m'għandi l-ebda diffikulta` lill-Ministru ngħidlu fejn seħħ il-każ li semmejt, imma l-iskop tiegħi m'huwiex li nagħmel enfasi fuq dan il-każ partikolari.", "Fil-verita' kollha, fl-istess żmien wasluli lmenti oħrajn ta` dewmien fuq ħsarat ta` dan it- tip.", "Jiena qajjimt dan il-punt biex jekk forsi hemm xi nuqqas ta` nies jew xi problemi amministrattivi, wieħed jara x'jista` jsir b'aktar ħeffa meta jkun hemm ilmenti bħal dawn.", "Issa għal dak li qal il-Ministru li d-WSC m'għandhiex informazzjoni dwar il- kwalita` ta` l-ilma li jittella` mill-boreholes, dan ifisser li m'hijiex responsabbilta` tal-korporazzjoni li tagħmel testijiet fuq l-ilma li jittella`?", "Hemm xi ħadd ieħor responsabbli li jagħmel dan jew forsi testijiet bħal dawn ma jsirux?", "Barra minn hekk, jista` il-Ministru jgħidli wkoll x'passi tieħu l- korporazzjoni meta b'xi mod issir taf li hemm xi boreholes illegali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien ngħid li ħażin li wieħed jiġġeneralizza u għalhekk li tlabt l-informazzjoni fuq il-każ li semma' l-Onor.", "Abela għax jekk ikolli lment, inkun f'pożizzjoni li nsegwi dak il-każ partikolari.", "Jien nemmen li huwa ferm iktar għaqli li wieħed jara każ każ u jitlob rapport biex ikun jaf x'ġara, Sur President.", "Rigward il-kwalita` ta` l-ilma, safejn naf jiena m'hemmx informazzjoni fuq il-boreholes kollha.", "Issib xi informazzjoni kultant meta xi ħadd ikun staqsa dwar x'tip ta` ilma li qed jittella` minn taħt l-art u dwar is- salinita`.", "Huwa fatt ukoll li dawn l-aħħar sentejn, kważi tlieta, kienu kklassifikati bħala snin ta` nixfa u f'ċerti boreholes qrib il-kosta hemm it-tendenza li l-kwalita` tiddeterjora iktar.", "Fl-istess ħin hemm it- tendenza li l-borehole titħaffer aktar 'il isfel jekk dak li jkun ma jirnexxilux itella' ilma biżżejjed.", "Fuq l-aħħar punti tad-domanda dwar x'passi tieħu l-korporazzjoni meta ssib boreholes illegali, nista` ngħid li l-korporazzjoni ħadet passi kull meta sabet li hemm boreholes li saru bla permess.", "Illum hija l-awtorita` għar- riżorsi li ġiet inkarigata minn dan il-qasam, u din saret proprju biex ikun hemm separazzjoni bejn min qed jipprovdi s-servizz - u allura involut ukoll biex itella` l-ilma għall-produzzjoni - u min jirregola dan ir-riżors.", "Bil-mod il-mod, l-awtorita` qed tarma ruħha biex tkun tista` ssegwi dan is- settur b'iktar reqqa, pero` naħseb li dan li għamilna s'issa kien pass għaqli għax din is-separazzjoni twassal biex wieħed ikun jista` jirregola l- affarijiet ferm aħjar milli qatt għamilna fil-passat.", "PPP - ĠONNA PUBBLIĊI", "35267.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ġonna pubbliċi li se jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-konsorzju il-ġdid taħt il-public private partnership?", "Kemm huwa minnu li l-konsorzju se jingħata somma ta' bejn Lm0.25 miljun u Lm0.5?", "Għalfejn se jingħataw dawn il-flus?", "X'kondizzjonijiet se jkunu marbuta mal-proprjeta' tal-poplu li se tgħaddi lil dan il-konsorzju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' ġonna pubbliċi u siti oħra li llum huma responsabbilta` ta' l-urban and rural landscaping section u li qegħdin jiġu kkonsidrati fl- ambitu tal-proġett ta' public private partnership.", "Din il-lista ħarget f'Ottubru 2001 bħala appendiċi tad-dokument expression of interest imqassam lil dawk interessati fil-progett.", "Ma nħossx li tkun etika li nagħti l-informazzjoni dwar arranġamenti finanzjarji meta n-negozjati għadhom għaddejjin.", "WSC – ĠIBJUNI", "35268.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-gvern ħalla l-ġibjuni ta' l-ilma daqstant abbandunati matul dawn l-aħħar erba` snin?", "Kemm hija l-ħażna ta' l-ilma li jieħdu dawn il-ġibjuni?", "Kemm hija n- nefqa meħtieġa sabiex dawn jiġu rriabilitati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif għedt fit-tweġiba għall-mistoqsija 34822, il- kondizzjoni tal-ġibjuni li jintużaw għall-ilma tat-tisqija jew għal użu sekondarju tvarja minn wieħed għall-ieħor.", "Għaldaqstant mhux faċli li wieħed jikkwantifika n-nefqa meħtieġa biex issir il-manutenzjoni ta' dawn il-ġibjuni, u dan ukoll meta wieħed iqis li ġibjun ta' l-ilma dejjem ikollu bżonn ta' manutenzjoni.", "UE – IMPATT FUQ IT-TURIŻMU", "35269.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Peress li r-rapport ta' l-NPAA li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra jikkonferma li bis-sħubija ta' Malta fl-UE jogħlew il- prezzijiet ta' l-ikel u tal-materja prima, jista' il-Ministru jgħid kif dan se jaffettwa l-industrija tat-turiżmu?", "Mill-istudji li għamel il-gvern, jista' jgħid kemm se jogħla l-food bill għall-industrija tat-turiżmu wara li b'effett tas-sħubija pajjiżna jkollu jġorr il-piżijiet tat-TARIC, ta' l- ispecial safeguards for agriculture produce, tat-tariff quotas u tal-GATT licence u anke jitlef il-benefiċċji tas-sussidji tal-biedja kemm esterni u kemm interni ta' l-UE stess?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Biex inkun nista' inwieġeb għall-mistoqsija b'mod korrett, nitlob lill-Onor.", "Membru jiċċita b'eżatezza s-silta jew siltiet mill-NPAA li fuqhom hija mibnija l-mistoqsija tiegħu.", "UE – GĦOLI TAL-ĦAJJA", "35270.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Aġent Prim Ministru: Peress illi r-rapport ta' l-NPAA li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra fl-aħħar seduta qabel il-vaganzi tas-sajf jikkonferma li s- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se ġġib żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel - kif fil-fatt qed jiġri fil-każ tal-ħobż tal-Malti - jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid xi studji għamel il-gvern dwar l-impatt ta' dan l-għoli tal- ħajja fuq il-pensjonanti u fuq familji bi dħul żgħir jew medju?", "Kemm fil- fatt huwa mistenni li se tkun iż-żieda fil-pensjonijiet u fil-pagi tal- ħaddiema sabiex tagħmel tajjeb għaż-żieda tal-prezzijiet fuq prodotti ta' l- ikel li ġġib is-sħubija ta' Malta fl-UE?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-premessa tal-mistoqsija magħmula mill-Onor.", "Interpellant hija totalment żbaljata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista` l-Aġent Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx xi studji interni dwar jekk il-prezzijiet ta' l-ikel hux se jiżdiedu bis-sħubija ta` Malta fl-Unjoni?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena naħseb li l-Onor.", "Membru jaf li waħda mill- miżuri li dan il-gvern qiegħed jieħu hija t-tneħħija tal-levies u l-impatt ta` dan huwa ovvju għal kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Pero` nafu wkoll li fl-eventwalita` ta` sħubija sħiħa, pajjiżna jkollu jħallas lill-Unjoni tip ta` levies oħrajn fuq prodotti li aħna ma nipproduċux u jkollna nixtru bi prezz internazzjonali minn pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett ma tistax ssir distinzjoni bejn sħubija sħiħa u xi sħubija oħra għax jew imsieħeb jew m'intix.", "Il-kelma \"sħiħa\" hija assolutament żejda għax jiena ma naf b'ebda sħubija oħra li m'hijiex sħiħa.", "Jekk taf b'xi oħra nistiednek tgħidli!", "Issa l-punt li qajjimt int huwa wieħed mis-suġġetti tan-negozjati li l- Gvern Malti qed ikollu ma` l-Unjoni u meta jasal il-mument, il-gvern jinforma lil din il-Kamra u lill-pubbliku inġenerali dwar ir-riżultati li jkunu nkisbu fin-negozjati.", "SKOLA SAJF – ATTENDENZA", "35271.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l- attendenza tat-tfal li attendew l-iskola sajf matul dan is-sajf?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta` l-Edukazzjoni): Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦARGHUR – KUMPENS GĦAT-TEĦID TA' BIĊĊA ART", "35504.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tiġi kkumpensata wara li tteħditilha art mir-roads department liema art tinsab bejn Main Street u Triq Fra Duminku Mifsud, Għargħur - ref.", "284/02 RD - u meta s-sidien tal- plots li jmissu magħha fuq kull naħa diġa` tħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat li minn stħarriġ li sar mir-records tad-dipartiment ta` l-artijiet, jirriżulta li ma saret l-ebda talba għall-esproprju mir-roads department għall-art indikata li tinsab bejn Main Street u Triq Fra Duminku Mifsud, u għalhekk il-persuna li dettalji tagħha ntbagħtu separatament ma tistax tiġi kkumpensata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, nixiteq nirriferi għall-plots ġewwa Pembroke li ngħataw fi żmien ieħor għall-żvilupp pero` baqgħu sal-lum ma nbnewx.", "Dawn qegħdin f'areas residenzjali u qegħdin joħolqu inkonvenjent għal min diġa` joqgħod hemm għax huma żdingati għall-aħħar.", "Jista` il- Ministru jgħid għaliex għaddew dawn is-snin kollha u minkejja li dawn il- plots ingħataw għal żvilupp residenzjali, baqgħu ma ġewx żviluppati?", "Jista` jgħid ukoll jekk hux qed jittieħdu passi mas-sidien preżenti biex jiżviluppawhom, kif attwalment kellhom jagħmlu meta ngħataw dawn il-plots?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Se nirrispondi su due piedi għax safejn naf dawn m'humiex plots tal-lands imma huma plots ta` l-awtorita` tad-djar - ġeneralment hija l-awtorita` tad-djar li tagħti plots b'direct allocation fuq sistema ta` punti – u allura wieħed irid jara x'jgħidu l-kuntratti li saru bejn l-awtorita` tad-djar u s-sidien ta` dawn il-plots.", "Pero` ladarba qegħdin fuq dan is-suġġett, irrid ngħid li riċentement dan il- parlament għadda liġi li biha se jkun jista' jsolvi l-problema ta` dawk il- persuni li jkunu ħadu plot u bnewha, pero` fejn qatt ma sar it-trasferiment tal-proprjeta` u kollox baqa' fuq konvenju minħabba li l-gvern għadu ma rranġax mas-sidien ta` l-art esproprjata li fuqha jkun inbena l-housing estate jew tkun inbniet il-home ownership scheme.", "B'din il-liġi, il-gvern issa se jibda jħallas lil dawn is-sidien billi jsir proprjetarju mill-ewwel u jpoġġi l-flus f'kont bankarju, imbagħad ikun jista` jittrasferixxi l-proprjeta` lill-inkwilini jew lil dawk il-persuni li jkunu bnew il-plots għax għandna sitwazzjoni fejn persuni bnew dar li għadha m'hijiex tagħhom.", "Għalhekk qed nisperaw li nkunu nistgħu nsolvu din il-problema li issa ilha teżisti għal żmien twil.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista` il-Ministru jgħid x'policy juża d-dipartiment jew id-direttorat tat-toroq vis-á-vis toroq ġodda li għad iridu jinfetħu li pero` ikun hemm xi ostaklu li jkun qed iżomm milli tali toroq jinfetħu, minħabba li jew ikun hemm xi ħajt antik jew għax ikun hemm xi għalqa li tkun għadha ma tteħditx?", "Li rrid ngħid jien huwa li jkollok triq li qed isir xogħol fuqha – u għandi każ partikolari f'moħħi – pero` m'hemmx aċċess għal triq oħra meta suppost li jkun hemm aċċess.", "F'każ bħal dan x'policy juża d-direttorat tat-toroq jew id-dipartiment ta` l-artijiet?", "Veru li din hija kwestjoni ta` toroq pero` jista` jkun li d-dipartiment ta` l-artijiet jidħol fi kwestjoni bħal din ukoll, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment ta` l-artijiet jidħol fil-kwestjoni meta d-dipartiment tat-toroq ma jkunx jista` jsolvi l-problema hu amikevolment u allura jkollna nużaw il-liġi ta` l-esproprjazzjoni.", "Bħala regola, il-gvern ma jesproprjax toroq imma jħalli lis-sidien tal-plots jixtru nofs it-triq biex jifformawha u dan bħala kondizzjoni tal-permess.", "Fl-antik hekk kien isir, imma mbagħad beda jiġri li bdew jibnu xorta waħda u mbagħad jakkwistawha wara.", "Ikun hemm ċerti każi fejn ikollu jintervjeni l-gvern, u dan għax ikun diffiċli li wieħed jiġbor il-flus għax meta s-sid tal-plot ma jkunx ukoll is-sid ta` nofs it-triq, trid takkwista nofs it-triq u jekk min għandu nofs it-triq ma jbegħlekx dak in-nofs, ikollu jindaħal il-gvern.", "Il-gvern jindaħal u jesproprja pero` jiġbor il-flus mingħand is-sidien tal-plots li qed jifformaw dik it-triq partikolari.", "Pero` f'ċerti każi, il-gvern jaqbad u jesproprja permezz tar-roads department, li biex jipprova jħaffef il- proċess kemm tal-ftuħ tat-toroq kif ukoll tal-ħlas lis-sidien, ma jdaħħalx lil-lands fl-istadju inizjali.", "Biex kemm jista` jkun jaslu fi prezz, ir- roads department iħallas u jakkwista l-proprjeta` ta` dik it-triq, ħalli dik it-triq tkun tista` tinfetaħ.", "Meta dan ma jirnexxix allura jintervjeni l-lands, jagħmel l-esproprjazzjoni u mbagħad isir il-ħlas skond il-liġi ta` l-akkwist tal-proprjeta`.", "Din ma nafhiex direttament għax jiena m'iniex responsabbli għar-roads, imma naf x'jiġri meta r-roads department ma jkunx jista` jasal fi ftehim amikevoli mas-sid ta` l-art li tkun trid tiġi esproprjata biex tiġi fformata t-triq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nirriferi lill-Ministru għall- mistoqsija parlamentari li għamiltlu aktar kmieni din il-ġimgħa dwar Triq il-Qratas ġewwa s-Swieqi u ninformah li meta r-residenti għamlu indaġni, tar-roads department qalulhom li kienu qed jistennew li ssir l- expropriation min-naħa tad-dipartiment ta` l-artijiet.", "Biss mit-tweġiba li l-Ministru tani għall-mistoqsija li għamiltlu, jirriżulta li m'hemm l-ebda proċeduri għaddejjin biex jinbeda l-proċess ta' esproprjazzjoni ta` din it- triq.", "Veru li m'hijiex xi triq kbira u m'hemmx ħafna residenti, imma ovvjament l- iżvilupp tat-triq min-naħa tar-roads department ma jistax isir għar-raġuni li għadni kif semmejt.", "Jista' għalhekk il-Ministru jinvestiga biex jara jekk hemmx xi ħaġa teknika li qiegħda żżomm dan il-proċess milli jieħu l- kors tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inwiegħed lill-Onor. interpellant li ninvestiga dan il-każ għalkemm jista` jkun li għandhom raġun iż-żewġ dipartimenti, fis-sens li veru li d-dipartiment ta' l-artijiet irid joħroġ l-esporprjazzjoni pero' wara talba mir-roads department u wara li jgħaddu l- flus lid-dipartiment ta` l-artijiet sabiex isir l-esproprju.", "Dan qed isir għax qabel l-1993 kienu jsiru expropriations sew taħt amministrazzjoni Laburista u sew taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, mingħajr ma jgħaddu l- flus tad-dipartiment ta` l-artijiet biex jitħallsu s-sidien u mbagħad il- problemi jakkumulaw b'mod li bħalissa għandna miljuni ta` liri x'nagħtu lin- nies li ttiħdulhom l-artijiet żmien ilu.", "Fl-1993 il-gvern kien ħa inizjattiva, li issa qegħdin nagħmluha b'liġi, li malli ssir t-talba ma toħroġx expropriation order jekk id-dipartiment - jista` jkun tar-roads, tal-public works jew ta` l-arkeoloġija – ma jpoġġix mad-dipartiment ta` l-artijiet somma ta` flus li jidhirlu li għandha titħallas lis-sidien, li dik is-somma ma tidħolx fil-fond konsolidat imma titpoġġa f'below the line account ħalli għallinqas jkollna biex inħallsu għall-expropriations li saru f'dawn l-aħħar disa` snin.", "Jiġifieri l- problema kbira qiegħda fuq dawk l-expropriations li saru qabel l-1993 għax għal dawn jkollna niddependu fuq il-flus li l-parlament jivvota fil-budget li għalkemm żdiedu, m'humiex spettakolari.", "Jista` ikun li din hija l-problema fil-każ li semma l-Onor.", "Brincat, pero` nwiegħdu li naraha għax jekk saret it-talba u m'għaddewx il-flus, naraw jistgħux jgħaddu l-flus mir-roads department u allura mbagħad l- expropriation toħroġ minnufih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, jiena naf b'każ fejn nies li xtraw dar kienu ġew mwiegħda li t-triq issir mill-istess żviluppaturi.", "Issa llum dawn għandhom problema u t-talba hi li l-art tiġi esproprjata ħalli mbagħad issir mill-gvern.", "Jista`il-Ministru jgħid x'inhi l-prassi f'każi bħal dawn?", "MR SPEAKER: il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, il-prassi hi li l-gvern kemm jista` jkun ma joħroġ xejn bħala flus - u wieħed jifhem għaliex - biex jiġu fformati toroq għal dawn ir-residenzi privati.", "Ir-regola hija li biex inti jkollok il-permess għar-residenza privata, trid tobbliga ruħek li takkwista nofs it-triq.", "Issa f'ċerti każi ma jkunx hemm problema għax in-nofs tat-triq tkun ta' sid il-plot, imma meta ma tkunx ta' sid il-plot, trid tipprova tasal fi ftehim ma' sid dik l-art - li jista` jkun diffiċli għax ikun jaf li għandu bżonnha u allura jgħolli ħafna l-prezz - u jekk jagħti sodisfazzjon lid-dipartiment ta` l-artijiet li pprova u ma rnexxilux jakkwista nofs it-triq, allura toħroġ l-expropriation for the benefit of third parties.", "Din hija xi ħaġa li l-liġi espressament issemmiha għax tantiċipa din is-sitwazzjoni.", "Hawn qed nużaw poter li l-liġi tagħti lill-gvern pero` għall-benefiċċju privat għax se tinfetaħ triq pubblika imma fl-aħħar mill-aħħar biex tadempixxi obbligu xi persuna privata.", "F'dak il-każ allura, id-dipartiment ta` l-artijiet jistma dik l-art skond ir-regola tal-liġi u skond il-prattika tad-dipartiment ta` l-artijiet, jiġbor dawk il-flus mingħand sid il-plot u jgħaddihom lil sid l-art fejn se tiġi fformata t-triq, u jekk dan ta` l-aħħar jikkontesta l-ammont quddiem il-bord ta` l-artijiet u jekk il-bord jaqtagħha li jrid jingħata iktar kumpens is-sid tal-plot ikun obbligat li jżid il-kumpens li jkun ħallas lill-gvern.", "Pero` il-gvern ma jidħolx f'arranġamenti privati bħalma semmiet l-Onor.", "Cristina.", "F'każ bħal dak, min ikun xtara dar ikun jista` jfittex lill-iżviluppatur jekk jidħol f'xi spejjeż biex jakkwista nofs it-triq.", "Jiġifieri jekk jiena nkun għamilt kuntratt u l-iżviluppatur ikun obbliga ruħu li jakkwista nofs it-triq, u minħabba li l-iżviluppatur ma wettaqx l-obbigu kelli noħroġ il- flus biex il-gvern jesproprja dik il-parti tat-triq, allura jkolli azzjoni ta` rivalsa - biex nuża kelma teknika ta` l-avukati - kontra l-iżviluppatur li jkun begħli d-dar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista` il-Ministru ġentilment jgħidli fiex waslet l- iskema li kien ħareġ il-gvern biex bdiewa li kienu qed jaħdmu art li fuqha ma kellhomx titlu, jingħataw it-titlu?", "Jidhirli li b'risposta għal mistoqsija preċedenti, il-Ministru kien qalli li għal dak li jirrigwarda l- bdiewa tan-naħat tagħna, jiġifieri taż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn, dawn kellhom jiġu deċiżi sa nofs is-sajf.", "Jista` il-Ministru jgħid fiex waslu dawn il-każi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-iskema li semma l-Onor.", "Galea hija skema li applikaw għaliha 10,000 ruħ - tista` taħseb x'uġigħ ta` ras ħolqot lid-dipartiment ta` l-artijiet! - u d-dewmien huwa dovut għall-fatt li mill- ipproċessar ta` dawn l-applikazzjonijiet instabu ħafna nies li applikaw kif suppost japplikaw u huma applikazzjonijiet ġenwini, pero` nstab ukoll li kien hemm applikazzjonijiet oħrajn li ma kenux daqshekk ġenwini li jekk jiġu milqugħa nkunu qed niksru l-liġi.", "Għax dan il-parlament għal skop agrikolu biss jippermetti li nagħtu qbiela mingħajr tender fuq artijiet, Sur President.", "Inżid ngħid li s'issa ntgħażlu postijiet fejn m'hemmx ħafna applikazzjonijiet, partikolarment in-naħa tas-south, u jien informat li dalwaqt jibdew isiru l-ewwel kuntratti għax mhux fair li minħabba li hemm problemi f'oħrajn, f'dawk fejn m'hemmx problemi ma jibdewx isiru l- kuntratti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Peress li f'Raħal Ġdid ħafna mill-impjegati tal-ħabs qed jipparkjaw f'zoni li m'humiex provduti lilhom b'dannu għar-residenti ta` Triq il-Belt Valletta, jista` il-Ministru jieħu azzjoni biex dan ma jibqax isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni tal- ħabs ġed jiġri li qed jiżdied it-traffiku u l-ipparkjar tal-karozzi tan- nies li jmorru jżuru l-ħabsin, kif għandhom dover u dritt li jagħmlu.", "Bil-proġett il-ġdid konna kabbarna l-ispazju tal-parking pero` dan donnu għadu m'huwiex biżżejjed.", "Issa wieħed jara x'jista` jagħmel aktar milli għamilna s'issa bex forsi insolvu din il-problema.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta` Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "DIBATTITU DWAR L-INTERVISTA TA' L-OMBUDSMAN, IR-REAZZJONI TAL-GVERN DWARHA U L-UFFIĊĊJU TA' L-OMBUDSMAN (KONT.)", "MR SPEAKER: Navża lill-Kamra li għan-naħa tal-gvern fadal 49 minuta, filwaqt li għan-naħa ta' l-oppożizzjoni fadal 101 minuta.", "L-Onor.", "Helena Dalli hija in possession, s'issa ħadet 10 minuti.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, fis-seduta ta' dalgħodu kont qiegħda ngħid li kellu jkun ġurnalista li rnexxielu jiġbed l-attenzjoni tal-gvern għall-irregolaritajiet, il-ħniżrijiet u d-diskriminazzjoni li huma preżenti fl-awtoritajiet, u li aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni ilna s-snin insemmu.", "Minkejja l-insistenza kollha tagħna, dan il-gvern qatt ma ta widen għal dak li konna ngħidu.", "Kien dejjem mehdi jgħid li l-ħsieb tagħna huwa biss biex nagħmlu kritika distruttiva, meta fil-fatt aħna dejjem konna oppożizzjoni kostruttiva għax ninsabu viċin tal-poplu u dejjem ħdimna għall-ġid ta' dan in-nazzjon.", "Il-gvern kien ilu jinjora l-ħafna rapporti ta' l-ombudsman, u issa tkellem għax l-ombudsman iddeċieda li jagħti din il-famuża intervista li grazzi għaliha, illum qegħdin nitfgħu l-attenzjoni fuq din l-istituzzjoni tant importanti għall-pajjiż.", "B'hekk, min qiegħed jismagħna u min jaqra r- rapporti tas-seduta parlamentari qiegħed jifhem aħjar dak li qiegħed jiġri f'dan il-pajjiż, u qiegħed jikkonferma li dak li ilha snin twal tgħid l- oppożizzjoni huwa r-realta` li qegħdin jgħixu fiha ħafna nies.", "Fis-seduta ta' dalgħodu, l-Onor.", "Tonio Borg qal li l-gvern irreaġixxa għal din l-intervista għaliex huwa gvern ħaj.", "Gvern ħaj għax kellha tinġibidlu l- attenzjoni minn ġurnalista li ħass li għandu jintervista lill-ombudsman?", "Il- gvern Nazzjonalista kien ikun verament gvern ħaj kieku rreaġixxa għar- rapporti u għall-kritika ta' l-ombudsman u kieku pprova jsewwi l-ħsara li qiegħed jaċċenna għaliha l-ombudsman.", "Gvern ħaj m'huwiex dak il-gvern li tul is-snin kollha li ilha mwaqqfa l-istituzzjoni ta' l-ombudsman, qatt ma ta kas tar-rapporti li din kienet tagħmel, imbagħad għax ingħatat intervista fuq gazzetta lokali, iddeċieda li jirreaġixxi.", "Il-membri tal- partit Nazzjonalista qegħdin jgħidu li huma rreaġixxew għal din l- intervista mhux għax jinsabu rrabjati għal dak li ntqal pubblikament, imma għaliex huma gvern ħaj.", "Hekk ikun gvern ħaj, l-ewwel jimsaħ saqajh fir- rapporti, imbagħad għax ingħatat intervista, jirreaġixxi bil-mod li bih irreaġixxa l-gvern preżenti?", "Mr Speaker, il-Prim Ministru ħa għalih għax l-ombudsman, fl-intervista uża t-terminu \"ħbieb tal-ħbieb\", u qal li l-ombudsman qiegħed ikun politiku għax dan it-terminu jiġi użat mill-oppożizzjoni Laburista.", "Qal li din hija konferma li dan l-ombudsman huwa partiġġjan.", "Allura l-Prim Ministru ma jafx li \"ħbieb tal-ħbieb\" huma suġġett soċjoloġiku li ilna s-snin nisimgħu dwaru?", "Jien nixtieq li kieku nista' ngħid li dan ivvintajnih aħna l-partit Laburista, imma ma nistax ngħid hekk għax dan m'huwiex kunċett oriġinat minna.", "Insemmi lil Jeremy Boswain, studjuż li għex għal ħafna żmien hawn Malta, u li wieħed mill-kotba li kiteb huwa proprju studju dwar dan il- kunċett ta' friends of friends.", "Il-Prim Ministru mingħalih li għamel xi skoperta kbira għax qal li t- terminu \"ħbieb tal-ħbieb\", li għamel aċċenn għalih l-ombudsman, huwa l- istess terminu li jintuża mill-oppożizzjoni Laburista.", "Ma jafx il-Prim Ministru li dan il-kunċett intuża minn ħafna nies qabel ma bdejna nużawh aħna, fosthom Ċensu Tabone meta kien ministru?", "Allura dan ifisser li Dr. Tabone huwa Laburista?", "Dr. Tabone m'ilux mijiet ta' snin li nqata' mix-xena politika, m'huwiex xi back-bencher, iżda fil-bijografija tiegħu, miktuba minn Henry Frendo, dan qal:", "\"The leadership could risk becoming a regime or a dynasty in a second- class democracy.", "Giving a party a carte blanche would tempt it to operate like a mafia.\".", "Iva, Dr. Ċensu Tabone qal li meta d-duration ta' leadership tkun ta' iktar minn 10 snin, il-gvern jispiċċa biex isir mafja.", "Il-kunċetti ta' mafja u ħbieb tal-ħbieb huma kollha realtajiet.", "Allura b'liema loġika l-Prim Ministru wasal għall-konklużjoni li għax l-ombudsman uża din it- terminoloġija, ifisser li s-Sur Sammut huwa Laburist u partiġġjan?", "Issa qiegħda nuri lill-Onor.", "Fenech Adami, billi kkwotajt lil soċjologu internazzjonali u lil Dr. Ċensu Tabone, li t-tnejn użaw din it- terminoloġija, tant li dan ta' l-aħħar mar pass 'il quddiem u kkwalifika t- terminu \"ħbieb tal-ħbieb\" bħala \"mafja\", li dan il-kunċett m'huwiex partiġġjan imma huwa r-realta` ta' pajjiżna.", "Jekk il-Prim Ministru se jibqa' jgħid li għax l-ombudsman uża din it-terminoloġija, ifisser li huwa partiġġjan, jien inħalli f'idejn min qiegħed jismagħna biex jiddeċiedi dwar min għandu raġun.", "Meta nisma' lill-Prim Ministru jargumenta b'dan il-mod, nirrealizza kemm m'għandux argumenti x'jagħmel, għax il-fatt li uża l-ħin allokat lili biex jasal għal konklużjonijiet bla sens u patetiċi ma jfisser xejn għajr li m'għandux argumenti xi jressaq.", "Meta aħna nirriferu għal dan il-kunċett tal-ħbieb tal-ħbieb, il-Prim Ministru jieħu għalih, u allura jien nixtieq nistaqsih kif per eżempju l-Kabinett jiddeċiedi li persuna li ġiet aggredita serjament għandha tingħata kumpens ta' Lm30,000, filwaqt li persuna oħra għandha tingħata tliet maħfriet għax għandha kwalitajiet tajbin u kwalitajiet inqas tajbin?", "U x'inhuma dawn il-kwalitajiet inqas tajbin?", "Jaf il-Prim Ministru kemm din il-persuna ġabet tbatija lil ħaddieħor b'dawn il-kwalitajiet inqas tajbin?", "U billi din il-persuna ingħatat tliet maħfriet, aħna tgħallimna xi ħaġa, fhimna xi ħaġa, qrobna lejn xi forma ta' verita`?", "Jekk il-Prim Ministru jrid jikkonvinċina li f'dan il-pajjiż ma naħdmux bil- ħbieb tal-ħbieb, jirrispondi dawn il-mistoqsijiet.", "Kieku b'dawn it-tliet maħfriet ħadna xi ħaġa, kieku permezz tagħhom wasalna biex insolvu xi każ, forsi wieħed jasal biex jiġġustifikahom, imma la ma nbidel xejn, allura bilfors wieħed jikkonkludi li dawn ingħataw minħabba l-ħbieb tal-ħbieb, għax kieku din il-persuna kienet ħaddieħor, żgur li ma kinetx tgħaddiha daqshekk lixxa.", "Jien naħseb li l-Prim Ministru jinsab għaddej minn stress qawwi, għax ċerti affarijiet li qiegħed jgħid....", "Per eżempju f'intervista li ta, semma' lil Francis Fukuyama, li kiteb il-ktieb li jġib l-isem ta' \"The disruption of society\", fejn fih qal li d-dinja tinsab miexja minn komunita` għal soċjeta`.", "Allura l-Prim Ministru jinsab moħħu mistrieħ li huwa għalhekk li aħna qegħdin nitilfu l-valuri.", "Fir-rigward ta' ċerti valuri, huwa l- kompitu tal-gvern li jara li jsostnihom u jipprovdi l-makkinarju neċessarju biex dawn jissaħħu.", "F'dik l-istess intervista, il-Prim Ministru kkwota dawk il-partijiet fejn Fukuyama jenfasizza fuq l-importanza li aħna nibnu l-istituzzjonijiet, ir- regoli u l-liġijiet neċessarji biex nilqgħu għal din id-disruption of society, u mhux naċċettawha.", "Iżda aħna għażilna li nagħmlu bil-maqlub u minflok insaħħuhom, lil dawn l-istituzzjonijiet qegħdin indgħajjfuhom.", "Allura kif jista' l-Prim Ministru jserraħ moħħu għax ninsabu mexjin minn komunita` għal soċjeta`?", "Jista' jgħidli x'fiduċja wieħed jista' jkollu fl- istituzzjoni tal-qorti, meta jara din il-laxkezza kollha?", "U l-istorja komplejna għaddejjin biha sa dan is-sajf stess.", "Ma waqafniex sa Queiroz, wieħed mill-ikbar traffikanti tad-drogi fid-dinja, li nqabad hawnhekk, weħel sentenza ta' ħabs u wara ftit intbagħat lura lejn pajjiżu.", "F'dan is- sajf rajna x'inhuma kapaċi jixtru l-flus tad-drogi, imma jekk l-eżempju ħażin qiegħed jingħata minn fuq, ma jista' jsir xejn.", "Il-pulizija jinsabu ddisprati għax filwaqt li jegħrqu l-għaraq tad-demm biex isibu prova ħalli jaqbdu lil xi ħadd, traffikant tad-drogi tal-prima klassi inħeles u ntbagħat lura lejn pajjiżu b'daqqa ta' pinna tal-gvern.", "Fukuyama, fil-ktieb tiegħu qal li biex is-soċjeta` ma tibqax tiġi disrupted, hemm bżonn li jissaħħu l-istituzzjonijiet, iżda aħna qegħdin nagħmlu bil-maqlub, minflok insaħħuhom qegħdin indgħajjfuhom, għax minkejja li qbadna traffikant kbir tad-drogi, wara ftit bgħatnih jixxemmex fil- Brażil, u fir-rigward ta' l-ombudsman, minflok analizzajna bis-serjeta` r- rapporti li dan għamel, attakkajnih qatta' bla ħabel.", "Dan il-gvern hekk iħobb jimxi, l-ewwel jinjora r-rapporti kollha, jitfagħhom taħt it-tapit qishom qatt ma kienu xejn, imbagħad jekk tiġi ppubblikata xi ħaġa high profile fil-gazzetta tal-Ħadd, jibda joqmos!", "Allura jien ngħid kif jista' jkollna fiduċja fil-qrati meta r-riħa tinten ta' korruzzjoni tinsab ġejja minn fuq nett?", "Kif jista' jkollna moħħna mistrieħ li persuna li wettqet att kriminali fuqna jew fuq uliedna, se tieħu dak li ħaqqha?", "Kif jista' jkollna fiduċja meta traffikant ieħor tad- droga, minkejja li kien qiegħed jiġu mgħasses one-on-one fl-isptar, irnexxielu jaħrab?", "Min qiegħed ikissirhom lill-istituzzjonijiet?", "GĦaliex niġu hawnhekk ngħidu li nistgħu nserrħu moħħna li dan it-tgerfix li jinsab għaddej ġej kollu mill-fatt li issa m'għadniex komunita` imma sirna soċjeta`?", "Huwa veru li s-soċjeta` tagħna saret iktar kumplessa, u fil-fatt huwa minħabba f'hekk li hemm bżonn insaħħu lill-istituzzjonijiet li jirregolaw lil din l-istess soċjeta`, fosthom l-istituzzjoni ta' l- ombudsman, li hija istituzzjoni importanti ħafna biex tirregola l-mod kif naħdmu ma' xulxin.", "Iżda minkejja li Fukuyama jgħid dan ukoll, il-Prim Ministru ma tax kas ta' din il-parti, u ffoka biss fuq il-fatt li issa ninsabu fil-perjodu fejn qegħdin niċċaqilqu minn komunita` għal soċjeta`, u serraħ rasu li t-taħwid u t-tgerfix li hawn ġej kollu minn dan il-fatt.", "X'jiswa li l-gvern jiftaħar li f'pajjiżna hawn istituzzjoni ta' l- ombudsman, jekk imbagħad ma jagħtix kasha.", "Kellu jkun ġurnalista biex qajjem dan il-furur kollu u rnexxielu jiġbed l-attenzjoni tal-gvern, li ħadha bi kbira għax l-ombudsman ta din l-intervista.", "Imma kieku ma sarx hekk, m'aħniex qegħdin niddiskutu din l-issue ta' l-ombudsman f'dan il- parlament, avolja issa, bħalma jiġri dejjem, il-gvern se jipprova jmewwew lil din l-istorja.", "Fis-seduta ta' dalgħodu, l-Onor.", "Austin Gatt tkellem dwar il-filosofija tad- deċentralizzazzjoni tal-poter ta' l-istat, u qal li t-twaqqif ta' dawn l- istituzzjonijiet huwa xhieda ta' din id-deċentralizzazzjoni tal-poter.", "Fl- opinjoni tiegħi, huwa iktar perikoluż li wieħed iwaqqaf istituzzjoni finta biex jagħti semplenza ta' demokrazija, milli ma jagħmel xejn.", "Huwa aħjar li ċ-ċittadini jkunu jafu fiex qegħdin milli jitwaqqfu istituzzjonijiet u jsir ħafna diskors dwar id-demokrazija, biex il-poplu jingħata x'jifhem li taparsi qiegħed jgħix f'demokrazija, imbagħad ir-realta` tkun xort'oħra.", "Iva, dan huwa iktar perikoluż milli wieħed ikun ċar u jgħid li jrid isir kif jgħid hu.", "Jekk wieħed jagħmel analiżi ta' fejn qiegħed verament il- poter, malajr jinduna fejn dan jieqaf, jiġifieri l-ħafna paroli li qal l- Onor. Gatt dwar il-filosofija ta' deċentralizzazzjoni tal-poter m'hu minnu xejn.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, dalgħodu qal ukoll li anke t- twaqqif ta' l-awtoritajiet huwa parti minn din id-deċentralizzazzjoni tal- poter, għax permezz tagħhom, mhux se jibqa' kollox fid-dipartimenti u fil- ministeri.", "Aħna għandna l-vantaġġ li naraw fejn waslu pajjiżi oħra b'din is-sistema, imma donnu li dan il-gvern, fejn jaqbillu biss isegwi x'qiegħed jiġri barra.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżi barranin nindunaw li dawn qegħdin jaraw kif se jnaqqsu lil dawn l-awtoritajiet, filwaqt li aħna ninsabu mehdijin inżiduhom.", "Fil-fatt, f'\"The Times\" ta' Londra ta' nhar il-Ħadd li għadda deher artiklu proprju dwar il-problemi li għandha l-Ingilterra minħabba dawn l-awtoritajiet li nħolqu tul is-snin, tant li l-Public Administration Committee tal-House of Commons qiegħed jinvestigahom waħda waħda ħalli jara x'jista' jsir, għax l-Ingilterra assolutament tilfet il- kontroll ta' dawn l-awtoritajiet.", "Allura aħna m'għandna nitgħallmu xejn minn din l-esperjenza?", "Hawn Malta mhux talli ma jeżistix kumitat li jeżamina l-operat ta' dawn l- awtoritajiet, talli għal kull ħaġa żgħira niddeċiedu li noħolq awtorita`, minflok insaħħu lid-dipartimenti kif kien għamel gvern Laburista.", "Aħna nafu li l-eħfef ħaġa hija li titwaqqaf awtorita` ġdida, iżda aħna ma ridniex nagħmlu hekk, u għal ħafna raġunijiet, fosthom li nies mid- dipartiment jingħataw pagi ħafna ogħla minn dawk li jkollhom fid- dipartiment, biex imorru jaħdmu fl-awtorita`, bl-iskuża li se jsiru iktar effiċjenti.", "Imma skużi, jekk persuna kienet tajba fid-dipartiment, se tkun tajba fl-awtorita`, u jekk kienet ħażina fid-dipartiment, fl-awtorita` se tibqa' ħażina, avolja se tingħata paga iktar għolja.", "Is-sigriet taċ-ċivil huwa l-mod ta' kif dan jitħaddem, għax jekk jitħaddem b'sistema tajba, se jagħti xogħol tajjeb, imma jekk jitħaddem b'nies mhux motivati, se jagħti xogħol ħażin.", "Meta l-partit Laburista tela' fil-gvern, għall-ewwel darba mill-1987 'l hawn, il-ħaddiema tal-gvern intbagħtu jaħdmu fuq proġetti kapitali, għax fi żmien gvern Nazzjonalista, kollox kien isir mill-kuntratturi u t-taxpayer kien iħallas lill-kuntrattur u lill-ħaddiem tal-gvern.", "L-ewwel darba li l- ħaddiema tal-gvern intbagħtu jaħdmu fuq proġetti kapitali, they rose to the occasion, għax kienu motivati.", "Sfortunatament, issa erġajna lura għal dak li kien jiġri qabel.", "Fis-seduta ta' dalgħodu l-ministru qal li l-awtoritajiet inħolqu biex il- poter tal-gvern jitnaqqas.", "Jien ngħidu li l-poter tal-gvern ma jitnaqqasx billi fl-irjus ta' dawn l-awtoritajiet jitpoġġew l-irġiel ta' għajnejhom blu biex jagħtu jobs for the boys and girls, b'salarji fenomenali.", "Din il- biċċa tax-xogħol qiegħda tkun he who pays the piper plays the tune, għax il- ħabel xorta minn Kastilja qiegħed jinġibed, jiġifieri dawn huma kollha skużi.", "M'huwiex veru li l-awtoritajiet qegħdin jitwaqqfu biex inaqqsu mill-poter tal-gvern, anzi permezz tagħhom, il-poter tal-gvern żdied għax fihom qiegħed ipoġġi nies minn tiegħu, uħud minnhom li sfaċċatament, kontra kull etika, ma' l-ewwel ċans li jkollhom tarahom jiktbu fil-gazzetti kontra l-partit Laburista u jinsew li huma qegħdin hemmhekk għall-poplu kollu u li jitħallsu mit-taxxi tal-Maltin kollha.", "Din hi s-serjeta` li hawn f'dan il- pajjiż!", "Imbagħad jiġi l-ministru jgħid li l-gvern tiegħu qiegħed joħloq lil dawn l- awtoritajiet biex inaqqas mill-poter tiegħu!", "L-ewwel li jrid jara huwa lil min ipoġġi f'dawn l-awtoritajiet!", "Irid jara li min irid jagħti rigal talli għenu fl-elezzjoni, talli ħareġ kandidat!", "Dan hu dak li rridu naraw!", "U jekk nagħmlu lista ta' min hemm fuq nett f'dawn l-awtoritajiet, malajr nindunaw li dan li qiegħda ngħid huwa kollu minnu!", "Biex il-ministru jitwemmen meta jgħid li dawn l-awtoritajiet qegħdin jinħolqu biex jitnaqqas il-poter tal-gvern, fihom irid ipoġġi nies għal x'jaf mhux għal lil min jaf.", "Iktar ma l-Ministru Gatt u l-Prim Ministru jitkellmu dwar id-demokrazija, iktar naraw kemm qegħdin jagħmlu bil-maqlub, imma jibqgħu jħambqu fuq id-demokrazija biex idaħħluha f'moħħ il-poplu.", "Jgħidu llum u jgħidu għada, fl-aħħar se tidħol f'moħħna u se nibdew ma natgħux kas ta' x'ikun qiegħed jiġri, se nibdew nemmnu li t-twaqqif ta' l- awtoritajiet, ta' l-ombudsman eċċ., qiegħed isir biex ikun hawn id- demokrazija.", "Iva, ftit ftit qegħdin nispiċċaw biex ngħixu fil-ħolma li jridna ngħixu fiha dan il-gvern.", "Fejn hi d-demokrazija?", "Fl-ingaġġ tal-ħaddiema ma' l-Air Malta?", "Jien nistaqsi jekk hawn xi membru min-naħa ta' l-oppożizzjoni li matul dan is- sajf ma ġiex avviċinat minn persuni li minkejja li kellhom il-kredenzjali biex jaħdmu bħala casuals ma' l-Air Malta, ma ntagħżlux għax għandhom twemmin Laburista.", "Illum anke biex persuna tmur taħdem jumejn bħala extra fuq is-set ta' xi film li jkun qiegħed jinġibed f'pajjiżna, ukoll trid karta mingħand il-ministru.", "U l-Ministru Gonzi u l-Onor.", "Hyzler, li qegħdin hawn quddiemi, jafu tajjeb x'qiegħda ngħid!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER(Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, l-Onor.", "Dalli qiegħda tallega li dawk in-nies li jaħdmu bħala extras fil-films li jkunu qegħdin jinġibdu f'pajjiżna jkollhom bżonn karta mill-Ministru responsabbli mill-films biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Jien nistieden lill-Onor.", "Dalli – biex ma ngħidx nisfidaha – biex tipproduċi karta waħda li turi li jien, bħala l-persuna responsabbli minn dan is-settur, qiegħed ngħid biex xi ħadd partikolari jiġi mpjegat bħala extra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli tista' tkompli bl-intervent tagħha.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien mhux lil ministru wieħed semmejt, iżda għedt li dawn in-nies iridu karta mingħand il-ministri.", "Mhux kif għedt inti se nagħmlu, Onor. Hyzler, iżda la javviċinani xi ħadd li jkun jixtieq jaħdem bħala extra, nibagħtu għandek biex jikkonfermalek hu li ġie mitlub karta mingħand il-ministru.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru on a point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nitlob lill-Onor.", "Dalli biex tgħidli min, kif u għaliex, ħalli ninvestiga issa stess.", "Pero' issa trid tgħidli dan, għax l-allegazzjoni issa qiegħda tagħmilha.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Bħalissa m'għandix il-file miegħi.", "La jkun f'idejja ngħidlek min huma n-nies li qaluli dan.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela ġib il-file u għidli issa, ħalli ninvestiga.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Dawn in-nies qaluli li wara li kien hemm min qagħad jeħdilhom ir-ritratti biex jara jekk humiex tajbin biex jagħmluha ta' extras jew le, imbagħad intalbu jipproduċu karta mill-ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien inkun fil-każin Laburista, fejn dawn in-nies jiġu biex jgħiduli b'dawn il-ħniżrijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa jimporta ma tkomplux teħduli mill-ħin tiegħi?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Hyzler on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: F'pajjiżna kien hawn sistema fejn biex persuna tibda taħdem fil-qasam tal-films, kien ikollha tirrikorri fil-każin Laburista tal-lokal u tħallas il-flus hemmhekk.", "Aħna ppruvajna neqirdu lil din is-sistema.", "(Interruzzjonijiet) Jien ninsab lest li nissostanzja dan appena l-Onor.", "Dalli tissostanzja l-allegazzjoni li għamlet hi.", "(Interuzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli tista' tkompli bl-intervent tagħha.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mela jien nagħmel l-istess talba li għamilli l- Ministru Gonzi, u ċioe` biex l-Onor.", "Hyzler jippreżenta d-dokumenti li jixhdu dak li għadu kif qal.", "(Interruzzjonijiet) Mela qegħdin wieħed b'wieħed!", "Fuq kollox, xorta ma naċċettax il-fatt li jekk xi darba sar il- ħażin, għandu jerġa' jsir il-ħażin, għax two wrongs don't make a right!", "(Interruzzjonijiet) Intom għandkom id-drawwa li minflok tħarsu 'l quddiem, issemmu s-snin 70 u 80, u dan tagħmluh għax m'għandkomx argumenti.", "Jekk irridu verament naħdmu għall-ġid ta' dan il-pajjiż, irridu nħarsu 'l quddiem u nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta`, mhux bil-pulċinellati.", "Semmejt lill-Air Malta, u iva, lesta li nibgħathom lil dawk in-nies li qaluli li m'għandhomx ċans jiġu ngaġġati bħala ħaddiema fis-sajf għax huma Laburista.", "Fuq kollox, din il-kwestjoni ta' l-Air Malta ġiet investigata saħansitra mill-ombudsman, imma mid-dehra, il-membri tal-gvern ma jitkellmux man-nies, għax kieku ma jiskantawx b'dawn l-affarijiet.", "Iva, fir-rigward ta' l-Air Malta, l-ombudsman tana raġun u kkonferma li iva, biex persuna tidħol taħdem ma' din il-kumpannija trid tkun Nazzjonalista.", "U issa nitolbu jinvestiga l-kwestjoni tal-films ukoll!", "(Interruzzjonijiet)", "Rigward l-Armata wkoll se tqumu tagħmlu point of order, Onor. Hyzler u Onor. Gonzi?", "GĦidulna kif il-Brigadier ibiddel lill-goalposts biex jimpjega persuni Nazzjonalisti!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Hyzler on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Qiegħed nagħmel point of order fuq stedina ta' l- Onor. Dalli.", "Ħafna min-nies li kellmu lili biex jidħlu jaħdmu fl-Air Malta, u li nista' nikkonferma li huma ta' twemmin politiku Nazzjonalista, effettivament ma daħlux.", "(Interruzzjonijiet) Issa ma nafx jekk humiex Nazzjonalisti, pero' ma daħlux.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mela m'intix mogħni biżżejjed.", "Jiddispjaċini, mela għandek bżonn promotion!", "(Interruzzjonijiet) La qiegħed tgħid hekk, allura m'humiex qegħdin jikkalkolawk!", "(Interruzzjonijiet) Minbarra l- esperjenza hands-on ta' nies li kuljum jirrikorru għandna u jgħidulna li qatgħu qalbhom li għad jidħlu jaħdmu ma' l-Air Malta għax m'humiex Nazzjonalisti, għandna r-rapport li għamel l-ombudsman dwar dan il-każ.", "Issa jiddeċiedi l-poplu!", "Fir-rigward ta' l-Armata, l-istess, jiġu nies jgħiduli li minkejja li għandhom iktar punti minn ħaddieħor, ġew maqbuża.", "L-ombudsman investiga dawn il-każi wkoll.", "Dan il-gvern ma jagħtix kas tar-rapporti ta' l- oppożizzjoni.", "Lanqas tar-rapporti ta' l-ombudsman ma jagħtu kas.", "Kellha tkun intervista f'gazzetta tal-Ħadd li qajjmitu mir-raqda.", "Imbagħad jiġi l- Ministru Tonio Borg u jgħid li rreaġixxew għax huma gvern ħaj!", "Kieku kienu gvern ħaj, ilhom erba' snin jirreaġixxu!", "Fejn huma l-ġid, fiduċja u direzzjoni?", "U l-fiduċja wkoll ħadna minn ktieb ieħor il-Prim Ministru, għax hekk iħobb jagħmel.", "Fukuyama kiteb \"The Disruption of Society\", li minnu l-Prim Ministru kkwota l-fatt li d-dinja tinsab miexja minn komunita` għal soċjeta`, u kiteb ukoll il-ktieb \"Trust\", li tfisser fiduċja.", "Iva, il-Prim Ministru jaqbad it-titli tal-kotba, ibandalhom 'l hemm u 'l hawn, jagħmel kollox għad-deher u għall- konvenjenza, imbagħad meta wieħed ifittex ma jsib xejn, għax ħlief b'istituzzjonijiet, bi strutturi u b'devoluzzjoni tal-poter ma jismax.", "Fejn hi d-demokrazija, jekk anke biex persuna taħdem bħala loader ma' l-Air Malta trid l-imbottatura tal-ministru?", "Fejn hi d-devoluzzjoni tal-poter?", "Fejn hi s-sistema ta' x'taf u mhux lil min taf?", "Fid-diskors li għamel il-Prim Ministru qal li l-ombudsman m'għandux jippretendi li wara li tkellem mal-ġurnalisti, ma jkunx hemm reazzjoni min- naħa tal-gvern.", "Allura kull darba li jitkellem, il-Prim Ministru dejjem ipoġġi lilu nnifsu f'kaxxa?", "Meta qiegħed jgħid hekk, il-Prim Ministru qiegħed jammetti li r-reazzjoni saret għax l-ombudsman tkellem mal-media.", "Lill-ombudsman dan il-gvern qiegħed jgħdlu li ir-rapporti kollha li jagħmel, in-nies li għandu miegħu biex jagħmlu dan ix-xogħol u l-paċenzja li jieħu biex janalizza l-każijiet li jidħlulu, huma kollha għalxejn.", "Mela allura l-ombudsman jaqbillu jkompli jitkellem mal-ġurnalisti, għax b'hekk biss jista' jkollu reazzjoni!", "L-ebda analiżi u kritika li ssir min-naħa ta' l-oppożizzjoni, kemm fi żmien il-budget kif ukoll matul is-sena kollha, ma jqanqlu lil gvern biex jagħti r-reazzjoni tiegħu.", "L-uniku mod li bih dan il-gvern iċċaqlaq kien billi l- ombudsman ta intervista lil gazzetta lokali.", "Dan ikkonfermah il-Prim Ministru stess meta qal lill-ombudsman li la hu għoġbu jitkellem mal-media, m'għandux għalfejn jeħodha bi kbira għax il-gvern irreaġixxa.", "Allura l- parir tiegħi hu li l-ombudsman ikompli jitkellem mal-media biex forsi f'dan il-pajjiż issir xi ħaġa.", "Issa anke aħna, minflok niġu nagħmlu xogħlna f'din il-Kamra, minflok naqraw ir-rapporti u nanalizzaw x'inhuma s- sitwazzjonijiet, nibdew nitkellmu mal-media, għax b'hekk biss nistgħu nġiegħlu lill-gvern jirreaġixxi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, ma jistax jonqos li l-oppożizzjoni għorkot xi ftit idejha hekk kif qrat din l-intervista, ovvjament għaliex fiha kien hemm ċerta kritika fil-konfront tal-gvern.", "Dan lili ma jiskantani xejn.", "Lanqas ma jista' jonqos li l-gvern jirreaġixxi għall- kontenut u għat-ton użat f'din l-intervista, li żgur ma kinetx f'lokha.", "Naħseb li lkoll għandna naqblu li uffiċjali tal-Parlament m'għandhomx jirrikorru għal dan it-tip ta' primadonniżmu, anke minħabba l-mod ta' kif dawn jiġu nominati.", "Qiegħed ngħid dan għax persuni bħas-Sur Sammut, li kienu jgawdu l-fiduċja tal-Parlament kollu, iġorru piż speċjali.", "Il-pajjiż laħaq ċerta maturita`, u qiegħed nirriferi għall-pajjiż kollu għax in- nomini ta' dawn il-persuni ma sarux biss mill-partit Nazzjonalista fil- gvern, iżda kien hemm ċerti nomini li saru minn gvern Laburista, fejn jien pubblikament irrikonoxxejt il-pass għaqli ta' gvern Laburista li jżomm ċerti persuni ta' ċertu kulur politiku f'karigi sensittivi, meta sfortunatament, ta' pajjiż inqas matur li konna ftit taż-żmien ilu, kellna t-tradizzjoni li meta jitla' gvern ġdid, jitfa' lil kulħadd 'il barra u jdaħħal lin-nies tiegħu.", "Qed ngħid dan għax id-dispjaċir tiegħi minn dan l-inċident kollu huwa – naħseb li dan huwa l-uniku dispjaċir tiegħi - li meta s-Sur Sammut kien igawdi l-fiduċja tal-parlament għażel dak it-ton u dak il-kontenut biex għamel attakk bħal dan.", "Dan kellu l-mezzi tiegħu kif jagħmlu.", "Issa forsi jkun hawn min igħidli illi kieku ma tkellimx fil-gazzetta ma konna niddiskutu xejn fil-parlament pero' jien ngħid li mhux veru.", "Kulħadd kien liberu biex iqum u jipproponi li niddiskutu r-rapport ta' l-ombudsman pero' li nixtieq li npoġġu fil-perspettiva hu l-fatt li minn dawk il-mijiet u eluf ta' każijiet li tkellimna fuqhom ̧ sitta biss ma ġewx implimentati mill-gvern.", "Huwa għalhekk li jien kważi nħossni nsulentat.", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-kollega tiegħi qed jimmiżlidja lill-Kamra meta qed isemmi sitt każijiet biss.", "Meta l-ombudsman qed isemmi s-sistema ta' l-appuntamenti fl-armata, is-sistema ta' l-appuntamenti fl-Air Malta ̧ l- infiq bla kontroll u l-appuntamenti tal-personnel fl-awtoritajiet qed jirriferi għal mijiet ta' każi.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jekk l-ombudsman kien qed jagħmel kumment politiku ġenerali fejn ikkritika s-sistemi li ma kenux taħt l-investigazzjoni tiegħu allura l-każ isir aktar gravi u serju għax il-każijiet jew investigahom jew inkella ma nvestigahomx.", "Li qed ngħid huwa li fir-risposta li ta għall- mistoqsija parlamentari li saret ftit taż-żmien ilu qal li f'seba' snin li fihom ilu nominat ombudsman kienu sitta r-rakkmandazzjonijiet li għamel u li l-gvern ma aċċettax.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li npoġġu saqajna ma' l-art u nkunu nafu x'qegħdin nagħmlu.", "Dan il-bniedem li sa ftit ilu kien igawdi r-rispett ta' kulħadd ̧ inkluż tiegħi ̧ għamel dan il-plejtu kollu fuq dawn il-każijiet.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vella, ħalli ngħidlek x'jinkwetani u naħseb li jinkwieta lilek ukoll.", "Aħna kollha kemm aħna għandna partitarji ferventi u xi ħaġa bħal din jeħduha bi kbira.", "Dan japplika għal tan-naħa l-oħra wkoll għax l-ewwel ħaġa li qalu meta telgħu fil-gvern fl-1998 kienet li darb'oħra jaqdu lin-nies tagħhom biss.", "Aħna kollha jkollna l-pressures tagħna għax in-nies ta' madwarna jippretendu li huma jiġu nominati f'kollox u jieħdu l-impjiegi kollha pero' din hija xi ħaġa ħażina u għandna nirreżistuha.", "(Interrruzzjonijiet) Mhux veru!", "MR SPEAKER: Onor. Hyzler, indirizza lis-Sedja.", "Inżommu l-ordni.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien għalhekk irreaġixxejt għal dak li kienet qed tgħid l-Onor.", "Dalli għax jien naf, kif jaf l-Onor.", "Vella, li aħna nirreżistu dik it-tip ta' pressure.", "Mhux veru!", "(Interruzzjonijiet) Jien nirrikonoxxi li meta tan-naħa l-oħra kienu fil-gvern għamlu l-isforzi tagħhom kollha kif għamilna aħna.", "(Interruzzjonijiet) Jien stess irrikonoxxejt li tan-naħa l-oħra għamlu sforzi kbar biex din is-sistema jeqirduha.", "Aħna nixtiequ li nistgħu neqirduha wkoll imma dan ikun pass lura.", "Dak li qed nipprova nispjega jien huwa li meta s-Sur Sammut jidħol fl-arena politika, ixammar il-kmiem ̧ jibda jitkellem qisu politiku u jibda jagħti raġun ...", "(Interruzzjonijiet) Jien din irrid nirreżistiha għax ma rridtx li nerġgħu mmorru lura għal dawk iż-żmenijiet fejn in-nies ta' madwarna jgħidu li poġġejna wieħed minn tagħhom biex ma' l-ewwel ċans li jkollu jagħtina daqqa ta' stallett!", "F'seba' snin dan kellu sitt każijiet li l-gvern ma mplimentax jiġifieri każ fis-sena, inkluż il-perijodu li tan- naħa l-oħra kienu fil-gvern.", "Jien ma nixtieqx intawwal għax qed nieħu l-ħin minn ta' sħabi pero' nixtieq ngħid din biss.", "Huwa żball li ninkoraġġixxu l-prima donniżmu fin-nies li jridu jgawdu l-fiduċja taż-żewġ naħat għax ma nsibux nies li joqogħdu f'dawn il-karigi.", "Dak li jiġri jekk lil dawn in-nies nibdew nagħtuhom il- lala li joħorġu mit-terms of reference tagħhom u jibdew jieħdu gost jidhru huma quddiem il-camera tat-television.", "Malli jibda jiġri dan, il-fiduċja li nibdew nibnu bil-mod il-mod għal dawn in-nies inkunu qed innaqqruha.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vella inti taf x'qed ngħid!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jiena se nikkonkludi dan id- dibattitu min-naħa tal-gvern, dibattitu li fih kellna interventi ta' ministri u deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, u fejn jiena naħseb li ċerti interventi mill-ewwel juru x'kien ir-riżultat ta' din il-kontroversja u cioe` li rrovinajna kollox.", "(Interuzzjonijiet) Daqshekk sempliċi!", "U issa ngħid min hu l-bravu ta' dan kollu, għaliex din mhux il-gvern bdiha u kollox beda b'xi ħaġa definittiva.", "Mela ħa nibda nsemmi l-punti tiegħi, Sur President.", "Aħna llum qed niddiskutu dawn l-affarijiet u ddedikajna ħames seduti fuqhom għaliex l-ombudsman għoġbu jagħmel intervista.", "Issa m'hemm xejn ħażin billi għamel dan imma l-kontenut ta' dik l-intervista kien kontenut li bilfors kellna nwieġbu għalih.", "Mela qegħdin niddiskutu l-intervista ta' l- ombudsman, it-tweġiba u r-reazzjoni tal-gvern u - għax ovvjament ma tistax taħrab minnha – l-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "Jien irrid ngħid li anke issa fl-għeluq ta' dan id-dibattitu, jien nasal għall-konklużjoni li ħafna mid- deputati li ntervjenew min-naħa ta' l-oppożizzjoni lanqas biss jafu x'intqal fil-laqgħat li għamilna fil-House Business Committee - fil- preżenza tiegħek Sur President, ta' l-Onor.", "Vella u tal-whips kemm ta' l- oppożizzjoni u kemm tal-gvern - meta ddiskutejna l-ombudsplan, l-problemi li kien qed jiffaċċja u l-kritika tiegħu.", "Dawn ma qraw xejn minn dan u bdew sejrin li ma nagħtux kas!", "Qabel ma nibda, ejja npoġġu sewwa l-pedament ta' dan id-dibattitu ħalli nifhmu l-punt ta' tluq.", "L-ewwelnett nixtieq insemmi l-punt li għamel il- Prim Ministru fl-introduzzjoni tad-dibattitu u cioe` li l-importanza ta' din l-istituzzjoni hi rikonoxxuta miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Hija stituzzjoni li waqqafniha bi skop u b'funzjoni preċiża u cioe` dik li tara li jkun hemm il-fairness fl-amministrazzjoni.", "M'għamilniex istituzzjoni ta' l-ombudsman b'poteri eżekuttivi u fl-aħħar dibattitu li kellna fil-House Business Committee, jiena u l-Onor.", "George Vella qbilna fuq dan il-punt.", "Ma rridux mudell ta' ombudsman b'poteri eżekuttivi u mhux dak il-mudell li din il-Kamra għażlet.", "Dan il-parlament għażel ombudsman b'funzjoni speċifika li naturalment tissoġġettah għal-liġijiet ta' pajjiżna u ma jistax jidduplika l-funzjoni ta' istituzzjonijiet oħrajn f'pajjiżna.", "Din l-istituzzjoni hija riżultat tal-politika tal-partit Nazzjonalista - u mhux xi shot in the dark - li riedet li f'pajjiżna jkollna istituzzjonijiet bħal dawn biex inserrħu rasna li l-affarijiet jimxu kif suppost.", "Aħna umani, u għax nafu li kulħadd huwa suġġett li jiżbalja, adottajna politika ċara b'dan ir-rigward.", "Irridu nsaħħu l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna biex ikollna amministrazzjoni tajba u trasparenti u ntroduċejna kunċetti fosthom dak tal-PAC.", "Huwa veru li dan sar bi qbil, imma il-mertu huwa ta' dan il-gvern.", "Il-gvern Laburista fit-22 xahar li għamel fil-gvern introduċa l-uffiċċju ta' l-awditur ġenerali bħala uffiċjal ta' dan il-parlament u aħna introduċejna l- ombudsman.", "Dawn huma istituzzjonijiet li kienu pass ta' ġgant 'il quddiem għal pajjiżna, u għamilnihom wara li tgħallimna l-esperjenzi koroh li għexna sa l-1987.", "Dan il-pajjiż immatura u ntroduċa dawn l-istituzzjonijiet u għalhekk l-uffiċċju ta' l-ombudsman huwa mportantissimu għalina u kull darba li jkun hemm xi ħaġa li ddgħajjef xi waħda minn dawn l- istituzzjonijiet, aħna nħossu d-dmir u r-responsabbilta` li nqumu u nitkellmu.", "Dan nagħmluh biex nipproteġu dik l-istituzzjoni, u huwa għalhekk li nikkritikaw lil min bl-aġir tiegħu – jista' jkun konsapevoli jew le - ikun qed idgħajjef dik l-istituzzjoni.", "Dan hu l-aktar punt importanti.", "Jien nerġa' nenfasizza li l-parlament għamel għażla speċifika fuq il-mudell ta' ombudsman li jrid, il-funzjoni ta' dan l-ombudsman trid tkun funzjoni newtrali u oġġettiva.", "Jekk wieħed iħares lejn il-kodiċi ta' etika ta' l- assoċjazzjoni ta' l-ombudsmen - u jiena lest li npoġġi kopja tiegħu fuq il- mejda tal-Kamra – wieħed isib li l-kunċett bażiku għall-ombudsman f'kull pajjiż hu li dan għandu jkun newtrali u awtonomu u jrid jaħdem fuq dawn il- kunċetti kontinwament.", "Min jokkupa karigi bħal dawn irid joqgħod b'seba' għajnejn pero` dan ma jfissirx li ma jistax jikkritika imma jrid jagħmel dan bil-metodi permessi bil-liġi b'mod li hu jinstema' u b'mod li l-aġir tiegħu ikun fair.", "Il-mudell li aħna għażilna ta' l-ombudsman jimponi fuqu ċerti obbligi - li jifhem hu stess – fejn dan ma jistax jissostitwixxi l- qrati u l-liġijiet tagħna imma jrid jara li jkun hemm amministrazzjoni fair skond il-liġijiet tal-pajjiż.", "Din hija l-għażla li għamilna f'dan il- parlament u rrid li fl-għeluq ta' dan id-dibattitu, dawn il-kunċetti nżommuhom f'moħħna għax huma kruċjali.", "Issa ħalli niġi għall-intervista.", "Jien se nagħti l-kredtu lill-ombudsman u ngħid li l-iskop tiegħu kien li jwassal ilment.", "Ħafna qalulna li ma nagħtux kas, anke l-ombudsman qalilna li ma tajniex kas, imma skużi, wieħed jista' jaqbad it-transcript ta' x'għedna erba' xhur ilu, fit-12 ta' Marzu, 2002, meta l-kumitat tax-xogħol tal-Kamra ddiskuta flimkien ma' l-ombudsman ir- rapport tiegħu fuq is-sena ta' ħidma u l-ombudsplan ta' dak li kien qed jipproġetta għat-12-il xahar li ġejjin.", "L-istruttura tal-parlament intużat u sar dibattitu fejn fuq punti qbilna miegħu pero` fuq oħrajn ikkritikajnih, kemm jien, kemm l-Onor.", "Vella u kemm l-Onor.", "Joe Mizzi li kkritika l-planning authority u l-mod kif l-ombudsman jittakilja lill- planning authority.", "Qattajna sagħtejn sħaħ niddiskutu!", "Kif jista' jiġi l- ombudsman u jgħid li mhux qed nagħtu kas?", "Dan erba' xhur ilu ġara tafux!", "Mela l-ombudsman qabad u mar sab ġurnalist u naturalment mal-ġurnalist esprima ruħu kif rappurtat fil-gazzetta pero` din id-darba uża aġġettivi u frażijiet li ma ntużawx fil-House Business Committee.", "Mela kienet l-istess kritika fuq l-istess punti li ssemmew fil-House Business Committee f'Marzu li għadda imma Alla jbierek dawn kienu mżejnin b'aġġettivi u kummenti.", "Li kieku dawn għamilhom fil-House Business Committee, dan kien jagħtini l- opportunita` li ndur fuqu u nistaqsih għaliex qed isiru dawn il-kummenti.", "Bir-rispett kollu lejn l-ombudsman, jiena naħseb li dan akkwista skop kompletament bil-kontra ta' dak li - dejjem jekk nagħtih il-kredtu sħiħ – xtaq jilħaq u cioe` li jsaħħaħ l-istituzzjoni tiegħu.", "Meta wieħed jagħsar il-messaġġ li ħareġ minn dik l-intevista, jingħata x'jifhem li l-uffiċċju ta' l-ombudsman huwa falliment għax il-gvern m'huwiex qed jagħti kasu.", "Anke fl-intervent ta' l-Onor.", "Helena Dalli ntqal kemm-il darba li aħna m'aħniex qed nagħtu kas lill-ombudsman.", "Jiena, inti Sur President, l-Onor.", "Vella u l-membri l-oħra tal-House business committee nafu li dan m'hu veru xejn għax l-ombudsman esprima s-sodisfazzjon tiegħu bil-miktub fir-rapporti tiegħu u anke verbalment bir-riżultati li kiseb l-uffiċju tiegħu tul is- seba' snin li ilu mwaqqaf.", "Saret ukoll mistoqsija mill-Onor.", "Charles Mangion fid-19 ta' Settembru, indirizzata lill-ombudsman biex ikun jaf kemm inqatgħu każijiet kemm ilu mwaqqaf l-uffiċċju tiegħu – ta' seba' snin sħaħ jiġifieri - u x'hemm pendenti.", "Imma jien ma nistax nifhem kif ma nirrealizzawx il-kuntest ta' dak li wara kollox semma' fl-intervista l-ombudsman!", "Issa hawnhekk għandi t- tweġiba ta' l-ombudsman għad-domanda ta' l-Onor.", "Mangion li tgħid:", "\"Minn mindu twaqqfet l-istituzzjoni ta' l-ombudsman, sat-18 ta' Settembru 2002, ġew deċiżi 2,053 każ.", "Mill-każi deċiżi, 1,001 kienu ġustifikati u fil-biċċa l-kbira saret rakkmandazzjoni għal rimedju.", "Ir-rakkmandazzjonijiet rilevanti ġew implimentati b'eċċezzjoni ta' sitt każi.\".", "Dan hu l-uffiċċju li kemm l-ombudsman fl-intervista u anke interventi min- naħa ta' l-oppożizzjoni qed jgħidu li mhux qed nagħtu kasu.", "F'seba` snin kellu l-miżerja ta' sitt rikkmandazzjonijiet biss li ma ġewx impilmentati!", "Mela hu jew m'huwiex ġustifikat il-messaġġ li joħroġ minn din l-intervista?", "Issa jekk dan riedx jew le joħroġ dan il-messaġġ hu argument ieħor, imma l- messaġġ li ħareġ hu li m'aħniex qed nagħtu kasu.", "Fil-parlament kien hawn xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni li rrefera għall-ombudsman bħala ombudsmouse u din tant dejqitu lill-ombudsman li fid- diskussjoni li kellna fil-House Business Committee f'Marzu din semmiha.", "Mir-rakkmandazzjonijiet kollha li dan l-ombudsmouse – biex nuża espressjoni min-naħa ta' deputat min-naħa ta' l-oppożizzjoni – għamel, il-gvern ma implimentax sitta biss!", "Biex wieħed ikollu stampa aktar ċara tas- sitwazzjoni, it-total ta' claims li kellu f'dawn is-seba' snin kien madwar 4,000 każ li nofshom m'aċċettahomx għax ma kinux ġustifikati.", "In-nofs l- ieħor aċċettahom u elf minnhom ġew ġustifikati, għamel ir- rikkmandazzjonijiet tiegħu li minnhom l-gvern irrifjuta li jimplimenta sitta biss.", "Minn dawn is-sitta, Sur President, hemm każ li jaqa' taħt il-ministeru tal- politika soċjali u jien għandi hawnhekk l-ittra li l-ombudsman bagħat lilek, Sur President, biex titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawnhekk qed jirriferi għal wieħed minn dawn is-sitt każijiet fejn ittieħdet deċiżjoni li r-rakkmandazzjoni ta' l-ombudsman ma tistax tiġi mplimentata għax l- implikazzjonijiet tagħha jfissru miljuni kbar fuq il-kaxxa ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża fuq il-pensjonijiet.", "L-issue kienet għax fl-1996 saret emenda fil-liġi tas-social security li kienet tgħid li min jonqos li jħallas in-national insurance ma jistax jiġi xi 20 sena wara u jgħid li issa jrid iħallas kollox f'daqqa biex jieħu l-pensjoni.", "L-emenda li saret fil-1996 għalqet din il-possibilita` u kienu ingħataw sitt xhur grace fejn min għandu jirranġa, jirranġa imma imbagħad tinżel il- giljottina.", "Dak iż-żmien, id-dipartiment kiteb lil 12,000 ruħ u qalilhom li issa għaddiet din il-liġi u intom obbligati bil-liġi li tħallsu l-bolla.", "Jiena m'għandix għalfejn niktiblek biex ngħidlek li inti obbligat tħallas il-bolla!", "Hi ovvja li int obbligat tħallas il-bolla!", "Mela dawn ma ħallsux il-bolla u fis-sena 2001 jitfaċċaw każijiet u jgħidu li huma ma kinux jafu biha din jew li ma ktibnilhomx jew li ktibnilhom imma l-ittra spiċċat għand id-dar ta' ommhom flok tagħhom u jqajmu l-kwestjoni li dawn għandhom dritt għaliha xorta waħda allavolja l-liġi tas-social security tgħid li ma tistax u allavolja l-liġi tobbligak li tħallas il-bolla!", "Issa minkejja dan kollu, l-ombudsman qed jgħid li għandna nagħtuhom iċ-ċans iħallsu u jekk dan jiġri, xi ħaddieħor jista' jiddeċiedi li ma jħallas il- bolla xejn u meta jkun se jagħlaq il-61 sena jħallas kollox u jiġi entitled għall-pensjoni.", "Jekk din tiġri, din tirrovina s-sistema tal-pensjonijiet!", "Aqraw naqra d-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "Din m'iniex nivvintaha!", "Aħna ltqajna għand il-Prim Ministru u flimkien miegħu spjegajna lill- ombudsman li aħna ħadna l-parir ta' l-avukat ġenerali u taf x'qalilna?", "Qalilna li aħna nużaw l-avukat ġenerali biex naħarbu mir-responsabbilta` u biex inpoġġu l-kwestjoni fuq l-ixkaffa!", "Din qiegħda miktuba fir-records tal-Parlament; fittxu t-transcript tad-debate li saret fil-house business committee mhux ta' din is-sena imma tas-sena ta' qabel.", "Jiena accountable għal dan il-Parlament u għal dan il-poplu, u dan qed niddikjarah bil-quddiem, jien iddeċidejt flimkien mal-gvern li nkun irresponsabbli jekk nimplimenta din r-rikkmandazzjoni ta' l-ombudsman.", "Issa shoot me down fuq din!", "Pero` x'jgħid l-ombudsman fl-ittra li semmejt aktar qabel biex niġi għall-punt li kont qed nagħmel, dan jgħid li l-fatt li ma jingħatax rimedju għall-ilment mingħajr raġuni - li fil-fehma ta' l- ombudsman - valida, barra li huwa inġust għall-persuni konċernati, jista' wkoll inaqqas il-fiduċja taċ-ċittadini f'din l-istituzzjoni.", "L-ombudsman qal ukoll li fortunatament minn mindu twaqqaf l-uffiċċju, ir- rikkmandazzjonijiet kollha għal rimedju ġew sostanzjalment aċċettati u mwettqa, ħlief f'dawn iż-żewġ każijiet u jsemmi żewġ każijiet għaliex kienu żewġ individwi li applikaw biex iħallsu l-bolla tard.", "Dan il-każ biss ma mplimentajniex u qed nispjegaw x'inhi r-raġuni!", "Allura jista` xi ħadd jispjegali kif minkejja dan kollu, l-ombudsman jagħmel intervista u jagħti l-impressjoni li dan il-gvern u dan il-parlament m'hux qed jagħti kasu?", "Għax jien ma nistax nifhem kif wasal biex jagħmel intervista ta' dan t-tip!", "Sur President, l-ombudsman donnu wasal għal konklużjoni - u rriflettiha f'din l-intervista - li hija żbaljata imma agħar minn hekk, din hija konklużjoni li timmina lill-istituzzjoni ta' l-ombudsman għax dan kellu ċ- ċans jgħid li l-uffiċċju ta' l-ombudsman qed jaħdem u qed iġib ir-riżultati sabiex ikun hawn aktar fairness.", "Dan kellu ċ-ċans kollu li jissostanzja dan bil-fatti u bl-istatistika imma minflok għażla li jenfasizza s-sitt każijiet li ma ġewx implimentati!", "Dan ifisser li 0.3% biss ma ġewx implimentati, Sur President!", "U dan kalkolu fuq 2,053 biss, aħseb u ara kieku kelli nikkalkola fuq 4,715.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Qed tqarraq bil-Kamra!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-Onor.", "Vella qed jinterrompini u jgħidli li qed inqarraq bil-Kamra!", "Bir-rispett kollu, meta tkellem hu jien qgħadt nisimgħu u ma nterrompejtux!", "Qed jgħidli li qed inqarraq bil-Kamra, u din neħodha bis-serjeta` jiena.", "Jien se nitlob biex npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra - u m'għandix għalfejn għax dan huwa dokument tal-parlament – kopja tat-tweġiba ta' l-ombudsman għal mistoqsija li għamel l-Onor.", "Mangion fejn hawn dawn in-numri u l- istatements li semmejt u se npoġġi wkoll kopja ta' l-ittra li l-ombudsman bagħat lilek, Sur President, fuq iż-żewġ każijiet li semmejt u li jolqtu lill-ministeru għall-politika soċjali fejn huwa stess qed jgħid li f'dak li żewġ każi biss ma ġewx implimentati.", "Din hija l-verita`, Sur President!", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk jien qed nikkwota lill-ombudsman!", "(Interruzzjonijiet).", "L-Onor.", "Vella qed isemmi Air Malta u mhux Air Malta u din semmietha wkoll l- Onor. Dalli imma bir-rispett kollu jien naħseb li dawn l-Onor.", "Membri ma semgħux l-intervent tal-Ministru Josef Bonnici bħalma żgur ma semgħux l- interventi tal-ministri l-oħrajn għax l-ispjegazzjoni ngħatat (Interuzzjonijiet).", "L-Onor.", "Vella qed jgħid li trid temmen.", "X'temmen!", "Dawn huma fatti!", "L-Onor.", "Bonnici qal li r-rikkmandazzjonijiet li għamel l- ombudsman għar-rigward ta' l-Air Malta u l-proċeduri li għandhom jintużaw ġew implimentati kollha u l-ombudsman kellu ċ-ċans jgħidu dan.", "Dawn huma fatti!", "Imma għaliex għandna nies li jipprovaw jgħawġu l-fatti!", "Kif bilfors f'dan il-pajjiż jridu jpinġu kollox iswed?!", "Għall-oppożizzjoni, f'dan il- pajjiż hawn minn kollox, korruzzjoni, taħwid eċċ. Imma għaliex jgħidu dan?", "Għaliex l-oppożizzjoni ma tirrealizzax li din hija strateġija li tagħmel ħsara irreparabbli - jew diffiċli ħafna biex tirreparaha – lill-pajjiż?!", "(Interruzzjonijiet)", "Id-dispjaċir tiegħi dan hu li l-ombudsman kellu opportunita` tad-deheb biex jgħidilna kemm qed jiffunzjona dan l-uffiċċju u biex jgħid li r- rikkmandazzjonijiet li għamel lill-gvern ġew milqugħa kollha barra sitta!", "Imma għaliex ma għamlux dan?!", "Iva, jiena x'irrid nagħmel iżjed minn hekk?!", "Nerġa` npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra debates tal-Kamra stess biex nuri x'għedna aħna fil-kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-kamra tul is-seba' snin?!", "Għandi għalfejn nagħmel dan jiena?", "Dawn kollha qegħdin hawnhekk għax jiena ħadt paċenzja u erġajt qrajt sigħat sħaħ ta' debates li qattajna flimkien biex niddiskutu l-funzjoni ta' l-ombudsman, d-diffikultajiet tiegħu, kif nistgħu nsolvu l-problemi li għandu u anke biex nagħtu gwida għaliex il-liġi ta' l-ombudsman tgħid li huwa l-parlament li jagħti l-gwida lill-ombudsman dwar ċerti affarijiet.", "Hemm klawsola apposta li tgħid dan.", "Għandi għalfejn inpoġġi transcript ta' dak li ntqal?", "Naħseb li għandi għalfejn inpoġġi dawn t-transcripts għaliex għall-media donnu li dokument isir interessanti meta jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ħadd ma tiġih f'rasu li meta tqum kontroversja bħal din, imur jgħid lill-Iskrivan tal- Kamra biex jagħtih id-dokumenti rilevanti ħalli jara x'intqal erba' xhur ilu mill-ombudsman, mill-Viċi Prim Ministru u mill-Viċi Kap tal-partit Laburista!", "U min ifittex, issib kemm irid dokumenti fuq kemm-il darba ddiskutejna dwar x'inhi l-funzjoni ta' l-ombudsman u dwar jekk għandhiex tkun funzjoni eżekuttiva, iddiskutejna anke din il-biċċa tas-social security, tal-pensjonijiet, ta' l-avukat ġenerali u ta' l-istituzzjonijiet l-oħrajn.", "Kollox ġie diskuss u żgur li konna qed nagħtu kas ta' l- ombudsman!", "U allura ngħid jien, ejja naraw jekk din l-intervista swietx ta' ġid!", "Le, din l-intervista swiet deni kbir.", "L-intervista rridu naraw u mhux ir-reazzjoni!", "Ħa nikkundannaw ir-reazzjoni issa?", "It-tieni mistoqsija li rridu nagħmlu hija kif ittrattah dan il-parlament - mhux il-gvern għax anke hawn irridu nagħmlu differenza - fuq il-kritika ta' l-ombudsman fil-konfront tal-gvern u jekk il-gvern tax każ tar- rakkmandazzjonijiet li għamel l-ombudsman.", "Ċerti rakkmandazzjonijiet ma ġewx aċċettati għax kien hemm raġunijiet validi u mhux għax aħna ma tajniex kas.", "L-ombudsman jista' ma jaqbilx mal-gvern, ma ġara xejn, imma ejja niddiskutu l-każijiet partikolari!", "Issa meta aħna għandna l-provi - li l- ombudsman stess tani f'idejja - li l-gvern ta kas l-ombudsman u li implimenta l-istragrande maġġoranza tar-rikkmandazzjonijiet tiegħu aparti sitta – u hemm raġunijiet validi għaliex ma implimentahomx – bilfors li t- tweġiba tal-gvern se tkun li l-impressjoni li tagħti l-intervista hija radikalment żbaljata.", "Imbagħad hemm mistoqsija oħra rigward l-ilment li għamel l-ombudsman fl- intervista u anke quddiem il-House Business Committee dwar kif il-Parlament jittrattah.", "Hu qal li d-deputati mhux qed jagħtu kasu u mhux qed jaqraw ir- rapporti tiegħu.", "Jiena l-ewwelnett ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Michael Bonnici jitkellem fejn qal li r-rapporti kollha qrahom u segwihom u jien naf li jekk infittxu fir-records, insibu li anke aġġornamenti kien jieħu fuq issues li jitrattaw jew ikun qajjem l-ombudsman bħalma ma wara kollox insibu nterventi simili ta' l-Onor.", "Tony Abela u l-Onor.", "Mario Galea.", "Imma l-Parlament jitratta lill-ombudsman ħażin?", "Aħna veru għandna l- limitazzjonijiet in termini ta' ħin u riżori imma lill-ombudsman tajnih l- aqwa ħaġa li stajna nagħtuh u cioe` l-opportunita` li x'ħin irid - pero` żgur darba fis-sena – jista' jiġi quddiem il-House Business Committee u hemmhekk jieħu l-ħin tiegħu biex jispjega x'għamel matul is-sena, x'inhu l- pjan tiegħu għall-futur, id-diffikultajiet tiegħu u jisma' ir-reazzjonijiet mingħand iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Issa ħa nenfasizza dan il-punt; il-House Business Committee huwa l-uniku kumitat ta' dan il-Parlament li hu presedut mill-iSpeaker, li għandu l-Viċi Prim Ministru u l-Kap tal-Kamra membri tiegħu, li għandu l-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni membru permanenti tiegħu u li għandu ż-żewġ whips - mhux b'kumbinazzjoni għax il-whips jirrappreżentaw il-gruppi parlamentari - membri tiegħu.", "Allura, Sur President, x'nistgħu nagħmlu iżjed milli nagħtu l-privileġġ lill-ombudsman li jkollu l- opportunita` li jiltaqa' ma' l-aktar kumitat rappreżentattiv f'dan il- Parlament u jkollu l-opportunita` jitkellem bil-liberta` fil-ħin li jkun available għalih?", "Allura mhux ġust li l-ombudsman jgħid li l-parlament mhux qed jagħti kasu.", "Ovvjament, nistgħu nagħmlu iżjed għax jiena mhux wieħed minn dawk li se ngħid li lħaqna l-perfezzjoni, ma tarax!", "Iva, nistgħu nagħmlu iżjed billi nindagaw iżjed u niddibattu iżjed imma nerġa' nirrepeti, aqraw naqra t-text ta' x'iddiskutejna mill-1995 'l hawn.", "Addirittura fil-1995 kienu marru l-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għal diskussjoni ta' l-ombudsman fuq l-ombudsplan.", "Kif jista' jgħid li l- Parlament ma tax kas imma fl-intervista hekk qal!", "Jiena bir-rispett kollu ngħid li l-messaġġ huwa żbaljat u ta impressjoni ħażin.", "Dan seta' qal l- istess diskors li qal quddiem il-kumitat u cioe` li hemm iżjed x'nistgħu nagħmlu u li għandna niddiskutu biex naraw kif se nsaħħu din l- istituzzjoni.", "Imma Sur President, taħseb li s-soluzzjoni kienet li jsib ġurnalist u jgħidlu aġġettivi bħal unbelievable jew friends of friends li żgur ma kienx hemm posthom?", "Dan għaliex ma għażilx it-triq tas-sens komun, ta' l-etika u tal-mod kif jiffunzjonaw ombudsmen oħra u kien jiġi għandek Sur President jew imur għand il-kumitat tax-xogħol tal-Kamra u hemmhekk jirrepeti u jidħol aktar fid-dettall dwar id-diffikultajiet kollha li semma'?", "Ma kienx ikun aħjar kif għamel hekk?", "Issa jien għandi ftit esperjenza ta' xi tfisser li tkun tokkupa siġġu daqsxejn antipatiku u veru li kultant jkollok aptit tisplodi imma l- prudenza u l-etika jitolbu li tikkontrolla lilek innifsek.", "Hemm mod u mod kif isiru l-affarijiet u hawn hi l-kritika tal-gvern fil-konfront ta' l- intervista li għamel l-ombudsman, li dan uża metodu żbaljat u b'messaġ żbaljat għax, nirrepeti, il-funzjoni ta' l-ombudsman qiegħda taħdem u qed tagħti r-riżultati.", "Niġi issa għat-tweġiba li ta l-gvern fejn saret kritika għaliex il-gvern wieġeb għall-intervista, imma l-fatt hu li l-intervista għamlet ħafna ħsara lill-uffiċċju ta' l-ombudsman u mhux t-tweġiba tal-gvern.", "Jiena qed nissostanzja din il-kritika tiegħi għaliex l-intervista kienet mibnija fuq premessi żbaljati, l-ombudsman messu enfasizza kemm ġew implimentati deċiżjonijiet f'seba' snin u mhux waqaf fuq dawk is-sitta li ma ġewx implimentati u li anke għal dawn, hemm raġunijiet validi.", "Jiena naċċetta li l-ombudsman jista' ma jaqbilx mal-gvern għax dan għandu l-liberta` kollha li jikkritika imma dan għandu l-fejn u l-kif jikkritika.", "Żgur li dik il- kritika m'għandhiex issir bil-mod kif saret u t-tweġiba tal-gvern trid tħarsilha f'dan is-sens.", "Il-gvern jaħseb li hemm etika li għandha tiġi segwita mill-ombudsman u aħna naħsbu li din l-etika ma ġietx rispettata mill-ombudsman meta għamel dik l-intervista, mhux għax għamel l-intervista in se imma minħabba l-messaġġ li kien fiha.", "Aħna tajna lill-ombudsman il-protezzjoni apposta - tajnih security of tenure li ħaddieħor m'għandux - biex ikun jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu bil-liberta` kollha imma mbagħad dan ma jfissirx li aħna d-deputati m'għandniex dritt għall-fairness min-naħa ta' l-ombudsman u lanqas ifisser li aħna m'għandniex d-dritt li nikkritikaw b'mod kostruttiv l-aġir ta' l- ombudsman, jekk jidhrilna li jkun sar żball!", "Aħna nikkritikaw dejjem b'mod kostruttiv u nittamaw li dan l-iżball ma jerġax jirrepeti ruħu ħalli din l- istituzzjoni nkomplu nsaħħuha bħalma ppruvajna nagħmlu matul dawn is-seba' snin li għaddew.", "Issa ma' dan kollu żżelqet il-kwestjoni – għax sar kumment mill-Onor.", "Leo Brincat – li l-iSpeaker missu tkellem fuq din il-kwestjoni għax xi ħadd ippretenda li l-iSpeaker ta' dan il-parlament kellu jesponi ruħu.", "Anke din irrid nitrattaha u neħles minnha; jiena qiegħed niddikjara li l-ombudsman huwa accountable lejn il-parlament u għalhekk huwa l-parlament li jitkellem – u mhux l-iSpeaker – għax li kieku tkellem l-iSpeaker, dan kien jagħmel l- istess żball li għamel l-ombudsman.", "Ta' l-oppożizzjoni ma misshomx joqogħdu jdawru l-kanuni kif jaqblilhom għax Alla jbierek, jekk il-gvern jikkritika lill-ombudsman, iqumu l-irwiefen kollha imma imbagħad jista` jingħad minn kollox lill-ogħla uffiċjal ta' dan il-Parlament!", "Imma aħjar ma nidħolx iżżejjed f'dan is-suġġett pero` l-punt qed nagħmlu għax faċli li tieħu pożizzjoni fil-konfront ta' xi ħadd u ma tieħux pożizzjoni fil- konfront ta' xi ħadd ieħor u ejja ma ninsewx l-aġġettivi li xi kultant jintużaw!", "Sur President, naħseb li ċ-ċirkostanza tagħtina l-opportunita` biex nieqfu ftit u nirriflettu fuq x'inhuma l-prinċipji kardinali li dan il-Parlament jiddikjara - bħalma ddikjara seba' snin ilu – rigward dan l-uffiċċju u x'inhuma l-prinċipji kardinali li jirregolaw u jidderieġu l-uffiċċju ta' l- ombudsman fil-mudell li pajjiżna għażel għal dan l-uffiċċju.", "L-ewwelnett l-ombudsman jirrispondi u jitlob rimedju lill-parlament u mhux lill-gazzetti.", "Fl-opinjoni tiegħi, ir-riżultat ta' l-istrateġija li għażel l-ombudsman rajnieh f'dan id-dibattitu, fejn l-oppożizzjoni rikbet il-karru tal-kontenut ta' l-intervista u tisma` l-interventi tagħhom biżżejjed biex nuru x'kien it-timbru ta' dik l-intervista.", "Nirrepeti li l-ombudsman għandu jżomm quddiem għajnejh li huwa accountable lejn il-parlament u għandu l-istrutturi tal-parlament x'juża jekk ikollu bżonn jitkellem, jikkritika jew jiddiskuti kif jista jsaħħaħ l-uffiċċju tiegħu, però dan ma għandux juża l-gazzetti bil-mod kif użahom biex jilħaq l-iskop li għandu f'rasu.", "Sur President, importanti li nżommu quddiem għajnejna li l-ombudsman m'huwiex qorti, lanqas hu qorti ta' l-appell.", "Dan ma jissostitwixxi lill- ebda istituzzjoni oħra għax dawk huma istituzzjonijiet imwaqqfin apposta fl- istruttura demokratika tagħna u Allaħares ikompli dan il-ħsieb li l- ombudsman jista' ma jagħtix kas deċiżjoni ta' qorti, jew li jaħseb li jista` jissostitwixxi l-qrati jew l-avukat ġenerali.", "L-ombudsman għandu funzjoni speċifika mogħtija bil-liġi u dik il-funzjoni jrid jagħmel.", "Jiena ninkwieta meta nara li qed nibdew niddevjaw minn din it-triq għax l- ombudsman għandu kull obbligu li jintervjeni fid-deċiżjonijiet amministrattivi tagħna - għandu d-dritt u l-obbligu li jirrapporta u jieħu l-passi jekk jasal għall-konklużjoni li deċiżjoni amministrattiva kienet żbaljata - imma ma għandu l-ebda dritt jissostitwixxi l-qorti u istituzzjonijiet oħrajn.", "Sur Presidenti, prinċipju importanti ieħor hu li l-ombudsman irid isegwi l- liġijiet tal-pajjiż bħal ma jsegwihom kulħadd.", "Il-liġi tiġi fuq rasna lkoll kemm aħna u fl-ebda ċirkostanza, dan ma jista' jagħmel rikkmandazzjoni li fis-sustanza tagħha tfisser li trid tinkiser il-liġi.", "Anke dan huwa prinċipju kardinali u ninkwieta ħafna meta fit-transcripts nara li qed niddevjaw minn dan il-prinċipju importanti.", "Wieħed jista' jagħmel il-kritika li l-liġi m'hijiex ġusta jew jissuġġerixxi li l-liġi tista' tinbidel però sakemm għandna liġi mgħoddija minn dan il-parlament - ħa nenfasizza li dan il-parlament huwa l-leġislatur f'dan il-pajjiż – din trid tiġi segwita minn kulħadd taħt kull ċirkostanza.", "Sur President, l-ombudsman irid ukoll jirrispetta istituzzjonijiet oħrajn, inkluż l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, u ma jistax - u dan miktub fit- transcripts tad-debates - jingħad li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa xi skuża biex naħarbu mir-responsabbiltà tagħna.", "Ma naqbilx!", "Aqraw ir- reazzjoni tiegħi - li hija wkoll recorded fit-transcript - meta smajt dan l- istatement.", "L-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jaqdi funzjoni li jagħti pariri dwar x'inhu u x'mhux skond il-liġi u l-ombudsman ma jistax jieħu l- attitudni li jgħid li ma nagħtux kas tal-parir ta' l-avukat ġenerali!", "Allaħares jiġri hekk għax rebus ikollna fil-pajjiż bil-parir li dan qed jagħti.", "L-aħħar prinċipju kardinali - għalkemm hemm affarijiet oħrajn, imma għalija dawn huma li semmejt huma l- prinċipji kardinali - huwa li hemm kodiċi ta' etika u f'dan ir-rigward, aktar 'il quddiem, jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kodiċi ta' etika maħruġa mill-assoċjazzjoni ta' l-ombudsmen li tenfasizza ħafna - m'iniex se nidħol fid-dettall tagħha imma wieħed jista' jaqraha bil-kwiet - l-konfidenzjalità.", "Kif inhi translated hawn, konfidenzjalità tfisser li każijiet, fatti u ismijiet li jiġu għall-attenzjoni ta' l-ombudsman fl-investigazzjoni tiegħu huma konfidenzjalissimi u m'għandhomx jintużaw għall-ebda skop, ħlief għal dak ta' l-investigazzjoni jew biex jingħata rendikont lill-parlament.", "Jien nistieden lil din il-Kamra biex terġa' taqra l-intervista u tgħidli jekk l-ismijiet li ssemmew humiex skond l-ispirtu ta' dan il-kodiċi ta' etika, li hu applikabbli għall-ombudsmen kollha f'din l-assoċjazzjoni ta' l- ombudsmen.", "Il-liġi tagħna stess tgħid li għandu jkun hemm konfidenzjalità fil-każijiet.", "U ħalli nkunu ċari, l-inċentiv li n-nies imorru għandu l- ombudsman u jispjegaw il-każ tagħhom huwa l-fatt li l-ilment tagħhom se jiġi ttrattat b'konfidenzjalità.", "Issa x'garanzija għandi li ma nsibx xi intervista oħra li fiha jissemma l-każ ta' Ċikku jew ta' Peppi li jkun mar għand l-ombudsman biex il-każ tiegħu jiġi eżaminjat?", "X'garanzija għandi li dan mhux se jiġri jekk f'din l-intervista żżeffnu ismijiet ta' nies li se mai, lanqas kien hemm għalfejn jiżżeffnu biex isir il-punt.", "GĦalfejn sar dan mela?", "Dawn x'metodi huma u x'akkwista l-ombudsman b'dawn l-affarijiet?", "Sur President, jien nsostni bil-qawwa kollha li r-regoli li fih dak il- kodiċi ta' etika huma regoli li għandhom jidderieġu lill-ombudsman ta' pajjiżna wkoll.", "Dawn huma regoli pożittivi u jien m'għandix dubju li l- ombudsman ta' pajjiżna jirrikonoxxi dan il-kodiċi ta' etika.", "Però kulħadd huwa uman u kulħadd jista' jiżbalja u l-konklużjoni li nista' nasal għaliha jien, hija li f'dan il-każ l-ombudsman żbalja meta ttratta s-suġġett bil- mod kif ittrattah.", "Jien sinċerament nittama li dak l-iżball ma jiġix ripetut u tajjeb li kull deni neħdoh b'ġid u għalhekk nittama wkoll li minn din l-esperjenza tgħallimna lkoll kemm aħna, kemm id-deputati, kif ukoll – l-aktar ħaġa importanti - l-ombudman.", "Sur President, nixtieq inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mill-Ombudsman, datata 14 ta' Jannar 2002, dwar Każi A 184 u A 527 u rapport dwar l-istess każi intitolat \"Ilmenti mressqa separatament dwar pensjoni għal min jirtira skond l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali\";", "Kopja ta' dokument intitolat \"The European Ombudsman: The European code of Good Administrative Behaviour\";", "Kopja ta' Kodiċi ta' Etika għall-Ombudsman, maħruġ mill-Assoċjazzjoni ta' l-Ombudsman;", "Kopja ta' ittra datata 19 ta' Settembru mibgħuta mill-Ombudsman lill- Onor Charles Mangion b'risposta għal mistoqsija parlamentari magħmula lill-Prim Ministru dwar każijiet trattati mill-Ombudsman; u", "Kopja ta' l-Ombudsplan għas-snin 1995-1996, 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta'l-Oppożizzjoni): Sur President, ma rridx ngħid li jien konfuż.", "Qed nipprova nsib kelma għal \"puzzled\" fuq din l-istorja.", "Ma rridx ngħid \"imħawwad\" għax imħawdin tan-naħa l-oħra.", "Allura l-kelma hija \"puzzled\".", "L-ewwelnett, peress li tant hemm ħdura fuq in-naħa l-oħra u tant hemm konsulenti mqabbda biex jagħmlu ċerti insinwazzjonijiet fuq il- gazzetti ħa nibda billi nagħmel id-dikjarazzjoni li ħija jaħdem fl-uffiċċju ta' l-ombudsman.", "Jien qatt ma tkellimt miegħu fuq ix-xogħol tiegħu fl- uffiċċju ta' l-ombudsman.", "Jiġifieri ħadd m'għandu għalfejn joqgħod jibgħatli xi konsulenta tagħmel xi insinwazzjonijiet li kien hemm xi ħaġa intesa.", "Assolutament qatt ma kelli xi diskussjoni ma' ħija fuq l- affarijiet li jagħmel bħala impjegat ta' l-ombudsman.", "Ħalli nagħmlu l- affarijiet ċari għax naf kif jaħdmu n-naħa l-oħra; qdusija u presidenti ta' l-azzjoni kattolika up-front u mbagħad minn taħt joħorġu s-skieken.", "Nagħmluha ċara din il-ħaġa.", "Issa se nitkellem fuq Joe Sammut, għax jitkellem l-ombudsman u l-bniedem fil-mira f'dan kollu huwa s-Sur Joe Sammut.", "Jiena lil Joe Sammut ili nafu minn snin twal.", "Nafu fuq bażi professjonali, bl-ebda mod soċjali u bl-ebda mod ta' ħbiberija, ħlief professjonali, u meta qed nitkellem dwar l- ombudsman u qed nitkellem dwar Joe Sammut, fuq il-bażi professjonali qed nitkellem.", "Tajjeb li nagħmluhom ċari dawn l-affarijiet għax is-skieken li joħorġu min-naħa l-oħra taħt l-idea ta' qdusija sħiħa bil-kuruni fuqha, imbagħad nafu xi jfissru.", "Allura tajjeb li nagħmel l-affarijiet ċari.", "Imma issa ħalli nerġa' mmur għall-punt li tlaqt minnu meta semmejt il-kelma \"puzzled\".", "Ma nistax nifhem - dak huwa l-punt - nifhem il-mod kif in-naħa tal-gvern ressqet lejn dan il-każ u l-isteriżmu li bih ġiet indirizzata din il-kwestjoni.", "Għadna kemm smajna lill-Onor.", "Gonzi, ex Speaker ukoll, li beda sejjer \"shoot me down\", \"shoot me down\".", "Immaġinajtu xi Messersmith għaddej minn fuq Luqa airport.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Shoot me down fuq xiex?", "Fuq kwesjtonijiet li dan il-Parlament għandu jiddiskuti bl-akbar serjeta' mingħajr ħafna esteriżmu, mingħajr ħafna fireworks, mingħajr ħafna pożi u mingħajr ħafna retorika?", "L-argument li għandna quddiemna huwa li l-ombudsman ta intervista fl-1 ta' Settembru ta' din is-sena f'gazzetta li ma tantx tinqara, għax hemm xi ħadd imexxija li huwa hopeless, Manduca, u splodew in-nies.", "Splodew.", "U min sploda?", "Il-gvern sploda, għax anke waħda mill-konsulenti qaltilhom.", "Issa ħalliha li forsi kitbitha hi l-istqarrija.", "Imma kieku ħallweha tgħaddi ħadd ma kien jinduna biha din għaliex ħadd ma jaqraha dik il-gazzetta, ħlief għall-paġna ta' Marie Benoit u nies hekk.", "Sploda l-gvern fuq din u ħareġ stqarrija, all guns blazing, u ma kenitx fuq kwestjoni ta' fatt. That's why I'm puzzled.", "Għalhekk għandi mistoqsijiet f'moħħi.", "X'kienet ir-raġuni li l- Prim Ministru offenda ruħu daqstant?", "L-aħħar darba, meta smjat lill-Prim Ministru jitkellem bqajt mistagħġeb.", "Raġuni waħda - fittixtha fid- dizzjunarju - les majeste.", "Il-gvern ħass li l-ombudsman, bl-intervista` li ta, kien qiegħed jagħmel reat ta` les majeste, is-sovranita' tal-gvern insultaha.", "Jekk tagħsar kull ħaġa li ntqalgħet sal-lum, dak li hemm min- naħa tal-gvern.", "Il-gvern qed jgħid: Kif titkellem dwar il-gvern ta` Fenech Adami, il-gvern Nazzjonalista, b'dan il-mod, Sur Ombudsman?!", "Dan mhux sew!", "U din kienet.", "Anke l-aħħar sentiment li għadna kemm smajna meta l-Onor.", "Gonzi beda jgħajjat shoot me down.", "Tajba din!", "Bir-rispett kollu, għadni mbellah s'issa għax ir-reazzjoni tal-gvern setgħet kienet li tħalliha tgħaddi jew tirrispondi b'mod fattwali, jekk kien hemm xi ħaġa għal xiex tirrispondi.", "Imma li toħloq dawn il-causus belli b'dan il-mod qisek qed tgħidlu: Ara tmissni, ara tattakkani, mhux sew tmiss id-dinjita` tiegħi.", "Hekk qal il- Prim Ministru ġimgħa jew ġimgħa u nofs ilu, li qiegħed hawn biex jiddefendi d-dinjita` dan il-gvern.", "Rajt kullimkien jiċċaqlaq jien.", "Qiegħed hawn biex jiddefendi d-dinjita` ta' dan il-gvern.", "X'inhu jiġri f'dan il-pajjiż biex il-gvern jirreaġixxi b'dan il-mod li qisu qed iħossu mminiat minn ġewwa bi stqarrijiet....", "Wara kollox l-ombudsman qiegħed hemm bħala l-vuċi tal- poplu, mhux il-vuċi ta' Dr Gonzi, mhux il-vuċi tiegħi, mhux il-vuċi ta' Dr Fenech Adami u lanqas il-vuċi tiegħek, Sur President.", "Din qiegħda ċara fil- mod kif ingħata l-remit tiegħu, qed jitkellem bil-vuċi tal-poplu.", "U jekk se ngħidu issa li l-poplu li jitkellem hekk naboluh, kif kienu għamlu l- komunisti f'East Berlin, kif kien qallhom Berthold Brecht, all right nagħmluha.", "Imma bir-rispett kollu, jekk issa Dr Gonzi qed jitkellem biex niddisolvu l-poplu jagħmilha hu.", "Aħna m'aħniex qegħdin parteċipi miegħu f'din il-ħaġa.", "L-ombudsman qed jitkellem bil-vuċi tal-poplu, u meta jkollok il-vuċi tal-poplu tittrattahiex b'din l-arroganza ta` noli me tangere, ħadd ma jmissni.", "Qisni f'daqqa waħda għandna pedestall hemm fuq, u l-pedestall ħadd ma jmissu.", "Għaliex nafu x'jiġru mill-pedestall, kif ġralu Osymandias u r-re tar-rejiet li skond il-poeżija ta' Shelley spiċċa mbagħad imkisser minn kullimkien u distrutt f'nofs deżert.", "Din kienet l-ewwel ħaġa li ħawditni f'dan kollu li ġara, ir-reazzjoni tal-gvern.", "Imbagħad it-tieni ħaġa li ħawditni, u għadni mħawwed sal-lum biha, hija r- reazzjoni tiegħek, bir-rispett kollu Sur President.", "Mhux imbilli joħroġ Dr Gonzi jgħid li qed induru fuq l-iSpeaker.", "Mela fuq min trid iddur?", "L- iSpeaker qiegħed hawn biex jirrappreżenta quddiem il-poplu l-uffiċjali tal- Parlament.", "L-ombudsman huwa uffiċjal tal-Parlament.", "Mhux se noqgħod naċċetta li Dr Gonzi jgħidli żball, għaliex Dr Gonzi qal ħafna affarijiet meta kien Speaker u mbagħad reġa' belagħhom u dawwarhom meta sar deputat kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Jien ħaġa li għaġbitni f'dan kollu, Sur President, hija l-attitudni tiegħek li bqajt hekk frisk bħall-ħassa.", "Meta hemm dan l-attakk frontali b'dan il-mod arroganti fuq uffiċjal l-ombudsman li għandu l-kunsens tal-Kamra kollha għal darbtejn, kif intqal kemm-il darba, bqajt frisk bħal ħassa, qisu ma ġara xejn.", "Stajt taqbel miegħu, stajt ma qbiltx miegħu, stajt tiddefendih, stajt tattakkah u stajt tiegħu rwol imma.", "Mela l-post tiegħek hawnhekk huwa sempliċement biex toqgħod bil-qiegħda tħares lejna, meta hawn ħaġa serja bħal din?", "Mhux qed nattakkak, qed nikkritikak.", "M'iniex qed ngħidlek li qbiżt il-limiti jew bqajt barra mil-limiti, qed ngħidlek it-tnejn, imma qed ngħidhomlok b'sens ta' urġenza issa.", "Dan kif joħroġ il-gvern jattakka l-ombudsman b'dan il- mod!", "Issa l-gvern għandu kull dritt jikkritika, kif għandna kull dritt nikkritikaw aħna, imma mhux b'dak il-mod.", "Mhux b'mod li qed tgħeżżu.", "Għadna kemm smajniha s'issa.", "X'inhu l-għan wara dawn l-attakki, li taqbad lil dan il-bniedem, is-Sur Joe Sammut, mill-ġlekk u tgħeżżu ftit u tgħidlu: Oqgħod kwiet issa, titkellimx aktar u toqgħodx tattakkalna d-dinjita` tagħna u l-mod kif naħdmu?", "Int min inti, biex tagħmel hekk?", "Uffiċjal tal- Parlament dan, l-istess kif inhu uffiċjal tal-Parlament l-Iskrivan tal- Kamra u kif inhu l-Awditur Ġenerali.", "U bl-istess mod kif qabdu jew ipprovaw jaqbdu, għaliex ma naħsibx li se jintimidah, lis-Sur Joe Sammut mill-pavru u qagħdu jgħeżżuh jistgħu jaqbdu - u forsi diġa' qed jaqbdu, ma nafux aħna - lill-Iskrivan tal-Kamra u lill-Awditur Ġenerali u jagħmluhom hekk.", "U x'qed tagħmel f'dan kollu, Sur President?", "Bir-rispett kollu, imma naħseb li għandek id-dritt li tqum u titkellem u tgħid xi ħaġa x'imkien.", "Mhux meta jfettillek, wara dahrna, tqabbad lill-ex-president tar-Repubblika joqgħod jikteb rapport fuq il- proċeduri, ma nkunux nafu ħlief meta tistqarrhom pubblikament fis-7 ta' Ġunju, imbagħad affarijiet oħra bħal dawn xejn!", "Għaliex jew se nkunu bil- karti fuq il-mejda jew m'aħniex se nkunu bil-karti fuq il-mejda.", "Sur President, naħseb li tajjeb nerġa' ninsisti fuq il-punt li l-ombudsman m'huwiex xi ħadd, jekk se jaħdem tajjeb, li sempliċement jitkellem bil-vuċi tal-ministri u jgħid: Dan il-ministru miskien għamel dan, imbagħad ipprova jagħmel dan u wasal.", "Id-dmit ta` l-ombudsman hu li jitkellem bil-vuċi tal- poplu.", "Jekk tanalizza l-isteriżmu wara kull ħaġa li ntqalet sal-lejla, sa ħames minuti ilu saħansitra mill-Viċi Prim Ministru Gonzi, issib li l- isteriżmu ġej minn quddiem il-fatt li l-gvern qed ikollu jiffaċċja l-vuċi tal-poplu, u l-vuċi tal-poplu lil dan il-gvern iddejqu.", "Xejn aktar u xejn anqas.", "Ovvjament għax issa għadda ż-żmien u dan il-gvern għajja u xjaħ u allura kull vuċi li ma tkunx il-vuċi tal-klikka ta' ġewwa ddejqu.", "Imma naħseb jien li l-vuċi tal-poplu qed iddejqu wkoll għaliex qed tara li l- affarijiet mhux sejrin sew u qed tgħid: Isma' l-affarijiet mhux sejrin sew.", "U jekk l-ombudsman tkellem fl-intervista li ta lill-gazzetta li ftit jaqrawha għax immexxijha minn dak Manduca li ma jifhem f'xejn u urtat lill- gvern, din lill-gvern urtatu b'dan il-mod għax jaf li dawn l-affarijiet qed jintqalu.", "Dawn l-affarijiet li qed inawwruh minn ġewwa qed idejqu lin-nies ta' rieda tajba, ta' volonta tajba.", "Allura issa l-iSpeaker se jintuża bħala scapegoat biex nisparaw fuq il-vuċi tal-poplu.", "Tgħallaq lil ombudsman bħala proxy, bħala xi ħadd li qiegħed minflok il-poplu, għax iridu jagħlqu ħalq il-poplu.", "Jekk kien hemm xi ħaġa li ħarġet b'mod konkret minn dik l- intervista li l-ombudsman ta fl-1 ta` Settembru kien is-sentiment ta' frustrazzjoni minn naħa ta' l-ombudsman.", "Meta qrajt id-dettalji frankament kelli nerġa' noqgħod nistudjahom u erġajt studjathom u erġajt smajt dwarhom għax id-dettalji sfuġġewli.", "Imma li ħareġ minn dik l-intervista kien is-sentiment ta' frustrazzjoni ta' gvern li jagħmel l-affarijet b'mod u jgħid affarijet differenti, ta fetqa kbira bejn dak li jintqal u bejn dak li jsir, bejn parenza ta' ġustizzja, ta' rġulija, ta' sħubija, ta' fraternita', imbagħad minn taħt joħorġu s-skieken biex l- affarjiet isiru b'mod diskriminatorju.", "Il-frustrazzjoni, imbagħad meta toqgħod tanalizzaha, ġiet espressa u nħasset fl-intervista li ta l- ombudsman fuq affarijiet li ċ-ċittadini jħossuhom.", "Meta erġajt imbagħad, għal dan id-dibattitum qgħadt nara ftit x'inhuma l-punti li qajjem l- ombudsman sibt li qajjem punti kompletament konkreti.", "Ma qajjimx affarijiet li huma fl-ajru, u ħarist lejhom bil-mod li qed iħares lejhom il- poplu, u naħseb li hemmhekk huwa l-aċidu li qiegħed jikkorowdja, li qiegħed iħassar u li qiegħed idejjaq lill-gvern u mhux id-dinjita` biss.", "Taf int, issa moħħhom li deħlin fl-Ewropa u allura diġa` qed ilestu x'iridu jilbsu, il-bakkaljawiet u ma nafx x'aktar, biex imorru jiffirmaw u d-dinjita` għandha ċerta importanza, jaħsbu huma, imma l-verita` hija dik li qiegħda tikkorowdja minn taħt.", "Il-verita` ta' sistema mibnija minn fuq il-ħbieb tal-ħbieb, jekk inti parti minn klikka tasal u jekk m'intix parti minn dik il-klikka ara kif tirranġa ma' xi ministru jew xi segretarju parlamentari jew deputat nazzjonalista ħalli jirranġalek xi biċċa għallinqas jekk mhux kollox.", "Allura l-ombudsman ma' jistax jitkellem fuq dawn l-affarijiet għax inkella jkun partiġġjan, ikun qed jikser r-remit tiegħu jew ikun qed jaqbeż il- limiti!", "L-ombudsman ma jistax jitkellem fuq affarijet li l-poplu qed jitkellem dwarhom.", "Tmur fejn tmur kulħadd jitkellem dwar dawn l- affarijiet.", "Lili jċempluli nazzjonalisti wkoll id-dar tiegħi u jgħiduli fuq min qabiżhom u min ma qabiżhomx u jagħtuni l-informazzjoni.", "Sur President, hija ħaġa ċara li l-gvern jinsabu dahru mal-ħajt b'dawn l- affarijiet kollha u huwa dan li qed idejqu.", "Jaf ukoll li meta tkellem l- ombudsman fl-intervista li ta tkellem fuq affarijet konkreti.", "Tkellem fuq il-każ ta' Tarċisio Mifsud, tkellem fuq il-każ ta' l-armata, tkellem fuq il- każ ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, tkellem fuq il-ħniżrijiet li għadejjin fil-water services corporation, tkellem fuq il-ħniżrijiet li għadejjin fl- Air Malta fuq ħaddiema tas-sajf, tkellem fuq il-problema tal-penzjonanti li qed jaqilgħu taxxa bil-kbir għax jiġu aġġustati l-pensjonijiet tagħhom fuq re-adjustments u tkellem, b'mod maġġur imbagħad, fuq il-problema ta' l- accounability, ta' kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet f'dawk l- organizzazzjonijiet li qegħdin jinfetqu miċ-ċivil u jintelqu għal riħhom.", "Dawn huma kollha affarijiet li b'mod konkret in-nies qed tħosshom, in-nies taf x'inhu għaddej u jistgħu jagħmlu kemm iridu paraventi, jistgħu jagħmlu kemm iridu retorika kif għadna kif smajna, esterika jew le u jistgħu jagħmlu kemm iridu points of order.", "Hawnhekk aħna qegħdin nofs tużżana minn nies, qed jismugħna forsi 2000 jew 3000 ruħ, imma n-nies on the ground, jafu li dawn l-affarijiet qed imissulhom ħajjithom, qed jaffetwalhom ħajjithom u l-gvern mhux veru qed jindirizza dawn il-problemi.", "Il-gvern ta' Dr Fenech Adami huwa wieħed mill-muturi ewlenin li qed jiġġenera dawn l- inġustizzji li għadejjin fil-pajjiż, liema inġustizzji huma marbuta mal-mod ta' kif jitmexxa l-pajjiż, kif jitmexxa l-gvern.", "Sur President, issa jien beħsiebni nħares lejn dawn il-każi wieħed wieħed, mela le.", "Imma tajjeb li nistqarr ukoll li jien ninsisti u din in-naħa tibqa` tinsisti, Sur President - anke jekk inti tibqa' fuq il-ħajt tiegħek, fuq iċ-ċint tiegħek - li l-ombudsman għandu kull dritt jitkellem u jiġġieled fuq dawn il-każi.", "M'hu veru xejn, kif qal Dr Gonzi, li bilfors irid jitkellem fil-qafas tal-House Business Committee.", "M'hu veru xejn, il- liġi tagħtih kull fakulta` li juża kull mezz li qiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu, inkluż il-media.", "Tkun miġnuna liġi lill-ombudsman tgħidlu ara ma tmurx titkellem ma' Karl Schembri tal-\"Malta Independent\" jew ara ma tmurx titkellem ma' Joe Mifsud tal-ġurnal \"Kullħadd\".", "Allaħares ikollna liġi hekk għax lanqas tagħmel sens.", "Lanqas tagħmel sens.", "L-ombudsman għandu kull dritt li fejn iħoss li xi ħaġa m'hijiex qed issir sew jgħid: Din hija mgħawwġa għax il-poplu jaf li hija mgħawwġa u jien il-vuċi tal-poplu.", "Imbagħad naħseb ukoll li għandna dritt li nagħtu kas ta' x'qed jgħid l- ombudsman.", "U l-ewwelnett nibda minnek Sur President, għax inti għandek id- dover li tagħti kas ta' x'qed jgħid l-ombudsman u tara x'għandu jsir u mhux tħalli kollox għaddej qisu x-xmara Tevere sejra lejn ma nafx fejn.", "Anke aħna hawnehekk għandna kull dritt u kull dover li nieħdu bis-serjeta` dak li qed jgħid l-ombudsman.", "Mela kif kellna f'dawn l-aħħar jumejn u nofs, sessjoni wara l-oħra ta' żebliħ ta' l-ombudsman min-naħa tal-kelliema tal- gvern.", "Qisu li għax l-ombudsman tkellem kif tkellem dwar dawn l-affarijiet qed jikser xi liġi, qed jikser xi kmandament.", "Donnu li l-ewwel kmandament ġej jgħid: Ħobb lil Dr Fenech Adami bħalek innifsek!", "Hekk saret l-istorja u jekk tikkritika ċerti affarijiet f'daqqa waħda qisek sirt outside the pale u ibgħatu l-posse biex idendluh.", "Hekk ħassejtni f'dawn l-aħħar ġranet jien.", "GĦadejja l-posse tal-front benchers tal-gvern, kollha wieħed wara l-ieħor biż-żiemel qishom John Wayne, min se jdendlu l-ewwel.", "Dan irridu?", "Jiena kont nippretendi li kellhom ikunu n-naħa tal-gvern li jqumu minn ta' quddiem nett u jgħidu: Ara x'qed jgħid l-ombudsman.", "Jekk qed jitkellem b'dan il-mod bilfors li hemm xi ħaġa, allura noqogħdu attenti għax fl- interess tagħna li nagħmlu hekk.", "Jekk qed jitkellem hekk, bil-vuċi tal- poplu hemm xi problema u aħjar insolvuha f'dawn l-aħħar ftit xhur qabel l- elezzjoni li ġejja.", "Hekk kont naħseb li jgħidu jien.", "Imma le, minflok għandek il-posse għaddejja qishom, nerġa' ngħid, John Wayne jew Clint Eastwood biex idendlu lill-Ombudsman.", "Dan huwa l-mod?", "GĦalhekk nerġa` ngħid li jien puzzled, ippażiljat. a nużax il-kelma \"imħawwad\" għax għalkemm ħawwduni xi ftit ma rnexxilhomx iħawwduni kompletament fuq din il- ħaġa.", "Sur President, issa meta qed ngħid hekk ma jfissirx li ma nistgħux nikkritikaw lill- ombudsman.", "Jiena kkritikajtu lill-ombudsman fuq dik l- intervista, Sur President.", "Dażgur, ikkritikajtu b'mod li naħseb li kien fair, li kien ġust u ċertament bl-ebda mod ma jien se mmur nagħmillu l- inċira.", "Allaħares!", "Fiex ikkritikajtu?", "F'dik l-intervista l-ombudsman qal li l-membri tal-Parlament ma jinteressawx ruħhom biżżejjed u ma jiddiskutux l-affarijiet li jqajjem hu.", "U qajjem ħafna affarijiet importanti.", "Fost affarijiet oħra semma l-kwestjoni ta' l-accountability tal-fondazzjonijiet, kumpanniji, awtoritajiet, korporazzjonijiet u bordijiet li waqqaf il-gvern u li m'għadhomx suġġetti aktar għar-regolamenti finanzjarji tal-gvern, jgħidu huma, li jieħdu x-xogħol tal-gvern taħthom u kollox għal riħu.", "Qajjem punt importanti l-ombudsman hemm u dawn qajjimnih aħna wkoll.", "Li kkritikajt jien huwa li donnu kien qed jgħid li l-Parlamentari kollha, inkluż allura l-oppożizzjoni, li dawn l-affarijiet ma jqajmuhomx, ma jimbuttawhomx, ma jiddiskutawhomx u mhux interessati fihom.", "Jien għandi artiklu tal-Ħadd f'\"It-Torċa\" u dan il-punt qajjimtu hemmhekk.", "Ma qgħadtx nikteb press releases u dawn l-affarijiet kollha.", "Dik inħalliha għas- Sinjura Caruana Galizia, għas-Sur Cachia Caruana u għal Dr Gonzi biex jiktbuha.", "Aħna ma nagħmlux hekk.", "Jien d'dak l-artiku għedt ċar u tond: Possibbli li l-ombudsman ma jafx li d-deputati kollha ta' l-oppożizzjoni kemm-il darba jqajmuha din il-biċċa xogħol?", "Iqajmuha imma ma jingħatawx ċans jesprimuha l-problema li għandna b'dawn l-aġenziji, korporazzjonijiet, bordijiet, awtoritajiet, kumpanniji, fondazzjonijiet, u ma nafx x'aktar li qed jaħirbu mill-kontroll finanzjarju.", "U x'nirċievu kull darba li nqajmuha?", "Jaqa' ħajt min-naħa tal-gvern.", "Il-bieraħ attendejt ftit għall-PAC li kien fuq l-universita` u l-kumpanniji ta' l-universita`.", "Il-mod kif jiġu trattati l-mistoqsijiet u l-mod kif tiġi mgħoddija l-informazzjoni qisek qed tagħmel eżerċizzju fid-dentistrija, qisek qed taqla' sinna waħda wara l-oħra.", "U jekk ma jkollokx informazzjoni mbagħad trid tagħmel ħafna guesswork biex tasal, meta din suppost informazzjoni li toħroġ, u toħroġ bis-serjeta`.", "Meta nagħmlu debates u nqajjmu kwestjonijiet hawnhekk ikollna rebus sħiħ min-naħa tal-gvern għaliex ma jridx jagħti informazzjoni.", "Per eżempju, safejn naf jien, l- informazzjoni dwar l-hekk imsejħa privatizzazzjoni ta' l-MIA għadha ma ngħatatx.", "Hux hekk?", "Meta tlabna għal din l-informazzjoni fis-sajf qalulna biex nistennew sakemm jerġa' jibda l-parlament.", "Il-parlament beda u d- dettalji ta' x'ġara għadhom ma ħarġux.", "Imma diġa` deher kemm daħħal flus il- gvern taparsi - kollox kontra r-regoli statistiċi ta' l-UE, tal-Ġnus Magħquda - minn taxxi u minn withholding tax u minn income tax rates u kollox.", "Imma, bir-rispett kollu, min-naħa ta' l-oppożizzjoni l-ħin kollu nagħfsu biex dawn l-affarijiet joħorġu fil-beraħ.", "Għalhekk ikkritikajtu lill-ombudsman, imma ċertament mhux bil-mod salvaġġ, bil-mod intimidatorju u bil-mod ta' lynch party li kellna f'dawn l-aħħar jumejn u nofs mingħand il-Prim Pinistru f'diversi stqarrijiet fuqha u fil-linja ta' l-istqarrijiet li saru anke bil-press releases tad-DOI.", "Sur President, naħseb li ħareġ minn dan kollu huwa li hemm bżonn li l- uffiċċju ta' l-ombudsman inħarsuh u niddefenduh.", "Aktar ma smajt ir- retorika isterika ta' l-Onor.", "Gonzi u sħabu jien aktar ikkonkludejt li qed issir urġenti f'dan il-pajjiż, li mhux naraw kif se nisparaw fuq is-Sur Sammut u l-uffiċċju tiegħu, imma kif se nsaħħu l-uffiċċju tas-Sur Sammut.", "Jidher ċar, ejjew nagħmluha b'regola ġenerali, li meta gvern ikun għajjien u jkun wasal fl-aħħar u l-ombudsman ikun qed jagħmel dmiru jibdew jinħolqu problemi istituzzjonali u l-gvern jara kif jagħmel biex idaħħal ingassa m'għonq l-ombudsman u l-uffiċċju tiegħu.", "Naħseb allura bis-serjeta` nirriflettu kif se nsaħħu u kif se niddefendu aħjar l-uffiċċju ta' l- ombudsman.", "Dan kollu fil-kuntest ta' dak li jissejjaħ countervailing institutions.", "Jiġifieri jekk pajjiżna se jimxi 'l quddiem tabilħaqq irid ikun hemm istituzzjonijiet li jibbilanċjaw lil xulxin.", "L-argument tal- countervailing kienu jgħidulu fl-Amerika ftit taż-żmien ilu, fejn jekk għandek poter eżekuttiv qawwi u għandek poter ġudizzjarju pjuttost qawwi - f'dan il-każ ma jeżistix – trid tara kif se toħloq countervailing institution oħra biex the small guy, iċ-ċittadin iż-żgħir ikun jaf li għandu min jilqagħlu għax inkella ċ-ċittadin iħoss, bir-raġun, li hemm din il-makna għaddejja, hemm klikka ta' nies tmexxi makna u makna u se jinqabad fir-rambaġġ tagħha.", "Li hemm tajjeb f'istituzzjoni bħal ta' l-ombudsman, isimha magħha, hija li hi istituzzjoni, jekk titħaddem tajjeb u tiġi rispettata tajjeb, li liċ- ċittadin iż-żgħir tagħtih countervailing power, poter jew għallinqas parti mill-poter li jista' jibbilanċja l-poter ta' l-għaqdiet l-oħra kollha.", "Għalhekk inti, Mr Speaker, qed tagħmel wieħed mill-ikbar żbalji kbar li tista' tagħmel li ma toħroġx biex tiddefendi lill-ombudsman għax preċiżament din hija.", "Hemm xi ħaġa tiela` jew tista` titla`, jekk ma noqtluhiex kif irid joqtolha l-gvern, li toħloq countervailing balance.", "Bilanċ li mhux jegħleb imma li għallinqas iservi ta' kontrapiż għas-saħħa tal-burokrazija, tad-dipartimenti, tal-ministri u ta' ċerti affarijiet li li liċ-ċittadin jgħaġnuh.", "Ħaġa bħal din, il-kunċett ta' countervailing ta' kif se nżommu l-bilanċi għaddejjin, naħseb li rridu nifhmu li hemm bżonn li nagħtuha n-nifs.", "Għandna l-Istat, għandna l-gvern prepotenti, kif qed isir dan il-gvern iktar ma jgħaddi ż-żmien li kulma jgħid hu tajjeb u li jgħid ħaddieħor ma jiswa xejn.", "Jien dawn il-jumejn u nofs kelli moral ieħor.", "Il-prepotenza u l-arroganza li smajna inkredibbli, unbelievable, kif jgħid il-Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk ħa għalih għaliex unbelievable.", "Meta tattakka l-gvern hija assolutament les majeste, jiġifieri kontra s-sovranita` tal-gvern.", "Imma fir-realta` huwa gvern li l- prepotenza tiegħu nħasset f'dawn l-aħħar jumejn u nofs qiegħda hemm.", "Sħabi jsemmu l-każi tal-Laburisti kif nista' nsemmihom jien ukoll, u nista' nsemmi wkoll il-każi tan-Nazzjonalisti li ċempluli fuq il-prepotenza li jħossu li ħaddieħor imwarrab u ħaddieħor jaqbiżhom għax għandu konnessjoni tal-ħbieb tal-ħbieb fil-partit Nazzjonalista fil-gvern, li huma m'għandhomx.", "Tajjeb li nsemmuhom dawn l-affarijiet.", "U dawn huma l-affarijiet li liċ-ċittadin, lill-poplu qed idejjquh sa mnieħru, li meta jiġi quddiem dan l-istat ta' fatt, minflok li jkun hemm xi ħadd li jista' tabilħaqq jimbotta l-każ tiegħu jkollna lil Dr Gonzi jew lil nies oħra tal-gvern li jagħmlulna din ir-retorika kollha sabiħa tagħhom u jsemmulna r-rule of ethics - ma nafx minn fejn ġabuhom - ta' l-ombudsman ta' hemm u ta' l-ombudsman ta` hawn biex jgħidu: Isma`, imissu jagħlaq ħalqu l-ombudsman u ma jitkellimx.", "Imma In-nies mhux hekk jgħidu.", "Qed jgħidu: Sewwa għamel l-ombudsman li tkellem u ħażin għamilt int, Sur President, li ma tkellimtx.", "U jkollhom raġun ukoll.", "Mela min-naħa għandna din l-istruttura tal-gvern – ejjew ngħidu kollox – u min-naħa l-oħra għandna strutturi ta' partiti politiċi li huma qawwija veru u ċentralizzati bil-media tagħhom u bil-loġika tagħhom li qegħdin hemm ukoll.", "Issa jien qed nitkellem bħala kap ta' wieħed minn dawn il-partiti.", "Imma nifhem il- problema ta' ċittadin li jista' jkun Laburista, jista' jkun Nazzjonalista u jista' ma jkun xejn, għaliex hemm ħafna li m'huma xejn ukoll, li jgħidilna: Min qiegħed hemm biex iħares lejja bħala ċittadin, bħala persuna li għandi d-drittijiet tiegħi u jekk irrid nasal sa l-aħħar ikolli mmur għand xi avukat li se jisloħni, u ma nasalx?", "Jiena ngħidlu, l-ombudsman.", "Għalhekk, Sur President, li iktar u iktar irridu naħsbu ftit fuq din ir- retorika fqira li kellna dawn l-aħħar jumejn u nofs ta' dinjita` miġugħha għaliex l-ombudsman azzarda jitkellem, imma kif se nsaħħu s-saħħa taċ- ċittadin biex jiddefendi ruħu biex l-interess tiegħu jimxi 'l quddiem.", "Barra minnhekk, biex insemmu kollox, għandna l-Istat, għandna l-partiti politiċi – ma nsemmiex il-knisja biex ma nidħolx f'polemika – u għandna l- media.", "L-istess mill-ġdid għandna media, jiġifieri gazzetti u mezzi tal- komunikazzjoni li huma ċentralizzati u għaddejjin qishom makna jużaw liċ- ċittadin għal ftit mumenti u jwaddbuh qisu lumija magħsura.", "F'sitwazzjoni bħal din, Sur President, qed isir żball kbir min-naħa tal- gvern li għal raġunijiet tattiċi żbaljati - għax fl-opinjoni tiegħi qed jagħmel żball tattiku l-gvern anke b'din l-approach li ħa - minflok insaħħu l-vuċi tal-poplu permezz ta' ombudsman ankrat fil-Parlament u jitkellem kif iħoss li għandu jitkellem, nibdew nattakkawh b'dan il-mod intimidatorju, nibgħatu dawn lynch parties biex itellgħuh, idendluh minflok ngħidu: Isma`, tkellem kif tkellem l-ombudsman għandna bżonnu l- ombudsman.", "Nikkritikaw dak li qal imma mhux b'dan il-mod intimidatorju.", "Jien ngħid li din vjolenza morali fil-fatt.", "Ma naħsibx li s-Sur Sammut se jkun intimidat, imma dak hu l-argument kollu.", "Sur President, ħa nerġa` issa ndur għal dak li għandna quddiemna.", "L- ewwelnet l-ombudsman tkellem kif ħass li għandu jitkellem u l-gvern irreaġixxa permess ta' żewġ stqarrijiet li qegħdin għandi hawn.", "Waħda minnhom ħamest ijiem wara u l-oħra xi tlett ijiem wara.", "Ma stajtx nifhem wara li ħarġet imma issa wara li smajt dawn l-istqarrijiet kollha forsi nista' nifhem l-gvern maqbud f'sett ta' reazzjonijiet li ma jistax joħroġ minnhom għax meta ttikjajt l-argumenti li ħarġu ssib li kienet stqarrija isterika, arroganti u mhux koerrenti.", "Ma kienx hemm sens warajha.", "Kienet xi ħaġa ta' xi ħadd iritat bil-kbir, attakk ta' nervi u allura biex toħroġ minn dak l-attakk ta' nervi toħroġ stqarrija.", "Allura naħseb li hemm bżonn li l-gvern jifhem ftit li l-mod kif qed jaħdem f'din il-ħaġa mhux biss qed turi ċerti affarijiet fuq kif sejjer pajjiżna, imma naħseb li qiegħda tindika wkoll li għandna bżonn ta' bidla kbira.", "Bidla kbira fis-sens tat- tmexxija, fil-partit li jmexxi ċertament, u bidla kbira fil-mod kif inħarsu lejn il-problemi.", "Sur President, l-aktar ħaġa li f'dan kollu kienet interessatni kienet il- mod kif il-Prim Ministru meta konna qed nitkellmu bħal nhar it-Tnejn ġimgħa qam bil-kbir hemmhekk - naħseb il-kelma tajba kienet tkun jisserdaq, għalkemm ħafna nies se jarawha bħala derogatorja li nużaha imma dik rajta jiena - u semma l-kelma\", bħala l-aktar waħda li ma kenitx aċċettabbli min- naħa ta' l-ombudsman, \"unbelievable\" u qisu xxokja ruħu għax l-ombudsman uża l-kelma \"unbelievable\" biex jiddeskrivi r-reazzjoni li ta l-gvern għar- rikkmandazzjonijiet tiegħu.", "Jiena sal-lum għadni ma nistax nifhem għaliex il-kelma \"unbelievable\" qajmet dik ir-reazzjoni kollha.", "X'kien hemm fiha din il-kelma?", "Dwejjaq, kienet offensiva?", "Ma nistax nifhem.", "Allura li għamilt imbagħad għedt li jkun tajjeb li ndur ftit ħa nara l-każi li qajjem l-ombudsman u x'hemm fihom.", "Mhux veru xejn li huma każi li jirrigwardaw tlieta, ħamsa jew sitta min-nies kif ipprovaw jagħtu l-impressjoni l- kelliema tan-naħa tal-gvern.", "Il-każi huma ħafna aktar wesgħin minn hekk u tajjeb li nħarsu lejhom fid-dettall L-ewwelnett kellna il-każ ta' Tarcisio Mifsud.", "Jien skandalizzajt ruħi meta nhar it-Tnejn smajt lill-Prim Ministru jipprova jgħid li l-każ ta' Tarcisio Mifsud kien sempliċiment każ ta` tnejn min-nies fis-sakra li marru b'żewġt iktajjen u tawh xebgħa żgħira u sostna li dawn affarijiet li jiġru.", "Sur President, jiena mort nara lis-Sur Tarcisio Mifsud ftit siegħat wara li qala` dik ix-xebgħa.", "Kont ma' l- Onor.George Vella u sħabi.", "Nista` ngħid li dan qala` xebgħa ktajjen u li kieku l-katina niżlet mhux kif niżlet, imma ftit millimetri differenti minn kif niżlet, kienet tifqagħlu għajnejh u wiċċu.", "Dik hi l-verita`.", "Li l-Prim Ministru jitkellem b'dak il-mod sempliċement għax iqis li Tarcisio Mifsud mhux Nazzjonalist hija xi ħaġa tal-waħx f'dan il-pajjiż.", "Jaċċetta li lil sieħbu Cachia Caruana jaħtih Lm30,000 imma jiċħad, anke simbolikament ħlas ta' Lm1,500 fuq l-iskuża banali li ġab il-bravu Ministru Austin Gatt għax qal li mhux ipprovat li dan il-każ kien motivat politikament.", "Hekk qal mingħalija Austin Gatt.", "Din ħniżrija oħra u l-ħniżrijiet in-nies tħosshom.", "Jistgħu jgħidu kemm iridu bil-qrati u mhux qrati, imma hemmx dubju, jiena kont hemm ftit siegħat wara l-attakk fuq Tarcisio Mifsud u ma kien hemm l- ebda dubju li l-attakk fuqu kien motivat politikament min-nies li ma neskludix li ntbagħtu.", "Ma neskludix li ntbagħtu.", "Bir-rispett kollu, f'każ bħal dak tipprova tagħmel diskriminazzjoni bejn wieħed u ieħor u tiddefendiha bil-mod kif sar f'dan il-Parlament hija xi ħaġa li tkompli twaddab il-ħatab fuq in-nirien tal-polarizazzjoni f'dan il-pajjiż.", "Kellu raġun l-ombudsman jitkellem kif tkellem fuq dak il-każ għax hi tal-misħija għall-gvern li qed jittratta każ li kull m'hemm involut fih, sa fejn naf jiena, hija somma ta' Lm1,500 - somma simbolika, l-ombudsman simbolika kważi sejħilha - u għal prinċipju li għax dan jitqies bħala Laburist ma tagħthielux u tippretendi li l-ombudsman ma jitkellimx fuq din il-ħaġa, bir- rispett kollu, qegħdin inwaddbu - u l-gvern responsabbli għaliha din Sur President, u inti wkoll għax ħallejt lil ombudsman jgħum - il-ħatab fuq in- nirien tal-polarizazzjoni f'dan il-pajjiż.", "Kellu raġun l-ombudsman li jitkellem kif tkellem fuq dan il-każ.", "Cachia Caruana jumejn qabel l- elezzjoni ta' l-1996 - b'minuta file għax sibniha wara - ingħata Lm 30,000.", "Minnufih ġrew għand it-teżor ħalli meta jitla` gvern Laburista ma jkunx jista' jwaqqaf li joħroġ iċ-ċekk, ħarġulu ċ-ċekk u sarfu dak il-ħin stess, ftit siegħat qabel l-elezzjoni tal-1996.", "Imbagħad meta l-ombudsman ħares lejn il-kriterji u ċċekkja sab li dawn imorru kontra l-kriterji li l-istess gvern kien waqqaf.", "L-istess ħaġa, il-ħniżrija fil-każ ta' Pietru Pawl Busutill.", "Dr Mario De Marco jikteb lill-Ministru Austin Gatt u ftit wara joħroġ cheque ta' Lm 40,000 biex kollox jintesa.", "U hawn xi ħadd li ma jemminx li din hi manipolazzjoni politika partiġġjana?", "Hawn xi ħadd li ma jafx li Pietru Pawl Busutill jaqbad lil Prim Ministru fuq il-mobile tiegħu u jgħidlu: Jekk ma tagħmilx hekk se jkollok il-problemi!", "Dan huwa li jgħidu n-nies u dan li jifhmu n-nies.", "Imma mbagħad fil-każ tas-Sur Tarcisio Mifsud, għax jitqies bħala Laburist, hemmhekk le.", "Hawnhekk nagħmluha ċara li s-Sur Tarcisio Mifsud Lm 10,000 jieħu taħt gvern Laburista ħalli nuru li qegħdin npattu għall-umiljazjoni li qala`.", "U lill- ombudsman inserħulu rasu li gvern Laburista ġdid wara l-elezzjoni li ġejja jpattiha lis-sur Tarcisio Mifsud fuq il-bażi ta' dak li qal l-ombudsman.", "Sur President, imbagħad kien hemm il-każ tal-ġonna pubbliċi fil-Belt.", "Hemmhekk kien hemm argument sħiħ u qrajt ir-rapporti kollha jiena dwar ix- xogħol li kellu jsir fil-ġonna pubbliċi.", "F' dak li jirrigwarda l-Belt Valletta, Alla jbierek għandna lill-public works, lill-kunsill lokali, lill- Valletta Rehabilitation Committee u Din l-Art Ħelwa, b'xi mod jew ieħor imdaħħla wkoll, li huma kollha interessati.", "Għandna dawn l- organizzazzjonijiet kollha u l-ombudsman fuq inizjattiva ħares lejn dawn il- ġonna u staqsa għaliex dawn il-ġonna qed jaqgħu żorba.", "Hawn dawn l- organizzazzjonijiet kollha li suppost huma interessati fihom u xorta qed jaqgħu żorba.", "U għalhekk għamel ir-rapporti tiegħu fuq dawn il-ġonna.", "Huwa veru li dawn il-ġonna qed jaqgħu żorba għax mort niċċekja.", "Lanqas jekk tkun ġurdien ma tmur tinnamra aktar f'dawn il-ġonna għax tiddejjaq!", "Dik hi s-sitwazzjoni!", "Suppost il-Belt hi ġawhra turistika ta' l-UNESCO.", "Għandna lis-Sur Bondin jippoża ma' kulimkien, għandna lis-sindku Borg Olivier jwaqqaf il-karozzi ma jgħaddux min-nofs il-Belt u jħalli ż-żwiemel jinkwew fix-xemx, imma għall-ġonna ma jafx x'se jagħmel u l-ombudsman ħa l-briga li jara x'jista` jagħmel fuq il-ġonna tal-Belt u kiteb ir-rapporti tiegħu.", "Għandu raġun jinkazza għax kieku kont floku kont ninkazza iktar minnu jiena li dawn ir-rapproti baqgħu fuq l-ixkaffa.", "Għaliex?", "Għax gvern li sempliċi l-parenza ta` Hastings, tal-Barrakka ta` Fuq u tal-Barrakka t'Isfel sakemm ma jistax jagħmel xi ftit PR, ftit pubbliċita` u ftit BS fuqha ma jinteressahx ....", "Allura għamel ħażin l- ombudsman għax qal li ħadd ma ta kasu fuq din il-ħaġa?", "Għandu raġun, sewwa għamel.", "Għandna mbagħad – u hawnhekk l-aktar kruċjali – il-kwestjoni tal-pensjoni.", "Hawnhekk veru li ħassejt kemm huwa importanti li tabilħaqq l-ombudsman ikun il-vuċi tal-poplu u ma noqogħdux nagħtu kas ta` din ir-retorika esterika li għadna kemm smajna dawn l-aħħar jumejn u nofs.", "U anke inti, Sur President messek qomt tiddefendih lill-ombudsman fuq dan il-każ.", "Il-każ ta` pensjonanti tal-gvern li għalqu sittin sena, jew kemm, jew pensjonanti oħra u jsibu li kkalkolawlhom ħażin il-pensjoni tagħhom.", "Allura jsibu li wara tmien snin, seba` snin, sitt snin, ħames snin jew kemm, il-pensjoni tagħhom kienet tħallset b'inqas milli suppost u jridu jagħtuhom il-ħlas dovut lihom kollu f'sena waħda.", "Ommi kienet fl-istess każ, per eżempju.", "U nista` nifhem x'qed jgħid.", "Mela ċ-ċekk li jirċievu f'sena waħda jkun qiegħed iħallashom tal-flejjes li kellhom jieħdu bħala pensjoni li ma tħallsux fl-aħħar seba` snin jew sitt snin u rċevewhom f'ċekk wieħed u l- gvern qed jgħid: Tridu tħallsu l-income tax f'dik is-sena fuq il-flus kollha li jidħlu f'dik is-sena għax bl-organizzazzjoni tagħna ma nistgħux inlaħħqu biex noqogħdu naħdmu l-arrettrati sena b'sena u nnaqqsulkom l- income tax sena b'sena.", "Allura x'jiġri?", "Jiġri li l-pensjonant jew il- pensjonanta tirċievi ċekk ta` Lm3,000 f'daqqa u l-income tax tħallasha kollha fuq Lm3,000 u f'daqqa waħda jaqtgħulha 30% jew 40%, meta kieku kellhom id-diċenza, u jistgħu jagħmluha, li jqassmuha sena b'sena ma kenitx tinqabad hekk.", "U l-ombudsman jinfiska u jinkazza fuqha.", "Qed jgħid li dan mhux sew u l-ministeru tal-finanzi qed jgħidulu: Ma nistgħux naħdmu mod ieħor għax hemm problemi kbar biex noqogħdu nikkalkulawhom, naħlu ħafna żmien.", "L-ombudsman qed jgħid: Le, dan mhux sewwa.", "Kif lill-pensonjant inħalluh mingħajr l-arrettrati li tilef u mbagħad niċċarġjawh taxxa fuq sena waħda, mhux sew.", "U qed jinkazza l-ombudsman u sewwa qed jagħmel.", "Kieku waqaf s'hemm kien diġa` ikun qed jagħmel ħafna.", "L-ombudsman mar iktar 'il bogħod minn hekk u qal: All right, jiena kont kap taċ-ċivil u naf li hemm ċerti problemi ta` organizzazzjoni, imma l-gvern jista` joħroġ kompromess li għallinqas fuq każi bħal dawn it-taxxa tiġi kkalkulata b'mod differenti li jkun aktar raġonevoli ħalli l-pensjonanti ma jaqilgħuhiex fuq rashom.", "Dak li qal l- ombudsman.", "Qed jagħmel ħażin li jinsisti li tiġi ffaċċjata din il-ħaġa?", "Qed jagħmel tajjeb, u għalhekk nappoġġawh lill-ombudsman fuq din il-ħaġa.", "Sewwa qed jagħmel.", "Għalhekk huwa l-vuċi tal-poplu l-ombudsman fuq dawn l- affarijiet.", "U s-soluzzjoni li ħareġ biha hija soluzzjoni raġonevoli, ta` xi ħadd li kien imexxi ċ-ċivil u jaf x'inhuma l-problemi u ta` xi ħadd ukoll li qiegħed hemm bħala l-vuċi tal-poplu u qed jiffaċċja nies, nisa u rġiel anzjani, li msieken huma msallbin b'din il-ħaġa.", "M'humiex kuntratturi kbar dawn li jgħidulek jekk ma tagħtuniex dak li rridu nkeċċu 1,500 ruħ.", "Huma pensjonanti ta` 70 sena, qed jiffaċċjaw il-problemi quddiemhom u jridu lil min jagħtihom ħajt għall-kenn.", "U huwa l-ombudsman biss li jista` jagħtihom ħajt għall-kenn.", "Allura noħorġu all guns blazing fuq l-ombudsman għax jagħtihom ħajt għall-kenn, Sur President u inti lanqas tiddefendih?", "Għaħhekk ngħid jiena li jmissu jistħi l-gvern ta` Dr Fenech Adami li dak li ppropona l-ombudsman f'din il-ħaġa warrbu u ma tax kasu.", "Aħna min-naħa tagħna nwiegħdu li wara l-elezzjoni li ġejja se nwettqu dak li rrakkmanda l- ombudsman fil-każ tal-pensjonijiet.", "Imbagħad kellna l-każ ta` l-armata.", "Sur President, jiena bqajt skandalizzat bil-mod kif il-kelliema tal-gvern fuq l-armata pprovaw iwaddbu kollox taħt it-tapit għax jekk hemm xi ħaġa skandaluża li ġrat f'dawn l- aħħar erba` snin hija preċiżament il-mod kif ingħataw il-promotions u kif ġew spostati n-nies fl-armata.", "Nies li huma serji u retti fl-armata jiġu jagħidulna: Tqażżiżna fl-armata.", "U jekk hemm xi ħadd li huwa responsabbli għal din il-ħaġa u qed iġorrha huwa l-Brigadier Montanaro li qed nagħmluhielu ċara: Se jkolli jirrispondu, se jkollu jirrispondi għax konna aħna, il-gvern tal-Labour li ħtarnieh.", "Stennejna aħjar minnu, stennejna lil xi ħadd li se jmexxi b'ċerta rettezza u minflok sibna lil xi ħadd li kulma jrid jagħmel hu li jkun sapuna tal-partit Nazzjonalista.", "U nagħmilha ċara; kieku kienu biss Laburisti li qed jitkellmu b'dan il-mod inwieżen l-affarijiet, imma kulħadd qed jgħidha illi fl-armata, il-mod kif jiġu spostati l-affarijiet, il-mod kif qed jiġu organizzati l-affarijiet u t-tnaqqis ta` standards serji f'ċerti oqsma kif konna sibna aħna u pprovajna nirranġaw huma tal-waħx.", "Nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea u fuq l- Ewropa mbagħad meta niġu s-si u n-no t-tmexxija li għaddejja hija tmexxija antikwata, tmexxija partiġġjana u tmexxija li assolutaament hija tal- mistħija għal dan il-pajjiż.", "Mhux biss se naħdmu fuqha din, imma qed nifhem jiena wkoll u nifhem il-mod kif l-ombudsman bi prudenza kbira - ngħid jien, mhux imbilli ħarġu jattakkawh - iċama l-mod kif isiru l-promozzjonijiet fl- armata, jiġifieri blokka sħiħa mbagħad jgħaddu sentejn, tlieta biex juri li mhux hekk għandhom isiru l-affarijiet u li dik qed isservi bħala paraventu għall-manipulazzjoni politika partiġġjana fl-armata li qed tiskandalizza lil kulħadd.", "U li l-ombudsman tkellem b'dak il-mod – ngħid jien bilanċjat – u li l-gvern irreaġixxa b'dak il-mod jindika li tabilħaqq l-istat tal- pajjiż sejjer mill-ħażin għall-agħar u naħseb li mhux biss kellu raġun l- ombudsman li jitkellem kif tkellem u meta tkellem imma li l-pajjiż kollu għandu d-dmir li s-sinjal l-aħmar li ta l-ombudsman, il-warning signal, naħseb li hemm bżonn li nieħduh bis-serjeta` għax il-mod kif qed jidħol it- taħsir tal-polarizzazzjoni fil-pajjiż – u mhux veru li t-taħsir tal- polarizzazzjoni ġej mill-battibekki fuq l-Unjoni Ewropea jew fuq il-budget tal-gvern ...", "It-taħsir tal-polarizzazzjoni ġej mid-diskriminazzjoni politika u diskriminazzjoni tal-ħbieb tal-ħbieb 'l isfel fis-sistema.", "Meta n-nies tifhem li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu fuq kriterji li m'humiex oġġettivi, li m'humiex fair u li m'humiex ġusti, hemmhekk jinqala` t-taħsir veru fil-pajjiż u mhux għax ikollna polemika fuq issues kbar, mhux għax ikollna polemika fuq l-Unjoni Ewropea, jew fuq il-budget.", "Kull pajjiż għandu polemiki bħal dawn.", "Imma l-veru taħsir f'pajjiż, il-polarizzazzjoni mħassra f'pajjiż tidħol meta jkun hawn dawn it-tip manipulazzjoni għaddejja 'l isfel 'l isfel kapillari bbażata fuq diskriminazzjoni politika u diskriminazzjoni mafjuża, ngħidilha jien.", "L-istess ħaġa f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwestjoni ta' l-Air Malta.", "L- informazzjoni li għandna aħna hija informazzjoni li tiffitja ma` dak li wieħed jista` jiddeduċi minn dak li qal l-ombudsman.", "Jiġifieri li fl-Air Malta hemm wieħed li jismu \"It-Tup Tup\".", "Hux hekk jismu dak?", "(Interuzzjonijiet) Eh, mela mhux ismu dak!", "Hemm is-Sur Farrugia li jgħidulu t-\"Tup Tup\" li jikkonċentra l-poteri kollha ta` kif isiru promotions u kif isiru l-allokazzjonijiet tan-nies.", "Hemm qarnita sħiħa li anke f'dak li għandu x'jaqsam ma` min jidħol jaħdem fis-sajf fl-Air Malta.", "Dan joħroġ ċar anke minn dak li għamel fir-rapport tiegħu l-ombudsman, li hemm partiġġjaniżmu sfrenat.", "U ejja nifhmu x'inhi l-loġika tagħha din.", "Il- loġika tagħna hija li malli l-partit Nazzjonalista ikun għamel dawk is-snin kollha jħaddem l-affarijiet b'dak il-mod, malli jinbidel il-gvern se jkun hemm pressure kbira issa biex tinħadem in-naħa l-oħra s-sistema u n-nies se jgħidu ġusta li tinħadem hekk u l-ombudsman qed jgħid: Se nibqgħu sejrin hekk f'dan il-pajjiż?", "Allura jixraq li l-ombudsman nisparawlu b'dan il-mod meta qed iqajjem dan il-punt kardinali li huwa kruċjali?", "U anke int fuq din il-ħaġa, Sur President, urejt sens ta' irresponsabbilta` meta ma ħriġtx tiddefendi lill- ombudsman.", "Sur President, biex nagħlaq irrid ngħid dan.", "Jiena naħseb li hemm bżonn li mmorru pass lura minn din il-kontroversja li qajjem il-gvern innifsu.", "Jekk l-ombudsman tkellem kif tkellem, tkellem hekk għax il-kariga tiegħu timponilu li jitkellem hekk u għax tabilħaqq hemm affarijiet f'dan il-pajjiż, f'dak li semma hu, li hemm bżonn li niffaċċjawhom.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin qisu kollox tajjeb, kollox sew, u li jekk tikkritika l-aġir tal-gvern qisek qed tagħmel xi sagrileġġ, qed tikser xi kmandament.", "Kemm f'dak li għandu x'jaqsam fuq il-persuna ta' l-ombudsman u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-uffiċċju ta' l-ombudsman, matul dan id-dibattitu, min-naħa tal-gvern ġew attakkati ż-żewġ affarijiet, sew l-uffiċċju kif ukoll il-persuna.", "U dan sar b'mod intimidatorju, kemm fil-press release u kemm waqt id-dibattitu li għadda, biex l-ombudsman u l-uffiċċju ta' l-ombudsman jiġi intimidati ħalli nies li jaħdmu għall-ombudsman ikollhom f'moħħhom il-kritika ħarxa, salvaġġa li saret min-naħa tal-gvern u joqogħdu attenti kif jesprimu ruħhom, kif jinvestigaw il-każi u kif jimxu 'l quddiem.", "Għalhekk jien naħseb li rridu nirriflettu fuq din il-ħaġa, meta attakk bħal dan ġie mmexxi 'l quddiem, issa kkonfermata, mill-Prim Ministru nnifsu.", "Mhux billi għandna l-liġi, mhux billi għandna l-istituzzjoni, irridu nistaqsu kif se nipproteġuha dik l-istituzzjoni u kif se nipproteġuha lil din il-persuna.", "Jiena ngħid li anke rridu nwessgħu l-argument li bl-istess mod kif qed isir sforz ħalli jkun intimidat l-ombudsman u l-uffiċċju tiegħu, min jaħdem ma' l-awditur ġenerali u l-awditur ġenerali nnifsu se jżommu f'moħħhom l-attakki li qed isiru u l-attakki li saru, u l- intimidazzjoni li qed tiġi pprovata fir-rigward ta' l-ombudsman se tinfirex għalihom ukoll.", "Din hija xi ħaġa li għandha tippreokkupana bil-kbir għax aħna, bħala parlamentari, irridu li l-istituzzjonijiet li jiddependu minn dan il-Parlament u li huma parti mill-istruttura tal-pajjiż biex inżommu l- countervailing powers li semmejt l-ewwel, irridu nżommuhom ħajjin u nżommuhom għaddejjin.", "U parti minn din il-ħaġa hija wkoll il-mod kif l- ombudsman iwassal l-argumenti tiegħu.", "Hawn kritika ħarxa assolutament qawwija kontra l-ombudsman, għax wassal l-argumenti tiegħu permezz tal- media, għax ta intervista fil-ġurnal.", "Tqajjem il-punt ukoll li dan għandu ċ- ċans li jesprimi ruħu fil-House Business Committee fejn jista' jgħid li jrid.", "Il-House Business Committee, għal min ma jafx barra minn dan il- parlament, huwa kompost minn tliet membri tan-naħa tal-gvern, tnejn min- naħa ta' l-oppożizzjoni u huwa ppresedut mill-iSpeaker.", "Dawn jiltaqgħu waħedhom u jekk ikun hemm xi ħadd mill-ġurnalisti jkun hemm u jekk ma jkunx hemm ma jkunx hemm.", "Huwa hemmhekk li jesprimi ruħu l-ombudsman.", "Imbagħad jitla' r-rapport tiegħu quddiem il-Kamra u peress li l-House Business Committee jkun qal approvajna, hawnhekk ngħidu mmexxu, u nimxu.", "Sur President, waħda mill-ilmenti kbar li ħassejt fil-frustrazzjoni li kellu l-ombudsman hija li mhux qed ikollu ċans li r-rapporti tiegħu jkunu dibattuti f'din il-Kamra jew jingħataw ċerta saħħa.", "Naħseb allura rridu nkunu pro-attivi f'din il-ħaġa, irridu nħarsu 'l quddiem.", "Irridu ngħidu: X'nistgħu nagħmlu biex niffaċċjawhom dawn il-problemi?", "L-ewwelnett il- problema ta' kif qed ikun hemm attakk frontali fuq il-persuna u l-uffiċċju ta' l-ombudsman, għax il-gvern tal-ġurnata qed iħossu attakkat, by extension hija attakk intimidatorju wkoll fuq l-istituzzjonijiet ta' dan il- Parlament u l-uffiċjali ta' dan il-parlament u allura rridu naraw kif nistgħu nagħtuhom ftit iktar saħħa.", "It-tieni nett imbagħad irridu naraw kif nistgħu nsaħħu l-istruttura li biha jirrapporta l-ombudsman lill-Parlament u lill-poplu.", "Mhux ikun qiegħed ma' sitt qtates minna fil-House Business Committee u l-affarijiet jibqgħu hemm.", "Allura nixtieq nissuġġerixxi li l- ewwelnett, kif l-ombudsman innifsu qiegħed jipproponi fl-aħħar rapporti tiegħu, ikun hemm emenda kostituzzjonali biex l-uffiċċju ta' l-ombudsman isir mhux biss uffiċċju ta' dan il-Parlament imma jkollu wkoll l-istatus kostituzzjonali.", "Fl-aħħar rapporti tiegħu jien qrajt li l-ombudsman qed jagħmel din il- proposta u naħseb li għandna nimxu f'din it-triq.", "Għaliex?", "Biex nagħtu ħarsien sħiħ lill-ombudsman u lill-uffiċċju tiegħu minn hemm gvern li jkun wasal fl-aħħar, bħalma hu dan il-gvern, li biex jipprova jiġboh ġieħu jiftaħ il-kanuni kollha tiegħu u jibgħat il-lynch parties ħalli jdendlu lill-ombudsman.", "Allura hemm bonn li nagħtuh status kostituzzjonali ħalli jkollu iktar saħħa, ikollu iktar ftuħ.", "Dak l-ewwel punt.", "It-tieni punt huwa dwar kif jiġu trattati r-rapporti ta' l-ombudsman.", "Jidher ċar li dan li r-rapporti jmorru quddiem il-House Business Committee m'hijiex qed taħdem.", "M'hijiex qed taħdem mhux għax sħabi u n-naħa tal- gvern ma jitkellmux dwarhom, imma qed tinħonoq.", "U naħseb allura rridu nimxu 'l quddiem - u gvern Laburista ġdid ikun lest li jimxu f'din it-triq - li jkun hemm mill-inqas żewġ seduti plenarji tal-Parlament, jiġifieri f'din il- Kamra, li fihom l-ombudsman b'mod plenarju jkun jista' jippreżenta r- rapport tiegħu hu u jkollu ċans li jiddiskutih hu quddiem il-Kamra kollha.", "Sur President, għalija l-ombudsman huwa parti mill-iSpeaker għalhekk aktar u aktar insibha li hu dnub mill-kbar li inti bqajt lura.", "Mela jien qed ngħid li l-ombudsman jippreżenta ir-rapport tiegħu hu quddiem din il-Kamra u jkollu ċans jintervjeni f'laqgħa plenarja mill-inqas fuq żewġ seduti ta' din il-Kamra li tittratta r-rapporti tiegħu.", "B'dan il-mod, għallinqas, ma jinħonoqx fil-House Business Committee għax il-House Business Committee u kumitati tal-parlament, fl-opinjoni tiegħi, m'humiex qed jaħdmu tajjeb biżżejjed.", "Sur President, punt ieħor ukoll li rridu nisħqu fuqu, huwa l-argument tal- protokoll.", "Issa jiena l-protokoll ma nemminx fih, idejjaqni.", "Imma ukoll, l- istatus protokolari ta' l-ombudsman hemm bżonn inħarsu lejh u ma jistax ikun li l-ombudsman protokolarment jibqa' qisu s-Cinderella.", "U naħseb hemmhekk ukoll – dan pnut minuri realttivament - li ħdejn is-safeguard kostituzzjonali, ħdejn il-proposta li jkun hemm laqgħat plenarji ta' din il- Kamra li fuq żewġ seduti jitkellmu u jiddiskutu r-rapporti ta' l-ombudsman, din il-biċċa tal-protokoll li hija relattivament minuri imma għandna ssir ukoll.", "Sur President, fl-aħħarnett nixtieq nagħlaq dan id-dibattitu billi nesprimi s-solidarjeta` sħiħa ta' l-oppożizzjoni Laburista ma' l-ombudsman.", "Nemmnu Ii l-punti li qajjem, għalkemm wieħed jista' jikkritika l-fatt li qisu qed iwaddab lill-parlamentari kollha fl-istess keffa u fl-istess miżien, li m'huwiex il-każ, kollha huma importanti, huma siewja, u nikkundannaw il-mod kif il-gvern, speċjalment Dr Fenech Adami u Dr Gonzi, irreaġixxew għalihom bħala kompletament inaċċettabbli f'demokrazija moderna.", "Jiena ngħid li l- mod kif il-gvern irreaġixxa u kif mexxa dan il-każ kollu, li ma kellux jiġi trattat b'dan il-mod, huwa sintomu ta' pajjiż marid, ta' soċjeta` marida u ta' soċjeta` fi kriżi ħtija ta' deċiżjonijiet u ta' tmexxija li minflok ikunu bbażati fuq trasparenza u kuraġġ huma bbażati l-aktar fuq attitudnijiet ta' ħbieb tal-ħbieb, kulħadd jogħrok dahar kulħadd, fuq affarijiet li m'humiex trasparenti, u li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar dan it-taħsir qiegħed inawwar lill-qalba tas-soċjeta` tagħna, ħaġa li mhux biss nistmerruha imma hemm bżonn li lil hinn mill-kliem nieħdu azzjoni biex aktar milli noqogħdu nikkundannaw lill-ombudsman li qiegħed jagħmel dmiru, ngħidu lill-gvern: Agħmel dmirek, irriforma ruħek fil-ftit taż-żmien li baqagħlek għax il-poplu se jirriformak.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Qabel ma ngħaddu għall-aġġornament nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritli mill-Onor.", "Rita Law dwar użu ta' mobile phones fil-Kamra tad- Deputati.", "Nitlob issa lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 30 ta` Settembru 2002, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali – Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, nirringrazzja lill-kollega tiegħi li kkonċedieli ftit minuti mill-ħin tiegħu biex nitkellem dwar l-iskola primarja ta' Ħal Luqa.", "Kien ippjanat li f'din l-iskola jsir xogħol estensiv pero', fil-bidu ta' Awissu, il-kuntrattur responsabbli, li għamel żmien twil miexi bix-xogħol b'mod regolari, waqaf ħesrem u sal-lum għadu ma kompliex.", "Il-kunsill informa b'dan lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada – għax huwa veru, dawn l-iskejjel għada se jitlestew – u r-risposta li ngħata fl-20 ta' Settembru kienet li x-xogħlijiet f'din l-iskola kienu mexjin skond kif ippjanat.", "GĦall-mistoqsija parlamentari li għamilt jien, il-ministru weġibni li l- kuntrattur kien waqaf bix-shut down u issa reġa' rritorna lura fuq il-post tax-xogħol.", "Jidher biċ-ċar li bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada u l-ministru hemm nuqqas ta' qbil.", "Ma nafx kif seta' jiġri dan meta din il- fondazzjoni taqa' taħt ir-responsabbilta` ta' l-istess ministru.", "Il-fatt jibqa' li x-xogħol huwa wieqaf u hekk kif tagħmel ix-xita, se ssir ħafna ħsara, ovvjament se jsiru spejjeż addizzjonali li se jħallas għalihom il- poplu, u dan minbarra l-inkonvenjent li qed jinħoloq.", "Naħseb li jkun opportun li l-ministru - għax fl-aħħar mil-aħħar, ir- responsabbilta` politika ta' l-iskejjel ta' pajjiżna taqa' fuqu - jagħti risposta ċara dwar jekk ix-xogħlijiet fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa humiex se jitlestew qabel ma jidħol l-istaġun tax-xitwa, ħalli l-istudenti jkunu jistgħu jirritornaw f'din l-iskola fl-iqsar żmien possibbli.", "Huwa mportanti li l-iskejjel ta' pajjiżna jingħataw l-attenzjoni kollha li tixirqilhom, mhux bil-kliem iżda bil-fatti.", "L-entitajiet governattivi responsabbli għandhom jikkoordinaw ruħhom b'mod tajjeb ħalli x-xogħlijiet pendenti jitlestew.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, fl-għaxar minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel riferenza għal dik il-parti ta' l- aġġornament tiegħi li l-bieraħ ġiet ikkritikata mill-Viċi Prim Ministru, fejn b'sorpriża kbira għalija, tkaża b'dak li jien għamilt f'din il-Kamra u sab li l-aġir tiegħi kien wieħed oġġezzjonabbli.", "Jien kont preżenti meta l-Onor.", "Gonzi intervjena fejn tkaża u wera ruħu sorpriż għal dak li għamilt jien.", "Jiddispjaċini li llum l-Onor.", "Gonzi m'huwiex qiegħed hawn biex jisma' dak li għandi xi ngħid jien, bħalma ma kienx hawn meta jien tlabt lill-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawk id-dokumenti li għalih tant huma oġġezzjonabbli.", "Nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Gonzi x'inhu l-kriterju li bih qiegħed jikkonsidra l-aġir tiegħi bħala oġġezzjonabbli, għax kulma għamilt kien xi ħaġa li f'dan il-parlament ilha snin twal issir, u ċioe` poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra dokumenti li ħassejt li kellhom jitqiegħdu fuq il-Mejda.", "Nistaqsi minn fejn u għaliex oriġinat l-oġġezzjoni ta' l-Onor.", "Gonzi, meta fuq kollox, ħadd ma oġġezzjona għal dak li għamilt jien, la tal-gvern u lanqas xi membru ieħor ta' din il-Kamra.", "Il-Viċi Prim Ministru qalli li ma kienx jaf x'fihom dawk il-karti.", "Jien ngħid li l-Onor.", "Gonzi, bħala ex Speaker, imissu jaf li ħadd ma jkunx jaf x'fihom id-dokumenti li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, qabel ma eventwalment jitpoġġew.", "GĦalkemm il-prattika li wieħed joġġezzjona għal xi dokumenti li jiġu ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra qiegħda hemm, fir- rigward tad-dokumenti li poġġejt jien, ħadd m'għamel dan.", "Jien ninsab sorpriż għall-fatt li l-leader tal-Kamra u l-ex Speaker l-Onor.", "Gonzi, lanqas kien kapaċi jikkwota l-iStanding Orders li jirregolaw dak li għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ikkwota biss l-iStanding Orders ta' l-interpellanzi imma jiddispjaċini ngħid li ma kienx korrett.", "GĦalhekk, la l-Onor.", "Gonzi kkwota standing orders ħżiena, l-argument tiegħu kollu huwa ħażin.", "Sur President, il-verita` hija waħda, u ċioe` li f'dak li jien poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra hemm allegazzjonijiet serji, li minn hawnhekk nitlob li jingħataw attenzjoni serja - u nagħmel din it-talba bla ebda biża' jew intimidazzjoni – għax għalkemm forsi huma mirquma fi kliem li jien ma naqbilx miegħu, xorta huma gravi.", "Jekk dan il-gvern huwa serju, m'għandux jispekula dwar il-mod ta' kif ġie ppreżentat dan id-dokument imma għandu jagħti kas tas-sustanza tiegħu.", "Jiddispjaċini ngħid li dan il-gvern wasal fi stadju fejn ma jistax ikun iżjed arroganti milli hu, għax dejjem hu għandu raġun.", "Il-gvern Nazzjonalista għandu d-don speċjali li f'kulma jagħmel u f'kulma jsir f'dan il-pajjiż, dejjem hu għandu raġun.", "Issa qegħdin naraw li din il-prattika qiegħda titħaddem mhux biss fil-konfront ta' l-oppożizzjoni, ta' min hu Laburist u ta' min huwa indipendenti u jirrappreżenta struttura parlamentari indipendenti, imma anke fil-konfront ta' persuni Nazzjonalisti magħrufa.", "Dan huwa l-attakk politiku li qiegħed nagħmel jien, Sur President.", "L- attitudni arroganti ta' dan il-gvern, li jaħseb li huwa nfallibbli, li ma jagħmilx żbalji, li ħadd ma jista' għalih, li ħadd m'għandu jikkoreġih, li ħadd ma jista' jagħtih parir, li ħadd ma jista' jiftaħlu għajnejh, li aħna d-deputati ma nistgħux niġu f'din il-Kamra u nqiegħdu dokumenti fuq il- mejda tal-Kamra, skond id-dritt li jagħtu l-iStanding Orders, hija assolutament inaċċettabbli.", "Din hija l-attitudni li l-Onor.", "Gonzi għandu jiddeskrivi bħala inaċċettabbli, mhux jirkeb fuq il-karru tal-ġurnal tal-partit tiegħu u jikkritika lil min f'din il-Kamra qiegħed jagħmel id-dover tiegħu, forsi a spejjeż personali tiegħu.", "Dan hu dak li jrid jara l-Onor.", "Gonzi, li f'din il-Kamra jkun hawn persuni li b'sogru personali, jippreżentaw dokumenti li jistgħu jippreġudikawhom u li fuq kollox, permezz tagħhom, m'huma se jiggwadanjaw xejn għalihom personali.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li lili, din l-attitudini ma tintimidanix.", "Jien qatt ma ħallejt lil ħadd jerfagħni, wisq inqas persuni li għandhom record kriminali u li m'għandhom xejn biex iħammruli wiċċi.", "Minkejja li dawn in-nies qegħdin jakkużawni li mxejt b'mod oġġezzjonabbli, jien ngħid li dak li ppreżentajt huwa biss il-bidu, u għad baqa' x'jiġi ppreżentat, avolja forsi mhux hawnhekk f'din il-Kamra.", "Qiegħed ngħid dan biex ħadd ma jakkuża lilna l-membri ta' l-oppożizzjoni li qegħdin ninħbew taħt il-privileġġi parlamentari biex naħarbu mir-responsabbilta` ta' barra.", "Pero' għad baqa' x'jiġi ppreżentat, għad fadal dokumenti li jistgħu jitfgħu ħafna iżjed dawl fuq din il-kobba mħabbla, li s'issa nafu biss il- bidu tagħha.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, bħala l-kelliem ewlieni ta' l- oppożizzjoni dwar l-affarijiet barranin, bħalma għamilt drabi oħra, irrid nesprimi l-opinjoni tal-partit Laburista fir-rigward ta' żewġ issues ta' portata internazzjonali li qegħdin jinkwetaw mhux biss lill-pajjiżi tal- Mediterran imma kważi kważi lid-dinja kollha.", "L-ewwelnett nixtieq li wieħed jirrifletti dwar dak li għaddej fil-kwestjoni ta' l-Iraq.", "Nistgħu ninnotaw li wara dak li ġara fl-Amerika fil-11 ta' Settembru, wara dak li ġara fl-Afganistan u wara li minkejja l-wegħdiet kollha, sal-lum, it-terrorista Osama Bin Laden għadu ma ġiex accounted for u ma nafux jekk huwiex mejjet jew ħaj, l-attenzjoni tad-dinja tal-punent, b'mod partikolari ta' l-Amerika, daret fuq Saddam Hussein u fuq l-Iraq.", "Irrid nagħmilha ċara li m'hemm l-ebda simpatija partikolari lejn Saddam Hussein, li bħad-dittaturi l-oħrajn kollha, ma jixraqlu l-ebda appoġġ.", "Pero' hemm dittaturi u dittaturi.", "Wieħed jistaqsi għaliex ċerti dittaturi huma aċċettati u oħrajn m'humiex, għaliex f'ċerti żminijiet, lil ċerti dittaturi naħdmu magħhom u fi żminijiet oħra nirrifjutaw li nagħmlu dan.", "Hawnhekk m'għandix ħin biżżejjed biex nidħol f'dawn l-argumenti, pero' rrid ngħid li l-mod ta' kif ....", "Irrid niddikjara biċ-ċar li l-partit Laburista m'għandu xejn kontra l- Istati Uniti ta' l-Amerika, pero' f'demokrazija nħossu li għandna d-dritt li nesprimu l-opinjonijiet tagħna, li ngħidu fejn naqblu u fejn ma naqblux, u l-kritika li nagħmlu ma tkunx kontra l-Amerika nnifisha jew kontra l- president tagħha imma kontra l-politika li tkun qiegħda tiġi mħaddma f'dak il-pajjiż u li ma narawx eye to eye magħha.", "Ċertament li aħna m'aħniex l- uniċi persuni li nagħmlu dan, għax anke fl-Ewropa stess, kif se nispjega iktar 'il quddiem, hemm qasma fonda bejn min jaħseb mod u min jaħseb mod ieħor.", "L-argument tagħna huwa li filwaqt li kien ikun ideali kieku persuni bħal Saddam Hussein qatt m'eżistew, biex l-ebda poplu ma jbati, ir-realta` hija differenti.", "Qegħdin naraw - u hawnhekk fejn aħna ninsabu nkwetati – politika ta' unilateraliżmu, fejn għax pajjiż bħall-Istati Uniti qiegħed jgħid li qiegħed iħoss it-theddida ta' bidu ta' azzjoni militari minn Saddam Hussein, jiddeċiedi li jagħti bidu għal gwerra kontra l-Iraq.", "Dan l-argument huwa fond u għandu ħafna aspetti, pero' jekk inħarsu lejh bħala pajjiż fil-Mediterran, pajjiż li jemmen fin-newtralita` u fil-paċi - u l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna tgħidilna li n-newtralita` tagħna hija għodda biex nakkwistaw il-paċi - ma nistgħu nkunu qatt favur il-gwerra.", "Ma jfissirx li aħna ma nemmnux li jekk ikun hemm attakk, m'għandux ikun hemm attakk biex jirrispondi, pero' nemmnu bis-serjeta` li f'każi bħal dawn għad hemm ħafna toroq li jistgħu jiġu użati biex jekk jista' jkun, gwerra fl- Iraq tiġi evitata, u għal ħafna raġunijiet.", "L-ewwelnett, gwerra fl-Iraq għandha tiġi evitata minħabba l-fatt li l-akkużi li qegħdin isiru li l-Iraq għandu mezzi ta' mass destruction, jiġifieri bombi li jistgħu jxerrdu l- mard u jagħmlu ħsara kbira bil-kimika li fihom, għad iridu jiġu ppruvati.", "Il-partit Laburista m'huwiex f'pożizzjoni li jgħid li l-Iraq għandi jew m'għandux minn dawn il-bombi.", "Proprju lbieraħ, fil-House of Commons, fejn kien hemm sezzjoni interessanti u waħda mill-ikbar attendenzi li qatt kien hemm fil-parlament Ingliż, il-Prim Ministru Blair ippubblika dokument ta' 50 faċċata li jgħid li għandu x-xhieda li r-reġim Iraqin qiegħed jibni dawn il-mezzi ta' distruzzjoni tal-massa.", "Jien ngħid li r-risposta hija faċli.", "Dan l-aħħar, ir-reġim ta' Saddam Hussein aċċetta, avolja taħt pressjoni, li f'pajjiżu jerġgħu jidħlu spetturi tal-Ġnus Magħquda biex iduru fejn għandhom iduru.", "X'inhu jżomm milli dawn l-ispetturi jintbagħtu b'mandat speċifiku biex jgħidu lid-dinja jekk huwiex veru jew le li l-allegati fabbriki fejn hemm potenzjal ta' armi nukleari, jeżistu, qabel nibdew nattakkaw bil-kbir.", "Jekk hemm xi ħaġa li aħna, bħala nies ċivilizzati, li nemmnu fil-paċi, li nemmnu li għandu jkun hemm id-demokrazija u l-mezzi kollha diplomatiċi, irridu nirrealizzaw, hija li meta jiġru affarijiet bħal dawn, l-ewwel ma jbatu jkunu n-nies ċivili, in-nisa, it-tfal, ix-xjuħ, il-morda.", "Il- mexxejja dejjem ikollhom il-bunkers taħt l-art fejn jistaħbew, u dawk li jmutu jkunu n-nies fl-irħula u fl-ibliet.", "Imbagħad, wara li jmutu l- innoċenti, nagħmlu apoloġija fejn niddikjaraw li dak kien żball, bħalma ġara fl-Afghanistan fejn mijiet ta' nies li kienu qegħdin jiċċelebraw, inqatlu f'attakk wieħed għax kien hemm min ħaseb li l-isparar tagħhom kien immirat għall-ajruplani Amerikani.", "Jien m'iniex qiegħed nikkritika din l-azzjoni li kienet ittieħdet imma qiegħed ngħid x'jiġri fi gwerra.", "Il-partit Laburista qiegħed jgħid li wieħed jista' jilħaq l-għanijiet tiegħu b'mezzi inqas distruttivi u iktar paċifiċi.", "Illum il-ġurnata, il-Ġnus Magħquda qiegħda tikkonsidra l-każ.", "Jien nappella lill-Amerikani u b'mod partikolari lill-gvern Ingliż, li għal raġunijiet tiegħu, kien prominenti biex jappoġġja dak li jrid George W. Bush, biex jistennew u ma jgħaġġlux biex jattakkaw lill-Iraq.", "Huwa veru li dan il-pajjiż ilu erba' snin jinjora l-mozzjonijiet tal-Ġnus Magħquda, bħalma huwa veru wkoll li l-aħħar delegazzjoni li twaqqfet biex tinvestiga jekk hemmx armamenti ta' dan it-tip fl-Iraq jew le, spiċċat bla riżultat, pero' issa hemm ċans ieħor.", "Sur President, ejja naraw li lil dawn in-nies ma nissottomettuhomx għal iktar tbatija.", "M'għandna l-ebda ġustifikazzjoni li nkomplu nġiegħlu lil dan il-poplu jbati.", "Jien nemmen li iktar importanti minn hekk, wieħed irid jikkonsidra wkoll x'jista' jkun l-effett ta' attakk militari fuq l-Iraq, għax ovvjament, l-Iraq mhux se joqgħod b'idejh fuq żaqqu.", "Jekk kemm-il darba se jkun hemm ritaljazzjoni, min se jbati?", "Fejn se tieqaf ir- ritaljazzjoni?", "Kif se nikkontrollaw it-tbatija?", "GĦalhekk aħna qegħdin ngħidu ċar u tond li għallinqas għalissa, żgur li m'għandux ikun hemm attakki militariġ F'dan ir-rigward aħna ninnotaw il- politika ta' Schroeder u ta' Chirac, filwaqt li ma naqblux ma' Bush, ma' Blair u lanqas ma' Berlusconi.", "Nippretendu li l-Ewropa sservi ta' break fuq l-Amerika biex din ma tieħux xi azzjoni militari.", "Jien nemmen li għad fadal ċans biex jintbagħtu spetturi serji fl-Iraq, proprju fejn indika r-rapport li ġie ppubblikat ilbieraħ mill-Ingilterra, biex iserrħu moħħ id-dinja dwar jekk huwiex veru jew le li għandna theddida fuq rasna.", "Sur President, illum, quddiem il-bini ta' dan il-parlament, stajna naraw numru kbir ta' żgħażagħ jipprotestaw kontra vapuri militari li jiddaħħlu f'pajjiżna.", "Meta d-dinja għaddejja minn dan it-theddid u minn din il-biża' kollha, qegħdin naraw li l-gvern preżenti, minbarra xi dikjarazzjonijiet li għamel mal-Ġnus Magħquda, li wieħed jista' jinterpretahom kif irid hu, qiegħed jiftaħ il-portijiet ta' pajjiżna għall-vapuri ta' pajjiż, f'dan il- każ l-Ingilterra, li kien minn ta' quddiem u l-uniku wieħed li beda jagħti appoġġ inkondizzjonat lill-president Amerikan biex dan jattakka lill-Iraq.", "U aħna nafu li l-vapuri li qegħdin jidħlu f'pajjiżna, jekk l-Amerika tiddeċiedi li tattakka lill-Iraq, se jkunu parti mill-flotta li titlaq minn hawnhekk biex taqdi d-doveri tagħha fl-azzjoni militari.", "B'dan l-aġir, aħna qegħdin nissottomettu lil pajjiżna għall-possibilita` ta' attakk terroristiku fuq dawn il-biċċiet meta jkunu fil-port.", "Erbat ijiem ilu nqabdu 19-il persuna fi Sqallija li kien qegħdin fuq dgħajsa, fi triqthom għal-Libja jew għal Malta, u li x'aktar huma nies ta' l-Al Qaeda.", "Issa jekk aħna m'aħniex kapaċi norbtu lil dawn iż-żewġ affarijiet flimkien, jew aħna stupidi, jew imġinen, jew ma rridux naraw l-affarijiet kif inhuma.", "GĦalhekk il-partit Laburista jappella lill-gvern biex ma jpoġġix lill- poplu Malti f'periklu bla bżonn.", "Sur President, it-tieni suġġett li xtaqt nitkellem dwaru huwa s-sitwazzjoni ta' bħalissa fl-istess reġjun tal-Lvant Nofsani, u ċioe` l-problema tal- Palestina.", "Kemm-il darba kelli l-okkażjoni li f'dan il-parlament nitkellem dwar dan is-suġġett, u għalhekk illum qiegħed nitkellem dwaru biex ngħid biss li l-partit Laburista jemmen, u għalhekk se jara kif jagħmel biex meta jkun fil-gvern jipprova jgħin ħalli jinstab it-tarf ta' din il-problema.", "Illum il-ġurnata wasalna fis-sitwazzjoni assurda fejn naraw kap ta' poplu assedjat ġo bini, bil-gvern Iżraeljan inaqqar bil-gafef minn dan il-bini u joqgħod jilgħab il-logħba tal-qattus u l-ġurdien, jekk iwaqqgħux fuqu u jordmu, jekk iwerwrux, għax qiegħed jgħid li miegħu għandu xi terroristi.", "Dan m'huwiex aċċettabbli.", "Jien niskanta u niskrupla kif id-dinja demokratika, kif il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jaċċettaw li jsir dan it- tip ta' logħob tal-Medjuevu, fejn min għandu s-saħħa, l-armamenti u l-mezzi biex jagħmel il-gwerra, joqgħod jinbex, jinsulta u jumilja lil poplu fqir, li huwa spossessat minn artu, u ma jħallix lill-ekonomija ta' dan il-poplu tieqaf fuq saqajha iżda jippermetti din il-ħniżrija kollha.", "U jiena nidħak meta naqra x'qal Rasmussen, il-Prim Ministru Daniż, fir- rigward ta' l-Iraq, u ċioe`:", "\"If resolutions can be ignored ...\",", "- b'riferenza għar-riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda -", "\".... without provoking a reaction of one sort or another, that would undermine the authority of the United Nations.\".", "Lill-Prim Ministru Daniż jien ngħidu li l-Iżrael ilu jinjora lir- riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni numru 242 u 338, u r-ruxxmata ta' riżoluzzjonijiet oħra, għax għandu l-backing ta' l-Istati Uniti.", "Nerġa' ngħid li l-kritika tagħna m'hijiex diretta lejn l-Amerika imma lejn il-politika li titħaddem f'dak il-pajjiż.", "U l-Unjoni Ewropea wkoll għandha toqgħod kwieta u ma tagħfasx fuq l-Iżrael, ħalli dan jitrażżan.", "Bl-ebda mod m'aħna qegħdin ngħidu li xi ħadd minnhom għandu raġun jew għandu tort.", "It-tnejn għandhom tort u t-tnejn għandhom raġun, għax it-tnejn qegħdin joqtlu lil uliedhom u lil ulied uliedhom.", "Aħna nikkundannaw bl-iktar mod kategoriku l-attakki ta' dawk li jisplodu lilhom infushom, għalkemm nifhmu x'jista' jwassal lin-nies ċivili fl-Iżrael biex jagħmlu dwn l-affarijiet, filwaqt li nikkundannaw bl-iktar mod espliċitu, il-mod goff u bla proporzjon ta' l-armata Iżraeljana fl-ibliet Palestinjani.", "Luisa Morgantini, li hija l-persuna li tagħmel ir-relazzjoni bejn il- parlament Ewropew u l-kunsill nazzjonali Palestinjan u li kelli l- opportunita` li niltaqa' magħha fi Brussels, fil-Euro-Arab Dialogue, qalet li l-Iżraeljani waslu fi stat fejn ma jħallux rappreżentanti minn Gaza jmorru f'Ramallah għal-laqgħa tal-parlament Palestinjan.", "Dawn huma affarijiet intollerabbli, li ma jistgħux jiġu aċċettati fid-dinja ċivilizzata.", "Fil-passat diġa' rajna l-assedju ta' Arafat, l-assedju tal- knisja tan-nativita` f'Betlehem, rajna affarijiet moqżieża min-naħa ta' l- Iżraeljani.", "GĦalkemm m'għandi xejn kontra l-Iżraeljani, ma nistgħux naċċettaw li għax poplu għandu s-saħħa militari, għandu kemm għandu raġun, jumilja poplu ieħor b'dan il-mod, ma jħallihx jgħaddi bil-prodotti tiegħu biex jesportahom, ikissirlu l-ajruporti li kien bena bil-flus ta' l-Unjoni Ewropea, ma jħallix lin-nies imorru għax-xogħol.", "U dan kollu biex ma jaċċettax dak li sar f'pajjiżi oħra.", "Il-Ġnus Magħquda, li hija l-awtorita` mondjali li għandha tieħu ħsieb dawn l-affarijiet, għandha tibgħat, bħalma bagħtet f'postijiet oħra, fosthom f'Ċipru, forza li tifred, li tikkontrolla lil dawn iż-żewġ popli biex ma jibqgħux jikkontrollaw lil xulxin.", "Nirrepeti dak li għedt drabi oħra, u ċioe` li ma naċċettax l-argument li biex il-Ġnus Magħquda tagħem dan, trid tiġi aċċettata miż-żewġ naħat.", "F'Ċipru ma kinetx ġiet aċċettata miż-żewġ naħat, iżda fl-1974 xorta marret u għadha hemm sal- lum.", "Sur President, filwaqt li din in-naħa tal-Kamra turi solidarjeta` bla qies mal-poplu Palestinjan, filwaqt li temmen li l-Iżrael għandu d-dritt li jgħix fil-paċi u ma jkunx mhedded minn attakki suwiċida, temmen ukoll li t- tnejn għandu jkollhom id-dritt li jgħixu fi fruntieri magħrufa, fil-paċi u b'kooperazzjoni ma' xulxin.", "Nemmnu wkoll li ma jistax ikun li fil-proċess li fih qegħdin nistennew li Arafat juri d-dixxiplina tiegħu u jipprova jikkontrolla dawk l-affarijiet li l-Iżraeljani qed igergru minnhom, l-Iżrael stess ma jħallix lill-gvern ta' Arafat jeżerċita d-dixxiplina tiegħu, għax b'hekk l-Iżrael qiegħed jumilja lil Arafat, qiegħed ipoġġih f'pożizzjoni fejn issa huwa ħaj imma erba' minuti oħra ma jafx jekk huwiex se jkun mejjet.", "Sur President, din in-naħa tal-Kamra tikkundanna dak li għaddej bħalissa f'Ramallah, tispera li kollox jiġi ċċarat u rranġat, pero' titfa' r- responsabbilta` fuq il-Ġnus Magħquda u l-Unjoni Ewropea, li huma l- organizzazzjonijiet li għandhom jaraw li dawn l-affarijiet, li wara kollox huma kollha effetti ta' l-iżbalji li għamlet l-Ewropa fil-passat, ma jibqgħux għaddejjin.", "Lil Rasmussen ngħidlu biex ma jiskantax għax l-Iraq baqa' jinjora r- riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda, għax l-Iżrael kien ilu snin twal jagħmel dan, u bil-benedizzjoni ta' min kien kapaċi jagħti l-veto.", "Nerġa' ngħid li jien m'iniex qiegħed nikkritika għax ninsab kontra l-Amerikani.", "Dan m'hu veru xejn.", "Ma' l-Amerikani, il-partit Laburista jixtieq jistabbilixxi l-aħjar relazzjoni, pero` mal-politika li qegħdin jadottaw, bir-rispett kollu, ma jaqbilx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 30 ta' Settembru, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - SCHOLARSHIPS", "35505.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies fil-korp tal-pulizija li temmew b'suċċess l-għoti ta' scholarship u allura preżentament għandhom status akkademiku jew professjonali?", "Peress li ħarġet sejħa għal postijiet ta' spetturi tal-pulizija, huwa evidenti li hemm numru ta' vakanzi x'jimtlew f'dan ir-rank, allura jista' il-Ministru jgħid għaliex m'hijiex tintuża l-proċedura promulgata f'artiklu 18 (a) tar-regolamenti tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku meta l-korp tal-pulizija diġa` għandu nies gradwati għax gawdew sponsorship u allura tħallsu mill-fond konsolidat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-preżent hemm seba' membri tal- korp tal-pulizija li temmew b'suċċess sponsorship mill-korp fl-universita`.", "Il-promozzjonijiet għal spetturi fil-korp tal-pulizija jsiru wara li jkun intemm b`suċċess il-kors ta` sena fl-Universita` ta` Malta li jwassal għas- certificate in policing skond kif provdut f`regolament 16 tar-regolamenti tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, liema regolament jirreferi għalih paragrafu (a) ta' regolament 18.", "Kull membru tal-korp li jkun imħajjar li javvanza u jkollu l-kwalifiki meħtieġa jista` japplika sabiex ikun ikkunsidrat għal din il-promozzjoni.", "-------"]} {"filename": "19930510_134d_par.doc", "date": "1993-05-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 134 It-Tnejn, 10 ta' Mejju, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 134", "It-Tnejn, 10 ta' Mejju, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "134", "It-Tnejn, 10 ta' Mejju, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "959", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "959", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "966", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KARTI TA' L-IDENTITA'", "IDENTITY CARD (AMENDMENT) BILL", "It-Tielet Qari .....................................", "967", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEETINGS PUBBLIĊI", "PUBLIC MEETINGS (AMENDMENT) BILL", "Kumitat ............................................", "968", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAL-LIĠI TAL-BAĦAR", "LAW OF THE SEA (RATIFICATION) BILL", "Kumitat ............................................", "996", "It-Tielet Qari .....................................", "1005", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "1006", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "1013", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 133 li saret fil-5 ta' Mejju, 1993, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL PRIVATI - DONAZZJONIJIET U ĦLASIJIET OĦRA", "9922.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li qed jintalbu registration fees u self ta' flus kif ukoll donazzjonijiet b'impediment li jekk ma toħroġx sehemek ma titħallix tkompli l- iskola aktar minn ċertu livell fl-iskejjel privati mhux tal- knisja?", "Id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni japprova dawn l- affarijiet li qed jurtaw ħafna ġenituri?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Mill-indaġini li għamlu l-uffiċjali tad- Dipartiment ma rriżultax każ li jinkwadra fid-dettalji mogħtija mill-Onor.", "Interpellant.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun aktar speċifiku anke jekk jippreferi li jagħtini l-informazzjoni kunfidenzjalment.", "CHISWICK HIGH SCHOOL", "9996.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-kondizzjonijiet u regolamenti li qed tagħmel iċ- Chiswick High School għall-ftuħ ta' skola sekondarja privata bl-isem ta' St. Martin's Foundation.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ġewx aċċettati mill- Ministeru ta' l- Edukazzjoni?", "L-iskola qed titlob kontribuzzjoni ta' Lm450 għall-ewwel child u Lm200 għat- tieni child f'każ ta' aħwa.", "Barra minn hekk il-ġenituri se jkollhom iħallsu entry fee ta' Lm150 kull student u dawk il- ġenituri li ma jaċċettawx dawn il-kondizzjonijiet (għalkemm il- kontribuzzjonijiet huma rifondibbli) mhux se jitħallew jirreġistraw it-tfal tagħhom li fil-preżent qegħdin jattendu l- Junior School.", "Il-fees proġettati għas-snin 1993-96 ilaħħqu minn Lm160 sa Lm260 kull term skond il- livell ta' klassi.", "Jista' l-Ministru f'isem il- ġenituri jintervjeni ma' l- awtoritajiet ta' l-iskola fuq dawn il-kondizzjonijiet esaġerati li se jikkaġunaw hardship lil bosta ġenituri?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jifhem illi meta l-Gvern jagħti liċenzja għal ftuħ ta' skejjel privati, l-ewwelnett għandu jikkonsidra l-preparazzjoni akkademika ta' min jidderieġi u jgħallem, kif ukoll li jara li l-post ikun adegwat għal skola.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħlas, il-Gvern jara biss jekk hemmx xi qerq.", "Għalkemm sejjer nitlob li nara wkoll il-kontijiet ta' l- iskola proġettata, wieħed irid jifhem li bla sussidju l-ispiża ta' skola titla' ħafna.", "Il- ġenituri għandhom kull dritt għall-għażla, iżda dan ma jfissirx li l-kommunita' għandha tissussidja kull għażla.", "LEĠISLAZZJONI LI TITTRATTA N- NOISE ABATEMENT", "6351.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jidhirlu l-Gvern illi għandu jkollna liġislazzjoni speċifika li tittratta n-noise abatement?", "Ma jidhirlux il-Ministru li artiklu 41 tal-Kodiċi tal- Pulizija hu biss farka minn saff ta' liġijiet oħra utili li għandna u eventwalment ninforzaw biex jiġi protett l- ambjent kif imiss?", "Qegħdin jiġu nforzati \"The Motor Vehicles Regulations 1948\" li jipprovdu, inter alia, li l-ebda persuna m'għandha ssuq karozza b'mod li jsiru ħsejjes bla bżonn, u dan f'ħin l-irqad bil-lejl.", "(Section 88)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Naqbel ma' l-Onor.", "Membru li rridu ntejbu l- liġijiet tagħna dwar il-livell permissibli ta' ħoss li għandu jiġi ttollerat biex innaqsu kemm nistgħu t- tniġġis ta' l- ambjent mill-istorbju.", "Waħda mid-direttivi li tlabt il- Pulizija, tikkonsidra hi li tinkludi, fost il-ksur tar- regolamenti tat- traffiku, iż- żamma jew sewqan ta' vettura fi kwalunkwe ħin b'daqq ta' radju jew ta' cassette b'volum li jinstema barra mill-karozza.", "Qed nikkonsidra wkoll x'jista' jsir biex jitnaqqas l- istorbju f'lokalitajiet ta' divertiment u fuq ix-xtut.", "Fil-kwadru tar-regolamenti dwar is-saħħa tal-ħaddiem fuq il-postijiet tax- xogħol, diġa' jeżistu provvedimenti dwar il- livell permessibbli ta' ħoss fuq il-postijiet tax-xogħol.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, f'dan il-mument għandi f'idejja xi emendi għal- liġijiet li għadni kif għamilt referenza għalihom u nixtieq nkun naf jekk il-Ministru jaċċettahomx.", "F'dan il-każ dawn ir- referenzi li qiegħed nitkellem fuqhom lil min ngħaddihom, lilu jew lil- liema awtorita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, napprezza ħafna l- fatt jekk l-Onor.", "Interpellant jgħaddi dawn l-emendi lili, ħalli b'hekk nkunu nistgħu nikkonsidrawhom mar-regolamenti li qegħdin jiġu kkonsidrati.", "FURJANA: MAGAZINES STREET - DJAR", "6352.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru tas-Sigurta' Soċjali jgħidilna liema kienu d- djar/fondi li l-Gvern tiegħu ra u fejn kienu dawn id-djar u ta' min kienu qabel ma wasal biex xtara l-fond f'Magazines Street, Floriana li llum hu s- sede ta' l-Awtorita' tad-Djar?", "X'kien il-prezz mitlub f'kull każ għal kull fond?", "Il-Gvern ikkonsidra li l-post li llum għandhom fil-Furjana seta' kien għażla ħażina stante li l-Lohombus li taħdem qrib l- Awtorita' tad-Djar se tiġi shifted għall-Marsa?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta Soċjali): L- Awtorita' tad- Djar ikkonsidrat diversi postijiet biex jiġu wżati.", "Fost dawn kien hemm li kienu żgħar wisq, oħrajn kellhom talba ħafna aktar għolja waqt li oħrajn ma kenux f'postijiet ċentrali li jistgħu jkunu milħuqa mill-pubbliku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Il-Ministru jidhirlu li l-post huwa post ċentrali, stante li l-Lohombus issa se jmur in-naħa tal-Marsa u allura jista' joħloq iktar inkonvenjent għal ċerti persuni li jkollhom bżonn is- servizzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien għadni nikkonsidrah bħala post ċentrali għax fil-fatt il- Furjana huwa post ċentrali.", "Peress li l-Lohombus sejrin bejn il-Marsa u l-Blata l-Bajda ma jfissirx li dawn għandhom jiċċaqilqu wkoll.", "UFFIĊINI GĦALL-AVUKAT ĠENERALI", "6436.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: B'referenza għal dak li ntqal fil-Budget li l- Gvern se jipprovdi kważi Lm400,000 li prinċipalment dawn se jmorru għall-bini ta' uffiċċju ġdid ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, jista' l-Ministru jgħid fejn hu dan il- post ġdid li se jospita lill-impjegati ta' l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika?", "Kemm sewa lill-Gvern preċiżament l-akkwist ta' dan il-post ġdid?", "Inħarġu tenders biex ikun jista' jsir il-bini ta' dan l-uffiċċju?", "Allura x'użu preċiż se jkollu l- uffiċċju preżenti ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika?", "X'jara li se jkun hemm fl- uffiċċju l-ġdid ta' l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika li fil- preżent ma jeżistix fejn hemm dak tal-lum?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): Il-post fejn se jittella' l-uffiċċju l-ġdid ta' l-Avukat Ġenerali jinstab fi triq id-Dejqa, kantuniera ma' Triq l- Arċisqof, b'entratura prinċipali minn Triq l-Arċisqof.", "Il-post il- ġdid se jittella' prinċipalment fejn illum hemm bini li huwa proprjeta' tal-Gvern.", "Sa issa nħarġet l-ordni meħtieġa tal- President taħt Kapitolu 88 dwar dik il-parti li mhix tal-Gvern.", "Il-valur tal-kumpens ta' dawk il-postijiet li se jiġu akkwistati għadu mhux iffissat.", "Tenders għal bini joħorġu regolarment meta jiġu finalizzati l-pjanti aħħarija tal-proġett.", "L-uffiċċju preżenti ta' l- Avukat Ġenerali meta jitlestew l-uffiċċji l- ġodda, jiġi rilaxxat biex ikun jista' jsir ir-restawr meħtieġ f'dik il- parti tal-Palazz.", "Fl-uffiċċju l-ġdid u modern ikun hemm spazju meħtieġ biex fih ikunu jistgħu jiġu akkommodati aħjar l-impjegati preżenti u dawk li hemm bżonn jiddaħħlu fl-uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Xi żmien ilu kont staqsejt lill-Ministru tal-Ġustizzja dwar speċjalizzazzjoni aħjar għal persuni li jaħdmu hemmhekk, partikolarment dawk li huma avukati, biex ikollna speċjalizzazzjoni fl- oqsma tal- kummerċ u tal-marittimu.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan sarx, u jekk sar, jista' jagħtina xi ħjiel dwaru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nista' ngħid - minn dak li nisma' - li l- idea hija li jkun hemm iktar spazju għal nies speċjalizzati.", "Per eżempju, nafu li hawn problema għad- drafting ta' liġijiet.", "Miskin l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika li jrid jagħmel kollox u żmien m'għandux!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, żmien ilu kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet u jidhirli li ma kien applika ħadd.", "Imbagħad jidhirli li reġa' kien hemm sejħa oħra u nixtieq inkun naf jekk applikawx xi nies.", "Jien naf li mhux qiegħed strettament mal- mistoqsija u naf li tapprezza, pero' nixtieq li tagħti xi ftit informazzjoni rigward dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ma nistax napprezza biżżejjed id-domanda tiegħek għax forsi l-Ministru jista' jgħidlek kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew sottomessi u jekk tagħmel domanda forsi jkollok risposta aktar preċiża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jidhirli li l-Ministru semma d- diffikulta' li għandu l- Attorney General biex ilaħħaq mad-drafting tal- liġijiet.", "Ma jaħsibx il-Gvern li jkun pass prattiku jekk dawk legali li qabel kienu jaħdmu fl-Uffiċċju ta' l-Attorney General jiġu kummissjonati biex jgħinu fid- drafting tal-liġijiet?", "Għall- grazzja t'Alla minn dawn għandna numru li għadhom ta' eta' żgħira u jistgħu faċilment jiġu utilizzati.", "Naf li hu preskritt li l-Attorney General f'ċerta eta' jrid jirtira imma ma naħsibx li jkun hemm diffikulta' biex id-drafting tal- liġijiet ikun jista' jsir minn dawn l-individwi u b'hekk ikunu qed jgħinu lill-Attorney General f'xogħol li huwa time consuming.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien napprezza l-kummenti ta' l-Onor.", "Membru, pero' għandu jifhem ukoll li - jekk m'inix sejjer żball - l-ex Attorney General diġa' qiegħed impenjat fuq xogħol ieħor fejn tidħol ir- riforma tal-liġijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nistgħu nsemmu wkoll ex- imħallfin li jistgħu jiddraftjaw il-liġijiet.", "ONOR.", "GOERGE BONELLO DU PUIS: Ngħaddi dan is-suġġeriment lill-sieħbi l- Ministru tal- Ġustizzja ħalli jara x'jista' jsir.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Biex ikollok xi ħaġa oħra x'tgħaddi lill- Ministru, nixtieq inkun naf jekk huwiex possibli wkoll li tirreferi lill- Onor. Fenech dwar il- kondizzjonijiet ta' dawk l- avukati li hemm jaħdmu fl- uffiċini ta' l-Attorney General, li hemm bżonn jitjiebu għax inkella l- Uffiċċju qatt mhu se jkun attrezzat b'mod tajjeb u bl-aħjar imħuħ legali.", "Naħseb li din f'pajjiżna verament għandna bżonnha jekk verament il-Gvern qed jaħseb għall-kurrent Ewropew.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Is-suġġeriment li qed tagħmel ngħaddih, pero' ma nista' nagħmel xejn aktar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma nafx jekk l-informazzjoni li għandi hix tajba.", "Jien ġejt mgħarraf li l-Main Guard se jkun parti mill-uffiċċini ta' l-Attorney General.", "ONOR.", "GOERGE BONELLO DU PUIS: Temporanjament forsi, imma l- bqija ma naħsibx.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għaliex le?", "Il-Main Guard ilu magħluq numru ta' snin issa, għaliex ma tutilizzawhx?", "Għandna bżonn nutilizzaw kull ftit spazju li għandna.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Prim Ministru qed igħidli li qed naqblu.", "FURJANA - CAR PARK", "6437.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għaliex kien waqaf ix-xogħol fuq il-car park outside City Gate?", "Min kien il-kuntrattur?", "Kemm dam jaħdem fuq ix-xogħol u kemm tħallas?", "Jista' l- Ministru jagħti breakdown tan-nefqa totali għal dan il-proġett?", "Ħarġu tenders?", "Meta ħarġu?", "Min kienu dawk kollha li applikaw?", "L-anqas offerta ġiet aċċettata?", "Meta se jitlesta dan il-car park?", "Jista' l-Ministru jagħti data approssimattiva?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Dan hu proġett privat.", "Il-Gvern kulma għamel kien li ttrasferixxa l-art wara li għaddiet riżoluzzjoni f'dan is- sens fil-Kamra tad-Deputati.", "Il-Gvern ma ħareġ u mhu se joħroġ l-ebda finanzjament għal dan il-proġett.", "FURJANA - ĠNIEN TAL-MALL", "6438.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li fil-fatt jiġi rranġat kif xieraq il-Mall fil- Floriana u jingħata l- attenzjoni regolari li tant għandu bżonn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel din id- domanda lill- Ministru ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd peress li dan il- ġnien hu taħt ir- responsabbilta' tiegħu.", "ĦAMRUN: TRIQ ATOCIA - RAMPA", "6439.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li f'Atocia Street, Hamrun bejn numru 71 fl- imsemmija triq u l-Ħamrun Samra Football Club issir rampa għax billi t-triq hi dejqa, huwa faċli biex karozzi jtajru t-tfal li jkunu ħerġin mill- football club?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill- Bord tal- Kontroll tat-Traffiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Billi d-domanda għamiltha f'Novembru u jidher li din għaddiet għand l-Awtorita' kompetenti, il-Ministru għandu xi ħjiel jekk f'dan il-perjodu ta' żmien it-talba tiegħu ġietx attwata fis- sens jekk dak li tlabt hux se jiġi attwat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kull meta mmur f'Atocia Street, din id-domanda kull darba ssir.", "Jien ma jidhirlix li hawn risposta mingħand it-Traffic Control Board pero' nipprova nara ftit.", "LIĠI DWAR KUNTATTI MA' MAŻUNI MALTIN JEW BARRANIN", "9636.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8835, jekk ngħaddilek in-numru tat-tessera li għandu Roberto Memmo fl- għaqda tal- mażuni, dak li hu msieħeb mal-familja Degiorgio fil-proġett ta' Chambray, tibqa' ta' l-istess fehma li m'għandhiex tgħaddi liġi biex ħadd ma jkollu kuntatti ma' membri tal-mażunerija allavolja inti tinsab on record li għidt li inti kontra li l-Maltin ikunu msieħba f'xi għaqda tal- mażuni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): It-tweġiba hi fl-affermattiv.", "AWTONOMIJA FL-UNIVERSITA'", "9637.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi ġie rrapportat fil-gazzetti li inti bħala Ministru ta' l- Edukazzjoni ordnajt lill- awtoritajiet ta' l- Universita' biex iraħħsu l-fees għall- eżamijiet tal-Matrikola, kif allura kull meta nistaqsik fuq l-Universita' tirrispondi li ma tindaħalx f'ċerti deċiżjonijiet li qed jittieħdu mill- Universita' għax l-Universita' hi awtonoma?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall- Artiklu 39 (2) ta' l-Att ta' l-1988 dwar l-Edukazzjoni li fih jingħad li \"Il-Ministru jista', b'regolamenti, jippreskrivi l- ħlasijiet li għandhom isiru għall-eżamijiet...\" u nistiednu jistudja sew il-liġi sħiħa u persważ li mbagħad jifhem il- konċett ta' l-awtonomija ta' l- Universita'.", "L-Universita' hi awtonoma skond il-liġi u l-Ministru għandu setgħat skond il-liġi.", "ENEMALTA - INĠINIERA", "9638.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li bħalissa hemm diżgwid kbir fost l- inġiniera ta' Enemalta dovut għat-tmexxija taċ-Chairman preżenti?", "Jekk fl- affermattiv, jaqbel il-Ministru li dan għandu jiġi mġiegħel iwarrab mill- kariga?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- tweġiba hi fin-negattiv.", "XOGĦOL FIL-QASAM INDUSTRIJALI TAR-RIKASOLI", "9639.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il-Ministru li fl- Industrial Estate tar-Rikasoli hemm ħmieġ kbir?", "Jista' jagħti ordni biex issir tindifa ġenerali tal-post, jimtlew il- ħofor tat-toroq u jitjiebu s- servizzi tad-dawl u l-ilma?", "Jaf, per eżempju, li dan l- Industrial Estate li fih diversi fabbriki li għandhom bżonn ħafna ilma, kważi dejjem ikun hemm l-ilma maqtugħ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għalkemm il-manutenzjoni ta' l- oqsma industrijali huma strettament ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni ta' l- Iżvilupp, is- Segretarjat għall-Ambjent għamel diversi nterventi ta' tindif fl-inħawi ta' Rinella u Rikasoli.", "L-ilma f'dan il-qasam industrijali ma jkunx maqtugħ iżda minħabba s- sistema tad- distribuzzjoni ħażina ta' din in-naħa ta' Malta mhux kulħadd ikun moqdi tajjeb.", "Din is- sitwazzjoni tkun rimedjata meta jitlesta l- proġett tal-pipeline mill-ġibjun tal-Qrendi.", "Rigward id-dawl elettriku, it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkient ma' talbiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, l-aħħar mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nafx kif il-Ministru ma semmiex li waħda mill- problemi ta' nuqqas ta' ilma hi li hemmhekk hemm laundry u meta din il- laundry taħdem tieħu l-ftit ilma li jkun hemm għar-residenti ta' dik l- area.", "Ma nafx kif il- Gvern għadu ma ħax passi dwar din il-ħaġa.", "Għalkemm veru li sar xi tindif - u jien repetutament f'din il-Kamra ġbidt l- attenzjoni li qed ikun hemm il-ħmieġ - jidher li m'hu qed jittieħdu l- ebda passi bis- serjeta' biex min qed jarmi l- ħmieġ jinqabad.", "Kull darba qed tinġieb l-iskuża li n-nies qed jaqbdu u jitfgħu l-affarijiet wara ċertu scrap yard bl- addoċċ, pero' dan mhux minnu għax jiena rajt b'għajnejja li huwa s-sid ta' din l-iscrap yard li qed jitfa' l- affarijiet.", "Barra minn hekk, hemm ukoll trakkijiet bin-numri li qed jiżgrumbaw it-triq u xorta ma ttieħdux passi.", "X'inhi r-raġuni li l-Gvern, għalkemm saru dawn l-ilmenti kollha, kemm minni u kif ukoll fil-gazzetti, mhux qed jieħu passi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Rigward l-ilma, evidentement s- sistema tad- distribuzzjoni mhijiex adegwata.", "Jekk ir- raġuni hi dik li spjega l- Onor. Interpellant allura dan jikkonferma li mhux l-ilma jkun maqtugħ, imma jkun hemm xi konsumatur partikolari li jieħu dak li ngħidulu l-lion's share, jiġiferi jieħu kollox hu u jħalli lil ħaddieħor b'xejn.", "Din hija s- sitwazzjoni reali, u qabel ma titranġa s-sistema tad-distribuzzjoni, is- sitwazzjoni ma titranġax.", "Rigward il-kwestjoni tat- tindif fil-qasam industrijali ir-responsabilta' hija tal- Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp, imma aħna xorta kkoperajna magħhom, u għenna biex saru diversi interventi.", "Sfortunatament bħalma jiġri f'diversi postijiet l-intervent isir, imma wara ftit il-post jerġa' jitħammeġ għaliex għandna wisq nies irresponsabbli f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' Ftehim li sar bejn l-Enemalta u l- General Retailers and Traders Union (bi tweġiba għall-mistoqsija parla- mentari numru 10,114).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi f'isem il- Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "GEORGE BONNELLO DU PUIS: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Emendi għall-Bye-laws tal- Borża ta' Malta maħruġa mill-Kunsill ta' l- Istock Exchange ta' Malta; u", "Annual Financial Statements ta' l-1992 skond l-Att ta' l-1962 dwar l- Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "L- Onor. Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, nixtieq nattira l- attenzjoni tas-Sedja dwar ir- rapporti parlamentari li kienu saru fil-gazzetta \"In-Nazzjon Tagħna\" tal-ġimgħa l-oħra.", "L- uniku Membru li ma ġiex ir- rappurtat kien propju jien.", "Dakinhar niftakar li kienu ġew rapportati interventi oħrajn - anke ta' ftit minuti - u għalkemm ippruvajt nikkontatja l-Uffiċċju tiegħek, sibt li l- ġurnal \"The Times\" laħqet ikkoreġiet ir-rapport tagħha minnufih.", "Pero' huwa fatt ukoll li l-Editur tal-ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\" sal-lum għadu ma ġab xejn.", "Jiena naf li dan ma jfissirx ksur ta' privileġġ, pero' naf ukoll li inti - waqt il-laqgħa ta' l- ewwel tas-sena - sikwit tappella lill-edituri biex fil- gazzetti tagħhom ikollhom a fair reporting ma' kulħadd.", "Għaldaqstant nħoss li għandi nappella lis-Sedja biex tagħmel dak kollu li għandha tagħmel sabiex tipproteġi l- interessi tagħna lkoll.", "MR SPEAKER: Irrid ngħid lill-Onor.", "Membru li l-ilment wasalli u diga' ttieħdu l- passi.", "Aktar minn hekk ngħidlu li qiegħed nkompli nsegwi dak kollu li ġara u li sar il- ġimgħa li għaddiet.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-GURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMMENDA L-ATT DWAR IL-KARTI TA' L-IDENTITA'", "IDENTITY CARD (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nressaq it-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' liġi li jemenda l- Att dwar il-Karti ta' l- Identita'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI: Nisse- konda.", "MR SPEAKER: Il-Mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Karti ta' l-Identita' - Kap 258\" ikun moqri it-Tielet Darba.", "Dawk Favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEETINGS PUBBLIĊI", "PUBLIC MEETINGS (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għal-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "Onor. Charles Mangion, Vici President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mill-5 ta' Mejju, 1993.", "KLAWSOLA ĠDIDA 6", "NEW CLAUSE 6", "(KONTINWAZZJONI)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk l- Onor. Membru jippermettili, nixtieq nerġa' nfisser x'qegħdin nipprovaw nilħqu permezz ta' din l-emenda, Mr Chairman.", "Il-klawsola 7 tal- liġi prinċipali tgħid:", "\"Il-Kummissarju tal- Pulizija jista' jordna li l-meeting pubbliku msemmi f'dak l-avviż isir f'post ieħor li ma jkunx dak imsemmi fl-avviż; u jista' jordna wkoll li dak il- meeting ma jsirx f'dik il- ġurnata li fiha, fil- belt jew raħal fejn ikollu jsir il-meeting, għandu jkun hemm xi ċerimonja jew festa pubblika.\"", "Fl-aħħar seduta jien semmejt id-diffikulta' li safejn naf jien iltaqgħu magħha ż-żewġ partiti politiċi minħabba li l-liġi tippreskrivi perjodu massimu u ieħor minimu li fih wieħed irid jagħti l-avviż tal- meeting.", "Partit ma jistax jipprenota post partikolari biex jorganizza meeting pubbliku jekk mhux qabel tmiet ijiem li dan il-meeting għandu jsir.", "Jekk xi ħadd imur b'avviż ta' meeting pubbliku għaxart ijiem qabel id-data li fih għandu jsir, il-pulizija jgħidlu li mar javza kmieni wisq.", "Bħala konsegwenza, għall-finijiet ta' l- organizzazzjoni ta' meeting pubbliku ħadd ma jista' jipprenota post qabel tmient ijiem mid-data li fiha jkun se jsir il-meeting.", "Pero' aħna nafu li barra meetings pubbliċi, il-partiti politiċi u anke assoċjazzjonijiet oħrajn jorganizzaw attivatijiet pubbliċi ta' natura oħra li mhumiex neċessarjament meeting jew dimostrazzjoni.", "Iċ-ċirkostanzi li taw lok għal din it-tip ta' emenda li qiegħed inressaq huma xi okkażjonijiet fejn partit politiku li ried jorganizza attivita' pubblika, normalment f'forma ta' festa - tista' tkun il-festa ta' l- Indipendenza u ġieli kellna l-attivitajiet \"Festa Sajf\" li jorganizzaw iż- żewġ partiti - li mhix meqjusa meeting pubbliku u allura ma tirrikjedix li wieħed ikollu josserva l-limitu massimu ta' tmient ijiem imma jista' jmur u japplika minn tlett xhur qabel.", "Issa x'kien ġara f'każ bħal ma qed insemmi?", "Kien ġara li l-Partit Nazzjonalista kien talab biex jipprenota l- użu ta' Marsalforn biex fis-sajf jagħmel attivita soċjo- politika, filwaqt li l-Partit Laburista - fit-terminu taż- żmien li tippreskrivi l-liġi - kien talab biex f'dak il-post jagħmel meeting pubbliku.", "Dak iż-żmien il- Kummissarju tal- Pulizija, kien talab biex titħassar dik l-attivita' pubblika tal-Partit Nazzjonalista biex b'hekk ikun jista' jiġi organizzat il-meeting pubbliku.", "Jidhirli li dak inhar kienu ttieħdu xi passi fil- Qorti biex l-attivita' li ried jorganizza l-Partit Nazzjonalista setgħet issir.", "Allura hawn qegħdin naħsbu biex nkunu nistgħu nirregolaw dawn it- tipi ta' ċirkostanzi b'mod u manjiera li jekk f'xi każ ikun hemm attivita' pubblika li għaliha jkunu mistiedna ċertu massa ta' nies u fl-istess lokalita' jkun hemm talba biex isir meeting, allura l- Kummissarju tal- Pulizija jkun jista' jew jagħti ordni li dan il-meeting politiku jsir f'xi post ieħor, jew inkella li jsir f'xi ġurnata oħra.", "Dan qegħdin ngħamluh biex permezz ta' din l-emenda nipprovaw nolqtu kollox.", "Mr Chairman, nixtieq nisma' l-fehma tal-membri l-oħra ta' din il-Kamra biex b'hekk wieħed ikun jista' jara jekk din l- istess emenda li qiegħed inressaq tissodisfax dawn l- esiġenzi li qiegħed nirreferi għalihom jien.", "MR CHAIRMAN: Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk jiena fhimt sewwa xi jrid ifisser il- Gvern, naħseb li t- tifsira li kien ta l-Ministru tmur kontra l- intendiment kollu li suppost għandu jkun hemm.", "Għaliex?", "Għaliex din il- kontinġenza li semma' l- Ministru mhux talli mhijiex tiġi evitata imma talli qisu ħloqna l-possibilita' ta' aktar ostakoli għal meta meeting jiġi biex jinżamm f'xi post partikolari.", "Qiegħed ngħid hekk għax il-lum il- Kummissarju tal-Pulizija ma jgħatix permess biex il-meeting isir fil-post mitlub jekk kemm-il darba jkun hemm xi ċerimonja jew inkella festa pubblika.", "Issa b'din in- new clause qegħdin ngħidu \"jew xi attivita pubblika oħra li tkun tinvolvi l-preżenza ta' ħafna nies\".", "Mela jidher li żidna kontinġenza oħra aktar u aktar meta partit politiku jitlob biex jagħmel il- meetings f'ċertu post, mentri minn żmien qabel jista' jkun hemm ipprenotat xi attivita' pubblika oħra li tkun tinvolvi l-preżenza ta' ħafna nies u allura f'dak il-każ il-permess għal meeting ma jingħatax.", "Jiena ħsibt li l-Ministru ried jovvja għaċ-ċirkostanzi li semma meta nqala' dan id- diżgwid fil-każ ta' l- utilizzazzjoni jew użu ta' Marsalforn.", "Imma bl-emenda li qed issir se niftħu aktar il- possibbilta' li partit jew xi ħadd jista' jisfratta l-pjan ta' partit politiku li jagħmel meeting f'post f'ġurnata determinata, billi disat ijiem qabel it- tmient ijiem meta l- partit politiku jista' japplika għall-permess tal- meeting, ifassal xi attivita' pubblika u in vista tal-fatt li din l- attivita' pubblika tkun tinvolvi nies, allura l- Kummissarju jkollu ġustifikazzjoni biex ma jagħtix permess għall-meeting.", "Jien jidhirli li din il-kontinġenza għandna nevitawha u mhux indaħħluha fil-liġi aħna stess.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħalli nkompli niċċara ftit is- sitwazzjoni għaliex il- ħsieb huwa li nipprovaw niffaċilitaw is-sitwazzjoni.", "F'dan il-każ partikolari, kif qegħdin igħiduli, il-Qorti diġa' ddeċidiet li fejn il- liġi tgħid \"jew festa pubblika\" diġa' sostniet li attivita' pubblika bħal dik li rreferejt għaliha jien tinkwadra ruħa fid- definizzjoni ta' festa pubblika.", "Li rrid ngħid hu - u l-Onor.", "Membru għandu raġun igħid hekk għaliex dan għadu ma jafux - li aktar tard se nressqu emenda biex ikunu jistgħu jsiru regolamenti li bihom jiġi preskritt kif anke f'attivita' pubblika bħal din ikun hemm terminu ta' żmien li jinkwadra ruħu fis-sens ta' l- Ordinanza li tirregola l- Meetings Pubbliċi.", "Jekk għall- argument ngħidu li din il- klawsola ġdida 6 tiġi rtirata u allura fil-liġi ma jkunx hemm il-frażi \"xi attivita' pubblika oħra li tkun tinvolvi l-preżenza ta' ħafna nies\" u mbagħad immorru għall-artiklu oriġinali tal-liġi u naraw il- poter tar-regolamenti, insibu li dawn sal-lum jirrigwardaw meetings pubbliċi jew dimostrazzjonijiet.", "Jien aktar tard beħsiebni nressaq emenda għall-artiklu 10 biex il-poter tar-regolamenti jkun jista' jkopri wkoll dawn it-tip ta' attivitajiet u biex ikun hemm regolamenti għal dan il-għan.", "Jien ma nsibx diffikulta' li qabel isiru r-regolamenti tiġi konsultata l- Oppożizzjoni dwarha ħalli anke din it-tip ta' attivita' tkun tista' tiġi regolata bi skop li nevitaw dawn it-tip ta' clashes.", "Nerġa' ngħid jien m'għandi l- ebda diffikulta'.", "Illum hemm sentenza mogħtija mill-Qorti li tgħid li festa mhijiex biss festa reliġjuża imma tista' tkun festa ta' natura oħra.", "Din il-klawsola xorta waħda tista' tiġi rtirata u nħallu artiklu 7 kif inhu u nsibu l-formula kif nirregolaw dawn it- tip ta' kontinġenzi billi nagħtu l-poter li jsiru regolamenti mill- Kummissarju tal-Pulizija biex jekk xi ħadd irid jorganizza attivita' jkun hemm perjodu ta' żmien li jikkombaċċja aħjar mal-perjodu ta' żmien meħtieġ fil-każ ta' meetings pubbliċi.", "Irrid ngħid - biex nagħmilha ċara - li m'għandi l-ebda pożizzjoni ferma fuq din l-emenda.", "Jekk se tinħoloq diffikulta' nista' nirtiraha.", "Inżommu quddiem għajnejna li jista' jkun hemm organizzazzjoni li tipprenotalek post fi żmien sew qabel it- terminu massimu li tipprovdi l-Ordinanza dwar meeting pubbliku u allura l-partiti politiċi jistgħu - mhux bilfors għax hija kwestjoni ta' diskrezzjoni f'idejn il- Kummissarju tal-Pulizija - jiġu preklużi milli jżommu l- meeting pubbliku konċernat.", "Jien għidt forsi din ta' min wieħed jipprova jara jsibx soluzzjoni għaliha.", "Issa nistgħu nsibu soluzzjoni għaliha b'dan il-mod jew inkella meta niġu għal klawsola li se temenda artiklu 10 tal- liġi prinċipali naraw nistgħux fl-għoti tal-poteri lill-Kummissarju tal- Pulizija li jagħmel regolamenti, ninkludu xi ħaġa f'dak ir- rigward, biex ħaġa bħal din tkun tista' tiġi regolata.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-intenzjoni li wieħed jirregola attivitajiet pubbliċi, inklużi attivitajiet reliġjużi, hija tajba imma fil- prattika d-diffikulta' hija li ċerti attivitajiet bilfors li trid taħseb fihom u tippjanhom u tipprenotahom numru ta' xhur qabel għax ikunu jirrikorru regolarment kull sena, u jrid xi jrid partit politiku ma jistax fil-ġurnata tal-festa ġewwa post jagħmel meeting pubbliku anke jekk ikun qrib l- elezzjoni, għaliex dik hija xi ħaġa sagrosanta li ma tistax tbiddilha.", "Ċerti attivitajiet, sew jekk ikunu sportivi kif ukoll jekk ikunu reliġjużi jiġu ppjanati minn numru ta' xhur qabel u allura ma tistax tagħmel ir-restrizzjoni li hemm bħal fil-każ ta' meeting organizzat minn partit politiku, li ma tistax titlob il-permess aktar minn tmient ijiem qabel.", "Dawn huma attivitajiet li min-natura ta' l-organizzazzjoni tagħhom jirrikjedu li jiġu ppjanati, ffissati, prenotati u mħabbra minn ħafna żmien qabel.", "Għalhekk hawn din id- diffikulta'.", "Jien ma naħsibx li huwa possibbli li wieħed jevita din id-diffikulta' fil- prattika imma din trid tkun biss fuq il-bona fede, l- awtentiċita' u l-verita' tal- prenotazzjoni.", "Fil-każ li semma l-Ministru, l-kwestjoni ma kenitx għax il- Partit Nazzjonalista kien ipprenota Marsalforn tmint ijiem qabel ma l-Partit Laburista ħabbar li se jagħmel il-meeting, imma għaliex il- Partit Laburista allega li dik il-prenotazzjoni ma kenitx saret verament, imma b'sotterfugio u b'ċerta kollużjoni mal-Pulizija daħlet wara t-talba tal- Partit Laburista.", "Dan kien il-meritu tal-kontestazzjoni.", "Wieħed għandu jirrealizza li jekk irid jagħmel festa tas-sajf f'Marsalforn jew fix- Xemxija, ma jistax javża tmint ijiem qabel u jekk javża aktar minn tmint ijiem qabel imbagħad jitlob il-permess within eight days, il-pulizija ma jagħtihx permess u jkun avża għalxejn.", "Għalhekk ċerti attivitajiet bilfors jirrikjedu pre-avviż ħafna itwal minn tmint ijiem.", "Jien ma naħsibx li minkejja l- intenzjoni tajba li wieħed jista' jkollu, din hija materja li tista' tiġi regolata fil- prattika b'dan li ntqal.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nagħti piż għall-argumentazzjoni li qed jagħmel l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "For the record nixtieq ngħid li ma kien hemm ebda sotterfugio ma' xi awtorita' f'dawk iż-żmenijiet biex seta' jintalab il- permess għall-attivita' pubblika f'Marsalforn tant li l-Qorti kienet iddeċidiet favur it- talba tal-Partit Nazzjonalista wara li eżaminat il- kwestjoni kollha.", "Dan qed ngħidu for the record jiġifieri għall-finijiet tad-dibattitu pero' bil-permess tal-Kamra nixtieq nirtira l- emenda ta' klawsola 6 ġdida li ppreżentajt biex l-artiklu 7 jibqa' intatt kif inhu llum.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Biex inkunu preċiżi l-Qorti ma laqgħetx it- talba tal-Partit Nazzjonalista.", "Ma laqgħetx it- talba tal-Partit Laburista u b'hekk il-kontestazzjoni tal- Kummissarju tal-Pulizija - għax il-kawża ma saritx kontra l-Partit Nazzjonalista imma kontra l-Kummissarju tal- Pulizija - ma ġietx milqugħa.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il-permess tal-Kumitat biex Klawsola Ġdida 6 tiġi rtirata.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "Bil-permess tal-Kumitat, Klawżola Ġdida 6 ġiet irtirata KLAWSOLA ĠDIDA 7", "NEW CLAUSE 7", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat biex inressaq Klawżola Ġdida 7 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n- nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawżola Ġdida 7, li tgħid:", "\"G\" \"Minnufih wara l-klawzola 6 ġdida għandha tiżdied din il-klawżola li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 8 tal-liġi prinċipali.", "7.", "L-artikolu 8 tal- liġi prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:-", "(a) is-subartikolu (2) tiegħu għandu jitħassar; u", "(b) is-subartikolu (1) kif inhu issa għandu jiġi enumerat bħala l- artikolu 8\".\".", "\"G\" Immediately after new clause 6 there shall be added the following new clause:", "\"Amendment of section 8 of the principal law.", "7.", "Section 8 of the principal law shall be amended as follows:", "(a) subsection (2) thereof shall be deleted; and", "(b) the present subsection (1) shall be renumbered as section 8\".\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 7 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawżola Ġdida 7 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipporponi li Klawżola Ġdida 7 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Illum subklawsola 8 (2) ta' l- Ordinanza tgħid:", "\"Ebda meeting fil-beraħ bħal dan ma għandu jissokta wara nżul ix- xemx.\"", "Aħna qegħdin inħassru dan il- provvediment fil-liġi għaliex saret qisha użanza, li ma kellha l-ebda konsegwenzi ħżiena partikolari, li diversi meetings pubbliċi jkomplu anke wara nżul ix-xemx.", "Allura m'għandux ikollna provvediment fil-liġi li ma kienx qiegħed jiġi osservat u l-użanza prattika forsi rrendiet dan il- provvediment inutli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Milli jidher dan kien l-iktar provvediment tal-liġi li ma kienx osservat billi jiġi miksur iktar milli mħares għaliex diversi kienu l- meetings ta' kull naħa li fil- fatt baqgħu sejrin wara nżul ix-xemx, anzi jkun hawn ħafna okkażjonijiet, speċjalment f'anniversarji, meta l-meetings pubbliċi jibdew wara nżul ix- xemx.", "Issa kif wieħed qiegħed jemenda artiklu 8 tal-liġi prinċipali naħseb illi l-aħħar kliem ta' subartiklu 8 (1) \"taħt id-disposizzjonijiet ta' l-aħħar artikolu qabel dan\" huma żbaljati.", "Qed nitkellmu dwar Artikolu 8(1) fejn jgħid:", "\"Ebda meeting fil-beraħ ma jista' jsir fi triq pubblika, jew f'post ieħor pubbliku ħlief f'dak speċifikat mill- Kummissarju tal-Pulizija taħt id-disposizzjonijiet ta' l-aħħar artikolu qabel dan.\"", "Naħseb li din qed japplikaha biss għal meta l-Kummissarju jissosstitwixxi post b'ieħor.", "Partit jitlob li meeting jinżamm f'post, u l-Kummissarju, minħabba attivita' pubblika, festa jew ċerimonja, jgħid li f'dak il-post ma jistax isir u allura jagħtik post ieħor u jgħidlek fejn trid tagħmel il- meeting.", "Jien naħseb li: \"Ebda meeting fil- beraħ ma jista' jsir fi triq pubblika, jew f'post ieħor pubbliku ħlief f'dak speċifikat mill-Kummissarju tal- Pulizija ...\" tapplika dejjem, ikun xi jkun il-każ, u mhux biss f'okkażjoni meta l- Kummissarju jissosstitwilek il- post fejn tagħmel il- meeting imma anke meta partit politiku jitlob li jagħmel meeting, il- Kummissarju għandu jispeċifika fejn se jsir dan il-meeting.", "Fil-fatt hekk isir.", "Ladarba partit politiku ma jistax jagħmel il-meeting f'dak il- post li jkun talab, allura ma naħsibx li din għandha tkun limitata biss \"taħt id- dispożizzjonijiet ta' l-aħħar artikolu qabel dan\".", "Fi ftit kliem qed nissuġġerixxi li fl- istess mument kif is- subartikolu (2) ta' l-Artikolu 8 qed jiġi mħassar, issir emenda biex anke l-aħħar kliem li semmejt \"taħt id- dispożizzjonijiet ta' l-aħħar artikolu qabel dan\" jiġu wkoll imħassra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, ma l-ewwel daqqa t'għajn ma jidhirlix li dak li qed isostni l-Onor.", "Membru huwa tajjeb.", "Dan għaliex l-artikolu 7 jagħti d-diskrezzjoni lill- Kummissarju tal-Pulizija li jbiddel il-post tal- meeting minn dak avżat minn min irid isejjaħ dak il-meeting meta jkun hemm xi ċerimonja jew xi festa pubblika.", "Fil-fatt dan jgħid hekk: \"Il- Kummissarju tal-Pulizija jista' jordna li l-meeting pubbliku msemmi f'dak l- avviż isir f'post ieħor li ma jkunx dak imsemmi fl-avviż; u jista' jordna wkoll li dak il- meeting ma jsirx f'dik il- ġurnata li fiha, fil-belt jew raħal fejn ikollu jsir il- meeting, għandu jkun hemm xi ċerimonja jew festa pubblika.\"", "Filwaqt li għal dawk ir- raġunijiet il-Kummissarju tal- Pulizija huwa ġustifikat li lill-organizzazzjoni partiko- lari jitlobha li tagħmel il- meeting pubbliku f'post ieħor jew f'ġurnata oħra, m'għandux jitħalla fid- diskrezzjoni tal- Kummissarju li jgħid hu fejn għandu jsir il-meeting.", "Jekk inneħħu l-kliem li qed jissuġerixxi l-Onor.", "Membru, li jorbot id- diskrezzjoni tal- Kummissarju tal-Pulizija, li ebda meeting fil-beraħ ma jista' jsir fi triq pubblika ħlief f'dik li jgħid hu - u dan hu marbut ma' dak li jgħid l- artiklu preċedenti b'referenza għal ċerimonja jew festa pubblika - wieħed jista' jasal fis-sitwazzjoni fejn mhux il- partit politiku jew l- organizzazzjoni partikolari jgħażlu fejn jagħmlu meeting pubbliku, imma tkun f id- diskrezzjoni tal-Kummissarju, diskrezzjoni li la għandu jkollu u naħseb li lanqas hu ma jkun irid li jkollu.", "Hija min-natura ta' l- organizzazzjonijiet li għandhom ikollhom id- dritt li jiddeċiedu fejn iridu jagħmlu meeting pubbliku, dimostrazzjoni jew attivita' pubblika, u dik ix-xewqa għandha tipprevali ħlief f'ċirkostanzi partikolari.", "Dawn iċ-ċirkostanzi għandhom ikunu limitati kemm jista' jkun u l-liġi tirrestrinġihom għall-frażi li għandna f'artiklu 7 li tgħid \"xi ċerimonja jew festa pubblika\".", "Jekk inneħħu l-frażi \"taħt id- dispożizzjonijiet ta' l-aħħar artiklu qabel dan\" li hemm f'artikolu (8) 2 inkunu qed niftħu beraħ id-diskrezzjoni tal- Kummissarju tal-Pulizija li jista' jispeċifika hu f'kull okkazjoni fir- rigward ta' kull avviż li jsirlu f'liema triq jew post pubbliku għandu jsir meeting.", "Jiġifieri naħseb li m'għandniex niżganċjaw l- artiklu 8, kif se jkun emendat, mill-provvediment ta' l-artiklu 7.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien jidhirli li jekk wieħed jaqra sewwa x'igħid subartiklu 7(1) isib li din id-diskrezzjoni hija diġa' vestita fil- Kummissarju.", "Minkejja li partit politiku jista' jipprenota post, il- Kummissarju jista' jbiddel dak il-post.", "Infatti dan is-subartiklu 7(1) igħid hekk:", "\"Il-Kummissarju tal- Pulizija jista' jordna li l-meeting pubbliku msemmi f'dak l-avviż ...\",", "- u hawnhekk qed jirreferi għal artiklu 5 għax hemmhekk hemm stipulat x'għandu jikkontjeni l-avviż -", "\"... isir f'post ieħor li ma jkunx dak imsemmi fl- avviż;\".", "Għalhekk id-dritt tal- Kummissarju li ma jaċċettax il- post prenotat jew mixtieq minn partit politiku qiegħed diġa' vestit fil-liġi.", "Fil-fatt il- Kummissarju diġa' għandu dak id-dritt li ma jippermettix li dak li ġie mitlub fil-fatt jiġi milqugħ.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ma nistax naqra artiklu 7 bil-mod kif qed jaqrah l-Onor.", "Mifsud Bonnici u ma jidhirlix li huwa korrett li taqra l-ewwel parti ta' artiklu 7 u ma tpoġġihiex f'konnessjoni mat-tieni parti ta' l- istess artiklu.", "Dan l- artiklu jgħid żewġ affarijiet; jgħid li l- Kummissarju tal- Pulizija jista' jagħti ordni li jinbidel il-post tal- meeting u jgħid ukoll li l-Kummissarju jista' jordna li tinbidel il- ġurnata tal-meeting.", "Dan l- artiklu jkompli hekk:", "...fil-belt jew raħal fejn ikollu jsir il-meeting, għandu jkun hemm xi ċerimonja jew festa pubblika.\".", "Jien ma naħsibx li wieħed għandu jaqbad l-artiklu u jifirdu f'żewġ biċċiet li mhumiex konnessi ma' xulxin.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija jista' jibdel il-post u l- ġurnata tal-meeting dejjem jekk f'dak il-belt jew raħal, f'dik il-ġurnata u ħin, ikun hemm xi ċerimonja jew festa pubblika.", "Dan huwa aċċettabbli f'soċjeta' demokratika.", "Jien ma jidhirlix li huwa aċċettabbli li wieħed jaħseb li l-Kummissarju għandu diskrezzjoni li jvarja l-post ta' meeting pubbliku kif jiġri jekk nemendaw l-artiklu 8 u nneħħu l-frażijiet li jorbtu artiklu 8 ma' artiklu 7.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jista' jkun li l-intenzjoni tas-subartiklu 7(1) kienet kif qed jgħid il-Ministru imma l- punteġġjatura teskludi dak li qal għaliex l-ewwel parti ta' subartiklu (1) tispiċċa b'semicolon u għalhekk il- kwalifika li hemm fit-tieni part tas-subartiklu ma japplikax għall-ewwel parti.", "L-ewwel parti mhijiex kwalifika u għalhekk trid titneħħa s- semicolon u ssir comma biex il- kwalifika tat-tieni parti tapplika wkoll għall-ewwel part tas-subartiklu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'inix ċert li teknikament l-Onor.", "Membru għandu raġun, bid- differenza tal-punto e virgola għar-rigward tal-comma.", "Pero' l- artiklu 8 kif inhu miktub juri ċar x'kienet l-intenzjoni tal-Leġislatur meta kiteb l- artiklu 7, jiġifieri li jissoġġetta din id-diskrezzjoni tal- Kummissarju tal-Pulizija għal dawk iċ-ċirkostanzi partikolari.", "Jien naħseb li wieħed m'għandux ibiddel din is-sitwazzjoni, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 7 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola Ġdida 7 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 8", "NEW CLAUSE 8", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 8 għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n- nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 8, li tgħid:", "\"Ħ\" Minnufih wara l-klawzola 7 ġdida għandha tiżdied din il-klawzola 8 ġdida li ġejja:", "\"Tħassir ta' l-artikolu 9 tal-liġi prinċipali.", "8.", "L-artikolu 9 tal-liġi prinċipli għandu jitħassar.\".", "\"Ħ\" \"Immediately after new clause 7 there shall be added the following new clause 8:", "\"Deletion of section 9 of the principal law.", "8.", "Section 9 of the principal law shall be deleted.\". \".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi li Klawzola Ġdida 8 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Klawzola Ġdida 8 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li Klawsola Ġdida 8 issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'din l- emenda qegħdin inħassru artiklu sħiħ li ilu fl-Ordinanza dwar il-Meetings Pubblċi sa minn meta għaddiet fl-1931.", "Dan l- artiklu jgħid:", "\"(1) Ikun kontra l-liġi min imur lejn xi meeting pubbliku jew jerġa' lura minnu bi proċessjoni kemm- il darba avviż għal dak l- iskop, flimkien mad- dettalji tar-rotta li jkun hemm il-ħsieb li tittieħed, ma jkunx ingħata bil-miktrub lill- Kummissarju tal-Pulizija mhux aktar minn tmient ijiem u mhux anqas minn sitt ijiem qabel ma l- meeting ikun se jsir u kemm- il darba l- Kummissarju tal-Pulizija ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu bil- miktub:", "Iżda, f'kull każ, ikun kontra l-liġi li xi ħadd jimxi fil-proċessjoni kif intqal qabel wara nżul ix- xemx.", "Iżda wkoll, meta meeting isir fil-Belt Valletta, ikun kontra l-liġi li xi ħadd imur lejn il-meeting jew jerġa' lura minnu bi proċessjoni, u, meta meeting isir barra l-Belt Valletta, ikun kontra l- liġi li xi ħadd jerġa' lura minnu bi proċessjoni fil-Belt Valletta.", "\"(2) Kull persuna li tieħu sehem fi proċessjoni kontra dak li hemm dispost fl-aħħar subartikolu qabel dan issir ħatja ta' reat u teħel, meta tinsab hekk ħatja, priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn tliet xhur.\".", "Li rrid ngħid hu li fid-dawl tal-bidliet kollha li saru f'din l-Ordinanza, inħossu li dan l-artiklu m'għadx fadallu aktar skop għaliex id- dimostrazzjonijiet li jkunu organizzati - mhux id- dimostrazzjonijiet spontanji - permezz ta' emenda li se nerġgħu niġu għaliha aktar tard meta nerġgħu niddiskutu l- klawsola 2 wara li konna qbilna fuq il-mod kif għandna nemendawha, se jkunu jirrekjedu avviż.", "Il-kwestjoni l-oħra ta' jekk wieħed idumx wara nżul ix-xemx għadna kif eliminajniha bl- emenda li l-Kamra għadha kif approvat.", "Dwar il-kwestjoni jekk tistax tmur il-Belt wara meeting, jew inkella tistax toħroġ b'dimostrazzjoni mill- Belt wara li jsir meeting - minħabba li saret użanza li jkollna meeting fil-Belt u mbagħad toħroġ b'dimostrazzjoni jew tidħol fil-Belt b'dimostrazzjoni - ma naħsibx li dawn it-tipi ta' provvedimenti jgħinuk biex iżżomm l-ordni pubbliku.", "Għalhekk naħseb li l-iskop ta' dan l- artiklu għandu jiġi mibdul billi ma tinħassx aktar il-ħtieġa ta' dawn it- tipi ta' provvedimenti fil-kontest ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonniċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għalkemm wieħed jaqbel li restrizzjonijiet li jidhru żejda kemm jista' jkun ma jibqgħux fil-liġi, jien naħseb li wieħed jista' jiżbalja jekk ma jarax l-utilita' ta' xi mezz ta' preavviz u kontroll.", "Aħna ninsistu li dimostrazzjoni spontanja tista' ssir u ma tirrikjedi ebda permess, imma meta niġu għal meeting pubbliku - u speċjalment wara l-meeting pubbliku u mhux qabel il- meeting pubbliku, jiġifieri wara li l-qiegħa tista' tkun imsaħħna minħabba dak li jkun intqal fil-meeting pubbliku - huwa meħtieġ, minħabba l-ordni pubbliku, li l- Pulizija jkollha informazzjoni minn fejn se tgħaddi l-proċessjoni, jekk ikun hemm proċessjoni wara meeting pubbliku.", "Allura, l-ewwel irridu naraw il-proċessjoni ta' qabel il- meeting pubbliku li hija xi ħaġa li fil-fatt kienet qed tiġi tollerata, pero' dan il- provvediment tal-liġi mhux qed jiġi applikat.", "Għandna wkoll il-famużi proċessjonijiet li saru wara meetings pubbliċi u li taw lok għal ħafna inċidenti.", "Jien jidhirli li għalkemm il-proċessjoni ta' qabel meeting pubbliku ma tantx tista' toħloq inċidenti ladarba ħadd ma jkun irid jisfratta l- attivita' prinċipali li tkun għad trid issir jiġifieri l- meeting pubbliku, wara li jispiċċa l-meeting pubbliku, jista' jkun hemm min ikollu interess li l-ħin li jkun baqa' sakemm imur jorqod jutilizzah billi jħabbat lil ħaddieħor.", "Għalhekk jien jidhirli li fuq il-proċessjoni ta' wara meeting pubbliku għandu jkun hemm ċerta miżura ta' kontroll.", "Jien mhux qed ngħid li din għandha tiġi vietata imma għandu jkun hemm avviż għall-forzi ta' l-ordni pubbliku ħalli dawn ikunu jistgħu jieħdu l- prekawzjonijiet meħtieġa minn fejn tkun se tgħaddi l-proċessjoni ta' wara l- meeting pubbliku biex iż- żamma ta' l-ordni pubbliku tibqa' sħiħa.", "Allura jien inħoss li għalkemm artiklu 9 tal-liġi prinċipali għandu jinbidel, ma naħsibx li l- proċessjoni ta' wara meeting pubbliku taqa' taħt it-tifsira ta' dimostrazzjoni.", "Għalhekk jien jidhirli li għal din il- proċessjoni, għandu jkun hemm pre-avviż inkella m'għandux ikun hemm proċessjonijiet wara l-meeting pubbliku.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li dan li qed igħid l- Onor. Mifsud Bonnici jagħmel ħafna sens u fil-każ inkunu rridu nressqu emenda għall- klawsola ġdida li għadni kif ressaqt.", "Jien qed nifhem li ż- żewġ provisos ta' l-artiklu għandhom jitneħħew.", "Jekk se nħallu s-sustanza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-artiklu, allura s-sustanza tat-tieni paragrafu ta' l- artiklu 9 tkun trid tibqa'.", "Għalhekk bil-permess tal-Kamra rrid nitlob iż- żmien biex inkun nista' nerġa' nagħmel wording ta' l-emenda.", "Bażikament irridu nneħħu l- ewwel parti tal-paragrafu biex il-liġi tiġi taqra:", "\"... ikun kontra l-liġi min imur lejn xi meeting pubbliku ...\"", "jew għal ftit inħallu l-ewwel paragrafu kif inhu u nneħħu biss il-provisos.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, m'hemmx għalfejn.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inkella rridu nneħħu din il-frażi \"jekk tmurx bi proċessjoni għal meeting pubbliku ...\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: U mingħajr ma tkun tajt pre- avviż lill-Pulizija għax tista' tagħmilha, imma l-Pulizija jrid ikollha almenu pre-avviż biex tkun tista' tissalvagwardja postijiet li jistgħu jkunu nevralġiċi jew delikati biex tkun tista' tikkontrollahom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Aħna qed nitkellmu dejjem għar-rigward ta' proċessjoni wara meeting pubbliku.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva.", "Din tista' ssir imma bi pre-avviż.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex Klawsola Ġdida 8 tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil li din il-klawsola tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u Klawsola Ġdida 8 ġiet posposta.", "KLAWSOLA ĠDIDA 9", "NEW CLAUSE 9", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il-Permess tal-Kumitat ħalli nressaq Klawsola Ġdida 9 għall- Ewwel Qari.", "Din m'hijiex l- istess waħda li diġa' ċċirkolajt lill-Oppożizzjoni u mbagħad nispjega għaliex.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n- nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawzola Ġdida 9, li tgħid:", "\"I\" Minnufih wara l-klawzola 8 ġdida għandha tiżdied din il-Klawzola 9 Gdida li ġejja:- \"Emenda ta' l-artikolu 10 tal-liġi prinċipali.", "9.", "Minflok il-kliem \"meetings pubbliċi jew ta' dimostrazzjonijiet\" fl- artikolu 10 tal-liġi prinċipali għandhom jidħlu l-kliem \"meetings pubbliċi, u sabiex jippreskrivi l-għoti ta' avviż dwar l-attivitajiet imsemmija fl- artikolu 7 ta' din l-Ordinanza, inkluż il-ħin meta u l- post fejn jingħata dak l- avviż.", "Regolamenti taħt dan l-artikolu jistgħu jippreskrivu fost ħwejjeġ oħra t-tul ta' żmien li jistgħu jdumu meetings pubbliċi, u l- ħinijiet li fihom meetings pubbliċi ma jistgħux jibdew u jitkomplew fihom\".\".\"I\" Immediately after new clause 8 there shall be added the following new clause 9:-", "\"Amendment of section 10 of the principal law.", "9.", "For the words \"public meeting or demonstration\" in section 10 of the principal law, there shall be substituted the words \"public meeting, and for prescribing the giving of notice in respect of activities referred to in section 7 of this Ordinance, including the time when and the place where such notice is to be given.", "Regulations under this section may prescribe among other things, the length of time that public meetings may take, and the times during which public meetings may commence or continue\".\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 9 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 9 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li Klawsola Ġdida 9 tifforma parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, kif kont qiegħed ngħid, sal-lum l- artiklu 10 jipprovdi li l-Kummissarju tal- Pulizija jista' jagħmel regolamenti u l-liġi tgħid \"for the maintenance of good order on the occasion of any public meeting or demonstration\".", "Tidher li hemm il-ħtieġa li r- regolamenti m'għandhomx ikunu biss ristretti għal \"maintenance of good order on the occasion of any public meeting or demonstration\".", "Veru li l-frażi hija pjuttost ġeneralizzata u tista' tinkludi anke dak li qegħdin ngħidu, imma nħasset il-ħtieġa li jiġi speċifikat li jistgħu jsiru regolamenti li jippreskrivu fuq l-għoti ta' l-avviż dwar l- attivitajiet imsemmija fl- artiklu 7 ta' l-Ordinanza kif ukoll il-ħin u l-post meta dan l-avviż jista' jsir.", "Qed nieħdu l-okkażjoni wkoll biex ngħidu li r- regolamenti jistgħu jippreskrivu kemm jista' jdum għaddej meeting pubbliku.", "Veru li neħħejna l-limitu ta' nżul ix-xemx imma jidhrilna li min hu responsabbli għall-ordni pubbliku - f'dan ir-rigward huwa l-Korp tal- Pulizija - għandu jkollu xi forma ta' possibilita' li jirregola - u mhux jirregola b'mod diskrezzjonali f'kull każ ad hoc imma permezz ta' regolamenti - dawn it-tipi ta' attivitajiet.", "Aħna jidhrilna li meta qegħdin inwessgħu l- possibilita' li jsiru dawn ir- regolamenti, ladarba qegħdin nagħtu din il-ħarsa ġenerali lejn il-liġi li tirregola l- meetings pubbliċi, huwa sewwa li jkun hemm ukoll din il- possibilita'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma nafx jekk il-Ministru hux qed ifisser li din l-emenda - għal dak li huwa ħin u post li jistgħu jiġu preskritti fir- regolamenti - tapplika biss għall-avviż taħt l-artiklu 7.", "L-avviż taħt l-artiklu 7 mhux l-avviż normali tal-meeting imma huwa l-każ eċċezzjonali meta l-Kummissarju jbiddel il- post. Allura, permezz tar- regolamenti, se jkun possibbli li jippreskrivu l-ħin u l-post li jibda u jispiċċa l-meeting f'każ li l-Kummissarju jbiddel il-post oriġinarjament mitlub, imma r-regolamenti ma jistgħux jippreskrivu l-ħin tal-bidu u t- tmiem tal-meeting, li jiġi oriġinarjament mitlub taħt l- artiklu 5.", "Il- Gvern dan qed jintendi?", "L-artiklu 10 kif mibdul jiġi jgħid hekk:", "\"Il-Kummissarju tal- Pulizija jista', bl- awtorita' tal-Ministru responsabbli għall- Pulizija, jagħmel regola- menti għall-manteniment tal- bon ordni fl-okkazjoni ta' meetings pubbliċi u sabiex jippreskrivi l- għoti ta' avviż dwar l- attivitajiet imsemmija f'artiklu 7 ta' din l- Ordinanza, inkluż il-ħin, meta u l-post fejn għandu jingħata dak l-avviż ...\"", "Allura dak l-avviż jaqa' taħt artiklu 7 u mhux taħt artiklu 5.", "Jiena ma nafx għaliex is- setgħa li l-Kummissarju tal- Pulizija għandu bl-awtorita' tal-Ministru jiġifieri li jista' jagħmel regolamenti dwar dimostrazzjonijiet, se titneħħa.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija nkluża fid-defintion ta' meetings pubbliċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela l-ispjegazzjoni hija li meeting pubbliku jinkludi dimostrazzjoni u allura meta tagħmel ir-regolamenti tkun qed tagħmilhom għad-dimostrazzjoni wkoll.", "Dan huwa l-intendiment tal- Gvern li l-ħin ta' meta jibda u jispiċċa , jista' jiġi preskritt biss fil- każ ta' taħt artiklu 7 u mhux taħt artiklu 5?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, il-parir li qed niġi mogħti huwa li l- preskrizzjoni ta' l-għoti ta' l-avviż dwar l- attivitajiet, qed tirreferi għal dawk l-attivitajiet imsemmija f'artiklu 7, li huma ċerimonja jew festa.", "Qegħdin ngħidu li l-Kummissajru tal- Pulizija jista' jagħmel regolamenti li bihom jippreskrivi l-għoti ta' avviż dwar ċerimonja jew festa, stante li l-Qorti ddeċidiet li festa tinkludi anke t-tip ta' attivita' li tista' tiġi organizzata minn xi assoċjazzjoni li mhijiex il- Knisja, għax normalment b'festa naħseb li hawnhekk kienu qegħdin jifhmu festi reliġjużi u qed tinħass il-ħtieġa li dawn it-tip ta' attivitajiet ikunu regolati u jkun hemm għoti ta' avviż.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma naħsibx li wieħed jista' jinterpretaha b'din il-manjiera għax l-artiklu 7 jsemmi avviż wieħed u l-avviż mhuwiex taċ- ċerimonja jew tal-festa imma tal-meeting.", "Infatti jinqara hekk:", "\"Il-Kummissarju tal- Pulizija jista' jordna li meeting pubbliku msemmi f'dak l-avviż isir f'post ieħor li ma jkunx dak imsemmi fl-avviż; u jista' jordna wkoll li dak il- meeting ma jsirx f'dik il- ġurnata li fiha, fil- belt jew raħal fejn ikollu jsir il-meeting, għandu jkun hemm xi ċerimonja jew festa pubblika.\".", "Hawn mhux qed jissemma l-avviż għaċ-ċerimonja jew festa pubblika, imma qed jissemma l- avviż għall-meeting pubbliku.", "Allura meta fl-artiklu 10 tagħmel referenza għall-avviż imsemmi taħt l-artiklu 7, tkun qed tirreferi għall-avviż tal- meeting pubbliku u mhux taċ- ċerimonja jew festa.", "Jekk irridu nagħmluh għaċ-ċerimonja jew festa jew xi attivita' pubblika oħra kif kienet l- emenda, trid tispeċifika \"u jista' jagħmel regolamenti dwar avviż ta' ċerimonja jew festa pubblika\".", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- intendiment huwa dan li qed jirreferi għalih l- Onor. Membru fl-aħħar parti ta' l-intervent tiegħu, pero' anke jekk taqra fil-kontest tal-liġi huwa diffiċli li ma tifhimx għalxiex qegħdin ngħidu, fis-sens li żgur li m'aħniex qed nirreferu għall-avviż ta' meeting pubbliku.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li se jkun hemm regolamenti li jippreskrivu l- għoti ta' avviż dwar meeting pubbliku jew dimonstrazzjoni inkluż il-ħin, meta u l-post fejn jingħata dak l-avviż.", "Għaliex?", "Għax il- liġi stess diġa' qegħda tirregola l-ħin meta jista' jingħata l-avviż ta' meeting pubbliku jew ta' dimostrazzjoni.", "Qegħdin ngħidu mhux aktar qabel minn tmint ijiem u mhux inqas minn 48 siegħa qabel.", "Rigward il-post fejn jingħata dan l-avviż il- liġi diġa' tgħid li fil-każ ta' Malta jrid jingħata fil- Headquarters tal-Pulizija u fil-każ ta' Għawdex irid jingħata fil-Victoria Police Station.", "Jien ngħid b'implikazzjoni, allura bilfors qed nirreferu għal avviżi dwar dawk l-attivitajiet.", "M'għandi l-ebda diffikulta' li nispeċifikawhom biex il-wording tal-liġi jkun iktar ċar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jidhirli li dan li qal issa l- Ministru jiċċara l-pożizzjoni u jannulla dak kollu li ntqal qabel, kemm minn naħa u kemm minn oħra għaliex tippreskrivi l-ħin u l-post ta' fejn tagħmel avviż għal festa pubblika jew għal ċerimonja u mhux il-ħin li jibda jew jispiċċa l-meeting.", "Hemm ġejna żvijjati għax issemma li għalkemm se nneħħu l- obbligu li l-meeting jispiċċa ma nżul ix-xemx, xorta waħda jkun indikat li l-Kummissarju jista' jiffissa x'ħin jibda u x'ħin jispiċċa l-meeting pubbliku.", "Mhux talli hekk, talli m'hawnx ħin dwar meeting pubbliku.", "Il- ħin u l-post huma dwar l-avviż li wieħed irid jagħti lill-Kummissarju għaċ- ċerimonja jew għal festa pubblika, u mhux għal meeting pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, lill-Onor.", "Membru ma nlumux għax m'għandux quddiemu t-tieni emenda li ressaqt li qed temenda l-klawsola l- ġdida.", "Il-klawsola l-ġdida li qed inressqu qed tgħid żewġ affarijiet.", "L- ewwel qed tgħid li jistgħu jsiru regolamenti biex jippreskrivu l-għoti ta' avviż dwar l-attivitajiet imsemmija fl-artikolu 7 ta' din l-Ordinanza inkluż il-ħin, meta u l-post fejn jingħata dak l- avviż.", "B'dan irridu nifhmu ċ- ċerimonji u l-festi pubbliċi.", "Wara l-\"fullstop\" qed inżid sentenza oħra li tgħid:", "\"Regolamenti taħt dan l- artikolu jistgħu jippreskrivu fost ħwejjeġ oħra, it-tul ta' żmien li jistgħu jdumu meetings pubbliċi u l-ħinijiet li fihom meetings pubbliċi ma jistgħux jibdew u jitkomplew fihom\".", "Din hija parti ġdida li mhix inkluża fl-emenda li kellu quddiemu l-Onor.", "Membru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri ż-żieda ta' dak l- artikolu se tannulla li meeting pubbliku ma jistax idum wara nżul ix-xemx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għax jekk il-Kummissarju jgħid hekk, hekk isir.", "Għaliex inħasset il-ħtieġa li wieħed ma jistax jagħmel, per eżempju, sit-in f'meeting pubbliku u jdum 24 siegħa fl-istess post?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, l-argument huwa li filwaqt li m'għandux ikollok provvediment li jgħid li meeting pubbliku jrid jispiċċa bilfors qabel inżul ix-xemx, ma tistax tħalli s-sitwazzjoni fluwida li tmur biex torganizza attivita' partikolari.", "Allura meta tagħti dan l-avviż tkun qed tagħti ċ-ċans lil min hu responsabbli għall-ordni pubbliku u għall- organizzazzjoni ġenerali tal-pajjiż, jiffaċilta' dik l-attivita' u jirregola s-sitwazzjoni kollha in ġenerali.", "Imbagħad isib ruħu ffaċċat b'sitwazzjoni kompletament ġdida.", "Jiġifieri huwa importanti li jkun hemm ċertu regolamentazzjoni li toħroġ minn regolamenti pubbliċi u mhux minn regolamenti diskrezzjonali.", "Wara kollox, kieku kellna nħallu s-sitwazzjoni kif inhi, mhuwiex eskluż li l-Kummissarju tal-Pulizija fl-avviż jista' jgħidilek li l-meeting irid jibda f'ċertu ħin u jrid jispiċċa f'ċertu ħin ieħor.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li meeting irid jispiċċa bilfors qabel inżul ix-xemx, imma l- liġi f'partijiet oħra tagħti ċertu diskrezzjoni lill- Kummissarju tal-Pulizija.", "Mela x'qegħdin ngħidu?", "Aħna qegħdin ngħidu li din id-diskrezzjoni m'għandhiex tintuża f'kull każ ad hoc , imma għandu jkun hemm regolamenti pubbliċi.", "Huwa aħjar li l-Kummissarju tal- Pulizija javża, b'regolamenti pubblikati fil-Gazzetta tal- Gvern, b'ċertu parametri ta' dawn l-attivitajiet milli wieħed iħallih fid-diskrezzjoni kompleta li jista' jvarjaha - anke jekk għal raġunijiet validi - minn attivita' għal oħra u minn assoċjazzjoni għal oħra.", "L-iskop ta' dan huwa li filwaqt li wieħed jiftaħ kemm jista' l-qafas legali li fihom dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu organizzati, ikun tajjeb li dan isir b'mod trasparenti permezz ta' regolamenti.", "B'dan il-mod fl- istess ħin, ma jkunx hawn is-sitwazzjoni - sitwazzjoni li l-Kamra kollha donnha tixtieq li ma tevolvix u dan rajnih anke mid- diskussjoni li kellna meta konna qegħdin niddiskutu klawsola preċedenti - li meta jispiċċa meeting pubbliku wieħed jeħodha b'sorpriża li l- forza ta' l-ordni - billi minn dak il-meeting tevolvi dimostrazzjoni li ħadd ma jaf fejn se tispiċċa - ...", "Aħna ħassejna l-ħtieġa li ngħidu li ma jiġri xejn jekk wieħed imur għal meeting b'dimostrazzjoni, imma jekk wieħed irid jispiċċa l-meeting bi proċessjoni jew b'dimostrazzjoni, irid jagħti avviż, u allura qegħdin nippreskrivu l-għoti ta' avviż għal dan l-iskop.", "Aħna qegħdin ngħidu li m'għandiex nibqgħu nippreskrivu li meetings pubbliċi jew attivitajiet pubbliċi jispiċċaw qabel inżul ix-xemx, imma lanqas għandna nħallu sitwazzjoni legali miftuħa beraħ b'mod li m'għandek l-ebda metodu kif tista' tassigura drittijiet importanti ta' ordni pubbliku li naħseb li huma aċċettati bl- iktar mod naturali fi kwalunkwe soċjeta' demokratika.", "Aħna qegħdin naraw li din id- diskrezzjoni ma tiġix abbużata billi fil- każ in partikolari dan ma jsirx b'ordni tal- Kummissarju tal-Pulizija imma billi - dejjem jekk iħoss il- ħtieġa - jippreskrivi regolamenti x'ħin tista' tibda u x'ħin tista' tispiċċa l- attivita' u wara liema ħin m'għandhiex tkompli.", "Per eżempju, jista' jippreskrivi li ma tistax tkompli wara s-2.00 a.m. pero' naturalment wieħed irid jipprova jara l- opinjonijiet ta' kull min jista' jkun involut f'dawn l- affarijiet.", "B'din il-klawsola aħna l-ewwelenett nixtiequ nissottomettu l-għoti ta' l- avviż għaċ-ċerimonji u għal festi pubbliċi għal regolamentazzjoni legali għaliex b'hekk inkunu nistgħu nsolvu l- problema b'regolamenti li eventwalment jistgħu jiġu pubblikati fejn ngħidu li wieħed ma jistax jaqbad u jipprenota post fi żmien kmieni ż-żejjed.", "Kif qal l-Onor.", "Membru aktar kmieni, nifhem li jekk se torganizza ċertu attivita' trid iktar minn tmient ijiem biex tagħti avviż, imma naħseb li anke dak il-perjodu ta' avviż għandu jkun regolat.", "It-tieni nett, filwaqt li għandna nneħħu l-provvediment tassattiv li ma kienx qed jiġi osservat fi kwalunkwe każ, jiġifieri l- provvediment li l-meetings jridu jispiċċaw wara nżul ix- xemx, irid ikun hemm qafas ta' regolamenti magħrufa minn kulħadd li fihom wieħed ikun jista' jistabbilixxi dawn iċ- ċirkostanzi li qegħdin isemmu, jiġifieri t-tul ta' ħin li l- attivita' tista' tieħu u l- ħinijiet li ma jistgħux jinqabżu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aktar milli tagħti setgħa lill- Kummissarju li bis-saħħa tar- regolamenti jista' jiffisa l- ħin li meetings pubbliċi jistgħu jdumu, jidhrili li l- obbligu għandu jkun li min se jagħti avviż għal meeting pubbliku jispeċifika meta hu maħsub li l-meeting għandu jibda u x'ħin hu maħsub li għandu jispiċċa.", "B'hekk il- pulizija jkollhom il-faċilita' li jorganizzaw ruħhom b'mod li jistgħu jkopru l-ħin ta' dik l- attivita' pubblika.", "Pero' ma naħsibx li hija ħaġa tajba li l-Kummissarju jingħata s-setgħa minn qabel li jiffissa l-ħin ta' meeting pubbliku għaliex ladarba neħħejna l-kliem \"inżul ix-xemx\" jew nestendu siegħa jew sagħtejn wara nżul ix-xemx jew inkella ma nagħmlux ħinijiet.", "Biex nagħti eżempju, kien hawn żmiem fejn iċ- ċerimonji tal-31 ta' Marzu u ta' l-Indipendenza kienu jibdew fl-10.00 p.m. u jispiċċaw ma' nofs il-lejl.", "Jekk il-Kummiss- arju se jippreskrivi l-ħin, jew irid jagħmel eċċezzjonijiet għal dawn iż- żewġ ċerimonji jew inkella irid jagħmel li meeting pubbliku - għax wara kollox dawk huma meetings pubbliċi - jistgħu ikomplu anke sa nofs il-lejl ...", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kieku kellna nippruvaw inkunu preċiżi u ngħidu sagħtejn wara nżul ix- xemx, jew kwalunkwe ħin li wieħed jaqbel li jista' jiffissa, naħseb li ma nkunux qegħdin nipprevedu is- sistwazzjonijiet kollha.", "Meta qegħdin ngħidu li l-Kummissarju jista' jagħmel dawn ir- regolamenti jiena nifhem li wieħed mir-regolamenti jkun igħid preċiżament dak li qal l- Onor. Mifsud Bonnici, jiġifieri li meta wieħed jagħti l- avviż jindika l-ħin meta se jibda u l-ħin meta se jispiċċa, pero' jien naħseb li għandna nħallu għar-regolamentazzjoni l- attivitajiet.", "Aħna ma nistgħux ngħidu minn issa li r- regolamenti se jippreskrivu żgur ċertu ħin partikolari.", "Jiġifieri jien nifhem li l- Kummissarju tal-Pulizija, meta jagħmel ir-regolamenti u jgħid liema ħinijiet m'għandhomx jiġu maqbuża fl- organizzazzjoni ta' dawn l-attivitajiet, se tinżamm in konsiderazzjoni il- prattika li segwejna sal-lum, u allura wieħed evidentement jagħmel regolamenti li jinkorporaw dawn is-sitwazzjonijiet li qegħdin nirreferu għalihom.", "Jekk inħarsu lejn l-aħħar kwart ta' seklu ta' attivita' politika f'Malta insibu li kien hemm l- okkażżjonijiet li semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici u l- okkażżjonijiet li jiġu lejn l- aħħar fażi tal-kampanja elettorali, fejn l-attivitajiet idumu ftit pero' normalment sa nofs il- lejl jew is-1.00 a.m. dejjem ikunu spiċċaw.", "Mela jekk il-Kummissarju tal- Pulizija fis-sagru ġudizzju tiegħu jieħu dak bħala kriterju u jgħid li sas- 1.00 a.m. l- attivita' għandha tispiċċa, naħseb li jkun qed jagħżel kriterju li jkun aċċettabbli għal kulħadd.", "Naturalmet jista' jkollok xi ħaddieħor li jqis li dak mhux aċċettabbli u jgħid li hu jippretendi li għandu jdum sa l-4.00a.m.", "Immaġina xi ħadd irid jagħmel xi attivita' pubblika - kif ġieli jsiru - f'xi triq mill- iktar residenzjali u ma jkun hemm limiti ta' xejn!", "Naħseb li huwa sewwa li aħna ma nirristrinġux tassattivament fil-liġi, pero' għandna nagħtu l-possibilita' lill- Kummissarju tal-Pulizija li permezz ta' regolamenti jkun jista' jirregola dawn it-tip ta' attivitajiet.", "Naturalment wieħed dejjem jista' jimmaġina li jista' jkollok lil xi ħadd li jagħmel regolamenti li jkunu restrittivi b'mod li ma jkunux aċċettabbli demokratikament.", "Imma għal dan l-abbuż li jista' jiġi kommess fil-futur, ma nistgħux nabbandunaw il- possibilita' tar-regolamentazzjoni b'dan il- mod.", "L-użu tar- regolamenti jeżisti f'ħafna postijiet u ma naħsibx li għaliex qed nagħtu dan il-poter għandna għalfejn naħsbu li dan bilfors se jiġi wżat ħażin.", "Jien ma nafx li kemm ilha teżisti din il-klawsola il- Kummissarju tal-Pulizija qattx għamel xi regolamenti biex jassigura l-ordni pubbliku fil- meetings.", "Safejn naf jien dawn ir-regolamenti ma jeżistux, allavolja kien hemm dan il- poter u dejjem irrikorrew għal sitwazzjonijiet u għal atti differenti.", "Pero' jien naħseb li dawn l-affarijiet għandhom jiġu regolati u sakemm jispetta lili - għaliex naturalment jien għalija nista' nitkellem u naħseb li nista' nitkellem anke għall-Gvern tal- ġurnata - nimpenja ruħi li jekk ikunu se jsiru xi regolamenti, nikkonsulta mingħajr ebda diffikulta' lill-Oppożizzjoni.", "Ma naħsibx li qed inbiddlu ħafna l-ispirtu la ta' l- artiklu kif inhu u lanqas tad- diskussjoni kollha li konna qed nagħmlu s'issa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naħseb li taħt l-attivitajiet li jirrikjedu l-pre-avviż u l- permessi tal-Pulizija, jidħlu wkoll il-festi reliġjużi u l- festi ċivili konnessi mal-festi reliġjużi.", "Naħseb li, per eżempju, marċ tal-banda jikkwalifika bħala dimostrazzjoni, speċjalment fil- festi, u l-ħinijiet ta' ċerti marċi f'ċerti postijiet, huma inkontrollabbli għaliex sas- 3.30 p.m. damu u sas-1.30 a.m. damu wkoll.", "Naħseb li f'okkażjonijiet bħal dawn il- Pulizija għandha tingħata mezzi biex tikkontrolla dawn l- attivitajiet pubbliċi kemm għall-ħoss li jagħmlu - allavolja jġibu ferħ ukoll - u l-inkomudu li jikkawżaw, kif ukoll għaliex dawn jistgħu jkunu okkażżjonijiet ta' diżgiwid jekk mhux anke ġlied fil- post fejn isiru.", "Allura jien naħseb li f'attivitajiet bħal dawn huwa indikat li l- Pulizija għandha tingħata s- setgħa biex tikkontrolla.", "Jekk il-Gvern mhux se jbiddel il- ħsieb tiegħu dwar il-kunsilli lokali, huwa veru li se jkollna inċidenza ta' attivitajiet politiċi li jirrekjedu li jkunu regolati ħafna aktar minn qabel għaliex dawn se jkunu aktar frekwenti minn ħames snin u se jkunu fi 63 post ieħor fil- pajjiż.", "Pero' jien ma naħsibx li ladarba neħħejna l-kliem \"inżul ix-xemx\" wieħed għandu jagħti s- setgħa lill- Kummissarju tal-Pulizija li jippreskrivi l-ħin meta l- attivita' politika tispiċċa.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- ewwelnett, dwar marċi u affarijiet bħal dawn il- pożizzjoni hija li marċ tal- banda ma jirrikjedix li jsir avviż bħal meeting imma jrid il-permess tal-Kummissarju tal- Pulizija.", "(Interruzzjonijiet) Le, teknikament marċ tal-banda ma jaqax fid- definizzjoni ta' dimostrazzjoni.", "Jiġifieri jekk wieħed irid jorganizza marċ tal-banda puro e semplice irid jitlob il-permess tal- Kummissarju u mhux sempliċement jagħti avviż.", "Jien naħseb li din hija kwestjoni ta' ftit apprezzament tal-fatti u naħseb li m'hemmx raġuni għaliex l-emenda kif proposta, li tagħti din il-possibbilta' ta' regolamenti min-naħa tal- Kummissarju, għandna nibdluha.", "Jien nifhem li l-Oppożizzjoni għandha dawn il-ħsibijiet u dawn żgur li jittieħdu in konsiderazzjoni meta r- regolamenti jkunu qegħdin jiġu mfasslin mill-Kummissarju.", "Imma li l- Kummissarju jkollu l- possibbilta' li jagħmel dawn ir-regolamenti, naħseb li hija xi ħaġa li hija tajba u li, fil-fehma tiegħi, tinkwardra ruħha fil- kwadru ġenerali tad- diskussjoni li qegħdin nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 9 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti milll- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 10", "NEW CLAUSE 10", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il-permess tal-Kamra ħalli nressaq Klawsola Ġdida 10 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n- nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 10, li tgħid:", "\"J\" Minnufih wara l-klawsola 9 ġdida għandha tiżdied din il-klawsola 10 ġdida li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 12 tal-liġi prinċipali.", "10.", "L-artikolu 12 tal- liġi prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej: (a) is-subartikolu (2) tieġu għandu jitħassar; u (b) is-subartikolu (1) tiegħu għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala l- artikolu 12.\".", "\"J\" \"Immediately after new clause 9 there shall be added the following new clause 10:", "\"Amendment of section 12 of the principal law.", "10.", "Section 12 of the principal law shall be amended as follows:", "(a) subsection (2) thereof shall be deleted; and (b) subsection (1) thereof shall be renumbered as section 12.\".\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 10 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 10 ġiet moqrija t-Tieni Darba", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li Klawsola Ġdida 10 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl- Ordinanza kif inhi sal-lum, is- subartiklu 12(2) jipprovdi li kull persuna li tagħmel meeting pubbliku, f'liema meeting il- Kummissarju tal-Pulizija jibgħat shorthand writers, ikollha aċċess għal dak it- transcript tad-diskors tagħha u jkollha d-dritt għal kopja fi żmien raġonevoli ta' dak it- transcript jew parti minnu wara li tkun ħallset il- fee meħtieġa.", "Aħna jidhrilna li dan huwa anakroniżmu u allura qed inneħħuha mill-Ordinanza.", "Jien ma niftakarx li xi Kummissarju tal-Pulizija - almenu fi żmieni - bagħat stenografu f'meeting pubbliku biex joqgħod jieħu d-diskors tal-kelliemi partikolari biex imbagħad dak il-kelliemi jkollu d-dritt għall-istenografija wara li jħallas il-fees meħtieġa.", "Jien naħseb li dan iż-żmien spiċċa u għaldaqstant bl-emenda li qed inressqu, qed inneħħu dan il-paragrafu mil- liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Huwa veru li m'għadhiex id- drawwa li l- pulizija tibgħat stenografu imma dan ma jfissirx li l-pulizija ma jkollhiex record ta' dak li jintqal fil- meetings.", "Jien jidhirli li hija drawwa tal- pulizija li tieħu taperecording ta' dak li jintqal.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li din kienet drawwa imma ma jidhirlix li għadha.", "Lili ma jirriżultalix li l- pulizija qed tirrekordja d- diskors tal-meetings - kemm ta' naħa kif ukoll ta' naħa oħra - li qegħdin isiru.", "L- ewwelnett illum is-sitwazzjoni nbidlet radikalment, fis-sens li għandek diversi stazzjonijiet tar-radju li jkunu preżenti u ħafna drabi jxandru direttament meetings jew attivitajiet sħaħ jew partijiet minnhom, u almenu f'dawn l-aħħar sena u xahrejn li ili Ministru responsabbli mill- Pulizija, qatt ma rriżultali li l- Pulizija rrekordjat xi attivita' jew xi diskors waqt xi attivita' politika.", "Naħseb li l-Kummissarju tal- Pulizija għandu ħafna aktar x'jagħmel milli joqgħod jgħaddi l-ħin jirrekordja d-diskorsi tal- politiċi waqt meetings pubbliċi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru għaliex l- artiklu Nru 11 li jagħti s-setgħa lir- rappreżentant tal-Kummissarju li jagħżel postu f'dak il- meeting, m'attiralux l- attenzjoni.", "Għandu dritt jattendi u jagħżel fejn joqgħod ukoll.", "Jista' jitla' fuq il- palk!", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li huwa sewwa li l-Kummissarju jkollu d-dritt li jibgħat lil xi ħadd biex ikun preżenti u li jagħżel huwa stess il-post fejn joqgħod.", "Ma naħseb li ebda Kummissarju se jeżerċita dan il-privileġġ daqstant spiss!", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No.)", "Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 10 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk Kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con u Klawsola Ġdida 10 kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 11", "NEW CLAUSE 11", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il-Permess tal-Kumitat ħalli nressaq Klawsola Ġdida 11 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n- nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 11, li tgħid:", "\"K\" Minnufih wara l-klawsola 10 ġdida għandha tidħol din il-klawżola ġdida li ġejja:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 14 tal-liġi prinċipali.", "11.", "Fil-paragrafu (a) ta' l-artikolu 14 tal-liġi prinċipali, minflok il- kliem \"il-persuna awtorizzata li tagħmel il- meeting\" għandhom jidħlu l- kliem \"il-persuna li tat l-avviż\".\".", "\"K\" Immediately after new clause 10 there shall be added the following new clause:-", "\"Amendment of section 14 of the principal law.", "11.", "In paragraph (a) of section 14 of the principal law, for the words \"allowed to hold the meeting\" there shall be substituted the words \"the person who has given the notice.\".\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 11 tinqara t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con u l-Klawżola Ġdida 11 inqrat it- Tieni Darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li Klawsola Ġdida 11 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, din ukoll hija emenda biex nirregolaw ftit it-test li għandna.", "Sal-lum aħna qegħdin ngħidu illi:", "\"The police may disperse a public meeting in each of the following cases:", "(a) if the person allowed to hold the meeting under section 3 does not present himself; ...\".", "Aħna qegħdin nibdluha billi ngħidu hekk:", "\"(a) if the person who has given the notice does not present himself ...\".", "Jiġifieri taħt artiklu 3 aħna qegħdin ngħidu li almenu l- persuna li tat l- avviż li se jsir meeting għandha tkun preżenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jidhirx li wieħed għandu jsostni hekk imma għandu jkun iktar prattiku.", "Min jagħti l- avviż jista' jagħmel dan jew biex jagħmel meeting pubbliku hu stess jew inkella għax ikun qed jokkupa xi kariga.", "Issa immaġina lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li jrid ikun preżenti f'kull meeting li jitlob il- permess għalih jew fil-meetings tal-kunsilli lokali.", "Meta wieħed jagħti avviż ta' meeting, jekk dan ikun qed jagħmlu għan-nom ta' partit, il-partit ikun qed jagħmel il- meeting u mhux l-individwu.", "Għalfejn bilfors irridu ngħidu li l-persuna trid tkun hemm u trid tkun hemm proprju mill- bidu sa l-aħħar.", "Din mhix prattikabbli u m'hemmx skop għaliha.", "Jiġifieri jien ma narax ir- raġuni la għaliex kienet fil-liġi u iktar u iktar għaliex issa rridu nbiddluha fil-persuna li tkun tat l- avviż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nifhem li l-Onor.", "Membru qiegħed iqis li lanqas hi meħtieġa kif inhi?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Lanqas kif inhi.", "Jien jidhirli li min jagħti l-avviż jista' jagħtih jew għalih personali, jekk irid jagħmel meeting pubbliku, jew għan-nom ta' organizzazzjoni li hu jirrappreżenta.", "Jekk l- organizzazzjoni tkun preżenti permezz ta' nies oħra, min talab l- avviż jew favur min ħareġ l-avviż - sija favur il- Partit Laburista u sija l- Partit Nazzjonalista - ikun preżenti għal meeting u m'hemmx għalfejn ikun preżenti l- individwu li talab l-avviż.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena naqbel miegħek li m'hemm l-ebda skop għaliex għandha tibqa' anke kif inhi.", "Pero' nitlob li nikkonsulta ftit ruħi.", "Mr Chairman, il-liġi sal-lum tipprovdi li l-Pulizija tista' tiżbanda meeting pubbliku f'diversi każijiet.", "Wieħed minnhom huwa jekk il-persuna awtorizzata li tagħmel il- meeting ma tippreżentax ruħha.", "Fiċ-ċirkostanzi li nafu aħna fir-realta', din wieħed jismagħha ddoqq stramba.", "Minflok il- persuna awtorizzata, issa bil-liġi qegħdin ngħidu li l-assoċjazzjoni tista' tkun awtorizzata.", "Huwa sewwa jew ħażin jekk il-persuna awtorizzata ma tkunx preżenti?", "Min għandu d-dritt jagħmel il- meeting, ir- rappreżentant ta' dik il-persuna jew inkella ta' dik l-assoċjazzjoni u m'għandux ikun hemm xi ħadd preżenti?", "Min se jassumi r-responsabilita' ta' l-attivita' li se ssir?", "Allura biex wieħed jilqa' għad- diffikultajiet li tqanqlu, jista' jgħid illi l-Pulizija tista' tiżbanda meeting pubbliku jekk il-persuna jew assoċjazzjoni awtorizzata jew ir-rappreżentant tagħha, li jkun identifikat mill-Pulizija, ma jippreżentax ruħu.", "Jien naħseb li min jitlob li jagħmel meeting jew dimostrazzjoni, huwa stess jew inkella r- rappreżentant tiegħu għandu jkun preżenti fuq il-post għaliex il-Pulizija għandha jkollha punt ta' referenza lil min tistaqsi dwar x'se jiġri jew ma jiġrix.", "Allura jien naħseb li l-emenda trid issir biex nippermettu l- possibilita' tar-rappreżentant li jkun identifikat mill-Pulizija.", "U allura nipproponi emenda f'dan is-sens illi għadu kemm ipprepara l-Avukat Ġenerali.", "\"L\" Minnufih wara l-klawsola 10 ġdida għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 14 tal-liġi prinċipali.", "11.", "Fil-paragrafu (a) ta' l-artikolu 14 tal-liġi prinċipali, minflok il- kliem \"il persuna awtorizzata li tagħmel il- meeting\" għandhom jidħlu l- kliem \"il-persuna, jew ir-rappreżentant ta' l- assoċjazzjoni, awtorizzata li tagħmel il-meeting\".\".", "\"L\" Immediately after new clause 10 there shall be added the following new clause:-", "\"Amendment of section 14 of the principal law.", "11.", "In paragraph (a) of section 14 of the principal law for the words \"allowed to hold the meeting\" there shall be substituted the words \"the person, or the representative of the association allowed to hold the meeting.\".\"", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, naħseb li dak li kellna xi ngħidu biex infissru din it-tibdila għidnieh, almenu minn din in-naħa.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda għal Klawsola Ġdida 11 kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda għal Klawsola Ġdida 11 għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il- mistoqsija hi Klawsola Ġdida 11, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 12", "NEW CLAUSE 12", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il-Permess tal-Kumitat ħalli nressaq Klawsola Ġdida 12 għall-Ewwel Qari.", "L-iskrivan tal-Kamra qara n- nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru 101.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 12, li tgħid:", "Minnufih wara l-klawżola 11 ġdida għandha tiżdied din il-klawżola ġdida li ġejja:", "\"Emenda ta' l-artikolu 15 tal-liġi prinċipali.", "12.", "Minflok is-subartikolu (1) ta' l-artikolu 15 tal- liġi prinċipali għandu jidħol dan li ġej:", "\"(1) L-ordni sabiex il- meeting jiġi żbandat jingħata b'ordnijiet formali distinti li jingħataw f'dak il-mod li l-aktar membru anzjan tal- Korp tal-Pulizija hemm preżenti jista' jqis li jkun suffiċjenti.", "Biex jingħata dak l-ordni kull membru tal-Korp tal- Pulizija jista' juża kull loud speaker li jkun qed jintuża waqt il- meetings.\".\"", "Immediately after new clause 11 there shall be added the following new clause:- \"Amendment of section 15 of the principal law.", "12.", "For subsection (1) of section 15 of the principal law there shall be substituted the following:", "(1) the order to disperse shall be given by distinct formal intimations given by such means as the senior member of the Police Force present may deem adequate.", "For the purpose of giving such intimation any member of the Police Force may use any loud-speaking apparatus which may be in use at the meeting.\".\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 12 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 12 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li Klawsola Ġdida 12 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L- Onor. Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Illum Subklawsola 15 (1) ta' l- Ordinanza tgħid:", "\"L-Ordni sabiex il-meeting jiġi żbandat jingħata bi tliet ordnijiet formali, kull wieħed għalih, billi qabel kull ordni tindaqq trumbetta jew bi tliet tisfiriet b'suffara tal- Pulizija ...\"", "Jiġifieri evidentement qegħdin nipprovaw naġġornaw ftit u qed ngħidu li dawn il-metodi huma sorpassati.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ewwelnett is-sistema li hawn illum biex tiżbanda meeting hija iktar pittoreska milli dan li se nagħmlu, u forsi hija iktar folkloristika u tista' titħalla.", "Imma mbagħad hawn il- kwestjoni tal-loudspeaker.", "Il- loudspeaker hija t-tromba u jien naħseb li hawnhekk irridu ngħidu microphone.", "Jiena nifhem li ngħidu loud hailer imma l-uffiċjal tal-Pulizija ma jinstemax billi jkollu loudspeaker.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, jien naħseb li nistgħu naqblu li l- kliem \"loudspeaker\" fit-test Malti u \"loud-speaking apparatus\" fit- test Ingliż tal-Klawsola Ġdida 12 għandhom jinbidlu bil-kliem \"public address system\".", "Għalhekk Mr Chairman, klawsola ġdida 12 tiġi taqra hekk:", "\"M\" Minnufih wara l-klawsola 11 ġdida għandha tiżdied din il-klawsola ġdida li ġejja:-", "\"Emenda ta' l-artiklu 15 tal-liġi prinċipali.", "12.", "Minflok is-subartikolu (1) ta' l-artikolu 15 tal- liġi prinċipali għandu jidħol dan li ġej:", "\"(1) L-ordini sabiex il- meeting jiġi żbandat jingħata b'ordnijiet formali distinti li jingħataw b'dak il-mod li l-aktar membru anzjan tal- Korp tal-Pulizija hemm preżenti jista' jqis li jkun suffiċjenti.", "Biex jingħatat dak l-ordni kull membru tal-Korp tal- Pulizija jista' juża kull Public Address system li jkun qed jintuża waqt il- meetings.\".\"", "\"M\" Immediately after new clause 11 there shall be added the following new clause:-", "\"Amendment of section 15 of the principal law.", "12.", "For subsection (1) of section 15 of the principal law there shall be substituted the following:", "(1) the order to disperse shall be given by distinct formal intimations given by such means as the senior member of the Police Force present may deem adequate.", "For the prupose of giving such intimation any member of the Police Force may use any Public Address system which may be in use at the meeting.\".\"", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 12 kif moqrija t-tieni darba mill-Ministru tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 2", "NEW CLAUSE 2", "(Posposta fis-seduta tal-5 ta' Mejju, 1993)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, meta konna qegħdin niddiskutu fl-aħħar seduta b'konsultazzjoni bejnietna qbilna dwar id-definizzjoni ta' \"dimostrazzjoni spontanea\" u konna qbilna li nressaq il- klawsola formalment illum.", "Għaldaqstant nipproponi din l- emenda:", "\"N\" Minflok it-tifsira ta' \"demostrazzjoni spontanea\" fil-klawsola 2 kif proposta li tiġi sostitwita fl-emenda \"A\" għandu jidħol li ġej:", "\"\"demostrazzjoni spont- anea\" tfisser demostrazzjoni li ma tkunx organizzata jew reklamata minn qabel;\".", "\"N\" For the definitiion of \"spontaneous demonstration\" in clause 2 as it is proposed to be substituted in amendment \"A\", there shall be substituted the following:", "\"\"spontaneous demonstration\" means a demostration which is not organised or advertised beforehand.\".\".", "Din hija d-definizzjoni li ż- żewġ naħat tal-Kamra, anke wara konsultazzjoni ma' l-Avukat Ġenerali, qbilna magħha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"N\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqaija hija klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 8", "NEW CLAUSE 8", "(Posposta aktar kmieni fil- Kumitat)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi emenda għal Klawsola Ġdida 8:", "\"O\" Minnufih wara l-klawżola ġdida numru 7 għadha tidħol il-klawżola ġdida li ġejja:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 9 tal-liġi prinċipali.", "8.", "Is-subartikolu (1) ta' l-artikolu 9 tal-liġi prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:-", "(a) il-kliem \"imur lejn xi meeting pubbliku jew jerġa' lura minnu\" għandhom jiġi mħassra u sostitwiti bil-kliem \"jerġa' lura minn meeting pubbliku\";", "(b) il-provisos għalih għandhom jitħassru.\".\"", "\"O\" Immediately after New Clause 7 there whall be added the following new clause:-", "Amendment of section 9 of the principal law.", "8.", "Subsection (1) of section 9 of the principal law shall be amended as follows:-", "(a) the words \"to proceed to a public meeting or return therefrom\" shall be deleted and substituted by the words \"to return from a public meeting\"; and (b) the proviso thereto shall be deleted.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Klawsola Ġdida 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"O\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija Klawsola Ġdida 8 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola Ġdida 8 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ", "Clause 1 - Short title and commencement", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi emenda għall- klawsola Nru. 1.", "\"P\" Minflok il-figura \"1992\" fil-klawsola 1, għandha tidħol il-figura \"1993.", "\"P\" For the figure \"1992\" in clause 1, there shall be substituted the figure \"1993\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-klawsola 1.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"P\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob il- permess biex il-Kumitat jawtorizza lill- Clerk of the House jagħmel ir-renumbering ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u jikkorreġi l-iżbalji ta' l- ortografija fejn ikun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "Il-Kamra rriżumiet u l- President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAL-LIĠI TAL-BAĦAR", "LAW OF THE SEA (RATIFICATION) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir", "Clause 2 - Interpretation", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Għal dak li jirrigwarda klawsola 2 ma tantx għandi xi ngħid, pero' naħseb li nkun korrett jekk ngħaddi lill-kollega tiegħi, l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Se nergħu niġu għall-kwestjoni tas-soltu, jiġifieri jekk il- Konvenzjoni għandhiex tiġi annessa mal-Liġi tar- Ratifika.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ma naħsibx li hemm għalfejn tiġi annessa, din hija notata internazzjonalment u ma naħsibx li hija essenzjali li titqiegħed hawnhekk.", "Jien kont se nitkellem fuq ħaġa oħra.", "Kif taf, jien kelli abbokkamenti mal-kollega tiegħek, l-Onor.", "George Vella u wasalna f'arranġament, pero' issa nixtieq inbiddel xi kelma għaliex naħseb li hija aħjar kif se nagħmilha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Pero' niddiskutu iktar fid- dettall.", "F'paġna 2, fit-tielet paragrafu, il-kliem \"moral or otherwise\" kienu maqtugħin, pero' reġgħu daħlu.", "ONOR.", "GUIDO DEMARCO: Dawk erġajna daħħalnihom għaliex qabel is- suġġeriment kien ta' moral obbligation.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq dikjarazzjoni li se nagħmlu mal-Konvenzjoni għax fuq il-liġi ma tantx hemm xi tgħid.", "Ma naħsibx l-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nistgħu neħilsuh f'ħames minuti.", "Jien diġa' qed nagħmel xi konsultazzjonijiet mal-kollegi tiegħi ta' l- Oppożizzjoni li ssuġġerew xi kambjamenti u jien naħseb li dawn il-kambjamenti għandhom jiġu mdaħħla.", "Issuġġerewli wkoll li għandu jidħol il-kliem \"does not exonerate the State from the moral obligation to accept responsibility\".", "Għall- mument konna qed ngħidu \"from such obligations as may arise in accepting responsibility and liability\".", "Aħna għidna li din aħjar inħalluha \"moral or otherwise\" ħalli ma nagħlqux il-bieb għal xi obbligi li mhux neċessarjament ikunu morali kif kien hemm fl-Abbozz oriġinali tal-kollega tiegħi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri fl-istess paragrafu żdied il- kliem \"furthermore no such ships shall be allowed within Maltese internal waters without the necessary authorisation\".", "Il-kliem \"without the necessary authorisation\" huma meħtieġa għaliex il-prinċipju huwa \"nuclear- powered ships or ships carrying nuclear or other inherently dangerous or noxious substances\".", "Aħna mhux qed nirreferu għal \"nuclear - powered\" imma għal \"ships carrying nuclear armaments\" u qed ngħidu li dawn m'għandhomx jingħataw awtorizzazzjoni.", "ONOR.", "GUIDO DEMARCO: Aħna ħallejniha f'dan il- kontest għax jekk il-Parlament ikun irid jagħti l- awtorizzazzjoni ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma llum ma jistax jagħtiha.", "ONOR.", "GUIDO DEMARCO: Għalhekk jien erġajt għamilt il-wording tagħha u niżżilt \"without the necessary authorisation\".", "B'hekk nimxu konformament ma' dik ir- riżoluzzjoni li ikkoreġejniha indirettament minħabba li d- diċitura tagħha ma kenitx għal kollox preċiża.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qed nitkellmu fuq ir- riżoluzzjoni li kien għadda dan il-Parlament fejn għidna li l- Parlament Malti ma jaqbilx li fit-territorju Malti għandu jkun hemm armamenti nukleari jew li xi ħadd jista' jdaħħal armamenti nukleari.", "Intqal ukoll li fil-liġi internazzjonali t-territorju Malti ma jfissirx biss l-art imma l- limiti tal-baħar li jifformaw it-territorju Malti.", "Allura jekk wieħed jasserixxi dak il- prinċipju ikun qiegħed imur kontra l-prinċipju ta' l- innocent passage skond il-liġi internazzjonali.", "Jidhirli li l-prinċipju ta' l-innocent passage għandu jkun sottomess għall-prinċipju superjuri.", "Fosthom hemm il-prinċipju li pajjiż jista' ma jaċċettax, għax iħossha moralment repunjanti, li jeżistu armamenti nukleari.", "Allura jidhirli li għandna nkunu ċari u tondi u ngħidu li dak il- prinċipju ta' l-innocent passage mhux sagrosant u li huwa aqwa u ikbar mill- prinċipju l-ieħor li m'għandux ikun hawn armamenti nukleari.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jien naħseb li għandna niddistingwu bejn innocent passage fl-ibħra mhux interni, jiġifieri fl- ibħra territorjali li dwarhom diġa' tkellimna, u l-ibħra interni fejn is-sitwazzjoni hija differenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naċċetta li s-sitwazzjoni hija differenti bejn ibħra interni u ibħra territorjali.", "Pero' xorta ninsisti li l-Gvern għandu dritt anke fl-ibħra territorjali - li kulħadd jaċċetta li jifformaw parti mit-territorju ta' l-istat - li jgħid li minkejja li hawn il- prinċipju ta' l-innocent passage dak il-prinċipju huwa sottomess għal prinċipju li huwa aqwa, li huwa dak li m'għandux ikun hawn armamenti nukleari.", "Allura m'għandniex nibżgħu li f'fora internazzjonali noħolqu l- kuxjenza li din il-kwestjoni mhijiex se tkun aċċettata li pajjiżi jibqgħu jippretendu li jistgħu jgħaddu b'armamenti nukleari mill-ibħra territorjali taħt l-iskuża jew bil-ġustifikazzjoni tar-right of innocent passage.", "Meta ġie aċċettat ir-right of innocent passage fil-liġi internazzjonali, ħadd ma kien jipprospetta l-eżistenza jew il-possiblita' li jkun hawn armamenti nukleari.", "Jien ċert, li kieku dak iż-żmien, meta dan il- prinċipju ta' l- innocent passage kien diskuss u aċċettat mill-komunita' internazzjonali kien jeżisti wkoll il-konċett ta' l-armamenti nukleari, dan kien jiġi kwalifikat minn diversi pajjiżi.", "Malta għandha tkun minn ta' l-ewwel illi tikkwalifika dan il-prinċipju ta' l-innocent passage billi ma tapplikahx iktar għall- armamenti nukleari.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, jien imxejt anke a bażi ta' abbozz li bagħtuli n- naħa l-oħra.", "Dan ma jingħadx f'dak l-abbozz.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kif ma jingħadx!", "L-emenda li l- Oppożizzjoni xtaqet tagħmel kienet tgħid hekk:", "\"... in respect of nuclear-powered ships and ships carrying nuclear or other inherently dangerous and noxious susbstances, Malta reaffirms the stand taken by the House of Representatives on the 23rd June, 1988 to the effect that nuclear armament should not be allowed on Maltese territory.\".", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sewwa.", "Imma din m'għandhiex x'taqsam ma' dak li qed tgħid int.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena qed ngħid li \"Maltese territory\" għandha tiftiehem ukoll territorial waters.", "Dan imur kontra l-prinċipju ta' l- innocent passage mat- territorial waters u allura rristrenġejnih għall-internal waters.", "Jiena naf u naċċetta din ir-restrizzjoni imma jidhirli li Malta m'għandha ssib ebda diffikulta' jekk fil- fora internazzjonali għandha tgħid li l-prinċipju ta' l- innocent passage huwa soġġett u sottomess għal prinċipju ieħor li pajjiż li jopponi l- armamenti nukleari għandu dritt mit-territorial waters ...", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Hemm differenza bejn id-dikjarazzjoni li għandha x'taqsam ma' din il-liġi u x'linja jista' jieħu l-Gvern Malti.", "Id- dikjarazzjoni li qed jagħmel il-Gvern Malti għal dak li jirrigwarda din il- liġi ma tistax tiddisposta ruħha minn dak li qed nagħmel hawn.", "Dan huwa l- massimu li nista' nagħmel jien, Sur President.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Gvern jaf li din il-liġi għadhom irratifikawha 55 pajjiż.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Issa jekk Alla jrid se nkunu 56 pajjiż.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-ebda pajjiż kbir marittimu għadu ma rratifikaha.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: U r- raġuni għal din tafha wkoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk wieħed jaqra' dak li ħareġ ħmistax ilu mill-Istate Department Amerikan isib li hemm ċar u tond li l-Gvern Amerikan ma jistax jaċċetta proprju dik il-parti li l-Gvern Malti jsostni l- iktar fuqha.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jiena nirrispetta lill-Gvern Amerikan pero' nagħmel dak li nħoss li huwa fl-interess ta' Malta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva imma l-Gvern Amerikan jirrispetta lilu nnifsu, l- interessi tiegħu, u l-prinċipji tiegħu ma jċedihomx.", "Anke l- Gvern Malti għandu jirrispetta lilu nnifsu u minkejja dak li trid il- Konvenzjoni, prinċipji tiegħu ma jirrinunzjax għalihom.", "Dak li qed ngħidu.", "Jien qed niċċita lill-Gvern Amerikan mhux biex infaħħru.", "Jien qed ngħid li kull gvern li għandu l-prinċipji tiegħu, ma jċedihomx.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Dak li qegħdin nosservaw aħna.", "Pero', li hemm interessanti f'dan il- kontest huwa, li donnu kien hemm shift żgħira fil- pożizzjoni tal-Gvern Amerikan.", "Ma nafx rajtx il-press release li ħarġet fis-27 ta' April wara l-istatement li għamlet ir- Rappreżentanta Permanenti ta' l-Amerika fin-Nazzjonijiet Uniti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma naħsibx li hemm shift fit-tieni paragrafu ta' dik il- paġna għax tgħid ċar u tond x'inhi.", "Xi trid tfisser hemm shift?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Inti qrajtha l-press release?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva qrajtaha.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: F'dan l-istatement l-Ambaxxatriċi qed tgħid hekk:", "\" ... has a special appreciation of the significance of this balance and difficulty of maintaining the phase of competing demand.", "We owe a great debt of gratitude to those who laboured long and hard at the Third U.N. Conference on the Law of the Sea to produce the Convention, some of whom are present amongst us today.\"", "Jien għidt shift żgħira għax fejn qabel kienu ħadu atteġġjament negattiv sostanzjalment, illum hemm moviment iżjed pożittiv.", "Naturalment wieħed m'għandux jimla rasu li saret xi bidla kbira ħafna, pero' diġa' jidher li hemm bidla fil-mentalita'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din tkompli tirribadixxi l- pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni tal-Gvern Amerikan.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, hawnhekk aħna għamilna dikjarazzjoni li biddilniha fuq suġġeriment li sar l-għada.", "Naħseb dak huwa l-massimu li wieħed jista' jagħmel u kif għamilniha qegħdin korretti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ladarba l-Konvenzjoni mhijiex se tiġi annessa ma' l-Abbozz ta' Liġi, almenu d-dikjarazzjoni fil-fatt se tiġi annessa għax se nagħmlu referenza għal xi ħaġa li mhijiex?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Din mhijiex se tiġi annessa.", "Pero' meta jien tkellimt, kont għidt x'inhi d-dikjarazzjoni li jista' jagħmel il-Gvern Malti.", "Wara li ħadt in konsiderazzjoni is-suġġerimenti mill-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra, ikkonsultajt ruħi anke man-nies li għandna fil-Ministeru li huma esperti f'din il-materja u deherli li l-korrettezza tirrikjedi li meta qed nikkonsulta ruħi mal-kollegi tiegħi nuri fejn inkun wasalt.", "Ħafna mill-affarijiet li ssuġġerewli ġew inseriti b'mod li huma kompatibbli mal- finijiet u l-finalitajiet tal- Gvern u effettivament dik hija l-aħħar verżjoni li tirrapreżenta kemm is- suġġerimenti tal-parti l-oħra kif ukoll dak li jidhirlu l- Gvern.", "Allavolja din ma tifformax parti mill-Abbozz ta' Liġi li l-Kamra għandha quddiemha dejjem nemmen li hemm bżonn li jsiru l- konsultazzjonijiet ma' kull naħa.", "Effettivament illum id- dikjarazzjoni biddilniha b'mod tali li tirrispetta ħafna mill- fehmiet anke tan-naħa l- oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ara jekk hux qed nifhem tajjeb?", "Aħna qegħdin ngħidu li fil-mument tal-firma tal-Konvenzjoni din id- dikjarazzjoni se tiġi depositata, jiġifieri l-firma tal-Konvenzjoni se tkun akkompanjata minn din id- dikjarazzjoni.", "Allura din id- dikjarazzjoni tikkwalifika u torbot lill-Gvern Malti bl- istess mod li qed torbotna l- Konvenzjoni?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Biex inkunu preċiżi u ma jkollniex ħsebijiet li ma jkunux korretti għal kollox, dawn huma dikjarazzjonijiet tal-Gvern kif saru minn diversi gvernijiet oħrajn li ffirmaw jew irratifikaw.", "Inti taf ukoll li l-ebda dikjarazzjoni ma tista' tkun intiża bħala modifika għat-trattat.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħala modifika għat-trattat ma tistax issir imma bħala mod kif il- parti li qed tiffirma se tinterpreta l-adeżjoni tagħha, hija mod kif se tiddefenixxi dik l-adeżjoni.", "Issa jien personalment qed inħoss li l- problema li qed tinqala' hija preċiżament fuq dan il-punt \"without the necessary authorisation of the Government of Malta\".", "Eżattament sa fejn se naslu b'dik it-tip ta' stqarrija u b'dik it-tip ta' diċitura?", "Jien ma nistax nifhem kif ma nistgħux insibu l-ebda forma ta' kompromess fuqha, fis-sens li minn din in- naħa qed insostnu li r- Riżoluzzjoni li għamlet din il- Kamra fuq in-nukleari għandha tkun enshrined b'mod ċar f'dan id-Draft Declaration u allura d-diċitura li tinstab għandha b'xi mod jew ieħor turi li dik ir-rabta qegħda tkun hemm fil- mod kif qed niddefinixxu l- adeżjoni tagħna ma' dik il- Konvenzjoni għax id-diċitura li hawn hawnhekk, b'mod jew ieħor qed tħalli s-sentiment li dik ir-riżoluzzjoni effettivament mhix daqshekk binding u formali.", "Jiena naħseb li din hija kwestjoni ta' diċitura.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'inhu dan id-difett fir- Riżoluzzjoni?", "Id-difett fir- Riżoluzzjoni huwa li jekk wieħed jinterpreta territorju Malti, kif għandu jinterpretah skond il-liġi, irid jinkludi t- territorial waters.", "Jekk allura wieħed jopponi li armamenti nukleari jgħaddu mit- territorial water, ikun qed jikkozza kontra l-prinċipju ta' l-innocent passage.", "Aħna rriduh li jsir dan għax qed ngħidu li nifhmu li dak il- prinċipju ta' l-innocent passage huwa soġġett għal prinċipju aqwa, li hu l- oppożizzjoni li wieħed għandu jkollu għall-armamenti nukleari.", "Jiena naħseb li fuq din il-kwestjoni, ladarba f'dawn id-dikjarazzjonijiet intqal li meta jiġi ffirmat ...", "Din il-Konvenzjoni diġa' ġiet sottoskritta mill- Gvern Malti, jiġifieri r-ratifika biss se ssir.", "Id-dikjarazzjoni normalment mar-ratifika jew mas-signing issir?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Kif jaf il-firma kienet saret fi żmien il-kollega tiegħi.", "Sur President, aħna kellna għażla u din l-għażla kienet li jew għandna ratifika tal-Parlament u ma nagħmlu l-ebda dikjarazzjoni - u kont nimxi ma' l-istess preċedent li kien hemm mal-firma - jew inkella wieħed ikun iktar għaqli, iktar espliċitu u korrett u jagħmel dikjarazzjoni.", "U għalhekk aħna għamilna dikjarazzjoni li tagħti l-linja tal-ħsieb tal- Gvern, li effettivament huwa rifless tal-ħsieb tad- diskussjonijiet li wara kellna fil-Kamra.", "Dan għaliex qed ngħidu?", "Bħala Gvern stajt nitlob ir- ratifika tal- Parlament u ma nidħol xejn fil- kamp ta' dikjarazzjoni u wara r-ratifika tal-Parlament, jekk ridt, stajt nagħmel xi dikjarazzjoni.", "Dan il-metodu kien ikun korrett, imma għażilt metodu li naħseb li hu aħjar.", "Avżajt minn qabel x'inhi d- dikjarazzjoni li kelli ħsieb nagħmel.", "Effettivament id- dibattitu f'din il-Kamra kien sostanzjalment ibbażat fuq id- dikjarazzjoni li ddistribwejt qabel.", "Wara li kelli suġġerimenti mill- kollegi tiegħi ta' l-Oppożizzjoni, tista' tgħid inserejt is- sustanza ta' dak li kelli f'dawk is-suġġerimenti u jiena u nagħmel dan, sostanzjalment qed nirrifletti l-ħsieb unit tal-Kamra.", "Ma stajtx nagħmel referenza għal dik ir- Riżoluzzjoni għar-raġuniet li jafhom ukoll l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Mela allura jiena ridt nieħu s-sens ta' dik ir-Riżoluzzjoni fil- partijiet pożittivi tagħha mingħajr ma nagħmel xi referenza li forsi tista' tkun skorretta fil- kontenut veru ta' dak li rridu ngħidu.", "Jien tajt l-aħħar verżjoni ta' dan il-kontest, wara konsultazzjoni li kelli ma' l- Onor. George Vella ftit ġranet qabel ma siefer, u ġibtha l- istess kif inhi.", "Din ma tifformax parti minn dan l- Abbozz ta' Liġi, pero' jiena nemmen li Gvern għandu jkun trasparenti kemm jista' jkun u fir- relazzjonijiet tiegħu ma' l-Oppożizzjoni għandu jara kif jispira ruħu mill- fehmiet tagħhom.", "Naħseb li hekk ikun aħjar għaż-żewġ naħat tal- Kamra.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naqbel ma' l-Onor.", "De Marco li huwa tajjeb li jkun hawn qbil totali f'dan it-text anke bħala draft declaration, bħala dikjarazzjoni li tiġi annessa mal-firma jew mar-ratfika, pero' jien nixtieq li nkunu aktar konkreti.", "Jien qed nifhem li l-oġġezzjoni li qed tintqanqal hija għat-tieni sentenza tat-tieni paragrafu ta' page 2 tad-dikjarazzjoni, jiġfieri s-sentenza li taqra hekk:", "\"Furthermore no such ships shall be allowed within the Maltese internal waters without the nec- essary authorization.\".", "Issa jekk is-sentenza taqra hekk x'se tkun l-oġġezzjoni tal-Ministru?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Hawnhekk wieħed irid joqgħod attent u nispjega għaliex, Sur President.", "Din tkopri wkoll noxious substances u kif jaf il- Kap ta' l-Oppożizzjoni kien hemm vapur li għal xi raġunijiet kellu xi noxious substance u kien se jidħol hawn.", "Jista' jkollok xi sitwazzjoni fejn tkun trid, jew ikun għaqli jew inkella jkun hemm bżonn li tawtorizza, imma trid iżżomm il-prinċipju sħiħ bil-mod kif qed inqiegħed apposta l- kliem jien.", "Hekk għamiltha b'mod tant assolut li jista' jkollok każijiet fejn ikun għaqli li jingħata jew ikun hemm ċirkostanzi li jikkostrinġuk li jingħata ...", "Per eżempju, jista' jkollok vapur Malti li jkun f'dawn iċ- ċirkostanzi.", "Allura jien qed nipprova nagħmilha b'mod li qed ninterpreta l- ħsieb tal-Gvern u anke qed insaħħaħ il-ħsieb tal- Gvern fl-isfond tad- dibattitu li kellna, pero' mbagħad ma tistax torbot lilek innifsek b'tali mod li anke meta jista' jkun fl-interess tiegħek, dan ma tagħmlux.", "Voldieri jien naħseb li apposta pprovajt inkun daqstant espliċitu mingħajr ma nkun tant esklussiv li forsi mhux għaqli li tkun.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "L-ewwelnett ma naqbilx li meta twaqqa' \"without the necessary authorisation\" tkun qed torbot lilek innifsek b'dak il-mod assolut, pero' jekk ikun hemm bżonn niġi iktar tard għal din ir-rimarka.", "Imma jekk qed nifhem tajjeb dak li qed jispjega l-Ministru, hu qed jagħmel distinzjoni f'moħħu bejn vapuri tat-tip nukleari u vapuri li qed iġorru \"other inherently dangerous or noxious substances\" u fil-każ tat-tieni tip jixtieq iżomm b'mod espliċitu l- possibilita' li jagħti l-awtorizzazzjoni li dawn jidħlu.", "Jiġifieri hu qed igħid li fejn hemm vapuri nukleari u fejn hemm vapuri li qed iġorru \"inherently dangerous or noxious substances\" qed iżomm żewġ kategoriji differenti għaliex jixtieq iżomm il-possibilita' li jagħti dik l- awtorizzazzjoni fil-każ tat-tieni tip.", "Imma jaqbel li jeskludi dik il- possibilita' għall-vapuri nukleari?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, il-linja tal-Gvern għal dak li jirrigwarda n- nukleari kif toħroġ minn dik ir-Riżoluzzjoni diġa' ġiet diskussa minn din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nimxi fuq l- abbozz li rċevejt min-naħa l-oħra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aħjar nibqgħu fuq il-paragrafu li għandna quddiemna.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jien qed nipprova ngħin biex nuri għaliex wasalt għal dik is- soluzzjoni.", "L-abbozz li jgħid li:", "\"In respect of nuclear- powered ships or ships carrying nuclear or other inherently dangerous or noxious substances, Malta reaffirms the stand taken by the House of Representatives on the 23rd June, 1988 to the effect that nuclear armour should not be allowed on Maltese territory.\".", "Issa jien qed nipprova nimxi billi \"necessary authorisation\" ħallejtha hemm għaliex jien naf li teżisti dik ir-riżoluzzjoni wkoll.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk tippermettuli nixtieq li nżommu fuq il-paragrafu li għandna quddiemna għax inkella se jkollna nduru kollox.", "Personalment jien ma jinteressanix aktar x'qalet ir- Riżoluzzjoni għax b'dan li qed ngħidu qed tiġi incastrata.", "Jien qed inħares lejn l- oġġezzjoni li tqanqlet fuq it- tieni sentenza tat-tieni paragrafu \"without the necessary authoristation\".", "Jekk fhimt tajjeb, il-Ministru qal li jixtieq li din iżommha fil-każ ta' \"inherently dangerous or noxious substances\" mhux fil- każ ta' \"nuclear-powered ships\".", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: F'dan il-kontest fhimtni tajjeb.", "Jien ma nistax nipprevedi s- sitwazzjonijiet kollha li jistgħu jeżistu fl-interess ta' artna pero' bħala bażi jien ma nixtieqx nara nukleari hawn Malta.", "Lanqas nistgħu neskludu bl-aktar mod assolut għax ma nafux x'se jkunu l- bżonnijiet ta' artna.", "Jien nixtieq nispira ruħi minn dik ir- riżoluzzjoni.", "Il-messaġġ li l- Gvern Malti ma jixtieqx jara u ma jawtorizzax li jara, armamenti nukleari jew kif qed jingħad hawn ġew, huwa ċar pero' meta tagħlaq il-bibien kollha fil-ħajja m'hemm għaqal għal ħadd u l-ventilatur għalhekk tagħmlu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Irridu naraw nistgħux naslu għal kompromess li naħseb li huwa kompletament raġonevoli, ċivili u qiegħed fil-linja ta' dak li qed jissuġġerixxi l- Ministru.", "L-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu tgħid hekk:", "\"Furthermore in the latter case, no such ships shall be allowed within Maltese internal waters without the necessary authorisation.\".", "Jien qed nipprova ndaħħal parti li turi li \"necessary authorisation\" hija relatata biss ma' \"other inherently dangerous or noxious substances\".", "It- text irid ikun aktar preċiż minn dan li nissuġġerixxi bħalissa.", "Jekk dan huwa l-punt, hawn qed naqblu.", "Jekk inti trid il- flessibilita' ta' authorisation fil-każ ta' \"inherently dangerous or noxious substances\" hemm qbil.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Guido De Marco.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jekk jiġu xi bastimenti aħna niġbdulhom l- attenzjoni għar- Riżoluzzjoni tal-Kamra.", "Dan huwa l-metodu li qed insegwu u naħseb li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jaf li qed nosservawh b'ċertu preċiżjoni.", "Għalhekk għidt din għax hawnhekk il-kelma \"awtorizzazzjoni\" hija akbar milli effettivament kienet miktuba.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux qed nifhem.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ir-Riżoluzzjoni kienet tgħid li meta l- Gvern Malti jġib a konjizzjoni ta' min jitlob il- permess biex jidħol fil- portijiet tagħna u dak jibqa' jinsisti fuq it-talba dik għandha tiftihem li huwa konformi mar-Riżoluzzjoni, imma issa l-Gvern qed juża l-kelma \"authorisation\", allura l- Ministru qiegħed jgħid li din tmur aktar 'il bogħod milli hemm fir-Riżoluzzjoni.", "Issa \"expressed authorisation\" mhijiex \"implied acceptance\" tar-Riżoluzzjoni.", "Ma naħsibx li jidher li se jkun hemm soluzzjoni għaliha.", "Din hija dikjarazzjoni li se jagħmel il- Gvern u naħseb li jkun hemm lok li l-Oppożizzjoni tagħmel dikjarazzjoni f'sens ieħor, ħalli nkunu espliċiti fid- dikjarazzjoni.", "Jien jidhirli li d- dikjarazzjoni li qed tinterpreta l-Oppożizzjoni hija ċara u turi li l- prinċipju ta' l-innocent passage huwa soġġett għall-prinċipju superjuri li m'għandux ikun hawn armamenti nukleari - mhux nuclear-powered ships għax nuclear-powered ships bħal nuclear power stations.", "Dik hija kwestjoni oħra, imma armamenti nukleari li huma għad-distruzzjoni u għal xejn aktar mhumiex bħal nuclear- powered ships.", "Allura l- Oppożizzjoni ma tittollerahomx, mhumiex moralment aċċettabbli.", "Żgur li mhumiex aċċettabli fl- ibħra territorjali tagħna, barra l-internal waters.", "U d- dikjarazzjoni ta' l- Oppożizzjoni tista' ssir f'dak is-sens.", "Kulma qiegħed isir hawnhekk huwa li l-Gvern qed jagħmel att tal-fidi imma dan ma jorbot xejn għaliex m'hu se jbiddel ebda virgola tal-Konvenzjoni u għalhekk aħna nagħmlu l-att tal-fidi tagħna wkoll.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nipprova nagħmel attentat ieħor.", "Aħna qegħdin nissuġġer- ixxu li jingħad:", "\"Furthermore, no such ships shall be allowed within Maltese internal waters, except in the case of inherently dangerous or noxious substances when they may be allowed with the necessary authorisation.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki għal klawsola 2?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Il-Gvern awtorizzat jirratifika l- Konvenzjoni.", "Clause 3 - Government autorised to ratify the Convention.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, jien naħseb li jekk għandhom isiru xi dikjarazzjonijiet, dawn għandhom isiru f'dan il-mument meta qegħdin napprovaw il- klawsola li tirratifika l- Konvenzjoni.", "L- Oppożizzjoni qegħda taqbel mar-ratifika tal- Konvenzjoni u qed taqbel ukoll ma' dak li l-Gvern qal li hi l- intenzjoni tiegħu.", "Imma rigward il- paragrafu fid- dikjarazzjoni li jitkellem fuq armamenti nukleari, il- pożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni hija f'dan is-sens u r-ratifika ta' l- Oppożizzjoni qegħda tingħata kondizzjonata għal dik id-dikjarazzjoni li qed tagħmel.", "Din in-naħa taqbel fis-sustanza tad-dikjarazzjoni li se jagħmel il-Gvern ħlief għar-rigward ta' l-armamenti nukleari.", "Il-kunsens għar- ratifika l-Oppożizzjoni qed tagħtih bil-kondizzjoni li fil- fatt id-dritt ta' l-innocent passage huwa soġġett għall- prinċipju li f'għajnejn l- Oppożizzjoni huwa ħafna iktar superjuri, illi armamenti nukleari m'għandhomx jintużaw, jiġu manifatturati, jiġu miżmuma u m'għandhomx lanqas jeżistu.", "Allura ladarba l- Oppożizzjoni temmen f'dan il- prinċipju ma tistax tittollera li fit-territorju Malti jkun hawn xi ħadd li jdaħħal armamenti nukleari, allavolja fid-dritt internazzjonali hawn id-dritt ta' l- innocent passage.", "Xorta waħda dak il- passaġġ m'huwiex konsidrat bħala passaġġ innoċenti jekk min juża dak il-passaġġ ikollu armamenti nukleari.", "F'dak il- każ il-passaġġ ma jkunx iktar innoċenti għax ikun qed jikkozza ma' dak li l- Oppożizzjoni temmen fermament fih, li l-armamenti nukleari huma immorali u għandhom jinqerdu mill-aktar fis.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar kummenti fuq klawsola 3?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Fit-8.58 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal- Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "PERMESS TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inkun nista' nressaq it-Third Reading.", "MR SPEAKER: Hemm il-permess tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Aye)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza r-ratifika tal- Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar ir- Ratifika tal-Liġi tal-Baħar\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada, 11 ta' Mejju fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l- 1991 dwar ix- Xandir.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Ordinanza dwar il-Meetings Pubbliċi - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kunsilli Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - It-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l- Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kostituzzjoni ta' Malta - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummiss- joni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jħassar l- Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni - it-Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Att dwar l-Impriża ta' l- Assigurazzjoni - it- Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jaf kulħadd bħalissa qed isiru laqgħat bit-tema \"Il- Birgu abbandunat mis-sema 'l isfel\".", "Naċċertak li għalkemm hemm min ma qabilx ma' dan it-titolu ta' dawn il-laqgħat, pero' żgur li ġibdu ċertu attenzjoni mill- pubbliku in ġenerali u lil dawk in-nies ta' dawk l-akwati biex jinteressaw ruħhom fuq is- suġġett ta' dawn il-laqgħat li qed isiru.", "Jien se jmissni nieħu sehem f'waħda minn dawn il-laqgħat.", "Nixtieq li nagħmel kummenti dwar ċerta kitba li dehret fil-ġurnali lokali.", "Jien naqbel ma' dawk li qalu li kienu dehru ċerti kummenti li kienu barra minn lokhom.", "Intqal li kien hemm xi ħadd li pprova juri li fil-Birgu jeżistu problemi iktar milli jeżistu f'postijiet oħra f'Malta u Għawdex.", "U dan mhuwiex sewwa.", "Veru li fil- Kottonera jeżistu problemi ħafna iktar milli jeżistu f'postijiet oħra, imma mhux fil-Birgu.", "Allura hawnhekk wieħed irid joqgħod attent għax fl-opinjoni tiegħi kien hemm ċerti kummenti li kienu esaġerati.", "Per eżempju, kien hemm kumment f'gazzetta lokali minn xi ħadd li qal li wara l- Elezzjoni n-nies t'hemm ma jarawhomx lid-deputati u li dawn kważi lanqas isellmulhom.", "Jien naċċertak li meta ngħaddi minn hemm idejja naqlagħha biex insellem u nista' ngħid li ngħaddi kuljum mill- Kottonera.", "Jiġifieri dan huwa kumment barra minn loku.", "Rigward il- problemi ta' din l-area niftakar li kien hemm forum li sar f'Bormla u fih kont tajt statistika ta' ċerti problemi li jeżistu fil-Kottonera inkluż il- Birgu.", "Naċċertakom li dak inhar qamet kuxjenza fost il- poplu tal- Kottonera għax għand- na ċerti problemi.", "Nixtieq li wara li l-poplu tal- Kottonera - speċjalment tal-Birgu meta qed isiru dawn il-laqgħat hemmhekk - sar jaf bil-problemi li jeżistu, wasal il-mument li naraw x'hemm bżonn isir u ma noqogħdux nitkellmu iktar fuq il-problemi li jeżistu għax issa hemm bżonn li nieħdu azzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi personali ngħid li rridu nkunu aħna, n-nies ta' dawk l-akwati, biex insolvu dawn il-problemi.", "Ħadd m'hu se jsolvihomlna għax aħna rridu nkunu biex insolvuhom.", "Jiddispjaċini ngħid illi wara li l-Gvern preżenti ta x'jifhem li se jagħti spinta lin-naħa t'isfel ta' Malta u se jagħti attenzjoni speċjali lill- Kottonera, nista' ngħid li milli se nuri f'dawn il- mistoqsijiet li se nsemmi, jidher li l- Gvern preżenti qed jipprova jirredikola l- intelliġenza tan-nies tal- Kottonera u se ngħid għaliex.", "Jekk nieħdu mistoqsija parlamentari Nru 8805 fejn staqsejt minn min hu kompost il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, il-Ministru għall- Ambjent irrispondieni li m'għandu xejn xi jżid mar- risposta li kien tani għad- domanda Nru 4576.", "Dan ifisser li l-kumitat kien għadu ma ġiex ifformat.", "Imbagħad erġajt għamilt mistoqsija oħra Nru 8981 fejn erġajt staqsejt lill- Ministru biex jgħidli meta hemm il-ħsieb li se jinħatar il- Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u staqsejtu wkoll min huma n- nies responsabbli fil-preżent, fl-assenza ta' dan il-kumitat.", "Hu reġa' qalli li dan għadu mhux ifformat u li qed jieħu ħsieb id-Direttur tal-Bini u Inġinerija fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.", "Jiġifieri bl-attenzjoni kollha li qal li se jagħtina l- Ministru, il-kumitat għadu mhux ifformat.", "Mela tista' taħseb x'attenzjoni se nieħdu!", "Rigward dan l-istess kumitat jien staqsejt kemm hu stmat li se jiswa t- twessiegħ tal-moll ta' l-Isla u Xatt ir-Risq u rrispondieni li ta' l-Isla se jiġi jiswa mal-Lm200,000 u tal- Birgu Lm120,000.", "Imbagħad jien erġajt staqsejtu kemm intnefaq s'issa fix-Xatt ta' l-Isla u qalli li ntnefqu Lm144,000 u li huwa stmat li jkomplu jintnefqu Lm55,000 oħra biex jitlesta f'Novembru li ġej.", "Wieħed jinnota li għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera hemm ivvotati Lm200,000.", "Mela allura l-flus għar-riabilitazzjoni tal- Kottonera se jintnefqu kollha fit-twessiegħ tal-Moll ta' l- Isla.", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Lill-Ministru ta' l-Ambjent jien kont staqsejtu hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid minn liema fondi ħarġu l- ispejjeż f'dawn l- aħħar sentejn biex jiġu rranġati l-mollijiet f'Malta u Għawdex?\".", "Il-Ministru rrispondini hekk:", "\"It-tiswijiet fuq il- mollijiet f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn saru mill-fondi allokati lid-Dipartimenti tal-Port, Agrikolutra u Sajd u Sports u Ambjent.\"", "Mela f'Malta u Għawdex, il- fondi ħarġu mid-Dipartimenti tal-Port, Agrikoltura u Sajd uSports u Ambjent u għall- Kottonera l-flus li ġew ivvotati biex forsi jirranġaw xi ħaġa intnefqu biex jitwessa' l-moll.", "Barra minn hekk, biex twessa' moll ta' x'imkien ieħor, ħarġu l-flus mill- fondi normali minn postijiet oħra.", "Filli qalulna li se jagħtuna attenzjoni speċjali u bdew jiftaħru li għandhom fondi vvotati għalina u f'daqqa waħda sibna li l-flus ġew ivvotati biex iwessgħu l- moll, meta f'postijiet oħra wessagħulhom id-Dipartimenti tal-Port, Agrikoltura u Sajd u Sports u Ambjent.", "Dawn l- affarijiet ma jitwemnux.", "Dawn qed jipprovaw jidħku bl- intelliġenza tal-poplu tal- Kottonera.", "Imbagħad xi ngħidu għal Xatt ir-Risq?", "Ingħatajna x'nifhmu li Xatt ir- Risq se jiġi allokat għal-laneċ b'konnessjoni mas- settur turistiku jew għal skop ta' trasport ta' passiġġieri.", "Issa nispera li wara li tgħaddi l- boat show, dan ma jsirx scrapyard.", "Problema oħra li hemm fil- Kottonera hija l-problema ta' trasport.", "Per eżempju, m'ilux jien għamilt mistoqsija parlamentari u għidt li n-nies tal-Fgura għadhom qed ibatu mit-trasport.", "Għalkemm il- Ministru weġibni u qalli li l- affarijiet tranġaw fuq il- gazzetti qed jidhru ittri ta' nies li għadhom qed jipprotestaw.", "Jien ma nistax nifhem kif wara li saru ilmenti u ġie approvat li fil-Fgura jsir bus terminus ma sar xejn.", "Jien nitlob lill-Gvern biex jieħu passi immedjati.", "Per eżempju, fi Pjazza Gavino Gulia f'Bormla, ddum għomor tistenna karozza tal-linja .", "Il-Public Transport Authority ma tarahomx dawn l-affarijiet?", "Per eżempju, l-karozza tal-linja ta' l-Isla għadha tgħaddi mill- Fgura meta jistgħu jagħmlu servizz ieħor l-karozzi tal- linja tal-Kalkara jieqfu l- Birgu.", "Imbagħad l- Awtorita' tat-Trasport Pubbliku tiġi tiftaħar li qed tirranġa l- affarijiet.", "Dan l-aħħar bdiet tara kemm hemm bus shelters.", "Jiena lill- Public Transport Authority ngħidilha biex tiċċekkja li għalkemm iktar minn sena ilu ġie approvat li fil-Kalkara jsir bus shelter, dan għadu lanqas inbeda.", "In- nies ta' dawk l-akwati huma stmati bħall-annimali għaliex iħalluhom jistennew għall- karozza tal-linja fix-xita u fix-xemx allavolja l-bus shelter ġie approvat.", "Dwar it-tindif tat-toroq ngħid li m'għandiex kenniesa biżżejjed, u riżultat ta' dan huwa, li hemm ħmieġ ma' kullimkien; dan barra t-toroq u l- bankini kollha mħaffrin li għandna.", "Il-bini li hemm ta' Santa Liena dejjem igħidu li se jwaqqgħuh u sal-lum dan għadu ma twaqqax u qed isiru l- abbużi.", "Jekk tara l-gazzetti tara li kulħadd jikkomplejnja u xorta jibqgħu ma jitteħdux passi.", "Dwar il-welfare officer irrid ngħid li dan ikun hemm bil- ġranet u mhux il-ġimgħa kollha u dan meta kulħadd jaf li hemmhekk għandna problemi soċjali u għandna bżonn l- għajnuna ta' din il-persuna.", "Hekk huma stmati hemmhekk in- nies u jien kont għamilt mistoqsija parlmanetari biex niġbed l- attenzjoni ta' min għandu l-awtorita' u kif konna bqajna.", "Problema oħra li tinħass ħafna f'din l-area hija dik tal-qagħad.", "F'mistoqsija parlamentari Nru. 9498 il- Ministru kien qalilna li fil- Kottonera hemm kważi l-ikbar numru ta' nies qegħda.", "Jien niftakar lill- Ministru jgħid, li n-nies ta' dawn l-akwati qed isibu diffikulta biex isibu x- xogħol, għaliex meta jistaqsuhom minn fejn huma u jgħidulhom li huma mill- Kottonera iħarsu bl-ikraħ lejhom u ma jimpjegawhomx.", "Allura jiena nistaqsih x'għamel biex isolvi din il-problema għaliex minn dak inhar li qal dan id-diskors il-qagħad fost in-nies tal-Kottonera żdied mhux naqas.", "Xtaqt nagħmel ukoll kumment dwar il-polyclinic li għandna fil-Kottonera.", "Din mhijiex equipped biżżejjed speċjalment meta tqis li hemmhekk hemm ċertu mard li, minħabba f'hekk speċjalizzati.", "Hemm bżonn li jingħata ċertu servizz fil- polyclinic ta' Bormla għal dawn in-nies ta' dawn l-akwati.", "Din mhux qed ngħidha bi kritika imma qed ngħid x'hemm bżonn li jsir u nispera li dan isir mill-iktar fis possibbli għaliex jekk mhux se ssir xi ħaġa biex il-poliklinika tikkejterja għal dawn in-nies b'dawn il-problemi se nispiċċaw bi problema ikbar.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa l-bżonn li jkollna dar għall-anzjani.", "Fil-Kottonera, l-iktar area li jgħidu li hemm anzjani, m'għanhiex dar għal dan il-għan għalkemm ilhom igħidu ħafna li se ssir waħda.", "Allura jekk il- Gvern jaf li l- iktar area li għandha anzjani hija l-Kottonera allura jħalliha għall-aħħar?", "Kien missu beda minn hemm mhux dejjem igħidu li se jagħmluha u s'issa għadu ma sar xejn.", "Peress li sarli l-ħin, se jkolli nħalli barra ħafna problemi li xtaqt insemmi u nsemmi biss il-problema tas- swar.", "Jekk wieħed joħroġ barra l- port u jħares lejn is-swar, jirrealizza li dawn qegħdin fi stat tal-biki għaliex kollha qed jaqgħu u nappella lill- Gvern biex kemm jista' jkun malajr jieħu passi biex is-swar tagħna ma jkomplux jiġġarrfu.", "Se nispiċċaw li l-Fortizza ta' Rikasoli, kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra, fi ftit snin oħra se tispiċċa.", "Nappella lill-Gvern biex jieħu ħsieb anke l-Forti ta' Sant'Anġlu għaliex hija ħasra li nitilfu l-wirt storiku tagħna minħabba nuqqas ta' manutenzjoni.", "Pero' l-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta' u nieħdu passi bil-fatti u mhux bil-paroli biss.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, għal kull partit politiku, iż-żmien li jagħmel fl-Oppożizzjoni għandu jservi bħala żmien ta' studju u riflessjoni sabiex jeżamina sewwa l-problemi tal-pajjiż ħalli meta jkun fil-gvern faċilment ikun jista' jittekkiljahom u jsolvihom.", "Illum il-Partit Demokristjan Nazzjonalista qed jieħu falza stikka waħda wara l-oħra u fost dawn insibu l-ħrafa tal-Common Market.", "Barra minn hekk, il- Partit Nazzjonalista ma jaċċettax kritika kostruttiva u eżempju ta' dan huwa meta l-Kap tiegħu għamel kawża ta' libell kontra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u tilifiha.", "Issa wasal iż- żmien li l-poplu jkun jaf kif l-Oppożizzjoni beħsiebha taħdem meta fi ftit taż-żmien ieħor tkun fil-gvern.", "Naturalment lili jinteressani Għawdex u tajjeb li l-Għawdxin ikunu jafu kif il-Partit Laburista meta jitla' fil-gvern beħsiebu jittekkilja u jsolvi ċerti problemi li jeżistu.", "Dan se nagħmlu fid-dawl tar-rapport li ħareġ il- Ministru Tabone dwar ix-xogħol, li skond hu, sar fil-Ministeru għal Għawdex fis- sena li għaddiet.", "Mr Speaker, żgur li l-ewwel problema ta' l- Għawdxin hija l- amministrazzjoni tal-ġustizzja li taħtha jaqgħu l-qrati u l- Pulizija.", "Huwa fatt skandaluż li meta l-Għawdxin ikollhom xi appell bilfors iridu jiġu Malta.", "Dan mhuwiex sewwa l- ewwelnett għax jinvolvi lill- Għawdxin ħafna spejjeż bla bżonn u t-tieni nett għax huwa hardship kbir għalihom.", "Mhux sewwa li minħabba xi kawża, l- Għawdxin iridu joqogħdu jiġu Malta.", "Ħafna drabi minħabba din it-tbatija, l-Għawdxin ma jappellawx.", "Għalhekk il-Partit Laburista qiegħed jaħseb biex meta jkun fil- gvern, filwaqt li jnaqqas in-numru ta' maġistrati li hemm Għawdex, billi minn tlieta jagħmilhom tnejn, jagħmel ukoll imħallef sedenti biex dan jiddeċiedi appelli kriminali u appelli ċivili li l-kompetenza tagħhom ma tkunx teċċedi ċertu valur jew meta, permezz ta' nota, l-partijiet jaqblu li jeċċedi dak il-valur.", "B'hekk il-ġustizzja ta' l- Għawdxin issir f'Għawdex stess.", "Punt ieħor importanti huwa li għalkemm dan il-Gvern ftaħar ħafna li fetaħ ħafna uffiċini f'Għawdex, fir-realta' wieħed isib li dawn ma jieħdu ebda deċiżjoni u jagħmlu biss id- donkey work għax id- deċiżjonijiet kollha jittieħdu Malta.", "F'Għawdex l-uffiċini huma biss sembianza u realment dawn ma jagħmlu l-ebda xogħol.", "Il-Partit Laburista jassigura lill-poplu Għawdxi li meta jitla' fil-gvern jiftaħ uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Mhux sewwa li meta wieħed ikollu l-kors tal-liberta' proviżorja li jeċċedi ċertu valur dan bilfors irid isir b'rikors u jkollu jinnotifika l-Avukat Ġenerali fi żmien jumejn.", "Wara, l-individwu konċernat jeħduh fil-ħabs f'Malta sakemm jingħata l- liberta' proviżorja għaliex f'Għawdex m'għandniex ħabs.", "Għalhekk il-Partit Laburista qiegħed jaħseb bis-sħiħ li f'Għawdex ikun hemm uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali li jieħu ħsieb il-kwestjonijiet kollha li jinqalgħu u li dwarhom ikun konċernat il-Gvern, jimla l- formoli tat-taxxa u affarijiet konnessi bħalma huma per eżempju d-defence bonds.", "Huwa fatt magħruf li għalkemm dan il-Gvern kien wiegħed li se jiftaħ l- għases kollha ta' Għawdex, sal-lum ma fetaħ l- ebda għassa fl-irħula.", "Dawn kollha jiftħu għal ftit siegħat u jerġgħu jgħalqu.", "Il-Partit Laburista jwiegħed lill-poplu Għawdxi li meta jkun hu fil- Gvern dawn l-għases jiftaħhom serjament, jara li fil-Korp tal-Pulizija jkun hemm id- dixxiplina u jara wkoll li l- pulizija ma jitħallewx jagħmlu xogħol li mhux suppost jagħmlu.", "Dan l-aħħar, per eżempju, fl- istrike tal-buses rajna lill- pulizija jagħmluha ta' kundutturi u ta' drivers tal- buses b'riżultat li x- xogħol utli li suppost jagħmlu għal dak li jirrigwarda l-qagħdi ta' dmirijithom ma jagħmluhx.", "Mhux sewwa li l-pulizija nħalluhom jagħmlu dan ix-xogħol.", "Punt ieħor importanti dwar il-Pulizija f'Għawdex huwa li Gvern Laburista jara illi jkun hemm uffiċċju b'nies kompetenti li jkunu jistgħu jagħmlu t- testijiet tal-laboratorju, tal- fingerprints, tad-demm u affarijiet oħra.", "Ma jistax ikun li f'Għawdex inkomplu niddependu minn Malta għal dawn it- testijiet.", "Dawn l- affarijiet huma żgħar u għandna nittrejnjaw nies kompetenti Għawdxin.", "Safejn naf jien l- intelliġenza ta' l-Għawdxin hija daqs dik tal-Maltin u f'dan il-qasam lill-Għawdxin għandna nagħtuhom esperjenza sabiex f'dawn l-affarijiet ma jibqgħux iktar jiddependu mill- gżira ta' Malta.", "Mr Speaker, punt ieħor importanti rigward x'beħsiebu jagħmel il-Partit Laburista għal Għawdex, żgur li huwa, li kemm jista' jkun possibbli l- ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta jtellagħhom jaħdmu Għawdex.", "Din kienet il-policy tal-Partit Laburista meta kien fil-Gvern.", "Kien fetaħ iċ- ċentru tar-rikonċiljazzjoni fejn ix-xogħol kollu f'dan ir- rigward beda jsir fil-gżira ta' Għawdex u kien diġa' beda jtella' ħafna ħaddiema jaħdmu Għawdex biex jimla dawn il- postijiet.", "Imma meta tela' l- Gvern preżenti lil dawn il- ħaddiema reġa' ħadhom Malta.", "Għalhekk il-Partit Laburista qiegħed bis-serjeta' jara kif jista' jsolvi din il-problema kbira ta' l- Għawdxin illi ħafna minnhom kuljum, kull filgħodu kmieni, jitilgħu Malta u jerġgħu jinżlu fil-għaxija u jaslu fid-dlam.", "Ma jistax ikun illi l- Għawdxin inkomplu nħalluhom ibgħatu dan il- hardship hekk kbir.", "Anke dan il-Gvern li jgħid illi waħda, per eżempju, mill-għanijiet tal-Ministeru t'Għawdex hija illi fejn hu possibbli, jara illi l-Għawdxin isibulhom jobs ġewwa Għawdex.", "Lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni ili ħafna ngħidlu biex lil dawk it-tfal li qegħdin fit-tieni sena fl- iskola tas-snajja tal-bini \"Ġirolamo Cassar\" iġibhom biex ix-xogħol tal-prattika jagħmluh Għawdex.", "Nammetti li x-xogħol tat-teorija jridu jiġu jagħmluh Malta, imma tal- prattika wkoll?", "Mela fl-iskola tal-bini ta' Għawdex m'hemmx xogħol ta' prattika?", "Għaliex qed iġibu l-istudenti ta' din l-iskola hawn Malta, jaslu fid-9.00 a.m. u fil-3.00 p.m. jerġgħu jmmorru Għawdex?", "Ma jkunx aħjar li lil dawn it-tfal inħalluhom jagħmlu l-prattika f'Għawdex stess nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis?", "Naħseb li jkun aktar utli għal gżira ta' Għawdex għaliex isir ix-xogħol u jkun aktar utli wkoll għall-istudenti stess li fil- preżent m'huma qed jagħmlu prattika xejn.", "Il-Ministru ta' Għawdex jaqbel miegħi li l- prattika għandna nagħmluhielhom f'Għawdex, pero' għaliex il- Ministru ta' l-Edukazzjoni ma jridx li jsir hekk, dawn l- istudenti ta' l- ewwel u t- tieni sena qegħdin jittellgħu Malta bl-isperanza li fit- tielet sena l-prattika jagħmluha Għawdex kif wiegħed il-Ministru ta' l- Edukazzjoni.", "Dan mhux sewwa u l-Gvern għandu jara - u Partit Laburista fil- gvern jieħu ħsieb dwar dan - li kemm jista' jkun l-Għawdxin jitħallew jaħdmu fil-gżira ta' Għawdex.", "Mr Speaker, Partit Laburista fil-gvern iwiegħed, li lil dawk li minħabba studju jew kwalita' ta ' xogħol ma jkunux jistgħu jitħallew jaħdmu fil- gżira ta' Għawdex, jipprovdilhom akkomodazzjoni hu.", "Fil- preżent, għandna sitwazzjoni li l-Għawdxin li jaħdmu ġo Malta jridu jfittxu akkomodazzjoni huma.", "Dawn ħafna drabi joqgħodu ġo flat fiċ-ċentru ta' Malta, ikollhom iħallsu madwar Lm25 fix-xahar għal din l- akkomodazzjoni u ħafna drabi jkunu madwar 35 persuna ġo flat wieħed.", "Dawn l-affarijiet mhux sewwa l- istess kif mhuwiex sewwa li lil xi Malti li jmur jaħdem f'Għawdex, nipprovdulu flus għall-ikel, għat-trasport u nipprovdulu wkoll flat f'Ta' Ċawla imbagħad lill-Għawdxin li jiġu jaħdmu Malta ma nagħtuhom xejn.", "Għalhekk minn hawnhekk f'isem il-Gvern Laburista nwiegħed lill-Għawdxin kollha li meta nkunu fil-gvern nipprovdu akkomodazzjoni lil dawk kollha li minħabba l- istudju jew ix-xogħol tagħhom ikunu jridu jiġu hawn Malta.", "Kien pass tajjeb li għamel dan il-Gvern - għaliex it-tajjeb trid tgħidlu tajjeb - li jiftaħ courses ta' l-Universita' f'Għawdex, pero' ma nafx għaliex ix-xogħol segretarjali fl-uffiċċju universitajru fil- courses ta' filgħaxija, li fih qed jattendu 50 student, qed isir minn persuna li diġa' hija impjegata ġo l-iskola.", "Attwalment hemm uffiċjal li qed jagħmel ix- xogħol segretarjarjali f'uffiċċju ta' l-iskola post-sekondarja Michelanġ Refalo, fir-Rabat.", "Dan mhuwiex biżżejjed u aħna ma nistgħux nibqgħu nixxaħħu mal-poplu Għawdxi f'dawn l-affarijiet.", "Fil-belt kapitali ta' Għawdex hemm bżonn ta' ċentru fejn jibdew isiru dawn il-korsijiet għall- istudenti Għawdxin u aħna nittamaw ukoll li dawn il- korsijiet fil-futur anke jitwessgħu.", "Punt li qiegħed jinkwieta ħafna lill-Għawdxin huwa l-fatt li dan il-Gvern - jien naħseb li minħabba nuqqas ta' finanzi - fir-rigward ta' xogħlijiet pubbliċi donnu mhuwiex qiegħed iforni l- materja prima lill- ħaddiema.", "Allura x'inhu jiġri?", "Dan l- aħħar kelli każ quddiem il-Bord tad- Dixxiplina fejn ċerti ħaddiema ġew miġjuba quddiem il-Bord għaiex telqu qabel il- ħin tax-xogħol.", "U x'irriżulta quddiem dan il-Bord?", "Dawn il- ħaddiema kienu qegħdin jaħdmu fiċ-Ċittadella pero' l-Gvern lanqas kien jipprovdilhom is- siment u jew kienu jixtruh huma jew inkella jiddubbawh mingħand ħaddieħor.", "Issa minħabba li ċ-Ċittadella qegħda f'post li huwa għal għajn in- nies u fejn imorru ħafna nies, biex in-nies ma jindunawx li dawn mhumiex jaħdmu għaliex ma kellhomx biex jaħdmu, min kien inkarigat kien jibagħthom lejn id-dar.", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu ġabuhom quddiem il-Bord tad-Dixxiplina għaliex telqu qabel il-ħin tax-xogħol!", "Hemm ħafna lantijiet tax-xogħol f'Għawdex fejn il-Gvern mhuwiex qiegħed iforni l- materja prima.", "Per eżempju, jibdew xi xogħol fuq xi bankini u ma jkollhomx madum, jibda xi xogħol ieħor u ma jkollhomx qatran u lanqas żrar.", "Illum il- Public Works Department f'Għawdex m'għandu materjal ta' xejn u ma jistax jaħdem.", "Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm riorganizzazzjoni kompleta fid- Dipartiment tax- Xogħol.", "Il-Gvern irid jara li l-ħaddiema kollha jingħataw il- materja prima biex jaħdmu.", "Punt ieħor importanti huwa dwar l-iskola tal-Vajrinġa.", "Ilna ngħidu ħafna li mhuwiex sewwa li l-iskola tal-Vajrinġa ġiet maqsuma, parti ntefgħat ma' l-iskola sekondarja fejn Kennedy Square u l-oħra tħalliet il-Vajrinġa, bir- riżultat li hemm tfal ta' Class 6 li la jgħidu l-prayers ma' sħabhom u lanqas jiltaqgħu mas- surmast tagħhom imma qegħdin imwarrbin f'parti oħra tal- gżira u li dawn qatt ma jiltaqgħu ma' sħabhom sempliċement għaliex m'hemmx post fl-iskola tal-Vajrinġa.", "Dan juri n-nuqqas ta' ppjanar ta' dan il-Gvern għaliex fil- waqt li qiegħed jgħid li jrid sistema ta' diċentralizzazzjoni tal-poter u li l-poter miċ- ċentru jmur għand iċ- ċittadin, min-naħa l-oħra ma nafx għaliex il-Ministru nefaq eluf kbar ta' liri biex l-uffiċċji kollha tal-Gvern ġabhom taħt idejh fi pjazza San Franġisk.", "Dawn għall-Oppożizzjoni huma spejjeż inutli għaliex ma kellux għalfejn jitfa' dawn id- dipartimenti tal-Gvern fl- ispazju kollu li kien hemm fi pjazza San Franġisk għax dawn kienu f'post tajjeb.", "Dan l- ispazju seta' faċilment ġie utilizzat għal dawn it-tfal ta' l-iskola tas-sitt klassi biex b'hekk l-iskola tal-Vajrinġa fl-aħħar terġa' ssir ħaġa waħda.", "Mr Speaker, ma nafx għaliex dan il-Gvern ma jippjanax.", "Dan il-Gvern miexi lura u qed jieħu falza stikka waħda wara l-oħra.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li l-poplu jrid ikun jaf xi jfisser il-Partit Demokristjan Nazzjonalista għall-gżejjer tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi, sar il- ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 11 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il- mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Ricasoli,Qasam Industrijali calr,Ricasoli,Qasam Industrijali bong,Ricasoli,Qasam Industrijali RICASOLI - QASAM INDUSTRIJALI", "9640.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jagħti ordni lill-MDC biex l-Industrial Estate tar- Ricasoli jingħata face lift suret in-nies?", "Jaf li hemm ħmieġ kbir f'dan l- Estate?", "Jaf li ħafna mill-fabbriki li jipproducu affarijiet li jinħtieġu provvista kontinwa ta' ilma, qatt ma' jkollhom ilma?", "Jista' jagħmel rappreżentazzjonijiet lill- Gvern biex dawn il-problemi li qed jiffaccjaw l- industrijalisti f'dan l-estate, jiġu riżolti?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ninforma l-Onor Membru li malli jigu pprocessati u awarded it- tenders tal-manutenzjoni, se jibda mmedjatament ix-xoghol sabiex jinksew it-toroq bit- tarmac tal-qasam industrijali ta' Ricasoli.", "Jiena nformat mill-Water Services Corporation li l- provvista ta' l-ilma tittranga malli jkun lest il-pipeline tan-Nofs Inhar ta' Malta.", "Toroq,Asfaltar calr,Toroq,Asfaltar falm,Toroq,Asfaltar ASFALTAR TA' TOROQ", "9651.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jordna biex jiġu asfaltati t- toroq kollha li jagħtu mill- Qrendi għas-Siġġiewi, bħal ngħidu aħna Siġġiewi Road, peress li bix-xita dawn it- toroq huma kollha ħofor kbar?", "Jista' l-Ministru jordna biex jimtlew it-toqob kbar li hemm fit-toroq li jagħtu mill- Imqabba għas-Siġġiewi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li t-triq li taghti mill-Qrendi ghas- Siggiewi se ssirilha manutenzjoni fi zmien qasir.", "Fir-rigward tat-triq li taghti mill-Imqabba ghas- Siggiewi jien informat li d- Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xoghlijiet ghamel xoghol ta' manutenzjoni bejn l- 22 u 24 ta' Marzu.", "Teatru Manoel,Artisti barranin bare,Teatru Manoel,Artisti barranin frem,Teatru Manoel,Artisti barranin TEATRU MANOEL - ARTISTI BARRANIN", "9707.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq il-ħlasijiet ta' artisti barranin matul dan l- istaġun korrenti fit-Teatru Manoel?", "X'kienu l-figuri għall- istaġun li għadda?", "X'kien it-telf globali li sofra t-Teatru Manoel minn dawn il-proġetti barranin?", "Min kienu l- kumpanniji/artisti li nġabu Malta f'dan l-istaġun?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- flus intnefqu fuq il-ħlasijiet ta' artisti barranin matul dan l-istaġun korrenti fit-Teatru Manoel jammontaw għal Lm22,625.", "Filwaqt li l-figuri għall-istaġun li għadda telgħu għal Lm23,846.", "It-telf globali tat-Teatru matul l-istaġun li għadda laħaq is-somma ta' Lm26,500 u dak ta' l-istaġun korrenti s-somma globali ta' Lm28,781.", "Il-kumpanniji/artisti li ġew Malta f'dan l-istaġun kienu:", "Kantanti operistiċi minn Plovdiv (Bulgaria)", "Quintette Magnifica", "Duo Christopher Hyde Smith (flute) Jane Dodd (piano)", "Klarinettista Alex Allen", "Schubert Ensemble ta' Londra", "Grupp Balalaika mir-Russja", "Kumpannija taz-zfin Jalco minn Spanja", "Alexander Roy London Ballet", "Duo Russo Valeri Kulebnikov (obeo), Yuro Shiskin (flute li sellmu flimkien ma' l-arpista Taljana Donata Mattei", "Grupp kantanti operistiċi mill- Ingilterra", "Il-pjanista Angela Brownridge", "Kwartett ta' Kantanti liriċi mill-Italja", "Maria kliegel violinċell Nerschu Kristin (piano)", "Trio Shostkovich ta' Pariġi", "Those Beautiful Ballad Years (MC Productions/BBC)", "Teatru Manoel bare,Teatru Manoel frem,Teatru Manoel TEATRU MANOEL", "9708.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm studenti bħalissa fil-Manoel Theatre Academy of Dramatic Art (MTADA)?", "X'inhu n-numru ta' staff f'din l-Akkademja?", "Kemm hi l-ispiża annwali biex jitħallas dan l-istaff?", "X'feeding qed jkun hemm lit- teatru statali wara li dawn l- istudenti li l-kors tagħhom hu mħallas minn fondi pubblici jikkwalifikaw?", "Għaliex waqfu r- rappreżentazzjonijiet pubblici u fuq bażi kummercjali li kienu jagħtu l-istudenti tal-MTADA?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Bħalissa n-numru ta' studenti fl-MTADA huma ta' 78", "Minbarra l-Prinċipal u d- Deputy tiegħi, n-numru ta' staff huma 10 li jgħallmu l- ispeċjalizazzjoni tagħhom skond l-iskeda ir-rati stipulati mill- Gvern.", "L-ispiża annwali biex jitħallas l-istaff kollu ta' 12-il ruħ jammonta għal Lm4,800.", "Aktar min 65% ta' l-istudenti li jispiċċaw il-kors tal-MTADA jsibu posthom ma' kumpanniji fl-istaġun ta' wara filwaqt li disgħa minn kull għaxra ta' dawn l-atturi huma midħla tal- Manoel.", "Ir-rappreżentazzjonijiet pubbliċi qatt ma waqfu u l- istudenti huma mġegħla jżommu kuntatt ma' l-pubbliku permezz ta' l-End of Term productions li huma erbgħa f'kull staġun, flimkien ma okkażjonijiet oħra bħal Shakespeare Celebrations, it-Theatre-In-Education fl- iskejjel, il- Christmas Show tal-Community Chest Fund etc. Hemm ukoll ir- rappreżentazzjoni finali li jiggradwaw biha fit- Teatru u li din is-sena se ssir fl-ewwel ġimgħa ta' Ġunju.", "Skejjel,Kampanja kontra d-droga bare,Skejjel,Kampanja kontra d-droga mifu,Skejjel,Kampanja kontra d-droga SKEJJEL - KAMPANJA KONTRA D- DROGA", "9709.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fl-iskejjel statali minn Jannar 1993 'il hawn, saru attivitajiet specifici biex l-istudenti jingħataw pariri siewja u jirrealizzaw il-perikli tad- droga, alkoħol, tabakk u logħob ta' l-ażżar, eċċ?", "F'liema skejjel saru?", "X'hemm ippjanat għall-bqija tas-sena?", "X'kollaborazzjoni hemm bejn il-Ministeru tiegħek u dak taż- Żgħażagħ biex dawn l- attivitajiet jilħqu aktar l- istudenti żgħażagħ?", "Isiru programmi bejn iż-żewġ ministeri?", "Liema saru s'issa u x'hemm ippjanat bejn it-tnejn fil- futur?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għal dawn l- aħħar snin, id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni - permezz tal- Guidance and Counselling Services - ilu jorganizza programm speċifiku fuq dawn is- suġġetti għall-istudenti koollha li qegħdin fir-Raba' Klassi ta' l- iskejjel sekondarji u Junior Lyceums, u ukoll, il-klassijiet ekwivalenti fl- iskejjel tas- snajja'.", "Dan il-programm edukattiv, il-Ministeru taż- Żgħażagħ ma jidħolx fih.", "Iżda dan il-programm edukattiv hu komplimentari mal-ħidma li jwettaq il-Ministeru taż- Żgħażagħ f'dawn l-oqsma.", "Nixtieq ngħarraf ukoll lill- Onor. Interpellant li dawn is- suġġetti jidħlu wkoll fil- kurrikulu tal-Personal and Social Education (Life Skills) li ġie introdott reċentement mill-ewwel klassijiet 'il fuq.", "Zghazagh,Kampanja kontra l-vizzji bare,Zghazagh,Kampanja kontra l-vizzji frem,Zghazagh,Kampanja kontra l-vizzji ŻGĦAŻAGĦ - KAMPANJA KONTRA L- VIZZJI", "9710.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Matul din is-sena finanzjarja xi programmi ta' attivitajiet saru s'issa bħala prevenzjoni biex iż-żgħażagħ jkunu aktar konxji mill-perklu tas-sigaretti, alkoħol, drogi, logħob ta' l- ażżar, eċċ?", "Kemm intnefaq s'issa?", "Xi programmi ta' prevenzjoni hemm ippjanati għall-bqija ta' din is-sena?", "Jeżistu, u liema huma dawk l- attivitajiet li jsiru b'kollaborazzjoni mall- Ministeru ta' l-Edukazzjoni?", "Isiru follow-ups biex jiġu studjati l-effetti ta' dawn il- programmi fuq iż-żgħażagħ?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- Ministeru taż-Żgħażagħ u tal- Kultura huwa mpenjat f'kampanja ta' informazzjoni fost iż- żgħażagħ li taħseb biex toħloq fosthom kultura kontra d-droga.", "Permezz tal-Kampanja Żgħażagħ kontra d-droga din is-sena saret kompetizzjoni nazzjonali fost iż-żgħażagħ biex intgħażlu Slogan u Logo ġodda għal din il-kampanja.", "Ingħatat mejda tal- billiards/snooker lir-residenti ta' l-Isptar Santa Maria kif ukoll materjal sportiv lir- residenti ta' Santa Maria u ta' San Blas u fi ftit jiem oħra se jitqassmu ma' l-20,000 sticker bis-slogan u logo ġodda.", "Ġie prodott l-ewwel video clip minn sensiela li se jintwerew fuq it-televiżjoni lokali.", "Is-somma li ntefqet s'issa għal dawn l-attivitajiet hija ta' ftit aktar minn Lm2,460.00.", "Fost l-attivitajiet ippjanati hemm aktar video clips, kunċert għaż- żgħażagħ b'tema kontra d- droga u fora dwar din il- problema.", "B'kollaborazzjoni mal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni ġew stampati eluf ta' pitazzi bis- Slogan u Logo tal-Kampanja kontra d-droga li tqassmu fl- iskejjel kollha tal-Gvern.", "Hemm-il ħsieb li jsir studju estensiv fost iż-żgħażagħ dwar diversi aspetti soċjali u nifhem li l-effett ta' programmi kontra d-droga u vizzji oħra fuq iż-żgħażagħ ikun inkluż f'dan l-istudju.", "Sptarijiet,Programm ghall-kura tad-drogati bare,Sptarijiet,Programm ghall-kura tad-drogati gall,Sptarijiet,Programm ghall-kura tad-drogati SPTARIJIET - PROGRAMM GĦALL- KURA TAD-DROGATI", "9711.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Meta l-Ministru wieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7343 tal-11 ta' Jannar qal li għajnuna lill-għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tad-droga u f'dik tal-familja tibda tiġi garantita b'financial agreement.", "F'liema stadju wasal dan il- process?", "Liema huma dawk l-għaqdiet li matul din is-sena finanzjarja qed jibbenefikaw mill-għajnuna ta' l-Istat?", "Kemm qed tingħata kull għaqda?", "Ma' liema għaqdiet sar s'issa dan il-financial agreement?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi l- informazzjoni mitluba tikkoncerna process li ghadu fl-ewwel stadju ta' implementazzjoni, minix se naghti aktar dettalji fuq dak li tajt ghall- Mistoqsija Parlamentari 7343.", "Drittijiet tat-transesswali bare,Drittijiet tat-transesswali fenj,Drittijiet tat-transesswali DRITTIJIET TAT-TRANSESSWALI", "9712.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Bejn l- 14 u s-16 ta' April, 1993 f'laqgħa organizzata mill-Kunsill ta' l- Ewropa f'Amsterdam iltaqgħu tobba u esperti legali biex jiddiskutu d-drittijiet tat- transesswali.", "Ipproponew li f'kull pajjiż tal-Kunsill ta' l-Ewropa jinbidlu l-liġijiet li hemm bżonn biex persuni ittransesswali jkunu jistgħu jieħdu isem ġdid skond kif iħossu li huwa s-sess tagħhom u li dan għandu jkollu konsegwenza civili, inkluż iż-żwieġ.", "Malta kienet rappreżentata fil-laqgħa ta' Amsterdam f'April, u fil-każ minn min?", "X'pożizzjoni ħadu r- rappreżentanti Maltin?", "X'passi qed jieħu l-Gvern biex ibiddel il-liġijiet lokali kif propost minn din il-laqgħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa?", "ONOR.", "JOE FENECH: Malta ma kenitx rappreżentata fil-laqgħa ta' Amsterdam imsemmija mill- Onor. Interpellant peress illi l-persuna li kienet se tattendi kellha xi ostakoli fl-aħħar minuti li minħabba fihom ma attenditx.", "Il-proposti li saru f'din il- laqgħa qed jiġu studjati mill- Gvern Malti u jittieħdu in konsiderazzjoni fl-istudju li qed isir dwar il-problema tat- transesswali f'Malta.", "Park Nazzjonali,Hlas lill-haddiema farn,Park Nazzjonali,Hlas lill-haddiema falm,Park Nazzjonali,Hlas lill-haddiema PARK NAZZJONALI - ĦLAS LILL- ĦADDIEMA", "9738.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se jitħallsu l- ħaddiema tan-National Park għall-ġranet tal-ħdud u l-festi li ħadmu?", "X'qed jikkawża dan id-dewmien fil-ħlas lil dawn il-ħaddiema?", "Din hija miżura temporanja jew irriżulta li hemm kondizzjonijiet mhux daqstant cari?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-ħaddiema tan- National Park se jitħallsu matul Mejju għall-ġranet tal- Ħdud u festi li huma ħadmu.", "Din kienet miżura temporanja u l-ħlas tagħhom issa se jibda jsir regolari.", "Mtarfa,Trasport pubbliku farn,Mtarfa,Trasport pubbliku falm,Mtarfa,Trasport pubbliku MTARFA - BUS SHELTER", "9739.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Il-bus shelter li ricentement tpoġġa ħdejn Blk Q fl-Imtarfa qed joħloq inkonvenjenza lir-residenti ta' dan il-blokk.", "Billi ftit 'l isfel minn dan il-bus shelter hemm area aktar adattata għal dan is-servizz, jista' l-Ministru jara li dan il-bus shelter jitneħħa mill- post eżistenti u jitpoġġa f'din il-parti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jaghmel din il- mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita' tad-Djar peress li din qed tiehu hsieb il-progett ta' l- Imtarfa minn kull lat.", "Rabat,Dawl fit-toroq farn,Rabat,Dawl fit-toroq falm,Rabat,Dawl fit-toroq RABAT - DAWL FIT-TOROQ", "9740.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Residenti fi Triq ir- Repubblika r-Rabat u Triq il-Kbira (Main Str) ir-Rabat qed jilmentaw li huma diversi dawk l-inħawi mudlama f'dawn it- toroq liema inħawi issa ilhom ġimgħat f'dan l-istadju.", "Billi dawn it-toroq huma wkoll frekwentati mill-bqija tal-poplu Rabti, jista' l- Ministru jara li ssir il- manutenzjoni li hemm bżonn ħalli l- inkonvenjenza li qed jikkawża d-dlam tispicca?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ma kienx hemm rapporti ta' lampi ma jixghelux fi Triq ir-Repubblika u Triq il-Kbira (Main Street) r-Rabat.", "Mill-manutenzjoni li saret f'dawn it-toroq irrizulta li lampa wahda ma kenitx tixghel u din giet irrangata.", "Mellieha,Restawr tat-torri farn,Mellieha,Restawr tat-torri falm,Mellieha,Restawr tat-torri MELLIEĦA: TAT-TOMNA - RESTAWR TAT-TORRI", "9741.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'sar mid-Dipartiment ta' l-Ambjent biex jiġu mħarsa l- inħawi tat-Tomna, fil-Mellieħa u jiġi restawrat it-torri li hemm f'dawn l- inħawi?", "Kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett u meta se jinbeda x-xogħol?", "Jista' l-Ministru jara li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta kif id- dipartiment se jiżviluppa dawn l-inħawi?", "Jikkonsidra l-Ministru li jiżviluppa proġett f'dawn l- inħawi flimkien maż-Żgħażagħ tal-Kampanja?", "Jekk iva, jista' jara li f'din it-tweġiba jipproponi ġurnata meta r- rappreżentanti ta' din l-għaqda jkunu jistgħu jiltaqgħu miegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sal-lum ghad m'hemmx pjan dwar l-inhawi tat-Tomna fil-Mellieha.", "Izda s-Segretarjat ghall-Ambjent lest li jikkonsidra kull proposta ghall-harsien ta' dawk l-inhawi.", "Is-Segretarju Parlamentari ghall-Ambjent, bhalma diga ltaqa' maz-Zghazagh tal- Kampanja, ikun dejjem lest li jiltaqa' maghhom.", "Kulma ghandhom jaghmlu hu li jcemplu fuq 247538 u jitolbu appuntament.", "Mgarr,Tharis ta' l-ambjent Mgarr,Tharis ta' l-ambjent Mgarr,Tharis ta' l-ambjent MĠARR - TĦARIS TA' L-AMBJENT", "9742.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid lill-Kamra jekk għandux pjan biex jiġu mħarsa l-inħawi magħrufa taż-Żebbuġ tal-Gvern limiti ta' l-Imġarr li huma qrib il-barriera tal-Ballut limiti tal-Manikata?", "Jista' jgħid lill-Kamra xi żviluppi kien hemm dwar it- talba li Żgħażagħ tal-Kampanja għamlet dwar dawn l-inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- Segretarjat ghall-Ambjent qed jipprepara pjan ta' kif ikunu mharsa l-inhawi maghrufa taz- Zebbug tal-Gvern, limiti ta' l- Imgarr.", "Is-Segretarju Parlamentari ghall-Ambjent hu lest li jiddiskuti t-talba li Zghazagh tal-Kampanja ghamlu dwar dawn l-inhawi.Buskett,Razzett tal-Baghal farn,Buskett,Razzett tal-Baghal gatl,Buskett,Razzett tal-Baghal BUKSETT: RAZZETT TAL-BAGĦAL", "9743.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra x'ġara mit-talba li Żgħażagħ tal- Kampanja għamlu biex jingħataw ir-razzett tal- Bagħal fil-Buskett biex jużawh bħala kwartieri tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra għaliex matul dawn l- aħħar snin ma ġiet organizzata ebda manutenzjoni f'dan ir- razzett b'detriment li llum iġġarraf kompletament?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra pjanta ta kif se jiġi żviluppat dan ir- razzett u jgħid jekk japprovax li dan il-post jkun il- kwartieri ta' l-Għaqda Żgħażagħ tal-Kampanja?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ma jidhirlix li r-Razzett tal- Baghal ghandu jinghata lil xi ghaqda jew lill-privat ghax dan hu bini storiku u jifforma parti integrali mill-identita' tal-Buskett.", "Ta' min isemmi li dan ir- razzett ilu mitluq ghal hafna snin b'detriment kbir ghall- istrutturi tal-bini nnifsu.", "Manutenzjoni saret imma minhabba l- hsara li saret irid isir xoghol fl-istrutturi.", "Dan jiswa l-flus u jitlob iz-zmien.", "B'danakollu l-Ministeru se jaghti priorita' biex dak li hemm bzonn isir fl-iqsar zmien possibbli.", "Dan ma jinvolvix xoghol ta' zvilupp imma xoghol ta' restawrar minn nies tal- mestier.", "Buleben,Tindif Pubbliku cilj,Buleben,Tindif Pubbliku falm,Buleben,Tindif Pubbliku BULEBEN - TINDIF PUBBLIKU", "10001.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li titneħħa r-rubbish dump mit- triq li tagħti mit-Triq tal- Barrani limiti ta' Buleben safejn Zejtun Exchange ta' Telemalta, li telgħet madwar l- iskips li hemm?", "X'inhi r-raġuni li dawn l- iskips mhux qed jitbattlu regolarment b'mod li ma jlaħqux mad-dumping li qed isir?", "Kemm-il darba fil-ġimgħa qed jitbattlu dawn l-iskips partikolari?", "Għalfejn skips li ġew maħruqa tħallew fil-post u ma ġewx replaced b'mod li jkompli jkabbar il-ħmieġ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-iskips li kienu tpoggew fit- triq li taghti mit- Triq tal-Barrani limiti ta' Bulebel sa hdejn iz-Zejtun Exchange tat-Telemalta tnehhew xi gimghat ilu.", "Dan ghax l- iskips kienu qed jigu abbuzati minn xi ndustriji fil-vicin.", "Gew identifikati xi whud minn dawn l-industriji u l-pulizija hadet passi legali kontra taghhom.", "Sakemm l-iskips kienu ghadhom f'din it-triq dawn kienu jigu mbattla regolarment - gieli izjed minn hames darbiet kuljum.", "Biex il-pubbliku jkun moqdi, dawn l-open skips issa tpoggew f'postijiet alternattivi, kif intqal fi Press Release mahruga mis-Segretarjat ghall- Ambjent nhar l-Erbgha 21 ta' April dawn l-iskips issa tpoggew vicin id- depot tat-Taqsima Indafa Pubblika fil-Marsa, hdejn id- dahla tal-mizbla tal- Fulija fiz-Zurrieq u hdejn id-dahla tal-mizbla tal-Maghtab f'Bahar ic- Caghaq.", "It-triq imsemmija titnaddaf regolarment minn haddiema tat- Taqsima Indafa Pubblika.", "Minn meta tnehhew l-iskips u twahhlu numru ta' avvizi li mhux permess rimi ta' skart, din l- area qed tkun mghassa minn spetturi ta' l- ambjent u pulizija biex ma jintremiex skart fiha.", "Sa l-ahhar ta' April inqabdu 40 persuna jarmu skart fl- inhawi u dawn se jittellghu l- Qorti.", "Dip tat-Taxxi Interni, Capital Gains Tax cilj,Dip tat-Taxxi Interni, Capital Gains Tax dalj,Dip tat-Taxxi Interni, Capital Gains Tax DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - CAPITAL GAINS TAX", "10002.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm inġabret provisional capital gains tax minn Nutara li tħallset lill-Kummissarji tat- Taxxi Interni xahar b'xahar minn l-aħħar budget sal-lum u li ma kienux eżenti mill-ġbir ta' l-istess taxxa?", "Kemm inġabret taxxa tal-boll mingħand minn xtara proprjeta' matul l- istess perjodu ta' żmien xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ġejt informat mid-Dipartiment tat- Taxxi Interni li l- ammont ta' Provisional Capital Gains Tax imħallas min-Nutara Pubbliċi minn l-aħħar budget sal-lum u li ma kenux eżenti mill-istess taxxa huwa hekk:-", "1992 1993 Diċembru Jannar Frar Marzu April Total Lm Lm Lm Lm Lm Lm", "Malta 15,691 79,354 136,922 172,620 149,691 554,278 Għawdex2,258 7,917 10,366 10.891 15,992 47,424 Total:17,949 87,271 147,288 183,511 165,683 601,702", "It-taxxa fuq dokumenti (jew taxxa tal-Boll) fuq kuntratti ta' bejgħ ta' proprjeta' li nġabret mill-Budget sal-lum, miġbura xahar b'xahar tammonta kif se jingħad:-", "XAHAR TAXXA TOTALI LEVY TA' L-AIP LM LM", "1992 Diċembru 468,161 (Dan jinkludi taxxa ulevy ta' 10% fuq kuntratti ta' bejgħ ta' proprjeta' lill-barranin fl-ammont ta' 45,220", "1993 Jannar 569,857 - do - 110,678 Frar 599,924 - do - 91,271 Marzu 536,320 - do - 89,797 April (sas-27 tax- xahar) 492,130 - do - 52,189", "Dip tas-Successjoni,Formoli cilj,Dip tas-Successjoni,Formoli dalj,Dip tas-Successjoni,Formoli DIPARTIMENT TAS-SUĊĊESSJONI - FORMOLI", "10003.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: X'inhi r-raġuni li ma jeżistux biżżejjed formoli tal-Gvern fid-Dipartiment tas-Suċċessjoni għat-trasferiment ta' proprjeta' causa mortis, liema formoli ġew introdotti b'riżultat tal-miżuri li ntroduċa l-Gvern fl-aħħar Budget?", "X'inhi r-raġuni li l-Nutara u l-pubbliku in ġenerali ripetutament qed jieħdu photocopies ta' dawn il-formoli tal-Gvern biex ikollhom biex jinqdew?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Huwa veru li għalkemm id-Dipartiment tat- Taxxi Interni ħaseb minn kmieni biex jipprovdi l-formoli tat- trasferimenti causa mortis li ġew introdotti b'effett ta' miżuri mħabbra fl-aħħar Budget, għal xi żmien, l-istess Dipartiment kien kostrett li jagħmel photocopies ta' dawn il-formoli biex ilaħħaq mad- domanda tal-pubbliku.", "Dan kellu jsir biex jingħata żmien raġjonevoli lill- istamperija tal- Gvern biex tistampa dawn il-formoli li issa jinsabu fi kwantita' adegwata għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-istess dipartiment.", "Pulizija,Ghases cilj,Pulizija,Ghases gall,Pulizija,Ghases GĦASES TAL-PULIZIJA", "10004.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Liema huma dawk l-14-il għases f'Malta u l-għaxar għases f'Għawdex li mhumiex qed jinfetħu regolari minkejja l- wegħda tal-Partit Nazzjonalista seba' snin ilu li l-għases ikunu miftuħin kollha 24 siegħa kuljum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Ghases tal- Pulizija li bhalissa mhux qed jigu miftuha fuq bazi regolari ta' 24 siegha kuljum izda jinfethu skond l-ezigenzi tas- servizz huma kif ser nghid:", "MALTA", "Lapsi, Gudja, Ghaxaq, M'Xlokk, Safi, Kirkop, Qrendi, Mqabba, San Gwann, Gzira, Attard, Balzan, Gharghur u Mgarr.", "GĦAWDEX", "Gharb, Qala, Sannat, Zebbug, Ghajnsielem, Kercem, Ramla, San Lawrenz, Għasri ta' Pinu u Fontana.", "Taxxa fuq il-bini cilj,Taxxa fuq il-bini falm,Taxxa fuq il-bini TAXXA FUQ IL-BINI", "10005.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm inġabru flus sena b'sena sal-lum bħala levy in konnessjoni mal-bini u skond it-tip ta' bini mindu din ġiet introdotta mill-gvern preżenti?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru mill-bini jew talbiet ta' bini ta':", "(1) Bungalows; (2) Villas; (3) Terraced houses; (4) Garaxxijiet; u (5) Oħrajn separatament matul l-istess perjodu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minn mindu hargu r-regolamenti dwar id-drittijiet ghall-permessi tal-bini fl-24 ta' Dicembru 1987 u d-Development Planning Act 1993 is-somma globali migbura bhala Levy kull sena hi hekk:", "SENA AMMONT ------ -------- 1988 Lm 242,727.17.9 1989 Lm 540,837.92.2 1990 Lm 645,065.60.3 1991 Lm 715,687.17.2 1992 Lm 617,825.55.0 1993 Jannar/Marzu Lm 174,630.00.0 ---------------- TOTAL Lm2,936,773.42.6 ----------------", "Ma tinzammx statistika ta' hlasijiet relattivi mat-tipi differenti ta' bini.", "Toroq,Asfaltar cilj,Toroq,Asfaltar falm,Toroq,Asfaltar ASFALTAR TA' TOROQ", "10006.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm jeżistu f'Malta u Għawdex separatament talbiet għal:-", "(1) asfaltar ta' toroq; u (2) mogħdija tad-drenaġġ tal- Gvern fit-toroq bħalissa?", "Kemm ilhom pendenti l-eqdem fost dawn it-talbiet?", "Kemm inġabru flus mill-Gvern għall-asfaltar/formazzjoni tat- toroq u /jew l-mogħdija tal- mains tad-drenaġġ tal-Gvern separatament mingħand applikanti għall-permess tal- bini mill-1987 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-numru ta' talbiet ghad-drenagg f'Malta u Ghawdex huwa ta' 710 li whud minnhom ilhom madwar sentejn filwaqt li ohrajn ilhom aktar.", "Dan minhabba li f'certi nhawi s- sistema tad- drenagg hija difficli biex titwassal.", "Rigward talbiet ghal asfaltar ta' toroq din l-informazzjoni qed tingabar u risposta tinghata f'xi seduta ohra.", "Minn 1987 sa Marzu 1993 il- flus migbura ghal asfaltar/formazzjoni ta' toroq u ghas-servizz tad-drenagg kienu hekk:", "Asphalting Road Sewer of streets Contribution Contribution", "1987 Lm294,933.32,4 Lm164,334.91,0 Lm205,701.62,7 1988 296,857.74,0 154,758.61,7 183,177.73,2 1989 332,784.61,4 254,891.82,0 256,699.01,2 1990 372,864.76,0 297,692.54,8 299,634.97,0 1991 306,575.63,6 289,608.93,5 313,033.00,0 1992 283,961.13,6 332,950.37,1 315,206.24,4 1993 -March 34,988.43,3 41,858.30,3 33,843.40,5", "Inzid nghid li mill-1987 'l hawn saru hafna xoghlijiet ta' estensjonijiet tad-drenagg u ta' asfaltar f'toroq li kienu zviluppati hafna qabel.", "Dawn ix-xoghlijiet jiddependu mill-fondi ta' flus li jkunu gew ivvotati ghalihom.", "Taqsima Indafa Pubblika,Skips spil,Taqsima Indafa Pubblika,Skips falm,Taqsima Indafa Pubblika,Skips SKIPS", "10075.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'iskop irid jintlaħaq bl-użu ta' skips f'certi mkejjen ta' Malta u Għawdex?", "Kif ġew magħżula dawn l- imkejjen?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nassumi li l-Interpellant qed jirreferi ghal dawk li nsejhulhom \"Skips on Wheels\".", "Dawn gew introdotti billi f'certi postijiet kien qieghed ikun hemm problemi dwar gbir ta' skart domestiku - partikolarment fejn hemm flats, u f'inhawi ohra fejn kienu qed jintuzaw numri ta' tankijiet tal-metall li fihom kien jintefa' l-iskart.", "L-imkejjen intghazlu wara rakkomandazzjonijiet li ghamlu t-Technical Officers responsabbli ghad-Distretti.", "Taqsima Indafa Pubblika,Skips spil,Taqsima Indafa Pubblika,Skips falm,Taqsima Indafa Pubblika,Skips SKIPS", "10076.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta ġie deciż mill-Gvern li jitqegħdu skips biex Malta relattivament tindaf, x'konsiderazzjoni saret dwar kif se jintlaqtu s- sidien ta' l-iscammels użati mill-Gvern bħalissa?", "Saru xi pjani biex il-qagħda tagħhom tiġi mħarsa?", "Jekk iva, x'kienu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Public Cleaners Association kienet assigurata li hadd minnhom ma kien ser jitlef hobzu minhabba l-introduzzjoni ta' l- Iskips.", "Taqsima Indafa Pubblika,Skips spil,Taqsima Indafa Pubblika,Skips falm,Taqsima Indafa Pubblika,Skips SKIPS", "10077.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għaliex ġie deciż li jitqegħdu skips f'diversi inħawi tal- gżejjer qabel ma' ttieħdet deciżjoni mill- Parlament dwar it-twaqqif u l- poteri tal-Kunsilli Lokali?", "Min ħareġ b'din il-proposta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- decizjoni ttiehdet mid- Dipartiment ta' l- Indafa Pubblika s-sena l-ohra meta giet allokata somma apposta fil-Budget ta' l-1993.", "Qormi,Tindif pubbliku spil,Qormi,Tindif pubbliku falm,Qormi,Tindif pubbliku QORMI - TINDIF PUBBLIKU", "10078.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Titħajjar xi darba tinżel tara b'għajnejk Wied is- Sewda, Ħal Qormi u l-istat li jinsab fih?", "Tista' tieħu passi bikrija biex iż-żibel li nies irresponsabbli waddbu fih fridges, washing machines, karozzi, eċċ, jitnaddaf?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li d-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika diga ha l- passi necessarji halli jigi assessjat ix-xoghol necessarju biex jitnaddaf Wied is-Sewda.", "Ix-xoghol hu mistenni jibda dalwaqt.", "Indici tal-prezzijiet spil,Indici tal-prezzijiet dalj,Indici tal-prezzijiet INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "10079.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm Field Officers jaħdmu fuq ir-riċerka li ssir dwar l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut?", "Min huma?", "X'inhuma r-rati tal-ħlas bis- siegħa ta' dawn in-nies?", "Min jiffissa kemm suppost idum fuq l- assignments tagħhom?", "Fuq liema bażi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: 1.", "Hemm 15-il Field Officer Każwali jaħdmu fuq xogħol konness mal- ġbir ta' prezzijiet għall-fini ta' l-Indiċi ta' Prezzijiet bl- Imnut.", "2.", "Dawn huma:", "1.", "Ms Nathalie Bartolo 2.", "Ms Jane Cuschieri 3.", "Ms Carmen Buhagiar 4.", "Ms Marthese Fava 5.", "Ms Elizabeth Galea 6.", "Ms Nicolina Muscat 7.", "Ms Anna Maria Chetcuti 8.", "Ms Lina Caruana 9.", "Ms Josephine Darmanin 10.", "Ms Luckie Darmanin 11.", "Ms Joanne Bonnici 12.", "Ms Jane Vella 13.", "Ms Degna Micallef 14.", "Ms Elizabeth Vella 15.", "Ms Miriam Cordina", "3.", "Ir-rata tal-ħlas ta' dawn il-Casual Field Officers hi ta' Lm1.45,7 fis- siegħa.", "4.", "Huma l-ħteġijiet li jġib miegħu l-assignment kif ukoll l-esiġenzi tax- xogħol li jiddeterminaw kemm għandu jieħu assignment biex ikun lest mill- Casual Field Officers", "Sptarijiet,Child battering galm,Sptarijiet,Child battering gall,Sptarijiet,Child battering SPTARIJIET - CHILD BATTERING", "10080.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Meta tfal jidħlu l-isptar u jkun hemm suspett ta' \"child battering\", l-isptar jinforma \"Social Workers\"?", "Il-każ jibqa' jiġi segwit mill-Pulizija jew mis-Social Workers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It- twegiba ghaz-zewg mistoqsijiet hija fl- affermattiv.", "F'kazijiet ta' 'child battering', hija norma ta' l- awtoritajiet ta' l- Isptar u 'Health Centres' jew 'Polyclinics' li jirreferu dawn it-tipi ta' kazijiet lid- Dipartiment tal-Familja u Assistenza Socjali.", "Il- kazijiet li jidhru li huma genwini jibqghu jigu segwiti mis-'Social Workers' u jittiehdu l-mizuri necessarji, inkluz kif provdut bil-ligi.", "Is-'Social Workers' ikomplu isegwu l-kaz, sew f'kaz li t- tfal jirritornaw id-dar, u sew f'kaz li tfal jiddahhlu f''children's home' jew ma' familjari jew koppji ohra.", "Il-Pulizija ssegwi wkoll kull rapport li jaslilhom.", "Il- funzjoni taghhom hija li jassistu fejn mehtieg fil- protezzjoni tal-minorenni, u jinvestigaw skond il-kaz, imexxu jew ma jmexxux il-kaz ghall-Qorti.", "Ghalkemm il- proceduri huma differenti u separati minn tas-'Social Workers', huma it- tnejn jahdmu u jikkoperaw ghall-istess ghan li huwa l-gid tal-minorenni effettwati.", "Minkejja dan li ghidt aktar 'l fuq, ghad hemm bzonn ta' zviluppi kbar f'dan il-qasam, kemm fuq l-att preventiv kif ukoll fuq l-att ta' protezzjoni u kura ta' tfal affettwati.", "Sptarijiet,San Luqa,Ward Clerks galm,Sptarijiet,San Luqa,Ward Clerks gall,Sptarijiet,San Luqa,Ward Clerks SPTAR SAN LUQA - ŻIEDA LILL- WARD CLERKS", "10081.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li jidher li l-Ward Clerks fl-isptar San Luqa ma ħadux il- Lm1 żieda li ngħatat fil-budget, jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'kienet ir- raġuni għal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li r-rata tal-pagament li biha qed jithallsu l-'Casual Ward Clerical Assistants' tinkludi il-Lm1 zieda li nghatat fil-'Budget' ghas-sena 1993.", "Pulizija,Rapporti dwar child abuse galm,Pulizija,Rapporti dwar child abuse gall,Pulizija,Rapporti dwar child abuse PULIZIJA - RAPPORTI DWAR CHILD ABUSE", "10082.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' Child Abuse kull sena fl-1991, 1992, u 1993?", "Fiex kien jikkonsisti dan l- abbuż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dawn huma statistici ta' kazijiet godda li dwarhom inbeda xoghol tas- 'Social Work' mic-Centru Hidma Socjali li kien inizjalment dwar abbuz, jew allegazzjonijiet ta' abbuz, tat-tfal.", "Il- kazijiet jikkonsistu f'abbuzi fizici, sesswali jew abbuz fil- forma ta' traskuragni jew nuqqas ta' harsien.", "1991 - 14 1992 - 36 1993 (sat-30/04/93) - 5", "Barra dawn, hemm numru ta' kazijiet li mhumiex parti minn din l- istatistika, peress li l- kaz taghhom kien diga' infetah qabel inqalghu l- allegazzjonijiet ta' abbuz.", "Tajjeb nghid li dan huwa qasam sensittiv u specjalizzat.", "Huwa ghalhekk li l-Gvern diga' gharaf il-bzonn li dan il-qasam tas-servizzi ta' protezzjoni tat-tfal jigi zviluppat fuq bazi sodi u professjonali.", "Id- dipartiment responsabbli jkun f'pozizzjoni li jibda jaghmel dan fi zmien qasir meta s- 'Social Workers' il-godda jispiccaw il-fazi ta' introduzzjoni.", "Tajjeb nghid ukoll li din l- istatistika mhix rapprezentattiva tal- problema minhabba li din il-problema hafna drabi tinzamm mistura.", "Istituti tal-Knisja galm,Istituti tal-Knisja gall,Istituti tal-Knisja ISTITUTI TAL-KNISJA", "10083.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal akkomodati f'istituti?", "Kemm hemm tfal li huma fostered?", "Il-foster parents qegħdin jitħallsu?", "Kien hemm każijiet fejn il- ġenituri ta' tfal li kienu fostered taw il- kunsens tagħhom biex dawn jiġu adottati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ghadd tat-tfal akkommodati f'iStituti huma kif gej:", "Jesus of Nazareth, Zejtun 35 St Joseph Home, Zabbar 15 Cini Institute 23 (11 minnhom refugjati) St Francis de Paule, B'Kara 14 (bhala Day Centre) St Joseph Home, Zejtun 12 (bhala Day Centre) St Theresa Home, Zurrieq 9 (2 bhal Day Centre) Dar Sagra Familja, Zabbar 17 Our Lady of Lourdes, Gozo 21 Djar tal-Bon Pastur 13 (ma' 10 adulti) St Joseph Home, St Venera 9 Ursuline Creche, Sliema 56 Ursuline Creche, Valletta 9 Angela House, G'Mangia 64 Fra Diego Institute, Hamrun 27 Dar tal-Provvidenza, Siggiewi 34 (ma' 127 adulti) St Rita Child's Home, Tarxien 20 St Patrick's, Sliema 70 Vincenzo Bugeja, St Venera 11", "Ghandna 12-il kaz ta' tfal li huma 'fostered'.", "Il-'foster parents' ma jithallsux hlief li jircievu c- 'Children's Allowance'.", "Kien hemm zewg kazijiet ta' tfal li kienu 'fostered' u l- genituri naturali taghhom taw il-kunsens biex dawn jigu addottati.", "Tfal li jkun jghixu fit-tbatija galm,Tfal li jkun jghixu fit-tbatija gall,Tfal li jkun jghixu fit-tbatija TFAL LI JKUNU JGĦIXU FIT- TBATIJA", "10084.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: F'każijiet fejn tfal ikunu qed ibatu jew hemm possibbilta' kbira li jbatu, kif tkun informata l-awtorita' koncernata?", "X'passi jittieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sorsi ta' referenza f'kazijiet fejn tfal ikunu qed ibatu jew hemm possibilta' kbira li jbatu huma hafna: girien, ghalliema, kapijiet ta' skola, tobba, id- Dipartiment tal-Emergenza.", "Dawn il-kazijiet jigu riferuti lill-'Intake Team' tad- Dipartiment tal-Familja u l- Assistenza Socjali.", "Il-passi li jittiehdu jiddependi min-natura tal-kaz.", "Hemm kazijiet fejn bi ftit appogg, jigi evitat hafna periklu fuq it-tfal.", "Min-naha l-ohra, hemm kazijiet fejn tigi applikata l-Ligi ta' Ordni ta' Kura ('Care Order') biex it- tifel jew tifla koncernata tittiehed taht protezzjoni.", "Ikun hemm kazijiet fejn ikun henn bzonn ukoll l-intervent tal-Pulizija.", "Tajjeb nghid li dan huwa qasam sensittiv u specjalizzat.", "Huwa ghalhekk li l-Gvern diga' gharaf il-bzonn li l-qasam tas- servizzi ta' protezzjoni tat- tfal jigi zviluppat fuq bazi soda u professjonali.", "Id- Dipartiment responsabbli jkun f'pozizzjoni li jibda jaghmel dan fi zmien qasir meta s- 'Social Workers' il-godda jispiccaw il-fazi ta' introduzzjoni.", "Pulizija, Kazi ta' nisa msawwta galm,Pulizija, Kazi ta' nisa msawwta gall,Pulizija, Kazi ta' nisa msawwta KAŻI TA' NISA MSAWWTA", "10085.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti figuri, sena b'sena, mill-1985 sal-lum, kemm iddaħħlu każijiet ta' nisa msawwta fil-Casualty Department ta' l- isptar San Luqa f'Malta, u fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Kemm minn dan is-swat kien jinvolvi nisa tqal?", "Kemm minn dawn il-każijiet kienu riferiti lill-pulizija, u kemm lid- Dipartiment tal- Familja u Assistenza Socjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- informazzjoni qed tingabar u twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "Poliklinici tal-Gvern,OPINALEL sana,Poliklinici tal-Gvern,OPINALEL gall,Poliklinici tal-Gvern,OPINALEL POLIKLINIĊI TAL-GVERN - OPINALEL", "10096.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu minnu li fl-aħħar ġimgħa ta' April ma' kienx hemm available id-duwa OPINALEL fil- Poliklinika ta' Raħal il-Ġdid?", "Jekk kien hekk, x'kienet ir- raġuni għal dan in-nuqqas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-medicina maghrufa bhala 'Opinogel' tintuza biss ghall-kura ta' pazjenti li jkollhom bzonn kura fl- isptarijiet u c-centri tas- sahha.", "Normalment din il- medicina ma tinghatax lill-'Out-Patients'.", "Dan il-prodott kien u ghadu 'available' fl-isptarijiet kollha u fic- centri tas-sahha kollha.", "Taqsima Indafa Pubblika,Skips spil,Taqsima Indafa Pubblika,Skips falm,Taqsima Indafa Pubblika,Skips SKIPS", "10100.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk is-sidien ta' l- iscammels tefgħux tenders kollettivi għall-użu ta' skips fil-gżejjer Maltin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- tweġiba hi fin-negattiv.", "Sptarijiet,San Luqa,Kwalita' ta' ikel gree,Sptarijiet,San Luqa,Kwalita' ta' ikel gall,Sptarijiet,San Luqa,Kwalita' ta' ikel SPTAR SAN LUQA - KWALITA' TA' IKEL", "10105.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li jien insostni li l- kwalita' ta' l-ikel li qiegħed jiġi mogħti lill-pazjenti fl- Isptar San Luqa hija ħażina u li dan ilu sejjer għal żmien twil, tant li pazjenti igergru li lanqas bajda ma jiġu offruti għall-breakfast, anke meta dan mhux kontro-indikat, jista' l- Ministru jara li dan ma jibqax hekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nifhem li l-palat jista' ma joghgobx lil kulhadd, ma naqbel xejn mal-kumment generalizzat ta' l-Onor.", "Membru.", "Kif ghidt drabi ohra l-ikel tal-pazjenti fl-Isptar San Luqa huwa ta' kwalita' tajba.", "F'kull skema gdida li tinhadem dwar is-servizz tal- 'catering' fl-isptar dejjem qed inzommu f'mohhna l-'policy' nazzjonali tan-nutriment u ghaldaqstant certu ikel, bhal per ezempju l-bajd, sejjer biss jifforma parti mid-dieta' skond kif propost fil-'policy' nazzjonali.", "Telemalta,Birkirkara Exchange mizj,Telemalta,Birkirkara Exchange zamf,Telemalta,Birkirkara Exchange TELEMALTA - BIRKIRKARA EXCHANGE", "10106.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta l-ħaddiema fl-Exchange ta' Birkirkara se jkunu stmati bħal ħaddiema l- oħra ta' Telemalta, għaliex il- ħaddiema kollha f'dan l- Exchange qegħdin iħossu li huma qishom il-\"black sheep\" ta' Telemalta?", "Qed nirreferi meta dawn il-ħaddiema se jkunu provduti b'canteen bħal ħaddiema oħra għax mir-risposta tal-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 7646 għaddew tlett xhur u għadu ma sar xejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'ghandi xejn izjed x'inzid mat-twegiba li tajt lill-istess Onor. Interpellant ghall- mistoqsija parlamentari numru 7646 dwar l-istess suggett.", "Telemalta,Birkirkara Exchange mizj,Telemalta,Birkirkara Exchange zamf,Telemalta,Birkirkara Exchange TELEMALTA - BIRKIRKARA EXCHANGE", "10107.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7647, jista' l-Ministru jgħid issa li għaddew tliet xhur mir-risposta tiegħu, meta l-ħaddiema fl-Exchange ta' Birkirkara se jiġu stmati ta' nies u jkollhom facilitajiet sanitarji kif jixraq għax dawk eżistenti huma veru ta' mistħija, u lanqas jixirqu lill-ħaddiema?", "ONOR.", "FRNACIS ZAMMIT DIMECH: Kif diga' informajt lill-Onor.", "Membru fit- twegiba li tajtu ghall-mistoqsija parlamentari numru 7647 ix-xoghol imsemmi huwa inkluz fil-pjan tal- Korporazzjoni Telemalta.", "Bhalissa qieghed isir xoghol ta' \"refurbishing\" fit-toilets ta' l- Exchange taz-Zejtun, u kif ippjanat, malli jitlesta dan ix-xoghol, jinbeda r- \"refurbishing\" ta' uhud mit- toilets ta' Birkirkara.", "Qed nghid uhud ghaliex fid- domanda tieghu l-Onor.", "Membru jaghti x'jifhem li t-toilets kollha fil-bini tal-Korporazzjoni f'Birkirkara ghandhom bzonn ta' \"refurbishing\" mentri nassigurah li mhux il-kaz.", "Telemalta,Stickers fuq il-vetturi mizj,Telemalta,Stickers fuq il-vetturi zamf,Telemalta,Stickers fuq il-vetturi TELEMALTA - CODED STICKERS FUQ IL-VETTURI", "10108.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8633, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn il-coded stickers fuq il-vetturi ta' Telemalta saru bħala identifikazzjoni biex il- vettura tkun tingħaraf ma' liema sezzjoni qegħda?", "Jekk fl-affermattiv, jara l- Ministru li tistona li vettura b'coded sticker mod qegħda allokata ma' sezzjoni li għandha code differenti?", "Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa veru l-\"coded stickers\" saru sabiex il- vetturi jingharfu ma' liema sezzjoni jkunu.", "Madanakollu, jista' jaghti l- kaz li vettura tkun allokata temporanjament ma' sezzjoni ohra u ghaldaqstant ma jkunx floku li toqghod tibdel il- \"code\".", "F'kaz li vettura tkun sejra tibdel is-sezzjoni fuq bazi permanenti, il- \"code\" ta' din il-vettura tinbidel.", "Telemalta,Impjegati Klerikali,Uniformi mizj,Telemalta,Impjegati Klerikali,Uniformi zamf,Telemalta,Impjegati Klerikali,Uniformi TELEMALTA - IMPJEGATI KLERIKALI - UNIFORMI", "10109.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li lill- impjegati klerikali tal- Korporazzjoni Telemalta ssirilhom uniformi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni Telemalta bhalissa m'ghandha ebda hsieb li tintroduci uniformi ghall- impjegati klerikali taghha, ghalkemm tesigi li dawn jilbsu lbies li jkun denju u xieraq ghall- kategorija taghhom.", "B'danakollu mhux eskluz li certa kategorija ta' haddiema li jaghmlu xoghol t'attendenza pubblika fil-ferghat taghha, 'l quddiem ikunu pprovduti b'uniformi.", "Telemalta,Isem u grad fuq l-iskrivaniji mizj,Telemalta,Isem u grad fuq l-iskrivaniji zamf,Telemalta,Isem u grad fuq l-iskrivaniji TELEMALTA - ISEM U GRAD FUQ L- ISKRIVANIJI", "10110.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Minbarra l-ID Cards, tista' l- Korporazzjoni Telemalta tipprovdi lill-impjegati tagħha bl-ismijiet u l-grad biex jitpoġġew fuq l- iskrivanija u dan għal aktar konvenjenza tal- pubbliku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-I.D. Card mahruga mill- Korporazzjoni Telemalta, mhux biss lill-haddiema li jahdmu wara skrivanija izda lill- impjegati kollha taghha f'kull grad jew lant tax-xoghol, jilhaq l-iskop msemmi mill- Onor. Membru.", "Ghalhekk ma tinhassx il- htiega li jitqeghdu tabelli bl- isem u l-grad fuq l-iskrivanija meta dawn diga qed jidhru fuq il-persuna ta' l-istess impjegat permezz ta' l-I.D. Card.", "Telemalta,Birkirkara Exchange mizj,Telemalta,Birkirkara Exchange zamf,Telemalta,Birkirkara Exchange TELEMALTA - BIRKIRKARA EXCHANGE", "10111.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bicca art ħamrija fl- Exchange ta' Birkirkara li qegħda fuq in-naħa ta' Psaila Street hux se tingħata lill- kumpannija sussidjarja ta' Telemalta biex tinbena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni Telemalta fil- preżent m'għandha l-ebda kumpannija sussidjarja.", "Zabbar,Qasam tad-Djar,Hrug ta' drenagg pora,Zabbar,Qasam tad-Djar,Hrug ta' drenagg hyzg,Zabbar,Qasam tad-Djar,Hrug ta' drenagg ZABBAR: QASAM TAD-DJAR - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "10113.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' d- dipartiment koncernat jieħu ħsieb isewwi l-katusi tad- drenaġġ li qed jagħmlu fix- shaft (ħiereġ id-drenaġġ minnhom) fil-Blk K fil- Qasam tad-Djar (ħdejn Bulebel) f'Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nitolbok tagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru għall- Ambjent.", "Pompi tal-petrol sans,Pompi tal-petrol falm,Pompi tal-petrol POMPI TAL-PETROL", "10114.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Il-ftehim li dan l- aħħar intlaħaq bejn Enemalta u s-sidien tal-pompi tal-petrol barra żieda fil-profitti kien jinkludi wkoll xi kondizzjonijiet.", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu dawn il-kondizzjonijiet u jekk dawn inżammux skond l- istess ftehim?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- ftehim imsemmi.", "Jien informat li sadanittant twaqqaf kumitat bejn iz-zewg partijiet biex isiru l- preparazzjonijiet mehtiega sabiex il-ftehim milhuq jigi attwat fiz- zmien stipulat.", "Libja,Xiri ta' zejt sans,Libja,Xiri ta' zejt falm,Libja,Xiri ta' zejt LIBJA - XIRI TA' ŻEJT", "10115.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi fit- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9294, ntqal li l- Korporazzjoni Enemalta ilha ma' tixtri żejt mhux maħdum mil-Libja mill- 1984, x'kien u x'inhu l-iskop li għalih saru l-kuntratti preżenti u dawk mil-1984 'il hawn bejn Enemalta u l-Libja?", "X'inhu maħsub li Enemalta tixtri mil-Libja taħt il- kuntratt preżenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li mill-Libya qeghdin jinxtraw prodotti lesti taz- zejt u li huma Fuel Oil, Jet/Kero, Petrol u LPG.", "Bejn wiehed u iehor kull sena jinxtraw mill-Libya madwar:", "240,000 T. Metrika ta' Fuel Oil ghal Power Station 60,000 T. Metrika ta' Petrol 72,000 T. Metrika ta' Jet/Kero 17,000 T. Metrika ta' LPG.", "Delimara,Artijiet velg,Delimara,Artijiet falm,Delimara,Artijiet ARTIJIET FUQ IL-PROMONTARJU TA' DELIMARA", "10130.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Min huma n-nies li għandhom mogħti lilhom artijiet fuq il-promontorju ta' Delimara, mill-Fortizza tal- Basal 'il ġewwa?", "Kemm għandu tmiem kull wieħed?", "Kemm qegħdin iħallsu kull wieħed, u meta ħallsu l-aħħar?", "Meta ngħataw dawn l-artijiet?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet li taħthom tiġi mogħtija art bħal din?", "Min jara jekk jiġux ossevati dawn il-kondizzjonijiet?", "Art bħal din hija mogħtija għall-poplu in ġenerali?", "Jista' bniedem jiġi mkeċċi minn fuq din l-art jekk ikun bona fede?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li madwar 182,583 metri kwadri ta' art u strutturi fl-inhawi ta' Delimara - mill-Fortizza tal- Basal 'il gewwa - gew allokati lil 37 bidwi 'full-time' u 'part-time' ghal skopijiet ta' biedja u wiehed minn dawn ghat- trobbija ta' l-annimali.", "Minbarra dawn il- kirjiet hemm zewg strutturi ohra li huma mikrija wahda ghal skop ta' rikreazzjoni u ohra bhala 'garage'.", "Il-kondizzjonijiet tal-kirjiet huma dawk li jirregolaw il-kirjiet tar- raba'.", "Il-kera li tingabar minn din l- art tammonta ghal Lm515.22,0 fis-sena.", "Dawn il- kirjiet inghataw matul diversi snin mis-sena 1975 sal-1990.", "Ufficjali tad-Dipartimenti ta' l-Artijiet u Agrikoltura u Ambjent jaraw li l-art imsemmija qeghda tintuza ghall- iskop specifiku u jekk jirrizulta li qeghda titwettaq xi kontravenzjoni tista' tittiehed azzjoni biex tigi terminata l-kirja.", "Ma nhossx li ghandhom jinghataw l-ismijiet u dettalji ohra ta' l- inkwilini.", "Madankollu, jekk l-Interpellant jinsisti, lest li nghaddilu l- informazzjoni privatament.", "Sptarijiet,San Luqa,ENT Ward gree,Sptarijiet,San Luqa,ENT Ward gall,Sptarijiet,San Luqa,ENT Ward SPTAR SAN LUQA - ENT WARD", "10146.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li riċentement fl-Isptar San Luqa inxtraw 20 humidifiers (Steam kettles) għal ENT Ward li nstabu diffetużi u mhux safe li jintużaw f'ward fejn hemm trabi u tfal bħala pazjenti, jista' l-Ministru jgħid:", "1.", "Jekk l-ispecifications ta' dawn il-humidifiers kenux dawk mitluba mill- Awtoritajiet ta' l-Isptar 2.", "Jekk hemmx il-ħsieb li dawn l-apparati jiġu rritornati lill-Aġent u jiġu mibdula ma' oħrajn ta' kwalita' aħjar?", "3.", "Jista' l-Ministru jassigura li fl-ENT ward jkun hemm numru biżżejjed minn dawn l-apparati minħabba il-ħtieġa u l-urġenza tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li:", "1.", "L-'ispecifications' ta' dawn il-'humidifiers' kienu kif mitluba mill- Awtoritajiet ta' l-isptar.", "2.", "Diga' ttiehdu passi biex dawn il-'humidifiers' jinbidlu.", "3.", "Sadanittant, fl-'ENT Ward' qed jittiehdu mizuri mehtiega biex ikun hemm bizzejjed 'humidifiers'.", "Sptarijiet,Pharmacy Technicians gree,Sptarijiet,Pharmacy Technicians mifu,Sptarijiet,Pharmacy Technicians SPTARIJIET - PHARMACY TECHNICIANS", "10147.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-syllabus tal-kors ta' Pharmacy Technicians fl-Istitut of Health Care ġiex mibdul fl- aħħar xhur?", "Jekk fl-affermattiv jista' l- Ministru jpoġġi kopja tas- syllabus il-ġdid fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Is-sillabu tal-kors ta' Pharmacy Technicians fl- Institute of Health Care ma ġiex mibdul fl-aħħar xhur.", "Universita',Pharmacy Technicians gree,Universita',Pharmacy Technicians mifu,Universita',Pharmacy Technicians UNIVERSITA' - PHARMACY TECHNICIANS", "10148.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti in- numru ta' studenti li huma rreġistrati fil-korsijiet ta' Pharmacy Technicians fl- Universita'?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi studenti li qegħdin jistudjaw privatament u allura mhux qegħdin jattendu għal kors?", "Jekk fl-affermattiv, jekk dawn l-istudenti hux se jitħallew joqogħdu għall- eżamijiet ta' l- Istitut?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- għadd ta' studenti f'dan il- kors li qed jitmexxa mill-IHC hu ta' 29.", "Il-liġi tippermetti ukoll li student jirreġistra għall-eżami mal-Pharmacy Board wara li jkun għamel kors privat.", "Dawn l- istudenti ma jkunux jirreġistraw ma' l-IHC.", "Institute of Health Care,Pharmacy Technicians gree,Institute of Health Care,Pharmacy Technicians mifu,Institute of Health Care,Pharmacy Technicians INSTITUTE OF HEALTH CARE - PHARMACY TECHNICIANS", "10149.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid inqalgħux xi problemi fost l- istudenti li waslu biex jagħmlu l-eżami finali ta' Pharmacy Technicians fl- Institute of Health Care peress li l- informazzjoni li għandu hi li hemm ilmenti fost dawn l- istudenti dwar:", "(i) taħt liema syllabus se jiġu eżaminati waqt li huma jħossu li billi segwew is- syllabus l-antik, allura għandhom jiġu eżaminati fuqu; u", "(ii) fuq in-numru ta' sigħat fi prattika fi spiżeriji tal- Gvern jew privati?", "Jista' l-Ministru jara li dawn il-problemi jiġu irranġati kemm jista' jkun malajr, billi l-eżamijiet qegħdin fil-qrib?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-Bord tal-Farmacija ikun responsabbli għall- eżami u għandi nassumi li jeżamina l- istudenti skond ma hu meħtieġ mill- bżonnijiet professjonali.", "Fil-każ ta' l-Institute of Health Care ġew koperti l- principji kollha importanti, u għandi nassumi li l-istudenti ġew preparati għall-eżami li se jiġu sottomessi għalih.", "Għal dak li għandha x'taqsam il-prattika, din għandha tkun raġjonevoli, iżda fil-liġi m'hemmx ħin minimu stipulat.", "Se nara li dawn l-istudenti jiġu trattati b'ġustizzja.", "Vetturi,Assigurazzjoni gree,Vetturi,Assigurazzjoni gall,Vetturi,Assigurazzjoni VETTURI - ASSIGURAZZJONI", "10150.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmlu l-Awtoritajiet kompetenti biex iwaqqfu l- abbużi li skond informazzjoni mogħtija minn kumpanniji ta' Assigurazzjoni għal karozzi hemm numru kbir ta' karozzi fit-toroq tagħna li ma jħallsux liċenzja u lanqas insurance?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Pulizija tqis dawn l-abbuzi bhala serji u taghmel sorveljanza sabiex trazzanhom.", "It-Taqsima tat-Traffiku hi l- aktar sezzjoni impenjata kontra dawn l-abbuzi u barra li taghmel r-ronda jsiru wkoll 'road checks' f'diversi lokalitajiet ta' Malta.", "Nista' nghid li t- Taqsima tat-Traffiku wehidha ressqet dawn il-kazi quddiem il-Qorti kif se nghid:", "Minghajr Assikurazzjoni", "1991 220 1992 176 1993 (sa Marzu) 60", "Licenzja mhux renovata (tal- vettura)", "1991 1677 1992 1475 1993 (sa Marzu) 349", "Assikurazzjoni (mhux renovata)", "1991 9 1992 11 1993 (sa Marzu) Xejn", "Minghajr licenzja tas-sewqan", "1991 144 1992 243 1993 (sa Marzu) 33", "Impiegi manc,Impiegi mifu,Impiegi IMPIEGI", "10153.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10035, ċioe' jgħid kemm intilfu impiegi matul is-snin 1992 u 1993 (sal-lum) fil-manifattura?", "Mil-liema settur?", "Kemm ġew kreati impiegi ġodda u f'liema settur?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Qed jinġabru d-dettalji kollha.", "Ministeru tas-Servizzi Ekonomici,Infiq f'pustagg bril,Ministeru tas-Servizzi Ekonomici,Infiq f'pustagg bong,Ministeru tas-Servizzi Ekonomici,Infiq f'pustagg MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - INFIQ F'PUSTAĠĠ", "10155.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid kemm nefaq f'postaġġi u f'envelopes il- Ministeru tas-Servizzi Ekonomici in konnessjoni mal- mail shots li intbagħtu f'envelopes tal-Ministeru lill- kostitwenti tad-9 u l-10 Distrett biex jgħarrfuhom dwar il-ħinijiet tal-Ministru Du Puis għall-kostitwenza f'każini politici u f'postijiet oħrajn kif ukoll dwar l-ufficcju ġdid politiku li huwa fetaħ għall- kostitwenti fil-Medisle Village f'Pembroke?", "L-istampar sar privatament jew mill-Ministeru?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Ministeru ma nefaq xejn ghall-pustaggi u envelopes ghas-semplici raguni li l- pustagg huwa b'xejn bhal kull pustagg li membri parlamentari jimpostaw bl-eluf kull gimgha filwaqt li l-envelopes hallasthom jiena personalment.", "Inzid nghid ghall-informazzjoni ta' l-Onor Membru li f'temp ta' 22 sena qatt u qatt ma uzajt envelopes, karti u posta tal- Parlament.", "Fi ftit kliem ma ghamiltx bhalma qed isir u membri qed jiehdu 100 envelope fil-gimgha kull wiehed u jitolbu mijiet ta' kopji ta' domandi parlamentari u sahansitra jawguraw ix-xewqat tajba ghall-festi tar- rahal lill-kostitwenti, jew ghall- mili ta' formoli ta' l-Income Tax.", "Ghall-informazzjoni ta' l- Onor Membru, ukoll hekk imsejha mail shots intbaghtu lill-parti zghira mill-10 distrett mhux lill-kostitwenti kollha tad-9 u 10 distrett.", "Inhoss li huwa dmir tieghi li, oltre servizz kostanti u assidwu li naghti lin-nazzjon, l-istess ghandi naghmel ghall- bzonnijiet tal-kostitwenti tieghi - u anke kostiwenti ta' distretti ohra.", "Li tara u tilqa n-nies f'kazini politici u postijiet ohrajn mhijiex xi haga ikkupjata minghand in-nies tal- qamar u ilha tigri dawn l-ahhar 20 sena kif jaf ben tajjeb l- Onor. Membru.", "Niehu gost nara li l-Onor.", "Membru ntebah li l-ufficcju politiku gdid f'Pembroke, Medisle Village infetah ghall- kostitwenti.", "Rigward l-ahhar domanda ninforma lill-Onor.", "Membru li l-istampar sar privatament u thallas personalment minni.", "PBS bril,PBS frem,PBS PUBLIC BROADCASTING SERVICES", "10163.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu in- negozjati dwar il-PBS?", "Meta mistennija li jiġu finalizzati?", "Kemm għandu leave annwali s- Sur Roland Flamini?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li n-negozjati bejn il- PBS u r- rappreżentanti tal- ħaddiema għadhom sejrin u jinsabu fi stadju avvanzat.", "Huwa ttamat li ma jdumux ma jiġu ffinalizzati.", "Is-Sur Roland Flamini huwa ntitolat għall-24 ġurnata leave bħall- impjegati oħra.", "Dingli,Triq Bosio,Servizz ta' drenagg spic,Dingli,Triq Bosio,Servizz ta' drenagg falm,Dingli,Triq Bosio,Servizz ta' drenagg DINGLI: TRIQ BOSIO - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "10164.", "L-ONOR.", "CARM LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti struzzjonijiet biex isir id-drenaġġ fi Triq Bosio (quddiem l-għassa tal- Pulizija) f'Ħad Dingli?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li hu ppjanat li dan ix-xogħol isir aktar tard din is-sena.", "Zabbar,Bieb ta' Hompesch,Kanuni sans,Zabbar,Bieb ta' Hompesch,Kanuni frem,Zabbar,Bieb ta' Hompesch,Kanuni ZABBAR: BIEB TA' HOMPESCH - KANUNI", "10186.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Jista' l- Ministru jordna li jitneħħew iż-żewġ kanuni finta li hemm mal- Bieb ta' Hompesch?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Membru huwa mitlub li jirreferi din id- domanda lill-Ministru konċernat.", "Dip tas-Sahha,Importazzjoni ta' medicini farm,Dip tas-Sahha,Importazzjoni ta' medicini gall,Dip tas-Sahha,Importazzjoni ta' medicini DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - IMPORTAZZJONI TA' MEDIĊINI", "10188.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid- Dipartiment tas-Saħħa, u min kienu, li talbu u ngħataw permess biex jimpurtaw medicini minn barra minn Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li mir-records tad- Dipartiment ma jirrizultax li mill-1970 sal-lum xi impjegat tad-Dipartiment talab u gie moghti permess, skond ir- regolamenti ta' l-Estacode, biex jaghmel xoghol part-time li jinvolvi l-importazzjoni ta' medicini.", "Telephones,Servizz gdid nict,Telephones,Servizz gdid zamf,Telephones,Servizz gdid TELEPHONES - SERVIZZ ĠDID", "10189.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinqeda l-applikant b'referenza AT/1554/89 bis-servizz tat- telefon ġo Ħaż Żebbuġ (Triq l- Insiġ) peress li l-applikant ilu jistenna mill-1989 u jidhirli li għadda biżżejjed żmien biex jinqeda meta applikanti oħra fl-istess triq inqdew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa ppjanat li l-applikant bir-referenza AT/1554/89 (Zebbug) jingħata s-servizz aktar tard din is-sena wara li jitlesta x-xogħol meħtieġ.", "Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy nict,Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy dalj,Stabbilimenti ta' l-ikel,Levy STABBILIMENTI TA' L-IKEL - LEVY", "10190.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-somma ta' flus li nġabret mit-taxxa fuq l- ikel fir- ristoranti u postijiet oħra fix-xhur ta' Jannar, Frar, u Marzu ta' l-1993 minn:", "a) Malta; u", "b) Għawdex?", "X'kienet is-somma ta' flus li nġabret matul l-istess perjodu tas-sena 1992?", "ONOR.", "JOE FENECH: Matul Jannar, Frar u Marzu ta' l-1992 u 1993 l-ammont ta' flus li ġabar il-Gvern minn Malta u Għawdex bħala levy fuq ikel f'ristoranti u postijiet oħra, kien kif muri hawn taħt:-", "MALTA", "1992 1993", "Lm Lm", "Jannar 105,785 109,739 Frar 70,453 71,521 Marzu 61,429 104,899", "GĦAWDEX", "1992 1993", "Lm Lm", "Jannar 1,488 2,367 Frar 935 1,914 Marzu 940 1,408", "Gzira,Povvista ta' ilma nict,Povvista ta' ilma falm,Povvista ta' ilma GŻIRA:MSIDA ROAD - NUQQAS TA' ILMA", "10191.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'Imsida Road, Gżira ir- residenti ilhom isofru nuqqas ta' ilma għall-aħħar ġimgħa kollha?", "Jista' l-Ministru jieħu l- passi meħtieġa minnufih biex ir-residenti jerġa' jkollhom is-servizz ta' l-ilma?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li jehtieg isir bdil ta' xi kanen biex tinstab soluzzjoni ghal problema msemmija.", "Diga' ttiehdu passi biex dan ix-xoghol isir kemm jista' jkun minghajr aktar dewmien.", "Ghawdex,Taqsima tax-Xoghlijiet,Sezzjoni ta' l-Auditing refa,Ghawdex,Taqsima tax-Xoghlijiet,Sezzjoni ta' l-Auditing taba,Ghawdex,Taqsima tax-Xoghlijiet,Sezzjoni ta' l-Auditing GĦAWDEX - TAQSIMA TAX- XOGĦLIJIET", "10192.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħidilna meta se terġa' titwaqqaf is-Sezzjoni ta' l- Auditing tal- Works Division, f'Għawdex?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien informat li għalkemm il- possibilta' li titwaqqaf sezzjoni ta' l-Internal Auditing fil-Works Division qed tiġi diskussa, wieħed ma jistax jgħid meta din is-sezzjoni se titwaqqaf.", "Ghawdex,Works Technical Officers refa,Ghawdex,Works Technical Officers taba,Ghawdex,Works Technical Officers GĦAWDEX - WORKS TECHNICAL OFFICERS", "10193.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħidilna kemm hawn Works Technical Officers u Assistant Works Technical Officers jaħdmu f'Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex?", "F'kull każ, f'liema dipartiment qegħdin?", "Fuq liema kriterji Assistant Works Technical Officer jiġi promoss għal dak ta' Works Technical Officer?", "ONOR.", "ANTON TABONE: L- informazzjoni qed tinġabar.", "Ghawdex,Ufficcjali Amministrattivi refa,Ghawdex,Ufficcjali Amministrattivi taba,Ghawdex,Ufficcjali Amministrattivi GĦAWDEX - UFFIĊJALI AMMINISTRATTIVI", "10194.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħidilna kemm hawn Ufficcjali Amministrattivi jaħdmu f'Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex?", "F'liema dipartiment qegħdin?", "Kif qegħdin fis-seniority list?", "ONOR.", "ANTON TABONE: L- Uffiċjali Amministrattivi li qed iservu f'Dipartimenti tal- Gvern f'Ghawdex jammontaw għal 31 kif jidhru fl-iskeda hawn taħt skond l-ordni preżenti tas-Seniority fil-lista ġenerali ta' dan il-grad.", "Anthony F. Attard Ministry for Gozo 6 Francis J. Psaila ** Ministry for Gozo 33 Mario Calleja Ministry for Gozo 127 Joseph Azzopardi Works (G) 152 Joseph Portelli Treasury (G) 160 Colin Attard Education (G) 161 Michael Grima Housing (G) 173 George Pavia Health (G) 174 George Borg Inland Revenue (G) 178 Anthony Borg Passport (G) 180 George Vella Muscat Inland Revenue (G) 196 Anthony Mizzi Courts (G) 227 Joseph S. Borg Posts (G) 261 Emanuel J. Cefai Government Notary's Office 263 George Camilleri Electoral (G) 338 Robert Scerri Inland Revenue (G) 344 Salvinu Tabone Works (G) 349 Susan Portelli (Mrs) Health (G) 357 Felix C. Grech Health (G) 367 Jack R. Galea Education (G) 378 George Farrugia Water Services Corp (G) 420 Rita Meilak Inland Revenue (G) 431 Joseph Muscat Culture (G) 443 Mary A. Pace (Mrs) Works (G) 459 Frances D. Portelli Health (G) 463 John Cremona Ministry for Gozo 473 Anthony M. Hili Labour & Emigration (G) 546 Joseph E. Attard Water Services Corp (G) 551 Joseph Formosa Ministry for Gozo 554 Joseph A. Xuereb Agriculture (G) 560 Anthony P. Mercieca Education (G) 563", "** Is-Sur Francis J. Psaila ġie appuntat Segretarju Permanenti fil- Ministeru għal Għawdex fuq Performance Contract għal tliet snin b'effett mit-30 ta' Lulju, 1992.", "Cirkewwa,Trasport pubbliku refa,Cirkewwa,Trasport pubbliku zamf,Cirkewwa,Trasport pubbliku ĊIRKEWWA - TRASPORT PUBBLIKU", "10202.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel Co. Ltd. hijiex beħsiebha tintroduci servizz express ta' karozzi tal-linja bejn ic- Cirkewwa u l-Belt Valletta, bħalma kienet tipprovdi l-Posta ta' Malta snin ilu?", "Jekk fin-negattiv, għaliex il-Ministeru ma jaħsibx għal soluzzjoni ta' din ix- xorta?", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-Għawdxin li jkunu jistennew fil-Bus Terminus tal- Belt biex jaqbdu l-karozza ta' Għawdex Nru. 45, qed ikollhom jistennew għall-apert, sakemm id-despatcher ifettillu jordna li jitwaħħal in-numru 45 fuq il-karozza?", "Għaliex l-Għawdxin ma jitħallewx jitilgħu fuq il- karozza sakemm isir il-ħin biex jitilqu, bħalma jagħmlu passiġġieri Maltin fuq ir-rotot kollha ta' Malta, meta fl- opinjoni tiegħi din tammonta għall-diskriminazzjoni fil- konfront tagħna l-Għawdxin?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- passiġġieri li jaslu c- Cirkewwa, ħafna drabi qed ikollhom joqogħdu jistennew għal iktar minn nofs siegħa, sakemm tasal il-karozza tal- linja mill-Mellieħa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jsir xi ftehim mal-Gozo Channel, biex malli jitlaq kull trip tal-vapur għac-Cirkewwa, xi ufficcjal tal-kumpannija javża bit- telefon lill-pulizija tac- Cirkewwa kemm ikunu biegħu tickets, biex dan ikun jista' jordna biżżejjed karozzi, biex tiġi evitata tbatija u ġiri żejjed ta' l-Għawdxin biex forsi jilħqu post fil- karozza meta tinzerta tkun hemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Skejjel,Liceo,Rabat,Ghawdex refa,Skejjel,Liceo,Rabat,Ghawdex mifu,Skejjel,Liceo,Rabat,Ghawdex GĦAWDEX: RABAT - KUMPLESS TAL- LIĊEO TAS-SUBIEN", "10203.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Qabel inħatru l-aħħar żewġ kapijiet tal-kumpless tal-Liceo tas-Subien tar-Rabat, Għawdex, id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni sab ħafna diffikultajiet biex isib kapijiet li kienu lesti li jmexxu dan il-kumpless.", "Dan ġara minħabba l-fatt li dan il- kumpless hu magħmul minn tlett skejjel, li huma s-Sekondarja, il-Junior Lyceum u l- Opportunity Centre.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm li dan il-kumpless jiġi maqsum fi skejjel separati, b'Head għal kull skola, biex ma terġax tirrepeti ruħha din is-sitwazzjoni fi żmien sena oħra, meta l-Kap li hemm bħalissa, irtira bl-eta'?", "Kien hemm l-istess problemi fl-iskola De Soldanis, Għawdex, qabel inħatret il-Kap li hemm illum.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li din l- iskola tinqasam ukoll fi skejjel separati jiġifieri, f'Sekondarja u Junior Lyceum, b'head għal kull skola?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dawn il-kumplessi baqgħu jaqgħu taħt head wieħed, meta l-awtoritajiet Edukattivi jafu sewwa d- diffikultajiet kbar li wieħed jiltaqa' magħhom f'kumplessi ta' din ix-xorta meta facilment dawn il-kumplessi jistgħu jinqasmu fi skejjel separati, u meta f'Malta kumplessi bħal dawn ma' jeżistux?", "X'inhi r-raġuni li meta l- Ministru għal Għawdex stess qal espressament li l-iskola primarja tar-Rabat, Għawdex, se tinqasam, baqa' ma' sar xejn?", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li din l-iskola tinqasam fi skejjel A u B bħal skejjel kbar f'Malta, meta fil- fatt din l-iskola hi tant żgħira għall-popolazzjoni li hemm, li parti minnha infirdet mill-iskola tal- Vajringa u ġiet allokata fil-kumpless tal- Girls' Secondary/J.L. Għawdex?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Hemm ħafna x'jingħad favur u kontra li dawn l- iskejjel ikollhom kap wieħed, jew jinqatgħu f'entitajiet għalihom.", "Il-materja qed tiġi studjata sewwa biex tittieħed deċiżjoni tajba.", "Naf li fil-każ ta' Għawdex, wieħed irid jikkonsidra dejjem il-problemi b'mod speċjali, għaliex is-soluzzjonijiet ta' Malta mhumiex dejjem applikabbli.", "Power Station,Delimara sans,Power Station,Delimara falm,Power Station,Delimara DELIMARA - POWER STATION", "10209.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9606?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hu mahsub li t-Tender ghax-xiri tal-cables tal- 132KV mill-Marsa ghan-naha ta' Fuq ta' Malta johrog aktar tard din is-sena stess.", "L-istimi ghadhom ma gewx finalizzati ghax ghad ma gewx stabbiliti r-rotta u dettalji ohra.Enemalta,Konferenza sans,Enemalta,Konferenza falm,Enemalta,Konferenza ENEMALTA - KONFERENZA", "10210.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Nirreferi għall- mistoqsija parlamentari numru 9787 fejn intqal li r- rappreżentant tad-ditta li ssupplixxiet il-132KV Cable kien preżenti għall-konferenza ta' l-aħbarijiet li nżammet minn Enemalta sabiex jekk ikun hemm bżonn jirrispondi għal xi dettalji teknici.", "Jista' għalhekk il-Ministru jgħid meta saru qabel konferenzi ta' l- aħbarijiet minn Enemalta u ntużat din il- procedura mas-supplier?", "Jikkonferma l-Ministru li:", "1) F'Enemalta hemm nies kompetenti biżżejjed inklużi konsulenti Maltin li kienu kapaci jirrispondu dawn id- dettalji teknici; u", "2) Li wara li ġiet awarded it-tender l-interess ta' Enemalta jibqa' biss li jsir xogħol skond it-tender qabel jiġi accettat minn Enemalta u għalhekk ma kelliex għalfejn issejjaħ din il-konferenza ta' l-aħbarijiet bl- inklużjoni ta' rappreżentant tad-ditta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id- decizjoni msemmija mill-Onor.", "Interpellant ittiehdet mill- amministrazzjoni tal- Korporazzjoni Enemalta li ghandha l- liberta' ta' azzjoni sakemm tibqa' fil-parametri tal-politika tal-Gvern.", "M'ghandi xejn x'inzid mat- twegiba li tajt ghall- mistoqsija parlamentari numru 9787 (Seduta 130).", "Air Malta,Celebrazzjonijiet sans,Air Malta,Celebrazzjonijiet bong,Air Malta,Celebrazzjonijiet AIR MALTA - ĊELEBRAZZJONIJIET", "10211.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 10067 dwar l-ispiża li saret għac-celebrazzjonijiet ta' l-20 Anniversarju mill-Air Malta.", "Filwaqt li kulħadd jifhem l-iskop li saru dawn ic- celebrazzjonijiet iżda xorta għadha tingħata informazzjoni ta kemm saru spejjeż għal din l-okkażjoni biss meta din il- kumpannija hija tal-Gvern u l- poplu Malti kollu.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex imdaħħal f'xi stadju sabiex ikun jaf kemm intnefqu flus?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Kif diga' ghidt fit-twegiba tieghi ghad- domanda Numru 10067, l-ispejjeż konnessi mac- celebrazzjonijiet ta' l-20 Anniversarju ta' l-Air Malta inzammu f'limitu ragjonevoli u ghalhekk ma jidhirlix li hu l- kaz li nidhol fi kwestjoni dwar spejjeż - ta' \"advertising\" aktar milli hag'ohra - li huma parti integrali mill- attivitajiet ta' kumpanija kummercjali bhalma hi l-Air Malta.", "Nahseb li minn dak li deher fil-gazzetti, l- interpellant ghandu jkun \"au courant\" tal-fatt illi hafna mill-ispejjeż kienu sponsorizzati.", "Pulizija,Membri,PC 8 nict,Pulizija,Membri,PC 8 gall,Pulizija,Membri,PC 8 PULIZIJA - MEMBRI - PC 8", "10213.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li PC 8 qiegħed jagħmel ix- xogħol normali tiegħu fil- Pulizija, imbagħad jagħmel l- overtime fil-Ħabs ta' Kordin bejn it-8.00 p.m. u s-7.00 - 8.00 a.m., u jerġa' jmur jaħdem normali matul il-ġurnata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jidher car li din hija informazzjoni ohra skorretta dwar li qed jigri fil-Habs.", "Ninsab informat li ma jirrizultax li PC 8 hadem fil-Habs fil- hinijiet indikati.", "Gnus Maghquda,Kunsill tas-Sigurta' bril,Gnus Maghquda,Kunsill tas-Sigurta' demg,Gnus Maghquda,Kunsill tas-Sigurta' ĠNUS MAQGĦUDA - KUNSILLI TAS- SIGURTA'", "10226.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Il-Gvern Malti sodisfatt jekk il-kondizzjonijiet li wasslu għall- impożizzjoni tal-blockade ekonomiku tal-Kunsill tas- Sigurta' fuq l-Iraq għadhomx relevanti u/jew applikabbli jew le?", "X'interpretazzjoni jagħti l- Gvern Malti lir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas- Sigurta' 687 dwar din l-issue fic- cirkostanzi li qed jipprevalu bħalissa b'referenza partikolari għall-Paragrafu 22 ta' l-istess riżoluzzjoni?", "Il-Gvern Malti kellu xi kuntatti ma' pajjiżi membri tal-Kunsill tas- Sigurta' tal-GM dwar din l-issue kif ukoll dwar dak il-provvediment tar- riżoluzzjoni 687 li jorbot id- diżarm ta' l-armamenti avvanzati mill-Iraq mal-ħolqien ta' zona ħielsa mill-armamenti qawwija (ta' mass destruction) fil-Lvant Nofsani?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Għall- ewwel parti tad-domanda, nixtieq ngħid li ma naħsibx li din hi kwestjoni ta' sodisfazzjoni jew le.", "Fl-aħħar laqgħa tiegħu (29 ta' Marzu, 1993) Kunsill tas-Sigurezza tan- Nazzjonijiet Uniti wara serje ta' konsultazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni fl- Iraq, ikkonkluda li ma kienx hemm qbil li l-kondizzjonijiet neċessarji jeżistu għall- modifika tal-miżuri (regimes) meħuda fil-provvendiment tar- riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza 687 (1991) u 700 (1991).", "Dwar it-tieni parti tad- domanda nixtieq ngħid li ħaġa perikoluża li wieħed jipprova jagħti nterpretazzjoni għall- provvedimenti tar- riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurezza.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, l- Iraq għadu ma mplementax l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu rtirati s- sanzjonijiet imposti kontrih mill-Kunsill tas-Sigurezza.", "Il-Gvern Malti jżomm kuntatt kontinwu ma' pajjiżi membri tal-Kunsill tas- Sigurezza speċjalment f'dak li jikkon- ċerna żviluppi dwar il- provvedimenti tar-riżoluzz- jonijiet addottati nklużi dawk li jirreferu għat-twaqqif ta' żona mingħajr armi nukleari fir-reġjun tal-Lvant Nofsani.", "Fil-fatt l-appoġġ li jagħti l- Gvern Malti għall-implementazz- joni tal- provvedimenti tar- riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza kif ukoll ta' l- Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti huwa appoġġ għall-inizjattivi li jistgħu jwasslu għall-paċi u s-sliem mhux biss fl-Iraq imma f'pajjiżi u reġjuni oħra fejn hemm taqlib.", "Diving Instructors bril,Diving Instructors gall,Diving Instructors DIVING INSTRUCTORS", "10227.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari ta' l-4 ta' Mejju, 1993 dwar licenzji ta' diving instructors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'Malta u f'Ghawdex hawn dawn il- postijiet licenzjati kif se nghid:", "Isem ta' Post Isem fuq min l-istabbilimenti hu liċenzjat", "Croydon M'Scala Raymond Ciancio Dive System Qui-si-sana L. Sciberras Cresta Quale St Georges Bay A. Galea Colston Rabat M. Upton Magro Mgarr Rd.", "Xewkija (Gozo) J. Magro Garage, St Simon Str., Xlendi (Gozo) M. Busuttil Clypso Hotel M'Forn (Gozo) J. Portelli Comino Hotel Kemmuna A. Lautier Malta Aqua St Paul's Bay A. Upton Melavan Divers (Sea Bank Hotel) Mellieha M. Galea Joseph Cremona St Paul's Bay J. Cremona Paradise Bay Hotel Mellieha F. Fenech Jerma Palace Hotel M'Scala H. Tahroami Dragonara Hotel St Julians V. Milton", "L-ahhar tnejn huma licenzjati f'isem barranin.", "Segretarjat ghat-Turizmu,Proposti tal-FELTOM bril,Segretarjat ghat-Turizmu,Proposti tal-FELTOM bong,Segretarjat ghat-Turizmu,Proposti tal-FELTOM SEGRETARJAT GĦAT-TURIŻMU - PROPOSTI TAL-FELTOM", "10228.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet ir- reazzjoni tas-Segretarjat għat- Turiżmu dwar il-proposti tal- FELTOM għat-twaqqif ta' TRIPARTITE BOARD flimkien mal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex ikun ikkontrollat aħjar is- settur ta' l-istudenti barranin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nixtieq nikkonferma li l- proposta tal- Feltom giet diskussa wkoll ma' l-Onor.", "Habib tieghi s-Segretarju Parlamentari ghat-Turizmu li jaqbel li ghandu jitwaqqaf bord kif propost.", "Sptarijiet,Specjalisti farm,Sptarijiet,Specjalisti gall,Sptarijiet,Specjalisti SPTARIJIET - SPEĊJALISTI", "10229.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u min huma l- ispecjalisti fl-isptarijiet tal-Gvern li mill-1 ta' Jannar, 1993 sa Settembru, 1993 jispiccalhom il-kuntratt mal-Gvern?", "X'għamel il-Gvern biex dawn jkomplu jagħtu servizz lill- poplu Malti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' specjalisti fl-isptarijiet tal-Gvern li mill-1 ta' Jannar 1993 sa Settembru 1993 se jispiccalhom l-kuntratt huwa tnejn.", "Dwar wiehed minnhom diga' harget sejha ghall- applikazzjonijiet mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li ghaliha seta' japplika.", "Dwar it-tieni wiehed is-sejha ta' l-applikazzjonijiet qed tigi pprocessata.", "Biex il-poplu Malti ma jitlifx is- servizz ta' specjalisti fl- oqsma koncernati d-Dipartiment joffri li jzommhom fis-servizz fuq bazi 'day to day' sakemm tigi finalizzata l-procedura tas-sejha ta' l-applikazzjonijiet.", "Permessi ghall-bini bril,Permessi ghall-bini bong,Permessi ghall-bini PERMESSI GĦALL-BINI", "10231.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jgħid kienx hemm xi tibdil ta' policy dwar ħruġ ta' permessi għall-bini ta' lukandi ġodda Five star?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l- policy rigward il-bini ta' lukandi ghadha l-istess kif spjegata mis- Segretarju Parlamentari ghat-Turizmu f'din il-Kamra waqt li kien qed iwiegeb ghal kummenti tal-Onor.", "Interpellant fid-dibattitu dwar l-Estimi ta' dan il-Ministeru.", "Partit Laburista,Talba ghal servizz ta' elettriku manc,Partit Laburista,Talba ghal servizz ta' elettriku falm,Partit Laburista,Talba ghal servizz ta' elettriku PARTIT LABURISTA - TALBA GĦAL SERVIZZ TA' ELETTRIKU", "10233.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jordna illi t-talba magħmula mill-Partit Laburista lill- Enemalta u li ġiet accettata (File No. MEB 130/55/1/70) tiġi fil-fatt implimentata u servizz meħtieġ jitqiegħed fil-post?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Twegiba tinghata f'seduta ohra.", "Zejtun/Marsaxlokk,Dawl fit-toroq psaj,Zejtun/Marsaxlokk,Dawl fit-toroq falmZejtun/Marsaxlokk,Dawl fit-toroq ŻEJTUN/MARSAXLOKK - DAWL", "10243.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l- Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb ta':-", "1) Bozoz maqtugħa ħdejn \"Padruna Tagħna\", New Str off Xerriek Rd, Marsaxlokk;", "u \"Fatima\", Triq Sant'Antnin, Marsaxlokk?", "2) Wires ta' l-elettriku mikxufin fuq 21 St. Angelo Str, Żejtun; u", "3) Bozza ġdida ħdejn Morning Dew, New Street in Bugħarbiel Rd, Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tara x'tista' taghmel dwar l- ilmenti ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Zejtun,Dawl fit-toroq psaj,Zejtun,Dawl fit-toroq falm,Zejtun,Dawl fit-toroq ŻEJTUN: TRIQ IL-KOTOB - DAWL", "10244.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l- Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb is-sistema ta' l-istreet lighting fi Triq il-Kotob, Żejtun li ilha tiġi rrapportata minn qabel il- Milied u li wkoll saru interpellanzi oħra fuqu?", "Hemm wire imkebbeb fejn jista' jintlaħaq, li għalkemm il- ħaddiema jgħidu li mhux \"live\" xorta waħda ġie mdawwar bit- tape għal li jista' jkun, u li minħabba f'dan jidher li xi lampi mhumiex qegħdin jixegħlu.", "Għalkemm il-ħaddiema tal- Korporazzjoni ġew kemm-il darba, s-sitwazzjoni baqgħet li kienet.", "Tant hu hekk li l- cover ta' waħda mill-fanali ilu xhur sħaħ għand waħda mir- residenti tistenna li jsir follow-up.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-kaz imsemmi mill-Onor.", "Interpellant qed jigi mistharreg.", "Twegiba tinghata f'xi seduta ohra."]} {"filename": "19940427_257d_par.doc", "date": "1994-04-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 257 L-Erbgħa, 27 ta' April, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 257", "L-Erbgħa, 27 ta' April, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.13 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 257", "L-Erbgħa, 27 ta' April, 1994", "WERREJ", "MINUTI 880", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 880", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 884", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "INCOME TAX (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari 885", "AĠĠORNAMENT 906", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 912", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 256 li saret fis-26 ta' April, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ RADDET IR-ROTI", "17366.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Għaliex filwaqt li ħafna residenti jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet tat-toroq dawn jibqgħu fi stat abbandunat, bħal fil- każ ta' Triq Raddet ir-Roti f'San Pawl il-Baħar?", "Jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jara li ssir il-manutenzjoni li hemm bżonn f'din it-triq?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Tlabt lid- Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "RABAT - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "17367.", "L-ONOR.", "JOR MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu x- xogħlijiet tar-relieve valve tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta?", "Billi kulma jmur il-problemi tad-drenaġġ fir-Rabat qed jinħolqu regolarment, jista' l-Ministru jara li ma jkomplux jittratjenu biex iwettqu dan il-programm ta' xogħlijiet hekk meħtieġa sabiex tiġi rimedjata l- problema tad-drenaġġ fir-Rabat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-proġett tar-relief main tar-Rabat qed jiġi disinjat bħalissa.", "Il-proġett tar-Rabat hu proġett estensiv li aktarx jibda minn Vjal il- Ħelsien, idur minn fejn l-Imtarfa u jispiċċa bejn ir-Rabat u Ta' Qali, u ċertament se tkun ta' spiża mhux żgħira.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Riċentement f'gazzetta lokali kien hemm referenza għal din is-sistema tad-drainage u kien hemm referenza wkoll għax-Xgħajra ta' Ħaż-Żabbar.", "Kien qed jiġri li minn Triq Dwardu Ellul kien qed joħroġ gelgul ta' drainage - dan kemm-il darba ġie rapportat - għax mid-dehra hemm xi ħadd li qed jarmi l-iskart ta' l-annimali fih u għalhekk kien qed jinstadd.", "Kienu ttieħdu passi, pero' reġa' beda jinstadd u reġa' beda jfur għal ġot-triq.", "Jista' l-Ministru jindaga sew u jara li jittieħdu passi bis- serjeta' u li min qed jabbuża ma jkomplix jabbuża biex għallinqas ma jkunx hemm din il-konsegwenza, speċjalment issa li se jasal is-sajf?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, wara li deher dak l-artiklu, kienu ttieħdu passi immedjatament.", "Jiena nerġa' ninvestiga u nara x'inhi s-sitwazzjoni attwali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Niskuża ruħi jekk se nirrepeti, pero' fix-Xgħajra li qed jiġri hu li l-bowsers li jbattlu s-cesspits minflok jinżlu jbattlu fil- parti t'isfel, li hija viċin fejn jiġi mħallat, qed imorru jbattlu f'ta' fuq b'riżultat li qed joħolqu diżastru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Rigward dak li qed jgħid l-Onor.", "Sant saret referenza l-bieraħ u l-materja qed tiġi investigata.", "Pero' jidher li hemm bżonn li l-parti t'isfel tat-triq ...", "(Interruzzjonijiet) Imma hemm il-complaint min-naħa tas-sewwieqa tal-bowsers li jridu li nwittulhom in-naħa t'isfel tat-triq u din qed ninvestigawh ukoll.", "RABAT - HOS \"TAT-TORRI\"", "17368.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jirriżulta li skond il-pjanta oriġinali, it-triq għad-daħla fil-HOS Tat-Torri, Rabat, kellha tiġi quddiem Dingli Road, cioe' fil-parti ta' Dingli Road ma' Triq Ħal Tartarni.", "Għaliex allura din it-triq għad-daħla għal HOS Tat-Torri, Rabat, saret f'parti oħra bil-konsegwenza li nħoloq periklu kbir kemm għar-residenti u kemm għas-sistema tat-traffiku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Interpellanza ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet innotata.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TISWIJA TA' TRIQ IL-MISTRIEĦ", "17369.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħmel il-manutenzjonijiet meħtieġa fi Triq il-Mistrieħ, f'San Pawl il- Baħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar manutenzjoni ta' Triq il- Mistrieħ f'San Pawl il-Baħar.", "Sadanittant l-istess Dipartiment se jikkordina dwar akkumuli ta' skart li hemm f'partijiet mhux żviluppati fl-istess triq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jien naf li l-Ministru għadu kemm jidħol f'dan id- dipartiment, pero' rrid ngħid li l-patching up tat-toroq li kien qed isir bl-asfalt u biż-żrar kien qed joħloq problema kbira.", "Issa qed jagħmlu l- cold asphalt, pero' x-xogħol mhux qed isir sewwa.", "Fejn noqgħod jien hemm parti li nqalgħet tmien darbiet f'xahar u kull darba jiġu jirranġawha.", "Dan ifisser li l-periklu fit-toroq baqa' l-istess u għal dak li huwa labour u materjal użat morna agħar.", "L-unika ħaġa li naqqasna hija l-inkonvenjenza tat-trab.", "Huwa importanti li meta ssir xi ħaġa, issir bis-serjeta' biex għallinqas inkunu solvejna waħda mill-problemi u mhux ngħaddu dawn il- problemi lill-kunsilli lokali meta din il-problema qatt ma ġiet solvuta mill-ħafna technicians u inġiniera li għandu d-Dipartiment.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Meta qed ngħidu li dawn l-affarijiet se jgħaddu f'idejn il-kunsilli lokali nkunu qed nirreferu għall-manutenzjoni tat-toroq li mill-1 ta' Jannar se tkun parti mir-responsabilita' tal- kunsilli lokali u ninkoraġġuhom jużaw il-kuntratt mad-Dipartiment tad- Distretti biex isir ix-xogħol.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-cold asphalt huwa aħjar mis-sistema preċedenti.", "B'kumbinazzjoni dalgħodu tkellimt fuq dan is-suġġett ma' l-uffiċjali f'dan id-Dipartiment rigward is-sistema preċiża li tintuża biex il-cold asphalt jingħata aħjar u nemmen li s-sistema tista' tkompli titjieb.", "SKEJJEL TAS-SNAJJA'", "17405.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi f'mistoqsija parlamentari numru 16981, seduta 248, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ma nformax lill-Kamra x'inhuma l-bżonnijiet futuri fil-qasam edukattiv fl- Imtarfa, jista' għaldaqstant jara li jipprovdi d-dettal ta' dawn l- iżviluppi biex il-Kamra tkun informata bir-rakkommandazzjoni/ arranġamenti li saru bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Awtorita' tad-Djar biex jitwettqu dawn il-bżonnijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-għadd ta' tfal li jattendu l-iskola tas-snajja' tal-bniet fl- Imtarfa hu mistenni jiżdied f'Settembru ta' l-1995.", "Dwar arranġamenti oħra rigward bżonnijiet fl-Imtarfa fil-qasam edukattiv, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha l-intenzjoni li fil-futur ikun hemm kindergarten f'din il-lokalita'.", "DROGA - PERSUNI LI DDAĦĦLU L-ISPTAR B'OVERDOSE", "17406.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16783 dwar persuni li daħlu l-isptar b'overdose?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Ninsab informat li n-numru ta' pazjenti li ddaħħlu fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza konsegwenza ta' overdose u alkoħol matul dawn l-aħħar ħames snin kienu:", "1989", "112 li minnhom ħamsa kienu taħt is-16-il sena; dawn ta' l-aħħar kienu ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: B'Kara, Sliema u Paola.", "1990", "97 li minnhom wieħed kien taħt is-16-il sena u kien minn Ħal Għaxaq", "1991", "103 li tmienja kienu taħt is-16-il sena u kienu minn dawn il-lokalitajiet: B'Kara, Żebbuġ, Cospicua, Sliema u Senglea.", "1992", "139 li minnhom sitta kienu taħt is-16-il sena u ġew minn dawn il- lokalitajiet: Msida, Żabbar, Ħamrun, M'Scala u Żejtun.", "1993", "144 li minnhom sitta kienu taħt is-16-il sena u ġew minn dawn il- lokalitajiet: Sliema, Msida, Żejtun, Cospicua, Valletta u Gżira.", "Sa l-1 ta' April 1994 daħlu total ta' 31 li minnhom tlieta huma taħt is- 16-il sena u jiġu minn Kirkop, Żabbar u Attard.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lino Spiteri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Bla riflessjoni fuq id-dettalji li ta l-Ministru - ġie mistoqsi u huwa wieġeb - jikkonsidra li meta jkun hemm mistoqsijiet bħal dawn - din hija opinjoni kompletament personali tiegħi - m'għandhomx jingħataw ċerti dettalji?", "GĦax meta tgħid li kien hemm każ wieħed li kien minn raħal \"X\" awtomatikament qed jiġi identifkat min huwa; meta tgħid li hemm sitt każijiet minn tliet irħula, awtomatikament qed jiġi identifikat min huma.", "Biżżejjed il-familja li tkun ikollha l-uġiegħ li dan ġara lil xi ħadd għażiż tagħha, mingħajr ma aħna f'din il-Kamra jkollna din l- informazzjoni li ma nafx kif nużawha.", "Ladarba l-informazzjoni ngħatat - bla referenza għal xi post partikolari - jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin jittieħdu xi miżuri speċjali biex mhux biss tiġi kumbattuta din il-pjaga tant kerha f'pajjiżna, imma tkun kumbattuta partikolarment fil-livelll fejn jidher li qed tigdem sewwa, jiġifieri fil-livell taż-żgħażagħ?", "Ma naħsibx li hija koinċidenza li qed ikun hemm każijiet identifikati ta' żgħażagħ taħt is-16-il sena.", "Dan ifisser li hemmhekk il-firxa qed tikber anke jekk fl-istatistika li ta l- Ministru qisu hemm declining trend.", "F'sena minnhom, jekk fhimtu sewwa, kien hemm xi 116 u dawn huma l-każijiet identifikati.", "Jista' l-Ministru jagħti lil din il-Kamra xi ħjiel ta' xi attivita' speċjali li qed jikkonsidra, u jekk hux qed tiġi kkonsidrata xi offensiva kontra din il- pjaga li qed tiġi konsidrata, għallinqas partikolarment f'dak il-livell fejn l-ispaċċaturi jidhru li qegħdin jimxu bil-policy \"catch them young\"?", "Jikkonsidra l-Ministru li għandha titfassal policy speċifika għal dan l- għan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett, nixtieq ngħid li napprezza l-ewwel kumment li għamel l-Onor.", "Membru - li huwa kumment li tajjeb li l-Membri kollha tal-Kamra iqisu l-validita' tiegħu, sew meta nirrispondu l- mistoqsijiet, sew meta nagħmlu diskorsi, kif ukoll meta jsiru l- mistoqsijiet.", "Rigward dan il-qasam nixtieq ngħid li l-Gvern issa qiegħed impenjat tajjeb biex joħloq l-istrutturi ġodda f'dan il-qasam.", "Aħna għamilna numru ta' snin naħdmu bi strutturi li nħolqu ad hoc f'ċerti ċirkostanzi.", "Il-problematika tad-droga hija problema li tiżviluppa minn sena għall-oħra u li tbiddel il-karatteristiċi tagħha minn żmien għal żmien.", "Allura wieħed ma jistax iserraħ rasu li għax ikollu ċerti strutturi in place li qed joffru ċerti servizzi, b'daqshekk il-problema qed tiġi tackled.", "Aħna s-sena l-oħra nidejna eżerċizzju fil-fond, fil-fehma tiegħi, ta' evalwazzjoni ta' dawn l-istrutturi u servizzi.", "Ir-rapport sar bil- kollaborazzjoni ta' persuni ġejjin mit-tliet oqsma prinċipali, biex ngħid hekk, jiġifieri l-Gvern, il-Knisja u l-Oppożizzjoni, taħt iċ-chairmanship tal-maġistrat Meli.", "Illum il-ġurnata l-pjanijiet tal-ministeru - biex insejħilhom hekk - issa huma finalizzati u qed jiġu kkonsidrati mill- Kabinett.", "Dawn jinkludu proposti dwar rikompożizzjoni tal-kummissjoni li tittratta din il-problema, dwar korp eżekuttiv li jista' jkun iktar flessibbli, li jista' jagħti servizz iktar immedjat u dwar ir-rabta bejn il- problema tad-droga u l-problema ta' l-alcohol.", "Għax mis-surveys kollha li saru, inkluż dak tal-Caritas, il-problema ta' l-alcohol tidher li hija problema li tigdem, hija problema ta' ċerta entita'.", "Diversi drabi naqraw f'posters u fl-ewwel faċċata tal-ġurnali dwar każi ta' mwiet b'overdose tad- drogi, pero' ma naqraw qatt dwar in-numru ta' każijiet, li m'huwiex żgħir, ta' żgħażagħ u persuni f'eta' pjuttost żgħira li jkunu mietu proprju b'konsegwenza diretta ta' l-alkoħoliżmu, li għandu effett ta' ħsara fuq is- saħħa tal-bniedem daqs id-droga.", "Allura hemm din it-tip ta' rabta bejn iż- żewġ problemi.", "Kif forsi l-Membri tal-Kamra nnotaw, diġa' dehru avviżi fil- gazzetti għal reklutaġġ ta' ċertu personnel biex inkunu nistgħu mhux biss nagħtu s-support meħtieġ lil din il-kummissjoni, mhux biss inkunu nistgħu nħaddmu dan il-korp eżekuttiv aħjar, mhux biss inkunu nistgħu namministraw l-Isptar Santa Marija u l-faċilitajiet l-oħrajn, bħad-Dar ta' Gubbio, il- faċilitajiet li ngħataw fl-Isptar San Luqa, id-Detox ġewwa GĦawdex u l- Isptar Monte Carmeli b'mod ħafna iktar professjonali, imma nkunu nistgħu anke nħaddmu strateġija ta' prevenzjoni tajba.", "Naħseb li l-Membri jinnotaw li proprju ħmistax ilu kellna f'pajjiżna espert mill-Belġju, Ernst Servais, li kien qiegħed jagħmel sensiela ta' seminars, l-ewwel ma' grupp ta' għalliema, imbagħad ma' grupp ta' għaqdiet volontarji, proprju bl- iskop li għalih irrefera l-Onor.", "Spiteri.", "Is-seminars kienu dwar kif għandna nħaddmu strateġija ta' prevenzjoni mhux tant fuq il-livell nazzjonali, daqskemm fl-għeruq tas-soċjeta' tagħna - fl-iskejjel - biex verament inkunu qed nittrattaw ma' uliedna f'dak il-mument, kif ukoll fil- lokalitajiet tagħna.", "GĦalhekk kien hemm ukoll il-preżenza ta' l-għaqdiet volontarji.", "Jien naħseb li l-miżuri li qed nimplimentaw f'dan l-istadju huma miżuri li jħallu riżultati tajbin.", "Nittama wkoll li l-liġi li għaddejna din is-sena mill-Parlament, it-tisħiħ li qed ikun hemm fin- National Drugs Intelligence Unit kif ukoll fil-Pulizija, jgħinu wkoll biex min-naħa l-waħda l-problema tat-traffikar inkunu qed nittrattawha b'mod iktar effettiv u min-naħa l-oħra jkollna f'posthom servizzi iktar effettivi, sew ta' strateġija ta' prevenzjoni kif ukoll ta' trattament u ta' kura.", "SPTAR SAN LUQA - APPARAT GĦAD-DIPARTIMENT TA' L-ENT", "17428.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa f'dawn l- aħħar snin kellux diskussjonijiet ma' organizzazzjoni magħrufa bħala \"The World Lab\" fuq għotja ta' flus għal xiri ta' apparat/strumenti għad- Dipartiment ta' l-ENT fl-isptar San Luqa?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienu r- riżultati ta' dawn id-diskussjonijiet?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li d- delegazzjoni Maltija mill-istess dipartiment li żaret Napli dan l-aħħar kienet konnessa ma' l-istess diskussjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kollaborazzjoni bejn Malta u l-International Centre of Scientific Culture - World Laboratory (magħrufa bħala ICSC - World Lab) bdiet fl-1987.", "Bħala riżultat kien ingħata bidu għall-proġett fuq il-prevenzjoni u l- kura tan-nuqqas ta' smigħ f'Malta.", "Id-Diviżjoni tas-Saħħa kienet ingħatat equipment kif ukoll faċilitajiet ta' taħriġ barra minn Malta fil-qasam ta' l-Awdjoloġija.", "Dan il-proġett kien taħt il-kordinazzjoni ta' l-Universita ta' Napli.", "L-apparat baqa' jintuża fil-Klinika ta' l-ENT Out-Patient fl- Isptar San Luqa.", "Nikkonferma li nies tekniċi Maltin marru Napli f'Marzu li għadda bil-għan li jiġu diskussi fażijiet ulterjuri f'dan il-proġett.", "Ninsab informat li l-Gvern Malti u l-ICSC - World Lab iffirmaw ftehim li jpoġġi l-kollaborazzjoni ma' din l-organizzazjoni non-governattiva internazzjonali fuq bażi aktar soda.", "MR SPEAKER: Grazzi il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 47 ta' l-1994 - Avviż ta' l-Istralċ ta' Bailey (Malta) Limited; u", "Avviż Legali Nru 49 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 dwar l- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Breakdown tal-waiting list għal diversi investigazzjonijiet fid- Dipartiment ta' l-X-Rays fl-isptar San Luqa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 17430;", "Rapport dwar it-titjib li sar fil-Ħabs Ċivili f'dawn l-aħħar seba' snin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 17520; u", "Avviż Legali Nru 48 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 li jemendaw ir- Regolamenti biex jinżamm l-Ordni Pubbliku fil-Grounds ta' l-Isports.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-lokalita' u n-numru ta' ATM's, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 17524.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "INCOME TAX (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' April, 1994.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Sant huwa in possession of the House.", "Onor. Sant, qabel ma tkompli, għandek bżonn extension peress li skadielek il-ħin.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Sant ikompli bid-diskors tiegħu.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzja lill-Ministru, lill-Onor.", "Spiteri u lill-Kamra tal-ġentilezza tagħhom talli estendewli l-ħin.", "Sur President, il-bieraħ fid-diskors tiegħi pprovajt niżviluppa x'hemm wara l-ħsebijiet tal-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif irid li jkollna struttura ta' tassazzjoni f'dan il-pajjiż, x'inhuma l-linji li qed jiġbed il-Gvern u x'inhuma l-linji li ġibed f'dawn l-aħħar snin.", "Wara dan kollu, jien ma bqajtx nitkellem fuq hekk, biex norbot l-istruttura ta' taxxa u ta' tassazzjoni li żviluppat f'dawn l-aħħar snin ma' normi u ma' esperjenzi f'pajjiżi oħra li jistgħu jservu ta' referenza għal dak li qed jiġri f'pajjiżna; u nqabblu wkoll il-qafas tat-taxxa u l-piż ta' taxxi - diretti jew indiretti - f'pajjiżna ma' dawk ta' pajjiżi oħra.", "Irridu nqabblu wkoll il-piż tad-dħul tal-Gvern fl-ekonomija ta' pajjiżna mal-piż tad-dħul tal- Gvern f'pajjiżi differenti.", "Wara dan xtaqt nitkellem ftit - nixtieq li issa nkompli fuq dan is-suġġett - dwar il-mod kif l-ispiża tal-Gvern iġġib magħha l-ħtieġa tat-taxxi.", "Matul l-aħħar snin din f'pajjiżna żviluppat b'mod tajjeb taħt l-akkuża ta' tmexxija bla galbu u esposta għal ħela kbir u tberbiq ta' flus.", "Wieħed mill-punti li l-bieraħ ipprovajt nagħfas fuqu kien il-fatt li l-istatistika turi li matul l-aħħar snin kien hemm ċaqliqa fil-piż tat-taxxi, minn taxxi diretti lejn it-taxxi indiretti.", "Dan ifisser li konsistentement jidher ċar li l-piż relattiv l-Gvern qed jistruttura u jimponi matul is-snin kellu nifs li wassal biex il-piż tat- taxxi indiretti jiżdied filwawqt li jionqos il-piż relattiv tat-taxxi diretti.", "Din hi ħaġa li nistgħu norbtuha ma' ċerti proposti li qed jipproponi l-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi ġodda li jrid idaħħal.", "Punt ieħor li pprovajt insemmi l-bieraħ hu li l-Gvern jinsab maqbud f'sistema fejn minn sena għal sena qed jonfoq ħafna.", "Il-bieraħ urejt li hemm ċerti items ta' spiża rikorrenti li fuqha matul is-snin il-Gvern wera li m'għandux kontroll jew galbu.", "Wara li tkellimna fuq dan is-suġġett, għaddejt biex nikkummenta fuq il-proġetti ta' spiża kapitali li l-Gvern ippropona ħafna minnhom matul is-snin.", "Il-Gvern nefaq ħafna fuq dawn il- proġetti.", "GĦalhekk il-problema tal-flus toħroġ b'mod iktar lampanti, għax wieħed jista' jitlob, kif se nitlob jien ...", "Il-proġetti ta' nefqa kapitali li tressqu matul l-aħħar seba' snin kienu bla ebda pjan u bla ebda ħsieb, u fil-mod kif tnedew, tmexxew u ġew esegwiti kien hemm nuqqas irresponsabbli ta' kontroll.", "Il-bieraħ semmejt ukoll il-bini tat-terminal ta' l-ajruport fejn jidher ċar li kien hemm tberbiq ta' miljuni fil-mod kif tmexxa l-proġett.", "Hemm tipi differenti ta' kif wieħed jista' jevalwa n-nuqqas ta' galbu li qed idaħħal il-Gvern fit-tmexxija ta' l-ispiża kapitali.", "Illum se nkompli nitkellem ftit fuq dak li bdejt insemmi l-bieraħ, jiġifieri n-nuqqas ta' galbu fil-mod kif il-Gvern jartikola l-proġetti kapitali li hawn.", "Dan iwassal għal spiża li ma tkunx ġustifikata għax tkun spiża żejda.", "L-ewwel tip ta' nuqqas ta' galbu huwa preċiżament fit-tip ta' sistema li biha l-Gvern jasal biex jagħmel overspending f'dak li jkun qed jipproponi.", "Il-Gvern l-ewwel jipproponi li se jonfoq daqstant, imbagħad effettivament jispiċċa jonfoq iktar; jew għax m'hemmx responsabilita' fit-tmexxija, bħalma ġara fil-każ tal-Korp ta' l-Awżiljarji li kien responsabbli għalih l- Onor. Louis Galea, jew fil-każ li semmejna l-bieraħ tal-bini tat-terminal ta' l-ajruport fejn kien hemm spending lampanti, u dik hi responsabilita' diretta tal-Prim Ministru nnifsu.", "Kien hemm ukoll overspending u nuqqas ta' kontrolli fil-bini tal-Power Station ta' Delimara li dak iż-żmien kien responsabbli għaliha l-Ministru Falzon u s-sotto-Segretarju Ninu Zammit.", "Il-bieraħ konna qed nitkellmu wkoll fuq każ ieħor fejn mhux biss sar overspending, imma l-proġett innifsu jiġi mmuntat mingħajr serjeta' biżżejjed fl-ippjanar tiegħu.", "L-ewwel eżempju li ġibt kien tall-bini mill- ġdid tal-power station ta' Delimara fejn saret għażla ta' teknoloġija u skond din it-teknoloġija l-Gvern kellu jipprovdi għal ċmieni enormi illi kieku l-power station kellha tinbena f'Bengħajsa, kienu se jidħlu fil- flight part ta' ajruplani neżlin fl-ajruport ta' Ħal Luqa.", "Dan wassal biex minflok issir f'Bengħajsa, il-Power Station issir f'Delimara.", "Issa l-Gvern reġa' biddel id-deċiżjoni tiegħu u se jmur għal teknoloġija differenti li tirrikjedi ċmieni inqas għoljin.", "Allura l-Gvern ma kellux għalfejn iħassar Delimara in the first place għax seta' għamilha f'Bengħajsa.", "Imbagħad ġibt l-eżempju ta' l-Imtaħleb.", "Fl-Imtaħleb hemm bini li l-Gvern qal li għandu jiġi konvertit biex fih jinżammu priġunieri żgħażagħ ħalli jkunu jistgħu jirriabilitaw ruħhom waqt li jkunu taħt sistema korrettiva.", "L-argument preċiż kien li fil-ħabs ta' Kordin tant hemm reċidivi u tant hemm nuqqas ta' kontroll serju li żgħażagħ ġodda li jidħlu hemm bħala priġunieri jispiċċaw qishom għaddejjin minn universita' tal-kriminalita', minflok minn post korrettiv.", "Għaldaqstant intgħażel dan il-post fl- Imtaħleb, intnefqu l-belli liri biex jiġi restawrat ħalli priġunieri żgħażagħ li jkunu first offenders jitpoġġew hemmhekk, u mbagħad wara li sar dak ix-xogħol kollu rriżulta diżgwid bejn ministeri differenti - għax il- Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani ried li dan is-servizz ikun responsabilita' tiegħu u l-Ministeru tal-Home Affairs, li hu responsabbli mill-ħabsijiet, ried li dan is-servizz ikun responsabilita' tiegħu wkoll - u baqa' ma sar xejn.", "Skond ma qal il-Ministru Galea f'ġurnal tal-Ħadd li għadda - għax il-Ministru Galea ma jinformax lill-Parlament b'dawn l- affarijiet, imma jinforma lill-ġurnali - jidher li kien hemm settlement bejn il-barunijiet fuq din il-ħaġa.", "Imma hemm punt iktar importanti minn hekk, għax skond kif qed isostnu l-esperti, il-post ta' l-Imtaħleb m'huwiex adattat għat-tip ta' għan li li hu destinat għalih.", "Għalhekk jidher li l- flus li ntnefqu fuq il-post ta' l-Imtaħleb intnefqu fil-vojt għax il-post innifsu m'huwiex adattat għat-tip ta' għan li hu mmarkat għalih.", "Effettivament issa l-flus intnefqu, ix-xogħol kollu waqaf u l-post jinsab vojt, jistenna lil xi ħadd jara x'jagħmel bih.", "Dan kien mod differenti ta' sparpaljar ta' flus għax għalkemm ix-xogħol sar - tajjeb jew ħażin - il- post baqa' ma ġiex utilizzat.", "Sur President, nista' nsemmi proġett ieħor, il-proġett tal-freeport, fejn in-nuqqas ta' ħsieb maniġerjali tal-Gvern dwar kif jinkwadra proġett, wassal biex matul is-snin intnefqu flus sostanzjali fuq il-freeport migħajr ebda kontroll serju.", "Ġara li l-istess kumpannija li tmexxi l-freeport ingħatat l-inkarigu biex il-fondi kapitali li jersqu lejn il-freeport min- naħa tal-Gvern biex isir dan il-proġett ikunu mmexxija minnha, imbagħad hi tieħu commission fuq ix-xogħol li tagħmel.", "Din tidher sistema sabiħa sakemm tħares lejn l-aspett maniġerjali tagħha, imma mbagħad tirealizza kemm sistema bħal din hija crazy.", "Għax l-istess korporazzjoni li qed tirċievi l-flus tal-Gvern biex tkun tista' tħaddimhom fuq spiża kapitali u taparsi hija responsabbli mit-tmexxija tal-freeport il-ġdid, hija responsabbli wkoll mill-infiq ta' din l-ispiża kapitali, li ovvjament ma tirrendix għax hija xi ħaġa kapitali li qed tinbena.", "U din l-unita' tkun tista' tikklejmja li sejra tajjeb jew ħażin skond il-commissions li tkun qed tieħu - kif fil-fatt ġara - fuq l-ippjanar tal-fondi tal-Gvern.", "Jiena ngħid li kumpannija bħal din għandha kull inċentiv, mhux biex tara li l- affarijiet isiru sew, imma biex tara li l-infiq isir - isir kif isir - ħalli tkun tista' tiġbor il-commissions tagħha, li m'humiex żgħar, u b'hekk tkun tista' turi kemm qed tagħmel profitti u kemm sejra tajjeb.", "Dan hu li ġara fil-Freeport u jekk wieħed janalizza - kif għamilt jien - l-accounts tal-Freeport matul dawn l-aħħar sentejn jew tliet snin, jirrealizza li minkejja l-ħafna stqarrijiet tal-Gvern, li permezz tagħhom jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel, fil-fatt intnefqu miljuni kbar fil-freeport, dejjem taħt is-sorvelja ta' kumpannija li l-profitti tagħha kellha ssoffhom mill- commissions li qed tagħmel fuq ix-xogħol kapitali li jsir.", "Anke f'dan il- każ, in-nuqqas ta' sens maniġerjali fil-mod kif isiru u kif jiġu proposti l- affarijiet ċertament li jwassal mhux għal suspetti, imma għal dikjarazzjonijiet u stqarrijiet li matul l-aħħar snin fil-freeport intnefqu l-miljuni b'mod li m'huwiex soġġett għal kontroll serju.", "Mhux billi juruna x'qalu l-awdituri tal-Freeport - u jien ir-rapporti rajthom - u mhux billi joħorġu rapporti dwar kemm intnefqu flus permezz ta' żborżamenti mit-Teżor.", "Il-mistoqsija hija jekk effettivament hemmx value for money fl- implimentazzjoni tax-xogħol covered minn dawn il-fondi.", "M'għandix dubju - u dan jidher anke mill-mod kif wieħed iħares lejn l-affarijiet on the ground - li kien hemm sparpaljar kbir ta' fondi u ma kienx hemm value for money.", "L-istess xogħol li sar bi spejjeż ta' miljuni kbar seta' sar bi spiża ferm inqas.", "Sieħbi l-Onor.", "Salvu Sant qed jgħidli: Min jaf kemm se jintnefqu flus 'il quddiem.", "Jien apposta qed noqgħod attent li nitkellem biss fuq dak li sar.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq fatti u mhux fuq dak li jista' jiġri.", "Hekk ukoll se nagħmel issa x'ħin nitkellem fuq il-proġett ta' l-MSU.", "Jien kont wieħed minn dawk li f'dawn l-aħħar xhur kelli okkażjoni li nikkritika bil-qawwi lill-Management Systems Unit.", "Fil-fatt kien hemm nies li qaluli li qed nikkritikaha żżejjed, iżda jien ma naqbilx.", "Naf li hemm ċerti affarijiet li l-MSU għamlet b'ċertu galbu, per eżempju fil-mod kif ittrattat ma' ċerti studenti universitarji s-sajf li għadda meta dawn marru hemmhekk bħala studenti ħaddiema.", "Naf li ttrattawhom tajjeb u l-istudenti ħarġu mpressjonati.", "Imma ma naħsibx li dak huwa l-kriterju li fuqu wieħed jista' jiġġudika x-xogħol ta' l-MSU; il-mod kif wieħed jiġġudika lill-MSU huwa billi jħares lejn il-miljuni li ġew żborżati fuq l-MSU matul dawn l- aħħar snin u billi jħares bl-aktar mod ċar u korrett lejn l-istess Business Plans li l-MSU ppreżentat lill-Gvern is-sena li għaddiet u din is-sena, li juru t-tip ta' attivita' li din il-kumpannija qed tipproġetta u t-tip ta' attivita' li wettqet jew ma wettqitx.", "Analiżi ċar ta' dak li sar jew ma sarx mill-Management Systems Unit juri li minkejja li għandhom iktar minn 60 espert, jew so-called experts, barranin - skond il-lista li ħarġet ta' barranin li jistgħu jaħdmu f'dan il-pajjiż - li qed jitħallsu flejjes tajbin fuq proġetti li qed jagħmlu, on the ground, anke in terms tar-rabta bejn il-Business Plan tas-sena li għaddiet u dak ta' din is-sena, wieħed isib li dawn il-pjanijiet huma disjointed.", "Jekk wieħed kellu l-iċken ħsieb li se jkun hemm xi ħaġa serja fl-MSU, din kellha tirriżulta mill- Business Plan ta' din is-sena li wieħed kien jistenna li kellu jitlaq mill- Business Plan tas-sena li għaddiet u għallinqas, b'mod onest, jagħti xi forma ta' stqarrija dwar fejn waslu l-pjani u l-proġetti li kienu prospettati fil-Business Plan tas-sena li għaddiet.", "Imma ma kien hemm xejn minn dan; qisu s-sena li għaddiet ma sarx business plan u llum qed isir business plan ġdid.", "L-istess stil jintuża fil-mod kif jiġu strutturati l- programmi; kollox jitħalla vag, mingħajr dettalji serji dwar kif se jitwettqu l-proġetti ta' konsultazzoni, u l-costings tagħhom isiru fl-ajru.", "GĦalhekk meta wieħed jipprova jqabbel il-Business Plan tas-sena li għaddiet ma' dak ta' din is-sena jsib li n-nuqqas ta' rabta jillustraw mill-ġdid il- fatt li fl-MSU qed ikun hemm sistema li qiegħda kontinwament tixrob il- fondi, filwaqt li ħadd ma jaf kif tonfoq il-flus.", "Bl-istess mod li tkellimt fuq l-MSU s-sena li għaddiet, se nerġa' nitkellem din is-sena, għax din tmur kontra kull regola ta' trasparenza fil-mod kif jitmexxew il- fondi tal-Gvern.", "L-MSU għadha kif kienet, jiġifieri kumpannija privata li tirċievi l-fondi min-naħa tal-Gvern biex tagħmel il-proġetti tagħha, li m'humiex speċifikati b'mod serju - kif għidt, bejn il-Business Plan tas- sena li għaddiet u l-Business Plan ta' din is-sena m'hemmx rabta suret in- nies - hi tagħmel il-proġetti tagħha u meta f'ħafna każi dawn ma tagħmilhomx tispiċċa biex takkumula l-flejjes li tirċievi bħala parti mill- accumulated reserves tagħha.", "Allura assolutament m'hemmx serjeta' fil-mod kif jiġu żborżati l-flus lill-MSU għall-proġetti tagħha għax is-sistema li tintuża qisha dik ta' flus impressed li jintbagħtu f'ambaxxata, bid- differenza li fil-każ ta' ambaxxata tkun taf li hemm l-ambaxxatur, hemm l- istaff ta' l-ambaxxata u allura jkun hemm ċerti spejjeż rikorrenti, u allura l-impressed jiġi kalkolat skond il-ħtiġiet ta' l-ambaxxata, mentri fil-każ ta' l-MSU ma tafx dawk il-flus fejn sejrin.", "Fil-każ ta' l- impressed li jintbagħtu lill-MSU m'hemm ebda rabta bejn dawn il-miljuni u l- proġetti li jkunu għaddejjin fis-sistema ta' l-MSU.", "Apparti li hemm ċerti proġetti, ċekċikiet 'l hemm u 'l hawn, li saru fl-MSU, on the ground meta nħarsu lejn proġetti speċifiċi ma nistgħux ngħidu li kien hemm xi suċċess, anzi jekk inħarsu - u din diġa' semmejtha imma ħadd ma rrisponda fuqha - lejn il-komputerizzazzjoni tas-sistemi tas-sigurta' soċjali fil-pajjiż, naraw li hemmhekk daħlu ta' l-MSU, sabu sistema - tajba jew ħażina - ipprovaw jibdluha, injoraw lil kull min ħadem fuqha qabel, għamlu sistema tagħhom, ma ħadmitx ukoll u kollox kellu jerġa' jibda from scratch.", "Jiġifieri kien hemm falliment totali.", "Nistgħu nsemmu wkoll il- komputerizzazzjoni tas-sistema ta' l-istores ta' l-isptar.", "Din waqgħet mill-inqas sena lura - għax bdiet issa jew ftit ilu - u assolutament ħadd ma jaf fejn se tasal.", "X'qed nipprova ngħid?", "Qed nipprova ngħid li meta nħarsu lejn l-ispiża kapitali tal-Gvern, li m'hemmx dubju li fl-aħħar snin kienet massiva, naraw li n-nuqqas ta' ppjanar u l-implimentazzjoni ħażina ta' proġetti, bilfors iwasslu għall-idea ġustifikata li hemm sparpaljar dirett tar-riżorsi.", "Kif kont qed ngħid meta intervjena sieħbi l-Onor.", "Salvu Sant, nixtieq inħares ftit lejn x'ġara fi tliet snin speċifiċi biex naraw jekk nistgħux naslu għal xi forma ta' kwantifikazzjoni ta' din il-ħaġa u jekk nistgħux ngħidu li f'ċertu żmien saru t-tali proġetti li ntnefqu daqstant flus fuqhom u x'setgħu kienu s-savings fuqhom.", "Jiena diġa' semmejt għadd ta' proġetti, bħal dak tal-produzzjoni ta' l- ilma, fejn wara li ntnefqu ħafna flus fuq reverse osmosis plants, jirriżulta li s-sistema tad-distribuzzjoni hija vroma.", "U aktar ma tonfoq biex tagħmel reverse osmosis plants, il-produzzjoni ta' l-ilma aktar qed tiġi għolja on a unit cost basis u inqas qed jasal ilma għand in-nies.", "Per eżempju, jiena ħarist lejn it-tliet snin mill-1989 sa l-1991, u speċifikament lejn erba' proġetti li diġa' semmejt, jiġifieri l-proġett tat- terminal ta' l-airport, il-proġett tal-power station, il-proġett ta' l- impjanti tar-reverse osmosis u l-proġett tal-freeport.", "F'dawk it-tliet snin il-Gvern nefaq Lm14.5 miljun fuq l-airport terminal, fuq il-power station intnefqu Lm54.8 miljun - dawn huma figuri li juru l-actual costs meħudin mill-financial reports, jiġifieri mhux estimi - fuq ir-reverse osmosis plants intnefqu Lm12.2 miljun u fuq il-proġett tal-freeport intnefqu Lm28 miljun.", "Jekk nieħdu biss dawn l-erba' proġetti, insibu li b'kollox f'dawn it-tliet snin intnefqet is-somma ta' Lm109.5 miljun, li tiġi medja ta' Lm36.5 miljun fis-sena fuq dawn l-erba' proġetti.", "Sur President, m'għandi ebda eżitazzjoni li ngħid li at the margin, konservatament, mill-inqas 10% ta' dik l-ispiża kienet spiża moħlija.", "Ħalli nassumu 10% ....", "(Interruzzjonijiet) Mela mhux hekk!", "Naħdmuha iktar fid- dettal?", "Jekk nieħdu l-proġett tar-reverse osmosis plants u tħares lejn l- ammont ta' unaccounted for water, issib li dan huwa in the region ta' 60%.", "Jekk dik l-ispiża kapitali timmarġinalizzaha b'dak il-mod, diġa' tara x- shrinkage factor tagħha.", "Jekk tħares lejn il-flus li ntnefqu fuq il- freeport u tneħħi minnhom il-commissions li ħadet il-Freeport Corporation - apparti mill-honeymoons - ...", "Nistgħu naħdmuhom waħda waħda u jiena ngħidlek li jekk taħdimha hekk, issib li l-ispiża moħlija hija ħafna iktar minn 10%.", "Imma ħalli ma naħdmuhiex hekk; neħduha as a marginal rate.", "Jien ngħidlek li 10% hija figura konservattiva ħafna.", "Allura fuq nefqa kapitali medja ta' kważi Lm40 miljun fis-sena, jien ngħid li Lm4 miljun fis- sena huma moħlija.", "U dan il-kalkolu tista' taħdmu b'mod dettaljat.", "Kieku ħdimtha mod ieħor kont inġib figura ħafna ogħla minn 10%.", "X'inhu l-argument?", "L-argument huwa li parti sostanzjali mill-ispiża tal- Gvern hija tberbiq ta' flus ta' nies jieklu minn xulxin, tberbiq ta' flus minħabba nuqqas ta' ppjanar.", "Dawn huma flus li qed jinħlew.", "Inutli ngħidu lill-poplu li rridu nwessgħu l-bażi tat-taxxi, meta hemm dik il-ħela ta' flus b'mod lampanti.", "Iżda nixtieq immur iktar 'il bogħod minn hekk u nikkummenta anke dwar il-lat maniġerjali ta' kif isir l-infiq tal-flus.", "Jiena ngħid li l-problema fl-ispiża kapitali tal-Gvern, ir-raġuni għaliex qed ikun hemm dan l-infiq żejjed ta' flus hija n-nuqqas ta' ħsieb u ppjanar strateġiku dwar kif isir l-infiq.", "Diġa' tkellimt fuq l-over-spending, fuq il-ħela u t-tberbiq li jsir fl-implimentazzjoni, fuq in-nuqqas ta' ħsieb dwar kif isiru l-affarijiet.", "Imma mbagħad hemm loġika aktar fundamentali li tispjega għaliex qed jispiċċa jkun hemm tberbiq u ħela.", "U l-problema hija n-nuqqas ta' strateġija li biha jitwettaq pjan ta' investiment fil- pajjiż.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Meta tkun qed tagħmel inavestiment kapitali ta' ċertu tip u kobor, jekk għandek viżjoni - dan il-Gvern m'għandu ebda viżjoni - b'xi mod jew ieħor trid torbot dak l-investiment fil-loġika ta' x'tip ta' żviluppi se joħloq fil-pajjiż u kif se jintrabat minn kullimkien ma' l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiż, jiġifieri trid tara dawk li jsejħulhom forward linkages u backward linkages li se joħloq il-proġett.", "Biex tagħmel hekk, irid ikollok viżjoni ta' kif dan il-proġett se jintrabat ma' l- ambjent sħiħ ta' l-iżvilupp li jkun qed jiġri madwaru u mhux sempliċement timpalalu l-flus, tħalli lill-consultants imexxu u mbagħad jiġri li jiġri.", "Hija ħaġa ċara li dan ma kienx qed isir u m'huwiex qed isir fil-pajjiż.", "Per eżempju, ħalli naraw x'ġara fuq l-impjanti tar-reverse osmosis.", "Matul dawn l-aħħar snin il-Gvern qal li se jsolvi l-problema ta' l-ilma billi jinvesti, jinvesti u jinvesti fir-reverse osmosis, b'mod li issa spiċċajna b'dipendenza akbar fuq ir-reverse osmosis bħala mod kif il-poplu jkollu provvista ta' l-ilma.", "Aħna diġa' tkellimna fuq in-nuqqas ta' ħsieb dwar il- linkage bejn ir-reverse osmosis, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni, u aktar minn hekk dwar ir-rabta bejn il-produzzjoni ta' l-ilma permezz tar- reverse osmosis u l-produzzjoni ta' l-enerġija.", "Aħna spiċċajna f'sitwazzjoni fejn kwalunkwe ċaqlieqa li tiġri fil-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam ma' produzzjoni ta' l-enerġija taffettwa minnufih il-produzzjoni ta' l-ilma.", "Jekk tmurlek parti mis-sistema ta' l-elettriku tmur ukoll parti mis-sistema ta' l-ilma.", "Min jaħdem b'dan il-mod u ma jirrealizzax x'inhu jiġri, bilfors li jkollu nuqqas ta' ħsieb strateġiku għax jekk tidħol fl-idea tar-reverse osmosis plants - kif ċertament li dieħel il- Gvern - tara li trid torbot man-nexus li l-provvista ta' l-enerġija trid tkun b'xi mod jew ieħor salvagwardata jew irid ikun hemm provvisti alternattivi ta' enerġija li jkunu jistgħu jżommu parti mis-sistema ta' l- elettriku għaddejja waqt li tkun wieqfa s-sistema.", "Jien qed ngħid li meta tiżviluppa - kif żviluppa l-Gvern - r-reverse osmosis plants jekk dan ma tagħmlux bil-ħsieb dwar il-backward linkage li jrid ikun hemm mal- provvista ta' l-elettriku u tippjana s-sistema ta' l-enerġija b'mod li ma tħallix kollox dipendenti fuq provvista waħda jew tnejn, tkun qiegħed timxi b'mod irresponsabbli jew inkella b'mod baħnan li ma jeħux ħsieb u ma jagħtix kas ta' l-aspetti strateġiċi ta' l-investiment li tkun qed tagħmel.", "Issa mill-qasam ta' l-infrastruttura se ngħaddi għall-qasam tas-servizzi soċjali fejn ġrat l-istess ħaġa.", "Fuq ir-refurbishment ta' l-Isptar Zammit Clapp - u issa qed nitkellem fuq l-imgħoddi u mhux fuq il-futur -taħt il- capital vote ta' Refurbishing fl-1989 il-Gvern nefaq Lm289,665; fl-1990 nefaq Lm447,169; fl-1991 nefaq Lm562,020 u fl-1992 nefaq Lm432,9c00.", "Jekk tgħodd dawn l-ammonti flimkien issib li l-ispiża kapitali għar-refurbishing ta' l-Isptar Zammit Clapp laħqet it-total ta' Lm1,730,000, kważi Lm2 miljun.", "U hawnhekk wieħed jistaqsi: X'kien ir-riżultat u x'inhi l- ġustifikazzjoni ta' dan?", "Issa ħalli nħarsu lejn l-ispiża rikorrenti li qed tiġi ġenerata mill- Isptar Zammit Clapp.", "Wara li tagħmel proġett kapitali u tibda tħaddmu, ikollok stream ta' ħidma li se tqumlek il-flus u dawk il-flus trid tara eżattament għalxiex se jkunu qed iservu.", "Jekk inħarsu lejn l-istima ta' l- ispiża rikorrenti ta' l-Isptar Zammit Clapp għas-sena li għaddiet insibu li din kienet ta' Lm600,000.", "Issa din is-sena l-Gvern qed jistma li l-spiża rikorrenti tkun ta' Lm900,000, u jien ngħid li Lm1miljun would be closer to the mark.", "Mela għandna expenditure stream li qed tiġi targeted fuq l- Isptar Zammit Clapp in terms of utilities, personnel, servizzi, eċċ. Meta mbagħad tara jekk it-throughput ta' l-isptar huwiex ġustifikat in terms of value for money u tħares lejn il-problemi li jeżistu fl-Isptar San Luqa u lejn il-problemi li jeżistu fil-qasam tas-saħħa mentali f'dan il-pajjiż - li hija aktar kruċjali għal ċerti nies - issib li assolutament ma kien hemm l-ebda ħsieb strateġiku fuq kif spiża ta' Lm1.5 miljun għall-Isptar Zammit Clapp ġiet inkwadrata fejn għandhom jitpoġġew ir-riżorsi.", "F'qasam fejn hemm problema kbira ta' riżorsi umani u materjali ġew ippompjati kważi Lm2 miljun kapitali biex imbagħad jixorbu kważi Lm1 miljun riżorsi rikorrenti sena wara l-oħra, meta hemm oqsma oħra fil-pajjiż li għandhom bżonnijiet aktar ċari u meta t-throughput ta' l-Isptar Zammit Clapp ma jiġġustifikax dik l-ispiża.", "Dan huwa n-nuqqas ta' ħsieb strateġiku fil-mod kif jidħol il- Gvern għall-investimenti.", "Il-Gvern ma jorbotx ħaġa ma' l-oħra u ma jkunx jaf li meta tidħol għal triq, dik it-triq twassal għal spejjeż rikorrenti fuqha.", "Għalhekk meta tħares lejn l-ispiża rikorrenti kif ħarisna l- bieraħ - u l-bieraħ ma ħarisniex lejn l-ispiża kapitali, għalkemm stajna nagħmlu dan u xi darba nagħmilha - issib ċerti affarijiet li ma jingranawx ma' xulxin u ssib ċerta spiża li ma tiġix tracked minn spiża oħra.", "F'dan il-qasam ta' min isemmi l-istess tip ta' nuqqas ta' ħsieb strateġiku li hemm dwar il-bini ta' l-Isptar San Raffaele; id-deċiżjoni - jekk hemm deċiżjoni - li nagħmlu sptar ġdid li jqum miljuni u miljuni ta' liri, fejn il-ħbieb tagħna u l-bażużli jmorru tajjeb.", "Pero' ħsieb strateġiku li huwa tabilħaqq kondiviż minn dawk in-nies li jaħsbu u jaħdmu fis-settur, ma jeżistix.", "Għandna Ministru li f'sena jgħid ħaġa u f'sena oħra jgħid ħaġa oħra, skond minn liema konsulent ikun qed jisma' jew skond liema seminar ikun qed jattendi.", "Mill-mod kif tkellem ir-rapport tal-Bank Ċentrali tas- sena li għaddiet, donnu dan il-proġett ta' l-Isptar San Raffaele qiegħed to pump prime the economy, jiġifieri tinvesti l-flus f'kapitali tal-Gvern ħalli l-industrija tal-bini ddur.", "Dan hu nuqqas fil-mod kif wieħed jaħseb dwar strateġija ta' żvilupp ekonomiku li torbot.", "Nerġa' ngħid - u ili snin ninsisti fuq dan - li d-dnub oriġinali ta' dan in-nuqqas ta' strateġija ġej mill-fatt li l-Gvern irrifjuta u baqa' jirrifjuta li jagħmel pjan ta' żvilupp nazzjonali, fejn torbot qafas ma' ieħor, u ħidma strateġika għall-iżvilupp ta' l-ekonomija mal-mod kif tiggwida l-finanzi tal-pajjiż.", "Jekk f'dan il-kontest joqogħdu jiġu bi kliem bħal \"soċjaliżmu reali\" f'dak li għandu x'jaqsam ma' pjan ta' żvilupp nazzjonali, ngħidilhom biex jinsewhom dawn il-ħmerijiet.", "Ma jistax ikun li pajjiż bħal dan jibqa' għaddej bi 30% u 35% - wieħed mill-ogħla persentaġġi fid-dinja - tal-budget totali u r-revenue totali tal-Gvern dedikati għal proġetti kapitali.", "M'hemm l-ebda ħsieb strateġiku dwar kif il-proġetti kapitali jiġu nfilzati wieħed wara l-ieħor, dwar il-linkages forward u backward tagħhom u kif se nsostnuhom.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk, aktar u aktar meta jirriżulta ċar u tond li dan it-tip ta' nuqqas ta' ħsieb strateġiku fit- tmexxija tal-budget kapitali tal-Gvern, mhux biss qed jirriżulta f'ħela, imma min-naħa tal-Gvern qed jirriżulta bħala ħtieġa għal aktar u aktar taxxi, flus u revenues.", "Sur President, dan iwassalni biex naraw eżattament x'inhi l-loġika wara dak kollu li qed jingħad u li se jsir vis-a-vis l-VAT.", "Meta wieħed iħares lejn ir-revenue trends tal-Gvern, l-expenditure trends u l-mod kif il-Gvern biddel il-piż tat-taxxa minn naħa għall-oħra bejn taxxi diretti u taxxi indiretti fl-aħħar snin, jasal għall-konklużjoni li bir-ritmu li għaddejjin bih, bin-nuqqas ta' ħila fit-tmexxija tal-proġetti kapitali u fl-ispiża rikorrenti, il-Gvern jinsab maqbud fit-tnalja li għandu bżonn aktar riżorsi, u biex jagħmel dan jidher ċar li waħda mill-konklużjonijiet hi li rridu nżidu l-bażi tat-taxxa, it-tax take.", "U m'hemmx dubju li l-VAT qed tiddaħħal għal din ir-raġuni.", "Huwa tajjeb li nagħlaq billi nitkellem ftit fuq ir-raġunijiet u l-loġika li hemm min-naħa tal-Gvern wara l-VAT.", "Per eżempju, qiegħed jingħad - għalkemm dalgħodu smajt lill-Ministru Dalli jitkellem u jidher li qed jibdel id-diska, għalkemm mhux kulħadd qed jagħmel hekk - li l-VAT għandha tirrimpjazza l-income tax, għax din it-taxxa fiċ-ċirkostanzi tal-lum hija aktar progressiva, tajba u ġusta mill-income tax.", "Sa ftit żmien ilu hekk kien qed jingħad, imma dalgħodu l-Ministru Dalli ma qalx hekk.", "Il-Gvern kien qed jgħid li fiċ-ċirkostanzi tal-lum l-income tax m'hijiex ġusta biżżejjed, filwaqt li l-VAT hija aktar ġusta u allura tista' tiġi ġustifikata b'dan il-mod.", "Bħallikieku l-argument, skond il-Gvern, kien li l-VAT qiegħda hemm biex tirrimpjazza l-income tax.", "Fil-fatt il-Prim Ministru daqqa jgħid ħaġa u daqqa jgħid oħra, skond quddiem min ikun; daqqa jgħid li se tirrimpjazza l-income tax għax din m'hix ġusta biżżejjed u daqqa jgħid bil-maqlub, skond fejn ikun.", "Jekk ikun qed jitkellem fil- Parlament jgħid mod u jekk ikun f'xi każin tal-Partit Nazzjonalista jgħid mod ieħor.", "Imbagħad il-bieraħ il-Ministru Dalli għamilha ċara - naħseb li jien naqbel miegħu - li l-VAT se tirrimpjazza d-dwana, jiġifieri tkun taxxa indiretta.", "Veru li hekk se jiġri, jiġifieri li l-VAT se tidħol minflok id- dwana, minflok il-customs u l-excise duty.", "Imma mbagħad hawnhekk jidħol l- argument li diġa' ssemma, li l-VAT bħala sistema ta' tassazzjjoni hija aktar effiċjenti.", "Aktar effiċjenti mill-income tax, meta din mhux se tirrimpjazza l-income tax?", "Mela allura hija aktar effiċjenti mid-dwana.", "Meta ngħidu din il-ħaġa x'qed nifhmu eżattament?", "Qed ngħidu li l-customs ma taqbadx eżatt x'inhu għaddej fil-pajjiż u li tant hemm kuntrabandu fil- pajjiż, li se tiddaħħal il-VAT biex tkun iktar effiċjenti u taqbdu aħjar?", "Ma naħsibx, għax jien niftakar dibattitu tal-Parlament li sar xi tliet snin jew erba' snin ilu fejn kont għamilt stima ta' kemm dieħel kuntrabandu fil- pajjiż u jiskappa d-dwana li kien jiġbor dak iż-żmien il-Ministru Bonello Du Puis, u hu kien qalli li għandi żball għax l-estimi li kont qed nagħmel dwar il-kuntrabandu li dieħel kienu kompletament żbaljati.", "Dak inhar kien qal li fid-Dwana kienu qed jaqbdu kull ħaġa li dieħla fil-pajjiż, jew kważi kull ħaġa.", "Mela fejn hu l-argument ta' l-effiċjenza?", "Vis-a-vis kemm tista' taqbad it-tax take tal-pajjiż?", "Bħala mod kif taqbad dak li jkun dieħel fil-pajjiż, id-dwana hija anqas effiċjenti mill-VAT?", "Imbagħad jidħol l-argument l-ieħor li l-VAT hija tajba ħafna għax tnaqqas l-evażjoni tat-taxxa.", "Anke hawn ma jiftiehemx l-argument.", "L-evazjoni tat-taxxa vis-a- vis xiex?", "Vis-a-vis id-dwana?", "Din ma tagħmilx sens għax id-dwana hija fuq xi ħaġa li tidħol, xi ħaġa fiżika li qiegħda hemm, taqbadha u tista' tkun taf x'dieħel u x'mhux dieħel.", "Mela jekk qed inqabblu like with like u qed inqabblu l-VAT mad-dwana, l-argument tiegħi huwa bil-maqlub.", "Ċertament li min jagħmel claim li l-VAT hija aktar effiċjenti u tnaqqas l-evażjoni aktar mid-dwana assolutament ma jafx x'qed jgħid.", "Mela l-argument li hi aktar effiċjenti u aktar ġusta mill-income tax u l-argument l-ieħor li l-VAT tnaqqas l-evażjoni, m'humiex korretti mija fil-mija.", "Din hija konklużjoni kompletament ċara li l-Gvern qed jevitaha għax m'humiex dawn ir-raġunijiet li qed iwassluh biex idaħħal il-VAT.", "Meta qed idaħħal il-VAT - din il-Gvern issa aċċettaha; dalgħodu reġa' qalha l-Ministru Dalli u naqbel miegħu - qed ibiddel taxxa diretta b'taxxa indiretta u qed jagħmel dan għal żewġ raġunijiet.", "Raġuni minnhom hija t-talba tal-Gvern biex idaħħal lil Malta akkost ta' kollox fl-Unjoni Ewropea u n-nies ta' Brussels qalulu li jekk ma jdaħħalx il-VAT lanqas biss idaħħluh fil-klassi preparatorja tagħhom, fil- klassi tan-nuna.", "Pero' l-Gvern m'huwiex injorant u raġuni oħra għaliex se jdaħħalha hija li qed jifhem illi b'din it-taxxa se jisloħ aktar taxxi mill- poplu.", "Dak hu l-iskop ta' l-introduzzjoni tal-VAT, xejn aktar u xejn anqas.", "Meta tkellem l-Onor.", "Bonnici kemm-il darba ħalliha taħrablu illi t- tax base twessa'.", "Din semmiha wkoll il-Ministru Dalli dalgħodu meta qal li d-differenza bejn il-VAT u d-dwana hija li d-dwana tapplika fuq l- oġġetti biss u l-VAT se napplikawha mhux biss fuq l-oġġetti, imma wkoll fuq is-servizzi.", "Jiġifieri the tax base is being widened.", "Għandna taxxa indiretta fuq xi ħaġa konkreta u t-tax base tagħha se jitwessa'.", "Fundamentalment din hija t-tifsira ta' dak li qed isir u din tfisser li hemm loġika waħda wara l-VAT, mhux il-loġika ta' l-evażjoni, mhux il-loġika ta' l-effiċjenza, mhux il-loġika tal-ġustizzja, imma l-loġika ta' kif il- Gvern, pass wara l-ieħor, jista' jżid id-dħul tiegħu mit-taxxi indiretti.", "Din tidħol fil-kontest ta' x'ġara fl-aħħar seba' snin, fejn il-piż tat- taxxi indiretti żdied bħala persentaġġ waqt li l-piż tat-taxxi diretti naqas.", "Issa se ninjettaw mekkaniżmu ġdid fis-sistema tat-taxxi indiretti li jkompli jgħollilhom il-piż ħalli t-taxxi diretti jkunu jistgħu jonqsu.", "Dan huwa l-argument fundamentali.", "Għalhekk aħna ma naqblux mal-VAT, għax ma nistgħux naqblu ma' sistema daqshekk konxja, daqshekk bierda, daqshekk b'ċerta loġika ekonomika illi twassal biex it-taxxi rigressivi u indiretti, jibqgħu jiżdiedu u jiżdiedu b'dan il-mod fl-importanza tagħhom.", "Għax l- argument hemm jibqa', taxxi indiretti bħal dawn, speċjalment il-VAT, fil- kontest attwali ta' pajjiżna, qegħdin jattakkaw lis-sinjur u lill-fqir, lill-kbir u liż-żgħir, lil min hu minn fuq u lil min hu minn taħt, lill- komdu u lill-iskomdu, bl-istess mod.", "Mela fil-kontest ta' bilanċ bejn income tax, customs duty jew VAT, għandna proposta li tinjetta s-saħħa ta' l-indirect taxes biex jagħfsu fuq it-taxpayer.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House biex tkompli titkellem.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzja lill-Kamra kollha u nista' ngħid li dalwaqt se nieqaf mid-diskors tiegħi għax ma rridx nimponi żżejjed.", "Ħalli naslu għall-punt dwar l-argument ta' l-Ewropa għax anke hawn daħlu ċerti konsiderazzjonijiet li frankament jipprovaw jikkonfondu l-issues aktar milli jikkjarifikawhom.", "Wieħed mill-argumenti kien illi kemm bil- proġett tal-Gvern li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea kif ukoll bil- proposta minn din in-naħa tal-Kamra dwar dak li għandu x'jaqsam ma' relazzjonijiet bejn Malta u l-Ewropa, ma kien hemm ebda alternattiva ħlief li jiġu żmantellati d-dwana u s-sisa kollha f'pajjiżna.", "Allura l-proposta tal-Gvern hija wkoll fil-loġika ta' adeżjoni sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "U kien hemm argumenti fejn qalu: Jiġri x'jiġri, ikun min ikun fil-gvern, id- dħul mid-dwana u sisa bilfors irid jiġi eliminat ħalli jkun hemm rapprochement għad-dħul fl-Ewropa jew għallinqas, fil-każ tal-Partit Laburista, ikun hemm ċerta forma ta' relazzjoni mill-qrib.", "Anke dan l- argument huwa żbaljat.", "Jekk wieħed iqabbel il-proposta tal-Partit Nazzjonalista vis-a-vis l-Ewropa u l-proposta tal-Partit Laburista, isib li hemm differenza fundamentali.", "Dak li jgħid il-Partit Laburista dwar x'għandhom ikunu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea huwa marbut b'mod organiku u sħiħ ma' viżjoni ta' kif trid tiżviluppa l-ekonomija tal- pajjiż, kif trid tirristrutturizza ruħha l-industrija lokali tal-pajjiż u l- industrija għall-esportazzjoni.", "M'huwiex minnu li taħt il-proposta Nazzjonalista u taħt il-proposta Laburista l-bidliet li jseħħu fis-sistema tat-tariffi tal-pajjiż iridu jkunu ekwivalenti.", "Huwa minnu li taħt il- proposta Nazzjonalista dak li għandu x'jaqsam ma' dwana jrid jiġi radikalment rifondat.", "Huwa minnu li bil-proposta Nazzjonalista, id-dħul minn dwana u sisa, li s-sena li għaddiet, ngħidu aħna, kien ta' madwar Lm92 miljun, b'xi mod jew ieħor irid jiġi prattikament eliminat mill-budget tal- Gvern.", "Dan huwa minnu għal żewġ raġunijiet; waħda għax meta jkollok unjoni doganali ma' l-Unjoni Ewropea ma jkunx hemm tariffi, industrijali jew le, fuq kummerċ bejn iż-żewġ naħat; u t-tieni għax id-dwana li ddaħħal minn sorsi oħra trid tibgħatha fi Brussels.", "Mela awtomatikament taħt l-option Nazzjonalista huwa veru li d-dħul kollu mid-dwana u s-sisa jrid jiġi eliminat kompletament mill-budget tal-Gvern.", "Imma ma jfissirx li din trid tagħmilha mil-lum għal u kieku n-Nazzjonalisti kellhom jitilqu fuq din it- triq u jimxu fuq negozjati suret in-nies kif għamlu pajjiżi oħra, jaraw li f'pajjiżi oħra dawn il-bidliet ma sarux mil-lum għal għada.", "Jekk tħares, per eżempju, lejn l-Ingilterra u lejn id-Danimarka, li kienet daħlet ma' l- Ingilterra, issib li dawn kellhom transition period ta' ħames snin.", "Meta daħlet il-Portugal kellha transition period ta' seba' snin.", "U f'dan il- perjodu jkunu qed isiru l-bidliet neċessarji bil-mod il-mod.", "Meta daħlet il-Greċja, tawha aktar nifs għax f'ċerti affarijiet kellha perjjodu ta' disa' snin.", "Allura anke taħt l-alternattiva Nazzjonalista, mhux veru li dak id-dħul ta' Lm92 miljun iridu jtiru mil-lum għal għada.", "Imma issa ħalli nħarsu lejn l-alternattiva tal-Partit Laburista.", "Il-Partit Laburista qed jipproponi li jkun hemm, taħt ftehim fit-tul, il- konklużjoni ta' zona ta' kummerċ industrijali ħieles illi tiġi konkluża fuq perjodu ta' bejn għaxra u 15-il sena.", "Hemmhekk qed nitkellmu fuq kummerċ bejn Malta u l-Unjoni Ewropea fil-kontest ta' kummerċ industrijali.", "Meta wieħed janalizza x'hemm bħala dħul mill-kummerċ industrijali bejn iż-żewġ naħat, ċertament li ma jasalx għall-konklużjoni - anke fuq il-figuri tas- sena li għaddiet - li hemm ¥92 miljun involuti.", "L-istima li wieħed jagħmel at the upper limit hija ta' xi ¥55 miljun fuq total ta' ¥92 miljun dħul mill-kummerċ industrijali u dak mhux industrijali f'pajjiżna s-sena li għaddiet.", "GĦaliex jiġri hekk?", "GĦaliex meta qed nitkellmu fuq zona ta' kummerċ industrijali ħieles, qed nitkellmu biss fuq kummerċ industrijali.", "Issa f'dan il-kummerċ industrijali hemm inkluż ukoll il-kummerċ fil-fuels.", "Meta jien qed ngħid ¥55 miljun, qed ninkludi wkoll il-kummerċ fil-fuels li faċilment jista' jiġi mneħħi mill-ekwazzjoni, għaliex il-kummerċ mill-fuels li hu soġġett għad-dwana, jista' jiġi konvertit bla problemi ta' xejn, permezz ta' miżura teknika, f'xi forma ta' taxxa interna fuq il-fuel, xi ħaġa li madankollu l-Gvern diġa' qed jaħseb biex idaħħal anke taħt il- proposti tiegħu.", "Mela effettivament taħt il-proposta Laburista għal zona ta' kummerċ industrijali ħieles, hemm involut dħul ta' madwar ¥45 miljun, u anke dan jien inqisu bħala upper estimate.", "Issa kieku kellna nkomplu l- loġika f'dan li qed ngħidu u nħarsu lejn l-istruttura tal-budget tal-Gvern ngħidu li dawn il-¥45 miljun taħt il-proposta Laburista jridu jonqsu, iridu jiġu eliminati.", "U jekk nieħdu qafas ta' għaxar snin u nieħdu l-mudell li tneħħihom in equal steps, sena wara l-oħra, fuq għaxar snin, dan ikun ifisser li kull sena jkun hemm shortfall ta' ¥4.5 miljun fuq id-dħul mid- dwana.", "U l-contention tagħna, Sur President, hija ċara.", "Ħaġa bħal din tista' faċilment tiġi finanzjata, l-ewwel mit-tkabbir regolari u normali li jkun hemm fis-sistema ekonomika minn sena għal sena u aktar minn hekk tista' faċilment tiġi finanzjata - jekk ikun hemm Gvern galbuż li jaħdem kif għandu jaħdem - mill-kontroll u tnaqqis fil-ħela li għaddejja bħalissa fit-tmexxija tas-sistema ta' proġetti kapitali.", "Jien diġa' tajt eżempju u semmejt l-infiq fuq erba' proġetti fit-tliet snin li għaddew; jekk tieħu medja ta' 10% ta' tfaddil li jista' jsir fuqhom, tilħaq minnufih iċ-ċifra ta' ¥4 miljun.", "Hemm qiegħed l-argument, Sur President.", "Dan huwa l-mod kif wieħed iħares lejn x'inhuma r-realtajiet.", "Minn naħa qegħdin idaħħlu lill- poplu fit-triq li bilfors iridu jnaqqsu ¥92 miljun mid-dħul tal-Gvern, dan taparsi jridu jagħmluh mil-lum għal għada biex taparsi jidħlu fl-Ewropa, u allura minflok qegħdin idaħħlu l-VAT.", "Pero' r-raġuni m'hijiex id-dħul fl- Ewropa għax kieku tabilħaqq kienet hekk, kien ikun hemm sistema li biha dawn l-affarijiet jidħlu bil-mod sena wara sena.", "Imma dawn qed jidħlu mil- lum għal għada.", "Minn hawnhekk nasal għall-konklużjoni li r-raġuni għall- urġenza f'dak li qed isir hija li l-Gvern għandu problemi ta' dħul ta' taxxa, għandu problemi ta' revenues u dawn qed jipprova jsolvihom billi waqt li jkompli jagħfas ħalli jżid il-piż tat-taxxi indiretti, fl-istess ħin idaħħal taxxa ġdida li żżid it-tax base u żżidlu d-dħul b'mod kbir.", "Hemm indikazzjoni oħra li turi għaliex din fil-verita' hija ċ-ċavetta ta' dak li qed jiġri, anke f'dak - għallinqas safejn hu magħruf s'issa imma naħseb li l-Gvern fuq din il-ħaġa hu diġa' kommess - li għandu x'jaqsam mad- dħul tal-VAT.", "Minn dak li qal jien naħseb li l-Gvern huwa kommess li l-VAT idaħħalha għall-entijiet kollha li għandhom xi negozju.", "Ikun x'ikun in- negozju, żgħir jew kbir, part-time jew le, il-Gvern huwa kommess li mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla jimponi fuqu li jsegwi n-normi tat-taxxa tal- VAT.", "Imma waħda mill-mistoqsijiet li għandi f'moħħi fil-fatt hija jekk il- hawkers humiex se jaqgħu taħt din is-sistema.", "Lili jiġu jistaqsuni u ngħidilhom li suppost jaqgħu taħt it-taxxa tal-VAT, imma ma rridx niġi akkużat li qed inxewwex fuq din, jiġifieri I stand subject to correction.", "L-Onor.", "Vella għandu raġun meta jgħid li aktar jaf Leon Brittan, il- Commissioner tal-Komunita' Ewropea, fuq din milli nistgħu nkunu nafu aħna.", "Imma apparti minn hekk Leon Brittan lill-Ministru tal-Finanzi Dalli u lis- Segretarju Parlamentari Bonnici forsi jista' jgħidilhom ukoll li hemm pajjiżi oħrajn, anke fil-Komunita' Ewropea, fejn mhux kulħadd huwa soġġett għat-taxxa tal-VAT.", "Issa m'iniex qed nitkellem fuq ikel jew mediċini, imma fuq oqsma ġenerali bħala negozji.", "Dawn diġa' semmejthom f'post ieħor, imma tajjeb li for the record insemmihom hawnhekk ukoll.", "Hemm pajjiżi fejn jekk ikollok bejgħ anqas minn ċertu ammont, ma tħallasx it-taxxa tal-VAT.", "Ma nafx jekk il-Kamra tal-Kummerċ fil-ħerqa tagħha biex tiddefendi lin- negozjanti qajmitux dan il-punt.", "Naf li l-Kamra tal-Kummerċ hi aktar interessata li tiddefendi l-interessi tal-bulk buying fil-cash registers, imma naħseb li din il-kwestjoni qajmitha b'xi mod jew ieħor.", "Il-punt huwa li hawn pajjiżi fejn negozji li jbigħu inqas min ċertu ammont jiġu eżentati mill-VAT.", "Fost dawn insibu l-Portugall, fejn hemm min ikollu bejgħ anqas minn ¥3,800 fis-sena m'hemmx għalfejn iħallas it-taxxa tal-VAT.", "Naħseb li kieku l-ħanut ta' warajja li jbigħ it-te wara nofsinhar, ikun jaqa' taħt din il-kategorija.", "Jekk tħares lejn Franza, per eżempju, negozju li l- bejgħ tiegħu ma jlaħħaqx ¥4,600 fis-sena m'huwiex soġġett għall-VAT.", "Jekk inħarsu lejn il-Kanada, insibu li hemmhekk negozju li għandu bejgħ ta' anqas minn ¥8,400 fis-sena, huwa eżentat mill-VAT.", "Fl-Irlanda ħanut li għandu anqas minn ¥17,900 bejgħ fis-sena, huwa eżentat mill-VAT.", "Fil- Ġermanja negozju li għandu bejgħ ta' anqas minn ¥22,000 fis-sena wkoll huwa eżenti mill-VAT.", "Jekk wieħed jara dawn it-tip ta' arranġamenti u ta' skaletti u jistaqsi għaliex f'Malta l-Gvern din il-ħaġa eskludiha - naf li l-Prim Ministru huwa kommess li din il-ħaġa jeskludiha u naħseb li l- hawkers huma soġġetti għall-VAT ukoll, jekk irridu nkunu konsistenti - u tqum il-mistoqsija: GĦaliex ma saritx din l-eżenzjoni?", "Jien m'iniex konvint li r-raġuni hi li jkun hawn wisq burokrazija, wisq taħwid u wisq karti, għaliex jiġri x'jiġri burokrazija, taħwid u karti żgur li se jkun hawn.", "Imma fil-fehma tiegħi, ir-raġuni hija waħda.", "Il-Gvern irid ikun f'pożizzjoni li tabilħaqq jista' jimmassimizza d-dħul tiegħu mill-VAT u ma jrid iħalli l-ebda tieqa miftuħa ħalli wieħed jista' jargumentalu biex il- VAT jagħlaqha jew jiftaħha.", "GĦalhekk ma daħħalniex eżenzjonijiet.", "GĦalhekk il-Gvern m'huwiex qed jissuġġerixxi l-eżenzjonijiet fil-VAT.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li dan kollu jwassal għal konklużjoni waħda, li jkun ħela ta' żmien li nħarsu lejn l-introduzzjoni tal-VAT jew il-mod kif il-Gvern qed jipprova jikkonsolida l-income tax f'din il-liġi, b'mod iżolat u ma nipprovawx narawha bħala parti minn strateġija sħiħa f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istrutturi u l-politika ta' tassazzjoni li segwa l-Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami mill-1987 'l hawn.", "Issa l-politika ta' tassazzjoni hija ċara; il-patterns hemm qegħdin: Iridu jċaqalqu l-bilanċ minn taxxi diretti għal taxxi indiretti.", "Fl-aħħar seba' snin irnexxielhom jixxiftjaw il-pattern, in terms ta' weightings, ta' piż, minn 3% għal 4%.", "Pero' issa deħlin fit-tieni fażi ta' din l-operazzjoni u filwaqt li jkun hemm dawn l-irtokki żgħar fl-income tax li qed jiġu proposti b'dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, effettivament l- isfond huwa li qed jipprovaw iċaqalqu l-bażi ħalli permezz ta' l- injezzjoni tal-VAT, bil-maniġġ li titneħħa l-customs duty u tidħol il-VAT, effettivament nersqu lejn sistema fejn l-ewwel ħaġa l-iżbilanċ bejn taxxi diretti u indiretti jkompli jiżdied.", "Imma aktar importanti minn hekk, deħlin lejn fażi fejn l-aktar taxxa importanti u faċli għall-Gven li jimmanipula, il-VAT, se tkun qiegħda hemm b'mod ingranat u mil-lum għal għada l-Gvern jista' jċaqlaq naħa u jċaqlaq oħra biex iżid it-take tiegħu.", "Għall-quddiem imbagħad it-tentazzjoni, il-motivazzjoni għall-Gvern, se tkun li juża t-taxxa tal-VAT biex jibbilanċja l-kotba tiegħu u allura aktar u aktar iżid il-piż relattiv u assolut tat-taxxi indiretti vis-a-vis it-taxxi diretti - kif turi l-esperjenza f'pajjiżi barranin - billi l-VAT l- ewwel tibda b'0% rating u titla' għal 5%, imbagħad tiskatta għal 15%, jew tibda b'15% u titla' għal 20%, jew inkella tibda b'xi ħaġa eżentata u mbagħad tinkludiha fil-VAT ukoll.", "Iċ-ċaqlieqa taż-żieda ta' taxxi dejjem tibda taħdem u dik il-fażi indiretta ...", "Jien naħseb li għalhekk huwa importanti li meta nirriflettu fuq it-taxxi li deħlin u ħerġin, fuq il- bidliet ta' taxxi, fuq il-proposti ta' taxxi li qed jagħmel il-Gvern, ninkwadrawhom fi strateġija sħiħa.", "Il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex din l-inkwadratura ma ssirx.", "Qed jipprova jnaqqas il-problema billi jurik biċċa żgħira minn hawn u biċċa żgħira minn hemm, filwaqt li qieħed joqgħod lura milli jagħti l-kwadru ġenerali.", "Jien naħseb li dan huwa mod irresponsabbli kif tippreżenta l-għażliet li għandu quddiemu pajjiżna.", "Ċertament li l-għażla morali u fundamentali kbira hija li tagħżel jekk taqbilx li għandu jkun hemm diskriminazzjoni bejn kif għandha titħallas it- taxxa, bejn min jiflaħ u min ma jiflaħx.", "Mr Speaker, għalhekk inħoss li l-Partit Laburista huwa ġustifikat li jimmonta kampanja sħiħa kontra l-VAT u għalhekk issa qed nagħmel din l- istqarrija fis-sens li l-mod kif qed jiġu mċaqalqa l-affarijiet u l-mod kif qed tiġi manuvrata l-istruttura ġenerali tat-tassazzjoni f'pajjiżna hija fundamentalment waħda amorali li qed tiddiskrimina b'mod amorali - imbagħad tispiċċa immorali - kontra min ma jiflaħx u favur min jiflaħ.", "Jien ma naħsibx li f'pajjiż żgħir bħal tagħna u minn Gvern li ilu daqstant jippriedka s-solidarjeta' soċjali, valuri kristjani u tal-familja, u affarijiet oħra, ħaġa bħal din għandha titħalla għaddejja qisha m'hi xejn ħlief logħba tat-teknokratiċi - tipo ta' l-Onor.", "Bonnici - u xejn iktar.", "Jien naħseb li quddiemna għandna għażla morali fundamentali u jagħmel tajjeb il-poplu kollu - il-Partit Laburista se jagħmel minn kollox biex jippreżentaha b'dan il-mod - li juri li l-għażla morali hija waħda li ma nistgħux niskartawha għax deħlin fi skala li issa tidher qisha teknokratika u minn hawn u ftit ieħor ikun hemm mekkaniżmu qawwi f'idejn il-Gvern biex meta jieħu d-deċiżjonijiet ikompli jagħfas fuq iż-żgħir għall- profitt tal- kbir.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, il-Gvern iddeċieda li l-emendi għal-Liġi ta' l-income tax jaqsamhom f'żewġ liġijiet billi jagħmel l- administration jew il-management tagħha f'liġi għaliha u l-provvedimenti l- oħra li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-administration u l-management tat-taxxa jħallihom fil-Liġi prinċipali li qed tiġi emendata u li tagħha qed niddiskutu l-Abbozz.", "L-Abbozz dwar il-management u l-administration tat- taxxa, l-Administration Tax Bill, kif se jiġi msejħa issa, jiġifieri l- liġijiet dwar it-taxxa - niddiskutuhom fl-Abbozz li jmiss skond l-agenda li għandha llum din il-Kamra.", "Jien naħseb li hemm xi raġuni għaliex il-Gvern qed jagħmel din il-ħaġa.", "Jiġifieri dak li llum huwa nkorporat f'Att wieħed għaliex qiegħed jiġi maqsum u separat f'żewġ liġijiet.", "Ma jidhirx - almenu jien ma niftakarx - li meta s-Segretarju Parlamentari introduċa t-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ta xi raġuni speċifika għaliex il-Gvern qed jagħmel din il-bidla, jiġifieri dak li hemm kontenut f'liġi waħda qed jaqsmu fi tnejn.", "Naħseb li hemm xi raġunijet għaliex qed isir dan, imma ma jidhirlix - u hawn qed nitkellem taħt korrezzjoni u nistieden lin-naħa l- oħra biex tikkorreġini mill-ewwel jekk inhu l-każ - li ngħataw ir-raġunijet għaliex qed isir dan.", "Naħseb li l-Kamra għandha interess tkun taf x'inhuma r-raġunijiet li induċew lill-Gvern biex jaqsam il-liġi għaliex fortunament f'pajjiżna, minkejja n-nuqqasijiet kbar li għandna, żgur li għandna xi ħaġa li m'hijiex nuqqas u din hija li m'għandniex il-komplessitajiet u d- diffikultajiet li wieħed isib fil-liġijiet fiskali, speċjalment dawk ta' l- Ingilterra li minnhom aħna nikkopjaw ħafna mill-provvedimenti attwali.", "Għalkemm ħafna jaħsbu li l-liġi tat-taxxa tagħna hija bażata fuq il-liġi Ingliża, fil-fatt m'hijiex ibbażata fundamentalment fuq il-liġi Ingliża, imma hija bbażata fuq mudell ta' liġi li kienu għamlu l-Ingliżi għall- kolonji tagħhom.", "U dawn il-liġijiet m'humiex l-istess liġijiet fiskali li għandhom fl-Ingilterra.", "Per eżempju, meta ġiet konċeputa l-Liġi tat-Taxxa tagħna ma kenitx issir distinzjoni dwar is-sors ta' l-income.", "Jiġifieri filwaqt li fl-Ingilterra u anke f'ħafna pajjiżi oħra tad-dinja, ir-rata u l- inċidenza tat-taxxa huma differenti skond is-source ta' l-income, u allura income minn ċertu source huwa ntaxxat mod filwaqt li income minn ċertu source ieħor huwa ntaxxat mod ieħor, f'Malta ma kienet issir l-ebda differenza bejn in-natura u l-kwalita' ta' l-income u ma konniex nagħmlu l- ikbar distinzjoni li normalment issir, dik fil-kwalita' ta' l-income, cioe' bejn earned income, unearned income u investment income.", "Għalkemm xi wħud kienu jgħidu li t-taxxa fuq id-dħul hija rudimentali u għadha primittiva, fil-fatt kellha l-virtu' tas-sempliċita' għaliex ma kenitx toħloq id- diffikultajiet li jinqalgħu biex wieħed jiddetermina x'inhu income ta' kwalita' u mhux ta' kwalita' oħra u lanqas kellha d-diffikulta' li wieħed irid jara kif se jiġi ntaxxat income li jkun ġej minn ċertu sors u income li jkun ġej minn sors differenti.", "Issa dan il-virtu' ta' l-uniformita' qed jintilef mil-Liġi tagħna dwar it-Taxxa fuq id-dħul.", "U huwa żball kbir li aħna naċċettaw li noħolqu differenza fit-trattament ta' l-income skond is- sorsi differenti, għaliex meta nkunu qed nagħmlu dan, inkunu qed nikkomplikaw il-liġi fiskali tagħna u nkunu qed nikkreaw ukoll it- tentazzjonijiet biex wieħed jipprova jispeċifika s-sors ta' l-income tiegħu b'mod differenti għaliex it-trattament ta' dak is-sors ta' income jkun differenti minn dak ta' income li jkun ġej minn sors ieħor.", "Meta għandek uniformita' ta' trattament ta' income, hu x'inhu s-sors, wieħed ma jkollux din it-tentazzjoni.", "Barra minn Malta, speċjalment fl-Ingilterra, in vista tad-differentiation li hemm fit-trattament ta' kif jiġi ntaxxat income, prattikament kull sena fi żmien il-Budget isiru provvedimenti ġodda għal- liġijiet fiskali biex jew jipprovaw idaħħlu taħt il-liġi ta' l-income tax incomes li, minħabba l-mod kif tkun miktuba l-liġi fiskali, wieħed ikollu dubju jekk ikunux soġġetti għat-taxxa, jew biex jipprovaw jagħlqu t-toqob li speċjalisti tat-taxxa jikkreaw billi jipprovaw li l-leġislazzjoni kif tkun miktuba ma tikkejterjax għal xi sors partikolari jew kwalita' ta' income kif ġenerat fin-negozju jew f'oqsma oħra.", "Nibża' li f'pajjiżna se nimbokkaw dik it-triq fejn fil-Budget ikollna nagħmlu taxing provisions biex nipprovaw nilqgħu għal tax avoidance schemes li l-leġislazzjoni li qed nagħmlu tagħti t-tentazzjoni biex jinħolqu anke f'pajjiżna.", "Qed ngħid \"avoidance\" u mhux \"evasion\"; tax avoidance hija speċjalizzazzjoni li hija permessa bil-liġi sakemm ma jkunx hemm provvediment statutorju biex tinqered dik l-avoidance li hija tollerata minħabba l-mod kif inhi miktuba l-liġi.", "Meta f'pajjiżna qed inżidu d-differenzi fit-trattament ta' l- income skond is-sorsi differenti tiegħu, naħseb li qed nagħmlu ħażin.", "Biżżejjed wieħed irid iċedi u jagħmel eċċezzjoni għall-prinċipju li m'għandux ikun hemm differenza fit-trattament ta' dħul, biex jagħti benefiċċji lil ċerta attivita' kummerċjali, industrijali u produttiva li rridu ninċentivaw billi nagħtuha trattament fiskali preferenzjali.", "Imma mbagħad meta niġu biex nimmultiplikaw l-okkażjonijiet ta' trattamenti differenti ta' l-income skond is-source naħseb li jekk ma jkollniex prinċipji jew sett ta' prinċipji biex jiggwidawna nistgħu naslu għall- assurd.", "Per eżempju, f'pajjiżna wasalna fis-sitwazzjoni fejn l-unearned income - dak li huwa magħruf bħala dħul li mhux ġej mix-xogħol - mill- attivita' li bniedem jagħmel biex jaqla' l-ħobżna ta' kuljum tiegħu, qiegħed jiġi trattat b'mod preferenzjali vis-a-vis l-earned income.", "Mela allura wieħed illi jagħmel l-isforzi biex jaħdem u d-dħul tiegħu huwa ntaxxat skond il-liġi tat-taxxa, qiegħed jiġi trattat agħar - agħar mil- lat fiskali - minn bniedem illi huwa fortunat għaliex għandu l-ġid u għandu dħul mhux mill-attivita' li jrid jagħmel u jesplika biex ikun jista' jgħix, imma minn flejjes u ġid akkumulati.", "Din hija xi ħaġa li tistona u min iħares lejn il-liġi fiskali mhux biss bħala liġi li l-għan ewlieni tagħha huwa li tirrendi d-dħul lill-Gvern, imma jħares lejha mill- perspettiva soċjali u jara anke l-ġustifikazzjoni ta' l-inċidenza tat- taxxa, jiġifieri l-piż li din it-taxxa timponi fuq min iħallasha, wieħed ma jistax jaqbel li unearned income jattira taxxa ta' dħul inqas minn earned income.", "Żgur li għandu jkun bil-maqlub mil-lat ta' ġustizzja soċjali distributtiva, u jekk wieħed għandu jiddistingwi - ħaġa li l-liġi tagħna tat-taxxa fuq id-dħul għal medda twila ta' snin qatt ma għamlet - m'għandux jiddistingwi bil-manjiera li jagħti trattament preferenzjali lill-unearned income b'mod li l-earned income ikun intaxxat aktar mill-unearned income.", "Imma mbagħad jekk wieħed irid jagħti anke preferenza - li ma naqbilx magħha - lil ċerti unearned income, kif wieħed ma jarax x'se jkunu l-konsegwenzi meta tagħti trattament preferenzjali lil income li huwa fin-natura ta' imgħax li jħallsu l-banek, meta dak it-trattament preferenzjali m'intix qed tagħtih lid-dividendi li azzjonisti jiksbu mill-investiment tagħhom f'kumpanniji u meta m'initx qed tagħtih lill-individwi li jkunu investew il-fondi kapitali tagħhom f'bini immobbli?", "Jiena ma jidhirlix li aħna għandna nagħtu inċentiv lil min il-ġid tiegħu jikkonsisti f'depożiti bankarji u nittrattaw agħar mil-lat fiskali - mhux qed ngħid nittrattaw ħażin imma qed nittrattaw agħar vis-a-vis dawk li għandhom depożiti bankarji - lil min jinvesti flusu f'bini u lil min l-investiment għamlu direttament f'kumpanniji u allura ma jkunx investa flusu, bħall-maġġoranza tan-nies, f'savings fil-banek.", "Wieħed irid l-ewwel jiġġustifika jekk hemmx raġuni għaliex għandek tittratta earned income b'mod differenti minn unearned income.", "Pero' meta wieħed jiġi biex jittratta l-unearned income, żgur li jrid jieħu in konsiderazzjoni wkoll lil min, mil-lat ta' ġustizzja u ta' ekwita', għandu jingħata trattament preferenzjali, jekk hux lil dak il-bniedem li jinvesti fl-immobbli, bħal djar ta' abitazzjoni - allura jipperċepixxi kirjiet jew ċnus - jekk hux lil dak il-bniedem li jinvesti direttament f'kumpanniji, sew industrijali, kummerċjali, eċċ., jew inkella lil dak il-bniedem li mingħajr taħbit ta' xejn ipoġġi flusu fil-bank, fejn jieħu trattament preferenzjali fuq id-dħul li jikkonsisti f'imgħaxijiet.", "Issa meta l-Gvern, kienu x'kienu l-intenzjonijiet l-oħra, għażel li jagħmel witholding tax ta' 15% fuq l-imgħaxijiet tad-depożiti bankarji qabel ma l- bank iħallas l-interessi fuqhom, fil-fatt qiegħed jiffranka lil dak li għandu dawk id-depożiti mid-differenza tat-taxxa li altrimenti huwa jista' jkun soġġett għaliha kieku jinkludi dawk l-imgħaxijiet fid-dħul tiegħu.", "Mela min għandu Lm100,000 u jpoġġihom fil-bank jaf li fuq l-imgħaxijiet huwa se jħallas biss 15% u min għandu Lm100,000 u jibni ħames dwelling units jaf li fuq ir-renta tagħhom mhux se jħallas biss 15% imma se jħallas aktar minn hekk, jekk s'intendi r-rata tat-taxxa li huwa soġġett għaliha hija ogħla mir-rata ta' 15%.", "Din hija xi ħaġa li naħseb li l-Gvern qed jagħmilha b'mod konxju u jekk qed jagħmel hekk, allura aħna ma naqblux miegħu - hekk għandu jkun - iktar u iktar meta nipprofessaw illi rridu nsibu mezz kif insolbu l-problema tan-nuqqas ta' djar.", "Dan għandu jsir billi ninċentivaw lil min jinvesti flusu f'bini ta' dwelling units, mentri dan m'aħniex nagħmluh.", "Wieħed lanqas jista' jispjega għaliex - din hija xi ħaġa agħar mill-eżempju li tajt - jekk wieħed jinvesti f'azzjonijiet ta' kumpannija jinzerta jagħmilhom fi quoted company, jiġifieri f'kumpannija li tkun ikkwotata fil-Borza, fejn allura f'dak il-każ id-dividendi li jikseb minn dak l-investiment huma meħlusa mit-taxxa fuq id-dħul, filwaqt li ħaddieħor li jagħmel investiment f'kumpannija oħra li m'hijiex quoted fil- Borża - jiġifieri fl-iStock Exchange - m'għandu ebda benefiċċju fuq dividendi li jirċievi fuq l-azzjonijiet tiegħu.", "Huwa veru li l-Gvern qal li se jintroduċi dan il-benefiċċju fiskali, ċioe' li l-azzjonijiet tal- kumpanniji quoted fil-Borża ma jattirawx taxxa fuq id-dħul, biex iħajjar u jkabbar l-attivitajiet tal-Borża.", "Imma żgur li m'hemm ebda paragun bejn din il-ġustifikazzjoni u l-inġustizzja illi qed issir ma' dawk in-nies li preċiżament għaliex jinvestu flushom f'kumpanniji li m'humiex quoted fil- Borża - ma jkunux quoted fil-Borża minħabba diversi raġunijiet - l- investiment tagħhom qed jagħmluh b'mod aktar riskjuż minn dawk li jixtru l- azzjonijiet ta' kumpanniji li huma quoted fil-Borża.", "Ir-raġuni hija li biex wieħed jissodisfa lill-Borża, il-kwalifiki li kumpannija jrid ikollha u allura l-prekawzjonijiet għall-investiment, huma ħafna ogħla minn dawk tal-maġġoranza tal-kumpanniji l-oħra li hawn fis-sistema ekonomika kummerċjali tal-pajjiż.", "Issa skop li nkabbru l-attivitajiet tal-Borża għandna, imma skop akbar għandu jkun li nkabbru l-attivitajiet kummerċjali li ma jistgħu qatt ikunu fil-Borża minħabba l-mod kif inhuma kostitiwiti l- kumpanniji, minħabba d-daqsijiet tal-kumpanniji u minħabba l- kondizzjonijiet li wieħed irid jissodisfa biex ikun quoted fil-Borża.", "Aħna ma nistgħu qatt nippretendu li l-maġġoranza l-kbira tal-kumpanniji kummerċjali f'pajjiżna jkunu kkwotati fil-Borża.", "Mela aħna għandna inċentiv u raġuni biex ninċentivaw lin-nies jinvestu f'attivitajiet kummerċjali, industrijali u ekonomiċi f'pajjiżna.", "Aħna qed ninċentivaw lil min għandu azzjonijiet tal-kumpanniji kkwotati fil-Borża u m'aħniex nagħtu l-istess trattament fiskali lil min jirriskja flus - għax kull investiment, ħafna jew ftit, huwa riskju - f'attivitajiet li aħna rridu, jiġifieri fil- maġġoranza ta' l-attivitajiet kummerċjali li hawn f'pajjiżna li aħna nafu li qatt ma jistgħu jkunu f'kumpanniji kkwotati fil-Borża.", "Din hija kontradizzjoni li la għandna nkabbruha u żgur li m'għandniex nittollerawha 'l quddiem.", "Dan biex ma ngħidx li min se jkollu l-fakulta' ta' akkwistazzjonijiet fil-kumpanniji kkwotati fil-Borża - li aktarx ikunu l- fjur tal-kumpanniji fil-pajjiż - barra li għandu s-sodisfazzjon li jkun investa fil-fjur tal-kumpanniji f'pajjiżna għandu wkoll il-benefiċċju li d- dħul, jiġifieri d-dividendi li huwa jiggwadanja, minn dak l-investiment mhux se jkunu soġġetti għat-taxxa.", "Per eżempju, lill-azzjonisti tat-tliet banek kummerċjali ta' pajjiżna li huma kkwotati fil-Borża, barra r-rata tad-dħul li huma qed jieħdu fuq l-investiment u barra l-gwadan li huma qed jagħmlu bl-akkrexximent fil-valur kapitali ta' l-investiment tagħhom għaliex ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bil-permess ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici rrid ngħid li meta jien mort niċċekkja biex inkun ċert - għax anke lili bdew jidħluli xi dubji - sibt li d-dividends tal-kumpanniji kkwotati fil-Borża m'humiex b'rata mnaqqsa ta' 15%.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dawn huma tax free.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, dawn konna eżentajniehom mill-capital gains tax , imma mhux mill-income tax.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed nieħu gost li l-Ministru qed jagħmel din il-preċiżazzjoni.", "Jien m'iniex konvint li hija hekk - u issa niġi għall-bonds tal-Gvern ukoll - pero' jista' jkun li hija hekk u jien bqajt impressjonat bl-introduzzjoni tal-capital gains tax u bit-trattament preferenzjali għar-rigward ta' l-akkrexximent fil-valur ta' dawn l- azzjonijiet.", "Mela l-argument li kont qed insemmi ma japplikax għad-dħul li tradizzjonalment sa ftit taż-żmien ilu konna nikkonsidrawh bħala soġġett għat-taxxa f'Malta - jiġifieri li jrid ikun ta' natura ta' income - imma japplika għad-dħul li llum huwa soġġett għat-taxxa tad-dħul li huwa ta' natura ta' żieda fil-valur tal-kapital.", "Allura jekk l-argument li kont qed nissottometti napplikawh għal dan il-każ limitat ta' trattament fil- capital gains, ma nistax nifhem x'ġustifikazzjoni hemm għalih.", "Nieħdu l- każ ta' min kellu x-xorti li jakkwista l-azzjonijiet tal-banek.", "Dawn fihom infushom, anke mingħajr l-attrazzjoni tal-benefiċċju ta' trattament preferenzjali għall-capital gains - għax mhux se jkun hemm inċidenza ta' capital gains tax fuqhom - huma attractive.", "Min għandu flus x'jinvesti mhux sempliċement għaliex ikun qed jinvesti f'attivitajiet li hu stess jieħu parti fihom imma ħalli jkollu dħul mill-ivestiment, jippreferi li l- flus investiti jkunu f'forma ta' azzjonijiet fil-banek milli azzjonijiet, per eżempju, f'kumpanniji li m'humiex quoted fl-iStock Exchange.", "Allura fihom infushom dawn l-azzjonijiet għandhom ċertu valur.", "It-taxxa fuq id- dħul illum tinkludi l-capital gains u ma tagħmilx differenza, bejn jekk id- dħul hux ta' natura kapitali jew ta' natura ta' income ħlief għall-finijiet ta' komputazzjoni.", "Allura għaliex azzjonist li għandu shares f'kumpannija mhux quoted se jħallas it-taxxa fuq id-dħul li ġej miż-żieda li jagħmel fil- valur kapitali ta' l-azzjonijiet tiegħu u azzjonist li għandu azzjonijiet fil-banek mhux se jkun soġġett għal din it-taxxa fuq id-dħul li ġejja mill- akkrexximent fil-valur kapitali ta' l-azzjonijiet?", "Jien ma nistax nifhem x'inhi jew x'tista' tkun il-ġustifikazzjoni għal dan, ħlief bħala inċentiv għan-nies biex jakkwistaw l-azzjonijiet tal-banek, meta inti taf li mingħajr dak il-benefiċċju żgur li se jkun hemm numru biżżejjed ta' nies li lesti li jakkwistaw dawn l-azzjonijiet.", "Issa dan barra l-fatt li meta inti qed tittratta lil bank b'dik il-manjiera għax huwa quoted fil-Borża, jekk meta jkun hemm domanda kbira għall-azzjonijiet ta' kumpannija huwa vantaġġ għal dik il-kumpannija, allura inti tkun qiegħed tiddiskrimina bejn dak il-bank u bejn kumpanniji oħra li m'humiex quoted iżda li jridu jipprovaw jattiraw investiment ħalli jkollhom il-fondi biex bihom jistgħu joperaw.", "Jiġifieri tkun qed tiddiskrimina a favur tal-banek u tal-kumpanniji li huma quoted u a preġudizzju tal-kumpanniji l-oħra.", "Allura jrid ikun hemm ġustifikazzjoni għaliex il-Gvern qed jagħti dak il-benefiċċju lil kumpannija li hija quoted a skapitu ta' min m'hux quoted meta jrid minn dawk il-kumpanniji li m'humiex quoted u meta jaf li l-maġġoranza ta' kumpanniji u s-sisien u s-sinsla ta' l-ekonomija tal-pajjiż jiddependu minn dawn il-kumpanniji minħabba l-kwantita' tagħhom u minħabba l-fatt li qatt ma jistgħu jippretendu li jiġu quoted.", "Nimmaġinaw, per eżempju, kumpannija li safejn naf jien għadha m'hijiex quoted, Simonds Farsons Cisk Ltd., u nimmaġinaw li tirranġa l-affarijiet tagħha b'mod li tikkwalifika biex tiġi quoted.", "Hemm xi ġustifikazzjoni li in vista tal-fatt li din se tkun ammessa ex ipotesi fil-Borża, l-azzjonijisti eżistenti tagħha għandhom jibdew igawdu dan il-benefiċċju li ġej mil-liġi li qed niddskutu?", "GĦaliex, kif għidt, il-capital gains huwa kalkolat bħala income - u issa lanqas għamilna differenza bejn income ta' natura ta' income u income ta' natura ta' kapital - u allura dawn se jibdew jiggwadanjaw minn dan il-benefiċċju sempliċement għaliex il-kumpannija se tkun quoted u se tibqa' tiżvolġi l- istess attivita' tagħha bid-differenza li meta tkun quoted, għalkemm tissottometti ruħha għal ċerti restrizzjonijiet u kondizzjonijiet, m'hijiex se tagħmel attivitajiet differenti milli qed tesplika llum.", "Allura wieħed irid isib xi ġustifikazzjoni u jispjega lill-pajjiż għaliex iħossu moralment ġustifikat li jagħmel dan it-trattament differenzjat.", "Niġu issa għall-kwestjoni ta' l-istocks tal-Gvern.", "Wieħed mill- benefiċċji li jagħti l-Gvern meta jissellef mill-pubbliku huwa li d- dividends li jagħti ma jkunux soġġetti għat-taxxa, imma għall-capital gains biss.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Huma flus partikolari li meta tikkomparahom mal-bonds tal-Gvern huma ftit.", "Jekk tara l-istocks li ħarġu f'dawn l-aħħar snin m'hemmx minn dawn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-Gvern ħareġ issue ta' stocks li eżentahom mit-taxxa tad-dħul u kienu bearer, b'mod li min akkwistahom lanqas jikxef l-identita' tiegħu u kieku kixef l-identita' tiegħu, in vista ta' l-eżenzjoni mid-dħul, fl-aħħar lanqas kien ibati taxxa tad-dħul fuqhom minħabba l-eżenzjoni.", "Mela x'inhi r-raġuni li l-Gvern ta dak it-trattament preferenzjali lil min akkwista dak l-istock?", "Apparti r-rata baxxa - għad irrid niġi għaliha għax qabel lill-bearers kienet tinżammilhom witholding tax ogħla - meta wieħed jagħti dan it-trattament preferenzjali ma jridx iħares lejn għan wieħed biss imma jrid iħares lejn il-konsegwenzi kollha u jrid jiġġustifika ruħu.", "Per eżempju, wieħed jinkoraġġixxi mhux biss li dawn l-investimenti jkunu meħlusa mit-taxxa tad-dħul, imma li jkunu bearer u din tfisser li filwaqt li aħna nimmontaw kampanja biex ħadd ma jirnexxilu jaħbi d-dħul tiegħu jew parti minnu, nafu li jekk nipprovdu dan il-mezz kif wieħed jista' jaħbih, dan se jieħu l-okkażjoni u l-opportunita'.", "Mela aħna stess qed nikkreaw opportunita' li nipprofessaw li rridu nissoprimu; ma rridux min jaħbi parti mid-dħul tiegħu, imbagħad qed nagħtuh l- benefiċċju ta' eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul u l-opportunita' li jista' jaħbi parti mid-dħul tiegħu.", "Jien meta nara dawn l-affarijiet li qed isiru minn dan il-Gvern nipprova nara x'inhu r-rhyme jew il-feel ta' konsistenza fir-raġunament ta' dan il-Gvern, għax donnu ħafna mill-miżuri li jieħu ma jipprovax jara li jkunu kordinati u konsistenti.", "Darba tittieħed miżura li jkollha konsegwenzi mod, imbagħad tittieħed miżura oħra li jkollha konsegwenzi opposti imma li fil-mument tidher li hija indikata li tittieħed.", "Imma fil-qasam fiskali jrid ikun hemm iktar koerenza u konsistenza u dan li qed ngħid issa japplika wkoll għall-eżenzjoni tat- taxxa jew parti mit-taxxa fuq id-dħul mill-overtime.", "Jien nista' nistqarr li l-Gvern żgur m'għandu l-ebda ġustifikazzjoni għal din il-miżura u li ġara biss hu li l-Gvern ċeda għall-pressjoni li saret minn min se jiggwadanja minnha.", "Allura jekk il-kriterju ta' miżura fiskali li jimxi fuqha dan il-Gvern hija kemm tkun kbira l-pressjoni li ssir biex jieħu dik il-miżura, jien se nagħmel kampanja biex ikun hawn moviment ħalli nneħħu t- taxxa mid-dħul għax il-Gvern imbagħad iċedi għall-pressjoni.", "Qed ngħid li meta dan il-Gvern għadu ma wasalx biex jirrealizza li jekk huwa verament daqshekk ixxamplat li jista' jagħti dawn il-benefiċċji fiskali - jiġifieri trattament preferenzjali jew eżenzjoni mit-taxxa assoluta bħalma huma stocks jew eżenzjoni mill-capital gains u bħalma huma l-azzjonijiet ta' kumpanniji quoted fl-iStock Exchange u l-benefiċċju li ta għar-rigward ta' l-income mill-overtime - allura l-Gvern għadu ma rrealizzax li f'pajjiżna għadna ma wasalniex f'sitwazzjoni fejn jekk koppja t-tnejn jaħdmu nitrattawhom bħala żewġ individwi u t-tnejn li huma jibbenefikaw mid- deduzzjonijiet kollha li l-liġi tippermetti lill-individwu, u jekk l-istess dħul akkumulat tal-mara u r-raġel li jaħdmu separatament huwa ġej mill- attivita' ta' wieħed biss, tar-raġel, allura f'dak il-każ ma nagħtuhomx l- istess trattament, allavolja dak ir-raġel huwa miżżewweġ u għandu l-istess familja u allura l-income tiegħu se jiġi ntaxxat iktar għax ma nagħtuhx l- istess trattament ta' żewġ individwi li t-tnejn jaħdmu.", "Ħalli nerġa' nispjega, Mr Speaker.", "Jekk Gvern huwa daqstant ixxamplat fil-qasam fiskali biex jagħti dawn il-benefiċċji kollha, inkluż l-eżenzjoni tat-taxxi minn parti mill-overtime, allura ma jħossx li qabel ma jagħmel dan għandu l-obbligu morali illi jekk huwa wasal għall-konklużjoni illi raġel u mara miżżewġin li joħorġu jaħdmu t-tnejn jistgħu jagħżlu li jiġu ntaxxati separatament u quindi jkollhom il-benefiċċji tad-deduzzjonijiet bħala żewġ incomes separati, f'każ li l-istess ammont ta' income li qed jaqilgħu tnejn flimkien ikun qed jaqilgħu l-breadwinner tal-familja, jiġifieri r-raġel biss jew il-mara biss li taħdem, il-piż tat-taxxa fuq dan id-dħul m'għandux ikun ikbar mill-piż kumulattiv ta' raġel u mara flimkien illi għandhom il-benefiċċji sempliċement għax jgħażlu illi jiġu ntaxxati bħala tnejn separati?", "Jiena jidhirli li wasal iż-żmien li qabel ma nivvintaw il-miżuri ta' benefiċċji fiskali li rridu nagħtu, nagħmlu stocktaking tas-sitwazzjoni u naraw x'inhuma s-sitwazzjonijiet li jiġġustifikaw trattament preferenzjali fiskali mil-lat ta' ġustizzja ħalli nirriorganizzaw is-sistema ta' taxxa b'mod li tkun iktar ġusta u ekwa.", "Jiddispjaċini illi ħafna mill-miżuri li qed jipproponi l-Gvern, għalkemm huma żgur tajbin għal min se jiggwadanja minnhom, għalkemm forsi għandhom ukoll il-mertu li jinċentivaw xi attivita' li aħna nixtiequ ninkoraġġixxu, żgur jidinbu mil-lat ta' ġustizzja.", "Aħna m'għandniex inkomplu mexjin fit- triq li jekk nistgħu nagħtu benefiċċji fil-qasam fiskali ma nagħtuhomx lil dawk is-sitwazzjonijiet illi soċjalment, etikament u moralment jiġġustifikaw li jingħataw dawk il-benefiċċji qabel ħaddieħor.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, naturalment nixtieq nibda din il- konklużjoni tiegħi billi nipprova nirrispondi għad-diversi kummenti li saru fuq ħafna suġġetti u issues.", "Se nipprova nwieġeb għal dak kollu li ntqal u nispera li ma naqbeż xejn.", "L-ewwel rimarka li rrid nagħmel hija fuq il- kumment - ħalli ngħidlu hekk - li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri fis-seduta tat-Tnejn ta' qabel, vis-a-vis l-andament li ta' dawn il- liġijiet in relazzjoni ma' dak li nkiteb fl-ittri lill-Kummissjoni ta' l- Unjoni Ewropea, ittri li ġew depożitati fuq il-Mejda ta' din il-Kamra.", "Irrid ngħid illi, kif qal l-Onor.", "Spiteri, jiena kont involut sew f'dawk l-ittri li nkitbu, pero' nista' nassigura lil kulħadd illi fl-istess dikjarazzjonijiet li dejjem għamilt f'din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra, il-programm ta' ristrutturazzjoni fl-ekonomija li qed jagħmel il- Gvern, huwa programm tal-Gvern Malti u ta' ħadd iktar, u m'hu impost minn ħadd.", "Dan il-programm bdejna bih seba' snin ilu, kif tlajna fil-gvern, b'linji ċari ta' fejn irridu naslu, jiġifieri f'ekonomija li tinqata' kompletament mill-istaġnar li kien hawn fl-1987 u mill-metodu li kellna ta' kif titħaddem ekonomija.", "Aħna ridna naslu għal ekonomija ħielsa, mibnija fuq l-inizjattiva privata u ekonomija li tixpruna lilha nnifisha fuq l- effiċjenza u mhux fuq l-impożizzjoni jew il-protezzjonijiet.", "Din hija l- għażla li għamilna aħna bħala gvern, anke meta konna kontra xi pariri illi kienu jingħataw minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-IMF, illi dejjem kienu jagħtu pariri li jagħmlu abrupt changes u shock treatments.", "Aħna kontra dan u għażilna t-triq illi nibdlu l-ekonomija tagħna gradwalment, pass pass.", "U dan hu li għamilna f'dawn l-aħħar seba' snin, imxejna pass pass u ftit ftit.", "Min jara l-policies ekonomiċi li wettaqna u jipprova jifhem sewwa x'għamilna, isib li fil-pjan li għamilna hemm viżjoni; altru li hemm viżjoni f'dak li qed nwettqu!", "Mr Speaker, illum f'dan il-pajjiż wettaqna rivoluzzjoni f'ħafna mis- setturi li bdilna radikalment b'mod li nieħdu gost li għandna l- Oppożizzjoni tgħidilna li għamilna sew, għalkemm belatedly.", "Pero' kien ikun aħjar kieku kienu magħna meta konna qed inwettqu dawn ir-riformi.", "Fil- fatt, wara li dak inhar huma kienu għażlu li jagħmlu issues u oppożizzjoni qalila, ġew jgħidulna li l-affarijiet kienu sew.", "F'dan li qed nagħmlu llum, jien ngħid li għandna fortuna f'dan il-pajjiż għax jidher li hawn konkordanza immedjata u qbil fuq il-linja li qed nieħdu li tidher li hija l-linja t-tajba.", "Dan huwa tajjeb.", "Hemm punti ta' teknikalita' li rridu niddiskutu għax ma naqblux fuqhom.", "Mis-Second Reading ta' ħafna liġijiet diġa' ħarġu ħafna punti u dettalji li qed nikkonsidrawhom attivament.", "Ikun tajjeb ukoll li f'eżerċizzju bħal dan li qed nagħmlu, li huwa eżerċizzju massiv li se jbiddel ħafna mill- infrastruttura legali f'pajjiżna fejn għandhom x'jaqsmu l-kummerċ, finanzi u miżuri fiskali, għalkemm nistgħu ma naqblux f'ċerti issues bħal din ta' l- income tax għax forsi huma kwestjonijiet ta' prinċipju għal-lokal - kif qal l-Onor.", "Lino Spiteri - żgur li naqblu li rridu nagħmlu l-affarijiiet mill- aħjar li nistgħu.", "U dan li qed nipprovaw nagħmlu, li nagħmlu l-affarijiet mill-aħjar li nistgħu.", "Jien nassigura li dak li kien hemm fl-ittra lill- Unjoni Ewropea ma kienx il-kawża ta' dan li qed nagħmlu, imma l-effett ta' dak li qed nagħmlu.", "Forsi jien azzardajt nagħti pronostku - u dak kulma hemm - ta' meta naħseb li dawn il-liġijiet ikun għaddew minn dan il- Parlament.", "B'daqshekk ma naħsibx li saret xi ħaġa ħażina u ma naħsibx li ksirt il-fiduċja ta' xi ħadd jew inqast mir-rispett lejn dan il-Parlament.", "Mr Speaker, jien qed nipprova kemm jista' jkun nagħmel l-affarijiet bl- aħjar mod u bil-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Tajjeb ukoll li jkun hemm koperazzjoni bejnietna għax b'hekk inkunu nistgħu noħorġu affariijet serji u professjonali għal dan il-pajjiż.", "Meta l-Onor.", "Spiteri kien qiegħed jagħmel id-diskors tiegħu fis-Second Reading dwar l-Abbozz li jemenda l-Liġi tat-Taxxa, qal tajjeb ħafna li biex il-Gvern jilħaq l-ispejjeż tiegħu jrid bilfors jintaxxa.", "Imbagħad tisma' xi membri oħra ta' l-Oppożizzjoni jitkellmu u donnhom jinsew illi t-taxxi fil-pajjiż qegħdin hemm biex il-pajjiż ikollu s-servizzi.", "Iktar 'il quddiem ikolli ċans nidħol fil-kritika li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u naraw kemm din il-kritika kienet ibbażata fuq eżerċizzju superfiċjali, li ma daħalx fil-fond tat-tifsir ta' ebda ċifra li ġiet ikkwotata.", "Ħafna drabi kien hemm ukoll miżrappreżentazzjoni ta' ċerti ċifri li ġew ikkwotati u naħseb li huwa tajjeb li fil-fatt nibda minn dan.", "Nibda mill-movimenti li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dawk li huma taxxi diretti u taxxi indiretti.", "Pero' my bone of contention kbira hija d- definizzjoni ta' ċerta sezzjoni tat-taxxi indiretti taħt it-titlu \"Liċenzji\".", "Fil-konklużjoni tad-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzoni ried jagħti x'jifhem illi l-liċenzji li kien qed jitkellem fuqhom kienu jiġu esiġiti mingħand tal-ħwienet.", "Tajjeb li ngħidu liċ-ċifra ta' Lm27 miljun li kkwota l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bħala flus miġbura mil-liċenzji fl-1992, tinkludi, per eżempju, Lm1 miljun bħala liċenzja lil min kien qed iħaffar għaż-żejt, Lm3 miljun levy fuq affarijiet importati, Lm1.5 miljun levy fuq vjaġġi barranin, Lm1.2 miljun levy fuq l-ikel, Lm1.6 miljun taxxa fuq bearer accounts, Lm0.5 miljun taxxa fuq il-qliegħ tal-Casino, Lm7 miljun taxxa tal-boll u Lm6 miljun liċenzji tal-karozzi.", "Allura ma taħsbux li ma nkunux qed nitkellmu kif għandna nitkellmu meta nipprovaw nagħtu indikazzjoni li mill-1987 il-liċenzji żdiedu u fejn qabel il-Gvern kien jiġbor Lm9 miljun, issa qed jiġbor Lm27 miljun?", "Tajjeb li ngħidu li fl-1987 f'liċenzji reali tal-ħwienet, il-Gvern kien ġabar Lm700,000 u fl- 1992 din is-somma saret Lm824,000.", "Dan hu r-rebus u l-ħafna infiħ ta' figuri biex nagħtu impressjoni ta' kemm il-Gvern qed jagħfas lil tal- ħwienet \"imsieken\" fuq il-liċenzji!", "Naturalment fetħu aktar ħwienet minħabba l-politika kummerċjali tal-Gvern fil-pajjiż.", "GĦalhekk kien misdirected kompletament l-argument li nipprovaw ngħidu kemm qed nagħfsuhom iktar, \"imsieken\", lil tal-ħwienet.", "Mr Speaker, nerġa' nirrepeti; il-liċenzji tal-ħwienet - hawnhekk qed ngħodd it-trading licences u l-wines and spirits licences - f'sitt snin telgħu minn Lm700,000 għal Lm824,000.", "Sar ukoll diskors fuq kemm telgħet l-ispiża rikorrenti.", "Irrid ngħid li veru li din l-ispiża telgħet għaliex dan il-Gvern għamel ukoll restructuring qawwi fi ħdanu.", "Jekk xi ħadd jistaqsini - anke bħala Ministru tal-Finanzi - jekk iniex kuntent li hawn il-kontrolli kollha, effettivi u effikaċi, ħalli jkun hawn kontroll assolut fuq l-infiq, jien ngħid li le.", "GĦad hawn ħafna x'irid isir u rridu norganizzaw ruħna biex ikollna kontrolli aħjar f'dawk l-affarijiet li qed nagħmlu.", "GĦal dan il- għan, per eżempju, qed nipprovaw nirriorganizzaw u għamilna passi kbar għaliex dawn ir-riżultati ma tiksibhomx bl-intenzjonijiet tajba biss.", "Kulħadd jgħid kemm jixtieq li jkun \"hekk\" u kemm jixtieq li ma jkunx hawn ħela.", "Kulħadd jista' jgħid kemm hawn ħela, bħalma għamel illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta vvinta ċifra ta' ħela ta' 10%.", "Dik iċ-ċifra kellu bżonn biex l-equation tiġi tajba!", "Pero' din m'hijiex serjeta'!", "Kellu bżonn jiġi f'ċifra ta' Lm4.5 miljun, u la kellu expenditure ta' Lm54 miljun, qal li għandna ħela ta' 10% biex malajr ġab il-figura ta' Lm4.5 miljun!", "Dik serjeta'!", "Mr Speaker, il-kontroll irid isir b'organizzazzjoni.", "L-ewwelnett isir billi jkollna accounting system tal-Gvern suret in-nies.", "Kien hawn min qal: \"Għax il-Ministru accountant\", u ħafna drabi jużaw il-kelma \"accountant\" kważi kważi bħala kelma dispreġjattiv.", "Jien personalment ma niddejjaqx li jien accountant u fermament nemmen li jekk verament irridu li jkun hawn accountability irid ikollna sistema ta' accounting tajba; accounting li ma jaħbix iċ-ċifri skond xi jkunu l-voti u irrispettivament minn kif tonfoqhom; accounting li juri verament fejn huma l-ispejjeż tal- Gvern.", "Min jara r-riżultati tat-tip ta' rapporti li qed nippubblikaw jinduna bl-avvanzi - avvanzi sostanzjali - li qed isiru f'din l-area.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li d-dipartimenti tal-Gvern se jaslu biex ikollhom sistema ta' accounting komputerizzata li tkun unika, tkun kompatibbli bejn id-dipartmenti kollha u mbagħad tkun kompatibbli ma' sistema ta' accounting tad-Dipartiment tat-Teżor li tkun tista' tikkonsolida ċ-ċifri kollha, pero' li tagħtina wkoll il-possibilita' ta' real time accounting.", "Meta nitkellmu fuq ħela għandna nkunu realistiċi u ma noqogħdux ngħidu: Imma araw intom x'kontu tagħmlu meta kontu fil-gvern!", "Two wrongs won't make a right.", "Jien ma naħsibx li għandna noqogħdu nużaw dan it-tip ta' argumentazzjoni.", "Fir-realta' l-accounting isir meta fil-fatt jgħaddu mill- pipeline r-receipts u l-kontijiet li jiġu mid-dipartimenti kollha.", "U kemm kontijiet ....", "Jien li sirt Ministru tal-Finanzi fl-1992, sibt ma' wiċċi diversi kontijiet tal-bidu tat-tmenijiet biex jitħallsu u għamilna eżerċizzju kbir mad-dipartimenti biex inġegħluhom inaddfu l-pipeline kollu mill-kontijiet kollha tal-Gvern.", "Din hija r-realta' ta' l-accounting u b'daqshekk m'aħna nikkritikaw lil ħadd.", "Se nibqgħu niġġieldu s-sistema u l- burokrazija biex dawn l-affarijiet ma jkomplux isiru u se nipprovaw nagħmlu kontrolli biex l-ispejjeż tal-Gvern jirriflettu verament l-ispejjeż li jkunu qed isiru fil-ħin li jkunu qed isiru.", "Dan jirrikjedi l-isforzi kbar li qed isiru u meta qed ngħidu li rridu niġġieldu l-ħela, l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija dik li għadni kif semmejt, għaliex b'dak il-mod nistgħu ndaħħlu l-accountability bil-mod kif għandna ndaħħluha.", "Qed nagħmlu wkoll sistema ta' internal auditing fid-dipartimenti u dawn l-internal auditors irid ikollhom il-funzjoni li jaraw illi d-dipartiment mhux biss qed jobdi l- proċeduri tal-financial regulations kif ippubblikati, imma jridu jaraw ukoll li s-sustanza ta' l-ispiża hija realistika u jirrapportaw fuqha.", "Qed nieħdu miżuri - u issa wasalna biex niffinalizzawhom - biex nibdlu l- financial regulations ħalli mhux biss ikollna iktar flessibilita' fil-mod kif jopera l-Gvern, imma biex ma nibqgħux f'ħafna assurditajiet li biex nikkontrollaw ċenteżmu nitilfu l-liri sempliċement għaliex id-deċiżjoni ma tkunx ittieħdet f'waqtha.", "Xi kultant din tfisser delegazzjoni u responsabilita' u dan huwa l-mod kif tintegra mar-riformi li qed isiru fis- Servizz Ċivili.", "Meta l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici rrefera għar-riformi fis-Servizz Ċivili qal li għamilna kien biss li biddilna t-titli ta' nies, pero' għalkemm tbiddlu t-titli, irridu nbiddlu wkoll il-mentalita'.", "Din il- mentalita' tibdilha billi tibda tenfasizza li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu fejn għandhom jittieħdu u mhux dejjem jittieħdu minn ta' fuq nett biex kulħadd ifarfar minn fuq spallejh id-deċiżjoni li jrid jieħu.", "Dik hija l-mentalita' li qed indaħħlu, li mbagħad iżżomm responsabbli tad- deċiżjonijiet lil min ikun ħadhom u lil min ikun refa' r-responsabilita' tagħhom.", "Ma nistgħux inkomplu għaddejjin b'sistemi fejn l-accountability tisfuma u tiżvinta u ma tista' tipponta subgħajk fuq isem ħadd.", "Ma tistax teżerċita kontrolli b'dak il-mod.", "Dik hija risposta ġenerali fuq il-ħela.", "L-Onor.", "Alfred Sant għadu kemm qalilna li l-gap li se tinħoloq fil-Fond Konsolidat tal-Gvern - u din nerġa' niġi għaliha iktar tard - meta jitneħħew id-dazji se jsolviha billi jiffranka l-flus.", "Fil-Budgets li kellna f'dawn l-aħħar sentejn ipprovajt nispjega li ħafna drabi l-elementi tal-Budgets huma ħmira li jibdew u jkomplu jespandu, l-iktar meta tibda b'xi programmi soċjali jew programmi ta' welfare.", "Jekk m'iniex sejjer żball, fl-Ewwel Budget li ressaqt, kont tkellimt fuq il-welfare u rreferejt għat-tibdila demografika li għandna fil-pajjiż.", "Mr Speaker, il-bieraħ kont qed inħares lejn xi statistika tal-pensjonijiet u kif jitħallsu u minn banda tieħu gost ħafna tara li hawn numru ta' nies li llum jaqbżu t-80 sena, il-100 sena u anke l-eta' ta' 102 u 105 snin.", "Irridu jew ma rridux, qed issir din il-bidla demografika sostanzjali bil-ħeffa u ma nistgħux nagħlqu għajnejna għaliha.", "Inkunu mijopiċi jekk nitkellmu bil-mod kif qed jitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jgħid li tista' tiffranka Lm4.5 miljun għaliex tiffranka 10% fuq xi proġetti.", "L-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod u għandna nitkellmu b'iktar serjeta'.", "Semmewlna ż-żidiet fiċ- ċifri u qalulna, per eżempju, li l-onorarja ta' ċerti nies minn Lm2,000 għoliet għal Lm67,000!", "Qalulna wkoll li żdiedet in-nefqa ta' l-overtime, pero' r-raġuni hi li llum l-overtime qed jitħallas u m'għadux jingħata time- off-in-lieu.", "Jekk ħaddiem jagħmel l-overtime jitħallas tiegħu u m'għadhomx jiġu akkumulati sigħat, ġimgħat, xhur u snin ta' time-off-in-lieu fuq il- kotba ta' l-impjegati li kienu jaħdmu l-overtime u ma jitħallsux tiegħu.", "Għalhekk jien għidt li hemm bżonn nidħlu iktar fid-dettal fiċ-ċifri qabel ma niġu nitkellmu hawn u nibdew insemmu ċ-ċifri qisna qed intellgħu t- Tiritombla.", "Qalulna wkoll li n-nefqa fuq l-allowances żdiedet u bilkemm ma pprovawx jinsinwaw li \"min jaf min qed jieħu dawn l-allowances\".", "Dawn huma allowances li ngħataw lin-nurses u lill-pulizija biex inkunu nistgħu nsibu iktar nies adegwati għal dawn il-vocational jobs li jirrikjedu sagrifiċċju.", "Dawn huma l-allowances li ħallasna, Mr Speaker.", "Imbagħad bdew jikkwotaw ħafna ċifri, per eżempju, fuq it-taxxi indiretti u t-taxxi diretti u kif qed jogħla l-piż tat-taxxi indiretti u jonqos dak tat-taxxi diretti.", "Jekk wieħed iħares, Mr Speaker, lejn il-bażi tat-tassazzjoni f'pajjiżna jara li t-tax revenue komparat mal-GDP baqa' prattikament kostanti.", "Per eżempju, fl-1980 kien hemm tax revenue ta' 22% imqabbel mal- GDP u fl-1987 dan il-persentaġġ niżel għal 18%.", "Pero' dan in-nuqqas ma ġarax għaliex il-Gvern Soċjalista dak iż-żmien kien taffa l-piż għat- taxpayer.", "Dan kien riżultat ta' l-istagnation ekonomiku li kellna fil- pajjiż; ma kienx hawn income u profitti x'tintaxxa, kien hawn il-qgħad u ma nġabrux social contributions.", "U meta wieħed jibda janalizza ċ-ċifri - mhux ifaqqagħhom hawn qishom numri tat-Tiritombla - wieħed jibda jara t- tifsira warajhom.", "Per eżempju, jekk nerġgħu mmorru għat-tax revenue nsibu li l-persentaġġ reġa' tela' minn 18% fl-1987 għal 22% fl-1992, meta kważi lħaqna l-livelli normali li kien hemm fil-bidu ta' l-1980.", "Jiġifieri m'hawn l-ebda splużjoni ta' informazzjoni li wieħed jista' joqgħod jiskanta biha.", "Meta wieħed ikompli jħares lejn il-figuri jara li mid-dazju bqajna wkoll fl-istess livell ta' tassazzjoni; fl-1980 kien 45% u fl-1992 ukoll kien ta' 45%.", "Żdied dak is-segment li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni pprova jgħidilna li huma l-liċenzji tal-ħwienet pero' naturalment dan żdied għaliex daħlu xi taxxi oħra indiretti; daħlet il-levy fuq l-ikel, fuq l-ivvjaġġar u fuq l- importazzjoni li wkoll tista' tqisha bħala parti mid-dazju għalkemm ma tagħmilx mad-dazju għaliex hija imposta għal raġunijiet differenti u b'sistemi kompletament differenti għaliex hija ntiża mhux biss bħala revenue raiser imma bħala protezzjoni għall-industrija.", "L-Onor.", "Josef Bonnici qed ifakkarni li rdoppjaw ukoll il-liċenzji tal-karozzi; id-dħul mil-liċenzjar tal-karozzi rdoppja għaliex hawn ħafna aktar karozzi fit- triq milli kellna dak iż-żmien.", "Per eżempju ttrippla wkoll id-dħul mit- taxxa fuq il-bearer accounts u jekk wieħed kellu joqgħod jikklassifika dan it-tip ta' taxxi fil-preċiżjoni, u mhux jieħu tant kapitli kif inhuma klassifikati fl-estimi, jgħid li dik m'hijiex taxxa indiretta imma hija taxxa diretta.", "Għaliex taħt il-kolonna tal-liċenzji hemm ħafna taxxi li tista' tikklassifikahom bħala taxxi diretti.", "Imma, per eżempju, anke d- dħul mil-liċenzji tal-ħwienet huwa taxxa diretta, jekk toqgħod tara hijiex taxxa li titbiddel skond il-konsum jew le.", "Mr Speaker, niġi issa għall-introduzzjoni tal-VAT u rrid nitkellem dwar dan il-punt għaliex naturalment din kienet waħda mill-affarijiet importanti li ssemmew f'dan id-dibattitu.", "Jien nieħu gost li fl-aħħar il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qabel magħna li l-VAT m'hijiex taxxa li se tiġi magħmula biex tneħħi, tnaqqas jew tbiddel it-taxxa ta' l-income.", "Din hija taxxa li se tidħol biex tieħu post taxxa indiretta eżistenti, li hija t-taxxa tad- dazju.", "Almenu bdejna naqblu fuq waħda u nispera li jekk nibdew nitkellmu fuq il-VAT b'mod intelliġenti naslu biex naqblu fuq kollox, għaliex aħna nistgħu nipprovaw li meta wieħed iqabbel il-VAT mat-taxxa tad-dazju jsib li l-VAT hija taxxa ħafna aktar ġusta u progressiva.", "Għaliex?", "Għaliex huwa fatt empirikament provat li aktar m'hu d-dħul tiegħek, akbar hu l- persentaġġ ta' dak id-dħul li inti tonfoq fuq servizzi għaliex fuq l- oġġetti hemm limitu ta' kemm wieħed jikkonsma, hemm limitu ta' kemm wieħed jiekol u jilbes, mentri s-servizzi huma l-element ta' l-ispiża li jogħla ma' l-income ta' l-individwu.", "Allura huwa tajjeb u ġust li t-tax base f'dan il-pajjiż jiġi mifrux anke fuq is-servizzi u ma jibqax biss fuq l- oġġetti.", "Irrid ngħid li biex inkunu ċerti li qed inkunu ġusti fl- introduzzjoni tal-VAT għax jien nixtieq li f'dan il-pajjiż ħadd ma jilbes il-blinkers bħaż-żwiemel u jara biss sal-ponta ta' mnieħru ...", "Jien nippretendi li aħna għandna nirraġunaw.", "Aħna qed ngħidu li fuq l-oġġetti essenzjali, jiġifieri l-oġġetti ta' l-ikel, ta' mediċina, is-servizzi mediċinali kollha, l-edukazzjoni - inklużi l-kotba - u l-housing m'hu se jkun hemm ebda VAT.", "Mr Speaker, dawn l-oqsma jikkosistwixxu proporzjon ħafna ikbar tan-nefqa tal-lower income groups minn ta' dawk li qegħdin f'higher income bracket.", "GĦalhekk irrid nerġa' ngħid li s-sistema li qed naħdmu fuqha hi sistema ġusta.", "Irrid ngħid ukoll li huwa żball kardinali li wieħed jargumenta li għax bnadi oħra sar hekk, f'Malta se jkun hemm l- istess effett.", "Ftit ġimgħat ilu, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mar l-Awstralja u jien naħseb li ġie mpressjonat bil-mod kif il-VAT influwenzat l-elezzjonijiet f'dan il- pajjiż.", "Imma l-każ ta' l-Awstralja huwa l-każ tagħna?", "Il-każijiet ta' pajjiżi oħra fejn ġiet imdaħħla l-VAT huwa l-każ tagħna?", "Qabel ma ħafna pajjiżi daħħlu l-VAT kien diġa' kellhom purchase tax fuq il-prodotti.", "Minflok il-purchase tax - li kienet applikabbli għall-ħwienet kollha - daħħlu s-sistema tal-VAT fejn sempliċement estendew il-purchase tax fuq is- servizzi wkoll mingħajr ma naqqsu xejn mill-piż tal-purchase tax, anzi probabbilment żiedu dan il-piż ukoll.", "F'pajjiżna dan mhux se jiġri.", "F'pajjiżna ma teżistix purchase tax, imma jeżisti d-dazju li qiegħed b'rati għoljin ħafna.", "Li se jiġri hu li se jonqos il-piż tat-taxxa u b'hekk jonqos ukoll il-prezz għall-konsumatur f'ħafna prodotti.", "B'hekk inkunu qed nikkumpensaw it-taxxa fuq is-servizzi.", "Min illum forsi qiegħed jiżbrana xi ftit, qiegħed jiżbrana għax aħna għamilnieha ċara li se nesiġu li se jkun hemm riflessjoni ta' tnaqqis fid-dazji u fil-prezzijiet ta' l-oġġetti li llum huma dazjabbli li jridu jinbiegħu lill-konsumatur.", "Dan aħna se nesiġuh.", "MR SPEAKER: Onor. John Dalli, skadielek il-ħin u għandek bżonn il-leave of House biex tkompli.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirringrazzja lill-Kamra ta' l-estensjoni, Mr Speaker.", "M'aħniex se noqogħdu nidibattu dwar jekk il-VAT hijiex iktar progressiva jew iktar rigressiva.", "Issa jidher li that argument is behind us, għax nafu li din hi taxxa indiretta ekwiparata ma' taxxa indiretti oħrajn.", "GĦalhekk m'hemmx il-problema ta' rigressivita'.", "Aħna ngħidu li din hi taxxa iktar effiċjenti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsiena minn xiex inhi iktar effiċjenti din it-taxxa.", "L-Onor.", "Alfred Sant waqaf biss fuq id-dazji għax issa l-argument hu - jien ma nifhimx ċerta loġika - li jekk din hija taxxa li se tissostitwixxi d-dazju, allura meta ngħidu li din hi iktar effiċjenti, ngħidu hekk għax hi aktar effiċjenti mil-lat ta' dazju.", "Aħna assolutament ma naqblux li hi aktar effiċjenti mil-lat ta' dazju, imma qed ngħidu li l-VAT se tieħu post id-dazju għax id-dazji f'pajjiżna jridu jispiċċaw, jekk verament nemmnu li f'pajjiżna jrid ikollna kummerċ ħieles.", "GĦalhekk il-barrieri ta' tariffi jridu jispiċċaw u dan l-argument jaqblu miegħu kemm in-naħa tal-Gvern u kemm in-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni llum ukoll reġa' kkonferma dan għax qal li għalihom ifisser ukoll li d-dazji jridu jitneħħew fuq kwantifika ...", "Jien naqbel ma' din iċ-ċifra għax hija l-istess ċifra li rridu nbiddlu aħna, u se nispjega t-Lm92 miljun.", "L-Onor.", "Sant qal li trid tibdel bejn Lm45 miljun u Lm55 miljun u għandu raġun - dik diġa' għidtha fil-Budget - li jgħid hekk għax finalment ma għandhomx isiru kummenti fejn qisna li ma qrajniex jew inkunu nsejna xi qrajna fid-dokumenti uffiċjali pubbliċi u wara dan kollu noqogħdu nilmentaw li ma għandniex informazzjoni.", "Jien diġa' għidt ċar - f'dan il-kontest diġa' għaddejna waħda mil- liġijiet importanti f'dan il-Parlament - li l-ewwel fażi ta' l- introduzzjoni tal-VAT li bdiet din is-sena hi transposition ta' taxxi tad- dazju f'taxxi oħra li huma s-sisa u r-registration tax fil-każ tal-karozzi.", "Dan aħna għalfejn għamilnieh?", "GĦax is-sisa m'hix se titneħħa u fejn fl- 1993, per eżempju, daħħalna Lm92 miljun mid-dazju, min jaqra l-estimi ppubblikati tal-Gvern għall-1994 għandu jara li l-istima tad-dħul mid-dazju diġa' hija ħafna inqas.", "U dan minħabba li din is-sena se nkunu qtajna ssostitwejna parti mid-dazju b'sisa u registration tax, li allura se tkun parti mil-liċenzji, il-famuża kategorija tal-liċenzji li semma l-Kap ta' l- Oppożizzjoni fejn qal li se nkunu għafasna aktar lil tal-liċenzji.", "Dan m'għandu x'jaqsam xejn.", "Dik hija l-ewwel fażi u l-Partit Laburista anke l- Lm40 miljun u l-Lm50 miljun mid-dazji - bejn wieħed u ieħor - li qed isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid ineħħi.", "Il-mistoqsija tagħna hija: Allura dawn biex se nissostitwuhom?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux billi jiġi hawn u jgħidilna li huma kieku jnaqqsu n-nefqa jew li dan jagħmluh over ten years u allura jfisser li jiffrankaw Lm4.5 miljun fis-sena.", "Jien ngħidlu: Imma bis-serjeta' qed nitkellmu b'dan il-mod?", "Donnu ma nafux x'aħna ngħidu!", "Dan ma jirrealizzax li din m'hijiex xi loan il-bank li jekk taqta' Lm4.5 miljun tkun qtajt ta' sena imbagħad is-sena ta' wara trid taqta' Lm4.5 miljun?", "Ma jafx li bil-mod kif jaħdem il-Fond Konsolidat, minn sena għal sena dan ikollu effett kumulattiv u jekk taqta' Lm4.5 miljun f'sena dak se jfisser li s-sena ta' wara trid taqta' Lm9 miljun, is-sena ta' wara trid taqta' Lm13.5 miljun u s-sena ta' wara trid taqta' Lm18 miljun sakemm tasal biex taqta' Lm50 miljun kollha fl-għaxar sena?!", "Lanqas dan il-fatt elementari m'aħna kapaċi nassessjaw sew?!", "Basta niġu hawnhekk u ngħidu l-ħmerijiet!", "L-Oppożizzjoni ħarġet tattakka l-VAT imma m'għandha l-ebda alternattiva għaliha.", "Tan-naħa l-oħra qed jipprovaw isibu raġuni, issue u pożizzjoni li ma tagħmilx sens matematiku.", "Dawn ma jafux x'inhuma jagħmlu u ma jafux x'inhuma jgħidu!", "Qed jgħidu li din se ndaħħluha minħabba l-Ewropa.", "Imma anke huma l- proposta tagħhom idaħħluha minħabba l-Ewropa.", "Jiġifieri fuq il-fatt li jrid jitneħħa d-dazju m'hemmx konflitt bejnietna għax qed ngħidu l-istess ħaġa.", "Għaliex is-sistema tal-VAT hija aktar effiċjenti?", "Is-sistema tal- VAT hija aktar effiċjenti għaliex se jkollha effett fuq l-income tax.", "Imma l-effett mhux li se nneħħu l-income tax irid ikun, imma li se ndaħħlu aktar kontrolli u t-taxxa tibda titħallas anke minn dawk li llum qed jevaduha.", "Jien nistenna li l-Oppożizzjoni Soċjalista ma titkellimx kontra dan il-prinċipju.", "Fl-ewwel sessjoni li kellna fuq din il-liġi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni beda jgħid - u kważi beda jagħti raġun lill-GRTU - li qed jopponu l-introduzzjoni tal-VAT għaliex bis-sistema tal-VAT se nikkontrollaw fuq l-issue ta' l-income tax.", "Mr Speaker, imma din tista' titwemmen f'dan il-pajjiż?", "Possibbli li hawn xi ħadd li għandu kuxjenza soċjali li jgħid li t-taxxa tal-VAT hi immorali?", "GĦaliex hi immorali?", "Qed jgħidilna li l-VAT hi taxxa mmorali għax tista' tgħolliha meta trid.", "Daqskemm ma stajniex ngħollu d-dazji meta rridu u ħadd ma kien iżommna!", "Dan japplika anke għal meta l-Oppożizzjoni kienet fil-gvern, meta setgħet għolliet id-dazji u ħadd ma kien jista' jżommha.", "Dan x'argument hu li jgħidulna li huma kontra l-VAT minħabba li din it-taxxa tista' tgħolliha meta trid?", "Meta aħna kellna ngħollu s-sisa fuq il-birra, ma għollejnihiex!", "Jekk irridu nistgħu ngħollu u nnaqqsu d-dazju meta rridu.", "Meta ridna nagħmlu t-taxxa tal-boll m'għamilnihiex!", "X'għandu x'jaqsam li għax din it- taxxa hi VAT allura tista' tgħolliha meta trid?", "Dan x'argument hu?", "Mr Speaker, din m'hix kwestjoni li għandna noqogħdu nagħmlu dan it-tip ta' issues fuqha u din qed ngħidha bis-serjeta' u bir-raġuni.", "Qed nipprovaw nibnu l-argumenti fuq il-ħmerijiet għax nerġa' nirrepeti li r- raġunijiet li smajt f'din il-Kamra huma kollha ħmerijiet.", "Dawn huma raġunijiet li lanqas matematikament ma jagħmlu sens.", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, ippermettili, se jkolli ninterrompik.", "Sar il- ħin.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, jekk jogħġbu, jista' jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 2 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jirrikonoxxi Trusts - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' Investiment - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi kontra Insider Dealing - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi kontra Money Laundering - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Segretezza Professjonali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ Bankarju - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari; Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi kommunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, jien se nitkellem fuq aspett li ċertament jien u int ma naqblux fuqu.", "Qed nitkellem fuq sistema li qed tidħol li jien nirritjeni li hi kontra l-Kostituzzjoni, il-kwestjoni tal- vot ta' sfiduċja f'Ministru partikolari.", "Jien qiegħed nitkellem fuq dan għax illum m'hemm l-ebda vot ta' sfiduċja fuq l-order paper jew inkella fuq il-ktieb tal-mozzjonijiet, pero' nħoss li għandi nitkellem fuqu.", "Nibda biex ngħid li l-liġijiet u l-iStanding Orders tagħna jgħidu ċar li fejn il-liġijiet tal-pajjiż ma jipprovdux mod ieħor, eċċ., għandna naqgħu fuq il-konswetudini u l-Erskine May.", "Imma ma nistgħux nittraskuraw il- Kostituzzjoni tagħna billi naqgħu għal prattika ta' pajjiż ieħor li l- Kostituzzjoni tagħna m'għandhiex.", "Jekk wieħed jeżamina artiklu 81 tal- Kostituzzjoni jsib li vot ta' sfiduċja huwa previst fil-gvern kollu.", "Qed ngħid dan għaliex jekk il-vot ta' sfiduċja jgħaddi, dak il-Ministru jkollu jirriżenja, mentri skond il-Kostituzzjoni huwa l-Gvern li jkollu jirriżenja.", "Allura ma jistax ikollok vot ta' sfiduċja f'Ministru partikolari għax ma tistax tgħid: Jien nista' nagħmel kollox barra dak li huwa projbit.", "Inti għandek poter li tagħmel ċerti affarijiet kemm-il darba dak ikun effettivament within your powers to do.", "F'dan il-każ partikolari l-Kostituzzjoni tagħna, filwaqt li tgħid li huwa possibbli li jkun hemm vot ta' sfiduċja fil-Gvern, il-kwestjoni tal-Ministri m'hijiex effettivament kwestjoni ta' fiduċja tal-Parlament.", "Il-Ministri ma jeħdux il-ġurament quddiem dan il-Parlament, ħlief bħala Membri Parlamentari.", "Wara li l-Prim Ministru jkun għażel lill-Ministri, il-President - li huwa l-awtorita' eżekuttiva tal-pajjiż - jikkonferilhom il-pożizzjoni tagħhom ta' Ministri li jżommuha biss sakemm il-Prim Ministru jibqagħlu dik il-fiduċja.", "Mela għalkemm inressqu vot ta' fiduċja jew sfiduċja lil xi Ministru, jekk il- Prim Ministru jkun irid iżommu, kostituzzjonalment ħadd ma jista' jaqilgħu minn hemm.", "Minkejja li jkun hawn vot ta' fiduċja tal-Kamra kollha, il- ġurnata ta' wara l-Prim Ministru jista' jqum u jneħħi lil kull min għamel Ministru u jdaħħal lil ħaddieħor, allavolja ma jkunx hemm talba mill- Oppożizzjoni u mingħand xi ħaddieħor biex jitneħħew.", "Qed ngħid dan għaliex hija prerogattiva tal-Prim Ministru lil min jagħmel ministru jew le.", "Għalhekk il-vot ta' sfiduċja m'huwiex mogħti lil dan il-Parlament.", "Ara fil-każ tiegħek, Mr Speaker, fejn inti qiegħed bl-approvazzjoni tal- Kamra, vot ta' sfiduċja fik ikun korrett għaliex huwa l-Parlament li jagħtik il-poter u allura huwa l-Parlament li jista' jneħħilek dak il- poter.", "Hekk ukoll huwa l-Prim Ministru bħala kap tal-Gvern kollu, u dak huwa previst mill-Kostituzzjoni.", "Imma allaħares dawk il-poteri jew il- karigi istituzzjonali li għandna fil-Kostituzzjoni nneħħuhom sempliċement b'vot tal-Parlament.", "Jekk, per eżempju, il-Gvern jew membru tal-Gvern iressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Kap ta' l-Oppożizzjoni u peress li n-naħa tal-Gvern ikollha l-maġġoranza, din il-mozzjoni tgħaddi, f'dan il-każ x'jiġri?", "Il-President ikollu jneħħih.", "Meta wieħed jiġi biex japplika l- liġijiet, irid jara xi jkun qed jagħmel u ma jagħmilx.", "Skond il- Kostituzzjoni tagħna, jien ngħid li din m'għandekx tagħmilha.", "Jien qbadt nidħak meta l-Prim Ministru stess qam u ressaq emenda biex il-Parlament jiddikjara fiduċja fil-Ministru tiegħu.", "L-inqas bniedem li hemm bżonn li jqum biex jagħmel mozzjoni ta' fiduċja f'dak il-ministru partikolari, jew inkella xi segretarju parlamentari, huwa l-Prim Ministru, għax huwa preżunt li għandu fiduċja f'dak il-ministru jew segretarju parlamentari u għalhekk lanqas il-fiduċja ta' sħabu tan-naħa tiegħu m'għandu bżonn.", "Il-Prim Ministru huwa l-inqas persuna li hija indikata li tista' tagħmel mozzjoni bħal dik, għaliex hija prerogattiva tiegħu li m'għandux għalfejn jgħidilna biex niddikjaraw fiduċja f'dak il-Ministru.", "Għaliex?", "Il-Prim Ministru jkun diġa' tahielu meta għażlu bħala ministru.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, Mr Speaker, meta nibdew naraw dan it-tip ta' affarijiet isiru li, jiddispjaċini ngħid, ikunu qed imorru kontra l- liġijiet, in-nies kapaċi jħalluh għaddej.", "Huwa korrett li tiġi diskussa ċ- ċensura fl-operat ta' ministru, li inti tikkritika ministru, imbagħad tagħmel mozzjoni fuq il-mod kif ġab ruħu.", "Imma mhux tagħmel vot ta' sfiduċja.", "Imbagħad meta jkollok dawk l-affarijiet, wieħed jibda jgħid: Għalfejn neħduha bi kbira li joħroġ wieħed bħall-Ħanfusa għall-kunsilli?", "L- ewwelnett jien ngħid li la s-sistema saret, il-poplu għandu d-dritt jagħżel.", "Huwa ħażin li inti toqgħod tgħid fuq dan il-bniedem, li din hija ċajta jew mhux ċajta.", "Wara kollox jien bdejt nirrifletti jekk dak qal li jkun Father Christmas - kien hawn ħafna nies jagħmluha ta' Father Christmas - li jwiegħed lin-nies ħafna affarijiet - mhux f'dawn iż-żmenijiet imma ħafna u ħafna snin qabel - u mbagħad ma jżommuhomx ...", "In-nies kienu jafu li dawn il-wegħdi mhux se jżommhom.", "Pero' bħalma mhux se jżommhom dan il- Father Christmas, kien hemm oħrajn iktar serji minnu illi ma żammewx kelmithom.", "Mhux se noqgħod insemmi punti, wieħed wara l-ieħor, ta' ilma ġej il-ħin kollu u allura jkollok iġġib plumber għax l-ilma ma jkunx jista' jieqaf u d-dawl ma jinqata' qatt ħlief meta jkollok il-Christmas tree tixgħel biex il-ħanfusa tkun tista' tidher bħala Father Christmas!", "Mr Speaker, dawn huma affarijiet li qed jindikaw ċerta kritika ġenerali mill-elettorat, u l-kunsilli lokali ma kenux maħsubin biss għad- devoluzzjoni tal-poter.", "Jekk wieħed janalizza kif qed isiru l- elezzjonijiet isib li dawn ġew magħmulin b'ċertu mod biex jipprovaw jagħmlu bħalma jsir f'pajjiżi oħrajn, jiġifieri biex dak li jsir fil-kunsilli lokali jirrifletti l-possibilita' ta' sampling u minflok toqgħod tagħmel Gallup poll, tagħmel wieħed fid-distretti tas-south fejn taf li hemm maġġoranza mod u fl-istess ġurnata tagħmel ieħor fin-north ħalli tara bejn wieħed u ieħor kif qed ixaqleb il-miżien.", "S'issa minn dak li rajt, jiddispjaċini ngħid li kulħadd kuntent u kulħadd ferħan għax kulħadd rebaħ.", "Allura għax rebaħ il-Ħanfusa hemm bżonn dan l-istorbju kollu?", "Kulħadd rebaħ; anke min ma tellaqx rebaħ ukoll.", "Jien ngħid li dawn l-affarijiet ma jinżlux tajjeb man-nies, lanqas dak li pprova jagħmel min immanuvrahom taparsi bil-perfezzjoni tal-computer u ta' l-istatistika, bħala l-brains tas-sistema li jorganizza s-sistema partitokrata, li dejjem qed tiżdied, ta' strateġiji, funzjonament, polls u investigazzjonijiet.", "Naħseb li r- riżultat ta' Grima - ħalli nsejjaħlu b'ismu - ta' GĦawdex wera li l-poplu jrid iktar serjeta' u jrid iktar affarijiet konkreti.", "GĦaliex?", "GĦax xeba' mill-wegħdiet fiergħa li ma jirriżultaw qatt.", "Waħda mill-affarijiet tad- daħk li nsemmi - mhux qed ngħid għall-wegħda li ma' kull kantuniera jkollok jukebox - hija li l-vaganzi jkunu mill-Milied sa l-GĦid.", "Imma kemm hemm affarijiet iktar serji li fihom għadna wisq lura ħdejn ħaddieħor, u waħda minnhom hi l-bżonn li dan il-pajjiż ikollu ombudsman serju.", "Jien niftakar li taħt Gvern Laburista din il-wegħda li ilha ssir mill-1970 ma saritx u l- Partit Nazzjonalista issa ilu dan iż-żmien kollu fil-gvern u ma wettaqhiex lanqas.", "Meta tagħmel l-affarijiet trid tagħmilhom bis-serjeta' u mhux tipprova toħloq mudell illi ma jkun xejn, jew li jservik biss għal skopijiet elettorali, jew to prove yourself right billi tgħid: Ara kemm kellna raġun; għamilna kummissjoni li fiha appuntajna lin-nies li dehrilna aħna u sabu kif konna ngħidu aħna meta konna nagħmlu dik il-kritika.", "Dan huwa ħażin.", "Imma s-sistema ta' l-ombudsman hemm bżonnha, Mr Speaker.", "Żmien ilu meta l-Partit Laburista kien fil-gvern u jien kont Membru Parlamentari u nikteb fil-gazzetti, waħda mill-affarijiet li kont attakkajt kienet kif il-Kummissarju tal-Pulizija jibgħatlek ittra illi fiha jgħidlek li l-permess tiegħek ġie rifjutat u mbagħad jittajpjawlek \"on grounds of policy\".", "Jien kont staqsejthom fejn nistgħu nsibu dawn il-\"grounds of policy\".", "Dak iż-żmien kien hemm min qal li kelli raġun għax dan m'hux sewwa u ċ-ċttadin għandu jiġi l-ewwel, għandu jkun informat u għandu jkollu r-raġunijiet kollha.", "Inqas minn sena ilu, bniedem miż-Żejtun kiteb lill-Kummissarju tal- Pulizija u mbagħad irċieva ittra fejn qallu li t-talba tiegħu kienet qed tiġi rrifjutata u tah ir-raġuni għal dan.", "Din kienet \"on grounds of policy\".", "Meta staqsieni x'inhuma \"grounds of policy\" għidtlu li żmien ilu kont staqsejt l-istess ħaġa u llum għadni nistaqsi x'inhi u bqajna ma nafux.", "Għalhekk meta jsiru dawn il-wegħdiet kollha u ma jitwettqux m'għandniex għalfejn noqogħdu nintilfu fuq bniedem bħal Grima li jwiegħed il-jukeboxes, li jwiegħed il-ġenna fl-art u li jwiegħed aktar vaganzi.", "Kellna biżżejjed wegħdiet.", "Il-poplu jrid is-serjeta' u meta ma jsibhiex jgħidlek ...", "Jien mhux se ngħid bħall-Ħanfusa li meta staqsewh jekk kienx se jitla' fil-Parlament qalilhom: Għalfejn qed iġġibuha bi kbira; hemm tant insetti oħrajn fil-Parlament, qed teħduha bi kbira għax ikun hemm ħanfusa magħhom?", "Jien mhux hekk ngħid.", "Meta jkun hemm dawn l-affarijiet hija indikattiva ħafna ta' dak li jkun qed iħoss il-poplu.", "Meta l-poplu minn ħafna palkijiet, ħafna public images, ħafna scenarios u ħafna media jfittex u jispiċċa biex ma jsib xejn, imbagħad isib bniedem bħal dak, jgħidlek li hu ta' l-istess kwalita'.", "Imma mbagħad m'għandniex għalfejn nieħdu s-sorpriżi meta naraw kif jivvotaw in-nies.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, nixtieq nagħmel ftit rimarki fil- qosor.", "L-ewwelnett illum, lejlet it-28 ta' April, nixtieq insellem lil dawk il-Maltin kollha li 36 sena ilu ssograw il-ħabs, ix-xogħol u l-familji tagħhom biex ħarġu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern Ingliż li kien ħadilhom il-Kostituzzjoni.", "Dan qed ngħidu llum fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż biex l-istorja ma tnessix li kienu l-ħaddiema Maltin tad-Dockyard, tax-Xatt u ħaddiema oħrajn, li dak iż-żmien ħarġu jipprotestaw biex Malta tingħata l-ħelsien.", "Dak inhar, taħt il-Leader l-Onor.", "Mintoff, il-ħaddiem Malti qam u beda l-ġlieda tiegħu għall-ħelsien.", "GĦalhekk jien minn hawn irrid insellem lil dawk il-ħaddiema żgħażagħ qalbiena li dak iż-żmien marru l-ħabs - ħafna minnhom illum mietu - għas-sagrifiċċji li għamlu u nsellem ukoll lill-familji tagħhom.", "Nispera li ż-żgħażagħ tal-lum dan jibqgħu jiftakruh għaliex din hija parti mill-istorja; l-ewwel darba li l-poplu Malti qam biex jiġġieled għad-drittijiet tiegħu u la ġġieled għat-Taljani u lanqas għall-Ingliżi jew għal ħaddieħor.", "Issa nixtieq immur għal xi ħaġa differenti.", "Nixtieq inqajjem il-każ tas- sajjieda, u qed jiddispjaċini li l-Ministru responsabbli m'huwiex hawn.", "Fit-12 ta' Jannar ta' din is-sena l-Ministeru ltaqa' ma' żewġ koperattivi, il-Koperattiva tas-Sajd Ltd u l-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, fuq il- kwestjoni ta' l-esportazzjoni tat-tonn u tal-pixxispad.", "Kien inlaħaq ftehim ma' dawn iż-żewġ koperattivi biex ma jiġrix bħalma ġara s-sena l- oħra fejn sar ħafna taħwid, il-kuntratt ħaduh il-bażużli u filwaqt li s- sajjied ġie mogħti ftit flus, il-kuntratt inbiegħ bi flejjes kbar.", "Kien sar kuntratt biex mhux kollox isir ta' malajr, imma l-offerti joħorġu kemm jista' jkun kmieni u jagħlqu mhux aktar tard mill-15 ta' April.", "Taw dan iż- żmien kollu biex is-sajjieda jkunu jafu x'se jiġri, jilħqu jsiru diskussjonijeit bejn iż-żewġ koperattivi u wara li tintefa' t-tender il- Ministeru jkun jista' jagħżel.", "Pero' b'sorpriża għal kulħadd ħarġet tender li fetħet fit-13 ta' Frar u għalqet malajr fit-28 ta' Frar.", "Meta s- sajjieda pprotestaw u l-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd bagħtet ittra lill- Ministru, qisu ma ġara xejn għaliex lanqas acknowledgement letter ma bagħtulhom.", "U fid-daqqa u l-ħin din it-tender li kienet għalqet reġgħet fetħet fl-1 ta' Marzu u għalqet fil-15 ta' Marzu, meta nqala' dak l-inkwiet fuq il-baħar.", "Issa waħda mill-kumpanniji li kienet se titfa' l-offerta tagħha, dak inhar ma setgħetx teħodha u marret biha fis-16 ta' Marzu, fil- għodu.", "Iż-żewġ koperattivi pprotestaw għaliex qalu li din kienet għalqet - irrid ngħid li ħadd ma jaf kif dawn it-tenders jagħlqu, u issa niġi għal oħra isbaħ minn din - pero' ma ħadux sodisfazzjon.", "Dawn marru l-Ministreru u reġgħu ma tawhomx sodisfazzjon u mbagħad ħarġu bl-iskuża li jekk jerġgħu joħorġu l-applikazzjonijiet, min ħa t-tender ifittixhom bil-Qorti.", "Issa ma rridux ninsew li meta ħarġet it-tender ta' Frar u din il-persuna ma kenitx hemm reġgħu ħarġulha tender, b'kumbinazzjoni għalqet f'żewġ minuti u ħaditha persuna li llum ma nsemmihiex pero' 'l quddiem insemmiha.", "Biżżejjed ngħid li jekk tkun taħdem ma' ċertu pitkal, tieħu l-għajnuna tal-Gvern.", "Meta marru jipprotestaw quddiem il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni u rat l- affarijiet, din tathom raġun, pero' sal-lum baqgħu bir-raġun biss.", "Quddiem il-Kummissjoni veru nstab li dawk is-sajjieda li ma jmorrux għand ċertu pitkal - issa jien ma nafx kif dan il-pitkal jindaħal biex dawn jieħdu l- għajnuna għaliex l-għoti ta' l-għajnuna tiġi deċiża mill-Gvern - ...", "Issa hemm min ħa għajnuna seba' darbiet u hemm min ma ħa xejn, sempliċement għaliex ma jdaħħlux il-prodotti tagħhom għand dan il-pitkal, imma jdaħħluhom għand il-koperattivi tagħhom.", "Wara li fridna liż-żewġ koperattivi, issa ġġelidna magħhom!", "Ħalli nkompli nitkellem fuq it-tender.", "Dawn kemm-il darba pprovaw jiltaqgħu mal-Ministeru u saħansitra daħal fil-kwestjoni Dr Austin Gatt li għadni ma nistax nifhem kif daħal f'affarijiet tal-Gvern.", "Issa l-Avukat Ġenerali qed jgħidilhom li għandhom dritt li jinfetħu dawn it-tenders - anke jekk ifittxuhom - għaliex jaf li hemm it-teatrini f'din it-tender, pero' l-Ministeru qed jibqa' jirrifjuta.", "Bqajt ma tkellimtx sal-lum għaliex sal-lum kellhom jieħdu risposta dwar jekk hux se jergħu jinfetħu t- tenders.", "Pero' dawn ma nfetħux.", "Min ħa t-tender, diġa' ħadha d-darba l- oħra u t-tender tfisser li hu jiddetermina x'jiġi importat u x'jiġi esportat.", "Din il-kwestjoni tant hi serja li daħal fiha s-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Anġlu Fenech.", "Ladarba din il-kwestjoni ġibtha a konoxxenza tal-Parlament, nitlob biex il-Ministeru jara verament x'hemm u l-Ministru jibgħat lil xi ħadd biex jirranġa t-tender mhux biex jeħduha Ċikku u Peppu, imma minħabba s-sajjieda għaliex mhux sewwa li dawn in-nies jissograw ħajjithom u mbagħad min ma jagħmel xejn jieħu t-tender.", "Jien nippretendi li l-Ministeru jagħmel bħalma kien isir fi żmienna u jgħin lis-sajjieda biex it-tender jeħduha huma.", "Għaliex m'għandhomx jeħduha s-sajjieda?", "Il-ġimgħa d-dieħla nsemmi t- taħwid li għaddej fil-Pixkerija, pero' llum ridt biss niftaħ għajnejn il- Ministru ħalli mhux iħalli min iħawwadlu fil-Ministeru, imma jibgħat għalih biex jirranġa din il-biċċa xogħol.", "Għaliex dan huwa serq mis-sajjieda taż- żewġ koperattivi tas-sajd, u mhux qed insemmi waħda jew oħra.", "Meta tela' Gvern Nazzjonalista fl-1987, flok żamm lis-sajjieda magħqudin, firidhom f'żewġ koperattivi u issa ż-żewġ koperattivi spiċċaw għaliex hemm wieħed minn San Pawl il-Baħar li jiddeċiedi hu min jieħu t-tenders.", "Fuq din il- kwestjoni tas-sajd nieqaf hawn u nispera li sa nhar it-Tnejn ikollna risposta għaliex mhux sewwa li s-sajjieda jaħlu saħħithom u jaħlu l-liri biex jaqbdu t-tonn u mbagħad dan jinxtara bis-soldi.", "Mhux hekk biss, talli biex iċedilhom it-tender min ħadha qalihom biex jiftiehmu mal-Gvern illi l- bejgħ tat-tonn ikun bil-prezz ta' Lm1.80, jiġifieri l-prezz jogħla anke għall-mara tad-dar.", "Il-Ministru għadu kemm tkellem fuq il-VAT ....", "Dan ukoll se jibda jogħla!", "Mela x'tikkontrollaw!", "Tgħidu li tikkontrollaw u mbagħad biex dan iċedi tender irid ikun hemm ftehim li l-prezz jogħla minn Lm1.60 għal Lm1.80?", "Jiġifieri l-Gvern jikser il-liġi li għamel hu stess u biex kulħad joqgħod kwiet lil dak jagħtih Lm1.80 u lill-ieħor jagħtih Lm1.60.", "Dan sewwa, Mr Speaker?!", "Dan li kelli xi ngħid fuq tas-sajd.", "Mr Speaker, issa għandna oħra isbaħ.", "F'Diċembru tas-sena l-oħra l-Gvern ħareġ tender biex bejn is-16 ta' Diċembru, 1993 u t-30 ta' Ġunju, 1994, jissupplixxu lill-isptarijiet u lill-istituzzjonijiet tal-Gvern bil-ħaxix.", "Din it-tender ħadha wieħed pitkal li ma kellu l-ebda dritt li jeħodha għax il-liġi tgħid li pitkal ma jistax jitfa' tender tal-ħaxix biex jissupplixxi l-isptarijiet u postijiet oħra tal-Gvern.", "L-avukat ta' min tefa' t-tender - issa kien hemm biss fraction of a mil bejn it-tender ta' dan il-pitkal u ta' ieħor li veru jagħmel dan ix-xogħol - bagħat ittra lill-Accountant General u qallu li saret irregolarita' u mhux sewwa li din jeħodha bniedem li mhux suppost li ħadha.", "Min qed jagħmel it-tenders dawn l-affarijiet jafhom, imma xorta waħda ħadha dan il-pitkal.", "Fit-3 ta' Frar jirċievi ittra fejn jgħidulu li Tender 292 \"Supply of Fruits and Vegetables\" veru li ma setgħetx tittieħed minn dan il-pitkal - jiġifieri l- Accountant General qed jgħidlu li l-affarijiet ma jistgħux isiru hekk - u se terġa' toħroġ tender oħra.", "Sa hawnhekk kollox fair u min għamel dawn l-affarijiet għamel sew.", "Imma issa fejn hu l-ħmieġ, Mr Speaker?", "Fl-ittra li bagħtu lil dan l-individwu li suppost ittenderja mal-pitkal qalulu li għandu raġun, pero' sakemm terġa' toħroġ it-tender u tingħata se jibqa' jissupplixxi lill-isptarijiet il-pitkal li ħa l-ewwel tender!", "Tinsewx li l- ittra li tikkontesta l-għoti ta' din it-tender intbagħtet f'Diċembru, jafu li saret ħażin, joħorġu t-tender fi Frar u sal-lum għadhom lanqas jafu min ħadha.", "GĦaliex?", "GĦax tawha lil dan il-pitkal u qalulhom - dan issa mill-uffiċju tal-Finanzi minn fejn joħorġu t-tenders - li sakemm toħroġ it- tender u tittieħed dan jibqa' jissupplixxi l-isptarijiet hu.", "Tinsewx li din tagħlaq fis-6 ta' Ġunju.", "Jiġifieri jafu li għamel ħażin u ħallewh jissupplixxi l-prodotti xorta waħda għal sitt xhur sħaħ.", "GĦaliex?", "GĦax tagħlaq fis-6 ta' Ġunju u llum kważi qegħdin fl-aħħar ta' April.", "Allura min se jieħu t-tender se jeħodha għax-xahar ta' Mejju sas-6 ta' Ġunju!", "U ħadd ma jista' jeħodha għax sal-lum, għalkemm it-tenders infetħu, għadhom m'avżaw lil ħadd li ħadha.", "U dan il-pitkal għadu jissupplixxi hu.", "Allura jekk dan m'huwiex ħmieġ, kif ikun il-ħmieġ?", "U jien nistaqsi lill- Ministeru jekk jafx x'inhu jsir?", "Jekk ma jafx jew jekk ma qalulux, jgħidilhom imma jekk jaf li qed isiru huwa ħażin li qed iħalli dawn l- affarijiet isiru hekk.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi kopji ta' dawn l-ittri fuq il-Mejda ħalli jekk għandhom raġun jagħtuhulhom u jekk m'għandhomx ma jagħtuhulhomx.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra datata 8 ta' Jannar, 1994, mibgħuta mis-Sur Raymond MIfsud lill- Accountant General & Director of Contracts; u", "Ittra datata 3 ta' Frar 1994 mibgħuta mid-Director of Contracts lis- Segretarju Privat tal-Ministru tal-Finanzi.", "Mr Speaker, din hija tender li ħarġet.", "Ara l-ħmieġ li fiha!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 2 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN LUQA - KONSULENTI", "17429.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba konsulenti fl-isptar San Luqa daħlu jaraw/jeżaminaw/joperaw pazjent wara l-ħin tax-xogħol f'Jannar u Frar ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-X-RAYS - WAITING LIST", "17430.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" tal-\"waiting list\" għad- diversi investigazzjonijiet fid-Dipartiment ta' l-X-Rays fl-isptar San Luqa fil-preżent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-'waiting list' għall- investigazzjonijiet Radjoloġiċi fl-Isptar San Luqa fil-11 ta' April, 1994, kienet kif jidher fir-rapport mehmuż, li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti f'xi seduta.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-MEDIĊINA - WAITING LIST", "17431.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" tal-waiting list fl-out- patient clinic għal kull konsulent fid-Dipartiment tal-Mediċina?", "Kemm ikollu jistenna pazjent biex jara konsulent għall-ewwel vista/konsultazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fit-18 ta' April, 1994 l-ewwel appuntament ma' konsulenti fid-Dipartiment tal-Mediċina bħala 'Out-Patient' għall-ewwel vista kien kif ġej:", "Prof. F. Fenech 05.05.94 Prof. A. Psaila 03.05.94 Dr J. Azzopardi 02.05.94 Dr J. Cacciatolo 06.05.94 Dr C. Mallia 09.05.94 Dr E. Farrugia 10.05.94 Dr M. Vassallo 28.05.94 Dr E. Pullicino 07.05.94 Dr L. Buhagiar 06.05.94 Dr Caruana Galizia 07.05.94", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-KIRURĠIJA,OPERAZZJONIJIET", "17432.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" tal-waiting list għal operazzjonijiet tad-diversi konsulenti fid-Dipartiment tal-Kirurġija fl- Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - STUDENTI TAL-KORS TAL-LABORATORY TECHNOLOGY", "17433.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment konċernat ta' l-Institute of Health Care għandux il-ħsieb li dawk l-istudenti li ma tħallewx jispiċċaw il-kors tal-Laboratory Technology billi kienu weħlu minn xi eżamijiet jerġgħu jitħallew jispiċċaw il-kors u jagħmlu l-eżamijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nassumi li din il-mistoqsija tirreferi għal dawk l- istudenti f'kors tad-Dipartiment tas-Saħħa li weħlu fl-eżami tat-tieni sena lejn l-aħħar ta' l-1993.", "Dawn se jiġu offruti l-possibbilta' li jirrepetu l-eżami u, jekk jgħaddu, ikomplu l-kors.", "BIRŻEBBUĠIA - TRIQ IL-MANDOLINA", "17456.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li kuntrattur li bena diversi postijiet fi Triq il-Mandolina, il- Qajjenza, Birżebbuġia ħalla ħafna ħmieġ u terrapien warajh?", "Meta suppost jeżistu regolamenti dwar il-ħmieġ u t-terrapien li jħalli min jibni u meta tant saret pubbliċita' fuq dawn ir-regolamenti għaliex mhux jiġu nforzati?", "Jista' l-Ministru jinforza dawn ir-regolamenti fi Triq il-Mandolina?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Saret spezzjoni fuq is-sit imsemmi mill- Onor. Interpellant u l-persuna responsabbli ġiet avżata biex tneħħi xi knatan li kien għad fadal fit-triq fi żmien tlett ijiem.", "Jekk dan ma jsirx l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa.", "BUSKETT - PROJBIZZJONI TA' KAROZZI", "17457.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta se jiġu pprojbiti l-karozzi ġol-Buskett biex nhar ta' Ħadd il-ħaddiema li m'għandhomx fejn jistrieħu jkunu jistgħu jmorru hemm bla traffiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li t-talba tiegħu se titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall- konsiderazzjoni.", "BUSKETT - PROJBIZZJONI TA' KAROZZI", "17458.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Meta se jiġu pprojbiti l-karozzi fil-Buskett speċjalment fil- Ħdud u l-Festi biex il-familji jkunu jistgħu jistrieħu fil-ħdura ta' dan il- post?", "Jaf il-Ministru li minħabba l-kwantita' kbira ta' karozzi li qed jitħallew jidħlu hemm, wieħed ma jistax jistrieħ bil-familja, meta hawn tant skarsezza ta' postijiet fejn wieħed jistrieħ għaliex ma titteħidx minnufih din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il-karozzi ghandhom permess biex ikunu jistghu jidhlu biss sal-parking area li hemm taht it-tinda kif ukoll hdejn dan il- post u mkien aktar.", "Hemm kazi fejn sewwieqa jidhlu bil-karozza taghhom minhabba li jkollhom maghhom xi anzjani li jsibuha difficli biex jimxu medda twila ta' triq.", "Fil-passat, kien hemm 'barriers' biex ma jhallux id-dhul ta' vetturi f'certi nahat izda dawn gew imkissra minn vandali.", "Hemm il-hsieb li jittiehdu passi halli jkun hemm kontroll aktar u ahjar fuq id-dhul tal- vetturi u biex ikun hemm ukoll meta possibli l-prezenza tal-pulizija.", "Niehu din l-opportunita' biex inheggeg il-pubbliku li qieghed izur dawn il-gonna f'numru dejjem akbar biex juri aktar maturita' u jaghraf japprezza aktar il-gmiel tan-natura li jinsab f'dan il-post.", "Tajjeb jinghad li l-Buskett huwa gnien ta' certu kobor li jippermetti lil hafna familji jkunu jistghu jirrikrejaw ruhhom fih.", "BUSKETT - PROJBIZZJONI TA' KAROZZI", "17459.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar toħroġ ordni biex ma jidħolx aktar traffiku fil- Buskett?", "Meta tant hawn skarsezza f'Malta fejn wieħed jista' jistrieħ fil- kwiet mal-familja, għaliex fil-Ħdud u l-Festi qed jitħallew jidħlu mijiet ta' karozzi ġol-Buskett u jtellfu l-mistrieħ ta' dawk li jridu jgawdu l- arja friska u l-ħdura?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Irrid ngħid li dan huwa suġġeriment interessanti li jixraqlu konsiderazzjoni serja.", "Hemm diversi poteri li jistgħu jiġu użati kif ukoll ħafna entitajiet differenti li jistgħu jiġu konsultati.", "Il-Buskett huwa maħsub li jinbidel f'riserva naturali għalhekk ir-responsabbilta' preżenti tat-tmexxija taqa' fi ħdan id-Dipartiment tal- Protezzjoni ta' l-Ambjent.", "Barra minn hekk, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' toħroġ Ordni għall- Konservazzjoni taħt Sezzjoni 46 ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "Il-Kunsill Lokali jista' ukoll juri x-xewqa li jikkummenta fuq proposta ta' dan it-tip.", "Huwa importanti li din il-kwestjoni tkun ikkonsidrata fil-kontest ta' l- użu eżistenti ta' l-art u tal-bżonnijiet futuri, b'mod partikolari biex teżamina x'jistgħu ikunu l-konsegwenzi fuq il-ġenerazzjoni tat-traffiku u l- parking fl-inħawi tal-qrib.", "Ftit minn dawn il-kwestjonijiet għandhom jiġu konsidrati waqt il-preparazzjoni tan-North West Countryside Plan li bħalissa qed isir ħafna xogħol fuqu.", "Dan il-Pjan mistenni jidentifika lill- Buskett bħala sit ta' importanza xjentifika u se jfisser il-bżonn għal miżuri ta' tmexxija aħjar f'postijiet sensittivi bħal dan.", "MANPOWER INCENTIVE SCHEME", "17499.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jaf il-Prim Ministru li ċ-ċirkolari li ħarġet mill-uffiċċju tiegħu dwar il-Manpower Incentive Scheme imħabbra fil-Budget Speech ta' l-1989, fis-sens li min jitlaq għal sena kellu jiġi nformat b'kull applikazzjoni għall-mili ta' postijiet mal-Gvern ma ġietx esegwita mid-Dipartiment tas-Saħħa?", "Jaf li kien hemm min tilef opportunita' ta' promozzjoni għal WTO fid-Dipartiment tas-Saħħa għaliex id-dipartiment naqas li jinforma lil dawn li ħadu sena leave taħt il-Manpower Incentive Scheme?", "X'passi se jieħu l-Kap taċ-Ċivil kontra l-Kap tad-Dipartiment tas-Saħħa talli ntilfet opportunita' għall- ħaddiema billi ma ġewx informati biċ-ċirkolari li kienet tagħmel sejħa għal WTO's fil-Bio-chemical Section tad-Dipartiment tas-Saħħa (Ċirkolari numru 43/93)?", "Għaliex jekk skond paragrafu sitta taċ-ċirkolari ta' l-OPM dwar il- Manpower kien jgħid ċar u tond li l-ħaddiema li ħadu l-leave għal sena kellhom jiġu nformati, dan ma seħħx?", "Ladarba dan ġara, għaliex meta l-individwi milquta applikaw tard għal dawn il-postijiet mxandra ma ġewx aċċettati fuq skuża li applikaw tard meta ma kienx tort tagħhom għax id-Dipartimetn naqas li javżahom?", "Jaf li dan jista' jġiegħel lil dawn l-individwi jfittxu legalment lil Gvern u jimbarazzawh?", "Għaliex anke l-Public Service Commission ma aċċettatx it-talba ġusta ta' dawn l-individwi li applikaw tard mhux tort tagħhom iżda minħabba inkompetenza fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iċ-ċirkulari Nru 7/89 tas-26 ta' Jannar 1989 li għaliha qed jirreferi l-Onor Membru ma tgħidx li min jitlaq għal sena taħt il-Manpower Incentive Scheme kellu jiġi nformat b'kull applikazzjoni għall-mili ta' postijiet mal-Gvern.", "Il-paragrafu 6 taċ-Ċirkulari msemmija kien jgħid illi min jieħu l-option 2 (i) seta' japplika għal postijiet mal-Gvern waqt li jkun bil-leave mingħajr paga, filwaqt li min jieħu option 2 (ii) ma setax japplika qabel sena u nofs wara t-tliet snin li jkun ilu barra mis-servizz.", "Sejħiet għall-applikazzjonijiet għal postijiet mal-Gvern isiru permezz ta' avviż fil-Gazzetta tal-Gvern jew ta' Ċirkulari mid-Dipartiment.", "Il-Kap tad-Dipartiment għandu d-dover li jġib iċ-ċirkularijiet għall-konjizzjoni ta' l-impjegati billi jwaħħalhom fin-notice boards jew idawwarhom ma' l- impjegati.", "Ma hemmx l-obbligu, għaliex mhux dejjem possibbli, li ċ- ċirkularijiet jintbagħtu lil kull min ikun bil-leave jew għal xi raġuni nieqes mix-xogħol, imma f'dawn il-każi l-impjegat għandu jagħmel l- arranġamenti tiegħu biex iżomm ruħu nformat b'dak li huwa ta' interess għalih.", "ĦABS ĊIVILI - PERSUNI TAĦT L-20 SENA", "17508.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hemm żgħażagħ li bħalissa qed jiskontaw sentenzi l-ħabs jew qed jistennew li jiġu proċessati fil-ħabs?", "Jista' jiġi kkonsidrat li żgħażagħ taħt l-20 sena speċjalment meta jidħlu l-ħabs l-ewwel darba jitpoġġew f'sezzjoni għalihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa fil-Ħabs hemm 11-il persuna minn 20 sena l- isfel, kif jidher hawn taħt:", "Sentenzjati 3 Arrestati 8", "Kif rakkomandat fir-Rapport ta' l-Esperti dwar is-Servizzi Korrettivi u skond l-Abbozz tal-Liġi l-Ġdida dwar ir-Regolamenti tal-Ħabs, ibbażati fuq ir-rapport ta' l-Imħallef Caruana Curran, qed tinħadem klassifikazzjoni ta' priġunieri u separazzjoni tagħhom skond din il-klassifikazzjoni.", "Kumitat apposta fil-Ħabs diġa' qed jaħdem fuq din il-klassifikazzjoni.", "Din tkun tista' taħdem aħjar fi ftit ġimgħat hekk kif jispiċċa ix-xogħol strutturali f' 'Division VIII' li jagħti lok iktar għas-separazzjoni tal-priġunieri.", "Wieħed mill-kriterji importanti ta' din il-klassifikazzjoni hija l-eta' tal-priġunieri.", "Il-liġi ppreparata mill-Imħallef Caruana Curran tispeċifika s-separazzjoni ta' priġunieri bejn dawk li għandhom iktar minn 21 sena u dawk li għandhom inqas minn 21 sena.", "Il-Kumitat ta' Klassifikazzjoni tal-Ħabs diġa' qed jaħdem fuq dawn il- kriterji.", "PULIZIJA - TROBBIJA TA' ANNIMALI BLA PERMESS", "17509.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm ġew maħruġa ċitazzjonijiet lill-persuni talli żammew klieb jew annimali mingħajr permess jew talli ġew maħqura matul l-1993 u l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul l-aħħar sena u tliet xhur 37 persuna ġew imħarrka talli żammew klieb mingħajr permess jew talli ħaqru l- istess annimali f'Malta u Għawdex.", "ILMA - NOFS INHAR TA' MALTA", "17515.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kif setgħet issaħħet id-distribuzzjoni ta' l-ilma fil-pajjiż?", "X'xogħlijiet saru fuq estensjonijiet tas-sistema tad-distribuzzjoni għan- Nofs Inhar tal-pajjiż?", "Kemm intnefaq fuq dawn ix-xogħlijiet?", "Jista' jiġi assigurat li in-Nofs Inhar ta' Malta qed ikollu provvista adegwata ta' ilma?", "Fiex kien jikkonsisti t-titjib fil-provvista f-area tar-Rabba (Ħamrun) u fil-parti ta' fuq tal-Marsa?", "Meta nbeda x-xogħol hemm u meta spiċċa, u x'kienet in-nefqa għal kull każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed twettaq diversi proġetti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-Ilma.", "Dawn il-proġetti huma ppjanati li jintemmu qabel is-sajf li ġej sabiex titjib il-provvista u l-kwalita' ta' l-ilma, speċjalment lejn in-Nofsinhar ta' Malta.", "Fl-impjant tar-Reverse Osmosis f'Pembroke se jiġu nstallati sitt trains ġodda li b'hekk se jżidu l-produzzjoni għal 5.4 miljun gallun ilma kuljum.", "Din iż-żieda se tipprovdi lill-pajjiż kollu b'potenzjal ta' produzzjoni \"spare\" li tkun tista' titħaddem f'każ ta' waqfien mill-impjanti u sorsi ta' produzzjoni ta' l-ilma.", "Issa hemm il-mezzi fis-sistema tad- distribuzzjoni fejn il-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjant ta' Pembroke jiġi trasferit lejn il-ġibjuni li jissupplixxu l-provvista ta' l-ilma lejn in-Nofsinhar ta' Malta.", "Dan il-proġett ta' espansjoni se jiswa madwar Lm5 miljuni.", "Iż-żieda f'din il-produzzjoni ser tirrafforza d-distribuzzjoni ta' l-ilma lejn in-Nofsinhar ta' Malta.", "B'kontinwazzjoni ma' dan il-proġett bħalissa qed jiġi nsallat pipeline ta' 9.5 kilometri bejn l-impjant ta' Pembroke lejn il-ġibjuni f'Ta' Qali, Mosta sabiex ikun hemm trasferiment ta' ilma.", "Huwa stmat li dan il-proġett se jiswa Lm560,000.", "F'Settembru tas-sena l-oħra beda jitħaddem il-pipeline ġdid tal-Qrendi South.", "B'effett ta' dan il-pipeline il-provvista ġenerali tjiebet konsiderevolment fiż-Żejtun, Bulebel, Żabbar, Xgħajra, partijiet mill-Fgura u Birżebbuġa.", "It-tieni fażi ta' dan il-proġett qed titwettaq.", "Meta tiġi kummissjonata l-estensjoni ta' dan il-pipeline il-provvista ġenerali f'Ħal Luqa, Santa Luċija, Raħal Ġdid, Tarxien, Żabbar, Xgħajra, Marsaskala u Kottonera se titjieb konsiderevolment.", "Fiż-Żejtun u Marsascala qed isir programm ta' tibdil, estenzjoni u żieda fil-mains interni.", "Ġew ukoll installati mains ġodda fil-Gudja, Kirkop, u Għaxaq sabiex titjieb il-provvista f'dawn il-lokalitajiet.", "Il-provvista ta' l-ilma f'Tar-Rabbat (Ħamrun) u l-parti ta' fuq tal-Marsa tinstab tajba.", "Wara Jannar 1992 il-provvista ta' l-ilma f'dawn l-inħawi ġiet inqabbda ma' main ieħor ta' l-ilma.", "Dan ix-xogħol kien jinvolvi kumunikazzjoni minn main għal ieħor u twettaq fi żmien ġimgħa.", "WIED IL-GĦAJN - ZEBRA CROSSING ĦDEJN \"IL-MAGĦLUQ\"", "17517.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17039 dwar zebra crossing f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ingħataw struzzjonijiet lill-Pulizija sabiex tassigura li din iż-'zebra crossing' ma tiġix ostakolata.", "ĦABS ĊIVILI - INFORMAZZJONI DWAR", "17518.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm kienet in-nefqa kollha għall-Ħabs Ċivili sena b'sena mill- 1987 'l hawn?", "Kemm kienu n-numru ta' priġunieri, uffiċjali u gradi oħra għall-istess perjodu?", "B'liema kondizzjonijiet hu ingaġġatt id-Direttur preżenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-nefqa kollha għall-Ħabs Ċivili, kif ukoll in- numru ta' impjegati li ħadmu l-Ħabs u n-numru ta' priġunieri li kienu miżmuma fil-perijodu msemmi huwa kif spjegat fit-tabella hawn taħt:", "|SEN|NEFQ|KAPI|PRI|IMPJA|OTH|PRIĠU|AVER| |A |A |TALI|SON|GATI |ER |NIERI|AGE | | |RIKO| |STA|CASUA| |ADMIT|DAIL| | |RR | |FF |LS | |TED |Y | | | | | | | | | | |198|1713|0 |11 |- |35 |225 |58 | |7 |84 | | | | | | | | | | | | | | | | |198|1627|0 |10 |- |56 |276 |62 | |8 |44 | | | | | | | | | | | | | | | | |198|1459|5897|56 |- |53 |330 |85 | |9 |05 | | | | | | | | | | | | | | | | |199|2326|1706|48 |- |40 |431 |97 | |0 |25 |7 | | | | | | | | | | | | | | | |199|3025|2093|77 |- |28 |519 |119 | |1 |05 |3 | | | | | | | | | | | | | | | |199|3508|1295|67 |- |20 |698 |120 | |2 |38 |8 | | | | | | | | | | | | | | | |199|5645|6108|49 |69 |50 |669 |155 | |3 |61 |8 | | | | | |", "Bħalissa m'hemmx Direttur il-Ħabs.", "Id-Direttur Ġenerali fil-Ministeru ta' l-Intern qed jagħmilha ta' Aġent Direttur sakemm tiġi approvata l- istruttura l-ġdida meta hu maħsub li jkun hemm Direttur għas-Servizzi Korrettivi u 'Manager' għall-Faċilita Korrettiva ta' Kordin.", "ĦABS ĊIVILI - DIRETTURI", "17519.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Min kienu d-Diretturi u dawk acting tal-Ħabs Ċivili minn Mejju 1987 'l hawn?", "Jista' l-Ministru jagħti il-perjodu li kull wieħed serva f'din il-kariga u x'pożizzjoni kien jokkupa qabel ma ħa din il-kariga?", "X'pożizzjoni kien jokkupa qabel ma ħa din il-kariga?", "F'liema grad taċ-Ċivil hu d-Direttur tal-Ħabs?", "Kien hemm min kellu grad anqas jew ogħla f'din il-kariga?", "Jekk kien hemm x'salarju kellhom dawn il- persuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17646, b'referenza għat-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab informat li l-paragun bejn is-Salarju ta' Direttur tal-Ħabs u s-Salarju ta' Karigi oħra msemmija fuq jistgħu jittieħdu mit-tabella t'hawn taħt:", "|GRAD |SALARJU |SALARJU | | |QABEL |WARA | | |IR-RIFORMA|R-RIFORMA | | | | | |Direttur |Skala 7 |Skala 5 | | |Lm3964x94 |Lm5010x199 | | |- Lm4058 |- Lm6204 | |Supretend|Skala 10 |Skala 5 | |ent | | | |tal-Puliz| | | |ija | | | | |Lm3497x94 |Lm5010x199 | | |- Lm3870 |- Lm6204 | |Spettur |Skala 16 |Skala 8 | |tal-Puliz| | | |ija | | | | |Lm2798x81 |Lm4159x151 | | |- Lm3358 |- Lm5065 | | | |Skala 3 - | |Direttur | |Lm7701 | |Ġenerali | | |", "ĦABS ĊIVILI - RIFORMA", "17520.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi saru diversi programmi u stqarrijiet dan l-aħħar dwar l- improvement li sar fil-Ħabs Ċivili, jista' l-Ministru jgħid f'hiex kien jikkonsisti dan it-titjib f'dawn l-aħħar seba' snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti f'xi seduta.", "QTUGĦ TA' ELETTRIKU - RAPPORT", "17521.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nirreferi għall-istqarrija mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni u r-rapport kif ingħata minn fuq l-istazzjoni nazzjonali tat-television il bieraħ 5, ta' April, 1994 dwar il-qtugħ ta' elettriku fil-ġurnata ta' qabel.", "Veru li l-ħsara ġiet ikkawżata mill-maltemp jew kif ingħad fl-istqarrija li din kienet minħabba ħsara fil-Power Station tal-Marsa?", "Billi wieħed għandu jifhem li ż-żewġ power stations huma protetti waħda mill-oħra f'każ ta' ħsara, għaliex f'dan il-każ ngħatat l-impressjoni li l- waqfien tal-Power Station ta' Delimara fl-istess ħin ġiet ikkawżata mill- ħsara ta' dik tal-Marsa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-hsara originat minn hsara fis-sistema tal-kontroll tal-Boiler Nru 7 fil-Marsa, kif diġa' spjegajt f'mistoqsija parlamentari numru 17501 (Seduta 256).", "It-'trip' f'Delimara kien permezz ta' Minimum Frequency Relay li hadem wara li ntfew il-boilers tal-Marsa.", "POWER STATION - DELIMARA", "17523.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitħallsu s-sidien li ttieħdet l-art tagħhom biex tinbena l-Power Station ta' Delimara?", "B'mod partikolari, meta hu maħsub li jitħallas is-sid ta' referenza LF 963/87, WB 1239/88?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li d-Dipartiment ta' l- Artijiet qed jagħmel ħiltu kollha biex fejn hu possibbli jsir kumpens ta' l- esproprjazzjoni ta' l-art.", "Is-sidien huma mhegga biex jiehdu fid-Dipartiment ta' l-Artijiet id- dokumenti relattivi biex juru t-titolu tagħhom biex b'hekk ikun jista' jsir xi progress.", "Rigward il-File 963/87 dan hu file ġenerali li jirrigwarda l-esproprju ta' l-art kollha tal-Power Station.", "BANEK - SERVIZZ TA' ATM'S", "17524.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Issa li l-ATM's saru daqstant popolari, xi pjanijiet għandhom il-banek biex iżidu u jespandu dan is-servizz?", "Fejn hemm ATM's s'issa?", "Hemm il-ħsieb jew il-pjan li dawn jiżdiedu speċjalment f'postijiet bħal Belt u postijiet turistiċi?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-għan tal-banek huwa li jespandu l-ATM Network f'kull post fejn, wara studju serju, jinstab li l-ispiza tiggustifika l-investiment.", "Fil-prezent in-numru ta' ATM's huwa kif jidher fit-tabella li tpoggiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ŻURRIEQ - BLUE GROTTO AVENUE - ZEBRA CROSSING", "17525.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Hu possibbli li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jikkonsidra (u eventwalment jiddeċiedi) li jawtorizza li ssir zebra crossing fi Blue Grotto Avenue, Żurrieq bejn Bebbux Housing Estate 1 u Bebbux Housing Estate 2?", "Japprezza l-Bord li din iż-zebra crossing hi ferm essenzjali minħabba li jeżisti periklu għat-tfal ta' l-iskola u l-anzjani li jiġu biex jaqsmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku kien kiteb lid- Direttur tax-Xogħlijiet sabiex jikkonsidra mezzi ta' qsim alternattiv, (minħabba li din hija 'fast road'), bħal 'Central refuge', 'subway' jew 'traffic lights', eċċ. Dwar l-implimentazzjoni dan jiddependi mill-imsemmi Direttur tax-Xogħlijiet.", "ŻEJTUN - TRIQ ID-DWIEMES", "17526.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi l-pożizzjoni ta' Triq id-Dwiemes, fiż-Żejtun li minkejja li hemm għadd ta' familji joqogħdu f'din it-triq, għadha magħluqa, ma tinfidx u trid tidħol għaliha minn sqaq dejjaq?", "F'każ li din it-triq trid tinfetaħ mill-privat, xi tkun il-pożizzjoni jekk joġġezzjona xi ħadd mir-residenti li jagħmel tajjeb għall-ispejjeż?", "Jaħseb il-Ministru li għandha tinsab soluzzjoni minħabba li kif inhi din it-triq lanqas ambulanza ma tista' tidħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-formazzjoni tat-triq imsemmija mill- Onor. Interpellant hija responsabbilta' tal-privat u din issir meta s- sidien ta' l-art japplikaw għall-bini fuq din it-triq.", "Sadanittant għalissa ma hemmx żvilupp biżżejjed f'din it-triq biex it- Taqsima tax-Xogħlijiet tagħmel dan ix-xogħol.", "ĦAMRUN - GALLARIJA FI TRIQ FARSONS", "17527.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għal Mrs Busuttil of 65, Farsons Str, Ħamrun PA 1610/92 tad- Direttorat ta' l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid għaliex il- gallarija ma' tistax issir meta ta' oħrajn f'Santa Venera kkonċedewlhom u lil din ma kkonċedewlix allavolja ilha titlob is-snin sħaħ bħala armla li tgħix bil-pensjoni u li teħtieġ attenzjoni għal din il-problema li qed tkiddha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Applikazzjoni Nru. 1610/92 għall-bini ta' gallerija tal-ġebel minflok dik eżistenti ta' l-injam saret fit-3 ta' Ġunju 1992 u kienet rifjutata mill-PAPB fit-22 ta' Settembru 1992 u mid-DCC fis-7 ta' April 1993 peress li l-bini qiegħed fil-\"village core\"", "Peress li t-talba tal-perit għal rikonsiderazzjoni ma saritx fiż-żmien stipulat mil-liġi, fis-7 ta' Settembru 1993, il-Perit u l-Applikant kienu nformati li għalhekk riedu jerġgħu jissottomettu applikazzjoni ġdida.", "Din trid issir dejjem skond il-\"guidelines\" għal tibdil ta' faċċati ta' bini li jinsab fil-\"village core\".", "KALKARA - TISWIJIET FIL-FLATS FIL-QASAM TAD-DJAR TA' RINELLA", "17528.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara x'possibilita' hemm li jsir \"maintenance\" tas-soqfa tal- blokki tal-flats fil-Housing Estate ta' Rinella, Kalkara l-aktar fi Block B qabel ma tikber il-ħsara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "ISLA - BALAVOSTRI/GWARNIĊA F'DOCKYARD TERRACE", "17532.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jingħad jekk hemmx il-ħsieb li l-balavostri u l-gwarniċa f'Dockyard Terrace, fl-Isla jitneħħew temporanjament qabel ma jibda x- xogħol ta' tibdil minħabba li jinsabu fi stat perikoluż għall-inkwilini u anke għan-nies li jkunu taħthom speċjalment issa li qed jaqgħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi ninforma lill-Onor.", "Membru li s- sejħa għall-offerti saret u l-kuntratt għal dan ix-xogħol għandu jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.", "BORMLA - KWARTIER SAN NIKOLA", "17533.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jingħad hemmx ħsieb li fuq iċ-ċint ta' quddiem il-Kwartier San Nikola, Bormla fejn hemm il-bankijiet il-ġodda jsiru fanali biex ikun hemm aktar dawl fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar is-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant.", "ISLA - BDIL TA' BALAVOSTRI/ GWARNIĊA", "17534.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda xogħol ta' tibdil tal-balavostri u l-gwarniċa f'Dockyard Terrace fi Triq it-Tarzna, l-Isla li jinsabu fi stat ħażin ħafna għax diġa' waqgħu wħud minnhom minkejja li ġew rrapportati lill- Pulizija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt ta' mistoqsija parlamentari numru 17532 (Seduta 257).", "VALLETTA - PERMESS TAL-GABBANA \"FUNTANA KIOSK\"", "17535.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l- permess tal-gabbana \"Funtana Kiosk\" barra Bieb il-Belt Valletta preżentement fuq isem Mr Tarcisio Galea ma darx fuq in-neputi tiegħu Mr Joseph Galea minkejja li l-partijiet jaqblu u li ilhom jitolbu dan il- permess għal madwar sena?", "Ikun ferm apprezzat jekk din it-talba tagħhom tintlaqa'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-'policy' segwita s'issa ma tippermettiex trasferiment ta' liċenzja bħal din f'każ bħal dan.", "TA' XBIEX - ŻBIR TA' SIĠAR", "17641.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Tista' tiġi applikata il-mistoqsija parlamentari numru 17052 dwar Block D5, Ta' Xbiex Housing Estate ukoll in konnessjoni ma' żbir ta' siġar?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Iz-zabra li kien hemm bzonn diga' saret.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "17642.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Huwa minnu li persuna b'diżabilita' li tkun qed tirreġistra għax-xogħol tista' tinqata' mir-reġistrazzjoni għax-xogħol jekk ma tattendix id-Disablement Training Centre ta' l-ETC?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandha taqsima li tieħu ħsieb il-persuni b'diżabilita'.", "L-uffiċjali ta' din it- taqsima ngħataw taħriġ speċjalizzat u għandhom id-dmir li jiggwidaw u li jagħtu pariri lil persuni b'diżabilita' biex lil dawn jinstabilhom xogħol adatt, u wkoll li joffru lil dawn il-persuni xogħol adegwat.", "F'xi każi, meta jiġi identifikat kors ta' taħriġ adatt, li jkun konness mas-sengħa li l-persuna b'diżabilita' tkun qiegħda tirreġistra għaliha, il- persuna b'diżabilita' tintalab tattendi kors fiċ-Ċentru ta' Taħriġ tal- Korporazzjoni f'Ħal Far.", "Jekk il-persuna tonqos milli tattendi għat-taħriġ u ma tressaqx raġuni valida għal dak in-nuqqas, din titlef il-priorita' fl- ewwel parti tar-Reġistru.", "Ma jkunx sew li l-Korporazzjoni tagħti dan is-servizz b'xejn, u mbagħad xi ħadd ifettillu b'kapriċċ jitlef l-opportunita' biex itejjeb il-prospetti tiegħu għal impjieg.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "17649.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' assenteiżmu mill- iskejjel ta' l-Istat għal Jannar, Frar u Marzu?", "Jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" imqassmin fit-tip ta' skejjel bħal tas-Snajja', Sekondarji eċċ.?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "17650.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Matul it-tieni term tas-sena skolastika kemm kienu l- ġenituri li t-tfal tagħhom regolarment ma attendewx l-iskola u ttieħdu passi kontrihom bil-Qorti?", "Jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" dwar il-lokalitajiet prinċipali fejn joqogħdu dawn il-ġenituri?", "Kemm kien hemm rapporti minn skejjel a) tal-Knisja; u b) Privati li tfal ma attendewx regolarment l-iskola?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-għadd ta' ġenituri li kontrihom ittieħdu passi fil-Qorti f'Jannar u fi Frar ta' din is-sena huwa dak li jidher fil-lista ta' hawn taħt.", "Iċ-ċifri għal Marzu għadhom ma nġabrux.", "|MALTA |Janna|Frar | | |r | | | | | | |Primarja 'A' | |1 | |Birkirkara | | | |Primarja 'B' |2 |1 | |Birkirkara | | | |Primarja 'B' | |1 | |Birżebbuġa | | | |Primarja 'A' Bormla |5 |6 | |Primarja 'B' Bormla | |4 | |Primarja Dingli |1 |1 | |Primarja 'B' Fgura | |3 | |Primarja Għaxaq | |2 | |Primarja 'A' Gżira |1 |2 | |Primarja 'B' Gżira | |2 | |Primarja 'A' Ħamrun |2 | | |(Triq V. Bugeja) | | | |Primarja 'B' Ħamrun |3 |5 | |(Triq l-Iskola) | | | |Primarja Kirkop |2 |3 | |Primarja 'A' Marsa | |3 | |Primarja 'B' Marsa |1 |2 | |Primarja Wied |1 | | |il-Għajn | | | |Primarja 'B' Mosta | |2 | |Primarja Msida |1 |2 | |Primarja 'A' Raħal |1 | | |Ġdid | | | |Primarja 'B' Qormi |1 |1 | |(San Ġorġ) | | | |Primarja 'A' Qormi | |1 | |(San Sebastjan) | | | |Primarja 'B' Qormi |1 |2 | |(San Sebastjan) | | | |Primarja 'A' Rabat |1 | | |Primarja 'B' Rabat |1 | | |Primarja Safi |1 |1 | |Primarja Isla |5 |4 | |Primarja Sliema | |3 | |Primarja San Ġiljan |3 |1 | |Primarja 'A' Valletta|3 | | |Primarja 'A' Żabbar | |1 | |Primarja 'B' Żabbar | |3 | |Primarja 'A' Żejtun |1 |3 | |Primarja 'B' Żejtun |1 |2 | |Mater Dei Msida |3 |2 | |Wardija Special |1 | | |Boys' Opp.", "Centre |20 |25 | |Birkirkara | | | |Girls' Opp.", "Centre |43 | | |Ħamrun | | | |Girls' Opp.", "Centre |27 |43 | |Marsa | | | |Sekondarja subien |2 |1 | |Mtarfa | | | |Sekondarja subien |5 |6 | |Raħal Ġdid | | | |Sekondarja subien |3 |2 | |Qormi | | | |Sekondarja subien |5 |4 | |Żebbuġ | | | |Junior Lyceum |15 | | |Tal-Ħandaq | | | |Junior Lyceum Verdala|3 |14 | |Junior Lyceum Ħamrun | |3 | |Sekondarja subien | |9 | |Birkirkara | | | |Sekondarja bniet | |13 | |Birkirkara | | | |Sekondarja bniet |28 | | |Bormla | | | |Sekondarja bniet |80 |84 | |Ħamrun | | | |Sekondarja bniet |30 |43 | |Rabat | | | |Sekondarja bniet St |13 |12 | |Andrews | | | |Sekondarja bniet |17 | | |Tarxien | | | |Junior Lyceum Blata |1 | | |l-Bajda | | | |Junior Lyceum Mrieħel|10 |4 | |St Patrick's Junior | |23 | |Lyceum | | | |Junior Lyceum Żejtun |2 |3 | |Umberto Calosso |30 |24 | |Skola tas-snajja' | |78 | |Bighi | | | |Skola tas-snajja' | |36 | |subien Marsa | | | |Skola tas-snajja' |42 |44 | |subien 'A' Naxxar | | | |Skola tas-snajja' |7 | | |bniet St Andrews | | | |Skola tas-snajja' |32 |29 | |bniet Mtarfa | | | |Skola tas-snajja' |23 |40 | |bniet Ħamrun | | | |St. Patrick Craft |4 | | |Centre, St. Andrews | | | |Valletta Building |10 | | |Tarġa Gap Craftsmen |3 |4 | |Mosta | | | |Għammieri Biedja |16 |7 | |Marsa Tailoring | |15 | |Ospizio Crafts Centre|99 |108 | | | | | |TOTAL |612 |738 | |GĦAWDEX |Janna|Frar | | |r | | | | | | |Sekondarja subien & |2 |7 | |Junior Lyceum | | | |Victoria | | | |Skola tas-snajja' |7 |5 | |subien Victoria | | | |Sekondarja & Junior |11 | | |Lyc. tal-bniet | | | |Victoria | | | |Skola tas-snajja' |1 |1 | |bniet Xagħra | | | |Xewkija Biedja |2 | | | | | | |TOTAL |23 |13 |", "Rigward skejjel tal-knisja u skejjel privati, jien informat li saru sitt rapporti mill-iskola ta' \"St Joseph\" Sliema.", "SKEJJEL - PERMESS GĦAL ĦRUĠ QABEL IŻ-ŻMIEN", "17651.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Matul it-tieni term skolastiku x'kien in-numru ta' tfal li ngħataw il-permess li joħorġu mill-iskola qabel iż-żmien?", "X'kienu r-raġunijiet prinċipali li ngħataw mill-ġenituri meta applikaw għal dan il-permess?", "Kemm kien in-numru ta' bniet li ngħataw dan il-permess?", "Kemm-il applikazzjoni ġiet rifjutata?", "X'se tkun il-politika tal-Ministru rigward l-għoti ta' permessi li tfal jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Matul it-tieni sena skolastika, l-għadd ta' tfal li ngħataw permess biex joħorġu mill-iskola qabel iż-żmien kien kif jidher hawn taħt:", "Taħt is-16-il sena Fuq is-16-il sena", "SUBIEN 14 126 140 BNIET 38 143 181", "TOTAL 52 269 321", "Ir-raġunijiet prinċipali li ngħataw mill-ġenituri meta applikaw għall- permess kienu l-impjieg, ir-reġistrazzjoni għax-xogħol, il-bżonn li wieħed joqgħod id-dar, u t-tqala.", "Ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata iżda kien hemm numru li tħalla pendenti billi kienu jirrigwardaw tfal taħt is-16-il sena li jridu joħorġu jaħdmu.", "Permessi lit-tfal biex jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien se jingħataw biss meta t-tfal ikunu għalqu s-sittax-il sena - jekk ma jkunx hemm każi ta' raġunijiet umanitarji partikolari u eċċezzjonali.", "ĊENTRU DETOX - KURA TA' L-ABBUŻ U DIPENDENZA MID-DROGA", "17652.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Matul Jannar, Frar u Marzu separatament kemm-il persuna attendew għall-kura ta' l-abbuż u dipendenza mid-droga:-", "(a) fiċ-Ċentru tad-Detox f'Malta; (b) fiċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex?", "Kemm minnhom kienu:-", "(1) taħt is-16-il- sena; (2) taħt il-21 sena; (3) taħt l-40 sena; (4) 'il fuq minn 40 sena?", "Kemm mit-total kollu ngħataw kura għall-abbuż ta' eroina, kokaina, sustanzi oħra?", "Kemm minn kull kategorija bdew jattendu għall-ewwel darba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TAĦRIĠ FUQ L-ABBUŻ TA' DROGA", "17653.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhu t-taħriġ mogħti lil dawk il-ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa li jaħdmu ma' dawk li jabbużaw mid-droga?", "Bħalissa kemm hemm tobba, paramediċi eċċ. li qed jaħdmu:", "(a) fiċ-ċentru tad-Detox f'Malta; (b) fiċ-ċentru tad-Detox f'Għawdex; (ċ) fl-isptar Santa Marija?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom (ta' kull kategorija) għamlu xi kors speċjalizzat fit-tul fuq il-kura u r-riabilitazzjoni ta' dawk li jabbużaw mid-droga?", "Matul din is-sena finanzjarja kemm minn dawn il-ħaddiema sejintbagħtu fuq kors barra minn Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji speċifiċi dwar korsijiet eċċ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRU TAD-DETOX - GĦOTI TA' METHADONE", "17654.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena separatament kemm ingħata \"Methadone\" għal kura ta' dawk li jabbużaw mid-droga?", "Kemm ingħata fiċ-Ċentru Detox f'Malta u kemm f'Għawdex?", "Kemm ingħata \"Methadone\" matul l-istess żmien tas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - HOUSING SECTION", "17709.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Il- Housing Section tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, jista' jinvestiga l-ilment ta' l-inkwilin ta' Block E5 Fl.", "2, Ta' Xbiex Housing Estate li qed jidħlilhom ħafna xita fil-flat minħabba fil-fili miftuħin li għandhom fl- ewwel filata tal-flat?", "Il-bibien tal-flat huma kollha susa u għandhom bżonn jinbidlu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għadddejt din it-talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ghall-azzjoni mehtieġa.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - HOUSING SECTION", "17710.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Il- Housing Section tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet għandu xi skema fejn jipprovdi tiswijiet tal-flats tal-Gvern b'ħaddiema tal-Gvern fejn l- inkwilini jiġu mitluba jħallsu biss għaż-żebgħa wżata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-responsabbilta' tat-tibjid tal-flat min ġewwa hija dik ta' l-inkwilin skond il-policy approvata.", "Għalhekk ma tezisti ebda skema kif indikata mill-Onor.", "Membru.", "It-tibjid tat-tromba tat-taraġ u intrati tal-blokki tal-flats hija dik tal-Gvern u dan normalment isir bil-ġir.", "F'każ li r-residenti jkunu jridu li tintuża żebgħa ġieli huma stess offrew li jħallsu taż-żebgħa użata biss.", "SPTAR SAN LUQA - CANTEEN", "17711.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li l-canteen ta' l-Isptar San Luqa qed jagħti lill-klijenti tiegħu jixorbu f'disposable cups użati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt assigurat li mhux minnu li l-'canteen' ta' l- Isptar San Luqa qiegħed jagħti jixorbu lill-klijenti tiegħu f''disposable cups' użati.", "Kikkri u plattini jintużaw għat-te' u l-kafe', waqt li fis-sajf għad- 'drinks' jintużaw tazzi tal-ħġieġ jew 'straws' skond id-domanda tal- klijent.", "Tazzi 'disposable' mill-pakketti, u ndaf, jintuzaw u jingħataw lill- klijenti meta jridu biex jittieħdu għall-użu barra mill-'canteen'.", "SPTARIJIET - INFEZZJONIJIET", "17785.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Liema huma dawk ir-rakkommandazzjonijiet li għamlet l- istudenti tal-farmaċija Giovanna Pocock dwar l-infezzjonijiet fl-isptar li ġew attwati?", "Per eżempju, ġie attwat il-parir tagħha li s-swali ta' l-operazzjonijiet jinħaslu diversi drabi kuljum?", "Ġie attwat il-parir tagħha dwar x'materjali għandhom jintużaw fil-ħasil tas-swali?", "Ġie attwat il-parir tagħha li s- swali ma jinkinsux iżda jinħaslu biss, li s-swali jinħaslu nofs siegħa qabel jitnaddfu l-feriti, li l-moppijiet użati għall-ħasil jiġu disinfettati spiss, li ssir manutenzjoni kontinwa tat-tagħmir li jbiddel l- arja, li jinħaslu l-idejn meta jiġi kkurat xi pazjent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 17751 f'seduta 255, inżid ngħid li r- rakkommandazzjoni li ħarġet bihom l-istudenta msemmija ġew ibbażati totalment fuq pariri mogħtija minn membri ta' l-'Infection Control Unit' ta' l-Isptar San Luqa.", "Għaldaqstant ma huma xejn ġdid għall-'Unit' msemmi u fil-fatt huma kollha nkorporati fid-'Disinfection Policy' li tiġi kontiwament emfasizzata mill-'Infection Control Nurses' ġewwa s-swali ta' l- Isptar u hija wkoll mgħallma lill-istudenti tal-'Institute of Health Care'.", "GATT SETTLEMENT", "17801.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirraporta lill-Kamra x'inhu mistenni li jkun l-impatt tal-GATT Settlement fuq pajjiżna in ġenerali kif ukoll fuq id-diversi setturi kkonċernati?", "X'effett mistenni jkollu fuq in-National Output tal-pajjiż kif ukoll fuq il-prospetti tal-ħolqien t'impiegi ġodda?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-iskop ewlieni tal-ftehim tal-GATT li gie ffirmat mill-Gvern Malti flimkien ma 'l fuq minn 110 Gvern iehor, hu mistenni li, fuq perjodu ta` snin, jghin fil-liberalizzazzjoni tal-kummerc mondjali, visibli u nvisibli.", "Hu ttamat li din il-liberalizzazzjoni tkun strumentali biex d-dinja tohrog mir-ricessjoni ekonomika li ilha tahkimha ghal dawn l- ahhar snin, u jibda perjodu ta` tkabbir ekonomiku u kummercjali mad-dinja kollha.", "Filwaqt li hadd ma' jista ragonevolment jistenna li l-ftehim tal-GATT ikollu xi effett immedjat u kbir fuq in-National Output ta` Malta, ma ghandix dubju li jekk d-dinja jirnexxilha tohrog mir-ricessjoni prezenti u tghaddi ghall-perjodu ta` espansjoni ekonomika, Malta tkun tista tibbenifika mid-domanda gdida ghal-prodotti u servizzi li tinholoq, u b`hekk jikber in-National Output u jizdied n-numru ta` impiegi f`Malta.", "Permezz tal-firma taghha tal-ftehim tal-GATT Malta kisbet id-dritt li tissieheb bhala membru fundatur fil-World Trade Organisation, li se tkun organizzazzjoni internazzjonali gdida li hi mistennija li tahdem fil-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali ohra bhal World Bank u l- International Monetary Fund, u li fiha se jkunu jistghu jigu diskussi l- problemi kollha li ghandhom x`jaqsmu mal-kummerc, bl`iskop li jigi rizolt it-tilwim kollu li jista jinqala bejn il-pajjizi membri.", "MARSAXLOKK - ITTRA TAS-SUR CHARLES J. XERRI", "17809.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Accountant General iwiegeb l-ittra tas-Sur Charles J. Xerri, Palazzo Marnisi, Tower Rd, Marsaxlokk?", "Ghaliex ggadu ma wegbux?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma jidhirlix illi l-Onor.", "Alfred Portelli huwa ezatt meta jghid li l-Accountant General naqas li jwiegeb l-ittra tas-Sur Charles J Xerri minn Marsaxlokk.", "Huwa veru li l-Accountant General ma wegibx ghal kull wahda mit-tmien ittri li ntbaghtu lilu mis-Sur Xerri.", "L-Accountant General, izda, kiteb darbtejn lis-Sur Xerri bl-aktar mod civili fejn fehmu li fejn ghandhom x'jaqsmu l-pensjonijiet, il-funzjoni ewlenija ta' l- Accountant General hija dik ta' \"paymaster\" u li dwar taghrif u decizjonijiet li ghandhom x'jaqsmu ma' interpretazzjoni, huwa jiddependi hafna fuq Dipartimenti ohra.", "Fil-fatt, spjega lis-Sur Xerri li f'kaz kumpless bhal tieghu huwa jiddependi mid-dipartiment ta' l-Edukazzjoni, mill-Management and Personnel Office u mill-Ufficcju ta' l-Awditur li, skond il-ligi, irid jivverifika u japprova kull tibdil li jsir f'xi pensjoni.", "L-Accountant General zgura lis-Sur Xerri u jkompli jizgura lill-Onor.", "Interpellant illi f'dak li jiddependi minnu unikament ix-xoghol fid- Dipartiment tieghu jsir minghajr dewmien.", "Min-naha l-ohra, l-Accountant General ma jista' bl-ebda mod jitfa' t-tort ghad-dewmien li sar fuq id- Dipartimenti imsemmija hawn fuq ghaliex it-talba tas-Sur Xerri hija kumplessa ghall-ahhar u tinħtieg decizjoni li tista' sservi ta' precedent.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' TOROQ", "17810.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' d-dipartiment konċernat isewwi l-culverts tax-xita li hemm bla spralli tal-ħadid fil-Qasam Industrijali, Bulebel, Żejtun?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-culverts tax-xita fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel generalment jinzammu f'kondizzjoni tajba izda dan l-aħħar insterqu numru ta' spralli tal-ħadid.", "Huwa maħsub li jitwaħħlu spralli godda magħmulin apposta difficli biex jinsterqu.", "WIED IL-GĦAJN - TISWIJA TA' ARBLI", "17811.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat idur dawra l-arbli fit-Triq l-Antika ta' Wied il-Għajn (bejn Ħaż Żabbar u Wied il-Għajn) in-naħa ta' sqaq l- Għargħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tagħmel spezzjoni fuq l-arbli tat-Triq l-Antika ta' Wied il-Għajn.", "AWTORITA' TAD-DJAR - KAŻ TAL-FAMILJA BUGEJA", "17812.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fit-talba tal- familja Bugeja ta' Blk D, Flat 3, Daħlet Ġnien is-Sultan, Valletta li tixtieq il-flat żgħir ħafna Nru. 2 fl-istess blokk biex b'hekk tkun tista' tkabbar għax qaltli li l-flat li għandha mhux kbir biżżejjed għall- ħteġijiet tal-familja tagħha (Ref.", "H10861)?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mhix il -policy tal-Gvern li jaghti akkommodazzjoni alternattiva lil min ghandu proprjeta' li hija ukoll tajba ghal bzonnijiet tieghu.", "Ghalhekk it-talba tal-familja Bugeja ma tistax tintlaqa'."]} {"filename": "19991005_149d_par.doc", "date": "1999-10-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 149 It-Tlieta, 5 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 149", "It-Tlieta, 5 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.06 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "149", "It-Tlieta, 5 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ MINUTI 383", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 383", "TQEGĦID TA' KARTI 388", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 389", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRASFERIMENT TA' ARTIJIET", "TAL-GVERN (IT-TIENI QARI)", "DISPOSAL OF GOVERNMENT LAND (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 389", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL PROTECTION BILL (SECOND READING) 394", "AĠĠORNAMENT 414", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 420", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 148 li saret fl-4 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "INTERN - XOGĦOL NOTARILI", "8583.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn x'kien ix-xogħol notarili li sar mill-ministeru, mid- dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant - li jkopri l-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-5 ta' Lulju, 1999 - hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Anthony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nistaqsi lill-Ministru jekk hijiex il-prassi li l- kuntratti li jsiru fil-ministeri isirux min-nutar tal-gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ġaladarba l-Ministru qal li hija l-prassi li xogħol notarili jsir min-nutar tal-gvern, jista' jgħid xi tkun ir-raġuni li kultant dan ix-xogħol isir minn nutara oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk dipartiment tal-gvern ikun jixtieq is-servizzi tan-nutar hija prattika li juża n-nutar tal-gvern u hemm ċerti dipartimenti, bħal dak tal-housing u tal-lands, li għandhom nutar impjegat magħhom apposta.", "Korporazzjonijiet pubbliċi m'għandhomx din il- limitazzjoni u f'dak il-każ kulħadd jirregola lilu nnifsu accordingly.", "FINANZI - XOGĦOL NOTARILI", "8584.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn x'kien ix-xogħol notarili li sar mill-ministeru, mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ix-xogħol kollu notarili li sar fid-dekasteru tiegħi sar min-nutar tal-gvern.", "POLITIKA SOĊJALI - XOGĦOL NOTARILI", "8585.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn x'kien ix-xogħol notarili li sar mill-ministeru, mid-dipartimenti u minn entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Mr Speaker, irrid ngħid li d-dokument juri tliet ftehim, ċioe' wieħed sar mill-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ u ġie nkarigat minnu n-Nutar Raphael Fenech Adami; l-ieħor sar mill-bord tal-koperattivi u ġie nkarigat minnu n- Nutar Sandro Schembri Adami; u l-ieħor mid-dipartiment ta' l-anzjani u ġie nkarigat minnu n-nutar tal-gvern.", "OPM - XOGĦOL NOTARILI", "8586.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn x'kien ix-xogħol notarili li sar mill-ministeru, mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni minn kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li mill- 5 ta' Settembru, 1998 sal-5 ta' Lulju 1999 ma kienx hemm xogħol notarili fid-dekasteru tiegħi.", "PA - SWATAR", "8587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk struttura li qed tinbena fuq art li tinsab fuq ix-xelluġ fi triq bla isem - qiegħda fil-ġenb tax-xellug ta' l-istabilment \"Price Club\", fis-Swatar, limiti ta' l-Imsida - hijiex skond il-permessi meħtieġa?", "Jekk m'hemmx permessi, se jittieħdu passi biex dan il-bini jinħatt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn investigazzjoni li kienet diġa` nbdiet mis-sezzjoni ta' l-infurzar ta' l-awtorita` ta' l-Ippjanar, ġie stabilit li l-istruttura li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tikkonsisti f'ħajt li nbena biex tingħalaq art li hija proprjeta` privata.", "Skond l-iskema uffiċjali tal-lokalita` din l-art hija proġettata bħala ftuħ pubbliku u parking area.", "Peress li l-ħajt imsemmi nbena mingħajr il-permessi meħtieġa u mingħajr ma ġiet mogħtija l-linja uffiċjali, is-sid konċernat ġie notifikat permezz ta' stop and enforcement notice (ECF 568/99) fejn ġie mitlub li jneħħi l- iżvilupp illegali u jreġġa` s-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu fi żmien 16-il ġurnata.", "Ninsab informat ukoll li l-bord ta' appell rċieva appell dwar l-istop and enforcement notice u għaldaqstant l-awtorita` ta' l-ippjanar ma tista` tieħu l-ebda passi sakemm l-appell (PAB 248/99E) jiġi deċiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhu jippjana li jagħmel il-gvern biex tiżdied l-effiċjenza fl-awtorita` ta' l-ippjanar ħalli l-permessi ma jdumux ix-xhur jekk mhux is-snin biex joħorġu, u dan ovvjament b'dettriment għal min ikun applika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, wara li saru diversi laqgħat reġjonali u anke konferenzi nazzjonali, il-ministeru flimkien ma' l-awtorita` ta' l- ippjanar ħejja pjan ta' x'għandu jsir.", "L-ewwel m'hu se jiġi fis-seħħ huwa bdil f'dik li tissejjaħ l-ewwel direttiva ta' l-1988, li hija importanti ħafna f'dawk li huma permessi.", "Din tolqot ħafna kwestjonijiet hekk imsejħa żgħar li semma l-Onor.", "Interpellant, bħal filati ta' garaxxijiet, front gardens u affarijiet simili li ħafna drabi wieħed jista' jeħel fuqhom.", "Dawn issa qegħdin nilliberalizzawhom.", "Dan ma jfissirx li kulħadd se jibda jagħmel li jrid pero' jista' jkun li ma jkunx hemm dik ir-riġidita` żejda li kien qed ikun hemm minn mindu ġiet applikata d-direttiva ta' l-1988.", "Dwar affarijiet aktar radikali, diġa' tħejja abbozz biex jemenda l-liġi dwar l-iżvilupp u l-ippjanar - fil-fatt diġa' tressaq l-ewwel qari tiegħu - fejn u fih hemm previst illi sabiex jitħaffef il-proċess ta' l-ippjanar ikun hemm aktar minn DCC waħda.", "Dan ifisser li għall-kontroll ta' l- iżvilupp ma jkunx hemm biss kummissjoni waħda imma hemm il-possibbilta` li jkun hemm kummissjonijiet oħrajn għal tasks u xogħol partikolari, speċjalment fiċ-change of use fejn isiru ħafna applikazzjonijiet.", "Fil- preżent dawn qed jiġu ttrattati flimkien ma' permessi oħrajn, pero' issa se jibdew jiġu trattati separatament bit-tama li jiġu maqtugħa aktar malajr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'jiġri meta l-awtorita' ta` l-ippjanar toħroġ stop and enforcement notice.", "Naħseb li bosta drabi, għallinqas f'ċirkostanzi li ltqajt magħhom jien, l- awtorita` toħroġ dawn in-notices on paper għax fil-verita` jew ma jsir xejn jew inkella tittieħed azzjoni konkreta wara ħafna ġimgħat jew xhur u kultant anke wara ħafna snin.", "Naf li fis-sezzjoni ta' l-infurzar kienu u għadhom jeżistu diffikultajiet, u allura forsi wasal iż-żmien li l- awtorita` ta' l-ippjanar tieħu xi tip ta' azzjoni differenti kontra dawk il- persuni li jinjoraw dawn in-notices, li allura permezz ta' din l-azzjoni ma jkunx hemm għalfejn toqgħod tidħol il-qorti u ttawwal il-proċess.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ħafna drabi meta dawn in-nies tinħarġilhom stop and enforcement notice jingħataw parir mill-avukat tagħhom li jappellaw, bil-konsegwenza li jieqaf kollox.", "Biex inkomplu nikkomplikaw l- affarijiet dawn mhux biss jappellaw imma japplikaw ukoll għall-permess biex jissanzjonaw dak li sar.", "Allura inti għandek l-ewwel il-proċess ta' l- appell ta' l-istop and enforcement notice imbagħad, meta jispiċċa dak, għandek il-proċess ta' l-applikazzjoni nnifisha.", "Issa bl-emendi li qegħdin nipproponu dan ma jkunx aktar possibbli.", "Naf li anke l-gvern preċedenti kien qed jaħseb biex jemenda l-parti ta' l- infurzar dwar din il-liġi għalkemm ma naħsibx li kienet fuq din il-ħaġa.", "Din ħriġniha mill-kummenti li saru mill-pubbliku f'dawn il-laqgħat reġjonali u mhux se jkun aktar possibbli li inti tagħżel iż-żewġ toroq - jiġifieri jew tammetti li sar il-ħażin u titlob applikazzjoni biex tissanzjonaha, jew inkella tirreżisti l-istop and enforcement notice biex tikkontesta li inti għamilt xi ħaġa llegali - u tagħmilhom flimkien għax dan itawwal ħafna l-proċess.", "Nixtieq infakkar ukoll illi diġa` jeżistu mhux biss pieni imma anke ċerti diżabilitajiet legali għal min jidħol f'din is-sitwazzjoni, partikolarment minħabba li ma jkunx jista' jiġi pprovdut lilu s-servizzi tad-dawl u l-ilma kif ukoll f'ċerti każijiet ma jkunx jista` jittrasferixxi l-proprjeta`.", "Fl- abbozz il-ġdid ir-reġistrazzjoni fl-insinwa rridu nagħmluha eħfef biex din il-proprjeta' ma tkunx tista` tiġi ttrasferita.", "B'hekk ma ssirx spekulazzjoni u bejgħ fuq din il-proprjeta` u lanqas ma jitwikkew biha nies innoċenti li ma jkunux jafu li hemm xi punt tekniku llegali fil-bini nnifsu u mbagħad una volta li jixtruha jkollhom jiffaċċjaw dawk il-konsegwenzi.", "Ma nafx jekk is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "George Pullicino, xtaqx iżid xi ħaġa ma' dan li għedt jien.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Li xtaqt inżid huwa li ġaladarba l-persuna li jinħarġilha stop and enforcement notice tappella jew tapplika, ma jistax jinħareġ mandat mill-planning authority qabel ma jkun hemm deċiżjoni dwar l-appell jew l-applikazzjoni.", "Ladarba jkun hemm id- deċiżjoni fuqha mbagħad issir l-azzjoni ta' l-infurzar.", "Il-liġi hekk kienet minn dejjem u wara l-emendi ta' Lulju ta' l-1997 hekk baqgħet.", "Fil- liġi nnifisha hu maħsub li jkun hemm aktar kontroll għall-infurzar pero' fil-mument ma naħsibx li huwa opportun li wieħed jispjega x'inhuma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru - jew lis-Segretarju Parlamentari - kemm hu l-perijodu ta' żmien normali wara li permess jgħaddi mad-DCC biex jiġi issued.", "In kwantu ta' proprjeta' li diġa' jabitaw fiha in-nies u li għal xi raġuni tkun ħarġet stop notice fuqha, se tiġi sanzjonata permezz tal-liġi l-ġdida jew le?", "Għax finalment in-nies dan li jinteressahom!", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: In kwantu ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija, jien informat li f'dawn l-aħħar tliet xhur bejn 65% u 70% ta' l- applikazzjonijiet li ġew aċċettati mill-bord intbagħtilhom il-permess fi żmien 21 ġurnata.", "Din kienet l-istatistika li ngħatajt il-ġimgħa l-oħra, pero' jekk l-Onor.", "Abela jagħmel mistoqsija formali nkun nista' nagħtih ċifra preċiża.", "Wieħed irid jifhem ukoll li ħafna drabi jkun hemm ammont ta' permessi li magħhom ikunu marbutin ħlas ta' pieni.", "Ovvjament dawn il-permessi ma jkunux jistgħu joħorġu ġaladarba ma jsirx il-ħlas jew xi kondizzjoni oħra li dak li jkun ikun adegwa għaliha qabel ma joħroġ il-permess.", "In kwantu tat-tieni mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Abela sabiex jekk jogħġbu jerġa' jagħmilha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Filwaqt li ma naqbilx mas-Segretarju Parlamentari għall-mod kif irrisponda l-ewwel domanda, fit-tieni domanda jien staqsejt jekk proprjetajiet li nxtraw għal darba, tnejn, tlieta minn sidien u għal xi raġuni jew oħra tkun ħarġet stop notice fuqhom - peress li ma jkunux żammew eżatt mal-permess oriġinali - humiex se jiġu sanzjonati fl-interess tar-residenti bl-emendi li se jsiru fil-liġi.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Għar-rigward ta' l-ewwel parti tad-domanda l- Onor. Abela għandu kull dritt ma jaqbilx miegħi, biss jien qed nitkellem fuq statistika u għalhekk għedtlu li jekk jagħmel mistoqsija formali nkun nista` nagħtih iċ-ċifri preċiżi.", "Jista` jkun li ma kontx preċiż meta għedt 65% jew 70% bħala persentaġġ imma bħala argument kont qed nirriferi għall- permessi li ġew aċċettati mill-bord u ntbagħtu lill-applikanti fi żmien 21 ġurnata f'dawn l-aħħar tliet xhur.", "In kwantu għat-tieni domanda, nixtieq ngħid lill-Onor.", "Abela li d- direzzjoni li qed jadotta l-gvern hija, kif diġa` spjega l-Ministru, li jkun hemm tibdil fid-development control regulations ta' l-1988, u anke fil- policies, sabiex dak li m'għadux jagħmel sens jiġi aktar rilevanti għar- realta' tal-lum.", "Bħala gvern jidhrilna li jekk hemm xi ħaġa li m'hijiex skond il-policy jew skond ir-regolamenti, m'għandux ikun hemm xi dikjarazzjoni ġenerali għal kulħadd biex issir maħfra.", "L-esperjenza ta' kull pajjiiż li jagħmel dawn it-tip ta' maħfriet kienet li wara li jgħaddi perijodu ta' żmien ikollu jerġa' jagħmel maħfriet oħrajn.", "Ma naħsibx li dik hija l-aħjar tip ta' eżempju li għandu jadotta pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamel il-Ministru ta' l-Intern rigward il-każ tal-ħarba ta' Azzabi Hashim Jousef illum stess, u ċioe li l-ewwelnett m'hijiex se ssir inkjesta u li kulħadd għandu jerfa` r-responsabbilta`, jista' l-Ministru jgħid min hu dan il-\"kulħadd\" li għandu jerfa` r-responsabbilta`?", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, nirrakkmanda li l-mistoqsijiet supplimentari jkunu relatati mad-domanda oriġinali.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jekk irid iwieġeb, jekk ma jridx ma jweġibx!", "Imma jien qed nistaqsih jekk huwiex veru li dik il-persuna li qed insemmu kienet tirċievi telefonati minn barra ta' spiss meta kienet il-ħabs.", "Dan huwa permess?", "Xtaqt inkun naf ukoll jekk il-passaport ta' din il-persuna huwiex fil- pussess ta' l-awtoritajiet Maltin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naturalment din id-domanda m'għandha x'taqsam xejn ma' \"struttura li qed tinbena fuq art li tinsab fuq ix-xellug fi triq bla isem li qiegħda fil-ġenb tax-xellug ta' l-istabiliment \"Price Club\" fis-Swatar\".", "Pero' biex żgur ma naqax fit-trappola ta' l-Onor.", "Interpellant, li mbagħad jgħidli li ma rridx nirrispondih, nagħżel li nirrispondi u nikkonferma li l- livell ta' sigurta' tal-Libjan li ħarab huwa l-istess livell li għal snin twal taħt amministrazzjonijiet differenti kellhom il-priġunieri kull meta kienu joħorġu mill-ħabs.", "(Interruzzjonijiet) Iva, anke fuq drogi.", "(Interruzzjonijiet) Anzi meta kont ministru inti, jiena fittixt u kien hemm 13-il wieħed.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Mizzi.", "Il-Ministru qiegħed iwieġeb.", "Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok, Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħa nkompli nwieġeb għax imbagħad jgħiduli li ma ridtx inwieġeb!", "(Interruzzjonijiet) Qed inġebbed meta inti staqsejt domanda li m'għandha x'taqsam xejn u qed nirrispondik?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru huwa skorrett f'dak li qed jgħid għaliex aħna ma konniex nindaħlu fil-ħabs.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbu, il-Ministru jkompli jwieġeb u jindirizza lis- Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ara kemm hu tajjeb l-argument!", "Mela huma jakkużawni li jien responsabbli, imbagħad jgħiduli x'ma nistax nagħmel!", "(Interruzzjonijiet) X'nindaħal?", "Mela jiena ndħalt b'xi mod fil-livell tas- sigurta`?", "Jiena ma ndħalt f'xejn!", "(Interruzzjoniijet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, meta ngħidilhom li l-livell tas-sigurta' illum huwa l-istess kif kien fi żmienhom, jgħiduli li m'għandux x'jaqsam għaliex fi żmienhom ma kenux jindaħlu!", "Mela allura l-argument huwa xabla b'żewġt ixfar; jew intom kontu responsabbli wkoll, jew jekk ma kontux responsabbli intom lanqas ma' jien responsabbli jiena!", "Ma tistax tuża dan l-argument.", "(Interruzzjonijiet) Le, jien qatt ma ndħalt fuq il-livell tas- sigurta' tal-priġunieri.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, jekk jogħġbu ma jinterrompix aktar.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inti ndħalt fuq il-livell tas-sigurta` tas-Sur Cachia Caruana, dak iva!", "Inti ndħalt u l-Ombudsman ikkundannak li għamilt xi ħaġa ħażina.", "(Interruzzjonijiet) Inti ndħalt fil-livell tas-sigurta` tas-Sur Cachia Caruana, daħal fiha l-Ombudsman u kkundannak.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Jiġifieri jiena ma niskanta xejn li jkun hawn dan l-għajjat min- naħa ta' l-Onor.", "Mizzi għax il-verita` toffendi - fil-każ tiegħu forsi toffendi aktar minn ħaddieħor - u allura għalhekk qed ikun hawn dan l- għajjat.", "Nerġa` ngħid li l-livell tas-sigurta` kien l-istess bħal fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "(Interruzzjonijiet) M'għandux x'jaqsam taħrabx jew le!", "MR SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok ikkonkludi għaliex sar il-ħin.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-livell tas-sigurta` baqa' l-istess bħalma kien qabel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Nħgaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni magħżula mill-bord tal-għażla għal sponsorship ta' master-degree in business administration 1999/2000, u kopja ta' ċirkolari MPO 53/99 li tagħti l-kriterji li fuqhom saret l-għażla, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9926; u", "Kopja ta' rapport preliminari ta' studji dwar valuri Ewropej intitolat \"Values Malta 2000\", preparat minn Dr. Anthony Abela, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'annex 8 tal-ftehim milħuq bejn il- Vatikan u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-knisja mgħoddija lill- gvern;", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni taħt is-16-il sena li nqabdu f'bars, discos jew parties bejn Jannar u Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9681; u", "Tagħrif dwar membri tal-korp tal-pulizija li għandhom każ pendenti quddiem il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9869.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-protokoll ta' koperazzjoni bejn il-ministeru tiegħi u l- Mediterranean agronomic institute of Bari ffirmat fis-6 ta' Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8860.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar nursing officers fl-Isptar San Luqa li kellhom change of duties matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9896.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Applikazzjonijiet għall-amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika sottomessi mill-kunsilli lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9931.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRASFERIMENT TA' ARTIJIET TAL- GVERN", "DISPOSAL OF GOVERNMENT LAND (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 t'Ottubru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern huwa in possession bil-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed nirrispondi għal ċerti kummenti u kritika li saret mill-oppożizzjoni, u rrid ngħid li naħseb li wieħed mill-aħjar diskorsi li saru f'dan id-dibattitu kien proprju dak ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar, li wkoll kien għamel żmien responsabbli mid- dipartiment ta' l-artijiet.", "Fil-fatt jien apprezzajt il-mod oġġettiv li bih huwa eżamina l-problemi li għandu d-dipartiment ta' l-artijiet.", "Madanakollu għalkemm huwa faċli li ssemmi l-problemi, ħafna drabi huwa iktar diffiċli li toħroġ bis-soluzzjonijiet tagħhom u, jekk nista' nikkritika xi ħaġa mid-diskors li għamel l-Onor.", "Buhagiar, huwa proprju dan il-fatt li, filwaqt li huwa għamel analisi tajba dwar x'jidhirlu li għandu jsir fid-dipartiment ta' l-artijiet - u anke semma xi problemi li ltaqa' magħhom hu u li qed niltaqa' magħhom jien - m'offra l-ebda soluzzjoni.", "Per eżempju, filwaqt li qal li hemm bżonn insibu soluzzjoni għall-possession and use, baqa` ma qalx x'inhi din is-soluzzjoni.", "Mr Speaker, jien diġa` spjegajt li minn mindu tela` fil-gvern il-Partit Nazzjonalista fl-1987 sal-lum qatt ma nħarġet possession and use ħlief darba u fil-fatt imbagħad il-gvern kien xtara dik il-proprjeta`, jiġifieri f'dak il-każ is-sidien huma ntitolati li jitħallsu kumpens sħiħ.", "Ta' min ifakkar li l-possession and use kienu saru fi żmien il-gvern Laburista, partikolarment meta kienu qed isiru l-proġetti tat-triq tal-Marsa u tal- Laqxija, ġewwa Birkirkara.", "Aħna mhux beħsiebna noqogħdu nwaħħlu t-tikketti blu u t-tikketti ħomor ta' affarijiet li ġraw snin ilu, biss ikun tajjeb li wieħed jikkonstata l-fatt li taħt dan il-gvern la ħarġu possession and use u lanqas se joħorġu, ħlief jekk kemm-il darba l-gvern ikun diġa` ddeċieda li se jixtri by absolute purchase.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li minkejja li l-gvern għandu dritt legali li jieħu l-proprjeta` tan-nies u jibqa` ma jħallashomx għal żmien twil - u meta jħallashom jagħtihom biss ammont żgħir ta' flus bħala acquisition rent - u minkejja li għadu qatt ma ġie ddikjarat legalment li b'hekk ikun qed jikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-gvern xorta waħda ddeċieda li ma għandux japplika dan il-poter.", "Anzi permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed iressaq, il-gvern qiegħed jagħmilha iktar faċli li art li l-gvern ikun akkwista b'kuntratt wara esproprjazzjoni u li ma jkollux aktar bżonnha - minħabba li ma tkunx meħtieġa fl-interess pubbliku - tingħata lura lis- sidien tagħha.", "Ta' min wieħed isemmi wkoll emenda oħra li qed inressqu - safejn naf jien ħadd ma kkritikaha - li tgħid li meta l-gvern jagħti lura proprjeta` lis- sidien tagħha, din il-proprjeta` m'hemmx għalfejn toħroġ by tender għaliex, kif inhi s-sitwazzjoni llum, dik il-proprjeta` trid toħroġ b'tender.", "Id- dipartiment ta' l-artijiet qed jagħmel ħiltu kollha biex dawk l-artijiet li ttieħdu bil-liġi tal-BDA, li għadhom vojta u li l-gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jiżviluppahom hu jew li jużahom għal xi interess pubbliku, jibdew jiġu mogħtija lura lis-sidien jew lis-suċċessuri tagħhom bl-istess mod li bih kienu ttieħdu fl-1983, jiġifieri b'daqqa ta' pinna.", "Sal-lum għad hemm każijiet fejn minkejja li wara li l-gvern ħadilhom l-art fl-1983 b'daqqa ta' pinna, b'liġi li anke tħassret minn dan il-parlament, u minkejja li l- gvern baqa` m'użax dik l-art, illum is-sidien ta' dik l-art għadhom jiġġieldu biex jieħdu lura dik il-proprjeta`, għaliex skond dik il-liġi biex tieħu l-proprjeta` lura jrid isir kuntratt, biex isir kuntratt jridu jsiru r-riċerki u ħafna affarijiet minn dawn.", "Jien nittama li 'l quddiem ikollna ċans inressqu l-proposta tagħna biex inreġġgħu lura s-sitwazzjoni għal kif kienet fl-1983 u mbagħad jekk se mai ikun hemm xi kontestazzjoni dwar it-titlu, dik il-kontestazzjoni ssir bejn terzi u bejn is-sidien innifishom u mhux jiddaħħal il-gvern fil-kwestjoni kollha.", "Punt illi l-oppożizzjoni kienet ftit ekwivoka dwaru kien dak li jittratta dwar il-kunsilli lokali.", "Fil-fatt dan kien l-uniku punt li dwaru l- oppożizzjoni kellha ċerti riżervi.", "Issa qabel xejn irrid niġbed l- attenzjoni tal-Kamra li bil-liġi kif inhi llum diġa` huwa possibbli li art tingħata lill-kunsilli lokali pero` l-ebda gvern, ħlief dan preżenti, m'għadda din il-proprjeta` lill-kunsilli lokali.", "Ta' min jgħid li dan il- proċess beda xi sitt xhur ilu meta l-Ministru Austin Gatt, bl-approvazzjoni tal-kabinett u tad-dipartiment ta' l-artijiet, nieda inizjattiva sabiex dawk il-kunsilli lokali li jridu xi proprjeta` biex jieħdu ħsiebha u jamministrawha tingħata lilhom taħt titlu ta' kera, li ħafna drabi tkun kera nominali.", "Fil-fatt dan l-esperiment diġa` beda jitwettaq minn diversi kunsilli lokali, fosthom mill-kunsill lokali ta' Santa Luċija, u għandna lista sħiħa ta' proprjetajiet - li ħafna minnhom huma ġonna - li l-kunsilli lokali jridu jieħdu ħsiebhom il-kunsilli.", "Li qed nipproponu f'dan l-abbozz ta' liġi huwa li l-kunsill lokali jkun jista' jittrasferixxi dik il-proprjeta` lil terzi, ħaġa li llum għadha ma tistax issir, lanqas b'tender.", "Fi kliem ieħor, illum il-kunsilli lokali ma jistgħux joħorġu l-proprjetajiet li tahom il-gvern b'tender u jiddeċiedu li, per eżempju, jiftħu bar fil-ġnien Ċiniż ta' Santa Luċija.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li l-kunsill lokali ta' Santa Luċija jrid jiftaħ bar fil-ġnien Ċiniż imma qiegħed sempliċement nagħti eżempju.", "Sal- lum dan għadu ma jistax isir għaliex il-liġi tgħidlek li biex kunsill lokali jgħaddi proprjeta` lil terzi jrid il-permess tal-Kamra tad-Deputati b'riżoluzzjoni parlamentari ad hoc, u issa aħna hawnhekk qegħdin inneħħu dan ir-rekwiżit u qed ngħidu li dan l-ostaklu għandu jispiċċa ħalli l- proċess li bih kunsill lokali jagħmel użu aħjar ta' dik il-proprjeta` li jkun tah il-gvern ikun jista' jitħaffef, pero` dejjem bil-permess tad- dipartiment ta' l-artijiet.", "Jien nista' nagħti assigurazzjoni lil din il- Kamra li l-ebda trasferiment m'hu se jsir mill-kunsill lokali jekk mhux bil- permess tad-dipartiment ta' l-artijiet, u fil-fatt diġa` qed inniżżlu din il-kondizzjoni fil-kuntratti li qed nagħmlu mal-kunsill lokali.", "Ovvjament id-dipartiment ta' l-artijiet jista' jimponi l-kondizzjonijiet tiegħu.", "Per eżempju, meta jkun qed isir xi proġett li jkun se jħalli ċertu qligħ, dan jista' jimponi li l-gvern jieħu xi ħaġa in return ukoll.", "Jiġifieri jekk, per eżempju, tkun se ssir xi carpark, id-dipartiment ta' l-artijiet jista' jimponi li mhux biss il-kunsill lokali għandu jgawdi mill-profitti li tkun qed tħalli dik il-carpark imma għandu jgawdi minnhom ukoll il-gvern ukoll.", "Naturalment hawnhekk wieħed irid joqgħod attent u jara li dan il-proċess ikun wieħed trasparenti, nadif u korrett.", "Mr Speaker, meta raw din l-emenda l-Onor.", "Membri ta' l-oppożizzjoni ġabu l-argument li filwaqt li l-gvern, biex jgħaddi l-art tiegħu lil terzi, irid juża s-sistema tar-riżoluzzjoni parlamentari, il-kunsilli lokali, li huma entita` ħafna iżgħar mill-gvern u li hawn 67 minnhom, biex jittrasferixxu art lil terzi mhux se jkollhom bżonn riżoluzzjoni parlamentari.", "Issa l- ewwelnett irrid ngħid li s-sitwazzjoni kif ġiet spjegata f'dan il-parlament min-naħa ta' l-oppożizzjoni m'hijiex korretta għax mhux veru li l-gvern jista' jgħaddi proprjeta` lil terzi b'riżoluzzjoni parlamentari biss imma jista' juża wkoll is-sistema tas-sejħa għal offerti u, m'hemmx għalfejn ngħidu, waħda mill-kondizzjonijiet li se nagħmlu meta xi kunsill lokali jiġi biex jittrasferixxi lil terzi hi li ma jittrasferixxix lil min jagħżel hu imma skond sejħa għal offerti.", "Għalhekk l-argument li qed iġibu l-ħbieb tagħna tan-naħa l-oħra jaqa`.", "Punt ieħor li rrid nagħmel f'dan ir-rigward huwa li filwaqt li huwa tajjeb li l-gvern jissoġġetta r-riżoluzzjonijiet parlamentari tiegħu għal kumitat parlamentari - għaliex il-parlament għandu jkun aqwa mill-gvern - fil-każ ta' kunsill lokali, korp demokratikament elett mill-poplu, huwa tajjeb li dak il-kontroll isir mill-gvern stess.", "Jiġifieri m'għandux ikun hemm il-formalita` żejda li biex enti lokali tittrasferixxi lil terzi trid jiġi f'dan il-parlament, iktar u iktar meta wieħed jara li fil-passat din ma ħadmitx.", "Qed ngħid dan għaliex jekk wieħed iħares lejn l-istorja ta' din il-liġi - li issa għaddew 23 sena minn fuqha - isib li din tant hija cumbersome li bil-liġi kull korp kostitwit irid jiġi f'dan il-parlament biex imbagħad jittrasferixxi lil terzi, u fil-fatt ġara li sal-lum ħadd ma ttrasferixxa lil terzi.", "Għalhekk l-emenda li qed nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi ġiet milqugħa tajjeb għaliex biha qed nuru u qed turi wkoll ċerta fiduċja fil-kunsilli lokali.", "Huwa veru li jista' jkun hemm il-possibbilta` li xi ħadd jabbuża minn dan il-poter, pero` b'daqshekk m'għandniex nippenalizzaw lil dawk il-kunsilli lokali l-oħrajn li mhux biss ma jkunux qed jabbużaw imma li saħansitra jkunu lesti li jużaw dik il-proprjeta` għall-aħjar ġid tal-lokalita`.", "Din ukoll hija forma konvenjenti ta' finanzjament dirett lill-kunsilli lokali li l-gvern Nazzjonalista dejjem wera interess fihom għaliex kien hu li waqqafhom, kien hu li minkejja kull oppożizzjoni ressaq il-liġi dwar il- kunsilli lokali, kien hu li vvotalhom il-flus u kien hu li f'pajjiżna beda l-kultura li dak li jista' jsir fuq livell li huwa iktar qrib tan-nies għandu jsir f'dak il-livell u mhux f'livell ogħla, jiġifieri li per eżempju, dak li hemm bżonn isir fil-lokalita` tal-Mellieħa għandu jiġi deċiż mill-Mellieħin stess u mhux minn xi ħadd f'Beltissebħ.", "Dan il- prinċipju ta' sussidjarjeta`, li huwa prinċipju demokristjan, dan il-gvern dejjem emmen fih, u fil-fatt dan il-prinċipju ta' sussidjarjeta` komplejna niżviluppawh bit-trasferiment tal-proprjeta`.", "Issa qed nagħmlu pass ieħor, ċioe' li nafdaw lill-kunsilli lokali biżżejjed biex bis-salvagwardji u bil- kontrolli tad-dipartiment ta' l-artijiet ikunu jistgħu jittrasferixxu din il-proprjeta` lil terzi, u jien konvint illi l-kunsilli lokali dan se jagħmluh bil-qalb u se jagħmluh tajjeb.", "Hawn ta' min jgħid li diġa` kellna tliet każijiet fejn kunsilli lokali ħadu xi proprjeta` u diġa` beda jidher ċertu improvement f'dik il-proprjeta`, u dan għar-raġuni li dawn in-nies m'humiex qed jagħmlu dan ix-xogħol għall-flus imma għall-imħabba li għandhom lejn il-lokalita` tagħhom u allura naħseb illi huwa xieraq li llum, għall-ewwel darba, nagħtu l-poter lill-kunsilli lokali li jgħaddu din il-proprjeta` lil ħaddieħor.", "Mr Speaker, waqt dan id-dibattitu ssemmiet ukoll il-problema ta' dawk l- artijiet li għalkemm il-gvern diġa' beda proġetti kbar fuqhom.", "Konsegwenza ta' dan ma jistax jinfeda ċ-ċens mis-sidien tal-plots li fuqhom inbnew maisonettes jew inkella flats tal-gvern.", "Hawnhekk wieħed irid jgħid ukoll li f'dan il-qasam sar ċertu progress pero` l-problema għadha hemm.", "Fil- fatt jeżisti mezz legali kif wieħed jista' jsolvi din il-problema għaliex il-liġi tagħti dritt lill-gvern li jpoġġi l-kumpens b'ċedola l-qorti u meta jagħmel hekk isir proprjetarju ta' dik l-art mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe drittijiet li jista' jkollhom is-sidien biex iżidu l-kumpens li jkun dovut lilhom, pero` dan jinvolvi iktar finanzi.", "Jien diġa` spjegajt li din is-sena aħna rdoppjajna l-kumpens illi qed nagħtu lis-sidien li l- art tagħhom ġiet esproprjata.", "Biżżejjed ngħid li minn Lm600,000 fl-1998 il- kumpens tela' għal Lm1.2 miljun fl-1999, avvanz ta' mija fil-mija.", "Huwa veru li wieħed jista' jargumenta li dan m'huwiex biżżejjed pero` r-realta` hi li qed jingħata d-doppju ta' dak li kien jingħata qabel.", "Waqt dan id-dibattitu l-Onor.", "Mangion allega li l-art tal-Lohombus Bank ingħatat mid-dipartiment ta' l-artijiet lill-HSBC illegalment.", "Issa hawnhekk jien għandi l-kuntratt ta' meta l-art ingħatat lil-Lohombus Bank Ltd., jiġifieri fis-7 ta' Ottubru ta' l-1992, u hawn miktub ċar u tond li din l-art qed tingħata lil-Lohombus Bank biex tintuża għal uffiċini \"for its banking business\".", "Dan ifisser li ma teżisti l-ebda limitazzjoni dwar x'jista' jkun dak il-banking business, jekk jirrigwardax home loans jew affarijiet oħra għax hawn wieħed irid jagħmilha ċara li l-business tal- Lohombus Bank ma jirrigwardax biss il-home loans.", "Parti minn dan il- kuntratt jgħid hekk:", "\"The emphyteuta shall not transfer or otherwise dispose of the property without first obtaining the written consent of the government, which consent shall not be unreasonably withheld or delayed.\".", "Dan ifisser li l-gvern mhux biss kellu d-dritt li jagħti l-permess li jsir it-trasferiment taċ-ċens imma kellu wkoll l-obbligu li ma jirrifjutahx mingħajr raġuni ġusta.", "Anke jekk wieħed iħares lejn l-għanijiet tal-memorandum of association tal-Lohombus Bank, isib li dan mhux biss għandu l-liċenzja li jkun bank mingħajr ebda limitazzjoni imma wkoll li jista' jagħmel kull xorta ta' kummerċ bankarju.", "Għalhekk jien ma nafx fejn hi l-illegalita` għaliex il- gvern ta l-permess biex iċ-ċens jgħaddi mingħand il-Lohombus Bank għal għand il-Mid-Med Bank.", "Li kieku l-kuntratt approvat minn dan il-parlament kien jillimita l-użu ta' dak il-bank għal-loans ta' djar issussidjati, kont ngħid li l-oppożizzjoni għandha raġun.", "Issa hawn ta' min ifakkar li apparti l-fatt illi l-Mid-Med Bank joffri dan is-servizz, kien l-ewwel wieħed li naqqas ir-rati ta' l-interessi fuq il-home loans, għandu mija fil- mija tax-shares tal-Lohombus Bank Ltd. u kieku ried seta' jbiddel ukoll il- memorandum.", "Dan kollu juri kemm xi kultant inqajmu suspetti fuq affarijiet li ma jeżistux.", "MR SPEAKER: Onor. Borg, skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirringrazzja lill-Kamra talli għoġobha testendih l-ħin, inwiegħed li m'iniex se ndum nitkellem.", "Kont qed ngħid li għal dak li għandu x'jaqsam mat-trasferiment ta' l-art tal-Lohombus Bank, mhux talli sar kollox skond il-liġi talli sar kollox skond il-kuntratt li kien sar fl-1992.", "M'hemm l-ebda skop ta' illegalita` f'dak li sar għax wara kollox il-gvern kellu dritt li jagħmel it-trasferiment, anzi kellu l- obbligu li jagħmel dan għax skond il-kuntratt ta' l-1992 kien ikun hemm bżonn ta' raġuni ġusta biex il-gvern ma jħallix dak it-trasferiment isir.", "L-unika kondizzjoni li hemm fit-trasferiment ta' l-art tal-Lohombus Bank lill-Mid-Med Bank hija li din l-art ma tistax tintuża ħlief għall-kummerċ bankarju - jiġifieri hemmhekk ma jistax jinfetaħ xi shopping arcade jew inkella jinfetaħ xi negozju ieħor li m'huwiex bankarju - pero` sakemm il- Mid-Med Bank ikun qed juża dik l-art għall-kummerċ bankarju dak it- trasferiment jibqa` validu.", "Nerġa` nirripeti li l-memorandum and articles of association tal-Lohombus Bank - dawn huma dokumenti pubbliċi u jista' jarahom kulħadd - jgħidu li l-iskop tal-bank huwa \"to carry on the business of banking in all its aspects\" mingħajr ebda limitazzjoni.", "L-istess nistgħu ngħidu għal-liċenzja tal-bank u għall-kuntratt għax dawn ukoll bl- ebda mod ma jillimitaw l-użu ta' dik l-art għax jgħidu biss li dik l-art għandha tintuża għall-kummerċ bankarju; u għall-kummerċ bankarju kienet tintuża qabel u għall-kummerċ bankarju qiegħda tintuża llum.", "Mr Speaker, punt ieħor li ddiskutejna f'dan l-abbozz ta' liġi jirrigwarda l-kwestjoni tal-kumitat parlamentari.", "Ta' min jgħid li dan il-kumitat parlamentari se jkollu d-dritt li fi żmien xahar jeżamina r- riżoluzzjonijiet kollha li jkunu tqiegħdu quddiemu, anzi malli tingħata notice lill-Iskrivan tal-Kamra li hemm l-intenzjoni li tiġi ppreżentata riżoluzzjoni għat-trasferiment ta' l-art, dik ir-riżoluzzjoni, bil- kuntratti b'kollox, tmur quddiem dan il-kumitat parlamentari u huwa biss fil-każ illi jkun hemm deċiżjoni unanima ta' dak il-kumitat li mbagħad il- każ ma jiġix trasferit f'din il-Kamra ħlief għall-votazzjoni.", "Jiġifieri anke f'dawk il-każijiet fejn il-kumitat parlamentari jkun unanimu fid- deċiżjoni tiegħu favur proġett jew favur kuntratt partikolari, dak il- kuntratt xorta waħda jkun irid jiġi quddiem dan il-Parlament għall- votazzjoni finali għax jista' jkun li l-maġġoranza ta' din il-Kamra u l- maġġoranza ta' dak il-kumitat ma tkunx l-istess.", "Pero` fil-każ li jkun hemm imqar wieħed illi jkun kontra dik il-proposta li jkun ressaq il-gvern fil-kumitat parlamentari, minkejja li tkun saret id-diskussjoni f'dak il- kumitat, xorta waħda tkun trid terġa` ssir diskussjoni f'dan il-parlament, kif ġara fil-każ tal-proġett tal-Kottonera, fejn l-ewwel kien ġie diskuss f'wieħed mill-kumitati permanenti ta' din il-Kamra u mbagħad reġa` ġie diskuss f'dan il-parlament.", "Din hija xi ħaġa pożittiva u qed inħossni onorat li qed inressaqha jien għaliex b'dan il-mod il-gvern stess qed ipoġġi riga fuqu nnifsu biex ikejjel l-aġir tiegħu.", "Mr Speaker, jien nittama li fl-istadju ta' Kumitat ikollna ċans nipperfezzjonaw il-wording ta' dan l-abbozz ta' liġi u fil-fatt il-gvern stess jixtieq iressaq xi emendi.", "Per eżempju, fl-abbozz ta' liġi kif inhu bħalissa din il-proċedura li għadni kemm tkellimt dwarha hija limitata biss f'każ li jressaq mozzjoni dwar trasferiment il-ministru responsabbli mill- artijiet, u għalhekk l-gvern issa jrid iressaq emenda biex nagħmluha li jressaq min iressaq mozzjoni ta' dan it-tip, dik il-mozzjoni xorta waħda trid tmur quddiem il-parlament .", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan il-winding-up billi nesprimi x-xewqa tiegħi li wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi jkollna iktar kontrolli fil- qasam tat-trasferiment ta' l-artijiet.", "Xi ħaġa li forsi ftit semmewha f'dan id-dibattitu hi li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, anke d-definizzjoni ta' \"trasferiment\" twessgħet sabiex b'hekk iktar affarijiet jaqgħu taħt l-iskrutinju tal-parlament, jew inkella jkun hemm bżonn sejħa għal offerti biex dawn isiru, inkluż bdil fil- kondizzjonijiet wara li tkun għaddiet riżoluzzjoni parlamentari jew tiġdid ta' xi titolu li jkun ġie approvat minn dan il-parlament.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern, Kap 268\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru, 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"\"Att biex jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, Kap 268\" jiġi riferut lill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "CIVIL PROTECTION BILL", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President tar- Repubblika.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO de MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili u ta' Forza ta' Għajnuna u Ħelsien, u għal ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dan jew anċillari għall-istess\", jirrakomandah għall- konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "5 ta' Ottubru 1999", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, bħalma ġara fir-rigward ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-ħabs, din hija t-tieni darba li dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq quddiem dan il-parlament.", "Anzi f'dan il-każ, kuntrarjament għall- abbozz ta' liġi l-ieħor li semmejt, l-ewwel darba li dan l-abbozz ta' liġi tressaq quddiem dan il-parlament mhux biss kien ġie propost imma kien anke ġie diskuss fl-istadju tat-Tieni Qari u kien anke ġie approvat unanimament minn din il-Kamra.", "Meta konna fl-oppożizzjoni aħna wkoll konna ressaqna l- kummenti tagħna fuqu u filwaqt li għedna li naqblu miegħu u għalhekk ivvotajna favurih, ġara li dan ma laħaqx ġie approvat mill-istadju ta' kumitat għaliex kienet waslet l-elezzjoni u, kif jaf kulħadd, wara l- elezzjoni ġenerali l-lista ta' l-abbozzi ta' liġi li jkunu fuq l-aġenda taqa' kollha u wieħed ikollu jerġa` jipproponihom mill-ġdid fil-leġislatura l-ġdida.", "Għalhekk wieħed jista' liberament jikkonkludi li dan huwa l- istess abbozz ta' liġi kif ġie ppreżentat mill-amministrazzjoni preċedenti u li ġie diskuss anke fl-istadju tat-Tieni Qari f'Mejju ta' l-1998, għajr għal xi tibdiliet li se nsemmi iktar tard.", "Nibda billi ngħid li dan l-abbozz ta' liġi qed jafferma l-bżonn li fil- qasam tal-protezzjoni ċivili jkollna liġi.", "Hawn pajjiżi li m'għandhomx liġi dwar il-protezzjoni ċivili imma, kif kien qal il-ministru dakinhar, hemm bżonn li jkun hemm liġi li tirregola l-protezzjoni ċivili għaliex f'pajjiżna m'għandniex liġi waħda li tirregola l-emerġenzi li jistgħu jinqalgħu, la l-emerġenzi li jinqalgħu minħabba raġunijiet naturali, bħal allaħares qatt it-terrimoti jew inkella l-għargħar, u lanqas emerġenzi oħra li jkunu maħluqa mill-bniedem, bħall-kontaminazzjoni jew it-tinġis tal- baħar miż-żejt li jiġi ttrasportat mit-tankers, illi hija ħmar il-lejl ta' kull ministru li jkun responsabbli mill-protezzjoni ċivili, partikolarment meta niftakru li f'pajjiż żgħir bħal tagħna emerġenza ta' din ix-xorta toħloq kriżi ekonomika, partikolarment fil-qasam tat-turiżmu.", "Qed ngħid dan għaliex pajjiżi kbar li, per eżempju, iġarrbu diżastru ta' kontaminazzjoni tal-baħar b'xi mod jistgħu jżommu fuq saqajhom - għaliex it- turisti jkunu jistgħu jżuru lokalitajiet oħrajn ta' l-istess pajjiż - pero` li kieku allaħares qatt pajjiż ċkejken bħal tagħna kellu jġarrab diżastru bħal dan, dan iġib miegħu diżastru ferm ikbar, kemm ta' natura ambjentali kif ukoll ta' natura ekonomika.", "Kif kont qed ngħid, f'Malta m'għandniex liġi waħda organika sħiħa dwar kif nilqgħu għal dawn it-tip ta' emerġenzi.", "Veru li fl-1963 kienet saret l- Emergency Powers Act - liema liġi m'hijiex se tiġi mittiefsa b'dan l-abbozz ta' liġi - pero` dik il-liġi tirrigwarda l-emerġenzi li fihom il-gvern ikollu dritt li jissospendi l-liġijiet tal-pajjiż b'regolament.", "Jiġifieri meta l-prim ministru jiddikjara emerġenza pubblika taħt l-Emergency Powers Act, dan b'sempliċi regolament jista' anke jissospendi l-operazzjoni tal- liġijiet tal-pajjiż.", "Naturalment l-operazzjoni tal-Kostituzzjoni ma tistax tiġi sospiża, pero` mill-bqija kwalunkwe liġi mill-400 liġi li hemm fl- edizzjoni riveduta tal-liġijiet tagħna tista' tiġi sospiża permezz ta' regolament.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Emergency Powers Act jillimita dan il- poter għal xahrejn biss, jiġifieri din is-sospensjoni ta' l-operazzjoni tal- liġijiet tal-pajjiż tapplika biss għal xahrejn, u wara xahrejn taqa`.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm din il-liġi ta' l-1963 tirregola biss reazzjoni immedjata għal emerġenza li tinqala` f'daqqa waħda.", "Dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum huwa differenti.", "Huwa veru li jista' jiġi wżat anke għat-tip ta' emerġenzi li semmejt imma dan qed iwaqqaf struttura li biha kemm jista' jkun il-forzi kollha tal-pajjiż li jistgħu jilqgħu għal dawn l-emerġenzi jkunu organizzati b'mod permanenti.", "Jiġifieri mhux l-ewwel isir diżastru naturali jew diżastru maħluq mill- bniedem imbagħad nirreaġixxu imma jkollna strutturi li jilqgħu għal dawn it- tip ta' emerġenzi minn qabel.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jagħti din id- definazzjoni għal \"diżastru\":", "\"\"diżastru\" tfisser ġrajja mhux prevedibbli li tikkaġuna jew thedded li tikkaġuna ħsara fil-ħajja jew fis-saħħa ta' għadd sew ta' bnedmin, jew lill-proprjeta` jew lill-provvista` ta' riżorsi vitali tal- popolazzjoni jew lill-ambjent, u l-urġenza tas-sitwazzjoni tkun teħtieġ il-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għal azzjoni immedjata ta' rimedju;\".", "Jiġifieri hawnhekk qed jidħol kemm l-element tal-ħsara li tkun qed tiġi kkaġunata kif ukoll l-element ta' l-urġenza.", "Ta' min jgħid li waħda mill-funzjonijiet ta' dan id-dipartiment hija dik li jħejji pjanijiet ta' kontinġenza għal emerġenzi differenti imma b'mod partikolari għal dawk l-emerġenzi li l-iktar jistgħu jolqtu lil pajjiżna, u dan skond il-pjan li kienet għamlet ditta privata Taljana li kienet ġiet Malta bis-saħħa tal-protokoll finanzjarju Taljan.", "Per eżempju, aħna nafu li kull tant snin f'Malta jkun hawn ċertu għargħar li jikkaġuna anke mwiet.", "Biżżejjed illi wieħed jiftakar fl-għargħar li kellna f'Ottubru ta' l-1979 u fil-maltempati li kienu saru matul il-ħarifa ta' l-1988, fejn ix-xita tant kienet niżlet b'intensita` li kienet ħolqot għargħar serju f'diversi bnadi ta' Malta u Għawdex, u kif għedt diġa`, kienet saħansitra kkaġunat imwiet.", "Fil-fatt id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili diġa` qiegħed jipprepara ruħu biex iġib assistenza minn barra ħalli bil-għajnuna tagħhom inkunu nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni.", "Jien m'iniex qed ngħid li b'hekk se nneħħu l-għargħar kompletament għax dawn huma affarijiet li l-bniedem mhux dejjem għandu kontroll fuqhom, imma almenu se nipprovaw intejbu s- sitwazzjoni sabiex dan id-dipartiment ikun ippreparat illi malli jkun hemm diżastru naturali ta' dan it-tip ir-reazzjoni tkun immedjata.", "Per eżempju, jien ħadt gost ninnota li meta dan l-aħħar għamlet ix-xita, ħdejn il-wied ta' Birkirkara u f'postijiet oħra li huma magħrufin għall-għargħar kien hemm l-impjegati tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili qabel ma dawn issejħu fuq il-post sabiex jilqgħu għal dak kollu li jista' jinqala'.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-esperjenza diġa` wriet li meta tagħmel ix-xita f'ċerti postijiet malajr ikun hemm l-għargħar u allura ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, huwa veru li jkun hemm ċerti previżjonijiet, pero` f'ċerti postijiet anke meta tagħmel ftit xita jiġu kkaġunati l- problemi.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-problemi tat-traffiku li jinqalgħu f'ċerti nħawi hekk kif tagħmel ftit tax-xita.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li bħalissa qed nagħmlu diskussjoni mad- dipartiment għall-protezzjoni ċivili biex f'ċerti postijiet - u hawn qed nirriferi b'mod partikolari għal Ħal Qormi u Birkirkara - indaħħlu s- sistema ta' early warning signals - s'issa għadu m'huwiex magħruf jekk dawn ikunux jikkonsistu f'sireni jew inkella fi dwal - ħalli min ikun se jgħaddi minn dawk il-postijiet jiġi mgħarraf illi hemmhekk hemm ċertu periklu.", "Dan se nagħmluh għaliex ħafna drabi n-nies jgħaddu minn dawn il-postijiet għaliex jaħsbu li m'hemmx periklu u mbagħad jinqabdu hemmhekk bir-riskju li jweġġgħu jew saħansitra jitilfu ħajjithom.", "Għalhekk għalkemm sfortunatament ma tistax tingħata garanzija li b'dawn l-early warning signals se jiġu evitati l-emerġenzi kollha li jistgħu jinqalgħu, almenu jiġu evitati ħafna inċidenti.", "J'Alla li din il-liġi ma tiġi applikata qatt u li ma jiġri xejn minn dan kollu pero` jkun aħjar jekk nipprevedu dawn l- affarijiet u nipprovaw nagħmlu xi ħaġa dwarhom milli nirreaġġixxu dejjem wara l-kriżi.", "Mr Speaker, irrid ngħid li ħafna minn dak li hawn provdut f'dan l-abbozz ta' liġi ma kienx ikun possibbli li jsir li kieku ma kenitx għall-għajnuna ġeneruża li tana l-gvern u l-poplu Taljan permezz tal-protokoll finanzjarju.", "Huwa veru li xtrajna laneċ li jqumu miljuni kbar ta' liri, pero` dawn xtrajniehom bl-istess flus li tawna huma permezz tal-protokoll finanzjarju Taljan fejn l-unika kondizzjoni li saritilna, liema kondizzjoni jien naraha raġunata, kienet li dawn il-laneċ iridu jinxtraw mill-Italja.", "Kieku ma kienx għal dan il-protokoll finanzjarju ma konniex inkunu kapaċi nixtru s-27 fire-engine ġdida li xtrajna.", "Fil-fatt qabel dejjem konna niddubbaw bis-second-hand billi konna nixtru fire-engines mill-Ingilterra, li kienu jkunu diġa` wżawhom l-Ingliżi - għaliex is-sitwazzjoni ta' pajjiżna ma tippermettix li nonfqu dawn il-flus kollha - pero` issa permezz ta' dan il-protokoll finanzjarju sar possibbli li nixtru dan l-apparat.", "Forsi wieħed jista' jargumenta li l-gvern imessu ilu li ressaq abbozz ta' liġi bħal dan pero` huwa fatt li l-qasam tal-protezzjoni ċivili qatt ma kien meqjus bħala prijorita` mill-Gvern Malti, kien min kien, għax il- possibbilta` li jinqala` diżastru naturali kien jaraha remota, u din hi l- attitudni ħażina li minħabba fiha għal żmien twil ma kellna xejn f'dan il- qasam, u kien jibqa` ma jkollna xejn li kieku ma kenitx għall-għajnuna li tana l-gvern Taljan.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid ukoll li l-Gvern Taljan mhux biss għenna sabiex ikollna fire-engines ġodda u laneċ ġodda li jitfu n-nar.", "Ma rridux ninsew li sakemm ġiet l-ewwel lanċa fil-bidu tas-sena l-oħra, aħna ma kellna xejn biex stajna nitfu n-nar fuq il-baħar, ħlief dik id-dinghy li għandhom l-SAG, li l-ilma li jintefa' minnha jwassal għal distanza limitata ħafna.", "Fil-fatt kien għalhekk li meta jien tlajt Ruma biex nitkellem mal- ministru tal-protezzjoni ċivili Taljan, Francesco Barberi - fil-fatt hu wkoll kien ġie Malta f'Ottubru ta' l-1996 - kont għedtlu li Malta għandha bżonn urġenti li ssaħħaħ it-tagħmir tagħha għat-tifi tan-nar fuq il-baħar.", "Ta' min ifakkar li dak iż-żmien kellna xi ftit apparat biex nitfu n-nar fuq l-art - għalkemm dan ma kienx effiċjenti ħafna - pero` għat-tifi tan-nar fuq il-baħar ma kellna xejn, jew kważi xejn, imma kif kont qed ngħid, bis- saħħa tal-ftehim li lħaqt mal-ministru Barberi, kif ukoll bis-saħħa tad- diskussjonijiet li kien hemm fi żmien il-gvern preċedenti mal-Gvern Taljan - jien naf li l-Ministru Mizzi, li jifhem xi ħaġa fuq dawn l-affarijiet, kien ħa interess partikolari f'dan ir-rigward - u b'mod partikolari bis- saħħa tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili sal-lum dawn il-laneċ waslu kollha f'pajjiżna.", "Fil-fatt tnejn minn dawn il-laneċ, il-\"Melita I\" u l- \"Melita II\", kienu waslu f'April ta' l-1998, is-\"Sea Salvor\" kienet waslet fil-ħarifa ta' l-1998 - ta' min jgħid li din il-lanċa kien ġie jinawguraha l-ministru Barberi stess - u din is-sena wasal il-\"Garibaldi\", li matul ix- xhur tas-sajf tpoġġa ġewwa l-bajja tax-Xemxija, eżattament ħdejn il- Fekruna, sabiex jieħu ħsieb il-fliegu ta' bejn Malta u Għawdex, u dan minħabba li fis-sajf joħorġu kwantita` kbira ta' bċejjeċ tal-baħar, speċjalment fil-weekends.", "Bi pjaċir ngħid li matul is-sajf dawn mhux biss kienu ta' għajnuna kbira għat-tifi tan-nar imma anke għal dawk l- organizzazzjonijiet volontarji li kienu qed jagħtu s-servizz tagħhom fuq ix- xtut u l-bajjiet tagħna.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li mal-\"Garibaldi\" ġew ukoll xi dinghies, li huma komdi ħafna għal skopijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar.", "Irrid ngħid ukoll li llum il-\"Melita I\" u l-\"Melita II\" qed jintużaw mill-forzi armati ta' Malta, u dan għaliex it-task prinċipali tas-search and rescue huwa fdat f'idejhom.", "Ġaladarba semmejt l-organizzazzjonijiet volontarji, nixtieq nieħu l- okkażjoni biex nirringrazzjahom pubblikament għall-fatt li dawn minflok ma jmorru jgħumu mal-familja u jiddevertu ftit matul ix-xhur tas-sajf joffru dan is-servizz mingħajr ma jitolbu xejn lill-gvern.", "Ġustament aħna konna xtrajnielhom dinghy u xi affarijiet oħra biex għallinqas waqt li jkunu qed idewwu lin-nies, ikunu komdi kemm huma kif ukoll min ikun qed jiġi mdewwi, għax ħafna d-drabi l-inċidenti li jkun hemm isiru iktar fuq il-blat jew fuq ir-ramel milli għaliex xi ħadd ikun se jegħreq.", "Filwaqt li jien nittama li s-sena d-dieħla nkomplu nipperfezzjonaw dan is-servizz, irrid ngħid li din is-sena aħna laqqajna lill-organizzazzjonijiet volontarji kollha biex nuruhom l-apprezzament tagħna għax-xogħol li qed jagħmlu.", "Minbarra d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, li għadu qed jimla l- vacancies li għandu, il-liġi waqqfet ukoll kunsill għall-protezzjoni ċivili, liema kunsill jinħatar mill-prim ministru.", "Fil-fatt l-unika bidla li qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi huwa li filwaqt li qabel ma kienx hemm numru li jillimita d-daqs ta' dan il-kunsill, issa qegħdin nillimitawh b'numru, u filwaqt li qabel membru kien ikun irid jiġi nominat mill- kunsilli lokali, issa dan se jibda jiġi nominat mill-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali, li hija mwaqqfa skond regolament tlieta tar-regolamenti ta' l-1994 dwar l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Għalkemm dan il- kunsill qed inwaqqfuh b'liġi issa, dan ilu jopera.", "Fil-fatt jien ippresedejt il-laqgħat ta' dan il-kunsill kemm issa kif ukoll meta kont ministru taħt il-gvern Nazzjonalista preċedenti, pero` sal-lum dan għadu mwaqqaf b'mod amministrattiv u huwa issa li qegħdin inwaqqfuh b'liġi.", "Ta' min jgħid li l-membri f'dan il-kunsill se jkunu ġejjin minn oqsma konnessi mal-protezzjoni ċivili bħal, ngħidu aħna, mill-oqsma tax- xogħlijiet pubbliċi, l-ambjent, telekomunikazzjoni, trasport, saħħa, affarijiet ekonomiċi, affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' karburanti u enerġija, kif ukoll minn Għawdex.", "Ikun hemm membru għan-nom ta' dawk l- organizzazzjonijiet volontarji li jien għadni kif semmejt - taw servizz utli ħafna fis-sajf u għallmu lin-nies kif iwettqu salvataġġ fil-baħar u fl- art - u jkun hemm membru li jiġi nnominat mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Iċ-chairman jibqa' kif kien fl-abbozz kif imressaq taħt l- amministrazzjoni preċedenti, jiġifieri l-ministru responsabbli għall- protezzjoni ċivili, waqt li d-deputy chairman ikun is-segretarju permanenti fl-istess ministeru.", "Bħala membri ex officio jkun hemm il-kummissarju tal- pulizija, il-kmandant tal-forzi armati u d-direttur għall-protezzjoni ċivili.", "Dan il-kunsill se jkollu l-funzjoni li jifformola, imexxi u jikkordina kull kwestjoni u prattika ta' politika nazzjonali.", "Għalhekk tista' tgħid li d-direttur għall-protezzjoni ċivili huwa accountable għall- kunsill u jista' jagħti l-pariri lill-ministru dwar il-miżuri kollha fejn tidħol il-protezzjoni ċivili.", "Sur President, meta tkellimt fuq dan l-abbozz niftakar li kont għedt li għal pajjiż li jemmen li hemm bżonn liġi tal-protezzjoni ċivili - għaliex hemm ċerti pajjiżi li m'għandhomx liġi bħal din - huwa importanti li din ma tkunx xi liġi komplikata u b'ħafna provvedimenti b'mod li ma tkunx taf il- liġi fejn tibda u fejn tispiċċa, imma li dik il-liġi ssemmi l-istrutturi li hemm bżonn fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u bażikament tkun an enabling law.", "Għaliex?", "Għaliex l-emerġenzi jsiru f'daqqa u jinbidlu minn żmien għal żmien u allura jkun hemm bżonn ta' żviluppi oħrajn kif nilqgħu għal dawk l-emerġenzi.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Illum diġa' għandna eżempju ta' torri ta' ma nafx kemm-il sular u jekk se nkomplu bit-tendenza li f'ċerti żoni l-bini jogħla 'l fuq, dan ifisser li rridu nkunu armati biżżejjed għall-każijiet ta' emerġenzi li jistgħu jinħolqu.", "U dawn mhux biss huma emerġenzi ta' tifi tan-nar imma anke ta' qtugħ ta' elettriku jew ta' ċerti provvisti essenzjali oħrajn.", "Allura", "Huwa tajjeb li din il-liġi twaqqaf dan il-kunsill u toħloq ukoll l- assistance and rescue officer corps, pero' bażikament li trid tagħmel huwa li tagħti poter lill-ministru li wara li jieħu l-pariri neċessarji, joħroġ ir-regolamenti.", "Għaliex?", "Għaliex dawk ir-regolamenti jistgħu jinbidlu mingħajr ħafna formalita` żejda skond l-esiġenzi ta' l-emerġenzi partikolari u mingħajr ma jiksru l-provvedimenti ta' din il-liġi.", "Naturalment il-ministru ma jistax jagħmel regolamenti li bihom jikser il- provvedimenti tas-Civil Protection Act imma sakemm ma jiksirx dawk il- provvedimenti u sakemm jimxi skond l-istess Att - nikkwota issa minn klawsola 7 ta' dan l-abbozz ta' liġi - għandu jitħalla jagħmel regolamenti:", "\"(a) b'mod ġenerali sabiex jirregola dak kollu li għandu x'jaqsam mal- protezzjoni ċivili;", "(b) dwar il-proċeduri li għandhom jittieħdu dwar xi diżastru jew emerġenza pubblika li jiġru f'Malta, inkluża kull investigazzjoni li ssir dwarhom;\".", "Imbagħad l-abbozz jidħol f'iktar dettalji dwar x'regolamenti jistgħu jinħarġu:", "\"(ċ) sabiex jiġu stabbiliti l-għanijiet u l-provvedimenti, direttivi, kodiċijiet ta' prattika ... \",", "- hawnhekk m'aħniex qed ngħidu li se nbiddlu d-dinja f'ġimgħa imma għallinqas f'dawk l-emerġenzi l-iktar komuni għandu jkun hemm manwal jew kodiċi ta' prattika li kulħadd jimxi fuqu u li kulħadd ikun jaf x'fih qabel ma ssir l-emerġenza u mhux ikun hemm emerġenza u nibdew naqraw xi ħaġa li qatt ma nkunu qrajna qabel! -", "\"u linji direttivi li jkollhom x'jaqsmu ma' kwestjonijiet ta' tħejjija u ta' rispons;", "(d) sabiex jiġu stabbiliti s-sistema u l-ħteġijiet għall-ippjanar tal- protezzjoni ċivili.", "Sur President, jiena m'iniex se nidħol f'iktar dettalji għaliex, kif diġa' għedt, l-iskop huwa li din il-liġi, bħal ta' qabilha, tkun an enabling law.", "Qed ngħid hekk għaliex kif kont għedt anke mill-bankijiet ta' l- oppożizzjoni, l-ewwel draft ta' dan l-abbozz kien tqil iżżejjed.", "Għalhekk il-kabinett Nazzjonalista kien ta direttiva lill-avukat ġenerali sabiex jagħmel xi ħaġa iktar ħafifa u żnella, kif inhu dan l-abbozz li qed niddiskutu llum.", "Istituzzjoni jew forza oħra li dan l-abbozz qiegħed ibierek legalment - għaliex hija mwaqqfa diġa' - hija l-forza ta' għajnuna u ħelsien, li se taqa' taħt id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, u li se tkun hi l-forza li tasal l-ewwel f'ċerti emerġenzi.", "Dan ma jfissirx pero' li kull emerġenza se tieħu ħsiebha din il-forza.", "Anzi nżid ngħid li din il-forza hija eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali li konna qed nimxu bih li d- dipartiment għall-protezzjoni ċivili jikkordina l-isforzi ta' l-organi l- oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' l-emerġenzi.", "L-iskop prinċipali tad- dipartiment għall-protezzjoni ċivili kien li jikkordina l-pulizija, l- forzi armati eċċ, pero' din il-forza hija eċċezzjoni għal dan il-prinċipju.", "Id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili se jkollu jikkordina hu dawn il- forzi kollha u ma nistax nimmaġina ċirkostanza fejn allaħares qatt ikollna diżastru naturali u li fih ma jkunux involuti l-pulizija u l-armata.", "Tant huma involuti b'mod permanenti dawn li għandhom post ex officio fil- kunsill.", "Issa apparti dawn il-forzi kollha u apparti l-għaqdiet volontarji li anke llum jagħtu ċertu servizz bil-permess tal-pulizija jew tal-forzi armati - jiġifieri qabel ma twaqqfet din il-liġi u fil-fatt tajnihom rappreżentanza fuq dan il-kunsill - se jkun hemm unit żgħir ta' madwar 90 ruħ li huma mpjegati mad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili u li se jieħdu ħsieb it-tifi tan-nar imma f'emerġenzi oħrajn ikunu jistgħu jaslu huma l-ewwel fuq il-post sabiex jilqgħu għal dik l-emerġenza.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn id-dmirijiet u l-funzjonijiet ta' din il-forza ta' għajnuna jsib proprju dak li għadni kif għedt, jiġifieri:", "\"(a) li tara li jkun hemm servizz adegwat għal intervent immedjat fil- każ ta' ħruq, għargħar, salvataġġ fuq il-baħar u ħelsien mill-għarqa u appoġġ fuq il-baħar għal kontra t-tniġġis jew f'kull sitwazzjoni oħra ta' diżastru sew naturali sew kaġunat mill-bniedem li tkun tenħtieġ l- għajnuna immedjata ta' forza pubblika jew ta' tagħmir speċjali.\".", "Mela dawn huma l-frontliners, it-troubleshooters, fejn f'każ ta' problema jipprovaw jaraw kif isolvuha.", "Għalhekk il-funzjoni ta' din il-forza hija:", "\"(b) li tintervjeni f'każ ta' emerġenza jew ta' diżastru; u", "(ċ) li twettaq kull dmir lilha assenjat mid-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili.\".", "Sur President, l-applikazzjonijiet biex jiġu mpjegati dawn in-nies kienu ħarġu taħt l-amministrazzjoni l-oħra imma peress li kienu tħallew barra numru ta' membri tal-korp tal-pulizija li kellhom ċertu expertise - uħud minnhom kien ilhom anke ħames snin fix-xogħol tat-tifi tan-nar u oħrajn kellhom anke kwalifiki fit-tifi tan-nar - din l-amministrazzjoni deherilha li tkun ħasra li l-expertise ta' dawn in-nies tintilef.", "Għalhekk reġgħu nħarġu l-applikazzjonijiet - anke għaliex kien hemm xi 20 jew 30 ruħ li rtiraw mill-ewwel applikazzjoni u allura kien hemm numru ta' vacancies - liema applikazzjonijet ġew proċessati, sar il-kors u issa dawn ingħaqdu ma' l-ewwel kontinġent, biex insejjaħlu hekk, li fih kien hemm maġġoranza ta' civilians iktar milli membri tal-korp tal-pulizija.", "Kif diġa' għedt, Sur President, dawn kienu mad-90 ruħ li mbagħad naqsu minħabba li kien hemm min ma kienx tajjeb għal dan ix-xogħol.", "Allura dawk li rtiraw ġew sostitwiti u żidna xi ħaġa magħhom minn dawn il-membri tal- korp tal-pulizija.", "Dawn se jibqgħu jagħmlu manning tal-fire stations li jeżistu llum, u allura dan ifisser li l-fire stations kollha se jgħaddu mingħand il-pulizija għal għand id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Nixtieq ngħid hawnhekk - mingħajr ma wieħed joqgħod idoqq ħafna trumbetti - li l-kapaċita` li niġġieldu t-tifi tan-nar fuq l-art tjiebet ħafna f'pajjiżna, kemm minħabba l-wasla ta' fire engines taħt żewġ amministrazzjonijiet differenti mill-Italja, kif ukoll għaliex kien hemm distribuzzjoni ġeografika aħjar ta' fire stations.", "Sur President, niftakar li darba l-Onor.", "Farrugia kien semmieli każ ta' ħruq li kien sar f'Santa Marija Estate u l-fire engine kellha titlaq mill- Furjana u sakemm waslet hemmhekk damet 25 minuta.", "Għalhekk kien hemm bżonn li jsir xi ħaġa biex it-tramuntana ta' Malta - u anke ċerti partijiet tan- naħa ta' isfel ta' Malta, l-iktar il-partijiet industrijali - ikunu jistgħu jiġu milħuqa aħjar.", "Niftakar li kien hemm post ideali fejn kien hemm it- tankijiet tal-British Petroleum fl-antik, ħdejn il-knisja tal-Kapuċċini fix- Xemxija.", "Dan huwa post ideali għaliex hemmhekk tista' tilħaq saċ-Ċirkewwa u tinkludi wkoll lil Buġibba, il-Qawra, San Pawl il-Baħar u l-Mosta.", "Fil- fatt tista' tgħid li minn dan l-istation - li qabel ma kienx jeżisti - on average ikun hemm ħames interventi kuljum.", "Bis-saħħa wkoll tal-Gvern Taljan, dak li kont ftaħt jien bħala ministru responsabbli mill-protezzjoni ċivili fil-21 ta' Ġunju ta' l-1996, wara li ħarġu l-permessi mill-awtorita' ta' l-ippjanar, ġie mkabbar u issa hemm xi ħaġa iktar permanenti.", "Fil-fatt kulmin jgħaddi minn hemmhekk jara li l-fire engines huma ggaraxxjati u hemm sistema aħjar li tista' tilqa' għal emerġenzi ta' tifi tan-nar fil-parti tat-tramuntana tal-pajjiż.", "Fin-naħa t'isfel, apparti li nżammu l-fire stations ta' Corradino u tal- Furjana, twaqfet fire station oħra f'Ħal Far, fejn hemm ukoll id- dipartiment għall-protezzjoni ċivili, li jieħu ħsieb l-areas industrijali ta' Bulebel u ta' Ħal Far stess u li wkoll ikollhom diversi interventi.", "Mela llum għandna erba' fire stations li tista' tgħid li ġeografikament huma distribwiti ħafna aħjar miż-żewġ fire stations li kellna sa l-1996, li kienu dawk ta' Corradino u tal-Furjana.", "It-tama tagħna hija li niftħu fire station oħra - dejjem jekk nirċievu l-flus u nkunu nistgħu nużawhom mill- protokoll finanzjarju Taljan - in-naħa tal-bypass ta' Santa Venera ħalli wieħed ikun jista' jilħaq ċerti postijiet fiċ-ċentru ta' Malta aħjar.", "Sur President, għal dak li huwa tifi ta' nar fuq il-baħar, mix-xejn illum għandna l-laneċ li rċevejna mingħand il-Gvern Taljan apparti li d- dipartiment ta' l-ambjent għandu l-\"Pupilla\" li kienet inġiebet Malta.", "Hawnhekk inżid ngħid li nittama li jkun hemm kordinazzjoni aħjar bejn id- dipartiment ta' l-ambjent u d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili għaliex ma jistax ikun li f'pajjiż żgħir bħal tagħna jkollna units li jittrattaw l- istess ħaġa mingħajr ma jkun hemm biżżejjed koordinazzjoni bejniethom.", "Sur President, fl-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu wkoll li dawn l- assistance and rescue officers ma jistgħux ikunu membri ta' union, jifformaw union jew jidħlu f'xi attivita` ta' xi union, xi ħaġa li kienet fl-abbozz preċedenti u qed terġa' tiġi repetuta f'dan l-abbozz.", "Fil-fatt paragrafu (a) ta' subklawsola (7) ta' klawsola 8 jgħid:", "\"Fl-interess tas-sigurezza pubblika, l-ordni publiku u s-saħħa pubblika, fl-ingaġġar ta' kull membru tal-Forza jenħtieġ il-kunsens ta' dik il-persuna li tkun qed tiġi ingaġġata, li ma tifformax, ma tidħolx fi, jew tkun membru ta' trade union; iżda ....\"", "- hawn hu l-kompromess -", "\" ... l-membri tal-Forza jistgħu jifformaw assoċjazzjoni għalihom infushom.\".", "Jien naħseb li wieħed jista' jifhem għaliex din il-klawsola hija newtrali għaliex, jekk ikun qed jaqbad x'imkien, il-pumpiera ma jistgħux ma jaqdux id-dover tagħhom li jitfu dak in-nar minħabba li jkollhom kwestjoni ma' l- union jew inkella minħabba li jkollhom xi kwestjoni oħra dwar il- kondizzjonijiet ta' l-impjieg.", "Huwa ovvju li jekk ikun hemm in-nar qed jaqbad dan b'xi mod jew ieħor irid jintefa'.", "Għalhekk huwa tajjeb li kemm il-gvern preċedenti kif ukoll il-gvern preżenti ddeċidew li hekk kif korp dixxiplinat ma jistax jistrajkja, l-assistance and rescue force mhux talli ma tistax tistrajkja imma talli lanqas biss tista' tkun membru ta' trade union.", "Dan ma jfissirx li l-membri ta' din il-forza m'għandhomx dritt jilmentaw dwar xi kondizzjoni ta' l-impjieg tagħhom jew li m'għandhomx dritt jipproteġu l-interessi tagħhom pero`, bħal fil-każ tal-gwardjani tal- ħabs u bħal fil-każ tal-pulizija, dawn għandu jkollhom assoċjazzjoni għalihom għal dan l-iskop, liema assoċjazzjoni tista' tiltaqa' anke mal- ministru jew mas-segretarju permanenti konċernat.", "Fil-fatt xi ġimgħatejn ilu jien iltqajt ma' l-assoċjazzjoni tal-gwardjani tal-ħabs, li biex ittella' l-membri tal-kumitat tagħha tagħmel elezzjoni, u matul din il- laqgħa l-assoċjazzjoni mhux biss ressqet il-grievances tagħha imma anke għamlet diversi suġġerimenti.", "Irrid ngħid li din il-laqgħa kienet waħda pożittiva ħafna għax matulha din l-assoċjazzjoni wriet li hi mhux biss trid tieħu, tieħu u tieħu imma lesta li tagħti wkoll.", "Jien kemm-il darba ltqajt ma' l-assoċjazzjoni tal- pulizija wkoll, fejn tkellimna dwar ix-shifts u dwar ċerti kondizzjonijiet li joffri dan l-impjieg.", "Naturalment matul dawn il-laqgħat aħna żammejna l- ħin kollu quddiem għajnejna r-restrizzjonijiet finanzjarji li għandna u li huma magħrufa minn kulħadd, pero` t-titjib mhux bilfors jimplika nfiq ta' flus għax hemm ċertu titjib li jsir mingħajr ma jkollu implikazzjonijiet finanzjarji u fejn wieħed jista' jirranġa, għandu jagħmel dan bla ebda eżitazzjoni.", "Ir-rescue officers m'għandhomx jeħduha bi kbira li ma jistgħux jissieħbu f'union.", "Wara kollox hemm minnhom illi qatt ma kienu msieħba f'union qabel, partikolarment il-pulizija, u l-oħrajn, li ġejjin mid-dipartimenti tal-gvern, għandhom jirrikonoxxu li issa ġaladarba huma jifformaw parti mill-forza importanti tat-tifi tan-nar, ma jistgħux jieqfu milli jagħmlu xogħolhom u ma jintervjenux meta x'imkien ikun qed jaqbad in- nar.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li mbagħad f'dan l-abbozz ta' liġi hemm provvedimenti dettaljati dwar kif titwaqqaf l-assoċjazzjoni kif ukoll dwar x'inhuma l-funzjonijiet tagħha.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid ukoll li meta jkun hemm diżastru naturali, diżastru maħluq mill-bniedem jew inkella xi emerġenza huwa importanti li jkun hemm kap wieħed.", "Ħafna drabi f'pajjiżna ssib diversi kapijiet u għalkemm dawn kollha jkunu kompetenti u jkunu jifhmu fix-xogħol tagħhom, l-agħar ħaġa li jista' jkollok f'emerġenza huwa li jkollok iktar minn kap wieħed.", "Għalhekk kemm fl-abbozz ta' liġi preċedenti kif ukoll fl-abbozz preżenti nsibu li l-ministru, f'każ ta' diżastru nazzjonali, f'każ ta' diżastru reġjonali, f'każ ta' emerġenza jew saħansitra b'antiċipazzjoni ...", "Għax, fejn naf jien, jista' jkollna informazzjoni mill-uffiċċju meteoroloġiku li ġejja emerġenza ta' għargħar.", "F'dak il-każ, jiġifieri jekk niġu informati li se jkollna diżastru qabel ma fil-fatt dan jiġri, il-ministru jista' jappunta persuna li tkun in overall command ta' dik l-emerġenza partikolari.", "Issa dan il-kmandant jista' jkun id-direttur għall-protezzjoni ċivili jew inkella l-ministru jista' jgħid li f'din it-tip ta' emerġenza partikolari li, fejn naf jien, forsi tolqot is- safety at sea, peress li l-funzjoni tar-rescue f'Malta fuq il-baħar hija f'idejn il-forzi armati, allura jaħtar lil xi persuna partikolari fil-forzi armati jew lill-kmandant biex dan ikun il-commander f'dik is-sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Inti taf li fil-każ ta' dawk l-emerġenzi li qed issemmi inti mhix dik hija s-sitwazzjoni.", "Kont qed ngħid li f'dawn it-tip ta' każijiet il-ministru jaħtar kmandant u kulħadd jaqa' taħtu.", "Kif kien qal xi ħadd, ask not the reason why f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Ċertament li m'hemmx lok li wieħed joqgħod jikkontesta l-ordnijiet imma dawn għandhom jiġu obduti minnufih.", "Ta' min jgħid ukoll li l-kariga ta' kmandant m'hijiex waħda permanenti.", "Mr Speaker, klawsola 10 tittratta dwar diversi reati, fosthom dwar looting.", "Per eżempju, din il-klawsola tkopri ċ-ċirkostanza ta' meta waqt li jkun hemm xi diżastru naturali jew inkella diżastru maħluq mill-bniedem, ikun hemm nies kattivi biżżejjed jew inkella \"morda\" - għax lil dawn it-tip ta' nies hekk tista' ssejħilhom - li mhux talli ma jgħinux lill-komunita` biex tilqa' għal dik l-emerġenza imma talli jużaw dik l-emerġenza biex iħaxxnu bwiethom.", "Sfortunatament lil dawn it-tip ta' nies nisimgħu bihom kemm fil-gwerer, kemm f'diversi diżastri li saru qrib tagħna kif ukoll narawhom fuq it-television.", "Għalhekk hawn qed indaħħlu pieni ħorox, inkluż sentenzi, għal min b'xi mod jew ieħor japprofitta ruħu minn xi diżastru naturali sabiex iħaxxen bwietu.", "Fil-fatt klawsola 10 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid eżattament li: \"Kull min ineħħi minn xi post u juża mingħajr ebda dritt għal benefiċċju tiegħu jew dak ta' l-oħrajn xi ħaġa li tkun ġiet abbandunata minn sidha, minħabba f'xi diżastru, ħruq, jew avveniment ieħor li matulu ħajjet is-sid jew ta' xi persuna oħra kienet fil- periklu, ikun ħati ta' reat u jista', meta jinstab ħati, jeħel priġunerija għal żmien mhux inqas minn sitt xhur u mhux iżjed minn għaxar snin:", "Iżda meta l-Qorti tiġi biex tagħti l-piena, hija għandha tqis mhux biss il-valur tal-ħaġa, iżda wkoll iċ-ċirkostanzi ta' tbatija li s-sid kien jinsab fihom meta abbanduna dik il-ħaġa.\",", "Jiġifieri l-piena tkun tiddependi mis-sitwazzjoni partikolari li s-sid kien jinsab fiha dak iż-żmien li kienet itteħditlu dik il-ħaġa.", "Jekk imbagħad jirriżulta li dak ir-reat ikun sar minn uffiċjali li xogħolhom huwa li jaraw li dak ir-reat ma jsirx, allura hawnhekk l-offiża taggrava u l-piena tiżdied.", "Ta' min jinnota wkoll li f'dawn il-każijiet id-diskrezzjoni ma tibqax f'idejn il-qorti u f'każijiet ta' emerġenza bilfors irid ikun hemm pieni ħorox kontra dan il-forma ta' sakkeġġ, anke meta dan isir minn individwi privati, aħseb u ara meta jsir minn persuna li jkollha xi inkarigu bis-saħħa ta' dan l-att jew inkella ta' xi liġijiet oħra - bħalma huma, ngħidu aħna, tal-pulizija jew ta' l-armata - sabiex tgħin lil dawk il- persuni li jkunu fil-periklu li jitilfu ħajjithom jew ġidhom!", "Fil-fatt f'dan il-każ il-piena, li tista' tvarja minn sitt xhur għal għaxar snin ħabs, tiżdied b'żewġ gradi.", "Min-naħa l-oħra subklawsola (3) ta' klawsola 10 qed tistabilixxi l-pieni li għandu jingħata kulmin jidħol mingħajr awtorizzazzjoni f'xi żona li tkun indikata mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili bħala li ma tistax tidħol fiha minħabba d-diżastru li jkun sar hemmhekk.", "Għalkemm ma nistgħux ngħidu li dan isir b'intenzjoni ħażina, ħafna drabi meta jinqalgħu dawn it-tip ta' traġedji l-forzi ta' l-ordni jsibu tfixkil minn dawk il-persuni li jew minħabba kurżita` jew inkella minħabba raġunijiet oħrajn imorru fuq il- post, bil-konsegwenza li joħolqu ċertu diżgwid.", "Għalhekk hawn qed jiġi stabilit reat għal kulmin jidħol f'dawn iż-żoni mingħajr awtorizzazzjoni - naturalment dan ir-reat m'huwiex bħal dak tas-sakkeġġ, li għadna kif tkellimna dwaru - u qed ngħidu li kulmin jinsab ħati ta' dan ir-reat għandu jiġi punit bi priġunerija ta' mhux inqas minn xahar u ta' mhux iżjed minn sitt xhur.", "Mr Speaker, jien m'għandix ċans nidħol fir-reati kollha li qed jistabilixxi dan l-abbozz ta' liġi għax hawnhekk qed jiġu stabiliti diversi reati.", "Madanakollu rrid nirrimarka li l-gvern deherlu li għandu jneħħi reat li diġa` kien jeżisti fil-liġi.", "Fil-fatt fl-abbozz ta' liġi li s-sena li għaddiet kien ġie approvat mill-istadju tat-Tieni Qari, kien hemm provdut reat għal kulmin jiġbor xi fondi għall-vittmi ta' dawn id-diżastri mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-direttur tal-protezzjoni ċivili.", "Dan kien ifisser li jekk xi kappillan kien ikun irid jiġbor xi flus għall-vittmi ta' xi għargħar jew ta' xi terrimot li jkun sar barra minn Malta - għax dak l- abbozz ta' liġi ma kienx qed jagħmel xi limitazzjoni għad-diżastri li jsiru f'Malta biss - kien ikun irid iġib il-permess tad-direttur tal-protezzjoni ċivili.", "Issa aħna dehrilna li din hija formalita` żejda, iktar u iktar meta ma kenitx limitata għad-diżastri li jsiru f'Malta imma kienet tkopri kemm id-diżastri li jsiru f'Malta kif ukoll dawk li jsiru barra minn Malta, u għal din ir-raġuni subklawsola (3) ta' klawsola 10 ta' l-abbozz ta' liġi tas-sena li għaddiet ġiet imneħħija kompletament.", "Naturalment jekk xi ħadd juża dan il-ġbir b'mod frawdulenti, taħt il-Kodiċi Kriminali l-piena ta' dan ir-reat tkun anke waħda ta' ħabs, imma aħna dehrilna li jekk noħolqu reat ġdid għal kulmin jiġbor il-flus għall-vittmi ta' xi diżastru mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-direttur tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, liema reat kien saħansitra jikkonsisti f'minimu ta' tliet xhur ħabs u massimu ta' sena, dan kien se joħnoq diversi inizjattivi li jsiru f'pajjiżna u li jirriflettu l-qalb ġeneruża tal-Maltin.", "Aħna nafu li l-poplu Malti huwa magħruf għall-fatt li meta jisma' li tkun inqalgħet xi emerġenza, kemm jekk din l-emerġenza tkun inqalgħet f'Malta kif ukoll jekk tkun inqalgħet barra minn Malta, ġeneralment ir-reazzjoni tiegħu tkun waħda ġeneruża ħafna, u j'Alla nibqgħu hekk għaliex, kif dejjem għidt u kif dejjem se nibqa` ngħid pubblikament, għalkemm il-gvern qed jagħmel l-isforzi tiegħu u aħna qegħdin nirċievu l-għajnuna mill-gvern Taljan għal dan l-iskop, ħafna drabi ż-żejt tal-makna jipproduċuh l- għaqdiet volontarji, jiġifieri allaħares kellna noħonqu l-għaqdiet volontarji.", "Jien dejjem għedt li d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u l- għaqdiet volontarji għandhom jikkumplimentaw lil xulxin, kif urejna matul is-sajf li għadda meta tejjibna s-servizz tal-life-saving u anke ta' baywatch, billi dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ħadmu id f'id u ma eskludewx lil xulxin waqt il-ħidma tagħhom.", "Biżżejjed insemmu s-servizzi li dawn taw fi Pretty Bay ġewwa Birżebbuġa, fil-bajja ta' Wied il-Għajn, fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa, fil-bajja ta' l-Għadira, fil-bajja ta' l-Armier u anke f'xi wħud mill-bajjiet ta' Għawdex.", "Kif qalli d-direttur stess, is-Sur Cordina, ir-riżultat ta' dawn is-servizzi li ngħataw matul ix-xhur tas-sajf kien wieħed pożittiv ħafna.", "Permezz ta' emenda li qed nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi, issa dawk il- membri tal-korp tal-pulizija li marru mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jistgħu jibqgħu jingħataw l-istess drittijiet, anke f'dik li hi pensjoni, u jibqa` jittieħed in konsiderazzjoni s-servizz tagħom fil-korp tal-pulizija.", "Xi ħaġa simili għal din għamilnieha fir-rigward ta' l- impjegati tal-ħabs meta għedna li dawk li kienu fl-armata jew inkella fil- korp tal-pulizija u għażlu li jsiru mpjegati tal-ħabs, is-servizz li jkunu għamlu fl-armata jew inkella fil-pulizija għandu jitkomplilhom mas-servizz li jkunu qed jagħmlu mal-forza tal-ħabs.", "L-istess prinċipju se napplikawh fil-każ tas-search and rescue officers, u fil-fatt klawsola 12 tgħid li:", "\"Any member of the Police Force who is transferred to the Assistance and Rescue Force set up under this Act or who ceases to be a member of the Police Force immediately before, and for the purposes of, becoming a member of the Assistance and Rescue Force, shall for the purposes of any law applicable to pensions payable to members of the Police Force, be deemed to have remained in the Police Force during their period of service with the Assistance and Rescue Force, and for the purposes of such laws service with the Assistance and Rescue Force by such members shall be deemed to be service with the Police Force, and his entitlement to a pension under such laws shall be regulated accordingly.\".", "Mr Speaker, jien ma fadalli xejn iktar xi ngħid fuq dan l-abbozz ta' liġi ħlief li nittama li bħalma kellna diskussjoni interessanti sena ilu, hekk ukoll ikollna diskussjoni interessanti issa fuq dan il-qasam.", "Ovvjament jista' jkollna opinjonijiet differenti dwar kif wieħed jista' jilħaq l-għan prinċipali li Malta tkun dejjem preparata għal kull diżastru naturali jew diżastru maħluq mill-bniedem, pero` jien konvint li mhux se jkun hemm nuqqas ta' qbil dwar l-għanijiet prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi, iktar u iktar meta nikkonsidra li prattikament dan huwa l-istess abbozz ta' liġi li tressaq f'dan il-parlament sena ilu u li l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kienet ivvotat favurih.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, il-ministru għadu kemm temm id-diskors tiegħu billi qal li wieħed għad irid jara jekk l-oppożizzjoni għandhiex opinjoni differenti minn dik tal-gvern dwar kif nistgħu nilħqu l-għanijiet fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Nimmaġina li jrid ikun jaf ukoll jekk inħaddnux l-istess għanijiet.", "Lil Ministru Tonio Borg ngħidlu mill-bidu nett li l-għanijiet tal-gvern huma l-għanijiet tagħna, anke għaliex dan l-abbozz ta' liġi li qed jipproponi dan il-gvern ġie mfassal taħt gvern Laburista u għalhekk, bla ebda dubju, l-għanijiet li semma l-ministru b'mod eżawrjenti, b'mod konkret u b'mod konċiż huma l-għanijiet ta' din in-naħa tal-Kamra.", "Għall-grazzja t'Alla f'pajjiżna ma tantx jinqalgħu diżastri.", "Il-ministru semma l- għargħar, li forsi huwa l-iktar element li nafu bih bħala xi forma ta' diżastru.", "Ovvjament hawn m'aħniex qed nirriferu għad-diżastri ekonomiċi, politiċi u finanzjarji li għaddejjin minnhom taħt gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista imma għal diżastru naturali.", "Biss, Mr Speaker, qabel ma nidħol fis-sustanza ta' dan l-abbozz ta' liġi nixtieq niddedika l-parti introduttorja tiegħi biex nanallizzaw flimkien x'seta' wassal lill-gvern Nazzjonalista biex għall-insaputa ta' kulħadd u b'sorpriża kbira tefgħalna dan l-abbozz ta' liġi dwar it-twaqqif tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili fuq quddiem nett ta' l-aġenda.", "Minkejja li dan l-abbozz ta' liġi ilu fuq l-aġenda ta' dan il-parlament mill-ewwel ġurnata li fetaħ, anzi minn qabel ir-recess, u minkejja li l- Ewwel Qari tiegħu ilu li sar żmien, dan id-dibattitu baqa' dejjem jiġi relegat għax dejjem jgħidulna li hemm affarijiet aktar importanti x'niddiskutu.", "Jien nifhem li huwa veru li kien hemm affarijiet iktar importanti x'niddiskutu, aktar u aktar meta nżommu quddiem għajnejna li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi m'aħniex qed nagħtu l-ħajja lid- dipartiment tal-protezzjoni ċivili, għax id-dipartiment ilu li nħoloq minn żmien gvern Laburista.", "Illum li qegħdin nagħmlu hawnhekk - u tajjeb li nifhmuha din - hu li qed niddiskutu kif id-dipartiment dwar il-protezzjoni ċivili se jiġi rikonoxxut statutorjament, jiġifieri kif se jkun backed up bi strument legali.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li llum id-dipartiment tal- protezzjoni ċivili se nagħtuh libsa legali għaliex, kif għedt diġa', ir-ruħ u l-ġisem ilhom hemmhekk minn żmien gvern Laburista.", "Għalhekk bilfors li nistaqsu x'inhi r-raġuni vera għaliex il-gvern Nazzjonalista f'daqqa waħda biddel ħsebijietu fuq l-order of priorities.", "Sur President, sa ftit żmien ilu l-ewwel tem fuq l-aġenda kien - u fil- fatt konna diġa' bdejna niddiskutuh - l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Ordinanza dwar il-Mediċini Perikoluż.", "F'dak l-abbozz ta' liġi l-gvern kien qed jipproponi li jintroduċi emendi li permezz tagħhom min jinqabad jimporta ammonti żgħar ta' droga - jew mhux daqstant żgħar - jista' jingħata saħansitra l-liberta` kondizzjonata mill-qrati.", "Naturalment aħna opponejna għal dan - kif fil-fatt għadna nopponu - u konna stedinna lill- gvern sabiex immorru flimkien fil-kumitat dwar l-affarijiet soċjali ħalli niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi hemmhekk.", "Imma l-gvern Nazzjonalista kien baqa' jwebbes rasu u baqa` stinat fuq din il-ħaġa, u minħabba l- ostinazzjoni tiegħu ma laħaqx għadda mit-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi qabel ma dan il-parlament waqaf għall-vaganzi tas-sajf.", "Imbagħad x'ġara?", "Waqt li l-parlament kien wieqaf għall-vaganzi tas-sajf ġara li traffikant tad-droga Libjan, Azzabi Hashim Jousef, ħarab mill-kustodja fqira ta' membru wieħed tas-sigurta` - kif qalet is-Sinjorija Tiegħek, Mr Speaker, din hija kwestjoni ta' interess pubbliku - u milli jidher ħarab sew għaliex anke rnexxielu jmur barra minn Malta.", "Fil-fatt minn dakinhar 'l hawn ma smajna xejn fuq dan il-każ u minkejja li ilna ħafna nagħmlu domandi u noħorġu stqarrijiet f'dan ir-rigward, lanqas nista' ngħid li r- risposta tal-gvern kienet fqira għax lanqas biss ingħatajna risposta.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax l-unika ħaġa li ntqalitilna mill-Ministru Borg kienet li m'għandniex għalfejn nallarmaw ruħna u ħallewna għax-xahrejn sħaħ tas-sajf, b'dan il-kliem.", "Mhux talli hekk imma talli meta mbagħad wara l-vaganzi tas-sajf irritornajna f'dan il-parlament, fuq l-aġenda tal- parlament ...", "(Interruzzjonijiet) Veru li kien hemm il-qbil tal-House Business Committee fuq dan pero` dan ma sarx minħabba li kien hemm il-qbil tal-kumitat biss imma għaliex kien mistenni li jsir hekk.", "Jien li ma nistax nifhem huwa kif meta dan il-parlament għalaq għall-vaganzi tas-sajf l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi tħalla għall-kontinwazzjoni u mbagħad f'daqqa waħda ġie relegat għal xi s-sitt jew is-seba` item fuq l-aġenda.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejtekx meta kont qed tagħmel id-diskors tiegħek, Ministru.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Kompli, Onor. Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Fil-fatt ġara li mbagħad fil-House Business Committee ġie deċiż li niddibattu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern - kumbinazzjoni dan ġie approvat illum stess mill-istadju tat-Tieni Qari - u ġejna f'dan il-parlament b'aġenda fejn l-ewwel item kien l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern u bl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi bħalla t-tieni item.", "Min-naħa tiegħu l-gvern naqas b'mod lampanti li juri xi forma ta' reazzjoni għall-fatt li l-oppożizzjoni u l-poplu Malti u Għawdxi kellhom reazzjoni negattiva, mhux biss għall-ħarba ta' Azzabi Hashim Jousef imma wkoll għall-fatt li lanqas biss kien hemm reazzjoni min-naħa tal-gvern f'dan ir-rigward.", "Kien għalhekk li fl-ewwel seduta tal-parlament il-ħabib tiegħi l-Onor.", "George Vella ppreżenta mozzjoni b'urġenza - dak iż-żmien l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi kien diġa` qiegħed imniżżel bħala t-tieni item fuq l-aġenda tal-parlament - sabiex niddiskutu l-kwestjoni tal-ħarba ta' Azzabi Hashim Jousef.", "Iżda ġara li wara li s-Sedja ma aċċettatx it-talba ta' l-Onor.", "Vella, meta dakinhar stess filgħaxija l-Onor.", "Lawrence Gonzi ġie biex jaġġorna l-Kamra, il-Leader of the House ma ppreżentax l-istess aġenda parlamentari li konna qbilna fuqha fil-House Business Committee, bil-konsegwenza li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi ġie relegat vilment għas-seba' item, filwaqt li abbozz ta' liġi li kien qiegħed verament lura fuq l-aġenda tmexxa 'l quddiem biex qegħdin niddiskutuh illum.", "Issa din kienet biċċa xogħol maħduma għaliex meta l-membri tal-gvern raw li ma tantx fadal kelliema biex jagħmlu l-intervent tagħhom fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern - u li allura mbagħad kien imiss li jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - dawn setgħu jobsru li aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni konna se nitkellmu fuq il-ħarba ta' Azzabi Hashim Jousef.", "Allura x'għamlu?", "Filgħaxija, meta ġie biex jaġġorna, l-Onor.", "Gonzi qabad l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili u tellgħu t-tieni item fuq l-aġenda ħalli b'hekk, kif jgħaddi mit-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, nibdew niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili fl-istadju tat- Tieni Qari u mhux l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Ħasbu li se jitfgħulna l-bżieq fuq imneħirna, Mr Speaker!", "Imma possibbli li l-gvern Nazzjonalista jaħseb li l-oppożizzjoni u l-poplu Malti u Għawdxi huwa daqshekk imbeċilli, illi jaħrab minn kull diskussjoni dwar dan il-fatt gravi billi jipprova jgħaddi ż-żmien bin-nies?", "Mela l-ewwel rajna lill-membri tal-gvern ma jridux jitkellmu fuq din il- ħarba; imbagħad rajna lill-parlament jirriġetta din il-kwestjoni b'deċiżjoni tas-Sedja; u għaliex l-oppożizzjoni kien se jkollha l- opportunita` li titkellem dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, il-gvern irrelega dan l-abbozz ta' liġi għan- naħa t'isfel ta' l-aġenda.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi: Il-media fejn qiegħda f'dan kollu, speċjalment il-media bil-lingwa Ingliża, li kienet tgħid tant li hemm bżonn inressqu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi kemm jista' jkun malajr?", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Borg qed jgħidli li diġa' ħadna sitt seduti.", "Iva, jekk hemm bżonn, Onor. Borg, konna nagħmlu aktar seduti għaliex fuq xi ħaġa serja bħal dik ...", "Ara intom mhux hekk.", "Intom kontu tippreferu tgħadduha f'seduta waħda.", "Tal-VAT lanqas biss ridtu tgħadduha mill-parlament imma ridtu tgħadduha bi proklama presidenzjali, bis-saħħa ta' l-emendi li pproponejtu għal-liġi ta' l-erarju, abbozz ta' liġi li għadu mdendel sal- lum.", "Dażgur li nafu għaliex l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi ridtu tgħadduh f'seduta waħda!", "Il-ministru qed jitkaża għaliex diġa' ħadna sitt seduti nitkellmu fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "(Interruzzjonijiet) Kieku l-ministru u l-gvern aċċettaw li mmorru fil-kumitat għall-affarijiet soċjali forsi konna naslu f'forma ta' qbil.", "(Interruzzjonijiet) Mhux aħna ma rridux naqblu imma ma tridux taqblu intom għax tridu tbiddluha fl- istadju ta' kumitat, fejn ħadd ma jismagħkom!", "Dawn huma l-fatti.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-verita` hi li bħalissa f'pajjiżna qed isiru oxxenitajiet kbar u dawn l- oxxenitajiet mhux qed isiru fil-qasam ta' l-intern biss, imma llum ma nistax nidħol fid-dettall fuq dawn l-affarijiet għaliex inkella niġi out of order.", "(Interruzzjonijiet) Iva, qiegħed in order, għaliex hemm raġuni għalfejn qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi llum.", "Il-gvern ikun qed jiżbalja jekk mingħalih li ressaq għad-diskussjoni dan l-abbozz ta' liġi sabiex jipprova jaħrab mid-diskussjoni dwar Azzabi Hashim Jousef (Interruzzjonijiet) Naturalment tan-naħa l-oħra jagħmlu li jridu u, jekk ma jridux jitkellmu ma jitkellmux; hekk jew hekk issa drajniehom ma jitkellmu xejn fuq il-bills tagħhom stess - imma aħna, bħala oppożizzjoni Laburista, se nkomplu nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Jekk tridu waqqfuna!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debate.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Dawn għarukażijiet!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Fuq każ bħal dak kien imissek irriżenjat!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Dawn huma l-oxxenitajiet.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok poġġi bil-qiegħda.", "Kompli, Onor. Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Dan il-messaġġ l-oppożizzjoni Laburista se twasslu mhux biss bil-kelliem ewlieni ...", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ma jistax ikun li l-Onor.", "Gulia jkompli jagħmel id- diskors tiegħu b'dawn l-interruzzjonijiet kollha miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, aħna dan se nkomplu nenfasizzawh, iridu jew ma jridux, għax dawn mingħalihom li għax għandhom maġġoranza ta' ħamsa fil-parlament qisu ma ġara xejn.", "Il-ministru donnu jrid jgħidilna: Tkellmu kemm tridu!", "Qed jgħidilna: Hekk jew hekk aħna għandna maġġoranza ta' ħamsa u ma jimpurtaniex minn dak li tgħidu intom!", "(Interruzzjonijiet) Dan li kien qed jgħidilna fid-diskors tiegħu l-ministru (Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien m'għedtx hekk!", "Bl-ebda mod m'għedt hekk!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Inti għedt: Għidu li tridu!", "Iva, aħna li rridu se ngħidu u jekk tridu waqqfuna!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni għax l-Onor.", "Gulia ma jistax ikompli b'dawn l-interruzzjonijiet kollha.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien żgur li m'għedtx hekk!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-ministru u d-direttur tal-ħabs imesshom ilhom jitkellmu dwar dan il-fatt iżda mhux talli ma tkellmu xejn talli lanqas urew interess li jitkellmu, tant li sal-lum aħna għadna lanqas biss nafu jekk itteħdux xi miżuri temporanji wara l-ħarba ta' dan il-Libjan, ċioe' jekk mat-traffikanti tad-droga hux qed ikun hemm skorta ta' aktar minn membru wieħed tas-sigurta`.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien dan kollu għedtu pubblikament.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: X'għedt fil-pubbliku?", "Inti m'għedt xejn u ma trid tgħid xejn!", "(Interruzzjonijiet) Kulma għedt inti huwa li m'għandniex għalfejn nallarmaw ruħna.", "Dak li qal, Sur President, li m'għandniex għalfejn nallarmaw ruħna.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inti taf li qed tigdeb.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Le, ma nafx li qed nigdeb.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak lin-nies ta' l-addolorata beda jgħid biex ma jallarmawx ruħhom għax kien jaf li dawk ma jistgħu jagħmlu xejn!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Imma, Sur President, ġaladarba jridu jikkostrinġuna li nitkellmu fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - biex niftehmu, aħna nieħdu pjaċir nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi għaliex, kif qal tajjeb l-Onor.", "Lawrence Gonzi, ...(Interruzzjonijiet) Lil dawn trid taqbadhom fil-kelma għax inkella kważi kważi jipprovaw jieħdu l-mertu tat- tajjeb li jkun għamel gvern Laburista!", "Kont qed ngħid li l-Onor.", "Gonzi kien korrett meta waqt li kien qiegħed jipprova jitqanżah biex jirrispondi lill-Onor.", "George Vella, ħalli jiġġustifika l-U-turn klamoruż li għamlu fuq l-aġenda parlamentari, huwa qal:", "\"Fuq kollox, dawn lanqas iridu jiddiskutu abbozz ta' liġi li fassluh huma stess, l-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni ċivili!\".", "Jiena nieħu pjaċir li qal dan għaliex tana ċ-ċertifikat li dan l-abbozz ta' liġi għamilnih aħna.", "L-Onor.", "Tonio Borg fid-diskors tiegħu wkoll qal dan imma l-Onor.", "Gonzi, meta gie dahru mal-ħajt u ma kellux risposti x'jagħti lill-Onor.", "George Vella, qal: Ejja niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar il- protezzjoni ċivili għax fuq kollox din intom għamiltuha.", "U hekk hu, Sur President, għax kulma qiegħed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi huwa li jlibbes il-libsa legali lil dan id-dipartiment għaliex dan id-dipartiment kien hemmhekk diga', u din qalha l-ministru, u qed nerġa' ngħidha jiena.", "Din hija importanti u indispensabbli u trid tagħtiha, imma allura jiena nistaqsi: Dan l-abbozz ta' liġi huwa aktar importanti minn dak li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi?", "Jiena naf għalfejn għamlu hekk u l-poplu jaf ukoll imma għall-benefiċċju ta' dawk li forsi għadhom ma ndunawx, dan se nibqgħu ngħiduh u jekk iridu jwaqqfuna f'dan il-parlament.", "(Interruzzjonijiet) Dażġur li għandhom x'jaqsmu!", "L-Onor.", "Tonio Borg qed jistaqsi dan x'għandu x'jaqsam.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "THE DEPUTY SPEAKER: Għandek il-protezzjoni tas-Sedja.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, nerġa' ngħid li aħna nieħdu pjaċir li l-gvern Nazzjonalista qiegħed jagħmel din il-proposta leġislattiva li fassal gvern Laburista u li ma laħaqx għaddiha hu minħabba l-kriżi politika tas-sena l-oħra.", "Kif spjegajt fil-bidunett ukoll, huwa veru li d-diżastri f'pajjiżna għall-grazzja t'Alla ma tantx jinqalgħu.", "Jiena llum għandi 36 sena u li niftakar huwa t-terremot li kellna għall-ħabta tal-late sixties li ma kienx xi terremot kbir.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn nħassu xi theżżiżiet imma ma kellniex terremoti li ħallew imwiet jew danni kbar.", "Bħalma spjega tajjeb il-ministru, jeżistu diżastri oħrajn bħalma huwa l- għargħar li huwa karatteristika prevalenti ta' pajjiżna.", "F'pajjiżna għandna żewġ staġuni li nħossuhom ħafif ħafna, ir-rebbiegħa u l-ħarifa.", "Imbagħad għandna s-sajf li jibqa' jġebbed u mbagħad f'daqqa waħda nidħlu fl- istaġun tax-xitwa u l-maltempati.", "Niftakar f'dik ta' l-1979 fejn jidhirli li kienu mietu tlieta jew erba' min-nies pero' kellna maltempati kbar oħrajn li mhux biss ħallew imwiet imma wkoll danni kbar fi proprjeta`.", "Naturalment jistgħu jinqalgħu wkoll diżastri oħrajn bħalma huwa t-tinġis fil-baħar u ċirkostanzi ta' diżastri oħrajn fuq l-art.", "Għalhekk kienet ħaġa tajba li gvern Laburista ħaseb sabiex joħloq dipartiment tal- protezzjoni ċivili ħalli jipprova jilqa' għal dawn iċ-ċirkostanzi.", "U dan ma qagħadx jistenna li jwaqqfu statutorjament imma waqqfu amministrattivament.", "Irrid ngħid ukoll, Sur President, li minn mindu ili nsegwi x-xena fil- qasam ta' l-intern u wara li smajt wkoll lill-Ministru Tonio Borg jagħmel l- introduzzjoni tiegħu, sirt naf li hemm ċerti nuqqasijiet li jeħtieġ li jiġu ndirizzati, u dan ngħidu wkoll b'ton politiku.", "Mill-informazzjoni li għandi - informazzjoni li kkonfermajtha u kkoroborajtha - minħabba miżuri ta' awsterita` - għalkemm dan suppost huwa l-gvern tal-ġid, fiduċja u direzzjoni u suppost li għalih money no problem - għal dak li għandu x'jaqsam mal-fire section, li huwa qasam ta' emerġenza, ma jistax ikun li noqgħodu nitqammlu ..", "(Interruzzjonijiet) Onor. Borg, jekk m'iniex ngħid is-sewwa mbagħad irrispondini fil-winding-up.", "Mill-informazzjoni li għandi fix-shift ta' bil-lejl qiegħed ikun hemm biss żewg persuni biex jimmenjaw kull fire engine imma sabiex fire engine tiġi mmenjata tajjeb irid ikun hemm almenu erba' persuni.", "Allura jekk jinqala' xi diżastru ta' ħruq matul il-lejl żgur li se jkollna problema biex il-fire engine li tintbagħat fuq il-post li jkun tkun tista' tiffunzjona tajjeb.", "Tajjeb infakkar ukoll fil- pandemonju li kienet għamlet l-oppożizzjoni Nazzjonalista meta gvern Laburista kien ħa xi miżuri ta' dan it-tip.", "Iżda llum qegħdin naraw li gvern Nazzjonalista - għalkemm huwa veru li ntroduċa ċerti miżuri oħrajn fil-korp tal-pulizija - qata' l-overtime f'dak li għandu x'jaqsam ma' manning ta' fire engines matul il-lejl u naqqas ir-riżorsi umani għal żewġ persuni.", "Għandi informazzjoni wkoll li f'dak li għandu x'jaqsam mal-baħar jirriżulta li jkun hemm kaptan wieħed li pero' filgħaxija ma jkunx fuq il- post tax-xogħol u allura meta jinqala' xi ħaġa jkollhom iċemplulu d-dar sabiex imur fuq il-bastiment.", "Ċertament li l-ministru dawn l-affarijiet jafhom, u jaf ukoll li dan huwa tort tal-politika Nazzjonalista li kienet tippoża b'ħafna ġid, fiduċja u direzzjoni fl-oqsma kollha ta' dan il- pajjiż.", "Imbagħad f'qasam daqstant importanti narawhom jieklu minn hawn u minn hemm u allura jkun inutli li ngħaddu liġijiet ħalli nsaħħu l- infrastruttura amministrattiva tad-dipartiment dwar il-protezzjoni ċivili, biex imbagħad niskopru li m'hemmx riżorsi umani biżżejjed u m'hemmx il-back- up amministrattiv neċessarju sabiex dan id-dipartiment ikun jista' jiffunzjona kif wieħed jistenna.", "Għalhekk niġbed l-attenzjoni tal-ministru ħalli jassigura li jkun hemm ir-riżorsi umani adegwati u jara li jingħata l- overtime filgħaxija għaliex f'dan il-qasam trid tkun dejjem ippreparat.", "Ħalli niġi issa għall-klawsoli fl-abbozz ta' liġi.", "Dawn jitkellmu dwar il-funzjonijiet tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, jitkellmu dwar il- funzjonijiet tal-kunsill għall-protezzjoni ċivili u d-diversi poteri li għandu l-ministru u jitkellmu dwar it-twaqqif tal-forza ta' l-għajnuna u l- ħelsien.", "Dan l-abbozz jgħid li l-kunsill għall-protezzjoni ċivili jinħatar mill-prim ministru kif ġej:", "\"(a) għadd ta' membri rappreżentattivi li jintagħżlu minn fost uffiċjali pubbliċi li jkollhom kariga għolja u li jkunu qegħdin jaqdu dmirijiet fil-ministeri responsabbli għax-xogħlijiet pubbliċi, ambjent, servizzi ta' telekomunikazzjoni u trasport, servizzi tas- saħħa, affarijiet ekonomiċi, affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' karburanti u enerġija, u affarijiet għal Għawdex;\".", "Imbagħad jingħad ukoll li jkun hemm membru li jintagħżel minn organizzazzjonijiet volontarji li jifhmu f'dan il-qasam kif ukoll membru li jiġi nominat mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Pero' għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-għadd ta' membri rappreżentattivi li jintgħażlu minn fost uffiċjali pubbliċi m'hemmx limit, jiġifieri ma nafux dan il-kunsill b'liema numru se jkun kompost.", "Li nafu żgur huwa li se jkun maħtur mill- prim ministru, se jkun hemm membru li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet volontarji, se jkun hemm membru li jigi nnominat mill-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali, iċ-chairman tiegħu se jkun il-ministru u li se jkun hemm segretarju permanenti, il-kummissarju tal-pulizija u l-kmandant tal-forzi armati.", "Biex inkun qed ngħid kollox, fit-test Ingliż qed jingħad li l- membri jridu jkunu ħamsa, pero' billi huwa t-test Malti li jipprevali allura wieħed irid jara eżattament kemm se jkunu l-membri li jikkomponu dan il-kunsill.", "Barra minn hekk id-dipartimenti li jissemmew li minn fosthom iridu jintgħażlu membri għal fuq dan il-kunsill, fit-test Malti huma sebgħa u fit- test Ingliż huma ħamsa.", "Jiena personalment naqbel li għandu jkun hemm xi ħadd li jirrappreżenta kull qasam li jissemma hawnhekk għaliex forsi mhux kollha jkunu speċjalizzati f'dan il-qasam, u għalhekk ukoll qed ngħid li jeħtieġ isir eżerċizzju sabiex inkunu nafu eżattament x'inhuwa l-għadd eżatt li se jikkomponi dan il-kunsill.", "Rigward il-membri rappreżentattivi li jintgħażlu minn fost uffiċjali pubbliċi li jkollhom kariga għolja fil-ministeri responsabbli, forsi l- ministru jista' jgħidilna eżattament x'tip ta' karigi għoljin qeegħdin nippuntaw għalihom għaliex is-segretarju permanenti diga' huwa membru ex offcio fuq dan il-kunsill.", "Klawsola 9 ta' dan l-abbozz tgħidilna li f'ċirkostanżi ta' diżastru, anke b'antiċipazzjoni ta' dan, jista' jigi nnominat kmandant suprem temporanjament sabiex jilqa' għal din l-evenjenza.", "Xi ħaġa li qal il- ministru u li gibditli l-attenzjoni hija li allura jekk inkunu nafu li ġej xi maltemp inqabbdu bħala kap kmandant lill-kmandnat tal-forzi armati, u dan qed ngħidu għaliex ma nistax nifhem il-konnessjoni bejn il-maltemp u l- kmandant tal-forzi armati!", "Li rrid ngħid pero' huwa li fl-abbozz ta' liġi m'hemmx gwidi li jgħidu x'tip ta' pożizzjoni jrid ikollha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' kmandnat suprem.", "Huwa veru li l-kunsill jista' jagħmel rakkmandazzjonijiet dwar min jista' jokkupa din il-kariga pero' finalment huwa l-ministru li jrid jaħtar lil din il-persuna.", "(Interruzzjonijiet) Huwa veru li taħt subartiklu (6) qed jingħad li l- kunsill:", "\"jagħti pariri u jirrakkomanda lill-Ministru dwar l-idoneita` ta' persuna, minħabba fil-kwalitajiet personali speċjali tagħha ta' deċiżjoni, kompetenza u esperjenza, li taġixxi ta' kmandant u kordinatur nazzjonali suprem tas-servizzi u mizuri ta' protezzjoni ċivili f'xi emergenza jew diżastru partikolari;\".", "Pero' dawn huma gwidi daqsxejn vagi għaliex allura dan jista' jkun kemm il- kummissarju tal-pulizija, kemm il-kmandant tal-forzi armati kif ukoll id- direttur tal-protezzjoni ċivili stess.", "(Interruzzjonijiet) Li rrid ngħid huwa li jista' jaħtar anyone; for all intents and purposes jista' jinħatar xi ħadd minna hawnhekk għaliex m'hemm l-ebda restrizzjoni jew gwida li tista' tgħin lill-kunsill sabiex jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu lill- ministru.", "F'dak li għandu x'jaqsam mat-twaqqif tal-forza ta' għajnuna u ħelsien, f'subartiklu (2) tal-klawsola 8 jingħad:", "\"Il-Forza ta' Għajnuna u Ħelsien għandha titmexxa minn Uffiċjal Kap għall-Għajnuna u l-Ħelsien.\".", "Hawnhekk ukoll nistaqsi: X'inhuma l-kwalifiki li jrid ikollu dan l- uffiċjal kap?", "Min hija l-persuna idonea sabiex tkun uffiċjal kap għall- għajnuna u l-ħelsien?", "Filwaqt li fin-nomina tal-kap kmandant suprem qed ngħidu li l-kunsill jista' jagħmel rakkmandazzjonijiet lill-ministru dwar min jagħżel biex jokkupa din il-kariga, rigward l-uffiċjal kap għall- għajnuna u l-ħelsien ma nafux x'kariga jrid ikollu, jekk iridx ikun uffiċjal għoli fil-korp tal-pulizija jew inkella uffiċjal għoli fil-forzi armati.", "Għalhekk tajjeb li din niddefinixxuha aħjar ukoll għaliex niftakru li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar ħwejjeg ta' mportanza nazzjonali, dwar sitwazzjonijiet ta' emerġenza.", "Aħna m'għandniex daqshekk esperjenzja f'dawn l-oqsma u allura m'għandniex il-vantaġġ li nitgħallmu mill-iżbalji tagħna u forsi jkun tajjeb ukoll li naraw pajjiżi oħrajn li minn żmien għall-ieħor jgħaddu minn dawn il-katakliżmi naturali kif qegħdin joperaw f'dawn l-oqsma.", "Rigward ir-reati f'klawsola 10 qed jingħad li:", "\"(1) Kull min ineħħi minn xi post u juża mingħajr ebda dritt għal benefiċċju tiegħu jew dak ta' l-oħrajn xi ħaġa li tkun ġiet abbandunata minn sidha, minħabba f'xi diżastru, ħruq, jew avveniment ieħor li matulu ħajjet is-sid jew ta' xi persuna oħra kienet fil- periklu, ikunħati ta' reat u jista', meta jinstab ħati, jeħel priġunerija għal żmien mhux inqas minn sitt xhur u mhux iżjed minn għaxar snin:\".", "Hawnhekk qed nara li jista' jkun li tinqala' diffikulta` sabiex tindentifika tajjeb bejn dak li huwa każ ta' salvataġġ aċċettat legalment mill-Kodiċi Ċivili - tant li min iwettqu għandu dritt għal kumpens - u fejn ikun hemm abbuż kif kontemplat taħt dan l-abbozz ta' ligi.", "Aħna nafu li l- Kodiċi Ċivili tikkontempla li persuna li tkun qiegħda fuq dgħajsa u tara dgħajsa abbandunata jew li qiegħda tegħreq, jekk trid dik id-dgħajsa tista' tirmonkaha.", "Allura forsi fl-istadju tal-kumitat wieħed għandu jara din kif jirfinaha ħalli ma jkollnix kolliżjoni bejn dan id-dritt sagrosant li jingħata taħt il-Kodiċi Ċivili u l-aġir sindakabbli kif kontemplat f'dan l- abbozz ta' liġi.", "Taħt subaritklu (3) ta' l-istess klawsola qed jingħad li:", "\"(3) Kull min jidħol mingħajr awtorizzazzjoni gewwa xi żona li tkun indikata bħala żona fejn wieħed ma jistax jidħol minn uffiċjali tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ikun ħati, minħabba biss fil-fatt li jkun daħal f'dik iż-żona, ta' reat u jista' jeħel, meta jinstab ħati, priġunerija għal żmien mhux inqas minn xahar u mhux iżjed minn sitt xhur.\".", "Issa fuq l-art huwa mod imma fuq il-baħar huwa mod ieħor għaliex fuq il- baħar ma jeżistux sinjali.", "Fuq l-art jeżistu s-sinjali u huwa preżunt li wieħed jarahom.", "Allura jekk jidħol f'xi żona fejn ma jistax jidħol ikun kiser il-liġi.", "Pero' jekk jeżistu xi projbizzjonijiet bil-miktub rigward il-baħar, aħna li nkunu fuq l-art se nkunu nafu bihom iżda dawk li jkunu fuq il-baħar mhux se jkunu jafu bihom.", "Barra minn hekk ma rridux naħsbu biss għalina ċ-ċittadini Maltin li aħna prezunti li nafu l-liġi - u allura għalina ignorance of the law is no excuse - iżda rridu naħsbu wkoll għall- vapuri li jkunu qegħdin jaqsmu mit-territorju Malti, li naturalment ma jkollhomx għarfien tal-ligijiet tagħna.", "Nafu wkoll li s-salvataġġ m'huwiex biss dritt naxxenti mill-Kodiċi Ċivili imma huwa dritt naxxenti internazzjonalment u kummerċjalment aċċettat u allura dawn mingħalihom ikunu qegħdin jagħmlu att ta' grazzja u generożita` u fl-istess ħin ikunu qegħdin jiksru l-liġi.", "Għalhekk tajjeb li din nidħlu fiha fil-fond fl- istadju tal-kumitat u forsi l-Ministru jista' jaċċenna għaliha fil-winding- up.", "Sur President, huwa tajjeb ukoll li bħalma l-membri tal-korp tal- pulizija, il-membri tal-forzi armati kif ukoll il-correctional officers bħala korpi dixxiplinati jgawdu ċerti benefiċċji ta' pensjonijiet, allura jagħmel sens li l-membri ta' dan id-dipartiment li se jitwaqqaf statutorjament igawdu mill-istess benefiċċji - aktar u aktar issa li nafu li dan l-abbozz qiegħed jipproponi wkoll li m'għandhomx il-freedom to strike.", "Ladarba qed insemmi l-istrike, moħħi mar direttament għall-inċidenti ta' għajb għall-gvern Nazzjonalista li kienu nqalgħu fis-sajf ġewwa l-MIA fejn, għaliex iddeċieda li għandu jagħmel hekk, il-gvern qabad u ssospenda lill- ħaddiema ta' l-MIA - għaliex skond hu kienu qegħdin jiksru l-liġi - u daħħal lill-uffiċjali tas-civil protection sabiex jagħmlu tajjeb f'dak il- perijodu ta' żmien.", "Dan kien ta' għajb għall-gvern Nazzjonalista għaliex għal perijodu ta' żmien l-ajruport ma kienx manned tajjeb, u dan għaliex in- nies li ntbagħtu hemmhekk mid-dipartiment tas-civil protection m'humiex preparati sabiex jilqgħu għal xi każ ta' diżastru ġewwa l-airport.", "Lil kulmin tkellem mill-qasam tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jgħidlek li meta tagħmel hekk tkun qisek qed tibgħat mechanic biex ibagħbas fl- elettriku jew inkella qisek qed tibgħat electrician biex jirranġa l- mechanics ta' karozza!", "Nerġa' ngħid li dawn in-nies m'humiex attrezzati sabiex jilqgħu għall-problemi li jistgħu jinqalgħu ġewwa l-airport.", "Kien diġa' ta' għajb li l-gvern Nazzjonalista pprova jkisser strike leġittimu imma ta' għajb aktar huwa li l-airport tħalla ...", "(Interruzzjonijiet) Dan il-gvern taparsi bagħat lin-nies l-airport mid- dipartiment tal-protezzjoni ċivili - wara li naqqasna n-nies mill-istess dipartiment u allura bżonn in-nies kien hemm u mhux bżonn li nnaqqsuhom - meta dawn ma setgħux jaqdu l-funzjoni tagħhom tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Veru, imma ma kienx hemmx in-nies kollha li s-soltu jkun hemm u ntbagħtu nies li kienu kapaċi jagħtu servizz inqas effettiv minn dawk li kienu jagħtu dawk li ġew sospiżi bl-aktar mod indinjituż.", "Mhux talli hekk, talli fil-mument li neħħewhom mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, żarmajna temporanjament lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili!", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma d-diżastri li ġraw matul dawn it-12-il xahar - ma kenux diżastru naturali imma diżastru fir-relazzjonijiet industrijali li pprovajna nirranġaw billi nqdejna bir-riżorsi umani intiżi sabiex jilqgħu għad- diżastri naturali (Interruzzjonijiet) - għax qbadna lin-nies li huma mħarrġa sabiex jilqgħu għad-diżastru naturali sabiex jilqgħu għad-diżastri industrijali!", "Dan li għamel Gvern Nazzjonalista.", "Sur President, jien nagħlaq billi nerġa' ntenni l-appoġġ ta' l- oppożizzjoni għal dan l-abbozz ta' liġi.", "Naturalment aħna ma nappoġġawx il- mod kif il-gvern Nazzjonalista qiegħed jipproponi dan l-abbozz ta' liġi in sostituzzjoni għall-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "U bħalma Queiroz qiegħed jidħak ġewwa l-Brażil - għandu jkun qiegħed barman hemmhekk wara li tajnih il-maħfra presidenzjali - tajna wkoll tliet maħfriet presidenzjali lil xi ħadd li huwa traffikant tad-droga u kompliċi fl-attentat ta' qtil tas-segretarju personali tal-Prim Ministru stess u sirna nafu wkoll bil-ħarba ta' Libjan li kien inqabad b'ammont konsiderevoli ta' droga minn taħt il-kustodja ta' membru tas-sigurta`.", "Sur President, din hija r-raġuni kollha għalfejn illum il-5 ta' Ottubru qegħdin niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi.", "Huwa tajjeb u huwa importanti li ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi imma ma ningannawx lill-poplu Malti u Għawdxi b'dawn il-machinations, kif jgħidu l-Ingliżi.", "Aħna dawn l-affarijiet nifhmuhom - u anke l-poplu Malti jifhimhom - pero' se nagħmluha ċara u tonda li fuq dawn il-każijiet se nkomplu nitkellmu, iridu jew ma jridux min- naħa tal-gvern, sabiex insiru nafu l-verita` kollha ta' dawn il-ġrajjiet koroh li seħħew matul l-aħħar 12-il xahar ta' gvern Nazzjonalista.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Segwejt b'interess kemm lill-Ministru, meta kien qed jagħmel l-introduzzjoni għal dan l-abbozz ta' liġi, kif ukoll lil sieħbi, l-Onor.", "Gavin Gulia, li tkellem dwar ir-raġuni vera għaliex kien hemm dan it-tibdil fix-xogħol tal-Kamra.", "Sur President, nixtieq nibda b'definizzjoni li nsibu f'dan l-abbozz, il-kelma \"diżastru\".", "Meta l-Ministru Tonio Borg kien qed jagħmel l-introduzzjoni ta' dan l- abbozz ta' liġi jiena ċċajtajt daqsxejn miegħu - naf li ċajta jeħodha - u għedtlu li nemmen li fiċ-ċirkostanzi tal-lum għandna d-diżastru ta' gvern Nazzjonalista.", "Naf li iktar min-nofs il-popolazzjoni ta' Malta fl- elezzjoni li għaddiet ma qablietx miegħi, imma jien ngħid li ż-żmien għad jagħtina raġun meta ngħidu li huwa diżastru għal Malta li reġa' tela' gvern Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Iva imma ma ġara xejn għaliex bħalma dawk l-eluf kienu fuq in-naħa l-oħra, jerġgħu jiġu fuq din in-naħa u naċċertak li ma ndumux ma jerġa' jkollna l-eluf fuq din in-naħa!", "(Interruzzjonijiet) Iżda l-isfortuna hija li f'dan il-pajjiż għandna problemi serji li nzertaw taħt id-dikasteru tiegħek.", "Kieku ma kenux taħt id-dikasteru tiegħek, ma kienx ikunx fair li min-naħa tagħna nistaqsuk għaliex qegħdin niddiskutu dan l-abboz ta' liġi u mhux l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikoluzi.", "(Interruzzjonijiet)", "Jibqa' l-fatt li sa nhar it-Tnejn it-tieni item fuq l-aġenda kien proprju l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Allura għalfejn f'salt wieħed dan l-abbozz spiċċa s-seba' item fuq l- aġenda?", "Jien qed ngħid dan għaliex meta kont introduċejt dan l-abbozz ħadt ħsieb issemmi x'għedt jien f'\"The Times'' meta ktibt fuq il-każ ta' Dimitrijeff.", "Jien ma kellix ċans nirrispondik għaliex konna għadna ma tkellimnix fuqha imma jien għandi ħafna xi ngħid fuq din l-ordinanza għaliex il-verita` hi li dan huwa abbozz importanti u hemm affarijiet li aħna bħala oppożizzjoni rridu ngħidu ...", "(Interruzzjonijiet) Le, niftakar.", "Jekk m'għandi xejn tajjeb, il-memorja żgur tajba!", "(Interruzzjonijiet) Ikkwotajtni u rrispondejtni kif stajt fil-gazzetta.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok, Onor. Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Iva, Sur President, għandek raġun imma l-Onor.", "Borg għaddieli kumment u rrispondenjtu.", "Issa l-verita` x'inhi?", "Il-verita` hi li f'dan il-parlament f'dawn l-aħħar ġranet, apparti dak kollu li ġara fil-qorti u wara, kien hawn talba min-naħa ta' l-oppożizzjoni, permezz ta' l-acting leader ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "George Vella, biex bl- iktar mod urġenti niddiskutu l-ħarba ta' Azzabi Hashim Jousef u affarijiet oħra konnessi mat-traffikar tad-droga.", "U jiena naħseb li huwa diżastru għall-gvern Nazzjonalista li ma kienx lest jaċċetta din it-talba għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq affarijiet li qed iseħħu b'mod regolari f'pajjiżna.", "Ma ninsewx li f'perijodu ta' ħames snin kellna numru ta' nies konnessi mat-traffikar tad-droga li jew ġew meħlusa minn kull akkuża b'daqqa ta' pinna tal-President, jew wara li nstabu ħatja ġew meħlusa xorta u ntbagħtu barra jew inkella b'xi mod ħarbu!", "Jiena m'iniex qed ngħid ta' min hu t-tort f'din il-biċċa xogħol ta' Azzabi Hashim Jousef imma naħseb li l-Ministru jaf safejn waslet l-inkjesta interna u aħna għalhekk tlabna li jkollna dibattitu hawnhekk u għalhekk tlabna li r-riżultat ta' l-inkjesta jitpoġġa fuq il-Mejda ta-Kamra, ħalli nkunu nistgħu naraw min kien responsabbli u kulmin kellu x'jaqsam direttament jew indirettament.", "Sur President, aħna ridna nagħmlu ħafna domandi wkoll dwar x'kien qed isir fil-ħabs sakemm Azzabi Hashim Jousef kien hemmhekk.", "L-informazzjoni li ngħatat kienet li kien hemm ħafna affarijiet għaddejjin, għax allura dan kif wasal biex kellu l-informazzjoni dwar x'għandu jagħmel meta jaħrab?", "Iżda issa inutli niddiskutu dan għaliex id-diżastru - biex nerġa' niġi għad- definizzjoni li għandna f'din il-liġi - huwa li l-gvern ma laqax ir- rikjesta biex niddibattu dawn l-affarijiet.", "Jiena m'iniex qed ngħid li l- Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili m'huwiex importanti imma meta tiżen l-affarijiet żgur li ma kien hemm xejn li jiġġustifika li dan jitpoġġa fil-bidu ta' l-aġenda b'mod li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi titpoġġa bħala s-seba' item fuq l- aġenda.", "Jiena kont se nkun wieħed minn dawk li nitkellem fuq dan l-abbozz u kont se ntikellem b'mod kostruttiv u nuri fejn bħala oppożizzjoni ma naqblux miegħi.", "Sur President, jiena ma nafx kemm min-naħa tal-gvern għadhom jiltaqgħu bħala parliamentary group, bħalma nagħmlu aħna, għaliex issa qed nissuspetta li anke bħala parliamentary group m'humiex jiltaqgħux biex jaraw x'inhuma l-prijoritajiet tal-gvern.", "Mela gvern m'għandux jara wkoll l-affarijiet li l-poplu qed jistaqsi dwarhom?", "U l-affarijiet li għaddejjin minnhom ma tismax dwarhom biss fuq is-Super 1 jew fuq xi gazzetta tal- Labour imma tismagħhom anke fuq Radio 101, stazzjonijiet nazzjonali u anke tal-knisja.", "Il-poplu, kemm fuq il-problema tad-droga kif ukoll dwar il-każ ta' l-attentat ta' tqil fuq Richard Cachia Caruana, għadu jistenna r- risposti.", "U dawn mhux se nagħtihomlu jien - għalkemm naf ħafna affarijiet - imma dan il-gvern Nazzjonalista li żgur huwa konparteċipi fuq ħafna affarijiet - fuq proklami, fuq kif jordna li ssir inkjesta, jekk hux bil- maġistrat jew b'mod intern - għaliex m'huwiex jimxi b'mod responsabbli.", "Jiena għalhekk ħadt pjaċir li ħadt sehem fil-konferenza stampa li ta l- Onor. George Vella, flimkien anke ma' l-Onor.", "Gulia.", "Sur President, il-verita` hi li anke fejn jidħlu d-drittijiet tal- ħaddiema - la qed insemmi d-drittijiet tal-ħaddiema nieħu din l- opportunita` li nsellem lill-GWU, li qed tiċċelebra l-anniversarju mit- twaqqif tagħha, union li bis-saħħa tagħha saru ħafna affarijiet ta' servizz lill-ħaddiema, allavolja llum il-gvern Nazzjonalista qed jagħmel minn kollox biex jaqtgħalha saqajha imma naċċerta lill-pubbliku Malti li l-union hija b'saħħitha biżżejjed biex taffronta kull inizjattiva li ssir f'din id- direzzjoni - ....", "Sur President, biex nerġa' lura għal dan l-abbozz ta' liġi, nistqarr li bdejt nidħak meta smajt lill-Ministru jaqra d-definizzjoni ta' \"diżastru\" għaliex ftakart li d-diżastru huwa proprju li għandna Gvern Nazzjonalista!", "Dan il-gvern anke fuq l-isem ta' vapur ....", "(Interruzzjonijiet) Għaliex semmejtuh \"Garibaldi\" meta kellu jissemma \"Moore\", bħal dak il-bastiment li fuqu kienu mietu ħafna Maltin, li fosthom żgur kien hemm Laburisti kif ukoll Nazzjonalisti?", "Jew inkella ssemma hekk biex nilagħqu lit-Taljani?", "Biex inkun ċar, aħna għandna kull rispett lejn it-Taljani, u fil-fatt l- aqwa protokolli li saru bejn l-1971 sa l-1987 saru mat-Taljani.", "Ma ninsewx pero' kemm li kien hemm ħafna gvernijiet oħra li għenuna.", "Il-Libja, per eżempju, kienet waħda mill-iktar pajjiżi li għenet lill-poplu Malti meta kien fis-siegħa tal-bżonn, anke fejn jidħol equipment u training, u dawn l- affarijiet m'għandniex għalfejn niddejqu nsemmuhom.", "Sur President, din hija parti mill-istorja u allura meta niġi biex nitkellem fuq dawn l- affarijiet ninkwieta għaliex ngħid: Imma dan il-poplu Malti kemm se jibqa' ħmar?", "Kemm se jdum jaċċetta kollox?", "U ara ma taħsbux li t-Taljani se nimpressjonawhom talli dan il-vapur semmejnih \"Garibaldi\" u mhux \"Moore\"!", "Anzi, jiena ngħid li jidħku bina bħalma stajt nikkonstata riċenetement meta kont Ruma.", "Tajjeb!", "Mela aħna Maltin u nsemmu vapur b'isem Taljan!", "U dan qed ngħidu għaliex jiena patrijott u jidhirli li l-poplu Malti dawn l- affarijiet għandu jkun jafhom għaliex għalija Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Sur President, kif qal tajjeb il-Ministru, fejn tidħol il-protezzjoni ċivili ma jistax ikun li ma jkunx hemm kordinazzjoni serja bejn dawk kollha li joffru xi tip ta' għajnuna f'każ ta' diżastru meta dan huwa qasam ta' interess nazzjonali u interess primarju.", "Min-naħa l-oħra ma rridux ninsew ix-xogħol utli ħafna li għamlu l-pulizija u l-armata matul is-snin li dan id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili ma kienx jeżisti.", "Niftakar li fl- għargħar ta' l-1979, fejn kellna anke mwiet, il-membri kollha tal- pulizija flimkien mal-fire section ħadmu ħafna biex jiffaċċjaw dan id- diżastru.", "Pero' kien jinħass il-bżonn li jkollna dipartiment aktar organizzat, dipartiment li jindirizza dawn l-evenjenzi biss.", "Sur President, ħafna problemi li għandna llum qiegħed iġibhom il-bniedem stess u għalhekk hija ħaġa tajba li f'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li, kemm id-dipartiment kif ukoll il-kunsill, għandhom il-funzjoni li jagħmlu forecasting tad-diżastri li jistgħu jinqalgħu, joħolqu konoxxenza pubblika dwarhom u jipparteċipaw f'fora li jsiru fil-kamp internazzjonali f'dan il-qasam.", "Malta diġa' ħadet inizjattivi fil-qasam internazzjonali u għalhekk irridu naraw li dak li għamilna s'issa rigward il-kwestjoni tal- global warming u l-kwestjoni tal-greenhouse effect ma nitilfuhx.", "Sur President, din kont għamilt riferenza għaliha anke meta konna qegħdin niddibattu dan l-abbozz fil-leġislatura oħra.", "Kont għedt ukoll li għandna naraw x'inhuma l-istandards li qegħdin jiġu adottati minn pajjiżi oħrajn, fosthom f'dik li hija pollution tal-baħar.", "Bħala pajjiż aħna għandna l- benefiċċju li fostna għandna ċ-ċentru reġjonali tal-Ġnus Magħquda, li jaħdem ħafna f'dik li hija data collection.", "Din hija data li aħna nistgħu nutilizzawha malajr pero' żgur li m'hemmx biss l-eventwalita` li jkollna tinġis fil-baħar minn xi vapur li jitfa' ż-żejt.", "Fil-qasam tal-pollution tal-baħar għandna problemi kbar li għadhom m'humiex qegħdin jiġu indirizzati.", "Per eżempju, għandna l-fenomenu li ċertu ħut li kien jinqabad fl-inħawi ta' Malta llum lanqas għadu jidher.", "Ninsab informat ukoll li f'dawn il-ġimgħat kellna qabda ħażina ta' lampuki meta t-temp kien tajjeb.", "Mela x'inhu dan il-fenomenu?", "Fejn jidħol is-sajd, Malta ma tistax taffordja li jkollha diżastru.", "U jekk pajjiżi bħall-Italja, il-Greċja u t- Tuneżija jkunu qegħdin jagħmlu affarijiet li jolqtuna b'mod dirett fil- qasam tas-sajd, allura rridu naħdmu anke b'mod bilaterali biex dawn il- problemi nindirizzawhom.", "MR SPEAKER: Ippermettili nwaqqfek, Onor. Farrugia, imma sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jipproponi l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ottubru 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż- Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem dwar il-kwestjoni tal-hedging u nibda billi ngħid sewwa sew xi jfisser ''hedging'', għax qed nużaw kelma Ingliża u forsi dak li jkun ma jkollux ċar f'moħħu din xi tfisser.", "Il-hedging bażikament huwa meta tixtri bil-quddiem, fis-sens li tixtri prodott illum u tixtrih għal sena sħiħa u anke għal sentejn minn qabel, bħalma ġara s-sena li għaddiet fil-każ taż-żejt.", "Issa dan l-aħħar saru ħafna stqarrijiet u jiena assolutament ma nistax nifhem kif minn naħa ta' l-oppożizzjoni qed ikollna din il-pożizzjoni, li tmur kompletament kontra s-sens komun.", "Ħalli nibda billi nagħti indikazzjoni ta' sewwa sew x'ġara.", "F'Jannar ta' l-1998, għall-ewwel darba, il-korporazzjoni Enemalta daħlet f'kuntratt ma' kumpannija finanzjarja biex tiffissa l-prezz taż-żejt.", "Il- korporazzjoni baqgħet tixtri kull xahar kif kienet tixtri qabel mill-ispot market, pero' iffissat il-prezz b'tali mod li jekk ikun hemm varjazzjoni u l-prezz jinżel, il-korporazzjoni tkun marbuta li tgħaddi lil din il- kumpannija finanzjarja ċertu ammont ta' flus, u jekk il-prezz jogħla l- kumpannija tagħti hi l-flus lill-Enemalta.", "Naturalment in principle li tidħol f'hedging agreement mhuwiex ħażin sakemm tieħu l-prekawzjonijiet kollha.", "Pero' x'ġara?", "Il-prezz ġie ffissat fit-tul għas-sena 1998 u b'din is-sistema fix-xahar ta' Frar l-Enemalta tilfet iktar minn $US600,000; f'Marzu reġgħet tilfet iktar minn $600,000; f'April tilfet kemm kemm inqas, ċioe' $406,000; f'Mejju tilfet $600,000 oħra; f'Ġunju tilfet $900,000; u f'Lulju tilfet $1miljun.", "Fil-fatt it-telf għas-sena 1998 kien ta' $9 miljun u dan żgur li ma kienx isir kieku l-Enemalta baqgħet tuża s- sistema li kienet taħdem biha qabel.", "Meta bdiet toqrob l-elezzjoni u meta kien hemm dik il-konfużjoni sħiħa li ħoloq il-gvern preċedenti minħabba li għolla t-tariffi tad-dawl u l-ilma, u meta proprju l-accumulated losses kienu iktar minn $5 miljun, kellna lill- prim ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, li fil-ġurnal ''KullĦadd'' kien ġie kkwotat li qal hekk:", "''Minn dak iż-żmien 'il hawn, minn mindu għadda l-budget, roħos il- prezz taż-żejt, bir-riżultat li l-korporazzjoni Enemalta u l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma naqsulhom l-ispejjeż.''.", "Dik kienet gidba għax l-istampa kienet totalment differenti.", "Dak iż-żmien li l-Onor.", "Alfred Sant kien qed jagħmel dik l-istqarrija l-Enemalta kienet diġa' tilfet iktar minn $5 miljun.", "U li wieħed jgħid illi għax raħas il- prezz taż-żejt naqsu l-ispejjeż għal dawn iż-żewġ korporazzjonijiet kienet xi ħaġa misleading.", "Dan ma kienx biżżejjed għax fix-xahar ta' Awissu komplejna nitilfu u tlifna $1.1 miljun.", "Fil-paniku ta' qabel l-elezzjoni l- gvern preċedenti ddeċieda li ma kienx biżżejjed illi għamel hedging agreement għall-1998 u daħal għal kuntratt ieħor għas-sena sħiħa ta' l- 1999.", "Ir-riżultat kien li bqajna nitilfu għal tul dawn ix-xhur kollha.", "Issa rrid ngħid li meta l-Onor.", "Alfred Sant kien wiegħed illi se jraħħas it-tariffi tad-dawl u l-ilma għax qal li raħas il-prezz taż-żejt, lill- Enemalta ma kien raħsilha l-prezz taż-żejt xejn.", "Jiena ngħid li l-Onor.", "Sant, dak iż-żmien prim ministru, kien qed jgħaddi ż-żmien bil-poplu għax ma kienx lest li jagħti l-informazzjoni kollha.", "Gvern li kien tela' fuq l- għajta ta' ''trasparenza'' kien 'il bogħod ferm mit-trasparenza għax kien qed jaħbi u kien qed iqarraq bil-poplu.", "Il-gvern preċedenti ma setax iraħħas il-prezz tad-dawl u l-ilma minħabba li kien hemm telf kbir akkumulat.", "Għamilna hedging agreement f'Jannar ta' l-1998, għamilna ieħor f'Awissu 1998 li bih koprejna s-sena 1999, inbidel il-gvern u min-naħa ta' l-Enemalta kellhom l-ardir li jagħtuni parir biex nagħmel hedging agreement ieħor għas-sena 2000.", "Jiena staqsejthom jekk kienx għaqli li fl-1998 wieħed jagħmel hedging agreement għas-sena 2000 u tlabthom jgħiduli x'riżultati nkisbu bil-hedging agreement li kellna - u għad għandna - in force.", "U qaluli li sa Novembru ta' l-1998 it-telf akkumulat kien kważi $8 miljun.", "U jien għidtilhom: Tafu x'intom tagħmlu?", "Kif qed tidħlu f'kuntratt fit-tul meta m'għandkom esperjenza ta' xejn f'dan is-suġġett, bla ma tieħdu pariri tajbin internazzjonali u bla ma tqisu sewwa x'qed jiġri fis-swieq internazzjonali fuq prodott daqshekk importanti?", "Allura jien għidtilhom li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'dan it-telf ta' flus u rridu nistudjaw is-sitwazzjoni.", "Bil-hedging agreement li kien għamel il- gvern preċedenti bqajna nitilfu tant li l-accumulated losses kienu laħqu ċifra sostanzjali ta' madwar $13 miljun.", "Allura jien għedt illi dan it-tip ta' hedging agreement mhuwiex għaqli, għax meta inti qed tikkommetti ruħek fit-tul fuq prodott illi l-prezz tiegħu jvarja ħafna tkun qiegħed tispekula bla bżonn.", "Jekk naraw il-prodotti li fuqhom kien qed isir hedging agreement insibu li fl-ewwel kuntratt sar hedging agreement fuq l-aviation fuel.", "U jiena għedt: Imma għaliex sar hedging fuq l-aviation fuel?", "L- aviation fuel l-Enemalta tbiegħu at the current rate lil-linji ta' l-ajru.", "Allura għalfejn għandek tipprova tiffissa l-prezz tiegħu?", "Fuq l-aviation fuel is-sena li għaddiet l-Enemalta tilfet $2.5 miljun bla bżonn.", "Meta għamlu t-tieni kuntratt tgħallmu xi ħaġa għaliex l-aviation fuel ma nkludewhx, pero' għamlu l-istess żball li kkommettew ruħhom għal sena sħiħa, li on aggregate kienu jiġu 18-il xahar bil-quddiem, għax kkommettew ruħhom f'Awissu 1998 sa Diċembru 1999.", "Din il-ġimgħa, waqt li kien qed jagħmel xi kummenti dwar il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, l-Onor.", "Louis Buhagiar qal illi jiena ħassart xi hedging agreement li għamel il-gvern preċedenti.", "U se nikkwota mill-ġurnal ''l-orizzont'' ta' nhar it-Tlieta, fejn jingħad li l-Onor.", "Membru qal hekk:", "''Dwar il-korporazzjoni Enemalta, il-kelliem akkuża lill-Ministru Josef Bonnici li se jdaħħalha fi spiża żejda ta' $US25 miljun fix-xiri taż-żejt għaliex neħħa ftehim li kien għamel gvern Laburista.''.", "Issa din gidba oħra għax jien ma neħħejt l-ebda ftehim u nippretendi li l- Onor. Membru għandu jkun iktar informat.", "Jien ma nippretendix li kelliem minn naħa ta' l-oppożizzjoni, li qabel kien segretarju parlamentari u llum huwa shadow minister, jiġi jgħid affarijiet illi mhumiex veru.", "Jien ma neħħejt l-ebda ftehim u ma nistax niġi akkużat illi tellift xi ħaġa lill- Enemalta.", "Anzi nerġa' ngħid li tlifna ħafna flus bil-hedging agreement li għamlu huma, kif diġa' spjegajt.", "Imma niġu għall-famuża ċifra ta' $25 miljun li skond l-orizzont ġiet iċċitata mill-Onor.", "Buhagiar.", "Din kif waslu għaliha?", "Milli nista' nifhem jiena, għax l-ispjegazzjoni mhijiex ċara, dawn qalu li kieku dħalna f'hedging agreement fit-tul fi Frar ta' l-1999 għas-sena 2000, meta l-prezz taż-żejt kien l-aktar baxx li qatt kien - issa fi Frar 1999 kien hemm min qal li ż-żejt kien se jorħos iktar u kien hemm min qal li se jogħla, u biżżejjed nirriferi għal ''The Economist'' li fi Frar kien qed ibassar li l-prezz taż-żejt se jorħos bin-nofs - bir-rata kurrenti konna niggwadanjaw $25 miljun.", "Nerġa' ngħid li fil-fehma tiegħi mhuwiex għaqli li tintrabat fuq prezz fit-tul fuq prodott bħaż-żejt, iżda l- opppożizzjoni donnha temmen li ma jista' jsir l-ebda misjudgement f'dawn il- hedging agreements.", "Dawn qed jibbażaw kollox fuq kieku l-prezz kellu jibqa' kif inhu u allura wieħed jista' jikkalkola b'ċerta preċiżjoni.", "Mr Speaker, kieku jien kont naf x'numri kienu se jitilgħu nhar is-Sibt li għadda kieku kont nilgħab iktar flus!", "Ħadd ma jkun jaf x'numri se jitilgħu.", "Jiena ma nippretendix li l-oppożizzjoni tieħu dan l- atteġġjament, anzi qed iqajmuli ħafna suspetti u ħafna dubji għax hawn qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta' dollari li tilfet l-Enemalta.", "Fil-fatt sa Awissu ta' din is-sena, bil-hedging agreements li saru s- sena li għaddiet taħt gvern Laburista, l-Enemalta kienet minn taħt b'$10 miljun.", "Huwa veru li mix-xahar ta' Lulju 'l hawn il-prezz taż-żejt irkupra xi ftit u issa t-telf bil-mod il-mod qiegħda tnaqqsu pero' xorta għad għandha t-telf għax, nerġa' ngħid, mhuwiex għaqli li wieħed jidħol f'kuntratt daqshekk fit-tul.", "Meta inti tidħol f'kuntratt fit-tul tkun qiegħed tagħmel ċerta spekulazzjoni u bi flus il-poplu m'għandux ikun hemm spekulazzjoni.", "Jiena ngħid illi dan kien gvern li ħeba l-affarijiet qabel l-elezzjoni għax kien qiegħed iwiegħed xi ħaġa li ma setax iwettaqha u issa qegħdin iġebbdu l-argument bl-iktar mod assurd u jakkużaw lili b'affarijiet li mhumiex veri u jivvintaw ċifri li ġejjin mill-immaġinazzjoni tagħhom.", "Dik hi s-sitwazzjoni ta' l-oppożizzjoni tal-lum.", "Wara sentejn fil-gvern li fihom saru ħafna żbalji, l-oppożizzjoni qed toħroġ b'dawn it-tip ta' argumenti redikoli li ma jagħmlux ġieh lil min jgħidhom.", "Mr Speaker, is- sistema tal-hedging hija xi ħaġa li forsi for a short term, għal xahar xahrejn, tagħmel sens pero' meta tintrabat għal sena, sena u nofs u sentejn bil-quddiem tkun qisek qed tilgħab logħba.", "Pajjiżna m'għandux jiġi espost għal dan il-logħob, speċjalment meta qegħdin f'pożizzjoni li niddependu daqshekk fuq iż-żejt importat.", "Lil sħabna ta' l-oppożizzjoni qed tagħtihom rashom għaliex esponew ruħhom bħala gvern mhux talli mhux modern imma gvern unprofessional u, biex jaħbu dnubiethom, fil-ġurnal ''KullĦadd'' ħarġu jattakkaw lili u qalu li kont jien li qed nigdeb u li qed naħrab.", "Dik akkuża serja, Mr Speaker, imma mbagħad taqra l-artiklu li kitbu u ssib illi dan mhu minnu xejn.", "Issib illi dawn qed jgħidu li jiena qed ngħid li sal-lum għadna qed insofru telf ta' miljuni kbar minn irbit daqshekk fit-tul.", "Vera din.", "Imbagħad ikkwotaw liċ-chairman preżenti ta' l-Enemalta, il-Prof Robert Ghirlando, li qal li f'dawn l-aħħar xhur il-ftehim li sar minn gvern Laburista beda jaħdem favur.", "Vera wkoll imma n-net position għadha net loss.", "U jien ma nippretendix illi l-poplu Malti għandu jiġi mqarraq b'dan il-mod.", "Dan qerq, qerq minn oppożizzjoni li tidher li nixfet fl-ideat kif tikkritika lil dan il-gvern u moħħha biss biex tiddefendi dak li kienet għamlet u tipprova b'kull mod tqarraq bil-poplu Malti.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li qed tgħid l-oppożizzjoni hija li l-gvern inganna lill-poplu fuq it-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Ingann meta kulħadd jaf kemm raħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "Ingann meta aħna nafu li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu se jirdoppjaw għall-konsumatur Malti u aħna reġġajna lura parti l-kbira minn din iż-żieda?", "Issa l- oppożizzjoni qed tgħid li t-tariffi tad-dawl u l-ilma ma marrux lura għal kif kienu qabel fl-1996, meta l-aħħar li kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Żgur illi qatt ma kien hemm l-ebda ħjiel li t-tariffi tad-dawl u l-ilma kienu se jerġgħu jiġu preċiż kif kienu qabel, pero' kulħadd jaf kemm il-kontijiet tad-dawl u l-ilma raħsu fuq dak li kien ippjana gvern preċedenti.", "U għalija huwa qerq illi wieħed jipprova jdawwar b'mod illi jrid jipprova jimmislidja lill-poplu.", "Jiena ngħid illi dawn għadhom ma tgħallmux mill-iżbalji li għamlu.", "Għadhom qegħdin jipprovaw jiddefendu deċiżjonijiet żbaljati li kienu ħadu fl-amministrazzjoni preċedenti.", "Waqt illi l-Enemalta kienet qed titlef miljuni kbar, il-gvern preċedenti għolla t-tariffi tad-dawl u l-ilma bl-iskuża li kellu bżonn iktar flus.", "Jiġifieri l-gvern preċedenti kien qed iddaħal fil-but u jħallas lil xi ħaddieħor bla bżonn miljuni kbar, waqt li lill-poplu Malti kien qed jeħodlu mill-but l- ieħor biex jgħid illi qed jagħmel tajjeb għat-telf ta' l-Enemalta meta dan ma kien minnu xejn għax il-flus kienu qed jiġu sparpaljati bl-id l-oħra.", "Dan kien il-gvern trasparenti u modern ta' Dr. Alfred Sant!", "U wieħed allura jibda jifhem x'ingann kien hemm.", "Wieħed jibda jifhem x'tip ta' gvern kellna meta kellna gvern Laburista, li pprova jgħaddi minn għajn il- labra lill-poplu Malti kollu.", "Is-sitwazzjoni fil-każ ta' l-Enemalta hija waħda li tirrikjedi analisi sewwa kif wieħed l-aħjar jimxi u għalhekk wieħed irid joqgħod attent x'deċiżjonijiet jieħu.", "Nieħdu s-sitwazzjoni preżenti.", "Bħalissa l-prezz taż-żejt irkupra u għadu tiela' u allura dak it-telf għall-grazzja t'Alla m'għadniex nagħmluh u qegħdin inġibu lura parti minn dawk il-flus illi tlifna.", "J'Alla nġibuhom kollha, għax jien irrid nara lill-Enemalta f'pożizzjoni iktar b'saħħitha, imma kien hemm bżonn niġu esposti għal din il-pożizzjoni perikoluża u prekarja li daħħalna fiha l-gvern preċedenti?", "Kien hemm bżonn illi jkun hemm din it-tip ta' spekulazzjoni fit-tul, b'mod illi ħalliet lil pajjiżna espost b'dan il-mod?", "X'se tkun is-sitwazzjoni sa l-aħħar tas-sena għadni ma nafx, pero' irrid ngħid illi anke artikli li dehru fil-Financial Times juru li s-sitwazzjoni fil-prezz taż-żejt, li bħalissa irkupra, jista' jkun ukoll illinkjat ma' dik li nsejħulha il-Y2K problem għax hawn min qed jaħseb biex jibni stocks taż-żejt u allura l- prezz awtomatikament jogħla.", "U wieħed irid joqgħod attent qabel ma jikkommetti ruħu għal tul ta' żmien u mhux jiġi l-Onor.", "Buhagiar u jgħid illi din hija nuqqas ta' viżjoni.", "Nuqqas ta' viżjoni kienet meta dħalna bl- amment f'kuntratti fejn kumpanniji internazzjonali kienu taw parir kontra.", "Anke l-bank ċentrali kien ta pariri kontra u anke uffiċjali għolja tal- korporazzjoni Enemalta kienu taw parir kontra.", "Wara dawn l-iżbalji jien ma nistax nemmen kif tiġi l-oppożizzjoni, kemm bil-kitba tal-kap tagħha kif ukoll bi stqarrijiet li qed jagħmel l-Onor.", "Buhagiar, u tgħid illi jien b'xi mod tellift xi ħaġa lill-Enemalta.", "Hekk qed jargumentaw.", "Min igħid illi jien ħassart il-hedging agreement ikun qed jigdeb.", "Xtaqt illi kieku aħna konna f'pożizzjoni li ma tlifniex il-flus u nikkritikaha lill- amministrazzjoni preċedenti li daħlet f'kuntratt bħal dan fit-tul, imma ħadd ma jista' jgħid li jien ħassart l-agreement.", "Biex iqarraq bl-elettorat, il-Partit Laburista lejliet l-elezzjoni pprova jdendel karrotta quddiem il-poplu u l-Onor.", "Sant, dak iż-żmien prim ministru, beda jgħid li peress illi f'Awissu ta' l-1998 l-Enemalta għamlet kuntratt għal xiri ta' żejt b'irħis - ma kellux il-kuraġġ jgħid kemm tlifna - dan se jwassal għal roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Mhux veru.", "L-Enemalta baqgħet titlef il-flus sa Ġunju ta' din is-sena u l- Onor. Sant ma setax iwettaq dik il-wegħda li għamel.", "Kien gvern Nazzjonalista biss illi ra li kien hemm perikli kbar fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif kienu u kellu l-foresight u l-kuraġġ illi jgħid li dawn huma anti-soċjali u qegħdin jgħabbu wisq piż fuq min l-inqas li jiflaħ.", "Għalhekk rrivedejnihom b'mod illi naqqasna l-kontijiet b'mod sostanzjali.", "Dan jafu l-poplu kollu.", "Il-poplu kollu jaf kif raħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Jiena ma nistax nifhem dan l-atteġġjament ta' l-oppożizzjoni.", "Għidu li għamiltu żball fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax għadni ma smajthiex din il-kelma!", "Hawnhekk għandna l-promessa li gvern preċedenti kien se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax raħas il-prezz taż- żejt, mentri minħabba telf ta' miljuni kbar l-Onor.", "Sant ma setax jagħmel dan.", "Xi ħadd min-naħa l-oħra qal illi l-gvern Laburista kien ġie ppreżentat b'kalkoli żbaljati.", "Il-verita' hi li kellna industriji li l-kont tad-dawl u l-ilma kien se jogħlilhom anke b'1,000%.", "Forsi xi ħadd staqsa kif is- settur agrikolu kien se jispiċċa fgat, b'mod partikolari minħabba l- kontijiet ta' l-ilma?", "Xi ħadd ammetta li dak kien żball politiku?", "Le, anzi jiddefendu l-passat tagħhom.", "Din hija pożizzjoni pwerili u jiena jkolli ngħid illi l-poplu Malti wera l-għaqal tiegħu u tefa' l-gvern ta' Dr Alfred Sant fl-oppożizzjoni għax kien gvern illi tilef id-direzzjoni, kien gvern illi kien qiegħed jimmislidja lill-poplu Malti u kien gvern illi kien qiegħed addirittura jigdeb meta jgħid li se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax raħas iż-żejt, meta kien marbut b'kuntratt għal sena sħiħa bil- quddiem.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ftit affarijiet oħra fuq il-pożizzjoni li ħadu meta kkritikaw il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "Insibu, per eżempju, kummenti dwar l-IPSE.", "Dawn qalu li l-IPSE mhuwiex jirrendi.", "Jiena ngħid li l-IPSE beda jaħdem minn Lulju ta' din is-sena għaliex ma kien hemm xejn preparat.", "L-IPSE għadu mmexxi mill-istess nies illi poġġa l- gvern Laburista fi żmienu.", "Jiena ma nistax nifhem għalfejn qed jittieħed dan l-atteġġjament negattiv min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar l-IPSE, ħaġa li għamlu huma stess u qed jikkritikawha b'mod inġust.", "Niġu għall- kwestjoni oħra ta' l-investiment.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li l-investiment din is-sena nixef.", "Imma kemm- il darba se nikteb u ngħid illi l-investiment din is-sena żdied b'70% fuq l- ewwel sitt xhur imqabbel mas-sitt xhur tas-sena li għaddiet?", "M'hemm ħadd illi għandu naqra guts minn naħa l-oħra u jirrikonoxxi dan?", "M'hemm ħadd illi kapaċi jgħid illi din hija l-verita' u jgħid illi kien hemm irpiljar fl-investiment?", "Hemm għalfejn nisimgħu shadow ministers min-naħa l-oħra li joqogħdu jgħidu li l-investiment nixef meta mhu veru xejn dan?", "Għandna l- provi u nafu għaliex nixef l-investiment fi żmien gvern Laburista.", "Nixef bl-inċertezza li ħoloq l-istess gvern.", "Nixef għaliex kien hawn nuqqas ta' fiduċja u nuqqas ta' ċertezza, kif wieħed se jimxi 'il quddiem, u kawża t'hekk ħafna kumpanniji żammew lura l-investimenti tagħhom.", "Din is-sena l- investiment fil-manifattura tela' minn Lm10 miljun fl-ewwel sitt xhur tas- sena li għaddiet għal Lm17 miljun fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.", "U l- ispread ta' l-investiment hija ferm iktar wiesa' milli kien hemm qabel u mhux tiddependi minn kumpannija waħda.", "Jien ma nistax nifhem għaliex il- livell ta' argumentazzjoni sħabna ta' l-oppożizzjoni ma jistgħux jgħolluh naqra.", "Ma nistax nifhem għaliex ma jridux jagħmlu diskussjoni iktar intelliġenti u iktar matura.", "Ma nistax nifhem għaliex l-Onor.", "Buhagiar għandu jigdeb u jgħid illi jiena għamilt ċerti affarijiet meta m'għamilthomx.", "Ma nistax nifhem għaliex in-naħa ta' l-oppożizzjoni għandha tivvinta ċifri ta' telf u tgħid li jien responsabbli għalihom meta kien tort tal-gvern preċedenti li sa l-aħħar ta' Awissu konna għadna qed insofru telf ta' $10 miljun.", "Jien nistaqsi: Għalfejn kien hemm dik il-pressjoni kollha biex fl-1998 isiru tliet hedging agreements?", "Għax m'għamlux wieħed għal xahrejn u jaraw kif kienu jmorru?", "Mela jipprovaw jagħmlu tliet hedging agreements, wieħed f'Jannar ta' l-1998, wieħed f'Awissu ta' l-1998 u kieku ma nbidilx il-gvern naħseb kienu jieħdu l-parir taċ-chairman preċedenti u jagħmlu ieħor f'Novembru ta' l-1998 ukoll.", "Imma għalfejn għamilna dawn il-hedging agreements?", "Irridu niftakru li hedging agreement jinvolvi commissions kbar ukoll.", "Mhux biss hemm l-ispiża li tista' tidħol għaliha l-Enemalta jekk il- prezz ikun differenti minn dak imbassar - dak ikun hedging agreement, tbassar prezz u tintrabat bih - mhux talli tkun qed tilgħab il-lottu bi flus il-poplu Malti, imma talli tkun qed tagħti commissions fuq dak l- agreement u lil ħaddieħor tkun qed tagħmlu sinjur.", "X'kienet ir-raġuni biex isiru dawn il-hedging agreements kollha?", "Għax imbagħad nibda nissuspetta ħafna affarijiet meta nara din il-ħerqa kollha.", "Mhux biss jipprovaw jiġġustifikaw agreements illi kulħadd jgħid illi kienu żbaljati imma jipprovaw idawru d-diskors addirittura bil-kontra u jivvintaw affarijiet li mhumiex minnhom.", "Jien irrid ngħid - u nagħlaq b'din - illi sfortunatament għadna qegħdin naraw oppożizzjoni li, kif jgħidu bl-Ingliż, cannot come to terms mal-fatt illi tilfu l-elezzjoni fuq deċiżjonijiet li ħadu meta kienu fil-gvern.", "Hawnhekk għandna eżempju mill-iktar ċar fejn l-ewwel għollew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b'mod goff u mingħajr ma kkalkolaw sew l-impatt x'se jkun fuq l-industrija u fuq il-familji Maltin; biex l-affarijiet jagħmluhom agħar, daħlu f'agreement b'mod illi żiedu l-ispiża ta' l-Enemalta u l-flus illi suppost kienu se jdaħħlu, spiċċaw iħallsuhom kollha lill-kumpanniji oħra għax intrabtu bi prezz fiss b'sena u nofs bil-quddiem; u biex jipprovaw jiġġustifikaw dan li għamlu llum qed jivvintaw addirittura affarijiet li mhumiex minnhom u jgħidu illi jiena naħti għal dan it-telf.", "Nistgħu ngħidu li għandna oppożizzjoni tal-biki meta taqa' għal dan il- livell.", "Għandna oppożizzjoni li allavolja għaddiet sena mill-elezzjoni, qiegħda f'pożizzjoni fejn ma tistax tirrikonċilja ruħha li qegħda fuq il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Jiena nawgura li l-oppożizzjoni tbiddel l- atteġġjament tagħha ħalli jkollna diskussjoni u kritika matura.", "L- oppożizzjoni għandha tikkritika bis-sens u jien m'għandix għalfejn noqgħod niġi hawn u ngħid illi l-oppożizzjoni qed tigdeb u qed tiżbalja.", "L- oppożizzjoni qed tgħid affarijiet li m'humiex vera u taf li m'humiex.", "Diġa' għamlu hekk meta kienu fil-gvern u issa qed jagħmlu hekk mill- oppożizzjoni.", "Jien ngħid li it is about time li jkollna bidla fil-mod kif l-oppożizzjoni tikkritika.", "L-argumenti li għandha ġġib quddiem il-poplu Malti għandhom ikunu argumenti li jagħmlu sens u mhux ikunu bbażati fuq pedamenti tar-ramel u kif tneħħi farka jaqa' kollox.", "Mr Speaker, is-sitwazzjoni li dħalna fiha hija sitwazzjoni li dħalna fiha bla bżonn.", "Din is-sitwazzjoni esponiet lil pajjiżna għal logħba spekulattiva, bħalma wieħed jispekula fuq il-lottu, u l-argumenti li qed iġibu n-naħa ta' l-oppożizzjoni huma argumenti redikoli li taparsi wieħed jaħseb illi jekk jiġri ''hekk'', l-Enemalta jkollha ''hekk''.", "Imma dawn huma argumenti banali u jiena nistenna li l-oppożizzjoni għandha tkun kapaċi targumenta b'mod iktar sod, b'mod iktar kostruttiv, b'mod iktar realistiku u tkun faithful mal-fatti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Ottubru, 1999 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MIDDLE SEA INSURANCE - BORD TAD-DIRETTURI", "8588.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Middle Sea Insurance li ġew appuntati mill-gvern preżenti riċentement?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-diretturi appuntati mill-gvern fuq il-bord tal- Middle Sea Insurance huma l-Prof.", "Emanuel P Delia, Is-Sur Peter Borg u s- Sur Hugh Attard Montaldo.", "UE - UFFIĊJALI", "8857.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min kienu jew se jkunu l-uffiċjali ta' l- UE li se jiltaqgħu mal-koperattivi tal-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin?", "Meta saru u/jew se jsiru dawn il-laqgħat?", "X'regolamenti jridu jaddottaw il- koperattivi sabiex ikunu konformi mar-regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni, settur b'settur?", "Jista' l-Ministru jpoġġi r-regoli li tqassmu u/jew ġew diskussi mal-koperattivi f'dawn il-laqgħat li saru u li se jsiru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Unjoni Ewropea qegħda dejjem issaħħaħ l-għaqdiet tal-produtturi fl-oqsma tal-Biedja u tas-Sajd.", "Għaldaqstant ġew stabbiliti kriterji sabiex dawn l-għaqdiet jiġu rikonoxxuti u l-formazzjoni tagħhom mħajjra.", "Il-ministeru qed jieħu ħsieb sabiex jifformola l-qafas legali dwar dawn l-għaqdiet.", "S'issa ma saru ebda laqgħat uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar dan il-proċess.", "UE - UFFIĊJAL", "8858.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani min kien l-uffiċjal ta' l-UE li ltaqa' mal-koperattivi tas-sajjieda Maltin?", "Meta saru l-laqgħat, x'ġie diskuss u x'regolamenti ngħataw il-koperattivi tas-sajjieda sabiex dawn ikunu mgħarrfa bis-sistemi l-ġodda li pajjiżna jrid jaddotta ta' sħubija sħiħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Koperattivi tas-Sajjieda Maltin ma ġew ippreżentati lill-ebda uffiċjal tal-Unjoni Ewropeja iżda ġew imlaqqa' ma żewġ konsulenti Taljani li qegħdin jistudjaw is-swieq tal-ħut.", "Ma ġewx mogħtija l-ebda direttivi lis-sajjieda Maltin iżda żgur wasal iż-żmien li norganizzaw aħjar is-suq tal-ħut Malti.", "BIEDJA - PROTOKOLL BEJN MALTA U L-LIBJA", "8859.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8098 u l-laqgħat tal-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja, jista' l-Ministru jaġġornani x'sar u meta f'dawn il-laqgħat ta' bejn iż-żewġ pajjiżi ġie diskuss dan il- protokoll?", "Xi proposti kien hemm u x'mistenni jiżviluppa fil-ġejjieni bejn iż-żewġ pajjiżi f'dawn is-setturi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BIEDJA - PROTOKOLL TA' KOPERAZZJONI", "8860.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-protokoll ta' koperazzjoni bejn il-Ministeru tal- Biedja u Sajd u l-istitut agronomiku ta' Bari ffirmat taħt l- amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li saru u ċioe' meta se jiġi mġedded dan il-protokoll?", "Jista' jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim ta' koperazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fis-6 t'Ottubru, 1998 ġie iffirmat protokoll ta' koperazzjoni ġdid bejn bejn il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd u l-Istitut Agronomiku tal-Mediterran tal-ICAMAS f'Bari.", "Kopja ta' dan il-protokoll tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - TRANSIT VISA", "8861.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li ngħataw transit visa bejn Jannar u Ġunju, 1999?", "X'nazzjonalita' kellhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant, il-Pulizija ħarġet 6,298 transit visa.", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika tan-nazzjonalita` tal- persuni li jingħataw din it-tip ta' visa.", "FORZI ARMATI - MEMBRI", "8862.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejħa saret lill-Forzi Armati ta' Malta sabiex jassistu għas-salvataġġ/għajnuna lis-sajjieda u sidien ta' opri tal-baħar bejn Jannar u Ġunju, 1999, xahar b'xahar?", "X'qed tipprogramma l-Armata sabiex tkun aktar effiċjenti għal dan f'dan it-tip ta' servizz fuq il- baħar sabiex tipproteġi mill-periklu lil dawn fil-bżonn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li n-numru ta' sejħiet għal assistenza mill-Forzi Armati minn sajjieda u sidien ta' opri tal-baħar matul il-perjodu bejn Jannar u Ġunju 1999 kienu kif gej:", "Jannar 15 Frar 29 Marzu 28 April 25 Mejju 23 Ġunju 25", "Matul l-aħħar snin sar titjib sostanzjali fis-servizz ta' salvataġġ fuq il-baħar provdut mill-Forzi Armati.", "Minkejja dan, qegħdin isiru sforzi sabiex is-servizz ikompli jitjieb.", "Minbarra ż-żewġ SAR Boats ġodda li l- Forzi Armati akkwistaw dan l-aħħar, bħalissa qegħdin isiru arranġamenti biex jinxtara apparat Global Maritime Distress and Safety System biex jiġi nstallat fuq numru ta' Patrol Boats u fl-Operations Centre tal-Forzi Armati.", "Permezz ta dan l-apparat, għandhom jitjiebu l-mezzi ta' kommunikazzjoni kif ukoll tingħata għajnuna aktar f'waqtha.", "Il-metodi użati mill-iskwadri Marittima u ta' l-Ajru f'dan il-qasam jiġu kontinwament riveduti sabiex ikunu dejjem addattati għat-tip ta' xogħol konness ma salvataġġ u għajnuna lis-sajjieda u sidien ta'opri tal-baħar.", "PULIZIJA - IMPJEGATI", "9598.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid: (1) Mill-1 ta' Jannar, 1999 kemm-il membru tal-Korp tal- Pulizija rriżenja?", "Ta' liema rank kien kull wieħed?", "Kemm minnhom telqu għaliex: (i) għalqu l-61 sena, iż-żmien tal-pensjoni? (ii) għalqu 25 sena servizz? u (iii) irriżenjaw qabel il-25 sena?", "Ta' liema rank kienu?", "(2) Kemm-il membru tal-Korp spiċċa minnħabba passi dixxiplinarji u ta' liema rank?", "(3) Matul l-istess żmien kemm-il persuna reġgħet iddaħħlet fil-Korp tal- Pulizija?", "F'liema rank?", "F'kull każ kemm kienet ilha li telqet kull persuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-membri tal-Korp tal-Pulizija li spiċċaw mis-servizz bejn l-1 ta' Jannar u t-23 ta' Settembru, 1999 għar- raġunijiet imsemmija kienu kif ġej:", "Spettur Surġent Kuntistabbli a. bl-eta` ta' 61 sena xejn 1 1 b. wara 25 sena servizz xejn 3 1 c. qabel 25 sena servizz 1 xejn 8 d. tkeċċew xejn xejn 2 e. oħrajn xejn 2 6", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat li ma kien hemm l-ebda persuna li reġgħet iddaħħlet lura fil-korp.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "9599.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6607, jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-Sur Paul Vassallo dwar \"The effectiveness of Energy Conservation for a Heated Outdoor Pool\" li hemm imsemmi fl-istess tweġiba?", "Dan ir-rapport issa ġie analizzat u x'kienu r-riżultati?", "Dan l-aħħar fil-gazzetti ċ-chairman tal-pixxina nazzjonali ġie rrapportat li qal li hemm pjani biex issir \"dome\" biex tgħatti l-pixxina fix-xitwa, x'riċerka saret dwar dan u ma' min?", "Kien hemm xi deċiżjoni aħħarija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapport tas-Sur Paul Vassallo (The Effecteveness of an Energy Conservation and Renewable Source Scheme for a Heated Outdoor Pool) huwa dissertation li għamel għal MSc Degree in Building Service Engineering.", "Dan ir-rapport ġie studjat u jsemmi mezzi kif wieħed jista' jikkonserva u jġedded l-enerġija li tintuża biex jissaħħan l-ilma tal-Pixxina.", "Waħda minn dawn l-alternattivi hija proprju l-idea ta' dome jew ta' xi forma oħra ta' saqaf għax-xhur tax-xitwa.", "Saru diversi laqgħat ma' esperti barranin f'dan ir-rigward u proprju dan ix- xahar ħarġet sejħa għal proposti għal xi tip ta' cover sabiex il-gvern ikun jista' jevalwa aħjar il-proġett.", "Ma jidhirlix li r-rapport tas-Sur Paul Vassallo għandu jitqiegħed fuq il- Mejda.", "PIXXINA NAZZJONALI - ĦADDIEMA", "9600.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7742, jista'l-Ministru jagħti d-dettalji tas-sigħat maħduma mill-istess impjegati matul Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru (sat- 18 ta' Settembru)?", "Issa li hemm bord ġdid imexxi l-pixxina nazzjonali, jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-impjegati imsemmija jiġu fuq bażi fulltime?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' siegħat li ħadmu minn Ġunju sa Settembru 1999 huma:", "IMPJEGAT/A NUMRU TA' SIEGĦAT", "ĠUNJU LULJU AWISSU SETTEMBRU Falzon Alan 148 145 167 101 Grech Grech 195 160 183 167 Axisa Franklin 170 166 184 101 Zahra Keith 210 150 216 105 Galea William 192 170 164 102 Reitano Emmanuel 163 176 200 123 Valentine Elizabeth 140 146 153 95", "Informat ukoll li fix-xahar ta' Settembru li għadda l-impjegati kollha ġew offruti kuntratt definit sa' l-14 ta' Lulju 2000 bħala impjegati fulltime, b'effett mid-29 ta' Settembru, 1999.", "L-impjegati kollha, ħlief għal wieħed, aċċettaw il-kondizzjonijiet li jirregola dan il-kuntratt.", "PIXXINA NAZZJONALI", "9601.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8453, jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' Messers GFC Ltd dwar il-pixxina nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt meta twaqqaf il-bord il-ġdid li jmexxi l-pixxina nazzjonali tteħdux in konsiderazzjoni l-proposti ta' dan ir-rapport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li f'dan l-istadju għandi npoġġi kopja tar-Rapport ta' Messrs GFC Ltd. dwar il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali kif mitlub.", "Informat li ngħataw struzzjonijiet lill-bord il-ġdid ta' l- amministrazzjoni tal-Pixxina sabiex ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-imsemmi rapport jiġu studjati u jinbeda l-proċess għall-implimentazzjoni tagħhom.", "PULIZIJA - MANUTENZJONI TA' GĦASES", "9602.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja liema xogħol ta' manutenzjoni sar fuq għases tal-pulzija f'Malta u f'Għawdex?", "F'liema għases u kemm kien l-ammont fi flus li ntnefaq fuq kull għassa?", "Fejn huwa previst li jsir xogħol fis-sena finanzjarja li jmiss?", "X'somma hija maħsuba li se tintnefaq u fuq liema xogħol?", "Fejn huwa previst li jinfetħu għases ġodda fix-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena tlesta x-xogħol kollu fil-post fejn ġiet trasferita l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt.", "L- Għassa ta' Ħaz Żebbug ġiet refurbished, filwaqt li f'dik ta' Ħal Qormi ġew mibdula t-toilets u nżebgħa l-uffiċċju ta' l-ispettur.", "Partijiet mill- Għassa ta' San Giljan ukoll ġiet miżbugħa.", "Fl-Għassa tar-Rabat inbidlet xi għamara u sar xogħol ta' tibjid, bħal ma sar ukoll fl-Għassa ta' Ħal Balzan u l-Għargħur.", "Fl-Għassa tal-Mosta saret manutenzjoni u għadu għaddej xogħol ieħor liema xogħol qiegħed fi stadju avvanzat.", "Dik tal-Qawra u taċ- Ċirkewwa saritilhom ukoll manutenzjoni ġenerali.", "Beda xogħol ta' manutenzjoni ukoll fl-Għassa tal-Mellieħa.", "Ninsab informat ukoll li ma jinżammux dettalji separati dwar flus minfuqa speċifikament fuq manutenzjoni għall-għases.", "Il-programm ta' manutenzjoni ta' l-għases tal-Pulizija huwa proċess kontinwu li fih isir ix-xogħol meħtieġ skond il-priorita`.", "Wara Ii jispiċċa l-proċess ta' l-ingaġġ ta' rekluti ġodda hemm il-ħsieb li tinfetaħ għassa fl-Imtarfa.", "PULIZIJA - GROUND TA' KORDIN", "9603.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li issa beda l-logħob tal-footbal ta' l-Ewwel Diviżjoni ta' l-MFA fuq bażi regolari fil-ground ta' Kordin, jista' l-Ministru jara li l-pulizija ma jħallux krejnijiet u trailers ipparkjati għall-weekend sħiħ madwar il- ground u speċjalment viċin l-entraturi għall-ground għaliex ifixklu u jillimitaw il-post għall-ipparkjar ta' vetturi ta' spettaturi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex jitnaqqas kemm jista`jkun l-inkonvenjent li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "EDUKAZZJONI - ĦADDIEMA BARRANIN", "9676.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija li għandhom il-permess jaħdmu fid-diversi oqsma ta' l-edukazzjoni ta' pajjiżna?", "Fejn qed jaħdmu u mil-liema pajjiżi ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent hemm għaxar għalliema ta' nazzjonalita` barranija li jinkludu, Taljan (1), tliet Brittaniċi (3), Amerikan (1), Tuneżin (1), Niġerjan (1), wieħed mir-Repubblika Ċeka (1), wieħed mill-Burundi (1), u wieħed mill-Ġordan (1).", "Informat ukoll li fl-Universita` ta' Malta hemm 21 persuna ta' nazzjonalita` barranija jaħdmu bħala Research Scientists, Lecturers, Associate Professors, u Professors.", "Dawn il-persun ġejjin minn diversi pajjiżi fosthom: Italja, Libja, Russja, Spanja, Awstralja, Stati Uniti, Ingilterra, Ġermanja, Jugoslavja, Repubblika Ċeka, Kroazja u l-Afrika t'isfel.", "PERSUNI BARRANIN", "9677.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jaħdmu Malta bil-permess illum?", "Kemm minn dawn jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew pajjiżi li qed jistennew li jidħlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' persuni barranin li għandhom liċenzja ta' impjieg (employment licence) hu ta' 2,209 skond il- lista ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fis-6 ta' Settembru, 1999.", "Minn dan in-numru hemm 1,031 persuni ġejjin minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill- Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi li qed jistennew li jidħlu fl-unjoni.", "IMPJIEGI - PERSUNI JAĦDMU BLA PERMESS", "9678.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena u li kienu barranin?", "Minn fejn kienu?", "Kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena li ħadmu dawn il- persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-Tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 9595.", "Kif diġa' għidt f'dik it-tweġiba, il-persuni ndikati kollha ttieħdu passi kontrihom bil-pulizija.", "Il-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ tirreferi dawn il- każi lill-pulizija sabiex jittieħdu passi bil-Qorti.", "VAT - DĦUL", "9679.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VAT din is-sena u kemm tħallsu flus f'refunds dovuti lit-taxpayer?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul gross mill-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud bejn l-1 ta Jannar u d-29 ta Settembru ta din is-sena kien ta Lm 61,744,758.", "Minn dan l- ammont tħallsu lura f refunds Lm 7,918,937.", "PULIZIJA - PERSUNI LLEGALI", "9680.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni llegalment jgħixu Malta, mill- pulizija din is-sena?", "Kemm minn dawn daħlu pajjiżna llegalment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li din is-sena (sat-23 ta' Settembru) il-Pulizija qabdet 511-il persuna jgħixu Malta illegalment, li minnhom 127 kienu daħlu Malta illegalment.", "PULIZIJA - TFAL TAĦT IS-16-IL SENA F'BARS", "9681.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il sena ġo bars, discos u parties, fejn mhux supost li jidħlu xahar b'xahar din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar kemm inqabdu persuni taħt is-16-il sena ġo bars, discos jew parties matul din is-sena, xahar b'xahar, hu kif jidher fit-Tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Inġibditli l-attenzjoni illi meta kienet qed tinġabar l-istatistika għat- Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7477 mid-diversi uffiċini u taqsimiet tal-Pulizija, bi svista ma ġewx inklużi numru ta' każijiet u għalhekk tirriżulta diskrepanza fin-numru globali ta' dawn il-każijiet bejn kif mogħtija fit-Tweġiba msemmija u dik mogħtija llum.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9820.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għall-mistoqsija parlamentari numru 6027; jista l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Ambaxxata tat-Tunisija mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat- tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-Ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwistjoni li jista` jkollhom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9821.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru ta għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata ta' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat-tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-Ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwistjoni li jista` jkollhom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9822.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata tal-Palestina f'Malta u mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill- impjegat/a għat-tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-Ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwistjoni li jista` jkollhom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9823.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani għall-mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Ambaxxata tar-Russja f'Malta mit-twaqqif tagħha: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ingħata lill- impjegat/a għat-tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-Ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwistjoni li jista` jkollhom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9824.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l-Ambaxxata ta' l-Italja f'Malta u mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill- impjegat/a għat-tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-Ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwistjoni li jista` jkollhom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "AMBAXXATI - FOREIGN OFFICE", "9825.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 6027, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' l- Ambaxxata tal-Libja f'Malta u mill-1987 sal-lum: Kemm keċċiet impjegati Maltin; għal-liema raġuni; f'kull każ x'kumpens ngħata lill-impjegat/a għat- tkeċċija?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub jista` jinkiseb mid-Dipartiment tax- Xogħol li jitlob l-għajnuna ta` dan il-Ministeru biss meta dawn l-impjegati Maltin jitolbu l-intervent (l-għajnuna) tal-Gvern f`xi kwistjoni li jista` jkollhom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan isir għax huwa il- kompitu tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin li jikkomunika ma` l- Ambaxxati barranin f`Malta.", "Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tirreferi dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.", "ATTARD - WIED IS-SEWDA - PROĠETT", "9850.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 9303 peress li minkejja l-waqfa tas-sajf għadu ma nstabx ħin sabiex tingħata risposta għal din il-mistoqsija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tinsab f'diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi u dak ta' l-Ambjent sabiex tara kif u minn min dan ix-xogħol ser jiġi ffinanzjat.", "Għaldaqstant għadu prematur biex wieħed jagħti risposta.", "MDINA - KUMITAT TA' RIABILITAZZJONI", "9868.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' mindu twaqqaf il-Kumitat ta' Riabilitazzjoni ta' l-Imdina?", "Xi pjani hemm biex dan il-kumitat jirriabilita l-Imdina?", "Kif se jonfoq il-flus ivvvotati qabel it-tmiem ta' din is-sena finanzjarja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li l-Kumitat għar- Riabilitazzjoni ta' l-Imdina ltaqa' erba' darbiet u qed iħejju pjanijiet għal proġetti mmedjati u kif ukoll għal pjan ta' ħidma fit-tul.", "Il-Kumitat diġa' ħa xi azzjoni urġenti li kien hemm bżonn tittieħed fil-Palazz tal- Vilhena u qed iħejji għar-restawr tal-Bieb Prinċipali u tal-Bieb tal- Griegi, kif ukoll għar-Restawr tal-faċċati tal-Banca Giuratale.", "Il-Kumitat qiegħed iħejji wkoll biex jagħti bidu għall-proġett ta' pavimentazzjoni tat- toroq billi l-ewwel jgħaddu s-servizzi kollha taħt l-art u qiegħed jieħu parir dwar x'tip ta' paviment jixraq lill-Imdina.", "Il-Kumitat qiegħed iħejji Pjan Strateġiku għall-konservazzjoni ta' l-Imdina bl-għajnuna ta' esperti barranin.", "Proġett ieħor li qed jaħdem fuqu l-Kumitat huwa d-dawl tas-swar u titjib fid-dawl intern tal-belt.", "Il-Kumitat ukoll qiegħed iħejji sabiex isir tarmac u tiswijiet neċessarji fl-approach roads għall-Imdina kif ukoll l- upgrading ta' Howard Gardens.", "Hemm ukoll il-ħsieb li l-Kumitat iħejji Historic Buildings Grant Scheme minfejn ir-residenti jingħataw il-faċilita' sabiex itejbu l-faċċata tad-djar tagħhom taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Tekniku tal-MRC.", "PSC - PULIZIJA MRESSQA", "9869.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li tressqu quddiem il-PSC u li l- każ tagħhom għadu ma ġiex deċiż?", "F'kull każ: (a) ta' liema rank huma; (b) fuq liema akkuża; (ċ) meta saret l-ewwel laqgħa tal-bord fuq kull akkuża; u (d) hemm pulizija li huma sospiżi li l-każ tagħhom għadu ma inqatgħax?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li hemm 10 membri tal-Korp li l-każ tagħhom għadu pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u t- tagħrif mitlub dwar dawn il-każijiet hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ninsab infurmat ukoll li l-ebda wieħed minn dawn il-membri tal-Korp ma huwa sospiż.", "PULIZIJA - MEMBRI LI ĦARĠU", "9870.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Mill- 1 ta' Jannar, 1999, kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija: spiċċaw qabel għalqu l-25 sena għaliex irriżenzjaw minn jeddhom; ta' liema rank kienu; spiċċaw għax għalqu l-61 sena; u spiċċaw minħabba passi dixxiplinarji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9598 f'din l-istess Seduta.", "QORTI - MONUMENT", "9871.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min ta l-permessi meħtieġa biex il-monument ta' Malta ta' quddiem il-Qorti jindilek biż-żejt bi ħsara għall-bronz?", "X'passi ttieħdu mill-awtoritajiet biex dan l-iżball jitranġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-ġranet qabel il-Jum il-Vitorja, il- Kumitat Festi Nazzjonali staqsa lill-Kunsill Lokali tal-Belt biex isir tindif fl-inħawi tal-monument ta' Malta ta' quddiem il-Qorti.", "La l-Kunsill tal-Belt u ebda Dipartiment Governattiv ieħor ma ta struzzjonijiet biex il- monument jitnaddaf biż-żejt.", "Qed issir perizja u evalwazzjoni minn espert tekniku għad-Dipartiment tal- Mużewijiet.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI - VISTI FL-ISPTAR", "9872.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta priġunier jkollu bżonn jagħmel viżta fl- isptar, x'kuntatti jkun hemm bejn uffiċjali tal-ħabs u dawk tal-pulizija dwar l-iskorta li jkun hemm bżonn?", "Tingħata informazzjoni dwar l-isem, biex jkun akkużat eċċ jew imqar dwar jekk persuna tkunx perikoluża jew le?", "Fil-każ tal-Libjan, Azzabi, dan ma kienx ikkonsidrat perikoluż meta inqabad bi kwantita' hekk kbira ta' droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li meta priġunier, li jkun taħt arrest preventiv jew jiskonta sentenza fil-ħabs, ikun meħtieġ li għal xi raġuni, inkluża dik li jagħmel vista fi sptar, joħroġ mill-Faċilita`, l- awtoritajiet tal-Ħabs javżaw minn qabel b'dan lill-Pulizija.", "Inżid ngħid illi taħt amministrazzjonijiet differenti, il-livell ta' sigurta` dwar priġunieri akkużati b'reati bħall-priġunier Libjan dejjem kien l-istess.", "PULIZIJA - ĦARBA TA' PRIĠUNIER GĦARBI", "9873.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Mindu ħarab il-priġunier Libjan Azzabi u l-Pulizija Maltija talbet l-għajnuna ta' l-Interpol, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi informazzjoni mogħtija minn dawn ta'l-aħħar dwar fejn jista' jinstab?", "Fiex waslu l- investigazzjonijiet f'Malta biex jiġi stabilit kif dan il-Libjan ħarab u min seta' għenu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Billi l-investigazzjoni dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant għad m'hix konkluża, ma nħossx li hux opportun li wieħed jippubblika d-dettalji dwar l-andament ta' din l-investigazzjoni.", "MOSTA - TRIQ ĠDIDA FI TRIQ IL-KOSTITUZZJONI", "9885.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb ssir Triq Ġdida fi Triq il-Kostituzzjoni, Mosta peress li hemm ħafna residenti joqogħdu f'din it-triq u l-istat tagħha qiegħda tikkawża inkonvenjent kbir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li Triq il-Ġdida fi Triq il- Kostituzzjoni, Mosta ġiet indikata mill-Kunsill Lokali lid-Dipartiment tat- Toroq biex tkun inkluża fil-lista tax-xogħolijiet.", "SAĦĦA - NURSING OFFICERS", "9896.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm huma ntitolati n-nursing officers biex jagħmlu change of duties fis-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena 1999 kienx hemm xi nursing officer li għamel iktar minn dak dovut lilu?", "Min huma dawn l-officers u kemm għamlu aktar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Change of duty issir jew fuq talba tal-management minħabba esiġenzi tas-servizz jew inkella fuq talba ta' uffiċjal konċernat għal raġunijiet personali.", "Nursing Officer jista' jitlob change of duty sa tliet darbiet fis-sena.", "Hemm ċirkostanzi fejn biex sala ma titħalliex mingħajr", "N.O. għal numru twil ta' ġranet li jkun vantaġġuż li 'change duty' issir aktar spiss.", "Change of Duty ma ddaħħal lid-dipartiment la fi spejjeż addizzjonali u lanqas f'għoti ta' time-off-in-lieu.", "Fl-Isptar Boffa u fl-Isptar Monte Karmeli il-kwota ma nqabżitx.", "L-Isptar San Luqa jitlob aktar flessibilita' u fil-fatt kien hemm 13-il nursing officer li kellhom aktar minn 3 change of duties.", "Il-lista ta' change of duties ta' l-N.O.'s ta' l-Isptar San Luqa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- kamra.", "VALLETTA - CARDPHONE", "9920.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Tista' l-Kumpannija Maltacom tagħmel cardphone f'St. Barbara Baston viċin il-Victoria Gate fil-Belt peress li hu post frekwentat ħafna mit-turisti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li s-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi diskuss bejn il-Maltacom u l-Kunsill Lokali tal-belt Valletta u jekk jinstab li hemm il-ħtieġa, il-payphone titwaħħal fejn mitlub.", "VALLETTA - TRIQ L-IBJAR", "9921.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jistax jieħu ħsieb li ssir it- triq fejn il-binja ġdida fi Triq l-Ibjar, il-Belt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hijiex responsabilita' tal-Ministeru tiegħi li jsiru toroq bit-tarmak anke fejn hemm bini tal-Gvern, peress li qabel ikun sar il-bini, l-Awtorita' tad-Djar tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet kollha mitluba inkluż ir-Road Contribution.", "WIED IS-SEWDA - PONTIJIET", "9924.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru iż-żewġ pontijiet f'Wied is-Sewda, li kienu ppjanati bħala parti mix-xogħol ta' rehabilitation ta' dan il-wied?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PARK NAZZJONALI - KUMITAT TA' TMEXXIJA", "9925.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-kumitat ta' tmexxija tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali?", "Jekk fl-affermattiv, minn min hu kopost dan il-kumitat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-kumitat ta' tmexxija tal-Park ta' Ta' Qali twaqqaf u dan huwa kompost minn:", "Chairman Sur Joseph M Mallia Principal Environment Officer Ministeru għall-Ambjent", "Membri Sur Robert Abela Sur Ronnie Galea Sinjorina Marie Louise Caruana BE&A(Hons) A&CE Ministeru għall-Ambjent", "Sur Anthony Bezzina", "BORD TA' L-GĦAŻLA - SPONSORSHIP FIL-MASTER DEGREE", "9926.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti lista dettaljata (isem, grad u kwalifiki) tal-persuni li ġew magħżula mill-Bord ta' l-Għażla għal sponsorship fil-Master Degree in Business Administration għal din is-sena?", "Fuq liema kriterji saret l- għażla?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba mill- Onorevoli interpellant-tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra .", "Minbarra l-kriterji mniżżla fiċ-Ċirkolari MPO 53/99 li tagħha ukoll qiegħed nagħti kopja, kien hemm kriterji oħra li ġew stabbiliti mill-Bord ta' l- Għażla.", "Dawn kienu:-", "kwalifiki u potenzjal akkademiku; kapaċita, motivazzjoni u potenzjal għall-avvanz f'karigi għolja fis-Servizz Pubbliku; esperjenza ta' xogħol u żvilupp fil-karriera.", "SKEJJEL - ATTARD", "9927.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6280, jista' l- Ministru jispjega għaliex ix-xogħol ta' ġebel u saqaf fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard ma tlestiex sa l-aħħar ta' Lulju 1999 kif kien ġie mwiegħed fl- istess risposta?", "Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kuntrattur waqa' lura fil-programm tax- xogħol.", "Madanakollu, informat ukoll li din il-fażi tkun kompluta sa l- aħħar ta' Diċembru ta' din is-sena.", "Qed ninvestiga r-raġunijet għad- dewmien.", "KUNSILLI LOKALI - PROĠETTI", "9931.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-proġetti sottomessi mill-kunsilli lokali li talbu għall-devoluzzjoni ta' proprjeta' pubblika a favur tagħhom biex jamministrawha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra", "SAĦĦA - TOBBA", "9947.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuwa n-numru ta' tobba li huwa kkonsidrat adegwat sabiex jintlaħaq il-full complement fis-servizz primarju fil-komunita'?", "Kemm hemm tobba li qed jaħdmu f'dan is-servizz fil-preżent?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' tobba li jikkostitwixxi il-full complement fis-servizz tal-kura primarja fil-komunita' huwa 104.", "Fil-preżent hemm 83 tabib full-time f'dan is-servizz.", "FABBRIKI", "9948.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista'l-Ministru jgħid kemm għalqu fabbriki mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Liema kienu u kemm kienu jħaddmu nies?", "Fl-istess perijodu kemm ġew miftuħa fabbriki ġodda u kemm iħaddmu nies?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi għalqu ħames fabbriki u fetħu ħdax.", "Minħabba d-dispożizzjonijiet dwar kunfidenzjalita kontemplati fl-Att dwar l- Iżvilupp Industrijali, mhux possibbli li jingħata t-tagħrif mitlub dwar ismijiet ta' fabbriki.", "Nissuġġerixxi li l-aħħar parti tal-Mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "9969.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-pulizija tat-traffiku kontra dawk li nqabdu jsuqu bil-mod fl-outer lane matul l- 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA LLEGALI", "9970.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema li nqabdu jaħdmu llegalment matul l-perjodu Mejju - Settembru 1999?", "Kemm minnhom kienu barranin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn Mejju sa Awissu ta' din is-sena, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ, qabdu 884 persuna li kienu qed jaħdmu llegalment.", "Dawn kienu mqassmin hekk:", "Persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kien hemm 120", "Persuni li ma kellhomx il-'part-time' irreġistrat mal-ETC kien hemm 56", "Persuni li ma kienux irreġistrati mal-ETC(mingħajr ktieb tax-xogħol) kien hemm 632", "Persuni li kienu taħt is-16-il sena kien hemm 24", "Barranin kien hemm 52", "SAĦĦA - KRI TAS-SERVIZZ TA' L-MRI", "9971.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid taħt liema kondizzjonijiet ġie mikri s-servizz ta' l-MRI u minn meta?", "Kemm-il pazjent intbagħat għal scan b'dan l-apparat?", "Kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list?", "Kemm ġie jiswa dan is-servizz sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma jidhirlix li għandi nirrispondi domandi ta' natura kommerċjali għal raġunijiet ovvji.", "Minn Mejju 1997 sa l-aħħar ta' Awissu 1999 saru eżamijiet tal-MRI fuq 863 pazjent.", "Fl-Aħħar ta' Awissu 1999 kien hemm 179 pazjent fuq il-waiting list.", "Hu maħsub li d-Dipartiment tas-Saħħa ikollu l-MRI tieghu kmieni s-sena d- dieħla.", "PROGRAMM FEJDA", "9972.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-programm FEJDA?", "Meta twaqqaf u kemm hemm persuni jipparteċipaw fih?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Programm Fejda huwa programm residenzjali terapewtiku għal tfajliet bejn it-13 il-sena u 19 il-sena bi problemi gravi fuq livell psikoloġiku u emozzjonali.", "Fil-maġġoranza tal-każijiet id- disturb tant hu profond li jkollhom bżonn ta' għajnuna psikjatrika wkoll.", "Programm Fejda joffri wkoll servizz ta' Emergenza lil tfajliet li ma jsibux post f'djar oħra residenzjali minħabba problemi dovuti għall-imġieba tagħghom jew minħabba abbuż gravi li jkun twettaq fuqhom.", "Programm Fejda joffri wkoll after care service lil tfajliet li jkunu spiċċaw il-programm tagħhom u jkun għad baqgħalhom bżonn ta' min isegwihom sakemm jissetiljaw mill-ġdid fil-komunita'.", "Programm Fejda kien inawgurat uffiċċjalment fi Frar 1997 u laqa' l-ewwel residenti f'Lulju ta' l-istess sena.", "Il-programm għandu kapacita' ta' disa' sodod u preżentament huwa mimli.", "UE", "9973.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jelenka dawk l-għaqdiet u korpi kostitwiti li aċċettaw l-offerta tal-gvern li jibbenefikaw minn fondi offruti lilhom sabiex ikunu au courant ma' dak li jkun qed jiġri fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Gvern iddeċieda li jagħti fondi speċifikament lill:", "1.", "Malta Chamber of Commerce 2.", "Malta Federation of Industry 3.", "General Retailers and Traders Union (GRTU) 4.", "Union Ħaddiema Magħqudin (UHM) 5.", "General Workers` Union (GWU)", "Fir-rigward ta` korpi kostitwiti, trade unions u għaqdiet rappreżentattivi oħra interessati li jibbenefikaw mill-offerta msemmija, wara li ġew evalwati l-proposti kollha riċevuti, il-Gvern iddeċieda li jagħti fondi lill-entitajiet hawn taħt elenkati:", "1.", "Malta Union of Midwives and Nurses 2.", "Malta Association of Women in Business 3.", "Malta Hotels and Restaurants Association 4.", "Malta Insurance Association 5.", "Alternattiva Demokratika 6.", "Foundation for Human Resources Development 7.", "European Movement 8.", "Malta Aquaculture Producers` Association 9.", "Malta Federation of Professional Bodies 10.", "The Agricultural Lobby 11.", "Nature Trust 12.", "Organiżżazzjoni tal-Koperattivi Maltin 13.", "Assoċjazzjoni Kunsilli ta` l-Iskejjel 14.", "Chamber of Professional Engineers 15.", "The Medical Association of Malta 16.", "Maltese-Arab Chamber of Commerce 17.", "Malta Chamber of Pharmacists 18.", "Assoċjazzjoni Bdiewa 19.", "Malta Employers` Association 20.", "Bird Life 21.", "National Council of Women 22.", "Malta Institute of Management 23.", "Malta Institute of Taxation 24.", "Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti 25.", "Confederation of Malta Trade Unions 26.", "The Federation of Malta Hotels, Pensions and Catering Establishments 27.", "Chamber of Architects and Civil Engineers", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET", "9974.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Istat jipprovdix akkomodazzjoni għal tfal (kemm bniet u subien) li huma homeless?", "Kemm huwa stmat li huwa n-numru ta' dawn il-persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istat ma jipprovdix akkomodazzjoni speċifikament għal bniet u subien minuri li huma \"homeless\".", "Jeżistu provvedimenti ġo Programm Fejda għal każijiet ta' emerġenza għal bniet li minħabba problemi familjari jsibu ruħhom barra t-triq.", "Għal każijiet li jirrigwardaw is-subien kien hemm każijiet fejn dawn ġew milqugħa għal xi żmien ġewwa djar residenzjali mhux governattivi għal minuri.", "Preżentament, minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Ħarsien tal- Familja, in-numru ta' subien jew guvintur li huma \"homeless\" huwa ta' sitta u kollha qegħdin joqgħodu proviżorjament f'\"hostel\" immexxija mill- Knisja.", "Dan huwa arranġament proviżorju f'nuqqas ta' post adattat għal dawn il-persuni.", "Bħalissa, l-Ministeru qiegħed jevalwa proposta biex dan is-servizz jibda jiġi provdut għal każijiet ta' emergenza għas-subien.", "PA - BINI", "9991.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fin-naħa tat-Tramuntana ta' Malta hemm għadd ta' bini b'erba' sulari filwaqt li fin-nofsinhar ta' Malta, partikolarment fl-inħawi ta' Wied il-Għajn, m'hemmx dan il-permess tar- raba' sular?", "Meta f'Malta għandna l-problema ta' high density population u l-art hi limitata, jaħseb il-Ministru li jagħmel sens li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tirrilaxxa r-raba' sular kullimkien?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-iskemi ta' żvilupp u għoli permissibli tal-bini storikament huma marbutin ma' l-iskemi ta' żvilupp (pjan regolatur) li saru fis-sittinijiet, sebgħinijiet u t-tmeninijiet.", "Ovvjament kien hemm diversi tibdil minn dak iż-żmien iżda mhux f'dak li għandu x'jaqsam ma' għoli permissibli.", "Normalment l-għoli ikun relatat mal-kuntest tat-topografija tal-lokalita` u l-kapaċita` ta' l-infrastruttura tal-post.", "Ir-reviżjoni ta' l-għoli ta' sulari permissibbli huwa ħidma li ssir fil- livell ta' pjan lokali.", "BANK ĊENTRALI - GVERNATUR", "9996.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvernatur il-ġdid tal-Bank Ċentrali għadux fuq il- kotba ta' l-aġenzija internazzjonali li kien jaħdem magħha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-1 ta` Ottubru, 1999 il-Gvernatur il-ġdid tal-Bank Ċentrali qiegħed fuq leave speċjali mill-aġenzija internazzjonali li kien jaħdem magħha.", "Dan il-leave jingħata meta impjegat ta` l-aġenzija jintalab mill-Gvern ta` pajjiżu biex jaqdi dmirijiet temporanji ta` natura teknika.", "Dan ifisser li għalkemm il-Gvernatur il-ġdid għadu fuq il-kotba ta` l- aġenzija internazzjonali li kien jaħdem magħha, ma jkun qed jokkupa l-ebda kariga fl-istess aġenzija sakemm jibqa` maħtur Gvernatur tal-Bank Ċentrali.", "PRIVATISATION UNIT", "9997.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjoni l-privatisation unit biex jiġu nklużi fil-privatisation register?", "Kemm minnhom kienu individwi u kemm minnhom kienu kumpanniji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-privatisation unit irċeviet 53 applikazzjoni sabiex jiġu nklużi fil-privatisation register.", "Minn dawk li applikaw kien hemm 27 kumpannija filwaqt li l- applikazzjonijiet l-oħra saru minn individwi jew consulting firms fil-qasam tal-liġi, accountancy, management u professjonijiet oħra.", "PRIVATISATION UNIT", "9998.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm irċeviet u kemm ipproċessat accredited privatistation consultancy applications, il-privatisation unit?", "Kemm minnhom kienu għal legal services?", "Kemm għal accountancy and auditing services?", "Kemm għal management consultancy services?", "Liema kienu d-ditti konċernati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu pproċessati.", "RAPPORT DWAR IL-VALURI EWROPEJ", "9999.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ dwar il-poll dwar valuri Ewropej li rrifera għalih pubblikament dan l-aħħar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nieħu din l-okkażjoni biex ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Lulju 1998, Dr A Abela kien kiteb lill-Prim Ministru, Dr Alfred Sant sabiex il-Gvern jisponsorja l-istudju Values Malta 2000.", "Dr A Abela ma ngħata ebda tweġiba.", "Meta f'Settembru 1998, Dr A Abela reġa kiteb lill-Gvern preżenti, l-Gvern tiegħi deherlu li dan kien studju importanti fuq valuri Ewropej u aċċetta li jkun sponsor ta' dan l-istudju.", "Dr A Abela ppreżenta rapport preliminari lill-Kabinett u fl-istess jum, it-Tnejn, 13 ta' Settembru 1999, id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ħareġ Press Release Nru 1387 li ġabet fil-qosor ir-riżultat tas-survey.", "Huwa mistenni li Dr A Abela jkompli jaħdem fuq analisi komparattiva fuq l- informazzjoni miġbura u jippubblika l-konkluzjonijiet tiegħu.", "Kopja tar-rapport preliminari tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Inżid li Dr A Abela huwa r-rapprezentant f'Malta tal-European Values Studies Foundation ta' l-Olanda.", "PRIVATIZZAZZJONI - TASK FORCE", "10000.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-kompożizzjoni tal-membri tat- task force tal-privatizzazzjoni wara xi ħatriet pubbliċi li saru dan l- aħħar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma kien hemm ebda tibdil fil-kompożizzjoni tat-Task Force tal-privatizzazzjoni.", "EKONOMIJA", "10001.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-forum għall-ekonomija aħjar ġiex abbandunat għal kollox bħala struttura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-forum għall-Ekonomija Aħjar inħoloq taħt l- amministrazzjoni preċedenti bħala entita li kellha tiġbor fiha l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp ekonomiku.", "Fil-prattika dan il-Forum qatt ma irnexxielu jikseb l-identita' tiegħu filwaqt li l-Kunsill Malti għall- iżvilupp Ekonomiku baqa jaqdi r-rwol tiegħu mingħajr bidliet sostanzjali mill-mod kif kien jopera fil-passat.", "Il-Gvern jixtieq jara lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku jissaħħaħ għaliex jemmen fir-rwol importanti li għandu biex iġib rappreżentanti mit-tliet partijiet soċjali flimkien.", "BOV/HSBC - APPLIKAZZJONIJIET", "10005.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-banek, prattikament il- Bank of Valletta u l-HSBC (Mid-Med Bank), joħorġu external applications għal min għandu s-CIB?", "Billi s'issa jidher li fil-Bank of Valletta ħarġu internal applications, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib joħorġu external applications għal min studja l-banking school u ġab s-CIB?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-azjendi li għalihom qed jirriferi l- Onor. Interpellant huma privati, kwotati fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il- kompitu ta' dan il-ministeru li jagħti l-informazzjoni mitluba."]} {"filename": "20020717_778d_par.doc", "date": "2002-07-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 778 L-Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 778", "L-Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "778", "L-Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 641", "KOMUNIKAZZJONI 641", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 641", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' AWDITUR ĠENERALI 647", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI FIL-QRATI U FIT-", "TRIBUNALI (IT-TIENI QARI)", "COURTS AND TRIBUNALS PROCEDURES BILL (SECOND READING) 651", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORT (KUMITAT)", "SPORTS BILL (COMMITTEE STAGE) 668", "AĠĠORNAMENT 671", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 675", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 777 li saret fis-17 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "KOMUNIKAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet rapport datat 17 ta' Lulju, 2002 imħejji mill-Awditur Ġenerali skond paragrafu 9(a) ta' l-Ewwel Skeda ta' l-Att ta' l-1997 dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, u għaldaqstant skond paragrafu 9(b) ta' l-istess skeda qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport dwar fondi għat-tmexxija taċ-ċentru ta' Malta għar- restawr bejn l-1999 u l-2001.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PRIVATE PUBLIC PARTNERSHIP – PROĠETTI", "34663.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' proġetti taħt l-iskema ta' private public partnership?", "Liema huma u kemm jinvolvu flus?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nirriferi l-Onor.", "Membru għat- tweġiba li jien tajt fit-8 ta' Lulju, 2002 għall-mistoqsija parlamentari 34475.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-kunċett ta' private public partnership m'huwiex suġġett ta' kontroversja għax naqblu miegħu ż-żewġ naħat.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern ukoll kien ipprova jħaddem dan il-kunċett anke jekk forsi ma konniex nirriferu għalih speċifikament bħala private public partnerhip.", "Ġaladarba kien hemm riferenza speċifika għall-private public partnership mhux biss fl-aħħar budget imma anke fil-budget għas-sena 2001, jaħseb il-Prim Ministru li l-iżvilupp ta' dan il-kunċett qiegħed on track billi issa ilu li ġie mwiegħed kważi sentejn, iżjed u iżjed fid-dawl tal- mod kif żviluppaw l-affarijiet f'dawn l-aħħar xhur?", "Meta l-awtoritajiet Maltin ġew biex jimplimentaw u jfasslu l-qafas tal- private public partnership fil-kuntest ta' l-ekonomija Maltija, kien hemm konsultazzjonijiet ma' gvernijiet barranin, b'mod partikolari mal-Gvern Ingliż, peress li fl-Ingilterra tħaddmu ħafna l-private public partnerships u kien hemm esperjenzi pożittivi u oħrajn negattivi?", "Għax forsi l-gvern jista' jitgħallem xi ftit mill-esperjenza ta' ħaddieħor mingħajr ma neċessarjament jikkopja dak li jkun għamel pajjiż ieħor.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, veru każ li m'iniex sodisfatt li għadna ma wasalniex għal xi ħaġa konkreta, pero' naturalment l-affarijiet qegħdin isiru b'serjeta' kif inhu xieraq.", "Dwar il-proġett partikolari li kont semmejt fir-risposta għal domanda kważi identika, kont rriferejt għall-proġett ta' landscaping li ilna mexjin fuqu.", "Jien għedt li diġa` kienet ħarġet sejħa għal expression of interest minn min irid jikkonsidra jipparteċipa f'dan il-proġett u kien hemm risposta tajba.", "Biss għadha ma saretx l-għażla ma' min se ssir din il-private public partnership u r-raġuni prinċipali hi li għadna għaddejjin bid- diskussjonijiet dettaljati mal-unions li jirrappreżentaw il-ħaddiema.", "Għax naturalment il-gvern ma jixtieqx li jimponi xi soluzzjoni hu imma jrid li jkun hemm arranġament aċċettabbli għal kulħadd.", "Meta rrispondejt għad-domanda l-oħra li kienet saret fit-8 ta' Lulju, għedt li l-ewwelnett irridu niżguraw li l-impjegati kollha li jaħdmu f'dan it-tip ta' partnership jibqgħu bil-benefiċċji kollha li għandhom bħala mpjegati tal-gvern u li jkun hemm ukoll opportunitajiet ta' taħriġ għalihom plus flexibility bonuses u xi benefiċċji oħrajn.", "Dan kollu qiegħed jiġi diskuss mal-unions u t-tama tiegħi hi li nkunu nistgħu nipproċedu kemm jista' jkun malajr.", "Biss huwa veru li fil-budget tas-sena l-oħra kienet issemmiet din it-tip ta' organizzazzjoni iżda s'issa għadna ma attwajniex dak illi lkoll naqblu fuqu li nixtiequ nagħmlu.", "Rigward konsultazzjonijiet ma' pajjiżi oħra, naf li kien hemm eżami ta' x'ġara u kif tħaddmu proġetti simili.", "M'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi jekk tistax issejħilhom konsultazzjonijiet fil-veru sens tal-kelma pero` naf żgur li min-naħa ta' min hu responabbli min-naħa tal-gvern, il-materja kollha ġiet eżaminata biex insibu l-aħjar metodu kif noperaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt fil-budget kienu ssemmew diversi proġetti u jekk m'iniex sejjer żball, kellu jkun hemm din it-tip ta' skema fejn jidħol il-proġett ta' beachrooms fl-Armier.", "Kien intqal li kien se jkun hemm din it-tip ta' partnership.", "Jista' l-Prim Ministru jispjegali fiex waslet din il-kwestjoni jew għallinqas x'ġara?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għalkemm dak li qed nitkellem fuqu fir- risposta għal din id-domanda tista' tiddeskrivih bħala private public partnership, jien xorta ngħid li huwa differenti għal kollox.", "Hawn qegħdin ngħidu li għandna numru ta' impjegati tal-gvern li jekk jista' jkun kollha kemm huma jidħlu biex jagħmlu xogħlijiet u waqt li jibqgħu mal-gvern, ikunu f'partnership mal-privat li jamministra l-iskema.", "Rigward il-proġett l-ieħor għedna li rridu naraw x'irid isir.", "It-tama tagħna hi li eventwalment il-privat jidħol għal dan it-tip ta' proġett, pero` dan ma jfissirx li x-xogħol kollu jrid isir mill-ħaddiema tal-gvern jew li numru ta' ħaddiema tal-gvern se jiġu ttrasferiti għal fuq skema bħal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li kien indikat ċar li kien se jkun hemm din il- partnership, jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk din hijiex se ssir ħalli nkun naf eżatt x'inhu jiġri?", "Forsi l-ministru responsabbli mill-MEPA jista' jispjega aħjar fiex waslet il-kwestjoni tal-beachrooms?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id-differenza li qed nagħmel hi li għalkemm tista' ssejħilhom it-tnejn public private partnerhips, il-kunċett huwa differenti.", "Fil-kwestjoni tal-landscaping qegħdin ngħidu li għandna n-nies u se nużawhom.", "F'dak li jirrigwarda l-boathouses ta' l-Armier, veru li rridu parteċipazzjoni tal-privat pero` b'mod differenti u forsi l-Ministru jixtieq iżid xi ħaġa ma' dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, il- politika tal-gvern hi li mhux se jiġu ttollerati aktar postijiet fl-Armier u fil-fatt tneħħew kemm dawk li huma caravans kif ukoll strutturi temporanji oħrajn.", "Nieħu pjaċir ninforma lill-Kamra li kien hemm 'il fuq minn 200 struttura li jew tneħħew mill-gvern jew tneħħew mill-okkupanti stess għax ippreferew li jagħmlu dan huma stess.", "Għar-rigward dawk l-istrutturi li kienu ilhom mibnija minn qabel l-1992, jiġifieri anke qabel it-twaqqif ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, għedna li kien se jkun hemm brief u pjan għall-Marfa li jindika fejn jistgħu jiġu mibnija postijiet ġodda.", "Bdew id-diskussjonijiet u fil-fatt saru diversi laqgħat, anke ma' l-għaqdiet tas-sidien ta' dawn il-boathouses, fejn għednilhom il-proposti tagħna x'inhuma u x'għandhom ikunu l-kondizzjonijiet b'mod ġenerali.", "Dawn id-dettalji qed jiġu diskussi u għalkemm ma nistax ngħid li kien hemm qbil, sar progress dwar xi punti.", "L-intenzjoni tal-gvern hi li kemm jista' jkun ikun hemm consensus ma' l- għaqdiet tas-sidien tal-boathouses dwar kwalunkwe kondizzjoni ġdida li tista' ssir.", "Aħna jidhrilna li aktar milli nħallu l-istrutturi kif inhuma llum, dawn għandhom jitwaqqgħu u jiġu sostitwiti b'xi ħaġa aħjar, b'xi ħaġa omoġenja, b'xi ħaġa li tkun aċċettabbli għal dik l-area u mhux ikun hemm diversi kuluri jew diversi daqsijiet.", "Ma rridux ninsew li dik l-area hija waħda mill-isbaħ li għandna.", "Dawn il-persuni jixtiequ jirregolarizzaw il- pożizzjoni tagħhom, pero` aħna qed ngħidulhom li dan iridu jagħmluh at a price u dak il-prezz irid ikun favur l-ambjent.", "L-idea tagħna hi li jekk se nagħtu titlu, dak it-titlu jingħata b'ċerti kondizzjonijiet, fis-sens li jaqgħu dawk l-istrutturi li hemm illum u jinbena xi ħaġa aħjar.", "Barra minn hekk dawn m'humiex se jingħataw b'xejn imma jrid isir il-ħlas għall-okkupazzjoni tagħhom għal ċertu żmien, mhux għal dejjem, u mhux b'bejgħ imma b'titlu temporanju.", "L-idea hi li wara li niftehmu dwar il-kondizzjonijiet u jitwettaq il- proġett – nisperaw li kulħadd ikun raġonevoli – jinbnew xi strutturi oħra li jkunu available anke għal dawk il-persuni li mhumiex jokkupaw xi parti minn dawn il-huts jew caravans li hemm fl-Armier fil-preżent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-bidu kien issemma' li f'din is-sistema ta' private public partnership kien se jkun hemm nies tal-gvern involuti.", "Jista' l- Ministru jispjega eżatt x'kienet l-intenzjoni li ssemmiet u jekk din l-idea twarrbitx?", "Meta s-segretarju parlamentari kien qal li l-gvern mhux se jiċċaqlaq mill- punti prinċipali li ssemmew, jiġifieri dwar kemm qed jistma bħala ċens għal kull beachroom, jista' jgħid jekk dawn humiex se jiċċaqilqu jew le?", "Jista' jgħid ukoll min se jkun responsabbli mis-servizz tad-drenaġġ, tad- dawl u affarijiet bħal dawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt waħda mill-akbar spejjeż hija proprju t- twassil ta' l-infrastruttura u tas-servizzi.", "Issa l-gvern ma jixtieqx li l-ispiża jagħmel tajjeb għaliha t-taxpayer u allura s-somma li ntalbet – li tinkludi kemm jekk jibnihom il-gvern stess maż-żieda tat-twassil tas- servizzi - trid tkun tkopri l-ispejjeż li jista' jagħmel il-gvern.", "Jiġifieri m'huwiex sew li jekk se nwasslu s-servizz tad-drenaġġ, tad-dawl u ta' l-ilma, l-ispejjeż joħroġhom il-gvern mingħajr ma jirkuprahom minn kulmin se jgawdi minn dan is-servizz.", "Waħda mis-soluzzjonijiet hi li l- gvern jara kemm se jkunu dawn l-ispejjeż u jiddividihom mal-benefiċċjarji kollha li se jużaw dawn is-servizzi.", "Din hija waħda mill-options li ġiet diskussa.", "L-option l-oħra li qed tiġi diskussa hi jekk dawn jinbnewx mill-gvern jew inkella jinbnewx mill-privat fuq art tal-gvern imma dejjem taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Jien ma rridx li jkun hemm 1,300 dar jew residenza kollha differenti, min misbugħ blu, min aħmar, min isfar, min ikollu tliet sulari, eċċ. Dawn iridu jkunu xi ħaġa omoġenja kemm jista' jkun.", "Il-gvern se joħroġ l-art, li s'issa dawn l-okkupanti qatt ma ħallsu xejn għaliha.", "Aħna ma nixtiequx li minn post ikrah nagħmlu post modern imma xorta waħda ikrah, għax allura jkun aħjar li nħallu kollox kif inhu.", "Kien għalhekk li l- gvern b'kuraġġ qal li dawk li nbnew wara l-1992 se jaqgħu u fil-fatt hekk ġara.", "Qabel kulħadd kien jgħid li dawn iridu jitwaqqgħu u baqgħu hemm.", "Issa waqgħu u rridu nsibu soluzzjoni li tkun tissodisfa l-akbar numru ta' persuni – naturalment huwa impossibbli li tissodisfa lil kulħadd – u li tissodisfa wkoll l-interess pubbliku.", "Aħna se nieħdu in konsiderazzjoni t- talbiet ta' kulħadd.", "Irrid ngħid li sar ċertu progress pero' għad m'hemmx qbil fuq punti oħrajn u nisperaw li nerġgħu niltaqgħu u naslu għal dan il-qbil.", "Imma naturalment kemm jiena kif ukoll l-Onor.", "Pullicino rridu nħarsu l-interess pubbliku wkoll.", "Jiġifieri jkun ħażin li aħna naraw biss l-interessi ta' min qabad u okkupa l-art u għamilha residenza tiegħu għas-sajf, anke jekk ilu li għamel hekk żmien twil.", "Aħna rridu naraw l-aspetti kollha u nippruvaw inżewġu flimkien l-interessi ta' dawn in-nies ma' l-interess pubbliku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru reġa' ma spjegalix dwar dak li kien ġie spjegat ċar u tond, u cioe' li fl-Armier kien se jkun hemm joint project bejn il-privat u l-gvern, bil-gvern jidħol għax-xogħol hu.", "Jista' jikkonferma jekk hux din kienet l-indikazzjoni?", "Meta l-Ministru qed jgħid li jrid jara l-ispiża li trid issir biex jgħaddi s-servizz tad-drenaġġ u xogħol ieħor ta' infrastruttura, dan ifisser li din se tiġi waived fuq min se jkollu l-kmamar plus spejjeż oħra ta' ċens ta' l-art?", "Allura din se tbiddel il-pożizzjoni tal-gvern meta diġa' qal li dawn huma l-affarijiet bażiċi u mhux se jiċċaqlaq minnhom?", "Dan iffisser li l-gvern lest jiċċaqlaq minn dawn il-kondizzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta tħabbar il-pjan, il-gvern kien qal li l- affarijiet l-aktar importanti għalih huma tlieta filwaqt li l-punti l- oħrajn jistgħu jiġu diskussi.", "Il-prinċipju li dawn l-istrutturi jkunu omoġenji, jiġifieri li mhux kulħadd jibni bl-addoċċ, aħna mhux se nibdluh.", "Ukoll li dawn ikunu b'titlu temporanju u mhux b'bejgħ, huwa prinċipju bażiku ħafna għalina.", "Anke li ma jistax ikun li l-gvern joħroġ il-flus biex isiru ċerti servizzi mingħajr ma jirkuprahom, huwa prinċipju ieħor bażilari.", "Jekk dawn l-istrutturi jagħmilhomx il-gvern jew le, irridu naraw ukoll x'jaqbillu l-gvern, Sur President.", "Għax jekk il-gvern qabel kien qed jgħid lil dawn in-nies biex iħallsu Lm4,000 u jibnihom hu l-kmamar - bil-konsegwenza li jekk jibnihom hu forsi jiġu jqumu xi ħaġa aktar milli meta jibnihom il-privat - jew jagħtuna assigurazzjoni li jekk jibnihom il-privat jibnihom suret in-nies - u waħda mill-affarijiet li jistgħu jiġu diskussi hi li t-titlu jgħaddi biss wara li wieħed jassigura ruħu li l-kondizzjonijiet tal-permessi tal-bini jkunu ġew osservati - dawn huma affarijiet diskutibbli u aħna qegħdin niddiskutuhom għax m'għandniex pożizzjoni riġida fuqhom.", "Imma dwar it- tliet prinċipji importanti li semmejt - tat-titlu temporanju, anke jekk fit- tul, tal-fatt li jridu jħallsu għas-servizzi u li jkunu xi ħaġa omoġenja - jidhirli li aħjar ma jsir xejn milli nikkompromettu ruħna.", "Irridu naraw ukoll li l-pjanti nnifishom ta' kull unit jiġu approvati mill- MEPA għax s'issa din approvat il-Marfa action plan imma għadha ma approvatx l-pjanti ta' kull waħda minnhom.", "Jista' jkun li l-pjanti li jippreżenta l- gvern jew li jippreżentaw l-għaqdiet ma jkunux aċċettabbli għal din l- awtorita'.", "Aħna rridu naraw li ma jkunx hemm ċapep ta' blokok ta' konkos jew ċapep ta' bini imma li jkun hemm ċertu vegetation u ċertu landscaping ukoll.", "Kieku nistgħu, nagħmlu xi ħaġa simili għal dak il-proġett li kien sar fl-Għadira li għalkemm jeżisti bil-kemm jidher.", "Issa mbagħad hemm ċerti dettalji li qegħdin jiġu diskussi, għax dak għandu d-dgħajsa, l-ieħor m'għandux u affarijiet oħra simili, pero' dawn dettalji li qegħdin jiġu diskussi.", "Aħna la rridu nkunu riġidi żżejjed għax inkella tkun qed tagħmel mażżra m'għonqok u lanqas irridu nkunu flessibbli tant li kulħadd jagħmel li jrid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nafu li l-MEPA approvat li l-Marfa action plan joħroġ għall-public consultation.", "Jiġifieri as such ma tistax tgħid li huwa aċċettat kif inhu għax wara li jkun hemm is-sottomissjonijiet tal-pubbliku, irid jerġa' jmur għand l-awtorita' biex hi tkun tista' tapprova jew temenda kif ikun hemm bżonn.", "Issa naħseb li l-Ministru jaf li waħda mill- kondizzjonijiet fejn jidħol l-Armier hi li ma jkunx hemm żvilupp fejn hemm raba' saqwi.", "Jaf li għalkemm fil-pjanta hemm immarkat li jsir dan l- iżvilupp, fil-verita` għad hemm raba' saqwi?", "Jaf il-Ministru li kien ġie ddikjarat li dan il-proġett kien se jkun bejn il-ħaddiema tal-gvern u dawk tal-privat?", "Jista' jgħid x'kienet din l- intenzjoni u jekk għadhiex valida peress li qed jgħid li f'dan il-proġett irid jaqa' kollox?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, ma ġiet skartata l-ebda option.", "Naturalment se naraw ukoll x'jaqbel lilna bħala gvern.", "Jekk aħna jaqblilna li dawn l- istrutturi jinbnew mill-privat at a cost inqas milli jibnihom il-gvern, bis- servizzi li jsiru ma jiġu jiswew xejn lill-gvern u mbagħad il-gvern joħroġ l-art u jżomm ċerti kontrolli biex ma jsirux affarijiet bi ksur tal-liġi, hemmhekk ngħidlek li għandna naslu għal ftehim, għaliex le!", "Il-gvern kommess li raba' saqwi ma tiġix okkupata minn dawn il-units jew beachrooms li qegħdin insemmu.", "Jekk fil-pjanti għad hemm xi partijiet li xi ħadd jiġbdilna l-attenzjoni għalihom li huma saqwi, jiġfieri li għandhom sors ta' ilma ġewwa r-raba', dan għandu jinġieb għall-attenzjoni tal-MEPA.", "Iżda forsi jista' jkompli jitkellem is-Segretarju Parlamentari dwar dan is- suġġett, Sur President.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, xtaqt nagħmel żewġ punti ta' kjarifika .", "Il-kondizzjonijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Mizzi huma tal-gvern.", "Għar-rigward ta' raba' saqwi, il-pożizzjoni hija ċara.", "L-ewwelnett l- eżerċizzju li kien sar sabiex art saqwija tinqala' 'l barra minn dan il- proġett kien beda ferm qabel b'inizjattiva min-naħa tad-dipartiment ta' l- agrikoltura, li kien ġibed l-attenzjoni li fuq l-art li preliminarjament kienet ġiet indikata kien hemm raba' saqwi.", "U fil-fatt din l-art ġiet eskluża mill-abbozz tal-pjan li hemm illum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt l-attenzjoni kienet inġibdet permezz ta' rappreżentant tad-dipartiment ta' l-agrikoltura fl-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Id-dipartiment lanqas kien biss jaf liema art hija saqwija jew le u allura kellha ssir riċerka biex inkunu ċerti u għalhekk kienet naqset xi art – għax irriżulta li hemm kien saqwi u kellha titneħħa mbagħad - pero' ddaħħlet ukoll il-klawsola li tgħid li m'għandux ikun hemm żvilupp fuq raba` saqwi.", "Biss in the meantime irriżulta – hemm provi li naf bihom jiena stess - li għad hemm art li hija mmarkata li jsir żvilupp fuqha pero' hija art saqwija.", "Għalhekk staqsejtu lill-Ministru biex jgħid jekk hux lest li jirrikonoxxi dan.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk talli kienet okkupata dik l-art għal dak iż- żmien kollu, hux qiegħed jittieħed into consideration li tidħol xi forma ta' kumpens.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dak li qed jiġi nkwadrat fid-diskussjoni kollha kien wieħed mill-punti li aħna tkellimna fuqu bħala waħda mill- kondizzjonijiet.", "Issa wieħed ma jridx iħares lejn kondizzjoni kondizzjoni imma jrid jara l-pakkett kollu ta' dak li aħna qegħdin nipproponu.", "Aħna kellna l-kuraġġ nindirizzaw din il-problema li kienet ilha tkarkar għexieren ta' snin billi waqqajna dawk il-units li nbnew mill-1992 'il hawn.", "Issa qegħdin nippruvaw nindirizzaw il-kumplament ta' dak li fadal b'soluzzjoni li tkun tagħmel sens u li kemm jista' jkun tkun ġusta ma' kulħadd, inkluż ma' dawk in-nies illi ma kellhomx l-ardir li jokkupaw art tal-gvern mingħajr permess.", "Aħna qegħdin nippruvaw noffru soluzzjoni għal din il-problema b'kuraġġ biex inħarsu kemm l-aspett soċjali – għal min jgħid li hemm aspett soċjali fejn hemm dawn il-ħteġijiet – kif ukoll l-aspett ambjentali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari li qed jirrikonoxxi li hemm aspett soċjali, mhux bħal sħabu, li meta tkellmu qalu li m'hemm aspett soċjali xejn u ppruvaw jirredikolawni u talbuni nispjegalhom x'inhu l-aspett soċjali.", "L-oppożizzjoni wkoll kienet iddikjarat li dak il-bini ta' qabel l-1992 ried jitneħħa – ma ninsewx li fil-prinċipju kien hemm support anke min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għax irrikonoxxiet li f'dik l-area kellu jsir dan it-tip ta' żvilupp – u kienet ħadet in konsiderazzjoni li hemmhekk hemm art agrikola, li kien se jsir l-iżvilupp fuqha u għalhekk għamlet pressjoni biex dan ma jsirx.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid meta hemm il-ħsieb li l-action plan għall-Marfa, li jinkludi fih l-area fejn se jkun hemm il-beachrooms, jiġi ffinalizzat mill-MEPA biex dan ikun jista' jagħmel parti mill-iżvilupp li se jsir?", "U meta hemm il-ħsieb li l-gvern jiffinalizza d-deċiżjoni tiegħu dwar x'għandu jsir u ma jsirx?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-proċess ta' konsultazzjoni fuq il-Marfa action plan għadu għaddej u allura l-ewwel irid jiġi konkluż dak il-pjan.", "L-awtorita' finalment trid taċċetta dak il-pjan wara li jiġi għand il- gvern, kif stabilit bil-liġi l-ġdida.", "Jekk fil-pjan ikun hemm affarijiet li l-gvern ma jkunx jaqbel magħhom, jista' jitlob lill-awtorita` tagħmel it- tibdiliet neċessarji u jagħti r-raġunijiet għalihom.", "Għar-rigward tax-xogħol li jrid isir biex dawn il-units ikunu jistgħu jinbnew fiżikament, għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet ma' l- assoċjazzjoni ta' dawk li jsejħu lilhom infushom sidien tal-boathouses u nittama li nkunu f'pożizzjoni li dan nikkonkluduh kemm jista' jkun malajr.", "BIEDJA – TNEĦĦIJA TAL-LEVIES", "34664.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Settembru li ġej u f'Jannar tas-sena d-dieħla hux se jerġgħu jitnaqqsu l-levies tal- biedja?", "Jista' jipprovdi lista tat-tnaqqis?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nista' nikkonferma li f'Settembru li ġej se titnaqqas biċċa żgħira mil-levies fuq dawk il-prodotti li fl-1 ta' Lulju ma tneħħietx parti mil-levy fuqhom.", "F'Jannar tas-sena d-dieħla titneħħa biċċa oħra mil-levies fuq prodotti agrikoli.", "Lista ta' prodotti li fuqha se titneħħa l-levy tiġi ppubblikata fil- Gazzetta tal-Gvern.", "QORTI - MOĦQRIJA TA' ANNIMALI", "34665.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm każi ta' moħqrija ta' annimali ġew irrapportati lill-pulizija matul din is-sena?", "X'passi ttieħdu u kemm ittellgħu persuni l-qorti?", "Jista' jipprovdi l- istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "| |199|199|200|200|200| | |8 |9 |0 |1 |2 | |Rapport|13 |10 |31 |21 |18 | |i | | | | | | |Tressqu|5 |6 |15 |11 |12 | |l-qorti| | | | | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Darba kien hemm l-idea li kellu jsir sptar għall- annimali u meta l-Partit Laburista kien fil-gvern kien qed jikkonsidra bis- serjeta' din il-proposta u kien diġa' ta ad intendere li dan isir, imma mbagħad kienet ġiet l-elezzjoni u waqaf kollox.", "Peress li jien informat li min oriġinarjament kellu l-idea li jagħmel dan l-istpar għall-annimali baqa' b'din l-idea u informat ukoll li anke l-gvern preżenti jaf b'dan kollu, jista' l-Ministru jgħidli x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma naħsibx li l-isptarijiet ta' l-annimali jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi, pero' naturalment kulħadd għandu dritt iressaq il- proġett li jidhirlu hu!", "Jekk irid ikun jaf x'inhi l-opinjoni tiegħi personali dwar dan ngħidlu li jien ma niddejjaqx li jsir proġett bħal dan, imma naturalment l-Onor.", "Interpellant irid jispeċifika fejn se jsir, jekk huwiex vijabbli u jekk huwiex fl-ischeme jew le.", "Imbagħad jekk jiġi approvat mill-MEPA – u hawnhekk forsi fejn nidħol jien, pero' jidħol hu wkoll għax hu qiegħed fuq l-awtorita' u mhux jien - ikollna sptar ta' l-annimali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti l-approvazzjoni ta' l-awtorita' – jien wieħed minn 15 u nivvota favur żgur imma l-14 l-oħra manafx kif se jivvotaw! – jista' jgħidli x'inhi l-pożizzjoni f'każ li tintalab art tal-gvern, peress li dawn il-persuni m'għandhomx art tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: S'issa li naf hu li ma kellniex talba ta' din ix- xorta.", "S'issa t-talba li kellna u li naħseb li se tiġi approvata kienet saret minn għaqda li kellha xi post li kien abbandunat - għax għall-grazzja t'Alla hawn ħafna għaqdiet li jieħdu ħsieb l-annimali - u talbet lil-lands biex terġa' tieħdu ħalli tiġbor fih l-annimali u tieħu ħsienhom, bħall- SPCA.", "Jien jidhirli li din idea tajba u jekk ma jinqalgħux komplikazzjonijiet oħrajn, dan il-post se nagħtuhulhom ħalli dan ix-xogħol li jagħmlu b'mod volontarju jkunu jistgħu jagħmluh liberament.", "Dwar id-domanda jekk il-gvern jagħtix l-art, l-ewwel iridu jindikaw l-art u jġibu l-permess tal-MEPA għax il-gvern ma jikkommettix ruħu qabel ma jkun hemm il-pjanti approvati mill-awtorita'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Prim Ministru", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' AWDITUR ĠENERALI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nipproponi:", "Billi b'riżoluzzjoni tat-30 ta' Lulju, 1997 il-Kamra tad-Deputati ħatret lis-Sur Joseph G Galea bħala Awditur Ġenerali skond l-artikolu 108 tal- Kostituzzjoni ta' Malta;", "U billi skond is-subartikolu (3) (a) ta' l-artikolu msemmi l-Awditur Ġenerali għandu jibqa' fil-kariga għal perijodu ta' ħames snin mid-data tal- ħatra tiegħu u jkun eliġibbli li jerġa' jinħatar għal perjodu wieħed ieħor ta' ħames snin;", "Din il-Kamra taqbel u tirrisolvi li taħtar lill-Imsemmi Sur Joseph G Galea bħala Awditur Ġenerali b'effett mit-30 ta' Lulju, 2002.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, kif tgħid il-mozzjoni li għadni kif qrajt, l-artiklu 108 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jitkellem dwar il- ħatra ta' awditur ġenerali.", "L-ewwel ħatra ta' awditur ġenerali skond il- Kostituzzjoni kif kienet ġiet emendata, saret b'riżoluzzjoni tat-30 ta' Lulju, 1997.", "L-istess Kostituzzjoni tipprovdi li min jiġi nominat bħala awditur ġenerali, iżomm il-ħatra tiegħu għal ħames snin.", "Għalhekk, fid-29 ta' dan ix-xahar, in-nomina tas-Sur Joseph G. Galea bħala awditur ġenerali, tiskadi.", "Subartiklu 3(a) ta' l-artiklu msemmi jipprovdi li din il-Kamra tista' taqbel li terġa' tinnomina għal ħames snin oħra, għal darba biss, lill- istess persuna li tkun ġiet nominata bħala awditur ġenerali.", "Jien ikkonsultajt ma' l-oppożizzjoni u jidher li hemm qbil li n-nomina tas-Sur Joseph G. Galea tiġi mġedda għal ħames snin oħra.", "Għalhekk qiegħed inressaq din ir-riżoluzzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, nibda billi nikkonferma dak li qal il- Prim Ministru, li aħna bħala oppożizzjoni qegħdin naqblu ma' din in-nomina.", "Aħna nħossu li fiż-żmien li s-Sur Joseph G. Galea dam fil-kariga ta' awditur ġenerali, qeda dmiru b'ċerta integrita` u b'ċertu sens ta' responsabbilta`.", "Għaldaqstant aħna ssekondajna n-nomina li saret, biss jien nixtieq nieħu l-okkażjoni biex f'isem il-grupp parlamentari nagħmel erba' rimarki qosra, mingħajr ma nkun kontenzjuż.", "L-ewwelnett huwa tajjeb li wieħed jinnota l-fatt li għalkemm kien hemm qbil dwar il-kariga ta' awditur ġenerali, ma jidhirlix li kien hemm qbil dwar il- kariga ta' deputat awditur ġenerali.", "Fil-fatt din il-kariga ġiet formalment vakanti fl-1 ta' Ġunju, 2001, wara li l-okkupant tal-kariga kien irriżenja minnha.", "Aħna jisgħobbina li meta bħala oppożizzjoni għamilna nomina min-naħa tagħna, il-proposta tagħna kienet ġiet riġettata min-naħa tal-gvern, minkejja li dehrilna li konna qegħdin nipproponu persuna li mhux biss kienet integra, imma kellha esperjenza diretta ta' bosta snin f'dan il- qasam.", "It-tieni nett, u dan bla ebda riflessjoni fuq is-Sur Galea innifsu, aħna nixtiequ li l-uffiċju ta' l-awditur ġenerali jkun aktar pro-attiv.", "Qiegħed ngħid dan għax kultant ikun hemm rapporti fil-media - mhux dejjem ikunu korretti, ġieli jkunu infondati – bħal allegazzjonijiet ta' skandli jew abbużi, fejn wieħed ikun jixtieq li n-National Audit Office ikun iktar pro- attiv biex jgħarbilhom ħalli jara jekk hemmx jew sarx xi forma ta' abbuż mill-fondi pubbliċi as such.", "L-osservazzjoni l-oħra li rrid nagħmel hija li huwa veru li fil-Kumitat tal- Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jiġu diskussi l-estimi tan-National Audit Office għas-sena finanzjarja l-ġdida li tkun ġejja, biss naħseb li forsi tkun prattika tajba – dejjem jekk ovvjament wieħed isib li bħala suġġeriment, hija prattikabbli – li l-parlament bħala parlament jew tramite waħda mill-istituzzjonijiet tiegħu, jibda jiddiskuti anke l- business plan tan-National Audit Office f'termini ta' ħidma pproġettata iktar milli f'termini ta' infiq jew dħul proġettat għas-sena finanzjarja nnifisha biss.", "Imbagħad hemm osservazzjoni oħra li aħna rridu nagħmluha ċara, anke minħabba statements li għamilna pubbliċi dwar dan.", "Il-partit Laburista ilu jilmenta dwar il-fatt li qed ikun hemm ċertu dewmien sakemm jingħata stampa ċara tal-qagħda attwali tal-finanzi pubbliċi.", "Huwa veru li ċerti dati statutorju jiġu rispettati, imma ħafna drabi, speċjalment fir-rigward ta' ċerti aġenziji, kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet, awtoritajiet, sakemm toħroġ il-verita` dwar ċerti affarijiet qed ikun hemm ċerta mogħdija taż-żmien.", "Għaldaqstant aħna bħala partit Laburista ninsabu kommessi li meta nkunu fil- gvern, waħda mill-ewwel affarijiet li nagħmlu tkun proprju li nikkummissjonaw audit indipendenti, minn awdituri privati, għax jidhrilna li minkejja r-rieda tajba kollha tan-National Audit Office, minkejja s- setup li għandu dan l-uffiċju, la għandu r-riżorsi umani u lanqas ir- riżorsi materjali neċessarji biex jagħmel audit fi żmien relattivament qasir.", "Per eżempju llum ġie tabled rapport dwar iċ-ċentru Malti għar- restawr, li bħala Public Accounts Committee konna ilna li tlabnih mill-4 ta' Diċembru 2001.", "M'iniex se nidħol fil-mertu ta' x'wassal għal dan id- dewmien.", "Seta' kien dewmien min-naħa ta' min kellu jiġbor l-informazzjoni, min-naħa tal-Ministeru jew min-naħa ta' l-awditur ġenerali.", "Imma jekk l- awditur ġenerali jdum sitt xhur biex jippreżenta rapport mitlub mill-Public Accounts Committee, aħseb u ara kemm in-National Audit Office m'huwiex geared, minkejja r-rieda tajba Ii għandu, biex jagħmel audit tal-qagħda finanzjarja kollha ta' an outgoing government, kemm għal dak li huwa l- gvern ċentrali nnifsu kif ukoll b'mod partikolari għall-entitajiet tiegħu, għall-korporazzjonijiet, għall-kumpanniji parastatali u għall-azjendi l- oħra li huma tal-gvern.", "Huwa proprju f'dan l-ispirtu li aħna qegħdin nagħmlu dan il-punt ta' prattika, għax inħossu li jekk irridu nkunu verament expedient, l-uniku mezz biex meta jkun hawn bidla fil-gvern, naslu biex ikollna x-rays tal- qagħda attwali tal-finanzi pubbliċi, huwa billi jiġu kkummissjonati awdituri indipendenti privati.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li aħna nissekondaw mingħajr ebda riserva lin-nomina tas-Sur Galea, u ġaladarba jidher li hemm il-kunsens tal- Kamra dwar dan, nawguraw li jekk jiġi approvat minn dan il-parlament, ikollu snin ta' ħidma fejjieda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Xtaqt nintervjeni fil-qosor ħafna f'dan id- dibattitu, anke minħabba l-funzjoni tiegħi ta' kap tal-Kamra u president tal-kumitat li jivverifika l-funzjoni ta' l-awditur ġenerali.", "Il-Kamra taf li skond il-liġi stess li tinnomina lill-awditur ġenerali, jeżisti l- kumitat dwar il-verifika tax-xogħol ta' l-awditur, ippresedut minni, li xogħlu, fost affarijiet oħra, huwa li jisma' r-rapport ta' l-awditur ġenerali, jisma' r-rendikont li jkun qiegħed jagħmel kull sena dwar il- ħidma tiegħu tas-sena partikolari, u anke jawtorizza l-finanzjament li jkun hemm bżonn biex l-awditur ġenerali jkun jista' jmexxi l-uffiċċju tiegħu ħalli jaqdi l-funzjonijiet stabbiliti bil-liġi.", "Jien għandi quddiemi t-transcript tas-seduta li kienet saret fid-29 ta' April li għadda, meta proprju ddiskutejna r-rapport tal-ħidma ta' l- awditur ġenerali u approvajna l-estimi li hu stess kienet qiegħed jitlob għall-ħidma għas-sena finanzjarja li kien imiss.", "Xtaqt niġbed l-attenzjoni, anke fid-dawl ta' dak li qal l-Onor.", "Brincat, għall-fatt li fid-diskussjoni li kellna fil-laqgħa li saret quddiem il- Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika, fid-29 ta' April li għadda, l-awditur kellu l-oppurtunita` li jispjega lill-Kumitat u lill-Kamra li s-snin li għaddew kienu proċess li fih hu rnexxielu bil-mod il-mod jibni l-uffiċju tiegħu, fis-sens ta' riżors uman, għax m'huwiex faċli li wieħed isib it-tip ta' riżors uman meħtieġ biex dak l-uffiċju jkun jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu.", "Fil-Kumitat stajna naraw li matul is- snin li għaddew sar progress u r-riżultati konna qegħdin neħduhom.", "Mit-transcript tad-dibattitu jirriżulta wkoll li r-rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra li kienu preżenti għal dak il-Kumitat, il-Ministru John Dalli u l-Onor.", "Leo Brincat, irrikonoxxew il-fatt, kif ikkonferma l-Onor.", "Brincat fid-diskors tiegħu tal-lejla, li l-awditur ġenerali qiegħed jaqdi funzjoni importanti ħafna għall-Public Accounts Committee.", "Huwa interessanti wkoll li niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għall-fatt li matul is-sena li għaddiet, il-gvern introduċa l-kunċett ta' internal auditors, żvilupp addizzjonali li ġie diskuss fil-laqgħa tat-22 ta' April, flimkien mal-mod ta' kif dawn għandhom jiffunzjonaw.", "Ġie stabbilit bl- iktar mod ċar li l-internal auditors għandhom funzjoni differenti minn dik ta' l-awditur ġenerali.", "Xogħolhom hu li jkunu advisors għall-management team tal-gvern.", "L-awditur ġenerali għandu funzjoni indipendenti minnhom u għandu r-responsabbilta` li jivverifika u jidħol fl-aspetti kollha li jidhirlu li għandu jidħol fihom.", "Jien naħseb li nkun qiegħed nirrepeti xi ħaġa li ġiet espressa fil-laqgħa tad-29 ta' April li għadda ta' dan il-Kumitat jekk ngħid li ż-żewġ naħat esprimew l-apprezzament tagħhom għal dak li għamel is-Sur Galea tul iż- żmien li ilu jokkupa din il-kariga.", "Aħna rringrazzjajnih għax-xogħol li huwa għamel, għal dan l-esperiment li llum sar esperjenza, esperiment li iva, jista' jitjieb, jista' jkompli jikber, esperjenza li fl-opinjoni tiegħi hija pożittiva ħafna għall-parlament u għal pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma tantx għandi x'nikkummenta ħlief li ngħid li nieħu pjaċir li l-Kamra qiegħda taqbel.", "Naħseb li huwa d-dmir tagħna li nirringrazzjaw lis-Sur Galea għall-mod ta' kif mexxa bħala awditur ġenerali, kif għadu kif qal il-Viċi Prim Ministru.", "Dan kien esperiment ġdid u naħseb li l-esperjenza kienet waħda pożittiva.", "Għalhekk nirringrazzja kemm lilu personalment kif ukoll lit-team kollu li għandu jaħdem miegħu.", "L-Onor.", "Leo Brincat għamel riferenza għall-fatt li n-nomina ta' deputat awditur ġenerali ma saritx.", "Dan huwa minnu.", "Meta din il-kariga ġiet vakanti, jien kont ħadt il-briga li nipprova nsib persuna li tkun adatta biex tiġi nominata.", "Kont ħadt pariri minn diversi nies u wara kont kellimt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ssuġġerejtlu persuna li sal-lum għadni ma kkomunikajtx magħha u allura m'iniex se nsemmiha b'isimha.", "Din hija persuna fis-servizz pubbliku, li fil-fehma tiegħi u ta' dawk li ħadt parir mingħandhom, inkluż l-awditur ġenerali nnisfu, tista' tkun persuna idonea.", "Meta kellimt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, huwa m'esprimiex ruħu dwar il- persuna li semmejt jien, pero' ssuġġerixxa persuna oħra.", "Jien ma stajtx nilqa' dak is-suġġeriment, partikolarment minħabba l-motivazzjonijiet li semmieli, pero' ma naħsibx li huwa l-każ li noqogħdu niddibattu dwar dan hawnhekk.", "Jien nista' ngħid li nerġa' nikkomunika mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex naraw nistgħux naqblu dwar persuna idonea biex tiġi nominata għal din il-kariga, li wkoll għandha bżonn il-maġġoranza ta' żewġ terzi ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex isejjaħ l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri preżenti biex jiġi aċċertat li n-numru ta' Membri favur il-mozzjoni m'huwiex inqas minn żewġ terzi tal-Membri kollha tal-Kamra.", "FAVUR : 47 L-Onor.", "|Abela Anthony | |Frendo Michael| |Abela Carmelo | |Galea Censu | |Agius Chris | |Galea Louis | |Asciak Michael | |Galea Pace | | | |Victor | |Azzopardi | |Gatt Austin | |Frederick | | | |Azzopardi Jason | |Gonzi Lawrence| |Bartolo Evarist | |Gulia Gavin | |Bonnici Josef | |Herrera Jose' | |Bonnici Michael | |Hyzler George | |Borg Joe | |Mifsud Bonnici| | | |Antoine | |Borg Tonio | |Mifsud Bonnici| | | |Carmelo | |Brincat Leo | |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis | |Mugliett | | | |Jesmond | |Chircop Karl | |Muscat Claude | |Cilia Joe | |Pullicino | | | |George | |Coleiro Marie | |Pullicino | |Louise | |Orlando | | | |Jeffrey | |D'Amato Helen | |Refalo Michael| |Dalli Helena | |Sant Alfred | |Debono Giovanna | |Vassallo Edwin| |Deguara Louis | |Vella George | |Farrugia Angelo | |Vella John | |Farrugia Jean | |Zammit Ninu | |Pierre | | | |Farrugia Michael| |Zammit Dimech | | | |Francis | |Fenech Adami | | | |Eddie | | |", "Il-mozzjoni għaddiet b'47 vot favur u ħadd kontra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI FIL-QRATI U FIT-", "TRIBUNALI", "COURTS AND TRIBUNALS PROCEDURES BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-17 ta' Lulju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jose' Herrera huwa in possession, s'issa ħa 25 minuta, u għandu l-permess biex ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, xtaqt nirriferi għal tliet aspetti oħra ta' dan l-abbozz ta' liġi, u nibda billi nagħmel riferenza għal klawsola 44 li qiegħda temenda l-artiklu 97 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Dan l-abbozz bażikament jgħid li jkun ħati ta' misconduct kull avukat jew prokuratur legali li mhux biss ikun qiegħed iqabbad sensara biex iġibulu xogħol jew ikun qiegħed jiftiehem man-nutara biex jaqsam l-ispejjeż u d-drittijiet legali, imma anke fi tliet ċirkostanzi oħra.", "Dawn huma:", "\"li xi avukat jew prokuratur legali jikser xi Kodiċi ta' l-Etika li jista' jkun fis-seħħ u li jgħodd għalih; jew", "li xi avukat jew prokuratur legali jagħmel talbiet frivoli jew vessatorji; jew", "li xi avukat jew prokuratur legali jkun xjentement il-kawża ta' ttardjar mhux ġustifikat fil-proċeduri quddiem il-qrati\".", "Imbagħad il-liġi tipprovdi li l-imħallef jew maġistrat li jidhirlu li l- avukat jew prokuratur legali jkun attwalment ħati ta' dawn l-atti ta' kondotta ħażina, jirriferixxi l-kwestjoni quddiem il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Jien naħseb li dawn il-klawsoli huma wiesa' wisq u jistgħu b'xi mod jinterferixxu fl-indipendenza tal-professjoni legali, fl-avukatura.", "Min hu dak li per eżempju jista' jgħid jekk talba hijiex vessatorja jew frivola, jiġifieri ma misshiex saret, jew jekk l-avukat huwiex il-kawża ta' ttardjar fil-proċeduri tal-qrati?", "Din qed tpoġġi piż fuq l-avukatura u allura qabel ma tagħmel kawża ̧ din trid taħsibha darbtejn u tgħid: Jekk nagħmel kawża li forsi mhijiex ċara jista' jkolli reazzjoni minn imħallef li fid-diskrezzjoni tiegħu jaqbad u jgħid li jien ħati tal-misconduct u jitfagħni quddiem il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Jekk avukat iqajjem numru ta' eċċezzjonijiet dilatorji jew ta' natura purament legali ikun qed ifettaq.", "Jien naħseb li avukat għandu dritt ifettaq.", "Per eżempju ̧ meta dan jiġi għall-konvenut dan jista' jibda joħroġ ċertu ammont ta' eċċezzjonijiet tekniċi.", "Jista' jkun li l-iskop tiegħu jkun li jtawwal il-kawża b'mod korrett għax ikun qed iqajjem aspetti legali li għandu dritt iqajjem.", "Allura jekk dan jinzerta jkun qiegħed quddiem xi mħallef li jkun irid jeħles minn dawn il-kawżi għax skond hu dawn ikunu eċċezzjonijiet żejda, dan jaqbad u jgħaddih quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja?", "Jien naħseb li dawn l-emendi qed imorru oltre minn hekk.", "Huwa veru li hemm istanzi fejn il-proċeduri quddiem il-qrati jittawlu minħabba l- attitudni ta' l-avukati u tal-kontendenti pero' ma naħsibx li r-rimedju huwa fis-sens li jekk avukat ikun qed jagħmel xogħlu u l-imħallef jaħseb li dan qed ifettaq iż-żejjed ̧ allura jista' jieħu passi kontra tiegħu.", "Jien naħseb li qed nesaġeraw u nistgħu niġu f'ċirkostanza fejn naffettwaw negattivament l-indipendenza ta' l-avukatura.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq klawsola 21 tal-liġi proposta li qed temenda klawsola 47 tal-Kodiċi u qed tagħmilha ċara li l-kawżi li jikkonċernaw drittijiet reali u personali fuq proprjetà bħal, per eżempju, żgumbrament, terminazzjonijiet ta' kuntratti fuq proprjetà u affarijiet simili ̧ għal xi raġuni jew oħra mhux se jibqgħu aktar taħt il-kompetenza tal-maġistrati.", "Qabel jekk il-valur tal-kirja jew taċ-ċens tkun sa ċertu ammont ̧ il-Qrati tal-Maġistrati kellhom il-kompetenza li jiddeċiedu l-kawżi u jekk il-kwestjonijiet kienu jinvolvu somom akbar ̧ allura l-kompetenza kienet tkun ta' dik tal-Qrati Superjuri.", "Illum il-gvern qed jidhirlu li dawn il-kwestjonijiet m'għandhomx jibqgħu jiġu deċiżi sommarjament imma għandhom jiġu deċiżi sollennement quddiem il- Qrati Superjuri u nifhem għaliex.", "Ħafna drabi dawn il-kwestjonijiet jista' jkollhom komplessità legali fina u għalkemm forsi l-valuri ma jkunux daqshekk kbar ̧ ir-riperkussjonijiet minn tali sentenzi jistgħu jkunu kbar għax inti jista' jkollok persuna li ġiet żgumbrata li tispiċċa fit-triq.", "Allura l-gvern qed igħid li dawk huma kawżi serji li jimmeritaw li jiġu sindikati mill-Qorti Superjuri u mhux b'mod sommarju quddiem maġistrat.", "Sur President, jien nixtieq nagħmel suġġeriment.", "Naħseb li fost il- kwestjonijiet li għandhom jiġu deċiżi mill-Qrati Superjuri u mhux minn Qrati Inferjuri huma l-libelli u naħseb li missna wessajna l-liġi f'dan is- sens.", "S'issa l-kawżi ta' libell – jiġifieri meta bniedem jagħmel kawża ċivili għad-danni għax iħoss li xi ħadd ikun irredikolah fil-pubbliku – kienu jinstemgħu quddiem il-Qrati Superjuri.", "Kulħadd kien iqis li libell hija xi ħaġa serja ħafna li tista' ġġib konsegwenza gravi u allura kienet timmerita li tiġi sindikata u investigata quddiem Qrati Superjuri.", "Li se jiġri huwa li d-dispostament tal-kompetenzi - issa żidna sostanzjalment il- kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati - għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom se jibdew jiġu trattati sommarjament quddiem Qorti tal-Maġistrati.", "Jien naħseb li dan huwa ħażin.", "Naħseb li mkien fid-dinja m'hawn kwestjonijiet ta' libell li jiġu trattati b'mod daqshekk leġġer.", "Fil- pajjiżi ċivilizzati kollha l-libelli huma kawżi ta' sustanza.", "Issa jekk il- gvern ma jridx li jżid il-quantum tad-danni li jistgħu jiġu likwidati forsi minħabba l-freedom of the press jew minħabba xi ħaġa oħra – għalkemm il- gvern għandu l-obbligu li jlaħħaq bilanċ bejn id-drittijiet ta' l-istampa u d-drittijiet ta' dak li jkun li ma jaqax għaż-żufjett u għar-redikolu jew ma jitħammiġx fil-pubbliku intortament ...", "Jien naħseb li l-gvern għandu l- obbligu morali li jżomm dan il-bilanċ imma minn żmien għal żmien ħafna nies sfaw il-mira ta' attakki personali ̧ familjari, insulti u ġew redikolati u mżebilħa mal-pajjiż kollu.", "Imbagħad wara jinstab ̧ per eżempju ̧ li l- allegazzjonijiet kienu infondati u insostenibbli pero' r-rimedju ma jkunx effikaċi.", "Pero' almenu dak li jkun kien ikollu d-dritt morali li l-każ tiegħu jiġi trattat quddiem Qorti Superjuri bi proċedura solenni u allura jkun qed jieħu s-sodisfazzjon li l-Istat jittratta l-ilment tiegħu b'ċerta serjetà.", "F'okkażjonijiet oħra – jien ktibt ukoll dwar dan – jien għidt li f'soċjetà moderna, id-drittijiet ta' l-istampa għandhom jitwessgħu kemm jista' jkun pero' hemm il-limiti.", "Jekk imbagħad il-limiti jiġu sorpassati għandu jkun hemm deterrent qawwi u effettiv sabiex jittrażnu dawn it-tip ta' abbużi.", "Per eżempju ̧ fl-Ingilterra u fl-Amerika, għalkemm il-kawżi kriminali jinstemgħu bil-ġuri ̧ il-libelli jinstemgħu bil-ġuri wkoll u d-danni li jiġu likwidati f'dawn il-pajjiżi jistgħu jissarrfu f'miljuni ta' liri.", "Jien mhux qed ngħid li għandna nagħmlu hekk imma l-ammont ta' danni li tikkontempla l-liġi tagħna, fl-opinjoni tiegħi, huwa ammont redikolu li bl-ebda mod ma jservi ta' deterrent.", "Allura l-gazzetta kważi jaqblilha tirkeb fuq xi storja sensazzjonali, anke jekk tkun infondata ̧ u tgħid: U iva ̧ mhux Lm5, 000 nista' neħel!", "Imbagħad naturalment takkwista żvantaġġ b'mod żleali.", "Jien naħseb li idealment il-gvern għandu jżid il-quantum ta' danni li jistgħu jiġu likwidati – din hija l-opinjoni personali tiegħi – jew inkella, kif għamilna f'dawk il-kawżi li jikkonċernaw il-proprjetà ̧ il- gvern igħid li dawn huma kawżi serji u ta' portata kbira - allavolja forsi l-valuri, at face value ma jidhrux kbar - u allura għandhom jiġu trattati mill-Qrati Superjuri.", "Jien naħseb li l-kawżi ta' libell għandhom jiġu trattati quddiem il-Qrati Superjuri tagħna.", "B'hekk inkunu nistgħu nibnu case law u ġurisprudenza b'saħħitha fejn ikollok każijiet li jistgħu jispiċċaw quddiem l-ogħla qorti tal-pajjiż u quddiem tliet imħallfin.", "Dak huwa t-tieni punt li nixtieq insemmi.", "It-tielet u l-aħħar punt li nixtieq nikkummenta dwaru huwa dwar il-poter li qed jingħata lill-kumitat li jagħmel ir-rules of court.", "Qabel ir-rules of court kienu jkunu l-imħallfin tal-Qorti ta' l-Appell u mbagħad din kienet tbiddlet.", "Illum ir-rules of court jagħmluhom il-Prim Imħallef ̧ imħallef li jkun fil- Kriminal u imħallef li jagħżel il-gvern.", "Dan il-kumitat se jingħata l- poter li jara l-ħinijiet ta' meta jistgħu jsiru seduti u kif dawn għandhom jiġu mmexxija jiġifieri l-ġudikanti mhux se jkollhom mano libera.", "Dan il-kumitat se jkollu wkoll il-poter li jipprovdi meta l-qrati jistgħu jżommu l-udjenzi tagħhom pero' l-ministru se jkun jista' jagħmel by-laws ukoll dwar il-ħinijiet.", "Jien naħseb li dan huwa skorrett.", "Naħseb li l- prassi urietna li dawn il-kwestjonijiet għandhom jibqgħu totalment f'idejn il-ġudikanti.", "Jekk imħallef ikun irid iżomm seduti wara l-ikel ̧ l-ebda by- law, liġi u ordni m'għandha timpedih.", "Naħseb li jekk ikun hemm liġi li timpedih tkun qed tinferixxi fl-indipendenza tiegħu.", "Per eżempju ̧ ċerti mħallfin filgħodu jagħmlu ċerti kawżi u wara l-ikel jagħmlu l-kawżi tagħhom bl-appuntament.", "Ġieli ̧ per eżempju, waqt ġuri l-imħallef sedenti jibgħat għalina l-avukati in chambers u jistaqsina jekk irridux li nkomplu għaddejjin bil-ġuri fil-weekend.", "Imbagħad niftehmu li niltaqgħu ̧ per eżempju ̧ is-Sibt u nkomplu bil-ġuri s-Sibt.", "Per eżempju, l-imħallef ġieli jistaqsina jekk minflok ma mmorru d-dar fis-6.00 p.m. jew fis-6.30 p.m. irridux li nibqgħu għaddejjin sakemm nisimgħu l-provi kollha ̧ anke jekk indumu sal-11.00 p.m. Naturalment aħna ngħidulu kollox sew u nibqgħu għaddejjin sal-11.00 p.m. Hawnhekk qed nitkellem fuq il-Kriminal.", "Dan isir ukoll fiċ-Ċivil.", "Ġieli tagħmel rikors għall-ħruġ ta' mandat ta' inibizzjoni li jkun irid udjenza u peress li filgħodu l-imħallef ma jkunx jista' għax ikollu d-diary tiegħu mimli bil-kawżi jistaqsi jekk għandux jiġi ttrattat is-Sibt filgħodu jew inkella filgħaxija.", "Pero' l-imħallef jista' jittratta każ b'urġenza għas-Sibt filgħodu jew għal wara s-6.00 p.m. mingħajr ma javviċina l-partijiet.", "Jien naħseb li ħadd m'għandu jkollu poter li jikkmanda lill-imħallfin ta' l-Istat Malti f'din il-materja.", "L- ebda gvern u l-ebda awtorità m'għandha dritt tgħid ̧ per eżempju, li minn Ottubru sa Ġunju rridu naħdmu sas-1.00 p.m. u wara ċerta data ma nistgħux jew inkella peress li jkun hemm aktar imħallfin, dawk it-tali mħallfin irid ikollhom udjenzi filgħodu u filgħaxija biex imbagħad fil-ġranet l-oħra l- imħallef l-ieħor ikun jista' jippresjedi fl-istess awli u jmexxi l-kawżi hu.", "Ma naħsibx li dan jista' jsir.", "Jien naħseb li din hija challenge għall-indipendenza tal-ġudikatura.", "Naqbel li l-ferjat jiddeċidih il- ministru u għandna nirringrazzjawh li din se jeħodha f'idejh għax għalkemm il-liġi tipprovdi għall-ferjat sfortunatament hemm numru ta' ġudikanti li jibqgħu għaddejjin bil-kawżi fis-sajf b'detriment għal kulħadd.", "Pero' naħseb li s'hemmhekk nistgħu naslu.", "Ma nistgħux norbtu idejn l-imħallfin u l-maġistrati tagħna f'dawn il-kwestjonijiet għax inkella nkunu qed nissikkaw iż-żejjed.", "Din hija osservazzjoni oħra li xtaqt nagħmel.", "Qabel nikkonkludi rrid ngħid li din hija liġi pożittiva li se tiskossa l- ordinament ġuridiku kif nafuh aħna.", "Per eżempju ̧ l-aktar ħaġa evidenti hija li se tispiċċa s-Sekond'Awla kif spiċċat il-Prim'Awla.", "Issa se jkollok biss qorti ċivili u sessjonijiet.", "Pero' jista' jkun li dawn l- emendi qed isiru b'mod mgħaġġel wisq.", "La se tispiċċa s-Sekond'Awla u se jkollok il-Qorti Ċivili li se tagħmel il-kawżi tas-Sekond'Awla, il- proċeduri kif tmur quddiem din il-qorti se jibqgħu l-istess bħal tas- Sekond'Awla jiġifieri bir-rikors?", "L-udjenzi se jkunu in camera jew fil- privat?", "Dawn se jkunu informali jew peress li se jkunu qrati ordinarji allura l-proċedura tas-Sekond'Awla se tkun qisha proċedura fil-kontenzjuż?", "Din hija liġi tajba imma trid timliha.", "Jien ma nistax ngħid jekk din is- set-up hijiex tajba jew le għax ma nafx x'emendi sussegwenti ġejjin.", "Naturalment il-ministru qed iżomm id-dritt li jiskatta din il-liġi meta jasal żmienha u wieħed jimmaġina li din tiġi skattata meta, per eżempju, ikun hemm qorti tal-familja stabbilita u affarijiet simili.", "Pero' din hija liġi interessanti u neċessarja.", "Kif għidt fil-bidu, kien wasal iż-żmien li l-liġi pubblika tal-pajjiż ikollha overhaul pero' kien hemm bżonn ukoll li jkun hemm overhaul anke tal-proċedura ċivili tagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Herrera skadielek il-ħin.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Iva ̧ se nikkonkludi.", "Il-proċedura kienet waħda pedantika u matul iż-żmien dejjem ipprovajna nnaqqsu mis-sistema antikwata li kellna.", "Pero' meta wieħed jimxi b'dan il-mod irid joqgħod attent li jimla t-toqob li liġi bħal din jista' jkollha.", "Jekk ma nilleġislawx fuq kwestjonijiet oħra naturalment din tiġi liġi li ma tagħmilx sens.", "Għalhekk nirriżerva d-dritt li nerġa' nikkummenta meta l-ministru jintroduċi leġislazzjoni oħra fuq kwestjonijiet li huma anċillari għal dan il-korp leġislattiv.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, qed nitkellmu fuq emendi biex ikollna sistema aktar effiċjenti fil-qrati tagħna.", "Din hija xi ħaġa li lkoll naqblu li hija meħtieġa għax il-perception tan-nies dwar il-qrati tagħna hija waħda ta' qtugħ ta' qalb u u ta' tgergir għax jgħidulek li tidħol taf imma meta toħroġ ma tafx.", "Fil-fatt ħafna nies jaqtgħu qalbhom li jidħlu f'din l-istituzzjoni daqstant importanti.", "Għalhekk aktar ma nagħmlu xogħol biex din l-istituzzjoni ssir effiċjenti aktar in-nies se jkunu moqdija ̧ ikun hemm inqas tgergir u forsi matul iż-żmien jibdew iħarsu lejn din l-istituzzjoni b'mod pożittiv.", "Jien nixtieq li aħna nħarsu lejn din il-liġi mhux biss bħala leġislaturi imma wkoll mill-perspettiva tan-nies li wara kollox qed nitkellmu f'isimhom.", "Kif għidt ̧ il-perspettiva tan-nies fuq din l-istituzzjoni u l- mod kif iħarsu lejha tinbena mill-esperjenzi tagħhom.", "Ovvjament in-nies iħarsu lejn ċerta istituzzjoni b'ċertu mod għax ikunu għaddew minn xi esperjenza jew inkella għax xi ħadd ikun qalilhom l-esperjenza tiegħu dwarha.", "Għalhekk il-mod ta' kif jitkellmu fuq il-qorti huwa riflessjoni ta' dak li jgħaddu minnu huma, ta' dak li jaraw u ta' dak li jisimgħu.", "Għalhekk bla dubju ta' xejn meta nitkellmu fuq l-effiċjenza rridu nħarsu lejn bosta aspetti.", "Per eżempju, ħafna nies igergru fuq id-dewmien żejjed li jiġi kkaġunat mill- qorti, u dan bir-raġun għax id-dewmien jista' jtellef il-kors tal- ġustizzja.", "Kif intqal diġa' matul din id-diskussjoni, meta jgħaddi ċertu żmien minn fuq xi każ partikolari, ix-xhieda jinsew ċerti dettalji, u nuqqasijiet bħal dawn iġiegħlu lil dak li jkun jaħsibha darbtejn qabel ma jiftaħ xi kawża l-qorti.", "Għandu jiġi assigurat ukoll li l-qrati tagħna jieħdu deċiżjonijiet ġusti, u dan iridu jagħmluh billi fost affarijiet oħrajn, jisimgħu lill-partijiet kollha f'kull każ partikolari.", "Qed ngħid dan partikolarment għax ġieli wara li tinqata' kawża, ċerti nies iħossu li ma tkunx saret ġustizzja magħhom, u mhux l-ewwel darba li meta teżamina l- każ tagħhom issib li dawn ikollhom raġun iħossu li ma tkunx saret ġustizzja magħhom.", "Problema oħra li hija komuni ħafna vis-à-vis l-qrati tagħna hija l-problema ta' l-aċċessibbilta`, u dan minn bosta aspetti, fosthom minħabba finanzi.", "Per eżempju, jien naf b'nies li qed joqogħdu lura milli jiftħu kawża l-qorti proprju minħabba li ma jaffordjawx l-ispejjeż kbar li huma marbuta mal-qrati, u dan minkejja li jkollhom raġunijiet validi għaliex jiftħu kawża.", "Fil-fatt din il-problema jiltaqgħu magħha l-iktar dawk li jkunu finanzjarjament dipendenti fuq ħaddieħor, partikolarment in-nisa, għalkemm il-problema tal-finanzi m'hijiex il-fattur ewlieni li jbiegħed lil ċerti nisa milli jmorru l-qorti biex issir ġustizzja magħhom, u dan jikkonfermawh bosta studji li saru fuq qrati barranin.", "Kif ġieli għedt f'dan il-Parlament waqt li konna qed nitkellmu fuq ir- riorganizzazzjoni tal-Pulizija, il-gvern Laburista permezz tal-kummissjoni għall-avvanz tal-mara kien ressaq diversi proposti sabiex l-għases tal- pulizija u l-qrati jkunu iktar women friendly.", "Għaliex?", "Biżżejjed ngħidu li sfortunatament sal-lum meta mara tagħmel il-kuraġġ tirrapporta li qed tiġi msawta f'xi għassa tal-pulizija, ma tantx issib ambjent li jgħinha.", "Per eżempju, ħafna drabi din tiġi mġiegħla titkellem fuq l-affarijiet personali tagħha quddiem nies oħra għax il-pulizija ma jdaħħluhiex f'xi kamra oħra biex ikollha iktar privacy u b'hekk tkun tista' tispjega lill- pulizija minn dak li għaddejja minnu bil-liberta` kollha.", "Fil-fatt ħafna drabi dawk in-nisa li fl-aħħar jiġihom il-kuraġġ li jirrapportaw lil min ikun qed isawwathom, kif jaraw dan l-ambjent fl-għases tal-pulizija, ma jitkellmu xejn u jerġgħu jmorru lura d-dar.", "Forsi ħafna nies għadhom m'humiex aware ta' dawn in-nuqqasijiet, imma meta jiġu għandek nisa li jirrakkontawlek din l-esperjenza li għaddew minnha, ma tkunx tista' ma titkellimx fuq nuqqasijiet bħal dawn.", "Naturalment m'iniex qed ngħid li n-nisa msawta kollha li jmorru jirrapportaw l-għassa tal-pulizija jsibu dan l-ambjent għax ikun hemm ħafna każijiet fejn dawn in-nisa jiġu milqugħa u stmati bl-iktar mod professjonali, pero` sfortunatament għad hemm għases tal-pulizija li l-pulizija li hemm jaħdmu fihom ma jafux kif għandhom iġibu ruħhom meta jiġu quddiemhom każijiet bħal dawn.", "Jien ngħid li l-pulizija għandhom jingħataw ċertu taħriġ anke biex ikunu jafu kif għandhom ikellmu lil dawn in-nisa u kif għandhom jieħdu mingħandhom ċerta informazzjoni ta' natura personali.", "Fil-fatt jien informata li l-pulizija ġieli ngħataw dan it-tip ta' taħriġ, imma madanakollu għadna nisimgħu b'każijiet ta' pulizija li tant ma kenux sensittivi ma' dawn in-nisa li kif għedt diġa', dawn spiċċaw biex dawru denbhom u reġgħu marru d-dar, jiġifieri l-isforz li dawn ikunu għamlu li jirrapportaw lil min ikun qed isawwathom, b'riskju li jinqabdu mill- aggressur tagħhom stess, ma jkun sewa għalxejn.", "Mr Speaker, waħda mill-proposti li tressqet quddiem il-gvern Laburista meta dan kien qed jorganizza lill-korp tal-Pulizija kienet dik li f'każijiet ta' stupru għandha tintbagħat fotografa u mhux fotografu biex jittieħdu ritratti ta' natura intima tal-vittma, u dan għaliex ovvjament dawn it- tfajliet u n-nisa, li jkunu għadhom kif għaddew minn trawma kbira, l-aħħar ħaġa li jkunu jixtiequ tkun li jesponu lilhom infushom biex jitteħdulhom ir- ritratti, liema ritratti jittieħdu biex jgħinu lill-pulizija fl-istħarriġ tagħha.", "Ikun tajjeb jekk inżommu quddiem għajnejna kontinwament li dawn il- vittmi huma nies tad-demm u l-laħam li jħossu ħafna, u għalhekk għandna nittrattawhom bl-ikbar rispett u dinjita`.", "Ħafna nies lanqas biss tgħaddilhom minn moħħhom li jeżistu dawn il- problemi, u jien sirt aware ħafna tagħhom minħabba li jiġu diversi nisa għandi biex iressqu dawn it-tip ta' lmenti, pero` ġaladarba issa nafu li jeżistu dawn it-tip ta' problemi, għandna naraw kif nistgħu nittekiljawhom bl-ikbar serjeta` ħalli tonqos it-tbatija ta' dawn in-nisa.", "Mr Speaker, kulmin jidħol il-qorti ma jmurx hemmhekk bħala divertita imma minħabba li jkollu xi nkwiet, u allura għandu jiġi assigurat li almenu l- qorti tkun effiċjenti ħalli dak li jkun ma tiżdidlux ukoll it-tbatija tad- dewmien żejjed.", "Se noħroġ bi proposta li qed naħdem fuqha għal meta jerġa' jkun fil-gvern il-partit Laburista, pero` nixtieq li din il-proposta tiġi aċċettata anke mill-gvern preżenti, u hawnhekk qed nirriferi għal twaqqif ta' task force biex din tistudja u tidentifika dawk l-areas fil-qrati tagħna fejn fihom hemm kwestjonijiet ta' gender bias.", "Fil-fatt hemm bosta pajjiżi li diġa' waqqfu dawn it-tip ta' task forces, u jekk wieħed jara dawk ir-rapporti li jagħmlu analisi dwar ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu dawn it-task forces isib li dawn taw diversi riżultati pożittivi għall- benefiċċju ta' min juża l-qrati.", "Għalhekk jien nissuġġerixxi biex anke f'pajjiżna titwaqqaf task force li tistudja u tidentifika dawk l-areas tal- qrati tagħna li fihom jista' jkun hemm gender bias.", "Per eżempju, ġaladarba titwaqqaf din it-task force, din hija mistennija li teżamina l-mod kif fil- qrati tagħna jitmexxew allegazzjonijiet ta' misconduct ibbażati fuq diskriminazzjoni minħabba sess, u għandha tqajjem kuxjenza u sensittivita` fuq gender issues lil dawk kollha li huma involuti fis-sistema tal-qrati tagħna.", "Din it-task force hija wkoll mistennija li toffri taħriġ sabiex ikun hemm gender fairness fil-qrati għax sfortunatament minkejja d-diversi liġijiet li għandna li jitkellmu f'dan ir-rigward, fosthom il-liġi tal- familja u l-liġi tal-komunjoni ta' l-akkwisti, sal-lum għadna naraw diversi kitbiet fil-ġurnali u għadhom jiġu jkellmuna diversi nisa fuq l-inkwiet u t- tbatijiet li għaddejjin minnhom minħabba li wara li nqala' ċertu nkwiet u diżgwid bejnhom u bejn żwieġhom, saru jafu li żwieġhom poġġew kollox fuq il- kumpannija tagħhom bil-konsegwenza li dawn in-nisa spiċċaw lampa stampa bla ebda protezzjoni ta' xejn.", "Għalhekk bla ebda dubju, hemm bżonn li nagħmlu iktar safeguards fil- liġijiet tagħna sabiex ma nibqgħux nisimgħu b'każijiet inġusti bħal dawn.", "Sfortunatament illum nisimgħu ukoll b'każijiet fejn ir-raġel jew il-mara - għax naturalment il-vittma f'każijiet bħal dawn mhux dejjem tkun il-mara imma jista' jkun ir-raġel ukoll - jidħlu f'ċerti djun mingħajr ma l-parti l- oħra tkun taf b'dan.", "Huwa veru li biex tagħmel ċerti djun tkun trid il- firma tal-parti l-oħra, pero` kif qal l-Onor.", "Farrugia, ikun hemm mjin jiffalsifika l-firem ukoll.", "Imbagħad xi ngħidu għal dawk il-każijiet fejn minkejja li l-mara tirbaħ id-dritt tal-manteniment, ir-raġel jirrifjuta milli jmantni lilha u lil uliedhom?", "Għalhekk meta titwaqqaf din it-task force li qed nipproponi, din għandha tara wkoll x'tista' tagħmel fuq dawn it-tip ta' problemi filwaqt li tassigura li kulħadd jiġi trattat l-istess fil-qorti, irrispettivament minn jekk dawn ikunux nisa u rġiel.", "Ta' min isemmi wkoll li jeżistu diversi każijiet ta' nisa separati li minkejja l-qorti tkun tathom id-dritt li jieħdu nofs il-pensjoni tar-raġel, dawn ma jingħataw l-ebda flus mir-raġel tagħhom u għalhekk ikollhom jgħaddu mit-tbatija li jerġgħu jidħlu l-qorti.", "Issa dawn in-nisa jkunu anzjani, jiġifieri ħafna drabi ma jkollhomx l-enerġija li joqogħdu deħlin u ħerġin il-qorti, u għaldaqstant naħseb li huwa tajjeb li nitfgħu dawl fuq dawn il- ħafna problemi u tbatijiet li jkollhom jgħaddu minnhom dawn in-nies.", "Kif qed naraw, ħafna drabi l-vittmi taċ-ċirkostanzi li semmejt ikunu nisa, u inevitabbilment il-bidliet li seħħew fl-istatus tan-nisa matul is-seklu 20 qed jippreżentaw sfida fis-sistema legali sabiex takkomoda u tirrifletti dawn l-istess bidliet.", "Mr Speaker, jien naħseb illi jekk tikber il-preżenza femminili fl-iktar livelli għoljin tal-qrati tagħna, dan jgħin sabiex il-qrati jittrattaw il- każijiet li jkollhom quddiemhom mingħajr l-ebda diskriminazzjoni bejn is- sessi.", "Illum iktar min-nofs dawk li qed jiggradwaw bħala avukati qed ikunu tfajliet, pero` minkejja dan kollu xorta għadna nsibu żbilanċ kbir bejn is- sessi f'dawk il-livelli għoljin li minnhom jittieħdu d-deċiżjonijiet, għalkemm din hija xi ħaġa li ma niltaqgħux magħha fil-qrati biss imma f'kull fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Jiena jiddispjaċini meta nara li filwaqt li s-soċjeta` tagħna hija maqsuma nofs bin-nofs, in-nies li qegħdin fil-livelli fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet m'hijiex rappreżentata nofs bin-nofs, u dan minkejja li tista' tgħid illi f'kull qasam għandna nisa li huma kapaċi u kkwalifikati daqs l-irġiel.", "Per eżempju, nafu li fil-pożizzjoni ta` mħallef lanqas għandna mara waħda, maġistrati nisa hemm ftit u fl-amministrazzjoni kellna direttur ġenerali mara li pero` ma ġiet ri-appuntata.", "Naturalment meta qed ngħid dan kollu jiena qed nassumi li intom qed tifhmu li trid tħares lejn il-kapaċita` tal- persuna u mhux jekk intix raġel jew inkella mara.", "Trid tara jekk tali persuna hiex kapaċi tagħmel dak ix-xogħol, għalkemm hawn ħafna min jargumenta li jekk fil-livelli għoljin ikun hemm xi mara li ma tkunx up to standard, din tkun qed tibbilanċja xi ftit in-numru ta` dawk l-irġiel li ma jkunux up to standard.", "Xi kultant fejn jidħlu n-nisa kulħadd jgħid li rridu naraw x'kapaċita` għandhom, u jiena naqbel magħha, pero` rridu wkoll naraw x'livell u x'kapaċitajiet għandhom irġiel li jkunu jaħdmu f'postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Sur President, irrid nsemmi studju li sar dan l-aħħar barra minn Malta dwar il-project on international courts and tribunals.", "Se nsemmi dan l-istudju biex nuri li aħna rridu naħdmu bħalma għandhom bżonn jaħdmu pajjiżi oħrajn għax din m'hijiex problema ta` Mata biss.", "Naturalment hemm pajjiżi li waslu.", "Per eżempju l-Isvezja għandhom nofs il-kabinett kompost min-nisa.", "Pero` mbagħad għandek pajiżi oħrajn li għadhom nofs triq, oħrajn li waslu safejn wasalna naħa u oħrajn li għadhom lura iktar minna.", "Dan l-istudju li qed nagħmel riferenza għalih juri li minn 153 imħallef, f'disa` qrati internazzjonali prinċipali, 18 biss huma nisa.", "Dan l-istudju jgħid ukoll li fl-elezzjoni tal-United Nations għal 14 imħallef għall-International Criminal Tribunal for the Former Yugoslavia mara waħda biss ġiet eletta, u telgħet imkaxkra għax kienet hi li ġabet l-inqas numru ta` voti minn dawk li telgħu.", "Dan l-istat ta` fatt huwa minħabba li n-nisa m'humiex rappreżentati biżżejjed bħala imħallfin fis-sistema legali nazzjonali ta` pajjiżhom.", "Għalhekk imbagħad id-deficit jibqa` tiela` fil-livelli internazzjonali għax jekk inti m'għandekx pool ta` kandidati li diġa` huma mħallfin nisa biex jikkontestaw għal dawn il-karigi bilfors jinkiseb dak ir- riżultat.", "Sur President, fatturi li jġibu dan l-istat ta` fatt – issa se nitkellem fuq il-livell nazzjonali – huwa n-nuqqas ta` priorita` li nagħtu lil din il- kwestjoni.", "Għalhekk jiena nerġa` ngħid u nisħaq li hemm bżonn li nwaqqfu din it-task force kif waqqfu pajjiżi oħra għax b'hekk nistgħu niġbdu l- attenzjoni fuq din id-defizjenza li għandna fil-qrati ta` Malta.", "Jekk mhux se nagħmlu hekk se nħallu l-affarijiet, biex ngħid hekk, jiġru b'mod naturali u forsi mitt sena oħra jew mitejn sena oħra naslu.", "Biex inġibu l- bidliet li għandna bżonn fis-soċjeta` tagħna rridu nkunu pro-attivi u niġbdu l-attenzjoni billi nitkellmu fuq din il-problema.", "Jiena ngħid li jekk titwaqqaf din it-task force, din tkun tista` taħdem fuq dawn l-aspetti kollha li qiegħda insemmi.", "Bit-twaqqif ta` task force bħal din inti se jkollok aktar xi ħaġa sħiħa għax għandek sehem rappreżentattiv veru tas- soċjeta` tagħna.", "Meta għandek xi ħaġa aktar sħiħa, awtomatikament se jkollok xi ħaġa iktar effiċjenti għax għandek aktar nies li jaħsbu b'moħħ in-nies li se jużaw dawk l-istrutturi.", "Se jkollok aktar nies li jista` jkun li jkunu jafu iżjed fuq l-esperjenzi ta` dawk in-nies li se jiġu hemmhekk biex jużaw din l-istituzzjoni.", "Sur President, kultant aħna ma nirrealizzawx li anke mill-aspett ekomoniku qegħdin immorru ħażin.", "Għaliex?", "Għax aħna qegħdin ninvestu fl-edukazzjoni, sew f'dik tan-nisa kif ukoll ta` l-irġiel.", "Pero` m'aħniex nużaw il- potenzjal kollu li nistgħu nieħdu minn dak l-investiment għax inti lil ċerti nies qed tħallihom jiefqu sa ċertu livell meta dawn jistgħu jagħtu ħafna iktar.", "Meta inti m'intix qed tużahom b'mod li l-aktar tista` tieħu minnhom, inti ma tkunx qed tieħu r-return ta` dak kollu li tkun investejt.", "Jiġifieri anke mill-aspett ekonomiku sejrin ħażin.", "Kultant huwa importanti l-argument ekonomiku għax wara kollox, fl-aħħar mill-aħħar, f'dan il- Parlament f'pounds, shillings and pence rridu inkjelu.", "Jekk jien qed nissuġġerixxi proġett li naf li dan se jagħtina lura ferm iktar minn dak li qed ninvestu allura importanti li nagħmel l-argument ekonomiku wkoll, speċjalment meta f'din il-Kamra hawn ħafna rġiel u forsi l-ewwel mod kif iħarsu lejn l-affarijiet huwa mill-aspett ekonomiku.", "Kif qed ngħid, b'task force bħal din inti se tkun tista` tuża l-potenzjal kollu ta` dak li inti investejt fih u allura se jkollok nisa u rġiel b'esperjenzi differenti u b'hekk se jkollok ħaġa aktar sħiħa għax tkun qed tuża l-kapaċitajiet u l-esperjenzi tat-tnejn.", "Jiena ngħid li qorti b'nuqqas ta` nisa, sew jekk hi qorti ta` nazzjon, sew jekk hi qorti Ewropea u sew jekk hi qorti internazzjonali, ma tistax tgħid li hija rappreżentattiva tas-soċjeta` b'mod li tirrifletti verament is-soċjeta` tagħna.", "Jiena ngħid li aktar ma s-sistema internazzjonali ġudizzjarja tikber u tkun involuta f'issues importanti, iktar huwa kruċjali li l- ġustizzja internazzjonali wkoll tidher rappreżentattiva tas-soċjeta` kollha.", "Sur President, jiena nieħu gost li fost il-maġistrati nisa li għandna qed jissemmew aktar affarijiet u qed tittieħed azzjoni u jingħataw ċerta importanza l-kwestjonijiet li jagħtu ħafna tbatija lin-nisa.", "Veru li għad għandhom idejhom marbutin minħabba li jekk, per eżempju, qed nitkellmu fuq il-kwestjoni tas-swat domestiku, l-emendi għal-liġi li jagħtu protezzjoni lil dawn il-vittmi għadhom ma tressqux.", "Dan l-aħħar rajna li għall-ewwel darba kien hemm minn intbagħat il-ħabs minħabba li kkommetta vjolenza domestika.", "Pero` dan huwa biss każ wieħed mill-500 każ li jkollna rrapportati fis-sena.", "Jiena ngħid li dawn il-każi ma jispiċċawx kollha fil- qorti għax is-sistema, kif inhi, ma toffrix protezzjoni biżżejjed lil dawn in-nisa biex jieħdu azzjoni u jkollhom il-kuraġġ li jwasslu l-każ tagħhom sat-tarf.", "M'iniex qed ngħid li f'każijiet fejn l-affarijiet jistgħu jirrisolvu ruħhom – forsi min ikun qed isawwat għandu bżonn l-attenzjoni u l-kura huwa wkoll - dak li jkun għandu jibqa` sejjer bil-każ.", "Fil-fatt dik kienet waħda mill-affarijiet li konna ħsibna għaliha meta konna se nressqu l-liġi tal-qorti tal-familja.", "Imma hemm ħafna każijiet li jiefqu mhux għax ikunu rranġaw l-affarijiet, imma għax il-mara taqa` qalba mill-proċess li trid tgħaddi minnu.", "Jekk inti tara kemm każijiet jaslu sa l- aħħar fil-qorti u tqabbilhom mal-500 każ li jkollna fis-sena tinduna li xi ħaġa mhux qed tiffunzjona hemm.", "Jiena jiddispjaċini li jkolli nerġa` niġi hawn ġew u nitkellem fuq ix-xogħol li sar fuq il-liġi tas-swat fid-djar biex noffru protezzjoni legali lil dawn in-nisa.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali f'Marzu tas-sena 2000 kien qal dik il-liġi kienet se titressaq hawnhekk u sa Ġunju tas-sena 2000 tkun għaddiet.", "Minn dakinhar għaddew sentejn u din il-liġi għadna lanqas biss xammejniha.", "Jiġifieri mhux biss li x-xogħol mhux qed isir talli l-Onor.", "Gonzi jiġi jidħak bina hawn ġew billi jgħidilna u jħabbar fuq il-gazzetti kollha li sas-sena 2000 dik il- liġi tkun għaddiet.", "Nerġa` ngħid, għaddew sentejn u din il-liġi għadha ma tressqitx u dan meta nafu kemm hawn min hu għaddej minn tbatija.", "Hemm ħafna xi jrid isir f'dan il-kamp tal-vjolenza domestika, imma l-unika ħaġa li nistgħu nagħmlu fiż-żgur, bħala klassi politika, huwa li noffru din il-protezzjoni legali bl-istrutturi kollha li hemm bżonn għax li tagħmel il- liġi u ma tkunx tista` timplimentaha xorta se nibqgħu ċikku b'riku.", "Lili jċempluli kuljum nisa b'dawn il-problemi u jistaqsuni: Imma x'inhi tagħmel il-klassi politika biex għallinqas tagħtina protezzjoni legali?", "Jiena nistħi nirrispondihom lil dawn in-nies għax ma nafx x'naqbad ngħidilhom.", "Imbagħad ngħidilhom li sentjen ilu l-Onor.", "Gonzi wiegħed li sa Ġunju tas- sena 200 se tkun għaddiet il-liġi biex tingħata din il-protezzjoni, imma l- wegħda tal-Ministru taret mar-riħ bħal ħafna wegħdi oħra.", "Sur President, naturalment din il-liġi se tkun għodda tajba biex dawn in- nisa għallinqas ikollhom din il-protezzjoni u ħadt gost nisma` lill- Ministru, meta fetaħ dan id-dibattitu, jgħid li wasalna fuq il-liġi tal- familja u kont ħadt gost ukoll meta smajt lill-Prim Imħallef Arrigo jgħid li waħda mill-prioritajiet tiegħu se tkun it-twaqqif tal-qorti tal-familja.", "Jiena naħseb li huwa veru li din kienet waħda mill-prioritajiet tiegħu għax il-bieraħ il-Ministru qal li wasalna.", "Nittama li veru wasalna għax għandna bżonn kbir ta` din l-istruttura, speċjalment biex tittaffa t- tbatija tat-tfal li jsibu ruħhom bejn ġenituri li qegħdin jitlewmu u jgħaddu minn trawma sħiħa.", "Normalment dawn it-tfal ikunu ta` eta` żgħira u allura eta` impressjonabbli, għalhekk ssirilhom ħafna ħsara psikoloġika u emozjonali.", "Meta l-gvern Laburista kien qed ifassal din il-liġi kien ħaseb għall-avukat tat-tfal, għas-social workers u għal psikologi biex dawn jagħtu s-servizzi tagħhom għax din hija xi ħaġa delikata ħafna, speċjalment fejn ikun hemm it-tfal u l-vjolenza.", "Dawn m'humiex affarijiet li wieħed jeħodhom b'mod ħafif għax dawn huma serji ħafna u kultant dak li jiġri f'dawn il-każijiet jiddetermina l-ħajja ta` dawk it-tfal li jkunu involuti, għax ta` dik l-eta` impressjonabbli ċerta ħsara emozjanali u priskoloġika taffettwahom għall-kumplament ta` ħajjithom.", "Jiġifieri jiena qed nistenna b'ħafna ħerqa li titwaqqaf din il-qorti tal-familja, u ngħid b'ħafna ħerqa għax naf kemm hemm bżonnha u naf kemm għandna problemi.", "Sur President, jiena xtaqt nitkellem ukoll fuq dak li qed jipprova jirregola l-gvern, jiġifieri l-imġiba ta` l-imħallfin.", "Li rrid ngħid huwa li dan għandu jsir ukoll f'oqsma oħra fis-settur pubbliku għax filwaqt li qed nitkellmu fuq il-conflict of interest f'dan is-settur ta` l-imħallfin, għandna każijiet lampanti ta` conflict of interest f'ħafna entitajiet pubbliċi fejn hemm interessi ta` nies li qegħdin imexxu ażjendi pubbliċi u imbagħad għandhom l-interessi tagħhom, per eżempju, f'kumpanniji li jagħmlu stħarriġ, f'kumpanniji tal-media u f'kumpanniji oħra.", "Dawn huma kollha aspetti li għandna nidħlu fihom fis-settur pubbliku wkoll u mhux fil- qasam ta` l-imħallfin biss.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, fl-intervent qasir li se nagħmel – fil-fatt m'għandix il-ħsieb nieħu l-40 minuta – nixtieq nagħmel ftit osservazzjonijiet dwar il-management u l-istrutturi tal-qorti minħabba li llum sfortunatament il-problema tad-dewmien saret sitwazzjoni aċċettabbli.", "Il-problema tad-dewmien m'hijiex xi ħaġa limitata għal pajjiżna.", "Fil-fatt ħafna mill-qrati barra minn pajjiżi kemm fl-Ewropa u anke fl-Amerika għandhom din il-problema tad-dewmien.", "Wieħed ma jistax jgħid li l- gvernijiet, kienu liema kienu, ma ħadux inizjattivi biex jisbrigaw il- proċeduri fil-qorti.", "Tajjeb li min-naħa tiegħi ngħid li din il-problema mhux biss naraha mill-esperjenza tiegħi qasira bħala minsitru tal-ġustizzja imma naraha wkoll mil-lat ta` persuna li naħdem fil-qasam legali, pero` 'l barra mill-qrati.", "Fost l-osservazzjonijiet li xtaqt nagħmel fil-qosor ħafna hija l-fatt li fiċ-ċirkostanzi preżenti, waħda mill-iktar qrati importanti li jeħtieġ titwaqqaf u tkun sostnuta wkoll b'ħafna manpower, hija bla dubju ta' xejn il-qorti tal-familja.", "Tajjeb ngħid li l-inizjattiva tat-twaqqif ta' din il-qorti ilha tinħema mill-1997 meta kont waqqaft kumitat biex jagħmel il-proposti kif għandha tiffunzjona l-qorti tal-familja.", "Minn dak iż-żmien sal-lum ix-xogħol baqa' miexi - forsi b'persuni differenti imma, jekk m'iniex sejjer żball, fil- maġġor parti baqgħu l-istess persuni li kienu nvoluti oriġinarjament - u llum qed noqorbu biex titwaqqaf din l-istituzzjoni fi ħdan il-qorti.", "Din hija importanti minħabba r-realtà li qed ngħixu fi żmienna fejn għandna familji bi problemi ta' alkoħoliżmu, ta' vjolenza - pjaga serja li għadha kif enfasizzat ħafna fuqha l-kollega tiegħi - u ta' inkompatibilità ta' karattru, biex nużaw dan l-ewfemiżmu.", "Sfortunatament qed ikollna ħafna separazzjonijiet fil-familji, bil-konsegwenzi ħżiena li definittivament jolqtu lit-tfal.", "Allura huwa importanti ħafna li jkun hemm istituzzjoni li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal b'mod partikolari.", "Barra minn hekk, illum qed tidħol l-użanza xejn pjaċevoli li jużaw l-iskuża tas-separazzjonijiet bonarji biex igawdu minn ċerti benefiċċji soċjali.", "Jiddispjaċini ngħidha din, imma xi kultant tiltaqa' ma' każijiet fejn tnejn jiddikjaraw li qed jgħixu separatament - imma attwalment ikunu qed jgħixu fl-istess unit, minkejja li l-indirizz fuq l-I.D. card ikun differenti - biex japprofittaw ruħhom minn benefiċċji soċjali li mhumiex dovuti lilhom.", "Din ta' l-aħħar forsi hija konsiderazzjoni oħra li ma tolqotx il-problema in kwestjoni.", "Jeħtieġ li jkun hemm din l-istituzzjoni li mhux biss tissalvagwardja l- interessi tal-koppja, imma primarjament tħares lejn l-interessi tat-tfal minuri li anke fil-liġi tagħna għandna proċedura sħiħa biex ikunu protetti fil-każ li ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom għax imutu l-ġenituri jew għal raġuni oħra.", "Il-liġi tagħti kas partikolari dwar il-kustodja u l-kura tat- tfal minorenni.", "Imma importanti li tibda tiffunzjona din il-qorti kemm jista' jkun malajr biex tindirizza l-problemi soċjali li ġġib magħha s- separazzjoni.", "Ċertament din l-istituzzjoni se tirrikjedi riżorsi umani, nies speċjalizzati f'dan il-qasam u riżorsi finanzjarji, imma naħseb li huwa obbligu tal-gvern li jalloka dawn ir-riżorsi neċessarji biex effettivament din tibda tiffunzjona tajjeb mal-ewwel.", "Problema oħra li dejjem tinstema' hija l-kwestjoni tad-dewmien tal-kawżi fil-qrati.", "Ħafna drabi din il-problema tiġi attribwita għal diversi fatturi, fosthom l-inklinazzjoni ta' pajjiżna li nidħlu f'ħafna litigazzjoni u mill-ewwel nirrikorru għal redress fil-qorti.", "Perċentwal sostanzjali tad-dewmien biex tinqata' kawża tiddependi ħafna mill-ħidma tal- ġudikant u anke mill-operat ta' l-avukati li, bħala bniedem minn barra, nemmen li ma tantx għandhom interess li l-kawżi jinqatgħu fi żmien qasir.", "Mr Speaker, huwa importanti wkoll li jittieħdu l-miżuri amministrattivi biex ikun hemm management aħjar.", "Il-qorti hija istituzzjoni b'numru kbir ta' nies li jridu jkunu mmeniġġjati tajjeb biex jagħtu r-riżultat mixtieq.", "Huwa importanti li jkun hemm sens ta' management li jibda mil-livell tal- ġudikant, li jmexxi l-kawżi tajjeb, iżomm il-ħin u jikkontrolla l-avukati fl-awla, sal-livell ta' management amministrattiv li jagħti sostenn lis- sistema sħiħa.", "Fl-opinjoni tiegħi importanti li jibdew jiddaħħlu ċerti prattiċi li jwasslu kemm jista' jkun biex bniedem ma jkollux għalfejn jidħol il-qorti biex tiġi solvuta kwestjoni bejn tnejn jew tlieta min-nies.", "Naturalment wieħed irid jeskludi l-każijiet kriminali u ta' personal injuries.", "Imma l-maġġoranza tal-każijiet huma ta' natura ċivili u kummerċjali fejn jinqala' nuqqas ta' qbil bejn tnejn jew tlieta min-nies u l-kwestjoni ma tkunx tista' tiġi solvuta barra mill-qorti.", "Allura l-proċedura tibda bl-ittra ġudizzjarja u tkompli għaddejja biċ-ċitazzjoni.", "Però naħseb li jkun tajjeb li qabel ma jibdew il-proċeduri tempestivi fil- qorti - u xorta qegħdin jibdew il-proċeduri minkejja li t-tariffi tal-qorti għolew - l-avukati stess jibdew il-proċess ta' negozjati qabel ma jidħlu fil-qorti.", "Jekk m'iniex sejjer żball kien hemm xi stati fl-Amerka li bdewha din u qiegħda imposta b'liġi.", "Jiġifieri qabel ma wieħed jirrikorri għall-qorti biex il-każ jitla' quddiem il-ġudikant, il-partijiet jagħmlu pre-trial negotiations.", "Dawn ikunu negozjati fejn l-avukati jlaqqgħu l- partijiet madwar mejda - u dan qabel l-arbitraġġ li issa niġi għalih iktar tard - u jipprovaw jirranġaw bonarjament.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija sistema li l-professjoni legali għandha tadotta u tkun hi li tinċentivaha.", "Ix-xogħol tiegħi bħala nutar huwa barra mill- qorti u nistqarr li għażilt din il-professjoni appuntu biex ma nirfisx l- għatba tal-qorti.", "Imma fix-xogħol tagħna jkollna ħafna kwestjonijiet li jinqalgħu bejn partijiet u għalkemm mhux dejjem jirnexxilna nsolvuhom permezz ta' laqgħat, aħna nħeġġu liż-żewġ partijiet biex jiltaqgħu u nieħdu ħafna ħin biex nisimgħu ż-żewġ naħat u nipprovaw inwassluhom għal ftehim bonarju.", "Dan huwa proċess li jien personalment nużah kemm jista' jkun u kuntent bir- rata ta' suċċess.", "Però jekk din il-prattika tmur fuq livell iktar sofistikat, fejn l-avukati wkoll ilaqqgħu l-partijiet u jipprovaw iwassluhom għal ftehim, perċentwali mill-kawżi li jkunu se jispiċċaw il- qorti effettivament ma jispiċċawx hemmhekk.", "Ovvjament ma jfissirx li wieħed imur fuq il-klijent tiegħu u jgħidlu li għandu raġun mija fil-mija u l-ieħor għandu raġun mija fil-mija għax fi kwestjoni bejn tnejn jew tlieta min-nies ħadd ma jkollu raġun mija fil-mija.", "Tagħmel x'tagħmel irid jintlaħaq kompromess.", "Jien inħeġġeġ ukoll l-użu ta' l-arbitraġġ li ma nistax nifhem għalfejn hemm reżistenza għalih minn numru ta' avukati.", "Qed ngħid dan għax tkellimt ma' wħud minnhom li esprimew din ir-reżistenza, mhux għax huma kontra l- arbitraġġ imma jippreferu li r-rikors isir il-qorti.", "Illum iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ qed jiffunzjona u qed ikunu appuntati l-arbitri.", "L-arbitraġġ mhux xi ħaġa li vvintajnieha f'Malta, imma dan żviluppa fil- kummerċ mad-dinja kollha u ilu ħafna snin jintuża bħala mezz ta' riżoluzzjoni ta' kwestjonijiet fl-akbar kuntratti internazzjonali li jsiru.", "Ir-rikors għal arbitraġġ hija xi ħaġa li trid tiżviluppa aktar hawn Malta.", "Ċertament tista' tiżviluppa fl-oqsma tal-kummerċ, f'ċerti oqsma ċivili u nerġa' ntenni li jkun tajjeb li dan iħeġġuh Il-professjonisti.", "Hawnhekk nixtieq insemmi inizjattiva li kienet qed tiżviluppa b'mod informali fiż-żmien meta kont ministru tal-ġustizzja.", "Il-kumpanniji ta' l- insurance tant kellhom problemi ta' kawżi fit-tul fil-qrati fejn jidħlu l- insurance tal-vetturi u kellhom flus depożitati in a contingency fund li ma setgħux jużawhom minħabba s-snin twal li jgħaddu biex tittieħed deċiżjoni, li meta laqqajt l-insurances primarji s-Sur Mario Grech tal-Middle Sea Insurance - li huwa wieħed mill-experts ewlenin fil-qasam ta' l-insurances f'pajjiżna u wieħed mill-iktar nies li għenuni - ried iwassal biex ikun hemm qbil bejn l-insurances, l-underwriters u l-aġenziji ta' l-insurances li fejn il-każijiet ma jinvolvux personal injuries il-kwestjonijiet jiġu settled permezz ta' arbitraġġ.", "Jekk jien mgħarraf tajjeb ħafna mill-insurances illum qed jużaw is-sistema ta' arbitraġġ.", "Però jeħtieġ li jittieħdu ċerti miżuri biex din is-sistema tkun tista' tiżviluppa.", "Waħda mill-miżuri li diġà ttieħdu hija l-fatt li llum huwa obbligatorju li kulħadd ikun insured third party full.", "Il-miżura li jmiss hija li, bħalma jsir barra minn Malta, kulħadd ikun insured b'mod comprehensive.", "Ma' dan irid jidħol ukoll il-waiver clause ta' l-individwu, li jekk ikun comprehensively insured awtomatikament jirrinunzja għal kwalunkwe drittijiet li jkollu - ovvjament mhux f'każijiet fejn ikun hemm personal injuries, imma f'każ ta' ħsarat fil-vettura - u jħalli f'idejn l- insurance company li jkun assigurat magħha biex issolvi l-każ ma' l- insurance company l-oħra.", "Qed ngħid dan għax madwar 25% tal-kawżi - jista' jikkoreġini l-ministru dwar dan, imma din hi l-informazzjoni li kienu tawni fl-1997 - li kien hemm il-qorti fl-1997 kienu jinvolvu lill-insurances.", "Allura tkun miżura fid- direzzjoni t-tajba jekk niffokaw biex ħafna mill-kawżi jgħaddu biex jiġu deċiżi minn arbitraġġ.", "Nerġa' ntenni li l-insurances huma disposti aktar mill-individwi li jmorru għall-arbitraġġ ħalli l-kawżi jinqatgħu kemm jista' jkun malajr.", "Wieħed jista' jidentifika oqsma oħra fejn dan it-tip ta' arbitraġġ ikun jista' jintuża.", "Jien nemmen fih ħafna u nħeġġeġ li jkun użat ħalli tonqos il-load ta' kawżi fil-qorti u effettivament il-ġudikant ikun f'pożizzjoni li jaħdem aħjar.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan għandu r-responsabbiltà tiegħu - ma nistgħux ngħidu li ma teżistix ir-responsabbiltà tal-ġudikant - u jien bħal kull wieħed minna hawn ġew għandi kull rispett lejn il-ġudikant.", "Dan huwa bniedem ta' integrità għax kieku ma jkunx qiegħed maħtur hemmhekk, u ċertament iħoss ir-responsabbiltà li jħaffef fil-qtugħ tal-kawżi.", "Fost l-affarijiet li ma naqbilx magħhom fil-liġi li għandna quddiemna huwa l-fatt li l-imħallfin u l-maġistrati qed ikunu esklużi anke li jagħmlu xogħol volontarju.", "Li jkunu esklużi milli jipprattikaw il-professjoni ta' avukat hija l-iktar ħaġa loġika u fil-fatt ħadd minnhom ma jipprattikaha.", "Wieħed jifhem ukoll li jkunu esklużi milli jiġġestixxu negozju u kummerċ minħabba li jista' jiżviluppa konflitt ta' interess.", "Jekk aħna nħarsu lejn il-qorti bħala t-tielet kolonna tad-demokrazija fil-pajjiż wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' dan.", "Però ċertament ma naqbilx li l-membri tal-ġudikatura għandhom ikunu esklużi anke mix-xogħol volontarju fil-qasam soċjali, fil-qasam sportiv jew f'oqsma oħra bħalma huma każini tal-baned.", "M'għandhomx ikunu esklużi l-ewwelnett għax aħna suppost nemmnu li dawn huma nies kompetenti, nemmnu fl-integrità tagħhom u nemmnu li dawn għandhom ir-responsabbiltà li jkunu kapaċi jibbilanċjaw bejn il-ħin allokat għax-xogħol volontarju u l-ħin allokat għall-ħidma prinċipali tagħhom, li huwa x-xogħol tagħhom fil-qrati.", "It- tieni nett għalkemm dan il-ġudikant ma jridx jinvolvi ruħu f'ċertu negozju, ma naħsibx li għandu jgħix f'iżolament u m'għandux ikollu parteċipazzjoni soċjali.", "Fl-opinjoni tiegħi, għalkemm xogħol il-ġudikant huwa li jinterpreta u jiddeċiedi fuq il-liġijiet li ngħaddu mill-parlament, naħseb li f'ħafna każijiet l-interpretazzjoni għandha tkun tempered minn awareness u feeling soċjali, jiġifieri jkollu dik il-profondità tal-kuntatt soċjali biex ikun jista' jifhem iktar il-bniedem.", "Naħseb li dik l-esperjenza soċjali effettivament ma tnaqqsilhomx mill-kapaċità tagħhom imma żżidilhom il- kapaċità u jkunu jistgħu jifhmu iktar is-sitwazzjonijiet reali li jiltaqgħu magħhom.", "Ħalli nagħti eżempju ta' imħallef li qiegħed fil-qorti tal-familja.", "Ovvjament hemmhekk hemm l-iktar element soċjali li wieħed jista' jiltaqa' miegħu bil-problemi li tiltaqa' magħhom.", "Allura jekk imħallef jew maġistrat ikun qed jaħdem f'qasam soċjali, per eżempju, fl-interess tan- nisa msawta, fl-interess tat-tfal bi problemi, jew inkella vittmi tad- droga, din it-tip ta' esperjenza se sservih għall-kariga tiegħu ta' ġudikant.", "Jien nagħlaq fuq il-punt li jekk ma jitteħdux aktar inizjattivi lil hinn mill-qrati l-problema tad-dewmien, il-problema ta' padlock tibqa' u biex tiġi riżolta jridu jiġu ntrodotti miżuri ġodda li wħud minnhom qegħdin hemm diġà, imma jistgħu jiġu utilizzati aħjar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Qabel ma ngħaddu għall-winding up is-Sedja tixtieq tikkomunika d-deċiżjoni li ttieħdet illejla waqt il-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li s-Sedja ġiet awtorizzata mill-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi li l-każ ta' ksur ta' privileġġ li kien hemm fil-konfront ta' l-Onor.", "Michael Bonnici issa huwa riżolt wara dikjarazzjonijiet li saru mill-editur tal-Gazzetta The Malta Independent u mill-avukat li deher f' isem is-Sur John Zammit.", "Id-dettallji kollha u d- dikjarazzjonijiet li saru jirriżultaw mit-traskrizzjoni mhux uffiċjali tad- diskussjoni li saret fit-tliet laqgħat ta' l-istess kumitat li tratta dan il-każ.", "It-taskrizzjoni ta' l-aħħar laqgħa li saret illejla tkun available aktar tard.", "Insejjaħ issa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex jagħmel il- winding up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Grazzi Mr Speaker.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil kull min ħa sehem f'dan id-dibattitu.", "Ninnota l-konklużjoni pożittiva ta' dan id-dibattitu fis-sens li l-oppożizzjoni qiegħda b'mod ġenerali taqbel ma' din il-liġi ħlief għall-klawsola waħda li nitkellem fit-tul fuqha f'dan I-winding up.", "Però hemm qbil fuq dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil ta' l- amministrazzjoni tal-qorti u t-tibdil fil-proċeduri legali, suġġett għal suġġerimenti u emendi li jistgħu jiġi ssuġġeriti fl-istadju tal-Kumitat li aħna disposti li nilqgħu fi spirtu ta' djalogu sħiħ.", "Kien hemm ukoll inkoraġġiment ħalli ngħaġġlu biex nagħmlu dan it-tibdil.", "Se nagħmel ftit rimarki biss fuq l-aktar punti mportanti li tqajmu.", "Ma nistax naqbel ma' l-Onor.", "Herrera li qed ngħaġġlu f'dawn l-emendi għax dawn ilna niddiskutuhom mal-ġudikatura, ma' l-avukatura u mal-prokuraturi legali mill-inqas sena u nofs.", "Erba' xhur ilu tajt sett ta' emendi li konna se nipproponu lill-Onor.", "Farrugia bħala l-ispokesman ta' l-oppożizzjoni dwar il-ġustizzja.", "Kienu l- ewwel draft, komparati mal-liġi eżistenti, bir-raġunijiet emenda emenda għaliex konna qed nipproponu hekk, u tajtu wkoll ir-regolamenti Ii konna qed nipproponu li noħorġu minn din il-liġi.", "Dawn tajthomlu erba' xhur ilu biex ikun hemm ċans li tarahom l-oppożizzjoni u forsi dan ikkontribwixxa għal dan id-dibattitu pożittiv li kellna.", "Ma naħsibx li qed ngħaġġlu, imma wasal iż-żmien li jsiru dawn l-emendi.", "Jekk l-Onor.", "Herrera ried ifisser li m'għandniex nimplimentawhom f'daqqa, naqbel miegħu, u nassigurah li hekk se jsir.", "Se nimplimentawhom fi stadji għax ma rridux inbiddlu l-ordinament ġuridiku sħiħ mingħajr ma jkun hemm preparazzjoni teknika u awareness biżżejjed.", "Għal min forsi ma qarax l-abbozz kollu rrid naċċertah l-ewwelnett li s- sistema tal- master m'hijiex fil-liġi llum.", "Hija prattika wżata mill- ġudikatura tagħna però m'hijiex stabbilita fil-liġi, anzi artikolu 202 li jistabbilixxi l-poċedura tas-smigħ tal-kawżi huwa dead letter.", "Għalkemm qiegħed fil-liġi, kif qal sew l-Onor.", "Gulia, huwa totalment inosservat.", "Il- master se jidħol permezz ta' din il-liġi u aktar u aktar permezz tar- regolamenti Ii se jsiru taħtha.", "Għalija kien essenzjali li dawn ir- regolamenti jkollhom il-qbil unanimu tal-ġudikatura li tipprattika fil- Prim'Awla u għalhekk domna sena u nofs biex għamilnieha.", "Jien għandi l-assigurazzjoni tal-Prim Imħallef li dawn ir-regoli rawhom, biddlu fihom, għamluhom kif xtaqu huma u allura l-master se jiġi mplimentat mhux kif iridu l-politiċi imma kif trid il-ġudikatura.", "Naħseb li din hija l-aktar pedina importanti biex ikun hemm suċċess fis-smigħ tal-kawżi, biex jinstemgħu bil-ħin, jinstemgħu f'parametri miftiehma, ikun hemm il-pre- trail f'ċerti każi li qed niddefinixxuhom aktar 'il quddiem, u jkollna d- diviżjonijiet u l-speċjalizzazzjonijiet.", "Il-fatt li għandna qbil tal-ġudikatura u ta' l-avukatura jgħin ħafna għax fl-aħħar mill-aħħar aħna nistgħu nagħmlu l-liġijiet, però l-imħallfin u l- avukati jiddisponu mil-liġijiet, speċjalment ta' organizzazzjoni u ta' proċedura.", "Il-fatt li għandna l-qbil ta' dawn il-players li kienu parteċipi fid-drafting ta' dawn il-liġijiet u ta' dawn ir-regoli huwa l- aktar element essenzjali għas-suċċess li lkoll nixtiequ li jkollhom dawn l- emendi.", "It-tielet punt li xtaqt nagħmel assigurazzjoni dwaru - għax donnu xi ħadd ma ndunax - huwa dwar il-family court li qed jiġi stabbilit permezz ta' din il-liġi.", "Għandna l-emendi fejn se naqilgħu l-partijiet li għandhom x'jaqsmu mas-separazzjonijiet, l-annulamenti u l-addozzjonijiet - dak li llum hija s-Sekond'Awla biex imorru fil-family court.", "Hawn l-emendi għall- Kodiċi Ċivili fuq is-separazzjonijiet personali u taħt ir-regolamenti se jiġu dettaljati aktar il-fażijiet ta' konciljazzjoni, medjazzjoni u kif tinstema' kawża ta' separazzjoni personali.", "Jiġifieri issa qed nieħdu l-pass legali biex inkunu nistgħu nistabbilixxu l- family court u, kif qal sew l-Onor.", "Gulia, iċ-challenge huwa li, bejn il- permessi tal-Planning Authority bejn it-tenders biex issir ir- ristrutturazzjoni ta' l-annexe, jimxu online u ma jimxux kif imxew fuq il- proġett tar-reġistru tal-qorti, inlestu il-premises sa Marzu biex fl-aħħar ta' Marzu nkunu nistgħu ndaħħlu in vigore dawn id-dispożizzjonijiet tal- family court.", "Deherli li dawn kienu punti li kelli nissofferma ruħi fuqhom fil-winding up.", "Issemmew affarijiet oħra li kienu tekniċi ħafna u nippreferi li nħallihom għall-stadju tal-Kumitat.", "Però xtaqt nespandi ftit fuq kummenti li għamel l-iktar l-Onor.", "Anġlu Farrugia rigward klawsola 10 ta' dan l-abbozz ta' liġi u cioe` r- regolamentazzjoni dwar x'tista' jew ma tistax tagħmel persuna fil- ġudikatura.", "Sfortunatament kważi kważi nista' nakkuża lill-Onor.", "Farrugia li kiser il-liġi tal-copyright għax irrepeta teżijiet li għandhom żewġ imħallfin partikolari - qed ngħid li rrepeta t-teżijiet għax nafhom jien, smajthom u naf kif qed jirraġunaw fuq dawn il-każijiet - mingħajr ma mbagħad kellu l-kuraġġ jgħid li dawk qaluhomlu huma u lanqas biss qaleb il- folja.", "Ħalli nibda mit-tieni każ.", "Semma li r-riforma amministrattiva qiegħda ssir biex jinħbew r-responsabbiltajiet.", "Qabel kien hemm id-direttur ġenerali li kien jirrispondi għal kollox, u issa qed nagħmlu ħafna diretturi u assisteni diretturi u ħadd ma jaf fejn huma r-responsabbiltajiet.", "U qal li dan il-każ kien lampanti meta imħallef intilfulu l-proċessi u ma jafx min hu responsabli.", "Jiddispjaċini, huma sema' mill-imħallef u ma ndenjax ruħu jmur jistaqsi lill-Prim Imħallef jew lil xi direttur ġenerali x'inhi il-verità.", "Qed nirriferi għall-Imħallef Ray Pace li riċentement intilfulu xi proċessi minn quddiemu.", "L-Imħallef Ray Pace jibqa' jinsisti - u hawnhekk għandi l- verbal - li r-responsabbiltà hi tad-direttur ġenerali meta, bħall-imħallfin kollha, f'Ottubru tas-sena l-oħra huwa ingħata handbook fejn, għall-ewwel darba fl-storja tal-qrati, immarkajna t-tqassim tar-responsabilitajiet.", "Fih għednielhom ċar u tond ta' min huma r-responsabiltajiet u tajna kopja tiegħu lill-Karmra ta' l-Avukati, lil kull imħallef u kull maġistrat u anke lill-oppożizzjoni.", "Dan il-handbook jgħid ċar u tond li \"The deputy registrars will also be responsible for all court files and sittings.\"", "U se npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan l-imħallef jaf bil-miktub li d-deputati reġistraturi - u hu għandu tnejn mhux wieħed għax għandu load qawwija ta' kawżi - huma responsabbli għall kull proċess li għandu quddiemu.", "Minkejja dan l-Imħallef Pace jibqa' jinsisti li d-direttur ġenerali jrid ikun responsabbli.", "Minkejja li tagħmel ir-riformi, minkejja li inti tipprova talloka responsabbiltajiet - għax għamilna l-judiciary teams biex l-imħallfin jinqdew aħjar u fil-judiciary teams l-imħallfin għandhom is-say assoluta fuq l-amministazzjoni, tant li jekk huma jgħidu lid-deputat reġistratur assenjat magħhom biex ma jidħolx jaħdem, l-amministrazzjoni lanqas tindaħal, għax il-judiciary teams qed inħaddmuhom kif inhuma l-ministerial teams - u tgħid lill-imħallef bil-miktub biex il-files jarahom mad-deputat reġistratur tiegħu, xorta jkollok lill-imħallef Pace li jibqa' jagħmillek verbal bil-komuniki: \"Ġibli quddiemi lid-direttur ġenerali u lir- reġistratur\"!", "Ma jistax ikun li nibqgħu mexjin hekk, ma jistax ikun li għandna 32 ġudikant li wħud minnhom jaħsbu li huma repubblika fir-Republika ta' Malta!", "Hemm sistema li dawn iridu jimxu magħha.", "Lill-Imħallef Pace naqlagħlu l- kappell ta' kemm jaħdem, naqlagħlu il-kappell għall-entużjażmu li bih jaħdem, naqlagħlu il-kappell għal ħafna affarijiet fil-qorti.", "Iżda l- Imħallef Pace jrid jidra wkoll li hemm sistemi li rridu llkoll nibdew naħdnu bihom.", "Għalhekk iktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha relatata ma' dan il-każ li semma l-Onor.", "Farrugia.", "Kien hawn dibattitu sħiħ min-naħa ta' l-Oppożizzjoni li qalet li mhux se taqbel fuq l-emenda li hemm proposta fi klawsola 10.", "L-ewwelnett nikkoreġi ruħi għax żbaljajt meta għedt li l-ġudikatura, l-avukatura u l-prokuraturi legali qablu mal-liġi kollha, għax kien hemm section waħda, li hija din is- section, li fil-verità l-ġudikatura biss ma qablitx magħha.", "Din hija emenda li tgħid li min hu ġudikant ma jistax ikollu negozju, professjoni jew jaħdem trade u li ma jistax jokkupa pożizzjoni f'xi soċjetà - u din importanti - anke jekk hija bla ħlas.", "L-artikolu 16, kif propost fi klawsola 10 jgħid:", "\"L-imħallfin u l-maġistrati ma jistgħux ikollhom ebda professjoni, negozju jew kummerċ jew li jkollhom kwalunkwe kariga oħra jew pożizzjoni, lanqas temporanja jew volontarja, minbarra kariga ġudizzjarja f'Qorti internazzjonali jew f'tribunal, ħatra ta' eżaminatur fi stabbilimenti pubbliċi ta' l-edukazzjoni, ħatra li hi ta' xorta onorarja u kwalunkwe ħatra oħra stabbilita bil-liġi ...\".", "L-oppożizzjoni taqbel li m'għandux ikollu professjoni, negozju jew kummerċ ieħor, però mid-dehra ma taqbilx fuq dik il-parti fejn ngħidu li m'għandux ikollu karigi oħra, ħlief karigi ġudizzjarji, eċċ. Fuq din ma taqbilx.", "Qalu li m'għandniex nagħmlu liġi u nimponuha fuq l-imħallfin, imma dawn għandhom jaqblu magħha.", "Jiddispjaċini hawnhekk ma stajniex naqblu.", "Dan l- argument narah ftit pwerili għax l-oppożizzjoni qed tgħid li meta hi tkun fil-gvern se tobbliga lill-ġudikatura tagħmel reġistru ta' l-interessi.", "U nafu li ma jridux jagħmluh.", "Allura x'se tagħmel l-oppożizzjoni?", "Ma tagħmilx ir-reġistru ta' l-interessi jew timponih fuq il-ġudikatura?", "Jiġifieri li nirregolaw bil-liġi għax dan il-Parlament jidirlhu li huwa aħjar li tirregola bil-liġi hija ħaġa normalissima li nagħmluha ta' kuljum.", "Irrid ngħid ukoll li hemm kodiċi ta' etika iffirmat mill-imħallfin kollha għax mid-dehra kemm l-Onor.", "Farugia kif ukoll l-Onor.", "Herrera ma jafux.", "Il- kodiċi ta' etika li addottat il-kummisjoni għall-amministrazzjoni tal- ġustizzja huwa ffirmat mill-imħallfin u l-maġistrati kollha minbarra l- Imħallef Depasquale.", "U għalxejn l-Onor.", "Farrugia joqgħod jgħidilna li hemm il-Bangalore draft tal-kodiċi ta' l-etika li sar mill-assoċjazzjoni tal- ġudikatura internazzjonali.", "Malta għandna kodiċi ta' etika li jaqblu miegħu l-imħallfin.", "Meta ġie ntrodott il-kodiċi ta' etika - u se naqra sentenza waħda biss u iktar tard inpoġġi d-diskors fuq il-Mejda tal-Kamra - l-Prim Imħallef ta' dak iż-żmien Said Pullicino, waqt li kien qed jippreżentah lill-President tar-Republika, kien qal hekk: \"Il-Kodiċi ta' Etika approvat unanimament mill-imħallfin u l-maġistrati eżerċenti.\"", "Mela fuq dawk ir-regoli l-imħallfin u l-maġistrati qegħdin jaqblu.", "Se npoġġi kopja ta' din il-kodiċi ta' etika fuq il-mejda tal-Kamra bil-firem tal-ġudikanti biex żgur ma jkollniex ekwivoċi fuqxiex qed jaqblu u fuqxiex m'humiex qed jaqblu.", "Ir-regola 7 f'dan il-kodiċi ta' etika tgħid li l- ġudikanti m'għandhom jaċċettaw ebda kariga li tista' serjament tfixkilhom jew ixxekkilhom fil-qadi sħiħ u sewwa tad-doveri tagħhom.", "Din hija interpretattiva, però jien ninterpretaha li dawn il-karigi jistgħu jfixklu serjament il-qadi sħiħ tal-ġudikant.", "U issa nsemmi l-każijiet.", "Regola 8 tgħid li l-ġudikanti ma għandhom jeżerċitaw ebda attività li min- natura tagħha hija inkompatibbli ma' l-uffiċċju tagħhom, madankollu l- ġudikanti għandhom kull dritt li jamministraw ħwejjiġhom bl-aħjar mod possibbli.", "Imbagħad dawn ir-regolamenti jgħidu wkoll li l-ġudikant ma jista' jkollu ebda kariga oħra mal-gvern bi ħlas, ħlief dawk li huma espressament permessi mil-liġi.", "It-teżi ta' din in-naħa hija li regoli 7 u 8 - li l-ġudikanti stess qablu li m'għandhomx ikollhom kariga li tista' serjament tfixkilhom jew ixxekkilhom fil-qadi sħiħ tad-doveri tagħhom, jew li min-natura tagħhom tkun inkompatibbli ma' l-uffiċċju tagħhom - japplikaw għall-każijiet li se nsemmi, fejn ikun uffiċjal u mhux membru.", "Noqogħdu attenti għax din il- liġi ma teskludix li imħallef jew maġistrat ikun membru ta' soċjetà tal- banda, teskludi li jkun fil-kumitat, li jkun il-president, li jkun is- segretarju jew it-teżorier.", "Dan li teskludi.", "U aktar 'il quddiem nispjega wkoll għaliex qed nagħmlu din.", "Ċertament huwa inġust - naħseb li n-naħa l-oħra taf daqsi għax taf ħafna affarijiet - li nipprovaw nestendu l-argument li qed nipprovaw inxekklu t- tagħlim mill-ġudikanti fl-università.", "L-ewwelnett din hija moda ġdida.", "Meta kont l-università il-Professur George Schembri - illum mejjet - kien jgħallimni l-liġi kummerċjali.", "Huwa sar imħallef meta kien jgħallem lili u rriżenja, ma baqax jgħallem il-liġi kummerċjali.", "L ex-Prim Imħallef Harding ma baqax jgħallem l-istorja tal-leġislazzjoni meta sar imħallef.", "Il-Professur Borg Costanzi ma baqax jgħallem il-Kriminal meta sar imħallefl.", "Huma biss in-nies li kienu fil-kors miegħi li kienu jgħallmu meta kienu avukati u meta saru mħallfin baqgħu jgħallmu xorta waħda.", "Minn hawn kienet daħlet il-moda u l-appetito vien mangiando.", "Mr Speaker, jien konxju u dan il-gvern huwa konxju li hemm ċerta utilità u li ż-żminijiet jinbidlu, u naħseb li n-naħa l-oħra hija konxja wkoll għax għandha rappreżentant fuq il-kummisjoni għall-amministrazzjoni tal- ġustizzja fejn qed tiġi diskussa din il-materja.", "Fl-10 ta' Awissu 2001, kważi sena ilu, ktibt lic-Chief Justice u għedtlu:", "\"Further to our conversation re this ministry's intention to legislate on the matter of extra-judicial activities of the judiciary, I would like to formally confirm this ministry's position that I am amenable to finding a solution which would permit members of the judiciary limited access to lecturing.", "I am therefore suggesting that when amending article 16 of the Code of Organisation and Civil Procedure a proviso is entered stating that the general rule that a member of the judiciary may not hold any other office whatsoever will not be applicable to any scheme regarding lecturing introduced by the minister through legal notice following consultation with the Chief Justice.\".", "Dan kien sena ilu.", "M'iniex se naqra l-ittra kollha imma tlabtu biex jagħtini l-opinjoni tiegħu kif nistgħu nagħmlu din biex ikun hemm limited lecturing.", "U fuq din għadni bla risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Se nintervjeni issa għax stennejt li l-Ministru se jaċċenna ftit għaliha.", "Se nagħmel riferenza għal dak li qal dwar l-emendi proposti mill-Partit Laburista meta eventwalment il-partit ikun fil-gvern.", "Hu semma li gvern Laburista se jobbliga lill-imħallfin u l-maġistrati jagħmlu reġistru ta' l-interessi, u qal li huma kontra din il-proposta.", "L- oppożizzjoni pproponiet li jew ikun hemm sotto-kumitat maħtur minnu jew inkella taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, biex inkunu korretti.", "Jiġifieri dawn issemmew ukoll fid-dibattitu ...", "(Interruzzjonijiet) Anzi jirregolaw huma stess dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi, ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Noted.", "Sena ilu ktibt biex l-imħallfin jipproponu skema ta' limited lecturing.", "Minn sena 'l hawn għadni m'għandix risposta.", "Din hi l-verità!", "Il-gvern m'huwiex kontra li jkun hemm limited lecturing.", "Il-gvern huwa kontra li jkun hemm lecturers full-time li jibdew il-kliem biex jintgħażel Tizju mhux Sempronju u Sempronju aħjar minn Tizju, u Kajju forsi aħjar mit-tnejn li huma, u li wieħed idaħħal Lm3,000 u l-ieħor Lm1,000 u mbagħad inneħħu l-onorarju, però xorta jkollna aċċess għal study fund b'Lm2,400 fis-sena.", "U nibdew dan il-ħafna logħob bejn l-imħallfin u l-maġsitrati kif kellna meta kienu jagħmlu r-reviżjoni ta' l-atti nutarili.", "Imħallef kien idaħħal Lm8,000 u l-ieħor ma kien idaħħal xejn.", "Wieħed iżid Lm8,000 mas-salarju u l-ieħor ma jdaħħal xejn għax kien hemm xi ħadd iqassamhom b' ċertu mod.", "Min jaf!", "Allura aħjar ikollna level playing field għal kulħadd u kulħadd jaf fejn qiegħed.", "Però aħna m'aħniex kontra li jkun hemm limited lecturing.", "Joħorġu bi skema u jien lest li naċċetta emenda anke f'dan l-istadju biex din tkun possibbli.", "Niġu issa għall-kwestjoni dwar il-karigi.", "Jien smajt diskors sħiħ ta' l- Onor. Farrugia li - ma nistħix ngħidha għaliex jafu kulħadd, ma qalux lili biss imma qalu lil kulħadd - huwa diskors preċiż li għamel l-Imħallef Farrugia Sacco biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu fuq l-MOC.", "Sempliċi daqshekk.", "Ma nafx għaliex ma qalhiex mal-ewwel.", "Seta' qalha għaliex dan huwa d-diskors kollu li għamel, mill-bidu sa l-aħħar.", "Se nibda minn kumment li għamel l-Onor.", "Mangion.", "Qal li huwa sewwa li l- imħallfin ikollhom esperjenza soċjali, ngħidu aħna, fil-qasam tan-nisa msawta jew fil-qasam tad-drogati Potenzjalment huwa sew, però fir-realtà dawn huma ġudikanti li quddiemhom xi darba se tiġi mara msawta jew xi drogat.", "Il-problema hi li dawn mhux qed jagħmlu xogħol bħal ħaddieħor, imma qed jiġġudikaw lin-nies.", "Allura sfortunatament dawn iridu jkunu kif iridu jkunu l-politiċi \"purer than Caeser's wife\" kif jgħidu l-Ingliżi.", "Bħala ministri jew segretarji parlamentari l-kodiċi ta' etika tagħna jobbligana li jekk jien president tas-St.", "Paul's Football Club tal-Belt, biċċa club ta' l-amateurs, irrid nirriżenja.", "Nista' nkun president onorarju, però ma nistax inkun president attwali jew segretarju attwali jew membru tal- kumitat.", "Allura dak li huwa applikabbli għall-ministri m'għandux ikun applikabbli għall-imħallfin?", "Issa ejja niftakru li l-imħallfin ġustament - naqbel magħhom - jesiġu li huma ma jiġux trattati bħala membri taċ-Ċivil imma għandhom jitpoġġew fuq livell ta' ministri.", "Fil-protokoll iċ-chief justice jaqbeż lill-ministri u l-imħallfin jiġu wara l-ministri.", "U hekk għandu jkun.", "Għandna nittrattaw lill-imħallfin fuq l-istess livell ta' ministri, apparti li jitħallsu iktar mill-ministri, apparti li ċ-chief justice jitħallas iktar mill-prim ministru.", "Imma ma jistax ikun li nippretendu li jiġu trattatti bħall- ministri, qed jiġu trattati bħall-ministri - jew qed nipprovaw nittrattawhom fuq l-istess livell tal-ministri - u mbagħad ir- responsabbiltajiet ma jkunux ukoll bħal tal-ministri!", "Jien m'għandix dubju li l-Imħallef Farrugia Sacco żgur qed jagħti kontribut kbir fl-MOC.", "Jien żgur li l-Maġistrat Mizzi bħala president tal-basketball association kemm f'Malta u issa f'kariga oħra barra minn Malta, kapaċi jagħti kontribut kbir.", "Jien m'għandix dubju li l-Imħallef J.R. Micallef huwa utli ħafna bħala president tal-banda ta' l-Isle Adam.", "Però mhux dan huwa l-punt.", "Il-punt huwa l-inkompatibilità, għax ministru u imħallef iridu jidhru - anke jidhru - supra partes.", "Issa xi ħadd għandu dubju li jien ma nżommx mal-Belt fil-football.", "Kulħadd jaf li nżomm mal-Belt, daqskemm Joe Debono Grech iżomm ma' Birkirkara.", "Però jagħmel differenza li tkun fil-kumitat jekk tkun ministru.", "Bl-istess mod kif jagħmel differenza f'għajnejn in-nies - li mhux neċessarjament veri jew mhumiex veri - f'ċirkostanzi li jqumu f'dawn il-pożizzjonijiet għaliex xi ħadd ikun maġistrat, anke jekk m'hemmx konflitt ta' interess dirett.", "Per eżempju, l-inċidenti li nqalgħu fil-club kulturali - li jafu sew Mr Speaker - Circolo Gozitano kienu edifikanti għall-ġudikatura tagħna, b'dawk l-ittri li kellna u l-akkużi li kellna fuq il-Maġistrat Montebello?", "Issa hawnhekk la qed ngħid li kellu raġun u lanqas li kellu tort.", "Imma dan kien edifikanti, tellagħha 'l fuq lill-maġistratura?", "Kien ikun aħjar li kieku hawn din ir-regola u l-maġistrat ma kienx membru taċ-Circolo Gozitano?", "Hija xi ħaġa sabiħa li \"Il-Mument\" tal-Ħadd, 21 ta' Ottubru 2001, iġġib headlines \"Misteru jdur ma' allegat każ ta' abbuż sesswali\"?", "Dan kien qed jirriferi għall-kontinġent olimpiku Malti.", "Is-subtitle jgħid: \"L-Imħallef Lino Farrugia Sacco li huwa l-president tal-Kumitat Olimpiku Malti jitlob aktar tagħrif dettaljat dwar l-allegat każ biex ikunu jistgħu jsiru l- investigazzjonijiet meħtieġa\".", "Dan imħallef!", "Imma imħallef għandu jiġi nvolut b'xi mod f'dawn l-affarijiet?", "M'għamlux hu dan!", "Jien niftakar lil Sir Luigi Camilleri, imħallef li spiċċa fil-ħamsinijiet, li kien jiġi mill-mara tiegħi, li kien jgħid: \"Meta kont nidħol il-Belt jien kont nasal biss ħdejn il-Każin Malti, nidħol fil-Każin Malti u fit- triq ma nkellem lil ħadd\".", "Ċertament m'għandhiex tkun din il-mentalità.", "Dan kien jgħidli: Qatt ma mort tieġ biex ma jmurx xi ħadd jiġi jkellimni fuq xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-qorti\".", "Issa ħadd m'hu qed jgħid li għandu jsir hekk.", "Imma huwa sew li għandna imħallef li kien jiddeċiedi - ma nafx għadux - jew għadu jiddeċiedi każijiet dwar korruzzjoni tal-players tal-football?", "Kultant naħseb li qed nibliehu!", "Kif tista' tiddeċiedi każijiet dwar korruzzjoni tal-players tal-football u tkun imħallef fl-istess żmien?", "Kif tista' tkun fuq il-bord ta' dixxiplina ta' assoċjazzjoni, tiddixxiplina lin- nies li potenzjalment jistgħu jispiċċaw f'kawżi, Alla jaf kif, u tkun imħallef fl-istess żmien?", "Possibbli ma narawx id-diffikultajiet li jqumu f'dawn il-każijiet?", "Aħna għandna imħallef li qiegħed fuq bord li jivvaluta l-artijiet tal-knisja?", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Suppost li imħallef ma jkollu konnessjonijiet ma' ħadd ħalli ma jmurx jmur xi ħadd quddiemu li jrid jiġġudikah u n-nies taħseb li hemm xi konnessjoni.", "Imħallef għandu obbligu jirrikuża ruħu jekk ikun jaf persuna, jekk ikollu x'jaqsam b'xi mod ma' dik il-persuna, jew b'xi mod għandu x'jaqsam mal-każ, u mbagħad inpoġġuhom f'sitwazzjonijiet ta' kumitati li m'għandhomx kontroll fuqhom.", "Hemm każi ta' kumitati tal-banda li kellhom nies li serqu l-flus u l- president ikun ġudikant!", "Jekk ma tafuhomx dawn il-każi, jien nafhom.", "U x'se jagħmel dan?", "Jagħmel azzjoni għal frodi u jitla' jixhed hu?", "X'jiġri jekk kumitat tal-banda jiddejjen u ssir kawża kontra tiegħu għal bancarotta?", "X'jiġri?", "Il-president li forsi jkun imħallef - mhux qed ngħid għal dan il-każ, qed insemmi każ ipotetiku - li huwa responsabbli personalment bħala wieħed mill-membri tal-kumitat, ifittxuh għal bancarotta?", "Dan irridu ngħidu!", "Imma kif jista' jkun ma nifhmux li l- president ta' assoċjazzjoni kbira bħalma hi l-MOC awtomatikament b'xi mod qed jeskludi minn quddiemu l-kawżi kollha li għandhom x'jaqsmu mad-dinja ta' l-isports!", "Dawn huma veritajiet.", "Għaliex qed ngħidu li l-ministri m'għandhomx ikunu f'dawn il- pożizzjonijiet?", "Aħna nittrattaw lilna nfusna mil-lat negattiv biex ma nagħmlux favuri, li ma mmorrux, per eżempju, għax jien mill-Belt u qiegħed fil-kumitat tal-Valletta F.C. b'xi mod jew ieħor fil-qasam tal-ġustizzja jew fil-qasam tal-gvern lokali nagħti imbuttatura lill-Valletta F.C. Għalhekk suppost ma nkunux f'dawn il-pożizzjonijiet.", "Allura l-ġudikant, li jrid jiddeċiedi fil-kriminal jew fiċ-ċivil, inħalluh ikun f'dawn il- pożizzjonijiet?", "Dan huwa l-argument.", "Jien qbilt perfettament ma' ħafna mid-diskors, mhux kollu, li għamel l- Onor. Bartolo.", "N'hemmx assolutiżmi, din hija triq diffiċli ħafna, triq li pajjiżna mhux imdorri fiha, pero` sinċerament m'iniex qed nara dawn l- oġġezzjonijiet kbar li smajt min-naħa l-oħra, jekk mhux qed nilagħbu għall- gallerija.", "Jista' jkun li qed nilagħbu għall-gallerija, għaliex kulmin għandu għal qalbu t-tradizzjoni ta' l-avukatura u jaf kif kienet l- avukatura u l-ġudikatura fil-passat, bid-difetti kollha li għad għandha u li kellha, żgur li jaqbel li dan il-valur irridu nsaħħuh u mhux innaqqsuh.", "U fid-dinja problematika tal-lum it-tentazzjonijiet huma ikbar, il- possibbiltajiet ta' avviċinamenti li mhux suppost isiru huma ikbar, allura nies bħall-politiċi joqogħdu iktar attenti.", "Allura dan huwa l-iskop ta' din l-emenda.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nerġa' nirringrazzja lil kulmin ipparteċipa f'dan id-dibattitu.", "Naħseb li kien dibattitu tajjeb u utili u nispera li anke fil-fażi tal-kumitat ikollna l-istess livell ta' dibattitu biex fl-aħħar mill-aħħar noħorġu minn hawnhekk liġi li tagħmel ġieħ lil pajjiżna u li tkompli tgħin fix-xogħol li jrid isir fir-riforma tal-qrati tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta varji miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' azzjonijiet ġudizzjarji u miżuri amministrattivi oħrajn li għandhom x'jaqsmu miegħu\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS", "SPORTS BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir Clause 2 - Interpretation", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Wara li din il-Kamra użat iktar minn erba' seduti parlamentari għat-Tieni Qari ta' din il-liġi, minkejja li l- oppożizzjoni vvutat kontra, ma naħsibx li l-ispirtu tad-diskussjoni kien tant negattiv.", "Forsi kien hemm xi affarijiet ta' governanza kif l-partiti bdew iħarsu lejhom b'mod differenti, partikolarment il-fatt ta' jekk wieħed għandux jaħdem permezz ta' dipartimenti jew entitajiet oħrajn, pero' naħseb li qbilna dwarħafna mill-affarijiet.", "L-oppożizzjoni esprimiet l-intenzjoni tagħna li tikkontribwixxi biex dan l- abbozz ta' liġi jiġi mtejjeb.", "Fil-fatt jien ninsab persważ li kapaċi naslu għat-titjib ta' dan l-abbozz u allura naslu wkoll għal dak li ddikjaraw ċerti kelliema min-naħa l-oħra, u ċioe` li f'dak li għandu x'qasam ma' dan is-settur, kemm jista' jkun nersqu qrib xulxin u ma jkollniex tant diverġenzi bejnietna.", "Klawsola 2 tinkludi diversi definizzjonijiet li huma importanti anke biex wieħed ikun jista' jinterpreta aħjar il-klawsoli li fih dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-kelma \"assoċjazzjoni\" tintuża ħafna fl-isport, u din id-definizzjoni hija importanti għal meta wieħed jirriferi għall-assoċjazzjonijiet nazzjonali, bħall-MFA.", "Xi kultant f'dan il-pajjiż inħalltu daqsxejn l- affarijiet, fejn għaqda li fil-fatt tkun assoċjazzjoni, ġieli tissejjaħ federazzjoni.", "Ippruvajna ma nkunux daqshekk stretti fid-definizzjoni ħalli ma jkollniex għalfejn inġiegħlu lil min isejjaħ lilu nnifsu federazzjoni, meta jkun assoċjazzjoni, jew ikollu jagħmel tibdil fl-istatut.", "Qegħdin ngħidu li \"assoċjazzjoni\" tfisser:", "\"assoċjazzjoni ta' clubs....\"", "- jiġifieri assoċjazzjonijiet bħall-MFA, fejn ikun hemm imseħbin fiha numru ta' clubs -", "\"....fuq livell nazzjonali....\"", "- jiġifieri assoċjazzjonijiet Maltin -", "\"li jingħaqdu flimkien bil-għan li jippromwovu sport partikolari jew biex jorganizzaw logħob kompetittiv f'dan l-isport\".", "Għalkemm f'assoċjazzjoni jrid ikun hemm imseħbin diversi clubs, jista' jkun hemm xi problemi, għax per eżempju f'pajjiżna hawn biss klabb wieħed tal- golf.", "Pero' jidhirli li hawnhekk għandna nkunu stretti li nfissru l-kelma \"assoċjazzjoni\" bħala \"assoċjazzjoni ta' clubs\".", "THE CHAIRMAN: Hawn kummenti?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, irrid ngħaddi ftit rimarki dwar dak li għadu kif qal is-Segretarju Parlamentari.", "Il-ħsieb ta' l-oppożizzjoni hu li tagħti l-kontribut tagħha biex il-liġi titjieb.", "Dan aħna ddikjarajnih sa mill-bidu nett.", "Fil-fatt fid-diskors tiegħi jien spjegajt ir-raġuni għaliex ivvutajna kontra dan l-abbozz ta' liġi, pero' għedt li fl-istadju ta' kumitat se nħarsu l-interess ta' l-isport u mhux interessi oħrajn.", "Ċertament li m'għandu jkun hemm ebda dubju dwar dan.", "Aħna se nagħmlu ħilitna kollha biex nagħtu kontribut siewi, u għalhekk nieħu gost li s- Segretarju Parlamentari jinsab dispost li jilqa' dan id-dibattitu biex bejnietna nagħmlu liġi aħjar.", "Spjegajt ukoll x'kien ir-rwol Ii ħadna aħna bħala oppożizzjoni u li ħadt jien bħala kelliem dwar l-isport, minn meta ġiet imnedija l-white paper.", "Qiegħed ngħid dan biex ma nagħtix l-impressjoni li aħna ma kkummentajna xejn qabel ma dan l-abbozz ta' liġi ġie għad-diskussjoni fil-parlament.", "Fil-fatt kien hemm okkażjonijiet, anke waqt il-public hearing u laqgħat oħra, fejn aħna esprimejna ruħna, pero', nerġa' ngħid li aħna bħala oppożizzjoni ridna nisimgħu u nitgħallmu mingħand l-esperti, mingħand dawk li ta' kuljum jiffaċċjaw l-isfidi u l-problemi tal-ħajja sportiva f'pajjiżna.", "Nistqarr li ċerti punti li semmejt fl-istadju ta' Tieni Qari ġew anke wara konsultazzjonijiet u riċerka li jien għamilt dwar dawn l-affarijiet, u allura ma kienux għandi meta għalqet il-konsultazzjoni pubblika, għalkemm din kompliet anke wara Novembru tas-sena li għaddiet.", "Dan kien proċess ġdid għal kulħadd, għax hija l-ewwel darba li f'pajjiżna qiegħda tiġi introdotta liġi dwar l-isport.", "Nerġa' ntenni li l-intenzjoni tagħna bħala oppożizzjoni hi li kif għamilna f'liġijiet oħrajn, nikkontribwixxu bis-sħiħ għal dak li għandna quddiemna.", "Huwa tajjeb li dan l-ispirtu jiġi reċiprokat min-naħa tal-gvern, kif fil-fatt qal l-Onor.", "Mugliett.", "Rigward id-definizzjoni ta' \"assoċjazzjoni\", hawnhekk qegħdin ngħidu li din tfisser \"assoċjazzjoni ta' clubs fuq livell nazzjonali li jingħaqdu flimkien bil-għan li jippromwovu sport partikolari jew biex jorganizzaw logħob kompetittiv\".", "L-Onor.", "Mugliett għamel aċċenn għall-problema li tista' tinħoloq fir-rigward ta' assoċjazzjoni li tkun tissejjaħ federazzjoni.", "Bħala eżempju jien nista' nsemmi lil dik tal-clubs tal- boċċi, li jidhirli li ma tissejjaħx assoċjazzjoni imma federazzjoni.", "Allura b'din id-definizzjoni se jkun hemm xi problemi fir-rigward ta' federazzjonijiet ta' din ix-xorta, għax id-definizzjoni ta' \"federazzjoni\" hija differenti minn assoċjazzjoni?", "Is-Segretarju Parlamentari jara li se jkun hemm kunflitt?", "Jaħseb li se jiġi propost lill-federazzjoni tal-clubs tal-boċċi biex tbiddel l-isem tagħha ħalli ma tkunx f'kunflitt mal-liġi, b'mod speċjali mad-definizzjoni ta' \"assoċjazzjoni nazzjonali\"?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Proprjament m'iniex ċert dwar ir-raġuni għaliex il-federazzjoni tal-boċċi tissejjaħ hekk, għax per eżempju l-federazzjoni tal-judo tissejjaħ hekk għax tiffedera mhux biss il-judo imma dixxiplini oħrajn bħall-akido, il-ju-jitsu u l-kendo.", "Allura, peress Ii tinvolvi fiha dixxiplini differenti, hija federazzjoni.", "M'iniex ċert jekk fil-każ ta' l-għaqda tal-boċċi, din tissejjaħ federazzjoni għax il-logħba tal-boċċi tinvolvi dixxiplini differenti, pero' din id-definizzjoni l-iktar li se jkollha rilevanza huwa ma' taqsima seba' li titkellem dwar ir-reġistru ta' persuni.", "Sa fejn naf jien, meta jkun hemm affarijiet ta' dan it-tip, li ma jkunux ċari, inħarsu lejn l-attivita` prinċipali, jiġifieri jekk il-federazzjoni tal-boċċi, skond id-definizzjoni tagħna tkun taqa' iktar taħt assoċjazzjoni, aħna nirreġistrawha bħala tali mingħajr ma nitolbuha biex tbiddel isimha.", "M'aħniex se nesiġu li dawk il-federazzjonijiet li aħna ninterpretawhom bħala li huma assoċjazzjonijiet iktar milli federazzjonijiet, ibiddlu isimhom.", "Din id-definizzjoni hija importanti għal kategoriji differenti fir-reġistru.", "Allura, jekk aħna ninterpretaw li l-għaqda tal-boċċi hija iktar assoċjazzjoni milli federazzjoni, se npoġġuha fil-kategorija ta' l- assoċjazzjonijiet, pero' mingħajr ma nitolbuha biex tbiddel isimha.", "Dan huwa l-ħsieb tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Issa li qegħdin nilleġislaw, jien naħseb li rridu nkunu ċarissimi u noqogħdu iktar attenti, speċjalment jekk jinqalgħu każi - li nittamaw li ma tantx ikollna minnhom imma la qegħdin fid-dinja, irridu naħsbu għal kollox - ta' kontroversja, ta' problemi legali eċċ. L-Onor.", "Mugliett qiegħed jgħid li m'huwiex se jesiġi li l-federazzjonijiet li jkunu iktar assoċjazzjonijiet, ibiddlu isimhom, pero' naħseb li xi ħaġa trid issir.", "Naħseb li l-liġi stess trid tilqa' biex il-kliem \"assoċjazzjoni\" u \"federazzjoni\" jkunu jinftiehmu b'tali mod li \"jakkomodaw\" ċerti ismijiet li diġa' jeżistu.", "Inkella, meta assoċjazzjoni jew federazzjoni tkun se tirreġistra mal-Kunsill Malti għall-iSport, issir diskussjoni bejnha u bejn il-kunsill fejn wieħed iħeġġeġ, iktar milli jimponi – għax jekk nibdew nimponu dak li jkun ma jifhimx il-bidla li tkun qiegħda ssir –u jispjega dak li tgħid il-liġi biex ma jkunx hemm kunflitti jew dubji, u l- assoċjazzjoni jew federazzjoni tkun tista' tirranġa biex tiġi in line ma' l- istess liġi.", "Ma naħsibx li għandna nħallu d-dubji jew ma nkunux ċari f'dak li nagħmlu.", "Għallinqas din hija l-opinjoni tiegħi.", "Forsi jkun tajjeb li naraw x'linja se nieħdu, jew niftħu aktar it-tifsira ta' \"assoċjazzjoni\" biex nilqgħu għal dak li għandna fil-preżent.", "Inkella, meta l-istrutturi jibdew jersqu biex jirreġistraw, dawk li ma jkunux in line mal-liġi kif mgħoddija minn hawnhekk, jiġu mħeġġa jibdlu l-isem tagħhom minn \"federazzjoni\" għal \"assoċjazzjoni\", ġaladarba fl-aħħar mill-aħħar ikunu assoċjazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kienet ix-xewqa tagħna li bħalma rrikonoxxejna r- rwol ewlieni tal-Kumitat Olimpiku Malti, fejn l-istatut tiegħu ġie anke anness, kemm jista' jkun, dawk l-assoċjazzjonijiet nazzjonali magħrufa u stabbiliti, jiġu rikonoxxuti mingħajr ebda formalita`, anke f'dan l- istadju.", "Pero' imbagħad ħassejna li kien se jkollna problema ma' ċerti assoċjazzjonijiet, minbarra li ridna niġbru ċerti statuti eċċ. Allura, peress li rajna li għalina kienet se tkun problema biex nagħmlu dan immedjatament, dehrilna li nistgħu inħallu din il-biċċa xogħol biex issir wara, anke permezz ta' legal notice.", "Jien naċċetta s-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Abela, jiġifieri li f'każ ċar ta' kunflitt mad-definizzjoni, nesiġu lill-federazzjoni in kwestjoni biex tibdel isimha.", "Per eżempju l-MFA stess, x'aktarx tista' tkun kwalifikata kemm bħala assoċjazzjoni kif ukoll bħala federazzjoni, għax din hija kemm assoċjazzjoni ta' clubs kif ukoll assoċjazzjoni ta' assoċjazzjonijiet, għax taffilja magħha l-assoċjazzjoni tal-gvern u l-parastatali u numru ta' affarijiet oħra.", "Jista' jkun li din il-kwestjoni tissolva b'mod sempliċi, billi l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet ikunu fl-istess kagetorija, li allura jkun jista' jaffilja fiha kulħadd, mingħajr ma jinħoloq kunflitt.", "Imbagħad, għal dawk il-każi ta' kunflitt, li jien ngħid li se jkunu iżolati, nesiġu tibdil fl-istatut.", "Pero' naħseb li d-definizzjoni kif inhi ma fiha xejn ħażin, hija definizzjoni ġusta, u għalhekk m'għandniex nibdluha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Norbot ma' dak li kien qiegħed jgħid l-Onor.", "Abela, u ċioe` li la qegħdin nilleġislaw, irridu nkunu kemmxejn rigorużi, mingħajr ma nkunu akkademiċi żżejjed.", "Jien ma nifhimx il-bżonn ta' definizzjoni bħal din, għax nara li toħloq ċerti problemi mhux biss fil-każ tal-federazzjonijiet imma anke fil-każ tad-definizzjoni ta' \"klabb\".", "Hawnhekk qiegħed jingħad li klabb huwa \"assoċjazzjoni ta' persuni\".", "Issa fid-definizzjoni li qiegħda tingħata għal \"assoċjazzjoni\", qiegħed jingħad li din tfisser \"assoċjazzjoni ta' clubs fuq livell nazzjonali\", jiġifieri bl-ebda mod m'hu qiegħed jingħad li din tfisser assoċjazzjoni ta' individwi.", "Jiena naħseb li rridu noqogħdu attenti għax x'ħin jaslu għall- interpretazzjoni fil-qorti, il-ġudikanti se joqogħdu fuq il-kelma tal-liġi.", "Meta imbagħad iduru għall-interpretazzjoni, se jagħtu każ tad-dibattiti li jkun hawn f'din il-Kamra, jiġifieri jekk m'aħniex se nkunu preċiżi fil- liġi, irridu għallinqas inkunu preċiżi fid-diskors li ngħidu, għax jekk inkunu vagi fit-tnejn, se noħolqu problema għall-interpretazzjoni tal-liġi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Onor.", "Mugliett biex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 22 ta' Lulju, 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki; u", "Mozzjoni ta' l-Onor Noel Farrugia u l-Onor Gavin Gulia dwar is-sitwazzjoni tas-sajjieda Maltin.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kostituzzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ------------------ Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, f'pajjiżna qed niżviluppaw sistema ta' awtoritajiet regolatorji li għalkemm ma bdietx taħt dan il-gvern, taħtu faqsu numru kbir ta' awtoritajiet regolatorji u effettivament għandna ħafna awtoritajiet li qed jagħmlu x-xogħol li normalment jagħmluh ministeri jew dipartimenti tal-gvern.", "Fost l-aktar awtoritajiet importanti f'pajjiżna għandna dawk kostituzzjonali, bħall-kummissjoni ta' l-impjiegi u l- broadcasting authority.", "Meta jiena nara x'qiegħed jiġri mill-ordnijiet tal-broadcasting authority u kif, b'mod sfaċċat, l-istazzjon nazzjonali mhux qed jobdi dawn l-ordnijiet, jiena nasal għall-konklużjoni li dawn l-istituzzjonijiet kostituzzjonali huma żejda u totalment irrilevanti.", "Artiklu 118 tal-kostituzzjoni jistipula t-twaqqif ta' l-awtorita` u jgħid kif għandhom jintgħażlu l-membri ta' l- awtorita`, fejn suppost għandu jkun hemm qbil bejn il-prim ministru u l-kap ta' l-oppożizzjoni dwar liema membri jiġu magħżula.", "Imma l-konsultazzjoni tal-prim ministru issa drajniha; jgħidlek li jrid jagħżel lil \"dan\" u jagħżlu mingħajr ma ssir konsultazzjoni vera biex l-ispirtu tal- kostituzzjoni jkompli jiġi mminat.", "Mela għandna l-broadcasting authority li hi awtorita` kostituzzjonali u li m'hi suġġetta għall-ebda ordnijiet ta' ħadd għax għandha l-indipendenza tagħha li hi sanzjonata u protetta mill- artiklu 119 tal-kostituzzjoni u li l-funzjoni ta' din l-awtorita` hi li tassigura l-imparzjalita` f'materji politiċi u industrijali ta' kontroversja u li għandhom x'jaqsmu ma' policy pubblika kurrenti skond il- faċilitajiet li jkunu jeżistu u biex il-ħin ikun kemm jista' jkun maqsum b'mod ekwu.", "Matul iż-żmien il-kostituzzjoni ġiet żviluppata b'tali mod li kulmin għandu organizazzjoni politika jkollu l-ħin ġust biex jesprimi u jispjega l-ideat tiegħu lill-poplu fuq il-media pubblika għaliex illum il-media hi l-akbar għodda li biha tinfluwenza lill-poplu u għalhekk il-ħin available għandu jitqassam bl-aktar mod ekwu ħalli kull partit ikollu l-istess opportunitajiet.", "Dan hu bażikament il-prinċipju kostituzzjonali ta' l- awtorita` u din hija d-demokrazija li suppost nemnu fiha.", "Sur President, qed ngħid li l-broadcasting authority hi żejda llum għaliex minkejja li din tat rimedju lill-partit Laburista biex isemma' leħnu u jagħmel spots politiċi ħalli jispjega l-pożizzjoni tiegħu dwar l-UE - li hi materja politika importanti motivata minn partit li għandu kważi nofs l-elettorat warajh - iċ-chairman tal-PBS – bniedem magħżul mill-prim ministru u mħallas mit-taxxi kemm tal-votant Laburista kif ukoll tal-votant Nazzjonalista – għażel li ma jobdix din l-ordni u daħħal il-qorti fin-nofs.", "Dan għażel li ma jobdix ordni ta' awtorita` kostituzzjonali u beda jġib kull skuża biex ma jagħmilx dak li suppost jagħmel.", "Il-qorti biss tista' tiddeċiedi jekk l-awtorita` kenitx eċċessiva jew abbużiva fl-ordni tagħha, pero` kif jaf kulħadd, fi kwalunkwe sistema demokratika, l-ordni li tingħata minn awtorita` trid tiġi aċċettata u jekk xi ħadd ma jaqbilx ma' xi ordni u jrid jikkontestaha, dan jista' jagħmel hekk fil-qorti u l-qorti tiddeċiedi min hu fil-ġust u mhux jaqbad u jiddeċiedi li jagħmel dak li jrid.", "Mela għandek bniedem magħżul mill-gvern li dan, tgħid x'tgħid l-awtorita` - li suppost tikkontrollah - ma jobdihiex u jibda jivvinta l-iskużi kollha biex ma jagħmilx dak li tgħidlu.", "Dan qed isir meta fl-istess ħin qed inwaqqfu awtorita` finanzjarja ġdida fejn jekk din tati ordni lil xi operatur, bank jew stockbroker u dan ma jobdix, immedjatament jeħel penali u jista' anke jitlef il-liċenzja.", "Jekk xi ħadd ma jaqbilx ma' xi ordni partikolari, dan jista' jieħu l-każ quddiem it- tribunal ta' l-appell biex jikkontesta l-ordni.", "Illum qed nirregolaw b'dan il-mod bil-għan li l-awtorita` regolatorja tkun tfisser xi ħaġa għax inutli jkollok awtorita` li tati l-ordnijiet jekk imbagħad ħadd ma jagħti kasha.", "Peress li l-kwestjoni qiegħda l-qorti, jien m'iniex se nidħol fil-mertu imma nistaqsi jekk din hijiex id-demokrazija li aħna rridu niżviluppaw f'dan il-pajjiż.", "Din hi l-liberta` li nesprimi l- opinjoni tiegħi fuq entita` pubblika?", "Fejn qiegħed il-freedom of speech fuq l-entitajiet pubbliċi?", "Il-PBS mhux xi stazzjon privat taċ-chairman imma huwa stazzjon pubbliku u hemm il-parametri li fuqhom għandu jimxi, liema regoli ċ-chairman għandu jobdi.", "Imma minflok, iċ-chairman qed jagħmel li jrid u huwa għalhekk li jien għedt li l-broadcasting authority saret żejda.", "Allura għalfejn qed naħlu flus il-poplu biex inżommu awtorita` jekk l- ordnijiet tagħha jistgħu ma jiġux rispettati?!", "Sur President, l-istess japplika għal diversi awtoritajiet oħra u nġib l- eżempju ta' l-awtorita` tat-trasport.", "Fid-distrett tiegħi, żviluppaw ċerti housing estates fit-truf ta' Ħal Luqa u Ħal Qormi u dawn iż-żoni m'għandhomx trasport pubbliku jgħaddi minn ħdejhom.", "Wara ħafna diskussjonijiet u argumenti, l-awtorita` tat-trasport qablet li l-karozzi tal-linja għandhom jgħaddu minn ċerti toroq ħalli dawn il-housing estates ġodda jkollhom it-trasport pubbliku wkoll peress li l-eqreb bus stop qiegħed xi kilometru 'l bogħod.", "Imma minkejja li l-awtorita` tat-trasport ħadet din id-deċiżjoni, hemm xufier ta' xarabank li xorta ma jgħaddix minn dawn it-toroq għaliex jgħid li fihom ħafna tidwir.", "Mela xufier jista' jaqbad u jinjora ordni ta' l-awtorita` li tirregola t-trasport pubbliku!", "Jekk hemm bżonn, nilleġislaw ħalli jekk dan ma jobdix l-ordnijiet, neħdulu l-liċenzja għaliex ma jistax ikun li jkun hemm min jaqbad u jagħmel li jfettilu meta għandna awtorita` kostitwita bil-liġi li qiegħda hemm proprju biex tikkontrolla.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk se nispiċċaw bħal wild west!", "Kif nistgħu nimxu 'l quddiem jekk nagħmlu hekk?", "Mhux aċċettabli li jkun hemm min jagħmel dak li jrid u jmur kontra l-awtoritajiet li jkunu qed jirregolawhom.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar il-housing authority.", "Din l-awtorita` l-ewwel tibni l-housing estates imbagħad tħallihom mingħajr toroq diċenti, b'terrapien ma' kullimkien u bil-konsegwenza li tispiċċa bi skoss bejtiet tal-ġrieden bħalma ġara fil-housing estate ta' Ħal Farruġ fit- tarf ta' Ħal Luqa.", "Issa, wara ħafna insistenza, l-awtorita` se tibda tirranġa l-post.", "Minkejja li jingħataw il-kuntratti, anke lil kuntratturi privati, dejjem tispiċċa tara d-dewmien fix-xogħol, bil-konsegwenza li r- residenti jispiċċaw igergru li qed jgħixu f'miżbla.", "Għalhekk jenħtieġ li l- housing authority tibda tinsisti li x-xogħol isir fiż-żmien stipulat fil- kuntratt.", "Huwa importanti li jekk il-kuntrattur jonqos li jagħmel xogħlu kif suppost jew fiż-żmien stabbilit, jitteħidlu l-kuntratt u jingħata lil xi ħaddieħor jew jintużaw il-faċilitajiet tal-gvern ċentrali - li huma under-utilised u għalxejn nikkritikaw lill-ħaddiema li ma jagħmlu xejn jekk aħna ma nagħtuhomx ix-xogħol – għax l-awtorita` hija responsabbli lejn it- taxpayers u mhux lejn il-kuntrattur.", "Jiena ntenni li jekk nużaw ir-riżorsi tal-gvern ċentrali b'management aħjar u ninċentivaw lill-ħaddiema, ix-xogħol jibda jiġi orħos lit-taxpayer Malti u hekk nibdew nieħdu the best value for money.", "Dan hu prinċipju li rridu ndaħluh ġo moħħna u nipprattikawh għax fis-sitwazzjoni finanzjarja li jinsab fiha dan il-pajjiż, ma nistgħux nagħmlu mod ieħor.", "Il-gvern qiegħed idaħħal dejjem iżjed revenue pero` fl-istess ħin l-expenditure qiegħed ikun dejjem aktar mir-revenue, tendenza li se twassalna għar-rovina.", "Minkejja l- bejgħ ta' l-assi tal-poplu, il-problema finanzjarja ta' pajjiżna baqgħet hemm u d-dejn u l-interessi ta' dan id-dejn qegħdin jiżdiedu, bil- konsegwenza li ma nistgħux insibu tarf tagħha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Grazzi.", "Sur President, hawn Malta għandna t-tendenza li awtorita` tinjora lil oħra, donnhom il-liġijiet tal-pajjiż qegħdin hemm biex ikunu fuq il-karta biss.", "U se nsemmi każ tipiku li fih jidħlu l- planning authority u l-housing authority.", "Qed nirriferi għall-każ Tal-Papa f'Birżebbuġa fejn hemm razzett li jingħad li ġo fih darba kien joqgħod papa u għalhekk dan ir-razzett huwa post li jagħmel parti mill-istorja u fil-fatt dan hu skedat bħala post storiku fi grade 2, li jfisser li huwa ta' importanza massima.", "Fi ftit kliem, dan ir- razzett irid jiġi ppreservat.", "Ġara li dan l-aħħar ġranet tfaċċa avviż fejn il-housing authority qiegħda tapplika mal-planning authority biex dan ir- razzett jitwaqqa' u minfloku jinbnew djar għall-akkomodazzjoni.", "Issa hawn ma rridx li taħsbu li jien qiegħed noġġezjona li l-housing authority tipprovdi djar għall-poplu Malti imma min-naħa l-oħra ma nistax naċċetta l- fatt li l-housing authority tagħmel applikazzjoni biex tkisser monument storiku ħalli tibni l-appartamenti.", "Huwa veru li ċ-ċittadin Malti għandu dritt li jkollu saqaf fuq rasu imma ma nistgħux nippermettu li dan jiġri a skapitu tal-wirt storiku tagħna.", "Hawnhekk għandek żewġ valuri tajbin li qed jiġġieldu għal dan il-post imma f'dan il-każ, żgur li l-wirt storiku Malti għandu jieħu l-preċedenza anke għall-fatt li għad fadal ħafna wisa' madwar Malta fejn jinbnew l- appartamenti.", "Ma nistax nifhem kif il-housing authority setgħet anke taħseb biex tapplika għal xi ħaġa simili u nistenna li l-planning authority tiċħad din l-applikazzjoni biex tissalvagwardja dan il-wirt storiku li għandna.", "Kemm-il darba ktibt u tkellimt li hija ħasra li f'dan il-pajjiż, il-wirt storiku ma tantx hu apprezzat.", "Biżżejjed wieħed jgħaddi mill-kurridur ta' dan il-palazz u jħares lejn l-affreski; il-ħsara li dawn fihom hija xi ħaġa li ma titwemminx u anke l-istess art li ngħaddu minn fuqha.", "Barra minn Malta, paviment li jkollu ċertu valur jiġi mgħotti u ħadd ma jgħaddi minn fuqu.", "Kemm f'dan il-palazz kif ukoll fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann għandna paviment storiku u kulħadd jgħaddi minn minn fuqhom kulljum.", "Għalhekk jien naħseb li għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex dak kollu li hu ta' ċertu valur storiku jiġi ppreservat.", "Kellna wkoll il-massakru fl-armerija fiż-Żurrieq, fejn qabel ma ġiet taħt idejn xi Taljani, kellha wirt storiku sħiħ ġo fiha imma li llum hemm ħerba sħiħa.", "Veru li issa ħarġet l-enforcement notice imma din ħarġet meta dak kollu li kien ta' ċertu valur laħaq inqered.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nitilfu l-wirt storiku tagħna b'dan il-mod u nħallu diversi monumenti oħra jinqerdu taħt għajnejn kulħadd mingħajr u ma jsir xejn.", "Naħseb li wasal iż- żmien li din it-tendenza tinbidel u nibdew nieħdu ħsieb il-monumenti tagħna bis-serjeta`.", "Xtaqt ukoll ngħid xi ħaġa dwar il-mod li bih Birżebbuġa spiċċat qisha miżbla ta' l-iżvillup ekonomiku fejn kollox qed jiġi mixħut hemmhekk, inkluż il-miżbla li qed tiġi suġġerita li ssir propjru f'dawk in- naħat.", "Jien ninsab konvint li Birżebbuġa m'huwiex is-sit ideali fejn issir din il- miżbla għal ħafna raġunijiet, fosthom għall-fatt li dan hu sit agrikolu imma iżjed minn hekk, jekk wieħed iħares lejn ir-rekwiżiti meħtieġa llum, żgur li jagħraf li dan il-post ma jikkwalifikax biex titpoġġa miżbla ġo fih.", "Jiena ninsab solidari man-nies ta' Birżebbuġa li qegħdin jipprotestaw bi ħġarhom biex din il-miżbla ma ssirx fil-lokalita` tagħhom.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem ftit dwar l-istat ħażin tat-toroq li hemm fil-ħames distrett u b'mod partikolari f'Ħal Għaxaq.", "Ċerti djar fin-naħat tal-Millieri lanqas sistema tad-drenaġġ m'għandhom.", "Mid-diversi mistoqsijiet li għamilt biex ngħin lil dawn in-nies, irriżulta li kulma hemm bżonn biex dawn in-nies ikollhom sistema ta' drenaġġ hu li tiġi stallata pompa u għalhekk jiena nappella biex din il-pompa ssir sabiex dawn ir-residenti tan-naħa ta' ġewwa tal-Millieri jkollhom servizz ta' drenaġġ kif jixraq.", "L-aħħar punt li xtaqt nitkellem dwaru jirrigwarda l-impjiegi.", "Tisma' lill- ministru konċernat jiftaħar kemm naqas l-unemployment u kemm żdiedu l- impjiegi imma imbagħad tibda tiltaqa' ma' nies fl-uffiċini, fid-djar u fil- ħwienet u ħlief nies jistaqsu għax-xogħol ma tarax.", "Qatt ma niftakar perijodu ieħor fejn kont niltaqa' ma' daqshekk nies li qed ifittxu xogħol b'mod regolari daqs kemm qed niltaqa' magħhom illum.", "Hawn problema kbira ta' nuqqas ta' xogħol imma min-naħa l-oħra tirrealizza li hawn ħafna barranin jaħdmu f'Malta speċjalment fl-oqsma tal-kostruzzjoni u tat- turiżmu.", "Għandna ħafna barranin li qed jieħdu xogħol il-Maltin u naħseb li wasal iż-żmien li din il-problema tiġi tackled bl-iżjed mod serju u jittieħdu l-iżjed passi drastiċi sabiex jiġi żgurat li kemm jista' jkun dawn il-barranin li qegħdin jidħlu hawn Malta, kemm illegalment kif ukoll b'mod legali imma li jkun skadielhom iż-żmien, ma jibqgħux jieħdu x-xogħol tal-Maltin.", "Dan hu importanti li jsir għax uliedna u dawk kollha li qed ifittxu xogħol illum il-ġurnata, qegħdin jiġu ffaċċati b'sitwazzjoni kerha speċjalment meta jkollok irġiel ta' bejn it-30 u l-35 sena li jkunu qed irabbu familja.", "Il-problema ta' ħafna minn dawn hi li dawn qed ikollhom ħafna commitments u sfortunatament mhux isibu mpjieg alternattiv biex ilaħħqu magħhom.", "Sur Presient, jien ninsab kunfidenti li kieku jkun hawn il-kontrolli fuq dawn il-ħafna barranin, kieku din il-problema tax-xogħol tiġi solvuta għax ħafna minn dawn il-barranin ma jibqgħux jieħdu xogħol il-Maltin.", "U m 'huwiex daqstant diffiċli biex dawn jiġu ndividwati.", "Ħaġa ta' l- iskantament hi li għandna diversi proġetti kbar għaddejjin imma l-uffiċjali li jkunu nkarigati li jaraw li l-impjegati fuq l-lant tax-xogħol ikunu regolari donnhom m'huma jaraw xejn ħażin.", "Ħaġa ta' l-iskantament kif dawn l- uffiċjali partikolari lill-Maltin biss isibu!", "Huwa importanti li din il- problema nħarsu lejha b'mod realistiku u ma nibqgħux ninqdew bis-sistema b'mod partiġġjan biex inkunu nistgħu ngħidu li l-pajjiż miexi 'l quddiem u miexi tajjeb meta fil-verita` dan ma jkun veru xejn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 22 ta' Lulju, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QORTI - MOĦQRIJA TA' ANNIMALI", "34665.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm każi ta' moħqrija ta' annimali ġew irrapportati lill-pulizija matul din is-sena ?", "X'passi ttieħdu u kemm ittellgħu persuni l-qorti?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "| |1998|1999|2000|2001|2002| |Rapport|13 |10 |31 |21 |18 | |i | | | | | | |Tressqu|5 |6 |15 |11 |12 | |l-qorti| | | | | |", "TINDIF TAX-XTUT", "34666.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema ngaġġati fuq it-tindif tax- xtut matul dawn l-aħħar ħames snin u x'inhija s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li ilu snin li t-taqsima tal-beach cleaning kellha magħha aktar nies minn dak meħtieġ, waqt li f'dawn l-aħħar ħames snin l-għadd ta' ħaddiema fit-taqsima kien kif ġej:", "|Sena |Numru ta' | | |ħaddiema | |1998 |129 | |1999 |128 | |2000 |121 | |2001 |135 |", "Illum hemm 104 ħaddiem fuq it-tindif tax-xtut - li allura jinkludu gradi tekniċi, supervisors, general hands u labourers - numru li jenħtieġ jonqos aktar.", "MFSC - HSBC", "34667.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jaġġornana bl-iżviluppi tal-każ li ressqet l-MFSC quddiem il-kummissjoni għall-kompetizzjoni ġusta dwar tariffi li introduċa l-HSBC?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-MFSC resqet il-każ quddiem l- uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta u mhux quddiem il-kummissjoni kif jingħad fil-mistoqsija, għalkemm jien informat li l-uffiċċju dalwaqt jagħti d- deċiżjoni tiegħu.", "Wieħed għandu japprezza wkoll li dawn l-investigazzjonijiet bilfors jieħdu ż-żmien peress li jikkomprendu kemm analisi legali kif ukoll ekonomika.", "Barra minn hekk, l-uffiċċju qiegħed anke jħares lejn ir-regolamenti l-ġodda tal-banek biex jara jekk hemmx ukoll ksur ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur apparti dak tal-kompetizzjoni.", "MTAĦLEB - PJANTI", "34668.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' l-inħawi fejn se jiġu mħawla s-siġar u partikolarment il-pjanti li jinkludu l-parti ta' l-Mtaħleb?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru ikkonċernat.", "QRATI – ESPERTI TAL-MARKI TAS-SWABA", "34762.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Peress li jidher li hemm xi kawżi li ma jistgħux ikomplu minħabba li m'hemmx espert tal-marki tas-swaba indipendenti mill-pulizija, jista' l- Ministru jgħid kemm hemm każi affettwati fil-qrati tal-maġistrati f'Malta u Għawdex?", "Hemm il-ħsieb li jiġi ngaġġat espert minn barra minn Malta biex dawn il-każi jkunu jistgħu jkomplu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li fil-qrati kriminali ta' Malta hemm 19-il kawża li ma jistgħux ikomplu minħabba li m`hemmx espert tal-marki tas- swaba indipendenti mill-pulizija.", "Fil-qorti tal-maġistrati ta' Għawdex ma hemmx kawzi li ma jistgħux ikomplu minħabba n-nuqqas ta` esperti tal-marki tas-swaba.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija mill-ministru għas-servizzi ekonomiċi iktar kmieni.", "ESPERTI TAL-MARKI TAS-SWABA", "34763.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi persuna Maltija li bħalissa qed tistudja biex issir espert fil-marki tas-swaba?", "Jista' jgħid min hi din il-persuna u fejn qed tistudja?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma għandi ebda informazzjoni dwar d-dettalji li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - TENDERS", "34798.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija 34044, jista' il-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-numru ta' tenders imsemmija taħt żgħażagħ u sport?", "Liema kienu t- tenders u għal liema valur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dettalji tat-tenders huma dawn:", "Sports hall ta' l-universita` 1) Kostruzzjoni ta' saqaf 169,000 2) Xogħol u servizzi ta' inġinerija elettrika 71,600 3) Tqegħid ta' subfloor 40,677 4) Tqegħid ta' timber sports floor 73,245 5) Tqegħid ta' madum 29,330 6) Surface water drainage 16,000 7) Xogħol ta' plumbing/drainage 25,000 8) Xogħol ta' rendering/plastering 13,830 9) Seating 8,527 10) Xogħlijiet esterni (l-ewwel fażi) 18,425 11) Xogħlijiet esterni (it-tieni fażi) 14,500 12) Xogħol ta' resurfacing fuq barra 10,595", "Informat ukoll li d-dipartiment taż-żgħażagħ u sport qed iħallas għat- tenders numri 1, 3, 5, 9 u 11 waqt li l-oħrajn se jitħallsu mill- universita`.", "Kumpless sportiv tal-Marsa", "1) Xogħol ta' piling 62,987", "Kumpless sportiv tal-Kottonera", "1) Xogħol ta' kostruzzjoni 1,092,640 2) Xogħol ta' servizzi 346,737", "MELLIEĦA – TRIQ INGRAO – PA 3490/98", "34805.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għala talba għall-bini ta' tliet sulari fi Triq Ingrao ġiet rifjutata - PA 3490/98 - meta ftit distanza 'l bogħod hemm ħames każi fejn l-iżvilupp ġie aċċettat li jsir bi tliet sulari u aktar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-raġuni kienet ġiet spjegata fid-deċiżjoni, liema deċiżjoni ġiet konfermata mill-bord ta' l-appell fit-2 ta` Marzu 2001.", "WIED IL-GĦAJN – XOGĦLIJIET FL-ISKOLA PRIMARJA", "34814.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 34547, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-permessi meħtieġa mill-ministeru tal-finanzi ngħatawx biex il-Kalaxlokk tagħmel ix-xogħlijiet fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba hija fl- affermattiv.", "TRASPORT PUBBLIKU", "34825.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi dwar l-ittra li qed tintbagħat separatament u li kopja tagħha ntbagħtet lili?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-persuna li għaliha saret riferenza fl-ittra m'hijiex impjegata ma' l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta kif inhuwa allegat.", "FREEPORT – MARIN HILI", "34829.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid fid-dawl li l-container port terminal ta' Venezia għandu business plan biex fis-snin li ġejjin ikabbar id- dimensjoni internazzjonali tiegħu, iqisx li hemm konflitt ta' interess tas- Sur Marin Hili li l-kumpannija tiegħu Mariner SpA għandha 50% tat-tmexxija tal-port ta' Venezia waqt li hu jmexxi l-freeport ta' Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jirriżultalix li hemm konflitt ta' interess għaliex iż-żewġ portijiet mhumiex kompetituri.", "STAMP DESIGN ADVISORY COMMITTEE", "34841.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Malta stamp design advisory committee?", "Meta ltaqa dan il-kumitat biex jiddeċiedi x'bolol se joħroġ għas-sena 2003 u liema membri kienu preżenti għal kull laqgħa?", "X'inhuma t-temi magħżula għas-sena 2003?", "Jikkonfermax il-Ministru li minkejja li s-sena d-dieħla hija s-sena Ewropea għal persuni b'diżabilita', dan il-kumitat irrifjuta li joħroġ bolla biex tikkommemora dan l-avveniment minkejja li kien hemm talba mill-kummissjoni persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-istamp design advisory board hu magħmul minn:- Mr Anthony Pavia Chairman Mr Noel Gauci Segretarju Mr Dominic Cutajar Membru Mr John Mizzi - Membru Mr John Bonnici Membru Mr Anthony Fenech Membru Mr Tony Barbaro Sant Membru Dr John Mercieca Membru Dr Vincent Depasquale Membru", "Il-bord iltaqa' fil-5 ta' Ġunju 2002 biex ifassal il-programm għas-sena 2003.", "Għal din il-laqgħa kienu preżenti l-membri kollha, ħlief għas-Sur John Mizzi u Dr John Mercieca.", "It-temi magħżula għas-sena 2003 huma:-", "Jannar - Definittiv valuri ġodda Frar - Vetturi klassiċi Marzu - Arkitettura militari April - San Ġorġ fil-pittura Mejju - Ewropa u l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar Ġunju - Ġublew ta' l-inkoronazzjoni Elizabetta II Awissu - Arzell tal-baħar – miniature sheet Settembru - Storja marittima Ottubru - Imtieħen tar-riħ Novembru - Milied", "Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, it-talba ġiet diskussa flimkien ma' ħafna talbiet oħrajn mill-istamp advisory board iżda ma ntlaqgħetx għal diversi raġunijiet, fosthom li fl-1981 diġa` kien inħareġ sett li jfakkar is-sena għal persuni b'diżabilita'.", "Ta' min isemmi wkoll li kemm-il darba saru machine slogans postali u timbri ta' l-idejn li kienu jfakkru diversi attivitajiet ta' persuni b'diżabilita'.", "Ta' min isemmi wkoll li l-għażla tat-temi tkun bażata fuq l-appell tagħhom għall- kollezzjonisti u filatelisti, kemm Maltin kif ukoll barranin u wkoll fuq kif jippromwovu lil pajjiżna."]} {"filename": "20011121_646d_par.doc", "date": "2001-11-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 646 L-Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 646", "L-Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "646", "L-Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI ................................................................................................211", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI .........................................................211", "TQEGĦID TA` KARTI FUQ IL-MEJDA TAL-KAMRA .....................................217", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2002.........................217", "PERMESS TAL-KAMRA", "ABBOZZ TA` LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TA` L-ESTIMI U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA.", "L-EWWEL QARI .....................................................................245", "AĠĠORNAMENT .....................................................................................245", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI ...................................................246", "APPENDIĊI ............................................................................................250", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 645 li saret fil-21 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET –", "TWEĠIBIET ORALI", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTRIZZJI", "29670.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose` Herrera) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill- Onor. Interpellant li sal-lum hemm 601 applikazzjoni pendenti quddiem it- tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Il-gvern kien wiegħed is-servizz ta' customer care fil-kontest ta' l-e-government.", "Jista' l-Ministru jagħtina feedback u update ukoll ta' x'sar s'issa?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, dan il-gvern fil-programm elettorali tiegħu kien wiegħed li bħala gvern, jagħmel kuntatt dirett maċ-ċittadin u li s-servizz pubbliku għandu jibda jagħti ħafna aktar attenzjoni biex ma jibqax miexi bil-mod burokratiku tradizzjonali fil-każ ta' l-ilmenti li jkollhom iċ-ċittadini dwar is-servizz pubbliku.", "Kien ukoll l-għan ta' dan il-gvern li joħloq mezz kif persuna tkun tista' b'mod anqas burokratiku u b'faċilita` li possibbilment tagħmilha mid-dar tagħha stess, tinvestiga dwar il-progress li jkun qed isir rigward xi file partikolari, id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu u tistaqsi x'qed jiġri.", "Illum dan jista' jsir permezz ta' l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Fil-fatt madwar 14-il xahar ilu, fit-trade fair li ssir ta' kull sena, kien ġie ppilotat software żviluppat lokalment mill-MITTS biex isir trial ta' kif tista' ssir din il-customer care system.", "Illum dan is-software ġie enhanced u issa ġie ffinalizzat, terminat, ittestjat u commissioned.", "Pero` bħal fi kwalunkwe ħaġa oħra, il-makni ma jaħdmux weħidhom u huwa importanti li tagħżel in-nies tajbin li jħaddmu l-apparat li jkollok.", "Fir-realta` ħadna ħafna ħin biex niżguraw li fl-uffiċċju ta' kull permanent secretary ikun hemm persuna magħżula mis-servizz pubbliku li jkollha rwol ta' customer care officer.", "Wara ħafna żmien – kif jiġri fis-servizz pubbliku meta jkun se jintagħżel grad ġdid - dawn ġew magħżula, hemm persuna indikata li se tkun customer care officer ma' kull permanent secretary u sar training ta' xahrejn kemm fuq is-software kif ukoll fuq il- metodoloġija tal-customer care.", "Mil-lat l-ieħor ittrejnjajna wkoll l- impjegati kollha tal-kunsill lokali bl-istess sistema.", "U allura meta nvaraw din is-sistema bis-software li ġie żviluppat, se jkollna konnessjoni diretta fl-uffiċċju ta' kull permanent secretary kemm għal min għandu l- computer id-dar tramite l-internet li jkun jista' jidħol direttament fuq is- sistema u jagħmel il-query direttament hu, u kemm għal min m'għandux dan il- computer jew ma jafx juża computer.", "Dan jista' jsir billi dak li jkun imur il-kunsill lokali u juża din is-sistema minn hemm tramite l-impjegati tal- kunsilli lokali.", "Qed naħsbu li nkunu on-line bejn l-aħħar ta' Jannar u l- bidu ta' Frar.", "Bħal kollox fis-sistemi ta' l-e-government, huwa ħafna aktar faċli li tiddisinja s-sistemi u tixtri l-apparat milli tħaddimhom kif għandhom jitħaddmu għax wara l-makni jrid ikun hemm in-nies.", "Jiġifieri jekk tagħmel complaint permezz ta' l-internet, il-customer care officer li se jkun mal- permanent secretary irid ikun effiċjenti biżżejjed biex dik il-query jipproċessaha b'mod tajjeb ma' min hu taħtu.", "It-tajjeb tas-sistema hu li tista' tiġi żviluppata 'l isfel.", "Għalissa se nibdew biss mill-uffiċċju tal- permanent secretary pero` fil-każ tal-health department, per eżempju, tista' tqabbad sub-system direttament ma' l-isptar San Luqa jew ma' kull polyclinic u tibqa' sejra 'l isfel.", "Qed issir konċentrazzjoni kbira fuq it-training adegwat ta' dawn in-nies.", "Żgur li s-sistema se tagħti faċilita` lis-servizz pubbliku biex jara x'tip ta' complaints qed isiru, biex jikkategorizza l-complaints, jara fejn qed isiru l-complaints u aktar importanti minn hekk, ir-response times.", "Din is- sistema hija magħmula b'mod li jekk inti ma jkollokx risposta fi żmien predeterminat, mingħalija ta' ġimgħatejn, awtomatikament tiġbed l- attenzjoni ta' min hu nkarigat pero` barra minn hekk hemm inbuilt ukoll audit system sħiħa biex tara min qed iħaddimha tajjeb, min mhux qed iħaddimha tajjeb, min qed idum, min qed jirrispondi fiż-żmien u affarijiet bħal dawn.", "B'din is-sistema ma nistennewx mirakli imma naħseb li dan huwa tool li jekk ngħarfu nużawh sew, jista' jagħti aktar effiċjenza fis-servizz pubbliku u jista' jirresponsabilizza aktar lil min għandu jkun responsabbli minnu nnifsu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif qed jgħid il-Ministru ma jistax ikollok e- government jekk ma jkollokx e-citizens.", "Peress li waħda mill-modi kif iż- żgħażagħ tagħna jistgħu jitħarrġu aħjar huwa permezz ta' l-iskejjel u anke permezz tal-ħafna korsijiet li qed jiġu organizzati mill-kunsilli lokali, każini politiċi eċċ, ma jaħsibx il-Ministru li ta' min ikollhom is-sillabu ta' l-European Computer Driving Licence?", "Minkejja li s-sillabu li qed jagħmlu dawn l-istudenti huwa qrib ħafna ta' l-ECDL, il-problema hi li r- rati li bihom qed jiġu ċċarġjati l-istudenti Maltin huma għoljin ħafna għax dawn qed jiġu organizzati mill-fergħa tal-British Computer Society.", "Minkejja li ilna indipendenti mill-1964, għad għandna ċerti scherzi ta' dan it-tip.", "Jekk aħna nieħdu l-inizjattiva biex titwaqqaf il-Malta computer society jew jekk il-Malta computer society agonizzanti li hemm tieħu l-ħajja, u jkun hemm koordinazzjoni bejn is-settur pubbliku, dak privat u l-providers, eċċ., ir-rati ta' l-ECDL jitbaxxew ħafna.", "Bħalissa anke l-Irlandiżi qed jgħidulna li dan ma jagħmilx sens għalina.", "Iċ-ċentru ta' l-ECDL huwa l- Irlanda u aħna qed neħduh mill-Ingilterra b'rati għoljin ħafna.", "Jista' l- Ministru jara x'jista' jsir biex tittieħed inizjattiva ħalli tingħata l- ħajja lill-Malta computer society biex l-ECDL ikun jista' jsir hawn Malta b'rati li jkunu aktar aċċessibbli għal kulħadd?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naqbel perfettament mal-linja li qed jissuġġerixxi l- Onor. Bartolo.", "Fil-fatt waħda mis-sub-groups li għandna fl-e-Malta commission, qiegħda proprju titratta l-aspett ta' l-ECDL flimkien ma' aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-kamp edukattiv.", "Jiena smajt diskors li kien għamel l-Onor.", "Bartolo ftit ilu fejn ilmenta ġustament li f'dan il-qasam għad għandna wisq akkademja u mhux prattiċita`.", "Hu qal ġustament li ħafna drabi t-teknoloġija miexja b'mod li s-service providers stess, bħas-SISCO, il-korsijiet u ċ-ċertifikati li huma jagħtu huma wżati mad-dinja kollha pero` hawn Malta ma nirrikonoxxuhomx.", "Proprju parti minn dan huwa l-ECDL li għadna m'aħniex qed nirrikonoxxu.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Bartolo li rridu nimxu f'dan il-każ paripassu.", "Għandna jkollna akkademja tajba, ħaġa li hija importanti għall-formazzjoni ta' ċerti nies, pero` fir-realta` is-suq illum qiegħed jirrikjedi affarijiet 'il hinn mill-akkademja.", "Naħseb li l-agreement li jiena ħabbart ftit taż-żmien ilu mas-SISCO, liema agreement se nwettquh proprju x-xahar id-dieħel jew ta' wara, huwa indikazzjoni ċara ta' fejn nistgħu mmorru anke bl-ECDL.", "Is-SISCO se twaqqaf akkademja hawn Malta totalment imħallsa minnha għax ovvjament għandha interess li jkollha inġinieri li jkunu jafu s- sistemi tagħha.", "Din l-akkademja se tkun tinkorpora lill-MITTS, lill- Universita`, lill-MCAST u lil numru ta' skejjel privati li joffru l- computer studies at sixth form level.", "Dawn kollha se jkunu parteċipi f'din l-akkademja li se jħallsu għaliha s-SISCO u se tkun housed is-Swatar.", "Din se tittrenja t-trainers li għandna fid-diversi skejjel tagħna, inkluż l- MCAST, l-Universita` u dawk li qed jgħallmu s-sixth forms fil-privat u dawn se jgħaddu in-knowledge tas-SISCO systems fis-sixth form biex joħorġu SISCO certified engineers.", "Dan it-tagħlim, flimkien ma' l-eżamijiet isiru kollha on-line u s-sabiħa hi li fil-livell ta' sixth form, l-ispiża tkun minima - għax prattikament tkun qed tuża hardware li diġa` huwa eżistenti - u fir-realta` il-ħin li qed taħli huwa l-ħin tat-trainers li jridu jmorru jittrenjaw.", "Naħseb li din it- tip ta' sistema hija mpinġija biex nużawha għall-European Computer Writing License.", "Jekk immorrux mal-Malta computer society jew le wieħed għad irid jara pero` ċertament għandha tkun formula ta' public/private partnership u l-gvern huwa biss katalista biex jagħmel l-affarijiet u jrid jirrikonoxxi l- European Computer Writing License bħala kwalifika.", "Jien naħseb li s- suċċess ikun jekk jirnexxilna ninvolvu l-privat li għandu bżonn nies li joħorġu bl-ECDL.", "Din hija l-verita`.", "Jekk nippruvaw ninstigaw li dan isir - għandna anke kuntatti ma' kumpanniji kbar multi-nazzjonali li jixtiequ jagħmlu xi tip ta' akkademja bħalma għandna s-SISCO hawn Malta - naħseb li dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Bartolo jkun fattibbli.", "Kultant issib diffikulta` minn xi nies li jissettjaw il-kurrikulu hawn Malta.", "Hawn wisq preġudizzji għal dak li kien jiġri fil-passat f'kamp fejn kull ġimgħa jitbiddlu l-parametri.", "Jien nappella sinċerament biex min hu f'dan il-qasam ikollu viżjoni ftit aktar miftuħa għax fir-realta` mhux aħna qed nissettjaw l-istandards.", "Illum SISCO certified engineer kapaċi jsib xogħol ħafna aktar minn inġinier li huwa kkwalifikat wara tliet snin fl-universita` hawn Malta u allura rridu nibbalanċjaw l-akkademja ta' tliet snin ma' dak li jrid is-suq.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Id-domanda tiegħi hija dwar il-kawżi tat-tribunal.", "Peress li baqa' 601 każ, jiġifieri kważi inqatgħu nofshom – bejn li ġew ċeduti, eċċ. – u hemm numru mhux ħażin ta' kawżi li ġew deċiżi favur min għamel applikazzjoni, li huma ħaddiema tal-gvern, u għal raġuni ta' PSC dawn mhux qed jingħataw rimedju, jaħsibx il-Ministru li ladarba hemm sentenza favorevoli, ladarba ma tistax tingħata promozzjoni jew ħaġa jew oħra, kif anke l-Prim Ministru kellu okkażjoni jirrispondi f'dan il- Parlament, għandha tingħata somma kompensattiva li tirrifletti fis-salarju?", "Għax f'dawn il-każijiet l-inġustizzja lejn ħaddiema tal-gvern qed titkompla u għal raġunijiet li tafhom il-PSC, xorta mhux qed jaqblu mad-deċiżjonijiet ta' l-imħallef.", "Jiġifieri wara li jkun sema' il-provi l-imħallef, xorta qed jgħid li għandu raġun u l-PSC ma tagħtix il-rakkmandazzjoni tagħha.", "Ladarba anke fil-każ tal-kummissjoni li kontu għamiltu intom biex investigajtu l-inġustizzji li s'issa qassamtu aktar minn Lm300,000, jaħsibx il-Ministru li huwa l-waqt ukoll li ssir ġustizzja ma' dawn in-nies?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini imma ma naqbilx mas-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant u ma naqbilx mhux kapriċċjożament imma għax il-liġi li kien fassal dak iż-żmien gvern Laburista, li tinkwadra il-kawżi tat- tribunal ta' l-investigazzjoni ta' l-inġustizzji, kienet ben konxja tad- diffikultajiet li kien sab gvern preċedenti taħt il-kummissjoni ta' l- amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Il-gvern Nazzjonalista preċedenti kien ġie f'pożizzjoni fejn rakkmandazzjonijiet li kienu saru minn dik il-kummissjoni - mhux għal kumpens ta' flus imma għal kumpens ta' promotion - kienu ġew miżmuma diversi drabi mill-PSC u dawn in-nies ma setgħux jieħdu kumpens.", "Il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 tant kien konxju minn din il- problema li għamel draft tal-liġi b'mod differenti u kien qal li l-imħallef li qed jisma' l-kawża, fejn jara li hemm każ ta' kumpens in kind, ma jistax jagħtih hu imma jista' minflok jordna li jitħallas kumpens fi flus.", "Mela meta l-imħallef jiġi biex jiddeċiedi għandu għażla quddiemu; jew li Tizju għandu jingħata promotion, jew jgħid li l-promotion ma tiddependix minnu – u jkun jaf li ma tiddependix minnu għax bil-Kostituzzjoni tagħna l- promotions jistgħu jingħataw biss mill-PSC - u allura jagħżel li jagħtih kumpens fi flus.", "Kull darba li l-imħallef ma tax dan il-kumpens fi flus, huwa loġiku li tassumi li hu ddeċieda li f'dak il-każ m'għandux japplika l-liġi biex jagħti kumpens imma għandu jirrakkmanda biss promozzjoni li jaf u li hu konxju minnha, u din id-deċiżjoni ta' l-aħħar m'hijiex tiegħu.", "Allura ladarba l-imħallef ikun ħa dik id-deċiżjoni, jien ma jidhirlix li l-gvern għandu b'xi mod ibiddilha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Wieħed jifhem din il-kwestjoni legali, kif qed jgħid il-Ministru, pero` meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern kien hemm każijiet li kienu taħt il-kummissjoni u intom ma stajtux toħorġu l- promozzjonijiet.", "Imbagħad fl-aħħar budget, proprju bħal daż-żmien sena, intom ivvotajtu madwar Lm300,000 biex tqassmuhom bħala kumpens talli wħud minn dawn il-persuni ma ħadux din il-promozzjoni.", "Issa ladarba mxejtu b'dan il-mod ma' nies li l-maġġoranza assoluta tagħhom huma Nazzjonalisti, għaliex ma nagħmlux ġustizzja anke ma' dawk il- Laburisti li għadhom qegħdin jistennew?", "Dak li qed ngħid jien!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Li qiegħed jaqbeż l-Onor.", "Farrugia hija d-distinzjoni bejn iż-żewġ liġijiet li jiggwidaw.", "Fl-ewwel waħda, fil-kummissjoni ta' l- investigazzjoni ta' l-inġustizzji li saret minn gvern Nazzjonalista ma setgħetx tordna jew ħaġa jew oħra.", "Jekk kellha tordna promotion kienet tordna promotion u kellna mmorru quddiem il-PSC.", "Jiġifieri qatt ma kellha ċans tagħmel either/or.", "Issa fil-liġi li saret taħt il-gvern immexxi mill- partit Laburista, hemm imniżżel speċifikament li fejn il-qorti jidhrilha li ma tistax tordna r-rimedju effettiv, allura għandha tordna kumpens.", "Ergo d-differenza bejn it-tnejn huwa li filwaqt li fl-ewwel waħda l- kummissjoni qed tara li r-rimedju kellu jkun bilfors ta' promotion u mhux ta' dannu, fit-tieni każ it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji li sar minn gvern Laburista, din l-option ingħatat lill- imħallef.", "U kull darba li l-imħallef jagħżel l-ewwel option, ir-rimedju effettiv tal-promotion qed jagħmlu konxju li mhux qed jagħżel it-tieni wieħed, jiġifieri li jagħti l-flus, għax il-promotion ma tiddependix minnu u konxju wkoll li hu m'għandux poter li jordna promotion imma għandu poter biss li jammetti li saret inġustizzja, u allura jaf li d-deċiżjoni finali hija tal-PSC.", "U la hemm deċiżjoni konxja ta' imħallef, hija differenti mid-deċiżjonijiet li kienet tieħu l-kummissjoni qabel, għax il-liġi hija differenti, u ladarba hemm sentenza ta' imħallef, naħseb ilkoll naqblu li m'għandux ikun il-gvern li jbiddilha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, fil-kuntest ta' kif irrisponda għall- mistoqsija supplimentari ta' l-Onor.", "Bartolo u anke fil-kuntest ta' l- importanza li qed nagħtu għat-teknoloġiji moderni, jista' l-Ministru jgħidilna x'miżuri qed jieħu l-gvern biex dawk it-tfal li m'għandhomx aċċess għal dawn is-sistemi hekk importanti ma jsibux ruħhom żvantaġġati?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waħda mis-sotto-kumitati li għandna fl-e-Malta commission titratta proprju dwar id-digital divide u qegħdin nippruvaw nevolvu skemi li b'mod partikolari, pero` mhux esklussivament, iħarsu lejn dawk it-tfal li ġejjin minn familji li forsi m'għandhomx aċċess għall- computer, jew forsi m'humiex in a computer environment ħlief kultant fl- iskola u forsi m'humiex segwiti mill-familji tagħhom u allura joħolqu problemi għall-futur proprju tagħhom.", "Qegħdin nippruvaw noħolqu partnership - u 'l quddiem se noħorġu bi proposta konkreta mal-kunsilli lokali – bejn l-e-Malta commission, il-heads ta' l- iskejjel, l-ISPs u l-kunsilli lokali.", "Proprju x-xahar id-dieħel se nagħmlu proġett pilota fejn se nitolbu lill-head teachers ta' skejjel li qegħdin f'areas fejn hemm numru ta' nies li għandhom problemi soċjali, biex jgħażlu 48 tifel u tifla bejn 8 snin u 12-il sena, li jaħsbu li ġejjin minn background fejn m'għandhomx aċċess għall-computer u permezz ta' ISP partikolari, se neħduhom għal kors ta' ħames ġimgħat ġo internet café` speċifiku biex niftħulhom id-dinja tal-computer.", "Dan huwa proġett pilota biss li beħsiebna nwettquh is-sena d-dieħla.", "B'kooperazzjoni bejn l-ISPs u l-kunsilli lokali beħsiebna noħolqu internet centre f'kull kunsill lokali jew fil-viċinanzi tagħhom.", "L-ISPs se jissussidjaw parti mis-set-up, u dan prattikament ifisser li kull kunsill lokali jista' jkollu internet centre modest ta' madwar tlieta jew erba' computers, qed naħsbu għall-prezz ta' Lm500 jew Lm600, u b'sussidju qawwi wkoll għall-aċċess on-line.", "L-ISPs ukoll huma lesti li f'kull internet centre ta' kull kunsill lokali jittrejnjaw numru ta' trainers għal kull kunsill lokali, liema numru jiddependi mill-kobor ta' kull kunsill lokali.", "Sadanittant bejn il-kunsilli lokali u l-head teachers tal-lokal se nippruvaw nindividwaw tfal li ġejjin minn social backgrounds li għandhom bżonn l-għajnuna u ladarba l-ISPs ikunu ttrejnjaw it-trainers għal kull kunsill lokali u nkunu stabbilejna internet centre f'kull kunsill lokali, b'mod regolari bejn il-kunsill lokali u l-iskejjel se nippruvaw inħajru lil dawn biex b'mod regolari jibdew jiġu jitgħallmu l-computer.", "Jien ġejt informat mill-ISPs li fejn huma fetħu internet centres f'ċerti postijiet li wieħed jaħseb li m'għandux jiftaħhom u cioe` under privileged areas, instab li billi l-internet jattira kull tip ta' persuna, għal diversi raġunijiet, nies li huma analfabeti, għax jidraw jidħlu f'ċerti paġni u ma jridux jistaqsu kif għandhom jidħlu fihom, jitgħallmu, b'mod jew ieħor, li jużaw il-computer u jitgħallmu b'ċertu limitu jittajpjaw.", "Jiġifieri kultant l-interess, anke ħażin, jistimula wkoll ċerti affarijiet tajba.", "Irrid nistqarr pubblikament li din l-e-Malta commission irnexxielha tkisser il-blokk li kien hemm bejn il-gvern u l-ISPs u bejn l-ISPs infushom.", "Illum għandna grupp ta' ISPs li nixtieq infaħħarhom pubblikament, li qed jgħinu ħafna mhux biss bil-kliem, imma qed jikkontribwixxu wkoll b'mod fattwali f'sussidji kbar u lesti li jidħlu għal aktar sussidji għax jirrikonoxxu li dan il-qasam huwa fl-interess ta' kulħadd li jkollna take up qawwi.", "Nixtieq ukoll nirringrazzja lil kulmin qiegħed jidħol f'dan il-kamp biex jgħin għax naħseb verament irnexxielna noħolqu koalizzjonji soċjali vera minn kull naħa tal-pajjiż li trid tuża dan il-mezz ta' l-internet b'mod intelliġenti u biex il-koalizzjoni soċjali vera li għandna bżonn f'dan il- pajjiż tkun ibbażata mhux fuq il-bluha imma fuq l-intelliġenza u fuq l- għerf.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Xtaqt nerġa' mmur lura għall-kwestjoni tal-kawżi tat-tribunal peress li ma bqajniex nitkellmu dwarha.", "Huwa veru li taħt l- att tat-tribunal l-imħallef seta' jiddeċiedi mod jew ieħor, pero` fil-każ tal-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji ta' żmienu, kien hemm każijiet fejn persuni ma ngħatawx promozzjoni u ngħataw kumpens.", "Issa l-imħallef fejn jaf li s-sentenza tiegħu mhux se tiġi onorata mill-gvern għax il-PSC ma jaqbilx?", "Din hija anomalija li fiha nnifisha qed toħloq inġustizzja u qed toħloq tbatijiet żejda lil min diġa` ingħata s-sentenza favur tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Sur President, naħseb li l- Onor. Interpellant mhux qed jinterpreta sew il-pożizzjoni.", "Il-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji setgħet tagħti biss pariri, imbagħad il-Prim Ministru seta' jaċċetta l-parir u jattwah.", "Jekk kien in konnessjoni ma' promotion mal-gvern bilfors ried imur quddiem il-PSC u jekk il-PSC ma taqbilx mar-rakkmandazzjoni tal-kummissjoni ta' l-inġustizzji, ma seta' jingħata l-ebda rimedju.", "Meta saret il-liġi tat-tribunal ta' l-inġustizzji s-sitwazzjoni nbidlet u hemmhekk il-gvern ma kellux option.", "Dik hija sentenza li trid tiġi onorata.", "U allura ħloqna sitwazzjoni li jekk it-tribunal jgħid li xi ħadd għandu jingħata promotion, fis-sentenza stess jgħid li jekk dik il-persuna ma tingħatax il-promotion, tillikwida d-danni fis-somma ta' mhux aktar minn Lm5,000.", "Illum is-sitwazzjoni nbidlet.", "Illum it-tribunal qed jgħid li anke jekk il-PSC tgħid li m'għandux ikun hemm il-promotion, xorta waħda jrid jitħallas il-kumpens.", "F'din iċ-ċirkostanza nħolqot inġustizzja kbira ma' dawk li kienu soffrew inġustizzji u kellhom sentenza tal-kumissjoni favur tagħhom u l-PSC, għal diversi raġunijiet, qalet li ma tistax tingħata l-promotion.", "Meta rajna li t-tribunal issa ħoloq inġustizzja ma' dawk li kienu diġa` soffrew inġustizzja, abbażi tal-kriterju tal-Lm5,000 stabbiliti fil-liġi tat- tribunal, sar eżami objettiv għal kollox ta' min kellu raġun li sofra inġustizzja u baqa' ma ħax kumpens u tajnih ex grazzja kumpens.", "M'huwiex veru li s-sentenzi li qed jiġu deċiżi mit-tribunal m'huwiex qed jiġu onorati, dawk qed jiġu onorati kollha.", "U ma nistax nagħmel mod ieħor għax hemm sentenza li l-liġi tat-tribunal tgħid li trid tiġi esegwita.", "Safejn naf jien kien hemm każ wieħed biss li qiegħed jiġi kontestat fil- qorti fuq promotion fil-pulizija u dan qed jiġi kontestat fil-qorti għax qed jingħad li huwa każ kontra l-Kostituzzjoni.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Grazzi.", "On a point of order il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, m'huwiex korrett li tikkompara jew tagħmel ekwivalenza bejn it-tribunal ta' l- inġustizzji u l-kummissjoni fuq l-inġustizzji.", "Waħda hija kummissjoni governattiva u l-oħra hija tribunal ġudizzjarju u li tekwipara deċiżjoni tal-kummissjoni kontra l-inġustizzji ma' deċiżjoni tat-tribunal kontra l- inġustizzji m'hijiex aċettabbli għax nerġa` ngħid li waħda hija tribunal ġudizzjarju u l-oħra hija tribunal amministrattiv issettjat mil-liġi u appuntata mill-gvern tal-ġurnata.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ovvjament huwa hekk pero` għamilna sitwazzjoni li fejn tidħol il-PSC, li suppost hija suprema skond il-Kostituzzjoni, waqqajna l-poteri tagħha u qed ngħidu li meta ma tingħatax promotion, irridu naċċettaw is-sentenza tagħha, għalkemm ma jfissirx li qed naqbel magħhom, u jridu jiġu esegwiti.", "Ovvjament il-kummissjoni m'għandhiex x'taqsam mat-tribunal pero` il-gvern immexxi mill-Onor.", "Alfred Sant, kien ippropona f'dan il-Parlament u ġiet approvata, liġi li effettivament bħala danni hija aktar għolja u llum issorpassat il-poteri tal-PSC.", "MR SPEAKER: On a point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq l-istess point of order vis-à-vis il-kummissjoni għas-servizz pubbliku.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-kummissjoni kontra l- inġustizzji, il-kummissjoni tas-servizz pubbliku kienet qiegħda vis-à-vis xi ħaġa appuntata amministrattivament, vis-à-vis it-tribunal għall- inġustizzji, il-kummissjoni tas-servizz pubbliku kienet qiegħda vis-à-vis xi ħaġa li hija ġudizzjarja u hemhekk l-iżball li qed tagħmel il- kummissjoni għas-servizz pubbliku vis-à-vis it-tribunal għall-inġustizzji.", "MR SPEAKER : Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'hu point of order xejn, dan huwa argument li nistgħu nibqgħu nargumentawh.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu żball kompletament.", "Il-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji twaqqfet b'liġi, hija d-deċiżjoni tal-gvern tal-ġurnata li ta poter lit- tribunal to overwrite id-deċiżjonijiet tal-kummissjoni għar-rigward ta' kumpens.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Poltika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 291 ta' l-2001 - Ordni ta' l-2001 dwar is-Sigurta' Soċjali (Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tar- Rifuġjati); u", "Tabella li turi l-għadd ta' apprendisti Għawdxin f'kull skema ta' apprendistat skond is-sena tad-dħul bejn l-1998 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29804.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 290 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw l-Iskedi li jinsabu ma' l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 292 ta' l-2001 - Ordni ta' l-2001 dwar Delegazzjoni ta' Funzjoni lil Kunsilli Lokali (Bus Shelters);", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar każ Nru 287 – Rapport Numru144; u", "Kopja ta' ittra li l-Avukat Ġenerali bagħat lill-Prim Ministru u lili fil-21 ta' Novembru 2001 b'riferenza għad-diskors ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia fl-aġġornament tas-Seduta Nru 645 tal-21 ta' Novembru 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2002.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Bis-saħħa tal-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services biex jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Budget.", "Nistieden ukoll lill-fotografi tal-media u tad-DOI sabiex jiġbdu ritratti għall-ewwel ħames minuti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru 251 ta` l-14 ta' Novembru 2001 id- diskors kollu tal-Budget huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskussjoni (O.P. 49) u mill-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol (O.P. 9).", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux aktar minn ħames mija u tmienja u tletin miljun, mitejn u dsatax-il elf u tliet mija u seba' u sittin liri Maltin (Lm 538,219,376) kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali għas-sena 2002.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "21 ta' Novembru 2000", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2002.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, tliet snin ilu, meta dan il-Gvern daħal mill- ġdid biex imexxi 'l pajjiżna, sibna sitwazzjoni mwiegħra għall-aħħar.", "L- ekonomija kienet staġnata u kienet qiegħda toħloq il-qagħad flok ix-xogħol.", "L-investiment kien waqaf għaliex il-fiduċja f'pajjiżna kienet mherrija għal kollox.", "Is-sitwazzjoni finanzjarja kienet bla kontroll, bl-iżbilanċ jiżdied minn sena għal sena.", "Fl-1998, sibna żbilanċ strutturali ta' Lm150 miljun fis-sena, jew aktar minn 11 fil-mija ta' kemm kapaċi nipproduċu kull sena.", "Din il-qagħda ħtieġilha azzjoni qawwija u ta' malajr.", "Mill-ewwel ġranet ta' dan il-Gvern, bdejna ħidma biex nerġgħu nqajmu l-ekonomija tagħna, noħolqu x-xogħol, insaħħu l-fiduċja, u nrażżnu d-defiċit.", "[pic] Dan irnexxielna nagħmluh.", "Matul din is-sena, komplejna nistinkaw sabiex, waqt li nżommu sħiħ it- tessut soċjali tagħna, inkomplu nsaħħu pajjiżna u nibnu soċjeta' li tkun ibbażata fuq ordni soċjali li tkun ġusta u li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura, la llum, la għada u lanqas fis-snin li ġejjin.", "Is-sena d-dieħla, se nagħtu bidu għal tibdil mill-qiegħ ta' sistemi li nbnew matul l-għexieren ta' snin li għaddew u li, anke jekk drajnihom, ma nistgħux inkomplu nħaddmuhom kif inhuma mingħajr ma nipperikolaw li mmermru s-soċjeta' tagħna.", "Nirrepeti dak li għidt is-sena l-oħra: xejn m'hu b'xejn.", "Ebda żieda fil- pagi jew fil-benefiċċji tas-settur pubbliku, ebda żieda fil-kwalita' ta' servizz li jingħata mill-Istat, ebda servizz ġdid li noħolqu, ikun kemm ikun ta' fejda, ikun kemm ikun ta' ħtieġa, ma jaqa' bħal manna mis-sema.", "Xi ħadd irid iħallas għalih.", "Qed inħallsu għalih aħna lkoll li nħallsu t- taxxi.", "Għalkemm insaħħu l-impenn tagħna li nwettqu ġustizzja soċjali fil-ġbir tat- taxxa biex naraw li kulħadd iħallas sehmu, fl-istess ħin nifhmu li rridu nassiguraw li l-livell ta' taxxi, kemm fuq is-settur produttiv, kif ukoll fuq is-settur li jikkonsma, ma jkunx tali li jħaxken ir-rota ta' l- ekonomija u jtellef il-mixja tagħha.", "Hemm bżonn nifhmu li dak li qed nagħmlu hu li ngħaddu l-ġid minn id għal oħra.", "Niġbru mingħand kulħadd it-taxxi skond ma' wieħed jaqla' u jikkonsma u nqassmuhom lura f'pagi lis-settur pubbliku, f'pensjonijiet, f'servizzi tas-saħħa, fl-edukazzjoni, fl-ambjent u fis-sigurta'.", "Fil-fatt, waqt li teżisti reżistenza kbira biex jitħallsu t-taxxi, hawn fl- istess ħin pressjoni dejjem tikber għal żidiet fil-pagi ta' dawk li jaħdmu fis-settur pubbliku u għal żidiet fin-nefqa tas-servizzi li kulħadd jistenna b'xejn mingħand il-Gvern.", "Hemm bżonn jintlaħaq bilanċ.", "Irridu naqtgħu l-linja bejn dak li hu bżonn u dak li mhux daqstant meħtieġ.", "Waqt li nibqgħu nagħtu l-akbar każ li nħarsu l-livell tal-għajxien ta' kull ċittadin Malti, hemm bżonn li naqtgħu l- abbużi u l-ħela.", "Dan irridu nkomplu ninsistu fuqu kemm f'dik li hi produttivita' fis-settur pubbliku, kemm fl-utilita' ta' dak li nagħmlu u nipproġettaw, kemm fil-valur ta' dak li nħallsu għalih, kif ukoll fil- ħtieġa ta' dak li nqassmu.", "Hemm bżonn ukoll li nħarsu sewwa lejn kull sistema li qed nużaw u li żviluppat fl-aħħar tletin sena u nagħmlu dak it-tibdil meħtieġ biex insaħħu l-vijabilita' tas-soċjeta' Maltija.", "Mhux biżżejjed titkellem fis-sħab imbagħad tkun bħal qasba tixxejjer mar- riħ, iċċedi għal dawk li ma jridux iħallsu sehemhom u għal dawk li dejjem iridu aktar u li jaħsbu li jistgħu jibqgħu jmaxtru minn dak ta' ħaddieħor.", "Irridu nkunu sodi, lesti nerfgħu kull piż li l-interess ta' pajjiżna jitfa' fuqna.", "Hekk titlob is-serjeta'.", "Hekk insaħħu pajjiżna.", "Mr. Speaker, illum se nuri kif is-sagrifiċċji li għamilna f'dawn l-aħħar tliet snin sarrafnihom u kif ir-riżultati qegħdin niksbuhom.", "Id-Dimensjoni Ekonomika", "L-ekonomija dinjija hi dgħajfa.", "Ir-ritmu ekonomiku fil-pajjiżi qawwija ilu li beda jbatti mill-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Wara l-attakk insensat fuq iċ-ċivilta' li seħħ fil-11 ta' Settembru ġewwa l-Amerika, l-istat ta' l- ekonomija ta' ħafna pajjiżi kompla jeħżien b'pass aktar mgħaġġel.", "Kemm se jkun kbir l-effett ta' dawn l-avvenimenti straordinarji jiddependi mill-firxa tat-theddid li ma waqafx u minn kemm l-azzjonijiet militari li għaddejjin itawwlu.", "Fuq kollox, jiddependi ħafna minn kemm kull wieħed u kull waħda minna kapaċi joħroġ mix-xokk li laqatna u jerġaċ lura malajr kemm jista' jkun għal dak is-sens ta' serħan il-moħħ li jħallina nerġgħu lura għall-ħajja normali tagħna.", "Dan kollu nħass b'mod qawwi fis-swieq kapitali u fil-boroż madwar id-dinja.", "Il-prezzijiet ta' l-ishma kienu diġa neżlin wara l-livelli esaġerati kawżata minn ewforija bla sens fis-sentejn li għaddew.", "Issa, daħal il-biża' tal-ġejjieni u l-valur ta' l-ishma fuq is-swieq madwar id-dinja kompla nieżel 'l isfel.", "Ir-riżultat ta' dan kien taqlib kbir fl-istrutturi ekonomiċi tal-pajjiżi żviluppati u skossi kbar fit-tħaddim ta' l-ekonomija.", "Tant hu hekk li, illum, t-tbassir ekonomiku ta' kull pajjiż hu wieħed ħafna aktar kiebi minn li kien ftit xhur ilu.", "Il-Ġappun għadu jitqabad mar-ristrutturar li beda jagħmel tard ħafna u li ma wettaqx għal kollox.", "L-Ewropa qed titkellem fuq tkabbir ekonomiku b'rata ħafna aktar baxxa minn dik mistennija qabel.", "L-Istati Uniti għadha tħoss l-effett tat-traġedja li seħħet u qiegħda titfa' biljuni ta' dollari fl-ekonomija biex forsi tweżinha xi ftit.", "L-Ekonomija Maltija", "M'hemm ebda dubju li dan it-theżżiż inħass ukoll f'pajjiżna.", "Għalkemm l- ekonomija Maltija matul din is-sena mistennija tkun anqas minn dak li konna qegħdin nistennew, xorta kompliet miexja b'ritmu tajjeb.", "It-tkabbir ekonomiku b'rata anqas mgħaġġla f'diversi pajjiżi tad-dinja kellu mpatt fl-esportazzjoni tagħna.", "Dan ħabat ma' ambjent kajman fis- settur internazzjonali tal-makkinarju li kellu mpatt qawwi fuq l-operaturi lokali f'dan is-settur.", "Iżda, tajjeb wieħed isemmi li, barra l- manifattura, s-setturi l-oħra fl-ekonomija tagħna kellhom riżultati pożittivi din is-sena.", "B'riżultat ta' dan, il-Prodott Gross Domestiku nominali matul l-ewwel disa' xhur tas-sena tela' għal Lm 1,205 miljun, jiġifieri b'4.4 fil-mija.", "F'termini reali, il-Prodott Gross Domestiku hu stmat li naqas b'0.3 fil- mija.", "It-tkabbir tal-Prodott Gross Domestiku qabel ma tgħodd is-settur tal- makkinarju, wera tkabbir ta' 6.6 fil-mija f'termini nominali u 5.2 fil-mija f'termini reali matul l-ewwel disa' xhur tas-sena.", "L-ekonomija Maltija għandha potenzjal u kapaċità biex tegħleb id- diffikultajiet internazzjonali li jeżistu.", "L-investimenti li saru fis-snin li għaddew, it-tkabbir reġistrat fil-manifattura u s-suċċessi li kellna fit- twaqqif ta' forom ġodda ta' attivitajiet jawguraw tajjeb għall-ġejjieni.", "Mingħajr dubju, dan il-pass tajjeb fl-ekonomija tagħna hu dovut għall-mixja ta' pajjiżna lejn l-Unjoni Ewropeja li qed tagħtina aktar kredibilita'.", "Hi ħasra li għandna dan it-tfixkil kollu.", "Il-politika opportunistika li qiegħda tieħu l-Oppożizzjoni fil-kwistjoni tas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja qiegħda xxerred ċpar ta' inċertezza li jtappan l-attrazzjoni ta' pajjiżna bħala bażi ta' investiment.", "Din l- inċertezza ma tħallix lill-operaturi fl-ekonomija tagħna jikkonċentraw fuq dak li jrid isir biex itejbu l-operazzjonijiet tagħhom.", "Anzi, tagħti skuża lil xi wħud biex ma jagħmlux l-isforz tat-tiġdid għax jibqgħu jittamaw li dan mhux se jkun meħtieġ.", "Il-pass tajjeb li miexja bih l-ekonomija tagħna jista' jkun aħjar.", "Hu mportanti li nkomplu niġġeneraw rata sostenibbli ta' tkabbir ekonomiku fil-ġejjieni.", "It-tbassir għas-sena 2002 jibqa' wieħed ta' ottimiżmu kawt hekk kif nistennew l-ekonomija Maltija tkompli tikber b'aktar sosteniment ta' investiment u tkabbir li jiġġenera l-esportazzjoni.", "It-tkabbir ekonomiku din is-sena hu maħsub li jilħaq 5 fil-mija f'termini nominali filwaqt li t-tbassir għas-sena d-dieħla hu ta' 5 fil-mija wkoll.", "Agrikultura u Sajd", "Is-settur ta' l-agrikultura u sajd jipprovdi kontribut żgħir iżda mportanti lill-ekonomija tagħna.", "Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kien hemm żieda ta' 3.7 fil-mija fil-valur tal-bejgħ bl-ingrossa ta' frott u ħaxix li laħaq madwar Lm6 miljuni.", "Iżda, kien hemm tnaqqis fil-qbid tal-ħut kif ukoll fil-valur ta' l-esportazzjoni tal-ħut li laħaq għal Lm1.5 miljuni.", "Se nagħtu bidu għal-liberalizzazzjoni tas-settur agrikolu.", "Kif se nispjega aktar 'l quddiem.", "Manifattura", "Il-produzzjoni fil-manifattura, matul l-ewwel disa' xhur tas-sena, laħqet madwar Lm740 miljun.", "L-esportazzjoni naqset b'madwar Lm104 miljuni l-aktar fil-qasam ta' tagħmir u apparat ta' komunikazzjoni.", "Minkejja dan, bosta oqsma oħra kellhom tkabbir fl-esportazzjoni, l-aktar, is-settur tal- makkinarju li jaħdem bl-elettriku u dak tal-makkinarju u tagħmir li kellhom tkabbir fl-esportazzjoni ta' madwar 46 fil-mija u 39 fil-mija rispettivament fuq is-sena l-oħra.", "Il-bejgħ kollu lokali fil-manifattura żdied b'5.7 fil-mija għal madwar Lm 156 miljuni.", "Wieħed jinnota li l-medja ta' dħul fil-ġimgħa għall-ħaddiema fis-settur tal- manifattura żdiedet għal Lm97.50 jew 4.9 fil-mija aktar mis-sena l-oħra.", "Il-livell ta' investiment matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena laħqet it-Lm30 miljun.", "It-tneħħija ta' l-istruttura tal-levies protettivi se tkompli kif maħsub matul is-sena d-dieħla u din għandha żżid l-effiċjenza fit-tqassim ta' riżorsi ekonomiċi lejn attivitajiet aktar produttivi.", "Hu ċar li l- industrija tal-manifattura għandha tkun imsejsa fuq setturi b'valur għoli miżjud fejn Malta tista' tkun kompetittiva fis-swieq internazzjonali u mhux f'dawk l-oqsma li jaħdmu biss għas-suq lokali u li jfittxu ħafna il- protezzjoniżmu biex ikampaw.", "F'dan il-qafas, il-pakkett ġdid ta' inċentivi taħt il-Business Promotion Act għandu skop aktar mifrux u aktar flessibli, waqt li jipprovdi inċentivi lil ażjendi, sew li diġà jeżistu kemm dawk ġodda.", "Dan il-pakkett jippromwovi investiment ġdid lill-industrija tal-manifattura filwaqt li aktar inċentivi jkunu japplikaw lil setturi speċifiċi li għandhom tkabbir relattivament akbar u potenzjal ta' impjiegi.", "Meta wieħed iqis il-ftuħ ta' l-ekonomija Maltija, l-attivita' tagħha s-sena d-dieħla se tkompli tkun kundizzjonata mill-ambjent ekonomiku internazzjonali.", "Iżda, hu ġeneralment mistenni li t-tkabbir reġistrat minn setturi varji fil-manifattura fis-snin li għaddew jitkompla b'mod sostnut is-sena li ġejja.", "Dan għandu jkun imsaħħaħ bit-tkabbir tas-setturi li jesportaw hekk kif aktar kumpaniji qed ikomplu jinvestu u jkabbru l- attivitajiet tagħhom.", "Turiżmu", "L-industrija tat-turiżmu internazzjonali hi kkaratteriżżata minn numru ta' fatturi fosthom il-kompetizzjoni ħarxa fost destinazzjonijiet ewlenin, il- globaliżżazzjoni u r-revoluzzjoni fit-teknoloġija ta' l-informatika.", "Barra dan, l-istruttura ta' l-industrija tat-turiżmu qed tinbidel minħabba numru ta' mergers li qed iseħħu bejn operaturi ewlenin.", "Dan qed jagħti lok għal sitwazzjoni fejn numru relattivament żgħir ta' operaturi qed jiddominaw l- industrija tat-turiżmu.", "In-numru ta' turisti fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kien ta' 961,000, tnaqqis ta' 1.3 fil-mija meta tqabblu ma' l-istess perjodu s-sena ta' qabel.", "Id-dħul mit-turiżmu baqa', bejn wieħed u ieħor, bħal tas-sena li għaddiet, jiġifieri, madwar Lm205 miljun.", "Id-dħul ras imb'ras li ġie reġistrat matul il-perjodu li qegħdin nikkummentaw fuqu kien ta' Lm213 miljun.", "Iż-żieda fin-numru ta' passiġġieri li ġew fuq cruise liners kienet ta' 190,000 sa Settembru li għadda.", "Impjiegi full-time fil-lukandi u fi stabbilimenti ta' l-ikel baqa' fuq livell tas-sena ta' qabel ta' 9,760.", "It-turiżmu ilu settur strateġiku fl-ekonomija tagħna għal dawn l-aħħar tletin sena u l-kontribut tiegħu għall-iżvilupp ta' pajjiżna matul dan iż- żmien kollu kien ta' mportanza kruċjali.", "L-inċidenti tal-11 ta' Settembru kellhom impatt fuq din l-industrija.", "Il-qawwa ta' dan l-impatt tiddependi ħafna minn kemm ikun affettwat it- turiżmu tal-konferenzi u minn kemm aħna jirnexxilna nbiegħu pajjiżna bħala destinazzjoni bla riskju f'din it-tensjoni kbira li ħakmet lil kulħadd.", "Jiddependi wkoll minn kemm it-turisti jfittxu destinazzjonijiet qrib darhom flok imorru minn kontinent għall-ieħor.", "Aħna tkellimna ma' l-operaturi fis- suq u qbilna magħhom dwar azzjoni mmedjata biex nibnu strateġiji li nisperaw għandhom jissalvagwardaw il-pożizzjoni tagħna fis-suq turistiku dinji.", "Servizzi Finanzjarji", "Il-kontribuzzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji lejn l-ekonomija lokali kibret b'mod sinifikanti matul l-aħħar seba' snin.", "Iċ-Ċentru Malti għas-Servizzi Finanzjarji kompla jippromwovi 'l Malta bħala ċentru għal dawn l-operazzjonijiet u rreġistra riżultati pożittivi.", "Fil-fatt, wara l- ħafna skrutinji minn istituzzjonijiet internazzjonali li għaddejna minnhom matul l-aħħar tlett snin, Malta akkwistat reputazzjoni bi kredibilità kbira bħala ċentru finanzjarju internazzjonali.", "Hu mistenni li din il-wirja tajba tibqa' sostnuta b'aktar reġistrazzjonijiet ta' kumpaniji internazzjonali, servizzi ġodda ta' investiment u skemi ta' investiment kollettiv, kif ukoll ta' żieda fl- attività ta' l-assigurazzjoni.", "Attivitajiet ġodda, fosthom back office operations u e-commerce, se jkomplu jiżviluppaw.", "Iż-żieda fl-użu ta' l- internet u ta' l-e-commerce toffri opportunitajiet ġodda lil Malta.", "It-Tarznari", "Fir-rigward tat-tarznari tagħna, se jsir kull sforz biex tiżdied il- produttività għaliex din hi l-fattur ewlieni biex issalva s-settur.", "Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, l-għajnuna tal-Gvern lit-tarznari telgħet għal Lm6.9 miljuni meta mqabbla ma' Lm7.3 miljuni s-sena l-oħra, filwaqt li x-xogħol ta' tiswija ta' vapuri li sar fil-Malta Drydocks żdied b'valur ta' Lm6.5 miljuni biex laħaq Lm14.8 miljuni, ix-xogħol fil-Malta Shipbuilding żdied b'mod marġinali għal Lm1.5 miljuni.", "It-Task Force li twaqqaf mill-Gvern biex iħejji pjan ta' tibdil f'dan is- settur għandu jagħti l-konklużjonijiet tiegħu fl-aħħar ta' dan ix-xahar.", "L- għan hu li dan is-settur, fi żmien sebaċ snin, iqum fuq saqajh u ma jkunx jiddependi mill-iffinanzjar tal-Gvern.", "Il-Port Ħieles ta' Malta", "Il-Port Ħieles ta' Malta rnexxielu jistabilixxi ruħu bħala wieħed mill- portijiet ewlenin fir-reġjun tal-Mediterran.", "Matul l-ewwel disa' xhur tas- sena, il-Port Ħieles ħadem 797,000 TEUs ta' trasbord: żieda ta' 12.2 fil- mija fuq l-istess perjodu s-sena ta' qabel.", "Ingħata wkoll servizz ta' ħażna ta' żjut u ta' ħażna industrijali.", "Il-Port Ħieles għandu jżid fl-effiċjenza tiegħu.", "Dan hu mportanti minħabba l-kompetizzjoni ħarxa li din l-ażjenda qed tħabbat wiċċha magħha fir-reġjun tal-Mediterran.", "Il-privatizzazzjoni ppjanata għaliha, u li issa qiegħda fi stadju ta' negozjati finali, hi maħsuba biex tgħin isaħħaħ il-qagħda ta' Malta f'dan is-settur u ttejjeb il-kompetittivita' ta' l-ażjenda.", "L-Inflazzjoni", "Ir-rata baxxa ta' l-inflazzjoni hija għan ewlieni ta' l-istrateġija ekonomika tal-Gvern.", "Il-proċess ta' liberalizzazzjoni, l-aktar, it- tneħħija tar-reġim tal-levies ta' l-importazzjoni u l-liberalizzazzjoni gradwali ta' l-ekonomija għandhom iwasslu għall-prezzijiet orħos tal- prodotti u servizzi nvoluti.", "Tibdiliet perċentwali fuq il-medja ta' tnax- il xahar ta' l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut jipprovdu l-miżura uffiċjali ta' l-inflazzjoni f'Malta.", "Ir-rata ta' l-inflazzjoni f'Malta fuq tnax-il xahar qabel Settembru li għadda niżlet għal 2.4 fil-mija minn 2.7 fil-mija s-sena l-oħra.", "Dan jirriżulta f'żieda ta' Lm1.50 fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja.", "Ir-rata ta' inflazzjoni għal din is-sena mistennija tibqa' 2.3 fil-mija filwaqt li, matul is-sena d-dieħla, mistennija tinżel xi ftit għal 2 fil- mija.", "L-Investiment", "L-investiment baqa' fuq livell sodisfaċenti.", "Dan ħoloq ix-xogħol.", "In-nies jaħdmu bi qligħ kiber minn 136,510 f'Settembru 2000 għal 137,708 fl-aħħar ta' Settembru 2001.", "F'dawn it-tnax-il xahar inħolqu 1,198 impjieg ġdid.", "L-Impjiegi", "In-numru totali ta' nies fis-suq tax-xogħol żdied b'929, jew 0.6 fil-mija għal 144,692 matul tnax-il xahar qabel Settembru li għadda.", "In-nisa kienu jilħqu 78.7 fil-mija ta' din iż-żieda.", "B'kollox ir-rata ta' nisa jaħdmu għadha relattivament baxxa bi 28.4 fil-mija meta mqabbla ma' dik f'pajjiżi oħra iżda sar progress is-sena li għaddiet ta' 0.4 punti perċentwali.", "Il- qgħad niżel għal 6,984 jew 4.8 fil-mija tan-numru totali ta' nies fis-suq tax-xogħol u jirrappreżenta tnaqqis ta' 5 fil-mija fuq is-sena l-oħra.", "Aħna nemmnu li l-progress kwalitattiv f'dan il-qasam hu wkoll importanti ħafna.", "B'hekk, mpjiegi ġodda li jinħolqu għandhom ikunu produttivi u ġġenerati fis-settur privat.", "F'dan ir-rigward, aħna nemmnu bil-qawwa kollha li l-miżuri li qegħdin nimplimentaw fl-isforzi tagħna li ntejbu l- kompetittività sħiħa ta' l-ekonomija tagħna jgħinuna nilħqu r-riżultati mixtieqa.", "F'dan ir-rigward, hu mistenni li matul is-sena d-dieħla r-rata tal-qgħad tibqa' relattivament baxxa għal 4.5 fil-mija.", "Dħul f'idejn il-Maltin", "Id-dħul f'idejn il-Maltin żdied.", "Il-pagi tal-ħaddiema komplew jogħlew u l- qligħ ta' l-ażjendi tagħna kompla jikber.", "Id-dħul totali f'pagi żdied b'Lm41 miljun biex illum jilħaq Lm544 miljun.", "Ras għal ras, il-paga ta' ħaddiem Malti żdiedet minn Lm99.47 fil-ġimgħa s-sena l-oħra għal Lm106.02 din is-sena.", "Il-qliegħ tal-kumpanniji rreġistra żieda.", "Iż-żieda fil-flus fl-idejn ġabet magħha żieda fil-konsum.", "Aktar ma jmur, aktar ix-xejriet ta' l-infiq tal-Maltin qed jinbidlu.", "Hekk per eżempju, ħames snin ilu, il-Maltin kienu jonfqu l-aktar f'ikel u fi ħwejjeġ u żraben.", "Issa għadhom jonfqu fl-istess oġġetti iżda b'rata relattivament anqas, għax żiedu n-nefqa f'oġġetti għad-dar, u anki f'kura personali u mezzi elettroniċi.", "Dan jirrifletti t-titjib fil-kwalita' tal-ħajja tal- Maltin u l-Għawdxin.", "Ifisser li l-ħwienet f'dawk l-oqsma l-aktar imfittxija mill-konsumatur qed imorru tajjeb, waqt li oħrajn anqas imfittxija qed imorru lura, almenu sakemm il-gosti tax-xerrejja ma jerġgħux jinbidlu.", "Għalhekk, hu ħażin ħafna li tipprova tieħu stampa ta' l-ekonomija kollha fuq kummenti iżolati.", "Għalhekk ukoll hu ħafna importanti li n-negozjant iżomm ruħu nfurmat b'dak li jkun qed iseħħ fis-suq biex ikun jista' jippjana aħjar in-negozju u l-investiment tiegħu.", "Il-Qasam Monetarju", "Fil-qasam monetarju, il-Bank Ċentrali kompla jwettaq politika biex iżomm l- inflazzjoni kemm jista' jkun taħt kontroll.", "F'ambjent fejn ir-rati ta' interessi barra minn Malta qed jonqsu spiss u drastikament, il-Bank Ċentrali ddeċieda li jnaqqas ir-rata ta' l-interessi f'Malta darba waħda u llum din hi ta' 4.5 fil-mija.", "It-total ta' flus fl-idejn u ta' tifdil fil-banek żdied b'Lm196 miljun għal Lm2.7 biljun.", "Fl-istess ħin, il-flus fi skemi ta' nvestiment kollettiv illum qegħdin Lm224 miljun, tnaqqis ta' Lm104 miljuni mis-sena l-oħra.", "Dan juri li, hekk kif ġiet korretta l-anomalija li l-qliegħ minn skemi ta' nvestiment kollettiv jaħrab mit-taxxa waqt li interessi minn investiment fil-banek iġorru taxxa ta' 15 fil-mija, kien hemm min ittrasferixxa t- tifdil tiegħu minn dawn l-iskemi għall-banek.", "Ir-riservi barranin tagħna f'Settembru laħqu madwar Lm1 biljun: żieda ta' Lm29 miljun fuq Settembru tas-sena l-oħra.", "Minn dawn Lm689 miljun huma f'idejn il-Bank Ċentrali waqt li Lm317 miljun huma f'idejn istituzzjonijiet finanzjarji privati.", "Aktar dettalji dwar l-iżviluppi monetarji qiegħed nagħtihom fċAppendiċi A anness maċ dan id-Diskors.", "Il-Borża ta' Malta", "Fil-Borża ta' Malta, bħal fis-swieq l-oħra ta' l-ishma madwar id-dinja, infaqgħet il-bużżieqa tal-prezzijiet.", "Dan seta' nkwieta lil dawk li ma tawx widen għat-twissijiet li għamilna ħafna drabi biex kull min jinvesti juża ċerta kawtela.", "Irrid nagħmel emfasi li l-investitur għandu jara fil-bogħod u ma jintrabatx ma' rati ta' nteressi li jidhru għoljin biex imbagħad jara l-investiment tiegħu jisfuma fix-xejn konsegwenza ta' telf fil-prezz tiegħu u ta' ċaqlieq fil-valur tal-muniti barranin.", "Kummerċ Barrani u Pagamenti", "L-attivitajiet fil-kummerċ ma' barra u l-effetti tagħhom fuq il-bilanċ tal- pagamenti ta' Malta matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienu influwenzati mill-ambjent ekonomiku internazzjonali.", "It-tnaqqis fit- tkabbir ta' l-ekonomija dinjija, l-aktar fl-Asja u fl-Amerika ta' Fuq, naqqsu t-talba għall-esportazzjoni lokali biex ikkaġunaw tnaqqis kemm fl- esportazzjoni u kemm fl-importazzjoni ta' oġġetti ndustrijali.", "L- esportazzjoni totali niżlet b'Lm104 miljun għal Lm671 miljun filwaqt li l- importazzjoni totali niżlet b'Lm159 miljun għal Lm919 miljun.", "Is-settur ta' l-elettronika kien dak l-aktar milqut bit-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku internazzjonali.", "B'riżultat ta' dan, l-esportazzjoni totali mis- settur ta' makkinarju u tagħmir ta' trasport niżlet b'Lm115 miljun għal Lm429 miljun.", "Iżda, l-esportazzjoni f'dan is-settur kienet akbar minn dik li saret fl-1999.", "Barra dan, qabel ma ngħoddu s-settur tal-makkinarju u tat-tagħmir tat-trasport, l-esportazzjoni totali turi żieda fuq l-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra.", "It-tnaqqis fl-importazzjoni ta' oġġetti ndustrijali tirrappreżenta 88 fil- mija tat-tnaqqis kollu fl-importazzjoni.", "Kien hemm tnaqqis fl- importazzjoni ta' ħwejjeġ kapitali waqt li l-importazzjoni ta' ħwejjeġ għal konsum żdiedet b'1.3 fil-mija.", "It-tnaqqis li seħħ bejn l-esportazzjoni u l-importazzjoni kienet il- kontributur ewlieni għat-titjib fl-iżbilanċ tal-kont kurrenti li naqas minn Lm90 miljun għal Lm36 miljun matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena.", "Rendikont Finanzjarju għas-Sena 2001", "Is-sitwazzjoni finanzjarja matul l-2001 se tiżviluppa b'mod li turi riżultati bħal dawk li konna bassarna, jiġifieri żbilanċ ta' Lm82 miljun.", "Dan ifisser 5.06 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "F'ċerti oqsma d-dħul tal-Gvern kien jisboq dak imbassar, waqt li f'oqsma oħra kien anqas minn kif ħsibna.", "Per eżempju, id-dħul mill-Income Tax mistenni jkun madwar Lm167 miljun jew Lm4 miljuni aktar minn dak li bassarna fl-aħħar budget.", "Dan għaliex l- effiċjenza fil-ġbir tat-taxxa kompliet tagħti r-riżultati mixtieqa.", "[pic]", "It-Tax Compliance Unit għaddejja b'investigazzjoni fuq każi mressqin lilha mid-Dipartimenti konċernati, jiġifieri dawk tat-Taxxi Nterni, tal-VAT u dak tas-Servizzi Soċjali.", "Din il-Unit bdiet ix-xogħol tagħha billi għamlet studju fuq il-livell ta' attivita' ekonomika f'dsatax -il settur li jipprovdu servizz.", "Ir-riżultat ta' dawn l-istudji, jew benchmarks, jintuża mid-Dipartimenti u mill-Unit bħala bażi xjentifika fuqhiex jibbażaw l- argumenti li jkollhom ma' taxpayers fl-investigazzjonijiet li jagħmlu.", "Fi żmien qasir, it-Tax Compliance Unit se tkun ukoll mgħammra b'software sofistikat ta' data warehousing li jkun jista' janaliżża tagħrif li għandu l-Gvern u li hu fid-dominju pubbliku.", "Dan għandu jgħin sabiex jindika kemm ikunu ta' min jorbot fuqhom id-dikjarazzjonijiet ta' dħul magħmula mit- taxpayers jew minn dawk li jkunu qed jitolbu xi għajnuna soċjali marbuta mad-dħul tagħhom.", "Id-dħul mill-kontribuzzjonijiet għas-sigurta' soċjali mistenni jkun madwar Lm4 miljuni anqas minn dak proġettat filwaqt li d-dħul mill-VAT se jkun bħal dak imbassar.", "Fid-Dwana qed nistennew dħul fuq l-istess livell oriġinali hekk kif il-kontrolli li daħħalna kontra l-kuntrabandu bdew jagħtu l-frott.", "Matul din is-sena, l-importazzjoni ta' karozzi kienet anqas milli kien maħsub u dan kellu effett negattiv ta' madwar Lm4 miljuni mit-Taxxa tar- Reġistrazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, it-tnaqqis tal-levies wassal għal importazzjoni akbar ta' l-istess prodotti li fuqhom tnaqqsu l-levies biex b'hekk id-dħul minn dan is-sors kien ta' madwar Lm4 miljuni aktar milli previst.", "Kellna wkoll żieda ta' madwar Lm1.5 miljun mit-taxxa fuq id- dokumenti ta' bejgħ ta' propjeta' fejn, mhux biss qed naraw żieda fl- attivita' fis-suq tal-proprjeta' iżda qed naraw ukoll li l-prezzijiet dikjarati huma ħafna aktar reali, grazzi għall-kontrolli li d-Dipartiment konċernat qiegħed jagħmel.", "Id-dħul ordinarju totali tal-Gvern matul is-sena 2001 mistenni jkun aktar minn 9 fil-mija fuq is-sena l-oħra u se jilħaq madwar Lm675 miljun, jew Lm4 miljuni aktar minn kif konna proġettajna.", "Minn dan id-dħul, Lm346 miljun ġew minn taxxi diretti, Lm255 miljun minn taxxi ndiretti, u Lm75 miljun minn sorsi oħra.", "In-Nefqa Rikurrenti tal-Gvern żammejniha wkoll taħt kontroll.", "Dan minkejja li sar nfiq ta' madwar Lm3 miljuni aktar milli bassarna f'mediċini, Lm2 miljuni aktar biex inħallsu ż-żidiet fil-pagi wara l-Ftehim Kollettiv fl-Universita' u l-Junior College, u Lm 1 miljun aktar f'allowances ta' ħaddiema f'diversi dipartimenti.", "[pic]", "Minn din is-sena se nibdlu l-klassifikazzjoni f'xi spejjeż u, minflok nuruhom bħala spejjeż kapitali, qed nuruhom bħala spejjeż rikurrenti.", "Dawn jinkludu s-sussidju li l-Gvern jagħti lill-Kumpaniji u istituzzjonijiet bħall-MDC, METCO, MIMCOL, Freeport u Tarzna.", "Hekk id-dinamika fl-ispiża tal-Gvern tkun tista' tiġi mifhuma aħjar.", "Dan it-tibdil irriżulta fi trasferiment ta' Lm17-il miljun minn spejjeż kapitali għal spejjeż rikurrenti taħt il-klassifikazzjoni ta' kontribuzzjonijiet lill-entijiet tal-Gvern.", "Hekk, in-Nefqa Rikurrenti tal-Gvern, qabel ma tgħodd il-ħlas ta' l- interessi fuq id-dejn pubbliku, mistennija tlaħħaq is-Lm617 miljun jew 37 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku sa l-aħħar tas-sena.", "F'din in-nefqa nsibu:", "• Lm195 miljun jew 32 fil-mija f'pagi;", "• Lm46 miljun jew 7 fil-mija fi spejjeż operattivi bħal materjal, mediċini, kirjiet, dawl, ilma, telefon, trasport, servizzi professjonali, eċċ.", "• Lm323 miljun jew 52 fil-mija f'inizzjattivi u programmi tal-Gvern fosthom pensjonijiet u servizzi soċjali oħra;", "• Lm52 miljun jew 8 fil-mija f'kontribuzzjonijiet fosthom sussidji u sovvenzjonijiet lill-entijiet pubbliċi.", "Iż-żieda fit-Total tan-Nefqa Rikurrenti, inklużi l-ħlas ta' l-interessi, matul din is-sena, meta mqabbel mas-sena l-oħra, hu Lm71 miljun.", "Minn din iż-żieda, Lm35 miljun kienu dovuti għall-Ftehim Kollettiv fis- settur pubbliku li beda jseħħ f'Jannar ta' din is-sena.", "L-ispiża fuq il- pagi se titla' b'Lm21 miljun, dik tal-pensjonijiet tat-Teżor b'Lm6 miljuni waqt li hu kkalkulat li pensjonijiet u servizzi soċjali oħra se jiżdiedu bi Lm8 miljuni.", "Id-differenza ta' Lm16 -il miljun oħra bejn in-Nefqa Rikurrenti tas-sena 2000 u dik tal-2001 hija:", "• Lm3 miljuni żidiet fil-pagi minħabba increments u minħabba ż-żieda mogħtija b'kumpens għall-għoli tal-ħajja;", "• żidiet ta' madwar Lm3 miljuni fil-pensjonijiet b'riżultat ta' żieda fin- numru ta' pensjonanti minn sena għal oħra u minħabba ż-żidiet fil- pensjonijiet mogħtija b'kumpens għall-għoli tal-ħajja;", "• żieda ta' Lm1 miljun fil-kontribuzzjoni għaż-żamma ta' l-iskejjel tal- Knisja;", "• żieda ta' Lm3 miljuni fil-vot tal-Universita' u l-Junior College;", "• żieda ta' Lm1 miljun fl-għotja globali lill-Kunsilli Lokali biex, fost l- oħrajn, dawn ilaħħqu mal-provvediment għall-provvista' tad-dawl fit-toroq tal-lokalita' tagħhom;", "• spiża ta' Lm5 miljuni biex l-istituzzjonijiet tagħna jiġu riformati u msaħħa biex jilħqu l-livelli ta' dawk f'pajjiżi oħra.", "Ħallasna wkoll somma ta' madwar Lm58 miljun f'imgħaxijiet fuq is-self tal- Gvern li hu meħtieġ biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċ minn sena għal oħra bejn id-dħul u l-ħruġ.", "Dan hu 3.6 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "L-ispiża kapitali se tlaħħaq Lm82 miljun.", "It-tnaqqis mill-istima oriġinali hu riżultat tal-bidla fil-mod kif qed nikkuntjaw għall-kontribuzzjonijiet ta' ċerti entijiet, kif diġaċ ssemmejt qabel.", "Kien hemm bżonn Lm2 miljuni aktar milli maħsub biex jitħallsu f'kumpens għat-teħid mill-Gvern ta' proprjeta' privata fi snin l-imgħoddija.", "Infaqna wkoll Lm1 miljun aktar f'inċentivi għall-industrija amministrati mill-Korporazzjoni Maltija għall- Iżvilupp.", "Dan kollu juri li l-Gvern qed ikun effettiv fil-kontroll tan-nefqa pubblika waqt li fl-istess ħin iħares l-impenji tiegħu.", "Dwar in-Nefqa Pubblika jsir ħafna diskors fieragħ u mitfugħ bl-addoċċ.", "Ħadd mill-kritiċi ma jażżarda jipproponi b'mod konkret kif ir-riżultati ta' tnaqqis jistgħu jinkisbu.", "Ma jmurx jidher ikrah.", "Ma jmurx jitlef xi vot.", "Issa, li rnexxielna npoġġu r-reġim ta' tassazzjoni fuq bażi soda wara t- tifrik tal-Gvern ta' qabilna, wasal iż-żmien biex nibdew ninkwadraw sewwa setturi sostanzjali tan-nefqa tal-Gvern u nirrelatawhom ma' sorsi speċifiċi ta' dħul.", "Nistennew li rappreżentanti tal-korpi kostitwiti u ta' dawk li jsemmgħu leħinhom spiss fuq dan l-infiq jipparteċipaw biex flimkien naraw sa fejn nifilħu dan l-istess infiq u kif hu l-aħjar li nagħmlu tajjeb għalih.", "Il-programm tagħna ta' privatizzazzjoni għaddej skond kif fassalna.", "Nistennew, li din is-sena l-Gvern idaħħal Lm47 miljun.", "Dan id-dħul iservi biex inaqqas il-ħtieġa tas-self.", "Hekk, meta jingħadd mas-self ġdid ta' Lm100 miljun li għamilna din is-sena, se jservi biex jiġi ffinanzjat id-defiċit li bdejna bih din is-sena flimkien mad-defiċit li se jkun akkumulat matul din is-sena.", "Rendikont Finanzjarju tal-Fond Konsolidat li fih hemm il-bilanċ attwali li bih ingħalqet l-2000 kif ukoll paragun bejn l-Estimi oriġinali tal-2001 u dawk Riveduti jidher f'Tabella Nru. 1 li nitlob lill-Kamra tieħu bħala moqrija.", "Barra minn dan, qed tingħata wkoll spjegazzjoni tad-differenzi bejn stimi oriġinali u dawk riveduti fl-istatement anness wkoll ma' dan id- Diskors.", "Aktar dettalji fuq ir-rendikont ta' dis-sena qed jidher ukoll bħala Appendiċi D ma' dan id-Diskors.", "TABELLA NRU.", "1", "| | |Qagħda tal-Fond Konsolidat | | | | | | | |2000 |2001 |2001 | | |(Attwali) |(Approvat) |(Rivedut) | | |Lm'000|Lm'000|Lm'000|Lm'000|Lm'000|Lm'000| |Dħul mit-Taxxi |541,18| |599,67| |600,78| | | |3 | |9 | |0 | | |Dħul ieħor |76,468| |71,627| |74,575| | |Dħul Totali Rikurrenti | |617,65| |671,30| |675,35| | | |1 | |6 | |5 | |Nefqa Rikurrenti |549,83| |603,97| |616,91| | | |7 | |6 | |8 | | |Interessi fuq Dejn Pubbliku |54,441| |53,900| |58,620| | |Nefqa Totali Rikurrenti | |604,27| |657,87| |675,53| | | |8 | |6 | |8 | |Bilanċ/Żbilanċ Rikurrenti |13,373| |13,430| |(183) | | |Nefqa Kapitali | |98,552| |95,724| |82,292| |Nefqa Globali | |702,83| |753,60| |757,83| | | |0 | |0 | |0 | |Żbilanċ Strutturali * | |(85,17| |(82,29| |(82,47| | | |9) | |4) | |5) | |Dħul/Infiq Ieħor | | | | | | | |Żid: Trasferimenti minn |12,650| |15,600| |21,505| | |Sinking funds | | | | | | | |Dħul minn bejgħ ta' assi |12,000| |40,000| |47,000| | |Naqqas: ħlas lura dirett ta' |(1,148| |(1,650| |(1,028| | |self |) | |) | |) | | |Kontribuzzjoni għas-Sinking |(3,225| |(3,483| |(3,483| | |Fund (Barrani) |) | |) | |) | | |Kontribuzzjoni għas-Sinking |(9,027| |(8,802| |(8,802| | |Fund (Lokali) |) | |) | |) | | |Dħul/Infiq Totali (nett) | |11,250| |41,665| |55,192| |Żbilanċ Finanzjarju | |(73,92| |(40,62| |(27,28| | | |9) | |9) | |3) | |Self Barrani ġdid | |0 | |2,700 | |6,850 | |Żbilanċ fl-1 ta' Jannar |(4,867| |(81,44| |(78,79| | | |) | |0) | |6) | | |Self Lokali ġdid |0 | |81,440| |78,796| | | | |(4,867| |0 | |0 | | | |) | | | | | |Self Lokali ġdid ieħor | |0 | |18,560| |21,204| |Żbilanċ fil-31 ta' Diċembru | |(78,79| |(19,36| |771 | | | |6) | |9) | | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Prodott Gross Domestiku (Lm | |1,560.| |1,638.| |1,638.| |miljun) | |6 | |6 | |6 | | | | | | | | | |Bilanċ kurrenti bħal % | |0.9% | |0.8% | |0.0% | |tal-GDP | | | | | | | | | | | | | | | |Bilanċ strutturali bħal % | |-5.5% | |-5.0% | |-5.0% | |tal-GDP | | | | | | | | | | | | | | | |Bilanċ Finanzjarju bħala % | |-4.7% | |-2.5% | |-1.7% | |tal-GDP | | | | | | | | | | | | | | | |*Inkluż element ta' għotjiet | |9,549 | |4,890 | |1,332 | |li qabel kien jidher bħala | | | | | | | |finanzjament | | | | | | |", "Riformi Strutturali", "Element importanti mill-istrateġija li wżajna fl-aħħar tliet snin biex inreġġgħu lura l-vijabbilita' finanzjarja f'pajjiżna kienu r-riformi strutturali li wettaqna.", "Ir-rwol tal-Gvern qed jinbidel minn wieħed ta' patronanza assoluta għal wieħed regolatorju u għal wieħed li jgħin u jiggwida l-iżvilupp ekonomiku.", "Min-naħa l-oħra, s-settur privat qed ikun mistenni aktar u aktar li jkun il- mutur ta' l-ekonomija tagħna.", "Intejbu l-Istrutturi Istituzzjonali tal-Pajjiż", "Issa ilna ħafna snin intejbu ftit ftit l-istrutturi u l-istituzzjonijiet tagħna biex inżidu l-effiċjenza, nipprovdu servizz aħjar lic-ċittadin u nassiguraw li hawn skrutinju tal-attivita' li ssir f'pajjiżna.", "Matul l-2001, ħaffifna l-pass fir-riformi li għandna nagħmlu.", "Dan għax konna avvanzati biżżejjed biex stajna nagħmluh u għaliex, fil-proċess tas- sħubija maċ l-Unjoni Ewropeja, sibna l-għajnuna, kemm teknika u kemm finanzjarja, biex nespandu l-programm li kellna.", "Il-Gvern qed jiżviluppa r-riżorsi tiegħu b'taħriġ ta' l-impjegati tiegħu u żvilupp ta' istituzzjonijiet li jindukraw liċ-ċittadin.", "Dan il-programm, mifrux fuq erba' snin, qiegħed jiġi implimentat f'ħafna oqsma, fosthom:", "▪ fis-sigurta' fil-pajjiż u fuq il-post tax-xogħol;", "▪ fil-programmi edukattivi u ta' riċerka;", "▪ fil-qasam marittimu;", "▪ fiż-żamma tal-kwalita' tal-prodotti li nikkunsmaw;", "▪ fil-qasam ta' l-ambjent u ta' l-agrikultura.", "Ilna ħafna nisimgħu lill-Oppożizzjoni tgħid li qed nonfqu l-flus minħabba l- Ewropa, u li din hi ħela.", "Bħallikieku, jekk ma konniex qegħdin fuq it-triq ta' l-Ewropa, konna se nwaqqfu l-progress, u nerġgħu lura għall- medjokrita'.", "Niftakru, fiż-żmien li l-Oppożizzjoni tal-lum għamlet żmien twil fil-Gvern, il-pajjiż f'liema stat ta' biki kien.", "Meta jitkellmu kif jitkellmu, l-Oppożizzjoni tagħti x'jifhem li dawn għadhom l-livelli tagħha.", "Privatizzazzjoni", "Il-Gvern għaddej bi programm ta' privatizzazzjoni li qed isir bi tħejjija serja u b'għaqal biex nimmassimiżżaw il-benefiċċji ekonomiċi u finanzjarji.", "Sa l-aħħar tas-sena, għandu jintagħżel sħab strateġiku li se jixtri 40 fil- mija tal-ishma tal-Malta International Airport plc.", "Dwar din il- privatizzazzjoni smajna ħafna jgħidulna li mhux il-waqt li nkomplu mexjin biha issa li dan is-settur hu fost dawk l-aktar milquta mit-traġedja ta' Settembru li għadda.", "Iżda, dan jidher li ma bidel xejn mill-entużjażmu ta' min diġa' kien interessat.", "Matul is-sena d-dieħla, il-bqija ta' l-ishma ta' din l-ażjenda jibdew jiġu mibjugħa lill-pubbliku fuq il-Borża lokali.", "Il-privatizzazzjoni tal-Lottu Pubbliku wkoll għaddejja b'pass mgħaġġel u t- twaqqif ta' Lotteries and Gaming Authority qed isir bil-għan li jqiegħed qafas ġdid regolatorju.", "Minn hawn ukoll mistennija tidħol somma upfront din is-sena filwaqt li matul is-seba' snin li ġejjin, il-Gvern għandu jibqa' jdaħħal, fi ħlas annwali tal-liċenzja u fi ħlas ta' taxxa fuq id- dħul, dak li qed idaħħal illum.", "Fil-każ tal-Kordin Grain Terminal Co. Ltd. ix-xogħol għaddej ukoll b'pass tajjeb fid-diversi lati tiegħu fosthom it-trasferiment ta' l-ishma tal- kumpanija, il-kiri tas-silos f'Kordin, il-bejgħ ta' l-impjant u tagħmir ieħor.", "Il-kapital tal-Maltapost plc se jiżdied permezz ta' investiment ġdid ta' New Zealand Post.", "Din l-organiżżazzjoni se tgħin fit-tmexxija tal-Posta kif ukoll fit-tkabbir tal-firxa tas-servizzi tagħha fil-pajjiżi ta' madwar.", "In-New Zealand Post se tibda b'investiment li jilħaq mat-30 fil-mija u aktar 'l quddiem jitkomplew it-taħdidiet biex dan l-investiment jikber.", "Il- bqija ta' l-ishma jinbiegħu ukoll fil-Borża ta' Malta.", "Għas-sena d-dieħla hu mistenni li jittieħdu d-deċiżjonijiet finali biex jinbiegħu l-bqija ta' l-ishma li l-Gvern għandu fil-Bank of Valletta.", "Tajjeb wieħed isemmi li anke hawn, il-pubbliku se jkun mistieden jipparteċipa f'ishma li l-Gvern joħroġ għal bejgħ fil-Borża.", "Ażjenda oħra li qed titħejja għall-privatizzazzjoni hi l-Maltacom plc.", "Il- Gvern ta' qabilna, kien diġa' biegħ 40 fil-mija ta' din il-kumpanija, u dan mingħajr lanqas ittanta li jilliberalizza s-settur.", "Anzi, qabel il- privatizzazzjoni, kien irregala monopolji oħra b'xejn lill-kumpanija.", "Hawnhekk, naffermaw li m'aħniex se nirrepetu dak li għamel il-Gvern ta' qabilna - li nbiegħu ishma f'ażjenda bħal din b'mod li ma nkunux nafu min xtrahom.", "Hu fatt li, mill-20 fil-mija ta' l-ishma li nbiegħu bi preferenza lil min kellu flus barra minn Malta, 17 fil-mija sabu ruħhom lura Malta.", "X'benefiċċju ekonomiku ħa l-pajjiż minn din il-manuvra?", "S'issa ħadd għadu ma ta raġuni waħda valida għaliex l-affarijiet saru kif saru.", "Matul is-sena d-dieħla, se nkunu f'pożiżżjoni nagħmlu rkant ta' l-irmiġġi li għandna fil-Yacht Marinas wara li nkunu organizzajna aħjar l-operazzjoni tagħhom.", "Effiċjenza fis-Settur Pubbliku", "Hu meħtieġ li nagħmlu ħilitna kollha biex neqirdu kull ħela fis-settur pubbliku u hemm lok għal ħidma li tista' tagħti l-frott.", "Dan qed nagħmluh permezz ta' l-iskemi ta' Public Private Partnership u ta' efficiency review li nidejna din is-sena.", "Public Private Partnership", "Fil-qasam tal-Public Private Partnership, ħdimna fuq proġetti ta' fejda u, fejn ħassejna, dan l-esperiment seta' jibda jaħdem.", "Nidejna proġett ta' landscaping għall-pajjiż.", "F'dan il-proġett se jiġu mdaħħla l-ħaddiema ta' l-id kollha ta' sezzjoni tad-Dipartiment ta' l- Agrikultura u li se jaħdmu taħt id-direzzjoni u s-superviżżjoni maniġerjali tas-settur privat.", "Se nniedu wkoll proġett għall-bini ta' 1,500 kamra ta' villeġġatura sajfija fl-inħawi ta' l-Armier li se ntellgħu flok il-bini illegali li hemm.", "F'dan il-proġett, li se jitħaddem minn kumpanija li se tkun immexxija mill-privat u li se tkun ikkwotata fuq il-Borża ta' Malta, se jiġu wżati ħaddiema mill- garaxx tal-Gvern u mid-Dipartiment ta' l-Ambjent.", "Qed inħejju proġett ieħor għat-tiġdid tal-bajja ta' San Ġorġ, f'San Ġiljan u l-inħawi tagħha.", "Dan għandu jkun ta' fejda mhux biss għall-ambjent imma wkoll għat-turiżmu.", "Il-Gvern huwa kommess ukoll biex ibiddel meded ta' art f'imsaġar.", "Matul is- sena li għaddiet saru studji f'dan ir-rigward u ġew identifikati ħames siti, propjeta' tal-Gvern, li fihom jista' jibdaċ proġett ta' tħawwil ta' siġar.", "Dawn huma Xrobb l-Għaġin, l-Imtaħleb, Pembroke, Delimara u Salina/Kennedy Grove.", "Dan il-proġett se jseħħ ukoll permezz ta' Public Private Partnership.", "Bħalma tkellimna maċ l-Unions, taħt dawn l-iskemi se jkun assigurat li ħadd mill-ħaddiema nvoluti m'hu se jitlef l-impjieg tiegħu mal-Gvern jew m'hu se jkollu xi kundizzjonijiet tax-xogħol anqas vantaġġjuzi minn dawk li għandu llum.", "Qed ninsistu li l-poplu jingħata lura f'xogħol dak li għalih qed iħallas f'pagi bit-taxxi tiegħu.", "Efficiency Review", "Fir-rigward tal-proġett ta' l-efficiency review fis-settur pubbliku, ħdimna fuq żewġ proġetti pilota, wieħed fil-garaxx tax-xogħol li l-Ministeru għall- Ambjent għandu f'Kordin u l-ieħor fid-Djar tal-Gvern għall-Anzjani.", "Dawn l- entijiet governattivi ġew imqabbla maċ attivitajiet simili fil-privat f'dak li hu attrezzaturi, sistemi użati, kwalita' tas-servizz, produttivita' u l- livell ta' l-ispejjeż.", "Hekk rajna fejn l-entijiet governattivi jħabbtuha tajjeb maċ dawk privati u fejn hemm ineffiċjenza.", "S'issa, dawn l-eżerċizzji saru minn Task Force konġunta mmexxija minn uffiċċjal anzjan tal-Ministeru konċernat u minn membri tal-Ministeru tal- Finanzi u l-Management Efficiency Unit.", "Irridu ndaħħlu esperti minn barra l-Gvern.", "Dan għandu jwassalna biex mhux biss ikunu identifikati b'aktar reqqa l-ineffiċjenzi u l-ħela iżda wkoll jiġu maħsuba r-rimedji xierqa u jiġi mfassal programm ta' azzjoni biex jonqsu l-problemi eżistenti.", "Riforma Radikali fil-Politika Agrikola ta' Malta", "Sal-lum il-qasam ta' l-agrikultura f'Malta dejjem kien protett permezz ta' liċenzji, kwoti u sistemi oħra ta' restrizzjoni fosthom dazju għoli.", "Dawn l-aħħar snin din is-sistema ta' protezzjoni nbidlet f'sistema ta' levies għoljin fuq l-importazzjoni f'Malta ta' prodotti agrikoli u agro- industrijali, ħafna minnhom projbittivi daqs jew aktar mir-restrizzjonijiet ta' qabel.", "Hi ħaġa żgura li l-kummerċ ħieles joħloq il-ġid kemm għall-pajjiżi li jimpurtaw kif ukoll għal dawk li jesportaw.", "Malta, għalhekk, trid tħejji ruħha għat-tibdil li mistenni jseħħ fid-dinja fi żmien qasir.", "Bosta drabi, l-protezzjoni ttellef l-investiment, it-tiġdid u t-tħaddim ta' teknoloġija ġdida.", "L-akbar żvantaġġ tal-protezzjoni hu li l-prezzijiet jogħlew b'mod esaġerat, l-aktar f'suq żgħir bħal tagħna fejn il-produzzjoni agrikola tiddependi mhux biss mill-elementi iżda wkoll mil-limitazzjoni ta' art tajba għar-raba' u mit-tkabbir tal-għalf għall-bhejjem.", "Għaldaqstant, il-konsumatur qed iħallas prezz għoli ħafna għall-prodotti tal-biedja f'Malta, ħafna drabi ta' kwalita' relattivament tajba iżda nieqsa mill- għażla u preżentazzjoni fis-suq.", "Ħażin li hawn min jipprova jimla' ras in-nies li aħna nistgħu, għax inkunu nperpru weħidna, nieħdu xi trattament speċjali li jneżżana mill-obbligi tagħna lejn il-bqija tad-dinja.", "Dan kollu jitlob bidla mill-qiegħ.", "L-ewwel: it-tneħħija b'mod gradwali tal- protezzjoni sabiex l-impatt tagħha jinħass mill-anqas billi jittaffa b'kumpens lill-bdiewa li jiggarantilhom dħul xieraq.", "It-tieni: l- implimentazzjoni ta' skema ta' għajnuna finanzjarja diretta lill-bdiewa u lir-raħħala fuq programm imfassal għal żvilupp agrikolu u għall- konservazzjoni tal-kampanja karatteristika Maltija.", "L-għan ewlieni ta' din il-bidla radikali hu li jkollna qasam tal-biedja b'saħħtu li jkun kapaċi jikkompeti fil-kwalita' u fil-produzzjoni ma' prodotti tal-biedja ta' pajjiżi oħra.", "Għaldaqstant, il-Gvern ser jagħti l- għajnuna kollha meħtieġa lil dan is-settur sabiex dan il-għan jintlaħaq fi żmien qasir.", "B'din il-bidla, il-konsumatur hu mistenni li jgawdi minn prezzijiet orħos għall-prodotti tal-biedja f'Malta u minn titjib fil-kwalita'.", "Il-bidwi se jkun f'qagħda aħjar li jinvesti aktar, jipproduċi aktar u jkattar id-dħul tiegħu permezz ta' produzzjoni aktar effiċjenti u permezz tal-għajnuna li se jingħata mill-Gvern.", "Il-qagħda preżenti tal-qasam ta' l-agrikultura f'Malta mhux waħda sostenibbli, irrispettivament jekk Malta tidħolx membru fl-Unjoni Ewropeja jew le.", "Il-Gvern hu mpenjat li jgħin lis-settur b'mod sostennibbli.", "Hu maħsub li din l-iskema t'għajnuna se tiswa lill-Gvern madwar Lm2 miljuni s-sena d-dieħla, u Lm3 miljuni kull sena fis-sentejn ta' wara.", "Dettalji ta' kif se taħdem din l-iskema jitħabbru aktar 'il quddiem.", "Riforma fis-Sistema tas-Sigurta' Soċjali", "Ma jistax ikollna pajjiż modern jekk ma nimmoderniżżawx is-sistemi li naħdmu bihom.", "Jekk nemmnu li għandna nħarsu s-sistema soċjali tagħna, allura hu meħtieġ li nifluha, insewwu fejn hemm bżonn, nibdlu fejn hu mmermer, insaħħu fejn hu dgħajjef, u nibnu dawk l-istrutturi li jassiguraw ambjent soċjali li jixraq lil poplu ċivili u żviluppat.", "Fl-1979, saret riforma qawwija fis-sistema soċjali, fil-benefiċċji li jingħataw u fil-kontribuzzjonijiet li jitħallsu.", "Ingħata' bidu għal pensjoni hekk imsejħa ta' żewġ terzi, li llum kulħadd jaqbel, ħlief dak li jrid jidfen rasu fir-ramel, li m'għandha ebda bażi attwarja, jiġifieri m'għandha ebda rabta xjentifika studjata bejn id-dħul u l-ħruġ.", "Mhux biss, iżda l-bażi tagħha kompla jitnawwar bid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-1979 'l hawn.", "Biex nagħmlu puntal li jista' jirfed is-sistema ta' benefiċċji, fil-bidu ta' din il-leġislatura konna żidna r-rata ta' kontribuzzjoni fuq medda ta' sentejn minn 8.3 fil-mija għal 10 fil-mija tal-paga bażika.", "Hekk, tajna nifs għal ftit snin oħra lis-sistema tagħna ta' servizzi soċjali.", "Tajjeb li, biex jinqata' kull ekwivoku, nirrepeti mid-Diskors tal-budget li l-Onor.", "Ġużeċ Abela għamel fl-1979 meta tħabbret l-iskema l-ġdida.", "F'dak id-Diskors kien intqal hekk:", "'Il-kontribuzzjoni taħt l-iskema l-ġdida ... li semmejt tkun kontribuzzjoni waħda li tkopri l-benefiċċji taħt:", "a) ic-Children's Allowance;", "b) benefiċċju tal-Mard, il-benefiċċju għal impjieg, il-benefiċċju tal- korriment eċċ kif ukoll Pensjonijiet tar-Romol u Invalidita';", "c) pensjoni għal min jirtira, pensjoni miżjuda għal min jirtira u Pensjoni Minima Nazzjonali kif imdaħħlin f'April 1978 għal dawk kollha li jkunu rtiraw qabel is-16 ta' Jannar 1979;", "d) il-pensjoni l-ġdida taż-żewg terzi (inkluża l-Pensjoni Minima Nazzjonali ...);", "e) il-benefiċċji kollha taħt il-'Health Scheme'.'", "Wasal iż-żmien li nibdew nieħdu ħsieb norganiżżaw irwieħna mill-ġdid biex nassiguraw li mhux biss tiżdied id-dixxipplina fin-nefqa pubblika imma wkoll li wliedna jgawdu minn sistemi ta' fejda.", "Fl-2002, hu maħsub li l-ispiża rikurrenti għall-kura fl-isptarijiet tal- Gvern u fil-komunita' kif ukoll fid-Djar tal-Anzjani tkun ta' Lm83 miljun.", "Fl-istess sena se jintefqu madwar Lm190 miljun f'benefiċċji soċjali.", "Minn dawn, Lm35 miljun huma benefiċċji li ma jidħlux taħt is-sistema kontributorja, waqt li Lm155 miljun huma spejjeż li suppost qed tagħmel tajjeb għalihom il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali.", "Fir-Rapport Konsultattiv li tajna lill-Kunsill Malta għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, għamilna proposta biex norganiżżaw aħjar dan il-qasam u npoġġuh fuq pedamenti aktar sodi għall-ġejjieni.", "Nixtiequ li matul is-sena d-dieħla, din il-proposta tiġi mgħarbla tajjeb fi ħdan il-Kunsill, u żviluppata biex inkunu f'pożizzjoni li nibdew l- implimentazzjoni ta' riforma fl-aqsar żmien possibli.", "Fl-istess ħin, il-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Welfare għandha tikkonkludi x-xogħol tagħha biex ir-riforma fil-pensjonijiet tkun tista' tiġi mplimentata.", "Irrid nisħaq li riforma bħal din għandha ssir bil-kollaborazzjoni ta' kull min għandu għal qalbu l-ġid nazzjonali, sija min-naħa politika, u sija mill- organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw interessi ekonomiċi u soċjali f'pajjiżna.", "Bħala l-punt tat-tluq, qegħdin nissuġġerixxu li l-kontribuzzjoni tas- Sigurta' Soċjali, tiġi applikata biss għas-saħħa u l-pensjoni.", "Il- benefiċċji l-oħra li kienu msemmija fl-1979, bħaċ-children's allowance, jagħmel tajjeb għalihom il-Fond Konsolidat direttament.", "Imbagħad, minflok inħallu kollox ħallata ballata, naqsmu l-kontribuzzjoni li qed nagħmlu bejn dawn iż-żewġ oqsma biex biċċa tmur għall-assigurazzjoni tas-saħħa u l-bqija tmur għall-pensjonijiet.", "Riskji li għandhom x'jaqsmu max-xogħol, bħal benefiċċji tal-qagħad, benefiċċji tal-mard u benefiċċji ta' korriment fuq ix-xogħol, għandhom ikunu assigurati taħt waħda minn dawn il-kategoriji.", "Il-Gvern jibqa' jgħaddi l-ekwivalenti ta' 50 fil-mija tal-flus kollha miġbura mill-kontribuzzjonijiet f'kull qasam -", "• id-dħul iddedikat għall-assigurazzjoni tas-saħħa jibda jipprovdi għall- ispiża tas-saħħa u tal-kura tal-anzjani;", "• id-dħul iddedikat għall-Pensjonijiet jibda jipprovdi għall-ispiża tal- pensjonijiet kontributorji u l-bonuses relatati magħhom.", "Qegħdin nipproponu li fil-każ tal-assigurazzjoni tas-saħħa, din l-iskema għandha tiżviluppa b'mod li kull persuna f'Malta tkun assigurata.", "Dan ifisser li anke jekk minħabba s-sitwazzjoni tagħha, persuna ma tħallasx kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali, xorta waħda jrid jinstab il-mezz kif din tkun koperta mill-assigurazzjoni.", "Dawk kollha li għandhom skema privata ta' assigurazzjoni tas-saħħa, u li tkun approvata, iħallsu l-ispejjeż relatati mas-servizz tas-saħħa minn din l-assigurazzjoni privata.", "Fl-istess ħin, il-kontribuzzjoni tagħhom għall- iskema tal-Gvern tista' tkun imnaqqsa matul medda ta' snin skond iċ- ċirkustanzi sakemm ma jibqgħux iħallsu l-ebda kontribuzzjoni tal-Gvern.", "Riforma fl-Istruttura Korporattiva ta' Appoġġ Ekonomiku", "Naħsbu li wasal iż-żmien li niffukaw fuq l-infrastruttura li għandna bżonn biex infasslu strateġija ta' nvestiment koordinata bejn is-setturi ekonomiċi kollha.", "Anki biex nindirizzaw dan il-għan, għadna kemm ħabbarna dokument (Industrial Policy Document) li jfassal il-linji gwida għal Politika għall- Iżvilupp Industrijali ta' pajjiżna.", "Fost diversi miżuri oħra, dan id- dokument jidentifika bżonn li nħarsu mill-ġdid lejn l-organizzazzjonijiet li illum jaħdmu fil-qasam ekonomiku - jiġifieri MDC, METCO, IPSE, MIMCOL, MFC u MFSC - u naraw kif nirrazzjonaliżżaw aħjar il-funzjonijiet tagħhom biex naqtgħu id-duplikazzjoni u l-burokrazija żejda, fejn dawn jeżistu, b'mod li l-attivita' tagħhom tkun integrata aħjar u iktar effettiva.", "Għal dan l-istess skop, diġaċ inħoloq il-Malta Enterprise Board fi ħdan il- Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi bħala mekkaniżmu immedjat sabiex tinħoloq koordinazzjoni aħjar f'dak kollu li għandu x'jaqsam maċ l-attivita' fil- qasam ta' l-iżvilupp industrijali.", "Bħala parti ntegrali minn din l-inizjattiva, il-Malta Development Corporation qed tiġi ristrutturata biex tgħaqqad b'mod organiku l- inizjattivi kollha għall-promozzjoni ta' investiment ġdid f'pajjiżna permezz ukoll tal-koordinazzjoni meħtieġa f'operat ta' l- organizzazzjonijiet l-oħra f'dan il-qasam.", "Dan biex nisfruttaw bl-aktar mod effettiv il-pakkett ġdid ta' inċentivi li nħoloq wara il-publikazzjoni ta' l-Att għall-Iżvilupp Kummerċjali (Business Promotion Act) filwaqt li jiġi assigurat li, bħala mira ta' attrazzjoni ta' l-investiment, jintagħżlu dawk l-attivitajiet li huma l-aktar addattati għall-pajjiżna kemm fis- settur tal-manifattura kif ukoll fis-settur terzjarju.", "Hemm bżonn li nkomplu intejbu s-sistemaċ ta' marketing biex inħajru iktar investiment lokali u barrani u biex, ladarba l-investituri jitħajru, nassiguraw proċess mill-aktar effiċjenti biex il-proġetti jitwettqu fl-iqsar żmien.", "Bħala parti mill-istess proċess, inħolqot kumpanija separata bl-isem ta' Malta Industrial Parks Ltd. biex tiffoka esklusivament fuq il-bini u attrezzar ta' iktar fabbriki, hekk kif meħtieġ sabiex tiġi iffaċilitata l- espansjoni tas-settur industrijali.", "Aħna konxji li jeħtieġ li l-operaturi ekonomiċi f'pajjiżna jibqgħu jiġu mgħejjuna u ndukrati biex jegħlbu l-problemi li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jaddattaw irwieħhom għaċ-ċirkostanzi ġodda li jiżviluppaw bit-tibdil mgħaġġel li qiegħed iseħħ, u jagħrfu kemm l-opportunitajiet ġodda li jiżviluppaw bit-tibdil mgħaġġel li qiegħed iseħħ, kif ukoll l- opportunitajiet ġodda li l-istess tibdil jiftaħ.", "Liberalizzazzjoni tal-Prezzijiet fuq Prodotti taż-Żejt", "Fid-diskors tal-Budget tas-sena l-oħra kont għidt li mill-ewwel ta' Jannar 2002, il-prezz tal-prodotti taż-żejt għandu jibda jvarja lokalment skond kif ikun qed jiċċaqlaq il-prezz tiegħu fis-suq internazzjonali.", "Kont għidt li l-ġid nazzjonali jitlob li l-konsum f'Malta jkun affettwat mill-prezz internazzjonali u, allura, mill-ispiża li l-pajjiż iġorr.", "B'effett minn għada 22 ta' Novembru, se nibdew nimplimentaw din il-miżura fuq il-prodotti taż-żejt, bħall-petrol, diesel u pitrolju.", "F'din il-fażi ta' implimentazzjoni mhux se jkun inkluż il-konsum tal-elettriku.", "F'Tabella Nru. 2 qiegħed nuri l-paragun tal-prezzijiet f'xenarji differenti", "Għall-iskop li jinħadmu l-prezzijiet li għandhom japplikaw minn għada, 22 ta' Novembru, qiegħed jintuża l-medja tal-prezz internazzjonali matul ix- xahar t' Ottubru.", "Inħadmet formula li taħseb biex l-Enemalta tkun tista' tkopri l-ispejjeż kollha kurrenti biex iġġib il-prodott fis-suq, kif ukoll l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' din il-parti ta' l-operazzjoni.", "Dawn jinkludu finanzjament ta' inventarju u ta' mpjant ta' ħażna, spejjeż amministrattivi, u profitti meħtieġa biex jiggarantixxu s-saħħa finanzjarja ta' l-ażjenda u l-possibbilita' li din iġġedded lilha nnifisha kif ikun meħtieġ fil-futur.", "Kieku kellna napplikaw din il-formula f'daqqa, il-prezz tal-unleaded petrol kien jonqos minn 37c5 għal 32c4 -il litru.", "Il-prezz tal-leaded petrol kien jonqos minn 37c5 għal 35c6 -il litru, il-prezz tad-diesel kien jogħla minn 20c1 għal 29c5-il litru, waqt li l-prezz tal-pitrolju kien jinżel minn 12c5 għal 11c9.", "Inħossu, li m'għandniex nagħmlu qabża fil-prezz tad-diesel f'pass wieħed.", "Dan il-prodott għandu użu qawwi fis-setturi kollha ta' l-ekonomija kemm f'ażjendi kbar kif ukoll mis-self-employed.", "Għandu wkoll impatt fuq ħafna prezzijiet tal-konsum.", "Għalhekk, mal-formula se napplikaw fattur li jaġġusta l-prezz bejn id- diesel u l-petrol.", "Il-mira hi li, f'temp ta' madwar tliet snin, dan il- fattur jispiċċa b'mod gradwali.", "B'hekk, inkunu qed nagħtu iċ-ċans lil kulħadd li jaddatta ruħu għal din il-bidla.", "Il-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt minn għada, it-22 ta' Novembru, se jkunu kif se ngħid:", "• il-prezz ta' unleaded petrol bla ċomb se jkun ta' 36c kull litru jew 1c5 anqas; • il-prezz ta' leaded petrol se jkun 39c kull litru, jew żieda ta' 1c5; • il-prezz tal-pitrolju se jonqos għal 11c9 biex jirrefletti l-prezz tas- suq; • il-prezz tad-diesel se jkun 21c5 kull litru, jew żieda ta' 1c4.", "Din l-iskeda ta' prezzijiet mhix qiegħda ssir għal raġunijiet fiskali, imma l-konsiderazzjoni ambjentali hi l-ixprun ewlieni għal dan.", "Irridu nagħtu d-direzzjoni lill-poplu tagħna lejn konsum ta' prodotti li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent.", "Fl-istess ħin il-leaded petrol se jiġi rtirat mis-suq fi ftit aktar minn sena.", "Minflok se jibda jinbiegħ adittiv li meta jiżdied maċ l-unleaded petrol ikun jista' jintuża fil-makni kollha li llum jużaw il-leaded petrol.", "Hekk inkomplu nnaqsu l-ħsara lill-ambjent u ma nkomplux inniġġsu l-arja li nieħdu n-nifs minnha.", "Ħarsien ta' l-Ambjent", "L-ambjent illum qed jieħu prijorita' fil-pjan tal-Gvern.", "F'Ottubru li għadda ġiet ippublikata l-Istrateġija Integrata għall-Immaniġġjar ta' Skart f'Malta.", "Il-programm jinkludi, fost l-oħrajn, faċilitajiet ġodda fejn jintrema l-iskart, preparazzjoni għall-għeluq ta' miżbli eżistenti, separazzjoni tal-kwalitajiet varji ta' l-iskart u t-twaqqif ta' waste transfer station f'Għawdex.", "Għal dan il-għan, ġie mwaqqaf steering group inter-ministerjali biex iservi ta' mezz kif din l-istrateġija tiġi koordinata u mwettqa fil-qafas tar- riżorsi tal-pajjiż.", "Miżuri u Proposti", "L-għan ewlieni ta' dawn ir-riformi strutturali li għadni kif semmejt hu li jintlaħaq it-tkabbir ekonomiku fit-tul bil-ħolqien ta' ambjent kompetittiv u li jiffaċilita l-investiment.", "Biex inkomplu nnaqqsu l-Burokrazija:", "➢ se npoġġu fuq bażi aktar soda s-sistema li biha negozjanti li għandhom jieħdu mingħand il-Gvern ikun jista' jsirilhom tnaqqis minn dak li huma għandhom jagħtu lill-istess Gvern;", "➢ se nneħħu l-bżonn tar-raba' kopja mid-dokumenti tad-Dwana li tipprovdi għal ħlasijiet f'munita barranija;", "➢ se jsiru arranġamenti biex il-liġijiet u r-regolamenti li jsiru jkunu eżaminati biex jitqies tajjeb l-impatt amministrattiv u finanzjarju tagħhom.", "Biex inħajru l-Investiment u ngħinu fl-Iżvilupp Ekonomiku:", "➢ fil-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp se jinħoloq ukoll Technology Venture Fund b'kapital ta' Lm1 miljun li se jkun użat biex jagħti seed capital lill-inizzjattivi ġodda fit-teknoloġija;", "➢ se nneħħu t-taxxa ta' 2.6 fil-mija li preżentament titħallas fuq dokumenti taħt id-Duty on Documents and Transfers Act fuq assenjament ta' kwalunkwe dritt li ma jkunx dritt reali.", "Dan għandu jnaqqas il- burokrazija l-aktar fl-operat tan-negozji ż-żgħar;", "➢ fil-qasam tat-turiżmu, se nniedu skema ta' sussidju fuq imgħaxijiet fuq self mill-banek għal titjib f'lukandi skond il-politika infassla mill- Ministeru tat-Turiżmu;", "➢ kumpaniji ta' Ship Management se jibdew jitqiesu, għal finijiet ta' taxxa, bħala International Trading Companies;", "➢ se nneħħu l-limitu preżenti ta' l-underlying tax relief mogħti lil kumpaniji li joperaw internazzjonalment u se nagħmluha possibbli li istituzzjonijiet finanzjarji oħra, minbarra l-banek, ikunu jistgħu joperaw il-foreign income account;", "➢ il-VAT fis-settur turistiku se tibqa' kif inhi;", "➢ se jittieħdu miżuri biex l-appelli li għad hemm taħt l-ewwel liġi tal- VAT, jiġifieri dik tal-1994, jitħaffu l-aktar fejn għandhom x'jaqsmu provvedimenti li nbidlu taħt it-tieni liġi tal-VAT fl-1998.", "Negozji Żgħar u Self-Employed", "In-negozji żgħar u s-self employed fċpajjiżna għandhom kontribut siewi xċjagħmlu għall-ekonomija Maltija.", "Il-Gvern jagħraf dan is-sehem u impenjat li jgħin lil dan il-qasam li huwa tant mifrux fl-ekonomija tagħna biex isaħħu u jagħmlu sostenibbli.", "Dan l-impenn hu dirett li jiffaċilita l-operat ta' dan is-settur permezz tas-Segretarjat għal dan il-għan fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u permezz tat-tħaddim tal-Politika Imprenditorjali li tagħti prijorita' lill- individwu li qiegħed fin-negozju.", "Se titkompla wkoll il-ħidma li għandha tindirizza l-bini ta' żoni industrijali għal negozji żgħar li ma jaqgħux taħt il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.", "Biex nagħtu mbuttatura akbar lin-Negozji Żgħar u lil dawk li jaħdmu għal rashom:", "➢ se nneħħu l-ħtieġa ta' kontijiet verifikati taħt il-Ligi tal-Kumpaniji f'każ ta' negozji żgħar.", "B'hekk kumpaniji b'turnover ta' mhux aktar minn Lm40,000, b'valur globali fil-balance sheet ta' mhux aktar minn Lm20,000 u b'impjiegi medja ta' 2 fil-perjodu li għalih tkun qed issir referenza jitneħħilhom l-obbligu li jżommu kontijiet verifikati taħt il-Liġi tal-Kumpaniji tal-1995.", "B'hekk ukoll, id-Dipartimenti tat-Taxxi Nterni u tal-VAT ikun jistgħu jiftiehmu dwar kalkoli tat-taxxa bil-quddiem ma' negozji żgħar mingħajr il-ħtieġa ta' kontijiet verifikati;", "➢ se ndaħħlu skema li, permezz tagħha, negozji żgħar kif ukoll dawk li jaħdmu għal rashom titħaffilhom il-ħtieġa li jimlew formoli tat-Taxxa fuq id-Dħul u tal-VAT b'mod regolari billi dawn, jekk iridu, jilħqu ftehim mad-Dipartimenti msemmija, li jkun jorbot għal perjodu ta' tliet snin u li, permezz tiegħu, isir qbil fuq l-ammont ta' dħul taxxabbli kull sena u t-taxxa dovuta fuqu.", "Dan isir bi qbil bejn it-taxpayer u d-Dipartiment.", "Matul il-perjodu jkun japplika t-turnover u l-qligħ maqbul.", "Għar-rigward tal-Income Tax it-taxpayer jibqagħlu l-obbligu li jagħmel dikjarazzjoni ta' taxxa għal dħul ieħor taxxabbli li jkollu u fiha jiddikjara d-dħul maqbul.", "Għall-finijiet tal-VAT, jekk ikun il-każ, it-taxpayer ikun obligat jibgħat rendikont fl-aħħar tas-sena, għalkemm il-VAT li jkun obligat iħallas ikun kif maqbul mad-Dipartiment.", "Għalissa dawn l-arranġamenti se jibdew jitħaddmu biss f' dawk l-oqsma li jipprovdu servizz u li għandhom turnover jew dħul gross ta' anqas minn Lm50,000.", "Id-dettalji sħaħ ta' din l-iskema jitħabbru aktar 'il quddiem u se jassiguraw tnaqqis fil-piżijiet burokratiċi u fuq l-ispejjeż li taxpayers għandhom bħalissa;", "➢ se nniedu miżuri oħra għal negozji żgħar u self-employed li jħaddmu medja ta' 5 min-nies u li t-turnover tagħhom ma teċċediex il-Lm100 elf.", "Dawn huma:", "▪ in-nefqa li negozji żgħar jagħmlu fuq l-informatika se tkun imnaqqsa mill-qligħ fl-istess sena li ssir;", "▪ se tingħata eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul ta' kumpaniji żgħar, jiġifieri, kumpaniji u taxpayers li jaħdmu għal rashom, f'każijiet fejn il-qligħ li jsir ikun investit fi proġetti ġodda, f'xiri ta' makkinarju, eċċ li jgħin biex ikabbar u jiżviluppa n-negozju.", "Din l- eżenzjoni se tingħata għall-qligħ li jsir fis-snin 2002 sa 2004;", "Biex din l-eżenzjoni tingħata, wieħed irid jissodisfa ċerti kundizzjonijiet:", "­ l-investiment irid isir fi żmien tlett snin mis-sena meta jsir l-qligħ;", "­ l-ammont ta' spejjeż minfuqa f'makkinarju jkun iċċertifikat li jkabbar u jiżviluppa n-negozju u", "­ li anki f'każ ta' taxpayers li jaħdmu għal rashom, dawn iridu jibagħtu kontijiet verifikati.", "▪ negozji żgħar se jibdew jieħdu l-ħlas lura tal-VAT fi żmien 30 jum mid- data tad-dikjarazzjoni tagħhom sakemm din tintbagħat fil-ħin.", "Issa nitkellmu fuq it-taxxi:", "Miżuri Fiskali", "Sisa", "Se nżidu s-sisa fuq is-sigaretti biex, b'hekk, pakkett ta' l-għoxrin king size jibda jinbiegħ Lm1.15c għall-konsumatur filwaqt li pakkett tal-għoxrin standard size jibda jinbiegħ Lm1.", "Is-sisa fuq it-tabakk tal-brim jitlaċ għal Lm 20 kull kilogram.", "Dazji", "Bħal ma ħabbarna fid-Diskors tal-Budget f'Novembru tas-sena l-oħra, is-sena d-dieħla wkoll se nkomplu b'fażi oħra ta' aġġustamenti fir-rati tad-dazju fuq oġġetti mpurtati minn barra l-Ewropa.", "Dan biex inżarmaw dak li għamel il-Gvern ta' qabilna meta, fil-bidla bl- addoċċ tal-VAT, kienu mġiegħla mill-Unjoni Ewropeja jżidu d-dazji fuq kull ma hu impurtat minn barra l-Ewropa.", "Dan l-eżerċizzju se jissarraf f'xi tnaqqis ta' dazju fuq xi prodotti waqt li jogħla xi ftit fuq oħrajn.", "Fost l-oħrajn, id-dazju fuq electronic integrated circuits u micro- assemblies li, bħallissa, jitħallas dazju fuqhom ogħla minn fuq il- kompjuters infushom, se jkun imniżżel għar-rata mħallsa fuq dawn ta' l- aħħar.", "Levies", "Kif konna ħabbarna fl-1999, l-istruttura tal-levies fuq ħwejjeġ impurtati ridna nneħħuha b'mod gradwali.", "Dan bil-għan li, mat-tneħħija tal- protezzjoni, l-ażjendi tagħna jkollhom inċentivi akbar ta' titjib kemm fil- prodott li jbiegħu fis-suq lokali jew f'dak barrani kemm ukoll fl-ispejjeż minfuqa b'mod dirett u b'mod indirett fil-produzzjoni tiegħu.", "Mill-1 ta' Ottubru 1999 tneħħew 56 levies.", "Fit-tieni stadju ta' dan il- proċess, wara l-1 ta' Jannar 2000, tneħħew 121 levies oħra.", "Wara l-1 ta' Jannar ta' din is-sena madwar 392 levies kellhom ir-rati tagħhom mnaqqsa b'20 fil-mija.", "Mill-ewwel ta' Jannar 2002, dawn il-levies se jonqsu bi 30 fil-mija oħra, kif provdut fl-Avviż Legali 123 tal-1999.", "Skond id-dizzjunarju ta' l-Oppożizzjoni, anke kif użat fil-programm elettorali tagħhom tal-1996, dan ifisser tneħħija u tnaqqis ta' 569 taxxa.", "Mhux anqas minn 627 levies tħallew barra minn dan il-proċess, l-aktar fil- qasam agrikolu u agro-industrijali.", "Bħalissa, għaddejjin taħdidiet bejn il- Ministeru tal-Agrikultura u Sajd u dak tas-Servizzi Ekonomiċi, kif ukoll negozjati mal-Kummissjoni Ewropeja dwar Kapitlu 7, li jaffetwaw dawn il- levies.", "Taxxa tad-Dħul", "Issa li qegħdin nilħqu l-miri tagħna, se nibdew innaqsu xi ftit mill-piż li għafas fuq dawk li l-aktar serraħħna fuqhom f'dawn l-aħħar sentejn.", "Se nibdew biex nagħmlu aġġustament fit-taxxa tad-dħul għal koppja miżżewġa li tagħmel dikjarazzjoni konġunta tad-dħul.", "L-ammont mingħajr taxxa se jogħla b'Lm100 għal Lm4,100.", "L-ewwel faxxa, jiġifieri dik ta' 15 fil-mija, se togħla bi Lm300 għal Lm1,800, biex fiha jidħlu dawk li jaqilgħu sa Lm5,900.", "Il-faxxa ta' 25 fil-mija se togħla b' Lm500 għal Lm2,500 biex twassal sa dħul totali ta' Lm8,400.", "Min se jgawdi minn dan it-tibdil jista' jiffranka sa Lm145 taxxa kif murija fit-Tabella Nru. 3.", "Kif inkomplu ntejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħna, dan it-tnaqqis nifirxuh fuq is-setturi l-oħra skond kif dawn intlaqtu fl-aħħar sentejn u skond kif tkun tippermetti s-sitwazzjoni .", "[pic]", "Fringe Benefits", "Wara rappreżentazzjonijiet li saru minn diversi organiżżazzjonijiet ġie deċiż li, mis-sena bażi 2002 dawn li ġejjin mhux se jibqgħu jgħoddu bħala benefiċċju mogħti bis-saħħa ta' xi mpjieg jew kariga (fringe benefit):", "• il-valur annwali ta' benefiċċju li jkun jikkonsisti fl-użu privat ta' vann kummerċjali (li skond ir-regoli ta' l-2001 fuq il-Fringe Benefits kien jammonta għal Lm200 fis-sena);", "• użu ta' vettura mis-salesmen li skond ir-regoli diġa' kien imnaqqas għal 20 fil-mija tal-valur tal-vettura.", "Illum, uffiċjal tal-kumpanija, igawdi mill-eżenzjoni fuq premiums ta' assigurazzjonijiet approvati.", "Din l-eżenzjoni hi limitata għall-ammont ta' premium imħallas għall-impjegat ġenerali.", "Mis-sena 2002, din l-eżenzjoni tista' tammonta għal tliet darbiet l-ammont ta' benefiċċju li kien jingħata lill-impjegati in ġenerali.", "Tnaqqis għall-Ħlas ta' Manteniment", "Mis-sena bażi 2002, dik il-parti fiż-żwieġ li, f'każ ta' separazzjoni, tħallas manteniment lill-parti l-oħra, kemm jekk l-ammont tal-manteniment ikun stabbilit mill-Qorti kif ukoll jekk ikun miftiehem bonarjament bejn il- miżżewġin, se jsirilha tnaqqis mid-dħul tagħha għal dik is-sena ekwivalenti għall-ammont attwalment dovut skond id-digriet tal-Qorti jew il-ftehim bonarju.", "Deprezzament", "Ir-regoli dwar tnaqqis għal deprezzament (depreciation jew wear and tear) daħlu fl-1965.", "Minn dakinhar id-dinja nbidlet.", "Għalhekk, inħasset il- ħtieġa mhux biss li jiġu emendati l-perjodi li fuqhom jiġi kkalkulat id- deprezzament iżda wkoll biex jiġu nklużi tipi ta' makkinarju jew impjant (per eżempju computers) u spejjes oħra bħal intellectual property rights li, meta saru r-regoli ta' l-1965, lanqas biss kienu maħsuba.", "Dawn l- emendi se jsiru b'effett mis-sena bażi 2001.", "Bidla mportanti oħra hija fil-metodu wżat biex ikun ikkalkulat id- deprezzament bl-użu.", "Minflok dak magħruf bħala ir-reducing balance method se jkun adottat l-istraight line method.", "Spejjeż magħmula qabel jibda' jaħdem in-Negozju (Pre-trading)", "Il-liġi tat-Taxxa fuq id-Dħul ma tippermettix tnaqqis għal spejjeż li jsiru fil-perjodu qabel ma negozju jkun beda jaħdem.", "Eżempju ta' spejjeż ta' dan it-tip huwa spejjeż ta' taħriġ ta' l-impjegati.", "Mis-sena bażi 2001, spejjeż li jitnaqqsu kieku jkunu saru wara li beda jsir il-qliegħ jew li jkollhom x'jaqsmu mal-produzzjoni ta' qliegħ se jkunu jistgħu jiġu mnaqqsa mill-profitti għall-iskopijiet ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul.", "Skema ta' Reġistrazzjoni ta' Investiment Barrani", "Issa, li qed jidher ċar li gvernijiet madwar id-dinja se jħaddmu skema li biha jpartu bejniethom tagħrif fuq barranin li jkollhom flus investiti f'pajjiżhom, inħossu li jkun f'waqtu li nserrħu ras il-Maltin dwar l- investimenti li għandhom barra minn pajjiżna u li forsi setgħu saru bi ksur tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-kambju jew biex tkun skartata t-taxxa.", "Għaldaqshekk, nidejna skema ta' reġistrazzjoni ta' l-investiment li biha, kull min jirreġistra flusu, mhux biss igawdi mis-segretezza li għandna fis- sistema finanzjarja tagħna, iżda wkoll ikun assigurat li ma jkunx mistoqsi dwar l-oriġini ta' dawn il-flus jekk kemm-il darba jkun investigat mid- Dipartiment tat-Taxxa.", "Naturalment, dan jgħodd biss f'każ li l-flus ikun qalagħhom b'mod legali.", "Fit-tħaddim ta' din l-iskema, m'aħna se nagħtu ebda ċans ta' ħasil ta' flus, u l-intermedjarji finanzjarji se japplikaw il-miżuri kollha li għandna biex nindukraw kontra dan.", "Kif ħabbart aktar kmieni din is-sena, din l-iskema se tkun miftuħa għall- investimenti kollha barra minn Malta fl-1 ta' Settembru ta' din is-sena u se tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2002.", "Dawn l-investimenti jinkludu depożiti f'banek, bonds, ishma, ċertifikati ta' depożitu, skemi ta' investiment kollettiv, poloz ta' sigurta' fuq il-ħajja, annuities, metall prezzjuż, kif ukoll kwalunkwe strument finanzjarju ieħor.", "L-investitur jista' jagħżel jew li jġib l-investiment tiegħu f'Malta, jew iħallih barra.", "Jekk iġibu lura f'Malta jista' jinvesti skond kif jagħżel hu mal-banek lokali jew permezz ta' intermedjarji finanzjarji.", "Min se jirreġistra l-investimenti barranin tiegħu taħt din l-iskema se jintalab iħallas lill-Gvern dritt ta' reġistrazzjoni ta' darba biss li tkun perċentwali tal-valur fis-suq ta' l-investiment reġistrat kif ġej:", "➢ 3% f'każ li dan ikun reġistrat sal-31 ta' Marzu 2002;", "➢ 4% f'każ li dan ikun reġistrat bejn l-1 tċApril u t-30 ta' Ġunju 2002;", "➢ ta' 5% f'każ li dan ikun reġistrat wara Ġunju 2002.", "Interessi fuq dawn l-investimenti iħallsu taxxa skond kif inhi l-liġi llum.", "Ngħid ukoll li dawk li għandhom flus investiti barra minn Malta u li nvestewhom b'mod trasparenti u regolari fil-passat m'għandhomx għalfejn jirreġistraw taħt din l-iskema.", "Ir-regolamenti ta' din l-iskema qed jidhru bħala Appendiċi B annessa ma' dan id-Diskors.", "Aktar dettalji jinħarġu aktar tard mill-Bank Ċentrali.", "Kontroll tal-Kambju", "Se nkomplu bil-liberalizzazzjoni fil-kontroll tal-kambju bil-għan li jogħlew il-limiti kwantitattivi fuq ċerti pagamenti kurrenti u li jitneħħew jew ikomplu jitnaqqsu restrizzjonijiet fuq numru ta' tranżazzjonijiet kapitali.", "Fost l-oħrajn, l-ammont li wieħed jista' jinvesti barra minn Malta qiegħed jiżdied minn Lm30,000 għal Lm50,000 fis-sena.", "Sabiex inkomplu nsaħħu l-miżuri li għandna llum kontra l-ħasil tal-flus, kull persuna li tkun qed iġġorr magħha lejn, jew 'l barra minn, Malta ammont ta' flus f'munita barranija li jkun aktar minn Lm5,000 trid tagħti d- dettalji meħtieġa fuq il-formola għal dan il-għan.", "Id-dettalji ta' din il-liberalizzazzjoni qed jingħataw f'Appendiċi Ċ mehmuża maċ dan id-Diskors.", "Proprjeta' tal-Knisja", "Fl-1992, il-Gvern ħareġ Lm28.7 miljun f'Bonds bħala parti minn ftehim li, permezz tiegħu, proprjeta' li l-Knisja ma kellhiex bżonn għall-użu pastorali tagħha għaddietha lill-Gvern.", "Dawn il-Bonds jimmaturaw fis-sena 2003.", "Għaldaqstant, il-Gvern iddeċieda li, jpoġġi fuq is-suq, b'effett immedjat il-proprjeta' kollha amministrata mill-Uffiċċju Konġunt kemm jekk hi residenza ordinarja u kemm jekk hi villeġġatura.", "Dan se jsir fuq bażi volontarja u l-inkwilin jew iċ-ċenswalist se jingħataw iċ-ċans li jqabbdu huma perit u nutar biex dawn jagħmlulhom ix-xogħol kollu marbut mar-reġistrazzjoni u l-att ta' trasferiment.", "Il-prezz tal-bejgħ jew fidwa ta' ċens jiġi stabbilit mill-Uffiċċju Konġunt.", "Il-Gvern jibqa' jżomm id-dritt li fl-interess nazzjonali, proprjeta' partikulari ma tkunx inkluża f' din l-iskema.", "Ħlas ta' Taxxa fuq Dokumenti", "Taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti jsir ħlas minimu ta' Lm 5 f'boll fuq kull polza ta' sigurta' barra dik li tkopri kura tas-saħħa u sigurta' fuq il-ħajja.", "Kultant jiġri, iżda, li l-ħlas tal-premium ikun anqas mill-ħlas minimu ta' boll dovut.", "Sabiex inneħħu din l-anomalija mill-1 ta' Jannar, 2002 ir-rata li tkun dovuta taħt l-Att meta l-premium ikun anqas minn Lm 5 tkun 50 fil-mija ta' l-istess premium.", "Aġġustament fir-Rata tal-Liċenzja tat-Triq fuq Vetturi Kbar", "Konformi mal-politika tal-Gvern favur l-ambjent, se naġġustaw xi rati tal- liċenzja tat-triq fuq vetturi kbar li llum iħallsu ħafna anqas minn vetturi normali.", "Miżuri Soċjali", "Programm ta' Riabilitazzjoni fis-Saħħa Mentali", "B'effett mis-7 ta' Lulju ta' din is-sena, persuni li, jsegwu programm ta' riabilitazzjoni fil-komunita', minflok 75 fil-mija tar-rata tal-għajnuna soċjali, bdew jirċievu r-rata sħiħa.", "Issa, qed nipprovdu wkoll li, fejn dawn il-persuni, bħala parti mill-istess programm tar-riabilitazzjoni, qed jagħmlu xi xogħol, se jibqgħu ntitolati għall-għajnuna msemmija sakemm, bejn din l-għajnuna u qligħ mix-xogħol, ma jaqbżux il-paga minima nazzjonali.", "Foster Care Allowance", "Ħassejna, li filwaqt li ulied li jgħixu fi ħdan familja jgawdu l-wens tal- ġenituri tagħhom, dawk it-tfal l-oħra li m'għandhomx ix-xorti li jgħixu f'familja għandhom jiġu mwieżna aktar.", "Għalhekk, b'effett mis-6 ta' Jannar ta' din is-sena, tfal fl-istituti bdew jibbenefikaw minn allowance ġdida, msejħa care allowance, li biha qed jingħataw għajnuna ta' Lm 12 fil-ġimgħa kemm idumu fl-istitut.", "Ħassejna li dan l-inċentiv għandu jingħata wkoll lill-ġenituri li huma foster carers.", "Għalhekk, dawn il-ġenituri, huma x'inhuma l-mezzi tagħhom, se jibdew jirċievu Lm 12 fil-ġimgħa għal kull tifel u tifla li isiru foster parents tagħhom.", "Test tal-Mezzi Kapitali", "Il-Gvern jemmen li meta jattakka l-abbuż u jara li l-benefiċċji jmorru għand min huwa l-aktar fil-bżonn jkun qed isaħħaħ il-firxa ta' benefiċċji soċjali.", "Dan jgħinna niffukaw aktar fuq dawk li huma dgħajfa fis-soċjeta' tagħna.", "F'din il-kategorija nsibu lil dawk l-anzjani li, għal xi raġuni jew oħra m'humiex intitolati għall-pensjoni ta' l-irtirar.", "Skond il-liġi, dawn il-persuni huma ntitolati għall-pensjoni tal-eta' mhux kontibutorja.", "Din il-pensjoni titħallas skond means test li jinkludi dikjarazzjoni ta' l-assi kapitali.", "Illum, biex persuna tkun intitolata għal din il-pensjoni, ma jridx ikollha assi kapitali li jaqbżu s-somma ta' Lm 4,000, f'każ ta' persuna weħidha, u ta' Lm 7,000, f'każ ta' koppja miżżewwġa.", "B'effett mill-1 ta' Jannar li ġej, dan il-massimu ta' assi kapitali se jiżdied għal Lm 6,000 fil-każ ta' persuna weħidha u għal Lm 10,000 fil-każ ta' koppja miżżewġa.", "Il-parti tal-means test li tirrigwardja d-dħul mhux se tinbidel.", "Stima Finanzjarja għas-Sena 2002", "Matul l-2002, se nikkonċentraw ħafna aktar fuq l-infurzar tal-liġijiet.", "Ir- riformi li saru fl-amministrazzjoni tad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni wasslu biex aktar minn 90 fil-mija tat-taxpayers jibagħtu l-formoli tagħhom u l- pagament dovut fil-ħin.", "Din ir-rata ta' compliance hi sodisfaċenti.", "Dawn ir-riformi waslu wkoll biex il-biċċa l-kbira tat-tax payers, illum jafu eżatt fejn huma mad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni.", "Issa, li għandna l- għodda f'postha u taħdem, għandna nkunu effettivi biex naċċertaw li l- kwalita' tad-dikjarazzjonijiet li jsiru tkun sodisfaċenti.", "Jiġifieri, li l- ammonti dikjarati huma eqreb lejn ir-realta'.", "Bejn l-infurzar tat-taxxa u t-tkabbir li nistennew fl-ekonomija tagħna, d- Dħul Ordinarju kollu fl-2002 mistenni jilħaq Lm 735 miljun, żieda ta' Lm 60 miljun jew 9 fil-mija fuq din is-sena.", "Nafu li se nerġgħu nkomplu nisimgħu lill-Oppożizzjoni tħanxar fuq kemm qed niġbru taxxi.", "Li ma tgħidx l-Oppożizzjoni hu li l-biċċa l-kbira taż-żieda mid-dħul tat-taxxa ġejja b'riżultat dirett tat-tkabbir ekonomiku u ta' l- effiċjenza akbar fil-ġbir kif ukoll minn suċċessi li qed ikollna fil-ġlieda kontra l-abbuż u l-evażjoni.", "F'dan, l-Oppożizzjoni kienet falliet fl- amministrazzjoni qasira tagħha.", "L-Oppożizzjoni tipprova timpressjona billi ttanbar fuq it-taxxa miġbura ras għal ras.", "Dan m'hu xejn ħlief ingann bil-poplu, għaliex illum aktar taxxa qed titħallas minn dawk li kienu jevaduha fil-passat.", "M'inix se nistaqsi xi pjani għandhom l-Oppożizzjoni biex jiġġieldu l- evażjoni għax, bħas-soltu, nibqa' mingħajr tweġiba.", "Jibżgħu jwieġbu li ma jmorrux igerrxu xi vot.", "Fil-fatt, qegħdin nistmaw li, matul is-sena d-dieħla, it-tkabbir ekonomiku u l-impenn tagħna fl-infurzar tat-taxxa għandhom jipprovdu ż-żieda mistennija fid-dħul għas-sena.", "In-nefqa tal-Gvern se tiżdied b' Lm 42 miljun jew 6 fil-mija fuq din is- sena.", "In-nefqa fuq il-pagi mistennija titla' biss b'Lm2 miljuni fuq din is-sena wara li, kif għidt qabel, kellna qabża kbira fl-ispiża fis-sena 2001 b'effett tal-Ftehim Kollettiv għas-Settur Pubbliku.", "Iż-żidiet fil-pagi, li b'mod awtomatiku jingħataw il-ħaddiema tal-Gvern permezz ta' increments, fil-biċċa l-kbira tagħhom se nagħmlu tajjeb għalihom bi tnaqqis fin-numru ta' mpjegati.", "Dan għaliex in-numru ta' dawk li jispiċċaw matul is-sena ma jiġix rimpjazzjat kollu.", "Qed nistennew żieda ta' Lm6 miljuni f'benefiċċji soċjali, l-aktar għaliex n- numru ta' pensjonanti jikber minn sena għal sena u għaliex hemm l-effett taż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-pensjonijiet.", "Qegħdin nuru żieda qawwija ta' aktar minn Lm20 miljun fis-sussidji li jingħataw lill-entijiet pubbliċi.", "Din iż-żieda hi riżultat ta' bidla oħra li qed nagħmlu fil-mod kif nuru l-ispejjeż tal-Gvern.", "S'issa, l-interessi li jitħallsu fuq is-self li kien sar biex inbniet l- infrastruttura tal-Port Ħieles ma kienx qiegħed jitħallas mill-Fond Konsolidat iżda mit-Treasury Clearance Fund: kont li, skond ir-regolamenti finanzjarji jintuża biex minnu jgħaddu ħlasijiet temporanji.", "Dawn l- interessi jlaħħqu mat-Lm 8 miljun fis-sena.", "Parti mill-fondi li jistgħu jidħlu mill-privatizzazzjoni tal-Freeport se jiġu applikati biex jaqtgħu l-bilanċ li hemm fit-Treasury Clearance Fund.", "Parti oħra ser tintuża biex jiġi maħluq sinking fund li għandu jagħmel tajjeb għal meta dan is-self jiġi biex jitħallas 28 sena oħra.", "Fil-Fond Konsolidat din is-sena, inkludejna l-ħlas ta' l-interessi ta' sitt xhur, spiża li ma kenitx maħsuba.", "Is-sena d-dieħla qegħdin ninkludu l-ammont sħiħ ta' Lm 8 miljuni.", "[pic] Spiża oħra li għal żmien kienet tgħaddi mit-Treasury Clearance Fund u li, mis-sena d-dieħla, qegħdin ninkluduha fil-Fond Konsolidat, hi dik ta' Lm10 miljun li l-Gvern qed jipprovdi biex jiffinanzja r-ristrutturar tat-Tarzna.", "Wara li t-task force li twaqqaf itemm il-ħidma tiegħu u jsir qbil, irridu naraw b'liema mod se jiġu paċuti l-flus li għaddew lit-Tarzna bħala self u li, sal-lum, jammontaw mal-Lm 65 miljun.", "Żviluppi mportanti oħra matul l-2002 u li se jiswew il-flus huma:", "➢ Żidiet fl-allokazzjoni ta' Lm 200,000 għaċ-ċentri sportivi;", "➢ Lm350,000 għat-twessiegħ tal-proġett tal-e-government;", "➢ Żieda ta' Lm 450,000 biex niffinanzjaw l-iskejjel tal-Knisja;", "➢ L-operat tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija li għalih ġew allokati Lm1.5 miljuni aktar mis-sena l-oħra;", "➢ Żieda ta' Lm 2.5 miljuni għat-tkomplija ta' l-infrastruttura tat-tisfija tad-drenaġġ;", "➢ Tnedija tal-iskema ta' għajnuna għall-bdiewa li s-sena d-dieħla se tiswaċ madwar Lm2 miljuni;", "➢ Żieda ta' Lm12-il miljun għall-bini tal-Isptar il-ġdid biex is-sena d- dieħla l-allokazzjoni għal dan il-għan tilħaq Lm27 miljun;", "[pic]Anke meta tqis it-tagħbija straordinarja ta' kważi Lm35 miljun li qegħdin nitgħabbew biha fil-Fond Konsolidat, xorta qegħdin nimmiraw li nnaqqsu għal darb'oħra l-iżbilanċ b'madwar Lm5 miljuni għal Lm77 miljun jew 4.5 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Dan hu l-livell ta' żbilanċ li, fit-tbassir ta' sitt snin li konna ppublikajna mal-Budget għas-sena 1999, kellna nilħqu fis-sena 2004.", "Qed nipprovdi Rendikont Finanzjarju għas-sena 2002 f'Tabella Nru. 4 li nitlob il-Kamra teħodha bħala moqrija.", "Dettalji oħra fuq id-dħul u l-infiq tal-Gvern għas-sena d-dieħla qed jiġu mogħtija f'Appendiċi D mehmuż ma' dan id-Diskors.", "TABELLA NRU.", "4", "|Qagħda tal-Fond Konsolidat | | |2000 (Attwali) |2001 (Rivedut) |2002 (Draft) | | |Lm'000 |Lm'000 |Lm'000 |Lm'000 |Lm'000 |Lm'000 | |Dħul mit-Taxxi |541,183| |600,780| |659,927 | | |Dħul ieħor |76,468 | |74,575 | |75,233 | | |Dħul Totali | |617,651| |675,355| |735,160| |Rikurrenti | | | | | | | |Nefqa Rikurrenti |549,837| |616,918| |657,651 | | |Interessi fuq Dejn |54,441 | |58,620 | |59,750 | | |Pubbliku | | | | | | | |Nefqa Totali | |604,278| |675,538| |717,401| |Rikurrenti | | | | | | | |Bilanċ/Żbilanċ |13,373 | |(183) | |17,759 | | |Rikurrenti | | | | | | | |Nefqa Kapitali | |98,552 | |82,292 | |95,424 | |Nefqa Globali | |702,830| |757,830| |812,825| |Żbilanċ Strutturali| |(85,179| |(82,475| |(77,665| | | |) | |) | |) | |Dħul/Infiq Ieħor | | | | | | | |Żid: Trasferimenti |12,650 | |21,505 | |14,200 | | |minn Sinking funds | | | | | | | |Dħul minn bejgħ ta'|12,000 | |47,000 | |85,000 | | |assi | | | | | | | |Naqqas: ħlas lura |(1,148)| |(1,028)| |(1,300) | | |dirett ta' self | | | | | | | |Kontribuzzjoni |(3,225)| |(3,483)| |(3,984) | | |għas-Sinking Fund | | | | | | | |(Barrani) | | | | | | | |Kontribuzzjoni |(9,027)| |(8,802)| |(7,816) | | |għas-Sinking Fund | | | | | | | |(Lokali) | | | | | | | |Dħul Straordinarju | |11,250 | |55,192 | |86,100 | |Totali (nett) | | | | | | | |Żbilanċ Finanzjarju| |(73,929| |(27,283| |(8,435)| | | |) | |) | | | |Self Barrani ġdid | |0 | |6,850 | |1,000 | |Żbilanċ fl-1 ta' |(4,867)| |(78,796| |771 | | |Jannar | | |) | | | | |Self Lokali ġdid |0 | |78,796 | |0 | | | | |(4,867)| |0 | |771 | |Self Lokali ġdid | |0 | |21,204 | |0 | |ieħor | | | | | | | |Żbilanċ fil-31 ta' | |(78,796| |771 | |10,206 | |Diċembru | |) | | | | | | | | | | | | | |Prodott Gross | |1,560.6| |1,638.6| |1,720.5| |Domestiku (Lm | | | | | | | |miljuni) | | | | | | | |Bilanċ kurrenti | |0.9% | |0.0% | |1.0% | |bħal % tal-GDP | | | | | | | |Bilanċ strutturali | |-5.5% | |-5.0% | |-4.5% | |bħal % tal-GDP | | | | | | | |Bilanċ Finanzjarju | |-4.7% | |-1.7% | |0.5% | |bħala % tal-GDP | | | | | | | It-Tlett Snin li ġejjin", "Kif għadni kif għidt, fil-Budget għas-sena 1999 kont ippreżentajt il-Pjan Finanzjarju tal-Gvern sas-sena 2004.", "Dan għamilnih għax rajna d-diżastru li għamlu ta' qabilna meta damdmu l-ispirtu tal-pajjiż kollu bil-krib u l- għajjat tal-ħofor.", "Quddiem il-muntanja ta' żbilanċ li sibna ma' wiċċna, ridna ngħaddu messaġġ lill-poplu tagħna li l-problema tista' tintrebaħ u li aħna konna fassalna l-pjan biex nirbħuha.", "Dak in-nhar, il-pronostiku li għamilna kien kif muri f'Tabella Nru. 5.", "Konna għidna li, jekk nimxu fuq dak il-pjan, kellna nispiċċaw is-sena 2000 bi żbilanċ ta' Lm122 miljun jew 7.7 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Minflok, l-2000 spiċċajniha bi żbilanċ ta' Lm85.2 miljun jew 5.5 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Konna għidna li l-2001 kellna nispiċċawha b'Lm117 miljun minn taħt jew 7 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Minflok, kif diġa' għidna, se nispiċċaw din is-sena bi żbilanċ ta' Lm82 miljun, jew 5 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Fit-tieni tliet snin tal-perjodu li pproġettajna, l-iżbilanċi kellhom ikunu ta' Lm125 miljun fl-2002, Lm101 miljuni fl-2003 u Lm 77 miljun fl-2004.", "Dan kellu jirriżulta f'persentaġġi tal-Prodott Gross Domestiku ta' 7 fil- mija, 5.4 fil-mija u 3.9 fil-mija.", "Issa li wasalna fin-nofs tal-pjan li konna fassalna, qegħdin nirrevedu l- programm tagħna.", "Il-programm ġdid jidher f'Tabella Nru. 6.", "[pic] Hekk jidher, li d-defiċit ta' Lm77 miljun li kellna nilħqu fl-2004, se nkunu lħaqnih is-sena d-dieħla.", "Dan, pero', se jkun 4.5 fil-mija tal- Prodott Gross Domestiku billi f'dak li hu Prodott Gross Domestiku, minħabba li għamilna reviżjoni 'l isfel nistgħu nibqgħu mat-tbassir oriġinali.", "Fl-2003, id-defiċit hu mbassar li jkun ta' Lm 53 miljun jew 3 fil-mija tal- Prodott Gross Domestiku, anqas minn kif kellna nkunu fl-2004.", "Imbagħad, fl- 2004, it-tbassir tagħna juri li għandu jkollna defiċit ta' Lm 47 miljun, jew madwar 2 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Mr. Speaker, hu pjaċir tiegħi li llum qiegħed nagħti dawn l-aħbarijiet tajba lill-poplu tagħna.", "Għad li ma rridux innaqqsu mill-viġilanza tagħna biex ma nerġgħux naqgħu lura fil-problemi li kellna, u biex nirsistu ħalli niksbu r-riżultati li qegħdin nipproġettaw, irridu nħossuna kburin li issa sibna rkaptu tal-problemi li kellna.", "Lill-pajjiżna qegħdin insaħħuh.", "Jekk id-dinja għaddejja minn żminijiet koroh, hemm bżonn, iva, li nkunu konxji ta' dak kollu li qiegħed jiġri madwarna biex nilqgħu għall-effetti negattivi li jistgħu jiġu fuqna.", "Iżda, ma nitilfux id-direzzjoni tagħna li nkomplu nissaħħu biex mhux biss nilqgħu għal dawn il-problemi iżda wkoll għat-tibdil mgħaġġel li jeħtiġilna nagħmlu jekk irridu nibqgħu navvanzaw.", "B'dan il-programm li qed inniedu llum qegħdin inkomplu nsaħħu pajjiżna:", "• insaħħu pajjiżna billi nikkonvinċu lill-poplu tagħna bil-ħiliet tiegħu;", "• insaħħu pajjiżna billi nkomplu nibnu qafas finanzjarju vijabbli u sostennibbli;", "• insaħħu pajjiżna billi nwettqu l-ġustizzja soċjali, nassiguraw li t- tessut soċjali tagħna ma jitmermirx u hekk ħadd ma jibqa' lura;", "• insaħħu pajjiżna billi nibnu soċjeta' li taħdem, tipproduċi u tindokra 'l kulħadd.", "Insaħħu pajjiżna billi nissaħħu aħna lkoll - kull wieħed u kull waħda minna - biex id f'id niffaċċjaw il-ġejjieni, nirbħu l-għawġ li jheddidna, u nisfruttaw l-opportunitajiet li jiġuna.", "Wara kollox, is-saħħa tal-pajjiż m'hi xejn ħlief is-saħħa kollettiva tagħna.", "Għeluq", "Mr Speaker, dawn l-aħħar tliet snin kienu mimlija ħidma biex il-problemi li quddiemhom ħaddieħor twerwer, ċeda u ħarab, aħna ffaċċjajnihom u qed nirbħuhom.", "Għandna biex inkunu kburin, il-Maltin u l-Għawdxin kollha, li kellna l-ħila niffaċċjaw il-problemi bċdeterminazzjoni u kuraġġ.", "Dan ikompli jimlina bil- fiduċja li pajjiżna kapaċi ngħolluh maċ l-aqwa fid-dinja.", "Ir-riżultati li ksibna sal-lum huma l-garanzija ta' għada.", "Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Diskors tal-Budget 2002;", "Estimi Finanzjarji 2002;", "Economic Survey (January-September 2001);", "Proklama Nru VII ta' l-2001 dwar l-Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra; u", "Kopja draft ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\".", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Ministru tal-Finanzi għad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-impjegati tat-televiżjoni u mezzi tax-xandir u nitlobhom jirtiraw mill-Kamra.", "L-impjegati tal-Public Broadcasting Services irtiraw mill-Kamra.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq għall- Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TA' L-ESTIMI U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\".", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru 2001 fid-9:00a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 2001-2002.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2001, fid-9:00.a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8:15p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GHAWDEX - EDUKAZZJONI PRIMARJA", "29775.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm tfal temmu l-edukazzjoni primarja tagħhom f'Għawdex fis- sena skolastika 2000-2001?", "Fl-istess sena kemm adolexxenti Għawdxin temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom?", "Kemm żgħażagħ Għawdxin temmew l- edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2000-2001?", "F'liema istituzzjonijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li fis-sena skolastika 2000-2001 spiċċaw l-iskola primarja f'Għawdex 426 student (328 mill-Primarji ta' l- istat u 98 mill-Primarji tal-Knisja)", "Numru ta' studenti Għawdxin li spiċċaw l-iskola sekondarja fis-sena skolastika 2000-2001", "|Aguis de Soldanis Girls' | | |Junior Lyceum & Secondary |214 | |Ninu Cremona Boys' Junior | | |Lyceum & Secondary |156 | |Girls' Trade School |23 | |Skola Agrikoltura u Bini |22 | |Skola Sekondarja Seminarju |54 | |Total |469 |", "Żgħażagħ li spiċċaw l-iskola post-sekondarja fis-sena Skolastika 2000-2001", "Sir MA Refalo post Secondary School 218", "GĦAWDEX - STATISTIKA", "29783.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħroġ ktieb Gozo 2001 in figures ta' statistika dwar il-gżira Għawdxija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 29759 waqt is-Seduta numru 645.", "GĦAWDEX - APPRENDISTAT", "29804.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ Għawdxin fi skemi ta' apprendistat?", "F'liema sena differenti ta' apprendistat jinsabu dawn l-iskemi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta' żagħżagħ Għawdxin fi skemi ta' apprendistat hu ta' 146.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' apprendisti f'kull skema bis-sena meta daħlu.", "GĦAWDEX - APPRENDISTI", "29806.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ Għawdxin fi skemi ta' apprendistat?", "F'liema sena differenti ta' apprendistat jinsabu dawn l-iskemi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher hawn taħt:", "|T.A.S.:|L-ewwel |11 il-student | | |sena | | | |It-tieni |24 student | | |sena | | | |It-tielet |23 student | | |sena | |", "|ESTS: |L-ewwel |5 studenti | | |sena |(Elec. | | | |Servicing | | | |Course) | | |It-tieni |2 studenti | | |sena |(Agr.", "Course) | | |It-tielet |3 studenti | | |sena |(Bld.", "Course) |", "MTARFA BYPASS - SITWAZZJONI", "29837.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar is-sitwazzjoni tal-bypass ta' l-Imtarfa u ċioe meta se jitkomplew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fuq l-ewwel karreġjata issa tlesta' u mistenni li jibda x-xogħol għal bini ta' lqugħ tat-triq fuq in- naħa tal-wied biex ikun jista' jitkompla x-xogħol fuq it-tieni karreġjata.", "SAN PAWL IL-BAĦAR BYPASS - SITWAZZJONI", "29838.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar is-sitwazzjoni tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar u ċioe meta se jitkomplew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'hemm xejn x'inżid mar-risposti preċedenti dwar dan is-suġġett.", "XOGĦLIJIET F' TA' SLAMPA", "29841.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet r-raġuni li l-kontinwazzjoni tax- xogħlijiet fil-parti ta' Slampa f'Wied il-Qlejjqla qed jitkomplew issa meta xogħol kien inbeda qabel il-5 ta' Settembru 1998?", "Għaliex matul dan iż- żmien kolla ma tkomplewx ix-xogħolijiet?", "U għaliex qed isir fix-Xitwa meta setgħu saru fis-Sajf?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xogħol fuq il-ħajt li hemm fil-parti ta' Slampa f'Wied il-Qlejgħa kien inbeda f'Marzu 1998 u waqaf f'Ġunju 1998, minħabba li d-Dipartiment dakinhar ħass li l-periklu li kien hemm kien tneħħa u d- Dipartiment kellu prijoritajiet ferm importanti aktar mit-tkomplija ta' dan il-ħajt.", "Kien għalhekk li meta d-Dipartiment ra li dawn il- prijoritajiet kienu milħuqa ħa ħsieb biex jibda l-proċeduri ħalli tinħareġ tender biex ikun jista' jitkompla x-xogħol fuq dan il-ħajt.", "It-tender ingħatat fil-5 ta' Ottubru u x-xogħol beda fit-8 ta' Novembru, 2001.", "QGĦAD F'GĦAWDEX", "29842.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-aħħar statistika dwar il-qagħad f'Għawdex?", "Jista' t-tagħrif jingħata kemm: 1) irġiel; 2) kemm nisa; 3) bl-eta'; 4) x'livell edukattiv u ta' snajja għandhom dawk bla xogħol; u 5) mil- liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar­risposta mogħtija għall­Mistoqsija numru 29760.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - STIPENDJI", "29853.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li studenti li rċevew l- istipendji s-sena l-oħra qed jiġu wkoll intaxxati mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "Kemm fil-fatt kien in-numru ta' studenti li ġew intaxxati għaliex irċevew l-istipendji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru mitlub jirreferi din id-domanda lill- Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Income Tax.", "DIPARTIMENT TAS-SAJD - SLIPWAYS", "29854.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tad-Dipartiment tas-Sajd sabiex jirranġa slipways f'Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li s'issa ntnefqu ma' l-Lm14,000 f'tiswijiet ta' slipways f'Malta u hemm allokata s- somma ta' Lm20,000 bħala tender, immarkata għat-tindif ta' l-Menqa ta' San Pawl il-Baħar.", "Tiswijiet ta' slipways f'Għawdex isiru mid-Dipartiment tal- Proġetti ta' Għawdex.", "SUSSIDJU TA' NOFS IL-BOLLA", "29855.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda full-time separatament li din is-sena applikaw għas- sussidju ta' nofs il-bolla?", "Jista' jipprovdi l-aħħar 5 snin sena b'sena u preferibilment f'Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan il-Ministeru qatt ma żamm statistika separata ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li jibbenefikaw mir-rifużjoni tal-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali u ċ-ċifri tal-benefiċċjari dejjem kienu mogħtija b'mod globali.", "Fit-tabella jidher l-ammont ta' applikanti għal dawn l-aħħar ħames snin.", "|Sena |Numru ta' applikanti| |1996 |1,181 | |1997 |1,218 | |1998 |1,109 | |1999 |1,076 | |2000 |1,184 |", "PRIVATISATION UNIT", "29888.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm intefaq fuq ir-reburbishing tal-uffiċini tal- privatisation unit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-somma globali li ntefqet fuq l-uffiċini u l-għamara tal-Privatisation Unit fit- Trade Centre, San Gwann, amontat għal Lm14,590 (VAT inkusa).", "Dan ix-xogħol kien sub-contracted lill-Kalaxlokk.", "SEWWIEQ IMPJEGAT MA GARAGE", "29889.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta sewwieq ikun impjegat ma garage b'kuntratt ta' ħinijiet fissi ta' xogħol is-sid ta l-azjenda li jaħdem magħha jista' jbiddilu il-ħinijiet tax-xogħol b'inqas minn 24 siegħa notice u ġieli jitolbu jieħu il-leave minn jum għall-ieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Att dwar il-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg (Kap 135) ma jipprekludix lil imgħallem li jbiddel il-ħinijiet tax-xogħol skond l-esiġenzi ta' l-ażjenda.", "L-istess Att ma jipprovdix għall-ħtieġa li tingħata notice f'każijiet bħal dawn.", "Jien infurmat li madankollu d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg dejjem jirrakkomanda lill-prinċipali li javżaw kemm jista' jkun minn qabel meta jkunu ser jinbidlu l-ħinijiet tax-xogħol.", "Avviż Legali 38 ta' l-1989 jipprovdi għan-numru ta' ġranet ta' leave li mpjegat għandu dritt għalih matul is-sena u li dan jista' jittieħed f'jiem miftehmin bejn il-prinċipal u l-impjegat.", "PULIZIJA", "29890.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li l-pulizija tinvestiga l-ilment ta' bosta residenti ta' Triq Pawlu Galea, San Ġwann dwar buses, trakkijiet, inġenji tal-ġarr ta' l- iskips u bowsers li spiss jiġu ipparkjati fil-viċin b'inkonvenjenza għal dawn il-familji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li għamlet il- Pulizija ma nstabux vetturi kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.", "Minkejja dan, il-Pulizija ser tkompli tagħmel aktar spezzjonijiet sabiex ma jkunx hemm ksur ta` liġi.", "EUROPEAN SECURITY AND DEFENSE POLICY", "29891.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-interlocutors li ġew nominati minn Malta fuq il-political and security committee u l-military committeee kif wkoll il-point of contact mal-military staff fil-kuntest tal-european security & defence policy tal-UE?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-persuni nominati minn Malta huma kif ġej:", "1.", "L-Interlocutor fuq il-political and security committee huwa l- Ambaxxatur Victor Camilleri, u bħala sostitut, hemm Ms Michelle Micallef, First Secretary.", "2.", "L-Interlocutor fuq il-military committee huwa l-Kurunell Carmel Vassallo, Deputy Commander AFM.", "3.", "Il-Point of contact għall-military staff huwa l-Maġġur Martin Xuereb, CFSP Attache fl-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell.", "ENEMALTA – METER READERS", "29892.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiġu ivverifikati l-kontijiet tad-dawl u ilma li qed jintbgħatu lil anzjana li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament?", "Jista' jiġi żgurat li kull meta il-meter readers iżuru membri tal-pubbliku - b'mod partikolari persuni anzjani li jgħixu waħedhom - ikollhom fuqhom xi forma ta' identifikazzjoni uffiċjali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba u s-suġġerimenti magħmula mill-Onorevoli Interpellant ġew riferuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jiġu kkunsidrati u eventwalment tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "SLEEPING POLICEMAN", "29893.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jsir sleeping policeman fin-naħa t'isfel ta' Taż-Żwejt Road, San Ġwann?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "Appendiċi A", "Żviluppi Monetarji", "Matul it-tnax-il xahar sa Settembru li għadda, il-flus fl-idejn u fil-banek żdiedu b'Lm196 miljun jew 7.8 fil-mija, għal Lm2.7 biljun meta mqabbla ma' żieda Lm122 miljun fl-istess perjodu is-sena ta' qabel.", "Id-depożiti fil- banek telgħu b'Lm160 miljun għal ftit aktar minn Lm2 biljuni.", "Min-naħa, din iż-żieda fit-tkabbir monetarju uriet il-preferenza tal-investituri favur depożiti bankarji flok investimenti oħra.", "Din il-preferenza setgħat kienet riżultat ta' tnaqqis li seħħ fis-swieq kapitali, kemm dak lokali kif ukoll dawk barranin, matul l-istess perjodu ta' żmien u juri kuntrast qawwi ma' dak li kien seħħ fit-tnax-il xahar ta' qabel.", "Tabilħaqq, investimenti fi skemi kollettivi naqsu minn madwar Lm328 miljun f'Settembru 2000 għal Lm224 miljun f'Settembru li għadda.", "It-tkabbir monetarju seħħ ukoll minħabba żieda fis-self lokali, li kiber b'Lm190 miljun għal Lm2.3 biljun.", "Is-self lokali kompla ħa xejra akbar bit- teħid mill-banek ta' stocks tal-Gvern u ta' Bills tat-Teżor.", "Fl-istess waqt, kien hemm self anqas mill-banek lejn is-settur privat hekk kif l- attivita' ekonomika naqset xi ftit ir-ritmu tagħha u l-banek bdew iħaddmu politika aktar prudenti fir-rigward tas-self li jagħmlu.", "Ir-riservi barranin tal-banek, li huma għejjun ewlieni ieħor tat-tkabbir monetarju, żdiedu b'Lm29 miljun u laħqu ftit aktar minn Lm1 biljun sa Settembru li għadda.", "Minkejja li r-riservi barranin tal-Bank Ċentrali niżlu b'Lm9 miljun matul it-tnax-il xahar li qed nitkellmu dwarhom dawn irkupraw sew wara l-bidu tas-sena.", "Il-Politika Monetarja", "L-għan ewlieni tal-politika monetarja tal-Bank Ċentrali hu l-istabiliżżazzjoni fil-prezzijiet.", "Il-Bank qed ifittex li jilħaq dan l-għan billi jorbot ir-rata tal-lira Maltija ma' baskett ta' muniti ta' pajjiżi li għandhom rata baxxa ta' inflazzjoni - l-Euro, id-Dollaru Amerikan u l-Lira Ngliża.", "B'dan il-mod, il-Bank naqqas l-inflazzjoni minn barra, li hi ta' uġiegħ ta' ras f'ekonomija miftuħa bħal tagħna, u npona dixxiplina fuq ix-xejriet tal-prezzijiet fis-suq u fuq tal-pagi.", "Matul l-ewwel seba' xhur tas-sena, il-Bank Ċentrali ma ċaqlaqx ir-rata uffiċjali ta' l-imgħax u ħallha is-Central Intervention Rate u d-discount rate fl-istess livell ta' 4.75 fil-mija.", "Matul dan il-perjodu il-Bank seta' jinnota li, minkejja li r-rati nternazzjonali ta' l-imgħaxijiet kienu niżlu u kien hemm bixriet mhux daqshekk ċari dwar l-andament ta' l-ekonomija tagħna, ħass li kellu jagħti aktar kas tal-bilanċi barranin.", "Aktar tard, iżda, il-passi lura li ħadet il-qagħda ekonomika nternazzjonali u l-pass imnaqqas fir-ritmu ta' l-ekonomija tagħna, kif ukoll it-titjib fil-bilanċ tal-pagamenti, kif qed jidher mit-tkabbir tar-riservi barranin, wasslu lil Bank biex ikun aktar prudenti fil- politika monetarja tiegħu.", "Għaldaqstant, f'Awissu li għadda, il-Bank naqqas is-Central Intervention Rate u d-discount rate b'25 punt perċentwali għal 4.5 fil-mija.", "F'Settembru, il-Bank kompla juri aktar prudenza fil-politika monetarja tiegħu billi naqqas il-persentaġġ tar-riservi meħtieġa mill-banek kummerċjali minn 5 fil-mija għal 4 fil-mija tad-depożiti tagħhom.", "Dawn il-miżuri diġa' qed jissarrfu fi spejjeż anqas għal min jissellef.", "Biex ikompli jaqdi l-impenn tiegħu li jsaħħaħ ir-rwol tal-Bank Ċentrali fit- tfassil tal-politika monetarja, il-Gvern ħejja tibdil fl-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta li se jressaq aktar tard quddiem din il-Kamra.", "Dawn l- emendi se jwasslu biex ikun stabbilit b'mod formali l-għan ewlieni tal-Bank Ċentrali, i.e. dak li jistabbiliżża l-prezzijiet fis-suq, filwaqt li jżidu l-awtonomija ta' l-istess Bank, u li jassiguraw li l-Bank ma jiffinanzjax b'mod dirett l-iżbilanċi fil-budgets tal-Gvern.", "Dawn l-emendi se jagħtu ukoll lil Bank Ċentrali ir-rwol ewlieni li jħares is-sistema ta' pagamenti u li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu li jiġbor kemm statistika monetarja u kemm statistika oħra.", "Darba li l-Bank diġaċ qed imexxi il- politika monetarja tiegħu b'mod awtonomu u mhux qed jipparteċipa fis-suq kapitali ewlieni biex jiffinanzja l-iżbilanċi tal-Gvern, dawn l-emendi mhux se jkollhom xi impatt ġdid fuq l-operat tiegħu.", "Il-Gvern se jibqa' jżomm id-dritt li jiddetermina r-rata tal-kambju għal- lira Maltija iżda li dan se jkompli jagħmlu fuq il-pariri tal-Bank Ċentrali.", "Minn naħa tiegħu, se jkompli jgħasses dwar l-aħjar taħlita ta' muniti fil-baskett tal-lira Maltija sabiex jassigura li l-persentaġġi allokati lil muniti barranin li jkun hemm fiha ikunu tabilħaqq jirriflettu il-kummerċ tagħna u l-iżviluppi wiesgħa ekonomiċi.", "L-Iżviluppi fil-Qasam Finanzjarji", "Il-Gvern kompla joħroġ fis-suq stocks biex jiffinanzja l-iżbilanċi tiegħu.", "Fejn is-sena l-oħra pprefera li ma jissellifx fit-tul iżda li jikseb il- likwidita' meħtieġa permezz ta' ħruġ ta' Bills tat-Teżor, din is-sena għamel self, sew fil-qosor, kif ukoll fuq medda itwal ta' żmien.", "F'Jannar, it-Teżor ħareġ għal l-ewwel darba kalendarju indikattiv li fih ippublika programm ta' ħruġ ta' stocks matul is-sena.", "Din il-miżura ikkontribwiet għas-suċċess fit-teħid ta' l-istocks tal-Gvern billi żiedet it-tagħrif għal l-investituri prospettivi.", "It-taħlita ta' Bills maħruġa mit-Teżor kien fiha għal ewwel darba Bills għal disa' xhur.", "It-tħejjija għall- privatizzazzjoni ħadet aktar fit-tul aktar milli kien maħsub u ġabet magħha ħtieġa akbar għal self milli kien mixtieq mill-Gvern.", "Iżda, darba li dan il-proċess jitħaffef, il-ħtieġa tal-Gvern li jkompli jissellef se tonqos u magħha se jonqos ukoll il-piż tad-dejn pubbliku.", "Is-settur privat kompla jsib il-finanzjament tiegħu fis-suq lokali għalkemm din is-sena kien hemm ħruġ anqas ta' bonds ġodda.", "It-tnaqqis fil-prezzijiet ta' l-ishma, din is-sena, dawwar il-fehma ta' xi ażjendi li joħorġu bonds għall-pubbliku.", "Wara li tgħaddi din l- inċertezza, iżda, hi ħaġa żgura li ażjendi privati jkomplu jsaħħu l-kapital tagħhom bi ħruġ ta' ishma ġodda.", "Din is-sena, sew bank kif ukoll ażjenda fil-qasam ta' servizzi finanzjarji ħarġu fis-suq biex jkabbru l-kapital tagħhom bi ħruġ ta' ishma waqt li ażjenda oħra iffinanzjat il- ħtiġijiet tagħha bi ħruġ ta' bonds għall-pubbliku.", "It-tlett ażjendi jinsabu ikkwotati fil-Borża ta' Malta.", "In-negozju fis-suq ta' l- ishma fil-Borża naqas u l-prezzijiet ta' l-ishma niżlu wara ż-żieda li kienet seħħet fis-sena 2000.", "Iżda l-bejgħ u x-xiri ta' bonds ta' ażjendi privati kif ukoll ta' stocks tal-Gvern, żdied.", "Il-Banek saħħew il-qagħda tagħhom bħala intermedjarji finanzjarji ewlenin f'Malta u daħlu f'oqsma ġodda ta' negozju fosthom dak ta' stockbroking.", "Din is-sena seħħ ħafna konsolidament f'dan il-qasam.", "Fil-bidu ta' din is- sena, żewġ istituzzjonijiet finanzjarji ċedew il-liċenzji tagħhom u ttrasferew in-negozju tagħhom lil banek primarji tagħhom.", "F'Settembru bank offshore ingħaqad ma' l-istituzzjoni primarja tiegħu qabel ma kienet skadiet il-liċenzja li kellu għal għaxar snin.", "Minkejja li kompla jikber in-numru ta' skemi ta' investiment kollettiv liċenzjati miċ- Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji u li sa Settembru li għadda kien laħaq 368, l-assi totali f'dawn l-iskemi ta' nvestiment kollettiv naqsu.", "Dan it- tnaqqis, li seħħ wara t-tkabbir mgħaġġel is-sena l-oħra, kien rifless meta investituri naqqsu l-investimenti tagħhom u l-preżżijiet tal-ishma niżlu.", "Il-qafas regolatorju li fih jaħdem is-settur finanzjarju kompla jissaħħaħ fuq livelli nternazzjonali.", "L-awtoritajiet Maltin huma mpenjati li jassiguraw li l-operaturi f'dan il-qasam sensittiv jaħdmu f'livelli mill-aktar serji sabiex iħarsu aħjar l-interessi ta' l-investituri u d-depożitanti.", "B'hekk, din is-sena, daħlet fis-seħħ leġislazzjoni sussidjarja fuq l-assigurazzjoni kif ukoll żewġ direttivi ġodda bankarji illi jindirizzaw l-element ta' riskju u ta' superviżjoni tal-banek.", "Saret ukoll tħejjija għad-dħul ta' skema ta' protezzjoni għal l-investimenti kif ukoll għall-skema ta' deposit insurance.", "F'Lulju li għadda, il-Borża ta' Malta ppublikat ukoll abbozz ta' kodiċi ta' l-amministrazzjoni ażjendali.", "Żviluppi li seħħew fil-qasam finanzjarju jfissru li, illum, id-distinzjoni bejn il-banek u istituzzjonijiet ta' servizzi finanzjarji m'għadiex ċara daqs kemm kienet darba.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi finanzjarji qed jikkompetu f'oqsma li tradizzjonalment kienu jaħdmu fihom istituzzjonijiet bankarji, dawk ta' l-assigurazzjoni u dawk ta' servizzi ta' investiment.", "Dawn l-iżviluppi jkomplu jsaħħu l- argument favur it-twaqqif ta' awtorita' waħda li tirregola u li tgħasses is- sistema finanzjarja.", "Bħala l-awtorita' kompetenti imwaqqfa sa' mill-1994 taħt il-Banking Act u l-Financial Institution Act, il-Bank Ċentrali għandu responsabilita' li jirregola u li jgħasses l-operat tal-banek u ta' xi istituzzjonijiet finanzjarji.", "Din is-sena, saret it-tħejjija meħtieġa biex dawn ir-responsabiltajiet jgħaddu għand iċ-Ċentru Malti għas- Servizzi Finanzjarji fil-ġejjieni qarib.", "Fl-istess waqt, il-Gvern qed jaħseb biex jgħaddi lil istess Ċentru r-responsabilita' li jirregola l-stockbrokers u ċerti operazzjonijiet tas-suq ta' l- ishma barra mill-Borża ta' Malta.", "B'hekk, l-awtoritajiet, permezz ta' regolatur wieħed, ikunu jistgħu jingħataw stampa aktar ċara tar-riskji li jittieħdu minn ażjendi li joperaw f'Malta fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji.", "Fl-istess waqt, se jsiru tħejjijiet meħtieġa li jiżguraw li l- Bank Ċentrali ikollu aċċess għat-tagħrif meħtieġ għat-tfassil tal-politika monetarja u fit-tħaddim fis-sistema tal- pagamenti kif ukoll fuq l-istabilita' sħiħa tas-sistema finanzjarja.", "Diversi amministrazzjonijiet governatturi ħassew dejjem il-ħtieġa li jitwaqqaf f'Malta qasam finanzjarju bi kredibilita' soda.", "L-awtoritajiet Maltin qed jikkoperaw bis-sħiħ fil-ġlieda nternazzjonali kontra t-terroriżmu u l-ħasil tal-flus.", "F'din ta' l-aħħar diġa' tħejja abbozz ta' liġi biex titwaqqaf Financial Intelligence Unit.", "Din il-Unit se tkun punt ta' referenza li fiha jinġabar u jkun analiżżat it-tagħrif kollu fuq transazzjonijiet finanzjarji suspettużi.", "Se jkollha wkoll is-setgħa meħtieġa biex tikkopera ma' aġenziji bħalha barra minn Malta.", "Din is- sena, Malta ġiet maħtura membru ta' task force imwaqqfa mill- OECD biex trażżan prattiċi fit-taxxa li jagħmlu ħsara kbira f'ċerti ċentri finanzjarji offshore.", "Din il-ħatra tqegħedna f'qagħda li nistgħu ninfluwenzaw il-politika internazzjonali f'dan il-qasam vitali.", "Barra dan, Malta se tkompli tieħu sehem b'mod attiv fil-Kumitat Magħżul ta' Esperti fuq l-Evalwar ta' Miżuri Kontra il-Ħasil tal-Flus u bħalissa qed isservi bħala President ta' dan il-Kumitat għall-perjodu ta' sentejn.", "Il-Liberalizzazzjoni tal-Capital Account", "Hu l-għan ewlieni tal-Gvern li jkompli fl-implimentar tal-programm tal- liberaliżżazzjoni tal-capital account.", "Dan hu konsistenti ma' dak li nemmnu aħna li, kif tixhed l-esperjenza prattika ta' ħafna pajjiżi fosthom tagħna, il-liberalizzazzjoni tal-capital account jwassal għal allokazzjoni aħjar ta' riżorsi hekk kif il-kapital ikun investit b'effiċjenza akbar u jgħin ukoll ekonomiji biex jintegraw b'mod aktar effettiv mas-sistema finanzjara internazzjonali.", "Ta' min jiftakar li, fil-pjan ta' tħejjija għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja, il-Gvern daħal fi programm ta' tlett snin ta' liberalizzazzjoni tal-kapital li nbeda f'Jannar 2000 u li kellu l-għan li jneħħi, sa dak in-nhar li nidħlu membri fl-Unjoni Ewropeja, ħafna mill-kontrolli fuq iċ-ċaqliq tal- kapital.", "L-ewwel pakkett ta' miżuri li bdew iseħħu s-sena li għaddiet iffukaw fuq it- tnaqqis ta' restrizzjonijiet fuq investimenti fit-tul sew barra minn Malta kif ukoll lejn Malta, l-aktar l-investmenti diretti.", "Fl-istess waqt, iżda, daħlu fis-seħħ ukoll numru limitat ta' miżuri ta' liberalizzazzjoni ta' transazzjonijiet ta' investiment fuq żmien qasir.", "It-tieni pakkett ta' liberalizzazzjoni beda jseħħ din is-sena u kien jinkludi aktar tneħħija ta' kontrolli fuq investiment fi propjeta' barra minn Malta, fuq ammonti akbar ta' flus li residenti Maltin setgħu jinvestu barra minn Malta, kif ukoll il-liberalizzazzjoni ta' transazzjonijiet ta' self għal tul ta' mhux aktar minn sena bejn residenti Maltin u dawk barranin.", "Tnaqqsu wkoll il-kontrolli fuq ċerti transazzjonijiet ta' kapital għal żmien qasir bħal ma huma dawk dwar l-ammont li resident Malti jista' jkollu f'munita barranija f'kont kurrenti ma' istituzzjonijiet bankarji lokali.", "Wara konsultazzjonijiet mal-Bank Ċentrali, il-Gvern iddeċieda dwar it- tielet stadju ta' dan il-programm li se jiġi fis-seħħ f'Jannar li ġej.", "Dawn il-miżuri jinsabu msemmija fid-dettal fid-Diskors tal-Budget.", "Waqt li dan it-tielet stadju ikompli jsaħħaħ il-proċess ta' liberalizzazzjoni mhux jeskludi li aktar miżuri jidħlu fis-seħħ matul is- sena.", "Hu l-għan tagħna li ħafna mill-kontrolli jkunu tneħħew sa l-1 ta' Jannar 2003.", "Iżda, il-Gvern se jżomm kontroll fuq ċerti transazzjonijiet għal żmien qasir ta' kapital sa dak in-nhar li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Ir-raġuni għaż-żamma ta' dawn il- kontrolli hi biex jassigura li l-ekonomija, l-aktar fil-qasam finanzjarju, ma tkunx esposta għal ċaqlieq kapitali volatili u distabiliżżanti.", "Bħala parti minn dan il-proċess ta' liberalizzazzjoni se jkun meħtieġ li tkun riveduta il-leġislazzjoni li saret fl-1972 u li tirregola il-kontroll tal-kambju.", "Din il-leġislazzjoni sarilha ftit tibdil matul is-snin għaliex il-miżuri ta' liberalizzazzjoni daħlu fis-seħħ l-aktar b'avviżi legali.", "Għalhekk, twaqqaf kumitat fil-Bank Ċentrali biex jagħmel ir-rakomandazzjonijiet xierqa għal l-abbozz ta' liġi ġdida li tipprovdi għal qasam amministrattiv modern.", "Dan l-abbozz jipprovdi wkoll għal riformi ta' liberalizzazzjoni b'mod permanenti u jinkludi klawżoli li jagħtu is-setgħa lill-Ministru tal-Finanzi li jdaħħal lura restrizzjonijiet speċifiċi meta tinqala' il-ħtieġa li jħares kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti jew inkella biex iġib fis-seħħ sanzjonijiet kontra pajjiżi kif ikun mitlub f'riżoluzzjonijiet meħuda minn organiżżazzjonijiet internazzjonali li Malta hi membru fihom.", "Leġislazzjoni ġdida tkun tobbliga ukoll residenti li jirrapurtaw għal għanijiet ta' statistika it-transazzjonijiet tagħhom.", "Appendici B", "Skema ta' Reġistrazzjoni ta' Investiment", "L-Għan ta' l-Iskema: biex jippermetti lil dawk il-persuni li kienu ttrasferew assi barra minn Malta mingħajr il-permessi meħtieġa u li ma kinux ħallsu t-taxxi relevanti fuq il-flus, biex jirregolariżżaw il-pożizzjoni tagħhom taħt l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju, l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u liġijiet fiskali oħra.", "1.", "Persuni residenti f'Malta li għandhom assi eliġibbli barra minn Malta jistgħu jirregolariżżaw il-pożizzjoni tagħhom taħt l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju u/jew l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income billi jirreġistraw dawn l-assi taħt l-Iskema ta' Reġistrazzjoni ta' Investiment.", "Dan jista' jsir billi timtela l-Formola fl-Ewwel Skeda mehmuża ma' din in- Notifikazzjoni.", "2.", "Assi Eliġibbli", "1.", "L-iskema se tkun miftuħa għar-reġistrazzjoni ta' l-assi eliġibbli kollha li kienu jinsabu barra minn Malta fl-1 ta' Settembru 2001.", "2.", "Assi eliġibbli jinkludu depożiti kif imfisser fl-Att dwar il-Kummerċ Bankarju; titoli, inklużi azzjonijiet u stocks fil-kapital ta' kumpanija, debentures, ċertifikati ta' depożitu, bonds, karti tal- flus u kull strument ieħor li jirrikonoxxu obbligi ta' debitu; unitajiet fi skema ta' investiment kollettiv, poloz ta' assigurazzjoni fit-tul fuq il-ħajja u vitalizji, kemm jekk ikunu relatati ma' xi indiċi kemm jekk le; ingotti tal-metall prezzjuż; warrants; opzjonijiet, futures u derivattivi oħra kif ukoll strumenti finanzjarji oħra li jiġu kuntrattati għal finijiet ta' investiment, u tinkludi wkoll kull assi oħra li jistgħu jiġu stabbiliti minn żmien għal żmien mill-Ministru b'avviż fil-Gażżetta tal-Gvern.", "3.", "Il-Validità ta' l-Iskema", "L-iskema se ddum valida sal-31 ta' Diċembru 2002.", "4.", "Aġenti Appuntati għar-Reġistrazzjoni", "Ir-reġistrazzjoni ta' l-assi eliġibbli trid tiġi eżekwita minn Aġenti Appuntati għar-Reġistrazzjoni li jridu jkunu banek illiċenzjati f'Malta taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, stockbrokers illiċenzjati taħt l-Att dwar il-Borża ta' Malta, u persuni li għandhom Liċenzja għal Servizzi ta' Investimenti f'kategorija 2 jew 3 taħt l-Att dwar Servizzi ta' Investiment.", "5.", "Reġistrazzjoni", "1.", "Reġistrazzjoni ta' l-assi eliġibbli taħt l-Iskema se tkun miftuħa għal:", "a) Assi eliġibbli li kienu miżmuma barra minn Malta fl-1 ta' Settembru 2001 u li se jinġiebu lura Malta qabel ma jispiċċa l- perjodu ta' validità ta' l-Iskema;", "b) Assi eliġibbli li kienu miżmuma barra minn Malta fl-1 ta' Settembru 2001 u li se jibqgħu jinżammu barra minn Malta.", "2.", "Assi li jinġiebu lura Malta jistgħu:", "a) Jinqalbu f'liri Maltin u jitqiegħdu f'depożiti ma' banek lokali jew jiġu nvestiti lokalment permezz ta' l-Aġenti Appuntati għar- Reġistrazzjoni;", "b) Jinżammu f'munita barranija, f'depożiti ma' bank lokali; jew jiġu investiti f'titoli elenkati lokalment permezz ta' l-Aġenti Appuntati għar-Reġistrazzjoni.", "3.", "F'każ ta' assi eliġibbli miġjuba lura Malta, l-Aġent Appuntat għar- Reġistrazzjoni jkun jista' jirreġistra dawn l-assi biss sakemm l- applikant ikun issottometta id-dokumenti oriġinali maħruġa mill:-", "a) Financial intermediary illiċenzjat barra minn Malta fejn dan jikkonferma li, fl-1 ta' Settembru jew qabel, dawn l-assi kienu jinsabu barra minn Malta; u", "b) Financial intermediary illiċenzjat f'Malta fejn dan juri li l- istess assi nġiebu lura Malta matul il-perjodu tal-validità ta' l- Iskema.", "L-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni għandu jżomm kopja tad-dokumenti oriġinali li jiġu murija lilu għal skopijiet ta' reġistrazzjoni.", "Il- kopji ta' dawn id-dokumenti jistgħu jkunu stampati jew miżmuma f'forma elettronika.", "4.", "F'każ li l-assi eliġibbli jibqgħu jinżammu barra minn Malta, l- Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni jkun jista' jirreġistra dawn l-assi biss jekk l-applikant ikun issottometta d-dokumenti oriġinali maħruġa mill-financial intermediary illiċenzjat barra minn Malta, fejn dan jikkonferma li dawn l-assi kienu jinsabu barra minn Malta fl-1 ta' Settembru 2001 jew qabel.", "F'każ li l-applikant ikun biddel dawn l-assi f'assi oħra barranin bejn l-1 ta' Settembru 2001 u d-data tar-reġistrazzjoni, l- applikant irid jissottometti kull evidenza li turi li sar dan it-tibdil, kif mitlub mill-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni.", "L-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni għandu jżomm kopja tad-dokumenti oriġinali li jiġu murija lilu għal skopijiet ta' reġistrazzjoni.", "Il- kopji ta' dawn id-dokumenti jistgħu jkunu stampati jew miżmuma f'forma elettronika.", "6.", "Dikjarazzjonijiet mill-Applikanti", "1.", "Kull persuna li tapplika biex tirreġistra xi assi eliġibbli taħt din l- iskema tintalab mill-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni biex tiffirma Dikjarazzjoni fejn hija tistqarr li:", "a) Hija s-sid benefiċjarju ta' l-assi li għalihom tkun qiegħda ssir talba ta' reġistrazzjoni;", "b) Hija tinżamm responsabbli għall-korrettezza u l-awtentiċità ta' l- informazzjoni u d-dokumenti kollha mogħtija lill-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni;", "c) Tintrabat li tforni lill-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni b'kull informazzjoni oħra li dan jista' jiġi bżonn sabiex huwa jkun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu f'dan ir-rigward;", "d) L-evidenza li qiegħda tingħata lill-Aġent Appuntat għar- Reġistrazzjoni taħt il-paragrafi 5.3 u 5.4 ta' din in- Notifikazzjoni hija dik oriġinali;", "e) L-assi eliġibbli rreġistrati ma jirrapreżentawx dħul minn reat ta' money laundering taħt l-Att kontra Money Laundering, jew dħul minn xi reat ieħor elenkat fit-Tieni Skeda ta' dan l-istess Att ħlief reati kontra l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju jew l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, jew minn xi reat ieħor kontra kull liġi oħra;", "f) L-assi rreġistrati kienu jinsabu barra minn Malta fl-1 ta' Settembru 2001;", "g) L-assi rreġistrati ġew irreġistrati darba biss taħt l-Iskema;", "h) Id-Dikjarazzjoni qed tingħata in bona fede.", "2.", "Id-Dikjarazzjoni trid tinkludi wkoll:", "a) deskrizzjoni ddettaljata ta' l-assi eliġibbli li qed jiġu rreġistrati u dettalji dwar dawn;", "b) dettalji tal-benefiċjarju(i), inkluż l-isem sħiħ, in-numru tal- karta ta' identità, l-indirizz u l-firma; u d-dettalji tal- fiduċjarju f'każ li l-assi eliġibbli huma miżmuma minn terza persuna;", "c) dettalji fuq l-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni.", "3.", "F'każ li l-assi eliġibbli huma miżmuma minn terzi persuni f'isem klijenti jew f'kontijiet ta' klijenti, kemm is-sid u kemm il-persuna li tkun qiegħda żżomm dawn l-assi f'isem il-klijent tagħha jiġu mitluba biex jiffirmaw id-Dikjarazzjoni.", "7.", "Ċertifikazzjoni", "1.", "Wara li l-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni jkun għamel id- dikjarazzjonijiet kollha meħtieġa, dan joħroġ ċertifikat ta' Reġistrazzjoni li jkun enumerat f'sekwenza.", "In-numru li jingħata lil kull ċertifikat se jkun uniku u kull ċertifikat se jkun suġġett għal miżuri ta' sigurtà.", "2.", "Iċ-ċertifikat ta' Reġistrazzjoni jingħata lill-applikant meta titħallas il-miżata ta' reġistrazzjoni kif spjegat f'paragrafu 8 ta' din in-Notifikazzjoni.", "3.", "L-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni joħroġ tliet kopji ta'- Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni: tingħata kopja kull wieħed lill-applikant, lill-Aġent stess u lid-Depożitarju Ċentrali ta'-Ċertifikati ta' Reġistrazzjoni.", "Permezz ta' dawn ir-Regolamenti il-Bank Ċentrali ta' Malta huwa, appuntat bħala d-Depożitarju Ċentrali ta'-Ċertifikati ta' Reġistrazzjoni.", "4.", "Hekk kif issir ir-reġistrazzjoni, il-benefiċjarju ta' dawk l-assi eliġibbli li jkunu qegħdin jiġu rreġistrati taħt din l-Iskema jkun eżenti minn kull azzjoni retrospettiva li tista' tittieħed mill-Gvern dwar dawn l-assi fir-rigward tal-pożizzjoni tagħhom taħt l- Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju u/jew l-Att dwar it-Taxxa fuq l- Income.", "5.", "Jekk l-applikant jissottometti stqarrijiet u dokumenti foloz, iċ- ċertifikat ma jibqax jgħodd u jistgħu jittieħdu proċedimenti kriminali kontra l-applikant.", "6.", "Iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni ma jista' bl-ebda mod jgħaddi għand ħaddieħor.", "7.", "Jekk iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni jintilef jew jinqered, l-Applikant jista' jikteb lid-Depożitarju Ċentrali ta'-Ċertifikati ta' Reġistrazzjoni biex tinħariġlu kopja oħra ta' dak iċ-ċertifikat.", "8.", "Dritt ta' Reġistrazzjoni Pagabbli lill-Gvern", "1.", "Il-ħruġ ta'-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni huwa suġġett għal pagament ta' Dritt ta' Reġistrazzjoni li jrid jitħallas lill-Gvern mill- applikant.", "Dan id-Dritt jinħadem fuq il-persentaġġ tal- valur kurrenti ta' l-assi eliġibbli li jkunu qegħdin jiġu rreġistrati, liema persentaġġ ivarja kif spjegat hawn taħt.", "Il-valur ta' l- assi kurrenti jrid jinħadem minn persuna kkwalifikata sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data tar-reġistrazzjoni u jrid jiġi ppreżentat lill-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni:", "• 3% jekk ir-reġistrazzjoni ssir sal-31 ta' Marzu, 2002 • 4% jekk ir-reġistrazzjoni ssir bejn l-1 ta' April 2002 u t- 30 ta' Ġunju 2002 • 5% jekk ir-reġistrazzjoni ssir wara", "2.", "Id-drittijiet ta' reġistrazzjoni mħallsa mill-applikanti irreġistrati iridu jitpoġġew f'kont tal-Gvern mal-Bank Ċentrali sa mhux aktar tard minn sebat ijiem mill-aħħar tax-xahar li matulu jkunu nġabru dawn id- drittijiet.", "3.", "L-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni jrid joħroġ irċevuta għal kull pagament ta' Dritt ta' Reġistrazzjoni li jirċievi u din l- irċevuta għandha titqies bħala parti integrali miċ-ċertifikat ta' Reġistrazzjoni.", "4.", "L-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni irid jibgħat lid-Depożitarju Ċentrali fil-Bank Ċentrali ta' Malta it-tielet kopja ta'-Ċertifikati kollha ta' Reġistrazzjoni maħruġa matul ix-xahar fi żmien sebat ijiem mill-aħħar tax-xahar.", "9.", "Ħlas Pagabbli lill-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni għas-Servizz li Jingħata", "L-Aġent Appuntat għar-Reġistrazzjoni huwa ntitolat għal ħlas għas- servizz li joffri, liema ħlas jiġi mnaqqas mid-Dritt ta' Reġistrazzjoni li jitħallas biex ikun jista' jinħareġ Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni.", "Dan il-ħlas għas-servizz ta' l-Aġent huwa ekwivalenti għal 5% tad-Dritt ta' Reġistrazzjoni, imma bl-ebda mod ma jista' jkun anqas minn Lm10 jew jaqbeż il-Lm125 għal kull reġistrazzjoni.", "L-ebda ħlas għas-servizz ta' l- Aġent ma jista' jiġi mpost minn xi bank jekk il-flus li jkunu se jinġiebu lura Malta jkunu se jiġu ddepożitati ma' l-istess bank f'kont fiss li jagħlaq fi żmien sena jew aktar.", "10.", "Tibdil ta' Assi", "Is-Sidien ta' Ċertifikati ta' Reġistrazzjoni li jaqilbu l-assi eliġibbli rreġistrati f'assi oħra wara li tkun diġà saret ir-reġistrazzjoni huma mitluba jżommu l-evidenza kollha marbuta ma' dan it-tibdil.", "11.", "Tassazzjoni", "1.", "F'każ li l-assi eliġibbli rreġistrati jinġiebu lura Malta (ara Sezzjoni 5.2 ta' din in-Notifikazzjoni), income minn investiment (kif definit fl-artikolu 41 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income) ikun eliġibbli għal Final Withholding Tax ta' 15%, skond l-għażla tad- detentur ta' l-investiment.", "2.", "Persuni residenti li għandhom investiment barrani li (a) jagħżlu li jżommu l-income minn investiment barra minn Malta, jew (b) iġibu lura Malta l-income minn investiment, jibqgħu suġġetti għar- rata marġinali ta' tassazzjoni applikabbli għalihom.", "3.", "Fejn l-assi eliġibbli jieħdu l-forma ta' income u qligħ kapitali mhux iddikjarati, dak l-income u qligħ kapitali li jkun akkumula fuq tul ta' żmien, ikun eżenti mit-taxxa anke jekk dawn ma jkunux derivati direttament mill-assi eliġibbli.", "Din l-eżenzjoni se tkun estiża wkoll, skond kif japplika, għal l-assi mhux iddikjarati għall- finijiet ta' suċċessjoni jew taxxa tal-mewt jew taxxa tad- donazzjoni, taxxa tat-trasferiment ta' dokumenti inter vivos u taxxa tal-assenjamenti.", "Appendici Ċ", "Miżuri ta' Liberilazzazzjoni fil-Kontroll tal-Kambju li se jiġu fis-Seħħ mill-Ewwel ta' Jannar, 2002", "1.", "Għanijiet ewlenin ta' dawn il-miżuri", "Dawn il-miżuri għandhom il-għan li:", "i) jbaxxu il-limiti ta' ċerti pagamenti kurrenti;", "ii) li jneħħu jew ikomplu jnaqqsu restrizzjonijiet fuq numru ta' transazzjonijiet kapitali.", "2.", "Aktar tnaqqis ta' kontrolli fuq pagamenti kurrenti", "i) Allowance għal l-ivjaġġar", "L-ammont ta' flus li wieħed jista' juża għal għanijiet ta' vjaġġ qed jiżdied minn Lm10,000 kull persuna kull vjaġġ għall- Lm15,000.", "Talba biex jiżdied dan l-ammont tkun ikkunsidrata kemm il- darba jingħataw id-dettalji mill-applikant ta' din il- ħtieġa fuq formoli għal dan il-għan;", "ii) Ħlas għall-importazzjoni magħmul bi trasferiment ta' munita barranija", "L-ammont ta' flus f'munita barranija maħruġ mir-residenti maltin barra minn Malta bil-għan illi jagħmlu ħlas għal xiri ta' merkanzija se jiżdied minn Lm50,000 għal Lm100,000.", "3.", "Tneħħija jew aktar tnaqqis fuq kontrolli fuq transazzjonijiet kapitali", "i) Investiment fi propjeta'", "Qed jitneħħa kull limitu fuq nvestiment f'propjeta' barra minn Malta minn residenti Maltin;", "ii) Allokazzjoni f'Investimenti Portfolio", "L-ammont ta' flus li jista' jinħareġ barra minn Malta għal skop ta' investiment qed jiżdied minn Lm30,000 fċsena kalendarja għal Lm50,000.", "iii) Allokazzjoni f'Investimenti Portfolio li jsiru f'Kumpaniji għal Investiment Kollettiv", "Skemi ta' investiment kollettiv (SICAVS) li fihom jitqegħdu flus f'liri Maltin minn residenti Maltin (jiġifieri fondi li m'humiex eliġibli għall-investiment f'assi denominati fċmunita barranija) bħala parti mill-ammont awtoriżżat kull sena għal investiment barrani bil-għan speċifiku li jkunu nvestiti fċsecurities denominati f'lira Maltija fis-suq lokali, sa jiżdied sa massimu ta' 10 fil-mija fil- fondi tas-shareholders fċassi barranin.", "S'issa dan il- limitu kien ta' 5 fil-mija.", "Dawn l-arranġamenti jkunu japplikaw għal skemi ġodda kif ukoll għal dawk eżistenti.", "iv) Investimenti fċmunita barranija", "L-ammont f'munita barranija li resident Malti hu eżentat milli jgħaddi lil authorised dealer qed jiżdied minn Lm10,000 għal Lm15,000.", "v) Demand Deposit Accounts f'munita barranija minn residenti f'istituzzjonijiet bankarji lokali", "L-ammont massimu li resident Malti jista' jżomm f'munita barranija f'kont kurrenti ma' istituzzjoni bankarja lokali qed jiżdied minn Lm10,000 għal Lm15,000.", "Dawn il-kontijiet jistgħu jiżdiedu b'munita barranija li residenti huma eżentati milli jgħaddu lil authorised dealer taħt l-Att tal-kontroll tal-kambju.", "Barra minn hekk, flus maqluba f'lira Maltija, li wara jkunu jistgħu jitnaqqsu mill-portfolio annwali ta' investiment, jistgħu jiżdiedu ma' dan il- kont.", "Minn dawn il-kontijiet jistgħu jitnaqqsu biss pagamenti f'munita barranija li jkollhom x'jaqsmu ma' transazzjonijiet mill- kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti.", "vi) Ftuħ ma' banek lokali ta' Demand/Savings/Time Accounts f'munita barranija minn kumpaniji jew stabbilimenti li jbiegħu bl-imnut", "L-ammont sħiħ li jistgħu jitqiegħdu f'munita barranija f'kont kurrenti (demand, savings and time deposit accounts) ma' istituzzjonijiet bankarji lokali ta' kumpaniji jew stabbilimenti li jbiegħu bl-imnut qed jiżdied minn Lm10,000 għal Lm15,000.", "Dawn il- kontijiet jistgħu jiżdiedu biss bil-qligħ f'munita barranija li jsir minn attivitajiet kummerċjali.", "Minn dawn jistgħu jitnaqqsu pagamenti lil dawk li m'humiex residenti f'munita barranija li jkollhom x'jaqsmu ma' transazzjonijiet tal-kont kurrenti tal-bilanċ tal- pagamenti;", "vii) Listjar fi swieq kapitali barranin ta' skemi ta' nvestiment kollettiv", "Ażjendi ta' Fund Management reġistrati lokalment jistgħu jfittxu li jillistjaw l-iskemi tagħhom ta' nvestiment kollettiv fi swieq kapitali internazzjonali magħrufa;", "viii) Listjar ta' bonds fi swieq monetarji kapitali barranin", "Ażjendi reġistrati lokalment sew ta' natura finanzjarja u mhux, jistgħu jitħallew ifittxu l-listjar tal-bonds u s- securities tagħhom fi swieq monetarji/kapitali internazzjonali magħrufa sakemm dawn is-securities jkollhom maturita' mill-anqas ta' sena;", "ix) Garanziji maħruġa minn residenti Maltin favur residenti barranin", "Qed ikun liberaliżżat kompletament il-ħruġ ta' garanziji minn residenti Maltin favur residenti barranin;", "x) Trasferiment fiżiku ta' securities", "Qed titneħħa kull restrizzjoni ta' trasferiment fiżiku barra minn Malta ta' ċertifikati jew strumenti oħra ta' titlu f'ishma jew securities.", "4.", "Obbligu li tiġi ddikjarata mportazzjoni/esportazzjoni ta' munita barranija", "Sabiex inkomplu nsaħħu l-miżuri li għandna llum kontra l-ħasil tal- flus u kontra attivitajiet kriminali bħal m'huma l-investimenti ta' flus li gejjin minn attivitajiet terroristici, kull persuna li qed tivjaġġa u li tkun qed iġġorr magħha 'l barra jew lejn Malta ammont ta' flus f'munita barranija li jkun ikbar minn Lm5,000 trid tagħti d- dettalji meħtieġa fuq il-formola għal dan il-għan.", "Appendiċi D", "Il-Qagħda fil-Finanzi Pubbliċi", "Ħarsa lura lejn l-Iżviluppi Fiskali tul dawn l-Aħħar Snin", "Fit-tfassil tal-politika fiskali tiegħu, il-Gvern dejjem qagħad attent għall-mod kif din setgħet tgħin il-mixja 'l quddiem ta' l-ekonomija sħiħa tal-pajjiż.", "Quddiem qagħda finanzjarja ta' żbilanċ strutturali, ried li, waqt li jippjana u jwettaq strateġija għaqlija biex dan l-iżbilanċ inaqqsu għal wieħed sostenibbli fl-aktar żmien qasir, jindokra kontra t-tfixkil fil-progress ekonomiku u jsaħħaħ is-sostenibilita' makro-ekonomika.", "Kien għalhekk li, f'Novembru 1998, ħejja u ppubblika programm li jindirizza l-finanzi pubbliċi bil-għan li dawn jilħqu vijabilita' fuq perjodu ta' sitt snin sal-2004.", "Dak il-programm ippreżenta sensiela ta' parametri u targets imsejsa fuq numru ta' miżuri fiskali, amministrattivi u strutturali biex jilħaq l-għan ta' sostenibilita' f'termini qosra.", "Tabilħaqq, sena wara l- oħra, il-Gvern ippreżenta quddiem din il-Kamra, estimi ta' dħul u ħruġ b'għanijiet aktar ambizzjużi minn dawk li hu stess ħejja fil-programm ta' Novembru 1998.", "Kien hemm diversi osservaturi xettiċi li wrew dubji kemm dan kollu kien se jintlaħaq.", "Dan kollu mhux biss seħħ iżda wkoll ġab titjib fil-qagħda fiskali aktar minn dak maħsub oriġinarjament.", "Fost dawn il-miżuri, il-Gvern wettaq riformi fiskali fir-reġim tat-taxxi u fl-effiċjenza amministrattiva tagħhom kif ukoll fl-infurzar kontra l- abbuż u fil-ġbir tagħhom.", "Barra dan, il-Gvern qed jiffoka fuq ir- razzjonaliżżar tal-infiq pubbliku bil-għan li tiżdied l-effiċjenza u l-produttivita' fl-entijiet pubbliċi, billi jrażżan il-ħela u l-abbuż fl-ispiża tal-operat tiegħu u billi jwettaq programm ta' privatizzazzjoni.", "Tajjeb, għalhekk, issa li il-programm finanzjarju mniedi f'Novembru 1998, wasal f'nofs triq li wieħed jara xi żviluppi seħħew u x'kien ir- riżultat ta' dan kollu.", "Fil-fatt, l-iżbilanċ strutturali, bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku, niżel minn 11.7 fil-mija fl-1997 għal 5.6 fil-mija din is-sena.", "Minkejja dan, it-tkabbir ekonomiku baqa' jseħħ b'mod kostanti waqt li l-livell ta' mpjiegi baqa' jkun sostnut.", "Barra dan, beda jseħħ programm ta' riformi ekonomiċi biex tkompli l-liberalizzazzjoni fl- ekonomija u timmoderniżża l-infrastruttura u l-istituzzjonijiet l-oħra li joperaw fiha.", "Dan kollu jimplika li l-iżbilanċ fil-finanzi pubbliċi kien qed ikun indirizzat b'mod konsistenti mingħajr ebda skossi fl- ekonomija.", "Id-defiċit strutturali se jibqaċ kontrollat fis-snin li ġejjin biex b'hekk inrażżnu wkoll ir-rata tat-tkabbir tad-dejn pubbliku.", "Id-Dħul Ordinarju tal-Gvern", "F'dawn is-snin li għaddew, id-Dħul Ordinarju tal-Gvern bħala persentaġġ tal- Prodott Gross Domestiku tela' minn madwar 39 fil-mija fl-1996 għal kważi 43 fil-mija fl-1999 u reġa' niżel għal madwar 41 fil-mija din is-sena.", "Id- Dħul Ordinarju kollu żdied minn madwar Lm447 miljun fl-1996 għal ftit aktar min Lm 675 miljun din is-sena.", "Dan kien dovut l-aktar għal dħul akbar minn sorsi taxxabbli, riforma fit-taxxi, trażżin ta' abbużi u evażjoni, u effiċjenza akbar fil-ġbir tat-taxxi.", "Bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku, id-dħul minn taxxi żdied minn madwar 30 fil-mija fl-1994 għal madwar 37 fil-mija din is-sena.", "Matul dawn is-snin, seħħ ċaqlieq kbir minn sors għall-ieħor.", "L-aktar fil-każ ta' dħul minn dwana u sisa li niżel sostanzjalment hekk kif daħlet il-VAT fl-1995, fejn allura, d- dħul minn liċenzji, taxxi u multi kiber proporzjonalment.", "Tabilħaqq dħul mid-dwana u sisa bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku niżel minn 7 fil-mija fl-1994 għal madwar 4 fil-mija din is-sena.", "In-Nefqa tal-Gvern", "In-nefqa globali tal-Gvern żdiedet minn madwar Lm469 miljun fl- 1996 għal madwar Lm758 miljun din is-sena.", "Bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku n-nefqa globali tal-Gvern telgħet minn madwar 41 fil-mija fil-bidu tad-disgħinijiet għal madwar 48 fil-mija fl-1998.", "Iżda, b'riżultat tal-politika tal-Gvern li jrażżan l-infiq, din niżlet għal madwar 46 fil-mija din is-sena.", "Is-Sena Finanzjarja 2001", "Għal din is-sena wkoll bħal fis-snin ta' qabel, il-Gvern poġġa quddiemu miri li kienu aktar ambizzjużi minn dawk mnedija fl-istess Programm.", "Dawn il-miri mhux biss laħaqhom iżda wkoll għamel titjib fuqhom biex din is-sena d-deficit fil-Fond Konsolidat se jkun niżel għal madwar Lm82 miljun, i.e. ftit anqas min 5 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Dan juri titjib minimu fuq dak imbassar fil-bidu tas-sena.", "Id-Dħul Ordinarju kollu tal-Gvern fl-2001 mistenni jitla' għal madwar Lm675 miljun li minnhom Lm601 miljun hu dħul minn taxxi u l-kumplament, i.e.", "Lm75 miljun hu dħul ieħor.", "Din is-sena, d-Dħul Ordinarju kollu tal-Gvern jilħaq madwar 41 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Id-dħul minn taxxi jirrappreżenta 37 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, filwaqt li d-dħul minn sorsi oħra jirrappreżenta l-5 fil-mija l-oħra.", "It-Taxxi Diretti, i.e. it-Taxxa fuq id-Dħul u l-kontribuzzjonijiet għas-Sigurta' Soċjali, qed jipprovdu mhux anqas minn Lm346 miljun, jew 21 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, maqsuma bejn wieħed u ieħor b'mod xorta bejn iż-żewġ sorsi msemmija.", "Dan juri żieda ta' madwar Lm35 miljun fuq dak li nġabar mill-istess sorsi s- sena l-oħra.", "Iż-żieda fuq l-ammont previst li seħħet din is-sena ġiet kollha mill-Income Tax permezz tċamminstrazzjoni aktar effiċjenti tad- Dipartiment, dħul taxxabbli ogħla, u aktar kontrolli effettivi kontra l- abbuż u l-evażjoni.", "Dħul minn Taxxi Ndiretti, i.e.", "Dwana u Sisa, Liċenzji, Taxxi u Multi u l- VAT, mistenni jilħaq b'kollox madwar Lm255 miljun jew ftit aktar minn 16 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Iż-żieda minnhom fuq is-sena l-oħra kienet ta' madwar Lm26 miljun jew kważi 11 fil-mija.", "Madwar nofs din iż- żieda, i.e.", "Lm12 miljun, qed tkun reġistrata fid-dħul mill-VAT fejn qed ikompli konsolidament sħiħ li mistenni jżid id-dħul b'mod aktar qawwi s- snin li ġejjin.", "Iż-żieda fuq dak maħsub aktar kmieni din is-sena minn dawn is-sorsi kienet marġinali.", "Tajjeb wieħed jgħid li t-tlett għejjun ewlenin tad-dħul tal-Gvern i.e. l-Income Tax, il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali, u l-VAT bejniethom jilħqu it-28 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Hu l-ħsieb tal-Gvern, li darba nilħqu l-livell sostenibbli fil-finanzi pubbliċi, it-Taxxa fuq id-Dħul tingħata attenzjoni sabiex il-piż minnha jitħaffef.", "Għalhekk, ikun hemm lok ta' reviżjoni tal-faxex tat-taxxa biex id-dħul fl-idejn jingħata aktar nifs u jkun hemm impatt aktar pożittiv għal l-ekonomija.", "Id-dħul l-ieħor mistenni jkun madwar Lm75 miljun i.e.", "Lm4 miljuni aktar minn dak maħsub fil-bidu tas-sena.", "Lm1.6 miljuni mistennija jidħlu mill- iskema tar-Registrazzjoni ta' Investiment Barrani; Lm800,000 minn kera ta' fabbriki mill-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp; Lm200,000 mill- bejgħ tal-propjeta' tal-Knisja; u Lm1.7 miljuni minn dħul ieħor mixxelanju.", "Kien hemm, iżda Lm1 miljun anqas mill-profitti mgħoddija mill-Bank Ċentrali li din is-sena kien Lm26 miljun.", "Tajjeb ukoll wieħed isemmi li, fost titjib fis-sistema tal-ikkuntjar tal-finanzi pubbliċi li qed inkomplu nagħmlu din is-sena u li se nkomplu nagħmlu fis- snin li ġejjin, qed nuru, bħala dħul ordinarju tal-Gvern għotjiet ġejjin minn pajjiżi oħra jew minn istituzzjonijiet internazzjonali.", "Għaldaqstant, din is-sena, dħul ta' Lm1.3 miljun f'għotjiet li mistennija jkunu daħlu sa' l-aħħar tas-sena taħt arranġamenti maqbula mal-Unjoni Ewropeja fosthom dawk artikolati fit-Tielet u fir-Raba' Protokolli Finanzjarji, kif ukoll taħt il-Pre-Accession Funds qed jidher bħala dħul ordinarju tal-Gvern.", "L-Infiq Totali tal-Gvern fl-2001 mistenni jilħaq madwar Lm757 miljun li minnhom madwar Lm675 miljun huma Infiq Rikurrenti filwaqt li Lm82 miljun huma Infiq Kapitali.", "In-Nefqa Rikurrenti tal-Gvern li, kif qed jingħad, mistennija tilħaq madwar Lm675 miljun, tirrappreżenta żieda ta' madwar Lm18 miljun fuq dak previst originarjament fil-bidu ta' din is-sena.", "B'hekk din is-sena, in- Nefqa Rikurrenti tilħaq madwar 41 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Kif kien maħsub, l-akbar parti minn din iż-żieda kienet dik tal-ħlas ta' pagi u salarji, allowances, u l-kontribuzzjoni tal-Gvern bħala 'employer' lejn is-Sigurta' Soċjali tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku.", "Din is-sena, din l-ispiża mistennija titla' għal madwar Lm195 miljun, i.e.", "12 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Naturalment, din iż-żieda hi dovuta għall-Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati kollha tal-Gvern li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar li għadda wara l-ftehim li ntlaħaq mal- Unions f'Diċembru 1998 u li, fost oħrajn, ipprovda għal ħlasijiet ta' darba biss u mhux pensjonabbli li saru kull sena bejn l-1996 u l-2000.", "Dan kien ftehim li l-amministrazzjoni l-oħra ma kienx irnexxielha tilħaq fis-sentejn li għamlet fil-Gvern iżda li dan il-Gvern laħaq fi żmien qasir.", "Naturalment, dan il-ftehim ġab miegħu sensiela ta' effetti fis-Settur Pubbliku: dan ħass li kellu jżomm ir-relattivita' tiegħu mas- Servizz Pubbliku bir-riżultat li l-ispiża ta' uħud mill-entijiet jew istituzzjonijiet pubbliċi, bħal ma hi l-Universita' ta' Malta, telgħet matul din is-sena kif se naraw 'l quddiem.", "Għalhekk ukoll, inħasset il-ħtieġa li l-affarijiet ikunu razzjonaliżżati bin-negozjati li kienu qed iseħħu fl-entijiet individwali, jkunu riferuti għall-endorsement tal-Ministeru tal-Finanzi.", "Wieħed m'għandux jinsa li l-fondi li bihom jaħdmu dawn l-entijiet huma fondi pubbliċi.", "L-ispiża tal-Operat u Manutenzjoni tal-Gvern se tiżdied bċLm2.2 miljuni fuq dak maħsub fl-estimi għal din is-sena u se titla' għal Lm46 miljun.", "Din iż-żieda qed isseħħ l-aktar b'riżultat ta' infiq akbar fċmediċini u tgħamir mediku li l-ispiża tagħhom qegħda dejjem tikber.", "L- ispiża fuq il-mediċini b'xejn u fuq tgħamir mediku telgħet minn Lm1.6 miljuni fl-1980, i.e. malli ġie fis-seħħ l-Att Dwar is-Sigurta Soċjali, għal Lm4.4 miljun għaxar snin wara u għal aktar minn Lm12.5 miljun is-sena 'l oħra.", "Din is-sena biss se jkunu ntefqu kważi Lm14-il miljun fċdan ir-rigward.", "Dan ifisser li, tul dawn l-aħħar għaxar snin, din l- ispiża telgħet b'aktar minn tliet darbiet.", "Dan kollu jkompli juri l-ħtieġa ta' sforzi li jridu jsiru biex, fejn hu possibbli, titrażżan din in-nefqa.", "L-ispiża ta' Programmi u Inizjattivi tal-Gvern din is-sena mistennija tkun ftit aktar minn Lm323 miljun, i.e madwar Lm7 miljuni anqas minn dak previst fil-bidu tas-sena.", "Din l-ispiża waħedha tirrappreżenta madwar 20 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Din in-nefqa turi wkoll żieda netta ta' ftit aktar minn Lm25 miljun fuq is- sena l-oħra.", "Parti kbira minn din iż-żieda hi dovuta għal ħlas akbar ta' Lm5 miljuni bħala kontribuzzjoni għas-Sigurta' Soċjali ta' l- impjegati tal-Gvern b'konsegwenza taż-żieda sostanzjali mogħtija lilhom fil- pagi u salarji taħt il-Ftehim Kollettiv ġdid li għadni kif semmejt; ħlas akbar ta' Lm6 miljuni oħra f'pensjonijiet u gratuities mħallsa mit-Teżor lil dawk li rtiraw bejn l-1996 u Dicembru 2000 u dan ukoll b'riżultat ta' ftehim ieħor li ntlaħaq mal-Unions rigward il-pensjoni ta' dawk li laħqu rtiraw qabel ma ġie fis-seħħ il-Ftehim Kollettiv ġdid, kif ukoll b'riżultat tas-salarji pensjonabbli ogħla mħallsa wara l-1 ta' Jannar ta' din is-sena; ħlas akbar ta' madwar Lm7.6 miljuni li tħallsu kemm wara reviżjoni tal-pensjonijiet tal-irtirar taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali b'riżultat dirett tar-reviżjoni tal-Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku kif ukoll f'benefiċċji soċjali ogħla mill-1 ta' Jannar li għadda; ħlas ta' ftit aktar minn Lm1 miljun f'sussidju lir- raħħala fuq il-prezzijiet ta' l-għalf bilanċjat; u ħlas ieħor ta' Lm1 miljun għall-installazzjoni tad-dawl fit-toroq.", "Spiża oħra li laħqet Lm4.5 miljuni saret fl-implimentazzjoni din is-sena tal-Programm Nazzjonali għall-Adozzjoni ta' l-Acquis f'dak li għandu x'jaqsam, fost oħrajn, ma' titjib fil-kapaċitajiet tar-riżorsi umani mal-Gvern, taħriġ, u għajnuna teknika biex intellgħu l-livelli tagħna għal dawk fl-Unjoni Ewropeja.", "Spejjeż oħra li fuqhom sar infiq aktar iżda mdaqqas kienu żieda ta' Lm700,000 fi programmi ta' taħriġ mnedija mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol; ħlas ta' Lm500,000 lill- ġenituri ta' tfal fi skejjel privati biex itaffilhom parti mill-ispejjeż ta' l-edukazzjoni ta' uliedhom, Lm1 miljun fiż-żieda fis-salarji tal- għalliema u l-impjegati l-oħra fl-iskejjel tal-Knisja; żieda ta' Lm400,000 fl-għotjiet lil l-istudenti tal-Universita', liema spiża llum laħqet Lm7.5 miljuni; kif ukoll nfiq ġdid fit-twaqqif ta' aġenziji ġodda u ta' inizjattivi ġodda bħalma huma t-Tax Compliance Unit (Lm400,000) u l- Programm tal-Electronic Government (Lm350,000).", "Taħt il-kategorija ta' Kontribuzzjonijiet lill-Entijiet Pubbliċi din is- sena hemm żieda ta' madwar Lm18 miljun fuq dak previst fil-bidu ta' din is- sena biex b'hekk l-ispiża hawnhekk qed tidher li se titla' kważi Lm52 miljun.", "Dan qed iseħħ mhux għax intilef xi kontroll fuq in-nefqa pubblika iżda għaliex qed tiddaħħal sistema ta' ikkuntjar aktar san billi nfiq dwar sussidji u sovvenzjonijiet mogħtija lil entijiet pubbliċi u li s'issa kienu jiġu murija taħt in-Nefqa Kapitali, minn din is-sena se nibdew nikkuntjaw għaliħ taħt in-Nefqa Rikurrenti.", "Fost dawn is-sussidji nsibu Lm5 miljuni lit-Tarzna ta' Bormla, Lm3.8 miljuni lill-Malta Government Investments Ltd/MIMCOL, u Lm4 miljuni lill-Korporazzjoni tal-Port Ħieles.", "Kien hemm żieda wkoll fil-ħlas ta' imgħaxijiet fuq id-Dejn Pubbliku ta' aktar min Lm4 miljuni fuq dak previst is-sena l-oħra biex bċhekk tela' għal madwar Lm58 miljun din is-sena.", "Dan jirrappreżenta 3.6 fil-mija tal- Prodott Gross Domestiku.", "Ta' min jgħid hawn li, is-sena li għaddiet spiċċat bi żbilanċ fil-Fond Konsolidat ta' madwar Lm95 miljun li minnhom iffinanzjajna b'madwar Lm21 miljun.", "Ma sarx self fit-tul biex jkun iffinanzjat il-kumplament filwaqt li għamilna tajjeb għal-likwidita' meħtieġa matul is-sena bi ħruġ ta' Treasury Bills.", "Dan ifisser self fuq żmien qasir ta' mhux aktar minn tnax- il xahar li fuqu wkoll ried jitħallas imgħax imma b'rata aktar baxxa.", "Ġara wkoll li l-programm ta' privatiżżazzjoni ħtieġlu tħejjija b'aktar reqqa u allura l-implimentazzjoni tiegħu ma seħħitx fil-qafas ta' żmien kif kien maħsub bir-riżultat li s-self imsemmi ma sabx serħan fi tnaqqis.", "Għalhekk, it-Teżor ħtieġlu joħroġ Stocks tal-Gvern sa mill-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u dawn implikaw ħlas ta' imgħaxijiet qabel Diċembru li ġej.", "Il-Bilanċ Rikurrenti din is-sena jirriżulta f'defiċit ta' Lm200,000 minn bilanċ pożittiv ta' Lm13.4 miljuni kif kien oriġinarjament previst.", "Dan minħabba l-entijiet li l-kontribuzzjonijiet tagħhom qabel kienu jidhru bħala spiża kapitali.", "In-Nefqa Kapitali din is-sena mistennija tkun madwar Lm82 miljun.", "Dan ifisser nuqqas ta' madwar Lm13-il miljun minn dak ippjanat fl- estimi.", "In-Nefqa Kapitali din is-sena tirrappreżenta 5 fil-mija tal- Prodott Gross Domestiku.", "Dan kollu qed iseħħ għar-raġunijiet li diġa semmejt aktar qabel fejn sussidji u sovvenzjonijiet li s'issa kienu qed jidhru taħt in-Nefqa Kapitali qed nikkuntjaw għalihom taħt in- Nefqa Rikurrenti minn din is-sena.", "Tajjeb wieħed jgħid, iżda, li wara dan l-aġġustament, insibu żieda ta' aktar minn Lm2 miljuni fi kumpens għal esproprijazzjoni ta' propjeta' privata mill-Gvern.", "Ix-xogħol fuq il- bini tal-isptar il-gdid f'Tal-Qroqq kompla u din is-sena se jkun sar infiq ta' Lm 15 il-miljun fuqu, i.e.", "Lm1 miljun anqas milli maħsub, minħabba xogħol li għad irid jitkejjel u jkun ċertifikat.", "Kif intqal aktar qabel, l-iżbilanċ fil-Fond Konsolidat din is-sena kompla niżel għal madwar Lm82 miljun jew 5 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Din hi prova ċara tal-ħidma sfieqa tal-Gvern li jrażżan l-iżbilanċ kif wiegħed fil-programm li nieda f'Novembru 1998.", "Mhux biss, iżda dan ir- riżultat hu titjib sostanzjali fuq l-istess tbassir imsemmi fejn, dak in- nhar, l-amministrazzjoni kienet qed taħdem għal żbilanċ ta' ftit aktar minn 6 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Dan meta wieħed iqis ix-xettiċiżmu li diversi osservaturi kellhom dwar kemm setgħu jintlaħqu dawn il-miri.", "Is-Sena Finanzjarja 2002", "Kif intqal aktar qabel, l-istrateġija fiskali tal-Gvern preżenti kellha miri preċiżi li trażżan id-defiċit fiskali u tniżżlu għal madwar 4 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku sas-sena 2004.", "Il-politika tal-Gvern, iżda, kienet twassal aktar minn hekk għax riedet tniżżel il-livell tad-dejn pubbliku wkoll għal wieħed sostenibbli.", "Dawn se jkomplu jkunu l-miri li se jmexxu l-politika tal-Gvern fis-sena li ġejja.", "Għall-ewwel darba din is-sena, il-Gvern kompla saħħaħ dejjem aktar il- proċess ta' konsultazzjoni li kien beda tul dawn l-aħħar sentejn mas- sieħba soċjali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.", "Din is-sena, għall-ewwel darba, l-Gvern ippreżenta dokument, imsejjaħ Dokument Konsultattiv, li fih is-sieħba soċjali ngħataw rendikont tal-qagħda ekonomika u fiskali tal-pajjiż, issa li wasal f'nofs il-programm ta' ħidma mniedi mill-Gvern f'Novembru 1998.", "Kif diġaċ intqal kien xieraq li nieqfu ftit u nirriflettu fuq l-iżviluppi li saru fil-qasam ekonomiku u fil-finanzi pubbliċi.", "Dawn kienu żviluppi li tant kienu pożittivi illi dak li nbeda f'Novembru 1998, kien hemm kuraġġ u fiduċja li qed jitwettaq - saħansitra, b'mod aħjar minn kif kien ipproġettat.", "Ir-riżultati jitkellmu waħedhom.", "Issa t-tbassir ta' Novembru 1998 qed jkun rivedut fid-dawl ta' dak li nikseb s'issa.", "Fl-2002 id-Dħul Ordinarju tal-Gvern mistenni jitla' għal madwar Lm735 miljun, i.e.", "Lm60 miljun jew madwar 9 fil-mija aktar minn dak ta' din is- sena.", "Dan id-Dħul Ordinarju jirrappreżenta madwar 43 fil-mija ta' dak li mistenni jkun il-Prodott Gross Domestiku fl-2002.", "Id-Dħul minn Taxxi mistenni jilħaq madwar Lm660 miljun, i.e.", "90 fil- mija tad-Dħul Ordinarju kollu tal-Gvern.", "Lm380 miljun minn dan mistenni jidħol minn taxxi diretti li minnhom Lm193 miljun mill-akbar sors, i.e. dak tal-kontribuzzjonijiet għas-Sigurta' Soċjali.", "It-Taxxa fuq id-Dħul mistennija tipprovdi Lm186 miljun s-sena d-dieħla wara li jkunu tħallsu b'aktar minn Lm8 miljuni fi ħlas lura.", "Dan ifisser żieda fid-dħul nett ta' madwar Lm15-il miljun aktar minn din is-sena.", "Din iż-żieda mistennija sseħħ b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku, aktar flus fi qliegħ, effiċjenza akbar fl-amministrazzjoni tat-taxxa, u fl-aħħar, iżda ċertament mhux l-anqas, mit-tħaddim tal-benchmarking exercise maħdum bi studju professjonali mit-Tax Compliance Unit f'numru ta' setturi privati, l-aktar dawk tas-servizzi li mistenni jżid id-dħul b'aktar minn Lm4 miljuni.", "Il-15 fil-mija Final Withholding Tax fuq imgħaxijiet minn investiment barrani li jkun reġistrat lokalment taħt l-iskema li se tidħol din is-sena mistennija tipprovdi dħul ta' Lm1 miljun waqt li l-profitti li se jkunu ġenerati mill-operaturi l-ġodda tal-Lottu Pubbliku mistennija jħallu dħul ieħor ta' Lm1.3 miljuni f'taxxa għall-Gvern.", "Dħul anqas, mistenni jseħħ b'riżultat ta' skema dwar rebates fuq ħlasijiet f'miżati li ġenituri jħallsu biex jibgħatu t-tfal tagħhom fi skejjel privati.", "Dawn ir-rebates mistennija jħallu dħul anqas f'taxxi ta' madwar Lm500,000.", "Ir-riżultati tal-ħidma tat-Tax Compliance Unit mistennija ukoll iħallu l- frott fid-dħul mill-kontribuzzjonijiet għas-Sigurta' Soċjali li, kif ingħad, s-sena d-dieħla hu maħsub li jkun ta' madwar Lm193 miljun, i.e.", "Lm15-il miljun aktar minn din is-sena.", "Din iż-żieda, bħal fil-każ tat- Taxxa fuq id-Dħul, mistennija sseħħ b'riżultat ta' dħul akbar bi qligħ li fuqu titħallas il-kontribuzzjoni, aktar infurzar kontra l-abbuż u l- evażjoni, u aktar effiċjenza fl-amministrazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is- Sigurta' Soċjali.", "L-infurzar tar-riżultati pprovduti mit-Tax Compliance Unit mistenni jħalli dħul akbar ta' madwar Lm2.6 miljuni fil- kontribuzzjonijiet.", "Id-dħul minn Taxxi Diretti mistenni jkun 16 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, jiġifieri kważi daqs din is-sena.", "Id-Dħul minn Taxxi Ndiretti fl-2002 mistenni jitla' għal Lm280 miljun, i.e. madwar Lm25 miljun aktar minn din is-sena.", "Minn dan id-dħul, li jirrappreżenta 16 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, l-akbar żieda s- sena d-dieħla se tkun ġejja mill-ħlas ta' Liċenzji, Taxxi u Multi u mil- VAT.", "Iż-żieda mis-sors ta' ħlas ta' Liċenzji, Taxxi u Multi, li se tlaħħaq madwar Lm10 miljuni li minnhom, mhux anqas minn Lm6 miljuni, se jidħlu mill- liċenzji tal-Lottu wara l-privatiżżazzjoni ta' dan ta' l-aħħar.", "Sa din is-sena id-dħul mill-Lotto bħala profitti kien qed jidher taħt kategorija oħra ta' dħul.", "Minn naħa l-oħra, is-sena li ġejja, id-dħul mill-VAT mistenni jitla' għal Lm127 miljun.", "Din tfisser żieda netta ta' Lm11 il-miljun.", "Id-dħul mill- VAT jirrappreżenta madwar 7 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku fis-sena 2002.", "Bħal fil-każ ta' sorsi oħra ta' taxxa, il-VAT għaddejja minn fażi ta' konsolidament sħiħ wara l-iskossi bla bżonn li ħadet taħt il-Gvern ta' qabilna.", "L-amministrazzjoni tagħha qegħda dejjem titjieb fl-effiċjenza tagħha u qed isiru kontrolli effikaċi kontra l-evażjoni u l-abbuż.", "Il- ħidma ta' nfurzar li se jkompli jsir mid-Dipartiment, mit- Tax Compliance Unit mistenni jħalli effett pożittiv ta' Lm6 miljuni fuq id- dħul mill-VAT.", "Id-dħul l-ieħor tal-Gvern, i.e. dak minn sorsi mhux taxxabbli, mistenni jżomm l-istess livelli ta' din is-sena, jiġifieri Lm75 miljun.", "Min-naħa l- waħda, id-dħul mill-Lottu Pubbliku li din is-sena jidher taħt din il- kategorija oħra ta' dħul, mis-sena d-dieħla, wara l- privatiżżazzjoni tal-Lottu Pubbliku, jibda jiġi kkuntjat mad-dħul minn taxxi ndiretti u li levies ta' protezzjoni fuq l-importazzjoni ta' xi oġġetti f'Malta għaddejjin minn fażi ta' żmantellament u, allura, d-dħul minnhom se jonqos għal madwar Lm6 miljuni s-sena li ġejja.", "Dan mistenni jinżel għal Lm1 miljun sal-2004.", "Barra dan, filwaqt li d-dħul tal-Gvern taħt il-kategorija msemija, din is-sena qed jinkludi Lm1.3 miljuni biss f'għotjiet taħt Protokolli Finanzjarji mill-Unjoni Ewropeja, għas-sena d-dieħla qed jkunu stmati Lm8.5 miljuni minn dan is-sors ta' dħul.", "L- Iskema ta' Registrazzjoni ta' Investiment miġjub minn barra mistennija tħalli dħul għal-Gvern ta' madwar Lm6 miljuni f'miżati ta' registrazzjoni.", "L-Ispiża Rikurrenti inkluż l-imgħaxijiet fuq id-dejn tal-Gvern fl-2002 mistennija titla' għal Lm717 miljun, i.e. madwar Lm42 miljun aktar minn din is-sena.", "In-Nefqa tal-Gvern fl-2002", "Il-ħlas ta' pagi u salarji s-sena d-dieħla mistenni jitla' għal madwar Lm198 miljun, i.e.", "Lm2.5 miljuni aktar minn din is-sena.", "Din iż-żieda tkompli tirrifletti r-riżultat tas-salarji u pagi ġodda li bdew jitħallsu din is-sena.", "Mas-salarji u pagi jiżdiedu wkoll il-ħlas ta' allowances statutorji u l-kontribuzzjoni għas-sigurta' soċjali tal-impjegati tiegħu.", "Il-Gvern qed jirnexxilu jrażżan in-nefqa fuq il-pagi fis-Servizz Pubbliku permezz ta' riklutaġġ fejn meħtieġ biss u permezz ta' trasferiment ta' servizzi ta' impjegati tiegħu fuq xogħolijiet pubblici mogħtija b'kuntratti lill-privat.", "Matul din is-sena, dan l-eżerċizzju kien qed jinħadem bir- reqqa meħtieġa mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li hu responsabbli għar-riżorsi umani fis-Servizz Pubbliku, u l- Unions, u mistenni jibda jitwettaq is-sena li ġejja fejn il-Gvern mistenni jiffranka madwar Lm2 miljuni.", "Barra dan, il-Gvern hu determinat, kif semmejt aktar qabel, li t-taxpayer jingħata lura l-value for money tat-taxxi li qed iħallas biex il-Gvern imantni l-operat tiegħu fosthom il-ħlas tal-pagi tal-impjegati.", "Għal dan il-għan ukoll din is-sena qed isiru studji ta' benchmarking fis-servizz pubbliku fejn il-ħidma ta' kull impjegat tikkejjel ma' kriterji stabbiliti.", "B'hekk, it-taxpayer jingħata kont tal-cost-effectiveness li l-performance ta' kull impjegat fis-Servizz Pubbliku tippresta matul is-sena.", "Is-sena d-dieħla wkoll l-ispiża fuq Programmi u Inizzjattivi mistennija titla' għal Lm342 miljun, i.e. b'madwar Lm19 miljuni aktar minn din is- sena.", "Ir-raġunijiet ewlenin għal din iż-żieda jibqgħu dejjem l-effett tal- aġġustament għaż-żieda tal-ħajja fuq il-ħlas ta' pensjonijiet tal-irtirar u ta' benefiċċji soċjali oħra taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, u ż-żieda fil-kontribuzzjoni ta' l-Istat skond l-istess Att.", "L-inizjattivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni tal-programm għall- adozzjoni ta' l-Acquis jieħdu ukoll parti sostanzjali minn din iż-żieda.", "L- ispiża ta' Programmi u Inizjattivi taħt in-Nefqa Rikurrenti tal-Gvern, is- sena d-dieħla, mistennija tirrappreżenta 20 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, i.e. daqs dik ta' din is-sena.", "Taħt il-qasam ta' Kontribuzzjonijiet lil Entijiet Governattivi, l-ispiża s- sena d-dieħla mistennija tkun ta' madwar Lm72 miljun, i.e. madwar Lm20 miljun aktar minn din is-sena.", "Min din is-sena, kif diġa' għidt, il-Gvern qed itejjeb il-prattiċi tal-ikkuntjar tiegħu biex ċertu nfiq li, jew kien qed isir minn sorsi oħra jew li kien s'issa qed ikun muri taħt in- Nefqa Kapitali, ikun rappurtat taħt in-Nefqa Rikurrenti fejn hu aktar xieraq.", "Barra dan, il-Gvern se jkompli jagħti kontribuzzjoni lit-Tarzna ta' Bormla u lill-Korporazzjoni tal-Port Ħieles.", "Avvanzi, bħal dawn, s'issa dejjem saru minn kull amministrazzjoni mit-Treasury Clearance Fund.", "Saret ħafna kritika bla sens fuq dawn l-avvanzi fosthom li dan il-fond kien fond sigriet li l-Gvern kellu u li kien qed juża' biex jaħbi l-iżbilanċ fiskali tiegħu.", "Mhux talli dan il-fond mhu sigriet xejn, talli dan kien ġie imwaqqaf taħt il-Financial Administration and Audit Act, 1962 u d-dettalji kollha tat-transazzjonijiet tiegħu matul is-sena finanzjarja huma rrappurtati mit-Teżor fir-Rapport Finanzjarju Annwali li jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra u li jkun verifikat mill-Awditur Generali u mressaq quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Hekk kif is-sussidju tal-Gvern lit-Tarznari jiġi formaliżat mit-Task Force li twaqqaf apposta, dawn l-ammonti jridu jkunu wkoll parti mill- programm li jrid jitfassal.", "Fil-każ tal-Port Ħieles, dawn l-għotjiet se jdaħħal kontra tagħhom id-dħul mit-twelliji tal-liċenzji, royalties u kirjiet tal-mollijiet.", "Dawn l-għotjiet qed jitqiesu ta' natura rikurrenti u qed jkunu rrapurtati taħt il-kategorija rikurrenti ta' Kontribuzzjonijiet lill-Entijiet Pubbliċi.", "Is-sena d-dieħla l-Gvern mistenni jgħaddi madwar Lm10 miljuni iżjed lill-MDD u Lm4 miljuni iżjed lil Malta Freeport.", "L-interessi fuq id-Dejn Pubbliku s-sena d-dieħla mistennija jiżdiedu għal madwar Lm59 miljun, i.e. madwar Lm1 miljun aktar minn din is-sena.", "Għalkemm dħul mill-privatiżżazzjoni mistenni jagħti nifs lill-Gvern biex iħallas lura xi Treasury Bills, is-sena d-dieħla l-Gvern irid jipprovdi għall-imgħaxijiet fuq il-Lm100 miljun mislufa din is-sena.", "Saret ħafna kritika rigward id-dħul mill-privatiżżazzjoni.", "Saħansitra ntqal li dan kien qed iservi biex jagħmel tajjeb għal dak li l-Gvern ma jkunx irnexxilu jiġbor mit-taxxi.", "Dan hu kollu żbaljat.", "Dak li l-Gvern ma jkunx irnexxilu jiġbor mit-taxxi jkompli jkabbar id-defiċit tal-budget.", "Id- dħul mill-privatizzazzjoni ma jserraħx id-defiċit tal-budget iżda jnaqqas il-ħtieġa tal-Gvern li jkompli jissellef aktar biex jagħmel tajjeb għad- defiċit tal-budget.", "Darba li tonqos il-ħtieġa tas-self jonqsu l- imgħaxijiet.", "Hawn, l-ispiża tal-Gvern tonqos fċdan ir-rigward.", "Anki wara l-aġġustamenti u n-nefqa akbar li semmejt il-bilanċ rikurrenti, xorta mistenni jiżdied għal madwar Lm18-il miljun, minn bilanċ negattiv ta' Lm200,000 din is-sena.", "In-Nefqa Kapitali s-sena d-dieħla mistennija titla' għal madwar Lm95 miljun, i.e. madwar Lm1.3 miljun aktar minn din is-sena.", "Is-sena d- dieħla l-Gvern se jżid l-infiq fuq ix-xogħolijiet fl-Isptar il-Ġdid f'tal-Qroqq għall-Lm27 miljun minn Lm15-il miljun din is-sena.", "Barra dan, se jgħati bidu għat-twettiq tal-proġetti marbuta mat-tisfija tad- drenaġġ fċMalta u fċGħawdex u bit-tqegħid tal- infrastruttura meħtieġa.", "Għal dan il-għan, s-sena li ġejja, il-Gvern se jalloka s-somma ta' aktar minn Lm2.2 miljuni biex jgħati bidu għal dan il- proġett tant meħtieġ.", "L-Iżbilanċ Strutturali, għaldaqstant, mistenni jinżel s-sena d-dieħla għal madwar Lm77 miljun jew 4.5 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.", "Dan juri titjib ta' ftit anqas minn 1 fil-mija fuq din is-sena.", "Dan l-iżbilanċ mistenni jkun iffinanzjat minn trasferiment ta' madwar Lm14- il miljun minn bilanċi fis-Sinking Funds ta' self lokali li se jiġu konvertiti, kif ukoll mid-dħul tal-privatizzazzjoni ta' numru ta' entijiet pubblici li mistennija jirrendu Lm85 miljun.", "Il-Qafas Fiskali 2002-2004", "Skond it-tfassil tal-politika tal-Gvern li biha jrażżan l-iżbilanċ fil-finanzi pubbliċi u miegħu l-livell tad-Dejn Pubbliku għal wieħed sostenibbli, l-andament fiskali fis-snin li ġejjin hu maħsub biex iwassal għat-tkomplija fit-tnaqqis b'mod strutturat ta' l-iżbilanċ finanzjarju.", "Tabilħaqq, hu maħsub li l-iżbilanċ strutturali jkun nieżel minn 6.8 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku fis-sena 2000 għal madwar 2 fil- mija sal-2004.", "B'riżultat ta' dan kollu, il-livell tad-dejn pubbliku hu mistenni li jiċkien minn 59 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku fis- sena 2000 għal madwar 50 fil-mija fl-2004.", "Id-Dħul Ordinarju tal-Gvern mistenni jitla' għal madwar Lm776 miljun sal-2004.", "Il-persentaġġ medju tad-Dħul Ordinarju tal-Prodott Gross Domestiku fis-sena li ġejja hu maħsub li jkun, għalhekk, madwar 40 fil-mija sal-2004.", "Il-politika ta' tassazzjoni tal-Gvern se tibqa' dik ta' effiċjenza akbar u dixxiplina aktar serja fuq it-taxpayers.", "Dan kollu jimplika penalitajiet taħt forma ta' imgħaxijiet dovuti fuq ħlas li ma jsirx fil-ħin.", "Barra dan, l-istudji li saru mit-Tax Compliance Unit mistennija jtejbu l-infurzar tal- ġbir tat-taxxa.", "F'dan ir-rigward, il-Unit se tkompli bir-responsabbilta' li tistabilixxi 'benchmarks' għal kull xorta ta' negozju biex iservu bħala għodda importanti fit-tħaddim tal-kalkoli tat- taxxi.", "Dan it-titjieb kontinwu fil-ġbir tat-taxxi mistenni jwassal għal dħul sostennibbli minn dan is-sors previst għas-snin li ġejjin.", "In-Nefqa tal-Gvern", "Il-politika tal-Gvern f'dan il-qasam tibqa' dejjem dik ta' trażżin raġonevoli u li jsir użu dejjem aħjar tal-flejjes pubbliċi.", "Dan kollu jinsab rifless fit-tbassir għas-snin li ġejjin.", "Tabilħaqq, filwaqt li n-nefqa globali mistennija titla' għal madwar Lm823 miljun, bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku din mistennija tinżel minn madwar 46 fil-mija din is-sena għal madwar 43 fil-mija fl-2004.", "Wieħed għandu josserva li dan it-trażżin fin-nefqa tal-Gvern fis-snin li ġejjin mhux se jagħmel l-ebda ħsara fuq it-tkabbir tal-attivita' ekonomika.", "Dan ifisser li l-livelli sostennibbli fit-tkabbir ekonomiku se jibqgħu bla ebda ħtieġa ta' żieda fin-nefqa pubblika.", "Kif intqal fil-ħarsa lejn is-sena finanzjarja 2001, in-nefqa globali kibret mhux ftit ħdejn is-snin ta' qabilha.", "Dan kien dovut l-aktar għall-effett li kellu fuqha l-Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati kollha fis-Servizz Pubbliku.", "Iżda, fil-perjodu 2002-2004 in-Nefqa Rikurrenti mhux mistennija tkompli tikber b'rata simili.", "Dan hu rifless fil-persentaġġ tan-Nefqa Rikurrenti mal-Prodott Gross Domestiku, li hu previst li jinżel minn 40.7 fil-mija din is-sena għal madwar 39 fil-mija fl-2004.", "Dan jista' jseħħ b'riżultat ta' numru ta' inizjattivi li qed jittieħdu fis-settur pubbliku bil-għan li tiżdied l-effiċjenza, il-produzzjoni u l-value for money.", "Dan ukoll jista' jintlaħaq b'użu aktar mifrux u aħjar tal- informatika.", "Barra dan, qed isir studju biex jinsabu l-aħjar modi kif ħaddiema tal-Gvern ikunu jistgħu jaħdmu fuq xogħolijiet pubbliċi li jingħataw b'kuntratti lill-privat jew lill-Kunsilli Lokali.", "Din is-sħubija bejn il-Gvern u l-Privat għandha twassal għal użu aħjar u aktar effiċjenti ta' riżorsi umani li għandu l-Gvern u tnaqqis fl-infiq għalih fil-pagi u salarji.", "Dan waħdu mistenni jnaqqas l-infiq fuq pagi u salarji b'medja ta' Lm2 miljuni kull sena fuq it-tliet snin li gejjin.", "Il-benchmarking fis-settur pubbliku mistenni wkoll iħalli qtugħ fl-ispejjeż biex jingħataw servizzi billi jistabilixxi standards u livelli li jassiguraw cost effectiveness u trażżin ta' ħela u nfiq bla bżonn.", "L-Ispiża Rikurrenti qabel il-ħlas ta' interessi fuq Dejn Pubbliku, mistennija tinżel minn 37 fil-mija din is-sena għal 35 fil-mija fil-2004 bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku.", "In-Nefqa Kapitali, mis-sena d-dieħla mistennija tisserraħ minn ħlas ta' sussidji u sovvenzjonijiet li jitħallsu lil numru ta' entijiet pubbliċi u li, kif diġa' għidt, se jibdew joħorġu minn Nefqa Rikurrenti.", "Barra dan, ix-xogħol fuq il-bini tal-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq se jibda jagħlaq fis-snin li ġejjin u għalhekk l-infiq fuqu jonqos.", "Iżda, matul is-sena d-dieħla, il-Ministeru responsabbli mill-ambjent, se jgħati bidu għat-twettiq tal-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ qabel ma dan jintrema fil- baħar.", "Dan hu proġett kbir li se jkopri l-ġżejjer tagħna bi stallazzjoni ta' tlett impjanti fin-nofs in-nhar u fin-naħa ta' fuq ta' Malta u oħra f'Għawdex, kif ukoll tqegħid ta' l-infrastruttura meħtieġa.", "B'hekk, in-Nefqa Kapitali mistennija tkun fuq l-istess livell matul it-tlett snin li ġejjin.", "Bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku din mistennija ukoll tinżel minn 5 fil-mija din is-sena għal 4.3 fil-mija fil-2004.", "Tajjeb wieħed jgħid li ċ-ċaqliq fil-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali mhux mistenni jkollu mpatt fuq in-nefqa pubblika issa li l- Gvern se jibda jorbot il-prezz lokali tal-prodotti taż-żejt ma' dawk internazzjonali.", "B'riżultat ta' dan kollu, id-Defiċit Strutturali, mistenni jinżel minn madwar Lm82 miljun, kif kien din is-sena, għal madwar Lm47 miljun fl-2004.", "Bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku, dan it-tnaqqis mistenni jkun jinżel minn 5 fil-mija din is-sena għal madwar 2 fil-mija fl-2004.", "Dan kollu jirifletti sew it-tkabbir imbassar fl-ekonomija kif ukoll it-trażżin b'mod assolut tal-iżbilanċ fil-finanzi tal-pajjiż.", "L-istabilita' fil-finanzi pubbliċi dejjem kienet prijorita' ewlenija fuq l-aġenda tal-Gvern preżenti, l-aktar minħabba l-ftuħ tal-ekonomija tagħna.", "Darba li tant niddependu mil-kummerċ ma' barra, l-iżbilanċi fiskali jistgħu jwasslu biex jikbru l-iżbilanċi fin-negozju tagħna ma' barra.", "Hu, għalhekk, meħtieġ li l-għan ewlieni makro-ekonomiku tal-budget tal- Gvern jibqa' dak li nżommu stabilita' u sostennibilita' fit-tkabbir ekonomiku u fl-impjiegi.", "Dan jitlob li jinħoloq bilanċ bejn il-kontroll fil-finanzi pubbliċi, l-liberaliżżazzjoni u l-immoderniżżar tal-ekonomija, u l-ħtiġijiet infrastrutturali u l-prijoritajiet soċjali.", "Fil-bidu ta' dan ir-rendikont l-iżbilanċ strutturali fil-Fond Konsolidat se nkunu niżżilnih minn madwar 12 fil-mija, kif kien fl-1997, għal madwar 2 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku sal-2004.", "Dan kollu ma sarx b'kumbinazzjoni: dan ntagħmel b'rieda soda, b'konsistenza, bi pjan strutturat u għaqli, b'kuraġġ li bih ntrebaħ ħafna tfixkil u fuq kollox b'sagrifiċċju kbir minn naħa ta' kullħadd iżda l-aktar dawk li refgħu piż aktar tqil minn ta' ħaddieħor.", "Dan kollu qed jidher il-frott tiegħu u se jkompli jidher aktar frott li minnu jgawdi kulħadd.", "Mar-riżultati li nksibu hemm marbuta żviluppi u proġetti oħra li magħhom trid issir bidla radikali primarjament ta' kultura u mentalita'.", "Għalhekk tajjeb li jingħata hawn taħt tabella li turi tbassir sena b'sena bejn l-1998 u l-2004 u dak li seħħ fil-fatt biex seta' jinżel l-iżbilanċ għal dak li hu llum u għal dak li rrid jkun sa tlett snin oħra mill-illum.", "|Comparative Analysis between Fiscal Projections | |made in November 1998 and actual performance as on 31/10/01 | | |1998 |1999 |2000 |2001 |2002* |2003* |2004* | |Ordinary Revenue | | | | | | | | |Projections |497.7 |541.2 |587.7 |633.8 |666.2 |701.0 |749.0 | |Actual |503.4 |552.6 |617.7 |675.4 |735.2 |756.0 |775.9 | |Recurrent | | | | | | | | |Expenditure | | | | | | | | |(inc. interests) | | | | | | | | |Projections |561.5 |584.4 |618.4 |664.4 |698.1 |723.9 |747.8 | |Actual |556.9 |570.1 |604.3 |675.5 |717.4 |723.9 |738.6 | |Recurrent | | | | | | | | |Balance/Deficit | | | | | | | | |Projections |(63.9) |(43.2) |(30.7) |(30.5) |(31.9) |(22.8) |1.2 | |Actual |(53.6) |(17.5) |13.4 |(0.2) |17.8 |32.1 |37.3 | |Capital | | | | | | | | |Expenditure | | | | | | | | |Projections |99.4 |91.4 |90.9 |86.6 |92.6 |78.7 |78.7 | |Actual |96.8 |106.1 |98.6 |82.3 |95.4 |85.6 |84.6 | |Structural Deficit| | | | | | | | |Projections |(163.2)|(134.6)|(121.6)|(117.1)|(124.5)|(101.6)|(77.5) | |Actual |(150.4)|(123.6)|(85.2) |(82.4) |(77.6) |(53.5) |(47.3) | |GDP | | | | | | | | |Projections |1391.0 |1454.5 |1577.7 |1672.3 |1772.7 |1870.2 |1973.0 | |Actual |1362.3 |1455.0 |1560.6 |1638.6 |1720.5 |1815.0 |1914.8 | |Deficit/GDP Ratio | | | | | | | | |Projections |11.7% |9.3% |7.7% |7.0% |7.0% |5.4% |3.9% | |Actual |11.0% |8.5% |5.5% |5.0% |4.5% |2.9% |2.5% | |Public Debt | | | | | | | | |Projections |729.8 |904.8 |945.9 |1007.2 |1085.6 |1162.2 |1203.5 | |Actual |761.6 |837.0 |921.1 |1037.9 |958.5 |941.8 |908.1 | |Public Debt/GDP | | | | | | | | |Ratio | | | | | | | | |Projections |52.5% |62.2% |60.0% |60.2% |61.2% |62.1% |61.0% | |Actual |55.9% |57.5% |59.2% |63.3% |55.7% |51.9% |47.4% | | | | | | | | | | |* Revised | | | | | | | | |Projections | | | | | | | | | | | | | | | | | L-Iffinanzjar tal-Fond Konsolidat", "Id-Dħul globali mhux ordinarju hu mistenni li jinżel minn madwar Lm162 miljun din is-sena għal madwar Lm68 miljun fil-2004.", "Id-dħul minn barra mistenni jinkludi self ġdid ta' Lm7 miljun din is-sena taħt il-faċilita' eżistenti pprovduta mill-Kunsill tal-Ewropa għall-iffinanzjar ta' parti mill-ispiża marbuta mal-bini tal-Isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "Barra dan, iżda, mistennija jsiru ħlas lura dirett kull sena marbuta ma' self mis-Sumitomo Bank, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet lis-Sinking Fund tad-dejn barrani mistennija jibqgħu fil-livell ta' Lm3 miljuni kull sena.", "Din is-sena, is-self lokali fit-tul mistenni jilħaq madwar Lm100 miljun.", "Tajjeb wieħed jgħid hawn li ma sar l-ebda self fit-tul is-sena l-oħra.", "Minħabba f'hekk, d-defiċit kumulattiv ta' madwar Lm79 miljun li bdejna bih is-sena finanzjarja kurrenti kellu jagħmel tajjeb għalih temporanjament self permezz ta' Treasury Bills.", "Sadattant, se jibqgħu jiġu trasferiti lill-Fond Konsolidat il-bilanċi fis-sinking funds għal Stocks tal-Gvern li jiġu konvertiti appena jimmaturaw fil-waqt li jkomplu jsiru kontribuzzjonijiet għas-Sinking Funds ta' stocks eżistenti.", "Rigward il-privatiżżazzjoni sa l-aħħar ta' din is-sena mistenni dħul minnha ta' madwar Lm47 miljun flimkien ma' dħul globali ta' madwar Lm225 miljun oħra mifruxa fuq it-tliet snin ta' wara sal-2004.", "Dan kollu għandu jwassal mhux biss biex jitħallas d-defiċit fl-istess sena finanzjarja li fiha jseħħ iżda wkoll biex inkunu f'qagħda li nħallsu lura parti mis-self li għamilna lokalment.", "Hu previst li sal-2004 inkunu ħallasna lura madwar Lm41 miljun minn dan is-self.", "|Finanzjament tal-Fond Konsolidat | |Lm000ċs | | |2000 |2001R |2002P |2003P |2004P | |Dħul Ordinarju Totali | |375,355 |735,160|755,978 |775,911 | |Nefqa Rikurrenti Totali | |675,538 |717,401|723,900 |738,576 | |Bilanċ Kurrenti | |(183) |17,759 |32,078 |37,335 | |Nefqa Kapitali Totali | |82,292 |95,424 |85,580 |84,554 | |Nefqa Totali | |757,830 |812,825|809,480 |823,130 | |Defiċit Strutturali | |(82,475)|(77,665|(53,502)|(47,219)| | | | |) | | | |Dħul Total Straordinarju | |162,042 |87,100 |63,345 |67,968 | |Dħul minn barra (Nett) | |2,339 |(4,284)|(4,284) |(4,261) | |Self ġdid | |6,850 |1,000 |1,000 |1,000 | |Naqqas Ħlas lura ta' self | |(1,028) |(1,300)|(1,300) |(1,300) | |Naqqas Kontribuzzjonijiet | |(3,483) |(3,984)|(3,984) |(3,961) | |għas-Sinking Fund | | | | | | |Dħul Lokali (Nett) | |159,703 |91,384 |67,629 |72,229 | |Self ġdid | |100,000 |0 |0 |0 | |Naqqas Ħlas lura ta' self | |0 |0 |0 |0 | |Naqqas bilanċ fis-Sinking | |21,505 |14,200 |4,200 |8,600 | |Funds ta' stock konvertit | | | | | | |Naqqas Kontribuzzjonijiet | |(8,802) |(7,816)|(6,571) |(6,371) | |għas-Sinking Fund | | | | | | |Privatiżżazzjoni | |47,000 |85,000 |70,000 |70,000 | |Defiċit/Bilanċ Finanzjarju| |(27,283)|8,435 |8,843 |19,749 | |Bilanċ Kumulattiv |(78,796)|771 |10,206 |9,843 |20,749 | |Defiċit / Bilanċ B/F | |(78,796)|771 |0 |0 |", "A) ammont net żejjed ta' Lm2.937 miljuni mis-sena 2001 B) inkluż ammont żejjed ta' Lm2.937 miljuni mis-sena 2001", "Id-Dejn Pubbliku", "Matul dawn l-aħħar snin, d-defiċit ta' kull sena fil-budgets ta' amministrazzjonijiet suċċessivi, komplew jikkontribwixxu għat-tkabbir fil- bilanċ tad-Dejn Pubblikju.", "Kull meta jseħħ żbilanċ fil-finanzi tal- Gvern, l-iffinanzjar tiegħu jwassal għal żieda ġdida fid-dejn.", "Dan, naturalment, iġib miegħu żieda fil-ħlas ta' imgħaxijiet ġodda li allura tirrifletti ruħha f'ċirku vizzjuż ta' dejn u defiċit.", "Hu għalhekk, li l- Gvern qed ifittex li l-qagħda finanzjarja tkun waħda sostennibbli fit-tul billi jrażżan l-iżbilanċ u allura jnaqqas ir-rata tat-tkabbir tad-dejn pubbliku għal waħda anqas mgħaġġla minn dik tat-tkabbir ekonomiku.", "Għal dan il-għan hu previst li l-bilanċ tad-Dejn Pubbliku bħala persentaġġ tal- Prodott Gross Domestiku qabel ma taqta' assi tal-Gvern jinżel minn madwar 59 fil-mija fl-2000 għal madwar 48 fil-mija fl-2004 hekk kif jinżel l- livell tad-defiċit strutturali.", "|Dejn Pubbliku | |Lm 000's | | |2000A |2001R |2002 |2003 |2004 | |Bills Tat-Teżor |169,009 |182,718 |119,718 |106,426 |101,619 | | | |(A) | | | | |Stocks tal-Gvern |712,729 |812,729 |800,229 |800,229 |774,378 | |Self Barrani |39,353 |42,453 |38,553 |35,103 |32,103 | |Dejn Pubbliku Gross|921,091 |1,037,900|958,500 |941,800 |908,100 | |GDP nominali |1560.6 |1638.6 |1720.5 |1815.0 |1914.8 | |Percentagg |59.2% |63.3% |55.7% |51.9% |47.4% | |tad-Dejn/GDP | | | | | |", "(A) fit-30 ta' Ottubru 2001", "|Dejn Garantit mill-Gvern | |(Lm000's) | | |1996A |1997A |1998A |1999A |2000A |2001B | | | | | | | | | |Garanziji |364,508|397,923|410,291|408,617|405,386|362,473| |Letters of |67,724 |37,161 |32,336 |31,987 |32,005 |30,273 | |Comfort | | | | | | | |Letters of |61,282 |55,857 |49,142 |42,507 |32,287 |28,687 | |Undertaking | | | | | | | |TOTAL |493,514|490,941|491,769|483,111|469,678|421,433|", "(A) Bilanċ fil-31 ta' Diċembru (B) Bilanċ fil-30 ta' Settembru.", "STATEMENT D", "DHUL 2001 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "|SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |DĦUL | | | | | | |MIT-TAXXI | | | | | | |Diretti - |163,200,000|167,400,00|4,200,000| |Dħul aktar milli | |Taxxa | |0 | | |kien previst | |tad-Dħul | | | | |mill-FSS u | | | | | | |mit-taxxa | | | | | | |provviżorja. | | |182,100,000|178,500,00| |3,600,000|L-estimu | |Sigurta' | |0 | | |originali ma | |Soċjali | | | | |ntlaħaqx; terz | | | | | | |mill-ammont | | | | | | |jirrapprezenta | | | | | | |kontribuzzjoni | | | | | | |mill-iStat. | | | | | | | | |Indiretti - |62,100,000 |62,450,000|350,000 | |Żieda fid-dħul | |Dwana u Sisa | | | | |aktar milli kien | | | | | | |previst mid-dazju| | | | | | |tas-sisa fuq | | | | | | |is-sigaretti. | | |76,279,000 |76,430,000|151,000 | | | |Liċenzji, | | | | | | |Taxxi u Multi| | | | | | | |116,000,000|116,000,00| | | | |Taxxa fuq | |0 | | | | |il-Konsum | | | | | | | | | | | | | |TOTAL TA' | | | | | | |DĦUL |599,679,000|600,780,00|4,701,000|3,600,000| | |MIT-TAXXI | |0 | | | | | | | | | | | | | | | | | | |Drittijiet |4,832,000 |7,813,000 |2,981,000| |Żieda mid-dħul | |ta' Uffiċċju | | | | |mid-drittijiet | | | | | | |tal-Qorti u | | | | | | |mill-iskema ta' | | | | | | |reġistrazzjoni | | | | | | |ta' investiment | | | | | | |barrani. | |Ħlas lura |6,998,000 |7,159,000 |61,000 | | | |lid-Dipartime| | | | | | |nti | | | | | | |Korporazzjoni|3,233.000 |3,233,000 | | | | |jiet Pubbliċi| | | | | | |Bank Ċentrali|27,000,000 |26,000,000| |1,000,000|Il-profitti | |ta' Malta | | | | |tas-sena 2000 li | | | | | | |gew mgħoddija | | | | | | |lill-Gvern. | STATEMENT D", "DHUL 2001 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "|SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm | |Lm | | | | | |Lm | | | | | | | | | | |Kera |8,244,000 |9,644,000 |1,400,000| |Żieda fuq | | | | | | |l-estimu | | | | | | |oriġinali minn | | | | | | |kera ta' | | | | | | |postijiet | | | | | | |residenzjali u | | | | | | |kummercjali u | | | | | | |minn kera ta' | | | | | | |fabbriki, din ta'| | | | | | |l-aħħar l-aktar | | | | | | |minħabba | | | | | | |eżercizzju ta' | | | | | | |offsetting. | | | | | | | | |Profitti |3,770,000 |3,842,000 |72,000 | | | |minn | | | | | | |Investimenti| | | | | | | | | | | | | |Ħlas lura u |416,000 |1,415,000 |999,000 | |Ħlas lura ta' | |interessi | | | | |self mill-Gvern | |fuq self | | | | |li ma kienx | |mogħti | | | | |previst fil-bidu | |mill-Gvern | | | | |tas-sena. | |Għotjiet |4,890,000 |1,332,000 | |3,558,000|Il-programm ta' | |Barranin | | | | |qabel id-dħul | | | | | | |fl-UE għas-snin | | | | | | |2000/2001 se jigi| | | | | | |ffinalizzat u | | | | | | |implimentat | | | | | | |fl-2002. | |Dħul |4,594,000 |6,487,000 |1,893,000| |Żieda fid-dħul | |Mixxellanju | | | | |minn dħul | | | | | | |mixxelanju. | |Lotteriji |7,650,000 |7,650,000 | | | | | | | | | | | |DĦUL TOTALI | | | | | | |MINN DĦUL |71,627,000 |74,575,000|7,506,000|4,558,000| | |IEHOR | | | | | | | | | | | | | |TOTALI TA' | | | | | | |DĦUL |671,306,000|675,355,00|12,207,00|8,158,000| | |RIKORRENTI | |0 |0 | | | | | | | | | | STATEMENT D", "DHUL 2001 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "|SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm | |Lm | | | | | |Lm | | | | | | | | | | |DĦUL MHUX | | | | | | |ORDINARJU | | | | | | |Dħul minn |40,000,000 |47,000,000|7,000,000| |Il-programm ta' | |bejgħ ta' | | | | |privatizzazzjoni | |isħma | | | | |tal-Gvern | | | | | | |ghall-2001. | |Sinking | | | | | | |Funds ta' |15,600,000 |21,505,000|5,905,000| | | |self lokali| | | | | | |kkonvertit | | | | | | | | | | | | | |Self Lokali|100,000,000|100,000,00| | | | | | |0 | | | | | | | | | | | |Self |2,700,000 |6,850,000 |4,150.000| |Finanzjament | |Barrani | | | | |tal-progett ta' | | | | | | |l-Isptar il-gdid | | | | | | |li issa laħaq | | | | | | |stadju avvanzat. | | | | | | | | | | | | | | | |DĦUL TOTALI| | | | | | |MINN DĦUL |158,300,000|175,355,00|17,055,00| | | |MHUX | |0 |0 | | | |ORDINARJU | | | | | | | | | | | | | |DĦUL |829,606,000|850,710,00|29,262,00|8,158,000| | |GLOBALI | |0 |0 | | |", "|STATEMENT E | |NEFQA RIKORRENTI 2001: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | |Uffiċċju |618,000 |669,000 |51,000 |- |Nefqa akbar | |tal-President| | | | |fil-kategorija ta' | | | | | | |l-Operati u | | | | | | |Manutenzjoni ta' | | | | | | |dan l-Uffiċċju. | |Kamra |964,000 |996,000 |32,000 |- | | |tad-Deputati | | | | | | |Uffiċċju |166,000 |166,000 |- |- | | |tal-Ombudsman| | | | | | |Uffiċċju |700,000 |500,000 |- |200,000 |Nefqa anqas fuq | |Nazzjonali | | | | |spejjeż ta' | |tal-Verifika | | | | |l-operat | | | | | | |tad-Dipartiment. | |Uffiċċju |5,040,000 |4,671,000 |- |369,000 |Nefqa anqas minn | |tal-Prim | | | | |dik prevista (a) | |Ministru | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji | | | | | | |u (b) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-kontribuzzjonij| | | | | | |iet lill-Entitajiet| | | | | | |Pubbliċi, | | | | | | |primarjament, | | | | | | |fiċ-C.I.M.U. | |Kummissjoni |149,000 |147,000 |- |2,000 | | |Dwar | | | | | | |is-Servizz | | | | | | |Pubbliku | | | | | | |Forzi Armati |12,261,000 |12,040,000|- |221,000 |Nefqa anqas minn | |ta' Malta | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji.| |Informazzjoni|1,270,000 |1,251,000 |- |19,000 | | |Uffiċċju |813,000 |1,061,000 |248,000 |- |Żieda fin-nefqa | |Elettorali | | | | |tal-Kummissjoni | | | | | | |Elettorali u | | | | | | |Programm ġdid | | | | | | |b'konnessjjoni | | | | | | |mat-tiġdid | | | | | | |tal-karta ta' | | | | | | |l-identita'. | |Ministeru |6,991,000 |6,322,000 |- |669,000 |Nefqa anqas minn | |għall-Politik| | | | |dik prevista | |a Soċjali | | | | |primarjament | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi, | | | | | | |partikolarment | | | | | | |fil-Programm | | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis. | |Sigurta' |62,907,000 |61,790,000|- |1,117,00|Nefqa anqas minn | |Soċjali | | | |0 |dik prevista | | | | | | |għall-Kontribuzzjon| | | | | | |i ta' l-Istat | | | | | | |tas-Sigurta' | | | | | | |Soċjali. |", "|STATEMENT E | |NEFQA RIKORRENTI 2001: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | |Benefiċċji |190,700,000|183,500,00|- |7,200,00|L-ispiża globali | |ta-Sigurta' | |0 | |0 |fil-benefiċċji | |Soċjali | | | | |soċjali anqas minn | | | | | | |dik prevista | | | | | | |oriġinarjament. | |Dipartiment |641,000 |610,000 |- |31,000 | | |ta' | | | | | | |l-Assistenza | | | | | | |Soċjali u | | | | | | |tal-Familja | | | | | | |Kura ta' |11,934,000 |11,947,000|13,000 |- | | |l-Anzjani | | | | | | |Djar |496,000 |687,000 |191,000 |- |Programm ġdid għal | | | | | | |refusjoni ta' parti| | | | | | |mill-ispejjeż | | | | | | |b'konessjoni ma' | | | | | | |xiri ta' propjeta' | | | | | | |għall-ewwel darba. | |Dipartiment |665,000 |660,000 |- |5,000 | | |tar-Relazzjon| | | | | | |ijiet | | | | | | |Industrijali | | | | | | |u ta' | | | | | | |l-Impjiegi | | | | | | |Ministeru ta'|29,099,000 |31,711,000|2,612,00|- |Nefqa akbar minn | |l-Edukazzjoni| | |0 | |dik prevista (a) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-kontribuzzjonij| | | | | | |iet lill-Entitajiet| | | | | | |Pubbliċi, | | | | | | |primarjament, | | | | | | |f'l-Universita' u | | | | | | |l-Junior College u | | | | | | |(b) fil-programm | | | | | | |Students | | | | | | |Maintenance Grants.| |Edukazzjoni |48,228,000 |47,238,000|- |990,000 |Nefqa anqas minn | | | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji.| |Libreriji u |638,000 |652,000 |14,000 |- | | |Arkivji | | | | | | |Mużewijiet |1,170,000 |1,260,000 |90,000 |- |Nefqa akbar minn | | | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji.| |Żgħażagh u |1,058,000 |1,008,000 |- |50,000 |Nefqa anqas minn | |Sport | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji.| |STATEMENT E | |NEFQA RIKORRENTI 2001: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | |Kultura u |1,293,000 |1,392,000|99,000 |- |Nefqa akbar minn | |Arti | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-kontribuzzjoni| | | | | | |jiet | | | | | | |lill-Entitajiet | | | | | | |Pubbliċi, l-aktar | | | | | | |liċ-Ċentru ta' | | | | | | |l-Arti. | |Ministeru |1,643,000 |2,164,000|521,000 |- |Programm ġdid għal| |tal-Finanzi | | | | |refużjoni ta' | | | | | | |parti | | | | | | |mill-ispejjeż | | | | | | |b'konnessjoni ma' | | | | | | |tiġijiet, funerali| | | | | | |u ordinazzjoni | | | | | | |saċerdotali. | |Teżor |1,156,000 |1,145,000|- |11,000 | | |Pensjonijiet |22,805,000|25,620,00|2,815,00|- |In-numru ta' | | | |0 |0 | |ħaddiema li jaħdmu| | | | | | |mal-Gvern li | | | | | | |rtiraw matul din | | | | | | |is-sena kien akbar| | | | | | |milli | | | | | | |oriġinarjament | | | | | | |maħsub. | |Taxxi Interni|6,375,000 |6,091,000|- |284,000 |Nefqa anqas minn | | | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u | | | | | | |Salarji. | |Dwana |6,150,000 |5,325,000|- |825,000 |Nefqa anqas minn | | | | | | |dik prevista (a) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji| | | | | | |u (b) fil-Programm| | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis. | |V.A.T. |5,015,000 |2,773,000|- |2,242,00|Nefqa anqas minn | | | | | |0 |dik prevista | | | | | | |minħabba (a) li | | | | | | |l-Fond Konsolidat | | | | | | |ma ġiex affetwat | | | | | | |mir-refużjonijiet | | | | | | |tal-VAT, (b) | | | | | | |minħabba spiża | | | | | | |anqas fil-Programm| | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis, u (ċ) | | | | | | |mit-Tax Compliance| | | | | | |Unit. | |Kuntratti |362,000 |356,000 |- |6,000 | | |Ministeru |20,920,000|22,490,00|1,570,00|- |Nefqa akbar (a) | |għall-Ambjent| |0 |0 | |minħabba illi | | | | | | |l-pagamenti | | | | | | |attwali | | | | | | |tal-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji| | | | | | |jeċċedu l-provista| | | | | | |oriġinali u (b) | | | | | | |minħabba dewmien | | | | | | |fit-twettiq ta' | | | | | | |proġetti ta' | | | | | | |Private Public | | | | | | |Partnership. |", "|STATEMENT E | |NEFQA RIKORRENTI 2001: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | |Ambjent |1,991,000 |1,797,000|- |194,000|Nefqa anqas minn | | | | | | |dik prevista (a) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji | | | | | | |u (b) fil-Programm | | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis. | |Ministeru |2,783,000 |2.635.000|- |148,000|Nefqa anqas minn | |tat-Turiżmu | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-Kategorija ta' | | | | | | |l-Operati u | | | | | | |Manutenzjoni. | |Ministeru |2,881,000 |2,940,000|59,000 |- |Nefqa akbar milli | |tat-Trasport| | | | |previst | |u | | | | |lill-Assoċjazzjoni | |Komunikazzjo| | | | |tat-Trasport | |ni | | | | |Pubbliku. | |Avjazzjoni |762,000 |700,000 |- |62,000 |Nefqa anqas | |Ċivili | | | | |primarjament | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji.| |Toroq |744,000 |621,000 |- |123,000|Nefqa anqas minn | | | | | | |dik prevista billi | | | | | | |dam ma ngħata | | | | | | |l-kuntratt | | | | | | |tat-Tindif u | | | | | | |Manutenzjoni | | | | | | |tat-Toroq. | |Liċenzji u |845,000 |707,000 |- |138,000|Nefqa anqas minn | |Testijiet | | | | |dik prevista (a) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji | | | | | | |u (b) fil-Programm | | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis. | |Ministeru |11,955,000|28,143,00|16,188,00|- |Parti min-Nefqa | |għas-Servizz| |0 |0 | |Kapitali ġiet | |i Ekonomiċi | | | | |trasferita għal fuq| | | | | | |dan il-Vot | | | | | | |Rikorrenti | | | | | | |tal-Ministeru | | | | | | |għas-Servizzi | | | | | | |Ekonomiċi. | |Politika |744,000 |918,000 |174,000 |- |Nefqa akbar minn | |Ekonomika | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-Programm | | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis. | |Kummerċ |1,181,000 |2,407,000|1,226,000|- |Peress li ġiet | | | | | | |reġistrata żieda | | | | | | |fil-prezzijiet | | | | | | |tal-qmugħ fuq | | | | | | |is-swieq | | | | | | |internazzjonali, | | | | | | |kien hemm bżonn ta'| | | | | | |aktar sussidju | | | | | | |min-naħa tal-Gvern | | | | | | |fuq l-importazzjoni| | | | | | |tal-qmugħ. | |STATEMENT E | |NEFQA RIKORRENTI 2001: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | |Statistika |1,307,000 |1,169,000|- |138,00|Nefqa anqas minn | | | | | |0 |dik prevista | | | | | | |fil-Programm | | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis. | |Kompetizzjoni |448,000 |448,000 |- |- | | |tal-Konsumatur | | | | | | |Ministeru ta' |3,255,000 |3,068,000|- |187,00|Nefqa anqas minn | |l-Intern | | | |0 |dik prevista | | | | | | |primarjament (a) | | | | | | |fil-Programm | | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis u (b) | | | | | | |fl-Awtorita' ta' | | | | | | |l-Ippjanar. | |Pulizija |15,307,000|14,901,00|- |406,00|Nefqa anqas minn | | | |0 | |0 |dik prevista | | | | | | |primarjament | | | | | | |fil-kategorija ta' | | | | | | |Pagi u Salarji. | |Servizzi |2,296,000 |2,411,000|115,00|- |Nefqa akbar minn | |Korrettivi | | |0 | |dik prevista | | | | | | |fl-Allowances, | | | | | | |inklużi ħlas ta' | | | | | | |arretrati u rekruti| | | | | | |ġodda. | |Protezzjoni |1,360,000 |1,327,000|- |33,000| | |Ċivili | | | | | | |Taqsima |929,000 |891,000 |- |38,000| | |Proprjeta' | | | | | | |tal-Gvern | | | | | | |Uffiċċju Konġunt|2,942,000 |2,909,000|- |33,000| | |Reġistrazzjoni |849,000 |779,000 |- |70,000|Nefqa anqas minn | | | | | | |dik prevista | | | | | | |fil-kategorija ta' | | | | | | |Pagi u Salarji. | |Ministeru |7,934,000 |7,646,000|- |288,00|Nefqa anqas minn | |tal-Biedja u | | | |0 |dik prevista | |Sajd | | | | |primarjament (a) | | | | | | |fil-Programm | | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis u (b) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |Operati u | | | | | | |Manutenzjoni. | |Ministeru għal |18,891,000|19,368,00|477,00|- |Nefqa akbar kemm | |Għawdex | |0 |0 | |minħabba dewmein | | | | | | |fit-twettiq ta' | | | | | | |Proġetti ta' | | | | | | |Private Public | | | | | | |Partnership, kif | | | | | | |ukoll biex | | | | | | |jitħallsu kontijiet| | | | | | |pendenti ta' dawl u| | | | | | |ilma. |", "|STATEMENT E | |NEFQA RIKORRENTI 2001: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | |Ministeru |59,006,000|62,101,000|3,095,000|- |Nefqa akbar minn| |tas-Saħħa | | | | |dik prevista | | | | | | |primarjament | | | | | | |minħabba (a) | | | | | | |pagamenti għal | | | | | | |xiri ta' | | | | | | |mediċini u | | | | | | |prodotti | | | | | | |anċillari, (b) | | | | | | |servizi | | | | | | |kuntrattwali, | | | | | | |(ċ) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |ta' Pagi u | | | | | | |Salarji, u (d) | | | | | | |il-ftehim | | | | | | |kollettiv | | | | | | |fl-Isptar Zammit| | | | | | |Clapp. | |Ministeru |1,601,000 |1,254,000 |- |347,000 |Nefqa anqas | |tal-Ġustizzj| | | | |fil-kategorija | |a u Gvern | | | | |Operati u | |Lokali | | | | |Manutenzjoni. | |Kunsilli |10,599,000|10,569,000|- |30,000 | | |Lokali | | | | | | |Servizz |3,003,000 |3,375,000 |372,000 |- |Nefqa akbar (a) | |Ġudizzjarju | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u | | | | | | |Salarji u (b) | | | | | | |fit-Trasport | | | | | | |taħt | | | | | | |il-kategorija | | | | | | |Operati u | | | | | | |Manutenzjoni. | |Ministeru |8,136,000 |7,592,000 |- |544,000 |Nefqa anqas minn| |għall-Affari| | | | |dik prevista | |jiet | | | | |fil-kategorija | |Barranin | | | | |tal-Pagi u | | | | | | |Salarji. | |NEFQA |603,976,00|616,918,00|29,962,00|17,020,00| | |RIKORRENTI |0 |0 |0 |0 | | |TOTALI | | | | | | |Ħlasijiet |67,835,000|71,933,000|4,098,000|- |Nefqa akbar minn| |fuq Self | | | | |dik prevista | | | | | | |minħabba l-ħruġ | | | | | | |ta' aktar | | | | | | |Treasury Bills | | | | | | |minn dak maħsub | | | | | | |oriġinarjament u| | | | | | |sitt xhur imgħax| | | | | | |fuq self ġdid | | | | | | |maħruġ fl-ewwel | | | | | | |nofs tas-sena. | |NEFQA |671.811,00|688.851.00|34,060,00|17,020,00| | |RIKORRENTI |0 |0 |0 |0 | | |TOTALI U | | | | | | |HLASIJIET | | | | | | |TOTALI | | | | | |", "|STATEMENT F | |NEFQA KAPITALI 2001: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Uffiċċju |1,282,000 |1,332,000|50,000 |- |L-infiq se jkun | |tal-Prim | | | | |akbar minħabba | |Ministru | | | | |l-eżerċizzju ta' | | | | | | |tiġdid tal-Karti | | | | | | |ta' l-Identita'. | |Ministeru |3,848,000 |3,550,000|- |298,000 |Nefqa iżgħar fuq | |għall-Politik| | | | |diversi proġetti, | |a Soċjali | | | | |primarjament fuq | | | | | | |l-informatika. | |Ministeru ta'|7,820,000 |7,461,000|- |359,000 |Filwaqt li l-infiq| |l-Edukazzjoni| | | | |fuq il-Kulleġġ | | | | | | |Malti ta' l-Arti, | | | | | | |Xjenza u | | | | | | |Teknoloġija, | | | | | | |l-Informatika | | | | | | |fl-iskejjel | | | | | | |tal-Gvern u | | | | | | |tiswijiet u | | | | | | |manutenzjoni | | | | | | |fl-iskejjel se | | | | | | |jkun akbar, | | | | | | |l-infiq taħt dan | | | | | | |il-vot se jkun | | | | | | |anqas, l-aktar | | | | | | |minħabba li xi | | | | | | |xogħol fuq bini u | | | | | | |estensjoni ta' | | | | | | |skejjel mhux se | | | | | | |jitwettaq fil-ħin.| |Ministeru |1,870,000 |1,610,000|- |260,000 |Anqas infiq fuq | |tal-Finanzi | | | | |proġetti kapitali | | | | | | |tat-Teżor, | | | | | | |tad-Dipartiment | | | | | | |tat-Taxxi Interni | | | | | | |u tad-Dwana, kif | | | | | | |ukoll fuq | | | | | | |l-informatika. | |Ministeru |7,547,000 |7,263,000|- |284,000 |Flus ivvotati għal| |għall-Ambjent| | | | |Bieb il-Belt u | | | | | | |l-Engineered | | | | | | |Landfill mhux se | | | | | | |jintużaw fuq dawn | | | | | | |il-proġetti. | |Ministeru |8,928,000 |8,923,000|- |5,000 | | |tat-Turiżmu | | | | | | |Ministeru |7,660,000 |6,205,000|- |1,455,00|Infiq anqas | |tat-Trasport | | | |0 |minħabba li sa | |u | | | | |l-aħħar tas-sena | |Komunikazzjon| | | | |mhux se jinxtraw | |i | | | | |l-karozzi | | | | | | |tal-linja l-ġodda | | | | | | |u mhumiex konklużi| | | | | | |l-kontijiet | | | | | | |pendenti kollha | | | | | | |fuq il-proġett | | | | | | |Tal-Qroqq | | | | | | |Junction. |", "|STATEMENT F | |NEFQA KAPITALI 2001: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Ministeru |29,556,000|19,594,00|- |9,962,00|Parti min-Nefqa | |għas-Servizzi| |0 | |0 |Kapitali ġiet | |Ekonomiċi | | | | |trasferita | | | | | | |għall-Vot | | | | | | |Rikorrenti | | | | | | |tal-Ministeru | | | | | | |għas-Servizzi | | | | | | |Ekonomiċi. | |Ministeru ta'|3,388,000 |5,483,000|2,095,00|- |L-infiq se jkun | |l-Intern | | |0 | |aktar minħabba | | | | | | |ħlasijiet fuq | | | | | | |kuntratti | | | | | | |għall-artijiet li | | | | | | |ġew akkwistati | | | | | | |mill-Gvern. | |Ministeru |2,096,000 |1,101,000|- |995,000 |Kien hemm anqas | |tal-Biedja u | | | | |infiq minn dak | |Sajd | | | | |stmat | | | | | | |oriġinarjament | | | | | | |taħt il-Programm | | | | | | |Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni | | | | | | |tal-Acquis. | |Ministeru |1,792,000 |1,792,000|- |- | | |għal Għawdex | | | | | | |Ministeru |18,331,000|16,986,00|- |1,345,00|Tnaqqis marbut | |tas-Saħħa | |0 | |0 |primarjament | | | | | | |man-nefqa fuq | | | | | | |il-proġett ta' | | | | | | |l-Isptar il-Ġdid. | |Ministeru |1,119,000 |780,000 |- |339,000 |L-infiq taħt dan | |tal-Ġustizzja| | | | |il-vot se jkun | |u Gvern | | | | |anqas l-aktar | |Lokali | | | | |minħabba li għadu | | | | | | |ma bediex | | | | | | |ix-xogħol fuq | | | | | | |il-bini | | | | | | |għall-Ministeru u | | | | | | |l-Uffiċċju ta' | | | | | | |l-Avukat Ġenerali,| | | | | | |u l-bini ta' | | | | | | |uffiċini (Awli) | | | | | | |għall-Imħallfin u | | | | | | |Maġistrati. | |Ministeru |487,000 |212,000 |- |275,000 |Nefqa iżgħar fuq | |għall-Affarij| | | | |ix-xogħol | |iet Barranin | | | | |programmat | | | | | | |oriġinarjament ta'| | | | | | |dan il-Ministeru. | |NEFQA |95,724,000|82,292,00|2,145,00|15,577,0| | |KAPITALI | |0 |0 |00 | | |TOTALI | | | | | | | | |Nefqa | |13,432,0| | | | |Inqas | |00 | |", "-----------------------", "[pic] [pic]", "Pagi Operativi Socjali Sussidji Interessi Kapitali", "[pic]", "[pic]", "[pic]"]} {"filename": "20000529_302d_par.doc", "date": "2000-05-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 302 It-Tnejn, 29 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 302", "It-Tnejn, 29 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "302", "It-Tnejn, 29 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 30", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 30", "TQEGĦID TA' KARTI 35", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 36", "AĠĠORNAMENT 58", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 63", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 301 li saret fl-24 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - STUDENTI", "16085.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema fondi jintużaw sabiex studenti tal-mediċina ta' l-institute of health care iwettqu ħidma fl-Isptar San Luqa fis-sajf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li dan is-sajf l-istudenti tal-fakulta` tal-mediċina u ta' l-institute of health care jitħallsu mill-vot tad-dipartiment tas-saħħa.", "FORZI ARMATI TA' MALTA", "16127.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi rrimedjat il-bżonn ta' refrigerator lis-second regiment ta' l-armata fl-air defence battery, liema talba ilha pendenti għal aktar minn tmien xhur?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jien informat li fl-air defence battery tal-forzi armati ma kien hemm l-ebda talba li kienet ilha pendenti għal aktar minn tmien xhur biex tinxtara refrigerator.", "Fl-air defence battery hemm total ta' tliet refrigerators, li waħda minnhom żviluppat ħsara fil-11 ta' April 2000.", "Minnufih saru arranġamenti biex tissewwa l-ħsara iżda wara li r-refrigerator ġiet spezzjonata nstab li ma kienx jaqbel li tissewwa.", "Għaldaqstant fil-15 ta' Mejju 2000 saret talba biex tinxtara oħra ġdida.", "Jien informat li r-refrigerator il-ġdida waslet għand l-air defence battery nhar it-Tnejn, 22 ta' Mejju 2000.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel domanda supplimentari fir- rigward tas-sitwazzjoni tal-ħaddiema tar-revenue security corps.", "Matul dawn l-aħħar xhur dawn in-nies ma baqgħux jingħataw id-dmirijiet li kellhom, ċioe' xogħol ta' groupage f'Ħal Far, xogħol ta' skorta tal-posta minn taħt l-ajruplan sal-cargo, xogħol fil-pixkerija, fl-uffiċini tal-lottu pubbliku u anke fiċ-ċentru Rużar Briffa ta' l-HSBC.", "Minkejja li kien hemm dan it-tnaqqis fix-xogħlijiet tagħhom, ma kienx hemm dmirijiet ġodda għal dawn il-ħaddiema.", "Xtaqt li l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn il-250 ħaddiem ta' l-RSC.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif weġibt għal diversi domandi li diġà saru, il-membri ta' l-RSC mhux neċessarjament jibqgħu jagħmlu l-istess xogħol li mdorrijin bih, peress li ċ-ċirkostanzi m'għadhomx l-istess.", "Però nassigura li l-membri ta' l-RSC se jibqgħu hemm u se jagħmlu x-xogħol li jkun hemm bżonn, kif inhu d-dmir tagħhom.", "Safejn naf jien qed jingħataw xogħol li huwa parti mid-dmirijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ladarba tnaqqsu dawn id-dmirijiet, jista' l-Prim Ministru jinformana - jekk mhux f'dan l-istadju fi stadju ieħor - x'inhuma d-dmirijiet ġodda li kellhom fl-istess perijodu u li se jkollhom fil- ġejjieni qarib biex wieħed jassigura li dawn in-nies mhux se jiġu skartati?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nassigurak li mhux se jiġu skartati u se jagħmlu x-xogħol li jkun hemm bżonn, kompatibbli naturalment mad-dmirijiet tagħhom bħala membri ta' korp dixxiplinat.", "IMQABBA - TRIQ SANTA MARIJA", "16191.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex l-ilma tax-xita ma jibqax jaqa' kollu għal fuq Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Imqabba, iżda jiġi dirett għal ġo xi barriera jew ġibjun?", "Jista' jara li l- inspection holes li kienu saru fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija jiġu kkomunikati mal-ġibjun forsi jibdew jiffunzjonaw kif suppost?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Ambjent): Ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant huwa responsabbiltà tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li l-ministru għall-ambjent mhux qiegħed hawnhekk imma mill-mod kif inhi qiegħda r-risposta jidher li l-Ministru Zammit Dimech ma jidħolx f'dawn l-affarijiet.", "Jista' jkun li din taqa' taħt ir- responsabbiltà tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, imma ma nistax nifhem kif il-ministeru għall-ambjent ma jidħolx fiha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naħseb li b'xi mod jew ieħor l-ambjent f'kollox jidħol, però d-domanda kienet dwar x'jiġri mill-ilma li jgħaddi minn post partikolari għal xi ġibjuni jew ġo barrieri.", "Allura r-risposta li l-amministrazzjoni diretta hija f'idejn il-WSC hija korretta.", "Madanakollu nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jekk għandu xi domanda partikolari jagħmilha bil-miktub ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'każi bħal dawn isir xi tip ta' studju sabiex jaraw jekk fiz-zona jkunx hemm biżżejjed ġibjuni jew inkella ġibjuni tajbin - naturalment jekk il-linja li jieħu d-dipartiment tkun li juża l-ġibjuni - sabiex dak l-ilma ma jintilifx?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax ħafna drabi jiġri li l-ġibjuni jeżistu imma jkunu mkissrin.", "Mhux qed nitkellem biss fuq l-inħawi ta' l-Imqabba imma fiż-Żejtun ukoll hemm xi żewġ ġibjuni li ma jistgħux jintużaw minħabba li huma mkissrin.", "Inutli ngħidu li għandna niġbru l-ilma fil-ġibjuni ġaladarba nbnew jekk dawn ma jinżammux fi stat tajjeb.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb domanda daqshekk diretta, proprju għaliex anke l-istess ministru li wieġeb id- domanda oriġinali qed jgħid li m'hijiex responsabbiltà tal-ministeru tiegħu.", "Naturalment jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq ikun jaf jekk sarux studji fuq xi ġibjuni, nitolbu jagħmel domanda lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma jidhirli li l-ġibjuni jaqgħu taħt il-ministeru ta' l-ambjent u mhux taħt il-WSC.", "Il-mistoqsija tiegħi kienet fis-sens jekk jikkonsidrax li għada pitgħada għandhom isiru studji bħal dawn biex naraw jekk il-ġibjuni f'dawk l-inħawi għandhomx bżonn ta' manutenzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma nafx li sar xi studju partikolari imma m'għandix l-iċken dubju li l-WSC għandha informazzjoni kollha.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda speċifika lill-ministru konċernat biex ikun f'qagħda li jgħaddi l-informazzjoni dwar kemm, fejn u kif jistgħu jintużaw dawn il-ġibjuni li għandna fil-pajjiż.", "WIRELESS TELEGRAPHY - LIĊENZJI", "16192.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex wieħed jakkwista liċenzja ta' radio amateur GH5 jew GH1?", "Jista' jgħid jekk hux il-każ li persuni li jkunu ta' ċerta kapaċità jiġu eżentati minn tali rekwiżiti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li biex wieħed ikun jista' japplika u jingħata liċenzja ta' radio amateur tat-Tip B(9HS) mid-dipartiment tat- telegrafija mingħajr fili irid ikun għalaq l-erbatax-il sena u jkun għadda mill-eżami ta' radio amateur tas-City and Guilds ta' Londra, eżami li jsir taħt i-direzzjoni tar-reġistratur ta' l-eżamijiet.", "Sabiex wieħed jingħata liċenzja ta' radio amateur tat-tip A (9H1), barra l-kondizzjonijiet diġà msemmija jrid ikun ukoll għadda mit-test tal-Morse.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda dwar eżenzjoni minn dawn ir-rekwiżiti mitluba r-risposta hija fin-negattiv.", "Ta' min iżid li l-liċenzja ta' radio amateur hija ta' Lm6 fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-mistoqsija tiegħi mhix fuq dan is-suġġett imma fuq kwestjoni ta' reception u ta' wavelengths.", "Jaf il-Ministru li dawn l- aerials li qed jitwaħħlu għar-reception tal-Vodafone, tal-Maltacom u tal- cable, li qed jitiwaħħlu fuq il-bjut tad-djar tan-nies - qed jagħtuhom xi Lm500 biex ipoġġulhom aerial - huma kkundannati f'ċerti pajjiżi?", "Hemm ċerti pajjiżi, bħal New Zealand, fejn sa ċerta distanza dawn ma jitwaħħlux.", "X'inhi l-pożizzjoni tal-gvern rigward is-saħħa pubblika, issa li hawn dan il-ġenn peress li lliberalizzajna dan is-settur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, għalkemm naf li d-dipartiment qiegħed jara xi aspetti dwar dan is-suġġett, kontra qalbi nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda bil-miktub biex l-informazzjoni kollha available inkun nista' ngħaddiha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jekk smajt sew il-Ministru qal li wieħed mir-rekwiżiti huwa ċ-ċertifikat tas-City and Guilds.", "Jista' jgħidli jekk huwiex possibbli li wieħed joqgħod għal eżami lokali u ma jkollux is-City and Guilds?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, mill-informazzjoni li għandi jien donnu li d-dipartiment bħalissa qed joqgħod fuq iċ-ċertifikat tas-City and Guilds ta' Londra u mhux fuq xi eżami lokali biex tingħata din il-liċenzja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qabel kien hemm choice, fis-sens li jew eżami tas-City and Guilds jew eżami lokali.", "Dan ifisser li l-eżami lokali m'huwiex qed isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'iniex f'pożizzjoni li ngħid jekk għadux isir jew le dan l-eżami.", "Skond l-informazzjoni li għandi hawnhekk iċ- ċertifikat rikonoxxut huwa dak li joħroġ mis-City & Guilds ta' Londra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiddispjaċini imma jkolli ninsisti li qabel mhux dak iċ- ċertifikat biss kien rikonoxxut imma kien rikonoxxut iċ-ċertifikat lokali wkoll.", "Naf x'jien ngħid għax jiena għandi liċenzja ta' radio amateur ukoll.", "Ladarba issa qed jiġi aċċettat iċ-ċertifikat tas-City and Guilds biss, ifisser li mhux qed isir aktar l-eżami lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma nafx min kien jagħmel dan l-eżami lokali però jekk kien isir dan l-eżami partikolari m'iniex informat li twaqqaf.", "Ir-risposta li għandi hawnhekk tgħid li huwa rikonoxxut l-eżami tas-City and Guilds ta' Londra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiddispjaċini imma qegħdin nirrepetu l-istess ħaġa.", "Inti għedt li s-City and Guilds huwa rikonoxxut.", "Issa jien qed ngħidlek li kien hemm eżami ieħor lokali li wieħed seta' jagħmel, mhux bilfors tas-City and Guilds, u jekk tgħaddi tieħu l-liċenzja ta' radio amateur.", "Jien qed nistaqsi jekk kienx hemm xi tibdil biex wasalna li jibda jiġi rikonoxxut iċ- ċertifikat tas-City and Guilds biss.", "Jiġifieri l-eżami lokali m'huwiex qed isir u min hu interessat li jkollu liċenzja ta' radio amateur bilfors irid joqgħod għall-eżami tas-City & Guilds?", "Jekk din hija s-sitwazzjoni, jidhirlu l-Ministru li dan huwa sew?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, biex ma nivvintax risposti nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub ħalli nkunu nafu preċiż fuqxiex qed nitkellmu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien m'għedtlux biex jivvinta imma lanqas jien ma qed nivvinta!", "Jiena qed ngħid l-affarijiet kif inhuma.", "Ladarba hu responsabbli mill-wireless telegraphy - u anke r-regolatur jaqa' taħtu - allura għandu jkun jaf jekk kienx hemm tibdil.", "Ladarba hu ma ta ebda ordni u ma approva l-ebda tibdil - meta skond il-liġi jrid japprovah hu kwalunkwe tibdil bħal dan - il-Ministru jesiġi li l-eżami lokali jista' jsir ukoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, li nista' ngħid hu li fil-perijodu kemm ilni responsabbli jien minn dan is-settur ma tajt l-ebda ordni partikolari f'dan ir-rigward.", "Però jkun inutli li nipprova nivvinta risposta għad- domanda li qed jagħmilli l-Onor.", "Interpellant biex taparsi nkun tajtu risposta.", "Nitolbu jagħmel domanda bil-miktub ħalli nkun f'qagħda li niġbor l- informazzjoni kollha li qed jitlob.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, peress li dawn li għandhom il-liċenzja ta' radio amateur jistgħu jkunu ta' utilità kbira f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol tal-pulizija u peress li hemm ħafna voluntiera li huma preparati li jgħinu lill-pulizija f'dak li huwa salvataġġ, prevenzjoni ta' reati u anke l-investigazzjoni ta' l-istess reati, jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-kummissarju tal-pulizija jorganizzax xi laqgħat ma' dawk li għandhom liċenzja ta' radio amateur, li volontarjament iridu jgħinu, biex ikun hemm kordinament magħhom u anke jkunu organizzati kif għandhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, żgur li din id-domanda supplimentari ma nistax inweġibha għax ma nafx x'tip ta' laqgħat jorganizza l-kummissarju tal-pulizija!", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "16193.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna separata u għandha t-tfal - il- particulars tagħha qed jintbagħtu separatament - li tgħix f'post sub- standard u hi li ilha sa mill-1982 applikata mad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali, għadha sal-lum tgħix fl-istess fond indikat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Jien informat li l-applikazzjoni indikata, li saret fl-1992 u mhux fl-1982, qed tiġi kkonsidrata ma' oħrajn simili.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "16198.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jirriżultalu l-Ministru li aktar minn 1,200 tunnellata patata ma ġietx esportata lejn l-Olanda u fil-fatt dan it-tunnellaġġ jinsab maħżun fil-racking station ta' Ta' Qali?", "Kemm huwa n-numru ta' bdiewa li niżżlu dawn l-1,200 tunnellata?", "F'liema kondizzjoni se tinħażen din il-patata u meta se tinbiegħ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru 16096.", "Barra minn hekk nixtieq ngħid li fil-mistoqsija hawn imniżżel li \"aktar minn 1,200 tunnellata patata ma ġietx esportata\" Dan m'hu minnu xejn.", "Din is-sena għall-ewwel darba d-dipartiment żamm 100 tunnellata - il-kumplament kollu ġie esportat - biex jagħmel esperiment li jżomm din il-100 tunnellata ġo cold store saż-żmien opportun, jiġifieri sa Settembru, Ottubru jew Novembru, meta jkollna nuqqas ta' patata fis-suq, biex f'dawk iż-żmenijiet noħorġu din il-patata għall-bejgħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: La l-ministru għoġbu jagħmel dan l-intervent, allura qed jgħid li mhux veru li kien hemm 700 tunnella patata Sante' li ma ġewx esportati mill-2000 li ġew miftehma?", "Lanqas mhu veru li madwar 500 tunnellata ma ġewx depożitati mill-bdiewa peress li l-grading għalaq tlett ijiem qabel?", "M'huwiex veru li huwa ħassar kuntratt ta' 6000 tunnellata patata Alpha u ssostitwih b'4000?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena mhux se noqgħod ngħid jekk hux veru jew mhux veru.", "Ħalli ngħid x'ġara u ma ġarax.", "L-esportazzjoni tal-patata Sante' hija marbuta ma' ftehim ta' outright purchase, li jgħid li għandek 500 tunnellata għal erba' darbiet, jiġifieri total ta' 2000 tunnellata, li kellhom jiġu esportati 500 tunnellata f'ġimgħa, 500 tunnellata fil-ġimgħa ta' wara, 500 tunnellata fit-tielet ġimgħa u 500 tunnellata fir-raba' ġimgħa.", "Dawn huma marbutin biż-żmien u jekk inti ma jkollokx f'idejk dak l-ammont ta' 500 tunnellata kull ġimgħa biex tesportah dak iċ-ċans titilfu.", "Wara li ntilef dak iċ-ċans għax din is- sena l-patata kienet imwaħħra u ma kenitx bikrija bħalma kien mistenni, ma konniex f'pożizzjoni li fiż-żmien stipulat fil-kuntratt - jekk m'iniex sejjer żball it-12th, 13th, 14th u 15th week - nesportaw l-2000 tunnellata Sante'.", "Jekk m'iniex sejjer żball id-dipartiment irnexxielu jesporta madwar 1285 tunnellata.", "Rigward is-600 tunnellata patata Alpha rrid ngħid li l-perijodu kellu jagħlaq sal-15 ta' Mejju, imma din is-sena anke fir-rigward tal-patata Alpha kellna xi problemi.", "Jiena nappella biex ma noqogħdux inparlaw ħafna fuq x'kienu dawn il-problemi għax dawn la qalithom l-oppożizzjoni Soċjalista, la ġabhom Gvern Nazzjonalista u lanqas il-bdiewa kollha ta' Malta.", "Ġara li kien hemm uħud mill-bdiewa li biex jgħaġġlu ħalli jlaħħqu l-prodott tagħhom biex ikunu jistgħu jesportawh, bexxew il-faxxina u kkaġunaw ħsara fl-apparenza tal-patata.", "Għaldaqstant għall-1 ta' Mejju, meta tfaċċat din il-problema u n-nies ta' l-extension services kienu qalulna li din is-sena mhux se jkollna produzzjoni ta' patata Alpha li taqbeż l-4300 jew l-4500 tunnellata, kellna taħditiet ma' l-aġent Olandiż u ftehemna li fiċ-ċirkostanzi nemendaw il-kuntratt.", "Fit-taħdidiet kien hemm jgħinni l-ex-personal assistant li kellu l-Onor.", "Farrugia, is-Sur George Carbone, li rrid nirringrazzjah għax kien daħal sewwa f'din il-problema wkoll.", "F'dawk iċ-ċirkostanzi diffiċli - ma rridx noqgħod nidħol fid-dettall għax jiena ma rridx nagħmel ħsara lill- esportazzjoni tal-patata - ftehemna li jkun hemm esportazzjoni ta' 4000 tunnellata ta' patata Alpha.", "Mr Speaker, imbagħad ġara li, peress li l- bdiewa ma baqgħux ibixxu kif kienu għamlu, l-ammont ta' patata fil-grading station kompla jidħol b'tali mod li qbiżna ċ-ċifra ta' 4500 tunnellata ta' patata Alpha.", "Għaldaqstant, peress li kellna l-ftehim għall- esportazzjoni ta' 4000 tunnellata biss u konna diġà qbiżna ċ-ċifra ta' 4000 b'madwar 1200 tunnellata patata Alpha, id-dipartiment iddeċieda li ma jdaħħalx iżjed patata għall-grading wara t-12 ta' Mejju.", "Irrid ngħid ukoll li għall-ħabta tal-11 u t-12 ta' Mejju, dik il-patata li kienet tiddaħħal fil-grading station u tiġi rifjutata u tinħareġ 'il- barra, din b'xi mod kienet qed terġa' ssib it-triq biex terġa' tidħol għall- grading.", "Id-dipartiment iddeċieda li l-Ġimgħa, 12 ta' Mejju kellu jkun l- aħħar jum li tiddaħħal patata fil-grading station tal-pitkalija biex ma jkomplix jikkomplika l-problema li kellu quddiemu.", "Wara dik il-ġurnata saru press releases min-naħa ta' l-oppożizzjoni u fil-15 jew fis-16 ta' Mejju ġie deċiż li 1100 tunnellata metrika minn dawk il-12000 tunnellata metrika ta' patata Alpha jiġu esportati lejn l-Olanda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar assistenti diretturi fis-settur pubbliku, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16441.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-lokalita' ta' persuni jirreġistraw għax- xogħol matul Marzu 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16333;", "Tabelli li juru l-eta' u l-lokalita' ta' persuni jirreġistraw għax- xogħol matul Marzu u April 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16334; u", "Tagħrif dwar ħlasijiet ta' benefiċċji għall-mard lis-self-employed bejn l-1994 u l-1998, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16352.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq li trid issir bejn il-knisja ta' Burmarrad u Tarġa Gap, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16383; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 93 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar proċeduri għall-ksib ta' liċenzi tal-pulizija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' ħaddiema fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħti li ddaħħlu jaħdmu matul dawn l-aħħar 20 xahar in konnessjoni mal-proċess ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16361;", "Lista ta' persuni li siefru in konnessjoni mal-proċess ta' screening ma' l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16390; u", "Tabella li turi l-allokazzjoni ta' fondi lil NGOs bħala parti mir- riċerka u xogħol ieħor konness mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16391.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, f'din il-klawsola għandna diversi terminoloġiji li huma wżati fil-kumplament tal-liġi, jiġifieri ma tantx għandi kummenti x'ngħaddi f'dan l-istadju.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, nixtieq li l-Ministru jispjega ftit it-tifsira ta' \"persuna impjegata mill-awtorità\".", "Hawnhekk qed ngħidu li wara li tinħoloq din l-awtorità, jekk l-impjegati tal-Maltacom, per eżempju, li llum jammontaw għal madwar 1,300 ma jidħlux fiha, dawn mhux se jibqgħu mpjegati?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk din l-awtorità hux se jkollha s-saħħa li tagħżel hi lil min se timpjega.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, it-tifsira tal-kelma \"impjegat\" kif inhi wżata tagħmel riferenza biss għall-ħaddiema li huma direttament impjegati ma' l-awtorità ta' Malta dwar il-komunikazzjoni u bl-ebda mod m'hemm riferenza għal impjegati ta' xi korporazzjoni jew ta' xi korp ieħor.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, iżjed 'il quddiem f'dan l-abbozz ta' liġi hemm klawsola - mingħalija klawsola 7 jew klawsola 8 - li tgħid li jista' jkun hemm impjegati mas-servizz ċivili li fuq ordni tal-prim ministru jistgħu jintbagħtu jaħdmu ma' din l-awtorità.", "Issa jekk il- kelma \"impjegat\" mhijiex se tingħata tifsira aktar wiesgħa faċilment tista' tinqalagħlek misunderstanding.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, f'dan l-abbozz ta' liġi qed jingħad li dak l-impjegat li s'issa qeda d-doveri tiegħu ma' xi organizzazzjoni oħra, inkluż iċ-ċivil, u issa se jkun qed jaħdem ma' din l-awtorità li qegħdin inwaqqfu, se jkun impjegat ta' din l-awtorità biss u mhux impjegat ta' xi awtorità oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Fi klawsola 2 għandna wkoll it-tifsira ta' \"kuntrattur\", b'riferenza għal subklawsola (5) ta' klawsola 5 ta' dan l- abbozz ta' liġi li tgħid hekk:", "\"Sew l-awtorità sew kull wieħed mid-direttorati jistgħu jeżerċitaw xi wieħed jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom kemm direttament kemm permezz ta' l-uffiċjali jew impjegati tagħhom jew permezz ta' aġenzija li tkun awtorizzata għal dak l-għan, jew permezz ta' kuntrattur jew persuna oħra li magħhom isir ftehim għat-twettiq ta' xi waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet.\".", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq kuntrattur pubbliku jew kuntrattur privat?", "Qed ngħid dan għax kuntrattur jista' jkun dipartiment tal-gvern, awtorità oħra, persuna jew soċjetà ġuridika.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jekk wieħed jaqra subklawsola (5) ta' klawsola 5 jkun jaf it-tifsira ta' kuntrattur xi tfisser.", "Fil-fatt f'dan il-każ \"kuntrattur\" tinkludi kull persuna jew kull organizzazzjoni, inkluż xi awtorità jew korp tal-gvern, li qed jagħmel xogħol speċifikament għall- awtorità dwar il-komunikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, fl-istadju tat-tieni qari kkritikajna dan l-abbozz ta' liġi fuq ħafna affarijiet, dejjem fuq bażi ta' prinċipju, fosthom li l-konsumatur m'huwiex protett biżżejjed u li m'hawnx verament liberalizzazzzjoni.", "Pero' meta niġu għad-dettalji fl-istadju ta' Kumitat insibu kemm dan l-abbozz ta' liġi ġie mħarbex malajr malajr.", "F'dan l- abbozz ta' liġi hemm li \"impjegat\" tfisser \"persuna impjegata mill- awtorità\", imbagħad jekk tħares lejn klawsola 12 issib li:", "\"Meta uffiċjal jiġi assenjat għal dmirijiet ma' l-awtorità taħt xi wieħed mill-provvedimenti ta' l-artikolu 11 ta' dan l-Att, dak l- uffiċjal għandu, matul iż-żmien li fih dik l-ordni jkollha effett dwaru, jkun taħt l-awtorità u l-kontroll amministrattivi ta' l- awtorità iżda huwa għandu għal kull għan u raġuni oħra jibqa' u jitqies u jiġi ttrattat bħala uffiċjal pubbliku.\".", "Issa apparti mill-fatt li klawsola 12 hija konfliġġenti ma' klawsola 11, id- definizzjoni ta' \"impjegat\" toħloq ċertu diżgwid u allura nitlob lill- Ministru biex jerġa' jikkonsidra li jagħtina definizzjoni aktar ċara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, b'kull rispett lejn il-kummenti li għadu kemm għadda l-Onor.", "Buhagiar, il-mod ta' kif persuna mpjegata mal-gvern tgħaddi għal ma' l-awtorità huwa preċiż l-istess kif sar meta twaqqfu awtoritajiet oħrajn u ġew approvati minn dan il-parlament, fosthom il-Malta tourism authority.", "Din mhijiex kwestjoni ta' tħarbix u għaġġla, kif qed jgħid l-Onor.", "Buhagiar, imma għall-kuntrarju hija sistema li hija inkorporata f'kull awtorità li twaqqfet s'issa.", "Dan qed ngħidu biex inkunu nistgħu nneħħu ħafna diżgwid.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, meta n-nies li jaħdmu mal-gvern imorru jaħdmu ma' xi awtorità jiltaqgħu ma' ħafna diżgwid meta jmorru lura minn fejn ikunu ġew minħabba n-nomenklatura.", "Per eżempju, l-ex- impjegati tal-posta li qegħdin mal-gvern għadhom lanqas jafu x'inhi n- nomenklatura tagħhom.", "Għalhekk jien naħseb li għandu jkun hemm terminu ta' żmien biex ma jkollniex dan l-inkwiet.", "Barra minn hekk, nibdew indaħħlu nies ma' l-awtorità u mhux mal-gvern u l- gvern xorta jibqagħlu l-istess numru ta' nies miegħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, id-definizzjoni li qed nitkellmu fuqha għandha proprju dan il-għan u anke klawsola 12 titkellem dwar dawn it-tip ta' mpjegati, biex dawn id-diffikultajiet li qed isemmi l-Onor.", "Debono Grech ma nkomplux niffaċċjawhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, nixtieq nirriferi għall-mod kif qed isiru d-definizzjonijiet f'dan l-abbozzz ta' liġi.", "Fil-fatt fil-bidu tagħhom dawn kollha għandhom il-kelma \"means\", minbarra fil-każ ta' \"communications\" li qiegħda hekk:", "\"\"communications\" includes telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce, internet services and such other matters as the minister may by order from time to time prescribe;\".", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jispjegalna din l-għażla bizzarra ta' definizzjoni li permezz tagħha qegħdin niddefinixxu xi ħaġa billi ngħidu x'tinkludi?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, id-definizzjoni tal-kelma \"komunikazzjoni\" tinkludi dawn l-affarijiet partikolari għax illum bil- mod kif qed tinbidel il-komunikazzjoni ma tistax tgħid li tfisser xi ħaġa partikolari.", "Issa jekk imbagħad jiżviluppaw terminoloġiji oħrajn dawn ikollhom jiżdiedu aktar 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, jien il-punt tal-Ministru qed nifhmu imma xorta jibqa' bizzarr il-mod kif inhi definita din il-ħaġa.", "L-ewwel qed ngħidu:", "\"\"communications\" includes telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce, internet services ...\",", "imbagħad qed ngħidu:", "\" ... and such other matters as the minister may by order from time to time prescribe.\".", "Jien nifhem li dawn l-affarijiet ġodda li jistgħu jinħolqu as we go along se jkunu covered \"as the minister may by order from time to time prescribe\", imma din qed tinkludi l-affarijiet li nafu, l-affarijiet li ma nafux imma li l-ministru jista' jdaħħal \"by order from time to time\" u anke qed jiddaħħlu affarijiet oħra li ma nafux kif se jidħlu taħt din id- definition, jekk tista' ssejħilha definition.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, jekk hemm affarijiet li ma nafux x'jistgħu jkunu imma jistgħu jiġru, dawk would have been covered taħt \"the order from time to time\" tal-ministru u minnufih \"communications\" tista' tiġi tfisser \"means\", għax hekk kif qiegħda it is an open-ended definition which is no definition at all. Ma nafx jekk hux qed nispjega ruħi sew.", "Kieku għandek \"\"communications\" means \"A\", \"B\", \"C\" u \"D\"\"- li nafu x'inhuma - \"u affarijiet li ma nafux x'inhuma imma li jistgħu jiġu definiti mill-ministru by order\" kieku hekk kont tkopri s-sett kollu, imma kif inhi qiegħda hija an open-ended statement u qed tħalli miftuħ beraħ x'inhuma l-affarijiet l-oħra li jistgħu jidħlu li ma jkunux by order from time to time tal-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jekk tagħmel \"\"communications\" means telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce u internet services\", ma tkunx qed tagħti definizzjoni tal-kelma \"communications\".", "Fl-istess ħin il-kelma \"communications\" tinkludi kull waħda minn dawk it-tifsiriet differenti li hemm fl-abbozz ta' liġi u allura qed ngħidu li l-kelma \"communications\" tinkludi t-tifsir ta' dawn l- affarijiet u ta' affarijiet oħrajn li jistgħu minn żmien għal ieħor jiżviluppaw, li naħseb li ħadd f'din il-Kamra ma jaf x'inhuma.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, hawnhekk qed nitkellmu fuq the setting- up of a communications authority, jiġifieri jekk hemm xi ħaġa li trid tiġi definita b'mod ċar u tajjeb hija \"communications\".", "Issa I grant the point li ma nistgħux nagħmlu, per eżempju, ''means telecommunications'' għax mhijiex \"telecommunications'' biss, jew \"postal services\" għax mhijiex \"postal services'' biss imma kull waħda minn dawn, in which case the definition tista' xorta tkun \"means any one of the following\".", "Naħseb li jekk qed nagħmlu communications authority irridu niddefinixxu l-grupp li huma communications b'mod rigoruż.", "Issa hawnhekk din mhijiex rigoruża għax kulma qed ngħidu huwa ''includes'' u l-mod kif qed ngħidu ''includes'' mhijiex rigoruża għax qed ngħidu ''includes'' dawk l- affarijiet li l-ministru jista' by order jiddefinixxi.", "Hawnhekk qed inħallu miftuħ sett ta' affarijiet li la huma ben definiti llum u lanqas jistgħu jiġu ben definiti by order mill-ministru iktar 'il quddiem u barra minn hekk xorta ma nafux x'inhuma dawn.", "Jien nissottometti li jekk qed nagħmlu d-definitions kollha bil- ''means'', ma jistax ikun li din id-definizzjoni li hija l-aktar waħda importanti tkun l-unika waħda li ma tkunx ċara u preċiża.", "Jien naqbel li hemm affarijiet li mhumiex ben definiti llum u li jistgħu jiġu ben definiti u vvintati għada pitgħada, in which case ikunu covered by order tal- ministru, imma skużi m'għandniex nagħmlu ''includes'' u nħalluha miftuħa beraħ meta din hija l-cornerstone ta' l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Chairman, ma tistax tgħid li ladarba qbadt ritmu u formola ta' definizzjoni għandek tagħmel id- definizzjonijiet kollha bl-istess mod.", "Kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-objective ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa communications.", "Issa \"communications\" diġa' għandha t-tifsira tagħha u qed inkunu ċerti li ma jkunx hemm ambigwita' fuq x'tinkludi din il-kelma.", "Kif qal tajjeb ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ma tistax tgħid \"communications\" means telecommunications\" jew xi affari oħra pero' rridu nagħmluha ċara li dawn tinkludihom.", "Aħna ma rridux li meta nitkellmu fuq communications jiġi xi ħadd jgħidilna: Communications bil-kliem jew bil- kitba?", "Aħna rridu naċċertaw ruħna li din id-definizzjoni qed tinkludi t- telecommunications u l-postal services għax mhux ovvju li wieħed jinkludi l-postal services fil-kelma ''communications''.", "Pero' għall-finijiet ta' din il-liġi rridu nneħħu l-ambigwita' u ngħidu li din tinkludi postal services u data protection.", "Issa mad-definizzjoni normali li wieħed jagħti lill-kelma ''communications\" qed inżidu l-affarijiet l-oħra li se nkunu qegħdin nitkellmu fuqhom fil-liġi u kull meta ngħidu ''communications'' se nkunu qed nifhmu internet services, data protection u affarijiet oħra.", "Billi dan huwa settur li qiegħed jinbidel kontinwament, mil-lum għal għada - meta taqra ċerti dokumentazzjoni teknika tara l-iżviluppi li qed isiru - la stajna nħallu d-definizzjoni stretta kif iddifenejniha llum u lanqas nistgħu nippretendu li kull meta jkun hawn xi ħaġa ġdida noqogħdu niġu fil-parlament biex inbiddlu d-definizzjoni.", "Allura qed inħallu f'idejn il- ministru biex hekk kif dan is-settur jiżviluppa mil-lat teknoloġiku, ikun jista' jinkludi hu wkoll dawn is-sejbiet teknoloġiċi fid-definizzjoni l- ġdida.", "Bħalma llum hawn l-internet services li 15-il sena ilu ħadd ma kien jaf bih, sa sentejn oħra se jkun hawn servizzi oħrajn li llum ma nafux li se jkunu jeżistu.", "Hawnhekk għandna ''communications\" includes'' għax hemm attivitajiet li mhux normalment li wieħed jifhem li huma parti minn definizjoni ta' \"communications\".", "Nerġa' nsemmi l-internet services u l-electronic commerce u qegħdin ngħidu li fil-kuntest ta' communications, kif se jiġu rregolati mir-regolatur li qed jiġi set up f'din il-liġi, aħna qed ninkludu wkoll dawk l-attivitajiet ukoll bħala communications.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, il-punti li qajjimt jien kienu indirizzati preċiżament u se nirrispondi għall-punti li għadhom kemm tqanqlu.", "Din mhijiex definition li għandna quddiemna għax definition tgħid \"means\" u tiddifenixxi a set of services.", "Il-punti li qajmu l- kelliema tan-naħa tal-gvern are well taken, għax huwa veru li hemm servizzi oħra li se jiżviluppaw aktar 'il quddiem li ma tistax telenkahom minn issa, imma xorta waħda rridu noħorġu b'definition biex inpoġġu 'l quddiem b'mod definit dan is-sett ta' servizzi.", "Jien nissottometti li din il-frażjoloġija diġà qed tagħmel hekk imma mhijiex definizzjoni għax qed telenka s-servizzi eżistenti li l-gvern iħoss li għandhom jidħlu taħt \"communications\", namely telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce and so on, imbagħad għandna \"and such other matters as the minister may by order from time to time prescribe.\"", "Kif inhi miktuba, din tfisser li hemm sett ta' servizzi already well defined u hemm sett ta' servizzi oħra li l-ministru jista' jippreskrivi minn żmien għal żmien.", "Dan ifisser li hemm xi ħaġa li la taqa' taħt waħda u lanqas taqa' taħt l-oħra li ma nafux x'inhi.", "Hawnhekk nerġa' ntenni li hija stramba li d-definizzjonijiet kollha li għandna quddiemna huma kollha \"means\" u d-definizzjoni \"communications\" hija l-unika waħda li għandha \"includes\" u allura hija open-ended.", "Għalhekk jien nissottometti li din id-definizzjoni hemm bżonn isir rewording tagħha biex tkun preċiża.", "Il-fatt li din hija l-unika defiinizzjoni miftuħa b'dan il-mod huwa ambigwu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, il-kelma \"communications\" tant hija vasta li jekk tagħmel \"means\" tkun qed tirrestrinġiha għal dawk l-affarijiet li telenka.", "Aħna m'għamilniex \"as the minister may by order from time to time prescribe\" biex il-ministru jkun jista' jibdel kif irid, imma biex inżommu din il-liġi aġġornata ma' l-iżviluppi teknoloġiċi li jkun hawn.", "Altrimenti biex inżommu l-istess nomenklatura u ma nidħlux fil-problema tal- limitazzjonijiet li jirrestrinġu l-operat irridu nagħmlu \"\"communications\" means communications and includes telecommunications, etc. ...\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, m'aħniex qed niftehmu.", "Jien fhimt li qed nitkellmu fuq telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce u internet services, imbagħad l-affarijiet l-oħra li ġejjin fil-futur jiġu covered by order.", "Issa jekk hemm xi ħaġa oħra diġà fuq il-platt għandna nkunu nafu x'inhi.", "(Interruzzjonijiet ) Issa jien naf x'inti kapaċi tagħmel?", "Forsi kapaċi tiekol l-ispagetti minn żewġ naħat!", "L-affarijiet ġodda li deħlin se jkunu covered by order, jiġifieri tista' tagħmel \"means\" u f'dak il-każ \"means\" tkun tfisser l-elenku ta' dawk li diġà għandu quddiemu fuq il-platt il-gvern u dawk li aktar 'il quddiem jista' jiddieċedi li jdaħħal għax ikunu daħlu, kif qal l-Onor.", "Dalli, permezz ta' żvilupp teknoloġiku.", "Hemm raġuni għal dan li qed ngħid.", "Imbagħad għandna d-definizzjoni l-oħra ta' \"Minister\" li tgħid hekk:", "\"\"Minister\" means the minister responsible for communications.\".", "Allura x'jiġri meta jkun hemm affarijiet ġodda li jkunu jaqgħu taħt ministru ieħor jew meta jkun hemm gvern li ma jkollux ministru responsabbli mill-communications.", "Per eżempju, safejn naf jien dan il- gvern m'għandux minister for communications.", "Imbagħad għandek ukoll it- trasport u l-posta.", "Issa ma nafx jekk il-posta taqax taħt il-Ministru Censu Galea.", "(Interruzzjonijiet) Hemm aħna!", "Jekk il-kelma \"communications\" mhijiex definita ben tajjeb, kif qegħdin niddefinixxu \"Minister\" bħala \"the minister responsible for communications\"?", "Jista' jkun hemm amministrazzjoni oħra, anke taħt dan il-gvern, fejn se tinqasam din il-ħaġa.", "Allura kif se tinqasam din il-ħaġa jekk qed nitkellmu dwar \"minister for communications\"?", "Għalhekk huwa importanti li din id- definizzjoni tiġi definita b'mod preċiż.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naħseb li t-tifsira tal-kelma ''communications'' hija magħmula b'dan il-mod apposta għax, kif diġà għedt, ma tistax tgħid li din il-kelma tfisser telecommunications, postal services eċċ. u lanqas tista' tgħid li tfisser dawn l-affarijiet kollha flimkien.", "Għalkemm telecommunications, postal services u kull item ieħor huma parti minn communications, attwalment l-ebda waħda minnhom ma tagħmel it-tifsira sħiħa tal-kelma ''communications'' u għalhekk qegħdin ngħidu \"includes\".", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni donnu qed igħid li qisu hemm xi ħaġa bejn telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce, internet services u mbagħad distakkat minnhom hemm \"such other matters as the minister may by order from time to time prescribe\".", "Jien mhu qed nara l-ebda affarijiet oħrajn li mhumiex inklużi f'dawn il-ħames elementi jew inkella li għad iridu jiġu żviluppati li b'xi mod ifissru dawn.", "Pero', kif qal il-Ministru Dalli, jekk għada se jkun hawn żvilupp teknoloġiku dan inkunu nistgħu ninkluduh fil-kelma \"communications\" - nafu li dan il-qasam tant qed jiżviluppa li forsi sakemm niġu biex nikkonkludu dan id-dibattitu jkollna ninkludu affarijiet oħrajn! - biex inkunu nistgħu nżommu lilna nfusna aġġornati mal-bidliet li jsiru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, hija ħaġa ċerta li se jkun hemm żviluppi f'dan il-qasam u din aċċennajna għaliha iżjed qabel.", "Pero' dan l- abbozz ta' liġi suppost għamilnieh biex niċċaraw l-affarijiet u biex inneħħu l-ambigwità.", "Jien insostni l-punt tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, għax din id-definizzjoni hija open-ended wisq u tista' ġġebbidha kemm trid.", "Apparti minn hekk, jekk jinqala' xi żvilupp teknoloġiku jista' jkun hemm nies li jkunu jridu li ċerti affarijiet jidħlu fil-liġi mentri oħrajn ikollhom interess li dak l-iżvilupp partikolari ma jidħolx fil-liġi.", "Għalhekk jien nixtieq nissuġġerixxi lill-Ministru li għandu jkun hemm definizzjoni ċara ta' x'inhuma dawk l-affarijiet kollha li 'l quddiem jistgħu jiżviluppaw ħalli 'l quddiem ma jkunx hemm ambigwità.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-frażi ''dawk l-affarijiet kollha li l-ministru jista' permezz ta' ordni minn żmien għal żmien jippreskrivi'', għandha tiġi ċċarata.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nerġa' nispjega l-punt tiegħi għax ma nixtieqx li noqogħdu nduru mal-lewża.", "\"Communications\" means a set of activities, li fihom hemm telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce u internet services u magħhom hemm affarijiet oħra li jistgħu jiżviluppaw aktar 'l quddiem li l-gvern irid salvagwardja fuqhom biex ikun jista' jdaħħalhom taħt \"communications\".", "Mela dan is-sett ta' affarijiet huwa well defined, imma mbagħad għandek affarijiet oħra li jista' jdaħħal il-ministru by order aktar 'il quddiem meta jiżviluppaw.", "Pero' mbagħad qed ngħidu aktar minn hekk.", "Fil-fatt qed ngħidu wkoll li jista' jkun hemm xi ħaġa oħra li ma nafux x'inhi u li taqa' outside these parameters u tista' tidħol għax hawnhekk għandna \"\"communications\" includes\" u mhux \"means\".", "Per eżempju, hawnhekk tista' ddaħħal it- telepatija bejn il-fniek għax din mhijiex eskluża!", "M'għandekx bżonn order mill-ministru biex iddaħħal it-telepatija bejn il-fniek taħt \"communications\"!", "Telepatija bejn il-fniek ma taqax taħt dawn is- servizzi diġà definiti u l-ebda ministru m'hu se jdaħħalha by order naħseb jien, iżda xorta tista' tidħol taħt \"communications\" kif qiegħda din id- definition!", "Nispera li qed jinftiehem il-punt tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, bir-rispett kollu lejn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, telepatija bejn il-fniek mhijiex parti mill-communications fid-dinja tal-lum għax hawnhekk naħseb li qed nitkellmu fuq affarijiet ferm iktar serji mit-telepatija bejn il-fniek!", "Donnu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jistaqsi jekk bejn dak li hemm żviluppat diġa' u dak li għad irid jiżviluppa hemmx affarijiet oħrajn li diġa' jeżistu jew inkella diġa' qegħdin fuq xi agenda x'imkien u mhux qed jiġu nklużi b'xi skop.", "Jien inserraħ ras il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li m'hemm xejn minn dawn l- affarijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien ma nistax nifhem x'inhi l-problema tal- Ministru biex jibdel ftit id-drafting ta' din id-definizzjoni.", "Peress li jidher li ħafna minn dawn il-liġijiet li qed iwaqqfu l-awtoritajiet huma mibnijin fuq liġijiet Ewropej, nixtieq nistaqsi jekk f'dan il-każ il-gvern għamilx xi studju jew riċerka dwar liġijiet oħrajn li jiddefinixxu l-kelma ''communications''.", "Fl-Italja, fi Franza u fil-Libja, per eżempju, id- definizzjoni ta' ''communications'' xi tgħid?", "Ta' min jgħid li filwaqt li l-abbozz ta' liġi huwa marbut kollu mal-komunikazzjoni, m'hawnx definizzjoni ta' ''komunikazzjoni'' għax hawnhekk you are including not giving a meaning.", "Għalhekk fl-opinjoni tagħna hemm bżonn li nagħmlu definizzjoni tal-kelma ''communications'' peress li din li għandna m'hi definizzjoni xejn.", "Barra minn hekk ikollok safeguard għal dak li jista' jinħoloq aktar 'il quddiem.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naħseb li aktar milli nipprovaw insibu xi għerq ta' xi definizzjoni f'xi pajjiż ieħor, kif qed jipprova jagħmel l-Onor.", "Farrugia, aħjar nillimitaw ruħna għar-realtajiet kif inhuma.", "Jien nifhem li kull wieħed minna f'din il-Kamra jaf li bil-mod kif qed tiżviluppa llum il-komunikazzjoni ma nistgħux ngħidu li din il-kelma tfisser hekk, hekk u hekk, meta fir-realta' nafu li dawn huma biss parti mill-communications.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-esperti li għamlulu d-drafting ta' din il-liġi għamlux riċerka jew riferenza għal liġijiet oħra?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Chairman, fl- opinjoni tiegħi l-leġislatur ma baqax għaddej bil-kelma ''means'' fil-każ tad-definizzjoni ta' ''communications'' sempliċement biex inkunu iżjed flessibbli.", "Fil-fatt jekk kemm-il darba nagħmlu ''means'' se nkunu qed nirrestrinġu t-tifsira ta' x'servizzi għandha tinkludi l-kelma ''communications''.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien nerġa' nsostni li d-definizzjoni ta' ''komunikazzjoni'' m'hi definizzjoni xejn imma statement li jinkludi kollox.", "Per eżempju, il-Ministru seta' kiteb ''komunikazzjoni tinkludi'' u nkluda kollox.", "Qed ngħid dan għax wara li kiteb u qal li \"komunikazzjoni\" tinkludi telekomunikazzjonijiet, servizzi postali, protezzjoni ta' data, kummerċ elettroniku, servizzi ta' l-internet\", kiteb il-kliem ''u dawk l- affarijiet kollha''.", "Jekk 'il quddiem ikun hemm żviluppi f'dan il-qasam li jkunu kontenżjużi se jkollok rebus sħiħ, bħalma kien hawn din is- sena qabel ma ġiet promulgata din il-liġi.", "Jien fil-bidu għedt li kien hemm bżonn li ssir liġi bħal din proprju minħabba d-diżgwid li kellna f'dan is-settur - kif semmejt diġa', kien hemm diżgwid fil-qasam tal-Maltacom u diżgwid bejn operaturi tas-servizzi ta' l-internet - pero' issa li wasalna biex nagħmlu din il-liġi qed insibu difetti kbar.", "Fil-fatt din il-liġi minflok se tiċċara l-affarijiet se tkompli tħawwadhom.", "Jista' jkun li din il-liġi se tiċċara s-servizzi li hemm inklużi imma meta għandek settur li qed jiżviluppa b'dan il-mod huwa importanti li ċ-ċarezza ta' l-affarijiet tkun għal quddiem wkoll.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Chairman, meta tiġi biex tagħmel liġi bħal din ħafna drabi tkun qed titkellem fuq suġġetti li jkunu qed jiżviluppaw bl- iktar mod dinamiku u naħseb li hawnhekk id-drafters evitaw li jagħmlu definizzjoni tal-kelma ''communications'' għaliex tant kienu jagħmlu definizzjoni wiesgħa li kienu jġibuha tfisser inqas milli tfisser definizzjoni parzjali!", "Fil-fatt din mhijiex definizzjoni watertight u l- kummenti li saru mill-oppożizzjoni minn dan il-lat huma validi.", "Ħadd m'hu qed jgħid li din id-definizzjoni hija watertight biex iwaqqa' xi argument li qed jagħmlu l-kelliema ta' l-oppożizzjoni min dan il-lat.", "Il-punt huwa li jidher li d-drafters ħassew il-bżonn li jħalluha iktar miftuħa minħabba l-mod dinamiku ta' dan is-settur u allura qalu x'tinkludi.", "Din mhux l-ewwel darba li għamilna hekk f'dan il-parlament.", "Ovvjament x'tinkludi hija parti mit-tifsira, imma jista' jkun hemm ukoll affarijiet oħrajn li mhumiex qegħdin imsemmijin hawnhekk u huma parti mil-kelma ''communications''.", "Dawn ma jridux ikunu affarijiet li m'għandhom l-ebda relazzjoni mat-tifsira fil-lingwa ta' dik il-kelma għaliex l-ebda qorti m'hi se tinterpreta kelma li ma jkollha l-ebda relazzjoni mat-tifsira ta' dik il-kelma fil-lingwaġġ normali jiġifieri hemm limitazzjoni minn dak il- lat.", "Barra minn hekk dan is-settur tant huwa dinamiku li l-kelma ''includes'' ma ħassewhiex biżżejjed u qalu ''by order the minister may from time to time prescribe.''", "Issa jien ma narax preokupazzjonijiet kbar f'din it-tip ta' definizzjoni għaliex f'dan l-istadju wieħed irid iħares lejha u jagħtiha lok li tiżviluppa.", "Dan huwa stadju ta' żvilupp verament wiesa' u dan li qed nagħmlu llum żgur li mhuwiex l-aħħar kelma li qegħdin ngħidu.", "Kien hemm żmien meta konna nagħmlu liġijiet f'dan il-parlament u ma narawhomx qabel għaxar snin wara, jiġifieri naħseb li jekk liġijiet bħal dawn ma narawhomx wara ftit żmien se nkunu qed nagħmlu disservice lill- pajjiż.", "Irridu ndaħħlu f'moħħna li hawnhekk qed nagħmlu liġijiet li dan il-parlament irid iħares lejhom perijodikament.", "Din qed ngħidha wkoll għall-attenzjoni tal-Ministru għaliex irridu nżommu għajnejna miftuħa kontinwament għall-iżviluppi li jkunu qed isiru.", "Fl-opinjoni tiegħi ma naħsibx li din id-definizzjoni għandha tinkwetana wisq.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk ikkonsultax ma' l-esperti wara dak li staqsejtu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, meta d-drafters ġew biex ifasslu l-liġi li għandna quddiemna raw diversi pezzi ta' leġislazzjoni, pero' finalment waslu għall-konklużjoni li fl-aħħar mill-aħħar l-interess ta' l-awtorità dwar il-komunikazzjoni se jkun li tara li l-iżviluppi li jseħħu fit- telecommunications, servizzi postali, fid-data protection, fl-electronic commerce u fl-internet services ikunu parti mill-funzjoni tagħha.", "Proprju għalhekk li d-drafters waslu għall-konklużjoni li t-tifsira tal- kelma \"komunikazzjoni\" għandha tkun kif fil-fatt hija miktuba fl-abbozz li għandna quddiemna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jidher li l-Ministru ma jridx jisma' pero' xorta se nagħmel suġġeriment.", "Jikkonsidra l-Ministru li għallinqas iżid il-kelma \"konnessi\", ħalli din ma tkunx wiesgħa b'tali mod u manjiera li l-gvern ikollu l-fakultà kollha li jdaħħal kwalunkwe ħaġa li ma tkunx relatata ma' dawk l-affarijiet?", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien kont se nkompli fuq il-punt li semma l-Onor.", "Michael Frendo, li qal li ma jimpurtax billi nħalluha ftit miftuħa għax il- prattika tirranġaha.", "Grazzi!", "L-Onor.", "Membru kien ikollu raġun kieku qed nitkellmu fuq parti li mhijiex il-cornerstone ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Kieku din kienet xi ħaġa aktar baxxa jew aktar sekondarja nifhimha, imma li nħalluha miftuħa beraħ meta hija l-main point ta' l-abbozz ta' liġi ma nifhimhiex.", "U allura for the record se nistaqsi jekk il-kelma \"communications\" għandhiex tfisser għall-gvernijiet futuri dawk il-ħames affarijiet li nafu x'inhuma such other matters as the minister may by order from time to time prescribe u affarijiet oħra li ma nafux x'inhuma.", "Nerġa' ntenni li \"includes\" għal xi ħaġa relattivament sekondarja wieħed jifhimha, imma għal xi ħaġa li hija l-pedament ta' l-abbozz ta' liġi ma tinftiehemx.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, bir-rispett kollu, naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzoni qed jara affarijiet li la huma miktuba u lanqas hemm l- intenzjoni li xi ħadd jiktibhom jew jinterpretahom.", "Fid-definizzjoni li qed nitkellmu dwarha għandna l-ħames items li huma msemmijin b'isimhom u għandna \"and such other matters as the minister may by order from to time prescribe\".", "Allura x-xi ħaġa l-oħra miktuba jew inkella b'xi mod interpretata mill-kliem li għandna hawnhekk ma nafx minn fejn tirriżulta.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nistaqsi xi ħaġa li kont se nistaqsi aktar tard.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jitrikkeb fuq il-Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997, jiġifieri rridu naraw waħda ma' l-oħra.", "Per eżempju, wieħed jista' jħares lejn id-definizzjoni ta' \"telecommunications service\" bl-istess mod li it is open-ended, pero' dik il-liġi m'għamilnihiex open-ended u ma nistgħux ngħidu li ma konniex qed niffaċċjaw l-istess tip ta' sitwazzjoni kif qed niffaċċjaw hawnhekk.", "Din id-definizzjoni li hemm taħt it-Telecommunications (Regulation) Act tgħid hekk:", "\" \"Telecomunications service\" means any one or more of the following ...\",", "u ssemmilek tliet affarijiet.", "F'dik il-liġi ma ħallejniex lok għall- ambigwita' u xorta hemm il-ftuħ kollu li trid.", "Allura x'inhu jżomm lill- Ministru milli jgħid:", "\" \"Communications\" means any one or more of the following:", "(a) telecomunications, postal services, data protection, electronic commerce and internet services; and", "(b) such other matters as the minister may by order from time to time prescribe.\".", "Il-fatt li ma jridx jagħmel hekk ifisser li hemm a third class ta' attivitajiet open-ended li ma nafux x'inhuma.", "Din ma tagħmilx sens.", "Jekk naqraw it-Telecommunications (Regulation) Act insibu li diġà għandna mudell fuq kif naħdmu u ma nkunu qed nirrestrinġu l-ebda gvern biex imexxi u l- ebda potenzjal imma l-cornerstone ta' dan l-abbozz ta' liġi trid tkun definita.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Peress li l-Ministru qal li l-esperti raw xi liġijiet oħra, nixtieq nistaqsih jekk id-definition ta' \"komunikazzjoni\" hijiex bħal din li għandna quddiemna.", "Per eżempju, il-Franċiżi, li f'dan il-qasam qegħdin fuq quddiem nett, x'definizzjoni għandhom fil-liġi ta' din il-kelma?", "Qed nistaqsi dan għax meta tgħid \"tinkludi\" tkun qed tirrestrinġi jew ikun hemm xi ħaġa oħra li tista' tkun inkluża u ma tkunx inkluża.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-kumment li għadu kif għadda l-Onor.", "Farrugia diġà ssemma fil-bidu ta' dan id-dibattitu.", "Taħt din id-definizzjoni għandna mniżżla dawk il-ħames items u jekk għada pitgħada jiżviluppaw affarijiet oħra u tinħass il-ħtieġa li għandhom jiġu nklużi, il-ministru jdaħħalhom by order, jiġifieri dan ma jaqbadx u jiktibhom x'imkien bil-moħbi.", "Safejn naf jien dan il-parlament ukoll ikollu ċ-ċans li minn żmien għall-ieħor jiddiskuti ordni - jekk xi ħadd iħoss li jrid jikkontestaha - ordni li tkun ħarġet f'dan is-sens.", "Issa jekk l-oppożizzjoni jidhrilha li tista' tagħmel definizzjoni aħjar aħna naċċettaw bil-qalb kollha, pero' mhu qed nara l-ebda mod differenti kif attwalment nistgħu ninkludu dawn l-affarijiet u neskludu affarijiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-opinjoni tagħna, din id-definizzjoni għandha tkun hekk: \" \"communications\" means any one or more of the following:", "(a) telecomunications, postal services, data protection, electronic commerce and internet services;", "(b) and such other matters as the minister may by order from time to time prescribe.\".", "Dak kollox!", "Din hija bbażata fuq it-Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nixtieq inqajjem punt ieħor.", "Jien naħseb li l-protezzjoni ta' data fiha nnifisha m'għandhiex tiġi nkluża mad- definizzjoni ta' \"komunikazzjoni\", għax għalkemm hija relatata mal- komunikazzjoni hija xi ħaġa totalment differenti.", "Ovvjament din għandha tidħol fil-kamp regolatorju ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien kellimt lill-konsulenti legali li hawn hawnhekk dwar is-suġġeriment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, pero' dawn qaluli li bid-definizzjoni li qed isemmi Dr Sant jekk wieħed mis-servizzi jkun x'imkien in between bejn wieħed mis-servizzi elenkati hawnhekk, fil- prattika jkun impossibbli li tirregolah.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, naħseb li l-Ministru fehem ħażin għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma biss (a) u (b), l-ewwel waħda \"telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce and internet services\"; u t-tieni waħda \"such other matters as the minister may by order from time to time prescribe\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, l-argument tal-Ministru huwa li jekk ikun hemm xi ħaġa li tiżviluppa bejn, ngħidu aħna, is-servizz ta' l- internet u s-servizz ta' l-electronic commerce ma tkunx tista' tiġi nkluża fid-definizzjoni.", "Dan mhuwiex argument għax f'dan il-każ din taqa' taħt \"dawk l-affarijiet l-oħra kollha li l-ministru jista' permezz ta' ordni minn żmien għal żmien jippreskrivi\".", "Pero' ma tagħmilx sens li jkun hemm żvilupp li jista' jkun li ma jkollux relazzjoni mat-telekomunikazzjoni u mal-komunikazzjoni, ikun kontestat u l-Ministru jieħu pożizzjoni li ma tkunx ċara.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Chairman, jekk nagħmlu l-kelma \"means\" se nirrestrinġu l-affarijiet u f'każ ta' kontestazzjoni legali min ikun qiegħed jiddelibera se jkollu idejh marbuta.", "Per eżempju, bil-kelma \"includes\" din l-awtorità tista' tinkludi l-mobile commerce taħt id- definizzjoni wiesgħa ta' l-electronic commerce.", "Dawn huma titles ġenerali ta' attività kummerċjali.", "Jekk kemm-il darba jkollna l-kelma ''means'' se nkunu qed nirrestrinġu biss dak li b'mod ġenerali u xejn iżjed minn daqshekk wieħed se jinkludi f'dan it-title li qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "Għaldaqstant il-leġislatur qiegħed jagħmel tajjeb li jħalli l-kelma ''includes\", għax fil-prattika qed iħalli jdejn din l-awtorità miftuħa ħalli tkun tista' tiddeċiedi u taħdem ferm aħjar milli kieku jkollha l- kelma \"means\".", "Dan il-qasam tant huwa vast li jista' jkollok konnotazzjonijiet oħrajn.", "Jekk nagħmlu l-kelma \"means\", l-internet service, per eżempju, ma jiġix jaqa' taħt il-kompetenza ta' din l-awtorità.", "Għalhekk jekk irridu li din l-awtorità taħdem, tkun inklussiva u tiġbor taħt id-direzzjoni tagħha l- iktar servizzi wiesgħa, għandna nħallu l-kelma ''includes'' għax din ma tkunx qed tirrestrinġi lill-istess tifsira li tkun qed tagħti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, għalkemm dan il-qasam qed jiżviluppa b'ritmu mgħaġġel, m'aħniex qed nitkellmu daqshekk fl-astratt li ma nistgħux nagħtu definizzjoni.", "Qabel ma dan l-abbozz ta' liġi tressaq quddiem dan il-parlament il-partijiet konċernati ltaqgħu u ddiskutew l-affarijiet bejniethom, jiġifieri ċertament li hemm punt fiss ta' partenza.", "Barra minn hekk, dan li għadu kif qal is-segretarju parlamentari jikkonferma li teżisti t-tielet ħaġa.", "Kieku ma teżistix it-tielet ħaġa, li n-naħa tal-gvern qed tinnega li teżisti, kieku ma kienx se jitkellem hekk l-Onor.", "Vassallo.", "Dan semma dawn il-ħames servizzi li huma elenkati taħt din id-definizzjoni, l-affarijiet l-oħrajn li jista' jinkludi l- ministru u affarijiet oħrajn li wieħed jista' jkollu jiddeċiedi dwarhom biex jara jekk dawn jaqgħux taħt il-liġi jew le.", "Dan jikkonferma li meta wieħed iħalli l-kelma ''includes'', hemm it-tielet kategorija li mhix ċara għal din in-naħa tal-Kamra.", "Għalhekk naħseb li wieħed għandu jilqa' s- suġġeriment tan-naħa ta' l-oppożizzjoni u titressaq emenda f'dan is-sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naħseb li qed induru ma' l-istess kliem kontinwament.", "Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Abela li qal li donnu qed nitkellmu fuq xi ħaġa fl-astratt u li qed nibżgħu nagħtu definizzjoni.", "Din m'hijiex kwestjoni li tibża' mill-astratt jew tibża' li tmur 'il bogħod minn dak li taf.", "Illum l-affarijiet tant żviluppaw b'mod mgħaġġel li nkunu qegħdin nimxu fid-direzzjoni żbaljata jekk nipprovaw niddefinixxu affarijiet li fir-realtà fihom infushom qegħdin jinbiddlu kontinwament.", "Naħseb li tkun qiegħed tagħmel ħsara lid-definizzjoni ta' \"komunikazzjoni\" jekk tipprova tkun speċifiku żżejjed.", "Għalhekk filwaqt li din il-klawsola tiddefinixxi l-affarijiet li huma diġà magħrufa minn kulħadd, fl-istess ħin qed tgħid li l-ministru jista' b'ordni jippreskrivi affarijiet oħrajn f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Rigward dak li kien qed igħid l-Onor.", "Abela, irrid ngħid li jien ma kontx qed nalludi li hemm xi ħaġa moħbija li ma nistgħux nitkellmu dwarha.", "Jien qed ngħid li t-tifsira li qed jipproponi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li \" \"komuniikazzjoni\" tfisser kummerċ elettroniku ... \" .", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tagħmilnix daqshekk baħnan, per carità!", "Jien mhux hekk ipproponejt.", "Jien ħadt id-diċitura kif inhi u għamilt (a) and (b).", "(Interruzzjonijiet) Issa aħjar għax qed tagħmilni baħnan doppjament!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Skużi, l-argument mhuwiex li nikkonsidraw min hu baħnan jew le!", "Li qed ngħid jien huwa li jekk ikollna l-kelma \"includes\", dak li jaqa' taħt electronic commerce jiġi nkluż, pero' jekk ikollna l- kelma \"means\" se nkunu ristretti.", "Jekk ikollna l-kelma \"means\" ma nistgħux ninkludu l-mobile commerce, per eżempju, taħt l-electronic commerce, jew id-digital postal services taħt il- postal services.", "Għalhekk għandna nħallu l-kelma \"includes\", ħalli dawn ikunu jistgħu jiġu nklużi taħt is-servizzi li għandna elenkati hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, meta għall-fini tal-liġi tkun qed tiddefinixxi l-affarijiet trid tkun preċiż .", "Dan jafu kulħadd, speċjalment dawk in-nies li qegħdin fil-qasam legali.", "Hawnhekk qed niddiskutu suġġett li qed jevolvi b'mod mgħaġġel u d-definizzjoni trid tkun miftuħa b'ċertu mod u manjiera li tkun tista' tinkludi ċerti affarijiet li se jiżviluppaw iżjed 'il quddiem, pero' din il-liġi hija miftuħa żżejjed u ma tagħmilx sens għax il-ministru se jkollu poteri li m'humiex definiti skond il-liġi.", "Għalhekk jien insostni li għandha ssir emenda biex id-definizzjoni għallinqas tkun tillimita l-affarijiet b'ċertu mod u manjiera li ma jkunx hemm konflitti.", "Jien mhux qed ngħid li din trid tkun limitata b'mod li ma tkunx tista' tinkludi dak kollu li jista' jiżviluppa f'dan il-qasam, pero' jrid ikollna limitazzjonijiet ċari biex għall-finijiet tal-liġi din tkun definizzjoni reali, ċara u tajba.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien ma nafx kemm saru riċerki meta sar id- drafting ta' dan l-abbozz ta' liġi u lis-segretarju parlamentari naċċertah li aħna għamilna xogħolna tajjeb min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Il-Ministru sab diffikultà biex jaċċetta l-emenda tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax qal li jista' jkun li \"somewhere in between\" ikun hemm xi ħaġa li tidħol jew ma tidħolx u tibqa' mdendla.", "Imma \"tinkludi\" tfisser li jista' jkun hemm xi ħaġa oħra li mhijiex inkluża, fis-sens li jekk inti tgħid li din tinkludi \"A\", \"B\" u \"C\", dak ikun ifisser li \"X\", \"Y\" u \"Z\" mhumiex esklużi.", "Għalhekk din \"is-somewhere in between\" li qed isemmi l-Ministru aktar qiegħda hemm kif inhi bħalissa drafted il-liġi milli kif qed jipproponiha l- Kap ta' l-Oppożizzjoni, għaliex meta inti għandek \"tinkludi\" jista' jkollok xi ħaġa oħra li mhijiex imniżżla.", "Kulma qed ngħidu aħna huwa li għandna nagħmlu definizzjoni aktar ċara u li tkun tagħmel aktar sens.", "Jien nixtieq lill-Ministru jgħidilna ftit jekk id-definizzjoni Franċiża għandhiex \"includes\" jew inkella tagħmilx sett ta' karatteristiċi ta' xi tfisser \"komunikazzjoni\".", "Issa jekk tan-naħa l-oħra mhux qed jaqblu ma' dan kollu, aħna se nkunu kostretti li nressqu l-emenda tagħna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, hawnhekk qed nużaw terminoloġija wiesgħa apposta u naħseb li kieku kellna niddiskutu kull item li hawn hawnhekk ndumu għaddejjin ħafna aktar milli domna s'issa nduru mal-kelma \"komunikazzjoni\"!", "Nerġa' ntenni li fejn għandna \"dawk l-affarijiet l-oħra kollha li l-ministru jista' permezz ta' ordni minn żmien għal żmien jippreskrivi\", ma tfissirx li l-ministru jista' jdaħħal xi affarijiet fil- liġi mil-lum għal għada, imma hemm il-proċedura legali li jrid jaġixxi fuqha.", "Mr Chairman, nixtieq ngħid ukoll li d-drafters raw leġislazzjoni oħra, pero' issa nispera li ma jiġux xi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni jgħidulna biex nikkopjaw il-leġislazzjoni ta' Franza, per eżempju, jew ta' pajjiż ieħor!", "Minn hawnhekk toħroġ il-kontradizzjoni min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Peress li jien għedt li aħna kkonsultajna leġislazzjoni oħra pero' ma kkopjajnihiex, allura qed jistaqsuna: Imma l-leġislazzjoni ta' Franza bħal ta' Malta?", "Le, il- leġislazzoni ta' Franza mhijiex bħal ta' Malta għax aħna ma rridux inkunu bħal Franza.", "Aħna rridu li jkollna awtorità regolatorja Malta u la fi Franza, la fl-Italja u lanqas fil-Ġermanja.", "Aħna rridu li jkollna awtorità li taħdem fil-parametri li jillimita dan il-parlament u mhux nikkopjaw affarijiet li huma ta' ħaddieħor.", "Dan hu l-iskop u għalhekk qegħdin nilleġislaw b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, liIl-Ministru ħadd ma qallu biex jikkopja leġislazzjoni ta' xi pajjiż ieħor, pero' peress li l-gvern dejjem isemmi l-Ewropa jien qed ngħidlu biex jara x'għamlu fi Franza, pajjiż minn ta' quddiem nett f'dan il-qasam, u naraw kif nistgħu intejbu ftit il-liġi tagħna.", "Ma nafx għalfejn ħa għalih il-Ministru!", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru qal li \"\"communications\" tfisser telecommunications, postal sevices, data protection, electronic commerce, internet services u dawk il-materji l-oħra li l-ministru may by order from time to time prescribe\".", "Dan huwa l-crux ta' l-istorja, ċioe' jekk tfissirx dawn iż-żewġ affarijiet jew hemmx xi ħaġa oħra li ma nafux x'inhi.", "Dan huwa l-punt tagħna.", "Il-Ministru qed jagħmel żball li mhux qed ikun konsonanti mat-Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-liġi hemm miktub żewġ affarijiet u dan it-tielet ħaġa li qed jirriferi għaliha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma nafx fejn qiegħda.", "Aħna nifhmu dak li hemm miktub u jien m'inix imdorri nifhem affarijet li ma jkunux miktubin!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nagħti eżempju ta' dak li qed ngħid.", "Jekk ngħidu li f'din il-Kamra hawn inklużi l-Onor.", "Ċensu Galea u l-Onor.", "Edwin Vassallo jkun veru, pero' hawnhekk hawn aktar membri.", "Kieku kellna ngħidu li f'din il-Kamra hawn biss l-Onor.", "Galea u l-Onor.", "Vassallo - u veru li bħalissa m'hawn ħadd aktar min-naħa tal-gvern - inkunu ddefinejna s- sitwazzjoni eżatt.", "Dik hi d-differenza!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien se nuża l-eżempju li għadu kemm ta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk, per eżempju, jittieħdu passi dixxiplinarji kontra tiegħi u kontra l-Onor.", "Vassallo, is-Sedja tinvestiga lilna biss.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li l-awtorità ta' Malta dwar il-komunikazzjoni għandha l-funzjoni li tara items \"A\", \"B\", \"C\", \"D\" u \"E\" u, jekk ikun il- każ, l-affarijiet l-oħrajn li l-ministru jista' minn żmien għal-żmien jawtorizza.", "Din hija ċara.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Ħassar il-kliem minn \"\"komunikazzjoni\"\" sa \"jippreskrivi;\" u daħħal minflok dan li ġej:", "\"\"komunikazzjoni\" tfisser waħda jew iżjed minn dawn l-affarijiet:-", "(1) telekomunikazzjonijiet, servizzi postali, protezzjoni ta' data, kummerċ elettroniku, servizzi ta' l-internet; u", "(2) dawk l-affarijiet l-oħra kollha relatati li l-ministru jista' permezz ta' ordni minn żmien għal żmien jippreskrivi;\".", "\"A\" Delete the words from \"\"communications\"\" to the word \"prescribe\" and insert instead:", "\"\"communications\" means any of the folowing:-", "(1) telecommunications, postal services, data protection, electronic commerce, internet services; and", "(2) any such other related matters as the Minister may by order from time to time prescribe;\".", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naħseb li l-proposta kif inhi miktuba hija differenti minn kif saret aktar kmieni, pero' nixtieq nitlob kopja tagħha lill-oppożizzjoni biex inkunu nistgħu ngħadduha lid-drafters, narawha u eventwalment nivvotaw fuqha.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, issa kjarifika dwar id-definizzjoni ta' \"Minister\" li tgħid hekk:", "\"\"Minister\" means the minister responsible for communications.\".", "Issa x'jiġri f'każ li jkun hemm minister responsible mit-telecomms u postal services u minister responsible mid-data protection?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, hawnhekk qed nitkellmu fuq funzjoni ta' awtorità li trid tara kif tirregola l-affarijiet.", "Per eżempju, illum minkejja li l-Maltacom u s-servizz postali jaqgħu taħt il-ministeru għas- servizzi ekonomiċi, il-funzjoni regolatorja, li kif nafu hija funzjoni għal kollox differenti mill-funzjoni kummerċjali ta' l-organizzazzjoni, qiegħda taħt il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "Jien ma nara l-ebda kontradizzjoni li l-E-business u l-e-commerce u affarijiet oħra li semma l- Kap ta' l-Oppożizzjoni jkunu taħt ministeri separati - ta' min igħid li 'l quddiem dawn forsi jkomplu jinqasmu taħt ministeri separati iktar milli huma separati llum u li l-funzjoni ta' l-awtorità ma tkun tolqot biss il- funzjoni kummerċjali ta' organizzazzjonijiet li huma parzjalment jew inkella totalment tal-gvern imma wkoll organizzazzjonijiet privati - sakemm il-funzjoni regolatorja ta' awtorità bħal din jibqa' taħt il- ministeru responsabbli mill-communications.", "Finalment hemm awtorità regolatorja waħda u aħna qegħdin ngħidu li l- awtorità regolatorja f'dak li jirrigwarda l-komunikazzjoni se tkun taqa' taħt ir-responsabilità tal-ministeru li huwa responsabbli mill- communications.", "Għalhekk ma tqumx il-kwestjoni li qed isemmi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien xorta ma fhimt xejn - forsi veru qed nitbaħnan bħalissa! - għax huwa ovvju li hemm funzjonijiet ta' tmexxija u funzjonijiet regolatorji, pero' l-mistoqsija tiegħi hija din: Minn fejn joħroġ li l-ministru responsabbli mill-communications huwa responsabbli mir-regolazzjoni tal-communications?", "Qed ngħid hekk għax \"communications\" ma tfissirx \"regulation of communications\".", "Ħlejna ħafna ħin niddefinixxu xi tfisser din il-kelma.", "\"Communications\" għadna kemm iddefinejna in terms of line functions.", "Imkien m'hu imsemmi li \"communications\" tfisser regulations of telecommunications, postal services, etc u allura l-ministry responsible for communications is a line ministry.", "(Interruzzjonijiet)", "Mela ma jistax ikun li gvern jiddeċiedi li r-regulation of data protection tkun taħt ministeru u regulation of telecommunications tkun ta' ministeru ieħor?", "Dan ifisser li b'din id-definizzjoni qed niddeċiedu li mil-lum 'il quddiem kull gvern se jkollu ministru wieħed responsabbli mir- regulation tagħħom kollha?", "Bir-rispett kollu, din ma toħroġx minn din id- definition.", "Bl-ebda mod minn din id-definition ma joħroġ li l-minister responsible for communications huwa l-minister li se jkun responsabbli mir- regulation tal-communication functions kollha.", "Dwar din għandhom jispjegawlna ftit.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien se nagħmel punt li forsi jista' jgħin xi ftit id-diskussjoni.", "Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li għal xi żmien kien ukoll prim ministru, jaf li huwa l-prim ministru li jiddeċiedi liema ministru se jkollu responsabilità għal xiex.", "Għalhekk dan irid jiddeċiedi li l-ministru responsabbli għall-komunikazzjoni jkun il-ministru li huwa regolatorju għal dak il-qasam.", "Allura bla dubju li jekk huwa jindikah bħala l-ministru responsabbli għall-komunikazzjoni jkun qed jirriferi għalih bħala l-ministru responsabbli għal dak il-qasam.", "Li jista' jkun li wieħed ibiddel f'dan it-test huwa li l-ittra \"k\" ta' \"komunikazzjoni\" jagħmilha capital letter biex nagħmluha ċara li jekk inti tgħid \"Ministru responsabbli għall-Komunikazzjoni\", ma jfissirx neċessarjament li tkun qed tinkludi l-meaning ta' \"komunikazzjoni\" f'din il-liġi għax jista' jkollok ministru li jkollu r-responsabilità ta' affarijiet oħrajn.", "Jien ma naħsibx li għandna norbtu l-meaning ta' \"communication\" mal-meaning tal-ministru responsabbli għal din l-area.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien inħoss li dan il-paragrafu jrid jinbidel għax aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm ministru wieħed responsabbli minn dawn l-affarijiet u allura qegħdin norbtu lill-prim ministru preżenti u lill- prim ministri futuri li għall-konsistenza jagħżlu ministru għall- komunikazzjoni u jinkludu taħtu dawk is-servizzi kollha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, kultant nibda naħseb li għadna ma rrealizzajniex fuqxiex qegħdin nitkellmu.", "Aħna qed inwaqqfu awtorità regolatorja li titkellem dwar dawk id-diversi funzjonijiet li semmejna qabel.", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd f'dan il-parlament li qed jgħid li awtorità regolatorja waħda se taqa' taħt ir-responsabilità ta' aktar minn ministru wieħed.", "Aħna la qed norbtu id il-prim ministru tal-lum u lanqas id xi prim ministru ta' għada taħt liema kappa jpoġġi din l-awtorità, imma qed ngħidu biss li r-responsabilità ta' l-awtorità ta' Malta dwar il- komunikazzjoni se tkun taqa' taħt il-ministru responsabbli mill- komunikazzjoni.", "Naħseb li bil-Malti qed nitkellmu u m'għandniex għalfejn nitfixklu!", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa veru li qed nitkellmu bil-Malti imma mhux qed niftehmu, Sur President!", "\"The Minister responsible for communications\" huwa dak il-ministru responsabbli mit-telecommunications, postal services, data protection, eċċ. bħala line ministry by definition.", "Issa l-Ministru qed jgħid li din l-awtorità għandha taqa' taħt il-line minister li huwa responsabbli mit-telecommunications eċċ.", "\"Minister responsible for communications\" huwa responsabbli mir-regulations tal-communications jew mil-line-running tal-communications?", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk m'għandniex \"\"communications\" means regulation of,\" jiġifieri din hija a line function.", "Għandna wkoll \"minister responsabile for\", mela din hija a line organisation.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Irridu nagħmlu differenza bejn l-operations ta' ċerti setturi u r-regolamentazzjoni ta' ċerti setturi.", "L-operations ta' dawn is- setturi kollha li qegħdin nitkellmu dwarhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' entijiet speċifiċi.", "Per eżempju, meta nitkellmu fuq telekomunikazzjoni nkunu qed nitkellmu fuq il-Maltacom u fuq operaturi privati, u meta nitkellmu fuq e-commerce inkunu qed nitkellmu żgur fuq operaturi privati oħrajn li se jkunu qegħdin joperaw f'dak is-settur.", "Għalhekk il-ministru tal-komunikazzjoni mhux se jkollu line responsibilities għal dawn l- attivitajiet.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux hekk qed jgħid dan l-abbozz ta' liġi.", "Bis-set-up li għandna llum, huwa l-ministru għas-servizzi ekonomiċi responsabbli mill-operations tal-Maltacom u mhux il-ministru tal- komunikazzjoni.", "Qed nitkellmu bil-Malti u mhux qed niftehmu xorta!", "Aħna qegħdin ngħidu li l-ministru tal-komunikazzjoni huwa magħruf hekk għaliex se jkollu f'idejh ir-regolamentazzjoni tal-komunikazzjoni.", "Il- komunikazzjoni tista' tkun parti mid-dikasteru tiegħu u mill-funzjoni regolatorja kollha li jista' jingħata fil-futur.", "F'dan l-abbozz ta' liġi mhux qegħdin nitkellmu fuq l-operazzjoni tat-telecommunications jew fuq il- Maltacom imma fuq ir-regolatur.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li r-regolatur se jkun fid-dikasteru ta' dak il-ministru li fid-dikasteru tiegħu hemm il- komunikazzjoni.", "Dan jista' jkun il-ministru tal-finanzi, per eżempju, għax il-prim ministru jdaħħallu l-communications bħala parti mid-dikasteru tiegħu u allura jkun il-ministru tal-finanzi, f'dak il-każ partikolari, li jkollu r-responsabbilta' tar-regolamentazzjoni ta' din il-liġi.", "Jista' jkun kwalunkwe ministru li fid-dikasteru tiegħu jkun jinkludi l- communications u jkollu r-responsabbilta' tal-liġi.", "Aħna mhux qed ngħidu li xi ministru partikolari se jkun imsejjaħ ''ministru tal-komunikazzjoni'' imma qed ngħidu li l-komunikazzjoni huwa parti minn dikasteru.", "Per eżempju, il-komunikazzjoni tista' taqa' taħt il-prim ministru.", "Ovvjament dan jiddependi minn kif il-prim ministru jkun qed jorganizza l-ministeri tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li qed issir differenti minn kif konna niktbu l- liġijiet qabel meta konna nsemmu ministru bit-titli fiż-żmien li jkunu qegħdin jgħaddu l-liġijiet.", "Billi minn amministrazzjoni għal oħra jew meta jkun hemm reshuffle jinbidlu t-titli ta' ministri partikolari, jaf ikun hemm xi diffikultajiet.", "Għalhekk fil-liġijiet m'għadniex insemmu ministru b'isem partikolari pero' qed insemmu l-funzjoni li finalment tkun parti minn dikasteru partikolari.", "Jiġifieri b'dak li qed ngħidu hawnhekk m'hemm ebda irbit jew inflessibilta'.", "Il-funzjoni tal-ministru se tkun vis- a-vis r-regolamentazzjoni li toħroġ minn din il-liġi u mhux it-tmexxija ta' l-azjendi li se joperaw fit-telekomunikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ejja nieħdu one problem at a time, Sur President, u nħallu l-problema ta' multiple dikasteri at a second chapter.", "L-ewwel kapitlu huwa li qed nifhmu dwar x'inhi l-intenzjoni tal-gvern.", "Il-gvern qed jgħid li l-ministru li se jkun qiegħed jissorvelja din l-awtorita' se jkun ministru regolatorju, mhux in charge ta' line agency, pero' d- definitions li għandna quddiemna ma jgħidux hekk.", "F'dan l-abbozz ta' liġi għandna li \"''communications'' includes telecommunications\" u din tinkludi l-Maltacom.", "Barra minn hekk jekk inħarsu lejn id-definizzjoni ta' ''Minister'' insibu li ''''Minister'' means the minister responsible for communications'' u communications tinkludi t-telecommunications.", "Dan ifisser li l-minister for communications huwa responsabbli mill-Maltacom.", "(Interruzzjonijiet) Mhux billi tgħidli biex naqra mill-abbozz ta' liġi għax jien minn hemmhekk qed nitkellem.", "Mela jekk il-ministru huwa responsabbli mill-Maltacom mhuwiex a regulatory ministry imma huwa a line ministry.", "Din hija l-ewwel taħwida li toħroġ minnufih.", "(Interruzzjonijiet) Dan l-abbozz ta' liġi ma jagħmilx distinzjoni bejn regulation u line running.", "(Interruzzjonijiet) Fejn qiegħda d- definizzjoni?", "Lanqas \"regulation\" m'hi definita hawnhekk, biex tgħaxxaqha!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, biex forsi min qed jismagħna jifhem xi ħaġa nixtieq ngħid dan.", "F'din l-amministrazzjoni hemm żewġ ministri li tista' tgħid li huma responsabbli mill-komunikazzjoni għax hemm il-ministru għas-servizzi ekonomiċi li għandu taħt id-dikasteru tiegħu t-treġija tas- setturi tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali, u hemm ministru differenti li qed iressaq din il-liġi li huwa responsabbli mir- regolamentazzjoni tal-komunikazzjoni.", "Dan huwa fatt u nispera li n-naħa tal-gvern taċċettah.", "Issa minn dak li qed jgħid il-Ministru bħalissa jidher li jixtieq li bil-kelma ''Ministru'' ried ifisser ministru responsabbli għar-regolamentazzjoni tat-telekomunikazzjoni.", "Pero' l-mod kif inhu miktub dan l-abbozz ta' liġi jfisser il-kontra għax m'hawnx il- kliem ''regolatur għall-komunikazzjoni''.", "Id-definizzjoni ta' ''komunikazzjoni'' li ilna niddiskutu ħafna tinkludi s-servizzi tat- telekomunikazzjoni u servizzi postali u allura qed tirriferi għall-ministru li huwa differenti minn dak li kellu f'moħħu l-Ministru.", "Għalhekk dan l- abbozz ta' liġi m'huwiex ċar u huwa ambigwu.", "MR CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Chairman, fil-long title ta' dan l-abbozz ta' liġi hemm il-kliem: \"awtorita' ta' funzjonijiet regolatorji''.", "Dan ifisser li din il-liġi se jkollha funzjoni regolatorja, jiġifieri se jkollna regolatur fuq il-funzjonijiet tat-telekomunikazzjoni kif imfisser fil-klawsola li ddiskutejna qabel.", "Barra minn hekk, kull darba li nsemmu \"Ministru\" dan se jkun il-ministru responsabbli mill-komunikazzjoni u allura mhux se jkun hemm żewġ ministri li se jkunu responsabbli mill-komunikazzjoni, kif qal l-Onor.", "Buhagiar.", "Għall-fini ta' din il-liġi ma jfissirx li l-ministru għas-servizzi ekonomiċi li llum huwa responsabbli mill-posta u mill-Maltacom huwa regolatur huwa wkoll.", "Għalhekk kull meta nsemmu \"Ministru\" nkunu qed nirriferu għall-ministru responsabbli mill-komunikazzjoni.", "Din il-liġi qed tispeċifika li responsabbli għall-awtorita' se jkun hemm ministru wieħed u jkollna kemm ikollna ministri varji li se jkunu responsabbli mis- servizzi kummerċjali, mhux se jkollna iżjed minn ministru wieħed responsabbli għal din il-funzjoni regolatorja.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien ma rridx nkun polemikuż għaliex I have an open mind fuq l-emenda li ġiet ippreżenata mill-oppożizzjoni dwar it-tifsira tal- kelma ''komunikazzjoni'', pero' kieku kellna nagħmlu l-kelma ''tfisser'' kull darba li nsemmu ministru għall-komunikazzjoni nkunu qed nirriferu għal dawn l-affarijiet kollha li hawn elenkati hawnhekk.", "Pero' din ħalli nħalluha ftit.", "Bir-rispett kollu jien naħseb li qed infettqu ftit - għalkemm huwa tajjeb li nfettqu għax qegħdin fi stadju ta' kumitat - għax fil-liġijiet kollha li għamilna kemm ili f'dan il-parlament ''Ministru'' tfisser ministru responsabbli għal xi ħaġa.", "Dejjem hekk għamilna - issa jekk għamilnihom kollha ħżiena jista' jkun ukoll - pero' skond il- Kostituzzjoni l-prim ministru għandu d-dritt li jappunta ministru u jgħidlu li huwa responsabbli minn dan is-settur.", "Bir-rispett kollu lejn l-argument li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ministru li huwa responsabbli għall-komunikazzjoni mhuwiex responsabbli għall-Maltacom u għall-Vodafone imma huwa responsabbli mis-settur kollu li jaqa' taħt il-komunikazzjoni, kif jiddefinih il-prim ministru fl-għoti ta' l-areas li jagħti lil ministru partikolari.", "Ma naħsibx li jekk din inħalluha kif inhi se noħolqu problema għax il-ministru responsabbli mill- komunikazzjoni jrid ikun responsabbli għat-telecommunications, għall- Maltacom u għall-Vodafone.", "Il-prim ministru jaħtar persuna li tkun responsabbli mill-communications.", "U jekk irridu nkunu aktar żguri li din ma tfissirx bilfors ''communication'' kif qed infissruha fil-liġi pero' kif jiddeċiedi l-prim ministru, għax dik hija fakulta' assoluta tiegħu, skond il-Kostituzzjoni tagħna, allura nistgħu nagħmluha capital letter u tiġi ''Komunikazzjoni''.", "Allura din żgur \"Komunikazzjoni\" kif definita mill-prim ministru u mhux kif definita neċessarjament minn din il-liġi partikolari.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici): Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naħseb li issa wasalna għall-kumment li għaddejt aktar kmieni li jkollna niddefinixxu wkoll kull item li hawn elenkat hawnhekk.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li ''telekomunikazzjoni'' tfisser Maltacom.", "Naħseb li llum il-kelma ''telekomunikazzjoni'' tfisser ferm iktar minn hekk għaliex il-Maltacom hija waħda mill-aġenziji f'dan il- pajjiż li tipprovdi servizzi ta' telekomunikazzjoni.", "It-tifsira ta' ''telekomunikazzjoni'' hija ċara sa mill-bidu nett ta' l-isem ta' din il- liġi.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-long title isib li qegħdin inwaqqfu awtorita' regolatorja dwar il-komunikazzjoni u dan huwa l-pern kollu tad-diskussjoni li għandna quddiemna.", "Għalhekk kull definizzjoni li toħroġ minn dan l-abbozz ta' liġi hija marbuta wkoll ma' l-isem prinċipali; jiġifieri nġebbdu kemm inġebbdu u ndawru kemm indawru t-tifsira ta' ''telekomunikazzjoni'', bl-ebda mod ma nistgħu naslu għall-konklużjoni li din tfisser l-operazzjoni tal-provvediment tas-servizz tal- telekomunikazzjoni.", "Fil-fatt din tfisser affarijiet oħrajn regolatorji kif definiti fl-isem u fil-korp kollu ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien m'għandix dubju li kulmin qed jismagħna u qed isegwi dan id- dibattitu jaf li qegħdin nitkellmu fuq it-twaqqif ta' awtorita' regolatorja tal-komunikazzjoni li se tissostitwixxi r-regolatur li qala' ħafna matul l-aħħar ftit xhur minn kulħadd.", "Għalhekk bl-ebda tiġbid ta' l- immaġinazzjoni ma nistgħu ngħidu li l-ministru li huwa responsabbli mill- komunikazzjoni, kif definit f'dan l-abbozz ta' liġi, huwa wkoll il- ministru responsabbli mill-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Maltacom, ta' xi aġenzija oħra tal-gvern, sew tal-gvern jew inkella privata li tipprovdi t- telecommunications.", "Aħna qed nagħmlu distinzjoni kbira bejn l-operatur li jagħti s-servizzi u dak li jirregola s-settur kollu kemm hu tat- telecommunications u allura ma nifhimx għalfejn qed ngħidu li l-ministru responsabbli mill-komunikazzjoni huwa l-ministru responsabbli mill-enti kummerċjali u allura din il-liġi qed torbot id xi prim ministru fil-futur biex jagħmel ċerti affarijiet.", "Nerġa' ntenni li hawnhekk qed inwaqqfu awtorita' regolatorja waħda li tkun taħt ir-responsabbilta' ta' ministru wieħed.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien għandi l-isfortuna li meta jipprovaw jirrisponduni jaqilbu ta' taħt fuq dak li nkun għedt biex mhux jirrispondu għal dak li nkun għedt imma għal dak li jridu jgħidu li għedt!", "Per eżempju, jien imkien m'għedt li l-ministru tat- telecommunications huwa responsabbli biss mill-Maltacom, imma ċertament fost l-affarijiet li huwa responsabbli tagħhom dan il-ministru hemm il- Maltacom.", "Mela dan ifisser li it is a line ministry.", "Naħseb li lanqas se nsolvu l-problema billi nadottaw is-suġġeriment inġenwu ta' l-Onor.", "Frendo, li ndaħħlu capital 'K' fis-sistema.", "Dik inħalluha għal Franz Kafka u ma tgħoddx għalina!", "Il-punt sempliċi huwa dan.", "Jekk taqra l-abbozz ta' liġi fid-dettall issib li mkien m'hemm li \"communications\" hija regolamentazzjoni tas-settur tal-communications.", "\"Communications\" tfisser dak li tgħid li tfisser.", "U ministru responsabbli mill-communications, li tinkludi t-telecommunications, huwa ministru li se jkollu a line responsibility.", "Issa din tmur kompletament kontra l-filosofija li semmew l- Onor. Vassallo u l-Onor.", "Galea li se jipprovaw jagħmlu split bejn line u regolamentazzjoni.", "Jekk fhimthom tajjeb dawn qed jgħidu li jriduha din l- isplit u min ikun responsabbli mil-line ma jkunx responsabbli mir- regolamentazzjoni, pero' dan l-abbozz ta' liġi mhux qed jgħid hekk.", "Sur President, id-diċitura tal-bidu li tgħid:", "\"An Act to provide for the establishment of an authority to be known as the Malta communications authority and for the exercise by or on behalf of that authority of regulatory functions ... \".", "bl-ebda mod m'hi qed tgħidilna li meta qed nitkellmu fuq \"communications\", kif inhi definita hawnhekk, qed nitkellmu fuq regulation of communications u meta qed ngħidu \"ministru responabbli mill-komunikazzjoni\" qed ngħidu ministru responsabbli mir-regulation of communications.", "Din hija ħaġa sempliċi ħafna.", "Issa l-kumulu ta' funzjonijiet li joħorġu jew ma joħorġux mill-mod ta' kif inhi bbażata din il-liġi huwa punt differenti.", "Din in- naħa tal-Kamra li tal-fehma - ma naħsibx li hija żbaljata - illi li twaddab data protection u l-affarijiet l-oħra kollha taħt l-istess awtorità regolatorja hija perikoluża.", "Aħna nifhmu li jista' jkun hemm gvern ieħor li jgħid li regulation ta' data protection għandha taqa' taħt ministeru differenti mill-regulation of E-mail, E-commerce u telecommunications.", "Issa l-mistoqsija oriġinali li staqsejt jien hija din: X'se jiġri taħt id-definition ta' \"minister responsibile for communications\" għall-finijiet ta' din il-liġi?", "Għalhekk it-tieni punt huwa inqas importanti mill-ewwel punt għax bl-ebda mod ma joħroġ li hawn din l-isplit bejn regulation u line operation li semmew ir-rappreżentanti tal-gvern, anzi qed jagħmlu pasta sħiħa minnha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Biex inżid ma' dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, irrid ngħid li t-tifsira ta' \"Ministru\" kif inhi mhijiex qed tinkludi b'mod ċar dak li qed ngħidu li ministru għandu jkun responsabbli għar-regolamentazzjoni ta' dak li għandu x'jaqsam ma' komunikazzjoni.", "Fil-fatt f'dan l-abbozz ta' liġi din tfisser ministru responsabbli għall-komunikazzjoni, u l-komunikazzjoni kif definita hawnhekk tinkludi telekomunikazzjoni, servizzi postali, protezzjoni tad-data eċċ. Issa kif qal Dr Sant hija perikoluża li jkollok ministru li jkun responsabbli kemm għat-telekomunikazzjoni kif ukoll għall-protezzjoni tad- data, speċjalment meta l-intenzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi hija r- regolamentazzjoni.", "Għalhekk aħna qed nitolbu lill-Ministru biex jikkonsidra li ministru għandu jkun responsabbli mir-regolamentazzjoni tal- komunikazzjoni.", "Huwa interessanti wkoll il-punt li jista' jkollok ministru li jkollu l- portfolio tat-telekomunikazzjoni jew tal-posta u dan ma jkunx l-istess ministru li qed nitkellmu fuqu hawnhekk.", "Hawnhekk jista' jkollok ukoll problema ta' konflitt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien naħseb li l-oppożizzjoni aħjar tara x'inhu l- għan ta' dan l-abbozz ta' liġi u fuqxiex tkellimna fl-istadju tat-tieni qari!", "L-oppożizzjoni qed tara affarijiet li mhumiex qegħdin hawnhekk, imbagħad affarijiet li qegħdin hawnhekk mhux qed tarahom jew inkella taparsi mhux qed tarahom!", "Għalhekk naħseb li wasal il-mument li din tara l-affarijiet li hawn hawnhekk u titkellem fuqhom, mhux titkellem fuq affarijiet li ma rriduhomx ikunu hawnhekk.", "Aħna qed inwaqqfu awtorità regolatorja dwar il-komunikazzjoni u jkun inutli li noqogħdu nsibu raġunijiet oħrajn.", "Qed jiġri li biex inwieġeb qed nipperpetwa l-ħela tal- ħin ta' din il-Kamra u allura m'għandix għalfejn inkompli nikkummenta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, kif taf is-Sinjorija Tiegħek, il- kawżi fil-qorti huma frott tal-litigazzjoni, bħalma għandna fil-parlament, bil-konsegwenzaa li jdumu snin sħaħ sejrin hekk u jbatu n-nies.", "Issa f'dan il-parlament xogħolna hu li nagħmlu liġijiet ċari biex il-qrati jkollhom fuqhiex jimxu.", "Għalhekk huwa l-kompitu tagħna li meta nippromulgaw liġi nkunu ċari kemm jista' jkun biex il-liġi tiġi miżinterpretata kemm jista' jkun mill-inqas.", "Għalhekk huwa importanti li l-liġijiet li nressqu f'dan il-parlament ikunu ċari u mhux ma nagħmlux l- emendi li hemm bżonn biex ma nċedux lil tan-naħa l-oħra.", "Din in-naħa taqbel mal-linja tal-gvern li fejn għandek setturi bħal komunikazzjoni t- tmexxija tas-settur għandha tkun differenti mit-tmexxija regolatorja għax ma jistax ikollok il-pulizija u l-imħallef li jkunu l-istess persuna.", "Pero' kieku t-tifsira ta' \"Ministru\" nagħmluha \"ministru responsabbli għar- regolamentazzjoni tal-komunikazzjoni\" nkunu aktar ċari u ma jkunx hemm ambigwità u barra minn hekk inkunu qed innaqqsu l-litigazzjonijiet fil- qrati.", "Bħalissa qed nara l-Ministru Austin Gatt, li naħseb li huwa fl- interess tiegħu li fil-qrati ma jkunx hemm dawn il-ħafna kawżi li ma jfissru xejn.", "Għalhekk se nressqu emenda biex dan l-abbozz ta' liġi jkun aktar ċar.", "\"B\" \"\"Ministru\" tfisser il-ministru responsabbli għar-regolamentazzjoni tal- komunikazzjoni;\".", "\"B\" \"\"Minister\" means the minister responsible for the regulation of communications;\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "Klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(1) fit-tifsira ta' \"kumitat konsultorju\" minflok il-kliem \"fl- artikolu 29\" għandhom jidħlu l-kliem \"fl-artikolu 28\";", "(2) fil-proviso għat-tifsira ta' \"President\" minflok il-kliem \"l- artikolu 29\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 28\"; u", "(3) fit-test Ingliż tat-tifsira ta' \"financial year\", minflok il- kliem \"twelve ending\" għandhom jidħlu l-kliem \"twelve months ending\".", "Clause 2 shall be amended as follows:-", "(1) in the definition of \"advisory committee\" for the words \"section 29\" there shall be substituted the words \"section 28\";", "(2) in the proviso to the definition of \"Chairman\" for the words \"section 29\" there shall be substituted the words \"section 28\"; and", "(3) in the English text of the interpretation of \"financial year\", for the words \"twelve ending\" there shall be substituted the words \"twelve months ending\".", "Dawn li ressaqt huma emendi li ma naħsibx li jitolbu l-ebda spjega.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, peress li d-definition ta' \"president\" tinkludi lill-viċi president f'każ li l-president ikun assenti, għalfejn id-definition ta' \"eżekuttiv prinċipali\" ma tinkludix ukoll id-deputat eżekuttiv prinċipali speċjalment meta l-funzjoni ta' eżekuttiv prinċipali hija aktar importanti?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, punt ieħor li tajjeb li niċċarawh huwa dwar id-definizzjoni ta' \"kuntrattur\" li tgħid hekk:", "\" \"kuntrattur\" tfisser persuna li taġixxi skond ftehim magħmul ma' l- awtoriità jew skond is-subartikolu (5) ta' l-artikolu 5 ta' dan l- Att;\".", "Nixtieq li l-Ministru jidħol ftit iżjed fid-dettall u jiċċara ftit x'tip ta' ftehim qed nirriferu għalih, jekk hux ftehim kuntrattwali, ftehim uffiċjali, ftehim iffirmat jew ftehim verbali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, dwar id-definizzjoni tal-kelma \"kuntrattur\" diġà għedt li dan huwa dik il-persuna li tagħmel xi xogħol għal din l-awtorità u allura naħseb li għandna nħallu fil-libertà ta' min attwalment se jidħol f'dan it-tip ta' ftehim li jiddeċiedi hu x'tip ta' ftehim ikun qed jidħol għalih.", "Kif għedt fil-bidu jien mhux beħsiebni nidħol f'diskussjoni twila dwar xi tfisser il-kelma ''ftehim'' għax naħseb kulmin hu Malti jaf xi tfisser din il-kelma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Bir-rispett kollu, mhuwiex argument li l-Ministru jgħid li mhuwiex lest li jidħol f'tip ta' diskussjoni bħal din meta l- argumenti tagħna huma validi u huma intenzjonati biex innaqqsu l-ambigwità.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li din hija l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż li tagħmel il-liġijiet u, kif spjegajt iżjed qabel, dawn il- liġijiet iridu jkunu ċari kemm jista' jkun ħalli l-qrati tagħna jimxu fuqhom u ma jkunx hemm ambigwità dwarhom.", "Apparti minn hekk jien ma nistennix li l-Ministru li għandu ċerta esperjenza f'din il-Kamra jgħid li kull Malti jaf x'inhu ftehim.", "Kulħadd jaf kemm tista' tiġi miżinterpretata din il-kelma għax jista' jkun hemm ftehim verbali, ftehim preliminari, ftehim uffiċjali u ftehim legali u dawn huma kollha differenti.", "Per eżempju, minjaf kemm hawn min jgħid li għandu ftehim verbali imbagħad meta jmorru quddiem il-qrati jdumu xi 30 sena jargumentaw li ma kien hemm ftehim xejn.", "Għalhekk ma jixraqx lil din il-Kamra li ngħidu li l-abbozz ta' liġi qiegħed hekk u l-Ministru li qed jippilota din il-liġi jgħid li mhux lest li jiddiskuti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Peress li l-Ministru ma tkellem xejn dwar il- kumment tiegħi nixtieq nistaqsi: Ħadd m'hu qed jara l-possibbiltà li din l- awtorità jkollha a deputy executive principal?", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kwestjoni tal-ftehim li għadu kemm semma l-Onor.", "Louis Buhagiar.", "Peress li hawnhekk qed ngħidu li l-ftehim isir mal-kuntrattur, importanti li nkunu nafu fuq x'tip ta' ftehim qed nitkellmu dwaru, jekk huwiex ftehim konkluż, ftehim miktub jew ftehim pubbliku?", "Fuqhiex qegħdin nitkellmu hawnhekk?", "Issa jekk il-Ministru ma jridx jidħol fiha, se nispiċċaw noqogħdu nistaqsu biss u tan-naħa l-oħra jgħidulna li mhux beħsiebhom iwieġbu!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien l-inqas ħaġa li kont nistenna hi li jiġi l-Onor.", "Buhagiar jagħtina lecture fuq il-kawżi tal-ftehim li jeżistu quddiem il- qorti pero' ċertament l-Onor.", "Farrugia jgħallimna f'din il-Kamra dwar ftehim bil-miktub, ftehim bil-fomm u f'liema stajdu dan jorbot u ma jorbotx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Il-Ministru qal li kuntrattur huwa xi ħadd li jagħmel xi xogħol lill-awtorità u dan forsi jirrifletti kemm il-Ministru mhuwiex intiż biżżejjed.", "Qed ngħid dan għax kuntrattur ma tfissirx li xi ħadd jagħmel xi xogħol imma tfisser li xi ħadd ikun daħal f'kuntratt ma' xi ħadd u jagħmel xi ftehim.", "Dak huwa kuntrattur.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din: Liema tip ta' ftehim jew kuntratt qed nitkellmu fuqu?", "Jekk inħarsu lejn subklawsola (5) ta' klawsola 5 insibu indikazzjoni ta' xi jrid jgħid il-leġislatur.", "Fil-fatt hawnhekk jingħad li:", "''Sew l-awtorità sew kull wieħed mid-direttorati jistgħu jeżerċitaw xi waħda jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom kemm direttament kemm permezz ta' l-uffiċjali u mpjegati tagħhom jew permezz ta' aġenzija li tkun awtorizzata għal dak l-għan, jew permezz ta' kuntrattur ...''", "Mela kuntrattur se jkun xi ħadd li għamel kuntratt ma' l-awtorità biex jeżerċita xi waħda jew aktar mill-funzjonijiet.", "Dak li qed nitlob lill- Ministru f'dan l-istadju huwa biex jippreċiża x'tip ta' kuntratt jew ftehim qed jirriferi għalih.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, lill-Onor.", "Farrugia rrid ngħidlu li dan l-abbozz ta' liġi jitkellem fuq chief executive u ma naħsibx li huwa l-każ li jkun hemm deputy chief executive.", "Hawnhekk għandek persuna waħda li kuntrarjament għall-funzjoni ta' president, għandha l-funzjoni li tieħu ħsieb l-eżekuzzjoni tax-xogħol ta' kuljum ta' l-istess awtorità u allura ma narax għalfejn għandu jkun hemm deputy chief executive ukoll.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni ta' kuntrattur u ftehim, Sur President.", "Subklawsola (5) ta' klawsola 5 tgħid hekk:", "''Sew l-awtorità sew kull wieħed mid-direttorati jistgħu jeżerċitaw xi waħa jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom ...\".", "- hawnhekk hawn kważi 30 funzjoni li jaqgħu taħt l-awtorità kif definiti fi klawsola 4 -", "\" ... kemm direttament kemm permezz ta' l-uffiċjali jew impjegati tagħhom jew permezz ta' aġenzija li tkun awtorizzata għal dak l-għan, jew permezz ta' kuntrattur jew persuna oħra li magħhom isir ftehim għat-twettiq ta' xi waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet.\".", "M'għandniex għalfejn noqogħdu nipprovaw insibu definizzjoni ta' kull kelma li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Fl-opinjoni tiegħi dak kollu li hawn hawnhekk jispjega b'mod ċar il-funzjonijiet illi l-awtorità tista' tgħaddi lil kuntrattur.", "Għalhekk ma narax għalfejn għandi nipprova nispjega affarijiet li huma ċari għal kulħadd.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ladarba mhux se jkun hemm deputat eżekuttiv prinċipali, min se jagħmel ix-xogħol jekk l-eżekuttiv prinċipalii jkun assenti jew ikun marid?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-fatt li mhux qegħdin ngħidu li bilfors irid ikun hemm deputy chief executive ma jfissirx illi amministrattivament ma jistax ikun hemm deputy chief executive u bħala eżempju nixtieq insemmi l-awtorità tad-djar.", "Għalkemm m'għandniex deputy chief executive pero' jekk jinqala' l-każ dan jista' jinħatar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nistaqsi lill-Ministru x'se jiġri minn artiklu 28 kif inhu fl-Att li huwa msemmi fl-emenda li għadha kif tressqet.", "302738", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, bħalissa qegħdin nitkellmu fuq klawsola 2 u qegħdin ngħidu li r-riferenza għad-definizzjoni \"kumitat konsultorju\" minn klawsola 28 se tmur x'imkien ieħor.", "Għalhekk nitkellmu fuq dak l- artiklu meta naslu għalih.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien se nerġa' mmur ftit paragrafi lura u se nitkellem fuq il-parti li ssemmi data protection.", "Jien argumentajt li filwaqt li t-telecommunications, is-servizzi postali, il- kummerċ elettroniku, is-servizzi ta' l-internet u dawk l-affarijiet l-oħra huma kollha servizzi, id-data protection as such m'hijiex servizz għalkemm hija xi ħaġa essenzjali.", "Għalhekk jien ma nafx kif din daħlet taħt id- definizzjoni ta' \"komunikazzjoni\" - jista' jkun li l-Ministru għandu raġun hawnhekk - u allura nixtieq nistaqsih jekk hawnhekk hux qed jirriferi għal servizzi li jissalvagwardaw protezzjoni ta' data jew għall- protezzjoni ta' data nnifisha?", "Jekk inhu hekk jien naħseb li dak m'huwiex il-post li tinkludiha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, naħseb li din daħlet hawnhekk għall- istess raġuni li l-Onor.", "Buhagiar daħħalha fl-emenda li ppropona!", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, t-Tlieta, 30 ta' Mejju fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri Legali; u", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament nixtieq nappella lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra, speċjalment dawk tan-naħa tal- gvern, biex juru aktar bonsens.", "L-aġenda prinċipali tal-pajjiż mhijiex iffokata fuq direzzjoni waħda.", "Għandna d-direzzjoni tal-gvern li jrid li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea kemm jista' jkun malajr, u d-direzzjoni ta' l-oppożizzjoni, dik ta' \"Svizzera fil-Mediterran\".", "Iżda ejja naraw jekk nistgħux nidentifikaw il-kriżijiet li l-pajjiż għaddej minnhom filwaqt li nappellaw biex ikun hemm front komuni fiċ-ċirkostanzi attwali.", "Ir-raġuni għaliex qed ngħid hekk hija għaliex bħalissa l-pajjiż għaddej minn wieħed mill-agħar żmenijiet, għaliex minflok qed nidentifikaw il- kriżijiet qed nagħmlu tabirruħna li ma jeżistux.", "Kriżi żgura hija dik fil-qasam ekonomiku.", "Nafu li għandna deficit insostenibbli u, ikun min ikun fil-gvern, żgur li jrid jaqbel li dan id-deficit se jifni lill-pajjiż.", "Kriżi oħra tinsab fil-qasam ta' l-investiment.", "Inutli noqogħdu nġibu skuża li l-pajjiż mhux qed jattira l-investiment għax iż-żewġ partiti f'Malta mexjin f'direzzjoni opposta.", "Inutli noqogħdu nġibu skuża li Malta mhux qed tattira l-investiment għax il-prezz tal-produzzjoni sar għoli wisq, bħalma daqstant ieħor huwa inutli li ngħidu li l-investitur mhux ġej Malta għax għandna bżonn liġi ġdida dwar il-promozzjoni ta' l-industrija.", "Irridu nsibu l-verita' u naraw kif nistgħu nirrimedjaw din il-problema tant serja.", "Dawn huma problemi li jridu jiġu ffaċċjati bi front komuni għax huma problemi tal-pajjiż kollu li huwa ta' kulħadd.", "Fil-qasam soċjali wkoll hemm problemi kbar.", "Biżżejjed wieħed isemmi l- ġlieda kontra d-droga, li kulma tmur dejjem qed tintilef.", "Hemm bżonn li nedukaw liż-żgħażagħ fuq id-drawbacks kbar li din it-triq iġġib magħha.", "Kriżi soċjali oħra tidher fil-living standards, għax sfortunatament flok qegħdin jitjiebu qegħdin jitnaqqru.", "L-istandard of living tagħna, għalkemm mhux għoli daqs dak ta' pajjiżi żviluppati, pero' huwa adegwat u huwa aktar avvanzat minn dak ta' pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.", "Iżda minħabba s- sitwazzjoni tal-pajjiż in ġenerali, anke s-servizzi soċjali, li minkejja l- limitazzjonijiet kbar tagħna xorta baqgħu jingħataw - bla dubju huma li jiddistingwuna minn pajjiżi oħra Ewropej - qegħdin jitnaqqru bil-mod il- mod.", "Għandna kriżi imbagħad f'oqsma oħrajn ta' natura amministrativa, bħal per eżempju fis-servizz li jagħti ċ-ċivil.", "M'hemmx dubju li dan il-qasam, paragunat ma' l-imgħoddi, anke meta konna kolonja, iddeterjora.", "Fil- korporazzjonijiet u fl-awtoritajiet hemm ukoll xi problemi.", "Waħda minnhom hi li għalkemm il-faċċata tkun tidher effiċjenti minn ġewwa ssib kollox immermer.", "Ma nistax niġġeneralizza kompletament għax hawn postijiet fejn verament kultant isiru l-mirakli.", "Wieħed minn dawn il-postijiet huwa l- parlament, li għalkemm l-amministrazzjoni tiegħu qiegħda f'idejn staff tant żgħir, l-output ta' xogħol huwa kbir u jkun tajjeb li kieku ħafna dipartimenti oħra jieħdu eżempju minn kif inhu mmexxi dan il-parlament.", "Il-problemi fl-infrastruttura ma jonqsux.", "Nafu li sfortunatament, is- sistema tat-toroq spiċċat.", "Tgħoddhom fuq idejk il-ftit toroq li mil-lat infrastrutturali huma passabbli, għax mill-bqija s-sistema tat-toroq tista' tiddekriviha biss bħala waħda diżastruża.", "F'dan il-kalejdoskopju ta' problemi li semmejt għamilt referenza għal kriżijiet li żgur li ż-żewġ partiti jaqblu li għandhom jiġu solvuti, bħalma għandha tiġi solvuta l- problema kbira ta' l-ambjent.", "Huwa inutli li nippuntaw subgħajna lejn xulxin, jekk għandna problema enormi ta' skart u rridu nbiddlu s-sistema, din trid tiġi solvuta billi jsir effort nazzjonali.", "Dan il-pajjiż tant għandu problemi ta' natura gravi li l-gvern irid jagħraf li t-triq ta' konfrontazzjoni mhijiex dik li tista' ssolvi l-problemi.", "Dawn huma affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mad-direzzjoni politika internazzjonali ta' jekk għandniex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea jew jekk għandniex nadottaw il-kunċett ta' \"Svizzera fil-Mediterran\", imma dawn huma problemi identifikabbli li jolqtu lill-pajjiż, irrispettivament ta' min ikun fil-gvern.", "Pajjiżna huwa wisq ċkejken biex noqogħdu niġġieldu bejnietna dwar ta' min hu t-tort u dwar liema partit għandu jieħu r- responsabbilita' u ta' liema problemi.", "Pajjiżna għandu kriżijiet kbar li m'għandniex għalfejn nibżgħu nidentifikaw, għax jekk ma nidentifikawx il- marda ma nistgħu qatt naslu biex nikkurawha.", "Hemm affarijiet oħra li forsi hemm differenza fil-mod ta' kif jarawhom iż-żewġ partiti.", "Nieħdu, per eżempju, il-kunċett ta' difiża u l-kunċett ta' newtralita', fejn jista' jkun hemm differenza jew distinzjoni fil-mod ta' kif inħarsu lejn dawn l-affarijiet li huma ta' natura integrali.", "Imma almenu ż-żewġ partiti jistgħu jidentifikaw l-affarijiet il-gravi biex jagħmlu a common front biex isolvuhom.", "Dawn il-problemi jistgħu jiġu solvuti biss b'ħidma qawwija, b'xogħol u b'sagrifiċċju kbir.", "Irridu nirrealizzaw li jekk m'aħniex preparati biex bħala pajjiż nagħmlu sagrifiċċju, il-futur mhux se jkun sabiħ daqs kemm kien l-imgħoddi.", "Għaddejna minn perjodu fejn il- pajjiż kien verament qiegħed jistagħna.", "Sfortunatament dan il-perjodu spiċċa, u għalkemm kulħadd jgħid li sejrin fid-direzzjoni t-tajba, fir- realta' naħseb li kulħadd iħoss li staġnajna u li biex noħorġu minn din il- kriżi hemm bżonn li l-pajjiż jingħaqad.", "Ċertament li hemm affarijiet li għandna naqblu li ma naqblux dwarhom, we agree to disagree, imma hemm affarijiet oħra bħad-droga, il-living standards, id-deficit, l-investiment, l-istat taċ-ċivil, il- korporazzonijiet, l-awtoritajiet, l-infrastruttura u l-ambjent, li kemm jekk tkun fil-gvern jew fl-oppożizzjoni, trid tgħix b'dawn il-problemi, u għaldaqstant, ikun min ikun fil-gvern, irid jiffaċjahom għax huma problemi li jolqtu lil kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, irrid immur lura għad-diskors li għamilt ftit tal-jiem ilu f'dan il-parlament fejn ressaqt każ ta' diskriminazzjoni politika li kienet qed issir fi ħdan il-ministeru għall- ambjent kontra xi wħud mill-ħaddiema li kienu jiffurmaw il-unit ta' kordinament.", "Irrid infakkar li fid-diskors li għamilt dakinhar kont għedt li d-diskriminazzjoni li saret kienet kbira u lampanti għax l-istess direttur fi ħdan il-ministeru, is-Sur Spiteri Bailey, meta ġie mistoqsi mill-ħaddiema għaliex kienu ingħataw transfer, dan weġibhom ċar u tond li tahom it-transfer għaliex Laburisti.", "Jekk qatt kien hemm bżonn ta' xi konferma li dan kien transfer politiku vendikattiv, din waslet permezz tad- diskors tas-Sur Spiteri Bailey stess.", "Sussegwentement il-Ministru Zammit Dimech irrisponda billi kkwota minn affidavit li għamel is-Sur Spiteri Bailey fejn ċaħad id-diskors li ġie rrapportat li qal, cioe' li hu kien tahom transfer għal raġuni politika.", "Jiena tkellimt mal-ħaddiema li tawni din l-informazzjoni u tlabthom jikkonfermawli permezz ta' ġurament id-diskors li allegaw li ntqal mis-Sur Spiteri Bailey.", "Fil-fatt huma ħadu ġurament li d-diskors li għadni kif semmejt kien proprju kliem is-Sur Spiteri Bailey.", "Dan li ġej huwa eżattament dak li jgħid l-affidavit ta' dawn it-tliet ħaddiema, jiġifieri ta' l-Ing.", "Frederick Azzopardi, tas-Sur Vince Borg u tas-Sur Raymond Tabone:", "\"Aħna hawn taħt iffirmati niddikjaraw li l-kontenut ta' l-itttra mibgħuta mis-segretarja tat-taqsima tas-servizzi pubbliċi tal-GWU, is- Sinjura Josephine Attard Sultana lid-direttur ġenerali tad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi nhar il-5 ta' Mejju, 2000, huwa kollu verita'.\"", "Hawnhekk jidher ċar li għandna żewġ affidavits bil-ġurament li huma kontradittorji, u xi ħadd minn dawn in-nies, jew is-Sur Spiteri Bailey jew dawn it-tliet ħaddiema, qed jieħdu ġurament falz, għax qed jikkontradixxu lil xulxin.", "Jiena għalhekk nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan l- affidavit magħmul minn dawn it-tliet ħaddiema, fejn għal darb'oħra qed jikkonfermaw id-diskors li huma rrapportaw li ntqal mis-Sur Spiteri Bailey.", "Pero' waħda mill-affarijiet li għamilt fid-diskors tiegħi kienet li tlabt lill-ministru u lid-direttur ġenerali, għax kont konvint li ma kenux jafu b'dak li kien qed jiġri, biex jinvestigaw kif saru dawn it-transfers vendikattivi u jippruvaw jirrimedjaw dak li sar.", "Fil-fatt wara li għamilt dan id-diskors, ħadt pjaċir ninnota li d-direttur ġenerali, il- Perit Vince Cassar, bniedem li għalih jien għandi rispett kbir, indaħal f'din il-kwestjoni, tkellem ma' dawn il-ħaddiema li saritilhom l- inġustizzja u daħal fil-mod ta' kif saru l-affarijiet.", "Fil-fatt se nikkwota minn ittra li bagħat is-Sur Vince Cassar, direttur ġenerali tad- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi lil Josephine Attard Sultana, segretarja tat-taqsima servizzi pubbliċi tal-GWU fejn id-direttur ġenerali ċaħad bl-aktar mod kategoriku li hu kien involut b'xi mod f'dawn it- transfers vendikattivi.", "Fil-fatt il-Perit Cassar, b'referenza għal dak li għamel is-Sur Spiteri Bailey, qal hekk:", "\"Nippreċiża li meta inti kellimtni rigward it-trasferiment tas-Sur Frederick Azzopardi, inti infurmajtni li diġa' kellek il-clearance tal- ministeru sabiex it-transfer ikun jista' jsir.\"", "Hawnhekk joħroġ biċ-ċar li t-transfer ġie dritt mill-ministeru u l-Perit Cassar bħala d-direttur ġenerali inqabeż.", "L-ittra tkompli hekk:", "\"Bħalma diġa' nfurmajtek, il-proċedura tat-transfers li joriġinaw minn għandi bħalissa tirrikjedi li jiena nfittex it-transfer mill-ministeru qabel nesegwixxi transfer\".", "Jiġifieri l-Perit Cassar qed jgħid li normalment qabel ma jsir transfer fi ħdan id-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, hu personali jrid iġib il- clearance, ħaġa li f'dan il-każ ma saritx.", "Fil-fatt ikompli jgħid hekk:", "\"Fil-każ tat-transfer tas-Sur Azzopardi, peress li inti nfurmajtni li inti kont diġa' ksibt dan il-clearance preżumibbilment sakemm jien kont imsiefer, jien infurmajtek li għalkemm ma kontx se noġġezzjona, pero' wrejt ix-xewqa li kont inkun aktar kuntent kieku s-Sur Azzopardi ntbagħat f'xi lok ieħor fejn jista' jagħti s-servizzi tiegħu ta' inġinier u fejn dawn is-servizzi setgħu jiġu utiliżati aħjar.\"", "Hawnhekk il-Perit Cassar qed jgħid tliet affarijiet li huma importanti.", "L- ewwelnett qed jgħid li hu ma kienx infurmat b'dan it-transfer u li s-Sur Spiteri Bailey abbużivament qabżu - bl-iskuża li s-Sur Cassar kien imsiefer - u għalhekk mar hu għand il-ministru biex iġib il-clearance tat-transfer.", "Qed jgħid ukoll li għalkemm is-Sur Azzopardi ngħata transfer, dan ma ntbagħatx fil-post fejn l-aktar li jista' jagħti s-servizzi tiegħu u fil- fatt qed jgħid li kien jippreferi li kieku s-Sur Azzopardi ntbagħat f'xi post ieħor fejn jista' jipprattika s-sengħa ta' inġinier.", "Fl-ittra bi tweġiba għas-Sur Spiteri Bailey, id-direttur ġenerali jkompli jgħid ukoll li: \"Filwaqt li nikkonferma dak li kollu li ktibtlu, jiena ġbidt l-attenzjoni li kien informani wkoll li kien l- istess direttur tad-dipartiment tal-kostruzzjoni industrijali li kien talab għall-Ing.", "Azzopardi.", "Rigward it-transfer ta' l-impjegati l- oħra, is-Sur Spiteri Bailey qalli li għalkemm l-intenzjoni tiegħu ma kenitx li jċaqlaq lis-Sur Azzopardi biss, jista' jkun li jiena fhimtu ħażin.\"", "Hawnhekk qed jgħid li fil-każ tat-tliet ħaddiema l-oħra li ġew trasferiti flimkien ma' l-Ing.", "Azzopardi, is-Sur Spiteri Bailey lanqas biss indenja ruħu jinforma lid-direttur ġenerali dwar dan il-każ.", "Hawnhekk joħroġ biċ- ċar il-fatt li dan il-kumplott ta' trasferimenti sar biss mis-Sur Spiteri Bailey, bi ftehim ma' xi ħadd fil-ministeru għall-ambjent, minn wara dahar id-direttur ġenerali, il-Perit Vince Cassar.", "Anke jekk wieħed jara l- affidavit li għamel is-Sur Spiteri Bailey dwar dan il-każ, li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra mill-Ministru Zammit Dimech, ikun jista' jikkonferma dak kollu li ntqal mill-ħaddiema tal-co-ordinating unit fuq dak li għamel is- Sur Spiteri Bailey.", "Fil-fatt fl-affidavit tiegħu, is-Sur Spiteri Bailey qal li hu għajjat u insulenta lill-ħaddiema.", "Jien għalhekk ma nistax nifhem kif l-affidavit jgħid mod u hawnhekk il-ministru ġie jgħid xi ħaġa differenti.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-każ ma kienx l-ewwel wieħed li permezz tiegħu saret diskriminazzjoni ma' nies fi ħdan il-unit ta' kordinament, anzi kien hemm każi oħrajn ta' vendikazzjonijiet, fejn mhux talli ma ingħatax xogħol lil dawn in-nies imma talli ġew imfixkla fil-qadi ta' dmirijiethom.", "Per eżempju, quddiemi għandi ittra li kienet inbagħtet mill-GWU lis-Sur Victor Sant li huwa d-direttur tal-corporate services fi ħdan il-ministeru għall- ambjent fuq l-istess kwestjoni ta' l-Ing.", "Frederick Azzopardi, fejn kienet qed isir diskriminazzjoni ma' dan l-impjegat minħabba l-fatt li ċerti servizzi li bħala inġinier fid-dipartiment tal-gvern suppost li kellu jingħata, ma kenux qegħdin jingħataw.", "Hawnhekk is-Sur Victor Sant beda kull darba jipprova jsib xi skuża għaliex l-Ing.", "Frederick Azzopardi m'hux qed jingħata dawn is-servizzi.", "L-impjegati tal-unit ta' kordinament huma nies li anke l-amministrazzjoni Nazzjonalista għarfet il-bżulija tagħhom u l-mod serju ta' kif iwettqu x- xogħol.", "Il-gvern Nazzjonalista tant fehem il-bżonn ta' dawn il-ħaddiema li kienu anke saru żewġ rakkmandazzjonijiet, waħda mill-ministeru tal- ġustizzja u kunsilli lokali u l-oħra mill-kumpannija Melita Cable, fejn fiż- żewġ każi l-Ing.", "Azzopardi ġie innominat għall-public service merit award, u dan għaliex jaħdem b'tant serjeta' u professjonalita'.", "Jien se npoġġi dawn iż-żewġ ittri fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Min jaqra dawn l-ittri se jinduna li dan il-unit kien verament jaħdem b'mod professjonali.", "Huwa għalhekk li ħadd ma jista' jifhem għaliex kellha ssir din id- diskriminazzjoni politika ma' dawn in-nies, li dejjem għamlu xogħolhom anke taħt dan l-istess gvern.", "Dan m'huwiex l-uniku każ ta' diskriminazzjoni politika li qed issir bħalissa u donnu li iktar ma jgħaddi ż-żmien din id- diskriminazzjoni iktar qiegħda tirranka fost il-ħaddiema fi ħdan id- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Każ simili hija d-diskriminazzjoni li qiegħda ssir bħalissa kontra s-Sur Nicholas Aquilina, ħaddiem fi ħdan id-dipartiment tad-drenaġġ.", "Dan il- ħaddiem mill-aħħar elezzjoni sal-lum, minkejja li huwa senior technical officer u minkejja li huwa draughtsman, intbagħat f'post fejn xogħol mhu qed jingħata kważi xejn.", "Mhux talli mhux qed jingħata xogħol, talli dan l- aħħar sar jaf li qed jiġi investigat fuq xi ħaġa li lanqas biss ġie infurmat dwarha.", "Tant ma ġiex infurmat dwarha li meta sar jaf biha through a third party u informa lill-GWU, l-investigaturi lanqas riedu jinformaw lill-union għaliex kienu qed jagħmlu dan.", "Dan ikompli joħroġ fil-beraħ il- mod ta' kif qed jaġixxu d-dipartimenti jew xi uffiċċjali għolja tal-gvern ma' l-istess impjegati ħafna drabi minħabba raġunijiet politiċi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra d- dokumenti li rrifera għalihom l-Onor.", "Buhagiar?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 30 ta' Mejju, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "16199.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Peress li ż-żieda tal-poplu tar-Rabat u l-Imtarfa sabiex jisserva fiċ-ċentru tas- saħħa tal-Mosta se tiżvantaġġa lill-komunitajiet tal-Mosta, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Manikata, in-Naxxar, Għargħur u bliet u rħula li jużaw dan iċ-ċentru tas-saħħa għaliex se jiżdied il-queue u l- pressjoni tax-xogħol fuq l-istaff taċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta, jista' l- Ministru jara li jiftaħ mill-ġdid iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Preżentament mhux possibbli illi ċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat jiftaħ fuq bażi ta` 24 siegħa kuljum bin-numru ta` tobba li fil- preżent jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa.", "EU - DIRECT AID", "16234.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "15880 li oriġinarjament saret lill-ministru għall-affarijiet barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'riferenza għall-propaganda li għamel il- gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u ta' l-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal- pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur tal-ħalib frisk lokali se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-regolament tal- kunsill (EC) No. 1255/1999.", "F'dan ir-regolament hemm elenkati l-mod kif titħallas l-għajnuna finanzjarja fil-preżent lir-raħħala tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "SAN ĠILJAN - TRIQ PATRICK BAYDON", "16245.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14796, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra għalfejn, minkejja li qalilna li t-tiswijiet meħtieġa saru, is-sidien tan-raba' adjaċenti għal Triq Baydon, San Ġiljan reġgħu lmentaw li d-drenaġġ qed jiskula għal fuq ir-raba' tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li wara li fl-24 ta' Frar saret manutenzjoni fuq il-main tad-drenaġġ fi Triq Patrick Baydon u ġew imsewwija wkoll xi manholes li kienu nkisru minn xi trakkijiet kbar waqt xogħol ta' kostruzzjoni fil-housing estate, irriżulta li l-ksur ma kienx minn hemm biss imma minn sorsi oħra wkoll.", "Għaldaqstant biex jiġi ndikat il- post eżatt fejn hemm il-ħsara se jittieħdu passi biex il-medda tad-drenaġġ tiġi spezzjonata bis-CCTV.", "Kif tkun identifikata din il-ħsara, din tiġi msewwija immedjatament.", "ENGLISH LANGUAGE - PHONETICS AND PHONOLOGY", "16246.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fil-każ Phonetics and Phonology, Growth of the English Language and Syntax, peress li jirriżulta li hemm stat ta' dissodisfazzjon?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn s'issa ma jidhirx li sar xi sforz sabiex il-complaints ta' l-istudenti jiġu analizzati?", "X'inhuma l- kriterji, jekk fl-affermattiv, sabiex dawn il-complaints jiġu riżolti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li la fil-minsiteru u lanqas fid-dipartiment konċernat ma wasal ebda lment fl-iskejjel post sekondarji li jaqgħu taħt ir- responsabbilta` tad-dipartiment ta' l-istudji ogħla u edukazzjoni għall- adulti dwar il-Phonetics and Phonolgy, Growth of English Language and Syntax.", "IMPJIEGI - SAJJIEDA", "16260.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "15902 li oriġinarjament saret lill-ministru tas-saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'riferenza għad-direttiva 92/29 ta' l- Unjoni Ewropea li tesiġi li s-sajjieda tal-pajjiżi membri jżommu madwar 620 item ta' mediċina eċċ fuq il-qoxra li tkun twila aktar minn erba' metri, jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani jekk dawn is-620 item li l- Unjoni timponi fuq is-sajjieda Maltin u Għawdxin humiex se jiġu mposti wara li nsiru membri ta' l-Unjoni?", "Jista' jgħid x'inhuma l-multi ta' l-Unjoni kemm-il darba s-sajjieda jinstabu li mhux jonoraw din id-direttiva?", "Jista' jgħid kemm se jiswew dawn is-620 item li l-Unjoni Ewropea tobbliga li s-sajjieda lokali li jżommu fuq l-opri tas-sajd tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-direttiva 92/29/EEC hija ntiża biex ittejjeb it- trattament mediku ta' ħaddiema fuq biċċiet tal-baħar.", "Din id-direttiva ma titkellimx fuq id-daqs ta' l-opra tal-baħar, iżda tikkategorizza l-opri tal- baħar skond id-distanza tal-vjaġġ barra mill-port.", "L-Onor.", "Interpellant huwa misinformat ukoll dwar in-numru ta' items tal-mediċini li jridu jinġarru fuq il-vapur biex jintużaw mis-sajjieda f'każ ta' xi mard jew emerġenza medika fuq il-vapur biex jintużaw mis-sajjieda f'każ ta' xi mard jew emerġenza medika fuq il-baħar u dan għaliex: (1) fil-kategorija ta' sea- going vessels jew sea-fishing vessels mingħajr limitazzjoni tat-tul tal- vjaġġ, hemm biss 46 item ta' mediċina li jridu jiġu miżmuma fuq il-vapuri; (2) fil-kategorija ta' sea-going vessels jew sea-fishing vessels li joħorġu sa distanza ta' 150 mil nawtiku 'l-barra mill-port, hemm biss 39 item ta' mediċina; filwaqt li (3) fil-kategorija ta' biċċiet tal-baħar li jibqgħu ġol-port jew viċin tal-kosta hemm biss 8 items ta' mediċina.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li l-Unjoni Ewropea ma timmultax sajjieda ta' pajjiż membru.", "AGRIKOLTURA - PROMOZZJONIJIET", "16274.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - tħalliet barra mill-promozzjonijiet li ngħataw riċentement fid-dipartiment ta' l-agrikoltura?", "Billi jirriżulta dan in-nuqqas, jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Saru intervisti minn bord ta' għażla maħtur apposta biex jagħżel fost l-applikanti għal post ta' ġardinar.", "Jirriżultali li l- persuna msemmija ġiet fit-33 post skond ir-riżultati pubblikati mill- kummissjoni għas-servizz pubbliku.", "Sa issa nħatru l-ewwel 25 skond il- vakanzi li hemm.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li r-riżultat ta' dawn l-interviews jibqa' validu għal sena mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.", "SAĦĦA - HEALTH PROMOTION DEPARTMENT", "16303.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-health promotion department għadux jagħmel parti mid- diviżjoni tas-saħħa?", "Jekk le, minn meta u għal-liema raġuni?", "Nurse li għandu l-BSc Nursing Hons. u li jaħdem bħala health promotion officer mal-health promotion unit, għaliex mhux qed jitħalla jagħmel overtime bħala aneasthetic nurse fl-operating theatre ta' l-iSptar San Luqa, meta hemm daqshekk nuqqas ta' nurses speċjalment anaesthetic nurses?", "Il-Ministru jaħseb li jekk is-sitwazzjoni preżenti hi kif indikajt fit- tielet parti tal-mistoqsija din is-sitwazzjoni għandha tinbidel għax ma jistax ikun li dan il-pajjiż ma jagħmilx l-akbar użu possibbli mir-riżorsi li għandu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment għal-promozzjoni tas-saħħa għadu jagħmel parti mid-divizjoni tas-saħħa.", "In-nurse li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien jaħdem bħala nurse fl-operating theatre sal-15 ta` Mejju, 2000 meta ġie trasferit għall- health promotion departiment bħala trainee health promotion officer.", "In-nursing manager ta` l-Isptar San Luqa ftiehem miegħu li meta jkollu bżonn ta`xi nurse speċjalizzat fl-operating theatre isejjaħlu biex jidħol overtime fit-theatres.", "Hekk ġara sat-13 ta` Mejju, 2000.", "Meta ġie biex jitħallas għall-overtime li ħadem, inqalgħet problema teknika min-naħa tas-salarji tad-dipartiment tas-saħħa.", "L-individwu ġie nfurmat b`din il-problema u li dan jista` jaħdem bħala part time wara li jkollu permess mid-direttur tiegħu.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "16304.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li qegħdin fi grad ta' executive officer u senior supervisor?", "Jista' l-Ministru jgħid kull individwu meta dan/din laħaq jew laħqet u x'mezz intuża mill-korporazzjoni għall-upgrading/promozzjoni tagħhom?", "Jista' l-Ministru ġentilment jinnota li jekk iħoss li hu aktar prudenti, jista' jgħaddieli l-informazzjoni mitluba b'mod kunfidenzjali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l- ismijiet ta` dawk l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li fil-preżent għandhom il-grad ta` executive officer jew senior supervisor.", "Hemm 66 ħaddiem fil-grad ta` executive officer u tnejn fi grad ta` senior supervisor.", "L-executive officers bdew jaħdmu f`dan il-grad kif ġej: 47 b`effett mill-1 ta` Frar, 1994 3 b`effett mis-16 ta` Novembru, 1994 14 b`effett mit-2 ta` Jannar, 1996 2 b`effett mill-1 ta` Ottubru, 1996.", "Il-ħatra ta` 50 minn dawn l-executive officers saret wara sejħa għall- applikazzjoni li kienet saret skond ċirkulari nru.", "63 ta` l-1993.", "Il-ħatra tas-16 l-oħra saret b`riżultat tar-riklassifikazzjoni tal-grad ta` data entry operator.", "Iż-żewġ senior supervisors bdew jaħdmu f`dan il-grad b`seħħ mid-29 ta` Settembru, 1994.", "Il-ħatra ta` dawn is-senior supervisors saret wara tmien snin servizz fil-grad ta` supervisor -fuel skond l-eżerċizzju ta` riforma tas-servizz pubbliku li kien ġie adottat ukoll mill-Korporazzjoni Enemalta.", "PULIZIJA - INĊIDENTI FATALI", "16305.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru ġentilment jagħti lista ta' persuni li tilfu ħajjithom f'inċident fatali mill-1 ta' Jannar, 1999 sat-18 ta' Mejju, 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar, 1999 u t-18 ta` Mejju, 2000 il-pulizija kellha 46 rapport ta` inċidenti fatali li 19 minnhom kienu kawża ta` inċidenti tat-traffiku.", "Ma nħossx li hu prudenti li jiġu magħmula pubbliċi l-ismijiet tal-persuni nvoluti.", "SIGURTA' SOĊJALI - CARE WORKERS", "16306.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk sarx xi short listing tal-kandidati li applikaw għal post ta' care workers madwar erba' xhur ilu?", "Fiex wasal il-proċess ta' l-għażla?", "Hemm ħsieb li eventwalment jiġu mpjegati dawn il-care workers?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess ta' l-għażla tal-kandidati li applikaw għall-post ta' care workers għadu għaddej.", "M'hemmx dubju li l-care workers jiġu mpjegati meta l-proċess ikun tlesta.", "ENEMALTA - IMPRESSED DRIVER", "16308.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Enemalta hemm impressed driver bit-truck li jaħdem kuljum - sajf u xitwa - mis-7.30 a.m. sa l-4.00 p.m. bla ma għandu nofs ta' nhari tas-sajf?", "Billi dan l-individwu ilu madwar ħames snin jaħdem hekk u billi sa ftit żmien ilu kien hemm impressed driver ieħor li kien jaħdem dejjem mis-6.30 a.m. sas-2.30 p.m., filwaqt li dan l-individwu kien jaħdem mis-7.30 a.m. sa l-4.00 p.m., jista' l-Ministru ġentilment jara li ma tibqax issir din l- inġustizzja ma' dan il-ħaddiem?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li mhux qed issir xi nġustizzja max- xufier impressed li għalih qed issir riferenza.", "Il-ħinijiet tax-xogħol tiegħu, kemm matul ix-xitwa kif ukoll matul is-sajf, huma bejn is-7.30 a.m. ta` filghodu u n-12.30 p.m. Dan jammonta għal ġimgħa ta` 40 siegħa.", "Fil-post fejn jaħdem dan ix-xufier ma hemmx nofs ta` nhari matul is-sajf.", "Barra minn hekk, tajjeb jingħad li biex ħaddiem ikun jista` jaħdem nofs ta` nhari matul is-sajf irid ikun ħadem siegħat aktar matul ix-xitwa, ħaġa li dan ix-xufier ma jagħmilx.", "Dwar ix-xufier impressed l-ieħor li kien jaħdem bejn is-6.30 a.m. u s- 2.30 p.m. jien infurmat li s-servizzi tiegħu ma baqgħux aktar meħtieġa wara li l-imħażen tal-korporazzjoni ġew trasferiti qrib il-power station tal-Marsa.", "Għaldaqstant ix-xufier impressed li għalih qed jirriferi l- Onor. Interpellant ma jistax imur jaħdem f`post fejn m'hemmx xogħol għalih.", "SKEJJEL - KAŻI TA' TUBERKOLOŻI", "16309.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid, mill-bidu tas-sena skolastika/akkademika sal-lum, kemm kien hemm każi notifikati ta' tuberkolożi fil-livell, primarju, sekondarju, post-sekondarju u terzjarju?", "X'passi ttieħdu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena skolastika/akkademika sal-lum kien hemm każ wieħed ikkonfermat ta` tuberkulożi u li qiegħed fil-livell ta` edukazzjoni terzjarja.", "Il-passi li jittieħdu jinkludu contact tracing u trattament bil-mediċini fejn meħtieġ.", "KON-KATTIDRAL TA' SAN ĠWANN", "16310.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjani maħsuba għar-restawr ta' l-arazzi tal- Kon-Kattidral ta' San Ġwann?", "Fiex jikkonsistu dawn il-pjani?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat illi fl-1993 id-dipartiment tal-mużewijiet kien ikkummissjona rapport dettaljat fuq il-kundizzjoni ta' l-arazzi fil- mużew ta' San Ġwann, flimkien ma' rapport fuq proposti għal laboratorju tar-restawr għall-istess arazzi.", "Il-kummissjoni teknika li studjat il- proposti waslet għall-konklużjoni li l-aħjar soluzzjoni long term għall- konservazzjoni ta' l-arazzi kienet li l-proposta għal-laboratorju jiġi integrat mal-pjanijiet għaċ-ċentru tar-restawr ġo Bighi.", "Minn dak iż- żmien, fl-1997 ġew restawrati tnejn mill-arazzi ta' San Ġwann, liema restawr sar fil-laboratorju De Witt, ġo Mechelen, Belgium, permezz ta' fondi mid-dipartiment tal-mużewijiet u l-Muniċipalita` ta' Antwerp, u li wara kienu esibiti ġo wirja internazzjonali dwar l-artist barokk Rubens, ġo Antwerp.", "Issa li twaqqaf iċ-ċentru tar-restawr f'Bighi, fejn qegħdin jiġu mħarrġa restawraturi fil-qasam ta' tessuti, huwa maħsub li jkun hawn nies speċjalizzati u apparat, biex jitħejjew pjanijiet għar-restawr ta' l- arazzi.", "MELLIEĦA - QAMMIEĦ - DRENAĠĠ", "16311.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minn Settembru, 1999 sal-lum biex id-drenaġġ ma jibqax ħiereġ u jfur fil-Qammieħ, limiti tal-Mellieħa?", "Kemm-il darba waslu lmenti mill-kunsill lokali tal-Mellieħa u mis-sindku lid-dipartiment tad-drenaġġ dwar il-fawran tad-drenaġġ fil-Qammieħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol in konnessjoni ma' dan l-inkonvenjent issa tlesta u għaldaqstant dak l-inkonvenjent ma jeżistix iżjed.", "SKEJJEL - LIĊEO PAOLINO VASSALLO", "16312.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex l-istudenti ta' l-ewwel sena tal- Liċeo Paolino Vassallo jġibu lura l-ħafna telf ta' lectures li kellhom fl- accounts minħabba nuqqas ta' għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dawn l-istudenti ser jingħataw għajnuna speċjali fis-sena skolastika li ġejja biex jiġi assigurat li jirkupraw xi telf ta' lezzjonijiet li setgħu sofrew.", "PULIZIJA - ĊITTADINANZA", "16313.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet tal- persuni - dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament - li applikaw għal ċittadinanza doppja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li d-dipartiment taċ-ċittadinanza qed jagħmel l-almu tiegħu sabiex l-ipproċessar tal-volum kbir ta` applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija, kif ukoll ta` talbiet dwar ċittadinanza doppja, jitħaffef.", "Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15980, id-dipartiment diġa` lesta madwar 500 każ, iżda hemm mill-anqas 700 każ ieħor li għadhom qed jiġu proċessati.", "Għalkemm mhux possibli li wieħed jagħti data speċifika meta ser jiġu pproċessati każi partikolari, ser nara jistax jitħaffef il-proċess tal-każi kif indikati mill-Onor.", "Membru.", "UNIVERSITA' - KOPERATTIVA", "16314.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta kien iffirmat il-ftehim bejn il-koperattiva u l-Universita' li jippermetti li l-koperattiva tidħol f'arranġament ma' terzi persuni dwar l-amministrazzjoni tan-negozji tagħha?", "Min iffirma l- ftehim u għan-nom ta' min?", "Għal kemm tul ta' żmien sar?", "It-tip ta' negozju li tista' topera l-koperattiva hu speċifikat fil-ftehim?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub irid jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - HEARING AID", "16320.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li s-sinjura - dettalji tagħha qed jintabgħtu separatament - tiġi nfurmata personalment dwar fejn waslet l-applikazzjoni tagħha għal hearing aid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet innotata.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "16321.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li joħroġ ir- relief ta' missier - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li għadu kif tilef ix-xogħol u għandu żewġt itfal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha dwar il-każ mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "AGRICULTURAL RELEASES (RELETTING) ACT", "16322.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol dwar mistoqsija parlamentari nru.", "2503 peress li issa għadda żmien biżżejjed biex isir?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi ma jdumx ma jitħabbar ir- riżultat tad-diskussjonijiet fuq is-suġġett.", "Dawn saru bejn il-ministeru tiegħi, l-uffiċċju konġunt u d-dipartiment ta' l-artijiet", "CAPITAL GAINS - ARRETRATI", "16323.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li jingħataw lura l-capital gains ta' anzjan - partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament - li kien ħallas aktar mill-ammont dovut?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-sena l-oħra daħħlet is-sistema tas-self assessement fejn il-gvern intrabat li jħallas l- imgħaxijiet jekk ir-refund ma jsirx fiż-żmien determinat mil-liġi.", "Dan hu pass kbir 'il quddiem għax mhux se jiggrava aktar il-problema tal-ħlas tar- refunds lit-taxpayers.", "Sfortunatament minħabba l-ammont kbir ta` refunds li akkumulaw matul is-snin passati mhux possibli li dawn jitħallsu kollha f`daqqa iżda qed isir sforz biex dawn jitħallsu fl-inqas żmien possibbli.", "Id-dipartiment jimxi fuq diversi kriterji fil-ħlas ta` dawn ir-refunds u l- każ imsemmi fl-interpellanza jkun ikkunsidrat fil-kuntest ta` dawn il- kriterji.", "BIRŻEBBUĠA - FUKLAR STREET - DAWL", "16324.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza f'Fuklar Street, Birżebbuġa, preċiżament fuq ir-residenza 66, Josan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f`Birżebbuġa ma tezistix Triq il-Fuklar.", "Jista` jkun li ried jagħmel riferenza għal Triq il-Folklor.", "Jekk dan huwa l-każ, ninfurmah li t-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "DEPORTAMENT TA' PERSUNA", "16325.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex il-persuna - isimha qed jintbagħat separtament -li hija miżżewġa Malti, ġiet deportata minn Malta u mhux qed tingħata visa meta din għandha tifla hawn Malta li hija wkoll miżżewġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bħalma jaf sewwa l-Onor.", "Interpellant, il-persuna li qiegħed jirriferi għaliha, kienet għamlet kuntratt ta` separazzjoni fl-10 ta` Novembru, 1998 minn ma` żewġha u kien għalhekk li tilfet il-freedom of movement / exempt persons status.", "Hija kienet ingħatat extension of stay sabiex tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex tħalli Malta.", "Fil-fatt hija kienet telqet minn Malta fil-31 ta` Jannar, 1999.", "Immedjatament wara, cioe` fit-2 ta` Frar, 1999 hija kienet għamlet talba għal visa għal perijodu indefinit, liema talba ma ġietx milqugħa.", "Minn dak iż-żmien ma jidhirx li din il-persuna reġgħet għamlet xi talba oħra għal visa.", "Pero` jien infurmat ukoll li riċentement l-Onor.", "Interpellant kien kiteb lill-pulizija, fuq inkarigu ta` din il-persuna, liema korrispondenza għadha qed tkun proċessata.", "ON LINE BETTING", "16326.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "16222?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kumpaniji barranin li jkunu interessati li joperaw betting office minn Malta skond ir- regolamenti publikati f'Avviż Legali 34 tad-29 ta` Frar, 2000 jiġu mitluba jibagħtu lill-Malta Financial Services Centre u lill-gaming board proposta li tkun tinkludi (a) company profile, (b) audited accounts tal-kumpanija, u (c) projections għall-ewwel tlett snin minn mindu l-kumpanija tibda topera l-betting office minn Malta.", "Dawn il-projections iridu jkopru, fost oħrajn, salarji, spejjeż ta` l-uffiċċju, telekomunikazzjoni, spejjeż bankarji, marketing, turnover, gaming tax u taxxa tal-kumpanija.", "Abbażi tal-proposta u d-due diligence li l-MFSC jagħmel isir rapport minn dan ta` l-aħħar lill-gaming board fejn jirrikmanda għandux jitkompla l- proċess għal ħruġ tal-permess konċernat jew le.", "F`każ li r-rapport lill-gaming board ikun pożittiv, il-kumpanija barranija tiġi mitluba sabiex tirreġistra kumpanija lokalment u tgħaddi dawn id-dokumenti lill-gaming board:", "a) ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija lokali u kopja tal- memorandum and articles of assocation ta` l-istess kumpanija; b) il-ftehim tal-kirja u pjanta tal-post minn fejn l-kumpanija ser topera l- betting office; c) sottomissjoni bil-miktub ta` l-electronic betting office control system kif ukoll ċertifikat ta` approvazzjoni ta` l-istess sistema mill-awditur lokali tal-kumpanija; d) kopja tal-betting rules; u e) applikazzjoni rigward kull persuna li se topera fit-tħaddim tal-betting office, sabiex safejn ikun possibbli, jiġi żgurat li persuni denji biss joperaw fit-tħaddim tal-betting office.", "Wara li l-gaming board ikun sodisfatt dwar il-formazzjoni tal-kumpanija lokali u l-post minn fejn l-betting office ser jiġi operat, issir rakkmandazzjoni lid-direttur tal-lottu pubbliku għall-ħruġ tal-permess, filwaqt li wara li l-bord ikun sodisfatt bis-sistema ta` kontroll, l- betting rules u l-persuni li se joperaw l-betting office jagħti l- approvazzjoni tiegħu biex il-betting office jibda jopera.", "Sal-lum dan il-proċess ta riżultati pożittivi.", "Fil-fatt fi żmien qasir minn mindu ġew pubblikati r-regolamenti, diġa' nħarġu ħames permessi lill- kumpaniji differenti.", "Tlieta minn dawn ingħatatilhom ukoll l-approvazzjoni biex jibdew joperaw u waħda minn dawn bdiet topera fit-tieni ġimgħa ta` April.", "Għalkemm sar diversi indagar minn kumpaniji barranin, sa issa rċevejna 15- il proposta bil-miktub biex jiġi operat betting office minn Malta.", "Ħamsa minn dawn ġew approvati filwaqt li l-għaxra l-oħra għadhom fi stadji differenti ta` pproċessar.", "Sa issa l-ebda kumpanija ma waħlet fid-due diligence.", "SKEJJEL - FACILITATOR", "16327.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jindaga meta t-tifel - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li għandu bżonn ta' facilitator sejjer jingħata dan is- servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan it-tifel kellu servizz ta' facilitator li waqaf meta din irriżenjat.", "Kif id-diviżjoni jkollha r-riżultat ta' l-interviews ser jittieħdu l- passi meħtieġa biex dan it-tifel jingħata lura s-servizz meħtieġ.", "MALTA/SQALLIJA - PIPELINE TAL-GASS", "16328.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jispjega fiex waslet il- proposta jew idea, dejjem jekk hi kummerċjalment viabbli, li jitqiegħed pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija sabiex il-power stations tagħhom jużaw il-gass flok iż-żejt?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-proposta li jitqiegħed pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija qed tiġi studjata.", "ĊITTADINANZA", "16329.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jispjega kemm huwa legalment korrett l- istat ta' fatt ta' persuna ta' nazzjonalita' Eġizzjana miżżewweġ Maltija, li ħames snin ilu ġie rtirat il-passaport Malti tiegħu, u anke dak l- Eġizzjan bil-konsegwenza li ilu ħames snin mingħajr passaport u allura ma jista' jsiefer imkien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Biex inkun f`pożizzjoni li nagħti tweġiba, nitlob lill- Onor. Interpellant jagħtini aktar informazzjoni, anke b`mod kunfidenzjali, dwar il-persuna li dwarha qed jagħmel il-mistoqsija.", "DJAR - TARXIEN", "16330.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jikkonferma li l-fond proprjeta' tal-gvern, fi block J, door 1, Old Neolitic Temple Street, Raħal Ġdid, huwa vojt u vakanti u ilu hekk għal dawn l-aħħar snin?", "Stante dan il-fatt, jista' l-Ministru jara li l-persuna anzjana u marida ħafna li qed tbati ħafna fejn toqgħod fil-preżent għax trid titla' kuljum Old Bakery Street kollha u minħabba dawn it-tlajja lanqas baqgħet tqarben il-morda bħal qabel, ikun allokat lilha dan il-fond minħabba li dan qiegħed ħdejn qraba tal-familja tagħha u b'hekk ikollha l-konfort tal-familja.", "Id- dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-fond indikat mhux vakanti imma allokat.", "TAXXI INTERNI - SOMMA DOVUTA", "16331.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jara li s-somma ta' Lm1,049 dovuta mid- dipartiment tat-taxxi interni lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ilha dovuta mill-1993, tingħata mill-aktar fis lill-imsemmija persuna peress li huwa pensjonant u għandu bżonn ħafna ta' dawn il-flus?", "Qed nibgħat separatament dikjarazzjoni li tawtorizza lis-sottoskritt jagħmel din l-interpellanza.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-sena l-oħra ddaħħlet sistema tas-self assessement fejn il-gvern intrabat li jħallas l- imgħaxijiet jekk ir-refund ma jsirx fiż-żmien determinat mil-liġi.", "Dan hu pass kbir `il quddiem għax mhux se jiggrava aktar il-problema tal-ħlas tar- refunds lit-taxpayers.", "Sfortunatament minħabba l-ammont kbir ta` refunds li akkumulaw matul is-snin passati mhux possibbli li dawn jitħallsu kollha f`daqqa iżda qed isir sforz biex dawn jitħallsu fl-inqas żmien possibbli.", "Id-dipartiment jimxi fuq diversi kriterji fil-ħlas ta` dawn ir-refunds u l- każ imsemmi fl-interpellanza jkun ikkunsidrat fil-kuntest ta` dawn il- kriterji.", "PA - GALLARIJA TA' L-INJAM", "16332.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar, tippermettix li gallerija ta' l-injam fil-Kottonera tinbidel għal waħda tal-ħadid?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-awtorita` ta` l-ippjanar tqies kull talba għal bdil ta` gallerija ta` l-injam għal waħda tal-ħadid skond il-meriti tal-każ partikolari.", "Dan jiddependi fuq il-valur storiku tal-bini li tkun tifforma parti minnu l-gallerija in kwestjoni.", "Peress li l-grad ta` valur storiku jista` jvarja, f`ċerti każi jista` jkun aċċettabbli li gallerija ta` l- injam tinbidel f`waħda tal-ħadid u f`oħrajn le.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "16333.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti figuri, lokal b'lokal, tal-persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Marzu u April, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "16334.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti figuri, lokal b'lokal skond l-eta', tal-persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Marzu u April, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Minħabba li l-istatistika ta' April għadha ma ġietx pubblikata, l- informazzjoni mitluba għax-xahar ta' April ma ngħatatx.", "ETC - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "16335.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il- persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax sabu x-xogħol f'Marzu u April 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax sabu x-xogħol fix-xhur ta' Marzu u April 2000 f'Malta u Għawdex kien ta' 1,118.", "LIĠI TAL-CONDOMINIUM", "16336.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-liġi tal-condominium approvata fl-1998 daħħlitx in vigore?", "Jekk le, meta se tidħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - DROGA", "16337.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru raids għad-droga fis-sena 1999?", "Kemm minnhom kienu suċċess u x'qabda irriżultat f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li saru 808 raid għal droga fl-1999.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li b`riżultat ta` dawn l-investigazzjonijiet tressqu quddiem il-qorti 454 persuna fl-1999, filwaqt li dwar id-droga li nqabdet fl-istess sena, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "12766.", "DAR TA' L-ANZJANI - BORMLA", "16346.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew jiswew il- lifts li twaħħlu fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "Jista' jara li l- anzjani ma jibqgħux ibatu l-inkonvenjent li l-lifts iktar bil-ħsara milli jaħdmu?", "X'inhi r-raġuni għal din il-ħsara?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-lifts stallati fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla ġew jiswew madwar Lm60,000.", "Veru li kien hemm xi problemi tal-bidu li wasslu biex dawn il-lifts ġieli waqfu ta' spiss, pero' issa li nstabet ir- raġuni u ttieħdet l-azzjoni neċessarja, dan l-inkonvenjent ġie eliminat kważi għal kollox.", "Ir-raġuni prinċipali għaliex il-lifts kienu jieqfu kienet li ż-żejt tal- hydraulic kien jisħon u kienet topera t-thermal cutout li hija waħda mill- protezzjonijiet tal-lift.", "Iż-żejt kien jisħon għal żewġ raġunijiet prinċipali:", "i. il-vultaġġ tas-supply elettriku kien pjuttost għoli u dan issa ġie mnaqqas min-naħa ta' l-Enemalta;", "ii. iż-żejt tal-hydraulic ma kienx qed jiksaħ biżżejjed permezz ta' l-air type coolers li kellhom il-lifts u għalhekk dawn issa ġew mibdulin f'water type coolers.", "Hawnhekk ta' min iżid li dan il-bdil ma nvolva ebda spejjeż oħra.", "AFM", "16347.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix xi opportunita' ġdida għal membri tar-Revenue Security Corps fil-futur?", "Jekk fl-affermattiv, x'se tkun din l- opportunita'?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li l-membri kollha tar-Revenue Security Corps għandhom xogħol u dmirijiet tagħhom x'jagħmlu.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - OPPORTUNITAJIET INDAQS", "16348.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk daħlitx fis- seħħ il-parti tal-liġi Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' li tintitola persuna biex tintegra fil-qasam tax-xogħol?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawk il-persuni b'diżabilita' li sabu x-xogħol mill-ETC?", "X'kien ix-xogħol li ngħataw mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taqsima V ta' l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita'), jiġifieri dik il-parti li tirrigwarda l- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', daħlet fis-seħħ fl-10 ta' Frar 2000, permezz ta' Avviż Legali Nru. 25 ta' l-2000.", "Il-kumplament ta' din il-liġi mistennija tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru, 2000 skond parir ta' l-imsemmija kummissjoni wara li din għamlet konsultazzjoni wiesgħa f'dan ir-rigward.", "PROĠETTI SPORTIVI", "16349.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jindika l-lokalitajiet f'Malta u Għawdex fejn saru proġetti biex jiġi prattikat l-isports mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Diċembru, 1999?", "Jista' jsemmi liema kienu dawn il-proġetti skond id- dixxiplini sportivi differenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li proġetti li ġew imwettqa mill-gvern matul il-perijodu ndikat jinkludu bini ta' żewġ squash courts fil-kumpless sportiv tal-pixxina nazzjonali, reseeding u installazzjoni ta' floodlighting ġdid fil-kumpless sportiv tal-Marsa, resurfacing ta' athletics track fil-junior lyceum ta' Kordin u tqegħid ta' paving mixture fil-junior lyceum Maria Reġina tal-Blata l-Bajda.", "Mhix il-prattika li kull min joħloq proġett ta' l-isport fis-settur privat jirreġistra bħala tali.", "Għalhekk mhux possibbli li tingħata din l- informazzjoni.", "IMPJIEGI - NURSING AIDES", "16350.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14020, kif imwieġba fil-21 ta' Frar 2000, jista' l-Viċi Prim Mnistru jinfurmana meta dawn it-tliet health assistants se jiġu appuntati bħala nursing aides?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-taħditiet mal-management and personnel office biex dawn it-tliet health assistants jiġu appuntati bħala nursing aides għadhom sejrin.", "ETC - SELF-EMPLOYED", "16351.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' self-employed li waqfu mix-xogħol għal xi perijodu ta' żmien matul dawn l-aħħar tliet snin (1996-1999) u rreġistraw għax-xogħol?", "X'kien l-average tal-perijodu ta' dan iż-żmien matul dawn it-tliet snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-mistoqsija ser tiġi mwieġba aktar tard minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - SELF-EMPLOYED", "16352.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa stmat li tħallsu benefiċċji soċjali għar-rigward ta' mard lis-self-employed li rrapportaw sick matul dawn l-aħħar ħames snin, 1994-1999?", "Kemm kien l-average ta' ġranet li ġew claimed minn din il-kategorija u kemm mill-kategorija ta' self occupied?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Persuni li jaqilgħu anqas minn Lm390 fis-sena u jaħdmu għar-rashom (self-employed) ma jkunux intitolati għall-benefiċċju tal-mard.", "Persuni li jaqilgħu aktar minn Lm390 fis-sena huma kkunsidrati bħala self- occupied u huma ntitolati għall-benefiċċju tal-mard.", "L-informazzjoni mitluba sa l-1998 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- seduta.", "L-informazzjoni għall-1999 għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "LAND REGISTRY DEPARTMENT", "16353.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk statistikament il-land registry department għandux l-informazzjoni dwar x'area ta' art jew area ta' bini qiegħda fil-pussess tal-barranin?", "Jekk fl-affermattiv, kemm hija din l- area fil-każ ta' Malta u kemm f'Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "GUDJA - KLABB TAL-BOĊĊI", "16354.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-klabb tal-boċċi tal-Gudja tal-lum hux użat u jekk hux se jiġi mgħoddi lil soċjeta' sportivi oħra?", "Jekk iva, meta se tieħu pussess tiegħu din l-istess soċjeta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-riżoluzzjoni parlamentari li tressqet mill-ministru għall-intern nhar it-Tnejn 22 ta' Mejju, 2000.", "WSC - KONTIJIET", "16356.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-kontijiet li rċeviet il- familja - dettalji u kontijiet tagħha qed jintbagħtu separatament - żdiedu b'mod inkredibbli minkejja li suppost li dawn raħsu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li l-kont ta` l-ilma bl-ammont ta` Lm66.12c ġie rivedut minħabba kreditu ta` Lm60.89c u ġie mitlub iħallas Lm5.23c li kien ikopri wkoll il-kera ta` l-arloġġi.", "Il-konsum tad-dawl reġistrat fl-istess perijodu kien ikkonfermat bil-qari ta` wara u għalhekk m`hemmx każ ta` reviżjoni.", "Ta` min jinnota li l-konsum tad-dawl għall-perijodu matul l-1996 u l-1997 kien ukoll għoli.", "Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet mitluba tagħmel test fuq l-arloġġ tad- dawl.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, u kif diġa' weġibt f`mistoqsijiet oħra, it-tariffi tad-dawl u ta` l-ilma naqsu b`mod sostanzjali fuq dawk li kien introduċa l-gvern preċedenti.", "Tajjeb wieħed jgħid li, li kieku l- gvern preżenti ma għamilx din ir-reviżjoni 'l isfel, kieku tassew il- kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu jisplodu 'l fuq.", "PA - QORMI - TA' FARSINA", "16357.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'policy qed taddotta l-planning authority rigward it-twaqqigħ ta' strutturi bla permess fl-area Ta' Farsina, f'Ħal Qormi?", "Wara li riċentement twaqqgħu xi strutturi, jista' wieħed jassumi li kulħadd għandu l-permessi meħtieġa?", "Ma jaħsibx il-Ministru li hemm każi fejn ċerti inizjattivi li ttieħdu minn residenti taw dehra aħjar tal-post u allura jista' jiġi kkonsidrat li jiġu mogħtija ċ-ċans li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom mal-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-area in kwestjoni, l-awtorita` qed taġixxi bl- istess mod kif qed tagħmel fuq postijiet oħra, jiġifieri li tinnotifika lil min huwa responsabbli għal żvilupp bla permess b`enforcement notice skond artikoli 51 u 52 ta` l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-ippjanar ta` l- iżvilupp.", "Dawn l-individwi jiġu avżati sabiex ireġġgħu s-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu fiż-żmien li jkun speċifikat fl-enforcement notice.", "F`ċerti każi, bħalma ġara f`Ta` Farsina, ikun hemm min jikkopera ma` l- awtorita` u jneħħi huwa stess l-iżvilupp illegli.", "Mill-banda l-oħra jkun hemm ukoll min juża dritt tiegħu skond il-liġi billi jappella mill-avviż jew japplika sabiex jottjeni l-permess.", "Minħabba din ir-raġuni l-bini li jkun suġġett għall-azzjoni ta` infurzar jitħalla fuq il-post sa ma jiġi konkluż il-każ fl-appell jew l-applikazzjoni tiġi deċiża.", "L-awtorita` tinsisti illi kwalunkwe żvilupp li jirrikjedi permess skond artikolu 30 ta` l-Att għandu jkun kopert bil-permessi meħtieġa.", "Għaldaqstant kulmin irid li jagħmel tali żvilupp, anke sabiex isebbaħ il- post, għandu jissottometti talba uffiċjali permezz ta` applikazzjoni.", "Ikun hekk biss li l-awtorita` ta` l-ippjanar tkun tista` tikkonsidra jekk jistax jibqa' l-iżvilupp jew inkella jekk jitneħħiex.", "PUBLIC SERVICE COMMISSION", "16358.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jista' jsir biex wieħed ikun jaf jekk il-PSC imxietx b'mod ġust f'xi ħatra partikolari, speċjalment f'każ ta' ħatra ta' kap ta' dipartiment?", "X'passi jieħu l-prim ministru jekk l-affarijiet ma jkunux saru sew?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħal kummissjonijiet l-oħra mwaqqfa mill- Kostituzzjoni, il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku qiegħda hemm preċiżament biex tara li l-ħatriet fis-servizz pubbliku jsiru b'mod ġust.", "Għaldaqstant mhux il-każ li wieħed joqgħod jiddubita wkoll mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "GĦAWDEX - CORPORATE SERVICES - DIRETTUR", "16359.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk id-direttur tal-corporate services fil- ministeru tagħha ffirmax il-performance agreement il-ġdid jew le?", "Jekk fl-affermattiv, meta ġie ffirmat?", "Jekk fin-negattiv, għaliex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-performance agreements tad- diretturi fil-Ministeru għal Għawdex qegħdin jiġu mħejjija.", "GĦAWDEX - CUSTOMER SERVICES - DIRETTUR", "16360.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14523, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm minn dawk li applikaw biex jimlew il-pożizzjoni ta' diretturi tal-customer services li kienu diġa' fi skala 5?", "Kemm kien hemm applikanti li ma kenux fi skala 5?", "Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk id-direttur tal-customer services il- ġdid ingħatax il-ħatra fuq bażi sostantiva?", "Jekk fl-affermattiv, a bażi ta' liema ftehim jew ċirkolari ngħata din il- ħatra fuq bażi sostantiva?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru konċernat", "AFFARIJIET BARRANIN - ĦADDIEMA ĠODDA", "16361.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "16214?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Nixtieq inżid li dawn l- impjegati qed jitħallsu mill-Vot tal-Ministeru.", "NAXXAR - TRIQ ĠIBILTA'", "16362.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex mill-aktar fis possibbli jiġi pavimentat il-parti taħt it- taraġ ta' barra Blk 4, Triq Ġibilta', Naxxar?", "Jekk dan ma jistax isir, x'inhi r-raġuni li x-xogħol ma tkompliex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt dan il-każ lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "SAĦĦA - BLOOD DONOR UNIT", "16363.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien bil-ħsara l-mobile blood donor unit mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "Kemm ġie jiswa x-xogħol, inkluż spare parts eċċ , biex tissewwa kull ħsara li żviluppatlu l-mobile blood donor unit?", "X'kienet il-ħsara f'kull każ?", "Jista' l-Ministru jassigura li ma kien hemm l-ebda każ ta' traskuraġni f'dawn il-ħsarat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-mobile blood doner unit kien bil-ħsara darba mill-1 ta` Jannar, 2000 sal-lum.", "Dan kien fit-13 ta` April, 2000.", "Il-ħsara ammontat għal Lm1,342.88, VAT inkluża.", "Il-ħsara kienet tappets mechanical failure.", "Ma kien hemm ebda traskuraġġni li kkaġunat dawn il-ħsarat.", "SPTAR MONTE CARMELI - MOBILE PHONES", "16364.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati fl-Isptar Monte Carmeli għandhom aċċess għall-użu ta' mobile phone?", "Min huma u x'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm inxtraw mobile phones fl-aħħar sitt xhur għal-użu ta' mpjegati fl- Isptar Monte Carmeli?", "Min kienu l-impjegati?", "X'inhu l-grad li ngħataw l-użu ta' mobile phone fl-aħħar sitt xhur?", "Min kienu l-uffiċjali fid-dipartiment tas-saħħa li approvaw ix-xiri ta' dawn il-mobile phones?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ġewwa l-Isptar Monte Carmeli hemm ħames persuni li għandhom aċċess għal mobile phone.", "Dawn huma kif ġej:", "Dr. Joe Saliba director of psychiatry Mr. Edward Borg assistant director finance & admistration Mr. Joe Borg manager nursing services Mr. Victor Saliba operations manager social work department", "F`dawn l-aħħar sitt xhur inxtara mobile phone wieħed u dan kien għall-użu ta` social work department.", "Ix-xiri ta` dan il-mobile phone ġie approvat mill-management team ta` l- Isptar Monte Carmeli.", "Ta` min jgħid li biex inxtara l-mobile phone ma ġie ffirmat ebda kuntratt billi dan juża s-sistema ta` top-up voucher.", "Din il- voucher tinxtara għall-prezz ta` Lm 10 u jservi 60 jum.", "GĦAWDEX - CUSTOMER SERVICE - DIRETTUR", "16366.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14523, tista' l-Ministru tgħid jekk l-ex-direttur tal-customer services fil- preżent hux jirċievi salarji ta' skala 5 fuq bażi sostantiva?", "Jekk fl-affermattiv, ma jidhriliex li meta qalet li hu kien jirċievi rimunerazzjoni ekwivalenti għas-salarji ta' skala 5 l-informazzjoni kienet inkorretta?", "X'passi ħadet kontra min ta din l-informazzjoni ineżatta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien infurmata li t-tweġiba għall-ewwel parti tal- mistoqsija hija fl-affermattiv.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħidli għaliex it-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "14523 ma kenitx korretta.", "EMPLOYMENT COMMISSION - MEMBRI", "16375.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri ġodda ta' l-employment commission?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s- Sur Michael J Mallia nħatar bħala c-chairman il-ġdid tal-kummissjoni dwar l- impjiegi.", "Il-membri l-oħra tal-kummissjoni baqgħu l-istess.", "ŻEJTUN - TRIQ ID-DULLIEGĦ", "16376.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija mhux qed jieħdu l-passi mixtieqa fuq abbuż li qed isir fi Triq il-Dulliegħ, ġewwa ż-Żejtun?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-pulizija tad-distrett regolarment tagħmel ronda fit-triq imsemmija u ma ġew innotati l-ebda kontravenzjonijiet.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema abbuż qiegħed jirriferi.", "PA - ŻEJTUN - TRIQ ID-DULLIEGĦ", "16377.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtorita' ta' l-ippjanar mhux qed tieħu passi sabiex l-irregolaritajiet u l-inkonvenjenti maħluqa, li qed jagħmel persuna li qed jagħmel ċertu xogħol f'post abitat fi Triq id- Dulliegħ, Żejtun u mhux kollu kopert bil-permess meħtieġ, ma jitkompliex b'detriment għar-residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li tajt għall-mistoqsiiet parlamentari numri 8610 u 10670 dwar is-suġġett tal-mistoqsija, ninsab infurmat li dan il-każ qiegħed fuq il- lista ta` dawk il-każi li qegħdin jistennew sabiex tittieħed azzjoni diretta fuqhom.", "MIA - ĦADDIEMA ĠODDA", "16378.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda fl-MIA u l-Air Malta mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn?", "X'kondizzjonijiet għandhom dawn il-ħaddiema?", "Xi grad għandhom għal kull impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li bejn l-1 ta` Jannar u t-23 ta` Mejju ta` din is-sena ġew impjegati 12-il ħaddiem ġdid ma' l-MIA u 260 ma` l-Air Malta.", "Minn dawn ta` l-aħħar, 236 ġew impjegati jew bħala part- timers inkella fuq bażi temporanja bħalma jiġri kull sena qabel l-istaġun tas-sajf.", "Il-ħaddiema ġodda fiż-żewġ azjendi ġew impjegati f`dawn il- gradi:", "Malta International Airport:", "1 bħala senior officer 7 bħala hostess 3 bħala skrivana u 1 bħala tradesman", "Air Malta:", "4 bħala engineer 129 bħala loader jew cleaners fuq bażi part-time, 90 bħala cabin crew fuq bażi temporanja u 37 bħala skrivan fuq bazi part-time.", "Il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta` dawn il-ħaddiema huma skond il- provvedimenti tal-ftehim kollettiv li għandhom iż-żewġ azjendi.", "Fejn dan ma japplikax, il-kondizzjonijiet huma dawk normalment applikabbli għal tali kategorija.", "KUNSILLI LOKALI - MTARFA", "16379.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-segretarju tal- kunsill (ġdid) ta' l-Imtarfa, ġie msejjaħ lura u ma jistax ikompli jaqdi dmiru fil-kunsill b'detriment għall-operat ta' l-istess kunsill?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Huwa skorrett li tgħid li s-segretarju tal-kunsill ġdid ta` l-Imtarfa ġie msejjaħ lura u ma jistax ikompli jaqdi dmiru fil- kunsill b`detriment għall-operat ta` l-istess kunsill.", "L-aġent segretarju eżekuttiv ġie appuntat b`impjieg part-time sat-30 ta Ġunju, 2000 u l-kunsill, mill-ewwel ġurnata, ġie nformat b`dan sabiex jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex jimpjegaw segretarju eżekuttiv.", "Skond il-Kunsill ta` l-Imtarfa din il-materja bdiet tiġi ttrattata mill- ewwel laqgħa tal-kunsill.", "KUNSILLI LOKALI - SINDKI", "16380.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonsidra l-problemi ta' sindki li m'għandhomx impjieg fiss, u għall-iskop ta' l-NI, qegħdin ikunu kkonsidrati bħala self-employed?", "Ma jkunx f'waqtu illi l-onorarji tas-sindki ma twassalx għal dan il-piż fuq numru ta' sindki u għalhekk ma jiġux ikkonsidrati bħala self-employed?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-problemi ta` sindki li m`għandhomx impjieg fiss u peress li qed jirċievu allowance bħala sindki qed jiġu kkonsidrati bħala self-employed qed tiġi ttrattata mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u d- Dipartiment tas-Sigurta Socjali u dan skond il-provvedimenti attwali ta`l- Att dwar is-Sigurta Socjali.", "TOROQ - TISWIJIET", "16383.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tat-triq li trid issir mill-knisja ta' Burmarrad sa Tarġa Gap, Qlejgħa roundabout, skond is-sejħa għall-offerti CT 169/2000?", "X'inhu stmat il-valur tax-xogħlijiet proposti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kopja tal-pjanta li turi r-rotta tat-triq kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Peress li l-prassi li jiġu ppubblikati l-istejjem mas-sejħa għall-offerti ilha li nqatgħet wieħed mhux tal-parir li jippubblika l-istima f`dan l- istadju.", "PENSJONI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "16384.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux il-ħsieb tal-gvern li titkompla r-riforma mibdija taħt gvern Laburista preċedenti fil-pensjoni tas-servizzi Ingliżi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet tiegħi dwar dan is-suġġett fil-mistoqsijiet parlamentari numru 6278 u numru 12069.", "ŻEBBUĠ - KALKARA TAL-ĠIR", "16385.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 16242, jista' l- Ministru jikkonferma li fil-fatt sar survey tal-proprjeta' li kienet isservi bħala kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ?", "Jekk fl-affermattiv, min għamel dan is-survey u min ordnah?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nagħmel riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16242.", "Ġaladarba ma sarx survey minn entita` tal-gvern li taqa` taħt id- dekasteru tiegħi, ma nistax inwieġeb għad-domanda ta` l-Onor.", "Interpellant.", "OECD", "16386.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16265?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant li r-relazzjoni ta' Malta ma' l-OECD hija waħda ta' ko-operazzzjoni f'oqsma ta' nteress komuni.", "S'issa ma ntefgħet ebda applikazzjoni biex Malta tissieħeb fl- OECD.", "PRIVATIZZAZZJONIJIET", "16387.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16267?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern beda bil- privatizazzjoni tal-Malta Freport.", "PULIZIJA - PERSUNI ĊINIŻI JAĦDMU MALTA", "16388.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' persuni Ċiniżi li għandhom permess jaħdmu Malta?", "X'inhu x-xogħol li qed jagħmel kull wieħed u waħda minnhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13971.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR", "16389.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16221?", "ONOR.", "JOE BORG: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16221, naħseb li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-grupp tan-negozjati, hekk imsejjaħ il-Core Negotiating Group.", "Dan hu kompost miċ-chairman, is-Sur Richard Cachia Caruana u erba' membri oħra li huma l-Ambaxxatur Victor Camilleri, is-Sur Patrick Tabone, is-Sur Saviour Falzon u Dr Simon Busuttil.", "Minbarra l-Ambaxxatur Victor Camilleri li hu residenti fil-Belġju, dan il-grupp akkompanja il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin fi Brussell fil- 15 ta' Frar ta' din is-sena għal ftuħ uffiċjali tan-negozjati.", "Is-Sur Richard Cachia Caruana mexxa delegazzjonijiet fi Brussell fit-28 ta' Marzu ta' din is-sena għall-hekk msejjħa l-ewwel Accession Conference.", "Akkumpanjawh, mill-Core Negotiating Group, l-Ambaxxatur Victor Camilleri, is-Sur Saviour Falzon u s-Sur Patrick Tabone.", "Is-Sur Cachia Caruana għadu kif mexxa delegazzjoni fi Brussell fil-25 ta' Mejju għat-tieni Accession Conference.", "Hawnekk kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur Victor Camilleri u minn Dr Simon Busuttil.", "Is-Sur Richard Cachia Caruana kellu diskussjonijiet bilaterali ma' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea matul din is-sena kif ġej: Ir-Renju Unit f'Jannar; Spanja fi Frar; Franza f'Marzu; l-Isvezja u l- Portugal f'April; l-Italja u l-Ġermanja f'Mejju.", "Għaż-żjara tiegħu ġo l- Isvezja u l-Portugal, mill-Core Negotiating Group, hu kien akkumpanjat mis- Sur Saviour Falzon.", "Is-Sur Cachia Caruana mexxa wkoll diskussjonijiet bilaterali mall-Belġju, l-Olanda u l-Lussemburgu f'Mejju.", "Għal dawn id- diskussjonijiet, mill-Core Negotiating Group, hu kien akkumpanjat mill- Ambaxxatur Victor Camilleri.", "F'April ta' din is-sena is-Sur Cachia Caruana żar ir-Repubblika Ċeka għal diskussjonijeit bilaterali wkoll.", "Is-Sur Cachia Caruana akkumpannja lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin fiż-żjara tiegħu fi Franza f'April ta' din is-sena.", "Rigward kemm ġew jiswew dawn iż-żjarat, l-informazzjoni għada tinġabar u għaldaqstant id-dettalji jingħataw f'seduta oħra.", "UE - PROĊESS TA' L-ISCREENING", "16390.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16217?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar l-ispejjeż konnessi mal-proċess ta' screening mal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal- uffiċjali li ħadu sehem fil-proċess ta' l-iscreening ma' l-Unjoni Ewropea kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Inżid ngħid li kif hija l-prassi min isiefer fuq xogħol uffiċjali ma jingħatax spending money per se iżda jingħata per diem allowance skond rati stabiliti perjodikament mill-Uffiċċju ta' l-Management and Personnel Office.", "L-ispejjeż għas-safar li ħarġu mill-vot ta' dan il- ministeru sa l-aħħar ta' Jannar 2000 kienu madwar Lm38,755 li jinkludu l- ispejjeż tal-biljetti tal-ajru u l-allowances msemmija.", "Din iċ-ċifra hija proviżorja għar-raġuni li xi rendikonti ta' spejjeż għadhom ma ġewx sottomessi lill-ministeru filwaqt li xi oħrajn għad iridu jiġu pproċessati u jonqos xi skonti fuq spejjeż ta' l-ajru mill-Air Malta.", "UE - NGOS", "16391.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16216?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għas-snin 1999-2000 ġew allokati Lm360,000 bħala kontribuzzjonijiet lill-korpi kostitwiti u għaqdiet rappreżentattivi inklużi NGO's. Somma sa massimu ta' Lm160,000 ġiet allokata fis-sena 1999 mill-Contingencies Fund permezz ta' Contingencies Fund Warrant maħruġ mill-Ministru tal-Finanzi.", "Somma ta' Lm200,000 ġiet allokata fil-vot ta' dan il-ministeru kif jidher fl-estimi ġenerali għas-sena 2000.", "Il-fondi allokati lil dawn l-għaqdiet fis-sena 1999 għadhom qed jitħallsu waqt li bdew jitħallsu parti minn dawk allokati għal din is-sena.", "It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DISTRETT NRU.", "10 - BOZOZ", "16392.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw it-talbiet għall- installar ta' bozoz ġodda fil-lokalitajiet ta' l-10 distrett elettorali u kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?", "Jista' jinformani liema huma dawk it-talbiet tar-residenti jew kunsilli lokali li se jiġu milqugħa xahar b'xahar tul it-tliet xhur li ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti mill-għaxar distrett elettorali hemm talbiet sabiex jitwaħħlu 181 lampa ġdida fit-toroq.", "It-talbiet huma mqassmin kif gej:", "Sliema 28 talba San Giljan 19-il talba Swieqi u Madliena 95 talba Pembroke 29 talba", "FINANZI - ACCRUALS", "16395.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16272?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħlasijiet pendenti sa tmiem April ta` din is-sena huma kif ġej:", "Mediċini, apparat u disposables Lm5,137,550", "Ħlasijiet kapitali:", "Toroq Lm2,191,174* Sptar Lm1,060,003 Kuntratti oħra Lm1,009,857", "* L-ammont jinkludi Lm2,155,000 li qed jiġu vverifikati mid-dipartiment.", "PULIZIJA - STABBILIMENTI TA' DIVERTIMENT", "16397.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-ogħla volum ta' ħoss permess għal stabiliment ta' divertiment meta dan ikun ġewwa, jew dak barra?", "Jista' jgħid ukoll kemm trid tkun id-distanza 'l bogħod minn ma' djar residenzjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li m'hemmx stipulat fil-leġislazzjoni kemm għandu jkun l-ogħla livell ta` ħoss permess f`lokalitajiet ta` divertiment.", "Pero` mhux permess li jsiru ħsejjes daqshekk qawwija li jdejqu lid-detenturi jew lin-nies li jkunu joqogħdu f`bini fil-qrib.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li mhux permess li jsir party jew disco f`post miftuħ wara s-2.00a.m., ħlief f`postijiet li jkunu liċenzjati bħala post ta` divertiment u li jkun jinsab f`distanza ta` aktar minn ħames mitt metru `l bogħod minn post abitat, u dan sa mhux aktar tard mill-4.00 a.m.", "IMĠARR - ĊIMITERJU", "16399.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jitneħħa l-ħmieġ u t- traskuraġni li hemm fiċ-ċimiterju ta' l-Imġarr (Malta)?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B`riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16399, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara lment li saru lid- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika l-Ħadd 21 ta` Mejju, dwar iċ-ċimiterju ta` l- Imġarr (Malta), spezzjoni saret minn uffiċjal tad-Dipartiment fl-istess ġurnata.", "Għalkemm ma nstab l-ebda ħmieġ, l-għada 22 ta` Mejju 2000, ħaddiema ta` l-istess dipartiment ġew mibgħuta biex isir xi xogħol ta` tikħil u manutenzjoni fuq xi oqbra u ż-żewġ ossarji.", "CONDOMINIUM ACT", "16400.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern fir-rigward tal- condominium act li ġiet diskussa fil-Parlament matul il-leġislatura li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fuq talba ta` diversi partijiet, inkluż il-kunsill notarili, tlesta abbozz sabiex isiru ċerti emendi.", "Dan l-abbozz mistenni li jiġi ppubblikat f`Ġunju 2000.", "PRIVATIZZAZZJONI - ADVISORY COMMITTEE", "16408.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16268?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħatra tal-bord għandha titħabbar din il-ġimgħa.", "FMS - SPTAR TAL-QROQQ", "16426.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min kienu d-disinjaturi li ġew approvati mir- rappreżentanti ta' l-FMS jew mill-FMS stess biex jagħmlu l-pjanti kollha ta' l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq?", "Jekk dawn id-disinjaturi jiffurmaw parti mill-konsorzju Skanska, jista' l- Ministru jagħti l-ismijiet tal-periti, inġiniera, uffiċċju u/jew kumpanniji li kienu approvati mill-FMS jew ir-rappreżentati tagħha biex ilestu d- disinji kollha ta' l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond il-kuntratt li ġie ffirmat fid-29 ta` Frar 2000 Skanska Malta J.V. huwa responsabbli biex jagħmlu l-pjanti kollha ta` l-isptar il-ġdid f`Tal-Qroqq.", "Il-Perit Joe Cassar huwa il-persuna responsabbli skond it-termini tal- liġi ta` Malta.", "Disinjaturi oħra jiġu approvati skond il-ħtieġa tax-xogħol.", "SAĦĦA - TOBBA", "16427.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa u li fl-aħħar xahar ġew trasferiti għad-dipartiment ta' l-emerġenza fl-Isptar San Luqa?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru ta' dawn it-tobba?", "Kemm minn dawn it-tobba li ġew trasferiti, irriżenjaw jew ħarġu bil- maternity jew paternity leave?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-ebda tabib li kien jaħdem fiċ- Ċentri tas-Saħħa ma ġie `trasferit` għad-Dipartiment ta` l-Emerġenza fl- Isptar San Luqa fl-aħħar xahar.", "Iċ-ċaqlieq li sar kien parti mill- eżerċizzju ta` rotation u ħatriet fil-grad ta` SHO.", "PULIZIJA - DNA TESTS", "16435.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li DNA tests ma jsirux fil-laboratorju forensiku, meta llum hemm n-neċessita' li dawn it-testijiet isiru f'Malta stess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-laboratorju forensiku tal- pulizija m`għandux u qatt ma kellu l-apparat meħtieġ sabiex isiru t- testijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Iżda s`issa ma nstabet l-ebda diffikulta' biex meta jkun hemm bżonn kampjun jintbagħat barra minn Malta f`laboratorju approvat biex isiru t-testijiet hemmhekk.", "SAĦĦA - DENTISTRIJA", "16436.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar id-dipartiment tad-dentistrija fiċ- ċentri tas-saħħa rigward crowns tas-snien għal dawk in-nies li għandhom il- kartuna s-safra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-intitolament għal-servizzi tad-dentistrija fiċ- Ċentri tas-Saħħa huwa relatati biss mal-kartuna r-roża u jekk wieħed għandux kartuna safra (Schedule V) jew le m'għandu l-ebda konnessjoni mal- aċċess għal dawn is-servizzi.", "Kulhħdd huwa intitolat għal servizzi b`xejn ta` check-up, qlugħ u tindif.", "Servizz ta` mili tas-snin (conservative treatment) u applikazzjoni għal dentatura huwa aċċessibli biss min dawk li għandhom il-karta roża.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "16437.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex xebba li tgħix waħida d-dar - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - f'dawn l-aħħar tliet xhur inqatgħalha r-relief?", "Jista' jinvestiga u jħaffef dan il-każ peress li din il-persuna tinsab fi bżonn kbir?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha dwar il-każ mid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "BEIJING - KONFERENZA", "16439.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l- membri fuq il-delegazzjoni li marret Beijing fl-1995 għall-konferenza dinjija tan-nisa organizzata mill-Ġnus Magħquda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-delegazzjoni Maltija għar-raba' Konferenza Dinjija kienet immexxija mill-Onor.", "Giovanna Debono, Segretarja Parlamentari, Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali.", "Il-membri l-oħra tad- delegazzjoni kienu dawn li ġejjin:", "E.T. Mr Victor J. Gauci, Ambaxxatur taċ-Ċina E.T. Dr Joseph Cassar, Ambaxxatur għall-Missjoni Permanenti Maltija tal- Ġnus Magħquda Ms Angela Callus Mr Giovanni Miceli Dr Joseph Pirotta Ms Joanna Darmanin Ms Bernadette Borda Dr Lorraine Schembri Orland Ms Carmen Callus Ms Ceclia Xuereb (NGO)", "BEIJING - KONFERENZA", "16440.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se tintbagħat delegazzjoni għall-konferenza tal-Ġnus Maqgħuda Beijing+5?", "Jekk iva, min se jkunu l-membri tad-delegazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-delegazzjoni għall-Konferenza tal-Ġnus Magħquda Beijing+5 hi mistennija li tkun magħmula mill-Onor.", "Helen D'Amato (Chairperson - Kumitat għall-Affarijiet Soċjali), Ms Simone Vella (Chairperson -Kummissjoni Għall-Avvanz Tal-Mara), Ms Christine Theuma (Policy Co-ordinator - Ministeru għall-Politika Soċjali).", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "16441.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' l-assistenti diretturi fis-settur pubbliku, skond id-dipartimenti li qegħdin fihom u skond id-data ta' meta saru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Skeda li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "16442.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' l-impjegati mas-settur pubbliku li għandhom degree universitarju, x'inhi d-degree, x'inhu l-grad li qegħdin fih u meta daħlu f'dan il-grad?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "BUĠIBBA - TRIQ IT-TURISTI", "16443.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-fondi numru 9 u 10 li jinsabu f'Executive Suite, Triq it-Turisti, Buġibba, li huma mibnija mingħajr il- permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, għandhom installati meter ta' l- elettriku u ta' l-ilma?", "Jista' jgħid minn meta bdiet il-policy li post li ma jkollux il-permess tal-PA ma jistax jingħatalu meter tad-dawl u ilma?", "Jikkonferma l-Ministru li fil-fatt fl-1996 il-meter tad-dawl kien tneħħa minn fond numru 10 u ftit wara reġa' tpoġġa hemm?", "Jara l-Ministru li dan jista' jidher bħala każ ta'diskriminazzjoni fil-konfront ta'oħrajn simili li qed jiġu trattati b'mod differenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ġie kkonfermat mill-Awtorita` ta` l- Ippjanar li l-fondi numru 9 u 10 li jinsabu fir-raba` sular, fi blokka flats, bl-isem ta` Executive Suite fi Triq it-Turisti, Buġibba, huma mibnija mingħajr permess ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Peress li din il- blokka kienet inbniet qabel ma ġiet konstitwita l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kienet inħarġet Legal Action fil-11 ta` Novembru, 1992, talli inbena sular żejjed mingħajr permess.", "Wara, din l-istess 'Legal Action' ġiet irtirata mill-Qorti biex il-każ ikompli jiġi trattat skond l-Att I ta` l-1992 dwar l- Iżvilupp ta` l-Ippjanar.", "Fil-fatt, fl-4 ta` Diċembru, 1998 inħareġ stop & enforcement notice.", "Għalkemm appell kontra dan l-istess avviż ġie miċħud mill-bord ta` l-appell, saret applikazzjoni sanatorja b`riferenza PA 6986/99 u din l-applikazzjoni għada pendenti.", "Il-policy li ma jingħatax is-servizz tad-dawl u l-ilma jekk kemm-il darba post ma jkollux il-permess ta` l-awtorita`, tmur lura għall-żmien il-PAPB (qabel 1992).", "Wara, din l-istess policy ġiet regolarizzata fl-att innifsu dwar l-ippjanar ta` l-iżvilupp [Taqsima VII.61(2)].", "Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, l-awtorita` ma tistax tikkonferma li fl-1996 il-meter tad-dawl kien tneħħa minn fond numru 10 u ftit wara reġa` tpoġġa.", "Ta` min jirrimarka li kemm ilha mwaqqfa l-awtorita` qatt ma nħareġ ċertifikat biex f`dan is-sular ikun jista` jingħata s-servizz tad- dawl u l-ilma.", "NAXXAR - TRIQ IN-NISSIEĠ", "16444.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq in-Nissieġ fejn hemm parti mit-triq fl-aħħar tagħha li tidjieq u tiżbokka għall-21st September Avenue, Naxxar, u li t-triq m'hijiex asfaltata, kull darba qed imur il- warden u jneħħi vetturi li jkunu pparkjati f'din it-triq quddiem il-bieb tagħhom?", "Jarax il-Ministru li għandu jkun aktar loġiku u prudenti fil-konfront ta' każijiet simili?", "Kopja ta' l-area mmarkata bl-aħmar għal aktar dettalji u spjegazzjoni qed tintbagħat separatament.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta.", "Ir-ronda tal-wardens hi determinata mill-joint committee tal-kunsilli lokali koncernati u mhux mill-ministeru jew mid-dipartiment.", "MSIDA - GĦAJN TAL-ĦASSELIN", "16445.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol li qed isir ħdejn il- Għajn tal-Ħasselin, Msida?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol li fadal madwar il-għajn huwa ta' madum (li qed isir minn kuntrattur privat) u wara jitwaħħlu r-railings tal-ħadid (min-nies tal-gvern).", "Id-dawl, it-tarmac tal-pjazza u l-bankina qed isiru mill-kunsill lokali ta' l-Imsida.", "Dan ix-xogħol imsemmi għandu jitlesta fi ftit ġimgħat oħra.", "PULIZIJA - PROSTITUZZJONI", "16446.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nisa/tfal taħt l-eta' u rġiel għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena - fejn inqabdu u kemm minnhom kienu repeated offenders?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn Jannar u s-26 ta` Mejju ta` din is-sena inqabdu 174 persuna fuq suspett li kienu jitlajjaw għall-skop ta` prostituzzjoni fl-inħawi tal-Gżira, Marsa u Ħal Qormi.", "Dawn kienu 145 nisa u 29 raġel u kollha huma repeated offenders.", "Ma kienx hemm tfal taħt l-eta`."]} {"filename": "20020213_699d_par.doc", "date": "2002-02-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 699 L-Erbgħa, 13 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 699", "L-Erbgħa, 13 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "699", "L-Erbgħa, 13 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 700", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 700", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 706", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 706", "AĠĠORNAMENT 723", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 729", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru, 698 li saret fit-13 ta' Frar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - EMERĠENZA", "30764.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li wżaw is-section ta' l- emergenza f'Isptar San Luqa matul is-sena li għaddiet?", "Jista' jagħti l- istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Informat li n-numru ta' persuni li wżaw is-section ta' l-emerġenza fl-Isptar San Luqa kien:-", "|Sena |Numru ta' persuni | | |li wżaw is-section | | |ta` l-Emerġenza | |1996 | 100,448 | |1997 | 97,425 | |1998 | 101,328 | |1999 | 106,676 | |2000 | 105,569 | |2001 | 109,875 |", "Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nixtieq nirrispondi għal domanda supplimentari li tqajjmet dalgħodu peress li issa għandi aktar informazzjoni.", "Saret l-investigazzjoni preliminari dwar rimi ta' partijiet umani ġewwa l- miżbla tal-Magħtab - kien faċli li nikkonkluduha malajr minħabba li hemm ftit ħafna postijiet fejn dan il-materjal jista' jiġi ġenerat – u nikkonferma li min hu in charge tad-diviżjoni jiċħad kategorikament li qegħdin jintremew xi partijiet umani, provenjenti mill-operazzjonijiet, ġewwa l-miżbla tal-Magħtab.", "Nikkonferma wkoll li l-boroż il-ħodor ilhom ma jintużaw ġewwa l-isptar San Luqa għal aktar minn sena.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura jirriżulta li dan l-iskart qed jiġi dumped mis-settur privat?", "Fil-każ li hu hekk, x'policy għandu s-settur privat biex ikun aġġornat mal-permessi rikjesti?", "Peress li jindika li kien hemm żieda ta' eluf ta' nies li rrikorrew għas- servizz ta' l-emerġenza, u dan wieħed jista' jassoċjah ukoll mal-problema li numru ta' ċentri tas-saħħa m'humiex jestendu s-servizz tagħhom fuq bażi ta' 24 siegħa, jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi koordinat - dak li rrifera għalih hu u anke interpellant ieħor fil-question time ta' dalgħodu - id-dewmien ta' l-appuntamenti?", "Qed ngħid hekk għax nafu li ħafna każijiet li jidħlu fl-emerġenza jkollhom bżonn ċerti follow-ups u peress li diġa` hemm eluf ta' appuntamenti pendenti, dawn qed jidħlu f'ċerta diffikulta`.", "X'qed isir min-naħa tal-gvern biex fejn hu possibbli jiġu rimedjati dawn l- inkonvenjenzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid nerġa' nikkonferma li f'dak li għandu x'jaqsam ma' appuntamenti urġenti, m'hemmx dewmien la fil-każ tan- new cases u lanqas fil-każ ta' follow-ups.", "Fil-fatt skond l-istatistika li qrajt dalgħodu stess, hemm madwar 2,700 follow-ups li tqiesu bħala urġenti u xorta ma tilfux l-appuntament.", "Kien hemm ukoll madwar 728 appuntament ġdid li minkejja li kien hemm l-azzjoni industrijali għaddejja, xorta ġew eżaminati fil-ħin tagħhom.", "Dalgħodu spjegajt ukoll is-sistema li qiegħda tintuża fil-każ ta' operazzjonijiet li m'humiex urġenti u għedt li l-lista tkun diġa` ġiet ippjanata b'antiċipu ta' xi xahrejn.", "Fil-fatt dawn l-appuntamenti tħallew kif kienu u dawk il-persuni li kienu tilfu l-appuntament ingħataw appuntamenti ġodda.", "Dan fl-ambitu tal-ftehim li sar bejn il-gvern u l-MAM u l-isforzi min-naħa ta' l-assoċjazzjoni medika biex dawk l-appuntamenti li ġew posposti, jingħataw prijorita` u fi żmien tliet xhur jiġu eżaminati kollha.", "Nerġa' nirrepeti għal mitt elf darba li ż-żieda ta' nies li jirrikorru fl- emerġenza ġewwa l-Isptar San Luqa m'għandha x'taqsam xejn ma' l-għeluq jew man-nuqqas ta' sigħat ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa.", "Fil-fatt in-numru ta' nies fl-emerġenza jiżdied b'madwar 10% kull sena.", "Din it-tendenza ilna narawha mill-1996 - anke jekk wieħed jara ċ-ċifri li għadni kemm qrajt - u dan minħabba l-fatt li n-nies saru aktar edukati u aktar informati dwar meta u għalxiex għandhom jattendu fid-dipartiment ta' l-emerġenza.", "In-numru ta' nies li jattendu hemmhekk ivarja sostanzjalment mhux biss fuq il-perijodi, għax ġeneralment meta nitkellmu fuq perijodi nkunu qegħdin nitkellmu fuq mard infettiv akut, bħalma hija l-influwenza.", "Fil-fatt ftit tal-ġimgħat ilu kellna madwar 300 pazjent li f'ġurnata waħda attendew fil- casualty.", "F'ġurnata partikolari oħra kien hemm madwar 84 pazjent li bejn l- 4:00 p.m. u l-10:00 p.m. marru l-emerġenza, ħafna minnhom kienu fi grade 1 u allura kellhom jingħataw attenzjoni immedjata.", "Dwar ir-rimi ta' skart iċċekjajna biss x'qed jiġri ġewwa l-Isptar San Luqa u nikkonferma li minn hemm l-ebda materjal uman m'hu qiegħed jintrema ġewwa l-miżbla tal-Magħtab.", "Fil-fatt meta jkun hemm amputazzjoni ta' xi driegħ jew xi sieq, dawn jiġu inċenerati jew mitfugħin fiċ-ċimiterju.", "Ovvjament qiegħed isir stħarriġ u investigazzjoni biex naraw minn fejn qed jiġi l- kontenut ta' dawn l-allegati boroż ħodor u sofor li qed jitwaddbu ġewwa l- Magħtab u li ntwerew fuq it-television.", "Wieħed qiegħed iħares lejn dan ir- rapport, għalkemm ingħata pubbliċita`, b'daqsxejn lenti suspettuża fis-sens li ġie konstatat dalgħodu stess li ġewwa l-Isptar San Luqa ilhom ma jintużaw boroż sofor u ħodor għar-rimi ta' l-iskart 'il fuq minn sena.", "Meta jkolli aktar informazzjoni dwar dan, inwassalha lill-kollegi tiegħi ġewwa l-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta jkun hemm biċċiet ta' l-intern u affarijiet simili, dawn ukoll jintefgħu fl-inċineratur jew fiċ-ċimiterju?", "Għax għalkemm ma nafx minn min qed jintremew, naf żgur li dawn it-tip ta' boroż qed jintremew fil-Magħtab u nista' nikkonferma li dawn kien fihom fdalijiet umani ġo fihom.", "Peress li l-gvern kien ħa passi biex jibdel dan l-inċineratur fi żmien stipulat, għax intqal li huwa difettuż u m'huwiex adegwat, jista' l- Ministru jgħid x'ġara f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Se nerġa' nirrepeti dak li għedt filgħodu għax din id-domanda saritli filgħodu u diġa` rrispondejtha.", "Jiena m'għedtx li fil-Magħtab m'humiex qegħdin jintefgħu partijiet umani, imma għedt li dawn m'huwiex qed jintefgħu mill-Isptar San Luqa.", "Għedt hekk partikolarment għax ir-rapport ma qalx li dawn il-fdalijiet qed jintefgħu minn sptarijiet imma speċifika li dawn ġejjin mill-Isptar San Luqa u mill- isptarijiet tal-gvern.", "U dan jien nsita' niċħdu kategorikament.", "Ftit ilu għedt ukoll li trid tasalli aktar informazzjoni biex inkun nista' nwieġeb sew.", "M'hemmx dubju li l-inċineratur ġewwa l-Isptar San Luqa għamel żmienu imma m'huwiex bil-ħsara.", "Fl-1995 ippruvajna nagħmlu upgrading tiegħu, ħriġna tender, sibna li din it-tender kienet se tnaqqas biss xi 20% tal-materjal li joħroġ miċ-ċumnija, fl-1998 inħarġet tender oħra, li għaliha applikat xi 14-il kumpannija, ġew shortlisted erbgħa ta' l-istess teknoloġija u kellna żewġ oġġezzjonijiet.", "Biex ma jkollniex problemi - kif jinqalgħu dejjem meta jkollna tender ta' ċerta entita` - ġibna esperti mondjali mill-Amerika biex jagħmlu l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender document u biex dan jiġi aġġudikat.", "Wara li dawn ġew kien hemm żewġ kumpanniji li għamlu oġġezzjoni.", "Biex żgur inkunu ħdimna b'mod trasparenti erġajna ġibna lil dawn l-esperti Amerikani, għamlu laqgħa fit-28 ta' Jannar ta' din is-sena u għamlu rakkmandazzjonijiet lill-contracts' committee.", "Ovvjament aħna xtaqna li l- ġeneratur qiegħed diġa` mwaħħal f'postu u qiegħed jaħdem pero` nafu kif isiru dawn l-affarijiet speċjalment meta jkun hemm ċerti entitajiet u għalkemm dan il-proċess wasal fil-final tiegħu – għalkemm ili ngħid hekk xi sena – qegħdin nagħmlu l-isforzi kollha tagħna biex ikollna state of the art technology.", "Irrid nispeċfika ukoll li għalkemm fl-isptar ikollna medja ta' madwar tunnellata skart kuljum, il-persentaġġ ta' hazardous jew medical waste jammonta għal madwar 2% ta' din it-tunnellata.", "Illum kważi l-pajjiżi kollha għandhom protokolli dwar x'jista' jagħmel il-contagious waste.", "Per eżempju fl-Ingilterra jekk is-swab ma jkollhiex ċertu volum ta' demm fiha, tista' tiġi trattata b'mod li wieħed jitratta l-iskart uman.", "Ħafna mis-sistemi ta' waste disposal fl-isptarijiet fil-fatt ma jisterilizzawx il- prodott, għalkemm inaqqsu l-volum.", "Per eżempju, f'dan il-proċess kull 1000 kilogramma tiġi ridotta għal madwar 100 jew 140 kilogramma ta' skart.", "Dan jista' imbagħad – għalkemm m'huwiex sterilizzat – jiġi mqiegħed f'waħda mid- dumps li għandna mingħajr periklu la għall-water table u lanqas għas-saħħa tal-bniedem.", "Nerġa' ngħid li l-aħbar li xxandret fuq il-mezzi tax-xandir kienet inġusta għax din ippuntat subajha lejn l-isptarijiet tal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jaħsibx il-Ministru li huwa rrilevanti jekk dan l- iskart intremiex mill-isptar tal-gvern jew le u xorta waħda għandhom jittieħdu l-passi?", "Ġie kkonsidrat li jkun hemm inċineratur li jaqdi ħteġijiet oħra milli jkun hemm inċineratur wieħed li terġa' lanqas huwa l-aktar wieħed vijabbli u effiċjenti għal pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-investigazzjonijiet qegħdin isiru u s'issa stabbilixxejna li dan l-iskart m'huwiex ġej mill-isptarijiet tal-gvern.", "Jien għedt li malli jkolli aktar informazzjoni - nispera li s'għada filgħodu stess - inkun nista' ngħaddiha lil din il-Kamra.", "It-tieni, nixtieq ukoll li meta nitkellmu fuq il-famuża ċumnija ta' l- isptar ma nibqgħux nitkellmu fuq l-inċineratur.", "It-teknoloġija li se tiġi adottata - almenu skond it-tender li ħarġet - hija l-aktar teknoloġija moderna, tnaqqas il-volum ta' l-iskart, m'għandha emissjonijiet ta' xejn, f'ċertu każi tiġġenera l-enerġija hi stess u tista' tużaha anke biex tisteralizza affarijiet oħra ġewwa l-isptar.", "Kif diġa` għedt, meta ħriġna t-tender document bl-ispeċifikazzjonijiet, kien hemm numru ta' teknoloġiji differenti u aħna nsistejna li jkollha ċerti kriterji.", "Waħda minn dawn il-kriterji – li għandha tiġi aġġudikata – hi li tkun trasportabbli faċilment mill-isptar l-antik għall-isptar il-ġdid fil-każ li xi darba jinqala' dan il-bżonn.", "Kien hemm ċerti affarijiet oħrajn stipulati, li per eżempju tkun tista' tiġi added on, jiġifieri tkun magħmula bil-unit u jekk trid iżżidilha l-kapaċita` tagħha, jiġifieri żżid units oħra, ma jkollokx għalfejn terġa' tidħol f'ċerti spejjeż.", "Punt importanti ieħor kien li aħna xtaqna li din tkun teknoloġija li ġiet approvata u diġa` tat riżultati għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq madwar 14-il teknoloġija kollha differenti, kollha non-burn technology li l- effiċjenza tagħhom tvarja minn mod għal ieħor.", "Dan jiddependi x'tip ta' materjal trid titfa' fiha.", "Kif għedt, aħna nipproduċu madwar tunnellata skart kuljum u s-sistema li se tintuża se jkollha kapaċita` ferm aktar mit-tunnellata li nipproduċu u hemm il-ħsieb li nibqgħu nipproduċu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li hemm il-ħsieb li l-Magħtab tagħlaq sas-sena 2004, x'inhu jagħmel id-dipartiment tas-saħħa biex dan jiġi verament imwettaq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-awtoritajiet tas-saħħa jikkonsidraw li l- pożizzjoni ta' l-inċineratur preżenti f'punt kruċjali ġewwa pajjiżna kellu jingħata prijorita` aktar mgħaġġla minn qabel ma nagħmlu l-pjan globali għat-trattament ta' l-iskart.", "B'dan il-ħsieb ġo moħħna mxejna għal rasna għax nafu li s-sistema li nużaw trid tagħti kas tal-bżonnijiet partikolari ta' waste mediku li jkun qiegħed jiġi ġenerat ġewwa l-isptarijiet.", "Kif diġa` għedt, bit-teknoloġija li se nużaw huwa proprju immaterjali fejn jintefa' dan il-waste.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ħalli mmur lura għall-mistoqsija oriġinali u nistaqsi lill-Ministru jekk jirriżultalux li numru ta' ċittadini li qed jirrikorru għas-servizz paramediku fl-isptar, bħal X-rays u testijiet tad- demm, qed jilmentaw li meta jmorru l-emerġenza qed idumu jistennew għal sigħat twal u m'humiex qed jingħatawlhom l-appuntamenti kemm jista' jkun malajr biex jagħmlu dawn l-hekk imsejħa testijiet li jkunu ordnati mill- general practioners tal-lokalitajiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-emerġenza, bħall-isbuħija, is in the eye of the beholder.", "Ma tfissirx li kulmin imur l-emerġenza għandu raġun.", "Fil-fatt jekk wieħed jara breakdown tan-nies li jmorru l-emerġenza u jpoġġihom skond il-prijoritajiet li jkollhom, isib li d-dewmien esaġerat ikun dejjem f'każi fejn ħafna drabi l-pazjent ma kellux għalfejn imur l-isptar.", "Jiġifieri wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn vera emerġenza u nkonvenjenza.", "Jiena m'iniex informat li jkun hemm pazjenti li jintbagħtu minn barra ġewwa l-emerġenza biex jagħmlu t-testijiet tad-demm.", "Ħafna drabi meta jkunu jridu jsiru testijiet tad-demm b'mod urġenti, il-pazjenti jintbagħtu direttament fil-laboratorju tal-patoloġija.", "Per eżempju, jekk trid tagħmel test tal-haemoglobin, ovvjament tintbagħat fil-patoloġija mingħajr il-bżonn li tattendi ġewwa l-emerġenza.", "Jekk imbagħad tmur l-emerġenza għax f'daqqa waħda żdiedlek l-uġigħ li kien ilu fuqek xi tliet xhur jew erbgħa, wieħed ma jistax jikkonsidraha bħala emerġenza.", "Jiġifieri kultant l- emerġenza għall-pazjent ma tkunx bilfors emerġenza għat-tabib u vice-versa.", "MELLIEĦA - TRIQ IL-FORTIZZA", "30765.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l- aħħar tliet snin Triq il-Fortizza fil-Mellieħa tħalliet abbandunata?", "Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjin sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mogħtija t-tarmac immedjatament?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30721.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, naf li l-gvern ċentrali għamel ħafna xogħol fuq bosta toroq f'Pembroke pero` parti minn Triq il-Fortizza għadha ma saritx.", "Jista' il-Ministru jagħtini t-time-frame ta' meta għandu jsir dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Li nista' ngħid hu li matul dawn l-aħar tliet snin il-gvern ċentrali se jkun nefaq Lm380,000 f'xogħlijiet ta' toroq f'Pembroke.", "Dawn jinkludu Triq Misraħ il-Fortizza u l-aħħar fażijiet ta' xogħol ta' tarmac għandu jitlesta matul il-ġimgħa d-dieħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-programm li għaddej fir-rigward tas-sistema tat-traffiku fir-Rabat?", "Għax fis-sistema tat-trasport inħolqot skumdita` kbira u qed teffettwa ċerti rotot li jużaw it-tour operators peress li din il-lokalita` hija frekwentata minn eluf kbar ta' turisti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, quddiemi ma tressaq l-ebda lment minn tour operators jew persuni li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu minħabba l- bidla fis-sistema ta' one-way f'dawn l-inħawi.", "Li saru kienu numru ta' lmenti minn persuni li joqogħdu f'toroq sekondarji, bħal Triq Kola Xara, Triq Konti Ruġġieru u Triq Santa Marija, li qabel kien jgħaddi ftit li xejn traffiku minnhom u issa - bħala riżultat tal-fatt li Triq Borg Olivier saret one-way - qed jgħaddi ammont kbir ta' traffiku minnhom.", "Fil-passat kelli okkażjoni ngħid li dawn it-toroq qegħdin jiġu analizzati għall-konsegwenzi tal-bidla fit-traffiku li kien hemm.", "Hemm min qed jinstiga lin-nies biex jgħaddu minn dawn it-toroq minkejja li m'għandux għalfejn jgħaddi minnhom u d-direttorat tat-trasport qed jara x'miżuri oħrajn irid jieħu sabiex jiġi assigurat li t-traffiku li m'huwiex mixtieq li jgħaddi minn dawk l-inħawi, ma jibqax jgħaddi minn hemmhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li t-tweġiba tal-Ministru ilha tiġi amplifikata bl-istess mod għal dawn l-aħħar ġimgħat, jista' almenu l- Ministru jagħti target date meta effettivament se jittieħdu l-miżuri abbażi tal-monitoring li qed isir fis-sistema tat-traffiku f'dawn l-inħawi li qed jirriferi għalihom hu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Farrugia kien wieħed fost dawk f'dan il- Parlament li qabel ma Triq Borg Olivier saret one-way, kien jagħmel domanda wara l-oħra biex jara meta din kienet se ssir one-way.", "Parti sostanzjali minn Triq Borg Olivier saret one-way mill-1 ta' Ottubru li għadda u wieħed jista' jgħid li b'mod ġenerali kien hemm riżultat pożittiv f'dak li huwa kontroll tat-traffiku f'dawn l-inħawi, kif kien mistenni.", "F'dan l-istadju, qabel ma jkun hemm xi ġirja f'deċiżjonijiet li naturalment ukoll ikollhom il-konsegwenzi, irridu naraw x'inhuma l-miżuri l- oħrajn li jistgħu jittieħdu mingħajr ma jinbidel l-għan prinċipali għala Triq Borg Olivier saret one-way.", "F'pajjiżna għandna ħabta li meta jkollna xewqa nagħmlu xi ħaġa, kulħadd jenfasizza kemm għandha bżonn issir u mbagħad once li ssir, ikun hemm numru ta' lmenti għax tkun inbiddlet xi ħaġa li kienet ilha teżisti għal mijiet ta' snin.", "Per eżempju, id-disa' membri tal-Kunsill Lokali tar-Rabat kollha kienu favur li Triq Borg Olivier issir one-way.", "Fil-mument li bdew isiru l- ilmenti, dawn kollha bdew jippruvaw jaħslu jdejhom u jgħidu li huma ma kellhomx x'jaqsmu ma' din il-bidla.", "Hemm Membri oħra f'din il-Kamra – m'iniex qed nirriferi għall-Onor.", "Farrugia – li għalkemm fil-bidu kienu favur li din it-triq issir one-way, meta bdew ġejjin l-ilmenti bdew jgħidu li huma kontra u affarijiet bħal dawn.", "Ma jistax ikun li l-affarijiet ikomplu jsiru b'dan il-mod f'pajjiż li jitlob is-serjeta`!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nafu li bħalissa għaddejjin diversi xogħlijiet fit-toroq.", "Mis-sorveljanza li jagħmel ir-roads department, qed isir titjib fil-kwalita` tat-toroq li qegħdin isiru bħalissa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'għandix l-iċken dubju li b'mod ġenerali l-kuntratturi kollha għamlu qabża sostanzjali fil-mod ta' kif jagħmlu x- xogħol fit-toroq tagħna.", "Qed ngħid hekk għax meta tkun qed issir biċċa xogħol fuq xi triq, id-direttorat tat-toroq jagħmel spezzjonijiet f'fażijiet differenti tax-xogħol biex jara jekk dan ikunx qed isir skond il- kriterji stabbiliti mill-istess direttorat u skond l-ispeċifikazzjonijiet.", "Illum qed jirriżulta aktar minn qatt qabel li l-każi fejn ikun hemm il- ħtieġa li x-xogħol jinqala' mill-ġdid, naqas b'mod sostanzjali.", "Tliet snin ilu għaddejna minn żmien meta konna għadna fil-bidu li x-xogħol jinqala' u kien hawn Membri f'din il-Kamra li meta qlajna l-ewwel xogħlijiet - li nzertaw kienu dawk ta' Pembroke – għaddew kummenti fejn qalulna li konna għamilna hekk għaliex il-kuntrattur inzerta Laburist.", "Jien nista' ngħid li qlajna xogħol ta' kuntratturi Nazzjonalisti u ta' kuntratturi Laburisti għax li jinteressana hu li x-xogħol, jagħmlu min jagħmlu, isir tajjeb u min jagħmlu ħażin irid jaqilgħu u jerġa' jagħmlu għas-spejjeż tiegħu.", "OVERDOSE", "30766.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapportati b'overdose, xorb eċċessiv u avvelinament ta' l-ikel matul is-sena li għaddiet?", "X'kienet is- sitwazzjoni għall-aħħar tliet snin, sena b'sena separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Ottubru 2001 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 180 każ ta' overdose, 47 każ ta' xorb eċċessiv u kien hemm 372 każ ta' avvelenament ta' ikel rappurtati lid- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika matul l-2001.", "Dawn kienu mqassmin skond il- kategoriji li jidhru hawn taħt u l-figuri għall-aħħar tliet snin jidhru maġenbhom.", "It-terminu \"overdose\" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:", "Kategorija A: Avvelenament incidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-9 codes E850-E858, ICD-10 codes X40-X44)", "Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9 codes E950.0-E950.5, ICD-10 codes X60-X64)", "Kategorija Ċ: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvenelament kienx inċidentali jew premeditat (ICD 9 codes E980.0-E980.5, ICD-10 codes Y10-Y14)", "|Kategor|Jan-Ot|2000 |1999 |1998 | |ija |t 2001| | | | |A |33 |31 |35 |26 | |B |0 |0 |1 |0 | |C |147 |175 |209 |195 | |Total |180 |206 |245 |221 |", "It-tagħrif dwar in-numru ta' każijiet li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt.", "Dawn jitqassmu f'żewġ kategoriji:", "Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol jew intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol jew problemi ohra mentali minħabba l-użu eċċessiv ta' l-alkoħol (ICD-9 codes 303,3050 u 291, ICD-10 codes F10.0-F10.9)", "Kategorija B: Mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)", "|Kategor|Jan-Ot|2000 |1999 |1998 | |ija |t 2001| | | | |A |39 |54 |83 |103 | |B |8 |8 |17 |27 | |Total |47 |62 |100 |130 |", "Il-każijiet ta' avvelenement ta' ikel irrapportati lit-Taqsima Tharis tal- Mard huwa skond it-tabella ta' hawn taħt:", "|Sena |Numru totali | | |ta' | | |każijiet | | |irrapportati | |2001 | 372 | |2000 | 370 | |1999 | 539 |", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, irrid inressaq ksur ta' privileġġ ieħor fir-rigward ta' kif illum x'ħin qal l- aħbarijiet ta' nofsinhar mill-PBS - u ridt inġib kopja tar-recording tal- kliem li ntqal - fir-rigward ta' dak li ġara hawnhekk il-bieraħ filgħodu.", "Bħalma taf inti, Mr Speaker, il-bieraħ filgħaxija fl-aġġornament tajt deskrizzjoni eżatt ta' x'ġara matul is-seduta ta' filgħodu u għaldaqstant irrid inressaq dan il-ksur ta' privileġġ biex inti tkun tista' tiġġudika l- verita' u tiddetermina l-verita' ta' dak li għandu verament jiġi mxandar fir-rigward ta' dak li ġara l-bieraħ filgħodu.", "MR SPEAKER: Iva, is-Sedja tieħu in konsiderazzjoni dak li qal il- Ministru u nikkomunika iktar tard fuq is-suġġett.", "(Interruzzjonijiet) Hawn permess biex jitqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati ̧ jippresjedi.", "(Ikompli mit-13 ta' Frar, 2002)", "Klawsola 39 - Assistenti mal-konservatur-restawratur.", "(Kont.)", "Clause 39 - Assistants to the conservator-restorer.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dalgħodu konna qed niddiskutu dwar rikonoxximent aktar ċar għal dawn in-nies tas-sengħa u għal dawn it-tekniċi li jkunu qed jaħdmu ma' dawn il-warrant holders taħt is-superviżjoni tagħhom ̧ bl-iskop Ii dan ir-rikonoxximent ikun manifest.", "L-Onor.", "Bartolo u jien għandna abbozz għad-diskussjoni ta' kif wieħed jista' jipproponi din il-ħaġa.", "Li qed ngħidu hawnhekk huwa li qed ngħabbu lill-bord tad- detenturi ta' warrant li jagħti l-warrant hu u li jżomm ukoll reġistru ta' persuni akkreditati.", "Issa hemm proċess kif dan jakkreditahom.", "Fil-każ ta' din il-kategorija ta' ħaddiema se ngħidu li l-bord iżomm ir-reġistru pero' ċ-ċertifikazzjoni ma tkunx waħda li jagħtiha l-bord imma tkun ċertifikazzjoni li toħroġ taħt regolamenti tal-Malta Council for Vocational Qualifications.", "Dawn huma nies li jkollhom il-korsijiet tat-taħriġ u l- apprendistati tagħhom li mbagħad jieħdu ċ-ċertifikat.", "Jekk nitkellmu fuq tekniku x'aktarx li nkunu qed nitkellmu fuq livell 3 ̧ li jista' jkun ftit aktar ukoll ̧ pero' ma naħsibx li nkunu sibna s-soluzzjoni jekk il-bord ikollu r-reġistru tagħhom.", "Naħseb li dik trid tiġi in the light of experience aktar 'il quddiem pero' naħseb li huwa bidu tajjeb u nerġa' ngħid li din diġà poġġejniha fuq l-aġenda.", "Għalhekk biex din indaħħluha, anke fid-diċitura li tani l-Onor.", "Bartolo dalgħodu ̧ se nipproponi din l- emenda:", "\"X\" Il-klawsola 39 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) il-klawsola 39 għandha tiġi rinumerata subklawsola (2) tagħha u minnufih qabel is-subklawsola (2) tagħha kif rinumerata għandha tidħol is-subklawsola ġdida (1) li ġejja:", "\"Tekniku ta' Konservazzjoni.", "39.", "(1) Il-Bord imsemmi fl-artikolu 34 ta' dan l-Att għandu jżomm reġistru bid-dettalji ta' kull persuna li taħdem taħt is- superviżjoni ta' detentur ta' warrant u li tkun persuna li għandha taħriġ u esperjenza fi proċessi speċifiċi ta' konservazzjoni jew li għandha esperjenza f'aspetti speċifiċi ta' konservazzjoni preventiva u li jkollha ċertifikat ta' tekniku ta' konservazzjoni miksub taħt regolamenti li jistabbilixxu standards u livelli dwar kwalifiki professjonali u vokazzjonali.\"; u", "b) fil-paragrafu (c) tas-subklawsola (2) tagħha kif rinumerat, il- kliem \"mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki Vokazzjonali u Professjonali\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"f'regolamenti li jistabbilixxu standards u livelli dwar kwalifiki professjonali u vokazzjonali\", u fil-marġini ta' din is-subklawsola għandu jidħol il-kliem \"A.L. 215 ta' l-2000.\".", "\"X\" Clause 39 shall be amended as follows:-", "a) Clause 39 shall be renumbered as subclause (2) thereof and immediately before subclause (2) thereof as renumbered there shall be inserted the following new subclause (1):-", "\"Conservation Technician.", "39.", "(1) The Board mentioned in article 34 of this Act shall keep a register with the details of every person, being a person trained or with experience of specific conservation procedures or who has experience of specific aspects of preventive conservation and who is in possession of a certificate of conservation technician awarded under the regulations that establish standards and levels regarding professional and vocational qualifications.\"; and", "b) in paragraph (c) of subclause (2) of this clause as renumbered, the words \"by the Malta Vocational and Professional Qualifications Council\" shall be substituted by the words \"by professional and vocational qualifications regulations\", and in the margin thereof there shall be included the words \"L.N. 215 of 2000.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"X\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 39 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 39, kif emendata ̧ għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 40 – Dritt ta' preferenza.", "Clause 40 - Right of preference.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija taqsima li jien insejħilha s-snien ta' din il-liġi jekk l-affarijiet jiġu applikati kif suppost.", "Hawn qed nitkellmu fuq il-poter speċjali ta' l-Istat u sal-lum ħsibna biex noħolqu l- istrutturi.", "Għandna r-regolatur li huwa s-Sovrintendent u dan għandu l- istrutturi anċillari li huma l-Aġenzija Patrimonju Malta, iċ-Ċentru Malti għar-Restawr u l-Kumitat ta' Garanzija.", "Aħna ħloqna l-partijiet biex nagħtu mill-aħjar li nistgħu l-għodda lil dawn l-istrutturi, permezz ta' provvedimenti finanzjarji u provvedimenti ta' amministrazzjoni u persunal u assigurajna l-istandards tan-nies li se jkunu qed jaħdmu.", "Pero' biex is- Sovrintendent ̧ li huwa r-regolatur, ikun jista' jinforza l-ħarsien tal- patrimonju kulturali, se jkollu bżonn ċerti poteri.", "Dawn huma poteri ta' l-Istat li għandu l-obbligu li jħares u jikkonserva l-patrimonju kulturali pero' s-Sovrintendent ġie fdat għan-nom ta' l-Istat biex jeżerċitahom.", "Hawnhekk hawn numru ta' poteri li wħud minnhom diġà nsibuhom fil-liġi dwar l-antikitajiet li għandna sal-lum ̧ anke jekk illum dawn huma modernizzati u aġġornati fid-dawl ta' l-esperjenza li għaddejna minnha.", "Hemm imbagħad poteri oħrajn ta' natura relattivament ġdida.", "Klawsola 40 tistabbilixxi d-dritt ta' preferenza favur l-Istat.", "X'inhu dan id-dritt ta' preferenza?", "Dan huwa d-dritt li jeżerċita l-Istat meta jkun hemm għall-bejgħ ̧ għall-esproprjazzjoni jew skambju xi konċessjoni enfitewtika ta' ċens jew self ta' xi oġġetti ta' xi proprjetà kulturali.", "Is-Sovrintendent għandu jkollu l-jedd, dejjem bl-approvazzjoni tal-gvern u f'konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Garanzija ̧ li jakkwista dawk l-istess oġġetti bi preferenza fuq l-oħrajn kollha u b'kondizzjonijiet indaqs inkluż il-ħlas ta' korrispettiv bħal dak li soltu jsir bejn il-partijiet.", "Hawnhekk qed ngħidu li jekk ikun hawn xi oġġett ta' preġju jew ta' proprjetà kulturali li s-Sovrintendent jidhirlu li għandu jiġi akkwistat mill-Istat għan-nom tal-poplu Malti u jidħol fi proprjetà kulturali ta' l- Istat jew fil-kollezzjonijiet ta' l-Istat allura l-Istat se jkollu d-dritt, b'din il-liġi ̧ li jakkwistah hu – naturalment mhux b'xejn – bil-prezz li dak l-oġġett ikun se jġib.", "Fil-każ ta' l-esportazzjoni ta' xi oġġett ta' proprjetà kulturali ̧ il-gvern ikun irid jakkwista dak l-oġġett b'titolu ta' bejgħ għax hawnhekk diġà konna qed naraw li n-natura tal-kuntratt tvarja; jista' jkun kuntratt ta' bejgħ ̧ jista' jkun kuntratt ta' skambju, jista' jkun kuntratt ta' konċessjoni enfitewtika ju jista' jkun self ta' xi oġġett ta' proprjetà kulturali.", "Allura fejn hemm il-korrispettiv li soltu jsir bejn il-partijiet ta' ħlas ̧ dak ikun irid isir mill-Istat.", "Issa jekk hemm, għall-argument ̧ kastell li jkun se jingħata b'ċens lil terzi u s- Sovrintendent, flimkien mal-Kumitat ta' Garanzija ̧ jidhrilhom li dak il- kastell għandu jingħata b'ċens ̧ ikun ta' interess suprem għall-poplu Malti li jibqa' fil-pussess ta' l-Istat.", "Hemmhekk l-Istat jidħol bl-istess titolu ta' ċens; jekk ikun ta' bejgħ ikun ta' bejgħ.", "Pero' fil-każ li l- oġġett ikun għall-esportazzjoni it-titolu li bih jakkwista l-Istat ̧ wara li jkun ħallas il-korrispettiv li jġib dak l-oġġett ̧ ikun dejjem it-titolu ta' bejgħ.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 40 igħid hekk:", "\"Dan id-dritt ta' preferenza jista' jkun eserċitat mhux iktar tard minn xahrejn minn meta jiġi riċevut l-avviż ta' tali bejgħ, esportazzjoni, skambju, trasferiment jew self minn kull parti involuta, jew mid-data meta s-Sovrintendent isir jaf b'tali bejgħ, esportazzjoni ̧ skambju ̧ trasferiment jew self ̧ skond liema jiġi l- ewwel.\".", "Naturalment ikun hemm okkażjonijiet fejn is-Sovrintendent isir jaf qabel isir il-bejgħ u fil-fatt s'issa kien hemm okkażjonijiet fejn dan ġibed l- attenzjoni tal-gvern li hemm għall-bejgħ oġġett li hu jqisu ta' valur li jista' jiġi akkwistat għall-Istat.", "Imma ġieli jsir jaf b'dak il-bejgħ wara li diġà jkun sar u f'dan il-każ ̧ dan ikun jista' jeżerċita dan id-dritt fi żmien xahrejn minn meta jkun sar dak il-kuntratt jew fi żmien xahrejn minn meta jkun sar jaf bih.", "Imbagħad subklawsola (3) tgħid hekk:", "\"Fl-eserċizzju tal-jedd ta' preferenza ̧ meta l-korrispettiv tat- trasferiment ma jkunx jista' jiġi xort'oħra stabbilit il-valur tal- proprjetà kulturali inkwistjoni għandu jkun stabbilit skond id- dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 40 ta' dan l-Att.\".", "Sur President ̧ hawnhekk ir-riferenza mhijiex għal artiklu 40 imma hija għal artiklu 54 li huwa l-artiklu li jitkellem dwar ir-regolamenti għax huwa fir- regolamenti li mbagħad jiġi stabbilit dan il-prezz.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta nitkellmu fuq Taqsima III li għandha t-titlu \"Kostituzzjoni ̧ Kompożizzjoni u Funzjonijiet ta' l-Entitajiet\" u meta nitkellmu fuq il-funzjonijiet tas-Sovrintendenza, aħna rasna mistrieħa li l-funzjonijiet kollha li hemm imniżżla hemmhekk jinkludu l-poteri speċjali ta' l-Istat?", "Qed nifhem tajjeb li l-akkwist għall-Istat ta' dawn l- oġġetti isir mis-Sovrintendent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Paragrafu (k) ta' subkolawsola (5) ta' klawsola 7 tgħid hekk:", "\"biex taqdi kull funzjoni oħra bħal dawk taħt din il-liġi jew kull liġi oħra kif ukoll dawk il-funzjonijiet l-oħra kollha li l-Ministru jista' minn żmien għal żmien jassenjalha.\".", "Fil-fatt meta naraw il-poteri l-oħrajn insibu li hemm speċifikati funzjonijiet u setgħat li mhumiex dettaljati.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan ifisser li s-Sovrintendent se jkollu xi budget, anke jekk ikun nominali, f'każ li jkollu bżonn jagħmel dawn l- akkwisti?", "Meta nitkellmu fuq il-budget li jkollu bżonn – għalkemm ma tistax tgħid kemm se jkollok bżonn jew inkella hux se jkun hemm flus – il- vot ikun f'idejh?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qed igħid l-Onor.", "Bartolo huwa diffiċli tipprevedi għax hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet li jkunu fuq is-suq.", "Ċerti affarijiet ġieli tismagħhom mill-grapevine u ġieli tismagħhom wara.", "Kellna okkażjonijiet, per eżempju, fejn f'Sotheby's, gvern ikun sar jaf li hemm xi inkwadru jew xi oġġett li jkun ta' interess partikolari għal Malta ̧ issir it-talba, isiru r-riċerki ̧ jingħata l-parir imbagħad jekk il-gvern jiddeċiedi, irid joħroġ il-flus.", "Issa jekk il-Mużew kellu l-flus taħt il- vot kapitali u jkunxtara mill-vot kapitali ...", "Per eżempju, kellna okkażjonijiet fejn ipprovajna ninteressaw lill-Bank Ċentrali jew lil xi ente parastatali u pprovajna nsibu fondi minn hawn u fondi minn hemm.", "Naturalment jekk l-oġġett ikun ta' ċertu valur partikolari, il-gvern imbagħad irid jikkonsidra jekk ikollux flus biex jixtrih għax jekk ma jkollux ma jkunx jista' jieħdu allavolja jkun ta' interess kbir għall- pajjiż.", "Għalhekk ma jkunx hemm allokat nominalment għax kull każ jiġi trattat ad hoc.", "Imbagħad jew ikun hemm fondi li wieħed jista' jutilizza jew inkella l-gvern jiddeċiedi li jixtri t-tali oġġett jew proprjetà.", "Dan tipprovdih il-liġi f'dawk il-partijiet finanzjarji fejn il-ministru jagħmel għotjiet ad hoc bis-saħħa ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li wieħed jista' juża din il-parti mal- parti li semmejna fuq inċentivi fiskali.", "Ma jfissirx li din se tidħol mill- ewwel imma wieħed għallinqas għandu jibda jsemmiha u jniżżilha fl-aġenda.", "Niftakar li l-inkwadru ta' Turner konnaġibnih bis-saħħa tal-Mid-Med Bank.", "Kien il-Mid-Med Bank li xtrah wara li kienet saret il-valutazzjoni u wara kienu telgħu n-nies biex jixtruh.", "Qed ngħid dan biex nispjegaw ftit l- ispirtu ta' dak li qed nitkellmu dwaru ̧ forsi din tkun l-ewwel opportunità jew l-ewwel qasam fejn l-inċentivi fiskali jistgħu jaħdmu.", "Nafu x'inhuma l- limitazzjonijiet finanzjarji ta' l-Istat Malti biex jikseb dawn it-tip ta' oġġetti.", "Forsi mod kif wieħed ikun jista' jinteressa entità privata biex tgħin għall-ksib ta' dawn l-oġġetti huwa li s-somma li tkun ħallset biex tikseb dak l-oġġett u ġġibu Malta - anke jekk ma jkunx ta' l-Istat imma tkun ġabitu fit-territorju Malti - tinqata' mill-ħlas tat-taxxa.", "Din qed insemmiha mhux għax naħseb li għandha tidħol xi klawsola fil-liġi.", "Jien naħseb li l-Istat Malti jista' jgħin b'żewġ modi; fejn jista' jikseb hu biex isir parti mill-patrimonju nazzjonali b'aċċess pubbliku jagħmilha u fejn ma jistax jagħmel dan, isib entità privata lokali li tkun lesta li tagħmel dan il-ksib hi.", "Jien ngħid li din għandha ssir f'żewġ okkażjonijiet.", "Inti tista' tinteressa entità privata kemm meta l-oġġett ikun se jitlaq minn Malta kif ukoll meta xi oġġett inkunu rridu nġibuh hawnhekk għall-patrimonju kulturali tagħna.", "Naħseb li tkun idea tajba li nesprimu dan l-awgurju tagħna u huwa hawnhekk fejn inkunu bdejna ngħinu partnership differenti bejn il-pubbliku u l-privat biex kemm jista' jkun inġibu lejn Malta patrimonju tagħna.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif indikajt waqt li kont qed nitkellem fuq din il- klawsola ̧ ir-riferenza għal artiklu 40 f'subklawsola (3) il-paragrafu ta' klawsola 40 hija żbaljata u trid tkun riferibbli għal artiklu 54.", "Qed ngħid dan għax meta niġu għal artiklu 54 se nippreżentaw xi emendi.", "Fil-fatt waħda mill-emendi li qed nipproponu tista' tinkwadra ruħha f'dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Bartolo.", "L-artiklu 54 qed jagħti l-poteri lill-ministru li jagħmel ir-regolamenti.", "Paragrafu ġdid li qed nintroduċu bl-emenda huwa li fejn si tratta l-eżerċizzju ta' dan it-tip ta' poter ta' l-artiklu 40 u aktar tard ta' l-artiklu 41 ̧ iridu jsiru regolamenti dettaljati biex jiġu stabbiliti l-parametri li fihom u t-tipi ta' proprjetà kulturali li dwarhom għandhom jiġu eżerċitati dawn il-poteri.", "Jien mhux qed ngħid li min se jagħmel dawk ir-regolamenti se jagħti inċentivi fiskali f'dan l-istadju imma meta jsiru dawk ir-regolamenti wieħed irid isib il-manjiera li jikkonsidra din il-ħaġa.", "Per eżempju, aktar tard, se nipprovdu l-mekkaniżmu b'regolamenti ta' kif wieħed jista' jikkontesta dan l-eżerċizzju diskrezzjonali ta' l-Istat għax kif inhi hija tassattiva.", "Sal-lum jekk jien ħadt grazzja ma' oġġett li jien inqisu bħala oġġett li għandu valur għall-patrimonju kulturali ta' l-Istat u nħallas il- prezz tas-suq, nieħdu jien għax jien l-Istat, allavolja jkun iridu ħaddieħor.", "Hekk kienet is-sitwazzjoni 75 sena ilu taħt l-Antiquities Act pero' issa evolvejna ftit jiġifieri wieħed irid jingħata ċans li jsiru regolamenti biex ikun jista' jressaq l-aggravju tiegħu minn eżerċizzju ta' dawn il-poteri.", "Għalhekk meta wieħed jiġi biex jippreskrivi u jirregolamenta aħjar l-eżerċizzju ta' dawn il-poteri forsi jkun jista' jikkonsidra dawn l-affarijiet li qed ngħidu.", "Issa nixtieq nipproponi din l-emenda verbali għall-klawsola 40.", "Fis-subklawsola (3) ta' klawsola 40, minflok il-kliem \"l-artikolu 40\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 54\".", "In subclause (3) of clause 40, for the words \"article 40\" there shall be substituted the words \"article 54\".", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 40 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 40, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 – Kontroll ta' l-esportazzjoni u ri-esportazzjoni.", "Clause 41 - Control of exportation and re-exportation.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola fid-direzzjoni bħal dik ta' qabilha.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq poter speċjali għax normalment l-Istat ma jintervjenix fil-kummerċ ta' bejn l-individwi jew ta' bejn organizzazzjonijiet li jkunu terzi.", "Dan huwa poter speċjali għax il- patrimonju kulturali huwa ta' natura speċjali.", "Filwaqt li fl-ewwel parti kien hemm id-dritt ta' preferenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' kuntratti dwar proprjetà kulturali taħt diversi titoli, hawnhekk qed nirrestrinġuha ftit għall-finijiet ta' esportazzjoni u ri- esportazzjoni.", "Anke hawnhekk eventwalment ikun hawn il-manjiera kif dan il- kontroll jiġi eżerċitat fid-dettall.", "L-ewwelnett qed jintqal li ħadd ma jista' jesporta jew jerġa' jesporta proprjetà kulturali mingħajr permess bil-miktub tas-Sovrintendent.", "Qed jiġi stabbilit il-prinċipju li bla permess tas-Sovrintendent ma tistax tesporta.", "Jekk tkun importajt oġġett ta' valur patrimonjali f'Malta, ma tistax terġa' tesportah mingħajr il- permess tas-Sovrintendent allavolja dan tkun ġibtu minn barra.", "Subklawsola (2) ta' din il-klawsola tgħid hekk:", "\"L-esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid, meta permessi għandhom ikunu bla ħsara għall-ħlas tad-dazju ad valorem kif stipulat fl- Iskeda li tinsab ma' dan l-Att u għandha tkun bla ħsara għal dawk il- kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu jkunu imposti mis-Sovrintendent.\".", "Naturalment is-Sovrintendent mhuwiex se jiċħad il-permess ta' l- esportazzjoni bħala regola.", "Dan jeżerċita d-dritt ta' preferenza fejn iħoss li għandu jagħmlu.", "Jekk naraw kemm drabi l-Istat eżerċita d-dritt ta' preferenza fl-aħħar 75 sena nsibu li dan ġie eżerċitat eċċezzjonalment u l-istess ġara f'dak li għandu x'jaqsam ma' esportazzjoni.", "Normalment il- permess kien jingħata fuq affarijiet li l-Istat ma kienx iqishom bħala parti mill-identità u mill-patrimonju essenzjali tagħna.", "Issa naturalment meta s-Sovrintendent jagħti permess jiġi mpost ħlas ta' dazju ad valorem kif inhu stabbilit fl-Iskeda.", "Sur President, wieħed isib li fl-Iskeda hemm rati stabbiliti; fuq l-ewwel Lm100 jew parti minnhom għandek dazju ta' 10% u mbagħad din ir-rata tibqa' tiela' anke sa 50% jekk jinqabżu l-Lm500.", "Dak huwa d-dazju ta' esportazzjoni.", "Issa l-permess għall-esportazzjoni u esportazzjoni mill- ġdid tista' tingħata għal żmien limitat u mingħajr il-ħlas tad-dazju msemmi għal skop ta' restawr ̧ esibizzjoni jew studju.", "Is-Sovrintendent jista', meta jkun qed jagħti tali permess, jimponi garanziji għar-ritorn tal-proprjetà kulturali li tiġi esportata jew esportata mill-ġdid f'dak l- ammont li jiġi stabbilit minnu.", "Sur President ̧ ikun hawn każijiet fejn l-oġġett ikun se jiġi esportat għar- restawr.", "Kellna l-esperjenza eċċezzjonali ̧ pjuttost unika f'dan is-sens, ta' l-esportazzjoni tal-Caravaggio għal finijiet ta' restawr jew inkella esportazzjoni ta' esibiti li għandna fil-mużew ta' l-arkeoloġija għal skopijiet ta' esibizzjoni u studju barra minn Malta.", "Allura biex isiru dawn l-esibizzjonijiet, anke jekk l-oġġett ikun oġġett li jappartjeni lill- privat – hawnhekk mhux qed niddistingwu bejn esportazzjoni ta' oġġetti patrimonjali ta' l-Istat jew tal-privat - kwalunkwe oġġett patrimonjali ta' valur patrimonjali jirrikjedi l-permess tas-Sovrintendent.", "Għalhekk huwa fl-interess ta' l-Istat li jiġu mposti dawk il-kondizzjonijiet u dik il-garanzija li tassigura r-ritorn ta' l-oġġett patrimonjali konċernat.", "Sur President ̧ kif se jiġi stabbilit il-valur ta' l-oġġetti li qed nitkellmu fuqhom?", "Il-liġi qed tgħid li dan jiġi stabbilit mill-esperti li jiġu maħtura bi qbil bejn il-ministru u l-esportatur - jekk ma jkunx hemm qbil dan isir mill-qorti ta' l-appell fuq it-talba ta' l-esportatur li ssir b'rikors - u n-nefqa tal-valutazzjoni għandha titħallas mill-esportatur.", "Huwa l-esportatur li jrid jesporta l-oġġett u allura huwa hu li jitlob il- permess.", "Il-valutazzjoni trid issir biex jiġi stabbilit dan id-dazju ta' l- esportazzjoni u hawn qed ngħidu x'inhi l-manjiera.", "Naturalment l-esportatur jista' ma jkollux flus likwidi biex iħallas dan id- dazju u allura qed tiġi prospettata l-possibilità li l-esportatur iħallas lill-gvern b'xi oġġett wieħed jew aktar li jiġi kkalkolat li huwa tal-valur ekwivalenti għad-dazju dovut.", "Issa subklawsola (6) ta' din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Il-Gvern jista' jakkwista kull oġġett li jkun propost li jiġi esportat ̧ b'dak il-prezz li jista' jiġi stabbilit bil-mod stipulat f'dan l-artikolu fi żmien xahrejn minn meta ssir il-valutazzjoni msemmija f'dan l-artikolu u wara li jingħata avviż ta' l-esportazzjoni intiża lis-Sovrintendent.", "L-ispejjeż kollha li għandhom x'jaqsmu mal- valutazzjoni għandhom, f'dawk il-każijiet, jitħallsu mill-Gvern.\".", "Mela issa hawnhekk qed nipprospettaw is-sitwazzjoni fejn xi ħadd irid jesporta oġġett ̧ is-Sovrintendent jagħti l-pariri li dan għandu jinżamm favur l-Istat u ssir il-valutazzjoni.", "Hemm xahrejn żmien minn meta ssir il- valutazzjoni fejn is-Sovrintendent irid jiddeċiedi jekk jakkwistahx jew le.", "F'dan il-każ ̧ l-ispiża tal-valutazzjoni titħallas mill-gvern.", "Sur President, għandna mbagħad subklawsola (7) li tgħid hekk:", "\"Kulmin ikun aggravat bir-rifjut ta' l-għoti ta' permess mis- Sovrintendent jew bl-impożizzjoni ta' xi kondizzjoni marbuta ma' xi permess bħal dak, jew b'xi deċiżjoni oħra tas-Sovrintendent taħt dan l-artikolu jista' fi żmien ġimgħatejn mill-komunikazzjoni li ssirlu dwar tali rifjut, kondizzjoni jew deċiżjoni ̧ jirreferi l-każ lill- Kumitat li wara li jagħti lil dik il-persuna u lis-Sovrintendent l- opportunità li jippreżentaw il-każ tagħhom, finalment jiddeċiedi l- kwistjoni.\".", "Hawn qed nagħtu l-ewwel rimedju fil-liġi prinċipali.", "Hemm il-Kumitat ta' Garanzija u jekk wieħed jidhirlu li l-gvern qiegħed jagħmel kondizzjoni aggravanti jew id-deċiżjoni tkun aggravanti, wieħed jista' jmur quddiem il- Kumitat ta' Garanzija li finalment jiddeċiedi l-kwestjoni.", "Issa fir-regolamenti qed indaħħlu paragrafu li jkun jista' jistabbilixxi proċedura dwar dawn l-appelli kif ukoll proċedura għat-twettiq ta' diversi regolamenti li jista' jkollna u biex jiġu stabbiliti organi ta' appell differenti minn dawk li qed taħseb għalihom il-liġi.", "Naħseb li b'din il- manjiera qed noħolqu ċirkostanzi u kondizzjonijiet fejn l-Istat jista' juża dawn il-poteri speċjali pero' l-individwu jkollu drittijiet aktar milli għandu sal-lum għax sal-lum m'għandux ħafna minn dawn id-drittijiet ta' appell.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq liġi dwar l-antikitajiet ta' 75 sena ilu meta konna kolonja bl-aktar mod assolut u ma naħsibx li meta l- gvernijiet kolonjali ta' dak iż-żmien kienu jiddeċiedu li jagħmlu dan it- tip ta' poter speċjali kienu se joqgħodu jagħtu ħafna appelli.", "Fil-fehma tiegħi s-sitwazzjoni għandha tkun bl-istess tip ta' poter speċjali konċepiti f'dawn iż-żmenijiet imma bid-drittijiet ta' appell li jagħtu opportunità liċ-ċittadin li jressaq l-aggravji li jħoss.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li hawnhekk ir-rimarka m'għandhiex tkun fuq il-prinċipju ta' dak li qed jiġi suġġerit imma dwar il-biċċa xogħol kbira li se jkollu s-Sovrintendent biex ilaħħaq ma' dan ix-xogħol.", "Dwar dan konna tkellimna u l-ministru kien qal li wieħed għadu jrid jaħseb fuq hekk.", "Ma konniex tkellimna fuq din il-parti tal-liġi imma huwa mportanti li naraw xi staff se jkollu s-Sovrintendent biex iwettaq id-dmirijiet kollha tiegħu.", "Meta jien erġajt mort lura għall-klawsola 7 u ħarist lejha fid- dettall sibt kemm ix-xogħol se jkun kbir.", "Għalhekk hawnhekk bilfors li tqum il-mistoqsija: X'nies se jkun hemm għad-dispożizzjoni biex ikun jista' jsir l-inforzar ta' din il-liġi fil-partijiet differenti tagħha?", "Per eżempju ̧ konna semmejna jekk hux se jkun hemm il-ħsieb li jsir xi taħriġ - bħalma sar anke f'pajjiżi oħra – ma' entitajiet oħra ta' l-Istat?", "Dawn l- entitajiet jistgħu jkunu l-pulizija ̧ l-uffiċjali tad-dwana u l-uffiċjali tat-taxxa li x-xogħol tagħhom se jkun overlapped ̧ f'xi mument jew ieħor ̧ max-xogħol tas-Sovrintendenza.", "Niftakar li meta ddiskutejna l-kwestjoni tal-pulizija konna staqsejna jekk kienx possibbli li fil-Korp tal-Pulizija jkollok grupp ta' nies li għalkemm jibqgħu taħt id-dixxiplina tal-korp u jirrispondu skond l- istrutturi ta' l-organizzazzjoni tal-pulizija ̧ jkunu ngħataw taħriġ biex meta jintbagħtu fuq xogħol ta' inforzar ta' din il-liġi, jkunu sensittivi u dak li għandhom jagħmlu, jagħmluh anke b'ċertu mod u b'ċertu sensittività, kif wara kollox huwa l-ispirtu ta' din il-liġi.", "Wieħed jistaqsi jekk fl-eżerċitu tad-dmirijiet tas-Sovrintendenza ̧ skond din il-klawsola li qed niddiskutu, ikunx għaqli li wieħed jorganizza n- nies li se jkun hemm bżonn biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Jien naħseb li hemm bżonn armata sħiħa.", "Allura jien nixtieq nistaqsi jekk hux se jkun hemm l-istaff biex jagħmel dan ix-xogħol differenti tas-Sovrintendenza jew inkella hux se jkun hemm nies fi strutturi oħrajn li se jkunu ngħataw taħriġ biex jagħmlu ċertu xogħol li jkollu bżonn is-Sovrintendent.", "Naħseb li fit-tieni każ se jkun hemm problema għax għalkemm dawn in-nies se jkunu qed jagħmlu xogħol kordinat mas-Sovrintendenza, jekk ikunu taħt strutturi oħrajn, l-esperjenza turi li aktar jirrispondu lejn l-istrutturi l-oħra.", "Jien ma nafx jekk il-ministru għandux xi ħaġa x'igħidilna proprju fuq dan l- aspett operazzjonali jew jekk għadux kmieni ħafna biex iwieġeb dawn il- punti.", "Nerġa' ngħid li dawn mhumiex punti ta' prinċipju tal-liġi imma huwa l-mod ta' kif naħsbu li din il-parti se tidħol fis-seħħ.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, m'hemmx dubju li hawn Malta għadna qed nibnu l-kapaċità amministrattiva, il-kapaċità ta' inforzar ta' liġijiet u l- kapaċità ta' standards u ta' policies f'kull kamp.", "Aħna għaddejna minn żmien meta għax il-mansjoni li għaliha kien iħossu responsabbli l-Istat kienet mansjoni definita restrittivament ̧ id-dipartimenti kellhom ċerta presa tas-sitwazzjoni u kien hawn ċertu kontroll.", "Jien naħseb li ċ-Ċivil kellu ċerta saħħa.", "Meta l-pajjiż beda jieħu rajh f'idejh il-gvernijiet bdew iwettqu l- aspirazzjonijiet tal-poplu għal aktar funzjonijiet fit-tmexxija tal-pajjiż, bdew igħollu l-kwalità tal-ħajja tagħna, jarrikkixxu aktar lil pajjiżna, jimmodernizzaw lil pajjiżna aktar u jespandu l-attività ekonomika tiegħu.", "Fil-fehma tiegħi ̧ dan ġab miegħu influss ta' doveri fil-qadi ta' dmirijiet ta' setturi pubbliċi biex ikunu jistgħu jlaħħqu mad-domanda ta' servizzi amministrattivi, servizzi ta' inforzar ̧ stabbilizzazzjoni ta' standards u affarijiet oħrajn bħal dawn.", "Sur President ̧ bejn wieħed u ieħor 75 sena ilu t-tempji kienu ilhom ftit snin mikxufa u sa ħafna snin wara ma kienx hawn l-influss tat-turiżmu li hawn illum.", "Illum it-turiżmu sar il-kolonna ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Illum id-dipartiment tal-mużewijiet żviluppa u żied mhux biss in-nies imma żied ukoll il-kwalità u l-kompetenzi tan-nies li għandu.", "Minkejja dan il- fatti baqgħu juru li trid organizzazzjoni aktar b'saħħitha biex tilqa' għall-isfidi li jpoġġu quddiemna l-ħarsien ̧ il-konservazzjoni u l- preżentazzjoni tal-patrimonju kulturali tagħna.", "Sur President, billi se ngħaddu l-liġi dan kollu mhux se jinbidel f'daqqa waħda.", "Inkun qed nalludi lili nnifsi jekk naħseb li l-liġi se ġġib din il-bidla mil-lum għal għada u għal dan hemm raġunijiet diversi.", "L- ewwelnett sakemm ġie deċiż li nimxu f'din id-direzzjoni ma kienx ċar biżżejjed il-mottiv ta' x'tip ta' riżorsa umana rridu niżviluppaw.", "Bdejna biċ-Ċentru Malti għar-Restawr ̧ qabel dan bdiet l-università permezz ta' korsijiet li tagħmel u sar ċertu titjib fl-amministrazzjoni u fil-forma tal- personnel tal-mużewijiet.", "Pero' ma kellniex dan l-ixprun li se toħloq din il-liġi li għandha delinjament ċar bejn il-funzjonijiet tas-Sovrintendenza u l-funzjonijiet ta' l-operatur.", "Allura l-punt ta' partenza tagħna se jkun li rridu nitilqu bin-nies li għandna.", "Sur President, malli jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi l-ewwel ħaġa li trid issir hija li rridu nerġgħu niltaqgħu ma' l-impjegati tad-dipartiment tal- mużewijiet biex nitkellmu magħhom fuq ideat li huma ħafna aktar stabbiliti milli kienu sa ftit ilu.", "Irridu nibdew inwettqu division of labour bejn id- dipartiment tal-mużewijiet ̧ is-Sovrintendenza u l-operazzjoni tas-settur l- ieħor.", "Lin-nies irridu nżiduhom bilfors u rridu nibdew naħsbu għalihom għax altro che l-uffiċjali tad-dipartiment tal-mużewijiet joqgħodu fuq il- bank tal-qorti jaraw il-prosekuzzjoni ssir minn ħaddieħor u altro che jibdew jieħdu sehem fiha huma wkoll.", "Sal-lum id-dipartiment tal-mużewijiet ma kellux avukat tiegħu pero' naħseb li issa s-Sovrintendent se jkollu bżonn avukat għax peress li hawn elementi ta' natura legali ̧ ikun tajjeb jekk ikollok avukat li jkollu bażi legali.", "Dan l-avukat imbagħad ikun jista' jibda jispeċjalizza f'dan il-kamp.", "Hemm bżonn ukoll nies ̧ bħal kuraturi, li s-suġġett jafuh tajjeb.", "Inutli tgħid li hemm oġġett li trid teżerċita d-dritt ta' preferenza dwaru u mbagħad ma jkollokx nies li jifhmu li għandhom idea ta' kwalità dwar il- valur; ħalli mbagħad iġġib esperti oħrajn biex ikunu jistgħu jagħtu ċerti pariri.", "Dan ifisser li m'hemmx dubju li s-Sovrintendenza trid torganizza ruħha u trid tissaħħaħ aktar.", "Dan se jkun jiddependi wkoll mill-budget rikorrenti.", "Issa fiż-żmenijiet li ġejjin is-Sovrintendent kif se jagħni din il-liġi li l-gvern ikkommetta ruħu għaliha?", "Din mhijiex xi liġi li ħolomha xi ħadd u qabad u ġabha hawnhekk imma hija liġi li għaddiet minn proċessi amministrattivi ta' gvern.", "Imbagħad meta jibda jinbena l-business plan tas-Sovrintendena, din tibda tkabbar l-administrative capacity u l-enforcement capacity tagħha.", "Sur President ̧ tagħmel x'tagħmel aħna se nibqgħu pajjiż żgħir.", "Aħna qed nagħmlu liġi li f'ċertu sens ̧ fil-prinċipji u fil-linji ġenerali tagħha, tista' tkun liġi li tapplika għal pajjiżi li huma ferm akbar minna u aktar sinjuri minna.", "Mela issa meta aħna għandna dan iċ-ċokon kollu u għandna diversi enforcement agencies – għandna l-pulizija, d-dwana ̧ t-taxxa, l- planning authority u l-local wardens – irid ikollna l-kapaċità li nġibu ftit sinerġija bejn dawn in-nies.", "Hawnhekk wieħed jista' jistaqsi jekk, per eżempju ̧ għandux jimpjega l- local wardens jew għandux jagħmlilhom korsijiet biex ifiehmhom xi affarijiet.", "Jien naħseb li ċerti local wardens lanqas ikunu jafu x'għandhom fil-lokalità u allura inti għandek turihom kif jistgħu jkunu ta' għajnuna fl-inforzar.", "L-istess ngħid għall-pulizija.", "Dan huwa xogħol ta' kif aħna nikkordinaw ma' l-aġenziji l-oħrajn biex insaħħu l- administrative capacity u l-enforceability tas-sitwazzjoni tagħna li ma jirrikjedix ħafna flus pero' jirrikjedi ħafna rieda tajba.", "Waħda mid-diffikultajiet li l-gvern jiltaqa' magħha hija d-diffikultà biex territorju ta' gvern jikkopera ma' territorju ta' gvern ieħor u biex nies ta' dipartiment ikunu disposti li joħolqu sinerġija ma' nies ta' dipartiment ieħor.", "Naturalment din hija xi ħaġa li jrid jiffaċilita s- Sovrintendent u l-ministru konċernat mal-ministri l-oħrajn u jekk l- affarijiet isiru bil-għaqal naħseb li għandna nibdew navvanzaw.", "Sfortunament se jkolli nerġa' nilmenta fuq work practices li huma restrittivi f'dan il-pajjiż u fuq mentalità fejn diversi individwi f'diversi setturi jsibuha aktar faċli li jinterpretaw restrittivament x'inhuma r-responsabbilitajiet tagħhom milli jinterpretawhom b'mod disponibbli favur servizz verament pubbliku.", "Għalhekk jien mhux se nilludi ruħi li se tkun xi ħaġa faċli li jinħoloq dan l-ingranaġġ bejn aġenziji diversi biex ma niddupplikawx ix-xogħol.", "Filwaqt li qed ngħid dan kollu dejjem jibqa' l-fatt li meta jitwettqu dawn il-poteri speċjali ta' l-Istat, is-Sovrintendent mhux se jkollu l- impjegati kollha li għandu d-dipartiment tal-mużewijiet illum.", "Numru minn dawk l-impjegati jridu jiġu fdati għas-sorveljar ta' l-operatur u se jkunu nvoluti fl-operazzjoni.", "Għalhekk aħna mhux se nħallu l-parti ta' l- operatur ̧ it-tmexxija tal-mużewijiet u affarijiet oħrajn bħal dawn f'idejn ċerti nies biex in-nies kompetenti npoġġuhom mas-Sovrintendent għax dawk għandhom il-kompetenza u allura jistgħu jinforzaw aktar.", "Aħna mhux hekk qed nagħmlu.", "Il-proċess huwa wieħed ta' ċerta komplessità.", "Jien ngħid li rridu nibdew b'mod gradwali.", "Il-liġi tibda tidħol fis-seħħ biċċa biċċa biex inkunu nistgħu almenu nipprovaw nibnu fuq is-sod u wieħed ikun jaf x'qed isir.", "Jien sinċerament ngħid li dik hija x-xewqa tal-parlament u dik hija d-direzzjoni li rridu nieħdu pero' bil-mezzi li għandna nistgħu naslu sa hawnhekk.", "Issa mbagħad irridu niddiskutu jekk hux qed nagħmlu prijorità tajba għax jista' jkun li l-mezzi qed jaslu sa hawnhekk għax qed nagħmlu prijoritajiet ħżiena.", "Dak huwa d-dibattitu u r-responsabbiltà tagħna l-politiċi.", "Pjanijiet dettaljati li dwarhom nista' ngħid li se npoġġi blueprint biex nuri kif dan il-100 impjegat ̧ għall-argument ̧ se jiġu assenjati skond l- istrutturi l-ġodda għad m'hemmx f'dan l-istadju.", "Din hija xi ħaġa li qed nidħlu fiha.", "Id-direttur tal-mużewijiet diġà qed jaħseb fuq aspetti loġistiċi ta' kif se joperaw, minn fejn se joperaw u x'tip ta' nies se jkollu bżonn.", "Dawn huwa affarijiet li rridu nsibu l-ħin biex niddiskutuhom man-nies involuti u mal-unions konċernati.", "Jien nerġa' ngħid li l-proċess la se jkun wieħed mgħaġġel u lanqas se jkun wieħed faċli.", "Pero' jien nittama li l-ewwel għandna naraw first things first anke f'dan ix-xogħol ̧ kemm jekk in-nies involuti se jkunu ma' l-operatur u kemm jekk dawn ikunu mas-Sovrintendent.", "Aħna x'irridu nħarsu?", "Ma rridux ninqabdu on the wrong foot b'affarijiet li rridu nipprevjenuhom ħalli mbagħad nidħlu f'ħafna funzjonijiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 41.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 41 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 – Tiswija u restawr mill-gvern.", "Clause 42 - Repair and restoration by government.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, klawsola 42 hija klawsola li wkoll tagħti poter speċjali lis-Sovrintendent.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq it- tiswija u r-restawr urġenti li s-Sovrintendent jista' jordna.", "Naturalment hawnhekk ipprovjana nieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex nieħdu ħsieb kemm il-konservazzjoni kif ukoll ̧ safejn hu possibbli, id-drittijiet ta' dawk li huma konċernati.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li jitkellem dwar il- ħarsien u l-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali.", "Issa jekk dan il- patrimonju kulturali jkun preġudikat minħabba nuqqas ta' manutenzjoni ̧ nuqqas ta' tiswija jew ikun f'periklu, x'se jiġri?", "Hawnhekk qed ngħidu li s-Sovrintendent ̧ wara li jikkonsulta lill-Kumitat ta' Garanzija ̧ jista' b'avviż igħarraf lis-sid, lid-detentur jew lill-possessur ta' dik il- proprjetà kulturali li dik il-proprjetà kulturali tkun teħtieġ tiswija jew restawr urġenti.", "Dak l-avviż għandu jistabbilixxi terminu li fih għandhom isiru tali tiswija jew restawr u fin-nuqqas li jsir dan, is-Sovrintendent jista' jagħmel dawk ix-xogħlijiet bi spejjeż ta' dik il-persuna.", "Issa wieħed jista' jistaqsi: X'jiġifieri bi spejjeż ta' dik il-persuna jekk huwa l-Istat li qed jordna r- restawr ta' dak l-oġġett?", "Hawnhekk ikollok id-diffikultà pero' l-pariri li għandi jien huma li din hija t-triq li trid tiġi segwita.", "Din mhijiex triq kapriċċjuża u hemm il-passatur tad-deċiżjoni amministrattiva u ta' dan il-poter min-naħa tal-Kumitat ta' Garanzija.", "Naħseb li din hija l-aktar ħaġa li tista' tagħti possibilità li wieħed iħares din il-proprjetà kulturali.", "Issa kieku s-Sovrintendent kellu jħares lejn il-patrimonju kulturali tagħna jkun irid joħroġ mijiet ta' ordnijiet bħal dawn u jridu jinħasbu xi forom ta' skemi.", "Per eżempju, l-awtorità ta' l-ippjanar għandha skema fuq il-gallariji jiġifieri huwa veru li hawn dan il-poter.", "Dan huwa poter speċjali u naħseb li jekk ma jkunx qiegħed fil-liġi jkun hemm sinna importanti inqas.", "Pero' jien nifhem il-piż li bih dan il-poter irid jiġi eżerċitat.", "Sur President, nixtieq li niddiskutu ftit il-proviso għal din il-klawsola biex naraw jekk dan għandux jibqa' hemm jew le.", "Qed ngħid dan għax aktar tard, meta se nitkellmu fuq il-kummissjoni tal-wirt reliġjuż li għandha l- Knisja f'Malta ̧ se ngħidu li dik il-kummissjoni se tassumi d-dmirijiet kollha tas-Sovrintendent.", "Is-Sovrintendent jeżerċita dawk id-dmirijiet f'każ li dik il-kummissjoni tonqos milli twettaqhom.", "Issa filwaqt li qed ngħidu hekk xi ħadd jista' jistaqsi: Jekk intom qed tgħidulna li aħna responsabbli li nwettqu dawn id-dmirijiet kollha u li jekk din il-kummissjoni ma ssirx, allura jidħol is-Sovrintendent ̧ ma jidhrilkomx li hawnhekk hawn ftit duplikazzjoni ta' l-affarijiet?", "Naħseb li għandu jkun għall-konsiderazzjoni tagħna li din niżnuha biex naraw jekk wieħed għandux jinsisti fuq is-sitwazzjoni kif inhi f'dan il-paragrafu.", "Aħna diġà qed ngħidu li fi kwalunkwe każ li għandu x'jaqsam ma' post ta' qima jew Knisja ̧ is-Sovrintendent ma jistax jeżerċita dan il-poter speċjali li jordna t-tiswija u r-restawr ħlief bil-permess ta' l-Isqof Djoċesan jew inkella ta' kap lokali ta' l-organizzazzjoni reliġjuża relattiva fil-każ ta' reliġjonijiet oħrajn.", "Pero' anke hawnhekk aħna qed ngħidu li b'riferenza għall-wirt li hawn ̧ l-aktar tal-Knisja Kattolika u ta' denominazzjonijiet reliġjużi oħrajn, qed tinħoloq taqsima għal tapposta biex ikun hemm dawn il-kummissjonijiet li se jiġi delegat lilhom ħafna mill- funzjonijiet li għandna hawnhekk dejjem b'riżerva li s-Sovrintendent jibqa' jagħmilha ta' Sovrintendent in ġenerali.", "Is-Sovrintendent xorta se jkun jista' jidħol hu biex iwettaq dawn l-obbligi jekk dawk il-kummissjonijiet jew ma jsirux jew ma jkunux qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "Fi klawsola 54 li titkellem fuq ir-regolamenti hemm paragrafu li jgħid li l-ministru ̧ meta jkun il-waqt, jagħmel regolamenti biex jiġu preskritti regoli li jirregolaw is-setgħat u d-dmirijiet tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minn dawk l-entijiet u komunitajiet.", "Hawnhekk hawn il-kelma \"komunitajiet\" pero' eventwalment din il-kelma rridu nemendawha għax hemmhekk għandha tidħol il-frażi \"kummissjonijiet imwaqqfa b'dan l-Att jew taħtu\".", "Allura issa fil-kors tad-diskussjoni rridu nieħdu deċiżjoni fuq dan il-proviso.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet.", "Fl-ewwel paragrafu ta' klawsola 42 għandna li\"", "\"... fin-nuqqas li jsir dan, is-Sovrintendent, jista' jagħmel dawk ix- xogħlijiet bi spejjeż ta' dik il-persuna.\".", "Dan huwa każ fejn f'pajjiżi oħra huwa f'mumenti bħal dawn li jikkonsidraw l- inċentivi fiskali.", "Per eżempju, xogħol ta' restawr fuq bini ta' valur storiku jkun eżenti mill-VAT.", "Allura fl-istess ħin wieħed qed joffri inċentiv biex dak ix-xogħol ikun jista' jsir.", "Naħseb li dan huwa każ ieħor fejn – anke mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħra – l-inċentiv fiskali jista' jintuża bla dannu kbir għall-erarju tal-gvern anzi bħala inċentiv biex ix- xogħol li jkun irid is-Sovrintendent ̧ isir.", "Kif qal il-ministru hawnhekk qisna qed nitkellmu fuq jekk għandniex naqtgħu l-karozzi li jdaħħnu u li jniġġsu t-toroq tagħna imbagħad l-agħar midneb ikun l-Istat.", "B'dan il-paragrafu jien qed nifhem li s-Sovrintendent jista' jordna anke lill-gvern li jagħmel xogħol ta' restawr għax nafu li għandna mhux ħażin bini fi proprjetà pubblika li għandna ħafna u ħafna xogħol x'nagħmlu fuqu.", "Jien ma nafx x'inhu l-istatus tal-gvern f'sitwazzjoni bħal din.", "Per eżempju, jien ma nafx jekk is-Sovrintendent jistax jordna xi ħaġa lill- gvern fuq xi bini.", "Ma nafx x'inhuma r-ramifikazzjonijiet legali ta' sitwazzjoni bħal din u naħseb li jkun tajjeb li nistaqsu jekk is- Sovrintendent hux se jkun f'pożizzjoni li jgħid lill-Istat biex jindokra tajjeb dak li għandu.", "Qed nistaqsi dan għax fost is-sidien il-kbar ta' bini ta' valur storiku u ta' proprjetà kulturali u patrimonjali f'pajjiżna hemm l-Istat.", "Bħala persuna lajka nixtieq inkun naf x'inhu r- ramifikazzjonijiet legali ta' sitwazzjoni bħal din.", "Nixtieq nitkellem daqsxejn fit-tul fuq il-proviso ta' din il-klawsola li jgħid hekk:", "\"Iżda ebda tali tiswija jew restawr ma jistgħu jsiru mis-Sovrintendent f'xi knisja jew post ta' qima mingħajr il-permess ta' l-Isqof djoċesan fil-każ ta' postijiet ta' qima Kattoliċi u tal-kap lokali ta' l- organizzazzjoni reliġjuża relattiva fil-każ ta' reliġjonijiet oħra.\".", "Jien naħseb li fuq dan il-proviso hemm bżonn ħafna iżjed riflessjoni.", "Dan huwa qasam jaħraq u ma nafx jekk waqt li qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi biex nagħmlu liġi ta' kwalità tajba, hux qed isegwuna l-NGOs li kultant ikunu voċiferi fuq dan il-qasam.", "S'issa l-unika reazzjoni li smajna għal din il-liġi kienet, jekk m'iniex sejjer żball, mill-Isqof ta' Għawdex, Mons. Nikol Cauchi.", "Dan donnu ħa għalih li se nidħlulu fl-għalqa b'din il-liġi u esprima ruħu billi qal li għandna noqgħodu attenti minn dak li qed jiġri, qisu ta avviż li lill-Knisja se jindaħlulha fil-patrimonju tagħha.", "Dan huwa aspett li wieħed jista' jittrattah min-naħat differenti u naħseb li m'għandux ikollna biżgħa li naffrontaw diskussjoni bħal din bis- sensittività meħtieġa.", "Naħseb li hawnhekk għandna nitgħallmu mill- esperjenza ta' pajjiżi oħra u mill-esperjenza ta' pajjiżi Kattoliċi fejn ir- relazzjoni ta' bejn il-Knisja u l-Istat dejjem kienu daqsxejn ċaqlembuta; daqqa naħa u daqqa naħa oħra.", "Ovvjament wieħed irid isib bilanċ razzjonali u raġjonevoli.", "Jien personalment il-mod kif inhu phrased dan l-abbozz ta' liġi ma narahx aċċettabbli.", "Per eżempju ̧ jekk is-Sovrintendent qed igħid li dan il-post huwa ta' valur storiku u hemm bżonn li jsir restawr fuqu ̧ ma nemminx li kap ta' knisja jew ta' organizzazzjoni reliġjuża oħra għandu jkollu d- dritt tal-veto fuq ħaġa bħal din.", "Issa jien bl-ebda mod m'hu qed ngħid li l-Istat għandu jibgħat lis-suldati u joqtol lil Thomas à Becket fil- katidral jew inkella jieħu dak li hu tal-knisja imma sinċerament ma naħsibx li l-Isqof jew xi kap ta' organizzazzjoni reliġjuża oħra għandu jkollha d- dritt tal-veto.", "Naħseb li m'hemmx għalfejn inġibu d-dinja fit-tarf u naħseb li mill-esperjenza ta' pajjiżi oħra nistgħu nsibu soluzzjonijiet.", "Jien irrid nerġa' nsemmi bniedem, li semmejtu ħafna drabi hawnhekk, li għandu ċerti valuri u mill-esperjenza tiegħu żgur li għandna x'nitgħallmu.", "Naħseb li kieku jkollna bżonn nikkonsultawh fuq ħaġa bħal din, jien ċert li jgħinna.", "Hawnhekk qed nirriferi għal Dr Jose` Maria Barrister li huwa ħabib ta' Malta.", "Peress li dan qiegħed fil-Kunsill ta' l-Ewropa u peress li huwa wieħed mill-konsulenti tal-FAFA allura qiegħed f'pożizzjoni eċċezzjonali biex jagħti daqqa ta' id f'ħaġa bħal din.", "Dan kien qalli li għandna nittrattaw dan it-territorju b'kawtela u li l- Istat u l-Knisja għandhom jissieħbu flimkien biex iħarsu dan il-wirt komuni.", "Dan il-bniedem qal li, per eżempju, fi Spanja li kellha storja probabbilment iżjed imqallba minn tagħna fuq relazzjonijiet bejn Knisja u Stat, kienu bdew isibu mod – din kien issuġġeriha anke lill-kummissjoni tal- Vatikan fuq il-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali – biex iwaqqfu strutturi bi sħab bejn il-Knisja u l-Istat ħalli jieħdu ħsieb dawn il- postijiet u ma jiddeċidix biss l-Isqof waħdu, xi kapitlu jew xi monsinjur u jsir biss dak li jkunu jridu huma.", "Għalhekk naħseb li forsi nistgħu nsibu xi mod kif nimxu f'dan ir-rigward.", "Minbarra li dan il-bniedem huwa sensittiv ħafna għall-wirt storiku u għall-wirt storiku reliġjuż huwa wkoll konsulent tal-Papa jiġifieri żgur li mhux se jissuġġerixxi xi ħaġa li tattakka l-integrità jew il-ġurisdizzjoni tal-Knisja.", "Pero' fil-fehma tiegħi, is-soluzzjoni hija li jkun hemm rieda tajba minn kulħadd u min- naħat differenti.", "Irridu noqgħodu attenti li ma nispiċċawx f'sitwazzjoni fejn mingħalina nkunu sibna soluzzjoni u fil-fatt ma nkunux sibna soluzzjoni.", "Per eżempju ̧ dwar il-Kon-Katidral ta' San Ġwann – din ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru Galea - ħloqna struttura bi sħaħ bejn il- Knisja u l-Istat, sa ċertu punt.", "Eventwalment jien irrid nistaqsi mistoqsija dwar kif dik il-fondazzjoni se tinkwadra f'liġi bħal din.", "Qed nistaqsi dan għal diversi raġunijiet għax lanqas dik il-fondazzjoni m'għandha tkun stat żgħir ġo stat.", "Peress li din hija fondazzjoni mwaqqfa mill-Istat irridu f'xi ħin nistaqsu x'inhi r-role ta' fondazzjoni bħal din u kif tinkwadra f'din il-liġi.", "Jekk jien informat tajjeb din il-fondazzjoni s'issa ma tantx ħadmet anke għax min qiegħed fiha ħafna drabi lanqas ikun Malta imma jkun imsiefer.", "Għalhekk ma nafx kemm din il-fondazzjoni li twaqqfet b'ċerti skopijiet u fuq ċerti linji, qed tkun effikaċi.", "Allura huwa mportanti li meta nwaqqfu strutturi bħal dawn niżguraw li jkunu qed jaħdmu u mhux taparsi nkunu waqqafna struttura.", "Per eżempju, nafu li l-Kon-Katidral ta' San Ġwann għandu ħafna u ħafna bżonnijiet.", "Hemmhekk hemm bżonn ta' pjan ta' azzjoni strateġika u naħseb li kull pass li nagħmlu jkun parti minn vjaġġ twil li jrid isir u li, ngħid jien, qatt ma jieqaf imma għalissa ħalli nħallu ftit il-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-ġenb", "Sur President, li qed jien huwa li rridu noħolqu struttura bejn il-Knisja u l-Istat.", "Fil-fehma tiegħi ̧ l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u l-Isqof Nikol Cauchi m'għandux ikollhom id-dritt tal-veto u din mhux qed ngħidha b'nuqqas ta' rispett lejhom.", "La huma u lanqas xi kap ta' organizzazzjoni reliġjuża oħra f'pajjiżna m'għandu jkollhom dan id-dritt u naħseb li għandna nsibu modi kif sabu pajjiżi oħra.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għal kif ipprovaw isolvu din il-problema fl-Ingilterra.", "Hemmhekk għamlu kodiċi ta' prattika biex filwaqt li r- reliġjonijiet u l-knejjes jaddottaw il-kontrolli huma fuq il-wirt storiku u fuq il-bini storiku tagħhom fl-istess ħin isegwu din il-kodiċi ta' prattika tal-gvern.", "Insibu li volontarjament ̧ iċ-Church of England ̧ il-Knisja f'Wales, il-Knisja Kattolika Rumana fl-Ingilterra ̧ il-Knisja Metodista ̧ il- United Reformed Church u l-Baptised Union kollha qablu li jaddottaw din il- kodiċi ta' prattika u allura twaqqaf decision-making body li huwa indipendenti mill-Knisja partikolari.", "Fi ħdan din l-istruttura hemm ir- rappreżentanti kollha tal-knejjes involuti li huma nies li għandhom l- expertise fil-bini storiku u reliġjuż.", "Fil-fatt dawn intgħażlu b'konsultazzjonijiet ma' l-awtoritajiet reliġjużi u għandhom diversi kriterji kif jaħdmu.", "Għalhekk kemm jekk noqgħodu fuq is-suġġerimenti li jista' jagħmlilna xi ħadd bħal Dr Barrister u kemm jekk inħarsu lejn kif solvew din il-problema pajjiżi oħrajn naħseb li nistgħu nsibu mod kif ir-relazzjonijiet ta' bejn l-Istat ̧ il-Knisja Kattolika u organizzazzjonijiet reliġjużi oħrajn jistgħu jkunu regolati aħjar mill-proviso ta' din il-klawsola.", "S'intendi meta qed nirriflettu x'se nagħmlu mbagħad irridu naħsbu kif dan kollu jinfilza fit-Taqsima VIII dwar il-patrimonju kulturali reliġjuż.", "Naħseb li dawn l-affarijiet irridu neħduhom flimkien.", "Pero' sinċerament inħoss li nistgħu nsibu mod aħjar kif nirregolaw ir-relazzjoni bejn il- Knisja u l-Istat anke f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett irrid ngħid li s-Sovrintendent se jkun jista' jeżerċita dan il-poter fil-konfront tal-gvern.", "Issa din mhijiex xi ħaġa ġdida għax fil-liġi dwar il-planning authority hemm li din l-awtorità għandha l-poter – li f'xi okkażjonijiet eżerċitatu – li tisforza lill-gvern li jwettaq tiswija fuq il-proprjetà tiegħu a spejjeż tiegħu.", "Għalhekk m'għandux ikun hemm raġuni għaliex is-Sovrintendent m'għandux ikollu l- istess poteri fil-konfront tal-gvern u li poteri speċjali oħrajn jeżerċitahom ukoll fil-konfront tal-gvern.", "Aħna rridu li s-Sovrintendent jew se jkun qiegħed hemm f'isem il-poplu u f'isem l-Istat fuq kulħadd għax jekk nibdew neskludu xi affarijiet mis-superviżjoni tiegħu għal raġunijiet diversi, inkunu qed nidħlu f'ċerti komplikazzjonijiet.", "Sur President, il-liġi qed tgħid li dawn huma poteri speċjali li jridu jiġu eżerċitati fil-kontest tar-realtajiet, kemm ta' pajjiżna, kemm tal- finanzi ta' pajjiżna kif ukoll tar-realtajiet ta' minn fejn se nitilqu għal fejn irridu naslu.", "F'ċertu sens hemm prinċipju ta' natura ġenerali, li jidħol fil-filosofija tal-liġi, li jgħidlek li ħadd ma jista' jiġi miżmum milli jwettaq l-impossibbli.", "Kultant forsi din ma tkunx daqshekk impossibbli li ssir imma hemm ċirkostanzi fejn id-diffikultajiet ikunu ta' ċerta entità.", "Forsi qabel naslu għall-eżerċizzju ta' dan il-poter speċjali diġà hemm sensiela ta' dmirijiet li ma jispettawx biss lis-Sovrintendent imma jispettaw lil aġenziji oħrajn li jidħlu fihom.", "Jien naħseb li jekk nerfgħu dawn id-dmirijiet tajjeb diġà nkunu mxejna lejn xi direzzjoni.", "Ikun hawn kontroversji, mhux waħda u tnejn, fejn ikunu nħarġu permessi għall-iżvilupp li jkunu jolqtu xi patrimonju kulturali li jkun skedat pero' mbagħad il-mod kif isir dak l-iżvilupp ma jkunx qed jirrispetta dan l- ispirtu u nkunu qed nikkontradixxu dak li qed ngħidu hawnhekk.", "Għalhekk hemmhekk is-Sovrintendent irid joqgħod attent biex fejn qed joħorġu dawn il- permessi ta' żvilupp jiġi assigurat li l-konservazzjoni u t-tiswija jsiru b'mod tajjeb.", "Hemmhekk mhux qed nitkellmu fuq xi ħaġa li tirrikjedi tiswija urġenti imma qed nitkellmu fuq il-fatt li jkun se jsir żvilupp u fejn ikun hemm l-investiment u allura rridu nieħdu ħsieb l-affarijiet.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi mhux qed nitkellmu fuq affarijiet ta' restawr normali u fuq affarijiet ta' tiswija.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu, per eżempju ̧ fuq il-ħtieġa li ssir tiswija f'dan il-palazz.", "M'hemmx dubju li f'dan il-palazz li qegħdin fih hawn diversi affarijiet li jirrikjedu tiswija.", "Hawnhekk hawn kwantità kbira ta' affarijiet ̧ kemm fil-bini u kemm fl-oġġetti prezzjużi, li jirrikjedu restawr.", "Aħna mhux fuq dak qed nitkellmu.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jitkellem fuq tiswija u fuq restawr urġenti.", "Per eżempju, jekk ikun hemm ħsara kbira fis-sala ta' l-arazzi u din tkun se tisfronda jkun hemm bżonn tiswija u restawr urġenti.", "Huwa fuq dan li qed nitkellmu hawnhekk.", "Sur President ̧ aħna lanqas qed inħallu biss f'idejn is-Sovrintendent imma qed ngħidu li s-Sovrintendent irid jikkonsulta wkoll mal-Kumitat ta' Garanzija.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq grupp ta' nies li ġejjin mill- Planning Authority ̧ mill-qasam tat-turiżmu u mill-qasam ta' l-ambjent u għandna wkoll is-Sovrintendent, iċ-Ċentru Malti għar-Restawr u rappreżentant tal-patrimonju kulturali reliġjuż.", "Jekk dawn bejniethom jaraw li fejn ikun se jisfronda saqaf, fejn ikun se jaqa' ħajt jew fejn ikun hemm pittura li tkun qed tispiċċa jkun hemm intervent urġenti ̧ ma naħsibx li jkunu qed jużaw il-poter li jkun se jiġi eżerċitat ̧ kappriċċożement.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet li huma urġenti lil hinn minn kull intervent ta' restawr ̧ ta' ħarsien jew ta' konservazzjoni.", "Mela rridu npoġġu fil-perspettiva tagħna dan il-poter speċjali ta' l-Istat għax jekk jinftiehem li donnu s-Sovrintendent se jkollu dan il-poter li jaqbad u jordna, a spejjeż ta' ħaddieħor, it-tiswija u r-restawr allura ngħid li hemm raġuni għal din il-preokupazzjoni.", "Nerġa' ntenni li hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq sempliċement tiswija jew restawr imma fuq affarijiet urġenti u jekk is-Sovrintendent li jkun fdat bil-ħarsien u l- konservazzjoni tal-patrimonju kulturali ma jagħmel xejn ̧ se jinkolpixxi lilu nnifsu għax ikun qed jonqos mid-dmirijiet u d-doveri tiegħu.", "Huwa f'dan is-sens li wieħed irid jifhem din il-klawsola.", "L-Onor.", "Bartolo staqsa jekk għal min ikun se jimponi tiswija u restawr f'każijiet urġenti, hemmx xi benefiċċju jew xi inċentiv fiskali li forsi jtaffi xi ftit il-pillola li għal xi wħud tista' tinħass morra.", "Jien naħseb li wieħed irid iżomm dan quddiem għajnejh.", "Jien mhux beħsiebni naffronta r-relazzjoni bejn is-Sovrintendent u l-patrimonju kulturali reliġjuż - kemm jekk inhu tal-Knisja Kattolika kif ukoll jekk inhu ta' denominazzjonijiet oħrajn – taħt din il-klawsola.", "Nixtieq li dan nittrattah ftit aktar ampjament meta niġu fit-taqsima li tittratta dak is- suġġett.", "Pero' wieħed jista' jibda jagħmel ċerti riflessjonijiet.", "Il- fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann mhijiex meħlusa mis-sorveljar ta' din il-liġi imma din il-fondazzjoni taqa' taħt din il-liġi.", "Fil-fatt jien m'inix informat li l-fondazzjoni mhijiex qed tiltaqa'.", "Naturalment jista' jagħti l-każ li l-fondazzjoni għadha qed issib kif se twettaq il- funzjoni tagħha għax din m'ilhiex ħafna mwaqqfa.", "Fil-fatt diġà bdew jieħdu ċerti miżuri u kif qal l-Onor.", "Bartolo din hija fondazzjoni li għandha natura mista u teżisti ċerta diffikultà.", "Pero' fi kwalunkwe każ, anke jekk din ma taqax taħt il-ministru responsabbli għall-kultura ̧ kemm bil-liġi dwar l-antikitajiet u wisq aktar b'din il-liġi, se tkun soġġetta għas-sorveljanza tas-Sovrintendent.", "Issa x'inhi d-diffikultà li għandna dwar il-proviso?", "L-ewwelnett il- proviso tal-lum xi jgħid?", "Il-proviso qed igħidilna li tista' tiġi ordnata mis-Sovrintendent tiswija jew restawr urġenti pero' fejn imbagħad dan jirrigwarda knisja jew post ta' qima, biex issir dik it-tiswija u restawr ikun jeħtieġ il-permess ta' l-Isqof – fil-każ tal-Knisja Kattolika – jew tal-kap lokali ta' l-organizzazzjoni konċernata.", "Meta kien hawn riflessjoni daparti ta' l-awtoritajiet ekkleżjastiċi fuq dan il-proviso kien diffiċli li wieħed jifhem għaliex hawnhekk kulma qed ngħidu huwa li s-Sovrintendent mhux se jintervjeni mingħajr il-permess ta' l-Isqof djoċesan fil-każ tal-Knisja Kattolika u tal-kap lokali ta' l- organizzazzjoni reliġjuża relattiva fil-każ ta' reliġjonijiet oħra.", "Id- diffikultà li kienet qamet – jien inkun propens li nikkonsidra li nneħħi dan il-proviso minn hawnhekk – kienet li ladarba qed ngħidu li se jkun hemm kummissjoni li se tiġi fdata bis-Sovrintendenza ̧ dik hija materja li fl-ebda stadju m'għandha tispetta fl-ewwel lok lis-Sovrintendent.", "Fl-ewwel lok għandha tispetta lil dik il-kummissjoni mbagħad jekk dik il-kummissjoni ma tkunx qed tarah se mai jidħol is-Sovrintendent.", "Sur President, aktar tard x'ħin niġu biex nidħlu taħt dik it-taqsima nkunu rridu nifhmu ftit x'qed nipprovaw nagħmlu għax naħseb li qed insibu triq li hija triq ġusta, triq tan-nofs ̧ bejn kurrent li b'raġunijiet validi jħossu li l-patrimonju kulturali li hawn fil-pajjiż – anke jekk huwa proprjetà tal- Knisja Kattolika – għandu jkun soġġett għas-Sovrintendenza u dawk li min- naħa l-oħra jgħidu li din hija xi ħaġa esklussiva, taħt l-ordinament ġuridiku kanoniku tal-Knisja Kattolika, u allura m'għandekx tmissha.", "Issa aħna qed nieħdu linja tan-nofs u qed ngħidu li s-Sovrintendent għandu dmirijiet fuq dan il-patrimonju kulturali.", "Aħna lesti li fit-twettiq tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, dawn il- funzjonijiet jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi u s- Sovrintendent se jibqa' josserva t-twettiq ta' dawn l-affarijiet li jkunu jistgħu jiġu dettaljatament regolati permezz ta' regolamenti li joħorġu taħt din il-liġi.", "Sur President ̧ wieħed għandu jkollu l-fiduċja li fid-dawl ta' l-istorja, fid-dawl ta' l-esperjenza ̧ fid-dawl ta' sensibilità akbar min-naħa ta' l- awtoritajiet ekkleżjastiċi dwar id-dmirijiet li hemm favur il-ħarsien u l- konservazzjoni u fid-dawl ta' gwida ċara anke mill-ogħla awtorità tal- Knisja Kattolika u min-naħa tal-Papa f'dan ir-rigward – kif qal l-Onor.", "Bartolo hemm min huwa altro che kompetent li jagħti pariri fuq dan is- suġġett - wieħed irid ikollu l-fiduċja li jħares 'il quddiem.", "Barra minn hekk, bl-ispinta ta' dan id-dibattitu sħiħ li kien hawn fil-pajjiż fuq dan is-suġġett, l-awtoritajiet ekkleżjastiċi għandhom ikomplu jsaħħu l- istrutturi li diġà għandhom biex dan is-settur jitħares kif suppost.", "Naturalment is-sitwazzjoni li qed timmira lejha l-liġi hija li m'aħniex se nibqgħu passivi kif konna sal-lum jiġifieri l-liġi qed tobbliga lis- Sovrintendent li jkun pro-attiv u attiv u jkun qiegħed jaġixxi ta' gwardjan effettiv anke fuq dan il-patrimonju.", "F'dan is-sens naħseb Ii wieħed ikun jista' jara kif jistgħu jiżviluppaw is-sitwazzjonijiet għax anke l- provvedimenti, li nidħlu aktar fid-dettall tagħhom aktar tard ̧ ma jeskudux dan it-tip ta' arranġamenti għas-sodisfazzjoni tal-partijiet kollha.", "Naturalment wieħed irid jara liema hi t-triq it-tajba li wieħed għandu jaqbad.", "S'issa nħossuna pjuttost sodisfatti bil-linja li qed nadottaw f'dan l-abbozz ta' liġi u nispera li eventwalment ikollna ċ-ċans li nidħlu aktar f'ċertu dettall.", "Sur President, issa nixtieq nikkonsulta ftit ma' l-esperti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President ̧ għal klawsola 42 se nipproponi din l- emenda:", "\"Y\" Fi klawsola 42, il-kliem minn \": Iżda ebda tali tiswija jew restawr\" sa \"fil-każ ta' reliġjonijiet oħra\", għandhom jitħassru.", "\"Y\" In clause 42, the words from \": Provided that no such repair or restoration\" up to \"in the case of other religions\" shall be deleted.", "B'hekk il-klawsola tiġi taqra kif inhi mingħajr il-proviso u wara l-frażi li tispiċċa \"jista' jagħmel dawk ix-xogħlijiet bi spejjeż ta' dik il- persuna\" mbagħad irid ikun hemm fullstop.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naqbel kompletament.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Y\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 42 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 42, kif emendata ̧ għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 43 – Dritt esklużiv għall-iskavar.", "Clause 43 - Exclusive right to excavate.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President ̧ hawnhekk qed nitkellmu fuq l-iskavar fl-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa ta' Malta.", "Fil-fatt subklawsola (1) tgħid li:", "\"Skavi arkeoloġiċi jew paleontoġiċi fuq l-art u esplorazzjonijiet arkeoloġiċi fl-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa ta' Malta jistgħu isiru biss bil-permess bil-miktub tas-Sovrintendent u skond kull kondizzjoni annessa miegħu.\".", "Għal din is-subklawsola nixtiequ nipproponu emenda biex ngħidu li qed nitkellmu fuq l-art u fuq l-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa ta' Malta.", "Din l-emenda tgħid hekk:", "\"Z\" Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 43 minflok il-kliem \"Skavi arkeoloġiċi jew paleontoloġiċi fuq l-art u esplorazzjonijiet arkeoloġiċi fl-ibħra territorjali jew fiz-zona kontigwa ta' Malta\" għandhom jidħlu l-kliem \"Skavi u esplorazzjonijiet arkeoloġiċi jew paleontoloġiċi fuq l-art, kif ukoll fl-ibħra territorjali jew fiz-zona kontigwa ta' Malta\".", "\"Z\" In subclause (1) of clause 43 for the words \"Archaeological or palaeontological excavations on land and archaeological explorations in the territorial waters or in the contiguous zone of Malta\" there shall be substituted the words \"Archaeological or palaeontological excavations or explorations on land as well as in the territorial waters or in the contiguous zone of Malta\".", "Hawnhekk qed jiġi stabbilit il-prinċipju ġenerali jiġifieri l-ebda skava jew esplorazzjoni ma tkun tista' ssir mingħajr il-permess tas- Sovrintendent.", "Il-kondizzjonijiet fuq l-art u fuq l-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa jistabbilixxihom hu.", "Imbagħad għandna subklawsola (2) li tgħid hekk:", "\"Kull min, ukoll jekk aċċidentalment, jiskopri xi oġġett, sit jew bini li dwarhom japplika dan l-Att skond ma hemm fl-artikolu 3 ̧ għandu minnufih jgħarraf lis-Sovrintendent ̧ iżomm l-oġġett misjub in situ ̧ u m'għandux għal perjodu ta' sitt ijiem wara li jgħarraf lis- Sovrintendent ikompli għaddej b'xogħol fuq il-post fejn ikun ġie skopert l-oġġett ta' proprjetà kulturali.\".", "Mela l-obbligu taħt pieni ta' sanzjonijiet penali huwa li tinforma lis- Sovrintendent – dak l-obbligu jrid jitwettaq – u mbagħad dan jingħata ċans ta' sitt ijiem żmien biex jagħmel l-indaġni tiegħu u jagħti d-direzzjoni li jħoss li għandu jagħti.", "Naturalment jekk jgħaddu s-sitt ijiem u x-xogħol ikompli jsir, imbagħad ir-responsabbiltà tkun tas-Sovrintendent.", "Imbagħad subklawsoli (3) ̧ (4) ̧(5), (6) u (7) igħidu hekk:", "\"Is-Sovrintendent għandu jispezzjona l-post fejn tkun saret l- iskoperta matul dawk is-sitt ijiem u jista' jordna lil min ikun responsabbli li ma jagħmilx iktar xogħol fuq il-post jew f'xi parti minnu billi jagħtih avviż biex jieqaf mix-xogħol.", "Kull min wara li jingħata avviż biex jieqaf mix-xogħol isofri danni minħabba fil-waqfien tax-xogħlijiet għandu jkollu d-dritt li jiġi kkumpensat għal dawk id-danni mis-Sovrintendent.", "Fi żmien tliet xhur minn xi avviż biex jitwaqqfu x-xogħlijiet il-Gvern għandu jibda proċeduri biex jikseb is-sit skond l-Ordinanza dwar l- Akkwist ta' l-Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi ̧ jew inkella s- Sovrintendent għandu jillibera s-sit.", "Malli jinbdew il-proċedimenti li jakkwista s-sit kif hawn aktar qabel imsemmi ma jkun dovut ebda kumpens ieħor skond is-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu.", "Kull oġġett ta' valur kulturali, sew mobbli sew immobbli li jiġi skopert x'imkien f'Malta, fl-ibħra territorjali tagħha ̧ u fiż-żona kontigwa sew jekk jinsab fi skavi awtorizzati jew illegali jew waqt esplorazzjoni jew aċċidentalment filwaqt li jkun qed isir xi xogħol sew b'kull mod ieħor ikun jappartjeni lill-Istat.", "Kull record oriġinali jew kopja sħiħa dwar il-progress ta' l-iskavar jew l-esplorazzjoni ̧jekk dawn isiru skond dan l-artikolu jew xort'oħra ̧għandu jingħata lis-Sovrintendent minn min ikun responsabbli għal dak l-iskavar jew dik l-esplorazzjoni.\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Chairman ̧ jekk m'iniex sejjer żball din hija l- ewwel darba li qed ngħidu li mill-art se ngħaddu għall-baħar pero' jidhirli li fid-definizzjonijiet s'issa għadna ma nkludejniex il-kelma \"esplorazzjonijiet\".", "Nistqarr li meta konna fi stadju tat-Tieni Qari kont għidt xi ħaġa dwar il-wirt arkeoloġiku u storiku li għandna f'qiegħ il- baħar u naħseb li dwar dan wieħed għandu jaħseb ftit x'jista' jsir.", "Pajjiżi barranin għandhom liġijiet sħaħ fuq kif iħarsu l-wirt storiku u kulturali li għandhom taħt il-baħar u għandhom anke charters internazzjonali li jħarsu dan il-wirt.", "Issa fil-każ tagħna, għalkemm sfortunatament forsi diġà laħqu taru ħafna għasafar ̧ naħseb li wieħed xorta jawgura li naslu biex nirregolaw dan il-qasam.", "Jien naħseb li m'għandniex nagħmlu l-iżball li naħsbu li r-regolamenti u l- liġijiet li qed nagħmlu fuq l-art japplikaw awtomatikament għall-baħar ukoll u nieqfu hemm għax ir-realtà tal-wirt storiku tal-baħar toffri l- karatteristiċi partikolari u speċifiċi tagħha li mhux bilfors qed naħsbu għalihom.", "Per eżempju ̧ nies li jorganizzaw skejjel ta' l-għaddasa ̧ kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin ̧ iridu li jkun hemm serjetà, regolamentazzjoni u infurzar tal-liġi.", "Dawn jafu li l-għajxien tagħhom ma jiddependix biss mill-wirt naturali li nsibu taħt il-baħar imma jiddependi wkoll minn affarijiet ta' valur storiku.", "Ċertament hemm il-ħallelin lokali u hemm il-ħallelin barranin li jinżlu taħt il-baħar għax sfortunatament ma tantx għandna mezzi biex inħarsu l-wirt storiku u kulturali li għandna f'qiegħ il-baħar.", "Id-diffikultà li sabu dawn l-organizzazzjonijiet li ltaqgħu miegħi u li kellhom jesprimuhom ukoll lill-ministru u lill-esperti tiegħu kienet li huma jridu s-serjetà u li jiġu regolati l-iskavi u l-esplorazzjonijiet.", "Pero' x'inhu l-istatus taż-żjajjar?", "Dawn tista' tirregolahom fuq l-art imma x'se jkun l-istatus ta' min iżur il-postijiet ta' taħt il-baħar?", "Jekk, per eżempju ̧ jien nieħu lil xi ħadd iżur Ħaġar Qim, biex nidħol hemmhekk m'għandix bżonn il-permess tas-Sovrintendent pero' jekk jien niżżattat u mmur nirranġa l-ġebel ta' Ħaġar Qim, probabbli s- Sovrintendent, bil-mod kwiet tiegħu ̧ jgħidli biex immur insaqqi l-ħass jiġifieri ma jħallinix nintervjeni.", "Allura naħseb li rridu nagħmluha ċara hawnhekk x'se nagħmlu dwar dawn iż-żjajjar f'qiegħ il-baħar.", "Naħseb li wasal iż-żmien ukoll li naħsbu bis-serjetà fuq il-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali tagħna, anke f'qiegħ il-baħar.", "Probabbli llejla mhux se jibqgħalna ħin biżżejjed biex naqblu fuq kif se nindirizzaw din il- problema pero' naħseb li dan niddiskutuh fis-seduta li jmiss.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, meta saret il-liġi dwar l-antikitajiet ma konniex qed naħsbu fuq kwestjonijiet ta' patrimonju kulturali ̧ arkeoloġija u paleontoloġija fl-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa ta' Malta.", "Naturalment jien konxju mid-diskussjoni u mill-kontroversja ̧ fis-sens pożittiv tal-kelma, ta' dan is-suġġett ta' wirt arkeoloġiku li jista' jkun li qiegħed fil-viċinanzi tal-kosta tagħna u fiż-żona kontigwa.", "Illum it-teknoloġija marittima żviluppat manjiera straordinarja u hawn possibilitajiet li wieħed jista' jagħmel esplorazzjoni u jara ftit xi fdalijiet u strutturi jeżistu kif isir f'diversi postijiet oħrajn ta' wirt u ta' patrimonju ta' ċerta importanza.", "Dak huwa soġġett li għad irridu nifhmu ftit fil-prattika x'nistgħu nagħmlu dwaru.", "Issa meta qed ngħidu \"esplorazzjonijiet\" x'qed nifhmu?", "Dan l-abbozz ta' liġi jsemmi \"skavi arkeoloġiċi jew paleontoloġiċi fuq l-art u esplorazzjonijiet fl-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa ta' Malta\".", "Issa hawnhekk nistaqsi: Hemm bżonn li nagħmlu tifsira tal-kelma \"esplorazzjoni\"?", "Safejn se tasal?", "Jekk wieħed iżur sit taħt l-ilma x'jista' jagħmel u safejn jista' jasal?", "Naħseb li dan huwa suġġett li jirrikjedi aktar diskussjoni biex naraw jekk hemmx xi forma ta' dettalji li nistgħu ninkludu fl-abbozz ta' liġi.", "Barra minn hekk nistgħu nutilizzaw l-aġġornament tal-Kamra biex inkunu nistgħu nidħlu f'din il-kwestjoni.", "Nirringrazzjak", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa għadda mill- istadju ta' Kumitat bl-emendi neċessarji.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President ̧ minħabba l-viżita statali li se jkun hemm il-ġimgħa d-dieħla mill-President ta' l-Albanija u l-impeni ta' filgħaxija hawnhekk fil-Parlament u t-Tlieta filgħodu f'Kastilja ̧ qed naġġorna l-Kamra għal nhar it-Tlieta, 19 ta' Frar, 2002, fis-6;00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa – Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurtà fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER : Grazzi.", "Rimarki?", "Insejjaħ lill-Ministru ta' Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Grazzi Mr Speaker.", "Illum jaħbat is-sittin anniversarju minn mindu 43 Malti bħalna, ġew eżiljati minn pajjiżna.", "Illum li għaddew 60 sena minn dan l-avveniment naħseb illi nistgħu nagħtu ħarsa lura b'lenti ħafna iktar oġġettiva milli forsi wieħed seta' jagħmel snin ilu.", "Inkitbu diversi kotba u artikoli dwar din il-ħaġa pero' issa li ilna 'l fuq minn-37 sena indipendenti u naħseb li kapaċi nagħmlu din il-qabża ta' oġġettivita`.", "Mr Speaker, din kienet inġustizzja li saret ma' Maltin bħalna.", "Huma u l- membri tal-familja tagħhom sofrew konsegwenzi mhux biss dakinhar imma baqgħu jsofruhom anke wara li spiċċa l-eżilju tagħhom.", "Jiena ngħid li dawn għadhom isofru anki llum, għax sal-lum għad m'hemmx pronunzjament minn xi awtorita` li tilliberahom minn kwalunkwe akkuża inġusta illi kienet saret kontra tagħhom dakinhar, meta ġew internati mbagħad eżiljati minn pajjiżna mingħajr ebda proċess leġali u mingħajr ebda dikjarazzjoni ta' ħtija.", "Mr Speaker, tajjeb li nfakkruhom dawn l-affarijiet għaliex ħafna drabi dan il-pajjiż jinsa lill-protogonisti ta' l-istorja tiegħu.", "Jiena dejjem niftakar fis-sunett ta' Dun Karm li fuq Dun Mikiel Xerri qal:", "''Jien rhext u bkejt meta rajt kemm kienet xħiħa miegħek din l-art li int ħabbejt.\"", "Fost il-Maltin illi kienu ġew eżiljati dakinhar ma ninsewx li kien hemm ukoll il-kap tal-Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien Nerik Mizzi.", "Dan qed ngħidu biex naraw is-serjeta' ta' din il-miżura li kien ħa l-gvern Ingliż dakinhar.", "Immaġina llum taqbad wieħed mill-kapijiet tal-partiti u teżiljah.", "Ġie eżiljat Sir Arturo Merċieca li meta ngħataw l-ordni ta' internament kien għadu Prim Imħallef u persuni oħrajn distinti magħrufin fil-moviment Nazzjonalista fosthom Herbert Ganado li sa ftit qabel l-internament kien editur tal-Leħen is-Sewwa u l-Kavallier Vinċenzo Bonello.", "Ta' min wieħed igħid li barra dawn it-43 persuna kien hemm numru akbar ta' nies li fil- fatt kienu ġew internati pero` mhux eżiljati.", "Dan kien inċident ikraħ fl- istorja ta' pajjiżna.", "Kien inċident ta' tbatija, ta' sofferenza u ta' inġustizzja.", "Mr Speaker, jien dejjem inħobb nara s-silver lining f'kollox, u f'dan il- każ ngħid li dan kien inċident illi kixef il-qlubija, l-eroiżmu u r- reżistenza ta' dan il-grupp żgħir ta' persuni li minkejja dak kollu li sofrew baqgħu leali lejn il-prinċipji tagħhom.", "Dan ngħidu għaliex min jaqra l-istorja jsib li dak iż-żmien kien hemm ħafna li kienu jgħajtu u jwerżqu pero` meta ġie mument tal-verita` staħbew.", "Hemm oħrajn li mhux talli ma staħbewx talli rriskjaw l-internament u l-eżilju huma stess biex jipproteġu lil ħuthom Maltin li kienu qed isofru din l-inġustizzja.", "F'din l-istorja ta' swied il-qalb u ta' niket hemm ħafna tagħlim li nistgħu nieħdu llum, 60 sena wara.", "Jekk illum tistaqsi lil xi ħadd tal-ġenerazzjoni tal-lum dwar min kien Sir Paul Boffa jew Nerik Mizzi probabbilment ma jkunx jaf iwieġeb.", "Dan mhux tort tagħhom daqskemm hu tort tagħna li mhux qed ngħallmu l- istorja kif suppost u għall-ġenerazzjoni tal-lum u ta' dawk li għad iridu jiġu tajjeb li nfakkru l-fatti ta' dan l-inċident u l-protagonisti ewlenin tiegħu.", "F'Mejju ta' l-1940, jiġifieri ftit qabel ma' l-Italja daħlet fil-gwerra, diversi Maltin ġew internati bla proċess u mingħajr proċeduri legali fil- fortizza tas-Salvatur li hemm fil-Kottonera.", "Fost l-internati kien hemm persuni minn kull kategorija tal-ħajja.", "Jien semmejt lill-Prim Imħallef Sir Arturo Merċieca, lil Nerik Mizzi, lil Herbert Ganado u lill-Kavallier Vinċenzo Bonello li tant għamel biex waqqaf l-ewwel Museum of Fine Arts f'pajjiżna pero' kien hemm persuni from all walks of life.", "Kellna anke ħaddiema tat-tarzna li min jaqra l-istorja jaf li ġew internati proprju bil- ħwejjeġ tax-xogħol għadhom fuqhom.", "Fl-awtobijografija ta' Herbert Ganado jirriżulta li kien hemm ukoll ħu Dun Ġorg Preca li proprju ġie internat f'Mejju 1940.", "Dawn kienu n-nies li suppost kienu ta' theddida għas- sigurta` f'pajjiżna.", "Kien hemm ukoll persuni anzjani, wieħed minhom il- Perit Calleja li kellu il-fuq minn 70 sena meta ġie internat.", "Issa x'seta' jagħmel bniedem ta' 70 sena bħala theddida għall-Imperu Ingliż?", "Wieħed jista` jiġġudika kemm verament dan kien ta' theddida.", "Addiritura familji sħaħ ġew internati, wħud minhom anki eżiljati.", "It-tliet aħwa Naudi per eżempju, ġew internati.", "Kien hemm ukoll tliet membri tal-familja Lateo, il- missier, it-tifel u anke z-ziju tat-tifel li ġew internati ukoll.", "Dawn kollha ġew internati skont il-warrant illi kien ħareg dak iż-żmien mill- Gvernatur u nikkwota \"għar-raġunijiet tas-sigurezza pubblika u għad-difiża tal-gżejjer.\"", "Mr Speaker, lil dawn qatt ma' qalulhom għaliex kienu ta' theddida għas- sigurezza pubblika u għad-difiża tal-gżejjer.", "Ħafna minnhom kienu nies illi kienu qed irabbu familja.", "Herbert Ganado fl-awtobijografija tiegħu, wieħed mill-best sellers fost il- kotba Maltin, iddeskriva l-firda mill-familja bl-istil inimitabbli tiegħu b'dan il-mod:", "\"Qbadt il-valiġġa u ħriġt niġri lejn il-karozza li kienet daqs ħames passi bogħod mill-bieb.", "Alda ħarġet fil-bieb b'Tonio u Vanni wieħed kull naħa.", "Vanni, meta rani dieħel fil-karozza, ħaseb li kont sejjer passiġġata.", "\"Niġi miegħek papa`, niġi miegħek\".", "L-ispettur Tabone ħareġ il-maktur u beda jomħot, kellu għajnejh bid-dmugħ.", "\"It-tfal qalli, it-tfal\".", "Ma kompliex, u qbadna t-triq lejn is-Salvatur.\"", "Mr Speaker niftakarni naqra din is-silta meta kelli 17 jew 18-il sena meta ħarġet l-ewwel edizzjoni tat-tieni ktieb 'Rajt Malta Tinbidel' ta' Herbert Ganado.", "Għalkemm ma kontx għext iż-żmien tal-gwerra, niftakarni nemozzjona ruħi jiena wkoll mhux bħala nazzjonalist iżda fuq kollox bħala Malti.", "Ta' min igħid li l-internati l-ewwel ma' tqiegħdu kien fil-fortizza tas- Salvatur, viċin it-Tarzna li kienet il-mira ta' ħafna attakki mill-ajru propju fil-bidu tal-gwerra.", "Fil-fatt f'raid minnhom kienet intlaqtet proprju din il-fortizza.", "Mill-Fortizza tas-Salvatur imbagħad l-internati kienu ntbagħtu l-ħabs ta' Kordin, u wara li pprotestaw li huma ma setgħux jiġu meqjusa bħala kriminali, għamlulhom section għalihom.", "Fil-fatt kienu xorta waħda fil-ħabs ta' Kordin u wara diversi protesti fl-aħħar intbagħtu f'bini fil-Kunvent ta' Sant Agata fir-Rabat.", "Mr Speaker, l-agħar parti ta' din l-istorja mbagħad kienet id-deċiżjoni illi ħa il-gvern Ingliz fi Frar ta' 1942, li 43 minn dawn l-internati Maltin jiġu eżiljati lejn l-Uganda.", "Hawn infetaħ kapitlu ta' misħtija pero` ngħid ukoll kapitlu ta' kuraġġ partikolarment ta' persuna waħda li ddefendiet ħafna lill-internati kontra l-eżilju, jiġifieri Sir Ugo Mifsud.", "Fil-fatt l-internati li kienu se jiġu eżiljati kienu fetħu kawża kontra l- gvern u kienu ddefendewhom b'xejn Dr Alberto Magri u Dr Filippo Nicolo Buttigieg.", "L-internati kienu fil-fatt għamlu żewġ kawżi imma fl-ewwel kawża kienu argumentaw li d-deportazzjoni hija kastig u ma jistgħux jeżistu kastigi jekk ma jkunx hemm delitti.", "Huma ma kienu kkommettew l-ebda delitt u ma kinux ġew ipproċessati u allura ma setgħux jiġu eżiljati.", "Fatt interessanti hu li l-qorti kienet interessanti ippreseduta minn imħallef illi qabel ma sar imħallef kien deputat tal-Partit ta' Strickland u kellu anki diversi ideat imperjalisti Ingliżi.", "Minkejja l-background tiegħu kien bniedem ta' kuxjenza u l-qorti preseduta mill-Imħallef Monatanaro Gauci ddeċidiet fl-ewwel kawża li li l-ordni ta' deportazzjoni kienet illegali għax il-gvern ma setgħax mhux biss jinterna imma wkoll jeżilja mingħajr support ta' ebda liġi.", "Il-Qorti qalet li sakemm internajthom, arrestajthom u ċcaħħadthom mill-liberta` f'isem is-sigurta` dak forsi tista' tagħmlu imma li inti tibagħthom 'il barra minn pajjiżhom stess dan ma stajtx tagħmlu.", "Mr Speaker, meta ra hekk, il-gvern iddeċieda li ibiddel il-liġi sabiex il- gvernatur ikollu d-dritt li jiddeporta lill-Maltin minn Malta.", "Issa biex jagħmel hekk kellu jgħaddi liġi mill-Kunsill tal-Gvern - dak iż-żmien ma konniex ngħidulu parlament imma Kunsill tal-Gvern - illi taħt il- Kostituzzjoni ta' 1939 kien kompost minn persuni nominati ex-officio mill- gvern Ingliż u minn għaxar persuni eletti mill-poplu.", "Dak iż-żmien il-parti eletta mill-poplu kienet komposta minn sitt membri tal-Partit Kostituzzjonali, jiġifieri l-Partit ta' Strickland, tlieta tal-Partit Nazzjonalista, li kienu Sir Ugo Mifsud u Nerik Mizzi li kienu co-leaders u Ġorġ Borg Olivier li kien tela' proprju l-ewwel darba fil-Kunsill tal-Gvern taħt il-Kostituzzjoni tal-1939 u l-Partit Laburista kellu membru wieħed li kien Sir Paul Boffa.", "Id-domanda li qamet kienet: Imma l-Maltin fil-Kunsill kienu lesti li jeżiljaw lil ħuthom?", "Il-Kunsill tal-Gvern iltaqgħa għal dan l-iskop fid-9 ta' Frar 1942 u forsi hija ta' misħija li ngħidu li l-uniku wieħed li tkellem kontra din il-liġi kien biss Sir Ugo Mifsud, wieħed mill-kapiiet tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma' Nerik Mizzi, li niseġ wieħed mill- isbaħ diskorsi illi qatt saru f'dan il-parlament.", "Mr Speaker, xi kultant hawnhekk iqum xi ħadd li jew għax ikollu l-muża jew inkella għax ikun ispirat, joħroġlu diskors aħjar minn tas-soltu.", "Jista' jkun minħabba t- tensjoni tal-mument, jista' jkun raġunijiet storiċi naħseb dan id-diskors ta' Sir Ugo Mifsud - li jiena qrajtu kemm–il darba - li sar bl-ingliż imbagħad kien ġie tradott għall-Malti u kien ippubblikaħ id-DOI – it- traduzzjoni kien għamilha proprju Dr. Ugo Mifsud Bonnici - huwa wieħed mill- isbaħ diskorsi li missna ngħallmuh fl-iskejjel tagħna.", "Mr Speaker, huwa diskors li jipprexxindi l-politika partiġġjana u huwa diskors sabiħ li għamel unur lil kull Malti.", "Pajjiżna għandu l-unur li fl- istorja tiegħu kellu nies bħal Sir Ugo Misud illi kienu kapaċi li fil- mumenti diffiċli jagħmlu diskors ta' dak it-tip fejn fost oħrajn isemmi d- drittijiet fondamentali tal-bniedem.", "Aħna d-drittijiet fondamentali tal- bniedem l-aktar li bdew jissemmew u l-aktar illi żvilluppaw kien proprju wara l-gwerra.", "Wara l-ħruxijiet min-Nażisti u mill-Faxxisti nħasset il- ħtieġa li jibdew isiru trattati internazzjonali li jħarsu d-drittijiet tal- bniedem kemm internazzjonalment kif ukoll f'kull pajjiz.", "Fi żmien il- gwerra kellna l-ħbit mill-ajru mill-għadu u jrid ikollu mhux biss kuraġġ imma wkoll viżjoni biex xi ħadd iqum u jgħid li minkejja t-tensjoni u l- emerġenza tal-gwerra xorta waħda jeżistu ċerti drittijiet tal-Maltin li ħadd m'għandu dritt jikkalpestahom.", "Huwa diskors li minnu nitgħallmu l- irġulija, is-serjeta` u l-erojiżmu.", "Fil-fatt, kif nafu, sfortunatament kien l-aħħar diskors tiegħu għaliex Sir Ugo tant ħadha bi kbira li deputati Maltin kienu se jitkeċċew minn Malta illi fil-fatt ħassu ħażin b'attakk tal- qalb f'nofs id-diskors tiegħu u miet jumejn wara.", "Fil-fatt id-diskors għamlu fid-9 ta' Frar u miet fil-11 ta' Frar.", "Tajjeb għalhekk infakkru dan id-diskors memorabbli.", "Mr Speaker, Sir Ugo kien ġurista magħruf, avukat brillanti u hu interessanti li l-ewwel parti tad-diskors huwa appell ta' bniedem tal-liġi li kien ukoll espert fil-liġi internazzjonali pubblika.", "It-tieni parti tad- diskors huwa l-appell imqanqal ta' bniedem tal-politika.", "L-argument ta' Sir Ugo f'dan id-diskors sabiħ tiegħu fil-Parlament kien: Jekk lanqas l- Ingilterra dak iż-żmien minkejja il-gwerra minkejja l-attakki ta' l-Istukas Germaniżi fil-Battle of Britain fis-sajf tan-1940, ma kienet għaddiet liġi mill-parlament tagħha li tagħti il-poter lill-gvern Ingliż li jiddeporta u jeżilja lill-Ingliżi sospettati, kif aħna l-Maltin konna se nkeċċu lill- Maltin minn Malta?", "U l-argument tiegħu kien li l-parlament Ingliż biss seta' jagħti dan il-poter u li ebda parlament, ebda Kunsill ta' ebda kolonja ma seta' jagħmel dan.", "Sir Ugo qal li d-deportazzjoni hija kastig.", "F'artu wieħed jista' jkollu l-ħbieb tiegħu jew l-għedewwa tiegħu, jista' wieħed ikollu n-nies li jafuh iżda barra pajjiżu jiġi meqjus bħala wieħed kriminali.", "L-argument tiegħu kien sakemm wieħed jinternahom, in-nies tista' taqbel u tista' ma taqbilx, pero` meta se tagħmel il-pass addizjonali li inti tkeċċihom, ebda pajjiż fl-Imperu Ingliż ma kien għamel hekk.", "L-Ingilterra stess ma kenitx keċċiet lill-Ingliżi li hi kienet qed tissuspetta dwarhom li kienu ta' theddida għas-sigurta`, mela kif kolonja Ingliża tkeċċi lis-sudditi Ingliżi minn dik il-kolonja għal kolonja oħra?", "Proprju f'dak il-mument kien hemm deputat tal-maġġoranza fil-Kunsill tal- Gvern li beda jidħak u Sir Ugo wieġbu li m'hemmx biex jidħak u li jittama li hu jifhem is-saħħa ta' l-argumenti tiegħi, għax hu qiegħed jitkellem ċar.", "Huwa kompla hekk:", "\"Hemm sezzjoni f'dan il-pajjiż li hi għatxana għad-demm, iżda jien qed nitkellem ma rġiel ħielsa li nittama jikkunsidraw din il-kwestjoni fuq il-meriti tagħha mingħajr ebda passjoni politika.\".", "Din issa li se nsemmi hija waħda mill-isbaħ sentenzi tad-diskors tiegħu.", "\"Dak li ġara lil dawn l-internati jista' jiġri lil kullħadd.", "Hawnhekk qegħdin biex niddefendu l-jeddijiet ta' l-individwu.\"", "Hawn, Mr Speaker, naraw il-politiku ta' qabel żmienu, il-politiku li għandu viżjoni, li jħares 'il quddiem u mhux biss sal-ponta ta' mnieħru.", "Hawn naraw il-politiku li ma jarax il-bread and butter issues biss imma li jkollu viżjoni.", "Hawn qed naraw il-politiku fi żmien il-gwerra li qiegħed jagħmel appell qabel ma bdew it-trattati u dikjarazzjonijiet fuq id- drittijiet tal-bniedem wara l-gwerra.", "Hawn hu l-politiku Malti fil-gwerra illi quddiem il-qawwa ta' l-Imperu Ingiż, li kienu jgħidu ix-xemx qatt ma tinżel fuqu - u veru qatt ma kienet tinżel fuqu daqs kemm kien kbir - qiegħed jisħaq fuq drittijiet fundamentali tal-bniedem li huma tiegħu għax huma parti min-natura tiegħu u magħġun man-natura tal-bniedem u ma dinjita' tiegħu.", "Mr Speaker, meta kollox jimxi sew u kollox jimxi ħarir ma jkunx hemm problemi u m'għandekx bżonn drittijiet fundamentali.", "Jien hawnhekk, Mr Speaker, qed nitkellem u ħadd m'hu qed jinterompini u allura m'għandix bżonn protezzjoni tal-liberta` ta' l-espressjoni tiegħi.", "Ikolli bżonn il- protezzjoni meta nkun qed nitkellem f'ambjent li d-dritt tiegħi ikun qed jiġi kontestat.", "U hawn għandna bniedem li f'mument ta' kriżi qed iqum jagħmel appell għal xi ħaġa illi fil-gwerra ma tantx kienu jagħtu kasha.", "Kull darba li jkun hawn tensjoni fil-pajjiż jgħidulek: Issa ħallik mid- drittijiet tal-bniedem, issa rridu l-qawwa u s-saħħa ta' l-istat imma hawn għandek individwu li qed iqum fil-parlament u jitkellem dwar id-drittijiet fondamentali tal-bniedem proprju f'dawn il-mumenti.", "U kompla jgħid Sir Ugo u nikwota:", "\"Ejjew nibdew billi nirrispettaw il-jeddijiet tagħna, il-jeddijiet tagħna kostituzzjonali li għalihom l-antenati tagħna ssieltu dejjem f'din il-Kamra.", "L-appell huwa tħallux lil Ingliżi jużawkom, illi jużaw il-Maltin biex jinternaw lil Maltin sħabhom.", "Ħafna minnhom dawn l-antenati ddedikaw ħajjithom, flushom u saħħithom mhux biex ikunu impjegati jew biex jagħmlu l-flus u jitolbu impjiegi għax jirrapreżentaw il-poplu.\"", "Dan kien appell u ċanfira li sfortunatament waqgħu fuq widnejn torox.", "U f' mument minnhom Sir Ugo qal:", "\"Jien nitlob lil Alla li ħwejjeġ koroh bħal dawn li jħallu tebgħa li ma titħassar qatt fl-istorja tagħna ma jsirux f'Malta.", "Qiegħed iħossni ħażin.\"", "Sir Ugo kien tah attakk f'qalbu propju malli qal dak il-kliem u ħaduh id- dar.", "Pero` l-Kunsill kompla jiddiskuti l-liġi b'Dr Ġorġ Borg Olivier l- uniku deputat Nazzjonalista u l-uniku deputat li kien fadal li jivvota kontra din il-liġi billi talab division f'kull stadju tagħha.", "Mela kellna tliet deputati Nazjonalisti.", "Wieħed kien Nerik Mizzi, li kien internat, Sir Ugo imut waqt li qed jiddefendi d-dritt tal-Maltin li ma jiġux deportati minn pajjiżhom u kien għad fadal biss Ġorġ Borġ Olivier li kellu l-unur uniku li jkun l-uniku deputat li jivvota kontra li Maltin jiġu deportati minn Malta.", "Mr Speaker, dan il-prinċipju li ma tistax issir deportazzjoni tal-Maltin, għall-grazzja ta' Alla llum qiegħed minqux fil-Kostituzzjoni ta' l- Indipendenza u kellu jkun Dr. Ġorġ Borġ Olivier li jġib dik il- Kostituzzjoni li fiha wieħed jara l-Kostituzzjoni tagħna tal-lum.", "Wieħed mit-tlettax id-dritt fondamentali huma proprju li ħadd ma jista` jiġi deportat.", "Fil fatt Sir Ugo mbagħad kien miet fil-11 ta' Frar fix-shelter tar-residenza tiegħu f'Villa Preziosi Ħal-Lija jumejn wara dak id-diskors fl-eta` ta' 52 sena.", "Sadanittant l-internati, Mr Speaker, fetħu kawża oħra kontra l-liġi ġdida pero` din id-darba l-qorti ta' l-ewwel grad ma laqgħetx it-talba tagħhom.", "Hawn ġara episodju ta' mistħija għaliex l- internati appellaw mis-sentenza, u hekk kif kien se jinstema l-appell - appell illi wara rebħuħ - xorta waħda fit-13 ta' Frar ta' 60 sena ilu 43 persuna ċittadini Maltin bħalna ġew eżiljati.", "Mr Speaker, ta' min igħid ukoll kif l-internati ġew eżiljati.", "Dawn tpoġġew fl-istiva ta' vapur, il-Brechinshire, u waqt il-vjaġġ inqabdu f'waħda mill- agħar battalji navali fil-Mediterran.", "Tant ma kellhomx simpatija magħhom li qabel ma telqu qalulhom:", "\"There are no boats for you and if anything happens and you take to the boats, you will be shot.\".", "Fil-vjaġġ kważi ntlaqtu b'torpedo u dawn damu fl-internament f'kampijiet differenti fl-Uganda sakemm spiċċat il-gwerra.", "Ħafna minnhom ukoll spiċċaw bil-marda tal-malarja iżda għall-grazzja t'Alla kollha ġew lura.", "B'ironija kbira, t-tnejn li baqgħu hawn Malta għal raġunijiet mediċi ntlaqtu b'bomba huma f'Sant Agata, waqt li l-oħrajn li ġew eżiljati fil-fatt ġew lura.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li meta waslu fl-Uganda proprju waslet l-aħbar li kienu rebħu l-kawża li kien għamlu fil-qorti ta' l-appell.", "Is-sabiħa hi li minkejja li l-qorti ta' appell iddeċidiet li d-deportazzjoni tagħhom kienet illeġali u ultra vires, dawn eżiljati kienu u eżiljati baqgħu.", "Interessanti wkoll li l-gvernatur li kien ordna l-internament tagħhom fil-fatt irreżenja dakinhar stess illi nqatgħet is-sentenza tal-qorti ta' l-appell.", "L- internati nħelsu biss fis-7 ta' Marzu ta' l-1945 meta l-Italja kienet ilha li ċediet fil-gwerra.", "Meta hawn Malta kien hawn it-Taljani jinnamraw mat- tfajliet Maltin, dawn il-Maltin kienu għadhom internati fl-Uganda minħabba suppost is-simpatiji tagħhom lejn l-Italja.", "Mr Speaker, jiena nixtieq nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "L-internati sofrew anki wara l-gwerra għax xi wħud żammew f'qalbhom il-preġudizzju kontra tagħhom.", "Kien hemm min per eżempju qal: Timpjegax lil dak, għax dak tifel ta' internati.", "Fl-opinjoni tiegħi tajjeb li nagħmlu rħama kommemorativa, kif fil-fatt hemm fil-qorti, biex 60 sena wara tiġi rikonoxxuta b'mod simboliku l-inġustizzja ta' dan l-eżilju u biex jiġu rikonoxxuti wkoll dawk li sofrew kastig mingħajr qatt ma wettqu reat.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għat-Tlieta, 19 ta' Frar, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru ta' l- Edukazzjoni.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MELLIEĦA - TRIQ IL-KUNSILL TA' L-EWROPA", "30767.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l- aħħar tlett snin Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa l-Mellieħa tħalliet abbadunata?", "Jista' jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it-triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t- tarmac immedjatament?", "Jekk fl-afftermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fi Triq il-Kunsill ta` l-Ewropa ser jinbena service duct bħala parti mix-xogħol li għaddej fil-lokalita' u l- asfalt isir wara li x-xogħol tat-tqegħied ta' servizzi jkun sar b'mod permanenti.", "MELLIEĦA - TRIQ IL-GARZELLA", "30768.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l- aħħar tlett snin Triq il-Garzella l-Mellieħa tħalliet abbadunata?", "Jista' jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjien sabiex din it- triq fil-Mellieħa tiġi asfaltata jew mgħotija t-tarmac immedjatament?", "Jekk fl-afftermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "30721.", "ŻJARAT", "30769.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat li saru mill-Gvern Malti fil-pajjiżi Għarab, Afrikani u Asjatiċi matul is-sena li għaddiet?", "Liema kienu l-pajjiżi u xi żviluppi ġew milħuqa?", "ONOR.", "JOE BORG: Għandi nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi sew għal żjarat Ministerjali u wkoll għal żjarat minn uffiċċjali pubbliċi li jirrapreżentaw il-Gvern.", "F'dan ir-rigward iż-żjarat li saru minni u minn uffiċċjali li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fis-sena 2001 huwa kif ġej:", "15 - 16 ta' Jannar, Tunis, Tunesija", "Laqgħa Preparatorja għall-Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal- Grupp 5 + 5 (Western Mediterranean Forum)", "22 - 23 ta' Jannar, Rabat, Marokk", "Laqgħa tal-Uffiċċjali Anzjani tal-Forum Mediterranju", "2 - 8 ta' Marzu,Cape Town, l-Afrika t'Isfel", "Laqgħa tal-Commonwealth IT Group biex jipprepara rapport dwar \"Bridging of the digital Divide within the Commonwealth\"", "8 - 9 ta' Marzu, Rabat, Marokk", "Laqgħa tal-Uffiċċjali Anzjani tal-Forum Mediterranju", "9 - 12 ta' Mejju, Tangier, Marokk", "Laqgħa tal-Uffiċċjali Anzjani tal-Forum Mediterranju Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Forum Mediterranju", "6 - 12 ta' Lulju, Singapore", "Laqgħa Konklussiva tal-High Level Review Group tal-Commonwealth fejn fiha ġie ffinaliżżat ir-rapport tal-High Level Review Group dwar \"The Commonwealth in the 21st Century\"", "Lulju, Ċina", "Jien akkumpanjajt l-E.T. Prof. Guido de Marco, President tar-Repubblika, fiż-żjara statali tiegħu fiċ-Ċina.", "F'din l-okkażjoni ġew iffirmati dawn il- ftehim:", "- Ftehim ta' koperazzjoni bejn l-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi ta' Malta u l-Kulleġġ ta' L-Affarijiet Barranin taċ- Ċina;", "- Memorandum of Understanding dwar konsultazzjoni bejn il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' Malta u ċ-Ċina;", "- Ftehim dwar għotja ta' RMB 3 miljuni lill-Gvern Malti", "F'din l-okkażjoni wkoll infetħet uffiċċjalment l-Ambaxxata l-ġdida ta' Malta li ġiet traslokata f'Beijing", "Lulju, Tuneż, Tuneżija", "Taħdidiet dwar il-Ftehim fuq it-Twaqqif ta' Żona Kummerċjali Ħielsa bejn Malta u t-Tuneżija", "9 - 13 ta' Settembru, Ouagadougou, Burkina Faso", "Inter Parliamentary Union (IPU) / CSCM Meeting Uffiċċjali mill-ministeru tiegħi akkumpanjaw iż-żewġ Membri Parlamentari li ħadu sehem f'din il-laqgħa", "25 - 26 ta' Ottubru, Agadir, Marokk", "Laqgħa Straordinarja tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Forum Mediterranju dwar it-Terroriżmu", "9 - 13 ta' Novembru, Doha, Qatar", "Uffiċċjal mill-Missjoni Permanenti ta' Malta f'Ġinevra, fforma parti mid- Delegazzjoni Maltija, mmexxija mill-Onor.", "Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, li ħadet sehem fir-raba Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali ta' l- Organiżżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ", "27 ta' Diċembru, Kajr, l-Eġittu", "Laqgħa fuq livell tekniku mas-Segratarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, Amr Moussa", "Fir-rigward ta' Ministeri oħra nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel l-istess domandi lill-Ministri l-oħra", "SAN ĠILJAN - TRIQ IL-MENSIJA", "31446.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq il- Mensija f'dik il-parti lejn in-naħa tal-pont reġjonali f'San Ġiljan se titwessa biex tkun tad-daqs tal-bqija tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq qed jagħmel survey tal-lokalita' biex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri neċessarji dwar din il-parti ta' Triq il-Mensija.", "SAN ĠILJAN - TRIQ IL-MENSIJA", "31447.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid issa li se tinkesa parti mit-triq imħarbta ta' Triq il-Mensija taħt il-port reġjonali ta' San Ġiljan kif qed tiġi mfassla l-bankina u t-triq?", "X'miżuri qed jittieħdu biex il-karozzi jistgħu jduru għat-triq il-ġdida li saret taħt il-port mingħajr periklu għar-residenti li jgħixu fil-kantuniera li mhux se ssirilhom bankina quddiemhom?", "Għaliex mhux se ssir bankina quddiemhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq quddiem il-kantuniera msemmija hija dejqa wisq u ma tistax issir bankina għalissa.", "Kif irrispondejt fid-domanda nru.", "31446 id-dipartiment tat-toroq ikkummissjona survey tal-lokalita' biex jara x'jista' jsir f'din il-parti ta' Triq il-Mensija."]} {"filename": "20030117_851d_par.doc", "date": "2003-01-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 851 Il-Ġimgħa, 17 ta' Jannar 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 851", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Jannar 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "851", "Il-Ġimgħa, 17 ta' Jannar 2003", "WERREJ", "MINUTI 351", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 351", "TQEGĦID TA' KARTI 356", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 357", "MOZZJONI DWAR IN-NEGOZJATI GĦAS-SĦUBIJA TA' MALTA", "FL-UNJONI EWROPEA U L-MISTOQSIJA TAR-REFERENDUM - KONTINWAZZJONI 357", "AĠĠORNAMENT 381", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 385", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 850 saret fis-16 ta' Jannar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' – ACADEMIC WORK RESOURCES", "37906.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Tista' l-universita' tgħid x'resource funds intefqu fuq l-istaff matul is-sena akkademika 2001-2002?", "Jista' il- Ministru jgħid kif inhu l-livell ta' dawn il-fondi għas-sena akkademika 2002-2003?", "Kemm qed tippjana li tonfoq f'dan il-qasam l-universita' matul is-sena kurrenti?", "X'inhu n-numru ta' staff li se jibbenefika minn dawn il- fondi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li n-nefqa fuq academic work resources għas-sena finanzjarja minn Jannar sa Diċembru 2001 kienet ta' Lm733,772.", "Is-sena finanzjarja minn Jannar sa Diċembru 2002 għadha mhix iffinalizzata.", "In-nefqa proġettata għas-sena 2002 kienet ta' Lm653,000, waqt li n-nefqa proġettata għas-sena finanzjarja 2003 hija ta' Lm540,000.", "In-numru ta' staff li jinkludi lecturing staff fl-universita` u l-junior college huwa ta' 680.", "GĦAWDEX – SERVIZZ PRIVAT TA' SIGURTA'", "37932.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tgħid fil-preżent kemm kuntratti ta' private security għandhom il- ministeru, id-dipartimenti, il-kumpanniji u l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "Xi tħallas għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2000, 2001 u 2002 separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Jien informat li l- ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu m'għandhom l-ebda kuntratt ta' private security.", "SERVIZZI EKONOMIĊI – SERVIZZ PRIVAT TA' SIGURTA'", "37933.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm kuntratti ta' private security għandhom il-ministeru, id-dipartimenti, il-kumpanniji u l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Xi tħallas għal dawn matul is-snin 2000, 2001 u 2002 separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-informazzjoni mitluba hija din:", "|ENTITA|SENA |SIGĦAT| | |' | | |ĦLAS | |IPSE |2001 |- |Lm | | |2002 |- |6,204 | | | | |2,960 | |MDC |2000 |5030 | | | |2001 |19193 |11,264 | | |2002 |5180 |19,193 | | | | |13,400 | |KGT |2000 |8760 | | | |2001 |8760 |12,645 | | |2002 |8760 |12,702 | | | | |15,592 | |MIMCO |2001 |- | | | |2002 |- |11,968 | | | | |13.710 | |MOBC |2002 |324 | | | | | |932 |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jinformani liema huma dawk l- industriji li wara s-sħubija mhux se jkunu jistgħu jesportaw lejn il- pajjiżi ta' l-Unjoni b'effett tan-negozjati li ġew iffinalizzati għal dawk il-prodotti li se jkunu ssussidjati taħt l-iskema ta' l-istate aid?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mhux talli m'iniex informat li hemm xi prodotti li ma jistgħux jiġu esportati, anzi bil-maqlub jien ngħid li se nkunu nistgħu nesportaw bla xkiel ta' xejn.", "Pero' jista' jagħti l-każ li prodott primarju jkun qed jiġi irħas f'Malta milli jiġi fl-Ewropa u allura meta niġu biex nesportawh, nibbenefikaw minn dak ir-roħs.", "F'dak il-każ wieħed ikun irid jara xi proċeduri jridu jintużaw.", "Jista' jagħti l-każ ukoll li sakemm ma naqbżux l-ammont miftiehem fuq il- materja prima li tkun irħas bil-prezzijiet tal-world market, ma jkollniex diffikulta biex nesportaw anke bi prezz irħas.", "Imma naturalment dawn huma dettalji tekniċi li għad iridu jiġu kkjarifikati u ċertament li m'għandix din it-tip ta' informazzjoni quddiemi, Sur President.", "POLITIKA SOĊJALI – SERVIZZ PRIVAT TA' SIGURTA'", "37934.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm kuntratti ta' private security għandhom il-ministeru, id-dipartimenti, il- kumpanniji u l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Xi tħallas għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2000, 2001 u 2002 separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – SERVIZZ PRIVAT TA' SIGURTA'", "37935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm kuntratti ta' private security għandhom il-ministeru, id-dipartimenti, il-kumpanniji u l- entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Xi tħallas għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2000, 2001 u 2002 separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Issa li l-gvern aċċetta li jnaqqas is-sussidju tat- trasport fuq is-settur tal-biedja għal Għawdex, jista' il-Ministru jinformana jekk fil-perjodu ta' qabel in-negozjati sarx xi studju dwar dan?", "Jippermettili nitolbu jpoġġi kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal- Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Is-sussidju partikolari li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant ma jaqax taħt il-ministeru tiegħi imma jaqa' direttament taħt il-ministeru għal Għawdex, b'kollaborazzjoni mal-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk din id-domanda ssir lill-ministru konċernat, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Napprezza dak li qed jingħad, imma peress li nitkellmu ħafna dwar is-sens wiesa' ta' opportunitajiet li ġew innegozjati, xtaqtu mill-esperjenza tiegħu l-Ministru jgħid x'kienu r- rakkmandazzjonijiet meta kien qed jippilota n-negozjar bil-għan li jiġi ssalvagwardat it-trasport.", "Jista' almenu jgħidilna sarx xi rapport min- naħa ta' l-esperti tad-dipartiment li jikkonċerna qasam hekk sensittiv, Sur President?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li s-sussidju marbut mat- trasport tal-prodotti agrikoli minn Għawdex għal Malta qatt ma kien jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi u l-ministeru tiegħi żgur ma kellux studji x'jagħmel f'dan ir-rigward.", "Safejn naf jien, ministeri oħrajn li għamlu dan l-istudju sabu l-mod kif jissostitwixxu s-sussidju preżenti bħala għajnuna lill-istess bdiewa.", "AGRIKOLTURA U SAJD – SERVIZZ PRIVAT TA' SIGURTA'", "37936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm kuntratti ta' private security għandhom il-ministeru, id-dipartimenti, il-kumpanniji u l- entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Xi tħallas għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2000, 2001 u 2002 separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Il- ministeru għall-agrikultura u s-sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma għandhom l-ebda kuntratt ta' private security u lanqas kellhom fis-snin indikati mill-Onor.", "Interpellant.", "SIĠĠIEWI - TRIQ GUŻE' DELIA - ASFALTAR", "37943.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li Triq Ġuże' Delia, fis-Siġġiewi, baqgħet nofs leħja u x-xogħlijiet ta' asfalt ma tkomplewx?", "X'qed iżomm milli jsiru dawn ix-xogħlijiet?", "Jista' il-Ministru jara li fil-ġimgħat li ġejjin isiru x-xogħlijiet pendenti, forsi r- residenti inkwestjoni jkollhom minn fejn jgħaddu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi għad hemm parti mit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant li għadha m'hijiex żviluppata u għalhekk it-triq ma setgħetx issir.", "Tajt istruzzjonijiet lill-awtorita' dwar it-trasport sabiex ikun jista jsir survey fit-triq biex ikun jista jiġi stabilit xinhu l-aħjar li jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ġnub ta' ċerti toroq arterji li qegħdin f'zoni purament rurali ma ġewx mibnija b'ħitan tas-sejjieħ – qed nirriferi għat-triq ta' Burmarrad u t-triq tas- Salini – u l-ħamrija f'ċerti centre strips ġiet mgħottija bil-konkos, bil- konsegwenza li l-karatteristika ta' dawn it-toroq ma nżammetx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-ħajja trid tpoġġi kollox fil- perspettiva tiegħu!", "Jekk wieħed jara x'sistema kienet tintuża ftit ta' snin ilu meta kienu jsiru xogħlijiet fuq it-toroq li qed jirriferi għalihom l- Onor. Interpellant, isib li ladarba ħajt kien jitwaqqa' ma kienx jinbena mill-ġdid.", "Jien konvint li l-Onor.", "Interpellant għandu esperjenza ta' dan li qed ngħid u mhux l-ewwel darba li kellu quddiemu każi ta' persuni li kienu qed jilmentaw minħabba li l-għelieqi tagħhom kienu jispiċċaw bla lqugħ ta' xejn jew kien ikollhom biss filata ġebel, bil-konsegwenza li jkun hemm min jidħol jisirqilhom il-prodott.", "L-Onor.", "Interpellant semma' t-triq li tagħti minn Burmarrad sa Għajn Riħana.", "Hemmhekk ilna għexieren ta' snin ma naraw ħitan tas-sejjieħ.", "Fil- fatt il-parti tat-triq li b'xi mod ġiet minsusa, kellha fil-ġnub tagħha ħitan tal-franka ta' madwar filata u nofs li kienu nbnew numru ta' snin ilu.", "Jiġifieri m'huwiex minnu li kien hemm ħitan tas-sejjieħ li attwalment tneħħew, Sur President.", "Il-parti l-kbira tat-triq tas-Salina l-istess.", "Fil-fatt il-ħitan li tneħħew minn din it-triq ma kenux tas-sejjieħ imma tal-franka.", "L-għażla li kellu quddiemu d-dipartiment kienet li jew jimxi mas-sistema li mxejna biha għal snin twal, jiġifieri li tiftaħ it-triq u ma ttella' xejn, bil- konsegwenza li jkollok ilmenti min-naħa tal-bdiewa, jew inkella li ttella' ħajt ta' madwar erba' filati biex dak li jkun ikollu l-protezzjoni bejn l- għalqa u l-kumplament tat-triq.", "M'għandix dubju li l-Onor.", "Interpellant huwa konxju mill-fatt li sfortunatament, in-numru ta' persuni tas-sengħa li kapaċi jibnu l-ħitan tas- sejjieħ huwa żgħir ħafna, biex ma ngħidx li dawn in-nies illum il-ġurnata m'għadekx issibhom.", "Allura l-għażla realistika li kellna nieħdu – mhux l- għażla teoretika jew l-għażla li xtaqna – kienet li jew tħalli l-għalqa miftuħa, inkella ttella' ħitan tal-franka li jisseparaw l-għalqa mill- kumplament tat-triq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru qed jgħid li m'għandniex nies biżżejjed li huma kapaċi jibnu l-ħitan tas-sejjieħ - u allura qed jindika li f'dawn iċ-ċirkostanzi se nibqgħu nissostitwixxu l-karatteristika ta' dawn il-ħitan b'ġebel tal-franka - jista' jgħid jekk il-ministeru ivverifikax biex jara jeżistux metodi hekk imsejħa sostenibbli biex jindirizzaw din id-diffikulta'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nerġa' nirrepeti li ma teżistix sostituzzjoni ta' ħitan tas-sejjieħ f'dan ir-rigward għax biex tissostitwixxi xi ħaġa, dik ix- xi ħaġa trid tkun teżisti!", "M'għandix dubju li l-Onor.", "Membru huwa konxju mill-fatt illi f'pajjiżna huma verament ftit dawk il-persuni li kapaċi jibnu ħitan tas-sejjieħ.", "(Interruzzjonijiet) Probabbilment qed jirriferi għal dawk il-gabjuni li kienu ntużaw fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti biex tiġi rranġata parti żgħira miċ-Chadwick Lakes.", "Għalkemm jiena m'iniex qiegħed b'xi mod nilmenta dwar dak ix-xogħol, il-kunċett huwa għal kollox differenti, Sur President.", "Jekk minn naħa tibni permezz tal-gabjuni – dawn jikkonsistu f'kaxxi tax- xibka tal-ħadid u mal-ġenb tagħhom ikun hemm materjal ieħor – u min-naħa l- oħra jkollok il-ħamrija qiegħda tilqa', tista' tasal b'xi mod.", "Imma li tipprova tibni ħajt tas-sejjieħ ta' madwar erba' filati mingħajr ħamrija x'tilqagħlu, għalkemm fit-teorija wieħed jista' jgħid li dik it-tip ta' kostruzzjoni tista' tintuża ...", "Imbagħad fuq kollox jekk mal-ħitan tas- sejjieħ se tuża l-vireg, manafx jekk hijiex xi ħaġa li l-ambjentalisti jaċċettawha.", "Hemm differenza totali bejn li tibni ħajt free-standing b'dawn it-tip ta' sistemi u li tibni lqugħ mal-ħajt.", "F'dan ir-rigward, wieħed irid ukoll iżomm quddiem għajnejh illi r- responsabbilta' prinċipali li għandu d-direttorat tat-toroq hi li jirranġa t-toroq.", "Barra minn hekk nafu li dan it-tip ta' eżerċizzju huwa pjuttost expensive u allura m'huwiex faċli li tonfoq ammont konsiderevoli ta' flus f'dan ir-rigward.", "Filwaqt li nispera li din il-kwestjoni nsolvuha bil-mod il-mod, ma nistgħux b'saqajna ma' l-art ngħidu li hemm soluzzjoni immedjata għal din it-tip ta' problema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, mingħajr ma nkun polemikuż, nixtieq infakkar li f'ħajt tas-sejjieħ tista' tgħix il-flora u l-fawna - dan la jista' jinnegah l-ekoloġist, la l-Ministru u lanqas ħadd – filwaqt li f'ħajt tal-konkos jew tal-franka ma jista' jgħix xejn.", "Fid-dawl li aħna nagħmlu dak kollu li hu possibbli biex nipproteġu kemm jista' jkun l- elementi ekoloġiċi, idroloġiċi u ġeoloġiċi, irrispettivament mill-kwestjoni tal-ħadid – għax dan qiegħed hemmhekk biex filwaqt li ma jwaqqax il-ġebel, jagħti kenn lil dik il-gremxula jew lil dak id-dudu li jista' jgħix fil- ħitan tas-sejjieħ – jista' il-Ministru f'dan ir-rigward almenu, peress li l- konkos jew il-ġebla tal-franka jagħlu l-għeruq kollha, jgħidli jekk hux beħsiebu janalizza mill-ġdid din is-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fit-teorija tista' tagħmel eżerċizzju fuq kollox, pero' fl-aħħar mill-aħħar trid tkun realistiku u jekk dak li qed tgħid li trid tagħmel b'xi mod tpoġġih fil-perspettiva reali, trid tara wkoll f'liema sitwazzjoni tkun qiegħed taħdem f'mument partikolari.", "M'għandix dubju li llum fil-pajjiż hawn kuxjenza ferm ikbar dwar il-ħtieġa ta' protezzjoni tal-fawna, dwar il-protezzjoni tar-rettili u dwar il- protezzjoni ta' kull tip ta' annimal, insett jew flora li jeżistu.", "Pero' imbagħad mit-teorija trid tgħaddi għall-prattika u l-prattika wkoll trid tpoġġiha fil-perspettiva ta' x'ġara matul numru twil ta' snin.", "Kif diġa' għedt, għal numru twil ta' snin, b'mod partikolari fi żmien il-gvern preċedenti, is-soluzzjoni kienet li jitwaqqgħu l-ħitan u ma jittella' xejn minflokhom, bil-konsegwenza li kien jiġri dak li diġa' semmejt.", "Issa l-fatt li inti għandek qoxra tal-franka ma jeskludix li eventwalment 'il quddiem dik l-istess qoxra tkun tista' b'xi mod titgħatta permezz ta' ġebel tas-sejjieħ li jsiru 'l barra minnhom.", "Pero' inkun qed nagħmel eżerċizzju fl-inutilita' jekk ngħid li fiż-żmien li ġej se nippruvaw nirriversjaw il-pożizzjoni billi l-ħitan li se jinbnew se jkunu kollha tas- sejjieħ.", "Sfortunatament għandna eżempji ħajja fil-kampanja fejn tradizzjonalment il-ħitan tas-sejjieħ ma kenux jinbnew u jiġu rranġati mill- gvern tal-ġurnata imma kienu jieħdu ħsiebhom l-istess bdiewa.", "Imbagħad ġara li sforz ta' aktar produzzjoni u ta' ħidma aktar diretta fl- istess għelieqi, il-bdiewa llum m'għadx għandhom iċ-ċans li jużaw il-ħin tagħhom biex jibnu l-ħitan tas-sejjieħ huma stess.", "Allura filwaqt li huwa minnu li hemm telfien ta' dak li huwa b'xi mod meqjus bħala wirt tradizzjonali, irridu nifhmu wkoll li f'dan l-istadju m'huwiex possibbli li d-dipartiment tat-toroq jibni ħitan tas-sejjieħ bil-mod li jixtieq l-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL STATALI - UŻU TA' FAĊILITAJIET SPORTIVI", "37995.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel ta' l-Istat fejn il-faċilitajiet sportivi jintużaw mill-għaqdiet wara l-ħin ta' l-iskola?", "Liema huma l-iskejjel u l-għaqdiet?", "Isir xi ħlas?", "Kemm f'kull każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Eukazzjoni): It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL STATALI – NEFQA FUQ TAGĦMIR SPORTIV", "37996.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm intefaq mid- dipartiment ta' l-isport f'tagħmir sportiv għall-iskejjel ta' l-Istat - qed nalludi wkoll għall-blalen tal-volleyball, tal-basketball, tal-football, eċċ. - għall-użu ta' l-istudenti u dan fis-sena finanzjarja li għaddiet?", "Jista' jgħid liema skejjel ingħataw tagħmir?", "Kemm huwa maħsub li se jintefqu fuq affarijiet simili fis-sena finanzjarja li qegħdin fiha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL STATALI - GĦALLIEMA", "37997.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl- iskejjel ta' l-Istat li se jirtiraw bl-eta'?", "Kemm hemm diretturi, assistenti diretturi u uffiċjali oħra fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li għandhom x'jaqsmu direttament ma' l-iskejjel jew ma l-iżvilupp tagħhom li se jispiċċaw bl-eta'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fis- sena skolastika 2002/2003 se jirtiraw 31 għalliem bil-61 u hemm għaxra oħra li huma kkonfermati li se jispiċċaw ta' 60.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija dwar kemm ser jirtiraw diretturi, assistenti diretturi u uffiċjali oħra ta' l-edukazzjoni, nista' ngħid li se jirtiraw bl-eta' ta 61 sena 12-il kap ta' skola, 12-il assistent kap ta' skola, żewġ diretturi, tliet uffiċjali edukattivi, ħames instuctors, żewġ assistenti diretturi, żewġ subject co-ordinators u kindergarten assistant.", "Konfermati tliet kapijiet ta' skola, żewġ assistenti kap ta' skola, żewġ assistenti diretturi, uffiċjal edukattiv u kindergarten assistant li se jispiċċaw ta' 60.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karl Chircop, domanda supplimentari.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Fid-dawl li l-ammont ta' l-uffiċjali msemmija huwa wieħed konsiderevoli meta fl-istess ħin jirriżultali li hemm numru konsiderevoli ta' gradwati bil-B.Educ. u bil-B.A. li mhumiex qed isibu opportunita' ta' xogħol li jkunu studjaw għalih, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li dawk li bħalissa qegħdin jirreġistraw għax-xogħol jew inkella ġew assorbiti f'xi setturi oħra ta' l-industrija, jiġu kkuntattjati biex jimlew dawn il-vacancies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, skond l-informazzjoni li għandi, id- dipartiment jibqa' f'kuntatt ma' dawn il-persuni u eventwalment meta jinħolqu l-vacancies, dawn jimtlew minnhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Chircop donnha tagħti x'tifhem li hawn ma nafx kemm gradwati li m'humiex isibu xogħol fis-settur ta' l-edukazzjoni.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu?", "Jista' jgħid x'inhu n-numru ta' gradwati li ħarġu mill- universita' din is-sena u li verament m'humiex qed isibu xogħol fit-taqsima ta' l-edukazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Touch wood, minn madwar 2000 student li gradwaw niddubita hemmx ħamsa li qegħdin jirreġistraw għax- xogħol!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhuma s-suġġetti li jgħallmu dawk l-għalliema li se jirtiraw?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Manafx eżattament x'inhuma s-suġġetti li qed jgħallmu fil-preżent dawk l-għalliema li se jirtiraw ta' 60 jew 61 sena.", "Naturalment hemm dawk li jgħallmu fil-primarja u dawk li jgħallmu fis- sekondarja, pero' informazzjoni aktar preċiża m'għandix.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' anzjani li mietu fir-residenza San Vinċenz de Paule, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38045; u", "f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Draft text tal-liċenzja lill-WSC li l-awtorita' (ta' Malta) dwar ir- riżorsi ressqet għall-konsultazzjoni qabel ma tiġi ffinalizzata l- liċenzja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38091.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IN-NEGOZJATI GĦAS-SĦUBIJA TA' MALTA FL-UNJONI EWROPEA U L- MISTOQSIJA TAR-REFERENDUM - KONTINWAZZJONI", "(Ikompli mis-16 ta' Jannar, 2003)", "MR SPEAKER: Irrid navza lill-Membri li s'issa n-naħa tal-gvern f'dan id- dibattitu ħadet 540 minuta, in-naħa ta' l-oppożizzjoni ħadet 538 minuta u tkellmu 52 membru parlamentari.", "Id-dettalji ta' kif tqassam ix-xogħol waqt id-dibattitu jinstab fuq il-mejda tal-Kamra.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, bħalissa qed niddiskutu issue importanti li trid tiġi deċiża mill-poplu Malti.", "Proprju wieħed mill- billboards tal-partit Nazzjonalista jgħid: ''Ewropa - Niddeċiedu int u jien.''", "Jien ngħid li din hija xi ħaġa ovvja u ma kellhomx għalfejn jiġbdulna l-attenzjoni għaliha għax il-Maltin u l-Għawdxin se jiddeċiedu huma b'mod demokratiku.", "Il-poplu Malti u Għawdxi huwa poplu matur u persważ li issa li qorbot is-siegħa dan il-poplu jaf x'irid u qiegħed ukoll jeżamina bir-reqqa l-kontenut ta' dan il-pakkett li fil-fatt qegħdin nagħmlu riferenza għalih f'dan id-dibattitu.", "Il-poplu Malti jrid jagħżel bejn żewġ estremi; l-estrem li l-poplu huwa lest li jissalvagwardja s-sovranità tiegħu u allura nkomplu ngħixu kif għexna matul dawn l-aħħar 40 sena, minn mindu ksibna l-indipendenza parzjali fl-1964 u l-estrem l-ieħor li akkost ta' kollox nissieħbu u nsiru parti minn blokk ta' pajjiżi ħafna u ħafna akbar minna.", "Jekk il-membri tan-naħa l-oħra jgħidu li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea ikollna aktar serħan il-moħħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam finanzjarju ̧ mal-qasam ekonomiku u industrijali, mal-qasam soċjali u mal-qasam tax-xogħol jien ngħid iva għal referendum.", "Pero' sfortunatament kif jaf kulħadd din mhijiex ir-realtà.", "Sur President, sfortunatament il-pakkett u t-trattati kollha li ġew maqbula bejn il-gvern Malti u l-Unjoni Ewropea tqiegħdu fuq il-mejda tal- Kamra nhar it-Tnejn li għaddew u kważi kważi aħna l-membri parlamentari li qed nitkellmu llum aħna xxurtjati.", "Qed ngħid dan għax it-52 membru li tkellmu qabilna lanqas kellhom dan iċ-ċans kollu li jeżaminaw bir-reqqa l- kontenut ta' dan il-pakkett.", "Per eżempju, meta jien għamilt ir-riċerka fuq il-qasam tiegħi bqajt mistgħaġeb meta sibt xi dettalji li s'issa ħadd għadu ma tkellem dwarhom u allura beħsiebni nitkellem fuqhom aktar 'il quddiem.", "Matul din il-leġislatura rajna kif kellna għoli tal-ħajja li laħaq rata record.", "Fost affarijiet oħrajn nixtieq insemmi l-għoli fil-prezzijiet tal- ħobż minħabba li kellu jitneħħa s-sussidju fuq il-qmuħ u l-għoli fin- nollijiet tal-karozzi tal-linja.", "Issa qed igħidulna wkoll li l-VAT se jkollha tiddaħħal fuq l-ikel u fuq il-mediċini wkoll.", "Qed naraw li bil-mod il-mod il-welfare state li ksibna bl-għaraq ta' ġbina u bl-għaraq ta' missirijietna li sa ċertu punt huwa l-għira ta' pajjiżi ġirien tagħna, qiegħed jinbidel fl-hekk imsejħa welfare society.", "Kemm-il darba kelli l- okkażjoni niżvela f'din il-Kamra kif fil-fatt il-gvern qiegħed inaqqar konsistentement il-benefiċċji soċjali biex jimmudella ruħu aktar mal-qafas tal-politika soċjali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Biżżejjed naraw x'ġara fiċ-children's allowance.", "Minkejja li l-membri tan- naħa l-oħra kienu jgħajruna li m'għandniex kuxjenza soċjali aħna konna nfaqna aktar minn Lm21 miljun għal dan il-benefiċċju u llum dan l-ammont niżel għal Lm14 miljun.", "Issa minkejja li l-gvern kellu jnaqqas ċertu ammont ta' flus għax instab li kien hemm min kien qed jabbuża minn dan is- servizz soċjali – hawnhekk il-gvern għamel sew - fir-realtà minn dawn is- Lm6 miljun li tnaqqsu, Lm0.5 miljun biss kienu attribwiti għal dan l- abbuż.", "Allura għalfejn dan il-benefiċċju tnaqqas b'dan il-mod?", "Sur President, kien hawn ħafna deputati li għamlu riferenza għall-qasam tax-xogħol imma bilfors ikollok terġa' ssemmih.", "Jien hawnhekk se nikkwota minn paġna 5 ̧ kapitlu 2 ta' volum 1 tan-negozjati.", "Hemmhekk insibu l-aktar żewġ paragrafi mportanti għal dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tax-xogħol kollu ta' pajjiżna fil-futur imminenti.", "Fl-opinjoni ta' ħafna nies ̧ mhux tal-partit Laburista biss, il-qasam tax-xogħol se jintlaqat ħażin b'dan il- pakkett ta' ftehim mhux kif qalu esponenti ewlenin tal-gvern.", "Nammetti li dan huwa qasam delikat ħafna u mhux ta' min jiċċajta miegħu speċjalment meta aħna nafu f'liema stat jinstab fih.", "Il-pakkett preżenti li qegħdin niddiskutu llum li qed jiftaħar bih il-gvern ma jagħtix garanziji adegwati anzi qiegħed jiddisponi mill-garanziji li kellna qabel fil-qasam tax-xogħol u qiegħed jiftaħ beraħ il-kompetizzjoni b'detriment tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Għaliex qiegħed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax fit-trattati hawn miktub li l-gvern kiseb perijodu tranżitorju ta' seba' snin u b'hekk mingħalih għamel xi ħaġa speċjali u qed jipproteġi l-ħaddiema.", "L-ewwelnett perijodu ta' seba' snin huwa qasir wisq għaliex seba' snin f'ħajja ta' bniedem igħaddu malajr.", "Barra minn hekk f'dawn is-seba' snin mhux se jkun hemm protezzjoni tajba biżżejjed kif diġa' alludejt fil-bidu.", "Qed ngħid dan għax f'dan l-istess pakkett qiegħed jingħad li f'każi urġenti u eċċezzjonali biss nistgħu nissospendu r- regoli ta' l-acquis communautaire u nwaqqfu xi ħaddiema milli jiġu jaħdmu Malta.", "S'issa dejjem kellna sistema ta' work permits li ħadmet biex tissalvagwardja l-interessi tal-ħaddiema kollha Maltin, fosthom dawk li jaħdmu fl-artiġġjanat, dawk kollha li jaħdmu fl-industrija tas-servizzi u dawk kollha li jaħdmu fl-industrija tal-manifattura, anke fuq bażi ta' self- employed u ħadd ma seta' japplika biex jiġi jaħdem hawnhekk bħala tellar, per eżempju, għax hawnhekk għandna ħaddiema li jafu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Pero' minħabba li din mhijiex kondizzjoni ta' natura urġenti u eċċezzjonali dawn l-applikazzjonijiet mhux se jibqgħu jiġu rifjutati.", "Fil- fatt il-work permit irid jinħareġ awtomatikament.", "Tant hu hekk li hawnhekk jingħad li:", "\"During this period Malta may also retain its work permit system for EU nationals but shall issue such permits automatically.\".", "Mela hawnhekk minn Brussell qed igħidulna li s-sistema li għandna nistgħu nżommuha imma l-work permits irridu noħorġuhom ukoll ħlief f'każi eċċezzjonali u ta' natura urġenti.", "Allura din tfisser li jridu jiġu xi 1 ̧000 biex tkun tista' twaqqafhom?", "Ma nafux li aħna tant għandna pajjiż żgħir li anke jekk jiġu wieħed, ħamsa jew għaxra min-n-nies dawn jistgħu jaffettwaw l-għajxien tal-familji?", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-piżijiet addizzjonali li qegħdin hemmhekk biex jimminaw l-għajxien tal-ħaddiema u anke l-finanzi tal-gvern.", "Qed ngħid dan għax il-ħaddiema barranin li se jiġu jaħdmu Malta u li mhux se nkunu nistgħu nwaqqfuhom ̧ magħhom se jġibu l-familji tagħhom u lil uliedhom u dawn se jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji li ngawdu aħna.", "Fil-fatt lil dawn in-nies irridu nipprovdulhom kura tas-saħħa b'xejn u edukazzjoni b'xejn.", "Dan se jsarraf fi spejjeż addizzjonali fuq il-gvern u fuq is-soċjetà tagħna.", "Kif jaf kulħadd dan il-provvediment ma jagħmilx tajjeb biex jiggarantixxi u jipproteġi lis-self-employed.", "Sfortunatament il-gvern ma kellux il-ħila li jakkwista xi safeguard partikolari biex jipproteġi l-interessi ta' dawn il- ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Is-suq tas-self-employed se jinfetaħ beraħ u dan se jsir f'mument xejn feliċi.", "Fil-fatt il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema tas-self-employed qed igħidu li bħalissa s-sitwazzjoni mhijiex waħda tajba u li m'hawnx flus fl-idejn.", "Sur President ̧ xi sentejn u nofs ilu aġġornajna l-liġi dwar il-konsumatur għax iI-gvern kellu din l-ordni minn Brussell.", "Permezz ta' din il-liġi, il-bejjiegħa bieb bieb ̧ dawk li nsejħulhom hawkers - hawn Malta għandna ħafna minnhom fosthom dawk li jbigħu l-pitrolju, il-ħobż, affarijiet ta' pastries u anke dawk li jarmaw fuq il-monti - se jkunu esposti b'mod awtomatiku li jikkompetu direttament ma' ħaddiema barranin li jkunu ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea l-manifattura lokali se tiffaċċja skossi kbar u żieda qawwija f'dawk li jissejħu production costs.", "Dan se jnaqqas il- kompetittività tagħna u l-prodotti manifatturati Malta se jkunu aktar għoljin minn dawk ta' pajjiżi ġirien li rridu nikkompetu magħhom bil-konsegwenza li fl-aħħar mill-aħħar ikollhom jagħlqu xi fabbriki.", "Wara kollox ̧ kif jaf kulħadd ̧ taħt din il-leġislatura għalqu madwar 60 fabbrika.", "Aħseb u ara x'iridu jagħmlu aktar 'l quddiem jekk Allaħares qatt nissieħbu fl-Unjoni Ewropea!", "L-isfortuna hija li r-rapporti li saru lill-gvern minn aġenziji barranin tefgħuhom taħt it-tapit.", "Per eżempju ̧ l-FAS Ireland saħansitra wissiet lill-gvern li:", "''In the eventuality of Malta joining the EU there are going to be large scale redundancies.\".", "Pero' sfortunatament il-gvern baqa' għaddej minn fuq ras kulħadd bla ma ta kas dawn it-twissijiet.", "Bil-politika ta' partnership dawn l-affarijiet ma jseħħux anzi l-investiment barrani jkun jista' jiġi anke minn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu nżommu l-prezzijiet tagħna aktar kompetittivi biex b'hekk inkunu nistgħu niggarantixxu xogħol għall-ħaddiema tagħna u safeguards għall-kumpanniji li diġà qegħdin jaħdmu ġewwa pajjiżna.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-qasam tas-saħħa.", "Meta jien kont qiegħed nara dan il-kapitlu bqajt imbellah u fil-fatt se nikkwota eżattament minn paġna 6 fejn hemm li:", "''The EU notes that Malta has confirmed that it is aware that the public health care system will incur a substantial increase in costs as a result of the application of the coordination regulations.''.", "X'qegħdin ngħidu hawnhekk?", "Qegħdin ngħidu li l-Unjoni Ewropea tinnota li l- gvern Malti huwa konxju li s-sistema tas-saħħa tagħna se tkun qiegħda tassorbi żidiet sostanzjali fit-tħaddim pubbliku tagħha biex tkun tista' tagħmel tajjeb għal tibdil li se jġib miegħu dan il-pakkett.", "Din hija konferma kif dan il-gvern baxxa rasu għal kollox f'dan it-trattat u allura dan il-pakkett mhuwiex dehen tal-membri tan-naħa tal-gvern.", "Minn barra li l-membership se ġġibna f'qagħda fejn se jkollna ndaħħlu l-VAT fuq il-mediċini - dik jaf biha kulħadd - issa se jkollna naffaċċjaw problema enormi li l-gvern lanqas biss ħaseb għaliha.", "Qed nirreferi għall- free movement of persons.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax jekk imbagħad tara paġna 5 tar-rapport issib li jingħad hekk:", "\"Malta will seek further bilateral agreements with Member States by the fourth quarter of 2002.", "These bilateral agreements will address, on reciprocal basis, the financial and administrative burden of handling request for eligible medical treatment of nationals of one State party to the bilateral agreements received in the other party State.\".", "Hawnhekk qegħdin nammettu wkoll li l-gvern m'għamilx economic impact assessment proprju ta' xi jfisser dan kollu.", "Ħija xi ħaġa skandaluża.", "Kif jaf kulħadd aħna fil-qasam tas-saħħa għandna sistema li ġiet mudellata fis- sebgħinijiet, liema sistema saħansitra kienet twassal biex il-pajjiżi ġirien tagħna jgħiru għalina.", "Illum nafu li din is-sistema qiegħda tikkrolla.", "Għandek ammont ta` mediċini out of stock.", "Proprju l-ġimgħa l- oħra l-Augmentin u l-Ventolin kienu out of stock fil-poliklinika tar-Raħal Ġdid, u dan fi żmien meta hawn ħafna każi ta` bronchitis.", "Pazjent ħabib tiegħi qalli li nhar it-Tlieta kien qiegħed fil-poliklinika tar-Raħal Ġdid u mill-12:15 p.m. sat-3:45 p.m., jiġifieri fi tliet sigħat u nofs, it-tobba raw sittax-il pazjent biss.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Issa dan mhux tort tat-tobba għax dawn qegħdin overburden għax hemm nuqqas ta` tobba u l-gvern huwa impotenti fuq din is-sitwazzjoni u ma jagħmel xejn.", "Imma dan mhux biżżejjed.", "Issa rridu ngħabbu s-sistema tagħna b'iktar spejjeż biex nagħmlu tajjeb għal ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li se jkunu ġejjin f'pajjiżna għax, trattat bilaterali u mhux, aħna se nkunu obbligati nittrattawhom b'xejn.", "Ta` min jgħid ukoll li se jkollna piżijiet oħrajn fuq is-sistema tas-saħħa, fosthom ir-reġistrazzjoni tal-mediċini li kif jaf kulħadd, fl-aħħar mill- aħħar, se żżid l-ispejjeż li se jkunu qegħdin iħallsu l-konsumaturi Maltin biex jixtru l-mediċini.", "Diversi aġenti tal-mediċini qaluli li l-ispiża li qed jistmaw li issa se jkollhom jgħollu l-mediċini b'madwar 20% biex jagħmlu tajjeb għal dawn ir-registration fees u l-expenses kollha.", "Xejn iżjed u xejn inqas.", "Jiġifieri mil-lum għal għada se jkun hemm żieda ta` 20% fil-prezz tal-mediċini li l-pazjent Malti irid jixtri mill-ispiżeriji.", "Sur President, ġaladarba qed nitkellem fuq iż-żieda fil-prezzijiet tal- mediċini tajjeb ukoll li wieħed jara x'se jiġri issa fil-prezzijiet bażiċi ta' l-ikel u kif dawn se jolqtu l-interessi tal-kumplament tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż addizzjonali li jridu jħallsu biex jixtru l-prodotti ta' ikel bi prezz ogħla mill-ħwienet tal-merċa kif ukoll f'dak li huwa nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol għax se jkollna ħafna fabbriki li jkunu qed jiffaċċjaw prezzijiet ogħla tal-materja prima li jridu jimportaw biex jaħdmu biha.", "Dan iwassal biex tonqos il-kompetittivita` tal-fabbriki tagħha u se ħafna ħaddiema jispiċċaw redundant.", "Dawn qed jiftaħru u qed jgħidulna li issa se jneħħu l-levies fuq iċ-ċanga tal-friża - bħalissa hemm levy ta' 10% - imma mhux qed jgħidulna li bit-tariffi li se nimponu fuqna l-Unjoni Ewropea din din il-levy ta` 10% se tinbidel f'tariffa ta` kważi 90%.", "Jiġifieri filwaqt li qabel fuq Lm100 laħam tal-friża konna nħallsu Lm10 levy, issa se nibdew inħallsu tariffa ta` Lm90.", "Fuq id-dairy products bħalissa m'hemmx levy, imma bit-tariffi li se timponi fuqna l-Unjoni Ewropea se nkunu qegħdin inħallsu tariffa ta' 87.7%, kważi 90% oħra.", "Dan kollu se jwassal biex il-konsumatur Malti jħallas prezzijiet fenominalment iktar għoljin biex jixtri ħalli jipprovdi għall-għajxien tiegħu.", "Anke l- industrija tat-turiżmu tieħu daqqa ta` bil-prezzijiet tal-laħam għax fejn qabel għal ċertu ammont ta` laħam lukanda kienet tonfoq Lm110, jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, għall-istess ammont ta` laħam jkollha tonfoq Lm190.", "Se nżidu l-cost tagħna u se nnaqqsu l-kompetittivita`?", "Mela x'se jiġri hawnhekk?", "Se nkunu qegħdin nimbuttaw lit-turisti 'l barra minn xtutna.", "Bis- sħubija fl-Unjoni Ewropea anke l-fabbriki tagħna se jkollhom jagħlqu allavolja ta' l-UĦM qed jgħidu li wara s-sħubija se jkollna suq ta' 500 miljun ruħ flok ta` 350,000 ruħ.", "Li se jiġru huwa li ħafna fabbriki se tonqsilhom il-kompetittivita` tagħhom u jkollhom jagħlqu.", "Sur President, nagħlaq billi ntenni li dan il-pakkett li nnegozja l-gvern u li ġie ppreżentat proprju din il-ġimgħa, u forsi mhux kulħadd kellu ċ-ċans li jistudjah sewwa, jidher li huwa pakkett pwerili u fjakk.", "Issa wasal il- mument biex il-Maltin u l-Għawdxin jiddeċiedu fuq l-interess nazzjonali tagħhom fis-sens li jipproteġu dak kollu li ksibna matul dawn l-aħħar erbgħin sena, mill-Indipendenza 'l hawn.", "Biex jagħmlu dan iridu jivvotaw kontra dan il-pakkett, u jiena nemmen li hekk jagħmlu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, il-bieraħ f'dan id-dibattitu fuq il-mozzjoni dwar l-Unjoni Ewropea kelliema ta' l- oppożizzjoni tkellmu dwar Għawdex u għal darba oħra rrealizzajt kemm l- oppożizzjoni ġiet daharha mal-ħajt quddiem il-pakkett li Għawdex irnexxilu jakkwista fin-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Għaliex?", "Għax l- oppożizzjoni kontinwament bdiet tħawwad suġġett ma' ieħor, ħafna drabi b'argumenti li m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Għamlet tentattiv sfrenat biex tbeżża' lill-poplu Għawdxi li bl-Unjoni Ewropea Għawdex se jitlef u ġabu ħafna argumenti oħra li assolutament huma ferm 'il bogħod mill-verita`.", "Sur President, nixtieq ngħid li l-Ministeru għal Għawdex ma waqaf qatt mill- ħidma tiegħu sa mill-bidu tal-proċess tan-negozjati fejn kienet tidħol il- kawża ta' Għawdex.", "Il-Ministeru ta' Għawdex ikkordina u mexxa 'l quddiem id- diversi studji, konsultazzjonijiet u preżentazzjonijiet meħtieġa ma' diversi esperti u negozjaturi dejjem bl-għan ewlieni li Għawdex jakkwista l- massimu li jista` min-negozjati.", "Jispikka b'mod partikolari l-istudju li tħejja minn team ta' esperti barranin u Maltin taħt il-presidenza tal- Ministeru għal Għawdex, liema studju jittratta l-bżonnijiet speċjali ta' Għawdex.", "Dan l-istudju kien riżultat ta' ftehim li kien sar f'Ġunju tas- sena 2001 bejn il-Minsteru għal Għawdex, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d- direttorat ġenerali dwar il-politika reġjonali tal-Kummissjoni Ewropea permezz ta' delegazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea ġewwa Malta.", "Dan l-istudju tant tajjeb issa qed iservi biex ikun ta' bażi għall-priorita` għal Għawdex bħala parti mill-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-gżira.", "M'huwiex l-iskop tiegħi dalgħodu li nidħol fid-dettall ta' dan l- istudju dwar il-bżonnijiet speċjali ta' Għawdex.", "Għamilt riferenza għalih biex nuri s-sehem tal-ħidma mwettqa b'mod partikolari mill-Ministeru għal Għawdex, liema ħidma saraet mingħajr daqq ta' trombi imma kienet intensiva u ma waqfet qatt.", "Dan kollu jmur kontra dak li qal l-Onor.", "Anton Refalo meta l-bieraħ fid-diskors tiegħu għoġbu jfajjar bl-addoċċ u ta wieħed x'jifhem li Għawdex ma ngħata ebda importanza u qisu ħadd ma kien qed jitkellem dwaru.", "Issa ħalli nuri bil-fatti kemm l-oppożizzjoni trid tqarraq bil-poplu.", "Mhux talli Għawdex ma kienx minsi jew m'akkwista xejn, imma minkejja li l-gżira ta` Għawdex hija kważi l-iżgħar gżira fl-Unjoni Ewropea għamlet ċerti akkwisti li m'għamlithom l-ebda gżira oħra.", "Biex nikkonferma dan li qed ngħid se nagħti stampa ċara, korretta u preċiża ta' dak li rnexxielna niksbu għal għawdex meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett Għawdex ġie aċċettat bħala reġjun klassifikat NUTS 3.", "Mela li Għawdex se jkun reġjun tfisser ħafna, imma li se jkun reġjun NUTS 3 tfisser aktar, u se ngħid għaliex biex inkunu nistgħu nifhmu u napprezzaw aktar x'kisba għamel Għawdex u kemm se jkun aħjar issa li ġie aċċettat bħala gżira reġjun NUTS 3.", "Fl-Unjoni Ewropea llum hemm 440 gżira.", "Dawn l-440 gżira huma miġburin f'21 gżira reġjun.", "Jiġifieri mhux kull gżira hija reġjun għax minn dan in-numru kbir ta' gżejjer hemm biss 21 minnhom, biċċa waħedhom u oħrajn miġbura fi gruppi, li huma reġjuni.", "Issa Għawdex, minkejja li huwa kważi l-iżgħar gżira, kemm fil-popolazzjoni kif ukoll fid- daqs, ġie aċċettat bħala reġjun.", "Daqshekk kien tajjeb it-team Malti tan- negozjaturi!", "Il-Gvern Malti wassal biex l-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi lil Għawdex bħala reġjun.", "Jiġifieri Għawdex se jkun it-22 reġjun fl-Unjoni Ewropea bħalma huma Ruma fl-Italja u Surrey fl-Ingilterra, u dawn għandhom popolazzjoni u daqs ferm ikbar minn dik ta` Għawdex.", "Allura m'hu veru xejn dak li qed jgħid il-partit Laburista meta repetutament jgħid li Għawdex m'huwiex se jitqies bħala reġjun.", "Din hija gidba ċara.", "Mhux hekk biss, Għawdex se jkun reġjun taħt NUTS 3 għal finijiet ta' statistika.", "Għax irridu ngħidu li hemm diversi livelli ta' NUTS classification.", "Hemm NUTS 1, NUTS 2, NUTS 3, eċċ. Illum Malta u Għawdex flimkien huma klassifikati bħala unit waħda taħt NUTS 1 u NUTS 2.", "Pero` mill-banda l-oħra Malta u Għawdex se jkunu konsidrati ukoll bħala separate regions taħt NUTS 3 level.", "Din kienet aċċettata mill-Unjoni Ewropea minkejja li Għawdex għandu popolazzjoni iżgħar minn kwalunkwe reġjun NUTS 3.", "B'riżultat ta' dan Għawdex ġie klassifikat bħala reġjun separat NUTS 3 għal finijiet ta' statistika.", "Għalhekk issa huwa possibbli li tinġabar statistika separata għal Għawdex u din l-istatistika se tagħti stampa ċara taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-gżira ta' Għawdex.", "Jiġifieri permezz ta' din l-istatistika se joħorġu iktar ċari l-bżonnijiet partikolari ta' Għawdex.", "Nixtieq ngħid ukoll li lanqas din ma kienet xi ħaġa awtomatika jew xi akkwist li jgawduh il-gżejjer kollha għax hemm gżejjer li huma NUTS 3 iżda m'humiex reġjuni u hemm gżejjer oħrajn li la huma reġjuni u lanqas NUTS 2 jew NUTS 3, u nirrepeti dawn huma gżejjer li ħdejn Għawdex huma ferm ikbar fid-daqs u fil-popolazzjoni.", "X'ifisser dan kollu?", "X'inhuma l-benefiċċji li se jgawdi Għawdex għax se jitqies bħala gżira reġjun NUTS 3?", "Għalfejn aħna stinkajna u tħabatna biex Għawdex ikollu din il-klassifikazzjoni?", "L- importanza li tkun gżira reġjun toħroġ bl-iktar mod ċar mil-liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea.", "F'dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm ħidma qawwija biex il- problemi u d-diffikultajiet permanenti li jħabbtu wiċċhom magħhom il- gżejjer fl-isforzi għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku jiġu rikonoxxuti fil- liġijiet Ewropej.", "Din il-ħidma bdiet tagħti l-frott tagħhom meta fl-1992, fit-trattat ta' Maastricht, il-gżejjer reġjuni bdew jiġu rikonoxxuti.", "Din kompliet fl-1997 bit-trattat ta' Amsterdam u b'dak ta` Nizza f'Diċembru tas- sena 2000 meta l-Kunsill Ewropew ikkonferma il-bżonn ta' miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-gżejjer reġjuni.", "Issa ma' dawn il-gżejjer hemm Għawdex li wkoll se jgawdi mill-miżuri speċifiċi kif iddikjarat fil- liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ara x'akkwist hu dan!", "Bis-saħħa tal-liġi Ewropea, u mhux bil-paroli, Għawdex huwa garantit benefiċċju minn miżuri speċifiċi favur il-gżejjer reġjuni.", "Illum Għawdex huwa garantit sehem mill- fondi li jiġu mill-Unjoni Ewropea u l-għajnuna finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea hija mmirata li ġġib 'il quddiem l-Iżvilupp armonjuż mifrux mar- reġjuni kollha ta' l-Unjon.", "B'mod partikolari l-komunita` għandha tgħin biex jitnaqqsu d-differenzi fil-livelli ta' żvilupp ta' reġjuni varji u ta' dawk ir-reġjuni inqas favoriti.", "Fil-fatt il-fond għall-iżvilupp reġjonali Ewropew qiegħed hemm ħalli jgħin biex jitneħħew id-dislivelli reġjonali billi jikkontribwixxi fl-iżvilupp u fit-tibdil u titjib strutturali ta' dawk ir-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom huwa lura.", "Sur President, nixtieq ngħid ukoll li Għawdex għandu konferma ufiċjali li flimkien ma' Malta jaqa` tħat Objective 1 u b'hekk huwa eliġibbli għall- ammont massimu ta' fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Allura tajjeb li l-Onor.", "George Vella jifhem li jiena u sħabi konna korretti meta għedna li Għawdex se jikkwalifika bħala reġjun Objective 1.", "Mhux hekk biss, ġie miftiehem ukoll li jekk Malta tavvanza u tilħaq il-livell tal-pajjiżi l-oħra fl- Unjoni Ewropea, il-gvern Malti żamm id-dritt li f'każ li Għawdex ma ikun għadu ma laħaqx l-istess livell jitlob li jibqa` jgawdi mill-fondi ta' l- Unjoni Ewropea għar-reġjuni Objective 1.", "Jiġifieri fin-negozjati ttieħdu anke salvagwardji bħal dawn li semmejt.", "Nixtieq kieku ta' l-oppożizzjoni jgħidulna x'salvagwardji jew xi flus se jiġu għal Għawdex bil-partnership li jridu.", "Il-kelma \"partnership\" il-ħin kollu tissemma, imma fiex x'se tissarraf ħadd għadu ma qalilna.", "Mhux hekk fil-każ tagħna.", "Aħna, per eżempju, irnexxielna li lil Għawdex nagħtuh priorita` fis-single programming document.", "X'ifisser dan?", "Dan ifisser li fid-dokument li se jispjega fid-dettall kif Malta qed tippjana li tonfoq il-fondi ta' l-Unjoni Ewropea wara s-sħubija se jkun hemm priorita` separata intitolata l- \"Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex\".", "Tajjeb ngħid li fl-SPD għall-gżejer Maltin se jkun hemm sitta minn dawn il-prioritajiet li kif għedt priorita` minnhom hija għal għawdex.", "Pero` tajjeb li ngħid ukoll li fl-ebda SPD tal- pajjiżi msieħba l-oħra kollha ta' l-Unjoni Ewropea m'hemm priorita` fuq bażi ta' taqsim ġeografiku, jiġifieri fuq bażi ta' reġjun.", "Il-prioritajiet kollha huma fuq oqsma partikolari, per eżempju, fuq l-asassistenza teknika jew settur produttiv.", "Il-każ ta' Għawdex huwa eċċezzjoni għax huwa l-uniku reġjun fl-Unjoni Ewropea li se jkollu priorita` għalih.", "Fil-fatt Għawdex se jkollu financial table għalih u allokazzjoni finanzjarja għalih li se titratta l-bżonnijiet speċjali ta' Għawdex ibbażati fuq l-istudju li semmejt qabel.", "M'hijiex kisba kbira għal Għawdex li se jkollu flus allokati speċifikatament għal diversi oqsma fosthom għall-iżvilupp kummerċjali u industirjali, l-ambjent, il-wirt storiku u naturali, it- turiżmu, l-iżvilupp rurali, is-sajd u l-iżvilupp tar-riżorsi umani.", "Sur President, kisba oħra għal Għawdex hija dik li jitwaqqaf kumitat għal proġetti reġjonali u dan il-kumitat, ippresedut mill-Ministeru għal għawdex, se jagħżel u jimplimenta l-proġġeti u l-miżuri għal għawdex.", "Kisbiet oħra jinkludu ż-żamma tas-sussidju fuq il-biljetti tal-vapur għal għawdex, iż-żamma ta' l-eżenzjoni mill-VAT fuq it-trasport bil-vapur u perjodu ta' tranżizzjoni għat-tkomplija ta' l-għajnuna għall-ġar ta' prodotti agrikoli bejn Għawdex u Malta.", "Irrid ngħid li wara dan il-perjodu, kif anke qal l- Ministru Joe Borg il-bierah, aħna se nissostitwixxu din l-għajnuna b'għajnuna oħra marbuta mar-reġistrazzjoni fil-qasam tal-biedja.", "Sur President, nagħlaq billi nsemmi kisba oħra ferm tajba u effettiva għal Għawdex.", "Qed nirriferi għad-dikjarazzjoni dwar il-gżira reġjun ta' Għawdex li se tkun mehmuża mat-trattat tas-sħubija ta' Malta.", "Din id-dikjarazzjoni saret biex jitħarsu l-ħteġijiet speċjali ta' Għawdex.", "Allura Għawdex bilfors se jkun aħjar bi sħubija fl-Unjoni Ewropea u bil-pakkett li rnexxielna nakkwistaw il-ħaddiema, l-istudenti, il-bdiewa u s-sajjieda, in- negozjanti u il-familji kollha Għawdxin se jkunu aħjar b'Għawdex fl-Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, jien smajt ħafna mill-kelliema tan-naħa l-oħra u nista` ngħid li fuq il-pakkett li ġab il-gvern Nazzjonalista smajt ftit li xejn, ħlief kemm se nkunu tajjeb jekk nidħlu fl- Unjoni Ewropea.", "Dawn qed jgħidu li malli nidħlu fl-Unjoni Ewropea kollox jirranġa f'Malta, qisu qatt ma kien hawn problemi u Lm2 biljuni dejn li għandna jispiċċaw mill-ewwel.", "Jien ma ngħidx Lm1.5 biljun, imma ngħid Lm2 biljuni għax il-flus li għandhom jagħtu l-fabbriki parastatali l-gvern qed jagħmel tajjeb għalihom, jiġifieri l-poplu Malti jrid iħallashom.", "Smajna wkoll li l-ħaddiema Malti jista` jserraħ moħħu għax wara li mmorru fl- Unjoni Ewropea se jkollu x-xogħol garantit.", "Issa jew qed ngħixu fil-qamar jew inkella qed ngħixu fl-istilel ta' l-Ewropa għax illum min jara l-media barranija – mhux il-media ta' Malta – jaf id-diżastru li hemm fil-qasam tax-xogħol ġewwa l-Unjoni Ewropea.", "Biżżejjed wieħed jgħid li fl-Unjoni kollha hemm madwar 17,000,000 ħaddiem qiegħed.", "Ħafna minnhom huma żgħażagħ li ħarġu fuq is-suq tax-xogħol għall-ewwel darba u dan nistgħu narawh u nmissuh b'idejna.", "Qed naraw dawn l-affarijiet u nibqgħu ngħidu kemm sejrin tajjeb.", "Tan-naħa l-oħra qed jgħidu wkoll li ffirmaw ħafna karti u ġabu derogi għal ħames snin u anke għal seba` snin u għalhekk kulħadd jista` jserraħ moħħu.", "Jiena nistaqsi: Imma seba` snin x'inhuma f'ħajja ta' nazzjon?", "Seba' snin f'ħajjti huma, għax seba` snin oħra inkun xjaħt, imma f'ħajja ta' nazzjon m'huma xejn.", "Jgħaddu bħal leħħa ta` berqa.", "Isas meta jgħaddu dawn is-seba` snin x'se jiġri?", "X'garanzija se jkun hawn wara s- seba' snin?", "L-Onor.", "Giovanna Debono staqsiet il-Partit Laburista x'jifhem bil-partnership?", "U jien ngħidilha: Hawnhekk qed niddiskutu l-pakkett li ġab il-gvern Nazzjonalista u mhux il-partnership.", "Pero` apparti dan, l-Onor.", "Giovanna Denono qalet li se jibqa` s-sussidju fuq il-biljetti tal-vapur ta' Għawdex u li l-ħaddiema Għawdxin għandhom iserrħu mogħhom.", "Għalfejn nipprovaw nidħku bin-nies?", "Għadha kemm ġiet il-kumpannija tal-posta u l- ħaddiema Għawdxin m'għandhomx moħħhom mistrieh li dawn mhux se jiġu Malta.", "Żammewha daqsxejn sa l-elezzjoni, imma m'hemm l-ebda garanzija li l- ħaddiema Għawdxin tal-posta mhux ġejjin jaħdmu Malta.", "Meta tkellem is- segretarju parlamentari qal li dawn għandhom garanzija ta' xogħol u llum smajna li l-Posta Ltd trid teħles minn 230 ħaddiem li ħafna minnhom huma Għawdxin.", "Il-Ministru għal Għawdex qalet ukoll li se jibqa` ikun sussidju għall-ġarr ta`prodotti agrikoli minn Għawdex għal Malta.", "U ma ndaħħkux nies!", "Għalfejn qed ngħiduha din meta intom stess qed tgħidu li fi żmien erba' jew ħames snin iridu jispiċċaw?", "Mela Unjoni Ewropea se titratta lil Malta mod, lil Għawdex mod ieħor u lill-pajjiżi l-oħra ta' l-Ewropa mod ieħor?", "Għalfejn nidħku bin-nies?", "Ejjew niddiskutu x'hemm fil-pakkett u naraw kif se jintlaqtu n-nies.", "Veru jew mhux veru li l-ħaddiema tax-xatt se jitilfu d- drittijiet li qed igawdu llum? jitilfuhom għax hekk ġralhom il-ħaddiema li għandhom x'jaqsmu mal-portijiet u ma' l-airport fl-Ewropa.", "Dan diġa` għedtu u qed nerġa` ngħidu sabiex jibqa` reġistrat.", "Jiena u sieħbi l-Onor.", "Francis Agius morna l-Greċja u rajna l-airport il-ġdid li huwa airport modernissimu u li qam madwar Lm192 miljun.", "Aħna staqsejna minn min inbena u niftakar li kienu qalulna li kienet ħarġet international tender fl-Ewropa u ħaduha il- Ġermaniżi.", "Ta` min jgħid li dawn lanqas musmar ma xtraw mill-Greċja u biex ikomplu jagħmlulhom il-melħ fuq il-ferita ġabulhom ħaddiema Torok u sal-lum fil-Greċja għad hemm il-ħaddiema Torok ġo l-airport.", "Qalulna wkoll li Għawdex ġie kklassifikat bħala reġjun.", "Sqallija li hija parti mill-Italja, pajjiż li ilu mill-bidunett fl-Unjoni Ewropea, hija wkoll reġjun imma kulħadd jaf il-faqar li hemm fi Sqallija.", "Il-faqar li hemm huwa xi ħaġa ta' l-għaġeb.", "Mhux parti mill-Unjoni Ewropea din?!", "Sardinja u l-gżejjer iż-żgħar li għandha l-Italja li qegħdin fil-Mediterran huma wkoll parti mill-Unjoni Ewropea, imma kulħadd jaf x'livell ta` għajxien għandhom dawn il-gżejjer.", "Ara mbagħad jekk niġu għaċ-Channel Islands li m`humiex parti mill-Ewropa imma għandhom trattat għalihom, dawn jgħixu ferm aħjar.", "Se nħallat il-livell ta` għajxien li hemm ġo Sqallija, ġol-gżejjer li l-oħra li għandha l-Italja u fil-gżejjer li għandha l-Greċja ma` dak taċ-Channel Islands?", "Tan-naħa l-oħra qed jaħsbu li hekk kif nidħlu fl-Unjoni tibda tiela` ix- xemx.", "Kien hawn min qal lil tat-taxis li jekk immorru tajjeb jistgħu jmorru taħdmu fl-Ewropa.", "L-ewwel noqogħdu ngħajruhom u issa se nibgħatuhom jaħdmu l-Ewropa.", "Għalhekk se mmorru fl-Ewropa biex tat-taxix ikunu jistgħu jmorru jaħdmu l-Ewropa?!", "Imma għaliex tidħku bihom liż-żgħażagħ?", "L-Onor.", "Giovanna Debono qalet li ż-żgħażagħ Għawdxin se jserrħu moħħhom għax jistgħu jmorru jaħdmu barra.", "Min ikun tajjeb jista` jmur jaħdem barra anke llum.", "M'hemmx għalfejn tkun fl-Unjoni Ewropea.", "Jien għandi żewġ kuġini li jaħdmu l-Ingilterra: Wieħed professur tar-ras u l-ieħor professur tal-qalb.", "Dawn it-tnejn marru jaħdmu l-Ingilterra u marru tajjeb.", "Għandna l- Professur Zammit ta' Ħaż-Żebbuġ bniedem li espertissimu li studja fil- Ġermanja u sal-lum għadhom jibkulu biex jerġa` imur il-Ġermanja allavolja m'aħniex fl-Ewropa.", "Mela biex il-ħaddiema tagħna jmorru 'l quddiem irridu mmorru fl-Ewropa?", "Meta lill-ħaddiema tax-xatt tajnihom id-drittijiet li għandhom u paga garantita ma konniex fl-Ewropa u ma kelllniex għalfejn immmoru fl-Ewropa biex nagħmlu dan.", "Kienu gvernijiet Laburisti li sa mill-1947 ħdmu għal dan għax qabel lill- ħaddiema kien jagħżilhom l-aġent, skond min jogħġbu u lil dak li ma jogħġbux jitfgħu 'l barra.", "Kienu gvernijiet Laburisti li għamlu s-saħħa tal- wirt lill-ħaddiema tax-xatt, mingħajr ma morna fl-Ewropa.", "Aħna għamilna airport mingħajr l-Ewropa.", "Meta bl-għajnuna tat-Taljani għamilna r-runway ma konniex fl-Ewropa.", "Waqqafna l-Air Malta, u l-istess ma konniex fl- Ewropa.", "Għamilniha bis-saħħa tal-gvernijiet Laburisti, inbniet bis-saħħa tal-ħaddiema u dawk li l-bieraħ kienu jgħajruna li din hija kumpannija ta` l-għasafar taċ-ċomb u li se tfalli insew li meta konna aħna taħt gvernijiet Nazzjonalisti kienu waqqfu l-Air Melita u din, wara xahar serqet kulma kien hawn u telqet 'il barra.", "Kien il-gvern Laburista li bl-għajnuna ta` kulħadd waqqaf l-Air Malta u mpjegajna n-nies mingħajr l-għajnuna ta' l- Ewropa.", "Meta ġibna l-Pakistani biex ħarriġna l-ewwel pilots Maltin tan-naħa l-oħra kienu jgħidu, skużi l-espressjoni, li dawn qamel għandhom.", "Imma dawn għallmu lill-pilots Maltin u llum bis-saħħa ta' gvern Laburista u mingħajr ma konna fl-Ewropa għandna pilots tagħna, stewards tagħna u mechanics tagħna.", "Imbagħad il-kelliema tan-naħa l-oħra ġew jiftaħru hawnhekk għax għamilna joint venture mal-Lufthansa.", "Għax qegħdin deħlin fl- Ewropa għamilna joint venture mal-Lufthansa?", "Għamilna joint venture mal- Lufthansa għax din kien jaqblilha li tagħmel joint venture ma' Malta u mhux għax aħna ħelwin jew għax sejrin fl-Ewropa.", "In-negozjanti u l-kapitalisti jmorru fejn jaqblilhom u fejn jaqilgħu l-flus.", "Dawn għamlu din il-joint venture għax jafu li l-inġiniera li għandna, li kienu jaħdmu ma' l-Air Malta u llum bagħtuhom ma` din il-kumpanija, huma tajbin.", "Ma konniex fl- Ewropa u xorta bgħatnihom barra, u tgħallmu u saru tajbin.", "Sur President, meta ġibna kumpannija minn New Zealand biex tmexxi l-posta tgħidx kemm ftaħarna.", "X'għamilna b'daqshekk?", "Ġibna lil ta' New Zealand u farrku kulma kien hemm.", "Meta dawn ġabru lill-ħaddiema f'Għawdex u marru jkellmuhom qalhom li kulma rridu huwa flus, flus u flus.", "Dak li jinteressahom.", "Meta ltaqgħu magħna tafu x'qalulna?", "Qalulna li għandhom in- nies żejda.", "Għalhekk se mmorru fl-Ewropa?", "Kull gvern li kellu l-poplu Malti mexa 'l quddiem u ħadem mingħajr għajnuna ta' ħadd u bnejna servizzi soċjali li huma l-għira ta' l-Ewropa, u min ma jitkellimx kif qed nitkellem jien imissu jistħi għax meta aħna niltaqgħu ma' barranin u ngħidulhom li l-gvern Malti jieħu ħsieb persuna minn disa` xhur qabel ma titwieled sa wara li tmut jibqgħu jħarsu lejna.", "Pajjiż żgħir daqshekk konna kapaċi nagħmlu dan waħedna.", "Għax nistħu ngħidu li dan għamilnih waħedna mingħajr għajnuna ta' ħadd?", "Għax nistħu ngħidu li mill-1964 sal- lum il-poplu Malti għamel passi ta' ġgant?", "Jien nemmen li kull gvern ħadem.", "Kien hawn min ħadem ħafna u kien hawn min ħadem ftit, imma li bena l-poplu Malti mingħajr għajnuna ta` ħadd, l-ebda pajjiż ma bnih.", "Hawnhekk kienu jgħidulna li Blair irid imur fl-Ewropa.", "Irranġahom Blair lill-ħaddiema.", "Mela għax Blair Laburista għandi ngħid li kulma jagħmel hu tajjeb.", "Blair miġnun biex irid jieħu l-poplu Ingliż għall-gwerra.", "Tkun miġnun meta qed titfarrak u trid tmur għall-gwerra.", "U jgħid x'jgħid il- gvern, jekk l-Ingilterra tmur għall-gwerra aħna nitkaxkru magħhom għax aħna nkunu parti mill-Ewropa.", "Ma noqogħdux ngħidu li aħna se nibgħatu 150 suldat biex inżommu l-paċi.", "Mela biex iżżomm il-paċi tmur bl-azzarini?!", "Dawn affarijiet tal-ġenn!", "Qed tgħiduhomlhom liż-żgħażagħ tagħna dawn l- affarijiet?", "Billi Għawdex se jkun reġjun l-Għawdxin mhux se jmorru jiġġieldu fil-gwerra?", "U reġjun x'jiġifieri?", "Jiġifieri li intom ilkom 14- il sena fil-gvern u ma għamiltu xejn għal Għawdex u rridu mmorru fl-Ewropa biex jieħu xi ħaġa Għawdex.", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Dawn affarijiet tad- daħk!", "Sur President, biex għamilna l-VRT kien hemm bżonn nkunu fl-Ewropa?", "Biex nagħmlu d-dixxiplina fuq ix-xufiera hemm bżonn li nkunu fl-Ewropa?", "Biex nirranġaw it-toroq hemm bżonn li nkunu fl-Ewropa?", "Ejja ngħidu x'inhi l- history ta' l-Ewropa għax ż-żgħażagħ ma jafux li din bdiet bħala Suq Komuni.", "Din bdiet biex il-kapitalisti wara l-gwerra ingħaqdu bejniethom biex jinbiegħ l-azzar.", "Imbagħad stħaw jibqgħu jgħidu li hija suq u semmewha European Economic Union u wara saret Unjoni Ewropea.", "Din bħal meta fi żmien wieħed kien jistħi jgħid li jrabbi t-tiġieġ allura kien jgħid li għandu batterija tat-tiġieġ.", "Imma xorta qed irabbi t-tiġieġ.", "Hekk għamlet l- Unjoni Ewropea, bidlet ħafna ismijiet biex tingħoġob.", "Għamlitlek il- pillola, bħalma meta l-iskola kienu jagħtuna dik taż-żejt tal-ħuta bl- imgħarfa, imbagħad ommok kienet tagħtik zokkra biex inti jkollokx dik it- togħma taż-żejt tal-ħuta.", "U hekk qiegħda tagħmel l-Ewropa.", "Jien nidħak meta nisma` lil Prodi jgħid li jrid jirranġa lilMalta.", "Dan kien Prim Ministru ta' l-Italja u la rranġa lill-Italja u lanqas lil Sqallija.", "Allura kif irid jirranġa pajjiżna!", "Aħjar ħa ħsieb pajjiżu l-ewwel.", "Hawnhekk tismagħhom jgħidu li jekk ikunu jafu li se jingħaqdu mal-mażuni ma jidħlux.", "Aħna se nmorru ma' kumpannija tal-mażuni għax l-Ewropa miżgħuda bil-mażuni.", "Mela dawn mhux mażunerija bejniethom.", "Għalfejn nistħu ngħiduhom dawn l-affarijiet.", "Imbagħad insemmu l-Papa.", "Il-Papa ma qal xejn.", "Il-Papa qal li trid tkun ir-ruħ ta' l-Ewropa.", "Aħna tgħidx kemm bgħatna missjunarji madwar iod-dinja kollha.", "Tgħidx kemm marru lajċi u nies biex jaħdmu għar- reliġjon ta' Kristu.", "Lil min se mmorru nikkonvertu?", "Iddaħkux nies!", "Tmur Helsinki fost il-Luterani feroċi u tikkonvertihom?", "Immorru t-Turkija u lill- Musulmani ngħidulhom issa intom tridu taqilbu u ssiru nsara?", "Mela aħna għandna fi żmien ta' l-inkwizzjoni, jew temmen jew naqtagħlek rasek!", "Għalfejn indaħħlu r-reliġjon f'dawn l-affarijiet.", "Ir-reliġjon hija xi ħaġa tal-kuxjenza tiegħi.", "Għalfejn noqogħdu ngħiduhom dawn l-affarijiet?", "Għalfejn indaħku n-nies bina?!", "Ejja ngħidulu l-verita' lill-poplu imbagħad ħallih jiddeċiedi.", "L-Onor.", "Giovanna Debono trid tkun taf x'inhu partnership.", "'Il quddiem se ngħidu x'inhu.", "Kemm intom mgħaġġlin?", "Issa meta jasal iż-żmien jgħid il- partit.", "Aħna lilkom ma nistaqsukomx x'se tagħmlu.", "Intom ġibtu pakkett u m'għedtulhom xejn lin-nies.", "Issa nispera li l-kelliema li baqa` jispjegaw x'fih dan il-pakkett.", "Intom ġibtu Lm1.5 miljun għax bl-oħrajn li ġibtu - u għedulhom lill-kuntratturi u lill-ħaddiema - jekk irridu nagħmlu triq siegħa wara li nidħlu bilfors irridu nmorru għal international tender u jistgħu jġibu l-kuntratturi u ħaddiema barranin biex jaħdmu hawn.", "Issa tiġix toqgħod tgħidli wara seba' snin.", "Mela seba` snin ma jgħaddux!", "Mhux kollox jgħaddi.", "Meta wieħed jasal biex, per eżempju, jagħlaq 50 sena jgħid: Lanqas naf kif għaddew 50 sena minn fuqi.", "Għadna nibdew leġislatura ġdida u diġa` wasalna għal elezzjoni oħra.", "Ħajja ta' nazzjon ma nistgħux neħduha fuq erba` jew ħames snin.", "Jien għoġbuni dawk il-posters li għamiltu ta' dik it-tifla ż-żgħira.", "Imma flok A,B,C messkom niżżiltu Lm2 biljuni dejn ħalli tkun taf li meta tikber trid tħallas parti minnu dak id-dejn.", "Wieħed kien hawn raġel hawn ġew, George Bonello du Puis għax qal: Aħna nagħmlu d-dejn u mbagħad tħallsu l-ġenerazzjoni li ġejja.", "U diġa' bdiet tħallashom il-ġenerazzjoni li semma Bonello du Puis għax biex koppja żagħżugħa tixtri dar tgħidx kemm trid tagħmel sagrifiċċji.", "Għidilhom lil Għawdxin, Onor. Giovanna Debono, kemm il-partit Laburista ta` plots b'xejn ġo Għawdex u li llum biex tixtri plot trid Lm20,000 u Lm25,000?", "Għidilhom li sa l-1971 ġo Għawdex ma kien hemm drenaġġ imkien u kien il-gvern Laburista li għamlu mingħajr l-għajnuna ta' l-Ewropa?", "Għidilhom lil Għawdxin li sa l-1955, qabel ma kien hemm gvern Laburista, il-ħalib kien irid jiġi bil-ġarar u jidħol il-port bid-dgħajjes tal-latini għax ma kienx hemm fabbrika li tagħmel il-ħalib partorizzat?", "Għidilhom lil Għawdxin li dawn l-affarijiet kollha għamluhom gvernijiet Laburisti?", "Għalfejn noqogħdu nidħku bin-nies u ngħidulhom li jekk nidħlu fl-Ewropa kollox se jkun tajjeb?", "Fi żmieni kien hemm żgħażagħ, li illum kibru, li xorta kienu marru jistudjaw barra u llum saru professuri u trid taqlagħlhom il-kappell.", "Ma konniex fl-Ewropa, imma għax kienu kapaċi tgħallmu u saru professur, min professur tal-qalb, min professur tal-moħħ, min ta` l-għajnejn, eċċ. eċċ. Per eżempju, Ċensu Tabone li għadu mimli bil-għomor huwa wieħed mill-aqwa tobba ta' l-għajnejn.", "Għandna professuri Maltin li jagħmlu l- operazzjonijiet tal-qalb li huma kapaċissimi allavolja għadna m'aħniex fl- Ewropa.", "Għalfejn noqogħdu ngħidu meta mmorru fl-Ewropa kollox se jkun aħjar?", "Min huma dawn ta' l-Ewropa?", "Mela l-Ewropa dawk l-erba` pajjiżi li jifformaw l-Unjoni Ewropea?", "Mela jekk aħna ma nagħmlux parti mill-Unjoni Ewropea ma nkunux Ewropej?", "X'għandha x'taqsam din?", "L-Ewropa għamilha Alla u din hija l-Ewropa.", "Lilna ħalaqna ġo l-Ewropa mela nagħmlu parti mill- Ewropa u m'hemmx għalfejn nidħlu fl-Unjoni Ewropea biex inkunu Ewropej.", "Sur President, il-poplu Malti dejjem mexa waħdu u liż-żgħażagħ tagħna m'għandniex innessuhom kemm batejna taħt il-barranin.", "Min għandu l-eta` tiegħi kulħadd jaf kemm batejna taħt l-Ingliżi.", "Tfarrakna biex ħadna l- ħelsien minn taħt l-Ingliżi.", "Dawn xi darba ħaslulna wiċċna biex jarawna aħjar minnhom?!", "Insejna li biċċa suldat jekk ma tgħidlux yes sir kien jagħtik daqqa ta' sieq u jkeċċik 'il barra.", "Insejna li taħt meta konna taħt l-Ingliż il-Marsa ma kontx tista' tidħol!", "Insejna li għalkemm konna Ewropej ġo Ta' Ċenċ ma kontx tista' tidħol u kien il-gvern Laburista ta' l- 1971 li fetħu għall-Maltin Ta' Ċenċ!", "L-istess Santa Marija Estate, kien ukoll gvern Laburista li fetħu għall-Maltin.", "Jien niftakar meta kienet ġejja l-indipendenza kellna parti mill-Maltin li sa lejliet l-indipendenza baqgħu jgħidu li jridu jibqgħu biċċa mill-Ingilterra, u dak iż-żmien Borg Olivier u Mintoff qalulhom li minn sa nofs il-lejl ma jiddikjarax ruħu Malti jaqbeż 'il barra.", "Hekk se nerġgħu niġu biex taparsi ngħid li jien Ewropew?", "Jien Malti, mela Ewropew.", "Mela għax tagħmilli bandiera ta' l- istilel se nsir Ewropew jien?", "Sur President, tan-naħa l-oħra jridu jdaħħluna fl-Unjoni Ewropea biex ikollna l-qorti tad-drittijiet tal-bniedem Ewropew, u dan meta għandna l- istess qorti ġol-Kunsill ta' l-Ewropa li aħna diġa` nifformaw parti minnu.", "L-Ingilterra kellhom test case li bih urew lill-Unjoni kemm ma jiswa xejn il-qorti ta' l-Ewropa.", "Kien hemm wieħed li kien jaħdem maċ-ċivil kellu kawża mal-gvern Ingliż u ħadhom quddiem il-qorti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan tilef din il-kawża quddiem dan il-qorti.", "Imbagħad appella quddiem il-qorti tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa u rebaħ il-kawża.", "Għaliex?", "Għax il-qorti tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa tiġi fuq dik ta` l-Unjoni Ewropea.", "Aħna nagħmlu parti mill-Kunsill ta` l- Ewropa fejn iktar hemm demokrazija milli hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Kull min kien fil-Kunsill ta' l-Ewropa jaf li hemmhekk il-membri parlamentari għandhom is-saħħa mhux bħal dawk ta` l-Unjoni Ewropea l-ewwel jivvotaw u mbagħad dak li vvotaw għalih irid jiġi approvat mill-kunsill.", "Sur President, darba kien ġie ċertu Neil Kinnock li jrid jgħidilna xi jrid isir fit-trasport.", "U dan lanqas irranġa t-trasport tiegħu fl-Ingilterra se jirranġa tiegħi?", "L-affarijiet tagħna aħna rridu nirranġawhom u ħadd iżjed.", "La qed insemmi t-trasport ikun tajjeb li ngħidu lil tar-RACA, tat-taxis, tax-xarabanks u lil tal-caoches li siegħa wara li nissieħbu, iċ-ċittadini ta` l-Unjoni Ewropea kollha jkollhom dritt jiġu jaħdmu hawnhekk u mhux billi noqogħdu ngħidu li għandna perjodu ta` transizzjoni ta` ħames snin jew ta` seba` snin.", "Huwa importanti li ma nidħku iktar bin-nies għax dħakna biżżejjed bin-nies.", "Tiftakru meta għedtulhom li se nġibu Lm100 miljun.", "Sur President, il-bieraħ l-Onor.", "Josef Bonnici qal li hawn Lm420 miljun jiċċirkolaw fl-idejn.", "Jiena nistaqsih: Imma dawn għand min huma?", "Għax jekk qegħdin f'idejn il-Maltin kollha maqsumin bejniethom mod u jekk qegħdin għand l-istess erba' min-nies mod ieħor.", "Qal ukoll li jekk dawn l-Lm420 miljun issarrafhom f'euros, dawn jiġu Euro1,250 miljun.", "Jien ngħidlu: Mhux Euros messek tagħmilhom imma mils ħalli tkabbarha iktar il-figura.", "Meta konna żgħar konna nagħmlu hekk.", "Konna naqilgħu xi żewġ xelini u konna nsarrfuha soldi biex taparsi jkollna ħafna flus fil-but.", "Ma nafux li jekk il-liri Maltin issarrafhom f'Euros il-figura tkun ikbar.", "Anke jekk minn liri Maltin tagħmilhom liri Ingliżi jiġu iktar.", "Imma b'lira Ingliża m'intix se tixtri dak li tixtri b'lira Maltija.", "Jekk issarrafhom f'liri Taljani ma nafx kemm-il elf miljun ikollok.", "Imma b'daqshekk ma jfissirx li inti miljunarju.", "Sur President, għamilna ġimgħa niddkiskutu bin-naħa tal-gvern tgħid kemm se nkunu tajbin meta nissieħbu fl-Unjoni u ma qalitx x'fih dan l-imbierek pakkett.", "Issa jridu jkunu jafu x'se nagħmlu aħna.", "Meta jasal il-waqt ngħidulhom x'se nagħmlu.", "Ara fuq il-kwestjoni tal-VAT iddeċidejna li ma naqblux li titneħħa għal raġunijiet li tajna.", "Imma mbagħad naqblu wkoll li l-VAT m'għandhiex tkun fuq il-mediċini, fuq il-kaboċċi, fuq il-kotba, fuq l-uniformijiet u fuq l-affarijiet l-oħra li huma essenzjali għall-poplu.", "Sur President, jiena għandi ħafna iktar xi ngħid pero` l-ħin ma jippermettilix.", "Pero` filwaqt li nirringrazzja lill-Kamra li ħadet paċenzja tismagħni nappella lil tan-naħa l-oħra biex ma jkomplux jidħku iktar bil- poplu Malti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, resqin lejn tmiem ta` dan id- dibattitu.", "Ilkoll naqblu li dan id-dibattitu huwa wieħed fuq mozzjoni storika.", "Illejla nivvotaw fuq din il-mozzjoni, pero` skond il-proċedura ta' din il-Kamra qabel nivvotaw ukoll fuq l-emenda mressqa mill- oppożizzjoni.", "Diskorsi bħal dak li għadna kif smajna li jġegħelni naħseb li qed ngħix fi żmien ieħor u mhux fis-soċjeta` Maltija, Ewropea u internazzjonali tas-sena 2002 għaliex ħlief kunċetti mill-iktar antikwati ma smajtx, apparti li huma żbaljati.", "Jiena naħseb li l-ewwel dover li għandu kull deputat hawnhekk huwa li almenu nkunu nafu preċiżament fuq xiex se nivvotaw.", "Pero` qabel ma niġi għal dan forsi jkun tajjeb nieħu spunt ukoll minn dak li qal f'din il-Kamra l-Onor.", "John Attard Montalto.", "Apparti li qal li forsi ħafna drabi aħna d-deputati rridu nagħmlu l-eżami għand il-psikjatra għaliex min jiġi hawnhekk żgur li mhux suppost jiġi b'xi interess personali, qal dan il-kliem:", "\"U meta tiġi f'dibattitu bħal dan jew mozzjoni bħal din, ir- responsabbilta' ta' kull wieħed u waħda minna hija enormi għaliex il- pajjiż qiegħed f'dak li wieħed issejjaħ il-cross roads tal-futur tiegħu, u inti mbagħad tibda tapprezza li tajjeb jew ħażin il- kontribut trid tagħmlu.\".", "Naturalment l-istess Onor. Attard Montalto tkellem dwar is-sitwazzjoni fil- fabbriki ta' pajjiżna kif ir-riżultat lill-gvern Laburista bejn l-1996 u 1998 u nikkwota l-kliem tiegħu.", "Dan qal hekk:", "\"F'dak il-perjodu kien hemm tibdil ta' gvern u għall-ewwel bdiet tingaħta l-impressjoni li peress li Malta m'hijiex se tibqa' fl-istess direzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, l-industrijalizzazzjoni f'pajjiżna mhux se tibqa` tmur 'il quddiem.", "Għall-ewwel din l-impressjoni bdiet taqbad it-triq u kien hemm industrijalisti li kellhom ħsieb jekk jinvestux f'Malta jew inkella jekk jibqgħux jaħdmu f'Malta.\".", "Imbagħad qal, u rrifera għall-kumpanniji b'isimhom, li hu kellu bħala ministru responsabbli jmur għand l-industriji l-kbar fuq bażi individwali biex jara x'pakketti għandhom u x'għajnuniet finanzjarji għandhom bżonn biex forsi jikkonvinċihom jibqgħu f'pajjiżna.", "Mela għalija, anke jekk dawn m'humiex l-istess kumpanniji li rrifera għalihom qabel, għandek ammissjoni ta' kif fuq l-iktar settur importanti kummerċjalment f'pajjiżna, l- industrija, in-nuqqas ta' direzzjoni lejn l-Unjoni Ewropea minnu nnifsu joħloq sitwazzjoni ta' instabilita`, ta' inċertezza u ta' theddid għall- impiegi tal-poplu ta' pajjiżna.", "Wara li kkwotajt l-appell tiegħu dwar l- importanza ta' dan id-dibattitu deherli li kien jagħmel sens ukoll li nippreċiża dan il-ħsieb.", "Sur President, jien għedt li rridu naraw fuq xiex se nivvotaw nivvotaw illejla meta d-dibattitu jasal fi tmiem tiegħu.", "Fil-mistoqsija fl-aħħar mill-aħħar dan il-Parlament mhux qed jiġi mitlub japprova kulma għamel il- gvern fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea jew jafferma dawn il- pożizzjonijiet kollha.", "Le, il-mistoqsija preżentata fl-interess nazzjonali quddiem dan il-Parlament hi li tapprezza li l-gvern iqis li l-ftehim li sar jipprovdi l-kondizzjonijiet xierqa għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u jirrikmandah lill-poplu Malti u l-istess Kamra qed tapprezza li l- oppożizzjoni trid xi forma ta' assoċjazzjoni li m'hijiex definita.", "Kellna l-konferma issa għal darba oħra anke mingħand l-Onor.", "Debono Grech li ma jafux x'inhu partnership.", "Għadu kemm qalilna: Għalfejn trid tkunu tafu x'irridu nagħmlu aħna?", "Imbagħad xi darba ngħidulkom, għalfejn din l- għaġġla.", "Kiem li għadu kif intqal issa.", "Il-mozzjoni tkompli tgħid li l- Parlament iqis li huwa xieraq li skond il-mandat li għandu l-gvern dan il- ftehim li bih Malta ġiet mistiedna ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, jitqiegħed għad-deċiżjoni diretta u sovrana tal-poplu Malti f'referendum u għalhekk il-gvern qed ikun awtorizzat li jsejjaħ referendum.", "L-emenda min-naħa ta' l-oppożizzjoni tgħid li tqis li din id-deċiżjoni għandha ssir permezz ta' l-elezzjoni ġenerali.", "Din hi l-mistoqsija li se jkollna quddiemna llejla.", "Allura kif jista' dan il-Parlament possibilment jieħu vot fejn jgħid li l-poplu m'għandux dan id-dritt li jiddeċiedi?", "Għaliex hawn oppożizzjoni li trid iċċaħħad lil dan il-poplu dan id-dritt?", "Forsi ma kienx l-istess Dr Alfred Sant li meta kien intervistat minn \"The Times\" f'Marzu ta` l-1993 li qal dawn il-preċiżi kelmiet?", "Dakinhar \"The Times\" ikkwotatu hekk:", "\"Hypotetically Dr. Sant said that if he had been in favour of EC membership he would hold a referendum. \"", "Imma allura dan huwa issa inkonsistenti miegħu innifsu?", "Din qalha għaxar snin ilu, apparti d-dibattitu li kellna hawn fuq l-emendi għal-liġi tar- referendum u l-eloġi kollha li għamel dwar il-kunċettt ta` demokrazija diretta.", "Dan apparti wkoll dak li ntqal quddiem il-joint-parliamentary committee minn nies bħal l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Lino spiteri għan- nom ta' l-oppożizzjoni Laburista dwar li din trid tkun deċiża b'referendum.", "L-Onor.", "Lino Spiteri baqa` konsistenti għaliex iddikjara bl-iktar mod ċar fuq it-televiżjoni din il-ġimgħa kif huwa r-referendum il-mod korrett li wieħed jistaqsi lill-poplu dwar materja bħal din u li hu beħsiebu li jmur jivvota \"iva\" f'dak ir-referendum, u qalha bl-iktar mod ċar.", "Naturalment l-Onor.", "Vella m'huwiex konsistenti ma' dak li qal dakinhar.", "Hemm min jibqa' konsistenti u hemm min ma jibqax.", "Imma din hi r- responsabbilta` li għandu kull deputat hawnhekk.", "L-appell tiegħi lill- oppożizzjoni huwa biex jiftakru li mhux darba jew t-tieni darba li min-naħa ta' din il-Kamra kellna l-okkażjoni li nappellaw lin-naħa l-oħra tal-Kamra u ngħidulhom biex jaraw fl-interess nazzjonali l-ħtieġa li jibdlu l- pożizzjoni tagħhom.", "Meta riedu jagħmlu l-emendi biex il-VAT inneħħuha u jagħmlu s-sistema tas-CET, kien hawn jew ma kienx hawn l-appelli minn din in-naħa li se jfarrku l-ekonomija tal-pajjiż?", "Webbsu rashom u ma riedux jisimgħu.", "Kien hawn jew ma kienx hawn appelli anke fuq il-kwestjoni tal- proġett tal-Kottonera meta għednilhom biex almenu jagħmlu kumitati u neżaminaw id-dettalji tal-kuntratt?", "Kien hawn jew ma kienx hawn l-appell fuq il-liberalizzazzjoni biex jaċċettaw il-prinċipji tagħha?", "Kien hawn jew ma kienx hawn appelli biex jifhmu l-ħtieġa li jkun hawn il-pluraliżmu fix- xandir?", "Webbsu rashom u qalu li ma jriduhx?", "Kien hawn jew ma kienx hawn appelli anke fuq aspetti oħrajn?", "Infakkar li meta kellna l-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 waħda mill-problemi kbar li kellu kienet preċiżament nuqqas ta' qbil fi ħdanu dwar id-direzzjoni tal-politika barranija ta' pajjiżna anke għar-rigward ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dakinhar Dr Fenech Adami, allura bħala kap ta' l-oppożizzjoni, ressaq mozzjoni li kulma tappella lill- gvern kien li jwaqqaf kumitat ta' nies li jagħżel huwa stess u jħalli lil dak il-kumitat almenu jgħidlu jekk iċ-ċirkostanzi ta' Malta, Ewropew u internazzjonali inbidlux b'mod biex nerġgħu nikkonsidraw x'jaqbel għal pajjiżna.", "Sar dak l-appell?", "Kien appell fl-interess nazzjonali.", "Kien appell li kieku ntlaqa' kien jagħmel ġid lill-gvern Laburista li kien hawn fuq din in-naħa tal-Kamra.", "Laqgħu l-appell?", "Ma laqgħux.", "Mhux biss ma laqgħux imma saret seduta waħda u ma tkompliet qatt għaliex dakinhar ma kienx hemm il-kunċett li ngħidu li nagħmlu disa` seduti u mbagħad jgħidulna li ma kienx biżżejjed.", "Inċidentalment segwejt il-kummenti li ntqalu anke fil-bidu tad-diskussjoni li kellna hawnhekk.", "Il-Viċi Prim Ministru, Lawrence Gonzi, qalilhom: Tgħidulna li qed nagħtukhom ftit meta intom qabel għedtulna li tridu żewġ seduti?", "Imbagħad l-Onor.", "George Vella qallu: Imma meta għedt hekk konna qed naħsbu li se nitkellmu fuq il-pakkett finanzjarju.", "Issa apparti li dan m'huwiex biss pakkett finanzjarju imma huwa pakkett ta' kondizzjonijiet varji u huwa pakkett li fih trid tara wkoll ir-regoli kollha ta' xi tfisser ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, imma allura l-qabża minn żewġ seduti u għal disa` seduti hija għaliex il-mozzjoni hija skond il-liġi dwar ir-referenda biex dan il-Parlament jawtorizza lill-gvern u nqiegħdu d-domanda lill-poplu biex jiddeċiedi hu?", "U jekk id-differenza allura kellha bżonn tittieħed fuq hekk, fejn fid-diskorsi li għamlu l-kelliema ta` l-oppożizzjoni hawnhekk - ma nafx x'se jiġri llejla fid-diskors li se jagħmel fl-aħħar għan-nom ta' l- oppożizzjoni l-kap ta' l-oppożizzjoni – qalu li din id-deċiżjoni m'għandux jeħodha l-poplu?", "Naturalment aċċenna għaliha meta għamel l-emenda l-Onor.", "George Vella.", "Pero` apparti dak l-intervent, fejn tkellmu dwar dan?", "Mela dawn qalu fuq il-pakett għandna bżonn żewġ seduti, issa li l-mozzjoni hija skond il-liġi tar-referenda għandna bżonn disgħa.", "Mela nifhem li l- argumenti prinċipali riedu jagħmluhom fuq il-mistoqsija li għandna quddiemna, jiġifieri nirriferux din il-kwestjoni lill-poplu Malti.", "Dan hu l-qofol ta` kollox.", "Imma għandna oppożizzjoni li ma tridx tisma`.", "Għandna oppożizzjoni li dawn l-appelli kollha li jien semmejt minn din in-naħa tal- Kamra ma semgħathomx.", "Din hija oppożizzjoni supperva, hija sintomu ta' arroganza u oppożizzjoni rasha fir-ramel.", "Imma s-suppervja hija ikbar illum għaliex issa m'hijiex oppożizzjoni li ma tridx tisma` mill-appelli li jsirulha min-naħa tal-gvern jew oppożizzjoni li meta kienet hi fil-gvern ma sematx l-appelli li sarulha mill-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien li kienu jkunu ta' ġid għaliha, imma ma tridx timsa` l-poplu xi jrid jgħid.", "L- oppożizzjoni ma tridx tmur għand il-poplu u tgħidlu: Dawn huma l-argumenti tiegħi kontra sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Għadni nemmen li xi ħadd ikun taħt xi ħadd ieħor u dawk jagħmlulna \"hekk\" għax għandhom xi interessi kontra l-poplu Malti.", "Qisu li l-Unjoni Ewropa m'hijiex l-unjoni preċiżament għax kulħadd huwa ugwali hemm ġew u li inti għandek dritt tkun fl-Unjoni Ewropea għaliex inti Ewropew, għax inti demokratiku, għax għandek l-ekonomija tiegħek miexja 'l quddiem u għax inti tirrispetta r-regoli tad- demokrazija.", "L-oppożizzjoni, issue nazzjonali – u dan huwa l-punt kruċjali – ma tridx li tkun deċiża mingħajr il-partiġġjaniżmu politiku.", "Per eżempju, l-Onor.", "Charles Buhagiar qal li l-industirja tal-bini marret lura.", "Ħalli nagħti ftit ċifri malajr.", "F'dawn l-aħħar erba` snin żdiedu 804 impiegi fl-industrija tal-bini.", "Din kriżi?", "Fi żmienhom l-impiegi fl- industrija tal-bini naqsu b'510.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li llum jaħdmu bil- barter.", "Il-profitti ta` l-industirja tal-bini fi żmienhom naqsu b'iktar minn Lm3 miljun u llum żdiedu bi kważi Lm4 miljun, telgħu għal b'46%.", "Għalfejn il-ħin kollu l-oppożizzjoni tipprova tivinta kemm tista' babawijiet u tbeżża' bihom?", "Sur President, jiena ngħid lill-oppożizjzoni li l-ġudizzju ta' l-istorja bħalissa qiegħed fuq kulħadd fl-Ewropa, internazzjonalment u f'pajjiżna.", "F'dan ir-rigward nixtieq nikkwota mill-initiative and referendum institute ta' l-Ewropa li qed jagħmlu monitoring ta` x'qed jiġri.", "Hawnhekk hawn dokument li jismu Voices of Europe li fih jitkellmu dwar prinċipji ta' demokrazija tar-referendum u għamlu analisi ta' x'qed jiġri fl-accession countries.", "F'din l-analisi li għamlu nsibu dan il-kliem li għalija huma sinifikanti ħafna:", "\"Future EU accessions without a citizens` referendum or consultation have become unthinkable.", "An exception to this rule is the workers` party in Malta which does not want the public to make a direct decision about EU accession but wants the issue to be discussed in the context of general elections.\".", "Qed jgħidulek li affarijiet bħal dawn huma unthinkable.", "Dawn affarijiet tal- mistħija!", "Pero` sibt ukoll x'kienu jgħidu l-kelliema ta` l-opożizzjoni għaliex Malta m'għandhiex tidħol.", "Dawn kienu jgħidu li aħna mhux kapaċi.", "Meta kienu fil-gvern u l-Onor.", "George Vella mar quddiem il-joint- parliamentary committee kien qallhom li aħna fraġili ekoloġikament u ekonomikament, forsi għaxar snin wara naraw.", "Din trfakkarni f'dak l- argument li kienu jagħmlu xi nies kontra l-indipendenza.", "Kienu jgħidu li m'aħniex ippreparati u t-tweġiba tal-gvern Nazzjonalista dak iż-żmien kienet li biex tagħmel l-avvanz 'il quddiem trid isir indipendenti u tagħmel l-avvanz u mhux bil-maqlub.", "Din ta' l-Unjoni Ewropea hija l- istess.", "Jekk inti trid tilħaq dawk l-istandards kun membru f'dik l-unjoni u mhux tgħid imbagħad naraw għax m'aħniex kapaċi.", "Imma għall-oppożizzjoni biss il-poplu Malti mhux kapaċi?", "Għall-Unjoni Eworpea aħna kapaċi u għalhekk ikkonkludejna l-ftehim fit-13 ta' Diċembru.", "Allura l-poplu Malti m'hu kapaċi għal xejn għax skond l-oppożizzjoni, il-poplu Malti mhux biss mhux kapaċi għas- sħubija imma lanqas m'hu kapaċi biex jiddeċiedi jekk hu huwiex kapaċi.", "Sur President, nagħlaq bi kwotazzjoni dwar l-importanza ta' dan il-mument storiku mill-ktieb \"Unity in Diversity\" li għalija hija t-tema prinċipali ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-ktieb hawn kitba ta' l-ex-Prim Ministru tal- Polonja Taddeusz Mazowiecki li tgħid hekk:", "\"The goal of membership is to eliminate the development gap that separates our countries form those in the western parts.", "Historical experience shows that a civilisation gap opens up between societies that remain outside the mainstream of economic development and those that are part of it.", "In the political sphere membership will guarantee the consolidation of a democratic political system and make the process of transformation irreversible.", "With the benefits of membership available at home there will be no need to emigrate to obtain them.\".", "Dak hu l-ħsieb tagħna li nkunu membri ta' l-Unjoni Eworpea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, ovvjament matul din il-ġimgħa l- pajjiż kien iffokat fuq din il-mozzjoni li għandna quddiemna li sfortunatament, fl-opinjoni tiegħi, ma ġietx ridotta għall-punt speċifiku fejn bniedem irid jagħmel għażla bejn żewġ tipi ta' relazzjonijiet imma iktar qegħdin nitkellmu b'mod li qegħdin nistaqsu lill-poplu jekk aħna aħniex Ewropej jew le.", "Jiġifieri hija mistoqsija retorika għax Malta kienet, għadha u tibqa' Ewropea fil-kultura, fil-kristjaneżmu, fl-outlook fuq il-ħajja u fit-twemmin tagħna, fir-rabtiet u strutturi demokratiċi li bnejna aħna matul dan is-seklu.", "Għaldaqstant il-kwestjoni kollha m'hijiex jekk aħna aħniex Ewropej jew le.", "L-għażla m'hijiex jekk aħna rridux rabta ma' l-Ewropa jew inkella rabta ma' xi entita` jew xi pajjiż ieħor.", "L-għażla li għandu l-poplu quddiemu hija l-għażla bejn il-forma ta' relazzjoni bil- vantaġġi u bl-iżvantaġġi, bl-obbligi u bid-drittijiet li aħna se jkollna ma' l-Ewropa.", "L-għażla hija jekk irridux inkunu membri sħaħ f'dan il-club li għandu r-regoli tiegħu fissi, liema regoli għad irridu nifhmuhom għax il-ftehim li sar u li se jorbotna bih għad irid jiġi finalizzat, jew jekk irridux relazzjoni li tqarribna iktar lejn l-Unjoni Ewropea.", "Dik hija l- għażla.", "Jekk irridux inkunu membri sħaħ f'dan il-club bir-regoli stabbilti jew irridux inkomplu niżviluppaw ir-rabtiet li għandna fuq binarju ta' partnership miftiehem speċifikament ma' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, il-kelliema tan-naħa tal-gvern jidhru li qegħdin jippreżentaw l-għażla li nkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea bħala s- salvazzjoni ta' pajjiżna.", "Din it-teżi kif qed tiġi preżentata, li jekk ma nkunux membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea se jisparixxi l-invesitment u ħafna twerwir minn dan, hija minnha nnifiha kontradizzjoni min-naħa tal-gvern għax meta aħna lill-gvern inqanqlu s-sitwazzjoni ekonomika reali li teżisti f'pajjiżna, is-slow-down ekonomiku, l-għoli tal-ħajja u ż-żieda fl- unemployment, dan imerina u jgħid li dawn ma jeżistux.", "Mela jekk dawn ma jeżistux m'għandekx bżonn il-loġika li tintrabat b'regoli mal-club biex dan imexxik 'il quddiem u jsalvak.", "Pero` l-poplu jrid jifhem li l-għażla li għandu quddiemu - u veru għandu l-għażla – se taffettwa lil pajjiżna.", "Għaldaqstant wieħed bilfors irid isemmi l-kwestjoni tas-sovranita`.", "Aħna niftaħħru li matul is-seklu li għadda l-partit politiċi f'pajjiżna, kienu min kienu, kollha ħaddmu - u kien hemm progression sħiħa fl-istorja tagħha - biex pajjiżna jkollu l-indipendenza u s-sovranita` sħiħa tiegħu biex minn żmien għal żmien jiddeċiedi hu l-futur tiegħu u t-triq li jkun irid jagħżel skond iċ-ċirkostanzi kif jiżviluppaw u kif jinbidlu għax il- ħajja ta' nazzjon hija xi ħaġa li se tibqa' ħajja u tibqa' tiżviluppa u ma tistax iżżommha u torbotha b'xi timeframe partikolari.", "Minn żmien għall- ieħor iċ-ċirkostanzi jinbidlulek għax id-dinja tinbidel kontinwament.", "Ir-realta` llum tgħallimna li pajjiżi żgħar bħal Malta, il-vuċi tagħhom tinstema` inqas.", "L-ewwel attenzjoni li niġbed hawnhekk huwa l-fatt li anke fl-Unjoni Ewropea dik hi r-realta, minkejja l-prinċipji kollha li hemm tad- demokrazija, li ovvjament wieħed jaqbel magħhom.", "Qed ngħid dan biex ħadd ma jieħu l-impressjoni li l-partit Laburista għandu xi ħaġa kontra l-Unjoni Ewropea.", "Aħna qegħdin nitkellmu dwar x'inhuma l-aħjar relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Pero` filwaqt li ħafna drabi nisimgħu bil- pożizzjoni ta' pajjiżi kbar bħall-Ġermanja, Franza u l-Ingilterra u dawk li jiddettaw huma li jgħidu huma jgħaddi ħafna drabi bil-manuvrar politiku tagħhom, ftit li xejn nisimgħu asserzjonijiet li jkunu aċċettati minn pajjiżi oħra bħalma huma l-Portugall, l-Lussemburgu u Spanja li huma akbar minn Malta imma huma kkonsidrati bħala żgħar.", "Għaliex?", "Għax il-pajjiż li huwa kbir li għandu l-ikbar muscle f'din l-organinazzjoni ovvjament se jkun il-pajjiż jew il-pajjiżi li f'tandem bejniethom se jkunu huma li jagħtu d- direzzjoni politika.", "U dan naċċettawh.", "U ħafna mill-kwestjoni li jinqalgħu politiċi bejn l-Ingilterra, il-Ġermanja u Franza - anke minn żmien Margaret Thatcher - kienu dejjem minħabba li dawn il-pajjiżi l-kbar ikunu jridu huma kif jiddeterminaw it-triq li l-Unjoni Ewropea għandha tiżviluppa politikament.", "Dan l-aħħar kien hemm kwestjoni dwar jekk għandux ikun hemm żewġ president, wieħed għall-affarijiet esterni u l-ieħor għall-affarijiet interni.", "L-idea kienet proposta mill-Ġermanja u hemm nuqqas ta' qbil dwarha.", "Issa naraw ta` min tirbaħ il-volonta`.", "Allura fid-dawl ta' dan kollu s-sitwazzjoni tas-sovranita` ta' Malta, meta aħna nkunu integrati sħaħ hemmhekk, fl- isfond politiku li qed tiżviluppa bih l-Unjoni Ewropea huwa importanti.", "Xi ħadd matul din il-ġimgħa qal li Malta ssir irrelevanti barra mill-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb dak kien insult lejn pajjiżna għax pajjiżna kellu l- ikbar mument ta' relevanza fil-fora internazzjonali meta fl-1976 bħala nazzjon sovran u indipendenti li kellu l-veto, il-konferenza tac-CSCE, tas- sigurta' fuq l-Ewropa kellha taċċetta l-proposta ta' Malta li s-sigurta' ta' l-Ewropa għandha tkun marbuta mas-sigurta' tal-Mediterran.", "U dak ġara għax il-vot ta' Malta bħala pajjiż sovran kien neċessarju.", "Issa kulħadd jaf li l-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea - 15-il pajjiż u aktar 'l quddiem ikunu iżjed - mexjin lejn il-prinċipju li l-vot tal-maġġoranza jiddetermina hu, u once li jkun hemm d-deċiżjoni tal-maġġoranza l-oħrajn jaqblu u ma jaqblux ikollhom jaċċettaw.", "Din hija xi ħaġa li ssibha f'kull club jew f'kull partit.", "Tista' tesprimi l-opinjoni tiegħek imma jekk il-maġġoranza ma taqbilx miegħek, jekk tibqa' f'dak il-club trid taċċetta d-deċiżjoni tagħha.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jispjega l-implikazzjoni tal-kwestjoni tas-sovranita'.", "Issa meta ngħid sovranita' ma jfissirx li ngħixu waħedna għax kull pajjiż irid jagħmel ir-relazzjoni tiegħu bilaterali u multilaterali.", "Kull meta tagħmel ir-relazzjoni bilaterali u multilaterali inti qed tassumi ċerti drittijiet u iktar minn hekk qed tassumi ċerti obbligi wkoll.", "Pero` l-poplu jrid ikun konxju li jekk inkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea jista` jiġri li deċiżjonijiet li jittieħdu fil-futur b'vot maġġoritarju, naqblu jew ma naqblux magħhom, jista` jkollhom impatt negattiv fuq pajjiżna u għalkemm ma jkunx jaqbel li naċċettawhom jkollna naċċettawhom.", "Dan il-punt tat-tnaqqir tas-sovranita` joħroġ ċar ukoll minn dokumenti li ppreżentalna hawn ukoll il-gvern.", "Qed nirreferi għall- kapitlu 27 li jitkellem dwar common foreign and security policy, u fl- ewwel paġna jgħid li l-vot ta' Malta kien jikkonċidi ma` ta' l-Unjoni Ewropea, fil-każ tan-Nazzjonijiet Uniti, f'96% tal-każijiet matul is-sena 1999.", "Imbagħad jikkonkludi li Malta kkommettiet ruħha li tagħmel full alignment tal-policy tagħha fir-rigward kollu ta' l-acquis.", "Mela kif nifhimha jiena, l-commitment li għamlet Malta bħala membru sħiħ huwa li aħna nintrabtu li nsegwu d-deċiżjonijiet li jittieħdu minn Brussell anke fuq kwestjonijiet ta` sigurta', ta' ġlied u gwerer reġjonali li ħafna drabi jistgħu jinqalgħu.", "Dan anke jekk aħna nħossu li deċiżjoni ma taqbilx għal Malta jew ma taqbilx man-newtralita`, minkejja l-protokoll u d- dikjarazzjoni li qed ngħidu li se jkun hemm.", "Dan il-commitment ifisser li s- sovranita` tagħna fil-club se tkun effetwata bħala nazzjon.", "Sur President, huwa l-poplu li jrid jiddeċiedi jekk iridx li eventwalment nabbandunaw in-newtralita` li aħna aċċettajna u daħalniha fil- Kostituzzjoni u li għamlet lil Malta pajjiż rispettat min-nazzjonijiet kollha u li ġabitilna l-paċi u l-progress.", "Għax m'aħniex qed nistennew li nintegraw irwieħna fl-Unjoni Ewropea biex nagħmlu il-progress.", "Pajjiżna minn wara l-Indipendenza 'l hawn, minkejja n-nuqqas ta' qbil politiku dejjem baqa` jagħmel progress.", "Ovvjament nuqqas ta' qbil politiku dejjem ikun hawn għax ma jagħmilx sens il-Parlament.", "Imma kull gvern għamel passi biex il-pajjiż mexa 'l quddiem u biex illum il-poplu Malti għandu l- istandard of living li għandu.", "Ma jfissirx li m'għandniex fejn nipprogredixxu.", "Ma jfissirx li m'għandniex ħafna x'nagħmlu, Ma jfissirx li m'hemmx ħafna nuqqasijiet u difetti strutturali fl-ekonomija u fl- istrutturi tagħna li rridu nirranġawhom.", "Imma hawnhekk tiġi l-mistoqsija l- oħra li hija jekk dan il-ftehim effettivament jindirizzax il-problemi fl- ekonomija tagħna.", "In-naħa tal-gvern qed jgħidu li mill-pakkett finanzjarju l-gvern se jibqagħlu Lm26 miljun fis-sena għall-ewwel tliet snin f'idejh.", "Jien se nagħtih il-benefiċċju tad-dubju u se nitkellem fuq is-Lm26 miljun.", "Mhux se noqgħod ngħid li parti huma marbutin bħala in kind u l-parti l- oħra hija in cash.", "Illum jekk wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni finanzjarja li gvern Nazzjonalista rriduċa lil pajjiżna fiha mill-1987 sal-lum, span ta' 13 jew 15-il sena li 18-il xahar minnhom biss kienu f'idejn il-partit Laburista, isib li skond l-aħħar budget li sar ftit ġimgħat ilu, matul din is-sena pajjiżna se jkollu jħallas Lm75 miljun imgħax fuq id-dejn li għandna.", "Din hija s-sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra li ninsabu fiha!", "Dan ifisser li s- Lm26 miljun huma ekwivalenti għal terz ta' dak l-imgħax, jiġifieri dawn is- Lm26 miljun diġa` nxtorbu.", "That's all. Illum pajjiżna jinsab f'sitwazzjoni fejn l-ispiża rikorrenti tiegħu qed tiżdied iktar milli kien forecasted u iktar mill-growth ekonomiku.", "Fil-kont kurrenti għandna żbilanċ li ilu jippersisti għal matul dawn l-aħħar tliet snin għax matul dawn l-aħħar tliet snin kien hemm persistenza ta' żbilanċ bejn dak li nesportaw u nimportaw globalment.", "Minkejja l-fatt li matul dawn l-aħħar erba' snin it-taxxi żdiedu b'Lm265 miljun, medja ta' Lm60 miljun fis-sena - dan ikkonfermah il-Ministru stess fil-budget speech li għamel - u minkejja l-bejgħ li sar fil-proċess ta' privatizzazzjoni ta' l-HSBC, tal-posta u ta' l-airport, is-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna xorta waħda għadha mwiegħra.", "Fil-fatt huwa għalhekk li jien għedt li m'iniex se noqgħod infettaq fuq is-Lm26 miljun.", "Kieku dawn is-Lm26 miljun huma cash, dawn imorru fil-kont tal-gvern u bihom il-gvern ikun jista' jħallas terz mill-imgħax tad-dejn li għandu.", "Sur President, issa l-mistoqsija hi: Wara tliet snin x'se jiġri?", "Għax jekk skond kif qed jgħid il-gvern, aħna se nkunu net beneficiaries għal Lm26 miljun fis-sena, fl-istess waqt Malta trid tibda tagħti l-kontribut tagħha from day one, u skond figuri li qrajthom fuq xi gazzetta u kkwotahom ukoll il-Prim Ministru, il-kontribut li trid tagħmel Malta jammonta għal madwar Lm26 miljun fis-sena.", "Issa jekk kemm-il darba wara li jgħaddu t- tliet snin m'aħniex se nieqfu li nkunu net beneficiaries - għax irrid nagħti l-benefiċċju tad-dubju u nipprova nkun preċiż biex kemm jista' jkun, filwaqt li nkun qed nesprimi l-opinjoni tiegħi, ma nkunx partiġjan - u l- kontribut ta' pajjiżna jkun ta' madwar Lm26 miljun għax ir-regoli hekk jiddettaw - fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball hemm xi Lm74 miljun li jridu jitħallsu minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea biex Malta tkun tat il-kontribut tagħha wkoll matul dawn it-tliet snin - dawk is-Lm26 miljun xorta waħda jibqgħu għax dik hija regola ta' l-Unjoni Ewropea; li kull pajjiż irid jagħti l-kontribut tiegħu.", "Mela fid-dawl tal-fatt li llum il-bank ċentrali Ewropew jimponi l-obbligu li d-deficit ma jkunx jiżboq it-3% tal-prodott gross domestiku u fid-dawl tal-fatt li għalkemm fil-budget ingħatat l- impressjoni li dak iż-żmien l-iżvilupp ekonomiku tagħna se jkun ta' madwar 5%, fir-realta` llum kull pajjiż Ewropew qed ikollu jirrivedi l-projections tiegħu minħabba ċ-ċirkostanzi ekonomiċi li seħħew matul dawn l-aħħar snin - fil-fatt anke l-Ingilterra, li kellha l-iktar ekonomija vibranti fl-Unjoni Ewropea, ukoll qed tbassar li l-iżvilupp fil-gross domestic product tagħha se jonqos - u allura l-iżvilupp fil-prodott gross domestiku tagħna żgur mhux se jikber għal 5%, bħalma ma kibirx għal 5% matul dawn l-aħħar snin, x'se jiġri wara li jgħaddu t-tliet snin biex aħna nkunu nistgħu nottemporaw ruħna mal-limit ta' 3% fuq id-deficit?", "Tgħid se jkun hemm l-impożizzjoni ta' iktar taxxi fuq il-poplu Malti?", "Wisq nibża' li se niġu fis-sitwazzjoni li nqabdu fiha pajjiżi kbar illum.", "Per eżempju, il-Ġermanja, minkejja li l- ekonomija tagħha hija sluggish u għandha l-unemployment qed jiżdied, minkejja l-wegħdi li se titnaqqas it-tassazzjoni minħabba r-restraints fiskali, dan il-pajjiż ma jistax jiddeċiedi li jnaqqas it-taxxi biex jagħti mbottatura lill-ekonomija għaliex inkella dan jeffettwa r-revenue tal- gvern.", "Fil-fatt il-Ġermanja diġa` ġiet imċanfra għax qabżet il-line.", "Sur President, dan il-fatt ifisser li pajjiżna se jinqabad f'din il-morsa, imma minkejja dan, il-gvern qed jagħlaq għajnejh għal dan kollu u ħadd min- naħa tal-gvern m'hu qed jispjega x'impatti se tħalli sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea, kif qed nagħmel jien.", "Jien nerġa` nistaqsi: Quddiem dan kollu, il-gvern x'se jagħmel?", "Se jdaħħal iktar taxxi biex imbagħad ikun qed jagħfas l-iżvilupp ekonomiku iktar 'l isfel?", "Dawn huma mistoqsijiet li rridu nagħmluhom.", "Mistoqsija oħra li rrid nagħmel hija din: Il-fatt li aħna mdawrin bil-baħar u allura l-cost tat-transport tagħna huwa ogħla minn ta' pajjiżi oħra, il-fatt li m'għandniex suq intern u l-fatt li aħna rridu nimportaw kollox minħabba li m'għandniex materja prima, dawn ġew ikkonsidrati fil-pakkett li nnegozja l-gvern ma' l-Unjoni Ewropea biex aħna verament inkunu qegħdin on a level playing field mal-pajjiżi l-oħra?", "L- Unjoni Ewropea trid tagħti kas il-limitazzjonijiet li għandna aħna bħala pajjiż u mhux ħadd m'hu qed jagħti kas dawn il-limitazzjonijiet.", "Jien nistaqsi wkoll: Jekk għall-pharmaceutics innegozjajna transition period sas-sena 2006 biex dawn iġibu s-certification mitluba, dawn se jingħataw il-faċilita` li jottjenu din is-certification malajr u bl-irħis, mhux bi spiża ogħla?", "Għax lili qed jgħiduli li se jsibu ċerti problemi biex jakkwistaw din is-certification.", "Sur President, jien kelli l-impressjoni li matul dan id-dibattitu kull membru kellu 25 minuta, imma ġaladarba hemm dan il-ftehim, jien irrid nosservah.", "Fil-fatt ilħaqt għedt biss il-kwart ta' dak li kelli xi ngħid għax hemm ħafna x'wieħed janalizza f'dan il-qasam.", "Nikkonkludi billi ngħid li l-partnership ma jagħżilx l-aħjar u jiskarta l-obbligi.", "Il-partnership fih kemm obbligi kif ukoll drittijiet, imma fl-istess ħin jagħtina l- flessibilta` neċessarja biex dawn il-problemi inerenti ta' pajjiżna, li jgħaddi kemm jgħaddi żmien se jibqgħu hemm, inkunu nistgħu nittekiljawhom, inkunu nistgħu nirbħuhom u b'hekk inkunu nistgħu nikkreaw opportunitajiet ġodda verament.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Sur President, qegħdin niddiskutu mozzjoni li qed tipproponi li f'dan il-mument storiku fejn l-Ewropa se ssir Ewropa waħda, din il-Kamra tafferma li l-futur politiku, ekonomiku u soċjali ta' Malta huwa marbut ma' dak ta' l-Unjoni Ewropea, bħala għaqda ta' pajjiżi li jfittxu l-paċi, il-progress ekonomiku u soċjali, u dan b'rispett sħiħ għall- prinċipji tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, b'solidarjeta` bejn il-poplu u bi twettiq tal-prinċipju tas-solidarjeta`.", "Din il-mozzjoni li għandna quddiemna qed tagħmel il-mistoqsija: Taqbel li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li se jsir fl-1 ta' Mejju, 2004?", "Dan huwa dibattitu ta' importanza kbira ħafna li qed ipoġġi lill-pajjiż f'salib it-toroq għax kif wiegħed gvern Nazzjonalista, meta jispiċċaw in-negozjati, il-gvern se jmur quddiem il-poplu bil-pakkett li ġie nnegozjat u jagħmel referendum sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jagħżel jekk iridx li pajjiżna jsir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea jew inkella jibqa' barra.", "Dan huwa żmien storiku, imma kif intqal diġa` matul dan id- dibattitu, il-poplu diġa` għadda minn żmien storiku ieħor, u filwaqt li llum nafu kif se jkun il-futur tagħna, ta' wliedna u ta' wlied uliedna għax aħna qegħdin niddiskutu u ninformaw lill-poplu iktar dwar l-Unjoni Ewropea, il-poplu Malti u Għawdxi ta' 38 sena ilu ma kienx jaf għal xiex se jidħol u jekk il-pass kbir li kien se jieħu kienx fil-baħħ.", "Madanakollu l-istorja wriet li l-poplu Malti u Għawdxi wera fiduċja kbira fil-gvern Nazzjonalista ta' dakinhar u daqstant ieħor il-gvern ta' Borg Olivier wera fiduċja qawwija fil-poplu Malti u Għawdxi, u b'hekk b'kuraġġ kbir il-gvern ta' dakinhar ħa l-pass li jagħmel lil Malta indipendenti.", "Kif kulħadd jaf, minn dakinhar 'l hawn, il-pajjiż mexa 'l quddiem ħafna.", "Madanakollu, kif għedt diġa`, illum pajjiżna jinsab f'salib it-toroq għax minn naħa waħda għandu t-triq mħejjija mill-kap qalbieni tagħna, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, u min-naħa l-oħra għandna lill-oppożizzjoni, li issa ilha erba' snin sħaħ topponi għal dak kollu li jissuġġerixxi jew iressaq 'il quddiem il-gvern.", "Il-poplu għandu deċiżjoni x'jieħu; jew jaċċetta li pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea jew inkella jagħżel li Malta tibqa' barra mill-Unjoni Ewropea u għalhekk tibqa' iktar lura mill-pajjiżi Ewropej.", "Żgur li kull wieħed u waħda minna jrid jagħmel numru ta' mistoqsijiet lilu nnifsu biex ikun iktar informat u biex ikun jaf preċiżament għal xiex għandu jivvota.", "Per eżempju, wieħed irid jistaqsi lilu nnifsu jekk iridx jgħix ħajtu b'moħħu mistrieħ, jekk iridx li d- drittijiet tiegħu jkunu mkasbra, jekk iridx li l-kwalita` tal-ħajja tiegħu titjieb, jekk iridx li wliedu u wlied uliedu jkollhom opportunitajiet ġodda u aħjar għall-ħajja tagħhom u ta' wliedhom, jekk iridx li jkollu futur sod b'impjiegi u b'pagi aħjar għal uliedu, jekk jixtieqx li jkollu aċċess bla xkiel għas-swieq tagħna, jekk iridx li f'pajjiżna jiġu iktar investimenti u iktar xogħol.", "Wieħed irid jistaqsi wkoll lilu nnifsu jekk jixtieqx jgħix fil-paċi u fis-sigurta`, jekk jixtieqx li fil-pajjiż ikollna l-ogħla standards f'ħafna oqsma, bħal per eżempju, fl-ambjent, fit-toroq, fl- isptarijiet, fl-għajnuna soċjali, fi skejjel, fl-għoti ta' servizzi u f'dik li hija sigurta` fuq il-post tax-xogħol, jekk jixtieqx li jkollna l-aqwa prodotti u l-ikbar opportunitajiet.", "Jien naf li l-esportazzjoni li jagħmel pajjiżna kważi kollha tmur lejn pajjiżi Ewropej, u allura hawnhekk il- mistoqsija toħroġ weħidha: Jekk aħna ma nisseħbux f'din l-għaqda kbira ta' iktar minn 400 miljun, Malta se tkun tista' tibqa' tesporta l-prodotti li tipproduċi bi prezzijiet vantaġġjużi?", "Naturalment hemm ħafna iktar mistoqsijiet li jrid jagħmel il-poplu qabel ma jivvota fir-referendum, pero` jien se nieqaf hawnhekk.", "Sur President, il-poplu jrid iħares ukoll lejn l-istorja taż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Per eżempju, matul is-snin il-gvernijiet Nazzjonalisti dejjem urew fiduċja qawwija fil-poplu Malti u Għawdxi, fil-kapaċita` tiegħu, fil-ħila kbira tiegħu u fil-qlubija tiegħu.", "L-istorja wriet li l-poplu tagħna huwa lest li jieħu ċerti deċiżjonijiet importanti biex jgħin lill-gvern tal- ġurnata jmexxi lil pajjiżna 'l quddiem.", "Min-naħa l-oħra l-poplu għandu quddiemu storja ta' oppożizzjoni li matul is-snin, speċjalment fis-snin sebgħin u tmenin, uriet bil-fatti l-ħruxija li l-poplu kellu jgħaddi minnha, imma l-poplu Malti u Għawdxi, għax huwa kuraġġjuż u jaf x'irid, irreżista dan kollu sakemm wasal iż-żmien li fih il-poplu ħa r-riedni f'idejh biex ikun jista' jgħix aħjar.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li l-poplu Malti u Għawdxi wasal biex jiddeċiedi l-futur tiegħu; mhux il-futur tiegħu ta' ftit snin oħra imma l-futur għal dejjem tiegħu, u għalhekk nappella lill-poplu biex jinforma ruħu iktar ħalli b'hekk jasal biex jagħmel l-għażla tiegħu, ċioe` li Malta għandha ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, naħseb issa, li resqin lejn l-għeluq ta' dan id- dibattitu, jekk noqogħdu naħsbu ftit dwar id-diskorsi li smajna matul dawn l-aħħar tmien seduti jsib li hemm punt wieħed li tista' tgħid illi ħareġ f'kull intervent li sar mill-Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra, li huwa r- rikonoxximent min-naħa tagħna d-deputati li bħalissa qegħdin ngħixu f'mument storiku fejn il-pajjiż qiegħed f'salib it-toroq u llum ninsabu f'lejliet il-ġurnata li fiha trid tittieħed deċiżjoni importanti ħafna li se tagħmel differenza kbira għall-għajxien tal-familji u tat-tfal tagħna.", "Il-pajjiż kollu qed jaqbel li llum qegħdin f'salib it-toroq, u allura fuqna d-deputati jaqa' piż kbir.", "Jien irrid nammetti li dan il-piż qed inħossu, u forsi qed inħossu iktar milli ħassejtu kull meta kelli l-opportunita` li nindirizza lil din il-Kamra.", "Meta tkun taf li għandek f'idejk il- possibilta` li tagħti direzzjoni lill-poplu li inti qed tmexxi bħala politiku u li lil dan il-poplu tagħtih ġejjieni li jkun qed joffrielu futur fejn ikun jista' jisfrutta iktar l-opportunitajiet u l-kapaċitajiet tiegħu, din hija okkażjoni li żgur li lilna d-deputati se tiġina darba f'ħajjitna u li mhux se terġa` tirripeti ruħha.", "Għalhekk jien, bħala politiku u bħala individwu, qed inħoss ċertu piż u responsabbilta` li qed nindirizza lil dan il-Parlament lejliet il-ġurnata li fiha se tittieħed deċiżjoni importanti ħafna.", "Matul l-interventi li saru f'dan id-dibattitu nistgħu ngħidu li tkellimna dwar l-aspetti kollha li wieħed jista' jitkellem fuqhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Effettivament il-punt kardinali tal- mozzjoni li għandna quddiemna huwa dan li aħna qegħdin ngħidu lilna nfusna: Ejjew ninżgħu l-poter li għandna f'idejna biex nieħdu din id-deċiżjoni, li se tagħmel differenza għall-futur tal-familji tagħna, u dan il-poter nagħtuh f'idejn il-poplu tagħna!", "Wara li mxejna u għumna din it-triq twila ħafna li permezz tagħha llum qed inkunu nistgħu niġu quddiem il-poplu Malti bis-sħubija, aħna lanqas irridu nieħdu d-deċiżjoni finali aħna imma kif għedt diġa`, bil-mozzjoni li għandna quddiemna f'dan il-Parlament qed ngħidu lilna nfusna: Ejjew ninżgħu minn dan il-poter u nħallu l-privileġġ ta' l-għażla f'idejn il-poplu, li jixraqlu li jieħu deċiżjoni importanti bħal din hu.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira.", "Jien nieħu pjaċir meta nitkellmu fuq il-pakkett u nidħlu fid-dettalji ta' dan il- pakkett, pero` f'ġieh is-sewwa, aħna rnexxielna nġibu sħubija għal dan il- pajjiż!", "Id-dokumenti li llum għandna f'idejna huma l-għeluq ta' proċess li beda numru twil ta' snin ilu meta l-poplu Malti, b'deċiżjonijiet liberi li ħa f'elezzjoni ġenerali waħda wara l-oħra, ta mandat lill-gvern tal-pajjiż biex jinnegozja u jġib is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u llum qegħdin hawn għax għandna din l-isħubija f'idejna.", "Nistgħu niddiskutu l-kondizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, nistgħu niddiskutu d-derogi li rnexxielna nġibu, nistgħu niddiskutu kif se jintlaqtu s-sajjieda u l-bdiewa u nistgħu niddiskutu wkoll kif se jintlaqtu l-kaċċaturi minn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, imma waqt li niddiskutu dawn l-affarijiet kollha rridu nżommu quddiem għajnejna li għandna l- isħubija ta' l-Unjoni Ewropea fil-ponn ta' jdejna, u dik hija l-iktar ħaġa importanti!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fl-1981 l-elettorat Malti qal lill-partit Nazzjonalista, li kien ġab il-maġġoranza tal-voti: Iva, irrid li timxu biex tinnegozjaw ħalli Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea!", "Dan il- mandat tal-poplu Malti ġie ripetut fl-elezzjoni ta' l-1987, ġie ripetut fl- elezzjoni ta' l-1992 u reġa` ġie ripetut fl-elezzjoni ta' l-1998; fejn il- poplu Malti qalilna: Morru nnegozjaw u lil dan il-pajjiż ġibulu l- isħubija!", "Għalhekk jien ngħid: Ejjew noqogħdu attenti u npoġġu kollox fil- perspettiva.", "Biex nagħti eżempju metaforiku, dan qisu bħal meta morna ninnegozjaw u xtrajna karozza.", "Issa nistgħu nitkellmu fuq il-pum, nistgħu nitkellmu fuq it-tapit u nistgħu nitkellmu wkoll fuq il-petrol, pero` l- fatt hu li l-karozza issa xtrajnieha, qiegħda f'idejna u issa din hija tagħna.", "Dan hu l-punt li rrid nenfasizza fil-bidu ta' dan id-dibattitu; li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea diġa` hija nnegozjata, hemm il- kondizzjonijiet u issa niddiskutuhom il-kondizzjonijiet ukoll, imma l-iktar punt importanti huwa li l-isħubija qiegħda fil-ponn ta' jdejna, u ma rridux inħalluha taħrab minn idejna.", "It-tieni punt importanti li rrid nagħmel fil-bidu tad-diskors tiegħi huwa li jien xtaqt li l-oppożizzjoni tkun ħafna iktar konsistenti f'dan id- dibattitu.", "Per eżempju, ma nistax nifhem kif l-ewwel tiġi l-oppożizzjoni hawnhekk u tgħidilna li l-Unjoni Ewropea hija tajba ħafna, u tant hija tajba li rridu nagħmlu partnership magħha, imbagħad tisma' kantaliena waħda wara l-oħra li l-Unjoni Ewropea fiha d-difetti kollha tad-dinja.", "Fil-fatt il-pesta biss kien jonqoshom jgħidu li għandha l-Unjoni Ewropea!", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni smajna diskors wara l-ieħor li jgħid illi fl-Unjoni Ewropea kulħadd hu mejjet bil-ġuħ, kulħadd qiegħed fir-riskju li jiftaqar, kulħadd hu qiegħed u li fl-Unjoni Ewropea hemm l-ogħla rata ta' qgħad li hemm fid-dinja kollha.", "X'titlu jonqoshom jagħtuha lill-Unjoni Ewropea?!", "U wara kollox x'inhu l-messaġġ li qed jipprovaw iwasslu?", "L-Unjoni Ewropea hija tajba?", "Hija xi ħaġa li llum tagħti realta` politika, soċjali u kulturali enormi u li ġabet bidla kbira ta' stabbilta` fl-Ewropa, f'dan il- kontinent li qiegħed bieb u għatba magħna?", "Dan hu minnu jew mhux minnu?!", "U huwa minnu li intom qed tgħidu li l-Unjoni Ewropea tant hija tajba li intom tridu tagħmlu partnership magħha, għalkemm sal-lum ħadd għadu ma jaf fiex jikkonsisti dan il-partnership?", "Allura għaliex matul dibattitu ta' tmien seduti, qlajtuli fwiedi għax f'kull intervent li beda jsir min-naħa ta' l-oppożizzjoni l-ewwel bdew jgħidu kemm hi tajba l-Unjoni Ewropea u mbagħad bdew joħorġu l-affarijiet negattivi li wieħed jista' jimmaġina, liema affarijiet negattivi smajthom biss f'din il-Kamra u mkien ieħor fl- Unjoni Ewropea?!", "Issa jien m'iniex qed ngħid li l-Unjoni Ewropea hija perfetta.", "Wara kollox x'inhu perfett?", "Aħna perfetti?", "Hawn xi ħaġa perfetta f'din id-dinja?", "Imma min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma jirnexxielekx issib ftit konsistenza; tisma' Membru jagħmel argument u mbagħad il-Membru li jitkellem warajh iwaqqagħlu l-argument kollu li jkun ġab, jekk ma jkunx l-istess Membru li jwaqqa' l-argumenti tiegħu stess!", "Se nieqaf hawn fuq dan il-punt, pero` ma stajtx ma ngħidx li ppretendejt illi l-oppożizzjoni tkun iktar konsistenti fl-argumenti li ġġib.", "Wara kollox huma stess qalu li dan huwa mument storiku, huma stess qalu li dan il-pajjiż jinsab f'lejliet il-ġurnata li fiha se tittieħed l-iktar deċiżjoni importanti mill- Indipendenza 'l hawn.", "Għalhekk ftit iktar serjeta`, konsistenza u analisi suret in-nies dwar l-affarijiet li għandna quddiemna, jien ippretendejtha, u ppretendejtha bi dritt, hekk kif ippretendieha bi dritt il-poplu, pero` s'issa, minkejja li din hi s-seduta ta' qabel ta' l-aħħar li fiha se nitkellmu dwar din il-mozzjoni, din il-konsistenza għadni ma sibthiex.", "Jien personalment ngħid li l-mandat li l-poplu tana f'idejna biex ninnegozjaw u nġibu s-sħubija ta' Malta bl-aħjar kondizzjonijiet possibbli wettaqnieh, u wettaqnieh għall-interess tal-poplu kollu.", "Ejjew nieqfu għal mument u qabel ma nieħdu d-deċiżjoni tagħna naħsbu daqsxejn dwar kif l- opportunita` li għandna li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea se tolqot lill-iktar settur importanti, ċioe` s-settur tal-ħaddiema tagħna.", "Jien nittama li l-ħaddiema qegħdin isegwu dan id-dibattitu għax huwa importanti li jieqfu jaħsbu u jirriflettu ftit fil-kwiet ta' darhom flimkien mal- familja tagħhom xi tfisser għalihom sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "X'iridu l-ħaddiema tagħna, sia l-ħaddiema li llum qed jaħdmu u sia dawk li qed jipprovaw jidħlu fid-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba?", "Il-ħaddiema jridu l-opportunitajiet; iridu l-opportunita` li jaħdmu, li minkejja li jkollhom impjieg ikollhom il-possibbilta` li jagħżlu mpjieg ieħor, li jimxu 'l quddiem f'ħajjithom u li jagħżlu karriera.", "Huwa fatt li ħadd ma jista' jinnegah li l-Unjoni Ewropea hija s-suq ewlieni ta' pajjiżna.", "L-Unjoni Ewropea hija suq, u l-maġġoranza l-kbira ta' dak li joħolqu b'idejhom jew b'moħħhom l-eluf kbar ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li jmorru għax-xogħol kull filgħodu qed imur f'dan is-suq, li huwa bieb u għatba magħna.", "Issa hawnhekk wieħed jista' jgħidli: Imma aħna se niddependu fuq l-Unjoni Ewropea?", "Ħudu paċenzja u ftakru daqsxejn li s'issa l-Unjoni Ewropea hija magħmula minn 15-il pajjiż u allura hija magħmula minn suq ta' 370 miljun ruħ.", "Fl-1 ta' Mejju tas-sena d-dieħla, meta anke aħna jkollna l- opportunita` li ningħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea mhux se tibqa' magħmula minn 15-il pajjiż membru imma se tkun magħmula minn 25 pajjiż, b'Malta inkluża, u dan is-suq, minn 370 miljun ruħ se jikber għal 550 miljun ruħ.", "Il-ħaddiema li qed jisimgħuni dalgħodu jew li se jaqraw dan id-diskors għada, wara li joqogħdu jaħsbu ftit fil-kumdita` ta' djarhom, iridu jifhmu li aħna bħala gżira, bħala pajjiż, għandna nkunu parti mill-qabża kbira li dan il-ġgant se jagħmel biex isir ġgant ikbar milli hu.", "Huwa kruċjali li dan is-suq jibqa' sħiħ u miftuħ bil-liberta` kollha għalina, għas-suq tagħna u għall-ħaddiema tagħna.", "Sur President, irrid infakkar u nenfasizza li llum aħna m'aħniex qed ngħixu biss biss il-mument storiku ta' pajjiżna li se jieħu din id-deċiżjoni imma qed ngħixu wkoll il-mument storiku fejn l-Unjoni Ewropea se tikber iżjed milli hi llum.", "Fil-fatt fl-1 ta' Mejju, 2004 l-Unjoni Ewropea se tilqa' fi ħdanha pajjiżi li sa 12 jew 13-il sena ilu kienu wara l-purtiera tal-ħadid.", "Dawn il-pajjiżi kienu qishom għasafar magħluqin ġo gaġġa, pero` issa, li din il-gaġġa nfetħet, huma għandhom il-possibbilta` li jtiru.", "Wieħed m'għandux għalfejn ikun professur ta' l-ekonomija biex jinduna li minn mindu nfetħet din il-gaġġa li l-komuniżmu kien żamm lil dawn il-pajjiżi magħluqin fiha u l-għasfur ħareġ minnha u beda jtir, dawn il-pajjiżi rnexxielhom jimxu 'l quddiem, saru kompetituri kbar u qed jaħtfu l- opportunita` ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Il-ħaddiema tagħna, il-familji tagħna, in-nisa tad-dar li qegħdin jisimgħuna u li għandhom lil żwieġhom jaħdmu fil-fabbriki, il-ġenituri tat-tfal li għandhom 15 jew 16-il sena u qegħdin jaħsbu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jekk mhux se jkomplu bl- istudji tagħhom, iridu jifhmu li l-maġġoranza l-kbira tal-prodotti li l- ħaddiema Maltin u Għawdxin jipproduċu waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom imorru fis-suq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea tfisser suq miftuħ għall-ħaddiema, u ma joqogħdux jiġu jgħiduli bil-partnership u mhux partnership!", "Huwa importanti li s-suq ikun miftuħ għalina bi dritt mingħajr ebda xkiel u mingħajr l-ebda diffikulta`.", "Sur President, jien ma rridx immur nitlob il-karita`, ma rridx immur nitlob lill-partner tiegħi biex jgħidli \"iva\" jew \"le\", ma rridx inkun niddependi minnu imma irrid immur hemm bi dritt, nitkellem jien bħala membru fl-Unjoni Ewropea u ngħid li dak is-suq huwa tiegħi daqskemm huwa tiegħek.", "Dan tfisser l-Unjoni Ewropea, u dak il-pakkett ta' karti li aħna għandna fuq il- mejda tal-Kamra jfisser li qed nagħtu dan id-dritt lill-Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk irridu nagħmlu l-mistoqsija lilna nfusna: Irridu li jkollna dritt nidħlu f'dan is-suq mingħajr xkiel ta' xejn?", "Għax sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dan li tfisser suq miftuħ għall-ħaddiema tagħna għax tiġbed lejn pajjiżna opportunità ta' investiment.", "Anke hawnhekk irridu noqogħdu attenti għax qed nilgħabu mal-ġejjieni kemm ta' l-investiment li għandna f'pajjiżna llum kif ukoll ta' l-investiment li nistgħu nġibu.", "Min għandu ftit melħ f'rasu ma jafx li Malta fl-Unjoni Ewropea se tkun f'pożizzjoni ħafna aktar aħjar milli kieku tkun barra mill-Unjoni Ewropea meta jiġi xi investitur u jrid jagħżel?", "Wieħed li jrid jiftaħ fabbrika u li jrid jinvesti flusu x'imkien jippreferi post li jkollu suq miftuħ għalih milli post li fih ikun hemm xi diffikultajiet.", "Għalhekk nerġa' ntenni li l- opportunità ta' sħubija, l-opportunità unika li għandna quddiemna hija marbuta id f'id ma' l-investiment li għandna fil-pajjiż bħalissa kif ukoll ma' l-investiment li nistgħu nġibu 'l quddiem għaliex pajjiżna jkun jista' jikkompeti u jkun jista' jiġbed lejh investituri li jkunu jafu li qed jinvestu f'pajjiż li huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament min jikkmanda fl-Unjoni Ewropea l-ewwel jieħu ħsieb lil ta' ġewwa u mbagħad lil ta' barra.", "Bil-Malti ngħidu: U dak ta' ġewwa; daħħlu!", "Għalhekk ma joqgħodux igħidu li jekk tkun ġewwa u jekk tkun barra xorta.", "Ma jistax ikun li jekk ikollok xi forma ta' ftehim tkun ugwali daqslikieku tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid inżid ukoll li sħubija ġġibilna ukoll dik l-istabilità u l-paċi li pajjiżna għandu bżonn biex ikun jista' jkompli jikber u jkompli jżid l- opportunitajiet għall-ħaddiema tagħna.", "Stabilità tfisser li ma noqogħdux ngħaddu mill-iskossi li għaddejna minnhom kull meta bell subgħajh il-partit Laburista.", "Issa ħarġu b'din tal-VAT u qishom għamlu xi pjaċir!", "Minħabba l- istorja tal-VAT il-partit Laburista ħoloq ħafna inċertezza u għamel ħsara kbira lil pajjiżna għax matul dawn is-snin qagħad jilgħab max-xogħol tal- ħaddiema u din għad trid tinkiteb.", "Sur President ̧ jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nisfruttaw ħafna iżjed il-ħiliet tal-ħaddiema tagħna.", "Illum aħna m'għadniex kandidati imma aħna aċċettati mill-Unjoni Ewropea u malli niddeċiedu nkunu membri bil- kondizzjonijiet ̧ bir-regoli u bil-vantaġġi li l-Unjoni Ewropea toffrilna.", "U għax aħna mexjin f'dik it-triq, eluf ta' ħaddiema diġà esponew lilhom infushom għall-esperjenza li jmorru jaraw ix-xogħol kif isir f'pajjiżi barranin li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dawn diġà marru jaraw it-teknika u ġabu l-esperjenza li kienu esposti għaliha.", "Din hija xi ħaġa li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea tkompli tissaħħaħ.", "Għalhekk sħubija ġabet u qed iġġib drittijiet kbar għall-ħaddiema tagħna.", "Fil-bidu tas-seduta ta' nhar it-Tnejn ̧ meta bdejna niddiskutu din il- mozzjoni ̧ jien poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra disa' avviżi legali li għall- ewwel darba daħħlu f'pajjiżna drittijiet ġodda għall-ħaddiema tagħna, drittijiet li għamlu differenzi enormi.", "Per eżempju, b'effett minn din is- sena għall-ewwel darba l-ħaddiema tagħna li jaħdmu fis-settur privat qed igawdu l-parental leave ukoll.", "Barra minn hekk min għandu kuntratt fiss li jiskadi u jiġġedded għal numru ta' snin se jkun jista' jdawru għal kuntratt indefinit.", "Għall-ewwel darba lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fl- intrapriżi qed nagħtuhom il-protezzjoni li jissalvagwardjaw id-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema.", "Għall-ewwel darba dawk il-ħaddiema li jkunu vittmi ta' employers li jkunu fallew u ma jkunx hemm minn fejn jitħallsu l-pagi se jkollhom il-fond ta' garanzija.", "Għall-ewwel darba lill-part-timers tagħna qed nagħtuhom drittijiet ġodda li jfissru li jekk employer ikun qed joffri taħriġ lill-ħaddiema full time irid joffri dak l-istess taħriġ ukoll lill- ħaddiema part-time u ma jistax jiddiskrimina fil-konfront tagħhom.", "Għall- ewwel darba qed nagħtu protezzjoni lin-nisa li jkunu qed isofru minn xi diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u lil ħaddiema oħrajn li għal xi raġuni jew oħra jiġu sfruttati mill-employer tagħhom.", "Dawn id-drittijiet daħħalnihom fil-liġijiet tagħna għax l-Unjoni Ewropea qaltilna li biex nissieħbu rridu nġibu d-drittijiet tagħna f'dan il-livell.", "Din hi d- differenza kbira.", "Issa forsi jkun hawn min igħidilna li dawn l-affarijiet stajna nagħmluhom mingħajr l-Unjoni Ewropea.", "Ir-risposta tiegħi għal dan hija li għaddew is-snin u bqajna nkarkru milli nagħmlu dawn il-bidliet kbar.", "Kif jafu l-employers, il-ħaddiema u l-gvern dawn il-bidliet ifissru li s-suq ta' l-Unjoni Ewropea se jkun miftuħ għalina.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed isemmi wkoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u tant aspetti oħrajn li huma mportanti ħafna.", "Nixtieq insemmi wkoll xi ħaġa li ssemmiet fl-intervent ta' l-Onor.", "Attard Montalto.", "Jien napprezza li dan ipprova jiċċara d-diskors tiegħu pero' l- fatt x'inhu?", "Il-fatt hu li fl-1996 tela' fil-gvern il-partit Laburista u erbat ijiem wara ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Issa llum l-Onor.", "Attard Montalto kkonferma li ftit wara, tliet kumpanniji kbar li joffru mpjiegi għal eluf ta' ħaddiema Maltin marru jħabbtulu l-bieb u qalulu li kienu qed jaħsbuha fuq l-investiment tagħhom u saħansitra kienu qed jikkonsidraw possibbiltà ta' investiment x'imkien ieħor.", "Dan hu l-fatt.", "Dak iż-żmien hu kien ministru u għamel id-dmir tiegħu biex jipprova jsalva dawn il-fabbriki.", "Din hi r-realtà.", "Allura jien ma nistax ma nagħtix kas il-fatt li dan seħħ ftit żmien wara li l- partit Laburista tela' fil-gvern meta kien iffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Allura l-poplu Malti, f'dan il-mument storiku u kruċjali, m'għandux jirrifletti fuq dan il-punt u m'għandux jaħseb ftit fuq xi tfisser partnership u xi tfisser sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Il-poplu m'għandux jaħseb dwar x'se jiġri minn dan il-pajjiż?", "Kif tista' tilgħab ma' ħobż il-ħaddiema?", "Huwa mportanti li riflessjonijiet bħal dawn isiru.", "Sur President ̧ ir-risposta għal dan ir-referendum għandha tkun iva u bl- iktar mod kategoriku mhux għax l-Unjoni Ewropea hija ġenna ta' l-art imma għax jaqblilna bħala pajjiż.", "Jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea jkollna futur sod b'impjiegi u b'pagi tajbin u ħafna opportunitajiet li rridu naħtfuhom.", "Ma jfissirx li bi sħubija kulħadd joqgħod b'idejh fuq żaqqu ma jagħmel xejn anzi għall-kuntrarju.", "Pero' se jkollna għodda mportanti biex inkunu nistgħu niżviluppaw iktar milli żvilupajna s'issa.", "Se jkollna aċċess bla xkiel għas-swieq ta' din l-Unjoni Ewropea aktar investiment u allura aktar opportunitajiet ta' xogħol.", "Se jkollna vuċi mportanti fid- deċiżjonijiet li jolqtuna kuljum għax se nkunu madwar dik il-mejda biex nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Il-partit Laburista qed jgħidilna li aħjar inkunu barra.", "Aħjar inkunu barra nħalluhom jiddeċiedu affarijiet li se jaffettwaw lilna!", "Allura l- partit Laburista qed jipprova jikkonvinċina li aħna noqgħodu barra fil- kuridur milli nkunu fil-Kamra niddiskutu għalfejn qed jittieħdu d- deċiżjonijiet?!", "Jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea se jkollna wkoll l-aqwa standards f'kollox u allura se jkollna dmir li nilħquhom.", "Il-gvernijiet futuri ta' dan il-pajjiż se jkollhom il-piż li jġibu l- istandards fl-ambjent, fl-ikel, fl-ilma għall-konsumatur sa l-ogħla livelli li l-Unjoni Ewropea tippretendi għan-nies tagħha.", "Se jkollna wkoll l-aqwa prodotti ta' l-ikel, ikunu x'ikunu, għax dawn se jkunu ta' livelli li l- Unjoni Ewropea tippermetti.", "Issa ħalli niddedika ftit ħin biex nara x'qiegħda tgħidilna l-oppożizzjoni f'dan il-mument.", "Mhux se noqgħod insemmi partnership u mhux partnership, għax fi tmien seduti ma kien hemm ħadd li kellu l-kapaċita' li jispjegalna x'inhu dan il-partnership.", "Saħansitra l-aħħar kelliem ta' dalgħodu qalilna: Intom kemm intom mgħaġġlin biex tkunu tafu.", "Fi ftit ġimgħat oħra se niddeċiedu ħabib tiegħi!", "X'jiġifieri?", "X'affarijiet dawn!", "Fi tmien seduti ma smajna xejn fuq x'inhu dan il-partnership, imma erħilha din, għax jiena l-iktar inkwetat fuq il-fatt li l-oppożizzjoni ħadet pożizzjoni fejn qed tgħid li r-referendum m'huwiex għodda tajba biex nieħdu din id-deċiżjoni.", "Mr Speaker, hemm miktub fil-mozzjoni li r-referendum se jġib inċertezza u allura għandha tkun elezzjoni ġenerali biex tiddeċiedi l-kwestjoni ta' sħubija.", "Issa jien nistaqsi: Ir-referendum joħloq l-inċertezza?", "Liema partit fid-dinja jippreżenta emenda fil-parlament u jniżżel li minħabba skadenzi elettorali fil-qrib, il-proposta tal-gvern tista' toħloq inċertezza politika serja li tkun ta' ħsara għall-interess nazzjonali?", "Jien nixtieq ngħid lill-oppożizzjoni bl-iktar mod kategoriku li m'huwiex ir- referendum li se joħloq l-inċertezza, imma għal darba oħra hija l- oppożizjoni li qiegħda toħloq l-inċertezza.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan minn meta 'l hawn ġie xi ħadd f'parlament jgħidilna li referendum joħloq l-inċertezza?", "Qed toħloq l-inċertezza l-oppożizzjoni għaliex taf li r-riżultat tar-referendum jista' jkun riżultat li jkollu effett sew u l- inċertezza tkun fil-partit Laburista, mhux fil-gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-inċertezza tkun fil-pożizzjoni ta' min ilu jmexxi dan il-partit u li l-ħin kollu jtambar li ma jaqbilx ma' l-Unjoni Ewropea u daqqa ħareġ bl- Isvizzera fil-Mediterran, mbagħad partnership u ma nafx xiex iktar.", "Mr Speaker, x'qed jgħidulna indirettament fl-emenda tagħhom?", "Qed jgħidulna li ma jaqbilx għall-partit Laburista li jkollna referendum allura ejja mmorru għall-elezzjoni ġenerali, bl-argument li għandha tkun l-elezzjoni ġenerali li tiddeċiedi dawn l-affarijiet.", "Jien nirrispondi anke fuq din ta' l-elezzjoni ġenerali.", "Bir-rispett kollu, insejtu l-elezzjoni ta' l-1998 meta l-poplu Malti werżaq, qal lill-partit Laburista, qal lil Dr. Sant, qal lid-deputati kollha, aqbiżli 'l barra minn hawn għax il-politika tiegħek ġabet falliment f'dan il-pajjiż?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Insejtu li dakinhar il-poplu Malti qalilkom: Aqbżuli 'l barra minn hawn għax il- politika tagħkom ma nafux x'inhi?", "Il-poplu Malti kien jaf preċiż x'inhi l- politika ta' Alfred Sant.", "Dan ried l-Isvizzera fil-Mediterran u ma rnexxilux iġib l-Isvizzera fil-Mediterran għax ma tistax iġġibha l- Isvizzera fil-Mediterran.", "B'dan il-mod stagħġna lill-pajjiż u lill-poplu Malti.", "Mhux 20 sena ilu, imma erba' snin ilu, l-poplu werżalu f'widnejh u qallu: Il-politika tiegħek ma rridhiex.", "Imbagħad fl-1998 qallu xi ħaġa oħra.", "Qallu: Jien irrid il-politika ta' gvern Nazzjonalista għaliex il-partit Nazzjonalista qed jgħidli li miexi lejn l-Unjoni Ewropea u se jagħmel referendum.", "Dan li kien hemm fil- manifest elettorali tal-partit Nazzjonalista li tressaq għall-elettorat fl- 1998.", "U fl-elezzjoni ġenerali l-poplu Malti kien iddeċieda bl-iktar mod qawwi - kważi l-iktar darba fl-istorja mill-Indipendenza 'l hawn li elettorat Malti esprima lilu nnifsu b'dan il-mod daqshekk ċar wara perijodu daqshekk qasir - fejn iddikjara li l-politika tal-partit Laburista dwar Svizzera fil-Mediterran u allura partnership tal-lum hija falliment u ma jridhiex.", "Ma fehmiex u ma jridhiex.", "It-tieni, l-poplu Malti ddeċieda li jrid li Malta timxi lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea u ordna lill-partit Nazzjonalista u qallu biex ikompli bit-triq li beda fl-1981.", "Qallu biex ikompli jinnegozja biex jakkwista s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dik kienet it-tieni deċiżjoni.", "Pero' t-tielet ħaġa li l-poplu Malti qalilna fl-elezzjoni ġenerali ta' l-1998 kienet li wara li jintemmu n- negozjati għandu jsir referendum.", "Mr Speaker, hawnhekk jien nistaqsi lil Dr. Vella u lil Dr. Sant li preżentawli din l-emenda, skużi allura l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998 ma tgħoddx issa?", "Saret tgħodd biss l-elezzjoni ġenerali li għad trid issir u tista' ssir sa sena oħra f'Jannar tas-sena d-dieħla?", "Mela dwar l- elezzjonijiet ġenerali l-partit Laburista meta jaqbel iqabbel u meta ma jaqbilx ma jqabbilx?", "Mela issa r-riżultat u d-deċiżjoni tal-poplu Malti li kien kategoriku fl-1998 tar mar-riħ u allura ma jgħodd xejn?", "Jien ngħid li din hija l-irresponsabbilta' tal-partit Laburista.", "Mr Speaker, tan-naħa l-oħra jiġu jgħidulna li dan huwa mument storiku.", "Aħna nieħdu pjaċir nisimgħuhom jgħidu li huwa mument storiku, pero' kemm nixtiquhom ikunu sinċieri, kemm nixtiequhom ikunu ġenwini!", "Dan huwa verament mument storiku, għax il-poplu tagħna qiegħed lejliet li jiddeċiedi dwar xi ħaġa li tant tħabatna għaliha u li tant pajjiżi oħrajn ippruvaw jitħabtu għaliha u lanqas irnexxielhom jakkwistawha.", "Il-Bulgarija qed tistenna, l-poplu tal-Bulgarija xtaq li jkun l-istess bħalna llum imma ma jistax jagħmel dan id-dibattitu li qed nagħmlu aħna llum.", "Il-poplu tal- Bulgarija m'huwiex gzira f'nofs il-Mediterran.", "Il-poplu tar-Rumanija, ukoll pajjiż kbir b'miljuni ta' nies, xtaq ukoll ikun qed jagħmel dibattitu bħalma qed nagħmlu aħna biex ikun jista' jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' l- Unjoni Ewropea qaltilhom le, m'intomx lesti.", "Il-poplu tat-Turkija mhux xtaqu jkollhom dibattitu bħal tagħna, imma xtaqu jibdew jiddiskutu ħalli jsiru membri fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, aħna nistgħu nużaw l-argument tas-sens komun li jien ma tantx inħobb nużah, u ngħidu: Imma skużi, allura dawn il-pajjiżi kollha mġienen?", "Allura kulħadd miġnun ħlief il-partit Laburista?", "Allura l-Polonja li qed titħabat tant u tħabtet tant biex takkwista l-kondizzjonijiet ħalli tkun tista' tidħol membru fl-Unjoni Ewropea miġnuna wkoll?", "Allura sħubija tgħodd għar-Repubblika Ċeka, l-Islovenja, l-Litwania u Ċipru, li kollha kemm huma tħabtu tant għaliha allura u għalina bħala poplu Malti ma tgħoddx?", "U allura t-tweġiba għal dan kollu toħroġ dejjem b'mod kosistenti.", "Il-mument hu storiku għall-pajjiż u l-partit Laburista wkoll jaqbel li dan hu mument storiku, pero' l-mument storiku jfisser li huwa mument ta' destin, ifisser li kull wieħed u waħda minna we have to stand up and be counted.", "Ifisser li kull wieħed u waħda minna issa rrid jieħu d-deċiżjoni li hi l-aħjar għall-pajjiż, li hi l-aħjar għall-interess tagħna u tal- familji tagħna, għall-interess mhux sal-ponta ta' mnieħirna.", "M'għandniex nagħmlu l-iżball li nħarsu lejn il-ħobża li għandna fuq il-mejda llum mingħajr ma nirrealizzaw li rridu nkunu ċerti li dik il-ħobża tkun fuq il- mejda ta' kuljum għas-snin li ġejjin.", "Ma nagħmlux l-iżball lanqas li meta nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea qisna qed nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea ta' ħames snin ilu, għaxar snin ilu jew għoxrin sena ilu.", "Qed nitkellmu fuq l- Unjoni Ewropea li se tkun magħmula minn 25 pajjiż, minn 550 miljun ruħ.", "Irridu nħarsu lejha bħala Unjoni Ewropea li se tikber, Unjoni Ewropea li qiegħda hemm u li minnha niddependu aħna kuljum, kull ġurnata għax-xogħol tagħna, għall-ħobż tagħna, għall-futur taż-żgħażagħ tagħna, għall-ġejjieni ta' dan il-pajjiż.", "Sur President, issa wasalna fl-aħħar, għamilna ħilitna, l-gvern mexa t-triq kollha, nnegozja u nnegozja b'saħħtu biex ġab is-sħubija ta' Malta.", "L-ikbar akkwist pero' ma kienx dak, għax ma' dik l-isħubija ġab il-kondizzjonijiet li kien hemm bżonn biex nirrispondu għall-bżonnijiet partikolari ta' pajjiżna u biex nirrispondu wkoll għall-babaw.", "Ġibna l-kondizzjonijiet kollha li huma l-aħjar għall-pajjiżna.", "Issa d-deċiżjoni finali jeħodha l- poplu Malti fil-mument meta se jiġi mistoqsi l-mistoqsija li aħna għandna fil-mozzjoni li aħna se nkunu qegħdin nivvutaw llejla u li hi: Inti taqbel li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li se jsir fl-1ta' Mejju ta' l-2004?", "U t-twġiba tal-poplu, jiena m'għandix dubju, li se tkun tweġiba \"iva\" bl-aktar mod ċar u bl-aktar mod kategoriku.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin tal-Aġġornament.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla, il- Ġimgħa, 17 ta' Jannar, 2003 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar in-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l- mistoqsija tar-referendum – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, ħassejt li jien ukoll għandi nwassal l-intervent tiegħi rigward dawk id-900 anzjan b'tendenzi Laburisti li qed tintbagħtilhom karta d-dar li tgħidilhom li dawn m'għadhomx kapaċi biex jivvotaw għax għandhom inabilita` tal-moħħ.", "Jiena naħseb li dan hu insult kbir lejn dawn l-anzjani, u bqajt skantat u sorpriż meta l-bieraħ, is-segretarju parlamentari għall-anzjani, l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, fid-diskors tiegħu qal li l-partit Nazzjonalista jixtieq li jkun hemm l-akbar numru ta' anzjani u persuni b'diżabilita` li jkunu jistgħu jagħtu l-verdett tagħhom fir-referendum għax it-track record tal-gvern Nazzjonalista f'dan il-qasam, speċjalment f'dawn l-aħħar erba' snin, huwa wieħed li żgur ħadd m'għandu jmieri.", "Jiena ma nistax nifhem kif dawn jgħidu hekk meta mbagħad iridu jaqtgħu mir- reġistru elettorali, madwar 900 anzjan li ħafna minnhom - iltqajt magħhom u għandi anke karti relatati hawn - huma kapaċi biex jivvotaw.", "Kif diġa` għedt, dan hu insult għal dawn l-anzjani u jiena kont nippretendi li fuq din il-kwestjoni, is-segretarju parlamentari għall-anzjani ma jitkellem xejn jew inkella joqgħod attent x'jgħid għaliex dan qal li kienet sorpriża għalih, meta l-bieraħ sema' l-ispokesman ta' l-oppożizzjoni dwar l-anzjani jitkellem hekk u forsi ma kellux il-kuraġġ jallega l-kalvarju, li skond hu, għaddejjin minnu l-anzjani", "Sur President, il-partit Nazzjonalista għandu kull dritt jgħid li l-anzjani Nazzjonalisti m'għandhomx inabilita` tal-moħħ pero` m'għandu l-ebda dritt li jitkellem fuq l-anzjani Laburisti b'dan il-mod.", "Qiegħed nitkellem b'dan il-mod biex l-anzjani Laburisti li qegħdin jisimgħuna, infehmuhom u nuruhom li l-partit Laburista, permezz tan-nies li huma eleġew hawnhekk, qed juri solidarjeta` u li l-partit qiegħed warajhom.", "Din il-mossa Nazzjonalista li jneħħu l-vot lil xi 900 anzjan turi kemm qed jibżgħu mit-tliet sfidi kbar li għandhom quddiemhom għax kieku ma kienx iressaq dawn ir-rikorsi.", "Jiena ngħid lis-Sur Beppe Fenech Adami u l-avukati kollha li ffirmaw dawn ir-rikorsi m'għandhom l-ebda dritt li jduru fuq il-laburisti u jgħidilhom li għandhom inabilita` tal-vot.", "Jekk iridu, dan jagħmluh fuq in-nies b'tendenzi nazzjonalisti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici, on a point of order.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, il-prattika li qed isemmi l-Onor.", "Parnis issir miż-żewġ partiti.", "Meta partit ta' naħa jew ta' oħra jirriżultalu li xi persuna għandha inabilita` tal-moħħ, isiru r-rikorsi u l- qorti tiddeċiedi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, jien għandi d-dritt li hawnhekk nsemmi dawn id-900 Laburist li qed jippruvaw jaqtgħulhom il-vot.", "Jekk tan- naħa l-oħra jafu b'xi ħadd li l-partit Laburista qed jipprova jaqtalu l- vot, iqum u jitkellem; imma ħadd ma tkellem min-naħa l-oħra!", "Ma tkellmux għax dawn it-900 anzjan huma kollha b'tendenzi Laburisti u l-ebda Nazzjonalist, ikun min ikun, m'għandu dritt jgħid li dawn id-900 Laburist m'għandhomx dritt jivvotaw.", "Jekk irid l-Onorevoli, inġib dawn l-anzjani hawnhekk u jitkellem magħhom ħa jara kemm tassew għandhom abilita` biex jivvotaw.", "Dan hu insult lejn l-anzjani tagħna, li tneħħilhom il-vot minħabba skuża falza ta' inabilita` tal-moħħ minħabba li l-partit fil-gvern jinsab f'paniku kbir minħabba l-elezzjonijiet li ġejjin.", "L-Onorevoli kellu ċans jaħdem erba' snin magħhom u messu jaf!", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici qal li fil-qasam ta' l-anzjani saru ħafna affarijiet imma jiena kont nippretendi li waqt il-mozzjoni, dan jitkellem b'kuxjenza soċjali jekk hu personalment jaqbilx li l-anzjani tagħna jkollhom iħallsu l-VAT fuq il-mediċini, fuq l-ikel u fuq l-apparat mediku.", "Kont nistenna li jgħidli iżjed fuq l-indiċi tal-prezzijiet dwar l-anzjani.", "Jiena nistenna u nitlob li s-segretarjat parlamentari għall-anzjani jqum qawma fuq tiegħu, għaliex bħalissa hemm madwar 200 applikazzjoni għat- Telecare li huma wieqfa u jiena nistenna li s-segretarjat parlamentari għall-anzjani għandu jagħmel xi ħaġa biex l-applikazzjonijiet li qegħdin weqfin quddiem il-Maltacom, jitmexxew.", "Hemm anzjani li ilhom li applikaw għas-servizz tat-Telecare madwar erba' xhur u għadu kollox staġnat.", "Kont nistenna li dan jitkellem dwar x'għandu jsir dwar l-għoli tal-ħajja.", "Illum wasalna fi stat fejn hawn issue politika waħda għal pajjiżna, dik ta' l-UE u l-gvern wasal fi stat li jgħid li s-soluzzjonijiet kollha ta' pajjiżna huma fl-UE.", "In-Nazzjonalisti qegħdin jibżgħu mill-elezzjoni u sfidi elettorali oħra; bħal ma qal il-leader tagħna, Dr. Alfred Sant, il- partit Nazzjonalista bħalissa jinsab f'paniku.", "Pero` imbilli qegħdin f'dan il-paniku, qatt ma jistgħu jiġġustifikaw l-insult li għamlu lil dawn id-900 anzjan b'tendenzi Laburisti meta qalulhom li dawn mhux kapaċi jivvotaw.", "Ħafna minn dawn l-anzjani ċċemplulna u stajna nifhmu d-dispjaċir u l-uġiegħ psikoloġiku li dawn l-anzjani jinsabu għaddejjin minnu pero` lil dawn l- anzjani nagħmlilhom kuraġġ u ngħidilhom li l-partit Laburista se jkun warajhom.", "Kien il-partit Laburista li lill-anzjani tagħhom id-dinjita` billi neħħihom minn tallaba u tagħhom ħajja aħjar, tagħhom il-pensjoni bi dritt.", "Kien il- partit Laburista li fi żmenijiet l-imgħoddija neħħa t-taboo li kien hemm fuq l-Imgieret li dak iż-żmien konna nsejħulu Ħas-Serħ.", "Kien il-partit Laburista li f'dawk iż-żmenijiet għamel minn kollox biex iserraħ lil min hu fil-bżonn.", "Aħna u għaddejjin mit-toroq, naraw il-billboards tal-partit Nazzjonalista li jgħidu li inti u jiena rridu niddeċiedu imma jiena ngħid lin-naħa l- oħra: Lil dawn id-900 anzjan tajtuhom iċ-ċans jiddeċiedu?", "Le, ma tajtuhomx ċans.", "Sur President, tal-partit Nazzjonalista ma jafux x'inhuma jagħmlu.", "Għaliex ma jammetux li wasal il-mument tal-bidla f'pajjiżna?", "Jiena nappella lill-anzjani tagħna, wara l-insult li għamlulhom tal-partit Nazzjonalista, biex dawn iqumu, jgħollu leħinhom u jisfidaw lill-partit Nazzjonalista li qalilhom li huma boloh.", "Jiena ngħidilhom li l-partit Laburista se jagħti appoġġ sħiħ lilhom għax għalina, l-anzjani li għalqu 80 sena huma l-heroes ta' pajjiżna għax huma ħadmu, stinkaw u ġġieldu għal Malta tagħna.", "Mela l-ewwel, il-Prim Ministru flimkien ma' l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici jmorru jifirħu ma dawk li għalqu 100 sena u jgħidu li skantaw kemm moħħhom għadu tajjeb u mbagħad iridu jaqtgħu l-vot ta' min għandu 'l fuq minn 80 sena!", "Jiena naħseb li jkun tajjeb li dawn jduru dawra madwarhom u jaraw lil min veru għandhom jaqtgħu l-vot.", "Sur President, jiena nixtieq ngħid lill-anzjani li l-partit Laburista dejjem se jkun warajhom biex jagħtihom id-dritt tal-vot, se jkun warajhom biex itejjibilhom il-kundizzjoni tagħhom u se jkun warajhom biex ma jerġgħux jgħaddu mill-istess martirju li għaddew meta ġġieldu għall- ħelsien.", "Illum il-ġurnata, il-gvern Nazzjonalista jrid ineħħi l-ħelsien, l- indipendenza u s-sovranita` ta' pajjiżna u qiegħed jgħidilna li aħna m'aħniex kapaċi nimxu weħidna u għandna bżonn lil xi ħadd biex imexxina hu.", "Jiena nemmen li bħal ma l-anzjani tagħna batew u ġġieldu fil-passat biex jeħilsu lill-Malta minn idejn il-barrani, hekk fil-preżent dawn sejrin jagħtu l-kontribut tagħhom biex Malta tibqa' ħielsa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, naqbel perfettament mas-sentimenti li għadhom kif ġew espressi mill-Onor.", "Parnis.", "Dan l-att min-naħa tal- partit Nazzjonalista ħasseb mhux biss lilna bħala partit Laburista imma anke lin-nies ta' l-affari tagħhom.", "Il-partit Nazzjonalista għażel li jagħmel dawn ir-rikorsi fuq anzjani li għadhom kapaċi, anzjani li fil- passat taw kontribut siewi u wettqu b'ħila kbira l-impenji tagħhom sabiex is-soċjeta` Maltija kompliet timxi 'l quddiem.", "Sur President, ħa ngħaddi għal punti tiegħi.", "Hu ta' importanza kbira li dan il-parlament jinvesti fil-kredibilita` u fil-verita` għax inħoss li tul dawn l-erba' snin, dawn ġew imxekkla bil-mod ta' kif ġew imwieġba domandi parlamentari li jiena għamilt ripetutament.", "Inħoss li meta jsir dan, tkun qed titnawwar il-verita` u tkun qed tingħata image ħażina.", "Jiena ġejt edukat li l-verita` m'għandhiex tweġġani imma għandha tagħmilni iżjed matur u sensittiv sabiex inkun nista' nħares dmirijieti, partikolarment f'din l- istituzzjoni li hi l-ogħla f'pajjiżna.", "F'dawn l-erba' snin li għaddew, inkluż din il-ġimgħa fil-ħin tal- mistoqsijiet, smajna lin-naħa tal-gvern tgħid li hija rnexxielha tinnegozja special supply measures li huma kundizzjonijiet speċjali minħabba ċirkostanzi speċjali tagħna u qed nirreferi għal dak li aħna nistgħu nimportaw barra minn xtutna.", "Matul dawn l-erba' snin, dejjem intqal li dan huwa aspett li se jiġi mħares imma minkejja dan, din il-ġimgħa fil-ħin tal- mistoqsijiet, il-Ministru ta' l-Agrikoltura kien qed jagħti tweġibiet li jnawru l-kredibilita` u l-verita` u se nġib eżempju ċkejken biex nispjega għaliex.", "Il-Ministru ta' l-Agrikoltura qal li peress li Spanja għandha supply measure fuq il-qmuħ u ċ-ċereali, dan ifisser li l-UE tagħti din l- eċċezzjoni, f'każ bħal Spanja jew fil-każ bħal Malta, fejn pajjiż partikolari ma jkunx kapaċi jipproduċi dan is-sors.", "Il-Ministru jaf li ċ- ċirkostanzi tagħna u ta' Spanja huma kompletament differenti u cioe`, filwaqt li Spanja la hi marbuta li tissussidja d-differenza fil-prezz bejn dak intern u dak estern u lanqas hija marbuta li tħallas il-levy fuq l- importazzjoni ta' dawn il-prodotti minn pajjiżi mhux membri ta' l-UE.", "Fil- każ ta' Malta, b'dak li ġie miftiehem bejn l-gvern Malti u l-UE, jekk aħna nimportaw dawn il-prodotti, aħna se jkollna nħallsu l-levy f'każ li l- prodotti jiġu minbarra l-UE minkejja li ma nipproduċux dawn il-prodotti - levy li tista' tkun bejn Lm39 u Lm64 fuq kull Lm100 li nimpurtaw - u jekk dawn il-prodotti se nimportawhom mill-UE, aħna jkollna nħallsu d-differenza bejn il-prezz intern u l-prezz estern ta' l-UE.", "Sur President, qed ngħid dan l-eżempju biex nuri kif il-kredibilita` u l- verita` qed jitnawru f'din l-istituzzjoni.", "Il-gvern Nazzjonalista qal li se jneħħi l-levies mentri fil-fatt jaf, li l-għada tas-sħubija, li l-levies se jiżdiedu.", "Kellna l-Ministru tal-Finanzi li fost affarijiet oħra kien jgħid li aħna żidna d-dazji fuq l-ikel li ġew barra mill-UE mentri hu stess kien dak li żied id-dazji fuq prodotti ta' l-ikel li ġejjin minn barra l-UE u qed nirriferi għal canned products bħalma huwa t-tonn taż-żejt, l-luncheon meat u l-corned beef li nimportaw minn pajjiżi barra mill-Unjoni.", "Dawn huma kollha fatti li jiena nħossni fid-dmir – bħala rappreżentant tal-poplu u ta' l-Oppożizzjoni - li niġbed għall-attenzjoni tiegħek, Sur President, għax veru nħoss li din l-istituzzjoni għandha tirrispetta l-kredibilita` u l-verita` u m'għandux jitħalla dan il-mekkaniżmu fejn il-verita` tiġi mnawra.", "Ngħaddi għal punt ieħor.", "Illum smajt lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni jgħid li m'huwiex possibbli li f'pajjiżna jinbnew il-ħitan tas-sejjieħ meta jkunu qed jinbnew it-toroq.", "Dan għaliex m'hawnx biżżejjed ħaddiema u din is-sengħa mhux daqstant faċli li ssibha u allura dan qed jibni blokok tal-konkos jew ħitan tal-ġebla franka minflok ħitan tas- sejjieħ.", "Sur President, importanti li nifhmu li l-ħitan tas-sejjieħ huma parti mill-patrimonju ta' pajjiżna u allura ma nistgħux nibgħatu dan il- messaġġ debboli u bla sens lis-soċjeta` tagħna, partikolarment liż- żgħażagħ.", "Isiru tant sforzi minn għaqdiet f'pajjiżna sabiex nibdew inħarsu l-patrimonju u l-ekoloġija fil-gżejjer tagħna u imbagħad l-Ministru joħroġ b'xi ħaġa bħal din!", "Sur President, dan qed ikompli jimmina l-kredibilita` ta' din il-Kamra u jien irrid ukoll nappella lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni biex jirrifletti fuq dawk id-dikjarazzjonijiet li għamel dalgħodu.", "Ma jistax ikun li f'pajjiżna nibnu ħitan tal-konkos u ħitan tal-ġebla franka u nispiċċaw nitilfu l-ftit sbuħija naturali li għandna f'Malta.", "Ma jistax ikun li noqtlu din is-sbuħija u jekk nagħmlu dawn il-ħitan tal-konkos jew tal-ġebla tal-franka, noqtluha għax minn dawn it-tip ta' ħitan, ma jgħaddix ilma u mingħajr ilma, imut kollox.", "Biex ngħid kollox, il-ħitan tas-sejjieħ jipprovdu wkoll il-kenn għall-gremxul, Sur President.", "Il-ħitan tas-sejjieħ barra li huma patrimonju tal-pajjiż, huma wkoll importanti għall- agrikoltura għax ta' min jgħid li permezz tal-ħitan tas-sejjieħ, il-bdiewa jipproteġu l-ħamrija u din isservi biex l-ilma li jinżel mix-xitwa ma jispiċċax kollu l-baħar.", "Qed inqanqal dan il-punt għax kulħadd jaf xi pjaga għandu dan il-pajjiż bl-ilma u kemm spejjeż għandu biex jipproduċi l-ilma, Sur President.", "L-ilma huwa l-ħajja u l-ħitan tas-sejjieħ hu mekkaniżmu tajjeb biex jipproteġu dan l-ilma milli jmur fil-baħar.", "Sur President, m'huwiex aċċettabbli li dan il-parlament jġib fix-xejn din is-sensittivita` lejn dan il-patrimonju, sensittivita` li aħna bħala parlament għandna impenn li nħeġġu u minflok jiġi Ministru u jġib mitt elf skuża biex nippreġudikaw dan l-impenn.", "Hemm bżonn li dan il-parlament ikun koerenti ma' dak li jgħid ħalli r-rispett tal-poplu lejn din l-istituzzjoni ma jonqosx.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-fatt li qed nibnu ħitan tal-konkos u tal-franka minflok tas-sejjiegħ fl-irdumijiet sensittivi tagħna, qed iwassal biex jintbagħat messaġġ ħażin lit-turisti u lit-tour operators li jiġu hawn u jaraw din l-oxxenita` speċjalment fi żmien meta d-dinja miexja lejn ir-rijabilitazzjoni tal-karatteristiċi u l-fdalijiet idroloġiċi ta' kull reġjun fid-dinja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, il- Ġimgħa, 17 ta' Jannar, 2003 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fin-12:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL – FAĊILITAIJIET SPORTIVI", "37998.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandhiex il- ħsieb li fl-iskejjel tagħmel pitches b'ħaxix artifiċjali?", "Liema huma l- iskejjel u x'se tkun l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada għandha l-ħsieb li ttejjeb il-faċilitajiet sportivi u l-ispazji ta' rekreazzjoni fl-iskejjel u għal dan il-għan nidiet programm.", "Numru ta' periti diġa` taw l-ewwel rapporti tagħhom li bħalissa qed jiġu evalwati.", "Biss għadu kmieni wisq biex jiġu identifikati xi skejjel partikolari u għaldaqstant stima ma tistax tingħata għalissa.", "REĠISTRAZZJONI TA' ARMI TAN-NAR", "37999.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien hemm armi tan-nar reġistrati mal-pulizija?", "Jista' jagħti breakdown tat-tip ta' dawn l-armi?", "Kemm minn dawn l-armi huma meqjusa bħala li ma jistgħux jintużaw aktar?", "Kemm ġew reġistrati għall-ewwel darba fl-2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onor. Interpellant għadu qed jiġi kkompilat.", "REĠISTRAZZJONI TA' ARMI", "38000.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid minbarra l-armi tan-nar, x'armi oħra għandhom jiġu rreġistrati mal-pulizija?", "Kemm hemm reġistrati minn kull tip?", "Kemm minn dawn l-armi ġew reġistrati għall-ewwel darba fl-2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab informat li ż-żamma ta` armi huwa rregolat bl-Ordinanza dwar l-Armi (Cap.", "66).", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu qed ikun ikkompilat.", "ĦAMRUN : SKOLA DUN FRANS CAMILLERI – SOQFA BIL-ĦSARA", "38025.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Fir-rigward ta' l-iskola Dun Frans Camilleri fil-Ħamrun, jistgħu jitranġaw is-soqfa mill-ħsara li fihom?", "Fil-year six ta' l-istess skola, kemm hemm għalliema GĦawdxin?", "Hux il-każ li l-attendenza tagħhom tista' tiġi mtejba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li rigward is-soqfa, il-fondazzjoni għall- iskejjel ta' għada qed tieħu parir professjonali mingħand perit u tagħmel dak li hu neċessarju biex jekk hemm xi ħsara din tissewwa.", "Id-diviżjoni qed issegwi l-attendenza ta' l-għalliema fl-iskola.", "GWARDAMANĠA : TRIQ SAN LUQA - ASFALTAR", "38026.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Minħabba l-ambulanzi li jgħaddu minn Triq San Luqa fi Gwardamanġa, jistax il-wiċċ ta' din it-triq jinżamm fi stat aħjar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq San Luqa fi Gwardamanġa hija asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni hija responsabbilta` tal-kunsill lokali.", "FLORIANA : ARENA TA' L-INDIPENDENZA - LATRINA", "38027.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għad-diversi mistoqsijiet preċedenti dwar il- latrina pubblika fl-arena ta' l-indipendenza fil-Floriana, tista' din tiġi rranġata peress li donnu ma taqa' taħt ir-responsabilita` ta' ħadd?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li din il-latrina pubblika sarulha tiswijiet konsiderevoli u huwa maħsub li x-xogħol jitkompla matul din is-sena.", "BELT VALLETTA : TRIQ IL-MERKANTI - BIEB TAL-PALAZZ", "38028.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Nista' nieħu risposta għall-mistoqsija parlamentari 37783?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata.", "FLORIANA : FOOTBALL CLUB – PREMISES ĠODDA", "38029.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'rIferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27626, hemm żviluppi dwar il-possibilita' li s-servizzi mogħtija mill-housecraft, Triq San Publiju jingħataw minn uffiċini oħra biex dan il-bini fil-pjazza prinċipali tal-Floriana jgħaddi b'kera għand il-Floriana football club, l- aktar team lokali li rebaħ unuri fl-aktar sport popolari fil-gżejjer tagħna, u dan anke b'apprezzament għall-fatt li din il-pjazza u siti oħra fil-Floriana dejjem servew ta' venues importanti fl-istorja politika u reliġjuża ta' pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li naqbel li l-Floriana FC għandhom bżonn u jixirqilhom post aħjar milli għandhom, għadni m'iniex f'pożizzjoni nagħti risposta pożittiva.", "SERVIZZ PUBBLIKU – REKLUTAĠĠ TA' SKRIVANI", "38030.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Meta hu maħsub li jerġa' jkun hemm reklutaġġ ta' gunners fl-AFM u ta' skrivani fid- dipartimenti tal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li bħalissa għaddej proċess ta' għażla mid-direttur ta' l-eżamijiet għall-postijiet ta' skrivan fis- servizz pubbliku.", "Reklutaġġ jibda jsir wara li jitħabbru r-riżultati finali.", "Rigward ir-reklutaġġ ta' gunners, jien informat li 107 rekluti godda kienu mistennija li jingaġġaw mal-forzi armati nhar l-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2003.", "Il-possibilità li jinfetaħ ingaġġ iehor fix-xhur li ġejjin qiegħda tiġi kkonsidrata.", "MOSTA - SKOLA SEKONDARJA TAL-BNIET", "38042.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37736?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 37736.", "SVPR – MWIET", "38045.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37743?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni li mietu fir-residenza San Vinċenz de Paule mill-1990.", "Biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-eta' fid-data tal-mewt ta' dawn il- persuni, irid isir eżerċizzju manwali li jirrikjedi ħafna ħin u ħela ta' riżorsi.", "HOUSING - POSTIJIET BATTALA", "38046.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37688?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 37688 diġa' tajtha.", "MOLL TAĊ-CIRKEWWA", "38060.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta l-moll taċ-Ċirkewwa se jkun lest?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 36257.", "BURMARRAD – XOGĦLIJIET", "38061.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi data meta t-triq ta' Burmarrad se tkun lesta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol fit-triq imsemmija wasal fl- aħħar fażi tiegħu u mistenni li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HOME HELP", "38062.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37790?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 37790 diġa' tajtha.", "TRAFFIKU - FAXXI BOJOD FIT-TOROQ", "38064.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Kemm jgħid il-Ministru li hawn faxxi bojod tat-traffiku ma' kullimkien?", "Dawn huma kollha mdawla u biċ-ċrieki żgħar ileqqu?", "Kull meta jinżebgħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiddispjaċini imma n-numru ta' faxxi bojod tant hu vast li mhux possibbli li tingħata stima tagħhom u lanqas ta' kull meta jinżebgħu.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - EXPRESSION FOR INTEREST", "38069.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 37739, jista' il-Ministru bħala l-għassies għall-ħarsien ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, jgħid kif expression for interest ippubblikata mill-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada għal periti, quantity surveyors u project managers inbidlet f'sejħa għal offerti, fis-sens li permezz ta' din l-expression for interest tqabbdu numru kbir ta' individwi b'rati differenti biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mingħajr ebda sejħa għal offerti proprja?", "Jista' jgħid x'passi ħa l-ministeru tiegħu f'din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dawn l-individwi tqabbdu jagħmlu xogħol jew jagħtu servizz skond il-limiti diġa` pprovduti fil-government procurement regulations 1996, paragrafu 11.", "MADLIENA - TISWIJA TA' TRIQ", "38088.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata t-triq li tieħu mill-Madliena għall-Għargħur, inkluż il-pont ta' quddiem Busietta Gardens, peress li tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq imsemmija kienet ġiet asfaltata żmien ilu u għalhekk illum hija responsabbilta` tal-kunsill lokali.", "Madanakollu l-awtorita' dwar it-trasport qiegħda tispezzjona diversi toroq madwar Malta, fosthom ukoll it-triq indikata mill-Onor.", "Interpellant, sabiex tħejji programm separat għar-restawr ta' diversi toroq li għalkemm m'humiex arterjali, għandhom link function għat-trasport ma' l-irħula.", "IL-KUNĊIZZJONI – RESTAWR TAL-KAPPELLA", "38089.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq is-saqaf tal-kappella storika li hemm fil-Kunċizzjoni, l/o Rabat, peress li qiegħed jidħol l-ilma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s'issa qatt ma kien hemm talba għal dan ix-xogħol.", "Madankollu se tiġi spezzjonata l-knisja bil-għan li jsir ix-xogħol meħtieġ.", "Il-KUNĊIZZJONI – TISĦIĦ TA' CABLES", "38090.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 37212, jista' il-Ministru jara x'azzjoni tista' tittieħed mill-Enemalta peress li l-cables li jridu jsiru huma għad-distribuzzjoni ta' l-elettriku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Enemalta ġiet informata bl-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant sabiex tittieħed azzjoni meħtieġa.", "WSC - DRAFT TEXT TAL-LIĊENZJA", "38091.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad- draft text tal-liċenzja li se tinħareġ lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft text tal-liċenzja li r-resources authority ressqet għall- konsultazzjoni qabel ma tiġi ffinalizzata l-liċenzja lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "TAS-SLIEMA – CHRISTMAS LIGHTS", "38092.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol tad-dawl tal-Milied li tqiegħed mal-promenade ta' Tas-Sliema u San Ġiljan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ispejjeż involuti fix- xogħol imwettaq mill-ħaddiema tad-dipartiment għall-manifattura u servizzi huma:", "Materjal għal-lampi Lm1,723 Conduit u wire 1,039 Ħlas ta' overtime lill-plumbers 1,081 Ħlas ta' overtime lill-electricians 1,666 ----------- TOTAL Lm5,509 -----------", "POLICY GĦALL-ADOZZJONI TAT-TFAL", "38093.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar private adoptions tat-tfal?", "Kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għal private adoptions u hemm saru private adoptions matul dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta se tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20001122_433d_par.doc", "date": "2000-11-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 433 L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 433", "L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "433", "L-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 500", "RULING 500", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 500", "TQEGĦID TA' KARTI 504", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 2000-2001 504", "AĠĠORNAMENT 529", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 534", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 432 li saret fil-21 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "RULING", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): B'riferenza għall-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor.", "Joe Mizzi fis-seduta ta' nhar il-Ġimgħa, 17 ta' Novembru, 2000 dwar l-istqarrija għall-istampa maħruġa mill-Media Link Communications fil-15 ta' Novembru 2000, is-Sedja eżaminat bir-reqqa l- istqarrija msemmija, eżaminat it-transcript mhux uffiċjali tad-diskors ta' l-Onor Mizzi u eżaminat ukoll it-transcript mhux uffiċjali ta' l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li saret fil-15 ta' Novembru 2000.", "Minn dan l-eżami s-Sedja waslet għall-konklużjoni li l-każ imqajjem mill- Onor. Mizzi ma jikkostitwixxix ksur ta' privileġġ skond il-kriterji stabiliti fis-subartikolu (4) ta' l-artikolu 11 ta' l-Ordinanza dwar il- Privileġġi u s-Setghat tal-Kamra tad-Deputati (Kap. 113 tal-Ligijiet ta' Malta).", "Minkejja dan kollu, is-Sedja tirrepeti l-appell li sar diversi drabi f'rulings preċedenti li l-ġurnalisti u l-membri tal-media għandhom l- obbligu li jirrapportaw fedelment u bl-aħjar abbiltà dak li jkun għaddej fil-kors tal-proċeduri tal-Kamra u l-Kumitati tagħha, mingħajr ma jinġibdu konklużjonijiet estranei għall-istess proċeduri.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - INKJESTI", "20057.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "10738?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Jien informat li ma tinfetaħx inkjesta kull meta jkun hemm mewt fl-Isptar San Luqa.", "Huma ċ-ċirkostanzi tal-mewt li jiddettaw jekk tinfetaħx inkjesta jew le.", "Il-familjari għandhom dritt li jaraw biss ir-records mediċi tal-persuna mejta, u dan wara li d-divizjoni tistabilixxi d-dritt legali tagħhom għall- aċċess għat-tali records mediċi.", "Dan għaliex l-inkjesti infushom isiru għal għanijiet amministrattivi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jekk fhimt sew jeżisti xi dritt li fejn ikun hemm xi inċident fatali, l-awtoritajiet tal-pulizija jistgħu jitolbu li ssir awtopsja biex jistabilixxu l-kawża tal-mewt?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, iva dan id-dritt jeżisti u lill- pulizija ħadd m'hu se jeħodulha.", "Aħna konna qegħdin ngħidu għall-inkjesta li ssir min-naħa tad-diviżjoni biex tara jekk setax kien hemm xi nuqqasijiet, imma l-pulizija dejjem għandha d-dritt li f'kull każ tagħmel inkjesta.", "Aħna ġeneralment nagħmlu inkjesti awtomatikament meta jkollok mewt li m'hijiex mistennija jew inkella mewt f'età żgħira.", "Infatti jekk wieħed jara l-erba' inkjesti li hemm isib li tlieta minnhom diġà ġew konklużi.", "Jekk irid ngħaddilu l-informazzjoni konfidenzjalment, minħabba li hawn l-ismijiet tal-pazjenti.", "SAĦĦA - OUTPATIENT DEPARTMENT", "20936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa available l-ewwel appuntament għal kull konsulent fl-outpatient department u x'tip ta' xogħol jagħmel kull konsulent in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, bħalissa fuq is-Super 1 qed isir rapportaġġ irresponsabbli immens fir-rigward tal-polikliniċi għaliex qegħdin jgħidu li dawn huma magħluqin bil-lejl.", "Dan qiegħed jissarraf f'inkonvenjent kbir lill-pazjenti.", "Jien kelli każ ta' pazjent li baqa' jissapporti l-uġigħ f'sidru l-lejl kollu, peress li tas-Super 1 kontinwament jagħtu l-impressjoni li l-polikliniċi kollha magħluqin bil- lejl, meta dan m'huwiex il-każ.", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan it-tip ta' rapportaġġ huwa irresponsabbli, biex ma ngħidx immorali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li huwa l-obbligu ta' kull persuna li xogħolha huwa fil-media li tgħaddi informazzjoni korretta lis-semmiegħa.", "Kemm-il darba għamilna dikjarazzjonijiet pubbliċi li, anke fil-każ ta' health centres fejn minħabba nuqqas ta' tobba, is-servizz li qegħdin jagħtu huwa temporanjament ristrett, xorta waħda jeżistu health centres oħra u każi urġenti dejjem jistgħu jiġu riferuti l-isptar.", "M'iniex se nidħol fil- mertu jekk dan huwiex immorali, però żgur li mhux korrett li fuq stazzjon tar-radju jew stazzjon televiżiv jew fil-gazzetta tingħata informazzjoni ħażina lill-pubbliku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, bir-rispett kollu ma nafx għalfejn jitqanqlu dawn l-affarijiet.", "Ma nafx jekk il-Ministru jarahiex morali jew immorali li ċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat qed ikun magħluq prattikament mill- 5.00 p.m. sat-8.00 a.m. ta' l-għada?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Biex inkunu preċiżi rridu ngħidu li l-Onor.", "Asciak qal li tas-Super I ripetutament qed ixandru li l-health centres kollha qed ikunu magħluqin bil-lejl.", "Iva, dik informazzjoni skorretta għaliex ma taqbilx mal-fatti.", "Anzi aħna kemm-il darba stqarrejna li meta jkun hemm health centre magħluqa bil-lejl, ovvjament ikun hemm health centre oħra fil- viċin li tkun miftuħa u allura wieħed jista' jirrikorri hemm.", "Hawnhekk irrid inżid xi ħaġa li naħseb hija interessanti.", "Minkejja dan il-ħafna għajdut fuq in-nuqqas ta' servizzi li hemm fiċ- ċentri tas-saħħa minħabba li qegħdin jingħalqu bil-lejl, xi għaxart ijiem ilu fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana marru tlieta min-nies bejn is-1.00 a.m. u t-3.00 a.m. biex jibdlu l-faxxa, il-bqija ma kien hemm l-ebda call oħra fil-health centre.", "Naħseb li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh dawn l-affarijiet.", "Meta aħna għamilna breakdown ta' kemm verament ikun hemm emerġenzi matul l-iljieli ġewwa l-health centres sibna li dawn ikunu minimi.", "Iżda nirrepeti li ma kenitx dik ir-raġuni li tnaqqsu s-servizzi ġewwa ċ- ċentri tas-saħħa minn wara ċertu ħin.", "Kienet biss miżura temporanja li kellna nieħdu kontra qalbna minħabba nuqqas fil-complement tat-tobba li għandna fil-preżent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru għoġbu jagħti din l- informazzjoni dwar iċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana, għandu l-istess informazzjoni dwar iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat u ċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi?", "Kemm ċittadini mill-istess lokalitajiet u l-periferiji tagħhom, inkluż Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ, imorru fiċ-ċentru tas-saħħa filgħaxija u bil-lejl?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk però, jekk niftakar sew, mill-informazzjoni li konna ġbarna dwar kemm imorru nies fiċ-ċentri ta' Ħal Qormi u tar-Rabat - naturalment meta kienu jkunu miftuħin il-lejl kollu - in-numru kien wieħed minimu.", "U f'kull każ li konna rajna ma kienx hemm indikazzjoni li kienet xi ħaġa li kienet se tagħmel differenza jekk wieħed jinqediex ġewwa l-health centre tar-Rabat jew ġewwa l-health centre tal-Mosta.", "Naħseb li l-poplu llum sar ukoll iżjed konxju dwar meta għandu juża s- servizz tat-tobba bil-lejl - niftakar li meta ggradwajna fl-1973, min jaf kemm-il darba kienu joħorġuna bil-lejl għaliex it-tfal kien ikollhom id- deni jew għaliex it-tfal kien ikollhom rash - u llum l-poplu eduka ruħu fis- sens li ċerti kondizzjonijiet li qabel kienu jidhru allarmanti - dejjem qed nitkellmu meta jkunu nvoluti trabi żgħar u ġeneralment ikunu każi fejn ikun hemm deni għoli ħafna - il-ġenituri stess jafu jipprovdu l-first treatment.", "Jiġifieri jafu li l-ewwel prijorità f'dawn il-każi hi li tbaxxi d-deni u ħafna minnhom, meta ma jarawx sinjali oħra li jinkwetawhom, jittrattawhom huma stess u jużaw is-servizz tat-tobba matul il-ġurnata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jagħtina x'nifhmu li qatt ma waslu lmenti, la mill-kunsill lokali tar-Rabat u lanqas minn daj ta' Ħal Qormi, dwar problemi li qed jiltaqgħu magħhom, partikolarment l-anzjani, meta jirrikorru għaċ-ċentru tas-saħħa fil-lokal tagħhom u jsibuha magħluqa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li x-xewqa tal-kunsilli lokali, bħal dik tad- dipartiment tas-saħħa, li jerġgħu jinfetħu l-health centres.", "Ovvjament il- complaints dejjem jaslu għaliex meta kontra qalbek kellek tirrestrinġi servizz, min kien imdorri jimla riċetta tal-mediċini filgħaxija jew min kien imdorri jiċċekkja l-pressjoni u z-zokkor f'xi l-10.00 p.m. jew il- 11.00 p.m., dik jista' jiddeskriviha bħala inkonvenjent.", "Iżda kemm il- klijenti kif ukoll il-kunsilli lokali ma jarawx il-complaints mill- perspettiva medika, imma jkunu qegħdin jarawhom biss mill-perspettiva li xi ħadd fittex dak is-servizz u dak is-servizz ma kienx available.", "Però meta aħna mmorru lura u naraw x'kienu l-każi li kienu jirrikorru fiċ-ċentri tas- saħħa mit-8.00 p.m. sat-8.00 a.m. - mhux qed nitkellmu fuq il-health centre tar-Rabat biss, isib li ħafna drabi kienu jmorru biss għal trattament.", "Għadni kemm ikkwotajt każ li ġara għaxart ijiem ilu fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana, fejn kellek tliet każi li marru biex jibdlu l-faxxa bejn is- 1.00 a.m. u t-3.00 a.m. Kien hemm każ ieħor ta' individwu mill-Gżira li ċempel lit-tabib tal-Furjana għaliex ried ikellmu.", "It-tabib tal-Furjana qallu biex imur il-health centre tal-Gżira, imma dan baqa' jinsisti u mar minn rajh ġewwa l-health centre tal-Furjana fis-1.30 a.m. biex jistaqsih jekk pilloli li kien ilu jieħu 20 sena jistax jieħu l-asperina magħhom.", "Issa li kieku dak il-pazjent sab il-health centre magħluqa kien jagħmel complaint għaliex ma ħax is-servizz.", "Però ma naħsibx li huwa sew li wieħed ifettillu li fis-1.30 a.m. imur fiċ-ċentru tas-saħħa - lanqas imur fiċ- ċentru tas-saħħa tal-lokalità tiegħu, minkejja li f'dan il-każ iċ-ċentru tas-saħħa kien miftuħ ukoll - tal-Furjana biex jistaqsi lit-tabib jekk jistax jieħu asperina ma' pillola li kien ilu jieħu 20 sena!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari int kont għedtli li fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat jiġu ttrattati 'l fuq minn 75,000 każ matul sena.", "Jiġifieri dawn kollha każi li jiġu ttrattati prattikament bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m.?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Le, jiena mhux qed ngħid hekk.", "Fil-fatt anke l- amministrazzjoni preċedenti kienet qed tara n-nuqqas li għandna fis-sistema u kellha raġun li kienet qed tagħmel ċerti studji.", "Jiena qiegħed ngħid li jekk inti tara x'inhuma d-difetti fiċ-ċentri tas-saħħa issib li huma primarjament tnejn, jiġifieri li m'għandekx kontinwità ta' l-istess tabib u li m'għandekx sistema ta' appuntamenti.", "Jiġifieri ma kien hemm l-ebda restrizzjoni li tmur wara l-5.00 p.m. għal każi ta' rutina, per eżempju, biex tiċċekkja l-pressjoni jew xi ħaġa oħra.", "Naħseb li huwa għaqli li l- ikbar demand fuq iċ-ċentri tas-saħħa tkun matul il-ġurnata.", "Anke fis- settur privat, allaħares bejn it-8.00 p.m. u t-8.00 a.m. it-tobba privati jkollhom l-istess workload ta' matul il-ġurnata.", "Għaliex?", "Għaliex matul il-ġurnata ovvjament wieħed jista' jqassam ix-xogħol u l-ħin skond id- domanda li jkollu.", "Però wieħed qatt ma jmur għand it-tabib privat tiegħu biex ibiddel il-faxxa jew jiċċekkja l-pressjoni jew iz-zokkor fis-1.30 a.m. jew fis-2.30 a.m. Għaliex għand it-tabib privat iħoss li m'għandux imur dak il-ħin, però jekk hemm servizz tal-gvern li jista' jiġi abbużat - u f'dawn il-każi li semmejt huma każi li qegħdin jiġu abbużati - ovvjament wieħed jiġi jaqa' u jqum!", "Naħseb li ħaġa importanti li ssir - konna bdejniha fl-1995/1996 u komplejtuha intom, u se nipprovaw nagħtuha enfasi ikbar fix-xhur li ġejjin - hija li nipprovaw nedukaw lill-poplu biex inqassmu s-supply tat-tobba li għandna meta jkun hemm l-iktar bżonn ta' dawn is-servizzi.", "Fil-fatt in- numru ta' tobba li jkun hemm matul il-ġurnata mhuwiex l-istess numru ta' tobba li jkun hemm matul il-lejl.", "U r-raġuni hija ovvja.", "Waqt li ma nistax neskludi li jkun hemm ċerti każi li jkollhom bżonn jirrikorru fiċ- ċentru tas-saħħa, però ma noqogħdux inġibu d-dinja fit-tarf.", "Waqt li wieħed jixtieq li ċ-ċentri tas-saħħa jiftaħhom għal 24 siegħa kif kienu qabel, ma naħsibx li tagħmel xi differenza enormi jekk flok ma jinqeda r- Rabat jinqeda l-Mosta.", "Niftakru li l-Mosta hija fully equipped biex tlaħħaq, anke bħala numru ta' tobba.", "Anke dawk il-każi li jkollhom bżonn vista tat-tabib id-dar, din tiġi wkoll covered miċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta.", "Jiġifieri minkejja li m'għadniex nipprovdu s-servizzi għal 24 siegħa miċ-ċentru tas-saħħa tar- Rabat, dawk il-każi li ma jkunux jistgħu joħorġu mid-dar xorta għadhom jistgħu jitolbu s-servizz ta' tabib fid-dar.", "Jiġifieri l-każi li verament huma urġenti u li ma jistgħux jiċċaqilqu minn djarhom u jkollhom bżonn kura medika, dan is-servizz huwa covered miċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Listi ta' membri fuq bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21323.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Listi tal-membri fuq bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21324.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ċirkolari maħruġa mill-ministeru fis-27 ta' Ottubru 2000 dwar avvenimenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura u sajd matul l- 2001, bi tweġba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21069.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Aġent Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' NFIQ TA' L-AWTORITA' TAD-DJAR GĦAS-SENA 2000-2001", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Infiq ta' l-Awtorità tad-Djar għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2000 sat-30 ta' Settembru 2001.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu żewġ seduti, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, u bil-winding-up għall-gvern.", "Rimarki?", "L- Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, se nagħmel introduzzjoni qasira ħafna għaliex il-kontenut tar-rapport ta' l-awtorità tad-djar huwa kollu fir- rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għalhekk minħabba l-proċedura li se nużaw, li nalternaw kemm jista' jkun il-kelliema, se nsegwi d-diskors taż-żewġ naħat tal-Kamra u mbagħad fl-għeluq ta' dan id-dibattitu nkun nista' nwieġeb għall-punti li jkunu tressqu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, għandna quddiemna r-rapport finanzjarju l-estimi ta' nfiq ta' l-awtorità tad-djar għas-sena 2000/2001 u fil-ftit ħin li għandi rrid nillimita ruħi għal żewġ punti partikolari.", "L- ewwel wieħed huwa fuq is-sistema li biha kienu qed jiġu allokati l-punti.", "Fil-qasam tad-djar għandna d-dipartimenti tas-social housing u l-awtorità tad-djar.", "Issa dan il-fatt kien iħawwad lili, aħseb u ara lin-nies li forsi l-livell ta' l-edukazzjoni tagħhom ikun baxx jew ikunu illitterati, kif normalment ikunu n-nies li jkollhom problemi ta' housing.", "Jien dejjem kelli premessa li iktar ma tkun ikkomplikata s-sistema iktar issib min jabbuża minnha u iktar se ssib li min veru jkollu bżonn ma jibbenefikax minnha.", "Jien naħseb li l-housing authority u d-dipartiment tas-social housing qed jagħmlu biċċa xogħol sew ħafna li jamalgamaw is- sistema li biha jagħtu l-punti lil min għandu bżonn housing soċjali.", "B'dan il-mod, din issir iktar user friendly, iktar sempliċi.", "L-ideali hu li bniedem li għandu bżonn social housing imur quddiem id-dipartiment jew l- awtorità, jagħti ismu u kunjomu u x-xogħol isir mid-dipartiment tal-gvern ikkonċernat jew mill-awtorità tad-djar.", "B'hekk ikollna sistema ta' punti li hija across the board u ma jidħlux ħafna abbużi li drajniehom issa.", "Per eżempju, hawn tliet kwarti ta' Malta marida bl-ażma.", "Hawn nies li jmorru japplikaw fid-department for social housing li għandhom karozzi ta' Lm30,000 jew għandhom il-jottijiet.", "B'din is-sistema nkunu nistgħu nindirizzaw il-problemi ta' min verament għandu bżonn u naqtgħu dawn l- abbużi darba għal dejjem.", "Mr Speaker, is-sistema li qed tiġi proposta, li waslet biex tiġi addottata fil-bidu tas-sena d-dieħla, tistipula li l-allokazzjonijiet isiru mill-allocations board.", "Għalhekk se jkun hemm ċentralizzazzjoni ta' l- allokazzjonijiet li hija idea tajba.", "Se jsiru innovazzjonijiet dwar in- numru ta' kmamar, fis-sens li jekk ikollok boxroom ma tgħoddhiex bħala kamra.", "Se jiġu allokati iżjed punti lil min għandu faċilitajiet sanitarji li jkunu qegħdin, per eżempju, f'bitħa jew f'gallarija jew għal dawk li joqogħdu f'post below street level.", "Il-kondizzjonijiet mediċi li minħabba fihom jingħataw extra points jridu jkunu dawk li jinvolvu problemi ta' mobilità, u mhux tliet kwarti ta' Malta jirrapportaw li għandhom l-ażma, li jbatu b'qalbhom, bil-pressjoni jew xi ħaġa hekk li, għalkemm huma rilevanti, jistgħu jiġu abbużati faċilment.", "Mr Speaker, se jibda jsir ukoll social condition report ta' kull applikant minn qualified social worker.", "Dan huwa importanti għaliex is- social worker se jkun qiegħed f'pożizzjoni aħjar li jelenka ċerti problemi li ma tantx tista' tpoġġihom fuq il-karta meta timtela l-formola oriġinali.", "Min jaqla' iktar minn Lm4,000 mhux se jkun jista' japplika għal social housing għaliex qed naraw li qed japplikaw nies b'income li jaqbeż it- Lm8,000 jew, kif diġà semmejt, għandhom karozza ta' Lm30,000.", "Lanqas jien, li ilni naħdem tabib 20 sena, m'għandi karozza li tiswa daqshekk, aħseb u ara persuna li qed tapplika għal social housing li allura ma tistax taffordja tixtri d-dar tagħha.", "Irridu nikkonsidraw ukoll familji bħas- single parent families li jinqabdu f'ċerti ċirkostanzi u jkollhom jikru flat Buġibba jew il-Qawra bi Lm80 fix-xahar.", "Allura wieħed irid jagħti punti partikolari lil min ikun jinsab f'din is-sitwazzjoni unfair.", "Bħalma jiġri meta ssir applikazzjoni għal servizzi soċjali oħrajn, għandhom ikunu investigati l-assets kapitali ta' persuna li tapplika għal social housing għaliex hemmhekk jibdew ħerġin is-sorpriżi.", "Irridu nkunu ċerti wkoll li jekk hemm skema tad-djar li tgħin biex wieħed jirranġa s- saqaf jew il-gallarija, jekk ikun il-każ, wieħed juża dik l-iskema u mhux japplika għal alternative accommodation, sempliċement għaliex ikun irid jitlaq 'il barra minn fejn joqgħod.", "Ġieli jkun hemm każi ta' xi ħadd li jkun joqgħod f'post u jkun irid imur joqgħod bilfors f'Birkirkara, per eżempju, għaliex oriġinarjament ikun minn dak ir-raħal.", "Allura minħabba li jkollu d-dar b'saqaf li joqtor xi ftit, jagħmel premessa li jrid alternative accommodation meta bil-loans ta' l-iskemi tal-housing authority faċilment jista' jirranġa l-gallarija jew s-saqaf tiegħu.", "Ħaġa li fl- opinjoni tiegħi hija tajba huwa l-fatt li se jibdew jitnaqqsu punti għal dawk li jirrifjutaw akkomodazzjoni alternattiva li jkun offrielhom id- dipartiment mingħajr raġuni valida.", "Punt ieħor importanti huwa li l-list of applicants u l-points allokati se jibdew jiġu ppubblikati.", "It-tieni punt li rrid nitkellem fuqu huwa l-kwestjoni tas-slum clearance.", "Il-gvern baqa' għaddej bis-slum clearance projects u llum għandna proġetti f'diversi nħawi ta' Malta, partikolarment fil-Kottonera.", "Jekk wieħed iħares biss lejn Bormla, jara li phase I fi Triq San Ġwann hija lesta u se jiġu allokati 20 unit, u se jibda phase 2 fejn se jinbnew 49 unit ġdid.", "Fi Triq Erin Serracino Inglott, Bormla, se taqa' ammont ta' proprjetà li se tiġi allokata wkoll f'units.", "Fi Srejdek Lane hemm erba' units, fi Triq San Franġisk hemm erba' units u se jibda dalwaqt it-tieni fażi tal-proġett ta' Sant'Elena li jinvolvi 27 unit.", "L-Isla wkoll, fi Triq San Filep se jkun hemm tliet units, u f'Pope Alexander Street, il-Birgu hemm tliet units.", "Sur President, kontra problemi kbar legali se jitkompla wkoll l-Għajn tal- Ħasselin l-Imsida, u f'dik l-area ta' Conception Street se jibda phase 2 u phase 3 tas-slum clearance.", "Phase 2 tinvolvi 30 unit u phase 3 tinvolvi 55 unit.", "Nerġa' ngħid li kulħadd konxju li kien hemm problemi legali kbar f'dawn l-areas u l-gvern u l-awtorità tad-djar għamlu sforz enormi biex fil- fatt ikunu jistgħu jkomplu b'dan il-proġett.", "Mr Speaker, ħafna minn dawn il-proġetti ta' slum clearance għandhom magħhom ammont kbir ta' garaxxijiet li ma qgħadtx insemmihom bħala accommodation units, però ovvjament iridu jiġu nklużi mal-figuri li semmejt.", "L-aħħar proġett li nixtieq insemmi, li proprjament ma jaqax taħt slum clearance, imma taħt problema ta' flooding, huwa fil-wied ta' Birkirkara fejn kien hemm block flats li jappartjeni għall-privat.", "Proprju minħabba li kien mibni fil-wied, dan il-block flats kien qed iżid il-problema tal- flooding għax meta l-wied jimtela bl-ilma ma jkunx jista' jgħaddi u jiskula daqshekk malajr.", "Qed nirriferi għall-block li kien hemm f'Cane Street, corner ma' Mannarino Road.", "Dan il-proġett issa qiegħed f'idejn l-awtorità tad-djar u l-kunsill lokali ta' Birkirkara kien ilu jimmira biex dan isir.", "Fil-fatt ħarġu l-permessi tal-bini biex dan il-proġett jibda u se jitwaqqa' dan il-blokk għaliex sar ftehim ma' l-inkwilini li jew jieħdu reward finanzjarju talli jkunu ħarġu mid-dar jew jingħataw akkomodazzjoni fl- istess blokk meta jitlesta.", "Kien hemm anke problema bil-mużew tal-bniet li kien proprju fil-wied u kien perikoluż immens minħabba l-għargħar u issa ngħataw post ieħor iktar 'il fuq.", "Mr Speaker, dawn huma xi punti li juru li l-awtorità tad-djar għamlet ix- xogħol tagħha s-sena li għaddiet.", "Nerġa' ngħid li dan il-proġett ta' Birkirkara se jipprovdi 29 unit li minnhom se jieħdu l-familji li joqogħdu f'dak il-block stess, però se jibqa' ħafna units oħra li jistgħu jingħataw għal akkomodazzjoni soċjali.", "Din hija miżura waħda li se ttaffi l-problema tal-flooding.", "Qatt m'aħna se nsolvu għal kollox il-problema ta' l- għargħar fil-wied għaliex ħafna mill-problema tal-wied ta' Birkirkara ġejja mill-fatt li nbena l-Mosta, in-Naxxar, Ħal Lija, Ħ'Attard u ħafna mir-run- off water li qabel kien jiġi assorbit mill-għelieqi issa qed jiġri fuq l- uċuh tat-toroq u jispiċċa f'Birkirkara.", "Sur President, biex wieħed isolvi l-problema tal-Wied ta' Birkirkara jrid jilqa' l-ilma qabel jasal fil-wied, imma lanqas dan m'hu possibbli għaliex mhux se tlaħħaq ma' l-ammont kbir ta' ilma li jinżel, tant li l-livell tal- wied ġieli jogħla b'sitt piedi u jidħol sa l-ewwel sular tad-djar.", "L-unika soluzzjoni biex teħles mill-problema hija li jitħaffer tunnel minn taħt Birkirkara kollu biex l-ilma jmur fih u jibqa' sejjer fil-baħar.", "Din ovvjament tkun spiża enormi, imma hija ħaġa li jrid iżommha f'moħħu kwalunkwe gvern li jkun hemm.", "Però żgur li l-proġett ta' Cane Street u Mannarino Road se jgħin biex il-problema tittaffa ħalli meta negħrqu flok indumu mgħarrqin xi erba' sigħat indumu mgħarrqin nofs siegħa, u l-livell ta' l-għargħar ma jkunx għoli daqskemm ikun bħalissa minħabba l-problema tal-bini li qiegħed jaqsam il-wied minn naħa għall-oħra.", "Ma nafx min bnieh dak il-bini, però ma tantx kienet idea tajba.", "Għalhekk inħoss li l- awtorità tad-djar qed tagħmel xogħolha meta ressqet dan ir-rapport serju u ċertament napprovah.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, l-Onor.", "Asciak spiċċa billi qal li r-rapport ta' l-awtorità tad-djar huwa rapport serju.", "Jien mhux qed ngħid li mhux serju imma żgur li it falls short minn ċerta informazzjoni li għandna bżonn biex inkunu nistgħu niddiskutu bis-serjetà l-politika tal- housing soċjali f'pajjiżna.", "Din il-problema issa ilha s-snin magħna, minn sena għall-oħra dejjem ngħidu l-istess affarijiet, u n-nies li tant għandhom bżonn xi tip ta' soluzzjoni jibqgħu jistennew.", "Jien mhux qed nirriferi għal dawk in-nies li jaf l-Onor.", "Michael Asciak, li għandhom karozza ta' Lm30,000 jew għandhom xi yacht.", "Mr Speaker, jien naf nies li verament qegħdin ibatu jew għax jgħixu f'periklu kontinwu jew għax jgħixu f'postijiet li tant huma substandard li lanqas biss kamra tal-banju jew faċilità sanitarja bażika m'għandhom.", "Dawn in-nies għandhom bżonn alternative accommodation immedjatament.", "Sena wara l-oħra niġu hawnhekk ngħidu l-istess affarijiet, tiġi s-sena ta' wara u ftit li xejn inkunu qdifna biex il-problema ma tibqax akuta kif għadha sal- lum.", "Fl-idea tiegħi r-rapport falls short milli jagħtina l-istampa eżatta ta' kif inhi l-qagħda f'dan il-qasam.", "Ma rridx ninftiehem li qed nara kollox ħażin għaliex huwa tajjeb, per eżempju, li l-awtorità llum għandha r- research and policy development unit.", "Imma in vista tal-fatt li għandna dawn il-units li qed jagħmlu riċerka, li permezz tagħha ssir l-analiżi ħalli joħorġu l-indikaturi biex il-politika tagħna f'dan ir-rigward tiġi żviluppata aħjar, kont nistenna li f'dan ir-rapport ta' ħidma jkollna aktar tagħrif.", "Kont nippretendi li jkollna aktar statistika u aktar analiżi minn dan ir-research and policy development unit, ħalli nkunu nafu fuq liema bażi qed tiġi żviluppata ċerta policy biex nifhmu kif se tiġi tackled il- problema tal-housing soċjali.", "Jien iddiżappuntajt ruħi li f'rapport bħal dan lanqas insib almenu kemm fadlilna każi ta' social housing pendenti.", "Issa nispera li ma jqumx l- Aġent Prim Ministru u jgħid, kif kien qal is-sena li għaddiet, li aħna qed niddiskutu l-awtorità tad-djar.", "Is-sena li għaddiet hekk qalli, bħallikieku kont xi waħda storduta.", "Jien kont naf x'qed ngħid.", "Jekk qed nitkellmu fuq entità li fl-aħħar mill-aħħar qed tipprovdi l-units fejn joqogħdu n-nies, jiena ma jidhirlix li jrid ikun bilfors id-dipartiment biex jipprovdi l-informazzjoni dwar każijiet ta' social housing pendenti.", "Li kieku mhux għaliex għandna problema ta' nies li l-mezzi finanzjarji tagħhom huma limitati, u allura qatt ma jistgħu jkunu biżżejjed fuq saqajhom ħalli on their own steam ikollhom akkomodazzjoni xierqa, kieku lanqas għandna bżonn ikollna awtorità tad-djar u lanqas dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali.", "Jien ngħid li llum iktar u iktar kellu jkollna iżjed informazzjoni dwar każijiet pendenti għaliex, kif qal qabli l-Onor.", "Michael Asciak, se ssir l- amalgamazzjoni ta' l-awtorità tad-djar u d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Jien inħoss li jagħmel sens li jkollna networking ta' dawn iż- żewġ entitajiet tal-gvern li, wara kollox, it-tnejn jaħdmu biex jipprovdu akkomodazzjoni għal dawk li huma batuti finanzjarjament u waħedhom m'humiex f'qagħda li jiksbu akkomodazzjoni diċenti, kif għandu jkollu kull bniedem.", "Fil-ftit ħin li għandi se nipprova nifli r-rapport billi nimxi b'ċerta kronoloġija għaliex imbagħad il-kollegi tiegħi se jkomplu jiżvolġu l- argumenti fuq dan il-qasam.", "Xtaqt nagħmel xi mistoqsijiet ħalli meta jagħmel il-winding up l-Aġent Prim Ministru, nittama li jkun jista' jirrispondi.", "Fir-rapport jingħad li filwaqt li d-dipartiment se jgħaddi xi responsabbiltajiet li għandu lill-awtorità, se jiżviluppa l-kompetenzi neċessarji biex jassumi rwol kordinattiv u regolatorju.", "Nixtieq li kieku l- Aġent Prim Ministru jispjega x'se jkun qed jirregola.", "Se jkun qiegħed jirregola l-awtorità?", "Se jkollu xi setgħat ġodda dan id-dipartiment?", "Se jkun qed jirregola l-kwestjoni tal-housing anke fejn għandu x'jaqsam il- privat?", "Jeħtieġ inkunu nafu eżattament x'se jkun qed jiġri.", "Filwaqt li ma tistax tgħid li hija ħaġa ħażina li entità li taħdem f'dan il-qasam tkun under continuous review u tagħmel upgrades fejn hemm bżonn, imma aħna hawnhekk m'aħniex qegħdin niddiskutu l-ewwel sena ta' ħidma ta' gvern Nazzjonalista permezz ta' l-awtorità tad-djar.", "Qegħdin niddiskutu t-tieni sena, anzi issa dħalna fit-tielet sena.", "Se nibqgħu għaddejjin niddiskutu reviews, operational organisation ġdida u sadanittant se tibqa' titwal il- lista tan-nies li qegħdin jistennew li xi darba l-Mulej jiftakar fihom u jagħtihom il-ħniena permezz tal-gvern.", "Ngħid dan ukoll in vista tal-kritika li kien għamel l-Aġent Prim Ministru s-sena li għaddiet meta qal li l-gvern Laburista preċedenti ma ffokkax biżżejjed fuq il-kirjiet.", "Għalhekk jiena nixtieq nistaqsi x'kirjiet għamlet l-awtorità tad-djar matul din is-sena?", "Qed insemmi l-kirjiet għaliex dawn huma wieħed mill-mezzi ta' kif nies li jaqgħu fil-low income band xi darba jistgħu jkollhom il-unit ta' akkomodazzjoni diċenti tagħhom.", "Fir-rapport ma stajtx insib x'postijiet ħarġet għall-kiri din is-sena l- awtorità tad-djar.", "Jien immur sikwit fl-uffiċini ta' l-awtorità tad-djar b'xi persuni li jkollhom bżonn għajnuna għaliex, kif semma qabli l-Onor.", "Michael Asciak, ċerti nies ma jkunux jafu kif jimlew il-formoli jew ma jkunux jafu taħt liema skema ta' għajnuna jistgħu japplikaw.", "Għaldaqstant jien staqsejt kemm-il darba fuq dawn il-kirjiet, imma mill-aħħar tas-sena li għaddiet sal-lum dejjem qaluli li l-awtorità tad-djar għandha numru ta' units li se toħroġhom għall-kiri u sal-lum għadhom ma ħarġux.", "Mr Speaker, skond l-aħħar informazzjoni li ħadt mill-awtorità tad-djar, jidher li l-policy ta' l-awtorità se tkun li dawn il-housing units għall- kiri issa se jkunu allokati lin-nies li diġà għandhom applikazzjoni mad- dipartiment tas-social housing.", "Dan jagħmel sens, imma hemm aspett ieħor li rridu nikkonsidraw, u nħoss li nkun qed nonqos jekk ma nsemmihx hawnhekk.", "Jekk l-awtorità se tadotta din il-policy, x'se jiġri minn dawk l- għarajjes b'income baxx li la huma f'qagħda li jduru għal xiri ta' units mingħand l-istess awtorità, u inqas u inqas huma f'qagħda li jixtru jew jikru mingħand il-privat?", "Ma rridx ninftiehem ħażin għaliex huwa tajjeb li min ilu jistenna jingħata preferenza, però min-naħa l-oħra hemm din il- kategorija ta' nies f'pajjiżna li rridu nieħdu ħsiebhom ukoll.", "Qed inqajjem dan il-punt għaliex jekk ma naqbdux il-problema at source, 'il quddiem din timmultiplika ruħha għal dawn it-tip ta' għarajjes.", "Mr Speaker, nafu b'numru sostanzjali ta' għarajjes, li ma jkunux f'qagħda li jidħlu għal commitments ta' xiri jew ta' kiri mingħand il-privat u mingħand il-gvern qatt ma tiġihom l-opportunità li jixtru jew jikru dar, li jiżżewġu xorta għaliex ikunu ilhom jistennew u jispiċċaw jgħixu mal-parents tagħhom.", "Nafu b'każi fejn ġewwa appartamenti, xi kultant tal-gvern stess, fi spazji limitati jgħixu tnejn jew tliet familji.", "Imbagħad jibdew ġejjin it-tfal u l-problema tibda timmultiplika ruħha.", "Qed insemmi dan il-punt għaliex irridu noqogħdu attenti li nkunu qed naħsbu f'kull settur.", "Mhux biżżejjed li naraw kemm hemm jistennew fuq il-lista tas-social housing department u nserrħu moħħna li se tibda nieżla dik il-figura għaliex se nallokaw il-units kollha available f'dik id-direzzjoni, u mbagħad ngħidu kemm ħdimna għaliex minn 4,000 niżżilniehom għal 2,000!", "Noqogħdu attenti għaliex aħna rridu nittekkiljaw dan il-qasam bis-serjetà, bħal kwalunkwe qasam ieħor wara kollox.", "Imma dan huwa wieħed mill-oqsma fundamentali għaliex jekk il-bniedem ma jkollux dar diċenti, ma jkollux ix-xogħol, ma jkollux edukazzjoni tajba u ma jkollux saħħa, tkun qed tonqoslu d-dinjità tiegħu.", "Irridu nittekkiljaw bl-aktar mod oġġettiv id-diffikultajiet reali li għandna bl-għan li nsolvuhom għal dejjem.", "Jiena ħadt ġost ukoll li kien hemm focus aħjar fuq l-akkomodazzjoni għal persuni b'diżabilità għax minn tabelli li hawn f'dan ir-rapport jidher li ġew preferuti numru ta' għarajjes b'diżabilità.", "Jidher li kien hemm focus ukoll fuq dawk li kienu jbatu minn kondizzjoni mentali imma llum jistgħu jiġu riabilitati fil-komunità.", "Imma mbagħad inħossni nkwetata - u nixtieq li jkollna tweġibiet għal dawn -għaliex ma jidhirx li kien hemm focus biżżejjed, anzi ma jidher imkien, fuq nisa li jispiċċaw ġewwa shelters minħabba vjolenza domestika jew minħabba diffikultajiet oħra fiż-żwieġ tagħhom.", "Nafu li għandna nisa mifrudin saħansitra minn uliedhom għaliex m'għandhomx fejn imorru.", "Dawn m'humiex indipendenti finanzjarjament u jgħixu biss bl-assistenza soċjali u żgur li m'humiex f'qagħda li jmorru jikru dar.", "Hemm uħud jispiċċaw jissallbu biex jerġgħu jiġbru lil uliedhom flimkien u jaraw kif jagħmlu biex iġebbdu l-flus, mhux biex jieklu, imma biex iħallsu l-kera, basta dik l-omm terġa' tiġbor lil uliedha!", "Hawnhekk irrid nistaqsi jekk l-awtorità tad-djar għandhiex policy għas- sena li ġejja - għax naħseb li mhux wasal iż-żmien, imma qegħdin tard fuqha din, iżda għall-magħmul m'hemmx kunsill! - biex dawn it-tip ta' każijiet jitwaddbu fuq il-fast track system.", "Hemm każijiet fejn l-ulied spiċċaw mifrudin minn ma' l-omm għaliex m'għandhomx akkomodazzjoni alternattiva.", "Imbagħad hemm numru sostanzjali ta' familji b'ġenitur wieħed, partikolarment nisa, li spiċċaw imsallba biex jikru post tal-privat bi Lm80, Lm100 u fuq il-Lm100 fix-xahar u qed jgħixu f'faqar kbir dawn.", "Fil- massa assoluta tagħhom dawn huma nisa, biex ma ngħidx kollha kemm huma, għaliex lanqas naf jien.", "U nittama li r-research and development unit xi darba jibda jagħtina dawl fuq ir-riċerka li qed issir, għaliex din għandna tkun ukoll parti mill-politika tal-housing tagħna.", "Nerġa' ngħid li hemm numru sostanzjal ta' familji b'ġenitur wieħed, bi tfal żgħar li qed jgħixu fil-faqar minħabba li dawn l-ommijiet ma kellhomx alternattiva biex jgħaqqdu l-familja flimkien, ħlief li jmorru jissallbu u l-ftit dħul li għandhom kważi kważi qegħdin jippumpjawha kollha fil-ħlas tal-kera tad- dar.", "Issa niġu għall-iskemi l-ġodda.", "Wieħed jista' jgħid li prima facie sar titjib.", "Jien naħseb li ladarba familja daret għall-iskema ta' l-awtorità tad-djar biex tirranġa darha, din ma tiflaħx financially.", "Naturalment irid ikun hemm skrutinju strett għaliex hemm min jabbuża.", "Jiena ma rridx nemmen li l-massa assoluta tabbuża.", "Jien nemmen li l-massa assoluta hija ġenwina, però hemm dak in-nukleu ta' nies li dejjem jaraw kif joborxu minn kullimkien.", "Lil dawk irridu naqbduhom għaliex dawk qed jisirqu.", "Imma meta jkunu każijiet ġenwini, l-ispejjeż inizjali biex japplikaw għal xi skema kienu ħafna għalihom.", "Min hu constrained financially anke Lm5 huma ħafna għalih, aħseb u ara Lm60 jew Lm70 kif ġieli telgħu l-ispejjeż!", "Jien naf b'każijiet ta' familji li jgħixu biss bl-unemployment benefit u biċ- children allowance.", "Mr Speaker, qed jiġini f'moħħi każ partikolari ta' familja li bikkietni.", "Kienet se tibda l-iskola u l-omm qaltli li ma kenitx se tibgħat lit-tfal l- iskola għaliex ma kellhiex flus biex tixtrilhom l-uniformi peress li ċ-ċekk ta' l-unemployment benefit inzerta ttardja.", "Dawn l-estremitajiet ta' faqar jeżistu f'pajjiżna u għal dawn il-familji huma wisq anke dawk il-Lm5 li jintalbu jħallsu meta japplikaw għal xi skema biex jirranġaw djarhom.", "Forsi tgħiduli li din irranġat ruħha għax issa ġiet li min ma jiflaħx iħallas Lm5 initially u l-kumplament jinqatgħulu mis-somma li tiġi allokata għal dak l-irranġar.", "Allura aħna għamilna faċċata biex jien l-ewwel waħda nipprova nsodd ħalqi u ma nkomplix nikkritika.", "Imma se nkompli nikkritikaha jien għaliex jekk bniedem, li ġie allokat Lm1,200 biex jirranġa daru, se teħodlu xi Lm60 ta' l-ispejjeż inizjali, allura inti naqqastlu mill-ammont li qed tallokalu biex jirranġa d-dar.", "Din ma tagħmilx sens għalija.", "Jew se nagħmlu l-affarijiet sew jew ma nagħmlu xejn!", "Jew qed nimxu fuq il-prinċipju li vera hawn nies fil-bżonn jew m'aħniex.", "Mr Speaker, jien ippretendejt li fir-rapport ta' l-awtorità tad-djar insib ftit iktar dettalji fuq il-public private partnerships ħalli nifhmu eżattament x'qed jiġri, u mhux ikollna noqogħdu nagħmlu mistoqsijiet parlamentari u ma nafux jekk ikollniex tweġibiet.", "Għaliex m'għandniex aktar informazzjoni fuq il-public private partnerships?", "X'hemm ippjanat?", "Xtaqt nirriferi għad-diversi tabelli f'paġni 7, 8, 10 u 11 fejn hemm postijiet għall-bejgħ.", "Jiġifieri ż-żewġ avviżi 63 u 64, li ħarġet l- awtorità biex sar il-bejgħ, imma mbagħad hemm tabella li turi l-postijiet għall-bejgħ bejn l-1988 u l-2000.", "Jiena ma nafx ir-research and policy development unit x'qed jagħmel fuq din għaliex allavolja t-tabelli huma xotti, imma xorta jindikaw ċerti affarijiet prima facie.", "Mill-ftit informazzjoni li għandi l-ewwelnett jidher li hawn kategorija ta' nies li qegħdin f'qagħda li jixtru l-postijiet għall-bejgħ issussidjati li tagħti l- awtorità u mhux jintefgħu fil-lista tas-social housing għall-eternità.", "Imma s-supply hija żgħira wisq.", "Issa dan huwa mezz kif il-gvern, minkejja li ma jkunx qed jiġbor flusu kollha lura - qed nieħu in konsiderazzjoni l- problema tal-finanzi - ikun jista' jiġbor ħafna minn dawn l-ispejjeż lura.", "Per eżempju, tinkwetani l-kategorija li taqa' taħt l-avviż numru 63 ta' l-18th March, 1999, għaliex kien hemm 1,217 applikant u ħadu 184 unit.", "Jiġifieri 15% biss inqdew.", "Imbagħad fil-kategorija li taqa' taħt avviz numru 64 li ħareġ f'Mejju ta' din is-sena, applikaw 586 persuna u ħadu 215, jiġifieri nqdew 37%, naturalment skond is-supply li kien hemm.", "Però ma nistgħux inserrħu rasna li għoliet ir-rata ta' dawk li qed jinqdew għaliex wieħed irid iqis kemm l-applikanti niżlu drastikament.", "Hawnhekk żgur kien hemm lok li r-research and development department jindaga u janalizza x'ġara u kont nistenna li naraw xi ħaġa f'dan is-sens fir-rapport.", "L-aħħar darba, meta konna qed niddiskutu r-rapport ta' l-ETC l-Aġent Prim Ministru ġab ir-raġuni li dak kien rapport ta' ħidma.", "(Interruzzjonijiet) U tajtni raġun.", "Imma mbagħad qlajtilna kemm flaħt, kif inhu l-istil tiegħek!", "Imma issa drajnieh.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-punt hu li r-rapporti ta' ħidma jridu jkunu iktar dettaljati jekk irridu nanalizzaw u niddiskutu bis-serjetà.", "F'oqsma bħal dawn m'hemmx kuluri politiċi.", "Min għandu problema ta' housing, jista' jkun Laburist u kemm Nazzjonalist, qed nagħmlu inġustizzja miegħu.", "M'aħniex fil-prattika nwettqu l-ġustizzja soċjali.", "Mela jekk irridu naħdmu bis-serjetà jrid ikollna l-informazzjoni ħalli anke minn din in-naħa nkunu nistgħu ngħinu.", "Tistennewniex li niġu ngħidulkom prosit għal kollox għaliex huwa xogħolna li nikkritikaw b'mod kostruttiv meta tgħinuna billi tagħtuna l- informazzjoni.", "Il-persentaġġ globali ta' 12-il sena ta' dawk li applikaw biex jixtru l-units ta' l-awtorità u attwalment inqdew kien ta' 20%.", "Dawn il-figuri huma telling ħafna, u jekk ikollna iktar informazzjoni u aktar analisi nkunu nistgħu niskopru jekk dawn qatgħux qalbhom, jekk hux qed jaraw il-units għoljin wisq, jew jekk hemmx raġunijiet oħrajn.", "Niġi għall- aħħar punt tiegħi għaliex qed jiġbduli l-attenzjoni biex nagħlaq.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq il-kapriċċi, imma fuq dritt bażiku ta' kull ċittadin li jkollu dar diċenti.", "Għalhekk hemm l-istrutturi ta' l- Istat biex joffru housing diċenti lil min huwa batut finanzjarjament.", "Apparti minn hekk, hemm ukoll il-prinċipju li kemm jista' jkun iċ-ċittadini jkunu sidien ta' darhom.", "Dan il-prinċipju bdejnieh aħna bħala partit fil- gvern tul iż-żmenijiet u ġie adottat mill-gvern Nazzjonalista wkoll tul il- leġislaturi li għaddew.", "Imma nistgħu ngħinu lin-nies isiru sidien ta' darhom billi l-affarijiet nagħmluhom b'naqra iktar sens, u mhux inħajru lin- nies biex jixtru l-post tal-gvern li qed jgħixu fih, jagħmlu l-konvenju fi Frar ta' din is-sena u sal-lum, għaxar xhur wara, għadhom m'għamlux il- kuntratt, meta skadielhom it-terminu tal-konvenju.", "Dawn imorru jirranġaw il-loan mal-bank malajr malajr għaliex tant ikollhom entużjażm u forsi fi żmien xahar jirranġa l-proċedura mal-bank, allura minn Marzu 'l hawn għandu loan, qed iħallas l-interessi fuqha, u għadu s'issa m'għamilx il-kuntratt.", "Jiġifieri dan qed iħallas l-interessi għalxejn għaliex lanqas qed jaqta' minn x'imkien għax kuntratt ma sarx.", "Sadanittant dan kellu jħallas xi pagament ieħor tal-kera.", "Mr Speaker, filwaq t li qed inħeġġu lin-nies biex isiru sid ta' darhom, għaliex anke l-gvern jaqbillu peress li se jdaħħal ftit kapital biex imbagħad jgħaddih lil xi ħaddieħor li huwa iktar fil-bżonn, qed inkomplu nrossu lil dawn in-nies għaliex ħafna minnhom ikunu daru għal kull ħaġa li jkollhom biex jixtru d-dar li ħadmu għaliha ħalli mbagħad jgħadduha lil uliedhom.", "Dan hu l-mod ta' kif jaħseb il-Malti, u naħseb li aħna lkoll konxji ta' kif jaħsbuha l-ġenituri Maltin.", "Imma ejja nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà.", "M'għandniex inġiegħlu lin-nies itajru l-liri fil-vojt.", "Min huwa ristrett finanzjarjament, jekk teħodlu dik in-naqra li jkollu tkompli tagħsru, filwaqt li min huwa tajjeb finanzjarjament, jekk teħodlu l-ħafna jibqa' tajjeb.", "Imma hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq qasam li jirrigwarda nies li l-mezzi finanzjarji tagħhom huma limitati.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, inkompli fejn waqfet l-Onor.", "Coleiro billi nikkonferma li din m'hijiex kwestjoni ta' prinċipju politiku.", "Filwaqt li rridu nirrikonoxxu x-xogħol utli li qiegħda tagħmel l-awtorità tad-djar, se nsemmi ftit nuqqasijiet li jien nara fil-konfront ta' l-awtorità, però se nsemmi wkoll xi nuqqasijit kbar li taffronta l-awtorità fit-tħejjija u t- twettiq tax-xogħol tagħha.", "L-Onor.", "Coleiro semmiet li kien hemm min għamel konvenju fi Frar li għadda biex jixtri dar tal-gvern u għalkemm il-konvenju għalaq, dan il- kuntratt baqa' ma sarx.", "Iżda ninforma lill-Onor.", "Membru li dan il-konvenju ma jagħlaqx għax dan ikun open-ended sa wara li l-istess awtorità tirċievi d-dettalji relattivi mil-lands.", "Apparti minn hekk, aħna nafu li konvenju jista' jkun għal terminu ta' ħames snin.", "Però nammetti wkoll li hawn min ikun intrabat ma' l-awtorità li se jieħu self minħabba raġunijiet li se nsemmi iktar 'il quddiem, u dawn effettivament, għalkemm ma jkunux qegħdin iħallsu l-imgħax fuq il-loan ladarba din ma tkunx inġibdet, imma jkunu qegħdin iħallsu l-life insurance, il-house insurance u jkunu għamlu ċerti spejjeż li altrimenti ma kienx ikollhom bżonn jagħmluhom.", "Mr Speaker, fil-professjoni tiegħi jien ikolli x'naqsam ma' l-awtorità tad-djar bħala nutar ta' partijiet, taħt il-kappa politika u anke bħala ċittadin.", "Jekk wieħed jara l-kontijiet tant spjegati tajjeb mill- accounting firm tagħhom rigward dak li suppost idaħħlu u dak li għandhom f'idejhom biex jużaw, bilfors ikollu jistaqsi għaliex ċerti flus ma jidħlux.", "Meta nindagaw għaliex, jirriżulta li fi żmien ġimgħat, biex ma ngħidx jiem, minn meta l-awtorità tagħmel konvenju ma' xi ħadd, din tikteb lid-dipartiment ta' l-artijiet biex jagħtiha l-irjiħ, it-titolu u dettalji oħra li jkollha bżonn għall-kuntratt biex ikun jista' jsir it-trasferiment bħala l-att finali ta' dak il-konvenju li jkun sar mal-benefiċjarju.", "U minkejja li ħafna benefiċjarji qed jispiċċaw imorru l-lands huma, peress li qed indumu x-xhur u f'ċerti każi wasalna anke biex nagħmlu l-cake ta' l- ewwel anniversarju, qiegħed jirriżulta li għal xi raġuni l-lands m'humiex jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa lura lill-awtorità tad-djar.", "Wieħed jieħu dawk il-passi kollha li huma meħtieġa biex jagħmel il-kuntratt relattiv, imbagħad l-awtorità - li min-naħa tagħha tkun diġà orjentat dawk l-ammonti finanzjarji għal skopijiet oħra soċjali sabiex jibbenefikaw minnhom nies oħrajn - tibqa' tistenna dawn id-dettalji min-naħa tal-lands li kull darba jgħidulha li hemm xogħlijiet oħra iżjed importanti u għal xi skuża jew oħra, ma jgħaddulhiex id-dettalji dwar l-irjieħ u t-titolu tal-proprjetà.", "Mr Speaker, jiddispjaċini ngħid li xi kultant ikun hemm dewmien mill- periti ta' l-awtorità biex jagħtu valutazzjoni ta' proprjetà, apparti li xi kultant dawn jagħtu prezzijiet, valuri, ħafna iżjed milli bniedem jistenna.", "Però dawk huma affarijiet li ġeneralment bniedem jitkellimhom u, ħażin jew tajjeb, jasal għal xi tip ta' soluzzjoni ma' l-awtorità.", "Però għalija mhux aċċettabbli li l-awtorità tapplika lil-lands biex jagħtiha ċerti dettalji dwar proprjetà, li bieb ma' bieb magħha jkun hemm proprjetà li diġà ħarġulha l-irjieħ, in-numru ta' reġistrazzjoni, u ġiet akkwistatha bl- istess titolu, permezz ta' ordni presidenzjali jew tal-gvernatur, imbagħad idumu x-xhur jibkulhom biex jagħtuhom id-dettalji dwar proprjetà li tkun maġenbha eżatt.", "Mr Speaker, sfortunatament jonqos il-koordinament bejn l-awtorità tad- djar u dipartimenti oħra, u nispera li bil-kuraġġ taż-żieda li tahom fil- budget ikunu iktar progressivi fix-xogħol tagħhom u jgħaġġlu iżjed biex jgħaddu dik l-informazzjoni li jitolbuhom.", "Jien nistenna riżultati ta' dak li ngħata fil-budget u nispera li jonqos it-tnikkir minn ċertu dipartiment fir-relazzjoni ma' awtorità jew dipartiment ieħor.", "Kull impjegat ma' l- awtorità għandu jħoss impenn fejn jikkonċerna l-housing tal-poplu Malti.", "M'hemmx dubju li s-66 membru ta' din il-Kamra, 65 aħna u inti, Mr Speaker, kif ukoll il-poplu kollu li jismagħna jew li jindenja ruħu jara x'qed jiġri hawn, jaċċetta li hija r-responsabbiltà ta' kull wieħed minna li ntaffu din il-problema.", "Però rridu ngħidu wkoll li bix-xogħol li qed isir il-problema qiegħda tittaffa.", "Qegħdin jiġu aġġornati l-affarijiet biex bniedem ikun iżjed up-to- date, u rridu ngħidu li x'ħin niżnu l-affarijiet, minn sena għall-oħra - issa mhux qed ngħid taħt gvern Nazzjonalista u taħt gvern Labursita - qed jirriżulta biċ-ċar li hemm impenn sħiħ min-naħa ta' l-awtorità tad-djar per se.", "Per eżempju, ħaġa li hija favur l-awtorità hija li din hija waħda mill- ftit awtoritajiet, differenti mid-dipartimenti, li ċċempel x'ħin iċċempel xi ħadd jirrispondik, u ġeneralment l-impjegati t'hemmhekk la jkunu qed jieħdu t-te' u la jkunu qegħdin f'meeting u lanqas ikunu f'konferenza barra.", "Xi kultant tispiċċa ċċempel liċ-chairperson u taqilgħek hi, xi kultant iċċempel liċ-chief executive, xi kultant iċċempel lill-inqas impjegata, imma xi ħadd jirrispondik.", "U safejn nista' nara jiena, ħadd mill-impjegati ma jirraġuna b'mod li huwa jagħmel xogħol partikolari biss, u jekk issaqsih domanda li għandha x'taqsam miegħu pero' mhux ix-xogħol tiegħu eżatt, ma jaralekx il-files.", "Jiġifieri din hija waħda mill- awtoritajiet li kien ħaqqha din iż-żieda li ngħatat, għax dawk in-nies jagħmluh id-dover tagħhom, by and large.", "All right, ikun hemm xi wieħed li jiskiddja xi naqra, però naħseb anke hawn ġew hawn min jiskiddja minna.", "Mr Speaker, il-bieraħ tħabbar il-quality service charter u l-Aġent Prim Ministru ħabbrilna a better life li qed nipprovaw nagħtu lil dawn in-nies.", "Imbagħad irridu ngħidu li n-nies iridu jgħinu lill-awtorità wkoll.", "F'liema sens?", "Per eżempju, minn 650 spezzjoni li saret irriżulta li 120 m'għadx fadlilhom il-problema ta' akkomodazzjoni li kellhom.", "Huwa irrilevanti jekk solvewhiex permezz ta' l-awtorità jew permezz ta' xi ħadd ieħor.", "Bħalma marru b'ċertu speed jitolbu l-għajnuna mill-awtorità, kienet tkun daqstant diffiċli kieku kitbu ittra lill-awtorità biex jgħidulha li l- problema tagħhom ġiet solvuta ħalli taqtagħhom minn ġo dik il-lista.", "B'dan il-mod, minflok li l-awtorità torjenta ruħha għal 3,500, tkun tista' torjenta ruħha aħjar għall-2,800 ruħ, għax jekk tnaqqas 20% minn 3,400, se jirriżulta li l-awtorità għandha 680 inqas għal min tipprovdi housing.", "Mela minn 3,400 ninżlu għal 2,800 applikant li vera għandhom bżonn ta' akkomodazzjoni.", "Allura wieħed ikun jista' jorjenta l-mezzi tiegħu aħjar u ma jaħlix ħin ta' l-impjegati biex jipprovaw ilestu skemi biex jaqdu lil nies li jkunu diġà solvew il-problema tagħhom.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li xtaqt insemmi hija li xbajt immur fuq ċerti każi fid-dipartiment għal akkomodazzjoni soċjali u jgħiduli li għad m'għandhomx avukat.", "Il-housing authority dejjem kellha avukat s'issa, u nispera li meta jamalgamaw din il-firm ta' avukati u nies oħrajn magħhom ikomplu jagħtu x-xogħol stupend li taw s'issa u jagħtu din l-assistenza anke f'każi li jikkonċernaw xogħol tad-dipartiment li issa se jmur taħt l- awtorità.", "B'dan il-mod ma jkollniex il-problema li tmur għal risposta u l- iskuża tkun li m'għandhomx avukat mingħand min jieħdu l-parir biex joħorġulek l-ittra.", "Mr Speaker, nixtieq issa nitkellem fuq is-sussidju li l-awtorità tagħti lil nies, li m'għandhomx dħul ta' 'l fuq minn Lm7,000, fuq proprjetà li jixtru mill-privat taħt il-valur komplet ta' Lm35,000.", "L-awtorità tad-djar tagħti sussidju fuq proporzjon mis-self li huma jieħdu mill-bank.", "Flok ma l-awtorità toqgħod tagħmel spejjeż li terġa' titlobhom lin-nies li jkunu se jieħdu din l-għajnuna, kull nutar li jagħmel konvenju f'dan is-sens ikun għamel ir-riċerki minħabba s-self li jkun se jsir mal-bank.", "Għaldaqstant jien ma nara l-ebda diffikultà daparti tan-nutara li meta jmorru japplikaw, jipprovdu photocopy tar-riċerki li bħalhom iridu jagħtu sett lill-bank biex joħroġ dan is-self ħalli jassiguraw li m'għandhomx proprjetà oħra.", "F'dan il-każ, flok li dawn il-klijenti jew benefiċċjarji jkunu qegħdin iħallsu doppju ta' xogħol li jsir darbtejn, ix-xogħol effetivament isir darba u forsi jnaqqas il-perijodu ta' żmien li dawn in-nies idumu biex jieħdu r- riċerki tagħhom.", "Iżda jien ma naqbilx ma' l-awtorità f'dan is-sens, Mr Speaker.", "Jien nemmen li klijent għandu dritt jagħżel hu fejn jagħmel riċerki u klijent għandu d-dritt li jġib il-pjanta hu bla ma noqogħdu nissikkawh dwar min u kif jagħmel ir-riċerki.", "Mela, jekk tiġi klijenta għandi li trid tagħmel riċerka fuq proprjetà biex tieħu l-benefiċċju li qed insemmu hawnhekk, jien ikolli nibgħat skrivan - kif għandi d-dritt li nagħmel bil- liġi - f'dik is-sezzjoni ta' l-Insinwa li llum tagħmel ir-riċerki, u dan jara li minn meta kellha 16-il sena 'l hawn din il-persuna ma tkunx ħadet ipoteki jew xtrat proprjetà.", "Jiena niffirma dik ir-riċerka u nassumi r- responsabbiltà tagħha.", "Jekk l-awtorità trid tiċċekkja jekk għamiltx il- homework tiegħi sew, tiċċekkjah.", "Jekk issib żball tiċċarġja lill-klijenti, pero' jekk l-affarijiet ikunu saru sew daparti tan-nutar, fl-opinjoni tiegħi l-awtorità la għandha dritt u lanqas għandha tesiġi li r-riċerki bilfors isiru għand firm partikolari, għaliex sal-lum ma ngħatatx il- garanzija ta' dawk ir-riċerki.", "Meta mbagħad tingħata forsi jkollha raġun.", "Mr Speaker, l-istess ħaġa qed tgħid rigward il-pjanti.", "Ġieli jkollok min japplika għal dan is-sussidju u mir-riċerki jirriżulta li dawn għandhom xi sehem ġej minn wirt jew xi kwota minn proprjetà li la jkollhom il-pussess tagħha u wisq inqas tkun proprjetà li jistgħu jibbenefikaw f'sens realistiku finanazjarju minnha.", "Għaldaqstant, jiena ma narax għaliex bniedem m'għandux jaqbad is-site plans li joħorġu uffiċjalment mill-works department, jagħmel photocopy ta' dik il-parti, u jimmarka fejn hi s-site b'mod li tidher sewwa.", "Jekk jirriżulta li din hija outside scheme, m'għandniex għalfejn nagħmlu l-ħajja ta' dak li jkun martirju u nġegħluh iġib pjanti oħra għax din mhix maħruġa minn hemm u din ma togħġobniex għax maħruġa min-naħa l-oħra.", "Jiena naħseb li, kif kienet qed tgħid l-Onor.", "Coleiro, hemm persentaġġ żgħir ta' nies li jipprovaw iqarrqu, u l- maġġoranza tan-nies li għandhom bżonn jistħu jmorru għand id-dipartiment għall-għajnuna.", "Mhux għax m'għandhomx dritt, però f'dan il-pajjiż liċ- ċittadin għandu ċertu orgolju li jrid ikun veru dahru mal-ħajt, b'id waħda wara u id quddiem, biex imur fid-dipartiment għall-għajuna.", "Għaldaqstant jiena naħseb li ċerti spejjeż jistgħu jiġu evitati mill-iskema.", "Ma ngħidx li kollha jistgħu jiġu evitati, però partijiet minnhom jistgħu jiġu evitati.", "Mr Speaker, punt ieħor li xtaqt insemmi fuq l-awtorità, which is very commendable għalija, huwa li skond paġna 30 u 31 tar-rapport li għandna quddiemna, l-awtorità bħalissa għandha 450 proprjetà biex jinbnew fi proġetti għall-ġejjieni, mifruxa mal-biċċa l-kbira tal-pajjiż.", "Veru li Għawdex hemm ix-Xewkija biss, però għal Malta hemm diversi lokalitajiet.", "Dan juri l-ħeġġa u x-xogħol b'risq li nsolvu dawn il-problemi.", "Għaldaqstant wieħed irid japprezza li x-xogħol qiegħed isir b'serjetà u hemm tfassil ta' pjani reali għal quddiem.", "Issa iktar minn hekk, l-awtorità se tassumi responsabbiltajiet ġodda tad- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Jien nawguralha għaliex dawn se jkunu piżijiet iktar diffiċli milli għandha sal-lum, għax il-maġġoranza tan- nies li jmorru għandha llum biex jixtru proprjetà, huma nies li, ftit jew ħafna, kapaċi jġemmgħu flus, għax jixtru, għalkemm bi prezz issussidjat, imma jixtru.", "Issa l-awtorità se jkollha l-piż ta' nies li huma ta' livell iktar sfortunat milli għandha sal-lum.", "U nispera li ma nippretendux miraklu l-għada li l-files ta' dawn in-nies jidħlu għand l-awtorità.", "Jiena wieħed min-nies li xi kultant taqbiżli ċ-ċinga, Mr Speaker, u taqbiżli għaliex ma nkunx nista' naqdi lil dak li jkun.", "Jien ma mmurx nitlob lill- awtorità biex jagħtu xi ħaġa lill-familjari tiegħi, anzi jekk ikunu jiġu minni u tkun problema ta' affarijiet żgħar, nipprova nsolvihielu anke minn buti, biex ma jgħidux li l-kuġin ta' dak jew Ċikku mar hemmhekk biex jinqeda.", "Mr Speaker, irridu nirrealizzaw l-impenn li se tidħol għalih l-awtorità llum b'kuraġġ daparti ta' dan il-gvern.", "Fil-futur irridu noqtlu l-idea li hemm sal-lum tad-dipartiment tas-social housing, li meta tmur hemmhekk Alla jrid jgħinek biex tipprova tinqeda, u se nidħlu b'kuraġġ ġdid biex din il- problema ma noqogħdux inħarsu lejha imma nittekiljawha.", "Però mil-lum qed navża wkoll lill-awtorità biex fejn hemm proprjetajiet li ġew iddikjarati li huma kundannabbli, jekk hemm bżonn tqabbad perit ieħor ma' dawk li għandha, tibgħathom jiċċekjaw dawn il-postijiet u jekk huma veru fi stat ħażin jaqbdu u jagħtuhom lura mal-ewwel lis-sid, sakemm hu jiffirma indennizz li ma jistax ifittxek għal tip ta' maintenance jew tranġar wara.", "L-awtorità trid tkopri lilha nnifisha wkoll minn dan, però jekk is-social housing jiġi taħtha, ma jagħmilx sens li jibqgħu jipperpetwaw fil-pussess ta' proprjet li qed tagħmilhom legalment liable li jħallsu l-ispejjeż tagħhom.", "Jiena naħseb li l-awtorità għandha torjenta ruħha f'dan il-pass ġdid li qed tieħu.", "Daparti tiegħi jien lest li fejn nista' ngħin, bħalma naħseb li lesti jgħinu l-membri kollha ta' hawnhekk.", "Jien nemmen li l-awtorità sal-lum irnexxiet, forsi mhux kollox kif xtaqna, imma by and large irnexxiet, u nispera li għada pitgħada l-awtorità tkompli ttaffi l-problema li kienet, għada, u xi ftit jew wisq tibqa' magħna.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum qed niddiskutu r-rapport u l- estimi ta' nfiq tal-housing authority li għandha importanza notevoli ġewwa pajjiżna.", "Mill-awtoritajiet li twaqqfu xi żmien ilu, naħseb hija waħda mill-uniċi li baqgħet teżisti għal medda twila ta' żmien.", "Fil-fatt l- awtorità twaqqfet minn amministrazzjoni Laburista fl-1976.", "Allura l- awtorità tista' tiftaħar b'esperjenza ta' servizz lill-poplu Malti fil- qasam tal-housing, kemm fi żmien gvern Laburista, kif ukoll fi żmien gvern Nazzjonalista.", "Però lil hinn minn kull nota partiġjana, Mr Speaker, naħseb li kull wieħed u waħda minna jaqbel li t-twaqqif tal-housing authority innifisha kien pass importanti ħafna fl-istorja tal-housing ġewwa pajjiżna.", "Kulħadd jaf li l-partit Laburista kien, wara kollox, il-pijunier f'dan il-qasam, anke meta ta l-bidu għall-bini ta' għexieren u għexieren ta' housing estates madwar il-gżejjer tagħna.", "U kompla biex anke sebbaħ l-istess housing estates b'ħidmietu matul l-aħħar leġislatura Laburista.", "Bir-raġun li fil-fatt aħna ta' din in-naħa nħossuna kburin meta nħarsu madwarna u naraw dawn il-housing estates li joffru sors ta' eżistenza, u anke identifikazzjoni għal dawn l-inkwilini li jgħammru ġewwa fihom, nies li fil- maġġor parti tagħhom lanqas biss kienu jafu xi tfisser li jkollok darek qabel ma ngħataw iċ-ċwievet ta' dawn il-postijiet.", "Fil-fatt l-istatistika titkellem waħedha dwar min għamel l-iktar f'dan il-qasam.", "Per eżempju, naraw li taħt amministrazzjonijiet Laburisti ta' bejn l-1980 u l-1987 kienu tqassmu madwar 10,000 housing units, u min-naħa l-oħra bejn l-1988 u l-1994 taħt gvern Nazzjonalista kienu ġew provduti 4,000 biss.", "Sfortunatament ukoll, ma tantx għandna għalfejn immorru daqshekk 'il bogħod, anke jekk inqabblu dawn is-sentejn tal-ħidma ta' dan il-gvern ma' dawk is-sentejn ta' ħidmet il-gvern Laburista preċedenti, naraw li fil-fatt inżammew l-istess perċentwali.", "Skond risposta parlamentari li tani l- Ministru Gonzi stess, naraw li bejn l-1996 u l-1998 kienu tqassmu b'kollox 'il fuq minn 550 unit.", "Min-naħa l-oħra, minn mindu bdiet din l- amministrazzjoni, minn Settembru ta' l-1998 s'issa, tqassmu inqas minn 240 unit b'kollox.", "Imma apparti dan kollu, għax ma rridx ninstema' li jiena partiġjan iż-żejjed, importanti li l-figuri neżaminawhom bl-iktar mod xjentifiku.", "U apparti dan kollu nħoss li l-futur tal-qasam tal-housing ġewwa pajjiżna għandu jimxi fuq żewġ binarji li għandhom jikkumplimentaw lil xulxin.", "Nemmen li l-iktar binarju importanti fil-qasam tal-housing huwa proprju l- aspett soċjali, li għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Dan għandu jiġi rifless kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' sussidji li jinħarġu mill-istess awtorità, kif ukoll għal meta niġu biex inqassmu housing units kompleti.", "Il- binarju l-ieħor li nemmen li għandna nagħtuh ħafna aktar importanza milli qed nagħtuh fil-preżent huwa proprju l-kwestjoni tal-public private partnership fil-qasam tal-housing.", "Nemmen li dawn iż-żewġ estremi, kemm l- estrem tas-social housing kif ukoll il-public private partnership, għandna npoġġuhom jaħdmu flimkien ħalli bil-profitt li jirrużulta lill-istess awtorità mill-qasam tal-public private partnership, wieħed ikun jista' jgħin aktar il-qasam tal-housing soċjali.", "Mr Speaker, issa li qed ngħaddu għal dan il-pass importanti fejn se namalgamaw id-dipartiment tas-social housing fi ħdan l-awtorità tad-djar, huwa ferm importanti li nibqgħu nagħtu l-importanza lill-qasam soċjali tal- housing.", "Importanti li l-ministru jiżgura li b'xi mod jew ieħor din il- possibbiltà ma jħallihiex issir realtà.", "Wara kollox iż-żewġ naħat għandhom għal qalbhom dan is-suġġett u ż-żewġ naħat ħadmu għalih fil-passat.", "Allura naħseb li huwa importanti li l-Ministru Gonzi jiżgura li ladarba d- dipartiment tas-social housing isir part and parcel mill-awtorità, dan ma jitnaqqaslux l-importanza tiegħu.", "Il-qasam tas-social housing ma nistgħux neżaminawh bl-istess lenti li neżaminaw xi kontijiet finanazjarji bil-calculator, kif iħobb jingħad hawn ġew, imma importanti li l-gvern jagħtih l-importanza li tixraqlu.", "Sfortunatament jien inħoss li dan mhux qed isir tajjeb biżżejjed, jekk nagħtu titwila lejn kemm tqassmu postijiet lin-nies b'diżabilità matul l- aħħar sena.", "Wieħed jista' jagħmel riferenza għal paġni 7 u 8 ta' dan ir- rapport fejn hemm imniżżlin tliet kategoriji, u jara li fil-fatt l- awtorità pprovdiet 24 unit b'kollox li għalihom applikaw sitt familji biss.", "Hawnhekk mhux qed nattakka l-fatt li tqassmu ftit wisq postijiet għall- persuni b'diżabilità, iżda forsi iktar għandna nenfasizzaw il-fatt li l- awtorità mhux qed jirnexxilha tibni postijiet adegwati għall-ħteġijiet ta' dawn in-nies.", "Meta ngħidu li l-awtorità pprovdiet 24 unit u applikaw sitt familji biss ifisser li kwart biss ta' dawk il-housing units se jiġu jew ġew utilizzati mill-familji li fil-fatt għandhom xi persuni b'diżabilità ġewwa ħdanhom.", "Importanti li nżommu quddiem moħħna ċerti aspetti soċjali meta nkunu qed infasslu dawn il-postijiet.", "Ma nistax nifhem, per eżempju, kif il-ministru stess lanqas biss irrisponda l-mistoqsija parlamentari numru 20,354 tat-23 ta' Ottubru, fejn kont staqsejtu kemm ġew provduti housing units b'kera mid-dipatiment tas-social housing u mill-housing authority flimkien, kemm taħt gvern Laburista kif ukoll taħt l-istess gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt dawn in-numri tant huma żgħar li ma tantx hemm fiex wieħed jinfixel.", "Mr Speaker, jekk niġu għall-iskemi li toffri l-istess awtorità tad-djar insibu li sfortunatament l-istess storja qed tirrepeti ruħha għal dak li għandu x'jaqsam ma' voti ta' somom ta' flus.", "Sfortunatament dejjem qed tiġi vvotata somma li mbagħad perċentwal qawwi minnha lanqas jiġi minfuq.", "Per eżempju, fis-sena 1993-94 ġiet stmata somma ta' Lm3.1 miljun li minnhom fil-fatt ġew utilizzati 2.7 miljun biss.", "Fl-1994-95 ġara l-istess ħaġa, minn Lm2.8 miljun stmati kienu ġew minfuqa biss Lm1.8 miljun.", "Fil-fatt naraw li anke għas-sena 1998-99, il-gvern kien stima li se jonfoq madwar Lm700,000 f'sussidji għall-iskema ta' l-awtorità, imma minflok kien nefaq xi ħaġa fuq it-Lm300,000.", "Għas-sena rikorrenti, il-gvern reġa' għamel l- istess ħaġa, kien stima li kellu bżonn Lm700,000 imma fil-fatt se jkun ħallas biss l-ammont ta' kważi Lm400,000, jiġifieri iktar minn Lm300,000 inqas.", "Mr Speaker, jekk nanalizzaw it-tabella li għandna f'paġna 15 li tagħmel riferenza għal-lista ta' skemi ta' l-awtorità kif ġew riveduti, insibu li, kif diġà għedt, il-gvern ivvota Lm700,000 għal dawn l-iskemi u l-għotjiet li ġew approvati kienu jammontaw għal inqas minn Lm600,000.", "Imbagħad wieħed isib nota taħt din it-tabella li tgħid li dawn l-applikazzjonijiet mhux kollha għadhom ġew finalizzati minħabba li kien hemm xi applikanti li ma ppreżentawx id-dokumenti neċessarji biex isir il-ħlas.", "Possibbli li l- ammont ta' applikazzjonijiet mhux finalizzati huwa tali li jlaħħaq b'kemm jiswew Lm200,000 agreements ta' skemi ta' sussidji!", "Mr Speaker, jien mhux qed ngħid li f'pajjiżna ma jinħolqux diffikultajiet, kif semma wkoll l-Onor.", "Tony Abela, ta' natura amministrattiva, forsi anke jkun hemm daqsxejn tkaxkir tas-saqajn mill-aspett legali, imma xorta nħoss li dan l-ammont kien xi ftit esaġerat.", "Qed ngħid hekk għax kull darba li nagħmel riferenza ta' din ix-xorta, imbagħad iqum il-Ministru Gonzi fil- winding-up tiegħu u dejjem jirrispondini billi jgħid li fil-fatt għad hemm diversi skemi li l-ħlas tagħhom ġie approvat, imma fil-fatt għadhom ma ġewx finalizzati.", "Imma min-naħa l-oħra ma jidhirlux il-ministru li kulħadd jaf jagħmel daqsxejn tas-somom u jekk wieħed jara t-trends minn sena għall- oħra, wieħed jirrealizza li bil-mod il-mod dawn tnaqqsu?", "U min-naħa l- oħra, jekk se noqogħdu nġorru l-figuri minn sena għall-oħra, wisq nibża' li nistgħu niżgwidaw lill-poplu u fil-fatt ma nkunux qed nagħtu stampa ċara ta' x'inhu qiegħed jiġri.", "Fis-sena 1997-98 aħna konna tellajna n-nefqa soċjali għall-massimu ta' Lm3.7 miljun, imma sfotunatament din reġgħet tnaqqset għal kważi Lm2 miljun din is-sena.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin naraw li n-nefqa soċjali tnaqqset bi kważi 40%.", "Inutli noqogħdu ngħidu li l-figuri jidhru baxxi għax għad hemm kontijiet pendenti.", "Jekk dan huwa minnu, jien nistenna li s-sena d-dieħla l-awtorità telenkalna l-ammont ta' l-ispiża li ġiet carried over mis-sens ta' qabel, ħalli b'hekk u b'hekk biss nemmen li verament nistgħu nkunu trasparenti fil-kalkoli tagħna u li nkunu onesti mal-poplu.", "Mr Speaker, li kieku wieħed kellu jagħti ħarsa lejn in-nefqiet kapitali ta' l-awtorità tad-djar matul is-snin 1997-99 insibu li filwaqt li fl-1997 il-gvern Laburista kien nefaq is-somma ta' 'l fuq minn Lm10 miljun, sa din is-sena rikorrenti l-gvern naqqas in-nefqa b'40%, għal 6.5 miljun.", "Ninnota b'sodisfazzjon, għall-ġid tal-poplu kollu, li almenu n-nefqa kapitali għal din l-istess sena rikorrenti xorta waħda żdiedet b' Lm0.5 miljun, u jidher li fl-estimi tas-sena d-dieħla l-vot kapitali ġie wkoll miżjud b'Lm0.5 miljun ieħor.", "Min-naħa l-oħra, kemm fil-fatt sejrin jintnefqu jew le dawn il-flus, wieħed għad irid jara, imma jiena nawgura li fil-fatt il-gvern mhux Lm0.5 miljun biss jonfoq, speċjalment issa li minn din is-sena se jkollna d-dipartiment tas-social housing fi ħdan l-awtorità, imma anke ħafna u ħafna iktar.", "Mr Speaker, niġi għall-kwestjoni tal-public private partnership.", "Nixtieq infaħħar lill-awtorità fuq il-ħruġ ta' skema T, għalkemm forsi tinstema' li hija skema żgħira fl-ammont finanzjarju li ġġorr magħha għaliex jidhirli li kulma kien hemm kienu xi Lm4,000.", "Però nixtieq infaħħar lill-awtorità u nħeġġiġha sabiex din l-iskema tagħtiha l-weight meħtieġ, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani biex tiġi amministrata iktar faċilment, kif ukoll fir-riżorsi finanzjarji.", "Jien nemmen li din hija l-way forward li anke l-istess partit Laburista, fiż- żmien qasir li għamel fil-gvern, kien ħadem bis-sħiħ biex imexxi 'l quddiem.", "Issa kienu x'kienu l-irwiefen politiċi li kienu nqalgħu, xorta jibqa' l-fatt li konna pprovajna nixprunaw din l-idea.", "Skema T hija skema li tagħti sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar fid-djar privati li huma vojta biex jinkrew lill-Maltin.", "Meta wieħed jara l-miżerja ta' applikazzjonijiet li rċeviet l-awtorità tad-djar għal din l-istess skema vantaġġjuża, li kienu tnejn biss, wieħed bilfors iqajjem ċerti mistoqsijiet.", "L-ewwelnett, dan l-ammont ta' applikazzjonijiet jikkorrispondi ma' l-eluf ta' djar vojta tal-privat li għandna ġewwa pajjiżna?", "Żgur li le!", "Kulħadd jaf li hawn eluf u eluf ta' postijiet battala, allura x'inhu jżomm lill-Maltin li japplikaw għal skemi bħal dawn?", "Żgur li hemm aktar minn risposta waħda, imma ninsab ċert li l-aktar ġewża iebsa li rridu nkissru hawnhekk hija l-kwestjoni tar-reviżjoni tal-liġi tal- kera, ħaġa li sfortutament mhux qed tingħata importanza biżżejjed, almenu għalissa, minn dan il-gvern.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li aħna ninsabu kommessi li nikkollaboraw mal-gvern f'din il-kwestjoni.", "Il-Partit Laburista kien ikkommetta ruħu li jaħdem bis-sħiħ f'dan il-qasam u kien proprju għalhekk li waqqafna kummissjoni.", "U hawnhekk nixtieq nistaqsi x'sar eżattament minn din il- kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera?", "Importanti li l- ministru jiftaħ iktar fuq dan il-punt.", "Sabiex inkomplu nkabbru s-supply ta' housing units fi żmienna konna waqqafna l-Kummissjoni KMB li xogħolha kien li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward dawk il-biċċiet ta' l-art li kienu mixtrijin mill-gvern mingħand il-knisja u li setgħu jiġu utilizzati għal skopijiet ta' housing.", "Naturlament dan ix-xogħol kien qed isir b'kooperazzjoni sħiħa ma' l-istaff tal-joint office, u tajjeb li l- ministru jagħmel riferenza għal dan kollu fil-winding-up.", "Fi żmienna konna wettaqna reviżjonijiet fil-kondizzjonijiet tal-kera għall-inkwilini ta' postijiet tal-gvern.", "Bażikament it-tibdil li għamilna kien jinkludi t- tnaqqis ta' saffi jew gruppamenti ta' income brackets ta' dawn l-inkwilini, kif ukoll irranġajnielhom is-ceiling.", "Veru li b'din ir-reviżjoni forsi kien hemm min għolietlu xi ftit il-kera, imma li kieku ħallejna l- affarijiet kif kienu ppjanati mill-gvern preċedenti, dawn l-inkwilini kien se jkollhom żidiet ferm ogħla fil-kera futura tagħhom.", "Għal xi raġuni l- kera telgħetilhom m'għola s-smewwiet u sfortunatament kien hemm każi fejn il-kera żdiedet b'400%.", "Mr Speaker, fi żmien gvern Laburista ħdimna wkoll fuq it-twaqqigħ ta' slum areas fejn konna għamilna enfasi biex kemm jista' jkun ma noħolqux spostamenti soċjali, u dawn in-nies li nkunu ħriġna mill-islum areas nerġgħu nallokawlhom post fl-istess area fejn ikunu għexu.", "Nappella wkoll lill-gvern biex ma jorqodx f'dak li għandu x'jaqsam ma' tisbiħ u anke tindif ta' l-istess housing estates għaliex sfortunatament, minn dak li nara b'għajnejja stess, dawn il-postijiet qed jerġgħu jiġu żdingati.", "U hekk kif is-soċjetà tagħna tiżviluppa, il-bżonnijiet tas-soċjetà tagħna wkoll jinbidlu.", "U bħala riflessjoni ta' dan it-tibdil naraw kif ir-rwol ta' l-istess awtorità tad-djar għandha wkoll tittrasforma ruħha.", "Mr Speaker, ħafna policies tal-housing authority għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu t-tibdil ekoloġiku, demografiku u soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna.", "Waħda mill-affarijiet li rrid nsemmi hija proprju l-kwestjoni ta' single parent families.", "Mill-istess rapport ta' l-awtorità naraw li d- domanda ta' single parent families qiegħda tikber u sfortunatament l- awtorità mhix qiegħda tipprovdi biżżejjed units għal dawn il-single parent families.", "Tista' tgħid li din hija problema soċjali li fil-fatt qiegħda tikber fil-pajjiżi kollha, sfortunatament anke ġewwa pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li l-housing authority tirrivedi l-policies tagħha biex inkunu nistgħu nilqgħu verament għal din id-domanda li dejjem qiegħda tiżdied ta' single parent families li ħafna drabi jkunu single mothers.", "Allura hemm bżonn akut li nissodisfaw lil dawn it-tip ta' familji.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li huwa importanti li l-awtorità taħdem id f'id mhux biss mal-ministeru tal-politika soċjali, imma anke mal- kunsilli lokali għal dak li għandu x'jaqsam ma' problemi li jistgħu jinqalgħu f'ċerti lokalitajiet.", "Qed ngħid dan minħabba dak il-każ li ġara fi flats Indipendenza ġewwa Santa Luċija fejn ġie kommess dak id-double murder.", "Fil-fatt irrid nirrispondi għal xi kummenti tal-media li kkummentaw kif jista' jkun li 26 familja lanqas biss indunaw li l-koppja kienu ilhom maqtula.", "Sfortunatament li ġara kien - u nista' nixhdu jiena stess dan - li tant hemm ħmieġ u rieħa tinten tiela' mill-basement li r- residenti ma ndunawx li dik ir-rieħa tinten tal-koppja maqtula kienet ħierġa mill-flat tagħhom, imma ħasbu li kienu tiela' mill-basement.", "Meta staqsejt lill-Ministru Gonzi min hu responsabbli mit-tindif tal- basement ta' dan l-appartament kbir li oriġinarjament kien imfassal minn Ċensu Moran bħala dar għall-anzjani, il-ministru rrispondieni billi qalli li l-gvern mhux responsabbli mit-tindif ta' dan il-basement.", "Sussegwentement kienu għaddewli kopja ta' parti minn gazzetta tal-gvern tat- 12 ta' Marzu ta' l-1993 fejn l-istess gvern qiegħed jirriklama biex ibigħ il-units li hemm f'dan il-basement.", "Allura erġajt staqsejt lill-ministru kif seta' jgħid li l-gvern mhux responsabbli mill-maintanance ta' dan il- basement meta fl-1993 il-gvern stess kien irriklama biex il-basement jinbigħ.", "Il-ministru mbagħad qalli li l-gvern huwa responsabbli mill-units biss tal-basement imma l-common area, jiġifieri l-kuritur ta' ġol-basement, huma responsabbli mit-tindif tiegħu l-istess inkwilini li jabitaw fuq.", "Issa għadni anke kif ġejt informat mill-istess kunsill ta' Santa Luċija - għax il-kwestjoni kien daħal fiha anke l-kunsill ta' Santa Luċija - li l- basement huwa imbarrat, hemm bieb bil-katnazz, jiġifieri lanqas l-istess residenti m'għandhom aċċess għall-partijiet komuni mill-istess basement biex dan jiġi mnaddaf.", "Jien nappella lill-awtorità biex fejn ikun hemm problemi ta' dan it-tip - li jistgħu jinstemgħu ċuċeski, ħa ngħid il-verità - b'daqsxejn aktar koperazzjoni mal-kunsilli lokali nkunu nistgħu naġevolaw lil dawn ir-residenti.", "Irrid ngħid li dan il-block hu wieħed mill-isbaħ blocks li qatt ħarġet il-housing authority u ħafna mill-familji li jgħixu fih huma bonafide u naħseb li b'daqsxejn iktar koperazzjoni wieħed ikun jista' jasal għal xi forma ta' kompromess dwar din il-kwestjoni li għada pendenti s'issa.", "Għadni kif dħalt proprju l-bieraħ f'dan il-block u xammejt rieħa tinten pesti tiela' mill-istess basement tal-block flats Indipendenza.", "Jien nagħlaq hawn billi nawgura lill-awtorità li se jkollha challange ikbar din is-sena peress li se tinkorpora fi ħdanha d-dipartiment tal- housing soċjali.", "In vista tal-fatt li f'dan il-qasam dejjem kienu qed jintnefqu flus inqas milli jkunu vvotati, importanti li l-housing authority ma tibqax tagħmel hekk, imma tenfasizza l-ħidma tagħha lejn l- aspett soċjali tal-housing.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, f'dan ir-rapport u f'dawn l-estimi ta' l-awtorità tad-djar joħroġ ċar il-punt kruċjali, il-bażi politika tal- gvern f'dik li hija akkomodazzjoni soċjali.", "Infatti dik li għandu jsir l- aħjar użu tar-riżorsi għal min hu l-aktar fil-bżonn, u din għandha tibqa' il-punto di partenza u nżommu dejjem dan il-għan quddiem għajnejna.", "Illum il-fatt li persuna tgħix f'dar diċenti huwa meqjus bħala dritt soċjali u n-nuqqas ta' post diċenti fejn persuna tgħix hu meqjus ukoll bħala ċaħda ta' dritt soċjali.", "Huwa faċli li nitkellmu fuq id-drittijiet soċjali, li nagħrfuhom u nixtiequ li nwettquhom, imma r-realtà turina li t- twettiq ta' ħafna minn dawn id-drittijiet soċjali, mhuwiex ħaġa li tfaqqa' subgħajk u sseħħ għaliex fil-verità jeħtieġu viżjoni u fuq kollox, riżorsi kbar.", "Tul is-snin rajna l-aspettattivi tagħna lkoll jogħlew u filwaqt li ftit tas-snin ilu dar li kienet tkun mingħajr faċilitajiet sanitarji kienet xi ħaġa aċċettabbli, illum din m'għadhiex.", "Naraw ukoll li d-definizzjoni ta' dar diċenti evolviet ukoll matul is-snin, biex dak li darba waħda, mhux tant żmien ilu, kien meqjus bħala lussu illum sar neċessità.", "Jiena dejjem nemmen li ħarsa qasira lura tagħmlilna kuraġġ, turina kemm imxejna 'il quddiem, u turina wkoll kemm għad fadlilna x'nagħmlu.", "Mr Speaker, id-dmir li kull persuna jkollha aċċess għal dar diċenti waqa', bħal ħafna affarijiet, fuq spallejn l-istat proprju tul is-seklu li għadu kif spiċċa.", "Kellna l-akbar kriżijiet fil-qasam tal-housing waqt jew proprju wara ż-żewġ gwerer dinjija, fejn kellna tiġrif ta' ħafna bini li dawn il-gwerer ġabu magħhom, u dak iż-żmien l-istat kien intervjena bi proġetti ta' rikostruzzjoni finanzjati mill-fondi li konna nsejħulhom tal- war damage.", "Kien intervjena wkoll permezz ta' liġijiet tal-kera li ffriżaw il-kirjiet għal-livell ta' qabel it-tieni gwerra, biex jagħti protezzjoni lill-inkwilini ħalli dawn ma jsbiux ruħhom barra fit-triq.", "Dawn kienu miżuri meħtieġa u għaqlin għal dak iż-żmien, iżda llum minkejja tibdil li sar f'dawn il-liġijiet ftit ta' snin ilu, inħossu l-effetti negattivi tagħhom.", "Wieħed irid jammetti li nħolqu ċirkostanzi inġusti fil-konfront ta' ħafna sidien.", "Kien lejn nofs is-snin sittin li rajna shift fis-suq tal-kera lejn dak tal-home ownership u l-gvern ta' dak iż-żmien, gvern Nazzjonalista, beda jqassam l-ewwel plots tal-home ownership scheme u kellna aktar Maltin, fil- faxxa hekk imsejħa ta' dħul medju, li bdew isiru sidien ta' djarhom.", "Din hija policy li, kif qal l-Onor.", "Karl Chircop, baqgħet timxi tul amministrazzjonijiet differenti, però kompliet żdiedet il-problema reali u serja ħafna ta' min ma kienx jiflaħ la jixtri fejn joqgħod u lanqas kien isib jikri minħabba ċirkostanzi li seħħew fis-suq tal-kiri.", "U n-numru ta' dawk li verament fil-bżonn kompla jiżdied u kompla jiżdied għal ħafna raġunijiet.", "Hawnhekk irrid ngħid li mhux l-inqas fost dawn ir-raġunijiet kien il-fatt li t-tqassim tad-djar u l-proprjetà tal-gvern kien taħt diskrezzjoni ministerjali u kienu jgħaddu biss għand il-ħbieb, il-ħbieb tal- ħbieb, għand tal-qalba u kienu wkoll jitpartu ma' vot elettorali.", "Naħseb li lkoll niftakru, għalkemm ħafna minna jixtiequ jinsew, iż- żmenijiet meta l-fatt li tieħu post tal-gvern kien kważi status symbol, u kellna nies bi dħul tajjeb, li kellhom proprjetà tagħhom, li kienu jiġġieldu u kienu jieħdu dak li riedu, speċjalment meta kellhom il- qaddisin.", "Għalhekk rajna l-housing estates tagħna jimtlew b'inkwilini li finanzjarjament kienu jifilħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom, filwaqt li dawk li kienu verament fil-bżonn baqgħu barra u baqgħu lura.", "L-idea li tieħu l-post tal-gvern bi pjaċir trawmet f'ħafna mħuħ fis-snin sebgħin u tmenin u għalkemm illum naqqset u naqqset ħafna, għad hemm min ma fehemx li l-idea li tieħu post tal-gvern - għax bqajna nsejħulhom hekk - bi pjaċir spiċċat u li daħlet sistema bbażata fuq punti li tkejjel il-bżonnijiet reali ta' l-applikanti.", "Naħseb li d-deputati kollha hawn ġew bħali ta' spiss ikollhom talbiet mill- kostitwenti għal postijiet tal-gvern.", "Naħseb li bħali għadhom jiltaqgħu ma' nies li ma fehmux li l-allokazzjoni ta' djar u appartamenti tal-gvern resqet lejn metodu li hu mill-aktar ġust, ekwu u trasparenti u li ma jħallix lok li xi ħadd jgħaddi kelma lil xi ħadd.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħin b'mod prattiku lil dak li jkun, bħalma qalet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, imma li wieħed jgħaddi kelma ta' ħbieb m'għadhiex teżisti.", "Is- sistema tal-punti kif kienet titħaddem wara l-1987 ressqitna lejn sistema li ġabet magħha iktar kontroll u iktar accountability, imma xorta waħda kellha nuqqasijiet pjuttost kbar, ħalliet ukoll il-possibbiltà ta' abbuż min-naħa ta' l-applikanti, waqt li kienet nieqsa mis-sensittività lejn faxxa ta' nies li verament kienu fil-bżonn għaliex kienet tinjora ħafna ċirkostanzi tal-ħajja tagħhom.", "Il-qasam tal-housing tul is-snin - u ma naħsibx li din hija problema ta' pajjiżna biss - jibqa' joħloq problema kbira u l-ebda numru ta' ċerimonji simboliċi, għalkemm fihom infushom huma ġesti sbieħ, m'huma se jtaffu din il-problema.", "L-unika ħaġa li ttaffi l-problema hija strateġija dinamika, hija politika aggressiva u riżorsi adegwati.", "Aħna għandna ħafna anzjani li joqogħdu fi djar li mhumiex addattati la għall-età u lanqas għall-istat fiżiku tagħhom.", "Għandna anzjani li jgħixu fi djar li biż-żmien u b'nuqqas ta' manutenzjoni saru strutturalment perikolużi.", "Għandna wkoll familji kbar bi dħul baxx li jgħixu f'appartamenti jew djar żgħar wisq għan-numru tagħhom, u djar li neqsin ukoll minn faċilitajiet bażiċi.", "Għandna wkoll żieda sostanzjali ta' koppji separati għaliex is-soċjetà waslet f'dawn iċ- ċirkostanzi, u żieda ta' single mothers.", "Għandna koppji għarajjes li, minkejja l-fatt li t-tnejn ikunu jaħdmu, għandhom dħul baxx bejniethom ukoll.", "Għandna familji b'membru b'diżabilità li jirrikjedu akkomodazzjoni addattata għall-ħteġijiet speċjali tiegħu.", "Għandna nies li ħerġin ukoll minn żmien twil ta' kura istituzzjonali li għandhom bżonn jinserixxu ruħhom fis-soċjetà.", "Għandna nies li huma qiegħda u nies li jgħixu b'benefiċċji soċjali biss.", "Insibu wkoll ħafna proprjetà privata fi stat dilapidat għall- aħħar u b'inkwilini li m'għandhomx fejn imorru jekk joħorġu minn hemm.", "U fejn qabel kellna l-extended family, fejn kellek iktar minn ġenerazzjoni waħda taħt l-istess dar, illum qed nersqu lejn il-fenomenu fejn is-single person units qed jiżdiedu, bi tfal adulti wkoll li jitilqu mid-dar u jgħixu għal rashom.", "U għandek ħafna nies li kollha mingħalihom li jistgħu jmorru għand il-gvern u jitolbu l-akkomodazzjoni mingħandu.", "Dawn il-fatturi kollha wasslu biex in-numru ta' applikazzjonijiet għall- akkomodazzjoni soċjali jiżdied tul is-snin.", "Mela b'riżorsi limitati u b'numru ta' applikazzjonijiet sostanzjali fejn se titqiegħed il-prijorità?", "Il-prijorità trid żgur tingħata lil dawk li qegħdin fil-bżonn minħabba s- sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, lil dawk li għandhom problemi soċjali, lil dawk li huma fil-bżonn immedjat ta' housing minħabba ċirkostanzi meqjusa bħala urġenti.", "Minn studju li għamlet Sue Vella jidher li mit-3,300 applikazzjoni li kien hemm pendenti quddiem id-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali f'Ottubru tas-sena li għaddiet, kien hemm 2,800 li indikaw dħul ta' anqas minn Lm4,000 fis-sena u 500 li indikaw dħul ta' aktar minn Lm4,000.", "Nofs l-applikanti attwalment iddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm1,920 fis-sena, jiġifieri mal-Lm160 fix-xahar.", "Aħna lkoll nafu fejn iwasslu Lm160 fix-xahar illum, speċjalment meta jkollok il-familja.", "Imbagħad kien hemm faxxa wiesgħa ta' applikanti, mat-18%, li ħassew li kienu eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali minkejja l-fatt li d-dħul tagħhom laħħaq l-Lm400 fix-xahar.", "Wieħed hawnhekk ma jridx jaqta' fil- qasir però jrid jara wkoll il-ħteġijiet ta' dawn l-applikanti li, minkejja d-dħul finanzjarju tagħhom, xorta ħassew li kellhom id-dritt li jitolbu l- akkomodazzjoni soċjali.", "Fil-fatt, meta wieħed iħares aktar mill-qrib, jirriżulta li jkun hemm numru ta' applikanti b'membru tal-familja b'diżabilità jew b'mard jew b'xi bżonnijiet li jwasslu għal din l- applikazzjoni.", "Ħarist ukoll lejn studju li għamel ftit tax-xhur ilu Fr Charles Tabone dwar il-bżonnijiet fil-qasam tal-housing.", "Fih Fr Tabone identifika tliet gruppi f'termini ta' dik li hi msejħa housing affordability, dawk li jgħixu f'faqar relattiv, dawk li għandhom problemi soċjali u dawk li għandhom jitqiesu bħala każi urġenti.", "Fl-ewwel lista tal-faqar relattiv, li wieħed irid jiffoka ħafna fuqha, Fr Tabone jniżżel il-familji li għandhom dħul baxx mhux ħażin, speċjalment familji numerużi, dawk li huma mingħajr xogħol, dawk li jgħixu biss mill-benefiċċji soċjali, single parents, dawk li ħarġu mill-ħabs u l-pensjonanti.", "Dawn huma l-iktar gruppi li jidhru vulnerabbli.", "Taħt il-lista ta' dawk bi problemi soċjali nsibu nies li jgħixu f'substandard housing jew għaliex ilhom jgħixu hemm u baqgħu hemmhekk, jew għaliex m'għandhomx flus għall-manutenzjoni.", "Hemm ukoll nies li jgħixu fi djar li mhux biss għandhom bżonn manutenzjoni, imma anke tiswija strutturali.", "Hemm persuni b'diżabilità u anke anzjani li għandhom bżonn ibiddlu l-post fejn joqogħdu, però lanqas huma stess ma jafu x'iridu jagħmlu u fejn iridu jmorru.", "Għandek persuni b'diżabilità mentali, familji li xi ħadd mill-membri tagħhom għandu problemi ta' alkoħol, ta' droga, logħob ta' l-azzard jew xi problema simili.", "Imbagħad fil-lista urġenti tan-nies li litteralment is-saqaf se jaqa' fuqhom hemm żgħażagħ li ħerġin minn istituti, nies separati li jispiċċaw mingħajr dar, u membri tal-familji li jkollhom jitilqu mid-dar tal-familja minħabba vjolenza jew abbuż.", "Kumment li jinsab ukoll f'dan l-istudju ta' Fr Charles Tabone u dak tal-ministeru għall-politika soċjali, f'Marzu ta' din is-sena, qal li fost dawk li baqgħu b'xejn mingħand il-housing authority, speċjalment fejn jidħol il-kiri, huma proprju wħud minn dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Għalhekk, Sur President, naħseb li wieħed irid jiffoka ftit fuq is-sistema ġdida ta' punti, li dalgħodu tkellimna fuqha f'din il-Kamra bosta drabi, li naħseb għandha twassal biex dawk li l-aktar huma fil-bżonn, ikunu dawk li jieħdu.", "Din is-sistema telimina wkoll l- abbuż li jista' jsir minn dawk li għadhom ma fehmux li l-għan ewlieni ta' l- awtorità tad-djar jibqa' li taqdi lil min għandu diffikultajiet reali u m'għandux il-mezzi li jsolvu l-problemi tiegħu waħdu.", "Waqt li l-amalgamazzjoni ta' l-oqsma pubbliċi li jaħdmu fil-qasam tad- djar kompla fix-xhur li għaddew, sar xogħol ieħor siewi ħafna biex is- sistema tal-punti li jintużaw mid-dipartiment u mill-awtorità wkoll, jiġu integrati kollha f'sistema waħda.", "Ngħid il-verità, s'issa kellna ċerta konfużjoni u n-nies dejjem jistaqsu fejn iridu jmorru, jekk hux id- dipartiment jew l-awtorità, u trid tindikalhom fejn qegħdin.", "Però l- konfużjoni kienet kbira u issa se naraw sistema li żgur se jirnexxilha tidentifika każi l-aktar urġenti u fil-prijorità tagħhom.", "Kif kienet qabel, is-sistema kienet ibbażata ħafna fuq il-kondizzjoni tal- post fejn kien joqgħod l-applikant waqt li tefa' l-applikazzjoni, però kienet tinjora ħafna ħwejjeġ oħra.", "Per eżempju, kienet tħares lejn in- numru tal-membri tal-familja, lejn l-età tagħhom, tħares ukoll lejn il- kondizzjonijiet tas-saħħa, però kienet ibbażata wisq fuq il-kondizzjoni tal- post. Dan l-aħħar mort għand familja ta' erbgħa min-nies f'San Pawl il- Baħar, li għandhom flat bellezza, però dawn qed iħallsu Lm90 fix-xahar meta d-dħul ta' din il-familja ta' erbgħa huwa ta' madwar Lm3,500 fis-sena.", "Iżda dawn ma kellhomx alternattiva oħra għaliex il-post li kienu joqogħdu fih qabel kien qed jaqa' madwarhom.", "Issa ħalliha li l-post fejn kienu joqogħdu qabel kien proprjetà privata għaliex dik hija issue differenti.", "Il-fatt jibqa' li din il-familja b'żewġt itfal tħallas kważi 30% tad-dħul tagħha għall-flat fejn toqgħod.", "L-istess fil-każ ta' mara separata, nies li jsibu ruħhom barra mid-dar tal-familja, dawn jieħdu zero points għaliex il-post fejn qed joqogħdu huwa f'kondizzjoni tajba u l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni kienet issir fuq il-kondizzjoni tal-post.", "Zero points ukoll jieħdu dawk li qegħdin f'\"Dar Merħba Bik\", \"Villa Chelsea\", f'istituzzjonijiet oħra u jixtieq joħorġu barra minn hemm.", "Dawn isibu ruħhom verament 'l isfel fil-lista ta' l- applikanti.", "It's a no-win situation.", "Kif kienet taħdem is-sistema qabel, l-iktar nies li għandhom bżonn kienu jibqgħu 'l isfel.", "Is-sistema li se jkollna almenu se tiddistingwi biżżejjed il-problemi reali.", "Se tiddistingwi l-problemi strutturali li jkun hemm fil-fond.", "Per eżempju, qabel kienet li jekk inti għandek ftit xquq fis-saqaf, u jekk inti għandek it-travu se jaqa' fuq rasek, kważi kważi ngħidulha l-istess ħaġa u nibqgħu għaddejjin.", "Però s-sistema l-ġdida tagħmel distinzjonijiet fini li jeħtieġ biex verament tkun ġusta.", "Issa se tħares lejn in-numru ta' kmamar, billi talloka punti għal kmamar li huma verament kmamar u mhux gabubi, boxrooms jew toilets, u tikkwalifika t-tip ta' kmamar.", "Fejn qabel min kellu toilet biss fil-bitħa xorta kien meqjus li kellu faċilità sanitarja, issa l-punti għal dawn il-faċilitajiet se jingħataw skond l-aċċess u skond il-kumdità.", "Se jingħataw ukoll aktar punti lill-applikanti li jgħixu f'basements jew f'appartamenti taħt il-livell tat-triq bil-problemi li din is-sitwazzjoni nafu li ġġib magħha.", "Qabel kien biżżejjed li membru tal- familja jġib ċertifikat mediku li juri li jbati minn kondizzjoni medika.", "L- Onor. Asciak qal li għandna nofs Malta tbati bl-ażma, per eżempju, għaliex kienu affarijiet li jħallu lok għal ħafna abbuż.", "Però bis-sistema l-ġdida, il-punti se jingħataw għal kondizzjoni medika li tinvolvi ħafna l-problema ta' mobilità.", "B'hekk se jonqsu ċ-ċertifikati mediċi vagi ta' kondizzjonijiet li m'humiex relatati mal-kondizzjoni tad-dar fejn l- applikant ikun joqgħod.", "Hemm tibdil sinifikanti ieħor bl-introduzzjoni ta' punti żejda li jingħataw skond rapport imħejji minn social worker li jidentifika l- kondizzjonijiet soċjali ta' l-applikant u tal-familja tiegħu jew tagħha.", "Fl-opinjoni tiegħi, waħda mill-affarijiet li kienu l-aktar jistunaw fis- sistema l-qadima, kienet li xi ħadd bi dħul ta' aktar minn Lm8,000 fis- sena, seta' jitqies eliġibbli u jitla' 'l fuq fil-lista, jekk il-punti kollha akkumulati jaqbżu lil dawk ta' familji oħra bi dħul ferm aktar baxx imma b'inqas punti.", "Jien ma nafx hijiex opinjoni żbaljata tiegħi, imma jiena ngħid jekk min għandu dħul ta' Lm8,000 għandna ngħidu li għandu dritt ukoll għall-akkomodazzjoni soċjali u jekk ikollu punti akkumulati jitla' 'l fuq fil-lista wkoll, allura verament qegħdin ngħixu f'dak li nsejjaħlu sugar daddy land.", "Sur President, naħseb li l-benchmarks tad-dħul ġodda huma ħafna iktar realistiċi meta qed ngħidu li, skond is-sistema l-ġdida l-applikant ma jistax ikollu dħul ta' aktar minn Lm4,000 f'każ ta' koppja miżżewġa u ta' Lm3,000 f'każ ta' persuna waħeda b'allokazzjoni ta' Lm300 għal kull membru tal-familja taħt it-18 sakemm din l-allokazzjoni ma taqbiżx l-Lm1,000.", "L- applikanti li ma jidħlux f'dawn il-parametri mill-ewwel jitqiesu skwalifikati.", "Se jingħataw ukoll punti extra lill-familji li jgħixu f'furnished flats b'kera għolja, punt li semmejt l-ewwel.", "Nispera li issa ma narawx moviment kbir lejn il-furnished flats biex isiru eliġibbli għal post tal-gvern ukoll!", "Ħaġa oħra tajba hija li kull applikant irid jawtorizza lid-dipartiment biex ikun skrutinat id-dħul tiegħu, kif ukoll l- assi personali, ħalli għal darb'oħra jkun eliminat l-abbuż.", "Applikanti li jgħixu f'kondizzjonijiet perikolużi jistgħu jkunu offruti soluzzjoni ta' tiswija strutturali.", "Illum għandna nies li jgħixu f'post perikoluż, però ma jridux li ssirilhom tiswija għaliex jgħidulek li jippreferu post ġdid.", "Però l-ewwel option ta' tiswija, jekk din tkun teżisti, għandha tkun offruta u aħjar wieħed jaħseb li jaċċettaha.", "Naħseb li huwa tajjeb ukoll il-kunċett ta' negative points meta l-applikanti jirrifjutaw b'kapriċċ post li jkun offrut lilhom, speċjalment meta tara nies li joqogħdu n-naħat ta' Tas-Sliema li ma jridux joħorġu mill-ambjent li jgħixu fih.", "Issa nista' nifhem li wieħed ikun dara dak l-ambjent u ma jridx joħroġ, però ma jistax ikun li l-awtorità tad-djar toqgħod tagħti l- postijiet eżattament skond kif iridhom l-applikant.", "Bħalissa għaddej eżerċizzju ta' spezzjoni mill-awtorità tad-djar f'residenzi ta' l- applikanti biex l-applikant ukoll ikun jista' jingħata punti li jistħoqqlu.", "Dan l-eżerċizzju li qiegħed isir bil-mod il-mod minn esperti, mistenni jintemm fix-xhur li ġejjin.", "Sur President, il-cliche' tgħid li ebda sistema m'hi perfetta.", "Bla dubju ta' xejn, din is-sistema ġdida hi ħafna aħjar minn dawk ta' qabilha għaliex tħares lejn bżonnijiet reali, bżonnijiet tanġibbli bl-aktar mod ġust u ekwu.", "Naħseb li l-proposta tal-ministeru tal-politika soċjali li jitwaqqaf allocations board biex jagħmel skrutinju sħiħ ta' l-allokazzjonijiet ta' postijiet tal-gvern skond il-ħtieġa ta' l-applikant, kif ukoll il-proposta l-oħra, li jkun hemm computer terminal fl-awtorità tad-djar u fid- dipartment biex l-applikanti stess jieħdu l-informazzjoni li jixtiequ dwar fejn qegħdin fil-lista, il-punti li għandhom, u l-assessment li sar dwarhom, huma wkoll passi biex nersqu lejn sistema verament trasparenti.", "B'dan il-mod naslu għal dak li semmejt fil-bidu, it-twettiq ta' politika ta' gvern Nazzjonalista fejn dejjem isir l-aħjar użu tar-riżorsi għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, qed nitkellmu fuq ir-rapport u l-estimi finanzjarji ta' l-awtorità tad-djar, wieħed mill-oqsma importanti ferm f'pajjiżna.", "Kif qalet l-Onor.", "Dolores Cristina, il-problema tal-housing ilha ġejja minn ħafna u ħafna snin ilu u r-responsabbiltà ta' kull gvern hija li jara li min ikun qed jagħmel talba għal akkomodazzjoni soċjali jkun verament eliġibbli għal din l-għajnuna.", "Però, min-naħa l-oħra, fejn tidħol l-akkomodazzjoni soċjali il-gvern ma jridx joqgħod iqis il-problema finanzjarja tal-pajjiż għaliex huwa dritt fundamentali ta' kull persuna li jkollha dar diċenti fejn tgħix, u n-nuqqas ta' dan jista' joħloq problemi soċjali kbar.", "Sur President, jien nisma' ħafna ilmenti f'dan ir-rigward fid-distrett tiegħi.", "Fil-Kottonera naf koppji li kienu ilhom li applikaw għal akkomodazzjoni alternattiva għal ħafna u ħafna snin, u dawn tant kienu imdejqin f'dak l-ambjent li kienu jgħixu fih, li spiċċaw biex anke sseparaw minħabba l-problemi li kellhom.", "Meta jkollok familji bħalma hemm fil- Kottonera, li għandhom medja ta' tlieta jew erbat itfal u jgħixu f'kamra waħda, hija sitwazzjoni li żgur m'hijiex aċċettabbli.", "Jekk wieħed jgħid li għandu kuxjenza soċjali bilfors irid jittratta bis-serjetà il-problemi li għandhom dawn il-familji minħabba li m'għandhomx dar diċenti fejn jgħixu.", "Fil-ftit ħin li għandi, se nipprova nagħti stampa ta' sitwazzjonijiet differenti ta' familji li qegħdin jitolbu l-għajnuna permezz ta' l-iskemi ta' l-awtorità tad-djar.", "Kif diġà għedt, fil-Kottonera aħna għandna nies b'erbat itfal jgħixu ġo kamra tas-sodda waħda.", "Dawn huma familji bi dħul baxx ħafna u għalkemm il-gvern joħroġ djar għall-bejgħ b'sussidju, dawn xorta ma jistgħux jixtruhom għaliex jekk ikollhom iħallsu Lm90 fix-xahar fuq il-loan li jkunu ħadu mill-bank, x'se jibqgħalhom mill-paga tagħhom?", "Naf żgur li hemm ħafna familji li jaqtgħu qalbhom jixtru dar għaliex ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' dawn il-pagamenti u jgħajxu l-familja mill-paga miżera tagħhom.", "Fir-rapport ta' l-awtorità tad-djar ta' din is-sena interessatni tabella dwar familji li għandhom persuni b'diżabilità.", "Dawn il-familji li jiffaċċjaw problemi u spejjeż partikolari minħabba li jkollhom persuna b'diżabilità, iktar u iktar jaqtgħu qalbhom biex jixtru xi post milli tkun qed toffri l-awtorità.", "Issa l-ministru forsi jgħidilna li jekk id- diżabilità għandha x'taqsam mal-mobilità tal-persuna, u dan ikun joqgħod ġo flat, il-problema tista' ssolviha billi jsir lift.", "Dan huwa veru, imma meta tkellimt ma' familja mill-Birgu li xtaqet li jkollha lift, din qaltli li waħda mill-kondizzjonijiet ta' din l-iskema partikolari tgħid li meta l- lift ikollu bżonn xi maintenance, iridu jħallsu għaliha r-residenti.", "M'iniex qed ngħid li kulħadd għandu jieħu kollox b'xejn mingħand il-gvern, però hawnhekk qed nitkellmu dwar familji bi dħul baxx li ma jifilħux għal spejjeż żejda.", "Sur President, jien naf familji ġo Bormla u anke ġol-Birgu li jgħixu fi djar li huma mgħarrqin bl-umdità, għaliex jgħixu taħt il-livell ta' l-art, ġo kantini taħt il-livell tat-triq.", "U meta dawn imorru fid-dipartiament biex jiċċekkjaw fejn waslet l-applikazzjoni tagħhom fil-lista tas-social accommodation, dejjem jgħidulhom li għad m'għandhomx punti biżżejjed jew inkella li għad hemm lista twila qabilhom.", "Minkejja li hemm din id-domanda kbira għal akkomodazzjoni soċjali, inħoss li l-gvern mhux qed jaħdem biżżejjed u bis-serjetà biex jalloka postijiet għal dawn in-nies.", "Se nagħti ħarsa lejn avviż numru 63 tat-18 ta' Marzu fejn l-awtorità tad- djar kienet ħarġet postijiet għall-bejgħ, li minnhom kulma bbenefikaw mill- Kottonera kienu tnejn mill-Kalkara li ħadu maisonettes, u wieħed mill- Kalkara u ieħor mill-Birgu li ħadu appartament.", "Kif nistgħu nfejqu l- problema fil-Kottonera fejn in-nies finanzjarjament ma jifilħux għal dawn it-tip ta' postijiet?", "Aħna nkunu qed nidħku b'dawn in-nies meta noffrulhom dawn it-tip ta' postijiet!", "Irridu nkunu iktar sensibbli għall-problemi tagħhom u nifhmu aktar is-sitwazzjoni li jinsabu fiha.", "Bil-mod kif qed imexxi dan il-gvern inħoss li l-problema ta' dawn in-nies aktar qiegħda tikber għaliex il-pagi tagħhom aktar qegħdin jitnaqqru, allura inqas se jkollhom iċ-ċans li xi darba jipprovaw jieħdu xi post li joffru dawn l- iskemi ta' l-awtorità tad-djar.", "Fit-30 ta' Mejju, 2000, taħt avviż numru 64, l-awtorità tad-djar ħarġet għall-bejgħ appartamenti, djar, cluster houses, maisonettes u garaxxijiet f'diversi lokalitajiet.", "Imma fil-Kottonera kulma bbenefikaw kienu wieħed mill-Birgu li ħa appartament, u tnejn minn Bormla li ħadu djar.", "Meta tkellimt ma' nies li joqogħdu fi djar u appartamenti tal-gvern li l- awtorità tikri bi prezz sussidjat, dawn qaluli li l-kera tagħhom qed togħla m'ogħla s-smewwiet.", "Kien hemm familja li qaltli li s-sena l-oħra l-kera tagħha kienet Lm63 u din is-sena għoliet għal Lm190 għaliex il-mara ħarġet tagħmel part-time job biex tipprova tgħin lill-familja.", "Fi kliem ieħor, minkejja li dan il-gvern qed joħroġ skemi ġodda u jbiddel oħrajn, mhuwiex qed jagħmel assessment tajjeb tal-problemi finanzjarji tal-familji.", "Din il- ġimgħa stess staqsejt lill-ministru jekk sarx xi studju mill-welfare department biex jara x'saħħa għandha l-familja Maltija, però Alla jbierek hawnhekk ukoll il-gvern qiegħed lura f'dawn l-istudji.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq xi skemi.", "Dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' persuna li tħajret tapplika għall-iskema \"W\" li tagħti sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar fi djar proprjetà tal-gvern.", "Mela biex applika għal din l-iskema, l-ewwelnett dan il-bniedem kellu jħallas għall-formola, ħallas Lm10 oħra meta tahom il-formola u kellu jħallas Lm29 għar-riċerki.", "Alla jbierek wara ftit ta' żmien reġgħu bagħtulu biex iħallas Lm10 oħra minħabba xi riċerki addizzjonali.", "Dan kellu bżonn anke perit u weħel Lm74 oħra.", "Wara ħafna ġiri biex ġab din il-karta u l-oħra, finalment irċieva karta mill-inspector ta' l-awtorità tad-djar li marret tagħmillu spezzjoni fuq il-post, fejn qaltlu li ma kienx intitolat għal dik l-għajnuna.", "Allura x'qed ngħidu b'dan kollu?", "Il-customer care department ta' l-awtorità jrid joqgħod attent li dawn l-affarijiet ma jsirux għaliex in-nies li verament ikollhom bżonn din l-għajnuna jispiċċaw f'sitwazzjoni agħar.", "Allura wieħed irid joqgħod attent li almenu ma jħallihomx jagħmlu ċerti spejjeż u mbagħad tiġi rrifjutata l-applikazzjoni tagħhom.", "Sur President, irrid ngħid li anke s-sistema li biha titmexxa din l- iskema \"W\" ukoll qed toħloq ċerti problemi.", "Ejja nieħdu każ ta' persuna li trid tibdel il-madum u trid tbiddel il-kamra tal-banju.", "Meta jmur l- inspector fuq il-post u jistima l-ammont ta' flus li l-applikant għandu jieħu biex ikun jista' jibdilhom, l-awtorità m'hijiex qed tistabbilixxi l- ammonti separati ta' kemm se jonfoq fuq il-madum u kemm se jonfoq fuq il- kamra tal-banju.", "Allura jista' jiġri li, per eżempju, il-persuna tonfoq iktar minn dak li jkun stmat fuq il-madum, minkejja li tkun ipprovat tillimita n-nefqa għal dak l-ammont li tkun tatha l-awtorità.", "Għaldqstant meta dawn l-applikanti jmorru biex jieħdu l-ispejjeż li jkunu għamlu, l- awtorità qed tnaqqsilhom ammont sostanzjali minn dak li jkun ġie allokat lilhom.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li jeħtieġ inħarsu lejn il-problema tal-housing verament bis-serjetà, speċjalment fejn jidħlu l-persuni b'diżabilità.", "Wieħed jinnota li n-numru ta' units available qed ikun ħafna ikbar min-numru ta' nies li japplikaw għalihom.", "Dan jista' jfisser li mhux qed issir exposure biżżejjed ta' din l-iskema jew inkella l-awtorità mhijiex qiegħda toffri skema tajba biżżejjed li tieħu in konsiderazzjoni l- ispejjeż tal-familji ta' dawn il-persuni b'diżabilità.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, peress li issa ngħatat spinta biex issir l-amalgamazzjoni tas-servizzi mogħtija mid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali ma' l-operat ta' l-awtorità tad-djar, wieħed jista' jinkwadra s-settur kollu tal-housing fid-diskussjoni ta' dan ir-rapport.", "Fil-futur qarib se jkollna struttura waħda komprensiva li taqdi l-ħteġijiet ta' dawk li japplikaw għad-diversi skemi tal-housing authority.", "Għaliex sal-lum ħafna nies ma kenux ikunu jafu eżattament għandhomx imorru għand id- dipartiment jew inkella għand l-awtorità.", "Sur President, l-awtorità se jkollha sistema ta' punti trasparenti li tiġbor fiha, f'lista waħda, lil kull min qed japplika biex jikri akkomodazzjoni mill-gvern.", "Skond iċ-charter li tħabbar il-bieraħ, se jkollna sistema li biha wieħed jista' anke jappella jekk iħoss li l- awtorità ma kenitx ġusta miegħu.", "Bla dubju dawn huma passi oħrajn 'il quddiem.", "U hawnhekk ma rridx nirriferi għall-aħħar amministrazzjoni Laburista imma, bir-rispett kollu, jekk wieħed irid ikejjel ma' l- amministrazzjonijiet Laburisti ta' qabel dik, ma tantx hemm fuqiex tkejjel għaliex ma tridx wisq biex tkun aħjar.", "Ovvjament is-sistema tal-punti diġà hija aħjar kif inhi, imma l-awtorità tad-djar qed tkompli ttejjibha ħalli tkun iktar tirrispekkja l-problemi soċjali ta' kull każ.", "Fil-programm elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qal ċar u tond li:", "\"Fil-qasam tad-djar il-Partit Nazzjonalista fil-gvern beħsiebu jimbotta fuq linji alternattivi u komplimentari għall-politika li jingħataw aktar artijiet għall-bini li sal-lum għadhom kampanja.", "Għalhekk gvern Nazzjonalista jaħdem biex nużaw ħafna djar li huma vojta, jidħol sħab mal-privat biex jissewwew jew jagħti sussidji għall- istess skop jew jixtrihom u jqassamhom skond il-proċeduri trasparenti diġà stabbiliti.\"", "Dan huwa konsistenti mal-konklużjonijiet ta' l-istructure plan monitoring reports ta' l-awtorità ta' l-ippjanar għall-perijodi 1990/1995 u 1996/1997 li jgħidu li s-supply ta' l-art fl-iskemi eżistenti jista' jakkomoda madwar 61,000 unit, filwaqt li d-domanda m'għandhiex tkun ta' aktar minn 34,700 unit.", "B'hekk l-industrija tal-kostruzzjoni għandha tiddiversifika u tikkonċentra fuq ir-riabilitazzjoni taċ-ċentri urbani storiċi li fihom qed jgħixu anqas nies u li fihom żdiedu d-djar vojta.", "Irrid ngħid ukoll li fis-census ta' l-1995 irriżulta li minn total ta' 155,202 dar f'pajjiżna 23% jew allura 35,696, huma parzjalment użati jew vojta.", "Meta wieħed jara l-istatistika jsib li bejn l-1967 sa l-1995 kellna żieda ta' djar li huma parzjalment użati jew vojta f'pajjiżna, infatti l- persentaġġ minn 14.9% fl-1967 tela' għal 19.2% fl-1985, u reġa' tela' għal 23% fl-1995.", "F'dan il-housing stock survey l-awtorità ta' l-ippjanar kienet ikklassifikat ukoll id-diversi forom ta' djar parzjalment użati, u rriżulta li minn total ta' 35,696, 25% biss jew madwar 9,000 jistgħu jinkrew mingħajr xkiel.", "Madanakollu dan hu numru ta' djar sostanzjali darbtejn u nofs aktar min-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem id- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, li bħalissa huwa ta' 3,610 waqt li s-sena l-oħra kien ta' 3,274.", "Mindu saru dawn is-surveys li kkwotajt kien hawn ċerti żviluppi sostanzjali.", "Fl-1992 taħt amministrazzjoni Nazzjonalista d-derequisition bdiet tingħata b'aktar faċilità f'każijiet li fihom id-djar rekwiżizzjonati jkunu meħtieġa għal skop ta' residenza ordinarja mis-sid jew mit-tfal tiegħu.", "Fl-1995 taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista ġie emendat l-Att dwar id-Djar u b'seħħ mill-1 ta' Marzu, 1995 id-direttur għall- akkomodazzjoni soċjali ma seta' jirrikwiżizzjona ebda fond.", "Taħt amministrazzjon Nazzjonalista ġew liberalizzati l-kirjiet il-ġodda mill-1 ta' Ġunju ta' l-1995.", "B'hekk naqas il-kontroll ta' l-Istat.", "Is-sena li għaddiet id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali alloka biss mal-171 dar, 21 darba anqas min-numru ta' applikazzjonijiet pendenti, jiġifieri mit-3,600 li semmejt.", "F'sejħa waħda għall-applikazzjonijiet għal djar għall-bejgħ matul is-sena li għaddiet, l-awtorità tad-djar kellha 586 applikazzjoni għal 215-il unit, jiġifieri 2.7 darbiet aktar.", "Xorta huwa numru kbir, imma huwa iżgħar milli kien is-sena ta' qabel.", "Is-sena l- oħra l-awtorità tad-djar kellha 1,217-il applikazzjoni għal 184 unit.", "Jiġifieri n-numru ta' applikazzjonijiet kien 6.6 darbiet aktar min-numru ta' units li qassmet l-awtorità.", "L-awtorità tad-djar minn din is-sena reġgħet bdiet toffri djar għall-kiri wkoll mingħajr il-ħtieġa ta' sejħiet għall-applikazzjonijiet ġodda.", "Dan huwa punt importanti għaliex kien hemm każijiet ta' persuni li għandhom bżonn akkomodazzjoni alternattiva minħabba diversi ċirkostanzi, li ma kellhomx għalfejn japplikaw quddiem l-awtorità tad-djar peress li diġà kellhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Allura mingħajr il-ħtieġa li jerġgħu japplikaw, l-awtorità tad-djar qiegħda tispezzjona dawn it-3,610 applikanti quddiem id-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali u fil-fatt skond dan ir-rapport stess qed tintrabat li kull sena tipprovdi mal-120 appartament ġdid għall-iktar każi serji.", "Kif diġà semma l-Onor.", "Tony Abela, jirriżulta li minn 650 spezzjoni li saru s'issa mill-awtorità tad-djar, 20% ta' l-applikazzjonijiet, jiġifieri 130 każ, diġà ġew riżolti.", "Allura jiena nappella wkoll, bħalma għamel il- kollega tiegħi, li kulmin isib soluzzjoni għall-problema tiegħu għandu jinforma lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li l-każ tiegħu jkun ġie riżolt ħalli jinqata' minn fuq il-lista ta' applikazzjonijiet pendenti.", "Sur President, l-Istat ma jistax u fi kwalunkwe każ m'għandux jipprova jsolvi l-problema ta' kull min qed ifittex fejn joqgħod mingħajr is-settur privat.", "Dan huwa ovvju fejn jidħol xiri ta' proprjetà għal min jiflaħ iħallas.", "Iżda hu l-każ ukoll fil-qasam tal-kirijiet.", "Għalhekk m'hemmx dubju li hi meħtieġa r-reviżjoni fil-liġijiet tal-kera.", "Fil-fatt il-gvern għadu qed jistenna li jiġi ppreżentat ir-rapport tal-kummissjoni maħtura għal dan il-għan.", "Ir-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera għandha twassal ukoll sabiex isseħħ ġustizzja mas-sidien ta' djar b'kirijiet qabel Ġunju 1995.", "Primarjament billi ma jibqgħux iffriżati l-kirijiet b'rati redikoli li mhumiex ġusti u anke billi l-kirja ma tibqax tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Fir-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera għandu jiġi determinat ukoll min hu responsabbli għall-manutenzjoni tal-bini, jekk hux is-sid waħdu, il-kerrej waħdu jew inkella t-tnejn.", "Dan hu konformi mal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista li jgħid aktar:", "\"Gvern Nazzjonalista jinkoraġġixxi li tintuża s-sistema tal-kiri billi jiżdied is-sussidju.", "Illum Lm200 fis-sena huwa l-massimu lil min jikri lill-familji.\".", "Fil-fatt l-awtorità tad-djar diġà toffri sussidju, skond id-dħul finanzjarju tal-familja li tikri l-fond mingħand is-sid.", "Taħt din l-iskema, id-dħul annwali ta' l-applikant tela' sa Lm5,000 u l- applikant ma jridx ikollu assi kapitali ta' aktar minn Lm12,000.", "Is- sussidju annwali fuq il-kera tela' minn massimu ta' Lm215 għal Lm315.", "Taħt skema ġdida l-awtorità tad-djar tagħti self issussidjat fuq Lm5,000 bir- rata ta' 3.5% fis-sena biex sidien jirranġaw id-djar vojta privati li għandhom bżonn ta' titjib ħalli jinkrew liċ-ċittadini Maltin.", "Jekk ix- xogħlijiet se jsiru mill-inkwilini prospettivi tingħata għotja sa massimu ta' Lm2,500.", "Madanakollu, mill-1995 'il hawn, minn meta ġew liberalizzati l-kirijiet il-ġodda, ma tantx żdied in-numru ta' djar li jingħataw għall- kiri.", "Is-sidien fil-biċċa l-kbira xorta baqgħu lura milli jikru lill- Maltin, u min kera ħafna drabi għolla l-kera b'mod sproporzjonat.", "Fis-sitwazzjoni finanzjarja preżenti tal-pajjiż, il-budget ta' l-awtorità tad-djar żgur li mhux se jlaħħaq mas-sussidji li jitolbu l-inkwilini.", "Is- sussidji diġà jingħataw skond il-kera u d-dħul finanzjarju ta' l- inkwilini, iżda sew il-kera kif ukoll is-sussidju lill-inkwilini jridu jirriflettu l-kwalità tad-dar li tinkera, il-lokalità fejn qiegħda d-dar, in-numru ta' kmamar, in-numru ta' taraġ, l-istat ta' l-infrastruttura u l- bini tad-dar, kif ukoll min se jintrabat li jieħu ħsieb il-manutenzjoni tad- dar.", "Fi kwalunkwe każ, iż-żidiet fil-kirjiet iridu jkunu gradwali b'mod li, biex issir ġustizzja mal-ġenerazzjonijiet li jridu jiġu warajna, ma jinħlewx id-djar ivojta, u biex issir ġustizzja mas-sidien li ilhom għexieren ta' snin b'kirijiet iffriżati, mill-banda l-oħra ma ssirx inġustizzja ma' l-inkwilini, la permezz ta' kirijiet esaġerati li ma jifilħux għalihom, u lanqas b'inċertezza minħabba kuntratti li jkunu jridu jiġġeddu wara ftit żmien.", "Lanqas m'għandu jkun hemm piż finanzjarju żejjed fuq il-finanzi tal-gvern billi ż-żieda fin-nefqa minħabba iktar talbiet għal sussidji fuq il- kirijiet fuq ir-residenzi privati, kif ukoll minħabba żieda fl-indiċi tal- prezzijiet minħabba l-fatt li jogħlew il-kirijiet, tiġi kkumpensata minn tnaqqis fin-nefqa fuq bini ta' djar ġodda mill-awtortà tad-djar.", "Jekk wieħed iħares lejn l-estimi jsib li għas-sena li ġejja 99% tan-nefqa kapitali stmata u 42% tan-nefqa soċjali stmata, jiġifieri sussidji, se jmorru għall-bini ġdid.", "Allura jekk wieħed jipprova juża l-bini vojt f'pajjiżna jista' jnaqqas l-ispiża tal-gvern anke għal dak li jirrigwarda bini ġdid.", "Sur President, illum ta' min ifaħħar lill-awtorità tad-djar għaliex fejn qabel, biex wieħed isir jaf xi skemi toffri l-awtorità, ried bilfors imur għand l-awtorità tad-dajr, illum l-awtortà qed tmur għand in-nies hi.", "Fl- opinjoni tiegħi din hija l-iktar bidla importanti li ġrat tul dawn l-aħħar snin, il-fatt li l-awtorità tiġri wara n-nies minflok in-nies jiġru warajha.", "Riżultat ta' dan kien hemm żieda qawwija fin-numru ta' applikanti għal skemi ta' sussidji.", "Fil-fatt jekk tqabbel din is-sena mas-sena l- oħra, għal dak li jirrigwarda sussidju għal xiri ta' postijiet tal-gvern, sussidju fuq il-kera ta' postijiet privati, u għotjiet għal xogħlijiet sew f'postijiet tal-gvern kif ukoll tal-privat, issib li kien hemm żieda ta' 7% minn Settembru 1998/1999 għal Settembru 1999/2000.", "Iżda s-sena li għaddiet l-awtorità tad-djar ma kellhiex biżżejjed flus biex tiffinanzja din iż-żieda ta' dawn l-applikazzjonijiet għal sussidji.", "Imma għas-sena li ġejja l-awtorità tad-djar qed tipprovdi għal dan.", "Infatti f'paġna 43 ta' dan ir-rapport wieħed isib li filwaqt li n-nefqa għas-sena li għaddiet kienet ta' Lm395,911, l-istima għal din is-sena se titla' għal Lm500,000.", "Fl-opinjoni tiegħi m'hijiex biżżejjed u għalhekk kollox jintrabat ma' dan ir-rapport li qed nistennw dwar il-liġi tal-kera għax jekk nużaw il-postijeit vojta li għandna fl-ibliet u fl-irħula f'pajjiżna nistgħu niffrankaw li nibnu postijiet ġodda u mbagħad l- awtorita' tad-djar ma jkollhiex għalfejn tonfoq 99% tan-nefqa kapitali tagħha u 42% tan-nefqa soċjali tagħha fuq bini ġdid.", "Kif kont qed ngħid qabel, wieħed jista' jara r-riżultat tal-fatt li l- awtoirtà tad-djar issa qiegħda iktar viċin in-nies anke mit-talbiet li saru mill-persuni b'diżabilità.", "Nikkwota min-national disability survey ta' l- 1999 li jgħid li 1.6% biss tal-persuni reġistrati mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità rċevew xi forma ta' għajnuna mill-awtorità tad-djar biex itejbu d-djar tagħhom.", "Illum l-awtorità tad-djar bagħtet korrispondenza lill-persuni kollha reġistrati mal-kummissjoni sabiex tinformahom dwar id-diversi skemi li hemm pprovduti għalihom.", "Meta qed ngħidu kollha, ifisser madwar 6,336 persuna.", "Allura wieħed malajr jifhem kif din il-kampanja ta' informazzjoni qiegħda twassal biex jibbenefikaw iktar persuni b'diżabilità minn dawn l-iskemi.", "Nafu kif l-iskema dwar l- introduzzjoni tal-lifts li bdiet fil-Kottonera, fil-Belt u l-Furjana ġiet estiża f'Malta u f'Għawdex għall-persuni b'diżabilità li għandha x'taqsam ma' mobilità.", "Mir-rapport li għandna quddiemna wieħed jinnota li diversi persuni b'diżabilità f'bosta postijiet f'pajjiżna diġà applikaw għal din l- iskema.", "Bħala rappreżentant li ġej mill-ewwel distrett elettorali nħossni sodisfatt ħafna dwar dak li jirrigwarda l-introduzzjoni tal-lifts fl- appartamenti tal-gvern.", "Diġà ħarġu tmien permessi mill-awtorità ta' l- ippjanar fil-każ tal-Furjana, tnejn f'tal-Pietà u sebgħa fil-Belt.", "Imbagħad hemm żewġ applikazzjonijiet pendenti għall-Furjana u għaxra għall- Belt, u ngħataw erba' tenders il-Furjana u tnejn tal-Pietà.", "Fil-każ ta' pjanti li qegħdin isiru għandek għaxra l-Furjana u ħamsa l-Belt, imma anke fil-Kottonera diġà qegħdin isiru pjanti.", "Fil-fatt hemm tmienja Bormla u erbgħa l-Kalkara.", "Dan huwa proġett li qiegħed hemm anke għal persuni barra mill-Kottonera il-Belt u l-Furjana u se jgħin ħafna lin-nies b'diżabilità ta' mobilità.", "Għal dak li jirrigwarda bini ġdid fil-Furjana hemm ipproġettat li jitilgħu 52 post ġdid, 40 minnhom f'Balzunetta, area li hija substandard.", "Din il-proġett ilu biex isir madwar 15-il sena u se jkun dan il-gvern li jagħmlu.", "Allura ma nistax ma nifraħx lill-awtorità tad-djar li qiegħda tagħmel dan kollu.", "Wieħed ovvjament irid isemmi wkoll id-dipartiment tal- bini u tiswija tad-djar li qed jirranġa l-ġonna madwar il-housing estates biex ikompli jsebbaħ l-ambjent.", "Nagħlaq billi nsemmi każ li deher dan l-aħħar fil-gazzetti, każ li reġa' ġie strumentalizzat mill-Perit Buontempo li jiddispjaċini li m'huwiex f'din il-Kamra, imma jien inzertajt naf sew il-persuni li joqogħdu fil-kerrejja 247 Triq San Pawl il-Belt, għax min jaf kemm-il darba dħalt f'dik il- kerrejja.", "Irrid ngħid ukoll li qabel ma l-Perit Buontempo mar jagħmel kapital politiku minn dan il-każ, għamilt mistoqsija parlamentari lill- Ministru Tonio Borg fejn tlabtu jgħidli x'passi ħadet il-pulizija dwar rapport li sar mill-inkwilini fl-istess kerrejja dwar periklu minħabba ħsarat strutturali ċertifikati minn perit li huma serji ħafna.", "It-tweġiba li tani l-Ministru Tonio Borg kienet din:", "\"Ninsab informat li in konnessjoni mar-rapport li għandha l-pulizja li jikonċerna l-fond Nru. 247 fi Triq San Pawl, il-Belt, fl-20 ta' Settembru 2000 il-pulizija intimat lill-amministratur ta' dan il-fond sabiex ineħħi l-periklu immedjatament.", "Peress li l-periklu baqa' ma tneħħiex se jittieħdu proċeduri quddiem il-qorti u fil-fatt il-każ ġie appuntat għas-smigħ għall-14 ta' Novembru 2000.\"", "Li qed nipprova ngħid huwa li dawn in-nies lanqas biss għandhom applikazzjoni quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Jien tlabthom biex jagħmlu applikazzjoni, iżda huma ma jridux joħorġu minn hemm u jixtiequ li l-fond tagħhom jiġi rranġat.", "Għalhekk nerġa' ntenni, Sur President, li filwaqt li s-sidien għandhom jibqgħu legalment responsabbli biex jirranġaw il-postijiet, hija biss ir- reviżjoni tal-liġijiet tal-kera li trid issolvi din il-problema.", "Jekk is- sid ikun qed idaħħal kera irriżorja, dan ovvjament irid ikun miġnun biex jidħol fi spiża u jirranġa l-post, qrati u mhux qrati, pulizija u mhux pulizija.", "Imma l-awtorità tad-djar tista' tuża iktar bini vojt biex tnaqqas in-nefqa fuq bini ġdid u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin ikunu jistgħu jgawdu mill-ambjent kif ilkoll nixtiequ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemna għandna r-rapport ta' l- awtorità tad-djar li tibbaża l-politika tagħha fuq tliet pilastri, jiġifieri l-housing affordability, stock adegwat ta' djar, kera soċjali u l- ispecial needs housing.", "Meta qgħadt indur ir-rapport b'diżappunt innotajt li ma jissemmiex kif se tindirizza dawn it-tliet pilastri li l-awtorità tad- djar qed tgħid li trid tibni l-istrateġija tagħha fuqhom.", "Apparti minn hekk innotajt ukoll li fir-rapport m'hemm l-ebda riferenza għal-liġi tal- kera u l-problema tad-djar battala.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nibdew nindirizzaw dawn l-oqsma bis-serjetà minflok ngħidu ħafna diskors u ma jsir xejn.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar l-amalgamazzjoni li qed jingħad li se ssir tad- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali ma' l-awtorità tad-djar biex tinħoloq sistema ta' punti li se tiġbor f'lista waħda lil kull min qed japplika biex jikri akkomodazzjoni tal-gvern.", "Nafu li bħalissa għaddej proċess fejn l-awtorità tad-djar qed tibgħat esperti għand it-3,600 applikant biex jispezzjonaw id-dar li jgħixu fiha.", "L-ewwel ħaġa li xtaqt ngħid dwar dan hija li ħafna applikanti li niltaqa' magħhom jinsabu mħassba minħabba li l-awtorità tad-dajr, wara li tibagħtilhom l-esperti u ssir l- ispezzjoni, mhux qed tgħidilhom kemm huma l-punti li jikkwalifikaw għalihom.", "Biss hemm problema għax fejn qabel l-ispezzjoni kienet issir mit- tekniċi stess ta' l-awtorità tad-djar, dawn twaqqfu għal xi raġuni li ma nafx x'inhi, u llum qed jintbagħtu tekniċi ta' kumpannija sussidjarja ta' Kalaxlokk.", "Għalkemm l-applikanti jirċievu nota, mhux qed ikunu jafu min hi din il-kumpannija għax fl-ittri li qed tibgħat, bl-isem ta' Coastal Management Co. Ltd, lanqas biss hemm indikazzjoni ta' indirizz.", "Apparti hekk, mill-informazzjoni li għandi jien, din il-kumpannija se tiswa lill- awtorità tad-djar bejn il-Lm45,000 u Lm50,000 jekk mhux iktar.", "Mr Speaker, naħseb aħjar inkompli llejla għax sar il-ħin u hemm ħafna x'wieħed jgħid.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Cuschieri jibqa' in possession.", "Insejjaħ lill-Aġent Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa, 22 ta' Novembru 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi ta' Nfiq ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2000-2001 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anglu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, dictum popolari ħafna li kull min jiġih iċ-ċans jikkwotah huwa \"lies, damn lies and statistics\", jiġifieri gideb, gideb misħut u l-istatistika.", "L-istatistika hija xi ħaġa li wieħed jista' jħares lejha minn ħafna aspetti differenti, bħal djamant jew bħal tazza li nofsha tkun mimlija u nofsha tkun vojta.", "Kemm min jgħid li t-tazza hija mimlija u kemm min jgħid li t-tazza hija vojta għandu raġun.", "Wieħed irid iħares lejn dan il-fenomenu b'mod oġġettiv u bl-akbar sinċerita' għax bla dubju ta' xejn dan jista' jkun l-aktar arma kerha f'idejn min ikun irid japprofitta ruħu jew ipinġi sitwazzjoni totalment differenti minn dik li tkun.", "Dan l-aħħar tkellimna ħafna fuq l-istatistika għax għadna kemm għaddejna abbozz ta' liġi fuq dan is-suġġett.", "Per eżempju, instab li l-mezz ta' kif niġbru l-istatistika tagħna mhuwiex up-to-date bħal dak ta' pajjiżi oħra u skond il-programm tal-gvern preżenti, kellna ħafna imbuttar mill-Unjoni Ewropea biex naġġornaw, inbiddlu u nadattaw is-sistemi ta' kif niġbru l- istatistika f'dan il-pajjiż.", "Żgur li fl-NPAA hemm irrapportat li saru ħafna aġġustamenti u sar ħafna xogħol f'setturi differenti.", "Settur minnhom kien dak ta' l-impjiegi u jiddispjaċini li meta ġie diskuss il-vot ta' l- ETC il-ġimgħa l-oħra ma kontx qiegħed hawnhekk biex nitkellem fuqu għax bħalma taf il-Kamra, jien kont qiegħed nieħu sehem fil-laqgħat tal-joint- parliamentary committee bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Pero' jien nixtieq nieħu din l-okkażjoni ħalli nagħmel xi rimarki li xtaqt nagħmel dak inhar u biex nirrispondi xi affarijiet li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Lawrence Gonzi ħass il-bżonn li jibqa' jinbexx bihom għal darba, tnejn, tlieta, kemm dakinhar tad-dibattitu - evidentement approfitta ruħu mill-fatt li jien ma kontx qiegħed hawnhekk - kif ukoll meta sab ruħu fuq it-television lejlet il-budget.", "L-Onor.", "Gonzi qal li jien għedt xi affarijiet li ma kontx kapaċi nissostanzja.", "Jien ma nafx kif dawn l-affarijiet jingħadu minn xi ħadd li ġej minn partit li seraq il-voti tal-poplu bil-wegħdiet tal-Lm100 miljun u li ma kien bl-ebda mod kapaċi jissostanzja dawn l-affarijiet.", "Sal-lum jien għadni qed nistenna nies bħall-Onor.", "Gonzi li jqumu u jagħmlu tajjeb għall-gideb ta' sħabhom - ħalliha li kien Dr. Gonzi stess li qal li mill- għada jkollna serħan tal-moħħ, imma għalinqas dik hija opinjoni personali, m'hijiex statement oġġettiv li se jkollna Lm100 miljun ...", "Ara fuq dawk il-Lm100 miljun l-Onor.", "Gonzi qatt ma qam jispjega x'ġara għax l- ispjegazzjonijiet mingħand ħaddieħor jistennihom.", "Issa jien raġel biżżejjed biex hawnhekk inqum u nispjega dak li għedt jien, pero' nistenna wkoll li f'aġġornament ieħor l-Onor.", "Gonzi jqum u jispjega lill-poplu għaliex il-Lm100 miljun li wiegħdu sħabu u l-partit tiegħu - apparti l- affarijiet l-oħra kollha - ma ġewx.", "Issa jekk jużax l-istatistika, jekk jużax il-gideb jew jekk jużax it-tidwir tal-fatti affari tiegħu, imma għallinqas għandu jqum u jagħti spjegazzjoni.", "Sal-lum dan il-pajjiż għadu jistenna x'kienet ir-raġuni li l-aqwa awtoritajiet tal-Partit Nazzjonalista għaddew iż-żmien bil-poplu b'mod li se jibqa' jissemma għall-eternita'.", "Dawn wiegħdu Lm100 miljun meta kienu jafu li dan huwa impossibbli.", "Illum l-Onor.", "Gonzi qiegħed jagħmilha ta' Aġent Prim Ministru u ma jistax igħid li hu ma qalx dawn l-affarijiet.", "Sħabu qaluhom, l-aqwa nies fil-partit qaluhom u dan huwa l-partit li hu qiegħed imexxi u nawguralu li jmexxi aktar 'il quddiem.", "Jien nerġa' ngħid li meta nkun qed nitkellem fuq l-istatistika l-biża' tiegħi tkun li din tiġi f'idejn min ikun irid li akkost ta' kollox ipinġi u jdawwar l-istampa kif jaqbel lilu ħalli l-fatti joħroġhom kif jidhirlu li għandu joħroġhom.", "Nerġa' ngħid bl-akbar responsabilita' li min ma kellux kuxjenza li jigdeb lill-poplu li ġejjin Lm100 miljun, ma tantx naħseb li se jkollu kuxjenza li jaqbad sitt figuri li jkollu bżonn ibiddel biex jimpressjona lill-poplu, speċjalment meta f'dawk id-dipartimenti li minnhom toħroġ din l-informazzjoni jkun hemm nies tal-qalba u kanjolini taċ-ċinga.", "Per eżempju, hawnhekk għadu kemm kellna ċ-chairperson tal-housing li kontinwament tikteb bil-ħdura kontra l-Partit Laburista.", "Din m'għandha l- ebda diċenza li tgħid li fil-kariga tagħha qed tirrappreżenta lill-poplu Malti kollu, imma tibqa' tirremetti l-ħdura tagħha għall-Partit Laburista.", "Jien mhux qed nirriferi biss għal Marisa Micallef Leyson li għadha kemm ħarġet minn hawn, imma anke għal ċerti nies oħra li hemm fl-ETC.", "Per eżempju, huwa żgur li jekk lill-ex-segretarju privat tal-Prim Ministru tgħidlu biex joqgħod rasu 'l isfel għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista, m'għandix dubju li hekk jagħmel għax l-alleanza u l-irbit li hemm huma kbar ħafna.", "Il-poplu m'għandux jinsihom dawn l-affarijiet.", "Jien ma nistax nimmaġina sitwazzjoni fejn Laburist u Nazzjonalist li jkollhom l-istess numru ta' punti u dawn imorru quddiem iċ-chairperson tal-housing authority, mur ara din kif qatt tista' tiddeċiedi favur l-applikant Laburist.", "Fil-fatt jekk taqra x'tikteb Micallef Leyson tinduna x'hemm fl- istonku tagħha u m'għandix dubju li l-oħrajn huma magħżulin bl-istess kejl.", "Mela allura jekk se nara ċerti figuri ħadd ma jlumni li jkolli d-dubji ġustifikati tiegħi li dawn qed jiġu mpittra u wżati għall-iskopijiet u għall-bżonnijiet li jkollu Partit Nazzjonaista.", "Kif bdiet l-istorja kollha?", "L-istorja bdiet għaliex jien u l-Onor.", "Gonzi konna f'dibattitu u jien għedt li hawn xi ħaġa li mhi qed taqbel xejn.", "Kont qed ngħid dan għax il- figuri ta' l-impjiegi li hemm ippubblikati mis-central office of statistics jgħidu mod u dawk li hemm fl-economic survey ta' Jannar/Settembru 1999, li qegħdin f'paġna 50, jgħidu mod ieħor.", "B'mod ġenerali jien kont qed nirriferi għaċ-ċifra tal-gainfully occupied li huma dawk in-nies fiċ-ċivil u mal-privat li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-impjieg regolari tagħhom.", "Kien jidher ċar f'dawn iż-żewġ ċifri li kien hawn tas-snin 1996/1997 u 1998/1999 li dawk li kienu għadhom kemm ġew ippubblikati f'Awissu tas-sena 2000 mill-uffiċċju ta' l-istatistika ma kienu jaqblu xejn ma' dawk li kien hemm ippubblikati fl-economic survey li kienu meħudin mill-ETC.", "Fil-fatt id-differenza kienet ta' 'l fuq minn 2,000 impjieg.", "Din ir-rimarka għamiltha iżda dakinhar il-kollega tiegħi ma rrispondinix.", "Illum naf illi kieku ried jirrispondiha seta' rrispondiha, u hawnhekk qegħda l-malizzja għax dan ma rrispondiex mill-ewwel imma ħalliha ħalli jibqa' jużaha.", "Jekk kienx jaf jew le, għandi d-dubji, imma naħseb li kien jaf x'kienet ir- risposta.", "U meta erġajt semmejtha fil-Kamra - dakinhar kien hawn ukoll l-Onor.", "Josef Bonnici - u tkellimna jien u l-Onor.", "Gonzi fuq dak il-bank ta' hemmhekk, dan qalli li d-differenza kienet li jien kont qed inqabbel iċ- ċifri ta' Diċembru maċ-ċifri ta' Settembru.", "F'qalbi għedt: Imma possibbli li f'dan il-pajjiż in-numru ta' nies impjegati jvarja b'2,000 f'affari ta' tliet xhur?", "Għalhekk mort għamilt il-homework u qgħadt infittex xahar b'xahar iċ-ċifri li kienu qed jirrapportaw l-ETC u s-central office of statistics.", "Hawnhekk sibt xi ħaġa interessanti ħafna.", "Issa wieħed irid jagħti daqsxejn background għal dan kollu.", "L-ETC inħolqot f'Novembru ta' l-1990 u bdiet taħdem flimkien ma' l- economic planning division tal-ministeru tal-finanzi f'April ta' l-1993 biex joħolqu database aktar eżatta ta' kemm hawn impjiegi f'dan il-pajjiż.", "Dan għaliex mas-snin skoprew - ma ninsewx li dan kien taħt amministrazjoni Nazzjonalista, għax dawn kienu ilhom fil-gvern mill-1987 - li kien beda dieħel reporting ħażin u kien qed ikun hemm klassifikazzjoni ħażina ta' min jaħdem, ta' pensjonanti li ma nqatgħux minn fuq ix-xogħol, ta' nies li mietu u baqgħu mdaħħlin fl-istorja kollha, ta' impjegati ma' l-universita' u ta' nies mal-works division li qatt ma ddaħħlu fil-klassifika u ta' kunsilli lokali li n-nies tagħhom mhux riflessi bl-eżatt.", "Dan kollu ġab taħwid fis-sistema tar-rapportaġġ.", "Ma rridux ninsew li qabel ir-records ta' l-impjiegi kienu jiġu miċ-ċentru li kien hemm fis-Swatar, imbagħad meta fl-1992 ħadithom l-ETC din bdiet tipprova ġġib l-informazzjoni f'postha.", "Li ġara kien li aktar tard iċ-ċifri ta' l-impjiegi bdew telgħin ħalli joqgħodu jiftaħru kemm ħolqu mpjiegi u ħalli jimpressjonaw bl-istatistika, u fl-1996, meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni, l-ammont ta' nies reġistrati bħala gainfully employed laħaq il-142,000.", "Meta tlajna fil- gvern aħna, xi nies mill-economic planning bdew jgħidu li minkejja li l- ekonomija kienet qed tidher li qed tirranġa xi ftit, speċjalment fis-settur tat-turiżmu, dan ma kienx qed jaqbel maċ-ċifri li kienu qed jiġu rrapportati fl-istatistika tal-gainfully employed.", "Biex wieħed jagħmel l- eżerċizzju aħjar kellu jgħaddi manwalment madwar 200,000 ktieb tax- xogħol li kienu nħarġu qabel l-1989 plus li kien hemm xi workbooks oħrajn ta' nies li allegatament kienu impjegati fi żmien l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici u 18,000 ktieb tax-xogħol ieħor li għandhom x'jaqsmu ma' l- impjiegi ġewwa Għawdex.", "Din kienet biċċa xogħol tremenda.", "L-aktar ħaġa interessanti kienet li kien hemm il-ħsieb li wieħed jispjega l-fatti għax konna qed naraw l-ekonomija tirranġa, speċjalment fis-settur tat-turiżmu, u l-impjiegi tas-self-employed kienu qegħdin jonqsu.", "Dan kien fattur wieħed li naf li kien hemm xi rimarki fuqu għax xi ħaġa ħażina kien hemm.", "Iċ- ċifra ta' 142,0000 li writtna kienet minfuħa.", "U ġara li meta bdiet għaddejja din ir-riċerka li bdiet fl-1993/1994 min-naħa ta' Gvern Nazzjonalista - probabbilment bil-pressjoni ta' l-economic division, anke huma kienu bdew iħossu li dawn iċ-ċifri ma kenux jagħmlu sens - wasalna fi stat li sa Settembru/Ottubru 1997 ġie miftiehem li tinġibed linja x'imkien ħalli dawn iċ-ċifri jiġu korretti darba għal dejjem għax kien hemm qbil ġenerali li dawn kienu fittizji u ma kenux qed jirriflettu l-verita'.", "Sadanittant iċ-ċifri li baqgħu ħerġin wara Ottubru ta' l-1996 meta tela' gvern Laburista kellhom bilfors jibqgħu jinħadmu fuq iċ-ċifri li kien hemm qabel, tant li sa Diċembru ta' l-istess sena ċ-ċifra bdiet titnaqqar biex tipprova tiġi mnaddfa għal 140,000.", "F'dak l-istadju pero', iċ-ċifra kienet diġa' mhux qed taqbel ħafna ma' dak li kellha f'idejha l-ETC minħabba li ċ- ċifri ġew imnaddfa mill-istorja kollha - għax użaw l-espressjoni cleaned - ġew ippubblikati finalment f'April ta' l-1998.", "Kien hemm qbil ukoll li Settembru ta' l-1997 tiġi meħuda bħala l- baseline li fuqha wieħed jibda jikkalkula minn hemm 'il quddiem.", "Ġara li filwaqt li dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati fl-1997, marru b'lura - għax kien hemm anki l-ftehim li jibqgħu sejrin b'lura ħalli jkomplu jnaddfu, anke possibbilment sa l-1983 - u sabu li wieħed irid jaqta' xejn inqas minn 4000 impjieg.", "Jiġifieri jekk wieħed jara ċ-ċifra ta' Diċembru ta' l-1996, li qabel kienu tawhielna bħala 140,000, wara li l-affarijiet ġew analizzati aħjar, in-numru niżel għal 136,000.", "Dan il-logħob biċ-ċifri bilfors li jkollu effett fuq dak li nibdew ngħidu dwar kemm inħolqu mpjiegi, kemm naqsu mpjiegi, kemm telgħu u kemm żdiedu.", "Meta għandek dan iċ-ċaqliq kollu, ħadd ma jista' jgħidlek eżatt x'ġara u ma ġarax u kemm inħolqu mpjiegi jew ma nħolqux.", "Allura ġara li ċ-ċifra li ħarġet għal Diċembru 1996 kienet bejn wieħed u ieħor 136,000 u dan ifisser differenza ta' iktar minn 4,000 impjieg.", "Meta wieħed ikompli jara x'ġara jsib li baqgħu joħorġu ċ-ċifri sa Settembru ta' l-1997 bis-sistema l-qadima imma skond iċ-ċifri ta' April ta' 1998 dawn ġew riveduti b'lura ħalli wieħed ikun jista' jużahom.", "Fl-economic survey li semmejt hemm ikkwotati ċ-ċifri li kienu diġa' qegħdin jiġu mnaddfa u li suppost qegħdin iktar qrib il-verita' minn dak li kien hemm fiċ-ċifri ppubblikati.", "X'ġara?", "Dawk li kien hemm fl-economic survey ta' Settembru l-1996 - issa se nieħdu dawn iċ-ċifri bħala li suppost huma kemm kemm iktar qrib il-verita' - dawn jitkellmu fuq 138,000 impjieg u ta' Diċembru fuq 136,000.", "Mela nerġa' niġi lura għad-differenza ta' 2,000 li hemm.", "Jekk naraw Settembru ta' l-1997, nitkellmu fuq 138,000 impjieg, pero' f'Diċembru hemm 136,000 impjieg.", "Din hi r-rimarka li għamilt jien.", "U din ir-rimarka kienet ġusta, għax jekk eventwalment naraw l-1998, insibu li f'Settembru kienet 137,000 u f'Diċembru baqgħet 137,000.", "Hawnhekk ma kienx hemm 2,000 differenza, u l-istess ġara fl-1999 meta kien hemm 138,000 f'Settembru u 138,000 f'Diċembru.", "Dan ifisser li l-pattern ta' l-impjiegi f'dan il-pajjiż tbiddel f'daqqa waħda?", "Mela filli jkollok il-ħotob fil-graph u filli tiċċara?", "Għalhekk kelli raġun li nikkummenta fuq dawn iċ-ċifri, u dawn wieħed irid jispjegahom.", "U fl-opinjoni tiegħi l-kollega tiegħi jmissu semmihom mill- ewwel dawn iċ-ċifri u mhux żammha sa dakinhar tal-budget u baqa' jzikni li jien ma nafx il-fatti.", "Il-fatti nafhom u qed nipprova nispjeghom, imma dawn l-affarijiet missu spjegahom hu.", "L-Onor.", "Gonzi staħa jgħid li kienu qed jużaw sistema fejn l-istudenti li jaħdmu fis-sajf kienu qed iżiduhom maċ- ċifra ta' Settembru ħalli juru kemm għandna mpjiegi.", "Dawn l-istudenti jfissru 'l fuq minn 2,000 impjieg u dan jispjega għaliex fl-1998 u fl-1999 m'hemmx dik id-differenza.", "Meta wieħed jinduna li hemm dan it-tbagħbis u dan l-isfukar taċ-ċifri jħoss li din m'hijiex statistika vera.", "Mela l-istudent li jagħmel part-time job matul is-sajf tgħidlu gainfully employed?", "Minn meta dan?", "Imma biex noħolqu ċ-ċifri nagħmluha, u għalhekk il-Partit Laburista f'Settembru ta' l- 1998 qal li dawn huma l-fatti u li mhux se joqgħod jgħabbi rasu dwar kemm jidher u ma jidhirx li qed joħloq jobs.", "X'ġara?", "L-istudent workers li kienu jaħdmu matul is-sajf ma baqgħux jiġu aċċettati f'Lulju, anzi ta' 1998, għax il-gvern Laburista kien serju u qal li mhux se joqgħod jilgħab b'dawn iċ-ċifri.", "Għalhekk f'Lulju ta' l- 1998 neħħejna l-istudenti li kienu jaħdmu fis-sajf miċ-ċifri tal-gainfully employed.", "U għalhekk ġara li l-graph li kienet sejra qisha l-ħotbiet tal- ġemel f'daqqa waħda spjanat u ġiet dritta u ġiet iktar tagħmel sens.", "B'hekk bdejna bil-mod il-mod noqorbu lejn sitwazzjoni fejn nibdew nifhmu iktar x'inhuma l-parametri li bihom trid tikkalkula l-gainfully employed u twarrab dawk il-ħafna affarijiet li jħarbtulek l-istorja kollha.", "U jekk wieħed joqgħod fuq dak li qiegħed jiġi ppubblikat, wieħed isib li anke hawn il-Partit Nazzjonalista gideb, se jkompli jigdeb u jirrepeti l-gideb.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Meta jgħidu li huma ħolqu 4,000 job, minn fejn qed jitilqu?", "Liema ċifri qed jużaw ma nafx.", "Qalu wkoll li fi żmienna ħloqna biss 44 job!", "Jekk kemm-il darba wieħed jagħmel il-kontijiet ta' Ottubru ta' l-1996 meta tlajna fil-gvern - u qed nimxi fuq iċ-ċifri kif imnaddfa u mhux fuq dawk imbagħbsa - u tara x'kien hemm f'Settembru ta' l-1998, jekk inneħħu l-istudenti li tneħħew mill- istatistika għax kien qed ikun hemm distortion ta' l-istatistika...", "Dan ifakkarni fil-blugħat li qegħdin nagħmlu fuq il-parameters ta' l- esportazzjoni, tkabbir ta' investiment u impjiegi, u mhux se nħallu barra l- ST Microelectronics li qed tħarbtilna l-image kollha, dak argument ieħor.", "Dan il-gvern jieħu gost iħalli kollox f'borma waħda ħalli nxommu riħa waħda u jkollna tbaqbiqa waħda.", "Ma ngħidux li għandna nħallu l-ST Microelectronics ħalli naraw bis-serjeta' kif qed niffunzjonaw mingħajrha.", "F'dan il-każ qed ngħid li jekk inneħħu l-istudenti li eventwalment tneħħew mill-istatisitka ta' l-1998, il-gvern Laburista jiġi li ħoloq mhux l-44 impieg li jgħidu n-Nazzjonalisti imma 1,331.", "Jekk nieħu l-economic survey li ġie ppubblikat mal-budget ta' jumejn ilu, f'paġna 45 insibu hekk:", "\"If the student workers are excluded, the gainfully occupied population between September 1997 and September 1998 rose by eight hundred and eleven.\"", "Giddibin!", "Dan huwa ktieb li ppubblikajtu inthom stess!", "Giddibin!", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid fuq il-gidba tagħkom li l-gvern Laburista ħoloq biss 44 job.", "Jien qed ngħid bil-provi li hawn 1,330 skorruti u l-economic survey li ħareġ mill-ministeru tagħkom stess qed igħid li f'sena waħda nħolqu 811 job.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk tridu tmeru l-kotba tagħkom stess għamlu li tridu bejnietkom, ma jimpurtanix!", "Jekk trid tiġġieled ma' l-Onor.", "Dalli, iġġieled minn issa, ma jimpurtax!", "Jien fatti qed ngħid.", "Minn hawn joħroġ ċar li intom kontu qed tbagħbsu ċ- ċifri ta' Settembru b'employment ta' madwar 2,088 student li kienu qegħdin hemmhekk temporanjament u intom dejjem kontu tniżżluhom li dawn qegħdin iżidu ċ-ċifri ta' l-impjieg.", "Meta wieħed jara dan kollu naħseb li jifhem għaliex għamilt rimarka fil- famuż dibattitu - issa sar famuż - bejni u bejn il-kollega tiegħi li dawn iċ-ċifri qegħdin iħawduni.", "Dażgur li jħawduni!", "Jekk hemm kollox imħawwad mhux ovvja!", "Xejn mhu ċar u xejn mhu spjegat.", "Għalija l-ministru dak il- ħin kellu jkun on his toes u jgħid: Stenna dik iċ-ċifra minħabba f'hekk u minħabba f'hekk.", "Jew kien jafha u ma riedx jgħidha, jew ma kienx jaf l- affarijiet tiegħu u ried ikompli jħalli l-oġġett jikber.", "U kieku qalha din jiena ma kontx nagħmel aġġornament imma l-fatt hu li dwar dawn iċ-ċifri qed jitqajmu ħafna mistoqsijiet.", "Meta qegħdin ngħidu li l-gvern qed jiftaħar li ħoloq dawn il-jobs kollha, nista' nispjega kif per eżempju bejn Lulju ta' l-1999 u Lulju 2000 il- hotels and catering establishments, l-iktar settur li jfur fih pajjiżna, ħoloq biss 29 job ġdid.", "Kemm tista' temminhom dawn iċ-ċifri?", "Anke aħna fi żmien meta suppost kien hawn id-dwejjaq u d-dlam u t-theżżiż tas-snien fil- hotels and catering żdiedu 584 jobs, u dan joħroġ mill-istatistika.", "Allura kif f'dan iż-żmien ta' għasel u ħalib għandna żieda ta' 29 job biss?", "Nixtieq li xi darba xi ħadd jgħidilna u jispjegalna dawn iċ-ċifri.", "F'dawn iċ-ċifri ta' eluf li qegħdin insemmu, qegħdin indaħħlu dawk il- part-time instructors li minnhom kien hemm fuq 700?", "Qegħdin indaħħlu lil dawk li kienu mal-gvern bil-karozza impressed?", "Nixtieq li xi ħadd ifehemni kif dawn in-numri kollha qegħdin jiżdiedu u l-ekonomija tibqa' fejn tkun.", "Nixtieq xi ħadd iġib fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' fabbriki li mpjegaw in-nies magħhom u jagħtina kemm impjegaw u kemm għadhom impjegati.", "Dak li nixtieq u qed nitlob minn hawn.", "Qed nistieden lill-Ministru Gonzi jagħmel dan ħalli nkunu nafu kemm huma veri dawn il-figuri li qed titfgħu biex timpressjonaw lill-poplu.", "Sfortunatament - jew fortunatament - jien imħarreġ fix-xjenzi u m'inix avukat, imma nemmen fil-fatti u l-fatti għalija huma li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' fabbriki u lista ta' numru ta' nies li ġew impjegati ma' dawk il-fabbriki ħalli nikkonvinċi ruħi.", "Il-bqija m'inix se nemmen u se nibqa' ngħid li dawn huma affarijiet li mhux qed jiġu riflessi fl-ekonomija tagħna għax ma jistax ikun toħloq dawk il-jobs kollha u ma tarahomx riflessi fil-produzzjoni jew x'imkien.", "Ara meta way back, kif semmejt jien, l-economic planning division ġew ifittxuna u qalulna li hawn daqsxejn upturn fit-turiżmu, allura kif jista' jkun mhux rifless fil-figuri ta' l-impjiegi?", "Dawk in-nies intelliġenti sabu soluzzjoni u rriflettewha fil-figuri tagħhom.", "Allura llum aħna nimpjegaw dawn in-nies kollha ġodda u mhu qed jiġi rifless imkien dan?", "Nemmen li dawn huma l-affarijiet li rridu nitkellmu fuqhom u mhux noqogħdu nziku lil xulxin u ngħidu fuq it-televiżjoni li Dr Vella ma rrispondiex.", "Qed nirrispondi għal nofs siegħa sħiħa hawnhekk.", "Il-fatti qed noħroġhom kif inhuma biex nuri li jien kelli raġun 100% li ngħid li dawn il-figuri ma jagħmlux sens.", "L-ispjegazzjoni ġibtha.", "L-ispjegazzjoni hija li kien hemm xi ħaġa artifiċjali, li huma l-istudenti li qegħdin jagħmlu din id-differenza kollha.", "Illum mhux qed jagħmluha u allura llum meta l- figuri qegħdin jintefħu u nisimgħu l-eluf u l-eluf ta' impjiegi, nawgura minn qalbi li jkunu veri.", "Ara xi ħadd jaħseb li qed jiddispjaċini li jkun hawn l-impjiegi.", "J'Alla jkun hawn l-impjiegi għax kemm l-ekonomija kif ukoll il-pajjiż tagħna lkoll ngħixu komdi meta jkollna l-impjiegi.", "Aħna niddejqu meta jiġu nies qegħda għandna jfittxu x-xogħol.", "Li nixtieq hu li nkunu sinċieri u onesti mal- poplu.", "Meta nsemmu l-figuri għandna nsemmu l-fabbriki u kemm kien hemm minnhom li mpjegaw in-nies u għadhom qegħdin hemmhekk.", "M'għandniex nagħmlu mezz li jkollna lil xi ħadd minn ġewwa jgħinna ħalli nżommu l-figuri kif irridu aħna ħalli nkomplu nidħku bin-nies.", "Probabbilment b'din ir-rata nispiċċaw li se jkun hemm iktar nies impjegati milli hemm popolazzjoni f'Malta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 22 ta' Novembru 2000, fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - KUNTRABANDU", "21066.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' kuntrabandu li ġew rapportati lill-pulizija matul din is-sena?", "X'tip ta' natura ta' kuntrabandu kienu dawn il-każi u kemm huwa n-numru ta' każi li qed jiġu nvestigati u kemm diġa' ttellgħu l-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2000, il- Pulizija kellha 26 rapport dwar kuntrabandu.", "F`sitt każijiet l- investigazzjoni irriżultat fin-negattiv, f`seba` każi inbdew proċeduri quddiem il-Qorti, filwaqt li żewġ każijiet ġew konklużi amministrattivament skond l-artikolu 63 ta` l-Ordinanza tad-Dwana.", "Il-każijiet l-oħra għadhom qed jiġu nvestigati.", "SAĦĦA - PERSUNI MIBGĦUTA BARRA GĦAL KURA", "21067.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ntbagħtu barra għal kura bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' pazjenti li ntbagħtu għal-kura barra minn Malta mill-1/1/00 sa 31/10/00 huwa 223.", "PULIZIJA - KUNTRABANDU", "21068.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' kuntrabandu rapportati lill- pulizija matul l-1999?", "X'tip ta' kuntrabandu kienu dawn il-każi?", "X'passi ttieħdu u qed jittieħdu mill-pulizija dwar dawn il-każi u kemm ittellgħu persuni l-qorti akkużati b'dawn il-każi ta' kuntrabandu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fl-1999, il-Pulizija nvestigat 59 każ li jinvolvi kuntrabandu, li kienu jinkludu fost l-oħrajn apparat elettroniku, għamara, arloġġi, armi u munizjon, deterġenti, sigaretti, spare parts ta` karozzi, xorb, żraben u ħwejjeġ.", "Minn dawn, 22 każ ġew konkużi u tressqu 23 persuna quddiem il-Qorti.", "Każ ieħor ġie konkluż amministrattivament skond l-artikolu 63 ta` l-Ordinanza tad-Dwana.", "Hemm ukoll 16-il każ fejn il-Pulizija ikkonkludiet l-investigazzjoni u ser jinbdew proċeduri quddiem il-Qorti hekk kif il-Pulizija ikollha l-awtorita` sabiex tipproċedi mingħand il-Kontrollur.", "Infurmat ukoll li 18-il każ irriżultaw fin-negattiv filwaqt li 2 każi oħra għadhom qed jiġu nvestigati.", "KOPERATTIVI TAL-BDIEWA/SAJJIEDA/RAĦĦALA", "21069.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani x'sar matul dawn l-aħħar sentejn sabiex il-koperattivi tal-bdiewa, sajjieda u raħħala jkunu aktar aġġornati dwar l-iżvilupp tal-agrituriżmu fil-gżejjer tagħna?", "Min huwa l-konsulent tal-ministeru fuq l-agrituriżmu u kemm ġew organizzati laqgħat mal-bdiewa u s-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom dwar l- agrituriżmu fl-istess perijodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-iktar żvilupp li sar f'dan ir-rigward kienet l- introduzzjoni li għamel il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd fuq il- website bl-indirizz http://agriculture.magnet.mt f'Mejju ta' din is-sena.", "Il-kalendarju tal-attivitajiet ta' l-Agrikoltura kif ukoll dawk tas-Sajd jagħmlu parti integrali ta' dan il-Website li għalih, għandi l-pjaċir ngħid, li l-NGOs kollha kienu mitluba biex jikkontribwixxu.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkolari relevanti li kienet ħarġet.", "SAJJIEDA DILETTANTI - REGOLAMENTI EU", "21070.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20671?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-sajjieda Part Timers huma diġa regolati mil-liġi eżistenti dwar is-sajd.", "Din is-sitwazzjoni ma hix fi ħsieb li tinbidel meta l-Liġi l-ġdida tas-Sajd tiġi in vigore.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li r-regolamenti tas-Sajd ta' pajjiżna għandhom ikollhom standard internazzjonali bħal dak Ewropej, u dan iżjed w'iżjed meta kullħadd jagħraf li din l-industrija trid tkompli tinbena fuq pedamenti sodi kemm il-darba rridu li l-istess industrija tibqa sostenibbli.", "MAJJALI", "21071.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20641 abbażi ta' l-artiklu li huwa rrifera għalih matul il-ħin tal-mistoqsijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza il-parti tad-domanda tiegħu dwar prezzijiet lill-Ministru kkonċernat.", "Dwar il-provvista tal-majjal frisk, niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant għad-diversi tweġibiet li diġa tajtu fuq din il-materja.", "Pero' nfakkar li l-provista u d-domanda ta' kwalunkwe prodott huma marbuta ma xulxin u kull fattur li jinfluwenza waħda ser jolqot lill-oħra.", "Din hi l-liġi fundamentali tas-suq.", "Pero', nerġa' nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li, kif suppost li jaf hu, kulħadd jista jimporta l-majjal u għalhekk mhux il-każ li \"l-KIM ma tħallitx timporta l-majjal\".", "Il-kwistjoni hi dwar l-eżenzjoni tal-levy kif diġa spjegajtlu fir-risposta parlamentari numru 17595.", "Infakkar l-Onor.", "Interpellant li l-levy hija ntiża biex tipproteġi l-interessi u s-suq ta' min irabbi l-majjal lokalment.", "Peress li kien huwn nuqqas ta' provvista lokali, importazzjoni ta' ammonti speċifiċi għall-ipproċessar, b'levy mnaqqsa, kif sar fil-passat, ma hi ta' l-ebda dannu għall-produtturi.", "Għaldaqstant il-Ministeru tiegħi irrikomanda tnaqqis ta' levy fuq ammonti stipulati lil kull proċessur, liema ammonti nħadmu abbażi ta' konsum tagħhom tal-prodott lokali.", "Nispera li l-Onor.", "Interpellant japprezza l- għaqal u l-galbu li wasslu għal soluzzjoni xierqa fl-ispirtu ta' djalogu u konsultazzjoni mal-partijiet kkonċernati.", "QAJJENZA - TOROQ", "21306.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn it-toroq tan-naħa tal- Qajjenza, Birzebbuga, huma sprovisti minn sinjali tat-toroq u dan b'perikolu sew għas-sewwieqa u anke għax-xufiera?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fuq it-toroq tan-naħa tal- Qajjenza B`Buġia li jinkludi sinjali ta` toroq u tabelli, ngħata lid- Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, u x-xogħol mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla.", "B'BUĠIA - TRASPORT PUBBLIKU", "21307.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li r-residenti ta' l-akwati ġewwa l-Qajjenza, B'Buġia, jiġu nklużi fir-rotot tal-karozzi tal-linja?", "Jista' jara li dawn iċ-ċittadini jiġu stmati bħal kumplament taċ- ċittadini?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha tħabbar żviluppi ġodda fil-futur immedjat dwar din it- talba li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant.", "QAJJENZA - DAWL", "21308.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Daqqaqa, Qajjenza, Birżebbuga, tingħata aktar dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "QAJJENZA - TOROQ", "21310.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li t-triq tal- Qajjenza ta' mal-baħar tingħata wiċċ ġdid?", "Jista' jsir railing jew ilqugħ ieħor matul l-istess triq peress illi tinsab fi stat perikoluż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li dan ix-xogħol jaqa' taħt il-proġett tas-South Embellishment, għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "DJAR - DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA", "21315.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega r-raġuni wara d-deċiżjoni tad-direttur tad-dipartiment tat-tiswija u bini tad-djar li tlett kuntratturi partikolari jitħallsu fil-pront ta' xogħolhom filwaqt li l-kumplament tal-kuntratturi, konsulenti u xi mpjegati mad-dipartiment ma humiex se jitħallsu qabel Jannar 2001?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiddispjaċini ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li għandu hija żbaljata.", "Waqt li hu minnu li matul is-sena 2000 tant sar xogħol mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li kontijiet li daħlu dax-xahar ser jkollhom jitħallsu f'Jannar 2001, dan qiegħed isir across the board u mingħajr distinzjoni.", "Fil-fatt sal-ġimgħa l-oħra kienu għaddejjin il-pagamenti regolarment u minn issa sa Diċembru li ġej, jistgħu jgħaddu biss pagamenti fuq kontijiet żgħar.", "Dan japplika għall-kuntratturi kollha u ma nafx minn fejn l-Onor.", "Interpellant ġab l- informazzjoni li 'tliet kuntratturi partikolari jitħallsu fil-pront'.", "Id- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu fama tajba li jħallas lill- kuntratturi kollha fil-pront.", "Terġa' d-Dipartiment m'għandux konsulenti u għalhekk ma jistax ikun li dawn mhux ser jitħallsu qabel Jannar ta' l-2001.", "Fl-istess ħin, il-ħlas lill-impjegati joħroġ minn vot rikorrenti u għalhekk anki f'dan il-qasam, l-informazzjoni li dawn mhux ser jitħallsu qabel Jannar ta' l-2001 hija żbaljata.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - BORDIJIET", "21319.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl- ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u n-nies li jiffurmawhom huma:-", "Board of Governors ITS", "Mr. Albert Muscat Inglott Mr. Anthony Gatt Ms G. Borg Mr. Lino O. Borg Ms R. Borg Mr. Vincent Camilleri Mr. Walter Cassar Mr. Joseph Dimech Mr. Noel Falzon Mr. C. Fsadni Mr. Joseph Micallef Ms Gloria Mizzi Ms Antoinette Naudi Ms Joyce Pullicino Mr. Francis Albani", "Hotels & Catering Establishments Board", "Dr Paul Pullicino Mr. Winston J. Zahra Mr. Vincent Camilleri Ms Theresa Delia Mr. Joseph Gauci Mr. Sammy Rapa Mr. George Schembri Mr. Joe Spiteri Ms Angele Stafrace Mr. Joseph Micallef Mr. Joe Lanzon", "MTA Board Members", "Dr John C. Grech Maj.", "A. Cassar Reynaud Mr. Ian DeCesare Mr. George Micallef Mr. Louis P. Naudi Mr. Victor Borg Mr. Francis Stivala Dr Simon Tortell Mr. Joe Cappello Mr. Joe Preca Mr. K. DeMartino Mr. Winston V. Zahra", "M.T.A. Marketing and Promotion Directorate", "Mr. Winston V. Zahra Mr. Louis Tabone Mr. Martin Rossignaud Mr. Joseph Bondin Mr. Robert Arrigo Mr. Joseph Portelli Mr. George Schembri", "M.T.A. Product Planning & Dev Directorate", "Mr. George Micallef Mr. George Arrigo Mr. Mario Attard Mr. Aldo Borg Mr. Joseph Borg Olivier Mr. Anthony Chircop Mr. Lino Farrugia Mr. Victor Gruppetta Mr. Sammy Mifsud Mr. Brian Mizzi Mr. Charles Yeomans M.T.A. Human Resources & Support Services Directorate", "Mr. Joe Preca Mr. Sammy Rapa Mr. Alfred Magrin Mr. Joseph Diacono Mr. Alex Ellul Mr. Franklin Pulis Mr. Peter J. Lawson Mr. Michael Kamsky Mr. Paul Catania", "F'kull Bord hemm membri magħżula minni kif ukoll oħrajn magħżula mis-settur privat.", "DJAR - DIPARTIMENT TAT-TISWIJA U BINI", "21321.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward tat- tenders li ngħataw mid-dipartiment tat-tiswija u bini tad-djar konsistenti fit-tikħil tal-fil fil-blokki tal-Gvern jekk dan ix-xogħol hux jiġi: (i) eżegwit skond ir-rekwiżiti tat-tenders; (ii) skond is-sengħa u l-arti;(iii) minn min dan ix-xogħol qiegħed jiġi hekk ċertifikat; u (iv) jekk il-policy dwar dawn ix-xogħlijiet hix sempliċement tibjid tal-fili u dan minn meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li:", "i. ix-xogħol ta' tikħil tal-fili tal-blokki tal-Gvern qiegħed isir skond l- ispeċifikazzjonijiet tat-tenders;", "ii. dan ix-xogħol qiegħed isir skond is-sengħa u l-arti;", "iii. dan ix-xogħol qiegħed jiġi ċertifikat minn perit tad-Dipartiment;", "iv. il-policy hi li l-fili miftuħin jew li qiegħdin jinfetħu jimtlew tajjeb u wara l-fili kollha nkluż dawk li għadhom tajbin jitbajdu biex tiġi dehra uniformi.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - BORDIJIET", "21322.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il- bordijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellanta tingħata f`seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-EKONOMIJA - BORDIJIET", "21323.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MINISTERU TA' L-INTERN - BORDIJIET", "21324.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl- ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - BORDIJIET", "21326.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Bordijiet u l- Membri li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma ppublikat fil-Gazzetti tal-Gvern diversi, u cioe' kif segwenti:", "1.", "Loans Commission", "Membri:", "Mr. Serracino Inglott Franco bħala Direttur ta' l-Agrikoltura, Chairman Mr. Tong Joseph Mr. Cremona Joe Mr. Schembri Antoine Mr. Busuttil Charles Dr. Frendo Dimech Donatella Mr. Zahra Emanuel Ms. Baldacchino Rowna - Segretarja", "2.", "Pesticides Advisory Board", "Membri:", "Mr. Farrugia Victor, Chairman Dr. Peplow George Mr. Pizzuto Anton Mr. Schembri Vince Mr. Dandria David Mr. Caruana Dione Mr. Mifsud Ian Mr. Camilleri Ray Ms. DeBono Helen, Segretarja/membru", "3.", "Fisheries Advisory Board", "Membri:", "Dr. Gruppetta Anthony, Chairman Dr. Carabott D'Amato Joseph Mr. Attard Leonard Mr. Galea Ernest Mr. Falzon Publius Mr. Bugeja Carmelo Mr. Abela Joe Mr. Pomroy William Mr. Piscopo Paul Dr. Spiteri Tonio Hon.", "M.P. Galea Pace Victor Mr. Portanier Ivan Mr. Busuttil Charles, Segretarju/membru 4.", "Agricultural Export Marketing Board", "Membri:", "Mr. Laurenti Robert, Chairman Ms. Pace Doris Mr. Gafa` George Mr. Magro John Mr. Busuttil Peter Paul Mr. Busuttil Joseph Mr. Mifsud Raymond Mr. Mifsud Carmel Mr. Sammut Francis Mr. Zahra Winston Mr. Sultana Stephen Mr. Bondin Joseph Mr. Pirotta Joseph, Segretarju/membru", "5.", "Wine Advisory Board", "Membri:", "Mr. Franco Serracino Inglott, Chairman Mr. George E. Carbone, Vice Chairman Mr. Joseph Camilleri Mr. Silvio Camilleri Mr. Tony Cassar Mr. Vincent G. Delicata Mr. Mark Miceli Farrugia Ms. Rita Schembri Dr. George Sciberras Mr. Salvatore Tabone Mr. Peter Vella Mr. Charles D'Alfonso, Segretarju", "6.", "School Arbor Committee", "Membri:", "Mr. Anthony Meli, Chairman Mr. Ronald Bowman Mr. Eman Calleja Mr. George Fenech Ms. Josephine Saliba Ms. Marica Gatt, Segretarja", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - BORDIJIET", "21328.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha bl- ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill­Onoveroli Interpellant hija mogħtija fil­lista annessa.", "Adult Training Centre Board", "Paul Zammit Claire Camilleri John Camilleri Michael Bajada Josephine Farrugia Agnes Galea Curmi Rev Emanuel Curmi", "Elderly Day Centre - Management Board", "Joyce Dimech Claire Camilleri Paul Buttigieg Mario Camilleri Rev Emanuel Curmi Paul Zammit", "Kunsill Tal-Kultura", "Mons Lawrenz Sciberras Noel Formosa Joe Camilleri Joe Cini Charles Zammit Charles Bezzina Eucharist Camilleri John Cremona Carmel Grech Saviour Grech Anthony Mizzi Rosabelle Pavia Kevin Sciberras", "Kumitat Festi Nazzjonali U Popolari", "Vincent Grech Dr Aaron Attard Hili Paul Zahra Charles Zammit Josephine Azzopardi George Borg Joe Cini Stephen Mercieca Joseph Muscat Dr Michael Refalo Charles Said Joe M Attard", "I.T.S. Management Committee", "Kevin Sciberras Raymond C Xerri Edwin Borg Ludgard Gatt George Borg Marcell Bonnici Joe Mifsud Joe Muscat", "Kunsill Generali Tas-Sahha F'Ghawdex", "Prof Maurice N Cauchi Paul Buttigieg Emanuel Grech Dr Teddy George Farrugia MD Dr Salvino Galea MD Dr Patrick Sciberras MD Saviour Sciberras Carmen Grech Louis Attard Atanasio Degiorgio Joe Xuereb", "Gozo Sports Board", "Joe Bajada Mario Zammit Carmel Theuma Paul Galea Joseph Grech Lawrence Muscat Mark Cini Joe Xuereb M'Angela Attard Joseph Attard Dr Christopher Said Anthony Camilleri Raymond Gauci Mario Saliba Victor Attard Amand Veranneman William Portelli Dr Marlin Vella", "Kumitat Għat-titjib ta' l-ambjent f'Għawdex", "Is-Sur Paul Camilleri, Chairman", "Is-Sur Joe Abela, Viċi- Chairman", "Is-Sur John B. Camilleri, Sezzjoni tal-Afforestazzjoni u Gonna Pubblici", "Is-Sur Ġorġ Borġ Is-Sur Carmel Portelli, Fergha tal-Agrikoltura", "Is-Sur Eucharist Mizzi, Sezzjoni tal-Indafa Pubblika", "Is-Sur Paul Lanzon, Construction and Maintenance Unit", "Is-Sur Anthony Zammit, Segretarju", "Is-Sur Mario Camilleri, Rapprezentant tal-Kunsilli Lokali", "Waste Management Committee", "Is-Sur Eucharist Mizzi, Chairman", "Is-Sur Victor Scicluna, Fergha tax-Xoghlijiet", "Is-Sur Anthony Zammit, Segretarju", "Perit Raphael Axiak, Planning Authority", "Is-Sur Kevin Mercieca, Planning Authority Supt.", "J. Valletta, Korp tal-Pulizija", "Is-Sur Saviour Vella, Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma", "Is-Sur Joe Sammut, Dipartiment ghall-Harsien tal-Ambjent", "Is-Sur Tony Portelli, Waste Management Strategy Implementation Dept.", "Is-Sur Joseph Borg, Ufficcju tas-Sanita'", "Is-Sur Anthony Attard, Rapprezentant tal-Kunsilli Lokali", "Road Works Coordinating Committee", "Is-Sur Joseph Caruana, Chairman", "Is-Sur Victor Scicluna, Fergha tax-Xoghlijiet", "Is-Sur Anthony Debono, Fergha tax-Xoghlijiet", "Eng.", "Saviour Debrincat, Maltacom", "Is-Sur Saviour Vella, Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma", "Eng.", "Joseph Bajada, Sezzjoni tad-Drenagg", "Eng.", "Josephine V Grech, Korporazzjoni Enemalta", "Is-Sur Saviour Gatt, Dipartiment ghall-Progetti u Zvilupp", "Supt.", "J. Valletta, Korp tal-Pulizija", "Is-Sur Silvio Zammit, Awtorita' tat-Trasport Pubbliku", "Marie Louise Bajada, Segretarja", "Gozo Agricultural, Industrial And Cultural Society", "Is-Sur Frans Mercieca President Is-Sur Carmel Portelli Segretarju Is-Sur Godwin Vella Tezorier Is-Sur M'Angelo Camilleri Assistant Tezorier Is-Sur Saviour Gatt Is-Sur Francis Saliba Is-Sinjura Josephine Azzopardi Is-Sur Joseph Cremona Is-Sur Joseph Abela Is-Sur Joseph Cini", "Meals On Wheels Management Committee", "Claire Camilleri Joyce Dimech John B Pace Horace Mercieca"]} {"filename": "20021126_820d_par.doc", "date": "2002-11-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 820 It-Tlieta, 26 ta' Novembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 820", "It-Tlieta, 26 ta' Novembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "820", "It-Tlieta, 26 ta' Novembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 903", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 903", "TQEGĦID TA' KARTI 908", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA", "GĦAS-SENA 2002 – 2003 - KONTINWAZZJONI 909", "AĠĠORNAMENT 931", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 935", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 819 li saret fis-26 ta' Novembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI - ENFORCEMENT", "36452.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 36113, jista' il-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-ħruġ ta' kull kunsill lokali għas-sistema ta' l-infurzar mit-twaqqif tagħha sal- lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 36452, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "INTERNET/E-MAIL", "36567.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' dawk il-persuni 'l fuq minn 40 sena li applikaw sabiex jitgħallmu l- internet u l-e-mail fl-isfond ta' l-iskema li għadu kemm ħabbar u nieda l- ministeru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): In- numru ta` persuni 'l fuq minn 40 sena li applikaw sabiex jitgħallmu l- internet u l-e-mail bħala parti minn skema li għadu kif nieda l-ministeru tiegħi, hu ta' 5112.", "Dan huwa 55.25% ta` dawk kollha li applikaw.", "SKEJJEL – RAPPORTI TA' BULLYING", "35976.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' bullying fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li din is-sena skolastika s'issa waslu tliet rapporti għand id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, iżda wieħed kien dwar bullying li sar is-sena l-oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' il-Ministru jgħid jekk dawk it-tfal ħatja ta' bullying ingħatatilhomx l-għajnuna, kif ingħatajna x'nifhmu s- sena l-oħra?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, wieħed mill-oqsma li aħna tajna ħafna kasu tul din il-leġislatura huwa l-bullying.", "Fil-fatt, wara li saret diskussjoni bejn kulmin hu involut u fassalna gwida ċara ta' kif wieħed għandu jittratta każi bħal dawn, ġie disseminat dokument fl-iskejjel kollha ta' l-istat, tal-privat u tal-knisja għal dan il-għan.", "Saru wkoll laqgħat ma' l-għalliema u mal-kapijiet ta' l-iskejjel biex jiġi assigurat li dawn ikunu sensittivi għal din il-problema u jkollhom ċar f'moħħhom kif għandhom jaffaċċjawha.", "Fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hemm struttura ċentrali li x-xogħolha hu li jimmoniterja dan il-fenomenu, jara l-każi li jkunu seħħu, jara x'passi jkunu qed jieħdu l-iskejjel u jagħti l-appoġġ tiegħu f'kull każ fejn tinqala' din il-problema.", "Huwa fatt li dan is-settur qiegħed jiżviluppa u allura jrid aktar għajnuna u aktar riżorsi, pero' jidhirli li s- sitwazzjoni qed tiġi ttrattata b'mod effettiv u b'mod professjonali.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ġenituri tat-tfal involuti jiġux approached minn dawn il-persuni li qegħdin jieħdu ħsieb din il-problema?", "Jista' jgħid ukoll jekk it-tfal li jiġu bullied ikollhomx bżonn ta' xi attenzjoni partikolari minħabba l-effett li dan jista' jġib fuqhom, speċjalment jekk ikunu esperjenzaw dan il-fenomenu għal aktar minn darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-fenomenu tal-bullying f'kull każ qed jiġi ttrattat b'mod multi-dixxiplinari u allura jiġu involuti wkoll il-ġenituri, sew tal- vittma kif ukoll ta' l-aggressur.", "Għalkemm kull każ jibqa' fi ħdan id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni, hemm każi fejn id-diviżjoni fi ħdan l-iskola tapplika ċerta terapija permezz ta' social workers u f'ċerti każi anke ta' psikologi, ħalli wieħed jifhem aktar x'tista' tkun l-għerq tal-problema.", "Jekk ikun hemm indikazzjoni ta' problemi soċjali oħrajn, dawn il-każi anke jiġu riferuti lill-aġenzija Appoġġ u oħrajn.", "Nista' ngħid li t-teamwork huwa tajjeb ħafna, in-nies involuti huma mpenjati fil-ħidma tagħhom u aktar iqisuha bħala missjoni milli bħala xogħol.", "Jiena nħoss li għalkemm din il-problema minn dejjem kienet teżisti, f'dawn l-aħħar żmenijiet sirna aktar konxji tagħha u daħlet aktar awareness dwarha fl-iskejjel.", "Għalhekk irridu nippreparaw u nedukaw lill-istudenti biex kemm jista' jkun ikollna azzjoni ta' prevenzjoni f'dan il-kamp.", "Illum is- suġġett ta' personal and social development mhux biss daħal fl-iskejjel kollha tas-sekondarja – sa sentejn ilu ma kienx – imma bdejnieh ukoll fl- iskejjel primarji.", "Jiena nemmen li ladarba dan is-suġġett qed jiġi magħġun f'dan il-livell, se jkollu effett aktar pożittiv kemm fuq l-attidudni u l- atteġġjament tat-tfal kif ukoll ta' kulmin jaħdem f'dan il-kamp.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, il-bieraħ il-ministru tal-finanzi ħabbar miżura oħra tal-budget fejn it-tagħlim tal-mużika u l-ballet se jiġi eżentat mill-VAT.", "Jista' il-Ministru jgħid kif din se tolqot il-qasam tal- kultura?", "Ma jaħsibx li dan jikkontrasta sew ma' dak li qalu diversi drabi l-ħabbara tal-bxara l-ħażina li meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, il- VAT se tidħol ukoll fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-kultura?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li dan hu pass fid-direzzjoni t-tajba u ġie apprezzat ħafna minn eluf ta' familji u minn diversi skejjel u għalliema involuti f'dan il-qasam.", "Il-ballet u l-mużika huma żewġt oqsma li jiġbdu ħafna u ħafna tfal u għandhom sehem importanti fl-arti performattiva ta' pajjiżna.", "Fil-fatt il-mużika ilha ħafna popolari f'pajjiżna u l-ballet wkoll ħa spinta qawwija 'il quddiem fl-aħħar żmenijiet.", "Il-ġid li jsir fit- tfal meta dawn jiġu esposti għat-tagħlim ta' dawn iż-żewġt oqsma huwa enormi, kemm f'dak li huwa żvilupp fil-karattru kif ukoll fl-iżvilupp tal- personalita' tagħhom.", "Huwa għal dan il-għan li l-għaqdiet konċernati f'dawn iż-żewġt oqsma kienu ilhom jindikaw li l-VAT fuq dan it-tip ta' servizz kien qiegħed joħloq mhux tant disinċentiv għan-numru ta' studenti - għax b'xi mod jew ieħor dan baqa' l-istess, anzi pjuttost baqgħu jiżdiedu – imma a skapitu ta' familji li kienu qegħdin iżidu fil-piż biex lit-tfal tagħhom jagħtuhom dawn l- opportunitajiet.", "Għaldaqstant, il-miżura li ħabbar il-Ministru Dalli l- bieraħ ġiet apprezzata u se nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex inkomplu nappoġġaw dawn iż-żewġ setturi hekk importanti fil-kamp tal-kultura.", "Naturalment min jaħseb li l-Unjoni Ewropea hija ta' xi disinċentiv f'dan il-kamp, għadu qed jgħix f'dinja li ma teżistix għax il-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea huma proprju l-benniena tal-kultura, il-benniena tal-mużika u l-benniena tal-friegħi differenti ta' l-arti.", "Jien m'għandix dubju li b'Malta bi dritt fl-Unjoni Ewropea, se jkollna spazju li huwa ħafna akbar, se jkollna ħafna aktar opportunitajiet ta' skambji u nkunu nistgħu nassoċjaw rwieħna ma' skejjel, ma teatri u ma' kumpanniji, b'ħafna aktar faċilita' u b'ħafna inqas spejjeż milli kellna sal-lum.", "GZIRA - MANOEL STREET", "36514.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jiċċaqlaq il-parking space għat-trakkijiet minn fejn qiegħed bħalissa, jiġifieri minn Manoel Street fil-Gzira, maġenb il-Marshall Court, peress li qed isir ħafna storbju kmieni filgħodu taħt it-twieqi tar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma nstab l-ebda' dokument fejn id- direttorat għall-maniġġ tat-traffiku approva xi parking space bħala loading jew unloading bay fit-triq imsemmija.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-bieraħ fil-budget il-ministru tal-finanzi mhux biss ta ħarsa lejn in-numru ta' toroq li saru f'dawn l-aħħar snin u kemm intefaq fuqhom, imma qal ukoll li se jiġu ivvotati aktar flus għalihom.", "Jista' il-Ministru jgħid fil-qosor x'inhu l-programm tal-gvern biex ikompli jirranġa u jibni aktar toroq ġodda f'Malta u Għawdex?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, dak li għadu kif qal l-Onor.", "Galea huwa minnu għax f'dawn l-aħħar snin ġew ivvotati l-akbar ammonti speċifikament għat-toroq.", "Jien kemm-il darba għedt li wieħed jista' jaqsam il-programm ta' xogħol marbut mat-toroq fuq tliet binarji differenti.", "Wieħed minn dawn huwa dak li għandu x'jaqsam ma' toroq arterjali.", "Fil-fatt il-gvern beħsiebu jkompli dawk it-toroq arterjali li diġa' nbeda x-xogħol fuqhom u toroq arterjali oħrajn li fuqhom ix-xogħol għad irid isir.", "Waħda minn dawn it-toroq hija dik li hemm ħdejn ir-roundabout magħrufa bħala tal-Qlejgħa, li min-naħa twasslek għal taħt ir-Rabat u min-naħa l- oħra twasslek għall-Ħemsija u tibqa' sejra għal ħdejn l-isptar Monte Carmeli, fejn sar ix-xogħol li lkoll nafu dwaru.", "Imbagħad hemm it-triq li minn ħdejn l-istess roundabout tagħti għal Ħaż-Żebbuġ u tibqa' sejra għal Mdina Road Ħal Qormi, fejn diġa' tlesta xi xogħol.", "Irid isir ukoll xogħol fid-direzzjoni l-oħra li minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għas- Siġġiewi.", "Waħda minn dawn it-toroq kien hemm kontroversji fuqha u ssemmiet diversi drabi f'dan il-parlament.", "Minbarra dan irid jitkompla x-xogħol fit- triq ta' Ħal Far fid-direzzjoni lejn il-freeport u ammont ta' xogħol ieħor fit-triq li minn ħdejn l-airport twasslek għaż-Żurrieq, għal Ħal Kirkop, għall-Imqabba u postijiet oħra fl-istess inħawi.", "Dak għar-rigward ta' xogħol arterjali.", "Fir-rigward ta' xogħol ieħor aktar ta' natura lokali, il-programm irid jitkompla f'diversi lokalitajiet għax minkejja l-ammont ta' toroq li saru, għad fadal ammont ta' toroq oħra li għadhom ma sarux.", "Hu mistenni li matul is-sena li ġejja, madwar 100 triq oħra f'diversi lokalitajiet ikunu lesti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ftit tal-ġranet ilu nnotajt li hemm diversion biex tasal għall-universita'.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol għandux x'jaqsam mal-bini ta' toroq għall-isptar il-ġdid u x'inhu jsir eżattament?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel riferenza għad-diversion li hemm inti u ġej min-naħa tal-Marsa u tkun trid tidħol lejn l-universita'.", "Hemmhekk preżentement għaddej proġett fuq kumpless ta' toroq u affarijiet oħra li qegħdin isiru fl-inħawi ta' l-isptar il-ġdid u fl-inħawi ta' l-universita'.", "Il-valur ta' dan il-proġett hu stmat li se jiġi jiswa' madwar Lm1.4 miljun u se jbiddel il-mod ta' kif wieħed jidħol lejn l-universita'.", "Barra minn hekk se ssir junction oħra li tibda mill- industrial area ta' San Gwann li sservi biex tgħaqqad mal-bypass ta' Birkirkara.", "Fil-fatt parti minn dan ix-xogħol, fuq in-naħa ta' San Gwann industrial estate, qiegħed fi stadju avvanzat.", "Sar ammont ta' xogħol ieħor in-naħa ta' l-universita' - fejn qed isemmi l- Onor. Interpellant – u huwa mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin jibda jinqata' il-blat mit-triq eżistenti biex hemmhekk tkun tista' tiġi fformata mina minn fejn ikun jista' jgħaddi aċċess kbir ta' traffiku, speċjalment meta l-isptar il-ġdid ikun miftuħ.", "Dan il-kumpless ta' toroq qed isir b'mod li jiffaċilita' il-passaġġ ta' karozzi li jgħaddu mill-inħawi u fl- istess ħin iservi ta' aċċess aħjar għall-isptar kif ukoll għall- universita'.", "PENSJONI", "36515.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament hijiex qed tieħu pensjoni ġusta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċ Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet informata bil-każ tagħha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-bieraħ il-ministru tal-finanzi ħabbar miżura oħra fejn l-assistenti soċjali każwali se jibdew jitqiesu bħala part-time u mhux aktar bħala self-employed.", "Jista' il-Ministru jgħid kif din se taffettwahom f'termini ta' kondizzjonijiet, ta' finanzi u ħlas ta' bolli?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-bidunett ta' din il-leġislatura, il-gvern kellu iddikjarat bħala target li jsolvi l-pożizzjoni tal-ħaddiema awżiljari - xi ħaġa li għamilna fl-ewwel sena tal-leġislatura – u jindirizza l-qasam tal-ħaddiema impressed sabiex jagħtihom id-drittijiet li jixirqu lil dawn il-ħaddiema.", "Il-ħsieb kien li dawn ma jibqgħux bis-sistema l-antika fejn il-vettura tagħhom kienet impressed mingħajr l-ebda dritt ta' xejn.", "Din il- miżura ġiet implimentata matul is-sena li għaddiet.", "Kif diġa' għedt, il-gvern kellu l-ħsieb li jdawwar il-kondizzjonijiet ta' dawk il-ħaddiema li jaħdmu ma' l-anzjani fuq bażi każwali minn sitwazzjoni ta' ħaddiema self-employed għal sitwazzjoni ta' ħaddiema part-time mal- gvern.", "Fil-fatt il-bieraħ tħabbret id-deċiżjoni li l-gvern jimplimenta din il-miżura.", "Din tfisser li minn Jannar li ġej, dawn il-casual social assistants m'humiex se jħallsu aktar il-bolla ta' self-employed imma jħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom bħala ħaddiema part-time.", "Dan ifisser ukoll li huma se jiġu ntitolati pro-rata għas-sigħat tax-xogħol li huma jaħdmu u għall-benefiċċji bħala sick-leave, leave u l-benefiċċji kollha li huma mogħtija bil-liġi lil kulmin huwa part-time.", "Irrid nenfasizza li din il-miżura se tfisser żieda fl-ispiża rikorrenti tal-gvern u li prattikament titla' għal kważi Lm300,000, pero' se tirrikonoxxi d-drittijiet ta' dawn il- ħaddiema li jaqdu funzjoni li aħna nikkonsidrawha tajba ħafna.", "Naturalment fl-eżerċizzju li qed nagħtu dawn id-drittijiet, se nippruvaw ukoll intejbu s-servizz li jingħata lill-anzjani.", "Allura l-iskop ta' dan l- eżerċizzju m'huwiex biss li nagħtu kondizzjonijiet tax-xogħol li jkun jixraq lil dawn il-ħaddiema kif konna mpenjati li nagħmlu, imma anke biex l- istess eżerċizzju jservi għal titjib fil-kwalita' ta' servizz li jingħata lill-anzjani.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-bieraħ il-ministru tal-finanzi semma' wkoll li se tingħata għajnuna finanzjarja lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal taħt it- tliet snin li jattendu ċ-child daycare centres.", "Jista' il-Ministru jgħid kif din il-miżura, se tkun qed tgħin biex aktar nisa joħorġu jaħdmu?", "Barra minn hekk, meta l-gvern jiġi biex jara kif se titħaddem din l- iskema, jista' jara li apparti nisa, jiġu kkonsidrati wkoll missirijiet li jkollhom tfal taħt it-tliet snin u li jkunu disposti jibagħtu lil uliedhom f'child daycare centre?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, l-analisi kollha li saret min-naħa tal-gvern tas-settur ta' l-impjiegi u tal-mod kif is-suq tax-xogħol huwa magħmul, konsistentement tul numru ta' snin indikat illi r-rata ta' parteċipazzjoni li pajjiżna għandu, sija għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, tista' u għandha tiżdied, anzi tindika bl-aktar mod ċar li meta mqabbel ma' pajjiżi oħrajn, pajjiżna għadu lura f'dak li għandu x'jaqsam mar-rata ta' parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol.", "Naturalment dan il-gvern iżewweġ dan il- prinċipju mal-prinċipju tad-dmirijiet li mara jew raġel għandhom versu l- familja tagħhom.", "U allura l-ħin kollu nagħmlu eżerċizzju li bis-saħħa tiegħu nippruvaw infasslu politika illi tgħin il-parteċipazzjoni tar-raġel u tal-mara fid-dinja tax-xogħol, pero' fl-istess ħin tgħinhom ukoll jerfgħu r-responsabbiltajiet li ġġib magħha l-familja.", "Il-liġi tax-xogħol li għaddejna din is-sena minn dan il-parlament, kienet pass importanti 'l quddiem li bis-saħħa tagħha ġew introdotti diversi miżuri li aħna nsejħulhom family-friendly, imma l-analisi u l-istudji li saru ma' esperti mill-Unjoni Ewropea - inkluż ukoll ir-rapport li jiena ffirmajt mal-kummissarju responsabbli mill-qasam tal-politika soċjali fl- Unjoni Ewropea, Diamantopoulou - jgħidu li f'Malta jkun tajjeb jekk nieħdu inizjattivi li jappoġġaw iżjed lin-nisa li huma ommijiet, li għandhom trabi ta' etajiet żgħar u li jagħżlu bil-liberta' kollha tagħhom li jidħlu fid- dinja tax-xogħol.", "Pajjiżna diġa' jipprovdi servizz lil ommijiet u missirijiet għal tfal li għandhom tliet snin jew iżjed għax joffri kindergarten service b'xejn, pero' sal-lum ma jipprovdi ebda għajnuna ta' xejn lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal taħt it-tliet snin.", "Kif nafu, f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin żviluppaw child daycare centres fil-privat u anke fis-settur pubbliku li jipprovdu servizz għal tfal bejn id-data tat-twelid u trabi ta' sentejn, pero' sal-lum il-gvern ma jipprovdi l-ebda għajnuna.", "Il-miżura li ġiet imħabbra l-bieraħ tgħin lil dawn l-ommijiet, partikolarment biex intaffulhom parti mill-ispejjeż li huma jistgħu jkunu qegħdin jidħlu fihom jekk iħallu trabi sa l-eta' ta' sentejn f'child daycare centre, pero' hija mfassla b'mod li tista' tiġi indirizzata wkoll lil missirijiet.", "Tant hu hekk li d-diskors tal-budget mill-ministru tal-finanzi jsemmi li din il- miżura hija favur il-ġenituri.", "Id-dettalji ta' din l-iskema nkunu nistgħu nħabbruhom aktar tard fil- kuntest ukoll ta' inizjattiva - li msemmija fid-diskors tal-budget ukoll - li rridu nilliċenzjaw id-daycare centres biex naċċertaw rwieħna li dawn jipprovdu servizz ta' standard u ta' kwalita' li dan il-gvern jistenna minn pajjiż modern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Report and financial statements ta' l-awtorita' tax-xandir għas-sena 2001 u estimi tad-dħul u nfiq ta' l-istess awtorita' għas-sena 2003; u", "Tagħrif dwar karozzi mixtrija mill-OPM u minn dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37137.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 339 ta' l-2002 – air navigation (amendment) order, 2002;", "Avviż Legali Nru 340 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti ta' l-2002 li jissostitwixxu l-ewwel skeda li tinsab ma' l- Att dwar il-Bastimenti Merkantili; u", "Avviż Legali 341 ta' l-2002 – merchant shipping (fees) (amendment) regulations, 2002.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 342 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp (ikklampjar u tneħħija ta' oġġetti użati għal żvilupp illegali);", "Avviż Legali 343 ta' l-2002 – ordni ta' l-2002 li temenda l-ordni ta' l-2002 dwar in-notifikazzjoni dwar żvilupp; u", "Tabella li turi l-ħlas li sar bejn l-1 ta' Jannar u Novembru 2002 mill- pulizija lill-Air Malta għall-ġarr ta' immigranti illegali lejn pajjiżhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 36554.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA 2002 – 2003 - KONTINWAZZJONI", "Ikompli mis-26 ta' Novembru, 2002.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li l-gvern ħa 58 minuta u l-oppożizzjoni ħadet 85 minuta.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sur President, inħossni nonqos jekk ma nagħtix il-kontribut tiegħi, żgħir kemm hu żgħir, kull darba jkun hawn l-estimi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Irrid nibda biex nirreferi għal dak li kiteb iċ-chairman preżenti tal-water services corporation, il-Perit Michael Falzon fl-annual report fl- istatement taċ-chairman, fejn qed jgħid li:", "\"The corporation's long term aims are still the reduction of costs while improving the services to its customers.\".", "Hawnhekk qed jgħid li l-għan aħħari tal-korporazzjoni huwa li gradwalment, permezz ta' diversi proġetti tkompli tnaqqas l-ispiża tal-produzzjoni ta' l- ilma b'mod li l-konsumatur xorta jkun moqdi bi provvista bnina, bi provvista ta' kwalita` bi provvista adegwata ta' ilma.", "Dan għandu jsir b'mod li ma jħallix impatt negattiv fuq l-ambjent.", "F'dan kollu jiena nabel miegħu perfettament.", "Irrid infakkar li meta twaqqfet il-water services corporation għaxar snin ilu, il-ħsieb kien li din tkun mibnija fuq tliet pilastri.", "L-ewwel pilastru huwa l-qasam tal-potable water, jiġifieri l-ilma tax-xorb, it- tieni pilastru l-qasam tar-run off water jiġifieri dak l-ilma li naraw wara li jkollna xi ħalba xita jgelgel mat-toroq, u t-tielet pilastru huwa l- produzzjoni, il-management kif ukoll it-tisfija ta' l-ilma tad-drenaġġ.", "Il- ħsieb aħħari huwa li jkollna pjan ħolistiku li nieħdu ħsieb is-cycle kollu ta' l-ilma, li tibda meta tibda tqattar ix-xita u tkompli fil-mod kif dak l- ilma tax-xita jsib ruħu fl-aquifer, li minnu jerġa' jittella' biex jiġi provdut għall-konsum uman u għal konsum ta' l-annimali.", "Dan is-cycle jinkludi wkoll il-ġbir b'mod organizzat ta' l-ilma ta' l-ilma run off li narawh jiġri fit-toroq.", "Jinkludi wkoll l-immaniġġjar tas-sistema kollha tad- drenaġġ kif ukoll dik il-parti tad-drenaġġ likwidu li tiġi treated biex l- ilma li joħroġ minnha jkun jista' jerġa' jiġi użat.", "Tabella Nru. 2 f'paġna 1 tar-rapport anness ma' l-estimi titkellem dwar water quantity u quality.", "Figure 2 jagħti stampa ċara ta' l-istorja ta' l- ilma f'pajjiżna mill-1987 sal-lum.", "Is-settur ta' ilma fl-1986/1987 kien settur fi kriżi.", "Il-management ta' l-istess settur kien management by crisis, u dan wassal għas-sitwazzjoni fejn fis-sajf ta' l-1986 konna ngħixu fi żmien mhux sabiħ minħabba li l-provista ta' l-ilma kient tiġi maqtugħa sistematikament u bi programm ta' qtugħ fil-provvista ta' l-ilma.", "Dawn kienu żmenijiet koroh għal dan is-settur, koroh għal poplu Malti u koroh għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Konna wasalna fi żmenijiet fejn l- amminstrazzjoni ta' dak Iż-żmien fl-1985/1986 kienet waqgħet fl-istat li kellha timporta l-ilma tax-xorb bit-tankers minn barra minn Malta.", "Dan ovvjament ma kienx jiġi importat b'xejn, kien jiswa l-mijiet ta' eluf ta' liri Maltin.", "Dan barra li anke l-importazzjoni rriżultat f'ilma kontaminat.", "Din il-graph turi kif bil-għaqal ta' gvern Nazzjonalista minn sistema ta' management by crisis tas-settur ta' ilma wasalna biex illum għandna provista effiċjenti ta' ilma kif ukoll għandna provvista li hija stabbli u provvista ta' kwalita`.", "Dan seħħ bis-saħħa ta' l-investiment kollu li sar u li kien ta' għexieren ta' miljuni ta' liri Maltin.", "Saħansitra wasalna għal sitwazzjoni fejn minkejja li kellna sentejn prattikament bla xita, jiġifieri konna kważi kważi ngħixu f'semidesert conditions, aħna xorta kellna dik li tissejjaħ l-ispare production capacity fir-reverse osmosis għax kellna u għad għandna dik li jien kont nirreferi għaliha bħala l- ispare wheel fil-produzzjoni.", "Jiġifieri minkejja l-kriżi li kellna fin- nuqqas ta' xita xorta l-poplu kien moqdi bi provista adegwata u ta' kwalita`.", "Irrid infakkru ftit minn fejn tlaqna u x'għamilna.", "Infakkar li wara l-1987 kabbarna r-reverse osmosis ta' Tigne`, bnejna r-reverse osmosis taċ- Ċirkewwa, bnejna r-reverse osmosis ta' Pembroke u għamilna l-upgrading u uprating tar-reverse osmosis ta' Lapsi.", "Barra minn dan kellna l-ħsieb li anke nagħmlu reverse osmosis ieħor fin-naħa tan-nofsinhar, fin-naħa ta' Marsascala, u 'l quddiem ngħid għaliex kellna l-ħsieb li nagħmluh.", "Dan l- investiment kollu wassal biex irdoppjajna l-produzzjoni li kellna fl-1987.", "Fl-1987 kellna produzzjoni ta' madwar 17-il miljun gallun ilma kuljum, li bil-leakages li kellna fil-pajjiż ma kenitx tlaħħaq mad-domanda tal-pajjiż, u din konna tellgħajniha għal madwar 34 miljun gallun ilma kuljum permezz tar-reverse osmoses.", "Dalgħodu kien hawn min qal li gvern soċjalista kien l-ewwel gvern li daħħal is-sistema ta' desalinizzazzjoni ta' l-ilma fil-pajjiż u kien l-ewwel gvern li bena reverse osmosis plant.", "Irrid infakkar li r-reverse technology huwa wieħed mill-mezzi kif tista' saffi l-ilma baħar u tagħmlu ilma tajjeb għax- xorb u bħalu hemm il-mezz l-ieħor ta' distilazzjoni.", "Irrid infakkar li jekk wieħed imur in-naħa ta' Tas-Sliema fejn hemm it-ferry u jibqa' dieħel 'l hemm ġew jara li kien hemm impjant li fih kien hemm distillatur li xogħlu kien li jieħu l-ilma baħar, jgħallih, isaffih u jagħmlu ilma kważi pur u ilma tajjeb għax-xorb.", "Dan id-distillatur għandu iżjed minn 100 sena, u jekk m'inix sejjer żball inbena fl-1888.", "Ovvjament infakkar ukoll li fis- snin1964 u 1966 kien gvern Nazzjonalista wkoll li fil-phase \"B\" tal-Marsa Power Station fis-sistema ta' ġenerazzjoni ta' enerġija elettrika kien inkorpora sistema ta' distillaturi li kienu jipproduċu madwar 4 miljun gallun ilma kuljum.", "Dan qed ngħidu biex kulmin sema' lill-membri ta' l- oppożizzjoni jitkellmu dalgħodu jkun jaf jaf l-istorja eżatt kif kienet.", "F'pajjiżna kellna mezzi li jsaffu l-ilma baħar.", "Kif għedt, kellna l-ewwel wieħed fl-1888 in-naħa ta' Tas-Sliema u fl-1964 gvern Nazzjonalista għamel impjant ieħor fil-Marsa power station imbagħad gvern Laburista, għax it- teknoloġija nbidlet, għamel reverse osmosis plant f'Għar Lapsi u aħna komplejna fuq dak li sibna.", "Dan ma kienx l-investiment kollu li sar f'dan il-qasam.", "Aħna ħsibna biex din il-produzzjoni nkabbruha b'mod li jkollna dik li tissejjaħ spare production capacity ̧ bħal meta f'karozza jkollok l- ispare wheel biex jekk tieħu puncture tibdel ir-rota u tkompli għaddej.", "Per eżempju, kien hawn min qed jaħseb li konna qed nagħmlu iżjed milli suppost pero` ż-żmien tana raġun għax bis-saħħa ta' l-investiment li sar f'dan is-settur bejn l-1987 u l-1994 f'dak li għandu x'jaqsam ma' produzzjoni, matul dawn is-sentejn kellna nixfa kbira u ma kien hawn l-ebda problema ta' nuqqas ta' ilma fil-pajjiż.", "Issa rrid ngħid għalfejn ħsibna għal dan.", "Fil-qasam ta' l-ilma u fil- qasam ta' l-enerġija elettrika ma jridx ikollok il-produzzjoni biss.", "Mal- produzzjoni jrid ikollok sistema tajba ta' distribuzzjoni.", "Issa biex nifhmu aħjar kif l-ilma jitwassal għand il-konsumatur irridu nimmaġinaw qalb ta' bniedem li tippompja d-demm.", "Biex id-demm jasal fil-partijiet kollha tal-ġisem irid igħaddi mill-arterji u mill-vini pero' fil-qasam ta' l-ilma trid il-mains u l-katusi u allura ma jridx ikun hemm leakages.", "Għalhekk biex stajna nkunu nafu kemm hawn leakages u fejn qegħdin kellna bilfors nippressaw is-sistema kollha ta' distribuzzjoni.", "Dan bħal meta jkun hemm kadavru li jekk ikun ilu mejjet ġurnata u tipprova ċċaqilqu ma joħroġx demm minnu.", "L-istess jiġri fil-qasam tad-distribuzzjoni.", "Jekk ikollok il-mains imtaqqbin, u mfarrkin ma tkunx taf fejn għandek il- leakages.", "Għalhekk biex nirranġaw il-provvista fil-pajjiż kellna bilfors nagħmlu proġett kbir fil-qasam tad-distribuzzjoni.", "Fil-fatt sar investiment qawwi ta' għexieren ta' miljuni ta' liri Maltin biex bis-saħħa tiegħu bdilna mijiet ta' kilometri tal-mains prinċipali fil-pajjiż.", "Proġett kbir li għamilna kien il-proġett ta' Qrendi south li kien jaħdem b'main tal-pied u minbarra li ma kienx qed jaqdi l-ħteġijiet ta' dik l-area kien fih ħafna ħsarat.", "Għalhekk ħriġna żewġ mains ta' żewġ piedi l-wieħed u għamilna sistema ta' distribuzzjoni ġdida għan-nofsinhar tal-pajjiż li għandha taqdi l-ħteġijiet kif ipproġettati sas-sena 2025.", "Permezz ta' dawn iż-żewġ mains ġodda ta' żewġ piedi l-wieħed li huma ħerġin min-naħa tal-Qrendi għan-nofsinhar tal-pajjiż bdilna s-sistema ta' distribuzzjoni ta' rħula sħaħ.", "Per eżempju ̧ fiż-Żejtun bdilna 14-il kilometru ta' mains u l-main l-antik ġie rranġat u bdejna nużawh biex l-ilma li ntellgħu mill- boreholes nippumpjawh lura għall-ġibjun tal-Qrendi.", "B'hekk dan l-ilma li jitla' minn taħt l-art bdejna nħalltuh ma' l-ilma li jiġi pproduċut fl- impjant tar-reverses osmosis ta' Għar Lapsi ħalli l-ilma jkun ta' kwalita` aħjar għall-konsum tal-poplu.", "Sur President, irrid ngħid li wara li sibna leakages kbar fuq il-mains prinċipali bdejna nduru għall-irqaqat u saru l-istudji.", "Per eżempju ̧ bdejna niċċekkjaw ir-rate tal-flow ta' l-ilma kif tkun bil-lejl u bdejna nagħmlu l-analiżi.", "Fil-fatt sibna li 80% tal-leakages totali tal-pajjiż kienu qegħdin iseħħu fis-service main li jgħaqqad il-meter tad-dar mal-main tat-triq.", "Dan il-main li jservi wkoll ta' earthing minbarra li jitmermer minħabba kuntatt ma' materjal ieħor kien qed jittaqqab u jissaddad u minnu kien qed ikun hemm il-leakages.", "Għalhekk kellna nagħmlu proġett ieħor li sewa miljuni ta' liri biex bdejna nbiddlu s-service galvanised pipes li kellna fil-pajjiż u minflokhom nagħmlu mains tal- plastic li ma jsaddux.", "B'hekk bdiet titnaqqas il-ħela u l-poplu beda jiffranka.", "Fil-fatt illum nieħu pjaċir meta nħares lejn figura 2 li għandna f'paġna 1 ta' dan ir-rapport u minn hawnhekk nagħti prosit lil kulħadd.", "Ma rridux ninsew li fl-1987 tlaqna mill-figura ta' 17-il miljun gallun ilma kuljum u bqajna telgħin għal 34 miljun gallun ilma kuljum biex inkunu nistgħu naqdu din is-sistema ħażina ta' distribuzzjoni.", "Pero' llum bis-saħħa ta' dan l-investiment kollu wasalna biex bi produzzjoni ta' madwar 21 miljun gallun ilma kuljum qegħdin naqdu domanda akbar milli kellna fl-1987.", "Għalhekk illum is-sistema hija aktar ekonomika u aktar effiċjenti.", "Aħna ma waqafniex hawnhekk.", "Minjaf kemm kienu jgħidulna li 60% ta' l- ilma li joħroġ ̧ jinħela u jisparixxi għax hekk kienu juru l-accounts.", "Pero' l-accounts kienu juru hekk għax kellna meters ta' kafkaf u li ma kenux sensittivi biex jirrekordjaw il-flow ta' l-ilma minn ġo fihom.", "Fattur importanti ieħor biex jagħmlu dawn il-meters iżjed ineffiċjenti kienet il-moda li fuq il-bejt nagħmlu t-tank ħalli jekk jinqata' l-ilma kulħadd ikollu l-ħażna.", "Issa meta għandek tank b'surface area ta' xi għaxar piedi kwadri u xi ħadd, per eżempju, juża l-flushing, ftit wara jerġa' jibda dieħel l-ilma fit-tank.", "Pero' l-flow tant tkun baxxa li l-meters li kellna li kienu ta' kafkaf lanqas kienu jimmarkaw fuq il-meter.", "Għalhekk l-ilma li kien jidħol għand il-konsumatur lanqas kien jimmarka.", "Imbagħad kienu jiġu hawnhekk tan-naħa l-oħra u kienu joqgħodu jgħidulna li aħna nies irresponsabbli għax l- investiment qed jispiċċa fix-xejn u li qed ikun hemm ħafna telf ta' ilma.", "Pero' wara li għamilna analiżi għamilna batteriji sħaħ, il-meters B type u C type li kellna bdilnihom u xtrajna meters d-type.", "Dawn huma meters iżjed sensittivi u prattikament beda jiġi reġistrat l-ilma kollu li jidħol fit-tankijiet.", "Fil-fatt il-figura ta' 60% li kienu jgħidulna li qed tintilef bdiet tiġi identifikata.", "Sur President, sar investiment ieħor li ma tantx nisimgħu dwaru.", "Per eżempju, irrid ngħid li l-korporazzjoni ġiet issettjata fuq linji iżjed moderni u effiċjenti.", "Fost affarijiet oħra għamilna l-institute of water technology li għamel ħafna l-analiżi.", "Fil-fatt dan l-institute huwa magħmul min-nies gradwati li jafu xogħolhom u jien inneħħilhom il-kappell għax dawn jafu fejn iridu jaslu u flimkien man-nies tal-korporazzjoni dawn qed jagħtu r-riżultati.", "Nerġa' ntenni li meta wieħed iħares lejn figure 2 li hemm fir-rapport isib kemm verament il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma miexja 'l quddiem u kemm qed issir iżjed effiċjenti.", "Dan kollu juri li minn sistema li kienet fi kriżi fl-1987 u minn sistema fejn kien ikollna l-provvista ta' l-ilma pprogrammata fil-qtugħ tagħha, illum għall-grazzja ta' Alla ̧ bis-saħħa ta' l-investiment u ta' l-għaqal ta' kulmin ta l-kontribut tiegħu, għandna sistema li qed tagħti provvista ta' ilma fil-kwantita` u fil-kwalita` biex taqdi d-domanda tal-pajjiż.", "Pero' ta' min igħid li xejn ma jiġi mill-ajru.", "Per eżempju, il- korporazzjoni kienet bdiet l-istudju fuq il-kwalita`.", "Tant hu hekk li waħda mill-ewwel boreholes li konna għalaqna kienet dik li hemm wara ċ- ċimiterju tat-Torok, inti u tiela' lejn l-Imgieret.", "Hemmhekk kien sar industrial estate u għax kien hemm min kellu bżonn l-ilma kienu għamlu borehole.", "Issa dik kienet borehole mimlija bil-heavy metals pero' meta tixrob l-ilma mhux se ttiegħem dawn il-heavy metals li jagħmlulek il-cancer u għalhekk konna għalaqniha.", "Nixtieq ngħid ukoll li konna daħħalna ditta Franċiża, il-BRGM ̧ li magħha għamilna analiżi u anke mathematical models ta' l-ilma tal-pjan kollu.", "Ma' dan għamilna l-istudji tan-nitrate flows u għamilna sistema li permezz tagħha nistgħu nimmoniterjaw b'mod konsistenti n-network kollu tad- distribuzzjoni tal-pajjiż.", "Ovvjament dan għamilnih billi saħħaħna grupp ta' detectors u billi pprovdejna lil dawn il-ħaddiema b'apparat aktar modern u aktar sensittiv.", "Biex indaħħlu kuxjenza u neliminaw il-ħela ta' l- ilma konna għamilna water conservation campaign bil-motto \"Kull qatra tgħodd\".", "Sur President, mill-1 ta' Awissu tas-sena 2001 sa l-aħħar ta' Lulju tas- sena 2002, il-pajjiż ikkonsma madwar 34 miljun kubu ta' ilma.", "Irrid ngħid li 53% minnu ġie mir-reverse osmosis - imn'Alla kellna dik l-ispare production - u 47% ġie mill-ilma ta' taħt l-art.", "Fil-fatt min jaqra r- rapport \"water quantity and quality\" u jara ċ-ċifri li hemm f'paġna 1 isib li hemm żball li huwa kkoreġut fl-annual report għax iċ-ċifra ta' Lm19.9 miljun trid tiġi Lm17.9 miljun.", "Dan juri l-għaqal ta' l-investiment fejn ħsibna li jkollna l-ispare production capacity.", "B'dan kollu li qed ngħid ma jfissirx li kollox huwa lest imma għad jonoqs ħafna u ħafna xi jsir.", "Fil-fatt issa rridu nduru u nirfinaw dak li għamilna biex insiru iżjed effiċjenti u nkompli nnaqqsu l-ispiża.", "Per eżempju ̧ huwa mportanti ħafna li niggarantixxu li l-ilma li ntellgħu mill- aquifer ma nikkontaminawhx għax inkella ċ-ċansijiet li nkomplu nippumpjaw minn dan l-ilma jonqsu drastikament.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq kif nistgħu nieħdu ħsieb aktar l-ilma tal- pjan.", "It-target ta' dan il-gvern huwa li b'kollaborazzjoni sħiħa mal- ministeru tal-biedja u sajd jara eżattament x'qed jidħol fl-ilma tal-pjan.", "Għal dan l-iskop id-dipartiment ta' l-agrikoltura qiegħed jaħdem biex ikollna l-għodda leġislattiva ħalli l-aquifer ikun immaniġġjat aħjar.", "Pero` rridu nagħtu ħarsa lejn is-sors prinċipali ta' kif parti mill-aquifer tagħna qed tiġi mimlija bl-ilma tax-xita.", "Sur President ̧ meta tisma' ċerti kollegi min-naħa ta' l-oppożizzjoni jitkellmu tibda taħseb li huma bdew jieħdu ħsieb il-widien f'pajjiżna.", "Iċ- Chadwick Lakes tawh l-isem ta' Wied il-Qlejgħa li huwa magħruf bih f'dik il-lokalita` pero' ħalli npoġġi l-affarijiet in order ħalli kulħadd ikun jaf fuqhiex qed nitkellmu.", "F'pajjiżna għandna tliet widien prinċipali.", "Wieħed minnhom huwa Wied il-Għasel, l-ieħor huwa Wied il-Kbir u l-ieħor huwa Wied is-Sewda.", "Ta' min igħid li l-area taċ-Chadwick Lakes hija parti minn Wied il-Għasel.", "Issa Wied il-Għasel jibda jieħu l- provvista tiegħu min-naħa ta' Ħad-Dingli ̧ jinżel fil-Wied ta' Liemu u fil- Wied ta' Busbies u jibqa' nieżel għal ħdejn il-Fiddien.", "Imbagħad hemmhekk għandek għajn oħra li tiġi mid-direzzjoni tal-Baħrija u mill-area fejn hemm Wied Għomor.", "Hemm imbagħad il-Wied ta' l-Għammieri li jinżel minn Chadwick Lakes, jibqa' sejjer għall-Wied ta' l-Isperanza n- naħa tal-Mosta u mbagħad jibqa' nieżel 'l isfel fejn ikollu provvista oħra ta' l-ilma n-naħa ta' Wied Riħana.", "Għandek imbagħad provvista oħra min- naħa tal-Wied ta' l-Arkata li tibqa' nieżla għal Burmarrad u jispiċċa s- Salini.", "Dan huwa Wied il-Għasel li f'parti minnu hemm iċ-Chadwick Lakes u li dan l-aħħar saru jsejħulu wkoll Wied il-Qlejgħa.", "Sur President, l-area ta' Chadwick Lakes kienet ġiet irranġata madwar 112- il sena ilu, eżattament fl-1890 ̧ minn ċertu inġinier Ingliż Chadwick.", "Fil- fatt dan il-post huwa msemmi għalih.", "Ovvjament l-għan prinċipali tal- proġett kien li l-flow ta' l-ilma fil-widien tiġi managed aħjar b'mod li l-ilma li jinġabar jintuża kemm għat-tisqija kif ukoll għall-użu tal- bnedmin u għall-użu domestiku.", "Dak iż-żmien Chadwick ħa ħsieb li jelimina s-sorsi ta' kontaminazzjoni ta' l-istess ilma fil-wied u qagħad attent meta għamel flow li tista' tiġi min-naħa fejn kien hemm l-irziezet.", "Fil-fatt dik l-area għadha rurali sal-lum aħseb u ara kemm kienet aktar 112-il sena ilu.", "Irrid infakkar ukoll li taħt il-flow taċ-Chadwick Lakes li kien għamel l-inġinier Chadwick kienu nbnew diversi mini jew galleries li minnhom kien jista' jittella' ilma għax-xorb.", "Ġara li fl-1910 kien hemm bżonn li issir il-manutenzjoni ta' l-istess proġett.", "Pero' sfortunatament kultant aħna l-Maltin aħna xi ftit traskurati u dak li ma jkunx mill-għatba 'l ġewwa ma nqisuhx bħala tagħna u nħalluh jintelaq għaliex naħsbu li xi darba jkun hemm il-gvern u jagħmel ix- xogħol.", "Dak iż-żmien kien hemm ir-Reġina u kulħadd kien jaħleb minnha.", "Illum għandna l-gvern u kulħadd jippretendi l-affarijiet mingħandu pero' rridu niftakru li fl-aħħar mill-aħħar irridu nħallsu t-taxxi biex isiru l- affarijiet.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li hija għarukaża li f'Wied is-Sewda ̧ in-naħa ta' Ħal Qormi ̧ sar ċertu żvilupp fejn il-qiegħ tal-wied ġie surfaced bit- tarmac u b'mezzi oħrajn.", "Dawn l-affarijiet jgħarrqulek l-iskop kollu ta' kif għandek tiċċarġja l-aquifer.", "Għalhekk peress li ma ħadniex ħsieb l- ambjent rurali tagħna kif suppost irridu niggarantixxu li l-ħamrija ma nħalluhiex taħrab iżjed mill-għelieqi.", "Din inżommuha billi jkollna ħitan tas-sejjieħ tajbin.", "Irridu neliminaw kull sors ta' kontaminazzjoni fil- widien ̧ partikolarment Wied il-Għasel, Wied il-Kbir u Wied is-Sewda, għax dawn huma sors li permezz tiegħu niċċarġjaw il-ħażna ta' l-ilma tal- pjan.", "Irrid ngħid li fl-1996 konna għamilna l-preparazzjoni biex nibdew nirranġaw iċ-Chadwick Lakes għaliex dawn kienu ġew fi stat tal-mistħija pero' ġara li matul dik is-sena nbidel il-gvern u beda dan il-proġett hu.", "L-area ma ġietx irranġata kollha pero` rrid ngħid li fejn kien għad jonqos xi affarijiet żgħar ̧ dawn saru.", "Fil-fatt fil-ġimgħat li ġejjin se nġibu l- furniture adattata għal dik l-area, bħal bankijiet u siġġijiet ̧ ħalli min ikun irid imur hemmhekk għar-rikreazzjoni jkun jista' jitpaxxa bl-ambjent.", "Pero` ovvjament irridu neliminaw it-telf ta' ħamrija kif ukoll id- degradazzjoni ta' l-ambjent.", "Issa nixtieq nitkellem ftit dwar il-mod li bih ġie rranġat l-ilqugħ fiċ- Chadwick Lakes.", "Kif għidt diversi drabi jien, bħala perit, ma naqbilx mal- mod kif sar ix-xogħol għax irridu niftakru li dan il-proġett sar madwar 112- il sena ilu bil-ġebla Maltija li fuq perijodu ta' 100 sena tat riżultat tajjeb.", "Per eżempju, jekk wieħed jaqra l-ktieb li jismu ''The River Valleys of the Maltese Islands'' miktub mis-Sur Joe Borg – jien iltqajt ma' ħafna nies li jfaħħruh u anke jien infaħħru minn dan il-parlament – isib li f'paġna 271 hemm li:", "\"Where breaches in retaining walls are present these should be repaired where possible in keeping with the original techniques.\".", "Hawnhekk qed jingħad li fejn ikun hemm xi ħsarat jew twaqqigħ ta' ħitan dawn għandhom jerġgħu jinbnew bl-istess teknoloġija u bl-istess tip ta' materjal kif kienu nbnew oriġinarjament.", "Għalhekk jien ma naqbilx mal-mod kif ġew irranġati l-ħitan.", "Fil-fatt dawn il-ħitan ġew irranġati permezz ta' gabjuni li jkunu qishom xibka tal-metall ̧ li ġo fihom jintefa' l-ġebel, dawn jitpoġġew fuq is-site u mbagħad jibnew gaġġa fuq gaġġa.", "Pero' rridu niftakru li meta l-metall ikun espost għall-ilma u għall-ajru dan jissaddad bil-konsegwenza li l-ġebel li jkun hemm ġo fih jaqa' u allura nkunu raqqajna l-pannu bil-qargħa aħmar, ħaġa li jien definittivament ma naqbilx magħha.", "Huwa veru li għamilna l-ewwel fażi fiċ-Chadwick Lakes, li huwa parti minn Wied il-Għasel ̧ pero' issa se nibdew nirriabilitaw u nagħmlu l- manutenzjoni tul il-wied kollu.", "Fil-fatt se nibdew mill-wied ta' Liemu f'Ħad-Dingli u nispiċċaw f'Burmarrad.", "Huwa tajjeb li bdejna naħdmu fuq iċ- Chadwick Lakes pero' m'għandniex noqgħodu nsemmu din il-biċċa xogħol il-ħin kollu.", "Il-prinċipju ta' din il-manutenzjoni hija li jkollna ċ-charging point minn fejn inkunu nistgħu niċċarġjaw l-aquifer.", "Biex dan ikun jista' jsir irridu li neliminaw is-sorsi ta' kontaminazzjoni.", "Għalhekk irridu nassiguraw li f'dawk il-widien iż-żgħar u n-nixxiegħat iż-żgħar li jagħtu kollha għal Wied il-Għasel ma jkunx hemm ilma tad-drenaġġ.", "Irridu nkunu ċerti wkoll li l-ħitan tas-sejjiegħ inżommuhom fi stat tajjeb ħalli b'hekk ma jkollniex il-ħamrija li taħrab bil-konsegwenza li din tispiċċa fil- qiegħ tal-widien u jerġgħu jibdew jikbru s-siġar.", "Ovvjament ħaġa bħal din tibdillek l-ekoloġija, l-idroloġija u s-sistema kollha.", "Għalhekk irridu neliminaw it-telf tal-ħamrija.", "Ovvjament punt importanti ieħor min-naħa ta' l-agrikoltura huwa li permezz ta' good agriculture practice ikollna sistema fejn l-użu tal-bexx ikun kontrollat u mrażżan għax kif jistgħu jgħidu l-esperti min-naħa tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-llma l-użu tal-bexx eċċessiv jista' jimmarka l-ilma fl-aquifer.", "Dawn huma affarijiet li rridu nieħdu ħsiebhom biex neliminaw l-imbarazz.", "Huwa mportanti li nibdew nieħdu ħsieb is-cycle kollu ta' l-ilma b'mod ħolistiku.", "Għal dan l-iskop id-dipartiment tal-biedja u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qegħdin jaħdmu flimkien fuq dan l-aspett biex ikollna l-għodda leġislattiva għal dan ix-xogħol pero' għall-ewwel darba fl- istorja ta' pajjiżna l-gvern diġà pprepara pjan ta' żvilupp rurali.", "Fil- fatt wieħed mit-targets tiegħu se jkun il-ġbir ta' l-ilma tax-xita u l- programm diġà ġie mfassal.", "Għandna l-ewwel programm ta' żvilupp rurali għas-sena 2004, 2005 u 2006 li se jiswa għexieren ta' miljuni ta' Euros.", "Din l-għajnuna finanzjarja se tiġi mgħoddija lill-bdiewa ħalli dawn jieħdu ħsieb li jkollhom il-ġibjuni fejn jiġbru l-ilma tax-xita ̧ kif kienu jagħmlu missirijietna.", "Irridu noqogħdu attenti li dan l-programm jimxi kif inhu ppjanat biex neliminaw l-ippumpjar bla rażan ta' l-ilma tal-gvern.", "Kif jaf kulħadd – dan mhuwiex xi sigriet - hawn ħafna nies li jagħmlu l-ispiera u jtellgħu l- ilma.", "Il-biedja trid l-ilma għax mingħajr ilma m'għandekx agrikoltura pero' rridu noqogħdu attenti li ma ntellgħux bla rażan imma kollox ikun ikkontrollat.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll li ma nikkontaminawx l-aquifer.", "Jekk ma noqogħdux attenti mill-ammonti ta' pestiċidi li nużaw u minn sorsi tad- drenaġġ nistgħu, Allaħares qatt, nikkontaminaw l-ilma u mhux il-Prim Ministru ̧ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jien biss se nbatu imma se jbati l- poplu kollu għax dak l-ilma ma jibqax tajjeb għax-xorb.", "Sal-lum nikkalkolaw li l-ilma li jintuża għas-settur agrikolu jiswa lill-pajjiż madwar Lm3 miljun jew Lm5 miljun fis-sena għax irridu ngħaddu mill-proċess tar-reverse osmosis.", "Jekk ma neħdux ħsieb dan l-ilma li s-sena l-oħra tellajna 47% għall-użu personali tagħna ma nkunux nistgħu ntellgħuh għax ikun kontaminat.", "Ovvjament dak l-ilma rridu nipproduċuh mir-reverse osmosis plants bi spiża għolja li tissarraf f'taxxi oħrajn għall-poplu.", "Dan kollu qed ngħidu biex nagħti stampa ċara ta' l-affarijiet pero' jien konvint li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tipprovdi servizz effiċjenti.", "Dan jirriżulta wkoll mill-figura Nru. 2 li hemm f'paġna 1 tar- rapport water quality and quantity.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, jien nixtieq norbot ftit mad- diskors li għadu kif għamel il-Ministru Ninu Zammit.", "Fil-fatt il-viżjoni li għandu jkollha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhuwiex biss li timmaniġġja l-potable water tagħna imma li tkun responsabbli mit-tipi kollha ta' ilma li għandna fil-pajjiż.", "Effettivament bejn l-1996 u l-1998 kienet tressqet legal notice f'dan il- parlament li permezz tagħha l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma saret responsabbli kemm għat-treated affluent, jiġifieri għall-ilma li nipproduċu permezz tat-trattament tad-drenaġġ ̧ kif ukoll għall-istorm water.", "Pero' bejn dan u l-verità hemm differenza kbira ħafna.", "Qabel ma nibda nixtieq ngħid li fid-diskors tiegħi jista' jagħti l-kas li nidħol fuq ir-responsabbiltajiet li għandha l-Malta resources authority għar-raġuni li matul is-sena li għaddiet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kellha r-responsabbiltajiet li issa għaddew għand din l-awtorità.", "Pero' ħalli nerġa' lura għal dak li kont qed ngħid.", "L-Onor.", "Ninu Zammit tkellem dwar it-tipi differenti ta' ilma li għandna u beda jitkellem fuq il-ground water.", "Il-ground water huwa ilma tal-pjan li ntellgħu mill- blat sabiex inkunu nistgħu nużawh għax-xorb.", "Dan qal li għandna bżonn noqgħodu attenti ħalli ma nagħmlulux ħsara.", "Hekk hu fil-fatt imma fl- opinjoni tiegħi, l-akbar theddida li għandu l-ilma tal-pjan mhijiex ġejja biss mill-fertilizer jew min-nixxiegħat ta' drenaġġ li jista' jkun hemm fil- fosos ta' l-irziezet.", "L-akbar theddida li għandu l-ilma tal-pjan hija l- overextraction u l-private boreholes.", "Din mhijiex xi ħaġa ta' issa imma hija xi ħaġa li kienet hemm minn dejjem u fil-fatt kien gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 li konxju minn din il-problema kien nieda skema li permezz tagħha kulmin kellu borehole privata kellu jirreġistraha.", "Ma jfissirx li għax wieħed jirreġistraha jkollu l-permess għaliha, ħalli niftehmu, imma għallinqas ikollna idea kemm hawn boreholes privati fil- pajjiż.", "Il-follow-up li kellu jsir fuq dik ir-reġistrazzjoni kellu jkun jsir moniteraġġ ta' x'qiegħed jittella' minn dawn il-boreholes.", "Inutli tkun taf li għandek 6,000 jew 7,000 borehole privata jekk ma tkunx taf x'inhu jittella' minnhom.", "Għalhekk huwa mportanti ħafna li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tagħmel eżerċizzju fejn tagħmel metering ta' l-ilma li jkun qed jittella' mill-boreholes privati.", "Jien mhux qed ngħid li għandu jkun hemm xi charge fuq min qed itella' dan l-ilma, xejn minn dan, imma huwa fl-interess tal-korporazzjoni li jekk irridu nkunu nafu x'qed jiġri mill-ilma tal-pjan ̧ hemm bżonn li nimmoniterjawh.", "Ma rridux ninsew li mill- aquifer qed jittella' ammont esaġerat ta' ilma aktar u aktar f'dawn l-aħħar sentejn meta pajjiżna kien milqut min-nixfa għax kellna problemi kbar ta' nuqqas ta' ilma tax-xita.", "Peress li ħafna mill-bdiewa ma kellhomx sors ieħor ta' l-ilma spiċċaw jagħmlu l-boreholes.", "Jien ma nagħtihomx tort li dawn ipprovaw isibu sors alternattiv għall-biedja u Allaħares m'għamlux hekk għax kieku ma pproduċew xejn.", "Allura f'dawn is-sentejn li għaddew dawn żgur li tellgħu ħafna u ħafna ilma minn dawn il-boreholes, ħafna aktar minn kemm kien jittella' erba' snin ilu meta kellna snin ta' rainfall normali.", "Issa hawn xi ħadd mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jew inkella l-ministru, bl-esperti tiegħu, li jgħidli kemm ittella' ilma mill-private boreholes fis-sena li għaddiet jew matul din is-sena?", "Jien ċert li dan ħadd ma jista' jgħiduli imma bħalma qal tajjeb l-Onor.", "Ninu Zammit dan l-ilma jqum ħafna flus lill-pajjiż.", "Sur President ̧ x'jiġri meta ntellgħu ħafna ilma mill-boreholes aktar milli suppost?", "Irridu niftakru li l-ilma li nużaw għax-xorb li hemm fl-aquifer qed iserraħ fuq is-sea water għax għandu densità inqas.", "Issa meta inti tiġbed l-ilma ħelu u ttella' aktar milli suppost tispiċċa ttella' wkoll ilma mielaħ jew brackish water.", "Jekk bidwi jsaqqi bil-brackish water jiġri li l-melħ fil-ħamrija se jkollu effett kumulattiv u bil-mod il-mod jeqred ukoll il-ħamrija u huwa hawnhekk fejn jien nakkuża lill-gvern.", "Għalhekk huwa mportanti li l-gvern jagħmel kampanja mal-bdiewa u jispjegalhom x'ikunu qed jagħmlu meta dawn itellgħu ilma mill-pjan bla rażan u jsaqqu bih.", "Effettivament dawn qegħdin jaħarqu l-ħamrija u dan jiġri aktar u aktar meta inti jkollok snin bħalma kellek f'dawn l-aħħar sentejn fejn ma kellniex xita.", "Inti l-melħ se jibqa' fil-ħamrija għax x'ħin tagħmel ix- xita forsi b'xi mod dan il-melħ se jiddisolvi ruħu u jinżel 'l isfel jerġa' imma meta ma tagħmilx xita se jibqa' fil-ħamrija.", "Imbagħad x'se tagħmel mill-ħamrija kollha melħ?", "Tispiċċa l-ħamrija.", "Jiġifieri aħna jekk mhux se noqogħdu attenti, u hawnhekk fejn allura l-ministeru għall-agrikoltura kellu jieħu ħsieb, hemm bżonn li ngħidulhom lill-bdiewa x'qed jagħmlu dawn meta huma qed isaqqu b'ċertu ammont esaġerat ta' ilma li jtellgħu mill- boreholes.", "Issa mbagħad għandek users oħrajn li jtellgħu ilma mill-boreholes li, fl- opinjoni tiegħi ̧ m'għandhomx il-bżonn li għandhom il-bdiewa.", "Per eżempju, għandek il-batching plants tal-konkos.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tgħidilna kemm il-batching plants li għandna Malta jikkonsmaw ilma meta tqabbel l-ammont ta' konkos li jipproduċu.", "Wieħed isib li dawn iħallsu ammont minimu għax dawn jagħmlu borehole u jtellgħu l-ilma minn hemmhekk.", "U allura jien nistaqsi: Għandna nippermettu li jkollna l-impjanti tal-konkos li jtellgħu l-ilma mill-boreholes?", "Aħna niftakruh il-każ meta xi erba' jew ħames snin ̧ fi żmien l-amministrazzjoni Laburista ̧ xi ħadd li jtella' ilma mill-borehole għall-impjant tal-konkos waħlitlu l-pompa u biex ma jħallix il-pompa mwaħħla waddab iż-żejt maħruq bil-konsegwenza li niġġes waħda mill- gallaries ta' Kandja.", "Jekk ma noqogħdux attenti jista' jkun hemm ir-riskju ta' tniġġis.", "Issa f'dan il-każ partikolari jiddispjaċini ngħid li l-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma ma ħadet l-ebda azzjoni kontra l-individwu jew inkella jekk ħadet kienet azzjoni li ̧ fl-opinjoni tiegħi, hija żgħira wisq meta tqis il-ħsara għamel u r-riskji li kien hemm.", "Immaġina kieku f'dan l- inċident partikolari ma kienx hemm persuna li ndunat x'ġara u dan l-ilma ġie ppumpjat fir-reservoirs u mgħoddi lin-nies biż-żejt maħruq b'kollox!", "Ara x'kien jinqala' fil-pajjiż!", "Ma ġarax hekk għax b'kumbinazzjoni kien hemm grupp ta' tfal ta' l-iskola qegħdin fuq żjara edukattiva f'Ta' Kandja u min kien qed jurihom il-post ra t-tniġġis taż-żejt fl-ilma.", "Jidhirli li każ bħal dan missna ħadnih aktar bis-serjetà milli fil-fatt ħadnih.", "Fil-fatt minn mistoqsijiet parlamentari li jien għamilt f'dawn l-aħħar ġimgħat u xhur jirriżulta li ma sar xejn kontra l-individwu li kien instab ħati mill-qorti li wettaq dan l-att.", "Jien naħseb li kellha ssir kawża għad-danni kontra l-individwu.", "Dan l-individwu ma tantx nafu pero' nżertajt naf il-każ kif inhu.", "Jien mhux qed nitkellem kontra tieħu partikolari imma m'għandniex nippermettu li jiġru dawn l-affarijiet.", "Biex dawn l-affarijiet ma jsirux irridu nagħtu eżempju.", "Imbagħad agħar minn hekk għandek users oħrajn li jtellgħu l-ilma mill- boreholes ̧ jeħduh fil-bowser u jbigħuh.", "Per eżempju ̧ wieħed li jkollu pool jista' jċempel lil xi ħadd bil-bowser biex jimlielu l-pool bl-ilma li jkun tella' mill-borehole!", "Hekk tajjeb!", "Mela għandna nies li jtellgħu l-ilma li huwa riżors ta' entità nazzjonali u jbigħuh.", "Allura jien nistaqsi: X'kontroll qed tagħmel il-Kkrporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fuq dan it- tip ta' abbuż?", "Gvern Laburista kien ħa ħsieb jibda jindirizzahom dawn il- problemi.", "Fost affarijiet oħrajn kien daħħal sistema ta' reġistrar tal- bowsers ħalli għallinqas ikollu idea min huma l-operaturi f'dan il-qasam pero' għalkemm il-legal notice għadha hemm ma nafx kemm tiġi osservata.", "U jien nistaqsi lill-uffiċjali nkarigati minn dan il-qasam: Kemm tressqu nies jew inqabdu nies mill-pulizija li ġew imħarrka għax kellhom water bowser mingħajr liċenzja jew bla permess tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "Jien ngħidlek li ħadd probabbilment.", "Għax mhux qed jiġu nforzati l- liġijiet!", "Sur President, inkunu qed naħlu l-ħin ta' xulxin meta niġu f'dan il-parlament u noqogħdu ngħidu kemm hu importanti li nibżgħu għall-ilma tal- pjan, imma mbagħad on the ground m'aħna qed nagħmlu xejn biex inwettqu dak li ngħidu.", "F'din il-Kamra nitkellmu wkoll fuq l-iżvilupp sostenibbli fil-qasam ta' l- ilma.", "Imma fejn hu l-iżvilupp sostenibbli f'dan il-qasam meta qed nippermettu dawn l-abbużi kollha fuq l-aquifer tagħna?", "Nistgħu verament ngħidu li f'dan il-pajjiż għandna żvilupp sostenibbli fil-qasam ta' l- ilma, meta fl-uniku riżors ta' ilma naturali li għandna f'pajjiżna, li huwa l-aquifer, qed nippermettu din it-tip ta' exploitation abbużiva?", "La qed nikkontrollawha, la qed nagħmlu monitoring, kulħadd jagħmel li jrid!", "Din mhijiex serjetà.", "Jekk irridu nkunu serji għandna nagħmlu l-affarijiet b'ċertu mod.", "Ir-regolamenti qegħdin hemm biex jiġu nforzati u jekk m'għandniex biex ninforzawhom nagħmlu l-istrutturi biex ninforzawhom.", "Aktar kmieni għedt li parti mid-diskors tiegħi forsi għandu jmur fuq il-Malta resources authority, għax parti minn dan ix-xogħol mhuwiex fl-ambitu totali tal-WSC għalkemm kien matul is-sena li għaddiet jew parti minnha.", "Imma jeħtieġ nagħmlu xi ħaġa dwar dan.", "Il-Ministru Ninu Zammit tkellem dwar l-importanza li jitnaddfu l-widien.", "Imma matul dawn l-erba' snin li għaddew liema wied f'Malta tnaddaf?", "Liema wieħed?", "Safejn naf jien l-ebda wieħed ma ġie mnaddaf.", "Saru tentattivi ta' ftit ta' għexiren ta' metri f'xi widien u daqshekk.", "X'inhi r-raġuni għaliex ma jitnaddfux il-widien?", "Ir-raġuni hija li t-tindif tal-widien hija waħda minn dawk ix-xogħlijiet li jaqgħu f'idejn ħafna dipartimenti taħt ministeri differenti u jispiċċa ma jagħmilha ħadd.", "Din hi r-raġuni.", "Għalhekk aħna ridna li fejn jidħol l-ilma r-responsabbiltà kollha tkun f'idejn il-WSC.", "Bħalma jgħidu the buck stops there.", "Ma jistax ikun noqogħdu nwaħħlu f'dak u fl-ieħor, għax suppost jagħmlu d-dipartiment ta' l- agrikoltura, jew suppost jagħmlu d-dipartiment għall-infrastruttura jew ta' l-ambjent, u jispiċċa ma jagħmilha ħadd.", "Imbagħad il-ministru jiġi jikkritika lill-Onor.", "Noel Farrugia li kull meta jitkellem isemmi li meta aħna konna fil-gvern kien tnaddaf Wied il-Qlejgħa.", "Mhux tajjeb!", "Intom x'naddaftu?", "Ma naddaftu xejn!", "L-Onor.", "Zammit qal li ma jaqbilx li jintużaw il-gabbjuni biex isiru ħitan ta' l-ilqugħ.", "Skużi, ma tafx x'qed tgħid, lanqas teknikament ma taf x'qed tgħid!", "Il-gabbjuni huma xibka tal-ħadid irqiqa li fiha jpoġġu l-ġebel u l- materjal u jitpoġġew mal-ħajt bl-iskop li bil-mod il-mod jikber il-ħaxix minn dawn il-gabjuni.", "Il-ministru qal li x-xibka tispiċċa bl-ilma.", "Dażgur, dak hu l-iskop tal-gabbjuni, li finalment tispiċċa x-xibka u jibqa' biss il-ħajt tal-ġebel!", "Għalhekk ma naqblux fuqhom il-gabbjuni!", "Il-Ministru Ninu Zammit lanqas huwa korrett meta jgħid li dejjem insemmu Wied il-Qlejgħa għax naddafna ħafna widien oħrajn.", "F'dawk it-22 xahar li għamilna fil-gvern tnaddaf Wied is-Sewda u tgħidx kemm ħareġ materjal minnu.", "Dak kien wied importanti għaliex hemm pumping station fit-tarf ta' dan il-wied.", "Il-Ministru Zammit qal ukoll li kien hemm xi ħadd bravu li ta t-tarmak fil-parti ta' Wied is-Sewda li tgħaddi minn ġo Hal Qormi.", "M'hemmx għalfejn immorru 'l bogħod biex inkunu nafu min hu dan il-bravu li taha t-tarmak.", "Qiegħed fuq dik in-naħa bħalissa, il-Ministru tal-Finanzi, għax minnu kienet ġejja l-idea li jingħata t-tarmak fil-parti ta' Wied is- Sewda li tgħaddi minn Hal Qormi.", "Jiġifieri jista' jistaqsi lilu għaliex għamel hekk.", "Il-verità hija li għandna bżonn nieħdu ħsieb il-widien, imma mhux bil- paroli.", "Li kieku ngħiduhom bil-paroli biss f'dan ir-rapport ukoll mhux biżżejjed, imma f'dan ir-rapport li għandna quddiemna lanqas biss ngħidu li hemm bżonn li nipproteġu bis-serjetà l-ilma tal-pjan u qed inħejju pjan ta' azzjoni kif dan nistgħu nipproteġuh.", "Niġi għall-ilma tar-reverse osmosis.", "L-Onor.", "Zammit qal li minkejja li huma kienu kkritikati li se joħolqu over capacity, instab li kellhom raġun għax dan is-sajf intużaw ir-reverse osmosis plants kollha.", "Imma l-Onor.", "Zammit qed jinsa li minn meta saru l-impjanti tar-reverse osmosis sal-lum ġew żarmati żewġ impjanti, ta' Tigne' u tal-Marsa, u xorta għad għandna l- over capacity.", "Allura kienet f'postha l-kritika li kienet issir dakinhar li għandna over capacity, jekk issa qed ngħaddu b'dawn li għandna u xorta għandna l-over capacity wara li żżarmaw żewġ impjanti.", "Irrid infakkar li lejn l-aħħar tal-leġislatura Nazzjonalista, fl-1996 kien sar dibattitu kbir fin-naħa t'isfel ta' Malta għax dawn riedu jibnu impjant f'Żonqor Point, Marsascala.", "Niftakru l-kitba fil-gazzetti għax ħadd ma riedu r-reverse osmosis plant f'Żonqor Point għax jagħmel il-ħsejjes, bħalma kien jagħmel ta' Pembroke.", "Jiġifieri mhux talli kellna over capacity, kieku kien għall-gvern Nazzjonaslita fl-1996 kieku nbena mpjant ieħor tar-reverse osmosis f'Marsascala.", "Wara li tela' gvern Laburista qatt ma ssemma aktar hawnhekk.", "Għalfejn kellna bżonn nagħmlu mpjant ieħor jekk verament kellna din l-over capacity kollha?", "Għalfejn għandna bżonn nonfqu dawn il-miljuni kollha?", "Jien nista' naħseb għalfejn.", "Imma mbagħad naraw!", "Jiġifieri, kif qal il-Ministru Zammit, veru għandna over capacity, u kieku kien għall-gvern Nazzjonalista kien ikollna ħafna iktar.", "Il-problema ta' over capacity mhux hemm qiegħda - j'Alla jkollna over capacity għax veru jkollna bżonnha kultant - imma l- problema hija jekk dak l-ilma li qed nipproduċu mill-impjanti tar-reverse osmosis hux qiegħed jasal fejn għandu jasal, fid-djar tan-nies.", "Aħna niftakru xi problema kbira kien hemm fl-inħawi ta' San Ġiljan fis-sajf li għadda għal ħafna jiem wara xulxin.", "Minkejja li hemm l-impjant ta' Pembroke, prattikament qiegħed San Ġiljan, f'San Ġiljan ma kellhomx ilma.", "Għaliex?", "Għax illum il-problema m'għadhiex il-produzzjoni ta' l-ilma.", "Illum kapaċi nipproduċu l-ilma bl-impjanti li għandna u bl-ilma li ntellgħu mill-pjan.", "Il-problema qiegħda fid-distribuzzjoni u din mhux illum bdiet, imma ilha għal ħafna snin.", "Tant ilha s-snin li gvern Nazzjonalista fl-1996 kien diġà qed jaħseb biex jibni reservoir ix-Xwieki, limiti tan-Naxxar, biex ikun jista' jaqdi l-low lying areas li hemm f'San Ġwann, Tas-Sliema, San Ġiljan, Pembroke u dawk in-naħat.", "Wara l-1996 il-gvern Laburista baqa' miexi fuq l-istess pjan ta' gvern Nazzjonalista.", "Jiġifieri ġiet esproprjata l-art u saret l-applikazzjoni għall-permessi tal-planning authority.", "Inbidel il-gvern fl-1998 u waqaf kollox.", "Dak huwa impjant mill-aktar importanti l-ewwelnett għax huwa impjant li qed jipprovdi l-provvista ta' l-ilma f'area fejn hemm l-aktar konċentrazzjoni ta' tourist beds li hawn f'Malta, l-area ta' San Ġiljan, Tas-Sliema u Paceville.", "Jiġifieri hemmhekk trid tillimita l-water cuts kemm jista' jkun.", "It-tieni nett huwa importanti għall-pajjiż li jkollok ċertu ammont ta' riserva ta' ilma.", "Ma jistax ikun li kull darba li jiqaflek impjant ta' reverse osmosis ikollok nofs Malta bla ilma.", "Kif jista' jkun dan?", "Għalfejn għandek l-impjanti tar-reverse osmosis jekk ħsara f'impjant wieħed qed twaqqaflek il-provvista ta' l-ilma f'nofs Malta.", "Ma tagħmilx sens.", "Għaldaqstant is-soluzzjoni għal dan kollu - u aħna konna qegħdin naħdmu fuqha - hija li jkollna ġibjuni ta' ċertu kobor f'areas li huma fed minn reverse osmosis plants differenti.", "Dawn il-ġibjuni jkunu mqabbdin b'mains ma' xulxin u f'każ li jkun hemm xi ħsarat fir-reverse osmosis plant ta' Pembroke, per eżempju, tkun tista' tippompja mill-ġibjun ta' Ta' Qali għan- naħa ta' Pembroke, through il-ġibjun li kellu jsir ix-Xwieki.", "Imma biex din l-iskema tkun tista' titħaddem hemm bżonn li jkun hemm il-ġibjun fix- Xwieki.", "Inkella mhux se taħdem din is-sistema.", "Iċ-chairman tal- korporazzjoni, il-perit Falzon, qal li dan il-ġibjun iqum ħafna flus.", "Veru li jqum ħafna flus dan il-ġibjun, imma għax iqum ħafna flus ma nagħmluh qatt?", "Dan ilu ppjanat mill-1996, fl-1998 nbidel il-gvern u issa qegħdin fis-sena 2002 u għadu ma sarx.", "Hemm bżonn naraw kif se niffinanzjaw dan il- ġibjun tax-Xwieki jekk ma rridux li jkollna l-problema tas-sena li għaddiet.", "Jekk aħna rridu ntejbu d-distribuzzjoni hemm bżonn li dan il- ġibjun jinbena.", "Sur President, hemm tipi oħrajn ta' ilma li ma jissemmew xejn hawnhekk.", "Għaliex?", "Għax minkejja li l-liġi tagħti r-responsabbilta` u l-management tagħhom lill-WSC, effettivament din mhux qed tagħti kas tar-responsabbilta` li għandha.", "Nibda billi nsemmi l-istorm water.", "Hawn għandna tgerfixa sħiħa f'dan il-pajjiż.", "Min hu responsabbli għall-istorm water, id-dipartiment tat-toroq li suppost qed jibni l-culverts, id-dipartiment tax-xogħlijiet li suppost inaddaf il-culverts, id-dipartiment ta' l-agrikoltura jew il-WSC?", "Bil-liġi u skond il-legal notice li hemm il-WSC suppost hija responsabbli għall-management ta' dan it-tip ta' ilma.", "Il-gvern Laburista ta` bejn l- 1996 u l-1998 kien għadda din ir-responsabbilta` lill-WSC u kien ta wkoll l- fakulta` li tagħmel pjan biex tara kif se timmaniġġja dan l-ilma, fis-sens kif se jinqabad, kif se jiġi maħżun u kif se jintuża dan l-ilma.", "Fl-1998 inbidel il-gvern, ma nafx għalfejn tkeċċa l-konsulent li ġie mqabbad – dan żgur ma kienx xi appointment politiku u l-istorm water master plan twaqqaf.", "Meta nistaqsu x'qed isir dwar dan jgħidulna li qed jippreparaw studju li daqaa jgħidulna li se jissottomettuh lit-Taljani u daqqa jgħidulna li se jissottomettuh lill-European Union għall-funding.", "Imma issa għaddew erba` snin u għadu ma sar xejn.", "Sadanittant meta tagħmel ix-xita, bħal meta għamlet ftit tal-jiem ilu, l-ilma jgħarraq lin-nies u wara jibqa` sejjer l- baħar.", "Dik hi l-istorja u m'hu qed nieħdu xejn minn dan l-ilma.", "Sur President, imbagħad xi ngħidu għal-konfużjoni sħiħa li hawn dwar fuq min taqa` r-responsabblita` tal-ġibjuni li għandna fit-toroq ta` l-irħula tagħna.", "Min hu responsabbli għalihom?", "Il-manutenzjoni tagħhom suppost jagħmilha l-kunsill lokali, pero` l-ilma jintuża mid-dipartiment ta` l- agrikoltura.", "Ħafna mill-kunsilli lokali jgħidulek: Mela aħna se nieħdu ħsieb il-ġibjuni biex imbagħad l-ilma jieħdu d-dipartiment ta' l- agrikoltura u jekk ikollna bżonn l-ilma aħna rridu nitolbuh il-permess, u dan il-permess lanqas jagħtihulna?", "Allura nispiċċaw li l-ġibjuni li għandna fil-lokalitajiet ħadd ma jieħu ħsiebhom.", "Għaliex?", "Għax din supopst hija responsabbilta` tal-kunsilli, imma peress li dawn m'hu qed jieħdu xejn ma jagħtux kashom, u ta' l-agrikoltura jmorru biss biex ibattlu l-ġibjuni.", "Din it-tgerfixa li għandna.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk f'dan il- pajjiż, ħadd m'hu responsabbli għal xejn.", "Jien nippretendi li jekk il- kunsilli lokali huma responsabbli għat-tindif u l-manutenzjoni tal-culverts u l-ġibjuni li hemm fil-lokalita` tagħhom, għallinqas dawn għandu jkollhom id-dritt li jużaw dak l-ilma meta jkollhom bżonn.", "Il-kunsilli lokali jagħmlu kuntratti ma` kuntratturi privati biex isaqqu l-ġonna li hemm fil- lokalita` tagħhom u l-kuntratturi jiċċarġjawhom ta' l-ilma għax l-ilma li hemm fil-ġibjuni tal-lokalita` tagħhom ma jistgħux itellgħuh.", "Dan jagħmel sens li jkollok l-ilma tiegħek u biex issaqqi l-ġonna jkollok tixtrih mingħand il-kuntrattur?!", "Mhux ta' b'xejn il-kunsilli lokali ma jagħtux kas ta' l-infrastruttura li għandhom għall-ilqugħ ta' l-istorm water fir-raħal tagħhom!", "X'se nagħmlu biex insolvuha din?", "Se nindirizzawha din is- sitwazzjoni?", "Dan biex nuri kif il-istorm water master plan ġie abbandunat għal kollox.", "Sur President, il-Ministru Zammit tkellem fuq Wied il-Għasel, u tkellem tajjeb għax qal Wied il-Għasel huwa wied li jieħu ħafna ilma fih u għandu ħafna gallaries li jiġu minn kullimkien u nieħdu l-ilma tax-xorb minnu, eċċ., eċċ. Jaf il-Ministru li l-ilma tat-triq ta' Burmarrad li huwa ilma kontaminat biż-żjut, bit-trab u ma nafx biex se jispiċċa f'Wied il-Għasel?", "Il-Ministru qal li għandhom proġett biex inaddfu Wied il-Għasel peress li għandu l-gallaries - ma nafx meta se jnaddfuh imma hekk qal – ħalli jkun jista' jidħol l-ilma fl-aquifer u nixorbu minnu.", "Se nixorbu ilma tajjeb jekk se nibqgħu nwaddbu l-ilma tat-triq ta' Burmarrad ġo dan l-wied!", "Kif inhi ġejja s-sistema tad-drainage li qed tinħadem fit-triq ta' Burmarrad f'Wied il-Għasel se jmur kollox.", "Jagħmel sens dan?", "Din it-tip ta' kordinazzjoni li għandu jkollna f'pajjiżna?", "Nafu x'qed nagħmlu?", "Jien jidhirli li ma nafux x'qed nagħmlu.", "Sur President, mela l-ilma li jkun ġej minn Had-Dingli jibqa` nieżel mir- Rabat għal Mosta u jispiċċa Burmarrad.", "U minn Burmarrad fejn imur l-ilma?", "Ma jmur imkien għaliex fejn għandek il-fetħa tal-wied għal ġol-baħar ġie reklamat mill-bdiewa, għamluh għelieqi.", "Tant hu hekk li kull min jgħaddi wara xita kbira minn Burmarrad jara għelieqi sħaħ mgħerrqin.", "Għaliex?", "Għax il-bdiewa qabdu u b'mod illegali rreklamaw il-wied.", "Min qed jieħu ħsieb li dawn l-affarijiet ma jiġrux?", "Ħalli ngħidlek x'inhu jiġri llum f'Wied Inċita ġewwa Ħ'Attard quddiem Mount Carmel Hospital.", "Hemm xi bravu li tefa` l-ġebel ġol-wied, eżatt wara l-vilel, u qed jibni l-wied minn fejn jgħaddi l-ilma.", "Jekk nippermettuh, dan se jgħerreq Ħ'Attard kollu, apparti postijiet oħrajn.", "Imma dan x'ġenn hu?", "Fejn qed isir il-kontroll?", "Fejn huma tal-MEPA biex jaraw li dawn l-abbużi ma jsirux?", "Dawn qegħdin hemmhekk biex ma jħallux dawn l-abbużi jiġru.", "Mela sewwa għandna l-bdiewa jgħalqu l- widien fejn jidhrilhom huma u issa għandna n-nies jibnu ġol-widien.", "Imbagħad niġu hawnhekk nitkellmu kemm huma sagrosanti l-widien u ma nistgħux nħallu żviluppi fil-widien u għandna lil kulħadd jagħmel li jrid.", "Ħadd ma jikkontrolla xejn, ħadd ma jinforza xejn u l-abbużi għaddejjin.", "Dik hi l-istorja.", "Sur President, f'dan id-dokument kif qed ngħid ma jissemma xejn fuq l- istorm water u ma jissemma xejn ukoll dwar it-treated affluent, l-ilma li aħna nġibu mit-trattament tad-drenaġġ.", "Issa jekk hawn sors ta' ilma importanti għal pajjiżna huwa proprju l-ilma mit-trattament tad-drenaġġ.", "Għaliex?", "Għax l-ilma li hemm fid-drenaġġ huwa kollu ilma li kien tajjeb għax-xorb u li normalment jintuża fid-djar.", "Dan niffalaxxjawh għal ġod- drenaġġ u jibqa` sejjer il-baħar.", "Ma tagħmilx sens għaliex dan l-ilma li nużaw għax-xorb jqum ħafna flus biex nipproduċuh.", "Mhux sew li nużawh darba u mid-drain jibqa` sejjer għall-baħar.", "Jagħmel iktar sens kieku li dan l- ilma naqbduh qabel ma jmur il-baħar qabel u nitrattawh ħalli minnu noħolqu second class water u naraw kif se nutilizzawh.", "Imma fuq dan waqajna lura.", "Ta` min jgħid li l-gvern Laburista fl-1982 kien bena l-uniku impjant għat- trattament tad-drenaġġ u mbagħad fl-1997 kien kabbru, u minn dakinhar 'l hawn ma sar xejn aktar.", "Issa suppost li aħna bħala pajjiż marbutin bil- Barcelona Convention, till the year 2000, li l-ilma kollu tad-drenaġġ li jintefa` fil-baħar għandu jiġi trattat.", "Il-Ministru Zammit Dimech kien qalilna li sas-sena 2005 se jagħmel xi impjant, imbagħad qalilna li sas- sena 2007 u issa qed jgħidilna li ġejjin ta' l-EU jagħtuna l-flus u sadanittant kulħadd għaddej xalata jagħmel li jrid u minn dan kollu ma jsir xejn.", "Din hi s-sitwazzjoni.", "Nistgħu f'dan il-pajjiż nibqgħu sejrin hekk aħna?", "Issa apparti minn hekk, il-bdiewa li għandhom ir-raba' f'Ħaż-Żabbar, fis- Xgħajra u ż-Żejtun li jsaqqu minn dan l-ilma tat-trattament tad-drenaġġ qegħdin jgħidu li min-naħa tal-gvern mhux qed isir kontroll biżżejjed fuq il-kwalita` ta' l-ilma li qed jingħataw.", "Apparentement is-sistema tat- trattament tad-drenaġġ li qed tintuża, għal xi raġuni, mhux qed tagħti kwalita` ta` ilma tajjeb.", "Dan hu li qed jgħidu l-bdiewa ta` dawk l-inħawi.", "Allura nistaqsi: X'kontrolli qed isiru fuq l-ilma li joħroġ mill-impjant?", "Xi ħadd qed jikkontrolla xi ħaġa?", "Xejn, kollox għaddej.", "Fejn hi s- serjeta` f'dan il-qasam tant importanti?", "Jien għalija l-qasam ta' l-ilma għal pajjiżna huwa wieħed mill-aktar oqsma importanti.", "Imma kif qed ngħid, assolutament ħadd m'hu qed jagħti kas ta' xejn.", "Jiena qrajtu r-rapport u jiddispjaċini meta naqra ċerti affarijiet.", "Għaliex?", "Għax iċ-chief executive tal-korporazzjoni għas-servizzi ta` l- ilma, is-Sur Rizzo qalilna hekk: Aħna bħala WSC għamilna d-dover tagħna.", "Naqqasna l-ippumpjar ta` l-ilma tal-pjan biex ma jkollniex over extraction u nippretendi li ħaddieħor jagħmel bħalna.", "Jiena ngħidlu: Int mhux tippretendi trid, imma ġġiegħelhom.", "Inti għandek pożizzjoni u inti responsabbli biex dawn l-affarijiet ma jiġrux u mhux tippretendi li ħaddieħor ma jagħmilhomx.", "Trid Tesiġi li dawn l-affarijiet ma jsirux, mhux tippretendi.", "Dak jien nippretendi mhux int. Inti trid tesiġihom dawn l- affarijiet.", "Meta nara dan it-tip ta' rapport miktub b'dan il-mod, ngħid mhux ta' b'xejn ħadd ma jagħti kas ta' xejn.", "Veru li s-Sur Rizzo ilu sena biss bħala chief executive, he is being run into the job u għadu ma jafx il- komplikazzjonijiet li għandu fil-job tiegħu.", "Imma lis-Sur Rizzo jiena ngħidlu: Jiena nippretendi li inti tinsisti fuq dawn l-affarijiet għax finalment inti responsabbli għall-qasam ta' l-ilma f'pajjiżna.", "You are the chief executive officer of the WSC.", "Inti trid tara li dak li għamilt inti jiġifieri li naqqast l-ippumpjar, u sewwa għamilt, mhux tagħmlu int biss u tippretendi li ħaddieħor jagħmlu, imma tesiġi li ħaddieħor jiffollowjak.", "Sur President, jien kont qed nippretendi li f'dan ir-rapport, wara l- esperjenzi li kellna s-sajf li għadda u li jiena kont tkellimt fuqhom, se nsib li għallinqas qed isir xi tentattiv biex jinbena dak il-ġibjun fix- Xwieki.", "M'għandna xejn hawn.", "Jiġifieri n-nuqqas li għandna fis-sistema tad- distribuzzjoni se jirrepeti ruħu s-sena d-dieħla.", "Imma aħna qatt ma nitgħallmu mill-iżbalji tagħna?", "Għandna nuqqas fl-infrastruttura tad- distribuzzjoni, għaddejna minn problema kbira li kien hemm ħafna dibattitu fuqha fis-sajf u se nibqgħu l-istess.", "Forsi dak li jkun jgħidlek: Issa ntesa kollox.", "Jiena ngħidlek li le għax jekk kellna turisti li ġew Malta u ma sabux ilma ma tantx jinsewha malajr dawk għax mill-ewwel imorru jgħidu lil sħabhom biex ma jiġux Malta għax ma jsibux ilma.", "Aħna jista' jkun li nsejna imma dawk ma jinsewx.", "Imma allura aħna m'aħniex se nindirizzawha din il-problema, għax hawnhekk m'hawn xejn li juri li din il-problema se tiġi indirizzata?", "Dawn huma affarijiet importanti ħafna u għandhom jiġu indirizzati.", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa fil-qosor ħafna fuq xi figuri oħrajn li għandna f'dan ir-rapport.", "Waħda mill-figuri li laqtitni ħafna kienet l- figura dwar l-income tal-WSC.", "Jekk inti tara l-figura ssib li l-income ta' din il-korporazzjoni dejjem tiela` 'l fuq u prattikament sploda wara l- 1998.", "Dan l-income ġej kollu mis-sale of water.", "Tiftakru kemm konna ġejna kkritikati meta konna għollejna t-tariffi ta' l-ilma.", "Bdew jgħidu li kulħadd se jispiċċa jfalli.", "Lanqas naf x'ma qalux fuqna dakinhar.", "Issa jekk inti tara l-figuri ssib li l-income tal-korporazzjoni sploda wara l-1998.", "Mela ma naħsibx li kien dovut għat-tariffa li għamel il-gvern Laburista għax l-akbar qabżiet saru s-sena li għaddiet u s-sena ta' qabel.", "Mela effettivament, min verament għollihom it-tariffi ta' l-ilma?", "It-tariffi ta' l-ilma għollihom dan il-gvern.", "Pero` aktar inkwetanti minn hekk hija xi ħaġa li ma tantx issemmiet.", "Qed nirriferi għall-problema li jkollha Malta kieku tiġi biex tidħol fl-Unjoni Ewropea għax il-water framework directive ta` l-EU tgħid ċar u tond li aħna jrid ikollna sistema li permezz tagħha nassiguraw l-full recovery cost ta' l-ilma.", "Tafu xi tfisser din?", "Din tfisser li dak is-subvention li jagħti l-gvern lill-korporazzjoni jrid jispiċċa u l-ilma kollu jrid jiġi mħallas mill-konsumatur.", "Issa f'risposta li tani proprju llum qalli l-Ministru qalli li dan mhux se jkun għall- konsumatur domestiku biss imma anke għal dak ta` l-agrikoltura u l- industrija.", "Mela l-ilma se jogħla kemm għall-konsumatur tad-dar kif ukoll għall-agrikoltura u l-industrija.", "Mela għidulhom lin-nies xi tfisser full cost recovery.", "Kif se tagħmluha l-full cost recovery li l-Unjoni Ewropea tridkom tagħmlu bilfors?", "Fuq din m'għandkomx deroga.", "Jekk Malta tidħol fl- Unjoni Ewropea l-cost ta' l-ilma jrid jitħallas kollu mill-konsumatur.", "Issa meta ngħidu cost ma nkunux qed ngħidu għall-production cost biss imma anke l-environmental cost.", "Jiġifieri s'issa dejjem tkellimna fuq il-mod fiżiku ta' l-ilma kif tipproduċih u tqassmu, imma din id-direttiva titkellem fuq l- environmental cost ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Tibżax issa tkellem wara.", "Jien noqgħod nisma', qatt ma nterrompejt lil ħadd.", "Għandek ta' l-ilma wkoll.", "Il-Ministru qed jgħid li qed ngħidha ħażin.", "Mhux billi jgħid il- Ministru, deroga fuq din m'hemmx u se jkollna napplikawha.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-verita' d-diskussjonijiet saru, l-ilma huwa xi ħaġa li għandu aspetti soċjali u se nkunu nistgħu nibqgħu nagħtu s-sussidju lill-konsumatur.", "Dik hija l-verita` u allura dan kollu li qed jgħid huwa kollu duħħan.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Din qed jgħidha l-Ministru u ma toħroġ mill-ebda dokumentazzjoni ta' l-EU.", "Issa jkollu ċans jispjegaha aktar 'il quddiem.", "Sur President, irrid nagħlaq billi ngħid li aħna rridu nħarsu lejn l-ilma bħala riżors li rridu nużawh b'mod sostenibbli.", "Jiddispjaċini ngħid li s'issa l-korporazzjoni m'hijiex qiegħda tuża l-ilma b'mod sostenibbli.", "L- appell tiegħi lill-uffiċjali li hemm fuq il-bankijiet ta` wara hu li hemm bżonn li naħdmu aktar.", "Kulħadd irid jaħdem aktar sabiex dan ir-riżors nittrattawh sew għax huwa riżors ħafna importanti għal pajjiżna u jekk mhux se noqogħdu attenti se nispiċċaw li dan ir-riżors, speċjalment l-ilma tal- pjan, neqirduh darba għal dejjem.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Frans Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, huwa ta` pjaċir għalija li nitkellem fuq dan il-qasam ta' l-ilma.", "Wara ġimgħa sħiħa nisma` fuq l-ilma ma pretendejtx li nagħmel ġurnata oħra llum nisma` fuq l-ilma.", "Qed ngħid hekk għax fil-fatt għadni ġej mill-konferenza fuq l-ilma bħala dritt fundamentali tal-bniedem.", "Sur President, dan huwa riżors nazzjonali li amministrazzjoni wara l-oħra trid tieħu ħsiebu u ma neħdux for granted, u fuq dan żgur li naqblu.", "L- ewwelnett l-ilma, bħad-dawl ikun fl-aħbarijiet u fuq l-agenda politika biss meta jkollok in-nuqqas tiegħu.", "Meta s-servizz, il-kwalita` u l-kwantita` ta` l-ilma jkunu tajbin ħadd ma jitkellem u jagħmel kummenti.", "Pero` llum hija ġurnata li l-Parlament tagħna ċ-ċans li nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "L-ilma llum mhux qiegħed fuq l-agenda politika tal-pajjiż, mhux qiegħed bħala issue fundamentali għall-ħajja tal-Maltin.", "M'għandniex ħin nidħol fl- istorja kollha ta' l-ilma f'pajjiżna, imma nista` ngħid li l-ilma kien issue kruċjali fis-snin tmenin meta kellna policies li kienu short-sighted u policies ta' żmien il-qedem.", "Għalkemm irrid ngħid li smajt kummenti validi ħafna min-naħa tal-kelliema ta` l-opożizzjoni l-frame of mind tagħhom għadu kważi l-istess.", "Il-partit Nazzjonalista fehem li fl-1997 kellna kemm il-problema tal-quantity kif ukoll tal-quality, din ta` l-aħħar għadha sal-lum, u ma setax jaqbad u jindirizza ż-żewġ affarijiet.", "Jekk inti m'għandekx ilma x'idawwar f'sistema ta' pompi li jekk ma jkollokx xi ħaġa għaddejja fiha se tirrendiha għal aktar ħsarat bilfors trid l-ewwel tindirizza l-problema tal-kwantita`.", "Anke l-mod tal-produzzjoni li qed issir fil-WSC juri biċ-ċar li l-kwantita' llum qiegħda fil-fatt tonqos għaliex kien hemm żmien fejn kien hemm ammont sostanzjali ta' telf ta' ilma.", "Allura kien ċar li kienet tajba l-policy li l-partit Nazzjonalista l-ewwel jimbarka fuq il-produzzjoni.", "Jekk ma zzidtx il-kwantita` inti tkun tonqos minn dak li llum fil-fora internazzjonali huwa meqjus bħala dritt fundamentali tal-bniedem.", "L-ilma mhux biss huwa l- ħajja ta' l-individwu, tal-pjanti u ta' kull ħaġa ħajja, imma huwa wkoll l- ħajja ta' l-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment pajjiżna li huwa mdawwar bil- baħar u huwa semi-arid zone fil-Mediterran bi klima li aktar ma jgħaddi ż- żmien iktar qed issir klima li tixbah lil tad-dezert.", "Fil-fatt anke fir- rapport jingħad li f'dawn l-aħħar tliet snin kellna nixfa relattiva u allura dak li jinżel mis-sema qiegħed dejjem jonqos u ovvjament il- kwantita` ta' l-ilma li ġejja minn dan is-sors qiegħda dejjem tonqos.", "Dan ukoll juri li jrid ikollok policy li biha jkollok biżżejjed kapaċita` li inti tipproduċi l-ilma.", "Sur President, il-kritika li smajt min-naħa l-oħra kienet bażikament li dan ma kienx gvern għaqli.", "Il-gvern għaqli huwa bħal tal-bibbja meta kien hemm dawk ix-xebbiet għaqlin u x-xebbiet mhux daqstant għaqlin.", "Meta tiġi fi żmien meta trid żżid il-provvista ta' l-ilma trid issib dik il-capacity li għandek bżonn għax wieħed ma jistax ikun jaf kemm se tagħmel xita.", "Irridu nagħmlu enfasi anke politikament li huwa dan il-gvern li kien qed jagħraf x'inhuma l-bżonnijiet f'dan il-qasam u dejjem mexa fuq l-esperti tal-WSC.", "Jien nieħu gost nisma` ċerta kritika fejn tidħol l-organizzazzjoni u l- kordinament bejn il-kunsilli lokali u l-awtorita'.", "Jien naqbel li għandu jkun hemm ħafna iktar kordinament u ħafna iktar accountability u responsabbilta' għax l-ilma m'huwa prerogattiva ta' ħadd.", "L-ilma huwa ta' kulħadd.", "Nerġa` ngħid, din il-ġimgħa kelli l-opportunita` nisma fuq is- sistemi ta' l-ilma f'pajjiżi totalment differenti minn xulxin.", "Kulħadd għandu problema ta' l-ilma fid-dinja, anke pajjiżi li għandhom ħafna xmajjar, lakes u l-muntanji.", "Anke dawn għandhom il-problemi tagħhom għax għandhom ħafna pollution.", "Is-sistema tagħna hija sistema għalina waħedna.", "Hawn nixtieq nagħmel appell lill-poplu Malti kollu u ngħidlu kemm għandna bżonn nħarsu lejn dan ir-riżors bħala riżors nazzjonali, kemm għandna nibżgħu għalih u kemm għandna nedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna u lil kull min juża l-ilma, għax ilma jista` jkollna biex ninqdew imma nafu li rridu nħallsu prezz għalih.", "Illum hemm mezzi effettivi ħafna kif nistgħu nagħmlu użu ħafna aħjar mill-ilma.", "Sur President, dan ir-rapport għat-tielet sena konsekuttiva qed juri l-mod kif qed nittrattaw l-ilma.", "Ma nistax noqgħod nidħol fid-dettall, imma iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiżdiedu t-testijiet fuq affarijiet kimiċi bħalma huma heavy metals u pesticides.", "Anke fuq dawk li huma mikrobi li jinstabu fl-ilma, it-testijiet dejjem qegħdin jiżdiedu.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istudji dwar il-kwalita` ta` l-ilma jara x'avvanzi kbar qegħdin isiru f'dan il-qasam.", "Qatt m'hu biżżejjed, pero` wieħed bilfors irid ifaħħar lill-korporazzjoni għall-mod li bih qiegħda timxi f'dan il-qasam.", "Dejjem qiegħda ddaħħal aktar testijiet biex ikollna kwalita` ta` ilma aħjar u biex inkunu nafu iktar x'qegħdin nixorbu u x'qegħdin nikkonsmaw.", "Sur President, punt importanti li nixtieq nitkellem dwaru huwa l-użu ta' l- ilma għall-biedja.", "Huwa importanti li l-ilma tat-tisqija għalkemm ikun second class water ikun ta' kwalita' tajba wkoll għax indirettament dan l- ilma se jiġi fis-sistema tagħna meta aħna nieklu l-prodott li jagħmel il- bidwi u allura s-saħħa tagħna se tkun affettwata.", "F'pajjiżna wieħed ma jridx iħares lejn il-kwalita` ta` l-ilma kif iħarsu lejha l-pajjiżi tat- tielet dinja fejn l-ilma ikun kontaminat u huwa l-kawża ta' miljuni ta' mwiet fit-tfal taħt is-sena.", "Mhux minn dak l-aspett irridu inħares lejn l- kwalita` ta` l-ilma, imma rridu nħarsu lejn il-fatt li din tista` taffettwa l-mod kif jaħdem il-ġisem tagħna bil-kimiċi li jkun fih għax dan jista` jġib mard tal-kanċer, mard tal-qalb u mard ieħor.", "L-ilma huwa persentaġġ għoli ħafna fil-ġisem tagħna.", "Tant huwa għoli li kważi jaffettwa kull sistema li għandna f'ġisimna.", "Allura rridu bilfors nqiesu li kull investiment li jsir f'dan il-qasam m'huwiex investiment moħli imma huwa investiment fis-saħħa tal-poplu.", "Jekk aħna verament nemmnu fis-saħħa tal-poplu u allura ma nħarsux lejn dan il-qasam bħala xi oġġett li faċilment tista' tipprivatizzah jew b'ximod jew ieħor tagħmel użu minnu għal skop kummerċjali.", "F'pajjiżi fejn għandek ir-riżors ta` l-ilma f'idejn ħaddieħor, hija issue taħraq ħafna.", "Nerġa` ngħid aħna verament indipendenti f'din il-ħaġa għax għadna l-baħar madwarna u għandna s-sistema ta' l- aquifers, u aħna rridu nkunu li nieħdu ħsieb dan ir-riżors tant mportanti.", "Jekk verament qegħdin inħarsu lejn is-saħħa tal-poplu jeħtieġ li nkomplu nżidu dawn it-testijiet.", "Jiena nemmen li dawn it-testijiet li qegħdin isiru xtaqna nagħmluhom fil-passat imma ma setgħux isiru għax fil-passat lanqas ilma biżżejjed ma kien qed ikollu l-poplu Malti.", "Illum qed nitkellmu fuq nitrates u fuq il-chlorides u fuq il-livelli li huma aċċettti mill-Unjoni Ewropea, u jekk aħna nies irridu nimxu ma' dak li huwa stabbilit.", "Jiena ma neħux pjaċir li għadna ma lħaqniex ċerti livelli skond kif stabbilit mill-WHO u l-gvern irid ikompli jinvesti biex nilħqu dawn il- livelli.", "Huwa importanti li l-gven ma joqgħodx lura millii jinvesti f'dan il-qasam u milli jforni dawk il-bżonnijiet kolha li jinħtieġu biex nipproteġu dan il-wirt li hu marbut ma' l-oqsma kollha tal-ħajja u mas- saħħa li tant qegħdin niddefendu.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li Malta ħadet u qed tieħu sehem f'fora internazzjonali fuq l-ilma bħala dritt fundamentali tal-bniedem u hemm bżonn li jsir kull sforz biex kull persuna fil-pajjiż ikollha ilma biżżejjed għaliha u tkun informata fuq il-kwalita` ta' l-ilma li hi qed tieħu biex vermanet ikollna pajjiż b'saħħtu kif ilkoll nixtiequ.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, kif ġew espressi l-veduti taż-żewġ naħat ħadd ma jista' jaħrab mill-fatt li l-ilma huwa l-ħajja.", "Li jinkwetani huwa li f'dan id-dibattitu ħareġ ċar kemm il-gvern għadu lura f'dik li hija viżjoni dwar is-sistema idroloġika f'pajjiżna.", "Irrid nifraħ lill-Onor.", "Louis Buhagiar u lill-Onor.", "Charles Buhagiar, li b'xi mod jew ieħor kien il- bniedem responsabbli mill-ħidma li twettqet mill-gvern preċedenti Laburista f'dan il-qasam, għall-interventi li għamlu.", "Għalkemm in-naħa tal-gvern ma tagħtix kashom, għax prattikament kienu interventi li dejjem sostnejnihom matul dawn l-aħħar erba' snin, l-interventi li għamlu sħabi jirrappreżentaw veru d-direzzjoni u l-pass li pajjiżna għandu bżonn jagħmel biex verament jibda jerġa` jirrijabilita l-ħażna ta' l-ilma ġiri.", "Din hija xi ħaġa marbuta ma' l-istorja ta' pajjiżna.", "Meta ġew il-kavallieri f'Malta kienu sabu li l-unika sors ta' għajxien f'din il-gżira kien jiddependi mill-ħidma li n-nies tal-qedem ipprattikaw f'pajjiżna, jiġifieri l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ biex meta tagħmel ix- xita jipproteġu l-ftit ħamrija li kien hawn f'dawk iż-żmenijiet.", "Għax l- ilma huwa l-ħajja l-kavallieri raw kif investew f'din il-metodoloġija ta' dak iż-żmien u naturalment kienu fost l-iktar nies li rrijabilitaw il- kampanja ħalli din tibda tagħti l-ħajja u ċ-ċivilta` bdiet ittejjeb il- viżjoni soċjali tagħha.", "Sur President, qabel l-Unjoni Ewropea kien hemm il-Ġnus Magħquda u flimkien fasslu metodi kif l-iktar nies intelliġenti jkollhom l- opportunita` li jiltaqgħu flimkien u naturalment jagħtu linji ċari u jagħmlu rakmandazzjonjiet dwar l-żviluppi meħtieġa biex kull pajjiż jaġġorna magħhom ħalli s-sens komun ikun dejjem prattikat.", "Il-World Water Council kien u għadu jirrikmanda lil kull gvern biex l-ilma tax-xita ma jaħlihx kif għamel dan il-gvern matul dawn l-erba` snin.", "Issa hawn intqal li l-ministru tal-biedja jinsab inkwetat għax jissaddu gaġeġ.", "Jien m'għandix tjort jekk inhu nkwetat.", "Imma dawn qegħdin hemm u ġew rikmandati minn esperti ta' l-Unjoni Eworpea u mill-aqwa istituzzjonijiet fir-reġjun tal-Mediterran u huma l-iktar metodi sostenibbli fiċ-ċirkostanzi ta' din ix- xorta.", "Aħna x'imkien bħaċ-Chadwick Lakes li kien frott ta' dawn l-aħħar 150 sena fil-gżejjer tagħna konna qed nittrattawh b'dak il-mod.", "Imbagħad kellna rdumijiet li għandhom rabta storika, bħall-irdumijiet tat-tafal sensittiv ta' l-Imtarfa u ta' l-Imdina li nipproteġu s-soil erosion u ma nħalluhomx ikomplux iċedu bil-konsenturi li fihom ttrattajnihom mod ieħor.", "Hemmhekk kien hemm lazz li kien qed iżomm dak it-tafal li b'xi mod jew ieħor kien ġie rijabilitat fiż-żmien u minflok konna se nirranġawh bis- sistema tal-gaġeġ konna se nużaw sistema ta' zkuk biex meta jeġra` jinbena l-ħajt tas-sejjieħ dan ikollu support ħalli ma kull ilma tax-xita li jiġi ma jerġax jinfaqa'.", "Allura permezz t'hekk konna qed niddiversifikaw fil- ħiliet tal-ħaddiema tagħna.", "Wieħed irid jgħid sew jekk għandek perit u sew jekk m'għandekx, inti trid tifhem ir-responsabbilta` u trid tagħti s-sehem tiegħek għal din ir-responsabbilta.` Aħna, permezz tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk, taż-żewġ tarznari u tad-dipartiment ta' l-agrikoltura bdejna nintroduċu dawn is-sistemi biex il-ħaddiema tagħna jidiversifikaw fil- ħiliet tagħhom ħalli fil-pajjiż ikollna ħaddiema mħarrġa mingħajr ħafna daqq tat-trombi.", "Aħna għalhekk insemmu Chadwick Lakes, u nieħdu gost li l- ministru ddeċieda li hemmhekk isir ftit embellishment wara erba' snin.", "Dan jagħmel tajjeb għar-riabilitazzjoni tal-flora u tal-fawna.", "Barra minn hekk wieħed jieħu pjaċir meta jmur f'din il-parti ta' Malta.", "Nawgurawlu li jagħtuh il-flus biex ikompli.", "Hawnhekk irrid ngħid li ma kellux għalfejn iħalli erba' snin jgħaddu biex jibda din il-ħaġa.", "Anke l-Unjoni Ewropea kkritikatna li m'għandniex kapaċita` amminstrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp rurali.", "Irrid ngħid li aħna permezz tal-pjan ta' l-urban and rural planning konna ħejjejna numru ta' inizajttivi biex nibnu minn fuq s'isfel f'dan il-qasam kemm mil-lat ta' ħaddiema kif ukoll mil-lat ta' esperti kemm fil-qasam ta' l-ekoloġija kif ukoll fil-qasam tal-ġeoloġija.", "Aħna pprovajna li Maltin, Ewropej u Mediterranji jkunu flimkien f'din il-ħaġa.", "Fir-revista \"Medit\", Prospettive e Proposte Mediterranee – Rivista di Economia, Agricoltura e Ambiente - li l-president tagħha ma nafx jekk għadux l-istess imma dak iż- żmien kien il-Prof.", "Salvinu Busuttil - Malta ġiet magħrufa bħala l-gżira li qed tagħmel l-ewwel proġett ta' din ix-xorta.", "Kif għadu kemm qal sieħbi l- Onor. Francis Agius l-ilma huwa l-ħajja għat-tjur u għall-bhejjem, għan- nies, għat-turisti u għall-pjanti.", "L-ebda ħajja ma tibda mingħajr l-ilma u għax irrispettajna s-sens komun konna qlajna mertu għax intqal li dawn huma inizjattivi u l-gvern ta' Malta dak iż-żmien kien ingħata l-prosit.", "Ma qalulniex kif qaltilhom l-Unjoni Ewropea li ma kellniex kapaċita` amministrattiva jew ma kellniex pjan għall-iżvilupp rurali.", "Il-Prof.", "Salvinu Busuttil jidhirli li llum huwa l-ambaxxatur ta' Malta għall- Portugal u għal Franza u qed insemmih biex ma jaħsibx li qed nitkellem fuq xi persuna li konna nafdaw aħna u huma ma jafdawx.", "Hawnhekk bilfors ikolli ngħid li hija ħaġa ta' l-iskantament kif il-media tagħna ma tipprovax imqar terfa' responsabbilta` li ġġiegħel lil dan il- gvern jirrealizza kemm huwa gvern skadut, kemm huwa gvern li qed jagħmel ħwejjeġ kontra l-interess nazzjonali.", "Kienet l-oppożizzjoni li per eżempju f'dan il-Parlament ġibdet l-attenzjoni li ma kienx biżżejjed li dan il- gvern jaqla' tumakka mill-Unjoni Ewropea li m'għandux kapaċita` amministrattiva f'dak li huwa żvilupp rurali.", "Per eżempju jiena ġbidtlu l- attenzjoni li qed isiru ħitan tal-konkors minflok tas-sejjieħ fl-iktar żoni sensittivi.", "Hawn qed nirreferi għall-parti fejn hemm it-tafal ta' l-iMtarfa fejn għandek unique scene, fejn jekk jiġu miljun turist dawn kollha jitilgħu hemm biex jaraw l-iMdina.", "X'għamlu( Tefgħu blokki tal-konkors li fihom m'hemmx biodiversita`.", "F'dawn il-blokki la jgħix il-gremxul, la jgħixu s-sajba sajbona u lanqas jgħaddi l-ilma li jibgħatilna Alla meta tagħmel ix-xita.", "Dawn jgħaffġu u jkissru u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Meta ġbidt l-attenzjoni lill-Ministru Tonio Borg dwar dan hu qalli - u dan wara erba' snin – li qed jagħmlu esperimenti fuq il-panewijiet tal-konkors.", "Qed indaħħku n-nies, u jien għalhekk qed ngħid li l-media għandha tagħmel il- parti tagħha f'dan il-qasam mhux qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Dan qed jagħmel esperimenti fuq panewijiet tal-konkors f'areas sensittivi ta' din ix-xorta.", "Jiena hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru Tonio Borg jekk il-MEPA ġietx konsultata.", "Qed nistaqsih għax minn b'risposta għal-mistoqsijiet parlamentari 36363 u 36624 il-Ministru għarrafni li jinsab informat li", "\"...rigward il-każ ta' Triq Burmarrad, fit-28 ta' Ottubru 2002 inħareġ mill-MEPA ordni ta' waqfien skond l-Att ta' l-Ambjent ta' 2001 fuq id- dipartiment tat-toroq talli ġew imwaqqgħin il-ħitan tas-sejjieħ u minflok ġew mibnija ħitan bil-kantuni.\".", "L-argument x'inhu( Huwa tajjeb li jsiru rapporti b'mod professjonali imma f'ġieħ is-sewwa s-sens komun jitlob mhux li jkollna presentation tajba ta' rapport, imma li fi gżira bħal tagħna ma jsirux affarijiet ta' din il- kwalita'.", "Dan aktar u aktar meta nikkonsidraw li din hija gżira fejn il- biedja u s-sajd huma l-unika riżorsi naturali li għandna u dawn, speċjalment il-biedja, jiddependu daqstant mill-ilma ġieri bħalma tiddependi l-ħajja ta' kuljum tagħna.", "Is-sens komun jitlob li l-gvern għandu jipproteġi l-ambjent ħalli Malta tkompli tkun magħrufa ma' l-erbat irjiħat għall-ambjent sabiħ tagħha.", "Is-sens komun ma jitlobx li Malta tispiċċa umiljata b'dan il-mod.", "Nuża l-kelma umiljata għax aħna ma m'għamilniex biss biss ix-xogħlijiet f'Chadwick Lakes imma konna nagħmlu xogħlijiet fuq numru ta' widien oħra.", "Bdejna wkoll inħarrġu ħiliet ġodda f'dak li huwa l-agri-ecological survey.", "Il-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-agrikoltura flimkien ma' espert - f'dan il-każ il-persuna kienet Lebaniża li kient għamlet course ta' tmien snin fuq din il-prattika ġewwa Foggia fl-Italja – kienu bdew jagħmlu analiżi tal- livelli ta' l-ilma u tal-karatteristiċi tal-ħamrija ħalli jkollna management mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma imma wkoll ħalli nindirizzaw il-problema tad-diżertifikazzjoni.", "Illum tistħi tmur fil- kampanja.", "Ma baqax ħajt tas-sejjieħ, u ħadd ma jagħti kas ta' xejn, l- importanti li nagħmlu koċċ ħitan tal-konkors għax dawk ittellgħu l- kummissjonijiet.", "L-aqwa li ħokkli hawn u ħokkli hemm għax l-elezzjoni tasal.", "Mr Speaker, permezz ta' l-agri-ecological survey konna qegħdin noħolqu l- istrutturi tanġibbli li jħosshom il-bidwi għax kienu qed jarahom isiru.", "B'mod jew ieħor konna qegħdin inrawmu dawn il-ħiliet fost il-ħaddiema tagħna biex il-bidwi jkun jaf li għalkemm għandu drip irrigation, jekk dik ix-xitla tiflaħ żewġ taqtiriiet u tagħtiha tlieta din tmarradha bil-moffa.", "Imbagħad ikollok tagħtiha mediċina biex tikkontrolla dik il-moffa u dik il- mediċina tispiċċa f'livelli ta' nitrat jew affairjiet oħra li jaffettwaw l- aquifer.", "Aħna konna naħdmu katina u kif qal sieħbi l-Onor.", "Buhagiar ma konniex imbeżża' mis-sadid.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ovvja!", "Jekk il-water council jgħid li fi żmien 30 sena dak il-materjal irid jibda jitneħħa.", "Meta jibda jitneħħa naturalment fi żmien 30 sena tkun ħadet il-qagħda u s- sistema ta' idroloġija tkun reġgħet ġiet riabilitata allura l-affarijiet ikunu jistgħu jaħdmu waħedhom.", "Sur President, irrid ngħid li lili jinkwetani l-fatt li jiġi hawn il- Minsitru Ninu Zammit jitkellem dwar l-istorm cycles u jgħid li għandna storm cycle ta' ħames snin, u għandna storm cycle ta' 10 snin, u għandna storm cycle ta' 15-il sena imbagħad nafu li f'erba' snin m'għamel xejn.", "Jiena kont nistenna li jekk hu għandu f'moħħu li jintroduċi sistemi differenti, f'dawn l-erba' snin messu ġab ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-esperti li jien nifhem li baqa' f'kuntatt magħhom.", "Irrid ngħid ukoll li safejn naf jien il-protokoll li aħna konna rrattifikajna ma' l-istitut agronomiku ta' Bari hemm għadu.", "Nifhem li hemm baqa' u għalhekk għandu jiġi u jagħtina statement hawnhekk u jgħid jekk l- istitut agronomiku ta' Bari kienx qed jagħmel xogħlu sewwa meta kien irrikmanda li jsiru dawn il-gabjuni, dawn il-gaġeġ.", "Għandu jgħidilna wkoll jekk illum għadhomx se naħdmu fuq din l-istess sistema.", "Hekk ikunu kredibbli.", "Aħna ma ntroduċejniex din is-sistema hekk, minn jedna pero' l- Ministru minn jeddu ġie hawn u qagħad jgħid li dawn il-gaġeġ jissaddu.", "L- esperti jgħidu li dawk jissaddu wara tletin sena u huma liċenzjati bħala l- iktar metodi sostenibbli li jridu jipproteġu l-valangi tal-ħamrija milli jaqgħu.", "Dawn huma marbutin flimkien u joffru resistenza mingħajr m'għandna għalfejn nagħmlu l-konkos, mingħajr m'għandna għalfejn nagħmlu l-vireg tal- ħadid u mingħajr m'għandna ntellgħu kontijiet għoljin li mbagħad awtomatikament ma nkunux nistgħu naffordjaw nirriabilitaw l-elementi ekoloġiċi, ġeoloġiċi u idroloġiċi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Ministru sabiex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, nixtieq nibda nagħmel osservazzjoni.", "L-ewwelnett jiddispjaċini ngħid li kien hemm daqsxejn miżinterpretazzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar il-mod kif wieħed jaqra ċ-ċifri.", "Dawn huma argumenti li smajnihom fil-passat u sfortunatament għadhom jibqgħu jiġu ripetuti anke llum.", "Ħalli naqbad l-ewwel wieħed.", "Fl-ewwel paġna tar-rapport annwali hemm li l- produzzjoni ta' l-ilma sa l-1994 jew 1995 baqgħet tiżdied imbagħad naqset.", "Minħabba f'hekk iż-żewġ kelliema ta' l-oppożizzjoni qalu li kien hemm over investment fir-reverse osmoses plants u li ma messniex investejna daqshekk fihom.", "Jiena nixtieq infakkar, għaliex naħseb li l-Onor.", "Membri tan-naħa l- oħra nsew, li tant kien hawn nuqqas ta' ilma li minkejja li l-gvern ta' wara l-1987 investa bil-kbir fir-reverse osmosis plants iktar ma stajniex inlaħħqu mad-domanda.", "Fl-istess ħin, kellna problema wkoll għaliex is- sistema tad-distribuzzjoni kienet imtertqa u kien hemm leakages left, right and centre.", "Illum l-oppożizzjoni qed tgħidilna li messna l-ewwel sewwejna s-sistema tad- distribuzzjoni imbagħad iddeċiedejna kemm nipproduċu ilma.", "Sur President, aħna għamilna t-tnejn, pero' ħadd ma kien jaf dak iż-żmien eżattament id- domanda fejn se tilħaq.", "Kien hemm investiment qawwi fil-produzzjoni u kien hemm investiment qawwi fid-distribuzzjoni.", "Kien biss fl-1994/1995 li kien hemm turning point, u t-turning point kien li sena wara sena minn dak iż- żmien 'il hawn l-ammont ta' l-ilma li qed jiġi prodott f'pajjiżna fil-fatt qiegħed jonqos minn sena għal sena għaliex konna qed innaqsu l-ħela li ssir minħabba l-leakages li kien hemm fis-sistema.", "Dan ma sarx mertu ta' xi gvern preċedenti Laburista, kien mertu tal-gvern Nazzjonalista wara l-1987 li veru ħa bis-serjeta' s-settur ta' l-ilma.", "Illum nisimgħu ħafna affarijiet dwar kemm għandna nieħdu ħsieb il-ħitan tas- sejjieħ, kemm għandna ħsieb il-widien, u kemm għandna nieħdu ħsieb il- boreholes, kemm dawk illegali kif ukoll dawk li m'humiex illegali, u kemm jitla' ilma minn dawn.", "Nisimgħu ħafna minn sħabna tan-naħa l-oħra jitkellmu fuq dawn l-affarijiet, pero' meta kienu fil-gvern x'għamlu dwarhom?", "Jien ngħid li l-ikbar diffikultajiet li nħolqu għal pajjiżna kienu proprju bejn l-1971 u l-1987 meta kien hemm żvilupp bla rażan, meta ma kien hemm ħadd jikkontrolla l-iżvilupp ħlief xi interessi ta' xi wħud li anke kienu f'dan il-parlament.", "L-ikbar diffikultajiet li nħolqu għal pajjiżna kien meta konna nagħmlu t-toroq bl-amment iduru minn post għall-ieħor u addio l-kampanja u addio l-ħamrija.", "Dik hi r-realta', u għadna nsofru sal- lum.", "Iva, veru sar investiment qawwi biex aħna nkunu nistgħu nżidu l- produzzjoni u biex inkunu nistgħu ntejbu d-distribuzzjoni imma Alla jbierek il-kritika ta' l-oppożizzjoni kienet li nvestejna wisq fil-produzzjoni.", "Imbagħad meta jgħidu li nvestejna wisq x'qed jgħidu?", "Għaliex illum hemm excess capacity fl-RO plants?", "Issa jien iċċekkjajt u sibt li Pembroke, per eżempju, minn 12-il trains illum qed jintużaw tmienja.", "Issa kieku aħna kellna tmienja u qed nużaw tmienja konna nkunu qed nużaw il-massimu bla l- iċken excess capacity.", "Kieku mhux biss ma kienx ikun hemm lok biex wieħed jagħmel ir-repairs li jkun hemm bżonn pero' jekk ikun hemm ħsara wieħed wieħed ma jkunx jista' jagħmel tajjeb għaliha.", "Jiġifieri għandna spazju wkoll fejn inkomplu nżidu l-produzzjoni.", "Dan hu n-nuqqas ta' serjeta' u n- nuqqas ta' għaqal?", "Il-fatt li investejna fl-infrastruttura wkoll sab il- kritika.", "Jien ngħid lill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħrabiex iunu daqsxejn oġġettivi fil-kritika tagħhom.", "Dan l-investiment ma sarx minn gvern Laburista imma sar minn gvern Nazzjonalista.", "Minflok ma jgħidu prosit ta' l-investiment, iridu wkoll jippruvaw isibu mod kif imaqdru.", "Il-kapaċita' li tipproduċi hija xi ħaġa essenzjali għal pajjiżna u t-titjib li sar fis- sistema tad-distribuzzjoni wassal biex inkunu f'pożizzjoni fejn nistgħu nnaqqsu l-ammont ta' ilma prodott minħabba t-tnaqqis fil-ħela.", "Jissemma wkoll il-fatt li kien hemm ippjanat li tista' ssir reverse osmosis plant fl-1996 in-naħa ta' Marsascala.", "Iva veru kien hemm dan il-pjan, pero' mbagħad bdejna naraw li l-produzzjoni ma kellhiex bżonn tiżdied iktar u dak il-pjan ġie shelved.", "U r-realta' hija li s'issa ma kellniex bżonnu għax aħna fortunati.", "Il quddiem wieħed ma jafx x'jista' jiġri, pero' s'issa ma kellniex bżonnu għax għandna excess capacity biżżejjed biex nilħqu mad- domanda.", "Dan kien argument fil-fehma tiegħi fallaċi li nisimgħuh kull darba.", "Qed issir kritika fuq l-investiment li sar.", "Argument ieħor fallaċi jirrigwarda t-tabella li turi r-revenue tal-korporazzjoni u din turi ż-żieda minn sena għal sena ħlief għas-sena meta kienu huma fil-gvern.", "Dan l-argument sar mill-Onor.", "Buhagiar u dan it-tnaqqis huwa dovut minħabba l-fatt li meta kien hu responsabbli ma nġabrux il-kontijiet.", "U hemmhekk kellna staġnar fid-dħul.", "Minkejja dan, għaliex ra t-tabella b'mod li r-revenue tiela' minn sena għal sena qal li dan ifisser li t-tariffi żdiedu u mhux il-gvern Laburista kien ġie għollat-tariffi.", "Imma skużi, din x'loġika hi?", "Din qed taqleb kollox ta' taħt fuq.", "It-tariffi jistgħu jeffettwaw id-dħul tal- gvern, imma kieku baqgħu t-tariffi li għaddew minn dan il-parlament fi żmien il-gvern preċedenti li kienu darbtejn jew tliet darbiet aktar.", "Ċerti industrija ta' l-ikel li għandha x'taqsam ma' l-agrikoltura – u dan hu settur li jsegwi l-Onor.", "Farrugia - kienu se jiffaċċjaw iż-żidiet enormi.", "Il-verita' hija li d-dħul tal-korporazzjoni żdied għaliex inġabru arretrati li kienu ġġamjaw fi żmien il-gvern preċedenti.", "Żdied għaliex kellna ammont li qed jiġi konsmat u ma kienx qed jiġi billed minħabba difetti fil-meters u dawn ġew meta ġew mibdula dan l-ammont ikkonsmat beda jiġi billed.", "M'hu veru xejn li r-revenue tiela' għaliex it-tariffi żdiedu.", "It-tariffi ma żdidux bil-mod kif il-gvern preċedenti kien se jagħmel.", "Dan kien se jirdoppjahom jew jittripplahom, pero' aħna kulma għamilna kienet ċaqliqa marġinali f'ta' l-ilma u s-sitwazzjoni llum hija li għandna dħul ferm iktar healthy.", "Il-gvern preċedenti proprju meta kien qed imexxi l-Onor.", "Charles Buhagiar dan is-settur, ippanikja, għamel l-affarijiet bl-amment irri spettivament mill-effett fuq l-ekonomija tagħna.", "Din wasslet għal kriżi f'pajjiżna u spiċċa f'sitwazzjoni fejn il-gvern preċedenti saħansitra waqa'.", "Nixtieq nerġa' ngħid xi ħaġa fuq ir-reverse osmosis plants.", "F'Pembroke qed nużaw tmienja minn 12-il train għal access capacity.", "Iċ-Ċirkewwa qed nużaw tlieta minn ħamsa jiġifieri għandna żewġ trains access capacity li nistgħu allura nistgħu nsejħulha reserved capacity li għandna bżonn.", "Ta' Għar Lapsi hija ro plant li tqum iktar biex tħaddimha pero' hemmhekk hemm ħamsa minn 12-il train li qegħdin jaħdmu u jrid isir upgrading tas-sistema biex hi tikkonsma inqas ilma.", "Hawnhekk kellna żewġ argumenti li fil-fehma tiegħi huma argumenti fallaċi, wieħed argument dwar ir-raġuni għaliex naqqasna l-produzzjoni, u din naqset għaliex investejna fis-sistema tad-distribuzzjoni, u l-argument l-ieħor huwa dwar żieda fid-dħul tal-korporazzjoni fejn qed jgħidu li ladarba r- revenue żdied allura t-tariffi żdiedu u dan ukoll m'huwiex il-każ.", "Fil-ftit minuti li għandi nixtieq insemmi Tax-Xwieki.", "Huwa veru li għad hemm bżonn isir investiment fis-sistema tad-distribuzzjoni, pero' bir- rispett kollu l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra qed ikunu superfiċjali fl- assessment tagħhom.", "Qed ikunu superfiċjali għaliex ir-rapport li għandi jindika li l-problema fil-postijiet tan-naħa ta' Tas-Sliema, l-East ta' Malta li qed jissuplixxi minn Pembroke direttament m'hijiex li m'hemmx post fejn taħżen l-ilma biżżejjed pero' hija d-distribuzzjoni.", "Minħabba f'hekk qed isir upgrading fis-sistema tad-distribuzzjoni biex per eżempju innaqqsu l-problema ta' waqfa ta' supply ta' l-ilma minħabba qtugħ tad-dawl.", "Ir- recovery time f'Pembroke station qed ikun wisq fejn postijiet oħrajn għaliex il-pajpijiet huma qodma u hemm bżonn jinbidlu.", "Allura qed isir xogħol biex jissaħħaħ dan il-qasam kif ukoll qed issir preparazzjoni biex jinbnew ir-reservoirs li jridu jibnew tax-Xwieki.", "Diġa' sar environmental impact assessment intern mill-korporazzjoni u s-sena d-dieħla se jsir environmental impact assessment estern magħmul minn esperti minn barra l- korporazzjoni.", "Dawn se jippreparaw ukoll id-design.", "L-intenzjoni tagħna hija li sa Jannar 2004 jiġi maħruġ it-tender u sa l-aħħar ta' Settembru 2004 tibda l-kostruzzjoni fuq dawn ir-reservoirs.", "Dan huwa proġett kbir li jiswa madwar Lm10 miljun u hemm limitazzjonijiet ukoll kif wieħed jipprogramma dawn it-tip ta' proġetti.", "Naturalment qed nitkellmu fuq spiża li se tidher fuq l-2004.", "Din mhux qed tidher fl-accounts ta' 2003 allura dan il-paniġierku li smajna għax m'hu qed jidher xejn fl-accounts ta' 2003 hija xi ħaġa superfluwa u daqsxejn teatrali.", "Qalu: Imma kif hawnhekk ma hawn xejn fuq dan!?", "Dażgur għax dik qed tiġi programmata iżjed tard meta wieħed jista' jkollu sorsi ta' fondi aktar wesgħin milli s'issa kellna.", "Sur President, kellna kritika li dejqitni li qisu m'aħniex qegħdin inkunu soċjalment konxji biżżejjed tal-ħteġijiet tal-poplu tagħna.", "Qalu, x'jiġifieri li l-WSC għamlet 3,400 request biex jinqata' d-dawl?", "Irridu niftakru li l-ilma qatt ma jinqata' lil min jħallasx pero' meta jkollok l- ewwel reminder u ħadd ma jagħti kasha, t-tieni reminder u jerġa' ma jkollokx tweġiba u mbagħad ikollok final reminder mill-Enemalta u jkun hemm każi fejn jinqata' d-dawl.", "Il-korporazzjoni, peress li hi responsabbli mill-kontijiet, kif tara li kont qed jaqa' lura, ċertu ammont wara t-tieni reminder tagħti parir lill-Enemalta li dan il-kont waqa' lura biex l- Enemalta trid tieħu passi.", "U fil-fatt kien hawn min tkaża min-naħa l-oħra għax kien hemm 3,400 request fl-aħħar ta' dan it-tip mill-WSC lill- Enemalta.", "Kien hemm xi qtugħ ta' dawl f'dawn il-każi kollha pero' kien tkażar kbir min-naħa l-oħra li għax tlifna l-kuxjenza soċjali.", "Donnhom insew meta għola d-dawl u l-ilma b'dawk l-ammonti.", "Kien hawn il-Perit Mintoff minn din in-naħa stess li qalilhom li l-kuxjenza soċjali tliftuha, imma issa għandna lil xi ħadd li qed jitkaża min-naħa l-oħra fuq il- kuxjenza soċjali għaliex kien hemm dawn it-3,400 request.", "Irrid ngħid li jien mort lura fl-istatistika u sibt li fl-1998 n-numru ta' requests li kien hemm mill-WSC meta kien hemm il-gvern Laburista kienu mhux 3,400 jew 4,000 jew 5,000, imma kien hemm 8,120 request biex l-Enemalta taqta' d-dawl.", "Irridu noqogħdu attenti kif inpoġġu d-diskors u għalhekk qed ngħid li din id-diskussjoni fuq dan il-punt dejqitni, għaliex qegħdin ninterpretaw l-informazzjoni b'mod li qisna qegħdin nisparaw il-kanuni kollha u qed ngħidu li dan il-gvern m'għandux kuxjenza soċjali.", "Jekk nuża l-istess argument ngħid li l-gvern laburista ma kellux kuxjenza soċjali doppjament għax kellu aktar mid-doppju, kważi t-triplu tar-requests biex jinqata' d-dawl tal-households tagħna.", "F'ġieħ is-sewwa, Sur President, irridu npoġġu kollox fil-kontest tiegħu.", "Issa dawn it-8,000 request taħt il- gvern preċedenti mhux għalxejn saru, imma għaliex ħafna nies ma setgħux iħallsu daqskemm kien qed jogħla d-dawl u l-ilma u spiċċaw se jaqtgħu d- dawl ta' 8,000 ruħ.", "Hawnhekk għandna oppożizzjoni li parti kbira tagħha kienet fil-gvern dak iż-żmien u ħafna minn dawn li tkellmu kienu wkoll fil- Kabinett u jrid jġorru r-responsabbilta' kollettiva tad-deċiżjonijiet li ħadu wasslu għar-rata ta' tliet darbiet iktar biex jinqata' d-dawl tal- konsumaturi Maltin għaliex ma kenux jaffordjaw iħallsu l-kontijiet li għamel il-gvern preċedenti.", "Dik hi r-realta', u hemmhekk hemm in-nuqqas ta' kuxjenza soċjali.", "Hemmhekk iċ-ċittadin kien qiegħed jiġi l-aħħar.", "Dik is- sitwazzjoni fil-fatt wasslet biex tant kien hemm garr li wassal biex anke min-naħa tagħhom ma vvutawx u waqa' l-gvern.", "Dik hija s-sitwazzjoni u allura naħseb li fuq dan is-suġġett m'għandniex niftħu kotba dwar il-kuxjenza soċjali.", "Naħseb li l-kuxjenza soċjali vera kienet intilfet mill-gvern preċedenti bil-mod irresponsabbli li kien jieħu d-deċiżjonijiet.", "Jien ħarist lejn ir-records li kien hemm biex nara fuq liema bażi l-gvern preċedenti ħa d-deċiżjoni li ħa u rriżultali li dawn ma għamlux analiżi sewwa.", "Għamlu analiżi f'sens ta' paniku u ma tawx każ ta' l- impatt fuq il-konsumaturi tagħna, anzi għamlu taxxa fuq kull bieb.", "Issemmew ukoll is-sewage treatment plants.", "Is-sewage treatment plants se jsiru, l-ewwel waħda se ssir f'Għawdex u se tqum bejn Lm4 miljun u Lm5 miljun u se ssir mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li aħna rridu wkoll niftakru li kieku aħna m'aħniex fit-triq għal sħubija din irid iġorrha l-poplu Malti.", "(Interruzzjonijiet) Xi ħadd qed jgħidli li m'hu veru xejn.", "Jien ma nafx x'inhuma jgħidu li m'hu veru xejn.", "Il-verita' dik hi, li se ssir sewage treatment plan, l-ewwel waħda f'Għawdex, din se ssir bi grant mill-Unjoni Ewropea u se ssir iktar tard.", "Diġa' ssemmit din, diġa' issemmiet minn Verheugen stess meta kien hawnhekk.", "Fuq il-programm \"Xarabank\" kellu mistoqsija fuqha stess u fuq il-lokalita' fejn se ssir.", "Minkejja dan l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra qed jgħid li mhu veru xejn.", "Skużi, imma r-realta' hija realta', iċċekkjawja u mhux tibqgħu tgħidu li m'hu veru xejn.", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni taċ-chief executive u l-paga tiegħu.", "Qalu li din il-ħaġa semmiha wkoll l-ombudsman.", "Hawnhekk għandek forma ta' kritika.", "Issa jien diġa' tkellimt f'dan il-parlament fuq din.", "L-ewwelnett għedt li jien ħassejt li l-ombudsman ħa falsa stikka kbira.", "Issa l-ombudsman jien ili nafu xi 30 sena jew 25 sena u ma nafx għaliex ittratta dan il-każ b'mod leġġer kif ittrattah.", "Għaliex?", "Għaliex iċ-chief executive li aħna mpjegajna, impjeganih mis-settur privat u allura ridna nagħmlu matching mal- paga li għandu fis-settur privat fl-interess li nkomplu ntejbu fuq ix- xogħol li kien għamel ta' qablu li mar fir-resources authority.", "Dan għamel xogħol tajjeb ukoll, pero' ridna nagħtu sens ta' direzzjoni anke minn xi ħadd ġej mis-settur privat.", "Naturalment ir-remunerazzjoni li kellna nagħtuh kienet naturalment konsistenti ma' dak li kien qed jaqla' barra, ma' kumpannija privata li għandha suċċess kbir.", "L-ombudsman ħadha bħala każ ta' irresponsabbilta', u għalhekk ma nistax nifhmu.", "Barra minn hekk ma nistax nifhem lanqas għaliex tan-naħa l-oħra jsemmuha wkoll din il-ħaġa.", "Qed ngħid hekk għaliex fi żmien gvern preċedenti Laburista kien hemm persuni, per eżempju ċ-chief executive ta' l- IPSE biex ma nsemmix l-isem, li ngħata paga ekwivalenti daqs taċ-chief executive tal-lum.", "Dan ħames snin ilu qed ngħid meta huma kienu fil- gvern.", "Allura fuq liema kriterju wieħed jipprova bħalma għamel l-ombudsman jikkritika mingħajr m'għandu l-fatti u l-oppożizzjoni sfortunatament tkompli tagħżaq fl-ilma u tibni fuq argument fallaċi?", "Gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 impjega iktar minn persuna waħda b'salarju ta' Lm21,000 jew Lm22,000 fid-drydocks.", "Ara dak iż-żmien, l-ombudsman ma tniffisx.", "Imbagħad għaliex aħna sibna lil xi ħadd mis-settur privat biex jagħmel xogħol u jagħti ċertu input differenti fil-korporazzjoni, allura hemmhekk sar skandlu.", "Irrid nirriferi wkoll għall-kumment li sar li kien hemm xi kuntrattur li kien ipprova jaggredixxi liċ-chairman u ma tteħdux passi.", "M'hu veru xejn li ma tteħdux passi.", "Fil-fatt il-każ ġie rrapportat lill-pulizija, tela' quddiem il-qorti u huwa ngħata sentenza sospiża għal sena sħiħa.", "Fil-fatt dan il-kuntrattur ma jistax ikellem liċ-chairman ukoll.", "Xi kultant jiġru dawn l-affarijiet, huma ċertament affarijiet inaċċettabbli li wieħed irid jieħu l-passi kollha u fil-fatt ittieħdu l-passi li kellhom jittieħdu.", "Li wieħed jipprova jkompli jibni fuq din l-istorja tassew hija xi ħaġa li fil- fehma tiegħi twaqqa' l-livell tad-diskussjoni li biex ngħid kollox ma kienx livell ħażin.", "Kien hemm partijiet mid-diskussjoni ta' l-Onor.", "Membri tan- naħa l-oħra li hemm qbil anke minn din in-naħa fuqhom, pero' kien hemm partijiet, bħal meta ssemma' dan il-każ, fejn ħadu falza stikka.", "Kien hemm każ ieħor ta' xi tifel ta' kuntrattur li dan ukoll għamel xi azzjoni u l- pulizija qed tinvestiga.", "Dan il-każ fil-fatt se jitla' l-qorti, jiġifieri l-każi qegħdin jiġu tackled u jien ma narax għaliex wieħed għandu jipprova jimplika affarijiet li m'humiex hekk.", "Issemma l-każ tal-welfare fund.", "Iva, Sur President, aħna kburin li rnexxilu jintlaħaq ftehim ma' l-union biex titwaqqaf welfare fund li għaliha jikkontribwixxu l-ħaddiema u anke l-korporazzjoni.", "Din qed isservi biex anke toħroġ insurance li diġa' qegħdin jibbenefikaw minnha xi ħaddiema.", "Dan huwa pass pożitiv li qed isir bil-koperazjoni ta' kulħadd.", "Sfortunatament fl-annual report dan ma ssemmiex bi żvista jew għax ma laħaqx daħal.", "Dan huwa pass pożittiv u wieħed m'għandux joħloq qorti fuqu.", "Niġu għal punt ieħor qabel jispiċċali l-ħin li huwa ta' sustanza wkoll.", "Nixtieq nirreferi għall-polishing plant li qed tinbena f'Għawdex.", "Hawnhekk qed isir investiment ta' Lm350,000 din is-sena u qed isir biex inkunu nistgħu nsaffu aħjar l-ilma li jitla' minn taħt l-art f'Għawdex.", "Kellna kritika fejn intqal li missna nesportaw l-ilma minn miċ-Ċirkewwa, Malta għal Għawdex u ma noqogħdux nonfqu spiża kapitali biex nagħmlu dan il- polishing plant.", "Jiena kultant nissorprendi ruħi fuq il-livell ta' l- argument.", "Aħna ħarisna lejn din il-ħaġa li semma' l-Onor.", "Membru wkoll pero` għal diversi raġunijiet sibna li ma kenitx l-aħjar triq li kellna nimxu.", "Il-pipeline biex nesportaw l-ilma minn Malta għal Għawdex kien sar 20 sena ilu u bil-mod kif qed jgħidu tan-naħa l-oħra konna nżidu l- fraġilita` tas-sistema Għawdxija.", "Għaliex( Għax inti qed tiddependi fuq l- external source meta bit-trattament ta' l-ilma li hemm f'Għawdex stess ikun jista' jkollok sistema li hija iktar self sufficient.", "(Interruzzjonijiet) Veru, mhux għal kollox għax hemm ċerti xhur li jkollok tagħmel boosting ta' l-ilma f'Għawdex speċjalment fis-sajf, imma differenti milli tkun komkompletament dipendenti fuq l-ilma li jiġi bilfors minn Malta.", "Il- verita` hi li din l-option ġiet studjata pero` rriżulta għal diversi raġunijiet, inkluż raġunijiet ekonomiċi u anke' ta' sigurta` li jekk Għawdex għandek riżorsi, aħjar tuża lilhom.", "Fil-fatt dan huwa investiment li kont nistenna lill-Onor. membri tan-naħa l-oħra li jaqblu dwaru għgħax hemm bżonn isir.", "Kont nistenna li naqblu li għandna nagħmlu sforz iktar biex l-ilma jiġi inqas kontaminat kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta.", "F'dan il-każ bdejna l-proċess li nsaffu l-ilma ta' taħt l-art bir-reverse osmosis plant li se tibda topera s-sena d-dieħla u din se twassal biex il-kwalita` ta' l-ilma f'Għawdex jilħaq il-livelli ta' l-Ewropa.", "Hawnhekk irrid ngħid li s'issa ma smajt lil ħadd min-naħa l-oħra li qal li huma meta ffriżaw l-applikazjoni ta' sħubija kienu lesti li jilħqu dawn il- livelli rikjesti mill-Ewropa tal-kwalita` ta' l-ilma.", "Ħadd minnhom ma kkonfermali din pero' jien konvint li bil-mod kif imxew anke per eżempju fuq il-kontijiet ta' l-ilma u ż-żidiet li kien hemm, dawn ma kienux se jikkonsidraw din it-tip ta' spiża f'Għawdex.", "Anke llum kważi qed jgħidu li ma jaqblux magħha.", "Aħna qed naħdmu biex intejbu mhux l-ilma ta' Għawdex biss imma ta' Malta wkoll, u dan se jseħħ bili f'Malta nagħmlu blending bħala l-ewwel pass u bħala tieni pass nagħmlu l-polishing plants wkoll.", "Dan ifisser tibdiliet fis-sistema u jfisser ukoll li finalment se jkollna ilma li huwa ta' kwlaita` ferm iktar konsistenti madwar il-gżejjer tagħna.", "L-ilma li se jkun ta' kwalita` aħjar kemm fit-togħma kif ukoll fl-ingredjenti li se jkun fih jew li mhux se jkun fih għax se jkun jilħaq il-livelli Ewropej.", "Ir-riżultat ta' l-upgrading hu li fis-soċjeta` tagħna nkunu nistgħu ngħixu livell ta' ħajja iktar għolja.", "Dan l-investiment essenzjali li għamilna fil-passat bil-provi qed igawdi minnu pajjiżna kollu.", "Aħna se nkomplu nagħmlu l-investiment biex fil-futur niżguraw li dan ir-riżors ikun adegwat għall-ħteġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni.", "Il- mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfieq tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għas-sena 2002 u 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara", "THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfieq tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għas-sena 2002 u 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "363 FAVUR : 32", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 24", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Brincat Leo |Farrugia Noel | |Buhagiar Charles |Gulia Gavin | |Buhagiar Louis |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Issa nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 27 ta' Novembru, 2002 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari;", "Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2002 – 2003 – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni. ------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, xtaqt nieħu ftit ħin minn dan l- aġġornament, biex nitkellem dwar is-sitwazzjoni li jinsabu fiha numru ta' residenti li joqogħdu fin-naħa ta' San Ġiljan magħrufa bħala l-Balluta.", "Ir- residenti li jgħixu f'dawn l-inħawi għandhom tgerfixa sħiħa fis-sistema tat- traffiku lokali fejn, tista' tgħid, hemm xogħlijiet kbar ta' kostruzzjoni għaddejjin f'kull triq u wieħed jiskanta kif il-MEPA tista' tħalli daqstant numru ta' proġetti jsiru f'zona waħda b'detriment għar-residenti ta' l- inħawi.", "Qiegħed ngħid hekk għax din is-sitwazzjoni ma bdietx illum imma ilha għaddejja għal dawn l-aħħar sentejn.", "L-ewwel kellna t-tħaffir biex issir lukanda fejn hemm il-villa ta' Cassar Torreggiani, liema lukanda qiegħda ssir fil-qalba fejn jgħixu mijiet ta' residenti.", "Dan il-proġett għadu għaddej sal-lum b'periklu kontinwu għar-residenti.", "Apparti dan, inbeda l- proġett ta' l-ex Queen's Hall, li qiegħed ftit 'il bogħod minn dan il- proġett li rriferejt għalih qabel u hemmhekk l-istess, sar tħaffir bil-hi- mac, li għal xhur sħaħ kien ta' inkonvenjent kontinwu u l-proġett għadu għaddej, għandek il-proġett ta' biswit il-Galaxy Hotel, fejn kien hemm l- istess problema tal-hi-mac u issa li l-bini nbeda, dan qed joħloq inkonvenjent kontinwu għar-residenti, għandek żewġ blokki ta' appartamenti telgħin fi Triq il-Kulleġġ l-Antik.", "Imbagħad biex tgħaxxaq kollox, il- ministeru tar-riżorsi u infrastruttura beda t-tielet fażi tal-proġett tal- Balluta.", "Jiena mhux qed ngħid li ħażin li jsir proġett infrastrutturali biex jitkompla dak li sar f'Ta' Sliema u San Ġiljan, għalkemm dan ilu għaddej erba' snin biex isir, pero` tajjeb li wieħed ifakkar li fl-istess post fejn qed isir dan il-proġett, lejliet l-elezzjoni ta' l-1996, intefqu eluf kbar ta' liri biex issir kollox ġdid u dan ġara madwar sitt snin ilu biss!", "Jiena nixtieq nirrimarka li dan ix-xogħol qed isir fid-distrett tal- Ministru responsabbli u b'kumbinazzjoni qed isir ftit metri il-bogħod mill- area fejn joqgħod l-istess Ministru u fejn dan il-Ministru jgawdi appoġġ kbir.", "Sur President, meta sar il-proġett fl-1996, jiena kont membru fil-kunsill lokali u veru kien hemm bżonn li jsir dan il-proġett għax kien hemm telqa' kbira f'dawk l-inħawi, imma ladarba sar dan il-proġett, dan imissu sar b'mod serju u dak li qed isir illum, missu sar dakinhar u mhux issa, wara sitt snin biss qed jerġa' jitkisser kollox b'konsegwenza li nħlew dawk l- eluf tal-liri kollha!", "Jista' xi ħadd issemmili post ieħor fejn f'sitt snin sar, inqala' u reġa' sar!?", "Ma nafx kemm hawn għax f'Malta hawn toroq u bankini li ilhom xi 15 jew 20 sena biex isiru imma f'dan il-post partikolari, għax jiġi fid-distrett tal-ministru, hemmhekk isiru dawn l- affarijiet għax reġgħet waslet l-elezzjoni.", "Jiena ngħid li dan qed isir bħala eżerċizzju propagandistiku mill-ministru.", "Mela issa saret drawwa li jintbagħtu fuljetti lir-residenti kollha tad- distrett u ġo fihom ikun hemm ir-ritratti tal-ministru u tal-proġetti li saru u qed isiru.", "Dawn il-fuljetti jiġu printed – u rrid ngħid li bħala presentation tkun ta' l-aħjar kwalita` għax dawn jagħżlu l-aħjar printers għal dawn l-affarijiet – mqassma u mpustati mill-fondi pubbliċi.", "Apparti dan, issir show fil-pjazza tal-Balluta biex taparsi qed jagħmlu wirja ta' kif se jsir il-proġett.", "Mela jsir show u jintbagħtu l-fuljetti prattikament dwar proġett li sar sitt snin ilu u b'hekk qed issir kampanja elettorali mill-ministru mill-fondi pubbliċi!", "Sur President, jiena qed ngħid dan kollu għax żgur ma kellux ikun il- Ministru tar-Riżorsi Umani u Infrastruttura li jkompli jżid ma' l- inkonvenjent tar-residenti ta' l-inħawi li ilu għaddej għal dawn l-aħħar sentejn!", "Mela dan il-Ministru qabad u għamel dan l-eżerċizzju propagandistiku mill-fondi pubbliċi b'konsegwenza li għalaq diversi toroq u ma ssib parking imkien, ir-residenti ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu, storbju ta' makni għaddejjin minn filgħodu sa filgħaxija makni u taħwid nobis fit- traffiku.", "Dan l-inkonvenjent laqat lir-residenti li joqogħdu fit-Trejqet ta' San Ġiljan, fi Triq il-Bajja, f'Telgħet San Ġiljan, fejn joqgħod il-Ministru, fi Triq il-Kbira u Birkirkara Road li hija arterja pubbliku u li wara li tħalliet imkissra dan iż-żmien kollu, din it-triq issa ġiet fgata bit- traffiku minħabba l-egħluq ta' ċerti toroq.", "Għandek Triq Ġorġ Borġ Olivier fejn ħlief trabijiet, ħmieġ, makni, inġenji u tkissir ma tarax.", "Għandek ir- residenti ta' Triq il-Karmelitani, Triq Scicluna, Triq is-Sur Fons, Triq Telgħet il-Bajja, Triq il-Kulleġġ l-Antik, li ilhom għaddejjin minn dan il- martirju ta' storbju u trabbijiet għal aktar minn tliet snin.", "Nixtieq insemmi l-proġett tal-lukanda li qed tinbena fejn hemm Villa Cassar Torreggiani.", "Dwaru r-residenti jgħidulek li huma disgustati kif fuq wara ta' villa ta' prestiġju bħal dik - jiena niskanta kif joħorġu l-permessi f'dan il-pajjiż! - issib balla konkos tielgħa u addio patrimonju u wirt storiku.", "Fuq affarijiet oħra bħal dawn ma jagħtux permessi, imma hemmhekk mexxew!", "Tara l-kuntrattur għaddej bil-bajli tal-konkos minn fuq il-bjut tar-residenti u minn fuq il-karozzi li jkunu għaddejjin u Allaħares jinqala' xi ħaġa għax imutu in-nies.", "Apparti dan il-periklu, ix-xogħol jibqa' għaddej saħansitra sad-9.00 pm bl-istorbju kollu li jġib miegħu.", "B'konsegwenza t'hekk, ir-residenti ma jistgħux joqogħdu naqra fil-kwiet.", "Mela fis-sajf, ir-residenti ibatu minħabba l-inkonvenjent ta' l-istorbju kkawżat min-nies u turisti li jiġu jżuru dawk in-naħat u issa dawn spiċċaw b'dan l-inkonvenjent ta' l-istorbju anke fix-xitwa.", "Issa, l-Ministru biex ikompli jgħaffiġha, ried jagħmel dan l-eżerċizzju propagandistiku u proprju meta għaddej dan ix-xogħol kollu fl-inħawi, beda jagħmel xogħol li suppost sar suret in-nies, sitt snin ilu lejlet l-elezzjoni u mhux sar ta' kafkaf għal skop ta' eżerċizzju propagandistiku!", "Issa l-istess qed jagħmel!", "Sur President, din hi propaganda rħisa min-naħa tal-Ministru pero` hi propoganda li tiswa' ħafna flus lill-poplu Malti.", "Irrid ngħid li fuq il-proġett tal-lukanda ta' ħdejn Villa Cassar Torreggiani, isiru rapporti lill-pulizija imma ma jiġri xejn!", "Tgħid għax l- kuntrattur hu min hu?", "Jiena ma nafx imma l-pulizija jinjoraw ir-rapporti li jsirulhom!", "Jekk resident ifettillu jitkellem, bil-kemm l-istorja ma ddurx kontrih!", "Dan mhux il-mod kif iċ-ċittadini għandhom jiġu trattati f'dan il-pajjiż, wisq aktar ċittadini li investew eluf ta' liri u għamlu sagrifiċċji personali biex xtraw id-dar tagħhom f'dawk l-inħawi u llum spiċċaw f'nofs zona ta' chaos sħiħ, b'tisbit u storbju ta' inġenji għaddejjin minn filgħodu sa filgħaxija, periklu kontinwu u spazju fejn tipparkja karozza ma ssibx.", "Minkejja dan kollu, għal awtoritajiet konċernati qisu m'hu qed jiġri assolutament xejn.", "Jiena ma nafx min ħa d-deċiżjoni li jdawwar is-sistema tat-traffiku u jagħmel ħafna zoni ta' no parking pero` dawn żgur li ma jimpurtahomx mir- residenti!", "Min għandu l-garaxx jirranġa imma min m'għandux x'jiġrilu?", "Dan ma naħsbux fih?", "Sur President, din m'hijiex kwestjoni ta' xhur imma ta' snin.", "Aħna nafu li fiz-zona li qed insemmi hemm ħafna anzjani jgħixu u dawn ċertament jixirqilhom trattament aħjar.", "Jekk għandu jsir xi ħaġa, dan għandu jsir b'mod ippjanat u mhux ikun hemm zona u jinbdew skoss proġetti f'daqqa bħal ma ġara f'dan il-każ!", "Fejn hi l-MEPA li l-gvern tant jiftaħar biha?", "Ċertament m'huwiex ippjanar li tħalli jsiru sitt proġetti ta' dan il- kobor kontemporanjament u b'konsegwenza t'hekk tispiċċa tagħlaq it-toroq ta' kullimkien!", "Dan huwa nuqqas ta' ippjanar li minħabba fih qed ibatu r- residenti li joqogħdu fl-inħawi.", "Ċertament mhux l-ministru jbati, għax dak tiġi l-karozza għalih, tipparkja quddiem il-bieb, toqgħod tistennih u malli joħroġ, titlaq.", "Jiena smajt li fadlilhom xhur sħaħ biex dan il-proġett, dan l-eżerċizzju propagandistiku tal-Ministru, jitlesta.", "Ovvjament dan sejjer jitlesta lejliet l-elezzjoni biex imbagħad il- ministru jmur jaqta' iz-zigarella, jagħmel ir-reception tas-soltu u jerġa' jqassam skoss leaflets -imħallsin minn flus il-poplu - lir-residenti ta' l- inħawi biex juri x'għamel.", "Pero` ormai din hija storja antika, fl-1996 għamel l-istess.", "Jiena ngħid li hija rresponsabbilta' li qed jerġa' jirrepeti l-istess eżerċizzju għax dan m'huwiex qed jagħmlu minn butu imma qed jagħmlu mill-fondi pubbliċi, fondi pubbliċi li kkontribwew għalihom anke ir-residenti ta' dawn l-inħawi u li llum qed ibatu l-konsegwenzi ta' dan l-istess eżerċizzju propagandistiku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet, delegazzjoni Maltija fformata miż-żewġ naħat tal-Kamra pparteċipat fl-assemblea parlamentari bi prova tal-parlament ewropew.", "Din id-delegazzjoni Maltija kienet magħmula mid-deputati Michael Frendo, Jason Azzopardi u Dolores Cristina għan-naħa tal-gvern u Jose` Herrera, Carmelo Abela u s- sottoscritto min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Id-delegazzjoni ipparteċipat f'mock trial bi preparazzjoni ta' dak li se jseħħ wara t-tkabbir li jmiss ta' l-UE.", "Din id-delegazzjoni rat u missek b'idejha l-mod ta' kif il- parlament ewropew se ikun qed jaħdem wara t-tkabbir u għaldaqstant, dan kien mument storiku li kiteb paġna ġdida fl-istorja ewropeja.", "Il-partit Laburista pparteċipa f'din is-seduta mhux biex jieħu l-okkazjoni u jattakka l-politika tal-gvern preżenti u lanqas biex jirkeb il-karru politiku ta' l-istess gvern iżda biex iwassal il-messaġġ tiegħu f'dan il- forum wkoll.", "Jiena jiddispjaċini li kien hemm xi ftit setturi tal-media lokali li nterpretaw din il-parteċipazzjoni tal-partit Laburista b'mod ironiku għax din kienet interpretazzjoni żbaljata u partiġġana minn nies li jattakkaw dak kollu li jagħmel il-partit Laburista minflok jipprovaw janaliżżaw il-pożizzjoni tal-partit tagħna b'mod demokratiku u oġġettiv.", "Dawn ħsiebhom biss biex jikkritikaw u jipprovaw iwaqqgħu għar-redikolu dak kollu li jgħid u jagħmel il-partit Laburista.", "Il-qasma demokratika li hawn f'dan il-pajjiż hi qasma li ma tistax tiġi njorata għaliex apparti li l-partit Laburista hu gvern alternattiv u apparti l-fatt li l-partit Laburista diġa` qed igawdi minn appoġġ kbir li se jwassal biex jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, dan il-partit għandu politika li ġiet deċiża b'mod demokratiku fil-partit stess u ġiet deċiża wara ħafna studju u riċerka fuq is-suġġett.", "Il-membri tal-gvern – mil-ogħla sa l-anqas wieħed – juru arroganza kbira meta jinjoraw dak li qed naħsbu aħna għax ma jaqblux magħna.", "Dan hu attakk vili lejn il-prinċipji fundamentali tad- demokrazija għax f'demokrazija, wieħed mhux biss għandu jisma' dak li jgħid ħaddieħor imma irid jirrikonoxxi u japprezza l-opinjoni ta' dak li jkun.", "Il-partit Laburista mhux qed jinjora dak li qiegħed jgħid il-gvern, m'aħniex qed ninjoraw kull ħaġa li mhux qegħda fil-politika Laburista f'dan ir-rigward, anzi aħna ma niddejqu xejn ngħidu li qegħdin insegwu mill-qrib u b'interess u b'ħeġġa kbira, it-tkabbir ta' l-UE.", "Dan mhux xi kontradizzjoni għax bla dubbju ta' xejn, b'Malta jew le, it-tkabbir u l- integrazzjoni ta' l-UE se tibqa' għaddejja u aħna nisperaw li dan il- proċess jibqa' għaddej kif inhu għaddej.", "Faċilment ngħid li anke f'għajnejna, għalkemm ma naqblux ma sħubija sħiħa, dan il-proċess tat- tkabbir qed jagħmel il-ġid lil pajjiżna, qed jagħmel il-ġid lir-reġjun ewropew u qed ikun ta' benefiċċju wkoll għal pajjiżi mediterranji oħra.", "Aħna ngħidu li rridu UE li hi b'saħħitha, rridu UE stabbli, rridu UE bi strutturi li jagħmlu ġustizzja mal-membri tagħha.", "Dak li hu ta' vantaġġ – dan esprimejtu jiena għan-nom tad-delegazzjoni Laburista fil-parlament ewropew – għall-UE, għandu jkun ta' vantaġġ għal pajjiżi li huma ġirien tagħha, inkluż ta' Malta.", "Qed nuża l-kelma ''ġirien'' apposta biex infisser il-fatt li inti jkollok relazzjoni ma' l-UE imma mhux bilfors tkun membru sħiħ tagħha.", "Jiena qed ngħid li dan it-tkabbir hu ta' vantaġġ għall-UE u hu ta' vantaġġ għal dawk il-pajjiżi li jfittxu relazzjoni fejn huma jkunu partners ma' l-istess UE bħal ma qed ifittex il-partit Laburista.", "Dik hi r-raġuni tal-parteċipazzjoni tagħna f'din l-assemblea parlamentari.", "Aħna mhux qed nitkellmu fuq biża' imma qed nitkellmu fuq politika reali b'mod pro-attiv.", "Aparti dak il-forum, aħna – bħala delegati laburisti - qegħdin nitkellmu dwar dan anke fil-COSAC meetings li qed isiru b'mod regolari bħala parti minn struttura ta' l-UE.", "Nitkellmu dwar dan anke fil- kumitat konġunt bejn il-parlament Malti u l-parlament Ewropew, dak li hu magħruf bħala l-Joint-Parliamentary Committee fejn delegazzjoni tal-partit Laburista tattendi b'mod regolari f'dan il-kumitat li hu ffurmat minn deputati parlamentari ewropej u deputati tal-parlament Malti.", "Qed nitkellmu dwar dan u naħdmu fuq dan permezz ta' proposti li qed inmexxu fil- konvenzjoni għall-futur ta' l-ewropa.", "Dan kollu juri li l-partit Laburista m'għandux biża' u ma jridx ibeżża' Sur President.", "Dawn huma ħsibijiet li jiena qed nagħmel b'buona fede u bħala ewropew.", "Bħala ewropew, jiena konvint mill-mudell ewropew u qed nitkellem fuq dawn il-ħsibijiet f'isem ta' partit li jrid jara lil pajjiżu jtejjeb ir- relazzjonijiet li għandu ma' l-UE u f'isem partit li jrid jara li pajjiżu jkollu livell ta' għixien fost l-aħjar fl-ewropa u żgur mhux anqas minn dawk ewropew.", "Jiena rrid nara li Malta tkun ċentru finanzjarju u ċentru tas-servizzi.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu aħna u fuq dawn il-kriterji, il-partit Laburista sejjer jimmudella l-politika ewropeja tiegħu, il-mudell ta' partnership mibni fuq il-kummerċ ħieles u ko-operazzjoni fis-setturi varji bħal per eżempju, l-agrikoltura, l-qasam ta' l-edukazzjoni - u mhux qed nirriferi għal dik terzjarja biss – l-qasam taż-żgħażagħ, il-qasam tas- sigurta` u l-qasam tax-xogħol parlamentari.", "Dawn huma t-tip ta' mudell li aħna nixtiequ li nimxu fuqu fil-partnership tagħna, partnership li se tkun mibnija fuq ftehim bejn Malta u l-UE.", "Dan hu l-messaġġ li l-partit Laburista qiegħed jara li jwassal fid-dettal lil elettorat Malti u dan hu, bażikament, dak li se jiġri ftit xhur oħra wara l-elezzjoni li jmiss.", "Jiena naħseb li ma nkun qed ngħid xejn ħażin jekk ngħid li gvern Laburista ġdid se jagħti prijorita` assoluta fuq dan il- mudell ta' partnership ma' l-UE.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin, il-Kamra hi aġġornata għal għada, l- Erbgħa, 27 ta' Novembru 2002 fid-9:00 am bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KAĊĊA", "36516.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk f'każ li 'l quddiem il-kumitat ORNIS jiddeċċiedi li qed ikun hemm tnaqqis serju f'xi speċi ta' tajr li jista' jiġi kkaċċjat, dan il-kumitat jista' jordna li l-kaċċa fuq dan l-ispeċi tieqaf?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-numru ta' għasafar li jinqabdu f'Malta huwa żgħir.", "L-għasafar li jistgħu jiġu kkaċċjati f'pajjiżna jiġu kkaċċjati fil-15-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, din hi mistoqsija ipotetika u allura kull risposta li tista' tingħata tkun ipotetika wkoll.", "TARZNA – DEJN", "36517.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid illum kemm għandha dejn it-tarzna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 35929 magħmula minnu stess f'seduta 812.", "AIR MALTA – DEJN", "36518.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid illum kemm għandha dejn l-Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pożizzjoni finanzjarja ta' l-Air Malta hija spjegata b'mod ċar fir-rapport annwali tagħha.", "MEDIĊINI", "36546.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid f'dawn l-ewwel kważi għaxar xhur tas-sena kemm intremew pilloli - fi flus - mill-maħżen tal-gvern għaliex kienu skadew?", "Kemm kien l-ammont li kellhom jiġu distrutti għall-istess raġuni tul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Ottubru 2002 skadew b'kemm jiswew Lm361,266 mediċinali.", "Tajjeb li wieħed jinnota li f'dan il-perijodu prodott partikolari (Iloprost) mixtri fis-sena 1998 għal pazjent partikolari skada wara li ma laħaqx intuża għax il-pazjent kien ġie nieqes.", "Iċ-ċifra għal dan il-prodott biss kienet tammonta għal Lm179,654.", "Matul is-sena 2001 skadew b'kemm jiswew Lm270,501 f'mediċinali.", "Il-mediċini skaduti għalissa qegħdin jinżammu maħżuna separatament minn prodotti oħra sakemm tiġi stabilita sistema nazzjonali ta' kif jiġu meqruda tali prodotti.", "SKEJJEL - VAGANZI", "36550.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġranet ta' skola għal din is- sena skolastika?", "X'inhuma d-dati għall-vaganzi tal-Milied, ta' l-Għid u tas-sajf?", "Meta huma l-mid-terms?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' ġranet ta' skola għal din is- sena skolastika huwa ta' 175 ġurnata.", "Id-dati għall-vaganzi tal-Milied huma mit-23 ta' Diċembru 2002 sas-6 ta' Jannar 2003.", "Id-dati għall-vaganzi ta' l-Għid huma mis-16 ta' April 2003 sat-23 ta' April 2003.", "Iżda l-14 ta' April ingħatat holiday i/l/o 21/09/2002; il-15 ta' April ingħatat holiday i/l/o 02/11/2002; l-24 ta' April ingħatat holiday i/l/o 08/12/2002 u l-25 ta' April ingħatat holiday i/l/o 07/06/2003.", "Id-dati għall-vaganzi tas-Sajf huma mill-4 ta' Lulju u jispiċċaw fit-tielet ġimgħa tax-xahar ta' Settembru 2003.", "Il-mid term kien fl-1 ta' Novembru 2002.", "SKEJJEL INDIPENDENTI/TAL-KNISJA - ĠRANET TA' L-ISKOLA", "36551.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskejjel indipendenti u tal-knisja jibgħatux lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni n-numru ta' ġranet ta' skola f'kull sena skolastika biex ikun żgurat li jkunu viċin dawk ta' l-Istat?", "Jekk le, ma jaħsibx li tkun ħaġa tajba li dan jibda jsir?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid kemm huma l-ġranet ta' skola f'dawn l-iskejjel għal din is-sena skolastika: Il-kulleġġ San Alwiġi; il-kulleġġ De La Salle; il-kulleġġ St. Edwards; il-kulleġġ St. Martins; l-iskola tad-Dorote u l- iskola tas-Sacred Heart?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kull sena d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tibgħat lil kull skola tal-Knisja jew indipendenti n-numru minimu ta' sigħat u tagħlim li jrid isir f'dik is-sena partikolari.", "Dawn is-sigħat iridu jsiru minn kull skola, irrispettivament minn xi holidays partikolari ta' skejjel individwali.", "Dawn is-sigħat jiġu kkalkulati kull sena biex ikunu viċin ħafna dawk ta' l- iskejjel ta' l-Istat.", "Barra minn hekk, l-għalliema tal-knisja jridu jaħdmu 7.5 siegħa addizzjonali fil-bidu tas-sena skolastika biex ikunu bħall- għalliema ta' l-Istat.", "Għalkemm dawn is-sigħat, 920.50 għas-sena skolastika 2002-2003, huma komuni għall-iskejjel kollha, in-numru ta' sigħat f'jum ta' tagħlim ivarja minn skola għal oħra.", "Il-ġranet ta' skola f'dawn l-iskejjel għas-sena skolastika 2002-2003 huwa hekk:", "|Kulleġġ San Alwiġi|172 | |Kulleġġ De La |166 | |Salle | | |Kulleġġ St Edwards|166 | |Kulleġġ St Martins|167 | |L-iskola |169 | |tad-Dorotej | | |L-iskola |167 | |tas-Sacred Heart | |", "In-numru ta' ġranet ta' skola fl-iskejjel ta' l-Istat huwa 175.", "MATSEC", "36552.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonferma li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm xi każi fejn studenti ġew informati mill-MATSEC board li minħabba żball klerikali ngħataw marka ħażina u fejn qabel kienu weħlu ġew mgħarrfa li issa għaddew?", "F'kemm-il każ ġara dan u f'liema suġġetti?", "Dan ġara wara r-resits fis- SEC biss?", "Jaf li ħaġa bħal din tista' ittellef lill-istudenti milli jagħżlu l-iskola li jridu huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mit-63 talba fl-eżami tas-Sec u mill-108 talba fl-eżami avanzat u intermedjarju għar-reviżjoni tal-karti ta' l- eżami tal-MATSEC ta' Settembru, każ wieħed biss ta' żball klerikali ġie rrapportat mill-eżaminaturi.", "Dan kien fil-każ tal-Malti tas-SEC fejn ir- riżultat inbidel minn grad 6 għal grad 5.", "Il-bord tal-MATSEC informa minnufih lill-istudent konċernat kif ukoll lill-prinċipal tal-junior college fejn seta' jattendi l-istudent.", "AFM TITJIRA TA' KLANDESTINI", "36553.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36029 kif jista' il-Ministru jgħid li kollox kien normali fuq it-titjira meta l- armata ammettiet f'mistoqsija oħra tiegħi li l-lembuba tas-suldati kienet nieqsa għal xi ħin u saret tfittxija għaliha?", "Kif jista' is-supritendent inkarigat jirrapporta dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm xejn x'inżdied mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 36027.", "PULIZIJA", "36554.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħallas s'issa l-korp tal-pulizija lill-Air Malta bħala spejjeż għall-vjaġġi li saru biex iwasslu lura f'pajjiżhom immigranti illegali?", "Kemm-il darba ġie mikri ajruplan sħiħ u għal fejn?", "Kemm sewa kull darba?", "Kemm-il darba tħallas ta' immigranti illegali, wieħed u fi gruppi?", "Jista' jagħti l-figuri mill-1 ta' Jannar 2002 s'issa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ħlas kollu li sar mill-1 ta' Jannar 2002 s'issa mid-dipartiment tal-pulizija lill-Air Malta għal ġarr ta' immigranti illegali lejn pajjiżhom huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informat ukoll li ġew mikrija ħames ajruplani chartered, erbgħa għall- Eritrea li swew Lm16,759 kull wieħed u ieħor għall-Eġittu li sewa Lm11,365.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR MIS-SUR RANIER FSADNI", "36931.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni tas-safra tas-Sur Ranier Fsadni fil-Greċja li, skond ir-risposta għal mistoqsija parlamentari 34031, ġiet tiswa 'l fuq minn Lm400?", "Għal liema raġuni s-Sur Fsadni li mhux impjegat tal-foreign office isiefer a spejjeż ta' dan il- ministeru?", "ONOR.", "JOE BORG: Is-Sur Ranier Fsadni siefer biex jattendi l-laqgħa tal- forum Mediterranju f'Delos, il-Greċja.", "Din kienet laqgħa fejn kull pajjiż membru tal-forum kien mistieden li jinnomina żewġ intellettwali sabiex jattendu flimkien mad-delegazzjoni ministerjali.", "L-intellettwali ta' kull pajjiż kellhom jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar l-iskambji interkulturali u d-djalogu bejn iċ-ċiviltajiet.", "Il-Gvern Malti nnomina lill-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici u lis-Sur Ranier Fsadni, lil dan ta' l- aħħar peress li jgħallem l-antropoloġija kulturali tal-Mediterran fl- Universita ta' Malta, b'riferenza partikolari għall-Afrika ta' Fuq u tal- Lvant Nofsani.", "Fil-laqgħa tal-Greċja s-Sur Ranier Fsadni għamel proposta għall-proġett kulturali li jista' ikun organizzat mill-membri tal-forum.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR MILL-AMBAXXATUR WILLIE SPITERI", "36932.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Billi l-Ambaxxatur Willie Spiteri hu akkredit għall-Ġermanja, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni tas-safra tiegħu u tal-mara tiegħu f'Palermo fi Sqallija li ġiet tqum mas-Lm600, skond risposta għal mistoqsija parlamentari 34031?", "ONOR.", "JOE BORG: Waqt iż-żjara tal-President ta' Malta fil-Ġermanja f'Novembru ta' l-2001, l-Ambaxxatur Spiteri, flimkien miegħi, ġie mistieden mill-Viċi President ta' Daimler-Chrysler is-Sur Mathias Kleinert, sabiex jattendi għal-laqgħa tad-diriġenti tal-kumpannija u konferenza Mediterranja f'Palermo fejn jien kont mistieden bħala wieħed mill-kelliema prinċipali.", "Sussegwentement, apparti il-laqgħa tad-diriġenti, sar kunċert sinfoniku minflok il-konferenza li tħassret.", "Daimler-Chrysler xorta waħda ħarġu l- inviti għall-okkażjoni.", "L-ispejjeż tal-lukandi tħallsu mill-kumpannija Ġermaniża.", "Waqt din l-okkaażjoni ttieħdet l-opportunita li jitkattru l-kuntatti ma' din il-kumpannija kbira Ġermaniża, fosthom mal-president tal-kumpannija Dr Jurgen Schrempf.", "Riżultat ta' dawn il-kuntatti l-kumitat olimpiku Malti ġie rregalat van mill-kumpannija Daimler-Chrysler.", "Din il-preżentazzjoni saret f'Ottubru li għadda mill-viċi president tal-kumpannija li ġie Malta apposta.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR MILL-AMBAXXATUR SALVINU BUSUTTIL", "36933.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kienet ir-raġuni tas-safra ta' l- Ambaxxatur Salvinu Busuttil f'St Tropez li, skond risposta għal mistoqsija parlamentari 34031, ġiet tqum Lm1,259?", "X'kienet preċiżament l- ispiża ta' Lm232 f'others li mhijiex speċifikata?", "ONOR.", "JOE BORG: L-Ambaxxatur Salvino Busuttil ħteġlu jmur Monaco u San Tropez sabiex jiltaqa' mal-ministru ta' l-Istat għal Monaco u sabiex jieħu ħsieb il-preparamenti meħtieġa għat-tiġrija tal-yachts bejn San Tropez u Malta, magħrufa bħala Trophée Bailli de Suffran.", "Huwa attenda wkoll għall- esebizzjoni ta' kultura u arti Maltija, liema esebizzjoni saret bħala parti mill-avvenimenti marbuta mat-tiġrija msemmija.", "Rigward l-ispejjeż l-oħra ta' Lm232, dawn kienu għal-kiri ta' karozza f'San Tropez ta' Lm140 u l-bqija għal żewġ ikliet mgħotija ad unur tas-sindku ta' San Tropez u d-direttur ta' l-affarijiet barranin tal-yacht marina f'San Tropez.", "AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR - BONUS MILES", "36934.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Minħabba r-riskju li uffiċjali tal-ministeru tiegħu, fejn isir ħafna safar, jistgħu jevitaw l-Air Malta u jaqbdu kumpanniji oħra fejn is- safra tiġi tqum aktar lill-gvern biex jieħdu l-bonus miles, jista' il- Ministru jagħmel - bħal postijiet oħra - biex il-bonus miles jibda jeħodhom il-ministeru u mhux igawdi minnhom l-individwu privatament?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil-ministeru tiegħi l-ibbukkjar tal-biljetti ta' l-ajru għal safar uffiċjali huwa ċentralizzat f'taqsima partikolari fejn l-uffiċjali inkarigati jieħdu ħsieb li jidentifikaw l-aħjar rotot u jiksbu l-orħos prezzijiet għall-vjaġġi indikati lilhom.", "Għal din ir-raġuni, mhux il-każ illi dawn l-uffiċjali jeżerċitaw xi soġġettivita` billi jippriferu linja ta' l-ajru minn oħra għar-raġuni li semma' l-Onor.", "Interpellant.", "Inżid ngħid, f'dan il-kuntest, illi l-Air Malta tħaddem skema simili ta' bonus miles hija wkoll, għaldaqstant ma jreġix l-argument illi xi ħadd qed iwarrab il-linja ta' l-ajru Maltija minħabba li ma jiggwadanjax punti mingħandha.", "AFFARIJIET BARRANIN - RAPPORTI MIBGĦUTA MINN UFFIĊJAL FI BRUSSELS", "36937.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jikkonferma li wara kull vjaġġ li tagħmel minn Brussels għal Strasbourg biex issegwi s-seduti tal-Parlament Ewropew l- uffiċjal ta' l-ambaxxata fi Brussels, li isimha qed jintbagħat separatament, tibgħat rapporti ikkuppjati kelma b'kelma minn dawk li jidhru fuq il-website ta' l-istess Parlament?", "ONOR.", "JOE BORG: Ix-xogħol prinċipali ta' l-Ambaxxata fi Brussels fil- qasam tal-Parlament Ewropew huwa li jsegwi dawk l-inizjattivi li l-aktar għandhom rilevanza għal Malta u li jieħu ħsieb li jippromwovi l-interessi ta' Malta b'kull mod possibbli.", "L-uffiċjal fl-ambaxxata, li għandu responsabbiltajiet li jinkludu l-Parlament Ewropew, jirrapporta fuq dawn l- aspetti lill-ambaxxatur skond il-bżonn, kemm verbalment kif ukoll bil- miktub.", "Barra min hekk, dan l-uffiċjal ilesti żewġ rapporti ġenerali fix- xahar li jkopru l-iżviluppi fil-Parlament Ewropew.", "Wieħed minn dawn ir- rapporti jittratta biss fuq is-sessjoni plenarja ta' kull xahar u l-ieħor jifforma parti mir-rapport ġenerali ta' l-ambaxxata ta' kull xahar.", "AFFARIJIET BARRANIN - KONVENZJONI EWROPEA - SAFAR", "36939.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Kif jispjega l-Ministru li għal żewġ safriet bejn Malta u Brussels bejn l-20 u t-23 ta' Marzu, Mr John Inguanez għal travel nefaq Lm629 u Profs Serracino Inglott nefaq Lm363.90 meta Mr Inguanez huwa s- sostitut ta' Profs Serracino Inglott fil-European Convention, u kif għal safra oħra f'April fi Brussels mill-istess żewġ persuni Mr John Inguanez nefaq Lm452.30 u Profs Serracino Inglott nefaq Lm237.40?", "ONOR.", "JOE BORG: Meta rrispondejt mistoqsija parlamentari 34031, il- figuri ta' l-ivvjaġġar ma' kenux jinkludu l-50% tnaqqis li s-soltu tagħti l- Air Malta lill-impjegati tal-gvern li jużaw ir-rotot tagħha.", "Fir-rigward tal-vjaġġ ta' bejn l-20 u t-23 ta' Marzu, 2002 is-Sur John Inguanez ħteġlu jbiddel il-biljett ta' l-ajru mit-23 ta' Marzu għat-22 ta' Marzu.", "Għalhekk kellu jitħallas addizzjonalment l-spejjeż ta' biljett one way' S'issa għadu ma wasalx ir-refund dovut għar-return mhux utilizzat.", "Fir-rigward tal-vjaġġ li sar bejn l-14 u t-18 ta' April 2002, il-figura ta' Lm452.30 li ġiet indikata bħala ħlas tal-vjaġġ, kienet waħda proviżorja.", "Anke hawn dan l-ammont ma kienx imnaqqas bir-riduzzjoni li tagħti l-Air Malta.", "Fil-fatt dan it-tnaqqis issa wasal u jammonta għal Lm195.30 u allura l-ispejjeż tal-vjaġġ iridu juru Lm257.00 minflok Lm452.30.", "KUMPLESS TAL-MARSA - LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "36975.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li atleti Maltin li ser jieħdu sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ikunu jridu jitħarrġu sew fuq it-track il-ġdid li ser jitqiegħed fil- kumpless tal-Marsa, jista' il-Ministru jgħid meta dan ix-xogħol ser jibda u meta se jitlesta?", "Jaf li hemm atleti li huma mħassba li mhux ser ikollhom biżżejjed żmien biex ikunu preparati sewwa minħabba dan id-dewmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol tat-tqegħid tal-wiċċ ġdid tat- track ta' l-atletika mistenni jieħu erba' ġimgħat biex jitlesta minn meta d- dipartiment joħroġ l-ordni biex jinbeda x-xogħol.", "Minħabba li l-materjal irid jinġieb minn barra, hu mistenni li x-xogħol jibda fil-bidu ta' Jannar u jitlesta sa l-aħħar ta' Jannar.", "Jidhrilna li ż-żmien meta t-track mhux ser tkun tintuża huwa l-iqsar żmien possibbli u dan għandu jiżgura li l-atleti jkollhom żmien biżżejjed sabiex jippreparaw għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.", "Il-perijodu meta ser isir ix- xogħol jaħbat ma' dak il-perijodu fejn normalment ikun hemm l-anqas meetings ta' l-atletika fit-track tal-Marsa.", "KUMPLESS TAL-MARSA - TRACK TA' L-ATLETIKA", "36976.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid il-kuntratti għax-xogħol ta' tqegħid ġdid tat- track ta' l-atletika ngħatawx kollha?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji dwar dawk il-kumpanniji li applikaw għax-xogħol?", "Kemm kienet kull offerta u min intgħażel biex jagħmel ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kuntratt għax-xogħol tat-tqegħid ta' wiċċ ġdid tat-track ta' l-atletika ngħata.", "B'kollox intefgħu tmien offerti minn seba' kuntratturi.", "Id-dettalji tagħhom huma kif ġej:", "|Three Eight Nine Ltd |Lm109,140 | |John G. Cassar Ltd |Lm 99,413 | |A.X. Construction | Lm163,405 | |CEIS Construzioni | | |E.I.S. S.p.A |Lm97,597.50| |Mizzi Group | Lm 94,750| |M. Quip Ltd o.b.o. | Lm 84,974| |Syntek, UK | | | | | | |Lm89,205.10| |HAFFA A.G. | | | |Lm105,619.5| | |0 |", "Intgħażlet l-ewwel offerta ta' M.Quip li kienet l-aktar waħda vantaġġjuża.", "KUMPLESS SPORTIV MARSA - TINDIF TAL-KANAL", "36977.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsir tindif regolari tal-kanal li hemm fil- kumpless sportiv tal-Marsa peress li reġa' imtela bil-ħmieġ u affarijiet oħra, bil-maltempata tal-ġimgħa li għaddiet, li jista' iwaqqaf l-ilma milli jgħaddi f'xita qalila oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżultax li hemm xi materjal miġbur fil-kanal li hemm fil-kumpless sportiv tal-Marsa.", "Madankollu, għalkemm ix- xogħol tat-tindif tal-kanali jaqa' taħt ir-responsabbilta` tal-unit għall- ambjent nadif, il-ħaddiema tad-dipartiment taż-żgħażagħ u sport xorta waħda jieħdu ħsieb inaddfu, fuq bażi regolari, dik il-parti tal-kanal li hemm fiz- zona li taqa' direttament taħt id-dipartiment.", "Prova ta' kemm il-kanal qiegħed jinżamm nadif ingħatat fil-maltempata tal-bidu ta' Novembru fejn, minkejja l-intensita` qawwija tax-xita, qatt ma kien hemm periklu ta' għargħar.", "KUMPANNIJI MALTIN IBBOJKOTTJALI MINN PAJJIŻI GĦARAB", "36978.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36671, li oriġinarjament saret lill-ministru għas-servizzi ekonomiċi?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru tiegħi m'għandu l-ebda informazzjoni li xi kumpanniji Maltin qed jiġu bbojkottjati mill-pajjiżi Għarab għax għandhom kuntatti kummerċjali ma' Israel.", "MALTA RACING CLUB - XOGĦLIJIET FUQ IL-KORSA", "36983.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36680?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa` għedt fir-risposta tiegħi għal mistoqsija parlamentari 36137, il-proġetti ta' natura rikorrenti jinkludu xogħlijiet li jsiru regolarment.", "Madankollu l-ikbar spiża dejjem tkun it-tibdil tal- wiċċ tar-ramel tal-korsa li din is-sena se tlaħħaq madwar il-Lm15,000.", "Fil- fatt in-nefqa rikorrenti totali għas-sena li għalqet f'Ġunju 2001 kienet ta' Lm15,700.", "Din is-somma hija l-medja ta' l-infiq rikorrenti tal-Malta racing club committee.", "Ix-xogħol tat-tibdil tal-wiċċ tal-korsa qed isir mill-kuntrattur Philip Agius bl-għajnuna ta' l-impjegati tal-Malta racing club.", "Ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' kuljum jew ġenerali jsiru mill-impjegati tal-Malta racing club.", "MALTA RACING CLUB - XOGĦLIJIET FUQ IL-KORSA", "36984.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36681?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36137 fejn telenka numru ta' proġetti kapitali li saru u qegħdin isiru fil- korsa taż-żwiemel fil-Marsa.", "Dan minnu nnifsu huwa proċess ta' żvilupp ta' l-istess korsa.", "Wieħed ma jistax ma jinnotax it-tibdila ġenerali li saret f'dawn l-aħħar sentejn.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar l-iżvilupp konsistenti tal-korsa għandu jkompli jissodisfa lid-dilettanti ta' dan l-isport kif ukoll oħrajn li mistennija jiżdiedu.", "UE - KSI", "37070.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea ġie miftiehem li ċerti kimiċi fl-ilma tax-xorb iridu jiġu kkontrollati b'mod li jikkonformaw mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l- pjani tal-KSI sabiex dan iseħħ?", "Kemm hu l-valur tax-xogħol li hemm bżonn isir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - POWER STATION TA' DELIMARA", "37071.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea ġie miftiehem li l- power station ta' Delimara trid tikkonforma mar-regolamenti ambjentali ta' l-Unjoni, jjista' il-Ministru jgħid x'xogħolijiet hemm bżonn isiru sabiex dan iseħħ?", "Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol meħtieġ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Gvern Malti talab perijodu ta' transizzjoni ta' sentejn biex jikkonforma mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet ta' trab u ta' N.O. mill-power station ta' Delimara.", "Id-direttiva rilevanti, 88/609/EC tistabilixxi limiti għall-emissjoni ta' sulphur dioxide, N.O. u trab miċ-ċmieni tal-power stations.", "Minħabba s-sulphur dioxide ser jibqa' jintuża żejt b'massimu ta' wieħed fil-mija kubrit.", "Dwar it-trab u l-N.O. il-korporazzjoni Enemalta qed tagħmel konsultazzjonijiet u qed tistudja proposti differenti biex tilħaq dan il-għan.", "Għalhekk f'dan l-istadju għadu kmieni biex tingħata l-ispiża kapitali involuta.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - MASTERPLAN", "37072.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mid-dipartiment tad-drenaġġ mill-1999 sal-lum f'estenzjoni tad-drenaġġ u f'xogħlijiet għall- implimentazzjoni tal-masterplan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li n-nefqa kapitali fuq il- proġetti tal-masterplan tad-drenaġġ mis-sena 1999 'l hawn huwa kif ġej:", "|SENA |NEFQA KAPITALI | |1999 |Lm461,241 | |2000 |Lm367,999 | |2001 |Lm539,596 | |2002 |Lm416,220 |", "UE - IMPJANT TAL-GAS", "37073.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea ġie miftiehem li l- impjant tal-gas jiġi trasferit mill-Qajjenza għal Bengħajsa, jista' il- Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol li hu stmat sabiex isseħħ din il- bidla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa stmat li l-valur tax-xogħol biex jinbena impjant ġdid tal-gass f'Bengħajsa jlaħħaq għal madwar Lm6 miljun.", "BINI U MANUTENZJONI TA' TOROQ", "37074.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-1999 sal- lum għal-bini ta' toroq arterjali, bini ta' toroq lokali u manutenzjoni ta' toroq arterjali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq bħalissa qed jiġbor l-informazzjoni b'risposta għal mistoqsija parlamentari 36609 ta' l-istess Interpellant u għalhekk l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.", "TRAFFIC MANAGEMENT", "37075.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħtieġa li l-miżuri ta' traffic management li jittieħdu waqt xogħlijiet ta' triq ikunux apparti mid- dipartiment konċernat?", "Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid kif id-dipartiment qatt seta' japprova sistema ta' traffic management waqt ix-xogħol li qiegħed isir fuq it-triq li tagħti mis-Salini san-Naxxar li permezz ta' liema sistema t- traffiku kollu ġie devjat għal triq fin-naħa dejqa u mħarbta ħafna b'konsegwenzi serji għas-sewwieqa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn meta twaqqfu d-direttorati fl- awtorita' dwar it-trasport ir-responsabbilta` għat-traffic management fuq xogħlijiet fit-toroq ġie assenjat lid-direttorat għat-traffic management.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li hemm triq dejqa li tgħaqqad it-triq li minn Burmarrad tieħu għat-Telgħa t'Alla u Ommu u t-triq mis-Salina tieħu għan-Naxxar u li qed tintuża mit-traffiku mingħajr ma din kienet intiża bħala diversion route.", "Fil-fatt din it-triq ser tingħalaq biex ikun jista' jgħaddi water culvert li jrid isir f'din it-triq.", "OPM - KAROZZI ĠODDA", "37137.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs?", "Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid x'marka huma u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.", "POLITIKA SOĊJALI - KAROZZI ĠODDA", "37138.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs?", "Jista' jgħid minn min qed jintużaw?", "Jista' jgħid x'marka huma u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - BIRGU – DAWL FIT-TOROQ", "37161.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Birgu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-korporazzjoni Enemalta stallat 39 lampa ġdida u 11-il floodlight fil-Birgu matul il-perijodu li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għalih.", "ENEMALTA - FGURA - DAWL FIT-TOROQ", "37162.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Fgura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li bejn l-1999 u l-15 ta' Novembru ta' din is-sena twaħħlu 71 lampa ġdida fil-Fgura.", "ENEMALTA - KALKARA - DAWL TAT-TOROQ", "37163.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Kalkara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perjodu li qed issir riferenza għalih fil-Kalkara twaħħlu 36 lampa ġdida u għaxar floodlights.", "ENEMALTA - SENGLEA - DAWL TAT-TOROQ", "37164.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Belt Sengleana?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li matul il-perijodu msemmi twaħħlu 18-il lampa ġdida u tmien floodlights fl-Isla.", "SERVIZZ TA' L-E-GOV", "37165.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33859 et seq, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm mal-kunsilli lokali ta' Ħaż-Żabbar, Senglea, Birgu, Xgħajra, Kalkara u Fgura fl- istallazzjoni u aċċess tas-servizz ta' l-e-gov, jekk hemm bżonn post b'post?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kunsilli lokali kollha, inklużi dawk imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, iffirmaw u aċċettaw ir-responsabbiltajiet tal- local government electronic policy u l-gvern issa qed jgħaddi gradwalment lill-kunsilli lokali s-servizzi ta' l-e-government.", "MIMCOL – IMPJEGAT", "37166.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' personal assistant tac-chief executive fil-MIMCOL, li għalih kien hemm sejħa mill- ETC f'Settembru li għadda, ġietx mimlija jew le?", "Jekk fl-affermattiv, minn min u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-post vakanti ta' personal assistant taċ-chief executive ġie reklamat fil-gazzetti lokali fit-22, 23 u 24 ta' Settembru wara li nħareġ il-permess relattiv mill-korporazzjoni tax- xogħol u taħriġ.", "L-applikazzjonijiet intlaqgħu sat-30 ta' Settembru, 2002.", "Kien hemm 44 applikazzjoni għal din il-vakanza.", "Dawn ġew screened u 34 minnhom ġew mitluba jattendu għall-intervista.", "Minn dawn tliet persuni ġew short listed u finalment intgħażlet is-Sinjura Anne Butler.", "Din il- persuna, li ġiet impjegata mal-kumpannija b'seħħ mis-7 ta' Novembru 2002, hija gradwata u għandha l-esperjenza u r-rekwiżiti mitluba fis-sejħa għall- applikazzjoni.", "MCAST - INVENTORY OFFICER", "37167.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' inventory officer fl- MCAST, li għalih kien hemm sejħa pubblika f'Awissu li għadda, ġietx mimlija jew le?", "Jekk fl-affermattiv, minn min u xi kwalifiki għandu/ha l- persuna li ġiet ingaġġata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-intervisti biex jintgħażel l-inventory officer fl-MCAST saru u l-post dalwaqt jimtela minn min ġie magħżul skond il-kwalifiki u l-kriterji tas-sejħa konċernata.", "MTA - SENIOR EXECUTIVE HUMAN RESOURCES", "37168.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' senior executive human resources fl-MTA li għalih kien hemm sejħa interna f'Ottubru li għadda, ġiex mimli jew le?", "Jekk fl-affermattiv, minn min u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata?", "Jista' jgħid ukoll min ħa din il-kariga għandux xi parentela jew jekk huwiex qarib ta' xi mpjegat jew uffiċjal fil- ministeru?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-kariga ta' senior executive human resources ma' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu mtliet fil-21 ta' Ottubru, 2002.", "Il-kariga mtliet mis-Sinjura Jacqueline St. John nee' Cremona li għandha l- kwalifiki kollha mitluba fil-call for applications, cioe', A level standard of education u esperjenza ta' xogħol fil-qasam ta' human resources.", "L-għażla biex jimtlew karigi fl-awtorita' issir minn interviewing board kompost minn tlett uffiċjali għolja.", "Peress li l-parentela hi rrilevanti għall-għażla ma jidhirlix li għandi nwieġeb għal din il-parti tal-mistoqsija.", "ISLA - MINA TA' SANT'ANNA - RESTAWR -", "37173.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol tar- restawr fil-mina ta' Sant'Anna?", "Jista' jiġi ndikat kemm flus huma proġettati li jintnefqu?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li dan ikun aċċessibbli għall-pubbliku u jekk l-aċċess għat-torri ta' l-arloġġ hux se jsir ukoll?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-proġett tal-Bieb ta' Sant'Anna fl-Isla issa wasal fit-tieni fażi tiegħu.", "Fl-ewwel fażi ħaddiema tal-gvern kienu naddfu s-soqfa u ppavimentawhom.", "Fit-tieni fażi, li se ssir minn kuntrattur, ser isir ir-restawr tal-mina kif ukoll l-inħawi tal-ġenb, se ssir sistema tad-dawl u tiġi pavimentata d-daħla tal-mina.", "Dan il- proġett huwa stmat li jiswa mal-Lm140,000.", "Il-proġett għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera qiegħed ukoll jistudja l-possibbilta' li l-area tkun aċċessibbli għall-pubbliku.", "MAGĦTAB - KOSTRUZZJONI TA' CONTROL ROOM", "37180.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru ġentilment jgħid għalfejn il-kuntrattur tat-tender 211/01 li kien jinvolvi l-kostruzzjoni ta' control room fil- Magħtab twaqqaf f'nofs ix-xogħol għal-ebda raġuni bi ksur ta' l-istess kuntratt?", "Min awtorizza li x-xogħol imsemmi ma jitkompliex?", "X'kienet ir- raġuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-kuntrattur imsemmi kien waqa' xi ftit lura fix-xogħol u d-dipartiment ħass li seta' jintervjeni bir-riżorsi tiegħu stess biex il-proġett jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.", "SPTAR SAN LUQA U KAREN GRECH - NURSES", "37181.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru ġentilment jgħid kemm hemm nurses li jkunu on call fl-isptar San Luqa u Karen Grech?", "F'liema untis/swali qegħdin u x'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRETTORAT TAN-NURSING - STAFF", "37182.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru ġentilment jgħid kemm hemm staff jaħdem fid-direttorat tan- nursing?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent fid-direttorat tan-nursing hemm direttur u żewġ staff nurses.", "Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġu ngaġġati tliet assistenti diretturi.", "TAŻ-ŻWEJT - QASAM TAD-DJAR - TISWIJA TA' BINI", "37183.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex tiġi msewwija t-turretta maqsuma li hemm fi block C, binja 21.9.64 f'Taż-Żwejt housing estate?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "TAŻ-ŻWEJT HOUSING ESTATE - KERA -", "37184.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li l-inkwilin, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qiegħed bil-minimum wage is-sena l-oħra l-kera tal-fond li jgħix fih irdoppjatlu għal Lm56 kull tliet xhur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.", "TAŻ-ŻWEJT HOUSING ESTATE - UMDITA' F'APPARTAMENT", "37185.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Billi l-persuna, li d-dettaliji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandha ħafna umdita` fil-ħitan ta' l-appartament tagħha jistgħu jittieħdu passi mill-housing wara li ssirilha inspection tal- premises?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "TAŻ-ŻWEJT HOUSING ESTATE - PERSUNA BI PROBLEMA TAD-DROGA", "37186.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Minħabba raġunijiet umanitarji tal-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet tilfet l-impjieg fi- żmien li kienet tbati mill-poblema tad-droga, tista' l-ETC tipprova ssibilha xogħol xieraq, prefiribbilment bħala delivery man issa li huwa fieq mill-marda kiefra li kellu, aktar u aktar billi għandu familja b'żewġt itfal xi jmantni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li, bħalma jsir f'każi simili, il-korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ tagħti attenzjoni personalizzata biex jinstab xogħol adattat għall-persuna indikata.", "Ninsab informat li matul din is-sena din il-persuna ġiet rakkmandata għal xogħol fi tliet okkażjonijiet.", "Ninsab informat ukoll li fil-ġranet li ġejjin l-employment adviser tagħha ser jibgħat għaliha bil-għan li tingħata aktar attenzjoni mill-qrib.", "ANZJAN - TIĠDID TAL-KARTA TA' L-IDENTITA`", "37187.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru ġentilment jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed nehmez under separate cover u li hu anzjan ta' 91 sena u bedridden baqgħu ma marrux id-dar tiegħu biex iġeddulu l-ID card?", "X'inhi r-raġuni li meta ċċempel waħda mill-qraba tiegħu qed jgħidulha \"li jridu jgħaqqdu 4 flimkien\" meta suppost li l-proċess ta' tiġdid ta' l-ID cards f'dan il-post issa ilu li spiċċa u suppost li s'issa jafu bil-morda u l-anzjani li jridu jmorru għandhom id-dar?", "Possibbli jittieħdu l-passi neċessarji biex lil dan l-anzjan issirlu l-ID card?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi r-residenza tal-persuna msemmija hija f'lokalita` li t-tiġdid għaliha sar f'April ta' din is-sena.", "Dawk kollha rrapportati bħala housebound f'din il-lokalita` sarilhom it- tiġdid fid-dar privata tagħhom fi żmien raġunevoli.", "Iżda l-persuna msemmija kienet irrapportata ferm tard, eżattament wara nofs Ottubru 2002.", "Informat ukoll li l-uffiċċju elettorali se jieħu ħsieb jagħmel dan it- tiġdid partikolari iżda ta' min jgħid li l-karta ta' l-identita` li għandha fil-pussess tagħha din il-persuna għadha valida għall-finijiet kollha tal- liġi f'Malta."]} {"filename": "20000919_365d_par.doc", "date": "2000-09-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 365 It-Tlieta, 19 ta' Settembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 365", "It-Tlieta, 19 ta' Settembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "365", "It-Tlieta, 19 ta' Settembru, 2000", "WERREJ MINUTI 185", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 185", "TQEGĦID TA' KARTI 190", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` TA' L-ISTATISTIKA TA' MALTA (KUMITAT)", "MALTA STATISTICS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 190", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (KUMITAT)", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 208", "AĠĠORNAMENT 216", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 219", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 364 li saret fit-18 ta' Settembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ETC - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "18202.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru minn Jannar sal-lum?", "X'kienu r-raġunijiet u mil-liema lokal kienu ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l- informazzjoni mitluba għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u 31 ta' Lulju ta' din is-sena.", "TURIŻMU - SAFAR - DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "18351.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r- riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Bi tweġiba għal mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi r-raġuni li matul is-sena li għaddiet u din is-sena t-turiżmu mir-Russja naqas?", "X'għandu maħsub il-ministeru sabiex jerġa' jirriattiva mill-ġdid il- popolarita` tas-suq Russu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR MICHAEL REFALO: Mr Speaker, fil-fatt dan m'għandu x'jaqsam xejn mad- domanda oriġinali, pero` nista' ngħid li s-suq Russu nfetaħ fl-1993 u beda miexi mhux ħażin tant li nfetaħ uffiċċju mill-NTOM.", "F'Awissu ta' l-1998 kien hemm problema ekonomika kbira fir-Russja u peress li s-safar jiddependi ħafna mid-disposable income, din ħalliet effett mhux biss fuq pajjiżna imma kullimkien.", "Jidher pero` li bil-mod il-mod l-ekonomija Russa qed tirpilja u qed jirpilja wkoll is-suq Russu.", "Fil-fatt din is-sena sejrin ħafna aħjar mis-sena li għaddiet u għada għandi okkażjoni nkellem lill-Prim Ministru tar-reġjun ta' Sverlovsk, fejn wieħed mis-suġġetti li se jiġu diskussi huwa proprju dan.", "POLITIKA SOĊJALI - KONSULENTI", "18590.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18100?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18590.", "POLITIKA SOĊJALI - KORPORAZZJONIJIET", "18596.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18230?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18596.", "PULIZIJA - PERSUNI NIEQSA", "18320.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ġew irrapportati nieqsa f'dawn l-aħar tliet snin?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita` huma?", "Jista' jagħti lista tagħhom?", "Jista' jgħid kemm minn dawn fil-fatt għadhom nieqsa u kemm ilhom nieqsa?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li n-numru ta' persuni rrapportati nieqsa lill-pulizija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u d-19 ta' Lulju 2000 hu kif ġej:", "| |1998|199|200| | | |9 |0 | |Persuni |157 |183|111| |rrapportati | | | | |nieqsa | | | | |Persuni għadhom | 1 | 2|xej| |irrapportati | | |n | |nieqsa | | | |", "Ma nħossx li għandhom ikunu ppubblikati l-ismijiet ta' persuni li jkunu rrapportati nieqsa u wara rintraċċati.", "Il-persuni li għadhom irrapportati nieqsa huma raġel mix-Sri Lanka rrapportat nieqes fil-11 ta' Marzu 1998; raġel mill-Marokk li ġie rrapportat nieqes fit-12 ta` Luljju 1999; u kien hemm ukoll il-każ ta' mara Għawdxija li kienet irrapportata nieqsa nhar il-5 ta' Diċembru 1999, pero` dwar dan il-każ hemm proċeduri pendenti quddiem il-qorti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fid-dawl tal-kummenti li dehru fil- ġurnal \"The Times\" ta' nhar il-Ħadd mill-Ambaxxatur ta' l-Eġittu għar- rigward ta' ċerti diffikultajiet li ċittadini Eġizzjani qed jiffaċċjaw meta jaslu Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jinvestiga dan il-każ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Irrid nibda biex ngħid li ċittadini mill-Afrika ta' Fuq m'għandhomx bżonn visa biex jidħlu Malta.", "Madankollu dan ma jfissirx li kulħadd jista' jidħol Malta, jiġifieri l-pulizija tuża d-diskrezzjoni - peress li tagħmel ukoll ix-xogħol ta' immigrazzjoni - u tara li jekk ikun hemm suspetti li l-persuna li qed tipprova tidħol Malta m'hijiex turista bona fide, allura tirrifjuta li tħalliha tidħol minkejja li m'hemmx bżonn visa.", "Ġieli jkonna lmenti, li anke jiġu investigati, u jintalbu rapporti mill-persuni konċernati.", "Jeżistu wkoll kriterji dwar min għandu jidħol f'Malta jew le u nista' ngħid li kellna każi fejn persuni ma jkollhomx flus jew inkella jiġu Malta bil-mappa ta' l-Italja.", "Jien ma neskludix li xi kultant jista' anke jittieħed żball f'dan il-kuntest, pero` aħna nagħmlu minn kollox - jien ikolli laqgħat ta' spiss ma' l-uffiċjali ta' l-immigrazzjoni li jmexxu dak id-dipartiment - biex naraw li kemm jista' jkun ma jkunx hemm inkonvenjent għal dawn in-nies.", "Meta jkun hemm każi ġenwini dejjem jiġu investigati.", "Għedt ukoll lill-uffiċjali ta' l-immigrazzjoni biex ikun hemm kuntatt kemm jista' jkun dirett ma' l-ambaxxati ħalli meta jinqalgħu każi bħal dawn ikunu jistgħu jiġu solvuti kemm jista' jkun malajr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nifhem sew li qed jintqal li l-gvern m'huwiex se jikkonsidra li jbiddel ċerti metodi li qed jiġu applikati llum ħalli ma jkomplix jingħata l-messaġġ li b'xi mod jew ieħor hemm xi indikazzjoni ta' razziżmu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, tkellimt bil-Malti u ma ftehemnix!", "Assolutament m'għandu jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta' razziżmu f'dawn l- affarijiet.", "Anzi jiena għedt li biex żgur ma jkunx hemm lanqas biss xamma ta' dawn l-affarijiet tlabt kuntatt dirett - u ġie aċċettat u ma' xi wħud mill-ambaxxati diġa` jeżisti - ħalli meta jinqalgħu dawn il-problemi jiġu cleared kemm jista' jkun malajr.", "Kien hemm każi anke meta nies sponsorjati minn ambaxxati ħarbu lejn x'imkien ieħor.", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod attent għaliex dawn il-persuni jistgħu jingannaw mhux biss lill- awtoritajiet Maltin imma anke lill-awtoritajiet tal-pajjiż tagħhom stess.", "PTA - TECHNICAL MANAGER", "18321.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li reġgħet inħasset il-ħtieġa li fil-PTA terġa' toħroġ internal call for applications għall-post ta' technical manager?", "Jista' jgħid x'inhuma l- kondizzjonijiet u s-salarju li qed jiġu offruti għal dan il-post?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali) (f'isem il- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-persuna li llum tokkupa l-post ta' technical manager waslet biex tirtira aktar tard din is-sena.", "Il-ħtieġa ta' dan il-post hija li l-awtorita` dwar it- trasport pubbliku tagħmel it-testijiet tagħha fuq il-vetturi li jservu għat- trasport pubbliku, u dawn isiru kemm permess ta' spot checks kif ukoll testijiet perjodiċi.", "Il-kondizzjonijiet huma dawk eżistenti għal tal-lum, waqt li s-salarju għandu jkun bejn Lm6,000 u Lm7,000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi domanda dwar id-diffikultajiet li qed jinħolqu minħabba t-talba tal-kunsill lokali tar-Rabat biex tiġi ttrasferita l-venda.", "Jista' l-Ministru jara kif jista' jikkordina l- arranġamenti dipartimentali li hemm bżonn bil-għan li tiġi rrimedjata din il-problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR AUSTIN GATT: Il-ministeru tiegħi m'huwiex direttament involut.", "Minkejja kif jaħsbu ħafna, is-sistema kemm amministrattiva kif ukoll legali m'hijiex li l-ministeru tal-gvern lokali jindaħal direttament f'kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dipartimenti jew ministeri oħra.", "Anzi jekk verament nemmnu fl-awtonomija tal-kunsilli lokali, irridu noqogħdu attenti li ma noħolqux ministeru tal-gvern lokali li jieħu over din l-awtonomija billi jiġġestixxi hu l-problemi, li inevitabbilment se jinqalgħu u jkomplu jinqalgħu iktar ma l-gvern jgħaddi responsabbiltajiet lill-kunsilli lokali.", "Fejn tqum problema fuq it-trasport, kull kunsill lokali jittrattaha direttament u m'għandux bżonn intermedjarju.", "Ovvjament jien naf bil-kwestjoni li semma l-Onor.", "Interpellant kif inkun naf b'ħafna problemi li jkollhom il-kunsilli lokali ma' diversi dipartimenti u ministeri.", "Naf ukoll li għaddejjin trattattivi u li ma tiddependix sempliċement, kif naħseb jaf ukoll l-Onor.", "Interpellant, minn deċiżjoni tal-ministeru jew tal-public transport authority, imma hemm ukoll involuti s-sidien tal-karozzi li huma parti essenzjali f'kull riforma li tista' ssir.", "QORTI - TRAFFIKAR TA' DROGA", "18339.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l- aħħar ħames snin kemm tressqu persuni l-qorti akkużati bi traffikar ta' droga?", "Jista' jgħid min kienu dawn il-persuni, x'nazzjonalita` għandhom, kemm minn dawn ingħataw is-sentenza u kemm minnhom għadhom għaddejjin bi proċeduri kriminali kontrihom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed nannetti statistika tal-kawzi kriminali konnessi ma' droga bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija parlamentari minbarra l- ismijiet ta' l-akkuzati.", "KALAXLOKK - BORD TAD-DIRETTURI", "18340.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t- tentattivi ta' xogħol ġdid li saru mill-management u l-bord tad-diretturi tal-Kalaxlokk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kienu t-tentattivi tal-gvern f'dan is-sens?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn il-kumpannija tefgħet mhux anqas minn 40 offerta biex tikseb ix-xogħol għall-ħaddiema tagħha.", "Minbarra dan saru tentattivi oħra biex jinġieb xogħol bi sħab ma' kuntratturi privati, fejn il-kumpannija kellha tipprovdi l-ħaddiema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dan li qed jgħid il-Ministru jfisser li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk huma assigurati li l-impjieg tagħhom huwa salvagwardat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Basta jkunu kompetittivi meta jittenderjaw għax- xogħol.", "Mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn kien hemm żmien fejn ma kenux qegħdin ikunu kompetittivi u allura ftit kien hemm possibbilta' li jirbħu xi tender li resqu għaliha.", "Il-kumpannija Kalaxlokk trid tkun kapaċi tiġbed ix-xogħol lejha billi tkun flessibbli biżżejjed ħalli tkun kompetittiva.", "KALAXLOKK - TEAM MANIĠERJALI", "18341.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l- persuni li jifformaw it-team maniġerjali tal-Kalaxlokk?", "Jista' jgħid x'kondizzjonijiet u salarju għandhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent it-team maniġerjali tal-kumpannija huwa fformat mis-Sur Fortunato Said bħala projects manager, mis-Sur Edwin Mamo bħala administration manager, mis-Sur Alfred Zammit bħala personnel manager u mis-Sur Carmelo Borg bħala works manager.", "Peress li t-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali ma narax għaliex din għandha tingħata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fir-rigward ta' dak li qed jgħid il-Ministru u anke fir-rigward ta' dak li ntqal aktar qabel, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jgħin lill-Kalaxlokk tinvesti f'apparat teknoloġiku biex din tkun tista' tkun aktar kompettitiva?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Permezz tal-MIMCOL, il-gvern qed jagħmel dak kollu possibbli biex lill-kumpannija jġibha fuq bażi aktar kompetittiva u b'hekk hi tkun tista' tiġbed ix-xogħol lejha u tipprovdi xogħol għall-ħaddiema li fadal magħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma hemm flus ivvotati għal dan il-għan u hemm nies professjonisti li qegħdin jagħmlu evalwazzjoni tal-bidliet sostenibbli li hemm bżonn isiru bil-għan li din il-kumpannija tkun iktar kompetittiva?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Li qed isir huwa li jiġi assigurat li l-mod kif jiġu submitted t-tenders ikun tajjeb biżżejjed biex il-kumpannija tkun tista' tikkompeti.", "Hemm ukoll proċess għaddej kontinwament mhux biss mill- management team tal-Kalaxlokk imma anke bir-riżorsi tal-MIMCOL sabiex wieħed ikun jista' jżid il-flessibilita` u l-management skills li hemm bżonn, ħalli jkun jista' jagħmel monitoring aħjar ta' l-improvements u anke jinkoraġġixxi bidliet li hemm bżonn isiru.", "KALAXLOKK - BORD TAD-DIRETTURI", "18342.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l- persuni li jifformaw il-bord tad-diretturi tal-Kalaxlokk?", "Jista' jgħid x'kondizzjonijiet u rimunerazzjoni għandhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-bord huwa fformat mis-Sur Harold Walls bħala chairman u mis-Sinjuri Mario Mizzi, Saviour Ellul u Michael Gonzi bħala membri tal-bord tad-diretturi.", "Jien informat li ħadd minn dawn is-sinjuri ma jirċievi xi ħlas għas- servizzi tiegħu fuq il-bord tad-diretturi tal-kumpannija.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT - IMPJEGATI", "18425.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li l-kunsill Malti għall- isport per se m'għandu l-ebda impjegati miegħu?", "Huwa minnu li s-segretarju u l-messaġġier f'dan l-uffiċċju huma ssekondati mill-universita` u minn dipartiment tal-gvern?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar xi ħsieb għandu biex isaħħaħ l-istruttura amministrattiva tal-kunsill peress li x- xogħol kollu waqa' fuq is-segretarju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-kunsill Malti għall-isport per se m'għandu l-ebda impjegati miegħu.", "Is-segretarju eżekuttiv m'huwiex sekondat mal-kunsill iżda jagħmel dan ix-xogħol flimkien mad-dmirijiet tiegħu ta' sports manager fl-universita`, minn Mejju 1997.", "Il-messaġġier li huwa allokat mid-dipartiment taż-żgħażagħ u sport jgħin fl-uffiċċju tal-kunsill Malti għall-isport tliet darbiet fil-ġimgħa, flimkien ma' xogħol ieħor ta' messaġġier fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali.", "Diġa` saru provvedimenti biex tissaħħaħ l-istruttura amministrattiva u fil-fatt minn Ġunju li għadda intbagħtet clerk mid-dipartiment taż-żgħażagħ u sport biex tgħin lis-segretarju eżekuttiv.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18818;", "Kopja tar-rapport \"gender equality legislation strengthening of women's machinery - UNDP project\" maħruġ mid-dipartiment tan-nisa fis- soċjeta` f'Ġunju 1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18822; u", "Tagħrif dwar supportline 179, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18909.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar diretturi tal-kumpanniji sussidjarji ta' l-Air Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18908; u", "Kopja ta' OPM Circular Nru 26/2000 maħruġa fil-11 ta' Lulju 2000 dwar it-twaqqif ta' state aid monitoring board, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18939.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` TA' L-ISTATISTIKA TA' MALTA", "MALTA STATISTICS AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-18 ta' Settembru 2000)", "Klawsola 22 - Self mingħand il-Gvern.", "Clause 22 - Borrowing from the Government.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem dwar il- possibilita` li l-gvern isellef lill-awtorita` għall-ħteġijiet kapitali, li jitwaqqaf fond għal self ta' l-awtorita` ta' l-istatistika u li d-dħul mill- avvanzi lejn l-awtorita` mill-gvern imorru f'dan il-fond.", "Min-naħa l-oħra l-ħlas mill-awtorita` għandu jitqiegħed fi treasury clearance fund filwaqt li l-imgħax li tħallas l-awtorita` fuq dan is-self imur fil-fond konsolidat.", "Hawnhekk qegħdin nagħmlu struttura ta' awtoritajiet in ġenerali.", "Fil-fehma tiegħi huwa għaqli li jkollna struttura simili u nistgħa ngħid li f'dawn l-aħħar ħames snin diġa` saret ċerta spiża kapitali biex jiġi rranġat il-post.", "Xorta waħda fil-futur tista' tinqala' l-ħtieġa li jkun hemm spiża kapitali u għalhekk hawnhekk qed ngħidu kif dan ikun jista' jseħħ b'mod organizzat u konsistenti ma' l-istrutturi ta' l- awtoritajiet l-oħra li għandna fil-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, meta f'subklawsola 22 (2) jingħad li għandu jingħata avviż dwar kull self passiv jew avvanz, inkunu qed nirriferu għal legal notice?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva hekk hu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Issa niġu għall-provvedimenti ta' subklawsoli (3) u (5), fejn jissemma it-treasury clearance fund.", "Nafu li dan il-fund huwa mekkaniżmu li ilu jeżisti, pero` kien suġġett ta' kritika min-naħa tal- Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni fl-1998.", "Wieħed kien jippretendi li wara l-kritika ħarxa li saret lill-gvern Laburista għal xi użu parzjali li għamel tat-treasury clearance fund, il-gvern Nazzjonalista kienx se jaqa' li jirrikorri għalih hu stess.", "Insibha daqsxejn inkonsistenti - forsi dan huwa argument politiku aktar minn tekniku - li l-gvern qed jirrikorri għat- treasury clearance fund meta kien ikkritika l-użu tiegħu taħt l- amministrazzjoni preċedenti bħala mod ieħor kif wieħed iżid id-dejn mingħajr ma jkun jidher.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiddependi minn kif wieħed juża dan il-fond.", "M'huwiex għaqli li dan il-fond jintuża biex isostni long-term borrowing.", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod attent li jara li l-intenzjoni dejjem tkun li dan jintuża għal short-term borrowing.", "Jien naħseb li dan huwa fond li għandu utilita` bl-immaniġjar tal-finanzi tal-gvern u kif il-flus jgħaddu minn entita` għal oħra, u f'dan il-każ m'iniex qed nara niddifikulta` li jintuża t-treasury clearance fund, dejjem bil-kondizzjoni li wieħed joqgħod attent kif jużah.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 22.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Estimi ta l-Awtorita`.", "Clause 23 - Estimates of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Klawsola 23 titkellem dwar l-estimi ta' l-awtorita` u tgħid li l-awtorita` għandha tara li kull sena finanzjarja jitħejjew l- estimi tad-dħul u l-infiq tagħha u tistabilixxi wkoll li dan għandu jseħħ mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem kull sena finanzjarja.", "Din il-klawsola qed tgħid ukoll li l-estimi għandhom ikunu structured b'mod li l-infiq ta' l-awtorita` jkun qed jiġi ffinanzjat minn sorsi ta' dħul u allura ma jkollokx xi stima ta' nfiq li m'hemmx provision għaliha biex tiġi ffinanzjata.", "Dan ifisser li l-gvern xorta jista' jgħaddi l-flus lill-awtorita` imma jkun hemm sors ta' dħul u l-accounting process ikun qiegħed magħmul b'mod li ma tkunx qed tipprevedi nfiq mingħajr m'għandha sors ta' finanzjament għalih.", "L-estimi għandhom isiru f'dik l-għamla u skond kif jirrikjedi l- ministeru tal-finanzi u kopja ta' l-estimi għandha tintbagħat lill-istess ministru tal-finanzi, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat minn meta jirċievi dawn l-estimi mingħand l-awtorita`, il-ministru konċernat għandu japprovahom b'emendi jew mingħajrhom wara konsultazzjoni mal-ministru tal- finanzi.", "Dan naturalment huwa parti mill-proċess normali tal-budgeting.", "Fis-sistema li għandna llum kull dipartiment u kull awtorita` għandhom a three year business plan u allura wieħed irrid iżomm miegħu.", "Darba fi tliet snin issir laqgħa mal-finanzi dwar l-istruttura ta' dan il-business plan u naturalment f'dan il-każ dwar il-finanzjament ta' l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - L-infiq għandu jkun skond l-estimi approvati.", "Clause 24 - Expenditure to be according to approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola tispeċifika li l-infiq għandu jkun skond l-estimi approvati, pero` tagħmel ċerti provisions għal dak li jista' jinqala'.", "Fil-fatt kien hemm każi fejn, per eżempju, elezzjoni kienet issejħet fi żmien il-budget u allura l-estimi ta' ċerti awtoritajiet ma jkunux jistgħu jgħaddu mill-parlament fil-ħin previst u allura jista' jkollok problema.", "Permezz ta' din il-klawsola qegħdin nevitaw dawn it-tip ta' problemi milli jinqalgħu u qegħdin ngħidu li sa l-iskandenza ta' sitt xhur mill-bidu ta' sena finanzjarja jew sa l-approvazzjoni ta' l-estimi għal dik is-sena l-awtorita` tista' tagħmel spiża għat-twettiq tal- funzjonijiet tagħha skond dan l-att li b'kollox ma tkunx teċċedi nofs l- ammont approvat għas-sena finanzjarja ta' qabel.", "Jiġifieri fejn ikun hemm problema għax l-estimi ma jkunux għadhom għaddew, għal raġuni jew oħra, l- awtorita` tista' tonfoq bl-istess mod għal sitt xhur ta' dak li kellha fis- sena ta' qabel.", "Klawsola oħra tgħid li jista' jkun hemm trasferiment minn vot għall- ieħor fl-istess awtorita`, naturalment bl-approvazzjoni tal-ministru wara konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi.", "Din again tagħti l-flessibilita` li primarjament il-gvern huwa konċernat fuq il-vot in ġenerali pero` jekk imbagħad ikun hemm bżonn ta' ċaqliq minn vot għal ieħor fl-istess awtorita` din naturalment tista' ssir pero` għandu jkun hemm dik l-approvazzjoni tal- ministru konċernat li huwa responsabbli quddiem dan il-parlament u wkoll b'konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi.", "Hemm ukoll il-provision li estimi supplimentari jistgħu jsiru f'każ ta' bżonn u wara approvazzjoni ta' dan mill-ministru konċernat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fil-fatt il-punt li se nsemmi diġa` trattajnih il-bieraħ imma naħseb li jerġa' jsir rilevanti fil-kontest ta' din il-klawsola.", "Hawnhekk qed jingħad li l-infiq għandu jkun skond l- estimi approvati.", "Huwa veru li din is-sena l-infiq se jkun skond l-estimi approvati imma se jkollna a deficit situation qawwija ta' iktar minn Lm88,000.", "Naf li l-estimi tas-sena d-dieħla għad iridu jitressqu quddiem il-ministru tal-finanzi, u allura l-ministru għas-servizzi ekonomici għadu m'huwiex f'qagħda li jagħti indikazzjoni dwar dan, imma forsi jista' jagħtina ħjiel indikattiv dwar jekk hemmx ħsieb li fit-tieni sena amministrattiva ta' l-awtorita` id-deficit situation tagħha tiġi rrimedjata.", "It-tieni punt huwa l-kwestjoni ta' l-estimi supplimentari.", "Gvern Laburista kien ipprova - m'iniex qed ngħid li għamilha to perfection imma kien ipprova - jaqta' l-infiq supplimentari u dan ovvjament biex jibgħat messaġġ li hemm bżonn ta' aktar dixxipplina fiskali fil-pajjiż.", "Dan il- gvern jidher li mar lura għall-użu ta' l-estimi supplimentari u għalkemm il- ministru fl-ispjegazzjoni tiegħu ta ad intendere li din se tkun l- eċċezzjoni għar-regola, il-fatt li l-klawsola tipprovdi speċifikament għall- użu ta' l-estimi supplimentari jista' jagħti jagħti wieħed x'jifhem li issa mhux biss il-gvern bħala gvern ċentrali imma anke tramite l-awtoritajiet tiegħu qed jagħmel provvedimenti biex jirrikorri għall-estimi supplimentari.", "U dan jista' jibgħat messaġġ negattiv għal dak li għedt jien aktar kmieni, jiġifieri il-bżonn li ndaħħlu kuxjenza ta' dixxipplina fiskali right across the board mhux biss fid-dipartimenti governattivi imma anke fl-awtoritajiet li qegħdin jitwaqqfu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, hemm diversi modi kif wieħed jagħmel financial control u ma naħsibx li l-iktar mod għaqli huwa li taqta' b'sikkina u tgħid li jkun xi jkun il-każ ma tagħtix aktar flus minn dak li jkun hemm ivvutat.", "Dak huwa approach li uża l-gvern preċedenti u li aħna kritikajna anke mill-oppożizzjoni għaliex għedna li m'hwuiex realistiku li wieħed ipoġġi fi strait jacket lil dipartiment jew awtorita` b'mod li jekk jinqala' xi ħaġa ma tkunx jista' jvarjaha.", "L-intenzjoni tagħna hija li l- estimi supplimentari jibqgħu l-eċċezzjoni, pero` wieħed ma jistax ipoġġi fi straitjacket awtorita` bħal din b'mod li jekk per eżempju jinqala' każ fejn xi aġenzija internazzjonali li aħna membri tagħha tgħidilna li l- informazzjoni li għandha m'hijiex qed tissodisfa l-kriterji tagħha u jkun hemm bżonn li jsir eżerċizzju, dan ma jkunx jista' jsir.", "Jien niftakar każ fejn kien hemm ċerta kontroversja fuq ir-retail price index u konna ħadna deċiżjoni, midway through the year, li nagħmlu house budgetary survey ġdid, liema survey iqum ħafna aktar minn Lm100,000 biex isir.", "Jien ma naħsibx li l-abbużi jistgħu jitwaqqfu billi ma tagħmilx estimi supplimentari.", "L-abbużi jitwaqqfu with good managerial principles u li wieħed jimxi fuq il-prinċipju li jekk ma jistax jiġġustifika dak li qed jitlob għalih allura ma jingħatax dawk il-fondi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 24.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 25 - Pubblikazzjoni ta' l-estimi approvati.", "Clause 25 - Pubblication of approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem dwar il- pubblikazzjoni ta' l-estimi approvati u tgħid li l-ministru għandu ma' l- ewwel opportunita` u mhux iktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta' l-estimi u ta' l-estimi supplimentari ta' l-awtorita`, iqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, b'konsistena mal-linja li ħadna iktar kmieni, aħna nħossu li dawn mhux biss għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra imma għandhom jiġu approvati wkoll mill-Kamra, iktar milli minn xi kumitat li jista' jiddiskutihom fuq bażi ad hoc.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, huwa veru li hemm dan il-punt ta' diverġenza bejn iż-żewġ naħat - aħna qed ngħidu li l-public accounts committee huwa tajjeb biżżejjed biex jiġu diskussi dawn l-estimi f'iktar dettall u l-oppożizzjoni qed tgħid li dawn għandhom jiġu diskussi hawnhekk - pero` dan il-punt diġa` ddiskutejnih u ma naħsibx li għandna nerġgħu naqbdu fuqu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 25 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 - Kontijiet u verifika.", "Clause 26 - Accounts and audit.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, din il-klawsola tgħid li l-awtorita` għandha tara li jinżammu kontijiet għar-rigward ta' l-operazzjonijiet tagħha u tara li jitħejja prospett ta' kontijiet għar-rigward ta' kull sena finanzjarja.", "Tgħid ukoll li l-kontijiet ta' l-awtorita` għandhom jiġu vverifikati minn awditur jew awdituri li jinħatru mill-awtorita` u jiġu appuntati mill-ministru.", "Hemm ukoll provision li tgħid li l-ministru tal- finanzi, wara konsultazzjoni mal-ministru konċernat, jista' jordna li l- kotba u l-kontijiet ta' l-awtorita` jiġu vverifikati mill-awditur ġenerali.", "Fl-istess klawsola nsibu li l-awtorita` għandha tara li kopja tal- prospett tal-kontijiet, jiġifieri dik li hija magħrufa aktar bħala statement of account, għandha tintbagħat lill-ministru tal-finanzi flimkien ma' kopja ta' kull rapport magħmul lill-awdituri dwar dak l-istatement ta' l-awtorita`.", "Il-ministru mbagħad għandu jara li ma' l-ewwel opportunita` u mhux iktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta' kull prospett tar-rapport, iqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien nixtieq nissuġġerixxi li fejn f'subklawsola (1) qed jingħad li l-awtorita` għandha tara li jinżammu kontijiet u records oħra xierqa, din tiddaħħal fuq bażi ta' accruals.", "Qed ngħid hekk għaliex naf li l-gvern qed jaħdem biex idaħħal din is-sistema fil-finanzi pubbliċi, pero` l-gvern irid sas-sena 2003 biex ikun jista' jdaħħal dan il-proċess - fil-fatt dan ikkonfermah l-Ministru stess il- bieraħ.", "Jien nemmen li fir-rigward ta' awtoritajiet bħalma għandna hawnhekk, il-gvern għandu jagħti l-eżempju u jipprovdi bil-quddiem biex huma jagħtu eżempju lill-korporazzjonijiet oħrajn li jibdew jagħmlu l- accounting tagħhom fuq il-bażi ta' accruals.", "MR CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, jien nifhem l-ispirtu li qed jitkellem bih l-Onor.", "Brincat u napprezza dak li qed jgħid pero`, peress li l- intenzjoni hija li nwaqqfu l-awtorita` mill-iktar fis possibbli, naħseb li jekk indaħħlu dak li qed jissuġġerixxi l-istess Onor. Membru jista' jagħti l-każ li nkunu qegħdin intawlu l-affarijiet.", "Is-sistema ta' l-accruals hija ferm superjuri għas-sistema tal-lum għaliex inkunu nafu iktar fejn qegħdin u ma jkollniex pendenzi li m'aħniex nħarsu lejhom, pero` naħseb li wieħed irid ikun realistiku u jistenna sakemm il-ministru tal-finanzi jħoss li s-sistema in ġenerali tista' tiġi adottata.", "Pero` xorta waħda nerġa' ngħid li napprezza l-kumment ta' l-Onor.", "Brincat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Depożitu tad-dħul u ħlasijiet li jsiru mill-Awtorita`.", "Clause 27 - Deposit of revenues and payments by the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola titkellem dwar depożitu ta' dħul u ħlasijiet li jsiru mill-awtorita` u tgħid li l-flus kollha li jinġabru mill- awtorita` għandhom jitqiegħdu f'bank jew banek li jinħatru bħala bankiera ta' l-awtorita` permezz ta' riżoluzzjoni ta' l-istess awtorita`.", "Subklawsola (2) imbagħad tgħid li għandu jkun hemm uffiċjal maħtur mill- awtorita` li jkun responsabbli minn dan l-aspett ta' banking.", "Subklawsola (3) tgħid kif għandhom jinħarġu ċ-ċekkijiet; dawn għandhom ikunu ffirmati mill-uffiċjal imsemmi f'subklawsola (2) u countersigned mic- chairperson ta' l-awtorita`.", "Qed jingħad ukoll li l-awtorita` għandha tagħmel provvedimenti għar- rigward tal-mod kif il-ħlasijiet għandhom jiġu awtorizzati, it-titolu ta' kull kont miżmum f'bank jew banek fejn jiġu depożitati l-flus ta' l- awtorita`, it-trasferimenti ta' fondi minn kont għall-ieħor u l-metodu li għandu jiġi adottat meta jkunu qed jitħallsu flus mill-fond ta' l- awtorita`.", "Fi ftit kliem, din il-klawsola titkellem dwar dak li huwa rilevanti għaż- żamma u l-kontroll xieraq tal-kontijiet u l-kotba sabiex b'hekk ikollna awtorita` li timxi skond il-prinċipji adottati u aċċettati f'diversi awtoritajiet oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, xtaqt nagħmel żewġ osservazzjonijiet żgħar.", "L-ewwelnett xtaqt nistaqsi jekk il-gvern jħossx li jkun jagħmel sens li l-awtorita` tagħmel banking mal-bank ċentrali nnifsu aktar milli ma' banek kummerċjali.", "Xtaqt nistaqsi wkoll jekk meta qegħdin nitkellmu dwar l-assenjazzjoni ta' cheques u pagamenti minn uffiċjal li jista' jiġi awtorizzat mill-awtorita` għal dak l-għan għaliex m'għandux jiġi kkonsidrat id-direttur ġenerali nnifsu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għar-rigward ta' l-ewwel domanda, irrid ngħid li d- direzzjoni li qegħdin nistabilixxu hija li l-bank ċentrali kemm jista' jkun m'għandux jidħol f'aspetti kummerċjali.", "Ir-rwol tal-bank ċentrali huwa dak ta' regolatur u għalkemm għandu relazzjoni mal-banek kummerċjali, is- sistema adottata llum f'ħafna pajjiżi li għandhom sistema monetarja avvanzata ħafna aktar minn tagħna, hija li l-bank ċentrali m'għandux jinvolvi ruħu li jżomm kontijiet ta' customers anke jekk dawk ikunu awtoritajiet iffinanzjati minn fondi pubbliċi.", "Għar-rigward tat-tieni domanda naħseb li jkun tajjeb li nagħmlu distinzjoni bejn l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika - li se jkollu l- proċeduri tiegħu - u l-awtorita` li hija magħmula mill-bord tad-diretturi ġejjin minn oqsma differenti.", "Jekk ikunx adattat li d-direttur ġenerali ikun l-uffiċjal ta' l-awtorita` inkarigat mill-aspett finanzjarju naħseb li hija xi ħaġa amministrattiva u ma nistax ngħid li nara xi vantaġġ jew żvantaġġ, ħlief li forsi bl-istruttura ta' ċerta separazzjoni ta' rwoli bejn l-awtorita` u l-uffiċċju forsi ma jkunx daqshekk għaqli li wieħed ukoll jamalgama l-aspett finanzjarju.", "Jiena m'iniex daqshekk konvint li hemm xi ħaġa partikolari li bilfors trid tkun hekk, pero` ma naħsibx li hija xi ħaġa li għandha tiġi spelled out fil-liġi li tgħid li d-direttur ġenerali jrid ikun dan l-uffiċjal.", "Jien naħseb li għandna nħalluha għal bon sens ta' l-awtorita` li tagħżel l-uffiċjal li jista' jinkariga ruħu minn dan l-aspett.", "Irrid ngħid ukoll li d-direttur ġenerali għandu xogħol ieħor x'jagħmel, għax irid jimmaniġġja l-uffiċċju u anke jiħħendilja issues tekniċi u allura forsi li dan il-piż li jimmaniġja finanzjarjament hu, huwa xi ftit żejjed.", "Normalment dawn l-affarijiet jiġu handled mill-financial controller.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 - Kuntratti ta' provvista u ta' xogħlijiet.", "Clause 28 - Contracts of supply or works.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola bażikament qiegħda tgħid li meta jkun stmat mill-awtorita` li se jkun hemm xi spiża ta' kuntratti, xogħlijiet jew għall-għoti ta' servizzi li jeċċedi t-Lm3,000 għandu jkun hemm avviż dwar l-intenzjoni ta' l-awtorita` li tidħol fil-kuntratt u jkunu nħarġu s-sejħiet għal offerti relattivi.", "Hemm naturalment saving clause li tgħid sakemm ma jkunx hemm xi raġunijiet speċjali u b'konsultazzjoni mal- ministru tal-finanzi u bl-approvazzjoni tal-ministru konċernat.", "Jiġifieri jista' jkun hemm xi sitwazzjoni li tirrikjedi li wieħed joħroġ minn dawn il- parametri, imma dik tkun l-eċċezzjoni u jrid ikollha raġuni bażika għaliex wieħed ma jistax jimxi bis-sistema ta' offerti għal ċertu tip ta' servizz.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fi klawsola 22 meta tkellimna dwar self passiv jew avvanz magħmul li jista' jsir skond id-dispożizzjonijiet ta' subklawsola (1) ta' dik l-istess klawsola, il-Ministru għamel tajjeb u pprovda li jkun hemm avviż u kkonfermalna li se jkun legal notice, u aħna naqblu ma' dan.", "Issa din il-klawsola qiegħda titkellem dwar \"regolamenti li permezz tagħhom il-gvern jippreskrivi ħlief wara li jkun ġie pubblikat avviż dwar l-intenzjoni ta' l-awtorita` li tidħol fil-kuntratt''.", "Allura jien nerġa' nistaqsi jekk f'dan il-kuntest il-kelma ''avviż'' tfissirx l- istess bħall-kelma ''avviż'' fi klawsola 23, jiġifieri li jkun hemm legal notice, u jekk ir-regolamenti li jippreskrivi l-gvern permezz tal-ministru tal-finanzi humiex se jiġu ppubblikati fil-gazzetta tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-prattika hija li l-avviż ta' kuntratt ma joħroġx b'legal notice imma joħroġ fil-gazzetta tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Il- probabbilta` hi li teżisti xi definizzjoni f'xi liġi oħra.", "Fi klawsola 22 qed jingħad li ''għandu jingħata avviż dwar kull self passiv jew avvanz magħmul jew li jsir skond id-dispożizzjonijiet ta' subartiklu (1) lill-Kamra kemm jista' jkun prattikament malajr''.", "Jiġifieri l-avviż li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Brincat fi klawsola 22 qiegħed jispeċifika li huwa lill-Kamra u allura bilfors li jkun legal notice.", "Fil-każ ta' din il-klawsola naħseb li l-ħsieb huwa li jkun hemm avviż fis-sens li jkun fil-gazzetta tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 - Rapport Annwali.", "Clause 29 - Annual Report.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, din il-klawsola tittratta r-rapport annwali li l-awtorita` għandha mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem kull sena finanzjarja tagħmel u tibgħat lill-ministru responsabbli mill- awtorita` u lill-ministru tal-finanzi.", "Dan ir-rapport għandu jittratta b'mod ġenerali l-attivitajiet ta' l-awtorita` matul dik is-sena finanzjarja u għandu jkun fih ukoll dik l-informazzjoni dwar il-proċeduri u l-policies ta' l-awtorita`.", "Hemm ukoll provision sabiex dan jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 - Trasferimenti ta' assi lill-Awtorita`.", "Clause 30 - Transfer of assets to the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, hawnhekk għaddejna għal taqsima V li qed tittratta trasferimenti ta' ċerti assi lill-awtorita`.", "Klawsola 30 in partikolari tipprovdi biex l-assi tal-gvern jiġu mgħoddija lill-awtorita`, liema assi jistgħu jinkludu kemm dawk li huma mobbli, kemm dawk li huma mmobbli, kif ukoll dak li jissejjaħ plant equipment.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li l-awtorita` tista' tiġi mgħoddija dawn l-assi li s'issa qegħdin fdati taħt l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31 - Kif jiftehmu l-liġijiet, eċċ.", "Clause 31 - Construction of laws etc.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, din il-klawsola qed tgħid li kull liġi, regola jew regolament, ordni, sentenza u digriet, deċiżjoni u rabta li jista' jkun hemm li kienu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ ta' din it- taqsima ta' dan l-Att u li jolqtu u għandhom x'jaqsmu ma' xi proprjeta` jew impriża trasferita lill-awtorita` b'dan l-Att għandhom ikollhom saħħa u effett sħiħ kontra jew favur l-awtorita`.'", "Jiġifieri l-obbligazzjonijiet li l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika għandu lejh jew lejn ħaddieħor qegħdin safeguarded u għandhom jitqiesu bħala li huma wkoll l- obligazzjonijiet ta' din l-awtorita` li qed titwaqqaf.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 - Dispożizzjonijiet transitorji.", "Clause 32 - Transitory provisions.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola titkellem dwar dispożizzjonijiet transitorji u qed tgħid li jekk xi ħaġa nbdiet mid-dipartiment preżenti ta' l-istatistika, dan għandu jitqies bħala qisu bdietu l-awtorita` u jekk hemm xi pendenti jew proċeduri legali li qed imexxi d-dipartiment dawn ukoll għandhom jitqiesu li qed tmexxihom l-awtorita` meta din tidħol fis- seħħ.", "Hemm ukoll provision li tgħid li ''Il-Ministru jista' b'ordni jagħmel dawk id-dispożizzjonijiet inċidentali, konsegwenzjali u supplimentari kif jista' jqis li jkunu xierqa''.", "Din ifisser li jekk ikun hemm xi ħaġa li hemm bżonn speċifikament tiġi ndirizzata għaliex hekk ikun hemm bżonn, naturalment il-ministru jista' jgħid dan b'mod speċifiku.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 32.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 32 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 33 - Ħatra u funzjonijiet ta' kumitati konsultattivi.", "Clause 33 - Appointment and functions of advisory committees.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, il-kumitati konsultattivi li titkellem dwarhom din il-klawsola huma importanti u evolvew mill-esperjenza tagħna.", "Il-bieraħ għedt li madwar ħames snin ilu waqqafna r-retail price management board, li serva biex ir-retail price index ġie monitored b'mod trasparenti u wassal għall-fiduċja f'dak l-indiċi mill-partijiet soċjali kollha.", "L-istess format ta' bord inżamm miż-żewġ gvernijiet u allura nħass li għandu jkun hemm lok f'din il-liġi fejn jista' jitwaqqaf b'mod legali dak li qed nsejħulu kumitat konsultattiv li jieħu over.", "It-terms of reference tal-kumitat konsultattiv huma speċifikati f'din il-klawsola, ċioe` li \"għandu, għall-aħjar twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, jagħti parir lill-awtorita` dwar dawk l-affarijiet u jwettaq dawk il-funzjonijiet li l-Ministru jista' jispeċifika fl-ordni\".", "Jien qed ngħid li għandna l-intenzjoni kollha li nużaw ir-retail price management board bħala mudell u li dan l-ewwel kumitat konsultattiv jitwaqqaf biex jieħu l-funzjoni tar-retail price management board.", "Hemm imbagħad diversi subklawsoli li jitkellmu dwar kif għandu jkun magħmul il-bord, ċioe` li dan għandu jkun jikkonsisti f'membru wieħed li jirrappreżenta lill-awtorita` bħala chairperson u membri oħra li l-ministru jista' jqis li jkun xieraq li jaħtar.", "Hemm imbagħad dettalji oħra dwar kif għandhom jaħdmu dawn il-kumitati.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 33.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 33, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 - Dispożizzjonijiet rigward il-proċeduri ta' kumitati konsultattivi.", "Clause 34 - Provisions with respect to proceedings of advisory committees.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, din il-klawsola tittratta wkoll dwar it-teknikalitajiet rigward il-proċeduri tal-kumitati konsultattivi.", "Irrid ngħid hawnhekk li ħlief għal xi differenzi żgħar, dawn huma simili għall- proċeduri li diġa` tkellimna dwarhom, jiġifieri dwar kif għandha timxi l- awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, il-mistoqsija prinċipali tiegħi hija dwar x'jiġri jekk ikollok non-disclosure of interest min-naħa ta' xi membru ta' kumitat konsultattiv.", "Qed ngħid hekk għaliex il-liġi tipprovdi għal bniedem li jiddikjara l-interess tiegħu u tgħid x'għandu jagħmel biex jirrapporta dan il-fatt lill-ministru minnufih u anke joffri r-riżenja tiegħu, imbagħad subklawsola (6) tgħid li ''ebda att jew proċediment ta' kumitat konsultattiv ma għandu jiġi kontestat minħabba fil-ksur, minn xi membru, tad-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (5)''.", "Għaldaqstant jien xtaqt li l-Ministru jgħidilna x'jiġri jekk il-membru nnifsu jżomm lura milli jagħmel disclosure ta' l-interess tiegħu kif huwa obbligat li jagħmel.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett tajjeb ngħid li l-probabbilta` hi li dan il-kumitat konsultattiv ikun jittratta ċerta materja teknika, fis-sens li jitwaqqaf jekk l-awtorita` tħoss li għandha bżonn ta' xi ħadd estern li jħares lejha jew.", "Jiġifieri jien ma tantx naħseb li se jkollna sitwazzjonijiet fejn kumitat konsultattiv ikun involut f'xi tenders jew affarijiet simili, pero` naturalment il-persuna li tkun membru fil-kumitat hija obbligata li tiddikjara xi interess li jista' jkollha.", "Hemm imbagħad il-kodiċi ta' etika għall-membri tal-boards li l-gvern ippubblika fl-1994 u f'każ ta' abbuż jistgħu anke jittieħdu passi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 35 - Ġbir ta' informazzjoni.", "Clause 35 - Collection of information.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, din il-klawsola tittratta dwar ġbir ta' informazzjoni u aċċess li jkollhom l-uffiċjali biex jiġbru dik l- informazzjoni u tgħid li d-direttur ġenerali jista' jipprepara formoli, kwestjonarji u notamenti oħra għall-ġbir ta' informazzjoni skond dan l-att u l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jimtlew kif xieraq u għandu wkoll jindika d-data jew il-perijodu li fih il-formoli mlestija, il-kwestjonarji u notamenti oħra jew informazzjoni meħtieġa għandhom jintbagħtu lura lill- awtorita`.", "Din naturalment hija l-aktar parti delikata tax-xogħol ta' kwalunkwe uffiċċju ta' l-istatistika, li jimtela l-kwestjonarju u min ikun involut jipprovdi l-informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 35.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 36 - Għoti ta' informazzjoni.", "Clause 36 - Provision of information.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola qiegħda tispeċifika b'mod ċar kif għandha tingħata l-informazzjoni u tinkludi wkoll l-ewwel skeda.", "Subklawsola (1) tgħid li għall-għan biex jiġbor informazzjoni ta' statistika li għandha x'taqsam ma' xi ħaġa speċifikata fl-ewwel skeda, id- direttur ġenerali jista' jordna xi persuna jew impriża biex timla formola, kwestjonarju jew notament ieħor; twieġeb xi mistoqsijiet; u tipprovdi xi informazzjoni jew notamenti.", "Tgħid ukoll li kull informazzjoni miksuba tkun suġġetta għar-restrizzjonijiet dwar l-użu u l-projbizzjoni dwar xandir ta' informazzjoni kif speċifikata fi klawsoli 40 u 41 li jittrattaw dwar il- kunfidenzjalita`.", "Subklawsola (2) tgħid li meta tiġi mposta ħtieġa fuq persuni jew impriżi biex jipprovdu informazzjoni, id-direttur ġenerali għandu jispeċifika x- xorta ġenerali ta' l-informazzjoni meħtieġa, in-numru ta' drabi li għandha tiġi mogħtija u l-persuni jew impriżi jew klassijiet ta' persuni jew impriżi li huma meħtieġa jipprovduha.", "L-aħħar subklawsola mbagħad qed tipprovdi sabiex il-prim ministru b'ordni separata u skond il-parir ta' l-awtorita` jordna biex isir ċensiment tal- popolazzjoni, ħaġa mportanti ħafna fil-funzjoni ta' kwalunkwe uffiċċju ta' l-istatistika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-klawsola fil-fatt tipprovdi għal restrizzjonijiet dwar l-użu u l-projbizzjoni dwar xandir ta' informazzjoni, pero` tirriferi għal items li jistgħu jkunu speċfikati fl-ewwel skeda, li paragrafu (s) tagħha jitkellem dwar banking and finance.", "Ma nafx jekk din hijiex interpretazzjoni wiesgħa fis-sens ta' jekk jistgħu jaqgħu taħtha items ta' natura fiskali relatati ma' l-operat ta' organizazzjoni bħat-tax compliance unit.", "Qed insemmi dan għaliex għalkemm hemm ċerti klawsoli li jipprovdu għal ċerta kunfidenzjalita` - dan joħroġ minn klawsola oħra li għad irridu niġu għaliha iktar tard - wieħed jrid ifakkar li t-tax compliance unit ma twaqqfitx b'leġislazzjoni ta' dan il-parlament u fil-fatt għandha set-up li huwa pjuttost loose u kważi informali, u għalkemm il-parametri tagħha ġew avżati u notifikati lill-oppożizzjoni ma ġewx notifikati pubblikament.", "Għalhekk jien qed nistaqsi xi tkun il-pożizzjoni jew ir-relazzjoni ta' l- awtorita` fir-rigward ta' aġenzija jew organizzazzjoni bħal din li qed insemmi li ma ġietx stabilita b'liġi minn dan il-parlament.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-awtorita` għandha dritt tiġbor kwalunkwe informazzjoni minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni fil-pajjiż, u għalhekk il-ħtieġa ta' konfidenzjalita` stretta fuq l-informazzjoni li tista' toħroġ, fis-sens li waqt li hija tista' tiġbor l-informazzjoni, timpedixxi li dik l-informazzjoni tista' tingħata b'mod individwali.", "Dan ifisser li d-dipartiment tat-taxxi interni u d-dipartiment tal-VAT ma jistgħux jieħdu informazzjoni mingħand l-awtorita`, bħalma ma jistgħux jieħdu informazzjoni mingħand dipartimenti oħra tat-taxxi ta' pajjiżi oħra skond id-double tax agreements.", "F'din il-liġi hawn l-ultimate confidentiality clause li tiżgura li ma jistax ikun hemm dan it-tip ta' trasferiment ta' informazzjoni.", "Għalhekk jien ma naħsibx li teżisti xi diffikulta`, anzi qed ngħid li l-affarijiet inklużi fl-ewwel skeda jistgħu jiġu varata b'legal notice u allura hemm il- flessibilita` li wieħed iżid xi ħaġa oħra, jekk tinħass il-ħtieġa, mingħajr ma jbiddel il-liġi direttament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 36.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 36 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 - Talbiet għal informazzjoni.", "Clause 37 - Requests for information.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, din il-klawsola tittratta talbiet għal informazzjoni u tgħid li f'każ ta' persuna individwali, jekk in- notifika indirizzata lil dik il-persuna tiġi mwassla fl-aħħar indirizz magħruf tar-residenza, impjieg jew negozju, tkun meqjusa li saret.", "F'każ ta' mpriża tiġi mwassla bl-istess mod fi stabiliment li minnu topera jew tmexxi n-negozju tagħha taħt l-isem li bih tikkummerċja jew lil xi persuna individwali li tkun tifforma parti mill-amministrazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 37.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 37 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 38 - Aċċess għan-notamenti.", "Clause 38 - Access to records.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola tgħid li kull persuna jew mpriża li jkollha fil-pussess tagħha notamenti li minnhom fl-opinjoni tad-direttur ġenerali tista' tittieħed informazzjoni li għandha x'taqsam ma' ħwejjeġ speċifikati fl-ewwel skeda, għandha tagħti lid-direttur ġenerali jew uffiċjal ta' l-istatistika aċċess għal dawn in-notamenti biex tittieħed l- informazzjoni msemmija.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li awtorita` pubblika għandha tiftaħ daqsxejn il-bieb għall-informazzjoni jekk id- direttur ġenerali jkun jidhirlu li hija mportanti biex ikun jista' jasal għall-informazzjoni kif mitlub fl-ewwel skeda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, hawnhekk qed jingħad li awtorita` pubblika għandha tagħti lid-direttur ġenerali jew uffiċjal ta' l- istatistika aċċess għal dawk in-notamenti biex tittieħed l-informazzjoni msemmija.", "Filwaqt li l-gvern jagħmel tajjeb li fil-klawsola li jmiss jgħid li l-ispezzjoni tista' ssir minn uffiċjal ta' l-istatistika wara avviż li jkun bagħat id-direttur ġenerali, din il-klawsola ma tispeċifikax dan imma tgħid ''għandha tagħti lid-direttur ġenerali jew uffiċjal ta' l- istatistika''.", "Jiena nħoss li għandu jkun speċifikat li dan l-uffiċjal ikun nominat mid-direttur ġenerali nnifsu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt hemm klawsola oħra fejn qegħdin ngħidu li uffiċjal ta' l-istatistika irid ikollu x'jindika li huwa nominat bħala uffiċjal ta' l-istatistika.", "Jiġifieri kwalunkwe uffiċjal ta' l- Istatistika li jista' jidħol għand xi ħadd jiġbor xi informazzjoni se jkun diġa` nominat mid-direttur ġenerali biex jagħmel dan.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imma m'hijiex daqshekk ċara kif inhi hawnhekk.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fi klawsola oħra li trattajna l-bieraħ, il-liġi tgħid li uffiċjal ta' l-istatistika jrid ikun indikat li huwa għandu permess biex ikollu aċċess għal dik l-informazzjoni.", "Allura naħseb li mhux neċessarju li wieħed jgħid li huwa ndikat mid-direttur ġenerali għaliex fil- fatt diġa` huwa ndikat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 38.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 38 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 39 - Aċċess għan-notamenti.", "Clause 39 - Access to records.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"L\" Fit-test Malti ta' paragrafu (a) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 39, minnufih wara l-kelma \"tagħha;\" li hemm fit-tarf tal-paragrafu, għandha tidħol il-kelma \"u\".", "\"L\" In the Maltese text of paragraph (a) of subclause (1) of clause 39, immediately after the word \"tagħha;\" at the end of the paragraph, there shall be inserted the word \"u\".", "Sur President, hawnhekk we are breaking new ground, fis-sens li l-awtorita` qiegħda tiġi mogħtija poter li bih tista' tinfluwenza kif istituzzjonijiet oħra jiġbru l-istatistika u anke x'nomenklatura jużaw.", "Dan s'issa ma kienx jeżisti b'dan il-mod u r-riżultat kien li jista' jkollok dipartimenti tal- gvern jew awtoritajiet oħra li jiġbru nformazzjoni bla ebda riferenza għall- ħteġijiet nazzjonali ta' l-istatistika.", "Permezz ta' din il-klawsola l- awtorita` wieħed jista' jdaħħal sistemi li jwasslu biex ċerta informazzjoni nkunu nistgħu niġbruha b'mod li anke tista' titqabbel fuq livell internazzjonali u li wieħed jista' jibbaża ċerti policies fuqha.", "Jien naħseb li din hija waħda mill-aktar klawsoli li għandha jkollha effett pożittiv fil-kwalita` u d-diversita` ta' l-istatistika li tista' tinġabar f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, bħala klawsola aħna naqblu magħha għaliex naħseb li tajjeb li jkun hemm dan it-tip ta' liaison effettiv u aktar kordinazzjoni, pero` ma naħsibx li din il-klawsola qed tipprovdi xi forma ta' mekkaniżmu għal meta l-affarijiet ma jimxux kif suppost, bħal meta tiżviluppa sitwazzjoni fejn awtorita` pubblika tiġi taqa' u tqum mill- obbligazzjonijiet legali tagħha u taqbad u tmexxi mingħajr ma tikkonsulta lill-awtorita` nnifisha jew, agħar minn hekk, tonqos milli taċċetta r- rakkmandazzjonjiet li jistgħu jsirulha mill-uffiċċju tagħha.", "Qed ngħid dan għaliex tul iż-żmien taħt diversi amministrazzjonijiet ġieli kellna ċerti korporazzjonijiet li forsi minħabba l-karattru tac- chairman tagħhom - kellna ċerti chairmen li kienu a state within a state - mexxew linja għalihom minkejja l-fatt li kienu awtorita` pubblika.", "Għalhekk jien naħseb li għandu jkun hemm mekkaniżmu preventiv għal meta jkollok xi awtorita` li minħabba l-aġir ta' individwu jew grupp ta' individwi fid-diriġenza tagħha, jistgħu jiġu jaqgħu u jqumu mill- provvediment importanti ta' subklawsola (2).", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien nifhem is-sens tal-punt li qed iqajjem l-Onor.", "Brincat, pero` naħseb li l-bonsens tal-ministri involuti, f'dan il-każ anke l-kabinett, tirriżolvi l-problemi li jista' jkun hemm.", "Huwa veru li jista' jkun hemm problemi għaliex xi kultant forsi jkollok naqra ras iebsa jew, kif qed jgħid l-Onor.", "Brincat, xi ħadd li ma jkunx irid ibiddel is-sistemi tiegħu u jinjora kompletament il-ħteġijiet nazzjonali, pero` finalment hemm Taqsima IX li titkellem dwar reati u pieni.", "Hawnhekk jista' jkun li jkun hawn min jgħidli li it is an extreme measure li twaħħal ammont ta' flus kuljum lill-korporazzjoni, pero` din xorta waħda tista' ssir.", "Jien naħseb li wieħed irid jagħmel hawnhekk m'huwiex li jdaħħal provision li tipprovdi mekkaniżmu sabiex ma jkollokx bżonn tmur tieħu passi legali, imma li nħalluha għall-bonsens ta' l-awtorita` u tan-nies involuti li fejn huwa possibbli jagħmlu pressjoni.", "Irridu niftakru li l-membri tal-bord ta' l-awtorita` se jkunu ġejjin minn oqsma differenti - tal-kummerċ, tat-trade unions, ta' l-universita` fost oħrajn - u kollha jistgħu jagħmlu pressjoni jekk ikun hemm xi ħadd li mhux qiegħed constantly jimxi mal-bżonnijiet u l-ħteġijiet tal-liġi.", "Jiġifieri jien naħseb li m'hijiex xi ħaġa li għandna ndaħħluha fil-liġi pero` hija xi ħaġa li nħallu s-sens komun iwassal għal soluzzjonijiet, u fejn imbagħad is-sens komun ma jwassalx hemm il-pieni legali li wieħed jista' japplika.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"L\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda ''L'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 39, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 39, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 40 - Restrizzjoni fuq l-użu ta' informazzjoni.", "Clause 40 - Restrictions on use of information.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, din il-klawsola tistabilixxi r- restrizzjoni fuq l-użu ta' l-informazzjoni u tgħid li kull informazzjoni li tingħata għandha tintuża biss għall-għanijiet ta' kumpilazzjoni ta' statistika għal analisi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 40.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 40 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 - Projbizzjoni ta' xandir ta' informazzjoni.", "Clause 41 - Prohibition of disclosure of information.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola qiegħda tipprovdi għall- projbizzjoni ta' xandir ta' informazzjoni u tgħid li ebda informazzjoni miksuba b'kull mod skond dan l-Att li tista' tiġi assoċjata ma' xi persuna jew impriża li tista' tiġi identifikata, ma għandha - ħlief bil-kunsens bil- miktub ta' dik il-persuna jew impriża jew rappreżentant personali jew l- eqreb qraba ta' dik il-persuna, jekk dik il-persuna tkun mejta - tixxandar, tiġi murija jew tiġi komunikata lil xi persuna jew enti, ħlief għall- finijiet ta' prosekuzzjoni għal reat skond dan l-Att, jew lil uffiċjali ta' l-istatistika fil-qadi ta' dmirijiet tagħhom skond dan l-Att.", "Din il-klawsola tgħid ukoll li l-ministru jista', bi ftehim ma' l- awtorita`, jippreskrivi dawk il-projbizzjonijiet l-oħra dwar ix-xandir ta' notamenti jew informazzjoni li jistgħu jidentifikaw persuna jew mpriża miksuba skond dan l-Att.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 41.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 41 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 - Setgħa biex isiru regolamenti.", "Clause 42 - Power to make regulations.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola qiegħda tgħid li l-ministru jista', b'konsultazzjoni ma' l-awtorita`, iżid jew ibiddel jew jemenda l-ewwel skeda.", "Tgħid ukoll li l-ministru jista', wara konsultazzjoni ma' l- awtorita`, jagħmel regolamenti dwar kull waħda mill-funzjonijiet ta' l- awtorita` biex jiġu mwaqqfa direttorati li jistgħu jkunu meħtieġa li jitwaqqfu skond dan l-Att u għall-aħjar twettiq ta' xi waħda mid- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Il-probabbilta` hija li din il-klawsola ma tiġix użata imma daħħalniha f'każ li wieħed ikollu bżonn iwaqqaf direttorati fuq xi linji speċifiċi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, l-ewwelnett kont nippreferi kieku subklawsola (1) kienet tiġi worded kif inhi worded il-klawsola ta' qabel, fis-sens li titkellem dwar ftehim tal-ministru ma' l-awtorita` iktar milli konsultazzjoni sabiex niżguraw li ma nwaqqgħux dak li l-bieraħ stess qbilna fuqu, jiġifieri li nagħmlu ċerti restrizzjonijiet fuq dak li ma jistax issir min-naħa ta' l-awtorita` nnifisha bħala ħidma fil-kamp ta' l- istatistika.", "It-tieni nett, għalkemm huwa veru li kif qal il-Ministru lanqas biss jitwaqqfu direttorati ġodda, hawnhekk qed nitkellmu dwar xi ħaġa li mhux biss għandha implikazzjonijiet amministrattivi imma għandha wkoll implikazzjonijiet loġistiċi fit-tmexxija ta' l-awtorita` u iktar minn hekk għandha implikazzjonijiet anke baġitarji u għalhekk huwa importanti li jkun hemm provvedimenti għaliha anke fl-estimi ta' l-istess awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li fil-każ ta' direttorati jrid ikun hemm provvedimenti għalihom fl-estimi u anke regolamenti dwar kull waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorita` biex jiġu mwaqqfa direttorati li jistgħu jkunu meħtieġa, pero` kif għedt mhux il- ħsieb li fl-awtorita` ta' l-istatistika jkun hemm direttorati ta' din in- natura.", "Rigward il-wording ta' suklawsola (1) irrid ngħid li hawnhekk qed ngħidu dwar bdil jew żieda ma' l-ewwel skeda.", "Jiġifieri bażikament dak li qed ngħidu huwa li jkun hemm id-direttur ġenerali li jgħid li jrid jiġbor statistika fuq xi ħaġa li s'issa kien għadu mhux qed jinġabar fuqha u jkun irid li jdaħħalha fl-ewwel skeda biex b'hekk ikun jista' jiġborha bis-saħħa tal-liġi.", "Dak joħroġ b'ordni pero` wara konsultazzjoni ma' l-awtorita`.", "Issa jekk għandhiex tkun konsultazzjoni jew ftehim jien konvint li l- proċess se jkun b'mod li d-direttur jagħmel ir-rakkmandazzjoni lill- awtorita` u din min-naħa tagħha tagħmel rakkmandazzjoni lill-ministru.", "Għalhekk jien naħseb li din għandha tibqa' kif inhi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 42.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 42 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 43 - Penalitajiet amministrattivi.", "Clause 43 - Administrative penalties.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, għal din il-klawsola nipproponi din l-emenda:", "\"M\" It-test Malti ta' klawsola 43 għandu jiġi emendat kif ġej:", "F'paragrafu (b) ta' subklawsola (1) tagħha minflok il-kliem \"informazzjoni falza\" għandhom jidħlu l-kliem \"informazzjoni ħażina\"; u", "F'paragrafu (a) ta' subklawsola (2) tagħha wara l-kelma \"penali\" għandha tidħol il-kelma \"amministrattiva\".", "\"M\" The Maltese text of clause 43 shall be amended as follows:", "In paragraph (b) of subclause (1) thereof for the words \"informazzjoni falza\" there shall be substituted the words \"informazzjoni ħażina\";", "In paragraph (a) of subclause (2) thereof after the word \"penali\" there shall be inserted the word \"amministrattiva\".", "Din il-klawsola tittratta dwar penalitajiet amministrattivi u għall-ewwel darba fl-istatistika qed indaħħlu dan il-kunċett għaliex naħsbu li din tipprovdi mod aħjar kif wieħed jenforza l-liġi.", "Bażikament li qed ngħidu huwa li l-awtorita` timponi penalitajiet amministrattivi li jammontaw għal Lm100 fuq kull persuna li tonqos milli tħares iż-żmien mogħti lilha biex tagħti informazzjoni skond klawsola 36 u fuq kull persuna li tonqos jew tirrifjuta li tagħti informazzjoni jew li tagħti informazzjoni ħażina bi tweġiba għal talba mid-direttur ġenerali.", "Subklawsola (2) tgħid li kull persuna li wara li tkun ġiet mitluba timla' kwestjonarju għal perijodu partikolari ma tibgħatx lura dak il-kwestjonarju fi żmien mogħti fil-kwestjonarju rilevanti tkun suġġetta għal penali Lm50 għal kull xahar jew parti minnu li jgħaddi mid-data.", "Hemm imbagħad subklawsola (3) li tgħid li f'każ speċjali fejn ikun hemm raġunijiet konvinċenti biex isir hekk, l-awtorita` tista' tnaqqas il- penalitajiet obbligatorji għal kollox jew f'parti u li l-penalitajiet amministrattivi jkunu dovuti lill-awtorita` bħala dejn ċivili u d- dispożizzjonijiet ta' artiklu 466 tal-Kodiċi ta' l-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom japplikaw dwarhom.", "Hawnhekk qed nagħtu abilita` ferm aħjar lill-awtorita` u lill-uffiċċju biex ikunu jistgħu jieħdu l- informazzjoni li jkollhom bżonn.", "Kien hemm żmien fejn din kienet problema fl-istorja tad-dipartiment ta' l-istatistika u għalkemm illum teżisti aktar kooperazzjoni, xi kultant għadek issib xi każ jew tnejn li għal raġunijiet mhux dejjem validi jippersistu u ma jagħtux informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, minkejja l-emenda li ressaq il- Ministru fir-rigward ta' paragrafu (b) ta' subklawsola 43 (1), xorta waħda nħoss li għandna npoġġu f'keffa differenti n-nuqqasijiet li jirriżultaw minn dan il-paragrafu fejn hemm ''persuna li tonqos milli tħares iż-żmien mogħti lilha biex tagħti informazzjoni'' u s-sitwazzjoni li tirriżulta minn paragrafu (b) ta' l-istess subklawsola fejn hemm \"persuna li tonqos, jew tirrifjuta li tagħti, jew li tagħti xi informazzjoni skorretta\".", "Jiena nħoss li billi dawn ivarjaw bejniethom fil-gravita`, għaliex waħda tista' tkun purament każ ta' negliġenza u l-oħra jista' jkollha element ta' qerq fiha, il-penali għal paragrafu (a) u dik għal paragrafu (b) għandha tkun differenti.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu ta' jekk għandhiex tkun Lm100 jew iżjed - dik inħalliha fid-diskrezzjoni tal-Ministru - imma nħoss li għandu jkun hemm kejl differenti bejn dawn iż-żewġ paragrafi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien nifhem il-punt ta' l-Onor.", "Brincat li għandna nagħmlu l-penali aktar qawwija għal min jagħti informazzjoni ħażina u għalhekk qed tiġi ppreparata emenda li tnaqqas il-penali għal dak li hemm f'paragrafu (a) għal Lm50 u għal dak li hemm f'paragrafu (b) se tgħolliha għal Lm100.", "Sur President, nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta sakemm tiġi drafted l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel li klawsola 43 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Klawsola 43 ġiet posposta.", "Klawsola 44 - Reati.", "Clause 44 - Offences.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar reati u tgħid li:", "''Mingħajr ħsara għal xi responsabbilta` oħra skond xi liġi oħra, kull persuna li", "(a) volontarjament tostakola jew tfixkel lid-Direttur Ġenerali jew lil xi uffiċjal ta' l-istatistika milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu skond id- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att; jew", "(b) tuża b'mod ħażin xi informazzjoni miksuba taħt dan l-Att jew volontarjament tiżvela informazzjoni konessa ma' persuna jew impriża li tista' tiġi identifikata; jew", "(c) meta ma tkunx uffiċjal ta' l-istatistika, tippreżenta ruħha bħala uffiċjal ta' l-istatistika; jew", "(d) volontarjament teqred, tħassar jew tiffalsifika xi dokument jew notament maħruġ għall-ġbir ta' statistika skond ħtieġa magħmula taħt l-artikolu 35,", "tkun ħatja ta' reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta' mhux inqas minn elf lira, jew priġunerija għal mhux aktar minn sitt xhur, jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien.''.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq reati serji u l-multa li qed nipproponu hija relatata mal-gravita' tar-reat ħalli kemm jista' jkun niżguraw li ma jkollniex minn jabbuża b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 44.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 44, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 45 - Twettiq illegali ta' funzjoni pubblika.", "Clause 45 - Unlawful exercise of public function.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-klawsola qed tgħid li kull uffiċjal ta' l- istatistika li jaġixxi bi ksur tal-ġurament imsemmi fi klawsola 17 jew waqt li jkun jidher li qed iwettaq il-funzjonijiet tiegħu bħala uffiċjal ta' l- istatistika, jikseb jew jittanta li jikseb, minn xi persuna jew impriza, informazzjoni li mhux legalment intitolat li jikseb minn dik il-persuna jew impriża; jew volontarjament jonqos milli jibgħat lura lill-uffiċċju dokumenti jew notament miġbur minn persuna jew impriża skond dan l-att, ikun ħati ta' reat u jeħel, meta jinstab ħati multa mhux inqas minn Lm1,000 jew priġunerija ta' mhux inqas minn sena jew il-multa u l-priġunerija flimkien.", "Din il-klawsola qiegħda timponi ċerti pieni għal min ikun qiegħed jimxi b'mod ħażin u jkun qed jikser il-provvedimenti tal-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 45.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 45 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 46 - Tħassir u riżerva.", "Clause 46 - Repeal and saving.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, hawnhekk bdejna Taqsima X, li tittratta dwar tħassir u riżerva tal-liġi preżenti ta' l-istatistika u tgħid li l-Att dwar l-Istatistika qed jiġi mħassar b'din il-liġi \"minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartiklu (1), kull leġislazzjoni sussidjarja magħmula taħt xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' l-Att revokat għandha, sakemm ma jsirux dispożizzjonijiet oħra taħt jew skond dan l-Att, tibqa' sseħħ u jkollha effett bħalikieku saret taħt dan l-Att\".", "Subklawsola (3) imbagħad tgħid li kull awtorita` mogħtija jew ordni magħmul taħt xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' l-att revokat, u li jkunu għadhom fis-seħħ minnufih qabel din il-liġi tiġi fis-seħħ, għandhom jibqgħu jseħħu bħallikieku kienu awtorita` mogħtija jew ordni magħmul taħt dispożizzjoni korrispondenti ta' dan l-Att.", "Hemm imbagħad l-aħħar subklawsola li tgħid li d-data kollha miġbura taħt l-Att revokat għandha titqies bħala data miġbura taħt id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri No) Il-mistoqsija hi klawsola 46.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 46, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 43 - Penalitajiet amministrattivi.", "Clause 43 - Administrative penalties.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, għandi l-emenda li rriferejt għaliha aktar kmieni lesta u nista' fil-fatt nipproponiha.", "Din tgħid hekk:", "\"N\" Minflok subklawsola (1) ta' klawsola 43 għandu jidħol dan li ġej:-", "\"(1) L-awtorita' tista' timponi penalitajiet amministrattivi li jammontaw għal -", "(a) ħamsin lira fuq kull persuna li tonqos milli tħares iż-żmien mogħti lilha biex tagħti informazzjoni skond l-artikolu 36; u", "(b) mitt lira fuq kull persuna li tonqos, jew tirrifjuta li tagħi, jew li tagħti xi informazzjoni ħażina f'xi informazzjoni mitluba bi tweġiba għal talba mid-direttur ġenerali skond id- dispożizzjonijiet ta' artikoli 36 jew 39.\".", "\"N\" For subclause (1) of clause 43 there shall be substituted the following:-", "\"(1) The authority may impose administrative penalties amounting to -", "(a) fifty liri on any person for failure to respect the deadline for the provision of information laid down pursuant to article 36; and", "(b) hundred liri on any person who fails, refuses to provide, or provides incorrect information, on any requested information in response to a request from the director general under the provisions of article 36 or 39.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-ewwelnett nirringrazzja lill-Ministru talli aċċetta s-suġġeriment li sar min-naħa tagħna, u xtaqt issa nagħmel kumment ġenerali fuq l-issue tal-penali fuq ir-reati.", "Klawsoli 44 u 45 jipprovdu għal penali identiċi, pero` jiena naħseb li fl-interpretation tagħhom għandhom jagħmlu distinzjoni - u għalhekk m'iniex qed nagħmel suġġerimenti ta' emendi għall-klawsoli nfushom imma qed nitkellem fuq ir-reat in ġenerali - bejn reati li jkunu saru minn terzi persuni hu x'inhu l-iskop tagħhom u reati li jkunu saru min-nies responsabbli mill-awtorita` innifisha, kemm jekk ikunu funzjonarji pubbliċi kif tipprovdi klawsola 45 u anke jekk ikunu membri ta' l-istess awtorita`.", "Jien inħoss li f'dan il-każ il-gravita` tkun akbar u għalhekk, għalkemm ma nsib ebda oġġezzjoni li kollox jibqa' kif inhu li tibqa' Lm1,000 plus il- kwestjoni tal-priġunerija, naħseb li fl-applikazzjoni tal-klawsoli għandhom jużaw kejl daqsxejn differenti fejn jitfgħu l-weighting iktar għal nuqqasijiet li jista' jkun hemm u għal ksur tal-liġi li jista' jkun hemm min-naħa ta' funzjonarji pubbliċi ta' l-awtorita` kif ukoll min-naħa tal- membri tal-bord ta' l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Napprezza l-kumment ta' l-Onor.", "Brincat u fil-fatt naħseb li hemm distinzjoni bejn iż-żewġ klawsoli.", "Filwaqt li l-multa ta' mhux inqas minn Lm1,000 hija l-istess bħala minimum, fil-każ ta' priġunerija qiegħda mhux iktar minn tliet xhur għal reati msemmija fi klawsola 44 u mhux aktar minn sena għal dawk imsemmija fi klawsola 45.", "Il- gravita` f'każ ta' xi uffiċjal pubbliku mill-istatistika jikser il-ġurament jew volontarjament jonqos milli jagħti lura l-informazzjoni jew li jidher b'mod mhux korrett il-mod kif jikseb l-informazzjoni li m'huwiex intitolat li jikseb, naturalment hija akbar.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda ''M'', kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda ''M'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda ''N'', kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda ''N'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 43, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 43, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r- renumbering li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Ispeaker.", "Fil-11.22 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għat-tieni item fuq l-aġenda li huwa li l-Kamra tirriżolvi ruħha f'Kumitat sabiex tibda tiddiskuti l-abbozz ta' liġi dwar Awtorita` ta' Malta dwar ir-Riżorsi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "Klawsola 2 - Tifsir", "Clause 2 - Interpretation", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Sur President, din il-klawsola tagħti t-tifsir ta' diversi kliem u termini li jintużaw regolarment fil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, ħalli nibda billi nagħmel kumment dwar id-definizzjoni ta' ''distribuzzjoni''.", "Din il-liġi qed tinkludi ħafna riżorsi naturali, bħall-ilma u l-elettriku, pero` d-definizzjoni tal- kelma ''distribuzzjoni'' qiegħda tirriferi biss għal dik li hija enerġija elettrika.", "Billi din il-liġi tinkludi wkoll ir-riżors ta' l-ilma, naħseb li din kellha tidħol f'din id-definizzjoni.", "Jien ma nafx jekk il-Ministru kellux il-ħsieb li speċifikament jeskludi dan, pero` jekk il-ħsieb ma kienx hekk allura jrid ikun hemm definizzjoni oħra għal dak li jirrigwarda l-ilma.", "Id-distribuzzjoni fil-qasam ta' l- ilma hija importanti ħafna u nitkellmu ħafna dwarha f'dan il-parlament u naħseb li kienet forsi xi oversight tat-tekniċi li f'dik li hija definizzjoni ma nkludewx ukoll id-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, ma naħsibx li din id- definizzjoni hija miktuba b'mod li teskludi s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma, imma hija miktuba b'mod li tgħid xi tfisser l-enerġija elettrika b'mod speċifiku.", "It-tekniċi m'humiex preżenti hawnhekk bħalissa pero` nista' nikkonsulta ruħi mat-tekniċi u nerġgħu niġu għaliha aktar tard.", "Kieku jien kelli nagħti l-interpretazzjoni għaliex is-sistemi l-oħrajn m'humiex imniżżlin ngħid li probabbli nħass li fil-każ ta' l-elettriku kien iktar meħtieġ li wieħed jiddefinixxi milli fil-każ ta' l-ilma.", "Id- distribuzzjoni ta' l-ilma nafu x'inhi - hija s-sistema tal-kanen u kif dawn jorbtu ma' xulxin u bil-mains u kif tirregola kif jgħaddu minnhom - pero` d-distribuzzjoni fir-rigward ta' l-enerġija elettrika aktar inħass il- bżonn li wieħed ikun preċiż u jgħid fuqhiex qed nitkellmu.", "Inti ma tagħmilx fil-klawsola tad-definizzjonijiet definizzjoni ta' kull ħaġa li hemm taħt il-kappa tax-xemx imma tagħmel jew fejn għandek it-terminu ripetut tant drabi li aħjar ikollok post wieħed fejn tirreferi għad- definizzjoni, jew fejn ikun hemm iktar ħtieġa għax ikollok xi ambigwita`.", "Pero` apparti mill-fatt ta' jekk hemmx bżonn jew le ta' definizzjoni - dwar dan nistgħu nieħdu l-parir tat-tekniċi - żgur li l-mod li bih hija miktuba d-definizzjoni ma jeskludix ir-riżors ta' l-ilma.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, il-Ministru Zammit Dimech huwa bniedem legali u jaf li d-definizzjonijiet f'liġi jsiru sabiex nagħmlu l- affarijiet aktar ċari ħafna u ma nħallux lok għall-ambigwita`.", "Kif għedt jien fil-bidu, f'din il-liġi se jkun hemm ħafna riferenza għal dik li hija distribuzzjoni, anke fejn jirrigwarda ilma u allura naħseb li jekk fid- definizzjoni jiġi nkluż dan ir-riżors, ikun ħafna aħjar.", "Qed ngħid dan għaliex il-kelma ''distribuzzjoni'' awtomatikament skond din id- definizzjoni se ġġiegħel wieħed jirriferi għad-distribuzzjoni ta' l- enerġija elettrika meta fil-fatt il-leġislatur kien qed jirriferi wkoll għad-distribuzzjoni ta' l-ilma.", "Forsi jekk ikun hawn l-esperti - ma jidhirx li qegħdin hawn bħalissa - wieħed jista' jikkonsulta magħhom dwar jekk tistax issir xi emenda biex fid-definizzjoni tal-kelma \"distribuzzjoni\" jiġi nkluż l-ilma.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jien ma nsib ebda diffikulta` anke jekk nistaqsu l-esperti dwarha, pero` nerġa' ngħid li kif inhi miktuba mhijiex qed teskludi l-ilma għaliex qed tgħid: \"''distribuzzjoni'' tfisser dwar l-enerġija elettrika,... ''.", "Jiġifieri hawnhekk il-leġislatur qed jgħid li għar-rigward l-enerġija elettrika aħjar jagħti definizzjoni.", "Jien nifhem li f'dan l-istadju wieħed naturalment jistaqsi aktar pero` nifhem li ma nħassitx il-ħtieġa ta' definizzjoni ta' ''distribuzzjoni'' għar-rigward ta' l-ilma għaliex wara kollox distribuzzjoni għar-rigward ta' l-ilma kulħadd jaf x'inhi; għandek l-ilma prodott jew mill-boreholes li qed jikkomunikaw mas-sistema ta' l-ilma taħt l-art jew għandek l-ilma mill- impjant tar-reverse osmosis u minn hemmhekk qed jitwassal fid-djar tan-nies b'sistema ta' mains differenti.", "Allaħares f'kull liġi nagħmlu l-aktar definizzjonijiet ovvji wkoll!", "Pero` xorta waħda ma nsibx diffikulta` nieħu parir tekniku; il-parti legali nista' nispjegaha imma l-parti teknika nkun staqsejt dwarha u ma niddejjaqx nieħu parir ieħor.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien ma naħsibx li wieħed jista' jargumenta b'dan il-mod jekk irridu li jkollna liġijiet loophole-proof.", "Il- Ministru qed jgħid li d-distribuzzjoni rigward l-ilma kulħadd jaf x'inhi.", "Allura bl-istess argument, id-distribuzzjoni rigward l-enerġija elettrika mhux kulħadd jaf x'inhi?", "Fl-istess klawsola mbagħad hemm id-definizzjoni ta' \"trasmissjoni\" li qed titkellem dwar vultaġġ għoli.", "Jekk aħna rridu nagħmlu liġi tajba u effettiva fejn ma jkunx hemm ambigwita`, anke għax 'il quddiem jistgħu jidħlu operaturi differenti, allura bilfors li rridu ndaħħlu d-definizzjoni ta' \"vultaġġ medju\", ''vultaġġ baxx'' u ''vultaġġ għoli''.", "Għax x'inhu vultaġġ baxx, medju u għoli jista' jkun open for different interpretations.", "Sakemm għandek operatur wieħed - kif kellna s'issa - ma tantx jagħmel differenza jekk tinkludix dawn id-definizzjonijiet, imma jekk il-gvern għandu l-intenzjoni - kif jidher li għandu - li 'l quddiem ikun hemm operaturi differenti, wieħed bilfors irrid jara li jkun hemm definizzjonijiet ċari.", "Jien naħseb li jekk wasalna biex niddefenixxu x'inhi distribuzzjoni u nkludejna ''medju vultaġġ'', ''vultaġġ baxx'' u ''vultaġġ għoli'' rridu anke ndaħħlu definizzjonijiet oħrajn ta' dawn il- kliem.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, hawnhekk ikolli ngħid mill- ewwel li ma naqbilx u ngħid għaliex.", "Il-klawsola tad-definizzjonijiet m'hijiex intenzjonata biex tkun minflok dizzjunarju.", "Ma nistgħux nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ngħidu li għaliex għandna definizzjoni fejn qed nagħmlu riferenza għall-medju vultaġġ u għal vultaġġ għoli, allura rridu ndaħħlu definizzjoni ta' vultaġġ u ta' medju vultaġġ.", "Dawn id-definizzjonijiet huma ntenzjonali sabiex jekk iqumu argumenti f'qorti jew f'arbitraġġ jew tribunali oħrajn rigward xi implimentazzjoni ta' din il-liġi, il-qorti għandha dritt tibgħat għat-tekniċi u dawn jispjegaw.", "Pero` allaħares dawn joqogħdu jargumentaw li l-medju vultaġġ jista' jfisser mod u jista' jfisser mod ieħor għaliex inkella nispiċċaw li biex niddefinixxu nagħmlu enċiklopedija teknika.", "F'din il-klawsola tagħti l-aktar definizzjonijiet bażiċi li hemm bżonn.", "Dwar jekk għandniex bżonn ta' definizzjoni ta' distribuzzjoni rigward l- ilma jien lest li nivverifika ma' l-esperti, imma ma nistgħux noqogħdu nagħtu d-definizzjoni tad-definizzjonijiet għaliex inkella ma nispiċċaw qatt.", "U m'hu veru xejn li għaliex tagħti definizzjoni tkun qed tagħmel l- affarijiet aktar ċari; ħafna drabi tkun qed tillimita iktar għaliex jekk ikollok żvilupp jew xi ħaġa li hija ftit differenti minn dak li qed tiddefenixxi jgħidulek li dik ma taqax taħt id-definizzjoni u allura m'hijiex inkluża.", "Per eżempju, jekk inti tgħid li s-sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma hija li trid tgħaddi mill-kanen ta' l-asbestos u mbagħad nibdew nużaw materjal li huwa ffurmat mill-plastic, jgħidulek li dak issa m'għadux distribuzzjoni.", "Jiġifieri ħafna drabi ma jaqbillekx tagħmel overdefining għaliex tkun qed tillimita minflok ma tkun qed tħalli l-affarijiet ċari u miftuħa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, jien naħseb li l-affarijiet m'għandhomx isiru hekk speċjalment jekk qed nipprevedu li 'l quddiem jista' jkun hemm diffikultajiet.", "Jekk 'il quddiem il-gvern iħalli operaturi oħra jidħlu f'dik li hija distribuzzjoni u f'dik li hija trasmissjoni ma jħallix għaliex jaħseb li din għandha tkun ħaġa waħda, jaf jinqala' d-diżgwid preċiżament bħala riżultat tad-definizjoni dwar distribuzzjoni għaliex wieħed jista' jargumenta li jekk se jittrasmetti l-enerġija elettrika b'vultaġġ ta' 3000v, jista' jinkludiha bħala distribuzzjoni u mhux bħala trasmissjoni.", "Jekk aħna nħossu l-bżonn li noqogħdu nagħmlu dawn ir- riferenzi fid-definizzjonijiet, għandna naraw li ngħidu x'inhuma biex neskludu li jkun hemm miżinterpretazzjoni jew ambigwita` fil-liġi.", "Sur President, jien qajjimt dawn il-punti sabiex naraw li l-liġi tkun iżjed ċara, pero` jekk il-Ministru jew t-tekniċi jidhrilhom li b'din id- definizzjoni m'hemmx ċans li jkun hemm diżgwid iżjed 'l quddiem, allura jien m'iniex se noqgħod nfettaq u nżid aktar ma' dak li għedt.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nistgħu naqblu li meta nirriferu lura għal din il-klawsola naraw jekk hemmx bżonn ta' definizzjonijiet addizjonali.", "Se nistaqsi żgur dwar jekk hemmx bżonn ta' definizzjoni għal distribuzzjoni fejn jirrigwarda l-ilma u se nistaqsi wkoll jekk hawnx xi termini fejn hawn distribuzzjoni b'riferenza għall- enerġija elettrika li jridu huma stess ikunu definiti.", "Rigward it-tieni mistoqsija ma naħsibx li hemm pero` la se nistaqsi nara xi jkun il-parir.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ħalli nieħu spunt minn dak li għadu kemm qal l-Ministru, li d-definizzjonijiet ma jridux ikunu dizzjunarju.", "Nistiednu jekk jogħġbu jispjegalna ftit l-ħtieġa ta' żewġ definizzjonijiet li qishom qed jgħidu l-istess ħaġa.", "Qed nirriferi għad-definizzjonijiet ta' ''pitrolju'' u ''żejt''.", "Id-definizzjoni ta' pitrolju qed tgħid hekk:", "''Pitrolju'' tfisser idrokarburi naturali kollha sew f'forma likwida jew gassuża, inkluż iż-żejt krud u sew fi stat krud sew naturali jew f'forma pproċessata jew raffinata u meta użata relattivament għall- esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-pitrolju għandu jkollha l-istess tifsira bħalma hu lilha mogħti b'Artikolu 2 ta' l-Att dwar il- Produzzjoni tal-Pitrolju;\"", "Jien din qed neħodha li qed tkopri l-varjanti kollha ta' idrokarburi u fil- fatt b'pitrolju bażikament tikkaverja kollox.", "Imbagħad immur aktar 'l isfel f'din il-lista ta' definizzjonijiet li m'huwiex dizzjunarju, u nara li d-definizzjoni ta' ''żejt'' tgħid hekk:", "\"\"żejt\" tinkludi faħam, l-idrokarburi kollha jew direvati ta' l- idrokarburi li normalment jintużaw bħala żjut, inkluż żejt krud, żjut ibbażati fuq idrokarburi jew faħam, żejt f'forma gassuża, sostituti tal-pitrolju f'forma likwida, likwidi jew gassijiet magħmula minn fermentazzjoni jew proċessi simili, meta maħsuba biex jintużaw bħala żjut, żjut prodotti minn skart solidu; iżda ma tinkludix pitrolju għal fini ta' l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju;''.", "Ovvjament hawnhekk hawn xi forma ta' kostruzzjoni loġika pero` lili qed taħrabli kompletament.", "Jien nixtieq li l-Ministru jispjegalna ftit f'din il-lista ta' definizzjonijiet li m'hijiex dizzjunarju eżattament x'inhi l- ħtieġa ta' dawn iż-żewġ definizzjonijiet li qishom qed jgħidu l-istess ħaġa imbagħad fid-denb qishom qegħdin iduru kontra xulxin!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa konxju - u probabbli japprezza wkoll - li hawnhekk qed nitkellmu fuq definizzjoni ta' termini tekniċi.", "U l-interpretazzjoni meta naqra dawn it- termini hija li inti qiegħed tagħmel esklużjoni u tipprova tiddefinixxi b'mod ta' esklużjoni.", "Jiġifieri qed tgħid li fejn iż-żejt jista' jkollok riferenza skond id-definizzjoni għall-pitrolju għall-fini ta' l-Att dwar il- Produzzjoni tal-Pitrolju allura m'huwiex inkluż, għaliex trid tmur għad- definizzjoni tal-pitrolju u fil-liġi tal-pitrolju qed tagħmel d- definizzjoni speċifika tal-pitrolju.", "Meta wieħed iħares lejn it-termini wżati jara li hemm differenzi.", "Per eżempju, fid-definizzjoni tal-kelma ''pitrolju'' hemm ir-riferenza għall-idrokarburi naturali kollha, waqt li fid-definizzjoni tal-kelma ''żejt'' hemm il-kelma ''naturali'' nieqsa.", "Jiġifieri jien nifhem li mil-lat tekniku hemm skop.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma waħda ma tinkludix lill-oħra.", "Issa d-differenza tad- definizzjoni tagħhom hija spjegazzjoni teknika li żgur li saret mit- tekniċi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma idrokarburi minnhom infushom huma naturali, jiġifieri d-distinzjoni li qed issir forsi hija distinzjoni ephemera.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-Ministru su due piedi jista' jkollu risposta għal din id-domanda għaliex, kif qal hu stess, din hija ħaġa teknika, imma jista' almenu jistaqsi lit-tekniċi tiegħu jagħtuna l-kontenut tekniku ta' \"pitrolju\" kif definit hawnhekk u l-kontenut tekniku ta' \"żejt\" kif definit hawn, għaliex loġikament ma nafx eżattament x'distinzjoni qed issir bejniethom.", "Kif konna nistudjaw fl-'A' level, idrokarburi huma parti mill-istruttura ta' kimiċi organiċi li huma naturali - jikkoreġini l-Onor.", "Buhagair li huwa aktar intiż minni f'dawn l-affarijiet - u d-derivati tagħhom jistgħu jkunu prodotti artifiċjalment imma xorta huma parti mic-chain naturali ta' l- idrokarburi.", "Jien li ma nistax nifhem, loġikament mhux teknikament biss, hija d-distinzjoni li fid-denb tad-definizzjoni ta' \"żejt\" tidħol biex teskludi pitrolju għall-fini ta' l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju meta fid-definizzjoni ta' \"pitrolju\" qed titkellem b'mod differenti.", "X'inhuma d-distinzjonijiet tekniċi bejn waħda u l-oħra?", "Jiġifieri jekk wieħed jagħmel listing tekniku ta' dak li huwa nkluż taħt \"pitrolju\" u listing tekniku ta' dak li huwa definit taħt \"żejt\", fir-realta` x'se tkun id-differenza u għaliex hemm dik id-differenza?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, fid-definizzjoni hemm areas li meta taqrahom b'mod tekniku distakkat mit-tekniċi jista' jkollok overlap għaliex fid-definizzjoni tal-kelma \"pitrolju\" għandek inkluż ''żejt krud u sew fi stat krud sew naturali u f'forma proċessa'' u fid-definizzjoni tal- kelma \"żejt\" għandek ukoll ''jintużaw bħala żjut, inkluż żejt krud, żjut ibbażati fuq idrokarburi jew faħam''.", "Jekk qed nifhem sew lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni donnu jrid lista teknika ta' x'jaqa' taħt pitrolju u x'jaqa' taħt żejt, imbagħad biex tiddistingwi bejn waħda u oħra u fejn hemm xi overlap għaliex hemm l-esklużjonijiet.", "Fil-liġi jista' jkollok overlap bejn definizzjoni u oħra u allura tagħmel esklużjoni tal-parti ta' l-overlapping.", "Qed ngħid dan dejjem jekk hemm, għaliex forsi t-tekniċi jargumentaw li m'hemmx.", "Din naturalment hija mistoqsija teknika u nġib it-tweġiba għaliha mingħand it-tekniċi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Xtaqt nirriferi ftit għad-definizzjoni tal-klema ''gass'' li tgħid hekk:", "\"''gass'' tfisser kull idrokarburi f'forma gassuża sew fl-istat naturali tagħhom jew miksuba mill-pitrolju jew prodotti kimikament;''", "Jien naħseb li jkun aħjar kieku din tkun tgħid:", "''''gass'' tfisser kull idrokarburi f'forma likwida jew fl-istat naturali tagħhom.\"", "għaliex gass fl-istat naturali tiegħu huwa gass.", "Qed ngħid hekk għaliex inti jista' jkollok il-propane li wkoll huwa gass fl-istat naturali tiegħu imma jiġi pressat biex jiġi f'forma likwida ħalli jkun hemm distribuzzjoni aħjar tiegħu.", "Jiġifieri jien naħseb li d-definizzjoni trid tinbidel daqsxejn f'dak ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nivverifika mat-tekniċi jekk hemmx bżonn definizzjoni dwar l-istat likwidu b'riferenza għall-gass.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, id-definizzjoni ta' \"ministru\" imbagħad tgħid hekk:", "\"\"Ministru\" tfisser il-ministru responsabbli għar-riżorsi;\".", "Jien staqsejt lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jagħtini id-distribuzzjoni tax- xogħlijiet tal-ministri u jidher li għal dak li huwa riżorsi skond kif definiti f'din il-liġi huma mqassmin bejn iżjed minn ministru wieħed.", "Per eżempju, f'dik li hija oil exploration għandna lill-prim ministru; għandna lill-ministru għall-ambjent li huwa responsabbli mid-drainage u mill- environment f'dak li tirrigwarda din il-liġi; imbagħad għandna ministri oħrajn li huma responsabbli mill-qasam ta' l-ilma.", "Jien ma nafx jekk il- Ministru jafx li se ssir xi reshuffle fil-viċin qarib, pero` safejn naf jien il-Prim Ministru qal li m'għandux ħsieb li jagħmel reshuffle u allura bilfors li rridu nagħmlu redefining ta' din id-definizzjoni biex tkun tinkludi ministru wieħed.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, din m'hijiex kwestjoni ta' reshuffle u mhux reshuffle għax dik hija prerogattiva tal-Prim Ministru u ta' ħadd iżjed.", "Kulma jrid isir huwa biss li meta ssir id-designation tal- portfolios tal-ministeri differenti jibda jkun hemm id-designation ta' riżorsi bħala entita` għalihom f'dawk id-definizzjonijiet.", "Naturalment din hija materja li tista' ssir faċilment u amministrattivament wara li din il- liġi tkun approvata mill-parlament.", "Biex nispjega daqsxejn il-kunċett - tkellimt dwar dan ukoll fl-istadju tat-tieni qari - ngħid li l-ħsieb tal-gvern fuq ir-riżorsi huwa l-istess ħsieb li kellna għar-rigward tat-telekomunikazzjoni - naf li l-ħabib tiegħi segwa dak id-dibattitu wkoll - cioe` li jrid ikollok l-aspett regolatorju, fis-sens li ngħidu li \"dawn\" huma l-policies fuq enerġija, ilma u riżorsi minerali, \"dawn\" huma l-parametri li aħna se naħdmu fi ħdanhom, \"dawn\" huma s-sistemi li aħna rridu nużaw u \"din\" hija l-proċedura ta' liċenzjar li jrid ikun hemm, u allura jkun hemm il-ministru responsabbli għar-riżorsi f'dak is-sens, imbagħad ikun hemm il-ministru responsabbli mill-operat jew l-implimentazzjoni ta' dawk ir-riżorsi partikolari.", "Din qegħdin nagħmluha fit-telekomunikazzjoni b'definizzjonijiet simili, jiġifieri għandna l- ministru - ħalli nsejħulu hekk - regolatur u jista' jkun hemm ukoll ministru li għandu fi ħdan il-portfolio tiegħu l-korporazzjoni jew kumpannija pubblika li hija waħda mill-operaturi f'dak il-qasam partikolari, u naturalment jista' jkun hemm ukoll azjendi privati.", "Jiġifieri irid ikun hemm indipendenza bejn l-operaturi u min jirregola.", "Issa l-mod ta' kif tasal għad-definizzjoni hija billi jkollok id- designation u ngħidu li r-riżorsi hija allokata f'\"dak\" il-portfolio partikolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, in-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel li jkun hemm division of roles u ilna ngħidu ħanfa li jagħmel ħafna sens li l-ministru li jkun responsabbli mill-operazzjoni ta' xi riżors ma jkunx ukoll responsabbli mir-regolamentazzjoni.", "Pero` minkejja dan kollu, sfortunatament il-parlament xorta waħda ħadem b'ministri li taħthom ikollhom kemm ir-regolamentazzjoni kif ukoll l-operazzjoni ta' ċertu riżors.", "U dan ma kienx jagħmel sens minħabba li xi kultant ikun hemm ċerta ambigwita` u konflitt.", "U għalhekk aktar qabel jien għedt li la daħħalna din id-definizzjoni, jenħtieġ li nkunu ċari għal liema ministru qed nirriferu.", "Jekk il-leġislatur kellu xi informazzjoni li fil-futur qarib se jkun hemm xi assenjazzjoni differenti tal-portfolios tal-ministri, allura kien jagħmel sens li nagħmlu din id-definizzjoni kif inhi, pero` jekk le jien nistaqsi lill-Ministru jekk din il-liġi tistax tiġi implimentata jekk ma jkunx hemm tibdil fil-rwol tal-ministri.", "Għaliex kif inhi d-definizzjoni ma tirriferix għal ministru partikolari u allura jew qed nistennew reshuffle jew inkella l-Prim Ministru jrid jaħtar jew ipoġġi taħt xi ministru partikolari responsabbilta` għal dawk li aħna qegħdin nirriferu għalihom bħala r-riżorsi tal-pajjiż.", "Jiġifieri l-mistoqsija tiegħi hija din: Se jkollna nistennew lill-Prim Ministru jagħmel xi allokazzjoni differenti tar-rwol tal-ministri biex din il-liġi tkun tista' tiġi implimentata?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jien naħseb li kont ċar fl- ispjegazzjoni tiegħi.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex kwestjoni ta' reshuffle imma hija kwestjoni ta' assenjazzjoni ta' l-inkarigi differenti, liema materja ssir kontinwament.", "Jekk inti taqbad il-gazzetta tal-gvern ta' xahar jew xahrejn ilu meta jkun sar it-tħabbir tal-kabinett jew anke xi emendi li jirriferu għal designation of duties, ikollok awtorita` ġdida li ma tissemma mkien, naturali għax tkun ġdida.", "Mela inti tista' tagħmel avviż fil-gazzetta tal-gvern li jirriferi għal xi ħaġa li għadha ma teżistix!", "Meta dik titwaqqaf, mad-designation of duties tal-ministeri jkun hemm dik l-awtorita` imsemmija b'isimha.", "Din hija ħaġa kontinwa amministrattiva u l- kollegi tagħna għandhom espjerenza ta' gvern.", "Reshuffle hija kwestjoni oħra.", "(Interruzzjonijiet) Għaliex ma tkunx tista' tidħol fis-seħħ?", "Jien naħseb li jkun insult lill-parlament jekk nagħmlu riferenza għal struttura li l-parlament qed ikun mistieden biex jara titwaqqafx jew le u qabel ma l-parlament jgħidilna iva li tista' titwaqqaf - veru li l-gvern ikollu maġġoranza imma jien irrid li jkun hawn id-diskussjoni u l-vot almenu - insemmuha fil-gazzetta tal-gvern.", "Kif fi klawsola 1 nagħmlu d- data meta l-liġi tidħol fis-seħħ, m'hijiex problema kbira li l-gvern jagħmel ukoll id-designation tal-ministru responsabbli mir-riżorsi darba li l-liġi tkun għaddiet mill-parlament, minflok qabel.", "Inkella we'll be jumping the gun.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, jien nistaqsi lill-Ministru jekk jafx b'xi ministru li bħalissa jista' jiġi desinjat bħala ministru responsbabli għar-riżorsi.", "Allura bilfors li ċerti ministri li għandhom taħthom l-oil exploration, bħall-Prim Ministru, jew ir-riżors ta' l-ilma jew ta' l-enerġija, irid jittieħdilhom dak l-inkarigu u jitpoġġa taħt ministru wieħed.", "Il-punt tiegħi hu li bħalissa għandek ħafna ministri li għandhom taħt l-portfolio tagħhom biċċiet li huma riferibbli għal din il- liġi u tista' tinqala' ċerta diffikulta`.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, il-ħsieb tal-gvern huwa ċar, ċioe` li jkollok ministru wieħed li huwa responsabbli għar-riżorsi, li pero` f'dan ir-rigward ma jonqos xejn mill-poteri li għandu l-Prim Ministru bis-saħħa ta' l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju.", "Il-Prim Ministru se jkun jista', għat-termini ta' din il-liġi kif niddiskuti fi klawsoli iktar tard, jagħmel delega ta' dawk il-poteri jekk u meta jrid lill-awtorita` li titwaqqaf bis-saħħa ta' dik il-liġi u allura inti jkollok ministru responsabbli mir-riżorsi, il-poteri kollha tal-Prim Ministru fejn jirrigwarda s-suġġett ta' l-explorazzjoni taż-żejt jibqgħu fis-seħħ salv li l-Prim Ministru jkollu l-poter jagħmel dik id-delega speċifika li tikkontempla din il-liġi lil din l-istess awtorita`, u jista' wkoll ikun hemm ministri oħra responsabbli minn operaturi, pero` l-parti regolatorja se tkun taħt ministeru wieħed mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Prim Ministru speċifikament għall-esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt fil- pajjiż.", "Il-ħsieb tal-gvern hu li l-ministeru għall-ambjent - ikun immexxi minn min ikun immexxi; m'iniex qed nipprova ngħid dan b'xi messaġġ jew ieħor għaliex dak mhux kompitu tiegħi - ikun il-ministeru li jkollu wkoll ir- responsabbilta` tar-riżorsi għaliex jagħmel sens li l-konsiderazzjoni ambjentali tkun waħda mill-konsiderazzjonijiet l-aktar mportanti li nżommu quddiem għajnejna fil-mod kif ir-riżorsi tal-pajjiż ikunu regolati.", "Naturalment kif jitqassmu d-doveri bejn ministru u ieħor huwa prerogattiva kontinwa tal-Prim Ministru u jeżerċitaha minn ħin għall-ieħor kif hu jħoss il-ħtieġa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, xtaqt nagħmel riferenza għad- definizzjoni ta' \"riżorsi minerali\" li tgħid hekk:", "\"''riżorsi minerali'' tfisser kull mineral, blat jew sediment kostitwit minn komposti jew sustanzi organiċi jew inorganiċi, estratt, imtella' minn minjiera jew xort'oħra miksub minn ġo l-art, inkluż qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu, iżda ma tinkludix l-ilma;''.", "Tajjeb hawnhekk ngħid li l-arja wkoll tista' titqies bħala riżors minerali.", "Issa l-ministru jista' jiddeċiedi li dan il-punt ma jagħtihx konsiderazzjoni, fis-sens li ma jkunx hemm bżonn alterazzjonijiet, pero` irrid ngħid li bħalissa diġa` hawn diversi operaturi kummerċjali li jużaw l- arja bħala sors minerali.", "Nistgħu nsemmu dawk li jibbottiljaw, per eżempju, il-liquid nitrogen jew il-liquid carbon dioxide jew il-liquid oxygen.", "Dawn jieħdu l-arja, jippressawha, imbagħad jisseparawha.", "Jiġifieri qed inqajjem dan il-punt sempliċement biex forsi t-tekniċi jew il-ministru stess iħossu li tista' ssir xi riferenza għalih anke f'din id-definizzjoni.", "Jekk il-ministru jħoss li għalissa m'hemmx għalfejn ninkludu dan fid- definizzjoni, allura jien ma nkomplix nitkellem dwaru.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, naraw il-parir tat-tekniċi xi jkun fuq dan il-punt partikolari, pero` naħseb li m'huwiex fl-ambitu ta' l-iskop preżenti tal-liġi li ndaħħlu dan l-aspett ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, xtaqt inqajjem punt żgħir ieħor.", "Rigward id-definizzjoni ta' \"trasmissjoni\", nerġa' ngħid li jekk qed nippruvaw nagħmlu distinzjoni ta' definizzjonijiet fuq bażi ta' vultaġġ, allura bilfors li rridu niddefenixxu x'inhuwa ''vultaġġ baxx'', ''vultaġġ medju'' u vultaġġ għoli''.", "Għaliex kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni iżjed qabel, hemm ċerta nuqqas ta' loġika bejn id-definizzjonijiet ta' pitrolju u żejt.", "Għalxiex qed jirriferi l-Ministru meta jgħid ''żejt f'forma gassuża''.", "Din l-espressjoni ma' tantx tinstema'.", "Jekk aħna qed nirriferu għal gaseous hydrocarbons, jiġifieri gassijiet li aħna diġa` tajna d-definizzjoni tagħhom, ma narax għalfejn għandna ndaħħlu ċerti frażijiet li jagħmlu inqas sens mid-definizzjoni li tajna iżjed qabel.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien m'għandi ebda diffikulta` li nagħmlu bħala bażi t-test Malti għad-diskussjoni, pero` meta nitkellmu fuq definizzjonijiet tekniċi normalment ikunu drafted l-ewwel bl-Ingliż imbagħad xi ħadd qalibhom għall-Malti.", "U jagħmel sens għaliex qed titkellem fuq termini kimiċi li huma stabbiliti f'lingwa oħra.", "Id- definizzjoni ta' \"fuel\" fit-test Ingliż tgħid hekk:", "\"''fuel\" includes coal, all hydrocarbons or hydrocarbon derivates normally used as fuels, including crude oil, fuels based on hydrocarbons or coal, gaseous fuel, petroleum substitutes in liquid form, liquids or gases produced from fermentation or similar processes when intended for use as fuels, fuels produced ....''.", "Forsi d-definizzjoni hija aktar ċara bl-lingwa Ingliża.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien naħseb li ċerta ambigwita` tqajmet mit- translation tal-kelma \"fuel\" li bil-Malti hija ''żejt''.", "Żejt hija kelma iżjed ristretta mill-kelma \"fuel\" għaliex fuel tista' tgħid li jinkludi coal, crude oil, hydrocarbons u l-kumplament, imma żejt, fil-lingwa Maltija tirriferi jew għal liquid hydrocarbons jew inkella crude oil.", "Jiġifieri l- kelma \"fuel\" hija iżjed miftuħa u tinkludi iżjed mit-translation Maltija tal-kelma ''żejt''.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan jista' jkun ukoll, pero` kif qed nikkjarifika - u ma naħseb li qed nissorprendi lil ħadd - huwa ovvju li fid- definizzjonijiet tekniċi, u naħseb fil-liġi kollha, id-drafting sar bl- Ingliż, u dan minħabba termini li huma magħrufa mil-lat kimiku u mill- kimiċi u li huma wżati mill-industrija.", "Naturalment saru wkoll ħafna cross references, anke għall-kumplament tad-diskussjoni fil-kumitat, għal definizzjonijiet li għandna f'liġijiet oħra.", "Forsi tajjeb li dan il-punt il-kollega japprezzah għaliex jista' jgħina fid-diskussjoni.", "Nista' ngħid li fid-drafting ta' din il-liġi żammejna quddiem għajnejna kemm il-liġi dwar l-Enemalta, kemm dik dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, kif ukoll dik dwar il-produzzjoni u l-explorazzjoni taż-żejt, għaliex l-aħħar ħaġa li rridu hija li jkollna żejt definit mod taħt liġi waħda imbagħad definit mod ieħor taħt liġi oħra.", "Safejn stajna nkorporajna definizzjonijiet minn liġijiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 19 ta' Settembru 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita` ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni. ----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, se nipprova nagħmel riferenza għal xi punti li huma ta' rilevanza għal pajjiżna u li jaqgħu direttament taħt ir- responsabbilta' tal-ministeru tiegħi.", "L-intenzjoni tiegħi hi li nitkellem fuq is-settur tat-trasport pubbliku u dwar it-toroq.", "Kien hawn ħafna diskussjonijiet dwar il-bżonn ta' tibdil fit-trasport pubbliku.", "Tkellimna fuq il-bżonn ta' karozzi ġodda u dwar jekk il-fare huwiex korrispondenti għas-servizz.", "Wasalna wkoll fiż-żmien li naraw min hu responsabbli mill-ħolqien tar-rotot u min jara li qed jiġu segwiti sewwa.", "Se nillimita ruħi għall-karozzi tal-linja.", "Nafu li l-aktar entitajiet infurmati dwar dan huma l-kunsilli lokali.", "Huma jkunu jafu x'hemm bżonn, liema rotta trid tinbidel u minn fejn l-aħjar jgħaddu l- karozzi.", "Ma nistax ngħid li ma kienx hemm titjib f'dan ir-rigward.", "Kien hemm ukoll qbil mas-sidien tal-karozzi tal-linja.", "Dan qed ngħidu għax finalment ikunu huma li jimxu jew ma jimxux ma' dan il-qbil tgħid x'tgħid l- awtorita' jew il-gvern.", "Mr. Speaker, kemm ili responsabbli minn das-settur jiena, kelli ħafna diskussjonijiet mas-sidien tal-karozzi biex jintlaħaq ftehim.", "Nista' ngħid li diversi drabi wasalna għal konklużjonijiet li jagħmlu sens.", "Dawn il- konklużjonijiet mhux dejjem kienu dawk mixtieqa mill-awtorita' tat-trasport jew mill-ministeru iżda għallinqas wasalna għal arranġamenti, imma fl-aħħar ftit ġimgħat inqalgħu żewġ każijiet li xtaqt insemmi.", "Wieħed hu l-każ tal- venda tal-karozzi fir-Rabat u l-ieħor dwar ir-rotta ta' Buġibba fejn jingħad x'jingħad, is-sidien ma jridux jiċċaqalqu mill-pożizzjoni tagħhom.", "Huma jridu jibqgħu joperaw minn fejn kienu u anke jħassru l-pjani li hemm.", "Naħseb wasal iż-żmien li l-assoċjazzjoni tal-karozzi tal-linja timxi mal- pjani u d-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.", "Dawn id-deċiżjonijiet ikunu ttieħdu mill-pubbliku u mill-kunsilli fl-aħjar interess tal-istess pubbliku.", "Issa s-sidien tal-karozzi tal-linja jifhmu li ma jistax ikun iħallu lokalitajiet li matul ix-xhur tas-sajf ikollhom numru ikbar ta' residenti u turist, jieqfu fit-8.30 p.m jew id-8.45 p.m. Dak il-ħin ħafna nies jibdew jaħsbu biex joħorġu u mhux jidħlu d-dar.", "Hu importanti li t- traffic control board, it-transport authority u l-kunsilli jitolbu u jesiġu li jkun hemm bidliet fir-rotot u fit- traffic management ta' l-inħawi.", "Nagħmel appell biex ikun hemm il-bonsens minn kulħadd b'mod partikolari min- naħa ta' l-ATP biex ma jinħolqux aktar problemi milli hemm.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq it-toroq.", "Kulħadd jaqbel li għandna bżonn programm li jibqa' għaddej biex ikollna toroq aħjar.", "Għalkemm kulħadd jesiġi aktar, ftit jafu x'isir biex ikollna toroq tajbin.", "Li jiġri hu li t-toroq jiġu ttestjati għall-kwalita u x-xogħol ikun imqabbel mal- wegħda li tkun saret fit-tender.", "Meta x-xogħol imbagħad jiġi ċertifikat, il-kuntrattur ikun jista' jitħallas.", "Hija responsabbilta ta' kull ministru li jara li kull proġett li jsir, u li fih jintefqu l-eluf u kultant il- miljuni, ikollu livell mistħoqq.", "Naturalment nafu li jkun hemm reżistenza minn min jagħti s-servizz.", "Dan ma jkunx irid iwaqqa' xogħlu u jagħmlu skond l-istandards tal-ministeru.", "Dan ifisser illi meta jkun hemm dawn il- kwestjonijiet, ix-xogħol jispiċċa jitwal anke żżejjed.", "Min jagħmel ix- xogħol għandu r-responsabbilta li jerġa' jagħmlu sewwa, ikun min ikun.", "Matul is-sentejn li għaddew kien hemm każijiet fejn inqala' x-xogħol.", "Hemm ukoll każijiet pendenti quddiem id-dipartiment li qed jieħdu żmien mhux aċċettabbli.", "Dan huwa ta' inkonvenjent għar-residenti u nies oħrajn li jgħaddu min hemm.", "Mr Speaker, irrid nagħmel riferenza wkoll għal dak li ġara matul l-erba' snin li għaddew fejn jidħlu kuntratturi tat-toroq.", "Għandna sitwazzjoni fejn il-kuntratturi kollha li jaħdmu fit-toroq qegħdin f'organizzazzjoni waħda.", "Dawn jingħaqdu bejniethom u jimponu deċiżjonijiet anke fejn hemm bżonn li xi xogħol jerġa' jinqala'.", "M'għandi assolutament l-ebda ħsieb li naċċetta din is-sitwazzjoni u allura nitlob lill-kummissjoni għall-kummerċ ġust li quddiemha hemm każ li ilu għaddej mill-1997 biex tara li tittieħed deċiżjoni.", "Naf li hemm xi deċiżjonijiet preliminari, pero' aktar ma l-kas jinqata' malajr aktar naslu għall-konklużjonijiet neċessarji biex il- kuntratturi jidraw jagħmlu xogħol tajjeb.", "Dan biex ikollna kompetizzjoni serja meta jsir it-tendering process tal-kuntratti tat-toroq.", "Sfortunatament donnu ħadd ma jinduna li x-xogħol tat-toroq ikun miexi fuq programm anke jekk dan il-programm ikun pubbliku.", "Kien l-istess dipartiment tat-toroq li ppubblika elenku ta' l-istat tat-toroq illi għandna fil-pajjiż.", "Dan indika b'mod ċar fejn huma l-ħteġijiet tat-toroq f'pajjiżna.", "Ħarisna wkoll lejn il-prijoritajiet tal-pajjiż.", "Naturalment hemm deċiżjonijiet li wieħed irid jagħmel.", "Il-problema ta' l-agħar toroq prinċipali ma bdietx f'Settembru tal-1998 imma fil-ġurnata li nbnew.", "Qed nitkellem fuq toroq bħall-bypass li tagħti minn Żebbuġ għall-Imtarfa, Mdina Road, u t-triq prinċipali ta' Wied il-Għajn.", "Meta wieħed jibni b'mod żbaljat jistenna li s-sitwazzjoni ta' dik it-triq tmur mill-ħażin għall- agħar minn sena' għal sena.", "Meta titfa' t-tafal minn naħa għal oħra u titfa' ftit żrar fuqu tistenna sitwazzjoni bħal ma ġejna fiha llum.", "Mr. Speaker, jien u l-gvern għamilna għażla.", "Minflok qgħadna nirranġaw it- toroq bil-biċċiet biex iservu għal sitt xhur, għamilna programm fit-tul biex isir xogħol sewwa.", "Il-programm ta' xogħol ma baqax biss fuq il-karta għaliex kien hemm diversi postijiet fejn tlesta.", "Fejn ma tlestiex ix- xogħol, bħal per eżempju t-triq li tibda Burmarrad, tieħdok il-Mosta, r- Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u tispiċċa l-ajruport, ħriġna t-tenders biex inkunu nistgħu nibdewh.", "Nispera li x-xogħol ta' evalwazzjoni tat-tenders isir malajr biex nibdew dan ix-xogħol essenzjali għal pajjiżna.", "Mr.Speaker, għandi wkoll appell x'nagħmel lill-kuntratturi.", "Hemm ħafna xogħol x'noffru lil dawn il-kuntratturi.", "M'huwiex tollerabbli li jiġri bħalma ġara f'dawn l-aħħar sitt ġimgħat.", "Kellna tender ta' Lm600,000 u ħadd ma applika għaliha.", "Imbagħad joqogħdu jgħidu li m'għandhomx xogħol.", "Naħseb illi wasalna fil-pożizzjoni fejn il-kuntratturi m'humiex iktar fil- pożizzjoni li jagħmlu x-xogħol kollu li huwa meħtieġ.", "Hemm il-problema li forsi ma jsibux il-personnel meħtieġ biex jagħmlu x-xogħol b'mod tajjeb.", "Kif għidt diversi drabi lill-istess kuntratturi u lill-kunsilli lokali, huwa importanti li nifhmu li attwalment din hija problema li nsolvuha bil- kollaborazzjoni ma' xulxin.", "Mr Speaker, m'aħniex qed nitkellmu biss fuq il-livell tax-xogħol innifsu imma wkoll fuq il-mod ta' kif tiġi mmexxija s-site meta jkun għaddej ix- xogħol.", "Mhux tollerabbli li kuntrattur jagħlaq triq jew iwaqqa' ħajt u jħalli l-inġenji tiegħu hemm mingħajr ma jibda x-xogħol u joqgħod iġebbed minn ġimgħa għal oħra.", "Irrid nappella lil kulmin jagħmel dawn l-affarijiet li s-sit li jkunu qed jaħdmu fih m'huwiex proprjeta' tagħhom iżda tal-poplu Malti kollu.", "Dan jista' jkun ta' periklu pubbliku.", "M'inix se nsemmi ismijiet ta' kuntratturi hawnhekk, iżda nemmen li min huma jafu li qed ngħid għalihom.", "Kultant li taġixxi bil-kelma t-tajba jkun għalxejn u ċerti żbalji jibqgħu jirrepetu ruħhom.", "Ma rridx li l-kuntratturi jaħsbu li jekk ma jitfgħux it-tenders huma x-xogħol jibqa' ma jsirx.", "Għandhom ir- responsabbilta li jitfgħu l-offerti għal dawn it-tenders.", "Wasal iż-żmien li ma nibqgħux nagħtu t-tenders lill-irħas offerti iżda lil min vera jista' jagħmel xogħol tajjeb, bis-serjeta u fil-ħin stipulat.", "Dan mhux biex naġevolaw lil xi kuntratturi partikolari iżda biex ikollna kwalita' tajba.", "Kienet inizjattiva tal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni illi reġgħet daħlet is-sistema ta' aktar minn envelope wieħed fejn l-importanza ma tingħatax biss lill-prezz iżda wkoll lil fatti bħal kemm hu armat kuntrattur u kemm jista' jlesti fil-ħin.", "Ħaġa oħra ta' ħsara lit-toroq f'pajjiżna hi meta individwi jew organizzazzjonijiet jagħmlu xi ħofra jew gandott imbagħad jonqsu li jagħmlu reinstatement.", "L-Enemalta spiss ikollha bżonn, għal raġunijiet validi, taqla' toroq minħabba cables u affarijiet bħal dawn.", "Il-water services corporation ukoll ikollha bżonn taqla' xi toroq.", "Huwa importanti illi l- kuntratturi jagħmlu r-reinstatement.", "B'hekk ma nibqgħux naraw kuntrattur jaqla' central strip, bankina, jew biċċa mit-triq u qisu ma ġara xejn.", "Din la hija sitwazzjoni tollerabbli għalija u lanqas għall-ministeru.", "Mr. Speaker, għandna 800 side street li bl-għajnuna tal-kunsilli lokali nafu li għandhom bżonn xi xogħlijiet.", "Ir-residenti ta' dawn it-toroq bir- raġun igergru għall-istat li jinsabu fihom.", "Irrid ngħid li l-imbierka contribution li titħallas minn kull min jibni ma tkoprix kwart ta' l- ispejjeż.", "Hija aktar forma ta' donazzjoni milli kontribuzzjoni.", "Din m'hijiex skuża biex it-toroq ma jsirux iżda qed ngħid dan biex nifhmu s- sitwazzjoni b'mod oġġettiv u reali.", "Mr.Speaker, irridu nagħmlu għażla bejn affarijiet li jsiru ta' malajr u jkollhom jerġgħu jinqalgħu bħas-sitwazzjoni li sibt jien, jew nagħmlu xogħol bis-serjeta' li jibqa'.", "Għamilt l-għażla ta' l-aħħar biex ikollna xogħol tajjeb u jinqatgħu l-abbużi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 19 ta' Settembru, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PIXXINA NAZZJONALI", "18426.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid sarx xi qbil bejn l-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali u l-Universita' ta' Malta dwar il-bini okkukpat mill-pixxina u minn dawk li ingħataw b'kera xi uffiċċju fil-pixxina?", "Liema huma dawk l- għaqdiet/organizzazzjonijiet/individwi li jokkupaw xi post fil-bini tal- Pixxina Nazzjonali?", "Kemm minnhom huma b'kera?", "Kemm iħallsu kull wieħed?", "Hemm min qiegħed bla kera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għal dawn l-aħħar xhur saru diversi laqgħat bejn is-segretarju parlamentari, ir-rettur u uffiċjali oħra dwar il- pixxina u l-Universita`.", "Dawn il-laqgħat kienu pożittivi u fi ftit ġimgħat oħra jiġi ratifikat ftehim bejn il-gvern u l-universita` dwar l-operazzjoni tal-faċilitajiet sportivi fl-Universita`.", "Dwar it-tieni parti nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17338.", "TOROQ - SIGURTA'", "18427.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir mid-Dipartiment tat- Trasport, anke b'kollaborazzjoni mal-pulizija u l-kunsilli lokali, biex ikun hemm aktar sigurta' fit-toroq?", "X'azzjoni qed jipproponi biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-imwiet u l-inċidenti tat-traffiku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jieħu l-miżuri li hemm bżonn biex jitnaqqsu l-imwiet u l-inċidenti tat-traffiku.", "Dawn il-miżuri jinkludu:", "1. reviżjoni tat-traffic flows u introduzzjoni ta' one way systems ;", "2. upgrading ta' junctions;", "3. introduzzjoni ta' speed limits skond l-esiġenzi tat-toroq partikolari;", "4. installazzjoni ta' road humps u mezzi oħra biex jitnaqqas l-ispeed eċċessiv;", "5. installazzjoni ta' traffic lights", "6. installazzjoni ta' pelican lights;", "7. installazzjoni ta' traffic signs u road markings;", "8. installazzjoni ta' pedestrian crossings;", "9. introduzzjoni ta' żoni għall-użu tal-pedestrians.", "Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għandu kuntatt kontinwu u jikkollabora mal-kunsilli lokali biex it-traffic management fl-areas li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali jitjieb kemm jista' jkun.", "KORP TAL-PULIZIJA - IMPJEGATI", "18428.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid bħalissa x'inhu n-numru totali ta' nies fil-korp tal- pulizija?", "Kemm minnhom, u ta' liema rank, diġa' għalqu l-25 sena servizz?", "Kemm minnhom, u ta' liema rank, se jkunu għalqu l-eta' ta' irtirar sa l- aħħar tas-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent in-numru totali ta` membri fil-korp tal-pulizija hu ta` 1,774.", "It-tagħrif l-ieħor mitlub hu kif ġej : - Li diġa` għalqu il-25 sena servizz", "|Kummissarju |1 |Spetturi |12 | |Deputat |1 |Surġenti | 2 | |Kummissarju | |Maġġuri | | |Assistant |1 |Surġenti |28 | |Kummissarju | | | | |Supretendent|3 |Kuntistabb|69 | |i | |li | |", "Li ser ikunu għalqu l-eta` ta` l-irtirar sa l-aħħar ta` din is-sena", "|Assistant |1 | |Kummissarju | | |Supretendent |1 | |Kuntistabbli |4 |", "GYMNASIUM - ĊERTIFIKAT MEDIKU", "18429.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jaqbel il- Ministru li wasal iż-żmien li qabel ma persuna tidħol bħala membru f'gym, din ikollha bilfors tippreżenta ċertifikat mediku li tkun tajba fiżikament biex tagħmel eżerċizzji fiżiċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lil-Onor.", "Interpellant li m'hemm ebda ħsieb li qabel ma persuna tidħol bħala membru f'gym din ikollha bilfors tippreżenta ċertifikat mediku li jindika li tkun tajba fiżikament biex tagħmel eżerċizji fiżiċi.", "Dan għaliex ċertifikat għandu valur limitat għax għalkemm jagħti indikazzjoni tas-saħħa tal-individwu ma jservix bħala garanzija ta' saħħa għal-futur.", "FURJANA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "18430.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-Chest Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal- Furjana se jiġi trasferit għaċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi?", "X'se jsir mill-kmamar li tokkupa din il-klinika bħalissa?", "Kemm-il persuna marret għall-vista f'din il-klinika fil-Furjana fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li c-Chest Clinic ġiet trasferita miċ- Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi għaliex: a) fl-interess tas-saħħa tat-tfal, trabi u ommijiet u klijenti oħra li jattendu l-well baby clinic u l-klinika tat-tilqim fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana, kien hemm bżonn li jiġi eliminat it-taħlit f'waiting room waħda ta' tfal u trabi ma nies li jattendu għal screening fic-chest clinic minħabba li waiting room, waħda kienet isservi għal dawn it-tliet clinics; b) ic-chest clinic fil-Furjana kienet tikkonsisti f'kamra waħda biss li fiha ma kienx hemm spazju għal examination couch għal meta jinqala' l- bżonn, bħal per eżempju, meta xi ħadd iħossu ħażin.", "F'Ħal Qormi kien possibli li tkun provduta kamra aġġunta fejn jistgħu jsiru eżamijiet li jkun hemm bżonn u faċilitajiet aħjar; c) barra dan fil-Health Centre ta' Ħal Qormi hemm il-faċilita' ta X-Ray fuq il-post bil vantaġġ li t-tobba ikunu jistgħu jaraw ir-riżultat dak il-ħin stess.", "Din il-faċilita' ma teżistix fil-Furjana.", "Il-Kamra waħda li kienet isservi bħala chest clinic se tiġi utilizzata għal-servizzi oħra fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana wisq probabli fis- servizz tat-tilqim.", "Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena in-numru ta' persuni li ġew invistati huwa ta' 2079.", "FINANZI - PRO'S", "18461.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom?", "X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-ministeru tiegħi ma kien hemm l-ebda PRO mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn.", "POLITIKA SOĊJALI - PRO'S", "18462.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom?", "X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fis-segretarjat privat ta' ministru d-dmirijiet marbuta ma' public relations jitwettqu mill-communications co-ordinator.", "Ir-remunerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid- dokument engagement of staff for private secretariats li tqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 124 tas-16 ta' Ġunju, 1999.", "Il-communications co-ordinator fil-ministeru tiegħi minn Settembru 1998 'il hawn kien Mr Alan Camilleri li ġie mpjegat fil-11 ta' Jannar, 1999.", "GĦAWDEX - PRO'S", "18463.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tinformani minn kien jew kienu l-PRO's tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom?", "X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Is-Sur Kevin Sciberras kien il-communications co- ordinator.", "Ir-remunerazzjonijiet u l-benefiċċji li ngħataw lil dan l-impjegat kienu skond id-dokument engagement of staff for private secretariats li l-Prim Ministru kien qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-sena l-oħra.", "OPM - PRO'S", "18464.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PRO's tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom?", "X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fis-segretarjat privat fl-uffiċċju tiegħi, id- dmirijiet marbuta ma' public relations jitwettqu mill-communications co- ordinator.", "Ir-rinumerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-dokument engagement of staff for private secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 124 tas-16 ta' Ġunju, 1999.", "Il-communications co-ordinator fl-uffiċċju tiegħi bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999 kien is-Sur Peter Portelli u minn Lulju 1999 'il hawn hu is-Sur Emanuel Delia.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - PROS", "18472.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinformani min kien jew kienu l-PRO's tal- ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "X'rimunerazzjoni kellu jew kellhom?", "X'benefiċċju u kondizzjonijiet addizzjonali ngħatawlhom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fis-segretarjat privat ta` ministru d-dmirijiet marbuta ma` public relations jitwettqu mill-communications co-ordinator.", "Ir-rinumerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid- dokument engagement of staff for private secretariats li tqieghed fuq il- Mejda tal-Kamra f`Seduta Nru. 124 tas-16 ta' Gunju, 1999.", "Il-communications co-ordinator fil-ministeru tiegħi minn Settembru 1998 `il hawn kien Mr Ruben Sciberras.", "TURIŻMU - PRO'S", "18473.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jinformani min kien jew kienu l-PRO's tal-ministru mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "X'benefiċċji u kundizzjonijiet addizzjonali ingħatawlhom?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Fis-segretarjat tiegħi m'għandix public relations officer.", "KNISJA TA' STA.", "KATARINA D'ITALIA - RESTAWR", "18785.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 17608, jista' l- Ministru jagħti rendikont ta' l-esperjenza f'xogħol ta' restawr li għandu l- kuntrattur Malti li ngħata dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi l-kuntrattur Malti ma kienx meħtieġ li jkollu esperjenza fix-xogħol ta' restawr.", "Dan minħabba l- fatt li t-tip ta' xogħol ta' restawr li se jsir huwa speċjalizzat u għalhekk hija l-kumpannija Taljana li se jkollha r-reponsabbilta' tiegħu.", "Il-kumpannija Maltija kienet maħsuba li sservi bħala appoġġ għall- kumpannija Taljana għal dak li għandu x'jaqsam ma' arranġamenti neċessarji biex din topera f'Malta.", "PA - KNISJA TA' SANTA KATERINA D'ITALIA", "18786.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn ta' permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar qabel ma jsir xogħol ta' restawr bħalma qiegħed isir fil-Knisja ta' Santa Katerina d'Italia, il-Belt?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema każi ta' xogħol ta' restawr estensiv hemm bżonn permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li r-restoration unit tat-taqsima tax- xogħlijiet kien informa lid-direttorat ta` l-ippjanar li l-Knisja ta` Santa Katerina d`Italia kellu jsirilha xogħol ta` manutenzjoni.", "L-istess unit kien issottometta wkoll method statement dettaljat tax-xogħlijiet li kellhom isiru f`dan ir-rigward u kif kellhom isiru.", "L-awtorita` awtorizzat li jsiru xogħlijiet preliminari ta` manutenzjoni iżda minħabba li x-xogħlijiet proposti jinkludu restawr estensiv esiġiet li ssir applikazzjoni formali f`dan ir-rigward.", "KNISJA TA' SANTA KATERINA D'ITALIA", "18787.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għax-xogħol ta' restawr li qiegħed isir fil-Knisja ta' Santa Katerina d'Italia, il-Belt, jista'l-Ministru jgħid jekk sarx inventarju ta' dak kollu li hemm fil-knisja qabel ma tneħħew dawn l-affarijiet?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-inventarju?", "Fejn qegħdin jinżammu l-oġġetti li tneħħew mill-knisja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li kien diġa' jeżisti inventarju ta' l-affarijiet li kien hemm fil-Knisja ta' Santa Katerina d'Italia.", "Ir-responsabbilta' ta' tneħħija ta' l-affarijiet kienet f'idejn l-awtoritajiet tal-knisja.", "WSC - SERVIZZ ĠDID", "18788.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħħlu s-servizz ta' l-ilma mingħajr ħlas matul l-amministrazzjoni preċedenti issa qegħdin jirċievu kont ta' Lm70.00 għal dan ix-xogħol li kien sar ħafna xhur u snin ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba biex isir il-ħlas imsemmi qed issir skond kif provdut fl-avviż legali nru.", "58 ta' l-1999.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI TAĊ-ĊIVIL", "18817.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l- impjegati humiex irġiel jew nisa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi hemm dawn l-impjegati li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa:-", "|Dipartiment |Irġiel|Ammon|Etajie| | |/Nisa |t |t | |Diviżjoni ta' |Nisa |6 |bejn | |l-Edukazzjoni | | |31 u | | | | |37 | |Dipartiment |Mara |1 |33 | |ta' | | | | |l-Eżamijiet | | | | |Dipartiment |Nisa |2 |25 u | |tal-Kultura | | |35 |", "SIGURTA' SOĊJALI - IMPJEGATI", "18818.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ- Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "18818 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - IMPJEGATI", "18819.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li fil­ministeru għal Għawdex hemm 18-il impjegati nisa u xejn irġiel li qegħdin jaħdmu sigħat imnaqqsa.", "L­eta' tagħhom tvarja minn 27 sena sa 55 sena, kif jidher fit­tabella t'hawn taħt", "|Eta' |Irgiel|Nisa | |27 |xejn | 1 | |30 |xejn | 1 | |31 |xejn | 3 | |33 |xejn | 1 | |35 |xejn | 2 | |37 |xejn | 2 | |38 |xejn | 1 | |39 |xejn | 2 | |40 |xejn | 1 | |41 |xejn | 2 | |42 |xejn | 1 | |55 |xejn | 1 | |Total |xejn |18 |", "OPM - IMPJEGATI", "18820.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm erba' impjegati taċ-ċivil li jaħdmu sigħat imnaqqsa.", "L-impjegati huma kollha nisa u l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it- 28 u l-35 sena.", "WOMEN 2000", "18821.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-indirizz tal-Gvern Malti lill- Konferenza tal-Ġnus Maqgħquda - Women 2000: Gender equality, development and peace for the 21st Century, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm focal points implimentaw gender impact assesments u f'liema dipartimenti?", "Jista' jgħid b'liema mod dawn affettwaw ix-xogħol fid-dipartiment konċernati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-indirizz tal-Gvern Malti lill-Konferenza tal- Ġnus Magħquda - Women 2000 Gender Equality, Development and Peace for the 21st Century, ingħad li ġew żviluppati metodoloġiji sabiex ikunu jistgħu jsiru gender impact assessments u li dawn il-metodoloġiji qed jiġu mplimentati permezz tal-focal points eżistenti fl-istrutturi tal-gvern biex jiġi żgurat li l-policies u l-programmi ma jkunux hemm gender bias.", "Ix-xogħol tal-gender focal points hu li jipprovdu l-informazzjoni u jagħtu ideat ta' kif proċeduri u programmi fil-qasam tax-xogħol partikolari tagħhom jistgħu jiġu żviluppati mingħajr gender bias u wara jagħtu sehemhom fl-implimentazzjoni ta' dawk il-proċeduri u programmi.", "Il-gender focal points mhumiex responsabbli li jagħmlu huma l-gender impact assessments.", "WOMEN 2000", "18822.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għax-xogħol magħmul mill-working group li jissemma fl-indirizz tal-Gvern Malti lill-konferenza tal-Ġnus Magħquda - Women 2000: Gender equality, development and peace for the 21st Century - jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed jirriżulta minn dan ix-xogħol?", "Jista' jpoġġi rapport tax-xogħol li sar s'issa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'azzjoni qed tittieħed biex jitneħħew proviżjonijiet diskriminatorji fil-liġijiet Maltin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-riżultat tax-xogħol tal-working group hu rapport dwar riċerka, suġġerimenti u proposti rigward liġi ġdida dwar it- tneħħija ta' kull xorta ta' diskriminazzjoni eżistenti fuq bażi ta' sess.", "Kopja ta' dan ir-rapport tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Qed tittieħed azzjoni biex tiġi abbozzata l-liġi meħtieġa.", "ARTIJIET - KIRKOP", "18859.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid hux veru li dawk li ħadu l-art tal-Knsija u bnew darhom fuqha fl-area magħrufa \"Tal-Mentna\", f'Ħal Kirkop, ma jistgħux jifdu ċ-ċens, minkejja li fil-kuntratt għandhom id-dritt jagħmlu dan?", "Jekk iva, x'inhija r-raġuni għal dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed jirriżulta minn informazzjoni li għandu l-uffiċċju konġunt dwar l-art magħrufa \"Tal-Mentna\", li tinsab fl-akwati ta` l-Imqabba u mhux Ħal Kirkop, li l-art hija mogħtija b`ċens perpetwu rivedibbli.", "Iċ- ċnus perpetwi rivedibbli setgħu jinfdew biss bis-saħħa ta` skema li ħarġet fl-1996.", "Għalhekk kull min kien applika, issa li ġie ffirmat il-memorandum of understanding mas-Santa Sede' f`Mejju li għadda, qed jissejjaħ biex jersaq għal kuntratt.", "Min ma applikax jew ma kellux xi kondizzjoni speċifika fl-att, ma jistax, fil-preżent, jifdi dan iċ-ċens partikolari.", "Peress li l-Onor.", "Interpellanti jista` jkun li mhux qed tirriferi għall- art fuq imsemmija, hija mitluba li tagħti aktar dettalji sabiex tingħata risposta adegwata.", "ANZJANI - MEMBRI FUQ IL-BORD", "18860.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13948, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk il-membri f'dawn il-bordijiet li għandhom is-servizz ta' karozza tal-kiri mħallsa mill-gvern jew ta' karozza tal-gvern?", "Għaliex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li m'hemm l-ebda membru tal- bordijiet, li saret riferenza għalihom, li għandhom l-użu ta' karozza tal- kiri jew tal-gvern a bażi tal-fatt li huma membri ta' dawn l-istess bordijiet.", "Dawk il-membri li għandhom tali użu qed jagħmlu hekk skond il- kondizzjonijiet tax-xogħol prinċipali tagħhom.", "AMBJENT - KONSULENTI", "18872.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsia parlamantari numru 18598, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar iż-żewġ kuntratti ta' konsulenza meħtieġa lid-ditta architecture project?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-dettalji tal-kuntratti mal-konsulenti architecture project:", "Berġa ta' Kastilja", "Il-kuntratt huwa għal xogħlijiet relatati ma' proġetti ta' riabilitazzjoni fil-berġa ta' Kastilja, li jinkludi refurbishment tal-pjan terran kollu, mużew għall-kollezzjoni tal-Maiolica fil-basement, pavimentar tal-bitħa interna, installazjoni ta' żewġ settijiet ta' lifts u fire escape staircase, ri-organizzazzjoni tat-tieni sular okkupat mis-Segretarjat tal- Prim Ministru, xogħol ta' restawr tal-bitħa nterna u refurbishment tat- toilets f'kull sular.", "Il-kuntratt formali ġie ffirmat f'Settembru 1996 għalkemm il-konsulenti bdew jagħtu s-servizz tagħhom żmien qabel.", "Dan il- kuntratt jintemm meta jitlesta x-xogħol.", "Il-konsulenti huma meħtieġa li jippreparaw sketches, stimi tax-xogħol, jissottomettu applikazzjonijiet lill-awtoritajiet konċernati, jippreparaw working drawings, speċifikazzjonijiet u bills of quantities, iħejju rapport fuq l-offerti, iwettqu superviżjoni waqt ix-xogħol, u jħejju ċertifikati tax-xogħol u reviżjonijiet oħra.", "Ta' dan ix-xogħol il-konsulenti huma mħallsa bir-rata ta' 9.5% fuq il-valur tax-xogħol, li hija r-rata kurrenti tal-gvern għal xogħol u responsabbilitajiet oħra.", "Triq ir-Repubblika", "Il-kuntratt mal-konsulenti architecture project huwa għal urban renewal ta' Triq ir-Repubblika bejn Triq Nofsinhar u Triq it-Teatru l-Antik.", "Ix- xogħlijiet jinkludu upgrading tal-pavimentar, installazzjoni ta' sistema ġdida ta' dawl tat-triq u street furniture.", "Il-konsulenti huma mitluba li jimxu mar-rakkmandazzjonijiet magħmula mill-bord ta' għażla għall- kompetizzjoni ta' disinn urban li saret f'Diċembru 1997 u li għaliha ġie magħżul id-disinn ippreżentat mill-architecture project.", "Il-kuntratt ingħata f'Marzu 1998 u jintemm meta jispiċċa x-xogħol.", "Architecture project huma meħtieġa li jippreparaw sketches, stima tax- xogħol, jissottomettu applikazzjonijiet lill-awtoritajiet konċernati, jippreparaw working drawings, speċifikazzjonijiet u bills of quantities, iħejju rapport fuq l-offerti, iwettqu superviżjoni waqt ix-xogħol u jħejju ċertifikati tax-xogħol u reviżjonijiet oħra.", "Ta' dan ix-xogħol il- konsulenti huma mħallsa bir-rata ta' 5% fuq il-valur tax-xogħol.", "SIĠĠIEWI - BOZZA", "18873.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għal twaħħil ta' bozza pubblika fis-Siġġiewi (1300/36/2/67)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-file imsemmi fil-mistoqsija jirriferi għal Mellieħa u mhux għas-Siġġiewi.", "Għaldaqstant biex issir l-investigazzjoni neċessarja, hemm bżonn ta' aktar informazzjoni.", "GĦAWDEX - NIES LI QASMU BEJN MALTA/GĦAWDEX", "18906.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru ġentilment tgħid kemm qasmu nies għal Għawdex din is-sena xahar b'xahar?", "Kemm qasmu karozzi, xahar b'xahar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija mogħtija hawn taħt: |Xahar |Numru ta' |Numru ta' | | |Passiġġieri |Vetturi | |Jannar |151,700 |41,023 | |Frar |159,953 |42,260 | |Marzu |228,545 |54,687 | |April |276,190 |60,689 | |Mejju |274,983 |62,465 | |Ġunju |276,933 |63,584 | |Lulju |353,070 |80,214 | |Awissu |406,478 |91,054 | |Total |2,127,852 |495,976 |", "PA - ENFORCEMENT NOTICES", "18907.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti n-numru ta' enforcement notices li ħarġet l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, sena b'sena, kemm ilha mwaqqfa?", "Kemm minnhom kienu Malta u kemm kienu Għawdex?", "Kien hemm xi każ ta' enforcement order f'Kemmuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta` enforcement notices maħruġa mill-awtorita` ta` l-ippjanar sena b`sena hu kif jidher hawn taħt : -", "| |19|199|199|199|199|19|19|200|To| | |93|4 |5 |6 |7 |98|99|0* |ta| | | | | | | | | | |l | |Mal|34|463|713|1,3|1,2|1,|1,|665|6,| |ta |9 | | |27 |12 |17|02| |93| | | | | | | |6 |5 | |0 | |Goz|14|243|242|372|199|24|19|139|1,| |o |4 | | | | |4 |0 | |77| | | | | | | | | | |3 | |Com|1 |1 |- |- |2 |- |- |- |4 | |ino| | | | | | | | | | |Tot|49|707|955|1,6|1,4|1,|1,|804|8,| |al |4 | | |99 |13 |42|21| |70| | | | | | | |0 |5 | |7 |", "* Sal-31 ta` Lulju", "AIR MALTA - DIRETTURI", "18908.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti l-lista tad-diretturi tal-kumpanniji kollha sussidjarji ta' l-Air Malta?", "Meta inħatru l-ewwel darba u meta ġie mġedded (jekk hu l-każ) l-appointment tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "HELPLINE GĦAL TFAL ABBUŻATI", "18909.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf il- helpline għat-tfal abbużati jew dawk li jkunu jenħtieġu l-għajnuna?", "Kif inhu mmexxi, minn min u kemm għandu volontiera?", "Kemm daħlu telefonati fl- 1998, 1999 u tul din is-sena?", "Bejn wieħed u ieħor għalfejn intalbet l- għajnuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TFAL ABBUŻATI", "18911.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi ta' abbuż mit-tfal fl-iskejjel tul dawn l-aħħar ħames snin (din is-sena inkluża)?", "X'proċeduri jsegwi f'każi ta' rapporti bħal dawn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Jekk kien hemm każi ta' abbuż, x'tip ta' abbuż kien rapportat u x'kienet l-eta' medja tat-tfal li soffrew l-abbuż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ċ-child safety services, fi ħdan id- dipartiment ta' l-istudent services and International relations fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni beda jagħti servizz fil-qasam ta' l-abbuż fuq it-tfal mill-31 ta' Jannar, 2000 u minn dik id-data biss bdiet tinżamm informazzjoni.", "Referrals bejn it-31 ta' Jannar u t-18 ta' Mejju 2000, kien hemm 43 referrals, imma ma kienx hemm, s'issa riżultat ta' abbuż fuq it- tfal.", "Meta jinqala` xi rapport, il-proċeduri mniżżla fil-ktieb child protection - procedures for schools jiġu segwiti.", "Ma kienx hemm riżultati ta' abbuż s'issa.", "ABBUŻ FUQ IT-TFAL", "18912.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid tul l-1999 u tul din is-sena, kemm ġew deċiżi każi li jikkonċernaw abbuż fuq it-tfal mill-qrati ta' Malta u Għawdex?", "Kemm instabu ħatja u fiex kien jikkonsisti l-abbuż?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-1 ta` Jannar, 1999 sa l-24 ta` Awissu, 2000 fil- Qorti tal-Maġistrati (Malta) ġew ipprezentati 33 każ fejn 36 persuna kienu akkużati b`diversi abbużi fuq minuri.", "Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kien hemm żewġ każi, wieħed fl-1999 u ieħor fl-2000 li għadhom pendenti.", "Matul l-istess perijodu ġew deċiżi seba' każi fil-qorti tal-magistrati (Malta) fejn disgħa persuni ġew misjuba ħatja.", "Fil-qorti kriminali kien hemm tliet ġurijiet li jikkonċernaw abbuż fuq minuri.", "F`ġuri minnhom akkużat ġie lliberat; F'ġuri ieħor l-akkużat ġie misjub ħati b`deċiżjoni tat-18 ta` Marzu, 2000.", "Din id-decizjoni hemm appell pendenti minnha.", "Hemm ġuri ieħor pendenti li għadu fi stadju ta` appell minn eċċezzjonijiet preliminari.", "Fil-25 ta` Ġunju, 1999 il-qorti ta` l-appell kriminali (inferjuri) kkonfermat sentenza ta` ħtija mogħtija mill-qorti tal-magistrati (Malta).", "L-akkużi jvarjaw bejn u/jew korruzzjoni, sekwestru tal-persuna, offiżi fuq il-pudur, theddid, prostituzzjoni, stupru, stupru bi vjolenza, stupru minn axxendent u stupru minn axxendent mid-demm - dejjem fil-konfront ta` minuri.", "DIPARTIMENT TAT-TEŻOR", "18933.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarux xi attentati biex jissaħħaħ id-dipartiment tat- teżor tal-gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fi ħdan il- ministeru tal-finanzi jopera d-direttorat tas-servizzi korporattivi biex jikkoordina l-operat tad-dipartimenti li jifformaw parti mid-dekasteru tal- ministeru tal-finanzi u jieħu l-miżuri għat-tisħiħ ta' dawn id- dipartimenti.", "Għalkemm it-teżor jiddependi ħafna mill-prioritajiet li jfassal id-direttorat tas-servizzi korporattivi, id-dipartiment tat-teżor jieħu inizjattivi huwa stess bil-għan li tissaħħaħ l-istruttura fid-diversi oqsma tad-dipartiment.", "BANEK - DEPOSIT PROTECTION SCHEME", "18934.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta l-gvern beħsiebu jilleġiżla dwar id-deposit protection scheme tal-banek kif ukoll dwar l-investors' compensation scheme?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li wara preparazzjonijiet preliminari interni, f'dawn l-aħħar xhur il-bank ċentrali waqqaf working group flimkien ma' rappreżentanti tal-banek biex jistudja x'tip ta' deposit protection scheme għandha tiġi rrakomandata għal Malta.", "Il-working group avvanza ħafna fix-xogħol tiegħu.", "Hekk kif tiġi stabbilita t-tip ta' protection scheme u l-mod kif għandha titħaddem, tiġi drafted il- liġi.", "Il-bank ċentrali jikkalkulha li l-ewwel draft tal-liġi għandha titlesta għal nofs l-2001, filwaqt li l-investors compensation scheme, għandha tiġi mplimentata mill-MFSC matul is-sena 2002.", "Il-preparazzjoni tax- xogħol tlesta u ċ-ċentu ħareġ rapport fuq dan is-suġġett.", "Hu maħsub li l-managment taż-żewġ skemi għandu jkun komuni għalkemm l- għanjiet huma differenti.", "DJAR - XIRI", "18935.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema bażi nħaddmu l-prezzijiet għax-xiri tal-postijiet tal-gvern f'Pembroke u li ġew offruti lir-residenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-prezz tax-xiri ta' l-appartamenti u garaxxijiet tal-gvern jinħadem billi jiġi kkalkolat kemm jiswa l-proġett biex jinbena, inkluż spejjeż għad-drenaġġ, landscaping, stallazzjoni ta' lifts, bini ta' substations tad-dawl, akkwist ta' l-art, eċċ.", "L-ispejjeż jiġu maqsuma fuq l-appartamenti u l-garaxxijiet skond il- kobor tagħhom.", "Mill-prezz ta' l-appartamenti jitnaqqas is-sussidju.", "TRADE LICENSING UNIT", "18936.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf it-trade licensing unit?", "Minn min huwa kompost u kif inhuwa kompost?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dan il-unit għadu ma twaqqafx.", "TFAL B'DIŻABILITA'", "18937.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'arranġamenti se jsiru biex tfal bi bżonnijiet speċjali li jmorru fl- iskejjel tal-Knisja jiġu moqdija bi trasport bħal dawk it-tfal li jmorru fl- iskejjel tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tfal b'diżabilita' li jattendu skejjel speċjali tal-gvern għandhom trasport speċjali pprovdut mill-istess skejjel, filwaqt li tfal b'diżabilita' li jattendu skejjel regolari, jew jagħmlu użu mit- trasport ta' skejjel regolari jew mit-trasport speċjali pprovdut mill- fondazzjoni trasport għall-ħajja aktar indipendenti.", "Arranġamenti għat-trasport għall-iskejjel tat-fal bi bżonnijiet speċjali jsiru mill-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.", "FINANCIAL INTELLIGENCE UNIT", "18938.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern li jwaqqaf finacial intelligence unit?", "Kif inhi maħsuba li tkun il-kompożizzjoni tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-working group kompost minn rappreżentant kull wieħed mill-bank ċentrali, ċ-ċentru għas- servizzi finanzjarji, l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u l-pulizija għadu kif ħejja rapport dwar rakkmandazzjonijiet għat-twaqqif ta' financial intelligence unit.", "Għal dan il-għan il-working group ikkonsulta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u financial intelligence units oħra sabiex il-unit f'Malta ikun f'livell mħaddma u aċċettata internazzjonalment.", "Naturalment dan irid japplika għal kondizzjonijiet tal- pajjiż.", "Ir-rapport għadu kif ġie ppreżentat lili (Ministru tal-Finanzi) u għad iris jiġi diskuss mal-membri tal-working group u l-organizzazzjonijiet involuti.", "Għalhekk mhux għaqli li f'dan l-istadju jiġu żvelati dawn ir- rakkmandazzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-unit u affarijiet oħra.", "Żgur li l-unit se jkun ta' tip amministrattiv li jkun jista jopera b'mod indipendenti.", "Aktar informazzjoni tkun tista tingħata aktar tard.", "Hu maħsub li l-unit jitwaqqaf matul l-2001 wara li tiġi approvata l-liġi adegwata għal dan il-għan.", "STATE AID MONITORING BOARD", "18939.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta kellu jitwaqqaf l-istate aid monitoring board?", "Meta fil-fatt se jitwaqqaf u x'ser tkun il-ħidma prospettiva tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-istate aid monitoring board twaqqaf b'effett mit- 3ċ ta' Ġunju, 2000.", "It-terms of reference ta' dan il-bord huma elenkati fiċ-ċirkolari nru.", "26 ta' din is-sena maħruġa mis-segretarju permanenti fl- uffiċċju tal-prim ministru, u li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "UFFIĊĊJU TAL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA", "18940.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi l-liġi tal-kompetizzjoni hija fuq l-agenda futura tal-Parlament, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-operations review li saret ta' l-uffiċċju għal-kompetizzjoni ġusta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Xhur ilu l-ministeru għas-servizzi ekonomiċi nieda eżerċizzju, taħt l-għamla ta' operations review, maħsuba sabiex titfassal struttura ġdida għall-ministeru b'mod li dan ikun f'qagħda aħjar li jkopri b'mod effettiv il-funzjonijiet diversi, li għalihom huwa responsabbli.", "Dan l-eżerċizzju għandu jitqies bħala proċess, li fil-fatt għadu għaddej anki fil-preżent hekk kif qed tiġi mplimentata struttura ġdida għall- ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "QORMI - INFESTAZZJONI", "18956.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel kontra l-infestazzjoni li hemm ta' grieden fl-akwata ta' Triq Nikol Baldacchino, Ħal Qormi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li ħaddiema tad-dipartiment tas-saħħa jagħmlu trattamenti regolari madwar Malta kollha.", "Ħal Qormi kien ġie l- aħħar ittrattat bil-velenu għal kontra il-ġrieden f'Jannar.", "Għaldaqstant it-triq indikata ġiet spezjonata llum 13 ta` Settembru, 2000 minn uffiċjali tar-rodent control u saru -trattamenti neċessarji għal kontra il-ġrieden.", "Se jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.", "QORMI - INFESTAZZJONI", "18957.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel kontra l-infestazzjoni li hemm ta' ġrieden fl-akwata ta' Triq Nikol Baldacchino, Ħal Qormi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "GĦAJN DWIELI - ŻUNTIER TAL-KNISJA", "18967.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jintervjeni sabiex il- biċċa tat-triq li hemm quddiem iż-żuntier tal-Knisja ta' Għajn Dwieli (bejn iż-żuntier u l-bankina) tiġi slivellata għaliex tant qed jinġabar ilma tax- xita f'din ir-roqgħa li huwa impossibbli għan-nies li wara xi ħalba xita, jitilgħu t-taraġ ta' quddiem l-imsemmi żuntier u b'riskju ta' xi inċident tat-traffiku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex jesegwixxi x-xogħlijiet meħtieġa ħalli jiġi eliminat dan l-inkonvenjent.", "TOROQ - ASFALTAR", "18968.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jikkonferma li x-xogħol ta' asfaltar fuq Triq Joseph Burlo', se jinbeda sa tmiem din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 18840.", "IMPJIEGI", "18969.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex possibbli li jiġu ndikati ż-żidiet fin-numru ta' mpjiegi f'dawk il- kumpanniji li jipproduċu prodotti li ġew effettwati bit-tneħħija tal-levies matul l-1999 u l-2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li bit-tneħħija tal-levies fl-1 ta' Ottubru, 1999 u fl-1 ta' Jannar 2000, ġew effettwati 95 ażjenda.", "Sa l- aħħar ta' Awissu 2000, in-numru totali ta' mpjegati f'dawn il-95 ażjenda kien ta' 71 aktar milli kien fl-aħħar ta' Settembru 1999."]} {"filename": "20010717_583d_par.doc", "date": "2001-07-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 583 It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 583", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "583", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 69", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 69", "TQEGĦID TA' KARTI 75", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI (IT-TIENI QARI)", "ANIMAL WELFARE BILL (SECOND READING) 76", "AĠĠORNAMENT 99", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 104", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta nru.", "582 li saret fis-17 ta' Lulju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QRATI – KARIGI ĠODDA", "26388.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm se jinħolqu karigi ġodda fil-qrati ta' Malta u Għawdex?", "Kemm hemm direttorati li se jiġu upgraded?", "Kemm hu maħsub li titla' l-ispiża rikorrenti b'eżerċizzju bħal dan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): B'riferenza għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant, inħolqu tliet kategoriji ta' karigi ġodda fil-qrati li huma:", "i) Direttur għall-qrati u tribunali ċivili (Malta), direttur għall-qrati kriminali (Malta) u direttur għall-qorti ta' Għawdex; l- applikazzjonijiet ħarġu u huwa mistenni li l-ħatriet isiru fi żmien qasir;", "ii) 34 assistent tal-qorti li qegħdin fi stadju li jiġu appuntati; u", "iii) xufiera ma' kull membru tal-ġudikatura.", "Dwar it-tieni parti ta' l-interpellanza, it-tliet diretturi l-ġodda msemmija fl-ewwel parti tat-tweġiba se jissostitwixxu l-post preżenti ta' reġistratur tal-qorti, preżentement okkupat mid-direttur ġenerali.", "Dawn il- gradi se jkunu fi skala ta' salarju 4.", "Se jiżdiedu wkoll żewġ assistenti reġistraturi biex jassistu l-imsemmija diretturi.", "L-ispiża annwali mistennija li tammonta għal madwar Lm367,000, inkluż l- allowances kollha li jmorru mal-post jew kariga.", "B'danakollu ż-żieda rikorrenti attwali tkun ferm inqas, peress li l-pożizzjonijiet kollha jimtlew minn ħaddiema li huma diġa mpjegati tal-gvern u konsegwentement, iż- żieda attwali rikorrenti tkun biss dik relattiva għall-promotion u allowances li jista' jkun hemm marbuta mal-kariga.", "Hu mistenni wkoll li parti kbira sewwa minn din iż-żieda tiġi rkuprata minn saving sostanzjali li se jsir fuq l-ispiża rikorrenti għat-trasport tal- ġudikatura.", "INKJESTA MAĠISTERJALI DWAR L-GĦAJBIEN TA' MARCEL BARBARA", "26844.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar l-għajbien ta' Marcel Barbara u l-Grieg miżżewweġ Maltija?", "L-avukat ġenerali ħa passi wara l-artiklu li deher fil-ġurnal \"Kullħadd\" - miktub minn Joe Mifsud fis-6 ta' Diċembru 1998 - bit-titlu \"Iġsma, ħwejjeġ u żraben fix-xbiek tat- tkarkir\"?", "Ġibed l-attenzjoni tal-maġistrat inkwirenti dwar il-każ li tqajjem f'dak l-artiklu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-inkjesta inkwestjoni għadha pendenti quddiem il- Maġistrat Dr. Joe Apap Bologna.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-Ministru ntalab jgħid jekk itteħdux passi wara artiklu li kien deher f'ġurnal lokali u jekk inġibdetx l- attenzjoni tal-maġistrat inkwirenti dwar il-każ.", "Jien naħseb li dawn il- mistoqsijiet għandhom jiġu mwieġba biex għallinqas inkunu nafu jekk itteħdux passi, aktar u aktar meta issa nafu li dak li kiteb Joe Mifsud huwa korrett.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf li dak li qed jiġi ssuġġerit huwa kopert bis-sigriet professjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri din tan-nuqqas ta' passi nistgħu nattribwuha għas-segretezza professjonali?", "Aħna mhux biex inkunu nafu x'ġara u ma ġarax imma biex għallinqas ikollna l-konferma li xi ħadd ta kas ta' dak l-artiklu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mid-dehra l-Onor.", "Interpellant jippretendi li jagħmel liġijiet għalih!", "Is-sigriet fuq l-inkjesta jinkludi l-azzjonijiet kollha li jittieħdu mill-maġistrat u mill-attorney general sakemm tingħalaq l- inkjesta.", "Wara li l-inkjesta tingħalaq, l-atti jsiru pubbliċi iżda f'ċerti każi biss.", "Ma naħsibx li l-liġijiet jinkitbu biex l-Onor.", "Interpellant jew xi membru ieħor ta' din il-Kamra jbiddilhom!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela allura l-liġijiet jinkitbu biex jekk hemm xi ħadd li jkun irid jaħbi xi ħaġa, jistaħba wara l-inkjesta!", "Jien qed nistaqsi f'ġieh it-trasparenza u żgur ma rridx ninftiehem li nixtieq nara l-liġi tinkiser.", "Jien qed nistaqsi biss jekk artiklu bħal dak ingħatax l- attenzjoni dovuta, aktar u aktar illum li nafu li dak li nkiteb minn Joe Mifsud jirrifletti l-verita'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-liġijiet jinkitbu għal kulħadd, għall-membri tal- gvern u għal dawk ta' l-oppożizzjoni u għal kull persuna oħra barra minn din il-Kamra u jridu jiġu segwiti minn kulħadd.", "Jinkiteb x'jinkiteb fil- gazzetti, l-azzjonijiet li jittieħdu fl-inkjesta jridu jimxu mal-liġijiet ta' pajjiżna u fuq kollox irid jimxi mal-liġijiet ta' pajjiżna l-ministru responsabbli mill-ġustizzja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien m'iniex qed nistaqsi fi ħdan l- inkjesta, għax il-mistoqsija l-oħra kienet tgħid jekk l-avukat ġenerali ħax passi dwar l-artiklu li deher fil-\"KullĦadd\".", "(Interruzzjonijiet) Iva, l-ewwel parti tal-mistoqsija tirrigwarda l-inkjesta, imma t-tieni parti tittratta l-avukat ġenerali u x'passi ħa.", "Jien ma naħsibx li l-passi li jieħu l-avukat ġenerali jkunu dejjem fit-termini ta' l-inkjesta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-avukat ġenerali ħax passi, jekk għamilx dan fil- kuntest ta' l-inkjesta u jekk ġibedx l-attenzjoni tal-maġistrat inkwirenti, kollox jidħol fil-kuntest ta' l-inkjesta.", "Kif jista' l-avukat ġenerali jiġbed l-attenzjoni tal-maġistrat inkwirenti jekk mhux fil-kuntest ta' l- inkjesta!", "Il-passi li ħa, jekk ħadhom, huma marbuta bis-sigriet professjonali fil-kuntest ta' l-inkjesta.", "Hija ħaġa ovvja li jekk l-avukat ġenerali ħa l-passi, għamel dan fil-kuntest ta' l-inkjesta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura forsi jkun tajjeb li l-Ministru jinformana eżattament meta bdiet l-inkjesta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, peress li din l-informazzjoni li qed tintalab m'hijiex fil-file li għandi quddiem, nitolbu jagħmel id-domanda bil-miktub.", "Biss ma nagħtix garanzija li nkun kapaċi nirrispondi għax jista' jagħti l-każ li l-maġistrat ma jgħaddilix l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skużi ta, imma jekk l-inkjesta bdiet wara li deher l- artiklu ta' Joe Mifsud għandi raġun jien, fis-sens li l-mistoqsija li għamilt ma kenitx dwar l-inkjesta; u jekk l-inkjesta bdiet qabel ma deher dak l-artiklu għandu raġun il-Ministru, fis-sens li risposta ma tistax tingħata minħabba s-segretezza.", "Imma f'ġieh is-sewwa jien għandi nkun naf u anke l-Ministru suppost li għandu jkun informat, Sur President.", "Fuq kollox, għandi għax nifhem li l-Ministru għandu żewġ files, wieħed minnhom bir-risposta kif ingħatat u l-ieħor bl-informazzjoni kollha dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-suġġett u allura bilfors li fil-file hemm imniżżel meta bdiet l-inkjesta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, jew l-Onor.", "Mizzi għandu impressjoni ħażina jew inkella qed jirriferi għal xi proċeduri differenti.", "Aħna qegħdin nitkellmu dwar inkjesta li qiegħda f'idejn il-Maġistrat Apap Bologna.", "Bil-liġi ta' pajjiżna, il-file ta' l-inkjesta huwa marbut bis- sigriet inkwiżitorju u jinżamm mill-Maġistrat.", "(Interruzzjonijiet)", "Nista' ngħidlek li hemm numru ta' maġistrati li jirrifjutaw li jagħtu dettalji, imqar dwar meta jkunu bdew l-inkjesti jew dwar kemm għandhom files ta' inkjesti pendenti.", "Mhux l-ewwel darba li b'risposta għal xi mistoqsija parlamentari min-naħa ta' l-oppożizzjoni, poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra l-pożizzjoni ta' numru ta' ġudikanti li jgħidu li dan is-sigriet jestendi wkoll għal meta bdew l-inkjesti u għan-numru ta' inkjesti pendenti.", "(Interruzzjonijiet)", "Kulma għandi f'idejja hija l-mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Mizzi u r-risposti dipartimentali li rċevejt.", "Mill-bqija m'għandi l-ebda file ieħor, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien il-proċedura nafha li jkun hemm żewġ files, wieħed bir-risposta u l-ieħor bl-informazzjoni kollha li jkollha x'taqsam mas-suġġett tad-domanda.", "Inbidlet il-proċedura forsi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien ma nafx xi proċeduri kien jadotta l-Onor.", "Mizzi meta l-partit tiegħu kien fil-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Għamel sentejn jirrispondi d-domandi għan-nom ta' sħabu u issa nitolbu biex, jekk jogħġbu, joqgħod jisma bil-kwiet!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien għedt li għal kull mistoqsija parlamentari kien ikun hemm żewġ files – din il-proċedura kienet tintuża mill-gvern preċedenti u safejn naf jien, anke mill-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ta' qabel – u allura l-Ministru għandu jirrispondi u mhux jipprova jaħrab minnha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Mizzi jerġa' jinterrompini npoġġi bil- qiegħda u ma nirrispondix iktar, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux l-informazzjoni li tlabtu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk fis-sentejn li huma għamlu fil-gvern kellhom l- użanza li jkollhom żewġ files, jien ma nafx b'dan.", "Jekk xi ministru ieħor għandu l-użanza li jkollu żewġ files, ma nafx b'dan lanqas.", "Naf li jkolli żewġ files biss meta r-risposta tkun tirriferi għal xi suġġett ġenerali partikolari, imma din rari ħafna għax fis-sentejn u nofs li ili ministru, dejjem file wieħed kelli.", "Din hija domanda dwar inkjesta u l-informazzjoni kollha li ntalbet qiegħda fl-inkjesta.", "Nirrepeti li jekk l-Onor.", "Mizzi jixtieq ikun jaf meta nfetħet l-inkjesta, jagħmel domanda bil-miktub u nibgħatha l-qorti għar-risposta.", "Jekk il- Maġistrat Apap Bologna jogħġbu jagħtini l-informazzjoni, inkun nista' ngħidlu meta nfetħet l-inkjesta.", "TURIŻMU - RETAINERS", "26954.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 26608?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Membru li għal ħtiġijiet legali, il-ministeru jinkariga l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "L-awtorita' tat-turiżmu tħallas retainer ta' Lm3,000 fis-sena lid-ditta Grech, Tortell & Hyzler.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Camelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed tiġi mitluba tagħmel din id-ditta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jiddispjaċini imma d-domanda kienet dwar retainer għal xogħol legali u iżjed minn hekk ma nistax ngħid.", "IL-QORTI FUQ PUSSESS TA' L-AVORJU", "27375.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fuq pussess ta' l- avorju u prodotti magħmulin mill-avorju?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub m'huwiex disponibbli taħt forma komputerizzata.", "NEGOZJU TAL-ĠOJJELLERIJA", "27376.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna kellha ħanut tal-ġojjellerija f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant m'huwiex disponibbli, pero` ninsab informat ukoll li fil-preżent hawn 374 persuna li għandhom liċenzja tan- negozju tal-pulizija għall-bejgħ ta` ġojjellerija.", "SPEĊI PROTETTI – DNA-TESTING", "27377.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex qed isir DNA - testing biex jiġu magħrufa speċi protetti biċ-CITES?", "Kemm-il persuna hi mħarrġa biex tagħmel dan ix-xogħol?", "Qatt inqabad xi ħadd permezz ta' DNA - testing fuq speċi protetti biċ-CITES?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-pulizija m`għandhiex persuni mħarrġa sabiex isir DNA - testing kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Informat ukoll li l-pulizija ma kellhiex każi fejn inqabad xi ħadd permezz ta` dan it-tip ta` test.", "ALE – KSUR TAĊ-CITES", "27378.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx tressqu minorenni l-qorti fuq ksur tal-liġi taċ-CITES?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-taqsima ta` l-ALE tal-pulizija ma kellha ebda każ kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "SAN PAWL IL-BAĦAR: TRIQ EMANUELE PINTO – PROVVISTA TA' L-ILMA", "27405.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ta' spiss is-servizz ta' l-ilma fi Triq Emanuele Pinto, San Pawl il- Baħar, qed ikun maqtugħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-ilment ta' l- Onor. Interpellant ġie mgħoddi lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed azzjoni rimedjali.", "SAN PAWL IL-BAĦAR: TRIQ EMANUELE PINTO - ASFALTAR", "27407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Emanuele Pinto f'San Pawl il-Baħar tiġi asfaltata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li d-dipartiment tat-toroq għadu kif ta kuntratt għall-bini u asfaltar ta' din it-triq wara sejħa għal offerti.", "SAN PAWL IL-BAĦAR: TRIQ IL-VILLEĠĠJATURA - DRENAĠĠ", "27409.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jieħu biex jiġi mwaqqaf drenaġġ li ta' spiss joħroġ fi Triq il-Villeġġjatura, f'San Pawl il-Baħar u li qed jikkawża nkonvenjent għar-residenti ta' l-istess triq u tal-madwar u għal kull min jgħaddi minn hemmhekk?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li waqt xogħlijiet ta' excavation fi proprjeta privata, it-triq ċediet minħabba t-toqol tal-vetturi jġorru l-materjal skavat.", "Irriżulta li l- manhole partikolari sfrundat bil-konsegwenza li nħoloq blockage.", "Dan il- blockage issa tneħħa u d-drenaġġ m'għadux jiżbroffa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplementari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, xi żmien ilu kont tkellimt dwar sejba ta' sit storiku żgħir fin-naħa tal-promenade ta' San Ġiljan, ħdejn l- Exiles.", "Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-fdalijiet ta' dik is-sejba li jmorru lura għal mijiet ta' snin u x'użu se jsir minnhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, ma jirriżultalix li din kienet xi sejba ta' importanza storika partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Imma kif jista' il-Ministru jwieġeb b'dan il-mod meta kien hu stess li kkonferma li kien hemm din is-sejba?", "Jista' jgħid allura jekk dawn il-fdalijiet intremewx?", "Għalfejn il-Ministru qed jogħġbu jikkontradixxi lilu nnifsu ma nafx!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jien naħseb li huwa l-Onor.", "Cuschieri li qed jikkontradixxi lilu nnifsu għax m'huwiex kapaċi jsegwi t- tweġibiet li jingħataw f'din il-Kamra!", "Jien għedt lil li ma jirriżultalix li din hija xi sejba ta' importanza storika partikolari.", "Jien m'għedtx li ma kienx hemm sejba!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari preċedenti li kont għamiltlu, il-Ministru kien qal li s- sejbiet kienu jmorru lura sa żmien Pinto.", "Issa jekk dawn m'humiex sejbiet storiċi, ma nafx liema huma s-sejbiet storiċi.", "Forsi li jkollna xi ministru għall-ambjent jippassiġġa mal-promenade ta' Tas-Sliema!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, donnu li l-Onor.", "Cuschieri ma tantx huwa kuntent bix-xogħlijiet li saru f'Tas-Sliema, imma dik problema tiegħu u mhux tiegħi!", "L-Onor.", "Cuschieri kien indika li kien hemm sejba storika u jien weġibtu.", "(Interruzzjonijiet) Mill-mod ta' kif instabu dawn il-fdalijiet, ma jirriżultax li wieħed jista' jagħmel użu minn dan is- sit jew jattribwilu importanza storika partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Allura nissuġġerixxi lill-Onor.", "Cuschieri biex jagħmel mistoqsija preċiża ħalli nkun nista' nagħtih tweġiba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, lest il-Ministru jserraħ ras il-poplu Malti li l-problema li dan l-aħħar inqalgħet fis-sistema tad-drenaġġ qed tiġi rrimedjata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nista' ngħid li fil-fatt saru xogħlijiet b'emerġenza u b'mod immedjat fuq il-ħsara li żviluppat fl-inħawi ta' Buġibba.", "Dawn ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin u hu mistenni li nhar il- Ħamis ikunu lesti, biex allura s-sistema kollha tkun qed taħdem tajjeb.", "B'hekk l-erba' pumping stations ta' dawk l-inħawi - ta' Buġibba stess, ta' Ta' l-Għażżelin, tas-Sirens u ta' Kennedy Grove - ikunu qed jitħaddmu b'mod totali u bl-assigurazzjoni li mhu se jkun hemm l-ebda żbroff ta' drenaġġ.", "Imma tajjeb li hawnhekk nieħu l-opportunita` biex nerġa' nispjega għaliex dan il-gravity main ikkollassa, Sur President.", "Meta nhar is-Sibt ġejt informat b'dak li kien ġara, ħadt ħsieb li jsiru x- xogħlijiet kollha bl-ikbar emerġenza u bl-ikbar impenn minn ħaddiema tad- dipartiment tad-drenaġġ fi ħdan it-taqsima tax-xogħlijiet.", "L-informazzjoni li kelli li imbagħad ivverifikajt meta żort il-post, kienet li dan il- gravity main li kien sar 28 sena ilu, kellu parti minnu li kienet nieqsa – fil-fatt qatt ma kienet saret - u kellu partijiet oħra fejn donnu li s- sistema ta' dak iż-żmien kienet li biex jiġi akkwistat tul ikbar, il-main jinqasam min-nofs u tintuża biss il-parti t'isfel.", "Allura jekk għall- argument kien hemm main ta' 20 pied dan jiġi ta' 40 pied, imbagħad jitqiegħed il-cardboard fuqu u jiżdied il-konkos.", "Ovvjament naħseb li kulħadd jaqbel li din m'hijiex l-iktar sistema adegwata ta' kif isir network li jipprovdi għas-sistema tad-drenaġġ.", "Dan il-main irid jinbidel kompletament u x-xogħol li qed isir issa b'emerġenza u b'mod permanenti, minbarra dak li sar fi tmiem il-ġimgħa mill-istess ħaddiema tad- dipartiment tad-drenaġġ, huwa preċiżament biex issir trinka ġdida madwar l- area fejn hemm il-klabb tal-boċċi, fejn imbagħad jitqiegħdu mains ġodda - fil-fatt dawn diġa' bdew jitqiegħdu - u awtomatikament il-flow kollha tad- drenaġġ ta' dawk l-inħawi tiġi taħt kontroll u awtomatikament ukoll jitħaddmu l-erba' pumping stations.", "Qed ngħid dan għax bħalissa qed jitħaddmu tlieta biss fuq bażi totali, u cioe` l-pumping station ta' Buġibba, dik ta' l-area ta' l-GĦażżelin u dik tas-Sirens, pero' dik ta' Kennedy Grove, li għalkemm tolqot ħafna inqas bħala area għall-għawm xorta waħda m'hu pjaċevoli għal ħadd jekk ma titħaddimx fil-kapaċita' sħiħa tagħha, m'hijiex qed titħaddem b'mod totali, bil-konsegwenza li sakemm jitlestew dawn ix-xogħlijiet, hemmhekk għad hemm problema ta' drenaġġ.", "Jien ninsab assigurat li sa nhar il-Ħamis, ix- xogħlijiet ikunu tlestew kompletament u mhux biss it-tliet pumping stations ta' Buġibba, ta' l-GĦażżenin u tas-Sirens jibdew jitħaddmu tajjeb, imma anke dik ta' Kennedy Grove.", "Dan l-aħħar kien hemm ħsara wkoll f'rising main fl-inħawi tal-Mellieħa.", "Ir- riżultat ta' din il-problema wasal għandna nhar il-Ħamis li għadda u sa nhar il-Ġimgħa fis-1.00 a.m. kienu għadhom qed isiru xogħlijiet b'emerġenza.", "B'hekk il-problema ġiet eliminata għal kollox u t-testijiet li saru, anke indipendentement mid-diviżjoni tas-saħħa, jikkonfermaw li l- area tal-Mellieħa hija kollha kemm hi tajba għall-għawm.", "Diffikulta` oħra li wkoll konna qed naffaċċjaw b'emerġenza dan l-aħħar kien il-kollass ta' main fl-area tal-Fgura, li kellu effett fuq is-sistema tad- drenaġġ ta' l-impjant ta' Sant'Antnin li minnu l-bdiewa jieħdu ilma trattat.", "Ix-xogħlijiet għadhom qegħdin isiru u din is-sistema se terġa' tibda titħaddem fil-ġranet li ġejjin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI(Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' uffiċjali pubbliċi li jinsabu nterdetti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27454;", "Lista li turi t-tip ta' inġustizzja li sofrew impjegati tal-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27481; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 170 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jemendaw regolamenti dwar taxxa fuq il-valur miżjud (ħlas lura ta' taxxa fuq il- valur miżjud);", "Avviż Legali 171 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jemendaw ir- raba' skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (emenda nru 2); u", "Avviż Legali 172 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 ta' eżenzjoni mit- taxxa fuq dokumenti u trasferimenti fuq ċessjonijiet ta' operazzjonijiet internazzjonali ta' factoring.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 169 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar skema ta' l-ivvjaġġar għal annimali domestiċi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI", "ANIMAL WELFARE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-17 ta' Lulju, 2001 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri huwa in possession.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ma nistax ma nfakkarx f'liema ambitu u b'liema mod dan l-abbozz ta' liġi li ressaq il-Ministru Ninu Zammit ġie quddiemna.", "Daqs għaxar xhur ilu, il-Partit Laburista ppreżenta abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att dwar il-Ħarsien u l-Jeddijiet ta' l-Annimali\" u dan wara li kien stieden lin-naħa tal-gvern biex flimkien naħdmu fix-xhur tas-sajf fuq tali abbozz, kull naħa tressaq il-proposti tagħha.", "Ħassejna li dik kienet tkun l-aħjar triq sabiex flimkien inkunu qegħdin inħejju abbozz ta' liġi li jista' jagħmel l-aktar ġid għall-ħarisen u l-jeddijiet xierqa ta' l- annimali.", "Biss din it-talba li kien għamel il-Partit Laburista ma ġietx aċċettata min-naħa tal-gvern Nazzjonalista, fost id-diżappunt mhux biss tagħna bħala membri ta' l-oppożizzjoni imma anke ta' għaqdiet u individwi li għandhom għal qalbhom dan is-sens ta' ħidma u dan is-sens ta' promozzjoni ta' kif l-annimali għandhom jitħarsu.", "Issa hawn irrid ngħid li aħna l-abbozz ta' liġi konna għaddejnieh minn diversi kanali u anke konna bgħatnih lil RSPCA f'pajjiżna, li minn naħa tagħhom, dawn issuġġerew diversi emendi għal dak li kien qed jipproponi l- Partit Laburista.", "Imbagħad eventwalment dan l-abbozz kien anke ntbagħat lil RSPCA tar-Renju Unit li bħalma jaf kulħadd u bħalma jaf kulmin għandu għal qalbu dan il-qasam, din hi waħda mill-ikbar organiżżazzjonijiet dinjija, jekk mhux waħda mill-ewwel organiżżazzjonijiet fid-dinja li bdiet taħdem b'interess għall-ħarsien u d-drittijiet ta' l-annimali, kif ukoll tindokra annimali abbandunati.", "Nafu li din hi organiżżazzjoni magħrufa għas-serjeta' kbira tagħna, għad-dedikazzjoni assoluta tagħha u tal-membri tagħha f'dan il-qasam, anke fuq firxa internazzjonali u għall-mod professjonali li timxi bih f'ħidmietha.", "Niftakar li l-RSPCA tar-Renju Unit – u forsi din hi r-risposta għal min fl- intervent tiegħu pprova jagħti x'jifhem li l-abbozz tagħna ressaqnih wara xi survey li kien deher f'gazzetta – kienet bagħtet ittra lil kull deputat ta' din il-Kamra u faħħret bis-sħiħ l-abbozz imħejji mill-Partit Laburista.", "Il-verita' hi li dan l-abbozz kien sar fuq inizjattiva personali tal- mexxej tal-partit li bla dubju ta' xejn iddedika ħafna ħin biex dan id- dokument jitħejja b'mod serju u b'mod li jkun jixraq u jiffitja għas- sitwazzjoni lokali.", "Iżda sfortunatament il-gvern Nazzjonalista warrab dan l-abbozz fil-ġenb u m'aċċettahx għax qal li kien qiegħed jipprepara l- abbozz tiegħu.", "Kien Dr Sant ukoll li fis-sajf tas-sena l-oħra kien ħa aġġornament biex jitkellem fuq in-nuqqas ta' protezzjoni għall-annimali.", "Kien hu li ta l-ewwel indikazzjonijiet u enfasizza l-bżonn u l-ħtieġa li d- drittijiet ta' l-annimali jiġu protetti u anke jiġu mħarsa b'liġi.", "Jidher li dak id-diskors ta' Dr. Sant kien qajjem interess sħiħ fost dawk li għandhom għal qalbhom il-qasam tal-ħarsien ta' l-annimali, tant li saħansitra kien hemm diversi artikli u artikoletti f'gazzetti u anke kien hemm ġurnali li ħassew li kellhom jiddedikaw editorjali dwar din l- inizjattiva tal-mexxej Laburista.", "Fortunatament, ftit ġimgħat wara, il- Partit Laburista lesta abbozz ta' liġi dwar id-drittijiet ta' l-annimali wara konsultazzjoni sħiħa ma' l-organizzazzjonijiet kompetenti.", "Dan l- abbozz kien ġie ppreżentat hawnhekk lill-media waqt konferenza stampa u mbagħad wara kien ġie ppreżentat fil-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Naturalment bħal f'kull każ ieħor, il-gvern Nazzjonalista m'aċċettax din il-proposta ġenwina, proposta li bla dubju ta' xejn kienet 'il bogħod ħafna mill- partiġġjaniżmu politiku.", "Nazzarda ngħid li l-gvern Nazzjonalista m'aċċettax din il-proposta sempliċement għax kienet ġejja min-naħa tal- Partit Laburista.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li fl-ebda ħin u fl-ebda mument ħadd ta x'jifhem li billi l-Partit Laburista ppreżenta abbozz, ma kienx ukoll se jżomm il- bibien miftuħa biex jibdel dak li hu meħtieġ li jinbidel u dak li jkun ta' ġid li jinbidel.", "Minkejja li dan hu abbozz serju u mfaħħar minn waħda mill- ikbar organiżżazzjonijiet tad-dinja dwar il-ħarsien tad-drittijiet u l- indukrar ta' l-annimali, il-Partit Laburista ppreżenta dan l-abbozz b'għajnejh miftuħa u kien u għadu lest jilqa' kull proposta ġejja minn fejn ġejja, ġejja min-naħa tal-gvern, ġejja min-naħa ta' partit politiku, ġejja min-naħa t'organiżżazzjoni jew min-naħa ta' individwu, dment li tkun proposta valida.", "Imma sfortunatament minkejja li l-gvern qal li kien qed iħejji l-abbozz tiegħu - u llum nafu l-abbozz li għandna quddiemna x'inhu joffri - il-gvern naqas li mhux biss ma aċċettax il-proposta Laburista, imma naqas li jingħaqad fuq ħaġa li żgur hi 'l bogħod mill-politika.", "Naqas milli jingħaqad ma' l-oppożizzjoni Laburista biex flimkien niddiskutu l-abbozz li kien ipprepara l-Partit Laburista u anke possibbilment ninfilzaw il-proposti li kellu bħala gvern.", "Il-gvern naqas li jagħmlu biex illum il-ġurnanta ġie fil-parlament u ppreżentalna dan l-abbozz ta' liġi li kif irrifera tajjeb għalih il-kap ta' l-oppożizzjoni dalgħodu, huwa abbozz nej, ħafna 'l bogħod mis-serjeta' u mill-preparazzjoni professjonali li biha kien ħejja l-abbozz tiegħu l-Partit Laburista.", "Din mhix kwistjoni ta' min hu l-aħjar, jekk hux tagħna jew tagħhom, għax dak logħob tat-tfal.", "Din kwestjoni reali, Sur President.", "Nixtieq inkun naf u nisma' mingħand il-Ministru kemm kien hemm organiżżazzjonijiet li ġew ikkonsultati qabel ma dan l-abbozz tressaq quddiem il-kabinett u eventwalment ġie ppubblikat.", "Nixtieq inkun naf, apparti l-organiżżazzjonijiet nazzjonali, x'organizzazzjonijiet internazzjonali ġew ikkonsultati u ġew mitluba jagħtu l-pariri tagħhom ħalli naraw verament x'serjeta' ġie ppreżentat biha dan l-abbozz.", "Kif semmejt qabel, meta l-Partit Laburista ppreżenta l-abbozz tiegħu sena ilu, ippreżentah mhux wara li ppreparah b'kitba legali jew b'kitba fis-sens ta' liġi, imma wara konsultazzjoni sħiħa ma' min hu nvolut kemm f'pajjiżna u kemm fuq firxa internazzjonali, ma' organiżżazzjonijiet kbar bħalma hija l- RSPCA tar-Renju Unit.", "Din hi organiżżazzjoni magħrufa ħafna għas-serjeta', għad-dedikazzjoni u l-professjonalita' tagħha f'dan il-qasam.", "Aħna dan li konna qegħdin nistennew, minkejja li ġie l-Ministru hawnhekk u ppreżenta abbozz ta' liġi f'din il-Kamra għad-diskussjoni.", "Jekk tħares biss lejn l- għanijiet u r-raġunijiet ta' l-abbozz u tikkomparah ma' l-abbozz ta' liġi li kien qed jipproponi l-Partit Laburista, issib li anki f'dan ir-rigward hemm baħar jaqsam bejn dawn iż-żewġ proposti.", "Jiena ngħid li din kienet sena moħlija b'kapriċċ, sena moħlija f'pika, sena moħlija għal xejn, għax ħafna minn dan l-abbozz li ppreżenta l-gvern forsi mhux kollu, qiegħed fl-abbozz ta' liġi li kien ipprepara l-Partit Laburista.", "Imma iktar minn hekk, l-abbozz ta' liġi li pprepara l-Partit Laburista jidħol f'iktar dettalji u rqaqat f'dan il-qasam.", "Bħalma għedt qabel, tagħna huwa abbozz ta' liġi li min qiegħed f'dan il-qasam jaf li huwa abbozz ta' liġi iktar serju u ppreparat b'mod iktar professjonali.", "Kieku l-gvern Nazzjonalista ma ħeliex din is-sena li għaddiet, kieku dan l- abbozz diġa' ġie fis-seħħ u qed jitħaddem.", "Dan ir-raġunament ma nistax nifhmu.", "Meta titressaq kwalunkwe mozzjoni f'dan il-parlament b'kontenut politiku nifhem li x'aktarx ikun hemm nuqqas ta' qbil, imma meta titressaq proposta bħalma kien ressaq il-Partit Laburista ma nifhimx għala l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kellu jasal biex jirrifjuta li dik il-proposta tiġi diskussa u jekk ikun hemm bżonn anke tiġi emendata u eventwalment approvata minn dan il-parlament.", "L-attitudni li ħa l-gvern Nazzjonalista hija attitudni li tista' tissejjaħ stramba, ma tinftehimx u ma tagħmilx sens.", "Ta' sikwit f'dan il-parlament u anki barra minnu, esponenti tal-Partit Nazzjonalista u l-puppets tas-soltu jogħxew jakkużaw lill-oppożizzjoni Laburista li tħobb tfixkel u li tgħid le għal kollox meta min isegwi s- seduti tal-parlament jaf li dan m'hu minnu xejn.", "Illum qiegħed f'pożizzjoni li nistaqsi jekk bil-proposta li kien għamel il-Partit Laburista, permezz ta' l-abbozz ta' liġi li kien ippreżenta f'din il-Kamra, abbozz ta' liġi li kien sab it-tifħir ta' waħda mill-ikbar organiżżazzjonijiet fid-dinja li tħares u tindokra l-jeddijiet ta' l- annimali, l-oppożizzjoni b'xi mod ridetx tfixkel ix-xogħol tal-Kamra.", "Mhux biss ma ridetx tfixkel ix-xogħol tal-Kamra u mhux biss ma ridetx toħloq oppożizzjoni lill-gvern imma talli kienet lesta tuża l-ħin u l-vaganzi tas- sajf sabiex din il-liġi tkun tista' tiġi approvata.", "Dan bla dubju ta' xejn jikxef l-inkonsistenza tan-naħa tal-gvern li f'qasam li tista' tgħid li hu purament 'il bogħod mill-politika, rat kif għamlet u xorta ppruvat tagħti tiżliġa politika.", "Imma l-Partit Laburista għaraf iżomm 'il bogħod mill- kontroversja politika u stenna bil-kwiet u bil-paċenzja, minkejja li kienet miċħuda t-talba għal diskussjoni fuq l-abbozz li kien ppreżenta l-Partit Laburista, sakemm illum qegħdin hawn f'din il-Kamra niddiskutu dan l-abbozz nej - u nerġa' nirrepeti nej - li ppreżenta l-gvern Nazzjonalista.", "Ċertament li dan l-abbozz hu nej fil-konfront ta' l-abbozz ippreżentat mill- Partit Laburista, Sur President.", "Ma nistax ninsa wkoll kif ta' sikwit u bla ebda bażi, l-esponenti tal-gvern Nazzjonalista - u anke l-kap tal-Partit Nazzjonalista - jakkużaw lill- oppożizzjoni u lill-mexxejja tagħna li aħna nies suppervi, rasna iebsa u li ngħidu le għal kollox.", "Jgħidu li aħna l-partit tal-le, diska mżarżra, diska antika u diffiċli biex titwemmen.", "Tiġi f'sitwazzjoni fejn ikollok quddiemek żewġ abbozzi ta' liġi, wieħed ippreżentat mill-gvern li qed jippreżentah b'mira waħda biex jiġi konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u l-abbozz l-ieħor ippreżentat bl-ikbar responsabbilta' mill- oppożizzjoni, mhux biex ibaxxi rasu quddiem xi ħadd imma biex għall-ewwel darba jkollna liġi li tkun tħares il-jeddijiet ta' l-annimali.", "Għalhekk tibda tistaqsi: Għaliex il-gvern Nazzjonalista rrifjuta dan l-abbozz meta żgur li mhux wieħed kontroversjali?", "Ngħid għalija dan sintomu mill-iktar ċar ta' pika bla sens, ta' suppervja u ta' ras iebsa mhux min-naħa ta' l- oppożizzjoni imma min-naħa tal-gvern.", "B'dispjaċir ikolli ngħid li anki fuq ħaġa sempliċi bħal din il-gvern Nazzjonalista webbes rasu, issuppervja, impika u nażżarda ngħid ukoll li kien arroganti mhux biss fil-konfront ta' l-oppożizzjoni, imma anke fil-konfront ta' min ħadem għal snin twal u għadu jaħdem sal-lum f'dan il-qasam.", "Minflok li sena ilu aġixxa b'mod responsabbli u uża s-sens komun f'din il-kwestjoni, il-gvern wera nuqqas ta' kuxjenza u wera nuqqas ta' maturita' mhux mal-membri parlamentari biss imma anke ma' l-istess annimali.", "Jekk kien hemm bżonn ta' lezzjoni lill-gvern biex ibiddel ir-rotta fuq din il-kwistjoni li nħolqot b'kapriċċ, din tawhielu s-soċjeta' għall- protezzjoni u l-kura ta' l-annimali ta' pajjiżna kif ukoll l-RSPCA tar- Renju Unit, li faħħret bil-kbir l-abbozz ta' liġi li konna ħejjejna aħna.", "Fil-fatt fl-ittra li s-soċjeta' għall-protezzjoni u l-kura ta' l-animali bagħtet lilna d-deputati, din appellat biex il-partiti politiċi jwarrbu l- kwistjonijiet politiċi u jassiguraw li l-Att - jiġifieri l-abbozz ta' liġi li kien ippreżenta l-Partit Laburista - jiġi approvat mill-parlament mingħajr dewmien u bla ħela ta' żmien.", "Is-soċjeta' għall-protezzjoni u kura ta' l-annimali kienet kompliet tenfasiżża fl-ittra li kienet bagħtet lilna d-deputati kollha ta' dan il-parlament, u nikkwota eżatt:", "\"....", "U b'hekk dan l-Att jibdel is-sitwazzjoni preżenti ħalli mill- iktar fis possibbli jibdew jiġu rikonoxxuti d-drittijiet ta' l- annimali.\"", "Dan qed nikkwotah mill-ittra li konna rċevejna aħna d-deputati - suppost li kull deputat għandu kopja tagħha - u għalhekk b'kull raġun indur fuq il- gvern u ngħidlu li jekk kellu bżonn ċamata, din issa ma ħadhiex mill- Partit Laburista jew mingħand il-kap ta' l-oppożizzjoni imma ħadha mingħand waħda mill-ikbar organiżżazzjonijiet fid-dinja u mingħand l-ikbar organiżżazzjoni ta' protezzjoni ta' l-annimali f'pajjiżna wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li jkun tajjeb li tiftaħ widnejk u mhux tpoġġihom ma' l-art, imma tiftaħ widnejk sew u terġa' tħares lejn il- proposta li konna ppreżentajna.", "Jiena nemmen li fi kwistjoni bħal din ma kellha qatt tidħol fin-nofs la l- pika u lanqas is-suppervja.", "Ma nistax nifhem għala l-gvern ħass li kellu jżomm iebes u jibqa' għaddej fil-linja arroganti tiegħu anki f'qasam sensittiv bħal dan.", "Wara kollox naħseb li naqblu lkoll li l-annimali ma jaħtu xejn għall-kwestjonijiet politiċi ta' bejnietna u iktar minn hekk, l- annimali ma jivvotawx.", "Żgur li f'dan ir-rigward ma kellux għalfejn ikun hemm kontroversja.", "Jekk qatt kellu jkun hemm rieda tajba min-naħa tal- gvern, din imissha ntweriet għax dan huwa nuqqas serju min-naħa tal-gvern.", "Jien m'ilux għamilt numru ta' interpellanzi fir-rigward ta' ċerti investigazzjonijiet u nfurzar tal-liġi fejn jidħlu l-annimali.", "Aktar iva milli le, ir-risposta li ngħatajt kienet li lanqas biss tinżamm statistika uffiċjali ta' kif ċerti abbużi jsiru.", "Minn hawn wieħed jista' jinduna li l-liġi bilkemm tkopri l-abbuż fuq l-annimali u hawn nista' insemmi inċident kurjuż.", "Nitolbok tippermettili nirrakonta hawnhekk inċident kurjuż, Mr Speaker.", "Xi żmien ilu kont qiegħed nagħmel passiġġata ma' żewġ turisti ħbieb tiegħi mill-Partit Soċjali Demokratiku Ġermaniż.", "Konna qegħdin inżuru s-suq ta' Marsaxlokk u kien hemm bejjiegħ li f'kaxxa tal-kartun, daqs kaxxa tal- banana, kellu numru ta' ġriewi.", "Waqt li konna qegħdin nippassiġġaw u naraw l-affarijiet li kien hemm għall-bejgħ, dawn il-Ġermaniżi b'mod sorprentendi - kważi anke lili ssorprendew - baqgħu maħsudin bix-xena ta' dawn il- ġriewi f'dik il-kaxxa tal-kartun.", "Jien dort fuqhom u staqsejthom: X'ġara?", "X'inhi l-problema?", "Dawn daru lejja u qaluli li kieku xi ħaġa bħal dik kellek tagħmilha fil-Ġermanja, għandek ċans tajjeb teħel sa massimu ta' sentejn priġunerija, apparti multa.", "Jiġifieri ngħid għalija aħna lanqas biss għandna l-kultura li nirrealizzaw dawn l-affarijiet!", "Naturalment trid tkun fik li turi mħabba lejn l-annimal.", "Jiena ngħid li nqasna għal snin twal li jkollna xi ħaġa li tinforza b'saħħa dak li hu bi dritt ta' l- annimal, l-eliminazzjoni tal-moħqrija, id-dritt li jiġi ndukrat u d-dritt li jiġi ttrattat tajjeb u b'mod xieraq.", "Wara kollox l-annimal hu ħlejqa magħmula mill-Mulej u bħal kull bniedem, jekk toqorsu jgħid: Ajma!", "Ma nistgħux nirraġunaw b'mod li xi ħadd jgħid: U iva, dak annimal!", "Iva, naqbel ma' dak li qalu l-kap ta' l-oppożizzjoni u l-Onor.", "Mario Galea dwar il-każ taż-żwiemel bil-karozzini li għandna hawnhekk taħt għajnejna, fil-pjazza tal-Palazz.", "Jekk ma rridux inkunu ipokriti, jekk irridu nkunu realistiċi u jekk ma rridux inġibu d-dinja fit-tarf, għax hekk ikun jaqbel li nagħmlu, naħseb li kapaċi nsibu soluzzjoni għal dawn iż-żwiemel.", "Dawn iħossu l-effett tax-xemx bħalma jħoss il-bniedem.", "Ma naħsibx li l- awtorita' ta' l-ippjanar kellha tintilef daqstant fuq biċċa tinda u mbagħad tħalli abbużi kbar għaddejjin jew inkella mżerżqa qisu xejn mhu xejn.", "Meta tara dawn l-affarijiet - l-argument li għedt jiena, li l-annimali m'għandhomx vot u li l-annimali m'għandhomx vuċi - allura tibda tgħid li hemm min isib l-okkażjoni biex taparsi jkun qed jagħmel xi ħaġa u jisserva b'okkażjonijiet bħal dawn u dan mhux sew.", "It-tradizzjoni tal-karozzin hi parti integrali mill-kultura ta' pajjiżna u wieħed m'għandux jeqridha, anzi l-gvern għandu jipprovdi l-mezzi meħtieġa biex din it-tradizzjoni tibqa' ħajja, basta l-annimal għallinqas jiġi protett b'tinda.", "Mhux qed ngħidu li din bilfors trid tkun fil-pjazza tal-Palazz imma tista' tkun f'post ieħor fil-Belt Valletta.", "L-importanti hu li ma jibqax dan l-abbuż sfaċċat.", "Dan għaliex l-awtorita' ta' l-ippjanar, ta' għorrief li huma, dehrilhom li għandhom ineħħu din it-tinda!", "Nerġa' nenfasiżża li dan l-abbozz li għandna quddiemna meta pparagunat ma' l-abbozz ta' liġi mħejji mill-Partit Laburista, huwa abbozz nej fil-veru sens tal-kelma.", "L-abbozz ta' liġi ppreżentat mill-Partit Laburista huwa abbozz serju u mħejji b'mod professjonali.", "Dan ma jgħiduhx biss tal-Partit Laburista imma tikkonfermah ukoll l-RSPCA tar-Renju Unit, waħda mill-ikbar organiżżazzjonijiet dinija f'dan il-qasam.", "Nittama li meta forsi niġu fl- istadju ta' kumitat, għallinqas il-gvern jikkonsidra l-proposti li għamel il-Partit Laburista u jinfilzahom fl-abbozz imħejji minnu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum li qegħdin niddiskutu din il-liġi li suppost qiegħda hemmhekk biex tgħin fil-protezzjoni ta' l-annimali, wieħed bilfors irid jaċċenna mill-ewwel għal diversi aspetti ġenerali.", "L- ewwelnett x'issib meta tagħti ħarsa lejn din il-liġi?", "Issib li mhux inqas minn 26 minn 48 klawsola, jiġifieri iktar min-nofs, huma enabling clauses li jagħtu poter kważi assolut lill-ministru.", "Meta qrajt din il-liġi bqajt impressjonat dwar kemm hi liġi xotta, wishy-washy.", "Ċertament li l-abbozz ta' liġi li konna ressaqna aħna, fuq inizjattiva ta' Dr Alfred Sant, kien ħafna iktar dettaljat u kien fih ħafna iktar sustanza.", "Dawk li huma midħla tat-trobbija ta' l-annimali kemm jekk huma annimali domestiċi, kemm jekk huma annimali tas-simna, kif ukoll jekk huma annimali użati għax-xogħol jew għall- isports, dawn in-nies kollha huma tal-fehma, huma ta' liema kulur politiku huma, li l-liġi kif imressqa mill-gvern Nazzjonalista hi xotta wisq.", "Naħseb li ma nkunx qiegħed niżbalja jekk ngħid li anki dawk l-istudenti tal-mini-European assembly li jiltaqgħu hawnhekk darba kull sena, kapaċi jippreżentaw liġi ferm iktar dettaljata minn din!", "Issa wieħed ma jistax jitkellem fuq din il-liġi jekk ma jagħmilx ċerti annotazzjonijiet ġenerali, Sur President.", "Fost l-oħrajn, mingħajr ma nonqos mir-rispett lejn l-annimali nfushom, ma nistax nifhem kif il-gvern Nazzjonalista ħarqitu l-kuxjenza u resaq quddiemna b'liġi sena sħiħa wara li konna ppreżentajna l-bill tagħna, meta fil-pajjiż hawn ferm iktar issues importanti li wieħed jista' jitkellem dwarhom, issues li jolqtu fil-laħam il-ħaj lill-bniedem iktar milli l- annimal, issues verament importanti.", "Wieħed ma jistax jifhem kif filwaqt li qed nippruvaw nintonaw il-glorja u nagħtu l-impressjoni li rridu nissalvagwardaw l-interessi ta' l-annimali, lanqas biss għandna d-diċenza li nissalvagwardaw l-interessi umani.", "Qed ngħid dan b'mod ġenerali, pero' kulħadd fehma waħda li l-poplu bħalissa hu mgħobbi b'ammont ta' taxxi esaġerati.", "Il-qasam tax-xogħol sejjer lura bħall-granċ minn ġurnata għall- oħra.", "Qegħdin naraw is-sensji dejjem jiżdiedu u proprju din il-ġimgħa u l- ġimgħa l-oħra assistejna għall-każ tal-price club.", "Qegħdin naraw li l- gvern Nazzjonalista m'għandu l-ebda interess assolut li jipproteġi l- ambjent inġenerali, ambjent li mhux biss se jolqot lill-bniedem imma anki l- annimali u mitt elf ħaġa oħra, fosthom l-edukazzjoni, fejn naraw kif l- assenteiżmu fl-iskejjel sploda 'l fuq.", "Ma rridx ninstema' li rrid b'xi mod jew ieħor niddevja mis-suġġett, pero' tajjeb li niġbdu l-attenzjoni għal dan il-punt għax impossibbli li nippruvaw nissalvagwardaw l-interessi ta' l-annimali meta mbagħad l- interessi umani qegħdin nitilquhom jixxejru mar-riħ.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq liġi bħal din jekk ma nesprimux it-tħassib tagħna minħabba d- diffikultajiet soċjo-ekonomiċi li rriferejt u alludejt għalihom fl- introduzzjoni tiegħi.", "Ma nistgħux ma nesprimux it-tħassib tagħna ta' kemm se jkun diffiċli li wieħed irabbi l-annimali minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tat-trobbija tagħhom, Sur President.", "Per eżempju, qegħdin naraw li l- ispejjeż u l-prezzijiet għal ċertu għalf ta' l-annimali qiegħed minn ġimgħa għall-oħra dejjem jiżdied.", "Ftit xhur ilu assistejna għal żieda fil-prezz ta' l-għalf meta faqqgħet l- foot and mouth disease u b'rizultat ta' hekk kellna skarsezza ta' felu.", "Dawk kollha li jrabbu ċerti annimali ma sabux jixtru l-felu u kellhom iduru għas-silla, sostitut iktar sinjur mill-felu u l-ftit bdiewa li kienu baqgħu jiżirgħu dan il-prodott, ħatfu l-opportunita'.", "B'hekk rajna li l-prezz tas-silla żdied b'madwar 20% jew 25% minħabba li kellna domanda ikbar.", "Hawnhekk nistaqsi: Il-gvern x'għamel biex jipproteġi lill-bdiewa minħabba din is-sitwazzjoni li nħolqot( U wara li aċċennajt għal dawn il-ftit punti, issa ngħaddi mill-ewwel biex nispjega għalfejn aħna min-naħa ta' l- oppożizzjoni qegħdin ngħidu li wara kollox din il-liġi li suppost qiegħda hemmhekk biex toħloq u tikkonsolida l-protezzjoni ta' l-annimali, m'hi xejn ħlief liġi bla sinsla, liġi li setgħet ġiet ippreparata minn tfal fl- iskejjel sekondarji tagħna.", "L-ewwelnett meta kont qed inqalleb fil-liġi, li kif diġa' semmejt qabel fiha madwar 48 klawsola, waħda mill-affarijiet li laqtitni hija l-ewwel faċċata fejn hemm tifsira ta' x'inhuma l-annimali - u se naqra –", "\"Annimali tfisser kull ħlejqa tar-razza ta' l-annimali barra l- bnedmin u tinkludi l-larva ta' nsett li qed jgħix waħdu u/jew forom larvali li qed jipproduċu iżda ma tinkludix forom embrijoniċi jew fetali.\"", "Forsi l-argument ma nistgħux inġebbduh daqshekk 'il bogħod, imma jekk qegħdin nippruvaw nagħtu l-impressjoni li nixtiequ nipproteġu l-interessi ta' l-annimali, kif jista' ikun li mbagħad neskludu kompletament esperimenti u testijiet li jistgħu jsiru fuq forom embrijoniċi ta' l- annimali meta dawn, jekk inħalluhom jgħixu, se jwasslu għall-ħlejqa kompluta li tista' tgħix ħajja normali( Nafu kemm isiru abbużi f'dan is- sens u nafu li hemm industriji sħaħ li jabbużaw f'dan is-sens.", "Hemm industriji bħalma huma l-industrija tal-make-up u l-industrija tal- kożmetiċi fejn ġieli jestraw, jiddividu u jisseparaw prodotti li jkunu magħmulin direttament mis-sekonda jew mill-plaċenta, sabiex dawn ikunu jistgħu jintużaw għal diversi kuri li jingħataw fuq il-ġilda.", "Xi ħaġa li laqtitni wkoll hi dwar kif nistgħu ngħidu x'inhu tul u x'mhux, fis-sens li klawsola 2 tgħid li esperiment fuq l-annimali jfisser kull użu ta' l- annimal għal għanijiet xjentifiċi li jistgħu joħolqu uġigħ, dwejjaq, sogħba jew ħsara fit-tul.", "X'qegħdin ngħidu hawnhekk( Qegħdin ngħidu li qed inweġġgħu jew inġiegħlu l-annima li jsofru għal ftit sigħat?", "Mhux xorta moħqrija dik( Dan li qegħdin ngħidu fil-liġi( Din għalija hi xi ħaġa li assolutament ma tagħmilx sens.", "Wieħed irid jirrimarka wkoll fuq dak li għandu x'jaqsam mad-definizzjoni ta' veterinarju, Sur President.", "Veterinarju jfisser persuna li għandha liċenzja mogħtija mill-President ta' Malta biex teżerċita l-professjoni u tkun imniżżla fir-reġistru tal- veterinarji, miżmum skond l-ordinanza dwar l-organiżżazzjoni tad- dipartiment tas-saħħa.", "Mela hawnhekk qegħdin ngħidu li veterinarju - jew vet fil-qosor - irid ikun mogħti liċenzja mill-President ta' Malta, bħalma huma tista' tgħid il-professjonijiet kollha.", "Imma li jinkwetani hu meta għandna issue tal-moviment ħieles tal-persuni, kwestjoni li bħalissa taħraq ħafna u naraw kif il-media Nazzjonalista ppruvaw idoqqu l-glorja fuq din l- issue.", "Bdew jippruvaw jagħtu l-impressjoni li ġabu xi rebħa fl-hekk imsejħin diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Imma aħna ngħidu: X'rebħa rebħa meta għandek il-mannara mdendla b'mod imminenti fuq ras il-ħaddiem Malti inġenerali, fosthom il-veterinarji!", "Dan għaliex issa jistgħu jiġu veterinarji minn pajjiżi oħra li huma pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja u jaħdmu f'pajjiżna.", "Kellna lill-Ministru Joe Borg jgħidilna li l-Partit Nazzjonalista għamel rebħa kbira.", "Qalilna ukoll li f'każi eċċezzjonali, il-gvern ikun jista' jipprotesta u jressaq il-każ tiegħu quddiem Brussell biex jipprova jwaqqaf milli jkollna nfluss ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea.", "Il-każ tal- veterinarji żgur li mhux se jkun hekk għax dawn se jkunu qed jirrappreżentaw ftit għexieren ta' ħaddiema.", "Dan huwa l-ewwel eżempju ċar ta' kif il-Gvern Malti, kemm-il darba nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, mhux se jkun jista' iwaqqaf lil dawn il-ftit vets milli jidħlu jipprattikaw il- professjoni tagħhom f'pajjiżna.", "L-ewwel taqsima tal-liġi tittratta t-trattament xieraq ta' l-annimali, taqsima li jien insejħilha bla sinsla.", "Hawnhekk wieħed kien jippretendi li tingħata lista sħiħa ta' x'nifhmu b'dak li għandu x'jaqsam ma' t-trattament xieraq ta' l-annimali u x'nifhmu b'dak li għandu x'jaqsam ma' t-trattament mhux xieraq ta' l-annimali.", "Fost l-oħrajn insibu riferenza - u hawnhekk se naqra subklawsola 3(1) - li", "\"l-istat jipproteġi lil dawn l-annimali minn kull ħidma mhux xierqa.\"", "Iżda sfortunatament m'hemm l-ebda definizzjoni ta' x'inhi din il-ħidma mhux xierqa.", "U ġaladarba fil-liġi m'hemmx stipulat mill-bidunett x'inhi din il- ħidma mhux xierqa li jistgħu jġiegħlu l-annimali jagħmlu, kif jippretendi l- Partit Nazzjonalista fil-gvern li l-Partit Laburista fl-oppożizzjoni jaqbel ma' din il-liġi u jivvota favuriha meta qegħdin ngħaddu liġi wishy-washy fejn lanqas nafu għaliex qegħdin nivvotaw hawn ġew u meta għandna dan il- poter assolut, awtokratiku għall-aħħar, li se jkun mgħoddi lill-ministru konċernat biex effettivament ikun jista' jagħmel ir-regoli kollha hu, b'mod enabling għall-aħħar, wara li tiġi mgħoddija din il-liġi mill-parlament?", "Issue oħra f'din it-taqsima hi subklawsola 3(3).", "Din tgħid li", "\"L-istat jirrikonoxxi li hu dmir tiegħu li jikkollabora ma' l-għaqdiet volontarji fil-qasam tat-trattament xieraq ta' l-annimali u li għandu dmir li jkattar il-kultura ta' rispett lejn l-annimali.\"", "F'liġi sħiħa ta' 48 klawsola, din hi l-unika riferenza assoluta li ssib rigward il-volontarjat li għandna jopera fil-qasam ta' l-annimali.", "Dan meta nafu l-importanza tal-qasam tal-volontarjat fl-oqsma kollha tas- soċjeta' Maltija.", "Aħna nafu kemm jagħmel xogħol siewi l-volontarjat.", "Nafu kemm l-esperjenza tal-volontarjat kienet assolutament pożittiva, fosthom ukoll il-qasam tal-volontarjat ta' l-annimali.", "Fost dawn per eżempju hemm l-island sanctuary f'Delimara.", "Nafu bid-dedikazzjoni ta' dawn in-nies, nies li jagħtu ħajjithom.", "Mhux ftit mill-ħin ta' ħajjithom, imma jagħtu ħajjithom sħiħa tista' tgħid għall-interessi ta' l-annimali, b'mod speċjali l-klieb u l-qtates li jitrabbew hemmhekk.", "Li kieku mhux għal dawn in-nies, kieku mill-ewwel tista' tgħid li dawn l-annimali wara ftit jiem jispiċċaw maqtula għax dak hu s-servizz li jipprovdi l-Istat.", "Dan nafuh, pero' bis-saħħa u bl-enerġija ta' dawn in-nies dawn l-annimali qed jiġu protetti għal snin twal sakemm fl-aħħar jinstabilhom the right owner.", "Sfortunatament f'din il-liġi m'għandniex aktar minn tliet linji fl-interess ta' dawn il-bnedmin li qegħdin joffru dan is-servizz kollu lill-Istat b'xejn.", "Din hi oxxenita' fl-opinjoni tiegħi.", "Il-gvern Nazzjonalista taparsi jiġi fil-parlament jippreżenta liġi fl-interess ta' l-annimali meta fl-istess ħin bilkemm jirrikonoxxi dawn l-għaqdiet volontarji.", "It-tieni taqsima tittratta t-twaqqif ta' kunsill għat-trattament xieraq ta' l-annimali.", "Dan hu kunsill li m'hemmx speċifikat li jrid ikun appuntat direttament mill-ministru imma nistenna - bħal wara kollox, il-maġġoranza tal-liġijiet li jgħaddu minn hawn ġew - li jkun appuntat direttament mill- ministru u hekk għandu jsir.", "Huwa xieraq li l-ministru jappunta l-membri jew il-maġġoranza tal-membri fuq dan il-kunsill, pero' probabbilment minħabba xi misprint jew forsi bi żvista, fi klawsola 4 m'hemmx speċifikat min se jappunta lil dawn il-membri.", "Li rrid ngħid hu li minn tmien membri - u ma ninsewx li hawnhekk qegħdin nittrattaw qasam li jikkonċerna l-aktar il-qasam tal-biedja - jista' jagħti l-każ li kif inhi worded l-klawsola, il- bdiewa lanqas ikollhom rappreżentant wieħed fuq dan il-kunsill.", "Dan għaliex klawsola 4(f) tgħid li", "\"...Żewġ persuni li jirrappreżentaw l-interessi tal-bdiewa u ta' organiżżazzjonijiet għall-isports bl-annimali.\"", "Mela hawnhekk jista' jagħti l-każ li dawn iż-żewġ persuni, dawn iż-żewġ rappreżentanti, ma jintgħażlux minn fost il-bdiewa imma jintgħażlu minn fost organiżżazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-isports bl-annimali u b'hekk l-interessi tal-bdiewa jinqatgħu barra għal kollox.", "Jien mhux qed ngħid li m'għandniex nipproteġu l-interessi ta' dawk li jipprattikaw xi sports bl-annimali jew dawk li jtellgħu l-klieb tagħhom għad-dogshows.", "Jien mhux qed ngħid hekk imma qed ngħid li dawk li għall- għixien dirett tagħhom jiddependu mill-annimali li jrabbu - mhux għax jagħmluh bħala hobby jew bħala passatemp - allura hemm lok li nagħtuhom inqas importanza minn dawk li għadni kemm semmejt( Din hi ħaġa li għalija assolutament ma tagħmilx sens.", "L-aspett ta' min jinnomina l-bdiewa hu importanti wkoll.", "Min se jinnominahom lil dawn?", "Se jinnominahom il- ministru direttament u jagħżel lil dawk in-nies li jrid hu, jekk jagħżel jew se jkunu nnominati minn xi għaqdiet partikolari tal-bdiewa( Fi klawsola 4 m'hemm xejn dwar dan.", "Niġi issa għaż-żamma ta' l-annimali, cioe' għal taqsima tlieta.", "Fl-opinjoni tiegħi, klawsola 7 hija klawsola bla sinsla.", "Din tgħid li annimal ma jistax jinżamm f'ċerti postijiet bħal bini, imqawel, gaġeġ jew postijiet oħra ta' din ix-xorta sakemm ma jkunux jappartjenu f'kull każ għall-ispeċje jew kategorija ta' annimal li jiġi stabilit f'regolamenti preskritti eċċ. Meta rajt din mill-ewwel għamilt riflessjoni dwar kemm hawn krudelta', kemm għall-annimali kif ukoll għall-ġirien ta' dawk li jkollhom xi garaxx li ma jużawh għal xejn ħlief biex irabbu l-annimali.", "L- annimali li jżommu fih ma jkunux annimali bħal per eżempju xi għasfur żgħir f'gaġġa żgħira, imma ssib min iżommlok xi nofs tużżana klieb - bħal m'għandi każ ta' individwu f'Raħal Ġdid - il-ħin kollu jimbħu u litteralment iġennu lill-ġirien.", "X'ħin ifettillu dan imur inaddfilhom xi ftit u jitlaq 'il hemm.", "Jagħlaqhom fil-garaxx u Alla biss jaf kif ikunu fid-dlam dawn il-povri annimali!", "Dawn ħlief jimbħu lejl u nhar ma jagħmlux u dan għad-detriment kemm ta' saħħet l-istess annimali, kif ukoll għall- iskumdita' enormi tal-ġirien.", "Dawn iridu jgħixu bħal ħaddieħor, iridu jmorru għax-xogħol bħal ħaddieħor, iridu jorqdu bħal ħaddieħor, iridu jrabbu l-frieħ bħal ħaddieħor.", "Dan minbarra n-nuqqas ta' iġjene u l- perikli għal saħħet il-ġirien tal-madwar b'riżultat ta' l-excretions li jemanu mill-garaxx.", "Dawn sfortunatament huma ta' detriment dirett għal saħħet il-ġirien.", "Minbarra l-irwejjaħ, dawn jattiraw insetti li wħud minnhom jistgħu jmorru fuq il-bniedem u jġorru l- mard.", "Klawsola 7 wkoll tgħid li:", "\"Il-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jipprovdi għall-mod li bih xi speċje jew kategorija t'annimal kif jista' jkun preskritt għandhom jinżammu, inklużi fost l-oħrajn f'subartiklu (4): ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-indafa ta' l-annimal, il-lok fejn jinżammu l- annimali u miżuri biex tiġi żgurata s-saħħa ta' l-annimali.\"", "Din tista' tintrabat ma' dak li kont qed ngħid qabel meta semmejt bħala eżempju l-każ li għandi f'Raħal Ġdid fejn individwu qed irabbi madwar sitt iklieb f'garaxx.", "Sfortunatament għalkemm qegħdin ngħidu l-ministru jista' jagħmel regolamenti, hawnhekk wieħed jistaqsi: Imma x'inhuma dawn ir- regolamenti( Dan hu l-argument kollu ta' l-oppożizzjoni, jiġifieri li din hi liġi nofs kedda, liġi bla sinsla.", "Jekk tridna Ministru li nivvotaw favur din il-liġi, għaliex ma tistipulax x'inhuma dawn ir-regolamenti biex aħna verament inkunu nistgħu neżaminawhom bir-reqqa u nitkellmu dwarhom, favurihom jew kontrihom, b'mod kostruttiv għall-ġid tal-poplu Malti kollu(", "Niġi issa għal taqsima erbgħa, il-kura ta' l-annimali, fejn insibu li klawsola 8 hija xotta u ma tistipulax x'regolamenti se jkollna f'din il- liġi li jipprovdu għall-kura ta' l-annimali.", "Kulmin studja l-bioloġija jaf li l-annimali għandhom ċerti neċessitajiet bioloġiċi bażiċi għax iridu jieklu, iridu jirriproduċu, iridu jżommu ruħhom indaf, iridu jistrieħu eċċ. Imma sfortunatament dawn ir-regoli m'humiex stipulati f'din il-klawsola li suppost qiegħda titkellem b'mod speċifiku fuq il-kura ta' l-annimal innifsu.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li din il-liġi hija xotta u bla sinsla.", "Taqsima ħamsa li għandha x'taqsam ma' interventi kirurġiċi fuq l-annimali, hi taqsima pożittiva.", "Din it-taqsima tgħid li mhux permess li jsiru nterventi kirurġiċi fuq annimali li fihom jitneħħew jew issir ħsara lil xi parti jew partijiet ta' l-annimali ħlief għal raġunijiet ta' kura.", "Din tfakkarni f'meta jien stess kont attiv fil-kennel club, fejn għamilt madwar seba' snin attiv hemmhekk.", "Kelli razza ta' klieb li kont inrabbihom jien u kont anki nimporta minn barra.", "Din ir-razza partikolari wieħed seta' jippreżentaha għax-show b'żewġ metodi u se nsemmi x'inhuma.", "Seta' jtella' klieb bi clogged ears, jiġifieri li jkollhom widnejhom maqtugħin parzjalment, u seta' jippreżenta l-kelb tiegħu b'widnejn sħaħ naturali.", "Dak iż-żmien il-kennel club kien ħa deċiżjoni li naderixxu mar-regoli tal- kennel club ta' l-Ingilterra, fejn hemmhekk kienet ġiet banned l-użanza li l-klieb jinqatgħulhom widnejhom u jinqatgħalhom denbhom.", "Dan kien pass pożittiv ħafna, pass li hu rifless ukoll f'din il-klawsola.", "Għalhekk qed ngħid li din il-klawsola hija pożittiva fiha nnifsha għax tkompli tenfasiżża l-ħtieġa li ninfurzaw iktar din il-liġi.", "Iżda sfortunatament lili xorta tqajjimli ċerti dubji u se ngħid għaliex, Sur President.", "Fi klawsola 10 hemm imniżżel li dawk l-annimali li jkunu ġew sottoposti għal intervent kirurġiku li mhux permess, ma jistgħux jiddaħħlu għall- wirijiet u kompetizzjonijiet u ma jistgħux jinżammu biex jiġu offruti għall- bejgħ.", "Naħseb li hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jispeċifika li dawk l- annimali li jkunu laħqu ġew sfigurati - forsi kelma daqsxejn iebsa, ejja ngħidu li jkunu qatgħulhom widnejhom jew denbhom, skond il-moda ta' dak iż- żmien - iżda li jkun għadhom fl-eta' li jistgħu jirriproduċu ġriewi ta' kwalita', b'mod speċjali l-klieb, għandhom jitħallew jiġu mgħammra biex inisslu ġriewi ta' kwalita'.", "Dan qed ngħidu għax konxju tal-fatt ta' kemm dawn in-nies, ħafna minnhom ħbieb tiegħi personali, jagħmlu sagrifiċċji biex jimportaw klieb li jiswew il-flus.", "Uħud minnhom trid iġġibhom mhux neċessarjament mid-dintorni ta' Londra imma mill-aqwa kennels tar-razza.", "Ġieli ssib min jimportalek klieb li jkollu jġibhom bit-train mill-Iskozja u jraqqadhom lejl Heathrow, biex imbagħad jittrasportahom bl- ajruplan lejn Malta.", "Wieħed lanqas jibda jimmaġina xi spejjeż jidħlu fihom dawn l-individwi u dan iġibna għall-kwestjoni tal-pedigree.", "Kont nippretendi u kont nistenna li f'liġi bħal din nagħtu iktar importanza leġislattiva ta' x'inhu pedigree, Sur President.", "Sfortunatament ħafna drabi jiġri li minħabba d-dilettantiżmu tal- maġġoranza tan-nies li jiġu jiżżattu biex ibigħulek xi ġeru, dawn ma jkunux qegħdin jaderixxu strettament ma' l-istandards stipulati fir-razez, hekk kif nosservaw aħna hawn Malta, li ħafna drabi huma l-istess standards li jużaw il-kennel club ta' l-Ingilterra.", "Dan l-abbuż fih innifsu jpoġġi fi żvantaġġ ekonomiku lil dawk l-individwi li huma dilettanti ta' dan it-tip ta' sports, tal-wirijiet tal-klieb speċjalment.", "Dan għaliex ma tista' qatt tistenna ġeru li ommu u missieru jkunu jiswew madwar Lm1000 il-wieħed, jinbiegħlek b'xi Lm30 jew Lm40 kemm-il darba ma jkunx sar xi inbreeding jew outbreeding - min jifhem fil-klieb jaf x'jiena ngħid - fejn bl-iktar mod irresponsabbli, min ikun għammar il-kelb, ma jkunx ħa ħsieb ċerti standards tar-razza li jipproteġu mhux biss l-istandards normali imma l- istandards tar-razez, li fuq kollox qegħdin hemm għall-protezzjoni ta' saħħet l-annimali tar-razza.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk kemm-il darba ma nosservawx dawk l-istandards, se nkunu qegħdin inpoġġu fi żvantaġġ mhux biss l-interessi ekonomiċi ta' min jipprova jagħmel l-affarijiet sewwa permezz ta' pedigrees leġislati bl-aktar mod uffiċjali, imma anki nkunu qegħdin inpoġġu f'periklu saħħet l-annimal innifsu.", "Ħaġa oħra li qajmitli mistoqsija importanti hi taqsima sitta, Sur President.", "Din tgħidlek li l-ministru jista' jagħmel regolamenti u dan mingħajr lanqas biss m'għandna idea ta' x'jistgħu jkunu dawn ir- regolamenti, fejn iridu jiġu speċifikati l-kredenzjali ta' min joqtol l- annimali, ta' min jagħmel il-qatla.", "Hawnhekk jidħolli suspett li dawk kollha li jrabbu per eżempju xi ftit fniek fil-bitħa, li fil-maġġoranza tagħhom jużawhom għal tal-familja jew forsi jħallu xi erbgħa għall-ħbieb, dawn se jkunu jeħtieġu persuna li tkun delegata jew mogħtija liċenzja mill- ministru biex ikunu jistgħu joqtlu dawn l-annimali.", "Dan l-artiklu fih innifsu hu vag wisq u għandu l-istess difett li għandhom il-maġġoranza ta' l-artikli f'din il-liġi, li nerġa' ntenni hi liġi bla sinsla.", "Taqsima sitta tmur lura għal dak li għandu x'jaqsam maż-żamma ta' l- annimali.", "Din it-taqsima tgħid li l-ministru, fuq parir tal-kunsill, jista' jagħmel regolamenti biex jiġu preskritti l-kondizzjonijiet li fihom jistgħu jinżammu l-annimali, jew biex jipprovdi għall-kategoriji ta' persuni li jkunu awtoriżżati biex iżommu dawk il-kategoriji jew speċi ta' annimali, imma ma tgħidlekx x'inhuma dawn il-kategoriji ta' persuni u x'inhi kull kategorija u x'tip ta' annimali tista' żżomm.", "Jiġifieri dan hu artiklu li ma jispjegax ruħu biżżejjed.", "Mela qegħdin ngħidu li l-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jipprovdi għall-kategoriji ta' persuni mingħajr ma nistipulaw x'inhuma dawn il-kategoriji u x'tista' tagħmel kull kategorija, x'tip ta' annimali u bhejjem tista' trabbi kull kategorija ta' persuni.", "Allura dawk id-dilettanti li jrabbu l-fniek se jiġu bżonn ta' xi kwalifiki partikolari mil-lum 'il quddiem biex ikunu jistgħu jagħmlu dan( Part-time farmers, li minnhom għandna mhux ħażin hawn, se jkollhom id- dritt li jrabbu l-kategoriji kollha ta' l-annimali li jeżistu, jew inkella jridu jkunu full-time farmers biex jagħmlu hekk( Kemm-il darba l-part-time farmers jitħallew irabbu l-kategoriji kollha ta' l-annimali u dawn forsi jħallsu liċenzja anqas mill-full-time farmers, allura dawn se jkunu vantaġġati( Dawn huma kollha mistoqsijiet li wieħed jistenna risposta dwarhom, ħalli nkunu nafu eżattament fuqhiex qegħdin nitkellmu f'din il- liġi.", "Klawsola 17 tgħid li:", "\"Id-direttur jista' fuq parir tal-kunsill jagħti permess għal sistema ta' żamma ta' annimali wara li ssir applikazzjoni mill-produttur, importatur jew bejjiegħ bl-imnut.\"", "Din ta' l-imnut mill-ewwel tfakkarna fil-liġi tal-konsumatur li konna għaddejna minn din il-Kamra - jekk m'iniex sejjer żball madwar tmien xhur ilu - fejn hemmhekk il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ta platt ieħor tal- fidda lil ta' l-Unjoni Ewropea għax iddeċieda li jippermetti li l-bejjiegħa bieb bieb mhux neċessarjament ikunu ċittadini Maltin, basta jkunu 'l fuq minn 18-il sena.", "Mela jekk torbot x'għaddejna fil-parlament permezz ta' dik il-liġi dwar il-konsumatur ma' dan l-artiklu, ifisser li issa d- direttur tas-servizzi veterinarji jista' anki jagħti permess lill-bejjiegħa bl-imnut li jkunu ta' nazzjonalita' barranija li jiġu u jbiegħu l-annimali u dawn il-prodotti agrikoli f'pajjiżna.", "Wieħed irid joqgħod attent għax kif diġa' aċċennajt dwar il-moviment ħieles, m'hu veru xejn li l-gvern Nazzjonalista kiseb xi rebħa kbira.", "Jien persważ u ċert li ż-żmien għad jagħtina raġun.", "Jien din naraha perikoluża ħafna u rridu nżommu għajnejna miftuħin, Sur President.", "Nagħlaq hawn iżda rrid intenni li sfortunatament din hi liġi xotta u naħseb li kieku qabbadna lil dawk l-istudenti li jiġu hawnhekk darba fis-sena għall-mini-European assembly, kienu jkunu kapaċi jippreżentawlna liġi ferm iktar serja minn hekk.", "Din hija liġi bla sinsla għax minn 48 klawsola, fiha 26 li huma enabling clauses għall-konvenjenza tal-ministru biex ikun jista' jagħmel ir-regolamenti.", "Kien ikun ħafna aħjar kieku dawn ir- regolamenti ġew spjegati fid-dettall ħalli nkunu nafu fuqiex qegħdin nitkellmu u ħalli dawk kollha konċernati, il-bdiewa, dawk kollha li semmejt u għamilt riferenza għalihom li jipprattikaw xi sport jew ieħor li jinvolvi l-annimali, dawk l-eluf kollha ta' familji li jrabbu xi pet jew ieħor, ikunu jafu għal xiex deħlin u għal xiex il-gvern Nazzjonalista qed jiftaħar li qed jgħaddi liġi li tipproteġi l-interessi ta' l-annimali.", "Sfortunatament dettalji fejn wieħed jista' anki jiftaħ moħħu u jara eżattament x'inhuma l-interessi ta' l-annimali li l-Kostituzzjoni Maltija qiegħda titlobna li nivvutaw favur jew kontra tagħha ma fiha xejn.", "Din hi liġi bla sinsla, liġi xotta li m'hu veru xejn li se tagħti xi drittijiet partikolari lill-annimali li tant u tant ngħożżu hawn Malta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xi ħadd b'mod ċiniku qalli: Dan l- aħħar smajtkom titkellmu b'tant impenn u mħabba favur l-annimali.", "Żied jgħidli: Mank titkellmu b'daqshekk impenn u mħabba favur ċerti gruppi ta' nies żvantaġġati!", "Pero' il-kumment huwa pożittiv ukoll, fis-sens li hu veru li f'dawn l-aħħar seduti, din il-Kamra stajna narawha tfawwar b'sentimenti sbieħ għall-ħarsien ta' l-annimali u appuntu xtaqt nagħmel ftit riflessjonijiet fuq din il-kwistjoni kollha.", "Sħabi diġa' kważi eżawrew il-punti kollha, pero' jiena ngħid li din il-liġi qed tiġi aċċettata, jiġifieri rigward is-suġġett tagħha, daqshekk pożittivament miż- żewġ naħat minħabba li wara kollox aħna m'aħna xejn ħlief wieħed minn dawk l-annimali li qegħdin nitkellmu fuqhom u li qegħdin nagħmlu l-parti tagħna biex inkunu nistgħu nipproteġuhom.", "Dan qed ngħidu bis-serjeta' u mhux biċ-ċajt għax wara kollox wieħed irid jirraġuna li l-ebda forma ta' ħajja ma teżisti waħedha u kull speċi jiddependi minn speċi ieħor u għandu influwenza fuq speċi ieħor.", "Irridu nirrealiżżaw li aħna l-bnedmin neżistu u nibbenfikaw mill-ħajja sempliċement għax ġew maħluqa ċerti kundizzjonijiet favorevoli minn din il- ġebla, minn din id-dinja li qegħdin ngħixu fuqha.", "Dan sar bix-xogħol tal- mikrobi, tal-pjanti u t'annimali żgħar li ġew qabilna.", "Imbagħad dawn kibru u nisġu lilhom infushom fi struttura li wasslet biex l-annimal li hu l-bniedem wasal fl-iżvilupp tiegħu, anki bil-kapaċitajiet tiegħu.", "Wieħed irid jirrifletti li jekk kemm-il darba tisparixxi anki l-iċken speċi minn din il-katina kollha, ikun hemm sensiela ta' nuqqasijiet, sensiela ta' ħsara, li jkollha konsegwenzi.", "Għalhekk hu fl-interess tal-bniedem li juri solidarjeta' ma' l-annimali l-oħra kollha.", "Dan mhux biss hu obbligu morali imma hu wkoll aspett prattiku ta' kif tkun il-kwalita' tal-ħajja fuq din il- pjaneta'.", "Hemm aspett ieħor li kont qed nikkonsidra meta kont qed naqra din il-liġi, għallinqas l-intenzjonijiet tagħha.", "Il-liġi tirrigwarda l-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel.", "Meta ngħidu miżmuma, qegħdin nippresupponu \"d-dritt\" li l-bniedem iħoss li għandu fuq dawn l-annimali, pero' hemm ukoll sottintiż li ma nħallux li l- annimal jgħaddi minn sofferenzi.", "Dan għaliex meta l-annimal ikun iffaċċjat bl-uġigħ, bid-dwejjaq jew bis-sofferenza, jirreaġixxi l-istess bħall- bniedem.", "Meta jkun iffaċċjat bi tbatija jaħrab, jgħajjat għall-għajjut, jiddefendi lilu nnfisu u anki jsir aggressiv, jimrad u ġieli jweġġa' lilu nnifsu.", "Fi kliem ieħor il-bżonnijiet bażiċi jħossuhom kemm l-annimali kif ukoll il-bnedmin u għalhekk forsi kulmin qam jitkellem hawnhekk, wera ċertu sentiment favur il-protezzjoni ta' l-annimal għax fl-istess ħin, fis- subkonxju tiegħu probbabilment kien qiegħed jitkellem fuq il-bżonn li aħna ma niġux maħqura jew li ma naħqrux lilna nfusna.", "Dan kollu jorbot għax hemm il-bżonnijiet bażiċi li huma l-bżonnijiet ta' l-annimal li jiekol li jirriproduċi, ikollu fejn joqgħod u jgawdi l-liberta'.", "Għalhekk tkun ħasra meta qegħdin nitkellmu fuq affarijiet tant bażiċi, tant minquxin fil- kuxjenza tagħna, fl-intern tagħna, fil-ġenetika tagħna, jekk aħna naħqru annimali oħra u jekk ma nittrattawx tajjeb l-annimali l-oħra.", "Sal-lum aħna l-quċċata ta' l-evoluzzjoni ta' l-ispeċi ta' l-annimali li qegħdin hawnhekk, akkwistajna xi ħaġa oħra li 'l quddiem nitkellem fuqha.", "Aħna qed ngħidu li għandna nittrattawhom tajjeb għax jekk imorru ħażin huma, se mmorru ħażin aħna.", "Għalhekk hija veru ħasra li għandek abbozz ta' liġi fejn hemm sentiment komuni miż-żewġ naħat - sħabi semmew l-istorja kif ġrat u għalhekk mhux se noqgħod nirrepeti - u mbagħad ma sibniex l- opportunita' li għallinqas fuq ħutna l-annimali nagħmlu abbozz flimkien, abbozz li jkun ikkonsolidat bejn iż-żewġ naħat, biex wara jkun hemm kumitat li jkun jista' jaqbel fuq xi tkun il-forma ta' dan l-abbozz.", "Jien nemmen li għandna niġu hawn sabiex nitkellmu b'mod studjat fuq is-suġġett u mhux naħlu l-ħin biex ngħidu: Għax kieku għamilt hekk jew għamilt hekk!", "Naħseb li tlifna okkażjoni tad-deheb biex konna mhux biss nitkellmu u nagħmlu liġi dwar kif inżommu l-annimali għal skopijiet ta' xogħol - qisu għandna xi dritt divin li dawn injassruhom, insakkruhom, nużawhom u nagħmlu bihom li rridu - imma anki kien ikollna mdaħħal il-bżonn ta' l- introduzzjoni fis-sistema edukattiva tagħna tas-sbuħija tal-ħarsien ta' l- annimali u mhux taż-żamma għal biex toqtolhom, għal biex tiekolhom, għal biex tużahom, imma s-sabiħ tal-ħarsien ta' l-annimali u l-kuxjenza li rridu niżviluppaw.", "Għandna nħarsu l-annimali mhux biss għax hemm ir- regolamenti, għax hemm il-liġi, għax hemm editt mingħand xi ħadd, għax il- ministru hekk iddeċieda li jagħmel, imma għandna nagħmlu dan għax hemm il- kuxjenza, is-sensazzjoni innata li nittrattaw dawn l-annimali b'mod dinjituż u hemm l-edukazzjoni inġenerali tat-tfal tagħna li telgħin biex ikollna ġenerazzjonijiet li jħarsu b'mod pożittiv lejn l-annimali", "Dan qed ngħidu għax hemm differenza enormi bejn il-mod kif spiċċat ippreżentata din il-liġi f'dan il-parlament mill-mod kif jaħseb fuqha l- Partit Laburista.", "Ma rrridx nidħol f'dettalji imma se nagħmel distinzjoni li hija netta ħafna.", "L-abbozz li kellu l-Partit Laburista kien ispirat minn dawn is-sentimenti, kien ispirat mill-lat emozzjonali ta' din il- kwistjoni kollha, ħalli ma nużax il-kelma morali għax forsi xi ħadd jaħseb li qegħdin nippontifikaw, imma kien hemm ċerti aspetti ta' mħabba, ta' kuxjenza, ta' sensittivita', ta' sensibilita' rigward l-annimal.", "Mentri l- abbozz li għandna quddiemna llum hu purament abbozz utilitarju.", "Dan hu abbozz li minflok insemmuh kif inhu, imissna nsejħulu \"Att biex il- ministru ikun jista' jagħmel\" għax ħlief li \"il-ministru jista' jagħmel\" m'għandniex!", "Veru li fih partijiet fejn jingħad kif jista' jinżamm l- annimal, pero' fuq l-annimali fis-selvaġġ għandna sempliċi daqqa ta' pinna, għandna klawsola waħda, klawsola 47, li tgħidlek li dan ma jaqax taħt dan l- abbozz.", "Eċċezzjonijiet fuq il-kaċċa u fuq l-annimal selvaġġ jew annimal li jinfesta m'għandhomx jiġu rregolati mid-dispożizzjonijet ta' dan l-Att?", "Mela l-annimali selvaġġi ma jiġux regolati b'din?", "Jiġifieri l-qanfud ma jidħolx f'din l-istorja kollha, annimal gustuż bħal dak, li anki hawn min irabbih bħala pet?", "Hu protett mitt darba u elf, imma m'intix qed tgħid min jista' jżommu, kif jżommu, x'jista' jitimgħu u x'ma jistax, kemm jeħel flus kemm-il darba jimmaltrattah, x'multa jeħel kemm-il darba joqtlu!", "Ma ssemmi xejn fuqu u din hi d-differenza.", "Aħna konna qegħdin inħarsu mill- lat emozzjonali mentri din il-liġi hi purament utilitarja.", "F'Malta hawn art fertili ħafna fejn din il-liġi trid tiġi nfluwenzata - mhux din partikolari imma kwalunkwe liġi li għandha x'taqsam ma' l-imħabba u l-ħarsien ta' l-annimali.", "Bħas-soltu hawn Malta, bħal f'kollox, għandna l-estremi.", "Għandna min hu ffissat fuq l-annimal u għandna min jinqeda bih għall-użu tiegħu biex jaqla' il-flus minnu - bħal meta jkun marbut ma' karrettun jew bħalma semmew sħabi, marbut ma' karozzin fix-xemx - imma mill-bqija jiġi jaqa' u jqum minnu, jitimgħu għax inkella ma jaħdimlux għax kieku jista' jimxilu mingħajr ma jitimgħu, imexxih ukoll!", "Imbagħad għandna min jaħqar l-annimal u mill-ewwel jiġini quddiem għajnejja kelb marbut fuq xi bejt f'xemx taqli, forsi jagħtuh ftit ilma u jagħtuh x'jiekol għax dak il-povru annimal qiegħed hemm għassa.", "Dan kollu jrid jiġi attakkat mhux bil-liġijiet jew bir-regolamenti li se jagħmel il-ministru imma bl-edukazzjoni.", "Imma f'din il-liġi fuq l- edukazzjoni m'hawn assolutament xejn.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq dan kollu, din il-liġi ma titkellimx fuq ir-rabta li jrid ikun hemm bejn il- ministeru għall-agrikoltura u sajd u l-programmi ta' tagħlim li rridu nagħmlu fl-iskejjel ħalli nġeddu l-imħabba u l-kuxjenza għal kif nittrattaw tajjeb l-annimali.", "Jekk dan kollu se tagħmlu b'regolamenti u mhux permezz ta' programm fis-sillabu ta' l-iskejjel sabiex it-tfal jitgħallmu jirrispettaw l-annimal, allura fuqiex qed tibni( Qed tibni fuq il- liġijiet.", "Imbagħad meta niftakru hawn Malta kemm il-liġijiet huma mplimentati u kemm għandna nfurzar, nistgħu naħsbu kemm se jkollna liġiiet li se jagħtu riżultati!", "Semmejt li għandna kuntrasti kbar f'dan il-pajjiż, Sur President.", "Tara min għandu pets bħalma semmew sħabi mfissdin - u anke jonfqu l-belli liri fuqhom, jeħduhom għand xi ħadd biex jinnokklalhom xagħarhom u jagħmlilhom iċ-ċfuf u ma nafx x'ma jagħmlilhomx – iżda mbagħad għandek klieb u qtates jiġġerrew barra bla ma ħadd jagħti kashom.", "Hawnhekk il-liġi hi defiċjenti ħafna għax fuq dawk li huma annimali li m'huma ta' ħadd, li jiġru barra - u hemm ritratt illum veru sabiħ, ma nafx jekk hux f'\"The Times\" jew f'\"The Malta Independent\" - fejn hemm xi ħadd li jieħu ħsieb dawn il-klieb li huma stray.", "(Interruzzjonijiet) Is-Sur Fenech qegħdin jgħiduli.", "Dan jidher b'żewġ twaġen vojta f'idejh u piramida ta' klieb telgħin fuqu biex jilagħqulu wiċċu, ħalli jirringrazzjawh talli jdur bihom.", "Dawk mhux se jaqgħu taħt din il-liġi, assolutament m'għandhom x'jaqsmu xejn f'din il- liġi.", "Allura kif qed ngħidu li għandna liġi li hi komprensiva(", "Hawnhekk, bħal sħabi, irrid ngħaddi kelma ta' ringrazzjament kif fil-fatt qed nagħmel permezz ta' dan, lis-Sur Fenech, f'isem sħabu l-oħra kollha u lill-organiżżazzjonijiet kollha ta' Malta u anki lil dawk ta' madwar id- dinja li jieħdu ħsieb dawn l-annimali li m'huma ta' ħadd.", "Dawn ma tantx ikunu klieb sbieħ jew klieb li se tirbaħ xi tazza f'xi show bihom, imma jafu juruk affett u juruk li qegħdin jirringrazzjawk talli qed tagħmel magħhom, kemm klieb, kemm qtates u wkoll annimali oħra.", "Ma ninsewx li qegħdin nitkellmu fuq annimali li kontra dak li jaħsbu ħafna nies, għandhom kuxjenza, kuxjenza fis-sens ta' \"ruħ\", li jirrikonoxxu, jafu x'inhu jiġri madwarhom u jirreaġixxu għal dak li jkun qed jiġri madwarhom.", "Ma rridx nidħol f'xi argument morali profond pero' dejjem kont dilettant ħafna ta' Pierre Theillard de Chardin, il-Ġiżwita li jekk tgħidlu antropologu tkun qed iċċekknu għax huwa antropologu, viżjonarju, filosofu, xjentist, ma nafx x'naqbad ngħidlu.", "Dan hu l-bniedem li biżżejjed wieħed jaqra l-ktieb tiegħu \"Man's Place in Nature\" - veru li dan biċċa xogħol tas- snin '50, imma għadu modern u frisk illum daqskemm kien dak iż-żmien - għalkemm ħafna lanqas fehmu x'ried jgħid eżatt minn dak iż-żmien sal-lum.", "Dan jitkellem, ħalli aħna bħala nsara - jekk aħna verament insara - nifhmu l-obbligi li għandna, li hemm liġi li jgħidulha \"increasing complexity and expanding conscientiousness\".", "Skond dan m'hemmx dubju li għada pitgħada - illum diġa' hu rikonoxxut imma għad irid ikun rikonoxxut iktar pitgħada - iktar m'għandek komplessita' fl-istruttura ta' l-organiżmu tiegħek, iktar għandek kuxjenza li qed tikber, iktar qed tkun konxju ta' x'qed jiġri madwarek.", "Hu jitkellem fuq dawk li huma l-ispeċi ta' qabel il-bniedem, li mbagħad kif jitkellem hu qisu ilma qed jagħli u f'daqqa waħda dan jasal to the boil u dik il-kuxjenza ssir ir-ruħ li nifhmu aħna.", "Imbagħad din ssir riflessiva, tibda tinduna li teżisti u tibda tirraġuna fuqha nnifisha.", "Hu jitkellem fuq l-interjorita', il-ħsieb ġewwieni ta' dawn l-annimali, the within of things jgħidilha, li dawn l-annimali skond l-iżvilupp tagħhom għandhom ċerta sensittivita', konoxxenza u reazzjoni li mhux biss istint imma għandhom parteċipazzjoni minn dik li hi kuxjenza universali tal- bniedem.", "Hu juża t-terminu ''psychism''.", "Imbagħad jagħmel distinzjoni li għalija hi profonda enormi, jiġifieri bejn the direct psychism ta' dawn l-annimali li hi ħaġa diretta u dak li hu reflective psychism, il-bniedem li jibda jirrifletti fuqu nnifsu.", "Kif għedt, ma rridx nidħol fuq dawn, pero' qed ngħid dan biex nifhmu li din mhix sempliċement imħabba għall-klieb, imħabba għall-qtates, imħabba għaż- żwiemel, imma li hemm ċertu obbligu morali għax dawn ħolqien t'Alla u parti mill-istruttura kollha li ngħixu fiha aħna.", "Dawn jesiġu mingħandna rispett u ma nistgħux ngħidu dak stray, li dak kelb jiġri barra u mitluq, mhux bħal dak il-kelb li għandu ċ-ċfuf u n-nokkli u nofsu mqaxxar.", "Ma nistgħux ngħidu dak magħmul mod u l-ieħor magħmul mod ieħor, għax it-tnejn għandhom id-drittijiet tagħhom u lejn it-tnejn għandna l-obbligu li naraw li ma jiġux maħqura.", "Riċentement qrajna li xi ħadd b'rabja tefa' kelb mit-tieqa tal-karozza 'l barra u sew għamel l-imħallef li bagħtu tliet snin ħabs.", "Dan il-povru kelb ma kellu x'jaqsam xejn imma s-sewwieq irrabja għax inqabad fit-traffiku u weħel ma' rasu l-kelb.", "Sew għamillu li weħħlu tliet snin ħabs.", "Din hi s- serjeta' ħalli wieħed ikun jista' jifhem eżatt x'infissru meta ngħidu li l- annimali rridu nirrispettawhom.", "Barra minn hekk ma rridux ninsew li r- relazzjoni ta' l-annimal mal-bniedem mhix xi ħaġa li nagħmluha aħna imma jagħmilha hu wkoll, l-effett terapewtiku, l-effett psikotropiku u psikoloġiku tar-rabta ta' l-annimal mal-bniedem, il-bniedem jintrabat ma' annimal, mal-kelb, mal-qattus, mal-ħanżir li jkollu, mal-fekruna, mal- hamster, xi ħaġa li toħroġ mir-relazzjoni ta' l-intellett tal-bniedem u anki mill-kuxjenza ta' l-annimal, dik hi li jkollok kelb li jifraħ bik – mhux bħal dak ir-robot pet li vvintaw il-Ġappuniżi dan l-aħħar jew bħal dik il-pupa li tgħid ''mama'' u daqshekk - relazzjoni ntima.", "Min sofra t- telfa ta' pet bis-serjeta' jgħidlek li bata fuq il-mewt ta' dak il-kelb jew qattus daqskemm bata fuq mewt ta' xi ħadd li jiġi minnu.", "Dan qed ngħidu bl-ebda nuqqas ta' rispett, imma għaliex tant tiġi relazzjoni intima li l- bniedem ma jistax jinjoraha.", "Meta l-Partit Laburista telaq bl-idea li jagħmel liġi għall-ħarsien ta' l- annimali, kemm dawk miżmuma, kemm dawk li jieħdu ħsiebhom u kemm dawk li ma jeħdux ħsiebhom, is-sentiment kien dan.", "Għalhekk għidt li kienet liġi iktar emottiva.", "Għalhekk qed nidħol fuq dan l-aspett, l-aspett pjuttost morali u akkademiku, milli sempliċement utilitarju ta' kemm irridu nħallu spazju fejn toqgħod ħanżira għada pitgħada, kemm irridu nagħmlu wesgħa fejn toqgħod tiġieġa li tbid, kemm inħallu lampa tixgħel biex din ma tkunx maħqura.", "Dawn huma regolamenti tajbin sabiex dawn l-annimali li qegħdin nisfruttaw ħalli nipproduċu l-ikel, il-bajd, il-furs jew ġlud li għandna bżonn minnhom, għallinqas kif jgħidu l-Ingliżi you fatten them before you kill them, jiġifieri li tipprova toqgħod iżżiegħel bihom qabel toqtolhom.", "Pero' hemm aspett ħafna iktar importanti għall-ħarsien ta' l-annimali, minbarra dak utilitarju.", "Il-liġi li għandna quddiemna hi bħas-soltu an enabling law.", "Illum din saret ħaġa li drajniha, li jkollok liġi li tagħti dritt li l-ministru jista' jagħmel ir-regolamenti u nieqfu hemmhekk.", "Il-ministru jista' jagħmel li jrid u meta jrid permezz tal-ħruġ ta' avviżi legali.", "Seħibna l- Onor. Edwin Vassallo qalilna this is the shape of things to come.", "Hekk se jibdew ikunu!", "Se jkun hemm ħafna avviżi legali u issa niġi għall-avviżi legali.", "Bażikament din il-liġi se tagħmel kunsill għat-trattament xieraq ta' l-annimali li fih kollox jagħmel il-ministru għax jappunta l-ministru, jiddeċiedi l-ministru, joħroġ ir-regolamenti l-ministru, pattern ripetut.", "Fl-opinjoni tiegħi, mankanza kbira oħra ta' din il-liġi hi li tkellimna fuq l-annimali li se jkunu miżmumin, pero' fuq strays ma tkellimniex u lanqas fuq l-annimali in the wild.", "Jien diġa' semmejt il-qanfud, il- ballottra u l-affarijiet l-oħra kollha.", "Il-Ministru qalli li huma protetti.", "Kif inhuma protetti( Wieħed jiskanta kif din il-liġi lanqas tagħmel l-iċken riferenza per eżempju għall-konvenzjonijiet li Malta tifforma parti minnhom rigward il-ħarsien ta' l-annimali.", "Din mhix xi ħaġa li vvintajniha aħna llum.", "Per eżempju, il-Kunsill ta' l-Ewropa kien minn ta' quddiem nett li ħareġ konvenzjonijiet dwar il-ħarsien ta' l-annimali.", "Il-kuxjenza ilha li bdiet.", "Dan ma sibniex id-dinja llum, ivvintajna r-rota aħna!", "Jekk wieħed iħares lura lejn il-konvenzjonijiet importanti li għaddew mill- Kunsill ta' l-Ewropa wieħed jiftakar b'mod partikulari l-konvenzjoni għall- protezzjoni ta' l-annimali during international transport.", "Din tmur lura għall-1968 u hi self-explanatory.", "Din hija konvenzjoni li fiha kien beda jiġi miftiehem kif se tittrasporta l-annimal fit-tul ta' vjaġġi li jkun hemm fl-Ewropa, sigħat u ġranet, kif irid ikun mitmugħ, miżmum, il-wesgħa li jrid ikollu, kemm irid ikun mistrieħ u l-bqija.", "Kellek ukoll il- konvenzjoni għall-protezzjoni ta' l-annimali li jinżammu għal farming purposes.", "Jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq konvenzjoni li tmur lura għall- 1976.", "Il-konvenzjoni fuq il-protezzjoni ta' l-annimali għall-qatla tmur lura għall-1972, konvenzjoni li bdiet iddaħħal il-kunċett li allavolja annimal se toqtlu, irid ikollok rispett lejn dak l-annimal fil-mod kif toqtlu, fil-metodi użati għall-qtil u x'irid jiġri qabel toqtlu.", "Ma rridx inkun emottiv imma niftakar il-poeżija ta' Ġorġ Pisani – \"Il- Barri\".", "Jekk xi ħadd irid jifhem xi ftit x'jgħaddi minn moħħ dak l-annimal li jkun sejjer għall-qatla, għandu jaqra dik il-poeżija b'dan il-ħsieb u jinduna daqsxejn x'irnexxilu joħroġ il-poeta minn din il-karba, in-naħra tal-barri li sejjer hemmhekk u jagħmel dawk il-ħsejjes li beda jagħmel għax beda jxomm id-demm ta' sħabu fuq in-naħa l-oħra.", "Jiġifieri bla ma nkunu emottivi rridu nkunu prattiċi wkoll f'dawn l-affarijiet.", "Minn dan il-mod, forsi min semagħni nitkellem illum jistaqsi għaliex qed insemmi lil Ġorġ Pisani u lil Pierre Theillard de Chardin.", "Imma dan hu importanti ħafna.", "Tgħidli: Allura ma noqtlux barrin biex nieklu!", "Jien m'iniex vegetarian għax ovvjament irridu nieklu, imma jrid ikun hemm ir-rispett.", "Il- konvenzjoni ta' l-1972 saret biex kemm jista' ikun tnaqqas is-sofferenzi u t-tbatija ta' l-annimal li jinqatel għall-ikel.", "Kien hemm ukoll konvenzjoni importanti fuq il-protezzjoni ta' annimali vertebrati li jintużaw għall-esperimentazzjoni u anki għal dawk li qegħdin għall-użu xjentifiku.", "L-iktar waħda importanti hi l-konvenzjoni għall- protezzjoni tal-ħajja selvaġġa, il-wildlife u l-habitat fejn jgħixu dawn l- annimali.", "Din hi l-famuża konvenzjoni ta' Berna li nitkellmu tant fuqha u ġieli semmejna partijiet minnha għax Malta hija parteċipi fiha u ħafna mill- affarijiet tagħha huma mplimetnati f'pajjiżna.", "Hemm xibka sħiħa ta' konvenzjonijiet u ta' ħsieb li wieħed irid jaddotta f'dawn il- kundizzjonjiiet.", "Onestament fil-liġi li għandna quddiemna dan narah biss hinted at, jagħtik hint li xi darba jagħmillek regolamenti fuqhom, jagħmilhom bħala avviżi legali hawnhekk u tipprova jew taqbel magħhom jew tiddiskutihom.", "Issa niġi għall-aspett tekniku ta' kif qed jiġu mpoġġija dawn il-liġijiet.", "Għaliex il-Ministru qed jagħmel din il-forma ta' liġi u mhux forma differenti( Biex inkun pożittiv irrid ngħid li hawnhekk għallinqas qed nara rifless fil-mod meta jagħżel lill-membri tal-kunsill għall-ħarsien ta' l-annimali.", "Dan konna nsistejna fuqu bħala oppożizzjoni fl-istadju ta' kumitat tal-liġi tas-sajd.", "Aħna konna nsistejna li jekk il-ministru se jappunta nies li jirrappreżentaw ċerti kategoriji fuq dan il-kumitat, għallinqas jekk se jaċċetta lil xi ħadd li ġej minn dawk li jrabbu l- annimali jew minn dawk li jużawhom għal wirjiet eċċ, dan ikun appuntat fuq rakkomandazzjoni ta' l-għaqdiet jew l-organiżżazzjonijet li fl-opinjoni tal- ministru jirrappreżentaw l-għaqdiet jew organiżżazzjonijiet relattivi.", "Dan għaliex se jkollna liġi oħra quddiemna, nispera wara din, fejn il-ministru jaħtar hu lir-rappreżentanti tas-sezzjonijiet li jidhirlu hu, bla ma jikkonsulta - skond l-abbozz li se jkollna quddiemna - man-nies li huma fl- intimu ta' dawk l-organiżżazzjonijiet.", "Hawnhekk għallinqas - u qed nitkellem għall-klawsola 3(3) - jidher li l-ministru qed isegwi dik il- prattika li jiddeċiedi li jagħżel lil xi ħadd li jkun fuq rakkomandazzjoni ta' l-għaqdiet relattivi.", "Qed nieħu gost li qed jaraha b'dan il-mod għax din kienet kif għamilniha fil-kumitat tas-sajd.", "Imma hemm liġi oħra li ġejja wara din fejn il-ministru se jiddeċiedi hu min jirrappreżenta lil min u nispera li dik titbiddel għax mhix tajba.", "(Interruzzjonijet) Il-parir tiegħek kien li le!", "Meta ġejna għall-liġi li kellek tas-sajd ma kenux hekk, imbagħad iddeċidejna li qbilna li nagħmlu hekk.", "Ejja nieħdu ftit mertu kull wieħed.", "Għalhekk qed ngħid li kieku ntfajna madwar mejda bejnietna matul is-sajf u ħdimna din il-liġi flimkien, bit-tajjeb li ntqal min-naħa l-oħra u bit-tajjeb li ntqal minn din in-naħa, konna noħorġu b'liġi ħafna iktar organika u tajba milli fil- fatt se jkollna quddiemna.", "Imma n-naħa l-oħra, u b'mod partikolari int Ministru, għandek idejk marbutin u taf li idejk marbutin għax qed tieħdu dan l-aspett, din it-tip ta' leġislazzjoni ħalli jkollkom free hand, għalkemm ta' l-Unjoni Ewropea jriduk b'idejk marbutin sa ċertu punt.", "Se jkollkom free hand għada pitgħada li dawk ir-regolamenti li tridu timponu, timponu fis-sens li tpoġġu fil-prattika, skużani tal-kelma, intkom tridu taqbduhom ready-made ġejjin mill-Unjoni Ewropea u tpoġġuhom fil-prattika.", "Għax intkom 'il hemmhekk mexjin.", "Jekk nieħu waħda bl-addoċċ, naraw li l-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jipprovdi għat-tnissil t'annimali, liema regolamenti jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-metodu kif isir it-tnissil kif ukoll l-ispeċi jew kategoriji t'annimali li jistgħu jiġu użati għat-tnissil.", "Dan hu wiesa' u ġibtu bħala eżempju.", "Il-Ministru llum ma jistax igħid li dan ifisser hekk u hekk.", "Għaliex( Dan għaliex irid jara - u hawnhekk għandi eżempji biex nuri - li r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea li dan il-pajjiż għad irid idaħħal iridu bilfors jinfilzaw ruħhom f'din il-leġislazzjoni.", "Mela l-ministru għada pitgħada se jaqbad per eżempju direttiva ta' l- 1999/74/EC - \"new minimum standards for the protection of laying hens\" - regolamenti u standards ġodda, il-minimu li tista' tagħmel, fuq kif tipproteġi t-tiġieġ li jbidu, fejn għandu kemm jista' jkollok stocking density, jiġifieri mhux iktar minn disa' tiġiġiet għal kull metru kwadru, li ma jistax ikollok qrajjaq, one nest for seven hens, litter area two hundred and fifty square centimetres per hen ...", "Sinċerament bil-kemm nifhem x'inhuma dawn, ħa nkun onest!", "Imbagħad hemm enriched cages, stocking density, a nest, a litter, fejn joqogħdu jnaqqru u joborxu.", "Jiġifieri għada pitgħada mhux se jkun il-kumitat li l-Ministru qed jgħid biex inkunu nistgħu nieħdu ħsieb l-annimali.", "Dan għaliex il-kumitat se jaqbad dawn ir-regolamenti u jgħidlu li dawn huma r-regolamenti ta' l- Unjoni Ewropea.", "Il-ministru mbagħad jagħmel avviż legali, iġibha f'din il- Kamra u joħroġ dawn li hawn hawnhekk.", "Jekk se jagħmel avviż legali fuq it- tiġieġ li jbidu se jaqbad x'hawn miktub - jekk jgħidx skond direttiva 1999/74/EC ma nafx – u żgur li jgħid dak li hawn hawnhekk għax ma jistax jagħmel mod ieħor.", "Għalhekk dan il-pattern ta' liġijiet li qegħdin naraw quddiemna.", "Il-liġijiet huma enabling biex imbagħad il-ministru jinfilza f'kull waħda minnhom ir-regolamenti li diġa' hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Nistgħu nitkellmu per eżempju fuq l-istandards on the protection of animals at the time of slaughter or killing, l-istandards li trid tagħmel u li jsemmu fil-liġi stess.", "Dan ifisser li l-ministru jista' jagħmel regolamenti dwar il-protezzjoni ta' l-annimali filwaqt li qegħdin jinqatlu.", "Għalhekk jaqbad direttiva 93/119/EC u jibda jgħidlek li standards apply għall-moviment, kif iżżommhom, kif tistordihom biex jispiċċaw mill-ewwel, kif toqtlhom u dawn l-affarijiet kollha.", "Tgħidli: Imma dawn m'humiex ħżiena!", "Le, mhumiex ħżiena, imma ejja nkunu ċari mill-ewwel fuqhom u ngħidu li din il-liġi qed nagħmluha b'dan il-mod għax irridu ndaħħlu bilfors il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "X'jiswa li l-Ministru jiġi hawn u jgħidli li għandu enabling law u li se jagħmel avviż legali?", "Poġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, Ministru!", "Kif nista' nargumenta u nagħmel mozzjoni fuq l-avviż legali jekk ma naqbilx magħha, jekk dik hi direttiva ta' l- Unjoni Ewropea(", "Hawnhekk nistaqsi: Dan il-parlament, jekk se tibqgħu mexjin fid-direzzjoni tagħkom għall-Unjoni Ewropea, se jkun kapaċi li juża din il-liġi fl-aħjar interessi tagħna?", "Jew se jagħmel kanal biss biha biex il-ministru tal- Parlament Malti, jekk sa dak iż-żmien inkunu membru ta' l-Unjoni Ewropea, jagħmel transposition?", "Kulma se jagħmel hu li se jaqbad id-direttiva mill- Unjoni Ewropea u jpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra tal-Parlament Malti.", "Allura m'hemmx argument li dan il-parlament jiddiskutiha!", "X'jiddiskuti( Minbarra l-fatt li jekk ikun hemm il-maġġoranza n-naħa l-oħra din se tgħaddi dejjem, imma x'inhu l-iskop li tiddiskuti jekk taf li dawk huma direttivi li bilfors trid timplimenta?", "Għalhekk, kif dejjem għidna, se nispiċċaw li jkollna nibdew naċċettaw il-leġislazzjoni bla ma jkollna l- option li nistgħu nbiddluha.", "Wieħed jista' jara direttiva 91/630/EEC - new standards for the welfare of pigs.", "Dawn ġibthom b'kumbinazzjoni għax għandi ħafna iżjed minnhom.", "Taħsbux li l-Unjoni Ewropea titkellem biss fuq id-diplomazija imma wkoll fuq il-ġobon, fuq iz-zokkor, fuq il-bajd u fuq il-ħalib.", "Il-ġurnal tal- European communities ta' l-Unjoni Ewropea jitkellem ukoll per eżempju fuq \"laying down minimum standards for the protection of pigs\", jiġifieri anki fuq kif jipproduċu l-ħnieżer fl-Unjoni Ewropea u mhux biss diplomazija, commissioner, voti, laqgħat, tazzi u xampanja!", "Dawn huma affarijiet li jitkellmu fuqhom minħabba li din bdiet bħala suq komuni u fis-suq issib il- ħaxix, il-bajd, il-butir, il-ħnieżer, il-laħam, il-ħut ...", "ONOR MEMBRU: Ma ssibx commissioner!", "ONOR GEORGE VELLA: Commissioners ma ssibx, dawk ġew wara!", "Dan qed ngħidu ħalli nifhmu x'qegħdin ngħidu.", "Dawn il-liġijiet qegħdin isiru sempliċement biex inlestu t-triq ħalli dawn id-direttivi jkunu jistgħu jidħlu en bloc.", "Hawnhekk għandek council directive 91/630/EEC.", "Jista' il-Ministru jara li għada pitgħada din id-direttiva ma nibilgħuhiex sa griżmejna, tajba jew ħażina( M'iniex qed nargumenta, għax imbagħad tidħol fid-dettall tagħha.", "Jekk din hi d-direttiva 91/630/EEC, jista' il-Ministru jġibha bħala avviż legali bid-dettalji li hemm fiha?", "Billi jien minn din in-naħa nargumenta kontra tagħha, x'jiswa(", "It-tajba mhix dik, imma li meta naraw dan, wieħed jgħid jekk dawn huma d- direttivi, allura m'għandix dubju li din il-liġi qed tipprepara t-triq ħalli jiġu fuq il-mejda tal-Kamra bħala avviżi legali.", "Qalilna l-Onor.", "Vassallo li dan se jkun il-pattern, enabling law u ħafna avviżi legali.", "Jiena ngħidlu: Dawn l-avviżi legali, din l-implimentazzjoni ta' dawn ir- regolamenti, huma fl-interess u within the spending capabilities li għandu pajjiżna( Huma fil-parametri ta' dak li hu ekonomikament vijabbli( Insemmu fuq kif iżommu t-tiġieġ u l-ħnieżer, u hemm ħafna affarijiet tajbin u mexjin fid-direzzjoni t-tajba, imma dawn huma vijabbli fis-sitwazzjoni lokali fix-short-term u fil-long-term( Kemm irridu nieħdu żmien biex inkunu kapaċi nagħmluhom( Kemm se jqumulna( Kemm se jkollhom impatt fuq il-prezzijiet tal-prodotti tagħna( Kemm se jibqgħu kompetittivi?", "Kemm ser isiru iktar kompetittivi l-prodotti tagħna jekk nimplimentaw dawn ir- regolamenti(", "Qed nitkellmu fuq l-annimali li nikkonsmaw, il-ħnieżer, it-tiġieġ, il-bajd tagħhom, il-produzzjoni tal-ħalib u l-baqar.", "Dawn huma affarijiet li jagħtu aspett ieħor lil din il-liġi.", "Din il-liġi hi tant wiesgħa, mhux iffukata u utilitarja.", "Ħalli jkun hemm iktar fuq dawn l-aspetti ta' l- annimali li nikkonsmaw, imma din il-liġi tħalli barra l-wildlife, l-istray dogs u l-istray cats.", "Għaliex?", "Għaliex dawn m'humiex qegħdin fid- direttivi!", "Għalhekk din qiegħda taħt l-agrikoltura għax liġi bħal din b'dawn il-ħafna regolamenti ta' kif tħares lejn l-annimali kont nitfagħha taħt il-pulizija iktar minn ħaġa oħra.", "Imma din qiegħda taħt l-agrikoltura għax id-direzzjoni prinċipali tagħha - u tinxtamm mill-bogħod jekk taqraha - hi sabiex ikunu jistgħu jiddaħħlu r-regolamenti u d-direttivi ta' l- Unjoni Ewropea rigward il-produzzjoni ta' l-affarijiet ta' l-ikel, tal- prodotti tal-biedja, ta' l-annimali li nikkonsmaw u affarijiet bħal dawn.", "Meta nħares lura ngħid: Din il-liġi kellna għalfejn nadulterawha b'dan il- mod( Jekk ridna nagħmlu liġi sabiex inħarsu u nuru rispett lejn l- annimali, kellna għalfejn insiru tant kummerċjali u utilitarji li ninsew anki l-aspetti iktar fini, sbieħ u nobbli tal-ħarsien ta' l-annimali( Jien ngħid li għad jgħaddi ż-żmien u l-Onor.", "Vassallo will prove himself right, ikollu veru raġun, għax qal sewwa meta qal li jkun fiha patafjun t'avviżi legali.", "Dażgur, ikun hemm daqskemm hemm direttivi ta' l-Unjoni Ewropea fuq kif iżżomm il-ħnieżer, kif toqtol l-annimali, kif iżżomm it-tiġieġ għall- bajd, kif tagħmel it-tagging tal-baqar, kemm tkun kbira dik li tagħmilha ma' widnejhom, liema numru trid tagħmlilhom, kemm ikun kbir biex jidher u l- bqija.", "Dawn kollha qegħdin hemmhekk u kollha għad iridu jiġu fuq il-mejda tal-Kamra f'dan il-parlament jekk nibqgħu mexjin lejn l-Unjoni Ewropea!", "Kollha jridu joħorġu minn din il-liġi.", "Din se ssir volum mill-kbar nett, patafjun t'avviżi legali li din il-Kamra ma jkollha l-ebda poter li tiddiskuti.", "Tħares lejhom, tidħkilhom u jkollok timplimentahom!", "Dan għaliex f'dak il-każ se jkun parlament li ma se jkollu l-ebda saħħa li jbiddel dawk ir-regolamenti.", "Għalhekk din il-liġi li suppost għamilniha bħala reazzjoni għall-għajta li hawn barra ħalli nuru iktar imħabba u rispett lejn ħutna l-annimali, se tirriduċi ruħha b'mod mill-iktar utilitarju lejn dak li tordna l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari lejn l- annimali li jinżammu għal skopijiet t'ikel, għax ta' wens mill-inqas, u sport u xogħol m'hemmx.", "Din hi ħasra għax dan il-pajjiż għandu jkollu liġi li tkun aħjar minn hekk.", "Għandu jkollu liġi li ddaħħal aktar sentimenti nobbli u tkun iktar mil-aspett morali ta' kif għandna nħarsu lejn l- annimali, mill-aspett ta' kif għandna nirrispettaw l-annimali bħala parti mill-ħolqien u bħala ħbieb tagħna.", "Ma noqogħdux nitkabbru għax aħna wasalna fejn wasalna bħala poplu, bħala ċivilta' u bħala żvilupp.", "Hawn min igħid li x-xadina u ċ-chimpanzees wiċċhom trist u mdejjaq għax irrealiżżaw li l-aħħar qabża huma m'għamluhiex.", "Aħna m'għandniex għalfejn noqogħdu nfarfru ġwinħajna għax dak li qegħdin ingawdu fid-dinja qed ingawduh għax irkibna fuq dak kollu li nbena minn ta' qabilna mis-serje ta' l-annimali kollha.", "F'mument bil-bluha tal-bniedem jispiċċa u din id-dinja terġa' mill-ġdid tibda tiġi mmexxija minn speċi oħra li meta jħarsu lura bl-eluf ta' snin igħidu li darba kien hawn speċi ta' bniedem li tant kien iblah li kisser kollox, faqqar kollox u sparixxa (Interruzzjonjiet) Mhux għax daħal fl-Unjoni Ewropea, imma sempliċement għax żviluppa poteri u saħħa li ma kienx intelliġenti biżżejjed li jużahom kif għandu jużahom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Jekk ma fadalx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "NINU ŻAMMIT: Sur President, qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill- membri taż-żewġ naħat tal-Kamra li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Kulħadd ta l-veduti tiegħu u kulħadd tkellem mill-angolu tiegħu pero' wara li tagħsar u tara kollox, jidher li anki f'dan il-parlament hawn nies li verament għandhom għal qalbhom il-welfare ta' l-annimali.", "Irrid ngħid li ħadna tmien seduti fuq dan id-dibattitu u l-kelliema kienu 24 b'kollox.", "Nibda b'dak li kien qed jgħid il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "George Vella, li din il-liġi kif ukoll l-abbozz ta' liġi kif ippreżentat mill-oppożizzjoni għandhom l-istess sugu u l-istess għanijiet, pero' bi preżentazzjoni differenti.", "Saru diversi riferenzi għall-mod kif din il-liġi qisha tal-ministru, li l- ministru jista' jagħmel kollox u l-ministru tiela' u l-ministru nieżel.", "Irrid infakkar li ministru b'rasu fuq għonqu mhux se jagħmel regolamenti hu imma jieħu l-pariri u jimxi fuq il-pariri tat-tekniċi, ta' l-esperti, ta' dawk li verament jifhmu f'dan il-qasam.", "B'hekk jittieħdu l-aħjar miżuri li għandhom jittieħdu u jiddaħħlu l-aħjar regolamenti li għandhom jiddaħħlu biex jiġi assigurat l-animal welfare.", "Din hi an enabling law ntiża biex permezz tagħha jiddaħħlu diversi regolamenti.", "Meta jibdew jinħarġu l-avviżi legali bir-regolamenti marbuta magħhom, dawn isiru wara li jkun hemm djalogu sħiħ mal-partijiet interessati kollha, b'mod partikulari ma' l-NGOs li huma interessati f'dan ir-rigward.", "Imma meta tiġi biex tixtarr l- affarijiet tibda tgħid: Imma għalfejn dan id-diskors( Għaliex minn banda qegħdin ngħidu li issa deħlin regolamenti fuq id-densita' tal-gaġeġ, fis- sens jekk fil-gaġġa għandekx iżżomm disa' tiġiġiet jew inkella ħmistax, imbagħad fl-istess ħin nistaqsu kemm se tqumilna biex inżommu disa' tiġiġiet minflok ħmistax f'gaġġa u jekk dan hu ekonomikament vijabbli.", "Imma allura aħna verament irridu l-animal welfare(", "Jekk irridu l-animal welfare ma nistgħux noqogħdu ndaħħlu dawn il-fatturi.", "Jekk verament irridu l-animal welfare bħalma nemmen li jrid l-Onor.", "George Vella, irridu ngħidu li dan fih prezz.", "Kull ħaġa li tagħmel fil-ħajja biex timxi 'l quddiem fiha prezz u għalhekk trid tassigura l-animal welfare, anki fejn jidħol il-housing – qed ngħid għall-gaġeġ tat-tiġieġ u tal-fniek - biex l-annimal ikun ittrattat aħjar.", "Għalhekk hi ħaġa minn ewl id-dinja - ħaġa li anki t-tfal iż-żgħar, bħalma rrifera għalihom l- Onor. Karl Chircop jafu, forsi iżjed minna l-membri ta' din il-Kamra - li iżjed joqogħdu komdi disa' tiġiġiet f'gaġġa milli ħmistax.", "Dan qed ngħidu biex niffukaw eżatt fuq l-affarijiet li rridu li joħorġu mir-regolamenti.", "Għalhekk jekk verament irridu li jkollna animal welfare bis-serjeta' u bis- sens fejn tidħol it-trobbija ta' l-annimali bilfors irid isir l- investiment.", "Mhux qed ngħid li llum min għandu l-gaġeġ se jkollu jneħħihom, imma rridu nitkellmu u niddeċiedu li minn ċertu perjodu - jekk verament dak li qed inlissnu nemmnu fih - irid isir l-investiment biex 'il quddiem l-annimali li jitrabbew fil-gaġeġ, b'mod partikolari dawk li jitrabbew biex jipprovdu l-ikel lill-bniedem, jitrabbew b'mod iżjed komdu.", "La darba dawn jitrabbew b'mod iżjed komdu, l-annimali li jitrabbew fl- istess gaġeġ ikunu iżjed ferħanin.", "Minn dan jirriżulta wkoll, bħalma għedt fl-introduzzjoni, li l-prodott finali jkun prodott aħjar.", "Kulħadd jaf li jekk per eżempju għandek fenek u trabbih f'għorfa jew fi dwejra, fejn jista' jiġġerra, il-laħam ta' dak il-fenek ikun aħjar minn dak ta' fenek ieħor li jitrabba fil-gaġġa.", "Kellna diversi aġġettivi fir-rigward ta' din il-liġi li m'għandix għalfejn noqgħod insemmihom għax ma naħsibx li jagħmlu unur lill-istess liġi.", "Pero' irrid ngħid li minflok ma noqogħdu nsemmu dawn l-aġġettivi kollha - min jgħid mod u min jgħid ieħor, min jgħid nofs kedda u min jgħid aġġetivi oħra - nistgħu naqblu li hawn m'aħniex qed nivvintaw ir-rota, bħalma qed l- Onor. George Vella.", "Naqbel li m'aħniex qed nivvintaw ir-rota, pero' żgur li din il-liġi setgħet tressqet żmien twil ilu.", "Infakkar li matul l- amministrazzjoni tal-gvern preċedenti ta' 22 xahar, prattikament ħlejna l- aħħar xahar hawnhekk nisimgħu diversi ministri, kulħadd jieħu seduta sħiħa biex jagħmel propaganda għax-xogħol li wettaq, naturalment għax kienet ġejja l-elezzjoni.", "Din ta' l-animal welfare ma twelditx il-bieraħ, ma twelditx tliet snin ilu, imma kienet ilha ġejja s-snin għax bħalma għedt fl- introduzzjoni, il-moviment kien ilu jinħema għal dawn l-aħħar erbgħin jew ħamsin sena.", "L-oppożizzjoni tal-lum li kienet fil-gvern sa Settembru ta' l- 1998, seta' u kellha ċ-ċans kollu li tgħaddi din il-liġi minflok li l- membri jiġu hawnhekk u joqogħdu jiġġieldu bejniethom!", "Infakkar li qabel l-1987 kellna liġi dwar il-klieb fil-parlament u kienu jiġu deputati min-naħa tal-Partit Laburista, li dak iż-żmien kien fil- gvern, u għamilna seduti sħaħ nitkellmu fuq il-mod fejn il-kelb għandu jħalli l-awrina u s-solid waste u anke konna nassistu għal xi poeżija fuq il-kanarin u fuq il-kelb.", "Dan juri li madwar ħmistax-il sena ilu, meta dak iż-żmien l-oppożizzjoni tal-lum kienet fil-gvern, setgħu kieku riedu ħadu l-inkarigu biex iressqu bis-serjeta' abbozz ta' din il-kwalita'.", "Kellhom iċ-ċans kollu biex abbozz ta' liġi ta' din in-natura jgħadduh mill- parlament.", "U mhux billi joqogħdu jgħidulna dwar is-setgħa tal-ministru li joħroġ ir-regolamenti.", "Nerġa' nfakkar li għalkemm iż-żewġ abbozzi, dak ippreżentat mill-gvern kif ukoll dak ippreżentat mill-oppożizzjoni, għandhom l-istess għanijiet u l-istess sugu, it-tnejn jagħtu l-fakulta' lill-ministru, ikun min ikun, li joħroġ regolamenti permezz ta' din il- liġi, forma ta' enabling law.", "Kieku wieħed qara l-abbozz ta' din il-liġi kif ippreżentat mill-oppożizzjoni - u qed nirriferi b'mod partikolari għal min tkellem min-naħa ta' l-oppożizzjoni u 'l quddiem nirriferi iżjed għalih - isib li fi klawsoli 97,98 u 99 hemm patafjun ta' riferenzi għall- mod kif il-ministru, ikun min ikun, jista' joħroġ avviżi legali u joħroġ ir-regolamenti neċessarji.", "Sur President, issa jekk tippermettili, ngħaddi malajr malajr biex nirriferi għad-diversi interventi li kellna.", "M'iniex se noqgħod ngħid bħalma għamel l-Onor.", "Karl Chircop, li din is- sena ma kienx hawn silla u li kien hemm il-problemi għall-bdiewa.", "Ma jafx l-Onor.", "Membru li jekk m'għandekx xita m'għandekx silla!", "M'hemmx għalfejn nidħol fid-dettall għax hi ħaġa naturali li anki t-tfal iż-żgħar jafuha, li la darba ma tagħmilx xita m'għandekx ċans li jkollok it-tkabbir tas-silla bħala mgħalef għall-bhejjem.", "Kellna wkoll min bħall-Onor.", "Anġlu Farrugia faħħar ix-xogħol li jagħmlu l-NGOs u jien ukoll, bħal membri kollha li tkellmu miż-żewġ naħat tal-Kamra, irrid nirringrazzja u nuri r- rikonoxximent tiegħi lejn id-diversi NGOs li tul is-snin dejjem taw il- kontribut tagħhom biex jiġi ssalvagwardat it-trattament xieraq u denju ta' l-annimali.", "Saret riferenza għall-annimali li jitrabbew fis-selvaġġ u rrid ngħid li hemm regolamenti apposta li jħarsu l-annimali li jitrabbew fis-selvaġġ.", "Il- pjan ta' struttura li daħħal il-gvern Nazzjonalista jipprovdi wkoll li jiġu stabiliti reservation areas fejn dawn l-annimali jistgħu jitrabbew.", "Jgħid ukoll li jrid ikun hemm kontroll, fis-sens li ma tridx tħalli t-tkabbir ta' dawn l-annimali bla rażan; per eżempju, jekk il-fniek jitrabbew bla rażan f'ċerti areas.", "Kulħadd jaf li l-fniek iridu jieklu u l-fniek jieklu l- ħaxix u allura jekk qegħdin f'area agrikola, fejn jitkabbru l-ħxejjex għall- ikel, ovvjament dawn il-fniek iduru fuq il-ħxejjex.", "B'hekk ikunu ta' dannu għall-industrija tal-biedja u ta' dannu għad-dħul xieraq tal-bdiewa.", "L-Onor.", "Herrera qal li din il-liġi tagħmel riferenza għall-annimali li jinżammu għall-isports, bħall-annimali li jinżammu bħala pets.", "Pero' rrid infakkru li din il-liġi tieħu ħsieb it-trobbija ta' l-annimali li jispiċċaw fuq il-platt ta' l-ikel.", "Din il-liġi tagħmel riferenza għal food chain kollha ta' l-annimal, mit-trobbija sakemm dan jispiċċa fuq il-platt quddiem il-konsumatur.", "Għalhekk jidħlu wkoll fatturi bħal housing, gaġeġ, l- imqawel fejn jinżammu l-annimali, it-tip ta' għalf li jiġi mitmugħ l- annimal, il-kwalita' ta' l-ilma li jkun meħtieġ għat-tisqija ta' l- annimali, l-iġjene jiġifieri l-mod kif l-imqawel u l-gaġeġ għandhom jiġu miżmuma b'mod nadif ħalli l-annimal verament niggarantulu ambjent tajjeb u post nadif fejn jista' jitkabbar.", "Iridu jiddaħħlu wkoll standards fil-food safety kif ukoll tidħol is-saħħa pubblika u dawn il-fatturi kollha bħal housing, feedstuffs, ilma u standards ta' kwalita' ta' l-ikel.", "Dawn jiggarantixxu prodott safe għall- konsumatur li allura jkun qed jiggarantixxi l-katina kollha li tieħu bħalma jgħidu bl-Ingliż from stable to table, jiġifieri mill-mandra, mir-razzett, għal fuq il-mejda fejn jiekol il-konsumatur.", "Dan l-aspett ta' zootechniques se jiġi rifless fil-veterinary services act li se nressqu fil- parlament fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fil-gazzetti lokali kien hemm stqarrija mill-ħabib tagħna Dr Joe Brincat, li għal żmien twil kien membru f'dan il-parlament ukoll, fejn għamel riferenza li din hi liġi tal-Ministru u dwar x'jista' jagħmel u ma jagħmilx il-ministru.", "Irrid infakkar lill-Avukat Brincat li kieku jerġa' jaqra l- liġi li hu suppost kien fassal, isib li fi klawsola 97,98 u 99 hemm riferenzi fejn il-ministru jista' jagħmel patafjun t'avviżi legali u ma' kull avviż legali hemm imlibbsa diversi regolamenti.", "Il-ħabib tiegħi l- Onor. Michael Bonnici għamel riferenza għat-taħriġ tal-veterinarji.", "Jinħass il-bżonn li jrid jibda jsir taħriġ, anki lokalment għall- veterinarji.", "Il-liġi li se titressaq dwar is-servizz tal-veterinarji se tieħu ħsieb dan l-aspett ukoll.", "Il-ħabib tagħna l-Onor.", "Noel Farrugia għamel riferenza għall-industrija tal- majjal u bil-mod tiegħu qal li forsi n-naħa ta' l-oppożizzjoni ħadet ħsieb iżjed din l-industrija u s-soltu din in-naħa ma teħux ħsieb l-industrija tal-majjal.", "Imma l-fatti juru mod ieħor.", "M'iniex se nidħol fuq il-mod kif dan il-gvern mill-ewwel jum tista' tgħid li reġa' ħa l-gvern f'idejh wara l- 1998 ħa ħsieb biex inaqqas il-kontijiet ta' l-ilma fl-irziezet minn madwar Lm2700 għal Lm200, u qed jieħu ħsieb li jsir ir-ristrutturar neċessarju f'dan is-settur.", "Irridu nfakkru li bi sħubija jew mingħajr sħubija, dan is-settur tal-majjal irid jiġi ristrutturat, mgħejjun u msaħħaħ b'għajnuna finanzjarja u teknika ħalli nassiguraw li meta jasal iż-żmien il-levies jitneħħew.", "B'hekk dan is-settur ikun laħaq għamel l-aġġustamenti neċessarji ħalli jkun jista' jkompli jikkompeti fis-suq kompetittiv taż-żminijiet li qegħdin ngħixu fihom b'tali mod li r-raħħal ikun iggarantit dħul xieraq u adegwat għal xogħlu.", "Saret ukoll riferenza għall-qasam tas-sajd mill-Onor.", "Noel Farrugia li ħa l- eżempju tas-settur tat-tonn.", "Pajjiżna għandu kwota ta' tonn stabilita mill- ICCAT bħal kull pajjiż ieħor.", "Ir-regolamenti li addotta l-GFCM f'Awwissu ta' l-1997 huma l-istess regolamenti li kienet fasslet l-ICCAT, l- istituzzjoni li tiffissa r-regolamenti dwar is-sajd tat-tonn.", "Minkejja l- ħafna kliem li nisimgħu mill-Onor.", "Noel Farrugia, irrid infakkar li l-ICCAT kienet għamlet ir-regolamenti dwar is-sajd tat-tonn u addottathom f'Awissu ta' l-1991 u l-istess regolamenti ġew imbagħad adattati mill-GFCM.", "Dawn affarijiet li inutli noqogħdu nparlaw hawnhekk biex taparsi nimpressjonaw lin-nies.", "Qalilna wkoll l-Onor.", "Farrugia li fir-rigward tas-sajjieda ma neħdux ħsieb il-qasam tas-sajd.", "Ma neħux gost li niġi hawnhekk u qisu noqogħdu niffanfraw, imma meta nisma' dawn l-affarijiet, għal min ikun qed jismagħna, irrid infakkar li dan il-gvern minn Settembru ta' l-1998 'il hawn, ta għajnuna lil sajjieda full-timers biex b'hekk qed jibbenefikaw minn iffrankar ta' madwar Lm100,000 fis-sena fix-xiri tal-fuel.", "Is-sena l- oħra l-istess sajjieda - mhux se noqgħod insemmi min - ingħataw għexieren t'eluf ta' liri biex jimmoderniżżaw l-opri tal-baħar tagħhom.", "Barra minn hekk, wara li erġajna rriattivajna l-applikazzjoni tagħna għas-sħubija fl- Unjoni Ewropea, dan il-gvern mexa fuq pjan bil-għaqal biex b'hekk issa wasalna biex fi ftit xhur oħra titneħħa t-taxxa ta' 15% li l-esportaturi tal-ħut ta' Malta jkollhom iħallsu kull meta jesportaw il-ħut lejn l-Unjoni Ewropea.", "Din it-taxxa fi ftit xhur oħra se tinżel minn 15% għal 7.5% fuq ċertu ammont fl-ewwel sena u fit-tieni sena se titneħħa kompletament.", "Dan biex nuri li l-gvern Nazzjonalista, bil-fatti u mhux bil-paroli, jieħu ħsieb u għandu għal qalbu l-interessi tas-sajjieda.", "Irrid nagħmel riferenza wkoll għal dak li qal il-kap ta' l-oppożizzjoni dalgħodu fir-rigward ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Mhux se nidħol fl- aġġettivi li rrifera għalihom, imma rrid ngħid li din mhix liġi li hi marbuta mal-fatt li aħna qegħdin fit-triq li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Bi sħubija u mingħajr sħubija, din il-liġi xorta kien hemm bżonnha.", "Din il- liġi mhix bħal ma qal il-kap ta' l-oppożizzjoni li trid tkun għama, trux jew mutu biex ma tindunax li fiha ċerti klawsola li jagħtu l-poter li jinħarġu l-avviżi legali fir-regolamenti.", "Pero' nerġa' niġbed l-attenzjoni ta' kulħadd, inkluż tal-kap ta' l-oppożizzjoni, li fi klawsoli 97,98 u 99 hemm madwar 19-il forma ta' kif il-ministru - ikun min ikun, mhux Ninu Zammit biss - jista' joħroġ avviżi legali u ma' kull avviż legali jinħarġu r-regolamenti biex permezz tagħhom din il-liġi tkun tista' titħaddem.", "Qalilna ukoll il-kap ta' l-oppożizzjoni fuq il-fatt kif ċertu majjal meta jkun żgħir ikun irid jiġi kkastrat.", "Rigward l-inkastrar m'hemmx għalfejn noqgħod insemmi bil-Malti x'jiġifieri eżatt, imma rrid ngħid li f'Kemmuna joħorġu l-parent stock, jiġifieri jinħarġu l-majjaliet li mbagħad jitqassmu għand il-multiplier units.", "Bħala multiplier units għandna tliet irziezet fejn dawn il-majjaliet li jitqassmu minn Kemmuna jerġgħu jiġu mgħammra biex ikollhom il-frieħ.", "Meta jiġu mgħammra l-majjaliet fil-multiplier units jistgħu jkollhom majjal li jkun maskili jew femminili u biex jiġi eliminat iċ-ċans li jkun hemm taħlit tad-demm bejn l-aħwa, il-frieħ ta' l-istess boton, l-annimali maskili jiġu kkastrati biex jiġi ggarantit li d-demm jinżamm kemm jista' jkun b'saħħtu.", "Kulħadd jaf, anki min irabbi l-fniek - jien ġieli smajt li l-kap ta' l- oppożizzjoni bħalma kont jien ukoll, kien irabbi l-fniek, ma nafx jekk għadux - li qatt ma tgħammar il-fniek mill-istess aħwa għax meta tgħammar il-fniek mill-istess boton, għandek iċ-ċans li s-saħħa tar-razza tiegħek tinżel u ma jibqgħux b'saħħithom.", "Għalhekk dejjem trid tħallat id-demm.", "Għalhekk dawn il-majjali maskili fil-multiplier units jiġu kkastrati biex jiġi eliminat iċ-ċans li jkun hemm l-istess demm fit-tiġdid tar-razza u għall-istess għan hemm razzett ieħor li hu responsabbli mit-tkabbir u t- tkattir tal-ifħla.", "Il-faħal hu r-raġel, il-majjal li jinżamm biex ikattar ir-razza.", "(Interruzzjonijiet) Il-plural tagħhom hu ifħla u hawn razzett apposta għal dan l-iskop.", "Sur President, jien infakkar li din il-liġi kellna l-ewwel qari tagħha fi Frar tas-sena 2000.", "Fit-28 ta' Ġunju tas-sena 2000 kien sar aġġornament mill-kap ta' l-oppożizzjoni f'dan ir-rigward.", "Xahar wara, il-gvern għadda lill-oppożizzjoni kopja ta' l-abbozz li kien diġa' lest - jiġifieri l-gvern diġa' kellu draft ta' din il-liġi – u fid-9 ta' Awissu l-oppożizzjoni ppreżentat l-abbozz tagħha.", "Il-gvern preżenti permezz ta' l-esperti, tal- veterinarji, ħadem ukoll fuq l-abbozz ippreżentat mill-oppożizzjoni u ħa l- aħjar miż-żewġ abbozzi biex imbagħad seta' jippreżenta dan l-abbozz li qegħdin inressqu quddiem din il-Kamra.", "Nerġa' ngħid li dan l-abbozz seta' tressaq żmien twil ilu fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, waqt li nenfasizza li l-abbozz imressaq mill-oppożizzjoni għandu l-istess għanijiet u l-istess sugu.", "Il-preżentazzjoni biss hi differenti.", "Fi 22 xahar kellhom iċ-ċans kollu kieku riedu li jgħaddu din il-liġi għax din mhix kwistjoni li qamet issa.", "Rigward dak li qal l-Onor.", "Gavin Gulia, irrid nerġa' nfakkar li din hi enabling law.", "Din hija liġi ħajja u għaldaqstant peress li hi liġi ħajja, din se jkollha bżonn updating u upgrading perjodikament.", "Minn kif tkellem l-Onor.", "Gulia, donnu li qed jippretendi li hawnhekk f'din il-liġi għandna noqogħdu ndaħħlu d-dettalji u noqogħdu nitkellmu kif għandhom jinbnew l- irziezet, għall-mod kif il-klieb għandhom jinqatgħulhom widnejhom, kif ċerti annimali għandu jinqatgħalhom denbhom u kif tingħata l-injezzjoni lill-annimal, kollha affarijiet dawn li jridu joħorġu mir-regolamenti.", "Għalhekk li l-liġi tagħti poter lill-ministru, ikun min ikun, li wara li jieħu l-pariri mill-esperti - għax ma nippretendix li l-ministru għandu jkun espert f'dawn l-affarijiet - joħroġ ir-regolamenti, naturalment wara li jsir djalogu u ssir konsultazzjoni mad-diversi NGOs li għandhom interess f'dan ir-rigward.", "B'hekk flimkien jiġu mibnija u f'formulati r- regolamenti kollha meħtieġa u neċessarji biex verament jiġi assigurat l- animal welfare f'kull sens u kull aspett.", "Mill-mod kif tkellem l-Onor.", "Gulia, qisu qed jippretendi li f'din il-liġi noqogħdu nagħtu l-qisien tal-gaġeġ tat-tjur u tal-fniek u kif għandu jaħdem il-waste management ta' l-irziezet imma dawn m'humiex affarijiet li jiddaħħlu fil-parent law.", "Mill-parent law, il-liġi proprja, toħroġ is- setgħa li jkun hemm ċans ta' l-avviżi legali bir-regolamenti kollha fuq id- diversi aspetti li din il-liġi hi maħsuba għalihom.", "Għaldaqstant dawn l- avviżi legali fil-liġi ppreżentata mill-gvern qegħdin imqassmin fuq id- diversi sezzjonijiet ta' l-istess liġi u dan b'differenza għall-mod kif ġie mfassal u ppreżentat l-abbozz ta' liġi mill-oppożizzjoni.", "Għal kull min semagħna tul dawn it-tmien seduti, ta' min jgħid li jekk wieħed iħares lejn sezzjoni għaxra ta' l-abbozz kif ippreżentat mill- oppożizzjoni, isib li fi klawsola 97 hemm:", "\"Il-ministru jista' minn żmien għal żmien jagħmel regolamenti għall- għanijiet li ġejjin jew għal parti minnhom\".", "Imbagħad isemmi l-formoli preskritti u meħtieġa taħt dan l-Att, jistabilixxi l-kriterji tal-linji li għandhom jiddaħħlu f'kull kodiċi ta' mġiba t'etika u jagħti dettalji dwar liema spejjeż jistgħu jinġabru taħt dan l-Att għall-għan ta' proċeduri fejn teħtieġ tariffa.", "Imbagħad jgħidlek li l-ministru għandu s-setgħa li jagħmel regolamenti li jispeċifikaw iktar bir-reqqa l-kondizzjonijiet għall-ħarsien ta' l- annimali, id-dritt tal-moviment, kmamar, gaġeġ u kontenituri.", "Dan juri li anki l-liġi kif ippreżentata mill-oppożizzjoni, taħseb għal dawn il- provvedimenti.", "Minbarra li għandek riferenza għalihom fil-klawsoli ta' qabel, permezz ta' klawsoli 97, 98 u 99, il-ministru għandu 19-il mod kif jista' joħroġ u jagħmel avviżi legali barra l-avviżi legali li hemm riferenza għalihom qabel fl-istess liġi.", "Dan qed ngħidu biex nenfasiżża u niċċara ma' kulmin semagħna li din il-liġi kif qegħdin nippreżentawha aħna għalkemm hi an enabling law, pero' anki l- istess abbozz kif ippreżentat mill-oppożizzjoni hu wkoll forma ta' enabling law li jagħti dritt, li jagħti s-setgħa lill-ministru li jagħmel diversi avviżi legali li pemezz tagħhom jinħarġu r-regolamenti dwar id-diversi aspetti ta' din il-liġi.", "Dan jikkonferma iswed fuq l-abjad li ż-żewġ liġijiet għandhom l-istess sugu u l-istess għanijiet, pero' huma ppreżentati b'mod differenti.", "Ovvjament iż-żewġ naħat tal-Kamra jgħidu li l-mod kif ippreżentaw huma hu l-aħjar mod kif kellha tiġi ppreżentata din il-liġi.", "Sur President, jien ngħid li hemm bżonn ta' impenn konsistenti minn kulħadd biex nassiguraw bil-fatti mhux bil-kliem biss li verament ikollna animal welfare xieraq u adegwat.", "Għalhekk fejn tidħol it-trobbija ta' l-annimali rridu naraw li l-ikel li jiġi magħluf ikun ta' l-aħjar kwalita' biex minnu jipprovdi l-ikel għall-bniedem.", "Fejn jidħol it-trasport, bħal ma taħseb il- liġi, irridu nieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex l-annimali ma jbatux waqt it-trasport.", "Fuq l-aspetti l-oħra fejn jidħlu l-operazzjonijiet u l- esperimenti fuq l-annimali, irridu nassikuraw li anki fejn tidħol il-qatla, din għandha ssir bl-inqas tbatija possibli .", "Nerġa' nirringrazzja lid-diversi NGOs li taw is-sehem tagħhom fil-passat.", "F'din il-liġi għandhom l-ispazju tagħhom biex fil-futur, meta jinħarġu dawn l-avviżi legali, ikollhom il-vuċi permezz ta' djalogu li jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex joħloq u jikkonsolida l-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Is-seduta ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex joħloq u jikkonsolida l-protezzjoni ta' l- annimali miżmuma għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU : 314", "FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi li dan l-istess abbozz ta' liġi jiġi ttrattat fi stadju ta' kumitat mill-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda(", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex joħloq u jikkonsolida l-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel\", jiġi ttrattat mill-Kumitat għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa 18 ta' Lulju, 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata -Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Riżoluzzjoni dwar it-Tneħħija ta' Mħallef - Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jidher ċar li mill-accounts li ġew ippubblikati l-ġimgħa l-oħra, il-Malta freeport corporation għandha quddiemha sfidi kbar għax kif wieħed jista' japprezza, din l-azjenda hi importanti mhux biss għall-opportunitajiet li tikkrea imma anke għall- ekonomija tal-pajjiż inġenerali.", "Aħna nafu li l-freeport jew parti minnu, it-terminal, kellu jiġi pprivatizzat is-sena l-oħra.", "Qalulna li r-raġuni għala ma saritx il-privatizazzjoni hi għax huwa neċessarju li l-grupp jirristruttura ruħu.", "Bħala konsegwenza ta' dan id-dewmien, il- korporazzjoni naqqset ħafna mill-attivitajiet tagħha.", "L-attivitajiet kienu jinkludu l-iżvilupp u xi kostruzzjoni fl-area magħrufa bħala l-freeport.", "Jekk m'inix sejjer żbaljat, kien hemm l-intenzjoni li waħda mill-kumpanniji li għandha x'taqsam mal-warehousing tiżviluppa biċċa art fuq wara ħalli tkompli tkabbar il-faċilitajiet li toffri għall-warehousing.", "Dan l- iżvilupp għal xi raġuni jew oħra ġie sospiż għalkemm ma nafx ngħid min hu direttament responsabbli għal dan.", "Mela għandek kumpannija li għandha l- warehouses kompletament mimlija, għandha talba għall-warehousing iżda fl- istess ħin hemm deċiżjoni li ma tiġix estiża din il-faċilita'.", "Ma nafx jekk din ir-raġuni ġietx mill-gvern jew mill-freeport jew mit-tnejn, għalkemm nissuspetta li l-management tal-freeport kien anzjuż li jkompli bl- iżvilupp u għal xi raġuni jew oħra l-gvern dan waqqfu.", "Wara kollox, jekk issir il-privatizazzjoni u dan il-qasam ikun sejjer tajjeb, ikun ifisser li bħala grupp ikun jiswa ħafna iktar.", "Hemm ukoll implikazzjonijiet legali dwar dak li aħna nsejħu l-bullet loan li ittieħdet tliet snin ilu għal tletin sena, konsistenti f' $US 250 miljun.", "Jidher li l-imgħax fuq din il- bullet bond qiegħed jitħallas mill-gvern u mhux mill-freeport.", "Dan jindika li din is-somma li tasal bejn wieħed u ieħor għal xi $US 18-il miljun fis- sena qed joħroġha l-gvern.", "Dan ifisser ukoll li l-grupp kollu kemm hu mhux qed jagħmel il-qligħ neċessarju biex jerfa' dan il-piż.", "Ċertament din ħaġa serja ħafna, fis-sens li l-freeport preżentement bħala grupp irid ikabbar il-qligħ tiegħu, iżda biex jagħmel hekk irid ikabbar ix-xogħol.", "Issa s-sena l-oħra sar ftaħir li reġa' ntlaħaq in-numru simboliku ta' iktar minn miljun TEUs - hekk jirriferu għalih meta jaħdmu container ta' għoxrin pied.", "Wieħed għandu jfakkar li dan it-turnover f'TEUs kien intlaħaq snin ilu meta kien hemm gvern Laburista.", "Fejn wieħed kien jippretendi li dan in- numru jiżviluppa u jitkabbar, jidher li dan l-aħħar qisna qegħdin fi trinka u ma nistgħux noħorġu minnha.", "Hu importanti li l-grupp bħala grupp - jiena semmejt il-warehousing u nagħmel riferenza wkoll għall-oil tanking, li għamlu qligħ ta' madwar Lm2 miljuni - jagħmel iktar biex il-qligħ nett jikber.", "Waħda mill-affarijiet importanti hi li trid tkompli tinvesti għax ma tistax tieqaf tinvesti.", "Dan hu suq tant kompetittiv li ma tistax toqgħod bil-qiegħda u tkun kuntent b'dak li għandek.", "Biex nieħdu eżempju b'kollox hemm erbatax-il station li trid tħaddimhom kollha biex dejjem tkabbar l-ammont ta' xogħol li għandek.", "Imma l-ammont ta' xogħol preżenti hu li għandek tnax-il crane station joperaw u minn dawn għandek parti tat-terminal 2 li huma iktar moderni u iktar effiċjenti u għandek il-cranes ta' terminal 1 li għandhom bżonn investiment biex jiġu għall-livell tal-cranes ta' terminal 2.", "Per eżempju, ċerti vapuri ma jistgħux jidħlu f'terminal 1 għax il-cranes m'għandhomx il-kapaċita' neċessarja.", "Illum it-tankers ma jinbnewx għat-tul imma jinbnew fil-wesgħa għal dak li huwa kobor u għalhekk irid ikollok crane li jwassal u jrid ikollok ukoll is-software neċessarju fil-moħħ tal-crane.", "Min hu ntiż f'dawn l-affarijiet jaf li kollox huwa komputerizzat biex tkun tista' tlaħħaq mad-domanda.", "Jekk irridu nlaħħqu mad-domanda, bilfors irid isir dan l-investiment għax inkella l-qasam tal-freeport minflok imur 'il quddiem imur lura.", "Darba meta kont qiegħed l-Amerika fuq assignment speċjali tal-Gvern Malti dwar il-freeport, xi ħadd kien ikkummentali li l-ebda freeport ma jagħmel il-flus għalkemm jikkrealek l-opportunitajiet.", "Jien ma naqbilx miegħu.", "Veru li dawn jikkreaw opportunitajiet kbar għall-pajjiż għax illum kulħadd jaf x'jagħti l-freeport għall-qasam industrijali tal-pajjiż.", "Dan ifisser li għandek lil Malta konnessa ma' mitt port ieħor madwar id-dinja kollha, ħaġa li ma kenitx tkun possibbli kieku ma kellniex il-freeport.", "Nafu wkoll li l-freeport iħaddem direttament mijiet ta' ħaddiema tax-xatt.", "Imbagħad għandek it-Tug Malta li tiddependi ħafna mill-freeport u nafu li anke jinbiegħu ċerti servizzi lill-vapuri – bejn wieħed u ieħor jidħlu 1,500 vapur fis-sena – u jinħolqu dawn l-opportunitajiet kollha.", "Imma jiena nemmen li minbarra li l-freeport jikkrea l-opportunitajiet, ikunu fejn ikunu, biex jimxi għandu jikkrea profitt.", "Il-profitt għandu jiġi muri mhux biss għaliex xi kumpannija ma tkunx ħallset id-debiti tagħha – kif in-Norasia kellha tagħti kważi $US 3 miljun u għad għandha tagħti – imma l-profitt għandu jiġi muri kif għandu wkoll jintwera d-diprezzament, għax id-diprezzament jagħmel parti mill- accounting.", "L-accounts hemm mod wieħed kif għandhom isiru, jiġifieri l-mod tajjeb li għandhom isiru u mhux il-mod li toqgħod taqta' 'l hemm u 'l hawn.", "Għalhekk jien ngħid li jrid jikber ix-xogħol tal-freeport u biex jikber m'għandniex inkunu kuntenti billi nkunu qbiżna n-numru simboliku ta' miljun TEUs imma għandna nimmiraw sakemm il-freeport ikun iħaddem bejn wieħed u ieħor wieħed sa żewġ miljun TEUs fis-sena.", "Dan ifisser li jrid ikollok żieda fin-numru ta' vapuri u linji prinċipali li jidħlu fil- freeport.", "M'għandniex nikkuntentaw b'elf u ħames mitt vapur fis-sena imma għandna nimmiraw għal ħafna iktar.", "Imma biex nagħmlu hekk - u nikkonkludi fuq dan il-punt - irridu noffru pakkett iktar effiċjenti.", "Aħna nħarsu lejn il-freeport u nikkomparawh ma' freeports oħra fil- Mediterran.", "Il-mod ta' kejl għandu jkun dwar kemm crane station kapaċi jdawwarlek containers f'siegħa.", "Aħna nikkuntentaw li kultant qegħdin nilħqu l-għoxrin – jien ngħid li iktar qegħdin viċin is-sittax, sbatax, tmintax - meta f'pajjiżi Asjatiċi dan in-numru hu d-doppju t'hekk.", "Dawn m'għandhomx xi ħila iktar speċjali milli għandna aħna l-Maltin u mill-anqas irridu nimmiraw għal 25 turnover fis-siegħa għal kull crane.", "Irridu nattiraw iktar trasport u linji oħra lejn pajjiżna biex il-grupp bħala grupp ikabbar it-turnover tiegħu u jkabbar il-profitti biex il-freeport ta' Malta jkun qed jagħti sehem sħiħ għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, mill-freeport issa naqbżu ftit fuq I-irwol tas-segretarji tal-kunsilli lokali.", "Għandna 68 segretarju u jidher biċ-ċar li s-segretarju fil-kunsill lokali hija l-persuna responsabbli amministrattivament għall-ħidma tal-kunsill, il-persuna responsabbli li twettaq dak li l-kunsill jiddeċiedi bħala kunsill elett demokratikament.", "Dan ifisser li s-segretarju jrid jieħu ħsieb u jara li l- programm tal-kunsill jitwettaq.", "Barra minn hekk is-segretarju huwa responsabbli li jassigura li l-fondi pubbliċi li jiġu vvutati lill-kunsill ikunu amministrati b'mod effiċjenti u trasparenti ħalli verament nieħdu value for money.", "Din hi kollha parti mir-responsabbilta' amministrattiva tas-segretarju tal-kunsill lokali.", "Kien għal din ir-raġuni li minn meta bdiet titħaddem il-liġi tal-kunsilli lokali, kienet daħlet il-konswetudni li jkun hemm nies li għandhom ċertu taħriġ fl-amministrazzjoni pubblika.", "Imbagħad bil-mod il-mod bdiet tiżviluppa li s-segretarju eżekuttiv tal-kunsill għandu jkollu wkoll il- kriterji ta' kwalifiki, kriterji bażiċi.", "Jekk ikollu esperjenza u background amministrattiv, kif ukoll tħaddim u kontroll fuq il-finanzi, ovvjament dak ikun aħjar.", "Imma fiċ-ċirkostanzi tal-lum hu importanti – u hekk jitolbu r-regolamenti viġenti – li s-segretarju jkollu l-kwalifiki bażiċi biex ikun jista' japplika għal segretarju tal-kunsill.", "Wara ssir l-applikazzjoni neċessarja b'mod pubbliku jew tramite l-ETC, kif inhi l-użanza u l-prattika anke fl-entitajiet pubbliċi.", "Imbagħad ikun hemm ix-short-listing li tkun magħżula minn kumitat li ħafna drabi jkun iffurmat mill-membri li jirrispekkjaw kif inhu magħmul il-kunsill min-naħa tal- Partit Laburista u n-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Imbagħad jiddependi mill-maġġoranza li tkun tmexxi fil-kunsill.", "Dan il-kumitat, abbażi ta' l- applikazzjonijiet li jkollu u ta' dak li kull kandidat jippreżenta bħala curriculum vitae tiegħu, bħala l-kompetenza tiegħu, jagħmel short-listing u ssir l-għażla finali.", "Imbagħad wara jkun il-kunsill li jagħti l- approvazzjoni tiegħu.", "Dan qed ngħidu u bdejt bil-funzjonijiet biex nuri l-importanza li s- segretarju fil-kunsill mhux politiku imma għandu responsabbilta' amministrattiva.", "Għalhekk ir-responsabbilta' ta' l-għażla tiegħu hi li tħares biss lejn l-element tal-kompetenza tiegħu.", "Il-persuna magħżula trid tkun idonea biex dawk ir-responsabbiltajiet iġġorrhom b'kompetenza fl- interess mhux biss tal-kunsill imma wkoll fl-interess pubbliku.", "Dan għaliex il-kunsill lokali, il-gvern lokali, hu entita' pubblika mmexxija minn fondi pubbliċi u għalhekk irid ikun accountable u responsabbli.", "Per eżempju, qegħdin naraw li fil-każ tal-kunsill tal-Mosta għadha kif ħarġet stqarrija u anke ntbagħtet ittra lill-ministru responsabbli mill-ġustizzja u l-kunsilli lokali dwar il-metodu ta' kif ġie magħżul is-segretarju amministrattiv minn kunsill immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista.", "Il-kunsill tal-Mosta diġaż kellu passat u għandu passat li jridu jifduh, biex ngħid hekk, ta' kif intnefqu l-fondi pubbliċi fejn intnefqu ħafna iktar milli kien hemm allokat, bil-konsegwenza li l-kunsilli ta' wara ġew imsallbin għax ma setgħux jaħdmu kif riedu.", "Illum stess ġara li minkejja li għadda dan il-proċess kollu biex suppost issir l-għażla tas-segretarju amministrattiv, jidher – u nerġa' ngħid jidher għax hemm lok għal investigazzjoni dwar kif saru l-affarijiet – li l-persuna l-iktar idonea għall-għażla ta' segretarju li kien short-listed bħala l-iktar kwalifikata minn kumitat magħżul u mmexxi minn chairman Nazzjonalist, eventwalment xorta ma ntgħażlitx.", "Mhux hekk b iss, imma l-persuna li ntgħażlet lanqas biss segwiet – skond kif qed jiġi allegat fi stqarrija pubblika magħmula mill-kunsilliera Laburisti tal-Mosta – il-proċeduri stabiliti fl- applikazzjoni għal dan l-impjieg għal din il-kariga.", "Jiġifieri mill- bidunett kellek dan l-element ta' irregolarita'.", "Minbarra dan kollu jirriżulta – jew jidher li jirriżulta ħalli nkun iktar preċiż – li l-iktar persuna idonea ma ntgħażlitx.", "Kulħadd jaf li s- segretarju m'għandu l-ebda vot fil-kunsill.", "Is-segretarju għandu r- responsabbilta' amministrattiva u bl-ebda mod m'hu se jintervjeni fid- deċiżjonijiet li jieħu l-kunsill.", "Ir-responsabbilta' tiegħu hi li jagħti parir dwar kif għandhom jipproċedu l-affarijiet u li jagħti l-parir li r- regoli finanzjarji jkunu segwiti.", "Hu m'għandux jaċċetta u għandu jirreżisti milli jagħmel ħlasijiet – u ninsisti fuqha din – meta r-regoli finanzjarji ma jiġux segwiti kif għandhom jiġu segwiti.", "Dik hi r- responsabbilta' tiegħu u anke l-liġi tipproteġih, imma bl-ebda mod ma jkollu nfluwenza politika.", "Għalhekk hu ħażin meta jiġri bħalma reġa' ġara hawnhekk – mid-dehra minħabba pika, kif nista' nifhem jien minn dak li ġie rrappurtat u ppubblikat u għandi kopja tiegħu hawnhekk, li wieħed jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra – li jkun hemm din l-oġġezzjoni għall-persuna li tkun idonea, li jkollha l-kwalifiki u l-esperjenza fejn kulħadd aċċetta, anke fil-kumitat ta' l-għażla, li kapaċi taqdi dmirijietha sew.", "Dan hu ħażin għax dan jitfa dell ikrah fuq il-kunsilli meta f'għajnejn il- pubbliku dawn iridu juru li l-affarijiet qegħdin jimxu bl-iktar serjeta', speċjalment wara li ssir l-elezzjoni u l-pika ta' l-elezzjoni tispiċċa.", "Il- kunsilli għandhom il-programm, għandhom il-fondi pubbliċi, għandhom il- poteri eżekuttivi u l-poplu kollu, hu x'inhu, ta' kwalunkwe kulur li hu, jistenna li ssir ħidma għall-ġid tal-komunita'.", "Għalhekk hu ħażin li jkollok każi bħal dan tal-Mosta.", "Jien nistenna u m'għandix dubju li l- ministru responsabbli se jindaga sew kif sar dan il-metodu ta' l-għażla ħalli naqtugħha darba għal dejjem li jidħlu proċeduri li jkunu jagħmlu ħsara għall-iżvilupp tal-kunsilli minflok itejbu l-impressjoni tal-kunsilli u l-ħidma tal-kunsilli f'għajnejn il-poplu.", "Jien ċert li l-minsitru se jieħu l-passi neċessarji u jingħaqad miegħi biex dawn l-affarijiet ma jiġrux fil-kunsilli.", "Waslitli informazzjoni li anke fil-kunsill tal-Qrendi se tiġri xi ħaġa simili minħabba xi forma ta' pika personali bejn il-kunsilliera.", "Il-pika personali m'hemmx lokha fil-kunsilli.", "Fil-kunsill wieħed irid iħares lejn il-ġid tal-komunita' u li jkollok l-aħjar segretarju li jista' jkollok għat- tmexxija amministrattiva tal-kunsill, fl-aħjar interess tal-komunita'.", "Dan hu l-messaġġ li ridt nagħti llejla u nispera li jittieħdu l-passi neċessarji beix din l-użanza jew konswetudni li donnha qed tiżviluppa – għax din hi l-ewwel darba li smajniha – naqtgħulha rasha mill-ewwel.", "Sur President, nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra din l-ittra li diġa' rriferejt għaliha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR CHARLES MANGION: Sur President inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 17 ta' Lulju, 2001 mibgħuta minn ħames membri tal-kunsill lokali tal-Mosta lill-minsitru tal-ġustizzja u gvern lokali dwar l-għażla ta' persuna bħala segretarju eżekuttiv ta' l- istess kunsill lokali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Sur President, forsi d-diskors tiegħi se jinstema' daqsxejn stramb illejla u anke kontradittorju.", "Bħala bniedem li naħdem fil- qasam tal-komunikazzjoni u li anke bħala parti mix-xogħol tiegħi ngħallem fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-ġurnaliżmu, se nirrifletti ftit fuq il- każ l I kellna l-ġimgħa li għaddiet meta mara Filippina nqabdet dieħla b'iktar minn żewġ kilo eroina fl-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Se naqbad ftit ma' xi ħaġa li għamel appell dwarha l-Onor.", "Charles Mangion u nagħmel dak l-appell tiegħi imma f'qasam ieħor.", "Teżisti pika perikoluża bejn id-dwana u l-pulizija, anke f'każ importanti bħal dan tal-qbid ta' nies li jidħlu bid-droga.", "Sfortunatament li jiġri hu li ftit minuti wara li persuna tinqabad fl- ajruport internazzjonali ta' Malta, immankabilment tasal telefonata fin- newsrooms tar-radjijiet, tat-televiżjonijiet u tal-ġurnali f'Malta.", "Tad- dwana jċemplu biex jgħidu li qabduha huma u l-pulizija jċemplu lill- kuntatti tagħhom biex igħidu li qabduha huma.", "X'qed jiġri meta tiġri ħaġa bħal din?", "Naturalment, min-naħa tagħhom, ir-radjijiet f'tellieqa minn minnhom se joħroġ l-ewwel bl-aħbar.", "Din farsa, dan mhux mod serju kif naħdmu.", "Din il-persuna kellha struzzjonijiet minn min bagħatha minn Istanbul biex tmur f'lukanda f'Paceville u minn hemmhekk il-kuntatt jiġbor il-pakkett ta' l-eroina b'220 gramma biex imbagħad iqassamha fis-suq lokali.", "Wara aħbar bħal dik li nqabdet mara Filippina ta' 33 sena dieħla bid-droga fl- ajruport internazzjonali ta' Malta, huwa ovvju li jekk min kien indikat li jmur il-lukanda f'Paceville biex jiġbor il-pakkett semagħha fuq l- aħbarijiet, mhux se jmur.", "Il-farsa tkompli meta mbagħad il-pulizija tibgħat lil xi ħadd fil-lukanda biex tara jekk xi ħadd hux se jiġbor il- pakkett.", "Jista' ikun hemm diversi interpretazzjonijiet għaliex aħbarijiet bħal dawn joħorġu mill-ewwel.", "Tista' tkun frott tal-pika bejn il-unit tad-dwana u l-unit tal-pulizija.", "Jien ngħid li tkun traġedja jekk dawn ma jaħdmux flimkien u tkun traġedja jekk se jkomplu li meta jinqabad xi ħadd dieħel bid-droga, jinformaw mill- ewwel lid-dinja x'għamlu, inkluż li jinformaw lil min tkun indirizzata għalih id-droga.", "Dan għaliex b'hekk dan ikun informat u jkun avżat biex ma jmurx jiġborha u allura b'hekk ma naqbdux in-network lokali.", "Għalhekk bħas- soltu, min jinqabad( Jinqabad dak li fil-jargon tat-traffikar tad-droga huwa l-mule, il-bagħla, dik li ġġorr it-tgħabija minn min jibgħatha għal għand min se jirċeviha.", "Dawn is-soltu jkunu l-iktar persuni vulnerabbli, l-iktar persuni fraġli u l-iktar persuni li jinqdew bihom.", "Is-sors li jagħmel il-flus tajbin u r-riċevitur hawn Malta li jagħmel il-flus tajbin għax id-droga jqassamha fis-suq, jaħslu jdejhom u ma jinqabdux.", "Kulma nafu huwa li l-persuna li bagħtitha minn Istambul jisimha Elizabeth, li ċemplitilha fil-preżenza tal-pulizija, dik indunat u allura ma tatx l- informazzjoni lil min kellu jiġborha hawn Malta u l-persuna li minn hawn Malta kellu jmur jiġbor id-droga.", "Mingħajr ma noqgħod ninsinwa jekk affarijiet bħal dawn isirux apposta jew le biex jiġi informat in-network lokali li jittraffika d-droga, żgur li ngħid li dan mhux mod serju ta' kif naħdmu.", "Żgur li għandu jkun hemm appell biex kemm jista' jkun tonqos il-pika bejn id-dwana u l-pulizija.", "Hu mportanti li dawn jaħdmu id f'id, imma mbagħad hu żgur indispensabbli u mportanti - u hawnhekk qed nitkellem kontra dak li ngħallem fil-qasam tal- komunikazzjoni biex kemm jista' ikun joħorġu l-aħbarijiet mill-ewwel - li f'ħaġa bħal din mhux min se joħroġ l-ewwel bl-aħbar, imma li meta jinqabad xi ħadd dieħel bid-droga f'pajjiżna, ma jkunux il-forzi ta' l-ordni stess, il-pulizija jew id-dwana li jħarbtu x-xogħol li jkun sar!", "Dan għaliex malli toħroġ l-aħbar li qbadthom, mill-ewwel tkun qed tinforma lil min qiegħed f'parti mill-katina tat-traffikar tad-droga li l-ħolqa nqabdet.", "B'hekk dan iżomm 'il bogħod biex ma jinqabadx.", "Naħseb li daqskemm hu importanti li naqbdu lil min jiġi bid-droga, hu iżjed mportanti li naqbdu għal min tkun indirizzata hawn Malta biex iqassamha hawn.", "L-aħħar punt ta' riflessjoni hu li jekk jien informat tajjeb, din id-darba il-qabda saret għax issuspettaw fil-persuna u għaddewha mill-X-ray machine, fejn jirriżulta li kien hemm qiegħ falz u kien hemm l-eroina ppustjata b'mod professjonali f'dak il-qiegħ.", "Din turina għal darb'oħra kemm hu mportanti li l-X-ray machine tinżamm fi stat tajjeb li taħdem, li jkun hemm l-ispare parts meħtieġa u mhux li nagħmlu traġedja jew skandlu jew oxxenita' bħalma ġrat u ġieli ġrat fiż-żmien li għadda, fejn ġieli għamlet seba' ġimgħat ma taħdimx.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li alla biss jaf x'daħal!", "L-appell tiegħi hu sabiex inħallu l-X-ray machine taħdem u d- dwana u l-pulizjia ma jibqgħux jippikaw għall-pubbliċita' imma li jaqbdu lil min għandhom jaqbdu u mhux huma stess imbagħad iħarbtu x-xogħol tagħhom billi jinfurmaw lid-dinja kollha x'ikunu qed jagħmlu, fosthom lit- traffikanti tad-droga!", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada l-Erbgħa, tmintax ta' Lulju 2001, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PUBLIC SWIMMING POOLS", "27411.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kull meta huwa mistenni li jinbidel l-ilma fi swimming pools pubbliċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li skond regolamenti sanitarji, m'hemm l-ebda żmien speċifiku kull meta għandu jinbidel l-ilma fi swimming pools sakemm dawn ikunu mgħammra b'sistemi ta' ċirkolazzjoni u filtering effiċjenti kif ukoll disinfettar regolari ta' l-ilma.", "Infakkar ukoll li swimming pools pubbliċi huma wkoll regolati mill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "PA – BINI OUTSIDE DEVELOPMENT ZONES", "27413.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari 27227 u jpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra lista ta' l-applikazzjonijiet għall-bini ta' djar outside development zones approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar f'dawn l-aħħar tliet snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "BUĠIBBA – SUB-STANDARD HOUSING", "27420.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' single- parent - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - li toqgħod flimkien ma' żewġ uliedha f'basement taħt l-art, post sub-standard bi problemi ta' grieden?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' oħrajn simili.", "PULIZIJA – FIXED POINTS", "27421.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid kemm hemm pulizija jagħmlu fixed point duties?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta` fixed point duties maħduma mill-pulizija tad-distretti tal-korp tal-pulizija huma hekk:", "|Distrett |Numru ta` fixed | | |points | | 1 |2 | | 2 |1 | | 3 |xejn | | 4 |xejn | | 5 |3 | | 6 |4 | | 6A |1 | | 7 |xejn | | 8 |5 | | 9 |1 | |10 |1 |", "SAN ĠWANN – XIRI TA' QABAR", "27422.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid fiex waslet l-appikazzjoni għal qabar tal-familja - dettalji qed jintbagħtu separatament - li ilha pendenti snin sħaħ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li l-applikazzjoni indikata qiegħda fid- 942 post fir-reġistru taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.", "Meta tkun lesta l- estenzjoni li jmiss fl-Addolorata, l-oqbra jingħataw bħas-soltu skond il- lista ta' reġistrazzjoni.", "PSC - PRINCIPAL OCCUPATIONAL THERAPIST", "27423.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jassigura lill-Kamra illi l-applikanti kollha għall-post ta' principal occupational therapist - sejħa li ħarġet fid-29 ta' Awissu 2000 - huma eliġibbli?", "Jista' jikkonferma illi ma kien hemm ħadd li meta applika għall-post, kien għadu ma ħax il-grad ta' assistant principal occupational therapist kif titlob l-applikazzjoni?", "Lest jagħti l-ismijiet ta' l- applikanti u meta kisbu l-kwalifika meħtieġa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li kien hemm disa' applikanti għas-sejħa ta' applikazzjonijiet għall-mili ta' vakanzi fil-grad ta' principal occupational therapist.", "Fil-fatt, fid-data ta' l-għeluq tas-sejħa - it-22 ta' Settembru 2000 - kien hemm żewġ applikazzjonijiet biss, iżda l-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku ddeċidiet li applikazzjonijiet li ntefgħu minn tmien uffiċjali oħra wara d-data ta' l-għeluq tas-sejħa -waħda minn dawn it-tmienja kienet diġà applikat ma' l-ewwel tnejn - kellhom jiġu aċċettati għax dawn l- uffiċjali kienu ġew maħtura assistant principal occupational therapists b'effett mit-22 ta' Settembru 2000, fuq rakkomandazzjoni li l-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku kienet għamlet fl-14 ta' Settembru 2000.", "Il- kummissjoni dehrilha li ġaladarba dawn l-uffiċjali fid-data ta' l-għeluq teknikament kellhom il-ħatra ta' assistant principal occupational therapist, ma kienx ikun korrett li jiġu esklużi minn dan il-proċess ta' l- għażla.", "Minħabba li l-proċess ta' l-għażla għadu sejjer, il-kummissjoni ma tixtieqx li jingħataw dettalji ta' l-applikanti f'dan l-istadju, informazzjoni li tkun aċċessibbli meta jiġi ppubblikat ir-riżultat.", "SKOLASAJF", "27424.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-għalliema tas-summer schools fl- iskejjel tal-gvern se jibdew fid-9.00 am u mhux fit-8.00 am bħal fi snin preċedenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara diversi suġġerimenti illi saru matul is-snin min-naħa ta' ħafna ġenituri dwar il-ħinijiet ta' skola sajf, id- diviżjoni dehrilha illi l-aħjar deċiżjoni kienet dik illi ċ-ċentri ta' skolasajf għandhom jiftħu kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00 a.m. sa nofsinhar.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – VETTURA IAT 582", "27425.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jaf il-Ministru li l-karozza li tintuża għall-MOT - Reg.", "No. IAT 582 - la għandha seat belts u lanqas brakes ta' wara, l-isteering għandu difett u d-dwal ma jaħdmux kollha?", "Jaf li din il-vettura twaqqfet minn local warden minħabba li hi ta' periklu?", "X'inhu jżomm milli din il- vettura jsirulha t-tiswijiet meħtieġa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant tixtieqx tivverifika l-affarijiet l-ewwel għax jirriżulta li l-vettura msemmija hija waħda privata u l-ministeru la jkun informat minn min hi wżata u lanqas jekk twaqqfitx minn xi warden!", "BELT VALLETTA: TRIQ IL-LANĊA - TROBBIJA TA' L-ANNIMALI", "27426.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kif ma ttieħdu l-ebda passi kontra min qed irabbi sriedak, tiġieġ, żwiemel u ħmir fi Triq il-Lanċa, Marsamxett?", "Ma jaħsibx il- Ministru li t-trobbija ta' dawn l-annimali hi ta' inkonvenjent għall-ġirien u kontra l-liġi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li saru diversi spezzjonijiet fi Triq il-Lanċa, fil-Belt, Valletta minn uffiċjali ta' dan id-dipartiment, anke fil-preżenza tal-pulizija tad-distrett.", "Jirriżulta li l-persuna konċernata qed tikkonforma ruħha mal-liġi, anke wara li ġiet imwissija kemm mill- pulizija kif ukoll mid-dipartiment tas-saħħa pubblika.", "L-aħħar spezzjoni saret fis-16 ta' Lulju fejn ġie kkonfermat li n-numru ta' annimali kien skond il-liġi u miżmuma fi stat tajjeb ta' indafa.", "LIĊENZJI U TESTIJIET - VRT", "27427.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex meta jkun hemm xi dettalji żbaljati fuq id-dokument li jintbagħat mid-dipartiment tal-liċenzji sabiex isir it-test tal-VRT, minflok jiġi korrett mid-dipartiment qed jitħalla f'idejn is-sidien tal-karozzi biex ma joqogħdux jiġu ħalli jikkorreġuh u dan minkejja li jkun żball tad-dipartiment?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tal-liċenzji u testijiet ma jirriżultalux li hemm xi dettalji żbaljati fid-dokument li saret riferenza għalih.", "Forsi l-Onor.", "Interpellant jista' jindika x'tip ta' żbalji ltaqa' magħhom.", "ETA' TA' L-IRTIRAR", "27428.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk ċerta persuna - dettalji qed jintbagħtu separatament - hijiex intitolata għas-somma, issa li spiċċat bl-eta' u dan skond ftehim li kien sar fis-snin '70?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Napprezza jekk l-Onor.", "Membru jagħtini aktar dettalji, b'mod partikolari l-post tax-xogħol fejn kien jaħdem dan l- individwu qabel irtira.", "KOTTONERA - KUMPLESS SPORTIV", "27429.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min hu l-perit responsabbli mill-kumpless sportiv tal-Kottonera?", "Kemm tħallas s'issa u kemm huwa stmat li għad irid jitħallas?", "Jista' jgħid ukoll min kien il-perit li għamel il-pjanta ta' l- istess kumpless u kemm tħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA – KAŻI TA' OVERDOSE", "27430.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25217, kemm daħlu persuni l-isptar f'dawn l- aħħar ħames snin minħabba overdose?", "Kemm mietu minnhom?", "X'eta' kellhom u ta' liema sess kienu?", "Jista' il-Ministru jispjega xi jfissru l-kategoriji msemmija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Effettivament fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25217 diġa' spjegajt xi jfissru l-kategoriji A, B u C u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jerġa' jara t-tweġiba li kont tajtu.", "MOSTA – PASSI KONTRA SID TA' STABILIMENT", "27431.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Minstru jinformana x'passi ħadet il-planning authority dwar ittra li persuna rċeviet - isimha u kopja ta' l-ittra qed jintbagħtu separatament - dwar inkonvenjent għar- residenti f'ċerti toroq partikolari tal-Mosta?", "Jista' il-Ministru jinformana x'sar minn dakinhar u x'inhi s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: B`riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27431 u għall- punti bażiċi ta` l-imsemmija ittra, l-awtorita` ta` l-ippjanar ħadet diversi passi kontra s-sid ta` dan l-istabiliment u nħarġu tliet avviżi biex tieqaf u ta` twettiq, u cioe:", "ECF 1174/00 maħruġ fis-27 ta` Ottubru 2000 talli ġiet imsaqqfa bitħa interna, ftuħ ta` aċċess f`appoġġ minn ħanut għal ħanut ieħor, bdil ta`użu ta` spazju miftuħ għall-parkeġġ ta` karozzi u storage area, ftuħ ta` bieb ieħor fl-appoġġ li jagħti għall-istess spazju, tinda fuq l-imsemmi bieb u talli tneħħa l-ispazju approvat għall-parkeġġ fil-permess PA 7388/95, maħruġ fil-11 ta` Marzu 1998 u qiegħed jintuża bħala parti mis-supermarket; ECF 97/01 maħruġ fis-26 ta` Jannar 2001 talli sar bdil ta`użu f`post adjaċenti mall-parkeġġ minn abitazzjoni għall-store; u", "ECF 98/01 maħruġ fis-26 ta` Jannar 2001 talli sar bdil t`użu minn garaxx għall-ipparkjar ta` karozzi privati għall-store.", "Rigward l-ewwel avviż, cioe` ECF 1174/00, il-file relatat ġie riferut għall- azzjoni diretta għalkemm hemm applikazzjoni sanatorja li għadha pendenti, Ref.", "PA 2910/01.", "GĦar-rigward taż-żewġ avviżi l-oħra, hemm appelli pendenti kontra dawn l-avviżi.", "Dwar l-użu ta` l-istabiliment u ksur ieħor ta` l-Att dwar l-Ippjanar, l-awtorita` se tieħu l-passi neċessarji.", "GĦal dak li jirrigwarda l-pulizija, ninsab informat illi l-pulizija ħadet u se tibqa` tieħu l-passi kollha meħtieġa skond il-liġi.", "Jien informat ukoll li x-xahar l-ieħor inżammet laqgħa fl-uffiċċju tal-kunsill lokali tal-Mosta u li għaliha kienu attendew ukoll xi wħud mir-residenti flimkien ma` l- avukat tagħhom, fejn matul din il-laqgħa kienet ġiet spjegata l-azzjoni kollha li l-pulizija kienet ħadet u qed tieħu dwar l-ilmenti tagħhom.", "Wara li ġew iċċarati xi punti, ir-residenti dehru sodisfatti b`dak li l- pulizija għamlet u qiegħda tagħmel.", "MOSTA SUPERMARKET – ILMENTI MIR-RESIDENTI", "27432.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jinformana x'passi ħa wara ittra – kopja tagħha qed tintbagħat separatament - li rċieva nhar l-24 ta' Novembru, 2000 dwar l-ilmenti li ressqulu residenti Mostin?", "Xi progress sar u meta se jiġu rranġati l- inġustizzji u l-inkonvenjent li qed isofru r-residenti Mostin inkwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "MOSTA: TRIQ L-INKURUNAZZJONI - GĦALQA", "27433.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jinformana bil-progress li sar dwar l-ittra li bagħat is-sindku tal-Mosta nhar is-6 ta' Novembru 2000 lill-joint office, li kopja tagħha qed tintbagħat separatament?", "X'ġara minn din il-miżbla u għaliex sal-lum tħalliet teskala?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-materjal li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant tneħħa minn fuq il-post.", "TAXXA TAL-BOLL", "27434.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-boll fuq proprjeta' bejn Ġunju 2000 u Ġunju 2001?", "Kemm minn din it-taxxa tħallset mill-Maltin u kemm minn barranin b'AIP permit?", "Kemm tħallset taxxa tal-boll fl-istess perjodu sena qabel?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul mit-taxxa tal- boll fuq trasferimenti inter vivos ta' proprjeta' immobbli kien ta' Lm11,961,957 matul Ġunju 1999 sa Ġunju 2000 u Lm12,497,157 matul Ġunju 2000 sa Ġunju 2001.", "Ma tinżammx statistika separata ta' dħul minn dan is-sors mill-barranin u mill-Maltin.", "TECHNOLOGY EDUCATION", "27435.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kors certificate in technology education li se jiġi organizzat mill-Universita' ta' Malta, jiġi segwit minn kors ieħor f'livell ta' diploma u eventwalment f'livell ta' degree?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li huwa ppjanat li wara li l-kors certificate in technology education ikun sar darbtejn, jibda jiġi offrut il-kors diploma in technology education.", "Dan biex jiġi żgurat li jkun hemm kandidati biżżejjed.", "Ta' min jinnota li t-technology education diġa' qiegħed jiġi offrut fil-B.Ed, (Hons).", "WARDIJA - ŻVILUPP TA' GOLF COURSE", "27436.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Il-fatt li xi bdiewa fl-inħawi tal-Wardija qed jiġu mistoqsija jekk humiex jaħdmu r-raba peress li r-raba tagħhom huwa suġġett ta' żvilupp ta' golf course fl-inħawi, jista' il-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-ebda bidwi fl-inħawi tal-Wardija ma lmenta mad-dipartiment ta' l-agrikoltura dwar xi mistoqsijiet li sarulhom.", "Jien informat ukoll li ma saret l-ebda konsultazzjoni mad-dipartiment ta' l- agrikoltura mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar xi żvilupp ta' golf course fl-inħawi kif allega l-Onor.", "Interpellant.", "WARDIJA – ŻVILUPP TA' GOLF COURSE", "27437.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jinformani jekk hemmx xi talba għall-żvilupp ta' golf course fil- Wardija?", "Jista' il-Ministru jinvestiga x'awtorita' għandhom il-persuni li qed javviċinaw lill-bdiewa sabiex jispezzjonawlhom ir-raba jekk hux jinħadem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-awtorita` ta` l-ippjanar ma kellhiex talba għall-żvilupp ta` golf course fil-Wardija.", "Minn naħa tad- dipartiment ta` l-artijiet, ninsab informat illi ma għandu l-ebda talba simili u għaldaqstant ma bagħat l-ebda mpjegati sabiex javviċinaw lill- bdiewa f`dan ir-rigward.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "27438.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fid-dawl ta' l-istatistika li għadha kemm ħarġet mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika dwar l-assenteiżmu u l-iskartar ta' l-istudenti mill- iskejjel, jista' il-Ministru jgħid x'passi u x'inizjattivi se jittieħdu biex tiġi indirizzata din il-problema serja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - PJAN TA' ŻVILUPP", "27439.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'verifiki saru mill-uffiċjali ta' l-edukazzjoni responsabbli biex jaraw li kull skola tagħmel il-pjan tagħha għall-iżvilupp ta' l-iskola u għamlitu b'mod serju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI TAT-TEKNOLOĠIJA", "27440.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf il-panel li se jfassal is-sillabu ta' l-eżamijiet tas-Sec fis-suġġett ta' l-edukazzjoni tat-teknoloġija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TAL-PIETA' – KAŻ TA' HOUSING", "27441.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga b'urġenza każ ta' familja - dettalji qed jintbagħtu separtament - li toqgħod ma' familja oħra f'fond b'kamra tas-sodda waħda, bi problema ta' soqfa u problema ta' ġrieden, kif jixhdu ritratti meħuda mill-applikant?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' każi oħra bħalu.", "GĦAWDEX : SPTAR ĠENERALI – LINJI TAT-TELEPHONE", "27442.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tikkonferma li bosta linji tat-telefon fl-isptar ġenerali ta' Għawdex tneħħew?", "X'inhi r-raġuni li sar hekk?", "Konxja li pass bħal dan qed joħloq inkonvenjent kbir fost il-ħaddiema ta' l-isptar?", "Konxja li dan hu pass perikoluż għaliex f'każ ta' emerġenza f'diversi partijiet ta' l- isptar, il-ħaddiema/uffiċjali ma jkollhomx faċilitajiet biżżejjed biex jittieħdu l-passi meħtieġa fl-iqsar żmien possibbli biex tiġi evitata xi traġedja?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li ma tneħħew l-ebda linji tat- telephone mill-isptar ġenerali ta' GĦawdex iżda tneħħa l-aċċess mill- maġġoranza tat-telephones għal-linji għal barra mill-isptar.", "Dan sar biex jitnaqqas l-ammont eċċessiv ta' linji għal barra u biex ikun hemm aktar kontroll fuq l-istess telephones.", "Dan m'għandu joħloq ebda inkonvenjent lill-impjegati ta' l-isptar għaliex kull sezzjoni għandha linja diretta tat- telephone li minnha jkunu jistgħu isiru telefonati għal barra mill-isptar u li jkunu relatati max-xogħol ta' l-isptar.", "Barra minn hekk, kull linja għandha aċċess dirett għall-isptar San Luqa u għalhekk m'għandu jkun hemm ebda periklu f'każ ta' emerġenza.", "UNIVERSITA' – FAKULTA' TA' L-EDUKAZZJONI", "27443.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27280 u jgħid fl- aħħar sitt xhur, x'sejħiet saru għall-ħatriet u postijiet akkademiċi differenti fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni fl-universita'?", "Kemm minnhom imtlew?", "Kemm għadhom battala?", "Kien hemm xi ħatriet li ħarġu sejħiet għalihom li sussegwentement ġew irtirati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - FAKULTA' TA' L-EDUKAZZJONI", "27444.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27281 u jgħid kemm hija attrezzata adegwatement il-fakulta' ta' l-edukazzjoni fl-universita' ta' Malta, b'nies u riżorsi biex jagħtu edukazzjoni xierqa lill-istudenti fit-teknoloġija ta' l-informatika ħalli niżguraw li l-għalliema l-ġodda jkollhom bażi soda fl-IT?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li issa li kważi l-istudenti kollha jiġu l- universita` b'konoxxenza mhux ħażin ta' l-użu tal-computer, il-fakulta` ta' l-edukazzjoni qiegħda tikkonċentra biex l-għalliema futuri kollha, kemm dawk primarji kif ukoll dawk sekondarji, ikunu kapaċi jgħallmu permezz tal- computer.", "Barra minn hekk, il-fakulta` għandha programmi li jifformaw għalliema speċjalizzati fl-informatika.", "Ta' min jinnota wkoll li gradwati fil-fakulta` tax-xjenza u ta' l- inġenerija li jispeċjalizzaw fil-computer u l-informatika, jistgħu jidħlu għall-kors tal-PGCE fil-fakulta` ta' l-edukazzjoni biex jużaw l- ispeċjalizzazzjoni tagħhom fil-qasam edukattiv.", "Konxja mill-bżonn għal aktar għalliema esperti fl-użu tal-computer u l-informatika, il-fakulta` qiegħda tkabbar ir-riżorsi umani u l-laboratorji f'dan il-qasam.", "BORMLA – DAR TA' L-ANZJANI", "27445.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid liema bibien huma fire-proof fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li d-djar ta' l-anzjani ma jiffurmawx parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li tagħmel il- mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "SWATAR - PRICE CLUB", "27446.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jekk ir-reġistratur tal-kumpanniji kellux xi bażi soda biex jinvestiga l-operat tal-price club fid-dawl ta' rapporti dwar din il-ħtieġa li dehru f'The Sunday Times u fil-Business Weekly?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-poteri ta' investigazzjoni ta' kumpanniji li għandu r-reġistratur tal-kumpanniji joħorġu minn provvedimenti preċiżi fil-Companies Act, 1995 li jidentifikaw ċirkostanzi speċifiċi fejn u meta r-reġistratur jista' jew għandu jagħmel investigazzjoni.", "Ma jirriżultax li r-reġistratur tal-kumpanniji s'issa kellu bażi legali sabiex jinvestiga l-operat tal-price club skond il-liġi.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll li din hija kumpannija privata b'investiment purament privat.", "RETAIL TRADE – SEHEM BARRANI", "27447.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern Nazzjonalista dwar il- prospett ta' sehem barrani fir-retail trade ta' pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fuq linji ġenerali, il-gvern iħares pożittivament lejn investiment minn barra l-pajjiż għaliex dan mhux biss jimplika injezzjoni ta' munita barranija fl-ekonomija Maltija, iżda wkoll ħafna drabi jġib miegħu ideat ġodda li jagħtu spinta għall-innovazzjoni.", "Fil-passat dawn il-konsiderazzjonijiet kienu aktar assoċjati b'mod dirett ma' ċerti oqsma bħall-manifattura, aktar milli ma' oqsma oħra bħalma huwa l- bejgħ bl-imnut.", "Iżda bil-mod kif qed tiżviluppa l-attivita' ekonomika li qed issir dejjem aktar globali, illum dawn il-konsiderazzjonijiet jgħoddu għal kull qasam ta' l-attivita' ekonomika.", "MIA - DIRETTUR", "27451.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - bediex jaqdi r-rwol eżekuttiv fl-MIA?", "Għaliex u kemm jitħallas ta' kull ġurnata li jagħmel?", "Minn meta beda jaqdi din il- funzjoni, kemm tħallas tal-ġranet li għamel u x'allowances oħra ngħatawlu minn meta ħa l-ħatra sa l-aħħar ta' Ġunju?", "Għaliex ma ngħatax ħatra ta' chief executive?", "Minn meta ma kienx hemm chief executive?", "Minn kemm ilu direttur tal-MIA, kemm-il darba siefer, fejn mar u meta siefer fuq xogħol tal-kumpannija?", "X'allowance extra ingħata għal kull ġurnata li kien impenjat xogħol barra, barra s-salarju u l-allowance li kien qiegħed jingħata għal full-time executive role sa l-aħħar ta' Ġunju li għadda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha ma bdietx taqdi rwol eżekuttiv fl-MIA.", "Din il-persuna hija direttur tal-kumpannija u bħal kull direttur ieħor tal-kumpannija, tirċievi remunerazzjoni ta' Lm800 fis-sena u Lm30 għal kull laqgħa li tattendi li ma tkunx dik tad-diretturi.", "Id-doveri ta' chief executive tal-kumpannija jaqdihom iċ-chairman u dan ilu jagħmlu mis-26 ta' Ottubru 1998.", "L-informazzjoni li qed tintalab fl-aħħar parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma nħossx li din għandha tiġi ppubblikata.", "KORPORAZZJONIJIET PUBBLIĊI – SELF MILL-GVERN", "27452.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jagħti rendikont sħiħ tal-flus mislufa mill-gvern li għadhom jidhru fit-treasury clearance fund, u dan kif kien jirriżulta fl-aħħar ta' Marzu, 2001?", "Jista' il-Ministru jagħti rendikont sħiħ tal-garanziji u letters of comfort li l-gvern kien ħareġ biex jagħmel tajjeb għad-dejn ta' diversi korporazzjonijiet u soċjetajiet, kemm jekk pubbliċi kif ukoll privati u dan dejjem kif kienu fl-aħħar ta' Marzu 2001?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel paragrafu tista tinkiseb mil-financial report 2000.", "Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, m'għandi xejn x'inżid mat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 21090.", "ARTIJIET – ESTATE MANAGEMENT", "27453.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid x'ħatra ngħatat il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - fid-dipartiment ta' l-artijiet?", "Minn meta ngħatat il-ħatra kemm tħallas?", "Minħabba li fi tweġiba oħra diġa' ingħad li sar festin meta din il-persuna kienet irtirat bil-pensjoni, jista' jgħid ir-riċeviment li sar f'Ġunju għal liema skop sar?", "Xi spejjeż kienu saru fl-uffiċċju tad-direttur fl-estate managment minn meta ħa l-ħatra ta' direttur?", "Illum għadu juża dan l-istess uffiċċju u jekk qiegħed f'uffiċċju ieħor, xi spejjeż saru biex kien trasferit l-uffiċċju u adattat biex jilqa' ġo fih lid-direttur li ismu qed jintbagħat separatament?", "Min hu d-direttur ġenerali tad-dipartiment ta' l-artijiet u l-estate management bħalissa?", "Meta kien iffirma l-kuntratt ta' direttur ġenerali li kien skada aktar kmieni din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-persuna msemmija mill-Onor.", "Membru ngħatat ħatra ta` konsulent għal perijodu ta` sitt xhur li beda mill- 1 ta` Ġunju 2001.", "Il-persuna hija marbuta tagħti 25 siegħa ta` ħidma fil- ġimgħa, b`remunerazzjoni ta` Lm2.88c5 fis-siegħa.", "Din il-persuna tgawdi minn esperjenza enormi fix-xogħol tad-dipartiment ta` l-artijiet, peress illi ħadmet f`dan id-dipartiment għal aktar minn 40 sena u ftit qabel din il-ħatra rtirat mill-impjieg.", "L-okkażjoni msemmija mill-Onor.", "Membru bħala riċeviment kienet biss il- laqgħa għall-ħaddiema tat-taqsima li ssir kull sitt xhur, biex l-istess ħaddiema jingħataw rendikont tal-ħidma li tkun saret.", "Il-ħaddiema tat- taqsima ħadu din l-okkażjoni biex taw rigal ta` tifkira li xtraw minn buthom stess lill-persuna kkonċernata.", "Ma saru l-ebda spejjeż fl-uffiċċju tad-direttur għat-tmexxija tal-proprjeta` minn mindu ħa l-ħatra.", "Peress li kien hemm il-ħsieb illi f`dan l-uffiċċju jsiru xogħlijiet ma` l- ewwel fażi tar-riabilitazzjoni tal-berġa tal-Baviera, id-direttur għat- tmexxija tal-proprjeta` kien juża parti mill-uffiċċju tas-segretarjat tiegħu.", "Illum li din l-ewwel fażi ta` xogħlijiet bdiet, id-direttur u s- segretarjat tiegħu kellhom jivvakaw din il-kamra wkoll u marru f`kamra oħra.", "F`din l-aħħar kamra ma saru l-ebda spejjeż biex tilqa` fiha lid- direttur, ħlief tibjida tal-ħitan li qamet Lm7.70.", "Id-direttur ġenerali tat-taqsima tal-proprjeta` tal-gvern li tinkorpora fiha d-dipartimenti ta` l-artijiet u t-tmexxija tal-proprjeta` huwa l-Perit John Sciberras, li ilu fil-kariga mill-21 ta` Ottubru 1997.", "Il-Perit Sciberras għadu ma ffirmax il-kuntratt ta` direttur ġenerali għal tliet snin oħra mill-21 ta` Ottubru 2000 li dan il-gvern għoġbu joffrilu.", "SERVIZZ ĊIVILI – ĦADDIEMA SOSPIŻI", "27454.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fiċ-ċivil li bħalissa jinsabu sospiżi minħabba li għandhom każ pendenti kriminali fil-qorti?", "X'akkużi għandhom fil-konfront tagħhom?", "Liema huma dawk li jaħdmu maċ-ċivil li għandhom każ pendenti l-qorti u m'humiex sospiżi mix-xogħol?", "X'akkużi għandhom kontrihom u fejn jinsabu stazzjonati?", "Fil-każi kollha, jista' il- Prim Ministru jagħti d-data ta' meta l-persuni tressqu l-qorti u quddiem liema maġistrat qiegħed jinstema' l-każ tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bid-dħul fis-seħħ tar-regolamenti l-ġodda tad- dixxiplina fl-1 ta' Frar 2000 il-każi ta' l-uffiċjali pubbliċi involuti f'każi kriminali m'għadhomx iżjed jgħaddu mill-uffiċċju tiegħi, ħlief għal dawk fejn l-uffiċjali nvoluti jkunu nterdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom.", "Ninsab informat li bħalissa hemm 43 uffiċjal pubbliku li huma interdetti.", "L-informazzjoni mitluba dwar x'inhuma l-akkużi kriminali kontrihom tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Id-dettalji dwar id- data meta tressqu l-qorti dawn l-uffiċjali pubbliċi u quddiem liema maġistrat qiegħed jinstema' l-każ tagħhom, ma jinżammux.", "Dwar il-każi ta' l-uffiċjali pubbliċi li ma jkunux ġew interdetti, nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministri rispettivi.", "Fir-rigward tad-dipartimenti li jaqgħu taħt l- uffiċċju tiegħi, ninsab informat li m'hemm l-ebda uffiċjal pubbliku li għandu xi każ kriminali pendenti u li ma ġiex interdett.", "INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI", "27455.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm il-rakkmandazzjoni wettaq minn dawk mogħtija mit- tribunal għall-investigazzjoni ta' ingustizzji?", "Liema huma dawn ir- rakkmandazzjonijiet, meta ngħatat is-sentenza u meta ngħata r-rimedju?", "Fil- każi li l-qorti rrakkmandat rimedju u s'issa għadu ma ngħatax, għaliex ma ngħatax u meta se jingħata?", "F'kull każ li twettqet ir-rakkmandazzjoni, kemm kien il-kumpens li ngħata lil kull individwu u kemm kienet l-ispiża tal- korporazzjoni jew dipartiment li kellu jagħti promozzjoni, b'data lura kif rakkmandata mill-Imħallef Farrugia Sacco?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: It-tagħrif qiegħed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.", "BLATA L-BAJDA - GATTARD HOUSE", "27456.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li wara l-1994, persuna li isimha qed jintbagħat separatament kellu uffiċċju f'Gattard House, fejn kien hemm l-uffiċċju tal-FMSS?", "Minn meta beda juża l-uffiċċju u sakemm dam jużah?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ETC – TERMINAZZJONI TA' L-IMPJIEG", "27459.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma l- ħaddiema li minn Settembru 1998 sal-lum ġie tterminat l-impjieg tagħhom jew irriżenjaw mill-impjieg tagħhom?", "Kemm minn mal-gvern, korpi parastatali, azjendi li l-gvern b'xi mod għandu sehem fihom, awtoritajiet u kull entita' li taqa' b'xi mod taħt ir-responsabbilta' tal-gvern, u dan dejjem skond ir-records ta' l-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA – TWAĦĦIL TA' EXTRACTORS", "27467.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jinformani bil-pożizzjoni tal-bord tal-pariri dwar liċenzja tal- pulizija TL/V/18/98 u l-progress li sar mis-27 ta' Diċembru 'l hawn?", "Peress li jirriżulta li l-inkonvenjent għar-residenti kompla żdied u sar insapportabli wara li żdiedu l-extractors wara t-12 ta' Lulju 2001, jista' il-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi meħtieġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-bord tal-pariri dwar liċenzji tal- pulizija għadu għaddej bl-investigazzjoni ta` l-ilmenti mressqa lilu.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi l-pulizija ma kellhiex rapporti dwar inkonvenjent li żdied bi twaħħil ta` extractors addizzjonali.", "Informat ukoll illi l-pulizija se tagħmel l-istħarriġ issa li saret taf b`dan l-ilment u jittieħdu passi skond ma jirriżulta.", "PULIZIJA – UFFIĊJALI LI ĠEW BOARDED OUT", "27469.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-requirements rikjesti mill-korp tal-pulizija għal dawk l-uffiċjali li xi darba ġew boarded out u issa qed jitolbu re- instatement?", "Fil-każ tal-persuna li fuqu diġa' staqsejt - dettalji qed jintbagħtu separatament - jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti meħtieġa li hu ma ssodisfax?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 25986.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi l-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma kenitx tissodisfa l-kriterji numri 1 u 5.", "MARSAXLOKK – SPIŻERIJI ĠODDA", "27470.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid meta se jingħataw permessi ġodda għal spiżeriji ġo Marsaxlokk?", "Kemm hemm pendenti u kemm ingħataw permessi ġodda f'dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'Marsaxlokk hemm erba' applikazzjonijiet pendenti għal spiżeriji ġodda u f'dawn l-aħħar ħames snin ma ngħata l-ebda permess għal spiżerija ġdida f'dan il-lokal.", "Għall-ewwel parti tad-domanda, nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 18948.", "TAL-PIETA' - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "27471.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta il-familja - dettalji qed jintbagħtu separatament - se tingħata dar xierqa fejn tgħix wara li ilha tapplika ħafna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' oħrajn bħalu.", "SAĦĦA – IMPJEGATI LI JGĦADDU BORD MEDIKU", "27472.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati tal-gvern li qegħdin jistennew li jgħaddu bord mediku mit-tobba tad-dipartiment tas-saħħa?", "Kemm hu n-numru minn entitajiet li huma kkontrollati mill-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' impjegati tal-gvern li qegħdin jistennew li jgħaddu bord mediku mit-tobba tad-divizjoni tas-saħħa huwa 69.", "In-numru minn entitajiet li huma kkontrollati mill-gvern huwa 11.", "EX-GRATIA PAYMENT F'KAŻI TA' INĠUSTIZZJA", "27481.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Ġaladarba l- gvern se jagħti ex-gratia payment lil dawk l-impjegati li sofrew xi inġustizzja, jista' il-Prim Ministru jagħti breakdown tal-klassifika tar- raġunijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif jidher mit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra, ir-raġunijiet mitluba mill-Onor.", "Interpellant għall- inġustizzji huma dawn li ġejjin:", "- Dewmien fil-promozzjoni; - Telf ta' promozzjoni; - Qbiż fil-promozzjoni; - Nuqqas ta' promozzjoni; - Żball amministrattiv; - Nuqqas ta' ħatra; u - Demotion", "PROĠETT TAL-KOTTONERA", "27482.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27166, jista' il- Ministru jispjega kif ix-xogħol ta' upgrading tas-sistema tad-drenaġġ konness mal-proġett tal-Kottonera lanqas biss għadu beda meta suppost li xahar ieħor parti mill-proġett kellu jkun lest?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ftuħ ta' parti mill- proġett tal-Kottonera ma jaffetwax is-sistema tad-drenaġġ kif inhi eżistenti.", "BIRGU: SANT'ANĠLU – UPGRADING TAL-MOLLIJIET", "27483.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 27253 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol fuq l-upgrading tal-mollijiet ta' Sant'Anġlu li l-gvern intebaħ li jrid jagħmel lill-ispekulaturi tal-proġett tal- Kottonera?", "Kemm hu maħsub li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi wara li saret spezzjoni minn żewġ esperti tekniċi u anke nħarġu żewġ rapporti separati, ġie kkonfermat li l-istat ta' deterjorazzjoni li wieħed jista' jara fil-wiċċ tkompi wkoll taħt il-livell tal-baħar.", "Saru wkoll boreholes u ttieħdu samples ta' dan l-istess moll.", "Din l-informazzjoni ġiet analizzata u r- riżultat hu li l-istess moll kien u għadu fi stat perikoluż ħafna.", "Għaldaqstant inħasset il-ħtieġa li din l-istruttura tissaħħaħ minn isfel għal fuq, jiġifieri li jintużaw sistemi li jorbtu l-moll mal-blat u ma' wara.", "Dan ix-xogħol ta' strengthening u upgrading jirrikjedi permess ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar, apparti li jeħtieġ ukoll li tinħareġ call for tenders għal dan ix-xogħol.", "Għaldaqstant huwa previst li x-xogħol ikun jista' jinbeda fi żmien erba' xhur u jiġi komplut sitt xhur wara li jinbeda.", "L-istima ta' dan ix-xogħol hija ta' Lm360,000.", "Din iċ-ċifra tista' tinbidel kemm minħabba kondizzjonijiet varji li jistgħu jimponu l-awtorita' ta' l- ippjanar, kif ukoll skond il-konkorrenza tal-kuntratturi għal dan il- kuntratt.", "MOSTA RING ROAD", "27484.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol tar-ring road tal-Mosta li qiegħed isir bħalissa?", "Min rebaħ dan it-tender?", "Xi kemm se tieħu żmien din it-tender u meta se jitlesta x-xogħol?", "Min hu l-perit inkarigat minn dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domandi parlamentari 25920 u 26435, jien informat li l- valur tat-tender li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant jammonta għal Lm568,550.", "SALINA COAST ROAD", "27485.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 27249, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol kollu ta' titjib tal-coast road?X'persentaġġ ta' xogħol hu kkalkulat li sar s'issa u x'inhu l-valur tiegħu sal-lum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol li sar s'issa fil-coast road jammonta għal Lm367,755 kif indikat:", "|RD159/0|Resurfacing | Lm | |0 |road (phase two)|121,212| |RD1/98 |Patching works, | | | |Kennedy Grove |19,630 | |WD109/9|Maintenance | | |8/1 | |49,358 | |WD196/9|Construction of | | |9 |kerb & concrete |11,293 | | |pavement | | |RD543/2|Kerbs and | | |00 |pavements |1,653 | |RD394/0|Construction of |2,587 | |0 |SWC | | |RD479/0|Scarifying | | |0 |recomp base/w/c,|79,208 | |RD179/0|Construction of | | |0 |kerb & concrete |11,891 | | |pavement | | |RD80/00|Widening of p/o |8,479 | |/1 |road | | |RD565/0|Embellishment at|7,440 | |0/1 |Torri Għallies | | |RD522/2|Rubble wall |22,345 | |000 |cladding | | |RD527/0|Construction of |14,927 | |0 |railings | | |RD544/0|Construction of |17,732 | |0 |footpath | |", "It-triq kollha hija twila 6km u s'issa sar xogħol fuq 2.5km.", "Il-valur tax- xogħol li għad baqa' xi jsir ma jistax jingħata għalissa peress li qed isiru pjanti għall-fażijiet tax-xogħol li jmiss.", "SLIEMA – PLAYING FIELD EQUIPMENT", "27486.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27247, jista' il- Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol li se jsir mid-dipartiment tal- manifattura u servizzi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-valur tax-xogħol li se jsir mid-dipartiment tal-manifattura u servizzi jammonta għal Lm26,200.", "---------------"]} {"filename": "19930927_175d_par.doc", "date": "1993-09-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 175 It-Tnejn, 27 ta' Settembru, 1993 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 175", "It-Tnejn, 27 ta' Settembru, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament,", "il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 175", "It-Tnejn, 27 ta' Settembru, 1993", "WERREJ", "MINUTI ............................................................................ .............................................", "890", "Mistoqsijiet - Tweġibiet Orali .......................................................................", "890", "Tqegħid ta' Karti fuq il-Mejda ....................................................................", "896", "ORDNIJIET TAL- ĠURNATA ............................................................................ ........", "899", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ID-DAZJU TAS-SISA FUQ IL-BIRRA", "BEER (EXCISE DUTY) BILL", "It-Tieni Qari ............................................................................ ....................................", "899", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR", "L-IMPRIŻA TA' L-ASSIGURAZZJONI", "INSURANCE BUSINESS (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ............................................................................ ....................................", "914", "AĠĠORNAMENT ............................................................................ ............................", "925", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ................................................................", "931", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 174 li saret fit-30 ta' Lujlu 1993, ġew konfermati.", "KUNSENS GHAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XIX ta' l-1993 - Att biex jemenda ċerti liġijiet rigward il- kompożizzjoni ta' ċerti Bordijiet;", "Att Nru XX ta' l-1993 - Att sabiex ikun jista' jingħata effett lil certi dispożizzjonijiet taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti; u", "Att Nru XXI ta' l-1993 - Att biex ikompli jemenda l-Kodiċi Civili, Kap. 16.", "MISTOQSIJIET", "TWEĠIBIET ORALI", "IMPIEGI - IMPJEGATI LI JAĦDMU BI QLIEGĦ", "11571.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI (F'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru ta l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Mill-1986 sal-lum sena b'sena, fl-ewwel ta' April kemm kien hawn persuni impjegati (gainfully occupied) f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): L- għadd ta' persuni impjegati f'Malta u Għawdex fl-ewwel ta' April ta' kull sena mill-1986 sa l-1993, kien hekk:", "|Sena |Malta u Għawdex | |1 ta' April 1986|113,780 | |1 ta' April 1987 |117,492 | |1 ta' April 1988 |121,548 | |1 ta' April 1989 |24,296 | |1 ta' April 1990 |126,078 | |1 ta' April 1991 |128,196 | |1 ta' April 1992 |130,760 | |1 ta' April 1993 |131,836 |", "SKEJJEL - STUDENTI LI NTBAGĦTU FL-OPPORTUNITY CENTRES", "12280.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm tfal mill-iskejjel primarji intbagħtu fl-opportunity centres għas-sena 1993 - 1994?", "Kemm tfal mill-iskejjel primarji ntbagħtu fl-iskejjel sekondarji (mhux junior lyceums)?", "Kemm tfal li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum mill-iskejjel ta' l-Istat marru fl-iskejjel privati u tal-Knisja?", "Kemm tfal li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum, mill-iskejjel privati mhux se jattendu l-liċejiet ta' l-Istat?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: In-numru ta' tfal mill-iskejjel primarji li ntbagħtu fl-oppportunity centres għas-sena 1993/1994 kien ta' 339.", "In-numru ta' tfal mill-iskejjel primarji li ntbagħtu fl-iskejjel sekondarji (mhux junior lyceums) kien ta' 2298.", "In-numru ta' tfal li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum mill-iskejjel ta' l-Istat li marru fl-iskejjel privati u tal-Knisja kien ta' 218.", "In-numru ta' tfal li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum, mill-iskejjel privati li mhux se jattendu l-liċejiet ta' l-Istat kien ta' 152.", "Dawn in-numri jistgħu jvarjaw għax jiddependu fuq id-deċizjoni tal-ġenituri li f'xi każi jdumu ma jiddeċiedu.mb178011", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tajjeb li nkunu nafu l-figuri ta' dawn it-tfal li jattendu fl-iskejjel differenti li għandna fil-pajjiż, pero' fid-dawl li issa l-iskola ilha ġimgħa li bdiet, fejn bdiet, u fid-dawl li mill-inqas minn Marzu li għadda l-Ministru kien ħatar kumitat apposta biex jara li din is-sena skolastika tibda bl-inqas skossi possibbli, nixtieq nistaqsi lill- Ministru jekk hux sodisfatt bil-mod kif bdiet din is-sena skolastika minkejja li f'għadd ta' skejjel għad hemm problemi ta' trasport u ta' nuqqas ta' għalliema u f'ċerti skejjel hemm problemi ta' nuqqas ta' klassijiet.", "GĦad hemm problemi anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' kotba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sodisfatt ma nkun qatt għax jien nixtieq il- perfezzjoni u din qatt ma tersaq lejha għal kollox, anzi tkun fuqha ...", "Nista' ngħid li din is-sena hija aħjar mis-sena l-oħra, bħalma s-sena l- oħra kienet aħjar mis-sena ta' qabel.", "Din is-sena l-ilmenti li hemm - x'uħud minnhom diġa' nvestigajthom - huma ta' natura iżgħar u naħseb li minn hawn u ftit ġranet oħra nkun f'pożizzjoni li nikkwantifika d- diffikultajiet - għax uħud minnhom għadhom ġejjin.", "Jien skantajt kif l- Onor. Bartolo qal li hemm xi skejjel li m'hemmx klassijiet fihom, għaliex jien naf li kien hemm teachers li ġew assenjati biex imorru f'postijiet, irrinunzjaw għall-impieg u allura jridu jiġu sostitwiti b'oħrajn; fil-fatt dalgħodu ssostitwew xi oħrajn.", "Jiġifieri jien rajt x'ġara l-ġimgħa l-oħra fejn uħud irrifjutaw l-impieg, pero' ma nafx li hemm klassijiet mingħajr il- qafas tal-ġebelmb178011.", "GĦalija din hi ftit stramba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nistaqsi jekk il-Ministru għallinqas jafx b'każ wieħed ta' Guardian Angel School fejn hemm tliet klassijiet fi klassi waħda minħabba li m'għandhomx spazju.", "Fi skola bi tfal li għandhom bżonnijiet speċjali sitwazzjoni bħal din mhix aċċettabbli.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Din il-ħaġa ma nafx biha.", "Jien m'inix qed niċħad u lanqas qiegħed nafferma, imma se ninvestiga l-każ.", "S'issa għadu ma wasallix l-ilment li Guardian Angel School għandha nuqqas ta' klassijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk il-Ministru forsi għadu ma semax b'Guardian Angel School żgur li sema' li fit-Tailoring School tal-Marsa wkoll hemm nuqqas ta' klassijiet.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien ma naħsibx li fl-Iskola tat-Tailoring hemm nuqqas ta' klassijiet.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant ġie nformat ħażin għaliex f'din l-iskola partikolari hemm ħafna klassijiet u kelli lment li ma kienx hemm tfal biżżejjed li għażlu t-tailoring jew li ġew gwidati biex jagħmlu dan.", "L-ilment li wasalli hu li l-iskola tat-tailoring m'attiratx biżżejjed studenti u mhux li fiha wisq studenti għall-ispazju li fiha.", "MR SPEAKER: Mistoqsija supplimentari.", "L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hemmx nuqqas ta' teachers jew instructors.", "Smajt ukoll ilmenti dwar għalliema barranin ta' ċerti suġġetti, bħall-computer studies, li qegħdin jistudjaw l- istudenti li qed jieħdu edukazzjoni terzjarja.", "L-ilment huwa li ċerti għalliema kienu siefru.", "Id-Dipartiment se jagħmel ħiltu kollha biex l- istudenti jkollhom l-għalliema tagħhom is-sena kollha?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Rigward l-ewwel domanda fuq jekk hemmx teacher f'kull klassi, għandi ngħid li qabel ma sifirt fis-6 ta' Settembru, in-nies tad-Dipartiment kitbuli u aċċertawni li għal kull klassi primarja hemm mhux biss it-teachers li hemm bżonn, imma anke reserves.", "U suppost kien hemm l- istess għall-iskejjel sekondarji barra xi nuqqas fil-każ tas-suġġett tal- geography, pero' ġejt assigurat li dan in-nuqqas kien se jiġi rimedjat.", "Meta ġejt lura sibt li xi għalliema li kienu dettaljati biex imorru f'xi klassijiet, kienu rrinunzjaw għall-post li ġew allokati jew ma ridux imorru f'dik l-iskola partikolari u allura ma ridux jaħdmu.", "Jiġifieri jkun hemm ftit minn dawn il-każijiet.", "Dalgħodu jien għamilt review ma' persuni inkarigati fid-Dipartiment li assigurawni li abbażi ta' dak li għamel id- Dipartiment, kull klassi se jkollha t-teachers tagħha.", "Fl-iskejjel primarji ma kellniex ċaqlieq.", "Fl-iskejjel sekondarji kien hemm xi nuqqasijiet, biss jien ġejt assigurat li l-postijiet battala se jimtlew sa l-aħħar ta' din il-ġimgħa billi jintbagħtu għalliema ġodda, jekk ma jkunx hemm xi ħadd minnhom li jerġa' jirrifjuta, għalkemm xorta hemm ir-riserva.", "Nisperaw li sa l-aħħar ta' din il-ġimgħa, anzi sa l-1 ta' Ottubru, kollha jkollhom l-għalliema rikjesti.", "Irrid ngħid li fil-computer studies għandna stranjieri, speċjalment Ċeki u Slovakki, li jgħallmu fl-iskejjel tagħna.", "Għandi rapporti li dawn l- għalliema huma tajbin, kuxjenzjużi u jixtiequ jżommu l-post tagħhom għax jippreferu li jgħixu u jgħallmu f'Malta milli jmorru lura f'pajjiżhom.", "Għalkemm huwa veru li xi wħud minnhom kultant imorru jaraw lill-familji tagħhom, dawn ipattu ta' dan bil-ħerqa li biha jgħallmu fil-perjodu li jkunu hawn Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiġifieri d-Dipartiment jieħu ħsieb li jagħti dik l- allowance għal meta teachers u instructors jidhrilhom li jridu jirriżenjaw u minħabba kwestjonijiet ta' salarju u paga ma jgħarrfux lid-Dipartiment mill-bidu iżda jagħmlu dan fl-aħħar ġurnata tal-holidays bir-riżultat li mingħalik għandek 20 instructor u ssib li hemm biss 16 jew 17?", "Id- Dipartiment jaħseb biex dan in-nuqqas ma jiġrix?", "Qed nirreferi anke fil- każ ta' dawk in-nisa li matul is-sena skolastika jispiċċaw pregnant jew ikunu marru x'imkien ieħor.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Matul is-snin għamilna eżami biex naraw kull sena xi proporzjonijiet ikollna ta' nisa li jkun se jkollhom tarbija u saru ċerti riservi abbażi ta' dawn il-projections.", "Din għamilniha għax in- numru bejn wieħed u ieħor huwa kostanti.", "Raġunijiet oħra ma tistax ripprevedihom kollha.", "Jiġifieri d-Dipartiment għandu riservi u fil-fatt dan hu li qed isir bħalissa.", "Veru li kien hemm teachers li għal xi raġuni jew marru jaħdmu f'bank jew inkella fl-aħħar minuti rrifjutaw il-klassi li tawhom, forsi b'suppervja jew għax riedu klassi oħra.", "Biss ma rridux ninsew li dawn huma ħwejjeġ ta' natura umana u jammontaw għal proporzjon ċkejken ħafna.", "Fil-fatt qegħdin nitkellmu fuq inqas minn 40 għalliem minn total ta' 5000.", "Tista' tgħid li kważi kulħadd qiegħed f'postu, il-post li ngħataw aċċettawh u suppost li kollox miexi sewwa.", "Veru li 'l hawn u 'l hemm jeżistu xi nuqqasijiet, pero' llum ġejt assigurat li fejn hemm dawn in- nuqqasijiet qed jiġu mimlija.", "MR SPEAKER: Jekk jista' jkun ma nkomplux fuq l-istess mistoqsija parlamentari ħalli ngħaddu għal domanda oħra.", "L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiġifieri l-Ministru jista' minn hawnhekk jagħti garanzija lill-istudenti li jattendu s-Sixth Form ta' l-Imsida, Gan Frangisk Abela, li m'hemmx nuqqas ta' għalliema?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-istampa li toħroġ minn dak li qaluli l- uffiċjali tad-Dipartiment għar-rigward tas-Sixth Form hija rassiguranti.", "Akter jeżstu xi nuqqasijiet fl-iskejjel tas-snajja' u fl-iskejjel sekondarji milli hemm fis-Sixth Form, pero' wieħed irid jibqa' dejjem isegwi din il-ħaġa biex l-affarijjiet isiru mill-aħjar.", "Pero' jien ġejt assigurat mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li l-affarijiet din is-sena nbdew minn qabel; jien stess ippresedejt laqgħa f'April.", "Jiġifieri b'daqsxejn antiċipu rnexxielna nagħmlu l-affarijiet dejjem aħjar.", "SKEJJEL - ĠRANET TA' SKOLA", "12361.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta jiġu ffissati n-numru ta' ġranet għal sena skolastika ssir xi kontazzjoni ma' l-iskejjel tal-Knisja u privati?", "X'inhu n-numru ta' ġranet ta' skola li kull skola trid taħdem biex kemm jista' jkun jikkompara ma' dawk tal-Gvern?", "Id-Dipartiment huwa sodisfatt li kull skola tal-Knisja/privati mxew fuq dawn il-linji?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Huwa għaqli li wieħed jimmira li ma jkunx hemm diversita' markata bejn is-sighat ta' tagħlim fl-iskejjel statali u dawk li ma humiex.", "Fiċ-ċirkolari li ntbagħtet għas-sena skolastika li għaddiet is-sigħat fil- minimu kienu 952 u tliet kwarti.", "Kien hemm skejjel li ġew avżati li għandhom iżidu l-ħinijiet biex jersqu lejn il-ħinijiet tal-Gvern.", "Matul ix-xahar li ġej l-iskejjel kollha jkunu mitluba jagħtu informazzjoni dwar il-ħinijiet tagħhom biex wieħed jista' jiżgura li ma jkunx hemm esaġerazzjoni fil-latitudni li tingħata.", "Min-naħa l-oħra wieħed jifhem li l-iskejjel, bil-karattru partikolari tagħhom, m'għandhomx jiġu mġiegħla li bilfors jikkopjaw il-ħinijet tal- Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Skond il-Ftehim mal-Knisja l-Gvern jagħti somma flus lil dawn l-iskejjel u allura ladarba l-Gvern qiegħed jiffinanzjahom, għandu kull dritt li jkun jaf kif dawn l-iskejjel qed jimxu.", "Jista' għaldaqstant il-Ministru jgħidilna jekk huwiex sodisfatt jew le dwar kif qed jimxu dawn l-iskejjel fejn il-Gvern qed joħroġ sehmu fil- finanzjament?mb178011", "GĦax dak huwa sehem il-pajjiż.", "Dawn il-flus qed jingħataw lill-iskejjel tal-Knisja u tal-privat?", "Dan ifisser li kull skola tal-privat ġdida li tiftaħ tidħol ...", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien irrid nagħmilha ċara li l-ftehim rigward l-għajnuna huwa ma' l-iskejjel tal-Knisja u mhux ma' l-iskejjel privati.", "Hemm differenza kbira bejn l-iskejjel privati u l-iskejjel tal- Knisja.", "Fil-fatt il-ftehim sar ma' l-iskejjel tal-Knisja.", "Rigward il-ħinijiet irrid ngħid li dawn huma stabbiliti pero' ħadd m'għandu jilmenta jekk ċerta skola tagħmel il-festa ta' Santa Emilia u tagħti holiday dak inhar minflok holiday f'ġurnata oħra, bħal nhar ta' Ħamis jew inkella nhar ta' Sibt kif inhuma l-iskejjel tal-Gvern.", "Wieħed irid jara l-ħinijiet komplessivament.", "Għalhekk naħseb li meta fir-risposta qed ngħidu 952.45 sigħat qed inkunu preċiżi kemm jista' jkun.", "Naturalment wieħed irid jagħti ċerta latitudini pero' d-Dipartiment għandu jagħmel monitoring tal-ħinijiet ta' l-iskejjel privati biex jara li t-tfal li jmorru fl-iskejjel tal-Gvern u fl-iskejjel privati jieħdu bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' tagħlim u jkollhom l-istess ħinijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Personalment jien ma naħsibx li l-ġranet huma importanti.", "L-aktar li huwa importanti huwa t-tagħlim li jingħataw.", "Per eżempju, hawn skejjel ta' l-Istat li għandhom klassijiet bi 28 jew 30 student li jkunu batuti u dawn ikunu fi klassijiet bħal \"D\", \"E\", \"F\", \"Ġ\" u \"H\" .", "Ħafna drabi dawn ikunu f'irħula kbar bħal f'Ħaż-Żabbar.", "Issa jaf il-Ministru li fi skejjel privati jeżistu klassijiet bi 15-il student?", "Dan ifisser li l-attenzjoni li tingħata fi skola privata hija wisq akbar.", "Għalliema li jkollha klassi ta' 15-il student hija differenti minn għalliema oħra li jkollha 30 student.", "Għalhekk mhux il-ħin huwa l- importanti imma t-tagħlim li jingħata.", "Dan bħall-każ ta' student li mhux jaqra biss irid imma jistudja wkoll.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Interpellant għandu impressjoni żbaljata.", "L-iktar ilmenti li għandi dwar popolazzjoni esaġerata fl-iskejjel jirrigwardaw skejjel tal-Knisja u skejjel privati aktar milli skejjel tal-Gvern.", "Aħna noqogħdu attenti li fl-iskejjel tal- Gvern hemm ċerti numri li ma jaqbiżhom ħadd.", "Per eżempju, fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern hemm 25 student f'kull klassi, mentri fl-opportunity centres minħabba li dawn it-tfal jimmeritaw iktar attenzjoni, in-numru ta' studenti f'kull klassi huwa ta' 15.", "Fl-iskejjel tal-Knisja u fl-iskejjel privati l-popolazzjoni hija daqsxejn ikbar minn dan in-numru u dan jagħti vantaġġ lill-iskejjel tal-Gvern.", "Jien ma nħobbx nagħmel paraguni bejn l- iskejjel tal-Gvern kollha u l-iskejjel privati kollha jew l-iskejjel tal- Knisja kollha għaliex ikun hemm differenza minn skola għal oħra.", "Wara kollox hemm skejjel ta' l-Istat stess li huma differenti minn xulxin u dan jiġri anke fl-iskejjel tal-Knisja u fl-iskejjel privati.", "Wieħed iħares lejn l-iskejjel kollha biex jara li jimxu 'l quddiem u jkunu iktar omoġenji.", "Pero' ma nistax ngħid li l-iskejjel tal-Gvern huma ffullati u l- iskejjel non-statali mhumiex iffullati, għaliex dan mhuwiex il-każ.", "Anzi kif għadni kif spjegajt qed jiġri l-kuntrarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li f'waħda mill-mistoqsijiet supplimentari ssemmiet il-kwestjoni tal-finanzjament, fid-dawl tal-fatt li nhar is-Sibt li għadda nfetħet l-iskola St Catherine's High School li hija l-ex-skola tal-kollega tagħna l-Ministru Bonello Du Puis u b'kumbinazzjoni lejlet l- elezzjoni ta' l-1992 meta mar ipoġġi l-ewwel ġebla l-Ministru kien qal li l- Gvern kien qed jistudja f'liema forma se jgħin lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fl-iskejjel privati, issa li minn dak iż-żmien 'il hawn l- iskola laħqet inbniet u nfetħet, nixtieq nistaqsi fiex waslu l-istudji tal-Gvern dwar dan il-qasam.", "Se jistenna lejlet elezzjoni oħra biex jgħid fejn waslu dawn l-istudji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, ma naħsibx li din l-ironija hija f'lokha.", "Fil-Leġislatura l-oħra meta jien kont ippilotajt il-mozzjoni biex tingħata l-art lil din l-iskola, l-Onor.", "Bartolo ma kienx għadu Membru ta' din il-Kamra, pero' naħseb li jiftakar li waħda mill-għajnuniet li tajna lil din l-iskola kienet preċiżament li ddestinajnilha art li seta' kellha iktar valur kummerċjali biex issir skola u b'dan il-mod konna qed ngħinu lil dawn il-ġenituri.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li wieħed jironizza, u min-naħa l-oħra lanqas huwa l-każ li nipprovdu skejjel pubbliċi lil kulħadd jew nipprovdu għajnuna sostanzjali lil dawk li għandhom kultura speċjali, biex ngħidu hekk, fl- iskejjel tal-Knisja u ma naħsibx li huwa l-obbligu ta' l-Istat li jipprovdi sovvenzjoni ta' flus lill-iskejjel privati.", "Il-privat għandu jkollu l-liberta' li jwaqqaf skejjel, għandna ngħinuhom għax qed jieħdu parti mill-burden ta' l-Istat, iżda wieħed irid jara x'għandu jiġi sovvenzjonat jew le meta jiġi biex iqassam il-ġid tal-pajjiż.", "Jekk kemm-il darba l-iskejjel privati m'għandhom ebda kultura differenti jew speċjali għalkemm għandhom karattru li għaddew lill-kollega tiegħi ...", "U jien naħseb li minn dan il-lat St. Catherine's School għandha biex tiftaħar.", "mb178011TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 115 ta' l-1993 - Ordni ta' Estensjoni ta' l-1993 dwar l- Iskema għal Min Jirtira Kmieni skond l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta.", "F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-dokument maħruġ mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni Pubblika li jiġbor fih ir-riżoluzzjonijiet/deċiżjonijiet adottati mis-47 Sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, bi tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 12533.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 110 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 fuq id- Dokumentazzjoni dwar Ħaddiema li Jibdew jew Itemmu Impeig;", "Avviż Legali Nru 116 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 dwar id- Drittijiet għal Korsijiet ta' Tagħlim ta' Fil-GĦaxija;", "Avviż Legali Nru 117 ta' l-1993 - Statut li jemenda l-Istatut 3 ta' l- Universita' ta' Malta;", "Avviż Legali Nru 118 ta' l-1993 - Regolamenti għall-Grad ta' Baċillier ta' l-Inġinerija u l-Arkitettura (Bl-Unuri) - B.E. & A. (Hons.);", "Avviż Legali Nru 119 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 għall-Kors li jwassal għall-Grad ta' Master of Arts (Diplomatic Studies) - M.A. (Dip.", "St.);", "Avviż Legali Nru 120 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 għall-Kors tal-Grad ta' Bachelor of Arts - B.A.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-mb178011Intern u Żvilupp Soċjali): Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviz Legali Nru 108 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 dwar Sustanzi li Jagħmlu Ħelu fi Ħwejjeġ ta' l-Ikel u;", "Avviż Legali Nru 111 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Tikkettjar u l-Preżentazzjoni ta' Ħwejjeġ ta' l- Ikel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi .", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-membri preżenti ta' l-Eżekuttiv tal-MIBA, lista tal-membri Bord tal-Gvernaturi tal-MIBA u lista ta' postijiet li għalihom il- MIBA għamlet call for applications, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 12537.", "MR SPEAKER: Il -Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 104 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolameti dwar Enemalta (Elezzjoni ta' Direttur Ħaddiem);", "Avviż Legali Nru 106 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw Regolamenti dwar Rati ta' Taxxa dwar Bini.", "Avviż Legali Nru 109 ta' l-1993 - Ordni ta' l-1993 dwar il-Kummissjoni ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabbiltajiet) (Nru 2):", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sitt xhur li għalqu fit-30 ta' Settembru, 1992;", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru, 1993;", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sitt xhur li għalqu fil-31 ta' Marzu, 1993;", "Kopja ta' l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Ottubru 1993 sat-30 ta' Settembru 1994; u", "Kopja tar-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 1993.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 125 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 dwar il- Kontroll tas-Swill.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Bonniċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Segretarju Parlamentari): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 98 ta' l-1993 - Regoli ta' l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti ta' Trasferimenti;", "Avviż Legali Nru 99 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Lotteriji tal-Gvern (Lotterija l-Kbira);", "Avviż Legali Nru 100 ta' l-1993 - Regoli ta' l-1993 dwar it-Tnaqqis (Spejjeż dwar Proprjeta' Immobbli);", "Avviż Legali Nru 101 ta' l-1993 - Ordni ta' l-1993 dwar l-Impieg ma' Malta International Airport Ltd għall-finijiet ta' l-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet;", "Avviż Legali Nru 102 ta' l-1993 - Regoli ta' l-1993 dwar Qliegħ Kapitali;", "Avviż Legali Nru 124 ta' l-1993 - Ordni ta' l-1993 dwar Fort Chambray bħala żona Speċjali Msemmija;", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 11 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil COWI Consult of Denmark;", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 11 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil Malta Export Trade Corporation Limited;", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 11 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil Harrison & Company (Soils and Foundation Engineers);", "Exemption Order in terms of subsection (2) of Section 11 of the Income Tax Act icw capital gains tax re building development areas;", "Exemption Order in terms of subsection (2) of Section 11 of the Income Tax Act icw redemption of ground rent.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 112 ta' l-1993 - Ordni ta' l-1993 li jemenda l-Ordni dwar Arei ta' Reġistrazzjoni (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 121 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li Jemendaw l- Iskedi li jinsabu ma' l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku;", "Avviż Legali Nru 123 ta' l-1993 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1993 dwar emenda fil-Liġijiet dwar Bordijiet;", "Avviż Legali Nru 127 ta' l-1993 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1993 li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2); u", "Avviż Legali Nru 130 ta' l-1993 - Ordni tal-President ta' Malta ta' l- 1993 bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "F'isem il-Ministru għas-Sigurta' Soċjali inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 114 ta' l-1993 - Ordni ta' l-1993 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 6); u", "Avviż Legali Nru 122 ta' l-1993 - Ordni ta' l-1993 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 7).", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Telekommunikazzjoni.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 103 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Korporazzjoni Telemalta (Elezzjoni ta' Direttur- Ħaddiem);", "Avviż Legali Nru 105 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 107 ta' l-1993 - Civil Aviation (Route Charges for Navigation Services) (Amendment) Regulations, 1993;", "Avviż Legali Nru 113 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Tariffa ta' Nolijiet) (Emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 126 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 128 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizz tat-Telefon ma' Barra minn Malta;mb178011", "Avviż Legali Nru. 129 ta' l-1993 - Regolamenti ta' l-1993 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizz tat-Telefon (Emenda Nru. 2);", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1993;", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sitt xhur li għalqu fit-30 ta' Settembru 1992;", "Kopja tal-Financial Statements tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sitt xhur li għalqu fil-31 ta' Marzu 1993; u", "Kopja ta' l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni Telemalta għas- sena 1993 - 1994; u", "Kopja tar-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni Telemalta għas-sena 1993.", "Kopja ta' dawn ir-rapporti tqassmu lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ID-DAZJU TAS-SISA FUQ IL-BIRRA", "BEER (EXCISE DUTY) BILL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, għandi messaġġ mill-President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "CENSU TABONE", "PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jagħmel dispożizzjonijiet ġodda dwar id-dazju tas-sisa fuq il-birra u dwar ħwejjeġ oħra inċidentali jew li għandhom x'jaqsmu ma' dan\", jirrakkommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "23.8.93", "Jekk jogħġbu, is-Segretarju Parlamentari jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1993 dwar id-Dazju tas-Sisa fuq il-Birra.\".", "MR SPEAKER; Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI; Nissekonda.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, illum qed inħarsu lejn liġi ġdida li hija primarjament motivata minn għadd ta' fatturi.", "Minħabba l- introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda, il-proċess tal-manifattura tal-birra għadda minn ċertu tibdil.", "Fil-passat, is-sistema tradizzjonali kif id- Dwana kienet tassessja s-sisa fuq il-birra kienet tkun qabel il- fermentazzjoni.", "Dan il-proċess kien daqsxejn komplikat u kien jinvolvi li uffiċjali tad-Dwana jmorru fuq il-post u jieħdu samples biex ikunu jistgħu jikkalkolaw b'liema rata tiġi stabbilita s-sisa skond ir-regolamenti.", "Waħda mill-problemi li nqalgħu kienet li sar proċess ġdid u l-mod kif kien qed jiżdied l-ilma waqt il-fermentazzjoni beda jsir pjuttost wara li jsiru dawn it-testijiet.", "Dan wassal għal ċertu bdil fid-dħul tal-Gvern mis-sisa.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-1991 u jara kemm daħħal il-Gvern mis- sisa, isib li b'din is-sistema ġdida, u anke b'interpretazzjoni ġdida li kien hemm ta' l-Att eżistenti, id-dħul tal-Gvern naqas b'xi 27%.", "Din kienet ħaġa li ġrat bl-avvanzi fit-teknoloġija għaliex dawn ġabu sistemi differenti.", "GĦalhekk il-liġi trid tiġi aġġornata. mb178011", "Illum qegħdin nipproponu sistema moderna illi hija mmirata biex tkun konsistenti ma' dik tal-Komunita' Ewropea u sistema li hija prattika u bażata fuq kemm joħroġ volum ta' birra mill-fabbrika, sew fi flixken, f'kegs jew f'tankijiet ikbar.", "Din is-sistema naturalment trid ukoll ċerti miżuri ta' kontroll.", "Hemm maħsub biex ikun hemm rendikont darba fil-ġimgħa tal-volum li jkun għaddej mill-fabbrika.", "Hemm ukoll maħsub illi minflok bħalma kien jiġri qabel, illi s-sisa kienet titħallas anke fuq il-birra li se tiġi esportata - għax kienet titħallas fiż-żmien tal-fermentazzjoni u mhux la kemm wieħed jgħid li parti mill-birra li qegħda tiġi ffermentata se tiġi esportata u parti minnha le - u allura kien jiġri li fil-fatt is-sisa kienet titħallas bil-quddiem.", "Issa din is-sistema li qed nipproponu permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se tkun iktar vantaġġjuża għall-fabbriki tal-birra għaliex mhux se titħallas sisa fuq l-esportazzjoni, u għalkemm qabel din xorta waħda kienet tiġi refunded, dan kien isir wara ċertu tul ta' żmien.", "Is-sistema ta' qabel kienet li wieħed iħares lejn it-taħlita li minnha ssir il-birra.", "Jien ma nifhimx ħafna fil-birra, pero' f'dawn il- jumejn kelli nipprova nara kif tinħadem il-birra.", "Il-kontroll se jsir billi darba kull sentejn isir rendikont tat-taħlita li tkun saret u x'volum ikun ħareġ mill-fabbrika.", "Se jkun hemm allowance ta' xi 8% f'każ li jkun hemm xi ħala biex b'hekk ikun jista' jsir rendikont fuq il-volum li jkun qed joħroġ.", "Minbarra l-inspections li jsiru b'mod regolari, se jkun hemm ukoll proċess ta' kontroll bejn il-produzzjoni u l-volum.", "B'hekk wieħed ikun qed jipproteġi kemm jista' jkun id-dħul tal-Gvern.", "Nixtieq ngħid li s-sistema li qed nipproponu hija revenue neutral meta mqabbla ma' l-1991.", "Jiġifieri m'għandux ikun hemm tibdil sostanzjali fuq is-sisa tal- birra, pero' minħabba l-interpretazzjoni li bdiet tingħata lill-Att preżenti u minħabba t-teknoloġija ġdida, il-Gvern beda jsofri ċertu telf fis-sussidju.", "Naturalment din is-sitwazzjoni ma setgħetx tkompli għax inkella niġu fi stat fejn it-teknoloġija qed tħalli l-liġijiet tagħna l- art.", "Hemm xi punti oħrajn li wieħed irid iħares lejhom.", "Kien hemm anomalija dwar ċerti prodotti bħal, per eżempju ix-shandy li hija taħlita magħmula minn birra u soft drink.", "Huwa interessanti li fil-fatt is-sisa fuq ix- shandy b'kollox kienet qed tammonta għal madwar 8 mils kull flixkun filwaqt li s-sisa fuq is-soft drinks kienet qed tkun ta' madwar 1c5m kull flixkun.", "Dan għax is-sisa kienet fuq il-kontenut ta' birra biss u s-soft drinks ma kenux qed jinqabdu.", "B'dan l-Abbozz li qed nipproponu, din l- anomalija se tiġi rranġata.", "Hemm ukoll vantaġġi sostanzjali kemm għad- Dipartiment tad-Dwana kif ukoll għal birreriji.", "Bis-sistema l-ġdida, dawk il-ħafna measurments li jridu jagħmlu l-uffiċjali tad-Dwana, issa mhux se jkunu neċessarji.", "Din hija sistema li tiddependi fuq stock control ħalli l- Gvern jista' jkollu wkoll aċċess biex ikun jista' jara li kollox qed isir sewwa, minbarra li jkun hemm il-possibilita' li wieħed iqabbel darbtejn fis-sena l-produzzjoni mal-volum.", "Mr Speaker, dan l-Abbozz qed jipprovdi vantaġġi kemm għall-Gvern u kemm għas-settur privat, fis-sens li qed jaġġorna l-liġijiet tagħna għas-sistemi moderni u qed jipproteġi d-dħul tal-Gvern mis-sisa fuq il-birra.", "Din il- miżura prattikament hija konsistenti mal-liġi tal-Komunita' Ewropea għalkemm naturalment aħna għad għandna element ta' protezzjoni fuq birra importata, pero' 'l quddiem wieħed ikun jista' jħares ukoll lejn dan il- punt.", "F'dan l-istadju nistgħu ngħidu illi s-sistema ġdida li qed tiġi proposta f'din il-Kamra se ġġib titjib sostanzjali.", "Kien hemm diskussjonijiet maż-żewġ mb178011 producers tal-birra f'Malta.", "Kien hemm diversi opinjonijiet, pero' s-sustanza hija li fil-fatt kien hemm qbil fuq dan il-proċess ġdid li qed nipproponu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Kif spjega s-Segretarju Parlamentari Bonnici. din il- liġi primarjament għandha skopijiet tekniċi; skopijiet li fl-aħħar mill- aħħar jgħinu bi ġbir aħjar ta' dak li huwa dovut lill-Erarju tal-Gvern mit- taxxa tas-sisa fuq il-birra li ssir f'Malta.", "Din il-liġi qed tispeċifika x'birreriji għandu jkun hemm, x'permessi jridu u affarijiet bħal dawn.", "Jiġifieri mil-lat tekniku m'hemmx x'wieħed jista' jgħid fuq din il-liġi ħlief li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni dak li jsir biex jassigura li l-ġbir tat-taxxa jsir aktar effiċjenti - u \"effiċjenti\" f'sens ekonomiku tfisser li jitnaqqas kull spazju li jista' jkun hemm għall-evażjoni, u nenfasizza \"li jista' jkun hemm\" - ...", "Kull miżura tali għandu jkollha l-appoġġ ta' din il-Kamra, imma fil-kontest ta' dan l-Abbozz dan l-appoġġ formali ma jistax jingħata minn din in-naħa għaliex dan huwa money Bill u l- Oppożizzjoni hija kostretta li topponi money Bill.", "Pero' fis-sustanza tal- miżura, jiġifieri li tagħmel il-ġbir tat-taxxa iżjed effiċjenti u b'inqas loopholes, aħna naqblu magħha.", "Fl-istess ħin, ladarba tgħid hekk, iqumu xi mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Josef Bonnici meta kien qed jitkellem qal li din il-bidla qed issir biex it-taxxa tas-sisa fuq il-birra tiġi imposta fuq il-birra li tkun iffermentat, jiġifieri lesta għall-konsum.", "Fil-fatt il-liġi tgħid \"meta toħroġ mill-birrerija jew inkella jkun jidher ċar li m'għadhiex fil- birrerija\", jiġifieri li tkun ġiet użata.", "Il-bidla qed tiġi minn taxxa fuq il-birra qabel il-fermentazzjoni għal wara l-fermentazzjoni u s- Segretarju Parlamentari rabatha mal-fatt li daħlet tekonoloġija ġdida.", "Din hija raġuni interessanti u fl-istess ħin stramba għax jekk kemm-il darba jkun hemm produtturi li japprofittaw ruħhom minn teknoloġija ġdida - mhux biex jevadu t-taxxa imma biex itejbu l-performance tagħhom u biex ikollhom l-inqas tax burden possibbli mingħajr ma jevadu t-taxxa - naħseb li din ma tħallix impressjoni tajba ħafna u wara li dawn ikunu daħħlu din it-teknoloġija ġdida l-Gvern jieħu miżuri leġislattivi u effettivament iħassar l-effett pożittiv tad-dħul ta' dik it-teknoloġija.", "Aħna nafu li biex tidħol teknoloġija ġdida jrid isir investiment fi state of the art technology għax m'intix se tagħmel investiment f'teknoloġija li hija obsolete jew qegħda ssir obsolete.", "Mela allura biex daħlet din it- teknoloġija ġdida li rrefera għaliha l-Onor.", "Bonnici bilfors li dawk li għamluha daħlu għal piż sostanzjali ta' investiment.", "Jien naħseb li jkun interessanti għal din il-Kamra li jkollha iżjed tagħrif dwar dan il- programm ta' investiment li effettivament qed issir referenza għalih.", "Min għandu dan l-investiment?", "Iż-żewġ birreriji f'daqqa?", "Waħda minnhom?", "Dan l-investiment għamlitu l-birrerija l-qadima, imbagħad il-birrerija l-ġdida segwiet lill-qadimam, jew inkella għamlitu l-birrerija l-ġdida u mbagħad il- birrerija l-qadima segwiet lill-ġdida?", "Jien naħseb li jkun ta' interess għal din il-Kamra li dan it-tagħrif jiġi mwassal lilha anke b'mod kawt mingħajr ma wieħed jiżvela aspetti kummerċjali.", "Dan ikun interessanti għax hemm implikazzjonijiet oħra.", "Jekk kemm-il darba kien hemm min tħajjar jibda jopera f'din il-gżira jew jagħmel investiment ġdid - anke jekk kien qiegħed jopera hawnhekk - imbagħad sab li l-Gvern tal-ġurnata għamel xi ħaġa li effettivament tikkanċella l-iskop jew wieħed mill- iskopijiet ta' dak l-investiment, ikolli ngħid li għandna investituri mnaffrin.", "Għalhekk ikolli ngħid li l-kumment li għalaq bih l-Onor.", "Bonnici - jiġifieri li saru konsultazzjonijiet u li kien hemm opinjonijiet differenti imma fl-aħħar mill-aħħar kulħadd qabel - jixbah il-mod kif kienet titkellem l-iSphinx.", "Jien naħseb li din it's a bit of a riddle.", "Din mhijiex statement trasparenti daqskemm nixtiequ li jkunu trasparenti l- istatements f'din il-Kamra waqt li nkunu qed niddiskutu hawn ġew, mentri meta ma nkunux hawn ġew u nkunu qed induqu l-frott ta' dak limb178011 nkunu qed niddiskutu hija ħaġa oħra.", "Imma hawn ġew mil-lat ta' investiment u mil- lat ta' kif jista' jintlaqat anke investiment futur għandu jkollna iżjed tagħrif.", "Għaliex?", "Għaliex jekk kemm-il darba l-impressjoni li ħadt jien mill-mod kif tkellem l-Onor.", "Professur Bonnici hija li kien hemm investituri li wara li kkommettew ruħhom li jagħmlu l-investiment u għamlu l-investiment fil-kontest tal-kondizzjonijiet prevalenti, imbagħad sabu li l-Gvern ħa passi u qed jieħu passi biex iħassar l-effett ta' dak l- investiment safejn jirrigwarda dawk ir-regolamenti prevalenti, allura għandi naħseb li għandna investituri li ma ħadux pjaċir.", "Issa l- investituri involuti ma nafx eżattament min kienu, imma milli stajt nifhem mit-trufijiet li qal l-Onor Professur Bonnici, kienu ż-żewġ birreriji li fl- aħħar mill-aħħar spiċċaw biex it-tnejn li huma kkommettew ruħhom għal dan l- investiment b'teknoloġija ġdida.", "Jekk inhu hekk, fost dawn in-nies hemm investituri barranin - ma niftakarx sewwa jekk fil-birrerijia l-qadima għadx hemm investituri barranin għaliex jidhirli li kienu ħarġu żmien ilu, pero' fil-ġdida żgur li hemm investituri barranin - u jkun interessanti li wieħed ikun jaf x'kienet ir-reazzjoni ta' l-investituri barranin f'dan is-settur tal-birra, għaliex din għandha implikazzjonijiet għal kemm jirnexxilna jew ma jirnexxilniex li nippreżentaw ruħna aħjar biex nattiraw investiment minn barra l-pajjiż.", "Qed ngħid dan fil-kontest li rrid nisħaq li l-Oppożizzjoni trid tara investiment barrani ġej lejn Malta llum stess meta qegħda fl-Oppożizzjoni u meta l-pajjiż huwa mmexxi minn Gvern ta' twemmin differenti minn tagħha.", "Aħna m'aħniex ngħidu li nixtiequ nnaffru l- investiment, anzi rridu li l-investiment jiġi lejn pajjiżna u jekk kemm-il darba tittieħed xi miżura li b'xi mod jista' jkollha effett negattiv, kbir kemm hu kbir jew żgħir kemm hu żgħir, imma effett negattiv jibqa' dejjem effett negattiv, allura dik tkun xi ħaġa li lilna tħassibna.", "Jien qed inpoġġi l-kummenti tiegħi f'forma ta' mistoqsija: Kien hemm xi effett negattiv minħabba din il-miżura li qed niddiskutur llum, miżura li se ttejjeb il-ġbir ta' l-excise duty, tat-taxxa tas-sisa fuq il-birra?", "Minn dak il-lat hija miżura li hija tajba u forsi aħjar saret qabel.", "Imma apparti milli fiskalment hija tajba, mil-lat ta' l-implikazzjonijiet għall- investituri, kien hemm xi indikazzjoni li dawn iddejqu, li ma ħadux pjaċir?", "GĦaliex ikollna nammettu, Mr Speaker, li effettivament dak li qegħdin niddiskutu hawnhekk huwa ekwivalenti għal miżura retroattiva.", "Dan daqslikieku xi ħadd għamel xi ħaġa in bona fede fil-kontest tal-liġijiet tal-pajjiż kif jipprevalu, u mbagħad il-Gvern ħa miżuri leġislattivi biex iħassar l-effett ta' dak li jkun għamel dan it-tali.", "Issa din hija xi ħaġa li m'għandhiex issir.", "Din saret fil-passat u meta saret ma kellhiex effetti feliċi, imma jekk kemm-il darba saret fil-passat, aktar u aktar wieħed għandu jieħu t-tagħlima ta' dak l-aspett infeliċi ta' dak li kien sar.", "Kumment ieħor li għamel il-Ministru - irrid ngħid, is-Segretarju Parlamentari - jien nawguralu li jkun Ministru, jiġifieri m'iniex qiegħed innaqqaslu xi ħaġa - kien li l-miżura li għandna quddiemna hija konsistenti mal-prattika fil-Komunita' Ewropea.", "Fl-istess ħin jien jidhirli - u f'dawn il-ġranet ikkonfermajt dan it-tagħrif li se nsemmi - li l-Komunita' Ewropea stess għandha arranġamenti li bihom tagħti benefiċċji lill-birreriji żgħar meta jkunu qegħdin jipprovaw jidħlu fis-suq.", "Ikun interessanti li nkunu nafu jekk kemm-il darba fil-kontest Malti dawn il-benefiċċji ngħatawx f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta u jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Qiegħed ngħid hekk għaliex waqt li qegħdin niddiskutu miżura li fl-essenza tagħha hija teknika, huwa relevanti li nieħdu l-okkażjoni biex inħarsu lejn il-qagħda kif qiegħda tevolvi fil- pajjiż, lejn il-mod kif qegħdin inħarsu lejn il-mekkaniżmi tas-suq, Mr Speaker.", "Illum il-ġurnata l-mekkaniżmu tas-suq huwa mekkaniżmu li jissemma ħafna, ilu jissemma ħafna mill-Partit Nazzjonalista bħala parti mis-social market economy u għalkemm ma kienx jissemma daqstant speċifikament mill- Partit Laburista fil-passat, kien jingħata attenzjoni ħafna u ġieli anke ġie interrott minħabba li l-kondizzjonijiet fil-pajjiż hekk talbu u ħtieġu imma llum il-ġurnata l-Partit Laburista qiegħed jitkellem fuq il- mekkaniżmu tas-suq b'mod iżjed speċifiku.", "Qegħdin nitkellmu fuq il- mekkaniżmu tas-suq fil-kontest li ngħidu li jekk kemm-il darba s-suq jaħdem tajjeb u jekk kemm-il darba s-suq jaħdem b'mod tassew ħieles - u l-enfasi hija fuq \"tassew\" - allura jista' jagħti riżultati li jekk ikunu magħrufa realistikament għal dak li huma, wieħed għandu jgħid li huma riżultati interessanti u ta' min jinkoraġġihom.", "U realistikament x'għandna nagħrfu?", "Realistikament għandna nagħrfu li s-suq mhux bilfors se jbaxxi l- prezzijiet, imma jekk kemm-il darba jkun suq ħieles tassew - u nerġa' nenfasizza l-kelma \"tassew\" - allura għandu jwassal biex iġib l-aħjar livell possibbli tal-prezzijiet għaliex ikun hemm kompetizzjoni bis- serjeta', u hawnhekk nenfasizza l-kelma \"bis-serjeta'\".", "Issa jekk kemm-il darba jkollok sitwazzjoni fejn m'għandekx kompetizzjoni għaliex għandek qagħda monopolistika, allura ma nistgħux ngħidu li għandna suq ħieles u effiċjenti li wieħed jista' jħallih jaħdem waħdu, jara li m'hemmx price rigging ġo fih u allura se jwassal għal dan l-aħjar livell ta' prezzijiet ottenibbli li semmejt jiena.", "Meta għandek stat monopolistiku dan ma jkunx possibbli.", "Meta għandek stat monopolistiku, pajjiż li tassew jemmen li għandu jkun hemm suq ħieles biex jekk ikun tassew ħieles - u dejjem nenfasizza l-kelma \"tassew\" - iġib riżultati tajbin, dak il-pajjiż għandu jieħu miżuri biex dik il-qagħda monopolistika iħassarha jew jibdilha ħalli jdaħħal il-kompetizzjoni fil-pajjiż.", "Barra minn hekk għandu jieħu miżuri wkoll biex jekk u sakemm tipprevali dik il-qagħda monopolistikamb178011 jara li ma jkunx qiegħed ikun hemm profitt esaġerat b'abbuż minn min ikun qed jagħmel dak il-profitt, dak li l-ekonomisti jsejħulu unjustified surplus profit.", "Hawn Malta nafu li għal ħafna snin - u anke sa ftit snin ilu - kellna qagħda ta' monopolju attwali.", "Mhux għaliex xi ħadd qal li jrid monopolju.", "U lanqas rridu ninsew li fil- passat kien hawn ċertu kompetizzjoni fil-qasam tal-birra u din il- kompetizzjoni b'arranġamenti li saru, b'ċaqlieq li sar u b'buying out li sar dak iż-żmien, spiċċat.", "Dak ma rridux ninsewh imma żgur li mhuwiex il- każ li jien hawnhekk irrid nasserixxi li kien hawn xi ħadd li qal li fil- preżent hawn stat ta' monopolju, irridu nżommuh bħala stat ta' monopolju u se jirreżisti kull attentat li jwaqqaf dan l-istat ta' monopolju.", "M'iniex qed nasserixxi hekk.", "Pero' mill-banda l-oħra, min-naħa tal-Gvern, min- naħa ta' dawk li jiggwidaw l-ekonomija, kien meħtieġ u kien mixtieq li jsiru attentati biex dak l-istat ta' monopolju jispiċċa?", "Kien desiderevoli li l-Gvern tal-ġurnata jgħin kif jista', b'mod mhux inġust, biex dan l- istat ta' monopolju li mhux tajjeb għall-pajjiż - għaliex l-ebda stat ta' monopolju m'huwa tajjeb għall-pajjiż ħlief jekk ikun stat ta' monopolju naturali, għalkemm anke hemmhekk trid tagħmel salvagwardji - jispiċċa?", "U qed nistaqsi hekk għaliex il-Komunita' Ewropea tipprovdi biex ikun hemm għajnuna lill-birreriji ż-żgħar ħalli jipprovaw jidħlu fis-suq, mhux għaliex tkun trid tiffavorixxi lil dak jew lill-ieħor, imma preċiżament biex tipprova tinduċi iżjed kompetizzjoni fis-suq.", "Tnax-il Membru miż- żewġ naħat tal-Kamra għadna ġejjin mil-laqgħa tal-Joint European Community and Maltese Parliamentary Committee u wħud minna kellna l-ħin u anke l- istonku - min ma ġiex għaliex ma kellux l-istonku - li nterrqu għal sigħat mhux ħazin biex morna fil-Lussemburgu.", "Hemmhekk għalkemm hija socjeta' iżgħar minna - għaliex il-popolazzjoni indiġena tal-Lussemburgu hija ta' inqas minn 290,000 - mb178011u m'għadx għandhom l-għadd ta' birreriji li kellhom żmien ilu - kellhom iżjed minn 20 - xorta għad għandhom madwar ħamsa.", "Jiġifieri f'dak id-daqsxejn ta' pajjiż għandhom madwar ħames birreriji.", "Issa dan ifisser mhux biss li forsi n-nies ta' hemmhekk ras għal ras jixorbu birra iżjed minna - niddubita imma m'għandix l-istatistika u jista' jimplika hekk - imma jfisser ukoll li fil-qasam tal-birra hemmhekk hemm kompetizzjoni qawwija li tagħmel kuntrast ma' dak li kellna f'Malta sa ftit ilu kif ukoll ma' dak li għandna llum.", "GĦalhekk jien qiegħed nistaqsi jekk il-Gvern ikkonsidrax li skond in-normi tal-Komunita' Ewropea jagħti għajnuna lil xi birrerija definita bħala żgħira biex tidħol fis-suq.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-Gvern, dejjem skond dawn in-normi li jixtieq jimxi fuqhom - anke jekk għad m'aħniex marbutin li nagħmlu dan u ma nafx meta se nkunu marbutin li nimxu fuqhom - huwiex qiegħed jikkonsidra li jagħti benefiċċji ħalli jinkoraġġixxi iżjed dħul ta' investituri f'dan is- suq tal-birra Malti li jikkomprendi 360,000 ruħ indiġeni - mela għandna popolazzjoni indiġena iżjed mil-Lussemburgu li għandu ħames birreriji - u 100,000,000 turist li 500,000 minnhom ġejjin mill-Ingilterra u lkoll nafu li x-xarba favorita ta' l-Ingliżi, għalkemm qed jaqilbu għall-inbid, għadha u tibqa' l-birra.", "Mela jkun desiderevoli ħafna li f'dan is-suq tagħna mb178011ndaħħlu iżjed kompetizzjoni f'dan il-qasam tal-birra.", "Huwa desiderevoli li l-Gvern jiġbor dak li għandu jiġbor, imma huwa desiderevoli ħafna u mixtieq ħafna li ndaħħlu iżjed kompetizzjoni.", "Huwa mixtieq ħafna li ndaħħlu kompetizzjoni tassew għax jien nasserixxi - u nasserixxi dan b'mod qawwi ħafna - illi f'dan il-qasam, bħal f'ħafna oqsma oħra tas-swieq tagħna, m'għandniex kompetizzjoni vera u għalhekk fil-qagħda li nieħdu aħna - in-naħa ta' l-Oppożizzjoni - dwar x'tip ta' ekonomija għandu jkollna u kif għandna nħarsu lejn l-ekonomija tagħna li dejjem qegħda tevolvi, għandna nagħmlu enfasi fuq kemm tista' tkun effikaċi l-kompetizzjoni vera, imma fl-istess ħin għandna nkunu realistiċi.", "M'għandniex nilbsu l-għamad jew il-blinkers.", "Irridu nagħrfu li f'pajjiżna ftit huma dawk l-oqsma fejn wieħed jista' jgħid li hemm kompetizzjoni vera.", "Irrid nenfasizza li fid- dinja kollha ftit huma l-oqsma fejn wieħed jista' jgħid li hemm dik li tissejjaħ perfect competition jew near perfect competition.", "Hemm il-gold market, il-foreign currency market u l-global trading in securities li llum, minħabba d-dħul u l-firxa tal-mezzi elettroniċi tal-computers jew mezzi oħra elettroniċi u ta' data processing, jagħtu dik l-informazzjoni immedjata li hija meħtieġa u essenzjali biex ikollok il-kompetizzjoni.", "Pero' hemm ħafna oqsma oħra internazzjonali li wieħed jista' jgħid li mhux veru huma kompetittivi, mhux veru li qegħdin jipprattikaw suq ħieles u mhux veru li qegħdin iħallu l-forzi ħielsa tas-suq iġibu l-aħjar riżultati possibbli.", "Jiġifieri mhux qed ngħid li hawn Malta għandna xi ħaġa straordinarjament differenti minn diversi oqsma barra minn Malta.", "Imma jien ngħid li hawn Malta għandna sitwazzjoni fejn immorru saħansitra 'l hemm minn din is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' kompetizzjoni vera u imperfetta li tipprevali f'ħafna swieq barranin.", "Hawn Malta żgur li m'għandniex il- kultura tal-kompetizzjoni, la fil-produtturi, la f'dawk li jfornu s- servizzi u lanqas - u jeħtieġ li nenfasizzaw dan - fil-konsumatur innifsu.", "Il-konsumatur innifsu hawn Malta għadu mhuwiex istruwit u edukat, jiġifieri aware u ħaj biżżejjed, biex jagħraf illi l-kultura tal- kompetizzjoni trid tiġi mhux biss mill-produttur jew mill-fornitur, imma qabel ma tiġi mingħand dawk, trid tiġi minnu stess.", "Jekk hu bħala konsumatur ma jiddomandax li jkollu l-aħjar prezz għal dak li qiegħed imur biex jixtri ħalli jikkonsmah, għall-effective demand tiegħu - kif jgħidu l- ekonomisti - allura dak il-konsumatur m'huwiex qiegħed hu stess jinduċi l- klima u l-kultura tal-kompetizzjoni.", "U dan irridu nagħrfuh.", "Fil-pajjiż għandna sitwazzjoni fejn in-nuqqas ta' kompetizzjoni tassew, in-nuqqas ta' suq ħieles veru huwa bil-wisq ikbar milli huwa f'pajjiżi oħra, anke f'pajjiżi relattivament daqsna.", "Meta nsemmi pajjiżi relattivament daqsna nkun qed nirreferi anke għal dawk il-pajjiżi li għandhom popolazzjoni ta' nofs miljun, miljun, jew żewġ miljuni.", "Din rridu nagħrfuha għax jekk ma nagħmlux hekk inkunu qegħdin nagħmlu analiżi ħażina.", "Ladarba nkunu għarafna din, għandna naraw x'inhi l-qagħda f'dan is-settur speċifiku li qed inħarsu lejh u li qed nilleġislaw dwaru permezz ta' din il-liġi teknika li għandna quddiemna.", "Il-qagħda f'dan is-settur għal darb'oħra hija illi filwaqt li issa m'għadx għandek produttur wieħed - u allura m'għandekx dak l-istat klassiku ta' monopolju - imma għandek żewġ produtturi, mhuwiex il- każ illi nistgħu bis-sinċerita' u bl-onesta' ngħidu illi għandna stat ta' kompetizzjoni għax l-istat ta' kompetizzjoni jitkejjel l-ewwelnett minn kemm il-produzzjoni ssir b'mod effiċjenti.", "Il-kompetizzjoni ssir biex l- allocation of resources tkun l-aħjar waħda possibbli, u allura din titkejjel minn kemm il-produzzjoni ssir b'mod effiċjenti.", "Imbagħad il- kompetizzjoni trid titkejjel ukoll bi kriterju ieħor daqstant importanti, jiġifieri minn kemm dawk il-benefiċċji tal-kompetizzjoni, illi allura għandna nippreżumu li qed issir b'mod effiċjenti, qegħdin jgħaddu għand il- konsumatur.", "Meta nitkellem fuq l-alla tas-suq jew ir-re tas-suq, dan mhuwiex il-produttur jew il-fornitur imma huwa l-konsumatur.", "Sabiex inkejlu jekk kemm-il darba f'dan l-istat preżunt ta' kompetizzjoni hemmx tassew benefiċċji ekonomiċi fit-teknika tal-produzzjoni, irridu naraw kemm minn dawk il-benefiċċji qed jgħaddu għand il-konsumatur.", "Hawnhekk nistaqsu lilna nfusna: Meta llum għandna żewġ breweries u mhux birrerija waħda - l- istat klassiku tal-monopolju - nistgħu niddeduċu u nikkonkludu illi l- konsumatur qiegħed igawdi tassew il-frott tal-kompetizzjoni?", "Aħna hawnhekk rappreżentanti tal-poplu, poplu li jħobbmb178011 l-inbid, iħobb l-alkoħol u jħobb il-birra.", "Ilkoll kemm aħna xi ftit jew wisq inħobbuha l-birra għalkemm hemm xi ftit eċċezzjonijiet u lkoll kemm aħna - jew tista' tgħid ilkoll - fl-attivita' u fil-ħajja soċjali tagħna jew inkella fil- canvassing tagħna ngħaddu f'xi ħanut jew ieħor.", "Hemmhekk insibu r- riżultat għall-konsumatur, jiġifieri r-riżultat tal-benefiċċju ta' din il- kompetizzjoni ġdida preżunta li teżisti fis-suq tal-birra?", "U jien ngħid li ma nsibuhx.", "M'huwiex il-każ li l-benefiċċju tal-kompetizzjoni qiegħed jirrifletti ruħu f'benefiċċju għall-konsumatur.", "Jien lest li naċċetta li huwa l-każ li ż-żewġ birreriji saru teknoloġikament iżjed effiċjenti.", "Mela l-ewwel konsiderazzjoni ta' kompetizzjoni ħadmet u għalhekk l-Onor.", "Josef Bonnici rrefera għal teknoloġija ġdida.", "Dik fiha nnifisha hija prova li l- kompetizzjoni kabbret u aċċellerat id-dħul ta' din it-teknoloġija ġdida.", "Imma mbagħad il-konsumatur qiegħed jieħu l-birra bi prezz irħas?", "U din il- mistoqsija xi ħadd irid iweġibha.", "Ma rridux ninsew li qed nitkellmu dwar settur fejn ftit snin ilu kienet ittieħdet il-miżura li qatt ma ġiet spjegata, li flok il-price order li kien hemm u li allura kienet tiffissa l-prezz massimu li bih kienet tista' tinbiegħ il-birra meta kellna produttur wieħed fi stat attwali ta' monpolju, ħarġet price order li biddlet il-limitu li kien hemm u allura kien hemm windfall profits għal min kien qiegħed jipproduċi.", "Il-Gvern ħass li għandu jagħmel hekk u qatt ma spjega għaliex għamel hekk u jien irrid nippreżumi li kellu r-raġunijiet tiegħu; issa x'kienu dawn ir-raġunijiet aħjar jgħidilna hu.", "Imbagħad ftit ilu, mingħalija f'din il-Leġislatura jew lejlet din il- Leġislatura, ittieħed it-tieni pass li s-suq ġie kompletament liberalizzat.", "F'liema sens, Mr Speaker, ġie liberalizzat kompletament?", "Fis-sens li tneħħa kull kontroll fuq il-prezz u ntqal li issa s-suq se jistabbilixxi l-prezz hu.", "Imma b'daqshekk is-suq veru li ġie liberalizzat?", "Kien hemm - u se nerġa' nagħmel l-istess mistoqsija - il- benefiċċju li wieħed għandu jistenna li jmur għand il-konsumatur?", "Ħalli nieħdu lilna l-65 ruħ u lilek, Mr Speaker, li nafu x'qiegħed jiġri u aħna rappreżentattivi mb178011ta' din is-soċjeta'.", "Aħna ma nħossux li kien hemm dan il-benefiċċju.", "Għaliex ma kienx hemm?", "Imbagħad nibdew naraw li ma kienx il-każ li l-ftit kompetizzjoni li daħlet qed taħdem b'mod li twassal xi benefiċċji għand il-konsumatur.", "Jien ma nafx jekk huwiex il-każ li wieħed jitkellem fuq cartel għax ma jidhirx li hemm cartel, anzi minn ċerti skambji li kien hemm fil-livell ta' l-għatba tal-Qorti dawn iż-żewġ produtturi qegħdin daqsxejn lura mhux ħażin milli jaslu sal-punt li attwalment jagħmlu cartel jew ftehim.", "Imma mbagħad mill-banda l-oħra jekk m'hemmx cartel hemm suq ħieles jew inkella għad għandna market rigging?", "Qed ngħid dan għax qed jingħataw discounts, prodotti u affarijiet oħra - u dawn jingħataw minn wieħed jew mill-ieħor għax jien m'inix qed nirreferi għal wieħed jew għal ieħor bħala birrerija - li jkunu ta' utilita' għal min ikun qed jagħtihom għax jorbot lix-xerrej miegħu u dak ix-xerrej li jkun sid ta' bar jew sid ta' ħanut jieħu ċerti benefiċċji - għax kieku ma jintrabatx - imma mbagħad il-benefiċċji tal-kompetizzjoni ma jaslux għand il-konsumatur.", "Tant hu hekk li hawn Malta għandna s-sitwazzjoni redikola li tista' tidħol f'bar jew f'ħanut biex tixtri ċerta tip ta' birra u dak li jkun jgħidlek li m'għandux.", "Issa dan jgħidlek li m'għandux mhux għax dik il-birra tkun tajba ħafna tant li jkunu xorbuha, imma għax ma jġibhiex u dan jiġri għax is-suq mhuwiex tabilħaqq ħieles.", "Mela għandna stat fejn qed nitkellmu fuq il-benefiċċi tas-suq mentri għandna unfair trading.", "Issa jien naf li fil-Budget li ressaq għaxar xhur ilu l-Gvern intrabat li se jieħu xi azzjoni biex jippromwovi fairer trading.", "Jien naf ukoll li dan l-aħħar kien hemm indikazzjoni li jista' jkun li ma jdumx ma jkollna draft legislation quddiemna.", "Forsi naf iżjed minn hekk ukoll imma wieħed irid jitkellem fuq l-istat ta' fatt kif inhu llum.", "Issa l-istat ta' fatt kif inhu llum huwa li dan is-suqmb178011 għadu mhux ħieles u l- konsumatur mhuwiex igawdi minn dawk il-benefiċċji li f'livell speċifikat naqblu li tista' ġġib il-kompetizzjoni.", "Mhux talli l-konsumatur mhuwiex qiegħed igawdi, imma għandna stat fejn għandek il-liberalizzazzjoni tal- prezzijiet, jiġifieri l-produtturi jistgħu jiċċarġjaw il-prezzijiet li jidhrilhom humamb178011 u li jħossu li jiflaħ is-suq u l-prezzijiet li allura qed japplikaw għal suq li mhuwiex ħieles, għal suq rigged minħabba d- diversi rbit minn naħa jew minn oħra.", "Jiġifieri għalkemm minn naħa għandna dan l-istat fejn ġew liberalizzati l-prezzijiet, mill-banda l-oħra l- konsumatur ma jistax jgħid: Jien inħoss li l-produtturi ta' din ix-xarba mhumiex qed jagħtuni l-prezz li jistħoqqli imma qed iżommu wisq profitt għalihom - u ma ninsewx li l-birra hija attivita' profitable ħafna għaliex il-parti kbira tagħha hija ilma - u għalhekk la mhux qed ningħata a fair deal I am going to take my custom elsewhere.", "Is-suq ħieles dak li jgħidlek.", "Issa fil-kontest li m'hawnx birrerija oħra u m'hawnx arranġamenti ta' fairer trading, fejn jista' jieħu l-custom tiegħu l- konsumatur?", "Jista' jieħdu billi jiddomanda u jikkonsma birer importati.", "Imma hawnhekk x'inhi s-sitwazzjoni?", "Is-sitwazzjoni hija li f'din il-klima ta' ħafna kliem li rridu s-suq ħieles u ta' ħafna kummenti dwar kemm qed isir biex is-suq ikun iktar deregulated, liberalizzat u iktar kompetittiv, effettivament dan is-settur huwa mill-iżjed highly protected permezz ta' tariff barrier għolja ħafna u permezz ta' levy li kompliet tiġi imposta fuq dik it-tariff barrier fl-istess żmien meta l-prezz tal-birra ġie liberalizzat, u dawn il-produtturi protetti jistgħu jiddeterminaw huma xi prezz iqiegħdu fuq is-suq.", "Mr Speaker, meta wieħed jara dawn l-affarijiet jgħid li m'għandniex għalfejn noqogħdu ngħidu li dawn huma kontradizzjonijiet li ma jimpressjonaw lil ħadd u min jippreżentahom quddiemna, jippreżentahom f'kontest li jidher li hu maħsub.", "Pero' mhumiex maħsubin u l-ebda kontradizzjoni ma tkun maħsuba.", "Jekk xi kontradizzjoni tkun maħsuba, tkun maħsuba biex tibbenefika lil xi ħadd.", "U bħalissa hemm min qed jibbenefika, u dan mhuwiex il-konsumatur.", "Meta għandek din is- sitwazzjoni, bilfors ikollok tgħid li mhux veru li s-suq qiegħed jaħdem u mhux veru li hemm dak il-commitment li ilu sitt snin u nofs jingħad li hemm għal suq ħieles.", "Il-commitment irid ikun għal suq tassew ħieles.", "Ladarba toħroġ il-leġislazzjoni fuq il-fair trading, forsi din l-asserzjoni li qed nagħmel bħalissa jkolli nikkwalifikaha, forsi jkolli nirrevediha.", "Jiena nistenna sakemm toħroġ dik il-leġislazzjoni, imma sadanittant - u dan is-'sadanittant' issa ilu sejjer sitt snin u nofs - in-nies li ilhom minn żmien qabel jippriedkaw il-benefiċċji mirakolużi ta' dan is-suq ħieles - qisu l-ilma mirakoluż tad-diversi postijiet fejn inħobbu mmorru aħna l- Maltin, u nagħmlu sewwa li mmorru hemmhekk għaliex il-fidi hija xi ħaġa sabiħa - mhux veru kienu committed għalih.", "Qed ngħid hekk għaliex tħalliet tipprevali din is-sitwazzjoni li qiegħed niddeskrivi llum.", "GĦalhekk jien qed nagħmel l-intervent tiegħi f'kontest li in parti huwa deskrittiv - qiegħed niddeskrivi sitwazzjoni li għandna quddiemna - in parti - u din mhix xi parti profonda - huwa analitiku u hemm parti ikbar li qed nagħmilha f'forma ta' mistoqsijiet.", "GĦalhekk nispiċċa b'din il-mistoqsija.", "Issemma s-Suq Komuni.", "Is-Suq Komuni jitkellem b'mod kultant ipokrita - biex nagħmluha ċara - dwar l-effikaċita' u l-benefiċċji tas-suq ħieles.", "Qed ngħid b'mod ipokrita għaliex is-Suq Komuni fejn tidħol l-agrikoltura huwa l- iżjed suq mhux ħieles li hawn fid-dinja.", "Allura wieħed bilfors irid isemmiha din l-ipokresija ta' dawk in-nies li jitkellmu fuq is-suq ħieles qisu l-be all and end all tal-ħsieb ekonomiku.", "Imma by and large jgħidu li jemmnu fis-suq ħieles.", "Hawnhekk għandna r-referenza tas-Segretarju Parlamentari stess għal- leġislazzjoni li permezz tagħha qed narmonizzaw iżjed mal-leġislazzjoni prevalenti fil-Komunita' Ewropea.", "Imma xorta waħda għadna f'sitwazzjoni fejn mhux veru li f'dan is-settur nistgħu ngħidu li hemm suq ħieles.", "U ma nistgħux ngħidu li hemm suq ħieles għaliex il-konsumatur mhux veru li qed igawdi kif suppost igawdi.", "U l-mistoqsijiet tiegħi huma: X'se jagħmel il- Gvern biex il-konsumatur tassew jibda jgawdi?", "Se jneħħi l-unfair trading?", "Se jneħħi l-market rigging li hemm?", "Se jneħħi t-tying li hemm?", "Se jkun dispost jagħti għajnuniet lil min irid iwaqqaf xi birrerija żgħira oħra?", "Se jieħu passi biex il-konsumatur jekk ikun irid jikkonsma birer oħra barra dawk li jiġu prodotti lokalment jkun jista' jagħmel dan?", "Jiena ma nixtieqx li l-konsumatur Malti jibda jikkonsma birer barranin u jiena stess li nħobb il-birra kull meta mmur f'ħanut qatt ma nordna birra barranija, mhux bi preġudizzju kontra l-barranin imma għaliex nemmen li l-birreriji tagħna jipproduċu birra li tħabbatha ma' l-aħjar birer prodotti fi swieq oħra.", "Jiġifieri assolutament m'hemm l-ebda ħtieġa u assolutament ma rridx niftiehem li rrid nirrikmanda li nibdew nixorbu birer barranin, imma fil- kontest tad-diskussjoni, fil-kontest ta' l-enfasi li nagħmlu fuq is-suq ħieles, il-konsumatur Malti mhuwiex ħieles.", "Il-produtturi huma ħielsa biex jiffissaw il-prezzijiet tagħhom, u dawn ma jħallux is-suq ħieles għaliex hemm wisq rigging, hemm wisq irbit u ktajjen u l-konsumatur huwa f'sitwazzjoni mhix ħielsa.", "U hawnhekk nispiċċa billi ngħid li huwa tajjeb li l-Gvern qed iressaq din il-liġi biex jassigura li ma jkunx hemm evażjoni jew inkella jnaqqas il- possibilita' ta' l-evażjoni, imma concurrently se tersaq xi ħaġa quddiemna li permezz tagħha ngħidu li dan il-Gvern qed iħares mhux biss lejn ir- revenue effect tat-tassazzjoni, mhux biss lejn il-fatt li l-produtturi wkoll se jkollhom inqas burokrazija ma' xiex iħabbtu wiċċhom imma se jħares ukoll lejn il-konsumatur li, kif għidna aħna u kif dejjem ngħidu u kif naħseb li għandna naqblu lkoll, il-konsumatur għandu jkun l-oġġettiv, il- ħsieb kontinwu u l-mottiv ewlieni u uniku ta' kull strateġija ekonomika li jista' jadotta mhux Gvern jew Oppożizzjoni imma l-pajjiż kollu kemm hu?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Meta dan il-Gvern f'nofs is-snin tmenin kien qiegħedmb178011 jaħdem għall-elezzjoni ta' l-1987, kien għamel enfasi kbira fuq il-kelma \"l-għażla\" u kien jgħid li l-għażla fil-pajjiż twassal biex ikun hawn kompetizzjoni li permezz tagħha l-prezzijiet ikunu baxxi u b'hekk il-ħajja torħos.", "Pero' jidher li l-konsumatur assolutament mhux qiegħed igawdi minn din is-sitwazzjoni, u dawn ma japplikax biss għal dak li qed nitkellmu fuqu llum, jiġifieri l-birra, imma kwalunkwe ħaġa li l- mara tad-dar tmur tixtri u tipprova tikkonsma.", "Allura dan ifisser li hemm xi ħaġa li mhijiex qed tiffunzjona.", "Jidher li l-kompetizzjoni li pprovaw jgħidu tan-naħa tal-Partit Nazzjonalista li twassal għal \"l-għażla\" li pprovaw joħolqu, fil-fatt marret żmerċ, u marret żmerċ b'tali mod li l- konsumatur assolutament mhux igawdi minn din is-sitwazzjoni.", "Ma nixtieqx innaqqas mill-effett tad-diskors li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri rigward il-mod kif qed jintlaqat il-konsumatur.", "Pero' filwaqt li l-Gvern qiegħed jgħid li hu qed jieħu l-passi biex itejjeb il-mod kif idaħħal id-dazju tas-sisa, fl-istess ħin mhux qed jittieħdu dawk il-passi neċessarji f'diversi leġislazzjonijiet oħra fejn jiġi protett il- konsumatur, apparti din il-leġislazzjoni li qed nitkellmu dwarha llum.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-kwalita' tal-prodotti li qed nieħdu u kif dawn qed jiġu affettwati.", "Per eżempju, ftit taż-żmien ilu nqalgħet polemika fuq il-kontenut tal-prodott ta' l-ilma.", "Issa aħna nafu li l-parti l-kbira tal-birra hija ilma.", "Allura x'inhi l-kwalita' tal-kontenut tas-sustanza li qegħdin nikkonsmaw?", "Hija suspettuża?", "Hija eżatt skond kif hemm imniżżel fil-contents tal-prodottmb178011?mb178011", "Nafuha l-istorja ta' l-ilma, fuq il-flixkun jgħidlek mod u meta analizzaw sabu li dak li kien hemm fil-fliexken kien kompletament differenti minn dak li kien hemm imniżżel.", "Hemm ukoll il-famuża expiry date.", "Filwaqt li konna qed ningħataw impressjoni li f'Ottubru ta' din is-sena - ix-xahar id-dieħel - konna se naraw daqsxejn ta' rivoluzzjoni f'dawn il-ħafna affarijiet li qed nitkellmu fuqhom, illum insibu li r-regolamenti li ħarġu fis-sajf li għadda qegħdin jgħidu li ċertu tibdil se jsir sentejn oħra għas-sempliċi raġuni li ntqal li se tkun spiża għall-produtturi li diġa' mb178011 għandhom il-fliexken u t-tikketti lesti, biex dawn ibiddlu l-contents u l- expiry dates tagħhom u affarijiet oħra simili.", "Mr Speaker, huwa importanti li filwaqt li ma nirrepetix dak li qal l-Onor.", "Spiteri, ngħid li huwa tajjeb li l-Gvern ibiddel il-metodu tad-dħul tiegħu, imma fl-istess ħin hemm bżonn illi nibdew nagħtu aktar kas bis-serjeta'.", "L-Ewwel Qari tal- leġislazzjoni li tipproteġi lill-konsumatur suppost li sar għaxar xhur ilu.", "Din kienet saret lejliet il-Budget, għaddew għaxar xhur, erġajna wasalna lejliet Budget ieħor u din il-protezzjoni tal-konsumatur ħadd ma jaf fejn waslet u jien naħseb li għad baqagħlha diversi xhur oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER; Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Onor. Bonnici jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI; Mr Speaker, tqajmu diversi punti interessanti għalkemm naħseb li kultant kienu at a tangent, fis-sens li ma jittrattawx fuq il-birra pero' jittrattaw fuq konċetti importantissimi bħalma hi l- kompetizzjoni, li se nitkellem fuqha iktar tard.", "Jien xtaqt nagħti spjegazzjoni ta' x'ġara f'dawn l-aħħar snin dejjem skond kif nifhimha jien bħala bniedem li nteressajt ftit ruħi fit-teknoloġija kif issir il-birra.", "GĦaliex kien hemm dan l-investiment fit-teknoloġija mhux biss f'Malta imma f'diversi pajjiżi?", "Milli nista' nifhem jien, it-teknoloġija fil- produzzjoni tal-birra llum avvanzat b'tali mod li ċerti variations fit-temp u fit-temperatura ...", "Jien niftakar li l-birreriji l-antiki kien ikollhom dawn il-vats u biex jikkontrollaw it-temperatura, kien ikollhom termometru speċi ta' vit.", "Allura dawn kienu daqqa jnaqqsu u daqqa jżidu dan il-vit, skond it-temperatura.", "Fid-dinja tal-lum jista' jkollok computer li jagħmel dan ix-xogħol eżatt u jikkontrolla preċiż il-manifattura tal-birra.", "Dak li ġara llum.", "It-teknoloġija mxiet 'il quddiem b'tali mod illi bis- sistema moderna, il-kwalita' tal-birra tkun prattikament garantita over and over, b'sistema kompletament mekkanizzata u komputerizzata.", "Fi kliem ie]or illum ġejna f'sitwazzjoni fejn l-investiment fit-teknoloġija u fil- produzzjoni tal-birra mb178011sar neċessita' għaliex ma baqgħetx iktar is- sitwazzjoni li tipproduċi l-birra bis-sistema l-antika.", "Forsi hawn min jaħseb li l-antik dejjem tajjeb.", "F'dan il-każ l-antik jagħtik prodott illi jvarja fil-kwalita' u allura jista' jkollok prodott li huwa tajjeb u jista' kultant ikollok prodott li huwa inqas tajjeb.", "U hawnhekk it- teknoloġija tal-produzzjoni tal-birra pperfezzjonat dan il-proċess.", "Mill- esperjenza li kelli fl-Awstralja nista' ngħid li dawn kienu l-pijunieri f'dan il-qasam u fil-fatt jiddominaw ħafna mill-birreriji tad-dinja.", "Allura l-investiment qed isir mhux għax qed tinbidel xi liġi ta' taxxa jew oħra.", "L-investiment qed isir għaliex it-teknoloġija tirrikjedi li biex wieħed jibqa' kompetittiv u jesporta - wara kollox 'l hemm qed inħarsu wkoll - irid jagħti prodott konsistenti li jagħmlilna ġid barra mill- pajjiż u jrid ikollok l-aħjar tradizzjoni.", "U t-teknoloġija pprovdiet dan.", "Waqt li kien qed jitkellem l-Onor.", "Lino Spiteri semma li l-birra tħalli profitti kbar.", "Jien ma nafx kemm tħalli profitti għax ma rridx nidħol f'dawk il-kontijiet, pero' naf x'investiment sar.", "U nista' nħares lejn dawn l-aħħar ftit snin u nsib li, per eżempju, fil-qasam tal-beverages, li ma jinkludix birra biss imma affarijiet oħra, fl-1985 l-investiment fis- settur tal-beverages kollha kien ta' xi Lm400,000; fl-1988 kien ta' Lm293,000; fl-1989 kien ta' ftit aktar minn Lm1 miljun; Lm1.8 miljun fl- 1990 u Lm1.3 miljun fl-1991.", "Jiġifieri jien irrid ngħid li ma nistax naċċetta kumment fejn wieħed jgħid li hemm xi profitti esaġerati fuq il- birra.", "Li nista' ngħid hu li sar investiment qawwi u mill-aspett ekonomiku dan huwa tajjeb għaliex b'hekk irridu nikkompetu fi swieq oħra u din hija d- direzzjoni għal pajjiżna.", "Min-naħa l-oħra hemm xi misconceptions għaliex kellna nbiddlu din il-liġi.", "Aħna kellna sitwazzjoni fejn kellna liġi li kienet qed tiġi interpretata b'ċertu mod.", "Is-sisa fuq il-birra kienet qed tiġi kkalkolata qabel il- fermentazzjoni u kien ukoll jiżdied l-ilma fil-proċess ta' fermentazzjoni.", "It-teknoloġija moderna bidlet daqsxejn dan il-proċess, pero' din il-bidla ma saritx fil-mod kif aħna nikkalkolaw is-sisa fuq il-birra.", "Li sar hemm m'għandu x'jaqsam xejn.", "Li ġara huwa li kien hemm talba mill-Attorney General għall-interpretazzjoni fuq din il-liġi kif kienet.", "L- interpretazzjoni kienet b'mod illi waqqgħet is-sisa fuq il-birra.", "Din ma saritx f'fabbrika waħda biss għax il-fabbrika l-oħra wkoll bdiet tagħmel l- istess ħaġa u f'kemm ili ngħid jekk wieħed iqabbel din l-interpretazzjoni l-ġdida li bdiet tingħata lil din il-liġi ma' kif kienet qabel u nieħdu bħala bażi l-1991, insibu li l-Gvern b'din l-interpretazzjoni ġdida jitlef jew ikun se jitlef mal-Lm250,000.", "Din mhijiex somma żgħira u tiddependi fuq interpretazzjoni.", "Is-sistema li qegħdin nipproponu hawnhekk hija sistema iktar effiċjenti għax fejn qabel kienu jassumu li se jkollok vat kbir bil-birra u tista' tmur u toqgħod tkejjel, illum dawn l-affarijiet, kif kulħadd jaf, isiru f'sealed containers barra u mhux fil-fabbrika. mb178011", "Ġewwa l-fabbrika fejn kollox huwa komputerizzat il-mentalita' li wieħed joqgħod imur ikejjel f'dawn il-vats hija assurda.", "Minbarra hekk aħna bħala Gvern ma rajniex għaliex is-sisa fuq il-birra għandha tinbidel.", "Il-birra hija beverage alkoħoliku, għandha ċerta sisa u ma narawx għaliex is-sisa fuqha għandha tkun inqas minn dik fuq is-soft drinks, anzi għall-argument wieħed jgħid li għandha tkun iżjed, imma dak huwa argument ieħor.", "Fil- preżent dak li qed ngħidu hu li minħabba din l-interpretazzjoni l-ġdida u minħabba combination ta' teknoloġija ġdida l-Gvern beda jara nuqqas fid- dħul mis-sisa fuq il-birra, nuqqas li mhuwiex ġustifikat.", "Din mhijiex kwestjoni li sar investiment biex isir dan in-nuqqas.", "Jekk sar hekk nista' ngħid li sar investiment bla sens L-investiment mhux għalhekk isir.", "L-investiment isir għaliex wieħed irid jipproduċi prodott aħjar u mhux biex jipprova jisfrutta regola għaliex dik ir-regola tista' tinbidel.", "Aħna m'għandna l-ebda liġi li tgħidilna li r-regola li kellna tal-birra tista' tibqa' hemm għal dejjem.", "Jiġifieri jekk wieħed jaġixxi b'dan il- mod ċertament li ma jagħmilx sens.", "Fi kliem ieħor, Mr Speaker, il-bidla li qed issir hija bidla li tipproteġi d-dħul tal-Gvern minn dan il-qasam, hija revenue neutral mas-sistema kif kienet interpretata qabel l-1991, qabel ma ġiet mibdula din l-interpretazzjoni u ma tiddiskriminax bejn iż- żewġ producers, u dan huwa importanti ħafna.", "Aħna pajjiż żgħir u s-suq tagħna huwa żgħir, allura ma tistax taqbad u tiddiskrimina bejn producer u ieħor faċilment, speċjalment meta għandek tnejn biss.", "Aħna naqblu ma' l-idea tal-kompetizzjoni mija fil-mija; fil- fatt jekk wieħed iħares lejn x'qed jiġri fil-pajjiż ...", "Jien niftakar fi żmien meta biex iġġib birra biex tikkompeti ma' l-unika birra li kienet prodotta hawn Malta kien ikollok tmur għand il-Ministru biex jagħtik permess biex timportaha.", "Illum is-sistema mhijiex hekk.", "Illum is-sistema hija li vera li għandek taxxa fuq il-birra imma llum issib birra ta' tant tipi differenti importata li għandek kompetizzjoni.", "Infatti anke d-duty fuq il-birra dan l-aħħar kienet tnaqqset b'xi 10% u din twassalni għal diskussjoni interessanti ferm dwar mb178011il-kompetizzjoni.", "Hawnhekk qed nara ċertu ċaqlieq interessanti fil-pożizzjoni tal-Partit Soċjalista għaliex fejn qabel konna nipprovaw insolvu l-problemi billi ngħidu li l- Gvern irid jimponi, issa qed ngħidu li tajjeb li jkollna l-kompetizzjoni pero' hawn Malta ma jistax ikollna kompetizzjoni u allura nerġgħu niġu back to square one.", "Minn banda għandek ċaqlieq u minn banda m'għandekx.", "Kultant wieħed jitħasseb ftit jekk għandux isir aktar ħsieb profond f'dan il-qasam.", "Jien naqbel mija fil-mija mal-kompetizzjoni għax naħseb li dik hija l-unika ħaġa - u mhux aħna l-politiċi, parlament, xi ministru jew xi gvern - li tiggarantixxi l-kompetizzjoni.", "Din l-istorja wrietna b'każ wara każ illi l-kompetizzjoni mhux b'hekk tiġi.", "Il-kompetizzjoni tiġi billi jkollok suq miftuħ u suq ħieles.", "L-Onor.", "Spiteri semma waħda biss minnhom dawn; semma suq ħieles pero' s-suq miftuħ ma semmihx u 'l hemmhekk mexjin.", "L-intenzjoni kollha wara l-applikazzjoni tagħna biex insiru membri fil- Komunita' Ewropea hija li aħna nsiru parti minn suq ta' 'l fuq minn 3 miljun ruħ u li aħna ma nibqgħux bil-ħitan madwarna u naħsbu li dawn il- ħitan - bħal fi żmien il-Kavallieri - huma ħitan li se jipproteġu l- industrija u l-impiegi tagħna, għaliex din urejniha sena wara sena billi lliberalizzajna u żidna l-impiegi u mhux naqqasnihom.", "Kien hemm min kien jgħid li se jkollna diżastru kif nilliberalizzaw u kif aħna niftħu l- bibien.", "Minflok diżastru kellna żieda fenomenali fl-impiegi produttivi.", "Dan ifisser li s-sistema li qed nimxu lejha mhux talli mhix bla strateġija, anzi warajha hemm strateġija definita, strateġija bis-sens, strateġija li tħares fil-futur, strateġija li tpoġġi lil Malta f'postha fejn jistħoqqilha f'suq ħieles, f'suq ikbar, f'suq ta' kompetizzjoni u suq li jkun jista' jipprovdi l-aħjar deal għall-konsumatur.", "Meta nħares madwari ngħid li meta wieħed jgħid li m'hawnx kompetizzjoni ...", "Il- kompetizzjoni xi tfisser?", "Wieħed jistenna li l-prezz se jonqos bilfors?", "Il-kompetizzjoni tista' ssir f'diversi modi.", "Il-kompetizzjoni tista' sseħħ billi l-kwalita' titjieb u kif diġa' semmejt it-teknoloġija fil-birra hija sistema, jiġifieri t-teknoloġija moderna qed ittejjeb il-kwalita'.", "Mill-osservazzjonijiet tiegħi nista' ngħid li t-togħma tal-birra Maltija f'dawn l-aħħar snin saret iktar konsistenti u iktar tajba u naħseb li t- teknoloġija moderna qed tipprovdi dan il-prodott.", "Issa din kif se nikkwantifikaha meta wieħed jgħidli li m'hawnx kompetizzjoni jew inkella jgħidli li mhux qed isir żvilupp la ma jgħaddix għand il-konsumatur?", "Kif se nkejjel it-titjib fil-kwalita'?", "Huwa faċli li wieħed jikkritika, pero' mhux dejjem faċli li wieħed jipprova dik il-kritika.", "U dan huwa eżempju ċar.", "Mhux talli ngħid li l-kwalita' tjiebet, imma l-varjeta' tjiebet ukoll u nista' nsemmi xi wħud mill-prodotti bħalma hija l-John Bull, il- Lowenbrau, in-Nelson, il-Clipper u l-Jazz Beer li hija non- alcoholicmb178011.", "Dawn huma ħames kwalitajiet ta' birra lokali li qabel ma sar dan l-investiment ma kellniex u kulma kellna kienet l-istess tip ta' kwalita' li ma nistgħux ngħidu li ma kenitx kwalita' tajba.", "Jiġifieri dan huwa frott ta' l-investiment li sar.", "Allura li wieħed jgħid li b'xi mod il-konsumatur qed jiġi sfruttat, ma tagħmilx sens.", "Bħalma qal l-Onor.", "Farrugia, il-konsumatur ġie mwiegħed l-għażla u din qed isseħħ.", "Kif nistgħu nassiguraw prezz xieraq?", "Din hija dilemma għalina bħala pajjiż u naħseb li bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni m'hemmx daqshekk baħar jaqsam f'ċerti aspetti - għalkemm hemm baħar jaqsam f'aspetti oħra - għaliex it- tnejn li aħna nindunaw bl-istess problemi li għandna bħala pajjiż żgħir.", "Sforz iċ-ċokon tagħna jista' jkun hemm okkażjonijet fejn jista' jsir ftehim fuq ċerti prezzijiet li jisfrutta lill-konsumatur.", "Naħseb li wieħed irid ikun għami biex ma jarax dan il-fatt, pero' wieħed irid jipprova jara kif se jikkontrolla.", "Fl-opinjoni tiegħi l-Partit Soċjalista mill-aspett ekonomiku jidentifika ruħu bħala partit li jħares lejn ir-rwol ta' Gvern iktar dirett u jekk hemm bżonn jimponi, jikkontrolla, jimporta hu u jagħmel ix-xogħol hu, jiġifieri jiftaħ il-fabbriki hu, iħaddem il-ħaddiema hu u bil-mod il-mod nispiċċaw b'sistema fejn tkun dominata kompletament, mill-aspett kummerċjali, mill-Istat.", "GĦalija dan hu soċjaliżmu li ma rridx ikolli x'naqsam miegħu għaliex għandna l-provi li din ma ħadmitx.", "U anke l- pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant illum ammettew li kellhom diżastru fis- sistema ekonomika u kellhom ħafna abbużi.", "Dawn kellhom sistema li ma kenitx kompetittiva u kel li fil-fatt kienet qed iżżomm l-iżvilupp waqt li ċertu klikka ta' nies - u dan għall-interess tagħha - f'dawn il-pajjiżi kienu qed jgħixu ħajja lussuża.", "Allura morna f'estrem ieħor u minn dan il- komuniżmu spiċċajna bi klassi privileġġjata wkoll.", "Jien mill-aspett soċjali ngħid li kienet inġustizzja għaliex dawn daħku bil-prinċipji stess li bdew bihom u forsi dan wassal għall-waqgħa tas-sistema komunista fl- Ewropa tal-Lvant.", "Issa aħna kif inħarsu lejn il-kompetizzjoni?", "Kif semma l-Onor.", "Spiteri, qegħdin nikkonsidraw leġislazzjoni li tipprovdi għal sistemi li kemm jista' jkun jiggarantixxu li jkollok pricing structure fair.", "Dan huwa nuqqas fil- leġislazzjoni tagħna għaliex naħseb li dejjem kellna il-heavy hand of government li kienet taqbad u tirregola hi - li mhijiex sistema li nixtiequ nużaw - u issa se jkollna sistema li nisperaw li bil-mod il-mod nitgħallmu kif nużawha, nużawha b'mod intelliġenti u b'mod li tipproteġi lill- konsumatur.", "Pero' hemm sistema oħra.", "Hawnhekk jien qed nirreferi għal ċerti kontradizzjonijiet fil-pożizzjoni tal-Partit Soċjalista bejn kif inhu llum u kif kien qabel.", "GĦaliex għalija l-iktar mod li nista' nipproteġi s-suq żgħir Malti huwa billi nkun qiegħed f'pożizzjoni li jkolli l-importazzjoni tal-prodotti qegħda wkoll iżżomm lill-producers Maltin kontrollati, iżżommhom milli jagħmlu profitti żżejjed mingħajr ma jkollok abbuż ta' dumping minn dawn il-pajjiżi, li allura jista' jisfrutta lill-producer Malti, u mingħajr ma jkollok ħajt, bħall-ħajt tal-Kavallieri li għandna madwar il-Belt, illi jipproteġi lill-produttur b'tali mod li jagħmel x'jagħmel tant għandu ħajt oħxon, li jista' biss jagħmel il-profitti mingħajr ma joqgħod jaħseb kif se jimmodernizza - u hawnhekk huwa s-sigriet ta' l-iżvilupp ekonomiku - l-produzzjoni tiegħu.", "GĦaliex finalment il- ħajja tagħna bħala Maltin tiddependi fuq x'investiment isir u l-investiment ma jsirx bla raġuni, imma jsir għaliex jekk ma tinvestix ma tibqax kompetittiv.", "Dan huwa l-istess argument tal-wage freeze, argument klassiku ċar u tond li huwa recognised around the world.", "Jekk wieħed jiffriża l- pagi, il-producer x'interess għandu li jagħmel investiment jew li jżid il- produttivita' meta l-costs tal-labour se jibqgħu kostanti?", "Min-naħa l-oħra ma tridx tesaġera; il-producer biex jinvesti jrid ċertu żmien u jrid ikun hemm ċertu bilanċ, bilanċ delikat li huwa diffiċli ħafna li tidentifikah imma tħossu.", "X'inhu t-termometru tal-bilanċ?", "It-termometru tal-bilanċ huwa l-qgħad u forsi wkoll l-inflazzjoni għaliex wieħed jista' jiġi f'sitwazzjoni fejn l-ekonomija tkun overheating it-termometru tagħha meta l- prezzjijiet jiżdiedu b'ritmu mgħaġġel.", "Jekk għandek staġnar, it- termometru tal-qgħad jindikalek li għandek żieda qawwija fil-qgħad.", "Jiġifieri biex aħna bħala pajjiż nimxu 'l quddiem la rridu noqogħdu f'sitwazzjoni ta' protezzjoni bis-swar tal-Kavallieri madwarna u lanqas irridu noqogħdu f'sistema fejn niffriżaw il-prezzijiet u l-pagi u b'hekk ma nħallux in-neċessita' lil min jipproduċi biex jinvesti.", "GĦalija din hija d- diffikulta' klassika li ssib fl-ekonomiji, kif issib ċertu balance bejn żvilupp, titjib soċjali, titjib fil-pagi, titjib fl-ekonomija, titjib fl- investiment u fl-istess ħin titjib fil-profitti għaliex inkella l- investiment ma jsirx.", "Illum it-tradizzjoni fil-pajjiżi tal-Punent hija li mhux jipprovaw jimponu, imma jekk għandhom jikkontrollaw, jagħmlu dan b'sistemi li jġiegħlu lil dak li jkun jiftaħ is-suq iktar jew jikkontrolla billi jnaqqas id-duties.", "Issa hawn min jgħid li forsi d-duties għadhom għoljin.", "Jista' jkun; jista' jkun li t-tariffi fuq il-birra għadhom għoljin, pero' wieħed hawnhekk jifhem ukoll li qed jingħata ċertu breathing space.", "Kulħadd jaf li l-ekonomija tagħna se tidħol fil-Komunita' Ewropea u din se twassal għal tneħħija ta' tariffi fuq birer mill-Komunita' Ewropea.", "Jiġifieri meta ż-żewġ produtturi prinċipali ta' Malta qed jinvestu bil- qawwi, jien ngħid li they are reading the signs on the wall.", "Dawn jafu li l-ewwelnett irid ikollhom prodott tajjeb sabiex jikkompetu kemm fis-suq lokal kif ukoll fi swieq oħrajn u t-tieni nett dawn iridu jaraw is- sitwazzjoni fejn din il-protezzjoni se tispiċċa u allura jrid ikollhom prodott li jippenetra s-swieq Ewropej, għaliex meta tiftaħ il-fruntieri tiegħek xi ftit jew wisq importazzjoni se jkollok.", "L-importanti hu li tidħol għaliex dan jiddependi minn ħafna fatturi, per eżempju mill- prezz u mit-tastes tal-pajjiż.", "Aħna pjuttost inħobbu l-birra Ingliża u forsi ċerti birer Ewropej jew Amerikani jidħlu anqas.", "Nistgħu ngħidu li l-protezzjoni xi darba se tisparixxi.", "The Government is giving notice on this.", "Il-Gvern qed jgħid li se jasal żmien li t-tariffi u l-protezzjoni li hemm fuq prodotti bħall-birra se jkollhom jitneħħew għaliex l-interess tan-nazzjon jitlob li aħna nkunu membri fil-Komunita', membri fis-single market Ewropew, membri fl-Unjoni Ewropea.", "L-interessi nazzjonali jitolbu dan u allura kulħadd irid jimxi għal dan il-goal.", "Veru li t-tariffi għadhom għoljin, pero' dawn se jonqsu.", "U jekk jien inħares lejn l- investiment li sar, ma jistax ma jkollix ċertu sodisfazzjon u ngħid li llum qed isir investiment, tista' tgħid aktar minn erba' darbiet daqs kemm kien isir fil-bidu tas-snin tmenin meta l-iktar li kellna bżonn investiment.", "F'dak il-perjodu kellna l-agħar sitwazzjoni ta' qgħad fl- istorja ekonomika riċenti ta' Malta.", "Jiġifieri mhux talli l-policies ekonomiċi tal-Gvern qed jaħdmu, talli qed jagħtu riżultat sinifikanti.", "Mr Speaker, biex nagħlaq nerġa' nirreferi għal dan l-Abbozz li għandna quddiemna, Abbozz li mhuwiex intenzjonat biex jiddiskrimina bejn producermb178011 u ieħor għaliex naħsbu li fis-sitwazzjoni ta' Malta fejn għandna żewġ producers prinċipali, din ma tkunx ħaġa għaqlija, u għalhekk għandhom jikkompetu fuq l-istess binarju.", "Dan huwa Abbozz li se jżid l- effiċjenza ta' kif tinħadem is-sisa u li bih se nneħħu ċerti anomaliji bħal dik tal-birra Shandy.", "Huwa Att li qed jagħmel updating tal-liġijiet tagħna għal sistemi iktar moderni, sistemi ta' stock control li 'l quddiem eventwalment bil-modernizzar tas-sistema tat-taxxa tal-VAT se jkun hemm iktar bħalhom, fejn wieħed joqgħod fuq l-istock control li jkun dieħel u ħiereġ fil-fabbriki, eċċ., imbagħad toqgħod fuq sistema ta' auditing.", "Din hi s-sistema moderna, sistema li tipprovdi, anzi tħajjar, iktar investiment minn sistema antikwata.", "Jien jinformawni li bis-sistema tal-lum ġieli jkollhom jaħdmu round the clock biex joqogħdu jkejlu l-ispecific gravity tal-birra biex jikkalkolaw is-sisa li trid titħallas bil-quddiem.", "Jiġifieri min jipproduċi l-birra se jiġi fi stat fejn illum bis-sistema li se tiġi introdotta jkun jista' ma jħallasx is-sisa bil-quddiem speċjalment fuq il-prodott li jiġi esportat.", "Jien naħseb li dan l-Att li huwa prattikament straightforward iġibna in line mas-sistema tal-Komunita' Ewropea li fil-fatt hija sistema bbażata fuq volum ta' produzzjoni.", "Dan huwa Abbozz li se jagħti benefiċċji kemm lill-producer u kemm lis-sistema tad-Dwana fejn se jkun jista' jsir xogħol aħjar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jagħmel dispożizzjonijiet ġodda dwar id-dazju tas-sisa fuq il-birra u dwar ħwejjeġ oħra inċidentali jew li għandhom x'jaqsmu ma' dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-IMPRIŻA TA' L-ASSIGURAZZJONI", "INSURANCE BUSINESS (AMENDMENT) BILL", "mb178011", "MR SPEAKER; Is-Segretarju Parlametari Bonnici, f'isem il-Ministru tal- Finanzi, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qarimb178011.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'isem il-Ministru tal-Finanzi nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni\".", "MR SPEAKER; Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER; Hemm rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, quddiemna għandna emenda żgħira, pero' hija emenda importanti.", "Din l-emenda twassal għal aktar liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l-assigurazzjoni.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-liġi li għandna hija kważi kontra l-assiguratur lokali li m'għandux id-dritt li jaħtar aġent.", "Din hija sistema li hija frott ta' l-Insurance Act ta' l- 1981 li kienet waqqfet il-Middle Sea bħala kumpannija lokali u kienet daħħlet ukoll in-neċessita' ta' l-hekk imsejħa cession, jiġifieri li wieħed ikollu bilfors jagħti persentaġġ, jekk m'inix sejjer żball ta' 30%, tax- xogħol tiegħu lill-Middle Sea.", "Kif nifhimha jien, is-sitwazzjoni kienet illi jekk jien għandi insurance li għaliha nħallas Lm100, 30% ta' dawn il- Lm100 jien irrid ngħaddihom lill-Middle Sea u l-Middle Sea tagħmel re- insurance, forsi tħallas 20% jew 25% ma' xi kumpannija barranija, u tagħmel dak il-profitt.", "Din hija s-sitwazzjoni li l-Middle Sea ssib ruħha fiha llum.", "Wasal iż-żmien li din il-heavy hand tar-regulation - qabel semmejt il-heavy hand tal-Gvern - tibda titneħħa bil-mod il-mod.", "Fil-fatt diġa' sar progress għaliex tneħħiet is-cession fuq l-aviation insurance u l- marine cargo u bil-mod il-mod se titneħħa fuq areas oħra, inkluż il- karozzi, life insurances u ħafna affarijiet oħra illi llum għandhom dan id- dover tas-cession.", "L-iskop ta' dan kollu huwa li jkollna sistema liberalizzata, ikollna proprju dak li semma l-Onor.", "Spiteri, jiġifieri iktar kompetizzjoni, u allura jkollna a fairer deal għall-konsumatur mingħajr ma l-Gvern irid joqgħod jidħol hu kull darba biex jiċċekkja u jagħmel il-kalkoli u jara illi m'hemmx xi ħadd li qed jabbuża mill- konsumatur.", "Jiġifieri l-kompetizzjoni hija l-iktar forma tajba ta' self- regulation għax twassal għal sitwazzjoni li hija ottima mill-aspett tal- konsumatur u twassal ukoll għal sitwazzjoni fejn jekk l-iżviluppi fit- teknoloġiji f'dan il-każ, per eżempju computerization, eċċ., ma jiġux integrati, wieħed se jitlef ċerta kapaċita' illi jipparteċipa fis-suq.", "Sabiex issir din it-transizzjoni fejn il-Middle Sea tispiċċa f'sitwazzjoni fejn din is-cession titneħħa kompletament - u din id-dikjarazzjoni diġa' saret, jiġifieri li sa l-1995 din is-cession se titneħħa u se jkun hemm din il-liberta' minn dan it-tip ta' impożizzjoni bir-regoli tagħna fuq is- sistema ta' insurance li ġiet introdotta fl-1981 - issa rridu wkoll insibu rwol importanti għall-Middle Sea għax inkella ma tkunx f'pożizzjoni li tista' tkampa.", "B'din l-emenda nkunu qegħdin nagħtu opportunita' lill- assiguratur lokali li jkollu aġent biex ikun jista' jaħdem f'ismu direttament.", "Veru li nqalgħet naqra kontroversja fuq din - u din il- kontroversja kienet prinċipalment minħabba ċertu preokkupazzjoni li kien hemm minn diversi insurance representatives f'Malta - fis-sens li din se tipprovdi unfair competition f'dan il-perjodu ta' transizzjoni li hu perjodu diffiċli, fejn wieħed ma jridx ineħħi kollox b'daqqa ta' pinna b'mod li jpoġġi f'sitwazzjoni prekarja lill-intrapriża, u min-naħa l-oħra jrid jimxi b'pass mgħaġġel mb178011biżżejjed biex jisforza ċerta bidliet.", "Kif nifhimha jien, l-issue kienet li bl-informazzjoni li jkollha l-Middle Sea din toffri unfair competition.", "Diskussjonijiet saru u għadhom qed isiru.", "Jien mill-informazzjoni li għandi nista' ngħid li sar progress sewwa u ma jidhirx li hemm affarijiet li ma jistgħux jiġu tackled.", "Qegħdin f'pożizzjoni fejn l-informazzjoni mitluba mill-Middle Sea qed tiġi mnaqqsa biex b'hekk ma jkunx hemm din l-informazzjoni data-bank għand intrapriża li tista' tiġi użata biex wieħed ikun jista' jieħu vantaġġ minnha u barra minn hekk qed jiġu riveduti wkoll il-commissions.", "Jiġifieri din l-emenda żgħira li għandna quddiemna, li tagħti l-opportunita' lil kumpanniji bħalma hi l-Middle Sea jew kumpanniji oħra lokali ta' assiguraturi li jistgħu jitwaqqfu, li jkollhom aġent lokali, fil-fatt tneħħi ċerta diskriminazzjoni għaliex qabel kien jista' jkollok aġenti ta' kumpanniji barranin biss.", "Jiġifieri anke hawn qed nimxu in line ma' l-EC policy dwar kif nittrattaw kemm lill-intrapriża lokali kif ukoll lill-intrapriżi barranin.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar ikunu trattati b'mod ugwali.", "At this stage ma narax li għandi x'inżid aktar.", "Naħseb li din il-bidla m'għandhiex toħloq kontroversja u naħseb li fil-fatt x'ħin titneħħa, il- Middle Sea għandha tkun f'pożizzjoni li tista' topera wkoll bħala attur importanti fis-settur ta' l-assigurazzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Illejla għat-tekniċi ġejja, Mr Speaker.", "GĦal darba oħra għandna quddiemna liġi li fis-sustanza tagħha mhijiex kontroversjali.", "L-iskop tagħha huwa kif spjegah l-Onor.", "Bonnici.", "Permezz ta' din il-liġi se nagħtu d-dritt lill-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni lokali - bħalissa hemm il-Middle Sea Insurance u allura effettivament u din tolqot lill- Middle Sea Insurance - li jkunu jistgħu jaħtru aġenti lokali. mb178011", "Wieħed għandu jenfasizza li dan id-dritt se jkun qiegħed hemmhekk biex iwettquh u biex jidħlu fil-qasam tal-bejgħ ta' insurance lokali.", "Mela l- iskop huwa ċar u tekniku.", "Il-mod kif ġie mpost u l-isfond li qed noperaw fih huwa inqas sempliċi.", "Dan mhuwiex il-każ li qed titneħħa diskriminazzjoni għax mhux diskriminazzjoni kien hemm imma arranġament.", "Rigward il-miżuri li ttieħdu fi żmien l-Amministrazzjoni Soċjalista rrid ngħid li jekk kull darba l-impostazzjoni tkun waħda politika li ma tħarisx lejn iċ-ċirkostanzi ta' dak iż-żmien imma sempliċement tfittex li tgħid li qisu għall-ewwel darba qed inħallu r-riħ jonfoħ fuq Malta, allura min jitkellem hekk ikun qed jagħmel żball għax qatt ma tista' tinsa ċ- ċirkostanzi li fihom ikunu ttieħdu ċerti miżuri.", "Iċ-ċirkostanzi li fihom kienet għaddiet il-leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni minn dan il- Parlament fl-1981 kienu li dak iż-żmien f'Malta kellna biss aġenti ta' kumpanniji ta' l-assigurazzjoni barranin.", "Mela fl-1981 konna ilna formalment indipendenti - u jien inħobb nuża l-espressjoni \"formalment indipendenti\" biex ma noqgħodx nidħol f'polemiki għax waħda kienet formali u l-oħra kienet progression tagħha - 17-il sena.", "Sadanittant dwar il-qasam ta' l-assigurazzjoni qisu li l-unika ħaġa li konna kapaċi nagħmlu kienet li nirrappreżentaw lill-barranin.", "Dak kien fatt li ma kienx xieraq għall-poplu li bla ma joqgħod iqis lilu nnifsu kbir iżżejjed huwa poplu li kellu n-nationhood u l-ekonomija qed tevolvi u ried jieħu l-miżuri kollha li għandu jieħu poplu fi stadju ta' żvilupp kemm politiku kif ukoll ekonomiku.", "Allura fiha nnifisha r-raġuni kienet qawwija biżżejjed biex isir dak li sar u tgħaddi l-leġislazzjoni li għaddiet .", "It-tieni nett kien hemm aspett ekonomiku iswed u l-Onor.", "Bonnici - bħal oħrajn f'din il-Kamra u bħalna lkoll li jifhmu biżżejjed f'dan l-aspett - ma jagħmilx ħażin jekk meta jkun qed jesponi argument, il-kwadru jpittru kollu u mhux b'mod impressjonistiku, imma real life għaliex aħjar mir-real life u mill-attwalita' m'hemmx mingħajr ma noqogħdu nżejnuha jew inkella nagħtuha l-isfumaturi li nħossu li għandna nagħtuha, sew naħa u sew in- naħa l-oħra.", "It-tieni aspett kien li sa dak iż-żmien kulma kellek kien a balance of payments outflow, jiġifieri kellek il-Maltin li kienu qed jinxurjaw lilhom infushom sal-livell li kienu jinxurjaw dak iż-żmien, sew jekk kienu karozzi, sew jekk kienet marine insurance jew life insurance, imma kull premium li kien qed jitħallas mill-Maltin kien jieħu gidma minnu l-aġent, imbagħad jitlaq barra mill-pajjiż.", "Mela kellek a net balance of payments outflow minħabba s-sitwazzjoni li kienet tipprevali dak iż-żmien.", "Barra minn hekk, ma kellekx sempliċement outflow, imma kellek outflow ta' kapital - għaliex il-life insurance għallinqas hija magħmula minn kapital u mhux minn pagament - li qed imur biex jiġi investit barra l- pajjiż u jakkrexxi barra l-pajjiż il-benefiċċji essenzjali għall-kumpannija li qed tħaddem dak il-kapital.", "Imbagħad għar-rigward tan-non-life insurance u marine insurance, m'hemmx dan l-aspett ta' tħaddim ta' kapital, imma għandek biss l-aspett ta' pagament li, kif għidt, kulma kien jifdal hawn Malta kienet tkun il-commission li kienu jieħdu l-aġenti.", "Jiġifieri dik kienet is-sitwazzjoni, ma kenitx xi sitwazzjoni li l-Gvern ta' dak inhar ried joħloq biex ninnazzjonalizzaw xi ħaġa, u anke kieku nnazzjonalizza kien hemm skop u dak l-iskop trid tifhmu, imma l-Gvern ma qalx hekk.", "Ma kenitx xi sitwazzjoni fejn qal xi ħaġa li ma toħlomhiex fid- dinja.", "Kienet sitwazzjoni fejn hawn Malta ma kien hawn ħadd li ħa l- inkarigu - u forsi minħabba kif kien is-suq dak iż-żmien lanqas seta' jkun hawn - li jwaqqaf kumpannija ta' l-insurance lokali.", "Il-Gvern ta' dak iż- żmien waqqaf kumpannija tal-broking, u allura diġa' daħħal is-sens ta' l- industrija ta' l-assigurazzjoni f'Malta u waqqaf l-MIB Ltd.", "Barra minn hekk, waqqaf il-Middle Sea Insurance Co. Ltd li parti mill-ishma tagħha ħariġhom għas-settur privat.", "Dik kienet l-ewwel darba li nħarġu ishma f'kumpannija li qed iwaqqaf l-Istat għas-settur privat proprju fiż-żmien meta qegħdamb178011 titwaqqaf.", "L-Air Malta kienet twaqqfet qabel u kien hemm is-settur privat imdaħħal imma f'kontest differenti għaliex l- interessi li kellhom kienu shares żgħar għaliex kienu interessati fil-cargo handling f'Ħal-Luqa.", "Dan kien arranġament differenti għaliex ingħata spazju għall-investitur mhux konness ma' l-industrija li jekk irid jissieħeb, jissieħeb.", "Dan imbagħad seta' jsir għaliex għaddiet dik il- leġislazzjoni li qed jirreferi għaliha s-Segretarju Parlamentari, li permezz tagħha daħlet il-klawsola tas-cession, jiġifieri li l-kumpanniji barranin li baqgħu fil-liberta' li jagħmlu x-xogħol tagħhom hawn Malta kellhom iċedu 30% tax-xogħol li jieħdu minn hawnhekk lil din il-kumpannija nazzjonali, kumpannija tal-poplu kollu.", "Dawn il-kumpanniji barranin kellhom iċedu 30% lill-kumpannija lokali.", "Din kienet xi ħaġa ħażina?", "In retrospect se noqogħdu nitkellmu fuq impożizzjonijeit jew xi ħaġa simili?", "Dażgur li m'aħniex, Mr Speaker!", "Biex wieħed juri kemm ma kenitx xi ħaġa ħażina, il-kontra-parti ta' din is-cession kienet li l-Gvern qal lil din il- kumpannija, il-Middle Sea, li għaliex għandha s-cession - jiġifieri għandha a captive market, dak li jġibu l-kumpanniji barranin permezz ta' l-aġenti tagħhom li wħud minnhom kienu joperaw hawnhekk anke direttament għaliex kien hemm xi tliet kumpanniji li kellhom branch hawnhekk - ma tikkompetix magħhom fis-suq lokali.", "Dan kien arranġament li ma kienx jaħqarhom lil dawn in-nies.", "Ħaqarhom fis-sens li qabel il-ħobża kienu jikluha kollha u issa bdew jaqsmu biċċa minnha mal-poplu Malti.", "Saret xi ħaġa ħażina b'daqshekk?", "GĦaliex jekk se noqogħdu nħarsu lura u kull miżura li ttieħdet noqogħdu ngħidu \"ngħattu quddiem, ngħattu wara, insoddu widnejna u rridu mmorru nqerru\" qisu \"hekk\".", "Dawn kienu ċirkostanzi li permezz ta' hekk beda jinbena bis-serjeta' l-expertise fl-assigurazzjoni lokali.", "Qabel kulma kellna kienu agenti.", "Kienu aġenti tajbin imma aġenti jibqgħu.", "U jekk kemm-il darba dan il-pajjiż kien se jitħalla jibqa' jimxi fuq il-bażi ta' aġenti biss, bl-aġenti ma tagħmilx pajjiż.", "Bl-aġenti toqgħod timla lill-pajjiż bl-importazzjoni.", "Kulħadd kapaċi jkun aġent, imma pajjiż tagħmlu bin-nies li jafu jagħmlu x-xogħol dirett huma.", "Bl-MIB Limited u bil-Middle Sea Insurance Company Limited hekk sar.", "Jiġifieri wieħed irid iħares lejn il-qagħda, li issa dan il-Gvern qiegħed ineħħi, f'dan il- kontest.", "Issa dan il-Gvern x'qiegħed jagħmel?", "Il-Gvern iddeċieda - u din hija alternattiva oħra - li jilliberalizza fis-sens illi l-parti assigurata ma ħallihiex tibqa' tkun iżjed assigurata għall-Middle Sea.", "Għaliex ma ħallihiex, Mr Speaker?", "L-aġenti kienu ilhom is-snin jitqanżħu biex lill- Middle Sea Insurance ma jħalluhiex tibqa' tieħu din il-parti f'isem il- poplu - għaliex din ma teħodhomx f'isem xi ħadd jew f'isem xi partit - u spiċċaw b'ħafna kwestjonijiet fil-bord tad-diretturi - xi sena qabel ma l- Gvern ħabbar li se ssir din il-biċċa xogħol - iqattgħu f'xulxin b'rapporti kontra rapporti u allegazzjoni kontra allegazzjoni, meta effettivament kulma kienu qegħdin jagħmlu dawk il-Maltin li kienu fuq dak il-bord tad- diretturi - u m'iniex se nsemmihom b'isimhom - kien li jieħdu ħsieb l- interess ta' kumpanniji ta' l-assigurazzjoni barranin.", "Ma kienx hemm farka ta' kumpannija, b'Lm100 kapital paid up - l-inqas li jista' jkollok - li kienet Maltija.", "Dawn kienu kollha aġenti li kienu qed jieħdu ħsieb l- interessi ta' kumpanniji barranin.", "U ejja ma noqogħdux inpoġġuha b'mod differenti minn hekk.", "Għalhekk saret dik il-pressjoni, u l-Gvern laqagħha.", "Pero' l-Gvern ma laqagħhiex għalhekk biss, imma laqagħha fil- kontest li ma jridx iżjed regolazzjoni u qiegħed jidderegola fis-sens illi l-marine insurance diġa' neħħiha mis-cession u issa ta limitu biex ineħħi kollox mis-cession.", "Allura l-kumpanniji barranin jistgħu jaħdmu fis-suq lokali mingħajr ma jkollhom għalfejn iċedu biċċa minn dak li jkunu ħadu minn dan is-suq lokali tajjeb ħafna lill-Middle Sea Insurance Company.", "U l- Gvern loġikament qiegħed jgħidilhom li la issa huma jistgħu jaħdmu mb178011mingħajr ma joqogħdu jċedu lill-Middle Sea Insurance, il-Middle Sea mill-banda l-oħra mhux se tibqa' marbuta li ma jistax ikollha aġenti lokali, imma se jkollha l-aġenti lokali ħalli tikkompeti ma' dawn il- kumpanniji barranin, din il-kumpannija ċkejkna Maltija li qatt ma ħlomna li jkollna hawn Malta.", "Qatt ma ħlomna li se jkollna l-expertise konsiderevoli li għandna llum l-ġurnata.", "Issa din il-kumpannija se tkun tista' tikkompeti ma' dawn il-kumpanniji barranin li qed jikkompetu bil- liberta' kollha fis-swieq tagħna.", "Ma nafx kemm tista' ....", "Hawn Malta issa għandna kumpanniji Ingliżi, kumpanniji Taljani u mingħalija għandna wkoll kumpanniji Franċiżi.", "Ma nafx kemm il-kumpannija tagħna l-Middle Sea jew xi kumpannija simili tista' tmur tikkompeti f'dawk is-swieq - allavolja jgħidu bil-liberta' kollha - għaliex jien jidhirli li ma tistax tmur.", "Hawn Malta se niftħu l-kompetizzjoni.", "Tajjeb li se nikkompetu, imma ejja npoġġuha fil-perspettiva vera tagħha u ma noqogħdux insemmu diskriminazzjoni u lanqas impożizzjoni, u lanqas ma noqogħdu ngħidu affarijiet li forsi fil-kotba nsibuhom ħafna - fil-kotba jkun hemm argumenti li jġegħluhom jagħmlu sens iżda fil-prattika u fil-ħajja reali m'humiex attwali u ma jreġux.", "Bħal, per eżempju l-istatement li għamel is- Segretarju Parlamentari Josef Bonnici fejn qal li l-kompetizzjoni hija l- iżjed forma tajba ta' self-regulation.", "X'jiġifieri l-iżjed forma tajba ta' self-regulation?", "Kif tista' tgħid li din hi l-iżjed forma tajba ta' self-regulation?!", "Jekk tkun kompetizzjoni vera, kollox sew.", "U minkejja d-diskussjoni li kellna fuq l-item l-oħra li kellna fuq l-agenda tal- lejla, fejn fis-sustanza hemm area fejn naqblu - għalkemm ma naqblux f'kollox - aħna ngħidu li jekk ikun hemm din il-kwalifika li l- kompetizzjoni tkun vera, tassew, reali - u aħna minn din in-naħa nisħqu fuqha; dak huwa l-enfasi li nagħmlu aħna, jiġifieri mhux qegħdin nagħmlu xi gabirjola, imma qed inkunu konsistenti - u li tagħti r-riżultati mixtieqa, allura tista' tħalliha taħdem il-kompetizzjoni.", "Basta tkun vera, reali u tassew.", "Imma mhux noqogħdu ngħidu li l-kompetizzjoni hija l-iżjed forma tajba ta' self-regulation.", "F'Malta fil-qasam tan-non-life insurance dieħla l-kompetizzjoni.", "X'inhuwa s-self- regulation li qed tagħmel?", "Rajna xi ċaqlieqa 'l isfel, xi stabilizzazzjoni ta' prezzijiet jew ta' premia?", "Jew inkella l-qasam deregolat ta' l-assigurazzjoni issa qiegħed jaġġusta billi l-premia jitilgħu 'l fuq?", "Irridu noqogħdu attenti minn din.", "Aħna qed ikollna, Mr Speaker - u din niddikjarawha hawnhekk; għidnieha diġa' imma tajjeb li nerġgħu ngħiduha - mb178011mhux sempliċement update of policy, li nerġgħu npoġġu l-pożizzjoni tagħna b'mod illi mb178011huwa aġġornat, fejn hemm bżonn anke nimmodifikaw filwaqt li nżommu l-prinċipji, imma nipprovaw nersqu ħalli l-poplu u s-sezzjonijiet kollha tal-poplu jifhmuna aħjar.", "Dik qegħdin nagħmluha.", "Imma barra minn hekk qed ikollna kuntatt dirett u diskussjonijiet diretti ma' rappreżentanti ta' oqsma produttivi, oqsma tas- sidien, oqsma mhux politiċi u oqsma mhux trejdjunjonistiċi.", "Għalfejn kull darba qed issir din l-enfasi kollha fuq id-deregolazzjoni u l-liberalizzazzjoni?", "Biex jagħtu xi ħaġa lill-konsumatur?", "Aħna lill- konsumatur irridu nżommu f'moħħna u l-Gvern ukoll lill-konsumatur irid iżomm f'moħħu.", "Għalhekk dawn iridu d-deregolazzjoni?", "Dawn iridu d- deregolazzjoni l-ħin kollu biex ikunu f'pożizzjoni biex jgħollu l-cost tas- servizzi li joffru, għax f'dan il-każ huma servizzi.", "U din rajnieha anke fil-qasam bankarju, Mr Speaker.", "Għalfejn serviet dik l-enfasi kollha li kien hemm biex ikun hemm deregulation, liberalizzazzjoni tar-rata ta' l- imgħax?", "Din serviet biex appena l-Gvern b'mod mhux esaġerat u b'mod kawt tahom daqsxejn spazju, dawn mhux utilizzaw dak l-ispazju biex jikkompetu, imma mill-ewwel għollew l-imgħax.", "Dawk li kellhom overdraft bis-6.5% irċevew li se jgħollulhom l-imgħax għal 8.5%.", "Dawn huma l-banek fejn il- Gvern għad għandu l-maġġoranza ta' l-ishma; hu ma jindaħalx direttament, almenu nispera li mhux jindaħal direttament għalkemm niddubita, pero' jekk jekk ma jindaħalx jagħmel sewwa, imma għad għandu l-maġġoranza.", "X'kompetizzjoni sabu dawn?!", "Minflok li kkompetew biex jaraw li għandhom surplus cash, għandhom poplu li l-ħin kollu jżid it-tifdil tiegħu ...", "Dalgħodu qrajna d-dikjarazzjoni tal-Ministru tas-Servizzi Ekonomiċi, l- Onor. Bonello Du Puis, fejn qal illi t-total deposits fil-banking system tagħna qabżu l-Lm1 miljun, imbagħad dawn minflok isegwu r-regoli bażiċi li min ikun qed jistudja l-economics jiġi mgħallem fl-ewwel xahar, ir- regoli tas-supply and demand, u jgħidu li la għandhom excess supply of cash relattivament mad-demand, allura għandhom ibaxxu l-interest rate, anke fuq dik il-bażi biss, dawn ħatfu l-ispazju biex jaqbdu u jgħollu r-rata ta' l- imgħax.", "Imbagħad joqogħdu jiftaħru kemm telgħin il-profitti tal-banek!", "Għamlu dik l-ispiża kapitali kollha biex jiftħu branch wara branch - għandna iżjed branches tal-banek hawn Malta milli għandna knejjes - ...", "Dan huwa studju interessanti għal min irid jagħmel xi teżi interessanti!", "Forsi għad nagħmilha jien, meta nieħu mature course ieħor, kif għamilt l- ewwel darba u nerġa' nagħmilha.", "Wara li nispiċċa minn dan il-Parlament, nerġa' mmur nagħmel course ieħor.", "Mr Speaker.", "Għandna iżjed branches ta' banek milli għandna knejjes, joqogħdu jiftaħru u jagħmlu ħafna riklami, full page adverts qisna Tina Turner mingħajr id-dublett ċkejken tagħha iżda b'dublett itwal u sejrin ngħidu li we're the best!", "Mingħalija llum hemm riklam ieħor li jgħid li \"we are the best\".", "U tibda tikkonfondi kif bejn żewġ banek, wieħed huwa l-ikbar u l-ieħor l-aħjar.", "Imbagħad meta tiġi għal dik l-area fejn il-Gvern irid kompetizzjoni - u aħna rridu kompetizzjoni; l- update of policy tagħna qed jenfasizzaha din - u deregulation, dawn jidħlu fiha biex iwaddbu 'l fuq l-interest rates ħalli dak il-bagħal ta' konsumatur, f'dan il-każ min imur jissellef mingħand il-banek, inġibuh bħall-ġemel.", "Il-ġemel għandu żewġ ħotbiet, mela agħmillu ħotba oħra ħalli jiġi ġemel tipiku Malti!", "Imbagħad lill-bagħal l-ieħor, il-provider of capital, lil dak li għamel dak il-biljun lira ġol-bank li ftaħar bihom l- Onor. Bonello Du Puis, la hu bagħal ittrattah ta' bagħal!", "Lil dan lanqas biss għollewlu b'sitt ħabbiet ir-rata ta' l-imgħax li jagħtuh, basta fl- aħħar tas-sena l-profitti telgħu.", "U naqgħu fir-redikolaġni illi l-Gvern biegħ parti mill-banking system b'Lm1,u llum dik il-Lm1 saret tiswa Lm2.", "Il-poplu Malti kollu kemm hu effettivament ġie misruq u aħna dak iż-żmien konna wissejna kontra dik l-accretion li kien hemm mill-quasi monopolistic situation li għandhom dawn in-nies, għax dan m'għandux ikun.", "Għalhekk issa jiena ngħid: Ejja noqogħdu attenti meta ngħidu li l-kompetizzjoni hi l- iżjed forma tajba ta' self-regulation.", "X'kompetizzjoni kompetizzjoni!", "Aħna rriduha l-kompetizzjoni imma dan il-pajjiż m'għandux il-kultura tal- kompetizzjoni.", "Ejja nipprovaw nitkellmu f'dak il-kontest.", "Ejja nċaqilquhom lil dawn in-nies.", "Aħna la nheddu lil ħadd, la nimponu fuq ħadd, imma lanqas inħallu lil ħadd jitmejjel bina, Mr Speaker.", "La ma teżistix il-kultura tal-kompetizzjoni - ejja nammettu li ma teżistix - ejja ngħidu u nagħtu eżempji fejn mhijiex qiegħda tkun prattikata l- kompetizzjoni.", "Ejja nagħtu eżempji fejn hemm l-ipokresija u qed jidħku bin- nies, taparsi hemm kompetizzjoni u mbagħad ma jkun hemm kompetizzjoni xejn.", "Ħalli nerġgħu niġu lura għall-qasam ta' l-insurance.", "Issa naraw jekk kemm- il darba din id-deregulation - u tajjeb li se jkun hawn din id-deregulation - hijiex veru l-aħjar forma ta' self-regulation, għax dawn in-nies se jżommu l-primia fl-inqas livell possibbli, umb178011 tista' tagħmel hekk jekk veru jkollok kompetizzjoni.", "Issa ladarba għidt hekk ma noqogħdux ngħidu: Għax qabel kien hemm is-sistema fejn il-Middle Sea, permezz ta' l- Insurance Business Act, kellha s-cession favur tagħha ta' 30% u naffarna xi nies.", "Ma naffarna xejn.", "Dak iż-żmien kien hemm kumpanniji li nqalgħu minn Malta u ma baqgħux jiktbu life policies għax peress li barra s-cession riedu jżommu parti sostanzjali mill-assets tagħhom hawn Malta u hawn Malta ma setgħux jaqilgħu l-istess rati ta' l-imgħax jew l-istess dividends li jaqilgħu fis-swieq barranin - meta jaqilgħu, meta d-dħul ma jinżlilhomx, għax hemm żmenijiet meta ma jaqilgħux - ħassew li ma setgħux jagħmlu funding commensurate mar-rate of growth li kienu mdorrija jagħtu fuq il-life insurance policies.", "U meta daħħalna ċerti regolamenti fl-aħħar tas-snin sebgħin kien hemm ċerti kumpanniji li mhux telqu imma ma baqgħux jiktbu life policies.", "Sussegwentement x'ġara, Mr Speaker?", "F'din l-aħħar sena, minkejja din id-deregulation kollha u minkejja l-pjani tal-Gvern li jiftaħ is-suq - l-Onor.", "Bonnici korrettement uża espressjoni differenti milli kont qed nuża jien; mhux jilliberalizza biss imma jiftaħ is-suq ukoll - xorta waħda kellna kumpanniji li ġew hawn Malta.", "Iva, u ġew hawn Malta ma' ċerti Maltinmb178011 u kienu jafu x'qed jagħmlu.", "Kellna wkoll kumpanniji oħra li telqu minn Malta - l-Onor.", "Bonnici jaf biżżejjed u m'hemmx għalfejn noqgħod insemmihom għaliex niddejjaq nispeċifika - bl- ebda referenza għall-Gvern tal-ġurnata tal-lum jew tal-bieraħ, imma ħassew li kellhom joħorġu minn Malta għaliex is-suq Malti ma kienx tali li jistgħu jibqgħu joperaw fih minkejja d-deregulation li kienet saret diġa' tal- marine insurance u minkejja din il-further deregulation li l-Gvern kien wiegħed.", "X'inhu l-punt tiegħi?", "Il-punt tiegħi huwa li għandna nqiegħdu kollox fil- kontest storiku reali tiegħu u llum għandna nagħmlu d-diskussjoni fil- kontest li lill-poplu tagħna nedukawh ħalli jkollu din l-imbierka kultura ta' kompetizzjoni u fil-kontest li anke lil dawk li jippriedkaw il- kompetizzjoni imma ma jipprattikawhiex nuruhom li mhumiex qed jitmellħu bina, nuruhom li aħna bħala rappreżentanti tal-poplu lesti li lill-poplu ngħidulu li m'għandux iħalli lil min jitmellaħ bih.", "Issa ladarba qiegħed fuq dan is-suġġett, Mr Speaker, huwa interessanti wkoll li meta nisimgħu l- kelma \"impożizzjoni\" hawn ġew nirrealizzaw ftit x'ġara f'dawn l-aħħar erba' ġimgħat, meta l-Ministeru tal-Finanzi - u kellu raġun jagħmel hekk u mhux se nagħtih tort, imma issa ngħid għaliex qed inqajjem dan il-punt - iffaċċjat għal darb'oħra mill-armada - mhux armata - ta' dawn l-aġenti ta' foreign insurance companies - li tgħidx kemm draw iferfru rixhom għaliex dan il-Gvern iħallihom u jagħtihom l-ispazju fejn iferfru rixhom anke jekk kemm-il darba ma jkunx jistħoqqilhom - għaliex il-Middle Sea baqgħet titlobhom l-informazzjoni li għandha dritt għaliha taħt l-Insurance Business Act.", "X'mobilizzazzjoni għamlu fil-gazzetti u mhux fil-gazzetti kontra l-Middle Sea!", "Sentejn jew tlieta ilu l-ġlieda seħħet fil- boardrooms, b'ħafna ittri ma jispiċċaw qatt, imma għallinqas żammewha fil- boardrooms iżda din id-darba - u issa l-press trid tilgħab role differenti - bdew kite flying fil-press, joħorġu hemmhekk u l-ġlieda u l-pressjoni jagħmluha min-naħa tal-press.", "Imbagħad kienet interessanti r-reazzjoni tal- Ministru tal-Finanzi li bla kliem, bla tlaqliq u bla xinxilli qalilhom: \"Jew tagħmlu dak li tgħidilhom li għandhom jagħmlu l-Insurance Business Act sakemm għadha operattiva, or else ....\".", "U l-\"or else\" kien li jirtiralhom il-liċenzja.", "Sewwa għamlilhom, sewwa qalilhom, imma ara x'kien jiġri kieku għamilha l-Gvern Soċjalista din!", "Kemm kienu joħorġu bil-borom f'rashom huma wkoll u jagħtu fuq il-patata għaliex heddidniehom!", "Ara kemm jitbiddlu s-sitwazzjonijiet, Mr Speaker.", "Ara kemm għandna noqogħdu attenti qabel nużaw kliem hawnhekk bħal impożizzjoni, diskriminazzjoni u dawn l- affarijiet kollha.", "Il-Ministru, għaliex ħass li dawn qegħdin jhedduh u għaliex ħass li dawn qegħdin jisfidaw il-liġi, qalilhom: \"Le, ma tisfidawx u jekk tisfidaw inneħħilkom il-liċenzja.\".", "Imbagħad marru u tkellmu hemm isfel - mhux l-isbaħ palazz li hawn fid-dinja, imma l- atmosfera hija konduċiva biex tasal fi ftehim u anke jien ġieli wasalt fi ftehim minkejja rapporti to the contrary; ħafna ftehim intlaħqu hemmhekk u mhux minni biss imma anke Ministri oħra - u nstab xi ftehim li dettalji tiegħu ma ngħatawx.", "Imma ara kieku konna aħna li wżajna l-istess trattament ma' dawk in-nies kemm kien ikollna sitwazzjoni differenti! mb178011", "Fl-aħħarnett, Mr Speaker, nixtieq nistaqsi x'inhi din li l-Gvern filwaqt li jrid il-liberalizzazzjoni u d-deregolazzjoni biex iġib iżjed kompetizzjoni fil-pajjiż ħalli n-nies tagħna - almenu nittama li hu hekk - jitgħallmu jikkompetu aħjar biex ikunu jistgħu barra li eventwalment jerġgħu jiksbu x- share tal-local market, ikunu anke jistgħu biż-żmien joħorġu f'markets barranin ...", "Dak hu l-iskop kollu, inkella rridu nkunu mġienen biex inżarmaw dak li għandna biex sempliċement nitilfu.", "L-iskop huwa li jekk stess titlef in the short term tattira u tattrezza lilek innifsek b'mod li tirbaħ in the medium and longer term.", "Allura jekk dak huwa veru l-iskop, Mr Speaker, x'inhi din li l-Gvern qiegħed jippermetti dak li qiegħed jiġri fl-MIB?", "Din hija sitwazzjoni politika?", "Il-Partit Nazzjonalista ilu s-snin itambar li għaliex fl-MIB fost oħrajn bħala shareholders hemm il-Partit Laburista u l-General Workers' Union, huwa mhuwiex kuntent, jara li saret xi ħaġa li ma kellhiex issir għaliex investiment ċkejken kiber u dawn iż- żewġ organizzazzjonijiet ibbenfikaw tajjeb minnu - u dan huwa veru - apertament, direttament, b'mod trasperenti u b'mod li jekk stess ma taqbilx miegħu, tista' tarah u tista' tiġġudikah.", "Dan m'għandux x'jaqsam ma' kuntratti li jingħataw il-Bambin jaf kif, ikun hemm commissions fuqhom li l- Bambin jaf kif jingħataw u jmorru fejn nistgħu nobsru u fil-fatt issa qed insiru nafu fejn imorru, u m'għandhomx x'jaqsmu ma' membri li hawn quddiemi f'din il-Kamra.", "Jiġifieri ma qed nagħmel l-ebda referenza għal ħadd personalment.", "Dak li sar fl-MIB, jekk stess ma taqbilx miegħu, sar ċar, tista' tarah u tista' tikkritikah mhux bħal arranġamenti oħra li saru u għadhom isiru u xi darba d-dettalji dwarhom ikomplu joħorġu.", "Imma allura issa għax sar hekk u għaliex il-Partit Nazzjonalista u xi direġenti tiegħu jitkellmu kif kien tkellem is-Segretarju Generali f'waħda mil-laqgħat tagħhom, li ma jaċċettax din is-sitwazzjoni, allura din in-nukleu ta' l- insurance veru lokali - u mhux in-nukleu ta' aġenti imma n-nukleu ta' nies li ħadu expertise - irridu bilfors neqirduh?", "Bilfors irid jinqered dan? mb178011", "Riċentement kellna l-każ ta' Air Malta li ħarġet tender biex tieħu insurance policy għas-sena li ġejja ladarba tiskadilha din li għandha - huwa veru li fil-passat l-MIB kellha right of first refusal għaliex ma kenitx f'sitwazzjoni kompetittiva - u l-MIB kkompetiet billi ġiet f'sitwazzjoni - u dan huwa tagħrif magħruf - fejn qalet lil Air Malta li lesta li taħdimha għal xejn, għal $1.", "Din it-tender lanqas fuq din il- kondizzjoni ma tawhielha u kellna ħafna rapporti li l-kwestjoni qed tiġi diskussa fil-Kabinett u għalkemm il-Ministru responsabbli minn Air Malta, jrid li t-tender tingħata lill-MIB fuq din il-bażi għaliex peress li m'hi se tagħmel l-ebda profitt minnha, Air Malta m'hix se tkun out of pocket - u jekk stess fil-passat kienet out of pocket, din id-darba żgur li mhix se tkun; mhux qed ngħid li kienet, imma jekk stess issa tallega li fil-passat kienet out of pocket, din id-darba żgur li m'hix se tkun out of pocket - reġgħu bidlu r-rules of the game, qalbu kollox ta' taħt fuq u qalu li mhux se jużaw broker; għamlu unit intern f'Air Malta stess, ħalltu l-ħass mal- ġwienaħ ta' l-ajruplani unikament u purament biex il-kuntratt ma teħdux l- MIB.", "Għaliex qed isir dan?", "Din x'sitwazzjoni hi?", "Dan mhux qed isir sempliċement biex ikun hemm twettiq tal-motiv politiku, jiġifieri li n-net asset value tal-MIB, li parti minnu jappartjeni lill-kumpannija li fiha hemm il-GWU u l-Partit Laburista, jiġi eroded?mb178011 Dawn huma daqshekk short-sighted li ma jagħrfux li waqt li qed jagħmlu hekk biex jolqtu lill- GWU u lill-Partit Laburista qegħdin jolqtu lil Sea Malta li għandha iżjed minn 50% shareholding fl-MIB?", "Ma jirrealizzawx li filwaqt li qed jagħmlu hekk, dawk is-70 ruħ li jaħdmu ma' l-MIB - ma nafx kemm saru issa u m'għandi konnessjoni ma' ħadd minnhom, fil-passat kien hemm xi ħadd jiġi minni imma llum nista' nitkellem b'iżjed liberta' - li akkumulaw expertise through the years u wħud minnhom tant kienu tajbin li ġew meħuda minn kumpanniji oħra li twaqqfu f'dawn l-aħħar ħames snin, se jiġu f'sitwazzjoni fejn effettivament din il-kumpannija will be facing bankruptcy.", "Xi ħadd jiggwadanja xi ħaġa minn dan?", "Jekk dan ma tgħidlux masokiżmu - u jien ma ngħidlux masokiżmu - xi trid tgħidlu?", "Ma tridx tgħid li hemm xi ħadd, xi brimba jew xi nies li qed jagħmlu aġir li dwaru l-Gvern huwa fl-obbligu li ma joqgħodx ilablab biss u jgħid li ma jaqbilx miegħu, imma huwa fl- obbligu li jindaħal ħalli jara tassew x'qed isir u jara għaliex qed isir dan kollu?", "Għalkemm din il-liġi li qed niddiskutu hija teknika, tittratta qasam li huwa importanti ħafna, qasam li rnexxielu jiżviluppa għax ittieħdu l-miżuri li ttieħdu fis-snin sebgħin u kmieni fis-snin tmenin, qasam li mhux veru li l-kompetizzjoni ġo fih s'issa wriet li hija l-aħjar forma ta' self- regulation - u meta tieħu into account dak li għadni kemm għidt dwar l-MIB, li diġa' ntqal fil-gazzetti xorta waħda waqa' on deaf ears u minkejja dak li ntqal, minkejja t-twissijiet u minkejja t-talbiet li saru ma wassalx għal aġir pożittiv min-naħa tal-Gvern - u qasam li minflok qiegħed jitnaddaf bir-riħ tal-kompetizzjoni, qiegħed jitħammeġ bl-intiena ta' xi jdejn li qed ibagħbsu wara l-kwinti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Nistieden lill-Onor.", "Josef Bonnici biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, reġgħu tqajmu diversi punti ta' interess ġenerali mill-aspett ekonomiku u huwa pjaċir tiegħi li niddibatti ċerti punti mhux biss fuq l-Abbozz li qed niddiskutu.", "Jien naħseb li b'hekk inkunu qed inwasslu d-djalogu u d-diskussjoni fil-Parlament għall-poplu Malti kollu u jkun ta' benefiċċju għal kulħadd li jkun jaf aktar fuq l- affarijiet li jiġu trattati hawnhekk.", "Jien se nibda nitkellem fuq il-kwestjoni tal-Middle Sea Insurance u s- cession.", "Żgur li l-intenzjoni kienet li wieħed jippromwovi an insurance industry f'Malta. mb178011", "Pero' nixtieq li wieħed jieqaf jirrifletti daqsxejn xi tfisser insurance industry, xi tfisser ikollok insurance u kif taħdem insurance.", "Il-bażi ta' l-industrija ta' l-insurance hija l-istatistika.", "Anzi hija l-probabilita' li wieħed ikun jista' jifrex fuq medda kemm jista' jkun wiesgħa u b'hekk ikun jista' jieħu premium ftit ftit mingħand kulħadd u joffri protezzjoni għal meta tinħaraq xi fabbrika, jegħreq xi vapur jew għal meta l-merkanzija tkun damaged; allura hawnhekk tidħol ix-xjenza tal-probabilita'.", "Din bażikament taħdem b'mod veru sempliċi.", "Dawn jaraw il-probabilita' li vapur jegħreq, per eżempju, u jiddeċiedu din il-probabilita' billi jaraw ċerta history.", "Jaraw id-data tal-passat, minnha jikkolkolaw il-persentaġġ ta' kemm fabbriki jistgħu jaqbdu minn kull 1,000 u jekk, per eżempju, fl-aħħar 50 sena minn kull 1,000 fabbrika qabdet waħda, allura forsi jiddeċiedu li se jiffaċċjaw il-cost ta' fabbrika waħda, jikkaverjawha, jaqsmuha fuq premiums fuq il-fabbriki kollha li jkollhom u jiċċarġjaw commission.", "Hekk taħdem l-insurance bażikament, pure and simple.", "Allura l-issue hija li meta qed tittratta l-insurance you're dealing with big nummb178011bers għax ikollok sitwazzjonijiet fejn iktar ma jkollok wisa', iktar ma tkun kapaċi tiftaħ, iktar ma għandek pajjiżi kbar, iktar se jkunu kompetittivi fl- insurance.", "Hawn Malta forsi għalhekk dejjem kellna diffikulta' li niżviluppaw an insurance industry, dik li semma l-Onor.", "Spiteri.", "Il- verita' hi li peress li aħna ċkejknin huwa diffiċli li wieħed jiżviluppa insurance industry indiġena.", "Mhux impossibbli u f'ċerti każi tista', imma hemm ċerti diffikultajiet.", "L-Onor. kollega tiegħi semma l-Middle Sea.", "Veru li tal-Middle Sea kien attentat biex tipprova titwaqqaf din it-tip ta' industrija f'Malta.", "Imma l-Middle Sea x'kienet tagħmel?", "Kienet tagħmel re-insurance.", "Re-insurance ma' fejn?", "Ma' Malta?", "Skond l-informazzjoni li għandi, kienet tinxurja ma' barra.", "L-Onor.", "Spiteri qal li qabel kien hawn l-aġent li jieħu gidma u l- insurance ta' barra tieħu l-bqija.", "Allura issa daħlet gidma oħra, Alla jbierek, li hi dik tal-Middle Sea, li naturalment żiedet dik il-commission li semmejt jien għax il-bqija trid tinħadem fuq il-probabilita'.", "GĦalhekk ġejna b'żewġ gidmiet.", "U jien nistaqsi: Mhux ovvju li dan se jwassal għal costs iktar għoljin għall-ekonomija Maltija?", "L-intenzjoni li twaqqaf industrija ta' l-insurance f'Malta kienet tajba, imma f'dan il-qasam speċjalizzat, fejn ir-riskji jkunu kbar, huwa diffiċli ħafna li wieħed jgħid li f'Malta tista' tikkompeti fl-oqsma kollha.", "GĦalhekk spiċċajna b'żewġ gidmiet minflok waħda.", "Dan x'balance of payments effect għandu?", "Jien ma nafx, pero' naħseb li ftit li xejn għaliex din il-gidma tal-Middle Sea ma naħsibx li kienet daqshekk kbira li se tiffranka lil Malta daqshekk miljuni jew mijiet ta' eluf ta' flus li joħorġu barra.", "Min-naħa l-oħra hemm argument ieħor li huwa ta' interess għaliex caso mai ikun hemm diżastru, l-iskop ta' l-insurance huwa proprju li tkopri dawk id- danni.", "Jiġifieri inti ma tridx tagħmilha ta' book-keeper u tħares il-flus li ħerġin fis-sena imbagħad ma toqgħodx taħseb għaliex ħerġin.", "GĦax dawn qed jipprovdu protezzjoni, qed jipprovdu servizz u f'dak is-servizz jista' jkun hemm każ fejn mb178011 jidħlu flus ukoll.", "Jiġifieri dan il-qasam ta' l-insurance huwa qasam li hu daqsxejn ikkomplikat.", "Ipprovajna naslu bil- Middle Sea, din għamlet ċertu xogħol u ta' min jgħid li kien tajjeb ukoll, pero' finalment baqgħet trid tagħmel re-insurance ma' barra.", "Jiġifieri li ggwadanjajna aħna huwa li fejn qabel kellna l-aġenti lokali jieħdu ħsieb ta' dan ix-xogħol kollu, issa kellna aġenzija parastatali li qed tħaddem lin-nies jagħmlu l-istess xogħol ta' re-insurance.", "GĦalhekk jien nara li l- konċett ma tantx inbidel.", "Flus barra ma tantx iffrankajna.", "Nixtieq li xi ħadd jikkwantifikali mb178011kemm iffrankajna flus li ma ħarġux barra.", "Nixtieq inkun naf kemm-il miljun lira ffrankajna malli waqqafna din is- sistema.", "Din ħadd qatt ma qalhieli.", "Jien nista' nuża l-balance of payment argument għal ħafna affarijiet, imma dejjem nipprova nikkwantifika l-ammont għax nista' niffranka lira jew kif jgħid il-proverbju \"One dollar\" li semma l-MIB li ridet tiċċarġja.", "Nista' niffranka Lm100,000 jew Lm1 miljun, eċċ. Jiġifieri ma noqogħdux nesaġeraw għax, fil-fehma tiegħi, ma jidhirlix li hemm lok għal dik l-esaġerazzjoni.", "It-tielet punt huwa li jekk kien hemm lok illi l-cost ta' l-insurances jiżdied f'Malta minħabba dan il-proverbju \"Agħtini gidma\", min se jbati?", "Hawnhekk ma qagħdux iħarsu lejn il-Gvern bħala an accounting body li sempliċement għandu dħul u għandu l-ħruġ, u iktar ma jdaħħal dħul iktar ikollu xi jqassam.", "Wisq nibża' li qabel il-mentalita' hekk kienet, li l- Gvern iktar ma jkollu intrapriżi li jagħmlu profitt jew idaħħlu flus b'xi mod anke fi stadju ta' monopolju, allura iktar aħjar għax ikollu iktar xi jqassam, u addio l-prodouttivita' u l-effiċjenza ta' l-ekonomija.", "U dan huwa l-punt li rrid nasal għalih.", "Is-sistema li kellna kienet qegħda twassal għal iktar effiċjenza fil-qasam iktar wiesa' ta' l-ekonomija kollha tagħna fejn illum għandna 'l fuq minn 130,000 ruħ jaħdmu.", "Jiġifieri dan ix- xogħol kollu, din il-gidma doppja, is-cession u dawn ir-regoli kollha li nħolqu, fil-fatt kienu ta' iktar vantaġġ għall-ekonomija Maltija?", "Din hija mistoqsija li ma nistax inweġibha, imma jien wisq nibża' li ma kenitx, anzi kienet qed ixxekkel ċerti żviluppi, ċertu insurance u kienet qegħda tpoġġi s-sitwazzjoni b'mod illi wieħed ma kienx qed ikun kompetittiv biżżejjed.", "Allura nkunu f'pożizzjoni li anke l-impieg tal-ħaddiema Maltin ma jibqax daqshekk kompetittiv.", "Nisimgħu tant aħna!", "Tgħidulna li jekk nidħlu fil- Komunita' Ewropea jistgħu jiżdiedu xi costs u nitilfu l-impiegi.", "Wieħed x'jgħid meta jiżdiedu l-costs of doing business in Malta?", "Semma tant l- Onor. Spiteri kemm irridu niġbdu investiment minn barra!", "Dan se niġbduh billi jkollna dawn it-tip ta' sistemi u ta' kontrolli, din il-heavy hand of Government indeed.", "Issemmew il-banek u għalkemm din m'għandha x'taqsam xejn ma' l-insurance, nixtieq ngħid żewġ affarijiet.", "Jiena niftakar li fl-1973/74 meta kont student fl-Universita' ta' Malta, il- Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien deher fuq it-television u bażikament qal li se jieħu n-National Bank ta' dak iż-żmien.", "Talk about the heavy hand of government!", "Illum ngħidu li rridu investituri barranin, irridu iktar kompetizzjoni fil-banek, irridu jkollna sistema iktar kompetittiva u iktar miftuħa.", "Dik għalija kienet il-bidu ta' telf kbir fl-ekonomija Maltija għaliex il-Gvern Malti Soċjalista ta' dak iż-żmien wera li prattikament kien lest li jinnazzjonalizza istituzzjonijiet importanti, istituzzjonijiet li huma bażiċi għall-ekonomija u istituzzjonijiet li fil- fatt bihom inti jkollok informazzjoni fuq is-settur kollu ta' l-ekonomija.", "Is-settur finanzjarju ssibu b'links kullimkien.", "Illum jien nieħu pjaċir nisma' lil min jgħid li m'għandniex kompetizzjoni biżżejjed.", "Imma dak iż- żmien għaliex bdejna f'din it-triq?", "Għaliex huwa veru diffiċli li ġġib banek barranin meta għandna din l-istorja?", "Għaliex is-sistema ta' dak iż- żmien marret b'dan il-mod?", "Dawn huma mistoqsijiet li nistaqsi, nieħu pjaċir illi l-Membri ta' l-Oppożizzjoni jaġġornaw ruħhom - u llum qegħdin jgħidu li jridu iktar kompetizzjoni - pero' dak iż-żmien ma jidhirx li hekk kienet l-intenzjoni, għax l-intenzjoni kienet il-ħtif tal-banek, il-ħtif tas-sistema finanzjarja.", "U hekk ġara.", "Minflok ma l-Bank Ċentrali - u l- Onor. Spiteri jaf daqsi - daħal u pprova jassigura l-interessi tal-bank kummerċjali ...", "Dan ma kienx hemm każ ta' fraud imma kien sempliċement każ fejn il-Gvern prattikament ħataf bank, u dik kienet is-sitwazzjoni.", "Issa l- verita' hi li dan kien il-bidu.mb178011", "Għalija dan kien il-bidu tal-waqgħa tas-soċjaliżmu f'Malta.", "Is-sistema ekonomika Maltija spiċċat f'sitwazzjoni fejn beda jidher ċar li the heavy hand of government kienet qed tagħfas u tagħfas, fejn tista' taħtaf u tieħu profitti u tqassam dawk il-profitti.", "Jgħidu li issa tbiddlu u li jridu l-kompetizzjoni u jiskantaw għaliex m'hawnx kompetizzjoni fil-banek.", "Jien naħseb li din l-istorja mhijiex daqshekk unreasonable, li investituri internazzjonali jkunu kawti.", "Imbagħad issemmiet l-MIB.", "Milli jidher l- Onor. Spiteri mhuwiex daqshekk favur tagħha.", "Ma nafx il-kliem preċiż li uża pero' jekk m'inix sejjer żball qal li forsi din mhijiex istituzzjoni ideali.", "U żgur li mhijiex istituzzjoni ideali meta kellha prattikament il- business kollu tal-parastatali; meta din kellha interessi ta' partit u ta' union.", "Hekk hi l-kompetizzjoni li smajna lill-Onor.", "Spiteri llum jgħid kemm jemmen fiha?!", "Il-kompetizzjoni kienet billi toħloq istituzzjoni u tagħtiha l-kummerċ kolluĠ Din kienet is-sistema ta' kompetizzjoni?", "Din kienet is-sistema li biha lill-pajjiż tagħna rridu niftħuh?", "Din kienet is- sistema li biha rridu nżidu l-impiegi?", "B'kumbinazzjoni meta ġara dan kollu kien l-1981, meta s-settur privat beda jikkrolla u jikkrolla sakemm tlifna 11,000 impieg produttiv.", "Din hi s-sitwazzjoni li ġabet il-politika soċjalista.", "Tgħiduli għar-riċessjoni?", "Illum m'għandniex ir-riċessjoni?", "Fejn huma t-telf ta' impiegi?", "Kienet il-policy ekonomika soċjalista li fil- fatt wasslet għal dan it-telf.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq billi ngħid li l-motivazzjoni ta' din l-emenda hija li aħna nwasslu s-sistema ta' l-insurance f'sistema iktar kompetittiva; sistema li tipprovdi għal aktar produttivita' għall-ekonomija tagħna u għall-ġid tal-poplu Malti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \" Att biex jemenda l-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni, Kap. 290\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta 28 ta' Settembru, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Dazju tas-Sisa fuq il-Birra - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex ikompli jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja - it- Tieni Qari.", "mb178011", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Mr Speaker, ftit ġranet ilu qabel il-weekend delegazzjoni parlamentari ta' dan il-Parlament ħadet sehem f'dak li hu msejjaħ il-Joint Parliamentary Committee li ġie mwaqqaf bejn dan il- Parlament u l-Parlament Ewropew.", "Il-laqgħa li saret fi Brussell kellha ċirkostanzi, biex ngħid hekk, partikolari ħafna fil-mument li qegħda tgħix fih Malta bħalissa fil- prospettiva tagħha li tasal għal sħubija sħiħa fil-Komunita' Ewropea, għaliex dan il-Kumitat Konġunt iddiskuta l-items kollha li kellu quddiemu fl-agenda li kienu kkonċernaw aspetti mill-avis li ġie pubblikat fit-30 ta' Gunju li għadda.", "GĦaldaqstant kienet diskussjoni ta' jumejn - nistgħu ngħidu ta' tlett ijiem - li kienet marbuta ma' l-oġġettiv ċar li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Din allura kienet diskussjoni ta' programm, kienet diskussjoni dwar issues konkreti li għandhom skop preċiż li nagħmlu mis-sħubija ta' Malta l-ikbar suċċess possibbli għall-ġid ta' pajjiżna u mhux anqas ukoll għal dak tal-poplu tagħna.", "Dan il-kumment nixtieq nagħmlu għaliex fl-isfond ta' din l-esperjenza li kellna l-ġimgħa l-oħra bħala Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra ma' dawk Ewropej, kien hemm tibdil mhux biss min-naħa tal-Gvern, imma anke min-naħa", "ta' l-Oppożizzjoni f'dik li hija outlook u argumentazzjoni mil-laqgħat ta' qabel.", "Fil-laqgħat ta' qabel meta l-avis kienet imħejjija - kien magħruf li hija lesta imma kienet għadha ma ġietx ippubblikata - kien hawn l- argument min-naħa ta' din il-Kamra li l-Ewropa ma tridx lil Malta u allura m'għandniex għalfejn ninsistu li nidħlu għaliex lanqas biss kien għadu ġie pubblikat l-avis.", "Illum dan l-argument inbidel għaliex naturalment deher ċar l-appoġġ li kien qiegħed jiġi muri favur l-isħubija ta' Malta u l-mod pożittiv li bih ġie analizzat l-avis - naturalment mhux mingħajr kritika fid-dettall ta' xi wħud mid-dettalji, partikolarment fejn għandu x'jaqsam ma' aspetti ekonomiċi u anke espressjonijiet li setgħu jiġu dibattuti fuq ir-rwol tal-pajjiżi ż-żgħar fi ħdan din il-Komunita'.", "Il-messaġġ politiku ġenerali ta' l-avis tant kien meħud b'entużjażmu u b'mod pożittiv li allura l-argument din id-darba nbidel u sar li l-Ewropej qed jitkellmu favur Malta għaliex hekk jaqblilhom u allura jekk wieħed jiffavorixxi s-sħubija ta' Malta ma' l-Ewropa ikun qiegħed iħares lejn l-interessi ta' l-Ewropej u mhux lejn l-intesssi ta' Malta.", "Bil-mod li bih inbidel l-argument, Mr Speaker, juri li din hija pożizzjoni tassew dgħajfa għaliex ma turix opinjoni u argumentazzjoni ċara imma turi biss li naraw x'nagħmlu fiċ- ċirkostanzi biex niżfnu żifna oħra ħalli nkunu differenti.", "Mr Speaker, fil-bidu semmejt li l-messaġġ pożittiv ġie minn kulħadd.", "Il- Parlament Ewropew li miegħu dan il-Parlament għandu l-unur li jkompli jintensifika r-relazzjonijiet tiegħu u kull membru ta' dan il-Kumitat Konġunt, hu min hu, huwa żgur onorat u ta minn qalbu - kemm fil-passat u m'għandix dubju li se jibqa' jagħti fil-futur - lejn ir-rapporti u relazzjonijiet mill-aqwa lejn din l-istituzzjoni Ewropea mb178011", "għaliex m'hemmx dubju li kulħadd jixtieq li dawn ir-rapporti jkomplu jissaħħu.", "Il-Parlament Ewropew wera sodisfazzjon kbir għar-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ istituzzjonijet u permezz ta' l-espressjoni li uża l-Viċi President tiegħu f'isem il-President Klepsch ta l-appoġġ lil Malta bħalma ta fil-passat u issa qed jerġa' jsostni l-prinċipju li għandu jkun hemm dak li nsejħulu d-deepening tal-Komunita' biex issir iktar effiċjenti bir-riformi meħtieġa, pero' dan m'għandux isir a skapitu tat- tkabbir u fost it-tkabbir il-Parlament Ewropew ma jarax biss in-naħa ta' fuq jew in-naħa tal-Lvant ta' l-Ewropa, imma jara wkoll it-tkabbir fin-naħa ta' isfel ta' l-Ewropa għaliex f'rasu għandu wkoll il-Mediterran.", "Meta nsemmu l-Mediterran ma nkunumb178011x qed nirreferu biss għall-area b'mod vag, imma l-Parlament Ewropew għandu f'rasu l-Mediterran kif inhu rappreżentat min-naħa ta' l-Ewropa b'dawk il-pajjiżi li huma diġa' membri.", "F'dan il-kontest ta' tkabbir għandu f'rasu wkoll lil Malta u lil Ċipru, pero' fil-każ ta' Malta se tingħata attenzjoni partikolari minħabba li huwa rikonoxxut li l-każ ta' Ċipru huwa kompletament differenti minn dak ta' pajjiżna u li Malta tirrappreżenta, anke għall-ambjenti Ewropej, każ tassew partikolari.", "Fil-Parlament Ewropew smajna repetutament li anke meta jħares lejn ir-rwol tal-pajjiżi ż-żgħar jrid jassigura li jkollhom drittijiet ugwali bħal kull pajjiż ieħor.", "Dan il-prinċipju ġie espress bl-iktar mod ċar minn kull rappreżentanza li kienet preżenti min-naħa Ewropea f'dan il- Kumitat, jiġifieri mill-forzi politiċi preżenti, kienu ta' liema kulur politiklu kienu u dawn kienu jinkludu s-soċjalisti, il-ħodor, id- demokristjani, il-liberali u dawk li unanimament għandhom din il- perspettiva partikolari.", "Mr Speaker, l-avis tkellem fuq riformi fl-ekonomija u dan diġa' ġie diskuss.", "Naturalment dan mhuwiex każ li jien nidħol fih.", "Apparti l-ħin, jien m'inix il-persuna kompetenti biex nitkellem fuq dan is-suġġett, pero' nista' nassigura wkoll li Van den Broek - li bil-preżenza tiegħu biss onora l-laqgħat li kellna fi Brussels il-ġimgħa l-oħra u barra minn hekk kellu messaġġ politiku x'jagħtina - qal li minbarra r-raġunijiet sħaħ għaliex il-Kummissjoni trid tara lil Malta validament f'postha bħala membru sħiħ fil-Komunita' Ewropea, qal ukoll li r-riformi huma meħtieġa biex jassiguraw is-suċċess u l-integrazzjoni ta' dan il-pajjiż fi ħdan l-Unjoni Ewropea anke mill-aspett ekonomiku ħalli Malta ma tbatix anzi tkun imħejjija tajjeb bi swieq kompetittivi u miftuħin biex taffronta l-futur tagħha bl-iktar mod pożittiv u fl-aħjar interessi tagħha possibbli.", "Mr Speaker, kellna wkoll appoġġ u ideat unanimi fuq ir-rwol tas-sigurta' u n-newtralita' ta' pajjiżna.", "Dawn rajniehom minn diversi opinjonijiet preżenti li kien hemm.", "Sfortunatament minħabba l-ħin mhuwiex possibbli li nsemmi - għalkemm kont ippreparat - lil Luigi Vertemati li għamel dikjarazzjonijiet fuq in-newtralita' ta' Malta.", "Dan qal li bħalma ma kienx ostakolu għall-Irlanda, ma jkun ostakolu għall-ebda pajjiż ieħor, la għall- Awstrija, la għal Sweden u lanqas għal xi ħaddieħor.", "Luigi Vertemati għamel dikjarazzjoni ċara li n-newtralita', anke ta' Malta, hija newtralita' politika imma mhijiex newtralita' legali.", "Dak aħna dejjem sostnejnieh.", "Fil-fatt illum qed naraw li l-argumentazzjonijiet li dejjem sostnejna aħna bħala Gvern tal-Partit Nazzjonalista, illum ġew adottati mill-Membri Parlamentari Ewropej ta' kull kulur politiku.", "Dawn l-istess konċetti saru l-forza ta' l-argumentazzjoni fi ħdan dawn l-istituzzjonijiet Ewropej favur Malta.", "Allura dehret ċara kemm qed tagħmel sintonija tajba n-naħa tal-Gvern u n-naħa ta' ħafna ambjenti - ma ngħidx unanimu - li dejjem qed jikbru u jiżdiedu.", "Aħna qed naraw l-appoġġ jikber u l- argumenti jinsabu mb178011", "in sintonija ma' dak li nemmnu.", "Naturalment hawn jidħol ir-rwol ta' Malta bħala membru.", "Per eżempju, rajna lil Eric Derycke - kien qed jirrappreżenta lill-presidenza Belġjana - u qalilna li huwa importanti li Malta tingħaqad mal-Komunita' għaliex għandha rwol importanti x'tilgħab f'dak li huwa sejjaħlu North-South Joint Venture li għandha tinbena fil- policy ġdida Mediterranjea ta' l-Unjoni Ewropea partikolarment f'konnessjoni ma' l-iżviluppi l-aktar mgħaġġlin li qed isiru fil-Middle East - dan diġa' rajnieh fil-ftuħ tad-djalogu bejn Israel u dinja GĦarbija - għaliex skond dan l-istess Derycke għandha tinkiseb demokratizzazzjoni dejjiema li tkun imsaħħa bi proċess bħal dan li għaddej fit-Territorji Okkupati.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi, pero' qabel irrid ngħid xi ħaġa dwar il-pożizzjoni tal-Gvern li kompla jsaħħaħ anke l-pożizzjoni tiegħu billi jitlob li jinfethu mill-aktar fis in-negozjati.", "Huwa fl-interess ta' Malta li naraw li s-sħubija tagħna tkun f'Ewropa b'saħħita u mhux f'Ewropa dgħajfa li ma tiddeċidix; trid tkun f'Ewropa effiċjenti li tista' tagħti riżultati u allura bilfors li jrid ikollha riforma fl-istituzzjonijiet biex dan jiġi garantit.", "Dan huwa fl-interess tagħna li jsir u allura rridu nagħtu l-kontribut tagħna fid-diskussjonijiet li jsiru fir-riformi għaliex aħna inħossu li dan huwa dritt.", "M'għandniex niġu diskriminati minn pajjiżi oħra.", "Rajna wkoll li l-appelli kollha li saru bdew isibu l-appoġġ kontinwu minn dawn id-Deputati Parlamentari Ewropej li tkellimna magħhom.", "Anke l-awtoritajiet esprimew l-approvazzjoni tagħhom dwarhom.", "Irridu li pajjiżna jkollu sħubija b'kondizzjonijiet fair biex tiġi rispettata d- dinjita' bir-rwol li Malta tista' tilgħab f'dan it-team Ewropew li fih irridu nidħlu.", "Irridu nużaw, minkejja ċ-ċokon tagħna, kreattivita' u immaġinazzjoni għaliex dawn ikunu s-sigrieti biex ir-rwol ta' Malta jkun jista' jikseb l-akbar valur biex inwettqu tasks adegwati għalina li tista' tkun ukoll forma ta' manjiera kif jiġi approached l-argument ma' l-Ewropej u b'hekk inkomplu nsibu aktar appoġġ għaliex dan huwa l-futur ta' Malta.", "Nerġa' ngħid li dan huwa għall-ġid tal-poplu Malti kollu.", "Naturalment Mr Speaker, mhux aħna biss konna qed nitkellmu, pero' għalkemm ma rridx nidħol f'dan id-dettall inħoss li għandi nirrikonoxxih peress li kont Chairman ta' dan il-Kumitat.", "Kien hemm ukoll l-opinjoni li ma qablitx ma' dan kollu li jien qed nesprimi f'isem il-Gvern, pero' rrid ngħid ukoll li dan sar mb178011", "bl-iktar manjiera ċivili u libera u anke b'rispett lejn l-opinjonijiet li ġew murija.", "Dak li għamilna f'dawk it-tlett ijiem kien ta' unur għalina minkejja li ma qbilniex f'kollox.", "Pero' l-ġid tal-pajjiż dehrilna li tajnieh xorta waħda, id-Deputati ta' dan il-Parlament xorta qdew dmirhom, huma kif inhuma l-opinjonijiet tagħhom.", "Mr Speaker, irrid nispiċċa billi nagħmel valutazzjoni politika personali.", "Inħoss li l-argumenti kollha li ġew min-naħa ta' dawk li ma qablux magħna ma kellhomx il-forza, il-konvinzjoni u l-ispirtu tal-konvinzjoni li seta' kien hemm fil-passat anke minħabba ċ-ċirskostanzi storiċi u politiċi li għaddejja minnhom Malta u l-Ewropa, mhux inqas il-Mediterran.", "Dawn qed jagħtu indikazzjoni ċara ta' fejn għandhom imorru l-aspirazzjonijiet tal- poplu tagħna u għaldaqstant inħoss, bħalma jħoss kull min jemmen bħali li min ma jkunx qed isegwi din il-linja, ma jistax iġib argument aktar b'saħħtu minn dak li qed nużaw aħna ħalli verament naslu ħalli nagħtu lill- poplu tagħna dak il-futur u dak il-ġid li jimmeritah.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi. hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, fil-ħin li fadal xtaqt li nagħmel ftit kummenti dwar l-ilsien Malti jew aħjar l-effetti fuq dan l-ilsien kemm ilu li kien hawn il-pluraliżmu fix-xandir.", "Naħseb li huwa fatt magħruf u aċċettat li sa madwar 50 sena ilu l-lingwisti kienu jaqblu li l-lingwa hija tal-poplu u jifformaha u jiżvillupaha.", "Jiġifieri kliem ġdid fl-ilsien Malti kien jidħol bil-mod il-mod, u mbagħad il-poplu kien jimmodifikah skond il-ħtieġa tiegħu.", "B'hekk bil-mod il- mod, l-ilsien Malti kien qed jassorbi ġewwa fih dawn il-bidliet li jkunu meħtieġa matul iż-żmenijiet.", "Nies li huma esperti f'dan il-qasam isostnu li meta lingwa titħalla għal riħha, jiġifieri f'idejn il-poplu, din tiżviluppa bl-aktar mod naturali u kull tibdil li jsir ġewwa fiha jiġi infilzat bla taħbit fl-istrutturi lingwistiċi ta' l-ilsien, f'dan il-każ ta' l-ilsien Malti.", "Minn 50 sena 'l hawn, dawn spiċċaw u dan il-proċess inbidel.", "Prattikament kellna s-servizz tar-Rediffusion u l-poplu beda jisma' mitkellem dak li l-lingwistiċi jsejħulu l-\"Malti standard\".", "Jiġifieri hawnhekk il-proċess beda jinbidel; ma' l-introduzzjoni tar- Rediffusion il-frażijiet u l-vokabularju l-ġdid ma baqax jieħu fit-tul biex jidħol u mhux aktar bed jintuża bil-mod il-mod mill-poplu Malti, iżda f'leħħa ta' berqa beda jinxtorob u jiġi ripetut mill-poplu kollu.", "Jiġifieri l-proċess ta' bidla fl-ilsien Malti ma baqgħetx f'idejn il-poplu iżda għaddiet f'idejn ix-xandara.", "U jekk dak il-proċess beda jinħass bl- introduzzjoni tar-Rediffusion 50 sena ilu, li allura kienet vuċi waħda, kemm qed jinħass aktar illum meta prattikament għandna l-pluraliżmu u tant stazzjonijiet tar-radju u jekk Alla jrid 'il quddiem ikollna - u jien nawgura li jkollna - aktar minn stazzjon wieħed tat-televizjon lokali!", "Jiġifieri llum il-problema saret aktar komplessa.", "U se ngħid għaliex.", "Minħabba raġunijiet ekonomiċi, l-istazzjonijiet tar-radju mhux dejjem jistgħu jimpjegaw l-aħtar nies esperti fit-tħaddim tal-Malti.", "Meta aħna qed insemmu x-xandara, bla dubju ta' xejn, l-għodda li jridu jaħdmu biha hija l-lingwa Maltija u għalhekk huwa importanti li dawn in-nies ikunu mħarrġin tajjeb fl-ilsien Malti.", "Jista' jkun ukoll li ħafna stazzjonijiet minħabba diversi raġunijiet, fost oħrajn raġunijiet ekonomiċi, joqogħdu lura milli jħarrġu lill-ġurnalisti u r-reporters tagħhom f'użu tajjeb tal- Malti.", "Riżultat ta' dan hu li ħafna drabi nies esperti fil-lingwa Maltija jsostnu li qed jinstemgħu fuq il-mezzi tax-xandir, dawk li huma jsejħulhom \"sagrileġġi lingwistiċi\".", "Ħalli nagħti eżempju ta' reklam li qed jinstema' ta' spiss fejn biex ibigħu l-prodott qed jagħmlu wkoll lotterija.", "F'dan ir-reklam kontinwament jingħad li mb178011\"il-biljett tal- lotterija jilgħab\", minflok \"il-biljett tal-lotterija jieħu sehem\", u b'konsegwenza ta' dan isir dan l-ispeċi ta' brainwashing, għax wara li tisma' dik l-espressjoni madwar sitt darbiet kuljum fuq stazzjon tar-radju, tibda tirrepetiha inti wkoll.", "Dwar dan ir-reklam kien kiteb ittra wkoll f'ġurnal il-kittieb Trevor Zahra li rrid nirrinġrazzjah anki għal kontribut tiegħu waqt li kont qed nipprepara dan id-diskors.", "Apparti li nistgħu nitilfu l-ilsien Malti, hemm ir-riskju wkoll li nispiċċaw poplu bla lingwa tagħna, poplu li la nitkellmu l-Malti sew, la nitkellmu l-Ingliż sew u lanqas it-Taljan sew, u għalhekk ikollna taħlita tat-tlieta u ma jkollniex lingwa li nitkellmuha b'mod tajjeb.", "X'inhu l-messaġġ?", "Il-messaġġ li qed nipprova nwassal huwa li min għandu r-responsabilita' li jkellem lill- mases, per eżempju x-xandara, il-politiċi - għalkemm ma tantx għadu żmien li l-politiċi joqogħdu jippriedkaw lill-mases, għallinqas żgur li mhux f'din il-Kamra bħalissa fejn hawn biss żewġt deputati - is-saċerdoti u l- għalliema, mingħajr ma jafu għandhom responsabilita' kbira lejn l-ilsien Malti.", "Meta qed ngħid dan ma qed nipponta subgħajja lejn ħadd, għax forsi jiena l-ewwel wieħed li ħafna drabi naqa' f'dan l-iżball, iżda bla ma nafu u bla ma rridu nkunu qed nagħmlu ħsara lill-ilsien Malti.", "Naħseb li hemm bżonn ta' għarfien ta' din il-problema u x'inhuma s- soluzzjonijiet għaliha.", "Tajjeb li niftakru li l-ilsien Malti huwa wirt nazzjonali.", "Meta jintmiss xi bini storiku f'Malta tqum għagħa kbira, u tajjeb li jiġri hekk, iżda donnu ma jiġri xejn meta ta' kuljum ix-xandara, il-politiċi u r-reliġjużi li jindirizzaw il-mases qishom qegħdin, bil- baqqun f'idejhom ifarrku biċċa biċċa l-ilsien Malti, u meta xi ħadd ifettillu jipprotesta dwar dan naħsbuh li qed joħlom bil-ftajjar jew inkella bin-ngħaġ ta' Bendu.", "L-argument tiegħi hu li hemm bżonn li dan il- wirt nazzjonali ma nħalluhx jitmermer, u hawn l-iskejjel għandhom parti minn din ir-responsabilita'.", "Huwa per eżempju fatt li llum għandna numru ta' żgħażagħ li ma jafux jitkellmu sew bil-Malti u wisq anqas jiktbuh, u dawn kapaċi jkollhom il-Matrikola tal-Malti.", "Wieħed jistaqsi: GĦaliex?", "Forsi waħda mir-raġunijiet hija li fl-iskejjel tagħna l-Malti huwa meqjus sempliċement bħala lingwa jew ilsien ieħor u f'xi każi oħra ferm inqas minn ilsna oħra.", "Ilna nisimgħu li f'ħafna skejjel, il-Malti huwa marbut biss mal-lezzjonijiet tal-Malti imma mhuwiex l-ilsien li bih tiffunzjona u taħdem l-iskola kollha, mhuwiex l-ilsien li bih il-kap ta' l-iskola jikkommunika ma' l-għalliema, mhuwiex l-ilsien li bih l-għalliema jkkommunikaw mat-tfal, u mhuwiex l-ilsien li bih jinkitbu l-avviżi li jkunu mmirati biex jaqrawhom it-tfal!", "Lanqas huwa l-ilsien li bih jiġu mgħallma suġġetti fejn il-lingwa barranija mhijiex essenzjali.", "Fl-iskejjel Maltin l- ilsien Malti mhux qed jitħaddem kif suppost, u minflok għandna ħafna skejjel, speċjalment dawk privati, li jaħdmu totalment bl-Ingliż.", "Peress li f'dan il-pajjiżmb178011", "żgħir tagħna, minħabba l-media u minħabba fatturi oħra,mb178011 għandna bombardjament ta' l-Ingliż u tat-Taljan, spiċċajna ħafna drabi, mingħajr ma nafu u forsi mingħajr ma nindunaw, infajru ħafna kliem bl-Ingliż u bit- Taljan, fejn il-kliem Malti jkun jista' jaqdina tajjeb.", "Mr Speaker, il- Malti mhux qed jintuża biżżejjed u bħal-għodda li ma tintużax jew tintuża ftit, tispiċċa ssaddad u titħassar.", "U meta tiġi biex tużaha, tispiċċa tużaha b'mod ħażin.", "Bla dubju ta' xejn din mhijiex sitwazzjoni li bdiet illum.", "U din is-sitwazzjoni teżisti mhux fl-iskejjel biss imma fil-pajjiż kollu.", "Ħalli nsemmi eżempju żgħir imma sinifikanti.", "Fl-għeluq tal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, il-kontinġent tal-Belġju mmarċja b'tabella miktuba bil-Malti, li kienet tgħid \"Grazzi Malta, nerġgħu niġu\", mentri l- kontinġent Malti biex jikkommunika ma' ħutu l-Maltin immarċja b'tabella li kienet tgħid \"Thank you, supporters\".", "Jiġifieri hawn tara l-assurdita' li ħafna drabi naqgħu fiha.", "Assurdita' ikbar minn hekk jien informat li ġrat fi skola privata, fejn għamlu traduzzjoni ta' l-Innu Malti bl-Ingliż ħalli t-tfal ikunu jistgħu jkantaw l-Innu Malti bl-Ingliż.", "Intant problema oħra li niltaqgħu magħha hija l-fissazzjoni ta' ħafna ġenituri li lil uliedhom ikellmuhom bil-lingwa Ingliża, għax jgħidulek li l-ilsien Malti ma jintużax barra x-xtut tagħna, filwaqt li l-Ingliż huwa lingwa internazzjonali u allura aħjar jibdew jitgħallmu jitkellmu bil-lingwa Ingliża minn meta jkunu għandhom żgħar.", "Min jirraġuna hekk, Mr Speaker, ifisser li ma jkun jaf xejn dwar -child psychology.", "Jean Piaget, Psikoloġista tat-tfal magħruf li għamel studju twil fuq dan is-suġġett fejn jgħid li t-tfal ta' bejn tlieta u erba' snin għandhom bżonn jitgħallmu lingwa waħda, il-lingwa nattiva tagħhom, għaliex tfal li jitgħallmu l-lingwa nattiva tagħhom, jifhmu aħjar d-dinja ta' madwarhom, jiżviluppaw aktar l-individwalita' u l- karattru tagħhom, u fl-istess ħin jibdew jidraw l-istruttura tal-lingwa u jitgħallmu jħaddmuha u jmmanipulawha aħjar.", "Punt ieħor hu li ma nistgħux nifirdu l-lingwa mill-kultura.", "Ma tistax tifred il-lingwa mir-realta' ta' madwarna.", "Jiġifieri tfal li nkellmuhom bl- Ingliż inkunu qegħdin mhux biss inċaħħduhom mil-lingwa nattiva tagħhom, iżda wkoll inkunu qed nċaħħdulhom mill-kultura ta' pajjiżhom.", "X'qed nipprova ngħid?", "Nagħti eżempju, hawn Malta għandna kelma waħda biex nirreferu għas-silġ, imma l-Eskimos għandhom madwar 20 kelma jew aktar li tirreferi għas-silġ b'konnotazzjonijiet differenti.", "GĦaliex?", "GĦaliex ir- realta' ta' madwarhom hija mimlija silġ, u filwaqt li aħna niddobbaw b'kelma waħda li tirreferi għas-silġ, huma għandhom bżonn ħafna iktar minn kelma waħda.", "L-istess GĦarab għandhom diversi kliem biex jirreferu għal tipi ta' iġmla differenti filwaqt li aħna għandna kelma waħda biss.", "GĦax filwat li l-GĦarab għandhom bżonn diversi kliem biex jirreferu għat-tipi ta' iġmla differenti aħna ninqdew b'kelma waħda.", "Intant Filosfu Awstraljan, Ludwig Wittgenstein darba qal li 'meta tkun qed tkun qed tikonċepixxi lingwa, tkun qed tikkonċepixxi viżjoni sħiħa ta' ħajja'.", "Jekk nifhmu u naċċettaw l-implikazzjonijiet ta' din l-istqarrija, nistgħu nikkonkludu li l-vizzju li nkellmu lit-tfal tagħna bl-Ingliż, joħloq problemi, mhux biss fil-lingwa imma anke fir-rapport bejn il-persuna u l- esperjenzi u l-ambjent ta' madwarha.", "Tfal li fl-ewwel snin ikellmuhom b'lingwa stranjiera, bħall-Ingliż, isibuha diffiċli biex jesprimu ruħhom u jkunu qed joħolqulhom imblokk għall-kultura ta' pajjiżhom.", "Mr Speaker, nazzjonijiet oħra, bħall-Fillandja, il-Bulgarija u n-Norveġja li lkoll għandhom lingwa li ma tintużax barra mill-ixtut tagħhom, naħseb li ma jgħaddilhomx minn moħħhom li jkellmu lil uliedhom b'lingwa stranjiera.", "L- argument li xtaqt nagħmel u l-ispirtu li bih għamilt dan id-diskors qasir fil-ftit ħin li kelli, huwa li mhux il-każ li nippontaw subgħajna lejn xulxin u naraw ta' min hu t-tort, jew li ngħatu lil din il-problema xi kulur - għax għandna vizzju nagħtu kull problema kulur politiku, blu jew aħmar - iżda l-iskop hu li lkoll kemm aħna nagħrfu din il-problema u nipprovaw noħolqu struttura, jew permezz ta' kumitat minn din il-Kamra jew inkella ta' kumitat fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex naraw x'inhi l-problema u nipprovaw insibu soluzzjoni għaliha ħalli l-ilsien Malti, nerġa' ngħidu huwa wirt nazzjonali tagħna, inħarsuh kif jixraqlu u kif fuq kollox għandna d-dover li nagħmlu.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 28 ta' Settembru fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "mb178011", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA", "BIL-MIKTUB", "MARSA - QORMI ROAD, MANUTENZJONI", "8945.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-maintance works f'22, Okilla Agius, Qormi Road, Marsa ma sarux minkejja li saret spezzjoni u ġew ikejlu, u dan skond Ref No. WD 694/79/22; Letter No - AC 92/0860 tad- Diviżjoni tax-Xogħlijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol ma sarx għax it- tiswijiet mitluba huma r-responsabbilta' ta` l-inkwilin skond il-policy approvata.", "FURJANA - ZEBRA CROSSING", "8946.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fejn il-ġnien ta' l- Argotti, il-Furjana jsir stop sign jew xi zebra crossing għax ikun hemm karozzi ġejjin minn tliet naħat f'direzzjonijiet l-istess?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Se ngħaddi t-talba ta` l-Onor.", "Interpellant lill- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "FORZI ARMATI - BANDA", "8947.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fiex tinsab ir-riorganizzazzjoni tal-Banda RMA li hi l- banda nazzjonali tal-pajjiż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għall- Banda tal-Forzi Armati ta' Malta, għax ir-Royal Malta Artillery (RMA) huwa isem li ilu li nbidel mill-1976.", "Ma naf bl-ebda deċiżjoni li din il-Banda għandha titqies il-banda nazzjonali tal-pajjiż", "L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li din il-Banda hija parti ntegrali mill- Forzi Armati ta' Malta u għalhekk kull titjib li twettaq fil- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-Forzi Armati (eg dritt għal pensjoni sħiħa wara 25 sena servizz, skali ta' salarji u allowances ġodda japplika wkoll għall-membri ta' din il-Banda.", "DIP TAL-POSTA - STĦARRIĠ DWAR TQASSIM", "9020.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Billi bħalissa fil-Posta ta' Malta, qed isir survey mill-MSU dwar il-ħin u d-dewmien tat-tqassim tal-Posta u billi jien informat li diġa' saru surveys fil-Posta tal-Belt Valletta, fil-Ħamrun u fir-Rabat, u billi naf ukoll li dawn is-surveys ilhom sejrim minn Settembru, jista' jiġi kkonfermat dan?", "Għaliex dawn qed isiru u x'wassal biex dan isir?", "Jista' l-Ministru jassigura lill-ħaddiema tal-Posta li b'riżultat ta' dan is-survey, dawn se jsiru mpjegati mal-Privat jew parastatali għax il-Posta mhux se tibqa' aktar tal-Gvern?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Wara diversi talbiet għal beats ġodda f'xi distretti, u wara talba uffiċjali mill-Unions għal survey sħiħ tar- rondi tal-pustiera fid-Dipartiment, l-Amministrazzjoni tal-Posta ddeċidiet li jsir studju bl-għajnuna tal-Management System Unit, fuq ir-rondi tal- pustiera u jkun ippreżentat rapport dwar dan fl-iqsar żmien possibbli.", "Dan l-eżerċizzju tlesta u kif jiġi ppreżentat ir-rapport, isiru diskussjonijiet ma' l-Unions dwar is-suġġett.", "FURJANA - FERGĦA TAL-POSTA", "9099.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jkollna sub-post office fil-Furjana għax din it-talba għadha ssir ripetutament u issa għal żmien twil?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalissa m'hemmx il-ħsieb li jinfetaħ Sub- Uffiċċju tal-Posta fil-Furjana.", "Is-servizz provdut mill-counters ta' l- Uffiċċju Ġenerali tal-Posta, l-Uffiċċju tal-Pakki fi Pjazza Vittorja kif ukoll dak tal-Fergħa tal-Posta fi Triq l-Ifran il-Belt huma biżżejjed biex jaqdu l-bżonnijiet tar-residenti tal-Belt u l-Furjana.", "ŻGĦAŻAGĦ - ĊENTRU TA' RIABILITAZZJONI", "9149.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta ġie ffirmat il-Kumitat taħt it-tmexxija ta' Maġistrat u kompost minn rappreżentanti ta' Dipartimenti differenti biex jistudja l-possibbilta' li jinfetaħ post fejn jinżammu żgħażagħ minflok jintbagħtu l-ħabs?", "X'inhuma t-terms of reference tiegħu?", "F'liema stadju ta' studju wasal?", "Min hu l-Maġistrat u min huma l-membri, u l-membri liema dipartimenti rappreżentaw?", "Kemm ilu sejjer dan l-istudju?", "Ir-rapport tlesta?", "Jekk iva, jista' l- Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari identika ta' l-istess Onor. Membru, Numru 4456, tas-17 ta' Marzu, 1993, Seduta Numru 119.", "STATISTIKA TA' ART MIXTRIJA MILL-BARRANIN", "12230.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Bdiet tinżamm statistika dwar kemm art mal-postijiet li jixtru barranin, qed jokkupaw?", "Veru li l-barranin xtraw ħafna titmiem ta' art bil-ħamrija mal-postijiet li xtraw f'Malta?", "Jidhirlu l-Ministru li huwa fl- interess ta' pajjiżna li d-dipartiment tiegħu jkun jaf kemm art qed jokkupaw il-barranin?", "Meta teżisti lista dettaljata tal-postijiet li għandhom il-barranin f'Malta, jaħseb il-Ministru li għandha tibda tinġabar din l-istatistika?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjonijiet għal xiri ta' art mill-barranin isiru skond l-Immovable Property (Acquisition by Non-Resident) Act 1974, li hija responsabbilta' tal-Ministeru tal-Finanzi li minn naħa tiegħu jitlob il-kummenti ta' l- Uffiċjali tekniċi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fejn ikun involut raba.", "Ta' min jgħid ukoll li ħafna mill proprjeta' mixtrija tinsab f'lokalitajiet urbani u li ma tolqotx il-Ministeru tiegħi filwaqt li l-ftit każijiet ta' proprjeta' rurali huma converted farmhouses li qegħdin miżmumin fi stat tajjeb flimkien mar-raba ta madwarhom.", "QRATI - BDIL TA' SENTENZA TA' HABS F'MULTI", "12231.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi kien hemm Imħallef, li fil-fehma tiegħi żbalja, meta biddel sentenza ta' ħabs għal nies irresponsabbli li wżaw bombi biex qabdu l-ħut, f'multa, jista' l-Ministru ladarba se jemenda l-liġijiet, jagħmilha fil-liġi li sentenza ta' ħabs f'każi bħal dawn ma jistgħux jinbidlu f'multi?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Hija l-fehma moderna fil-qasam legalistiku tas- sajd li abbużi u attivitajiet illegali bħalma semma l-Onor.", "Membru jkunu puniti mhux b'sentenzi ta' ħabs imma b'multi ħorox.", "Dan il-ħsieb huwa rifless fil-liġi l-ġdida dwar is-sajd li fformulaw l-esperti tal-FAO u li tagħha diġa' sar l-ewwel qari fil-Parlament.", "BANEK - SERQ TA' LM1 MILJUN", "12232.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' dak l-ex impjegat tal-Bank f'Malta li huwa akkużat li seraq Lm1 miljun mill-banek Maltin?", "Il-kumpilazzjoni spiċċat?", "ONOR.", "JOE FENECH: Din il-kumpilazzjoni għadha fi stadju ta' rinviju, u cioe' għadha fi stadju tal-provi tal-Presekuzzjoni.", "IMPIEGI - TALJANI JAHDMU BLA PERMESS", "12233.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li hawn numru kbir ta' Taljani jaħdmu xogħol ta' kisi tal-ġibs meta hawn Maltin kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol u meta ħafna minn dawn it-Taljani m'għandhomx permess tax-xogħol?", "Jistgħu l- uffiċjali tad-dipartiment jagħmlu żjarat f'Tas-Sliema u xi areas turistiċi fejn telgħin blokki ta' bini ħalli jaraw b'għajnejhom kemm hawn Taljani jaħdmu bla permess?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Hawn ftit Taljani li għandhom permess biex jaħdmu xogħol ta' kisi tal-ġibs għax huma speċjalizzati.", "Hawn ukoll Taljani li qed jaħdmu f'dan ix-xoghol għaliex miżżewġin ċittadini Maltin u għandhom liberta' ta' moviment.", "Id-Dipartiment tax-Xogħol jagħmel ħiltu biex barranin sew Taljani sew ta' nazzjonalita' oħra ma jaħdmux f'Malta mingħajr il-permess meħtieġ.", "PULIZIJA - SUPRETENDENT SALVU GALEA", "12248.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jaf il-Ministru li s-Supretendent Salvu Galea li hu fil-Korp tal-Pulizija f'Għawdex hu mdaħħal f'kumpannija ta' l-insurance?", "Jaf li l-kuntratturi kollha f'Għawdex huma inxurjati ma' l-insurance li jirrappreżenta s-Supretendent Galea?", "Jaf il-Ministru li fejn ikun hemm inċidenti tat-traffiku f'Għawdex kważi dejjem jintefa' t-tort fuq il-vetturi involuti fl-inċidenti li jkunu inxurjati ma' insurance oħra?", "Peress li jien nara li hemm \"conflict of interest\" qawwi, jaħseb il- Ministru li dan is-Supretendent għandu jiġi ordnat li ma jkomplix b'dan in- negozju, jew inkella jiġi mġiegħel jirriżenja mill-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Sur Salvu Galea irtira mill-Korp tal-Puliżija b'effett mis-7 ta' Lulju, 1993.", "BUGIBBA - MUZIKA FL-ISTABBILIMENTI", "12249.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Għaliex il-Pulizija tad-distrett ta' Buġibba fuq ċerti stabbilimenti li jkollhom il-mużika f'Buġibba wara l-11.00 p.m. hija iebsa ħafna?", "Għaliex l-istabbilimenti Limestone Court kellu diversi żjarat mill- Pulizija filwaqt li stabbilimenti oħra ħdejh li kienu qed iżommu nużika għolja wara l-11.00 p.m. tħallew jagħmlu li jridu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-istabbiliment 'Limestone Court' fi Triq ix-Xitwa, Buġibba ġie rrapurtat lill-Pulizija tal-Qawra kif jidher hawn taħt:", "Fl-1 ta' Lulju 1993:", "a) talli żamm daqq ta' muzika wara l-11.00 p.m. b) talli hareġ imwejjed barra bla permess tal-Pulizija.", "Fis-7 ta' Lulju 1993:", "a) talli żamm muzika iddoqq wara l-11.00 p.m. b) talli ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija.", "Fl-1 ta' Lulju 1993 ġie rrapurtat ukoll is-sid tad-'Dempsey Bar' li jinsab fl-inħawi ta' l-imsemmi 'Limestone Court' u dan ukoll talli daqq muzika wara l-11.00 p.m.", "Il-Pulizija hi fid-dover taġixxi bl-istess qies kontra kull min jikser il- liġi u minn dawk imsemmija aktar 'l fuq ma jidhirx li d-detentur tal- liċenzja 'Limestone Court' qed b'xi mod jiġi trattat differenti minn sidien ta' ħwienet oħra.", "Ta' min isemmi li fil-lejl ta' 20/21 ta' Lulju 1993 waqt spezzjoni li kien qed issir fil-'Whyte Bar' li jinsab fil-viċinanza tal-'Limestone Court' tnejn mill-aħwa tal-'licencee' ta' dan il-lokal aggredew membri tal- Korp tal-Pulizija u ikkaġunaw feriti fuq il-persuna ta' wieħed minnhom u dawn, fit-22 ta' Lulju, tressqu l-Qorti akkużati b'diversi akkużi.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "12362.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Skond ir-ristruttura tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, x'inhu l-għadd ta' nies (bis-salarju minimu u massimu tagħhom) ta' Direttur Ġenerali, Direttur Dipartimentali, Principal Education Officers, Education Officers u Education Assistants?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: It-tagħrif mitlub huwa dan:", "GRADE IN POST SCALE NO SALARY", "Director General 1 2 Lm8323 Deputy Director 1 4 Lm6923 Asst.", "Director of Education 3 } } 5 Lm4932 X 199 -Lm6126 Principal Education } Officer 8 } Education Officer 6 7 Lm4346 X 164 -Lm5330 Education Assistant 45 8 Lm4081 X 151 -Lm4987", "PULIZIJA - QBID TA' DROGA", "12363.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena x'kienet l-ammont ta' droga li nqabdet mill-Pulizija?", "Ta' liema tip?", "F'liema nħawi?", "Kemm-il persuna kienet involuta?", "X'koperazzjoni teżisti bejn il-pulizija u uffiċjali tad-Dwana fl-ajruport u fil-port?", "Il-pulizija hija sodisfatta li f'dawn iż-żewġ postijiet qed isir biżżejjed biex jinqabdu barranin li jdaħħlu d-droga magħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat kif ġej:", "Perijodu: Fl-ewwel sitt xhur 1993.", "a) Droga maqbuda: Heroin 15g Cannabis Gross 71g Valium 3 x 5g Resin 27g Plants 17 Dalmaire 5 x 3mg Methadone 400ml", "Id-droga nstabet f'dawn il-lokalitajiet li se ngħid:", "Valletta, Paola, Qormi, Marsa, Cospicua, Balzan, Senglea, B'Kara, Msida, Paceville, Ħamrun u n-Nadur, Għawdex.", "Kien hemm 43 persuna nvoluti f'dawn il-kazi ta' droga.", "Teżisti kooperazzjoni tajba bejn il-Pulizija u l-Uffiċjali tad-Dwana u qed jissaħħu l-mizuri sabiex kull ma jmur jitrażżnu dawn l-abbuzi.", "SWIEQI - TISWIJA TA' TOROQ", "12364.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhu l-programm tat-tarmac għat-toroq fis-Swieqi għal matul din is-sena finanzjarja?", "Peress li saru ħafna wegħdiet lir-residenti tas-Swieqi iżda s'issa ftit li xejn sar, japprezza l-Ministru li wasal il-waqt li dawn it-toroq jinksew bit-tarmac almenu qabel ix-xitwa biex ma jkunux ta' inkonvenjenza aktar għar-residenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-programm ta` xogħol tat-tarmac għal din is-sena fis-Swieqi issa tlesta.", "STABBILIMENTI TA' L-IKEL - LEVY", "12365.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar il-Gvern fl-ewwel sitt xhur - xahar b'xahar - mill-levy ta' 10% fuq l-ikel?", "Kemm kien hemm ristoranti/stabbilimenti ta' l-ikel li nqabdu li ma kenux qed iżommu l-levy?", "F'liema nħawi kienu?", "Kemm kien hemm li żammew il-levy iżda m'għaddewhiex lid-dipartiment?", "Kemm saru żjarat minn uffiċjali tad-dipartiment biex jkun żgurat li l- levy qed tinżamm?", "X'inhu n-numru ta' uffiċjali li jagħmlu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena il-Gvern ġabar levy ta' 10% fuq l-ikel kif muri hawn taht:", "Jannar - Lm112,106 April - Lm116,571 Frar - Lm 73,435 Mejju - Lm161,373 Marzu - Lm106,307 Ġunju - Lm175,499", "F'dan il-perjodu, fil-każ ta' erba' stabbilimenti, id-Dipartiment irnexxielu jiġbor provi biżżejjed biex ikun stabbilit mingħajr ebda dubju raġjonevoli li kienu naqsu li jiġbru t-taxxa fuq l-infieq totalment jew parzjalment.", "Dawn kienu (a) wieħed il-Belt, (b) wieħed Buġibba, (c) wieħed Ta' Xbiex u (d) wieħed Għawdex.", "S'issa f'dan il-perjodu wkoll instabu 52 stabbiliment li ma bagħtux il- prospett mitlub bil-liġi flimkien mal-ħlas dovut bħala levy fejn hu l-każ.", "Uffiċjali tad-Dipartiment żaru 2,931 stabbiliment bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena biex ikun żgurat li l-levy qiegħda tinġabar kif suppost.", "Id-Dipartiment jagħmel użu minn 49 persuna għal dan ix-xogħol.", "BILJETTI TA' L-AJRU - LEVY", "12366.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Fl- ewwel sitt xhur ta' l-1993 xahar b'xahar x'kien it-total li ġabar il-Gvern fuq il-levy minn fuq il-biljetti ta' l-ajru?", "Il-ħlasijiet dovuti kollha saru lid-dipartiment?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-taxxa fuq il-biljetti ta' l-ajru bdiet tinġabar mill-1 ta' Frar 1993.", "Peress li l-linji ta' l-ajru jkollhom sa l-aħħar tax- xahar ta' wara dak li fih tkun mgħoddija lilhom il-levy, biex imbagħad huma jgħadduha lill-Gvern, il-levy bdiet tasal għand il-Gvern minn Marzu 1993.", "Għalhekk il-ġbir tal-levy sa l-aħħar ta' Ġunju 1993 huwa kif muri hawn taħt:", "Marzu - Lm 20,069 April - Lm 60,866 Mejju - Lm 97,463 Ġunju -Lm105,801", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tliet linji ta' l-ajru għadhom ma bagħtux il-prospett mitlub bil-liġi flimkien mal-ħlas dovut fejn hu l-każ.", "Inbdew proċeduri kriminali kontra l-Aġenti Ġenerali ta' dawn il-linji ta' l- ajru.", "FABBRIKI - SENSJI LILL-ĦADDIEMA", "12367.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Mill-1 ta' Jannar, 1993 sal-lum kemm ingħataw sensji mill- fabbriki f'Malta u f'Għawdex?", "Mil-liema industriji?", "Kemm fadal ħaddiema jaħdmu f'kull fabbrika?", "X'raġunijiet ingħataw għas-sensjar tal-ħaddiema?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza d-domanda tiegħu lil Ministru responsabbli għar-Rizorsi Umani.", "IMDINA - MUŻEW TA' L-ISTORJA NATURALI", "12391.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jaħseb il-Ministru li qabel ma tinkludi żjarat lil xi post bħalma hu l-\"Cactus Garden\" li qiegħed fil-Palazz ta' Vilhena (Mużew ta' l- Istorja Naturali) ġewwa l-Imdina bħala parti mill-manifestazzjoni Imdina '93, post bħal dan għandu jiġi mnaddaf u mogħti dehra xierqa għax id-dehra diżutli u ta' abbandun li għandu dan il-\"Cactus Garden\", b'aktar ħaxix milli cactus jagħti vera impressjoni ħażina lil kull minn żaru?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-lokal imsemmi mill-Onor Interpellant ma kienx inkluz fil-programm ta' Mdina '93.", "Kienu biss il-btieħi tal-Palazz Vilhena li kienu nkluzi fil-programm u ninnota b'sodisfazzjon li l-Onor membru ma jagħmel l-ebda kumment kritiku dwar dan.", "Noqgħod fuq il-kelma ta' l-Onor Membru li l-Cactus Garden li hu parti mill- Muzew ta' l-Istorja Naturali jinsab fl-istat li ddeskrivih u nittama li f'dan il-kaz l-awtoritajiet kompetenti jieħdu ħsieb jirrimedjaw.", "IMDINA - MUŻEW TA' L-ISTORJA NATURALI", "12392.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jaħseb il-Ministru li qabel ma tinkludi żjarat lil xi post bħalma hu l-\"Cactus Garden\" li qiegħed fil-Palazz ta' Vilhena (Mużew ta' l- Istorja Naturali) ġewwa l-Imdina bħala parti mill-manifestazzjoni Imdina '93, post bħal dan għandu jiġi mnaddaf u mogħti dehra xierqa għax id-dehra diżutli u ta' abbandun li għandu dan il-\"Cactus Garden\" b'aktar ħaxix ħażin milli cactus jagħti vera impressjoni ħażina lil kull min żaru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li la l-Mużew ta' l- Istorja Naturali u lanqas il-Manifestazzjoni Mdina '93 ma jaqgħu taht ir- responsabbilta' tiegħi.", "XGĦAJRA - PROVVISTA TA' ILMA", "12393.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex l-provvista ta' l-ilma fi Triq il-Fortizza, x- Xgħajra qegħda tinqata' fit-tul, ħafna drabi ġurnata, tnejn jew tlett ijiem fil-ġimgħa?", "Jaħseb il-Ministru li tgħid li se jsir proġett ta' \"pipeline\" ġdid li se jiswa l-miljuni bħalma ntqal f'dawn l-aħħar snin mhux ta' wisq \"comfort\" għan-nies li ilhom ibagħtu minn din il-problema għal sitt snin sħaħ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta` l-ilma fi Triq il- Fortizza, Xgħajra, tinqata` darba fil-ġimgħa skond l-eżerċizzju ta` l- immaniġġjar ta` l-ilma jew meta jkun hemm xogħol ta` manutenzjoni.", "Issa li beda jitħaddem mit-30 ta` Awissu l-ewwel fażi tal-pipeline il-ġdid tal-Qrendi l-provvista ġenerali ta` l-ilma fix-Xgħajra diġa' qed titjib.", "ŻABBAR - TINDIF", "12478.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Hu possibbli li t-taqsima konċernata tara li titnaddaf Misraħ is-Sliem f'Ħaż Żabbar għax tinsab maħmuġa u hemm bżonn ukoll li jinqata' l-ħaxix f'dan il- Misraħ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix-xogħol ta` tindif mitlub mill-Onor.", "Membru se jsir dalwaqt.", "STATISTIKA DWAR ALKOĦOLIŻMU", "12479.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12030, jaħseb l-Ministru li billi l-problema ta' l-Alkoħoliżmu qegħda tiżdied, hux il-każ li tiġi organizzata xi struttura b'kollaborazzjoni kemm mad- Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll ma' l-Alcoholic Anonymous biex ikun hemm xi forma ta' notifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' dawn il-każijiet?", "Jaqbel il-Ministru li din l-informazzjoni hi importanti biex wieħed ikollu idea kemm hi kbira din il-problema u b'hekk ifassal stateġija ta' azzjoni?", "Jikkonferma l-Ministru li l-problema ta' l-alkoħoliżmu hi fost il- prioritajiet li għandu l-Ministeru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naqbel ma' l-Onor.", "Membru li l-informazzjoni dwar l- inċidenza u l-prevalenza ta' l-alkoħoliżmu hi neċessarja biex id- Dipartiment tas-Saħħa jippjana servizzi adekwati għal prevenzjoni u kura ta' din il-marda.", "Ninsab informat li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru dwar sistema ta' notifikazzjoni, għalkemm interessanti, jippreżenta problema ta' 'under reporting' u għalhekk sistema bħal din tagħti informazzjoni li mhux bilfors tkun preċiża u għalhekk ma tistax tintuza għall-ippjanar ta' servizzi jew biex tiġi evalwata l-effikaċja tas-servizzi offruti.", "Nikkonferma li l- problema ta' l-alkoħoliżmu hi ta' priorita` għall-Ministeru.", "Il-problema giet trattata fir-Rapport Meli dwar is-servizzi ta' trattament, kura u riabilitazzjoni fl-oqsma tad-droga u l-alkoħol u ser tingħata l-importanza mistħoqqa fl-implimentazzjoni tar-Riforma tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali.", "L-Għaqdiet Volontarji se jiġu involuti kemm jista' jkun f'din il-ħidma.", "PENSJONI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "12480.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Għaliex ex-pensjonanti Maltin mas-Servizzi Ingliżi qegħdin idumu ma jirċievi ż-żieda fiċ-ċekk tal-pensjoni tagħhom meta suppost jeħduha ma jdumx (meta din toħroġ f'April)?", "Għaliex ikun hemm dewmien biex din iż-żieda tiddaħħal mill-ewwel fil- computer?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mir-rekords tad-Dipartiment jidher li kważi l- pensjonanti kollha hadu z-zieda dovuta lilhom imhabbra fl-ahhar diskors tal- Budget sa l-ahhar ta' April.", "Kien hemm xi kazi ndividwali li ghal xi raġuni jew ohra izda mhux minhabba dewmien ma hadux iz-zieda sa l-ahhar ta' April, izda ma jidhirx li dawn kienu xi ammont konsiderevoli kif wiehed jifhem mill-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Tant hu minnu li ma kellniex rapprezentazzjonijiet f'dan is-sens la mill-ghaqdiet tal- pensjonanti u lanqas mill-pensjonanti nnifishom.", "XTUT - KONTAMINAZZJONI", "12481.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'miżuri legali u amministrattivi qed jittieħdu mid-Dipartiment ta' l- Ambjent biex il-bajjiet popolari u l-ibħra Maltin ma jiġux kontaminati minn biċċiet tal-baħar u vapuri?", "Peress li drenaġġ jikkonstitwixxi waħda mill-konsegwenzi primarji ta' kontaminazzjoni tal-baħar, x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex is-sistema ta' drenaġġ tissaħħa u/jew tinbidel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma teżistix sorveljanza partikolari kontinwa iżda kull rapport ta` xi skart jew żejt mitfuh il-baħar minn xi biċċa tal-baħar jew vapur jiġi nvestigat.", "Fejn ikun neċessarju jittieħdu passi b`urġenza biex iż-żejt jew ħmieġ ieħor ma jinfirixx u biex jinġabar mill-aktar fis.", "Kif ġara xi xahar ilu fil-port, jittieħdu passi permezz tal-pulizija kontra min ikun responsabbli mit-tniġġiż.", "Qed isiru diversi xogħlijiet konnessi mat-tisħiħ tas-sistema tad-drenaġġ u hemm ħafna aktar xogħol ippjanat għall-futur inkluż il-bini ta` żewġ impjanti ġodda għat-tisfija tad-drenaġġ - waħda f`Għawdex u l-oħra fit- Tramuntana ta` Malta.", "BIRŻEBBUĠIA - BAĦAR IMNIĠĠES", "12482.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-Press Release tad-DOI numru 901 dwar l-għawn, jista' l- Ministru jgħarrafna jekk il-bajja ta' San Ġorġ, Birżebbuġia u il-bajjiet l- oħra f'Birżebbuġia humiex konsidrati closed harbour areas peress li hemm il- Freeport?", "Jekk l-iżvilupp propost tal-Freeport hux se jagħmel dawn il-bajjiet closed harbour areas?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-avviż imsemmi kien ħareġ bħala prekawzjoni għax kien se jsir xogħol ta` manutenzjoni tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi u mhux għax fil-fatt kien hemm tniġġiż fil-bajja.", "Infatti t-twissija tneħħiet wara ftit ġranet.", "Fil-fatt s`issa m`hemm xejn li juri li l-bajja ta` Birżebbuġia hi mniġġsa.", "F`Awissu ta` din is-sena ttieħdu 64 kampjun ta` l-ilma baħar minn dan il- post. Minn dawn jirriżulta li:", "5 (8%) biss kellhom aktar minn 100 koliformi fekali kull 100ml, u 1 (2%) biss kellu aktar minn 1000 koliformi fekali kull 100ml.", "Skond il-Konvenzjoni ta` Barcelona, l-ilma baħar jitqies tajjeb għall- għawm meta:", "Il-livell ta` 100 koliformi fekali kull 100ml jinqabeż minn inqas minn 50% tal-kampjuni u l-livell ta` 1000 koliformi fekali kull 100ml jinqabeż minn anqas minn 10% tal-kampjuni.", "Il-programm ta` monitoring se jibqa` sejjer, u jekk ikun meħtieġ jissaħħaħ.", "SKEJJEL - PURTINARA", "12483.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm huwa n-numru ta' purtinara fl-iskejjel kollha tal- Gvern fil-preżent?", "Kemm minn dawn spiċċaw bl-eta' matul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minn dawn se jispiċċaw fis-sentejn li ġejjin?", "Kemm huma dawk li minħabba l-kondizzjonijiet ta' saħħithom huma ċertifikati li jagħmlu \"light work\"?", "Kemm huma dawk il-purtinara li ġew trasferiti matul dawn l-aħħar ħames snin u fuq liema raġuni?", "Kemm kienu dawk il-purtinara li daħlu mad-dipartiment matul dawn l-aħħar seba' snin sena b'sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - PURTINARA", "12484.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm huma f'numru t-talbiet pendenti ta' l-iskejjel Governattivi li għandhom bżonn is-servizz ta' purtinara?", "Liema huma dawn l-iskejjel u kemm il-purtinara jenħtieġu?", "X'inhija l-pożizzjoni tad-dipartiment?", "X'inhija l-opinjoni ta' l-MSU?", "Minn se jiddeċiedi u meta?", "Billi is-servizz ta' dawn il-purtinara huwa importanti sabiex l-iskejjel tal-poplu jkunu nodfa, jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri fil- ġimgħat li hemm bżonn sabiex meta tibda s-sena skolastika 1993/94 dawn ikunu diġa' organizzati?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Hawn 25 kap ta' skola li qed jitolbu li jkollhom żjieda fin-numru ta' purtinara.", "L-iskejjel imsemmija hawn taħt qed jitolbu żjieda ta' purtinar wieħed:", "Skejjel Primarji: Gharghur, Mosta 'A', Mosta 'B', Naxxar, San Pawl il- Baħar, San Ġwann 'B', San Ġiljan, Luqa, Ħamrun G.P.", "'A';", "Skejjel Sekondarji u Junior Lyceums: Tarxien Bniet, St. Andrews Bniet, Sliema Bniet, Sandhurst, Rabat Bniet, Mrieħel J.L., Mtarfa Subien;", "Skejjel oħra: Skola tal-Mużika, Skola tal-Bini, Upper Lyceum Complex, Technical Institute Naxxar, Msida E.S.N., Wardija E.S.N., u St. Andrews Special School.", "Il-Ministeru/Dipartiment se joħroġ offerti biex it-tindif f'numru ta' skejjel jingħata b'offerta u hekk xi purtinara minn dawn l-iskejjel ikunu jistgħu jintbagħtu fi skejjel oħra.", "Dan diġa' sar is-sena l-oħra u qed isir din is-sena fl-Upper Lyceum Complex.", "Id-Dipartiment ifittex li jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi umani kemm dawk impjegati mal-gvern kif ukoll dawk li mhumiex.", "L-opinjoni ta' l-MSU tidher li hija identika għal dik tad-dipartiment.", "Bi pjaċir ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kelli ebda ilment li skejjel kienu maħmuġin minħabba li l-purtinara m'għamlux ix-xogħol tagħhom.", "Ta' dan il-purtinara ħaqqhom prosit.", "XEMXIJA - POMPI TAL-PETROL", "12485.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'kienu l-aħħar żviluppi dwar il-pompa tal-petrol fuq il-moll tax-Xemxija?", "Qed jiġu kkonsidrati l-ilmenti li tqajmu miċ-ċittadini?", "X'konsultazzjonijiet saru biex ikun imħares l-impatt ambjentali u marittimu?", "Minn kienu l-awtoritajiet u l-persuni li ġew konsultati u x'kienu d-deċiżjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol fuq il-pompa tal-petrol tax-Xemxija issa tlesta u l-Korporazzjoni se toħroġ tenders għall- operazzjoni ta` din il-pompa.", "Ilmenti taċ-ċittadini tal-lokal ġew ikkonsidrati iżda l-Korporazzjoni ħasset li b`Marine Station fil-lokal hemm inqas riskju lill-ambjent u lill- pubbliku.", "Jekk ikun hemm servizz tad-distribuzzjoni lil bċejjeċ tal-baħar flok is-sistema li qegħda tintuża issa jiġifieri dik ta` ġarr ta` laned u s- servizz jitjieb mingħajr periklu.", "L-Impatt ambjentali w marittimu ġie kkonsidrat ma` persuni nkarigati u l- permessi mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar nħarġu wara li dawn ittieħdu in konsiderazzjoni.", "SIĠAR - PROTEZZJONI", "12486.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi kull ma tmur qed tikber kuxjenza fost iż-żgħażagħ tagħna biex jiġu protetti is-siġar f'pajjiżna, biżżejjed nirreferi għall-kampanja ta' l-Arbor, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar ir-rapporti li saru lill- Pulizija PS 620 u PS 884 dwar siġra li tqaċtet fi Vjal Riħan, San Gwann?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta numru 12487 li qed tingħata mill-Ministru ta` l-Intern u Żvilupp Soċjali f`din is-seduta.", "SIĠAR - PROTEZZJONI", "12487.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi kull ma tmur qed tikber kuxjenza fost iż-żgħażagħ tagħna biex jiġu protetti is-siġar f'pajjiżna, biżżejjed nirreferi għall-kampanja ta' l-Arbor, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar ir-rapporti li saru lill-Pulizija PS 620 u PS 884 dwar siġra li tqaċtet fi Vjal Riħan, San Gwann?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li persuna se titressaq il-Qorti in konnessjoni ma' dan ir-reat.", "RABAT - DAWL F'WIED IL-BUŻBIEŻ", "12488.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Għaliex it-talbiet tal-familja Camilleri ta' f/house behind pumping station, Dingli u dik tal-familja Gauci u Vella f'Wied il-Bużbież l/o Rabat ma sarux?", "Billi f'mistoqsijiet parlamentari numri 8998 u 8997 ġejt informat li qed jiġu kkonsidrati l-applikazzjonijiet ta' dawn il-familji li jgħixu fil- F/Hse, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi u meta se jiġu stallati dawn il-bozoz?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Interpellant japprezza l-vot għal bozoz fit-toroq hu limitat u għalhekk hu mpossibli li jintlaqgħu mill-ewwel it- talbiet kollha li jsiru għal street lighting.", "Wieħed irid iqis l-ispiża kif ukoll il-priorita` u l-importanza ta` kull talba meta dawn it-talbiet ikunu konsidrati.", "Madankollu se nara x`jista` jsir dwar it-talba msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "UNIVERSITA' - ĦOFRA ĦDEJN L-ISPORTS PAVILION", "12490.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir b'dik il-ħofra enormi li tħaffret ħdejn l-Isports Pavilion ta' l-Universita' qabel ma beda l-bini tal-Pixxina Nazzjonali għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-ħofra enormi ta' ħdejn il-pixxina hija proprju is-sit fejn se jinbena l-University Sports Hall il-ġdid li se jkun anness mal-pixxina Nazzjonali.", "It-tenders għalqu fl-1 ta' Ġunju 1993 u l-ħaddiema qegħdin fuq il-post.", "SPTARIJIET - SAN LUQA, DIPARTIMENT TAR-RECORDS MEDIĊI", "12491.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-istaff kollu tal- Medical Records Department fl-isptar San Luqa se jinbidel b'dawk li fil- preżent jokkupaw il-pożizzjoni ta' \"Ward Clerks\"?", "Veru li dawn il-\"Ward Clerks\" preżentement qed jiġu ttrenjati minn kumpannija privata?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jispjega kif se ssir l-għażla bejn dawn il-ħaddiema?", "Se jkun hemm call for applications jew le?", "X'livell ta' Edukazzjoni għandhom dawn il-\"Ward Clerks\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultali l-ebda pjan dwar arranġamenti bħal dawk li qiegħed isemmi l-Onor.", "Membru.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAR-RECORDS MEDIĊI", "12492.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għad-Dipartiment tal-Medical Records fl-Isptar San Luqa?", "X'inhuwa l-kumpliment ta' l-istaff kollu fil-livelli kollha?", "Xi proċeduri qegħdin jiddaħħlu biex ix-xogħol jitħaffef, ikun aktar effettiv u biex iwassal ħalli medical files ma jibqgħux jintilfu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-persuna responsabbli għat-Taqsima tal-Medical Records hija s-Sur Frank Zammit.", "Il-'complement' ta' din it-Taqsima hu kif ġej:", "'Staff Nurse' 1 'Enrolled Nurse' 2 'Health Assistant - Group D' 35 'Data Operator' 1 'Hospital Auxiliary' 1 Impjegati li jagħmlu xogħol ieħor klerikali u ta' 'filing' 4", "Total 44", "Ma nistax nikkonferma li teżisti problema akbar mis-soltu dwar 'files' li ma jinstabux.", "Is-sitwazzjoni hija li ġieli jkun hemm 'files' maqbuda fi kliniċi oħrajn minħabba li pażjenti jkollhom appuntamenti differenti f'perjodu qasir ta' żmien.", "Hemm sistema li ta' kuljum tforni lill-PNO responsabbli lista ta' 'files' li ma jkunux instabu għal kliniċi tal-ġranet li jkun imiss, biex isir sforz aħħari ħalli jinstabu dawn il-'files' qabel jiġi l-pażjent.", "Il-kwestjoni kollha tal-'Medical Records' fl-isptarijiet tiġi indirizzata fit-tħejjijiet għall-introduzzjoni tas-Sistema ta' l-Informatika dwar is- Saħħa.", "BUĠIBBA - DUCT TAT-TELEPHONE", "12493.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li duct tat-telephone li jinsab quddiem Triq l-Imsell fil-Main Road ta' Buġibba jiġi msewwi biex ma' jkunx daqshekk ta' periklu kemm għall-pubbliku kif ukoll għat-traffiku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Kollega li d- \"duct\" tat-telefon li jinsab quddiem Triq l-Imsell fil-Main Road, Buġibba ssewwa fl-4 ta' Awissu, 1993.", "GĦAWDEX - RAMLA L-ĦAMRA,ĦAJT TA' VALUR ARKEOLOĠIKU", "12494.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jirriżultalu l-Ministru li fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra taħt il-baħar jeżisti xi ħajt antik ta' valur arkeoloġiku?", "Jekk fl-affermattiv, dawk il-ġebel li qegħdin jittieħdu minn din l-area minn persuna privata, jifformaw parti minn dan il-ħajt?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Huwa veru li fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hemm ħajt antik ta` valur arkeoloġiku.", "Fil-fatt qed isiru spezzjonijiet ta` spiss biex dan il-ħajt ma jintmisx.", "Inħarġet eviction order biex jitneħħew l-attivitajiet kummerċjali li hemm fuq ir-ramel f`din il-bajja.", "ZABBAR - TISWIJA TA' TOROQ", "12495.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat jieħu ħsieb:", "1) jasfalta sew Triq Mons. G. Zarb, f'Ħaż Żabbar;", "2) jiftaħ u jasfalta Triq il-Baħrija, f'Ħaż Żabbar;", "3) tiġi msewwija sew Triq Żabrella, f'Ħaż Żabbar u mnaddfa mill-ħaxix li fiha mal-bankina;", "4) jissewwew il-ħofor fi Triq Dliela, f'Ħaż Żabbar; u", "5) tiġi nvellata Triq il-Lembija u ssir bozza fl-istess triq, f'Ħaż Żabbar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif diġa' spjegajt hija l-politika ta` dan il- Gvern li jagħti spinta l-upgrading u t-tiswija tat-toroq in ġenerali.", "Din is-sena se tibda sistema li toroq ġodda jingħataw cold asphalt jew tarmac mall-ewwel.", "Dan it-tip ta` xogħol se jibda jsir skond pjan ġenerali li qed jitfassal.", "Wieħed ukoll ma jridx jinjora l-funzjoni li se jkollhom il-Kunsilli Lokali fit-twettieq ta` dan il-pjan.", "Fid-dawl ta` din il-politika, se nara x`jista` jsir dwar it-toroq msemmija.", "Rigward tindif tlabt lid-dipartiment konċernat jara x`jista` jagħmel dwar dan l-ilment.", "It-talba għal bozza fi Triq il-Lembija Ħaż-Żabbar qed tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "PULIZIJA - KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL", "12511.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi dan l-aħħar ġie mħabbar li ntlaħaq ftehim fuq il- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid:", "a) meta l-Pulizija se jibdew jieħdu iż-żieda fil-paga?", "b) kif se jibdew jitħallsu tal-Ħdud u festi, u jekk dan il-ħlas huwiex se jibda jingħad mal-paga?", "c) Se jkun hemm arretrati, hux se jkun għal kulħadd l-istess u meta se jingħataw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li:", "A) Qed tinħadem l-'assimiliation' meħtieġa biex kull membru tal-Korp jidħol fl-iskala l-ġdida tal-paga tiegħu u huwa ttamat li din iż-żieda, bl- arretrati dovuti, jitħallsu mal-paga sa l-aħħar ta' Ottubru.", "B) Tal-Ħdud u l-Festi se jitħallsu hekk:", "(1) tal-Ħdud paga doppja", "(2) tal-Festi bir-rata ta' siegħa/siegħa u nofs.", "(C) Iva se jkun hemm ħlas ta' arretrati ta' żidiet fil-pagi skond il-grad b'effett mill-1 ta' Jannar, 1991.", "PULIZIJA - XOGĦOL FIL-ĦABS", "12512.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġie deċiż li biex pulizija jkunu jistgħu jaħdmu il-ħabs, irid ikollhom nill-inqas sitt snin servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11861 li tajt fid-9 ta' Lulju, 1993 fis-Seduta Numru 160.", "PULIZIJA - KONDIZZJONIJIET ĠODDA", "12513.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Rigward il-kondizzjonijiet ġodda li tħabbru għall-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi tibdil vantaġġjuż dwar l-increments?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond l-iskema l-ġdida ta' pagi ħafna kategoriji qabżu aktar minn skala waħda.", "L-'assimiliation' ta' kull membru bejn l-iskali l-qodma u dawk ġodda qed tinħadem.", "GĦAWDEX - PROVVISTA TA' ILMA", "12517.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm huwa fil-preżent il-konsum ta' l-ilma f'Għawdex?", "Kemm hemm ilma fil-preżent fil-ġibjuni f'Għawdex?", "Jekk hemmx xi rħula f'Għawdex li ntlaqtu minn skarsezza fil-provvista ta' l-ilma?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fil-preżent il-konsum ta` l-ilma f`Għawdex huwa medja ta` bejn 18 miljun \" 22 miljun gallun kuljum.", "Il-ħażna fil-preżent li hemm fil-ġibjuni f`Għawdex hi medja ta` aktar minn 4 miljun gallun.", "F`Għawdex bħal f`Malta qed issir sospensjoni ta` l-ilma ta` ġurnata fil- ġimgħa skond l-eżerċizzju ta` l-immaniġġjar ta` l-ilma.", "MARSAXLOKK - RISERVA NATURALI", "12518.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħdejn ir-riserva naturali fil- Magħluq ta' Marsaxlokk hemm watch duties 24 siegħa kuljum?", "Ma xiex qiegħed isir għassa?", "Għaliex m'hemmx din l-għassa ma riservi naturali oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-`watch duties` fil-Magħluq ta` Marsaxlokk (magħruf ukoll bħala il-Ballut) kienu qed isiru sakemm tħawwlu xi siġar minħabba l-biża ta` atti ta` vandaliżmu.", "Dawn il-`watch duties` issa twaqqfu u dalwaqt se jittella` `fence` madwar din ir-riserva.", "L-unika riserva bħalissa li għandha għassa hija dik ta` l-Għadira fejn hemm ukoll `Managing Warden.", "'Il quddiem huwa maħsub li riservi oħra ikollhom ukoll il-wardens.", "ĦABS ĊIVILI - AMNESTIJA", "12519.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li minħabba imġieba tajba, priġunier ikollu erba' xhur imnaqqsa għal kull sena ħabs li hu jiġi kkundannat, dan ifisser li jsir ukoll skont għal dak iż-żmien li għalih tingħata amnestija?", "Kien hemm xi priġunieri li fil-passat approfittaw irwieħhom minn tali skont?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li priġunier ikollu erba' xhur imnaqqsa għal kull sena ħabs li hu jiġi kkundannat, minħabba mġieba tajba.", "Ma jsirx skont għal dak iż-żmien li għalih tingħata amnestija, u dan għar- raġuni ovvja li amnestija, fiha nfisha hija skont.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ikun xieraq illi l-Onor.", "Interpellant jgħid għal liema perijodu qed jirreferi sabiex ikunu jistgħu jsiru r-riċerki neċessarji.", "ZEJTUN - TISWIJA TA' TOROQ", "12520.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhu l-programm tat-tarmac għaż-Żejtun għal din is-sena?", "Billi lokalitajiet bħalma hu Ġebel San Martin huma lesti mis-servizzi kollha u m'hemmx il-biża' li jkun hemm il-ħtieġa li jerġgħu jinqalgħu it-toroq, mhux ta' min isir tarmac milli ripetutament jinħela l-flus fl-asfaltar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l- Onor. Interpellant għar-risposta Numru 11080.", "Dwar it-tieni parti tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li minn xi żmien 'l hawn it-tiswijiet tat-toroq qed isir bil-Pre-mix asphalt biex b`hekk jinqata` dak iż-żrar jiġri fit-toroq wara kull tiswija.", "Dwar tarmac f`Ġebel San Martin, dan isir skond pjan ġenerali li qed jitfassal, kemm għaż-Żejtun kif ukoll għall-postijiet oħra f`Malta u Għawdex.", "DIPARTIMENT TA'L-AGRIKOLTURA - ĦLAS LILL-INSPECTORS", "12523.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Meta hemm il-ħsieb li l-inspectors tad-dipartiment jew security friskers jitħallsu ta' dak li huwa dovut lilhom kemm bħala xogħol u kemm bħala overtime work li għamlu bejn Ottubru, 1992 u Frar 1993?", "X'inhi r-raġuni li għax-xogħol li għamlu fl-aħħar xhur il-ħlas ġie mgħoddi lilhom waqt li għaż-żmien indikat hawn fuq għadhom ma tħallsux?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: L-Airport Friskers li qed jirreferi għalihom l- Onor. Interpellant ġew trasferiti mal-Ministeru tiegħi f'Awissu, 1992.", "Minflok ntużaw bħala messaġġiera huma aċċettaw li jagħmlu xogħol ta' Inspections.", "F'Jannar saru rappreżentazzjonijiet ma l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal-Finanzi biex dawn jingħataw Allowance ta' Lm56 fix-xahar fuq il-bażi li dawn jistgħu jagħmlu xi sigħat fil-Ħdud u l-festi.", "Din it-talba ġiet approvata fl-aħħar ġimgħa ta' Frar, 1993 u l- approvazzjoni ma kenitx retroattiva.", "Ghalhekk dawn bdew jitħallsu din l-allowance immedjatament fix-xahar ta' Marzu 1993.", "Din għandha tieqaf fl-aħħar ta' kull sena kalendarja biex tiġi riveduta skond ix-xogħol li jkun qed isir.", "ATTARD - SPRALL FI TRIQ IL-MOSTA", "12524.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-isprall tal-ħadid li hemm f'Mosta Road, Attard (quddiem il-Palma) issirlu dik il-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma jibqax ikun ta' periklu għat-traffiku u ta' inkonvenjenza kbira għar-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi?", "Jista' temporanjament jitqiegħed lastiku taħt dan l-istess sprall bħalma kien hemm ftit taż-żmien ilu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jara x`jista` jagħmel dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "ŻEJTUN/MARSAXLOKK - DAWL FIT-TOROQ", "12525.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb ta':-", "1. bozoz maħruqin ħdejn \"St.Anne\" Triq il-Bajja ta' San Tumas, Żejtun;", "2. street lighting ġdid li diġa' kien approvat fi Triq it-Torri, Marsaxlokk, speċjalment ħdejn ir-residenza \"Nemrac\";", "3. street lighting ġdid ħdejn Padruna Tagħna, New Street off Xerrik Rd?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li bozza waħda biss instabet ma tixgħelx ħdejn `St Anne` Triq il-Bajja ta` San Tumas Żejtun u din kellha tinbidel.", "It-talba għal dawl adekwat fi Triq it-Torri Marsaxlokk għadha qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "It-talba għal dawl adekwat ħdejn Padruna Tagħna, New Street off Xerrik Road qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "SIĠĠIEWI - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "12526.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r-raġuni għaliex sal-lum l-appartamenti Binja Hesri l-ġodda ta' Siġġiewi għalkemm diġa' hemm in-nies fihom għadhom ma tqabbdux mal-main tad- drenaġġ bil-konsegwenza li dan id-drenaġġ qiegħed jispiċċa fl-għelieqi ta' taħt il-ground tal-football tal-lokal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bħalissa qed isir xogħol ta` tħaffir ta` mina biex tgħaqqad id-drenaġġ tal-Ħesri ma` Triq Żammit.", "Siġġiewi.", "Id-Dipartiment tad-Drenaġġ kien sab problemi biex iqabbad kuntrattur jagħmel dawn il-mini iżda issa dan ix-xogħol wasal fl-aħħar u dalwaqt jitlesta.", "Sadanittant inbniet sentina li titnaddaf sikwit, biex temporanjament tieħu d-drenaġġ minn tal-Ħesri biex dan ma jmurx fl-għelieqi.", "BALZAN - PROVVISTA TA' ILMA", "12527.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 12300?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fit-8 ta` Lulju 1993 ittieħed test ta` l-ilma minn Vjal ir-Ragħaj it-Tajjeb, Balzan u mir-riżultat li huwa kkonfermat kemm mill-laboratorji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- Ilma kif ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa, jirriżulta li l-ilma huwa bakterjoloġikament tajjeb għax-xorb.", "WIED IL-GĦAJN - FOOTBALL GROUND", "12532.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jaf il-Ministru li ż-żgħażagħ ta' Wied il-Għajn, speċjalment dawk tan- naħa tal-Jerma Palace Hotel, jħossu l-bżonn li jkollhom xi ground tal- football fejn jilagħbu, biex ma ngħidx il-bżonn ta' ċentru sportiv peress li f'Wied il-Għajn hemm ħafna familji ġodda u għalhekk in-numru ta' tfal u żgħażagħ huwa relattivament kbir, u minħabba li fejn ftit snin ilu kien għelieqi, u t-tfal setgħu jilagħbu fihom, għalkemm mhux b'periklu, dawn l- ispazji issa kollha nbnew, u r-residenti ma jridux storbju ta' tfal jilagħbu f'xi triq wara biebhom?", "Jara l-Ministru li t-tfal u żgħażagħ ta' dan il-lokal għandhom dritt daqs ħaddieħor li jkollhom fejn jirrikreaw ruħhom, u jista' l-Ministru jgħid għandux xi pjanijiet biex jassigura li facilitajiet sportivi u rikreattivi jiġu pprovduti lill-ġenerazzjoni ż-żgħira ta' Wied il-Għajn?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Gvern jifhem il-htiega ta` aktar facilitajiet sportivi ghat-tfal u ż-zgħażagħ tagħna.", "Ta` dan ta` prova ċara permezz ta` bini ta` diversi mpjanti sportivi, b`attrezzaturi moderni, u ta` livell għoli li ġew imfahhra minn amministrazzjoni ta` għaqdiet internazzjonali.", "Hi x-xewqa tal-Gvern li n-numru ta` facilitajiet sportivi f`pajjiżna jiżdiedu, u jara kif jistgħu jintlaqgħu.", "ASSEMBLEA ĠENERALI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA - RIŻOLUZZJONIJIET", "12533.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'referenza għall-64 Sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fejn adottat madwar 359 riżoluzzjoni jew deċiżjoni u madwar 248 ġew adottati mingħajr votazzjoni, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir- riżoluzzjonijiet/deċiżjonijiet?", "Mill-75 l-oħra li ġew adottati b'vot, Malta vvotat 54 darba favur u astjeniet 21 darba.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti elenku ta' x'kienu dawk ir- riżoluzzjonijiet/deċiżjonijiet li vvotajna favurhom, liema kienu dawk li astjenejna fuqhom, u f'liema okkażjonijiet ma konniex preżenti għall- votazzjoni?", "Meta ma konniex preżenti, x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Kopja tad-dokument maħruġ mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni Pubblika li jiġbor fih ir-riżoluzzjonijiet/deċiżjonijiet adottati mis-47 Sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-Seduta.", "F'dan id-dokument ta' 565 paġna, hemm indikat kif kull pajjiż Membru tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluża Malta, vvota.", "Malta ma ħaditx parti fil-vot fuq ir-riżoluzzjoni 4760A Review of the implementation of the Declaration on the Strengthening of International Security minħabba li partijiet mill-provvedimenti tagħha me kenux, fl- opinjoni ta' Malta jirriflettu s-sitwazzjoni attwali.", "Malta ma ħaditx parti fil-vot ukoll fuq ir-riżoluzzjoni 47/456 Scale of assessment for the Apportionment of the Expenses of the United Nations minħabba d-diverġenzi li kien hemm dwar kemm il-Membri/Pajjiżi ġodda kellhom iħallsu għall-Budget Regolari ta' l-Organizzazzjoni u fejn Malta deherilha li ma tieħux pożizzjoni għalissa.", "PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "12535.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Kemm hija l-inqas pensjoni fis-sena li jirċievu pensjonanti li għandhom 61 sena u aktar?", "Liema huma l-kategoriji ta' pensjonijiet li jirċievu ta' l-iskema veljonti tas-servizzi soċjali li jirċievu persuni li għandhom 61 sena u aktar?", "Kemm hu n-numru ta' persuni li jirċievu il-pensjonijiet relevanti f'kull kategorija?", "Kemm huwa maħsub li se jiżdied in-numru ta' pensjonanti sas-sena 2000 u s- sena 2025?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-ewwel nett rridu nghidu li hemm zewg kategoriji ta' pensjonanti: (i) Min ghandu pensjoni tas-Servizz u (ii) Min ma ghandux pensjoni tas-Servizz.", "(i) F'każ ta' pensjonant li għandu pensjoni tas-Servizz u l-medja ta' kontribuzzjonijiet minn sena ghal sena hija ta' 50 dan ikollu dritt ghal Lm15.98 fil-ġimgħa jekk hi persuna wahedha u Lm24.67 fil-ġimgħa jekk ikun qed imantni l-mara.", "Dawn ir-rati jithallsu f'kas fejn il-pensjoni tas- servizz tkun tingħata mir-Renju Unit.", "Meta l-pensjoni tas-Servizz tkun qed tingħata minn sors iehor, per eżempju mit-Teżor, persuna tkun intitolata ghal Lm12.85 fil-gimgħa ghal persuna wahedha u Lm19.53 fil-ġimgħa ghal persuna li tkun qed tmantni l-mara.", "(ii) Fil-kaz ta' dawk il-pensjonanti li ma ghandhomx pensjoni tas-Servizz u l-medja ta' kontribuzzjonijiet minn sena ghal sena tkun ta' 50, dan ikollu dritt ghal Pensjoni Minima Nazzjonali.", "F'każ ta' persuna li tkun qed tmantni l-mara tiehu Lm29.30 fil-ġimgħa u persuna wahedha tieħu Lm25.92 fil-ġimgħa.", "Izjed 'l isfel qed nipprezenta tabella dwar il-kategoriji ta' pensjonijiet u statistika relevanti dwar il-pensjonanti li ghalqu l-eta' ta' rtir u li qed jircievu pensjoni taht l-Att ta' l-1987 dwar tas-Sigurta' Socjali.", "Din l-istatistika hija bbażata fuq dik li ghandu d-Dipartiment sa l-ahhar ta' Lulju 1993.", "KATEGORIJA NUMRU", "Pensjoni ghal min Jirtira 4830 Pensjoni ghal min Jirtira Mizjuda 4644 Pensjoni Minima Nazzjonali 7662 Pensjoni Minima Nazzjonali (Mnaqqsa) 63 Pensjoni Minima Nazzjonali (Mizjuda) 1433 Pensjoni taz-Zewg Terzi 8347 ----- TOTAL 26979 -----", "Skond informazzjoni li ghandna n-numru hawn kkalkolat ta' pensjonanti li ħa jagħlqu 61 sena u jkunu ntitolati ghal Pensjoni huma hekk: sa 2000 - 57,000 sa 2020 - 87,000", "AJRUPORT - GENERAL CLEANING MINN EX-DRIVER TA' MINISTRU", "12536.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Billi naf lli ex-driver ta' Ministru ingħata wieħed mit- tenders tal-general cleaning fl-ajruport il-ġdid, billi hu għadu jkun idur b'karozza tal-Gvern - M1640, jista' l-Ministru jgħid jekk dan għadux ukoll impjegat tal-Gvern u għadux jitħallas tax-xogħol li kellu qabel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta International Airport Ltd, wara li ħarġet sejħa għal offerti għamlet kuntrattti ma' tlett kumpaniji tat-tindif.", "Dan għamlitu sabiex tinżamm l- indafa u naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi li llum għandna Air Terminal mill-aktar nadif.", "Il-kumpannija pero' mhix obligata li tara x'impjieg ieħor jista' jkollhom id-diretturi, shareholders jew l-impjegati ta' dawn il-kumpanniji.", "Rigward il-karrozza M1640, din la hi karrozza fil-Ministeru tiegħi u lanqas hi misjuqa minn xi ħadd fil-Ministeru tiegħi.", "MIBA - BORD TAD-DIRETTURI", "12537.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12446?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Att XXXIV ta' l-1988 li bih twaqqfet il- MIBA jipprovdi għall-hatra ta' Bord ta' Gvernaturi kif ukoll għall-Kumitat Ezekuttiv.", "Tagħrif dwar l-membri tal Board of Governors u tal Kumitat Ezekuttiv tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta.", "In-numru ta' kumpanniji li gew irrifjutati registrazzjoni sal-31 t'Awwissu, 1993 kien ta' 5.", "Minħabba li l-Att jillimita l-informazzjoni li l- Awtorita' tista tagħti dwar liema kienu l-kumpanniji li r-registrazzjoni tagħħom giet irrifjutata, dawn id-dettalji ma jistgħux jingħataw.", "Ta min izid izda illi n-numru ta' rifjuti ma jkunx jirrifletti stampa cara minħabba illi numru ieħor ta' applikazzjonijiet ferm akbar ikun gie rtirat mill-promoturi stess wara li l-Awtorita' tkun talbet biex jigu ccarati xi punti dwar dawn l-applikazzjonijiet.", "L-Att imsemmi ma jagħti ebda dritt lill-Awtorita' tindaħal kif kumpanniji offshore, li wara kollox huma kumpanniji privati, għandhom jimlew il- postijiet vakanti li jista jkollhom minn zmien għall-zmien.", "Jekk kumpanija offshore tkun trid timpjega barrani għandha tapplikalu għall-work permit.", "L-artiklu 40(1) ta' l-Att jagħti d-dritt għal mill-anqas work permit wiehed lill-kull kumpannija offshore trading.", "L-Awtorita' tħares bir-reqqa lejn kull applikazzjoni għal work permit qabel ma dan jigi rakkomandat.", "Tagħrif dwar l-istranjieri kollha li għandhom permess jaħdmu Malta jingħata perjodikament fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Fil-Gazzetta tal-Gvern tidher ukoll lista ta' nominee companies li ingħataw warrant mill-Awtorita' u ta' kumpanniji offshore registrati.", "Dawn ta' l- aħħar laħqu in-numru ta' 1294 sal-31 t'Awwissu, 1993.", "Il-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lista ta' kumpanniji offshore u tan-nominee companies ma tiddependix minn xi policy ta' l-Awtorita' izda hija specifikament mitluba mill-artikoli 24(8) u 43(3) ta' l-Att XXXIV ta' l-1988.", "F'dan il-kuntest, allura, ma seta' kien hemm ebda \"dewmien u tibdil fil- policy\" kif issemmi l-mistoqsija.", "Filwaqt li l-Att ta' l-1988 li jwaqqaf Awtorita' sar ligi b'Att Numru XXXIV ta' Lulju ta' l-1988, l-Awtorita' giet fis-sehh fl-20 ta' Jannar, 1989 bis- saħħa ta' L.N. 6 ta' l-1989.", "Dettalji dwar Calls for Applications magħmula mill-Awtorita' minn meta twaqqfet tpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.", "Informazzjoni dwar is-salary structure tal-MIBA ma tistax tinghata minhabba n-natura konfidenzjali tagħħa.", "L-Onor.", "Interpellant zgur li japprezza l- fatt li proprju imkien fid-dinja kollha ma tingħata l-informazzjoni mitluba għal mitt raguni waħda aktar ovvja mill-oħra.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TAXXA TAL-BOLL", "12539.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid:-", "1) X'inhi r-raġuni li t-taxxa tal-boll fuq l-assigurazzjoni (insurance) tal-karozzi fir-\"renewal\" minn 25c saret Lm1 u minn dak \"new policy (entry)\" minn 45c saret Lm1 wkoll?", "2) Dan ifisser li min għandu tlett karozzi se jkun għolla mill-inqas Lm2.25c?", "3) L-istess, għaliex għoliet it-taxxa tal-boll f'każ ta' assigurazzjoni fuq id-dar cioe' minn 10c saret Lm1?", "4) Minn meta għolew dawn ir-rati l-ġodda tal-boll?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għandu jingħad illi t-taxxa ta' 15-il ċenteżmu fuq kull polza ta' assigurazzjoni maħruġa fuq karozzi għar-riskju ta' Terzi Persuni (magħrufa bħala 'tat-triq') ġiet imneħħija għal kollox kif inċidentalment, giet imneħħija wkoll din it-taxxa minn fuq ħafna affarijiet oħra fosthom ic-cheques, l-istimi, ir-riċevuti u trasferimenti ta' vapuri, dgħajjes u ajruplani.", "Mill-banda l-oħra t-taxxa ta' 25 ċenteżmu dwar poloz fuq karozzi għal għanijiet oħra, minbarra dik imsemmija, għoliet għal Lm1 peress li, għall- istess raġunijiet li saru l-eżenzjonijiet imsemmija, l-ammont ta' 25 ċenteżmu, illum jitqies bħala 'nuisance value'.", "Mhux ċar għal liema taxxa ta' assigurazzjoni ta' 45 ċenteżmu qed jirreferi l-Onor.", "Membru.", "Rigward it-tieni punt jingħad li t-taxxa ta' 10 ċentezmi kienet pagabbli fuq kull polza ta' assigurazzjoni u ma dawn kienu jingħaddu taxxi oħra fuq poloz ta' assigurazzjoni skond kif speċifikati fil-liġi.", "Din 'l hekk imsejjħa 'initial duty' mhux talli ma żdiditx, imma tneħħiet għal kollox!", "Iż-'żieda' l-oħra għal Lm1 hija rigward poloz ta' assigurazzjoni li dwarhom kienet, u baqgħet titħallas taxxa ta' tliet ċenteżmi fuq kull lira tal- 'premium' li dwarha issa nħass il-bżonn, dejjem għall-istess raġunijiet imsemmija, li jiġi ntaxxat minimu ta' Lm1.", "Ir-rati l-ġodda bdew iseħħu mal-publikazzjoni ta' l-Att ta' l-1993 dwar it- Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Att XVII ta' l-1993) jiġifieri fis-16 ta' Lulju, 1993.", "DIPARTIMENT TAD-DWANA - INĠUSTIZZJA MA' UFFIĊJALI", "12540.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: B'ittra datata 18 ta' Novembru, 1991 grupp ta' uffiċjali tad-Dwana ġie mgħarraf mill-uffiċċju tiegħek li skond deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, dan il-grupp sofra inġustizzja, aktar tard f'Ottubru, 1992 l-istess grupp ġie mgħarraf li rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ma tistax tiġi implimentata.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-passi meħtieġa li ttieħdu mill- Management and Personal Office mal-Public Service Commission rigward ir- rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji?", "Billi r-rikorrenti kienu mgħarrfa li r-rakkomandazzjoni mal-Kummissjoni għall-Investigazzjoi ta' Inġustizzji ma tistax tkun implimentata minħabba li l-kelma tal-Public Service Commission hija aħħarija, jista' l-Prim Ministru jikkonferma kienx hemm każi fejn id-deċiżjonijiet tal-Public Service Commission twarrbu u nqalbu kontra fuq deċiżjonijiet tal- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji?", "Jekk iva, kemm kienu l-każi u liema huma?", "Kemm kienu l-każi u liema huma d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ma ġewx implimentati fuq deċiżjoni tal-Public Service Commission?", "X'kien is-sehem tal-UHM meta fl-1986 tfasslet l-istaff list?", "X'kienu l-kriterji li fuqhom tfasslet l-istess staff list?", "Il-Prim Ministru huwa fil-pożizzjoni li jikkonferma li l-UHM taqbel ma' din l-istaff list?", "Jaqbel il-Prim Ministru li meta ngħataw in-National Promotion kien sar tħarbit ta' l-istaff list?", "X'differenza jkun hemm jekk is-sitwazzjoni terġa' tiġi għal li kienet qabel l-1986?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ninsab informat li:", "(1) Fil-11 ta' Frar 1992, is-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi, bagħat kopja tar-rapport tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u talab il-parir tagħha dwar backdating u/jew ħatriet fil-grad ta' Uffiċjal Amministrattiv li joħorġu mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji in kwestjoni.", "Barra minn hekk, għaddiet ukoll korrispondenza dwar ħatriet preċedenti ta' l-uffiċjali nvoluti, l-absorption u l- assimilazzjoni tagħhom fis-Servizz Ġenerali fil-passat.", "(2) Ma kienx hemm każi fejn id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku twarrbu u nqalbu fuq deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "(3) Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li ma ġewx implimentati fuq deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku jittrattaw każi ta' ħatriet, jew backdating ta' ħatriet, fis-Servizz Pubbliku.", "Ma tinżammx statistika ta' dawn il-każi fuq din il- bażi.", "(4) L-uffiċċju ta' l-Establishments kien ikkonsulta ma' l-Unions ikkonċernati inkluża l-UHM - fuq il-metodu li għandu jintuża biex tiġi ppublikata staff list li tinkludi f'lista waħda dawk il-gradi dipartimentali li kienu ġew assimilati fil-gradi tas-Servizz Ġenerali b'effett tal-ftehim tar-riorganizzazzjoni ta' l-1974 u li sa dak iż-żmien kienu jidhru fl-istaff list f'lista separata peress li għad ma kienx intlaħaq ftehim fejn kellhom jidħlu fil-lista ġenerali.", "Qabel ma tfasslet l-istaff list ta' l-1986, il-UHM ġiet informata bil-placings individwali ta' dawn l-uffiċjali.", "Jidher li l-Union ma għamlet ebda oġġezzjoni, anzi, permezz ta' public statement ġiet ikkonfermata is-sistema użata.", "(5) Il-kriterji li fuqhom tfasslet din l-istaff list kienu li dawn l- uffiċjali jiġu nfilzati wara l-uffiċjali tas-Servizz Ġenerali fil-lista ta' l-anzjanita' tal-grad rispettiv tagħhom skond l-istess anzjanita' tal-grad rispettiv tagħhom skond l-istess anzjanita' li huma kienu jgawdu mmedjatament qabel tfasslet din l-istaff list.", "(6) Jirriżulta li qabel ma' ħarġet l-istaff list ta' l-1986 l- Amministrazzjoni ta' dak iż-żmien sabet li kien hemm ġustifikazzjoni li grupp ta' 16-il uffiċjal eżekuttiv jingħataw notional appointment sabiex jieħdu posthom fis-seniority list qabel persuni ta' gradi dipartimentali li ġew assimilati fis-servizz ġenerali bis-saħħa tar-riorganizzazzjoni ta' l-1974.", "(7) L-Onor.", "Interpellant japprezza li l-aħħar parti tal-mistoqsija hija purament ipotetika.", "ENEMALTA - XOKK ELETTRIKU FUQ J BORG", "12541.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12203?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għad m`għandix ir-rapport ta` l-investigazzjoni li saret dwar dan il-każ u għalhekk għad m`inix f`pożizzjoni li nagħti tweġiba sħiħa.", "ENEMALTA - BOZOZ", "12542.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12261?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hemm diversi talbiet għal installazjonijiet ta` lampi fit-toroq fit-Tieni u r-Raba` distrett, pero' l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex din tinstab f`numru kbir ta` `files` li jridu jiġu ċċekkjati wieħed wieħed.", "Ix-xogħol fuq lampi ġodda qed isir fid-distretti kollha flimkien ma` xogħlijiet oħra.", "BIRŻEBBUĠIA - CABLE TA' L-ELETTRIKU FI TRIQ IX-XATT", "12543.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12206?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol mitlub mill-Onor.", "Interpellant sar fit-2 ta` Awissu 1993.", "XGĦAJRA - DAWL FIT-TOROQ", "12544.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12205?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-arbli neċessarji biex jitranġaw il-wires fix- Xatt tax-Xgħajra u matul it-Triq tal-Knisja diġa' twaħħlu.", "Hu maħsub li l- kumplament tax-xogħol msemmi jsir dalwaqt.", "POPEYE VILLAGE - XATBA FEJN IL-BAJJA", "12545.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10956?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix-xatba msemmija mill-Onor.", "Interpellant hi xogħol temporanju u ma tinħtieġx permess ta` l-Iżvilupp.", "Pero` passi ttieħdu skond l-Att ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp dwar il-platform tal-konkos li sar max-xatt fuq l-istess sit.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - XIRI TA' SPARE PARTS", "12546.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 7915/8504/9483/10706 dwar l-istess suġġett?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-inkjesta li għamlet il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, dwar ix-xiri ta` spare parts għadha għaddejja.", "Għaldaqstant għad m`għandix il-konklużjonijiet.", "TAL-BARRANI - SEJBA TA' OQBRA", "12560.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Is-sejba ta' l-oqbra fit-Triq tal-Barrani ilha għal żmien mhux ħażin titlob l-għassa minn pulizija għal 24 siegħa, u wkoll l-inkonvenjent kbir li sewwieqa jkollhom iduru minn Ħal Tarxien jew Ħal Għaxaq biex ikomplu t- triq tagħhom.", "Peress li tidher li jekk ma tingħatax attenzjoni speċifika, din is- sitwazzjoni taf tibqa' magħna, jista' l-Ministru jara li ta' l-inqas sa meta jagħtini risposta għal din l-interpellanza kif jerġa' jiftaħ il- Parlament wara r-recess, jerġa' jġib is-sitwazzjoni għan-normal?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fit-triq tal-Barrani issa nfetħet karreġġjata waħda biex is-sewwieqa ma jkollhomx l-inkonvenjent imsemmi mill- Onor. Membru.", "Billi għadu qed isir xogħol mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f`kuntatt mad-Dipartiment tal-Mużewijiet biex tinstab daħla alternattiva għall-iskavi, possibilment fis-central strip, biex it- tieni karreġġjata tiġi miftuħa fl-iqsar żmien possibbli.", "NURSING & MIDWIFERY BOARD - EŻAMINATURI APPUNTATI", "12576.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- lista ta' eżaminaturi appuntati minn Nursing & Midwifery Board għall- eżamijiet ta' Nursing Students?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-eżaminaturi għall-eżamijiet ta' l-Istudenti 'Nurses' appuntati mill-Bord ta' l-Infermiera u l-Qwiebel huma:", "'Chairmen' Dr Raymond G Xerri MD, MSc Dr Raymond Busuttil MD MSc Dr Francis Agius MD, MSc", "Tobba (i) Kirurgi Mr J Attard B.Sc., B. Pharm, MD FRCS (Eng), FRCS (Ed) Prof G Laferla MD, MRCS, LRCP, FRCS", "(ii) 'Physicians' Dr A Caruana Galizia MD, MRCP (UK) Dr J M Cacciottolo MD, MRCP Dr J Azzopardi MD, MRCP, FRCP Dr C Mallia MD, MRCP, FRCP(Ed), FRCP(Lond)", "Infermiera Ms Barbara Burkey Ms Mary Magri Mr Anthony Spiteri Mr Anthony Grech Mr Publius Abdilla Ms Margaret Abela Mr Alfred Briffa Mr Anthony Zammit Mr Richard Mallia Mr Emanuel Saliba Ms Mary Grech Ms Vivienne Caruana Mr Denis Tanti Mr Rudolph Cini FORZI ARMATI - PROMOZZJONIJIET", "12585.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex suldati bi standard of education tajjeb u b'responsabbilita' ta' xogħol bħal records officer etc ma ġewx irrakkomandati jew ġew irrakkomandati b'marki baxxi għal promozzjoni li jmiss?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux veru li wara li xi suldati lmentaw ma' l-officer in charge tagħhom qalulhom biex ma jagħtux każ tal-marki u kien hemm ukoll min qalilhom li dawk li ħadu l-promozzjoni ta' l-1992 ma jistgħux jiġu rrakkomandati għal promozzjoni meta aktar tard irriżulta li s- suldati li ġew magħżula kellhom marki tajbin, b'inqas standard of education u b'responsabbilita' minima dawn ġew promossi f'Jannar 1992 ukoll?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'effett se jħalli dan fuq dawk li ħaqqhom promozzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fil-preżent għad mhu għaddej ebda proċess biex isiru promozzjonijiet fl-AFM l-Onor.", "Interpellant probabbli qed jirreferi għar-rapporti li jsiru kull sena dwar is-suldati, l-NCOs u l- Fizzjali.", "Il-kriterji li fuqhom jiġu bbażati l-eventwali promozzjonijiet ta' l-NCOs huma kif indikati fl-AFM appointments and Conditions of Service Regulations 1970, part II para 31 (1).", "Dan jgħid illi l-promozzjoni għandha tkun suġġetta għal rakkomandazzjoni bbażata fuq effiċjenza, anzjanita', kwalifika u għażla sabiex timtela vakanza.", "Minn dan, l-Onor Interpellant jista' jara illi l-istandard of Education u responsabbilta' fix-xogħol, mhumiex l-uniċi kriterji li jiġu kkonsidrati sabiex NCO jiġi rakkomandat għal promozzjoni.", "MQABBA BYPASS - ĦSARA", "12586.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid minn hu responsabbli għall-ħsara li hemm fit-triq quddiem il- ġibjun fil-Bypass ta' l-Imqabba?", "Peress wara li sar kanal ta' l-ilma hemm it-tappieri 'l fuq mit-triq u madwarhom it- tarmac diġa' niżel u tħaffer wara biss xahar li sar ix- xogħol, meta beħsiebhom jirranġaw din il-ħsara?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infomat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma lestiet ix-xogħlijiet neċessarji għall-aġġustament tat-tappieri li hemm fil-qrib tal-ġibjun fil-Bypass ta` l-Imqabba.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - APPLIKAZZJONI REF.", "PB 2000/89", "12587.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħtini risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12449?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jirriżulta li l-ipproċessar ta` l-applikazzjoni msemmija ma jistax jitkompla billi ma kenitx intbagħtet is-sottomissjoni lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar li biha l-Awtorita` tintalab tqis l- applikazzjoni bħala li saret lilha.", "Jiddispjaċini li fiċ-ċirkustanzi trid issir applikazzjoni mill-ġdid.", "PULIZIJA - MEMBRI KORRUTI WAQT DMIRIJIETHOM", "12596.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb biex liġijiet li jirrigwardaw persuni li jaggredixxu u jsawwtu membri tal-Korp tal-Pulizija jiħraxu?", "Kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li korrew jew ġew feruti waqt dmirijiethom f'konfronti ma' persuni oħra fl-1992 u l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Liġi diġa' tipprovdi pieni speċjali għal każijiet simili.", "Ninsab informat li matul l-1992 kien hemm 18-il membru tal-Korp li korrew jew ġew feruti waqt dmirijiethom f'konfronti ma' persuni oħra, filwaqt li fl-1993 kien hemm 14-il membru tal-Korp.", "NAR TAL-FESTI - PERSUNI LIĊENZJATI", "12597.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hawn fil-preżent persuni liċenzjati taħt liċenzja \"Group A\" fil-logħob tan-nar f'Malta u Għawdex?", "Billi dawn il-persuni biss suppost li jaħdmu n-nar, u fl-istess ħin suppost dawn biss jagħtu n-nar ta' l-ajru u l-art, isiru spezzjonijiet biex jiġi żgurat li dawn il-persuni biss jkunu jaħdmu ġewwa fabbriki liċenzjati u dawn biss jagħtu n-nar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'Malta u Għawdex hawn 84 persuna liċenzjati biex jimmanifatturaw n-nar taħt kategorija 'A'.", "Il-fabbriki li jimmanifatturaw in-nar jiġu spezzjonati mill-'Explosives Committee', filwaqt li l-Pulizija tassigura li l-isparar tan-nar isir skond ir-regolamenti.", "FESTI PARROKKJALI - RAPPORTI TA' ĠLIED", "12598.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Matul l-1992 u l-1993 kemm ġew irrapportati ġlied u nkwiet waqt festi Parrokkjali, fejn kellha tidħol il-Pulizija u tressqu persuni l- Qorti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fl-1992 kien hemm żewġ każi ta' ġlied waqt festi parrokkjali fejn persuni ġew imressqa l-Qorti, filwaqt li fl-1993 (sal-bidu ta' Awissu) kien hemm tliet każi simili li f'zewġ każi minnhom diġa' ttieħdu passi bil-Qorti u fil-każ l-ieħor se jittieħdu passi fil-Qorti.", "ILMA - UNACCOUNTED FOR", "12601.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Issa li tqegħdu l-master meters u saru l-istudji fuq kemm qiegħed jasal ilma fil-lokalitajiet rispettivi, kif tkompla dan l-eżercizzju?", "Ħarġu r- riżultati mixtieqa?", "Naqas l-ilma \"unaccounted for\"?", "Kif se jitkompla dan l-eżerċizzju meta jiġu fis-seħħ ir-rati ġodda domestiċi meta wieħed jistenna li l-ilma \"unaccounted for\" jerġa' jiżdied?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-proċess ta` zoning huwa programm kontinwu li ma jieqaf qatt.", "Minkejja li Master Meter jitwaħħal darba fuq zona, il- \"monitoring, step-testing u leak dedection\" isiru regolarment.", "Ir-riżultati wrew li jeżisti telf ta` mhux aktar minn 22% minħabba leakages.", "Bis-sistema msemmija fuq, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- Ilma qed tistenna li dan it-telf jinżel sa 12% sa tmiem 1996.", "Ir-reviżjoni ta` l-istruttura ġdida tal-ħlas għall-ilma m`għandha taffetwa xejn l-ammont ta` leakages li jeżistu f`zona.", "WIED IL-GĦAJN - TISWIJA TA' TOROQ", "12603.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat flimkien ma' dipartimenti oħra u korporazzjonijiet konċernati jieħdu ħsieb jagħtu spinta lit-toroq ġo Wied il-Għajn billi ħafna residenti għandhom ħafna inkonvenjenzi kbar rigward it- toroq u nuqqas ta' servizzi bħal elettriku, ilma, telephones u ndafa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hija l-politika ta` dan il-Gvern li jagħti spinta l-upgrading u t-tiswija tat-toroq in ġenerali.", "Din is-sena se tibda sistema li toroq ġodda jingħataw cold asphalt jew tarmac mall-ewwel.", "Dan it-tip ta` xogħol se jibda jsir skond pjan ġenerali li qed jitfassal.", "Wieħed ukoll ma jridx jinjora l-funzjoni li se jkollhom il-Kunsilli Lokali fit-twettieq ta` dan il-pjan.", "Fid-dawl ta` din il-politika, se jittieħdu passi biex isir xogħol ta` asfaltar f`numru ta` toroq f`Wied il-Għajn.", "Ix-xogħol biex jitlestew is-servizzi ta` l-elettriku meħtieġa ġo Wied il- Għajn qed isir.", "Xogħlijiet ġenerali ta` servizzi minn naħa tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta` l-Ilma f`Wied il-Għajn huma konklużi u xogħlijiet ta` manutenzjoni u servizzi ġodda jsiru skond il-programm tax-xogħlijiet.", "Is- servizz ġenerali tal-provvista ta` l-ilma f`Wied il-Għajn beda jitjieb mindu beda jitħaddem fit-30 ta` Awissu 1993 il-mains il-ġdid tal-Qrendi Pipeline.", "Kien hemm ukoll titjib sostanzjali fl-indafa mat-tul tal-Promenade ta` Wied il-Għajn, riżultat ta` litter bins ġodda.", "Baqa` xi problemi f`xi toroq oħra fejn għad hemm plots mhux mibnija.", "M`hemmx wisq lok għal xi tibdil radikali iżda se jsir, bħal dejjem, kull sforz biex is-servizz ikompli jitjieb.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' TOROQ", "12604.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat jieħu ħsieb jasfalta jew jagħti t-tarmac lil Triq Bħajra, fiż-Żejtun, billi r-residenti qed isofru mit-trabijiet u t- tjun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Hija l-politika ta` dan il-Gvern li jagħti spinta l-upgrading u t-tiswija tat-toroq in ġenerali.", "Din is-sena se tibda sistema li toroq ġodda jingħataw cold asphalt jew tarmac mall-ewwel.", "Dan it-tip ta` xogħol se jibda jsir skond pjan ġenerali li qed jitfassal.", "Wieħed ukoll ma jridx jinjora l-funzjoni li se jkollhom il-Kunsilli Lokali fit-twettieq ta` dan il-pjan.", "Fid-dawl ta` din il-politika, se nara x`jista` jsir għat-triq partikolari msemmija.", "PEMBROKE - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ/ELETTRIKU", "12605.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu id-dipartiment konċernat u l-Korporazzjoni Enemalta jilqgħu it- talba ta' residenti fi plots tal-Gvern f'Pembroke (phase 3) biex jingħataw is-servizz tad-drenaġġ u tad-dawl elettriku, peress li hemm min bena daru u issa jinsab mingħajr dawn is-servizzi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Korporazzjoni Enemalta għandha tliet applikazzjonijiet biss pendenti għas-servizz ta` l-elettriku ġewwa Pembroke.", "Dawn għandhom jiġu moqdija sa l-aħħar tax-xahar.", "Huwa ppjanat li s-servizzi ta` drenaġġ f`Pembroke jingħataw s-sena d- dieħla.", "BIRGU - FORTINI FOOTBALL GROUND", "12658.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jassigura li x-xogħol li qiegħed isir fil-ground tal- football fil-Fortini, il-Birgu jkun lest sa l-aħħar ta' Awissu peress li l- logħob kompetittiv jibda fix-xahar ta' Settembru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ix-xogħol meħtieġ fil-ground tal-football fil- Fortini, il-Birgu, qieghed miexi b`ritmu mgħaġġel.", "Ġejt assigurat li qed isir sforz biex ix-xogħol kollu jitlesta fl-anqas zmien possibbli.", "KALKARA - BANKIJIET FIX-XATT", "12659.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-aħħar ftit bankijiet fix-xatt tal- Kalkara minflok dawk li kienu nkisru fil-maltempata ta' xi erbgħa snin u nofs ilu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li 12-il bank li kellhom isiru fil- post kif indikat fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 8005 (Seduta 103) se jitwaħħlu fi żmien qasir.", "TIGNE' - POSTIJIET ALTERNATTIVI LIR-RESIDENTI", "12707.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Huwa minnu li r-residenti ta' Tigne' Housing Estate se jiġu offruti fondi alternattivi f'Taż-Żwejt, San Ġwann Housing Estate?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif kelli okkażjoni nispjega lir-rappreżentanti tar-residenti ta` Tigne` fl-aħħar laqgħa li kelli magħhom, din hi waħda mill-possibiltajiet li qed tiġi nvestigata.", "SLIEMA - BINI MITLUQ", "12708.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'passi qed jittieħdu mill-Pulizija u mis-Sanita' dwar il-bini li ilu mitluq għall-aktar minn sentejn u mhux komplut li hemm f'St. Charles Str; Sliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ma jirriżultax li hemm xi passi li għandhom jittieħdu min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar il-post li jmiss ma' Nru. 22 St Charles Street, Sliema filwaqt li l-Pulizija ma rċeviet l-ebda lment dwar dan il-post.", "AIR MALTA - TITJIRIET BEJN MALTA U MILAN", "12709.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Fuq liema livell qed jinżammu t-taħdidiet ma' l-awtoritajiet Taljani biex jitħaddem servizz bl-ajru bl-iskeda bejn Malta u Milan?", "Fiex waslu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-possibilta' ta' servizz bi skeda bejn Malta u Milan hija waħda mill-materji ta' diskussjoni bejn iz-zewġ linji ta' l-ajru nazzjonali koncernati.", "AIR MALTA - TQASSIM TAL-ĠURNAL \"KULĦADD\"", "12710.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Il-ġurnal \"Kulħadd\" jitqassam regolarment fuq it-titjiriet bi skeda ta' l- Air Malta?", "U jekk le, għaliex?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Qatt ma kienet il-policy tal-kumpannija li jitqassmu l-gazzetti kollha, kemm ta' kuljum kif ukoll dawk ta' kull gimgħa, u fil-mument qed tigi riveduta l-pozizzjoni specjalment minħabba z- zieda fin-numru ta' gazzetti li kien hemm minn ftit zmien 'l hawn.", "QORMI - TISWIJA TAL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "12766.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi l-iswitches tad-dawl fi Block IV, Gardenia Street, Qormi, m'humiex jaħdmu jistgħu jittieħdu passi malajr biex jissewwew?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt it-talba ta` l-Onor.", "Membru lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "QORMI - RIMI TA' SKART", "12767.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba datata 8 ta' Gunju, 1993, għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11066 dwar rimi ta' skart f'St. Edward Street, Qormi, billi ma jidhirx li ttieħdu passi biex l-iskart jitneħħa, anzi żdied, jistgħu jittieħdu miżuri urġenti ta' \"enforcement\"?", "Jista' jerġa' jiġi kkonsidrat ukoll li l-art tiġi allinejata u jiġi imtella' ħajt ħalli l-area ssir pubblika u tkun tista' tiġi mħarsa sewwa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif fissirt fit-tweġiba ċitata, l-art in kwestjoni hi privata u, wara li ngħataw l-avviżi meħtieġa, d-Dipartiment issa ħa l-passi bil-Qorti kontra s-sidien biex jitneħħa l-akkumulu li għalih qed issir referenza.", "MOSTA - PERMESSI GĦAL BINI", "12798.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm ħaddiema jqassmu u jimmarkaw fi plots l-art magħrufa tal-Blata l-Għolja li tasal sa triq Durumblat, il-Mosta jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li f'dan il-lokal se jinħarġu l- permessi għall-bini?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-limiti ta` l-iżvilupp fl-area msemmija huma dawk indikati fil-pjanta 29 tal-limiti temporanji ta` l-iżvilupp.", "Dawn il- limiti ma jaslux sa Triq Durumblat u ħlief għal parti żgħira ħdejn Torri Cumbo huma ' 'l bogħod sewwa minn din it-triq.", "Ma jirriżultax li saru xi applikazzjonijiet riċenti għal bini fl-area msemmija `l barra mil-limiti ta` l-iżvilupp.", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA - ŻBIR TA' SIĠAR", "12799.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jidhirlu li d-Dipartiment tal-Biedja għandu minnufih jieħu ħsieb li ssir żabra tas-siġar kbar li hemm fil-pjazza fi Triq it- Tabib Chetcuti u fil-pjazza Triq Nerik Mizzi billi ilhom ma jinżabru ħafna?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Iż-żabra tas-siġar fil-Pjazza li hemm fi Triq it- Tabib Chetcuti u fil-Pjazza ta' Triq Nerik Mizzi, il-Mosta qegħdin fil- programm taż-żabra li kull xahar ifassal id-Dipartiment tal-Biedja.", "Fil-fatt iż-żbir tas-siġar fil-postijiet imsemmija mistenni jsir dalwaqt."]} {"filename": "20010424_531d_par.doc", "date": "2001-04-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 531 It-Tlieta, 24 ta' April, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 531", "It-Tlieta, 24 ta' April, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "531", "It-Tlieta, 24 ta' April, 2001", "WERREJ", "MINUTI 407", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 407", "TQEGĦID TA' KARTI 410", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U", "SOĊJALI (IT-TIENI QARI)", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL (SECOND READING) 411", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA' ART TAL-GVERN (IT-TIENI QARI)", "GOVERNMENT LAND (ADMINISTRATION) BILL(SECOND READING) 418", "AĠĠORNAMENT 432", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 437", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 530 li saret fit-23 ta' April, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SINJALI TAT-TOROQ - NAXXAR - PRISON STREET", "24713.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'liema dritt fi Prison Street, in- Naxxar, sar keep clear sign quddiem arkata li minnha lanqas biss tgħaddi karozza?", "Min talab u min awtorizza l-keep clear?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-keep clear fit-triq li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ma kenitx awtorizzata mill-bord għall-kontroll tat-traffiku.", "Il-bord ġibed l-attenzjoni tal-kunsill lokali dwar dan u ġie informat li l- keep clear se titneħħa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sar xi arranġament biex jibdew isiru laqgħat perjodiċi sabiex ċerti problemi li jinqalgħu minn żmien għal żmien f'ċerti nħawi jiġu solvuti kemm jista' jkun malajr?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, b'mod ġenerali nista' ngħid li hemm żewġ tipi ta' abbużi fir-rigward tas-sinjali tat-toroq, b'mod partikolari dawk li jkunu mpinġija ma' l-art.", "Hemm ċirkostanzi fejn individwu jkun jidhirlu li għandu jaqbad ftit żebgħa safra u jagħmel reserved parking quddiem il- bieb tad-dar - jista' jkun ukoll li dak l-individwu verament ikollu dritt, iżda minħabba dewmien burokratiku dak is-servizz idum ma jingħatalu - u hemm ċirkostanzi oħra fejn ċerti kunsilli lokali jiddeċiedu huma li jagħmlu dawn is-sinjali mingħajr ma jgħaddu mill-proċedura kollha ta' applikazzjoni u approvazzjoni.", "Lill-Onor.", "Interpellant ninformah li ċ-chairman tal-bord għall-kontroll tat- traffiku jiltaqa' ma' kunsilli lokali differenti, għalkemm forsi mhux b'mod regolari, u nispera li dawn id-diffikultajiet jonqsu kemm jista' jkun, speċjalment bit-twaqqif ta' l-awtorita' dwar it-trasport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jispjega eżattament x'inhi l- proċedura biex wieħed ikollu dritt għall-keep clear?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Normalment biex wieħed jitħalla jagħmel xi sinjal quddiem il-bieb tad-dar irid jitlob permess mingħand il-bord għall-kontroll tat-traffiku.", "Il-bord imbagħad jirriferi lil dak il-kunsill lokali partikolari - għax il-liaison bejn il-bord u l-kunsilli lokali hija ferm importanti - u ladarba mbagħad il-kunsill lokali jiddeċiedi li s-sinjal huwa meħtieġ li jsir, u sakemm naturalment ma jmurx kontra r-regoli tat- traffiku, il-bord għall-kontroll tat-traffiku japprova dik it-talba u jinforma lid-dipartiment tat-toroq biex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali neċessarji.", "F'każ li jkun il-kunsill li jkun oriġina dik it-talba - u allura tifhimha li l-kunsill ikun diġa' qabel li dak is-sinjal hemm bżonnu - id-deċiżjoni tkun f'idejn il-bord u bl-istess proċedura jinforma lid- dipartiment tat-toroq biex jinżebgħu s-sinjali.", "Fir-rigward tar-reserved parking għal persuni b'diżabilita' noqogħdu fuq id- deċiżjoni tal-kummisjoni għal persuni b'diżabilita', li ovvjament għandha l- esperti tagħha f'dan il-kamp u li permezz tagħhom tivverifika jekk il- persuna li tkun qed tagħmel it-talba tkunx verament disabled.", "Imbagħad bla ma joqgħod jinvestiga aktar, dejjem jekk ma jkunx hemm xi kontro- indikazzjoni, il-bord japprova r-reserved parking.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li meta jkun hemm talba għal reserved parking minn persuna b'diżabilita', l-aħħar kelma tkun tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Allura kif jispjega l- fatt li ġieli jkun hemm każi fejn persuna ma tkunx disabled imma tkun tbati minn xi marda jew kondizzjoni partikolari, u xorta waħda t-talba tagħha tispiċċa quddiem il-kummissjoni?", "X'jista' wieħed jirrikmanda li jsir f'dan il-każ, peress li talba ġieli jgħaddu x-xhur minn fuqha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' hija l-awtorita' li tiddikjara jekk il-persuna in kwestjoni taqax verament taħt il-kategorija ta' disabled, abbażi ta' ċertifikati mit-tobba tagħha stess.", "Ladarba ssir din id-dikjarazzjoni, il-bord tat-traffiku ma jinvestigax aktar u allura l-proċedura tkun pjuttost plain sailing.", "Persuna li ma taqax taħt il-kategorija ta' disabled imma li s-saħħa tagħha tkun qed tmur lura kontinwament, m'għandha l-ebda dritt li jkollha reserved parking.", "Naturalment aħna konxji mill-fatt li trid tinstab soluzzjoni għall-problemi bħal dawn, forsi anke permezz ta' xi bord mediku, pero' l-ministru ma jistax jiddeċiedi hu jekk persuna anzjana li forsi tkun tbati bix-xjatika jew bl-artrite, għandhiex tingħata reserved parking facilities.", "Naturalment din il-problema hija wkoll marbuta man- nuqqas ta' parking space.", "Talbiet għal reserved parking jiġu l-aktar minn dawk il-lokalitajiet fejn il-problema ta' parking hija kbira.", "Per eżempju, f'Ħal Safi ftit li xejn ikollna talbiet simili għax hemmhekk tista' prattikament tipparkja fejn trid, imma f'Tas-Sliema, Buġibba u Wied il-Għajn, postijiet fejn fis-sajf ikun hemm żieda konsiderevoli fil-popolazzjoni, il-problema ta' parking hija relattivament kbira.", "M'għandix għalfejn ngħid li qegħdin nippruvaw nindirizzaw din il-problema u nsibu soluzzjoni għaliha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jispjega kif jista' jitneħħa reserved parking sign ladarba jkun diġa' ġie approvat kemm mill- awtoritajiet konċernati kif ukoll mit-tobba?", "Qed nirriferi b'mod partikolari għar-reserved parking li kien hemm mad-dar ta' l-anzjani f'Ta' Saura, fir-Rabat, li minkejja l-pjani li kien hemm biex isir studju biex dik it-triq issir one-way, ir-reserved parking tneħħa qabel ma sar l- imsemmi l-eżerċizzju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, is-sitwazzjoni f'Ta' Saura hija differenti minn meta jintalab reserved parking għal xi individwu.", "Hemmhekk għandek residenza ta' l-anzjani li quddiemha kellha reserved parking, liema spazju kien qed jintuża għal ftit minuti sakemm xi ħadd iniżżel lil xi anzjan jew anzjana li jkunu joqogħdu f'dik ir-residenza jew lil xi ħadd li jmur iżurhom.", "Dak ir-reserved parking kien ilu hemmhekk u kien qed joħloq diversi problemi għat-traffiku li jgħaddi minn dawk l-inħawi.", "Mr Speaker, huwa neċessarju li dik it-triq issir one-way u nisperaw li malli din il-problema tiġi solvuta, insolvu wkoll il-problema tar-reserved parking.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk qed nifhem sew il-Ministru qed jgħid li appena dik it-triq issir one-way, ir-reserved parking jerġa' jkun hemm lok għalih.", "Allura ma jħossx il-ħtieġa li ssir prova jekk it-triq tkunx vijabbli jew le ladarba ssir one-way?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, kemm-il darba ngħad li l-intenzjoni tagħna hi li dik it-triq issir one-way bi prova għal tliet xhur sabiex inkunu nafu x'ikunu r-riperkussjonijiet.", "EDUKAZZJONI– XOGĦLIJIET", "24714.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li qed jistennew li jitħallsu għal xogħlijiet li għamlu f'oqsma differenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?", "F'kull każ min huma dawn il-kuntratturi?", "F'kull każ x'xogħol għamlu?", "F'kull każ xi ħlas huma intitolati għalih?", "X'qed iżomm milli jitħallsu?", "Meta se jitħallsu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MELLIEĦA - NSIB", "24715.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'diffikultajiet ġodda nqalgħu biex f'daqqa waħda l- persuna li isimha qed jintbagħat separatament, qed issirilha oġġezzjoni li tarma l-mansab fl-Għadira tal-Mellieħa meta dan jinsab fuq il-perimetru taz- zona - kif indikata fil-pjanta mibgħuta separatament – fejn ma jistax isir insib minħabba r-riżerva u meta din il-persuna qatt ma qalgħet inkwiet, qatt ma kisret il-liġi u qatt ma wżat is-senter fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li l- konfini tar-riserva naturali ilhom li ġew stabiliti mill-1993 - bis-saħħa ta' avviż legali 144 ta' l-1993 – u daħlu fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 1994.", "It-teħid ta' l-għasafar mhux permess fil-konfini tar-riserva naturali.", "Minn stħarriġ li għamel id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent jirriżulta li fit-12 ta' Marzu, 2001 il-pulizija ta' l-ALE waqqfet persuna waqt li dan instab jonsob fil-konfini tar-riserva naturali.", "Għaldaqstant qed jittieħdu passi kriminali fil-konfront tiegħu hekk kif titlob il-liġi.", "Ma saret l-ebda oġġezzjoni għall-persuna msemmija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk jippermettili l-Ministru, nixtieq nitlaq mill-Għadira u naqbad it-triq ta' Baħar iċ-Ċagħaq, inti u ġej lura lejn il- Magħtab!", "X'qed isir u x'passi qed jittieħdu biex it-tagħbija ta' skart ġdid iswed ma tkomplix tikber lejn it-triq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nixtieq nippreċiża li dik l- area fil-Magħtab fejn intefa' materjal ta' skart hi parti mill-footprint li kien hemm bħala landfill site għall-immaniġjar ta' l-iskart.", "Meta rajt li mhux biss qed jintefa' skart ta' terrapien imma anke skart domestiku, daqskemm ħassu urtat l-Onor.", "Membru daqshekk ieħor ma ħadtx gost jien.", "Fil- fatt ġbidt l-attenzjoni ta' l-uffiċjali nkarigati u dawn ħadu passi immedjati biex dak l-iskart jgħattuh permezz ta' construction and demolition waste.", "Filwaqt li fil-Magħtab hemm il-problema li minħabba li materjal ta' skart qiegħed dejjem jiżdied, ma tistax ma tersaqx fil-limiti tal-konfini tagħha stess.", "Pero' hemm mod u mod kif tersaq għax altru tersaq bil-materjal ta' kostruzzjoni u demolizzjoni, li huwa l-aktar skart nadif, u tagħmilha b'mod terraced u sloping u li ma jikkaġuna ħsara lil ħadd, u altru twaddab materjal ieħor ta' skart li għandek tqiegħdu aktar 'il ġewwa kif dejjem kien jitqiegħed.", "Jiena ngħatajt l-assigurazzjoni li dan l-iskart se jibda jiġi mmaniġjat b'dan il-mod.", "SKEJJEL - GĦAJNUNA LIL STUDENT", "24717.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ngħata tul din is-sena skolastika l- istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, student li jbati minn disturbi psikoloġiċi serji li jżommuh milli jattendi l-iskola regolament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li s- sezzjoni ta' l-edukazzjoni ma jirriżultalhiex li għandha xi talba dwar dan l-istudent biex tingħatalu għajnuna d-dar.", "PA - DELIMARA", "24723.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "24161 – oriġinarjament kienet saret lill-ministru għall-ambjent - u cioe' jgħid jekk fl-aħħar xhur sarx xi xogħol biex jitneħħa r-radam li qed jidfen inħawi sħaħ f'Delimara?", "Jista' jgħid jekk sarx xi xogħol biex jissewwew ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi u jitħawlu siġar ġodda flok dawk imqaċtin u vandalizzati?", "Hemm xi ħsieb li jsir dan ix-xogħol?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Rigward ir-radam ninsab informat illi nħarġu diversi avviżi ta' twettiq kontra s-sidien u l-okkupanti meta dawn kienu magħrufa.", "Irid jingħad ukoll li qed isir kordinament mal-ministeru għall-ambjent biex l-imsemmi radam jibda jitneħħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-Segretarju Parlamentari għandu idea meta se jitneħħa dan ir-radam?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Le, għad m'hemmx data meta se jitneħħa dan ir- radam, pero' għaddejjin bżdiversi xogħlijiet b'kordinazzjoni mal-ministeru għall-ambjent fir-rigward tat-twaqqigħ ta' bini illegali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, f'isem il- Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar leave u study leave li ttieħed minn tobba u speċjalisti li jaħdmu fl-Isptar Sir Paul Boffa matul is-snin 1999 u 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25023;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' sigħat ta' temporary absence li ħadu ħaddiema fid-dipartiment ta' l-outpatients ta' l-onkoloġija u d-dermatoloġija fl-Isptar Sir Paul Boffa matul is-snin 1999 u 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25025; u", "Tagħrif dwar sick leave li ttieħed minn ħaddiema fid-dipartiment ta' l- outpatients ta' l-onkoloġija u d-dermatoloġija matul is-snin 1999 u 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25026.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-4 ta' April, 2001 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fl-intervent li għamilt dwar dan l- abbozz ta' liġi li se jwaqqaf il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali kont qed nappella lill-gvern dwar l-importanza li f'dan il-kunsill ikun hemm rappreżentati wkoll is-setturi ta' l-agrikoltura u s-sajd għaliex dawn jolqtu qafas importanti fis-soċjetà tagħna, jiġifieri l-provvista ta' l-ikel għall-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll għat-turisti f'pajjiżna.", "U ż- żewġ naħat nifhmu l-importanza li nsostnu dan il-qasam għaliex dan irendi ħafna għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Irridu niftakru wkoll li l-ikel li nikkonsmaw jiġi kemm mill-produzzjoni tal-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala lokali u anke minn produtturi mferrxin ma' l-erbat irjiħat tad-dinja, mhux biss dawk li hemm fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk wieħed irid jagħmel riferenza għad-diffikultajiet li niffaċċjaw minħabba d-daqs ġeografiku tal-gżejjer tagħna flimkien mal-problemi li għandna fl-economy of scales tagħna li huwa importanti li ma nkomplux ninjorawhom.", "Per eżempju, f'dawn l-aħħar xhur, grazzi għall-fatt li Malta ma daħlitx il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, il-konsumaturi lokali setgħu jgawdu l-prodotti li nsibu fis-suq lokali, kontra dak li ġara f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra li fihom feġġet din il-marda, fejn naturalment kellhom nuqqas ta' provvista ta' laħam.", "Apparti dan l-aspett, hemm l-aspett importanti tas-sigurtà ta' l-ikel li sar jagħmel ħafna iktar sens minħabba l-mod kif qed tiżviluppa d-dinja llum.", "Is-sigurtà ta' l-ikel ma tiddependix biss minn dak li jipproduċu l-bdiewa, ir-raħħala u s- sajjieda tal-gżejjer tagħna, imma tiddependi wkoll minn dak li qed jiġri fid-dinja ta' madwarna f'dak li huwa żvilupp sostenibbli fil-biedja.", "Kif diġà għedt, hawnhekk joħroġ ukoll il-punt li l-politika ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se tkompli toħloq problemi kbar li dawn il-gżejjer m'għandhomx x'jambuhom.", "Dan għaliex aħna rridu nkunu konformi ma' ċerti regoli li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-pajjiżi membri li ovvjament lilna se jolqtuna ħażin.", "Kif kont qed nispjega aħna m'għandniex art kbira biżżejjed fejn nipproduċu ċerti prodotti bħalma huma l-għalf, il- ġwież, il-qmuħ, il-laħam aħmar, zokkor, butir, ġobon.", "Allura rridu bilfors inżommu monitoring sħiħ ta' dak li qed jiġri fis-swieq internazzjonali ta' dawn il-prodotti.", "Mr Speaker, ma nistgħux inħarsu lejn is-settur tal-biedja u sajd f'pajjiżna bħala persentaġġ ċkejken tal-GDP, imma rridu nirrealizzaw li huwa settur li minnu tiddependi l-provvista ta' l-ikel għall-Maltin u l-Għawdxin u għall- industrija tat-turiżmu.", "Għalhekk l-oppożizzjoni qiegħda tenfasizza li l- gvern jpoġġi rappreżentanti tas-setturi tal-biedja u sajd fl-istrutturi li jwaqqaf.", "Il-gvern ilu jgħid għal numru ta' snin li minħabba l- globalizzazzjoni li għaddejja, jekk Malta tadotta l-politika ta' Svizzera fil-Mediterran xorta jkollha tneħħi l-levies ta' protezzjoni li għandhom il- bdiewa.", "Jien kelli okkażjonijiet nispjega għaliex din hija ħrafa.", "Per eżempju, meta l-gvern preċedenti Laburista sostna fuq il-protezzjoni tal- levies tal-biedja qatt ma kellu inkwiet mad-WTO.", "Mhux se noqgħod nispjega x'kienu dawn il-levies li żidna biex nipproteġu s-settur, imma l-bilanċ kien ċar mhux biss għan-naħa tal-gvern, għall-industrijalisti u għad-WTO, imma għad-dinja kollha.", "Il-mod kif matul dawn l-aħħar 25 sena il- gvernijiet Maltin sostnew sija l-protezzjoni jew il-levies jew il- protezzjoni u l-levies flimkien, juri ċar li din il-protezzjoni qed trendi għall-ġid komuni.", "Ħalli nsemmi qasam partikolari, dak tal-laħam tal-majjal li s'issa, grazzi għall-fatt li ma daħlitx il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, għadna nipproduċuh u għadu jġib l-aħjar prezzijiet għall-produtturi tagħna.", "F'din l-industrija, li tiġġenera madwar Lm11 miljun fis-sena, insibu diversi strutturi, fosthom is-servizz veterinarju, li kollha jagħmlu parti mill- impenn li tirrikjedi din l-industrija biex tkun sostenibbli.", "Filwaqt li l- produtturi fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kienu jieħdu bejn 50c u 60c għal kull kilo laħam li jipproduċu, f'Malta kellhom prezz li jvarja bejn 82c u 84c, barra li kellhom garanziji ta' għalf issussidjat ladarba jogħla l-prezz internazzjonali.", "Allura kien possibbli li jipproduċu prodott tajjeb u jkomplu jgħollu l-kwalità tal-prodott.", "Min-naħa l-oħra l- konsumatur kien qed isib prezzijiet fost l-aktar kompetittivi fid-dinja għaliex kien qed jixtri dan il-laħam frisk għall-prezzijiet ta' Lm1.20c u Lm1.40c mingħand il-butchers.", "Din l-industrija kienet qed tipproduċi biżżejjed biex il-ħwienet tal-laħam ma jkomplux jonqsilhom ix-xogħol għax imur fis-supermarkets, imma kien hemm provvista adegwata ta' laħam frisk biex issostni l-għajxien ta' dawn in-nies ukoll.", "Mr Speaker, id-WTO kienet taf li fl-istess mument li l-produtturi fl- Ingilterra kellhom prezzijiet ħafna orħos minn dawk tal-produtturi Maltin u Għawdxin, il-konsumaturi kienu qed iħallsu prezzijiet għolja ħafna aktar minn dawk li kienu qed iħallsu l-konsumaturi Maltin u Għawdxin.", "Tant hu hekk li d-WTO irreġistrat tilwima kbira ma' l-Unjoni Ewropea proprju minħabba din is-sitwazzjoni fejn, minkejja li għandha protezzjoni fuq importazzjoni ta' dan il-prodott li jkun ġej minn pajjiżi li m'humiex membri, din il-protezzjoni ma kenitx qiegħda tilħaq l-iskop tagħha.", "Dan ġara għaliex l-industrija kienet nieżla 'l isfel u l-konsumaturi kienu qed iħallsu prezzijiet għoljin.", "U jgħidu kemm jgħidu li din mhix il-verità, dawn huma fatti u l-fatti ma jista' jinnegahom ħadd.", "Dawn huma realtajiet li jikkonfermaw id-differenza ta' dak li tipproponi l-politika Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran fejn il-kontrolli li tagħmel tabilħaqq isostnu l-interessi tal-produtturi u ta' l-industrija, u sija l-interessi tal- konsumaturi u ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Jiġifieri wieħed dejjem isib prodott frisk u bnin u dejjem bl-aktar prezzijiet vantaġġjużi.", "Mr Speaker, dawn huma r-raġunijiet għaliex l-oppożizzjoni qed tappella lill- gvern biex f'dan il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku jdaħħal rappreżentanza tas-setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd.", "Għax aħna mhux biss irridu nħarsu lejn il-ftit bdiewa, raħħala u sajjieda li għandna, imma rridu nħarsu lejn is-setturi tal-biedja u s-sajd bħala sors ta' provvista ta' l-ikel sija għall-poplu tagħna u sija għall-industrija tat-turiżmu li wieħed jawgura li l-miljun turist ma jkomplux jonqsu għaliex inkella jonqos ħafna mill-ġid ekonomiku tal-pajjiż.", "Mr Speaker, għalkemm il-gvern dejjem jagħti indikazzjoni li l-affarijiet sejrin sewwa għax issa Malta għandha l-aqwa direzzjoni, jiġifieri li taġġorna s-setturi tal-biedja u s-sajd ma' dak li qed jitlob l-NPAA, jekk wieħed iħares lejn x'ġara matul dawn is-sentejn u nofs, u lejn dak li ġara matul l-għoxrin xahar tal-gvern preċedenti Laburista, m'hemmx dubju li jara bidla kbira.", "Din il-bidla qed iġġib nuqqas ta' direzzjoni fis-settur tal- biedja u s-sajd fil-gżejjer tagħna mhux biss minħabba l-fatt li ħafna ma jafux x'se jiġri jekk naqbdu t-triq ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jew jekk naqbdu t-triq ta' Svizzera fil-Mediterran, imma għax anke l-banek lokali qegħdin jissikkaw lil kull raħħal, sajjied u bidwi li investew fl- erba' snin li għaddew.", "Ejja ngħidu li mhux qed jinħoloq il-ġid ekonomiku għax l-oppożizzjoni qed tikkritika u ġġib l-inċertezza, imma għandek żewġ fatturi importanti oħra li qed joħolqu l-problemi.", "L-ewwelnett hemm in-NPAA li jgħid li l- ekonomija tas-settur tal-biedja qatt m'hi se tkun vijabbli minħabba n- nuqqasijiet li għandha bħala daqs ta' art u affarijiet oħra biex taġġorna ruħha mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, u t-tieni hemm il-banek li qed jaraw ir-rapport ta' l-istitut agronomiku ta' Bari li fost affarijiet oħra jiddikjara lill-gvern li b'dawn ir-regoli se jkun hemm problemi kbar fis- settur tal-biedja.", "Imbagħad hemm rapporti dwar l-ambjent li jgħidu li l- biedja hija limitata minħabba d-densità tal-popolazzjoni tagħna u n-nuqqas ta' art fil-gżira li minnha jiddependu ħafna industriji, fosthom tat-tjur, tal-majjal u taċ-ċanga.", "Allura hemm tliet problemi li qed jimblokkaw lill- bdiewa, lir-raħħala, lis-sajjieda biex jagħmlu dak l-investiment sostenibbli.", "Mr Speaker, huwa fatt li ninsabu fi sqaq u diment li l-gvern ma jifhimx il- ħtieġa li dan il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali jkollu rappreżentanza soda ta' l-oqsma tal-biedja u s-sajd, jiddispjaċini ngħid li ma nkunux qed nagħmlu pass 'il quddiem biex f'pajjiżna jkollna l-klima ta' żvilupp sostenibbli ħalli dan is-settur irendi għall-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, segwejt dan id-dibattitu li issa ilu għaddej għal numru ta' seduti li bdejna qabel ma aġġornajna għall-ġranet ta' l-Għid, li kien jinkludi serje ta' interventi li, kieku kelli nagħsarhom u nħares lejn l-aspetti pożittitivi tagħhom, naħseb li kienu interessanti.", "F'diversi interventi saret enfasi fuq l-aspetti pożittivi li tinkludi din il-liġi li qed nipproponu f'dan il-parlament.", "Huwa diffiċli li nwieġeb għall-argumentazzjoni kollha li saret min-naħa tal- kollegi taż-żewġ naħat tal-Kamra, però jien ħadt nota tal-punti prinċipali ta' wħud mill-interventi u se nipprova nindirizzahom.", "Wieħed mill-aspetti li ġie indirizzat minn diversi kelliema huwa l-proposta li hemm fil-liġi biex fil-kompożizzjoni tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali nintroduċu l-konċett tas-soċjetà ċivili.", "Bħalma taf il-Kamra, il-liġi tinkludi l-proposta li jitwaqqaf dak li jissejjaħ il- kumitat tas-soċjetà ċivili li jkun presjedut mill-istess chairperson tal- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u allura jkun iċ- chairperson stess li jkun il-portavoce ta' dan il-kumitat tas-soċjetà ċivili fil-laqgħat tal-kunsill.", "Il-liġi tgħid ċar u tond li dan il-kumitat tas-soċjetà ċivili se jkun kompost minn ħames organizzazzjonijiet li huma meqjusin bħala organizzazzjonijiet nazzjonali li jirrappreżentaw setturi partikolari ta' pajjiżna, fosthom l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-kunsilli lokali, in-nisa u persuni b'diżabilità.", "Però din il-klawsola hija miktuba b'tali mod li tippermetti li l-kompożizzjoni ta' dan il-kumitat jespandi ruħu u jinkludi fi ħdanu organizzazzjonijiet oħrajn, skond is-suġġett partikolari li jkun qiegħed jiġi diskuss.", "Allura għażilna soluzzjoni li hija flessibbli ħafna li tista' tadatta ruħha għas-sitwazzjoni - u ma nidħqux bina nfusna - u li tħalli lil din l-istruttura tiffunzjona.", "Naturalment stajna għażilna soluzzjoni ta' forum ta' għaqdiet nazzjonali li kien ifisser - qed inkun konservattiv - 130 jew 140 organizzazzjoni differenti.", "Imbagħad għidli kemm tista' tagħmel laqgħat kostruttivi, bl- intenzjonijiet kollha tajba li wieħed jista' jimmaġina, jekk inti jkollok forum li jinkludi 130 għaqda minn setturi differenti u b'interessi differenti li trid tlaqqagħhom biex taparsi tkun qed tagħmel lip service għal dan il-konċett tal-kumitat tas-soċjetà ċivili.", "Meta konna diġà bdejna dan id-dibattitu fil-parlament kienu ġew hawn Malta delegazzjoni mill- economic and social committee ta' l-Unjoni Ewropea u waqt laqgħa li kellhom miegħi dehru interessati ħafna fid-dibattitu li konna qegħdin nagħmlu f'dan il-parlament.", "Huma staqsewni diversi mistoqsijiet kif jiffunzjona dan il- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, x'inhi l-istorja tiegħu u fejn nixtiequ neħduh.", "Meta spjegajtilhom kif indirizzajna l-kwestjoni tal- kumitat tas-soċjetà ċivili, dan il-kumitat wera interess kbir.", "Mr Speaker, malli spjegajnielhom il-formola li wżajna, li jkollna grupp ta' organizzazzjonijiet stabbiliti li jirrappreżentaw setturi differenti u importanti tas-soċjetà tagħna, però b'mod flessibbli l-kumitat ikun jista' jilqa' fi ħdanu gruppi oħrajn skond is-suġġett partikolari li jkunu qed jiddiskutu, qaluli ċar u tond li dik kienet soluzzjoni interessanti u intelliġenti.", "Infatti qalu li huma stess kienu se jsegwuha għaliex din tippermetti li b'mod konkret wieħed ikollu dibattitu tajjeb li finalment ikun jista' jservi għall-kontribut tad-diskussjoni fi ħdan il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku.", "Allura, filwaqt li nirrepeti dak li bdejt bih fl-introduzzjoni ta' dan il- winding up, fejn apprezzajt id-diskorsi, li fil-biċċa l-kbira minnhom kienu kostruttivi, li saru min-naħa tad-diversi kollegi, tan-naħa ta' l- oppożizzjoni b'mod partikolari, iddejjaqt nisma' l-frażi li l- organizzazzjonijiet li se jieħdu sehem fil-kumitat tas-soċjetà ċivili - u se nuża l-frażi eżatta - huma xi forma ta' second-class citizens li qed jingħataw l-opportunità li jitkellmu, però f'inferjorità.", "Jekk inhu hekk, allura kemm huma inferjuri llum, kieku kellna nħallu s-sitwazzjoni kif inhi u ma nbiddluhiex, fejn dawn l-organizzazzjonijiet m'għandhom ebda vuċi ta' xejn biex jesponu l-veduti tagħhom ħalli jinfluwenzaw il-proċess tad- diskussjonijiet f'dan il-kunsill.", "Irridu ngħidu li sal-lum it-termini tar-riferenza ta' dan il-kunsill kienu ffokati esklussivament fuq l-aspetti ekonomiċi fit-teorija għaliex sal-lum nafuh bħala l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku.", "U s-suġġetti li kien jiddiskuti dan il-kunsill fit-teorija suppost li kienu fuq l-ekonomija.", "Imma, kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi u nibqa' nirrepeti sa l-aħħar, aħna nafu li meta inti tkun qiegħed tiddiskuti l-ekonomija, tiddiskuti x'tiddiskuti mill-aspetti ta' l-ekonomija inti trid bilfors tirrealizza li dik id-diskussjoni għandha impatt dirett inevitabbli ma' l-aspetti kollha soċjali li jkollok fil-pajjiż.", "U allura għalhekk kont ngħid u nibqa' ngħid li diskussjoni b'saħħitha, valida, ta' żvilupp ekonomiku fil-pajjiż ma tistax issir jekk fl-istess ħin ma teħux in konsiderazzjoni l-iżvilupp soċjali.", "U jien ngħid ukoll li l-argument jgħodd ukoll bil-kontra; meta inti tkun qed tiddiskuti żvilupp soċjali tal-pajjiż inti trid bilfors tiddiskuti wkoll l-iżvilupp ekonomiku.", "Tul is-snin twal ta' l-esperjenza tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt li jkun hemm mumenti fejn dan il- kunsill iddiskuta suġġetti ekonomiċi b'impatt enormi - enormi - fuq l- aspetti soċjali.", "Per eżempju, fis-snin li għaddew dan il-kunsill iddiskuta l-welfare gap.", "Tista' tiddiskuti l-welfare gap u tarah purament min- nuċċali esklussivament ekonomiku mingħajr ma ddaħħal fl-equation il-fatturi kollha soċjali li dak iġib miegħu?", "F'dan il-kunsill iddiskutew ukoll il- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema.", "Mhux l-ewwel darba li ġo dan il- kunsill saret diskussjoni, per eżempju, fuq il-bżonn li nsaħħu l-qasam tas- saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Dak huwa suġġett li għandu impatt direttament fuq l-aspett soċjali.", "Allura kien żvilupp naturali, inevitabbli u loġiku li jagħmel ħafna u ħafna sens li aħna nirrikonoxxu din il-pożizzjoni u ngħidu li jekk irridu li dan il-forum verament neħduh pass ieħor 'il quddiem, hemm bżonn li f'dan il-forum nifformolizzaw ir-realtà.", "U r-realtà hi li dan il-forum tripartitiku, fejn għandek il-gvern, ir- rappreżentanti tal-ħaddiema u r-rappreżentanti ta' min iħaddem, flimkien mal-korpi kostitwiti, għandna nagħtuh formalment termini ta' riferenza li jiddiskuti dak li huwa ekonomiku u soċjali f'pajjiżna.", "Allura hija ħaġa naturali li f'dik id-diskussjoni inti tiftaħ it-tieqa biex isir l-ewwel pass ħalli jitwettaq dan il-konċett ta' soċjetà ċivili - li huwa stabbilit b'mod qawwi ġewwa l-Unjoni Ewropea u li tant serva ta' ġid fis-snin li għaddew - li fetaħ orizzonti ġodda għall-kontribut anke ta' organizzazzjonijiet li ma jifformawx parti mill-gvern però lanqas huma kkonsidrati bħala social partners, biex huma jkunu jistgħu jagħtu kontribut - irridu nirrikonoxxu - ħafna drabi ta' esperti f'oqsma li huma jkunu jifhmu.", "Jien ngħid li dawn ikunu esperti kważi iżjed mill-esperti li normalment issib f'dawn it-tip ta' strutturi.", "Allura bl-ebda mod ma naċċetta statements ta' dak it-tip li saru minn tnejn jew tliet kelliema.", "Issa ħalli nirreġistra ħaġa oħra for the record.", "Il-proposta oriġinali tal- gvern - biex ħadd ma jiġi jgħidilna li għamilna bulldozing għax trid tgħaddi tal-gvern - kienet li l-kumitat tas-soċjetà ċivili li oriġinarjament aħna ddeskrivejnieh bħala kummissjoni għas-soċjetà ċivili, kellu jkollha rappreżentant tagħha membru sħiħ fil-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku u soċjali bi dritt ta' preżenza u bi dritt ta' vot f'dak il-kunsill.", "Imma meta ressaqt din il-proposta quddiem il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku bis-social partners hemmhekk, ir-reazzjoni li kelli mingħand l-imsieħba soċjali kienet li huma riedu l-format eżistenti tal-lum tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, jiġifieri l-forma tripartitika u ma ridux li jidħol element ieħor f'dak il-livell.", "U kien biss bħala kompromess li nstabet it-triq li l-kumitat għas-soċjetà ċivili jkun presjedut mill-istess chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku li jkun hu allura l-portavoce ta' dan il-kumitat fi ħdan il- kunsill.", "Imma rrid ngħid - biex din il-Kamra jkollha ċar quddiem għajnejha - li l- ħsieb oriġinali tal-gvern kienet li r-rappreżentant tal-kumitat tas-soċjetà ċivili jkollu s-siġġu tiegħu, id-dritt għall-vot tiegħu fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku, però din il-proposta ma ġietx aċċettata mill-imsieħba soċjali.", "Għalhekk bi qbil bejn il-gvern u l-imsieħba soċjali f'diskussjonijiet li saru fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku nstabet din is-soluzzjoni li wara kollox fl-opinjoni tiegħi huwa pass fit- triq li nixtiequ nimxu.", "Tajjeb ukoll li aħna ma ngħaġġlux iż-żejjed, li nitgħallmu mill-esperjenzi tagħna u naraw jekk din l-esperjenza ssaħħaħx verament dan il-proċess.", "Għaliex meta mort għall-ewwel darba fi ħdan l- Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku sentejn u nofs ilu għedtilhom li fl- opinjoni tiegħi dan il-kunsill ma jistax ikun forum ta' dibattitu li ma jwassal imkien, ma jistax ikun li jibqa' jiddibatti u ma jasalx għad- deċiżjonijiet jew għar-rakkmandazzjonijiet finali.", "U rridu li dan il- kunsill ikompli jsaħħaħ lilu nnfisu biex jagħmlu diskussjonijiet konkreti u serji, iġibu l-ħin kollu l-interess tal-pajjiż quddiemhom u jagħmlu r- rakkmandazzjonijiet.", "F'ċertu sens jien kont l-eku ta' espressjonijiet li għamlu l-imsieħba soċjali nfushom għaliex dawk kienu l-kummenti li kienu qed jagħmlu l- imsieħba soċjali pubblikament.", "Kien hemm min kiteb li kieku nħallu l- Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku kif kien sal-lum, hemm il-periklu li jispiċċa a debating society mingħajr ma jasal għall-kontribut li nixtiquh jagħti għall-ġid tal-pajjiż, imma l-kontribut konkret.", "Jien nemmen ħafna li pajjiżna għandu spazju ħafna iżjed fejn jimxi 'l quddiem, jekk nifhmu li l-gvern, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet li għandna, fl-aħħar mill-aħħar għandna l-istess għan.", "Aħna m'għandniex l-għan li settur wieħed biss jimxi 'l quddiem a skapitu ta' setturi oħrajn, li l-ħaddiema biss jimxu 'l quddiem biex min jirrappreżenta lil min iħaddem jintefa' lura.", "Ma jistax ikun, l-equation ma taħdimx hekk, jew se naqdfu kollha din id- dgħajsa fl-istess direzzjoni jew inkella kulħadd se jipprova jaqdef fid- direzzjoni partikolari tiegħu u ma naslux.", "U kull meta kellna mumenti ta' diskussjoni jew ta' diżgwid, is-soluzzjonijiet dejjem instabu jekk kollha kemm aħna madwar mejda nkunu kapaċi nwarrbu l-interessi settorjali, jew jekk ma nwarrbuhomx, nissuġġettawhom għall-ewwel interess aħħari cioe' l- interess tal-pajjiż kollu kemm hu.", "L-Onor.", "Leo Brincat f'mument minnhom ukoll qabad dan il-punt.", "Veru li din qamet waqt id-diskussjoni ma' l-imsieħba soċjali li meta raw l-abbozz ta' liġi finali li mort niddiskuti magħhom wara li kien ġie approvat mill- Kabinett, ilmentaw li l-liġi ma ssemmix l-organizzazzjonijiet b'isimhom, jiġifieri l-Union Ħaddiem Magħqudin, il-GWU, il-Federazzjoni għat-Trade Unions Maltin, il-Kamra tal-Kummerċ, jew il-Federazzjoni ta' l-Industriji.", "Il-liġi tgħid li malli tgħaddi din il-liġi jiġi ppubblikat avviż legali li fih jissemmew l-organizzazzjonijiet bir-rappreżentanti tagħhom.", "Għaliex għażilna li fil-liġi ma nsemmux l-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet partikolari?", "Għas-sempliċi raġuni tal-prattiċità.", "Jekk għall-grazzja ta' l-argument organizzazzjoni partikolari tbiddel isimha, aħna se jkollna noqogħdu nidħlu fid-diffikultajiet kollha li dan jista' jqajjem għaliex organizzazzjoni issa għandha isem li huwa differenti mill-isem li jkun ġie iddikjarat f'dik il-liġi?", "Allura ddeċidejna li nħalluha b'mod sempliċi, li jkun hemm avviż legali.", "L-imsieħba soċjali għandhom il-konferma min- naħa tiegħi liema huma l-organizzazzjonijiet, kemm se jkollhom rappreżentanti u l-format li se jkollha, jiġifieri moħħhom mistrieh li l- pożizzjoni m'hijiex se tinbidel.", "Fl-opinjoni tiegħi, wieħed m'għandux għalfejn joqgħod iġib id-dinja fit-tarf dwar il-kwestjoni ta' l-avviż legali.", "Bir-rispett kollu, jien ma naqbel assolutament xejn ma' frażi li kien qal l- Onor. Evarist Bartolo, fejn qal li aħna qegħdin inwaqqfu struttura li tinċensa lill-gvern.", "Kultant dawn huma frażijiet iżolati għaliex meta tara s-sustanza tad-diskors issib affarijiet li huma pożittivi.", "Imma niddejjaq li bniedem jiġi hawnhekk jagħmillek diskors li fis-sustanza tiegħu jaqbel mal-liġi u se jivvota favur tagħha, u mbagħad jixħet frażi hekk, \"struttura li tinċensa lill-gvern\"!", "Struttura li tinċensa lill-gvern!", "Sal-lum għandna pożizzjoni - and let us put it on record għal darba oħra - għandna Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku li jiddependi mid-deċiżjoni tal- gvern iwaqqfux jew le.", "Tant hu hekk li taħt l-amministrazzjoni Laburista, malli tela' Alfred Sant u sar prim ministru ta' dan il-pajjiż, ipprova jbiddlu u ra kif għamel u ħoloq forum għall-ekonomija aħjar u ma nafx x'sar u x'ma sarx.", "U kulħadd jaf li ma żviluppa xejn minn dak l-esperiment, imma waqaf kollox.", "Irrid ngħid li bl-intenzjonijiet tajba kollha, jiġifieri m'iniex qed ngħid li kien hemm xi intenzjoni ħażina biex tiżnatura.", "Però sar xi esperiment li ma rnexxiex għax ma tana ebda riżultat ta' xejn.", "Allura x'se nagħmlu?", "Se nħallu s-sitwazzjoni kif inhi u ngħidu li jkun hemm min ikun hemm fil-gvern, ikun hemm min ikun hemm ministru responsabbli, jekk iqum xi darba filgħodu u jfettillu jgħid li dan huwa falliment u ma jinnominahx, jista' ma jinnominahx.", "Minflok għamilna hekk, imxejna fuq ir-rakkmandazzjoni ta' l-imsieħba soċjali stess, li fil-bidu ta' din il-leġislatura qalulna li jixtiequ li jkollhom qafas legali, jixtiequ li dan l-esperiment li kellu l-pożittiv tiegħu tul dawn l-aħħar għaxar snin, tnax-il sena, jkollhom ftit iktar libertà fis-sens ta' kif jamministraw lilhom infushom, kif iġibu l-expertise, kif jiddiskutu, kif jaslu għall-pożizzjoni partikolari tagħhom.", "U kienu l-imsieħba soċjali flimkien mal-gvern li qbilna li l-esperjenza pożittiva li kellna fl-10 snin li għaddew u l-esperjenza pożittiva li kellna matul is-sena li għaddiet fil- proċess ta' diskussjoni li l-ministru tal-finanzi kellu fil-livell tal- Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku bi preparazzjoni għall-budget ta' din is-sena, anke dik l-esperjenza kompliet tikkonfermalna li din hija struttura tajba li hemm bżonn insaħħuha.", "U allura kif jiġi l-Onor.", "Bartolo u jgħid: Struttura li tinċensa lill-gvern?!", "L-Onor.", "Jose' Herrera fl-opinjoni tiegħi għamel l-aħjar intervent mill- interventi kollha, u rrid nirreġistra hawnhekk li kien pożittiv ħafna.", "L- uniku żelqa li għamel l-Onor.", "Herrera kienet meta qal li din kienet liġi li kienu qed jagħmlu tal-Labour u li l-ministru sabha x'imkien f'xi kexxun.", "Jiġifieri ara kemm hija tajba din il-liġi!", "Mela l-Onor.", "Evarist Bartolo jgħid li aħna qed nagħmlu struttura li qed tinċensa lill-gvern u l-Onor.", "Herrera jgħid li tal-Labour se jieħdu l-mertu għal din il-liġi għaliex din kienu qed jaħdmu fuqha huma u kienu qed jiktbuha u sibnieha lesta.", "Il- verità hi li ma sibna lest xejn.", "Ħalli nerġa' nfakkar dak li għedt fl- introduzzjoni ta' din il-liġi.", "Din il-liġi kienet ir-riżultat l-ewwelnett ta' diskussjonijiet bejn il- gvern u l-imsieħba soċjali l-oħrajn, kienet ir-riżultat ta' l-istedina li l- gvern għamel lill-ILO biex jibagħtulna espert hawn Malta ħalli jiltaqa' ma' l-imsieħba soċjali u mal-gvern biex naraw kif nistgħu nagħmlu din il-qabża 'il quddiem għal dan il-forum. ***Dan l-espert li jismu Guiseppe Casale, li huwa rikonoxxut fuq livell Ewropew bħala wieħed mill-esperti fil-qasam tad-djalogu soċjali, ġie hawn Malta u kellu laqgħat twal ma' l-imsieħba soċjali kollha individwalment, kellu laqgħat eventwalment miegħi bħala gvern pero' mal-ministri l-oħrajn involuti wkoll u finalment kien bis-saħħa ta' dan l-eżerċizzju li kien sar għall-ħabta ta' Ġunju, Lulju tas-sena 2000 li twieled abbozz ta' liġi li tana dan il-qafas li finalment issa wara li għadda minn manglu ta' diskussjonijiet wassalna għal dak li wasalna llum.", "Allura issa mhux kwestjoni ta' min ħadem u min ma ħadimx, imma biex nenfasizza l-punt li din mhux xi ħaġa li kienet qed tiġi ppreparata fis- snin ta' bejn l-1997 u 1998, hija xi ħaġa li żviluppat, frott ta' diskussjoni li kellna matul dan l-aħħar sentejn u nofs.", "Punt ieħor li għamel l-Onor.", "Charles Mangion f'mument minnhom qal li l- gvern m'għandux għalfejn jagħmel dan il-kunsill għaliex mhux marbut bid- deċiżjoni tal-kunsill.", "Issa jien din hawnhekk nibda anke nitfixkel u ngħid allura hawn min jew ma fehemx u ma fehemx mhux ma fehemx il-liġi u lanqas ma qrax il-liġi, imma lanqas fehem il-funzjoni tal-Kunsill Malti ta' l-Iżvilupp Ekonomiku mit-twelid ta' dan il-kunsill, minn conception, mill- oriġinali tiegħu, il-kontribut li dan il-kunsill ta tul dawn is-snin kollha u l-kontribut li kollha kemm aħna nixtiequh li jkompli jagħti.", "Jien jidhirli li l-ovvju għandna għalfejn nagħmluh, nistqarruh f'dan il- parlament?", "Aħna għandna għalfejn ngħidu li l-gvern f'ebda ħin mhu se jabdika mir-responsabbilta' u mid-dmir tad-deċiżjonijiet tiegħu?", "Għandna għalfejn ngħiduh dan?", "Mhux aħna r-rappreżentanti eletti b'sistema demokratika f'dan il-pajjiż, mhux aħna għandna r-responsabbilta' u l-piż tad-deċiżjonijiet li finalment irridu nieħdu?", "Mhux aħna li fl-aħħar mill- aħħar għandna l-obbligu li wara perijodu ta' żmien nerġgħu nduru fuq il- poplu biex il-poplu jgħaddi ġudizzju fuqna?", "Mhux aħna li aħna accountable lejn il-poplu?", "Allura xi jrid l-Onor.", "Mangion li aħna nabdigaw minn din il- pożizzjoni, inħallu d-deċiżjonijiet f'idejn l-imsieħba soċjali u l-gvern ibaxxi rasu u hekk jimxi mad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu f'livell ta' parlament, inkunu ħloqna parlament eżekuttiv ieħor?", "Din hija ereżija of the first order, Mr Speaker.", "Huwa ċar daqs il-kristall, kien ċar mill-bidu nett u ċar illum u jibqa' ċar għall-eternita' li dan il-Kunsill Malti għall- Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali huwa kunsill li jġib flimkien li jipprovdilna forum, post fejn l-imsieħba soċjali, issa flimkien ma' l-opinjonijiet espressi mis-soċjeta' ċivili jkunu jistgħu madwar mejda jiddiskutu u jaslu għal rakkmandazzjonijiet fuq aspetti li huma ta' interess nazzjonali u ta' impatt nazzjonali.", "M'aħniex nivvintaw ir-rota aħna, aħna għandna l-vantaġġ f'dan l-istadju li nitgħallmu mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħrajn.", "L-esperjenzi ta' pajjiżi oħrajn juru li f'dawk il-pajjiżi fejn hemm strutturi b'saħħithom li jippermettu lill-imsieħba soċjali flimkien mal- gvernijiet jiġu madwar mejda, iwarrbu l-interessi settorjali, jew jekk ma jwarrbuhomx ikunu jistgħu jiddiskutu l-interessi settorjali pero' f'dimensjoni nazzjonali, f'dawk il-pajjiżi saru qabżiet kbar ekonomiċi u soċjali u l-iktar eżempju ovvju li kulħadd jaf bih imma mhux uniku, huwa l- eżempju ta' l-Irlanda li partikolarment f'dawn il-15-il sena rnexxielha takkwista ħafna progress u suċċessi.", "Illum jekk tiltaqa' ma' nies li kienu jew li għadhom involuti fil-livell ta' gvern, fil-livell ta' unions u fil- livell ta' organizzazzjonijiet u tistaqsihom x'kien is-sigriet jgħidulek li ingredjent importanti fit-triq għas-suċċess li rreġistrat l-Irlanda kien li kienu kapaċi jsibu metodu kif iġibu lill-imsieħba soċjali kollha flimkien madwar mejda u jiddiskutu interessi settorjali u jieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi u importanti li ssarrfu fi progress ekonomiku u soċjali.", "Mr Speaker, dawn il-mudelli għandna nitgħallmu minnhom u nadattawhom mar- realtajiet tagħna.", "Jien qatt ma naqbel li naqbdu u nikkuppjaw bl-addoċċ imma meta għandna mudell li jiffunzjona, meta għandna mudell li rajnieh jaħdem f'pajjiżi oħrajn u li qed jagħti riżultati, m'għandniex naraw x'inhu adattat għal pajjiżna u nipprovaw nimxu fuqu fil-kuntest ta' pajjiżna?", "Ġieli jiġri li jkollok settur wieħed mill-imsieħba soċjali li jidhirlu li f'dak il-mument partikolari għandu jaqbad triq li tkun fl-interess ta' dak is-settur - bil-Malti nużaw l-espressjoni \"jara sal-ponta ta' mnieħru\" - pero' fl-istess ħin ma jkunx qed jara l-impatt in the long term fuq dimensjoni nazzjonali u allura ma jirrealizzax li jekk il-pajjiż ma jimxix 'il quddiem finalment lanqas dak is-settur ma jimxi 'l quddiem.", "Allura mhux tajjeb li jkollna struttura bħal din?", "Mhux tajjeb li nimxu f'din it- triq fejn din l-istruttura nkunu nistgħu nifformalizzawha, insaħħuha u nagħtuha dik l-għodda li hi stess qed tindika li għandha bżonn biex tkun tista' tiffunzjona aħjar?", "Issa f'dan id-dibattitu reġgħet daħlet l-Unjoni Ewropea, Sur President.", "Jien bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Farrugia ngħid li d-diskors tiegħu li bdieh qabel ma kilna l-figolli u spiċċah wara li kilna l-figolli, ma kellu x'jaqsam xejn ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Il- kwestjoni kollha hija li dan il-forum jinkludi rappreżentant li jkun jista' jikkontribwixxi u jagħti l-opinjoni tiegħu fl-aspetti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-proċess ta' Malta biex pajjiżna jaġġorna l-liġijiet u s- sistemi tiegħu għar-realtajiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-mudell soċjali Ewropew huwa rikonoxxut internazzjonalment bħala l-aqwa mudell li jista' jkollna.", "Jien għadni ma nistax nifhem sal-ġurnata mqaddsa tal-lum kif tiġi l- oppożizzjoni u għal kull proposta li ssir, anke jekk tkun proposta ta' avanz kbir fil-qasam soċjali, issib ix-xagħra fl-għaġina u tara kif tagħmel biex iddaħħal id-dubju ħalli dawn l-avvanzi soċjali f'pajjiżna ma jkunux jistgħu jsiru.", "Jien m'għandix dubju li fil-qasam soċjali mexjin fuq il- mudell li semmejt u din hija xi ħaġa pożittiva li minnha se jiggwadanja kulħadd.", "Għalhekk kont nippretendi li għallinqas fuq dan is-suġġett dak li jkun ma jitkellimx, imma mhux talli ma ma jafux joqogħdu kwieti talli tisma' interventi li ma tifhomx.", "Per eżempju, l-Onor.", "Michael Farrugia ħadha bi kbira li f'dan il-forum hemm ukoll l-input ta' dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, jien nixtieq nikkonkludi dan il-winding up ta' dan l-abbozz ta' liġi billi ngħid li qegħdin nagħmlu pass importanti 'l quddiem li bis- saħħa tiegħu qed inpoġġu wkoll dan il-kunsill taħt ir-responsabbilta' ta' l- uffiċċju tal-prim ministru nnifsu.", "Il-messaġġ huwa ċar.", "Dan il-gvern irid li dan il-kunsill ikompli jikkontribwixxi għall-ġid tal-pajjiż u għaldaqstant jien nistieden lil din il-Kamra biex tapprova t-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi ħalli mbagħad inkunu nistgħu ngħaddu għall-proċess tal-kumitat fejn nikkonsidraw il-klawsoli u allura naturalment fejn hemm lok li ntjebu l-affarijiet.", "Pero' finalment dan l-abbozz ta' liġi nkunu nistgħu narawh isir liġi ħalli għal darb'oħra jkollna għodda oħra importanti biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u għal affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu miegħu\" ikun moqri t- Tieni Darbi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA' ART TAL-GVERN", "GOVERNMENT LAND (ADMINISTRATION) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Amministrazzjoni ta' Artijiet\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi qasir pero' importanti biex isolvi problema partikolari li għandha x'taqsam mal- proprjeta' tal-gvern.", "Matul iż-żmien, partikolarment meta Malta kienet taħt id-dominju ta' l-Ordni ta' San Ġwann, twaqqfu diversi fondazzjonijiet li ħafna minnhom kienu jkunu fondazzjonijiet imwaqqfin mill-gran mastri.", "Dawn il-fondazzjonijiet kien ikollhom għan speċifiku.", "Per eżempju, fl-antik kien hemm il-fondazzjoni tal-Monte di Pieta', fejn persuni kienu jissellfu flus mingħand il-gvern jew mingħand min kien jaħkem fuq pajjiżna u jagħtu b'rahan id-deheb tagħhom.", "Kien hemm fondazzjonijiet ukoll għall-fidi jew għar-redenzjoni ta' skjavi nsara li kienu jiġu kkatturati mill-għadu u li wħud minnhom kienu jaħdmu fuq ix-xwieni ta' forzi barranin.", "Dawn il-fondazzjonijiet kien ikollhom dota sabiex il-flus rikavati kienu jmorru għall-fidi ta' dawn l-iskjavi.", "Per eżempju, hemm il- fondazzjoni Lascaris, li għadha teżisti ̧ li tieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' l-armi.", "Dawn il-fondazzjonijiet kollha kien ikollhom proprjeta' mehmuża magħhom u din il-proprjeta' kienet tkun amministrata mill-fondazzjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn l-accounts tal-gvern u lejn id-dokumenti uffiċjali, isib li xi wħud minn dawn il-fondazzjonijiet għadhom jeżistu u allura hawnhekk tqum il-problema dwar x'titolu għandu l-gvern fuq dawn il- fondazzjonijiet.", "Dan għandu titlu biss ta' amministrazzjoni li tirċievi l- kirjiet, iċ-ċnus, li tamministra l-proprjeta' u tieħu l-frott ċivili ta' dik il-proprjeta', pero' l-proprjeta' ma jistax jaljenaha jew jittrasferiha jew inkella huwa l-proprjetarju?", "Hawnhekk dejjem tqum din il-problema partikolari.", "Issa wieħed jista' jistaqsi għalfejn ma ħallewhiex hekk u x'importanza għandha.", "L-importanza toħroġ mill-fatt li matul iż-żmien il- gvern anke bena fuq art li hija ta' dawn il-fondazzjonijiet.", "Każ partikolari, per eżempju, kien meta nbniet is-Selmun Palace Hotel fuq art tal-Monte di Pieta'.", "Jidhirli li l-gvern ta' dak iż-żmien – hawnhekk qed nitkellmu fuq l-1977 - kien ressaq liġi simili għal din pero' li kienet applikabbli biss għall- Monte di Pieta' sabiex ma jkunx hemm kwestjonijiet dwar it-titolu tal- proprjeta' nnifisha.", "Fil-fatt il-gvern kien qal ċar u tond li minn dakinhar sal-lum il-proprjeta' tal-Monte di Pieta' se ssir proprjeta' tal- gvern.", "Issa jien nixtieq nikkwota minn dibattitu parlamentari li kien sar dakinhar dwar is-Selmun Palace Hotel u l-art ta' madwarha li kienet tintuża proprju għall-fidi ta' l-iskjavi.", "Il-ministru tal-ġustizzja ta' dak iż- żmien kien qal li aħjar jagħmluha ċara li l-art tal-Monte di Pieta' hija art tal-gvern.", "Għalhekk fl-1977 ressaq il-Monte di Pieta' Act, cioe' Kap 269 tal-Liġijiet ta' Malta, u l-Ministru Ġuże' Cassar kien qal hekk f'dak id-dibattitu:", "\"Proprju minħabba dawn id-diffikultajiet legali li kull darba jinqalgħu meta l-gvern ikun se jittrasferixxi jew jagħmel xi transazzjoni li tkun tinvolvi waħda minn dawn il-propretajiet ̧ biex inġibuhom l-istess u ma jkunx hemm dubji qed nagħmlu din il-liġi li bil-forza tagħha se jsiru tal-gvern.\".", "Mr Speaker, aħna qed ngħidu li meta jidħol fis-seħħ dan l-abbozz ta' liġi ̧ kull art li tappartjeni għal fondazzjonijiet, għal amministrazzjonijiet amministrati mill-gvern separatament mill-amministrazzjoni ta' art oħra li tappartjeni għall-gvern ...", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li peress li dejjem kien hemm il-problema ta' x'titolu għandu l-gvern, qatt ma tħalltu ma' proprejtarjiet oħrajn li l-gvern għandu titolu ta' proprjeta' assoluta dwarhom.", "Allura dejjem inżammu apparti u dejjem kien hemm il- problema ta' x'titolu għandu l-gvern.", "Mela allura dan l-abbozz se japplika biss għal dawk l-artijiet - b'artijiet nifhmu bini kwalunkwe immobbli u kwalunkwe dritt reali fuq immobbli - li jappartjenu lill-gvern, lill- fondazzjonijiet u lill-amministrazzjonijiet amministrati mill-gvern.", "Fil-fatt klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħid li:", "\"...B'effett mill-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att ̧kull art li tappartjeni lill-fondazzjonijiet u amministrazzjonijiet ̧ amministrati mill-gvern separatament mill-amministrazzjoni ta' art oħra li tappartjeni lill- gvern qed tiġi vestita fil-gvern u l-gvern għandu jittratta u jamministra dik l-art li qed tiġi hekk vestita bis-saħħa ta' dan l-Att bl-istess mod bħal kull art oħra li tappartjeni lill-gvern bi proprjeta' assoluta u jista' jneħħi dik l-art skond hekk ...\".", "Mela jekk sal-lum ma kienx ċar jekk il-gvern jistax jittrasferixxi, ibigħ jew jagħti drittijiet reali fuq din il-proprjeta' allura issa dan se jkun possibbli.", "Qed ngħid hekk għax għandna housing estates mibnijin fuq art tal- fondazzjonijiet.", "Kien hemm żmien meta kienu qed jittrasferuhom u mbagħad wieħed ħa parir legali u qal li aħjar noqogħdu attenti qabel ma nkomplu nittrasferixxu u nagħmlu l-affarijiet sew.", "Fil-fatt din il-liġi qed issir proprju biex l-affarijiet isiru kif suppost u ma jkunx hemm il-problemi li l-gvern ibigħ xi ħaġa lin-nies li fil-fatt ma tkunx tagħhom.", "Meta din il- liġi tiġi fis-seħħ kull dejn li jista' jkun hemm fuq dik l-art naturalment jassumih il-gvern ukoll.", "Dan ifisser li jekk ikun hemm xi piż jew jekk ikun qed jitħallas xi ċens lil ħaddieħor dan jibda jħallsu l-gvern u mhux il-fondazzjoni.", "Irrid nagħmilha ċara li din il-liġi mhux se tkun f'konflitt mat-trattat li hemm bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti - jekk hemm bżonn fi stadju ta' kumitat nagħmlu emenda għal dan l-iskop - dwar it-trasferiment ta' proprjeta' tal-Knisja.", "Nixtieq infakkar lill-Kamra li bit-trattat tat-28 ta' Novembru ta' l-1991 li ġie rratifikat minn dan il-parlament imbagħad sar parti mil-liġi ta' Malta bl-Att Nru. IV ta' l-1992, il-proprjeta' immobbli kollha tal-knisja kattolika ta' Malta ġiet trasferita lill-gvern, ħlief għal dawk li l-knisja żammet għaliha fil-famużi annexes li hemm, jew minħabba użu pastorali preżenti jew minħabba użu pastorali futur jew għal raġunijiet oħra li hemm imsemmi fil-ftehim.", "Allura anke jekk bi żball fit- trattat inqabżet xi proprjeta' tal-knisja, jiġifieri la qiegħda fl-Annex 8 li ġiet trasferita lill-gvern u lanqas qiegħda fl-annexes oħrajn li l- knisja żammet għaliha, b'dak il-ftehim dik il-proprjeta' għaddiet għand il- gvern xorta waħda.", "Naturalment ikollu jsir aġġustament fil-listi u l-gvern iħallas skond il-kriterji li hemm hemmhekk.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Dan il-ftehim li ilu li sar tmien snin – fil-fatt il-ftehim mal-knisja ġie ffirmat fl-1991 ̧ il-liġi għaddiet fl-1992 u ġie rratifikat mis-Santa Sede u l-Gvern Malti fit-18 ta' Frar 1993 – pero' matul iż-żmien inqala' li proprjeta' li ma kienet fl-ebda annex tal-ftehim, irriżulta li kienet tal- knisja.", "Mela f'dak il-każ, sakemm il-knisja ma tkunx trid tużaha għal skop pastorali tagħha ...", "Per eżempju, darba minnhom insew kappella - il- gvern m'għandux bżonn kappelli – u f'dak il-każ il-knisja tagħmel talba lill-control committee u dan jagħti dik il-proprjeta' lill-knisja u jiffirmaha, għalkemm il-knisja ma żammithiex l-ewwel darba.", "Hekk ukoll bil- maqlub.", "Proprjeta' oħra tal-knisja li l-knisja m'għandhiex użu tagħha u maż-żmien irriżulta li kienet tħalliet barra mil-listi tal-proprjeta' li għaddiet għand il-gvern, dik xorta waħda jeħodha l-gvern u tidħol fir- reġistru ta' l-artijiet bħala proprjeta' tal-gvern bil-kriterji li hemm fil- ftehim.", "Dawn l-artijiet qegħdin Lm400-il tomna, kemm jekk qiegħda fl- ischeme kif ukoll jekk mhux qiegħda fl-ischeme.", "Dan jiżdied mal-famużi bonds li jagħlqu fit-18 ta' Frar ta' l-2003 bis-7%.", "Mr Speaker, għalkemm m'hawnx espressament li dan l-abbozz ta' liġi m'għandux jiftiehem kontra dak il-ftehim, aħna lesti li fi stadju ta' kumitat nagħmluha ċara, ħalli ħadd ma jkollu dubji li l-ftehim bejn is- Santa Sede u l-Gvern Malti jibqa' jgħodd għal kwalunkwe proprjeta' tal- knisja li suppost saret tal-gvern pero' m'hijiex imniżla fil-famuż Annex 8.", "Qegħdin ngħidu wkoll li appena dan l-abbozz ta' liġi jidħol fis-seħħ, kull piż jibda jintrefa' mill-gvern u dan il-ħlas isir daqslikieku l-art kienet dejjem tal-gvern.", "Issa biex żgur inkunu għalaqna l-kwestjonijiet legali kollha, peress li l- gvern hawnhekk qiegħed jieħu over il-proprjeta', qegħdin ngħidu li jekk xi ħadd jidhirlu li bata xi dannu - xi eredi ta' xi gran mastru probabbli - ladarba issa l-proprjeta' se ssir proprjeta' tal-gvern, biex żgur dan l- abbozz ta' liġi ma jikkonfliġġix ma' artiklu 37 tal-Kostituzzjoni li jiggarantixxi kumpens adegwat għal meta tittieħed proprjeta' tan-nies, allura qed ngħidu fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi li:", "\"Kull min jivvanta dritt ta' kumpens dwar l-art li tkun qegħda tiġi vestita fil-gvern kif imsemmi f'dan l-Att ikollu d-dritt li jaċċedi permezz ta' ċitazzjoni li ssir kontra l-gvern fil-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili ̧ sabiex jiġi stabbilit l-interess tiegħu f'dik l-art jew fuqha u l-ammont ta' kull kumpens li jista' jkollu jedd għalih u l-ħlas ta' dan il-kumpens.\".", "Hawnhekk m'għamilniex kriterji ta' xi jfisser dan il-kumpens u tiffissah il- qorti.", "Dan huwa improvement fuq il-Monte di Pieta' Act ta' l-1977.", "Minkejja li l-gvern qed igħid li qed jieħu over il-proprjeta', xorta waħda ma pprovdiex għal sistema ta' kumpens għal min forsi jidhirlu li għandu xi dritt fuq l-art tal-Monte di Pieta'.", "Irrid ngħid li minkejja li l-gvern dak iż-żmien ma għamilx din il-klawsola, ħadd m'għamel kawża lill- gvern li għandu dritt għal xi kumpens.", "Imma aħna qegħdin nagħmlu klawsola 6 biex nagħtu dritt lil kwalunkwe persuna li jidhrilha li għandha titlu fuq xi art tagħha - li qabel kienet amministrata mill-fondazzjoni pubblika - li tmur il-qorti u tipprova li għandha dan l-interess legali fuq dik il-proprjeta` u li titlob il-kumpens li jiġi deċiż mill-qorti.", "Mhux hekk biss, imma din il-persuna se jkollha wkoll id-dritt li tappella quddiem il-qorti ta' l-appell minn kull deċiżjoni tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili dwar l-ammont ta' kumpens jew anke dwar id-dritt legali li għandha fuq dik il-proprjeta`, imbasta dan kollu jsir fi żmien sitt xhur minn mindu jidħol fis-seħħ dan l-Att.", "Ta' min jgħid li dan il-perijodu ta' sitt xhur m'huwiex perijodu ta' preskrizzjoni imma huwa perijodu ta' dekadenza, jiġifieri inti ma tistax tibgħat ittra uffiċjali u wara sitt xhur jerġa' jibdew jgħoddu sitt xhur oħra għaliex tkun bgħatt ittra uffiċjali kontra l-gvern, imma trid tagħmel il-kawża.", "Għalhekk fi żmien sitt xhur trid tibda l-kawża quddiem il- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili sabiex tibda litigazzjoni ħalli l-ewwelnett tipprova li l-art hija tiegħek u t-tieni nett ħalli jiġi determinat x'kumpens għandek tieħu talli issa l-proprjeta` tal-fondazzjoni saret proprjeta` tal-gvern ta' Malta.", "Dan kollu jrid isir fuq il-parir ta' l- avukat ġenerali, li qalilna li huwa importanti li dan isir, anke fejn il- gvern għandu dawn l-amministrazzjonijiet tal-fondazzjonijiet, u fejn inbena bini pubbliku għal skop soċjali jkun jista' anke jittrasferixxi flats tal- gvern favur l-inkwilini li jitolbu li jsir dan it-trasferiment.", "Se nsemmi xi wħud mill-fondazzjonijiet li jamministra llum il-gvern.", "Għandna l-fondazzjoni Lascaris, li safejn naf jien ma ġiet abolita qatt, kuntrarjament għall-fondazzjoni Monte di Pieta` u l-fondazzjoni Monte di Redenzione, li kienet twaqqfet mill-gvern ta' l-Ordni bejn l-1647 u l-1655 mill-Gran Mastru Lascaris.", "L-oġġett ta' din id-dota - għax il-gran mastru kien jiddota dawn il-fondazzjonijiet - kien li mir-renta tal-proprjeta` jinxtraw armi tan-nar u anke jinżammu x-xwieni ta' l-Ordni.", "Hemm il- fondazzjoni Caraffa, li kienet imħollija mill-Gran Mastru Caraffa.", "Hemm ukoll il-fondazzjoni Carnero, li kienet tgħin lill-qassisin jagħmlu servizz fil-knisja tal-Vitorja tal-Belt, u l-fondazzjoni Paola, li kienet saret mill-Gran Mastru Paola sabiex jinbena xini ta' l-ordni kull ħames snin, imma l-ispejjeż biex tibni vapur tant żdiedu li l-fondazzjoni m'għadhiex tintuża għal dan l-iskop.", "Ta' min jgħid li fl-1724 il-Granmastru Manuel Di Vilhena kien waqqaf fondazzjoni sabiex tieħu ħsieb il-manutenzjoni perpetwa tal-Forti Manoel f'Manoel Island u tal-knisja li hemm magħha.", "Wieħed irid isemmi wkoll il- fondazzjoni Kottonera, li twaqqfet biex issir il-manutenzjoni tal-garrison tal-Forti Ricasoli, u l-fondazzjoni Scappi, li kienet twaqqfet fl-1626 minn Caterina Scappi sabiex issir il-manutenzjoni tad-djar tan-nisa foqra li jsofru minn ċertu tip ta' mard.", "Dawn huma kollha fondazzjonijiet li jista' jkun li għandhom xi proprjeta` u allura huwa importanti li nagħmluha ċara li issa dawn il-proprjetajiet saru tal-gvern, anke għaliex illum ħafna mill- iskopijiet ta' dawn il-proprjetajiet spiċċa.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett ngħid li fl-istadju ta' kumitat beħsiebna nressqu emenda sabiex f'dan li qed nagħmlu ma jintlaqatx l-agreement ta' l-1992 fil- konfront tal-knisja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' l-għan ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax ilna għaddejjin għal ħafna snin bi problemi li għandhom x'jaqsmu ma' dawk l-artijiet li għaddew għand il- gvern, m'artijiet oħrajn li għadhom ma għaddewx taħt il-kontroll tal-gvern għax kienu amministrati mill-fondazzjonijiet u m'artijiet li maż-żmien inbnew xi proprjetajiet fuqhom.", "Hawn ta' min isemmi wkoll li ġieli ngħataw plots u mbagħad wara li min ingħata dawn il-plots bena skopra li l-art, jew iċ-ċens ta' din l-art, ma jistax jiġi trasferit lilu.", "Kull partit li tela' fil-gvern kien jaf b'dawn il-problemi u kien jgħid li se jsolviehom, pero` minkejja li saru diversi diskussjonijiet u saru diversi liġijiet biex dawn il-problemi jiġu solvuti, bqajna ma solvejniex il-problema ta' dawk l- abitanti li għalkemm ilhom is-snin joqogħdu ġo dawn il-proprjetajiet, għadhom ma jistgħux jixtruhom.", "Kif għedt diġa', anke dawk li bnew il- proprjeta` tagħhom a spejjeż tagħhom fuq plots li ngħataw mill-gvern, ħafna minnhom sal-lum għadhom ma jistgħux jifdu ċ-ċens.", "Għalhekk, Mr Speaker, illum qed nagħmlu pass ieħor biex insolvu dawn il- problemi, pero` jiddispjaċini ngħid li xorta waħda m'aħniex se nsolvu l- problemi kollha.", "Jien kont nistenna li ġaladarba kien qed jiġi ppilotat dan dan l-abbozz ta' liġi, konna se nsolvu l-problema kompluta u mhux noqogħdu nsolvu l-problemi ftit ftit biex nispiċċaw li ċerti problemi nibqgħu ma nsolvuhom qatt.", "Jidher ċar, anke mill-intervent li għamel il- ministru hawnhekk, li din il-problema m'hijiex se tiġi solvuta kollha.", "Issa għaddew diversi xhur - fil-fatt naħseb li anke sena għaddiet - minn mindu l-Ministru Gonzi, wara li saru diversi mistoqsijiet supplimentari f'dan ir-rigward minn din in-naħa, kien qal li wasalna biex insolvu dawn il- problemi.", "Jien kont għamilt intervent ukoll dwar dan il-qasam, pero` minkejja dan kollu xorta waħda se jkollna nibqgħu niġu ffaċċjati b'ċerti problemi.", "Jien inħeġġeġ lill-ministru biex insolvu l-problemi kollha li hemm f'dan il-qasam, kemm fl-interess ta' min jixtieq li jsir is-sid tal- proprjeta` li qed jokkupa kif ukoll fl-interess ta' l-istat għax wara kollox jekk iktar nies se jsiru sidien tal-proprjeta` tal-gvern li qed jokkupaw, iktar se jiżdied l-introjtu tal-gvern.", "Id-dipartiment ta' l- artijiet, li huwa responsabbli milli jara kif jutilizza l-artijiet li għandu l-Istat bl-aħjar mod, għandu jara li jdaħħal il-flus li huma dovuti lill-Istat għax wara kollox il-flus li jdaħħal dan id-dipartiment jiġu investiti fl-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet għandu jara wkoll li l-artijiet jiġu utilizzati fl-aħjar interess ambjentali, jiġifieri fost affarijiet oħrajn għandu jassigura li l- bini storiku li għandu storja u kultura ma ssirlux ħsara.", "Ma rridux ninsew lanqas dawk l-artijiet li jintużaw bħala mezz agrikolu u allura huwa importanti wkoll li d-dipartiment ta' l-artijiet jara li dawn l- artijiet jiġu ppreservati u jagħtu l-frott li wieħed jistenna minnhom.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika li ħarġet dwar l-agrikoltura fit-18 ta' April, jiġifieri ftit jiem ilu, min-national statistics office isib li s-sitwazzjoni ta' l-artijiet li jintużaw għall-agrikoltura sejra mill-ħażin għall-agħar.", "Biżżejjed ngħid li iktar ma jgħaddi ż-żmien, l-artijiet li jintużaw għall-agrikoltura iktar qed jonqsu, u dan minkejja li dejjem intambru li l-art agrikola għandha tiġi ppriservata, speċjalment meta l-art tkun tagħti l-frott.", "Ħalli nikkwota min-news release li ħarġet fit-18 ta' April ta' din is-sena.", "Fil-fatt din tgħid hekk:", "\"The amount of agriculture land in the Maltese islands was previously established at 10,788.4 hectares, a drop of 396 hectares when compared to the 1991 consensus.", "The amount of agriculture land decreased by 763 hectares when compared to that found in 1991\".", "Kif qed naraw, mill-istatistika jidher ċar li l-artijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura qed jonqsu, u allura jkun sew jekk wieħed jipprova jsib ir-raġunijiet li għalihom din l-art agrikola qed tonqos.", "Jien nistaqsi: Kemm hemm artijiet agrikoli li jaqgħu taħt id-dipartiment ta' l-artijiet, jiġifieri li huma ta' l-istat?", "Kemm hemm artijiet li kienu tal-privat u li nxtraw mill-gvern?", "Kemm hemm artijiet li nxtraw bi prezz raġunevoli?", "Kemm hemm artijiet li nbiegħu bi prezz raġunevoli?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għax huwa fl-interess tal-pajjiż li l- affarijiet isiru sew.", "Irrid ngħid ukoll li m'hux sew li meta membru parlamentari jiġi elett mill-poplu jagħmel mistoqsijiet parlamentari biex jingħata ċerta informazzjoni, jibqa' ma jingħatax tweġiba ċara, u hawnhekk se nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 25072 li għamilt il-bieraħ lill-ministru konċernat fejn staqsejt lill-ministru biex jagħti lista tal- proprjeta` li nxtrat mid-dipartiment ta' l-artijiet u mill-estate management division matul dawn l-aħħar għaxar snin, mingħand min u kemm swiet.", "Jien qatt m'għamilt mistoqsijiet parlamentari biex naħli l-ħin imma dejjem għamilthom bl-ikbar responsabbilta`; għax huwa fl-interess tal- pajjiż u fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi li jkun jaf ċerti affarijiet.", "Ir-risposta li tani l-ministru - jien ngħid li din ir-risposta lill-ministru tahielu ħaddieħor - kienet din:", "\"Ninsab informat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant jeħtieġ ħafna ħin u riżorsi, u ma jidhirlix li l-użu ta' dan il-ħin u riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni hu ġustifikat\".", "Skużi, imma x'jiġifieri li l-użu tal-ħin u tar-riżorsi biex tinġabar din l- informazzjoni m'huwiex ġustifikat?", "Wara kollox suppost li d-dipartiment huwa modern u mgħammar bil-computers.", "Wara li ntnefqu dawk il-flus kollha biex id-dipartiment ġie mgħammar bil-computers u ddaħħlet id-data kollha fil-computers, jien nassumi li wieħed m'għandux jaħli xi ħin esaġerat biex jiġbor din l-informazzjoni, iktar u iktar meta jien informat li d- dipartiment għandu din l-informazzjoni.", "Imbagħad biex taparsi rrispondieni, il-ministru kompla t-tweġiba tiegħu billi qalli hekk:", "\"Is-somma ta' flus minfuqa mid-dipartiment ta' l-artijiet fl- esproprjazzjonijiet ta' proprjeta` tingħata globalment kull sena fl- estimi tal-gvern.", "Barra minn hekk, kull kuntratt ta' xiri huwa att pubbliku u allura jkun fih id-dettalji kollha.\".", "Ma nistax nifhem kif jien, bħala l-main spokeman dwar l-artijiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni - u allura huwa l-obbligu tiegħi li nara li l-affarijiet fid-dipartiment ta' l-artijiet isiru kif suppost - ningħata din it-tip ta' tweġiba, iktar u iktar meta naf li l-informazzjoni li tlabt hija available u li ntnefqu mijiet ta' eluf ta' liri biex id-data kollha tiġi computerised ħalli l-affarijiet ikunu iktar trasparenti.", "Jien nistaqsi: Meta l-gvern jixtri biċċa art - u kulħadd jaf li trid issir evalwazzjoni ta' l-art - min jagħmel l-evalwazzjoni tagħha?", "Il-kumpanniji involuti min huma?", "Hawnhekk qed nirriferi għall-acquisitions.", "Imma ġaladarba ma ngħatatx l- informazzjoni li tlabt, jien nistaqsi: Jaqaw ma jaqbilx li tingħata din l- informazzjoni għax iridu jinħbew ċerti affarijiet?", "Jew qed isir użu ħażin mid-data li hemm fid-dipartiment?", "Jien għamilt dik il-mistoqsija parlamentari f'ġieh it-trasparenza ħalli jekk jirriżulta li ċerti affarijiet ma sarux sew, tinġibed l-attenzjoni meħtieġa.", "Jien ninsisti wkoll biex isir magħruf min kienu l-avukati u n-nutara li għamlu evalwazzjoni tal-proprjeta`, anke għaliex hemm ċerti affarijiet jintnu fid- dipartiment ta' l-artijiet.", "Semmejt ftit tal-ġimgħat ilu l-każ ta' Tunny Net fejn għalkemm kien stmat li kellha titħallas kera jew ċens ta' Lm9,000, effettivament tħallsu biss madwar Lm1,900.", "Min kien responsabbli mill-artijiet kien ikkalkula li kellu jitħallas dak l-ammont, imma għax kien hemm xi ħadd li din iċ-ċifra m'għoġbitux, ġie ngaġġat xi ħadd minn barra biex jagħmel evalwazzjoni oħra.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett dik ma kinetx kera imma ċens temporanju għal 20 sena, u fuq kollox, dan li qed jingħad m'għandux x'jaqsam ma' l- abbozz li qed niddiskutu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naf li dan m'għandux x'jaqsam ma' l-abbozz li għandna quddiemna, imma jien irrid ngħid kif qed jiġi amministrat....", "ONOR.", "TONIO BORG: Pero' l-ismijiet tan-nutara u ta' l-avukati tajthomlok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-mistoqsija parlamentari numru 25073, jien staqsejt hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'kariga kellha l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fid-dipartiment ta' l-artijiet u l-estate management?", "Meta rtirat bl-eta'?", "Sar xi riċeviment f'din l-okkażjoni u meta sar?", "Jekk għadhiex tidħol taħdem il-Baviera?", "F'liema kapaċita' qiegħda tidħol għax-xogħol?\"", "Fil-każ ta' din il-persuna li se nsemmiha iktar 'il quddiem, kien hemm avukat ta' l-affari tiegħu li kien telaq minn hemmhekk għax mill-files li kien investiga kienu rriżultaw xi abbużi.", "Dan l-avukat kien anke kiteb lill-Prim Ministru biex jgħarrfu dwar dak li kien qed isir....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Dak l-avukat neħħejtuh intom fi żmienkom.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb ikun tajjeb li l-Ministru jgħidli għal liema avukat qed jirreferi, għax jekk għal Cremona, dak mhux aħna neħħejnih, imma telaq hu minn jeddu minħabba l-abbużi li kienu qed isiru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dik il-persuna li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi ingħatat transfer fi żmien gvern Laburista.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien naħseb li l-Ministru għandu jiċċekkja sew dwar dak li qed jgħid għax m'huwiex veru li ġara hekk.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari li għadni kif ikkwotajt suppost spiċċat mix-xogħol bl-eta' imma taparsi qed tidħol volontarjament għax għandha fl-interess tagħha l- ġid tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Min hu dan l-avukat?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien mhux qed nitkellem dwar l-avukat, imma dwar dik il-persuna li dwarha għamilt mistoqsija parlamentari, fi kliem ieħor dwar ir-right hand man tan-Nutar Miceli.", "Jidher li din il-persuna, minkejja li spiċċat mix-xogħol bl-eta', se tibda' taħdem fuq bażi kuntrattwali li jiġġedded minn sena għal sena.", "Din hija waħda mill-ħniżrijiet li qed isiru fid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Barra minn hekk, suppost li d-dipartiment ta' l-artijiet qed jippriserva l- art fl-interess tal-poplu Malti kollu, imma l-art li semmejt iktar kmien, minkejja li ġiet stmata b'ċens ta' Lm9,000, ingħatat b'ċens ta' Lm1,900.", "Minn fuq din l-art biss, dan id-dipartiment tellef lill-pajjiż madwar Lm7,000 fis-sena.", "Dan minkejja l-fatt li din l-art hija ta' detriment għall-ambjent.", "(Interruzzjonijiet) Iva, iċ-ċens kien stmat Lm9,000.", "Jien staqsejt lill-Ministru Borg biex jagħtini lista ta' dawk l-artijiet li ma ngħatawx bil-prezz li bih kienu stmati, imma din il-lista għadha ma waslitx.", "(Interruzzjonijiet)", "Ħalli nkompli ngħid kemm l-affarijiet m'humiex qed jidhru trasparenti.", "Għal din l-art, daħlet applikazzjoni għall-permess għand l-awtorita' ta' l- ippjanar, liema applikazzjoni ġiet rifjutata darbtejn, reġgħet saret konsiderazzjoni tagħha u reġgħet ġiet rifjutata.", "Bħala risposta għal dan ir- refusal, l-awtorita' ta' l-ippjanar qalet hekk:", "\"The proposed development is not acceptable as it would lead to inappropriate progressive additions to an existing building and would result in an over- development of the site. \"", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan m'għandu x'jaqsam xejn la mal-liġi li għandna quddiemna u lanqas mad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Jekk qed nifhem tajjeb, l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li meta d-direttorat ikollu oġġezzjoni għal xi permess, dan m'għandux jingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-art hija tal-gvern, jiġifieri amministrata mid- dipartiment ta' l-artijiet.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li d- diskussjoni tal-lum trid tkun dwar il-liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, bir-rispett kollu, din l-art hija tal-gvern u għalkemm id-dipartimet ta' l-artijiet stmaha b'ċens ta' Lm9,000, ingħatat b'Lm1,900.", "Għalija, dan li qed ngħid għandu x'jaqsam ħafna mal- liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi qed jiżvija lill-Kamra.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar post li fl-1927 kien ingħata b'Lm1 fis-sena, imbagħad, meta fl-1993 ġie estiż, ingħata b'Lm1 kull metru kwadru.", "Meta mbagħad dan il-post ġie estiż b'170 metru kwadru, kienu saru żewġ evalwazzjonijiet, waħda ta' Lm9,000 u l-oħra ta' Lm900 b'ċens temporanju, jiġifieri la fi żmien 20 sena tiskadi, trid terġa' toħroġ tender.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura nitilfu Lm7,000 fis-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment ta' l-artijiet għamel evalwazzjoni minn perit indipendenti u ffissa ċ-ċens ta' Lm1,700 għal 170 metru kwadru, li jfisser li s-sid preżenti qed iħallas għaxar darbiet iktar minn dak li kien iħallas is-sid ta' qablu meta għamel l-estensjoni.", "Nerġa' nfakkar li qed nitkellem dwar ċens temporanju u mhux perpetwu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura huwa tajjeb li l-istat jitlef Lm7,000 fis-sena?", "Id-dipartiment ta' l-artijiet, li waħda mill-funzjonijiet tiegħu hi li jġib l-aħjar introjtu fl-interess tal-pajjiż, minn stima ta' Lm9,000 niżel għal Lm1,900.", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk kienet stmata Lm9,000, min ħadha daqshekk irid iħallas.", "(Interruzzjonijiet) Mhux bilfors ġiet irranġata, kieku kif ittieħdet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-approvazzjoni ffirmajtha jien għax fl-aħħar mill- aħħar, jien responsabbli.", "Il-kwestjoni kollha kienet li kien hemm perit li ta l-istima tiegħu ta' Lm9,000 ċens fis-sena, u peress li kienet somma esaġerata, meta ħarġet it-tender ħadd ma tefa' l-applikazzjoni tiegħu.", "B'hekk it-tieni perit li nħatar għamel evalwazzjoni ta' Lm900 ċens fis- sena, liema stima ma ġietx aċċettata mid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Allura nħatret persuna indipendenti li stmat din l-art b'ċens ta' Lm1,700 fis-sena li jiżdiedu maċ-ċens preżenti ta' Lm500, jiġifieri b'kollox kien se jitħallas Lm2,200 fis-sena.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-farsa kollha hi li l-pajjiż tilef madwar Lm7,000 fis-sena.", "Dan m'huwiex l-aħjar mod ta' kif il-gvern jamministra l-pajjiż, iktar u iktar għaliex din l-art ingħatat biex fuqha jsiru xi affarijiet li skond l-awtorita' ta' l-ippjanar, m'huwiex fl-aħjar interess ambjentali.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ħareġ il-permess wara.", "(Interruzzjonijiet) Jien diġa' għedt li l-ewwel il-permess ġie rifjutat, imbagħad meta l-applikazzjoni reġgħet ġiet ikkunsidrata, il-permess ħareġ.", "Mr Speaker, meta wieħed jara li l-ewwel, iċ-ċens niżel minn Lm9,000 għal Lm900, imbagħad minkejja li l-awtorita' ta' l-ippjanar irrifjutat l- applikazzjoni, wara li saret re-consideration, dan il-permess ingħata, bilfors jidħlulu ċerti dubji.", "Jew inkella x'jiġifieri nagħmel mistoqsija parlamentari biex ningħata ċerta informazzjoni, fl-interess tal-poplu kollu, u nibqa' mingħajr risposta bl-iskuża tal-ħela ta' flus u l-ħela ta' ħin?", "Mhux bilfors imbagħad li dawn l-affarijiet inisslu d-dubji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Onor. Mizzi, jiddispjaċini imma għad m'għandniex l- informazzjoni kollha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, l-informazzjoni hemm qiegħda imma ma tridux tgħadduhieli.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru Borg on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fid-dipartiment hemm 30,000 file ta' l- expropriation, jiġifieri jien ma nistax inwaqqaf lill-istaff kollu tad- dipartiment għax l-Onor.", "Mizzi jixtieq ikun jaf min kienu dawk il-persuni li ħallsu għal xi proprjeta' f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Din hija xi ħaġa impossibbli.", "Kieku l-Onor.", "Mizzi staqsa għal xi xahar partikolari, kont nagħtih l-informazzjoni bil-qalb kollha, imma żgur li ma nistax nagħtih l- informazzjoni ta' għaxar snin sħaħ.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kulħadd jaf li d-dipartiment ta' l-artijiet jinsab f'sitwazzjoni tal-biki, jew għax skond dak li qed jgħid il-Ministru, m'huwiex kapaċi jiġbor l-informazzjoni jew inkella għaliex għandu l- informazzjoni f'idejh u ma jrid jgħaddiha lil ħadd.", "Allura, skond dak li qed jgħid il-Ministru, huwa minnu li f'dan id-dipartiment hemm nuqqas ta' effiċjenza.", "Issa li permezz ta' din il-liġi, l-artijiet se jiġu amministrati mill-gvern permezz tad-dipartiment ta' l-artijiet, tal- fondazzjonijiet u tal-Knisja, irridu naraw li dawn jiġu amministrati bl- aħjar mod fl-interess tal-poplu Malti kollu.", "Per eżempju fir-rigward ta' l- artijiet agrikoli, li skond l-istatistika li ħareġ l-istess gvern, qegħdin dejjem jonqsu, id-dipartiment ta' l-artijiet għandu jsib rimedju għal din il-problema.", "Pero' ma tantx jidher li huwa daqshekk ħerqan li jippriserva l-artijiet agrikoli.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet m'huwiex daqshekk ħerqan li fl-interess ambjentali, ma jippermettix li jsiru ċerti affarijiet.", "Ħalli nirriferi għall-artijiet li hemm taħt il-Verdala hotel fejn hemmhekk qed isir minn kollox biex isir golf course.", "Il-maġġoranza ta' dawk l-artijiet huma privati, pero` hemmhekk hemm ukoll artijiet li kienu tal-joint office u li llum id-dipartiment ta' l-artijiet qed jikrihom lil ċerti bdiewa.", "Jidher ċar li d-dipartiment ta' l-artijiet m'huwiex favur dawk il-bdiewa li qed jokkupaw din l-art, anzi qed isir kull tentattiv min-naħa tiegħu biex lil dawk li għandhom l-artijiet hemmhekk jipperswadihom biex ibigħu dik l-art ħalli b'hekk l-iżviluppatur żgur li ma jsibx ostaklu biex ikun jista' jieħu dik l-art hu u jagħmel golf course hemmhekk.", "Aħna diġa' għamilnieha ċara li jekk dik l-art tintuża għall-golf course, din tkun ta' detriment kemm għall-bdiewa, kemm għall-aspett ambjentali kif ukoll għall-pajjiż.", "Imma meta proprju din il-ġimgħa stess il-ministru responsabbli mill-ambjent ġie mitlub jgħid jekk jaqbilx li l- golf course issir f'dik l-area, huwa baqa' ma tax l-opinjoni tiegħu dwar dan.", "Imma kif jista' jkun li ministru responsabbli mill-ambjent ma jagħtix opinjoni dwar xi ħaġa li teffettwa lill-ambjent?", "U jien kif nista' nieħu lid-dipartiment ta' l-artijiet bis-serjeta`, meta dan id-dipartiment, li suppost huwa responsabbli mill-bini tal-Kottonera li ngħata b'kuntratt, għax twaqqaf kumitat fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex jifli l-kuntratt tal-Kottonera, b'daqshekk ħass li l-affarijiet saru sew u ħareġ minn dan il- kumitat ferħan?", "Issa fil-verita` l-kondizzjonijiet li kellu dan il- kuntratt ma jistgħu jissejħu xejn iktar għajr ħniżrijiet, pero` la d- dipartiment ta' l-artijiet u lanqas dipartimenti oħra li suppost għandhom jaraw li l-affarijiet storiċi ta' pajjiżna ma ssirilhomx ħsara ma taw kas ta' dan kollu.", "In-non-governmental organisations li ndunaw li qed isir diżastru fil-Kottonera tkellmu u waqfu hemm.", "Jien lil dawn l- organizzazzjonijiet ngħidilhom: Jekk hemm bżonn għandkom tgħidu lill-gvern biex iqabbad l-esperti ħalli jaraw xi ħsarat kbar qed isiru.", "Wara kollox ir-responsabbilta` tad-dipartiment ta' l-artijiet kienet - u qed ngħid \"kienet\" għax issa telaq kollox minn idejh - li jara li ma ssirx ħsara.", "L- awtorita` ta' l-ippjanar stess, li hija responsabbli milli toħroġ il- permessi, kienet għamlitha ċara li l-interess ta' l-iżviluppaturi huwa li jagħmlu spekulazzjoni, jiġifieri dan mhux jien biss qed ngħidu imma qalitu wkoll l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Madanakollu ħadd ma pprova jara x'qed jiġri verament f'dan ir-rigward, u minkejja li qed issir il-ħsara f'ċerti affarijiet u postijiet storiċi li hemm fil-Kottonera, qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Jidher ċar li l-iżviluppaturi qed jagħmlu din il-ħsara bil-barka ta' min qiegħed 'il fuq għax anke meta l-awtorita` ta' l-ippjanar tieħu passi kontriehom billi toħorġilhom enforcement minħabba li jkunu qed jagħmlu ċerti affarijiet li ma jkunux skond il-permess u jkunu qed jagħmlu ħsara lill-bini storiku, dawn xorta qed jiġu jaqgħu u jqumu u jkomplu għaddejjin bix-xogħol.", "Per eżempju, minkejja li matul dan il-weekend l-awtorita` ta' l-ippjanar ħarġet ordni biex jieqaf kull tip ta' xogħol hemmhekk, nhar is- Sibt l-iżviluppaturi xorta baqgħu għaddejjin bix-xogħol.", "Imma l-iktar ħaġa li ma titwemminx hi li mbagħad l-awtorita` ta' l-ippjanar, minflok ma tieħu passi dixxiplinarji kontra dawn l-iżviluppaturi minħabba li ma jkunux obdewha, tara kif tagħmel u tbiddel il-verżjoni tagħha biex tissodisfa x- xewqat ta' dawn l-iżviluppaturi.", "Per eżempju, jekk fil-bidu l-awtorita` ta' l-ippjanar tkun qalet li fit-tali żvilupp ma jistax jintuża l-bricks u l-iżviluppaturi jkunu jridu jużaw il-bricks, l-awtorita` ta' l-ippjanar malajr tissodisfa x-xewqa ta' dawn l-iżviluppaturi u f'daqqa waħda taċċetta li fit-tali żvilupp jintuża l-bricks.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Hawnhekk inħeġġeġ lin-non government organisations, fosthom lil Din l-Art Ħelwa u lil kulmin għandu għal qalbu l-heritage ta' pajjiżna, biex jekk hemm bżonn jipprotestaw għal dawn il-ħniżrijiet li qed isiru ħalli ma tibqax issir ħsara, u min suppost kellu d-dover li jara li ma ssirx ħsara lill-wirt storiku ta' pajjiżna jibqa' ma jitkellem xejn.", "Hemm bżonn verament li xi ħadd imur jara b'għajnejh il-ħniżrijiet li qed isiru fil-proġett tal-Kottonera.", "Jien nispera li fil-każ tal-proġett tal-Kottonera ma jiġrix bħalma ġara fil- każ ta' Chambray fejn mhux biss ingħatat art b'xejn imma talli saret ħsara ambjentali lil area storika.", "Anke hawnhekk, wieħed irid imur fil-post biex jara l-ħniżrijiet li qed isiru f'Chambray.", "Nispera wkoll li ma jsirux l- istess ħniżrijiet f'Tigne`.", "Ma jistax ikun li d-dipartiment ta' l- artijiet, li ta l-artijiet tal-gvern b'ċerti kondizzjonijiet, jibqa' jfarfar mir-responsabbilta` tiegħu u ma jiħux il-passi li suppost jieħu meta qed jara li l-kondizzjonijiet qed jinkisru u xi ħniżrijiet qed isiru.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet għandu joqgħod attent ħafna wkoll biex ma ssirx ħsara lill-wirt storiku ta' pajjiżna, pero` llum dan id-dipartiment jinsab frisk bħal ħassa u qed ifarfar ir-responsabbilta` minn fuqu u jitfagħha fuq awtoritajiet oħra, bħalma hi l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Dan minkejja li d-dipartiment ta' l-artijiet jaf li l-awtorita` ta' l-ippjanar iddur iktar minn pinnur għax iddur fejn jaqblilha u skond il-pressure li jagħmlu fuqha.", "B'dan il-mod mexjin l-affarijiet, u jiddispjaċini ngħid li m'humiex mexjin kif suppost.", "Issa nixtieq nirriferi għal dawk l-artijiet tal-gvern li jokkupawhom ċerti nies għas-sodisfazzjon u għall-pjaċir personali tagħhom mingħajr ma ovvjament ikollhom dritt jagħmlu hekk.", "L-artijiet tal-gvern għandhom jiġu utilizzati fl-aħjar interess taċ-ċittadin, u jien naqbel li anke jekk ikun qed jokkupa dawn l-artijiet iċ-ċittadin iż-żgħir, xorta waħda għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex dan ma jibqax jikser il-liġi, imbasta mbagħad ma neħdux din l-art liċ-ċittadin iż-żgħir biex nagħtuha lil xi ħadd minn tal-qalba ħalli jagħmel xi biċċa negozju minnha.", "Dawn l-affarijiet ġraw, u nispera li ma jkomplux jiġru.", "Dawk l-artijiet tal-gvern li qed jiġu okkupati b'mod illegali għandhom jerġgħu jittieħdu f'idejn il-gvern, ħalli mbagħad il-gvern juża dawn l-artijiet kif jidhirlu li hemm bżonn.", "Per eżempju, jien naħseb li tkun idea tajba ħafna jekk il-gvern jutilizza dawn l-artijiet billi joħloq caravan site jew camping site għal dawk kollha li għandhom dawn id-delizzji.", "B'hekk filwaqt li ma tkun qed tinkiser l- ebda liġi, fl-istess ħin inkunu qed nissodisfaw ix-xewqat ta' dawk il-ħafna dilettanti tal-caravans jew tal-camping.", "Ħafna minn dawn id-dilettanti jkunu ċittadini żgħar għax dawn it-tip ta' delizzji ma jkunux jirrikjedu ħafna flus.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma kontx nistennieha minnek din, Sur President!", "Jien l- ewwel kelliem u għalhekk suppost li jkolli siegħa u nofs għad-dispożizzjoni tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Niskuża ruħi għax ma kontx naf.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Eh le, ma kontx taf?!", "Daqskemm għandek qalbek ġunġliena għalija!", "THE DEPUTY SPEAKER: Nerġa' niskuża ruħi, imma ma kontx naf.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-verita` hi li ma ridtnix inkompli nitkellem.", "Imissek tistħi!", "THE DEPUTY SPEAKER: Nerġa' niskuża ruħi għat-tielet darba.", "Jien m'ilnix li ħadt post Mr Speaker fuq is-Sedja u għalhekk ma kontx naf.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Issa ma rridx inkompli nitkellem.", "Nerġa' ngħidlek li jmissek tistħi!", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, m'hux sew li s-Sedja twaqqaf milli jkomplu jitkellmu lill-kelliema ewlenin tan-naħa ta' l-oppożizzjoni meta dawn ikunu qed jaqdu d-dover tagħhom billi jkunu qed jagħtu linji ta' gwida lejn kif wieħed għandu jħares lejn l-abbozzi ta' liġi li l-gvern ikun qed iressaq f'din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru ta' l-Intern qed jgħidli biex ma nibdiex bil-linji ta' gwida, pero` jien naħseb li hemm bżonn immedjat ta' linji ta' gwida għal dak li għandu x'jaqsam mal- proprjetajiet li jeżistu fis-settur agrikolu.", "Jien persważ li kemm il- ministru kif ukoll l-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-artijiet qed jagħmlu l- almu tagħhom biex jiġu kkreati dawn il-linji ta' gwida u jibdew iħallu r- riżultati tagħhom, pero` jiddispjaċini ngħid li qed ikun ċertu tip ta' staġnar biex jinħolqu dawn il-linji.", "Jien persważ ukoll li l-ministru qed jiltaqa' ma' l-istess problemi li ltaqgħu magħhom il-ministri preċedenti, sia fis-settur ta' l-agro- industrija, sia fis-settur tal-produzzjoni u sia fis-settur ta' l- agrikoltura.", "M'hemmx dubju li l-aħħar applikazzjonijiet li ħarġu komplew kabbru l-problemi li diġa' jeżistu f'dan is-settur.", "F'dawn l-aħħar 25 sena, kemm taħt gvernijiet Laburisti kif ukoll taħt gvernijiet Nazzjonalisti, dejjem ġejna mgħallma li l-frammentazzjoni ta' l-artijiet tal-bdiewa toħloq impatt negattiv fl-iżvilupp ta' dan is-settur.", "Issa hawnhekk irrid nitkellem ċar ħalli ma niġix interpretat li qed ngħid illi sar ħażin li ħarġu l-applikazzjonijiet.", "Li sar ħażin hu li l-ewwelnett għal kull applikazzjoni ntalbet fee ta' Lm30 jew ta' Lm50 u t-tieni nett li ħafna mill-bdiewa li xtaqu japplikaw, minkejja li sa l-aħħar ta' Frar diġa' kien sarilhom l-assessment, it-timbru u l-proċeduri l-oħra kollha neċessarji min-naħa tad-dipartiment ta' l-agrikoltura, l-applikazzjoni tagħhom ma laħqitx ġiet reġistrata fid-dipartiment ta' l-artijiet saż-żmien stipulat.", "Fil-fatt dawn l-applikazzjonijiet spiċċaw biex ġew miċħuda, u dan minkejja li ma kienx tort tal-bdiewa li tefgħu l-applikazzjonijiet tagħhom tard.", "Ta' min jgħid li l-proċess dam ma sar min-naħa tal-periti, u dan minħabba r-rikjesti li ġew mitluba fl-applikazzjonijiet.", "Wieħed irid jgħid ukoll li, per eżempju, l-extension service office tal-Mosta kellu 'l fuq minn 500 applikazzjoni x'jipproċessa, u din il-problema tant bdiet tinħass sew li s-segretarju permanenti tal-ministeru għall-agrikoltura kellu jibgħat - u għamel sew - 'il fuq minn 12-il uffiċjal minn branches oħra biex jipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet.", "Fil-fatt dawn l-uffiċjali kellhom jidħlu jaħdmu saħansitra fil-weekends.", "Għalhekk jien nappella lill- membri tan-naħa l-oħra biex forsi iktar milli jirrabjaw kontra tagħna u jgħidu li aħna, bħala oppożizzjoni, inparlaw fil-vojt, ikunu realistiċi u jifhmu li d-diffikultajiet li nqalgħu m'huma tort ta' ħadd; la huma tort ta' l-uffiċjali, la huma tort tal-ministeru, la huma tort tal-ħaddiema u lanqas huma tort tal-bdiewa.", "L-aħjar ħaġa hi li d-dipartiment ta' l- artijiet jerġa' jevalwa d-deċiżjoni li ħa, liema deċiżjoni żgur li tmur kemm kontra l-għan tal-bidwi, kemm kontra l-għan tad-dipartiment ta' l- agrikoltura kif ukoll kontra l-għan tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Jekk il-gvern preżenti qed iressaq dan il-bill quddiemna biex l-Att dwar l- Amministrazzjoni ta' l-Artijiet jilħaq dejjem iktar il-ħtiġijiet taċ- ċittadini Maltin u Għawdxin, huwa għandu jara sewwa sew x'kienu ċ- ċirkostanzi li għalihom ħafna bdiewa ma laħqux tefgħu l-applikazzjoni tagħhom saż-żmien stipulat.", "Jista' jkun li wħud minnhom kienu ċirkostanzi ta' mard, u ma rridux ninsew lanqas li n-natura tax-xogħol tal-bidwi mhux dejjem jippermettilek li titlaq minn idejk kif ġieb u laħaq.", "Sur President, kif qal il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni fuq l-ambjent, id-daqs ta' l-art agrikola f'pajjiżna dejjem qed jonqos u allura dejjem qiegħda tiżdied il-pressjoni biex il-proċess li jeħtieġ isir biex nindirizzaw dawn id-diffikultajiet jitħaffef.", "Nerġa' ngħid li ma rrid nidħol f'ebda polemika li biha nista' li nweġġa' xi sentiment ta' xi uffiċjal fil-ministeru jew f'xi dipartiment .", "M'iniex qed ngħid li dawn qegħdin bil-qiegħda ma jagħmlu xejn.", "Qed ngħid li hemm bżonn li l-gvern ma jibqax ikaxkar saqajh fuq dawn l-affarijiet.", "Ma jistax ikompli jagħlaq għajnejh u għalih qisu ma jeżistix dan staġnar.", "Ma nistgħux nibqgħu bil-mentalita' li nikkritikaw lil xulxin meta qed nindirizzaw xi ħaġa li ma nistgħux ninnegawha.", "Nerġa' ngħid hemm staġnar fuq l-istaġnar.", "Jiena konxju li hemm impenn mill-ħaddiema kollha tad-dipartiment ta' l- artijiet biex immedjatament jiġu ppublikati l-pjanti.", "(Interruzzjonijijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, l-Onor.", "Noel Farrugia qiegħed il-ħin kollu jsemmi l-istaġnar.", "Jiena ma nistax nifhem fejn hu dan l-istaġnar.", "Meta kien ministru hu ta' l-agrikoltura qatt ma ħareġ skema tar-raba'.", "Issa aħna ħriġniha u applikaw 15,000 ruħ li qed jiġu pproċessati.", "Issa jekk għall-Onor.", "Membru dan huwa staġnar jiena ngħid j'Alla jkollna staġnar, bħal dan kuljum!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiena ngħid li anke fil-proċess ta' dawn l-applikazzjonijiet hemm l-istaġnar għax kien ġie mwiegħed li wara xahrejn se joħorġu l-pjanti u s'issa jidher li għad ma ħareġ xejn.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Apparti li din m'għandha x'taqsam xejn ma' dan l- abbozz, dan li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia mhu minnu xejn.", "Aħna għedna li wara li d-dipartiment jirċievi l-applikazzjonijiet, ikun hemm perijodu ta' xahrejn għall-iscreening process u dawk ix-xahrejn ma jibdewx jgħoddu minn mindu jagħlqu l-applikazzjonijiet.", "Kif jista' jkun li noħorġu l-15,000 applikazzjoni kollha f'salt?", "U jekk ikun hemm xi abbużi?", "Aħna qegħdin naqbdu dawk l-applikazzjonijiet li fl-opinjoni tagħna l-inqas li għandhom problemi.", "Malli nipproċessawhom noħorġu l-pjanti, u dawn se nagħmluhom fil- kunsilli lokali wkoll ħalli dak li jkun ma joqgħodx imur il-Belt biex jarahom.", "Imbagħad qed nagħtu xahrejn żmien ħalli jekk xi ħadd ikollu raba' li fil-fatt hija ta' ħaddieħor ma jkollniex il-problemi wara.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iżda xorta waħda jibqa' l-fatt li matul dawn ix- xahrejn wieħed kien jistenna li dawk l-applikazzjonijiet li m'għandhomx komplikazzjonijiet bħal applikazzjonijiet oħra kellhom jiġu pproċessati u l- pjanti esebiti.", "Imma lanqas il-pjanti ta' dawn ma ġew esebiti.", "X'ifisser dan?", "Ifisser li l-proċess ta' dawn l-applikazzjonijiet huwa staġnat.", "Hemm bżonn li dan il-proċess jitħaffef għax għandna indikazzjonijiet ċari li l- art agrikola qiegħda dejjem tonqos.", "Dawn huma affarijiet li ma jista' jinnegahom ħadd.", "Sur President, matul dawn l-aħħar xhur kellna l-kwestjoni dwar ir-reviżjoni taċ-ċens tal-bdiewa tal-Qammiegħ u għamel tajjeb il-Ministru Borg li wara numru ta' laqgħat mal-bdiewa, miegħi bħala kelliemi ewlieni ta' dan is- settur u ma' l-għaqdiet tal-bdiewa, biddel il-mod ta' kif id-dipartiment ta' l-artijiet kien qed jifhem li għandu jirrevedi dan iċ-ċens.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fuq il-kuntratt tal-bdiewa tal-Qammiegħ mhu veru xejn li jien ordnajt li tinbidel is-sistema ta' kif jinħadem iċ- ċens.", "Kieku għamilt hekk kont niġi akkużat li qed intellef il-flus lill- gvern.", "Li se jagħmel il-gvern huwa li se jġib riżoluzzjoni fil-Parlament biex jinbidel il-kuntratt - inċidentalment dan skada fi żmienkom u m'għamiltu xejn - ħalli nagħmluha b'mod ċar ta' kif għandu jogħla ċ-ċens mhux għal issa biss imma għal 33 sena oħra.", "Allura grazzi għal dan l- istaġnar li qed isemmi l-Onor.", "Farrugia dawn in-nies, li l-ħlas taċ-ċens tagħhom kien se jogħla b'mod esaġerat, issa se jogħlielhom b'mod raġonevoli taħt ċerti kondizzjonijiet, b'hekk din il-problema tiġi solvuta kemm għalihom kif ukoll għall-uliedhom.", "Nerġa' ngħid, jekk dan huwa staġnar j'Alla jkollna iktar bħalu!", "ONOR.", "NOEL FARUGIA: Sur President, dak li qed jgħid il-Ministru Borg jikkonferma li hemm staġnar u jikkonferma wkoll li m'hemmx linji ta' gwida.", "Kieku hemm linji ta' gwida konna nifhmu li bħalissa hawn pressjoni kbira fuq is-suq agrikolu għax l-art qiegħda dejjem tonqos u allura konna napplikaw b'mod urġenti ċerti sistemi biex l-investiment f'dan is-settur jerġa' jibda jieħu r-ruħ.", "Iżda minflok id-dipartiment ta' l-artijiet ħareġ b'emendi għall-kuntratt li kien sar taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, fost oħrajn qal li ċ-ċens qed jiġi rivedut b'mod li l-bdiewa jridu jħallsu 5% ta' Lm2,500 fuq kull tomna raba' saqwi.", "Hawnhekk inqalgħet problema għax min hu dak il-bidwi li jiflaħ iħallas Lm125 ċens għal kull tomna raba' saqwi!", "Kieku kien hemm linji ta' gwida u m'hemmx sistemi li qed jikkawżaw staġnar, il-ministru kien jiġi mill-ewwel fil-parlament u jressaq l-emendi li hemm bżonn għal dan il-kuntratt ħalli l-bdiewa ma jiġux mitluba jħallsu Lm125 għal kull tomna ta' raba' saqwi.", "Meta l-ministru jaf li l-art agrikola qiegħda dejjem tonqos u meta jaf ukoll li l-bdiewa jridu jkunu organizzati ħalli meta jagħmlu l-projections tagħhom dawn ikunu projections li jiffitjaw mar-regoli tal-banek lokali biex japprovawlhom ċerti loans, messu intervjena b'mod ferm aktar mgħaġġel.", "Sur President, dawn huma sitwazzjonijiet li l-oppożizzjoni bilfors ikollha tikkritika u n-naħa l-oħra għandha tifhem li aħna nagħmlu l-kritika tagħna mhux biex noqogħdu ndejquhom jew biex naħlu l-ħin tal-Kamra, imma għax nifhmu li jkun hemm ċerti problemi u l-oppożizzjoni hija fid-dmir li tiġbed l-attenzjoni tal-gvern għal dawn il-problemi.", "Lanqas ma jien qed nagħmel din il-kritika biex inpenġi ikrah lil xi uffiċjal fid-dipartiment ta' l- artijiet, xejn minn dan għax min ma jaħdimx ma jaqlax kritika.", "Imma fid- dawl ta' dak li jirriżulta hemm bżonn li wieħed juri ferm iktar impenn biex ċertu staġnar li qed jaffettwa s-settur agrikolu jinqata' kemm jista' jkun malajr, għax għalkemm qed isiru ċerti sforzi dan l-istaġnar għadu qed jaffettwa lil dan is-settur tant vitali għall-pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Intom tafu li jien inħobb ngħid il-verita' u rrid ngħid li dwar din il-problema iżjed kelli wens mingħand il-Ministru Tonio Borg milli mingħand ministri oħra.", "Li kieku ma kienx għall-ħin li tani hu biex niltaqa' u nitkellem miegħu, ma kont insib lil ħadd jipprova jifhimni x'ridt inwassal għan-nom ta' dawk il-bdiewa li kienu involuti f'din il- kwestjoni.", "Sur President, nixtieq issa nitkellem dwar problema oħra li wkoll qed taffettwa l-qasam agrikolu.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar trid tifhem li jekk l-art agrikola qiegħda dejjem tonqos u ċerti problemi, bħalma huma nuqqas ta' ħażna għall-ilma naturali jew nuqqas ta' aċċess għall-ilma ta' l-irrigazzjoni qegħdin dejjem jiżdiedu, awtomatikament se tiżdied it-talba biex sija l-bdiewa u sija r- raħħala jiżviluppaw aktar art jew inkella biex ikabbru l-irziezet tagħhom.", "Għaliex?", "Għax ovvjament hemm l-element tas-sostenibilita' f'dik li hija produzzjoni li magħha torbot dan il-bżonn.", "Fil-każ tal-bidwi, jekk tiġi biex tinqered medda ta' art biex - per eżempju, tinbena lukanda jew biex jsir xi bini ieħor - bilfors jinħass iktar il-bżonn għar-riklamazzjoni ta' l-art.", "Issa meta l-gvern jaf li hemm dan il-bżonn xorta waħda mhux qed jidentifika siti biex jiġu riklamati għall-iskop agrikolu.", "Barra minn hekk nafu wkoll li biż-żmien ċerta ħamrija tinqered minħabba l-iżvilupp li jkun qed isir u ammont ieħor jinġarr minn fuq l-uċuħ tar-raba' ma' l-ilma tax- xita u xorta waħda mhux qed isir investiment biex nissalvagwardaw l-ambjent rurali bħalma huma l-widien u l-ilqugħ permezz tal-ħitan tas-sejjiegħ.", "M'hemmx impenn min-naħa tal-gvern u allura s-sitwazzjoni qiegħda dejjem tiggrava.", "Dan kollu juri li m'hemmx direzzjoni.", "M'hemmx ħeġġa u allura kollox jistab staġnat.", "Sur President, nistgħu ngħidu li taħt dan il-gvern l- istaġnar jeżisti kullimkien.", "Per eżempju, f'pajjiżna għaddejja kampanja biex kemm jista' jkun iċ- ċittadini jkunu edukati f'dak li hu ħarsien tal-wirt nazzjonali, inklużi l- karatteristiċi tal-kampanja, kif ukoll f'dak li hu ħarsien ta' l-għasafar u tjur, u mhux l-ewwel darba li jiġu kkritikati l-kaċċaturi u n-nassaba minħabba d-delizzju li għandhom.", "Imbagħad ikun hemm xi għaqda bħal dik tal- kaċċaturi u nassaba tal-Mellieħa li jitolbu permess biex jiżviluppaw range għall-isparpar fuq il-plattini ħalli jorganizzaw lilhom infushom u lill- membri tagħhom b'mod li jkunu iktar attivi fl-isport li jipprattikaw u anke dawn isibu sitwazzjoni ta' staġnar.", "Mhux qed ngħid li dan l-istaġnar huwa tort tal-Partiti Nazzjonalista jew tal-Partit Laburista jew tort ta' xi uffiċjali fid-dipartimenti tal-gvern, imma l-fatt huwa li hemm staġnar u hemm bżonn nikkonċentraw fuqu.", "Il-gvern jaf jgħaġġel kemm jiflaħ biex iżid id-dħul tiegħu u jiġbor aktar it-taxxi.", "F'dan il-każ m'hemmx staġnar, tant li anke għaġġeb lil min tant għenu biex tellgħu fil-gvern bil-mod mgħaġġel li bih kuljum iżid it-taxxi.", "Imma mbagħad jistaġna fl-aktar affarijiet essenzjali għaċ-ċittadin.", "L-istaġnar issibu meta l-poplu jkunu qed jippretendi xi ħaġa mingħand il-gvern, imma meta l-gvern irid mingħand il- poplu jaqbad u jieħu b'ħeffa liema bħala.", "Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz huwa sabiex jirrazzjonalizza l- amministrazzjoni ta' ċerti artijiet amministrati separatament minn artijiet oħra li jappartjenu lill-gvern.", "Dan jagħmel sens.", "Hemm is-sens komun u 'l hemm minn kull opinjoni politika s-sens komun jirbaħ.", "Hemm bżonn li n-naħa tal-gvern ma toqgħodx tinħela tikkritika lilna.", "Hemm bżonn tifhem li s-sens komun jirbaħ u allura inutli li toqgħod tgħid li mhux veru li hemm l- istaġnar.", "Is-sens komun jgħidlek li kemm jista' jkun malajr irridu nilqgħu għal ċerti problemi li għandu s-settur agrikolu.", "Fost dawn il-problemi insibu li l-art produttiva agrikola qiegħda dejjem tonqos u hemm bżonn li nirrabilitaw il-kampanja biex ma tinqeridx aktar raba', għad hemm bdiewa li għadhom ma rrevedewx iċ-ċnus tagħhom u ħafna problemi oħrjan.", "Forsi wieħed jgħidli: Imma mhux dan li qed nagħmlu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi?", "Sur President, qed nitkellmu dwar dan wara kważi tliet ta' amministrazzjoni ta' gvern li tela' fuq l-għajta li ma jżidx it-taxxi u mhux talli qed iżidihom talli huwa indottrinat fil-mod ta' kif se jintaxxa.", "Tant hu hekk ħareġ bi proposti biex iċ-ċnus tal-bdiewa minn Lm1 għal kull tomna raba' jogħlew għal Lm125 kull tomna raba'.", "Issa qiegħed iġib kontra proposta għal dik oriġinali biex dan l-ammont jerġa' jiġi rivedut.", "Għaliex qed jagħmel hekk?", "Għax is-sens komun jgħidlek li hija ħaġa impossibbli li lill- bidwi li qabel kien iħallas Lm1 ċens għal kull tomna raba' issa titolbu jħallas Lm125.", "Kieku l-gvern applika s-sens komun ma kienx jagħmel ħmerijiet bħal dawn u ma kienx ikun hemm għalfejn nagħmlu interventi ta' din il-kwalita' f'liġijiet bħal dawn.", "Sur President, staġnar ieħor jeżisti fir-rigward ta' talbiet għall-- proprjeta' minn soċjetajiet diversi.", "Jiena nieħu nieħu sehem attiv f'għaqda ta' persuni neqsin mid-dawl u naf li minkejja li ilhom jitolbu biex jużaw l-isolation hospital li hemm fl-Imtarfa, li ilu abbandunat minn mindu telqu s-servizzi Ingliżi fl-1979, qatt ma ngħataw iċ-ċans li jużawh biex flimkien jistudjaw dak li jemmnu li jista' jintegra l-persuni għomja fis-soċjeta' tagħna.", "Again, anke f'dan il-każ hemm staġnar għax ħadd ma jagħti kas ta' x'qed jgħidu dawn iż-żgħażagħ ta' din l-għaqda.", "Dawn l-affarijiet qiegħed ngħidhom biex inkompli nissostanzja l-kritika Ii qed nagħmel ħalli nuri li kważi f'kull settur hawn staġnar sħiħ u biex niġbed l-attenzjoni tal-gvern ħali kemm jista' jkun malajr dan l-istaġnar jinqata'.", "Jien nifhem li dan l-abbozz ta' liġi għandu l-iskopijiet tajba tiegħu, u m'hemmx dubju li qed jindirizza sezzjoni partikolari b'ħafna problemi.", "Imma mbagħad għandna problemi oħra li ma nistgħux inkomplu nħalluhom fi proċess ta' staġnar.", "Ħalli nġib eżempju ċkejken fuq problema li żviluppat dan l- aħħar.", "Għandna familji li wħud minnhom ġew rikonoxxuti biex jirrevedu ċ- ċnus tagħhom u għandna oħrajn li qed jistennew biex iċ-ċnus tagħhom jiġu riveduti.", "Imbagħd fl-istess ħin qed ikollna sitwazzjoni fejn ċerti kirjiet ta' proprjeta' għall-akkomodazzjoni soċjali qed jogħlew ukoll.", "Sur President, aħna rridu nifhmu illi hemm ċirkostanzi li rridu nevalwawhom bis-serjeta'.", "Għaliex?", "Għax il-loġika tgħidlek li jkun inutli li toqgħod tħares kif se tgħolli l-kirjiet ta' dawn l-appartamenti.", "Trid tara kif se toffri miżura oħra lil dawk li jridu jinvestu f'appartamenti biex huma jkunu l-owners tagħhom u ma joqogħdux jidħlu fi spejjeż ta' kera.", "Imma anke f'dan ir-rigward hemm staġnar.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li hemm bżonn li l-gvern jirraġuna u f'ċirkostanzi bħal dawn ma jeħux għalih meta aħna ngħidulu li hemm staġnar.", "Għandu jifhem li l-loġika tirbaħ u għaldaqstant japplika l- loġika li qed jistennew l-Maltin u l-Għawdxin fiċ-ċirkostanzi li għalihom irriferejt.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Minsitru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Grazzi, Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal-lejla, it-Tlieta, 24 ta' April fis-6.00p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni. ------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, bħal-lum ħmistax se jkollna x-xorti li għat-tieni darba fi ħdax-il sena, il-Papa Gwanni Pawlu se jkun qed iżur il- gżira tagħna.", "F'din il-viżta għandhom jiġu rrikonoxxuti mhux biss il- valuri nsara ta' Dun Ġorġ, Nazju Falzon u Suor Adeodata Pisani, iżda l- istess viżta għandha sservi wkoll sabiex il-poplu tagħna jġedded il-valuri nsara tiegħu.", "Nafu illi din il-viżta se tkun parti minn pellegrinaġġ li qed jagħmel l-istess Papa fil-passi ta' San Pawl.", "Huwa importanti li wieħed jirrikonoxxi l-fatt li filwaqt li diversi persuni ġew beatifikati permezz ta' funzjonijiet fil-belt tal-Vatikan, il-Papa sab il-ħin sabiex matul dan il-vjaġġ tiegħu fuq il-passi ta' l-Appostlu Pawlu jżur gżiritna.", "Veru li għal jumejn biss, li huwa perijodu kemmxejn qasir, iżda min-naħa l- oħra dan jikkonferma li r-ragħaj tal-knsija kattolika llum kapaċi jsib il- ħin anke għal pajjiżi ż-żgħar.", "Mr Speaker, m'huwiex il-ħsieb tiegħi li noqgħod nagħmel eloġju hawn, iżda hu minnu li wieħed irid jirrikonoxxi x-xogħol li sar daparti ta' l- awtoritajiet tal-knsija f'Malta biex din il-viżta papali sseħħ, pero' wieħed irid jirrikonoxxi wkoll il-wirt kbir ta' tjubija li ħallew fostna t- tliet Maltin li se jiġu bbeatifikati.", "Ix-xogħol ta' Dun Ġorġ għadu qed jintired sal-lum u nistgħu naraw il-wirt kbir li ħalla bix-xogħol li sar mill-għaqda tal-mużew.", "It-tjubija ta' Nazju Falzon u Adeodata Pisani huma fil-qlub tal-Maltin u issa anke dawn it-tnejn qed jiġu rikonoxxuti mill- knisja kattolika.", "Ma nistax ma nsemmix il-mibki Arthur Barbaro Sant li tant ħadem b'risq il-kawża tal-beatifikazzjoni ta' Adeodata Pisani u ħasra li dan ħalliena biss ftit xhur qabel ma kellu jara r-riżultat aħħari tax- xogħol tiegħu u tal-moviment kappeġġjat minnu.", "Minkejja d-diffikultajiet li kien hemm, nafu li l-poplu Malti japprezza li Emily Barbaro Sant baqgħet taħdem sabiex dan iseħħ u lil din is-Sinjura ngħidulha grazzi u ngħidulha prosit.", "Hawnhekk nawgura illi l-awtoritajiet ekklesjastiċi jirrikonoxxu dan il-fatt u jaraw li x-xogħol tat-tali moviment jiġi pubblikament rikonoxxut u mhux ikun hawn ħafna tnikkir u skużi qabel dan ix-xogħol jiġi rikonoxxut, bħalma sfortunatament qrajna dan l-aħħar f'diversi gazzetti.", "Nassigura lill- awtoritajiet tal-knisja li għal dawk kollha tal-lokalita' tar-Rabat u l- Imdina, nafu sew min ħadem, nafu kemm ħadem, nafu kemm bata u kemm qala' fuq wiċċu talli ħadem.", "Pero' filwaqt li wieħed jaspira u jispera li jintnesew id-differenzi u li fostna tirrenja l-għaqda, wieħed jistenna wkoll li dak li jiġi ppriedkat jiġi eżerċitat u tassew ngħixuh fil-ħajja.", "Anke f'dan il-kuntest jidher illi l-Maltapost ħabbret illi nhar l-4 ta' Mejju se toħroġ sett ta' bolol sabiex ifakkru l-okkażjoni taż-żjara tal- Papa u tal-beatifikazzjoni ta' Dun Ġorġ.", "Jien ikkuntattjajt nies li qegħdin fil-viċin tal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni u tlabthom illi in vista li kien jidher biċ-ċar li anke Nazju Falzon u Suor Adeodata Pisani kienu se jiġu bbeatifikati, fl-istess sett ta' bolol ssir bolla biex tirrikonoxxi dan l-istat ta' fatt. Wara li sar il-vetting neċessarju, ġejt informat illi effettivament kien hemm contingency plan lesta sabiex una volta jiġi kkonfermat li tlieta minn ħutna Maltin se jiġu bbeatifikati, allura dan is-sett ta' bolol għandu jkoprihom it-tlieta.", "Għandi l-pjaċir ngħid li llum fl-aħbarijiet smajna - naħseb li kullħadd semagħha - illi dalgħodu kellu jiġi ffirmat id-digriet min-naħa tas-Santa Sede li jikkonferma li se jkollna l-beatifikazzjoni tat-tliet Maltin.", "Allura nispera u jixraq f'ġieh Malta u f'ġieh l-għaqda li għandha ġġib okkażjoni bħal din, illi jitfakkru dawn it-tliet persuni.", "Ma nistax ngħid illi din hija glorifikazzjoni tagħhom biss għax dan kollu jagħti xiehda tal-karattru tal-poplu Malti fi żmenijiet diffiċli.", "Aħna nirrikorru għand nies bħal dawn u nitolbu l-interċessjoni tagħhom f'każ ta' mard, f'każ ta' problemi familjari u sitwazzjonijiet oħrajn biex dawn jgħinuna nsolvuhom.", "Dan huwa xempju wkoll ta' kif il-karattru Malti meta jkun hemm każi ta' diffikulta` lest li jgħin u malli ddoqq il-qanpiena li xi ħadd huwa fil-bżonn, ikun mill-ewwel lest li jagħti sehmu.", "Nafu li erbat ijiem oħra, għaqda li bdiet żgħira fir-Rabat u llum infirxet ma' Malta kollha, il-Kerygma, se tkun qed torganizza maratona b'risq il-karita' u nafu li se jingħataw il-flus.", "Fl-aħħar tas-sena tiġi organizzata maratona fejn bl-għajnuna tal-mezzi tax-xandir jinġabru ammonti sostanzjali ta' flus u n-nies imorru ġol-banek, għaliex illum l-għaqdiet volontarji għandhom account mal-bank u jaqbdu jagħtu għajnuna spontanjament.", "Naraw kif bniedem jgħidlek li ġab artiklu fuq il-gazzetta dwar il-marda tat-tali u għax il-każ ikun ġenwin isib l-għajnuna.", "Allura forsi l-fatt li dawn in- nies se jiġu bbeatifikati hija allegorija għall-ħajja tal-poplu Malti li meta taqtagħlu d-differenza tal-politika u ċerti differenzi oħrajn li m'għandhomx ikunu l-prijorita' aħħarija f'ħajtu, nistgħu liberament ngħidu li l-poplu Malti huwa poplu tajjeb, poplu ta' qalb ħelwa u li jipprova jara illi dan il-pajjiż ikun uman tassew u mhux bil-paroli biss imma anke fl- imġiba tiegħu.", "Mr Speaker, issa nixtieq insemmi żewġ affarijiet li repetutament qed niffaċċja ma' nies li jiġu jkellmuni.", "Tliet snin ilu l-water services corporation kienet nidiet ċensiment li miegħu ntalab ħlas ta' Lm100.", "Dan iċ-ċensiment kellu jistabilixxi l-ħlas lura li jrid jingħata lil dawk ir- residenti li ilhom jokkupaw l-istess proprjeta' għal fuq minn 30 sena, u kellu anke jiffissa rati ġodda ta' ħlas fuq reġistrazzjonijiet ġodda.", "Jiena nemmen illi f'dan il-pajjiż jiġru ċerti affarijiet li ma tistax treġġagħhom lura għas-sitwazzjoni ta' qabel, iżda nemmen ukoll li għadda biżżejjed żmien sabiex din il-Lm100 li tħallset min-nies li ma kellhomx iħallsuha tingħatalhom lura.", "Nixtieq inkun naf ukoll ir-riżultat ta' dan iċ-ċensiment, fejn qegħdin dawn l-ispejjeż, għalxiex qegħdin jintużaw, jekk kienx hemm xi ħsieb li dawn jiġu monitored fl-użu tagħhom, jekk kienx hemm il-ħsieb li bniedem se jħallas għall-użu ta' parti minnhom?", "L-argument li aħna noħolqu spiża oħra ma jreġix, speċjalment jekk dawn l-ispejjeż jintużaw għal skopijiet ta' l-agrikoltura.", "Naf li l-agrikoltura Maltija hija s-sinsla aħħarija tal-poplu Malti u għalkemm m'hijiex daqstant kbira fil-proporzjon meta tikkomparaha mal-GDP, tipprovdi għal-lokal u f'każ ta' kriżi iżjed tista' tipprovdi għall-ħteġijiet ta' l-ikel tagħna l-Maltin u l- Għawdxin.", "Issa nixtieq indawwar l-argument dwar għandniex naħsbu iżjed minna l-Maltin għall-Maltin.", "F'liema sens, Mr Speaker?", "Fis-sens illi nippruvaw insolvu problemi fuq skala internazzjonali fejn il-prijorita` tagħhom m'għandhiex tkun l-ewwel waħda, waqt li ċerti problemi li għandna nsolvuhom biex il- Maltin f'ċerti każi ma jibqgħux jgħixu f'sitwazzjoni ta' dilemma ma nsolvuhomx.", "Ħa nagħti eżempju minn settur ieħor tal-ħajja tagħna.", "Qed nitkellem fuq is-settur tad-djar fil-każ ta' dawk li jitolbu lill-gvern jew lill-awtorita' tad-djar għal residenza.", "Din is-sena ir-Rabat se niċċelebraw l-20 sena minn meta l-gvern Laburista kien ta plots lin-nies biex setgħu bnew Għar Barka.", "Ħa niċċelebraw l-20 sena minn meta dawn in- nies għamlu konvenju u sal-lum għadhom fuq konvenju.", "Dawn in-nies daħlu fi proprjeta' u suppost kellhom il-garanzija illi f'qasir żmien se jagħmlu l- kuntratt biex isiru sidien tal-proprjeta'.", "Iżda minkejja kulma ntqal minn naħa u minn oħra, minn gvern jew minn ieħor, sal-lum dawn għadhom bl-istess problema għax il-problema fuq it-titolu tal-proprjeta' għada ma ġietx solvuta.", "Fil-lokalita' tar-Rabat għandna l-istess problema fuq il-proprjeta' msejħa Tat-Torri.", "Qiegħed insib l-istess problema fil-mawriet tiegħi mal-Mosta, issa li l-Mosta u r-Rabat ġew inkorporati f'distrett wieħed elettorali.", "Qiegħed nirriferi għar-residenzi ta' parti minn Santa Margerita u Tad-Dib.", "Nies li ilhom 18-il sena li għamlu konvenju mal-gvern qegħdin f'sitwazzjoni li l-proprjeta' ma tistax tiġi ttrasferita jew ma tistax tingħata bħala garanzija.", "Dawn in-nies ma jistgħux jgħidu li din hija veru d-dar tagħhom għax m'għandhomx it-titolu tad-dar tagħhom.", "M'iniex se nitkellem fuq il- liġi li qegħdin niddiskutu llum u filwaqt li wieħed jista' jelabora iżjed fuq l-amministrazzjoni tal-proprjeta', nixtieq ngħid li daparti tal-housing għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa.", "Irridu nagħlqu dawn il-każi u ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Minn ftit snin 'il hawn qed nipperpetwaw din is-sitwazzjoni billi n-nies li akkwistaw proprjeta' minflok ma nagħmlulhom il-kuntratt biex il-proprjeta' tkun tagħhom, qed nagħmlulhom konvenju u ngħidulhom li qed nagħmlulhom għal 30 sena biex kulħadd jibqa' kajman u komdu u din il-problema ma nsolvuha qatt.", "U x'qiegħed jiġri, Mr Speaker?", "Meta tmut persuna u tħalli l-eredi, dawn x'se jirtu?", "Se jirtu konvenju!", "Dawn qegħdin jirtu dritt ta' konvenju mal-gvern fuq proprjeta' ta' ħaddieħor.", "Min jiġi biex jixtri l-proprjeta` imur il-bank biex jissellef.", "Filwaqt li qabel il-housing kien jagħti garanzija għall-ammont kollu li jkollok bżonn tissellef, issa qed jagħti biss garanzija sa Lm15,000 u min irid jixtri jrid jara lil min se jsib biex jagħmillu garanzija għal dik id- differenza fis-self.", "Nafu li kieku jkun sar il-kuntratt, dak il-bniedem ikun jista' bil-kumdita' kollha jissellef l-ammont li għandu bżonn biex jixtri, u aktar iva milli le jkun aktar minn Lm15,000 għax il-ħajja hi dik li hi u l-prezzijiet jogħlew jistgħu.", "Allura qegħdin niġu f'sitwazzjoni li dawn in-nies li qegħdin b'konvenju ma jistgħux jittrasferixxu l- proprjeta' għalkemm mhux tort tagħhom.", "Iżjed minn hekk, hawn min jgħidlek mid-dipartiment tat-taxxa li jekk ibiegħu u jittrasferixxu, għandhom jeħlu t-taxxa għax m'humiex sidien tal- proprjeta' għal iżjed minn tliet snin.", "Huma utilisti tal-proprjeta' u għalkemm hu tort tal-gvern illi dawn għad m'għandhomx it-titolu tal- proprjeta' u ma jistgħux jgħidu li l-proprjeta' hi tagħhom, jekk jiġu f'każ ta' bżonn u jridu jittrasferixxu jeħlu l-capital gains tax fuq il-valur tal- proprjeta'.", "Jiena naħseb illi dan huwa argument li kemm jien u kemm il- kollega tiegħi min-naħa l-oħra, l-Onor.", "Noel Farrugia, ninkwetaw fuqu u mhux nitkellmu fuqu biss.", "Ma tistax tħalli sitwazzjoni fejn bniedem qed jokkupa proprjeta' biss b'letter of comfort, bl-idea li għax hu konvenju tal-gvern ħadd ma jista' jmissek.", "Baqa' mal-1600 każ minn dawn, li magħhom qegħdin jiżdiedu diversi mezzanini f'partijiet oħrajn ta' Malta li qegħdin jittieħdu u jingħataw issa, u f'dan il-kuntest qegħdin nibqgħu weqfin.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk sarux il-kuntratti mill-housing authority ta' diversi proprjetajiet li l-awtorita' kkommettiet ruħha li tixtri mingħand individwi wara li ħarġet għajta għal tenders u ġew applikati u għaliex dawn in-nies jibqgħu jgħidulhom li jridu jistennew meta dawn huma kommessi li kellhom jagħmlu xi xogħlijiet għall-awtorita' u fil-proprjeta` u għamluhomlhom u baqgħu l-istess.", "Issa apparti l-problema ta' dawn in-nies fid-djar tagħhom, qed tinħoloq problema oħra dwar iċ-ċnus temporanji.", "Bis-saħħa tal-liġi li saret fl-1979, min joqgħod ġo dar li oriġinarjament tkun ingħatat b'ċens temporanju qabel l-1979 għal iżjed minn 30 sena u tintuża bħala residenza urbana, għandu d-dritt li meta jiġi biex jeskadi ċ- ċens jikkonvertih f'ċens perpetwu b'sitt darbiet iktar miċ-ċens li jkun dakinhar u li jirrevedi ruħu kull 15-il sena.", "Iżda fl-4 ta' Ottubru tas- sena li għaddiet il-qorti għoġobha tiddikjara li fl-opinjoni tagħha t-tali kondizzjoni tat-tali liġi ma ħaditx in konjizzjoni l-interess tas-sid meta ċ-ċens jiġi biex jagħlaq.", "Fi kliem ieħor qalet li l-liġi lis-sid rrestrinġietlu l-poter li jbiegħ il-proprjeta` meta ċ-ċens jiġi biex jagħlaq u allura ddikjaraw din il-liġi anti-kostituzzjonali.", "Illum hemm appell fuqha u ma nafx x'se jsir fl-appell, pero' huwa stat ta' fatt li lil- tliet kwarti tan-nies nistgħu nserrħulhom moħħhom fuq din il-liġi jekk irridu.", "F'liema sens, Mr Speaker?", "Jiena nħoss li l-gvern għandu joħroġ statement jew press release fejn jgħid li fil-każ ta' proprjeta' tal-gvern, il-gvern se jibqa' marbut bl-effetti ta' dik il-liġi.", "Mela x'qiegħed ngħid jiena?", "Ħalli nerġa' nieħu eżempju fuq id-distrett tiegħi, il-lokalita' tar- Rabat.", "Fir-Rabat hemm in-naħa ta' ħdejn il-Verdala kollu ċnus - li qabel kienu tal- kurja u mbagħad saru tal-gvern - li jagħlaq fil-15 ta' Awissu tas-sena 2046.", "Fin-naħa ta' Ħal Bajjada, faċċata tal-knisja ta' San Duminku, hemm toroq bħal Triq San Luqa, Triq San Ġwann Battista, Triq Manwel Stivala, fejn iċ-ċens kien jagħlaq fil-15 ta' Awissu 1998.", "Hemm ċnus oħrajn in-naħa tat-Triq Sant Aristarku, Triq San Trofimu u Triq San Piju V fejn iċ-ċens kien ingħata għal 99 sena fl-1972.", "Hemm toroq oħrajn, bħan-naħa taċ-Ċoki u n-naħa ta' Ferris Square u n-naħa ta' Triq Kan.", "G. Gatt Said u Triq Rudolph Saliba fejn iċ-ċens jagħlaq xi 64 sena oħra.", "Dawn huma kollha artijiet li ngħataw b'ċens qabel l-1979.", "Imbagħad għandek ukoll l-area ta' ħdejn Konti Ruġġieru li tagħlaq fis-sena 2038.", "Mela għandek 'il fuq minn 2000 jew 3000 residenza illi minnhom, apparti dawk li kienu joqogħdu fihom fl-1979, li kienu jafu f'liema ċirkostanzi kienu dakinhar, hemm ammont sostanzjali ta' nies li xtraw id-dar tagħhom bejn l-1979 u l-2001 u ċ-ċirkostanzi li kienu fihom qabel ma xtraw id-dar tagħhom jiġifieri li meta ċ-ċens jiġi biex jagħlaq jiġġedded u jsir sitt darbiet ta' li hu u perpetwu - f'daqqa waħda jekk taqa' din il-liġi minħabba din is-sentenza, in-nies iridu jerġgħu jiftehmu mal-gvern fuq ċens ġdid meta jiġi biex jagħlaq.", "Mela jien qiegħed ngħid li bħalma hemm ir-Rabat hemm areas il-Mellieħa, xi areas il-Mosta kif taqbeż ir-Rotunda u tmur lejn in-Naxxar, u areas f'setturi oħrajn ta' Malta li forsi ma jaqgħux fl-encatchment ta' fejn naħdem jiena bħala nutar jew fejn qiegħed deputat.", "Dan huwa każ soċjali li l-gvern irid jaċċettah għal skopijiet soċjali biex in-nies iserrħu moħħhom mill-proprjeta' tar-residenza tagħhom.", "Il-gvern għandu jaċċetta li l-effetti ta' dik il-liġi, sakemm il-proprjeta' hija proprjeta' tal-gvern, għandhom jibqgħu japplikaw fl-intier tagħhom u għalhekk jekk saret applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet, quddiem il-lands jew il-joint office, li llum jamministra proprjeta' li qabel kienet tal- knisja, u entitajiet oħra parastatali u governattivi, dik il-liġi għandha tapplika fl-intier tagħha u l-effetti tagħha ma jiġux mittiefsa minkejja li jista' jkun hemm deċiżjoni mod ieħor mill-qorti.", "Imbagħad id-deċiżjoni tista' tibqa' biss viġenti għal dak li tiddeċiedi l-qorti fuq proprjeta' fejn is-sidien taċ-ċens huma nies privati.", "Anke hawn se jweġġgħu n-nies, Mr Speaker, għax min xtara dar f'dan il-perjodu ta' 22 sena, filli xtara proprjeta' li għandha ċertu valur u filli ir-resale value tagħha naqas għax ċertu nies jibżgħu jekk ma jkunx baqa' terminu twil ta' żmien.", "Allura mingħajr ma noqogħdu ntertqu qalb in-nies, u din m'hijiex kwistjoni partiġġjana, nafu li l-massa tan-nies f'Malta għandhom id-dar tagħhom u 80% ta' dak in-nofs ikollhom id-dar tagħhom biss bħala proprjeta' u forsi nofs dawk joqogħdu f'ċens temporanju.", "F'ġieh ir-responsabbilta' ta' kull gvern li għandu jaġixxi bħala bonus pater familias, bħala l-missier tajjeb tal- familja, il-gvern għandu jserraħ moħħ il-poplu u jgħidlu li fejn iċ-ċens oriġinali huwa tal-gvern u l-proprjeta' hija governattiva, il-liġi għandha tibqa' tapplika indipendentement mid-deċiżjoni tal-qorti.", "Ingħataw pariri fuq l-effetti ta' dik il-liġi minn kull avukat u nutar li hawn hawn ġew, kull bniedem li kien jaf japplika u jidħol fil-ħajja soċjali, kull deputat li hawn hawn ġew għax meta tkun deputat in-nies jippretendu li tkun taf fuq kollox u allura tkun qrajt u ppreparajt ruħek kif tista' tikkonsultahom fuq dawn l-affarijiet - imbagħad il-loġika għandha tirbaħ, kif qed jgħid l- Onor. Farrugia.", "Il-loġika għandha tirbaħ billi aħna nserrħu moħħ in-nies illi huma jew uliedhom m'humiex se jispiċċaw mingħajr dar minħabba liġi li l-għamel il- gvern.", "Sal-lum hija l-liġi valida tal-pajjiż, pero' hemm deċiżjoni li rrendiet sitwazzjoni li ma tistax tagħti parir ċar fuq min qed jixtri l- proprjeta' b'ċens temporanju, b'ċens li għalaq.", "Għal min ħa enfitewsi wara l-1980, jaf li dik il-liġi ma tapplikax għalih.", "Pero' għal dawk in-nies kollha li għandhom proprjeta' b'ċens li beda fil-perijodu ta' qabel, hemm bżonn illi npoġġu saqajna fl-art, u lil dawn in-nies ma nżommuhomx imdendlin bl-ispaga.", "Din hija problema reali li fid-distrett tagħna qiegħda tweġġa' ħafna nies, mhux fil-konfront tal-gvern u ta' l- oppożizzjoni imma lil min 18-il sena oħra jista' jispiċċa mingħajr dar.", "Ma jistax ikun li n-nies li joqogħdu fi tliet toroq fil-lokalita' tar-Rabat u triq fil-Mosta jispiċċaw mingħajr dar għax iċ-ċens eżistenti jagħlaq fis- sena 2018.", "Fl-interess soċjali tal-pajjiż ma jistax ikun li ma jibqax jaħdem dak il-makkinarju li kien aċċettat.", "Ejjew ninsew il-pożizzjoni tal- partikolar fejn hu sid iċ-ċens u niftakru fil-massa tal-każi fejn sid iċ- ċens huwa l-gvern.", "Nispera illi fil-jiem li ġejjin il-ministeru ta' l- intern, li taħtu jaqa' kemm il-lands kif ukoll il-joint office, jieħu dawn il-passi.", "Jekk hemm bżonn joħroġ press release biex ipoġġi a konjizzjoni dan il-fatt u jserraħ moħħ in-nies f'dan il-kuntest.", "Fuq kollox f'dan il- pajjiż ma rridux noħolqu sitwazzjoni fejn il-gvern ma jagħtix kas id-dar residenzjali tiegħek għax xi ħadd ikun fetaħ kawża għall-interess personali.", "Hawnhekk mhux qed ninkludi l-postijiet tal-villeġġatura.", "Dan huwa każ li fih jista' jkun hemm żewġ binarji tal-ġustizzja, cioe' l- binarju tal-ġustizzja soċjali li ħoloq il-gvern b'liġi li ġiet aċċettata mill-membri kollha li kien hawn fl-1999, fosthom inti Mr Speaker, u l- makkinarju ta' kif finalment il-gvern iħares lejn din il-problema, jekk tinqata' l-kawża jew tiġi konfermata fl-appell, fil-konfront tal- partikolar.", "Din hija problema reali li s'issa għadha tirrifletti ruħha fuq l-awtorita' tad-djar, fuq il-housing department u fuq il-gvern per se għax dak li lleġisla hu għall-aħjar tal-poplu ma jistax jiġi eżerċitat.", "Mr Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nsemmi wkoll problema żgħira li qed insibu fin-naħa tal-kampanja, 'il barra mir-Rabat, mill- Mosta, mill-Imġarr u mill-Mellieħa.", "Sar ħafna xogħol utli ta' tibdil ta' arbli tad-dawl li kienu tal-ħadid għal oħrajn tal-prestressed concrete jew mod ieħor, pero` sfortunatament jeħlu l-arbli u l-wires jibqgħu kif inhuma.", "Ftit ilu minħabba l-maltemp anke l-bajja ta' l-Għadira niżlu l-arbli jew għax il-maintenance ma jkunx sar jew għax ikunu saru l-arbli u l-wires ikunu baqgħu ma nbiddlux.", "Allura nixtieq li min hu nkarigat minn dan is- settur ta' l-Enemalta jirrealizza illi l-arbli ma sarux biex isebbħu x- xenarju.", "Li tneħħi arblu kulurit aħdar u isfar u floku tagħmel wieħed griż ma tantx hu sabiħ fil-għajn.", "Pero' jekk l-iskop huwa sabiex nipprovdu servizz aħjar u servizz kontinwu għax l-arbli ta' qabel tmermru, allura għandna naraw li dawn l-istess arbli la darba jitpoġġew fil-post isirilhom ix-xogħol neċessarju.", "Dawn għandhom jiddendlu jew magħhom jeħlu l-wires neċessarji biex ikomplu jagħtu servizz tad-dawl lil kull wieħed minna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 24 ta' April, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QORTI - SLIEMA", "24724.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġunijiet il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiet liberata minn kull akkuża mressaq kontrih mill-pulizija (Sliema Occ,247) wara li tajjar anzjan u weġġgħu gravament nhar il-21 ta' Lulju ta' l-1999 f'High Street, Sliema.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif indubjament jaf l-eżekuttiv u l-ġudikatura, huwa kostituzzjonalment indipendenti - konsegwentament ma jispettax lil dan il-ministru li jispjega l- ġustifikazzjoni ta` sentenza tal-qorti.", "Il-ġustifikazzjoni għal kull sentenza jingħataw fis-sentenza stess, liema sentenzi huma pubblici.", "ĦUT MEJJET", "24734.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformana x'investigazzjoni saret mid-dipartiment tas-saħħa dwar ir-rapport li deher fil-ġurnal \"l-orizzont\" f'paġna 3, nhar il-Ġimgħa 23 ta' Marzu, dwar ħut mejjet taħt il-gaġġeġ tat-tonn, kif esebit b'filmati, mill-koperattiva nazzjonali tas-sajd?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24734, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kontroll fuq coastal waters huwa responsabilita` tal-ministru ta` l-ambjent, waqt li l-kontroll fuq trobbija tal-ħut huwa tal-ministru responsabbli mill-agrikoltura u sajd.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-ministri konċernati.", "AGRICULTURAL FOREMEN", "24735.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana fiex wasal il-proċess ta' l- applikazzjoni għall-agricultural foremen li ħareġ mid-dipartiment ta' l- agrikoltura f'Novembru ta' l-1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-bord ta' l-għażla bagħat il-konklużjonijiet tiegħu lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku u dawn qegħdin jiġu diskussi.", "PRODUZZJONI TAL-BASAL", "24736.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana x'ġara mill-pjani ta' l-esportazzjoni tal-basal għal din is-sena?", "Kemm ġie esportat basal fil-fatt u kemm kienet il-produzzjoni f'Għawdex u f'Malta separatament għal din il-produzzjoni?", "Kemm kien in-numru ta' bdiewa li kabbru dan il-basal għall-esportazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kif kien tħabbar xi xhur ilu, din is-sena qegħdin isiru provi fuq varjetajiet ġodda tal-basal bl-iskop li fil-futur tkun tista' terġa tibda l-esportazzjoni ta' dan il-prodott minn Malta.", "Naturalment parti minn dan il-programm jinkludi wkoll is-safar tal-prodott miksub minn dawn il-provi, liema provi qed isiru mill-privat.", "Madankollu, kif suppost jaf l-Onor.", "Interpellant, għadu ma wasalx żmien il- basal niexef.", "Infatti il-basal niexef issibu għall-ħabta tal-bidu ta' Ġunju.", "PATATA TAŻ-ŻRIEGĦ", "24737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti lid-dipartiment ta' l- agrikoltura dwar in-nuqqas tal-kwalita' tal-patata taż-żriegħ?", "X'miżuri ħa d-dipartiment u x'inhija s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat illi d- dipartiment ta' l-agrikoltura eżamina l-ilmenti kollha li kien irċieva mingħand il-bdiewa dwar il-patata taż-żriegħ.", "Ninforma l-Onor.", "Interpellant li fit-tliet każi li kien hemm, ir-riżultati xjentifiċi li saru kkonfermaw li l-ħsara rrapportata ma kenitx kawża taż- żerriegħa.", "Naturalment f'kull każ il-bidwi konċernat kien informat bir- riżultat u ngħata pariri adattati biex jevita aktar ħsarat.", "MELLIEĦA - DAR TA' L-ANZJANI", "24842.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana x'kienu r- raġunijiet li matul l-1999 u s-sena 2000 ma nbdewx ix-xogħlijiet fuq id-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa?", "Jista' ġentilment jara li x-xogħlijiet jibdew din is-sena ħalli l-anzjani tal-Mellieħa, Manikata u Mġarr ikollhom dar ta' l-anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Billi sa wara l-elezzjoni ta' l-1998 ma kienu għadhom saru l-ebda pjanti u permessi meħtieġa dwar id-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa, u fid-dawl ta' l-interess li dejjem qiegħed jikber tas- settur privat f'investimenti ġodda fil-qasam tal-anzjani, il-ministeru għall-politika soċjali flimkien mal-kunsill lokali tal-Mellieħa bdew jaraw kif seta' jingħata bidu għall-proġett li kien jinkludi l-bini tad-dar ta' l- anzjani bħala joint-venture mas-settur privat.", "Huwa maħsub li dan il- proġett, li għandu jinvolvi mhux biss l-area li fuqha kellha tinbena d-dar iżda area kbira ta' art li tmiss magħha, jinkorpora fih kemm l-aspett soċjali kif ukoll l-aspett kummerċjali u turistiku.", "Mill-aspett soċjali il- ħsieb huwa li minn barra dar ta' l-anzjani jkun hemm ukoll sheltered homes u day centre mhux għall-anzjani biss iżda wkoll għall-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "It-taħdidiet mal-planning authority diġa' nbdew u qegħdin fi stadju avanzat.", "Huwa ttamat li l-pjanti neċessarji u l-permessi meħtieġa għal dan il-proġett ikunu finalizzati fix-xhur li ġejjin.", "MARSA - AZZOPARDI STREET - DRENAĠĠ", "24843.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsiru xogħlijiet biex jissewwew il-ħsarat fir-residenza 88, Azzopardi Street, Marsa, ikkawżati mis-sistema tad-drenaġġ tal-gvern?", "Peress li l-anzjana in kwestjoni qed tgħix f'diffikultajiet kbar, jista' d- dipartiment jara li x-xogħlijiet meħtieġa jsiru immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħlijiet meħtieġa ser isiru immedjatament mid-dipartiment tad-drenaġġ.", "QORMI - INFESTAZZJONI TA' ĠRIEDEN", "24956.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment ta' l-ambjent se jieħu passi biex l-area li tinsab bejn it-toroq Ġuże Cardona u Ġorġ Zammit f'Ħal Qormi u li fiha qed jitwaddab skart bil-konsegwenza ta' infestazzjoni ta' ġrieden tiġi almenu magħluqa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "25000 (Seduta 530).", "SKOLA SPORT", "24957.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex tfal minn Ħal Qormi li jattendu skolasport m'għandhomx trasport organizzat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment taż-żgħażagħ u sport ma jipprovdix trasport għat-tfal li jattendu s-sessjonijiet ta' nhar ta' Sibt ta' skolasport.", "F'ċerti lokalitajiet dan is-servizz qiegħed jiġi pprovdut fuq inizjattiva tal-kunsill lokali.", "SKEJJEL - SANTA TEREŻA JUNIOR LYCEUM", "24958.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jieħu passi biex isiru arranġamenti aħjar tat-trasport għall-istudenti minn Ħal Qormi li jattendu l-junior lyceum ta' Santa Tereza li minħabba li jsiru vjaġġi qabel jaslu tard l-iskola u minħabba f'hekk hemm uħud li qed iħallsu van privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond l-uffiċjal inkarigat mit-trasport tat-tfal fl- uffiċċju tal-public transport association, irriżulta li karozzi minn Ħal Qormi għall-junior lyceum ta' l-Imrieħel jaslu l-iskola, rotta Farsina, fit-8.15a.m., rotta San Ġorġ fit-8.05a.m.", "Skond l-uffiċjal inkarigat mit-trasport ta' tfal fl-uffiċċju ta' l- unsheduled bus service, il-karozzi jaslu l-iskola, rotta Mdina Road fit- 7.45a.m., rotta Xibi fit-8.10a.m.", "Ma jidhirx li hemm għalfejn jinkrew vannijiet privati meta l-iskola tibda fit-8.30a.m.", "MDINA ROAD - TRAFFIC LIGHTS", "24959.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu stallati t-traffic lights f'Mdina Road, f'Manwel Dimech Street, Ħal Qormi, issa li l-proġett ta' Mdina Road jidher li wasal fil-fażi finali tiegħu, kif wara kollox l- Ministru stess kien stqarr f'mistoqsija parlamentari li kont ressaqt xhur ilu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol wasal fl-aħħar u t-traffic lights jitwaħħlu malli x-xogħol f'dan l-aħħar stadju jitlesta.", "COMPETENCY TEST", "24960.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "24620 dwar x'sar minn dawk li għamlu l-kors l-ETC, speċi ta' competency test, u kisbu ċ- ċertifikat bħala tradesman mal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi, konformi mal- provvedimenti tal-ftehim tal-klassi industrijali milħuq mill-gvern ma' l- unions fl-1994 u kif imħabbar miċ-Ċirkulari ta' l-MPO Nru B11 36/95 ta' l-4 ta' Awissu 1995, ingħatat l-opportunità lil dawn il-gradi biex jiksbu ċertifikat ta' kompetenza f'xi sengħa li jagħżlu.", "Iċ-ċirkolari kienet tgħid ċar li dan ma kienx ifisser li dawk li jġibu ċ-ċertifikat jidħlu awtomatikament fil-grad ta tradesman, iżda dan iċ-ċertifikat jagħmilhom eleġibbli biex japplikaw meta u jekk ikun hemm xi sejħa għal applikazzjoni.", "Dawk li ressqu applikazzjoni u ntagħżlu daħlu fil-klassi tat-tekniċi u komplew il-karriera tagħhom fl-istruttura tal-gradi tekniċi.", "QORMI - TRIQ L-IMDINA", "24961.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24618 dwar għaliex ix-xogħol fuq Triq Guże Duca u Triq l-Imdina f'Ħal Qormi waqaf u meta huwa ppjanat li jitlesta kompletament, jista' l-Ministru jwieġeb il- parti tal-mistoqsija fir-rigward ta' Triq l-Imdina peress li fit-tweġiba tiegħu ma ta l-ebda tagħrif?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellanta għar-risposta parlamentari nru.", "24618 li ovjament tkopri x-xogħol kollu fil-proġett li qed isir fil-lokalita`.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "24971.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni Għawdxin li daħlu mal-gvern jew korporazzjoni/aġenzija tal-gvern minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Jista' jgħid minn liema lokalita kienu ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.", "ETC - PALM READING", "24972.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux ser tkun introdotta xi tip ta' sistema ta' palm reading għal dawk li jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li skond il-business plan tagħha l- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ qiegħda tistudja l-possibbilita' li tintroduċi s-sistema ta' finger recognition għal dawk li jirreġistraw għax- xogħol kull ġimgħa.", "F'dan ir-rigward riċentement il-korporazzjoni għamlet sejħa lil dawk id-ditti li lesti jipprovdu sistema bħal din.", "Deċiżjoni finali għad trid tittieħed.", "BORMLA – TRIQ SANTA TEREŻA - PEDESTRIAN CROSSING", "24973.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li zebra crossing perikoluża tneħħiet minn Triq Santa Tereza, Bormla, jista' l-Ministru jikkunsidra li Ssir xi tip ta' pedestrian crossing f'post anqas perikoluż f'din l-istess triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infOrmat li l-pedestrian crossing fi Triq Santa Tereza ser titressaq aktar 'l isfel fl-istess triq biex b'hekk tkun ta' anqas periklu għal min jużaha.", "VALLETTA FC - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "24974.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li jidher li ngħatat, jew ser tingħata, għajnuna finanzjarja lill- Valletta FC sabiex il-ground tas-Salinos ikun miksi bit-turf, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi clubs oħra li ser tmisshom l-istess xorti?", "Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji talbiet simili minn clubs tal- football jistgħu jkunu milqugħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għajnuna li ngħatat lill-Valletta football club kienet skond ftehim li kien intlaħaq fl-1996 mal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura.", "Is-segretarjat parlamentari jirċievi diversi talbiet mingħand clubs tal- football.", "Dawn it-talbiet jiġu kkunsidrati fuq bażi individwali skond il- proġett li qiegħed jiġi propost, jekk hemmx permessi, il-ħteġijet tal- komunita` u d-dispożizzjoni tal-club jew kunsill lokali tar-raħal partikolari li jidħlu għal parti mill-ispejjeż.", "Dawn it-talbiet jiġu kkunsidrati wkoll fid-dawl tal-fondi disponibbli tad-dipartiment.", "Tajjeb inżid li ntlaħaq ftehim ma' diversi clubs għal din it-tip ta' għajnuna, fosthom Birkirkara, Lija/Balzan, Gudja, l-Isla, Vittoriosa, Gozo F.A. u Kalkara.", "AFM", "24975.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' apparat ta' salvataġġ suppost li jkollhom fuqhom il-laneċ tal-FAM?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-iskwadra marittima tal-forzi armati tħaddem tipi diversi ta' patrol boats u rescue launches li fuqhom jinġarr għallinqas l-apparat bażiku ta' salvataġġ li jidher hawn taħt:", "numru ta' life-jackets għal kull membru ta' l-ekwipaġġ u, jekk ikun il- każ, anke għall-passiġġiera;", "life rafts għall-membri ta' l-ekwipaġġ u passiġġieri f'każ ta' abbundun tal-patrol boat;", "numru ta' life-rings biex jintużaw f'każ ta' emerġenza li l-patrol boat tista' tiltaqa' magħha waqt xogħol ta' sorveljanza fuq il-baħar.", "Ir- rescue launches iġorru żewġ life-rafts għal dan it-tip ta' emerġenzi; fire extinguishers li jintużaw f'każ ta' ħruq fuq il-patrol boat jew biex tingħata għajnuna f'każi ta' inċidenti żgħar ta' ħruq fuq dgħajjes ta' terzi persuni;", "basic first aid kit għal korrimenti ħfief ħafna fuq il-baħar;", "pompa ta' l-ilma awżiljari biex tippompja jew tirregola d-dħul u l-ħruġ ta' l-ilma f'każ li l-pompi tal-patrol boat jew ta' dgħajjes/yachts oħrajn ma jkunux qegħdin jaħdmu kif suppost.", "VAT", "24991.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każi mill-1999 sal-lum fejn saru prosekuzzjonijiet legali kontra persuni taxxabbli għal irkupru tat-taxxa tal-VAT u tat-taxxa addizzjonali kif ipprovdut fil-liġi tal-VAT innifisha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-1 ta' Jannar 1999 sat-30 ta' Marzu 2001, id-dipartiment tal-VAT ipproċeda, permezz ta' ittri ġudizjarji għall-irkupru tat-taxxa tal-VAT kontra 687 persuni reġistrati.", "KUNTRABANDU", "24992.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każi b'kollox ta' kuntrabandu li nqabdu sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjoni li saret?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "INTERNAL AUDIT FUNCTION", "24993.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- internal audit function li issa qed taqa' taħt il-cabinet office fl- uffiċċju tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-re- engineering exercise dwar il-funzjoni ta' l-internal audit li kellu jitlesta sa tmiem l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, tlestiex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li r-re-engineering exercise dwar il-funzjoni ta' l-awditjar intern huwa sostanzjalment komplut.", "Jonqos biss irtokki finali biex jiżguraw li din il-funzjoni tant importanti għall- operat ta' gvernar trasparenti u effettiv, verament taħdem fuq sisien sodi, indipendenti u imparzjali.", "GENERAL INTERNAL AUDIT BOARD", "24994.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa il-general internal audit board minn kemm ilu li twaqqaf f'Awissu 2000?", "X'inhu il-compliment attwali ta' l- internal audit directorate?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li kemm ilu li twaqqaf il- General Internal Audit Board, dan iltaqa erba' darbiet.", "Il-complement u l-posizzjonijiet mimlijin tad-Direttorat ta' l-Awditjar Intern huma kif muri hawn taħt:", "Grad Nru ta' Postijiet Postijiet mimlija", "Direttur 1 1 Assistent Direttur 2 1 Manager Awditjar Intern 3 0 Awditur Intern Anzjan 8 0 Awditur Interni 8 7 Awdituri Interni Trainee 8 7 Skrivani 3 2", "Saret sejħa oħra mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għall-mili tal- vakanzi li hemm.", "Din is-sejħa għalqet fl-aħħar ta' Marzu 2001.", "INSPECTIONS", "24995.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm mill-inspections li saru mill-VAT Office kull xhar f'dawn l-aħħar sentejn kienu jinkludu uffiċini ta' accountants, periti, speċjalisti mediċi, avukati, nutara u estate agents?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-VAT Inspectors mill-ewwel ta' Jannar 1999 sa' l- aħħar ta' Marzu 2001 fil-kategoriji ta' negozji indikati kien kif ġej:", "|Kategoriji ta'|Numru ta' | |Negozju |Spezzjonijiet |", "| |Accountants |9 |", "| |Periti |15 |", "| |Servizzi |131 | |Mediċi | |", "| |Avukati |18 |", "| |Nutara |5 |", "| |Estate Agents |15 |", "|", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "25004.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 24718 li oriġinarjament kienet saret lil Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' jara li tiġi rranġata l-anomalija li qed isofru ħaddiema fil-yacht marina u l-port health office fejn, minkejja li jagħmlu l-istess xogħol, uħud minnhom għandhom grad ta' porter (health guard) filwaqt li oħrajn għandhom grad ta' timekeeper?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-salarju ta' l-impjegati fis-Servizz Pubbliku huwa relatat mal-grad tagħhom u mhux max-xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Hija ħaġa komuni fis-Servizz Pubbliku li mpjegati jagħmlu xogħol li mhux direttament relatat mal-grad li jkollhom.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-impjegati li għalihom qed jirreferi huma kollha fuq il-massimu ta' l- iskala tas-salarju tal-grad tagħhom.", "PROTEZZJONI ĊIVILI", "25009.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk kienx hemm xi laneċ jew dgħajjes tal-Protezzjoni Ċivili jaqdu dmirhom waqt ir-regatta tal-31 ta' Marzu 2001?", "X'tip ta' apparat ta' salvataġġ hemm fuq dan il-laneċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qatt ma saret talba sabiex laneċ jew dgħajjes tal- Protezzjoni Ċivili jkunu preżenti waqt ir-Regatta tal-31 ta` Marzu la ta` din is-sena u lanqas fis-snin ta` qabel.", "Il-laneċ li jintużaw mill-Protezzjoni Ċivili huma mgħammra b`apparat għal kontra n-nirien kif ukoll inkwinament tal-baħar.", "SPTAR SAN PAWL BOFFA", "25023.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kull tabib u speċjalista li jaħdmu fl-isptar San Pawl Boffa, ħadu ġranet leave u study leave separatament.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għad- domanda parlamentari numru 25023.", "RIKLAMI", "25024.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min ta permess biex jitpoġġew leaflets ta' riklami ta' mediċina fl-out patients tad-dermatoloġija", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija ma jkunx hemm reklami.", "Li jeżistu, huma 'Health Education Posters' u 'Patient Information Leaflets' fil-'Waiting Areas'.", "OUT PATIENTS DEPARTMENT", "25025.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid, kull persuna li taħdem fl-out patients department tal- ontoloġija u dermatoloġija fl-Isptar Sir Paul Boffa, kemm ħadu siegħat ta' temporary absence fis-sena 1999 u s-sena 2000 separatament", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għad- domanda parlamentari numru 25025.", "OUT PATIENTS DEPARTMENT", "25026.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kull persuna li taħdem fl-out patients department tal- ontoloġija u dermatoloġija fl-isptar Sir Paul Boffa kemm ħadu ġranet sick fis-sena 1999 u s-sena 2000 separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għad- domanda parlamentari numru 25026.", "GWARDJANI LOKALI", "25035.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum weġgħu gwardjani lokali waqt li kienu fuq xogħolhom għax xi ħadd ħabb għalihom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li sa` llum kien hemm hdax (11)-il incident fuq disa` (9) Gwardjani Lokali waqt li dawn kienu fuq ix-xoghol.", "F'kull kaz sar raport lill-Pulizija.", "GWARDJANI LOKALI", "25036.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm itellgħu jew se jittellgħu persuni il-Qorti talli ħallew jew insulentaw gwardjani lokali waqt li dawn kienu fuq xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 37 persuna li kontrihom ittieħdu proċeduri kriminali dwar ir-reati msemmija mill-Onorevoli Interpellant.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "25037.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa illum u kemm suppost huma il-full-employment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li n-numru ta' tobba (medical officers / general practitioners) li fil-preżent jaħdmu fiċ-Centru tas- Saħħa huwa 69.", "Fost dawn hemm ħamsa bir-reduced hours (50%) u tnejn bil- maternity leave.", "Ma' dawn hemm ukoll numu ta' part-timers li jaħdmu numru ta' sigħat varji (sa sittax-il siegħa fil-ġimgħa).", "Iżda dawn ma jidħlux għax-xogħol regolari u dejjem kif skedati u għalhekk is-sigħat maħduma jvarjaw minn ġimgħa għal ġimgħa.", "Fil-preżent hemm total ta' erbatax-il part timer.", "Il-full complement huwa ta' 95 tabib, li jiżdiedu għal 105 sabiex ikun jista' jibda' servizz ukoll miċ-Centru tas-Saħħa ta' B'Kara.", "KAĊĊA", "25038.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi emedata l-liġi dwar il-kaċċa biex l-eta minima ta' meta wieħed għandu jikkaċċja tiġi ta' 18-il sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24261 (Seduta 511).", "ARMI TAN-NAR", "25039.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm weġgħu nies kawza ta' arma tan-nar is-sena l-oħra?", "Kemm min dawn weġgħu waqt li kienu għall-kaċċa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 12- il persuna li sofrew feriti kawża ta` arma tan-nar.", "Minn dawn 5 kienu konnessi mal-kaċċa.", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "25040.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm weġgħu nies kawża ta inċidenti tat-traffiku s-sena l- oħra u din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 weġgħu 1,177 persuna f`inċidenti tat-traffiku, filwaqt illi matul is-sena 2001, sa Marzu, weġgħu 293 persuni.", "Dawn iċ-ċifri jinkludu inċidenti fatali.", "DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET", "25078.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern matul l-aħħar ħames snin sena b'sena, xahar b'xahar id-Dipartiment tal-Artijiet u l-Estate Management u għal xiex daħlu dawn il-flus u minn għand min?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant jinħtieġ ħafna ħin u ħafna riżorsi u ma jidhirlix li l-użu ta` dan il-ħin u riżorsi biex tinġabar din l- informazzjoni hu ġustifikat.", "Il-flus li jdaħħal id-Dipartiment ta` l- Artijiet f`isem il-Gvern huma kollha riżultat ta` kirjiet, ċnus, bejgħ, permessi, penali u ħwejjeġ oħra simili li jirrigwardaw il-proprjeta` tal- gvern.", "L-ammont globali li jiddaħħal kull sena huwa ppublikat fl-Estimi tal-Gvern.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "25082.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid min kienu fl-aħħar għaxar snin il-periti mpjegati tad- dipartiment ta' l-artijiet u l-estate management bid-dati rispettivi tal- appointment u meta ntemm is-servizz tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-periti mpjegati mid-Dipartiment ta` l-Artijiet bejn l-1991 u l-1997 kienu kif ġej:-", "Briffa Alfred mit-08.04.1986 sad-29.04.1992 (irriżenja)", "Caruana Montaldo mit-22.06.1981 sas-26.01.1994 (irtira bl-eta`)", "Sciberras John mill-01.08.1975 sal-31.03.1997", "Sutton Carmen mit-02.06.1994 sat-30.04.1995 (irriżenjat)", "Ix-xogħol tal-periti għadda f`idejn id-Dipartiment għat-Tmexxija tal- Proprjeta` f`Marzu 1997, meta dan id-dipartiment sar jifforma parti mit- Taqsima ta` l-Artijiet u Kostruzzjoni, illum magħrufa bħala Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.", "Minn dak iż-żmien sal-lum, il-periti mpjegati fid- Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` bejn l-1997 sas-sena 2001 kienu kif ġej:-", "Cilia Mario mill-01.03.1997 sal-31.08.2001 (irriżenja)", "Schembri Michael mill-01.08.2000 s`issa", "Sciberras John mill-01.04.1997 sat-23.10.1997 (assuma l-kariga ta` Direttur Ġenerali)", "Scotto Stefan mit-30.04.2000 s`issa", "CHEQUE TAL-MARD", "25113.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li ic-cheque tal-mard u l- arretrati ta' kopja pensjonanta li l-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "KWARANTINA", "25122.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fejn jinżammu kwarantina ż-żwiemel li jinġiebu minn barra?", "Kemm jinżammu f'numru ta' ġranet fil-kwarantina?", "Jista' jgħid jekk fil-każ ta' żwiemel jeżistiex paddock għalihom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żwiemel li jiġu minn barra dejjem jiġu spezzjonati u identifikati fil-Kwarantina ta' Zammit Dock.", "In-numru ta' ġranet li jinżammu ż-żwiemel jiddependi mill-pajjiż minn fejn ikunu ġew.", "Waqt li ż-żwiemel jinżammu fil-kwarantina, ma jkunux jistgħu jintelqu ġo paddock.", "PROBLEMA TA' 300 ĦADDIEM", "25123.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser tissolva l-problema li għandhom mat-300 ħaddiem li għażlu li jibqgħu mal-Gvern u ma baqgħux jaħdmu mal-Posta Ltd?", "Meta ser jiġu ntegrati fil-gradi taċ-ċivil mingħajr ma jitilfu s-snin li ilhom fis- servizz fil-postijiet preżenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat illi d-diskussjonijiet bejn il- Gvern u l-Unions dwar l-integrazzjoni fil-gradi tas-Servizz Pubbliku tal- ħaddiema tal-Posta li għażlu li jibqgħu mal-Gvern sejrin ikunu finalizzati f'qasir żmien.", "Is-snin ta' servizz li dawn l-impjegati għandhom mal-Gvern ma jintilifx.", "ENEMALTA - AKTAR DAWL FI TRIQ IL-MUNXAR, M'SCALA", "25124.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiżdied xi dawl fi Triq il-Munxar ġewwa M'Scala, l-aktar lejn in-naħa ta' Triq l-Aħdar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "KONTENITURI GĦAD-DISINFETTANT", "25131.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid (a) fuq l-ordni ta' min saru il-kontenituri għad- disinfettant ħdejn ir-rampi tal-vapur fl-Imġarr, Għawdex? (b) Taħt is- supervizjoni ta' min sar l-imsemmi xogħol? (c) Liema dipartiment/ korporazzjoni ser iħallsu għal imsemmi xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant illi l-kontenaturi jew disinfection pits għall-karozzi saru fuq talba tas-Servizzi Veterinarju.", "Dawn saru taħt is-superviżjoni tal-Maritime Authority u l-Gozo Channel.", "Il- Maritime Authority ser tħallas għal dan ix-xogħol.", "GOZO CHANNEL", "25132.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ispejjeż (fuel, pagi tal-crew etc) li kull vapur tal-kumpanija Gozo Channel irid f'kull ġimgħa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minħabba n-natura kummerċjali tal-kumpanija Gozo Channel ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-istess kumpanija li jingħataw id-dettalji mitluba.", "Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għall-Accounts tal-Kumpanija li huma ppubblikati u wkoll għat-tweġiba li tajt waqt is-Seduta numru 525 għall-mistoqsija numru 24914 fejn ingħatat informazzjoni dwar il-konsum ta' fuel tal-vapuri.", "OPERAZZJONI - FOREIGN BODY", "25137.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk pazjenta li kienet operata il-Ħamis, 29 ta' Marzu 2001 u l-Ġimgħa 30 ta' Marzu 2001 kellha terġa tiġi operata wara li tħalla foreign body ġo fiha xi ħin ta' qabel?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Filwaqt li nikkonferma dan l-inċident, ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Amministrazzjoni ta` l-Isptar San Luqa, dakinhar stess ta` l-inċident ħadet il-passi neċessarji sabiex issir inkjesta.", "WATER SERVICES CORPORATION", "25140.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tal-Water Services Corporation jaraw il- main tas-sinjura li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament min din il-mistoqsija li qiegħed jikkawżalha ħafna problemi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "ENEMALTA - DAWL TAT-TRIQ", "25141.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24785 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jara li t-tliet bozoz li hemm fi Triq Fr Charles Plater, Raħal Ġdid u li ilhom maqtugħa għal dawn l-aħħar ġimgħat jiġu rranġati mill-aktar fis?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "L-AREA TAL-MILLIERI", "25167.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Għar-rigward l-area tal-Millieri b'mod partikulari fuq in-Niġem, Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħati tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22598?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Koporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma ħarġet kuntratt għat-tqegħid ta' mejnijiet ġodda b'tul ta' madwar tlitt kilometri f'Ħal Għaxaq.", "Dan il-proġett mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.", "F'dan il-proġett hemm inkluża z-zona magħrufa bħala \"tal- Millieri\".", "STUDENTI LI JINĦTIEĠU ATTENZJONI SPEĊJALI", "25168.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inizjattiva sabiex studenti li jinħtieġu attenzjoni speċjali jiġu ntrodotti għall-lezzjonijiet min għalliema speċifiċi, għadhiex fis-seħħ?", "Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji qegħdin jiġu mgħażula l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-mistoqsija tidher li qed tagħmel referenza għal-Complementary Education.", "Informat li għad hemm għalliema tal-Complementary Education, anzi n-numru tagħhom żdied.", "Dawn jagħtu għajnuna lil dawk it-tfal li jibdew juru li se jaqgħu lura u jaħdmu l-aktar mat-tfal tat-tieni sena tal-Primarja.", "L-istudenti jiġu identifikati mill-għalliema tagħhom stess.", "Dawn l- għalliema jagħmlu assessjar formattiv fuq ix-xogħol ta' l-istudenti għal dik is-sena u jikkonsultaw ukoll mal-Kap ta' l-Iskola.", "DRENAĠĠ", "25169.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenti ta' Triq Patri Girgor Grima, Ħal Għaxaq, ser jibdew jibbenefikaw minn sistema tad-drenaġġ bħal kumplament ta' Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li peress li din it-triq flimkien ma' toroq oħra jinsabu f'livell iżjed baxx mis-sistema eżistenti tad-drenaġġ, ġie ddisinjat scheme li bih huwa maħsub li jitqabbdu t-toroq kollha ta' l-akwata.", "Biex dan l-scheme jiġi implimentat, jeħtieġ l-ewwel li jiġi ppubblikat easement bin-numru WD 221/97/1 li ntbagħat lid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Dan l-easement li jrid jgħaddi minn raba li jinħadem, huwa twil madwar 560 metru għall-istess bypass ta' Ħal Għaxaq.", "Kif dan l- easement jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, jibdew il-proċeduri biex jinħarġu tenders, kemm għall-mains tat-toroq, kif ukoll għal dan il- collector main.", "L-istima għal dan ix-xogħol tiswa 'l fuq minn mitt elf lira.", "Minħabba l-ispiża qawwija biex isir dan ix-xogħol u minħabba prioritajiet oħra, dan ix-xogħol sejjer isir f'fażijiet għax kif wieħed jista' jara l- istima tlaħħaq madwar wieħed minn tmienja ta' l-istima kurrenti tal-vot kollu għall-estensjonijiet tad-drenaġġ madwar Malta.", "Huwa diffiċli li wieħed jintrabat b'dati eżatti meta dan ix-xogħol se jiġi implimentat.", "DRENAĠĠ", "25170.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi installata l-pompa tad-drenaġġ fi Triq Settembrina, Ħal Għaxaq u dan wara li dik li kellha tiġi nstallata ġiet mibgħuta banda oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi m'hemm ebda problema fil-pompi ta' Għaxaq Pumping Station.", "Ħadd mill-ħaddiema fil-workshop m'huwa infurmat illi pompa li kellha titwaħħal fi ħdan l-istazzjon ġiet installata band'oħra.", "DRENAĠĠ", "25171.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jibqalhom jistennew s-sistema tad-drenaġġ, ir- residenti ta' Triq l-Isparvier, Ħal Għaxaq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25169 ta' din is- seduta."]} {"filename": "20010730_595d_par.doc", "date": "2001-07-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 595 It-Tnejn, 30 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 595", "It-Tnejn, 30 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "595", "It-Tnejn, 30 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 501", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 501", "MOZZJONIJIET", "ABOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (L-EWWEL QARI) 506", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "(L-EWWEL QARI) 506", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI DWAR L-ILSIEN MALTI (L-EWWEL QARI) 507", "MOZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2001 (L-EWWEL QARI) 507", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA T'ART, BINI U DRITT TA' IRMIĠĠ", "F'PINTO WHARF FIL-PORT IL-KBIR LIL VISET p.l.c.", "508", "AĠĠORNAMENT 528", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 533", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 594 li saret fis-27 ta' Lulju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GPS – SAFAR UFFIĊJALI", "27145.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jagħti rendikont tas-safar kollu li sar matul is-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 minn impjegati tal-government pharmaceutical services?", "Minn min sar dan is-safar u għal liema skop?", "Minn liema sorsi ġew il-fondi għal dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jaf il-Ministru li l-lista ta' pazjenti li qed jistennew biex imorru fid-dipartiment ta' l-ortopedija waslet sa l-aħħar tas-sena?", "Jista' jieħu l-miżuri biex jivverifika jekk f'din il-lista hemmx ismijiet fittizji?", "F'każ li dan ma jirriżultax, beħsiebu jagħmel xi ħaġa biex dawn il-pazjenti ma jdumux jistennew daqstant?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li l-lista ta' dawk li qed jistennew biex jattendu fis-sezzjoni ta' l-ortopedija kif ukoll ta' l-oftalmija f'San Luqa hija itwal milli mixtieq.", "Pero' ta' min jgħid li anke fis-settur privat, il-lista ta' pazjenti f'dan is-settur hija twila u nista' ngħid li huwa aktar faċli li tingħata appuntament għall-ewwel darba bħala non-urgent fid-dipartiment ta' l-oftalmija f'St Luke's milli fil-privat.", "Sfortunatament il-backlog għadu jeżisti, dovut għall-fatt li l- popolazzjoni qiegħda dejjem tikber u allura n-numru ta' dawk li jirrikorru għal dan it-tip ta' trattament qiegħed jikber ukoll.", "Barra minn hekk, jista' jagħti l-każ li dawk il-persuni li kienu għamlu operazzjoni ta' hip jew knee replacement, ikun waslilhom iż-żmien li jingħataw trattament għat- tieni darba.", "Fil-fatt biex inżommu mat-techniques ġodda li qiegħda toffri l-mediċina, ftit tal-jiem ilu stedinna konsulent barrani biex jagħmel operazzjoni fuq pazjent li diġa' saritlu din it-tip ta' operazzjoni.", "Sfortunatament, għalkemm saru ħafna sforzi min-naħa tagħna, dan il-pazjent irrifjuta li jagħmel l-operazzjoni.", "Irrid ngħid li żidna n-numru ta' konsulenti fl-ortopedija u qed nippruvaw insibu aktar ħin fejn inkunu nistgħu nużaw aktar it-teatri.", "Il- limitazzjonijiet li għandna sal-lum ma jħalluniex nagħmlu sezzjonijiet wara nofsinhar jew li niddistingwu bejn cold surgery and otherwise.", "Ċertament l-istampa hi kkomplikata ħafna aktar milli wieħed jaħseb pero', kif għedt, qegħdin nagħmlu sforz qawwi biex inkunu nistgħu nlaħħqu mad-domanda li għandna.", "Fil-fatt din il-problema ma teżistix biss f'pajjiżna.", "Tant hu hekk li pajjiżi Nordiċi li jiftaħru li għandhom l-aktar sistemi sofistikati, għandhom waiting list ta' madwar sitt xhur fl-ortopedija.", "Jien qatt ma kelli rapporti li fil-waiting list jista' ikun hemm ismijiet ta' persuni li huma fittizji, imma ladarba l-Onor. kollega ġibidli l- attenzjoni għal dan il-fatt inwiegħdu li se niċċekkja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Issemmiet il-possibbilta' li l-operating theatre jintuża wara nofsinhar jew f'ħinijet fejn l-anqas hemm domanda għalih.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi tama li din il-proposta tiġi attwata?", "Jien nifhem li jista' ikun hemm reżistenza minn diversi partijiet, pero' nemmen li jekk nagħmlu hekk inkunu qed innaqqsu mill- waiting list f'każi ta' cold surgery fl-ortopedija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hemmx dubju li jekk isiru sessions wara nofsinhar inkunu nistgħu nnaqqsu mil-lista twila li għandna fl-ortopedija.", "Pero' imbagħad ma rridux ninsew li jekk jiġri hekk xorta waħda se niltaqgħu ma' diffikultajiet oħra, fosthom nuqqas ta' operating staff.", "Għalhekk l-aħjar ħaġa li nagħmlu hi li nimbarkaw fuq sensiela ta' diskussjonijiet mal- persuni konċernati, primarjament mal-unions tat-tobba, tan-nurses u tal- paramediċi u naraw kif l-aħjar li naslu għal dan il-għan.", "Fl-isptar il-ġdid se jkollna l-faċilita' li nużaw numru akbar ta' teatri milli qegħdin nużaw fil-preżent; u allura qed nieħdu l-miżuri biex ikollna aktar nurses kwalifikati u speċjalizzati, b'mod speċjali dawk li jaħdmu fit- teatri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ċertament ir-rimarka li għamilt biex tiġi vverifikata l-lista ta' pazjenti m'għamilthiex b'mod leġġer.", "Nista' ngħid li f'dipartiment li mhux se nsemmi liema wieħed hu, kienet għaddejja nkjesta minħabba l-fatt li nstabu provi li numru sostanzjali ta' ismijiet imniżżlin fil-lista ta' l-pazjenti kienu ta' persuni ineżistenti.", "Il-Ministru jikkonfermah dan?", "Jista' jgħid jekk saritx l-istess tip ta' verifika fid- dipartimenti l-oħra ta' St Luke's?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li fost dawk fil-lista ta' persuni li kellhom appuntament biex jarahom konsulent speċifiku fil-kirurġija, kien hemm min diġa' kien ilu li ġie operat.", "Jidher li teżisti sistema fejn xi ħadd jinqeda b'xi viżta privata biex jaqbeż il-waiting list ta' l-isptar.", "Illum dawn il-listi huma komputerizzati, biċ-checking isir kemm fuq dawk il-pazjenti li diġa' ikunu għamlu l-operazzjoni kif ukoll fuq dawk li jkollhom appuntament fl-out-patients department.", "Jiena m'għandi xejn kontra li konsulent juża l-faċilitajiet ta' l-isptar biex jara lil dawk il-pazjenti li jmorru għandu privatament, basta dan ma jsirx waqt il-ħin li fih suppost ikun qed jagħti servizz lill-pazjenti tagħna.", "Normalment dawn il-pazjenti jkunu jistgħu jkellmu lill-konsulent bejn is-7.00 a.m. u t-8.00 a.m., jiġifieri qabel il-ħin normali tal- pazjenti l-oħra.", "Jien onestament ma nara xejn ħażin li jsir hekk għax finalment dawn xorta waħda jispiċċaw jiġu investigati fl-out-patients department.", "Jiġifieri wieħed irid ikun daqsxejn saqajh ma' l-art.", "Biss nivverifika dwar dak li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "TAL-QROQQ – OVERFLOW TAD-DRENAĠĠ", "27662.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Michael Asciak) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jindaga għaliex Skanska għadhom ma ħadux passi biex iwaqqfu l-overflow tad-drenaġġ li qed imur fl-irziezet viċini u jikkontaminalhom l-ilma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li din il-problema llum ġiet riżolta.", "SAĦĦA – NEFQA F'MEDICAL EQUIPMENT", "27666.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'medical equipment għall-użu tad-dipartiment tas-saħħa bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li s-somma li tħallset mid- dipartiment fuq xiri ta` medical equipment għall-użu tad-dipartiment tas- saħħa bejn Jannar u l-aħħar ta` Ġunju ta` din is-sena kienet ta` Lm2,691,986.", "FISHERIES – TAĦRIĠ TA' PERSONNEL", "27750.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' uffiċjali, tekniċi jew ħaddiema li tħarrġu fil-qasam tar-riżorsi ta' l-art u l-baħar sabiex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom matul l-1999, l- 2000 u l-2001?", "Fejn tħarrġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw?", "Kemm minn dan it- taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-rapporti annwali tad-dipartiment għal dak li huwa taħriġ li pparteċipaw fih uffiċjali tad-dipartiment barra minn Malta.", "Infakkru li fi ħdan id-dipartiment inbeda kors bit-titlu ta' higher national diploma in fisheries studies li għalih ipparteċipaw tmien studenti.", "L-għan aħħari hu li meta dawn l-istudenti jispiċċaw il-kors is- sena d-dieħla, jkunu jistgħu jiġu mpjegati bħala fisheries officers.", "MICRO-PROPAGATION – TAĦRIĠ TA' PERSONNEL", "27751.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' uffiċjali, tekniċi u ħaddiema li tħarrġu fil-qasam tal-micro- propagation sabiex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom matul l-1999, l-2000 u l- 2001?", "Fejn tħarrġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw?", "Kemm minn dan it-taħriġ sar barra minn xtutna u fejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-uffiċjali, tekniċi jew ħaddiema li ġew imħarrġa biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom fil-qasam tal-micro-propagation kienu erbgħa fl-1999, ħamsa fl-2000 u tlieta fl-2001.", "Dan it-taħriġ sar fl-Italja u kellu x'jaqsam ma' tkattir ta' l-pjanti bit- teknika ta' in vitro, kultura diversa ta' in vitro fuq diversi pjanti, akklimatizazzjoni ta' pjanti fis-serer, kultura ta' pjanti fis-serer, disinn ta' laboratorji, apparat meħtieġ għal-laboratorji, riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u dianjosi ta' mard virali fuq il-pjanti.", "ŻABBAR: TAX-XOQQA – STREET-LIGHTING", "27787.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA (f'isem l-Onor.", "Francis Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex isir street-lighting fi triq l/o Tax-Xaqqa, Zabbar peress li m'hijiex imdawla biżżejjed?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. Interpellant għaddejniha lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "MCAST – KORSIJIET POST-SEKONDARJI", "27807.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk l- istudenti li jinsabu f'kors post-sekondarju f'xi waħda minn dawk l- istituzzjonijiet li se jifformaw parti mill-iMCAST u kif se jkomplu l-kors preżenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li kull kors post-sekondarju mibdi f'xi waħda mill-istituzzjonijiet li se jifformaw parti mill-iMCAST, se jitkompla bl-istess kondizzjonijiet li daħlu għalihom l-istudenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar id- deċiżjoni li ħa s-senat ta' l-universita', u cioe' li ma jħallix li l- lingwa Maltija tkun waħda mir-rekwiżiti fil-kors tal-liġi għalkemm nifhem li l-gvern m'għandux il-poter li din id-deċiżjoni jibdilha?", "Ma jaħsibx li l-proposta li titneħħa l-lingwa Ingliża donnha saret biex tpatti għal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, f'pajjiżna għandna l-attitudni li meta xi ħadd jesprimi ruħu jew jagħti xi idea dwar xi ħaġa, nikkonkludu li se nimxu ma' dak is-suġġeriment.", "Irrid nagħmilha ċara li assolutament ma ġiet varata l-ebda proposta minn xi awtorita' biex fl-universita` titneħħa l-lingwa Ingliża.", "Wara li saret talba pjuttost ġenerali - anke minni stess – biex il-livell avvanzat fil-lingwa Maltija ma jitneħħiex mill-kors tal-liġi wara li l- istudent ikun kiseb il-B.A. fil-legal and humanistic studies u jkun ikkwalifika biex jipproċedi għad-dottorat fil-liġi, is-senat qabel li jitlob lill-fakulta` tal-liġi biex din tirrikonsidra l-pożizzjoni tagħha.", "Il-fatt hu li llum il-proċedura biex wieħed isir avukat hija differenti minn kif kienet numru ta' snin ilu.", "Qabel il-proċedura biex wieħed jieħu dottorat fil-liġi kienet li l-ewwel irid jagħmel kors ta' baċellerat fl-arti fit-taqsima tal-legal and humanistic studies u mbagħad irid iġib medja ta' marki fi grad \"C\" fil-B.A. legal and humanistic studies.", "Illum l-proċedura nbidlet u biex wieħed iġib il-B.A. fil-legal and humanistic studies irid l-ewwel ikollu l-Malti fil- livell ordinarju u f'każ li jkun irid jipproċedi għad-dottorat fil-liġi, irid ikollu wkoll il-Malti fil-livell avanzat.", "Kienu ħafna dawk il-persuni – fosthom il-ministru tal-ġustizzja, membri ta' l-oppożizzjoni u nies barra minn din il-Kamra u anke jien - li esprimew l- opinjoni tagħhom li l-kors tal-liġi m'għandux jisvesti ruħu minn preparazzjoni mill-aktar tajba fl-ilsien Malti.", "Għal dan il-għan din il- materja qed tiġi kkonsidrata mill-bord tal-fakulta` tal-liġi u wara terġa' tmur quddiem is-senat ta' l-universita' għax fl-aħħar mill-aħħar huwa s- senat li jrid jiddeċiedi dwar din il-materja.", "Illum il-kabinett iddiskuta proposti biex l-ilsien Malti jkun jista' jiġi promoss u mħares aktar u anke biex ikollna strutturi li jsegwu l-iżvilupp, ħalli nassiguraw li l-ilsien Malti jiġi msaħħaħ fid-dawl tal-politika ġenerali li nimxu biha bis-sistema taż-żewġ lingwi, jiġifieri Malti u Ingliż.", "Fil-fatt lanqas dawk l-għaqdiet li huma l-aktar favur il-Malti ma jemmnu li għandna mmexxu l-lingwa Maltija u ninjoraw il-lingwa uffiċjali l- oħra, jew li noħolqu xi forma ta' kontrapożizzjoni bejn iż-żewġ lingwi.", "Fi ħdan l-universita' bdiet ukoll diskussjoni biex ikun hemm riflessjoni aktar dwar x'language policy għandha ssegwi l-universita' – naħseb li l- kontroversja li nqalgħet dwar il-livell avanzat tal-Malti kellha x'taqsam ma' dan – peress li mhux l-ewwel darba li saru lmenti li studenti jbatu biex jikkomunikaw kemm verbalment kif ukoll bil-kitba, bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.", "Din id-defiċjenza tista' taffettwalhom il-performance anke meta jsibu posthom fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-fatt qed isiru diskussjonijiet biex naraw x'miżuri jridu jieħdu l- istituzzjonijiet edukattivi, fosthom l-universita', biex ċittadin jitla' aktar b'saħħtu meta jiġi biex jikteb, jaqra u jikkomunika b'dawn iż-żewġ lingwi.", "Din hija xi ħaġa li lkoll kemm aħna rridu nissiltu għaliha, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: X'raġunijiet ġabet il-fakulta' tal-liġi biex il- Malti fil-livell avanzat ma jibqax rekwiżit?", "X'passi qiegħed jikkonsidra li jieħu l-gvern biex jekk Allaħares qatt is-senat jibqa' ma jbiddilx fehemtu dwar ir-rekwiżit tal-Malti, il-policy tiġi in line ma' dak li ġie diskuss fil-kabinett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Saru diskussjonijiet f'dan ir-rigward u l-fakulta' tal-liġi resqet id-deċiżjonijiet tagħha biex tassigura li dawk li jikkwalifikaw għall-kors ta' dottorat fil-liġi, ikollhom orjentament ħafna aktar wiesa' milli kellhom l-avukati sal-lum.", "Għal ħafna snin il-fakulta' tal-liġi edukat, istruwiet u ħarrġet studenti li prattikament kienu jispiċċaw jaħdmu bħala avukati fil-qrati.", "Dak iż-żmien biex wieħed seta' jidħol fl-universita' ried ikollu l-matrikola fil-Malti.", "Kultant ninsew li fil-livell ta' l-eżamijiet seħħet riforma, dik tas- sistema tal-Matsec.", "Biex qabel kont tidħol l-universita` kien irid ikollok tliet suġġetti fil-livell avanzat.", "Din illum spiċċat u issa biex tidħol fl- universita' huwa meħtieġ li l-ewwel ikollok iċ-ċertifikat tal-Matsec, fejn trid tikseb riżultati pożittivi f'żewġ suġġetti fil-livell avanzat, fi tliet suġġetti fl-intermediate u fis-suġġett tas-sistema ta' l-għerf, imbagħad trid iġġib kwalifiki speċifiċi għall-kors partikolari li trid issegwi skond il-kors li tkun għażilt.", "Sal-lum il-fakulta' tal-liġi mxiet bis-sistema li wieħed mill-kwalifiki speċifiċi jrid ikun il-Malti fil-livell avanzat.", "Pero' meta mbagħad rat li minn dawk l-istudenti li spiċċaw il-kors tal-liġi kien qed ikun hemm domanda għal avukati speċjalizzati f'liġijiet finanzjarji, liġijiet u sistemi ta' l-informatika, sistemi ta' liġijiet marittimi u sistemi ta' ċerti oqsma kummerċjali li huma ta' natura speċjalizzata u kemm studenti spiċċaw jaħdmu ta' avukati fil-qrati, il-fakulta' bdiet tirrealizza li kien hemm ċerti defiċjenzi fil-preparazzjoni bażika ta' dawk l-avukati li kienu qed jidħlu għal ċertu xogħol minħabba d-domanda fis-suq.", "Għalhekk il- fakulta' iddeċidiet li ċerta preparazzjoni għandha tiġi speċjalizzata u bdiet taħseb li jkun aħjar jekk taċċetta l-livell avanzat fit-teknoloġija ta' l-informatika jew il-livell avanzat fil-business studies u fl-ekonomija minflok il-livell avanzat fil-Malti, bil-ħsieb li dan kien se jkun aktar ta' ġid.", "Jekk wieħed iħares lejn il-kwestjoni minn din l-ottika dejqa, ma jsibx diffikulta' li jaqbel mal-fakulta' tal-liġi.", "Pero' ġara li la s-senat u lanqas il-fakulta' ma kkonsidraw biżżejjed l-impatt li dan jista' ikollu fuq l-andament ġenerali tal-lingwa Maltija.", "Issa rridu ngħidu li lħaqna kontroversja dwar dak li ġara fil-fakulta' tal-liġi.", "U dan kollu jqanqal il-mistoqsija dwar x'għandha tkun il-pożizzjoni tal-lingwa Maltija fir- rigward ta' ċittadini Maltin li jagħmlu korsijiet fl-universita'.", "U dik hija d-diskussjoni li nbdiet u nispera li tkompli b'mod kostruttiv u b'eżitu pożittiv.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "LEO BRINCAT (President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi): Mr Speaker, nippreżenta l-Minuti konfermati tal-laqgħat tal- kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi numru 60 sa 64 li saru bejn il-21 ta' Marzu u t-13 ta' Ġunju 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Louis Galea.", "MOZZJONIJIET", "ABOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "ONOR LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-2001 dwar il-Patrimonju Kulturali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-2001 dwar il-Patrimonju Kulturali\", ikun moqri l-ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-Mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqrri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "ONOR LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-2001 dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-2001 dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l- Arti\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-Mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI DWAR L-ILSIEN MALTI", "ONOR LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-2001 dwar il-Kunsill Nazzjonali dwar l-Ilsien Malti\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda.", "ONOR MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-2001 dwar il-Kunsill Nazzjonali dwar l-Ilsien Malti\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MOZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2001", "ONOR LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi:", "\"Wara li l-kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-Kamra ra l-ombudsplan ippreżentat mill-Ombudsman għas-sena 2001 li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta tat-18 ta' Settembru 2000;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsman personalment fuq il-kummenti kollha li sarulu fil-laqgħa ta' l-istess kumitat li saret fl-4 ta' Lulju 2001;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet ċirkolata lill-Onor.", "Membri tal-Kamra tad-Deputati; u", "Wara r-rakkmandazzjoni li saret mill-kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-Kamra;", "Il-Kamra tad-Deputati tapprova l-ombudsplan kif ippreżentat.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR GEORGE VELLA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Naħseb li hawnhekk qed naqblu li r-rimarki kollha li kellna nagħmlu ż-żewġ naħat tal-Kamra diġa' għamilnihom.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-approvazzjoni ta' l-ombudsplan għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA T'ART, BINI U DRITT TA' IRMIĠĠ F'PINTO WHARF FIL-PORT IL-KBIR LIL VISET p.l.c.", "(Ikompli mis-27 ta' Lulju, 2001)", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Illum qegħdin inkomplu d-diskussjoni dwar l-art li se tingħata għall-proġett tal-cruiseliner terminal.", "Kif jaf kulħadd, qabel ma wieħed jiddiskuti xi mozzjoni ta' dan it-tip fil-parlament hemm il- proċedura li l-ewwel immorru quddiem kumitat tal-Kamra biex hemmhekk jiġi diskuss il-kuntratt u dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-għoti ta' art.", "Jekk hemmhekk ma jkunx hemm qbil unanimu, id-diskussjoni tkun trid issir mill-ġdid f'din il-Kamra u fil-fatt hekk ġara.", "L-oppożizzjoni għamlet hekk mhux b'kapriċċ imma għaliex jidher biċ-ċar li l- interess taċ-ċittadin u l-interess tal-pajjiż mhuwiex jitħares.", "Qed ngħid dan għax huwa fl-interess taċ-ċittadin u ta' pajjiżna li titħallas it-taxxa tal-boll, pero' f'dan il-każ din mhux se titħallas għax m'hemm l-ebda talba għal hekk.", "Aspett ieħor li wieħed irid joqgħod attent għalih f'dan il-proġett hu li ma jkunx hemm spekulazzjoni.", "Fil-fatt hemm lok fejn wieħed jista' jispekula, pero' għalissa ma rrid ngħid xejn għax s'issa għadu ma seħħ xejn.", "Imma mill-esperjenza li ħadt fil-proġett tal-Kottonera jidher li hemm ukoll dan iċ-ċans ta' spekulazzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li qabel dan il-proġett jiġi approvat, l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tiddiskutih fid-dettall ħalli tara jekk l-iżvilupp li se jsir hux se jkollu xi mpatt negattiv ambjentali.", "Bħala kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar il-qasam ta' l-ambjent, jien dħalt f'dan il-proċess kollu fejn għandu x'jaqsam ma' dan il-proġett u ċċekkjajt ukoll l-affarijiet kif inhuma fir-rigward tad-dipartiment ta' l- artijiet.", "Iddiskutejt dan il-proġett ukoll fi ħdan l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Hemmhekk mhux sempliċement tajt l-input tiegħi biex niddiskuti u nitkellem, imma kont strumentali wkoll biex dan il-proġett jiġi approvat.", "Fil-fatt meta ġejna għall-votazzjoni, jien ivvotajt favur għaliex bħala żvilupp huwa fl-interess ta' pajjiżna li dan isir.", "Safejn naf jien u safejn stajt nara kien imħares kull aspett, għalkemm nispera li 'l quddiem ma jkunx hemm xi effett negattiv fuq l-ambjent u fuq l-iżvilupp inġenerali.", "Irrid ngħid ukoll li l-viċi prim ministru kien irrapportat li qal skond il- gazzetta ''in-nazzjon'' tat-tnejn, 23 ta' Lulju:", "\"Huwa b'dispjaċir li wara kważi tliet snin tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern, l-oppożizzjoni Laburista kompliet tagħti sinjali li ma tridx tgħin lill-gvern fil-ħidma tiegħu biex iġib il-pajjiż 'il quddiem, anzi taġixxi biex il-pajjiż imur lura.\"", "L-Onor.", "Gonzi jingħad li qal ukoll li r-rappreżentant tal-Partit Laburista fl-awtorita' ta' l-ippjanar – kien qed jgħid għalija - fl-aħħar tliet snin oġġezzjona għal kull proġett kbir li ġie diskuss.", "Hawnhekk diġa' bdejt inġiblu l-provi li hu giddieb għax fuq dan il-proġett jien ivvotajt favur fl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Barra minn dan kien hemm proġetti oħra li jiena vvotajt favurihom.", "Kien hemm ukoll każi fejn ma vvotajtx jew tlabt emenda u dan għamiltu għax jien ma rridx li f'dan il-pajjiż ikun hawn il- korruzzjoni u l-ħmieġ.", "Kien hemm l-approvazzjoni ta' permessi li jiena vvotajt kontrihom li mbagħad wara ħareġ fil-beraħ li kien hemm il-ħmieġ.", "Dan ifisser li l-ħmieġ kien qed isir bil-barka tal-gvern Nazzjonalista, permezz tas-segretarju parlamentari u permezz tal-viċi prim ministru.", "Jien nista' nikkwota mid-dokumenti biex nuri kemm nagħmel l-affarijiet tiegħi b'responsabbilta' u li fejn jidħlu proġetti ta' interess nazzjonali, jien nagħti sehmi kif għandi nagħti.", "Nista' nibda billi nsemmi l-proġett tal- Kottonera, li kien jitlob li jinħarġu ħafna permessi.", "Nista' ngħid li fil-maġġoranza assoluta tal-permessi jien vvotajt favur u dan juri biċ-ċar li jien ridt li jsir il-proġett tal-Kottonera.", "Li kieku ridt stajt inwaqqaf il-proċess kollu għax ma mxewx mal-liġijiet u minħabba li ma ppreżentawx traffic impact assessment.", "Dan m'għamiltux għaliex ma ridtx inwaqqaf il-proġett tal-Kottonera.", "Kulħadd jaf li jien dejjem u kullimkien ninsisti biex l-affarijiet isiru sew u kien għalhekk li għamilt diversi emendi, bħall-emenda biex il-faċċata ta' ċertu bini ma ssirx kif kien ippjanat li ssir għax ma taqbilx mal-bini storiku li hemm.", "Minkejja li din l-emenda m'għaddietx meta ġejna għas-si u n-no jien ivvotajt favur.", "Illum ħafna għaqdiet tawni raġun li hemmhekk saret ħniżrija.", "Din l-Art Ħelwa u NGOs oħra tawni raġun.", "Anki min hu storiku tkellem u kiteb kif qiegħed ngħid proprju jien.", "Per eżempju, jiena pproponejt li l-pompa tal-petrol u tad-diesel ġewwa l- Isla ma ssirx u ressaqt emenda f'dan is-sens.", "Għedt ukoll li bil-mod kif ġie ddisinjat, il-bridge ma jintegrax mal-bini storiku li hemm hemmhekk.", "Ingħatajt risposta li dan il-bridge hemm bżonn isir kif inhu ppjanat għaliex se jorbot il-modern ma' l-antik.", "Jien għedtilhom li iktar ireġi li ma tagħmilx bridge milli tagħmel dak it-tip ta' bridge.", "Illum għadda daqsxejn taż-żmien u r-riżultat hu li l-bridge mhux se jsir.", "Dan juri li jiena mhux talli ridt li jsir il-proġett imma li dik il-kritika li kont għamilt kienet ġustifikata.", "Dan għamiltu fl-interess ta' pajjiżi, kif kien ikun fl-interess ta' pajjiżna li ssir riċerka, isir studju u ssir analisi ta' dawk l-affarijiet li hemm eżistenti qabel ma jibda t-twaqqigħ.", "Dan ma sarx bir-riżultat li issa tlifna ċertu bini ta' ċerta storja ta' żmien il- Kavallieri.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, mhux billi jgħidu li dawk l-imħażen kienu dilapidati għax dan m'hu veru xejn.", "Naf għaliex meta kont ministru dawk kienu f'idejn il- Maltacom, imbagħad konna għaddejnihom lill-protezzjoni ċivili u kienet tkun xi ħaġa tad-daħk li l-protezzjoni ċivili tidħol ġo post dilapidat.", "Dik kummiedja, dik gimmick biex dan il-bini storiku jaqa' ħalli jitla' bini ieħor u jitilgħu blokki ta' appartamenti.", "Jien f'din il-kwestjoni vvotajt kontra għaliex ma jreġix u ma jistax ikun li mas-swar jinbnew l- appartamenti.", "Illum qed ningħata raġun u kulħadd jitkellem fuq il- ħniżrijiet li qed isiru hemmhekk, mhux jien biss imma anki l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Id-direttorat kiteb lill-bord fejn qallu li l-affarijiet jidhru li mhux sejrin bis-serjeta' u li kulma jidher li hemm hi spekulazzjoni.", "Jien irrid li jsir l-iżvilupp, pero' imbagħad ma rridx li jkun hemm il-korruzzjoni u jkun hemm l-abbuż.", "Ma rridx li ssir ħsara lill- wirt storiku ta' pajjiżna u ma rridx li jkun hemm ħsara ambjentali, pero` għax nagħmel id-dover tiegħi m'għandix niġi mgħajjar.", "Imma ħalli nkompli nuri fejn hi l-ipokresija, Sur President.", "L-ipokresija hi li biex il-gvern jipprova jiġbor ġieħu wara li kien waqqa' dawk l-imħażen storiċi, spiċċa biex kellu jinqeda bil-gazzetta \"il-mument\" li kienet ħarġet tgħid li:", "\"Imissha tistħi l-oppożizzjoni tilmenta mit-twaqqigħ ta' dawk l- imħażen meta kienet hi stess li talbet il-permess biex jitwaqqgħu dawk l-imħażen.\"", "Jien sfidajt lill-gazzetta, lin-NET Television u lil Radio 101 li dik hi gidba għaliex kulma konna applikajna għalih aħna kien biex inwaqqgħu latrina.", "Għaddiet sena u sal-lum la NET TV, la Radio 101 u lanqas il- ministru ma qalu xejn!", "Jien kont sfidajtu li jekk jien qed nigdeb nirriżenja jien u jekk le jirriżenja hu.", "Ara dik it-talba biex jirriżenja ma laqagħhiex u baqgħu ma qalu xejn għax ma setgħux jagħmlu mod ieħor, Sur President.", "Minkejja l-wegħdiet kollha li n-nies ta' dawk l-akkwati se jibqgħu jgawdu l-faċilitajiet li għandhom, illum f'dan iż-żmien intalab permess biex issir attivita' fi żmien il-festa ta' San Lawrenz u spiċċajna li lanqas aċċettawlhom il-permess!", "Tant jidher li ma sarx studju li minkejja li lanqas għadu beda jaħdem il- proġett tal-casino`, diġa` hemm fawran tad-drenaġġ.", "Dalgħodu kien hemm id- drenaġġ ħiereġ minn fejn il-monument tal-ħelsien għal ġol-baħar.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx kif għadek ma tafx!", "Possibbli ma qalulekx!", "Hemm xmara ħierġa għal ġol-baħar u dan minkejja li Scamps Palace dalwaqt jinfetaħ uffiċjalment.", "Issa nispera li ma jwaħħlux fina wkoll għaliex dawn hekk sejrin!", "Jien ivvotajt favur fuq Scamps Palace u hija gidba li l- viċi prim ministru jgħid li jiena vvotajt kontra għal kulma ġie quddiemi.", "Naturalment meta ma bdewx jimxu mal-permess u meta marru jagħmlu s-sand- blasting fuq wirt storiku, jien tkellimt u b'riżultat t'hekk ħarġet enforcement notice.", "Kif nista' jien ma nitkellimx meta l-affarijiet ma jsirux sew?", "Anke fuq il-proġett ta' Manoel Island ivvotajt favur.", "Mela issa għidlu lil sieħbek li hu giddieb!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, ili nsegwi b'indulġenza kbira, imma naħseb li l-Onor.", "Mizzi issa ilu biżżejjed fil-parlament u jmissu jaf li l-kelma \"giddieb\" m'hijiex kelma parlamentari u għandu jirtiraha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma meta ma tgħidx il-verita' xi tkun?", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Mizzi.", "Jien l-appell tiegħi dejjem kien biex nirrispettaw lil xulxin u nkunu meqjusin f'dak li ngħidu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma hemm xi kelma oħra għal min ma jkunx qed igħid il- verita'?", "(Interruzzjonijiet) Mela ngħid li mhux qed jgħid il-verita', tajjeb hekk?", "Dawn bil-provi qed inġibhomlok jien!", "Anke fil-każ tal- proġett ta' Bieb il-Belt u fil-każ tal-proġett ta' l-isports complex tal- Kottonera, ivvotajt favur jien.", "Dwar dan ta' l-aħħar tkellimt biss meta bdew jinkisru l-kondizzjonijiet tal-permess kif maħruġ, wara li bdiet tintrema` l-ħamrija fil-baħar u x-xogħol ma kienx qed isir kif kellu jsir.", "Allura għamilt ħażin li tkellimt u għamilt id-dover tiegħi?", "Tant kelli raġun f'dan il-każ li fil-fatt ħarġet enforcement notice - diġa' poġġejt kopja tagħha fuq il-mejda tal-Kamra - li turi biċ-ċar li kien hemm ksur tal-kondizzjonijiet tal-permess.", "Allura l-gvern irid li fejn jaqbel lilu nibqgħu għaddejjin?", "Ma jistax ikun!", "Jekk hemm kondizzjonijiet u regolamenti dawn qegħdin hemm għal kulħadd.", "Irrid ngħid ukoll għaliex f'xi proġetti jiena vvotajt kontra jew ma ħadtx sehem fid-diskussjoni fl-interess ta' pajjiżi, fl-interess ta' l-ambjent u fl-interess tas-sewwa.", "Ħalli nibda mill-kwestjoni ta' Wied Għomor.", "Meta tressqet għall-vot l-applikazzjoni tal-barriera ta' Wied Għomor, il-vot kien kontra u f'daqqa waħda ntalbet rikonsiderazzjoni.", "Issa tajjeb li ngħid li Beppe Fenech Adami kien imdaħħal f'din il-kwestjoni.", "Mela l-ewwel l- awtorita' ta' l-ippjanar kienet kontra, imbagħad mid-dehra saret xi pressjoni minn Beppe Fenech Adami jew mis-segretarju parlamentari jew minn xi ħaddieħor...", "(Interruzzjonijiet) Hekk nassumi jien.", "(Interruzzjonijiet) Għandi dritt nassumi jien?", "(Interruzzjonijiet) Daqskemm assuma s- segretarju parlamentari!", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Mizzi.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Beppe Fenech Adami kien imdeffes bħala avukat.", "Hux hekk qed tgħid?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dażgur!", "ONOR.", "TONIO BORG: Għax il-kelma \"mdeffes\" tfisser ħafna affarijiet.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dażgur!", "ONOR.", "TONIO BORG: Issa hekk jonqos!", "Mela issa noqogħdu ngħidu tagħkom lil min jiddefendu.", "(Interruzzjonijiet) Tridni ngħidlek?", "Issa nagħmillek lista u npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra !", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bilfors taħseb hekk għax il-ministru responsabbli mill- ambjent fi stqarrija kien qal hekk:", "\"Il-ministeru għall-ambjent qed iħejji pjani bi skop li ssir riabilitazzjoni ta' Wied Għomor.", "Dan il-wied jippreżenta l-uniku spazju miftuħ b'karatteristiċi rurali f'inħawi li huma ferm urbani, billi jinsab imdawwar minn tliet villaġġi li żviluppaw ħafna f'dawn l- aħħar snin, li huma San Ġiljan, is-Swieqi u San Gwann.", "Dan ħabbru llum il-Ministru Francis Zammit Dimech waqt konferenza ta' l-aħbarijiet flimkien mas-sindki tat-tliet lokalitajiet li fihom tnieda dan il- proġett.", "Il-ministru għamilha ċara li l-prinċipju li se jiggwidana f'dak li se nagħmlu se jkun dak li nħarsu u nsebbħu l-ambjent.", "Fl-istess waqt hu semma li qed isiru taħdidiet fl-awtorita' ta' l-ippjanar biex il-wied ikun skedat ħalli jkun żgurat li ma jibqax ikun estiż żvilupp fih.\"", "Din dikjarazzjoni ċara u infatti aktar tard din l-area ġiet skedata għal skopijiet ta' konservazzjoni.", "Anke meta aktar tard l-applikazzjoni telgħet quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, din ġiet rrifjutata u wara ġiet għar-rikonsiderazzjoni.", "Suppost li f'dan l-istadju ma jkun inbidel xejn għax waħda mill-kondizzjonijiet li kien hemm u li kien hemm rifjut fuqha kien minħabba l-aspett ambjentali.", "Allura kif inbidlet id-deċiżjoni?", "Forsi għax xi ħadd għamel xi pressjoni?", "Forsi għax xi ħadd ried ibill subgħajh?", "Jien lill-Onor.", "George Pullicino ngħidlu li għal dawk il- ħniżrijiet nivvota kontra.", "Anke l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet ivvotat kontra qabel ma saret ir-rikonsiderazzjoni.", "Li mbagħad tibdel il-veduta tagħha fuq kwestjoni bħal din hi ħniżrija u bilfors ikolli ngħid li hemm il-ħmieġ.", "Issa se nkompli fuq il-kwistjoni tal-Verdala fejn inħareġ il-permess meta suppost ma ħarġuhx minħabba li kien hemm enforcement notice.", "Qabel dak li jkun iħallas il-multa ma jistax joħroġ permess, imma lil dan ħarġulu l- permess xorta waħda.", "Kieku ma tkellimtx lanqas ma kienu jwaħħluh multa.", "Imbagħad spiċċajna li reġgħu ġabuh għar-rikonsiderazzjoni wara li l-permess kien irrifjutat.", "Jien ma ħadtx sehem apposta għaliex kien hemm l-intiena.", "Fil-fatt mort għa nd l-awtorita' ta' l-ippjanar u għidtilhom li fuq dan ma tistax issir rikonsiderazzjoni għaliex hemm tibdil fil-pjanta.", "Minkejja dan qaluli li se jġibuha għall-vot u jgħidu li fil-pjanta jistgħu jsiru emendi.", "Jekk il-liġi tgħidlek li ma jistgħux isiru emendi u r- rikonsiderazzjoni tgħidlek li ma tista' tagħmel xejn u li ma tista' tmiss xejn, x'jiġifieri jsiru emendi fil-pjanta?", "F'dan il-każ, għaliex imġegħlin minn xi ħadd, il-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar marru 'l fuq mil-liġi u qabdu u ddeċidew li jistgħu jemendawha.", "Jien bqajt ninsisti u wara qamet kwistjoni għaliex kien jidher ċar li hemm ħafna intriċċi, Sur President.", "Kien jidher ċar, per eżempju, li hemm żewġ avviżi fuq dan il-permess.", "Jidher li l-ewwel kien għal ġimgħa ċans u mbagħad tawh ġimgħatejn, iżda lanqas kienu għadhom għaddew tlett ijiem minn dawk il-ġimgħatejn li ma ġabuhx quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar biex jiddiskutuh, meta lanqas biss kienu għaddew il-ġimgħatejn skond il-liġi Jien tlabt ruling biex l- avukat jgħid kif inhuma l-affarijiet għaliex dan kollu kontra l-liġi, imbagħad saret sospensjoni u wara l-avukat tkellem ċar u qal li fuq dak li għedt jien kelli raġun.", "Qal ukoll li jrid isir DPA report mill-ġdid.", "Minkejja dan kollu, dan l-aħħar reġħet telgħet quddiem l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "DPA report ġdid ma sarx u allura erġajna morna kontra l-liġi.", "Ġejt overruled u qabdu u ħarġulu l-permess, minkejja dik l-awra ta' qdusija.", "Lili qaluli li kont qed nagħmel plejtu meta naf li huma kienu se jivvotaw kontra.", "Rajna mbagħad x'ġara għax rajna kemm ivvotaw kontra!", "Dan qed ngħidu biex nuri l-ħniżrijiet li hemm u li jien bilfors ikolli nivvota kontrihom.", "Nixtieq insemmi wkoll il-każ tas-Solemar, Sur President.", "Kif tridni nieħu sehem fil-kwestjoni tas-Solemar meta l-ħniżrijiet kienu jidhru biċ-ċar mill-bidu u meta kien ilhom jgħidu li dan ingidem għaliex ma jistax ibiegħha għax irid ikollu numru akbar ta' sodod, imma ma jistax għaliex l-awtorita' ta' l-ippjanar qaltlu ċar u tond li ma tistax toħroġlu l-permess.", "Imbagħad nistednuh minn wara dahar il-membri tal-bord – minn wara dahri żgur – u f'nofs il-laqgħa lil dan ngħajtulu ġewwa!", "Imma jekk dik l-item ma kenitx qiegħda fuq l-aġenda tal-laqgħa ta' dakinhar, allura kif se taqbad u tgħajjatlu ġewwa?", "U min imexxi l-bord, jekk ma tridx, meta jien oġġezzjonajt qalli li nista' nitlaq 'il barra.", "Dan xogħol l- awtorita' ta' l-ippjanar?", "Hekk għamilt, tlaqt 'il barra u ma ħadtx sehem fiha.", "Dan kollu jiena diġa' għedtu fil-Kamra u għedt ukoll li dakinhar kienu talbu s-sospensjoni tar-regolamenti.", "Tant kienu ħawdu dakinhar li kellhom jibdlu l-minuti, ara l-ħniżrijiet!", "Deher ċar u tond li lil dan riedu jagħtuh il-permess minn hawn u minn hemm.", "Imbagħad wara li ħarġu dawk il-ħniżrijiet u nħareġ il-permess, issa noqogħdu niddefenduh ukoll!", "Issa xi ħadd ħareġ jgħid li l-awtorita' ta' l-ippjanar ma setgħet tagħmel xejn, gidba oħra.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li meta l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet se twaqqagħlu sar mandat biex ma tkunx tista' twaqqagħlu.", "Imma l-qorti ta' appell irrifjutat dan il-mandat fl-10 ta' Marzu u l-awtorita' ta' l- ippjanar setgħet dak il-ħin tmur u twaqqagħlu.", "Hawnhekk nitlob ir-riżenja taċ-chairman għal dan il-gideb faħxi u nitlob ukoll ir-riżenja tas- segretarju parlamentari għall-cover-up li qed jagħmel.", "Lil min irid minn fost il-membri ta' l-istampa nista' nurih kollox.", "Lest nurihom meta għamlu l-mandat biex ma jkunux jistgħu jwaqqgħu u nurihom ukoll li l-mandat ġie miċħud u li l-awtorita' ta' l-ippjanar setgħet twaqqa' imma għażlet li ma tagħmilx hekk.", "Ara f'każ li ġara dan l-aħħar, appena nqatgħet mill-qorti mill-ewwel marru u waqqgħulu!", "Jekk hemm affarijiet ħżiena sewwa jagħmlu, pero' l-affarijiet iridu jagħmluhom b'dan il-mod ma' kulħadd.", "Jidher li fejn tidħol is-Solemar hemm il-ħniżrijiet u bir-raġun ma ħadtx sehem jien.", "Wara kollox jiena m'għandix għalfejn nidħol f'dawn il-ħniżrijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "Dażgur li kien hemm x'tagħmel!", "Meta l-qorti waqqgħet il-mandat kellek dritt tmur twaqqa'.", "Imma għaliex ma marx iwaqqa' iċ-chairman?", "Forsi għax kellu pressjoni mingħand xi ħadd biex ma jieħu l-ebda passi?", "U issa s- Solemar dalwaqt tinbiegħ.", "Mhux hekk biss għax jirriżulta wkoll li hemm art tal-gvern li qed tingħatalu.", "Ara lil dawk li kellhom biċċa caravan fuq art tal-gvern, dawk malajr marru jneħħuhom!", "Huwa veru li m'għandekx tħallihom, imma allura lilhom twaqqgħalhom u lil dan, b'dawk il- kontradizzjonijiet kollha, dak kollox sew, dak inħalluh!", "Hawnhekk tidher l-inkonsistenza min-naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Rigward it-tuna-penning irrid ngħid li l-permess għadu qed jiġi diskuss mill-awtorita' ta' l-ippjanar u l-gaġeġ diġa' qegħdin f'posthom.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Jien għamiltha ċara li m'inix pulċinell u li m'inix lest li nieħu sehem meta jidher biċ-ċar li l-permess se jagħtuhulu.", "Dawn huma ħniżrijiet.", "Imbagħad issib iktar ħniżrijiet meta tara ċertu studju li juri affarijiet allarmanti, kontra dak li jgħidu l-awtorita' ta' l- ippjanar u s-segretarju parlamentari.", "Tajjeb li ngħid li minn stħarriġ li sar fl-universita' mit-taqsima tal-bioloġija, jirriżulta li dak it-tuna- penning se jħalli effett negattiv daqs kemm iħallu drenaġġ 35,000 ruħ.", "Mela dak it-tuna-penning se jikkontamina l-baħar.", "(Interruzzjonijiet) Jien semmejt 35,000 ruħ għax mhux gaġġa waħda hemm.", "Meta tara dawn il- ħniżrijiet kollha u dawn il-kurrenti għaddejjin, x'jibqa' fik!", "Kif tridni nieħu sehem f'dawn il-ħniżrijiet!", "Jien ivvotajt kontra wkoll - u fuq din mhux waħdi kont li vvotajt kontra - fuq it-triq tax-Xemxija.", "Din hi ħniżrija oħra biex naqdu bażużlu Nazzjonalist - l-istess Beppe Fenech Adami kien qed jimbotta din il- kwistjoni – u spiċċajna biex ippruvajna nagħmlu minn kollox u nheddu li ma jsirx iktar żvilupp jekk ma ssirx din it-triq.", "Spiċċajna li deher ċar li kien hemm żewġ fronti Nazzjonalisti, wieħed li ried li ssir din it-triq u l- ieħor li ma riedx.", "Wieħed mill-fronti rnexxielu jegħleb sew lill-front l- ieħor u ma saritx.", "Issa se nagħmlu l-pjani lokali u jidher li dak li ma rnexxilniex nagħmlu fl-awtorita' ta' l-ippjanar fuq din it-triq, se nagħmluh bil-pjani lokali.", "Dawn huma l-ħniżrijiet!", "L-element qawwi Nazzjonalist li ma rnexxilux jgħaddi minn din in-naħa qed jipprova jgħaddi minn oħra.", "Fl-Iklin wieħed ukoll irid jiċċekkja l-affarijiet sew.", "Jidher biċ-ċar li f'ċerti areas biss jista' isir żvilupp għall-ħwienet.", "Jien nistaqsi: Min hu mdaħħal fiha din l-art ta' l-Iklin?", "Issa qiegħda fil-pjan lokali.", "Jidher ċar li rridu naġevolaw lil xi ħadd li akkwista l-art hemmhekk.", "Ma jistax ikun li jien nivvota fuq affarijiet li fihom ikun jidher ċar li hemm il-ħmieġ.", "Fejn hemm ħmieġ ma neħux sehem, imma fejn hu fl-interess ta' pajjiżna nieħu sehem u nivvota favur.", "Fuq il-wied tal-Kalkara qed jgħidu li meta kont ministru għamilt dikjarazzjoni mod u issa għamilt dikjarazzjoni kontra.", "Issa spiċċajna sibna li l-gvern talab biex hemmhekk isir żvilupp minflok ra kif għamel biex il- wied ma jiġix żviluppat.", "Hemmhekk ukoll jidher li hemm l-ipokresija u l- ħmieġ.", "Dan għaliex kif kont tkellimt qabel, kien hemm min applika u waħħal avviż fejn ma jidhirx, avviż li m'għandux x'jaqsam ma' dik l-area.", "Hemmhekk qamet il-kwistjoni kollha.", "Meta qamet dik il-kwestjoni jien tlabt li meta niġu biex nitkellmu fuq il-grand harbour local plan, għalkemm ma jeħux sehem il-pubbliku, nitkellmu quddiem il-pubbliku.", "Minn dan ma ġara xejn għax qabdu u għaddew pjanta u qalu: Issa mmorru quddiem il-pubbliku!", "Kif nista' naċċetta din meta kien hemm l-intendere u għandi l-minuti li juru li din kellha tiġi kkonsidrata biex niddiskutuha quddiem il-pubbliku?", "Dawn ħniżrijiet!", "Mhux hekk biss imma nsibu wkoll li l-awtorita' ta' l- ippjanar iddikjarat li dan il-wied huwa ta' importanza xjentifika.", "Nista' nikkwota anke x'kienu qalu n-Nazzjonalisti fl-1996 wara li l-Partit Laburista tela' fil-gvern.", "\"Ir-residenzi taż-żona kollha huma kontra l-iżvilupp ta' dan il-wied għax li tibni f'wied u ssejjaħlu żvilupp hi kontradizzjoni ċinika.", "Dan l-iżvilupp jattakka pulmun ieħor li jipprovdi l-arja lil residenti li diġa' huma afflitti mill-mard tal-kanċer li dejjem jiżdied.", "L- ispekulaturi jibqgħu jinsistu li jridu jiksu Malta bil-ġebel u l- konkrit.", "Iżda l-ispekulaturi huma minoranza żgħira ħafna filwaqt li l- maġġoranza kbira tal-Maltin iħobbu l-ambjent naturali\".", "Issa li llum huwa l-gvern stess li qed jitlob li hemmhekk isisr żvilupp u mhux l-awtorita' ta' l-ippjanar u f'din ukoll hemm xamma tinten, tgħid hemm il-ħbieb tal-ħbieb fin-nofs?", "Nixtieq insemmi wkoll kwistjoni li huwa mdaħħal fiha s-segretarju parlamentari L-Onor.", "George Pullicino bħala perit kien applika għal garaxx - l-applikazzjoni għadha kemm ġiet diskussa fl-awtorita' ta' l-ippjanar - \"to construct basement garage, groundfloor garage and maisonette at first floor\".", "Issa ta' min jgħid li l-avviż imwaħħal mal-ħajt fl-1998 kien jgħid hekk: \"To construct a basement garage and groundfloor garage for the garaging of kerosene and oil bowsers.\"", "L-avviż ta' mal-ħajt jgħid \"kerosene and oil bowsers\", iżda fl- applikazzjoni m'hemm xejn dwar dan.", "Meta saru l-konsultazzjonijiet, id- dipartiment tas-saħħa rrifjuta li f'dan il-garaxx jinħażen il-kerosene, iżda mbagħad l-applikazzjoni dawruha b'tali mod li l-kerosene bowsers ma jissemmewx u allura ġiet li m'hemmx oġġezzjoni.", "Jidher biċ-ċar li xi ħadd hawnhekk ma mexiex sew.", "Lid-dipartiment tas-saħħa t-tieni darba ma kenux qalulhom li dan se jkun biex jinħażen il-pitrolju u ż-żejt, imma qalulhom li se jkun sempliċement garaxx u kien għalhekk li huma taw il-go-ahead.", "L- Onor. Pullicino kien il-perit tagħhom!", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-pressjoni ma saritx mill-awtorita' ta' lppjanar imma minn ħaddieħor.", "Jidher biċ-ċar li hawnhekk ukoll hawn il-logħob ta' l- Onor. Pullicino li l-ewwel qal li hu garaxx imma meta rriżulta li hu garaxx biex jaħżen il-pitrolju, l-affarijiet ħarġu fil-beraħ, affarijiet li ma jitwemmnux.", "(Interruzzjonijiet) Minkejja li ġiet quddiem l-awtorita' ta' l- ippjanar, jien għamiltha ċara li ladarba hemm enforcement u dan ma jistax jiġi kkonsidrat, bilfors irid japplika to sanction.", "Tant kelli raġun li din ġiet posposta u l-parir ta' l-avukat ikkonferma proprju dak li għidt jien.", "Dan ġie biex japplika to sanction u reġgħet qamet kwistjoni oħra.", "Imbagħad ħarġet din l-ittra fejn jidher ċar li kien hemm xi ħadd li nganna.", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru li m'hemmx detriment għas-saħħa.", "Issa ħareġ ċar li hemm detriment għas-saħħa.", "Jien għandi d-dokumenti biex nuri dawn l- affarijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qalulhom li kien se jkun garaxx normali u mhux garaxx biex jaħżnu l-pitrolju fih.", "(Interruzzjonijiet) Imissek tistħi inti, bi ħniżrijiet bħal dawn!", "Ħalli ngħidlek iktar fejn imissek tistħi int!", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Issa se nitkellem dwar dik il-ministru li fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ġiet tiftaħar li għamlet passaġġi ġol-widien kontra l-liġi.", "Saħansitra anke l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet enforcement u se nikkwota eżatt:", "\"These works took place in June 1999 and were carried out by the central administration at the ministry for Gozo\".", "Wieħed isib li minkejja li ħarġet l-enforcement u minkejja li l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tgħid li hemm ħsara ambjentali kbira u li trid tqabbad esperti biex treġġa' kollox lura, l-Onor.", "Giovanna Debono ġiet tiftaħar fil- parlament li hi kuntenta li sar dak ix-xogħol.", "L-ebda ipokrita min-naħa tal-gvern ma ħareġ jikkundannaha.", "Ara jekk hemmx xi wieħed minn tan-naħa l- oħra li kapaċi joħroġ jikkundanna l-fatt li sar xogħol mingħajr permess u li l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet enforcement notice!", "Hemm xi wieħed li għandu l-kuraġġ li joħroġ jikkundanna l-fatt li persuna fl-ogħla istituzzjoni qed taċċetta u tagħmel affarijiet kontra l-enforcement notice?", "(Interruzzjonijiet) Tidher biċ-ċar l-ipokresija tan-naħa tal-gvern.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debate.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li anki membru min-naħa tal-gvern qal li hemm korruzzjoni tinten fl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Mhux in-naħa ta' l-oppożizzjoni biss tgħid li hemm il-korruzzjoni imma anki membru min-naħa tal-gvern.", "Qed nirriferi għall-Onor.", "Tony Abela li din qalha kemm fil-gazzetta \"The Times\" kif ukoll fil-parlament.", "(Interruzzjonijiet) Il-każ qiegħed quddiem il-kummissjoni ta' kontra l- korruzzjoni....", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, għax il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni lanqas xogħolha ma trid tagħmel!", "Id-dokumenti li ntalbet biex iġġib ħalli jkollha l-provi tal-korruzzjoni għadha ma bagħtitx għalihom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni ma bagħtitx għad-dokumenti li ntalbu biex tkun tista' tifli l-korruzzjoni u jkollha l-provi.", "Dan juri biċ-ċar l-indħil li hemm min-naħa tal-gvern biex jaqdi lill-ħbieb tal-ħbieb.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, skadielek il-ħin u nitolbok tikkonkludi.", "Grazzi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Mizzi jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Mizzi jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bi protesta talli ma ngħatajtx extension qed insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hi sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.14 p.m. is-seduta kienet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista` tkompli.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr. Speaker, naħseb li pajjiżna sema' biżżejjed diskorsi fuq dan il-proġett u li għandna bżonn issa hu li attwalment invarawh.", "Forsi għalhekk in-naħa l-oħra tkellmet kif tkellmet, għax dan bilfors għeneb qares ħafna għal xi wħud.", "Qed ngħid hekk għax dawk il-proġetti li kienu fl-arja fi żmienhom, aħna mhux talli niżżilnihom fl-art imma talli issa se nvarawhom.", "Forsi għalhekk l- oppożizzjoni qed titkellem b'dan il-mod kważi selvaġġ għax altrimenti dan il-parlament jixraqlu ħafna aħjar.", "Jekk irridu nħarsu l-valur istituzzjonali ta' dan il-parlament, id-diskorsi għandhom ikunu meqjusa u suret in-nies għax kultant minn kif jitkellmu ċerti deputati, hawn ġew taħsbek li qiegħed fl-agħar monti ta' xi pajjiż tat-tielet dinja!", "Jiena ma kellix intenzjoni li nitkellem imma bilfors kelli nqum biex nirrispondi għal ċerti kummenti li saru, forsi anki sforz l-uġigħ li għandha l-oppożizzjoni li ma kenitx kapaċi toqgħod fil-gvern għal ħames snin kif eleġġiha l-poplu.", "L-oppożizzjoni kienet kapaċi biss li taqa' f'saqajha u għamlet biss 22 xahar fil-gvern.", "Jien ma nieħu xejn bi kbir li n-naħa ta' l-oppożizzjoni tgħaddi akkużi vojta u abbużivi fil-konfront tagħna.", "L-oppożizzjoni hija magħmula mill-istess partit li meta kien fil- gvern mhux biss il-membri fi ħdanu kienu jgħaddu akkużi abbużivi fil- konfront ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, jiġifieri fil-konfront tagħna, imma jien għadni nara membri tal-gvern Laburista jsawtu membri oħrajn tal-gvern f'din il-Kamra.", "Għalhekk ma nieħu xejn bi kbir li llum jiġu l-membri ta' l-oppożizzjoni u jagħmlu diskors xejn denju ta' din il- Kamra.", "Xejn ma nieħu aktar bi kbir minn din l-oppożizzjoni magħmula minn Partit Laburista li suppost hu ġdid.", "Meta kienu hawn fuq il-bankijiet tal- gvern saħansitra kienu taw bil-ponn bejniethom.", "Jekk dawn huma kapaċi jagħtu bil-ponn bejniethom, aħseb u ara x'kapaċi jagħmlu fil-konfront ta' dawk li huma jsejħu għedewwa tagħhom!", "Pero' ħalli issa nibda nikkummenta fuq ċerti osservazzjonijiet li saru.", "Irrid ngħid li nħossni sorpriż li l-Onor.", "Joe Mizzi jiġi f'din il-Kamra u jieħu 40 minuta jirrepeti l-istess affarijiet li ilu jirriċikla għal xi żmien.", "Minkejja li nirrisponduh jibqa' jirriċikla l-istess ħwejjeġ!", "B'makna tar-riċiklaġġ bħalma huwa l-Onor.", "Joe Mizzi, verament nibda nemmen li huwa l-bniedem ġust għall-ambjent għax ħlief li jirriċikla l-istess diskors li nkunu weġibnieh fuqu mhux kapaċi jagħmel!", "Semma' ħafna affarijiet li qal li vvota favurihom, fosthom il-proġett tal-Kottonera, iżda ma ġiex isemmielna l-okkażjonijiet meta lanqas biss daħal jivvota fil- bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dan biex ma nsemmix il-każi ta' meta kien ikun preżenti u kif jara li ġejjin ċerti items fuq l-aġenda jdabbar denbu 'l hemm u jitlaq 'il barra sabiex ma jiħux pożizzjoni vis-a-vis ċerti applikanti, biex la jfuħ u lanqas jinten.", "L-Onor.", "Mizzi pprova jilgħabha tan-newtrali meta kien konfrontali għall-aħħar fil-każ ta' ċerti applikanti.", "Ma qalilniex li wara li ġie jitkellem hawn fuq tal-Multigas, telaq 'il barra meta ġejna għall-votazzjoni!", "Fuq kollox, x'inhu l-proġett tal-Multigas?", "Meta huma kienu fil-gvern, il-korporazzjoni għall-iżvilupp tat art f'Ħal Kirkop lil din il-kumpannija biex tagħmel il-proġett.", "Tafu min kien chief executive tal-korporazzjoni dak iż-żmien?", "Kien is-Sur Mario Vella, ex- president tal-Partit Laburista.", "Dan ta l-art b'ittra lill-istess kumpannija biex tagħmel dak li trid tagħmel illum.", "Minkejja dan, meta ġew għall- votazzjoni, l-Onor.", "Joe Mizzi dabbar rasu, imbagħad jiġi hawnhekk u joqgħod jikkritika!", "Kemm hu faċli li tiġi hawn u toqgħod tikkritika!", "Kemm hu aktar diffiċli meta tkun ministru bla portafoll - għaliex forsi ma jafdawlekx lanqas portafoll! - u jkollok responsabbiltajiet xi tmexxi.", "Semmielna, per eżempju, il-każi tal-Kottonera li qal li vvota fuqhom.", "Il- Kalkara wkoll hi parti mill-Kottonera.", "Meta ġiet biex tiġi diskussa il- proposta fil-bord ta' l-awtorita' dwar redevelopment tal-Kalkara, l-Onor.", "Joe Mizzi wkoll dabbar rasu.", "Dik il-proposta kienet is-sitt item fuq l- aġenda u hu dabbar rasu waqt li kienet qed tiġi diskussa r-raba' item.", "Imbagħad jiġi hawnhekk u joqgħod iparla!", "Fil-konfront tagħna qed jgħid li Fino, wieħed minn dawk li għandhom l-art hemmhekk, hu xi ħabib tal-ħbieb tagħna.", "L-Onor.", "Mizzi nesa li meta kienu huma fil-gvern, Fino tant kien ħabib tagħhom li għamlu kuntratt miegħu biex ibiegħulu proprjeta' f'Pembroke, proprjeta' li kienu ħaduha mingħand id-dipartiment ta' l- artijiet fi żminijiet oħrajn meta dawn ma kenux iħabblu għajnhom wisq bejn proprjeta' tagħhom u proprjeta' tal-gvern.", "Ma kenux jagħmlu distinzjoni bejn gvern u partit u ħadu l-proprjeta' ta' Pembroke u għamlu konvenju ma' Fino biex ibiegħuhielu.", "X'għamlu mbagħad peress li Fino ma setax jiżviluppaha kif xtaq hu?", "Kumbinazzjoni - u forsi xi mument nitkellem aktar fuq din - l-awtorita' ta' l-ippjanar naqset il-grad ta' konservazzjoni biex Fino jkun jista' jiżviluppa dak li jrid hu u b'hekk il-Partit Laburista jdaħħal fil-but aktar flus fuq art li darba kienet tal-poplu Malti u li mbagħad għaddiet għand il-Partit Laburista.", "Jien minn din in-naħa kemm-il darba sfidajt lil xi membru tan-naħa l-oħra jew xi segretarju ġenerali tal-Partit Laburista biex jgħidilna u jagħmel dikjarazzjoni li huma qatt ma għamlu pressjoni biex jinbidel il-grad ta' konservazzjoni.", "Illum għal darba oħra nerġa' nisfida lin-nies tan-naħa l-oħra biex jagħmlulna dikjarazzjoni li huma qatt m'għamlu din it-tip ta' pressjoni.", "U kif qed nitkellem fuq pressjoni, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-pressjoni fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar li akkużana biha.", "Nixtieq nibda bil-każ tas-Solemar li meta ġejna għad- deċiżjoni, l-Onor.", "Joe Mizzi għażel li ma jiddeċedix!", "Irrid ngħid li jien ma naqbilx ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar fuq diversi deċiżjonijiet iżda fuq din tas-Solemar naqbel.", "Fuq din l-Onor.", "Joe Mizzi wkoll dabbar rasu u ma vvotax mal-kumplament tal-membri li dehrilhom li kellhom joħorġu l-permess bi tliet kondizzjonijiet.", "U x'inhuma dawn il- kondizzjonijiet?", "L-ewwel waħda hi li l-iżviluppatur kellu jħott biċċa mill- lukanda, it-tieni hi li kellu jagħti Lm200,000 bħala kontribut għall-fond ambjentali u t-tielet hi li jrid isir landscaping fl-area.", "Kif qal tajjeb il-Ministru Tonio Borg il-ġimgħa l-oħra, dan l-iżviluppatur irid iħallas b'rata kummerċjali għall-art li hi tal-poplu Malti.", "Jekk l-awtorita' ta' l- ippjanar issa ħarġet il-permess, irid iħallas b'rata kummerċjali u mhux iħallas qisha din m'hijiex art żviluppabbli.", "Iżda minkejja dan kollu, xorta waħda l-Onor.", "Joe Mizzi ma marx jivvota.", "Issa l-ġimgħa l-oħra f'din il-Kamra intervjena wkoll il-kap ta' l-oppożizzjoni fuq dan il-każ.", "Irrid ngħid li jiena fl-ebda ħin ma għedt - u nistieden lill-kap ta' l- oppożizzjoni biex jisma' ir-recording ta' x'għedt jien – li ħu l-kap ta' l- oppożizzjoni, li nzerta mpjegat ta' Polidano, jiġifieri l-iżviluppatur tas-Solemar, għamel xi pressjoni fuq l-Onor.", "Joe Mizzi biex dan ta' l-aħħar ma jmurx jivvota.", "Jista' jisma' ir-recording u jara jekk inhiex korrett f'dak li qed ngħid.", "Jiena rriferejt għal ħu l-kap ta' l-oppożizzjoni biex nirredikola l-fatt ta' kif qed jiġi mġebbed dan l-argument tal-ħbieb tal- ħbieb.", "Ħalli nikkwota testwalment dak li għedt jien:", "\"Allura jien noqgħod ngħid li l-Onor.", "Joe Mizzi ma marx jivvota għax ħu l-leader tal-Partit Laburista jaħdem ma' l-applikant!\"", "Effettivament għamilt din il-mistoqsija biex nuri kif l-argument jista' jiġġebbed, Sur President.", "Rigward dak li qal Alfred Sant li jien iddefendejt il-każ tas-Solemar, nixtieq ngħid li mhux talli ma ddefendejtux imma talli jekk il-kap ta' l- oppożizzjoni jisma' kulma għedt jien fuq dan il-każ, isib li fis-seduta tal- 5 ta' Ġunju jien saħansitra wasalt biex użajt il-frażi \"l-arroganza ta' l- applikant\".", "Din milli jidher ħarbitlu lill-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Hu qal li jien semmejt il-kwistjoni ta' ħuh il-ġimgħa l-oħra meta fil-fatt jien irriferejt għaliha fil-5 ta' Ġunju.", "Għalfejn dan it-time lag kollu?Imma issa se ngħaddi għat-tielet punt fuq dak li qal il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Lili xi jdejjaqni?", "Lili jdejjaqni l-fatt li niġi akkużat li ddefendejt meta kulma għamilt hu li semmejt il-fatti kollha, fatti li ħaddieħor, inkluż membri ta' l- oppożizzjoni, dehrilhom li għandhom jaħbu.", "Għedt ukoll li dak li jdejjaqni hu li, u nikkwota :", "\"...isiru akkużi ta' dubji, tbażwir u korruzzjoni fil-konfront tal-membri tal-bord ta' l-awtorita' tal-lum u ma jintqal xejn fil-konfront tal-membri tal-bord ta' appell appuntati mill-Partit Laburista fil-gvern, dak il-bord ta' appell li f'Awissu ta' l-1999 kien approva l-applikazzjoni għall- estensjoni tal-lukanda\".", "Jiena nippretendi li jekk issir akkuża lill-membri tal-bord ta' l-awtorita' li hemm illum, għallinqas din għandha ssir ukoll fil-konfront tal-membri tal-bord ta' appell li appuntaw huma.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi hu li l-kap ta' l-oppożizzjoni qal li l- oppożizzjoni qed tinvestiga l-konnessjonijiet tiegħi, u nikkwota - \"...ma' periti jew grupp ta' periti\".", "Jien niddikjara - u lest nagħmel hekk mhux biss hawn ġew - li ma nsib assolutament l-ebda diffikulta' li l- oppożizzjoni tiċċekkja jew tinvestiga kulma trid.", "Ma nsib l-ebda diffikulta' għax jiena m'għandi xejn mistur.", "Niddikjara li jien dejjem iltqajt ma' kulmin talabni biex niltaqa' miegħu u qatt ma ddistingwejt bejn persuna u oħra.", "Anki l-membri ta' l-oppożizzjoni jafuh dan.", "Jixhduh ħafna periti li niltaqa' magħhom u ħafna nies oħra li niltaqa' magħhom.", "Kemm-il darba wkoll irriferewli każi klienti ta' membri ta' l-oppożizzjoni li huma periti u lil dawn smajthom kif nisma' lil kulħadd.", "Membri ta' l- oppożizzjoni kemm-il darba ġew ikellmuni fuq xi każi, smajthom u tajthom widen ukoll.", "Jistgħu jgħidu huma wkoll bl-onesta' kollha li hekk hu.", "Fejn jidhirli li hu ġust dejjem staqsejt għal spjegazzjoni fil-limiti tal-poteri li għandi.", "Għalhekk niddejjaq li niġi akkużat b'affarijiet li assolutament m'humiex minnhom.", "Niddejjaq ukoll li l-Onor.", "Joe Mizzi jitkellem fuq \"pressjoni\".", "Dan kemm- il darba jiġi hawn ġew u jgħid fuq il-pressjoni li nagħmel jien lill- awtorita' fuq il-każi.", "Fost affarijiet oħrajn semma żewġ każi li huwa inkredibbli li tiġi hawn u ssemmihom.", "Semma l-każ ta' proposta li għamel id- direttorat ta' l-ippjanar biex jinbidel l-alignment ta' triq fix-Xemxija.", "L- Onor. Mizzi għoġbu jsemmi anki t-tifel tal-prim ministru f'dan il-każ.", "Qal li: ''Jimbotta dan il-każ hemm Beppe Fenech Adami.''", "Mr. Speaker, dan tant imbotta li din il-proposta li għamel id-direttorat ġiet miċħuda b'mod totali minn kull membru tal-bord ta' l-awtorita' u allura spiċċat waqgħet!", "Dan sabiex kulħadd jifhem din il-pressjoni u din l-imbuttatura.", "Lanqas biss għandu d-diċenza l-Onor.", "Mizzi li jgħid l-affarijiet kif suppost, Sur President.", "Semmielna wkoll il-każ ta' Wied Għomor u jrid verament ikollu wiċċu qiegħed għax jekk hemm każ fejn ħadd ma jista' jgħid li jien għamilt xi pressjoni biex naġevola politikament, hu l-każ ta' Wied Għomor, imdawwar kif inhu bid-distretti li nikkontesta jien.", "Kieku ridt nagħmel pressjoni, jekk xejn il-pressjoni kont nagħmilha biex id-deċiżjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar tkun il-kontra ta' dik li kienet.", "Dan għandu l-wiċċ li jiġi hawn ġew u jakkużani li jien nagħmel pressjoni!", "Li kieku wieħed kellu jevalwa l-interess tiegħi fl-istorja kollha jsib li jekk xejn jien l- interess tiegħi hu li l-awtorita' tiddeċiedi bil-kontra.", "Fuq kollox, il- kwistjoni ta' Wied Għomor hi li hemm barriera li ilha teżisti ż-żmien u meta sar l-iskedar ta' Wied Għomor, il-parti fejn saret l-applikazzjoni m'għandhiex l-istess grad ta' l-areas l-oħrajn.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, għax jaħseb li kulħadd imbeċilli, jiġi hawnhekk u jgħid li dan l-ewwel skedawh b'ħafna kulur ...", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, hekk jaf jitkellem l-Onor.", "Mizzi!", "Ma spjegax li hemm livelli differenti ta' skedar, u għamel hekk ħalli l-imbeċilli jibqgħu mbeċilli u n-nies li huma intelliġenti jipprova jirredikolahom u jġibhom imbeċilli!", "L-Onor.", "Joe Mizzi jkejjel b'xibru!", "Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi kellu l-wiċċ ukoll li jiġi hawn u jsemmi każ fejn jien kont applikajt fil-professjoni tiegħi, meta konna fl-oppożizzjoni ...", "(Interruzzjonijet) Onor. Joe Mizzi, jien kont ili naħdem ta' perit sa mill- 1990, qabel ma sirt segretarju parlamentari!", "Lili ma ġie ħadd u tani xi job wara li spiċċajt minn ministru bla portafoll!", "Għamilt seba' snin nistudja fl-universita'.", "Jien professjonist u kelli dritt napplika għan- nom ta' ħaddieħor.", "Tafu x'inhu l-każ li l-Onor.", "Mizzi qed jiġi jitkellem fuqu hawn?", "Dan każ ta' persuna li applikat biex tibni residenza u taħt ir- residenza xtaqet tagħmel garaxx biex taħżen trakkijiet bil-pitrolju.", "(Interruzzjonijiet) Irid ikun miġnun li japplika!", "Jien qed nitkellem għaliex minn dik in-naħa kemm-il darba ġew akkużi.", "(Interruzzjonijiet) Jien qatt ma tkellimt qabel għax l-applikazzjoni kienet għadha qed tiġi diskussa mill-awtorita' ta' l-ippjanar, imma issa hi deċiża u la hi deċiża għandi d- dritt li nesprimi ruħi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi skorrettement ipprova jimplika li jien b'xi mod għamilt xi pressjoni biex il-pożizzjoni tad-dipartiment tas-saħħa tinbidel.", "(Interruzzjonijiet) Imma meta l-Onor.", "Tonio Borġ għafsu, ammetta li l- pożizzjoni tad-dipartiment tas-saħħa nbidlet meta kien ministru hu.", "Dan ifisser li ċertament dakinhar jien ma kellix is-saħħa biex tinbidel il- pożizzjoni tad-dipartiment tas-saħħa, imma mbagħad ma jistħix jagħmel akkuża li jien b'xi mod għamilt il-pressjoni!", "Tafu kemm kienet kbira l- pressjoni tiegħi?", "L-applikazzjoni saret fl-1997 u tant din l-applikazzjoni għaddiet malajr li ġiet deċiża l-ġimgħa l-oħra!", "Imbagħad jiġi hawn u joqgħod iparla fuq li l-applikazzjonijiet tan-nies idumu!", "Tafu kemm għamilt pressjoni fuq dan il-każ ta' din il-persuna, klient ta' l-uffiċċju tiegħi?", "Meta din ġiet deċiża l-Ħamis li għadda, tnax ivvutaw kontra u tnejn kienu favur!", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Joe Mizzi u bil-wiċċ tost kollu u jipprova jimplika li b'xi mod nagħmel pressjoni.", "Meta nisma' lill-oppożizzjoni taqa' f'dan il-livell baxx, nifhem kemm għandi nagħti saħħti u ħini lill-Partit Nazzjonalista biex dawn in-nies qatt ma jkunu fil-gvern (Onor. Membri: Hear, hear) Dawn baxxew mhux biss lill-Partit Laburista li jixraqlu ħafna aħjar imma baxxew ukoll il-pajjiż b'dawn it-tip ta' argumenti.", "Mr. Speaker, jiena nifhem għalfejn jiġu b'dawn it-tip ta' argumenti - dan għaliex huma maħruqin li ma kenux kapaċi jibqgħu ħames snin fil-gvern bis- suppost ideat li kellhom.", "Dawn riedu jagħmlu ħafna affarijiet fil- Kottonera, pero' kulma għamlu kien monument li jgħid: Hawnhekk għereq il- gvern ta' Alfred Sant!", "Dak hu l-uniku monument li jista' jgħid li għamel il-Labour jew li se jagħmel il-Labour lill-Kottonera!", "Meta dawn kienu fuq din in-naħa, taf x'kienu kapaċi jagħmlu fuq il-Kottonera?", "Jagħtu bil-ponn lil xulxin, xena li qatt ma ninsa.", "(Interruzzjonijiet) Qatt ma ninsiha, Onor. Carmelo Abela.", "Kif nista' neħodha bi kbira li intom tiġu tagħmlu dan it-tip ta' diskors?", "Neħodha bi kbira li tagħmlu dan it-tip ta' diskors għax nirrepeti li mhux biss il-Partit Laburista jixraqlu aħjar, imma anke dan il-poplu u speċjalment il-poplu tal-Kottonera jixraqlu aħjar.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli s-Segretarju Parlamentari u jindirizza lis-Sedja jekk jogħġbu.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jien mhux beħsiebni nkompli ntawwal u se nsemmi l-aħħar punt, Sur President.", "In-naħa l-oħra għandha fuqhiex titkellem fil- qasam ta' l-ambjent.", "Għandhom deputat li żgarra u żgarra bil-kbir fil- konfront ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Għamel u bena villa tliet darbiet jew erba' darbiet aktar mill-permess li kellu.", "Jien nistenna li jekk sħabna tan-naħa l-oħra jridu jkunu kredibbli, kif diġa' għedt drabi oħra, għandu jkollhom il-kuraġġ li jiċċensuraw politikament lid-deputat tagħhom li abbuża u għandhom iġegħluh jerfa' ir-responsabbilta' politika.", "Jekk l- Onor. Joe Mizzi jippretendi li għandi nirriżenja, jien ma nsib l-ebda diffikulta' basta jkolli għalfejn nirriżenja għaliex m'inix fil-politika biex nagħmel il-flus jew biex napprofitta ruħi.", "Imma jekk mingħalih li se jiġi hawn u jitlob ir-riżenja tiegħi sempliċement biex jgħidu kemm hu gustuż Joe Mizzi, jien ngħidlu biex idur daqsxejn ma' sħabu u jara jekk ir- riżenja għandux qabel xejn jitlobha mingħandhom.", "Biex tiskonġra trid tkun pur u aħjar idduru daqsxejn madwarkom u taraw x'qed tagħmlu!", "Fuq dawn l- affarijiet forsi jkollna ċans nitkellmu darba oħra, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, għall-bidu kelli l-ħsieb li nikkonċentra fuq dan il-proġett li qegħdin niddiskutu, imma ċerti kummenti li smajt ma naħsibx li nista' inħallihom għaddejjin.", "Nista' inserraħ rass l-Onor.", "George Pullicino li l-fatt li l-Partit Nazzjonalista ġab il-pajjiż fi stat ta' rovina u anke kompla għarraq is-sitwazzjoni fl-aħħar sentejn u tmien xhur li ilu fil-gvern, se jkun il-garanzija ta' rebħa Laburista.", "Irid u ma jridx is-segretarju parlamentari u jrid u ma jridx il-partit tiegħu, se jkollna rebħa Laburista minħabba li għandna gvern li qed jipprova jimmina d-demokrazija billi qed jilgħab bil-ħatra tal-kummissjoni elettorali, fejn il-prim ministru nnomina erba' persuni li huma Nazzjonalisti magħrufa minflok dak li jsir is-soltu, fejn in-nomina ssir bi ftehim bejn in-naħa tal-gvern u n-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Sa hawn wasal il-biża' tal-Partit Nazzjonalista li se jitlef l-elezzjoni u akkost ta' kollox qed jipprova jimmina d-demokrazija!", "Qabel tgħidx kemm kienu jitkellmu fuq demokrazija n-Nazzjonalisti!", "Jien għadni nemmen li meta l-Partit Nazzjonalista bbojkottja l-parlament fl- 1982, il-gvern Laburista kien ikollu kull raġun legalment u kostituzzjonalment li dakinhar jinnomina membri parlamentari hu biex jimla l-vojt li kien hawn f'din il-Kamra, anki permezz ta' bye-elections.", "Minkejja dan, il-gvern xorta waħda kien baqa' jistenna lill-Partit Nazzjonalista biex fl-aħħar mill-aħħar jasal fi ftehim mal-gvern ħalli n- Nazzjonalisti jieħdu posthom fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "F'dawn l- aħħar jiem kellna l-ħmieġ għax rajna d-demokrazija qed tiġi mminata bin- nomina ta' l-erba' membri fil-kummissjoni elettorali.", "Dan sar bi skuża biex inkunu konformi mal-Kostituzzjoni, ara f'liema abbiss wasal dan il-pajjiż!", "Il-partit li għandna llum fil-gvern qed jibża' u qed jipprova kemm jista' ikun itaffi mit-telfa elettorali li ġejja.", "Mhux beħsiebni nkompli fuq dan il-punt imma rrid nagħmel dan il-punt politiku ladarba tqajjem f'din il- Kamra.", "Irrid ngħid ukoll li jiena kont nistenna li s-Sedja tikkontrolla lill- kelliem ta' qabli, speċjalment f'ċerti mumenti.", "Għar-rigward tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Mizzi, irrid ngħid li sieħbi ngħata l-impieg wara li applika għal dak l-impieg.", "Safejn naf jien m'hemm xejn li jipprekludi membru ta' din il-Kamra li jitfa' applikazzjoni għal impjieg.", "Ħadd ma mar qallu li dak il-job kien għalih imma hu applika u ngħata l-impjieg.", "Hija ħniżrija li xi ħadd jipprova jallega ċerti affarijiet bla ebda prova u jipprova jħammeġ persuna oħra.", "Li huwa żgur hu li l-awtorita' ta' l- ippjanar għandha żewġt uċuħ, jiddependi ma' min ikollha x'taqsam!", "Ara lil dawk in-nies ta' l-Armier, l-awtorita' m'għamlitilhomx xi kondizzjonijiet ħalli jibqgħu jgawdu s-sit li kellhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nipprova nikkompara ħaġa m'oħra u m'inix se nidħol fl-argument jekk naqbilx jew le.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Tonio Borg qalilna li l-Partit Nazzjonalista rnexxilu jagħmel xi ħaġa li ħadd ma rnexxielu jagħmel.", "Taf x'ma kellux il-ħila jagħmel dan il- gvern li tiegħu l-Onor.", "Tonio Borg huwa membru, barra li hu responsabbli wkoll milll-awtorita' ta' l-ippjanar flimkien ma' sieħbu l-Onor.", "George Pullicino?", "Li bħalma ttrattaw maż-żgħir jittrattaw ma' min hu b'saħħtu.", "Ara fejn tas-Solemar ma qabdux u marru jwaqqgħu!", "Meta l-gvern mexa bla permess f'xi proġetti li saru, fejn kienet l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Fejn kienet l-awtorita' ta' l-ippjanar meta fil-pajjiż kienu għaddejjin ċerti affarijiet fejn suppost kellha tieħu azzjoni fuqhom?", "Minflok tieħu azzjoni taparsi tintervjeni mingħajr ma turi snienha u l-affarijiet ikomplu mexjin qisu qatt ma ġara xejn.", "Għall-awtorita' ta' l-ippjanar jiddependi min ikollha quddiemha għax ma' wieħed tieħu azzjoni mod u ma' l-ieħor tieħu azzjoni mod ieħor.", "Jekk inti żgħir tkissirlek kollox, imma jekk inti b'saħħtek jaraw x'kondizzjonijiet jistgħu jagħmlulek u ma jimpurtax jekk tkunx ħadt art tal-gvern.", "Imbagħad jekk tkun ħadt art tal-gvern nirranġawlek ħalli tħallasha - hekk imorru l- affarijiet!", "Jien kont nistenna li nara l-gafef sejrin ħalli jwaqqgħu fejn tela' bla permess.", "Wara kollox hekk tagħmlu maż-żgħir.", "Fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbilta' taqa' fuq il-gvern.", "Il-gvern qed jimxi b'two weights and two measures.", "Imma issa ħa niġi daqsxejn għal dak li jirrigwarda l- proġett, Sur President.", "Irrid nerġa' naċċenna għal dak li bdejt bih fil-bidu, fis-sens li waħda mill-affarijiet li tajjeb li niġbed l-attenzjoni fuqha u li hi l-fus ta' kollox, hi li għandna sitwazzjoni fejn l-ekonomija tinsab għaddejja minn problemi kbar.", "Dawn il-problemi feġġew waqt it-tmexxija tal-gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1996, b'mod speċjali bejn l-1992 u l-1996.", "Apparti li l-ekonomija hi maħkuma minn problemi kbar, għandna sitwazzjoni fejn il-gvern jaf x'inhu jiġri u qed jipprova jidħak bil-poplu Malti billi jipprovdilu statistika li mhix waħda kompluta u reali.", "Dan qed isir b'tali mod li jipprova jgħatti kemm jista' ikun l-inżul 'l isfel tas-sitwazzjoni ħażina ta' l-ekonomija.", "Meta għandek din is-sitwazzjoni ma jagħmilx sens li l-gvern jissuġġerixxi li jinħafer il-boll ukoll, u din mhix l-ewwel darba li qed issir.", "Fis-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li qiegħed fiha l-pajjiż, wieħed kien jistenna u jittama li minflok ikompli jintaxxa lill- poplu, il-gvern jagħmel l-almu kollu biex jiġbor dak li hu tiegħu.", "Sitwazzjoni bħal din tweġġa' lill-poplu għax qed ikun hemm taxxa wara l- oħra li qed taffettwalu l-flus fil-but.", "Biżżejjed ngħidu li madwar 73% ta' dawk li esebew fil-fiera nazzjonali ta' Malta, saħansitra kkummentaw li l- bejgħ naqas jew at best baqa' l-istess bħas-sena ta' qabel.", "Dan juri s- sitwazzjoni li qegħdin fiha, sitwazzjoni fejn in-naħa ta' l-oppożizzjoni żgur ma tistax taqbel mal-gvern li jaħfer il-ħlas tat-taxxa tal-boll.", "Sur President, għadhom kemm għaddewlna kopja ta' żewġ emendi oħrajn għall- abbozz ta' kuntratt li għandna quddiemna.", "Jiena qrajthom għax ħsibt li se nsib xi ħaġa iktar interessanti fihom, b'mod speċjali meta ftakart x'kien jingħad f'din il-Kamra madwar tliet snin ilu.", "Jien għedt li forsi nista' insib jekk jistgħux isiru barbecues u jekk tistax tinbiegħ xi ruġġata imma, bħalma kkummenta l-ministru, l-emendi jikkonsistu biss f'punti tekniċi.", "Dan qed ngħidu għax fl-opinjoni tiegħi għandna naraw jekk indaħħlux emenda fil-kuntratt sabiex ikunu jistgħu jsiru dawn l-attivitajiet kollha f'din l- area li se tingħata lill-konsorzju.", "M'inix se noqgħod nidħol fil-merti ta' dan il-proġett.", "Dan hu proġett li kien maħsub bħala parti minn katina ta' proġetti li l-gvern Laburista kien qiegħed jippjana biex naraw li r-rota ta' l-ekonomija tibda ddur wara li kienet staġnat għal snin sħaħ taħt it- tmexxija ta' gvern Nazzjonalista.", "Infakkar li dan il-proġett ta' irmiġġ f'Pinto wharf kien wieħed mill-proġetti li kien qiegħed jaħdem fuqu l-gvern Laburista.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, konna avvanzajna ħafna fuqu u ħaġa ta' l-iskantament li kellna ndumu kważi tliet snin biex jiġi ffirmat il- kuntratt.", "Wieħed kien jistenna li kellu jkun hemm iktar impenn, iktar ħidma u iktar entużjażmu biex naraw li ċerti proġetti jimxu 'l quddiem pero', bħalma jagħmel is-soltu dan il-gvern, anke xi ħaġa tajba jara kif jagħmel biex jisfrattaha!", "Jiena nħoss li f'dak il-proġett il-barri ma nqabadx minn qrunu għax jekk xejn, waħda mill-affarijiet li kellu jagħmel kellha tkun li dak il-proġett jinqasam f'fażijiet u mhux joħroġ kollox f'fażi waħda.", "L- ewwel fażi kellha tkun dik li tattira jottijiet ta' ċerta kwalita'.", "Wara li nkunu attirajna numru ta' barranin li jiġu bil-jott hawn Malta, imbagħad inkunu nistgħu mmexxu 'l quddiem il-proġetti l-oħrajn ġewwa l-Kottonera, li allura l-valur tagħhom anki għall-gvern ikun ogħla.", "Dan wara kollox għall- ġid ta' pajjiżna u mhux għall-ġid ta' erbgħa min-nies.", "Dan il-proġett żgur ma nistgħux inħarsu lejh bħala entita' on its own, Sur President.", "Meta wieħed jibni ajruport jew sea terminal ikun għamel ħaġa tajba ħalli meta jiġi xi ħadd bl-ajruplan jew jidħol bil-vapur, isib post li jilqgħu u b'hekk mill-ewwel jieħu l-impressjoni li wasal f'pajjiż ta' ċertu livell.", "Imma mbagħad meta joħroġ mill-ajruport jew mis-sea terminal, x'se jsib quddiemu?", "Il-Partit Laburista fil-gvern kien qed jaħdem f'din id-direzzjoni wkoll.", "Aħna konna għedna li Malta m'għandhiex tkun post fejn il- cruiseliners jieqfu biss għal ftit sigħat u jibqgħu għaddejjin, imma għedna li dan il-proġett għandu jkun wieħed iktar wiesa' biex kemm jista' ikun nattiraw kumpanniji li minn hawn Malta jibdew u jispiċċaw cruise fil- Mediterran u l-madwar.", "Għidna wkoll li jkun għaqli jekk jiġi turist minn barra pajjiżna, jinżel fl-ajruport u minn hemm jeħduh għas-sea terminal għal fuq il-cruiseship, biex imbagħad, kif jispiċċa l-cruise, kif jaslu bil-cruisehip fil-port, isib karozza li tieħdu mis-sea terminal għall- ajruport u jerġa jitlaq 'il hemm.", "Aħna konna għaqlin biżżejjed għax konna qed nipproġettaw li pajjiżna jieħu sura differenti u li l-ambjent ta' pajjiżna jiġi mtejjeb.", "Dan għaliex parti mis-servizz li wieħed irid jagħti lit-turist irid ikun li meta dan jiġi minn barra biex jagħmel cruise fil-Mediterran, meta jasal Malta għandu jiġi mħajjar jagħmel jumejn jew tlieta fostna.", "Ma rridux nispiċċaw - u nagħti eżempju - bħalma qed jispiċċa Għawdex f'ħafna każi fejn qed ikollhom ħafna day-trippers.", "F'Għawdex qed ikollna biss turisti li jiġu hawn Malta u jagħmlu trip ta' xi tmien sigħat madwar Għawdex.", "Aħna ma ridniex li jkollna sitwazzjoni ta' day-trippers li jgħaddu minn Malta biex imorru mill- ajruport għas-sea terminal imma ridna aktar minn hekk.", "Ridna nattiraw aktar turisti biex jagħmlu ftit jiem fostna qabel jew wara l-cruise.", "Sur President, tagħna kien proġett li jaħseb fil-futur, proġett li kellu jwassal lil dan il-pajjiż biex jinbena u kien qed isir investiment sena wara l-oħra.", "Minkejja l-ħofra finanzjarja, fit-22 xahar li għamilna fil-gvern xorta waħda bqajna naraw kif nagħmlu biex nippumpjaw il-flus lil ċerti dipartimenti sabiex ċerti proġetti jimxu 'l quddiem.", "Fosthom wieħed faċilment isemmi l-proġett ta' Birżebbuga, fejn sar proġett li fil- maġġorparti tiegħu sar bil-ħaddiema tal-gvern.", "Dan sabiex ma jkollniex sitwazzjoni fejn għandek il-ħaddiema tal-gvern jieħdu l-paga u ħadd ma jagħtihom xogħol x'jagħmlu, biex imbagħad noqogħdu ngħajruhom għażżenin u minflok ngħadduhom lill-kuntratturi ħalli jaħdmu bihom.", "Il-gvern Laburista mexa u mexa bl-iktar mod rett għax lill-ħaddiema tal-gvern tahom ix-xogħol.", "Meta lill-ħaddiem tal-gvern tagħtih ix-xogħol, dan jagħmlu tajjeb u jħossu onorat.", "Il-ħaddiem iħares lejn dak ix-xogħol u jgħid li dak il-proġett sar bil-ħidma tiegħu għaliex kien hemm min wera fiduċja fil-kapaċitajiet tiegħu.", "Ikun kuntent il-ħaddiem għax juri li l-kapaċitajiet tiegħu huma veri u reali, u r-riżultati huma daqs dawk tal-kuntrattur jekk mhux ukoll aħjar minn tal-kuntrattur u fi żmien relattivament iqsar.", "Barra dak ta' Birżebbuga, rajna wkoll il-proġett ta' Buġibba jsir fi żmien l-amministrazzjoni Laburista.", "Fis-sajf ta' l-1998 inbeda xogħol ieħor fin- naħa tan-nofsinhar ta' Malta, li kien ikopri Birżebbuga, Wied il-Għajn u Marsaxlokk ukoll.", "Parti minn dawn il-proġetti baqgħu għaddejjin u parti oħra, għal xi raġuni jew oħra, waqqfuhom.", "Dan juri l-impenn li kellha l- amministrazzjoni Laburista fi 22 xahar, fejn konna qegħdin ngħidu li ma rridux nimxu 'l quddiem biss bil-proġett tal-Kottonera.", "Konna mxejna 'l quddiem u nafu li l-ftehim kien diġa' ffirmat.", "Konna mxejna ħafna 'l quddiem.", "Irrid ngħid ukoll li huwa kundannabbli li l-gvern ħa tliet snin biex wasal biex hawnhekk iressqilna riżoluzzjoni fuq dan il-proġett ta' Pinto wharf.", "Aħna konna diġa' qegħdin naħsbu biex fil-ftit ġimgħat ta' qabel is-sajf ta' l-1998, inkunu għamilna passi kbar biex inkunu nistgħu nressqu riżoluzzjoni simili f'din il-Kamra ħalli nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "L-istess ħaġa nista' ngħid għal dak li kellu x'jaqsam ma' Manoel Island u Tigne'.", "Il-Partit Laburista kien jemmen f'dawn il-proġetti, inkluż proġetti oħrajn li kienu diġa' qegħdin jiġu avvanzati ħafna kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Kien hemm ukoll il-ħsieb ta' l-iżvilupp ta' Għawdex ħalli l-livell jogħla aktar u nkunu nistgħu nkunu ta' attrazzjoni ħalli l- ekonomija tibda tqum fuq saqajha.", "Mhux ta' b'xejn li l-affarijiet s'issa għadhom il-baħar jekk biex tittieħed deċiżjoni fuq ċerti affarijiet indumu tliet snin!", "Huwa għalhekk li jeħtieġ li llum qabel għada jinbidel il- gvern.", "Għandna bżonn gvern li verament ikollu s-saħħa u r-rieda li jimxi 'l quddiem sabiex dan il-pajjiż ma jibqax nieżel fl-abbissi.", "Hemm ukoll il- bżonn li dan il-proġett ma jitteħidx għalih waħdu.", "Ma nistgħux noħorġu barra fit-triq u ngħidu li aħna ferħanin għax issa se jibdew ġejjin ħafna turisti wara li għaddejna din ir-riżoluzzjoni mill-parlament.", "Aħna nafu li s-sitwazzjoni tat-turiżmu nieżla 'l isfel, Sur President.", "It-turisti li qed jiġu qed ikunu l-ambaxxaturi tal-malawgurju minħabba t- telqa li teżisti fil-pajjiż, bl-ambjent sejjer mill-ħażin għall-agħar.", "Kulma sar fuq l-ambjent f'dawn l-aħħar tliet snin kien li kellna abbozz ta' liġi li tressaq hawnhekk ftit tal-ġimgħat ilu u li bħalissa qed jiġi diskuss fi stadju ta' kumitat.", "Dak l-abbozz ta' liġi bażikament jitkellem fuq kif il-ministru se jipprova jdaħħal id-direttivi u r-regoli ta' l- Unjoni Ewropea.", "Hija ħaġa mill-aktar evidenti li dak l-abbozz ta' liġi qiegħed fuq l-agenda tal-parlament mhux għax il-gvern għandu x'impenn favur l-ambjent imma għaliex qed iġegħilna nagħmlu hekk il-papa' minn Brussell!", "Lill-gvern ta' Fenech Adami l-Ewropa qegħdin jgħidulu li bir-rata li miexi biha, m'għandux ċans li jkun ma' l-ewwel grupp u li jekk mhux se juri mpenn li għallinqas jibda jdaħħal id-direttivi ta' l-Unjoni, wisq probabbli lanqas mat-tieni grupp m'huma se jibdew jikkonsidrawh.", "Jekk f'dan il- pajjiż verament irridu nimxu 'l quddiem bis-serjeta' irid ikollna pjan.", "Il- pjan m'għandux ikun l-Unjoni Ewropea imma l-pjan irid ikun serju.", "Il-pjan irid ikun il-ġid tal-poplu Malti u l-ġid tal-poplu Għawdxi, fis-sens kif se nattiraw iktar turisti u industrija lejn pajjiżna, kif se nerġgħu nqajmu l-ekonomija tal-pajjiż fuq saqajha u kif inħarsu l-aspett soċjali.", "Dak hu l-aqwa proġett li jista' ikollok għal pajjiżek jekk verament tħossok onorat li tissejjaħ Malti.", "Ma jistax ikun, Sur President, li nibqgħu bis-sitwazzjoni li tmur fejn tmur biex tgħum issib kullimkien ikkontaminat jew inkella qiegħed f'livelli li jilgħab bejn kontaminazjoni u le.", "F'dan il-pajjiż, fejn tidħol is- sitwazzjoni ta' l-indafa tal-baħar, qatt ma konna ħażin daqskemm qegħdin illum.", "Dan juri t-telqa li kellna fl-aħħar tliet snin fid-dipartiment ta' l- ambjent, xi ħaġa li mhux jien biss qed ngħidha.", "Jekk ngħidha jien biss forsi ftit nies jagħtu kasi, imma meta l-attakk fuq il-mod ħażin kif qed jitmexxa d-dipartiment ta' l-ambjent ġej minn sorsi li nafu li tradizzjonalment ixaqilbu lejn il-Partit Nazzjonalista, allura hawn tidher il-gravita' tas-sitwazzjoni.", "Qed nirriferi għall-gazzetti li żgur m'humiex favur il-Partit Laburista li waslu biex jattakkaw bl-iktar mod miftuħ it- tmexxija ħażina tad-dipartiment ta' l-ambjent.", "Id-dipartiment mhux biss qed jitmexxa ħażin imma nistgħu ngħidu li wasal sal-point of no return. lllum il-ġurnata wasalna biex qabel wieħed imur jgħum jistaqsi fejn hu tajjeb għall-għawm, inkella joqgħod b'imsarnu f'saqajh li se jispiċċa b'xi forma ta' infezzjoni.", "Naħseb li pajjiżna jixraqlu aħjar u jixraqlu mhux biss li jkollu xi ħaġa bħall-ajruport jew sea terminal, imma li jkollu proġetti kompluti li jolqtu diversi setturi oħrajn ħalli verament naraw li l- affarijiet jimxu 'l quddiem u jimxu bis-serjeta'.", "L-infrastruttura trid tkun tali li tlaħħaq ma' l-iżvilupp li jkun qed isir f'ċerti setturi oħrajn.", "Hu importanti li filwaqt li naraw li jkollna dan il-cruiseliner terminal, naraw ukoll li ma nsibux ruħna f'sitwazzjoni fejn is-sistema infrastrutturali tkun mgħobbija żżejjed, bħalma qed jiġri bħalissa, b'overflow ta' drenaġġ ma' kullimkien.", "Irridu naraw li l-kwalita' ta' l-ilma tkun ta' ċertu livell.", "Aħna nafu li żewġ ilmenti ambjentali li Malta tiġi kkritikata fuqhom f'fora Ewropea, apparti l-miżbla tal-Magħtab, huma l-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb kif ukoll il-kwalita' ta' l-ilma baħar.", "L-Ewropej kellmuna ċar u tond fuq x'livelli qed jistennew li jaraw, kważi kważi b'forza akbar milli fejn tidħol il-kwistjoni tal-miżbla tal-Magħtab.", "Dawn iż-żewġ setturi huma ħafna bżonjużi għalina l-Maltin sabiex pajjiżna jkun konformi mad-direttivi li jsemmu ta' l-Unjoni Ewropea.", "Iżda direttivi u mhux direttivi, jien interessat li nara li f'pajjiżna jkollna l-aqwa infrastruttura ħalli lkoll kemm aħna ngawdu stat ta' ħajja aħjar.", "Mr Speaker, nittama li din ir-riżoluzzjoni ma tkunx waħda li titkellem biss fuq il-cruiseliner terminal.", "Għamlu tajjeb ħafna l-kollegi tiegħi li ma tkellmux biss fuq dan il-proġett imma tkellmu wkoll fuq l-infrastruttura kollha ta' pajjiżna, inkluż it-titjib ta' l-ambjent, ħalli flimkien inkunu qed nagħmlu proġett ħolistiku, kif kien qed jagħmel il-Partit Laburista fit- 22 xahar li dam fil-gvern.", "Aħna nittamaw li dan il-gvern minflok ikompli jonfoq il-miljuni fuq ħafna individwi biex Malta tiġi allineata ma' l- Unjoni Ewropea, jibda verament jirrispetta lill-Maltin u l-Għawdxin u l- miljuni jibda jonfoqhom f'investiment ħalli l-ambjent ikun jista' jieħu r- ruħ.", "B'hekk Malta verament issir fjura f'nofs il-Mediterran u b'hekk it- turisti li jiġu jżuruna jkunu ambaxxaturi għal pajjiżna li jmorru barra minn Malta u jħajru lil ħaddieħor jiġi hawnhekk.", "Illum mhux hekk qed jiġri.", "Illum meta jmorru lura lejn pajjiżhom dawn jgħidu lil sħabhom u lill- familjari tagħhom dwar il-ħmieġ u t-telqa li sabu ġewwa pajjiżna, fosthom il-kontaminazzjoni ta' l-arja u tal-baħar.", "Dawn qed jgħidulhom biex imorru jsibu x'imkien ieħor u ma jiġux hawnhekk.", "Jekk verament irridu nimxu għal sitwazzjoni fejn nattiraw aktar turisti u jekk verament irridu li r-rota ta' l-ekonomija tkompli ddur, dan il-proġett ma jistax jittieħed waħdu imma jrid jittieħed ma' ħafna affarijiet oħra.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nibda biex inressaq żewġ emendi li kopja tagħhom diġa' qassamna lill-oppożizzjoni.", "Għan-nom tal-ministru għall-ambjent, nipproponi li l-abbozz ta' kuntratt li jinstab mar- riżoluzzjoni għandu jiġi emendat kif ġej:", "Emenda \"E\"", "F'section 3 ta' schedule 9 li hemm anness mal-kuntratt, minflok il-kliem li jibda \"It should provide\" sal-kliem \"circa 2,500 sq.m.\" għandhom jidħlu l-kliem \"It should provide for a total gross office floor space of at least 10,000 sq.m. distributed over the four office floor levels (that is excluding the level at semi-basement).\"", "Emenda \"F\"", "F' section 15 ta' Schedule 9 li hemm anness mal-kuntratt, minflok il- paragrafu li jibda \"The full development permits\" sal-kliem \"signing of the deed\" għandu jidħol dan il-paragrafu \"The full development permit application is to correspond to a building on five levels, one semi- basement level and four overlying floors, having the total gross office floor space of ten thousand square metres as specified in the outlined development permit PA 1493/2001\".", "Sur President, id-diskussjoni li kellna fuq din il-proġett, in parti kienet fuq il-proġett ta' VISET u in parti kienet fuq ħafna affarijiet oħra li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' dan il-proġett.", "Saħansitra kien hawn min tkellem fuq kollox minbarra fuq il-proġett ta' VISET.", "Nieħu l- impressjoni li xi kultant meta f'dan il-parlament naqblu fuq l-affarijiet, indumu iktar milli meta ma naqblux!", "Fid-diskussjoni ssemmiet l-awtorita' ta' l-ippjanar u anke ssemma' Wied Għomor u ssemmew ħafna affarijiet oħrajn li ma għandhom x'jaqsmu xejn ma' dan il-proġett, u dan minkejja li kull kelliem beda l-intervent tiegħu billi qal li se jivvota favur.", "Insomma, iktar ma naqblu iktar indumu biex ngħidu għaliex naqblu!", "Issa jekk nipprova nasal biex nara x'kienet il-kritika limitata fuq dan il-proġett, insibu li l-iktar kritika min-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet għaliex l- affarijiet damu.", "L-ewwel ħaġa rridu naraw jekk dan hux veru u anke rridu naraw kemm huwa veru li rigward dan il-proġett tal-cruiseliner terminal fil-Port il-Kbir, kien hemm kollox lest.", "X'ġara sa Settembru 1998 meta tela' dan il-gvern?", "Sa meta tela' dan il-gvern, lanqas l-adjudication ma kien għad hemm imma kien hemm ħruġ ta' sejħiet ħalli dak li jkun jippreżenta l-proġett tiegħu.", "Kien hemm ukoll development brief ta' kif għandhom isiru l-affarijiet - għaliex fuq proġett bħal dan wieħed jistenna li jkun hemm development brief - pero` l-adjudication saret f'Novembru ta' l-1998.", "Dan qed ngħidu biex nuri li fi żmien l-amministazzjoni Laburista la saru diskussjonijiet u negozjati mal-konsorzju fuq il-kwistjonijiet kollha dwar il-vacant possession u lanqas kien sar ix-xogħol li għandu x'jaqsam ma' permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Anzi nżid ngħid, Sur President, li meta ħareġ id-development brief dwar iż- żona, dwar kif se jsir il-proġett u x'inhuma l-parametri tal-proġett taħt il-gvern preċedenti, lanqas kien hemm riferenza għall-fatt li parti mill- art li kienet se tingħata lill-konsorzju ma kenitx tal-gvern.", "Dan skoprejnih wara.", "Aħna sibna ruħna f'pożizzjoni li wara li ħarġu s-sejħiet għal offerti, skoprejna li kien hemm żoni tal-proġett li lanqas biss kienu tal-gvern u li l-gvern kien qed jintrabat li se jagħtihom lill-konsorzju.", "Dan biex ma nsemmix il-kumplikazzjonijiet l-oħra li qamu u li ridna nsolvuhom każ każ dwar proprjeta` tal-gvern mikrija lil terzi.", "Lil dawn il-gvern offrielhom kumpens finanzjarju li kien hemm min aċċettah jew inkella allokalhom post ieħor minn proprjeta` oħra tal-gvern sabiex ikollhom post alternattiv.", "Alternattiva oħra kienet li jakkomodahom ġewwa blokk li se jsir mill-konsorzju a spejjeż tiegħu.", "Jekk xi ħadd jaħseb li dawn l-affarijiet huma faċli nista' nassigurah li m'humiex.", "Kien dan il- gvern li nnegozja ma' dawn is-sidien wieħed wieħed.", "Dan qed ngħidu għaliex saret kritika min-naħa ta' l-oppożizzjoni li dan il-gvern dam biex wasal għall-ftehim mal-konsorzju.", "Jekk imbagħad naraw x'ġara fi proġetti oħrajn li aħna konna ħallejnihom f'Ottubru 1996, bħal per eżempju l-proġett ta' Tigne` u Manoel Island, nistgħu naraw b'liema hekk imsejħa ''enerġija'' il-gvern Laburista ta' Alfred Sant ittekilja l-proġett ta' Tigne` u Manoel Island.", "Fil-proġett ta' Tigne` u Manoel Island – għaliex dawn huma flimkien – kien hemm 80 familja allokati fi blokk tal-gvern f'Tigne.", "Uħud minnhom jista' ikun li kienu proprjetarji, imma jidhirli li ħafna minnhom kienu nkwilini.", "Il-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien irnexxielu jiftiehem ma' 71 minn dawn it-80 familja li kienu qed jokkupaw blokk li se jintuża għall-proġett tal- gvern.", "Jiġifieri kien għad fadal disa' familji li m'aċċettawx il-kumpens li kien offrielhom il-gvern Nazzjonalista biex joħorġu minn hemmhekk.", "Meta erġajna tlajna fil-gvern fl-1998 staqsejna x'ġara minn dawk id-disa' każi li konna ħallejna mhux solvuti u oħroġ l-għaġeb, Alla jbierek, wara 22 xahar ta' gvern Laburista modern u mimli enerġija, l-ebda każ minn dawk ma ġie solvut għax disgħa kienu u disgħa baqgħu!", "Fi 22 xahar ma ġiex solvut każ wieħed minn dawk id-disa' u li minħabba fihom kien qed jiġi ostakolat li jsir il-proġett.", "Mela dawn ma rnexxilhomx isibu soluzzjoni fil-każ ta' disa' familji, meta aħna sibna soluzzjoni għal 71 familja u minn fuq jikkritikawna li qed indumu!", "Fuq dan il-proġett karti biss sibna, imbagħad jikkritikawna għax domna sentejn u nofs biex niftehmu mal-konsorzju VISET!", "Dan apparti l-fatt li f'dan iż-żmien kollu, dan il- parlament approva kemm-il proġett tal-Kottonera kif ukoll il-proġett ta' Manoel Island u Tigne`.", "Solvejna wkoll il-każi ta' dawn id-disa' familji ta' Manoel Island billi jew sibnilhom post alternattiv jew inkella ngħataw kumpens finanzjarju.", "Minkejja li d-development brief ma kienx jindika li hemm proprjeta` privata nvoluta, xorta waħda nstabet soluzzjoni għal kull każ biex inkunu nistgħu nagħtu l-vacant possession.", "L-istess nista' ngħid dwar in-negozjati nfushom mal-konsorzju ta' VISET, kuntratt mhux tas-soltu, kuntratt ikkumplikat.", "Minkejja dan, filwaqt li baqa' jinnegozja mal-konsorzja l-oħra fuq il-Kottonera u mal-konsorzja l- oħra fuq Manoel Island, il-gvern ikkonkluda dan ukoll.", "Trid tkun inġust biex tikkritika lill-gvern Nazzjonalista għax issa qed iressaq il-kuntratt mal-konsorzju VISET, bħal qisu ma ressaqniex proġetti oħrajn.", "F'dawn is- sentejn u disa' xhur il-gvern Nazzjonalista approva minn dan il-parlament tliet proġetti u t-tliet proġetti approvahom - u din hi importanti - wara l-ħruġ ta' outline development permit mill-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Għaliex qed ngħid dan(", "Qed ngħid dan għaliex dan il-gvern għamel sew li qabel għadda kull trasferiment ta' art - u mhux biss fil-każ ta' dawn l-artijiet fuq proġetti kbar imma anki fil-każ ta' dawk l-artijiet li aħna nagħtu lil tennis clubs, football clubs u lill-iscouts - assigura ruħu li hemm mill-inqas mhux il- permess sħiħ imma l-outline development permit ukoll.", "Il-liġi ta' l- ippjanar, għallinqas kif inhi sal-lum, tirrikjedi li biex il-gvern jagħti art lil ħaddieħor, l-użu ta' dik l-art irid ikun approvat mill-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Dan qed ngħidu għax fiż-żewġ każi fejn sar trasferiment jew ippruvaw jagħmlu trasferiment ta' l-art, għalkemm kien hemm development brief, ma kienx hemm l-outline development permit maħruġ mil-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Anzi fil-każ ta' l-iskola ta' St. Michael's lanqas development brief ma kien hemm.", "Fit-tliet każi ta' proġetti kbar, kemm fil-każ tal-Kottonera, kemm fil-każ ta' Manoel Island u Tigne` kif ukoll f'dan il-każ tal-cruiseliner terminal, dan il-gvern ma ressaqx il-proposta għat-trasferiment ta' l-art biex tgħaddi minn dan il-parlament mingħajr ma qabel kien hemm l-outline development permit.", "Hekk tirrikjedi s-serjeta`.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li kien dan il-gvern li emenda l-liġi tat-trasferiment ta' art tal-gvern biex qabel ma jittrasferixxi art b'riżoluzzjoni parlamentari, il-proċess jgħaddi mill-għarbiel ta' kumitat imwaqqaf apposta minn din il-Kamra.", "Jekk ikun hemm persuna waħda minn dak il-kumitat li toġġezzjona, allura tkun trid issir it-tieni diskussjoni fi stadju plenarju tal-Kamra.", "Jekk xejn, b'dan il-pass aħna żidna l-kontrolli u s-salvagwardji fuq il-proċess ta' kif tiġi ttrasferita art tal-gvern.", "Mr Speaker, aħna nieħdu gost naraw li anki ż-żewġ proġetti li ġew approvati f'dawn l-aħħar sentejn u nofs qed jagħtu l-frott.", "Proprju fl-ewwel ta' Awissu se jinfetaħ il-casino` fil-Kottonera!", "Fejn qatt konna nobsru li se jirnexxielna nġibu investiment biex jiftaħ casino fil-Kottonera( Aħna nieħdu gost ukoll naraw li qed isiru blokki ta' appartamenti ta' lussu ġewwa l-Kottonera.", "Kien hemm xi ħadd li kkritikana għax qal li dawn m'humiex ta' natura soċjali, fis-sens li jkun hemm appartamenti ta' lussu.", "Jiena ma naqbilx ma' dan, kif stqarr ukoll l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, wieħed miż-żewġ deputati tagħna mid-distrett tal-Kottonera.", "Huwa tajjeb li nġibu ċertu tip ta' żvilupp kemm jekk huwa casino` u kemm jekk huma appartamenti ta' lussu għax il-Kottonera ħaqqha li jkollha dak it-tip ta' investiment.", "Tajjeb ukoll li nagħmlu lukandi 5-star ġewwa l-Kottonera.", "Dawn se jkunu firsts fi kwalunkwe qasam - l-ewwel casino` fl-area tal-Kottonera, l-ewwel blokk ta' appartamenti ta' lussu fil-Kottonera u l-ewwel darba li se jkun hemm lukanda 5-star ġewwa l-Kottonera.", "Il-proġett qed ikompli billi mhux biss ġie rrestawrat Scamps Palace ħalli fl-ewwel ta' Awissu jinfetaħ il- casino`, imma beda wkoll ix-xogħol fuq il-blokk ta' appartamenti.", "Twaqqa' dak il-pont ikrah li kien hemm ta' Sant Anġlu u twaqqa' ukoll dak il-bini fejn ġew akkomodati persuni ta' nazzjonalita` Ċiniża li qed jaħdmu f'Malta.", "Dawn kollha punti li juru l-iżvilupp li hemm għaddej fuq il-proġetti li diġa' approvajna.", "L-istess japplika għal Tigne` u Manoel Island.", "F'Tigne` diġa' beda t-tħaffir, kemm għall-pedamenti kif ukoll għat-triq li se tgħaddi minn taħt, bil-carpark ukoll, jiġifieri diġa` hemm frott tax- xogħol li qegħdin nagħmlu.", "Nieħu gost ninnota wkoll li bdew isiru, skond kif hemm impost fil-kuntratt, interventi ta' emerġenza fuq il-forti Manoel.", "Dan il-forti hu wieħed mill-isbaħ li għandna f'pajjiżna imma l-qagħda tiegħu hi tal-mistħija.", "Dan se jirrikjedi investiment qawwi u b'dan il-mod se nippreservaw parti mill-wirt storiku tagħna u nieħu gost nara li bis- saħħa tal-kuntratti li approvajna f'dan il-parlament, għallinqas bdew l- ewwel interventi ta' emerġenza fuq il-forti Manoel biex il-ħsara li hemm ma tkomplix tiżdied.", "Issa se niġi għal xi punti speċifiċi li tqajmu min-naħa ta' l-oppożizzjoni, Sur President.", "L-Onor.", "Chris Cardona qalilna li dan hu kuntratt open-ended, jiġifieri mhux se jkun hemm terminu ta' żmien biex wieħed ilesti l-proġett.", "Jien naħseb li mhux qed naqraw l-istess kuntratt għax f'paġna 31 insibu ċar u tond it- termini li fihom għandu jitlesta l-proġett.", "Skużawni li se jkolli nagħmilha imma se jkolli nikkwota ħalli nwieġeb il-kritika li hemm, għalkemm kont nimmaġina li kulħadd jista' jaqra u jifhem l-istess ħaġa!", "Klawsola 3 tgħid hekk:", "\"The emphyteuta shall develop the emphyteutical site within the timeframes set out in schedule V to this deed.\"", "F'schedule V hemm mhux biss li l-proġett irid isir fi żmien erba' snin - u qiegħda iktar tard fil-klawsola li qed insemmi - imma hemm ukoll li x- xogħol f'dawk l-erba' snin irid jitqassam skond schedule li hu parti mill- kuntratt.", "Dan ifisser li jrid jagħmilhom skond it-timeframes li hemm stipulati.", "Jingħad ukoll li:", "\"... and shall in respect of each phase as set out in that schedule, spend a sum of not less than the amount indicated in respect thereof.\".", "Dan hu total ta' Lm10 miljun.", "Mela fl-iskeda hemm il-perjodu ta' kif għandu jsir kull stadju ta' l-iżvilupp u kemm għandu jintefaq mill-Lm10 miljun fl-istadju ta' l-iżvilupp.", "\"The emphyteuta shall expend an overall sum of not less than Lm10 million within a period of four years from today.\"", "Fi skeda ħamsa tal-kuntratt hemm miktub li x-xogħol fuq l-international cruiseliner passenger terminal kif ukoll fuq l-international sea passenger ferry terminal irid jitlesta fi żmien erba' snin.", "L-erba' snin ma jibdewx jgħoddu mill-mument li joħroġ il-permess ta' l-awtorita` ta' l-|ppjanar imma mill-mument li jiġi ffirmat dan il-kuntratt.", "Mill- mument li jiġi ffirmat il-kuntratt – u hawnhekk irrid ngħid li anki l-gvern irid jassigura ruħu minn ċerti garanziji daparti tal-konsorzju – sakemm jitlesta l-proġett irid ikunu għaddew erba' snin.", "Dan hu obbligu ta' l- enfitewta, Sur President.", "L-Onor.", "Cardona qal ukoll li se jkun hemm tnaqqis fil-ħlas taċ-ċens.", "Dan mhux veru.", "Jekk wieħed iħares lejn iċ-ċens u kif se jitħallas isib li ċ- ċens hu ta' Lm240,000 u dawk m'hemm l-ebda tnaqqis tagħhom.", "Klawsola 2 tal- kuntratt tgħid:", "\"The emphyteuta shall pay to the government ground rent in the amount of two hundred and forty thousand Maltese Lira per annum to be paid in two equal instalments.\"", "U jitħallsu bil-quddiem.", "Jiġifieri fl-ebda mument m'hemm xi tnaqqis.", "L- abatement mhux qiegħed fuq iċ-ċens imma fuq il-parteċipazzjoni tal-gvern mill-profitti li se jagħmel il-konsorzju.", "Din hi l-ewwel darba li permezz tan-negozjati li saru mill-gvern preżenti mal-konsorzju - u ta' min ifaħħarha din il-ħaġa - il-gvern mhux se jieħu biss il-benefiċċju taċ-ċens imma d-dħul tal-gvern se jkun qed jinkludi sehem mill-profitti tal- konsorzju.", "Aħna nisperaw li jkun hemm dawn il-profitti sabiex il-gvern jieħu s-somma li skond il-kuntratt għandu dritt għaliha.", "Hi f'dak il- persentaġġ ta' kemm se jdaħħal il-gvern mill-profitti tal-konsorzju li jistgħu jitnaqqsu u se jkun hemm abatement li jonqos maż-żmien.", "Din hi l-ewwel darba li minbarra ċ-ċens, se jkun hemm ukoll il-ħruġ ta' preference shares ta' iktar minn Lm1 miljun f'nominal value favur il- gvern.", "Għalhekk ikun jista' jieħu dividend ta' 10% minn dawk ix-shares li hemm fil-konsorzju.", "Qatt ma kien hemm negozjati li wasslu għal dan it- tip ta' kuntratt li l-gvern ma jipparteċipax biss bil-ħlas taċ-ċens.", "Id- dħul tiegħu ma jkunx biss il-ħlas ta-ċens imma jkun ukoll il-ħruġ ta' shares u sehem mill-profitti li jkun hemm.", "Hemmhekk iva hemm abatement, imma fil-ħlas ta' Lm240,000 lill-gvern bħala ċens m'hemmx abatement.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar u anki membri oħrajn min-naħa ta' l-oppożizzjoni staqsew jekk ix-shares jistgħux jiġu ttrasferiti waqt li qed isir il- proġett.", "Din staqsewha xi tliet darbiet.", "Ir-risposta hi ċara u tonda.", "Fil- kuntratt innifsu hemm ċar u tond li sakemm idum dan il-kuntratt, ma jista' isir l-ebda trasferiment tax-shares ta' l-ishma tal-konsorzju sakemm il- proġett ikun lest kollu.", "Dan kollu jinsab fi klawsola 19 li tgħid hekk:", "\"No part of the utile dominium of the emphyteutical site or any rights or licence granted to the emphyteuta in accordance with this deed and no shares ...\"", "Mela sakemm jitlesta l-proġett, huwa pprojbit mhux biss it-trasferiment tax-shares ta' l-ishma fil-konsorzju imma ukoll it-trasferiment ta' l- utile dominium tal-proġett innifsu.", "Mela dawn iż-żewġ affarijiet, l-utile dominium u l-ishma fil-kumpannija tal-konsorzju, ma jistgħux jiġu ttrasferiti inter vivos.", "Naturalment jekk xi ħadd imut l-armla tkun tista' tieħu x-shares tar-raġel, imma dan it-trasferiment ma jistax isir bejn ħajjin, inter vivos, ''before the project is complete and operational in accordance with this deed and before the works envisaged in paragraphs 'A' and 'B' of clause 5 have been completed.\"", "Paragraphs 'A' u 'B' jirriferu għat-triq li se ssir u li se tgħaqqad lil dik in-naħa tal-Belt mal-Marsa.", "Din se ssir a spejjeż tal-konsorzju li mbagħad jittrasferiha lill-Gvern ta' Malta.", "Veru li hu kuntratt voluminuż, imma konna nistennew li qabel ma jsiru ċerti domandi wieħed jeżamina ftit il-kuntratt fejn ir-risposti huma ċarissimi.", "Jien qrajthom tliet darbiet għax ħsibt li hemm xi ħaġa li mhux qed iddoqqli imma fil-fatt hi ċara fil-kuntratt li sakemm jitlesta l- proġett u jibda jopera, la jista' isir trasferiment ta' l-utile dominium u lanqas jista' isir trasferiment tax-shares.", "Xi ħadd qal ukoll li dan il-proġett se jkun il-bojja tal-port workers.", "Dan il-proġett bl-ebda mod m'hu se jaffettwa lill-burdnara u l-port workers sakemm mhux se joqogħdu jġorru f'ħoġorhom u fuq spallejhom il-passiġġieri!", "Bl-ebda mod dan il-proġett m'hu sejjer jaffetwa lin-nies tal-cargo handling jew lin-nies tal-port work scheme.", "Dan hu terminal għall-passiġġieri u mhux għall-cargo.", "L-istess nistgħu ngħidu dwar jekk il-ħwienet ikunux duty- free jew le.", "Dan il-proġett m'huwiex ibbażat fuq il-bejgħ tad-duty-free – imma dan il-proġett hu ħafna ikbar minn hekk.", "It-tieni, il-ħwienet li se jkun hemm lanqas għandhom jaffettwaw lill-ħwienet tal-Belt u se nispjega għaliex.", "L-ewwel ħaġa, kemm jekk sar fi żmienkom u kemm jekk sar fi żmienna, din il-problema dejjem kienet se tqum għaliex xorta waħda kien se jkun hemm il-ħwienet fil-cruise liner terminal.", "Ma naħsibx li min se jopera l-cruise liner terminal ma kienx se jitlob lill-gvern l-ieħor ukoll sabiex juża l-parti kummerċjali tal-proġett.", "Naħseb li ma jagħmilx sens u lanqas kien ikun viabbli.", "Ma nistax nimmaġina li xi ħadd jiġi Malta għall-ewwel darba, jidħol fit- terminal, jara dawk is-swar u l-Belt quddiemu u ma tiġihx imqar il-ħajra li jidħol sal-Belt.", "Jien naħseb li din hi ftit diffiċli.", "Kieku f'pajjiżi ħafna ikbar forsi, imma naħseb li wieħed ikun qed iġebbidha ftit iżżejjed meta jgħid li għax se jinfetħu l-ħwienet fil-cruise liner terminal dawn se joqtlu l-ħwienet tal-Belt.", "F'pajjiż żgħir bħal tagħna, meta xi ħadd jiġi fuq cruise għall-ewwel darba, jidħol fit-terminal, jixtri mill-ħwienet u jmur lura fuq il-vapur.", "Il-verita` hi li dawn il-ħwienet l-iktar li se jservu, bħal fl-ajruport, hu sabiex dak li jkun jiftakar f'xi ħaġa li jkun irid jixtri lil xi ħadd.", "Dan bl-ebda mod m'hu se jtellef it-turiżmu tal- Belt Valletta.", "It-turist iħobb jixtri mill-ħwienet, mis-suq, mill-ħwienet tal-Belt u mbagħad se mai jixtri xi affarijiet ta' l-aħħar hekk kif ikun se jidħol jew inkella kif ikun ħareġ minn pajjiżna.", "Rigward l-akkomodazzjoni li se jkun hemm, aħna rnexxielna f'dawn is-sentejn u nofs insibu alternative accommodation għan-nies ta' Tigne`.", "In-naħa l- oħra fi 22 xahar ma solvewx każ wieħed.", "Aħna rnexxielna nipperswadu lill- konsorzju biex jibni b'xejn blokk għan-nies li se jiġu diżlokati miż-żona li se tingħata lill-konsorzju.", "Għalhekk ħadt gost li kont jien bħala ministru responsabbli mill-artijiet li nagħlaq dan id-dibattitu.", "Jekk xejn, dan id-dibattitu wera kemm dan il-gvern mexa bis-serjeta` fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Dan il-gvern mexa b'enerġija sħiħa biex f'temp ta' inqas minn tliet snin ikkonkluda n-negozjati, l-outline development permit u l-kuntratt tat-trasferiment ta' l-artijiet ta' tliet proġetti kbar.", "Fl-aħħarnett nixtieq nassigura lill-Onor.", "Michael Farrugia li aħna m'aħniex se ninżlu mill-gvern ħlief meta jkun irid il-poplu.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ħaddieħor waqa' wara 22 xahar, aħna fuq l-ebda proġett m'aħna se naqgħu wara 22 xahar!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-ewwel il-mistoqsija fuq l-emenda \"A\" mressqa mill-Ministru għat-Trasport f'isem il-Ministru għall-Ambjent fis- seduta ta' fil-għaxija tal-25 ta' Lulju 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru għat-Trasport f'isem il-Ministru għall-Ambjent fis-seduta tal-25 ta' Lulju, 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda \"C\" kif imressqa mill-Ministru għat-Trasport f'isem il-Ministru għall-Ambjent fis-seduta tal-25 ta' Lulju, 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda \"D\" kif imressqa mill-Ministru għat-Trasport f'isem il-Ministru għall-Ambjent fis-seduta tal-25 ta' Lulju, 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda \"E\" kif imressqa mill-Ministru ta' l-Intern f'isem il-Ministru għall-Ambjent fis-seduta tal-lejla.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda \"F\" kif imressqa mill-Ministru ta' l-Intern f'isem il-Ministru għall-Ambjent fis-seduta tal-lejla.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi r-riżoluzzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "ll-Mozzjoni kif emendata għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 17 ta' Settembru, 2001 fid-9.00 a.m. b'aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Sur President, nixtieq nieħu din l-opportunita` biex nawgura l-vaganzi t- tajba lill-kollegi tiegħi taż-żewġ naħat.", "Ovvjament uħud minna ma jistgħux jabbandunaw ir-responsabbiltajiet tagħhom, pero` ċert ukoll li kull deputat sejjer japrezza dan il-perjodu li ġej fejn ikun jista' jistrieħ iżjed u jgawdi l-familja iżjed.", "Nixtieq ukoll nirringrazzja lilek, Sur President, u lill-istaff tal- parlament għax-xogħol kollu li għamiltu matul ix-xhur li għaddew u nawguralkom il-vaganzi t-tajba.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għan-nom ta' l-oppożizzjoni ningħaqad mal-kollega tiegħi u ngħaddi l-istess xewqat li għamel il-Viċi Prim Ministru lid-deputati u lill-istaff.", "Pero` nixtieq ukoll nagħti l-awguri ta' mistrieħ lill-poplu Malti kollu, mistrieħ mhux biss fiżiku imma anke mentali għax tajjeb li nfakkar li qabel l-elezzjoni ta' l-1998, l-Onor.", "Gonzi kien wiegħed serħan il-moħħ l-għada li jkun hemm il-partit tiegħu fil- gvern.", "Minkejja li l-partit tiegħu issa qiegħed fil-gvern, ħafna nies tax- xogħol ċertament m'humiex moħħhom mistrieħ minħabba l-problemi kbar li hawn.", "Mhux qed ngħid dan biex inkun ostili lejn in-naħa l-oħra imma għax hu stat ta' fatt, Sur President.", "Kulħadd ikellmek dwar l-għoli tal-ħajja u dwar li llum il-paga m'għadhiex isservi u dwar il-pensjoni u dwar il-fatt li dawk li llum għandhom 40 sena jew iżjed ma jafux x'se jiġri mill-pensjoni tagħhom.", "In-nies jinkwetaw għax il-waiting lists ta' l-isptar qegħdin dejjem jitwalu u għax spiċċajna fi stat fejn min għandu biex iħallas jinqeda malajr għax imur privat, filwaqt li min m'għandux biex iħallas ikollu jistenna xi ħames xhur fi stat ta' tbatija fiżika u stress mentali.", "Iżda l-problemi ta' saħħa mhux qegħdin biss fl-isptar imma anke f'affarijiet li lanqas jidhru, u hawnhekk irrid nikkummenta dwar il-kwalita` ħażina ta' l-arja fin-naħa t'isfel ta' Malta minħabba l-famuż trab iswed.", "Nistieden lill-ministru għall-ambjent biex jibgħat xi osservatur ħa jara b'għajnejh kif mejda li titnaddaf filgħodu, issir sewda faħma sa filgħaxija tant kemm hemm pollution ta' l-arja f'dawk in-naħat.", "Din l-arja maħmuġa tinżel fil-pulmun ta' l-anzjani u tat-tfal.", "Dan hu li qed joħloq l-inkwiet fost il-familji u addio s-serħan il-moħħ li kien wiegħed l-Onor.", "Gonzi, Sur President.", "L-Onor.", "Bartolo tkellem dwar ir-riżultati xejn tajbin li qed joħorġu mis- sistema edukattiva u dan għaliex m'hemmx pjan ta' kif norbtu l-edukazzjoni tal-lum mal-bżonnijiet tax-xogħol ta' għada.", "Il-gvern jgħid li se jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea fejn hemm bżonn ta' ħiliet lingwistiċi, ħiliet ta' snajja` u ħiliet ta' teknoloġija moderna, imma dan kollu mhux qed jiġi rifless la fis-sistema edukattiva u lanqas fir-riżultati li joħorġu minnha.", "Il-poplu qed iħoss in-nuqqas ta' investiment u qed jara li l-wegħdiet ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol li kien għamel il-Partit Nazzjonalista mhux talli ma seħħewx, talli t-theddida għall-impjiegi eżistenti hi dejjem iżjed qawwija u dawk li kienu jaħdmu f'fabbriki kbar u sodi, illum jinsabu bl-impjieg tagħhom mhedded.", "Jiġu jkellmuni ħafna koppji żgħar li jaħdmu b'kuntratt definit u għalkemm dan il-metodu li jimpjegaw b'kuntratt definit hu tajjeb sa ċertu punt - għax nafu li ħafna mill-qgħad li kien hemm fl-Ewropa naqas b'dan il-metodu - nifhem il-frustrazzjoni ta' koppji żgħar li b'dan il-mod ma jistgħux jippjanaw il-futur tagħhom, speċjalment meta b'dan it-tip ta' impjieg, il- koppja ssibha ferm aktar diffiċli biex tissellef minn istituzzjonijiet finanzjarji.", "Dawn huma problemi li aħna d-deputati niltaqgħu magħhom kuljum, biex ma nsemmix il-problemi kbar u t-taqtigħ ta' qalb li hemm aktar ma l-gvern iressaq lil pajjiżna lejn l-Unjoni Ewropea, taqtigħ ta' qalb kuntrastat mal-ftaħir tal-gvern dwar kemm għalaq kapitli.", "Kull settur jagħmel il-kalkoli tiegħu biex jara kif se jintlaqat, pero` m'hawnx informazzjoni biżżejjed biex wieħed ikun jista' jagħmel dan b'ċerta preċiżjoni.", "Biżżejjed insemmu l-kwistjoni tal-bdiewa u s-sajjieda u l-fatt li sal-lum ħadd għadu ma jaf kif se jimxu l-affarijiet.", "Anke l-FOI u l-GRTU indunaw kemm kellu raġun il-Partit Laburista meta kien jgħid x'impatt ħażin se jkollha s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, speċjalment fis-settur tal-biedja u sajd.", "F'dan is-settur hemm rewwixta kwieta u ħafna bdiewa u raħħala qed iċemplulna u jistaqsu ħafna mistoqsijiet li ħadd ma jista' iwieġeb għax min-naħa tal-gvern mhux qed tasal l-ebda informazzjoni konkreta u kollox qiegħed fl-arja.", "Il-gvern m'għandux pjan biex lil dawn in-nies iserħilhom rashom u jgħidilhom x'se jsir minnhom.", "Apparti l-bdiewa u s-sajjieda, ejja ma ninsewx lit-tarznari li sa erbat ijiem ilu kulħadd kien jiftaħar bihom li għamlu xogħol tajjeb fuq La Salle, imma sadanittant il-gvern m'għandux pjan biex jagħtihom direzzjoni u jgħidilhom x'se jkun il-futur tagħhom.", "Dawn jafu biss li l- gvern talab perjodu ta' transizzjoni biex forsi t-tarzna tiġi fuq saqajha, imma ma hemm l-ebda pjan biex dan iseħħ.", "Nixtieq ngħid kelma wkoll fuq l-inkwiet li għandhom il-ġenituri minħabba l- problema kbira tad-droga, li mhix tort ta' naħa jew oħra.", "Pero` sfortunatament minn hu involut f'dan il-negozju maħmuġ għandu s-saħħa tal- flus u jista' jixtri anke lil dawk li suppost jiġġeldulu.", "Apparti d-drogi, għandna l-problema kbira tal-kriminalita` u tat-traffikar ta' immigranti llegali, ġeneralment bl-involviment ta' l-istess nies, nies ta' ċerta saħħa finanzjarja li kapaċi jikkorrompu u jagħmlu li jridu.", "Mhux l-iskop tiegħi li nipponta lejn xi naħa pero` hu fatt li dawn l-affarijiet qed jiġru f'pajjiżna.", "Imbagħad hemm ħaġa oħra li għandna nirriflettu fuqha f'dan il- perjodu ta' anqas attivita` u din tapplika għalina d-deputati, Sur President.", "Jekk kemm-il darba rridu li xi darba nerġgħu nakkwistaw lura r-rispett ta' min qiegħed hemm barra jismagħna, nies li bagħtuna hawnhekk biex nirrappreżentawhom f'dan il-parlament, jiena nemmen li rridu nerġgħu nibdew naħdmu bis-serjeta` biex nerġgħu nirbħu l-kredibilita` u r-rispett li jġorr miegħu l-appellattiv ta' \"onorevoli\".", "Naħseb li kien hemm okkażjonijiet fejn id-dibattitu ma kienx tal-livell mixtieq pero` nemmen ukoll li biex ma jinżilx il-livell, wieħed irid jara li jkun hemm it-twettiq bis- serjeta` ta' demokrazija parlamentari.", "Il-gvern ma jistax jibqa' għaddej b'dik li jien ngħidilha l-arroganza tal-poter fejn għax hu għandu bżonn sempliċement maġġoranza biex imexxi, jiġi jaqa' u jqum min-naħa l-oħra.", "F'parlamenti oħra barra minn Malta, ikun hemm maġġoranza ħafna ikbar minn tal-gvern preżenti imma xorta waħda l-oppożizzjoni u d-demokrazija parlamentari jiġu rrispettati.", "Sur President, qed ngħid dan minħabba fatti li ġraw dan l-aħħar u fil-fatt bgħatt ittra lis-Sinjorija Tiegħek f'isem il-grupp parlamentari biex nipprotesta kontra l-mod kif ġie mpost fuqna abbozz ta' liġi bl-iskuża ta' l-urġenza.", "Jekk il-parlament hux se jispiċċa kmieni jew tard ma nafx, pero` jibqa' il- fatt li minkejja li l-parlament se jagħlaq illum, fuq l-order paper hemm imniżżel li l-kumitat li se jkun qed jikkonsidra l-abbozz ta' liġi dwar l- ambjent irid jibqa' jaħdem matul il-ġimgħa kollha mis-7.30 p.m. sal-11.00 p.m. u dan għaliex il-gvern iddeċieda arbitrarjament li jagħmel hekk.", "Issa dan kollu qed isir minkejja d-diskussjoni kollha li kien hemm fil-kumitat tax-xogħol tal-Kamra u minkejja l-kontribut u r-rieda tajba li wriet l- oppożizzjoni meta ħadet parti fl-ewwel laqgħa tal-kumitat u sejra anke llum tieħu sehem.", "Dan qed isir għax ma ridniex niġu f'pożizzoni fejn qisna ma rridux nieħdu sehem f'dan il-kumitat, għax inkella tan-naħa l-oħra malajr joħorġu jakkużawna li ma jimpurtaniex mill-ambjent meta ovvjament dan mhux il-każ.", "Nikkritika wkoll il-mod kif il-prim ministru qabad u ħatar kummissjoni elettorali bl-aktar mod anti-demokratiku u injora kompletament lil din in- naħa tal-Kamra.", "Mhux talli hekk, talli meta ċerti kummissjonarji elettorali ġew mistoqsijin dwar dan qalu li ma jafux x'inhuma l-problemi li nqalgħu.", "Din hi ħaġa li jenħtieġ li tiġi rrimedjata b'xi mod.", "L-istess jista' jingħad għal meta dan il-parlament ġie ffaċċjat b'mozzjoni li tagħti interpretazzjoni unilaterali tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna u dawn ta' quddiemna ħasbu li din tista' tiġi mposta fuqna b'maġġoranza sempliċi, meta dan għandu jsir b'maġġoranza ta' żewġ terzi kif titlob il- Kostituzzjoni.", "Dawn huma affarijiet li wieħed ma jippretendihomx minn gvern demokratiku.", "Nittama wkoll li meta jerġa' jibda l-parlament, tan-naħa l- oħra jkunu iżjed propensi li jagħmlu nkjesti parlamentari jekk dawn jintalbu.", "Qed ngħid dan għaliex din in-naħa kemm-il darba talbet inkjesti parlamentari imma dawn qatt ma seħħew għax donnu din il-kultura ta' inkjesti parlamentari f'dan il-parlament mietet.", "Meta aħna konna fil-gvern – issemma' il-każ tal-Garden of Eden reċentement – tan-naħa l-oħra riedu nkjesta u aħna għamilniha.", "Issa min-naħa tagħna, hemm ħafna affarijiet li nemmnu li ħaqqhom li jiġu nvestigati permezz ta' inkjesta parlamentari – dwar il-ħarba ta' El Zabi, dwar il-każ tad-Daewoo u dwar x'qed jiġri f'Chambrai - imma l-gvern dejjem irrifjuta u pprefera jgħid li qed isiru nkjesti nterni.", "Dawn l-affarijiet insemmihom għax nemmen li jekk kemm-il darba qegħdin hawnhekk biex naħdmu u biex nagħtu kontribut għall-pajjiż, irid ikun hemm sistema parlamentari li taħdem b'mod demokratiku u b'mod ġust u mhux ikun hemm il-maġġoranza li tipprova tirrombla kulma trid fuq l- oppożizzjoni mingħajr ma tagħti kas ta' xejn li jingħad min-naħa tagħna.", "Nawgura lill-kollegi tiegħi serħan tajjeb matul is-sajf li ġej ħalli meta nerġgħu nibdew, inkunu propensi li nħarsu lejn l-opinjonijiet differenti ta' xulxin b'aktar sens ta' tolleranza.", "Dan għandu jkun l-ispirtu li fih għandu jaħdem dan il-parlament jekk verament irridu naħdmu biex intejbu l- ġid komuni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għax għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet, il-gvern jaħseb li jista' jagħmel li jrid f'dan il-parlament u minn fuq jipprova jagħti l-impressjoni li hi l-oppożizzjoni li qed toħloq l-ostakli u l-inkwiet u mhux in-naħa tal-gvern.", "Sfortunatament anke s-Sedja hi kompliċi f'dan l-aġir partiġġjan u għandi l-provi ta' dan li qed ngħid.", "Għax ma tistax is-Sedja tgħid li m'hemm xejn ħażin li nibdew s-seduta għaxar minuti wara l-ħin stabilit meta hemm ruling ta' l-4 ta' Diċembru 1998 li rridu nibdew preċiż fil-ħin.", "Ċertament mhix il-funzjoni tas-Sedja li tipproteġi n-naħa tal-gvern.", "Nitkellem ukoll dwar il-kamra t'isfel li s-Sedja kelli tgħaddi lill- oppożizzjoni wara li saru xi alterazzjonijiet minħabba l-lift.", "Dik il- kamra suppost dħalna fiha xi sena ilu imma dan ma ġarax għax is-Sedja b'mod propagandistiku qed tistenna l-opportunita` biex tagħmel xi ftit propaganda rħisa u turi li qed tagħti xi ħaġa lill-oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) M'għandix għalfejn nitkellem fuq l-abbużi sfaċċati li jsiru min-naħa tal-gvern, imma donnu li s-Sedja ma' l-oppożizzjoni biss taqbad.", "Dik il-kamra tlestiet imma minflok li s-Sedja tatna ċ-ċavetta, qagħdet tistenna l-ħin opportun biex kif diġa` għedt tagħmel xi daqsxejn propaganda u għaddiet sena u din ċavetta għadna mingħajrha.", "Issa naraw tasalx wara dan li qed ngħid!", "Imbagħad xi ngħidu meta niġu għal dan il- parlament?", "L-oppożizzjoni qed iżżomm ħalqha magħluq u qed timxi b'mod demokratiku, iżda n-naħa tal-gvern dan ma tapprezzaħx u minfuq takkużana b'ħafna bsaten fir-roti, u anke hawn s-Sedja qed tkun kompliċi.", "Xi ngħidu dwar il- mistoqsijiet parlamentari?", "Ma nafx kemm-il interpellanza nagħmlu mingħajr ma ningħataw risposta, anzi bil-wiċċ vili jiġi l-ministru u jgħidilna li ma jħossx li għandu jirrispondi.", "X'affarijiet dawn!", "Dan kif jista' ministru jiddeċiedi li ma jagħtix risposta fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż meta din l-istituzzjoni qiegħda proprju biex il-poplu jkun jaf x'qed jiġri?", "Mhux hekk biss imma meta tipprotesta għax ma tingħatax risposta jew tingħata risposta ħażina u tgħajjat quorum, jgħidulek li qed tagħmel l- ostakli!", "Din il-ġimgħa stess jien żvelajt li kienet intremiet il-ħamrija fil-każ tal- proġett ta' l-isports complex tal-Kottonera, iżda l-ministru għall- agrikoltura u sajd qal li mhux veru.", "Ippermettili, Mr Speaker, naqra silta mill-minuti tal-planning authority tat-8 ta' Marzu ta' din is-sena:", "\" It was agreed that the planning authority is to formally request the department of agriculture to take action against the applicant for breaching the soil preservation order.\"", "Mela veru li ntremiet il-ħamrija!", "Allura dawn x'kummiedji huma?", "L-istess ħaġa ġrat fil-ġnien ta' Ħaż-Żabbar li spiċċa f'diżastru u anke hawn il-ministru qal li mhux veru.", "Imma anke hawn għandi l-provi u nista' nikkwota minn press release maħruġa mill-ministeru għall-agrikoltura u sajd:", "\"Id-dipartiment ta l-permessi sabiex tiġi mqiegħda ħamrija fil-masġar taż-żebbuġ għall-ħolqien ta' park fil-lokalita`.", "Qabel l-ittra li kiteb il-kunsill u qabel ma kien magħruf li kienet sejra ssir konferenza stampa, uffiċjali mid-dipartiment marru l-uffiċċju tal- kunsill sabiex tittieħed azzjoni kontra min kien responsabbli ta' dan l-att vandalu.\"", "Dan ifisser li dan l-att vandalu ġara.", "L-istqarrija fuq hekk ħarġet u l- ministru ma jistax jgħid li mhux veru!", "Dawn qed jippretendu li nħallu din l- arroganza tal-gvern tibqa' għaddejja?", "B'liema mod demokratiku rridu nipprotestaw jekk mhux hekk?", "Minn fuq il-ministru joqgħod iparla fil-vojt biex jaħli l-ħin u ma jagħtix ċans lill-oppożizzjoni tagħmel il- mistoqsijiet li għandha tagħmel.", "Allura b'dawn l-affarijiet kollha, kif jista' jiġi l-whip tan-naħa tal-gvern u jgħid li jmissna nistħu għax li kieku ma kienx hawn membri biżżejjed min-naħa tal-gvern biex jifformaw quorum, kieku ma kenitx tiġi diskussa mozzjoni biex jitħassar avviż legali dwar it-tariffi.", "Ejja ma ndaħkux nies!", "Hu fatt magħruf li l-quorum jista' ma jiġix sostnut u kulħadd jaf li jekk jiġi sostnut, il-Kamra tiġi aġġornata għal ġurnata oħra bl-istess aġenda.", "Jiġifieri żgur li l-mozzjoni kienet tiġi diskussa xorta waħda.", "Il-whip tan-naħa tal-gvern qal li peress li din kienet liġi importanti, kien hawn biżżejjed deputati biex jintlaħaq quorum.", "Allura ngħid jiena fid- drabi fejn ma kienx hemm quorum, il-liġijiet li kienu qed jiġu diskussi ma kenux importanti?", "Meta ġara l-istess fid-diskussjoni tal-budget, dan forsi ma kienx importanti?", "Dawn kontradizzjonijiet!", "Hawnhekk is-Sedja u l-istaff huma kompliċi għax meta ngħajtu quorum, mhux tan-naħa tal-gvern imorru jfittxu l-membri imma l-istaff tal-clerk u probabbilment anke mill-uffiċċju ta' l-ispeaker!", "Dawn l-affarijiet narawhom b'għajnejna u m'aħniex qed nivvintawhom.", "Qed ikun hemm arroganza sfaċċata ma' ċerti membri ta' l- oppożizzjoni u minn fuq jgħidu li aħna qed nagħmlu l-ostakli!", "L- oppożizzjoni hi demokratika u qed timxi b'mod demokratiku u hu l-gvern li qed jimmina u jostakola.", "Din sistema faxxista, basta taparsi jemmnu fid- demokrazija!", "Apparti dan kollu, jiena nixtieq inkun naf x'inhi l-attendenza tal-membri f'dan il-parlament, kemm minnhom jitniżżlu preżenti meta ma jkunux hawn jew inkella jiġu minuta biex jidhru u jitilqu 'l barra.", "Għax ngħiduha kif inhi, tiġi minuta u ma tiġi xejn l-istess għalina!", "Jien nisfida lin-naħa tal-gvern biex jagħtuni lista ta' kemm-il darba l-backbenchers Nazzjonalisti ħadu sehem f'diskussjoni ta' xi liġi.", "Nisfida lill-gvern biex jgħidilna kemm-il laqgħa parlamentari żamm il-grupp parlamentari Nazzjonalista u x'jiġri f'dawn il-laqgħat.", "Jiena naf backbenchers Nazzjonalisti li jgħidu li mhux jagħtuhom ċans jitkellmu.", "Ara min-naħa tagħna, l-affarijiet huma ferm differenti.", "Min-naħa tagħna kulħadd jagħti sehmu u għaliex nagħtu sehemna, il-gvern jagħmlilna giljottina biex ma nkunux nistgħu nitkellmu għal aktar minn 40 minuta!", "Bilfors li jien ikolli nipprotesta għal dan l-aġir u b'mod demokratiku ngħajjat quorum.", "Illum fid- debate jiena kien għad fadalli ħafna x'ngħid imma ma ħallewnix għaliex kont qed nesponi l-ħniżrijiet u l-abbużi li hemm fil-planning authority.", "Għalhekk nerġa' nitlob lis-segretarju parlamentari u liċ-chairman tal- planning authority biex jirriżenjaw għax dawn kienu kompliċi ta' ħniżrija meta qalu li l-affarijiet imxew kif suppost.", "Fil-każ tas-Solemar jien urejt bil-provi li minkejja li kien hemm mandat biex ma jmorrux iwaqqgħulu, il-qorti qatgħetha li l-planning authority tista' tmur twaqqa'.", "Imma biex jgħattu l-ħmieġ, dawn ippruvaw jattakkaw lili fuq iż-żmien meta kont ministru wara li ħarġet liċenzja lill- kumpannija li llum naħdem magħha, ditta privata din.", "Jien naħdem magħha għax kapaċi u għandi bżonn immur naħdem għax jiena ma nqdejtx bil-pjani lokali biex naqla' il-belli liri!", "Jien bilfors irrid immur naħdem għax ma rridx nimxi bis-sistema li jimxu biha n-nies tan-naħa tal-gvern, fejn jinqdew bil-pjani lokali biex jaraw kif jispekulaw fl-artijiet u ħafna affarijiet minn dawn bl-għajnuna ta' nies sinjuri oħra.", "Jiena ma nagħmilx affarijiet bħal dawn.", "Jiena naħdem fit-telekomunikazzjoni u nagħmel dan b'kapaċita` u, x'ħin irid, il-gvern jista' iqabbad lil min irid biex jinvestiga l-mod kif dħalt naħdem ħa jkun jaf li jiena kapaċi u għandi l- kwalifiki neċessarji.", "Nagħlaq billi ngħid li kważi f'kull qasam u f'kull dipartiment hemm l- abbużi u hemm il-korruzzjoni, bil-barka tal-kbarat ta' dan il-parlament.", "Il-gvern quddiem in-nies jgħid kemm hi sabiħa d-demokrazija u mbagħad ikunu l-membri ta' l-istess gvern li jagħtu l-gambetti lill-istess demokrazija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Wara ċertu diskors li ntqal illejla, jien se ngħid lill-Clerk biex jgħaddi ċ-ċavetta ta' l-uffiċċju lill-whip ta' l-oppożizzjoni, anke jekk kien għad jonqos xi xogħlijiet oħrajn xi jsiru.", "Din biss kienet ir- raġuni li l-post kien għadu ma ngħatax.", "Fl-istess ħin nawgura l-vaganzi t-tajba lill-membri kollha ta' din il- Kamra, flimkien ma' l-istaff tal-Clerk u l-membri tal-media u persważ li wara l-vaganzi tas-sajf, kulħadd ikun f'pożizzjoni aħjar li jaħdem għall- ġid komuni ta' pajjiżna.", "Għaldaqstant il-Kamra hi aġġornata għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Settembru 2001 fid-9.00 a.m. b'aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BIGHI - ĊENTRU TA' RESTAWR", "27808.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'relazzjoni teżisti bejn ir-restoration unit tal- ministeru u ċ-ċentru ta' restawr ta' Bighi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ministeru għall-ambjent għandu membru jirrappreżentah fuq il-board of governors taċ-ċentru ta' restawr, liema membru hu mit-taqsima tar-restawr.", "Barra minn dan, it-taqsima u ċ-ċentru ta' restawr ta' Bighi qegħdin jikkollaboraw fuq diversi proġetti ta' restawr.", "PEMBROKE – ESTENSJONI TA' L-ISKOLA PRIMARJA", "27809.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27679 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb l-estensjoni li hemm ippjanata għall-iskola primarja ta' Pembroke, tipprovdi spazju biex tlaħħaq ma' l-iżvilupp demografiku tal- lokalita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tassigura li l- investiment fl-iskola primarja ta' Pembroke se jirrispondi b'mod adegwat ma' l-iżvilupp demografiku ta' din il-lokalita`.", "PEMBROKE – ESTENSJONI TA' L-ISKOLA PRIMARJA", "27810.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27680 u jgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-kunsill lokali ta' Pembroke dwar il-pjani li hemm għall-estensjoni ta' l-iskola primarja tal-lokal?", "Meta saru dawn il- konsultazzjonijiet u x'irriżulta minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saru diversi taħdidiet informali u formali mal-kunsill lokali ta' Pembroke rigward l-iskola primarja tal- lokalita`.", "Dawn it-taħdidiet huma ppjanati li jitkomplew.", "PEMBROKE – SKOLA ĠDIDA PRIMARJA", "27811.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27678 u jgħid x'kondizzjonijiet saru mill-awtoritajiet edukattivi biex is-sit li hemm fil- lokalita', jiġi wżat għall-bini ta' skola ġdida primarja statali ta' Pembroke?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sit li hemm fil-lokalita` ta' Pembroke riservat għal skola jibqa' identifikat kif inhu.", "DISCOS U STABILIMENTI TA' DIVERTIMENT", "27812.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27677 u jgħid matul dawn l- aħħar xhur liema discos u stabilimenti tad-divertiment żaru l-pulizija biex jassiguraw li qed jiftħu u jagħlqu skond regolamenti u liġijiet eżistenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 27677.", "AGRO-INDUSTRIJA – TAĦRIĠ TA' PERSONNEL", "27813.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali/tekniċi u ħaddiema tħarrġu fil-qasam ta' l-agro-industrija fi gzejjer zgħar sabiex itejbu l- kapaċitajiet tagħhom matul l-1999, is-sena 2000 u l-2001?", "Fejn tħarrġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw?", "Kemm minn dan it-taħriġ sar barra minn Malta u fejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27740.", "QASAM ZOOTEKNIKU – TAĦRIĠ TA' PERSONNEL", "27814.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali/tekniċi u ħaddiema tħarrġu fil-qasam zootekniku fi gzejjer zgħar sabiex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom matul l-1999, is-sena 2000 u l-2001?", "Fejn tħarrġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw?", "Kemm minn dan it-taħriġ sar barra minn Malta u fejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 27740.", "TKABBIR TA' SIĠAR TAL-FROTT – TAĦRIĠ TA' PERSONNEL", "27815.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali/tekniċi u ħaddiema tħarrġu fil-qasam tat-tkabbir ta' siġar tal-frott fi gzejjer zgħar sabiex itejbu l- kapaċitajiet tagħhom matul l-1999, is-sena 2000 u l-2001?", "Fejn tħarrġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw?", "Kemm minn dan it-taħriġ sar barra minn Malta u fejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TKABBIR TA' ĦXEJJEX – TAĦRIĠ TA' PERSONNEL", "27816.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali/tekniċi u ħaddiema tħarrġu fil-qasam tat-tkabbir tal-ħxejjex b'metodi sostenibbli sabiex itejbu l- kapaċitajiet tagħhom matul l-1999, is-sena 2000 u l-2001?", "Fejn tħarrġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw?", "Kemm minn dan it-taħriġ sar barra minn Malta u fejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari 27740.", "VALLETTA: WEST STREET – PARAPETT GĦAT-TISWIJA", "27817.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li d- dipartiment għall-bini u tiswija ta' djar jieħu ħsieb li jirranġa t-taraġ imkisser fil-parapett f'West Street, kantuniera ma' St John Str, Valletta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li t-taraġ indikat mill-Onor.", "Interpellant jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali u għalhekk il- mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali.", "PULIZIJA – ESTRADIZZJONI TA' PERSUNA", "27818.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Persuna li bħalissa għaddejja proċeduri biex tkun estradita', jista' il-Ministru jgħid ta' liema ċittadinanza kienet qabel saret Maltija?", "Meta saret Maltija din iċ-ċittadina?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar dettalji tal-persuna li dwarha qiegħed jintalab dan it-tagħrif.", "POLITIKA SOĊJALI - KONSULENT", "27819.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji tal- kwalifiki li kellha persuna - isimha qed jintbagħat separatament - biex setgħet tinħatar konsulent fil-ministeru għall-politika soċjali?", "Jistgħu jitpoġġew is-CV u l-file ta' din il-persuna fuq il-mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari 25608.", "Il-personal file hu dokument kunfidenzjali, għalkemm lest ukoll inpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra - inkluż is-CV li hemm fih - kemm-il darba l-Onor.", "Interpellant iġibli l-awtorizzazzjoni bil-miktub ta' l-istess persuna.", "UE – DISKUSSJONIJIET FUQ IL-KAĊĊA U L-INSIB", "27820.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet ma' l-UE fuq il-kaċċa u l-insib?", "X'ġie deċiż s'issa?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25245.", "F'dan l-istadju m'hemmx iżjed x'inżid mar-risposta li kont tajt.", "SAN ĠILJAN: VILLA CASSAR TORREGIANI - XOGĦLIJIET", "27821.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pulizija mhux qed iżżomm milli jsiru xogħlijiet b'inġenji storbjużi f'Villa Cassar Torregiani wara l-ħin mogħti fil-permess u dan bi ksur tal-liġi?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li fid-19 ta' Lulju 2001 baqgħu għaddejin xogħlijiet sew wara l-ħin kif stipulat fil- permess?", "Jista' jgħid għaliex wara li ssejħu l-pulizija biex iwaqqfu dan l- abbużż, dawn ma ġewx u kellhom jissejħu għat-tieni darba wara li kienu għaddew madwar 45 minuta mill-ewwel rapport sabiex fl-aħħar dawn ġew jinvestigaw?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li l-pulizija sabet dak li ġie rrapportat, u cioe` li kien għadu għaddej ix-xogħol, il-kuntrattur xorta waħda baqa' għaddej bil-ħidma tiegħu u l-pulizija telqet min fuq il-post mingħajr ma assigurat li x-xogħol jieqaf?", "Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra dawk responsabbli u meta dawn mistennija jittellgħu l-qorti?", "Jista' jikkonferma jekk il-pulizija kellhiex kopja tal-permess tal-planning authority?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li s-sidien tal-proġett imsemmi m'għandhomx kopja tal-permess imwaħħal mas-sit fejn qed isir ix- xogħol?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija u mill-awtorita' ta' l- ippjanar kontra s-sidien talli dan il-permess m'huwiex esebit u qatt ma' kien, minkejja li x-xogħol ilu li beda aktar minn sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-ġurnata msemmija, il-pulizija ta` San Ġiljan kellha rapport permezz ta` telefonata anonima għal ħabta tas-7.15pm.", "Il-pulizija ipproċediet fuq il-post fejn irriżulta li dakinhar kien qiegħed jingħata l-konkos, li dam aktar minn kif previst minħabba xi ħsarat fil- crane.", "Fil-fatt meta waslu l-pulizija fuq il-post kienet qed titbattal l- aħħar bajla konkos.", "Wara dan waqaf ix-xogħol.", "Min-naħa ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar, ninsab informat illi kopja tal- permess tinsab imwaħħla fis-site office tal-proġett u mill-ispezzjonijiet li saru minn mindu beda l-proġett, dejjem kienet imwaħħla hemm.", "AFM – MEMBRI MĦARRKA", "27822.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għat-taħrika ta' suldati mit-taqsima marittima tal-forzi armati li saret riċentement, jista' il-Ministru jgħid jekk apparti n-nies imsemmija pubblikament li ġew imressqa l-qorti, kienx hemm persuni oħra mill-istess taqsima jew taqsimiet oħra tal-forzi armati involuti?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm persuni arrestati f'dan is-sens u kemm kien hemm?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li wħud minnhom ġew meħlusa u ma tteħdux passi kontrihom?", "Kienu involuti jew le?", "Intervjena xi ħadd biex ma jitteħdux passi kontrihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi f`dan il-każ inbdew proċeduri quddiem il-qorti fil-konfront ta` kull persuna nvoluta.", "OPM – XOGĦOL TA' PUBLIC RELATIONS", "27823.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27699 u jgħid jekk il- kumpannija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-ministeru tiegħu jew xi kumpannija, aġenzija jew entita' oħra li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Jista' jgħid x'inhu t-tip ta' xogħol?", "Kif saret l-għażla tal-kumpannija?", "Saret sejħa għal offerti jew inkella x- xogħol ingħata b'direct order?", "Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis- servizzi ta' din il-kumpannija?", "Xi ħlas sar lil din il-kumpannija minn mindu din ingħatat ix-xogħol?", "Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpannija fit-12-il xahar li ġejjin?", "Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpannija sat-terminu tal-kuntratt?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU – TERMINAZZJONI TA' IMPJIEG", "27824.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li minn Settembru 1998 sal-lum ġie tterminat l-impjieg tagħhom jew irriżenjaw mill-impjieg minn mal-gvern, minn mal-korpi parastatali u mill-azjendi li l-gvern b'xi mod għandhu sehem fihom u minn awtoritajiet u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi minn Settembru 1998 sas-26 ta' Lulju 2001 spiċċaw 3,025 persuna minn mas-servizz pubbliku.", "Matul l- istess perjodu spiċċaw ukoll 99 persuna minn ma' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni dwar korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi oħra, mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill- ministru kkonċernat.", "BEJGĦ TA' XORB ALKAĦOLIKU LIT-TFAL TAĦT L-ETA'", "27825.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Fid-dawl ta' rapport li deher f'\"The Malta Independent\" tal-25 ta' Lulju 2001, fejn ġie rrapportat illi tifla ta' 15-il sena mibgħuta mill-gazzetta irnexxielha tixtri xorb alkaħoliku bla diffikulta ta' xejn, jista' il- Ministru jgħid x'passi se tieħu l-pulizija kontra dawk l-istabilimenti msemmija mill-istess gazzetta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi dan il-każ qiegħed jiġi investigat.", "BEJGĦ TA' ALKAĦOL LIT-TFAL TAĦT L-ETA'", "27826.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi r- rapport li deher f'\"The Malta Independent\" tal-25 ta' Lulju 2001 juri bil- provi, allavolja dan kien fatt magħruf, illi l-maġġoranza tal-ħwienet ta' divertiment ibigħu alkaħol lit-tfal taħt is-16-il sena, jista' il-Ministru jgħid kemm irnexxielha taqbad persuni l-pulizija jbiegħu alkaħol lil tfal taħt is-16-il sena?", "Jista' il-Ministru jgħid huwiex sodisfatt b'dan in- numru u jekk le, x'se jagħmel biex dan l-abbuż rampanti fil-miftuħ - u xi kultant anke quddiem l-istess pulizija - jiġi mrażżan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 27726, ninsab informat illi l-pulizija kienet u se tibqa` tagħmel spezzjonijiet fil-ħwienet tax- xorb minħabba dan l-abbuż.", "VALLETTA: TRIQ SAN ĠWANN – XOGĦLIJIET", "27827.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, peress li d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar kellu jwaqqa' soqfa u ħitan fit-terazzin ta' l-appartamenti fi blokk 1, Triq San Ġwann il-Belt Valletta u reġa' tella' biss ħitan diviżorju, jistax jitkompla x-xogħol sabiex l- inkwilini jkollhom l-istess struttura bħalma kellhom qabel?", "Meta hu maħsub li tinbidel il-gallarija perikoluża ta' l-appartament bl-indirizz blokk 1, 13/1, Triq San Ġwann, il-Belt Valletta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-istrutturi li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant kienu jikkonsistu f'gallarijiet magħluqin.", "Dawn l-istrutturi kienu saru llegalment u biex jerġgħu jsiru, l-inkwilini jridu jiksbu l-permessi meħtieġa mid-dipartiment tat-tmexxija tal- proprjeta' tal-gvern u l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "L-għeluq tal-gallarijiet, jekk jiġi approvat minn dawn l-entitajiet, irid isir a spejjeż tar-residenti stess.", "Fil-frattemp id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar se jagħmel poġġaman tal-ħadid kif kien hemm orġinarjament.", "Sadanittant jien informat li x-xogħol tal-bdil tal-gallarija ta' blokk 1, 13/1, fi Triq San Ġwann, il-Belt Valletta tlesta.", "MARSA – EX IMPJEGAT TA' L-ENEMALTA", "27828.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni lil waħda anzjana – dettalji qed jintbagħtu separatament - għaliex ma ngħatatx is-somma meta r-raġel tagħha kien jaħdem mal-korporazzjoni Enemalta mill-1964?", "Possibbli din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema somma qiegħed jirriferi.", "BURMARRAD – BINI TA' CULVERTS", "27829.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jispjega fejn se jiżbokka l-culvert li qiegħed isir fit-triq ta' Burmarrad?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ilma tax-xita li se jinġabar fil- culverts li qed jinbnew mat-triq ta' Burmarrad huwa ppjanat li jispiċċa fil- post fejn culverts antiki qegħdin jispiċċaw illum.", "FGURA: TRIQ LOUIS SCHICKLUNA - RESERVED PARKING", "27830.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jara li jsir reserved parking quddiem garaxx nru.", "80, Triq Louis Schickluna, fil-Fgura peress li sid il-garaxx għandu vettura tal-linja u jsibha diffiċli biex joħroġ il-vettura mill-istess garaxx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "VALLETTA: REPUBLIC STREET - TWAĦĦIL TA' ARBLI", "27831.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid mingħand min inkrew l-antarjoli ta' Triq ir-Repubblika, Valletta li magħhom itellgħu bandieri ta' Malta u tar-Repubblika taċ-Ċina.", "Kemm kienet l-ispiża?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li għaż-żjara tal-President tar-Repubblika taċ-Ċina f'Malta ġew imwaħħla diversi arbli f'roundabouts f'Ħal Luqa, il-Marsa, il-Blata l-Bajda, Ħaż-Żebbuġ u fi Triq ir- Repubblika, il-Belt Valletta.", "Dawn l-arbli huma proprjeta' tad-dipartiment tal-manifattura u servizzi tad-diviżjoni tax-xogħlijiet fi ħdan il- ministeru għall-ambjent u twaħħlu min-nies tad-dipartiment stess.", "Barra minn dawn, inkrew 14-il arblu mill-għaqda ta' l-armar tal-Birgu, li twaħħlu ħdejn il-monument tal-Gwerra fil-Floriana.", "Dawn inkrew għas-somma ta' Lm84.", "BIRKIRKARA – ASFALTAR TA' TOROQ", "27832.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol tant bżonjuż fi Triq Francesco Buhagiar u Triq il-Karmnu, Birkirkara?", "Jaf li r-residenti għamlu petizzjoni madwar sena ilu?", "Jaf li minħabba li għadhom ma sarux dawn it-toroq, qed ikun ta' inkonvenjent kbir kif wkoll theddida għas-saħħa ta' l-istess residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-asfaltar ta' dawn it-toroq qiegħed fil-programm ta' xogħlijiet miftiehem bejn il-kunsill u d-dipartiment u s- sejħa għal offerti dalwaqt se tkun pubblikata.", "MARSA: TRIQ IX-XEMXIJA – OPRAMORTA", "27833.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li titkaħħal u titbajjad opramorta ta' flat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "GOZO CHANNEL PASSES", "27840.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid jekk l-ispouses ta' persuni li għandhom familjari jgħixu Għawdex humiex intitolati għal pass fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-iskop tal-pass li toffri l-kumpannija Gozo Channel hu li jgħin ulied l-Għawdxin li jgħixu Malta jsibuha aktar faċli li jżuru l-ġenituri tagħhom f'Għawdex.", "Il-persuni ntitolati għall-pass huma dawk li jgħixu Malta iżda għandhom il- ġenituri, nanniet u/jew aħwa li twieldu u jgħixu f'Għawdex.", "L-ispouses u l- ulied tal-persuni li għandhom nieshom jgħixu Għawdex huma ntitolati għall- pass meta l-familjari Għawdxin huma l-ġenituri jew in-nanniet tal-persuna li tgħix Malta.", "Wieħed jista' jifhem li l-użu ta' dan il-pass minn spouses ta' dawk li huma biss reġistrati bħala residenti Għawdxin imur kontra l-iskop ta' dan il- pass.", "Dan għaliex normalment l-ispouses jgħixu fl-istess dar f'Malta u allura l-użu tal-pass ma japplikax.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN ALLOWANCE", "27853.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iwassal għad- dewmien fil-ħruġ ta' ċerti pagamenti taċ-children allowances?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jeżistu tliet ċirkostanzi li jispjegaw ċertu dewmien.", "L-ewwel waħda hija li hemm numru konsiderevoli ta' applikazzjonijiet li ma setgħux jiġu pproċesati minħabba li l-applikanti naqsu li jagħtu informazzjoni sħiħa u korretta fl-applikazzjoni tagħhom jew bagħtuha b'dokumenti nieqsa.", "It-tieni ċirkostanza hija li hemm numru ta' applikanti li kienu ġew identifikati mid-dipartiment li kellhom xi diskrepanzi fl-informazzjoni li kienu ddikjaraw fi snin preċedenti u li jista' jirriżulta li kienu rċevew allowance tat-tfal li ma kienx dovut jew jekk kien dovut kellu jkun b'rata inqas.", "Għaldaqstant id-dipartiment qed jinvestiga dwar il-każi biex jiġi stabilit l-ammont ta' allowance imħallas żejjed lil dawn l-applikanti qabel joħroġ l-allowance dovuta għal din is-sena, biex b'hekk ikun jista' jibda jinġabar dak li ħadu żejjed.", "It-tielet ċirkostanza hija li hemm numru ta' applikanti li bagħtu l- applikazzjoni tagħhom wara d-data ta' l-għeluq, jiġifieri t-3- ta' April, 2001.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "ŻEJTUN – ASSISTENZA SOĊJALI", "219.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna - dettalji qed jintbagħtu separatament - ma ġietx mogħtija l- assistenza, skond deċiżjoni li ħa l-bord ta' l-għajnuna soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-deċiżjonijiet tal-bord għall-għajnuna soċjali huma kunfidenzjali.", "Ta' min ifakkar li fost il-membri tal-bord hemm rappreżentant miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-persuna indikata se tiġi informata bil-miktub bid-deċiżjoni tal-bord.", "ŻEJTUN – ASSISTENZA SOĊJALI", "220.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex persuna li minn April 2001 sa ftit żmien ilu kienet qed tirreġistra fuq part 2 - dettalji qed jintbagħtu separatament – għadha ma ngħatatx l-għajnuna soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond artiklu 30 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, biex persuna tingħata l-assistenza soċjali trid tkun qed tirreġistra taħt l-ewwel parti tar-reġistru miżmum skond id- dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar is-Servizzi ta' l-Impjieg u taħriġ.", "Il-persuna indikata ma kenitx tissodisfa din il-kondizzjoni u għalhekk mhix intitolata għall-assistenza soċjali."]} {"filename": "20020318_716d_par.doc", "date": "2002-03-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 716 It-Tnejn, 18 ta' Marzu, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 716", "It-Tnejn, 18 ta' Marzu, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "716", "It-Tnejn, 18 ta' Marzu, 2002", "WERREJ", "MINUTI 633", "KUNSENS 633", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 633", "TQEGĦID TA' KARTI 640", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠI APPROVAT L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2002 641", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI (ĊERTIFIKATI TA' OPERATURI TA' L-AJRU) (L-EWWEL QARI) 642", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI (IT-TIENI QARI)", "PRODUCERS' ORGANISATIONS BILL (SECOND READING) 642", "AĠĠORNAMENT 659", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 663", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 715 li saret fit-13 ta' Marzu, 2002 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru I ta' l-2002 - Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontingwa.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX - PJANTI - SPEJJEŻ", "31050.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill- ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha għas-servizz taż- żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l- ispiża għat-tindif?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali) (f'isem il- Ministru għal Għawdex): Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena, u għar-rigward ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet fir-rapporti annwali partikolari tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fir-rapport li qed jirriferi għalih hemmx item li jirrigwarda direttament l-infiq fuq il- pjanti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bl-amment ma nista la nikkonferma u lanqas niċħad.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela ladarba l-Ministru la jista' jikkonferma u lanqas jiċħad għalfejn qed jgħidilna biex nirriferu għal dak ir-rapport?", "Jidher biċ-ċar li l-affarijiet m'humiex qegħdin isiru skond l-istanding orders.", "La qed jitlobna biex nirriferu għal dan ir-rapport missu kien ċert 100% li nistgħu nieħdu l-informazzjoni li għandna bżonn.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, ir-risposta tgħid hekk:", "\"Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena\".", "Naturalment meta ngħidu \"informazzjoni dettaljata\" ma nkunux qed nirriferu għal kull ċenteżmu li jintefaq.", "Id-domandi m'għandhomx isiru għall-gost imma għax ikun hemm skop warajhom.", "L-Onor.", "Mizzi jippretendi li hu espert fejn jidħlu l-istanding orders.", "(Interruzzjonijiet) Mela jmissek taf li l-istanding orders jgħidu li l-ministru għandu dritt meta jirrispondi u meta ma jirrispondix.", "Meta ngħidu li trid tinġabar l-informazzjoni jfisser li rridu naħlu l-ħin ta' manafx kemm-il impjegat tal-gvern.", "Issa fil-fehma tiegħi l-iskop għal dan ma nafx x'inhu, aktar u aktar meta din il- mistoqsija saret lill-ministri kollha.", "Il-ministri m'humiex qegħdin hemmhekk biex isirulhom twenty questions u naraw kemm huma kapaċi jirrispondu!", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nirrispondu fl-interess ta' l-opinjoni pubblika li trid tagħmel skrutinju tal-gvern.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħidilna x'inhu l-iskop ta' din id-domanda u dan l-iskop jinftiehem, wieħed jinkariga lin-nies biex jiġbru din l- informazzjoni kollha.", "Pero' ma naħsibx li l-ministri għandhom ikunu kompliċi u jġiegħlu lill-impjgegati tal-gvern jaħlu l-ħin – tant jiġu kkritikati dawn li ma jaħdmux biżżejjed – billi joqogħdu jfittxu din l- informazzjoni.", "Bir-rispett kollu, jekk ma jiġix spjegat għala dawn id-domandi qegħdin isiru ma nara ebda skop li għandhom jiġu risposti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Prim Ministru li hu u sħabu kienu kompliċi meta lilna kienu jagħmlulna dawn l-istess tip ta' mistoqsijiet?", "Issa qiegħda tniggżu l-kuxjenza għax dak iż-żmien ma kienx iħoss hekk!", "Wara kollox ċerti mistoqsijiet ma jsirux biex jinħela l-ħin imma għax ikun fl-interess pubbliku.", "Veru li skond l-istanding orders għandek dritt tirrispondix jew le, imma skond il-ġurament li nieħdu kull wieħed minna f'dan il-parlament u kull deputat huwa mitlub li jagħmel xogħol li jkun fl-interess tal-kostitwenza tiegħu u tal-pajjiż kollu.", "Allura ma jidhirlux il-Prim Ministru li jekk deputat iħoss li għandu jagħmel ċerti mistoqsijiet għax ikun fl-interess tal-pajjiż li ċerta informazzjoni toħroġ, l-ebda standing order ma torbtu li għandu jikxef għala tkun qed issir il-mistoqsija?", "Il-Prim Ministru jaf jekk meta kien fl-oppożizzjoni hu, id-domandi kenux isiru b'dan l-iskop?", "(Interruzzjonijiet) Sempliċement qed nistaqsi jekk jafx.", "Żgur li dawn il- mistoqsijiet saru wkoll fi żmien meta l-Labour Party kien fil-gvern.", "Allura ma jidhirlux li min qed jagħmel dawn il-mistoqsijiet illum qed jagħmilhom għax irid jiġbor ċerta informazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena manafx x'mistoqsijiet saru taħt il-gvern l-ieħor, pero' jekk saru b'dan il-mod il-ministri ta' dak iż-żmien kien imissihom irrispondew bl-istess mod kif irrispondejna aħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi għamel din l-ammissjoni li għadu kemm għamel, u cioe' li din il-mistoqsija saret biex taħli l-ħin tan-nies tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva, jien għedt li sabiex tinġabar din l- informazzjoni se jinħela l-ħin tan-nies li jaħdmu mal-gvern.", "Issa fil- fehma tal-ministri – anke fil-każ tiegħi li se nirrispondi d-domanda li ġejja bħalha – ma jidhrilniex li għandna nġiegħlu lill-impjegati tal-gvern jaħlu dan iż-żmien kollu jekk ma nifhmux xi skop hemm li ssir din id- domanda.", "Jekk l-Onor.", "Farrugia jispjega għala jrid din l-informazzjoni naraw huwiex il-każ li għandha tinġabar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ħalli nispjega għala qed nagħmel din il- mistoqsija partikolari.", "Kulħadd jaf li jiena x-shadow minister għall- agrikoltura u sajd, u peress li fi ħdan dan il-ministeru ilha għal numru ta' snin teżisti sezzjoni li suppost tissupplixxi l-pjanti u x-xtieli ornamentali mhux biss lid-dipartimenti u ministeri imma wkoll lill- mużewijiet u siti storiċi ....", "Jien qed nagħmel din il-mistoqsija biex nara x'inhi d-domanda ħalli mbagħad fil-kritika tagħna bħala oppożizzjoni, li dejjem konna konsistenti u kredibbli, inkunu nistgħu nwasslu l-aktar argumenti realistiċi ħalli nassiguraw ruħna li l-finanzi pubbliċi jkunu qegħdin jiġu indirizzati bl-aktar mod meqjus.", "Dak huwa l-iskop.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf jekk is-sezzjoni li qed jirriferi għadhiex tissupplixxi l-pjanti, allura jagħmel domanda f'dan is-sens - jekk m'iniex sejjer żball id-domanda diġa' saret u kien hemm risposta għaliha - pero' m'hijiex din id-domanda li għandi quddiemi.", "OPM - PJANTI - SPEJJEŻ", "31051.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpanniji privati mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu għas-servizz taż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Kemm kienet l-ispiża għat- tindif?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma dipartimenti tal-gvern tingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika aktar tard fis-sena, u għar-rigward ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet fir-rapporti annwali partikolari tagħhom.", "PRODOTTI TA' L-IKEL – ORIĠINI", "31053.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema pajjiż ġew importati f'Malta l-prodotti ta' l-ikel bħal ħxejjex, frott, priservijiet, laħam abjad u aħmar materja prima ta' l-ikel, qmuħ u ċereali, zokkor, eċċ. matul it-tliet snin li għaddew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fil-pubblikazzjoni trade statistics li l-uffiċju nazzjonali ta' l- istatistika joħroġ kull sena.", "Rigward l-informazzjoni mitluba dwar is-sena li għaddiet, jien informat li din għadha qed tiġi kkompilata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jaf jgħidli liema huma dawk il-prodotti msemmija f'din il-mistoqsija li se jkunu soġġetti għal kwoti, tariffi u dazji b'riżultat tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Huwa ppjanat li din is-sena dawn it-tariffi u dazji – uħud minnhom diġa` ddaħħlu matul is- sena li għaddiet - jiżdiedu biex pajjiżna jaġġorna ruħu u jkun konformi ma' dak li qed jinnegozja fid-dawl ta' 'l hekk imsejħa sħubija fl-Unjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qed jindika l-Onor. kollega, din hija materja li għadha soġġetta għal diskussjonijiet u negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u naħseb illi jkun ħafna aktar għaqli li wieħed ikun jista' jagħti dawn id- dettalji meta n-negozjati jkunu fi stadju aħħari.", "AGRIKOLTURA U SAJD – SPEJJEŻ TAL-KERA", "31063.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall- użu tal-ministeru u jew tad-dipartimenti, kumpanniji, korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mingħand il-privat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd): Is-sena li għaddiet tħallset is-somma ta' Lm 540.54 għall-bini li nkera mingħand il-privat għall-użu tal-ministeru għall- agrikoltura u sajd kif ukoll xi dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "Din is-somma ma tinkludix kera li tħallset lill-Korporazzjoni Maltija għall- Iżvilupp u lil Malta Shipbuilding Co Ltd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma nafx jekk il-Ministru għandux informazzjoni aġġornata dwar l-aħħar ċirkostanzi li ġew reġistrati mis- sajjieda, u cioe' li madwar għaxart ijiem ilu dawn iddikjaraw li filwaqt li huma qed iġibu l-agħar prezzijiet għall-prodott tagħhom, il-konsumatur baqa' jħallas l-ogħla prezzijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini u niskuża ruħi mal-kollega tiegħi li m'għandix id-dettalji li qiegħed jitlob, aktar u aktar meta d-domanda supplimentari m'għandha x'taqsam xejn mad-domanda oriġinali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' almenu l-Ministru jara li ningħataw dan it- tagħrif.", "Veru li d-domanda li għamilt m'hijiex relatata mad-domanda oriġinali imma żgur li hija ta' interess nazzjonali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'iniex niddiskuti dan.", "Il-kollega tiegħi jaf li meta tkun qed tagħmilha ta' substitute għal ministru ieħor ma jfissirx li għandu jkollok id-dettalji għad-domandi kollha li jkunu qed isirulek.", "L- aħjar ħaġa hi li jew malli jirritorna l-Ministru Josef Bonnici nirriferuh għal din id-domanda, jew inkella jekk irid l-Onor.", "Farrugia jista' jagħmel domanda bil-miktub u m'għandix l-iċken dubju li tweġiba jingħata.", "FINANZI – SPEJJEŻ TAL-KERA", "31065.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall-użu tal- ministeru, dipartimenti u istituzzjonijiet li jaqgħu taħtu mingħand il- privat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera li tħallset mill-ministeru, dipartimenti u istituzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "VAT Lm160,000 TCU 118,685 (Ott. 2000 – Ott. 2002) Borża 25,470 Taxxi Interni 8,400 Bank Ċentrali 1,301 Lottu Pubbliku 1,122 (irkuprati) Ministeru 793 Dwana Xejn Kuntratti Xejn Teżor Xejn MFSC Xejn", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li għad-dipartiment tal-VAT u t-TCU qegħdin jitħallsu ammonti sostanzjali f'kera?", "Forsi l-gvern ma kellux premises sabiex ikun jista' jakkomoda dawn id-dipartimenti jew hemm xi raġunijiet ta' xort'oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jiena naħseb li l-aħjar ħaġa hi li din il- mistoqsija ssir bil-miktub lill-ministru konċernat biex ikun jista' jagħti ċ-ċirkostanzi għala nkrew il-premises.", "INTERN U AMBJENT – SPEJJEŻ TAL-KERA", "31068.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall-użu tal-ministeru, dipartimenti jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu mingħand il-privat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta` l-ammont ta` kera lill- privat li tħallset mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi.", "|Ministeru | Lm | | |250 | |Segretarjat Parlamentari| | | |250 | |Reġistru Pubbliku | | |(Taqsima Stat Civili) |552 | |Pulizija | | | |788 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformani x'kien ġara mill- applikazzjonijiet li kienu għamlu l-bdiewa u r-raħħala wara s-sejħa li kien ħareġ id-dipartiment ta' l-artijiet?", "Għax minkejja li kienet inġabret is- somma ta' Lm0.5 miljun bħala ħlas għal dawn l-applikazzjonijiet, dawn il- persuni għadhom ma ġewx informati bl-ebda żvilupp f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, minħabba li l-iskema kienet suċċess kbir - u fil-fatt kellna madwar 10,000 applikazzjoni, allavolja kien hemm min tahom il-parir li ma kienx jaqblilhom japplikaw - inħolqot problema fl- ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet.", "Naturalment qegħdin nisseparaw lil dawk in-nies li ġenwinament għandhom ir- raba' minn oħrajn li forsi jridu jużawha għal skop ieħor.", "Aħna nippreferu nimxu bil-mod iżda sodi milli jkun hemm xi abbużi f'dan is-sens.", "Pero' f'ċerti rħula diġa' sar screening process, fis-sens li kien hemm min intbagħat għal xahrejn fil-kunsilli lokali bil-pjanti ħalli min irid ikun jista' jagħmel xi oġġezzjoni - jew forsi jagħmilha l-kunsill lokali stess – u b'hekk wasalna biex isiru l-kuntratti li qegħdin insemmu.", "Dawn il-kuntratti m'humiex se jsiru kollha f'salt - fil-fatt inbdew dawk l- irħula fejn ma kienx hemm ħafna applikazzjonijiet – u allura se nimxu man man.", "L-importanti hu li dawn diġa' għandhom il-pussess ta' l-art.", "Jiġifieri għalkemm naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li ħadd m'għandu jorqod fuq l-iskema, fl-istess ħin m'hemmx dik l-urġenza minħabba li dawn diġa' qed jokkupawha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, hemm madwar 100 applikazzjoni li għalkemm għandhom it-timbru tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u huma konformi mal-proċeduri rikjesti, ma laħqux ingħataw lill-persuni konċernati minħabba l-fatt li fl-aħħar jumejn kien hemm queue twil u dawn il-bdiewa u raħħala ma setgħux joqogħdu jistennew għal xi tliet sigħat.", "Jista' jiġi kkonsidrat li dawn l-applikazzjonijiet jiġu milqugħa mal-kumplament l-oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jiena diġa' kont weġibt din id-domanda u għedt li l-closing date ta' din l-iskema kienet diġa' ġiet estiża b'xahar.", "Issa naraw jekk jeżistix xi mezz ieħor li bih dawn jistgħu jiġu rikonoxxuti.", "Imma sakemm ma tinħariġx skema oħra ma nistgħu nagħmlu xejn għax is-serjeta' hekk titlob.", "Nerġa' ngħid li din kienet diġa' ġiet estiża mill-aħħar ta' Jannar sa l- aħħar ta' Frar u ma nistgħux nestendu dan iż-żmien aktar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Ma jidhirlux il-Ministru li din l-iskema saret bl- għaġla wisq?", "Fl-opinjoni tiegħi kieku ħadet aktar żmien kienet issir aktar bil-għaqal.", "It-tieni, nixtieq nirriferi għall-problema li kellhom iħabbtu wiċċhom magħha l-Għawdxin meta għall-ewwel kienu ħarġu bl-idea li dawn għandhom imorru kollha jirreġistraw ir-raba' Malta.", "Ma nistax nimmaġina persuna ta' 80 sena, per eżempju, sejra Malta biex tirreġistra r-raba' tagħha.", "Dawn huma żbalji li jħallu dubju ikrah fuq it-tmexxija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inħossni sorpriż ħafna b'dan li qed jgħid l- Onor. Membru għax jekk hemm post fejn proporzjonalment saru ħafna applikazzjonijiet, huwa proprju Għawdex.", "(Interruzzjonijiet) Minkejja li Għawdex jifforma one-thirteenth tal-popolazzjoni, bħala proporzjon kien hemm ħafna iktar minn daqshekk ta' applikazzjonijiet ġejjin minn Għawdex.", "Niftakar li l-lands kien anke bagħat in-nies hemmhekk – kien mar anke d- direttur ġenerali – proprju biex wieħed iħaffef il-proċess.", "Jiena sempliċement qed ngħid illi l-gvern kien jaf li hemm diversi nies li taħt il-liġi tal-kiri tar-raba' m'humiex intitolati illi jirtu r-raba' fuq isimhom, raba' li jaħdmuha għal skop agrikolu.", "Jiġifieri teknikament suppost ma jistgħux jokkupawha dik ir-raba', pero' qegħdin jokkupawha u ilhom jokkupawha għal ċertu żmien.", "Issa skond policy li teżisti, il- parlament jista' jagħti titlu ta' kera lil dawn in-nies li m'għandhomx titlu u fil-fatt ftaħna din l-iskema.", "Dan ma jfissirx li għax xi ħadd applika b'daqshekk se jingħata titlu.", "Naturalment irridu nassiguraw ruħna li l-iskop huwa wieħed ġenwin ta' kultivazzjoni tar-raba'.", "Jiġifieri jekk xi ħadd se jmur hemmhekk għal skopijiet oħrajn jew biex imur jaħmel barbecue, dak huwa ħażin u illegali.", "Jiġifieri bil-liġi kif inhi l-gvern lanqas jista' jagħtih titolu.", "Issa din l-iskema tant kienet suċċess li għalkemm kienet ilha sitt xhur, estendejna ż-żmien b'xahar ieħor.", "Jien naħseb li kien hemm min qalilhom li ma jaqblilhomx li japplikaw u forsi waqgħu għal dik in-nasba, u mbagħad meta ndunaw li jaqblilhom applikaw kien hemm ir-rush ta' l-aħħar.", "Proprju għalhekk kien ġie estiż iż-żmien b'xahar ieħor pero' ma stajniex nestenduh aktar.", "U meta tqis li kien hemm 10,000 li setgħu jibbenefikaw, allura din bilfors kienet skema benefika.", "Tant kienet suċċess li ħolqot problema ta' amministrazzjoni wkoll!", "Pero' jidhirli li seba' xhur – żmien li fih kważi titwieled tarbija – huwa biżżejjed biex wieħed jitfa' applikazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, jekk qed nifhem tajjeb il-Ministru għadu kemm irrisponda mistoqsija fejn staqsewh kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall-użu tad-dipartimenti u l-ministeru tiegħu minn kumpanniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mingħand il-privat matul is-sena li għaddiet.", "U l-Ministru rrisponda u nirringrazzjah talli rrisponda.", "Jista' allura jekk jogħġbu jispjegalna b'liema kriterju hu rrisponda waqt li ħaddieħor ftit ilu ma rrispondiex dwar x'kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill- ministeru fuq iż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?", "Nerġa' ngħid li l-Ministru rrisponda, ta d-dettalji fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kirjiet mill-privat - u nirringrazzjah ta' dan - imbagħad ministeri oħra, bil-barka tal-Prim Ministru, ma rrispondewx mistoqsija rilevanti wkoll dwar kirjiet.", "Jista' jekk jogħġbu jispjegalna x'inhu l-kriterju li bih hu onorabbilment għalih spjega u ħaddieħor ma spjegax?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din jgħidulha domanda kapsjuża għax jekk tirrispondi \"iva\" jinterpretawha mod u jekk tgħid \"le\" jinterpretawha mod ieħor!", "Jiena kelli din id-domanda u rrispondejtha fuq ir-responsabbilta' tiegħi, fejn ħafna mill-kirjiet jirriferu għal għases tal-korp tal-pulizija u huma pjuttost somom żgħar.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux biċċa xogħol kbira u enormi biex jiġbor din id-data?", "Naħseb li kienet xi ħaġa normali li jistaqsi lis-civil servants tiegħu kemm nefqu fuq din il-ħaġa - u nirringrazzjah talli għamel hekk - u dawn tawh risposta.", "Jista' jgħidilna jekk kenitx problema enormi biex jagħmel din il-ħaġa?", "Ħalli nifhmu mbagħad ix-xogħol kbir li kellhom jagħmlu s-civil servants u l-ħela ta' ħin li kellhom jieħdu skond il-Prim Ministru biex jiġbru l-informazzjoni fuq il- ġbir ta' pjanti!", "Bir-rispett kollu, meta aħna dħalna Kastilja f'Ottubru 1996 konna sibna kirjiet sħaħ u renti sħaħ fuq ċerti nies li huma qrib ta' min jaħdem qrib il-Prim Ministru!", "Kellu xi problema kbira biex joħroġ din il-biċċa xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, huwa evidenti li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma kienx hawn fil-bidu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, veru li ma kontx hawn fil-bidu imma kif jaf il-Prim Ministru hu stess kien iddeċieda li s-seduti jiġu mxandra fuq il-PBS u jiena u ġej kont qed nisma' kull ħaġa li qal hu u li qalu l- ministri tiegħu.", "Allura żgur li m'għandhiex x'taqsam jekk kontx hawn jew le.", "Din hija irrilevanti għall-kwestjoni u mhux dak il-punt.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Apparti l-punt li qed tqajjem diġa' ġie trattat, fl-opinjoni tiegħi hemm differenza kbira bejn ħaġa u oħra għax altru titlob informazzjoni dwar kirjiet u altru titlob x'intnefaq dwar ix- xtieli.", "Id-domanda fuq ix-xtieli kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lil kumpanniji privati mill-ministeru, dipartimenti jew kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-servizz taż-żamma ta' pjanti jew xtieli matul is-sena?\"", "Żamma tal-pjanti tfisser min imur isaqqihom jew kemm hemm pjanti f'kull ministeru?", "Li wieħed jistaqsi dwar kirjiet u l-gvern x'qed jikri nifhem li jista' jkollha ċerta rilevanza, pero' ma nifhimx għalfejn qed issir domanda dwar iż-żamma ta' pjanti jew xtieli, sakemm m'għandekx f'rasek li trid tkun taf min hi l-persuna li qed tieħu ħsieb ix-xtieli.", "Jekk tagħmilli domanda u nifhem x'qed tgħid ngħidlek: Iva, veru hemm persuna.", "Nifhem li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni irid jikkontrolla imma ma naqbilx miegħu li fl-OPM għandu jkollna fjuri artifiċjali u mhux friski.", "Jista' ma jaqbilx miegħi u jgħidli li qed naħli l-flus.", "Għandu kull dritt jikkritika u jgħid li jrid.", "Imma ma nafx għalfejn għandi noqgħod nistaqsi lill- korporazzjonijiet u lill-kumpanniji kollha biex jgħiduli kif qegħdin iżommu x-xtieli.", "Jekk jgħidli: Hemmhekk hemm persuna mpjegata jew għamilt kuntratt ma' xi ħadd?", "(Interruzzjonijiet) Le, id-domanda li għamel sieħbek m'hijiex dik.", "Id-domanda hi li noqogħdu naraw id-dipartimenti u l- ministeri kollha, u hemm differenza kbira bejn dak u l-kirjiet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-kwestjoni taż-żamma ta' xtieli jew pjanti taqa' wkoll taħt maintenance and supplies, as easy as that!", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nerġa' ngħid li jekk irid jagħmel domanda u jistaqsini min fl-uffiċċju tiegħi jieħu ħsieb il-pjanti nirrispondih ladarba għandu din il-kurżita'!", "Imma li ssir interpellanza blanket hekk u noqgħod nistaqsi ma' l-erbat irjieħat .....", "Naħseb li jaf l- Onor. Sant għax kien prim ministru!", "Li toqgħod tibgħat lid-dipartimenti kollha, dawk jibagħtu lil ta' taħthom kollha, kull kamra, kull uffiċċju biex jgħidulna jekk għandhomx pjanti jew le ....", "L-ewwelnett ngħidlek li nimlew volum karti kieku kellna nagħmlu hekk u jekk jibagħtulek e-mails manafx kemm iddum tiftaħhom!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Minisru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-att notarili għat-twaqqif tal-fondazzjoni għall-iżvilupp għar-riżorsi umani, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32372.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet mill-vot tas-salaries and wages, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32265; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-attivitajiet organizzati fiċ-ċentru għall-kreattivita' tal-Kavallier ta' San Ġakbu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32266;", "Lista ta' impjegati full-time u part-time li jaħdmu fiċ-ċentru għall- kreattivita' tal-Kavallier ta' San Ġakbu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32267; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-dokument pre-accession programme maħruġ mill-ministeru tal- finanzi u mill-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 32429; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 61 ta' l-2002 - in-vitro diagnostic medical devices regulations, 2002; Avviż Legali Nru 62 ta' l-2002 - efficiency requirements for new hot- water boilers fired with liquid or gaseous fuels regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 63 ta' l-2002 - energy efficiency requirements for household electric refrigerators, freezers and combinations thereof, 2002; u", "Avviż Legali Nru 64 ta' l-2002 - noise emission in the environment by equipment for use outdoors regulations, 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet mogħtija minn gwardjani lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32072; u", "Tagħrif dwar dħul minn ċitazzjonijiet mogħtija minn gwardjani lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32073.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠI APPROVAT L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2002", "MR SPEAKER: Nixtieq ninforma lill-membri tal-Kamra li l-ombudsplan ġie approvat fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u d-dibattitu qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għad-dispożizzjoni ta' l-Onor.", "Membri.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker ̧ peress li fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ġie approvat l-ombudsplan u peress li qbilna li nressqu l-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Kamra ma' l-ewwel okkażjoni li jkollna, se nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq din il- mozzjoni.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President ̧ nipproponi li:", "Wara li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ra l-Ombudsplan ippreżentat mill-Ombudsman għas-sena 2002 li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tas-17 ta' Settembru 2001;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsman personalment fuq il-kummenti kollha li sarulu fil-laqgħa ta' l-istess Kumitat li saret fit-12 ta' Marzu 2002;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet ċirkolata lill-Membri tal-Kamra tad-Deputati; u", "Wara r-rakkmandazzjoni li saret mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra; Il-Kamra tad-Deputati tapprova l-Ombudsplan kif ippreżentat.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AVJAZZJONI ĊIVILI (ĊERTIFIKATI TA' OPERATURI TA' L-AJRU)", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2002 li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru)''.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2002 li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru)'' ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI", "PRODUCERS' ORGANISATIONS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mit-13 ta' Marzu ̧ 2002", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi huwa in possession.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President ̧ il-ġimgħa l-oħra kont qed ngħid li biex ikollok prodott tajjeb huwa importanti li jkollok art għammiela u protetta minn ċerta kimika għax dan jista' jaffettwa s-saħħa taċ-ċittadini.", "Għidt ukoll li l-area fejn jiġi miżrugħ il-prodott għandu jkollha arja safja għax dan huwa importanti ħafna għall-ħajja taċ-ċittadini.", "Pero' sfortunatament mhux talli jidher li dan il-gvern m'għandu l-ebda rieda qawwija li jippriżerva l-ftit widien li fadal f'pajjiżna talli qed jippromwovi l-qerda tagħhom.", "Per eżempju ̧ jien semmejt il-wied tal- Kalkara u spjegajt li skond l-istructure plan dak il-wied għandu importanza xjentifika u hemm evidenza ċara li hemmhekk ma jistax isir żvilupp.", "Tant hu hekk li anke d-Dipartiment ta' l-Ambjent li kien taħt il-Ministru Francis Zammit Dimech kien irrimarka li dak il-wied għandu jibqa' kif inhu għax dak huwa l-uniku pulmun li hemm fil-Kottonera pero' sfortunatament l-Awtorità ta' l-Ippjanar u l-gvern ma tawx kas dik it- twissija.", "Dawn huma affarijiet li ma tantx jawguraw tajjeb għall-ambjent u għall- agrikoltura.", "Qed ngħid dan għax kulħadd jaf li fil-wied tal-Kalkara jiżirgħu b'mod li ma jintużawx kimiċi fuq il-frott imma filwaqt li kulħadd qed jimbotta 'l quddiem din is-sistema, in-naħa tal-gvern qed tostakola milli jsir dan it-tip ta' żvilupp.", "Filwaqt li kulħadd qed jikkritika l-mod kif qed jispiċċaw il-widien qed insibu wkoll li qed ikun hemm kwantità kbira ta' drenaġġ li qed imur fl- għelieqi u l-frott, li indirettament ikun qed jissaqqa bih ̧ qed jinbiegħ fis-suq u jittiekel minn kulħadd u dan żgur li mhuwiex tajjeb għas-saħħa taċ-ċittadini.", "Dwar dan kien hemm kritika qawwija fil-gazzetti speċjalment mill-għaqdiet mhux governattivi imma l-gvern mhu qed jagħmel xejn dwar dan qisu mhu qed jisma' xejn.", "Sur President, kif jaf kulħadd is-sitwazzjoni ta' l-ambjent f'pajjiżna hija waħda mwiegħra u dan mhux qed ngħidu jien imma qalu wkoll l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "Fil-fatt dan l-aħħar dan qal li l-akbar problema li għandu l-gvern Nazzjonalista hija l-problema ta' l-ambjent.", "Dawn l-akkużi ilhom serjin u ċ-ċuqlajta ma ċċaqċaqx għalxejn.", "Qed ngħid dan għax minflok ma nibżgħu għal ftit art li għandna, speċjalment dik agrikola ̧ qed jingħataw permessi biex fuq din l-art isir żvilupp.", "Issa fl-istructure plan hemm indikat li fuq din l-art ma jista' jsir l-ebda żvilupp.", "Illum kulħadd qed jinduna li f'dawn l-affarijiet hemm il-flus involuti.", "Din mhux illum smajniha imma llum għamlet ħoss daqsxejn akbar għaliex forsi wieħed ma stenniex li jkun hemm min, minn ħdan ċerti sezzjonijiet fil-pajjiż li għandhom saħħa morali ̧ jasal biex jgħid dawn l- affarijiet.", "Jien kemm-il darba sħaqt x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż u b'wiċċi minn quddiem nibqa' nsostni u ngħid li l-flus għandhom saħħa kbira f'dan il- pajjiż u qed jiġru affarijiet li wieħed għandu jistmerrahom u jinvestigahom bis-serjetà u mhux noqogħdu nilagħbuha tal-qaddisin u ngħidu li min jiġi jikkritika għandu jagħti eżempju ta' każ speċifiku.", "X'jiġifieri!", "Min għandu s-saħħa u l-mezzi biex jinvestiga għandu jinvestiga meta jasallu ilment u għandu jara bis-serjeta' għaliex ikun qed jingħadu ċerti affarijiet.", "Wara kollox illum, il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin qed jgħidu li din hija l-verità għax qed jarawha u jħossuha b'idejhom.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u qed insemmihom għax ma jistax ikun li l-gvern jew xi awtorità joqgħodu jinħbew u jgħidu li dak li jkun għandu jispeċifikalhom il-każ ħalli mbagħad jinvestigaw.", "Kif tista' ma tinnotax li ċerti persuni li għandhom ċerta kariga, jiddeċiedu li jibdlu deċiżjoni u art agrikola li ma tistax tibni fuqha, f'daqqa waħda tingħata għall-bini!", "Kif wieħed bil-paga li forsi jagħmel xi part-time job jgħix f'ċertu lussu?!", "Kif nies li qabel kienu jaħdmu ma' l-awtorità ta' l-ippjanar illum qed jaħdmu ma' spekulaturi kbar f'dan il-pajjiż u f'daqqa waħda faru?!", "Kif f'daqqa waħda ċerti nies għandhom il-ħwienet u l-bini?!", "Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux!", "Minkejja dawn l-affarijiet kollha u l-qerda ta' art agrikola qisu m'hu qed jiġru xejn u mbagħad l-affarijiet ma niċċekkjawhomx!", "Dawn huma affarijiet li żgur ma jawgurawx tajjeb għall- agrikoltura u għall-ambjent.", "Il-gvern m'għandu l-ebda rieda li jara li l- ħażin ma jsirx speċjalment jekk ikun hemm involuti partitarji Nazzjonalisti u dawk tal-qalba.", "Sur President, issa se nsemmi skandlu kbir li sar fil-wied ta' San Blas ġewwa Għawdex.", "Qed ngħid dan għax hija proprju l-Ministru għal Għawdex li qed teqred dan il-wied u li qed tagħmel xogħol illegali fih pero' minkejja li l-Awtorità ta' l-Ippjanar iddikjarat li dak kollu illegali għandu jitneħħa, din ġiet hawnhekk ̧ fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, - ma nafx kif is-Sinjorija Tiegħek aċċettat dan – u bil-wiċċ tost kollu qagħdet tiftaħar li minkejja li hemm il-provi li dak kollu huwa illegali, hi għamlet sew li għamlet hekk ̧ donnu li għaliha ma jista' ħadd.", "Allura l- ministri joqgħodu jikkundannaw kull ħaġa żgħira ħażina li ssir, speċjalment jekk din tkun ġejja minn xi ħadd Laburist – jien dejjem għidt li l-ħażin dejjem huwa ħażin, isir mil-liema naħa jsir – imma meta mbagħad issir xi ħaġa ħażina min-naħa tal-gvern li verament tkun ta' detriment għall- ambjent ̧ dawn ma jgħidu xejn u ma joħorġux jikkundannaw.", "Illum meta ġejt il-parlament kont nistenna li se nsib xi stqarrija fuq dak li tkellimt dwaru l-ġimgħa l-oħra biex jikkundannaw lill-Onor.", "Giovanna Debono, lill-Onor.", "Pullicino u lill-Onor.", "Tonio Borg li kienu jew huma responsabbli mill-ambjent imma jidher li minn ġot-taġen se nispiċċaw ġon- nar.", "Wieħed kien rieqed ̧ kien iħalli kollox miexi għal riħu u ma kienx jaf x'inhu jiġri u dawn se jkissru kollox biex igħinu lill-ispekulaturi u lil min għandu l-flus.", "Kieku mhux hekk kienu joħorġu b'wiċċhom minn quddiem u jikkundannaw lill-Onor.", "Giovanna Debono għal dik il-ħneżrija li għamlet imma dawn jew huma cowards u jibżgħu minnha għax għandha xi saħħa fuqhom jew inkella jridu li l-affarijiet jimxu b'dan il-mod.", "Per eżempju, minkejja li fuq art agrikola jew fuq green area mhux suppost isir bini qed naraw li qed isiru manuvri biex imexxu l-flus mill-idejn ħalli dawn l- artijiet ikun jista' jsir żvilupp fuqhom!", "Dawn huma affarijiet tal-biki!", "Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadalli se ngħid xi ħaġa żgħira fuq is-sajd u fuq il-part-time fishermen li għandhom biċċa luzzu jew opra tal-baħar żgħira li jmorru jistadu biha u dak li jaqbdu jew jeħduh il-pixkerija jew inkella jżommuh għall-familja.", "Lil dawn in-nies ngħidilhom li issa qed iberraq.", "Pero' hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jistaqsi għalfejn lil dawn mhux qed igħidulhom x'se jiġri jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju ̧ dawn jafu li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea ̧ se jkollhom iħallsu liċenzja u se jkollhom ċerti restrizzjonijiet fejn f'ċertu perijodu ma jkunux jistgħu jistadu f'ċerti areas?", "Jafu li f'dan il-każ, mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jistadu bil-biċċiet tas-sajd li għandhom illum?", "Issa kif jaf kulħadd dawn il-part-time fishermen żgur li mhumiex theddida għall-full- time fishermen.", "Jien naċċerta lil kulħadd li l-maġġoranza tas-sajjieda huma dilettanti u mhux full-timers imma dan id-delizzju, minbarra li jservihom biex idaħħlu xi introjtu żgħir għall-familja ̧ jservihom ukoll biex jitbiegħdu minn ċerti vizzji.", "Kif jaf kulħadd ̧ min ikun dilettant tas-sajd, kull ftit ċans li jkollu jmur jistad u minn dawn għandna kwantitajiet kbar.", "Jien qed nitkellem fuq dan is-suġġett biex fil-winding up tiegħu l-ministru jispjega u jgħid x'se jiġri eżatt jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u mhux joqgħod igħid li għadhom qed jistudjaw jew li għad m'hemm xejn deċiż.", "Mhux sew li dan joqgħod idur mal-lewża.", "Il-verità hi li l-proposti saru u dawn se jkunu ta' detriment għad-dilettanti tas-sajd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, qabel nibda nixtieq insellem lilek, lill-membri ta' din il-Kamra, lill-ġurnalisti u lil dawk kollha li qed jisimgħuna minn fuq il-mezzi tax-xandir.", "Quddiemna għandna abbozz ta' liġi li l-għanijiet tiegħu huwa li jipprovdi għall-ħolqien ta' organizzazzonijiet tal-produtturi fis-setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd.", "Sur President ̧ hija ħaġa tajba li pajjiżna jkollu liġi bħal din pero' jkun ferm aħjar li din tinħadem mal-persuni u ma' l-għaqdiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-biedja ̧ ma' l-industrija tat-tkabbir ta' l- annimali u ma' l-industrija tas-sajd.", "Din il-liġi trid tkun ukoll imfassla u marbuta mal-problemi partikolari ta' pajjiżna.", "Huwa fatt magħruf li pajjiżna jikkonsisti fi gżejjer żgħar maqtugħin minn pajjiżi oħrajn u li fuqhom hawn ammont żgħir ta' nies.", "Dan joħloq ħafna problemi lill-industriji tal-biedja u tas-sajd fosthom il-problemi naturali ̧ il-problemi ġeoloġiċi u l-problemi ġeografiċi.", "Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll il-problemi ta' nuqqas ta' materja prima u n-nuqqas ta' riżorsi naturali.", "Per eżempju, s'issa pajjiżna m'għandux minjieri ta' faħam ̧ minjieri ta' deheb u minjieri ta' ħadid u lanqas għandu foresti minn fejn ikun jista' jaqta' l-injam tiegħu.", "Dawn l-affarijiet qed insemmihom għax jaffettwaw ħafna l-industriji tal- biedja u tas-sajd.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet kellna diversi laqgħat mal- bdiewa li jkabbru l-għeneb u meta wieħed jitkellem magħhom igħidlek ċar u tond li l-materjal ikollhom iġibuh kollu minn barra.", "Fost affarijiet oħra dawn jimportaw iż-żraġen, l-arbli u l-bsaten ta' l-injam biex ikabbru d- dwieli tagħhom.", "Barra minn hekk dawn iridu jixtru wkoll il-fidiferru biex jorbtuhom u x-xibka biex igħattuhom mill-għasafar u tjur oħra.", "Issa dan huwa każ wieħed biss.", "Imbagħad hemm ukoll il-fertilizzant u l-bexx li ħafna minnu jrid jiġi mportat minn barra.", "Fil-qasam tas-sajd hemm din il-problema wkoll għax il-lixka tal-pixxispad u tat-tonn trid tiġi mportata minn barra.", "Dan biex ma nsemmix affarijiet oħra bħall-irkaptu tas-sajjieda li jikkonsisti fi ħbula, għeżula, snanar u ħarir.", "Dawn l-affarijiet kollha jridu jiġu mportati minn barra.", "Fil-qasam ta' l-agrikoltura hemm ukoll il-problema ta' l-ilma.", "Hawnhekk Għawdex għandu vantaġġ żgħir għax minbarra l-ġeoloġija tiegħu ̧ għandu saff tat-tafal u għalhekk għandu dik li jsejħulha l-perched water table pero' l- kwantità ta' ilma li għandna fil-gżejjer tagħna mhumiex biżżejjed u sodisfaċenti għall-bdiewa tagħna biex ikabbru l-uċuħ u biex jikkompetu mal- bdiewa ta' pajjiżi oħra.", "Minbarra n-nuqqas ta' ilma pajjiżna għandu problemi oħra li lill-Għawdex jolqtuh aktar u se ngħid għaliex.", "Kulħadd jaf li r-raba' ta' pajjiżna huwa maqsum f'biċċiet żgħar u r-raġunijiet huma tnejn; waħda għax kif jaf kulħadd, minħabba wirt, kull biċċa tinqasam bejn l-aħwa u l-qraba kollha u l-oħra – din tolqot l-aktar lill-Għawdxin - minħabba li r-raba' tagħna huwa raba' sined, żorżieq u fih l-għoljiet u allura bilfors iridu jinbnew il-ħitan tas-sejjieħ.", "Issa biex tibnihom u żżommhom dawn il-ħitan trid iż- żmien speċjalment wara li tagħmel ħafna xita li tkaxkar ħafna minnhom.", "Minħabba dawn il-problemi li semmejt, il-bdiewa tagħna ma jistgħux jużaw makkinarju modern li jużaw bdiewa ta' pajjiżi oħra ̧ bħall-Ingilterra ̧ Franza u l-Italja għax kif jaf kulħadd dawn il-pajjiżi għandhom meded kbar ta' art li fuqhom jistgħu jużaw liberament il-makkinarju tagħhom.", "Sur President ̧ hemm ukoll il-problema ta' l-irjiħat li tolqot l-aktar lill- gżira Għawdxija.", "Kulħadd jaf li kważi s-sena kollha pajjiżna jkun milqut mir-riħ li minħabba ċ-ċokon tal-gżira tagħna u minħabba li aħna mdawrin bil- baħar, dan iġorr miegħu kwanità ta' melħ fl-arja.", "Din il-problema titfa' fi żvantaġġ ieħor lill-bdiewa tagħna għax biex jipproteġu l-prodotti tagħhom dawn iridu jibnu lqugħ li aħna l-Maltin u l-Għawdxin insibuh bħala l-qanniċ.", "Huwa veru li dawn l-affarijiet jipproteġuk mill-elementi pero' dawn jinvolvu ħafna xogħol, ħin u spejjeż.", "Apparti minn hekk, dan il- qanniċ ma jservix għal żmien twil l-ewwelnett għax il-qasab ma jservix għal snin twal u t-tieni nett għax jekk ikun hemm siġar tal-frott ħdejn dan l-istess qanniċ, dawn inaqqsu mill-produttività tagħhom u wara sena jew sentejn, minkejja li l-qanniċ ikun għadu tajjeb ̧ dan ikollu jiżżarma u jinbena aktar 'il bogħod.", "Dan iġib ħafna ħela ta' żmien u ħela ta' flus li bdiewa barranin lanqas biss joħolmu bihom.", "Għalhekk meta wieħed ifassal il- liġi jrid iżomm f'moħħu dawn il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il- bdiewa, is-sajjieda u kull industrijalist ieħor.", "Minbarra dawn il-problemi pajjiżna għandu wkoll problemi ġeografiċi għax huwa maqtugħ bil-baħar minn kulħadd.", "Din taffettwana wkoll għax kull ħaġa li rridu nimportaw irridu nġibuha bl-ajru jew bil-baħar għax aħna m'għandniex mezzi oħrajn bħat-tren jew inkella trailers li jaqsmu pajjiżi sħaħ.", "Dan qed jolqot ħażin lill-industrijalisti tagħna fosthom lis-sajjieda, lill-bdiewa u lir-raħħala għax iż-żrieragħ, il-mediċini ̧ il-bexx u affarijiet oħra jiġu jiswewlhom id-doppju ta' dak li jiġi jiswa lir- raħħala, il-bdiewa u s-sajjieda barranin.", "Minħabba dawn il-problemi li għadni kemm semmejt, pajjiżna ̧ speċjalment Għawdex, għandu ħafna mir-raba' tiegħu li mhux qed jinħadem.", "Tant hu hekk li l-għelieqi ta' Għawdex qed jispiċċaw abbandunati.", "Sur President, il-popolazzjoni ta' Malta hija ta' madwar 300, 000 ruħ u l- popolazzjoni ta' Għawdex hija bejn 25,000 u 30 ̧000 ruħ.", "Dan ifisser li huwa faċli li s-suq tagħna jiġi fgat bil-prodotti.", "Inutli tkabbar il- prodotti u żżid il-produzzjoni jekk is-suq tiegħek ma jiflaħx għal dan.", "Fil-fatt din il-problema qed iħabbtu wiċċhom magħha dawk li jkabbru d- dulliegħ u l-bettiegħ.", "Filwaqt li fl-imgħoddi kien hemm raba' tafli u żejtni u meta kienet tagħmel ix-xita kien jitħalla rieqed u bit-tira tiegħu kien jitkabbar id-dulliegħ u l-bettiegħ, illum dawn il-prodotti qed jikbru kważi fir-raba' kollu diment li jkollok l-ilma u l-mediċini addattati.", "Illum il-produtturi tad-dulliegħ u tal-bettiegħ jgħidulek li fejn qabel f'Għawdex kien hemm ħames bdiewa li kienu jagħmlu dan ix-xogħol ̧ illum dan in-numru ittrippla u aktar bil-konsegwenza li s-suq Għawdxi u Malti qed isib ruħu fgat għax l-ammont ta' konsumaturi huwa żgħir.", "Fil-fatt kien hemm każijiet fejn l-uċuħ li kien hemm bid-dulliegħ u l-bettiegħ inħartu minkejja li kienu tajbin għall-konsumatur.", "Issa se nsemmi xi ħaġa fuq l-industrija tal-bini u l-industrija ta' l- għamara.", "Fis-snin ħamsin u sittin f'Malta u f'Għawdex u madwar id-dinja kollha kien hemm il-population explosion.", "Tant hu hekk li l-familji tagħna kien ikollhom sebgħa jew 12 ulied.", "Pero' minkejja li f'dawk iż-żmenijiet kienu jemigraw ħafna nies xorta kien hemm domanda għad-djar għax dawn il- familji kienu jitrabbew f'żewġt ikmamar jew tlieta.", "Imbagħad fis-snin sebgħin bdew jirritornaw f'pajjiżna parti sostanzjali mill-familji li kienu emigraw u allura d-domanda għad-djar u għall-bini kienet qed tiżdied.", "Fil- fatt din kienet waħda mill-aktar industriji b'saħħithom.", "Imbagħad fis-snin tmenin u disgħin bdejna naraw familji żgħar ta' żewġ ulied u wieħed bil- konsegwenza li l-ħtieġa għal aktar djar qiegħda dejjem tonqos.", "Jien ma rridx ngħid li dan huwa l-kaġun li l-industrija tal-bini tinsab iġġammjata imma dan huwa fattur wieħed.", "Fattur ieħor għaliex l-industrija tal-bini naqset ħafna huwa n-nuqqas ta' flus fl-idejn imma dan mhuwiex is-suġġett tal-lejla u jien mhux se nitkellem fuqu.", "Industrija oħra li marret ħażin ukoll minħabba s-suq żgħir li għandna f'pajjiżna hija l-industrija ta' l-għamara.", "Biex tkompli tgħaxxaq rajna għamara tiġi mportata miċ-Ċina u minkejja d-distanza kbira li hemm bejn Malta u ċ-Ċina u minkejja l-levies li wieħed irid iħallas fuq din l- għamara, xorta waħda jibqa' l-fatt li l-prezz huwa ferm irħis meta wieħed jikkomparah mal-prezzijiet ta' l-għamara tagħna.", "Issa ovvjament dan iħalli konsegwenzi koroh fuq l-għamara tagħna.", "Issa ħalli nidħol aktar fid-dettall tas-suġġett tal-lejla, li huwa dwar il- biedja u s-sajd.", "Fattur ieħor li jolqot ħażin lil din l-industrija huwa n- nuqqas ta' riżorsi edukattivi ̧ tekniċi u teknoloġiċi li għandna f'dan ir- rigward.", "Per eżempju, għalkemm f'Għawdex kellna skola tal-biedja ̧ illum din żarmat.", "Issa din l-iskola kienet trawwem żgħażagħ fl-oqsma tat- tkabbir tal-prodotti ta' l-agrikoltura u tat-tkabbir tal-bhejjem u kienet ukoll teduka lill-bdiewa u lir-raħħala diġà stabbiliti dwar x'tip ta' żrieragħ għandhom jiżirgħu ̧ kif jiżirgħuhom u meta.", "Din l-iskola kienet tgħallimhom dwar liema huma l-aktar prodotti addattati għal pajjiżna u liema prodotti huma l-aktar produttivi u li jirreżistu l-mard.", "Għalhekk hija ħasra li llum din l-iskola m'għadhiex teżisti għax apparti mill-fatt li din l-edukazzjoni spiċċat ̧ din l-iskola ma kienet tiswa xejn lill-gvern.", "Dan huwa dovut għall-fatt li l-prodotti li kienu jkabbru dawn l- istudenti kienu jbigħuhom u l-flus li kienu jiġbru kienu biżżejjed biex isostnu din l-iskola ̧ it-tagħlim u l-apparat l-ieħor.", "Sur President, f'pajjiżna t-teknoloġija kważi ma teżistix meta wieħed iqabbilha mat-teknoloġija li hemm fil-pajjiżi ta' madwarna speċjalment fl- Ewropa.", "Huwa fatt magħruf li l-bdiewa, speċjalment il-bdiewa Ewropej, għandhom il-faċilità li mid-dar, permezz tal-computer ̧ l-internet u s- satellita jistgħu jimmoniterjaw il-progress li jkunu qed jagħmlu l- prodotti tagħhom, jistgħu jaraw jekk dawn l-istess prodotti jkunux qed jinħakmu minn xi mard kif ukoll ikunu jafu meta jkun l-aħjar żmien li jbixxu.", "Dan jagħmluh minkejja li r-raba' tagħhom ikun kilometri 'l bogħod mid-dar tagħhom.", "Din it-teknoloġija ma japplikawhiex biss għall-qasam agrikolu imma japplikawha wkoll għall-qasam tas-sajd.", "Per eżempju ̧ rajna kif is- sajjieda Ġappuniżi ̧ Taljani u Spanjoli jkollhom l-informazzjoni tat- temperatura tal-baħar f'pajjiżhom stess biex ikunu jafu fejn huwa l-aħjar li jistadu.", "Barra minn hekk is-sajjieda Taljani u Spanjoli huma attrezzati wkoll bl- ajruplani biex wara li jkunu jafu fejn qiegħed il-ħut, jidderieġu l-opri tas-sajd tagħhom fejn ikun hemm l-aktar ħut u allura l-qabda tkun suċċess mija fil-mija.", "Issa kif jaf kulħadd is-sajjieda tagħna kważi għadhom jistadu bil-metodi primittivi.", "Hija ħasra li jkollok tgħid dan id-diskors pero' din hija s-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-industrija tas-sajd, l- industrija ta' l-agrikoltura u l-industrija tat-tkabbir tal-bhejjem f'pajjiżna.", "Kulħadd jaf li l-problema tas-sajd fil-Mediterran qed tmur għall-agħar għax qed isir ħafna sajf bla kontroll l-aktar mis-sajjieda barranin.", "Fil-fatt ħafna sajjieda jgħidulek li l-ħut qed jonqos u dan qed jinħass minn sena għal oħra.", "Per eżempju ̧ f'pajjiżna nsemmu ħafna l-polemika li hawn dwar il- kaċċa u l-insib pero' din nistgħu napplikawha wkoll għas-sajd.", "Sur President ̧ kulħadd jaf bil-problemi li kien hawn fuq is-sajd għat-tonn u x'metodi għadhom qed jintużaw għall-qbid ta' dan il-ħut.", "Kulħadd jaf li bil-metodi li qed jużaw, il-qabda għal dan il-ħut qed tkun kważi mija fil- mija.", "Mela minn banda jgħidu li l-kaċċa ta' April m'għandhiex issir għax l- għasafar ikunu se jbejtu u f'pajjiżna jsir sajd is-sena kollha ̧ anke meta l- ħut ̧ skond kif igħidu s-sajjieda ̧ ikun se jbejjet.", "Minkejja dan kollu mhu qed isir xejn biex nikkontrollaw is-sajd illegali.", "Sur President ̧ hemm problema oħra li qed tgħin fil-qerda tal-ħut.", "Jien qed nirriferi għall-ħmieġ uman ̧ għall-ħmieġ industrijali u għad-deterġenti li jintużaw għall-ħasil tal-ħwejjeġ ̧ għall-ħasil tal-platti u għat-toilets, li jitwaddab fl-istess baħar fejn igħumu n-nies u li fih jistadu għall-ħut.", "Dan biex ma nsemmix il-ħmieġ industrijali li jwaddbu l-pajjiżi ġirien – biżżejjed issemmi l-fabbriki li hemm f'Seveso - u agħar minn hekk ir-rimi ta' l-iskart premeditat.", "Jien qed ngħid li dan ikun rimi ta' skart premeditat għax il-pajjiżi li jarmuh ma jkunux iridu jżommuh huma u peress li ma jsibux pajjiżi oħra li jeħodulhom ̧ jeħduh f'ċerti nħawi tal- Mediterran ̧ igħarrquh hemmhekk ̧ jitolbu l-għajnuna għax taparsi l-vapur ikun qed jegħreq ̧ jitħallsu talli jarmu l-iskart tossiku u jiġbru l- insurance fuq l-opri tagħhom.", "Dawk huma l-affarijiet li qed jiġru f'pajjiżna u mbagħad l-għaqdiet ta' l-ambjent u l-poplu jgħid għax iċ-ċeren beda jmut u qed jersaq lejn il-kosta.", "Mhux bilfors li jsir hekk jekk il- baħar huwa kollu ħmieġ!", "Sur President, jien se jkolli nagħlaq għax sar il-ħin pero' qabel nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-parlament li fil-liġijiet tagħna rridu nżommu f'moħħna l-problemi li jħabbat wiċċu magħhom il-poplu tagħna li popli oħra m'għandhomx.", "Ma fiha xejn ħażin li nagħmlu bħan-naħla li tgħaddi minn warda għal oħra biex tieħu t-tajjeb ta' kull warda u mbagħad bil-kapaċità tagħha, tagħmlu għasel għaliha.", "Dik hija sistema li jużawha l- kompożituri tal-mużika, l-aqwa periti u l-aqwa artisti.", "Il-parlament tagħna għandu jkun bħal dik in-naħla u jieħu l-aħjar mil-liġijiet tal- pajjiżi kollha ta' madwaru u tad-dinja u japplikah għalina.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li jkun tajjeb li ngħidu li l-liġi li għandna quddiemna mhijiex biss liġi dwar il-biedja u s-sajd imma hija liġi aktar wiesgħa minn hekk.", "Din hija liġi dwar l-ikel u dwar il-biedja u s-sajd.", "Din hija liġi li tittratta dwar kif se jkunu regolati s-sistemi li bihom l- affarijiet li joħorġu mill-biedja, kemm ta' Malta kif ukoll il-biedja internazzjonali ̧ se jkunu regolati.", "Waħda mill-affarijiet li tixxokkjak f'din il-liġi hija li qed nitilqu fit-triq li nfasslu ̧ nissettjaw u niddisinjaw is-sistemi li japplikaw għat-tmexxija tal-biedja, is-sajd u l- ikel mhux skond iċ-ċirkostanzi tagħna imma skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea indipendentement minn jekk dawn ir-regoli japplikawx tajjeb għalina jew le.", "Jien ilni ħafna nisħaq fuq dan il-punt u għalkemm mhux dejjem naslu ̧ se nibqa' nisħaq fuqu kif se jagħmlu wkoll sħabi.", "Meta nħarsu lejn il-fasla li għandna f'pajjiżna ta' kif isseħħ il-biedja ̧ iseħħ is-sajd u jseħħ il- kummerċ ta' l-ikel nirrealizzaw li matul is-snin ̧ biex ma ngħidx matul is- sekli ̧ tfassal u twettaq forma ta' kuntratt nazzjonali li bih irregolajna kif se nipproduċu l-affarijiet ta' l-ikel f'pajjiżna ̧ tal-biedja u tas-sajd u kemm se nixtru minn barra prodotti tal-biedja u tas-sajd skond iċ- ċirkostanzi tagħna bħala gżira żgħira ħafna.", "Ir-Renju Unit, Greenland u Ċipru huma gżejjer imma ħdejhom il-gżira tagħna hija farka.", "Issa matul is-sekli f'dan il-pajjiż żviluppajna kuntratt nazzjonali li għandu x'jaqsam ma' kif f'din il-farka ta' gżira nistgħu nipproduċu ċerti affarijiet mill- art mimlija blat u ċagħaq tagħna ħalli nkunu nistgħu ngħixu bħala poplu.", "Jekk tħares lejn l-istorja ta' Malta u toqgħod tifli r-records li baqa' minn żmien ir-Rumani u anke qabel ̧ sa issa, din il-ħaġa taraha.", "Ir-regoli li ħarġu f'pajjiżna huma regoli partikolarissimi għal kif tikka ta' gżira f'nofs il-Mediterran tista' tuża l-blat, iċ-ċagħaq, il-ħamrija u l-ftit ilma li għandha biex għallinqas ikollha parti mill-provvista' ta' l-ikel tagħha.", "Dak kien kuntratt nazzjonali li ġie żviluppat fi żmien il-Feniċi ̧ ir- Rumani ̧ l-Għarab ̧ il-Kavallieri ̧ l-Ingliżi u fi żmien Malta indipendenti li kien jikkonsisti f'dawn l-affarijiet.", "Hija ħaġa ċara li aħna ma nistgħux nipproduċu kull ħaġa li nikkonsmaw.", "Din hija xi ħaġa impossibbli u min jaħseb li nistgħu nagħmlu dan, qed joħlom.", "Min-naħa l-oħra kien importanti u siewi li għallinqas parti kbira minn dak li nieklu u nikkonsmaw, nipproduċuh ħalli jekk jinqala' xi ħaġa - jekk Napuljun, mal-Mediterran kollu ̧ ifarrak il-komunikazzjoni tal- kummerċ; jekk fit-Tieni Gwerra Dinjija itir kollox jew jekk ikun hemm xi epidemiji fl-Ewropa jew fl-Afrika ta' Fuq - ma nispiċċawx fixxa.", "Dak kien il-kuntratt nazzjonali skond l-affarijiet li ġraw matul is-sekli.", "Allura mbagħad kif żviluppa dan it-trade-off?", "It-trade-off kien illi jkollna struttura ta' biedja u ta' sajd li huma megħjuna, protetti u mħarsa bil-kbir u allura f'dan il-qasam jista' jkollna prezzijiet għolja għax ma nippermettux li jkollna ċertu tip ta' kompetizzjoni immedjata fuq is-suq lokali li tista' timmina l-produzzjoni lokali u tħarbatha kompletament.", "Pero' x'jista' jiġri?", "Jista' jiġri li fiż-żmien li jkun hemm ħafna prodotti ̧ infuru bix-xogħol u kollox jispiċċa bi prezz baxx – b'dan il-mod tkun qed toqtol lill-produtturi tagħna kompletament - u mbagħad fi żmien ta' karestija jew fi żmenijiet fejn iridu jiġbdulna r- riedni lura għax inkunu kissirna l-produzzjoni tagħna, il-prezzijiet jogħlew.", "Allura l-produzzjoni tagħna, hi dik li hi, trid tkun protetta bil-kbir ħalli jekk jinqalgħu l-problemi nkunu nistgħu ngħixu fuqha.", "Dan insejħulu l-għan strateġiku u dan joħroġ mill-kuntratt nazzjonali tal- biedja u s-sajd li matul is-sekli l-Maltin żviluppaw bejniethom.", "Min-naħa l-oħra l-konsumatur Malti li jkollu jħallas dak il-prezz għoli għall-produzzjoni lokali tagħna, irid ikollu l-ispazju miftuħ biex il- produzzjoni li ma nipproduċux nixtruha bl-irħas prezz possibbli.", "Issa hawnhekk qed nitkellem fuq qmuħ ̧ butir, ross ̧ laħam u zokkor.", "Dak kien il- bilanċ li matul is-sekli wasalna għalih.", "Min-naħa għandek protezzjoni qawwija għal ċerti prodotti lokali li qed inżommu biex tabilħaqq ikollna fuqhiex ngħixu jekk jinqalgħu xi diżastri madwarna pero' min-naħa l-oħra mbagħad hemm il-premessa li dak li ma nipproduċux irridu nixtruh bl-irħas prezz possibbli.", "Din hija xi ħaġa speċjali għal pajjiżna li ġiet żviluppata matul ħafna u ħafna snin biex tgħin lil min jipproduċi u tagħtih in-nifs li jgħix ħajja li tagħmel sens għalih u għall-familja tiegħu.", "Min- naħa l-oħra hemm it-toroq l-oħra li jibbilanċjaw lill-konsumatur u dan ikun jista' jgħid li mas-sagrifiċċju li qed jagħmel għandu r-rabta l-oħra.", "Dan huwa l-kuntratt nazzjonali Malti fir-rigward tal-biedja, is-sajd u l-ikel.", "Meta nitkellmu fuq il-biedja u s-sajd ̧ Alla jbierek, tan-naħa tal-gvern jinsew li hemm ir-rabta l-oħra ma' l-ikel li bl-istess mod li qed nipproteġu l-biedja u s-sajd qed inħallu tieqa kbira miftuħa biex inkunu nistgħu nixtru l-ikel l-ieħor tagħna bi prezz aktar kompetittiv u irħis internazzjonalment.", "Jien naħseb li l-akbar dnub li għandu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li dan il-kuntratt nazzjonali żviluppat matul is-sekli fuq il-biedja u s-sajd qed iwarrbu, qed jinsih, qed jimminah u qed ikissru.", "Qed ngħid hekk għax qed tiġi proposta struttura ġdida għall-mod kif tiġi organizzata l-biedja, is-sajd u ngħid jien ̧ b'implikazzjoni ̧ anke l- istruttura ta' l-ikel f'pajjiżna li hija kompletament aljena, differenti u ma tinftiehemx għan-natura ta' pajjiżna.", "Kulma qed jiġri bħalissa huwa li l-istrutturi ta' kif qed tiġi organizzata l-biedja ̧ is-sajd u l-ikel fl- Unjoni Ewropea ̧ qed jiġu mportati lock, stock and barrel f'pajjiżna ̧ mhux għax sar xi studju dwar jekk jaqblux għal pajjiżna, mhux għax hemm xi fehma li jaqblu għal pajjiżna imma sempliċement għax hekk jiġri fl-Unjoni Ewropea.", "Dawk huma r-regoli li l-ewwel l-Ewropa tas-sitta ̧ mbagħad l- Ewropa tad-disgħa, mbagħad l-Ewropa tal-11 u issa l-Ewropa tal-15 żviluppaw biex imexxu l-biedja ̧ is-sajd u l-ikel f'pajjiżna.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq pajjiżi kbar ̧ li jien inħobbhom ħafna, li huma Franza, l- Ingilterra, il-Ġermanja u l-Italja.", "Dawn il-pajjiżi żviluppaw dawn is- sistemi għall-mod kif imexxu l-biedja u s-sajd tagħhom u sewwa għamlu.", "L- ironija ta' dan kollu hija li meta jien kont parti mid-delegazzjoni ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussels, eżattament fl-1972/73 ̧ jien kont nikteb rapporti sħaħ mill-ambaxxata tagħna fi Brussels fuq kif kien ikun organizzat is-suq tal-laħam tal-majjal, is-suq tal-ħxejjex ̧ is-settur tal- qmuħ u s-settur tal-laħam taċ-ċanga.", "Jien kont nibgħat rapporti dettaljati fuq kif kienu qed isiru l-affarijiet fosthom il-gate prices u l- intervention prices.", "Meta mbagħad kont niġi Malta fuq xi vaganza kont immur għand id-dipartiment tal-biedja – illum uħud minn dawn in-nies jippożaw li huma l-kapurjuni favur l-Unjoni Ewropea – imma dawn ir-rapporti kienu jagħmlu kopja tagħhom u ma jaqrawhomx.", "Għalija din l-istorja hija ironika għax issa, 30 sena wara, qed nara li dawn l-affarijiet li kienu jiġu shelved, qed jiġu implimentati b'mod għami ̧ b'mod trux u b'mod li assolutament ma jaqbilx għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Din mhijiex kritika lejn kif inhi organizzata s-sistema tal-biedja ̧ is-sajd u l-ikel ta' l-Unjoni Ewropea.", "X'għandu x'jaqsam dan!", "Il-punt huwa li jekk matul dawn l-aħħar 1, 000 sena żviluppajna ċertu bilanċ fil-mod kif nipproduċu l-ikel tagħna, fil-mod kif nistadu u fil-mod kif nixtru l-ikel tagħna minn barra, m'għandhomx f'daqqa waħda jbiddlu dan kollu bla ebda ħsieb u organizzazzjoni.", "Jien ngħid li fuq dan il-każ il-gvern preżenti qed jittradixxi l-interess nazzjonali.", "Dan il-gvern qed jittradixxi l-interess nazzjonali anke fil-mod kif jaġixxi.", "Per eżempju ̧ jien informat li ma saret l-ebda konsultazzjoni valida u serja fuq il-mod kif qed jiġi ppreżentat dan l-abbozz ta' liġi.", "Qed jiġu ntrodotti strutturi ġodda ta' kif nitkellmu, kif norganizzaw u kif norjentaw lill-bdiewa tagħna ̧ lis-sajjieda tagħna, lill-produtturi tagħna u lill-middlemen tagħna sempliċement b'kopja minn dak li jiġri fl- Unjoni Ewropea bla ebda konsultazzjoni serja.", "Jien immur aktar minn hekk.", "L-organizzazzjonijiet li jifhmu kif jitmexxew l-affarijiet qed igħidu – dan forsi mhux qed igħiduh quddiem id-dwal tat-television biex wara ma jkollhomx xi vendikazzjoni – li dak li qed isir ̧ qed isir kontra l- volontà tagħhom ̧ bla konsultazzjoni magħhom u kontra l-interess tagħhom.", "Irridu wkoll inħarsu lejn il-mod kif ċerti nies li jirrappreżentaw lill- bdiewa jew igħidu li jirrappreżentaw lill-bdiewa spiċċaw konsulenti tal- gvern.", "Issa jien m'għandi xejn kontra, per eżempju, is-Sur Peter Axisa ̧ is-segretarju ta' l-assoċjazzjoni tal-bdiewa anzi kellimtu kemm-il darba u naħseb li huwa bniedem ċivili u ġentili.", "Pero' li xi ħadd bħalu, li huwa segretarju ta' l-assoċjazzjoni tal-bdiewa ̧ fl-istess ħin isir konsulent tal-gvern, jien ma nistax nifhimha.", "Issa jekk hux qed jitħallas Lm5 ̧000 jew aktar m'għandhiex x'taqsam!", "Kif tista' tkun segretarju ta' l- assoċjazzjoni tal-bdiewa min-naħa u mbagħad min-naħa l-oħra tkun konsulent tal-gvern?!", "Ma nistax nifhem ukoll l-attakki sfrenati li jsiru fuq ċerti nies li jagħmlu stand fuq ħaġa bħal din.", "Jien mhux se noqgħod insemmi koperattiva jew oħra imma kulħadd jaf x'qed ngħid.", "X'inhu għaddej f'dan il-qasam?", "Il- gvern ħa deċiżjoni li akkost ta' kollox irid jirrombla.", "Qed ngħid dan għax min jaċċetta dak li qed jagħmel il-gvern m'għandu problema ta' xejn imma mbagħad min jipprova jagħmel stand favur il-bdiewa, il-gvern jipprova jirromblah.", "Hekk se naħdmu?", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa li għandha tinkwieta lil kulħadd għax ma nistgħux nibqgħu serjin hekk.", "Imbagħad hemm l-informazzjoni l-oħra li qatt ma ġiet miċħuda ta' dak il- bravu president ta' l-Alternattiva Demokratika ̧ Dr Harry Vassallo.", "F'daqqa waħda lil dan laħħquh espert fuq l-iżvilupp rurali u mbagħad għal xi raġuni jew oħra reġa' bdielhom.", "Dawn x'ġennati huma?!", "Ma nistgħux nibqgħu f'sitwazzjoni fejn l-oqsma tal-biedja ̧ tas-sajd u ta' l-ikel nittrattawhom b'dawn il-purċinellati!", "L-ewwelnett qed nirromblaw liġi li ma ġiet konsultata ma' ħadd u t-tieni nett min qiegħed quddiemna jew nirromblawh jew indaħħluh magħna billi nixtruh.", "Frankament din mhijiex aktar kwestjoni li jiġi l-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, li mhux qiegħed hawnhekk illum ̧ u jgħidilna li m'hemmx alternattiva għal sħubija sħiħa f'dak li għandu x'jaqsam ma' biedja u sajd jew li bilfors irridu nużaw l- argument tiegħu li l-levies iridu jitneħħew bilfors.", "M'hu veru xejn.", "Per eżempju ̧ f'kontest fejn kulħadd qed igħidilna li l-levies qed jispiċċaw ̧ għadu kemm kellna l-każ interessanti fejn f'daqqa waħda fl-Istati Uniti daħħlu levies kbar fuq l-azzar.", "Dan ifisser li għad għandna ċ-ċansijiet kollha nipproteġu l-biedja u s-sajd.", "Għalhekk filwaqt li dak li nipproduċu f'pajjiżna jkun ogħla mill-prezzijiet ta' barra, dak li ma nipproduċux aħna rridu nixtruh bl-irħas prezz possibbli.", "Issa li qed jiġri bħalissa huwa - din il-liġi hija parti minn din it-triq – li dak li qed nipproduċu aħna se nkissruh u dak li ma nipproduċux se nkunu qed nixtruh bi prezz ogħla.", "Din il-ħaġa mhux qed ngħidha jien biss imma nsibuha wkoll f'rapport li ħareġ tliet ġimgħat ilu minn ekonomisti Ewropej bit-titlu European Economy 2002.", "Dan ir-rapport sar bl-inizjattiva tal-Ludvig Maximillian University u l-Institute for Economic Research fil-Ġermanja.", "Dan ir- rapport ippubblikawh fi Frar ta' din is-sena u fuqu ħadmu rappreżentanti mill-università ta' Ruma, minn Oxford College ̧ mill-università ta' Helsinki ̧ mill-OECD ̧ mill-università ta' Tolosa, mill- Institute for Economic Research li huwa wieħed mill-aqwa istituti fil-Ġermanja u mill- università awtonoma ta' Barċellona.", "Dan mhuwiex xi front organisation tal- Partit Laburista.", "Jien ipprovajt nara jekk hemmx xi ħaġa fuq il-Partit Laburista Malti fih imma m'hemm assolutament xejn jiġifieri dan huwa xi ħaġa bona fide.", "Effettivament dawn jitkellmu fuq fejn waslet il-politika agrikola Ewropea u jagħmlu paragun bejn il-prezzijiet ta' l-affarijiet ta' l-ikel fl-Unjoni Ewropea u l-prezzijiet internazzjonali barra mill- Unjoni Ewropea.", "Mela min-naħa rridu nħarsu lejn il-produzzjoni agrikola f'Malta u min-naħa oħra rridu nħarsu lejn l-ikel li nixtru minn barra.", "Issa l-ingann qiegħed hawn u dan lili qed idejjaqni bil-kbir, biex ma nużax kelma iżjed qawwija għax inkella jġibuna fuq \"Il-Mument\" u f'In- Nazzjon\"!", "Allura kif tista' ̧ f'ħaġa bħal din ̧ ma tikkonċentrax fuq il- pakkett kollu tal-kuntratt nazzjonali li għamilna fil-qasam tal-biedja u sajd u l-ikel matul dawn is-sekli?", "Kif tista' tipprova tħares lejn xi ħaġa li taparsi tkun aħjar, li mhix se tkun ̧ u tnessi l-affarijiet l- oħrajn kollha!", "Dan mhux sew.", "Li mhux sew ̧ aktar u aktar ̧ huwa l-pakkett li għandu x'jaqsam ma' l-ikel li bħalissa aħna għandna l-libertà sħiħa ̧ għax aħna gżira żgħira li wasalna għal dan il-kuntratt nazzjonali matul is-seklu, li nixtru bl-irħas prezz minn barra.", "Imma ara x'jiġri jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea skond ir- rapport European Economy 2002.", "Naħseb li rridu nħarsu lejn l-iżjed affarijiet li huma kruċjali bħall-ikel ta' pajjiżna.", "F'dan ir-rapport dawn qed jagħmlu paragun – jien se nikkwota l-prezzijiet ta' l-1999 u s-sena 2000 biex ħadd ma jaħseb li jien qed nipprova nġebbed saqajn xi ħadd - bejn il-prezzijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-prezzijiet internazzjonali għall-prodotti agrikoli prinċipali.", "Issa jien se nsemmi dawk il-prodotti li l-aktar li jinteressawna.", "Per eżempju, għal kull Lm100 qmuħ li jħallsu internazzjonalment, fl-Unjoni Ewropea jħallsu Lm113; għal kull Lm100 qamħirrun li jħallsu barra l-Unjoni Ewropea ̧ fl-Unjoni Ewropea jħallsu Lm152; għal kull Lm100 li jħallsu fuq ir-ross barra l-Unjoni Ewropea, fl- Unjoni Ewropea jħallsu Lm200; għal kull Lm100 li jħallsu fuq iz-zokkor barra l-Unjoni Ewropea ̧ iħallsu Lm260 fl-Unjoni Ewropea; għal kull Lm100 li jħallsu barra mill-Unjoni Ewropea fuq iċ-ċanga, fl-Unjoni Ewropea jħallsu Lm157; għal kull Lm100 li jħallsu barra mill-Unjoni Ewropea fuq il-butir, fl-Unjoni Ewropea iħallsu Lm226 u għal kull Lm100 li jħallsu barra mill- Unjoni Ewropea fuq il-ġobon ̧ fl-Unjoni Ewropea iħallsu Lm162.", "Issa jekk m'hemmx risposta għal dawn l-affarijiet ̧ għandu jqum ministru tal- gvern u jgħid li m'hemmx risposta u jaċċettawhom.", "Imma lill-poplu għandhom igħidulu li qed jaċċettawhom u mhux joħorġu liġi pastażata bħal din bla konsultazzjoni ma' ħadd u min-naħa qed ikissru l-produzzjoni f'Malta u min-naħa l-oħra qed jiftħu l-bibien biex nitilqu fi triq fejn dak li huwa irħis bħalissa ̧ jagħmluh id-doppju!", "Dak li rridu f'pajjiżna?!", "Dan huwa ingann u naħseb li hemm bżonn li dawn l-affarijiet jintqalu pero' dawn l-affarijiet mhux qed jintqalu.", "Il-pastażata ta' din il-liġi hija li pprovat iddaħħal dawn l-affarijiet ċeklem ċeklem ̧ bla ebda ħsieb imma l- poplu għandu jkun jaf x'qed jiġi propost.", "X'inhi l-istrateġija warajha din?", "L-istrateġija hija li jiġi l-Ministru Zammit – din mhux qed ngħidha għax mhux qiegħed hawnhekk għax l-isfortuna hija li nhar l-Erbgħa se jkun hawn hu u jien mhux se nkun hawn - u jintroduċi din il-liġi bħala xi ħaġa speċjalizzata li għandha tgħaddi mingħajr konsultazzjoni ta' ħadd.", "Dażgur li tgħaddi la tan-naħa l-oħra għandhom il-maġġoranza assoluta!", "Imma bir- rispett kollu jien ma naħsibx li l-affarijiet isiru hekk.", "Jien qed immur Brussels għal tapposta biex nisma' x'inhu għaddej imma mhuwiex veru li qed issir ħafna konsultazzjoni.", "Dan mhu veru xejn.", "Billi jibgħatu żewġ ġurnalisti taparsi freelance biex joqgħodu jieħdu l-intervisti ̧ dik mhix konsultazzjoni u dak mhuwiex mod kif twassal il-messaġġ.", "L-argument huwa li qed idaħħlu strutturi inkiss inkiss.", "Fil-fatt din il-liġi ġiet ippreżentata minn taħt biex ħadd ma jinduna x'inhu għaddej.", "Imma dak li rridu għall-bidliet li hemm bżonn?", "Hawnhekk qed inkissru kuntratt nazzjonali li nbena matul is-sekli għall-gżira periferika żgħira.", "Jien semmejt id-differenza bejn il-prezzijiet li jħallsu fl-Unjoni Ewropea ma' barra.", "B'daqshekk jien ma kontx qed nikkritika l-Unjoni Ewropea.", "L- Unjoni Ewropea tiddeċiedi hi skond l-interessi tagħha imma ma nistgħux awtomatikament naqblu ̧ nifhmu jew nimbottaw il-ħsieb li dak li jgħodd għal Franza, għall-Ġermanja ̧ għall-Italja u għall-Ingilterra ̧ jgħodd għal pajjiż bħal tagħna wkoll.", "Sur President ̧ ir-rapport li għadni kemm semmejt jgħid kemm il-konsumaturi qed jagħtu support lill-biedja ta' l-Unjoni Ewropea jiġifieri kemm qed iħallsu taxxi ħalli l-biedja fl-Unjoni Ewropea timxi 'l quddiem.", "Tiskandalizza ruħek mhux li din qed tiġri fl-Unjoni Ewropea imma li din tiġi implimentata f'Malta.", "Qed ngħid dan għax Malta mhijiex pajjiż li jista' jġorr dan it-tip ta' sussidji mill-konsumatur lill-biedja fl-ajru!", "Aħna m'aħniex fil-pożizzjoni ta' Franza jew tal-Ġermanja imma qegħdin kompletament f'pożizzjoni differenti.", "F'paġna 38 ta' dan ir-rapport ̧ li aktar 'il quddiem se nqiegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra, issib li l-konsumaturi ta' l-Istati Uniti mhux huma jissussidjaw lill-biedja imma l-produtturi u l-bdiewa jissussidjaw lill- konsumaturi b'USD 4 miljun.", "Issib ukoll li fl-Unjoni Ewropea, li bejn wieħed u ieħor għandha l-istess daqs, isir bil-maqlub għax il-konsumaturi jissussidjaw lill-produtturi b'USD 44 biljun fis-sena.", "Mela hemm transfer ta' fondi mill-konsumaturi li jmorru għall-produtturi b'USD 44 biljun.", "Dan ifisser li hija ħrafa li l-introduzzjoni tal-politika agrikola komuni se jibbenefikaw minnha l-konsumaturi.", "Pero' l-agħar ħaġa hija li fil-każ ta' Malta li hija gżira periferika, huwa veru li l-konsumaturi se jkunu qegħdin jibbenefikaw lill-produtturi imma dawn mhux produtturi Maltin se jkunu imma produtturi Ġermaniżi, Franċiżi u Taljani li jagħmlu produzzjoni li aħna ma nipproduċux.", "Mela min-naħa għandna liġi quddiemna bħala għodda li se tkisser il-produtturi lokali u lill-bdiewa u lis-sajjieda tagħna u min-naħa l-oħra se tiftaħ il-bibien biex il-konsumaturi Maltin imorru agħar għax ikollhom iħallsu aktar mhux biex igħinu lil sħabhom il-produtturi Maltin u Għawdxin imma lill-produtturi barranin.", "Fil-fatt f'dan ir- rapport jingħad ċar li s-sussidji tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea jmorru għall-produzzjoni tat-tip tan-north u mhux għall-produzzjoni tat-tip tas- south u aktar 'il quddiem din se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Allura l-fatt li se nkunu qegħdin inżidu l-piżijiet fuq il-konsumaturi Maltin imma dawn mhux se jgħinu lill-produtturi lokali imma se jgħinu lill- produtturi ta' pajjiżi oħra jagħmel sens?", "Jien naħseb li dan ma jagħmilx sens.", "Għalhekk huwa kundannabbli l-mod kif il-gvern qed iressaq dawn il- proposti inkiss inkiss bla ma jikkonsulta ma' l-għaqdiet tal-konsumaturi u wisq anqas ma' l-għaqdiet tal-produtturi biex jifhem x'iridu jgħidu.", "Dan ma jistax jagħmel hekk pero' l-gvern qed ikisser dan is-sqaq billi jgħaddi din il-liġi u liġijiet oħra bħalha u jiġi jitmellaħ.", "Sur President ̧ jien naħseb li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Nafu bl- ossessjoni ta' l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu li akkost ta' kollox nidħlu fl- Unjoni Ewropea imma veru li rridu li l-biedja u s-sajd f'pajjiżna jitkissru b'dan il-mod?", "Jekk wieħed iħares lejn dan il-ħafna diskors li jsir dwar il- fondi li jiġu minn Brussels isib li issa anke ċ-ċaċċiż ta' dan it-tip ta' diskors qed jaqa'.", "Iċ-ċaċċiż li bih igħidu li ġejjin sussidji diretti għal ċerti affarijiet qed jaqa'.", "Per eżempju, ir-rappreżentant tal-Greens fil- Parlament Ewropew għadu kemm kiteb xi artiklu fejn qal li m'hemmx fondi ġejjin fuq ċerti affarijiet.", "Imma aktar minn hekk il-minstru responsabbli mill-biedja qal li f'dak li għandu x'jaqsam ma' sussidji diretti m'hemmx ċans.", "Allura issa vvintaw dan il-qasam sħiħ ta' żvilupp rurali li meta tipprova tagħsar x'inhu ssib li huwa kollu bluff.", "Qed ngħid hekk għax forsi jkun hemm xi tnejn jew tlieta tal-qalba li jiġu kkummissjonati biex jagħmlu rapport li jqum xi Lm30 ̧000, Lm40, 000, Lm50,000 jew Lm60 ̧000 skond il-wiċċ li jkollu, imorru jduru tlieta jew erba' persuni, jikkuppjaw xi żewġ rapporti minn Brussels, jagħmlu xi 500 faċċata u forsi jpoġġuh fuq l-internet ukoll u minn dan kollu ma jiġri xejn.", "Hekk qed jiġri bħalissa.", "Jekk tħares lejn ir-rapporti – jien rajthom kollha, għall- grazzja ta' Alla pero' ma nistax inħossi ferħan li rajthom – fuq il-pig meat sector ̧ lejn ir-rapporti fuq il-poultry sector, lejn ir-rapporti ta' Bari u anke lejn dawk li l-gvern ma jridx juri ̧ li rajthom ukoll ̧ issib li l-ewwel jgħidulek x'hemm fir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, u mbagħad jagħmlu qabża ta' gurilla kbira biex jgħidu li xorta nistgħu nagħmluhom ċerti affarijiet.", "Imbagħad joqogħdu jiktbu l-artikli fis-\"Sunday Times\" taħt isem il-European Movement, fl-\"Independent\" taħt isem ieħor u f\"In-Nazzjon\" taħt isem ieħor dwar kemm hi tajba l-Unjoni Ewropea għall-biedja.", "Dan huwa daħk fil-wiċċ, dan huwa qerq, dan huwa ingann u tradiment!", "Mr Speaker, aħjar ngħidu mill-ewwel li taħt dawn iċ-ċirkostanzi l-biedja u s-sajd ma jistgħux jimxu 'l quddiem.", "Għaliex il-gvern ma joħroġx skema, kif għamel għat-tarzna, li biha kull min għandu aktar minn 40 sena jagħtih cheque u jispiċċa minn dak ix-xogħol?", "Imissu jagħmel hekk mill-ewwel u mhux noqogħdu nidħku bina nfusna kif qed nagħmlu b'din il-liġi.", "Aktar u aktar imbagħad meta m'hemmx soluzzjoni fejn jidħol il-konsumatur.", "Forsi bin-negozjati jirnexxilna niksbu xi żewġ eżenzjonijiet għal sentejn jew tlieta fuq ħaġa jew l-oħra, imma fundamentalment irridu naċċettaw il-punt li se jiżdiedu l-ispejjeż tal-produzzjoni agrikola.", "Frankament naħseb li m'aħniex nittrattaw liċ-ċittadin kif għandna nittrattawh.", "Għandna gvern li mhux qed jispjega l-affarijiet kif għandu jispjegahom u qed iwettaqhom b'mod mgħaġġel biex jilħaq il-miri tiegħu.", "F'dan il-Parlament jien nista' nikkonferma li fil-qasam tal-biedja u tas- sajd hemm disarray totali, hemm konfużjoni sħiħa.", "L-unika ħaġa li qed tidħol fl-imħuħ hija li akkost ta' kollox il-gvern irid jilħaq l-oġġettivi tiegħu li jdaħħal l-ingranaġġ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma dan huwa sew?", "Hekk għandna nimxu?", "Nagħlaq fuq il-punt li f'dak li għandu x'jaqsam mal-biedja, mas-sajd u ma' l-ikel f'pajjiżna għandna kuntratt nazzjonali li nbena bil-prattika ta' mijiet ta' snin u jirrifletti l-qagħda ta' gżira żgħira periferika li ma tistax tqabbilha ma' l-Ingilterra, ma' Franza jew mal-Ġermanja.", "Li kieku konna parti minn pajjiż akbar forsi setgħu jagħmlu eċċezzjonijiet.", "Kieku r- regoli li japplikaw għal Ġibiltà jew għall-Isle of Man jew għal Guernsey jistgħu japplikaw għal Malta bħala membru sħiħ, fil-qasam tal-biedja u s- sajd forsi nistgħu nirranġaw.", "Imma ma jistax ikun għax il-gvern lanqas biss qed jipprova jagħmel hekk.", "Kieku l-Gvern Nazzjonalista tabilħaqq kellu l-guts kien jinnegozja biex fejn tidħol il-biedja jkollna r-regime ta' Ġibiltà u r-regime ta' l-Isle of Man jew ta' Greenland.", "Iżda m'għamilx dan għax jaf li ma jirnexxilux minħabba li dawk huma gżejjer żgħar li huma parti minn entità akbar u allura għamlu eċċezzjonijiet għalihom bħala reġjun.", "Dak hu l-punt kollu għaliex Dr Fenech Adami qabeż qabża bħal dik fuq John Magro ta' Għawdex!", "Dik kienet ir-raġuni kollha!", "Għax John Magro u n-nies tiegħu kellhom l- ardir - ħa nuża dik il-kelma - li jgħidulu biex inħarsu lejn Għawdex qisha kienet l-Isle of Man, qisha kienet Ġibiltà jew Guernsey!", "Imma jekk joqgħod jagħmel hekk il-gvern ma jispiċċax in-negozjati fi żmien qasir ma' Brussell ħalli kemm jista' jkun malajr jgħid li wasalna!", "Għalhekk qabeż fuqu b'dak il-mod!", "L-istess argument japplika għall-biedja u għas-sajd.", "Jekk ma jkunx hemm dik l-eżenzjoni sħiħa li tippermettilna li nsostnu l-kuntratt nazzjonali li għamilna matul is-snin fil-qasam tal-biedja u s-sajd m'aħniex se naslu.", "M'aħniex se naslu fis-sens li ma nistgħux inżommu s-setturi tal-biedja u tas-sajd vijabbli f'pajjiżna, u ma nistgħux inġibu l-aħjar prezz għall- konsumatur tagħna fl-oqsma fejn ma nipproduċux aħna.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li din il-liġi qed timmina minn taħt għax il-gvern jibża' jgħid fejn irid jasal eżattament.", "Imma qed timmina bil-kbir dak li wettaqna matul is-snin, jiġifieri li minn naħa jkollna biedja u sajd protetti li jagħtuna produzzjoni għolja fil-prezz imma li strateġikament tipprovdilna biex ngħixu - għalkemm nammetti li matul is- snin kellna bżonn extension services mill-iktar qawwija ħalli ntejbu l- produzzjoni u nagħmluha aktar moderna - u li min-naħa l-oħra jkollna l- libertà li dak li ma nipproduċux f'Malta nġibuh bl-irħas prezz minn barra.", "Kemm kien hemm negozjati u ġlied matul is-sekli bejn l-awtoritajiet Maltin u Sqallija, Marsilja u anke xi kultant in-North Africa ħalli l-qmuħ jiġu malajr kemm jista' jkun bl-irħas prezz!", "Dik hija l-crux kollha!", "Dan il- bilanċ li bnejna matul is-sekli se jitkisser u se jitkisser bla ebda sens ta' direzzjoni.", "Kulma se jiġri huwa li l-produzzjoni tagħna se nħarbtuha u nimminawha u se nibdew nixtru minn barra bi prezz ogħla għall-konsumatur tagħna.", "Imbagħad dan il-ħafna bluff dwar żvilupp rurali, li lanqas hemm idea waħda serja fuqu, huwa sempliċement icing on the cake biex iwaddab il-bżar fl- għajnejn.", "Din l-istrateġija ta' bżar fl-għajnejn intużat u ħadmet kemm-il darba, imma huwa ta' dannu kbir għall-interess nazzjonali li nibqgħu nużawha b'dan il-mod persistenti fuq ħaġa li hija daqshekk kruċjali.", "Għalhekk jien naqbel ukoll ma' min qal li dan l-abbozz ta' liġi huwa tradiment ta' l-interess nazzjonali.", "Sur President, nagħlaq billi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li rriferejt għalih iktar kmieni fid-diskors tiegħi:", "Kopja tal-kapitlu 7 minn pubblikazzjoni \"CESifo Forum Special\" dwar riforma fil-Common Agricultural Policy (CAP).", "Dan fih żewġ tables.", "Waħda minnhom hija comparison between domestic and international prices for main agricultural products, prices 1999/2000, u t- tieni table hija agricultural support in selected OECD countries li tkopri Norway, Japan, EU, USA u Australia.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li qed jipprovdi għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis- setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd.", "Jiġifieri għall-ewwel darba fl- istorja tagħhom dawn l-oqsma se jiġu organizzati b'mod li jkollhom strutturi li jistgħu jaħsbu għal organizzazzjoni aħjar ta' produzzjoni u market research tal-biedja u tas-sajd li sal-lum għadna ma rajniex.", "B'dan l-abbozz se ndaħħlu fis-sistema tal-produzzjoni tal-biedja u s-sajd tagħna l-konċett importanti li s-swieq tagħna ma jkunux flooded bil-prodotti agrikoli Maltin li fl-aħħar mill-aħħar ikun ta' dannu għall-bdiewa u s- sajjieda stess, meta jista' jkun hemm l-option li jvarjaw il-produzzjoni ħalli jlaħħqu mad-domanda.", "F'Malta jiġri ta' spiss li meta jiftaħ ħanut, ikun ta' xiex ikun, u jaraw li sejjer tajjeb, fi żmien erba' snin fl-istess raħal, jekk mhux fl-istess pjazza u bieb ma' bieb miegħu, jiftħu erba' ħwienet oħra jbigħu l-istess affarijiet.", "Imbagħad kulħadd jispiċċa jaqta' l-prezzijiet bl-addoċċ ħalli jkun jista' jikkompeti direttament ma' l-oħrajn u sfortunatament ir- riżultat ikun li ħafna minnhom ifallu.", "Dan jiġri għaliex qabel ma persuna tiftaħ ħanut u tpoġġi prodott fis-suq jeħtieġ li tevalwa xi jrid is-suq.", "Dan il-proċess ma jistax isir mill- bdiewa u mis-sajjieda individwali, allura jeħtieġ li jinħolqu strutturi ġodda li jwasslu għal din it-tip ta' informazzjoni u biex dawn l-istrutturi jgħinu ħalli meta jinħass il-bżonn li jitwennes il-bidwi u s-sajjied, allura jkun hemm l-istrutturi għal dan il-għan.", "Nafu li fl-aħħar budget il- gvern għamel allokazzjoni ta' Lm8 miljun għal dan l-iskop u dawn il-flus iridu jgħaddu għand il-bdiewa u s-sajjieda tagħna minn ġo dawn l- organizzazzjonijiet.", "Illum il-biedja f'Malta hija protetta minn sistema ta' levies qawwija li tgħolli l-prodott agrikolu barrani meta wieħed jikkomparah mal-prodott Malti.", "Din hi s-sistema li kienet teżisti s'issa, però wieħed jistaqsi jekk din hijiex l-aħjar sistema.", "B'din is-sistema l-konsumatur Malti qiegħed jieħu karta ħażina għax huwa obbligat li jixtri prodotti ta' barra għoljin ħafna iktar milli fil-fatt huma u l-prodott Malti ħafna drabi ma jkunx irħis lanqas.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-kwalità.", "Kultant il- prodott l-iktar għali jkun ta' kwalità ħafna iktar mill-prodott li jkun inqas għali.", "Kulħadd għandu għajnejh f'wiċċu u jekk wieħed iħares lejn il- kwalità ta' ċerti prodotti jinduna x'differenza qawwija jkun hemm fil- kwalità tal-prodott.", "Allura l-gvern huwa obbligat li jipprova jsib, bħalma tagħmel l-Unjoni Ewropea, bilanċ bejn il-produzzjoni tal-bdiewa tagħna u biex jagħti wkoll id tajba lill-konsumatur li jrid jixtri l-prodotti.", "Jien m'iniex bidwi, imma konsumatur u nħoss li l-konsumatur Malti mhux qed jieħu deal tajba.", "Nerġa' ngħid li r-raġuni għal dan kienet biex jiġi protett il-bidwi.", "F'dan l-isfond nafu wkoll li fl-1994 Malta ffirmat l-Agreement tal-World Trade Organization, li kienet wirtet lill-general agreement on tariff and trade, u ftit ftit il-ftehim tal-pajjiżi tad-dinja kollha kellhom jitħattew ħalli l-konsumatur ikollu għażla aħjar fil-prodotti li jixtri.", "Allura l- gvern Malti, kemm jekk ikun immexxi mill-Partit Laburista u kemm jekk ikun immexxi mill-Partit Nazzjonalista, huwa obbligat li fil-ftehim li jagħmel ma' għaqdiet, ma' pajjiżi, u ma' istituzzjonijiet oħra jżomm din il- pożizzjoni li hu u kważi d-dinja kollha ffirmat għaliha.", "Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed jgħid ħafna affarijiet li jekk teħodhom barra mill-kontest tagħhom wieħed jasal biex jagħtih ir- raġun, però wieħed irid iħares lejn il-kontest sħiħ.", "Jekk wieħed iħares biss lejn l-agrikoltura, li f'Malta hija responsabbli għal 2% tal-prodott gross domestiku Malti - u jista' jkun li kienet responsabbli għal ħafna aktar - wieħed forsi seta' jagħti raġun lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Imma wieħed irid iħares lejn il-kontest nazzjonali.", "Kif se nipproteġi l- agrikoltura u s-sajd tiegħi f'kontest internazzjonali waqt li fl-istess ħin nagħti vantaġġi lis-setturi terzjarji u tal-manifattura li huma responsabbli għal 98% tal-prodott gross domestiku Malti?", "Allura wieħed irid iħares lejn il-kwadru kollu.", "Ma nistgħux inħarsu lejn l-agrikoltura waħedha, ma nistgħux inħarsu lejn is-settur terzjarju waħdu, u ma nistgħux inħarsu lejn is-settur tal-manifattura waħdu.", "Irridu nħarsu lejn il-kwadru kollu li jipproduċu l-poplu Malti.", "Dan il-gvern huwa konvint li l-pajjiż imur ħafna aħjar jekk Malta tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea għar-raġuni li semmejna kemm-il darba l-biedja Maltija.", "Dan l-argument smajnieh meta ma stajniex indaħħlu t-toothpaste u ċ-ċikkulata.", "Smajnieh meta fl-1987 il-Gvern Nazzjonalista ddeċieda li jilliberalizza s-suq tal-ġelati u jipproteġihom bil-levy bil-kondizzjoni li fi żmien 13-il sena - ma nafx kemm eżatt, jikkoreġini l-kollega tiegħi - jitneħħa l-levy minn fuqhom.", "Dejjem smajna l-istess kantaliena, li dawk is- sistemi ma jgħoddux għad-daqs ta' pajjiżna.", "U r-risposta tiegħi dejjem kienet: Allura aħna għandna xi ħaġa straordinarja li m'għandhomx popli oħra, li lilna tagħmilna defiċjenti?", "Aħna għandna erba' widnejn, xi għaxar pari għajnejn, xi erba' pari saqajn?", "Mhux l-istess regoli ekonomiċi li jgħoddu għal pajjiżi oħra jgħoddu għalina?", "Veru li wieħed irid jagħmel l- aġġustamenti tiegħu minħabba l-fatt li jrid jaħdem fuq skala żgħira, però jibqa' l-fatt li ħafna mir-regolamenti ekonomiċi jgħoddu għal pajjiżna wkoll.", "Ladarba naf li fis-settur tal-biedja, fis-settur terzjarju u tal- manifattura pajjiżi x'aktarx se jkun net recipient għas-26 sena li ġejjin, u naf li għandi vantaġġi agrikoli ta' dawk l-Euro40 biljun, allura għandi narmi s-sħubija fl-Unjoni Ewropea sempliċement biex ma nagħmilx l- aġġustamenti li jkun hemm bżonn?", "Hawnhekk qiegħed l-iżball tal-Parti Laburista; li ma jridx ibiddel.", "Il-Partit Nazzjonalista qed jara li d- dinja qed tinbidel, qed issir globalizzata, qed jinnota li l-players f'din il-logħba jridu jkunu kbar u ħass li bħala reġjun għandu jorbot l-ekonomija u l-politika tiegħu, kif ukoll is-servizzi soċjali, ma' blokk reġjonali li huwa l-Unjoni Ewropea li f'ħafna oqsma jaħsbu bħalna.", "U fid-dinja tal-lum wieħed jista' jilgħab din il-logħba biss jekk ikun membru ta' għaqda ikbar għax jekk ma jkunx membru ta' għaqda ikbar ibati konsegwenzi ħorox.", "Fl-aħħar laqgħa tal-World Trade Organization rajna li Franza ma kenitx tkun tista', anke fuq prodotti agrikoli, tieħu ċerti eċċezzjonijiet mill-World Trade Organization li kieku ma qabżitx għaliha l-Unjoni Ewropea li, bħala unjoni ikbar ta' pajjiżi, kellhom iktar piż.", "Għalhekk naraw li jkun ta' vantaġġ għal Malta li tagħmel parti minn għaqda ħafna ikbar anke biex tipproteġi l-interessi personali tagħha bħala parti minn din l-għaqda, għax imbagħad il-vuċi tagħha tkun tiswa ħafna ħafna iktar milli tiswa llum.", "X'inhi l-alternattiva tal-Labour Party?", "Għax wieħed dejjem irid jara dak li qed jiġi offrut ma' l-alternattivi li jingħad li hemm.", "L-alternattiva tal-Labour Party hija Svizzera fil-Mediterran, jiġifieri li jkun hemm free trade area bħalma għandhom l-Isvizzera ma' l-Unjoni Ewropea b'xi arranġamenti speċjali fuq l-agrikoltura u affarijiet oħra li jistgħu jinkisbu.", "Imma nafu li dan it-tip ta' ftehim huwa marbut mal-ftehim li l- Unjoni Ewropea u anke Malta għandhom mal-World Trade Organization, li ma jħallux li jsiru tip ta' arranġamenti diretti fuq l-agrikoltura bejn pajjiż u ieħor mingħajr il-permess tal-World Trade Organization.", "Jiġifieri jekk Malta tkun barra l-Unjoni Ewropea ma tistax taqbad u tiftiehem ma' l-Unjoni Ewropea li ma jsirx levy fuq il-prodotti ta' l-agrikoltura u s-sajd mingħajr il-permess tal-World Trade Organization.", "Barra minn hekk nafu li l-Unjoni Ewropea diġà kienet tat risposta lill- gvern Malta li m'hijiex lesta tikkonsidra free trade area mingħajr ma jkun hemm ukoll il-levies fuq il-prodotti ta' l-agrikoltura u s-sajd.", "Din is- sitwazzjoni diġà għaddejna minna fis-sentejn li kien fil-gvern il-Partit Laburista.", "Nafu li falliet is-soluzzjoni li kien qed joffri l-Partit Laburista li jagħmel free trade area fis-settur tal-manifattura u ta' l- industrija biss għax l-Unjoni Ewropea kienet diġà qaltlu li jekk Malta tagħżel li ma ssirx membru ma kenitx lesta li tagħmel xi eċċezzjoni speċjali għaliha.", "Din kienet id-deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea li ma naħsebx li se terġa' tikkonsidraha.", "L-għajnuna li l-Unjoni Ewropea tista' tagħti lil pajjiżi li jibqgħu barra mill-Unjoni trid tingħata fl-ambitu tal-ftehim li kien sar xi sitt snin ilu f'Barċellona, fejn inħoloq free trade area bejn il-pajjiżi tat-Tramuntana tal-Mediterran u dawk ta' nofsinhar.", "Allura dan il-free trade area fuq prodotti ta' l-agrikoltura għandu jitqies ukoll fl-ambitu tal-proċess ta' Barċellona.", "U jekk Malta tibqa' barra mill-Unjoni Ewropea m'hi se tingħata ebda eċċezzjoni speċjali mill-Unjoni Ewropea.", "Għax jekk l-Unjoni Ewropea se tagħti l-eċċezzjoni lil Malta fil-proċess ta' Barċellona, allura għalfejn ma tagħtix eċċezzjonijiet lil pajjiżi li huma ħafna ifqar minn Malta u li tista' tikkonsidrahom bħala pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw?", "Kieku kelli nkun diplomatiku fi Brussell u nara l-gross domestic product ta' Malta ogħla minn pajjiżi oħra, bħall-Maċedonja jew xi pajjiżi fl-Afrika ta' Fuq, ovvjament il-preferenza tmur fuq il-pajjiżi ifqar.", "Hekk hija l- loġika.", "Jiġifieri l-pożizzjoni tal-Labour Party żgur li hija non sequitur għaliex l- alternattivi li qed toffri żgur m'huma se jwasslu mkien.", "Minkejja l- problemi kollha li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, wieħed irid isemmi li minħabba n-natura tat-temp f'Malta, meta l-kumplament ta' l-Ewropa tkun qiegħda taħt il-borra, jien ċert li ħafna bdiewa Maltin jistgħu jsibu suq niċċa, bħalma ġara fil-każ tal-patata, f'pajjiżi li jkunu għadhom iffriżati u li jkunu jridu jixtru l-prodotti tagħhom minn pajjiżi tal-Mediterran bħalma huma Malta, Sqallija u n-naħa t'isfel ta' Spanja li fix-xitwa jesportaw ħafna prodotti lejn l-Ewropa bi prezz għoli u fi staġun ieħor huma jixtru l-prodotti mill-Ewropa meta jkunu bi prezz baxx.", "Jiġifieri wieħed ma jistax jorbot rasu u jgħid li dan is-settur se jmur ħażin għaliex qed jinħolqu opportunitajiet ġodda.", "Il-gvern Malti qed jgħid li se jneħħi l-levies minn fuq l-agrikoltura u s- sajd u peress li jkollna l-għaqdiet tal-produtturi s-suq ikun jista' jinħadem b'mod iktar diliġenti u minflok iħallas lill-konsumatur direttament il-gvern iwennes lill-bidwi Malti.", "Hawnhekk hija d-differenza; aħna qegħdin nibdlu s-sistema u qegħdin nikkonservaw il-pożizzjoni tagħna xorta waħda għax se nwennsu lill-bdiewa direttament, waqt li fis-settur terzjarju u s-settur tal-manifattura se jkollna vantaġġi kbar ħafna bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma ħafna figuri u poġġa fuq il- Mejda tal-Kamra dokumenti li ma jweġbux għall-problema li għandu l- konsumatur Malti vis-à-vis l-bidwi u l-importazzjoni tal-prodotti tal- biedja.", "Għaliex bis-sistema li jibqgħu l-levies, kif iridu huma, ovvjament il-levies iridu jiġu imposti anke fuq il-prodotti li jiġu importati minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea.", "U jekk il-prodott ikun lokali xorta se jibqa' għoli ħafna għall-konsumatur Malti iktar milli jkun għal konsumaturi oħrajn.", "Jiġifieri l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed jirriferi għall-importazzjoni ġo l-Unjoni Ewropea minn barra.", "Ġo l-Unjoni Ewropea ma jeżistux levies fuq il-prodotti tal-bdiewa tagħhom, allura l-prodotti tal- bdiewa tagħhom ikunu inqas fil-prezz milli se jkun il-prodott tal-bidwi Malti għall-konsumatur Malti, għax gvern Malti Laburista xorta jżomm il- levies fuq il-prodotti tal-bdiewa Maltin.", "Jiġifieri dak ir-rapport li poġġa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni japplika biss għall-prodotti li ma jkunux ġew prodotti hawn Malta – li ma jkunx hawn ħafna minnhom – li jista' jkollhom xi tariffa tad-dwana differenti mill- kumplament ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma jekk nibqgħu bis-sistema li għandna l-prezz tal-ħxejjex u l-frott li jipproduċu l-bdiewa Maltin se jkun għoli xorta waħda għall-konsumatur Malti, filwaqt li jekk inneħħu l-levies minn fuq prodotti Maltin ikun jista' jieħu prezz tajjeb fis-suq Malti.", "Irrid insemmi punt ieħor biex nuri li l-Labour Party jiżbalja u jibqa' jippersisti fl-iżball tiegħu.", "Fis-sentejn li għamel fil-gvern il-Partit Laburista aħna konna ngħidulu li jekk ma riedx jidħol fl-Unjoni Ewropea ma jidħolx, imma almenu kellu jibda d-diskussjonijiet.", "Għaliex meta wieħed jibda jinnegozja jibda jikseb affarijiet li huma speċifiċi għad-daqs ta' pajjiżu li ma jistgħux jiksbuhom pajjiżi oħra.", "Infatti f'ħafna setturi li s'issa innegozjajna bdew jingħataw mhux biss perjodi ta' transizzjoni qawwija imma anke derogi importanti.", "Per eżempju, fil-kwestjoni tal- ħaddiema li jiġu Malta ngħatat deroga importanti biex dan in-numru jkun jista' jiġi dejjem ikkontrollat mill-gvern Malti.", "Ksibna wkoll deroga importanti fejn jidħol ix-xiri tal-proprjetà mill-barranin minħabba d-daqs tas-suq Malti.", "Il-Labour Party fejn jaf x'derogi u x'perjodi ta' transizzjoni seta' jikseb mill-Unjoni Ewropea fuq il-biedja u s-sajd ladarba ma bediex in-negozjati?", "Dan il-gvern għażel it-triq tan-negozjati, għażel li jidħol fis-seklu l- ġdid u ma jibqax żewġ sekli lura, bħalma għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta semma żmien Napuljun li għex xi 300 sena ilu.", "Issa bdejna s-seklu 21 u bħalma d-dinja tevolvi u tinbidel aħna għażilna li ninbidlu, mhux b'għajnejna magħluqa imma b'mod għaqli.", "Qed inħarsu lejn il-bżonnijiet tas- setturi kollha u ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea ċerti perjodi ta' transizzjoni u derogi li nħossu li huma importanti għall-bżonnijiet ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi min ma ħax l-opportunità meta kellu l- opportunità kollha li jagħmel dawn in-negozjati ttradixxa lill-pajjiż.", "Min tefa' rasu f'toqba taħt ir-ramel u meta l-affarijiet madwaru kienu qed jinbidlu b'mod mgħaġġel baqa' jwebbes rasu, ittradixxa lil pajjiżu.", "Aħna m'aħniex se nagħmlu hekk għax aħna qegħdin ngħixu fid-dinja u ma rridux ninqatgħu mill-kumplament tad-dinja.", "Irridu nieħdu sehem fil-proċess ekonomiku kollu, irridu nagħmlu l-bidliet kollha li hemm bżonn għax mill- 1987 'l hawn l-esperjenza wrietna li l-progress f'kull settur fil-pajjiż ġie verament meta neħħejna l-protezzjoni u tajna l-inċentiv lis-suq Malti biex jesporta.", "Meta neħħejna x-xaħam żejjed li kellna kienet politika li żgur swiet kemm għal min jesporta kif ukoll għall-konsumatur Malti.", "Jista' jkun liema settur ikun, huwa biss meta wieħed jesporta li l-ġid tal-pajjiż jista' jiżdied b'mod sostanzjali f'ħafna oqsma.", "Żgur li l-protezzjoni tas- swieq tiegħek permezz tal-levies hija sistema antika li fis-snin li għaddew uriet li ma wasslet imkien.", "Jekk wieħed iħares lejn il-pajjiżi ex-komunisti jsib li kollha jridu jidħlu fl-Unjoni Ewropea għax l-esperjenza wriet li din is-sistema ta' protezzjoni interna wasslet lil dawn il-pajjiżi biex ifallu.", "Jekk inti għaref titgħallem mill-iżbalji ta' ħaddieħor, jekk m'intix għaref titgħallem mill- iżbalji tiegħek, imma sfortunatament il-Labour Party lanqas mill-iżbalji tiegħu ma jitgħallem wara li matul dawk is-sentejn fil-gvern kellu problemi ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fir-risposta famuża li l-Unjoni Ewropea tat lill- gvern Laburista kienet ċara meta obbligatu jneħħi l-levies fil-qasam tal- biedja u sajd, anke jekk hu ried ikompli bil-politika ta' free trade area.", "Il-Gvern Nazzjonalista jaħdem mod ieħor; ifittex is-sistemi l-ġodda fejn iwennes lill-bdiewa u lis-sajjieda b'mod dirett, imma lill-konsumatur se jagħtih għażla vera u se jbaxxilu l-prezz tal-prodott.", "Fl-istess ħin fl- ambitu tat-trattati ta' l-Unjoni Ewropea qiegħed jinnegozja biex jikseb l- aħjar sistemi li jista' għall-poplu Malti u għall-agrikoltura Maltija fir- realtà ekonomika ta' dan il-blokk u fil-kumplament tad-dinja.", "Jiġifieri aħna qed nagħmlu l-almu tagħna biex niksbu l-perjodi ta' transizzjoni u d-derogi li nistgħu niksbu fl-ambitu tat-Trattat ta' Ruma.", "Fil-fatt il-gvern Malti talab ħafna derogi u perjodi ta' transizzjoni fil- qasam ta' l-agrikoltura u s-sajd u f'oqsma oħra partikolarment fis-settur ta' l-ambjent.", "Il-maturità vera tidher meta bin-negozjati jirnexxilek tikseb ċerti vantaġġi għal pajjiżek u f'dawk is-setturi li ma jirnexxilekx tiksibhom int tkun tista' twennes b'mod dirett lil dawk is-setturi.", "Meta l- bidwi jibda jħoss li m'hemmx dik l-għajnuna għamja u bl-addoċċ għall- prodotti kollha li jiġu importati f'Malta biex jipproteġu l-prodott tiegħu, b'għajnuna diretta u bl-għajnuna li tingħata mill-għaqda tal-produtturi fir- riċerki tas-swieq, il-bidwi jibda jfittex kif jista' jikkompeti mal- prodotti li deħlin minn barra u jasal anke biex jibda jesporta lejn pajjiżi oħra.", "Mr Speaker, jien inħoss li din hija l-unika triq.", "Jekk Allaħares qatt f'dan l-istadju kruċjali jerġa' jitla' l-Partit Laburista – xi darba se jitla' għax dik hija d-demokrazija – u jagħmel l-istess żbalji li għamel f'dawk is-sentejn, li wasslu lill-poplu biex fi żmien sena u nofs ineħħih mill-gvern b'mod assidwu, fejn ta maġġoranza ta' ħames siġġijiet lill- Partit Nazzjonalista, jekk mhux kapaċi jitgħallem minn dawk l-iżbalji u jibqa' jwebbes rasu, jiddispjaċini għall-poplu Malti għax ikollu jerġa' jgħaddi minn perjodu twil ta' tribulazzjoni.", "Imbagħad wara 30 sena ngħajtu u niġru fid-deżert f'daqqa waħda dawn jirrealizzaw li kienu qed iduru għal denbhom, bħalma jagħmel kelb, u jibqgħu jduru fl-istess ċirku.", "Forsi l- Labour Party jirrealizza li 30 sena qabel kien għamel żball u mbagħad jibda jokrob biex jidħol fl-Unjoni Ewropea, bid-differenza li nkunu ħlejna xi tliet ġenerazzjonijiet, sempliċement għall-ġenn ta' moħħhom!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, jien smajt b'attenzjoni lid-deputati min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, fosthom lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li tkellem illum.", "Sa ftit ilu kont qed naqra d-dokument li huwa poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra li minnu kkwota ċerta statistika biex juri li l-prodotti ta' l- agrikoltura li m'humiex imkabbra f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jġibu prezz inqas minn dawk imkabbra fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa minnu, però jekk wieħed jaqra r-rapport kolu jsib li dan jindika wkoll kemm huwa importanti li wieħed ma jibqax iħares lejn is-settur agrikolu kif konna mdorrijin inħarsu lejh.", "Jiġifieri mhux biżżejjed li bħala bidwi wieħed ikun tajjeb fis-sengħa ta' l-agrikoltura meta jiġi biex tiddeċiedi kemm irid tkabbar, xi jrid jiżra', meta għandu jaħsad u meta għandu jpoġġi l- prodott tiegħu fis-suq.", "Illum, bħalma qed jiġri fis-swieq l-oħrajn kollha, fl-agrikoltura u s-sajd tant jeżistu forzi tas-suq li min hu involut f'dan is-settur mhux biss jeħtieġ li jkun mgħallem tajjeb fis-sengħa tiegħu iżda, iktar minn hekk, jeħtieġ li jkun imprenditur tajjeb.", "Għaldaqstant gvern responsabbli jrid iwieġeb għar-realtà tas-suq billi jara li kull min qiegħed jaħdem f'dan is- settur mhux biss ikun bidwi jew sajjied tajjeb iżda jgħinu biex ikun imprenditur tajjeb.", "Dan id-dokument li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kollu kemm hu jittratta fuq l-iżbilanċ u l-bilanċ li jkun qed jinħoloq bejn is-swieq ta' dawk il-pajjiżi li huma fl-Unjoni Ewropea u s-swieq ta' dawk il-pajjiżi li m'humiex.", "Wieħed mill-punti li jirriżultaw minn dan ir- rapport huwa li, peress li l-istandards li jaħdmu bihom il-pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea m'humiex l-istess bħal ta' l-Unjoni, il-prodotti tagħhom jista' jkollhom prezzijiet li jvarjaw minn dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura dan ir-rapport jgħid: - u nikkwota mill-istess rapport li kkwota l-Kap ta' l-Oppożizzjoni – \"Some poor countries, however, had privileged access to EU markets for some products.\"", "Mela anke l-istess rapport qed ikompli juri li ċerti pajjiżi għandhom arranġamenti speċjali biex huma jkunu jistgħu jbigħu prodotti partikolari tagħhom, mhux biss għax huma pajjiżi fqar – u l-Unjoni Ewropea trid tgħin lill-pajjiżi fqar – imma għaliex il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea ma jipproduċux dawk il-prodotti partikolari li jkabbru dawn il-pajjiżi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-eżempju ta' Spanja li għandha ftehim speċjali biex hi tkun tista' tixtri bi prezz orħos prodotti li ma jitkabbrux f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa importanti li nifhmu li l- fatt li Spanja, li hija pajjiż fl-Unjoni Ewropea, għandha arranġamenti speċjali biex tixtri prodotti li ma jitkabbrux fl-Unjoni Ewropea bi prezzijiet orħos, huwa indikatur tajjeb li jekk kemm-il darba Malta tinnegozja, hi jista' jkollha l-istess arranġamenti bħal Spanja biex tibqa' tixtri bi prezz irħis dawk il-prodotti li aħna ma nkabbrux.", "Mela hawnhekk għandna prova ċara li fil-każ tal-prodotti li kien qed isemmi, fosthom ir- ross, il-qmuħ u l-qamħirrun, aħna kapaċi li bħal Spanja ninnegozjaw biex ikollna dawn l-arranġamenti speċjali minħabba ċ-ċokon tagħna u anke għaliex m'aħniex produtturi ta' dawn il-prodotti, ħalli aħna nibqgħu ngawdu mill- prezz irħis li nistgħu nsibu fis-swieq internazzjonali.", "Mid-dokument li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni toħroġ ukoll ir-realtà tal-kwestjoni li hemm fuq ċerti prodotti fis-suq Amerikan.", "Nerġa' nikkwota mid-dokument: \"The question of genetically modified products also divides Europe and America.\"", "Mela anke jekk aħna qed nimportaw prodotti li jistgħu jkunu irħas – allura kważi qed noħloq kontradizzjoni ma' dak li kont qed ngħid – irridu noqogħdu attenti jekk il- prodotti li nsibu bi prezz irħas ikunux ta' ċerti standards li nippretendu.", "Infatti f'paġna 89 ta' dan ir-rapport insibu miktub:", "\"Instead of agitating for a higher welfare standard to be enforced on producers, in particular member states, the NGOs and their members should concentrate on raising the EU minimum standards, monitoring enforcement and compliance with all standards and label requirements throughout the EU, persuading consumers throughout the EU to buy products produced in conformity with higher rather than lower standards despite the price difference.\"", "Jiġifieri l-istess rapport li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għażel li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u kkwota minnu, qiegħed juri l-importanza ta' kemm is- settur agrikolu għandu jkun organizzat biex ikun kapaċi jpoġġi fis-suq prodotti li huma up to standard, li jkunu kapaċi jikkompetu għax ikunu konformi mar-regolamenti ta' labelling etc. Allura l-prodotti żgur jinbiegħu għax min se jixtrihom jaf li huma prodotti ta' kwalità.", "Hawn hi d-differenza li rridu naraw bejn x'inhi tgħid l-Oppożizzjoni u x'inhi tgħid in-naħa tal-gvern.", "Jien ngħid li l-Oppożizzjoni m'għandhiex guts li tiffaċċja r-realtà.", "Il-gvern qed jiffaċċja r-realtà u mhux veru li rridu nkissru dak il-kuntratt soċjali, kif qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li nbena dawn l-aħħar snin.", "Però jekk irridu nsaħħu dan il- kuntratt li bnejna bejn is-soċjetà Maltija u s-settur agrikolu allura għandna bżonn ngħinuh biex insaħħuh bħala settur kummerċjali u norganizzawh bħalma jeħtieġ li norganizzaw setturi oħrajn.", "Dan il-gvern irid li jkollna politika u ippjanar rurali serju f'dan il- pajjiż.", "Għalhekk huwa importanti li nkomplu nistħarrġu u nevalwaw din il- leġislazzjoni bħala waħda li għandha tgħin biex ikollna suq ta' l- agrikoltura u tas-sajd organizzat biex ikun kapaċi jikkompeti.", "Mr Speaker, nitlob li nkompli nitkellem f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Vassallo jibqa' in possession.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2002, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, proprju dan l-aħħar ġew f'idejja żewġ papers laid ta' mistoqsijiet parlamentari numru 32277 u numru 32278 li jirrigwardjaw l-impjiegi f'pajjiżna.", "L-ewwel mistoqsija parlamentari numru.", "32277 tirriferi għar-redundancies li kien hawn f'pajjiżna matul is-sena li għaddiet u fil-fatt it-tweġiba tagħti informazzjoni dwar ir-redundancies li kien hawn f'pajjiżna xahar b'xahar u anke settur settur.", "It-total ta' redundancies matul is-sena 2001 kien ta' 2,753, u dan jista' jinqasam f'1,158 fir-rigward ta' setturi li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni diretta u kważi 1,600 għal dak li jirrigwardja servizzi.", "Meta wieħed jaħdem l-average fix-xahar ta' dawn l-2,753 redundancy li seħħew is-sena l-oħra jsib li din tiġi 229 fix-xahar.", "Allura filwaqt li fl- ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet in-numru ta' redundancies kien inqas mill-medja ta' 229 fix-xahar, fl-aħħar tliet xhur - f'Ottubru, Novembru u Diċembru, wara dak li seħħ fil-11 ta' Settembru fl-Istati Uniti u l-effetti disastrużi li dan kellu anke fil-qasam ta' l-ekonomija globali - insibu li dawn żdiedu għal 343 f'Ottubru, 301 f'Novembru u 331 f'Diċembru.", "Jekk imbagħad wieħed iħares lejn ir-redundancies għal dak li jirrigwardja s- setturi differenti, isib li l-ikbar ammont ta' redundancies is-sena l-oħra kien ta' 563 fil-qasam tal-wholesale and retail.", "Imbagħad kien hemm 431 fil-qasam tal-construction u 295 fil-qasam tal-hotels and catering establishments.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għax meta wieħed iħares lejn il-labour statistics li proprju ħarġu l-ġimgħa li għaddiet min-national statistics office wieħed isib li matul is-sena 2001 il-gainfully occupied population, jiġifieri dawk li jaħdmu full-time matul is-sena 2001 żdiedu b'madwar 2000 ruħ.", "U meta tgħid li l-impjiegi żdiedu b'2,000 impjieg nett ifisser li fil-fatt l- impjiegi li nħolqu huma dawn l-2,000 li żdiedu kif ukoll l-2,753 impjieg li fil-fatt intilfu.", "Għaliex meta qegħdin ngħidu li l-impjiegi żdiedu b'2,000, mela l-impjiegi li nħolqu huma dawn l-2,000 li żidna kif ukoll l- 2,753 li ġew redundant matul is-sena, li allura kienu nħolqu.", "Mr Speaker, dan ifisser li, apparti l-ekonomija sewda li ovvjament nafu li impossibbli li tinqered, matul is-sena li għaddiet minkejja dak li seħħ fil- 11 ta' Settembru u minkejja l-economic slow down li kien diġà mħabbar fl- Istati Uniti u fl-Ewropa mill-bidu tas-sena li għaddiet, xorta nħolqu ma' l- 4,750 impjieg.", "Allura jfisser li nħolqu mat-13 impjieg kuljum, jiġifieri iktar minn impjieg kull siegħa xogħol f'pajjiżna.", "Dan huwa fattur pożittiv ħafna li bla dubju wieħed ma jridx jieħdu for granted.", "Huwa minnu li kemm ilha din l-amministrazzjoni fil-gvern kull sena kien hemm żieda fl-impjiegi.", "Kien hemm żieda ta' 1,000 impjieg fl- ewwel sena, kien hemm żieda ta' 2,000 fit-tieni sena u żieda ta' 2,000 impjieg ieħor fit-tielet sena.", "Dan huwa record pożittiv ħafna, iktar u iktar meta wieħed iqis il-problemi li ġabu magħhom it-traġedji li seħħew fil-11 ta' Settembru li għadda.", "Jekk wieħed iħares lejn il-mistoqsija parlamentari numru 32,278, li kien hemm paper laid dwarha, isib belt belt, raħal raħal in-numru ta' persuni li jirreġistraw għax-xogħol taħt l-ewwel parti u t-tieni parti f'Novembru, f'Diċembru u f'Jannar li għadda.", "Wieħed malajr jifhem li filwaqt li f'Novembru li għadda t-total ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol f'Part 1 u f'Part 2 kien ta' 7,426, f'Diċembru ta' l-2001 tela' b'sebgħa.", "Iżda f'Jannar ta' din is-sena dan tela' b'507, jiġifieri għal 7,940 taħt Part 1 u Part 2.", "Dan ifisser li minn Diċembru tas-sena l-oħra għal Jannar ta' din is-sena żdied in-numru ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol.", "U dan juri li wieħed irid jagħmel ħiltu kollha sabiex jirranġa din is-sitwazzjoni.", "Nhar il-Ġimgħa ltqajt ma' ħabib tiegħi li kien jaħdem bħala self-employed fuq il-monti tal-Belt ħafna snin ilu.", "Niftakar li f'mument minnhom kien iddeċieda li ma jibqax jagħmel dan ix-xogħol u kien beda jirreġistra għax- xogħol.", "Proprju dan l-aħħar, wara ħafna snin irnexxielu jagħmel il-kuraġġ u beda jaħdem part-time.", "Malli beda jaħdem part-time rrealizzza li tilef il-benefiċċji soċjali kollha, jiġifieri fil-fatt kien qiegħed aħjar meta kien qed jirreġistra.", "Dawn huma l-punti li rridu nittrattaw bl-ikbar serjetà sabiex verament innaqqsu n-numru tan-nies li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Proprju dan il-weekend ġo Barċellona l-Unjoni Ewropea, bħalma ilha tagħmel għal diversi snin, ħarġet favur l-impjiegi u qalet li: - u naqra kif sibtha fil-website ta' l-Unjoni Ewropea, dwar dan is-summit ta' Barċellona - \"we must remove obstacles and disincentives to take up or remain in a job\".", "Huma kienu qed jirriferu b'mod partikolari għan-nisa u għal-low wage earners.", "Mr Speaker, bħalma qed tgħid l-Unjoni Ewropea huwa importanti li nneħħu d-diżinċentivi u l-ostakli li hemm li wieħed li jkun qed jirreġistra jibda jaħdem, jew part-time jew preferibbilment full-time.", "Niftakar li ftit xhur ilu persuna li naf ħafna, wara li għamlet kors permezz tal-korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, intbagħtet tagħmel interview ma' kumpannija privata u bdiet taħdem.", "Iżda it-take-home pay mill-paga li offrewlu kienet inqas mill-benefiċċju soċjali li fil-fatt kien jieħu meta kien qed jirreġistra għax-xogħol.", "Għalhekk huwa importanti li nifhmu eżatt x'inhi tgħid l-Unjoni Ewropea hawnhekk bil-kliem \" we must remove obstacles and disincentives to take up or remain in a job.\"", "Mr Speaker, l-Unjoni Ewropea għamlet riferenza wkoll għan-nisa.", "Jekk wieħed iħares lejn dawn l-aħħar snin f'pajjiżna jsib li l-gainfully occupied population żdiedet ħafna minħabba li żdiedu ħafna n-nisa li qegħdin jaħdmu.", "Fil-fatt in-nisa żdiedu ħafna iktar milli żdiedu l-irġiel.", "L-Unjoni Ewropea ssemmi d-day care centres li huma importanti sabiex nisa miżżewġin ikunu jistgħu jmorru lura fid-dinja tax-xogħol, anke kmieni wara li jkunu welldu t-tfal tagħhom, għaliex ikollhom l-opportunità li jħallu lit-tfal tagħhom ma' persuni mħarrġa biex jieħdu ħsieb it-tfal żgħar.", "Dan is-servizz qed jiġi offrut f'diversi postijiet.", "Per eżempju, l-Isptar Zammit Clapp qed joffri dan is-servizz bla ħlas lill-ħaddiema u lill- infermiera kollha li jaħdmu hemm u qed joffri dan l-istess servizz lill- ħaddiema oħrajn bi ħlas.", "Rajna wkoll aġenziji bħall-Air Malta u fabbriki fil-qasam industrijali ta' Bulebel li qegħdin jintroduċu dan is- servizz ta' child care centre għat-tfal ta' dawk l-ommijiet li jridu jmorru lura fid-dinja tax-xogħol.", "Mr Speaker, jien nemmen li matul din is-sena l-Unjoni Ewropea wriet kemm hi organizzata u kemm għandha snien.", "Meta tqis kif daħlet il-Euro u kif spiċċaw ċerti muniti fosthom il-munita Griega ̧ il-munita Taljana u muniti oħrajn li aħna mdorrijin naraw fuq il-media jew meta nsiefru, naraw kemm l- Unjoni Ewropea hija organizzata u determinata biex dan il-kontinent ikompli jissaħħaħ u fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jibqa' lura.", "Sfortunatament l-aħħar riżultati ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kkonfermaw dak li kien diġà jidher f'diversi surveys.", "Filwaqt li fil-każ ta' l-Unjoni Ewropea l-poplu Malti jidher li huwa favur sħubija sħiħa ̧ mis- surveys jidher li l-poplu qed juri ċertu xettiżmu għaż-żewġ partiti ewlenin u anke għall-Alternattiva Demokratika li f'dawn l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali reġgħet ma marritx tajjeb.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li kemm fil-kunsilli lokali u aktar u aktar f'livell ċentrali hemm bżonn aktar effiċjenza.", "Jien inħoss li f'ċerti oqsma l-policy tal-gvern hija korretta u tajba ħafna iżda biex din tiġi esegwita ndumu nkarkru ħafna.", "Per eżempju, f'mistoqsija parlamentari numru 31486 li jien għamilt dan l-aħħar, staqsejt lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali jekk jistax igħid liema appartamenti tal- gvern tlesta xogħol ta' stallazzjoni fuqhom, f'liema minnhom inbeda x- xogħol, f'liema minnhom hemm pjanti approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar u f'liema minnhom hemm pjanti sottomessi lill-awtorità ta' l-ippjanar.", "Xtaqt inkun naf ukoll, fil-każ ta' dawk li nbeda jew tlesta x-xogħol fuqhom, kemm-il kuntrattur differenti għamel ix-xogħol.", "Hawnhekk wieħed jara kemm sar xogħol ta' burokrazija mill-awtorità tad-djar u mid- dipartiment tal-kuntratti sabiex dan kollu jseħħ imma fil-verità kien hemm kuntrattur wieħed li ġie mogħti tliet kuntratti biex jistalla 18-il lift.", "Dan il-kuntrattur kien tefa' l-orħos offerti biex jagħmel dan ix-xogħol.", "Jien nifhem li għandna problemi finanzjarji f'dan il-pajjiż pero' bl- għaqal ta' dan il-gvern qegħdin naraw titjib kull sena.", "Pero' kif jista' jkun li kuntrattur wieħed li forsi huwa mdorri jagħmel lift fix-xahar f'pajjiżna, jistalla 18-il lift kontemporanjament u simultanjament bil- ħaddiema, bil-workforce u bl-esperjenza li jkollu?", "Dan hu l-punt li rrid nagħmel.", "Il-viżjoni tal-gvern hija li ddaħħal dawn il-lifts fl-appartament tal-gvern fejn hemm ħafna taraġ u fejn hemm ħafna anzjani u persuni b'diżabilità, b'mod partikolari fl-ibliet antiki bħall-Kottonera, il-Belt u l-Furjana u f'postijiet oħra bħal Ta' Xbiex u Tal-Pietà imma għaliex qed inkarkru daqstant fl-eżekuzzjoni ta' din il-policy?", "Qed inkarkru daqstant għax għażilna l-irħas offerta u l-istess kuntrattur għal 18-il lift.", "Dan ifisser li jekk kuntrattur jagħmel ġimgħa fi blokk ̧ dan għandu 18-il ġimgħa jiġifieri qabel ̧ mill-inqas erba' xhur, mhux se jkun lest.", "Jien għaddejt minn ċerti ċirkostanzi li għandhom x'jaqsmu ma' stallazzjoni ta' lifts u nista' ngħid li anke fil-qasam tas-settur privat, l-istallazzjoni ta' lifts iddum ukoll.", "Jien nemmen li dawn l-affarijiet iġibu skuntentizza kbira fuq dawk li jkunu nvoluti imma kellu jkun dan il-gvern li qed jonfoq din in-nefqa kapitali biex jistalla dawn il-lifts fl-appartamenti tiegħu li minjaf kemm ilhom li nbnew.", "Ovvjament din ir-responsabbiltà taqa' taħt id-dipartiment tal-kuntratti.", "Jien nifhem li trid tagħmel minn kollox biex il-finanzi ta' pajjiżna jiġu salvagwardati imma wieħed irid jifhem ukoll il-problemi tan-nies.", "Per eżempju ̧ il-ġimgħa l-oħra jien mort funeral ta' persuna li minħabba l-mard serju li kellha l-lift ma ratux jaħdem jiġifieri ma wżatux biex tmur l- isptar għall-kura regolarment.", "Każ ieħor li ilu jkarkar ħafna, li jien ma nistax ma nsemmix, huwa l- inċineratur ta' l-Isptar San Luqa.", "Kemm ilna ngħidu li dan l-inċineratur li qiegħed f'post abitat qiegħed jagħmel ħsara lin-nies!", "Jien naħseb li inti ̧ Mr Speaker, xbajt tismagħha din, biex ma nsemmix il-kunsill lokali Tal-Pietà u ta' kunsilli lokali oħrajn ta' l-irħula tal-madwar li xebgħu jagħmlu pressjoni fuq dan il-punt.", "Fil-verità din il-problema tolqot mhux lil Tal-Pietà imma tolqot ukoll lil Ħamrun ̧ lill-Blata l-Bajda ̧ lil Ta' Xbiex u lill-Imsida.", "Allura biex nibdlu dan l-inċineratur hemm għalfejn dan it-tkarkir kollu?", "Jien nifhem li biex iddaħħal sistema ġdida ta' microwave ovvjament trid jara ftit il-prezzijiet imma hawnhekk qed nitkellmu fuq snin.", "M'għandniex inkarkru aktar saqajna, Mr Speaker.", "Jien naħseb li fl-aħħar mill-aħħar ̧ il-viżjoni tal-gvern li nnaqqsu l-air pollution hija tajba imma jien naħseb li meta tal-Greenpeace telgħu jipprotestaw fuq il-bejt ta' l-isptar, jien bħala ċittadin ħadt gost għax għidt li hemm bżonn li xi ħadd isemma leħnu fuq din il-problema.", "Mr Speaker, il-gvern qiegħed jaħdem primarjament sabiex l-istandards ta' l- Unjoni Ewropea jiġu nforzati f'pajjiżna imma huwa mportanti wkoll li sakemm nissieħbu fl-Unjoni Ewropea niksbu riżultati aktar malajr.", "Mr Speaker, dan l-aħħar meta kont qed indur xi kostitwenti ltqajt ma' wieħed li kien jaħdem bħala sub-contractor ma' SKANSKA fl-isptar il-ġdid – ta' min igħid li dan l-isptar huwa bżonjuż u huwa sptar li qed jiġi jiswa' lill-finanzi ta' pajjiżna Lm150 miljun – li qalli li hemm bżonn li jsir aktar awditjar ta' kif jintnefqu l-flus.", "Mela minn banda noqgħodu attenti ħafna li nagħmlu 18-il lift mill-istess kuntrattur u bl-irħas offerta bir-riżultat li qed indumu xhur jekk mhux snin biex nagħmluhom u mill-banda l-oħra għandna proġett kbir u importanti li qed isir tajjeb imma ma nafx kemm qegħdin nawditjaw ix-xogħol li qed isir hemmhekk.", "Jien nemmen ħafna fil-mod kif jivvota l-poplu.", "Il-poplu jkollu r- raġunijiet tiegħu għaliex jivvota kif jivvota.", "Jien nemmen li l-Partit Nazzjonalista li tant għamel ġid u tant irid ikompli jagħmel ġid lil dan il- pajjiż irid iħares lejn is-sinjali li tah il-poplu u jrid ikollu l-kuraġġ li ċerti affarijiet jagħmel re-thinking dwarhom sabiex ikompli jtejjibhom bl-għan aħħari li fl-Unjoni Ewropea pajjiżna jkompli jmur 'il quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa, 20 ta' Marzu, 2002 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - MOBILE SQUAD", "32071.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija mal-mobile squad li ma għandhomx liċenzji tas-sewqan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fit-taqsima ta` l-iskwadra mobili tal-korp tal-pulizija hemm kuntistabbli wieħed biss li għad m`għandux liċenzja tas-sewqan.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "32072.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn gwardjani lokali s-sena l-oħra?", "Fuq hiex kienu, fejn saru?", "Kemm minnhom ġew preskritti u għaliex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li s-sena l-oħra ġew preskritti 21,354 kontravvenzjonijiet tal-gardjani lokali u dan għaliex, primarjament, meta uffiċjal tal-posta iwwasal it-taħrika ma jsib `il ħadd fir-residenza ta` l-imħarrek.", "Irrid ngħid li minn din is-sena il-kunsilli lokali daħlu f`arrangament ieħor mal-kuntrattur sabiex it-taħrikiet li ma jaslux bil-posta jitwasslu mill-gwardjani lokali.", "KUNSILL LOKALI – ĊITAZZJONIJIET", "32073.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlu flus kull kunsill lokali individwalment minn ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali s-sena l-oħra u kemm kienet l-ispiża ta' kull wieħed hux ingaġġaw lill-gwardjani lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar kemm daħħlu flus il-kunsilli lokali fis-sena 2001 miċ- ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali.", "Rigward l-ispiża ta` kull kunsill lokali għall-ingaġġ tal-gwardjani lokali, kemm dan il-ministeru kif ukoll id-dipartiment ma jżommx din l-istatistika.", "PULIZIJA - ĦABSIN", "32074.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin illum?", "X'eta' għandhom u ta' liema sess huma?", "Ta' xiex instabu ħatja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fis-7 ta` Marzu 2002 in-numru ta` priġunieri kien ta` mitejn u sebgħa u sittin (267).", "Irġiel hemm mitejn u ħamsa u ħamsin (255).", "Nisa hemm tnax (12).", "L-eta` tal-priġunieri huwa kif jidher hawn taħt:", "|Sa 18-il sena |1 | |Minn tmintax sa wieħed |17 | |u għoxrin sena | | |Minn tnejn u għoxrin sa|30 | |ħamsa u għoxrin sena | | |Minn sitta u għoxrin sa|71 | |tletin sena | | |Minn wieħed u tletin sa|44 | |ħamsa u tletin sena | | |Minn ħamsa u tletin sa |83 | |ħamsin sena | | |Minn ħamsin sa sittin |18 | |sena | | |Sittin sena u iżjed |3 | |TOTAL |267 |", "Dawk issentenzjati ġew misjuba ħatja kif jidher hawn taħt:", "|Arson |3 | |Relatati ma` droga |104 | |Serq aggravat |28 | |Theddid lill-uffiċjali|1 | |tal-pulizija | | |Stupru – attentat fuq |8 | |minorenni | | |Feriti gravi |1 | |Omiċidju – attentat |25 | |omiċidju | | |Frodi |5 | |Oħrajn |14 |", "Priġunier jista` jkun qiegħed jiskonta aktar minn sentenza waħda u r-reati fit-tabella juri dak ir-reat li iġorr l-akbar piena.", "PULIZIJA – ĦABSIN NISA", "32075.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li daħlu l- ħabs kull sena f'dawn l-aħħar 10 snin?", "Kemm min dawn kienu tqal u kemm twieldu trabi min nisa ħabsin waqt li dawn kienu il-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` nisa li iddaħlu l-ħabs kull sena f`dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:-", "1992 20 1993 23 1994.", "32 1995.", "50 1996.", "61 1997.", "43 1998.", "34 1999.", "20 2000.", "18 2001.", "38", "Dawn in-numri jinkludu persuni li intbaghtu l-ħabs aktar minn darba.", "Minn dawn kien hemm tlettax li kienu tqal meta iddaħħlu l-ħabs u f`erba każi minnhom welldu t-tarbija waqt li kienu fil-Faċilita`.", "PULIZIJA - ŻWIEMEL U KLIEB", "32076.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żwiemel u klieb fis-sezzjoni relattivi tal-pulizija illum?", "Kemm servew lill-korp f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'sar minn dawk li ġew irtirati mis-servizz f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwiemel u klieb li għamel użu minnhom il-korp tal-pulizija tul dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:-", "|Sena | żwiemel |klieb | |1992 |24 |25 | |1993 |21 |26 | |1994 |18 |26 | |1995 |18 |28 | |1996 |22 |28 | |1997 |20 |28 | |1998 |20 |34 | |1999 |23 |24 | |2000 |19 |38 | |2001 |18 |32 |", "Meta żiemel jew kelb ma jibqax tajjeb għax-xogħol tal-pulizija minħabba mard, jiġi mitlub il-parir tal-veterinarju tal-gvern li jew jordna li tingħata l-kura meħtieġa jew jekk ma jkunx il-każ ta` fejqan, iż-żiemel jew kelb jiġi mraqqad.", "Jista` jkun ukoll il-każ illi ż-żiemel jew kelb jingħata lura lil persuna li tkun oriġinarjament tagħtu lill-Korp jew ikun offrut lil xi għaqda filantropika.", "Kollox jiddependi skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.", "ST JAMES CAVALIER - FINANZI", "32262.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-għotijiet finanzjarji mill- ministru lil St James Cavalier 1) fis-sena 2000 2) fis-sena 2001?", "Għal- liema inizjattivi marru dawn l-għotijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda għotjiet finanzjarji mill-vot kapitali relatat mal-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001.", "ST JAMES CAVALIER - FINANZI", "32263.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-għotjiet finanzjarji mill-ministeru lil St. James Cavalier 1) fis-sena 2000? 2) fis-sena 2001?", "Għal liema inizjattivi marru dawn l-għotjiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għotjiet finanzjarji mill-Ministeru ta' l- Edukazzjoni lil St James Cavalier kienu: 2000 2001", "Lm Lm", "Kontribuzzjoni mill-gvern 30,000 150,000 Ħlas ieħor konness ma' wirjiet u newsletter 3,513 1,070", "NEFQA PUBBLIKA", "32265.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "32003 u cioe, jista' jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31567 għax raġuni li dawn huwa fondi pubbliċi li joħorġuhom iċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi u wkoll hija funzjoni essenzjali tal-parlament li jiskrutinja n-nefqa pubblika?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il­mejda tal­Kamra.", "ST JAMES CAVALIER - ATTIVITAJIET", "32266.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-attivitajiet li ġew organizzati f'St James Cavalier tul is-sena 2000?", "X'kien id-dħul minn dawn l-attivitajiet tul is-sena 2000?", "X'kien il-ħruġ fuq dawn l-attivitajiet tul is-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista bl-attivitajiet li kienu organizzati f'St James Cavalier matul is-sena 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ST JAMES CAVALIER", "32267.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 min kien jaħdem 1) full time 2) part time 3) b'xi kuntratt ma' St James Cavalier?", "F'kull każ x'kienu l-ħlassijiet: paga, allowance?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ST JAMES CAVALIER - CAFETERIA", "32268.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha li bdiet topera l-cafeteria f'St James Cavalier?", "Kif intagħżel l-operatur preżenti?", "X'kien id-dħil minn din il- cafeteria għal St James Cavalier?", "X'kien il-ħruġ fuq din il-cafeteria?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-cafeteria f'St James Cavalier, ilha topera minn Settembru 2000.", "L-operatur preżenti intgħażel wara sejħa għall-offerti pubblikata fil- gazzetta.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "28938.", "Informat li l-ammont ta' dħul dovut mill-operatur tal-cafeteria Ole` Ltd lil St James Cavalier hu:", "Settembru 2000 - Jannar 2002", "DHUL - Lm27,362, li Lm25,714 minnhom għadhom dovuti.", "ĦRUĠ - Lm 675", "WSC - TRIQ MANUEL DIMECH - GĦAXAQ", "32350.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-provista ta' ilma fi Triq Manuel Dimech Għaxaq ma tibqax affetwata ma' konċentrazzjoni ta' sadid bil- konsegwenza li jinħlew eluf ta' bramel ta' ilma kull darba, xi ħaġa li ilha tippersisti sa minn Ġunju 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "MALTAPOST - ŻEJTUN ROAD - GĦAXAQ", "32351.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fil-parti ta' Ħal Għaxaq fuq is-side taż-Żejtun u cioe fil-bidu ta' Żejtun road, kien hemm letter box li nqagħlet u tneħħiet sabiex ġiet impoġġija aktar il-ġewwa fil-parti ta' Bir id-Deheb, jista' l- Ministru jara li titwaħħal letter box oħra fl-istess post jew f'post ieħor qrib tal-letter box li kien hemm li wara kollox kienet ilha fl-istess post għal għexieren ta' snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-kaxxa ta' l-ittri li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tneħħiet mill-post imsemmi biex setgħet titqiegħed depository box ġdida ħdejn il-Knisja tal-Ħniena f'Bir id-Deheb.", "Dan sar biex id-depository box isservi wkoll għal skopijiet ta' tqassim.", "Fiċ-ċirkostanzi, la d-distanza m'hiex daqshekk kbira ma jinħassx li hemm bżonn li titwaħħal kaxxa oħra.", "DELIMARA - POWER STATION", "32352.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma: a) li reċentement tlesta x-xogħol fuq il-bini ta' tank kbir aktarx għall- ħażna ta' fuel gol-power station ta' Delimara liema tank ġie kostruit fuq sodda tal-konkos?", "b) Jista' jikkonferma jekk dan ix-xogħol kienx ta' kwalita fqira tant illi t-tank diġa miel fuq ġemb wieħed tant illi ma jistax jintuża?", "c) Jista' jgħid x'passi ser jittieħdu kontra min għand dawn ix-xogħolijiet tal-konkrit?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MALTACOM - TRIQ IŻ-ŻEJTUN - GĦAXAQ", "32353.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li t-telephone booth fi Triq iż-Żejtun Għaxaq qegħda eżatt fl-entratura ta' ħanut u barra minn hekk situata f'parti mil-aktar traffikuża; u peress li konsegwenza tal-posizzjoni tagħha din il-booth ma toffri l-ebda privitezza u ma tistax tintuża minnħabba l-ħsejjes; jistax ġentilment il-Ministru jara li tiġi spustata f'parti oħra ta' l-istess akwata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li bħalma jiġri f'kull każ, il-kiosk imsemmija tpoġġiet fejn hi fuq suġġeriment tal-kunsill lokali.", "Ser issir laqgħa ma' l-istess kunsill biex jiġi diskuss dan l-ilment u jekk jaqbel il-kunsill, t-telefon booth tiġi spustjata għal parti oħra fl-istess akkwata.", "B'BUĠIA – ĦAŻNA TAL-PITROLJU", "32354.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jikkonferma:", "1) hux minnu, li fil-parti ta' B'Buġia fejn hemm il-ħażna tal-pitrolju, fost materjal ieħor, fil-pedamenti hemm depożitu kbar ta' fuel tant li dan qiegħed jiġi pumpjat?", "2) x'passi qegħdin jittieħdu sabiex dan il-fuel ma jispiċċaw il-baħar?", "3) x'passi ser jittieħdu sabiex drenaġġ u fuel li tħalltu u mxew taħt l-art għal taħt pedament f'B'Buġia ma jibqax jiġi pumpjat il-baħar kif fil-fatt ġara f'dawn l-aħħar ġranet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat, ninsab infurmat li, rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, id-dipartiment tad-drenaġġ m'għandu l- ebda rapporti li henn xi drenaġġ dieħel f'xi pedamenti taħt l-art f'B'Buġia.", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN - MANUTENZJONI", "32355.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id- dipartiment bini u tiswija ta' djar jieħux miżuri anke short-term sabiex itejjeb il-kwalita ta' Triq l-Ibjar il-Belt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar qed jikkordina mal-kunsill lokali tal-Belt biex hekk kif jitlestew is-servizzi ta' dawl, ilma u drenaġġ lill-appartamenti ġodda issir it-triq u l-bankini ġodda ta' Triq l-Ibjar, Triq Sant' Ursola u Triq San Nikola madwar il-blokk il-ġdid.", "SUR SANTA BARBARA - BELT", "32356.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jitranġa ġebel li jinsab fi stat ħażin f'Sur Santa Barbara kantuniera ma' Triq il-Lvant, il-Belt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li huwa proġettat li t- taqsima tar-restawr ser tagħmel xogħol ta' restawr fuq is-swar ta' Santa Barbara fid-dintorni ta' Victoria Gate aktar tard din is-sena.", "Dan ix-xogħol ser ikun wieħed mill-proġetti ta' restawr fuq is-swar tal- Belt li qegħdin jiġu ppjanati bħala parti minn programm ta' rescue interventions fuq il-fortifikazzjonijiet.", "RODENT SECTION", "32357.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid tistax ir-rodent section tieħu ħsieb infestazzjoni ta' ġrieden fi", "i) Triq l-Ibjar il-Belt", "ii) Triq Dun Ġorġ Preca kantuniera ma' Triq Mountbatten il-Blata l-Bajda l-Ħamrun fejn kien hemm il-WSSA fil-Binja tal- Isqof?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li matul din is-sena id-dipartiment tas- saħħa pubblika ma rċieva l-ebda lment mit-toroq indikati fil-mistoqsija.", "Fid-dawl ta' l-ilment imressaq mill-Onor.", "Interpellant inniffsu, fil-jiem li għaddew ħaddiema mis-sezzjoni tal-pest control għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu f'dawn it-toroq.", "TRIQ IL-LVANT – VALLETTA – ŻBIR TA' SIĠAR", "32358.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jinstgħux jinżabru s-siġar fi Triq il-Lvant Valletta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li s-siġar taż-żebbuġ fi Triq il-Lvant, Valletta, m'għandhomx bżonn taż-żabra, iżda żabra korrettiva ssir skond il- bżonn, f'każ li jkunu ta' nkonvenjent għall-pubbliku.", "Saret żabra tas- siġar tal-Ficus fit-triq imsemmija, ħdejn id-daħla tal-ġnien tal-Barrakka ta' Isfel.", "PUBLIC SERVICE COMMISSION", "32359.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħidli għar-rigward tal-public service commission fil-preżent", "i) x'inhi l-kompożizzjoni tagħha ii) in-numru ta' deċizzjonijiet fis-sena 2001 iii) u jekk għadiex tiffunzjona?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: 1.", "Il-Kummissjoni dwar is-servizz pubbliku hija komposta kif ġej:", "Chairman", "Is-Sur Joseph J M Curmi MPA DPA FCIPD", "Deputy chairman", "Il-Brigadier (Rtd) John Spiteri MOM", "Membri Is-Sinjura Yvonne Micallef Stafrace BA(Hons) MA Dr Janet Mifsud B Pharm(Hons) PhD Is-Sur John A Scicluna DPA", "2.", "Matul is-sena 2001, il-kummissjoni ssottomettiet 759 rakkomandazzjoni lill- prim ministru , 701 dwar ħatriet, eċċ u 58 dwar dixxiplina.", "3.", "Fis-Sena 2001 il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku iltaqgħet ħamsin (50) darba.", "Il-Kummissjoni ħarget 277 sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' vakanzi fis-servizz pubbliku.", "Minn dawn, 159 sejħa dehru fil-gazzetta tal- gvern filwaqt li l-118 l-oħra kienu ċirkularijiet interni.", "Jekk l-Onor.", "Membru ikun jixtieq iżjed informazzjoni dwar il-ħidma tal- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku nistiednu jara r-rapport li toħroġ il- kummissjoni kull sena, u li kopja tiegħu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ġeneralment għal ħabta ta' April.", "GĦAWDEX - COLD STORE", "32360.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tara li l-cold store f'Għawdex li ilha min Settembru 2001 bil- ħsara, tissewwa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li qiegħda tittieħed azzjoni biex isiru tiswijiet fil­cold store f'Għawdex.", "BELT – SUQ - SKART", "32363.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li jiġi nfurzat li meta l-iskart tas- suq tal-Belt jintrema' ma jaqax f'ditch li hemm fi Triq Teatru l-Antik kantuniera ma' Triq San Pawl, il-Belt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31692 (seduta 702).", "PULIZIJA - TAL-BALAL DISCO - PERMESSI", "32364.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid id-disco li hemm flok il-Vibes f'Tal-Balal għandu permess biex jibqa' jdoqq sa l-4.00 ta' fil-għodu għaliex qiegħed jirrita lir-residenti tal-viċinanzi jibqgħu mqajmin il-lejl kollu minħabba l-istorbju?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onor.", "Interpellant huwa liċenzjat sabiex jinżamm miftuħ sa l-4.00am, skond ir- regolamenti dwar ħwienet għal bejgħ ta` l-inbid, birra jew likuri spiritużi u r-regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` bon ordni f`lokalitajiet ta` divertiment.", "UNIVERSITA` - STUDENTI", "32365.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qegħdin jattendu l- Universita` bħalissa u li ġejjien mill-iskola ta' Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ, Ħad- Dingli, s-Siġġiewi, l-Mosta u r-Rabat, kull raħal separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Universita` m'għandiex informazzjoni dwar liema skejjel primarji u sekondarji kienu attendew l-istudenti.", "Informat li n-numru ta' studenti li bħalissa qegħdin jattendu l-Universita` u joqogħdu fil-lokalitajiet imsemmija hu kif ġej:", "Attard 345 Żebbuġ 188 Dingli 52 Siġġiewi 182 Mosta 443 Rabat 227", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN", "32366.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex it-turġien ta' Blokk A, Ċentru Ċiviku, Triq l-Arkata, Paola li huma miksijin bl-irħam jinbidlu b'turġien apposta kontra ż-żlieq peress illi l-partijiet komuni ta' l-flats huma fuq barra u b'hekk meta tagħmel ix-xita dawn isiru ferm perikolużi u mhux l-ewwel darba wkoll li jkun hemm inċidenti fejn iweġġgħu ir-residenti jew il-viżitaturi li jkun hemm f'dan il-blokk?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-alba ta' l-Onor.", "Intwerpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa", "REMPEC – MANOEL ISLAND", "32367.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid meta, fejn u meta huwa maħsub li tiġi riallokota il-REMPEC tan-Nazzjonijiet Uniti li hemm f'Manoel Island minħabba l-proġett ta' Manoel Island?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kuntratt li sar bejn il-gvern u l-Viset Malta plc jieħu ħsieb biex l-uffiċini tar-REMPEC jiġu reallokati minn Manoel Island għall-Marsa fis-sit magħruf bħala l-ex gas works.", "F'dan is- sit il-Visit Malta plc intrabtet li tibni wkoll l-uffiċini għall-Malta Maritime Authority kif ukoll uffiċini oħra relatati mal-port.", "Hu maħsub li r-REMPEC ikunu reallokati f'dawn l-uffiċini fi żmien 36 xahar mill-iffirmar tal-kuntratt mal-Visit Malta plc li sar fit-22 ta' Novembru 2001.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "32368.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan sabiex jiġu appuntati assistenti diretturi fid-dipartiment tad-drenaġġ?", "Jekk fl- affermattiv x'sejjer ikun ir-rwol ta' dawn l-assistenti diretturi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li jiġi appuntat assistent direttur fid-dipartiment tad-drenaġġ.", "Ir-rwol tiegħu jkun li jgħin fid-doveri tal-kap ta' dan id-dipartiment.", "TRIQ IŻ-ŻEJTUN – GĦAXAQ - KONSENTURA", "32369.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ħadida mdaħħla fil-faċċata tal-fond nru 29, Triq iż-Żejtun, Għaxaq, li kkaġunat konsentura fl-istess faċċata tal-fond nru.", "29, Triq iż-Żejtun, Għaxaq li kkaġunat konsentura fl-istess faċċata, tinqala?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jinfurmani jekk il-ħadida li qed jirreferi għaliha kienetx twaħħlet minn ħaddiema ta' xi azjenda li tifforma parti mid-dekasteru tiegħi.", "MDINA - STUDJU GEJOLOĠIKU", "32370.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-istudju gejoloġiku li kellu jsir fl-Imdina minn kumpanija Taljana?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif kien spjegat fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari nru.", "31547, bħalissa qed jiġi stabbilit jekk il- moviment huwiex relatat maż-żmien tas-sena, studju li jirrikjedi minimu ta' sena.", "Dan inbeda f'Ottubru, u qiegħed fis-sitt xahar.", "Qegħdin isiru rapporti perjodiċi fuq l-andament ta' l-istudju, u dawn għandhom iwasslu biex f'għeluq is-sena jiġi ppjanat il-fażi ta' intervent.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PENSJONI", "32371.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta għandha tiġi ppubblikata l-legal notice in konnessjoni ma' l-aħħar ftehim kollettiv li kien sar għall-ħaddiema fis-settur pubbliku biex jirregola l-pensjoni ta' dawk li kienu ngaġġati fis-servizz pubbliku qabel is-sena 1979?", "Jista' jgħid kemm huwa kkalkulat li din il-miżura sejra tqum għall-gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għandna parir li t- tibdil meħtieġ ma jistax isir b'avviż legali imma jeħtieġ liġi.", "Din qeda tiġi finalizzata.", "FONDAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP GĦAR-RIŻORSI UMANI – ATT NOTARILI", "32372.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru.", "32166 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' l-att notarili għat-twaqqif tal-fondazzjoni għall-iżvilupp għar-riżorsi umani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "TRIQ L-AWRAKARJA - IKLIN", "32373.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq l- Awrakarja fl-Iklin tinkesa bit-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fuq spezzjoni li saret mill-periti mid- direttorat għat-toroq jirriżulta li t-triq għad baqgħala ħafna żvilupp xi jsir fiha mill-privat biex tinfetaħ, u għalhekk għalissa ma tistax tinkesa bil-hot asphalt.", "PULIZIJA – LIĊENZJI TA' MAL-WINDSCREEN", "32374.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru.", "32167 jista' l- Ministru jispjega kif il-pulizija tista tivverifika li s-sid ta' vettura hu mill-Imdina, meta llum l-indirizz tneħħa minn fuq il-liċenzja li titwaħħal mal-windscreen?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi għalkemm tneħħew id-dettalji personali tas-sidien tal-vetturi minn fuq il-liċenzja tal-vetturi, il- pulizija dejjem jistgħu jivverifikaw dawn id-dettalji mas-sistema ċentrali kompjuterizzata li hija disponibbli l-ħin kollu fil-kwartieri ġenerali.", "Barra minn hekk jistgħu ukoll jiġu verifikati billi jintalab mezz ta` identifikazzjoni tas-sewwieq.", "MARSA SPORTS CLUB", "32375.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Peress illi l-Ministru rrefera l-kwestjoni lill-Ministru ta' l-Intern dwar meta hu maħsub li titressaq fil-Parlament ir-risoluzzjoni dwar it- trasferiment tat-titolu tal-Marsa Sports Clubs, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "32185?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Kabinett iddeċieda fi Frar 2002 li jagħti titolu lil club.", "Ir-riżoluzzjoni sabiex il-grounds fil-Marsa jiġu trasferiti b`titolu lill-Marsa Sports Club ser titressaq fil-Parlament dalwaqt.", "Il-Club ġie infurmat b`dan; bid-deciżjoni se tiġi solvuta problema li ilha pendenti żmien twil.", "TRIQ PSAILA - B'KARA", "32376.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol fi Triq Psaila, B'Kara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fuq il-proġett ta' Triq Psaila qiegħed fl-aħħar fażijiet tiegħu.", "Sadanittant se jinbeda xogħol fil-venda u fil-parti t'isfel ta' Triq Fleur De Lys biex l-istorm water system ta' Triq Psaila tiġi mwassla sal-wied.", "TRIQ LESLIE RUNDLE - IMTARFA - ONE-WAY", "32377.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li parti min Triq Sir Leslie Rundle, Imtarfa saret one way?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari nru.", "32279.", "PULIZIJA", "32379.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlu rapporti minn residenti li Raħal Ġdid dwar għajjat mil-Moskea ta' Raħal Ġdid li Triq Kordin li laħaq kien qed isir mill-5 sat-8 ta' filgħodu mingħajr waqfien?", "X'follow up sar dwar dawn l-ilmenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi għal xi żmien il-pulizija ta` Raħal Ġdid kellha ilmenti anonimi permezz tat-telefon dwar għajjat u storbju ieħor li kienu ġejjin mill-Moskea ta` Raħal Ġdid.", "Minn stħarriġ li għamlet il-pulizija irriżulta li l-public address system li kienet qed tintuża kienet għadha kemm ġiet installat u min kien qed jopera l-apparat ma kienx midħla fl-użu ta` l-istess apparat.", "Ninsab infurmat illi fil-preżent dawn l-ilmenti waqfu.", "HOUSING - PILOT SCHEME", "32380.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-djar li kienu inxtraw taħt il-pilot scheme PS 1957/60 f'dawk is-snin għadhom marbutin mal-kundizzjonijiet oriġinali tal-bejgħ ta' dak iż-żmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat illi taħt l-iskema ndikata l-postijiet ma kienux jinxtraw iżda l-benefiċjarji kienu jingħataw għotja biex itellgħu sular ieħor.", "Dan kien isir biex dan is-sular ġdid jinkera b'Lm20 fis-sena.", "Il-kundizzjonijiet għadhom ma tbiddlux.", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN - MANUTENZJONI", "32381.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li titrenġa r-railing miksura u nieqsa li hemm fit-taraġ ħdejn il-flat 6, Blk A Dr A Triq Tursin il-Bir, Sta.", "Luċija peress illi huwa faċli li jaqgħu tfal żgħar minn ġo dan li stain railing?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "ENEMALTA – TRIQ IR-REDENTUR - ŻABBAR", "32382.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li arblu ta' l-elettriku li issa spiċċa fin-nofs tat-triq minn mindu din twessgħet - jitneħħa minn Triq ir- Redentur, Ħaż-Żabbar, wara li diġa ġraw diversi inċidenti minħabba dan l- arblu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jitneħħa l- arblu msemmi għandu jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "PLANNING AUTHORITY - PERMESS", "32389.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti raġuni il-għala PA 06651/2001 minkejja li kien mgħoddi baqa' ma ħariġx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 6651/01 ġiet approvata mill-kummissjoni għall-kontroll ta` l-iżvilupp fil-25 ta` Frar 2002.", "Il-permess intbagħat lill-applikant fit-13 ta` Marzu 2002 wara li saru l-verifiki neċessarji u ġew iffirmati l-pjanti.", "ILMA GĦAT-TISQIJA", "32397.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara il-għala hemm dewmien ta' ġimgħat biex bdiewa jingħataw l-ilma għat-tisqija 1) ġewwa Ħaż-Żabbar 2) viċi tas-Silġ, Marsaxlokk peress li l-prodott tar-raba bħalissa ikun jeħtieġ dan l-ilma ieħor min kull żmien ieħor?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kif diġa ngħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "32151, l-ilma għat-tisqija mill-impjant għat-tisfija tad- drenaġġ ta' Sant'Antnin, kien wieqaf minħabba ħsara estensiva fir-rising main tad-drenaġġ li jissupplixxi lil dan l-impjant biex jiġi msaffi.", "Din il-ħsara fil-main ġiet irranġata fid-9 ta' Marzu, 2002.", "L-impjant irid madwar ħmistax-il ġurnata biex jerġa' jrabbi l-bacteria li jippurifikaw l- ilma u b'hekk jilħaq il-volum normali ta' ilma li soltu jissupplixxi lill- bdiewa.", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN", "32407.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-postijiet li l- partikolaritajiet tagħhom jidhru separatament min din il-mistoqsija, humiex vojta jew okkupati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħti aktar dettalji.", "GRADWATI FIL-MEDIĊINA - STUDY LEAVE WITHOUT PAY", "32419.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il gradwat fil-mediċina jew post graduate ingħata study leave without pay u għal kemm żmien sena b'sena mill-1998 żil hawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li n-numru ta` gradwati/postgraduates fil- Mediċina li ngħataw study leave without pay mill-1998 'l hawn huwa kif ġej:", "|Sena |Numru | |1998 |10 | |1999 |7 | |2000 |9 | |2001 |7 | |2002 |2 | |(s'issa) | |", "Dan l-istudy leave without pay jingħata għal sena fuq talba ta` gradwati/postgraduates.", "Dan jista` jiġġedded minn sena għall-oħra skond kriterji stabbiliti f'ċirkularijiet li jinħarġu minn żmien għal żmien.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi każ partikolari jagħmel id-domanda speċifika u nkun nista` nirrispondi b'aktar dettalji.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX", "32420.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "32233 u cioe, jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu li tagħrif dwaru qed jintbagħat under separate cover li 9 xhur ilu kienu ħadulu l-qies tal- splints fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, sa illum għadu mingħajr dawn l- isplints u għadu jimxi bl-isplints li sarulu f'Lulju 1998?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "PROĊESS VERBAL – GĦAWDEX - QTIL TA' WARDEN", "32422.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "32181 u cioe, jista' jgħid jekk il-proċess verbal dwar il-qtil tal-warden Fortuna Spiteri li ġara f'Għawdex fl-10 ta' Awissu 2001 ngħalaqx?", "In vista tal-fatt li l-gvern diġa approva kumpens lill-familjari ta' żewġ membri tal-korp tal- pulizija li ġew maqtula waqt il-qadi ta' dmirijiethom, jista' jikkunsidra li l-gvern li tiegħu jifforma parti, jagħti anki kumpens pekunjarju lill- familjari tal-mejta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'risposta għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Interpellant irrid ngħid li deċiżjoni dwar kumpens pekunjarju ma tistax tittieħed qabel ma tingħalaq l-inkjesta, għalkemm għandi dubbji serji kemm talba simili taqa' taħt il-policy viġenti.", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN", "32424.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk post li l- partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, huwiex vojt jew mikri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-post huwa mikri pero l-inkwilin x'aktarx miet.", "GĦAJNUNA GĦALL-QAGĦAD", "32427.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-każ li resaq quddiem il- bord ta' l-appell ta' familja bi tlett itfal li inqagħatilha kull għajnuna tal-qagħad jiġi konkluż peress li dawn żgur ser jbatu l-ġuħ għax ma għandhom l-ebda dħul ieħor?", "Jista' jintervjeni f'dan il-każ umantarju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ma jirriżultax li għandha xi appell pendenti konness ma' għajnuna għall-qagħad.", "KUMMISSJONI EWROPEJA – ECONOMIC PROGRAMME", "32429.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pre-accession economic programme li hejjejt għall-Kummissjoni Ewropeja flimkien mal-ministeru tas- servizzi ekonomiċi f'Settembru li għadda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pre-accession economic programme li l-ministeru tal-finanzi ssottometta f'Settembru li għadda lill-Kummissjoni Ewropeja bħala parti mill-fiscal surveillance procedure taħt il-kapitlu 11 - Unjoni Ekonomika u Monetarja ta' l-acquis communitaire.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dan id-dokument hu aċċessibbli fuq il-website tal-Unjoni Ewropeja fuq dan l-indirizz : http://www.europa.eu.int/comm/economy_finance/publications/external_relation s/2002/pep_mt_en.pdf", "INCOME TAX - CUSTOMER CARE - KIRJA", "32430.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid il-kirja tal-premises ta' block 8 customer care ta' l-income tax għalqet?", "Jekk iva, ġiet imġedda?", "Kemm kienet il-kirja qabel?", "Kemm hija illum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kirja msemmija fl- Interpellanza għadha m'għalqitx.", "Jekk id-dipartiment jiddeċiedi li jġedded il-kirja għal xi żmien, ikun jridu jsiru diskussjonijiet mas-sidien dwar il- kundizzjonijiet tal-kirja.", "VALLETTA - MUŻEW TA' L-ARTI", "32442.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma dawk ix-xogħolijiet maħsuba sabiex il- mużew ta' l-arti fil-Belt Valletta jiġi modernizzat u mkabbar?", "Meta huwa maħsub li dan ix-xogħol jinheda jew f'hiex kien jikkonsisti s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sabiex il-mużew ta' l-arti fil-Belt Valletta jiġi modernizzat u jitkabbar id-dipartiment tal-mużewijiet akkwista palazz fi Triq Zekka u parti minn 'Casa Scaglia' sabiex jiġu integrati mal-bini preżenti.", "Ix-xogħol strutturali f' 'Casa Scaglia' nbeda, filwaqt li għaddej xogħol ta' preparament, riċerka, ippjanar u tfassil ta' development brief għall-proġett kollu.", "Huwa maħsub li jsir xogħol strutturali, sistema ta' l-elettriku ġdid, introduzzjoni ta' faċilitajiet ġodda u tkabbir u modernizzar ta' dawk eżistenti, sistemi ta' sigurta`, tkabbir, riorganizzazzjoni, bidla sistematika ta' l-esebizzjoni permanenti.", "Ta' min wieħed ifakkar li xogħol ta' din in-natura huwa kompless u jinħtieġ attenzjoni kif ukoll riżorsi finanzjarji u umani adekwati.", "PALAZZ TA' SAN ANTON - ĠONNA", "32443.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispjega x'hemm maħsub sabiex il-ġonna fil-palazz ta' San Anton li huma aċċessibbli għall-pubbliku jissebħu?", "F'hiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar s'issa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-ġonna ta' San Anton hemm il-ħsieb li jsir kumpless li jinkorpora post biex jilgħabu t-tfal, u gaġeġ ġodda u moderni għall- għasafar tal-gaġġa (cage birds).", "Jien infurmat li xogħlijiet li saru s'issa kienu jinkludu:", "1.", "Faċilitajiet sanitarji ġodda.", "2.", "Restawr tal-funtana ta' l-ajkla mit-taqsima tar-restawr", "3.", "Aċċess għal nies bi ħtiġijiet speċjali.", "4.", "Bdil ta' ġebel mill-ħitan li tmermru.", "5.", "Kannizzati fil-passaġġ tan-nofs tal-ġnien.", "6.", "Tqegħid ta' ħadid madwar il-vaska prinċipali.", "7.", "Taħwil ta' siġar taċ-ċitru u siġar ornamentali.", "8.", "Organizzazzjoni ta' uffiċini.", "9.", "Irranġar tas-saqaf tas-serra l-kbira.", "PULIZIJA - B'KARA - VANDALIŻMU", "32444.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jkun hemm preżenza tal-pulizija ħdejn il- bandli ta' Triq John Borġ B'Kara għaliex hemm grupp żgħażagħ li qegħdin jagħtu fastidu lin-nies u r-residenti u jagħmlu atti oħra tal-vandaliżmu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija tad-distrett qegħda tagħmel surprise patrols fl-imsemmija triq u f`diversi inħawi oħra tad- distrett regolarment.", "SPTAR BOFFA - LAQGĦAT", "32445.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm spiss isiru laqgħat fl-Isptar Boffa fejn it-tmexxija tal-isptar tiltaqa' mal-ħaddiema ħalli jkun jista' jsir review tal-progress f'kull settur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kull meta jinħass il-bżonn.", "SPTAR BOFFA - HEALTH AND SAFETY", "32446.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min hu responsabbli mill-proċeduri tal-health and safety fl- isptar Boffa?", "Xi training kellu f'dan is-settur?", "Dan it-training kien sponsorjat?", "Minn min?", "Kull meta dan il-health and safety officer jiddiskuti mal-ħaddiema l- proċeduri neċessarji?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-isptar Boffa teżisti sistema dettaljata tal- protezzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tar-radjuterapija.", "Bi ftehim man-National Protection Board tal-Ingilterra jsiru testijiet regolarment fuq il-ħaddiema f'dak li għandu x'jaqsam ma' exposure għal materjal radjuattiv. l-Infection control unit tal-isptar San Luqa tikkollabora mal-ħaddiema tal- isptar Boffa biex fl-isptar jiġu mplimentati protokolli u guidelines għal protezzjoni tal-ħaddiema f'każijiet ta' mard infettiv kif ukoll il-metodi tal-immaniggjar tal-iskart kliniku.", "HOSPITAL REGULATIONS - HANDBOOK", "32447.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-handbook of hospital regulations?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-handbook of hospital regulations għadu qed jiġi ffinalizzat u għalhekk f'dan l-istadju ma jistax jitpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "ENEMALTA - TRIQ MONICA - ĦAL TARXIEN", "32451.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li arblu kollu sadid li hemm fit-Triq Monica ma' Lamuka street, Ħal Tarxien, jinbiedel minħabba l-periklu li jinsab fih?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PEMBROKE - ŻVILUPP IILLEGALI", "32452.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu dwar żvilupp illegali ta' garage li sar f'Blk 4 Qasam tad-Djar, Sant' Andrija, Triq Luigi Preziosi, Pembroke?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - ŻVILUPP ILLEGALI", "32453.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu dwar żvilupp illegali ta' garage li sar f'Blk 4 Qasam tad-Djar, Sant' Andrija, Triq Luigi Preziosi, Pembroke?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista` l-Onor.", "Membru jindika fuq site plan il-post fejn sar l-iżvilupp peress li fil-post indikat, minn spezzjoni li saret, ma hemmx garaxx.", "SLIEMA - SKOLA PRIMARJA - FACILITATOR", "32454.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex studenta li dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament ma' din l-interpellanza u li tattendi l-iskola primarja ta' tas-Sliema u li bħalissa qed tirċievi s-servizz ta' facilitator fuq bażi part-time tibda tingħata dan is-servizz fuq bażi full- time?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-għoti ta' appoġġ speċjali lil studenti bi bżonnijiet speċjali ma jiġix deċiż mill-ministru iżda minn statementing moderating panel wara konsultazzjoni ma' kull min hu involut inkluż il-ġenituri u l- ispeċjalisti.", "IMRIEĦEL - PERMESSI TA' STAMPAR", "32455.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garages u fabbriki li għandhom il-permess ta' xogħol ta' stampar (press) fil-Qasam Industrijali tal- Imrieħel?", "Jista' jgħid f'dan ir-rigward jekk fl-aħħar sena sarux inspections mill-pulizija biex ikun mgħaruf jekk hemm'x minhom li qed jifunzjonaw bla permessi meħtieġa?", "Jekk fl-affermattiv x'irriżulta u x'passi eventwali ittieħdu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru ikkonċernat.", "SPTAR TAL-QROQQ - PERMESSI TA' PLATFORM", "32456.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min ta l-permess biex platform ghal sistema ta' enerġija mibnija minn RAWES Co. Ltd, tinbena fuq is-sit tal-isptar tal-Qroqq?", "Jista' jgħid xi ħlas sar lill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi għall-ħruġ ta' dan il-permess?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi tat permess sabiex platform ta' 4 metri kwadri, għal sistema ta' enerġija naturali, tinbena fuq is-sit ta' l-isptar il-ġdid.", "Dan sar mingħajr ħlas wara li ġie assigurat li:", "Ir-rappreżentanti tal-kumpanija RAWES huma żewġ impjegati ta' Skanska Malta J.V.", "Ix-xogħol fuq dan l-esperiment ma kienx ser itellef bl-ebda mod ix-xogħol ta' Skanska fuq is-sit ta' l-isptar il-ġdid.", "Id-daqs limitat tal-platform bl-ebda mod ma kien se jxekkel ix-xogħol fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdid.", "Dan kien esperiment ta' riċerka xjentifika aktar milli xi attivita' kummerċjali, tant li ż-żewġ impjegati ta' Skanska Malta J.V. iffinanzjaw il- proġett minn buthom u minn xi sponsors li huma rnexxielhom isibu.", "Il-Fondazzjoni, minghajr ebda spejjeż, tat il-kontribut żgħir tagħha lejn riċerka xjentifika.", "ETC - COURSES", "32457.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għall-farming out ta' diversi korsijiet fosthom korsijiet fit-taħriġ tal-komputer, li qed tagħmel l-ETC, min huma dawk il-kumpaniji privati li ġew ikkuntrattati mill-korporazzjoni?", "Kemm minnhom huma liċenzjati mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sabiex jagħmlu dan ix-xogħol u l-fees li l-ETC qed tħallas għad-diversi korsijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20001027_409d_par.doc", "date": "2000-10-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 409 Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 409", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "409", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 302", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 302", "TQEGĦID TA' KARTI 308", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-INTERPRETAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "INTERPRETATION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 308", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA`", "FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL (KUMITAT)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 318", "AGGORNAMENT 328", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 333", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 408 li saret fil-25 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR MONTE CARMELI - SECLUSION UNIT", "19055.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ddaħħlu pazjenti ta' anqas minn 16-il sena fis-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Minn meta nfetħet is-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli daħlu fiha erba` pazjenti ta` anqas minn 16-il sena.", "Wieħed minnhom iddaħħal darbtejn kif jidher hawn taħt:", "|Persuni| Eta` |Dħul |Ħruġ | |A |15 |06.03.9|24.03.99 | | | |9 | | |B |16 |12.03.9|17.03.99 | | | |9 | | |B |16 |19.03.9|24.03.99 | | | |9 | | |C |15 |13.04.9|14.04.99 | | | |9 | | |D |15 |30.08.0|13.09.00 | | | |0 | |", "Minkejja li teżisti l-young people's unit għal pazjenti taħt l-eta`, jirriżulta li kultant fil-fażi akuta jew waqt perijodi ħżiena, dawn il- pazjenti żgħazagħ ikollhom iqattgħu perijodu ta` osservazzjoni jew kura fl- admission ward ta' male ward 2 jew female ward 6 jew nkella fis-secure unit ta` male ward 2 jew female ward 10.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformana x'qed isir bil-għan li l-gvern ikun jista' jerġa' jiftaħ mill-ġdid iċ-ċentri tas-saħħa fid-diversi lokalitajiet fuq bażi ta' 24 siegħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni rċeviet tliet proposti minn gruppi differenti ta' tobba li offrew is-servizz tagħhom biex id f'id mal-gvern inkunu nistgħu nerġgħu niftħu l-health centres fuq bażi ta' 24 siegħa, kif minn dejjem kienet l-intenzjoni tagħna.", "Id-diviżjoni ħatret kumitat biex tevalwa dawn il-proposti, tidħol f'diskussjonijiet mat-tliet gruppi biex jiġu ċċarati ċertu punti u wara li l-kumitat jagħmel is-suġġerimenti, tiegħu tieħu deċiżjoni.", "Dan ir-rapport se jkun f'idejna madwar tliet ġimgħat oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawn il-proposti jkopru ċ-ċentri tas-saħħa kollha jew xi ċentri tas-saħħa partikolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tnejn mill-proposti jinvolvu ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla u dak ta' Birkirkara, filwaqt li t-tielet proposta hija dwar talba li saret mit-tobba li preżentement qegħdin jagħtu servizz fil-health centres u li jixtiequ jagħmlu koperattiva bejniethom biex ikunu jistgħu jħaddmu dawn iċ-ċentri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri hemm żewġ proprosti biex jitħaddmu ċ- ċentri tas-saħħa ta' Bormla u ta' Birkirkara, u hemm proposta oħra bil- għan li titwaqqaf koperattiva sabiex is-servizzi jkunu jistgħu jiġu estiżi għar-Rabat u għal Ħal Qormi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, nerġa' nispeċifika li t-tielet talba ġejja minn koperattiva ta' tobba li llum qegħdin jaħdmu ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa u ovvjament l-offerta tagħhom m'hijiex biex iħaddmu ċentru partikolari, imma biex ikomplu jagħtu s-servizz taħt il-mantell ta' koperattiva fil- health centres kollha ta' Malta.", "MIA - TRANSFERS", "19406.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tal-MIA?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li matul il-perijodu msemmi ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fl-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Jekk fil-futur isir trasferiment ta' ħaddiema, dan isir minħabba l- esiġenzi tal-kumpannija.", "INDUSTRIJA TRANSFERS", "19407.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment ta' l-industrija?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 fid-dipartiment ta' l-industrija saru żewġ trasferimenti, wieħed minħabba li l-persuna involuta ngħatat promozzjoni u ieħor fuq talba ta' l-impjegat innifsu.", "Jekk fil-futur ikun fl-interess tad-dipartiment li jsiru trasferimenti, allura dawn isiru.", "KONSUMATUR - TRANSFERS", "19409.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment tal-konsumatur?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn informazzjoni li għandi matul il-perijodu indikat minnu fid-dipartiment tal-konsumatur sar trasferiment ta' impjegata waħda.", "Fil-futur jistgħu jsiru aktar trasferimenti jekk dan ikun fl-interess tad- dipartiment.", "SPTAR BOFFA - TOILETS", "19519.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex it- toilets fl-Isptar Boffa, speċjalment dawk ta' l-irġiel, jiżammu aktar nodfa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn spezzjoni magħmula għall-għarrieda fil-5 ta` Ottubru wara nofsinhar, irriżulta li t-toilets kollha tas-swali ta` l- Isptar Boffa nstabu nodfa.", "Barra minn hekk, il-persuni nkarigati minn kull sala ta` l-isptar iddikjaraw bil-miktub illi it-toilets tas-swali rispettivi tagħhom jiġu mnaddfa ta` l-anqas darbtejn kuljum u f'kull okkażjoni oħra jekk tkun tinħass il-ħtieġa matul il-ġurnata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Forsi hemm nuqqas ta' staff f'dan id-dipartiment u allura għalhekk li t-tindif ma jsirx b'mod aktar regolari?", "Qed ngħid hekk għax sfortunatament anke jiena ġieli jasluli lmenti simili mingħand pazjenti li nżur hemmhekk.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li s-sistema trid tiġi kkordinata aħjar fis- sens illi minkejja li jkollok tindif ta' toilets u kmamar tal-banju, għandek ċertu tip u kwalita' ta' pazjenti li minħabba l-kondizzjoni tagħhom ma jistgħux iżommu l-iġjene kif iżżomm persuna normali meta tinqeda bit- toilet.", "U għalhekk hawn spjegat illi dawn jitnaddfu wkoll kull meta tinħass il-ħtieġa matul il-ġurnata.", "Parti mir-riforma li konna qegħdin inniedu fil-cleaning services kienet li nintroduċu sistema biex dak il-grupp ta' nies li jkollhom xogħol speċifiku li jnaddfu t-toilets u l-kmamar tal-banju, iżommu record huma stess tal-ħin u ta' kemm-il darba jkunu marru jnaddfu t-toilets u b'hekk ikollna kontroll aħjar tas-sitwazzjoni.", "Ħafna drabi jkollna ħafna garr għax fit-toilets ma ssibx toilet paper u dan mhux ġewwa l-Isptar Boffa biss imma anke ġewwa l-Isptar San Luqa.", "Mill- estimi li għandna jidher li roll toilet paper ma jdumx iżjed minn għaxar minuti u dan mhux għax jintuża imma għax jinsteraq!", "EL ZABI - PASSAPORT", "19520.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fil-pussess ta' min jinsab il-passaport tal-priġunier El Zabi, li kien akkużat bi traffikar tad-droga?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi d- dokument li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien ġie esebit quddiem il-qorti mal-preżentata.", "GĦAWDEX - KABINETT", "19614.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Peress li fir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "18771 ma ngħatawx id-dettalji ta' l-ispiża ta' l-ikla li ġiet mogħtija mill- ministru għal Għawdex, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji mitluba?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta' persuni li attendew għal din l- ikla?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nissuġerixxi li l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "VAT - REFUNDS - BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA", "20220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlasijiet tal-VAT li d-dipartiment għandu jagħti lill-bdiewa, raħħala u s-sajjieda fil-mument?", "Meta se jitħallsu u meta sar l-aħħar pagament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li sas-17 ta' Ottubru 2000, l-ammont ta' refunds tal- VAT li ntalbu lid-dipartiment mill-bdiewa, sajjieda u raħħala u li jmisshom jitħallsu bejn Novembru 2000 u April 2001 hu ta' Lm296,519.54.", "L-aħħar pagament sar f'Ottubru 2000.", "Dan l-ammont jista' jinbidel minħabba denunzji oħra li jistgħu jaslu lid- dipartiment fix-xhur li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandu indikazzjoni li hemm xi talbiet oħra pendenti għar-refund?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Le, fil-file m'għandix din l-indikazzjoni.", "RABAT - GĦAJN QAJJED", "20221.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jivvota flus fl-estimi li ġejjin sabiex isir ġnien fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, ir-Rabat?", "Peress li ilhom is-snin isiru l-preparamenti għall-iżvilupp ta' dan il-ġnien, jista' jara li dan il-bżonn jiġi mwettaq matul is-sena li ġejja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): F'dan l-istadju d- dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar diġa' kkommetta ruħu ma' 21 kunsill lokali sabiex iwettaq proġetti ta' ġonna f'oqsma tal-gvern u għalhekk m'huwiex f'pożizzjoni li jagħmel ftehim ġdid ma' kunsilli oħrajn.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "20222.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena applikaw għal ċittadinanza doppja?", "Kemm hu n-numru ta' persuni li fil-preżent diġa' għandhom ċittadinanza doppja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "18901 fejn għandu jsib l- informazzjoni li talab sa Awissu 2000, ninsab informat li matul Settembru 2000 saru 91 talba kif ukoll 80 applikazzjoni għar-registrazzjoni.", "In-numru ta` persuni li sa l-aħħar ta` Settembru 2000 ġie kkonfermat lilhom li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi huwa ta' 1,006, filwaqt li 308 persuna oħra ġew reġistrati bħala ċittadini ta` Malta u huma wkoll jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi.", "DJAR - LIFTS", "20223.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim-Ministru jikkonsidra li jivvota flus fl-estimi li ġejjin sabiex jiġu stallati lifts fil-qasam tad-djar f'Ta' Għeriexem, ir-Rabat, peress li l-eta' tal-familji residenti dejjem tikber, liema fatt qed joħloq aktar il-bżonn ta' dan is-servizz għar- residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li jien tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20215 f'seduta numru 408.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - GĦAJNUNA", "20224.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita li attendew Dar il-Kaptan matul l-1999 u din is- sena?", "X'talbiet hemm pendenti minn Dar il-Kaptan sabiex dawn jirċievu aktar għajnuna ħalli jkun f'pożizzjoni li jagħtu servizz aħjar lil persuni b'diżabilita'?", "X'progress sar u meta se jiġu milqugħa dawn it-talbiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li n-numru ta' persuni li għamlu użu mis- servizzi pprovduti minn Dar il-Kaptan is-sena l-oħra kien ta' 4,664.", "Sa Settembru ta' din is-sena n-numru ta' persuni li għamlu użu minn dawn is- servizzi kien ta' 3,800.", "Numru minn dawn il-persuni użaw dawn is-servizzi għal aktar minn darba.", "Ninsab informat ukoll li din l-istituzzjoni ssottomettiet talba għal Lm117,000 bħala għajnuna finanzjarja għas-sena d-dieħla.", "Din it-talba tiġi kkonsidrata mill-kumitat li jinħatar apposta kull sena biex jevalwa talbiet simili mill-NGOs u jirrakkomanda l-allokazzjoni ta' fondi skond il- prijoritajiet u l-flus disponibbli", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-talbiet li saru preċedentement kienux jeċċedu l-Lm117,000?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-file li għandi quddiemi m'hawnx riferenza għall-ammont ta' flus li ntalbu drabi oħra.", "Pero' jekk wieħed jagħmel l-assunzjoni li kull sena wieħed jipprova jitlob aktar, jikkonkludi li din is-sena t-talba kienet akbar minn tas-soltu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bl-istess assunzjoni tal-Ministru, it-talba qed tkun akbar minħabba li n-numru ta' persuni b'diżabilita' żdied jew għax żdiedu l-ispejjeż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Naħseb li l-Onor.", "Farrugia għandu esperjenza u jaf li li kull darba li tiġi biex tfassal programmi għas-sena ta' wara, kulħadd jipprova jitlob il-massimu li jista' jitlob. kemm għax aktar persuni jkunu qegħdin imorru f'dik l-istituzzjoni u anke għax tinħass il-ħtieġa li minn sena għal oħra jkun hemm żieda fin-nefqa għar-running ordinarju kif ukoll għal xi investiment straordinarju li jista' jkun hemm.", "HEMSIJA - PROĠETT TAL-GVERN", "20225.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid liema huma dawk l-artijiet fil-Ħemsija li se jittieħdu lill- bdiewa għal xi proġett tal-gvern, tant li mhux se jiġi aċċettat ħlas ta' qbiela?", "X'inhija l-pożizzjoni tal-bdiewa fid-dawl ta' l-iskema l-ġdida li tirregola l-ħlas tal-qbiela?", "L-applikazzjonijiet se jiġu aċċettati, jew il- bdiewa se jkollhom jidħlu fi proċeduri żejda u jagħmlu spejjeż bla bżonn?", "Possibbli li fiċ-ċirkostanzi dawn il-bdiewa jissottomettu applikazzjoni bla ħlas peress li għad m'hemmx deċiżjoni finali dwar il-proġett tal-Hemsija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fuq talba tal-Malta development corporation it-taqsima proprjeta` tal-gvern itterminat xi kirjiet ta` raba` fl-inħawi ta` Ta` Qali minħabba l-proġett tal-crafts village u l-bdiewa kkonċernati diġa` ġew informati.", "Dwar id-daqs ta` dan il-proġett u liema art se tiġi affetwata, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda lill-ministru konċernat.", "F`każ li wara li ssir applikazzjoni taħt l-iskema tal-qbiela, din ma tiġix aċċettata għax l-art tkun milquta minn xi proġett tal-gvern, il-ħlas li jkun sar għall-applikazzjoni jingħata lura lill-applikant.", "Għalhekk m'huwiex il-każ li xi applikazzjonijiet jiġu sottomessi bla ħlas.", "AIDS - KAŻI", "20467.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet li għandha l-AIDS matul din is-sena ?", "Kemm hemm barranin fosthom u ta' liema pajjiż huma?", "X'inhu n-numru ta' każi ta' AIDS li ġew reġistrati b'kollox f'Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Informat illi mill-1 ta` Jannar, 2000 sal-lum ġew irrapportati żewġ każi ta` AIDS.", "L-ebda wieħed miż-żewġ każi ma hu barrani.", "Mill-1986 sal-lum in-numru totali ta` każi ta` AIDS irrapportati f'Malta huwa ta` 60.", "AIDS - TESTIJIET", "20470.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet volontarji għall-AIDS fl-isptar?", "Kemm saru fuq irġiel u fuq nisa?", "Kemm-il persuna nstabet li kienet HIV positive?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): In-numru ta' testijiet għall-HIV antibodies li saru b'sena mis-sena 1985 jinsabu fir-risposta ta' domanda parlamentari 14575.", "Din kienet tgħid hekk:", "|Sena |Total |No. of | | |request |reactive | | | |samples | |1985 | 408 | 10 | |(Ġunju/Diċ| | | |) | | | |1986 | 930 | 13 | |1987 | 2292 | 5 | |1988 | 3750 | 13 | |1989 | 2495 | 16 | |1990 | 2118 | 9 | |1991 | 2461 | 18 | |1992 | 3131 | 8 | |1993 | 2369 | 13 | |1994 | 3935 | 10 | |1995 | 3963 | 17 | |1996 | 3912 | 7 | |1997 | 3809 | 8 | |1998 | 4249 | 10 | |1999 | 4264 | 6 |", "Matul is-sena 2000 s'issa saru 1137 tests għall-HIV antibodies.", "Minħabba li ħafna mit-testijiet huma anonimi, l-informazzjoni dwar taqsim bejn irġiel u nisa mhijiex kompluta.", "ARTIJIET - QBIELA", "20492.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta f'mistoqsija parlamentari nru.", "19517, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li okkupaw art abbużivament għal skop agrikolu imma li dwarha ħarġet enforcement order mill-awtorita' ta' l-ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dawk il-persuni li jinsabu fil-pożizzjoni kif spjegat mill-Onor.", "Interpellant jaqgħu fl-istess sitwazzjoni bħal nies oħra li jkunu kisru l-liġi dwar l-iżvilupp u li kontra tagħhom ikun ukoll inħareġ avviż ta' twettiq.", "Dawn l-individwi jkunu mitluba jreġġgħu lura s-sit għall-istat pristin tiegħu u dan skond kif huwa rikjest fl-Att dwar l- Ippjanar.", "Fin-nuqqas li jsir hekk jew li l-persuna kkonċernata tonqos milli tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha fiż-żmien stipulat fl-avviż, l- awtorita` tista` tidħol fuq l-art u tieħu l-passi kif rikjesti minnha stess fl-avviż tat-twettiq.", "L-ispejjeż kollha li tkun daħlet għalihom l- awtorita` sabiex tesegwixxi l-avviż tat-twettiq jistgħu jiġu rkuprati mingħand min dak iż-żmien ikun sid l-art.", "Bil-permess ta' l-Onor.", "Interpellant nixtieq inżid li l-iskema tal-qbiela ġiet emendata u nformajt lill-assoċjazzjoni tal-bdiewa li dawk il-persuni li diġa' għandhom titolu ta' qbiela u applikaw biex tinqasam l-art, ma jħallsu xejn ta' l-istrutturi.", "L-istess, dawk il-persuni li oriġinarjament kellhom titolu ta' enfitewsi u l-gvern ma ġeddiedx l-enfitewsi jew kellhom titolu ta' kera u minħabba li kien se jsir xi proġett ma ġiex imġedded it- titolu ta' kera, basta l-gvern m'għadx għandu bżonn dik l-art, dawk jistgħu japplikaw taħt din l-iskema - mhux taħt l-iskema ta' nies li m'għandhomx titolu imma taħt l-iskema ta' nies li għandhom titolu - basta jkunu membri tal-familja taċ-ċenswalist jew l-aħħar kerrej.", "Jiġifieri jekk xi ħadd jagħlaqlu ċ-ċens u dik l-art qed jaħdimha xi ħadd li huwa t-tifel jew it- tifel tat-tifel taċ-ċenswalist, għal skopijiet ta' l-iskema tal-qbiela, lil dak se nikkonsidraw taħt dawk li għandhom il-qbiela u dan ifisser allura li għall-istrutturi m'hu se jħallas xejn mhux bħal xi ħadd li m'għandux it- titolu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 216 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar l-Att dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi, Kap. 392 (emenda tal-konvenzjoni); u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 215 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar kwalifiki professjonali u vokazzjonali ta' Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 217 ta' l-2000 - korrezzjoni ta' l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur, Kap 368;", "Avviż Legali Nru 218 ta' l-2000 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' korrezzjoni ta' l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil- Mutur, Kap 368; u", "KLBL 14/18/2000 - bye-laws ta' l-2000 dwar l-organizzazzjoni tal- korsijiet (Birkirkara).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-INTERPRETAZZJONI", "INTERPRETATION (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l- Interpretazzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, qed inressqu għall-approvazzjoni tal- parlament liġi li temenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni.", "Din hija liġi ġenerali li tinterpreta diversi kliem u frażijiet li hemm fil-Kostituzzjoni u anke f'leġislazzjoni oħra.", "Hija liġi li tagħti direzzjoni dwar kif ċerti kliem, frażijiet u sitwazzjonijiet għandhom jiġu interpretati, kemm għall- iskop ta' l-istess liġijiet kemm f'każ ta' kontroversja legali.", "Mr Speaker, l-emendi li qed jiġu proposti permezz ta' dan l-Att huma emendi pjuttost tekniċi, altament legali u naħseb ftit jinftiehmu barra l- kuntest ta' l-avukatura.", "Fil-fatt qegħdin nagħtu interpretazzjoni għall- frazijiet \"dritt internazzjonali\", \"delitt kontra l-umanita'\", \"delitt kontra d-dritt internazzjonali\" u \"reat politiku\".", "Dawn huma erba' frażijiet li llum fid-dritt pubbliku internazzjonali huma wżati frekwentement u nista' ngħid li din il-liġi l-gvern qed iressaqha biex bil- mod il-mod niġu in line mal-kunċetti ġodda li qegħdin jidħlu fid-dritt pubbliku internazzjonali.", "Dan qed nagħmluh mhux tant biex sempliċement inkunu aġġornati imma għax ir-realta' hi li pajjiżna huwa parteċipi u diġa' rratifika numru ta' konvenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dritt pubbliku internazzjonali.", "Barra minn hekk, pajjiżna hu wkoll firmatarju ta' diversi agreements bilaterali li b'xi mod jew ieħor jużaw dawn il- frażijiet.", "Mr Speaker, it-tielet raġuni hija li llum mhux ħaġa kbira li nkunu f'sitwazzjoni fejn, per eżempju, ikollna fostna persuna li tkun akkużata b'reat kontra l-umanita' f'xi pajjiż ieħor u allura nkunu rridu nħaddmu t- trattat u l-liġi dwar l-estradizzjoni.", "Fi kliem ieħor qegħdin nippreżentaw abbozz ta' liġi li ma jidhirlix li huwa politikament kontroversjali għax, kif għedt, huwa tekniku ħafna u qed isir biex nippruvaw niddefinixxu u ngħinu lill-qrati tagħna jagħmlu u jaslu għal definizzjoni ta' dan il- kliem.", "Fid-diversi trattati li Malta hija parteċipi fihom hemm il-kliem li qegħdin ninterpretaw hawnhekk jiġifieri \"dritt internazzjonali\", \"liġi internazzjonali\", \"delitt kontra l-umanita'\", \"delitt kontra d-dritt internazzjonali\" u \"reat politiku\".", "Fil-każ tal-kunċett tar-reat politiku, din il-frażi nużawha f'uħud mil- liġijiet tagħna, speċjalment fil-liġi dwar l-estradizzjoni u anke fil- Kostituzzjoni stess, pero' mkien m'għandna definizzjoni espliċita ta' dawn il-kliem.", "Ħafna drabi lanqas fi trattati barra minn Malta ma ssib definizzjoni preċiża tagħhom.", "Kien biss man mano li bdew jitqajmu każi quddiem diversi qrati li ġie żviluppat x'inhu u x'mhuwiex il-kunċett fid- dritt pubbliku internazzjonali ta' reat politiku.", "Hemm diversi sentenzi li jgħidulek li difiża fuq bażi ta' reat politiku, fuq akkuża ta' traffikar ta' droga, qatt ma tista' tissussti.", "Ingħataw ukoll tifsiriet differenti ta' x'inhu d-dritt internazzjonali u tifsiriet oħra dwar xi ħaġa li forsi sfortunatament qed issir wisq iktar komuni, id-delitt kontra l-umanita'.", "Bażikament li qegħdin nipprovaw nagħmlu hawnhekk huwa li nagħtu tifsira għal dan kollu.", "Billi hawnhekk qegħdin fil-kamp tad-dritt pubbliku internazzjonali, din it-tifsira għandha tkun bażata fuq żewġ kunċetti bażiċi, l-ewwel ħaġa d-definizzjoni fit-trattati stess.", "Jekk ikollok trattat fejn tirriferi għad-dritt internazzjonali jew dritt internazzjonali pubbliku jew għal reat politiku, għandek hemmhekk definizzjoni ta' dak il- kliem u allura meta l-qrati tagħna jiġu biex jinterpretaw dawn il-frażijiet għandhom jieħdu in konsiderazzjoni wkoll dak li hemm imsemmi f'dak it- trattat.", "Mr. Speaker, qegħdin ukoll niftħu iktar minn hekk kif inhu obbligu tagħna li nagħmlu.", "Qed ngħidu li meta l-qorti tiġi biex tagħti konsiderazzjoni ta' xi tfisser, per eżempju, il-frażi \"reat politiku\" għandha wkoll tħares lejn l-interpretazzjoni ordinarja li ngħatat għal dawn il-kliem.", "Nużaw fil- fatt il-frażi ''u mogħti lilhom taħt id-dritt internazzjonali konswetudinarju''.", "Naturalment dan id-dritt huwa xi ħaġa li tevolvi, li hija aċċetata minn kulħadd, xi ħaġa li ħafna drabi tiddependi miċ- ċirkostanzi, pero' hija wkoll ħaġa li l-pajjiżi kollha japplikaw.", "Bħala pajjiż li ma jgħumx waħdu, li huwa attiv fl-iffirmar tal-konvenzjonijiet internazzjonali, fejn qed jidħol ħafna d-dritt internazzjonali pubbliku, pajjiżna wkoll irid jimxi mal-koswetudni tad-dritt internazzjonali u naħseb li qed nagħmlu sew li nemendaw il-liġi dwar l-Interpretazzjoni f'dan is- sens.", "Nixtieq inkunu iktar attivi fil-qasam tad-dritt internazzjonali privat li fih pajjiżna mexa 'l quddiem.", "F'ċerti aspetti għadu ftit lura, pero' qed nagħmlu minn kollox biex inlaħħqu dawn in-nuqqasijiet li għandna u naħseb li fi ftit xhur jew snin oħra nkunu in line mal-pajjiżi kollha li ffirmaw it-trattati maġġuri.", "F'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt pubbliku internazzjonali, il-liġi tagħna hija nieqsa ħafna.", "Fiha ftit li xejn issib riferenzi għad-dritt internazzjonali pubbliku u għalhekk nieħu gost li qed jitressaq dan l-Att ħalli nibdew nieħdu dawn il-passi.", "Fid-dinja tal-lum, li saret a global village, il-possibbilta' li pajjiżna jkun involut fil-kwestjoni tad-dritt internazzjonali pubbliku dejjem qiegħda tikber.", "Il-possibbilta' li pajjiżna jista' jkollu problema li trid tiġi riżolta fuq il-bażi ta' dan id-dritt qiegħda dejjem tikber għax in-nies iktar qed jiċċaqilqu u r-relazzjonijiet bejn l-Istati qegħdin jikbru.", "Qabel fejn kien ikollna x'naqsmu ma' xi ħadd li jkun ġej mix-Srilanka, minn Thailand jew mill-Alaska!", "Illum din hija ħaġa żgħira ħafna u allura l-possibbilta' li pajjiżna jkollu jiffaċċja dawn it-tip ta' problemi qiegħda dejjem tikber.", "Mr Speaker, dan l-Att qed jersaq bil-mod il-mod lejn din il-pożizzjoni.", "Is-suġġeriment tal-gvern għal dan l- abbozz ta' liġi huwa li niddefinixxu dawn is-sitt frażijiet li għandna.", "F'artiklu 2 qed ngħidu li meta fil-liġi tagħna nużaw il-kelma \"dritt internazzjonali\" jew ''liġi internazzjonali'', dawn iż-żewġ frażijiet għandhom jiftehmu bħala riferenza għad-dritt internazzjonali, kif interpretat fejn meħtieġ, skond dawk l-istrumenti internazzjonali, li Malta tista' minn żmien għal żmien, tkun parti fihom.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu ċar u tond li kull fejn f'xi liġi tintuża \"dritt internazzjonali\" jew \"liġi internazzjonali\", il-bażi ta' l-interpretazzjoni għandha tkun proprju t-trattat li Malta tkun parteċipi fih.", "Allura meta jkun hemm kwestjoni ta' dritt internazzjonali pubbliku, li forsi tista' tispiċċa quddiem il-qrati tagħna, fl-interpretazzjoni ta' x'inhi l-liġi internazzjonali u d-dritt internazzjonali dawn ikollhom jirriferu għat- trattat li jkun ġie ffirmat minn pajjiżna u għall-obbligi li pajjiżna jkun assuma permezz ta' dak it-trattat.", "Hawnhekk, fi kliem ieħor, qed nagħmluha obbligatorja fuq il-qorti li ma tħarisx biss lejn il-prinċipji tad-dritt internazzjonali pubbliku, imma fil-każ ta' pajjiżna trid speċifikament tħares lejn it-trattati li pajjiżna huwa parteċipi fihom u l-obbligi partikolari li pajjiżna assuma permezz tagħhom.", "It-tieni subsection hija forsi kunċettwalment kemmxejn differenti pero' timxi fuq l-istess binarju.", "Hawnhekk ngħidu \"delitti kontra l-umanita'\" u ċertament dan l-aħħar rajna ħafna problemi fil-Baltiċi, fejn kien hemm delitti kontra l-umanita'.", "Hemm akkużi kontra persuni li wettqu dawn id- delitti, hemm international arrest warrants maħruġa u hemm qorti li diġa' ġġudikat xi persuni.", "M'hijiex xi ħaġa kbira li anke aħna jkollna xi persuna minn dawn, u jekk ikun hemm problemi jekk l-akkużi humiex delitt kontra l-umanita' jew le, wieħed allura jkollu l-bażi fuq xiex jinterpreta din il-frażi.", "Mela hawnhekk għandna l-frażijiet \"delitt kontra l-umanita'\" u \"delitt kontra d-dritt internazzjonali\" kif ukoll \"reat politiku\", kliem li diġa' huma wżati f'numru ta' liġijiet.", "\"Reat politiku\" għandha l-akbar importanza fl-Att dwar l-Estradizzjoni, fejn pajjiżna ntrabat internazzjonalment u anke daħħalnieha fil-liġi, fejn inti tista' tiċħad li tattwa l-estradizzjoni meta l-akkuża li tkun ġejja minn barra tkun ibbażata fuq reat politiku, pero' mbagħad imkien m'għandna definizzjoni ta' x'inhu \"reat politiku\".", "Dan ifisser li fis-sitwazzjoni tal-lum il-qrati tagħna m'għandhom ebda gwida mil-liġi dwar kif jiddefinixxu x'inhu reat politiku jew delitt kontra l-umanita' u prattikament jistgħu jagħtu definizzjoni li jidhrilhom.", "F'dan il-każ il- gvern deherlu li jkun aħjar li wieħed jagħti gwida lill-qrati kif għandhom jimxu jekk ikollhom din il-problema quddiemhom.", "Allura qed ngħidu li l- kliem \"delitt kontra l-umanita'\" u \"reat politiku\" għandu jkollhom l- istess tifsira kif mogħtija lilhom taħt id-dritt internazzjonali konswetudinarju, b'mod ġenerali, u fi strumenti internazzjonali li Malta tista' tkun parti fihom b'mod partikolari.", "Jiġifieri l-gwida hija l- konswetudni fid-dritt internazzjonali pubbliku u allura b'riferenza għal sentenzi li setgħu ngħataw minn pajjiżi oħra fuq l-istess definizzjonijiet, u forsi iktar importanti minn hekk għal xi trattati li Malta tkun diġa' ffirmat, fejn ikun hemm definizzjoni bejn Stat u ieħor dwar il-kliem \"reat politiku\", liema reati għandhom ikopru u ma jkoprux.", "F'dan is-sens allura, Mr Speaker, dan l-Att m'huwiex se jistabilixxi xi ħaġa imma huwa Att li jrid jgħin u jagħti indikazzjoni lill-qrati tagħna kif wieħed jiddefinixxi ċerti kliem u frażijiet li huma importanti fid- dritt internazzjonali pubbliku u li pajjiżna jista' jinħtieġ interpretazzjoni awtorevoli dwarhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, kif qal tajjeb il-ħabib tiegħi fl- introduzzjoni tiegħu, permezz ta' dan l-Att qegħdin nagħtu interpretazzjoni għal ċerti frażijiet li huma wżati ta' spiss fid-dritt pubbliku internazzjonali.", "Veru li pajjiżna mal-medda taż-żmien daħal f'diversi obbligi internazzjonali u konvenzjonijiet importanti.", "Ċertament li konvenzjoni importanti li pajjiżna dam ħafna biex indirizza kienet dik dwar crime and punishment - dik li għandha x'taqsam mat- terroriżmu - li tmur lura għal-League of Nations, qabel ma kien hemm il- Ġnus Magħquda.", "Din hija konvenzjoni ta' l-1937, fejn allura ta' qabilna kienu diġa' qegħdin jiddiskutu dwar x'jikkostitwixxi att terroristiku, għax ċerti kondizzjonijiet u elementi ma jikklassifikawx bħala reat politiku.", "Issa f'dan l-Att qegħdin indaħħlu frażi bħal ''reat politiku'', pero' rrid ngħid li xorta huwa suġġett dibattibbli immens dwar x'inhu jew mhux politiku.", "Mr Speaker, meta nitkellmu dwar terroriżmu nistgħu nsemmu wkoll konvenzjonijiet reġjonali Ewropej, bħal ngħidu aħna l-European convention for the suppression of terrorism li kienet saret fl-1977 u li daħlet in force is-sena ta' wara.", "Meta qed nitkellmu fuq konvenzjonijiet wieħed irid jgħid li konvenzjoni ssir ħajja u tkun applikabbli wara li jkun hemm numru ta' firmatarji.", "Dan bħal meta Malta kienet protagonista fil-Liġi dwar il- Baħar fl-1972, pero' l-United Nations Law of the Sea daħlet in force f'nofs it-tmeninijiet.", "Anke hawnhekk, Mr Speaker, meta tiġi biex titkellem u tipprova tanalizza what is defined bħala reat politiku, għandek lista ta' atti li jistgħu jkunu reati politiċi.", "Żgur li fost l-affarijiet bażiċi hemm dik li wieħed ma jistax jestradixxi.", "Il-ministru semma l-estradizzjoni u din tajjeb li nidħlu fiha għax tilgħab parti kbira f'pajjiżna.", "Tista' testradixxi persuna fuq bażi ta' reliġjon, razza jew political opinion?", "Hawn din lanqas qiegħda ċara, għandna vacuum sħiħ, għax il-pajjiż li jidħol fl-interpretazzjoni jagħti l- opinjoni tiegħu bħala political opinion.", "Jekk, per eżempju, l-Amerika jkollha problema diplomatika jekk tistradixxix jew le persuna lejn l- Iżrael, id-definizzjoni ta' \"reat politiku\" se tkun differenti milli kieku l-istess kwestjoni fl-istess ċirkostanzi tkun inqalgħet mal-Libja.", "L-Att innifsu, kif qal il-ministru, m'huwiex kontroversjali imma joħloq dibattitu serju, speċjalment minħabba l-fatt li dawn il-frażijiet illum qed isiru aktar komuni minħabba kwestjonijiet li nqalgħu f'dawn l-aħħar għaxar snin f'pajjiżi viċin tagħna, fil-Balkani, fejn wieħed jista' jasal biex jikklassifikahom bħala delitti kontra l-umanita' u allura multo magis huma delitti kontra d-dritt internazzjonali.", "Mr Speaker, meta aħna qed ninkludu dan fl-Att dwar l-Interpretazzjoni qegħdin ngħidu li dawn se jkunu frażijiet li se jkollhom l-istess tifsira kif mogħtija taħt id-dritt internazzjonali konswetudinarju b'mod ġenerali jew fi strument internazzjonali.", "Hawn huwa importanti li naraw x'qegħdin ngħidu.", "Taħt id-dritt konswetudinarju jfisser li ma jkollokx liġi miktuba imma hija xi ħaġa li tkun aċċettabbli fil-prattika.", "In poche parole, jekk xi ħadd jidħol f'ambaxxata biex jiskappa l-arrest, il-koswetudni internazzjonali hija li ladarba jidħol f'ambaxxata ħadd m'għandu dritt li jmur hemm u jarrestawh għax l-ambaxxata hija estensjoni ta' dak il-pajjiż.", "Dwar din il-prassi m'hemm xejn miktub imma fil-prattika maż-żmenijiet kulħadd sar jemmen fiha, Mr Speaker.", "Kulħadd sar jaċċetta dan il-fatt bħala parti mill-koswetudni internazzjonali.", "L-iktar ħaġa li ġiet quoted dan l-aħħar fil-kwestjoni ta' the formation of customary law, li aħna se ninkludu fl-Interpretation Act, hija l- famuża kawża tal-Continental Shelf bejn Malta u l-Libja - din kienet ġiet deċiża mill-International Court of Justice fl-1985 - fejn għad li m'hemm xejn li jorbot lill-pajjiżi, għax qablu bil-miktub f'konvenzjoni internazzjonali dwar l-exclusive economic zone, il-qorti ddeċidiet li l- area in kwestjoni tkun tagħmel parti mill-customary international law.", "Dan hu eżempju bħal dak ta' l-ambaxxati u hemm eżempji oħra.", "Fejn jidħol id- dritt internazzjonali konswetudinarju, f'din il-liġi qed ngħidu li kull frażi li tidħol għandha tkun parti mid-definizzjoni taħt l-Interpretation Act.", "Riċentement attendejt għall-international law association London conference ta' din is-sena.", "Hemmhekk ikun hemm diversi kumitati li jistudjaw id-dritt internazzjonali, kulħadd bl-ispeċjalizzazzjoni tiegħu u fosthom hemm il-kumitat dwar x'jiġi aċċettat bħala customary general international law.", "Proprju parti mill-emendi li għandna quddiemna llum huwa d-dritt internazzjonali konswetudinarju b'mod ġenerali, the formation of customary general international law.", "Dan il-kumitat li attendejna għalih jien u l-ħabib tiegħi, Prof. David Attard, ipparteċipaw fih diversi pajjiżi fosthom il-Jugoslavja, is-Slovenja, Franza, l-Awstralja, l-Isvezja, il-Polonja, l-Arġentina, il-Ġappun, il-Bangladesh u l-Amerika.", "Malta dejjem tat l-eżempju u għandha tkompli dejjem tagħti l-eżempju lill-pajjiżi l-kbar, fosthom l-Amerika, fejn f'każi partikolari tapplika d-dritt internazzjonali mod u f'oħrajn tapplikah mod ieħor.", "Mr Speaker, f'dan ir-rapport hawn miktub x'inhu jsir madwar id-dinja f'dak li huwa qawmien u formazzjoni ta' customary law.", "U fost il-każi li semmejt u qiegħed f'dan ir-rapport hemm il-każ ta' Malta u l-Libja deċiż fl- 1985 u diversi każi oħra.", "F'dan ir-rapport wieħed jara li kuntrarjament għal dak li kultant jiġi mpost minn pajjiżi kbar u b'saħħithom bħall- Amerika u l-Ingilterra - dawn anke jkollhom influwenza fil-legal drafting ta' ċerti konvenzjonijiet, xi ħaġa li mhux dejjem hija aċċettabbli - hemm diversi regoli li llum qegħdin jiġu stabiliti dwar xi jwassal biex tinħoloq din il-general customary law, fosthom li mhux bilfors li kulħadd jaqbel li din hija aċċettabbli dejjem.", "Ladarba hija prassi li dak li huwa aċċettat fil-prinċipju jibqa' l-istess, dettalji li ma jagħmlux daqshekk differenza għal ċerti prinċipji m'għandhomx iżommu milli tiġi aċċettata l-formazzjoni ta' customary law.", "Mela hemm is-subjective u l-objective element.", "Hemm ċerti obbligazzjonijiet li jkollhom rabtiet legali, kemm-il darba tipprova l-eżistenza ta' binding rule, u ladarba dik l-eżistenza hija fil-fatt xi ħaġa neċessarja, sakemm ma jkunx hemm prinċipju ieħor kuntrarju għal dak li tkun qed tapplika, ma tistax twaqqa' dan il-ħolqien ta' customary international law.", "Per eżempju, x'inhi l-pożizzjoni dwar l-ethnic cleansing?", "M'hemm xejn miktub imma kulħadd jaċċetta li l-ethnic cleansing is a crime against humanity, u allura għandha tidħol bħala xi ħaġa li kulħadd huwa kontra tagħha u xi ħaġa li tmur kontra d-dritt internazzjonali konswetudinarju b'mod ġenerali, anke fin-nuqqas ta' xi ħaġa miktuba.", "(Interruzzjonijiet) Kont qed ngħid li dan il-kumitat iddiskuta mhux inqas minn 27 test ta' xi jwassal jekk hemmx formazzjoni ta' customary international law.", "Dan qed ngħidu għax kif qal il-ministru - u jien naqbel miegħu perfettament - tajjeb li biex il-liġi nagħmluha iktar ħajja u biex l- Att jiftiehem aktar, ċerti prinċipji u definizzjonijiet li joħorġu mill- Kostituzzjoni ndaħħluhom issa, pero' mbagħad hemm oħrajn li ma joħorġux biss mill-Kostituzzjoni imma joħorġu minn trattati internazzjonali li Malta hija parti minnhom.", "Issa l-iktar li għandu jinkwetana huwa r-reat politiku.", "Dan qed ngħidu għaliex pajjiżna huwa pajjiż sovran - sakemm inħalluh! - b'kostituzzjoni miktuba, bl-indipendenza tiegħu, bin-newtralita' tiegħu u b'ħelsien minn kull irbit barrani.", "Ħafna drabi what constitutes a political crime jiddependi ħafna mill-affarijiet li dejjem emminna fihom.", "Per eżempju, ħaġa li pajjiżna kien jemmen fiha sa mill-qedem kienet il- counterfeiting tal-flus.", "Maż-żmien kien daħal ukoll il-kunċett li l-element ta' political crime jiddependi minn jekk tkunx użajt jew inġurjajt il-Head of State - illum din il-ħaġa ħadd ma għadu jagħti kasha għax m'għadek tara wiċċ ħadd fuq il-karti tal-flus; jekk tieħu l-euro, kulma hemm stampat fuqha hija s-symbol - u għal min ma jafx, fl-1929 kienet saret konvenzjoni fuq counterfeiting - dak iż-żmien Malta allura kienet parti mill-Imperu Ingliż - u meta kien ikun hemm xi każ ta' extradition ta' xi ħadd li jkun ikkommetta xi reat kontra din il-konvenzjoni, kienet il- konswetudni li ħadd ma jiġi estradit għall-proċeduri kriminali kontra tiegħu f'pajjiż fejn ikun jista' jingħata sentenza li tkun ogħla minn dik li jista' jingħata fil-pajjiż fejn ikun ġie arrestat.", "Għaliex?", "Għax kien hemm a political reason li pajjiż, biex iżomm sħiħ dak li jemmen fih, anke s-sovranita', ma kienx ikun irid li l-akkużat jingħata sentenza aktar ħarxa f'pajjiż ieħor.", "Issa fejn tidħol l-extradition, jekk wieħed jidħol fid-definizzjoni ta' ċerti crimes against humanity jara li hemm għaddejja battalja sħiħa.", "Il- pajjiżi tal-punent jiftħu ħafna fuq dan il-kunċett, imma hemm oħrajn li jgħidu li mhux kull tip ta' murder jista' jiġi kklassifikat bħala crime against humanity.", "Fejn jidħol mass murder m'hemmx problema, imma the forcible transfer of population huwa kklassifikat bħala a crime against humanity?", "Ħafna pajjiżi jgħidu li hekk hu, imma jista' jkollok każi li f'din il-forcible transfer of population jista' jkun hemm grounds that could be tolerated under international law?", "Tortura, rape, enforced prostitution, se ndaħħluhom dawn?", "Ikollna każi hekk.", "Per eżempju, importanti li l-pulizija jaraw minn hedded lil Pierre Portelli tan-NET Television talli tella' dak il-programm, għax it-theddid m'għandu jkun fuq ħadd.", "Sur President, kulħadd jaf li f'Malta dieħel fenomenu li nistgħu nikklassifikawh bħala a crime against humanity - qed ngħid għall-enforced prostitution.", "Dieħla kultura ta' traffiku ta' nies li m'humiex Maltin fiċ- ċirku tal-prostituzzjoni.", "Jissemmew ma' kulħadd ir-Russi u l-Ukraini u jissemmew tfajliet Maltin li qegħdin jittieħdu r-Russja u f'pajjiżi oħra.", "Dawn li jkunu f'dan iċ-ċirku m'għandhom protezzjoni ta' xejn, they are completely dependent on the person, persons or group of persons.", "F'dan il- qasam hemm mafja sħiħa u dan ix-xogħol qed isir fostna.", "Dawn huma fatti u min ra l-programm jista' jiddeduċi x'inhu jsir.", "Dan mhux talli huwa reat imniżżel fil-Kodiċi Kriminali imma llum dan ukoll qed jiġi kklassifikat bħala reat minn international bodies, bħalma huma l-Ġnus Magħquda.", "Hawnhekk għandi rapport ta' l-1998 magħmul minn ċertu Henry Lamb, wara l- konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar l-international criminal court, qorti bil-mekkaniżmu ta' global governance.", "Malta kienet waħda li qablet ma' dawn l-affarijiet għax, kif għedt, aħna dejjem onorajna dak li nemmnu fih, imma believe or not l-Amerika was among the seven nations that voted against such statute.", "Jiġifieri filli qegħdin jiġu ħafna bravi mill-Amerika li jipprovaw jgħallmuna x'inhu l-aħjar biex kulħadd jimxi 'l quddiem u jkun hawn a new world order, kunċett li kollha nemmnu fih, imbagħad minn 130 pajjiż, fosthom Malta, li daħlu f'din id- diskussjoni dwar l-international criminal court...", "Meta kont New York fis- sajf ta' l-1999 - niftakar kien għadu kemm jilħaq dakinhar stess l- Ambaxxatur Balzan - kellna udjenza ma' Kofi Annan u kien hemm kumitat għaddej.", "Jiena dħalt hemmhekk bħala observer u fost l-affarijiet għad- diskussjoni kien hemm kif tista' titwassal il-ġustizzja fil-pajjiżi kollha tad-dinja fejn ikunu twettqu international crimes.", "Nafu x'inhu jsir biex jippruvaw jibdew proċeduri kontra min wettaq dawk il- ġenoċidji kollha ġo l-ex-Jugoslavia.", "L-Amerikani u l-Ewropej qed jaħdmu ħafna fuq dan l-aspett, imma minn din il-Kamra nistaqsi: Kemm ħadmu l- Amerikani biex jaqbdu lil Pol Pot qabel ma miet - jew qabel qatluh ir- ribelli - dak l-istess bniedem li għamel l-ikbar ġenoċidju fl-Asia?", "Issa dan ma kienx hemm xi problema kbira biex tarrestah, pero' għax lis-CIA kien jaqdihom, ħallewh.", "Anke meta kien hemm il-Gulf War fil-bidu tas-snin '90, il-President Bush kien ħalla jsiru ċerti crimes against humanity.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek x'għamlu l-Amerikani.", "Illum ma rridx ngħid għandux jitla' Gore jew Bush, dik affari ta' l-Amerikani, imma missier G.W. Bush x'għamel?", "L-Amerikani u l-alleati tagħhom qatlu mhux inqas minn 111,000 ruħ b'riżultat tal-bombi li ntefgħu fost iċ-ċittadini komuni f'Baghdad u mkejjen oħrajn.", "Kien hemm min kien għadu ħiereġ minn blokk flats, waqgħet bomba ħdejħ u qatlitu.", "Jekk dan huwa mod kif tiġġieled gwerra, allura qed ngħidu li l-laws of war inkisru kollha.", "Jiena għandi rapport dettaljat ta' commission of inquiry Amerikana, fejn hawn mhux inqas minn 30,000 inċident li ma kellhomx isiru waqt il-Gwerra tal-Golf, iżda l-President Bush dak iż- żmien iddeċieda li jħalli kollox għaddej.", "Kien hemm commission of inquiry li saret fi New York, li attendew għaliha mhux inqas minn 1,000 persuna u li kienet monitored minn diversi international organisations, governmental u m'humiex.", "Kien hemm testimonjanza minn mhux inqas minn 28 US cities u 15 other countries u kien hemm mhux inqas minn 19 indictments fuq crimes li ġew committed mill- Amerikani fil-gwerra kontra l-Iraq.", "Dan qed ngħidu għax crimes against humanity ma jgħoddux biss għall-Jugoslavia.", "Dak li għamel Milosevic huwa ħażin u kulħadd jaqbel, imma wieħed għandu jkun serju biżżejjed u jammetti meta jkun ikkommetta dawn it-tip ta' reati.", "Ejja nieħdu l-każ tal-Libja, mingħajr ma nidħlu fuq il-ġuri li għaddej bħalissa għax ma jkunx għaqli.", "Jekk per eżempju dawn iż-żewġ Libjani joħorġu liberati, x'redress jista' jkollhom?", "Dwar dan ma jeżisti xejn fil-kamp internazzjonali.", "U dawk il- pajjiżi kollha, inkluż Malta, li qalu li hemm bżonn isiru sanzjonijiet kontra l-Libja, x'se tkun il-pożizzjoni tagħhom kemm-il darba dawn iż-żewġ akkużati jinħelsu?", "Dawn huma affarijiet li wieħed għandu jindirizza għax, kif qal tajjeb il-ministru, qed ngħixu f'dinja fejn irridu ndaħħlu ħsebijiet li jaqbel magħhom kulħadd.", "Tinkwieta meta tara xi ħaġa pożittiva, li qablu magħha ħafna pajjiżi - bħal, per eżempju, li l-qorti internazzjonali kriminali se tkun tista' anke tikkonfiska proprjeta' u assets ta' akkużat u tikkonvertihom f'benefiċċju għal min ikun sofra - u l- Amerikani jivvotaw kontriha.", "Ejja ngħidu li għandek an international criminal court li jkun qed jisma' l-każ ta' Lockerbie, każ kompletament innovattiv.", "Kien hemm qbil li jrid ikun hemm pajjiż terz, b'ġurisdizzjoni Skoċċiża, proċeduri Skoċċiżi...", "In ogni caso, dan kien pass 'il quddiem, to dilute a situation li kienet qed iddejjaq lil kulħadd, xi ħaġa li kellha bżonn tiġi riżolta mill-iktar fis.", "Il-Ġnus Magħquda ddiskutew it-twaqqif ta' an international criminal court, bil-għan li wara li xi ħadd jgħaddi proċeduri, l-istess qorti jkollha l-funzjoni u l-poteri li b'mod ċivili tgħaddi proprjeta' u assets għall-benefiċċju ta' min ikun sofra.", "Dawn huma affarijiet li jagħmlu lid- dinja taħdem aħjar, pero' l-Amerika vvotat kontra.", "Dan qed ngħidu biex nuri li mhux sew li l-President Clinton jitkellem ħafna fuq kemm qed isiru affarijiet ħżiena, imbagħad pajjiżu stess ma jkunx daqshekk konvint minn xi ħaġa tajba.", "Ippruvajt jien insib one valid reason għaliex l-Amerika m'hijiex favur li dawn l-affarijiet jitwaqqfu u l-unika ħaġa li nista' nara hija li mhux se jkollha biżżejjed saħħa biex iċċaqlaq l-affarijiet 'l hemm jew 'l hawn.", "Ngħiduha kif inhi, nafu x'jiġri.", "Meta Prof. de Marco kien president ta' l-assemblea ġenerali tal-Ġnus Magħquda u ried jagħti iktar poteri lit-trusteeship council - kulħadd jaf kemm għamel xogħol tajjeb il- President attwali tar-Repubblika - l-ikbar oppożizzjoni ta' min kienet?", "Ta' l-Amerika!", "Il-pajjiżi ż-żgħar kollha riedu jaħdmu hekk, imma l-Amerika riedet iżżomm it-tmun f'idejha hemmhekk ukoll.", "Din hija xi ħaġa li tweġġagħni.", "Ħa nsemmi wieħed mill-każi ta' Nuremberg - ma tantx hu magħruf dan - fejn saru t-trials wara l-aħħar gwerra.", "Ovvjament Eichmann u l-oħrajn kollha kellhom jeħlu, pero' kien hemm ċertu Julius Streicher li kellu printing press żgħira li fiha n-Nazi kienu jistampaw fuljetti mimlija propaganda kontra l-Lhud.", "Meta saru n-Nuremberg trials xi ħadd qal li Julius Streicher kien għamel xogħol ta' propaganda għan-Nazi kontra l-Lhud, għaddewh ġuri ma' l-oħrajn u x'kienet is- sentenza?", "Fin-Nuremberg trials kien hemm imħallef Amerikan li xorta ddeċieda li jikkundanna lil dan Streicher għall-mewt.", "Qal li kien kompliċi b'mod remot biex isir il-ġenoċidju.", "Jekk naslu s'hawn ma nkunux qed nagħmlu ġustizzja ma' kulħadd.", "Għalhekk għandek problema kbira meta tiġi biex tiddefinixxi a crime against humanity.", "Dan il-każ għadu jissemma f'ċerti quarters u għadu jiġi mgħarbel mill-istudjużi.", "Nista' ngħid li minn grupp ta' 80 student mill-universitajiet ta' Cambridge, Stanford, Berlin u oħrajn, kollha qalu li saret inġustizzja.", "Mela lil Pol Pot, li qatel mhux inqas minn żewġ miljun ruħ qalulu biex joqgħod hemm u jmut fil- jungle, u lil dan li kien stampa propaganda bla ma kien jaf x'se jagħmel Hitler snin wara, neħħewh għax qalu li kien kompliċi fil-ġenoċidju.", "Imbagħad x'inhu jsir illum fl-Amerika?", "Hawn dokument sħiħ dwar what could be described as a crime against humanity, ix-shock treatment, per eżempju.", "Raġel vjolenti, il-mara tirrappurtah u t-tabib jiddeċiedi li dan il-bniedem għandu jingħata ċerta terapija biex jikontrolla t-tempra.", "Dan jingħata xokk li ma joqtolx iżda li jeqridlu ċerti cerebral haemorrages żgħar li t-tobba jgħidu li huma l- kawża tal-vjolenza.", "L-Amerika dawn għadhom isiru, imma f'Texas taf x'qalu hux?", "Texas legislators are not convinced by forced permanent memory loss caused by electro convulsive therapy.", "Hekk hawn miktub hawn.", "Mr. Speaker, il-pubbliku Amerikan qed jagħmel lobby qawwi kontra dan it-tip ta' treatment, vjolazzjoni bl-iktar mod lampanti tal-human rights.", "Fis-sena 2000 id-dinja ma tistax taċċetta dawn l-affarijiet imma fl-Amerika dawn għadhom isiru.", "Issa kieku dawn isiru Malta ara x'ikun hawn!", "Kieku dawn isiru f'pajjiż ieħor li m'huwiex parti mill-Unjoni Ewropea tgħidx x'nagħmlu, imma għax l-Amerika kollox għaddej għal riħu!", "Għal min irid jarah hawn għandi r-rapport kollu.", "X'ifisser dan kollu, Sur President?", "Li rridu nkunu serji ħafna f'dak li ngħidu u dak li huwa dritt internazzjonali għandna nsegwuh.", "Pajjiżna qatt ma beża' u m'għandux għax jibża', hu liema hu l-pajjiż li joħloq u jagħmel dawn l-affarijiet.", "Ma kienx sew li Malta tiġi umiljata fil-każ ta' Ali Rezaq għax l-Amerika ddeċidiet li tagħmel a cowboy show.", "Kulħadd jaf x'ġara meta Ali Rezaq skonta s-sentenza tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Dik problema ta' pajjiżna u ta' ħadd iktar.", "L-Amerka ma kellha l-ebda dritt tarresta lil Rezaq meta kien sejjer minn Malta lejn il-Ghana.", "Dak kien arrest illegali, irrispettivament taqbilx jekk Rezaq kellux jingħata life sentence jew le.", "L-istess bħal meta kien hemm il-każ ta' Carlos, meta dan kien ġie arrestat fis-Sudan.", "Aħna qegħdin ngħidu kif se jiġu applikati l-prinċipji u hawn hija l-battalja, Mr Speaker, għax hemm ħafna x'wieħed jista' jgħid u jagħmel.", "X'qed isir issa biex jiġu salvagwardati affarijiet li mhux kulħadd jaqbel magħhom allavolja jkun hemm grupp ta' pajjiżi li jemmnu li għandhom jaħdmu flimkien?", "Għalfejn għandna noqogħdu nistennew il-komunita' internazzjonali li tistenbaħ u tgħid li għandna nagħmlu xi ħaġa fuq din il-problema?", "Kif qal il-ministru, huwa importanti li dawn il-frażijiet li jinsabu fit- trattati bilaterali jiġu mdaħħla fil-liġi.", "Per eżempju, f'dik li hija ġlieda kontra d-droga mat-Taljani u ma' pajjiżi oħra tan-North Africa sar ħafna xogħol, u għandu jsir iktar.", "Għandhom isiru anke trilateral agreements, per eżempju bejn Malta, l-Italja u l-Libja, jew Malta, l-Italja u t-Tuneżija, biex naraw li l-kosta ta' madwarna tkun imnaddfa mit- traffikar tad-drogi, minn illegal immigration u minn illegal trafficking ta' armamenti.", "U dawn l-affarijiet qed isiru.", "Kulħadd jaf x'kien għaddej fil-gwerra ċivili tal-Lebanon li damet sejra għaxar snin.", "Kulħadd jaf kemm kienu jgħaddu armi minn dan il-baħar, u Malta ssemmiet diversi drabi f'ċirkostanzi xejn sbieħ.", "Waħda mill-affarijiet li qed isiru hija li jkun hemm koperazzjoni bejn il- pajjiżi biex tiġi supressed dik li hija the unlawful importation of narcotic drugs.", "Bejn l-Italja u Spanja hemm trattat dwar il-prinċipju tal- hot pursuit, fejn jekk vapur li jkun wettaq delitt kontra l-umanita' jew delitt kontra d-dritt internazzjonali, fosthom drug trafficking, jitlaq minn pajjiż u jkun dieħel fl-ibħra territorjali ta' pajjiż ieħor, pajjiż ikun jista' jibqa jsegwih biex jaqbdu.", "Dan huwa trattat tajjeb ħafna, bħalma huwa trattat ieħor simili bejn l-Ingilterra u l-Amerika li kien sar fl-1981, fejn dawn iż-żewġ pajjiżi waslu f'agreement li jitilgħu fuq il- vapuri tal-pajjiż rispettiv, anke jekk ikun on the high seas, jekk ikun hemm suspett li fuqu seta' sar xi crime against humanity.", "Mr. Speaker, il-fatt li qed indaħħlu dawn il-frażijiet li jistgħu jkunu f'konvenzjonijiet li Malta tirratifika kif ukoll fi trattati bilaterali, trilaterali jew reġjonali, huwa żvilupp importanti ħafna.", "Riċentement semmejt il-każ ta' dak it-Tork.", "Bis-saħħa ta' dan il-każ nistgħu nagħtu guidelines biex anke b'mod reġjonali, nagħmlu xi ħaġa flimkien mal- komunita' internazzjonali.", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn sar delitt f'pajjiż fejn m'hemmx extradition treaty jew għandek treaty li ma togħġbokx.", "Per eżempju, it-Turkija għad għandha d-death penalty.", "Mela ladarba dan il-prinċipju aħna ma nemmnux fih, lil dak l-Eġizzjan ma nibagħtuhx; s'hemmhekk naqblu.", "Imma llum il-komunita' internazzjonali tgħid ukoll li dak il-bniedem ma jistax jibqa' għaddej scott-free una volta nemmnu li murder is a crime against humanity.", "Dan qed ngħidu għax id- definizzjoni hija importanti ħafna, għalkemm pajjiż jagħmel sew li ma jagħtix definizzjoni għax f'ċerti sitwazzjonijiet jista' jiġi f'pożizzjoni imbarazzanti.", "Jien ma naqbilx li dan l-Eġizzjan għandu jingħata f'idejn it- Torok għaliex jistgħu jagħtuh il-mewt, imma nemmen ukoll li l-ġustizzja għandha ssir.", "Jien ngħid li għandu jinħoloq xi forma ta' mekkaniżmu, sanċit permezz ta' xi konvenzjoni internazzjonali, fejn allura nkunu nistgħu noħorġu b'din l-idea li wara li jkun hemm it-talba għall-extradition, il-każ jgħaddi f'idejn a third country li tkun firmatarja ta' l-istess konvenzjoni.", "B'hekk allura jkunu jistgħu jinbdew proċeduri kontra dik il-persuna akkużata, bil-kondizzjoni li l-piena li jingħata ma tkunx ogħla minn dik li jista' jingħata kieku r-reat ikun sar fil-pajjiż fejn ikun ġie arrestat.", "F'dan il-każ ta' l-Eġizzjan kellna a tricky legal situation li diplomatikament min-naħa tagħna ntlagħbet perfetta u Malta ġiet kważi onorata għall-mod kif mexxiet is-sitwazzjoni.", "Għada jaf ikun hemm każ ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Alla ħares b'xi mod nagħtu l-impressjoni lid- dinja li flok tax haven, bħall-Caribbean Islands, inkunu haven għal dawk li jiġu hawn biex jevadu l-proċeduri.", "Iva, irridu niskopru dan il-kunċett ta' universal jurisdiction.", "Dan bilfors irid isir bi trattat, għax għadna m'aħniex f'pożizzjoni li b'mod globali ninkorporaw dan taħt id-dritt internazzjonali konswetudinarju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Anġlu Farrugia jagħmel diskors struwit ħafna and to the point.", "Għalkemm ma qbiltx għal kollox miegħu, iżda ċertament l-Onor.", "Membru miss il-punti kollha relattivi ta' din il-liġi u d-diffikultajiet li pajjiż jiltaqa' magħhom fil- kamp tad-dritt internazzjonali pubbliku, għax irrid ngħid li hemm distinzjoni kbira bejn l-avvanzi li saru bejn id-dritt internazzjonali privat u dak pubbliku.", "Naħseb li fid-dritt internazzjonali privat pajjiżi differenti rnexxielhom jagħmlu ħafna iktar konvenzjonijiet u b'mod ġenerali kien hemm ħafna iktar qbil milli kien hemm fid-dritt internazzjonali pubbliku.", "Ħafna drabi dan jolqot intimament l-interessi ta' l-Istati differenti, u allura d- diffikultajiet biex wieħed jasal għal konvenzjonijiet internazzjonali huma ħafna ikbar minn dawk fil-qasam privat.", "Fil-fatt, numru ta' konvenzjonijiet li hemm fil-qasam tad-dritt internazzjonali pubbliku tista' tgħid li huma konvenzjonijiet de minimis, fejn il-pajjiżi kollha differenti setgħu qablu fuq l-iktar ħaġa li hija komuni bejniethom.", "Id-definizzjonijiet, jew in- nuqqas tagħhom, li għandna f'din il-liġi, li ġustament irrimarka dwarhom l- Onor. Farrugia, ġejjin proprju minn hekk.", "Huwa diffiċli ħafna li tagħmel definizjoni ċara li taqbel f'kull pajjiż dwar, per eżempju, x'inhu delitt kontra l-umanita'.", "Ma nistgħaġibx li ma naslux f'dan il-livell, għax lanqas bejn il-pajjiżi għadna ma ftehemna x'inhu dritt fundamentali tal- bniedem.", "Mr. Speaker, nibda issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-kunċett fuq id- delitt kontra l-umanita'.", "Dan huwa kunċett pjuttost riċenti fil-kamp internazzjonali li jsegwi l- kunċett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Sfortunatament dan isib l- oriġini tiegħu kemm mill-eċċessi ta' ħafna pajjiżi kif ukoll mis- sensibilita' li l-umanita' sar għandha dwar l-importanza tal-persuna.", "Żgur li l-kunċett li kien użat għall-ewwel darba b'mod qawwi kien fil- ġurijiet ta' Nuremberg, li semma' l-Onor.", "Farrugia, fejn għall-ewwel darba kien hemm manifestazzjoni konxja dwar ċerti delitti kontra l-umanita' li twettqu matul it-tieni gwerra dinjija.", "Għad li fl-ewwel gwerra naħseb kien hemm delitti simili, iżda wara t-tieni gwerra l-pajjiżi demokratiċi riedu jagħmlu stop.", "Hawn ma qbiltx fundamentalment ma' l-Onor.", "Farrugia għax ma naħsibx li huwa ġust li f'dan id-dibattitu wieħed isemmi l-Amerika bħala xi pajjiż li konsistentement, bħala arma politika, bħala użu tal- poter ta' l-Istat, jagħmel krimini kontra l-umanita'.", "M'hemmx dubju li kien hemm żmenijiet meta anke l-Istati Uniti ta' l- Amerika naqsu, pero' m'hemmx dubju li kien hemm ħafna iktar pajjiżi li naqsu ħafna aktar mill-Amerika.", "Kien hemm ħafna iktar pajjiżi li għamlu atroċitajiet.", "Id-differenza sostanzjali bejn dawn il-pajjiżi u l-Istati Uniti forsi hija li fl-Amerika d-demokrazija tant hija qawwija li l- istruttura tal-pajjiż tippermetti li jsiru investigazzjonijiet fuq l- abbużi, mentri fi Stati oħra ir-repressjoni hija tali li dan m'huwiex possibbli.", "Naħseb li ebda Stat li għandu poter fuq livell mondjali ma jista' jgħid li hu pur jew purist, pero' d-differenza sostanzjali hija bejn kif taħdem id-demokrazija u kif taħdem ir-ripressjoni.", "Il-proċess li qed isir dwar l-international criminal court, li pajjiżna huwa attiv ħafna fih, huwa proċess diffiċli ħafna, għax għall-ewwel darba qed jipprova jkun hemm qbil bejn il-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi tad- dinja biex jistabilixxu mhux biss an international criminal court imma anke international crimes, u għalhekk jinqalgħu diffikultajiet ta' definizzjoni.", "Trid tiddefinixxi mhux biss legalment imma wkoll mil-lat soċjali ta' pajjiżek.", "Per eżempju, hijacking għandu jiġi kkonsidrat bħala an international crime?", "Kemm batiet l-Amerika, kemm bata l-Istat ta' Iżrael mill-hijacking!", "It-terroriżmu għandu jiġi definit bħala international crime?", "Dawn il-pajjiżi, ma' oħrajn Ewropej bħal Franza, l- Italja, u l-Ingilterra, kemm batew minn attakki terroristiċi!", "Aħna u l- pajjiżi Ewropej u l-pajjiżi prattikament bi tradizzjoni twila ta' demokrazija nikkonsidraw li l-hijacking u t-terroriżmu għandhom jiġu definiti bħala international crimes, imma jekk irridu l-parteċipazzjoni fuq dan il-livell ta' pajjiżi kemm jista' jkun mid-dinja kollha, allura ssib diffikulta' biex huma jaslu biex jagħmlu din il-kundanna wkoll.", "Jien ma nistgħaġibx, għax lanqas fuq il-livell ta' drittijiet tal-bniedem, li huwa livell iktar fundamentali minn hekk, għad m'għandna definizzjoni li l- pajjiżi kollha jaqblu magħha.", "Lanqas naqblu bejn il-pajjiżi kollha fuq id- dritt tal-ħajja!", "L-abort huwa ċertament , fl-opinjoni ta' ħafna pajjiżi, att kriminali li jilledi d-dritt tal-ħajja, b'danakollu ħafna pajjiżi demokratiċi wkoll jippermettuh.", "Il-piena kapitali hija wkoll ikkonsidrata minn ħafna pajjiżi, inkluż tagħna, bħala xi ħaġa li tmur kontra d-dritt għall-ħajja, imma b'danakollu ħafna pajjiżi, inkluż l-Amerika u t-Turkija, għandhom il- piena kapitali.", "Mela naħseb iktar milli nipprovaw ngħidu ejja niddefinixxu ħalli Malta tipprova jkollha liġi li tgħid hi x'għandu jkun il-kamp internazzjonali u x'għandu jkun hemm fil-liġi tagħna, naħseb li ħadna l- linja t-tajba li nimxu fuq il-konvenzjonijiet li aħna parteċipi fihom.", "La aħna ffirmajna l-konvenzjoni u la aħna rratifikajniha, qegħdin naqblu ma' dik id-definizzjoni mogħtija hemmhekk u allura meta l-qrati tagħna jiġu biex jiddefinixxu jridu jħarsu lejn dik il-konvenzjoni.", "Imma ejja nħarsu wkoll lejn id-dritt pubbliku internazzjonali konswetudinarju, għax huwa hawnhekk li trid tbiddel il-liġi.", "Hawnhekk trid tiġi interpretata għax trid tkun liġi ħajja u allura qed nagħtu l-poter lill-qrati tagħna biex dan isir.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2000 biex jemenda l-Att ta' l-1975 dwar l-Interpretazzjoni, Kap 249\", ikun moqri t-tieni darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi li l-Att msejjaħ \"Att ta' l- 2000 biex jemenda l-Att ta' l-1975 dwar l-Interpretazzjoni, Kap 249\", jiġi riferut lill-Kumitat tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2000 biex jemenda l-Att ta' l-1975 dwar l-Interpretazzjoni, Kap 249\", jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mill-25 t'Ottubru, 2000.", "Klawsola 10 - Tmexxija ta' l-affarijiet ta' l-Awtorita`(kont).", "Clause 10 - Conduct of the affairs of the Authority (Cont)", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki fuq klawsola 10?", "(Onor. Membri: No) Mela se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"P\", kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"P\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 11 - Relazzjonijiet mal-Ministru.", "Clause 11 - Relations with the Minister.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan huwa artiklu li prattikament jikkopja ieħor li diġa' jeżisti fl-Att ta' l-1994.", "Dan jittratta r- relazzjoni tal-ministru ma' l-awtorita` u jkopri punti ta' proċedura li tirregola x'relazzjoni għandu jkun hemm bejn il-ministru u l-awtorita` f'dak li għandu x'jaqsam mad-direzzjoni iktar politika milli fuq l- amministrazzjoni ta' l-istess awtorita`.", "Għandi emenda żgħira ta' korrezzjoni.", "\"Q\"Fit-test Ingliż tal-klawsola 11, subklawsola (2), minflok il-kelma \"advice\" għandha tidħol il-kelma \"advise\".", "\"Q\"In the English text of clause 11, subclause (2), for the word \"advice\" there shall be substituted the word \"advise\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dwar artiklu 11 xtaqt ftit iktar spjega dwar xi punti u għandi wkoll xi rimarki li nħoss li għandi niġbed l- attenzjoni dwarhom.", "Hawnhekk għandna l-mod kif l-awtorita` se tkun qed tirrelata mal-ministru billi tibgħat kopja tal-minuti tal-laqgħat.", "Punt li xtaqt ftit iktar informazzjoni dwaru huwa jekk l-operat u l- ħidma ta' din l-awtorita' għal matul is-sena partikolari humiex se jkunu suġġetti għad-diskussjoni.", "Din l-awtorita` se jkollha relazzjoni ta' xi tip ma' dan il-parlament, fejn ikun hemm iċ-ċans li hawn, fl-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż, ikollna diskussjoni miftuħa dwar il-ħidma li tkun wettqet, kif ukoll il-ħidmiet li tkun se twettaq fix-xhur li ġejjin?", "Dan fejn tidħol ir-relazzjoni ta' l-awtorita` u l-parlament?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan il-punt huwa ttrattat f'artiklu 31(5), li jgħid li l-estimi għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra u ssir diskussjoni ta' seduta f'din il-Kamra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: F'subclause (4) jingħad ukoll li:", "\"Il-Ministru għandu jitlob il-parir ta' l-awtorita` qabel ma jagħmel regolamenti kif stabbilit f'artiklu 12.\"", "Imbagħad hemm fejn il-ministru qed jiddetermina rabta ta' 15-il ġurnata biex jirċievi dan il-parir.", "Din tagħmel ħafna sens, imma xtaqt nieħu l- opportunita` biex ngħid li l-liġi Amerikana għandha iktar minn hekk.", "Lis- Secretary of State tagħtih is-setgħa li jagħmel ir-regolamenti, pero` hija ħafna iktar tassattiva f'dik li hija konsultazzjoni mal-kummissjoni għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta`.", "Dawn ir-regolamenti ma jaqbdux u jiġu deċiżi wara konsultazzjoni imma saħansitra jiġu ppubblikati taħt forma ta' white paper.", "Hemm ukoll terminu ta' żmien marbut biex ikun hemm il- kummenti, suġġerimenti jew whatever mill-pubbliku nnifsu u hemm diversi stadji oħra.", "Jien din inqisha bħala xi ħaġa tajba ħafna, mhux biss għax hemm konsultazzjoni iktar wiesgħa mal-pubbliku nnifsu imma għax ħaġa bħal din tista' tgħin fit-tkabbir ta' kuxjenza fost il-poplu fuq dan il-qasam tant importanti.", "Ma nafx jekk wieħed jistax jikkonsidra li 'l quddiem naħdmu b'dan il-mod, li qabel ma r-regolamenti jiġu deċiżi mija fil-mija u jsiru parti mal-liġi, ikun hemm ftit iktar konsultazzjoni pubblika.", "Jien naf li l- ministru se jgħidli li diġa' hemm l-input ta' l-imsieħba soċjali, hemm ir- rappreżentanza diretta tal-ħaddiema u ta' min iħaddem ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma jien qed naraha ftit iktar wiesgħa minn hekk.", "Kultant ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta' min iħaddem ikollhom hands- on experience, imma l-ħaddiem innifsu dejjem jista' jagħti ftit iktar laħam lil dak li nkunu qed nagħmlu.", "Apparti hekk, din il-ħaġa naħseb li tgħin ukoll fit-tkabbir ta' kuxjenza rigward safety fuq il-post tax-xogħol.", "Tkellimna diversi drabi dwar tkabbir ta' kuxjenza u ta' edukazzjoni.", "Nixtieq li forsi jkun hemm din il-konsiderazzjoni, kieku nħossni iktar komda.", "Nifhem li forsi għadha ma daħlitx dik il-kultura fil-liġijiet tagħna li l-konsultazzjoni pubblika tkun qisha part and parcel mil- leġislazzjoni.", "Jekk tiġi kkonsidrata, almenu wieħed ikun qiegħed jimxi pass 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan huwa suġġeriment pożittiv.", "Jien naqbel li jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa u mifruxa kemm jista' jkun, jekk hux taħt forma ta' white paper jew le għandi d-dubbji tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Ma ninsewx li l-proċess, tajjeb jew ħażin, diġa' jinvolvi t-tqegħid ta' legal notice fuq il-Mejda tal-Kamra u kwalunkwe deputat jista' jitlob li jikkontesta jew jistimola dibattitu dwarha.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid hekk għax ma nafx għandhiex tiġi taħt forma ta' white paper.", "Iva, naqbel perfettament li jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa u naħseb li ta' min jieħu nota ta' dan mingħajr ma jkollna noqogħdu nemendaw il-liġi.", "Qed ngħid hekk għax ma naħsibx li din hija kwestjoni ta' emenda, imma l- awtorita` stess għandha tifhem il-bżonn ta' konsultazzjoni mhux biss ma' l- imsieħba soċjali imma kultant, għal iskop ta' edukazzjoni u biex titqajjem kuxjenza, kif qalet l-Onor.", "Coleiro, ikun tajjeb li f'inizjattivi bħal dawn l-awtorita` twessa' l-konsultazzjoni kemm jista' jkun.", "U nittama li fil- futur ikollna għodda ftit aħjar għax tajjeb li l-awtoritajiet jaħdmu id f'id ma' organizzazzjonijiet oħrajn.", "Jekk il-Bambin irid dalwaqt naslu biex nilleġislaw fuq il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u nissettjawh bħala organu uffiċjali.", "Għaliex hemmhekk m'għandux ikun hemm ukoll il-kunċett ta' civil society u allura forum aktar wiesa'?", "Il-punt huwa pożittiv, jien naqbel miegħu u nirrikmanda lill-awtorita` li tagħmel dawn il-konsultazzjonijiet.", "Sur President, xi ftit jew wisq, matul dawn l-aħħar seba' snin, jien u l- ministri ta' qabli għaddejna minn din l-esperjenza, kemm Prof. Grech, meta kien hu l-ministru għall-politika soċjali, kif ukoll il-Ministru Louis Galea, meta l-kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol bdiet taħdem fuq abbozzi ta' regolamenti.", "Prof. Grech x'għamel per eżempju?", "Kellu l-abbozz tal-minimum health and safety regulations li saru preċiż b'din l-istess proċedura, ħass li kellu jressqu quddiem is-social affairs committee - fil-fatt kienet saret diskussjoni li damet sejra għal numru twil ta' seduti - bl-opportunita` wkoll li min ried seta' jiġi quddiem il-kumitat biex jagħti l-veduti tiegħu.", "Naturalment kien hemm regolamenti ta' portata differenti.", "Dak kien proċess tajjeb u nibqa' ngħidu sal-lum.", "Kien tajjeb li dak iż-żmien Prof. Grech ressaq dawk ir-regolamenti quddiem il-kumitat ta' l-affarijiet soċjali, u saret diskussjoni wiesgħa fejn kulħadd kellu ċ-ċans li jipparteċipa.", "Ċertament li l-punt huwa rikonoxxut u r-rakkomandazzjoni tiegħi lill- awtorita` tkun li taħtaf l-opportunitajiet biex id-diskussjoni twessagħha ħalli ttejjeb l-eżerċizzju u nqajmu l-kuxjenza dwar dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Qed nieħu gost li l-ministru ra s- suġġeriment tiegħi pożittiv.", "F'dawn it-tip ta' consultations semmejt white paper għax huwa t-terminu forsi l-iktar magħruf mill-pubbliku Malti, imma l- idea hi li jkun hemm konsultazzjoni iktar mill-qiegħ.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"Q\", kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Q\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 11, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata sabiex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 12 - Setgħa li jsiru regolamenti", "Clause 12 - Power to make regulations", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fi klawsola 12, Sur President, hemm il-poter tal- ministru li jagħmel regolamenti, naturalment anke in forza ta' dak li għedna fl-artiklu preċedenti.", "Setgħet kienet klawsola fejn sempliċement ngħidu li l-ministru jista' jagħmel regolamenti, pero` dehrilna li għandna nindikaw iktar ċar l-oqsma differenti fejn jistgħu jsiru r-regolamenti.", "Naħseb li hija klawsola straight forward għax tagħti l-parametri li fihom il-ministru jista' jaġixxi, dejjem b'konsultazzjoni l-iktar wiesgħa possibbli.", "Għal din il-klawsola għandi emenda.", "Ma nistax niddeskriviha bħala ta' sustanza imma pjuttost titjib fil-wording.", "\"R\" (a) fis-subklawsola (1) paragrafu (f), minnufih wara l-kliem \"jew inċidenti oħra\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"jew inċidenti li jinvolvu s-saħħa u s-sigurta'''", "(b) fis-subklawsola (1) paragrafu (h), minnufih wara l-kelma \"materjal\" għandha tidħol il-kelma \"proċess\", u minflok il-kelma \"maħuba\" għandha tidħol il-kelma \"maħsuba\";", "(c) fis-subklawsola (1) paragrafu (j), minflok il-kliem \"mal- protezzjoni tas-saħħa\" għandhom jidħlu l-kliem \"mas-saħħa\"; u", "(d) fis-subklawsola (2), il-paragrafu (b) għandu jitħassar u l- paragrafi (ċ) u (d) għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala l- paragrafi (b) u (ċ) rispettivament.", "\"R\" (a) in subclause (1) paragraph (f), immediately after the words \"or other accidents\" there shall be added the words \"or incidents involving health and safety\";", "(b) in subclause (1) paragraph (h), immediately after the word \"material,\" there shall be added the word \"process,\";", "(c) in subclause (1) paragraph (j), the words \"the protection of\" shall be deleted; and", "(d) in subclause (2), paragraph (b) shall be deleted and paragraphs (c) and (d) shall be renumbered as paragraphs (b) and (c) respectively.", "Sur President, biex nillimitaw il-poter tal-ministru qegħdin indaħħlu l- kliem \"jew inċidenti li jinvolvu s-saħħa u s-sigurta''', biex mhux jaqbad u jagħmel regolamenti fuq kwalunkwe inċidenti li jista' jkun hemm, imma biex nagħmluha ċara li r-regolamenti taħt din il-liġi huma permessi biss sakemm huma relatati mal-qasam tas-saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Paragrafu (b) ta' subklawsola (2) qegħdin inħassruh minn din il-liġi biex ngħidu li l-applikazzjoni tal-liġi trid tkun across the board.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: L-aħħar darba tkellimna fuq informazzjoni li se tkun qed tiġbor l-awtorita` dwar apparat jew makkinarju li jista' jkun ta' periklu għall-ħaddiema.", "Se jkun hemm xi inspection jew inkella xi mekkaniżmu fejn ngħidu li t-tali makna tkun ċertifikata biex tintuża?", "X'jiġri f'każ li jkun hemm xi makna jew xi biċċa għodda li wara li tużaha jinqala' accident?", "Jaħseb il-Viċi Prim Ministru li l-inspectors jistgħu jiċċertifikaw b'xi timbru jew boll li dak il-makkinarju ikun safe biex jintuża?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb li l-aħjar mod kif inwieġeb din il-mistoqsija huwa dan.", "Hemm direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li tfassal numru ta' regolamenti li aħna wkoll beħsiebna eventwalment nadottaw f'pajjiżna wara studju dettaljat.", "Dawn jitkellmu fuq safe equipment at work.", "Dan huwa sett ta' regolamenti li jobbliga lill-pajjiż kollu kemm hu biex it-tip ta' equipment li jiġi importat u wżat fuq il-post tax-xogħol ikollu minimum safety features, kif stabiliti f'dawn l-istess regolamenti.", "Il-verita` hi li mill-istudji li saru u mill-assessments li għamilna s'issa jirriżulta li ħafna mill-equipment li nxtara u li ġie importat f'Malta, partikolarment f'dawn l-aħħar għaxar snin, huwa makkinarju modern li għandu diġa' s-safety features imposti mill-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, pajjiżi oħrajn qegħdin jinsistu li ċerti makni jkollhom safety features.", "Per eżempju, irid ikollok buttuna li tippermetti li l- makna tintefa' immedjatament mingħajr xi proċedura komplikata.", "Issa rridu noqogħdu attenti għax dan ifisser li ma nistgħux naqbdu u nagħmlu bħal switch fejn ngħidu li minn għada l-equipment kollu ta' pajjiżna jrid ikollu bilfors dawn il-features kollha, għax din jista' jkollha mpatt li mhux kulħadd jista' jifilħu.", "F'dan il-każ il-ħsieb tagħna huwa li aħna nfasslu r-regolamenti kmieni kemm jista' jkun u malli l-awtorita` tkun qiegħda tiffunzjona, nippubblikawhom kmieni kemm jista' jkun, pero` nagħmlu dati li jagħtu żmien biżżejjed lil kulħadd biex jaddatta ruħu.", "Dawn huma regolamenti interessanti ħafna u ta' min wieħed jarahom - jien narhom - għax jiggarantixxu ċerti affarijiet li kultant huma tant ovvji, imma li tant huma bżonjużi fuq il-post tax-xogħol.", "L-eżempju tipiku diġa' tajtu, jiġifieri li makna jkollha buttuna li tippermettilek tpoġġiha off immedjatament.", "Meta konna qegħdin fl-aħħar seduta nagħmlu dan il-kumitat, jien għedt li żort xi fabbriki.", "Interessanti li fabbrika minnhom għandha makni li importat 15-il sena ilu, oħrajn li importat għaxar snin ilu, ħames snin ilu u kellha makna li kienet għadha kif ġabet dak il-ħin stess.", "Anke l- makni ta' 15-il sena ilu għandhom dan il-feature inbuilt magħhom.", "Fil- biċċa l-kbira tal-każi naħseb li mhux se jkollna problemi, pero` f'ċerti każi oħrajn jista' jkollna.", "Per eżempju, ta' min wieħed jara tip ta' makni bħat-tornijiet li għandhom il-mastrudaxxi, il-mechanics, il- ħaddieda u l-businesses iż-żgħar.", "Għandna naraw daqsxejn is-sitwazzjoni hemmhekk u eventwalment inserrħu rasna li anke dawn is-setturi, għall-ġid tagħhom stess, ikollhom makni li jipproteġulhom saħħithom.", "Jeżistu wkoll makni, tipo dawk li jintużaw fil-barrieri, li skond dawn ir-regolamenti jrid ikollhom il-protezzjoni li tmur mas-sega li taqta' l-injam.", "L-istess ċerti makni li jużaw il-mastrudaxxi.", "Per eżempju, il-lupa jrid ikollha wkoll il-guard.", "Dawn huma affarijiet li jiggarantixxu li l-equipment li aħna nimportaw f'pajjiżna jkun sodisfaċenti.", "Biex niġi lura għall-artiklu li qegħdin niddiskutu, li jagħti lill- ministru l-poter li jagħmel dawn ir-regolamenti, wara l-konsultazzjoni ma' l-awtorita` u wara li ssir il-konsultazzjoni anke bil-metodu kif issuġġeriet l-Onor.", "Coleiro, u eventwalment wara li l-awtorita` tkun sabet saqajha, nippubblikaw malajr kemm jista' jkun dawn ir-regolamenti biex jagħtu żmien biżżejjed lil dak li jkun jadatta ruħu.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq ġimgħat jew xhur imma mbagħad lanqas irridu nesaġeraw.", "Jien ninsisti li makni ġodda li nkunu qed nimportaw minn ċerta data 'l quddiem jiġu mill-ewwel bis-safety features.", "L-inkwiet hu li rridu noqogħdu attenti għal dawk il-makni li diġa' qegħdin hawn, imma l-makni ġodda li nkunu qed nimportaw f'pajjiżna għandu jkollhom is-safety features.", "Mela l-punt li semmiet l-Onor.", "Law irid jiġi ttrattat b'regolamenti partikolari li jridu joħorġu bis-saħħa ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Dan huwa suġġett li jolqotni ħafna għax, anke fid- debate li għamilna, tkellimna fuq is-sitwazzjoni li se jsibu ruħhom fiha l- employers meta jiġu biex jirranġaw jew jirristrutturaw l-azjenda tagħhom, skond l-obbligi li qed timponi fuqhom din il-liġi.", "Nixtieq nistaqsi lill- ministru jekk hemmx xi data stabilita sa meta dawn iridu jkunu aġġornaw ruħhom ma dawn ir-regolamenti.", "Ħaġa oħra li xtaqt nistaqsi: X'jiġri jekk l-employer ikun xtara jew inkella investa f'xi makkinarju u dan jinstab li jkun faulty?", "Il-fabbrika tiġi ordnata biex tagħlaq?", "X'jiġri f'dan il-każ?", "Jekk ikun hemm fabbrika ġdida u din tagħmel spiża fuq equipment u makkinarju u eventwalment issib li l-makni m'għandhomx is-safety features li semma l-ministru, x'jiġri f'dak il-każ?", "Se tingħata ċ-ċans li din tiftaħ xorta waħda imma l- equipment ma jintużax ?", "Jien biex inkun naqra friendly ma' l-employers, għax dawn f'daqqa waħda se jsibu ma' wiċċhom baraxx ta' liġijiet u obbligi.", "M'inix qed ngħid li m'humiex tajbin, imma lis-sidien ma nagħfsuhomx iżżejjed.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-punt li qed tqanqal l-Onor.", "Law huwa wieħed li rridu nikkonsidrawh b'mod kostruttiv.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ddeskriva din il-liġi bħala a mother law, jiġifieri li hija l-framework li mbagħad taħtha joħorġu r-regolamenti.", "Il-verita` hi li hawn id-dmirijiet ġenerali ta' din il-liġi, imma mbagħad huma r-regolamenti li se jittrattaw oqsma differenti.", "Ejjew nieħdu r-regolamenti li għadna kif ippubblikajna din is- sena, il-minimum health and safety regulations.", "X'għedna fihom?", "Aħna għedna li postijiet tax-xogħol ġodda li jinfetħu minn issa 'l quddiem għandhom sentejn żmien biex ikunu in line waqt li għall-postijiet li diġa' huma stabiliti hemm tliet snin żmien.", "Hemm ukoll il-bidliet li għamilna fir-regolamenti li jipproteġu n-nisa tqal fuq il-post tax-xogħol.", "Aħna għedna: Dawn ir-regolamenti - u qed nitkellem ftit bl-amment - jiġu fis-seħħ f'Jannar tas-sena d-dieħla; tajna żmien tmien xhur, disa' jew ma nafx kemm.", "Ir-regolamenti ta' l-iscreens tal-computer jidhirli li jiġu fis- seħħ ukoll is-sena d-dieħla, jiġifieri fl-2001.", "Imma mbagħad is-sett ta' regolamenti li ppubblikajna fuq is-safety signs at work, jiġifieri li jrid ikollok is-sinjal fejn huwa l-exit, il-fire escape, il-first aid, u dawn ġew in effect fl-1 ta' Lulju.", "Naħseb li l-punt ta' l-Onor.", "Law huwa li għandna nużaw l-għaqal.", "Għandna intenzjonijiet tajbin ilkoll kemm aħna, pero` nifhmu li wieħed irid jaddatta ruħu.", "Kif kont qed ngħid, f'dak li għandu x'jaqsam ma' equipment aħna għedna li rridu nagħtu perijodu ta' żmien sostanzjali li jippermetti lil dawk li jridu jaġġornaw l-equipment tagħhom biex ikollhom is-safety features kif ikun stabbilit fir-regolamenti.", "Lil dawn irridu nagħtuhom iż-żmien; pero`mill-banda l-oħra l-għaqal jgħidilna: Isma', għandna nibdew indaħħlu malajr kemm jista' jkun is-sistema li kull equipment ġdid li nixtru minn barra jiġi bil-minimum safety features inbuilt fih, li ħafna drabi ma jagħmel differenza ta' xejn fil-prezz, jiġifieri jibqa' prattikament l- istess prezzijiet.", "L-Onor.", "Law staqsiet: X'jiġri minn fabbrika li tispiċċa f'din il-qagħda?", "Li fabbrika tinqabad f'dan il-mument ta' transizzjoni wieħed irid jifhimha pero` jekk qed nippubblika regolamenti llum li se jiġu fis-seħħ tliet snin oħra, u tliet snin oħra jiġi xi ħadd u jgħidli: Isma', stajt avżajtni, jien ngħidlu: Tajtek tliet snin ċans biex tara l-affarijiet tiegħek sew.", "Wara kollox dan m'huwiex xi kapriċċ.", "Qegħdin nagħmluh għall- ġid tiegħu wkoll bħala employer, għax Allaħares jinqalagħlu inċident fuq il- post tax-xogħol għax jirrovinah.", "Jiġifieri jkun hemm żmien ta' transizzjoni, dan irid ikun skond iċ-ċirkostanzi, skond l-għaqal u s-sens komun li għandu dejjem imexxina f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nafu li anke fl-NPAA hemm diġa' maħsub perijodu transitorju biex nirregolaw ruħna, imma t-transitional periods li qed isemmi l-ministru, fis-sens li xi ħadd ikun ilu għaddej għal tant snin b'ċerta sistema u within three years ikollu jikkonforma ruħu mal-liġi li għandna, din m'hix se tinċampa max-xogħol li l-gvern qed jagħmel biex jikkonforma mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Dawn it-transition periods li l-gvern qiegħed jagħti se jkunu nnegozjati mal-kummissjoni?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ejjew għall-mument ninsew l-Unjoni Ewropea għax dan il-pass hemm bżonnu.", "X'inhuma ċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet tal-pajjiż?", "Fejn jista' jasal?", "Diġa' wrejna s-sens komun mingħajr any guilt feelings.", "Għamilna analisi dettaljata b'assessments ta' l-impatt ta' regolamenti differenti u rridu nżommu quddiem għajnejna li hemm lista twila minnhom li jirregolaw oqsma differenti.", "Din is-sena biss ħriġna ħames settijiet ta' regolamenti.", "Fix-xhur li ġejjin irridu noħorġu settijiet oħra li jirregolaw oqsma differenti u speċjalizzati.", "Fil-każ ta' l-equipment at work, se jkollna bżonn perijodu ta' żmien li rridu bilfors nadattawh.", "Naturalment jekk l-għan tagħna hu li Malta tissieħeb ma' l-Unjoni Ewropea fl-2003 u pajjiżna għandu bżonn ħames snin biex jadatta ruħu għal dawn ir- regolamenti, qed nagħmluha ċara minn issa lill-Unjoni li f'dan il-qasam l- istudji dettaljati li għamilna jindikawlna li għandna bżonn ħames snin biex nadattaw ruħna u allura ħadna din il-pożizzjoni.", "Dak li fl-opinjoni tagħna nistgħu nwettquh fi żmien sitt xhur inwettquh fi żmien sitt xhur - u fil- fatt fejn stajna hekk għamilna - iżda dak li nistgħu nwettquh fi żmien tlieta, ħames snin, inwettquh fi żmien tlieta, ħames snin.", "Dan hu l- kriterju tagħna.", "Saru diversi surveys u tkellimna ma' diversi imprendituri mis-setturi kollha, imprendituri kbar, medji u żgħar.", "Meta ngħid żgħar inkun qed nirriferi għal dawk li jimpjegawlek ħamsa min-nies jew inqas ukoll.", "Sur President, kultant timmaġina li hemm problema kbira.", "Ma nafx f'liema sena daħħalna l-liġi tas-seat-belts.", "Dakinhar għedna li din se toħloq problema.", "Trid tinsisti li kulħadd għandu jilbes is-seat-belt, li dak li jkun irid jixtri s-seat-belt, iwaħħlu, jitgħallem jilbsu ...", "Fil-verita' konna ilna minn snin qabel nimportaw f'pajjiżna karozzi li kienu qed jiġu minn barra diġa' lesti bis-seat-belts, pero` s-seat-belts ħadd ma kien jużahom.", "Imma kienu hemm, u għalkemm wieħed seta' jaħseb li kulmin għandu karozza jrid jonfoq Lm50 biex iwaħħal seat-belt, fil-fatt ma kienx hekk għax il-karozzi kienu ilhom ġejjin bis-seat-belts.", "Mill-analisi li saret irriżultalna li ħafna mill-equipment li qed jiġi importat għandu lifespan limitata.", "L-iżviluppi teknoloġiċi illum qed iġiegħlu lin-nies ibiddlu l- equipment tagħhom aktar spiss.", "U l-equipment li daħal f'pajjiżna, ngħidu aħna f'dawn l-aħħar għaxar snin, huwa diġa' inbuilt bil-minimum safety features li wieħed jistenna, jiġifieri l-problema m'hijiex daqshekk kbira.", "Minkejja dan xorta rridu nkunu għaqlin u nistqarru li qed nagħmlu pass importanti u nittamaw li jkollna r-riżultati mixtieqa.", "U meta tagħsar kollox ir-riżultat xi jkun?", "Li nibdew naraw in-numru ta' inċidenti u ta' mijiet ta' nies li jweġġgħu nieżel.", "Ma naħsibx li se narawh jisparixxi imma nemmen li se jinżel.", "Jeħtieġ inkejlu skond ix-xiber li hu tajjeb għal pajjiżna.", "Fejn dehrilna li għandna bżonn ħames snin biex ċerti regolamenti ndaħħluhom lill-Unjoni Ewropea qed ngħidulha li analisi li għamilna tindikalna li hemm bżonn ħames snin biex indaħħlu dawn ir-regolamenti u tajniha r-raġunijiet ukoll.", "Din m'hix invenzjoni tagħna, għax il-kwestjoni m'hijiex min se jikkonvinċi lill-Unjoni Ewropea.", "Kull sena li tgħaddi, jekk naf li hemm xi ħaġa li tista' tipperikola mqar lil ħaddiem wieħed, qed inħalli lil dak il-ħaddiem fil-periklu.", "Jiġifieri t-transition period jien nixtieq inqassru u mhux intawlu.", "M'hix kwestjoni ta' Unjoni Ewropea imma kwestjoni ta' ħaddiem, hu min hu.", "Ejja nqassru t-transition periods kemm jista' jkun imma b'saqajna ma' l-art.", "Din hija espressjoni li f'din il-Kamra ntużat minn diversi deputati taż-żewġ naħat, u naħseb li hekk għandna nidħlu f'dan il- qasam.", "Għandna nifhmu li għandna prijoritajiet urġenti imma fejn jidħlu dawn il-miżuri nimxu bil-għaqal.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ma jidhirlix li smajt lill-Viċi Prim Ministru jgħid jekk attwalment it-transition periods li l-Gvern Malti qed jitlob lill-Unjoni hemmx qbil dwarhom jew le inkella għadx iridu jiġu nnegozjati.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Aħna għamilna l-istudji tagħna u ppreparajna position paper fuq il-qasam tal-politika soċjali li tinkludi parti importanti fuq is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Ippreżentajna dik il-paper lill-MEUSAC, fejn ġiet diskussa mill-imsieħba kollha.", "Ġiet ippreparata dik il-position paper li issa qiegħda fil-proċess li tgħaddi għand in-negozjaturi biex tiġi diskussa ma' l-Unjoni Ewropea meta l- kapitolu tal-politika soċjali jkun qed jiġi diskuss.", "Għall-mument il- pożizzjoni hi li aħna għamilna n-negotiating position tagħna biex imbagħad 'il quddiem inżommu lill-Kamra informata bl-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fejn jidħlu n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Issa se ndur għal artiklu 12.", "Qed nara li f'daqqa waħda reġa' hawn daqsxejn ta' kuntrast bejn dak li konna qed niddiskutu qabel u x'attwalment qed jgħid dan l-artiklu fejn tingħata s- setgħa lill-ministru li jagħmel ir-regolamenti.", "Min-naħa tagħna diġa' kkritikajna s-setgħat kbar li din il-liġi qed tagħti lill-ministru, poteri omnipotenti fuq l-awtorita` li jista' jagħmel regolamenti u jibqa' għaddej.", "Dan diġa' semmejtu f'artikli oħra tal-liġi nnifisha imma almenu kien hemm ċar li jrid jagħmel konsultazzjoni jew jieħu parir anke jekk mhux marbut tassattivament li dak il-parir jew dik il-konsultazzjoni li qed jagħmel ma' l-awtorita` jrid bilfors joqgħod fuqha.", "Fl-opening clause ta' dan l-artiklu hemm li l-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jissalvagwarda s-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax- xogħol, biex jiddetermina l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu għal dan il-għan, ġeneralment biex iġib fis-seħħ xogħol għad-dispożizzjoni ta' dan l- Att imma fl-ebda waqt ma jagħmel featuring ta' l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Biex inkunu ċari, fl-artiklu li għadna kif għaddejna, artiklu 11, f'subsection 4 hemm miktub li l-ministru għandu jitlob il-parir ta' l-awtorita` qabel ma jagħmel regolamenti kif stabilit f'artiklu 12.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Kollox sew, għandek raġun, għax dik qbiżtha completely, imma minkejja li fl-artiklu preċedenti qed jingħad li l- ministru għandu jitlob parir, pero' l-awtorita' xorta m'hijiex qed torbtu tassattivament li l-parir bilfors irid joqgħod fuqu.", "(Interruzzjonijiet) Il- Ministru, ikun min ikun, irid ikun ħmar jekk ma jagħtix widen lill- awtorita`, imma xorta waħda nħoss li għandhom ikunu t-tekniċi fuq dan il- qasam li jiddeterminaw x'regolamenti għandhom joħorġu.", "Jiena bl-ebda mod ma nara l-ħtieġa li min għandu responsabbilta` politika bilfors irid ideffes imnieħru.", "Għalija l-persuna li għandha r-responsabbilta` politika hija biss il-vehicle li mbagħad iġġib dawn ir-regolamenti permezz ta' legal notice jew inkella emendi fil-liġi jekk 'il quddiem ikun hemm il-ħtieġa imma li r- responsabbilta` kważi taqa' fuq il-persuna politika li tagħmel ir- regolamenti, kif din il-liġi qiegħda attwalment issemmi f'diversi artikli tagħha, dik ikkritikajtha u se nibqa' nikkritikaha.", "Xtaqt indur ukoll għal dak li jgħid is-subartiklu (g) dwar il-ħinijiet li l-ħaddiema jista' jkun meħtieġ li jaħdmu.", "Hawnhekk qed nassumi li qed indaħħlu l-kunċett tal-long hours.", "Allura hawn joħroġ ukoll il-link bejn din il-liġi u ċ-CERA.", "Hawnhekk żgur li jrid ikun hawn link.", "Kollox sew, din hija kif qed insejħulha, il-mother law fuq is-sigurta`, il-liġi li suppost hija suprema fuq dan il-qasam partikolari, imma qisha speċi ta' cross reference ma' liġi oħra, jiġifieri ċ-CERA.", "Naf li din l-imbierka liġi taċ-CERA ilha snin fuq snin biex tiġi emendata.", "Probabbli l-ministru se jgħidli li meta xi darba jkun hemm redrafting għal din il-liġi ikun hemm xi tip ta' link magħha.", "Imma nixtieq at this point in time, issa li wasalna fil-fażi aħħarija ta' din il-liġi, naraw kif se nħaddmu waħda ma' oħra.", "Qed ngħid dan għax fil-fehma tiegħi l-impjegati tal-gvern li jaħdmu fid- dipartiment tal-labour u fis-social security department għandhom diġa' biżżejjed x'jinterpretaw u allura se jkun bżonn kbir li l-affarijiet ikunu ċari dwar dan li qed jingħad hawn u l-link mal-liġi l-oħra suprema tal- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Rigward is-subartiklu (ġ) xtaqt insemmi wkoll jekk, b'dak li qed jimplika, aħniex indaħħlu fl-ispectrum dawk il-ħaddiema li għal snin sħaħ ilhom jaħdmu b'kuntratt definit.", "Darba minnhom il-Viċi Prim Ministru qal li hawn min qiegħed iħallat is-sigurta' tal-ħaddiema ma' dak li huwa job security.", "Dan assolutament m'inix qiegħda nagħmlu.", "Meta qed insemmi dawn il-ħaddiema tiġi f'rasi mill-ewwel l-insigurta' mhux ta' l-impjieg imma dik f'moħħ dawn il-ħaddiema u l-effett fuq saħħithom.", "Ħafna drabi wħud minn dawn il- ħaddiema - u jiena żgur li l-prim ministru żgur li ltaqa' magħhom - jgħixu fi trawma.", "Jgħidulek li ma jistgħux jidħlu f'commitments biex forsi jixtru residential unit jew xi karozza.", "Qed insemmi affarijiet bażiċi u mhux affarijiet ta' ċertu lussu li wieħed jista' jgħaddi mingħajrhom.", "Jien inħoss li llum għandna kategorija kbira ta' ħaddiema li ilhom jaħdmu b'kuntratt definit, per eżempju part-time employment, għal snin sħaħ u din hija ħaġa li nqisha taqa' wkoll taħt din il-liġi.", "Subartiklu (h) jitkellem dwar is-sigurta' ta' kull apparat, makkinarju, materjal, ħwejjeġ jew ħaġa oħra li jiġi wżat jew ikun maħsub li jkun użat fuq il-post tax-xogħol.", "Jidhirli li hemm għandna nagħmlu emenda żgħira u magħha nżidu sustanzi.", "Hawnhekk qed ngħid għall-chemicals.", "Minkejja li forsi l-kelma \"materjal\" tista' tkopri dan kollu, jien inħoss li għandna nagħmlu focus in particular għax illum ċerti substances li jintużaw fix- xogħol saru widespread.", "Ħafna drabi l-ħaddiema li jużawhom lanqas biss ikollhom idea tal-ħsara li tkun qed issir lil saħħithom.", "La din il-liġi qed tagħti ċertu elenku, naħseb li l-kelma \"sustanzi\" jew l-ekwivalenti tagħha - probabbli hemm xi kelma teknika aħjar - għandha titqiegħed ukoll f'din il-parti ta' dan is-subartiklu.", "Xtaqt nirriferi wkoll għas-subartiklu (2) (b) fejn għandna eżentat kull post tax-xogħol u kull attivita', negozju, xogħol, sengħa, ħidma jew professjoni mill-applikazzjoni ta' xi regolamenti jew xi dispożizzjonijiet taħt dawk il-kondizzjonijiet jekk jitqiesu xierqa.", "Il-kliem \"kull attivita'\" hemmhekk jinvolvi l-volontarjat?", "Aħna nafu li għandna ħafna għaqdiet tal-volontarjat li kważi kważi qishom post tax-xogħol, naturalment bla qligħ.", "Meta qed nitkellmu dwar it-terminoloġija ta' \"kull attivita'\", qed nieħdu in konsiderazzjoni postijiet tax-xogħol biss, biex insejħilhom hekk, jew anke xi attivita' li tkun qed issir min-naħa ta' għaqdiet volontarji?", "Ix-xogħol ikun qed isir bla ħlas, imma xorta waħda trid tikklassifikah bħala xogħol, u l-persuni li jkunu qed iwettqu dak ix-xogħol huma xorta waħda suġġetti għal ċerti riskji.", "F' subartiklu (2) (d) jingħad li r-regolamenti magħmula:", "\"Jagħtu setgħa lill-awtorita' li turi l-ħtieġa ta' liċenzja, ċertifikat jew xi ħtieġa oħra dwar xi materja li għaliha jkunu saru regolamenti, u biex timponi drittijiet jew piżijiet oħra dwarhom jew dwar xi servizz mogħti mill-Awtorita'\".", "To be honest għandi bżonn ftit iktar spjega dwar x'qiegħda tfisser attwalment din is-subklawsola imbagħad forsi nkun nista' nikkummenta.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar ir-relazzjoni mal-Conditions of Employment Regulation Act irrid ngħid li f'ċerti oqsma hemm overlap bejn dik il-liġi u l-liġi tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Dan għaliex huwa ovvju li s-saħħa u s-sigurta' huma parti mill-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-individwu.", "Tradizzjonalment fuq il-kontinent Ewropew - u naħseb anke fuq livell internazzjonali - it-tul ta' ħin li individwu jaħdem matul il- ġurnata jiġi ttrattat iktar bħala aspett ta' saħħa u sigurta' milli sempliċi aspett ta' drittijiet ta' ħaddiema.", "F'ħafna pajjiżi din qed tiġi rregolata b'regolamenti maħruġin taħt is-saħħa u s-sigurta' iktar milli taħt il-conditions of employment.", "Jien nara fejn għandna nirregolaw taħt din il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u meta niġu biex naġġornaw il-liġi dwar ix-xogħol nirrelataw maċ-CERA dwar ir- regolamenti li jkunu ħarġu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ejja ngħidu li f'post tax-xogħol għandek grupp ta' ħaddiema bil-problema tal-long hours.", "Liema liġi se tkun overriding, din jew l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Konċettwalment u filosofikament għandha tirbaħ is- saħħa u s-sigurta' fuq dak il-post.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: It's good that we are on record fuq din.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq is-saħħa ta' l- individwu, fuq is-sigurta' ta' saħħtu u allura dik il-kondizzjoni qiegħda fuq livell ħafna ogħla minn kondizzjoni dwar il-paga, dwar in-notice, dwar il-form of termination u l-form of engagement.", "Għall-informazzjoni tal- kumitat, dwar il-liġi taċ-CERA rċevejt proposti mill-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku.", "Dawn qegħdin nistudjawhom u nittama li s-sena d-dieħla nkun nista' nressaq quddiem dan il-parlament abbozz ta' liġi li jaġġorna l- kondizzjonijiet tax-xogħol skond il-bżonnijiet tal-lum.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq inkun naf fuq tad-definite contract.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalkemm nifhem il-punt li qed tqanqal l-Onor.", "Coleiro, li jkun hemm aspetti ta' saħħa psikoloġika fuq l-individwu, pero' dik hija issue li taqa' definittivament taħt il-liġi taċ-CERA għax hemm il-forma tal-kuntratt li jkun qed jingħata lill-individwu.", "Sur President, nitlob il-permess biex nirtira l-Emenda \"R\" u minflokha ndaħħlu emenda oħra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata u l-Emenda \"R\" ġiet irtirata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, klawsola 12 għandha tiġi emendata kif ġej:", "\"S\" (a) fis-subklawsola (1) paragrafu (f), minnufih wara l-kliem \"jew inċidenti oħra\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"jew inċidenti li jinvolvu s- saħħa u s-sigurta'\";", "(b) fis-subklawsola (1) paragrafu (h), minnufih wara l-kelma \"materjal,\" għandhom jidħlu l-kliem \"kimika, proċess,\" u minflok il- kelma \"maħuba\" għandha tidħol il-kelma \"maħsuba\";", "(c) fis-subklawsola (1) paragrafu (j), minflok il-kliem \"mal- protezzjoni tas-saħħa\" għandhom jidħlu l-kliem \"mas-saħħa\"; u", "(d) fis-subklawsola (2), il-paragrafu (b) għandu jitħassar u l- paragrafi (c) u (d) għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala l- paragrafi (b) u (c) rispettivament.", "\"S\"(a) in subclause (1) paragraph (f), immediately after the words \"or other accidents\" there shall be added the words \"or incidents involving health and safety\";", "(b) in subclause (1) paragraph (h), immediately after the word \"material,\" there shall be added the words \"chemicals, process,\";", "(c) in subclause (1) paragraph (j), the words \"the protection of\" shall be deleted; and", "(d) in subclause (2), paragraph (b) shall be deleted and paragraphs (c) and (d) shall be renumbered as paragraphs (b) and (c) respectively.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "Għalissa nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "F'nofsinhar id-diskussjoni fuq Klawsola 12 u l-emenda għaliha kienet interrotta u baqgħet aġġornata", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AGGORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, xtaqt bil-permess tiegħek nagħmel riferenza għal-laqgħa li ġejna mistiedna għaliha barra minn Malta u li attendejt għaliha flimkien ma' l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Fil-fatt, fid-9 u l- 10 ta' Ottubru ta' din is-sena konna Brussels għal seminar fuq parliamentary information and relations with the citizens.", "Bħas-soltu, f'dawn il-laqgħat kellna jumejn intensivi ħafna, smajna sittax-il diskors fuq diversi aspetti tal-Parlament Ewropew u kif jaħdmu l-mekkaniżmi interni u smajna wkoll fuq diversi suġġetti li għaddejjin u qed jiġu dibattuti f'dak il-post.", "Kellna wkoll numru ta' persuni li tawna wkoll dettalji dwar kif jaħdem iċ-ċentru ta' l-informazzjoni biex jinforma liċ-ċittadini Ewropej u dwar x'qed jiġri fil-Parlament Ewropew.", "Xtaqt li ma nkunx partiġġjan fuq dan is-suġġett għax nemmen li mir-relazzjonijiet bejna u l- Unjoni Ewropea, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' affarijiet li jiġu dibattuti ġewwa l-Parlament Ewropew, bħala pajjiż għandna ħafna x'nieħdu u x'nitgħallmu.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra, indipendentement mill-pożizzjoni li qed tittieħed rigward id-dħul jew le tagħna f'din l-għaqda, għandna npoġġu bilqegħda u nsemmu l-vantaġġi li aħna, bħala pajjiż, se jirnexxielna nieħdu, ikun xi jkun l-eżitu tar-referendum li għad irid isir.", "Naħseb li wieħed jista' liberament jgħid li pajjiżna qed jibbenefika minn kwalita' aħjar ta' liġijiet.", "Il-liġijiet ta' pajjiżna illum qegħdin jingħataw aspett iktar progressiv u qed jiġu perfezzjonati fuq diversi punti li aħna konna għadna m'għamilniex.", "Qegħdin nitgħallmu wkoll mill-esperjenza ta' diversi ġuristi esperti, jiġifieri avukati, imħallfin, nies li jipprattikaw il-liġi barra minn Malta, li ġejjin minn esperjenzi nazzjonali differenti.", "Bejn wieħed u ieħor hemm żewġ tipi ta' liġijiet, l-Anglo-American legislation bażata fuq il-Common Law u r-Roman Civil Law tradition u dawn l-esperti qegħdin jiltaqgħu u jagħmlu diversi abbozzi ta' liġijiet, li aħna qegħdin indaħħlu bħala parti sħiħa mil-liġi tagħna biex kollna bażi waħda komuni.", "Il-pajjiżi mhux se jibqgħu marbutin ma' ċerta tradizzjoni jew oħra ta' liġi imma se jkollhom liġi waħda Ewropea li apparti l-ameljoramenti li qegħdin insemmu, il-finezzi ġodda kif tista' tagħti drittijiet u timponihom fuq iċ- ċittadini tiegħek, imma wkoll toħloq applikazzjoni aħjar tal-liġijiet.", "Kull pajjiż għandu liġijiet differenti fuq suġġetti diversi imma kull pajjiż fl- Ewropa għandu l-istess liġi fuq l-istess affarijiet u allura meta ċ- ċittadin Malti jmur f'pajjiż Ewropew isib l-istess pożizzjoni legali bħalma għandu f'pajjiżna u allura ma jsibx ruħu żvantaġġat għax ma jafx il- liġijiet ta' dak il-pajjiż partikolari.", "It-tieni esperjenza pożittiva għalina kienet dik umana.", "Meta tmur għal dawn il-laqgħat u tiltaqa' ma' dawn in-nies, li llum ilhom membri fil- Parlament Ewropew għal numru ta' snin, tieħu mingħandhom diversi esperjenzi politiċi, soċjali, kulturali u ekonomiċi li tkun tista' tgħaddi lill-poplu Malti in ġenerali.", "Illum aħna qegħdin f'pożizzjoni li nieħdu l-benefiċċju ta' l-esperjenzi li għaddew minnhom dawn il-pajjiżi fl-applikazzjoni ta' diversi miżuri u qed nersqu wkoll lejn il-world leadership, jiġifieri lejn l-idea iktar konkreta ta' kif iċ-ċittadini Ewropej qed ikollhom sehem ikbar fil-politika mhux biss Ewropea imma wkoll mondjali.", "Hemm bżonn li nibbenefikaw iktar u iktar minn din l-esperjenza.", "Jien naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna naqblu li r-rapport tagħna ma' dawn il-parlamentari għandu jkun dejjem iktar qawwi, kontinwu u frekwenti biex nitgħallmu mill- esperjenzi li għaddejjin minnhom huma.", "It-tielet punt ta' dan kollu huwa li finalment għandna naċċettaw li dak li sar fil-Parlament Ewropew li fil-maġġoranza tiegħu huwa frott tal-ħidma ta' żewġ gruppi politiċi, dak demokratiku kristjan li aħna nagħmlu parti minnu bħala partit , u l-allejanza ta' snin twal ta' dan il-partit mal- partiti soċjalisti Ewropej, li l-Partit Laburista jgħid il jifforma parti minnhom.", "Dawn iż-żewġ partiti qablu fuq diversi affarijiet u għamlu diversi miżuri ta' avvanz kbir l-aktar fejn tidħol il-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol mhux biss dawk ta' l-id imma anke dawk tal-moħħ.", "Naħseb li l-vantaġġi jew żvantaġġi li ġew proposti minn dawn iż-żewġ gruppi politiċi għandna neħduhom in konsiderazzjoni u nifhmu li dak li hemm fil- Parlament Ewropew ma ġiex ivvintat minn xi grupp politiku li ma jaqbilx ma' l-opinjonijiet taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra anzi huwa proprju l-kontra.", "Dak li jagħmlu dawn iż-żewġ gruppi politiċi fil-maġġoranza tiegħu jinsab f'dawn ir-riżoluzzjonijiet u f'dawn id-dibattiti, għax fil-parlament tagħna m'għandniex gruppi politiċi oħra bħal-liberali jew l-ekoloġisti u allura wieħed irid jagħti wkoll kredtu għal dan il-punt.", "Mr Speaker, naħseb li bħala żewġ gruppi politiċi għandna wkoll naqblu li m'għandniex inħallu l-materjal kbir li qed jiġi prodott barra minn Malta jmur mar-riħ, fis-sens li bħala deputati u wkoll bħala poplu Malti in ġenerali ma niġux informati bih.", "Fil-fatt meta wieħed imur hemm u jaqbad l- aġendi tad-diversi kumitati li hemm fil-Parlament Ewropew mill-ewwel jinduna bil-kwantita' kbira ta' informazzjoni u materjal li hemm għad- dispożizzjoni tagħna.", "U mill-esperjenzi li għaddew minnhom diversi pajjiżi Ewropej, mill-ideat li joħorġu minn hemmhekk, bħala parlament u bħala poplu għandna dejjem x'nirbħu u x'nibbenefikaw.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li fil-librerija tagħna jkollna mpjegat tal-gvern li jkollu l-inkarigu li jieħu ħsieb li jiġbor l-informazzjoni kollha li toħroġ mill- Parlament Ewropew.", "Fost il-laqgħat li kellna ltqajna ma' persuni li għandhom f'idejhom id-dokumentazzjoni parlamentari, is-servizz ta' l- istampa fil-Parlament Ewropew, u minn dak li spjegawlna wieħed jista' jifhem kemm hu faċli għaċ-ċittadini Maltin u għal kull ċittadin fl-Ewropa kollha biex jieħu din l-informazzjoni.", "Allura naħseb li wasal il-waqt li wieħed jieħu minn dawn l-esperjenzi.", "Sfortunatament ir-rapport tagħna mal- parlamentari Ewropej jidher iktar fid-deher meta wieħed jiltaqa' fiżikament magħhom.", "Naħseb li għandha tinġieb din l-informazzjoni u titqiegħed fil-librerija tal-parlament u, possibbilment Mr Speaker, fid-diversi libreriji reġjonali biex il-pubbliku in ġenerali jkollu aċċess għaliha.", "Huwa minnu li permezz tas-sistemi tal-computer wieħed jista' jidħol fil-website tagħhom u jieħu din l-informazzjoni, dak huwa mezz tajjeb pero' m'huwiex l-uniku, u ħafna drabi, minkejja t-teknoloġija moderna wieħed isib li l-aħjar mod ta' kif wieħed jieħu din l-informazzjoni huwa billi jaqraha fuq il-karta stampata.", "Dan m'għandux ikun diffiċli u naħseb li għandu jinġieb hawn Malta.", "M'inix ngħid dan bħala propaganda biex il-poplu jiġi impressjonat bil-Parlament Ewropew u allura jbiddel l-opinjoni tiegħu, pero' għall-importanza tal- materjal li hemm u li qed jiġi prodott, li pajjiżna m'għandux jagħlaq għajnejh għalih.", "Jien niddejjaq meta nisma' lil min jgħid li dak li qed jiġri fl-Unjoni huwa negattiv.", "Dan huwa kompletament żbaljat.", "Mr. Speaker, il-poplu Malti jrid ikollu iktar informazzjoni f'idejh, u kemm-il darba, fl-agħar ipotesi, jagħżel li ma jidħolx, xorta nistgħu nibdew nibbenefikaw minn issa mill-ideat u l-ħsebijiet ta' dawn in-nies.", "Aħna m'għandniex biss nieħdu minn dak li jkunu qed jiddiskutu huma imma nkunu parti minnu u anke nagħtu l-kontribut tagħna bħala pajjiż.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li, bħala razza, kull darba li konna rappreżentati barra minn Malta, dejjem tajna l-kontribut tagħna billi tajna ideat u għamilna proposti li ġew segwiti minn diversi pajjiżi oħrajn.", "Dan jgħodd mhux biss għall-Kunsill ta' l-Ewropa, fejn jitilgħu spiss u regolari diversi membri minn hawnhekk imma anke fuq livell tal-Ġnus Magħquda.", "Mr Speaker, il-Gnus Magħquda wkoll hija għaqda mondjali li fiha aħna bħala poplu nagħtu l-kontribut siewi tagħna.", "Iktar ma nkunu preżenti aktar għandna l-possibilta' li nitkellmu, li nieħdu sehem fl-affarijiet; u allura żgur li se nħallu l-impatt tagħna hemmhekk f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- affarijiet komuni għall-politika Ewropea sħiħa kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-interess nazzjonali tagħna.", "Dan qed ngħidu għax qegħdin ngħixu f'dinja li f'ċertu sens baqgħet l-istess.", "Malta qatt ma kienet iżolata mid-dinja u dejjem għarfet li iktar ma tkun parti minn dak li jkun qed iseħħ iktar tista' tagħti kontribut lilha nnifisha u lil pajjiżi oħrajn.", "U naħseb Mr Speaker, li wieħed japprezza li hu tajjeb li l- parlament Malti kollu jistabbilixxi rapport dejjem iktar b'saħħtu mal- parlament Ewropew, jiġri x'jiġri.", "Hemm bżonn li jkollna delegazzjonijiet iktar frekwenti, li jmorru hemm biex isiru jafu lin-nies li qegħdin hemmhekk, mnejn iġibu l-informazzjoni, u jkunu jafu x'inhu għaddej b'mod regolari u tajjeb.", "Jien bqajt impressjonat b'żewġ kummissjonijiet li għandhom kumitat ta' l-ombudsman u ieħor magħruf bħala petitions committee.", "F'dak ta' l-ombudsman, jekk ċittadin Ewropew jibgħat dak li jissejjaħ e- mail, jiġifieri ittra minn fuq il-kompjuter, lill-ombudsman, fi żmien sagħtejn ikollu diġa' bejn wieħed u ieħor informazzjoni dwar min se jieħu ħsieb il-każ tiegħu u min daħal fil-kwestjoni.", "Dan jintalab l- informazzjoni neċessarja u fi ftit taż-żmien ikollu idea jekk għandux ikollu rimedju jew le.", "Punt interessanti ħafna, Mr Speaker hu li l-istess ombudsman ħareġ dokument li fih code of administrative behaviour, li tajjeb li wieħed jarah għall-mod sempliċi ta' kif inhu magħmul, b'attenzjoni kbira, b'direzzjoni kbira lejn iktar effiċjenza fir-rimedju mogħti liċ-ċttadini li aħna, bħala pajjiż, bħala l-istess uffiċċju ta' l-ombudsman u l-istess poplu in ġenerali, fl-amministrazzjoni ċivili għandna kemm jista' jkun naderixxu għaliha.", "Il-petitions committee huwa ta' portata ftit ikbar mill-ombudsman għax f'dak għandek il-possibilta' li ċittadin Ewropew jikteb u jgħid li jkun inqaras b'tali leġislazzjoni u jissuġġerixxi mod kif tkun tista' tinbidel.", "B'dan il-mod iċ-ċittadin Ewropew għandu direttament il- possibilta' li jinfluwenza d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew.", "F'dan il-kumitat li ġbart l-aġenda tiegħu għad-9, 10, 11 ta' Ottubru hemm kwantita' kbira ta' petizzjonijiet li bagħtu nies sempliċi dwar il-problemi tagħhom u hemm persuni inkarigati biex jagħmlu rapport ħalli jekk hemm bżonn jinbidlu l-liġijiet.", "Dan qed ngħidu biex nuri li dak li qed jiġri ġewwa l-Parlament Ewropew m'huwiex sitwazzjoni ta' ċentralizzazzjoni fejn hemm erba' min-nies biss li huma biss jafu x'qed jiġri u x'm'huwiex anzi hemm aċċess kbir għaċ-ċittadin Ewropew sabiex dan jista' jbiddel hu stess il-pożizzjoni tiegħu.", "Kif għedt, waqt din il-laqgħa mhux biss ġejna nformati fuq din il- kwestjoni ta' l-informazjoni u kif iċ-ċittadin Ewropew għandu għad- dispożizzjoni tiegħu mezzi tajbin ta' kif jista' jasal direttament għaċ- ċentru ta' fejn qed issir din l-attivita' kollha u jingħata importanza, imma wkoll ġew diskussi l-problemi li għaddejja minnhom l-Ewropa fosthom dik ta' l-enlargement ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-kwesjtoni tat- tqegħid jew le fis-seħħ tad-dokument tad-drittijiet fundamentali, iċ- charter of fundamental human rights li l-Unjoni Ewropea qiegħda tifformola u tipproponi li ddaħħal biex ikun parti mil-liġijiet tagħha.", "F'aġġornament preċedenti l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Gavin Gulia qal li waqt waħda minn dawn il-laqgħat kien hemm ċertu Herbert Bosch li qal li hu mpossibbli li jkun hemm enlargement.", "Forsi wieħed irid jara sewwa sew x'qal Herbert Bosch.", "Bosch, kif irniexxieli nsir naf, kien għadu ġej mil-laqgħa tal-kumitat tal-petizzjonijiet fejn kien rapporteur fuq the European ombudsman special report on the procedure for recruiting commission officials.", "Kif daħal deher li kellu rabja kbira fuqu - naħseb li kien ħa xi kedda f'dan il-kumitat tal-petizzjonijiet - u dan qal lil kulħadd biex ma joqogħdux jimlew rashom, altru x'jgħidu n-nies fil-politika u altru l- budget requirements ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament l-ewwel reazzjoni tan- nies hemmhekk kienet: ''Dan x'qiegħed jgħid?\"", "Imbagħad matul id-diskors tiegħu huwa spjega x'ried u x'ma riedx jgħid b'din id-dikjarazzjoni.", "Ried jgħid li d-dħul ta' ċerti pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jiddependi ħafna mill- budget li għandna għad-dispożizzjoni tagħna.", "Jekk il-budget fl-Unjoni jonqos, ovvjament ma tkunx tista' tagħti ċerti fondi lil ċerti pajjiżi biex ikunu jistgħu jidħlu.", "U tajjeb li wieħed ikun realistiku fuq din, Mr Speaker, għax altru l-pożizzjoni ta' pajjiżna u altru dik ta' dawk li kienu taħt id-dominju tal-komuniżmu.", "Hemm differenza kbira fl-istadju ekonomiku, soċjali, politiku u kulturali tagħna u dak tagħhom.", "Aħna ma ħadniex id- demokrazija għaxar snin ilu.", "Din ilha ġo dan il-pajjiż numru kbir ta' snin.", "U bħala ċittadini ilna ingawdu mid-diversi drittijiet fundamentali għal numru ta' snin ferm iktar minnhom.", "Barra minn dan, l-infrastruttura tagħna u s-sitwazzjoni ta' pajjiżna hija kompletament differenti minn dik ta' diversi pajjiżi li kienu fuq in-naħa tal-purtiera tal-ħadid.", "Dawn il-fatturi huma kollha favur tagħna u jien ma nafx kif il-ħabib tiegħi, waqt li kien qiegħed jirrapporta hawnhekk fil- parlament ma ħax ħsieb ukoll jirrapporta li meta l-għada filgħodu min kien qed jieħu ħsieb dan is-seminar staqsa lil Jose' Maria Gil-Robles - li huwa president tal-kummissjoni ta' l-affarijiet istituzzjonali u li kien ukoll president tal-Parlament Ewropew - dwar x'jidhirlu mill-opinjoni espressa l- ġurnata ta' qabel dan irrisponda li kull pajjiż irid jilħaq ċerti standards u iktar ma l-Unjoni jkollha budget iktar tkun tista' tgħin lill- pajjiżi.", "Qal ukoll li altrul-problemi li hemm fil-Polonja u fil-Latvia u altru l-problemi taċ-Ċeki u tas-Slovakki.", "U waqt li qiegħed isemmi l- pajjiżi kollha semma wkoll lil pajjiżna, u qal espressament li \"Malta has no problem to enter into the European Union\".", "Dan huwa s-sentiment li qiegħed jinġabar fl-Ewropa fil-konfront ta' pajjiżna, li aħna lesti u għandna l-karti tagħna li qed jiġu in regola bit-trattattivi.", "Li għandna għall-mertu tagħna, Mr Speaker, huwa li aħna qegħdin f'pożizzjoni ferm iktar favorevoli milli qegħdin pajjiżi oħrajn.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu biex nuri kemm huma żbaljati l- impressjonijiet li setgħu ngħataw - forsi mhux b'intenzjoni - mill-parti l- oħra li fl-Ewropa laqgħuna b'xi doċċa kiesħa u li kif wasalna qalulna li nistgħu nerġgħu mmorru lura lejn pajjiżna għax m'aħna se niddaħħlu qatt.", "Kuntrarjament għal dak li ntqal min-naħa l-oħra jidher li fil-Parlament Ewropew, skond dak li għadu kif ġara, hemm ħeġġa kbira biex sa l-aħħar sitt xhur tas-sena 2003 l-pajjiżi li għandhom jidħlu jkunu daħlu ħalli jiehdu sehem fil-parlament il-ġdid tas-sena 2004.", "Jiġifieri, Mr Speaker, wieħed irid jgħid li s-sħubija tagħna issa tiddependi biss mill-volonta' tal- poplu.", "F'din id-dimensjoni wieħed irid jgħid ukoll li s-soltu d-dibattitu fuq l- Unjoni jsir fuq x'se niggwadanjaw u x'se nieħdu ekonomikament meta fil-fatt hemm punti ferm iktar importanti ta' valuri u ta' ideat li l-Unjoni Ewropea tirrappreżenta.", "Meta jara dawn il-punti wieħed jifhem iktar u iktar għaliex l-istess Unjoni qegħda tagħmel iċ-charter of fundamental human rights differenti minn dak li hemm fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Din il-ħaġa qajmet ħafna fervent u jekk m'inix sejjer żball, f'din il-Kamra smajt xi deputat min-naħa l-oħra tal-Kamra jgħid li dawn lanqas biss jafu x'inhuma jagħmlu għax qed jippruvaw ukoll idaħħlu dan id-dokument ġdid.", "Bir-rispett kollu ma naqbilx ma' din il-ħaġa għax l-ewwelnett dan id-dokument huwa iktar aġġornat minn dak li kien hemm fil-Kunsill ta' l-Ewropa u it-tieni kienet ħaġa żbaljata li fl-Unjoni ma kienx hemm dokument bażi tad-drittijiet fundamentali.", "Ovvjament hemm differenza bejn l-Unjoni u l-Kunsill ta' l- Ewropa.", "It-tnejn huma Ewropej pero' huma żewġ istituzzjonijiet differenti.", "U meta wieħed ġie biex jara x'se jagħmel fil-Kunsill ta' l-Ewropa aħna għamilna charter tad-drittijiet, anke jekk fil-Gnus Magħquda kien hemm diġa' dikjarazzjonijiet ta' prinċipji mportanti tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Jiġifieri l-Unjoni kulma qiegħda tagħmel hu li ġġedded iktar dawn id-drittijiet fundamentali u tagħmilhom aħjar.", "Ta' min jgħid li l-membri li jiffurmaw din il-kummissjoni, fosthom iċ- chairman Roman Herzog, li kien il-President tal-Germanja, qegħdin ukoll jagħmlu użu mill-informazzjoni li ġabret l-istess Ewropa taħt il- protezzjoni tad-drittijeit fundamentali li kien hemm fil-Kunsill ta' l- Ewropa.", "B'hekk id-dħul ta' dan iċ-charter jagħti wkoll dimensjoni iktar importanti lill-Ewropa.", "Wieħed qal li xi drabi l-Ewropa tissemma bħala a Europe of traders pero' fil-fatt l-Ewropa m'hijiex hekk biss.", "Fiha għandek diversi prinċipji li jagħmlu mill-Ewropa għaqda li tagħti saħħa kbira u dimensjoni sħiħa għall-protezzjonijiet tad-drittijiet fundamentali tal- bniedem.", "Jiġifieri l-post fid-dinja, barra l-Amerika, fejn inti għandek il- protezzjoni ta' dawn id-drittijiet huwa proprju l-Ewropa.", "Fl-istess ħin wieħed ukoll irid iżomm quddiem għajnejh li fl-Unjoni hemm kumitat li qed jagħmel kostituzzjoni għall-Ewropa.", "Issa wieħed ma jistax ikollu kostituzzjoni meta m'għandux ukoll id-drittijiet fundamentali tiegħu.", "Għalhekk f'dan il-kuntest wieħed jerġa' japprezza li fil-Parlament Ewropew, l-Unjoni qiegħda terġa' tagħmel pass ieħor 'il quddiem, għax id- drittijiet fundamentali tal-bniedem huma xi ħaġa li tista' timmeljora u tagħmilhom ifjen, aqwa u aħjar milli huma.", "Naħseb huwa żball ġenerali li aħna nikkundannaw outright iċ-charter of fundamental human rights ta' l- Unjoni Ewropea.", "Tajjeb li bħala pajjiż aħna wkoll naraw x'qiegħed isir, x'se jkun l-abbozz finali li se joħroġ, u naraw ukoll jekk għandniex nerġgħu nemendaw id-drittijiet tagħna.", "Dan qed ngħidu għax illum għandna l- Att IV ta' l-1987, u ta' min wieħed jerġa' jara dawn x'qegħdin jemendaw.", "Se jdaħħlu diversi emendi u kif smajna, se jerġgħu jċaqilqu s-sitwazzjoni.", "Dan kollu għall-benefiċċju taċ-ċittadin, Mr Speaker.", "Finalment dan ir- rapport kollu qed isir mhux biex aħna nibbenefikaw bħala deputati parlamentari, imma biex il-poplu Malti ikollu dinjita' ikbar, saħħa ikbar u jkun bniedem sħiħ.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, il-Ġimgħa 27 ta' Ottubru, 2000 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CRUISE LINER PASSENGER TERMINAL - CONSORTIUM", "20493.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20262, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilU u cioe': B'riferenza għal cruise liner passenger terminal, jista' l- Ministru jgħid: (a) f'liema stadju waslu n-negozjati mal-consortium magħżul għal dan il-proġett; (b) x'kienu t-talbiet ta' garanziji finanzjarji mitluba mill-gvern u/jew mill-awtorita' marittima u jekk dawn ġewx onorati jew le; (c) kien hemm xi bdil fis-set-up ta' l-investituri jew tal-partners barranin għal proġett kif elenkati ma' l-offerta tal-consortium magħżul, għal kif inhu kompost illum; (d) illum, kemm hemm investiment barrani garantit ma' dan il-consortium u x'dokumentazzjoni teżisti biex juri dan l- involviment; (e) dan il-proġett arkitettoniku ta' dan il-consortium jista' joffri tibdiliet sostanzjali, f'każ ta' bidliet ta' din ix-xorta, x'jiġri; (f) x'inhuma t-timeframes u d-dati preċiżi (i.e. critical path analysis) li fuqhom għandu jitlesta dan il-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma nħossx li f'dan l-istadju jkun prudenti li nagħti d-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant peress li n-negozjati għadhom ma għalqux.", "TAXXI INTERNI - TAX RETURNS", "20494.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jindika meta se jkun f'qagħda li jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20310?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "20310 f'seduta 403.", "TAXXI INTERNI - RETURNS", "20495.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jindika meta se jkun f'qagħda li jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20312?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "20312 f'seduta 302.", "TAXXI INTERNI - SAJJIEDA FULL-TIMERS", "20496.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jindika meta se jkun f'qagħda li jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "20334?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "20334 f'seduta 403.", "TAXXI INTERNI - RETURNS", "20497.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jindika meta se jkun f'qagħda li jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20335?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "20335 f'seduta 403.", "TAXXI INTERNI - MANIFATTURA TAL-FOOD & BEVERAGES", "20498.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jindika meta se jkun f'qagħda li jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20336?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "20336 f'seduta 403.", "TAXXI INTERNI - INCOME TAX", "20499.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jindika meta se jkun f'qagħda li jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20337?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari nru.", "20337 f'seduta 403.", "IMPJIEGI", "20504.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar l-impjieg li kellha l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mal-bord tal-koperattivi mill-1996 u snin ta' qabel?", "X'kienet il-kariga tiegħu?", "Meta ġie appuntat?", "F'liema data l-impjieg tiegħu ġie terminat?", "Il-kariga tiegħu kienet fuq bażi full-time jew part- time?", "X'kien is-salarju tiegħu, inkluż allowances li kellu?", "X'kundizzjonijiet oħra kienu stipulati ma' l-impjieg tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant kellha l- kariga ta' kap eżekuttiv tal-co-operative support unit, fuq bażi part- time, bejn Diċembru 1994 u Settembru 1996.", "Għal din il-ħatra kienet tirċievi Lm1,061 fis-sena u car allowance ta' Lm50 fix-xahar.", "Ma kienx hemm kundizzjonijiet oħra stipulati ma' l-impjieg ta' din il-persuna, ħlief dawk li bihom kienu marbuta l-impjegati l-oħra ta' l-imsemmi unit.", "FAKULTA' TAL-MEDIĊINA U KIRURĠIJA - PENSJONI", "20505.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji dwar persuni li jokkupaw pożizzjoni akkademika fil-fakulta' tal-mediċina u kirurġija biex jibqgħu jżommu din il-kariga wara l-eta' ta' 61 sena, meta normalment jirtiraw bil- pensjoni mill-karigi tagħhom fid-dipartiment tas-saħħa?", "Kemm hemm minn dawn il-persuni li fil-preżent qed jibbenifikaw minn dan il-privileġġ u x'inhu l-grad tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitluba għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STABBILIMENTI TA' L-IKEL - IĠENI", "20506.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-kontroll li għandu x'jaqsam ma' l-iġeni ta' stabilimenti u preparazzjoni ta' l-ikel, partikolarment f'hotels u ristoranti, hux se jibqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-ispetturi tas-saħħa fid-dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, nikkonferma.", "IMPJIEGI", "20507.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg kellha l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma' l-Universita ta' Malta?", "Meta kien ingaġġat u f'liema pożizzjoni, dipartiment jew fakulta'?L-impjieg tiegħu kien fuq bażi full-time jew part-time?", "X'kien is-salarju tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-impjieg li kellha l-persuna msemmija ma' l-Universita` ta' Malta kien ta' precincts officer fid-dipartiment ta' l-estates & works.", "Kien ingaġġat fis-16 ta' Settembru 1991 fuq bażi full- time.", "L-aħħar salarju tiegħu kien ta' Lm6,089.", "PA - GĦAR LAPSI", "20519.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jivverifika jekk ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-inħawi tal- bajja ta' Lapsi, l/o Siġġiewi, humiex konformi mal-pjani approvati u l- kundizzjonijiet tal-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jidher li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dak l-iżvilupp li qed isir mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi in konnessjoni mal-car park, sub station u xogħlijiet oħra ta` tisbiħ fil- lokalita`.", "Dan l-iżvilupp huwa kopert b`żewġ permessi separati, PA 1813/98 u PA 2844/00.", "Spezzjoni riċenti fil-post tikkonferma illi l- iżvilupp sal-lum huwa konformi mal-permessi maħruġa."]} {"filename": "20010129_478d_par.doc", "date": "2001-01-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 478 It-Tnejn, 29 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 478", "It-Tnejn, 29 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "478", "It-Tnejn, 29 ta' Jannar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 656", "PETIZZJONI 656", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 656", "TQEGĦID TA' KARTI 660", "KONDOLJANZI 661", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' TRATTATI (SANT'ANĠLU) (IT-TIENI QARI)", "RATIFICATION OF TREATIES (ST ANGELO) BILL (SECOND READING) 662", "AĠĠORNAMENT 683", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 688", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 477 li saret fl-24 ta' Jannar, 2001 ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, qed nippreżentalek petizzjoni ffirmata minn diversi residenti ta' Triq M Xerri u Triq is-Sewwieqa f'Tar-Rabbat dwar il-ħtieġa ta' tiswija ta' l-istess toroq.", "Meta r-residenti Ħamruniżi staqsew lis-sindku x'inhi s-sitwazzjoni tat- toroq imsemmija wegħedhom li dawn iż-żewġ toroq kienu se jingħataw facelift mal-bqija taz-zona.", "Iżda minn tweġiba parlamentari mogħtija mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni għal interpellanza ta' l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, jirriżulta li għal xi raġuni stramba dawn iż-żewġ toroq se jitħallew fil-ġenb.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ninforma lill-Onor.", "Membri li s-Sedja ġiet avżata b'mod formali li l-Onor Victor Galea Pace se jkun qed jissostitwixxi lill- Onor Claude Muscat bħala membru fuq il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI - DAWL U ILMA", "21922.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament?", "Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-ispiża tal- kontijiet tad-dawl u l-ilma għas-snin imsemmija hija kif ġej:", "|Dipartimen|1997 |1998 |1999 | |t |Lm |Lm |Lm | |Ministeru,| | | | |diviżjoni |364,610|197,235|204,250| |u seg. |.00 |.00 |.00 | |parlamenta| | | | |ri | | | | |Eżamijiet | | | | | |1,657.0|241.00 |214.00 | | |0 | | | |Libreriji | | | | |u Arkivji |8,671.0|9,554.1|10,293.| | |0 |6 |94 | |Mużewijiet| | | | | |13,429.|19,279.|17,926.| | |00 |00 |00 | |Kultura | | | | | |9,332.0|135.00 |1,840.0| | |0 | |0 | |Żgħażagħ u| | | | |Sport |2,061.8|9,167.0| | | |1 |7 | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' l-inizjattivi li qed jittieħdu fil- ministeru ta' l-edukazzjoni bil-għan li xi darba tiddaħħal is-sistema ta' l- enerġija solari, sistema ekonomika u fl-istess ħin prinċipju edukattiv għall-istess skejjel, ma jaħsibx li din il-kwestjoni ftit li xejn smajna dwarha matul is-sentejn li għaddew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-kwestjoni qbadtha ftit aktar minn sena ilu meta kelli l-opportunita' nara x'qed jagħmel il-Moviment Greenpeace f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt urejt interess ġenwin għax meta jinstabu soluzzjonijiet li jkunu vijabbli, l-edukazzjoni għandha tkun minn ta' quddiem li tibda tesperimentahom.", "Ir-rwol tal-ministeru ta' l-edukazzjoni hu li jeduka.", "Jekk aħna taparsi nħaddmu dawn it-teknoloġiji ġodda, dawn minnhom infushom huma ta' eżempju għall-industrija u għall-pajjiż in ġenerali.", "Jiena nista' ngħid li l-ewwel tlabt li jsirli rapport preliminari f'ċerti parametri - u ftit xhur ilu irċevejt dan ir-rapport – u mbagħad tajt struzzjonijiet biex fid-disinn ta' l-iskola l-ġdida tal-Karwija, jieħdu in konsiderazjoni l-introduzzjoni ta' enerġija minn sorsi alternattivi għal dawk li għandna llum.", "L-iskola qiegħda fi stadju ta' disinjar u jien lin- nies tiegħi dejjem infakkarhom dwar l-istruzzjonijiet li tajt kemm fir- rigward ta' enerġija solari kif ukoll biex kemm jista' jkun nikkonservaw l- ilma li jaqa' f'din l-area.", "Mill-mudell ta' din l-iskola jibda joħroġ il- kapital li trid u tara jekk in-nefqa ta' dak il-kapital jiġġustifikax l- introduzzjoni ta' din it-teknoloġija fuq bażi ta' vijabilita' rikorrenti.", "Huwa abbażi ta' dawn il-konsiderazzjonijiet li nkunu nistgħu naraw x'għamilna f'din l-iskola biex imbagħad naqbdu skejjel oħra u nkunu nistgħu nagħmlu l-istess fihom.", "Il-vantaġġ ta' dawn l-iskejjel hu li għandhom estensjoni sostanzjali ta' bjut fejn wieħed jista' jesponi dawn il-panels solari li jikkonvertu r- raġġi tax-xemx f'enerġija.", "Jien nixtieq li naslu għal din is-sistema għax nemmen li din hija d-direzzjoni li s-soċjeta' trid taqbad.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Saru xi konsultazzjonijiet mas-segretarjat għall- anzjani bit-tama li jinstab post ġdid għall-universita' tat-terza eta', peress li l-post preżenti m'huwiex adattat għalihom u qegħdin ifittxu post alternattiv?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-universita' tat-tielet eta' qed tkun ta' ġid għas-soċjeta' u mijiet ta' anzjani qed juru interess kbir.", "Jien konxju ħafna tal-bżonnijiet li għandha l-universita' u nittama li bl- iżviluppi li qed iseħħu jkollna l-ispazju biex inkunu nistgħu naqdu dan il- bżonn importantissimu.", "Jien nista' ngħid li hemm il-ħsieb li ċertu bini li preżentement jaqa' fil-blokk ta' l-universita' l-antika jibda jintuża għal skopijiet oħra u allura wieħed irid jikkonsidra x'użu se jagħmel minnhom.", "Hemm ukoll il- possibbilta' li ċertu bini barra l-Belt jibda jintuża wkoll għal dan l- iskop.", "Din il-kwestjoni qiegħda fuq l-aġenda tagħna u nittama li fi żmien mhux 'il bogħod jasal il-waqt meta nkunu nistgħu ngħinu lil dawn il-persuni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Peress li s-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista attwali jinsab on leave mill-universita', jista' l-Ministru jinvestiga l-mod kif qed jiġu ttrattati kemm hu kif ukoll is-Sur Benny Borg Bonello għar-rigward ta' l-impjieg tagħhom ma' l- universita'?", "Peress li dawn m'humiex membri ta' l-istaff akkademiku u t- tnejn li huma għandhom assignment ma' partit politiku - is-Sur Borg Bonello mal-Partit Laburista u s-Sur Saliba mal-Partit Nazzjonalista - jista' jinvestiga jekk hux qed ikun hemm diskriminazzjoni fil-mod kif qegħdin jiġu ttrattati għax, skond l-informazzjoni li għandi, filwaqt li s-Sur Borg Bonello qed jingħata l-ġenb u lanqas biss ingħata uffiċju fejn jista' jaħdem, is-Sur Saliba jinsab għaddej fuq ir-rubini.", "Jien ngħid li ħaġa bħal din hemm bżonn li tiġi korretta mill-aktar fis.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jekk se nkejlu l-kriterji ta' kif għandhom jiġu ttrattati kwestjonijiet ta' diskriminazzjoni u nqabblu l-każ tas-Sur Saliba mal-każ tas-Sur Borg Bonello nsibu li t-trattament huwa identiku.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar uffiċjali ta' l-universita' mhux akkademiċi li talbu leave mingħajr ħlas biex jagħtu s-servizz tagħhom f'istituzzjonijiet oħrajn - wieħed mal-Partit Laburista u l-ieħor mal- Partit Nazzjonalista - u t-tnejn li huma ngħataw leave mingħajr ħlas, filwaqt li kellhom is-safeguard tal-job tagħhom, kif ġustament għandu jkun, meta jispiċċaw l-assignment.", "Meta wieħed isemmi l-każi ta' dawn iż-żewġ persuni jrid jitrattahom fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkostanzi.", "Nista' ngħid li s-Sur Joe Saliba ngħata l-istess trattament li kien ingħata lis- Sur Benny Borg Bonello.", "Naturalment dawn il-punti li semma' il-Kap ta' l-Oppożizzjoni se nirriferihom lill-awtorita' ta' l-universita' u nitlob kjarifika u anke informazzjoni aktar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fid-dawl ta' l-istqarrijiet pubbliċi li saru fuq il-media fir-rigward tal-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-MUT dwar l- eżamijiet ta' nofs is-sena, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn it- taħditiet u x'soluzzjonijiet huma mistennija fil-ġranet li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jidhirli li n-negozjati huma konklużi u nittama li jkun jista' jintlaħaq ftehim fl-iqsar żmien possibbli.", "UNIVERSITA' – NON-ACADEMIC STAFF", "22242.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri mhux akkademiċi ta' l-istaff ġewwa l- universita' li marru fuq scholarship, fuq kors jew żjara barra minn Malta matul din is-sena?", "Fuq liema kors mar kull wieħed minnhom?", "Għal kemm tul ta' żmien?", "Dawn huma marbutin b'xi kuntratt?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena 2000 Ms Joanna Felice, assistant librarian, ingħatat scholarship mill-Universita` ta' Malta on a part-time basis biex tagħmel żjara ta' ġimgħatejn kull sena bejn l-2000, l- 2001 u l-2002 bil-kuntratt li kull impjegat ta' l-universita` jiffirma meta jingħata scholarship.", "Ms Felice qed issegwi kors li jwassal għall-M.Sc in management of library and information services.", "Mr Kevin Ellul, assistant librarian, żar l-Universita` ta' Amsterdan u l- uffiċji ta' l-Eurydice ġewwa Brussels biex jipprepara għall-miġja ta' l- istudenti ta' Erasmus li bdew iżuru Malta fuq Socrates/Erasmus exchanges.", "Mr Christopher Camilleri, executive officer, beda perijodu bħala stager ġewwa s-Socrates, Youth & Leonardo technical assistance office ta' Brussels.", "Is-Sur Camilleri ffirma kuntratt li jaħdem ma' l-Universita` ta' Malta wara l-istage ġewwa Brussel.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "22767.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21549, jista' l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet akkademiċi ġodda tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija preżenti?", "Fiex inħolqu dawn il-pożizzjonijiet?", "X'talba qed titpoġġa għal postijiet akkademiċi ġodda fis-sena 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li nħolqu sitt postijiet akkademiċi ġodda tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija.", "Il-postijiet inħolqu fil-farmaċija prattika, fil-farmaċija farmacokimika u fil- farmaċeutika.", "It-talba hija għal tliet postijiet ġodda fis-sena 2001.", "SPIŻERIJI – PERMESSI", "22850.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ftuħ ta' spiżeriji privati, f'liema lokalita u kemm ilhom li applikaw?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji f'dan l-aħħar sentejn?", "Fejn hija l- lokalita' u kemm ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li hemm 297 talba pendenti għall-ftuħ ta' spiżeriji privati.", "Dwar kemm ilhom li applikaw u f'liema lokalita' nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal Dok.", "A. li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Matul is-snin 1999 u 2000 infetħu tliet spiżeriji ġodda, waħda ġewwa l- Imtarfa li l-applikazzjoni għaliha kienet saret fl-1993; oħra veterinarja ġewwa l-Gżira li l-applikazzjoni għaliha kienet saret fl-1997; u oħra ġewwa l-Qala li l-applikazzjoni għaliha kienet saret fl-1998.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid x'policy u xi proċedura tintuża fil-bereġ tal-gvern - b'mod partikolari qed nirriferi għall-berġa ta' Ta' Sliema - kemm fir-rigward ta' tqassim ta' pilloli kif ukoll fir- rigward ta' ċċekjar ta' pressjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiena ma nistax nagħmel riferenza għal xi berġa partikolari imma għal dak li jiġri fil-bereġ kollha, fejn f'ċerti ġranet tal-ġimgħa jattendi tabib u anke nurse.", "Wieħed irid jifhem li s-servizz li jingħata mill-berġa huwa pjuttost wieħed limitat u għalkemm m'hemmx regoli x'ħin it-tabib jiċċekja l-pressjoni, irid ovvjament jerfa' r- responsabbilta' tad-deċiżjonijiet li jieħu.", "Il-mediċini jitqassmu mill-postal services u dawn jingħataw meta l- pazjent jkollu riċetta f'idejh - għal dan hemm ċertu limitu biex niżguraw li din tasallu fi żmien stipulat, jiġifieri xi ġimgħatejn jew tlieta qabel ma jkun imissu jiġbor il-pilloli, għalkemm m'iniex informat li hemm xi delay dwar it-tqassim tal-mediċini.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi complaints speċifiċi, nitolbu jgħaddihomli biex inkun nista' niċċekkjahom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' abbuż minn benefiċċji mogħtija mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22878;", "Tagħrif dwar telefonati li daħlu fuq il-helpline ta' l-SWDP, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22879;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni taħt l-eta' ta' 29 sena li mietu fuq il-post tax-xogħol bejn l-1995 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22880; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li spiċċaw bla xogħol minħabba redundancy matul l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22985.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni li jmexxu t-tuck shops/canteens fl-iskejjel tal- gvern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22830.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-bordijiet tal-kumpanniji sussidjarji ta' l-Air Malta, flimkien ma' l-ismijiet tal-membri fuq kull bord, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22968.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Kondoljanzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, illum ġejna informati bil-mewt tas-Sur Paul Agius, li jiġi l-papa' tal-kollega tagħna l-Onor.", "Francis Agius.", "Lis- Sur Agius ma kontx nafu personalment pero' informat li kien uffiċjal tad- dwana u fil-fatt għandu konnessjonijiet li jmorru lura għal dawk iż- żmenijiet.", "Pero' s-Sur Agius kien magħruf l-aktar għall-kuntatti li kellu fil-qasam ta' l-ortikoltura.", "Bħala kollegi parlamentari, f'okkażjonijiet bħal dawn aħna, ningħaqdu mal- kollega tagħna biex f'dan il-mument ta' sogħba noffru l-kondoljanzi tagħna lilu, lill-mama' tiegħu, lil ħutu u lill-familjari tiegħu kollha.", "Jien informat li l-funeral se jsir għada u nittama li jkun hemm preżenti kollegi miż-żewġ naħat tal-Kamra biex kulħadd joffri l-kondoljanzi tiegħu personalment.", "MR SPEAKER: Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, f'ismi u f'isem l-Oppożizzjoni Laburista ningħaqad mas-sentimenti li għadhom kemm ġew espressi mill-Viċi Prim Ministru lejn seħibna d-Deputat Francis Agius u l-familja kollha tiegħu biex f'dan il-mument ta' niket u ta' sobgħa nesprimu s-solidarjeta' tagħna magħhom.", "Huwa dejjem mument diffiċli meta jmutlek ġenitur u ċertament nistgħu nifhmu n-niket li jinsabu għaddejjin minnu f'dan il- mument.", "Filwaqt li nagħtuhom is-solidarjeta' tagħna, ngħidulhom biex jagħmlu kuraġġ u li aħna ninsabu kollha magħhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti ta' sogħba espressi miż- żewġ naħat tal-Kamra u tinkariga lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal il- kondoljanzi lill-familjari ta' l-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, f'ismi, f'isem ommi u f'isem il-familja kollha nirringrazzja lill-Kamra għas-sentimenti murija.", "Sfortunatament din hija xi ħaġa li jrid jgħaddi minnha kulħadd u f'dan ix- xahar, meta l-papa' kien qiegħed l-isptar, rajt solidarjeta' ġejja minn kull qasam tal-ħajja.", "Dawn kienu mumenti diffiċli ħafna għalija - anke sħabi nnotaw li l-mument li kont għaddej minnu kien diffiċli - u nirringrazzja lil Alla li missieri miet id-dar.", "Missieri miet f'idejn ommi stess dalgħodu u miet f'paċi u trankwillita' assoluta, fil-preżenza ta' ħutu u ta' ħuti.", "Sal-ġurnata tal-Milied missieri kien għadu attivissimu.", "Missieri kien iħobb il-ħajja, kien iħobb isiefer, kien iħobb il-ġnien u ċertament il- Mulej illum għandu ġennien tajjeb ħafna għax, kif jafu ħafna Maltin, kien bniedem li ma jaqta' qalbu qatt.", "Missieri ħadem ħafna u bata ħafna għaliex konna familja kbira u għaddejna minn żmenijiet diffiċli.", "Niżżiħajr lil Alla li aħna lkoll nagħtuh ġieħ għal dak kollu li għamel magħna.", "Missieri ma kienx xi bniedem li jħobb il-media, mhux bħalna lkoll hawn ġew, u ċertament li kien bniedem li jaħdem u bniedem li jħobb il-familja.", "Jien żgur li dawk li għada se jattendu għall-funeral - u anke dawk li ma jistgħux jattendu - għalkemm forsi lil missieri ma jafuhx, se jkunu xhieda li l-prodott li huwa ħalla warajh f'din id-dinja – aħna qegħdin seba' aħwa - jirrifletti l-prinċipji li kien iħaddan u li dejjem ħadem għalihom.", "Nirringrazzja mill-ġdid liż-żewġ naħat tal-Kamra u lilek, Mr Speaker, tas-sentimenti espressi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' TRATTATI (SANT'ANĠLU)", "RATIFICATION OF TREATIES (ST ANGELO) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant'Anġlu).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li huwa ntiż biex jawtorizza lill-parlament jirratifika l-ftehim li kien sar bejn il-Gvern ta' Malta u l-Ordni Ospitallier Sovran ta' San Ġwann fil-5 ta' Diċembru,1998.", "Tajjeb li nfakkar li artiklu 3 ta' l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati, Kap. 304, jgħid hekk:", "\"Meta trattat li tiegħu Malta ssir parti wara l-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att ikun wieħed li jolqot jew ikollu x'jaqsam ma' –", "(a) l-istatus ta' Malta fid-dritt internazzjonali jew it- tiżmim jew l-appoġġ għal dak l-istatus, jew (b) is-sigurtà ta' Malta, is-sovranità, l-indipendenza, l- unità jew l-integrità territorjali tagħha, jew (c) ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' kull organizzazzjoni, agenzija, assoċjazzjoni jew korp ieħor simili multinazzjonali,", "dak it-trattat m'għandux jibda jseħħ dwar Malta kemm-il darba ma jkunx ġie ratifikat jew ir-ratifika tiegħu ma tkunx ġiet awtorizzata jew approvata skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.\"", "Dan ifisser li din il-liġi titlob li biex jibda jseħħ f'Malta kwalunkwe trattat jew ftehim ta' dan it-tip irid jiġi ratifikat bil-mezzi provduti f'din il-liġi stess.", "Dawn jipprovdu li fil-każ li l-ftehim ikun b'xi mod jew ieħor jaffettwa l-istatus ta' Malta fid-dritt internazzjonali jew is- sigurtà ta' Malta, jew is-sovranità u l-indipendenza jew l-unità jew l- integrità territorjali tagħha, dan isir permezz ta' att tal-parlament.", "Filwaqt li fil-każ l-ieħor, jiġifieri fir-relazzjonijiet ta' Malta ma' kull organizzazzjoni, aġenzija, assoċjazzjoni jew korp ieħor simili multinazzjonali, jista' jsir b'riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "Peress li dan il-ftehim li sar bejn il-Gvern Malti u l-Ordni tal-Kavallieri għandu aspetti li jirrigwardaw l-għoti b'użu ta' proprjetà immobiljari f'Malta - eżattament tal-Forti Sant'Anġlu - allura nħass li jkun għaqli li biex żgur ma jkun hemm l-ebda dubju, ir-ratifika ta' dan it-trattat issir billi l- istess trattat ikun inkorporat f'att li jgħaddi mill-parlament.", "U għalhekk qiegħda ssir din il-proċedura.", "Nixtieq issa nagħti l-isfond ta' dan il- ftehim li kien seħħ bejn il-Gvern Malti u l-Ordni tal-Kavallieri li ġie ffirmat fil-5 ta' Diċembru 1998.", "Ta' min jgħid li l-kwestjoni dwar it-trasferiment b'xi titolu jew ieħor ta' Sant Anġlu ilha li nqalgħet mis-snin tmenin.", "Ir-raġuni ewlenija għaliex dan il-ftehim dam daqshekk sabiex ġie ffinalizzat u ffirmat kienet eżattament il-kwestjoni tas-sovranità, jiġifieri dwar jekk l-Ordni Sovrana tal-Kavallieri ta' Malta għandhiex ikollha sovranità fuq il-Forti Sant'Anġlu jew le.", "Fuq dan il-punt nitkellem iżjed tard għax qabel xtaqt inkompli nagħti indikazzjoni ta' kif żvolġew l-affarijiet.", "L-ewwelnett nixtieq insemmi li fl-1989 il-gvern mill-ewwel għamilha ċara li m'hemmx lok li l-Ordni Sovran tal-Kavallieri ta' Malta jkollha sovranità fuq Sant'Anġlu jew li Sant'Anġlu jingħata b'ċens perpetwu.", "Jekk wieħed jara r-records li hemm fil-files jara li l-gvern mill-ewwel kien għamilha ċara li ma kienx hemm possibbiltà li tiġi konċessa s-sovranità fuq Sant'Anġlu u lanqas li dan il-forti jingħata b'ċens perpetwu.", "Għalhekk fl- 1989 ġiet appuntata kummissjoni biex tara kif jista' jiġi konċess l-użu ta' Sant'Anġlu lill-Ordni tal-Kavallieri.", "Fil-fatt fl-1991 kien ġie ffinalizzat abbozz ta' ftehim li ntlaħaq bejn ir-rapreżentanti tal-gvern u ta' l-Ordni tal-Kavallieri.", "Dan il-ftehim kien ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju ta' l-1991 u bih l-Ordni tal-Kavallieri ħadet ir-responsabbiltà fuqha sabiex isir ir-restawr tal-Forti Sant'Anġlu.", "Kien ġie konċess lill-Ordni wkoll l-użu esklussiv tal-forti għal 50 sena \"għal skopijiet istituzzjonali\", jiġifieri biex f'dan il-forti jsiru laqgħat, konvenji, konferenzi li għandhom x'jaqsmu ma' l-andament ta' l-Ordni nnifsu.", "Il-ftehim kien jipprovdi għal ftehim ieħor li kellu jiddefinixxi l- istatus legali ta' Sant'Anġlu kif soġġett għas-sovranità Maltija, jiġifieri kien għamilha ċara fih innifsu li huwa ftehim ta' natura temporanja, li kellu jiġi segwit bi ftehim ieħor li l-għan tiegħu kien li jistabilixxi l- istatus legali ta' Sant'Anġlu.", "Però f'dan il-ftehim ta' l-1991 kien diġà ċar li dan kellu jkun soġġett għas-sovranità Maltija.", "Fl-1994 kien twaqqaf kumitat konġunt biex jeżamina kif l-Ordni seta' jkollha preżenza iżjed effettiva u timpenja ruħha b'mod iżjed effettiv f'Malta.", "Il-fatti juru li matul il-perijodu bejn l-1991 u l-1994, għalkemm sar xi xogħol ma kienx xi xogħol sostanzjali, allura ġie miftiehem li jkun hemm kumitat konġunt biex jipprovaw jagħtu iżjed effettività lil dak il-ftehim u anke sabiex wieħed jibda jiddiskuti l-ftehim l-ieħor ta' l-1991 li kienet saret riferenza għalih.", "Fil-fatt wara diversi laqgħat saru abbozzi, sew min-naħa Maltija u sew min-naħa ta' l-Ordni, iżda ma ntlaħaqx ftehim peress li l- Ordni baqgħet tinsisti li għandna jkollha s-sovranità fuq Sant'Anġlu.", "Wara l-bidla fil-gvern ta' l-1996 reġgħu komplew id-diskussjonijiet tul l- 1997 u l-1998, iżda sa Settembru ta' l-1998, jiġifieri sa żmien l- elezzjoni, l-abbozz li kien qed isir xogħol fuqu kien spiċċa jixbaħ ħafna l- abbozz li kien qed isir f'Ġunju ta' l-1996.", "Jiġifieri jidher li kemm il- gvern Nazzjonalista u kemm il-gvern Laburista kienu fuq l-istess wavelength, li għalkemm kien essenzjali li l-Ordni tkun iżjed impenjata fl- użu tal-Forti Sant'Anġlu u li l-użu jkun effettiv u effikaċi, bl-ebda mod ma kellha tiġi konċessa s-sovranità Maltija minn fuq dan il-forti.", "Fil- fatt f'Novembru ta' l-1998 ġie preżentat abbozz ġdid lill-Ordni u d- diskussjonijiet ġew finalizzati fl-4 ta' Diċembru 1998.", "Imbagħad il-ftehim ġie ffirmat min-naħa tal-Gvern Malti u min-naħa ta' l-Ordni tal-Kavallieri fil-5 ta' Diċembru 1998.", "Issa wara li wrejt x'kien l-isfond tal-ftehim, ngħaddi issa biex nitkellem ftit fuq dak li jittratta dwaru l-ftehim ftit iżjed fid-dettall.", "Nibda bl-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz.", "Fil-fatt insibu li:", "\"L-għan ta' l-abbozz hu sabiex jawtorizza lill-Gvern jirratifika l- Ftehim magħmul bejnu u bejn l-Ordni Sovran Ospitallier ta' San Ġwann ta' Ġerusalem, ta' Rodi u ta' Malta fil-Palazz, fil-5 ta' Diċembru, 1998.", "L-Abbozz jipprovdi wkoll għal kull ħaġ'oħra konessa jew anċillari ma' dan.\"", "Allura x'inhuma l-provvedimenti u l-qofol ta' l-abbozz u tal-ftehim innifsu?", "L-ewwelnett, skond klawsola 4 ta' l-abbozz, joħroġ mill-ewwel ċar li l-gvern qiegħed jikkonċedi lill-Ordni l-użu ta' Sant'Anġlu kif soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim.", "Ta' min jgħid ukoll li mal- ftehim hemm anness pjanta tal-Forti Sant'Anġlu u l-parti li l-użu tagħha ġie mgħoddi lill-Ordni hija mmarkata bl-aħdar.", "Jiġifieri b'dan il-ftehim m'hemm l-ebda dubju dwar l-estensjoni tal-parti tal-forti li ġiet mgħoddija lill-Ordni tal-Kavallieri.", "Skond artiklu 2 tal-ftehim innifsu l-gvern qed jagħti lill-Ordni għal perijodu ta' 99 sena li huwa stabilit fil-ftehim - issa niġi għaliha iżjed 'il quddiem - id-dritt ta' l-użu ta' l-art u tal-bini li jifformaw parti mill-Forti Sant'Anġlu u jagħmel riferenza għall-parti delineata bl-aħdar fil-pjanta u jgħid ukoll x'inhu l-iskop.", "L-użu tal-bini u ta' l-art tal- Forti Sant'Anġlu qed jingħata biex jintuża mill-Ordni għal attivitajiet umanitarji u kulturali internazzjonali tagħha u anke għal attivitajiet oħra msemmija fil-ftehim.", "Fil-liġi nnifisha u mbagħad fil-ftehim hemm imsemmija d-drittitijiet u l- obbligi mogħtija lill-Ordni in konnessjoni mal-Forti Sant'Anġlu.", "L- ewwelnett wieħed jagħmel riferenza għall-privileġġi u l-immunitajiet li hemm marbuta mal-Forti Sant'Anġlu.", "Skond klawsola 5 ta' l-Att:", "\"Sant'Anġlu għandu jgawdi l-privileġġi u l-immunitajiet kollha kif stipulati fi, u suġġetti għal, il-Ftehim, u l-Ordni u l-uffiċjali tiegħu msemmija fil-Ftehim u r-residenzi tagħhom għandhom igawdu hemm ġew il-privileġġi u l-immunitajiet kollha li hemm fi u li huma imsemmija fi, u kif suġġetti għal, il-Ftehim ...\"", "F'dan ir-rigward irrid nagħmel riferenza għal artiklu 3 tal-ftehim fejn, wara li jgħid li Sant'Anġlu għandu jintuża bħala sede ta' l-Ordni għal attivitajiet ta' natura umanitarja, imbagħad paragrafu 2 ta' l-istess artiklu 3 jistabilixxi li s-sede ta' l-Ordni huwa invjolabbli, liema invjolabilità tinkludi l-arkivji, il-korrispondenza, id-dokumenti, il- manuskritti, ir-ritratti, u affarijiet oħra li hemm elenkati.", "It-tieni dritt marbut ma' Sant'Anġlu, li huwa mogħti b'artiklu 3, huwa li l-propjetà u l-assi ta' l-Ordni:", "\"Shall be immune from search, requisition, confiscation, expropriation and any other form of interference, whether by executive, administrative, judicial or legislative action.\"", "Però din ma tinkludix dik il-proprjetà jew l-assi li jappartjenu għall- assoċjazzjoni Maltija, jiġifieri l-immunità minn dawn l-affarijiet kollha hija mogħtija biss lil dik il-proprjetà u dawk l-assi ta' l-Ordni li ma jappartjenux għall-assoċjazzjoni Maltija.", "Din l-immunità hija estiża wkoll għall-mezzi ta' trasport li huma utilizzati mill-Ordni, għal skopijiet istituzzjonali f'Sant'Anġlu, sewwa jekk dawn il-mezzi huma proprjetà ta' l-Ordni u anke jekk huma mislufa lill- Ordni jew mikrija minnha.", "Skond dan l-artiklu l-gvern irid jipprovdi s- servizzi pubbliċi neċessarji, bħalma huma ta' l-elettriku, ta' l-ilma, tad- drenaġġ, tal-posta, tat-telephone u affarijiet oħra mingħajr xkiel ta' xejn.", "Jiġifieri l-gvern qed jassumi r-responsabbiltà li jagħti s-servizzi kollha li hemm bżonn jaslu għal Sant'Anġlu, għax jekk ma jipprovdihomx ma jkunx hemm il-garanzija ta' l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' l-użu tal-Forti Sant'Anġlu.", "Artiklu 4 tal-ftehim jitkellem speċifikament fuq il-privileġġi u l- immunitajiet ta' Sant'Anġlu, però jistabilixxi ċerti limitazzjonijiet għalihom li mbagħad jitkellem fuqhom b'mod iżjed preċiż f'artiklu 7.", "Paragrafu 2 ta' artiklu 4 jgħid li l-bandiera ta' Malta għandha tittajjar flimkien mal-bandiera ta' l-Ordni, f'pożizzjoni prominenti fuq Sant'Anġlu.", "Paragrafu 3 jgħid li l-Ordni m'għandux dritt jagħti dritt ta' asylum lill- persuni li jmorru Sant'Anġlu biex jipprovaw jieħdu dak id-dritt.", "Il- ġurisdizzjoni esklussiva hija fdata f'idejn il-qrati u t-tribunali Maltin, u hija l-liġi Maltija li tapplika.", "Dawn huma tliet prinċipji li jissalvagwardjaw is-sovranità ta' l-istat Malti fuq il-Forti Sant'Anġlu.", "Kif diġà għedt, artiklu 7 jitkellem fuq il-privileġġi diplomatiċi u jgħid li l-persuni msemmija f'sub-paragrafi (a) sa (d) ta' paragrafu 2 ta' artiklu 5, jiġifieri l-membri tal-kunsill sovran ta' l-Ordni, uffiċjali anzjani tal-gvern ta' l-Ordni, ir-rappreżentant għoli tal-Granmastru u d- deputat tiegħu, u uffiċjali ta' l-Ordni li huma designated b'rank ekwivalenti għal aġent diplomatiku rikonoxxut mill-gvern, għandhom igawdu l- istess privileġġi u l-istess immunitajiet li huma mogħtija mill-gvern lil nies diplomatiċi oħrajn hawn Malta.", "Dawn il-privileġġi u immunitajiet huma estiżi anke għar-residenzi ta' dawn in-nies.", "Paragrafu 3 ta' artiklu 7 ikompli jgħid li l-persuni huma eżenti minn:", "\" .... income tax received from the Order and from tax on income arising outside Malta, and from capital gains tax other than that imposed on immovable property in Malta ...\"", "Fil-fatt paragrafu 4 jgħidlek li l-Ordni nnifisha hija eżenti mill-income tax, mill-capital gains tax, mill-corporation tax, mill-car registration and road tax, mill-municipal charges, mill-customs duties on all items imported for its official use, mill-pagament ta' dazju fuq il-petrol u ż- żejt, mill-pagamenti għal-liċenzji li l-missjonijiet diplomatiċi akkreditati għal Malta huma eżenti minnhom, u anke għandhom id-dritt li jiġu refunded il-VAT fuq ix-xiri ta' oġġetti u servizzi għall-użu uffiċjali f'Malta.", "Jiġifieri bażikament dawn igawdu l-istess privileġġi li jagwdu nies li għandhom kariga diplomatika f'Malta.", "Artiklu 5 u artiklu 6 jipprovdu għal ċerti drittijiet ta' natura partikolari in konnessjoni ma' l-użu tal-Forti ta' Sant'Anġlu.", "Skond artiklu 5 il-gvern ma jista' jimponi l-ebda impediment għal aċċess għal jew minn Sant'Anġlu għal persuni li jmorru hemmhekk għal xogħol uffiċjali, u l- gvern qiegħed jassumi l-obbligu li jawtorizza d-dħul f'Malta mingħajr telf ta' żmien u anke mingħajr ħlas għall-akkwist ta' visa għan-nies li għamilt riferenza għalihom aktar kmieni.", "Jiġifieri wieħed isib il-freedom of access għal Sant'Anġlu, però anke dan id-dritt m'huwiex dritt assolut għax imbagħad f'paragrafi 5 u 6 ta' dan l-artiklu wieħed isib li l-Ordni għandha l-obbligu li tinforma lill-gvern minn qabel dwar il-wasla f'Malta tan-nies li għadni kemm irriferejt għalihom qabel.", "Jiġifieri l-Ordni min-naħa tagħha trid tagħmel dak kollu neċessarju sabiex tgħin lill-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħruġ tal-visas u affarijiet simili.", "Barra minn hekk, paragrafu 6 jgħid li sakemm ma jkunx hemm ftehim mod ieħor dwar in-numru ta' kategorija ta' l-uffiċjali f'Sant'Anġlu, il-gvern għandu d-dritt jitlob li n-numru ta' l-uffiċjali għandu jinżamm limitat meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet partikolari tal-każ.", "Jiġifieri jekk ikunu ġejjin uffiċjali għal xi laqgħa, il-gvern għandu d-dritt jistabbilixxi n-numru raġonevoli ta' nies li jiġu awtorizzati li jidħlu u li tinħarġilhom il-visa mingħajr charge, skond iċ- ċirkostanzi tal-każ.", "Artiklu 6 jipprovdi għad-dritt tal-komunikazzjoni fejn il-gvern għandu l- obbligu li jippermetti u li jipproteġi l-komunikazzjoni mingħajr xkiel ta' xejn daparti ta' l-Ordni għal skopijiet istituzzjonali tagħha.", "Wieħed jinnota li hemm ċertu dettall f'dan il-ftehim sabiex l-Ordni jkollha garanzija li tkun tista' twettaq l-iskop ta' dan il-ftehim.", "Skond artiklu 8 huwa rikonoxxut li l-Ordni għandha non-resident status għal skopijiet tal-liġi ta' l-exchange control, u l-Ordni għandha d-dritt li żżomm kwalunkwe fondi, ikunu f'liema forma jkunu, sew bħala deheb u anke f'valuta ta' kwalunkwe pajjiż.", "Paragrafu 2 jgħid li dan huwa estiż għall- uffiċjali ta' l-Ordni, infatti jgħid:", "\" ... shall be permitted by the appropriate authorities to receive and hold his official emoluments in an account denominated in any currency.\",", "u jipprovdi għal iżjed dettal.", "Artiklu 9 jitkellem fuq dritt ta' aċċess mogħti lill-pubbliku Malti u anke lit-turisti.", "F'dan ir-rigward wieħed irid jgħid li hawnhekk għandna każ ieħor fejn il-ftehim qiegħed jipprovdi għaż-żamma tas-sovranità fuq il- Forti Sant'Anġlu minħabba l-fatt li, minkejja li ngħata l-użu lill-Ordni ta' San Ġwann, il-gvern żamm id-dritt li n-nies Maltin u anke turisti jkunu jistgħu jidħlu biex iżuru l-Forti Sant Anġlu.", "Barra minn hekk il- gvern żamm ukoll id-dritt li fil-Forti Sant'Anġlu jipprovdi l-ewwelnett għal navigation signalling systems of the port authorities u anke lighting system for walls and buildings.", "Min-naħa tad-doveri daparti ta' l-Ordni f'artiklu 10 wieħed isib li l- Ordni għandha d-dover li tirrestawra Sant'Anġlu, il-bini u l- kostruzzjonijiet konessi miegħu u żżomm l-istandards l-iżed għoljin possibbli u għandha d-dover li tagħmel il-manutenzjoni kollha neċessarja minn flusha.", "Din hija riflessjoni ta' l-ewwel ftehim li kont għamilt aċċenn għalih fil-bidu li sar fl-1991.", "Skond artiklu 12 ir-rappreżentanza ta' l-Ordni hija fdata f'idejn ir- Rappreżentant Għoli tal-Granmastru f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Forti Sant'Anġlu u għandek ukoll provvediment li fil-każ li jkun hemm bżonn li jsir xi tibdil fil-ftehim, xi estensjoni tal-ftehim jew xi ħaġa sabiex jiġi implimentat dan il-ftehim, allura dan għandu jsir billi jsiru l- konsultazzjonjiet neċessarji bejn in-naħa tal-gvern u n-naħa ta' l-Ordni.", "Ta' min isemmi wkoll li hemm artiklu li jgħid li jekk tinqala' xi kwestjoni, din għandha tiġi ttrattata b'mod li kemm jista' jkun jintlaħaq ftehim amikevoli wara li jinżammu n-negozjati ta' natura amikevoli.", "Dan il-ftehim jagħmel ukolll riferenza għall-fatt li l-Ordni għandha obbligu li tuża l-Forti Sant'Anġlu biex minn hemm torganizza konvenzjonijiet tal-membri tagħha li bis-saħħa tagħhom tkun tista' tinkoraġġixxi l-koperazzjoni u t-tibdil ta' ideat bejn il-membri tagħha ta' barra minn Malta u l-membri li jifformaw parti mill-Ordni nazzjonali ta' Malta.", "Paragrafu 2 ta' artiklu 13 jgħid li l-Ordni għandha tinkoraġġixxi lill-entitajiet tagħha, fosthom il-grand priories, subpriories, u national associations biex jgħaddu lill-membri kollha tagħha dik l-informazzjoni dwar Malta li l-gvern jista' jgħaddi lill-Ordni dwar Malta stess, u viċe versa:", "\"The government shall make available to its citizens information about the activities of the Order\".", "F'artiklu 11 dan il-ftehim jipprovdi wkoll għall-possibbiltà ta' akkordi oħrajn li jinkludu ftehim:", "\" ... relating to currency and coinage as well as postal and philatelic matters, which agreements will provide where appropriate for sharing the economic advantage accruing from the service or other activity regulated by such agreements\".", "Ta' min jgħid f'dan ir-rigward li għaddejjin trattativi sew sabiex ikun hemm dan il-ftehim dwar il-flus u anke dwar il-filatelija.", "Dwar il-flus id- diskussjonijiet waslu fi stadju avvanzat u dwar il-filatelija hemm xi diffikultajiet in konnessjoni mal-fatt li l-Ordni m'hijiex rikonoxxuta mill- universal postal union bħala stat, allura jkun hemm diffikultà li bolol maħruġa mill-Ordni jkunu jistgħu jintużaw għall-posta internazzjonali.", "(Interruzzjonijiet) Qabel għamilt riferenza għal artiklu 15 li jipprovdi dwar id-durata ta' dan il-ftehim.", "Il-ftehim huwa għal perijodu ta' 99 sena, però jista' jiġi mitmum qabel billi jingħata avviż matul il-50 sena jew matul il-75 sena, u jekk jingħata dan l-avviż minn parti lill-parti l- oħra, imbagħad il-ftehim jispiċċa malli jgħaddu ħames snin mid-data ta' dik in-notifika.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid in konnessjoni ma' dan il-ftehim huwa l-fatt li, kif diġà għamilt aċċenn qabel, hemm riferenza kontinwa, jekk mhux diretta imma b'mod indirett, għall-fatt li s-sovranità fuq Sant'Anġlu nżammet mill-Gvern Malti.", "Hemm is-salvagward tas-sovranità l-ewwelnett f'artiklu 2 li jgħid ċar u tond li qed jingħata biss l-użu ta' l-art u tal- bini ta' Sant'Anġlu, imbagħad f'paragrafu 2 u 3 ta' artiklu 4 li jgħid li l- bandiera ta' Malta trid tittajjar flimkien mal-bandiera ta' l-Ordni minn fuq Sant Anġlu, u l-fatt li l-Ordni ma jistax jagħti asylum lil kwalunkwe persuna li tmur hemmhekk u titlob għall-kenn.", "Is-sovranità hija salvagwardata wkoll bil-fatt li l-ġurisdizzjoni esklussiva fuq kwestjonijiet li jikkonċernaw lil Sant'Anġlu u lil dan il-ftehim għandha tkun fdata f'idejn il-qrati u t-tribunali ta' Malta u għandha tapplika l- liġi Maltija.", "Is-sovranità fuq Sant'Anġlu hija garantita wkoll f'paragrafu 1 ta' artiklu 9 fejn għandek id-dritt għall-aċess f'Sant'Anġlu għall-pubbliku Malti u għat-turisti u f'paragrafu 2 fejn il-gvern jirriżerva d-dritt li jistalla f'Sant'Anġlu navigation signalling systems u anke lighting system for walls and buildings.", "Artiklu 10 imbagħad jagħmel l-obbligu fuq l-Ordni li tipprovdi l- manutenzjoni neċessarja minn flusha u li anke meta tiġi biex tagħmel xi alterazzjonijiet trid iġġib il-permessi neċessarji skond id-Development Planning Act.", "Għalkemm kien hemm talba li l-Ordni tkun eżenti milli tapplika għall-permessi neċessarji taħt id-Development Planning Act, din ma ġietx milqugħa.", "L-aħħar artiklu tal-ftehim jagħmilha ċara li dan m'huwiex għoti ta' użu ta' natura permanenti imma lanqas huwa għoti ta' ċens, imma huwa għoti ta' użu ta' natura temporanja li jista' jkun ta' massimu ta' 99 sena.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, smajt b'attenzjoni lill-kollega tiegħi jaqralna t-trattat li hemm quddiem din il-Kamra.", "Kif spjega tajjeb, meta għandek ftehim ta' din in-natura ma' pajjiż ieħor jew organizzazzjoni oħra, l-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati ta' l-1983 jobbliga lil din il- Kamra li kull trattat ta' din in-natura jrid jgħaddi minn din il-Kamra.", "U huwa propju dan li qegħdin nagħmlu, biex min qed isegwi jifhem għaliex f'daqqa waħda qegħdin nitkellmu fuq dan it-trattat u x'se jiġri bejn Malta u l-Ordni Militari Ospitallier Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rhodi u ta' Malta.", "Xtaqt ngħid li sa ċertu punt qegħdin nagħlqu - forsi għalissa - kapitlu ieħor mill-istorja twila tar-relazzjoni bejn Malta u l-Ordni ta' San Ġwann.", "Ovvjament mhux se mmur lura għall-1530 meta ġew hawn Malta u lanqas se noqgħod ngħid x'għamlu fiż-żmien kollu li kienu hawnhekk.", "Infakkru biss li r-relazzjoni strettament ta' tmexxija ta' dan il-pajjiż mill-Ordni ntemmet bil-miġja ta' Napuljun fl-1798.", "Min hu interessat fl-istorja jaf li kif l- Ordni telqet minn hawnhekk marret ir-Russja iżda ħafna mill-kavallieri baqgħu hawnhekk ma' Napuljun.", "Hija storja sabiħa u kkomplikata u żgur wieħed irid jaraha fl-isfond tat-taqlib li kien hemm fl-Ewropa u fil- Mediterran dak iż-żmien u anke dak li kien se jiġri iktar 'il quddiem.", "Però wieħed irid jgħid li ilu minn żmien twil l-Ordni reġgħet tefgħet ħarsitha lejn Malta u wriet ix-xewqa li b'xi mod jerġa' jkun hemm xi tip ta' konnessjoni.", "Ma ninsewx li minn mindu l-Ordni tilfet postha f'Malta - kien Karlu V li tahom Malta fl-1530 - spiċċat li għalkemm hija Ordni sovrana, xorta ma kellha l-ebda territorju li huwa tagħha.", "Kulħadd jaf l- ammont ta' xogħol umanitarju li tagħmel l-Ordni, kulħadd jaf li dawn għandhom xejn inqas minn madwar 90 ambaxxata madwar id-dinja kollha, imma wara dawn is-snin kollha, għalkemm hija ordni militari, illum il-ġurnata ntefgħet purament fuq xogħol umanitarju madwar id-dinja.", "Dawn l-ambaxxati fi kważi 90 pajjiż madwar id-dinja jieħdu ħsieb aspetti ta' saħħa, ta' għajnuna lill-fqar, ta' kura ta' mard bħalma hi l-lebbra u affarijiet bħal dawn.", "Kull fejn tmur madwar id-dinja, l-Ordni ġarret is- salib bi tmien ponot ta' Malta u għamlitu sinonimu ma' pajjiżna.", "Jiġifieri taf tmur f'pajjiżi fejn fuq Malta qatt ma semgħu xejn ħlief li jafu li hemm is-salib ta' Malta jew li hemm xi klinika jew xi sptar li huwa mmexxi u ffinanzjat mill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann.", "Dan qed ngħidu ħalli dak li jkun jifhem x'tifsira għandha l-Ordni ta' San Ġwann fid-dinja tal- lum.", "Barra minn hekk, wieħed irid jgħid li l-Ordni, għalkemm jgħidulha ta' Ġerusalem, ta' Rodi u ta' Malta, stranament u kważi bi pjaċir għalina baqgħet iktar marbuta ma' l-isem ta' l-Ordni ta' San Ġwann ta' Malta milli ta' Rodi jew ta' Ġerusalem.", "Allura għandna ambaxxatur, xi ħadd li qed iġedded isimna madwar id-dinja.", "Kulħadd jaf li l-Ordni llum il-ġurnata, apparti x-xogħol li qed tagħmel, għandha status ta' ċertu valur.", "Il-fatt li wieħed ikun kavallier ta' l-Ordni ta' Malta mhux hawn Malta biss imma mad-dinja kollha, għandu ċertu standing, jagħtik ċerta dinjità.", "Nafu li apparti l-ħafna organizzazzjonijiet fażulli li faqqsu matul is-snin - ħafna minnhom, b'dispjaċir nuża l-kelma, huma taċ-ċekċik - hemm dawk li huma dixxendenti proprja ta' l-Ordni, u anke hawnhekk hemm ħafna argumenti bejn żewġ branki kbar ta' l-Ordni ta' San Ġwann, li kollha għandhom l- argumenti tagħhom u kollha jipprovaw jikkonvinċuk min hu l-veru dixxendent ta' l-Ordni.", "Irridu nkunu ċari ħalli ma jmurx xi ħadd jaħseb li għandna xi blinkers u ma nafux.", "Iżda aħna dejjem kellna relazzjonijiet fit-tul u tajbin ma' l-Ordni Sovrana Militari ta' San Ġwann li għandha s-sede tagħha ġewwa Ruma.", "Il-Granmastru tagħha kważi sar Malti daqskemm ilu jgħix hawn Malta u nafu wkoll li kemm-il darba jkun qed joqgħod fil-Kavallier ta' San Ġwann fil-Belt.", "Il-kwestjoni kollha li l-Ordni tiġi lura hawn Malta - għax xtaqet li tiġi lura Malta - jekk wieħed jaħseb bis-serjetà fuqha jsib li jekk isseħħ, l- Ordni kien se jkollha ċerti vantaġġi u min-naħa ta' pajjiżna, jekk wieħed jagħmel l-aħjar li jista' minn din is-sitwazzjoni, sa ċertu punt kien se jkollna gwadann.", "Però wieħed irid jgħid li sa mill-1975 - se nsemmi żmien riċenti ħalli ma morrux wisq 'il bogħod - diġà kien hemm approach ħalli jkun hemm ftehim postali bejn il-Gvern ta' Malta u l-Ordni.", "Dan kien sar u anke kien infetaħ special joint account biex jiġu finanzjati ċerti xogħlijiet ta' restawr ta' bini u ta' monumenti storiċi.", "Għaliex wieħed irid jiftakar - u hawnhekk napella anke liż-żgħażagħ tagħna għax sfortunatament ħafna drabi naħseb anke fl-iskejjel tagħna l-istorja ta' pajjiżna ma tantx qiegħda tiġi mogħtija l-importanza li jixirqilha - li jekk idur f'pajjiżna jsib li 75% tal-wirt kulturali tagħna kollu, bejn is- seklu 16 u s-seklu 18, kważi sas-seklu 19, huwa kollu dak li ħallewlna l- Kavallieri ta' Malta.", "U m'hemmx dubju li aħna bħala nazzjon irridu nkunu grati ta' dan.", "Issa jaqbeż xi storiku u jgħidli li għall-bidu l-Ordni mxiet tajjeb hawn Malta imma mbagħad saru dittaturi.", "Veru, kulmin jikkmanda fl-aħħar mill- aħħar jibda jitlagħlu għal rasu u la tkun suġġett ikollok tbati.", "Imma ejja nħarsu lejn l-aspett it-tajjeb ta' l-Ordni u ma narawx l-abbużi li saru fl-aħħar, il-mod kif kienu jittrattaw lill-poplu u lanqas il-mod kif il-kavallieri stess kienu nsew il-voti tagħhom u bdew jaġixxu iktar bħala mexxejja militari u mexxejja amministratturi.", "Però dawn ħallewlna wirt enormi kulturali, arkitettoniku, artistiku, biex ma ngħidx anke soċjali, għax matul dawk il-250 sena injettaw lill-poplu Malti, addirittura l-lingwa tagħna u l-mod kif naħsbu, u dewquna sew x'kien għaddej fl-Ewropa u aħna ggwadanjajna bil-kbir.", "Kieku ma kenux huma, kieku ma kienx ikollna l- Caravaggio, ma kienx ikollna lil Mattia Preti, ma kienx ikollna l-bereġ fil- belt tagħna u lanqas ma kien ikollna l-Belt probabbilment, ħalli wieħed jgħid grazzi fejn għandu jgħid grazzi.", "Ħaddieħor li ddominana ħalla biss barracks, Nissen huts u ftit konkos bil-kanuni fuqu, imma dawn in-nies ħallew kultura u wirt arkitettoniku.", "Anke dan il-palazz stess huwa xogħol li ħallew dawn in-nies f'pajjiżna.", "Qed nagħmel dan il-parentesi biex nispjega għaliex il-kavallieri sa mill-1975 riedu li jkun hemm dan it-tip ta' koordinament ħalli jiffinanzjaw xogħlijiet ta' restawr tal-monumenti storiċi li ħafna minnhom ħallewhom huma f'dan il-pajjiż.", "Gvern Soċjalista qabel l-1987 kien ipprova jinvolvi lill-kavallieri fl- ispejjes biex isewwu l-ħsarat li kien hemm fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, li l-Granmastru Cotttoner, le Caissiere u ħafna oħrajn ikontribwixxew bil- goff għal dak il-ġojjell li baqa' wirt tagħna l-Maltin.", "Il-gvern Laburista kien għamel xi negozjati u anke kien hemm offerta biex San Ġwann jiġi offrut lill-Ordni biex meta jagħmlu l-investitura tal-kavallieri ġodda, dawn jiġu jagħmluha f'San Ġwan, dejjem bl-iskop li jkollok ċerimonja li fiha nnifisha kien ikollha valur kbir turistiku.", "Imma bħalma qal il- ministru, meta kien hemm gvern Nazzjonalista apparentement waqaf kollox għax telqu fuq linja differenti.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid nagħmel parentesi oħra żgħira biex ngħid li qabel l-1987 - u kont qomt hawnhekk ikkundanajtu u nkompli nikundannah - kien sar użu minn Sant'Anġlu li, fl-opinjoni tiegħi, kien waqqgħu għar- redikolu meta kont tkun dieħel il-port fuq il-vapur li jkun ġej minn Sqallija u tara disco f'Sant'Anġlu bis-psychedelic lights!", "Dak kien żball kbir li għall-grazzja ta' Alla huwa passat u żgur li ħadd m'hu qed jaħseb li jerġa' jagħmel disco permanenti fuq il-Forti Sant'Anġlu.", "Kif qal tajjeb iI-ministru, f'Ġunju ta' l-1991 gvern Nazzjonalista kien laħaq ftehim ma' l-Ordni għar-restawr u l-użu ta' parti minn Sant'Anġlu.", "Ikkonċentrajna fuq Sant'Anġlu għaliex sa l-1979 Sant Anġlu kien għadu HMS St Angelo, u kien sar qisu flagship tan-navy Ingliża, xi ħaġa marbuta ma' l- aspett militari.", "Wara li ħadna l-ħelsien u keċċejna 'l barra l-forzi militari ovvjament il-Gvern Malti seta' jara x'se jagħmel b'dan il-post.", "Kulħadd jaf li biex postijiet bħal dawn iżżommhom tajbin anke strutturalment ma tridx iżżommhom magħluqin għax inkella jiġrilhom ħsara kbira.", "Allura dejjem kien hemm l-impenn li wieħed jipprova jirriabilitah u jara x'se jagħmel bih.", "Fil-fatt l-agreement tal-gvern ta' l-1991 kien biex ikun hemm restawr ta' Sant'Anġlu u anke użu għal 50 sena, kif semma l-ministru.", "Wieħed irid jgħid ukoll li kien hemm ċerti xogħlijiet li saru fuq id-dar tal-gvernatur tal-forti, fuq il-kappella ta' Sant'Anna, fuq il-Kappella tan-Natività, fuq il-kwartieri militari ta' żmien l-Ordni, kif ukoll fuq iċ-ċimiterju li hemm hemmhekk, li kien użat fl-assedju ta' l-1565 u anke fil-pesta ta' l-1676.", "Kien sar rapport tekniku minn Nino Vicari ta' Palermo dwar dan ix-xogħol ta' restawr - u dan qed ngħidu anke for the record - u kien ġie approvat anke mid-dipartiment tal-mużewijiet, jiġifieri dan ix-xogħol kien għaddej.", "Ix-xogħol tkompla imma ma sar ebda progress fuq l-iżvilupp tar- relazzjonijiet bejn il-gvern u l-Ordni.", "Kif qal tajjeb il-ministru, kien inħatar xi kumitat u apparentement, minħabba din il-kwestjoni tat-talba tas- sovranità min-naħa ta' l-Ordni, dan il-kumitat spiċċa mblokkat.", "Hawnhekk nidħol fl-1996 meta sirt ministru u ġejt avviċinat mill- Ambaxxatur Marrajeni - illum m'għadux magħna - li kien wera x-xewqa li dan il-blokk li kien hemm bejn il-Gvern Malti u l-Ordni jiġi żblokkat.", "Reġa' tenna x'kienu x-xewqat ta' l-Ordni u min-naħa tagħna aħna wrejna mill-ewwel x'inhuma l-għanijiet tagħna.", "Aħna rajna mill-ewwel li l-kwestjoni tas- sovranità se tqanqal diskussjoni u għamel tajjeb li aċċenna għaliha għax wara kollox id-diferenzi hemmhekk li jorbtu.", "Aħna konna nafu li kien hemm - kemm min-naħa ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista dak iż-żmien, kif ukoll mill-partit, ħalli nkunu ċari - min kien kontra tagħha, però konna qegħdin nipprovaw naslu għal xi ftehim li l-gwadan minnu b'xi mod ipatti għal dak is-\"sagrifiċċju\" li wieħed irid jagħmel biex jagħti din il-biċċa lill- Ordni.", "Niftakar li konna daħħalna fl-istorja anke lill-mibki Avukat Edgar Mizzi li nsellimlu minn hawnhekk u nirringrazzjah għan-nom tal-pajjiż kollu u għaż-żewġ naħat għax-xogħol siewi li għamel tul il-karriera tiegħu għal dan il-pajjiż.", "Kien bniedem ta' ċerta integrità, ta' esperjenza kbira u ta' intelliġenza, li meta kien mitlub biex jipprova jiżblokka s-sitwazzjoni - wara li kont tkellimt fit-tul ma' Marrajeni u kien spjegali eżatt fejn hi s- sitwazzjoni kollha - niftakar li kien xtaq guidelines.", "Quddiem bniedem bħal dak ma tantx tħossok komdu li tagħtih guidelines.", "Jien li bl-umiltà kollha jien lanqas nibda quddiemu, kont għedtlu: Dr Mizzi, kulma ngħidulek tagħmel huwa li ġġib kemm tista' għal pajjiżna u itlaq l-inqas li tista', issa li taf x'inhu l-iskop tal-gvern, x'irid mill-Ordni u kif nistgħu nużaw dan l-iżvilupp.", "Niftakar li Dr Mizzi, bis-soltu kwalitajiet tiegħu, daħal fil-fond u kien jagħmel laqgħat regolari magħhom, u kien iżommna informati regolarment dwar x'kien għaddej.", "Tela' kemm-il darba Ruma u kemm-il darba kien hawn rappreżentanti mill-Ordni hawn Malta u l-affarijiet bdew mexjin.", "Però fl-atmosfera li kienet għaddejja dak iż-żmien kien jidher ċar li kulma kien se jagħmel gvern Laburista - u dan se ngħidu bl-ebda partiġjaniżmu - l-opożizzjoni Nazzjonalista kienet lesta li assolutament lanqas tibda tipprova tirraġuna.", "U dan minkejja li l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Dr Sant, kien qal f'dan il-parlament li kwalunkwe ftehim li konna se naslu jew ridna naslu għalih ma' l-Ordni ma kienx se jseħħ jekk kemm-il darba ma jkunx bil-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dan qalu ripetutament għal żewġ raġunijiet, l-ewwelnett għax kull meta titkellem fuq sovranità li tkun se tiġi ċeduta - għalkemm issa nispjega x'kien l-iskop - bilfors iridu jaqblu fuqha ż-żewġ naħat għax hija xi ħaġa kostituzzjonali, però fl-istess ħin kien qed jitkellem hekk għaliex ma kellux l-iskop li dan ikun xi trattat ta' l-Ordni ma' partit partikolari.", "Ma kienx jagħmel sens li tagħmel tip ta' ftehim, bħalma kien qed jipprova jiġi msawwar, li l-Ordni tkun taf li huwa maqbul biss ma' partit wieħed, ma' nofs il-poplu Malti.", "Aħna dejjem konna ngħidulhom li, ikun kemm ikun diffiċli u jieħu kemm jieħu żmien, ma konniex se nimxu jekk kemm- il darba ma nkunux ksibna l-appoġġ anke tan-naħa l-oħra għax konna konxji ta' l-implikazzjonijiet.", "Aħna ma stajniex nagħmlu ftehim li bih min ikun daħal fi trattat miegħek iħossu li m'huwiex qiegħed komdu ma' min jieħu over warajk.", "Fid-demokrazija gvern jinbidel u aħna dejjem konna konxji - għax qatt ma immaġinajna u qatt ma ħsibna li qegħdin hemmhekk għal dejjem, bħalma hawn min forsi jaħseb kemm hawn Malta kif ukoll f'ċerti pajjiżi oħra - li dan huwa ftehim li ridu naraw li jkun hemm qbil fuqu miż-żewġ naħat.", "Mr Speaker, ippermettili nittratta l-kwestjoni tas-sovranità.", "Huwa veru li l-Ordni kienet qed tfittex li jkollha mqar ċentimetru kwadru ta' territorju ħalli legalment tkun tista' tgħid li għandha mhux biss sovranità imma anke territorjalità.", "Allura mbagħad wieħed jgħid: Miċ- ċokon ta' pajjiżna se nagħtuhom biċċa?", "Veru, l-ewwel reazzjoni tkun li tgħid li m'għandniex minn fejn nagħtuhom, però ma ninsewx li konna qegħdin nitkellmu fuq Sant'Anġlu, mhux Għawdex kollu jew Kemuna kollha jew nofs Malta, imma fuq forti li bi ftehim, u bil-mod kif niftakar li kienu għaddejjin id-diskussjonijiet, kienet se tkun iktar xi ħaġa ta' isem milli ta' fatt. Għax kif jirriżulta anke mid-draft agreements li kienu qegħdin isiru dak iż-żmien, strettament kellna ħsieb li nagħtu s-sovranità fuq Sant'Anġlu u nerġgħu nieħdu tliet kwarti jew 90% minnha lura biex terġa' tiġi f'idejn il-Gvern Malti, kif jidher mill-fatt li m'hemmx dritt ta' l- asylum, l-applikazzjoni tal-liġijiet ta' Malta, l-applikazzjoni tal-qrati Maltin fuq dawn l-affarijiet, id-dritt li kellu l-gvern Malti li jidħol eċċ, kienu juru li dan qed tagħmlu fuq il-karta.", "Forsi mil-lat legali sħabi l-avukati jgħiduli li qed nissimplifika l-biċċa xogħol.", "Huwa veru għax jekk wieħed jidħol fil-profond ta' l-istudju ta' xi tfisser sovranità, sħabi jgħallmuni li hemm libreriji sħaħ ta' diskussjonijiet u opinjonijiet u interpretazzjonijiet li wieħed jispiċċa jagħmel għomru kollu jistudjahom u ċertament li hemm speċjalizzazzjonijiet fuq il-konċett tas-sovranità biss.", "Veru pjuttost qed nissimplifika l-kwestjoni kollha għax din hija acqua passata, pero' bl-ebda mod ma wieħed qed jagħmilha biex jiġġustifika jew jiskuża, imma sempliċiment għax issa rrid norbtu ma' dak li kellna f'rasna li konna se nakkwistaw b'dan it-trattat.", "Hawnhekk ta' min jgħid li min dak iż-żmien kien qed jiskrupla daqshekk fuq l-għoti ta' Sant'Anġlu biss għax nitilfu s-sovranità, kien nesa li fis- sittinijiet qabad il-gżira ta' Kemmuna - ma rridx inkun partiġjan fuqha imma ngħidu l-fatti kif inhuma - u taha lil ċertu John Gaul li Alla biss jaf minn fejn kien ġie u nafu l-istorja tiegħu kif spiċċat.", "Veru mhux għal ċens perpetwu imma tawhielu on a long lease ta' xi 99 sena biex jagħmel biha li jrid, tant li dan il-bniedem eventwalment bena l-lukanda ta' Kemmuna u Santa Marija complex, u ħadd ma seta' jagħmillu xejn għax kellu l- kuntratt mogħti lilu minn gvern Nazzjonalista.", "U niftakar li sa l-1974 gvern Laburista kien qed jagħmel minn kollox biex jerġa' jneħħi dak il- kuntratt li kien hemm.", "Hawnhekk jerġa' jidħol il-mibki Edgar Mizzi li kien qed jipprova jagħmel ftehim amikevoli li b'kapaċità kien irnexxielu jagħmel fl-1975, li għax ried John Gaul reġa' rritorna l-gżira ta' Kemmuna lill-Gvern Malti ħlief għal dawk il-partijiet li kienu żviluppati.", "Dan qed insemih ħalli npoġġu fil-perspettiva l-għaġeb u l-istorbju kollu li sar fuq is-sovranità, għax se nagħtu biċċa minn pajjiżna lill-kavallieri.", "Nerġa' ngħid li ma konniex se nagħtuha lil John Gaul imma lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann.", "L-istess wieħed irid jgħid fuq il-kwestjoni ta' Chambrai li hija iktar riċenti, meta l-gvern qabad din il-fortizza – li ħalli ma ngħidx li għandha valur storiku u m'għandhiex il-pożizzjoni prominenti bħalma għandu Sant'Anġlu, imma għal Għawdex u anke għal pajjiżna hija ta' valur – u reġa' pprova jgħaddiha bil-ġirja biex jagħtiha lil min taha.", "U sal-lum, jekk tistaqsini ta' min hi u min qed iħaddimha, ngħidlek li ma nafx.", "U din hija parti minn artna.", "Mela min għamel dak il-plejtu kollu fuq is-sovranità ta' Sant'Anġlu ma ddejjaq xejn li jaqbad Chambrai u jagħtih lil Memmo u Memmo ma nafx lil min għaddieh u llum lanqas nafu għand min qiegħed.", "Imbagħad nista' nidħol fl-istorja kollha tas-sovranità ta' pajjiżna u l-Unjoni Ewropea, imma mhux se nidħol f'dan l-argument għax inkella nispiċċaw pitgħada.", "Imma hemmhekk ukoll ma tantx għandna skrupli li nċedu d- drittijiet tal-parlament, id-drittijiet tal-qrati tagħna, u d-drittijiet tal-bank ċentrali tagħna!", "Qegħdin ngħidu li hemmhekk sovranità differenti.", "Għalhekk għedt li hemm volumi u libreriji sħaħ fuq xi tfisser sovranità, imma kulħadd iġebbidha bħal chewing gum skond fejn jaqbillu.", "Sur President, wara li għedt dan kollu, ejja naraw x'hemm differenti bejn dan il-kuntratt u dak li kellu f'rasu li jagħmel il-Partit Laburista li kien għadu sempliċement qed jagħmel diskussjonijiet u draft agreements.", "Però malli kien hemm bidla fil-gvern, l-Ordni tal-Kavallieri, meta rat il- mod aħrax li bih tkellmu kemm l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien u anke membri min-naħa tagħna, u wrew li m'hemmx ċans li jċedu biċċa minn pajjiżna għax jitilfu s-sovranità, they settled għal xi ħaġa ħafna inqas minn dak li kien għaddej bejnietna.", "Qed ngħid hekk għax, bħalma għedt fil-bidu, aħna konna qegħdin niżnu l-valur ta' dak li se nagħtu.", "Aħna konna konxji li konna se nagħmlu pjaċir kbir lill-Ordni Sovrana ta' San Ġwann, imma konna nafu wkoll li se niggwadanjaw xi ħaġa għal pajjiżna.", "U d-differenza enormi toħroġ mid- draft agreements meta tikkomparahom mal-ftehim li hemm illum.", "Jien smajt b'attenzjoni lill-ministru u fl-ebda ħin ma semma x'inhu l- valur ta' dan il-ftehim li dan il-gvern se jagħmel ma' l-Ordni.", "Naħseb li meta tasal biex tagħmel ftehim bħal dan, tagħmlu bi skop li se titlef xi ħaġa u se takkwista xi ħaġa oħra.", "Jien m'iniex se naqa' fir-redikolaġni li kien waqa' fiha Dr Zammit Dimech meta kien jipprova jirredikola lil Dr Alfred Sant, meta qal li dan kien se jiġi jieħu falkun mingħand il- granmastru darba fis-sena u xebbħu ma' Karlu V. Naħseb li aħjar jgħaddas rasu fl-affarijiet li jikkonċernaw l-ambjent u dawn l-affarijiet iħallihom għax l-istorja nafuha daqsu, imma m'għandniex nirredikolaw l-affarijiet b'dan il-mod.", "Il-gvern illum ferħan għax se jikkonkludi dan l-agreement, u sa ċertu punt anke aħna għax dejjem ridna li nqarrbu lejn l-Ordni u nisperaw li r- rabtiet jissaħħu u jkunu ta' benefiċċju għaż-żewġ naħat.", "Aħna bl-ebda mod m'aħna se nkunu bħat-tfal iż-żgħar li kellna fl-oppożizzjoni dak iż-żmien, li għal kulma konna nagħmlu kienu jħabbtu saqajhom u jgħidu: Le le!", "Jien qed nispjega r-raġunijiet u qed inpoġġi dak kollu li għadda fl-isfond ta' dak kollu li aħna kellna f'moħħna.", "Aħna qegħdin ngħidu li dak iż-żmien l- iskop ta' Sant'Anġlu konna qed inpoġġuh fl-isfond tal-programm li kellna aħna għall-iżvilupp tal-port u tal-Kottonera.", "Infatti dan huwa msemmi fil- preambolu ta' l-agreement li konna għamilna aħna.", "Aħna kellna viżjoni li niżviluppaw ix-xatt ta' Pinto għall-cruise liners, niżviluppw il-Birgu u nagħmlu yacht marina ħalli nkabbru hemmhekk, u f'Sant'Anġlu jkollna din l-Ordni prestiġġjuża - hawn min ma jaqbilx magħna, imma aħna ngħidulha prestiġġjuża - li l-preżenza tagħha hemmhekk kienet se tkun is-sede tal-Granmastru ta' l-Ordni.", "Kienet se tkun ukoll ċentru ta' l-operazzjonijiet għall-attivitajiet ekonomiċi ta' l-Ordni.", "Dan ma jirriflettix ruħu fl-agreement li għamel il-gvern illum.", "Aħna konna qegħdin ngħidu li jekk se nagħmlu dan is-sagrifiċċju u nagħtu d-dritt tas- sovranità lill-Ordni ħalli mhux biss tkun Ordni Sovran bil-kelma imma jkollha sovranità de facto territorjali, din trid tittrasferixxi l- attivitajiet ekonomiċi tagħha hawnhekk.", "Bħalma semmejt fil-bidu, l-Ordni għandha attivitajiet ekonomiċi mferrxa mad-dinja kollha u għandha bħala membri l-aqwa miljunarji u l-aqwa nies ta' influwenza, jekk tħares biss lejn il-branka Amerikana tagħha.", "Hemm min jgħid li hemm kuntatti oħra, imma jien mhux se nidħol f'dak l-aspett.", "Allura jekk is-sede tal-Granmastru ta' l-Ordni jitlaq minn Ruma u jiġi hawn Malta, apparti li jkollna s-sede ta' l-attivitajiet umanitarji għax illum il-ġurnata dan huwa l-għan prinċipali ta' l-Ordni, jkollna wkoll iċ-ċentru ta' operazzjonijiet ekonomiċi ta' l-Ordni.", "Kien hemm anke diskussjonijiet biex jinfetaħ bank ta' l-Ordni ġewwa Sant'Anġlu.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fuq l-ammont ta' art li se tingħata għall-użu għax illum qegħdin nitkellmu fuq biċċa minn Sant'Anġlu peress li l-biċċiet l-oħra tawhom lill-ħbieb tal-consortia tal-proġett tal-Kottonera.", "Jien konvint li kien ikun iktar għaqli li kieku tajna Sant'Anġlu lill-Ordni u nħalluh jiżviluppah kollu.", "Il-potenzjal ta' Sant'Anġlu huwa tremend u żgur li mhux se jiġi żviluppat b'dak il-mod - għax m'hemmx dawk is-sorsi ta' fondi u l-interess li għandha l-Ordni ta' San Ġwann - minn dawn in-nies li bilkemm nafu min huma.", "Xbajna nisimgħu li daqqa wieħed tbiddel ma' l- ieħor u jbigħ biċċa minn hemm, l-ieħor se jagħmel il-flats, l-ieħor se jagħmel il-yacht marina, l-ieħor se jagħmel il-casino u hotel u tajniehom taħt Sant Anġlu kollu, imbierek Alla!", "Dak ma jimpurtax!", "Ara hemmhekk m'hemmx telf ta' sovranità!", "Għidli min huma dawn għax bħalma ma konniex nafu, u għadna ma nafux sal-lum, min huma dawk li ħadu Chambrai - u għandna diżastru hemmhekk għax kollox telaq - l-istess ġara f'Sant'Anġlu.", "Illum il- biċċiet ta' isfel u l-bini ta' madwaru tajniehom lil dawn in-nies li bilkemm nafu min huma għax qegħdin taħt isem ta' kumpanniji, la għandna rbit meta se jispiċċaw, la nafu eżatt x'se jagħmlu u lanqas meta se jibdew.", "Diġà ilhom sentejn u ħames xhur minn mindu ħadu l-gvern u sal-lum kulma għamlu huwa li waqqgħu xi bini x-xatt tal-Birgu u kollox wieqaf.", "Però dawn għandhom il-karti f'idejhom u għandhom id-drittijiet tagħhom bħalma kellu Memmo f'Chambrai.", "U żgur li ħadd ma jista' jeħodhomlhom lura għax la jkun iffirma l-gvern imbagħad ikollna nibilgħuhom dawn l-affarijiet.", "Sur President, jien qed norbot x'kienet il-viżjoni tal-kuntatti tagħna ma' l-Ordni, li żgur li ħadd f'sensih m'hu se jqabbel il-potenzjal ta' l-Ordni ta' San Ġwann biex tiżviuppa post bħal dak - fejn hemm ċerta rabta storika u nostalġija biex jerġgħu jiġu f'post fejn raw it-taqbid, fejn raw id- difiża ta' Malta u dak iż-żmien kien jgħidu anke tal-kristjaneżmu fl-Ewropa – mal-potenzjal ta' min qed jipprova jiżviluppa partijiet minnu jew biex jagħmlu garage kbir taħt l-art jew xi flats biex ibigħhom lill-barranin.", "Hawnhekk irridu nikkonċentraw ħalli naraw kemm dak li qegħdin ngħidu li se jsir fil-Kottonera se jżid il-valur jew se jkun ta' detriment għall- image ta' Sant'Anġlu bħala s-sede ta' l-Ordni ta' San Ġwann.", "Fil-kuntratt tal-lum imkien ma rajt li hemm xi obbligu li dawn iġibu s-sede tagħhom hawnhekk, sempliċement se jkun sede oħra ta' l-Ordni, però mhux ir- residenza tal-granmastru.", "M'hemm l-ebda irbit li dawn se jkollhom xi attivitajiet kummerċjali ekonomiċi.", "Il-ministru qal li qed isiru taħdidiet ħalli jiżviluppaw agreements fuq il-posta u fuq il-flus.", "Dak kollu veru, u anke kien ikkontemplat fid-draft agreement li konna qegħdin nagħmlu aħna - ħalli ma jmurx xi ħadd jaħseb li dawn xi affarijiet ġodda - però l-enfasi li kienet qiegħda ssir, b'differenza għal dak li qed jgħid il-gvern illum, kienet li dan ikun is-sede ta' l-attivitajiet kulturali u umanitarji.", "Mill- bidu nett fil-preambolu għedna li dan se jkun is-sede ta' l-attivitajiet umanitarji u ċ-ċentru ta' l-operazzjonijiet ekonomiċi ta' l-Ordni.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fuq id-dettalji li ta l-ministru dwar l- immunitajiet u l-privileġġi, li tipprovdilhom l-ilma, id-dawl, li jkun hemm aċċess miftuħ, li jkun hemm double taxation agreement u affarijiet bħal dawn.", "Dawk kollha huma l-istess.", "Imbagħad il-kwestjoni tirriduċi ruħha għal x'se jiġri b'dan il-kuntratt.", "X'konna qegħdin nipprovaw nagħtu lill- Ordni u x'konna qed nippretendu mingħandhom.", "Dan għednieh kemm-il darba u anke jien personalment kelli okkażjoni nerġa' nsemmi l-mejjet ambaxxatur Marrajeni, li inċidentalment kien l-iktar wieħed li dam ambaxxatur hawn Malta, u jidher li konna mexjin.", "Issa, kif kont qed ngħid, irridu naraw il- potenzjal li għandu dan il-post.", "Dak iż-żmien l-oppożizzjoni kienu jiġbdulna saqajna: \"Qisu xi Vatikan dan!\"", "F'dan il-pajjiż wieħed mill-ikbar servizzi li żviluppa huwa t-turiżmu u llum il-ġurnata żviluppaw ħafna pageants.", "Jien naqbel u mhux qed nikkritika l-inizjattiva tal-gvern Nazzjonalista.", "F'dawn il-pageants ikun hemm nies libsin period costumes u jagħmlu re-enactments ta' żmien il- kavallieri u ta' żmien il-Franċiżi.", "Dan kollu tajjeb u t-turisti jiġu għalihom dawn l-affarijiet.", "Għandek organizzazzjonijiet mad-dinja kollha ta' dawn ir-re-enactments ta' żmien ir-Reġina Vittorja jew ta' żmien is- suldati Franċiżi.", "Fit-turiżmu trid toffri l-prodott li jidher li qed jogħġob lit-turist għax wara kollox inti trid tattira lit-turist.", "Bl- umiltà kollha ngħid - u bla dubju kulħadd jaqbel miegħi – li madwar il- Mediterran, forsi b'eċċezzjonijiet żgħar, imkien m'għandek konċentrament ta' monumenti u siti storiċi fi spazju daqshekk żgħir daqskemm għandek ġewwa Malta.", "Għalhekk meta jirnexxilek tattira lura f'pajjiżek lill-Ordni ta' San Ġwann ġewwa forti daqshekk prominenti fil-Port il-Kbir ta' pajjiżna u hemmhekk tużah bħala s-sede tagħha, ara x'appell din ikollha għall-eluf kbar ta' kavallieri li hemm madwar id-dinja, fil-Ġermanja, fl-Amerika, fl- Italja, fi Franza, biex dawn jikkonċentraw fuq dik is-sede.", "Mela diġà għandek traffiku ta' turiżmu ta' kwalità, nies li jiġu għal skopijiet ta' mistrieħ, għal skopijiet ta' konferenzi, jew sempliċiment għax se tkun iċ- ċentru ta' l-attrazzjoni peress li s-sede tal-granmastru qiegħed hemmhekk.", "Dan ma joħroġx mill-kuntratt li qed jagħmel il-gvern illum.", "Apparti dan, xi ħaġa li qiegħda komuni fiż-żewġ agreements hija li dawn jistgħu jżommu ċerti nies bl-uniformi hemm ġew, bħalma huma l-gwardji Svizzeri fil-Vatikan, biex ikunu anke ta' attrazzjoni.", "Imma aħna ridna iktar minn hekk.", "Meta konna qegħdin naraw il-potenzjal ta' Sant'Anġlu kollu f'idejhom, bil-kobor tal-kmamar u sotterranei li fih, fil-bidu l- Ordni kienet qablet magħna li se tonfoq xi USD70 miljun fir-restawr.", "Din il-figura kienet kważi maqbula, imma mbagħad kien hemm diskussjonijiet biex din ma tiġix parti mill-kuntratt, imma tiġi annessa f'appendiċi mal- kuntratt ħalli jiġi speċifikat aktar fid-dettall kif se jintnefqu dawn il- flus.", "Qed nitkellmu fuq somma fenominali ta' USD70 miljun.", "Illum il- ġurnata m'għandna xejn imniżżel dwar dan.", "Forsi n-naħa l-oħra tistaqsina: X'kellkom black on white?", "Jien għandi d-dokumenti f'idejja hawnhekk u l- ministru jista' jara l-kopji ta' dan kollu fil-file.", "Sfortunatament ma wasalniex minħabba ċ-ċirkostanzi, imma jien qed ngħid fejn kienu qed jimbuttaw id-diskussjonijiet.", "U f'idejn bniedem kapaċi bħal Edgar Mizzi kont konvint li bil-mod il-mod konna se naslu għal dak li ridna għax min- naħa ta' l-Ordni kien hemm dispożizzjoni tajba.", "Forsi jgħidulna: U żgur li jkun hemm dispożizzjoni tajba jekk kontu se tagħtuhom is-sovranità ta' Sant'Anġlu!", "Veru, imma għalhekk qed nispjega x'kien qed jiġi milgħub bħala bilanċ.", "Ma kienx qed isir kif qed isir illum!", "Illum din se tkun sempliċement sede diplomatika aktar kbir milli għandu l-Ambaxxatur ta' l- Italja ġewwa l-Imsida, jew inkella milli għandu l-Ambaxxatur Franċiż jew milli għandu l-High Commissioner Ingliż.", "Din hija sempliċement sede diplomatika ta' l-Ordni.", "Sur President, l-iskop tagħna kien aktar 'il bogħod minn hekk; kellna f'moħħna l-aspett ekonomiku u l-valur turistiku, xi ħaġa li tattira lin- nies.", "Forsi ssib min jgħidlek li huma ħmerijiet li toqgħod tmur hemm biex issib flus differenti jew bolol differenti, imma t-turist imur għal dawn l- affarijiet.", "Għaliex in-nies imorru jixtru sett ta' flus tal-Vatikan meta jafu li dawn m'huma se jixtru minn imkien bihom?", "Imma dawn jixtruhom bħala souvenir, biex jgħidu li għandhom sett flus tal-Vatikan u sett bolol tal- Vatikan.", "Dan huwa l-mod kif int timmassimizza l-introjtu ekonomiku ta' dak li tkun għamilt.", "U għalhekk nixtieq li l-ministru jispjegalna x'inhi l- viżjoni tagħhom, x'se nakkwistaw aħna minn dan il-kuntratt li se jagħmlu mal-kavallieri.", "Hemm projections x'se nieħdu minn dan il-ftehim?", "Għax jekk se jkollna ambaxxata oħra, ngħid li żdiedet oħra!", "Jien informat - but I stand to be corrected - li min qed jieħu ħsieb Sant'Anġlu llum lanqas biss kien informat li din se tiġi quddiem il- parlament issa biex tiġi ratifikat.", "Ir-relazzjonijiet u l-kuntatti huma neqsin daqshekk f'dan il-pajjiż?", "Meta sar jaf li ġejja quddiem il- parlament dan qal li lanqas kien jaf li se tiġi diskussa biex tiġi ratifikata.", "Jien nawgura li jekk isir dan it-trattat, li ovvjament se jsir għax dan il-parlament jaqbel miegħu llum u ma jistax ma jsirx, naraw li nimmassimizzaw l-introjtu tagħna.", "Issa forsi wieħed jgħid li ma nistgħux nitkellmu dejjem f'sens pekunjarju jew f'sens ekonomiku.", "Imma għaliex le?", "Żgur mhux se nġibu lill-kavallieri hawnhekk biex noqogħdu narawhom jarmaw biex jerġgħu jmorru jiddefendu l-qabar ta' Kristu ġewwa Ġerusalem!", "Bla dubju, irridu l-preżenza tal-kavallieri f'pajjiżna għax illum dawn għandhom image, huma xi ħaġa li d-dinja moderna tal-computers tal-lum sfortunatament insiet.", "Tmur fejn tmur fid-dinja juruk ċerti trappings ta' l-istorja.", "Jekk tmur fil-Polonja juruk il-palazzi tat-Teutonic Knights, u jekk tmur il-Portugal juruk il-kuntatti li kellhom.", "Kullimkien jiġri dan.", "L-Ingilterra għad għandhom ħafna tradizzjonijiet li llum tidħak meta tarahom imma hemm qegħdin.", "U n-nies imorru biex jaraw il-Beefeater liebes dik il-libsa li għandu ġewwa t-Tower of London.", "Dan hu l-iskop; l-aspett ekonomiku u l-aspett turistiku.", "Jekk kemm-il darba aħna mhux se ninjettaw dawn l-affarijiet fl-area tal- Port il-Kbir u fil-Kottonera m'aħna se naslu mkien.", "Kif għedt diġà, jidher li fil-proġett tal-Birgu hemm ċertu nuqqas ta' ħeġġa għax il-Ministru Zammit Dimech dejjem jgħid li se jibdew u ma jibdew qatt!", "Waqa' ċint qabel l-elezzjoni, marru żewġ ministri jew tlieta biex jagħmlu propaganda, u wara ma ġara xejn.", "Imbagħad reġgħu bdew jaqilgħu wara ma nafx kemm żmien, u l- istorja għadha għaddejja.", "Sur President jien ngħid li l-iskop kollu m'huwiex biex sempliċement ngħidu li l-kavallieri ġew hawnhekk u noqogħdu nerġgħu nitgħannqu magħhom u ngħidulhom prosit ta' dak li għamlu!", "L-iskop huwa li nerġgħu npoġġu fuq il-mappa tad-dinja - mhux lil Malta għax Malta qiegħda hemmhekk - xi ħaġa importanti fuq it-tikka li hija Malta.", "Niftakru l-istorja penuża tas-sede ta' l-awtorità marittima, tal-law of the sea fejn iġġelidna u tħabatna - hija storja kkomplikata - biex inġibu s- sede tagħha hawnhekk, u ddispjaċiena meta tlifnieha u marret il-Jamaica.", "Aħna konna fraħna ħafna anke meta kellna sempliċement rikonoxximent ta' l- istitut ta' l-anzjani mill-United Nations hawn Malta għax hija xi ħaġa ta' ċerta portata internazzjonali.", "Aħna ma nistgħux naspiraw li jkollna l-Ġnus Magħquda hawn Malta jew inkella l-ILO bħalma hemm ġewwa Geneva.", "Ma nafx għaliex m'għandux ikollna 'l quddiem, għax wara kollox qegħdin f'pożizzjoni tajba biżżejjed u n-newtralità hemmhekk tidħol, ħalli 'l quddiem inkunu nistgħu b'xi mod naslu anke għal dawn l-aspirazzjonijiet.", "Forsi mhux sena, tnejn, għaxra, għoxrin sena oħra imma xi darba tasal għalihom.", "Iżda meta tiġi opportunità bħal din għandna nagħmlu minn kollox ħalli nimmassimizzaw il-potenzjal li se jġib miegħu dan il-ftehim.", "In-nies lanqas jafu li int u għaddej f'dik it-triq li hemm quddiem l-iSpanish Steps ġewwa Ruma hemm is-sede ta' l-Ordni ta' San Ġwann.", "Immaġinaw li d-dinja kollha tkun taf li dan il-forti antikissmu, sabiħ, pittoresk li hemm fid- daħla tal-Port il-Kbir, li hu wieħed mill-isbaħ portijiet tad-dinja, huwa s- sede uffiċjali ta' l-Ordni ta' San Ġwann.", "Dan li konna se nagħmlu aħna.", "Issa forsi tgħidli li b'dan il-ftehim se jkun hemm il-bandiera Maltija u l- bandiera ta' l-Ordni jittajru flimkien fuq Sant'Anġlu.", "Veru li se jkollna dan id-dritt, imma tippretendix li tieħu jekk ma tagħtix ħafna!", "Meta tagħti ftit se tieħu ftit lura, jekk se tagħti ħafna se tipprova li tieħu lura ħafna.", "Din hi d-differenza bażika.", "Jien kelli chance noqgħod nagħmel analiżi taż-żewġ kuntratti bid-dettalji kollha tagħhom kif konna qed nikkontemplaw li jsiru aħna u kif qed jipprova jagħmilhom il-gvern illum.", "Bażikament il-biċċa l-kbira tad-dettall, per eżempju, jekk kemm-il darba dan ikollux in-number plates tal-karozzi tiegħu, jekk kemm-il darba jkollux ir-regolamenti tal-ħaddiema tiegħu skond il-liġi Maltija, għalija huwa immaterjali.", "Għax il-kunċett bażiku u ta' differenza bejnietna kien proprju kemm int se tagħmel pjaċir lill-Ordni - ħalli nuża l-kelma tagħmel pjaċir - però kemm se titlob lura.", "U aħna ma konniex se nitolbu ftit, imma konna se nitolbu dan kollu biex nieħdu benefiċċji ekonomiċi u anke benefiċċji turistiċi, u fl-istess ħin għall- image ta' pajjiżna.", "Sur President dan kollu ma jirriżulta bl-ebda mod minn dan l-agreement li qed jagħmel il-gvern illum.", "U nixtieq li l-ministru ta' l-affarijiet barranin jgħidilna x'inhuwa jippretendi l-gvern mingħand l- Ordni Sovran ta' San Ġwann.", "Għax jekk kemm-il darba dan l-agreement isir u l-Ordni tibgħat erba', ħames kavallieri hawnhekk jieħdu ħsieb il-post, jagħmlu ftit restawr, kultant jagħmlu laqgħa hemm ġew, kultant itellgħu l- bandiera u forsi jmur iżurha l-Granmastru, aħna se nkunu kuntenti, Sur President?", "Il-ministru qal li dan il-post se jingħata għal 99 sena – veru li ħadd minna m'hu se jkun hawn fl-aħħar tad-99 sena - u l-kuntratt qed jgħid li wara 50 sena jew 75 sena kull naħa tista' tirrexxendi mill-kuntratt u dan isir effettiv ħames snin wara li dan ikun ta l-avviż, jiġifieri qed nitkellmu fuq 55 sena oħra jew inkella 80 sena oħra.", "Però jekk dan ma jkunx qed jagħmel dawk l-affarijiet li int tippretendi li se jagħmel u mhux qed tieħu dak li qed tippretendi fis-sens ta' exposure, ta' putting Malta on the map, ta' benefiċċju ekonomiku, ta' impatt fuq it-turiżmu, ta' upgrading tal-Kottonera, ta' dehra isbaħ għall-port.", "Immaġina jkun hemm il- cruiseliners fuq in-naħa l-oħra tal-port u meta jittawlu mit-twieqi tal- kabini tagħhom jaraw is-sede ta' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann faċċata tagħhom!", "Forsi m'hawnx min hu daqshekk romantiku, forsi m'hawnx min tinteressah daqshekk l-istorja, però dawk it-tip ta' turisti m'humiex dawk it-tip li qed jiġu fuq il-vapuri navali, jitilgħu ħarba sa Paceville u jerġgħu jinżlu.", "Dawk in-nies jiġu għax iridu jaraw Malta u l-istorja tagħha u jien ma nistax nimmaġina Malta mingħajr l-istorja tal-kavallieri.", "L-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann hija l-unika ordni li għadha teżisti minn dawk iż-żminijiet, għax pajjiżi oħra, bħall-Polonja, l-Ingilterra u l- Ġermanja kellhom ordnijiet ta' kavallerija u ordnijiet differenti li llum, għalkemm ma ngħidx li sparixxew, m'għandhomx is-saħħa u m'għandhomx l- impatt fuq l-immaġinazzjoni u anke de facto qed jagħmlu x-xogħol li qed tagħmel madwar id-dinja l-Ordni ta' San Ġwann.", "Mela immaġina dan il- cruiseliner qiegħed f'Pinto Wharf kif qed nimmaġinawh li għandu jsir, u t- turist iħares faċċata u jara s-sede ta' l-Ordni ta' San Ġwann, u d-daħla ta' l-Isla u d-daħla tal-Birgu żviluppati f'yacht marina sabiħa u b'dak kollu li konna qed nimmaġinaw li għandu jsir.", "Dan s'issa għadu kollu ħolm!", "Għalhekk nerġa' nistaqsi kemm se nkunu tassattivi u x'qed nippretendu mill-Ordni?", "Għax fil-kuntratt m'hawn irbit ta' xejn.", "Jekk tistaqsini aħna x'konna se nagħmlu, ngħidlek li ma nafx, għax il-kelma finali konna għadna ma għamilnihiex.", "Però dawn kienu l-ħsibijiet li kellna, li jkun hemm ċertu irbit.", "Infatti jekk wieħed jara anke d-diċitura ta' l-agreements li konna qed nitkellmu fuqhom aħna, sa mill-bidu nett fil-preambolu qegħdin norbtu:", "\"Desirous of giving a new life to the Cottonera and at the same time give the Order the opportunity of a home in the enclave of St Angelo ....\"", "Sur President, dan kien l-iskop li konna qed naħdmu fuqu.", "Jien m'għandix dubju li kieku aħna bqajna mmexxu, akkost li kien jisfratta kollox fl- aħħar, konna nġibu ċertu commitment.", "Għax aħna ma konniex se niġu quddiem il-parlament Malti u ngħidulu li se nagħtu biċċa art żgħira bħala parti sovrana lill-Ordni bla ma jkollna commitment min-naħa tagħhom dwar x'se jagħmlu u jkunu marbutin li jagħmluh.", "Iżda, indawwar kemm indawwar il- ftehim li qed jiffirma l-gvern, imkien ma nsib dan il-commitment.", "U nerġa' ngħid li dawn jistgħu liberalment għal numru ta' snin jibqgħu jagħmlu ftit restawr, jiltaqgħu darba kultant, itellgħu l-bandiera u jgħidulna: Ara ma tersqux 'l hawnhekk għax sa 50 sena żgur ma jista' jersqilna ħadd hawnhekk għax għandna ftehim mal-Gvern Malti.", "Jien naħseb li veru hija deċiżjoni iebsa li tagħti biċċa art bħala parti sovrana għal dejjem lill-Ordni, jew lil min kien, però daqstant ieħor huwa tal-biki jekk int tagħti parti minn pajjiżek għal 50 sena u m'għandek l- ebda rabta x'se jsir fuqha.", "Jien diġa għedt x'għamel il-gvern Nazzjonalista fil-passat b'Kemmuna u b'Chambrai.", "Aħna ma rridux naraw replika ta' din il-kwestjoni kollha.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq biċċa minn Sant'Anġlu għax il-biċċa l-kbira tiegħu, l-parti t'isfel li hija l-proprja storika, li għandha potenzjal tremend turistiku għada pitgħada kieku wieħed ħalliha f'idejn min veru kien se jiżviluppaha, dik marret għand il-ħbieb.", "U m'għandix dubju li se ssir biċċa real estate, kif ġara ġewwa Chambrai u f'postijiet oħra.", "Hekk se ssir hemmhekk għax dan il-gvern dgħajjef f'dawn l- affarijiet.", "Ma kellux għalfejn jagħti dik il-biċċa mal-kuntratt tal- Kottonera, imma taha għax ried li jissodisfa lill-ħbieb kollha.", "Kulħadd ried idaħħal idejh fil-borma u peress li ma kienx hemm biżżejjed għal kulħadd ħa biċċiet oħra biex jissodisfa lil kulħadd.", "Meta konna qed nitkellmu fuq il-proġett tal-Kottonera bl-ebda mod ma kien hemm il-ħsieb li xi partijiet minn Sant'Anġlu jingħataw għall-proġett tal- Kottonera.", "X'għandu x'jaqsam!", "Imma min kien qed joġġezzjona li ma jistax jidħol ibigħ il-karawett fuq il-moll m'oġġezzjona xejn issa li dawn il- partijiet storiċi, wirt daqshekk prezzjuż tal-poplu Malti. jingħata lill- erba' żviluppaturi, biex ma ngħidx negozjaturi u spekulaturi ta' l-artijiet u l-proprjetà.", "Hawn għandna replika kontinwa ta' dak li ġara fil-passat mill-istess gvern.", "U għalhekk jiddispjaċina, għax aħna bl-intenzjonijiet kollha tajbin, bħalma konna aħna fil-passat, ridna niġu hawn ngħidu li rridu naqblu lkoll biex nagħtuhom sovranità fuq dik il-biċċa art.", "Jien nibqa' nsostni li ma kien ikolli xejn fil-kuxjenza u l-ebda dispjaċir li kieku stajna nagħmluha dik il-biċċa xogħol għaliex konna se nagħtuhom Lm100 biex immedjatament jagħtuna lura Lm99 minnhom.", "Is-sovranità kienet se tkun biex huma sempliċement jgħidu: \"Iva, fuq il-karta\", imma bħalma semmejt id-drittijiet kollha li se jkollu l-Gvern Malti llum f'dan il-kuntratt fuq Sant Anġlu kienu se jkunu hemm ukoll.", "Jekk insemmu l- klawsola li dawn ma jistgħux jagħtu asylum u ma jistgħux jipproteġu lil xi kriminal hemm ġew, xorta kienet se tkun fil-kuntratt li konna se nagħmlu aħna.", "L-applikazzjoni tal-liġi Maltija, li l-qorti u t-tribunali Maltin ikollhom ġurisdizzjoni esklussiva, u li jkun hemm nies b'uniformi hemm ġew; hekk konna se nagħmlu aħna wkoll.", "Jekk xi ħadd jagħmel reat kriminali hemm ġew l-Ordni tkun marbuta li tinforma lill-awtoritajiet Maltin immedjatament ħalli jieħdu l-passi kriminali u jittieħdu l-miżuri ġudizzjarji kollha li joħorġu mil-liġi Maltija.", "Jiġifieri kieku kienet sovranità totali - u nerġa' ngħid li ma rridx nidħol fl-argument ta' xi tfisser sovranità - kienu jgħidu: Jekk aħna sovrani hawn, la l-liġi Maltija ma tgħodd, la l- pulizija Maltija, la l-qrati Maltin, xejn!", "Għalhekk jien qed ngħid li aħna konna se nagħtu s-sovranità biex huma jkollhom is-sovranità li għandhom bżonn, però konna se nieħdu lura tlett kwarti, 90% minnha lura lejn il-poplu Malti.", "U ta' dak il-'pjaċir' li konna se nagħmlulhom konna se nieħdu lura l-benefiċċji kollha li joħorġu minn dak kollu li spjegajt.", "Sur President, ma nirrepeti lili nnifisi, imma jien ipprovajt inqabbel, apparti l-kuntratti, il-mod kif aħna konna qed inħarsu lejn l-iżvilupp tar- relazzjonijiet bejn pajjiżna u l-Ordni Sovrana ta' San Ġwann.", "Ma kienx sempliċement ġest ta' diplomazija, ma kienx ġest biex nogħġbu lil xi ħadd, ma kienx pajjiż li ridna nagħmlu relazzjonijiet miegħu għax forsi jkollna bżonnu biex jimbuttana għal x'imkie, ma kienx każ li jservi biex nagħmlu ambaxxaturi lil xi erba' bażużli Maltin u nibagħtuhom l'hemm u l'hawn biex jgħixu ħajja ta' ambaxxatur.", "Dan kollu konna qegħdin narawh mill-bidu nett u għamilnieh ċar lill-Ordni, jiġifieri mhux qed ngħiduh illum li l- affarijiet ma seħħewx.", "Huma kienu jafu x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern Malti.", "Bħalma għedt, fil-preambolu kien imsemmi li dan kellu jkun bħala parti mill-iżvilupp tal-Kottonera, għal raġunijiet ekonomiċi biex inkunu nistgħu nieħdu xi ħaġa lura minn dak li ninvestu.", "Wara kollox meta bniedem jinvesti, x'qed jagħmel Sur President?", "Meta aħna nagħtu permess biex bniedem jaqbad biċċa art u jibni lukanda fuqha, mhux tiegħu għal dejjem issir din?", "Għalfejn inkunu tajnihielu lil dak?", "Għalfejn niġu f'din il-Kamra b'riżoluzzjoni biex nagħtu artijiet tal- gvern lit-tali kumpannija u lit-tali istituzzjoni jew għaqda?", "Ħalli nkunu qegħdin nilħqu jew għan nobbli bħal meta tajna l-artijiet lil tal-mużew u lil ċerti organizzazzjonijiet sportivi, jew inkella għal skopijiet kummerċjali.", "U skop kummerċjali ma jfissirx li jien se nagħmel xi profitt minnu, imma li l-użu ta' dik l-art jiġġenera ċerta attività kummerċjali u ekonomika li fl-aħħar mill-aħħar jiggwadanja minnha l-pajjiż, għax jipprovdi l-impjiegi, jattira t-turiżmu, joħloq il-ġid u l-ġid jitqassam fuq kulħadd.", "Dan hu l-iskop.", "Allura x'differenza kien hemm meta konna nitkellmu aħna u minn dik in-naħa kienet toħroġ rabja u anke min-naħa tagħna kien hemm min joħroġ ċerta rabja, qisna se nagħmlu xi sagrileġġ li nagħtu biċċa art lill-Ordni?", "U nerġa' ngħid li hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu xi kuntrattur li beda l-bieraħ, xtara erba' gafef u sar sinjur bihom, imma qed nitkellmu fuq l-Ordni ta' San Ġwann li għandha status, għandha fondi u għandha rispett mad-dinja kollha, ħalli dak l-investiment li konna se nagħmlu jirrendi għall-ġid tal-poplu Malti kollu.", "Sur President, filwaqt li din in-naħa m'hijiex se toġġezzjona għal dan il- kuntratt u wieħed jawgura li joħroġ ġid minnu għaliex aħna ma nistgħux immorru kontra dak li nemmnu, però xorta b'dispjaċir ngħid li kieku dak iż- żmien ma kienx hemm din il-pika partiġjana, kieku ma kienx hemm dik l- ossessjoni li lil dak il-gvern irridu nkissruh a kwalunkwe kost, bħalma qal is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista meta qal li ħadmu biex iwaqqgħu l-gvern, jien naħseb li s-sens komun kien jirbaħ dak iż-żmien u kien jirraġuna li kien fl-aqwa interess tal-pajjiż li dak il-pass li konna se nagħmlu, nagħmluh.", "Illum il-gvern qed jagħmel pass ħafna aktar żgħir minn hekk, se jagħmel pass li żgur mhux se jkollu riżultati li konna qed nittamaw aħna.", "Sfortunatament iż-żmien ma taniex iċ-chance nipprovaw dak li konna qegħdin nagħmlu.", "Fuq nota pożittiva jien nawgura li r-relazzjoni bejn Malta u l-Ordni, li wara dawn is-snin kollha qegħdin nagħqlu kapitlu ieħor mir-relazzjonijiet tagħna magħhom, tkun relazzjoni b'saħħitha li, minkejja li m'hemm ebda rbit fil-kuntratt, tkun anke ta' benefiċċju għal pajjiżna.", "Nawgura li tkun relazzjoni li jekk hemm bżonn anke tissaħħaħ 'il quddiem.", "Lill-gvern ngħidlu jżomm widnejh miftuħa u għallanqas jisma' x'inhuma x-xewqat ta' l- Ordni u ma jaqtax barra dak li qed toffri.", "U meta jpoġġi l-Ordni ta' San Ġwann fil-keffa tal-miżien u fil-keffa l-oħra jpoġġi xi kuntrattur, naħseb li jaqbillu jgħid li l-Ordni ta' San Ġwann għandha ħafna aktar weight milli għandu dak il-kuntrattur.", "Għax għalkemm qed ngħidu li din il-biċċa art mhux se tingħata għal dejjem imma għal 99 sena, imma 99 sena mhux biċċa sew mill-istorja ta' pajjiżna?", "Jekk se nafdaw biċċa art f'idejn xi ħadd biex iħaddimha għal mitt sena, jien nawgura li tkun mitt sena ta' ġid reċiproku, kemm għall-Ordni u kemm għal pajjiżna f'dan il-każ, u ma jiġrix bħalma ġara fil-każ ta' Kemmuna jew ta' Chambrai u ta' ħafna postijiet oħra.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, segwejt b'attenzjoni sia d- diskors tal-ministru kif ukoll id-diskors ta' l-Onor.", "George Vella u naħseb li huwa għaqli li kemm jista' jkun wieħed ma jkunx polemikuż dwar fatt bħal dan u jmur għas-sustanza ta' l-affarijiet.", "Hemm argument f'dak li qal l- Onor. Vella, li Malta għandha rabta kbira ma' l-Ordni Sovran Militari ta' San Ġwann.", "Huwa fatt magħruf li ħafna mit-turisti li jiġu Malta, speċjalment dawk li jkunu ġejjin mill-Amerka, jaħsbu li l-istorja ta' Malta hija unikament marbuta ma' l-Ordni Sovran Militari ta' San Ġwann.", "Wieħed jinnota wkoll li ħafna mit-turisti li jiġu minn ċerti pajjiżi jfittxu biss l-istorja ta' l-Ordni Sovran Militari f'Malta.", "Din ma ġietx mix-xejn lanqas, għax jekk wieħed joqgħod jaħseb jirrealizza li kienet l-Ordni li l- aktar li għamlet żmien tiddomina f'dan il-pajjiż.", "Jien ma ngħidx li l- Ordni biss ħalliet ġid kulturali jew ġid soċjali f'dan il-pajjiż, imma kull dominanza li kellna ħalliet l-effetti tajbin tiegħu.", "Ċertament li l- Franċiżi kif ukoll l-Ingliżi ħallew il-ġid tagħhom ukoll.", "L-Ingliżi tawna ħafna affarijiet li llum qed insibuhom ta' frott u ta' vantaġġ fuq pajjiżi oħrajn Ewropej u anke fid-dinja.", "Però huwa fatt magħruf li l-Ordni ta' San Ġwann tat ħafna saħħa lil pajjiżna u poġġietna wkoll fuq il-mappa, minħabba l-importanza li l-Ordni riedet tieħu għaliha nnifisha.", "Malta qabel kellha rabta aktar mal- Mediterran u b'mod partikolari ma' Sqallija.", "Riċentement miet wieħed mill- aqwa storiċi li rat id-dinja, Steve Runciman li kiteb l-istorja tal- kruċjati b'mod mill-aktar dettaljat.", "Fost it-testi tiegħu nsibu test fuq I Vespri Siċiliani fejn, għall-kuntrarju ta' ħaddieħor, Runciman jgħid li sab evidenza li qabel ma seħħ dak l-avveniment in-nobbli Sqallin kienu ltaqgħu f'Malta.", "U kienu ltaqgħu f'Malta prinċiparjament minħabba l-fatt li ma kienx hemm biżżejjed vapuri biex jieħdu ħsieb jipproteġu lil Malta.", "Id- difiża kienet batuta u allura n-nobbli Sqallin kienu ltaqgħu hawn Malti qabel ma ġara li ġara.", "Kulħadd jaf li d-djoċesi ta' Malta kienet marbuta ma' diversi postijiet - ma' Sqallija, ma' Ragusa u ma' Catania - u għal ħafna żmien pajjiżna kien qisu a minor state taħt Sqallija, gżira oħra ma' l-arċipelagu Sqalli.", "Fortunatament għalina, meta ġiet l-Ordni hawn Malta, dan kollu nbidel radikalment.", "Tant inbidel radikalment li l-viżjoni ta' Malta saret viżjoni ta' pajjiż sovran, għal rasu.", "Veru li kellna biex niftaħru għax f'ċerti mumenti ġejna qisna superpower, għax f'daqqa waħda l-Ordni Sovran Militari ġabet hawnhekk diversi bastimenti tagħha.", "Ħafna min-nobbilta' ta' l-Ewropa u ħafna mill-prinċpijiet ta' l-Ordni ġew hawn Malta.", "Per eżempju, issemma' ħafna l-Forti Chambrai, li huwa msemmi għal kavallier sinjur Franċiż li qatta' ħajtu jikkumbatti fil-Mediterran u għamel glorja lill-Ordni.", "Stranament dan kien jissejjaħ ir-Rosso di Malta, għax il-bandiera tiegħu kienet salib tal-fidda bl-aħmar.", "Imma l-punt huwa li l-Ordni ġab dimensjoni kompletament differenti għal Malta.", "Dawk iż-żmenijiet l-ewwel dimensjoni li wieħed ried jara kienet id-id-dimensjoni militari, li naturalment aħna akkwistajna meta rnexxilna nżommu lit-Torok milli jkomplu bl-invażjoni tagħhom.", "Meta mbagħad bastimenti mill-Ordni ħadu sehem attiv ħafna fil-Battalja ta' Lepanto, aħna affermajna ruħna bħala pajjiż li għandu identità kompletament separata minn dik ta' pajjiżi oħrajn.", "Wieħed ma jridx iħares lejn l-Ordni bħala ordni militari biss.", "Hemm il- ħolm tal-militar - u l-kurituri ta' dan il-Palazz huma mimlija b'ħafna pitturi u xeni sbieħ ta' ta' kumbattimenti li saru fuq il-baħar u ta' rikorrenzi fejn l-Ordni uriet ħafna kuraġġ - però l-Ordni mhux dan biss għamlet imma ġabet ħafna affarijiet ta' kultura.", "L-ewwel pass kulturali kien dak marbut mal-mużika.", "Stranament f'dan il-pajjiż ma kienx hawn strumenti mużikali.", "Minn rapport li sar jingħad li l-kant kien biss dak Gregorjan u għall-ewwel darba bdew jinġiebu l-orgnijiet minn Sqallija u mill-Ewropa u bdiet tindaqq il-mużika hawn Malta.", "L-istess għandu jingħad għal dik li hija pittura u anke skultura, kif semma tajjeb il-kollega tiegħi.", "Meta ġew il-kavallieri qagħdu ġol-Birgu, u naħseb li r-ritorn ġol-Birgu permezz ta' dan il-ftehim, se jkollu ftit reminixxenzi tal-passat.", "Wieħed irid jgħid ukoll li f'din id-dimensjoni konna fortunati li l-kavallieri qishom ġew Malta darbtejn, għax meta ġew il-Birgu għamlu l-auberges fejn joqogħdu - u fil-Birgu għandna auberge ta' l-Ingilterra mentri fil-Belt m'għandniex - imbagħad meta La Vallette iddeċieda li jibni l-Belt, reġa' kellna riproduzzjoni ta' l-auberges li kien hemm ġewwa l-Birgu.", "Jiġifieri l-Auberge de France, l-Auberge de Bavière, l-Auberge de Castille reġgħu ġew riprodotti fuq skala ikbar u fuq skala isbaħ, għax imbagħad għandek ukoll l- introduzzjoni tal-Barokk, li tant huwa sabiħ.", "Hawnhekk naraw kemm kienu importanti l-ħidma u l-flus tal-kavallieri għal pajjiżna.", "Mr Speaker, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kotba f'dan il-perijodu ta' transizzjoni, wieħed irid jagħti mertu wkoll lill-Ingilterra, għax huwa magħruf li, għalkemm diversi granmastri ħassew il-bżonn li jagħmlu biblijoteka nazzjonali, din effettivament infetħet mill-Ingliżi, veru li bil-maġġoranza tal-kotba li ħallew hawnhekk il-kavallieri, però l-pass kien ukoll fid-direzzjoni li l-Maltin ikollhom ukoll aċċess għal dan it-tagħlim.", "Sur President, semmejt l-aspett militari u ma dħaltx fl-aspett marittimu.", "Illum aħna għadna nitbaqbqu u niddiskutu dwar kemm huma importanti t- tarznari tagħna li jieħdu ħafna ħin mill-operat tal-gvern, u din hija wkoll parti mill-istorja li ġejja minn żmien il-kavallieri.", "Il-kavallieri wkoll tawna din il-ħidma, sia mill-aspett ta' tindif, irranġar u bini ta' bastimenti, kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' Maltin li jitilgħu abbord ta' bastimenti u jieħdu sehem fil-ħajja ta' kuljum fuq il-bastimenti marittimi.", "Allura kien tajjeb li sar mużew marittimu ġewwa l-Birgu stess, minn fejn proprju twieldet din il-ħajja ġdida ta' l-istorja Maltija u baqgħet marbuta hemmhekk.", "Jien inħoss li l-mod kif sar dan il-ftehim huwa tajjeb, u aktar 'il quddiem irrid nidħol fid-dettall.", "Però wieħed ma jridx jaħseb li dan huwa xi ritorn lura tal-kavallieri f'Malta kif kien fi żmenijiet oħra.", "Dik kienet folja ta' l-istorja u din tal-lum hija folja kompletament differenti.", "Jien infakkar lil din il-Kamra li kienu saru diversi attentati biex tinġieb lura l-Ordni hawn Malta, on paper biex ngħidu hekk.", "Fil-fatt ta' min isemmi l-famuż Trattat ta' Amiens, li kien jgħid li l-Ordni Sovrana u Militari kellha tirritorna lura hawn Malta.", "(Interruzzjonijiet) Dan għadu kif qalu l-Onor.", "George Vella wkoll, Onor. Evarist Bartolo, jiġifieri fuq din il-ħaġa qbilna.", "U għandu raġun għax dak huwa s-sewwa magħruf.", "Ma nafx għalfejn wieħed għandu jmeri li dan il-melting pot Ewropew seħħ b'mod sabiħ l-ewwel darba f'Malta.", "Jiġifieri dan huwa kollu parti - ħalli nieħdu naqra mertu! - mill-progress tagħna bħala pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Forsi huwa żball li se nidħlu daqshekk tard, missna dħalna iktar kmieni!", "Imma apparti dan il-punt, jiena li kont qed nipprova ngħid huwa li t- Trattat ta' Amiens kien ipprova jerġa' jġib lura lill-Ordni hawn Malta.", "Interessanti wkoll li f'dak it-trattat kien hemm provvediment għat- twaqqif ta' sezzjoni ta' Kavallieri Maltin.", "Illum għandna diversi Maltin li huma fl-Ordni.", "(Interuzzjonijiet) X'inhuma dawn l-interruzzjonijiet kollha min-naħa ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo li s-soltu jkun bniedem mill- iktar attent u edukat?", "Però ħalli nkompli bid-diskors umli tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) U le, m'għandekx għalfejn tiskuża ruħek, Onor Bartolo!", "Nispera li tkun darba unika f'leġislatura sħiħa li inti ġġib ruħek b'dan il-mod!", "Dak iż-żmien il-Maltin kienu mxebbgħin mill-prepotenza ta' ċerti kavallieri u bil-mod ta' kif kienu jsiru l-affarijiet u wieħed irid jgħid ukoll li Sir Alexander Ball kien ħalla image tajba ħafna għax kien mexa b'mod mill-iktar tajjeb mal-Maltin.", "Allura l-Maltin kienu qegħdin jidħlu f'ħajja ġdida u bdew jaraw kultura kompletament differenti, apparti mill- fatt li l-Ingliżi diġà kellhom diversi allaċċjamenti fil-Portugal u f'Napli, li taw ukoll dik id-dimensjoni internazzjonali lil Malta b'mod li l-istatus ta' Malta ma ntilifx.", "Jiġifieri Malta ma reġgħetx ittieħdet bħala xi gżira taħt dominju ta' ħaddieħor.", "Meta l-Ordni ta' San Ġwann spiċċat minn pajjiżna, għaddiet minn perijodu ta' tbatija kbira għax kellha ddur id-dinja u kellha diversi problemi li min jaqra l-istorja ta' l-Ordni żgur li qiegħed jifhem għalxiex qiegħed nirriferi.", "Però fl-aħħar tal-ġurnata wieħed irid jaċċetta li l-Ordni Sovran Militari tatna immaġni kbira fid-dinja, xi ħaġa li aħna m'għandniex narmuha.", "Għalhekk huwa tajjeb li inti tagħmel dan il-ftehim għax dan jagħti importanza kbira lill-aspett umanitarju ta' l-Ordni.", "Fil-verità llum l-Ordni m'hijiex armata bit-tankijiet tal-gwerra jew bl-ajruplani imma hija armata umanitarja, armata li tgħin fir-relazzjonijiet internazzjonali, u mhux biss, imma l-Ordni wkoll għadha tinkorpora sezzjoni reliġjuża.", "Naħseb li ħaġa tajba li qed issir f'dan il-ftehim hija li qed nagħtu importanza lil din il-ħajja ġdida ta' l-Ordni.", "Sfortunatament hawn min baqa' jaħseb li l-Ordni militari għandha terġa' tiġi lura mill-passat, jiġifieri nerġgħu naraw lil de La Valette u lil de Verdalle ħerġin mill-oqbra tagħhom biex jergħu jkunu magħna!", "Illum irridu naċċettaw li l-Ordni Sovran Militari inbidlet għax l-Ordni hija organizzazzjoni umanitarja fuq bażi reliġjuża.", "Din hija ordni ta' nies insara u tajjeb ukoll li f'dan il-ftehim aħna qegħdin nagħtu doveri lill- Ordni li kapaċi tagħmilhom.", "L-Ordni illum m'hijiex kapaċi tmexxi hotel jew hostel, torganizza audio-visuals jew affarijiet li huma marbutin strettament mat-turiżmu, però għandha l-kapaċità li ġġib hawn Malta membri ta' l-Ordni tagħha stess, u li tagħmel forums hawn Malta biex isiru diskussjonijiet internazzjonali dwar aspetti umanitarji fid-dinja.", "Apparti minn hekk għandha wkoll il-linji tal-filatelija u tal-muniti, li huma baqgħu sew.", "Kif semma tajjeb il-ministru, għandhom problema għax il-bolol ma jistgħux jintużaw għas-servizz postali imma l-kollezzjonisti jfittxuhom b'ċertu żelu.", "Jien naf diversi nies f'Malta li xtraw il-kollezzjoni tal- bolol u ta' dawn il-muniti.", "Hija ħaġa tajba li fil-ftehim aħna stess qegħdin nagħtu importanza u nħeġġu lill-Ordni biex tkompli għaddejja fuq dawn il-linji.", "Jekk wieħed jipprova jagħmel mill-Ordni xi ħaġa li m'hijiex inkunu qegħdin niżnaturaw l-affarijiet.", "F'dan l-aspett, dan il-ftehim qiegħed jirrispetta lill-Ordni għal dak li hija.", "L-Ordni llum qiegħda f'din id-dimensjoni u hekk għandha tiġi aċċettata.", "Tajjeb li wieħed jgħid li t-titolu li bih l-Ordni qed tidħol hawn huwa dak ta' l-użu.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "George Vella, min mhux avukat isib diffikultà biex jifhem dan.", "Imma taħt id-dritt ċivili Malti, l-użu jfisser dritt personali li tagħmel użu minn xi ħaġa u dak id-dritt personali jmut mal-persuna.", "F'dan il-każ partikolari qegħdin ngħidu li għandhom dritt ta' l-użu, jiġifieri qegħdin nieħdu dak it-tagħlim li hemm fil-Kodiċi Ċivili, però għal dak li għandu x'jaqsam ma' żmien allura japplika dan il-ftehim.", "Jiġifieri qed indaħħlu klawsola speċifika fil-ftehim ta' l-użu biex jiġi kkontrollat dak li huwa żmien.", "Jiġifieri m'aħniex nagħtu t-titolu ta' l- użu lill-Ordni Sovran Militari sakemm din tibqa' teżisti fid-dinja, imma qegħdin ngħidu li dan jibqa' jeżisti għal ċertu ammont ta' żmien, kif stipulat f'dan il-ftehim, li jinkludi l-mappa li turi fejn qiegħed il-post u anke d-dimensjoni ta' dak li se jingħata lill-Ordni.", "Għal min jaf tajjeb Sant'Anġlu, jaf li din hija massa kbira ta' proprjetà u fiha wieħed jistenna li jkun hemm numru ta' attivitajiet u promozzjoni l-iktar kulturali b'ideat u ħsebijiet u fl-istess ħin lok ta' inkontru.", "Jekk m'iniex sejjer żball, is-sena l-oħra l-Ordni ċċelebrat it-800 sena ta' l-eżistenza tagħha u ġew numru kbir ta' kavallieri hawn Malta.", "Fil- fatt fil-knisja ta' San Lawrenz fil-Birgu saret quddiesa importanti fejn ġie ċċelabrat dan il-fatt.", "Dan hu li aħna rridu.", "Aħna rridu li hawn Malta jkun il-post fejn isiru dawn l-attivitajiet ta' din l-organizzazzjoni internazzjonali u umanitarja, organizzazzjoni li l-preżenza tagħha tagħmlilna ġieħ u anke tissodisfa ċerti risposti.", "Kulmin jiġi minn barra u għandu naqra kultura, waħda mid-domandi li jagħmillek, jekk mhux l-ewwel domanda, hija fejn hi l-Ordni Sovran Militari.", "Naħseb li b'dan il-mod aħna nistgħu nwieġbu liberament li l-Ordni issa għandha sede fil-Forti ta' Sant'Anġlu.", "Sur President huwa tajjeb li din is-sede se tkun f'Sant'Anġlu - u nista' ngħid li bħala deputat tat-tieni distrett ħadt pjaċir - anke minħabba l- aspett tar-restawr.", "Fil-fatt artiklu 10 tal-ftehim jgħid li l-Ordni għandha tirrestawra l-parti li għandha f'idejha ta' Sant Anġlu u l-bini u l- kostruzzjonijiet fl-aqwa standards possibbli u raġonevoli sabiex minn hemmhekk aħna nerġgħu nieħdu lura dak li kien Sant'Anġlu.", "Jiġifieri permezz ta' dan il-ftehim mhux biss qegħdin nagħtuhom sede - għaliex stajna tajniehom auberge oħra jew xi post ieħor - imma qegħdin norbtuhom li jagħmlu dan ir-restawr u jerġgħu jġibu lil Sant'Anġlu lura għall-glorja passata.", "Sant'Anġlu huwa l-post l-iktar indikat għal din il-ħaġa għax kien proprju ġewwa Sant'Anġlu fejn saru l-kumbattimenti l-iktar importanti u l- iktar deċisivi.", "L-Ordni salva għax salva Sant'Anġlu, allura s-salvazzjoni ta' Sant'Anġlu hija wkoll marbuta ma' din l-idea.", "Irridu ngħidu wkoll li għalkemm fit-tieni gwerra mondjali kellna diversi bumbardamenti, però fil-maġġoranza tiegħu Sant'Anġlu ġie ppreservat.", "Allura Sant'Anġlu għalina huwa simbolu ta' l-eżistenza ta' din l-Ordni Sovran Militari.", "L-Onor.", "Vella semma ordni oħra ta' kavallieri, it- Tewtoniċi, però kulħadd jaf l-istorja ta' kif dawn ġew eliminati fi Franza u f'diversi pajjiżi fl-Ewropa, fejn il-Kavallieri ta' Malta kienu ġew akkużati b'dan, għax ħafna mill-artijiet li kellhom f'idejhom dawn il- kavallieri ngħataw lill-Ordni Sovran Militari ta' Malta.", "F'din l-ottika sħiħa, naħseb li aħna m'aħniex qegħdin nitilfu xi opportunità li stajna nieħdu.", "Anzi, jiena naħseb li b'dan il-ftehim qaxxarna kulma nistgħu nieħdu.", "Jien nemmen li l-libsa li qegħdin infasslu hija libsa li tiġi preċiż lill-Ordni Sovran Militari, la se tkun libsa ikbar u lanqas iżgħar.", "U wieħed irid jgħid li l-mod sabiħ ta' kif sar dan jirrispetta wkoll din id- dimensjoni li tagħti lill-Ordni Sovran Militari din il-pożizzjoni.", "Iżjed minn hekk - u dan il-punt semmejtu u ma niddejjaqx nerġa' nsemmih - f'Malta ġiet it-tradizzjoni marittima mhux biss għax kellna l-kavallieri li kellhom ħafna bastimenti u kellhom ħafna saħħa, imma wkoll għax f'Rodi kien hemm dejjem l-aktar skola avvanzata f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi marittima.", "Interessanti li anke taħt id-Dritt Ruman, meta Ruma kienet tiddomina d-dinja mhux biss bis-saħħa militari imma wkoll bil-liġijiet tagħha, meta kienet tiġi għal-liġijiet marittimi kienet tieħu l-liġijiet marittimi ta' Rodi.", "Allura hemm ċertu simboliżmu fis-sens li s-sede ta' l- importanza marittima f'dak li huwa aspett legali, iċċaqalqet minn Rodi taħt il-kavallieri u ġiet f'Malta, u anke f'Malta stabilixxiet ruħha b'mod mill- iktar tajjeb.", "Issa rrid niġi għall-proġett tal-Kottonera, punt li aċċennajt għalih però nixtieq nidħol iktar fid-dettall dwaru.", "Dan il-ftehim narah bħala anċillari għal dak il-proġett.", "Il-proġett tal-Kottonera jista' jgħaddi mingħajru, imma jien ngħid li bih jisbieħ.", "Iżda issa wieħed ma jridx jibda jmaqdar x'kien hemm u x'ma kienx hemm fil-proġett.", "Diġà ddikjarajt diversi drabi li nixtieq li l-Istat kellu biżżejjed fondi biex dak li jrid jagħmel bil-proġett tal-Kottonera jagħmlu hu, però l-verità hi li m'hemmx dawn il- fondi.", "Din xi ħaġa li rridu naċċettawha u l-gvern, kien min kien, kellu bilfors idur fuq dawn in-nies li qegħdin hemmhekk għan-negozju.", "Dawn ingħataw din il-konċessjoni u qegħdin jiżviluppawha.", "Jien ninnota li wħud mill-membri tan-naħa l-oħra jqajmu diversi kwestjonijiet fuq dan.", "Ma' kull pass li nagħmlu nisimgħu ħafna problemi biex forsi wieħed jerġa' jkollu iktar dewmien u l-proġett idum biex isir.", "Però kull min imur hemm ikollu jirreġistra li x-xogħol beda, li minkejja dak li jingħad minn ċerti nies, bejn fatti u paroli issa bdew jidhru l-fatti.", "Jien niftaħar u niddikjara kemm hi ħaġa sabiħa li waqa' l-ħajt tan-No.", "1 Dock ġewwa Bormla.", "L-Onor.", "George Vella ġibidli saqajja għax kont preżenti fit-twaqqigħ tal-ħajt.", "Iva, nieħu pjaċir li kont preżenti u meta ngħaddi minn ġewwa pajjiżi nieħu pjaċir nara li waqa' kompletament l-ħajt li ilni nara minn mindu kont tifel żgħir, il-ħajt li ra nannuwi u l-ħajt li ra missieri, u l-ħajt li hemm illum huwa kompletament differenti.", "Il-ħajt twaqqa' kompletament u wieħed irid jirreġistra punt importanti, li ħriġtu f'domanda parlamentari, illi għall-kuntrarju ta' dak li pprova jagħti x'jifhem xi ħadd min-naħa l-oħra, fi żmien l-amministrazzjoni Laburista ma kienx hemm il-ħsieb li jaqa' l-ħajt kollu imma li jaqgħu żewġ filati biss minnu.", "Kienet din-naħa tal-Kamra li talbet li jaqa' l-ħajt kollu kemm hu u effettivament ħareġ il-permess biex il-ħajt jaqa' kollu.", "Kull min huwa mill-Kottonera jgħid kemm hija ħaġa tajba li waqa' dak il-ħajt.", "Ikun hemm min imaqdar, però kull min iħares fil-fond ta' qalbu jaf li hija xi ħaġa storika li s-sena 2000 ġewwa Bormla bdejnieha bit-twaqqigħ tal-ħajt.", "Wieħed ma jistax imeri l-fatti għax hemm qegħdin.", "Jien nifhem li n-naħa l-oħra jixtiequ li jkun hemm ix-xempju tal- perfezzjoni, però bir-rispett kollu aħna umani u allura suġġetti għall- imperfezzjoni.", "Żgur li kollox jista' jsir aħjar, dejjem aqwa, u kull meta aħna ngħidu xi ħaġa, fuq in-naħa l-oħra nsibu professuri li jifhmu dejjem iktar milli nifhmu aħna!", "Imma l-iktar ħaġa importanti hija li inti tirreġistra progress u l-progress huwa li l-affarijiet jibdew isiru.", "Jiena nibqa' skantat li meta jingħalqu ċerti postijiet, peress li jkunu qed isiru xi xogħlijiet, biex min ikun għaddej ma jweġġax, allura jkun hemm min jgħid li dak huwa tnaqqis tad-drittijiet!", "Jekk qed isir ix-xogħol fil-post, huwa fl-interess tas-sigurtà ta' min ikun miexi li ma jgħaddix minn hemm.", "Ma nistgħux nimmaġinaw li tkun qed issir xi kostruzzjoni u n-nies ikunu jistgħu jgħaddu liberament waqt li qed isir ix-xogħol.", "Waqt li kienu għaddejjin id-diskussjonijiet dwar il-proġett tal- Kottonera, in-naħa l-oħra kienu wkoll ikkritikawna ħafna fuq il-casino.", "Kienu qalu li n-nies kollha tal-Kottonera se jmorru jilagħbu l-flus tagħhom hemmhekk u kienu qalu l-Bambin biss jaf kemm se jkollna problemi soċjali għax issa kulħadd se jibda jitlef il-flus hemmhekk, speċi ta' traġedja kbira għall-umanità!", "Iżda llum irridu nirreġistraw li l-Comune di Venezia interessa ruħu li jistabilixxi ruħu hawn Malta billi jagħmel casino hawnhekk.", "Mhux hekk biss imma ntrabat li jidħol fil-post restawrat.", "Naħseb li dan huwa achievement ieħor li wieħed irid bilfors jenfasizzah.", "Huwa żball li kollox naraw ikrah u kollox ħażin.", "Jien nifhem li wħud minn tan-naħa l-oħra qegħdin jiddejqu li aħna, bħala Partit Nazzjonalista, qed inwettqu dak il-ġid li ddikjarajna li nagħmlu, imma fl-aħħar mill-aħħar dak li qed isir tajjeb jibqa' tajjeb għaż-żewġ naħat u jgawduh in-nies tal- post.", "Jien inħoss li għandna nagħmlu enfasi li n-nies tal-Kottonera jkollhom sehem iktar attiv f'dak li qiegħed isir hemmhekk, mhux f'dawk li huma ostakoli imma sehem attiv fix-xogħol li qed isir hemmhekk.", "Jien tkellimt diversi drabi fuq l-importanza, per eżempju, tal-barklori, tan-nies li jaħdmu hemmhekk u fuq l-importanza li għandna nagħtu għall-proġett sħiħ kollu kemm hu.", "Imma finalment wieħed irid jaċċetta li dak li qiegħed isir mill-Partit Nazzjonalista huwa avvanz, huwa pass 'il quddiem.", "Illum hemm aħna fil-gvern u aħna wegħedna li se nagħmlu xi ħaġa u qed inwettquha.", "Tan- naħa l-oħra kienu wiegħdu li se jagħmlu dawn l-affarijiet u ma wettquhomx għax ħallew sakemm waslet l-elezzjoni.", "Jien semmejt li kien intalab il-permess mill-awtorità ta' l-ippjanar biex jitwaqqgħu żewġ filati tal-ħajt tan-No.", "1 Dock, imma l-applikazzjoni saret biss fl-aħħar xahrejn tlieta ta' l-amministrazzjoni Laburista, meta kien hemm diġà x-xamma li ġejja elezzjoni.", "Allura talbu permess biex jitwaqqgħu żewġ filati biss, mhux il-ħajt kollu, għax kienu jafu li jekk jitolbu l- permess għall-ħajt kollu kien se jdum, imma biex iwaqqgħu żewġ filati l- permess kien jingħata malajr.", "U hekk ġara, il-permess ingħata malajr u bdew iwaqqgħu dawn iż-żewġ filati ħalli jagħtu l-impressjoni li kien se jaqa' l-ħajt kollu.", "Kienet vera manuvra politika ad arte kif għamluha.", "Imn'Alla jgħaddi ż-żmien u ż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma, u tajjeb li dan jiġri hawnhekk fil-Kamra tad-deputati.", "Irrid ngħid li in ġenerali dan huwa ftehim tajjeb li se jagħmlilna ġieħ.", "Aħna m'għandniex f'rasna li issa se jibda jkollna chartered planes tal- kavallieri ġejjin u sejrin, però huwa post fejn bil-mod il-mod se jibni l- attività tiegħu, għax id-dinja ssir b'passi żgħar.", "Ovvjament Rome was not built in one day imma kollox bil-mod il-mod għax kull konslu żied ma' l- affarijiet ta' Ruma kull imperatur żied ma' l-isbuħija ta' Ruma u Ruma tibqa' tiskopri affarijiet sbieħ u tibqa' tiskopri anke l-effetti tagħha.", "Riċentement qrajt li ġo Londra sabu sit Ruman ġo dawk l-iskyscrapers u sabu wkoll muniti tad-deheb ta' l-Imperatur Traianu xi ħaġa ta' importanza kbira.", "Il-punt huwa li dan il-pajjiż jirreġistra progress ġurnata wara ġurnata.", "L-affarijiet ma jsirux f'daqqa, imma billi tibnihom bil-mod il- mod, u bil-mod il-mod tiżviluppa wkoll din il-parti limitata ta' Sant'Anġlu.", "Jien ma rridx nidħol fil-polemika ta' kif missna tajniehom it- titolu.", "Jien niftakar li l-għajta tan-naħa l-oħra kienet: \"Se nagħmlu Vatikan ieħor f'Malta!", "Jien naħseb li lanqas l-Ordni Sovran Militari ma kienet interessata li titlaq minn Ruma, fejn hemm il-qalba tal-kristjaneżmu, tal- kattoliċiżmu u jiġu hawn Malta.", "Anzi l-istorja ta' l-Ordni kienet turi li diversi granmastri kienu jitilgħu Ruma għax il-granmastru kien jgħid li hu jaqa' taħt il-Papa.", "Diversi granmastri li kellhom sitwazzjonijiet ta' rewwixti tal-kavallieri kontra tagħhom kienu jitilgħu Ruma, u fil- maġġoranza tal-każi l-Papa dejjem kien jagħti raġun lill-granmastru.", "Jiġifieri ma nintilfux f'dawn l-affarijiet, ma nintilfux jekk kellniex nagħmlu Vatican II jew Vatican V jew Vatikan differenti minn dak li hemm ġewwa Ruma!", "Jien naħseb li l-mod kif sar dan il-ftehim iżomm il-bilanċ bejn l-Istat Malti u l-Ordni Sovran Militari ta' Malta.", "Veru aħna nippretendu li l-Ordni żżomm il-kelma tagħha, u ovvjament l- Istat Malti mhux qed jagħmel dan il-ftehim ma' xi ħadd li ma nafuhx u rridu nimponu ċerti klawsoli oħrajn li s-soltu ma jiġux imposti.", "L-Ordni Sovran Militari hija magħrufa u hemm fiduċja kbira għax hemm relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-Ordni.", "Ma naħsibx li nkun qed niżbalja jekk insemmi l- memorja tajba ta' l-ambaxxatur Marrajeni li għamel ħafna ġid lil pajjiżna u kellu relazzjonijiet tajbin ħafna maż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kien bniedem maħbub minn ħafna nies u kulħadd japprezza x-xogħol kbir li għamel u bqajna għaddejjin f'din il-linja sħiħa.", "Jiġifieri r-relazzjonijiet bejna u l- Ordni ma nbidlux, imma kienu dejjem tajbin ħafna, kemm taħt amministrazzjonijiet Laburisti kif ukoll taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.", "Nikkonkludi billi ngħid li dan huwa ftehim tajjeb li għalija, bħala deputat tat-tieni distrett, se jidħol bħala parti mill-ottika sħiħa tal- proġett tal-Kottonera.", "Naħseb li huwa ftehim li kellu jsir dejjem, u sar tajjeb kif sar, indipendentement mill-fatt jekk hemmx il-proġett tal- Kottonera jew le.", "Grazzi.", "Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nista' nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri Legali għadda mill-istadju tal-kumitat b'xi emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 30 ta' Jannar 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr speaker, jekk bniedem joqgħod iħares ftit lejn x'qed jiġri madwarna u jara ftit fuq xiex jaħsbu n-nies malajr jirrealizza li ċirkostanzi attwali ta' nies differenti għandhom it-tendenza li jkunu varjati skond dak li jolqot lil dik il-persuna jew dik il-parti tal-pajjiż f'dak il-mument.", "Għaldaqstant wieħed irid jirrealzza li filwaqt li aħna forsi naħsbu li l-affarijiet attwali huma dawk li aħna niddiskutu hawn ġew, u filwaqt li forsi edituri ta' gazzetti jaħsbu li dak li hu attwalita' fil-mument ikun dak li jaħsbu huma li qed jiġri fil-ħajja soċjali jew fil- ħajja politika kif jarawha huma, effettivament jirriżulta biċ-ċar li għan- nies differenti dak li hu attwali u dak li hu ta' importanza għalihom huwa bil-wisq iżjed differenti minn dak li jaħseb min ikun qed jikkmanda.", "Wieħed mis-suġġetti attwali li bħalissa n-nies qed jiddiskutu u anke jagħtu l-opinjoni tagħhom dwaru huwa l-ftuħ tal-ħwienet nhar ta' Ħadd.", "Bħalissa hawn diskussjoni sħiħa dwar dan is-suġġett.", "Min jgħid li ċerti ħwienet għandhom dritt jiftħu u oħrajn m'għandhomx.", "Min jgħid li ħwienet kollha għandhom jiftħu u min jgħid li ħadd m'għandu jiftaħ nhar ta' Ħadd.", "L- opinjonijiet huma varji, pero' minn surveys li saru jidher ċar li b'mod ġenerali l-konsumatur huwa ta' l-opinjoni - għallinqas dawk li ġew mitluba jagħtu l-opinjoni tagħhom - li l-ħwienet għandhom jiftħu nhar ta' Ħadd.", "Min-naħa l-oħra dan il-pajiż għadu għaddej b'regolamenti li saru madwar 50 sena ilu li għadhom jgħidu li nhar ta' Ħadd il-ħwienet m'għandhomx jiftħu ħlief għal ftit eċċezzjonijiet.", "Issa ċ-ċirkostanzi nbidlu b'mod li naħseb li hemm bżonn ta' reviżjoni f'din il-liġi.", "Jiena ngħid li l-pendlu m'għandux imur minn estrem għall-ieħor.", "Għandna nsibu t-triq tan-nofs li tagħmel sens għal kulħadd u naċċertaw ruħna li nemendaw l-affarjiet skond iċ-ċirkostanzi tal-mument ħalli ma jibqax ikollna pulizija jingħataw l- ordni li jmorru jagħlqu ċerti ħwienet.", "Per eżempju, jiena naraha redikola li filwaqt li l-poplu kollu jippretendi li l-istationery ikun miftuħ il-Ħadd filgħodu biex jixtri l- gazzetti, imbagħad m'għandux dritt li jidħol fil-ħanut biex jixtri xi biro, xi pitazz jew xi magazine.", "Dan għaliex l-istationer għandu dritt li jbiegħ gazzetti biss nhar ta' Ħadd.", "Ġileli kien hemm każi fejn il-pulizija, għax hekk jagħtuh l-ordni, jmur jitlob lill-istationer bieb jagħlaq il-bieb u joqgħod ibiegħ il-gazzetti barra.", "Jien għadni qatt ma rajt pulizija li joqgħod ħdejn tal-gazzetti barra, speċjalment jekk ikun riħ jew xita, biex joqgħod jassistih jew iżommlu kumpanija waqt li jbiegħ il-gazzetti.", "Jiena naħseb li dawn il-ħwienet ġaladarba nahr ta' Ħadd ikunu miftuħin biex ibiegħu il-gazzetti - illum kulħadd jaf kemm tiswa ġurnata xogħol nhar ta' Ħadd - għandhom jingħataw id-dritt li jibqgħu miftuħ ukoll.", "Eżempju ieħor li wieħed jista' jagħti huwa li filwaqt li aħna niftaħru li rridu nipprovdu l-aħjar servizz għat-turiżmu biex it-turist li jiġi Malta jgħid li kien ixxamplat b'kull mod, min-naħa l-oħra naraw li ħwienet li jbiegħu s-souvenirs f' postijiet li m'humiex totalment turistiċi m'għandhomx dritt jiftħu nhar ta' Ħadd.", "Per eżempju, fil-lokalita' tar- Rabat, liema lokalita' jżuruha ħafna turisiti, spċjalment fix-xhur tax- xitwa, meta t-turist qajla jersaq lejn il-baħar imma jmur jżur postijiet ta' storja, għandek ammont ta' ħwienet li jridu jaqilgħuha mit-turisti.", "Dawn kull tant żmien jingħataw l-ordni li fil-Ħdud u l-festi jridu jagħlqu għax m'humiex cafeteria jew għax ikunu souvenir shop biss.", "Bħal dawn il- ħwienet insibu f'lokalitajiet oħrajn u naħseb li llum m'għadux jagħmel sens li dawn it-tip ta' ħwienet, minn żmien għal żmien, jingħataw ordni li jridu jagħlqu.", "Mr Speaker, bħalissa għaddejja l-istorja ta' Baystreet fejn filwaqt qegħdin ngħidu prosit lil dawn in-nies talli kienu kontu kapaċi jinvestu flushom biex jipprovdu entertainment centre lill-poplu in ġenerali, kull nhar ta' Ħadd qed naraw lill-povru spettur akkumpanjat mill-pulizija jiġbru l-particulars ta' dawk li jiftħu l-ħwienet tagħhom f'dan il-post.", "Jekk aħna qed naċċettaw li entertainment centres għandhom jiftħu l-Ħadd, u jekk qegħdin nippretendu li dan l-entertainment centre għandu jagħti entertainment għal familja kollha, mingħajr ma nidħlu fil-mertu jekk dan huwiex fil-precincts ta' lukanda jew le - dik se tiddeċidha għada pitgħada l-qorti – x'hemm ħażin li l-ħwienet jibqgħu miftuħin ukoll?", "Jekk dan se jkun xi ħaġa, li apparti outlets minn fejn jixtru n-nies, se jipprovdi wkoll ħin ta' divertiment għal kulħadd, jiena nemmen li l-ħwienet għandhom jibqgħu mifituħin għax issib nies li l-uniku ċans li għandhom biex imorru f'dan il-post huwa fil-ġurnata tal-Ħadd.", "Mela dawk li jarmaw fuq il-monti fir-Rabat, f'Marsaxlokk, f'Ta' Qali, fir-Razzet tal-Ħbiberija u f'postiiet oħrajn il-Ħadd filgħodu jistgħu jbiegħu kulma jeżisti taħt il-kappa tax- xemx u dawk li għandhom il-ħanut f'Baystreet lanqas biss jistgħu jiftu!", "Qisek qiegħed tgħid: Wieħed jista' jmur passiġata mal-mara tiegħu Marsaxlokk u waqt li jkun hemm il-mara tiegħu tkun tista' tixtri kulma jogħġobha - u anke tmiss kull biċċa drapp li jkun hemm - imma jekk irid imur Baystreet ma jistax għax il-ħwienet ikunu magħluqin!", "Is-sabiħa hi li jekk wieħed jinżel żewġ passi 'l isfel ikun jista' jidħol f'ħanut ieħor f'lukanda oħra.", "Hemmhekk tista' tidħol tixtri imma f'Baystreet le.", "Jiena ngħid li kull min għandu negozju xi jmexxi għandu jkollu d-dritt tiegħu li jagħżel hu l-ġurnata li fiha jistrieħ.", "Sur President, il-maġġoranza tas-sidien tal-ħwienet qegħdin jgħidu - lili ġew ikellmuni diversi - li jaqblilhom jeħduha off nhar ta' Tnejn, meta prattikament ma jkun hemm negozju ta' xejn, u jiftħu l-Ħadd, peress li f'ħafna każi r-raġel u l-mara jaħdmu t-tnejn il-ġimgħa kollha u s-Sibt jgħidulek ħadu ħsieb id-dar u l-Ħadd joħorġu dawra u fl-istess ħin jsibu jixtru l-bżonnijiet li jkollhom bżonn mit-tip ta' negozju li jridu.", "Aħna għandna l-proverbju li jgħid li s-suq imexxi, u jekk aħna nikkonsidraw kemm veru s-suq imexxi nirrealizzaw weħidna li ċerti ħwienet f'ċerti nħawi m'humiex se jiftħu, ma jaqblilhomx jiftħu l-Ħadd għax m'hemmx suq għalihom.", "Mr Speaker, illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn ħwienet ta' l-ikel, ħwienet fil-lukandi, ċerti ħwienet f'ċerti areas turisitiċi, għandhom il-permess li jiftħu l-Ħadd, pero' mbagħad għandek oħrajn li għax ma jaqgħux f'din il- kategorija eżatta jinżammilhom id-dritt li jiftħu l-Ħadd.", "Min illum imdorri jitla' l-Ingilterra jaf li ħafna iżjed minn nofs tal-ħwienet qegħdin jiftħu l-Ħadd.", "Ovvjament fl-irħula ż-żgħar ħafna minn nies jagħżlu li l-Ħadd ma jiftħux.", "Fl-Ewropa l-massa tat-tip ta' ħwienet li qegħdin joġġezzjonaw għalihom hawn Malta li jiftħu, ma jiftħux.", "Pero' jiena naħseb li, bħal ħafna affarijiet oħra, il-pożizzjoni tagħna hija sui generis, għaliex aħna rridu norjentaw ruħna għal ekonomija li tibbenefika l-iżjed lill-pajjiż tagħna.", "Mingħajr ma l-ebda parti tieħu stand ta' intoleranza fil-konfront tal-parti l-oħra, jien ngħid li flok noqogħdu nistennew deċiżjoni tal-qorti aħjar naħsbu f'xi forma ta' djalogu bejn il-partijiet konċernati sabiex wieħed finalment ikun jista' jirrevedi s-sitwazzjoni legali eżistenti sabiex tibbenifika s-soċjeta' b'mod ġenerali.", "Mr Speaker, punt ta' attwalita' li qed jikkonċerna n-nies fid-distrett tiegħi, dawk li għandhom x'jaqsmu mal-biedja, hija din il-famuża offerta li ngħatat mill-gvern sabiex min mhux qiegħed legalment rikonoxxut bħala l- kerrej jew utilista ta' proprjeta' rurali, ikollu dritt li jiġi rikonoxxut.", "Jidher li l-bdiewa in ġenerali qablu wkoll mas-sistema' ta' kif qiegħed jiġi kkalkolat ir-raba, xi Lm4 t-tomna jew parti minn tomna, apparti taż l- applikazzjoni li jħallsu.", "Pero' filwaqt li fil-prinċipju qed jaqblu mas- sistema', naħseb li l-punt attwali li dawn in-nies qed jiddiskutu llum - u naħseb li min-naħa ta' l-awtoritajiet għandu jiġi innotat ħalli jaraw isibux soluzzjoni aħjar - huwa l-fatt li hemm familji li ilhom iħallsu l- qbiela f'isem l-antenati għal għexieren ta' snin.", "Minn sentejn 'il hawn, lil dawn in-nies l-awtoritajiet tal-joint office qegħdin jitolbuhom l- identity card biex isiru l-ħlasijiet.", "Hawn jiddispjaċini ngħid li kien hemm min tahom il-parir li minflok ma jipprovdu l-karti, kif għamlu, sabiex isegwu l-proċeduri regolari biex il- qbiela tgħaddi fuqhom f'wirt .....", "Issa dawn bilfors iridu jidħlu fl-iskema eżistenti, li allura se tgħollilhom il-kirijiet ta' ċerti rziezet minn ammonti nominali għal ammonti grandjużi.", "Jiġifieri razzett li forsi llum qed iħallsu ftit liri tiegħu, issa qed jintalbu l-mijiet tal-liri biex jiġu rikonoxxuti f'din l-iskema l-ġdida.", "Il-poplu għandu jifhem li fil-liġi m'hemm xejn li żżomm lill-ebda bidwi milli jsegwi l-proċeduri eżistenti skond l-Agricultural Leases (Reletting) Act sal-lum, sabiex dan idawwar razzett tar-raba' fuqu jekk ġej mill-familja billi jipproduċi ċ-ċertifikat testamentarju u jsegwu l-proċeduri li kienu jsiru qabel.", "Hawn irrid inwiddeb lil min jaħdem f'dipartimenti tal-gvern milli jagħti pariri ħżiena fuq dawn l-affarijiet għax mhux sewwa li inbeżżgħu lin-nies li jridu jħallsu ammonti kbar, forsi bi skop politiku jew xi skop ieħor, u joħolqu ammont ta' tgergir fil-pajjiż.", "Għal dawk li jridu jidħlu fl-iskema l-ġdida rrid ngħid li għandha tinstab soluzzjoni għall-mod ta' kif qegħdin jiġu kkalkolati ċerti rziezet li ilhom jintużaw żmien twil min-nies, u li għal xi raġuni jew oħra t-titolu tagħhom ma jgħajjatx lilhom.", "Infakkar li bħalma nstabet soluzzjoni għan-nies li jaħdmu proprjeta' f'Tal-Qammiegħ ġewwa l-Mellieħa – dawn kont tkellimt dwarhom f'aġġornament ieħor – u ċ- ċens tagħhom ma ġiex rivedut bil-mod astronomiku kif intbagħtilhom mil- lands, hekk ukoll għandha tinstab soluzzjoni għal dawn in-nies li jużaw l- irziezet bonafide għall-bżonnijiet tagħhom.", "Mr Speaker, xi ħaġa oħra li xtaqt nitkellem fuqha llejla u li qed tħasseb ħafna nies hija dik li jgħidulha id-digital divide.", "Sfortunatament ħafna nies li qegħdin imorru f'ċerti postijiet biex jinqdew spiss joħorġu diżappuntati.", "Ir-raġuni li tingħata għaliex ħaġa ma taħdimx sew hi li l- computer hekk qed jgħid!", "Ħafna ħaddiema f'ħafna dipartimenti jafu biss jagħfsu buttuna u għalihom din hija s-sagra bibbja ta' fuq ix-xogħol tagħhom.", "Nixtieq insemmi ħaġa li qiegħda tiswa ħafna flus għal ħafna nies u naħseb li bi ftit iktar attenzjoni u għaqal tista' tittranġa u se nsemmi l-kwestjoni ta' kif illum qegħdin isiru riċerki tal-kuntratti.", "Filwaqt li huwa tajjeb li illum dawn qed jiġu computerised, u allura nafu li minn Ottubru ta' l-1999 'il hawn dawn qegħdin jiġu fed ġo computer biex flok bniedem joqgħod ifittex l-indiċi, kif kien jagħmel fl-antik, ikun jista' jfittixhom mill-computer, sfortunatament il-MITTS, jew min ivvinta s- sistema' eżistenti, għal xi raġuni għamlu hard copy ta' l-informazzjoni li daħlet u ma tax kas li l-prassi kienet li dawn isiru b'sistema' alfabetika għaliha, għal dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, u s-sistema' alfabetika għaliha għal dak li jikkonċerna limited liabilities companies jew għan-nom kollettiv.", "X'qiegħed jiġri allura?", "F'din il-hard copy li huma kkopjaw mill- computer, ipprintjawha u għamluha f'volumi hemm ġungla totali ta' kunjomijiet.", "Qabel jekk kont trid tagħmel riċerka fuq Tony Abela kont issib min hu missieru, tmur tfittixha u jgħidlek Abela Anthony jew Abela Tony u missieru Salvatore.", "Dan tfisser li inti trid tfittex biss taħt l-ittri \"A\" u \"B\" u f'kemm ili ngħidlek tiċċekkja d-dettalji kollha ta' sena.", "Issa ġara li hemm il-kunjomijiet kollha f'daqqa, il-kumpanniji kolha f'daqqa u taf isib Abela wara \"M\" jew wara \"N\".", "Hemm kollox imħawwad.", "Possibbli li min għamel din il- hard copy ma ġietux f'moħħu din?", "Anke t-tifel tiegħi ta' għaxar snin jaf jagħmilha din il-biċċa xogħol!", "Fuq il-computer għandek dik li tissejjaħ tools, tidħol fiha, tmur fuq alphabetical order, tagħfas buttuna u jagħmillek il-lista kollha, tkun kemm tkun twila, in alphabetical order.", "Imma kien hemm xi nies li fl-omnisapienza tagħhom deherlu li dan m'għandux isir.", "Nispera li din ma saritx biex kulħadd jaqta' qalbu u minflok wieħed ikun jista jaġġorna riċerka malajr għall-klijent billi n-nutar jew l-iskrivan tiegħu jmur jiċċekkja, bilfors irid iqabbad riċerka mingħand l-awtoritajiet kompetenti u m'għandekx ċans tiċċekkjaha jekk mhux fl-aħħar tliet xhur.", "Jiena ngħid li erġajna morna fil-pendlu ta' jew nejja jew maħruqa.", "Naħseb li wasal iż-żmien li għandna nsibu t-triq tan-nofs f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan it-tip ta' xogħol.", "Jiena m'iniex qed nikkummenta fuq l- ispiża tar-riċerki, għax anke l-ispiża tar-riċerki żdiedet sostanzjalment.", "Pero' ħa nagħti raġun għall-ispiża tar-riċerki, imma bħalma aħna nistennew li min hemm fid-dipartiment tal-gvern, li issa ħa ż-żieda u nistennew li ta' dik iż-żieda li jagħti performance aħjar, hekk ukoll nippretendi li din is-sistema li nħolqot sena u erba' xhur ilu kellha titranġa aħjar biex min jordna riċerki u min irid jaġġorna riċerki jieħu servizz aħjar.", "Forsi wieħed jgħidli li kien hemm teething problems.", "Imma jiena ngħid li issa wasal iż-żmien li teething problems naqbżuhom u dan id-difett li hemm li qed jiswa ħafna flus lil kull min irid jagħmel kuntratt jiġi rranġat għall-benefiċċju tal-partijiet kollha.", "Jiena xorta waħda rrid ngħid prosit lill-Ministru ta' l-Intern, lill-Onor.", "Pullicino, lil Dr Godwin Grima u lil ta' l-EUREKA tax-xogħol li għamlu, pero' ċerti affarijiet għandhom bżonn jitranġaw biex ma jkunx hemm tgergir u ma jkunx hemm spejjeż żejda għal dawn in-nies.", "L-aħħar punt li xtaqt insemmi llejla hija s-sitwazzjoni dwar l-inċidenti tat-traffiku f'pajjiżna.", "Il-bieraħ qrajna li kellna l-ewwel inċident tat- traffiku u nispera li dan ma jkunx il-bidu ta' sensila ta' inċidenti.", "Ftit żmien ilu tħabbar li kellu jkun hemm l-ispeed cameras biex niżguraw li jkun hawn iżjed attenzjoni mis-sewwieqa fit-toroq.", "Irridu nirrealiżaw u ngħidu prosit - minkejja li jkun hemm ftit tgergir minn min jaqla' xi ċitazzjoni - li bis-saħħa tal-wardens qed tidħol ċerta dixxiplina fit- toroq.", "Ma tantx għadek tara karozzi pparkjati f'kantunieri 'l hemm u 'l hawn.", "Nafu li meta lill-poplu Malti tagħmillu xi multa dan awtomatikament joqgħod iżjed attent li jsegwi l-liġijiet tal-pajjiż.", "Għaldaqstant nappella li jekk għandhom isiru iżjed affarijiet li jistgħu jġegħlu lill-poplu tagħna joqgħod iżjed attent fil-mod kif isir is-sewqan, speċjalment f'sigħat li ma jkunx hemm heavy traffic, dawn l-affarijiet għandhom jiġu ntrodotti.", "Jekk għandna ndaħħlu l-cameras li jissorveljaw l-ispeed tal- karozzi ejja ndaħħluhom.", "Nixtieq ukoll li l-pulizija tuża iżjed is-sens komun u ma toqgħodx ħsiebha biss biex tagħti ċ-ċitazzjonjiet lil min jaqbeż xi double line.", "Għandhom jieħdu ħsieb jaraw ukoll li ċerti vetturi jżommu l-lane tagħhom b'mod li jekk t-triq għandha double line, Il-vetturi l-oħra jkunu jistgħu jgħaddu bil-kumdita' kollha.", "Qed ngħid dan għax kemm-il darba tara lill- pulizija tat-traffic moħbijin wara xi kantuniera u hekk kif jaraw lil xi ħadd se jaqbeż lill-karozza tal-linja, għax din ovvjament tkun għaddejja bil-mod, iwaqqfuh u jagħtuh ċitazzjoni, jista' jkun tiela' t-telgħa tal- Mellieħa, dik tar-Rabat jew it-triq tal-Barrani.", "Naħseb li l-pulizija, f'dan is-sens, għandha tuża iżjed is-sens komun f'dak li tagħmel.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 30 ta' Jannar 2001, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TABAKK - IMPORTAZZJONI", "22645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali, wara li Malta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea, fuq l-importazzjoni ta' tabakk importat f'Malta mill- pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22642 waqt Seduta nru.", "477.", "ROSS - IMPORTAZZJONI", "22646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali, wara li Malta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea, fuq l-importazzjoni ta' ross importat f'Malta mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22642 waqt Seduta nru.", "477.", "LAĦAM AĦMAR - IMPORTAZZJONI", "22647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali, wara li Malta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea, fuq l-importazzjoni ta' laħam aħmar importat f'Malta mill- pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22642 waqt Seduta nru.", "477.", "LAĦAM ABJAD - IMPORTAZZJONI", "22648.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra kemm hija t-tariffa li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-konsumaturi lokali, wara li Malta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea, fuq l-importazzjoni ta' laħam abjad importat f'Malta mill- pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22642 waqt Seduta nru.", "477.", "REĠISTRU PUBBLIKU - BEJGĦ TA' DJAR", "22650.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm fil-fatt kien il-bejgħ tad-djar, appartamenti, djar antiki, maisonettes, eċċ li f'Malta u f'Għawdex ġew reġistrati fir- reġistru pubbliku matul sena l-2000?", "Kemm minnhom kienu mibjugħa mill- awtorita' tad-djar, kemm mill-privat?", "Jista' jinfurmani bl-istess informazzjoni għas-snin 1998 u 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma tinżammx statistika dwar l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SAJJIEDA - GĦAJNUNA", "22659.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sajjieda li riċentement ħadu l-għajnuna finanzjajra mid-dipartiment tas-sajd?", "Jista' jinformana minn liema lokalita' ta' Malta u Għawdex ġejjien dawn is- sajjieda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma tingħata l-ebda għajnuna mid-dipartiment tas-sajd.", "L-għajnuna li tingħata mill-ministeru tingħata fuq rakkmandazzjoni tal- kummissjoni għall-għoti u self u tkopri kemm bdiewa, kemm raħħala u kemm sajjieda.", "Din il-kummissjoni tikkonsidra talbiet għal għajnuna f'żewġ forom - sussidji ta' imgħax fuq self u għotja ta' flus skond formola u kriterji pre-stabbilita.", "Fl-aħħar xahrejn tas-sena l-oħra ngħatat għajnuna lil seba' bdiewa u lil 11-il sajjied għal ammont totali ta' Lm 75,134.", "Dawn ġejjin min dawn il- lokalitajiet:", "|Post |Bdiewa |Sajjieda | |Balzan |1 | | |B'Bugia | |1 | |Għawdex | |1 | |Ħaż-Żebb|1 | | |uġ | | | |Mġarr |3 | | |M'Xlokk | |7 | |Rabat |1 | | |(Malta) | | | |Siġġiewi|1 | | |Żurrieq | |2 |", "Ma huwiex il-każ li jiġu ppubblikati ismijiet ta' individwi u s-somom li rċevew.", "Pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li fost dawk li rċevew l-għajnuna riċemtement kien hemm min kellu t-talba tiegħu approvata iktar minn erba' snin ilu u xorta din l-għajnuna kien għadu ma rċevihiex.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant ukoll li l-provenjenza ta' dawk il-bdiewa u sajjieda li kienu ntitolati għal għajnuna m'għanda l-ebda rilevanza fuq il-proċess tad-deċiżjoni kif tixhed l-informazzjoni li qed nagħtih.", "L-ammonti li jingħataw jinħadmu fuq kriterji perċentwali fuq l- ammont li ħallas l-individwu fuq ċerta xogħlijiet u tagħmir.", "Infakkar li l-Onor.", "Interpellant li spiċċa ż-żmien meta kienu jiġu mgħejjuna bdiewa/raħħala/sajjieda li jkunu ġejjin minn xi distrett elettorali partikolari.", "SVPR - ANZJANI", "22808.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22020?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-uniku tibdil li kien hemm minn Settembru 1998 sal-lum fil-policy dwar il-flus li jinġabru mid-dħul tal-pensjoni u depożitu fil-bank ta' l-anzjani li joqgħodu f' San Vinċenz de Paule huwa dak stipulat f'Avviż Legali Nru 59 u 60 tas-sena 2000.", "Filwaqt illi għas-sena 1999 inġabret is-somma ta' Lm502,089, għas-sena 2000 huwa stmat li għandu jinġabar Lm964,591.68.", "Id-dħul għas-sena 2001 ma jistax jiġi kkalkolat qabel ma r-residenti f'SVPR jissottomettu d- dikjarazzjoni tad-dħul tagħhom għal dik is-sena.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "22809.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21523, jista' l- Ministru jgħid il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jikkonfermax jekk il- prattiċi tal-laboratorji fil-kimika farmaċewtika twaqqfux kompletament?", "Kien hemm xi prattiċi tal-laboratorji oħra li twaqqfu?", "X'kienet in-nefqa fuq il-prattiċi fis-sena akkademika 1999-2000?", "X'intalab bħala nefqa fuq il-prattiċi għas-sena akkademika 2000-2001?", "X'taħriġ qed jieħdu l- istduenti fil-postijiet tax-xogħol?", "Fuq liema bażi jiġu magħżula n-nies li jagħtu dan it-taħriġ?", "Xi kwalifiki għandhom dawn in-nies?", "Xi kwalifiki għandu jkollhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-prattiċi fil-klinika farmaċewtika qed jiġu riveduti u mmodernizzati.", "In-nefqa fuq il-prattiċi fis-sena 1999-2000 kienet dik ta' salarji u overheads.", "Saret ekonomija biex ma ssirx ħela u jintuża materjal li jista' jintuża mingħajr ma jinxtara materjal ġdid.", "In- nefqa għal-laboratorji li ntalbet fis-sena 2001 hija ta' madwar Lm300,000.", "It-taħriġ huwa kemm jista' jkun possibbli simili għax-xogħol li wieħed ikun jagħmel meta jiggradwa.", "It-taħriġ fuq ix-xogħol li qed jieħdu l-istudenti tal-farmaċija huwa fl-industrija, fil-komunita`, fl-isptarijiet u fil- laboratorji.", "In-nies li jagħtu dan it-taħriġ jiġu magħżula fuq il-bażi li jixtiequ jagħtu dan it-taħriġ u li huma jipprattikaw dak ix-xogħol fejn hu possibbli.", "Il-kwalifiki li normalment huma meħtieġa biex jagħmlu dan ix- xogħol hu li jkunu practitioners jekk jista' jkun pharmacist practitioners, jiġifieri li jipprattikaw il-professjoni tagħhom, jekk jista' jkun bil- warrant ta' spiżjar.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "22813.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21553, jista' l- Ministru jgħid jekk jikkonfermax il-kap tad-dipartient tal-farmaċija illi, erba' minn ħames visti, kienu bħala stedina?", "Għaliex intalbu l-flus mingħand l-Academic Works Resources Fund għal dawn l-istedini?", "Fuq liema bażi ntalbu flus lill-international office u s-Socrates offices?", "Jista' l- kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti rendikont sħiħ tat-talbiet li ressaq u n-nefqa ta' kull żjara li għamel tul is-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL STATALI - TUCKSHOPS", "22830.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni, kumpanniji li qed imexxu t-tuckshops/canteens ta' l-iskejjel Statali ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista tal-persuni jew kumpaniji li qed imexxu t- Tuckshops fl-iskejjel statali ta' Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SKEJJEL - ĦAMRUN - SKOLA NUZZO", "22831.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi l-iskola sekondarja tal-bniet Nuzzo tal- Ħamrun ingħatat permess tmur għal tmien xhur l-Awstralja?", "Min ħareġ il- permress lil din it-tifla?", "Lil min intalbu l-permessi meħtieġa?", "Min talab il-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenta li dwarha qed issir il- Mistoqsija ġiet mogħtija l-permess peress li kienet ser takkompanja lil ommha l-Awstralja.", "Il-permess intalab mill-omm li għandha sew il-kura u l-kustodja legali kif ukoll il-'patria potestas' tat-tifla.", "BENEFIĊĊJU SOĊJALI - ABBUŻI", "22878.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l- persuni li d-dipartiment sab li kienu qed jabbużaw minn xi benefiċċju?", "Jista' jagħti dan it-tagħrif separat għal kull benefiċċju soċjali?", "Jista' jgħid wkoll dawn l-istess persuni meta bdew jieħdu dawn il- benefiċċji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SWDP - HELPLINE", "22879.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari nru 1699 li ġiet imwieġba f'seduta 19, billi jagħti t-tagħrif minn Novembru 1998 sa Diċembru 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "POST TAX-XOGĦOL - INKWIET", "22880.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija nru.", "19094, jista' l- Viċi Prim Ministru jagħti l-figura għas-sena 2000 ukoll?", "Jista' jgħid wkoll mill-1995 sas-sena 2000 kemm minnhom kienu żgħażagħ taħt id-29 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "22881.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-board li jiddeċiedi l- għajnuna finanzjara lill-għaqdiet sportivi?", "Dan il-board jiddeċiedi wkoll dwar għotjiet lill-għaqdiet mhux sportivi?", "Jista' jgħid jekk jinżammux minuti ta' dan il-board?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord li jiddeċiedi l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi iltaqa' darbtejn minn meta ġie mwaqqaf.", "Il-Bord jiddeċiedi biss fuq talbiet minn għaqdiet sportivi.", "Il-Bord regolarment iżomm il-minuti tal-laqgħat imsejjħa.", "JOINT OFFICE - MARSASKALA", "22882.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti lista sħiħa ta' l-artijiet li jinsabu fl-iskema u mhux żviluppati li jinsabu f'Marsascala li għandu l-Joint Office?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-artijiet f`Marsascala amministrati mill-Uffiċċju Konġunt li jinsabu fl-iskema iżda li għadhom m`humiex żviluppati huma kif jidher hawn taħt:-", "Taż-Żlielaq, 18,500m2", "Klawsura taċ-Ċaċċara kontrada ta` Bidni, 21,890m2", "Klawsura taċ-Ċaċċara kontrada ta` Bidni Part 2, 10,500m2", "Ta` Gedwet ir-Riħ, 12,730m2 Klawsura taċ-Ċaċċara, 2,889m2", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - MARSASCALA", "22883.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti lista sħiħa ta' l-artijiet li jinsabu fl-iskema u mhux żviluppati li jinsabu f'Marsascala li għandu d-dipartiment ta' l-artijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mir-records li jinsabu fid- Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` jidher illi l-Gvern għandu biċtejn art żgħar fit-Triq tal-Gardiel, Marsascala, li għadhom mhux żviluppati u qegħdin fiż-żona ta` żvilupp.", "VAPURI REĠISTRATI TAĦT IL-BANDIER MALTIJA", "22915.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tunellaġġ ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija bħalissa?", "Jista' jgħid kemm ġew reġistrati għall-ewwel darba s-sena li għaddiet?", "Jista' jgħid kemm tneħħew mir-reġistru marittimu Malti: (a) volontarjament; (b) għax tneħħew mill-Awtorita' Maltija?", "F'każ ta' (b) għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta' bastimenti, inklużi pleasure yachts, reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili fil-31 ta' Diċembru 2000 kien ta' 3051 b'tunellaġġ gross totali ta' 28,373,386.", "Matul is-sena 2000 ġew reġistrati 476 il-bastiment b'tunellaġġ gross totali ta' 5,826,062.", "Matul din l-istess sena 613 il-bastiment ma baqgħux iktar reġistrati.", "Ir- reġistrazzjoni ta' 270 minn dawn ġiet mitmuma skond l-artiklu 29 ta' l-Att għal raġunijiet diversi li jinkludu nuqqas ta' tiġdid taċ-ċertifikat ta' resġistrazzjoni u nuqqas ta' tħaris tal-providimenti tal-liġi speċjalment għal dak li jirrigwarda l-livelli meħtieġa skond id-diversi konvenzjonijiet internazzjonali.", "PULIZIJA - BELT - GĦASSA", "22943.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-pulizija għall-użu mill-għassa tal- Belt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi hemm żewġ vetturi tal-Pulizija għall-użu mill-għassa tal-Belt.", "PULIZIJA - KAROZZI GĦAT-TISWIJA", "22944.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-pulizija miżmumin fil-garage jistennew it-tiswija?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull vettura x' tip ta' ħsara għandha?", "Jista' jgħid għal kull vettura meta daħlet fil-garage?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22495.", "PULIZIJA - MARSA - GĦASSA", "22945.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jassigura illi l-għassa tal-Marsa tkun miftuħa u manned b'mod regolari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Għassa li rrefera għaliha l- Onor. Interpellant qed tkun miftuħa u manned regolarment.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-WIED - DAWL", "22946.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiżdied il-qawwa tad-dawl fi Triq il-Wied, Raħal Ġdid, peress li tinsab imdallma ħafna u peress li fil-maġġoranza kbira r- residenti huma anzjani?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li għamlet il- Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li ma hemmx bżonn li jiżdied iddawl fl- inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.", "BANK ĊENTRALI", "22947.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'kien il-valur ta' flus li l-Bank Ċentrali ta permess li jinħarġu minn Malta sabiex jiġu investiti f'funds, matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-valur ta' flus li nħarġu minn Malta biex ġew investiti f'funds matul it-tnax-il xahar li għaddew kien ta' Lm21 miljun.", "Dawn l-investimenti saru direttament permezz tal-banek u aġenti awtorizzati oħra fil-kuntest tal-limitu ta' Lm15,000 li kull residenti kellu permess jinvesti f'muniti barranin is-sena li għaddiet.", "PENSJONIJIET", "22948.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jagħti spjegazzjoni bil-miktub lill-pensjonant li l-partikolaritajiet tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament peress li qiegħed jgħid li qed jieħu Lm4.00 fil-ġimgħa inqas mill-pensjoni tiegħu, komparat ma' ħaddiema li ħadmu bħalu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.", "PENSJONIJIET", "22949.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-pensjonant li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament jiġi verifikat jekk hux jieħu it-2/3 tal-paga li kellu fil-pensjoni tiegħu?", "Jista' dan l- individwu jiġi infurmat personalment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22849 f'Seduta 473, ninfurmah li l-persuna ndikata ġiet infurmata separatament dwar il- proċess ta' reviżjoni fil-pensjoni tagħha.", "QORMI - IMDINA ROAD - CULVERTS", "22950.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħlijiet ta' storm water culvert li saru s'issa f'Imdina Road, Ħal Qormi hiex ta' standard aċċettabbli?", "Jekk fl-affermattiv, min ikkonferma dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-istorm water culverts li saru s`issa f`Imdina Road saru skond id-disinji u l-kalkoli mill-inġiniera fid- Dipartiment tat-Toroq li ħadmu skond l-istandards u prassi applikabbli għal dan it-tip ta` xogħol.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "22951.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali joħroġ il-ħlas dovut ta' unemployment benefit lill- persuna li isimha qed jintbagħat separatament peress li jinsab bla ebda dħul ieħor?", "Jista' l-Viċi Prim Minisru jgħarraf bl-aħħar żviluppi lill- persuna konċernata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata mid-Dipartiment aktar kmieni dan ix-xahar dwar id-dritt tagħha għall-benefiċċju, filwaqt li kellha wkoll kuntatt personali ma' uffiċċjali tad-Dipartiment dwar xi drittijiet oħra", "DJAR - XIRI TA' APPARTAMENT", "22952.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jimxi l-proċess ta' xiri ta' post tal-gvern li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "Jista jgħid x'inhu jżomm li jsir il-kuntratt wara li sar il- konvenju fil-5 ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li jumejn wara li ġie ffirmat il- konvenju, l-Awtorita' tad-Djar talbet lid-Dipartiment responsabbli l- informazzjoni meħtieġa dwar il-provenjenza tal-post.", "Din l-informazzjoni waslet għand l-Awtorita' fit-28 ta' Novembru 2000 u fil- 5 ta' Diċembru 2000, l-Awtorita' ħadet passi biex jiġi ppublikat l-Avviż Legali meħtieġ biex tingħata t-titolu legali fuq il-proprjeta'.", "Wara li jiġi ppublikat l-imsemmi Avviż ikun jista' jiġi konkluż il-kuntratt mal- persuna ndikata.", "TAS-SLIEMA - FDALIJIET STORIĊI", "22953.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul ix-xogħlijiet ta' embellishment f'Tas-Sliema, instabux xi fdalijiet storiċi u jekk dawn il-fdalijiet ġewx imkissra u mirduma qabel dawn setgħu jiġu spezzjonati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li nstabu sitt ġebliet ħdejn \"Speedy Garage\" li mid-dehra kienu jiffurmaw parti mit-Trunċiera.", "Dawn ġew preservati u ser jintużaw fi Ġnien Indipendenza bħala dekorazzjoni.", "Fejn it-Torri instabet parti minn ħnejja rieqda li kienet mirduma.", "Parti minnha tinqabad fil-verge tal-ħamrija u biċċa fit-triq eżistenti.", "RAĦAL ĠDID - ST JOSEPH STREET - DAWL", "22954.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiżdied u jiġi mqassam tajjeb id-dawl fi Triq St Joseph, Raħal Ġdid, minħabba n-numru ta' lmenti li qed ikun hemm u li qegħdin dejjem jiżdiedu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li għamlet il- Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid hija mdawwla adekwatament.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - CABLES TA' L-ELETTRIKU", "22957.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jordna sabiex il-cables ta' l-elettriku li qegħdin overhead mal-bini fi Triq l-Anġlu u Triq Vilhena f'Ħaż-Żebbuġ jiġu mibdula minħabba li huma mikxufa u jistgħu jkunu ta' perikolu għall- pubbliku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-linji ta' l-elettriku li qed issir riferenza għalihom huma miġbuda skond is-sengħa u ma jikkostitwixxu l-ebda periklu.", "DJAR", "22960.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li f'każ li inkwilina armla ta' post tal-gvern tiżżewweġ barrani dan ma jkollu ebda effett negattiv fuq il-kirja tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi jekk il-post fejn toqgħod hu suġġett għar-reviżjoni tas-sussidju kull sentejn, u r-raġel ikollu xi dħul, allura dan id-dħul jittieħed in kunsiderazzjoni fir-reviżjoni li jmiss.", "TAXIEN - SQAQ BRITTANIKU", "22966.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li tinsab quddiem il-blokk tal- gvern 51A fi Sqaq Brittanika, Numru 1, Tarxien, li ilhom jirrapportaw ir- residenti bil-ħsara mingħajr ma jsir xejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- bozza msemmija diġa saret.", "AIR MALTA", "22968.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22865?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif isir perjodikament, kien hemm tibdiliet fil- bordijiet tal-kumpaniji sussidjarji ta' l-Air Malta.", "Dawn il-bordijiet huma ffurmati kemm minn eżekuttivi ta' l-Air Malta kif ukoll minn persuni minn barra l-Kumpanija.", "Il-policy ta' l-Air Malta kienet u għadha li fejn eżekuttiv tal-Kumpanija iservi fuq iżjed minn bord wieħed, dan xorta waħda jirċievi remunerazzjoni waħda.", "Din il-prattika ser tibqa' tiġi adottata.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet tal-kumpaniji sussidjarji ta' l-Air Malta.", "SANT'ANĠLU - SITE PLAN", "22975.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħtina kopja ta' pjanti (sight plan) tal-bini ta' Sant' Anġlu li hemm il-ħsieb li jingħata lill-Ordni ta' San Ġwann", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Pjanta tas-sit in kwestjoni ġiet ippublikata flimkien ma' l-Abbozz ta' Liġi Numru 77 f'Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta' Lulju 2000.", "EDUKAZZJONI", "22976.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22712 biex niġi provdut b'analiżi ta' kif dipartimenti u kumpaniji tal- gvern kellhom nies impjegati magħhom f'Ottubru 2000, u f'Novembru 2000, peress li skond it-tweġiba, f'Ottubru 2000 id-dipartiment ta' l-edukazzjoni kellu 3,228 raġel u 4,287 mara impjegati full-time miegħu, u f'Novembru 2000, fl-istess dipartiment kellu 2,886 raġel u 3,749 mara, jiġifieri f'xahar seħħ tnaqqis ta' 880 impjegat full-time, tista' jekk jgħoġbok tispjega r-raġunijiet għal dan t-tnaqqis sensazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-differenza li għamel referenza għaliha l- Onor. Membru, hija spjegata mill-fatt li waqt li fl-analiżi għax-xahar ta' Ottubru 2000, l-impjegati tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ġo Għawdex ġew inklużi fil-figuri għal Malta, fix-xahar ta' Novembru 2000, dawn l- impjegati kienu inklużi taħt il-figuri għal Għawdex.", "EDUKAZZJONI", "22977.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22712 biex niġi povdut b'analiżi ta' kif dipartimenti u kumpaniji tal-gvern kellhom nies impjegati magħhom f'Ottubru 2000 u f'Novembru 2000, peress li skond din it-tweġiba f'Ottubru 2000, id-dipartiment ta' l-edukazzjoni kellu 3,228 raġel u 4,287 mara impjegati full-time miegħu, u f'Novembru 2000, fl-istess dipartiment kellu 2,886 raġel u 3,749 mara, tiġifieri f'xahar seħħ tnaqqis ta' 880 impjegat full time, tista' jekk jgħoġbok tispjega r-raġunijiet għal dan t-tnaqqis sensazzjonali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-diskrepanza li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tirriżulta minħabba l-fatt li fit-tabella li tajt, waqt li ċ- ċifri ta' l-impjegati Għawdxin fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal Ottubru dehru bħala parti miċ-ċifri għal Malta, f'Novembru dawn dehru maċ- ċifri għal Għawdex.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "22978.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mill-introduzzjoni tal-gwardjani lokali kemm kien in-numru tal-karrozi tal-linja - xarabanks - mini-buses, taxis u coaches li ngħataw xi tip ta' ċitazzjoni mill-istess gwardjani lokali?", "Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet u għal- liema kontravenzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-informazzjoni trid tingabar naghti twegiba f`seduta ohra.", "BELT - DAWL", "22979.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir il- manutenzjoni meħtieġa tad-dawl li hemm maqtugħ taħt il-mina tal-Yellow Garage il-Belt u anke fil-foss fejn isir il-parking anke wara nżul ix-xemx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "SPIŻERIJI ĠODDA", "22980.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "18948, jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq saru l-applikazjonijiet fejn jirrigwarda il-lokal ta' Raħal Ġdid, Pembroke, San Ġiljan, Sliema u Swieqi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22980, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tali nformazzjoni rikjesta ma tistax tingħata, peress li hija ta` natura kunfidenzjali.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "22981.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern fuq relief is-sena l-oħra?", "Jista' jagħti breakdown tal-flus li ħareġ il-gvern lil kull kategorija ta' persuni li huma intitolati għal relief?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-somma ta' flus li l-Gvern ħareġ matul is-sena 2000 fuq l-Għajnuna Soċjali kienet ta' Lm15,446,005.40.", "Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, l-Għajnuna Soċjali fil-forom kollha tagħha titħallas skond il-provedimenti ta l-Artiklu 30.", "Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' l-ammonti li jitħallsu separatament.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "22982.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' unmarried mothers fuq ir-relief illum u kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għandu l-informazzjoni kif mitluba għas-snin 1995- 2000.", "In-numru ta' ommijiet li mhumiex miżżewġa li kienu jieħdu Għajnuna Soċjali fl-aħħar tas-snin indikati huwa kif jidher aktar 'l isfel.", "1995 422 1996 443 1997 466 1998 520 1999 749* 2000 839", "* L-istatistika kienet ġiet aġġornata wara eżerċizzju ta' verifika ta' l- istat ċivili ta' min kien qiegħed jieħu dan il-benefiċċju.", "SINGLE PARENT FAMILIES", "22983.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single parent/families illum?", "Kemm minn dawn huma single parent minħabba separazzjonijiet, divorzju, unmarried jew minħabba mewt ta' xi ġenitur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ebda wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "TAS-SLIEMA - TRUNĊIERA", "22984.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'valur storiku għandha t-trunċiera misjuba f'tas-Sliema fejn qed isir ix-xogħol mal-promenade?", "Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizjoni li din it-trunċiera tintradam biex ikompli ix-xogħol?", "Jista' jgħid sarx studju biex ikun magħruf ta' liema epoka hi din it-trunċiera u sa' fejn twassal din l- istuttura storika?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-trunċiera tintuża fil-futur għal skop turistiku, edukattiv u biex iżura l-poplu Malti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22953 (Seduta 478).", "Intalbet l-għajnuna esperta ta' l-Ispettur tal-Fortifikazzjonijiet, fir- Restoration Unit li nfurmana kif ġej:", "\"Il-ġebel li nstab waqt ix-xogħol mal-promenade f'Tas-Sliema, kien darba jifforma parti mit-trunċiera Kostali (coastal entrenchment) li nbniet mill- Kavallieri fi żmien il-Gran Mastru Pinto fis-seklu 18 (1767).", "Il-ġebel kbir ġidri (drafted masonry) li nstab mat-triq, jidher li aktarx mhux in situ, għaliex fil-fatt il-ħajt kien iżżarma fis-seklu 19 mill- Ingliżi biex il-ġebel tiegħu jintuża fil-bini tat-triq f'dawk l-inħawi.", "Fil-fatt il-fdalijiet sħaħ u propja tat-trunċiera għadhom jinstabu aktar viċin il-baħar (taħt ir-Restaurant Barracuda).", "Dan jispjega l-fatt li l-ġebel li nstab huwa 'l ġewwa ħafna mix-xatt viċin it-triq.", "Il-ġebel li nstab ġie salvat u għalhekk ma jirriżultax li t-trunċiera reġgħet ġiet mirduma\".", "Finalment, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'referenza għall-ħnejja rieqda li nstabet quddiem it-Torri ntalab il-parir espert ta' l-Ispettur tal-Fortifikazzjonijiet fir-Restoration Unit.", "ETC - UNEMPLOYMENT", "22985.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li spiċċaw bla xogħol is-sena l-oħra minħabba redundancy?", "X'tip ta' xogħol kienu jagħmlu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba fuq il-persuni li spiċċaw bla xogħol minħabba redundancy is-sena l-oħra (sena 2000) u minn liema settur kienu ġejjin.", "ETC - REĠISTRAR", "22986.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni ġodda li bdew jirreġistraw għax-xogħol is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħtiġ, in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għall-ewwel darba s-sena l-oħra kien ta' 3,658.", "IMPJEGATI - TURIŻMU", "22987.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu full-time fil-qasam tat-turiżmu llum u kemm hemm part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'Novembru 2000 in-numru ta' persuni li jaħdmu full- time fil-qasam tat-turiżmu kien ta' 9,650 filwaqt li dawk il-persuni li jaħdmu fuq bażi part-time kien ta' 8,933.", "SLIEMA - BERĠA", "22988.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-servizz fil-berġa tas-saħħa tal-gvern f'Tas-Sliema jitjieb peress li qed jasluli ħafna lmenti minn residenti Slimiżi, speċjalment fejn jirrigwarda s-servizz tat-tqassim tal- pilloli kif wkoll il-visti dwar il-pressjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dettalji u informazzjoni fuq din il-mistoqsija parlamentari għadhomqed jinġabru għalhekk it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KTEJJEB \"UNJONI EWROPEA XI TFISSER GĦALIJA\"", "22992.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22715, jista' l- Ministru jgħid minn min sar l-istampar?", "ONOR.", "JOE BORG: L-istampar tal-fuljett \"L-UE xi tfisser għalija\" u tal- ktejjeb \"Mistoqsija u tweġiba\" sar għand il-Gutenberg Press.", "SAĦĦA - SPOT CHEKCS", "23003.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-grupp ta' inspectors li qed jagħmlu spot checks fuq diversi impjegati humiex qed jagħmlu spot checks fuq tobba?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm-il spot check għamlu fuq tobba kemm ilhom li bdew il-ħidma tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-inspectors qed jagħmlu 'spot checks' fuq il- postijiet tax-xogħol u mhux fuq klassijiet ta` impjegati.", "Barra dan isiru anke 'spot checks' mill-amministraturi tad-diversi oqsma.", "SVPR - SUOR ALDEJONDA", "23013.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Billi hu maħsub li jinfetħu xi swali ġodda fl-SVPR jikkunsidra l-Ministru li sala minnhom tissemma għal Suor Aldejonda tal- kontribut kbir fin-nursing school for nurses u lill-professjoni tan-nurses Maltin?", "Billi s'issa s-swali li ssemmew f'St Lukes isemmew kollha għal tobba, jikkunsidrax l-Ministru li sala fl-SVPR tissemma għal din is-soru li mijiet ta' nurses Maltin jafu t-taħriġ u l-formazzjoni tagħhom lilha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt lill- awtoritajiet konċernati biex jikkunsidra l-proposta tiegħek.", "Madankollu naħseb li \"isem\" għandu jingħata lill-blokk kollu aktar milli lill-wards individwali", "ACCRUALS PENDENTI", "23017.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'kien it-total ta' accruals pendenti - dipartiment dipartiment - għal xogħlijiet li saru u servizzi li ngħataw lill-gvern u li għadhom ma tħallsux mis-sena l-oħra u mis-snin ta' qabel?", "Kemm hemm każi minn dawn, fejn hemm riċevuti pendenti għal ħlas kif ukoll każi fejn ir- riċevuti għadhom ma daħlux?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni qeda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻABBAR - TRIQ IR-REDENTUR", "23019.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jinbeda x- xogħol meħtieġ fi Triq ir-Redentur (Żabbar) fejn hemm parti dejqa ħafna u fejn hemm il-barumbara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq appunta kuntrattur biex iwettaq dan ix-xogħol, iżda rriżulta li l-Aworita` ta` l- Ippjanar ħasset li għandha tikkunsidra n-natura tax-xogħol peress li hemm bini li l-Awtorita` tħoss għandu jiġi protett.", "Ix-xogħol jitkompla hekk kif jingħata l-permess mill-Awtorita` ta` l- Ippjanar.", "DWANA/VAT DEPARTMENT - PROJECT MANAGERS", "23020.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-project managers għad-dwana u l-VAT department intgħażlux?", "Jekk iva, meta bdew jaħdmu fil-post tagħhom?", "X'inhu l- internationally competitive package li ġew offruti - hekk kif irriklamat fil-media internazzjonali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-project manager għall-VAT Department u d-Dwana intgħażlu u bdew jaħdmu kmieni dan ix-xahar.", "Il-pakkett li ġew offruti dawn il-konsulenti jikkonsisti fi ħlas ta' salarju, allowances għall-akkommodazzjoni, għall-ħajja u għall- assikurazzjoni medika, kif ukoll spejjeż ta' rilokazzjoni.", "Il-pakkett jinkludi wkoll il-ħlas ta' biljetti ta' l-ivjaġġar bir-ritorn għall- konsulenti u n-nisa tagħhom darba kull sena fuq perjodu ta' sentejn.", "Dawn huma kondizzjonijiet li normalment jingħataw lill-'expatriates' li jiġu jaħdmu fi gżiritna.", "REĠISTRU PUBBLIKU - MALTIN MIŻŻEWĠIN MA' FRANĊIŻI", "23021.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 22908 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe': jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika ta' persuni Franċiżi miżżewġin Maltin?", "Jekk iva, liema snin għandna l-istatistika dwarhom u x'inhu n-numru tagħhom sena b'sena sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-informazzjoni (li tkopri Malta u Għawdex) mitluba mill-Onor.", "Interpellanti, li l-istatistika dwarha bdiet tinżamm mill-1995, hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:", "| | | | |Sena |Irġiel |Nisa | | |Franċiżi ma`|Franċiżi | | | |ma` | | |nisa Maltin |rġiel | | | |Maltin | |1995 |0 |0 | |1996 |2 |2 | |1997 |2 |4 | |1998 |0 |3 | |1999 |1 |3 | |2000 |0 |4 |", "STATE MONITORING BOARD", "23022.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-istate monitoring board?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-iState Aid Monitoring Board.", "S'issa dan il-Board iltaqa' 11-il darba.", "PARKEĠĠ - STICKER BLUE", "23023.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jinforma l-Kamra jekk il-post/postijiet għall-parkeġġ ta' karozzi bl-isticker blue ta' persuni bi bżonnijiet speċjali li jinsabu quddiem iċ-ċentru żgħażagħ Karmelitani, Triq it-Torri, Sliema humiex riżervati għal xi individwu / individwi jew inkella għall-użu ta' kulmin għandu sticker blue?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-reserved parking kemm dawk pubbliċi kif ukoll dawk li jsiru quddiem residenzi privati jingħataw mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u għalhekk il-mistoqsija trid issir lill-Ministru konċernat.", "Ir-reserved parking quddiem residenzi privati jsiru fuq rakkomandazzjoni tal-KNPD.", "Hi l-fehema tal-Kummissjoni li jekk hemm reserved parking/s pubbliċi li tant qiegħdin jintużaw li hemm persuni b'diżabilita' li regolarment mhumiex jinqdew, għanda ssir talba biex jiżdiedu il-faċilitajiet ta' reserved parking f'dawn il-postijiet.", "DIRECTORS OF OFFICE OF REVIEW", "23025.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-directors of office of review intgħażlux?", "Jekk iva, meta bdew jaħdmu fil-postijiet tagħhom?", "Tista' tagħti lista tan-nies magħżula?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi d-Diretturi, Office of Review, għadhom ma ntgħażlux.", "AFM - INGAĠĠAR", "23122.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jerġa' jsir ingaġġ ta' rekluti fl- Armata fil-grad ta' suldat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22909.", "LIBJA - FLUS", "23126.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu flus mil-Libja: (a) Malta Drydocks; (b) Air Malta; u (ċ) Limsuk?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent it-Tarzna ta' Malta għandha tieħu 12.7 miljuni dollari Amerikani, l-Air Malta 20 miljun dollari AMerikani filwaqt li l-LIMSUK ma għandha tieħu ebda ħlas mill-pajjiż imsemmi.", "Tajjeb jingħad li ġimgħatejn ilu, it-Tarzna ta' Malta irċeviet ħlas fl-ammont ta' tmein mitt elf dollaru Amerikani, waqt li l-pagamenti dovuti lill-Air Malta għaddejjin b'mod regolari.", "IMPJIEGI", "23130.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari nru.", "22821?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ f'Diċembru 2000 in-numru ta' rġiel fuq il-61 sena li jaħdmu full-time kien ta' 2,260 filwaqt li dawk jaħdmu part-time kien ta l,903.", "In-numru ta' nisa fuq is-60 sena li jaħdmu full-time kien ta' 824 filwaqt li dawk jaħdmu part-time kien ta' 561.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "23131.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari nru.", "22820?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li f'Diċembru 2000, n-numru ta' persuni reġistrati mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bħala persuni b'diżabilita' li kienu qiegħdin jaħdmu kien kif ġej:", "Jaħdmu full-time - 1,147 Jaħdmu part-time - 131", "In-numru ta' dawk li kienu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol kien 298.", "DIPARTIMENT TAL-PATOLOĠIJA - TESTIJIET TAD-DEMM", "23132.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Matul is-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw testijiet tad-demm HIV positive fil-laboratorju tad-Dipartiment tal- Patoloġija?", "Kemm irriżulta lid-Dipartiment tas-Saħħa persuni b'HIV positive b'avviż dwar notifiable diseases fl-istess perijodu?", "Kemm kien hemm każijiet differenti ta' l-AIDS, sena b'sena, f'dawn l- aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- HIV mhiex notifikabbli bil-liġi.", "Matul is-sena 2000 kien hemm 14 test pożittiv.", "Dan in-numru ma jeskludix testijiet li saru aktar minn darba.", "Skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kien hawn 37 persuni li ġew notifikati bl-AIDS mill-1990 sa l-aħħar tas-sena 2000 kif jidher fit-tabella hawn taħt:", "|Sena |Numru ta' | | |Notifiki | |1990 | 1 | |1991 | 7 | |1992 | 4 | |1993 | 3 | |1994 | 5 | |1995 | 3 | |1996 | 4 | |1997 | 2 | |1998 | 4 | |1999 | 1 | |2000 | 3 | |Total |37 |", "ĊITAZZJONIJIET", "23133.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku fil-Floriana mindu daħlet is-sistema tal- gwardjani lokali f'pajjiżna, iżda mhux fil-Floriana?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn mindu daħlet is-sistema tal- gwardjani lokali, ċioe` mill-25 ta` Frar 2000 sal-24 ta` Jannar 2001, ingħataw 3,400 ċitazzjoni mill-Pulizija għal kontravenzjonijiet fil- Furjana.", "VALLETTA - CRASH BARRIERS", "23134.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jipprovdi crash barriers: (a) fi Triq Glormu Cassar, il-Belt fejn tinsab liwja u bankina lixxa fejn il-karozzi jistgħu jaqgħu għal isfel ġol-ġnien; u (b) fi triq fejn il-flyover tal- bombi minn Tal-Pieta' għal Furjana fejn jinsabu ħames bollards imkissrin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-toroq biex fil- lokalitajiet imsemmija jara x'inhu l-aħħjar li jsir biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm periklu.", "HOUSING", "23139.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tlestewx l- ispezzjonijiet li d-dipartiment tad-djar kien qiegħed jagħmel fid-djar ta' l-applikanti għall-akkomodazzjoni alternattiva?", "Jekk fin-negattiv, kemm tlestew s'issa u x'fadal li jiġu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li s'issa tlestew 1,400 spezzjoni", "Avviżi li ġew lura mill-posta 40 Applikanti li mietu 12 Applikanti li m'għadhomx interessati 120", "Ghad baqa' 1,576 spezzjonijiet xi jsiru", "L-avviżi joħorġu ġimgħatejn bil-quddiem u s'issa ħarġu b'kollox 1,729 avviż.", "WIED IL-GĦAJN - CAR PARK", "23141.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi jien infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mhux qed toħroġ permessi għal entitajiet kummerċjali f'Wied il-Għajn minħabba nuqqas ta' parking space, jista' l-Ministru jgħid hux għaddejjin xi preparamenti biex f'Wied il-Għajn issir car park?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tagħmel studju biex f`Wied il-Għajn tiġi ntrodotta l-iskema tal-Commuted Parking Payment Scheme, fejn l-iżviluppatur iħallas somma flus meta ma jkunx jista` jipprovdi parkeġġ fis-sit ta` l-iżvilupp.", "Din l-iskema diġa` qed topera f`lokalitajiet oħra.", "Madankollu, f`Wied il-Għajn għadu ma nstabx sit adattat fejn jista` jsir parkeġġ pubbliku li jinbena mill-flus li jinġabru minn din l-iskema.", "ENEMALTA - TRIQ IL-ĦUT, WIED IL-GĦAJN", "23142.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta isaħħaħ il- provvista ta' l-elettriku fi Triq il-Ħut, Wied il-Għajn għax hemm diversi ilmenti mir-residenti?", "X'inhi l-kawża u x'inhu r-rimedju biex il-provvista fi Triq il-Ħut, tissaħħaħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "MDC - MULTIGAS", "23143.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni quddiem l-MDC biex il- Multigas tingħata biċċa art biex tibni l-fabbrika tagħha f'Ħal Kirkop?", "Meta ġiet diskussa mill-MDC u meta ġiet approvata t-talba tal-Multigas biex tingħata mhedda ta' art f'Ħal Kirkop?", "Minn kien il-kap eżekuttiv ta' l-MDC meta ġiet approvata din it-talba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'Jannar tal-1998 il-Multigas issottomettiet lill- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta \"Business Plan\" dettaljat għall-bini ta' impjant ġdid flimkien ma' talba sabiex tiġi allokata medda ta' art f'Ħal Kirkop.", "F'Awissu ta' l-istess sena l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni iddiskuta t-talba tal-Multigas u approva l-allokazzjoni tal-biċċa art imsemmija fuq sabiex fuqha jinbena l-impjant il-ġdid.", "Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni ta' dak iż-żmien kien Dr Mario Vella.", "TAXXA TA' REĠISTRAZZJONI", "23159.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġabar taxxa ta' reġistrazzjoni ta' karozzi li jaħdmu bil-batterija sena b'sena mill-1997 sal-2000(inkuża) separatament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Billi it-teknoloġija li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant hi waħda ġdida, n-numri ta' karozzi simili li daħlu f'Malta kien ftit li xejn.", "Hu għalhekk li fl-aħħar Budget naqqasna t-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq dawn il-karozzi biex ikun jistgħu jiġu offruti fis-suq bi prezz raġġonevoli u għalhekk inħajru l-użu tagħhom.", "SOLAR HEATERS - SOLAR PANELS", "23161.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġabar VAT fuq bejgħ ta' (i) solar heaters / solar panels matul is-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba minnu ma tistax tingħata peress li fid-denunzja tal- VAT ma ssirx distinzjoni bejn taxxa miġbura fuq bejgħ ta' solar heatersżsolar panels u taxxa miġbura fuq attivita' ekonomika oħra magħmula mill-istess persuna reġistrata.", "DĦUL MIN TURISTI", "23166.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien kkalkulat id-dħul minn infiq tat-turisti li żaruna matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub, li jkun ippubblikat perjodikament mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l- Istatistika, huwa kif ġej :", "1995 - Lm232,804,000", "1996 - Lm228,868,000", "1997 - Lm249,836,000", "1998 - Lm254,617,000", "1999 - Lm271,383,000", "2000 - Lm206,223,000 (Jannar sa Settembru)", "ĦTIF U SEKWESTRU", "23174.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk dan l-aħħar ġewx irrapportati lill-Pulizija li f'lokalita' f'Għawdex kien hemm xi attentat ta' ħtif u sekwestru ta' minorenni?", "Jekk fl-affermattiv, il-pulizija qed tagħmel xi investigazzjoni dwar dawn ir-rapporti?", "Jekk qed isiru dawn l-investigazzjonijiet, f'liema stadju waslu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li fid-9 ta' Jannar, 2001 il- Pulizija ta' Għawdex irċeviet rapport ta' attentat ta' ħtif u sekwestru ta' minorenni.", "Fl-istess ġurnata raġel ta' nazzjonalita' Għarbija ġie arrestat mill- Pulizija in konnessjoni ma' dan ir-rapport.", "Saret \"identification parade\" li rriżultat fin-negattiv.", "L-investigazzjonijiet għadhom sejrin għalkemm il-Pulizija ma rċevitx rapporti simili minn dakinhar 'l hawn.", "SPIŻERIJA TAL-GVERN - PILLOLI ALDACTONE", "23183.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għalfejn fl-ispiżerija tal-gvern m'hemmx il-pilloli Aldactone tal-25mg?", "Jista' jgħid meta se jkun hawn dawn il-pilloli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22663.", "WSC", "23188.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22803?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li wara li nħarġet l-aħħar \"cycle\" ta' kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, li kienet tkopri konsum għall-perjodu bejn April/Mejju u Awissu/Settembru 2000, minn total ta' 262,440 kont kien hemm 77,488 li kellhom arretrati ġejjin minn kontijiet pendenti.", "Sad-19 ta' Jannar 2001, l-ammont dovut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta minn kontijiet pendneti kien jammonta għal Lm35,252,315.", "Dan l-ammont jinqasam f'Lm7,050,463 konsum ta' ilma u Lm28,201,852 konsum ta' dawl.", "PA - APPLIKAZZJONI", "23197.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-applikazzjoni ECF 556/00 għal ftuħ ta' ħanut tal-ħelu PA5003/99 f'41 Annunciation Street, Ħamrun, minflok stabiliment ta' natura differenti, in vista ta' l-oġġezzjonijet li saru minn residenti fiz-zona imsemmija u ċ- ċaħda ta' permess għal dik il-bidla, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jinformana x'inhi l-pożizzjoni fuq din il-materja u jassigura li x-xewqat tar-residenti jingħataw kull konsiderazzjoni xierqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa` huwa nfurmat l-Onorevoli Interpellant, l- applikazzjoni PA 5003/99 għall-bdil ta` użu għal confectionery diġa` ġiet rifjutata fis-6 ta` Marzu 2000.", "L-applikant iżda, għażel li jappella minn din id-deċiżjoni quddiem il-Bord ta` l-Appell skond il-poteri li ttih il- liġi.", "Il-proċedura segwita mill-Bord hija li jinnotifika lil min oġġezzjona bil- miktub dwar l-istess applikazzjoni, u l-istess persuni jkunu jistgħu jattendu għas-smiegħ tal-każ quddiem l-istess Bord.", "DAWL - QTUGĦ FIS-SERVIZZ", "23198.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22725?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- mistoqsija numru 22725 weġibtha waqt is-Seduta numru 472 tal-Ġimgħa 19 ta' Jannar 2001.", "TELEPHONES - QTUGH FIS-SERVIZZ", "23199.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22726?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- mistoqsija numru 22726 weġibtha waqt is-Seduta numru 472 tal-Ġimgħa 19 ta' Jannar 2001"]} {"filename": "19991124_189d_par.doc", "date": "1999-11-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 189 L-Erbgħa, 24 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 189", "L-Erbgħa, 24 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "189", "L-Erbgħa, 24 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 405", "KUNSENS GĦAL ATTI 405", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 405", "TQEGĦID TA' KARTI 411", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI (IT-TIENI QARI)", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 412", "AĠĠORNAMENT 429", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 436", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 188 li saret fl-24 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XVII ta' l-1999 – Att ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar ir- Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji; u", "Att Nru XVIII ta' l-1999 – Att ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar l- Arbitraġġ.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIBLJOTEKA - TRASFERIMENTI", "9555.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal- bibljoteka?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ninsab informat li fil- perijodu msemmi ebda mpjegat tal-bibljoteka nazzjonali ma ġie ttrasferit.", "SKEJJEL - IMPJEGATI ĠODDA", "9556.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-iskejjel kollha statali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-għadd ta' ħaddiema li ġew impjegati mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni matul il-perijodu ndikat mill- Onor. Interpellant huwa kif se nsemmi:", "|supply teachers |7 | |supply kindergarten |26 | |assistant | | |skrivani part-time |11 | |casual cleaners |6 |", "Dawn ġew impjegati b'riżultat ta' sejħiet għal applikazzjonijiet.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI ĠODDA", "9557.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni mis-27 ta' April 1999 sal- 15 ta' Settembru 1999?", "Jista' jgħid ukoll meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li din hija l-istess mistoqsija bħal dik preċedenti, nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija parlamentari numru 9556.", "EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "9558.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad- dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li skond approvazzjoni uffiċjali maħruġa mill-MPO, bejn is-27 ta' April u l-15 ta' Settembru 1999 kien hemm 37 trasferiment minn u għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Informat ukoll li dawn it-trasferimenti saru fil-maġġor parti assoluta tagħhom fuq talba ta' l-istess individwi.", "Kien hemm ukoll ftit każi fejn ġew approvati trasferimenti ta' ħaddiema li diġa' kienu mislufin uffiċjalment ma' dipartimenti oħrajn, bħalma huwa dak tal-kunsilli lokali.", "Kull talba li ssir minn individwi għal trasferiment tiġi kkonsidrata.", "Naturalment l-esiġenza tas-servizz tingħata l-prijorita` fejn tidħol din il- konsiderazzjoni.", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI ĠODDA", "9559.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-pixxina nazzjonali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-perijodu msemmi ma ġie impjegat ebda ħaddiem mal-pixxina nazzjonali.", "MFSC - TRASFERIMENTI", "9560.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-MFSC?", "Jista' l-jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l- Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): It-tweġiba hija fin-negattiv.", "UE - KOPERATTIVA TAS-SAJJIEDA", "10901.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispjega kif il-koperattiva nazzjonali tas- sajjieda ma ġietx involuta fl-iscreening tas-sajd li sar riċentement bejn l- uffiċjali Maltin u dawk ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid x'riżultati kisbu l-poplu Malti u s-sajjieda billi ma pparteċipawx f'dan il-proċess?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-iscreening report?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-proċess ta' l-iscreening huwa proċess fejn uffiċjali minn naħa taż-żewġ partijiet juru l-qagħda ta' pajjiżhom jew ta' l-Unjoni ta' pajjiżi li huma jirrapreżentaw.", "Waqt l-iscreening process ma jkunx hemm preżenza ta' koperattivi, producers associations u sajjieda jew bejjiegħa tal-ħut - lanqas il-Kummissjoni Ewropeja ma ġabet sajjieda magħha! - u f'dan il-proċess ta' screening ma jistgħux jinkisbu r-riżultati li l-Onor.", "Interpellant huwa daqshekk ħerqan li naslu għalihom.", "Fix-xhur li ġejjin għandu jintemm il-proċess kollu ta' l-iscreening, isiru d-diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati u mbagħad jibdew in- negozjati.", "Huwa wara t-tmiem ta' dawn in-negozjati li nkun f'pożizzjoni li nista' nirraporta lill-Kamra u ninforma lill-Onor.", "Interpellant x'riżultati kisbu l-poplu Malti u s-sajjieda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jiena nifhimha li l-koperattiva nazzjonali tas-sajjieda ma kenitx involuta fl-iscreening pero' nistaqsi kenitx mistiedna tieħu parti fil-laqgħat tal-MEUSAC, li kellu jiddiskutu l- problema tas-sajd qabel sar id-dokument għall-iscreening.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Iva, nikkonferma li l-koperattiva nazzjonali tas-sajjieda kienet mistiedna u fil-fatt attendew għal-laqgħa tal-MEUSAC meta ġiet ittrattata l-kwestjoni tas-sajd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jikkonferma l-Ministru Zammit li l-part-time fishermen mhux qed jitħallew jirreġistraw bħala \"PTF\" imma bħala \"S\"?", "Jikkonferma li dan qed jiġri minħabba l-proċess ta' l-iscreening?", "Jikkonferma li minħabba li l-gvern irid jidħol fl-Unjoni Ewropea, se jkun hemm restrizzjonijiet li jillimitaw li l-part-time fishermen joħorġu iktar minn tliet mili 'l barra mix-xtut tagħna u jillimitaw ukoll it-tip ta' sajd li jista' jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Unjoni Ewropea ma tagħmilx distinzjoni bejn part- time fishermen u full-time fishermen.", "Rigward l-areas fejn dawn jistgħu jistadu, il-ħsieb huwa li ż-żona ta' madwar Malta, jiġifieri żona ta' 25 mil, issir conservation zone fejn biex wieħed jistad fiha jkun hemm ċerti restrizzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Peress li l-Ministru qed jgħid li żona ta' 25 mil tista' ssir conservation zone, jista' jgħidilna jekk hemmx pajjiżi fl- Unjoni Ewropea li għandhom conservation zone ta' 25 mil minn mal-kosta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk m'iniex sejjer żball Spanja għandha conservation zone li toħroġ 'il barra mix-xtut tagħha għal tul ta' madwar 49 mil.", "Inżid ngħid ukoll li f'Awissu ta' l-1997 kien ġie ddikjarat - hawn qed nitkellem mill-memorja - li biex wieħed ikun jista' jidħol jistad f'din l-area jrid juża ċertu tip ta' snanar u xbiek.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jikkonferma allura l-Ministru li dawk li huma reġistrati bħala PTF se jiġu affettwati?", "Jikkonferma li se jiġu mposti restrizzjonijiet dwar il-limitu li fih dawn is-sajjieda jistgħu jistadju, x'tip ta' sajd jistgħu jagħmlu u f'liema perijodi tas-sena jistgħu jistadu?", "Dawn ir-restrizzjonijiet kif se jaffetwaw lill-full-time fishermen?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Peress li dawn huma mistoqsijiet ta' natura teknika, nieħu nota ta' dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant u nagħtih risposta eżatta f'seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nifhem sew li l-Ministru qed jgħid li għal xi raġuni jew oħra ma sarux laqgħat mal-koperattiva nazzjonali tas-sajd dwar l- implikazzjonijiet li ġġib magħha sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, sew qabel u sew wara l-iscreening?", "Qed nifhem sewwa li qed jgħid ukoll li fl-ibħra tagħna se jkunu jistgħu jidħlu dawk is-sajjjieda ta' pajjiżi li diġa' jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea pero' b'ċerti kondizzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, diġa' għedt li l-koperattiva nazzjonali tas-sajd ġiet mistiedna tieħu sehem waqt il-meetings tal-MEUSAC.", "Rigward jekk sajjieda ta' pajjiżi li huma parti mill-Unjoni Ewropea jkunux jistgħu jistadu fl-ibħra territorjali tagħna, nista' ngħid li dan isir kemm-il darba dawn jimxu skond ir-regolamenti.", "Irrid ngħid ukoll pero' li meta inti qed twaqqaf conservation zone, dan ifisser li t-tip u l-ammont ta' sajd li jkun jista' jsir f'din iż-żona jkun limitat ħafna u ħafna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jifhem meta jgħid li se tiġi mwaqqfa conservation area?", "Nifhem li qed jgħid li t-tip ta' sajd fil-conservation area se jkun ristrett ħafna u ħafna, imma jista' jinforma lill-Kamra b'iktar dettal x'jifhem meta jgħid conservation area?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Conservation area hija area li biex tidħol tistad fiha jkollok ċerti limitazzjonijiet, per eżempju, il-kobor tas-snanar li tista' tuża, il-qies tax-xibka li tista' tuża u diversi affarijiet oħra.", "Iżda peress li din hija mistoqsija ta' natura teknika nwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li niġbor l-informazzjoni kollha u ngħaddiha f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Apparti l-fatt li dettalji bħal dawn nippretendi li l-Ministru jkunu jafhom fuq il-ponot ta' subgħajh - imma nieħu l-kelma tiegħu li jagħtina d-dettalji darba oħra - jista' għallinqas iserrħilna moħħna u jgħidilna jekk huwiex veru li s-sajjieda ta' l-Unjoni Ewropea se jkollhom l-istess drittijiet taħt l-istess kondizzjonijiet ta' l-istess daqs tan-snanar, l-istess daqs tax-xbiek, l-istess daqs tal-kwalitajiet u kwantitajiet ta' ħut li jistgħu jaqbdu bħalma jkollhom is-sajjieda Maltin imma bil-kondizzjonijiet komuni u ugwali għall-istess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, hija ħaġa impossibbli li tkun taf l- affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-biedja u s-sajd fuq ponot subgħajk.", "Nista' ngħid pero' li meta għandek conservation zone, l-area tkun trid tiġi ristretta għall-artisanal fishing, jiġifieri għas-sajjieda żgħar, u mhux se jsir fiha tip ta' fishing industrijali.", "Min għandu industrial vessels mhux se jiġi jistad f'żona ta' konservazzjoni imma jmur 'il barra miż-żona ta' konservazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella..", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien nixtieq li toħroġ l- informazzjoni għaliex ovvjament is-sajjieda huma nies li trid tispjegalhom b'ċerta sempliċita`.", "Għalhekk nerġa' nistaqsi lill-Ministru: Dawk id- drittijiet li se jkollu s-sajjied Malti - huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi - se jkunu l-istess drittijiet li jkollu kull sajjied ieħor mill-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvjament, Sur President, sajjied li jkollu fishing vessel industrijali mhux se jistad fil-conservation area għaliex ma jaqbillux.", "Allura l-conservation area tibqa' primarjament għall-artisanal fishing u l-ebda sajjied barrani li jkun armat b'xi trawler kbir ma jkun jista' jistad f'dik l-area.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħalli nipprova nissimplifika kemm kemm iktar, forsi l-Ministru jifhimni, Sur President.", "Artisanal fishing u mhux artisanal fishing, u trawlers u mhux trawlers, jekk sajjied minn pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jarma bħalma huwa armat is-sajjied Malti, jobdi l-kondizzjonijiet li qed isemmi l-Ministru rigward daqs ta' snanar, xbiek, ħaġa u oħra, għandu jew m'għandux dritt daqs is-sajjied Malti li jisfrutta l-baħar ta' madwar Malta, il-25 mil conservation area u mhux conservation area?", "Għandu jew m'għandux dritt li jagħmel l-istess mestjier u jistad bħalma jistad f'dawk l-ibħra s-sajjied Malti?", "Faċli l-mistoqsija!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien naħseb - se nirrispondi b'mod faċli wkoll - li l- ebda sajjied f'sensih mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li qiegħed 'il bogħod minn Malta mhu se jarma b'bastiment żgħir biex jiġi jistad fil- conservation area ta' madwar il-kosta ta' Malta.", "Jekk sajjied għandu daqsxejn melħ f'moħħu jarmalek bi trawler industrijali u jmur f'areas fejn ikun jista' jaqbad kwantita` ta' ħut biex bl-istess ammont ta' ħut li jaqbad jiġġustifika l-investiment li jkun għamel fl-opra tal-baħar tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Li xtaqt inżid huwa li fil-fażi tan-negozjati aħna beħsiebna niddiskutu eżattament xi jkun jaqbel l-iżjed għas-sajjieda Maltin.", "Jiġifieri jekk ikun hemm il-ħtieġa li ninnegozjaw ħalli nipproteġu s-sajd tradizzjonali Malti fid-dimensjoni tal-25 mil, allura dan isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Se nkompli fuq li qal il-Ministru Ninu Zammit, Sur President.", "Bil-liġi ta' l-istatistika, bħalma l-biċċa l-kbira tan-nies huma f'sensihom, jaf ikollok nies li huma mħawdin jew ma jkunux f'sensihom, bħalma qal il-Ministru stess.", "Mela jekk dawk is-sajjieda mhux f'sensihom iridu jarmaw biex ikunu bħall-Maltin, dawn se jkollhom l-istess drittijiet bħall-Maltin?", "Sakemm il-ministru ta' l-affarijiet barranin ma jġibx l- eċċezzjonijiet jew inkella l-grazzi li qed jgħid li kapaċi jġib, meta ħaddieħor ma ġab xejn!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, waqajna issa għas-sajjieda li ma jkunux f'sensihom!", "(Interruzzjonijiet) Jiena semmejtha għall-punt li l-loġika tgħidlek li l-ebda sajjied f'sensih minn Spanja, per eżempju, mhu se jarmalek b'opra tal-baħar ċkejkna biex jiġi jistad fil-conservation area ta' l-ibħra ta' madwarna.", "Sajjied f'sensih jarma b'industrial trawler u jmur jistad fejn il-qabda tiegħu tkun kbira tant li tiġġustifika l-istess investiment li jkun għamel fit-trawler tiegħu.", "Dik hija l-loġika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, sajjied mhux f'sensih minn Sciacca, Mazzara del Vallo, Porto Palo jew xi raħal ieħor min-naħa ta' isfel ta' Sqallija, għandu jew m'għandux l-istess drittijiet bħalma għandu sajjied Malti li, skond il-Ministru, forsi m'huwiex f'sensih ukoll!?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk irid sajjied Sqalli jista' jinvesti f'apparat apposta u speċjali li bih ikun jista' jistad fil-conservation area ta' madwar Malta, bħalma sajjied Malti li m'huwiex għaqli jista' jmur jistad fil-conservation area madwar l-ibħra ta' Spanja.", "(Interruzzjonijiet) Pero' jien ngħidlek li l-ebda sajjied Malti m'hu se imur Spanja biex jistad b'tant restrictions fil-conservation areas li hemm madwar Spanja.", "(Interruzzjonijiet) L-ebda sajjied għaqli, nerġa' ngħid, mhu se jieħu dik it-triq kollha biex imur jistad hemmhekk biex jiġġustifika l-argument li qed jagħmel l-Onor.", "Vella.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq inżid li quddiem il-Parlament Ewropew hemm anke proposta biex il-fishing zone tiġi estiża għal 25 mil mit-12-il mil kif inhi llum.", "Naturalment dan huwa proċess li rridu naraw kif se jiżviluppa, għaliex jista' jkun li lanqas ikun hemm il-bżonn li ninkluduh fin- negozjati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Se nagħmel l-aħħar mistoqsija, Sur President, ħalli forsi naslu għall-konklużjoni loġika ta' dan l-argument assurd li għaddejjin bih.", "Nistaqsi lill-Ministru Zammit: In vista tal-fatt li daqstant numru kbir ta' sajjieda Sqallin jidħlu jistadu fl-ibħra Maltin, speċjalment fin-naħa ta' fuq ta' Malta, jista' l-Ministru jgħidilna jekk dawn humiex f'sensihom jew le, għaliex nafu li minn dawn jiġu ammont enormi?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tip ta' sajjieda li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Vella m'humiex sajjieda żgħar imma huma sajjieda li jiġu b'industrial trawlers u ovvjament ladarba wieħed ikun qed jopera b'industrial trawler ma jkunx eliġibbli biex jistad f'żona ta' konservazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru allura - la bħali jaf li ċertu ammont ta' sajjieda li m'humiex f'sensihom, kif qed jgħid hu, jidħlu fl- ibħra territorjali tagħna - jinforma lill-Kamra bejn wieħed u ieħor kemm kien hemm rapporti minn dawn, per eżempju, fl-aħħar sitt xhur u x'azzjonijiet qed jittieħdu kontra tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, fil-file m'għandix notament dwar dan li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant u għaldaqstant nistiednu jagħmel mistoqsija bil-miktub biex inkun nista' nwieġbu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jserraħ moħħ l-ammont kbir ta' sajjieda part-timers li se jkunu jistgħu jkomplu bid-delizzju tagħhom fl- area li jridu u bla ebda restrizzjoni?", "Jiġifieri dawk li qed jipprovaw jirreġistraw part-time issa u mhux qed iħalluhom, se jkunu affettwati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, ladarba tiġi mwaqqfa din iż-żona ta' konservazzjoni, biex wieħed jistad fiha - u hawn qed nitkellem għas- sajjieda part-timers kif ukoll full-timers - l-ewwel nieħdu into consideration l-użu u l-kobor ta' ċertu apparat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' mpjegati fis-segretarjat privat tiegħi u tas-segretarjat privat tas-segretarji parlamentari, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11534.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-għaqda bdiewa progressivi lill-ministru għall-biejda u sajd fid-19 ta' April 1998, dwar proposta għal żvilupp ta' golf course fl-inħawi ta' taħt il-lukanda Verdala, ir-Rabat, bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numri 10904;", "Lista ta' mpjegati fis-segretarjat privat tiegħi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11536;", "F'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' mpjegati fis-segretarjat privat tal-ministru għall-ambjent, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11532; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' mpjegati fis-segretarjat privat tal-ministru ta' l-intern u fis-segretarjat privat tas-segretarju parlamentari, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11535.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' mpjegati fis-segretarjat privat tiegħi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11537.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-24 ta' Novembru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ilna għal numru ta' sigħat niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi mressaq bil-għan li jsir titjib fil-liġi dwar il-kunsilli lokali ħalli dawn ikunu jistgħu joperaw b'mod li jrendu aħjar fil-ħidma tagħhom lejn il-ġid komuni.", "Qegħdin inwasslu wkoll l- opinjoni tagħna min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar kif dan l-operat jista' jkun ferm aktar utli mhux biss mill-aspett leġislattiv imma anke mill- aspett prattiku.", "Sur President, l-ewwel reazzjoni tiegħi llum hija dwar il-problema bażika li qegħdin jiffaċċjaw il-kunsilli lokali, problema fejn iċ-ċittadini qegħdin iħossu li m'humiex rappreżentati fl-amministrazzjoni u l-operat tal- kunsilli lokali.", "Jiena nifhem li fejn pajjiżi oħrajn li ilhom jesperjenzaw l-amministrazzjoni tal-gvernijiet lokali - u allura għandhom aktar esperjenza, aktar liġijiet u aktar sistemi kreattivi u effiċjenti fl-operat tagħhom - aħna għandna ħafna x'nitgħallmu imma nemmen li għaddew snin mhux ħażin biex wieħed jirrealizza din il-problema bażika li qed jiffaċċjaw il- kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Filwaqt li wieħed jifhem li hawn numru ta' emendi li se jsiru proprju biex din is-sitwazzjoni titjieb - u dan hu li aħna bħala oppożizzjoni se nipprovaw inressqu 'l quddiem fl-istadju tal-kumitat - irridu nirrealizzaw li l-kunsilli lokali għadhom ma fehmux x'għandu jkun ir-rwol tagħhom f'din is-sitwazzjoni.", "U l-emendi li qegħdin jitressqu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, għalkemm l-intenzjoni warajhom hija tajba, fl-opinjoni tiegħi jistgħu joħolqu iktar preokkupazzjoni dwar dan.", "M'iniex se nidħol fil- mertu ta' jekk għandux ikun hemm sistemi differenti f'dak li jirrigwarda l- quorum imma huwa ovvju li jekk ikollok laqgħat tal-kunsilli fejn mhux il- membri kollha li jirrappreżentaw il-komunita` jkunu preżenti allura żgur li dawn se jkollhom strutturi, biex ngħid hekk, iktar frivoli kif jieħdu deċiżjonijiet.", "Sur President, forsi din is-sitwazzjoni wieħed irid jaraha f'perspettiva iżjed miftuħa u jirrifletti dwarha ftit iktar fil-fond anke fil-kwestjoni ta' l-appoġġ ta' mill-inqas 10% tal-komunita` biex ċerti kondizzjonijiet f'dan l-abbozz ta' liġi sew f'dik li hija amministrazzjoni u sew f'dak li jirrigwardja l-użu ta' fondi għal-lokalita` partikolari jkunu jistgħu jitwettqu.", "Fl-opinjoni tiegħi, din ta' l-10% għandha tiġi ntegrata mhux biss fil-konċett amministrattiv tal-kunsilli imma anke f'dik li hija l- pożizzjoni ġeografika tagħna minħabba l-limitazzjonijiet tat-territorju ta' pajjiżna.", "Hawnhekk nista' nġib l-eżempju tar-Rabat u l-Imtarfa, fejn ir- residenti ta' l-Imtarfa kienu qed iħossu li ma kellhomx biżżejjed support mill-kunsill tar-Rabat.", "Ladarba qed ngħid dan, nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lill-kunsill lokali l-ġdid ta' l-Imtarfa kif ukoll lil dak tar- Rabat biex isibu xi forma ta' kooperazzjoni u understanding ħalli r- relazzjonijiet bejniethom jitjiebu għall-ġid tal-komunitajiet rispettivi.", "Dan forsi se jitjieb b'din il-miżura ta' l-10% imma l-argument li l-konfini jkunu akbar u allura jinvolvu aktar komunitajiet huwa validu għaliex finalment ir-residenti għandhom jingħataw l-assistenza li jitolbu.", "Għalhekk l-għodda f'dan l-abbozz ta' liġi jridu jservu sabiex isewwu l- proċess amminstrattiv tal-kunsilli tagħna.", "Sur President, qed nagħmel dawn l-osservazzjonijiet għaliex inħoss li matul dawn l-aħħar 12-il xahar il-gvern ċentrali kellu fejn jinċentiva ċertu support lill-kunsilli li gvern Laburista preċedenti - irrispettivament x'taħseb in-naħa l-oħra - kien beda jwettaq.", "Jekk nieħdu l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, nafu li gvern Laburista preċedenti - għaliex fehem il-problemi li kien qed jiffaċċja l-kunsill lokali li ma kienx qed jindirizza l-bżonnijiet tal-komunita` - ra kif jista' jintegra inizjattivi, ħidmiet, proġetti, xogħlijiet ħalli jagħmel upgrading ta' dawn iż-żoni bil-għan li jsir progress.", "Fil-fatt aħna konna qegħdin noffru s- support ta' wħud mid-dipartimenti tal-gvern permezz ta' numru ta' ħaddiema biex dawn jagħmlu xogħlijiet li mhux biss isebbħu l-infrastruttura tal- lokal partikolari iżda jsaħħu anke l-infrastruttura tal-qafas ekonomiku ta' pajjiżna.", "Sur President, gvern Laburista kien qed jagħmel evalwazzjoni sħiħa tad- diffikultajiet kbar li l-istess gvern għadda lill-gvernijiet lokali.", "F'dan is-sens, jiena ngħid li l-kunsilli lokali għandhom jingħataw iktar importanza sabiex ikunu aktar kreattivi u jkollhom dimensjoni li tilħaq lil- lokal partikolari.", "Smajt lill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jitkellem dwar diversi interventi li beda hu, per eżempju, fir-rigward tal- manutenzjoni u stallazzjoni ta' bozoz ġodda mal-korporazzjoni Enemalta.", "Nemmen li dawn huma inizjattivi li għandhom validita` pero' nemmen ukoll li dak li kien beda jipproġetta gvern Laburista sabiex jagħmel użu tajjeb tal- ħaddiema tiegħu minn dipartimenti governattivi billi ma jkunux ta' piż amministrattiv għall-kunsill lokali kif qed jiġri fil-każ tal-wardens ....", "Il-gvern preżenti dejjem jgħid li jeżistu numru ta' ħaddiema żejda fid- dipartimenti tal-gvern u allura iktar ikompli jorbot l-argument kemm il- gvern Laburista preċedenti kien miexi fid-direzzjoni t-tajba meta ra kif iwettaq dawn il-proġetti bil-għan li l-kunsilli lokali - ovvjament barra li jkollhom il-fondi u s-support - ikomplu jsaħħu l-konċett li ċ-ċittadin f'pajjiżna jieħu better value for money.", "Sur President, aħna nifhmu li l-leġislatur irid joħloq kemm jista' jkun l- għodod sabiex permezz tagħhom l-istruttura amministrattiva tal-kunsilli lokali tkun tista' tieħu dimensjoni iktar effikaċi u iktar rappreżentattiva u allura wieħed bilfors ikollu jagħmel dawn it-tip ta' osservazzjonijiet ħalli l-mod kif nilleġislaw ikun tabilħaqq imsawwar b'dawn it-tip ta' għanijiet li bi ftit iktar attenzjoni u evalwazzjoni ta' dak li, tajjeb jew ħażin, jagħmlu ż-żewġ naħat tal-Kamra jkun jista' jrendi aktar għall-ġid komuni.", "Sur President, irridu niftakru li llum f'pajjiżna l-gvern aktar qed ibiegħ ir-riżorsi tiegħu u allura fil-ġejjieni qarib il-poplu se jkun soġġett li jħallas aktar taxxi.", "F'dan is-sens wieħed irid iżomm quddiem għajnejh kemm il-poplu tagħna ħallas taxxa matul is-snin biex l-istess operat tal-gvern jimxi.", "Tajjeb ukoll li naraw li ma jsirx xogħol doppju li finalment iwassal biex f'pajjiżna tinħoloq sitwazzjoni fejn iċ-ċittadini mhux biss iħallsu taxxi sabiex isostnu l-amministrazzjoni tal-gvern ċentrali imma anke l-amminstrazzjoni tal-gvern lokali.", "Ovvjament hawn min ma jaqbilx ma' dan pero' meta wieħed janalizza s-sitwazzjoni u x'jippretendi llum iċ-ċittadin, jirrikonoxxi ferm aktar minn qabel dan il- bżonn.", "Sur President, hemm bżonn inżommu saqajna ma' l-art u nirrealizzaw li meta gvern ċentrali jonqos milli jifhem x'irid jagħmel biex iġib 'il quddiem ċerti mekkaniżmi, finalment nispiċċaw billi jkollna nfiq ta' spejjeż żejda u ċ-ċittadin ikollu jieħu paċenzja għaliex ikun ressaq l- ilment tiegħu għal xejn.", "Dan barra li jekk kemm-il darba jiġi deċiż li jsir xi ħaġa jkun l-istess ċittadin li jkollu jagħmel tajjeb biex it-tali proġett isir!", "Fis-seduta ta' dalgħodu min-naħa tagħna semmejna l- importanza li jsiru surveys dwar kemm huwa importanti li nieħdu miżuri biex il-kunsilli tagħna jkunu aktar rispettati, biex ngħid hekk, mill-komunita` partikolari.", "Ħafna drabi tisma' min jitkellem fuq kunsilliera u sindki u jgħidlek li ma qdewnhomx u li qed iħarsu l-interessi ta' ħaddieħor imma jiena niltaqa' ma' ħafna minnhom u konvint li fil-maġġoranza tagħhom jipprovaw jagħmlu mill-aħjar li jistgħu iżda minkejja dan jiġu kkritikati nġustament.", "Ħalli nagħmel issa punt ieħor, Sur President.", "Jien nemmen illi d-dipartimenti tal-gvern, fosthom id-dipartiment tas- sigurta` soċjali, għandhom jorganizzaw laqgħat għaċ-ċittadini bil-għajnuna tal-kunsilli lokali stess ħalli hemmhekk jiġi diskuss il-proċess kollu li jinvolvi kull qasam soċjali, sew jekk dan ikun jirrigwarda pensjonijiet kif ukoll jekk ikun jirrigwarda benefiċċji.", "Dan huwa fl-interess li jsir kemm għaċ-ċittadin, li jeħtieġ ikun informat iktar dwar il-benefiċċji li huwa jista' jgawdi minnhom, kemm għall-gvern, li jkun qed jingħata ċ-ċans jispjega iktar is-sorsi tiegħu, kif ukoll għall-kunsilli lokali, li bis- saħħa ta' dawn il-laqgħat ikun qed jifrex iktar informazzjoni dwar il- benefiċċji li joffri l-gvern ċentrali liċ-ċittadin.", "Fl-opinjoni tiegħi b'dan il-mod il-kunsilli lokali jsiru iktar popolari maċ-ċittadini tagħna għaliex għaċ-ċittadin m'huwiex biżżejjed li nilleġislaw.", "Il-Partit Laburista, kemm meta kif kien fil-gvern kif ukoll meta kien fl- oppożizzjoni, dejjem insista li l-impenn u s-sens ċiviku tal-kunsilli lokali għandhom jieħdu direzzjoni iktar effettiva, anke biex ma nibqgħux nisimgħu bil-preżenza miżera taċ-ċittadini f'uħud mil-laqgħat li jorganizzaw il-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, bla ebda dubju hemm bżonn ukoll li meta għal xi raġuni jew oħra kunsill lokali ma jkunx se jasal biex iwettaq ċerti proġetti, fosthom minħabba limitazzjonijiet finanzjarji, il-gvern ċentrali jidħol biex iwettaq dawn il-proġetti hu.", "Hawnhekk ta' min ifakkar fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti d-dipartiment ta' l-agrikoltura kien waqqaf sezzjoni ta' l-urban and rural landscaping bl-iskop illi din is-sezzjoni, bil-għajnuna tal-kunsilliera responsabbli mill-qasam ta' l-ambjent, jieħdu ħsieb jagħmlu l-upgrading tal-landscaping.", "Għalhekk minflok ma noqogħdu npaċpċu u ngħidu kemm għandna ħaddiema żejda mal-gvern għandna naraw xi bżonnijiet għandhom il-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex u naraw jekk ċerti xogħlijiet li hemm bżonn isiru jistgħux jiġu mwettqa minn dawn il- ħaddiema stess.", "Dan ikun vijabbli ħafna ekonomikament, mhux biss għall- kunsilli lokali imma wkoll għall-gvern ċentrali għaliex ovvjament il-gvern lil dawn il-ħaddiema xorta jkun qed joħroġilhom is-salarji kull xahar.", "B'hekk ikunu jistgħu jitwettqu proġetti li għall-kunsilli lokali llum għadhom biss ħolma minħabba l-ammont ta' finanzi li dawn il-proġetti jkunu jirrikjedu.", "Għalkemm wħud mill-kunsilli lokali qed jingħataw aċċess għal iktar flus minħabba l-hamlets, kull kunsill lokali se jkollu japplika parti mill- finanzjament tiegħu sabiex jissodisfa ċerti kriterji ġodda li qed jistabilixxi dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Jiġifieri llum iktar qed naraw kemm kienet tagħmel sens l-idea tal-gvern preċedenti li jibqa' jagħmel ċerti xogħlijiet il-gvern ċentrali, u dan minkejja li sa ftit żmien ilu kienet issir ħafna kritika f'dan ir-rigward għax kien hemm min jaħseb li b'daqshekk il-gvern ċentrali jkun qed jindaħal.", "Għalhekk wieħed irid joħloq iktar diskussjonijiet dwar din l-idea, anke għaliex fi gżira żgħira bħal tagħna l-industrija tat-turiżmu tkun tiddependi ħafna minn uħud mix-xogħolijiet li hemm bżonn isiru, fosthom dawk tal-landscaping fejn, kif għedt diġa', ix-xogħol fuq il-landscaping mhux biss iservi ta' benefiċċju għas-soċjeta` imma anke għall-industrija tat-turiżmu.", "Aħna konvinti li b'dawn it-tipi ta' inizjattivi l-kunsilli lokali iktar jissaħħu għaliex minbarra li jkunu qed jissodisfaw il-bżonnijiet tal-lokalitajiet rispettivi tagħhom ikunu qed jikkomunikaw iktar mal-gvern ċentrali bir- riżultat li jkun hemm iktar kooperazzjoni bejn il-gvern ċentrali u l- gvernijiet lokali.", "Jien konvint illi meta l-leġislatur kien qed idaħħal dawn l-emendi għall- Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, huwa kien qed jagħmel hekk bil-ħsieb li permezz ta' dawn l-emendi jiġu indirizzati ċerti sitwazzjonijiet li xi kultant ikunu ambigwi fl-operat ta' l-amministrazzjoni, u għalhekk huwa importanti ħafna li wieħed jifhem dan l-aspett importanti.", "Per eżempju, ħalli nieħdu l-qasam tar-restawr.", "Jien naf kemm il-kunsilli lokali jixtiequ li jiġu rrestawrati ċerti monumenti u ċertu bini li hija mżejna bihom il-lokalita` tagħhom għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawk huma parti mill- kultura tar-raħal jew il-belt tagħhom.", "Huwa biżżejjed illi wieħed isemmi kemm il-gvern ċentrali jirċievi korrispondenza u xi kultant anke petizzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Naħseb illi kulħadd jaqbel miegħi wkoll jekk ngħid li hemm bżonn illi l-gvern ċentrali jara bis-serjeta` kif jista' jagħmel użu aħjar mir-riżorsi li għandu, u allura jien personalment ma nara xejn ħażin li jkun hemm numru ta' ħaddiema mal-gvern li jibdew proġetti ta' restawr, anke in vista tal-fatt li issa bl-emendi li ddaħħlu f'dan l-abbozz ta' liġi - din diġa' għedtha imma se nerġa' ngħidha - ħafna mir-riżorsi finanzjarji tal-kunsilli lokali se jiġu amministrati b'mod differenti.", "Biżżejjed wieħed isemmi li issa b'dawn l-emendi li qed jiddaħħlu fl- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna parti mill-budget tal-kunsilli lokali jkun irid jgħaddi lill-komunitajiet partikolari li jkunu jaqgħu taħt il- konfini tad-distrett li jkunu jaqgħu fih u għalhekk bilfors li l-kunsilli lokali jridu jingħataw ċertu support ukoll biex dawk il-projections li jkollhom u li maż-żmien isiru dejjem iktar urġenti ...", "Għaliex, per eżempju, jekk monument, minkejja li jkun jeħtieġ illi jiġi rrestawrat jibqa' ma jiġix irrestawrat sena wara l-oħra, l-ispejjeż li jkun jinvolvi dak ir-restawr se jkomplu jikbru minn sena għall-oħra wkoll, u jien wisq nibża' li iktar ma dawn l-affarijiet jintefgħu taħt it-tapit, iktar ma dawn l-affarijiet jinħbew u iktar ma dawn l-affarijiet ma jiġux ikkonsidrati iktar inkunu qed nistiednu li nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn bħalma f'dan il- budget li għadu kemm għadda l-gvern naqqar is-sussidji li kien jagħti għall- ħobż, hekk ukoll jista' jagħti l-każ li għada pitgħada jitnaqqru ċerti riżorsi importanti li llum għandhom il-kunsilli lokali bil-konsegwenza li dawn ikollhom jagħmlu pressjoni fuq il-gvern ċentrali biex jintaxxaw lir- residenti tar-residenti tal-lokal għax b'hekk biss ikunu jistgħu jkomplu jamministraw.", "Għalhekk irridu nifhmu li filwaqt illi huwa tajjeb li nilleġislaw biex il-kunsilli lokali jkunu sostnuti u jkunu kapaċi jilqgħu l- isfidi li jkollhom jiffaċċjaw, għandna noqogħdu attenti li ma neħdux ċerti miżuri biex wara biss ftit xhur jew snin nindunaw li l-proċess li nkunu lħaqna bdejna u li jkun anke beda jiġi aċċettat mis-soċjeta` jkun qed joħloq ċerti diffikultajiet.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq naċċenna wkoll għal kemm huwa importanti li l-kunsilli lokali jsiru iktar konxji tas-support li għandhom bżonn is- soċjetajiet filantropiċi tar-raħal u għalhekk tkun ħaġa tajba li l-kunsilli lokali jikkonsultaw ma' dawn l-għaqdiet dwar l-inizjattivi li jkunu se jieħdu.", "Aħna nħobbu nitkellmu ħafna dwar l-Unjoni Ewropea u għalkemm din in-naħa tal-Kamra ma taqbilx ma' l-applikazzjoni tas-sħubija sħiħa ta' pajjiżna f'din l-unjoni minħabba l-iżvantaġġi kbar li jkollhom jesperjenzaw il-familji bi dħul baxx tas-soċjeta` tagħna jekk kemm-il darba nsiru membri sħaħ ta' din l-unjoni, madanakollu hija dejjem sostniet l-importanza tal- kultura Ewropea.", "Aħna nafu li l-pajjiżi Ewropej jagħmlu użu minn ċerti mekkaniżmi li jiffaċilitaw l-aċċessibilita` lill-persuni b'diżabilita` u għaldaqstant jien nemmen illi tista' ssir diskussjoni bejn il-kunsilli lokali kollha Maltin u Għawdxin biex dawn il-mekkaniżmi jinxtraw bejniethom u mbagħad jagħmlu sistema ta' roster biex jagħmlu użu minnhom.", "Per eżempju, kulħadd jaf kemm il-festa tar-raħal hija għal qalb il-Maltin u l- Għawdxin u għalhekk tkun ħaġa sabiħa li kieku matul ix-xhur tas-sajf ir- roster tkun maħduma b'tali mod li kull lokalita` tkun tista' tagħmel użu minn dawn il-mekkaniżmi f'dik il-ġimgħa tal-festa tagħha ħalli b'hekk il- persuni b'diżabilita` wkoll ikunu jistgħu jgawdu l-festa tar-raħal u jaqsmu l-ferħ tagħhom mal-bqija tar-residenti tal-lokal permezz ta' electric wheelchairs u ta' mekkaniżmi oħrajn.", "Mr Speaker, jien m'iniex xi bniedem legali u għalhekk nista' ngħid li nirrappreżenta lill-maġġoranza taċ-ċittadini kollha li bħali ma jifhmux l- interpretazzjoni eżatta ta' l-emendi li jkunu qed jiġu lleġislati, pero` min-naħa l-oħra mbagħad jien inħobb nipprova nifhem x'inhuma l-bżonnijiet veri taċ-ċittadin għaliex nemmen li wieħed b'hekk biss ikun qed jindirizza s-sitwazzjoni reali tas-soċjeta` tagħna.", "Huwa b'dan il-mod illi għandhom jaħdmu l-kunsilli lokali għax iċ-ċittadin b'hekk biss jista' jħoss li l- lokal tiegħu għandu kunsill lokali li jirrappreżentah, hu min hu dan iċ- ċittadin, kemm jekk inhu persuna b'diżabilita`, kemm jekk inhu bidwi, kemm jekk inhu sajjied, kemm jekk inhu artist, kemm jekk inhu student, kemm jekk inhu żagħżugħ, kemm jekk inhu armel kif ukoll jekk inhu pensjonant.", "Illum qed tissemma ħafna l-kelma \"understanding\", pero` wieħed irid jifhem illi ma jistax ikun hemm understanding jekk ma jkunx hemm kooperazzjoni, u huwa għalhekk li wieħed għandu jenfasizza dejjem kemm huwa importanti li jkun hemm iktar kooperazzjoni bejn il-kategoriji rispettivi tas-soċjeta`.", "Bħalissa qed niftakar fl-inizjattiva li kienet inbdiet matul il-gvern preċedenti sabiex id-dipartiment ta' l-agrikoltura jorganizza kalendarju agri-turistiku.", "Ovvjament l-iskop għal dan il-kalendarju kien illi filwaqt li d- dipartiment ikun għaddej bil-ħidma tiegħu, joħloq attivitajiet li permezz tagħhom jiġbed lejn dan il-qasam nies li sa dakinhar ftit kienu għadhom saru familjari miegħu.", "Is-sindku tal-kunsill lokali tal-Mellieħa ta' dak iż-żmien, is-Sur Sammy Vella, kien jieħu diversi inizjattivi sabiex dawn it- tip ta' attivitajiet agri-turistiċi jgħinu liċ-ċittadini jifhmu iktar għal xiex ikunu qed jirriferu l-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali meta jitkellmu dwar l-iżvilupp rurali tas-soċjeta` tagħna u jkun hemm iktar understanding bejn iż-żewġ naħat.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi inizjattivi bħal dawn m'għandhomx jingħataw il-ġenb sempliċement għax ikun għamilhom il- gvern preċedenti, anzi għandhom jittieħdu iktar inizjattivi ta' dan it-tip ħalli s-soċjeta` Maltija titgħallem tirrispetta iktar il-kultura rurali tagħha.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Mr Speaker, kont qed ngħid illi aħna spiss nitkellmu dwar l- iżvilupp rurali li hemm bżonn isir u li hemm bżonn nirrispettaw l- ekoloġija, il-ġeoloġija u l-idraloġija ta' pajjiżna, pero` biex dan isir aħna l-Membri Parlamentari rridu nkunu l-ewwel nies li nsiru iktar konxji ta' dan il-qasam ħalli s-soċjeta` ma tismax biss b'dan il-qasam minn xi artiklu sabiħ ta' xi ġurnal li jkun ta' xi ħadd li għamel riċerka fuq dan il-qasam fit-teżi tiegħu.", "Jien nemmen li jekk noħolqu iktar kuxjenza rigward dan il-qasam anke fost il-kunsilli lokali, il-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex jieħdu karatteristika oħra.", "Per eżempju, minħabba li l- lokal ta' l-Iklin m'għandux landscaping jien niftakar li konna diġa' qegħdin nagħmlu diskussjonijiet biex hemmhekk jinfetaħ ġnien b'varjetajiet differenti ta' cactus.", "Huwa importanti wkoll li anke lill-istudenti noħolqulhom kuxjenza rigward dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp rurali, u dan anke billi meta l-iskola torganizza xi outing għall- istudenti, din minbarra li teħodhom jaraw l-armerija u l-mużewijiet li għandna f'pajjiżna, teħodhom ukoll iżuru areas rurali.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid illi jekk irridu verament li l-kunsilli lokali jkunu iktar effettivi milli huma llum, l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li nammettu li teżisti l-problema bażika li qed ikun hemm ċertu nuqqas ta' rispons min-naħa taċ-ċittadini vis- a-vis l-kunsilli lokali.", "Huwa veru li aħna għad għandna biss ftit snin ta' esperjenza tal-kunsilli lokali filwaqt li f'pajjiżi oħra, bħall-Italja, il- kunsilli lokali ilhom jiffunzjonaw għal numru kbir ta' snin, pero` dan m'għandux jaqta' qalb lill-gvern ċentrali milli jagħti lill-kunsilli lokali s-support meħtieġ permezz tar-riżorsi li għandu, inkluż dawk umani.", "Filwaqt li huwa tajjeb illi l-kunsilli lokali jamministraw il-finanzi tagħhom biex jaqdu l-bżonnijiet li għandu l-lokal tagħhom, fl-istess ħin irridu napprezzaw ukoll kemm kienu tajbin l-inizjattivi li kien ħa l-gvern Laburista preċedenti meta' kien ħa r-responsabbilta` li jagħmel dawk ix- xogħlijiet urġenti li kien hemm bżonn isiru.", "B'hekk meta kunsill lokali, minħabba xi raġuni jew oħra, speċjalment minħabba raġunijiet finanzjarji, ma jasalx biex iwettaq proġett li jkun tant mistenni mir-residenti ta' dak il-lokal almenu dan il-proġett jiġi mwettaq xorta waħda, bid-differenza li minflok ma jkun sar mill-gvern lokali jkun sar mill-gvern ċentrali.", "Jekk ma jkunx hemm din il-koperazzjoni bejn il-gvern ċentrali u l-gvernijiet lokali jiddispjaċini ngħid li hawnhekk inkunu qegħdin sempliċement noħolqu l-għodod amministrattivi mingħajr ma nkunu qegħdin inlaħħmuhom, u dan żgur li ma jagħmilx ġid lis-soċjeta` Maltija.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamenti Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, bla ebda dubju l-emendi li ġew proposti fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna fihom diversi konċetti ġodda li ta' min ifaħħarhom, partikolarment il- konċett tal-hamlets għaliex il-kunsilli lokali ma ġewx imwaqqfa biss biex jiddeċentralizzaw il-mod ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet imma wkoll biex jagħtu identita` lil-lokal tagħhom - fil-fatt kienu ħafna dawk il-kunsilli lokali li rnexxielhom jagħtu din l-identita` lil-lokal tagħhom, anke permezz ta' l-attivitajiet li jorganizzaw - u għalhekk jien naħseb li jkun jixraq li anke l-hamlets jiġu identifikati, anke jekk ma jkunx hemm nies joqogħdu fihom.", "Per eżempju, għalkemm illum ħafna jqisu lil Paceville bħala post li fih jiddevertu ż-żgħażagħ, huma biss ftit dawk li tiġihom f'moħħhom li Paceville għandu identita` per se u li allura għandu jiġi rikonoxxut mil-liġijiet tagħna.", "It-twaqqif tal-kunsill lokali ta' l- Imtarfa kien mistenni ħafna wkoll għaliex illum kulħadd fehem li ma jistax ikun hemm raħal jew belt li jibqa' bla kunsill lokali.", "Hija ħasra li sal- lum l-Imtarfa, bħad-diversi hamlets li għandna mferrxin ma' Malta u Għawdex, għad m'għandhiex pjan regolatur jew skema għaliha bil-konsegwenza li meta wieħed jiġi biex jagħmel applikazzjoni għal permess ta' żvilupp hemmhekk jgħidulu li dik iż-żona hija outside development zone.", "Għalhekk jien naħseb li huwa tajjeb illi ġaladarba fil-liġi tal-kunsilli lokali qed niżviluppaw il-konċett tal-hamlets, l-awtorita` ta' l-ippjanar tkompli b'dan il-konċett anke fl-għodod ta' l-amministrazzjoni tagħha.", "Mr Speaker, kemm ili segretarju parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ u mill-isports kien hemm diversi kunsilli lokali li avviċinawni biex jingħataw xi forma ta' għajnuna, u minn hawnhekk indunajt kemm fostna għadha teżisti l-mentalita` li l-gvern huwa xi istituzzjoni li tista' tmur għandha biex tagħtik il-flus ħalli tiżviluppa dejjem iktar faċilitajiet.", "Fil-fatt minħabba f'hekk qabel ma nilqa' xi talba għal appuntament min-naħa tal-kunsilli lokali dan l-aħħar l-ewwel qed nibgħatilhom ittra fejn fiha qed nistaqsihom jekk għandhomx sotto-kumitati għaż-żgħażagħ, jekk għandhomx sotto-kumitati għall-isports, x'budget għandhom għal dawn l-oqsma kif ukoll x'attivitajiet sportivi jorganizzaw, u dan m'iniex qed nagħmlu sempliċement biex inkun burokratiku jew inkella biex imbagħad inpoġġi din l-istatistika fil-kexxun imma biex forsi huma u jwieġbu dawn il-mistoqsijiet il-kunsilli lokali jdaħħlu f'moħħhom li mhux biss il-gvern irid jaħdem f'dawn l-oqsma imma anke huma għandhom ir-responsabbilta` li jagħmlu xi ħaġa f'dan ir- rigward.", "Jien naf b'diversi kunsilli lokali li kienu kapaċi jiżviluppaw diversi faċilitajiet sportivi fil-lokalitajiet tagħhom, pero` mbagħad sfortunatament hawn oħrajn ...", "Per eżempju, jien niftakar li wara li wieħed mill-kunsilli lokali tad- distrett tiegħi kien talab biex jagħmel appuntament miegħi u jien bgħattlu dik l-ittra li għadni kemm semmejt, huwa weġibni \"xejn\" għad-domandi kollha li għamiltlu f'dik l-ittra, jiġifieri dan weġibni li la kellu sotto-kumitat taż-żgħażagħ, la kellu sotto-kumitat ta' l-isports, la kellu budget għal dawn l-oqsma u lanqas kien jorganizza attivitajiet sportivi.", "Meta mbagħad jien dort fuq is-sindku fejn staqsejtu għaliex ma ħax dawn it-tip ta' inizjattivi, huwa weġibni li l-kunsill lokali tiegħu m'għandux flus biex jagħmel dawn l-affarijiet.", "Issa hawn jien indur mal-ewwel għall-kwestjoni ta' funding għaliex mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid - qed ngħid li għandi esperjenza f'dan il-qasam għax qabel ma sirt segretarju parlamentari jien kont perit u fix-xogħol tiegħi kien ikolli x'naqsam ma' diversi kunsilli lokali - illi filwaqt li ċerti kunsilli lokali jkollhom ammont sostanzjali ta' flus x'jonfqu għal ċerti proġetti, imbagħad issib kunsilli lokali oħrajn li ma jkunux jistgħu jkomplu jwettqu ħidmiethom minħabba l- problema ta' nuqqas ta' flus li jingħataw.", "Jien naħseb li dawk il-kunsilli lokali li fil-konfini tagħhom għandhom area kbira ta' art rurali qed jingħataw ħafna iktar flus minn kunsilli lokali oħrajn, u dan bl-iskop li jżommu t-toroq rurali u l-ħitan tas-sejjieħ fi stat tajjeb, pero` jien wisq nibża' li fir-realta` dawn il-flus m'humiex qed jintnefqu fiż-żoni rurali imma fiż-żona urbana ta' dik il-lokalita` u għalhekk jidhirli li xi darba dan l-iżbilanċ fil-fondi li jingħataw il-kunsilli lokali għandu jiġi indirizzat b'mod serju.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġi li tirrigwarda l-kunsilli lokali jsib li l-funding formula hija bbażata totalment fuq affarijiet fiżiċi, jiġifieri fuq kemm lokal għandu toroq, fuq kemm għandu bankini, fuq kemm għandu households, fuq kemm għandu latrini u fuq affarijiet bħal dawn, pero` jien naħseb li hemm bżonn noħorġu xi ftit minn dan il-konċett.", "Jien naqbel ma' l-idea li għandna nneħħu l-ispecial funds għall-affarijiet rikorrenti, pero` naħseb illi hemm bżonn indaħħlu l-konċett li l-kunsilli lokali għandhom funzjonijiet oħrajn x'jaqdu wkoll.", "Il-liġi oriġinali tgħid illi l- kunsilli lokali għandhom ikunu responsabbli miż-żamma tat-toroq, mill-ġbir ta' l-iskart, miż-żamma tal-playgrounds u tal-faċilitajiet sportivi, miż- żamma ta' bini storiku, mis-sinjali tat-toroq, mill-kontroll tat-traffiku, milli jagħtu ċerti pariri fuq skemi ta' djar, milli jagħtu tagħrif dwar id- drittijiet li għandu ċ-ċittadin u miż-żamma ta' bini edukattiv.", "Pero` hawn jien nistaqsi: Għandna nillimitaw ix-xogħol tal-kunsill lokali għal dawn l- affarijiet fiżiċi?", "Għax jien nemmen li kunsill lokali jista' jagħmel ħafna iktar minn hekk.", "Per eżempju, Mr Speaker, fil-qasam sportiv hemm ħafna x'wieħed jista' jagħmel, fosthom illi jżid il-faċilitajiet u li jsaħħaħ il-clubs, pero` bla ebda dubju wieħed mill-iktar mezzi li bih inti tista' ttejjeb il-qasam sportiv huwa billi żżid il-parteċipazzjoni fih, u l-parteċipazzjoni tista' żżidha billi tmur tramite l-oqsma u l-istrutturi li jeżistu, fosthom billi tirrikorri għand il-kunsilli lokali.", "Fil-fatt għandna diversi kunsilli lokali li jorganizzaw attivitajiet sportivi.", "Per eżempju, illum daħlet ħafna d-drawwa li kunsill lokali jorganizza fun runs, pero` sfortunatament huma ftit dawk l-attivitajiet sportivi li jsiru matul is-sena, u meta jsiru dawn ma jsirux b'mod regolari minn sena għall-oħra.", "Kuntrarjament għal dan, f'ħafna local authorities barranin, partikolarment fl-Ingilterra, issib lill-isports development officer, li jara x'attivitajiet ikunu qed isiru f'dik il-lokalita` u meta jara ċerti nuqqasijiet jara kif jista' jimlihom.", "Per eżempju, jekk dan jara li jkun hemm nuqqas ta' attivitajiet sportivi għan-nisa jew għat-tfal dan jara kif jista' joħloq attivitajiet sportivi li fihom jiġu involuti dawn iż-żewġ kategoriji ta' nies.", "Kieku hawn Malta nibdew indaħħlu dan il-konċett, jien naħseb li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet sportivi tiżdied u għalhekk ovvjament filwaqt li l-livell sportiv jiżdied, tinbidel ukoll il-mentalita` ta' ħafna minna, ċioe` li l- isports huwa xi ħaġa ta' kompetizzjoni u li jorganizzawh biss l- assoċjazzjonijiet jew il-clubs stabiliti.", "Għall-kuntrarju, l-isports għandu jkun xi ħaġa li bniedem jipprattikah bħala passatemp u jien persważ illi jekk dan jiġi organizzat mill-kunsilli lokali, iktar ikun faċli li din il-mentalita` tinbidel.", "Mr Speaker, jien niftakar li darba konna organizzajna konferenza dwar il- problema tad-droga, u għal din il-laqgħa stedinna lil diversi kunsilli lokali.", "Issa hawn jien m'iniex qed ngħid illi l-kunsilli lokali għandhom jieħdu l-ġlieda kontra t-traffikanti tad-droga fir-responsabbilta` tagħhom, pero` jien persważ li dawn jistgħu jagħmlu ħafna ħidma ta' prevenzjoni, u l- ħidma ta' prevenzjoni tista' tkun ħafna iktar effettiva jekk tkun deċentralizzata.", "Pero' hawn tqum il-mistoqsija: Il-kunsilli lokali huma b'saħħithom biżżejjed finanzjarjament biex ikunu jistgħu jwettqu din il- ħidma b'mod programmat?", "L-istess nistgħu ngħidu għall-ħidma li hemm bżonn jagħmlu l-kunsilli lokali vis-a-vis l-qasam taż-żgħażagħ.", "Mr Speaker, sfortunatament meta nsemmu l-qasam taż-żgħażagħ mal-ewwel tiġi f'moħħna l-problema tad-droga, pero` kif jaf kulħadd il-qasam taż- żgħażagħ huwa ħafna iktar miftuħ minn hekk.", "Per eżempju, meta nitkellmu fuq dan il-qasam għandna nsemmu l-ħtieġa li ż-żgħażagħ ikollhom sors ta' informazzjoni dwar l-għaqdiet li jeżistu fil-lokal tagħhom.", "Huwa veru li l- liġi ma tobbligax lill-kunsilli lokali biex ikunu responsabbli minn din it- tip ta' ħidma, pero` huwa fatt li hemm diversi kunsilli lokali li qed juru x-xewqa tagħhom li jagħmlu din it-tip ta' ħidma.", "Per eżempju, bħalissa aħna qed naħdmu ħafna mal-kunsill lokali ta' Birkirkara li ftit tal-ġimgħat ilu wera x-xewqa li jorganizza sports festival - ovvjament huwa wera dan l- interess anke għax kien jaf li għandu l-mezzi biex jagħmel hekk - fejn ir- residenti tal-lokal jkunu mistiedna jattendu għal din l-attivita` u anke jiġu mgħallma xi sports partikolari.", "Xi ħaġa li għoġbitni ħafna f'dan il- festival hija li ma ddaħħlet l-ebda forma ta' kompetizzjoni biex dak li jkun iħossu komdu li jipprattika l-isports li jħobb, anke jekk ma jkunx jibbrilla fih.", "Ta' min jgħid illi l-kunsill lokali ta' Birkirkara avviċinana wkoll biex flimkien magħhom inwettqu proġett ħalli jitwaqqaf youth empowerment centre.", "Din l-idea, li mbagħad komplejna niżviluppawha flimkien, m'hijiex ġdida għax barra minn Malta, speċjalment fl-Ingilterra, il-konċett li tiddeċentralizza x-xogħol fost iż-żgħażagħ jeżisti kullimkien.", "Dan għandu jservi ta' opportunita` anke għal dawk iż-żgħażagħ li joħorġu mill-universita` u li ma jkunux jistgħu jsibu mpjieg f'dak il- qasam li jkunu tħarrġu fih.", "Kif għedt diġa', il-kunsill lokali ta' Birkirkara għandu l-possibbilta` li jwettaq proġett bħal dan minħabba li jingħata fondi sostanzjali u għal dan il-proġett aħna se nissupplixxu xi fondi addizzjonali wkoll bil-għan illi dan il-proġett iferrex iktar informazzjoni dwar dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp taż-żgħażagħ, mal-qasam ta' l-edukazzjoni, mal- qasam ta' l-impjiegi, mal-qasam kummerċjali u anke mal-ħin liberu.", "Dan il- proġett għandu wkoll jiżviluppa iktar lill-youth centres, joħloq opportunitajiet edukattivi, jagħti iktar attenzjoni lill-problema ta' l- impjiegi, jagħti taħriġ f'ċerti oqsma, jippromwovi l-entrepreneurship kif ukoll jikkrea ambjent fejn l-għaqdiet taż-żgħażagħ tal-lokal ikunu jistgħu jagħmlu networking bejniethom u jikbru flimkien.", "Ta' min jgħid li aħna esponejna dan il-proġett waqt seminar li kellna nhar is-Sibt li għadda, liema proġett qajjem ċertu interess ma' diversi kunsilli lokali.", "Huwa veru li l-budget għall-ministeru tagħna żdied għaliex filwaqt li l-budget ta' din is-sena kien jammonta għal Lm70,000, il-budget għas-sena li ġejja se jkun ta' Lm90,000, pero` żgur li b'dawn id-Lm90,000 ma nistgħux nagħtu l- istess għajnuna lil kull kunsill lokali li jkun irid joħloq xi sports development programmes.", "Mr Speaker, jien nappella lill-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali biex il-kunsilli lokali jingħataw ukoll ir-responsabbilta` li jagħmlu ċertu xogħol soċjali, fosthom billi, per eżempju, jorganizzaw numru ta' attivitajiet sportivi matul is-sena u jagħmlu xi programmi għal dak kollu li għandu x'jaqsam maż-żgħażagħ.", "Illum aħna qed inneħħu l-bżonn li l- kunsilli lokali jingħataw fondi speċjali għal proġetti rikorrenti, pero` nixtieq li xi darba nikkonsidraw li ndaħħlu fondi speċjali għal proġetti soċjali fejn kull kunsill lokali li jkun jixtieq jieħu xi inizjattiva u jorganizza programmi għall-qasam soċjali jkun jista' japplika għal dawn il- fondi.", "Jien nemmen li b'hekk biss inkunu nistgħu ngħidu li nkunu wżajna l- konċett tal-kunsilli lokali għall-iktar aspetti nobbli li wieħed jista' jimmaġina.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien segwejt ħafna mid-diskorsi li saru fuq dan l-abbozz ta' liġi, pero` l-iktar li segwejt huma d-diskorsi tal- ministru tal-ġustizzja u gvern lokali u tal-kelliem ewlieni ta' l- oppożizzjoni fuq dan il-qasam, u minn dawn iż-żewġ diskorsi deher ċar li hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li hemm bżonn illi l-kunsilli lokali jaħdmu id f'id mal-kunsilli lokali tal-lokalitajiet ta' biswithom, jiġifieri li jagħmlu front wieħed sabiex jiksbu iktar suċċess.", "Irrid ngħid illi jekk hemm xi ħadd li ħaqqu grazzi talli ta l-ewwel prova li l- lokalitajiet ta' pajjiżna jistgħu jfasslu politika reġjonali, dan kien proprju l-gvern Laburista għaliex kien hu li ħejja l-ewwel rapport reġjonali, liema rapport reġjonali, li kien soċjo-ekonomiku, kien jirrigwarda n-naħa t'isfel ta' Malta.", "Fil-fatt hawn ta' min jirrimarka li hekk kif tlesta, dan ir-rapport kien ippreżentat f'xi seminar li sar barra minn Malta mill-awtorita` ta' l- ippjanar bħala l-ewwel rapport reġjonali, jiġifieri dan kien ġie rikonoxxut ukoll minn awtoritajiet mhux governattivi, bħall-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fatt interessanti huwa li meta kien qed isir dan ir-rapport soċjo-ekonomiku kienu ħadu sehem għaqdiet reliġjużi, il-Knisja, għaqdiet tal-baned, għaqdiet mhux governattivi, il-kunsilli lokali, il-partiti politiċi, numru ta' esperti f'diversi oqsma u diversi uffiċjali responsabbli minn dipartimenti differenti.", "Dawn kollha taw l-input tagħhom u għaddew anke xi informazzjoni utli, jiġifieri wieħed ikollu jammetti li kieku dawn l-entitajiet ma tawx sehemhom, żgur li dan ir-rapport ma kienx ikun daqshekk estensiv u dettaljat.", "Din l-inizjattiva kienet ġiet rikonoxxuta miż-żewġ partiti politiċi għaliex iż-żewġ naħat qablu li dan ir-rapport huwa utli ħafna u ta ħafna riżultati.", "Li kien jonqos kien illi jiġu identifikati l- prijoritajiet u jsir pjan ta' azzjoni sabiex finalment dawn il- prijoritajiet jiġu mwettqa.", "Jien niftakar li qabel l-elezzjoni li għaddiet kienet saret laqgħa ġewwa l-kulleġġ ta' De La Salle f'dan ir-rigward fejn matul din il-laqgħa kulħadd qabel illi għandu jitwaqqaf kumitat biex jippjana kif għandhom jiġu mwettqa dawn il-prijoritajiet.", "Fil-fatt dan il-kumitat kien twaqqaf, pero` minkejja li kif għedt diġa', kien hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar dan ir-rapport, l-ewwel ħaġa li għamel il-Partit Nazzjonalista hekk kif tela' fil-gvern, tant kemm jemmen fil-kunsilli lokali u fil-konċett reġjonali, kien li talab lill-membri ta' dan il-kumitat biex jirriżenjaw!", "Jien niftakar li l-membri ta' dan il-kumitat għamlu kif qalilhom il-gvern u bagħtu r-riżenja tagħhom, pero` sal-lum dawn għadhom ma ngħatawx risposta jekk ir-riżenja tagħhom ġietx aċċettata jew le.", "Is-sabiħa hi li eżattament wara l-elezzjoni meta l-Viċi Prim Ministru tal-lum, li dak iż-żmien kien għadu ministru, kien fil-kunsill lokali ta' Bormla huwa kien iddikjara li jaqbel illi jiġi mwettaq dan il-pjan u li l-gvern Nazzjonalista kien se jattwa dak li kien hemm qbil fuqu.", "Għalhekk aħna bdejna nagħmlu diversi mistoqsijiet parlamentari u nistennew risposta għalihom minn ġimgħa għall- oħra biex naraw x'se jsir minn dan il-kumitat, u hemmhekk bdejna naraw lill- ministri jilgħabu l-ping-pong fejn wieħed jgħid li ma jafx jekk dan il- kumitat huwiex se jaqa' taħt ir-responsabbilta` tal-ministru għall-ambjent u l-ieħor jgħid li ma jafx jekk dan il-kumitat huwiex se jaqa' taħt ir- responsabbilta` tal-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali sakemm fl-aħħar ġie deċiż illi huwa l-ministeru għall-ambjent li se jkun responsabbli minnu.", "Madanakollu dan il-kumitat xorta waħda baqa' ma jiffunzjonax, jiġifieri fi kliem ieħor il-flus li ħareġ il-poplu u li ħareġ il-gvern mill- kaxxa ta' Malta għal dak l-istudju kollu ntnefqu għalxejn, u dan iġegħilni nemmen li lill-Partit Nazzjonalista tinteressah l-ewwel u qabel kollox il- propaganda u l-vantaġġ politiku.", "Għaliex qed nitkellem b'dan it-ton, Mr Speaker?", "Għaliex kieku, ġaladarba huwa qabel ma' dak ir-rapport, kien jara li dak li ġie elenkat li hemm bżonn isir fil-fatt isir, imma għaliex in-naħa t'isfel ta' Malta hemm maġġoranza Laburista allura weħilna hemmhekk.", "Hawn irrid ngħid ukoll li l- kunsilli lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta qed isibu l-istess intopp sempliċement minħabba li l-maġġoranza tal-kunsilliera huma Laburisti.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li m'hux sew li jibqgħu jsiru dawn l-affarijiet.", "Kieku l-gvern Nazzjonalista beda jwettaq dak li ssuġġerixxa dan ir-rapport, kieku diġa' għamilna ħafna ġid lir-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment meta wieħed iqis li dan ir-rapport kien jinkludi wkoll il-proġett tal-Kottonera.", "Fil-fatt f'dan ir-rapport hemm imniżżel ċar u tond li l-laqgħat li saru mad-drydocks kienu ħallew il- frott għaliex fost affarijiet oħra sar qbil dwar kif għandu jiġi żviluppat il-baċir numru 1 u li x-xogħol fuqu kellu jibda immedjatament.", "Kieku l- gvern Nazzjonalista attwa dak li dan ir-rapport issuġġerixxa li għandu jsir, kieku l-baċir żgur li ma jinsabx fl-istat li jinsab fih illum.", "Fil- fatt minn xi erba' xhur qabel l-elezzjoni l-gvern kien diġa' beda jwaqqa' dak il-ħajt tad-dockyard u għalkemm peress li mbagħad ġara dak li ġara f'dan il-parlament ix-xogħol li kien beda jsir naqqas xi ftit ir-ritmu, minkejja li issa l-Partit Nazzjonalista ilu iktar minn sena fil-gvern, dan il-ħajt baqa' hemm u baqa' jkerraħ l-ambjent tal-Kottonera.", "Nerġa' ngħid illi kieku dak li ġie maqbul bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista dwar dan ir-rapport ġie attwat, kieku llum solvejnieha l- problema, imma sfortunatament f'dan il-każ il-problema mhux talli ma solvejnihiex u mhux talli m'attwajniex dak li jaqblu miegħu ir-residenti, il-kunsilli lokali, l-għaqdiet politiċi, l-għaqdiet reliġjużi u l-banek li hemm fil-Kottonera imma talli morna oltre minn hekk u tajna lok - ovvjament hawn meta qed ngħid \"tajna lok\" qed nirriferi għall-gvern Nazzjonalista - għall-ispekulazzjoni ta' l-art tal-Kottonera, u dan meta nafu li fil- Kottonera ma tantx hemm art, jiġifieri jkun ferm aħjar li kieku dik il-ftit art li hemm igawdiha l-poplu tal-Kottonera.", "Imma bl-iskuża li rridu nagħtu spinta lill-Kottonera u li l-art li fadal hija imprezzabbli aħna rajna kif għamilna u tajnieha lil xi ħadd biex jispekolaha.", "Dan li qed ngħid jien m'iniex qed ngħidu fl-arja.", "Biżżejjed wieħed jinnota li minkejja li f'dan il-parlament twaqqaf kumitat apposta biex jifli l-kuntratt li sar dwar il- proġett tal-Kottonera, ċerta informazzjoni baqgħet ma ngħatatx, u ma ngħatatx bir-raġun għaliex illum qed jirriżulta li hemmhekk hemm min għandu interess li jispekola.", "Fil-fatt jeżistu dubji serji wkoll dwar jekk dawk li ġew inkarigati biex iwettqu dan il-proġett humiex qed jagħmlu l-affarijiet bis-serjeta`, u qed ngħid dan għaliex anke l-awtorita` ta' l-ippjanar, din sal-lum, minkejja li l-membri tal-gvern Nazzjonalista kull darba jiftaħru f'dan il-parlament li l-proġett dalwaqt se jibda, għad m'għandha xejn quddiemha, jiġifieri ma tista' tapprova xejn.", "Meta jkunu qed jaġixxu b'dan il-mod il-membri tal- gvern Nazzjonalista jkunu qed iwaqqgħu lil dan il-parlament, li huwa l- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, għaż-żuffjett u jkunu qed jirredikolawh għaliex huma jkunu jafu li m'humiex qed jgħidu l-verita`.", "Għalhekk jien lill-awtorita` ta' l-ippjanar ma nagħtihiex tort li qed titħasseb u qed ikollha tikkonkludi li min irid iwettaq dan il-proġett m'għandu xejn f'moħħu ħlief li jagħmel spekulazzjoni.", "Dan mhux jien qed nivvintah imma qed tgħidu l-awtorita` ta' l-ippjanar stess għaliex waqt laqgħa li din l- awtorita` kellha mal-kunsilli lokali tal-Kottonera rigward dan il-proġett hija qaltilhom: \"M'għandna xejn u kulma għandna huwa biss sħab\".", "Issa hawnhekk jien kont nistenna li l-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali, li tant jemmen bil-politika reġjonali, kien se jispjegalhom li hemm provi konkreti ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Ikompli l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kont qed ngħid illi jien kont nistenna li l- ministru tal-ġustizzja u gvern lokali kien se jqum u jgħid lil dawk kollha li kienu preżenti għal-laqgħa li semmejt illi hemm provi kompleti li taħt il-gvern Laburista diġa' kien hemm il-qafas ta' kif għandu jaħdem reġjun u x'riżultati kienu se joħorġu minnu.", "Jien kont nistenna wkoll li l-ministru kien se jgħidilhom illi kieku kulħadd mexa ma' dak ir-rapport soċjo- ekonomiku li kien sar fi żmien il-gvern Laburista, kieku llum diġa' wasalna, imma minkejja li fil-parlament il-membri tal-gvern ilhom ħafna jgħidu li waslu, fil-verita` għad m'hemm xejn.", "B'dan il-mod għandhom isiru l-affarijiet, billi tgħid il-verita`.", "Bħala ministru responsabbli mill- kunsilli lokali huwa l-obbligu tiegħek li tiġi f'dan il-parlament u tikkonferma kemm ħadem il-gvern Laburista biex joħloq politika reġjonali.", "Dan hu li jrid jgħid il-gvern; li għalkemm il-kunsilli lokali jaħdmu ħafna flimkien u jagħmlu l-affarijiet bis-serjeta`, fl-aħħar mill-aħħar irid ikun il-gvern li jgħinhom biex dawk l-affarijiet li hu jaqbel li għandhom jiġu mwettqa fil-fatt jiġu mwettqa.", "Madanakollu kif stajna naraw, minkejja li l- gvern Nazzjonalista qabel li għandu jsir proġett għall-Kottonera, meta ġie għar-realta` kulma għamel kien li għadda biż-żmien lil kulħadd, fosthom lill-kunsilli lokali u lil dan il-parlament, li nerġa' ngħid huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, għaliex ma kienx qed jgħid il-verita`.", "Per eżempju, irrid ngħid illi m'hu veru xejn li l-kunsilli lokali tal- Kottonera kienu qed jiġu kkonsultati bis-serjeta` fuq dan il-proġett, anzi dak li kien qed isir ġol-kunsilli lokali kien lobbying sabiex ikesksu n- nies minn hemmhekk ħalli dawn l-istess kunsilli ma jkollhom saħħa jopponu għal dik l-ispekulazzjoni, għaliex dawn indunaw li kienet se ssir spekulazzjoni.", "Jien nistieden lill-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali biex jgħidilna jekk hux veru li l-awtorita` ta' l-ippjanar m'għandha xejn quddiemha biex ikun jista' jitwettaq dan il-proġett kif ukoll jgħidilna wkoll jekk hux veru li l-awtorita` ta' l-ippjanar qed tissuspetta li kulma sar f'dan ir-rigward, dan sar biex issir spekulazzjoni.", "Jien nistieden lill-ministru biex jgħidhomlna dawn l-affarijiet, kif għandu jgħidilna wkoll jekk għadhomx jaqblu ma' dak li hemm fir-rapport soċjo-ekonomiku li sar għan-naħa t'isfel ta' Malta u jekk għadhomx iridu jimxu fuqu.", "Għidulna daqsxejn ħalli dawn l-affarijiet inkunu nafuhom aħna wkoll; ħalli naraw jekk intomx se terġgħu tagħmlu xi gabirjola oħra bħalma diġa' għamiltu; fejn qabel l-elezzjoni għedtu li se tagħmlu mod u wara li għaddiet l- elezzjoni għamiltu mod ieħor!", "Jien qed nistenna lill-ministru jwieġeb għal dawn l-affarijiet.", "Issa ħalli niġi biex insemmi punt ieħor.", "Mr Speaker, kif semmew diversi kelliema, b'dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi introdott il-konċett tal-hamlets, u jien inħoss li hija xi ħaġa tajba li fl- aħħar qed niftakru f'dawk l-areas li ilhom ħafna jħossuhom minsijin mill- kunsill lokali tagħhom.", "Madanakollu li qed jinkwetani huwa l-fatt illi minn din l-emenda se jgawdu biss dawk l-areas li għandhom 10% tal- popolazzjoni tal-lokal li jirrappreżenta l-kunsill lokali tagħhom.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex hemm areas li qegħdin f'lokalitajiet kbar, bħal Ħaż- Żabbar, li għalkemm fihom ma joqogħdux 10% tal-popolazzjoni tal-lokal li jirrappreżenta l-kunsill lokali tagħhom, din xorta hija area kbira u allura xorta għandha ħafna ħteġijiet, pero` b'din l-emenda li nagħmlu dawn l-areas xorta se jibqgħu jsaffru.", "Per eżempju, huwa veru li l-area ta' St. Peter's ġewwa Ħaż-Żabbar ma tantx hija popolata jekk tikkomparaha mal-popolazzjoni ta' Ħaż-Żabbar, pero` xorta waħda hija area kbira ħafna u għandha ċerti bżonnijiet.", "Jien m'iniex qed ngħid illi l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar m'għamel xejn għall-area ta' St Peter's imma hemm diversi ħteġijiet li baqgħu ma ġewx imwettqa minħabba li l-maġġoranza tal-flus tal-kunsill lokali li jaqgħu taħtu ġeneralment jintużaw għall-area ċentrali.", "Imbagħad xi ngħidu għal dik l-area li hemm fl-outskirts ta' bejn il-Fgura, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid fejn hemm polemika sħiħa bejn il-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet taħt minn taqa' din l-area?!", "Irridu nifhmu li fl- aħħar mill-aħħar meta jinqalgħu dawn il-polemiċi r-residenti huma dawk li se jbatu u għalhekk irridu nsibu xi tip ta' soluzzjoni ħalli almenu dawn ir- residenti jħossu li hemm xi ħadd li qed jagħti kashom.", "Dawn ir-residenti ma jbatux biss minn nuqqasijiet strutturali imma anke minn nuqqasijiet soċjali u qed ngħid dan għaliex, per eżempju, hemm residenti li qabel kienu jinqdew minn Raħal Ġdid imma issa minħabba li ġew jaqgħu taħt il-kunsill lokali tal-Fgura qed ikollhom jinżlu Ħaż-Żabbar biex jinqdew minn ċerti affarijiet soċjali.", "Oriġinarjament il-kunsilli lokali twaqqfu biex jiffaċilitaw il-ħajja taċ-ċittadin, pero` jiddispjaċini ngħid illi xi drabi t-twaqqif ta' dawn il-kunsilli lokali ġabu ċertu piż u dwejjaq fuq uħud mir- residenti u għalhekk hemm bżonn li tinstab soluzzjoni għal dawn it-tip ta' problemi mill-iktar fis possibbli.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nappella li meta nressqu l-emendi f'dan il-Parlament inkunu qed nagħmlu hekk biex nindirizzaw ċerti problemi u ċerti ilmenti li jkunu nħassew fl-esperjenza tagħna tal-kunsilli lokali u mhux biex nagħmlu dak li jkun jaqblilna politikament, u meta ngħid hekk m'għandu jiġi ħadd jgħidli li qed nitkellem fil-vojt għaliex jien diġa' tajt diversi eżempji biex nuri kemm dan li qed ngħid m'huwiex paroli fil-vojt.", "Aħna nafu bil-lobbying li jkun hemm min- naħa tal-Partit Nazzjonalista fuq ċerti kunsilli lokali u nafu kif jaġixxu ċerti kunsilliera Nazzjonalisti.", "Fl-aħħarnett irrid nerġa' ntenni dak li diġa' għedt, jiġifieri li jekk il-gvern Nazzjonalista jixtieq verament il- ġid lill-kunsilli lokali, allura huwa għandu jmur fuq il-pjan soċjo- ekonomiku li sar għan-naħa t'isfel ta' Malta ġaladarba hu, bħall-Partit Laburista, jemmen illi minn dan il-pjan li kien sar jista' joħroġ biss ġid għan-naħa t'isfel ta' Malta, u bla ebda dubju n-naħa t'isfel ta' Malta jixirqilha ġid għaliex tat kontribut kbir lil pajjiżna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, f'dan il-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem dwar ir-relazzjonijiet tal-kunsilli lokali mal-ministeru li nirrappreżenta jien, jiġifieri mal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni, dwar l-effett li dawn l-emendi li qed nipproponu llum jistgħu jħallu fuq il-mod ta' kif il-kunsilli lokali jaħdmu mal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni u dwar kif nistgħu naħdmu sabiex iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar ikun hemm residenti li jagħtu l-kontribut tagħhom ħalli l-lokalita` fejn jgħixu tkun tista' timxi dejjem iktar 'il quddiem, pero` qabel xejn inħoss li huwa d-dover tiegħi li nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor ħadmu fil-kunsilli lokali minn kemm dawn ilhom li ġew imwaqqfa, fosthom il-kunsilliera u s-segretarji, għaliex hija fuq il- bażi li taw huma li trid tkompli ssir il-ħidma tal-kunsilli lokali matul iż- żmien li ġej.", "Sur President, wieħed jista' jaqsam l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna f'diversi aspetti, pero` l-iktar punt importanti huwa marbut mal- mod ta' kif il-kunsilli lokali se jibdew jiġu ffinanzjati mill-gvern ċentrali, liema finanzi mbagħad il-kunsilli lokali jkunu jridu jamministrawhom għall-aħjar interess tal-lokal.", "Ta' min isemmi li dan l- abbozz ta' liġi qiegħed ukoll iwaqqaf il-kunsill lokali ta' l-Imtarfa.", "Iktar 'il quddiem żgur li nerġgħu nisimgħu bit-twaqqif ta' diversi kunsilli lokali oħra għax il-gvern preżenti jemmen li xi drabi l-ħteġijiet li jkollu lokal ikunu jistgħu jiġu indirizzati ferm aħjar li kieku dan il-lokal ikollu l-kunsill lokali tiegħu milli meta jiġu indirizzati mill-kunsill lokali tal-lokal ta' biswitu.", "M'għandix dubju li ġaladarba jitwaqqaf il-kunsill lokali ta' l-Imtarfa, li jekk ma jinqala' xejn se jitwaqqaf f'Marzu li ġej, dan il-kunsill lokali se jkompli jibni fuq ix-xogħol li wettaq il-kunsill lokali tar-Rabat għal din il-belt.", "Hawn wieħed ma jistax ma jsemmix il-ħidma li wettqet l- awtorita` tad-djar fl-Imtarfa fejn minbarra li hemm numru sostanzjali ta' djar mibnija fuq plots tal-gvern, din l-awtorita` bniet ukoll diversi cluster houses u maisonettes.", "Għalhekk fi ftit snin minn lokalita` li kellha biss ftit residenti joqogħdu fiha tant li kienet meqjusa sempliċement bħala estensjoni żgħira tar-Rabat, illum nistgħu ngħidu li fl- Imtarfa hemm mijiet ta' households u ġaladarba jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni li għaddej bħalissa mill-awtorita` tad-djar f'din il- lokalita', in-numru ta' residenti se jkompli jiżdied.", "Jekk wieħed ikollu jagħti daqqa t'għajn lejn il-pjanta ta' l-Imtarfa mal-ewwel jinduna li l- belt ta' l-Imtarfa għandha area żgħira, pero` bil-mod kif qed tiġi żviluppata din qed tiġi popolata ħafna u għalhekk il-kunsilliera li se jkunu eletti f'dan il-kunsill lokali żgur li se jkollhom jiffaċċjaw diversi diffikultajiet f'dan is-sens.", "Madanakollu wieħed jista' jgħid minn issa li dan il-kunsill lokali mhux biss se jiltaqa' ma' l-iżvantaġġi imma se jiltaqa' wkoll ma' numru kbir ta' vantaġġi fuq lokalitajiet oħrajn, u dan minħabba l-fatt li matul is-snin li għaddew, b'mod partikolari mill-1992 'l hawn, f'din il-lokalita' ġew żviluppati diversi faċilitajiet.", "Jien nispera li l-faċilitajiet sportivi li diġa' jinsabu f'dawn l-inħawi jiġu wżati bl- aħjar mod possibbli, u iktar importanti minn hekk huwa li nawgura li jkun hemm il-kordinazzjoni meħtieġa bejn dawk li llum diġa' qed jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet u bejn ir-residenti ta' l-Imtarfa.", "Sur President, xi ħaġa oħra li wieħed jista' jqisha bħala vantaġġ għall- kunsill lokali ta' l-Imtarfa hija li ħafna mill-bżonnijiet infrastrutturali li kien hemm f'din il-lokalita` diġa' ġew attwati.", "Per eżempju, żgur li kull min jgħaddi mill-Imtarfa jinnota li t-toroq ta' din il-lokalita` diġa' kważi saru kollha mill-awtorita` tad-djar u li l-parti l-kbira tas-servizzi diġa' ġew mgħoddija mill-culverts li hemm għaddejjin minn taħt l-art.", "Fil- fatt jien nawgura li fil-futur qarib il-lokalitajiet kollha jkollhom is- servizzi mgħoddija minn dawn il-culverts.", "Naturalment għad fadal ħafna xi jsir f'dan il-lokal, speċjalment fil-parti l-qadima ta' l-Imtarfa.", "Hawnhekk nixtieq nappella wkoll lill-korporazzjonijiet kollha biex jagħmlu użu tajjeb mill-culverts u ma jħallux wires fit-toroq għaliex qegħdin ikerrħu l-ambjent għalxejn.", "Appell ieħor li nixtieq nagħmel imur għall- korporazzjoni Enemalta biex din ma tibqax għaddejja bil-kwestjoni amministrattiva li ilha għaddejja s-snin fuq min hu responsabbli li jixgħel id-dawl pubbliku ġewwa l-Imtarfa.", "Fl-aħħar mill-aħħar issa l-lokalita` ta' l-Imtarfa m'għandhiex tibqa' tiġi meqjusa bħala estensjoni tar-Rabat jew bħala xi lokalita` li għadha qed tiġi żviluppata imma għandha tiġi meqjusa bħala lokalita` li tant żviluppat li attwalment inħasset il-ħtieġa li jkun hemm kunsill lokali ġdid għaliha u għalhekk kwestjonijiet bħal dawn għandhom jiġu solvuti sa minn qabel ma ssir l-elezzjoni għal dan il- kunsilli lokali f'Marzu li ġej.", "Sur President, f'dan id-diskors jien qed nagħmel enfasi kbir fuq il- lokalita` ta' l-Imtarfa għar-raġuni li din hija l-ewwel lokalita` li r- residenti tagħna rnexxielhom jakkwistaw id-dritt li jkollhom il-kunsill lokali tagħhom, pero` nixtieq li issa dawn ir-residenti jifhmu li dan id- dritt li ngħatalhom għandu jintuża b'mod tajjeb u fl-interess tal- lokalita`.", "Minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nawgura minn issa lill- kandidati kollha li se jikkontestaw għal kunsilliera fil-kunsill lokali ta' l-Imtarfa, huma min huma dawn il-kandidati, filwaqt li nawgura wkoll li l- ħames kandidati li jiġu eletti jkunu kapaċi jkomplu jibnu fuq ix-xogħol tajjeb li kien diġa' beda jsir għal din il-lokalita` mill-kunsill lokali tar-Rabat.", "Meta wieħed iħares lejn dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu jinnota li dan qed jagħmel ċerta enfasi fuq id-drittijiet u d-doveri tal- kunsilli lokali, u hawn qed nirriferi partikolarment għal klawsola 14.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi m'aħniex se nibqgħu niġu kull sena sabiex niddiskutu l-fondi speċjali li kien jgħaddi l-gvern lill-kunsilli lokali, liema fondi, jekk m'iniex sejjer żball, kienu jinqasmu f'għaxar kategoriji, fosthom fi proġetti u f'manutenzjoni tat- toroq.", "Fl-opinjoni tiegħi l-miljuni ta' liri f'fondi speċjali li ngħataw lill-kunsilli lokali matul is-snin li għaddew taw riżultati pożittivi għaliex permezz tagħhom ġew irranġati ħafna mit-toroq u mill-bankini ta' pajjiżna, anke jekk ħafna mir-residenti baqgħu sal-lum ma jistgħux jifhmu kif it-triq tagħhom, li għadha ma saret qatt, ma tistax issir mill-kunsill lokali filwaqt li t-triq ta' ħdejhom, li kienet diġa' saret, reġgħet ingħatat it-tarmak mill-kunsill lokali stess.", "Madanakollu meta ġejna biex niddiskutu l-aħħar fondi speċjali li ġew ivvotati minn dan il-parlament lill-kunsilli lokali sar pass pożittiv f'dan ir-rigward għaliex minn dakinhar bdejna nagħtu l-possibbilta` lill-kunsilli lokali li bi ftehim mad- dipartiment tat-toroq, dawn jużaw il-fondi li jkollhom miġbura mis-snin ta' qabel biex anke huma jkunu jistgħu jibdew jagħmlu dawk it-toroq li jkunu għadhom qatt ma saru, pero` dan sar bil-kondizzjoni li mbagħad id- dipartiment tat-toroq jagħti dawn il-fondi lura lill-kunsill lokali matul it-tliet snin ta' wara li jkun sar ix-xogħol.", "B'dan il-mod il-kunsilli lokali ġew mogħtija l-possibilta` li jasfaltaw toroq li qatt ma kienu ġew asfaltati.", "Per eżempju, nista' ngħid li l-kunsill lokali tal-Gudja għamel talba formali biex ikun jista' juża l-fondi li kien ġabar matul is-snin ta' qabel u nista' ngħid illi dan il-kunsill lokali għamel rapport verament tajjeb fejn fih semma l-ħteġijiet kollha li hemm f'dawk l-inħawi, liema rapport ġie anke sottomess lid-dipartiment tat-toroq.", "Għalhekk nispera li dan il-kunsill lokali, flimkien mad-dipartiment tat-toroq, jaslu fi ftehim biex flimkien iwettqu proġett pilota li jixraq lil-lokalita` tal-Gudja, liema proġett pilota għandu jservi wkoll ta' mudell għall-kunsilli lokali l- oħra.", "Sur President, ta' min jgħid illi aħna, bħala Partit Nazzjonalista, ilna s-snin konxji tal-fatt li bil-fondi speċjali ma konniex qed nolqtu lill- kunsilli lokali kollha bl-istess mod u għalhekk matul ix-xhur li għaddew il- ministru responsabbli mill-kunsilli lokali ħadem flimkien mad-dipartiment tal-kunsilli lokali biex isib sistema ġdida ta' kif jiġu ffinanzjati x- xogħlijiet li jsiru mill-kunsilli lokali.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk nelenka li għal matul is-sena li ġejja ġew ivvotati iktar flus għall- kunsilli lokali, u jien ninsab konvint li sakemm idum fil-gvern il-Partit Nazzjonalista l-flus ivvotati għall-kunsilli lokali se jibqgħu jiżdiedu minn sena għall-oħra.", "Ta' min jgħid ukoll li issa l-kunsilli lokali se jibdew jingħataw fondi skond il-kobor tal-lokalita` tagħhom, skond l-istat li jinsabu fih it-toroq ta' dik il-lokalita` u skond il-faċilitajiet li għad iridu jsiru fil-lokalitajiet tagħhom.", "Naturalment imbagħad il-gvern qed jesiġi li l-kunsilli lokali jkunu kapaċi jinvestu b'mod serju, liema investiment ikun irid iwassal għal titjib sostanzjali f'dawn il- lokalitajiet.", "B'hekk qed tiġi eliminata l-ħtieġa li fl-aħħar tas-sena jibqgħu jingħataw il-fondi speċjali.", "Jekk wieħed iħares lejn kif ġiet emendata l-għaxar skeda tal-liġi permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna forsi jsibha diffiċli biex jifhem l-emendi li saru, pero` fil-verita` kulma qed jagħmlu dawn l-emendi huwa li qed jistabilixxu l- fondi allokati għal kull lokalita` partikolari skond il-kobor tagħha, skond kemm hemm nies jgħixu ġo fiha u skond il-bżonnijiet tagħha.", "Per eżempju, kif nafu mhux kull raħal u belt ta' pajjiżna għandu l-bajjiet u għalhekk ovvjament dawk il-bliet u l-irħula li għandhom il-bajjiet jieħdu ċertu ammont ta' fondi proprju biex itejbu l-ambjent ta' dawk l-inħawi.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid li l-emendi li hawn imdaħħla f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jiggarantixxu li mil-lum 'il quddiem kull kunsill lokali se jibda jieħu share ekwu u ġust mis-somma totali li l-gvern jivvota għall-kunsilli lokali.", "Ovvjament kull kunsill lokali jkollu l-bżonnijiet partikolari tiegħu, pero` hawn jien nixtieq nagħmel riferenza għal dawk il- bżonnijiet li huma marbuta mal-ministeru li responsabbli minnu jien.", "Sur President, se nibda billi nitkellem fuq qasam li nitkellmu dwaru diversi drabi f'dan il-parlament, u hawn qed nirriferi għall-qasam tat- toroq, li bla ebda dubju jolqot lil kull lokalita` ta' Malta u Għawdex.", "Ilna ħafna nisimgħu ilmenti dwar l-istat tat-toroq f'pajjiżna u għalhekk aħna ħassejna l-bżonn li nagħmlu xi ħaġa f'dan ir-rigward, anke minħabba li diżgrazzjatament sal-lum ix-xogħol li jsir fit-toroq qed isir sempliċement biex ikun sar għax is-sena wara jkollok bżonn terġa' taqilgħu.", "Fil-fatt aħna tlabna lill-kunsilli lokali sabiex ikunu huma li jissottomettu l- ħteġijiet li għandhom f'dak li għandhom x'jaqsmu mat-toroq, u bi pjaċir ngħid li mis-67 kunsill lokali li għandna f'pajjiżna kienu biss xi tnejn jew tliet kunsilli lokali li minkejja li tlabniehom għal darba, darbtejn, tlieta biex jissottomettu t-talbiet tagħhom lid-dipartiment tat-toroq, dawn baqgħu ma ssottomettuhomx sal-ġurnata tal-lum.", "Madanakollu l-maġġoranza l- kbira tal-kunsilli lokali fehmu li aħna konna qed nipprovaw nagħmlu eżerċizzju serju biex permezz tiegħu nistabilixxu pjan u għalhekk issottomettew il-ħteġijiet li jeżistu fil-lokalitajiet tagħhom bl-iktar mod dettaljat.", "Jekk wieħed jara l-lista ta' toroq li ġew indikati mill- kunsilli lokali li hemm bżonn isir xi xogħol fihom malajr jinduna li l- problema tat-toroq ma nħolqitx f'pajjiżna xi 12-il xahar ilu imma nħolqot ferm iktar qabel.", "Ħaġa li sa ftit żmien ilu kienet tiskantani ħafna u li llum m'għadhiex tiskantani daqshekk hija li spiss niltaqa' ma' residenti li jgħiduli li minkejja li ilhom xi 20 jew 24 sena joqogħdu fit-tali triq, din it-triq għadha qatt ma ġiet asfaltata.", "Nista' ngħid illi minn dan l-eżerċizzju li għamilna rriżulta li hemm 800 triq li trid issir, liema toroq bejniethom ilaħħqu s-somma ta' madwar Lm20 miljun.", "Naturalment qabel ma jibda x- xogħol fuq dawn it-toroq aħna nkunu rridu nivverifikaw liema toroq hemm bżonn li jsiru verament għax, per eżempju, meta tara kunsilli lokali ta' rħula żgħar jitolbu xogħol ta' Lm1.8 miljun tinduna li hemm kunsilli lokali li esaġeraw ftit fit-talbiet tagħhom.", "Jien naħseb illi lanqas jekk tagħmel it-toroq kollha ta' dawn l-irħula ma tonfoq Lm1.8 miljun!", "Minkejja dan kollu, id-dipartiment tat-toroq jinsab f'qagħda avvanzata ħafna f'dan l- eżerċizzju u fil-fatt diġa' ppubblika programm ta' xogħol li jrid jagħmel matul it-tliet snin jew l-erba' snin li ġejjin.", "Ta' min jgħid illi anke l- ministeru responsabbli minn dan is-settur intrabat li jippubblika programm ta' xogħol marbut mat-talbiet differenti li jagħmlu l-kunsilli lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' toroq, u l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali qiegħda tipparteċipa bis-sħiħ fit-tfassil ta' dan il-programm ukoll biex ix-xogħol isir kemm għas-sodisfazzjon tal-kunsilli lokali kif ukoll għas-sodisfazzjon tar-residenti.", "Issa ħalli niġi biex nirriferi għat-toroq arterjali ta' pajjiżna.", "Aħna lkoll nafu li t-toroq arterjali ma jaqgħux taħt ir- responsabbilta` tal-kunsilli lokali.", "Issa hawn irrid ngħid li meta saru l- pjanti tal-konfini għall-ewwel darba kien hemm diversi toroq li għalkemm għandhom funzjoni arterjali, ma ġewx meqjusa bħala toroq arterjali, u għalhekk naħseb li issa, li għandna dan l-abbozz ta' liġi quddiemna, għandna nieħdu l-okkażjoni li ndaħħlu xi emenda f'dan is-sens.", "Sur President, matul id-dibattitu tal-bieraħ kien hemm diversi kelliema li semmew kemm f'dan il-parlament isiru parliamentary questions fuq toroq, fuq zebra crossings, fuq pelican lights, fuq traffic-lights u fuq diversi affarijiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu mat-traffiku, u kien hemm xi wħud li pprovaw jirredikolaw il-fatt li ġieli r-risposta tkun illi qed jitfassal pjan f'dan ir-rigward.", "Iva, dan huwa veru, għax f'dan il-pajjiż ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni li għax deputat jitlob li ssir xi zebra crossing jew inkella għax jitlob li jsiru l-pelican lights jew it-traffic- lights f'xi post partikolari, allura dan ix-xogħol isir immedjatament biex imbagħad wara biss ftit xhur nindunaw li nkunu għamilna dak ix-xogħol għalxejn minħabba li jkunu se jsiru xi xogħlijiet fl-istess triq.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li bħalissa d-dipartiment tat-toroq għandu madwar 75 applikazzjoni għal pelican lights u għal traffic-lights ġodda minn kunsilli lokali differenti.", "Jien persważ illi kieku dan il-pajjiż baqa' miexi bil-pjan li kien beda fis-snin sittin, ċioe` dak li jiġu istallati l-pelican lights u t-traffic-lights f'diversi nħawi ta' pajjiżna, illum in-numru ta' applikazzjonijiet kien ikun ferm inqas minn dak li hu, pero` nafu li sfortunatament kien hemm perijodu fejn it-traffic-lights u l- pelican lights kienu kkonsidrati bħala affarijiet illi nistgħu ngħaddu mingħajrhom u mhux talli ma bqajniex inżidu minnhom imma talli l-ftit li kienu jeżistu neħħejniehom.", "Per eżempju, jien niftakar li meta kont daqsxejn ta' tifel kien hemm it- traffic-lights ħdejn il-każin Laburista ta' Birkirkara.", "Fil-fatt kien il- gvern Nazzjonalista ta' ftit snin ilu li reġa' ħoloq kuxjenza favur it- traffic-lights u l-pelican lights.", "Naturalment aħna qed nagħmlu dak kollu possibbli biex kemm jista' jkun it-talbiet li qed jagħmlulna l-kunsilli lokali għat-traffic-lights u għall-pelican lights jiġu milqugħa kollha.", "Biżżejjed wieħed jgħid li matul is-sena finanzjarja li qegħdin fiha ġiet approvata madwar 19-il talba għal traffic-lights jew għal pelican lights.", "Veru li dan ifisser li matul din is-sena finanzjarja ġew milqugħa biss kwart mit-talbiet li saru f'dan ir-rigward, pero` jien ninsab persważ li bil-mod il-mod dawn it-talbiet jiġu milqugħa kollha.", "Issa hawn jien nixtieq nagħmel enfasi żgħira u ngħid li wieħed irid jifhem illi l-iskop tat-traffic-lights, kemm jekk dawn ikunu f'kantuniera, kemm jekk dawn ikunu f'junction kif ukoll jekk ikunu f'roundabout, m'huwiex illi bihom wieħed ikun jista' jagħfas xi ftit iktar il-gass imma li jimmaniġġjaw it-traffiku aħjar filwaqt li ħafna drabi jagħtu anke ċans lill-pedestrians biex jaqsmu.", "Għalhekk il-kuxjenza li ħolqu diversi kunsilli lokali dwar il-ħtieġa li jerġa' jibda jkollna t-traffic-lights f'pajjiżna hija xi ħaġa pożittiva li għandha twassal għal management aħjar tat-traffiku.", "Madanakollu d-dipartiment konċernat irid joqgħod attent li t-talbiet li jsiru għat-traffic-lights ikunu qed isiru għaliex fit-tali postijiet ikun hemm bżonnhom verament, u qed ngħid dan għaliex ġieli jkun hemm kunsilli lokali li jagħmlu dawn it-talbiet mhux għaliex iħossu li hemm ħtieġa tagħhom verament imma għaliex ir-raħal jew il-belt partikolari ta' ħdejhom ikollu xi tlieta jew erba' traffic-lights stallati filwaqt li l-lokal tiegħu jkun għad m'għandu l-ebda traffic-lights.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li kelli xi laqgħa ma' xi kunsill lokali partikolari u l-kunsilliera qaluli: Kif jista' jkun li l-belt ta' ħdejna tgħidx kemm għandha traffic- lights stallati filwaqt li r-raħal tagħna għad lanqas għandu xejn traffic- lights?!", "Il-kunsilli lokali jridu jifhmu li t-traffic-lights m'humiex affarijiet li wieħed għandu jagħmel kompetizzjoni dwarhom għax l-importanti huwa li dawn ikunu stallati fejn verament hemm bżonnhom u mhux kemm traffic- lights ikollha kull lokalita`.", "Kif għedt diġa', xi kultant ikun jidher b'mod evidenti li t-talbiet li jkun qed jagħmel kunsill lokali għat-traffic- lights ma jkunux ibbażati fuq il-ħteġijiet ta' dik il-lokalita` imma jkunu bbażati sempliċement minn pika mar-raħal jew mal-belt ta' biswit, u din hija xi ħaġa inaċċettabbli li m'għandhiex tibqa' tirripeti ruħha.", "Imbagħad xi ngħidu għat-talbiet ripetuti li jsiru mill-kunsilli lokali lill-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni għall-one-ways, għan-no- parkings u għal traffic signs oħra simili?", "Anke hawn, qabel ma wieħed iwaħħal dawn it-tip ta' traffic signs ikun irid jaċċerta ruħu li bihom ma jkunx qed joħloq konġestjoni ta' traffiku u għalhekk mhux it-talbiet kollha li jsiru mill-kunsilli lokali għal dawn it-traffic signs jiġu aċċettati għaliex ovvjament id-dipartiment jilqa' biss dawk it-talbiet li jaħseb illi jkunu qed isiru fl-aħjar interess tal-lokal.", "Ħaġa oħra importanti hija li meta jiġu quddiemna talbiet għal ċerti traffic signs m'għandniex nibqgħu nħarsu biss lejn dik it-triq partikolari li fiha jkunu se jitwaħħlu dawn it- traffic signs imma għandna naraw ukoll kif dawk it-traffic signs se jaffettwaw it-traffiku li jgħaddi mit-toroq tal-madwar.", "Għalhekk hemm bżonn li llum qabel għada nbiddlu l-mod ta' kif inħarsu lejn il-problemi marbuta mat-traffic management ta' pajjiżna biex b'hekk nassiguraw li t- toroq tagħna jkunu qed jissodisfaw il-ħteġijiet ta' dawk kollha li jgħaddu minnhom.", "Xi kultant taqra statements fuq il-qasam tat-traffiku li kieku ma tkunx taf x'inhi l-intenzjoni ta' min ikun qed jiktibhom bilfors li tinkwieta fuqhom.", "Irridu nifhmu li t-traffic management ma jolqotx biss lill-kunsilli lokali imma jolqot lil kull wieħed u waħda minna li ngħixu f'dan il-pajjiż, pero` xorta waħda ssib lil min jittratta lil dan il-qasam b'mod superfiċjali billi jipprova jirredikola l-passi li jkunu qed isiru f'dan ir-rigward.", "Sur President, bla ebda dubju hemm bżonn ukoll li jiġu riveduti r- regolamenti tat-trasport pubbliku għax issa dawn ilhom hemmhekk għal numru kbir ta' snin u għalhekk uħud minnhom m'għadhomx jagħmlu sens.", "Per eżempju, ma jistax ikun li nibqgħu f'sitwazzjoni fejn wara li tħarrek lil xi sewwieq ta' karozza tal-linja li jkun involut f'inċident tat-traffiku wara l-ieħor issib li lil dan tista' twaħħlu biss is-somma \"fenomenali\" ta' 50c bħala multa għal dik it-traskuraġni kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ministru, ippermettili imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Galea jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Sur President, jien konvint li bil-bidliet li hemm maħsuba fil- qasam tat-trasport, dan il-qasam se jmur 'il quddiem għaliex ma nibqgħux nisimgħu iktar b'multi u b'affarijiet oħra li huma redikoli għal-lum il- ġurnata.", "Fil-fatt aħna beħsiebna naġġornaw bis-serjeta` anke l-highway code u l-motor vehicle regulations għax ikun inutli li biex nagħmlu l- enforcement nużaw għodda li kienu jaħdmu tajjeb xi 50 sena ilu, meta ovvjament il-kunsilli lokali kienu għadhom ma twaqqfux u l-vetturi li kienu jeżistu dak iż-żmien kienu ferm iżgħar minn dawk li jeżistu llum.", "Il-ħasra hi li meta saru r-regolamenti tat-traffiku dawn baqgħu fuq l-ixkaffa sal- ġurnata tal-lum għax konna naħsbu li nistgħu nibqgħu nużawhom mingħajr ma nagħmlu ċerti emendi għalihom minn żmien għal żmien sabiex ikunu addattati għaż-żmenijiet tal-lum.", "Issa ħalli ngħaddi biex nagħmel riferenza għal ċerti xogħlijiet li għalkemm ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta` tal- kunsilli lokali, lill-kunsilli lokali jaffettwawhom xorta waħda.", "Sur President, f'dan id-dibattitu diġa' ssemmiet il-bypass ta' l-Imtarfa, li sal-lum għadha fil-konfini tal-kunsilli lokali tar-Rabat imma skond l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, ġaladarba jitwaqqaf il-kunsill lokali ta' l-Imtarfa tiġi taqa' fil-konfini ta' dan il-kunsill lokali.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li din il-bypass qatt ma kienet tista' tiġi meqjusa bħala triq, lanqas meta saret fl-1983, għaliex sa dak iż-żmien konna naħsbu li għax qbadt ftit ħamrija, illivellajtha u tfajtilha ftit żrar u qatran b'daqshekk għamilt triq.", "Per eżempju, ta' min jgħid li din it-triq ma ġietx iddisinjata biex jgħaddi dak it-traffiku kollu minn fuqha u wisq inqas ġiet iddisinjata biex issir fuq dak is-sit partikolari li hija mibnija fuqu.", "Jien naf li matul il-ġimgħat li għaddew inbeda xi xogħol fuq il-lane ta' ġewwa ta' din il-bypass, hekk kif naf ukoll li f'dan il- parlament kien hemm min malajr ikkritika l-fatt li fejn qabel din il-bypass kellha żewġ lanes - fil-fatt biex inkun preċiż kważi lanqas kont tista' tgħid li din kellha żewġ lanes għax lane minnhom kienet dejqa ħafna - issa din se tiġi b'lane wieħed ħalli b'hekk jitħalla spazju għall-pedestrians.", "Issa hawn irrid ngħid li d-disinn tat-toroq ma nagħmlux jien u wieħed irid jinnota li bil-mod kif ġiet iddisinjata din il-bypass illum se jkunu jistgħu jgħaddu minnha kuljum sa 20,000 vettura.", "Naħseb kulħadd jaf li sal- lum għadna 'l bogħod ħafna milli n-numru ta' vetturi li jgħaddu minn dik it- triq jilħaq dik il-figura, u għadna 'l bogħod ħafna b'eluf u mhux bi ftit, pero` d-disinn il-ġdid ta' din il-bypass sar bil-ħsieb li din tibda tieħu wkoll it-traffiku li jinżel min-niżla tas-Saqqajja għaliex issa din it-triq se ssir one-way, u dan sabiex jekk waqt li wieħed ikun tiela' t-telgħa tas- Saqqajja jiltaqa' ma' xi trakk tiela' bil-mod il-mod, huwa ma jkollux għalfejn jibqa' warajh matul it-telgħa kollha imma jkun jista' jaqbżu.", "Kif qed naraw, illum qed nirrealizzaw li ma nistgħux nibqgħu nagħmlu x-xogħol sempliċement biex inkunu għamilnieh imma qabel irid jiġi mfassal pjan serju li jkun jissodisfa mhux biss il-ħteġijiet tal-lum imma anke l-ħteġijiet li se jkollna matul is-snin li ġejjin.", "Sur President, bla ebda dubju l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhux biss se jaġġorna l-funzjonijiet tal-kunsilli lokali imma se jagħtihom iktar saħħa, anke finanzjarjament.", "Jien nispera li l-kunsilli lokali jagħtu l- attenzjoni meħtieġa anke lil dawk il-lokalitajiet li minħabba li m'għandhomx il-kunsilli lokali tagħhom jaqgħu fil-konfini tagħhom, u hawn qed nirriferi għall-Manikata, li ssemmiet dalgħodu, għall-Baħrija, għaż- Żebbiegħ u għal postijiet oħra bħal dawn.", "Wara kollox issa l-kunsilli lokali, bil-mezzi finanzjarji li se jingħataw, se jkunu f'qagħda aħjar li jfasslu l-ħteġijiet tagħhom.", "Jien persważ li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l-kunsilli lokali, li llum nistgħu ngħidu li saru parti integrali mill- ħajja ta' pajjiżna, se jkomplu jkattru iktar ġid fil-lokalitajiet tagħhom, u dan permezz ta' mpenn serju u ħidma sħiħa min-naħa tagħhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Issa nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 29 ta' Novembru fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita` - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta` Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas- Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni nixtieq nirreaġġixxi xi ftit għall-attakk isteriku li għamel fuqi l- Ministru Louis Galea dalgħodu, pero` jien m'iniex beħsiebni noqgħod naħli l- ħin inwieġeb bl-istess mod, jiġifieri billi nintilef fit-tgħajjir, għaliex ma nixtieqx li ndawwar l-attenzjoni tan-nies minn fuq is-sustanza tal-każ innifsu.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara wkoll li meta għedt lill- ministru biex ma joqgħodx isejjaħli \"ħabib\", dan għamiltu għas-sempliċi raġuni li ...", "Jien ma nsibx problema li nkun ħabib ta' min ma jaqbilx miegħi u fil-fatt jien ħabib ta' ħafna nies li ma jaqblux miegħi, imma wara li l-ministru, fid-diskors li għamel, tgħidx kemm għajjarni fejn kważi wasal biex għajjarni, saħansitra terrorista u li jien niddistabilizza l- istituzzjonijiet ...", "Taf x'kien jonqsu jgħid?", "Li anke t-terremoti li għamlu dan l-aħħar ġewwa t-Turkija u l-Korea t'Isfel organizzajthom jien!", "X'ma qallix?!", "Li jien persuna bla etika, li ddisprezzajt lill-qorti u ħafna tgħajjir ieħor minn dan.", "Allura mbagħad kif fl-istess ħin jiġi jsejjaħli \"ħabib\"?", "Jien nissuġġerielu biex jagħżel ħbieb li jħarsu l-liġi, li ma jiddistabilizzawx l-istituzzjonijiet u li jkollhom kwalitajiet sbieħ u mhux ikollhom kwalitajiet tajba u inqas tajba imma jkollhom kwalitajiet tajba u iżjed tajba!", "Madanakollu, Mr Speaker, jien iddeċidejt li nieħu dak l-attakk isteriku li l-Ministru Galea għamel fuqi biċ-ċajt.", "Rigward id-distabilizzazzjoni ta' l-istituzzjonijiet u l-inkwiet fil- pajjiż irrid ngħid li jien m'għandi jdejja mċappsa bl-ebda delitt.", "Jien qatt m'organizzajt tqegħid ta' bombi mkien u allura ma nistax nieħu priedki mingħand min jippriedka l-virtujiet u mbagħad jipprattika affarijiet oħra.", "Ara jien, biex ma nintilfux fit-tgħajjir u fiċ-ċpar se nitkellem bl-iktar mod serju u bl-iktar mod kalm fuq dak li ġara fil-każ tad-dħul ta' l- istudenti għall-kors tal-mediċina.", "Nibda biex ngħid li xi ħaġa ħażina ġrat żgur f'dan il-każ.", "Issa jekk din ġratx bi żvista, jekk ġratx minħabba li kien hemm ċertu ndħil biex ikun hemm il-favoritiżmu jew jekk ġratx bi żball ġenwin ma nafx imma xi ħaġa ħażina ġrat żgur, u għadu ma ntefax id- dawl fuq din ix-xi ħaġa.", "Madanakollu jien ninkwieta iżjed meta joħroġ ir- rapport ta' l-Imħallef Manché u jsib li ma sar xejn ħażin u mbagħad dalgħodu jiġi l-Ministru Galea u jerġa' jagħmel difiża totali fuq dak li ġara.", "Nerġa' nirripeti li xi ħaġa ħażina ġrat żgur.", "Issa ejjew ma nidħlux fil-merti tal-motivazzjoni li għaliha ġara dan kollu, pero` xi ħaġa ħażina ġrat żgur.", "Għaliex qed ngħid li xi ħaġa ħażina ġrat żgur?", "Ħalli nispjega.", "L-istudenti li matul is-sajf li għadda marru biex japplikaw għad-dħul fil- kors tal-mediċina ngħataw fuljett - fil-fatt jien kemm-il darba għamilt riferenza għal dan il-fuljett u ġibtu miegħi f'dan il-parlament - fejn fih qalulhom illi biex jidħlu fil-kors tal-mediċina jrid ikollhom grad \"B\" f'kull suġġett, jiġifieri kemm fil-livell avvanzat kif ukoll fil-livell intermedju.", "Tant hu hekk illi kien hemm grupp ta' studenti li ma daħħluhomx għal dan il-kors għaliex qalulhom li m'għandhomx il-kwalifiki biex jidħlu, u min-naħa tagħhom dawn l-istudenti rrassenjaw irwieħhom u bdew kors ieħor.", "Hawnhekk jien għandi lista sħiħa ta' min huma dawn l- istudenti u għandi wkoll il-lista tal-korsijiet li bdew.", "Fil-fatt hemm min kien beda l-B.Sc. fir-radiography, hemm min kien beda l-B.Sc. fil- chemistry, hemm min kien beda l-B.", "Pharm. u hemm min kien beda anke l-B.Sc.", "Hons. f'xi suġġett ieħor.", "Meta waslet l-ittra legali ta' bint il-Ministru Louis Deguara l- universita` fejn qaltilhom li hija trid tidħol għall-kors tal-mediċina skond ir-regolamenti ta' l-universita` stess, min-naħa ta' l-universita` qam paniku sħiħ, u dan qalu min xehed fl-inkjesta u kien il-kliem ta' l- imħallef innifsu.", "Minħabba li l-ittra legali ta' bint il-Ministru Deguara kienet tgħid li jekk din ma tingħatax risposta fi żmien jumejn kellhom jittieħdu passi legali kontra l-universita`, dawk min-naħa ta' l- universita` ħadu parir legali mingħand il-konsulent legali ta' l- universita` li min-naħa tiegħu qalilhom illi huwa jaħseb li l-universita` qiegħda fit-triq it-tajba li taċċetta biss lil dawk li għandhom grad \"B\" f'sitting wieħed, kif wara kollox kien jgħid il-fuljett li l-universita` qassmet lill-istudenti matul is-sajf li għadda, pero` meta mbagħad ir- reġistrar ta' l-universita' staqsa lill-konsulent legali jekk jiggarantielhomx li jirbħu l-kawża żgur - issa jien ma nafx liema avukat jista' jiggarantilek li tirbaħ kawża, ikun bravu kemm ikun bravu - dan weġibhom billi qalilhom dan il-kliem:", "\"Le, niggarantilek ma niggarantilekx\".\"", "Imbagħad ir-rapport ta' inkjesta jkompli jgħid li:", "\"Then it dawned upon somebody, ...\"", "- u aħna għadna ma nafux min hu dan is-\"somebody\" - li din is-sena jiddaħħlu bi prova għall-ewwel darba probationary students fil-kors tal- mediċina.", "Għalhekk l-għada li rċevew l-ittra, jiġifieri fis-7 ta' Ottubru, il-faculty admissions board tal-mediċina, li qablu ma' dan is-suġġeriment, għamlu minuta f'dan ir-rigward fejn iktar komplew jgħaxxquha għaliex f'din il-minuta qalu li din l-eċċezzjoni se ssir għal din is-sena biss.", "Allura dawn x'affarijiet huma?", "Hija serjeta` li tagħmel eċċezzjoni għal sena waħda biss?", "B'dan il-mod mhux iktar tkun qed tagħtihom x'jgħidu n-nies u mhux iktar tkun qed tqanqlilhom suspetti?", "Tant hu hekk li fl-universita` stess kien hemm nies għoljin ħafna li qalu: Iva hekk agħmlu!", "Aċċettaw li din l-eċċezzjoni ssir għal din is-sena biss ħalli iktar tagħtuh raġun lil min qed jgħid li l-affarijiet ma sarux sew!", "Dan hu l-kliem li ntqal minn nies għoljin ħafna fl-universita`, u hawnhekk jien naf x'qed ngħid.", "Imma issa ħalli nkompli nirrakkonta x'ġara f'dan il-każ.", "Fil-fatt ġara li bint il-Ministru Deguara ddaħħlet għall-kors tal- mediċina u filwaqt li qabel lill-istudenti l-oħra kienu qalulhom li m'għandhomx il-kwalifiki kollha meħtieġa biex jidħlu għall-kors tal- mediċina, wara li daħħlu lil bint il-Ministru Deguara għal dan il-kors qalulhom biex jidħlu huma wkoll.", "Kif għedt diġa', dawn l-istudenti kienu diġa' bdew kors ieħor u xtraw il-kotba għalih, pero` xorta waħda ferħu meta qalulhom li jistgħu jidħlu għall-kors tal-mediċina.", "Issa hawn jien nixtieq ngħid mingħajr ma nsemmi ismijiet illi fost il-ġenituri li ċempluli biex jgħiduli b'dan il-każ ċempluli ġenituri li t-tfal tagħhom daħlu għall-kors tal-mediċina bis-saħħa ta' dan il-każ, u huma qaluli li ħadu gost ħafna li t-tfal tagħhom tħallew jidħlu għall-kors tal-mediċina bis-saħħa ta' dan il- każ, u fil-fatt hawn irrid nagħmilha ċara li mill-fatti li ħarġu mill- inkjesta stess jirriżulta li kieku ma nkitbitx dik l-ittra mill-avukat ta' bint il-Ministru Deguara, kieku dawn l-istudenti kienu jibqgħu fil- korsijiet li bdew fil-bidu t'Ottubru u ma kenux jiddaħħlu fil-kors tal- mediċina.", "Allura kif l-Imħallef Manché fl-inkjesta li għamel ma qalx li xi ħaġa ħażina saret żgur f'dan il-każ, kien x'kien il-mottiv għal dan?", "Nerġa' nirripeti li xi ħaġa ħażina saret żgur; issa jew meta l- universita` qalet lil dawn l-istudenti li m'għandhomx il-kwalifiki biżżejjed biex jidħlu għall-kors tal-mediċina jew inkella meta din aċċettat lil dawn l-istudenti bħala probationary wara s-7 t'Ottubru.", "Fl-inkjesta li għamel l-Imħallef Manché lanqas staqsa għaliex allura dawn l-istudenti ma ġewx aċċettati bħala probationary students fil-kors tal-mediċina meta marru japplikaw l-ewwel darba.", "Xi ħadd irid iwieġeb u jgħidilna x'sar ħażin f'dan il-każ, imma nerġa' nirripeti li hawnhekk xi ħaġa żmerċ saret żgur, u dawn l-affarijiet ma jagħmlux ġid għaliex b'rapport ta' nkjesta ta' dak it- tip u b'difiża bħalma għamel il-Ministru Galea dalgħodu għal dak li sar iktar se tingħata liċenzja biex ikun hemm it-taħwid, u min iħobb il-qasam ta' l-edukazzjoni verament għandu jaħdem biex f'dan il-qasam ma jkunx hemm taħwid.", "Ħalli ngħid kemm hemm taħwid.", "Lill-istudenti tawhom fuljett li fih hemm imniżżel li biex jidħlu għall- kors tal-mediċina f'Ottubru, 1999 irid ikollhom grad \"B\" jew aħjar fis- suġġetti kollha u li dawn il-kwalifiki jridu jġibuhom f'session waħda ta' l- eżamijiet.", "Din hi l-informazzjoni li ngħataw l-istudenti li marru biex japplikaw, pero` Alla jbierek fir-rapport ta' inkjesta li għamel l-Imħallef Manché mkien ma daħal f'din il-kwestjoni tant li lanqas biss għamel riferenza għal dan il-leaflet li ngħataw l-istudenti.", "Imbagħad biex l- istorja tkompli titħawwad fl-undergraduate prospectus li ħarġet l- universita` matul dan is-sajf - għaliex hawn ta' min jgħid illi minbarra li l-universita` toħroġ fuljetti għall-istudenti, hija toħroġ ukoll undergraduate prospectus, u fil-fatt hawnhekk jien ġibt miegħi kopja ta' l- undergraduate prospectus ta' din is-sena - taħt il-fakulta` tal-mediċina u tal-kiruġija, eżattament f'paġna 99, qalu lill-istudenti li biex tidħol għal dan il-kors trid tisoddisfa grad \"B\" fil-kimika u fil-bijoloġija u grad \"C\" f'xi suġġett ieħor.", "Imma aħna nafu x'qegħdin nagħmlu?", "Din hija l- istess universita`?", "Allura għaliex skond paġna 99 ta' l-undergraduate prospectus dawn l-istudenti suppost kellhom jiġu aċċettati għall-kors tal- mediċina mal-ewwel?", "Allura kif ma nqajmuhomx dawn il-mistoqsijiet?", "Possibli li aħna rridu dan it-taħwid?", "Jien ħadt dan il-każ bl-ikbar serjeta` għaliex inħoss li jekk l- universita` tippermetti dan it-taħwid din se tispiċċa qisha xi pitkalija, fejn il-prezzijiet ipespsuhom fil-widnejn u jtellgħuhom u jniżżluhom skond min ikun hemm u skond l-ammont ta' ħxejjex li jkun hemm.", "Aħna hekk irriduha ssir l-universita`; bħall-pitkalija?", "Nerġa' ngħid li l-istess universita` fl-istess staġun tas-sajf ħarġet leaflet għall-istudenti li jgħid li biex wieħed jidħol għall-kors tal-mediċina jrid iġib grad \"B\" jew aħjar f'kull suġġett u ħarġet undergraduate prospectus li jgħid illi biex wieħed jidħol għall-kors tal-mediċina huwa biżżejjed li jġib żewġ suġġetti bi grad \"B\" u suġġett bi grad \"C\".", "Allura hawn tqum il-mistoqsija: Għaliex l-undergraduate prospectus jgħid affarijiet differenti minn dak il- leaflet li tqassam lill-istudenti?", "U għaliex ħareġ?", "Dawn il-mistoqsijiet se jibqgħu ma jiġux imwieġba?", "U possibbli li l-Imħallef Manché fl-inkjesta tiegħu ma jagħmilhomx dawn il-mistoqsijiet?", "M'huwiex importanti li nkunu nafu jekk dan l-undergraduate prospectus ħariġx wara li qalu lil dawn l- istudenti li m'humiex ikkwalifikati biex jidħlu għall-kors tal-mediċina?", "Mr Speaker, bla ebda dubju l-affarijiet iridu jsiru b'iktar serjeta`, u hawn irrid nerġa' ngħid li jekk qatt kelli xi dubju dwar jekk kellix nitla' nixhed jew le fl-inkjesta ta' l-Imħallef Manché issa ninsab konvint iktar minn qatt qabel li għamilt sew għaliex b'hekk almenu m'iniex kompliċi fit- taħwid li sar meta saret dik l-inkjesta.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex dik m'hijiex inkjesta serja.", "Mela kieku kienet inkjesta serja ma kenitx tqajjimhom dawn il-mistoqsijiet li qed inqajjem jien?!", "Nirripeti li f'xi ħin jew ieħor xi ħaġa ħażina saret.", "Kif għidt iktar kmieni, ejjew ma nidħlux fil-motivazzjoni li għaliha saret din ix-xi ħaġa ħażina, pero` li l- ewwel iġġennen lill-istudenti u ġġennen lill-ġenituri tagħhom ...", "U l- ministru m'għandux għalfejn joqgħod jiġi hawnhekk u jattakkani bħallikieku jien bniedem ta' qalb ħażina li ma rridx il-ġid ta' l-istudenti.", "Jien ma naħsibx li għandu għalfejn jagħtini lezzjonijiet f'dan il-qasam, Mr Speaker.", "Alla jbierek ir-reputazzjoni tiegħi jafuha l-istudenti direttament għax jien ngħallimhom, u nieħu gost ngħallimhom.", "Nerġa' ngħid li wħud mill-ġenituri ta' l-istudenti li daħlu għall-kors tal-mediċina fit-tieni ġimgħa t'Ottubru ċempluli xxokkjati u qaluli: Sewwa!", "Mela l-ewwel qalulna li t-tfal tagħna m'humiex ikkwalifikati biżżejjed biex jidħlu għall-kors tal-mediċina għax iridu jġibu grad \"B\" f'kollox u mbagħad fit-tieni ġimgħa t'Ottubru qalulna li t-tfal tagħna huma kkwalifikati biżżejjed biex jidħlu għal dan il-kors!", "Ejjew nammettu li hawnhekk l-universita` ma mxietx b'mod serju!", "Nerġa' ngħid illi kieku ma waslitx dik l-ittra li bagħat l-avukat ta' bint il-Ministru Louis Deguara f'isimha - u l-istudenti li daħlu għal dan il-kors ibierkuha dik l-ittra - dawn l-istudenti kienu jibqgħu fil-kors li kienu bdew.", "Allura din serjeta`?!", "Mr Speaker, waqt l-aħħar aġġornament li tkellimt fih jien għedt illi ma rridx niftaħ iżżejjed hawnhekk għax ma nixtieqx nibda nispara, pero` jekk fl-universita` rridu s-serjeta` verament għandna nduru dawra sew ma' l- universita`, jiġifieri m'għandniex naraw biss kif saru l-affarijiet din is- sena fil-fakulta` tal-mediċina imma rridu naraw ukoll kif isiru l- affarijiet fil-fakulta` tal-liġi, fejn il-kwalifiki jinbidlu minn sena għall-oħra, skond min ikun hemm student, għaliex ċerti studenti hemmhekk are more equal than others, bħall-annimali li jissemmew fil-ktieb \"Animal Farm\" ta' George Orwell; u daqqa \"C\" tkun tfisser six marks, u daqqa \"C\" tkun tfisser five marks u daqqa \"C\" tkun tfisser 4.5 marks.", "Din is-sena għax hemm ċerti studenti ngħollu l-marki għal min iġib \"C\" u mbagħad is- sena ta' wara, għax ma jkunx hemm ċerti studenti, nerġgħu nniżżlu l-marki għal min iġib \"C\"!", "Din mhijiex serjeta`!", "Ejjew inkunu serji u nitkellmu bis-serjeta` fuq dawn l-affarijiet!", "Mr Speaker, din m'hijiex kwestjoni ta' politika partiġjana tant li jien konvint li fost il-ġenituri li ċempluli hemm minnhom illi ma tantx jaqblu miegħi politikament, imma dawn xorta waħda huma xxokkjati b'dawn l- affarijiet u jsemmu ...", "Imma sfortunatament dawn imbagħad ma jitkellmux fil-pubbliku, bħalma jagħmlu sħabi l-lecturers ta' l-universita'.", "Jien m'iniex se niftaħ attakk fuqhom imma rrid ngħid li dawn l-ewwel jiġu jgħiduli li għandi raġun u li l-affarijiet m'għandhomx isiru b'dan il-mod u mbagħad meta nistaqsihom għaliex allura ma jitkellmux huma wkoll, dawn jgħiduli: Le, għaliex inkella nkunu qed nattakkaw lill-partit tagħna fil- gvern!", "Din hi t-traġedja ta' dan il-pajjiż; li jekk iħallu lilna l- politiċi biss nitkellmu fuq dawn l-affarijiet hemm iċ-ċans li għal kull ħaġa li ngħidu jkun hemm min jirreaġixxi kif irreaġixxa l-Ministru Galea dalgħodu meta għamel dak l-attakk feroċi u isteriku fuqi.", "Imn'Alla jien bniedem kalm u ma tantx nieħu għal dawn l-affarijiet, għaliex ejjew ngħiduha kif inhi; jien nagħti daqqiet u allura għandi nistenna li naqla' daqqiet ukoll, jiġifieri dawn l-affarijiet m'humiex se jagħmluli deni, pero` ejjew inkunu serji!", "Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li qed titfa' lis-soċjeta` tagħna lura hija dik illi dan il-pajjiż għad m'għandux soċjeta` ċivili.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex ħafna mill-kultura u mill-konfrontazzjoni politika tagħna għadha ta' l-ewwel gwerra dinjija, tat-trench warfare, jiġifieri tal- bidu, fejn ta' din in-naħa u tan-naħa l-oħra jisparaw fuq xulxin filwaqt illi l-intellettwali, il-lecturers ta' l-universita`, il-ġurnali u l- protagonisti differenti tal-ħajja pubblika Maltija joqogħdu kollha fit- trunċiera tagħhom u ma jitkellmux.", "Imbagħad kif għedt diġa', immur l- universita` u jgħiduli minn taħt l-ilsien ...", "Issa dan dejjem jgħiduhuli minn taħt l-ilsien għax jekk jgħajtu jkun hemm xi ħadd jismagħhom u taf int, il-kuraġġ morali u intelletwali jitlob li titkellem minn taħt l- ilsien!", "Is-sabiħa hi li mbagħad dawn imorru jagħtu l-lectures fuq l-etika, fuq il-kuraġġ morali u fuq il-valuri sbieħ li għandu jkun hemm fis- soċjeta`!", "Pero` dawn lili jgħiduli li m'humiex lesti li jitkellmu u jħallu biss lilna l-politiċi nitkellmu bil-konsegwenza li kwestjoni serja bħal din, li tirrigwarda l-kriterji għad-dħul fl-universita`, tispiċċa ballun politiku fejn jien nattakka minn naħa u l-ministru jattakka min-naħa l- oħra.", "Hawn jien nistaqsi: Issa x'se jiġri?", "Jista' xi ħadd fis-sapjenza tiegħu jgħidli x'se jkunu l-kriterji għad-dħul fil-fakulta` tal-mediċina ta' l-universita`, għallinqas f'Ottubru tas-sena 2000?", "Għax issa x'inhuma jew x'kienu l-kriterji għad-dħul fil-fakulta` tal-mediċina ta' l- universita` f'Ottubru, 1999 anke jien qtajt qalbi li nifhimhom, imma issa jista' xi ħadd jgħidli - ikun min ikun, anke s-senat ta' l-universita` jew il-ministru - x'se jkunu l-kriterji għad-dħul fil-fakulta` tal-mediċina ta' l-universita` f'Ottubru, 2000?", "Għaliex qed nagħmel din il-mistoqsija?", "Il-fuljett li hemm lest għas-sena d-dieħla jgħid eżattament dak li qal il-fuljett li tqassam lill-istudenti għad-dħul fl-universita` f'Ottubru ta' din is-sena, ċioe` li jrid ikollhom grad \"B\" fis-suġġetti kollha avvanzati u intermedjarji, u li dawn ir-riżultati għandhom jinġabu kollha f'sitting waħda.", "Imma issa jien nistaqsi: X'se tgħid paġna 99 ta' l-undergraduate prospectus għas-sena 2000?", "Se terġa' tgħid li huwa biżżejjed li wieħed iġib tnejn \"B\" u waħda \"C\" biex jidħol fil-fakulta` tal-mediċina?", "Nerġa' nirripeti li xi ħaġa ħażina hawn żgur!", "Min se jispjegaha din?!", "Jien informat li diġa' ġie diskuss x'se jkunu l-kriterji rikjesti għal min ikun jixtieq isegwi l-kors tal-mediċina s-sena d-dieħla, u għal dawn id- diskussjonijiet ħadu l-minuti tal-laqgħa li kellu l-admissions faculty board tal-fakulta` tal-mediċina fis-7 t'Ottubru ta' din is-sena, liema minuti jgħidu hekk:", "\"The faculty admissions board conscious ...\"", "- innotaw il-kliem li ġie wżat hawnhekk -", "\"... that there may not have been sufficient notice of the change in regulations from their publication, agreed that for this year only, applicants in possession of two Grade ''B''s and one grade ''C'' obtained in one session (i.e. applicants who lack one grade) be accepted as probationary students in terms of the admissions regulations.\".", "Imma allura qed niġġennu!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Mela se noqogħdu nġebbdu u nbiddlu \"for this year only\"?", "U mbagħad is-sena d-dieħla x'se nagħmlu?", "Hawn jien nixtieq nistaqsi sinċerament, u nixtieq li ningħata risposta mhux għalija biss imma għal dawk iż-żgħażagħ kollha li qed jistudjaw bit-tama li s-sena d-dieħla jidħlu fil-kors tal-mediċina, ħalli almenu dawn ikunu jafu b'liema kriterji se jidħlu f'Ottubru tas-sena 2000.", "Jekk din il-mistoqsija tibqa' ma tiġix imwieġba se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn dak li jkun se jinjora kompletament il-kwalifiki kollha rikjesti biex tidħol l-universita', jara jekk ġabx dawk il-kwalifiki li l-universita` tħabbar, u tħabbar b'mod differenti u kontradittorju f'żewġ pubblikazzjonijiet li toħroġ fl-istess sena u fl-istess sajf ...", "Hawn irrid ngħid ukoll li l-undergraduate prospectus ma jkunx available lill-istudenti kollha imma jkun available biss lil xi erbat irjus, u dan qed ngħidu biex il-kliem ikun ċar!", "Għalhekk jien għandi vantaġġ li jkolli dan l-undergraduate prospectus fuq min, miskin, l-unika informazzjoni li jingħata huwa dak il-leaflet li jitqassam lill-istudenti kollha.", "Sewwa, mela għax Evarist Bartolo jgħallem l-universita` u għalhekk jirċievi l- undergraduate prospectus ikun jaf li t-tifla tiegħu tista' tidħol bi tnejn \"B\" u b'waħda \"C\", u miskina, Maria Vella mill-Imġarr ma tkun taf b'xejn minn dan kollu għaliex kulma tirċievi meta tmur il-campus ta' l-universita' hija biċċa karta li tgħidilha li biex tidħol għall-kors tal-mediċina trid iġġib \"B\" f'kollox għaliex inkella tibqa' barra minn dan il-kors!", "X'serjeta` din!", "Allura mbagħad kif niġu noħorġu inkjesta b'ħafna pompożita` u b'ħafna kliem li anke jien insibha diffiċli biex nifhmu fejn fiha ngħidu li l-affarijiet kollha saru sew, anke jekk nafu li eżonerajna lill-universita`, u mbagħad biex is-sitwazzjoni tkompli tagħqad jiġi l- Ministru Galea u jgħid l-istess l-kliem?", "Possibbli li l-ministru huwa sodisfatt b'dawn l-affarijiet?", "Ejjew nammettu li din il-pożizzjoni m'hijiex serja!", "Jien inkompli nisħaq li din il-pożizzjoni m'hijiex serja u kulma tmur il-biċċa iktar qed issir inkwetanti.", "Għaliex qed ngħid li kulma tmur il-biċċa iktar qed issir inkwetanti?", "Għaliex issa lanqas baqa' kriterji għad-dħul fil-kors tal-mediċina ta' l-universita`!", "Tagħmel l- eżami, imbagħad toħroġ tattakka lill-universita` legalment billi tgħid illi l-kriterji għad-dħul ma kenux in line ma' dak li tgħid il-liġi ta' l- edukazzjoni ta' l-1988, imbagħad l-universita` jaqbadha paniku sħiħ ...", "Għax anke hawn, wieħed bilfors ikollu jaċċenna għall-paniku li qabadha l- universita` f'dan il-każ.", "Jiena naf kif tirreaġġixxi l-universita` u nafu li din altru tirċievi l- ittra tiegħi - biex ma nsemmix lil ħaddieħor - u altru tirċievi l-ittra ta' Ġanni Borg!", "M'hijiex magħrufa wisq l-universita` għall-fatt li meta tirċievi ittra ta' Ġanni Borg jaqbadha paniku!", "Forsi meta l-universita` tirċievi l-ittra tiegħi jista' jkun li jaqbadha daqsxejn ta' paniku, u jekk dan jinzerta fi żmien illi nkun ministru l-paniku jkun ikbar minn meta nkun biċċa membru parlamentari ta' l-oppożizzjoni, speċjalment jekk inkun fuq min hu fil-fakulta`.", "Issa hawn qed nitkellem b'mod ċar ħalli kulħadd jifhimni.", "Aħna qegħdin Malta, nafu lil xulxin u nafu kif isiru l- affarijiet.", "F'pajjiżna żgur li m'hemmx għalfejn tibgħat nies bil- kalashnikov biex tgħid lil dak li jkun x'għandu jagħmel!", "Nerġa' ngħid illi hawn jien qed nitkellem bl-iktar mod ċar għaliex b'dan il-mod irridu nitkellmu jekk irridu nkunu onesti u serji u mhux billi noqogħdu nilgħabuha tal-qaddisin!", "Jekk irridu nkunu onesti u serji verament għandna nagħmlu inkjesta parlamentari biex għallinqas dak li qed jiġri ma jkomplix jiġri għaliex inkella dan se jkompli jiġri.", "U ma jiġix il-ministru jattakkani billi jgħidli: Nagħmlu inkjesta parlamentari meta dak diġa' ddeċieda?!", "Dan pinġieni bħar-reġina t'Alice in Wonderland meta x'ħin daħħlulha lill- akkużata quddiemha qaltilhom: Off with her head! mingħajr ma tat ċans lill- akkużata tiddefendi ruħha.", "Hekk pinġieni l-Ministru Galea; li jien dak it- tip ta' bniedem illi ddeċidejt minn qabel li l-affarijiet saru ħażin u li se nibqa' ngħid hekk akkost ta' kollox.", "Ħalli nagħmilha ċara mal-ewwel, Mr Speaker.", "Il-Ministru Galea jaf li matul il-leġislatura ta' bejn l-1992 u l-1996 jien, bħala membru parlamentari, kont qajjimt każ serju fuq taħwid fit- testijiet tad-demm ġewwa l-Isptar San Luqa u meta saret inkjesta f'dan ir- rigward jien tlajt nixhed quddiemha, jiġifieri jien ma nsib assolutament l- ebda problema li nikkoopera b'kull mod biex jintefa' dawl fuq dan il-każ li qajjimt hawn u għalhekk il-Ministru Galea m'għandux għalfejn jappellali biex nagħti eżempju, biex inkun leġislatur u biex nirrispetta l-liġi.", "Il- Ministru Galea m'għandux għalfejn jagħmilli priedki u omeliji f'din il- ħaġa!", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara wkoll illi meta tlabna li ssir inkjesta parlamentari f'dan ir-rigward aħna tlabna membri ndaqs miż-żewġ naħat u chairperson maqbul miż-żewġ naħat, jiġifieri ma tlabniex xi maġġoranza mill-oppożizzjoni li kienet tiddeċiedi minn qabel li jkunu x'ikunu l-fatti, hija se tgħid hekk, hekk u hekk.", "Barra minn hekk jien żgur li ma kontx inkun wieħed mill-membri ta' din l-inkjesta parlamentari min-naħa ta' l-oppożizzjoni għaliex is-serjeta` mhux hekk titlob.", "Peress li kont jien li qajjimt dan il-każ, jien kont nitla' nixhed quddiem l- inkjesta parlamentari u mhux inkun parti minn din l-inkjesta.", "Mela jien kont se nkun il-prosekutur u l-imħallef fl-istess ħin?!", "Kieku saret din l- inkjesta parlamentari, il-membri tagħha min-naħa ta' l-oppożizzjoni kienu jkunu żewġ kollegi tiegħi jew tlieta.", "Għalhekk lill-Ministru Galea ngħidlu biex ma joqgħodx jipprova jħawwad l-affarijiet bil-konsegwenza li mbagħad nispiċċaw biex nitilfu l-iskop.", "U l-iskop x'inhu?", "L-iskop hu li istituzzjoni edukattiva importanti f'pajjiżna, li hija l-universita`, ...", "Hawn jien se nerġa' mmur għas-sentenza ta' l-1998, u ġaladarba qed insemmi dik is-sentenza rrid ngħid illi m'hux veru li qed niċċita minnha l- partijiet li jaqbilli.", "Kif għedt diġa' dik hija sentenza tajba, u f'dik is- sentenza ta' l-4 ta' Marzu, 1998 jintqal ċar u tond ...", "U jien xtaqt li l- Imħallef Manché wera ftit iktar spirtu għal dik is-sentenza li kienet ingħatat dak iż-żmien fl-inkjesta tiegħu meta fost affarijiet oħra kien qal li:", "\"Id-dħul fl-universita` jrid ikun ekwu u ġust, u jrid jidher li hu ekwu u ġust.\".", "Allura jekk inhu hekk, nerġa' ngħid: X'hemm ħażin li mmorru lura, naraw il- liġi ta' l-1988, naraw x'inhi l-problema u jekk, per eżempju, jirriżulta li l-proċedura li tiġi wżata mill-amministrazzjoni ta' l-universita` hija cumbersome nipprovaw insibu soluzzjoni?", "Ejjew ma nitilfux żmien milli nassiguraw irwieħna li l-kriterji għad-dħul fl-universita` jkunu ċari u trasparenti għal kulħadd għaliex mill-bqija l-universita` se jkompli jiġrilha ħafna ħsara, u aħna, bħala politiċi, ejjew ma nagħmlux l-iżball illi naħsbu li l-kritika u l-kliem li jintqal fis-soċjeta` tagħna huwa dak li jkun rifless fil-ġurnali, għax fil-ġurnali naraw biss it-tip of the iceberg.", "Irridu nifhmu li fil-ġurnali ma jiġix rifless dak li jkunu qed jgħidu n- nies u l-istudenti lil xulxin, u aħna l-politiċi, inkluż il-ministri, ara ma mmorrux inserrħu moħħna li għax xi ħaġa ma tidhirx f'ġurnal jew ma tintqalx hawn ġew, allura din ma teżistix tafux!", "Ejjew ma nħallux li ssir iktar ħsara lir-reputazzjoni ta' l-universita` u naraw kif se nirranġaw din il-biċċa xogħol għaliex inkella l-affarijiet se jisserjaw u se jmorru għall- agħar, u se jmorru għall-agħar mhux biss għall-eluf ta' żgħażagħ li għandna fl-universita` għax irridu niftakru li r-rwol ta' l-universita' fis-sistema edukattiva ta' pajjiżna kibret, u kibret ħafna.", "Illum l-universita` mhux biss qed tikkontrolla l-futur taż-żgħażagħ tagħna li jmorru ġo l- universita` imma bl-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC qed tikkontrolla l-futur tat-tfal u taż-żgħażagħ kollha li qed jattendu l-iskejjel sekondarji u post- sekondarji, u għalhekk kull ħaġa li titfa' dell fuq l-universita` qed titfa' dell fuq l-operat u fuq il-ħidma tagħha, anke fl eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC.", "Huwa proprju għalhekk illi jien qed nappella biex l-affarijiet isiru sew; għaliex fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha ninsabu f'baħar miftuħ.", "Huwa fl-interess ta' l-universita`, tal-qasam ta' l-edukazzjoni, tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna li l-affarijiet isiru sew u għalhekk ejjew nitgħallmu minn dawn l-esperjenzi li għadna kemm għaddejna minnhom biex nirranġaw l- affarijiet għaliex kif għedt diġa', kif inhi s-sitwazzjoni ninsabu f'baħar miftuħ.", "Nerġa' ngħid li l-aħjar mod kif isiru dawn l-affarijiet huwa fil- parlament.", "Mr Speaker, l-ispirtu u l-kelma tal-liġi ta' l-edukazzjoni ta' l-1988 tgħid ċar u tond illi l-aħħar skrutinju, l-aħħar xogħol li jivverifika x'qed isir mis-senat ta' l-universita` dwar il-kriterji tad-dħul fil- korsijiet differenti ta' l-universita` hawn ġew qiegħed u fil-fatt hawnhekk hawn proċeduri sħaħ ta' kif għandhom jiġu promulgati l-kriterji u r- regolamenti l-oħra ta' l-universita`, fosthom li dawn għandu jagħmilhom il- kanċillier, li għandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u li għandhom jitqegħdu hawn sa ċertu żmien ħalli l-istudenti jkunu informati mill-inqas sentejn qabel dwar il-kriterji li wieħed irid jissodisfa biex ikun jista' jidħol fl-universita`.", "Ara din ta' l-aħħar m'hijiex qed issir.", "Biżżejjed nieħu dan il-każ li qed nitkellmu dwaru llum fejn l-affarijiet inbidlu fi ftit ġimgħat u mhux f'sentejn meta l-ewwel qalu lill-istudenti li m'humiex ikkwalifikati biżżejjed biex jidħlu għall-kors tal-mediċina u għalhekk qalulhom biex isegwu kors ieħor, u mbagħad meta bdew isegwu kors ieħor fit-tieni ġimgħa t'Ottubru qalulhom li jistgħu jidħlu għall-kors tal- mediċina.", "Iva din serjeta`?!", "Nerġa' ngħid: Ejjew ma nidħlux fil-mottiv għaliex saru dawn l- affarijiet, imma xi ħaġa ħażina saret żgur; issa jew meta l-universita` qalet lil dawn l-istudenti li m'għandhomx il-kwalifiki biex jidħlu fil-kors tal-mediċina ...", "U kif għedt diġa', huwa interessanti l-fatt illi skond l- undergraduate prospectus l-universita` lanqas setgħet tgħid lil dawn l- istudenti li m'għandhomx il-kriterji biex jidħlu għaliex dan il-prospectus jgħid li student jista' jidħol għall-kors tal-mediċina bi tnejn \"B\" u b'waħda \"C\" mentri l-fuljett li ngħataw l-istudenti kien jgħid illi biex jidħlu għal dan il-kors iridu jġibu \"B\" f'kollox.", "Imbagħad Alla jbierek toħroġ inkjesta ta' mħallef dwar dan il-każ - u hawn irrid nerġa' ninsisti li din m'hijiex serjeta` - u din tgħidlek: Kollox eżonerat; ma sar xejn ħażin!", "U dalgħodu jiġi l-ministru ta' l-edukazzjoni u minflok ma jgħidilna li għandna naraw kif nirranġaw l-affarijiet ħalli jsir kollox sew ħareġ jiddefendi dawn l-affarijiet ukoll!", "Mr Speaker, jien nappella biex naraw kif nistgħu nirranġaw l-affarijiet qabel ma dawn imorru iktar għall-agħar għaliex meta min ikun ħawwad ikollu nkjesta ta' mħallef li tgħidlu li ma ħawwad xejn u jiġi l-ministru hawn ġew u jgħidlu li ma ħawwad xejn lil dan inkunu qed nagħtuh il-liċenzja biex iħawwad iżjed u iżjed, u nerġa' ngħid li la huwa fl-interess ta' l- universita`, la huwa fl-interess tat-tfal tagħna u lanqas huwa fl-interess taż-żgħażagħ tagħna li jkun hawn it-taħwid f'dan il-qasam.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 29 ta' Novembru fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ISLAMIC CEMETERY", "10902.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar l-Islamic Cemetery, jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi?", "Meta se jkomplu l-laqgħat u bejn min matul dawn il-ġimgħat?", "Jista' jikkunsidra li sa Diċembru li ġej jirrimedja din il-problema li ilha pendenti s-snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d- Dipartiment tas-Saħħa rċieva korrispondenza mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jagħti l-fehmiet tiegħu fir-rigward ta' applikazzjoni mill-Malta Islamic Welfare Fund biex jibnu ċimiterju fil-viċinanza tal-Moskeja f'Raħal Ġdid.", "Bħala riżultat ta' dan, l-applikanti ġew mitluba biex jagħmlu talba mal-Bord tas-Servizzi Ġenerali kif preskritt fil-Liġi.", "Il-Bord tas- Servizzi Ġenerali sejjer jiddiskuti dan is-suġġett fl-ewwel laqgħa tiegħu fil-25 ta' Novembru 1999.", "FAO - SURVEY", "10903.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbilta' li jsir survey dwar il-bdiewa, sajjieda u raħħala produtturi żgħażagħ tal-gżejjer sabiex fl- okkażjoni tas-sena ddedikata lilhom mill-FAO pajjiżna juri aktar stima lejhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant qed jiġi kkunsidrat.", "RABAT - GOLF COURSE", "10904.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' bdiewa li kitbu lid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jinfurmawh li jridu jibqgħu jaħdmu r- raba' li se tittieħed għall-użu tal-golf course fir-Rabat?", "X'passi ħa d- dipartiment u xi żviluppi kien hemm?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma jirriżultax li xi bdiewa reċentiment kitbu lid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jinfurmawh li jridu jibqgħu jaħdmu r- raba indikat għall-użu tal-golf course fir-Rabat.", "Pero ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-passat, u cioe fid-19 t' April 1998, is-segretarju ta' l-Għaqda Bdiewa Progressivi kienu kitbu lill-istess Interpellant (dak inhar Ministru) fejn informah, u nikwota, \"Il-bdiewa preżenti għal laqgħa annwali ġenerali li saret il-Ħadd 15 ta' Marzu 1998 qablu li l-Għaqda għanda tħalli fil-liberta lill-bdiewa kollha jiddisponu mir-raba tagħhom kif iridu huma pero li dejjem tħares id-dritt li dawk li jridu jkomplu jaħdmu ir-raba tagħhom jitħallew jagħmlu dan anke jekk ikunu part-time.\"", "Kopja ta' l-istess ittra qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jgħaddi l-kummenti tiegħu l-Awtorita ta' l- Ippjanar, li tieħu deċiżjoni dwar dan il-proġett.", "EU - ĦALIB FRISK", "10911.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-ħalib frisk fuq il-kwota jkun suġġett għall-multi jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformana kemm huma dawn il-multi li jeħlu r-raħħala Maltin u Għawdxin jekk jipproduċu ħalib aktar mill-kwota stabbilita?", "Kemm saru laqgħat mal-KPH dwar din is-sitwazzjoni u x'inhija l-pożizzjoni tal-KPH dwar dan il-fatt?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed iħawwad sabiex ibeżża' lir-raħħala mill-Unjoni Ewropeja.", "Ir-raħħala ma jkunux suġġetti għal ebda multi jekk jipproduċu fuq il-kwota iżda jitħallsu anqas għall- ħalib prodott fuq il-kwota skond kif ikun miftiehem mad-Dairy.", "Ir-raħħala jitħallsu d-Dairy Premium u l-Premium Suppliments skond il-kwota.", "Nirreferi l-Onor Interpellant għar-Regolament tal-Kunsill Numru 1255/1999.", "Konsultazzjoni mal-KPH ser issir fi żmien qasir.", "MRLS - LAQGĦAT", "10912.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn id-Dipartiment tal-Biedja u dawk tas- Saħħa dwar l-MRLs?", "Meta saru u xi żviluppi kien hemm?", "X'mistenni jsir fix- xhur li ġejjin dwar l-MRLs ta' l-Unjoni Ewropea fuq ħxejjex u frott frisk?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li diversi laqgħat saru bejn il-Kunsil tas-Saħħa u d-Dipartiment tas-servizzi veterinarji, dwar l-MRL`s. Regolamenti li jikkonċernaw l-MRL`s fil-laħam ġew ippublikati fis-sena 1998.", "Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett l- Onor. Interpellant jista jirreferi lill-Ministru responsabbli mid- Dipartiment tal-Biedja u Sajd.", "HIGHER SECONDARY SCHOOL - STIPENDJI", "11396.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti tal-Higher Secondary School li m'humiex jieħdu stipendji, almenu jkollhom it-trasport issussidjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa m'hemmx skema ta' trasport sussidjat.", "AMBJENT - TRAB ISWED", "11397.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-konkret min-naħa tal-Gvern biex it-tniġġis, b'forma ta' trab iswed, li qed jolqot saħħet u l-ambjent in ġenerali tar-residenti tal-Fgura u tal-lokalitajiet ta' madwar, jieqaf minnufih?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11096 (Seduta 175).", "BIDNIJA - VILEL", "11398.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jafx bil-bini ta' erba' vilel f'nofs il-wied tal- Bidnija li nbnew illegalment?", "X'se jsir biex dan l-abbuż jitwaqqaf?", "X'passi ttieħdu s'issa kontra min kiser u qed jikser il-liġi?", "X'għamlet l- Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar dan meta saħansitra anke fil-gazzetti kien hemm min kiteb biex jiġbed l-attenzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar aġixxiet kontra l-iżvilupp illegali li rreferiet għalih l-Onor.", "Interpellanti u għal żvilupp illegali ieħor fiż-żona indikata fil-Mistoqsija.", "Dan sar skond l-Att I ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp.", "F`dan ir-rigward inħarġu diversi Enforcement Notices ref.", "ECF 729/98, ECF 703/98, ECF 731/98, ECF 764/98 u ECF 787/98.", "Oltre dan, f`żewġ okkażżjonijiet u ċioe` fl-4 u fis- 16 ta` Novembru, l-Awtorita` f`eżerċizzju li qed tagħmel bil-għan li tneħħi kull bini llegali fiż-żona, aġixxiet biex tibda tneħħi parti mill-bini llegali, iżda ġiet imwaqqfa milli tagħmel dan b`mandat tal-Qorti.", "L-ewwel mandat tat-2 ta` Novembru kien ġie miċħud mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-5 ta` Novembru.", "Dak tas-16 ta` Novembru ġie milħuq proviżorjament u għadu pendenti quddiem il-Qorti.", "Ninsab infurmat ukoll li s-sidien ta` l-iżvilupp illegali in kwestjoni ppreżentaw applikazzjonijiet u anke sfidaw b`appelli l-avviżi maħruġa mill- Awtorita` ta` l-Ippjanar, liema applikazzjonijiet u appelli għadhom pendenti.", "L-Awtorita` hija determinata li tkompli taqdi d-dmirijiet tagħha u nonostante d-diffikultajiet legali li tiffaċċja minn żmien għall-ieħor, tibqa` tuża l-mezzi legali disponibbli biex tesegwixxi l-obbligi tagħha skond il-liġi.", "SKEJJEL - FACILITATORS", "11399.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm facilitators ma' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat, fil- livell primarju u sekondarju, separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li Kindergarten Assistants/Facilitators ma' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Gvern hemm:", "56 fil-Kindergarten 245 fil-Primarja 45 fis-Sekondarji", "Informat ukoll li n-numru ta' Facilitators kwalifikati bid-Diploma ma' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Knisja huma 12.", "Hemm oħrajn li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol bħala Kindergarten Assistant għax l-iskola ma tkunx tista' ssib persuni kwalifikati.", "Dawn it-tnax-il Facilitators qegħdin kollha fil-livell Primarju.", "Dan kollu japplika biss għall-iskejjel tal-Knisja.", "L-Iskejjel Privati Indipendenti jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa skond il-bżonn li jkollhom.", "PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI - CSA'S", "11400.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm CSA's li qed jaħdmu ma' persuni bi bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm madwar 80 CSA's li qed jaħdmu ma' persuni bi bżonnijiet speċjali.", "STA VENERA - MANUTENZJONI TA' TROMBA", "11401.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tat-tromba tal-bejt fi Blk D Tal-Palazz l-Aħmar F'Santa Venera u t-tibjid tal-common parts ta' l-istess blokk ta' appartamenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "AFM - EQUIPMENT", "11442.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'equipment ġdid xtrat l-Armata din is-sena u x'tip ta' equipment ġie upgraded fl-istess żmien?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppublikata.", "Jekk l-Onor Interpellant għandu xi ħtieġa għall- informazzjoni din tista tingħata kunfidenzjalment.", "DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "11443.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun relatata ma' ministru tistax tifforma parti minn delegazzjoni ministerjali li tkun marret barra l- pajjiż?", "X'regoli jew kodiċi ta' etika jikkontrollaw dawn l-affarijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma hemm xejn fil-Kodiċi ta' Etika għall- Ministri u Segretarji Parlamentari - li jirregola eventwalitajiet bħal dawk imsemmija fil-mistoqsija - li jipprekkludi persuna relatata ma Ministru milli tifforma parti minn delegazzjoni ministerjali li tkun marret barra l- pajjiz.", "Il-kriterji ewlenin li jiddeterminaw il-kompozizzjoni ta' delegazzjoni ministerjali ma jinkludux il-parentela ta' xi individwu imma huma invarjabbilment ristretti għall-kariga uffiċċjali tal-persuna konċernata u r-relevanza ta' l-esperjenza tagħha għax-xogħol u għall-għanijiet tad- delegazzjoni partikulari.", "KALAXLOKK - EQUIPMENT", "11444.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-equipment tal-kumpannija Kalaxlokk?", "Fiex jikkonsisti dan l-apparat?", "Kemm jiswa llum?", "Min qed jużah illum u kemm qed iħallas tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li skond il-ftehim li kien intlahaq bejn in-NOVITA u l-kumpanija Kalaxlokk f'Novembru tal-1994, il-kumpanija Kalaxlokk kienet kriet l-impjant u tagħmir lill-kumpanija NOVITA sabiex din ta' l-aħħar setgħet tiżviluppa it-Tieni Fażi tal-Port Ħieles.", "Skond dan il-ftehim, il-kumpanija Kalaxlokk żammet id-dritt li ma' tmiem l- iżvilupp imsemmi, tbiegħ l-impjant u tagħmir lill-kumpanija NOVITA għas- somma ta' Lm700,000.", "Fil-fatt kif tlesta x-xogħol, l-impjant u tagħmir għadda taħt il-kustodja tan-NOVITA u dan sakemm jiġi ffirmat il-kuntratt finali ta' bejgħ.", "Dwar f'hiex jikkonsisti l-apparat, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-Seduta 79 għall-Mistoqsija numru 5565 magħmula minnu stess.", "AMBJENT - IMPJEGATI", "11532.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għad-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is- sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu kif ukoll jgħid xi gradi jew poizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-Segretarjat Privat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.", "TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI - IMPJEGATI", "11533.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għad-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il- kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is- segretarjat privat tiegħu kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukol jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 3456 u 6627, jien infurmat li s-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l- impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - IMPJEGATI", "11534.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għad-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il- curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari li jaqgħu taħtu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad prezenti ta` l-impjegatikollha fi hdan is-segretarjat privat tieghi u taz-zewg Segretarji Parlamentari fi hdan il-Ministeru tieghi, kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel. tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Is-salarji, beneficcji jew allowances ohra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.", "INTERN - IMPJEGATI", "11535.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għad-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is- sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta` l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi u dak tas- Segretarjat Parlamentari kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-Mistoqsija.", "BIEDJA U SAJD - IMPJEGATI", "11536.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għad-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il- curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukol jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tabella li turi l-isem, il-kunjom u il-grad preżenti ta' l-impjegati fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.", "GĦAWDEX - IMPJEGATI", "11537.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għad-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is- sena, tista' l-Ministru tagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tagħha, kif ukoll tgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu, kif ukoll tgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-Segretarjat Privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel. tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.", "GĦAJN DWIELI - TRAFFIC LIGHTS", "11585.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights f'Għajn Dwieli quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin u Villa Gerit, Triq Bormla ħdejn il- garaxx tas-Saltfish minħabba l-bżonn kbir ta' dawn il-lights?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "GĦAJN DWIELI - TRAFFIC LIGHTS", "11586.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights f'Għajn Dwieli quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin u Villa Gerit, Triq Bormla u ħdejn il-garaxx tas-Saltfish minħabba l-bżonn kbir ta' dawn il-lights?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-Traffic Lights quddiem il-knisja ta` Sant Antnin qegħdin fil-proċess li jsiru.", "Rigward it-tlieta l-oħra ser isir studju biex jiġi stabbilit jekk hemmx neċessita` għalihom."]} {"filename": "20021112_813d_par.doc", "date": "2002-11-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 813 It-Tlieta, 12 ta' Novembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 813", "It-Tlieta, 12 ta' Novembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "813", "It-Tlieta, 12 ta' Novembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 516", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 516", "TQEGĦID TA' KARTI", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR IS-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA", "GĦAS-SENA 2003 522", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-ASSIGURAZZJONI TA' VETTURI", "TAL-MUTUR GĦAR-RISKJI TA' TERZI PERSUNI (IT-TIENI QARI)", "MOTOR VEHICLES INSURANCE (THIRD-PARTY RISKS) (AMENDMENT)", "BILL (SECOND READING) 523", "AĠĠORNAMENT 542", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 547", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 812 li saret fil-11 ta' Novembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE - KAĊĊA U NSIB", "35934.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista` il-Ministru jgħid jekk id- diskussjoni dwar il-kaċċa u l-insib bejn Malta u l-UE ġietx finalizzata?", "Jekk iva, x'irriżulta?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-negozjati dwar l-ambjent ingħalqu proviżorjament fl-1 ta' Ottubru 2002, inkluż dawk dwar il-kaċċa u l-insib.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sintesi tal-ftehim li sar bejn Malta u l- Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Fid-dawl tan-negozjati, kemm hu minnu dak li qiegħed jintqal li bi sħubija fl-Unjoni l-insib jinqata' għal kollox?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-ftehim li ntlaħaq jingħad li l-kaċċa għall-gamiem u għas-summien tkun tista' tkompli anke fl-istaġun tar-rebbiegħa, filwaqt li l-insib fuq seba' speċi ta' għasafar ikun jista' jkompli għal perjodu ta' ħames snin.", "Waqt dan iż-żmien pero' mhux se jinħarġu aktar liċenzji, sakemm isir studju biex niddeterminaw l-ammont ta' għasafar li wieħed jista' jonsob għalihom.", "Wara dan il-perjodu se jitwaqqaf onis committee li fih se jkun hemm rappreżentanza mill-għaqdiet tal-kaċċaturi u nassaba kif ukoll mill- għaqdiet ta' l-ambjent, apparti minn uffiċjali governattivi, biex jiddeċiedu dwar il-ħruġ ta' liċenzji ġodda wara s-sena 2008.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jispjega kif hemm min f'dawn l- aħħar sentejn ħallas il-permess għall-insib iżda għadu mingħajr liċenzja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Proprjament mhux il-ministeru tiegħi li għandu x'jaqsam mal-kaċċa u l-insib, imma safejn naf jien l-applikazzjonijiet għadhom qegħdin jiġu pproċessati.", "Dawk l-applikazzjonijiet li daħlu qabel il-31 ta' Lulju, 2002 m'għandux ikun hemm problema dwarhom, naturalment sakemm ma jkunx hemm xi każ fejn l-applikant ikun taħt l-eta' jew ikollu kondotta kriminali.", "Una volta l-applikant ikollu r-rekwiżiti mitluba mil-liġi, il- liċenzja tinħariġlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba qegħdin nirrikonoxxu li għandna nagħtu dan id-dritt, hemm xi raġuni għala dan m'għandux jingħata abbażi tas-sena li fiha tħallsu l-akbar numru ta' liċenzji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Nerġa' ngħid li l-ministeru konċernat se jikkonsidra dawk l-applikazzjonijiet kollha li saru qabel id-data msemmija imma li għal xi raġuni l-liċenzja għadha ma nħarġietx.", "Dment li ma jkunx hemm xi ostaklu legali, il-liċenzja se toħroġ.", "IMPORTAZZJONI TA' ARMI TAN-NAR", "35935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jekk il-Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar din is-sena s'issa u x'tip kienu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Skond statistika miġbura mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena ġew importati dawn it-tipi ta' armi tan-nar:", "|TIP |KWANTITA| | |' | |Muzzle –loading firearms|18 | |Sporting, hunting, |680 | |target-shooting | | |shotguns, | | |single-barelled, smooth | | |bore | | |Sporting, hunting, |328 | |target-shooting | | |shotguns, not | | |single-barelled, smooth | | |bore | | |Other sporting, hunting |58 | |or target-shooting | | |rifles excluding | | |shotguns | | |Other firearms and |412 | |similar devises which | | |operate by firing of an | | |explosive charge | | |Other arms (air guns, |394 | |spring guns etc). | |", "UNIVERSITA' - STUDENTI BARRANIN", "35936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti barranin li qed jattendu l-universita' bħalissa?", "Minn liema pajjiż ġejjin u x'tip ta' kors qegħdin jattendu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li bħalissa n-numru ta' studenti barranin li qegħdin jattendu korsijiet fl- universita` fuq bażi full-time huwa ta' 552.", "Dan in-numru jista' jiżdied peress li xi studenti għadhom ġejjin u hemm oħrajn li għadhom ma rreġistrawx.", "Barra minn hekk, hawn ukoll fuq bażi ta' semester jew tnejn, 33 student minn diversi universitajiet u 120 student Ewropew li qegħdin fl- iskema tal-programm Erasmus.", "It-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "TQASSIM TA' SIRINGI", "35937.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil persuni li jabbużaw mid-droga u minn liema kliniċi tqassmu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Informat li n-numru ta' siringi li tqassmu lil persuni li jabbużaw mid-droga bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena huwa kif ġej:", "Floriana 25122 Qormi 10537 Gzira 29265 Paola 43480 Cospicua 10900 Mosta 15183", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid ġewx ikkomunikati rapporti min-naħa ta' dawn iċ-ċentri tas-saħħa dwar il-kondizzjoni tal-persuni li rrikorrew għandhom biex jingħataw is-siringi?", "Għax nemmen li f'ċerti ċirkostanzi dawn għandhom jingħataw ukoll l-attenzjoni xierqa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, hawnhekk m'għandix din l-informazzjoni addizjonali u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu bil-miktub.", "PULIZIJA GRADWATI", "35938.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista` il-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li għandhom degree jew diploma universitarju?", "X'rank għandhom u x'inhi d-degree?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar membri tal-korp tal- pulizija li għandhom degree universitarju hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DEJN TAL-WATER SERVICES CORPORATION", "35939.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-water services corporation?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li skond il-kotba tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jirriżulta li sal-31 ta' Awissu, 2002 kellha self mingħand il-banek li jammonta għal Lm32,691,549 u self mingħand il-gvern li jammonta għal Lm4,000,000.", "Tajjeb jingħad li dan l-ammont huwa Lm1,323,996 anqas milli kien fil-31 ta' Diċembru, 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru għadu kif qalilna li l-ammont ta' self għal din is-sena huwa inqas minn dak tas-sena l-oħra, jista' jgħid ukoll kemm qed jiġi jiswa dan is-self f'imgħaxijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, quddiemi m'għandix l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Farrugia, għalkemm ma tantx trid tkun għaref biex tikkalkula kemm jammonta l-imgħax fuq dan is-self!", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid l- ammonti preċiżi, nitolbu jagħmel domanda bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, waqt li ma niddejjaq xejn ngħid li m'iniex għaref, jista' il-Ministru bl-għerf tiegħu jagħtini ċ-ċifra li tlabtu?", "Jista' jgħid ukoll jekk sarux xi arranġamenti speċjali fid-dawl ta' l-imgħaxijiet li jridu jitħallsu u li jagħmlu parti mill-ispiża tal- korporazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nassigura lill-Onor.", "Farrugia li r- riferenza għall-għerf ma kenetx għalih u ma nistax nifhem għala rreaġixxa kif irreaġixxa.", "Sadanittant nerġa' nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu bil-miktub.", "SKEJJEL STATALI – ĦLAS GĦAL MATERJAL", "36309.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid ta' liema lokalita' huma dawk l-iskejjel fejn il-ġenituri qed jiġu mitluba jħallsu għall- materjal, bħal toilet paper, pitazzi u kotba, li jużaw uliedhom fl-iskola statali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li wara li d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni talbet l-informazzjoni rikjesta mid-diversi skejjel, irriżulta li numru ta' skejjel jitolbu lit-tfal jakkwistaw kotba supplimentari għal dawk stipulati mid-dipartiment tal-kurrikulu.", "Dan qed isir għax l-iskejjel konċernati jħossu li t-tfal jiggwadanjaw fit-tagħlim bl-użu ta' dawn il-kotba.", "F'xi eċċezzjonijiet irriżulta li xi skejjel talbu ħlas għall-photocopies u fi tliet każi partikolari ntalab ħlas għal xi pitazzi.", "Ma kien hemm ebda skola li talbet ħlas għall-użu tat-toilet paper.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk fid-dipartiment ta' l- edukazzjoni waslux ilmenti dwar soqfa perikolużi f'xi skejjel?", "X'passi qegħdin jittieħdu sabiex dan il-periklu jiġi rrimedjat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, kull meta l-awtoritajiet edukattivi jkollhom ċertifikazzjoni minn nies tekniċi li f'xi skejjel jista' jkun hemm xi soqfa perikolużi, dan il-periklu jitneħħa bla ebda dewmien u jekk ikun il-każ anke jinbidlu s-soqfa.", "Dan it-tip ta' xogħol sar f'ċerti skejjel matul is-sajf li għadda.", "Fil-fatt il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada qiegħda fil-proċess li tieħu X-ray ta' l-iskejjel kollha, waħda waħda.", "Dan il-proċess diġa' beda fl-iskejjel sekondarji u qiegħed avvanzat ħafna.", "Issa se jinbeda wkoll fl- iskejjel primarji.", "L-idea hi li nagħmlu analisi professjonali ta' kull skola.", "Għal dan il-għan qegħdin isiru testijiet xjentifiċi tas-soqfa, b'mod speċjali ta' dawk l-iskejjel li għandhom ċertu żmien fuqhom.", "Il-pjan hu li jsir refurbishment f'kull skola tal-gvern biex il-livell f'dik li hi kwalita' jitjieb għal livell li jitlob il-kurrikulu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura dan ifisser li l-istudenti li jattendu l- iskejjel ta' l-Istat m'humiex suġġetti għal soqfa perikolużi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk ikun hemm xi saqaf perikoluż, jiġi ċċertifikat mill-periti konċernati u jittieħdu l-passi kollha meħtieġa.", "FURJANA - ĊENTRU SPLD", "36310.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jistennew għajnuna miċ-ċentru SPLD tal-Furjana?", "Kemm hemm persuni f'dan iċ- ċentru biex ilaħħqu mat-talba li hemm għal għajnuna, bħal fil-każ tad- dyslexia?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 325 student jistennew assessment dwar jekk għandhomx bżonn għajnuna minħabba d-dyslexia, filwaqt li hemm 300 student ieħor li diġa` ġew assessed u qed jingħataw appoġġ permezz ta' l- għalliema tagħhom fl-iskejjel u għalliema mit-taqsima ta' l-ispecial learning difficulties unit, l-SpLD.", "Bħalissa hemm erba' edukaturi jaħdmu f'din it-taqsima.", "SKEJJEL STATALI - PSIKOLOGI EDUKATTIVI", "36311.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm psikologi edukattivi biex jgħinu fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istudenti fl-iskejjel statali?", "Kemm bdew korsijiet ġodda post-graduate fl-aħħar erba' snin fl-universita' biex għall-formazzjoni u tħarriġ ta' psikologi edukattivi ġodda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa hemm ħames educational psychologists biex jgħinu fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l- istudenti fl-iskejjel statali.", "Informat ukoll li beda u spiċċa kors wieħed biss mill-universita`.", "ĊENTRU TAR-RESTAWR – RELAZZJONIJIET BILATERALI", "36312.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'relazzjonijiet jeżistu bejn iċ-ċentru tar-restawr u istituzzjonijiet statali Taljani fil- qasam tar-restawr?", "X'ġara mir-relazzjonijiet bejn iċ-ċentru tar-restawr u l-istitut tar-restawr ta' Ruma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija parlamentari 34731, fejn tajt risposta dwar ir-relazzjonijiet li jeżistu bejn iċ-ċentru tar-restawr u istituzzjonijiet statali Taljani fil-qasam tar-restawr.", "ĊENTRU TAR-RESTAWR - FONDI", "36313.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'fondi ħa ċ-ċentru tar-restawr mill-aħħar protokol Taljan?", "Kif ġew użati dawn il-fondi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondi li ħa ċ-ċentru tar-restawr mill- aħħar protocol Taljan jammontaw għal Lm424,266.", "Ninsab informat ukoll li l- istess fondi ntużaw sabiex jinxtrara l-apparat neċessarju sabiex iċ-ċentru seta' jiffunzjona.", "L-ISLA - SKOLA PRIMARJA – TIFEL B'DIFFIKULTAJIET", "36314.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jara li tifel li għandu diffikultajiet biex jitgħallem u li jattendi r-raba' sena fl-iskola primarja ta' l-Isla - ismu qed jintbagħat separatament – jingħata l- għajnuna li ntalbet f'Mejju 2002?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kap ta' l-iskola kitbet lill-ispecial learning difficulties unit fil-21 ta' Ottubru 2002 dwar id-diffikultajiet li għandu dan it-tifel.", "L-assessjar ta' tfal li jiġu riferuti jsir skond waiting list.", "Wieħed ma jridx jinsa li l-iskola għandha wkoll mezzi biex tieħu ħsieb u tgħin lil tfal b'diffikultajiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma dawk li qegħdin fuq il-waiting list kemm għandhom x'jistennew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar tfal li jintalab li jsirilhom assessment biex inkunu nistgħu nistabilixxu x'inhi d- diffikulta' partikolari li jkunu qed jiltaqgħu magħha fil-proċess tat- tagħlim.", "Huwa proprju għalhekk li dan il-unit jissejjaħ special learning difficulties unit.", "F'każ li xi ġenituri jew għalliema jħossu li t-tfal ikunu qegħdin juru ċerti sintomi ta' xi diffiikulta' speċjali fil-proċess tat-tagħlim, ikunu jridu jgħaddu minn proċess ta' assessment biex nistabilixxu xi tkun dik id- diffikulta' u mbagħad naraw x'ikun l-aħjar rimedju biex lil dak it-tifel jew tifla ngħinuhom bl-aħjar mod li nistgħu.", "Fir-rigward tal-kondizzjoni tad-dyslexia, in-numru ta' persuni li għandhom il-kwalifiki u t-taħriġ professjonali biex ikunu jistgħu jagħmlu dan it-tip ta' assessment u jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom biex dawn it-tfal imbagħad jingħataw programm ta' appoġġ speċjali, għadu limitat u qegħdin nagħmlu minn kollox biex inżiduh.", "Naturalment trid iż-żmien biex tħarreġ lil dawn in-nies, imma nittama li aktar ma jgħaddi ż-żmien u aktar ma jkollna nies speċjalizzati f'dan is- settur, aktar inkunu nistgħu nitrattaw il-każi li għandna b'mod kemm jista' jkun tajjeb.", "L-iskejjel ukoll għandhom ukoll ċerti riżorsi u tajjeb li l- kapijiet u l-għalliema ta' l-iskejjel infushom jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex ir-riżorsi li huma available jużawhom fl-interess ta' dawn it-tfal.", "Il-ħsieb hu li l-SPLD unit nagħtuh sura differenti milli għandu llum biex ikun jista' jopera b'mod aktar faċli milli jista' jagħmel illum u l- ministeru qed jikkonsidra l-miżuri li jrid jieħu.", "Fil-fatt kelli laqgħa tajba ħafna mal-ġenituri ta' dawn it-tfal u ma' l-assoċjazzjoni li tieħu ħsieb din it-tip ta' issue u nħoss li qegħdin mexjin fid-direzzjoni t- tajba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar in- nefqa li hemm bżonn biex tabilħaqq is-soċjeta' tagħna tkun tista' tintegra b'mod sħiħ lill-istudenti li jkun jenħteġilhom dan is-sosteniment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, dan jinkwadra ruħu fil-programm tal- kurrikulu nazzjonali l-ġdid, li jiddistingwi ruħu fil-karatteristika li t- tagħlim u l-proċess edukattiv iridu jkunu mibnija fuq il-valur tad- diversita'.", "Wieħed irid jifhem li l-ebda tifel u tifla m'huma l-istess, l- ebda tifel u tifla ma jitgħallmu bl-istess manjiera, li t-tnejn li huma jkollhom approach differenti għat-tagħlim u li jista' jkollok uħud minnhom li jkollhom bżonnijiet speċjali.", "Allura l-kunċett tad-diversita' jinkludi kif għandna nattakkaw ukoll il-problema tal-bżonnijiet speċjali.", "Meta sar studju fuq il-pjan strateġiku tat-twettiq tal-kurrikulu nazzjonali u saret ukoll stima ta' x'naħsbu li hemm bżonn f'termini finanzjarji biex il-kurrikulu nazzjonali nkunu nistgħu nagħtuh l-għodda li għandu bżonn, ġie kkalkulat li għandna bżonn madwar Lm6 miljun.", "Fil-fatt il-gvern approva din in-nefqa u poġġiha għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet edukattivi biex mal-milja taż-żmien –dan il-proċess jinfirex fuq ħames snin – dawn il- flus ikunu jistgħu jiġu utilizzati għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tal-kurrikulu.", "Dan jaħseb ukoll dwar kif għandna nittrattaw kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' bżonnijiet speċjali.", "Meta qed insemmi din iċ-ċifra ta' Lm6 miljun, mhux qed ninkludi l-budget tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għax dak huwa bil-bosta aktar minn daqshekk u diġa' jinkludi ħafna investiment finanzjarju fis-sistema edukattiva li ħafna minnu jmur biex nittrattaw bżonnijiet speċjali.", "Jekk aħna nimpjegaw numru ta' facilitators - ormai għandna madwar 500 facilitator – il-vot tas- salarji tagħhom m'huwiex inkluż f'dan l-ammont li qed insemmi jien.", "Din hija stima ta' investiment ġdid li hemm bżonn f'inizjattivi u fi programmi ġodda illi l-kurrikulu nazzjonali se jkollu bżonn biex ikun jista' jiġi implimentat.", "PULIZIJA – PERSUNI LI MIETU MEWTA MHUX NATURALI", "36625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nstabu mejta kawża ta' delitti, overdose, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, tat- traffiku, eċċ. li ġew irrapportati lill-pulizija?", "Kemm minnhom għadhom qed jiġu investigati u kemm minnhom il-pulizija tinsab għaddejja bil-proċeduri fil-qorti?", "Jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni għas-snin 1999, 2000 u 2001 rispettivament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001 mietu 226 persuna kawża ta` delitti, overdose, inċidenti fuq il-post tax- xogħol, inċidenti tat-traffiku u oħrajn.", "Minn dawn il-każi 34 għadhom taħt investigazzjoni, 83 għadhom għaddejjin bi proċeduri fil-qorti filwaqt li l-kumplament huma kollha konklużi.", "Dawn kienu kif ġej:-", "| |1999 |2000 |2001 | |Omiċidji |12 |6 |7 | |Overdoses |6 |6 |11 | |Suwiċidji |23 |21 |26 | |Inċidenti |14 |15 |19 | |tat-traffiku | | | | |Inċidenti fuq |5 |5 |1 | |il-post | | | | |tax-xogħol | | | | |Inċidenti oħra|13 |21 |15 | |TOTAL |73 |74 |79 |", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar korsijiet li qed isegwu studenti barranin fl-Universita', bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 35936.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar spezzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Dipartiment tas- Saħħa f'tuckshops/canteens ta' l-iskejjel matul is-sena skolastika li bdiet f'Settembru 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36673.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR IS-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA GĦAS-SENA 2003", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi:-", "Illi fis-seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 2003 (Ordni Permanenti Nru 71(3) (a)), din id-Dikjarazzjoni u x- Xogħol li jista' jkun konness magħha jkunu, jekk meħtieġ, eżenti mill- Ordni Permanenti Nru 9 – ħin ta' l-interruzzjoni tax-Xogħol; u li d- Dikjarazzjoni tkun ukoll eżenti mill-Ordni Permanenti Nru 49 – limiti ta' żmien għad-diskors; u", "Illi minkejja kull provvediment ieħor fl-Ordnijiet Permanenti tal- Kamra u minkejja riżoluzzjonijiet oħra approvati miill-Kamra, jekk id- Dikjarazzjoni Finanzjarja ssir il-Ħamis, sew fil-għodu, kif ukoll fil- għaxija, isir biss xogħol tal-Gvern u l-aġġornament ma jitteħidx.", "Mr Speaker, din hija mozzjoni proċedurali li tirregola x-xogħol li jsir dakinhar li jinqara d-diskors tal-budget.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR L-ASSIGURAZZJONI TA' VETTURI TAL-MUTUR GĦAR-RISKJI TA' TERZI PERSUNI", "MOTOR VEHICLES INSURANCE (THIRD-PARTY RISKS) (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru, jekk jgħoġbu, jressaq it-Tieni Qari ta` dan l- abbozz ta` liġi.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni, Kap. 104\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fl-introduzzjoni li se nagħmel se nipprova nagħti ftit background mhux biss ta` l-emendi li qed jitressqu imma anke dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku li għandna f'pajjiżna għax fl-aħħar mill- aħħar dan l-abbozz ta' liġi jittratta t-trasport ta` kull tip u għamla li għandna f'pajjiżna.", "Irrid nibda billi ngħid li bħalissa l-ammont ta` karozzi, trakkijiet, minibuses, karozzi tal-linja u vetturi oħra f'pajjiżna jlaħħaq iċ-ċifra ta` 260,000.", "Żgur li din hija ċifra sinifikanti ħafna.", "Jiġifieri għandek 260,000 vettura li jużaw it-toroq tagħna fid-diversi lokalitajiet ta` pajjiżna.", "Hawn hekk wieħed irid jagħmel daqsxejn ta` paragun ma' x'kienet is-sitwazzjoni tat-traffiku f'pajjiżna fl-1970, 30 sena ilu.", "Dak iż-żmien kien hawn 30,000 vettura.", "Jiġifieri f'periodu ta' 30 sena minn 30,000 tlajna għal 260,000 vettura.", "Għal kull vettura li kellna fl-1970 illum għandna tmienja.", "Dan ifisser li għal kull possibbilta` ta' inċident li kellna fl-1970, kieku l-vetturi jintużaw bl- istess mod li kienu jintużaw dak iż-żmien, illum għandek dik il- possibilita` għal tmien darbiet.", "Sur President, issa apparti li fi 30 sena minn 30,000, il-vetturi tlegħu għal 260,000 wieħed irid bilfors jagħmel riflessjoni oħra meta nitkellmu dwar it-traffiku li għandna fil-pajjiż.", "Ir-riflessjoni li wieħed irid jagħmel hija din: Jekk 30 sena ilu konna nagħmlu ċerti distanzi m'għandix dubju li llum kull wieħed minna li juża l-vettura tiegħu jagħmel distanzi ferm itwal milli kienu jsiru 30 sena ilu għax illum il-ħtieġa li niċċaqilqu minn post għall-ieħor hija ferm ikbar milli kienet dak iż-żmien.", "U m'għandix dubju li iktar ma jgħaddi ż-żmien u iktar ma dan il-pajjiż jiżviluppa iktar se jkollna l-ħtieġa li niċċaqilqu minn destinazzjoni għall- oħra u nżidu mhux biss il-frekwenza ta` dak it-traġitt, imma wkoll l-ammont ta` kilometri li l-vettura tkun qed tagħmel.", "Sur President, dawn il-260,000 vettura li semmejt jekk wieħed jaqsamhom f'kategoriji differenti jsib li għandna 194,000 karozza privata u 45,000 vettura kummerċjali li huma maqsumin f'kategoriji differenti bħal trakkijiet, cranes u inġenji oħra li huma meqjusa bħala vetturi ta' daqs kbir.", "Imbagħad hemm 6,500 karozza tal-kiri, 1,100 bejn coaches, buses u minibuses u għandna kważi 13,000 mutur.", "Qed ngħid dan kollu għax dan l- ammont ta' vetturi li għandna f'pajjiżna huwa r-raġuni li jwassal għal ħafna inċidenti li jkollna fuq it-toroq tagħna u huwa wkoll s-sors ta' inkwiet li jinħoloq matul is-snin bejn il-persuni assigurati u dawk l- aġenziji ta' assigurazzjoni li jkunu qed jassiguraw lil dawn il-vetturi.", "Sur President, iktar ma jgħaddi iż-żmien iktar wieħed irid jissensibilizza lilu nnifsu għall-mod ta' kif isuq u għall-mod kif jara l-affarijiet li jkunu qegħdin jiġru quddiemu.", "Illum mhux biżżejjed li bniedem ikollu l- kapaċita` li jistartja l-karozza u jitlaq għad-destinazzjoni li jrid imur fiha.", "Illum s-sewwieq ta' karozza trid tkun persuna li minbarra l-kapaċita` li ddawwar l-isteering minn naħa għal oħra, trid tkun f'pożizzjoni wkoll li tagħraf x'ikun qed jiġri madwarha.", "Trid tkun f'pożizzjoni li tagħraf dawk l- affarijiet li jkunu qed jiġru jew li jistgħu jiġru fit-triq li hi tkun għaddejja.", "Hawnhekk tidħol b'mod sostanzjali il-kapaċita` fis-sewqan ta' kull wieħed u waħda minna li nsuqu f'dan il-pajjiż.", "Sur President, ħaġ'oħra importanti u ta` min jenfasizzaha meta tkun qed titkellem dwar is-settur tat-traffiku f'pajjiżna hija l-ħtieġa li jkun hemm sistemi ta' kontroll kemm fuq is-sewwieqa kif ukoll fuq il-pedestrians.", "Naturalment il-pedestrians għandhom ukoll ċerti obbligi li jridu josservaw, forsi l-ewwel u qabel kollox għall-interessi tagħhom bħala persuni li jkunu mexjin f'xi triq, kemm biex huma ma jaqilgħux xi daqqa ta` xi karozza pero` wkoll biex ma jikkawżawx problemi għal min ikun qed isuq.", "Hawnhekk irid jinħoloq bilanċ biex jiġi assigurat li la x-xufier u lanqas il-pedestrians ma jikkawżaw problemi għal xulxin.", "Dawn huma problemi li kulħadd jitkellem dwarhom u kulħadd iħares lejhom minn perspettiva differenti.", "Pero` sfortunatament jiena ma tantx qed nara li din il-problema qed tiġi tackled b'mod komprensiv li jagħti indikazzjoni ċara ta' x'għandu jkun l- understandng.", "Ħafna drabi nisimgħu fuq ir-radijiet u naqraw fil-ġurnali dwar persuni li jaqbdu u jaqsmu bl-addoċċ u dwar persuni li jkunu għaddejjin bi speed eċċessiv.", "Dan fih innifsu huwa kollu veru għax ħadd ma jista` jiċħad li fit-toroq tagħna hawn persuni li fil-fatt isuqu kif mhux suppost isuqu u li hawn persuni li m'humiex xufiera li li ma jaġixxux kif suppost meta jkunu mexjin fit-toroq.", "Iridu jkunu l-awtoritajiet li jipprovaw joħolqu bilanċ bejn xufier li jkun għaddej b'vettura u l-persuni l-oħrajn li jkunu mexjin fit-toroq.", "Sur President, hawnhekk wieħed irid jiftakar li llum minbarra d-daqs tal- vettura hemm ukoll fattur ieħor importanti ħafna li bilfors irridu nżommu quddiem għajnejna.", "Filwaqt li ftit tas-snin il-vetturi li kienu jiġu fil- pajjiż kienu jtellgħu ċertu ammont ta' speed li fih innifsu kien speed limitat għax il-vettura kienet dik li kienet, illum nafu li hawn vetturi ta` kull tip u għamla li għandhom il-kapaċita` li f'distanzi qosra jtellgħu speeds li jeċċedu bil-qawwa l-possibbiltajiet kollha li għandhom it-toroq ta' pajjiżna.", "Hawnhekk irrid nagħmel ukoll ftit riflessjonijiet dwar kunċett li forsi ftit li xejn insemmuh.", "Qed nirreferi għall-kunċett tar-relazzjoni bejn it-triq u l-vettura li tkun għaddejja minn dik l-istess triq.", "Spiss nisimgħu li fit-tali kantuniera jew fit-tali area partikolari xufier ikollu diffikultajiet biex jimmanuvra jew biex jikkontrolla l- vettura, u dan minħabba li ċertu speed li jkun għaddej bih mingħajr ma jkun qed jirrifletti jekk hux qed josserva jew le l-ispeed limits li għandna f'dan il-pajjiż.", "Naħseb kieku kellna noħorġu fit-toroq u nistaqsu x'inhuma l-limitazzjonijet ta' speed li għandna f'pajjiżna żgur li jkollna diffikulta` minħabba l-r-risposti varji li jkollna.", "Allura hemm bżonn li nkomplu għaddejjin b'kampanja ta` tagħlim ħalli lix-xufiera tagħna ngħallmuhom x'inhuma r-responsabbiltajiet tagħhom.", "Sur President, filwaqt li kull wieħed minna għandu dritt ikollu l-vettura partikolari tiegħu, iridu naraw ukoll li dik il-vettura ma tintużax bħala arma kontra tagħna nfusna, kontra xufiera u passiġieri oħra u kontra persuni oħrajn li jkunu għaddejjin fid-diversi toroq tagħna.", "Hawnhekk irridu niftakru li f'Malta għandna diffikultajiet li forsi ma jiġux iffaċċjati bihom pajjiżi oħrajn.", "F'Malta għandna dawk it-toroq li aħna nsejħulhom toroq arterji u l-oħrjan li nsejħulhom toroq distributorji u toroq oħra ta` inqas importanza.", "Imma kieku wieħed kellu jagħti daqqa t'għajn lejn in-network kollu tat-toroq li għandna u jqabbilhom mat-toroq ta` pajjiżi barranin, jista` xi ħadd jgħid li dawn huma toroq li tista' tqabbilhom ma' xi highway ta` barra minn Malta?", "Hawnhekk mhux qed nitkellem dwar il-kwalita` tal-wiċċ tat-toroq.", "Lanqas qed nitkellem dwar il-mod ta' kif jinbnew dawn it-toroq jew fuq kemm jgħaddu minn dawn l-istess toroq.", "Imma qed nitkellem dwar jekk f'pajjiżna għandniex xi triq partikolari li minnha, apparti l-vetturi, ma jgħaddux il- pedestrians kultant ukoll kontra kull sens ta' traffiku.", "Sur President, ħaġ'oħra li bilfors irridu nżommu quddiem għajnejna meta niġu biex nitkellmu dwar it-tip ta` toroq li għandna f'Malta hija li minħabba d-daqs tagħhom wieħed ma jistax jagħmel bidliet radikali.", "Jiena wieħed minn dawk li ma nemminx li għanda niftħu iktar toroq biex sempliċiment ngħidu li n-network tagħna żidnih b'tant kilometri ta` toroq arterjari.", "Li rridu nagħmlu huwa li naraw n-network tat-toroq tagħna jkun mqassam b'mod li kemm jista` jkun innaqqsu l-possibbilta` ta' inċidenti li jiġru f'pajjiżna.", "Imma dan ma jsirx billi noqgħdu ngergru u ngħidu biss x'hemm bżonn isir biex ħaddieħor ma jagħmilx l-abbużi u ma jiksirx ir- regolamenti tat-traffiku.", "Dan isir billi kull wieħed u waħda minna naraw bis-serjeta` x'irridu nagħmlu għall-ġid tagħna nnifisna u għall-ġid ta' l- oħrajn biex kemm jista` l-inċidenti tat-traffiku jiġu evitati.", "Waħda mid-domandi li xufier irid jagħmel lilu nnifsu hija din: Jien li qed insuq il-vettura tiegħi għandi sabar biex ma naqbiżx l-ispeed limits li għandna f'dan il-pajjiż u ma naqbiżx karozzi f'postijiet fejn ma nkunx qed nara x'ikun ġej mid-direzzjoni opposta ħafna drabi riskju għalija u għal ħaddieħor ukoll?", "Kull wieħed minna għandna dik il-paċenzja li nosservaw ir- regolamenti tat-traffiku li għandna f'pajjiżna?", "Naħseb li r-risposta għal din id-domanda minna l-Maltin hija li le, m'għandniex il-paċenzja nosservaw ir-regolamenti.", "Ħafna drabi tabelli li qegħdin hemmhekk biex jipproteġu lill-persuni li jkunu qegħdin isuqu qed jiġu maqlugħin jew imkissra.", "Per eżempju, il-Marsa fi Triq Diċembru 13 suppost hemm tabella li tindikalek li trid tidħol lejn il-knisja tal-Marsa u hemm tabelli li jindikaw li minn ħdejn il-knisja tal- Marsa ma tistax toħroġ lejn Triq Diċembru 13.", "Ma nafx kemm-il darba dawn it- tabelli nqalgħu u ma nafx kemm-il darba l-kunsill lokali reġa' waħħalhom.", "Imma ma nafx għal liema raġuni xorta waħda jibqa` jkun hemm persuni li jaqilgħu dawn it-tabelli.", "Donnhom dawn ma jafux li meta qed jaqilgħu tabelli bħal dawn dik ikunu qegħdin jesponu lilhom infushom u persuni oħrajn għall-periklu.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li minħabba li wieħed jaqla` dawn it-tabelli biex ma joqgħodx idur u jgħaddi minn fejn suppost biex joħroġ għal Triq Diċembru 13, li hija triq li minnha jgħaddi ammont enormi ta' traffiku, seħħew inċidenti gravi tat-traffiku.", "Kemm-il darba nkunu għaddejjin fit-toroq u naraw sewwieqa għaddejjin bi speed eċċessiv u jipprovaw jagħmlu overtaking mingħajr ma jagħtu kas tar- regolamenti li għandhom josservaw.", "Hemm bżonn li x-xufiera f'pajjiżna jkunu jafu x'inhuma l-obbligi tagħhom.", "Hawn Malta biex wieħed jikseb il-liċenzja tas-sewqan l-ewwel imur jagħmel ftit lezzjonijiet tas-sewqan, imbagħad jitla` għat-test u jingħata l-liċenzja.", "Il-fatt li wieħed kiseb il-liċenzja tas-sewqan ma jffisirx li għandu l-kapaċitajiet kollha neċessarji biex isuq kwalunkwe vettura.", "Bniedem li jkun għadu kif ġab il-liċenzja, bħal kull ħaġ'oħra fil-ħajja, ikollu l-kapaċitajiet bażiċi biex jibda jipprattika s- sewqan, pero` jrid iżomm quddiem għajnejh li fil-fatt dik il-kapaċita` li għandu għadha kapaċita` limita u ta' ċerta kwalita` u allura wieħed ma jistax jaħseb li f'daqqa waħda, għax għadda mit-test tas-sewqan, sar xi espert tas-sewqan.", "Sur President, ħalli issa ngħid x'għamlu matul iż-żmien id-diversi gvernijiet fil-qasam tatt-traffiku.", "Fil-bidu għedt li fl-1970 kellna 30,000 vettura fit-toroq.", "Dak iż-żmien forsi kenitx tinħass il-ħtieġa li jkun hawn ċerti sistemi ta' kif tikkontrolka mhux biss il-vettura imma anke lis- sewwieq.", "Dak iż-żmien il-possibbilta` li tiltaqa' ma' vettura sejra min- naħa għall-oħra kienet ħafna inqas milli hi llum.", "Imma llum qegħdin fil- pożizzjoni li tgħaddi x'ħin tgħaddi mit-toroq tagħna trid tkun veru fortunat biex tagħmel ftit metri u ma tiltaqax ma' xi vettura, hi liema hi l-area li tkun għaddej minnha.", "Illum m'hawnx lokalitajiet li wieħed jista` jmur fihom u jabbuża mis-sewqan.", "Lanqas jekk tmur bil-lejl.", "Illum m'għadux iż-żmien li wieħed jgħid f'dan il-ħin tal-ġurnata m'hawnx traffiku u allura nista' nieħu ċerti riskji waqt li nkun qed insuq, għax meta wieħed jirriskja nafu dan ir-riskju x'jista` jġib miegħu.", "Għalhekk qegħdin nipprovaw innaqqsu ċ-ċansijiet li wieħed jabbuża u jikser ir-regolamenti tat-traffiku.", "Kif għedt aktar kmieni kull meta xi gvern ħa passi u introduċa regolamenti ġodda tat-traffiku dejjem kien hawn reazzjonijiet negattivi.", "Per eżempju, meta ġiet introdott l-użu tas-seat belt x'kienet l-ewwel reazzjoni?", "Kulħadd beda jgerger u jgħid li hawn Malta m'għandniex għalfejn nużaw is- seat belt u ma nafx x'ma qalux biex jekk jista` jkun din is-sistema ma ndaħħluhiex hawn Malta.", "Għaddew numru ta' snin minn mindu ġie introdott is- seat belt u rrid ngħid li jekk hawn regolament li qed jiġi osservat mix- xufiera Maltin huwa proprju dak ta` l-użu tas-seat belt.", "Hija xi ħaġa rari li tara persuna li tkun qed isuq u ma tkunx liebsa s-seat belt.", "Dan huwa pass żgħir fid-direzzjoni t-tajba li fil-fatt jgħin lix-xufiera milli jsofru ġieħi iktar gravi meta jkunu involuti f'xi inċident.", "Hawnhekk ta` min jgħid li fit-toroq tagħna jkollna medja ta` 16,000 inċident tat- traffiku fis-sena.", "Naturalment m'humiex kollha inċidenti fatali.", "Alla ħares kien hekk, imma wieħed irid jiftakar li minbarra l-inċidenti fatali li jkunu jkunu l-headlines ta` l-aħbarijiet tagħna, ikun hawn wkoll numru ferm ikbar ta` inċidenti fejn persuni jweġġgħu u jdumu l-ġimgħat u ġieli anke x- xhur biex ikunu jistgħu jirritornaw għax-xogħol.", "Dan kollu għandu jitqiegħed fil-perspettiva li kull wieħed minna għandu r-responsabbilta` li jara li kemm jista' jkun ma jikkawżax dannu għalih innifsu kif ukoll dannu għall-oħrajn.", "Mela kif kont qed ngħid meta ġie introdott is-seat belt kien hawn reżistenza għalih, imma llum din ir-reżistenza ntrebħet.", "Meta daħħalna r- regola li sew min ikun qed isuq mutur kif ukoll min ikun rikeb wara tal- mutur irid bilfors jilbes il-crash helmet kien hawn ukoll reżistenza għaliha.", "Pero` illum m'għandix dubju li dawk il-mijiet jekk mhux l-eluf ta' persuni li kienu involuti f'inċident tat-traffiku waqt li kienu qed isuqu jew rekbin fuq mutur qed jirringrazzjaw ħafna lil min introduċa l-użu obbligatorju tal-crash helmets.", "Għaddew is-snin u kienu introdotti sistemi oħra biex lis-sewwieq inġibuh konxju ta` kif għandu jġib ruħu.", "Ġew introdotti wkoll tow zones u clamping zones biex kull min isuq jipprova jikkontrolla lilu nnifisu inkella jkollu jiffaċċja l-forza ta' liġi għax ovvjament għall-persuni li jiksru r-regolamenti dawn ifissru multi għax min ikollu l-karozza towed jew clamped ikollu jħallas il-multi li hemm speċifikati bil-liġi.", "Għalkemm nisimgħu ħafna tgergir minn min jiġi mmultat għax kiser dawn ir-regolamenti, jiena nemmen li dawn il-liġijiet qed jiġu applikati b'mod tajjeb.", "Sur President, fl-1 ta' Ottubru 1999 il-gvern tal-ġurnata kien ukoll għamel pass ieħor 'il quddiem billi introduċa l-VRT, dak li barra minn Malta ħafna drabi huwa msejjaħ l-MOT biex il-vetturi għandna f'pajjiżna jiġi ttestjati għar-roadworthiness tagħhom biex jitnaqqas il-periklu mit-toroq, u hemm skeda ta' kif isiru dawn it-testijiet.", "Fl-ewwel erba' snin tagħha light car ma tiġix tested sakemm ma tkunx involuta f'xi inċident.", "Wara li tkun ilha erba` snin li ħarġet tibda tiġi ttestjata kull sentejn sakemm dik il- vettura tispiċċa minn fuq it-toroq tagħna.", "Għar-rigward ta` vetturi ikbar, bħalma huma trakkijiet, karozzi tal-linja u vetturi oħra li jagħtu servizz fuq it-toroq l-ewwel test isir wara li jkunu ilhom sentejn li ħarġu u mbagħad jibqa` jsir kull sena.", "Kulħadd jiftakar li Ottubru 1999 u Marzu 2000 kien perijodu li fih is-suġġett li kulħadd kien jitkellem fuqu kien l- introduzzjoni tal-VRT.", "Kulħadd kien jgħid kemm hu kattiv il-gvern u l-ministeru responsabbli mill- qasam tat-traffiku li ntroduċa din is-sistema ta' ttestjar.", "Ħafna kineu jgħidu li f'pajjiżna m'għandux ikun hawn kontrolli ta` dan it-tip.", "Pero` dakinhar il-gvern tal-ġurnata ħa d-deċiżjoni li bil-mod il-mod jintroduċi l-VRT biex finalment sas-sena 2005 ikun test komprensiv li fil-fatt irid isir fuq il-vetturi kollha b'mod iktar riġidu u b'mod iktar tajjeb.", "Fil- fatt fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena daħlet parti oħra mit-test li tirrigwarda l-emissions, li naqraw u nisimgħu ħafna dwarhom fil-ġurnali u l- mezzi tal-komunikazzjoni.", "Il-kollu nisimgħu u naqraw li dawn id-dħaħen li joħorġu mill-vetturi huma l-ikbar problema għall-ambjent ta` madwarna.", "Imma għalkemm nisimgħu u naqraw dan kollu, meta fl-1 ta` Jannar ta` din is-sena ġiet introdotta din il-parti tat-test għal darba oħra bdejna nisimgħu lil min jgħid li dan huwa gvern kattiv għax qed jipprova jneħħi ċerti karrozzi qodma mit-toroq u konsegwenza ta` hekk bilfors ikollu jbati l-ħaddiem iż- żgħir.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-eta' tal-vetturi li għandna f'pajjiżna jsib mis-260,000 vettura li għandna, kważi żewġ terzi minnhom huma vetturi li għandhom inqas minn għaxar snin.", "Riċentement kien hemm domanda parlamentari li fiha ingħata breakdown tal-vetturi kollha li għandna u jirriżulta li eluf minnhom għandhom fuq 30 u 40 sena.", "Pero` kif diġa` għedt kważi żewġ terzi tal-vetturi li għandna huma vetturi li ħarġu fit-toroq tagħna f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Sur President, kif diġa għedt hawn Malta m'hawn l-ebda triq li fiha ma tiltaqax mal-pedetrians għalhekk irid jintlaħaq il-bilanċ billi wieħed jidentifika liema huma l-lokalitajiet li l-aktar jagħmlu użu minnhom il- pedestrians.", "Mhux fejn xi darba f'sena jkun hemm xi ħadd irid jaqsam u allura jkun irid li jkollu pelican light jew traffic lights għax inkella minflok il-130 traffic lights kif għandna llum, ikollna bżonn 130,000 traffic light għax kull kantuniera li għandna f'pajjiżna hija post minn fejn aħna l-Maltin, mingħajr ħafna drabi ma nagħtu l-ebda konsiderazzjoni għat-traffiku li jkun ġej minn direzzjonijet oħrajn, naqbdu u naqsmu min- naħa għall-oħra tat-triq.", "Il-pedestrians li jkunu qed jaqsmu għandhom l- obbligu li joqogħdu attenti, l-ewwel u qabel kollox biex ma jesponux lilhom infushom għall-periklu u mbagħad biex ma nitfgħux fil-periklu lil dak ix- xufier li jkun għaddej bil-vettura tiegħu.", "Hawnhekk irrid insemmi triq li hija waħda mill-iktar toroq traffikuża u li hija wkoll użata ħafna mill- pedestrians.", "Qed nirriferi għal Triq Sant'Anna fil-Furjana.", "F'din it-triq hemm sett ta' pelican lights u hemm ukoll żewġ subways.", "Pero` dawn ta` l-aħħar għandhom ċerti diffikultajiet li jinħolqu fi żmenijiet differenti għal raġunijiet differenti.", "Pero` almenu hemm sett ta' pelican lights li jistgħu jintużaw il-ħin kollu tal-ġurnata.", "Pero` ħaġa ta` l- iskantament hi li int u dieħel lejn il-Belt jew inkella inti u ħiereġ tara anzjani, ommijiet jakkumpanjaw lit-tfal tagħhom huma hu sejrin jew ġejjin mill-iskola u persuni oħra jaqsmu bl-addoċċ minn diversi postijiet min-naħa għall-oħra tat-triq b'mod li minn ħdejn l-iljun sa ħdejn il-monument tal- gwerra jagħmlu qisu zebra crossing ta' nofs kilometru.", "Kulħadd jaqsam minn fejn ifettillu mingħajr ma donnhom jindunaw li qegħdin jipperikolaw il- ħajja tagħhom u jistgħu jpoġġu lix-xufiera li jkunu għaddejjin f'diffikulatjiet u jikkaġunaw xi inċident fatali.", "Mhux hekk biss, imbagħad wara li dak li jkun involut f'inċident bħal dan, fejn fih ikun qatel jew korra lil xi persuna jkollu jiffaċċja l-problema ta' insurances u l- problema ferm ikbar minn din li ma tiġix solvuta meta jitħallas il-kont ta' l-insurance jew dakinhar li jispiċċa l-każ quddiem il-qorti imma tispiċċa biss dakinhar li dak ix-xufier li qatel lil xi persuna, hu innifsu jmut ukoll għax b'hekk biss jista` jeħles mill-inkubu li wieħed ikun qed jgħix wara li jkun qatel lil xi ħadd f'inċident tat-traffiku.", "Jiena naħseb li hawnhekk minbarra l-vittma li tkun mietet fl-inċident jew li tagħmel xhur sħaħ rikoverata l-isptar hemm il-vittma l-oħra, ix-xufier li direttament jew indirettament kien responsabbli mill-inċident li ġie kkawżat.", "Jiena qed nitkellem mill-esperjenza ta' xi persuni li naf u li kienu involuti f'xi inċidenti bħal dawn.", "Dawn jgħidulek li għalkemm jgħaddu ħafna snin mill-inċident xorta jibqgħu jgħixu bl-inkubu tal-fatt li kienu involuti f'inċident li fatali jew f'inċident li forsi tefa` lil xi ħadd f'wheelchair għall-kumplament ta' ħajtu.", "Sur President, hawnhekk għandna eżempju ċar fejn prevention is much better than cure.", "Li inti tipprova ma tidħolx f'inċidenti bħal dawn huwa ferm iktar aħjar milli kieku wara li jkollok l-inċident toqgħod tara kif se tipprova tirranġa u tħallas il- pagamenti ta' l-insurance.", "Mhux hekk biss wara li inti jkollok inċident bħal dan il-kumpannija ta` l-insurance tista` ma tibqax tinxurjak għax jista` jkun li inti tiġi meqjus bħala persuna li tikkawża riskju kbir għall-istess insurance.", "Jiġfieri wieħed irid joqgħod attent biex ma jidħlox f'dawn id-diffikultajiet.", "Sur President, it-traffic lights u l-pelican lights li semmejt iktar kmieni huma parti integrali minn network li għandna fil-pajjiż.", "Illum għandna iktar minn 130 traffic lights installati fid-diversi toroq tagħna.", "Dan l-ammont ta` traffic lights huwa kważi ħames darbiet iktar milli kellna ħames snin ilu.", "Illum qegħdin fil-pożizzjoni fejn kunsill lokali wara ieħor, kultant bir-raġun u kultant le, jitlobok u jissottometti applikazzjonijiet biex fir-raħal tiegħu jkollu l-pelican lights u t- traffic lights biex ikollu mod jiġu kkontrollati l-pedestrians u x-xufiera fil-lokalita` tiegħu.", "Nista` ngħid li hemm ħafna minn dawn it-tlabiet li huma approvati u hemm oħrajn li għadhom m'humiex, pero` din hija xi ħaġa li fil-fatt trid tiġi applikata skond il-ħtieġa u l-bżonn li għandek fil- pajjiż.", "Illum ħafna mit-toroq li nbnew bħala bypass fid-diversi bliet u irħula spiċċaw li saru parti minn network integrali tar-raħal jew belt li fihom kienu nbnew u m'għadhomx iservu ta` bypass.", "Għaliex?", "Għax il-lum il- ġurnata f'dawn it-toroq inbnew diversi residenzi u allura saru areas residenzjali.", "Ħafna drabi, meta dawn l-areas żviluppaw, magħhom ma żviluppawx il-ħteġijiet l-oħrajn bħalma ħwienet, skejjel, knejjes, ċentri mediċi u affarijiet oħra li kulħadd ikollu bżonn allura r-residenti bilfors ikollhom il-ħtieġa li jaqsmu lejn il-qalba tar-raħal biex ikunu jistgħu jinqdew.", "Issa l-uniku mod kif bis-serjeta` jkollok postijiet b'ċerta sigurta` minn fejn in-nies jaqsmu min-naħa għall-oħra huwa proprju billi jkun hemm il-pelican lights jew it-traffic lights.", "Għandna ħafna postijiet li fihom hemm il-pelican lights, pero` dawn m'humiex quddiem kull sqaq jew kull triq.", "Huma spazjati u mqassma b'mod li dak li jkun ikollu ta' bilfors jimxi ftit passi qabel ma jasal sa ħdejnhom.", "Imma kemm-il darba niltaqgħu ma' persuni li jiġu jaqgħu u jqumu mill-fatt li hemm il-pelican lights, u dan minflok ma jistenna għal ftit sekondi biex id-dwal tal-pelican lights jaqilbu għall-kulur aħdar, jaqbad u jaqsam mingħajr ma joqgħod jikkonsidra r-riskju kbir li jkun qed jieħu li jittajjar minn xi karozza.", "Mhux ta' b'xejn nisimgħu kważi ta' kuljum minn fuq il-mezzi tax-xandir li xi ħadd ittajjar minn karozza!", "Filwaqt li qed tinħass sew il-ħtieġa li f'pajjiżna jkollna iktar pelican lights, hemm min ma jaqbilx li jiġu installati iktar pelican lights għax iġib l-argument li dawn jikkawżaw ħafna traffic, pero` ġaladarba l-pelican lights jaqilbu għall-kulur aħmar u allura jwaqqfu t- traffiku, sinjal li jkun hemm min ikun irid jaqsam, ħlief għal meta nies irresponsabbli jagħfsu l-buttuna tal-pelican lights u jaqbdu u jaqsmu mingħajr ma jistennew li l-pelican lights jaqilbu għall-kulur aħmar.", "Il- pelican lights m'humiex qegħdin hemm biex iżejnu t-triq imma biex dak li jkun jaqsam it-triq bl-iktar mod safe.", "Irrid ngħid ukoll li xi drabi anke s-sewwieqa jkunu irresponsabbli, u dan billi jinjoraw il-pelican lights totalment b'riskju kbir għal min ikun qed jaqsam it-triq dak il-ħin.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diversi persuni li kitbu ittri fuq il- mezzi tal-media biex jissuġġerixxu li l-pelican lights jibdew jaqilbu mill- aħmar għall-aħdar mal-ewwel u l-kulur amber jiġi eliminat, bħalma sar f'diversi pajjiżi oħra.", "Jien jien bħal kulħadd niltaqa' ta' kuljum ma' xufiera li hekk kif il-kulur aħmar jaqleb għall-kulur amber jaqbdu u jagħfsu l-gass, b'riskju kbir għal min ikun qed jaqsam dak il-ħin, u dan meta dawk il-ftit sekondi li l-pelican lights jaqilbu għall-kulur amber suppost jintużaw biex is-sewwieqa jippreparaw biex jieqfu jew biex isuqu.", "Għalhekk mill-abbużi li narahom iseħħu ta' kuljum meta l-pelican lights ikunu mixgħulin fuq il-kulur amber ikolli nikkonkludi li Allaħares f'dan il- pajjiż niġu f'sitwazzjoni fejn inneħħu l-kulur amber tal-pelican lights, għax kieku n-numru ta' inċidenti tat-traffiku f'pajjiżna jiżdied sew.", "Irridu nifhmu li kemm isiru inċidenti tat-traffiku ma jiddependix mil- liġijiet u mir-regolamenti li nagħmlu imma minn kemm ix-xufiera u l- pedestrians jaġixxu b'mod responsabbli.", "Huwa veru li meta wieħed iħares lejn in-numru ta' inċidenti tat-traffiku li jseħħu ta' kuljum, isib li dan m'huwiex xi numru allarmanti meta mqabbel man-numru ta' karozzi li għandna f'pajjiżna - fil-fatt ta' min jgħid li n- numru ta' persuni li jmutu minħabba xi inċident tat-traffiku huwa ta' madwar 20 persuna fis-sena - pero` huwa obbligu tagħna li naraw li ma jkun hemm ħadd li jispiċċa vittma ta' xi inċident tat-traffiku, għalkemm ikolli nammetti li huwa impossibbli li jiġri dan.", "L-ewwel ma jrid jagħmel il- gvern tal-ġurnata biex inaqqas in-numru ta' inċidenti tat-traffiku huwa li jassigura li kull vettura li għandna f'pajjiżna tkun roadworthy u li kull sewwieq ikollu ċertu tagħrif bażiku dwar dak li għandu x'jaqsam mat- traffiku.", "Aħna, bħala gvern, qed naħdmu sabiex niġu f'sitwazzjoni fejn il- liċenzja tas-sewqan li tingħata hawn Malta tkun tgħodd ukoll għal pajjiżi oħra, u għalhekk iktar u iktar irridu nassiguraw li s-sewwieqa Maltin u Għawdxin ikollhom ċerta informazzjoni bażika f'dak li għandu x'jaqsam mat- traffiku.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nagħmel riferenza għal avviż legali 191 li ħareġ fit-12 ta' Lulju ta' din is-sena, liema avviż legali jindika x'inhuma l- bidliet sostanzjali li se jsiru f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għoti tal- liċenzji tas-sewqan.", "Fil-fatt nista' ngħid mal-ewwel li kulmin ikun irid iġib il-liċenzja tas-sewqan, issa minbarra li jkun irid jieħu numru ta' lezzjonijiet u joqgħod għal test prattiku, se jibda jkun irid joqgħod ukoll għal test ta' teorija.", "L-avviż legali jitkellem ukoll dwar sistema ta' punti li biha lil dak li jkun tista' saħansitra titteħidlu l-liċenzja tas-sewqan.", "S'issa dan l- avviż legali ma tantx qajjem diskussjoni fil-pajjiż, pero` naħseb li dan għaliex għadu ma ġiex attwat kollu.", "Per eżempju, jien persważ li hekk kif jibda jiġi attwat, se jkun hemm min jagħmel il-kritika li min ma jafx jikteb u jaqra m'hux se jkun jista' jibqa' jingħata l-liċenzja tas-sewqan, pero` nista' ngħid minn issa li dan m'huwiex il-każ, għalkemm ovvjament irridu nassiguraw li kull sewwieq ikollu ċerta informazzjoni bażika dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sewqan u traffiku, irrispettivament minn jekk dan ikunx jaf jaqra u jikteb jew le, ħalli b'hekk is-sewwieqa la jkunu ta' periklu għalihom infushom u lanqas għal ħaddieħor.", "Kien hemm min qal li Malta hija żgħira wisq biex nintroduċu s-sistema ta' punti, u kien hemm ukoll min ġab l-argument li m'huwiex sew li din is-sistema tiġi introdotta biss għal min se joqgħod għat-test tas-sewqan minn issa 'l quddiem.", "Bħal f'kull ħaġa oħra, huwa diffiċli ferm li tikkuntenta lil kulħadd.", "Ta' min jgħid li ta' kull sena jkollna madwar 7,000 sewwieq ġdid, u issa għall- ewwel darba dawn se jibdew jingħataw liċenzja temporanja minflok liċenzja permanenti, liema liċenzja jkunu jistgħu saħansitra jitilfuha.", "Jien qed nistenna li hekk kif dan l-avviż legali jibda jiġi attwat, se jkun hemm reazzjoni qawwija, pero` jekk irridu nbiddlu l-kultura li teżisti f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mas-sewqan, jeħtieġ li nieħdu ċerti passi bis-serjeta` f'dan is-sens.", "Fiha nnifisha l-karozza hija arma perikoluża, mhux bħall-ħmara u l-karettun ta' dari, u allura kif għedt diġa`, huwa impossibbli li l-inċidenti tat-traffiku jispiċċaw għal kollox, imma dan ma għandux iżommna milli nkomplu mexjin bir-riformi u bil-bidliet li hemm bżonn isiru f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, dak kollu li għedt matul dan id-diskors, jien għedtu biex nipprova npoġġi fil-perspettiva l-emendi li qed isiru fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi qed jintroduċi sistemi ġodda dwar dak li għandu x'jaqsam ma' rapporti li jingħataw lill-insurance agencies, dwar kif persuna li hija liċenzjata li ssuq għandha tinxurja l- vettura tagħha u dwar il-ħlasijiet li wieħed ikun obbligat li jħallas f'każ ta' xi inċident.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ikun strumentali wkoll biex nassiguraw li kull sewwieq f'pajjiżna jerfa' r- responsabbiltajiet tiegħu, fosthom billi josserva r-regoli tat-traffiku.", "Kull wieħed u waħda minna jrid jifhem li d-dritt li ssuq ma jagħtikx id- dritt li tkun ta' theddida għalik stess jew għal ħaddieħor.", "B'hekk biss jistgħu jonqsu l-inċidenti tat-traffiku li jseħħu kuljum f'pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jien ħadt pjaċir nisma' l-punti kollha li qajjem il-Ministru matul id-diskors tiegħu ħlief għal meta qajjem il-kwestjoni tal-VRT.", "Kif naħseb li jiftakar kulħadd, kien il-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 li kien se jdaħħal il-VRT, pero` billi mbagħad laħaq inbidel il-gvern, kien il-gvern Laburista li daħħal il-VRT f'pajjiżna.", "Fil-fatt minkejja l-kritika qawwija li saret għall- introduzzjoni ta' dan it-test, il-gvern Laburista baqa' għaddej bil-ħidma tiegħu f'dan is-sens għax ejjew ngħiduha kif inhi, ikun gvern miġnun dak il- gvern li ma jaqbilx ma' sistema li tkun toffri ċerta sigurta` lis-saħħa tal- poplu.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem dwar l-insurances.", "Aħna bħala oppożizzjoni naqblu li l-insurances għandhom jogħlew biex b'hekk kulmin huwa inxurjat jew għandu xi ħaġa inxurjata jiġi covered, pero` mbasta kollox isir bis-serjeta`.", "Per eżempju, ma jistax ikun li l- insurances tal-karozzi jibqgħu jogħlew għax illum dawn diġa` għoljin m'ogħla s-smewwiet, u dwar dan m'hu qed isir kontroll ta' xejn.", "Fil-fatt huma ħafna dawk li meta jmorru biex iħallsu l-insurance tagħhom qed isibu li din għoliet b'Lm6, b'Lm10 u f'ċerti każijiet anke bi Lm15.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li l-Parlament jara x'jagħmel fuq din il-kwestjoni.", "M'huwiex fair li persuna li matul l-għaxar snin, il-15-il sena jew l-20 sena li tkun ilha ssuq ma tkunx għamlet claim wieħed u mbagħad meta tmur biex tħallas l-insurance tal-karozza tagħha jgħidulha li din għoliet għax matul dik is-sena jkunu saru ħafna claims.", "Jekk jien qatt ma nkun għamilt claim minn kemm inkun ili nsuq għaliex għandi neħel ma' min huwa traskurat u jagħmel xi sitt jew seba' claims fis-sena?!", "Bla ebda dubju, din m'hijiex fair.", "Ħafna mill-insurance agencies li għandna f'pajjiżna pprovaw jiġġustifikaw din iż-żieda billi ġabu bħala skuża t-traġedja li seħħet fil- 11 ta' Settembru, 2001 wkoll, imma jien x'għandi x'naqsam ma' Bin Laden?!", "Jiġifieri jien għandi nħallas ta' Bin Laden ukoll?!", "Jien m'iniex qed ngħid li wieħed m'għandux jinxurja ruħu, imma mbagħad lanqas huwa fair li l- insurance fees joqogħdu jogħlewlu sena wara l-oħra.", "Kif għedt diġa`, m'huwiex fair li min jobdi r-regoli tat-traffiku u min isuq b'ċerta attenzjoni u prudenza jeħel ma' min hu traskurat, u kulħadd jaf kemm hawn min hu traskurat fis-sewqan.", "Ġaladarba qed insemmi t-traskuraġni fis- sewqan ma nistax ma nsemmix ukoll ir-riforma kbira li se jagħmel gvern Laburista ġdid fil-qasam tal-wardens.", "Jien naqbel li għandu jkun hawn ċerta dixxiplina fil-pajjiż, imma mbagħad mill-banda l-oħra lanqas nippretendi li l-wardens joqogħdu jilagħbu l-hide and seek.", "Qed ngħid dan għax mhux l-ewwel darba li tkun għaddej bil- karozza u mbagħad f'daqqa waħda tara warden ħiereġ minn wara siġra jew mill- kantuniera.", "Per eżempju, nista' nsemmi każ klassiku billi nirriferi għall- wardens u għall-pulizija tat-traffic li jkunu ħdejn l-istitut ta' Vincenzo Bugeja ġewwa Fleur-de-Lys għax lil dawn issibhom mal-ewwel ma' wiċċek.", "Imma din x'serjeta` hi?!", "Jien nistaqsi: Lill-wardens għalfejn għamilniehom; biex nedukaw lill-poplu jew biex niġbru l-flus?", "X'jiġifieri li tirċievi ċitazzjoni d-dar li għaddejt minn triq one-way meta dan ma jkun veru xejn?!", "Jew inkella li tirċievi ċitazzjoni d-dar għax jgħidulek li kont qed issuq bla seat belt?", "Issa ejjew ngħiduha kif inhi; il-warden kif jista' jinduna li fl-10:00 p.m. kont qed issuq bla seat belt mingħajr ma jwaqqfek u meta inti kont liebes kollox iswed?", "Jekk aħna rridu s-serjeta` verament fil-qasam tat-traffiku , il-warden għandu jwaqqfek mal-ewwel jekk jarak li qed tikser xi regolament tat-traffiku u mhux iħallik għaddej u mbagħad tirċievi ċ-ċitazzjoni d-dar.", "Imma l-isbaħ waħda hi li meta mbagħad titla' quddiem it-tribunal, minflok Lm10 jgħidulek li se jwaħħluk Lm5.", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Jew għandek tort jew m'għandekx!", "Gvern Laburista ġdid se jistudja dak li qed jiġri llum u se jagħmel dak li huwa meħtieġ biex tiddaħħal is-serjeta` f'dan il-qasam.", "Ovvjament m'iniex qed ngħid li l-wardens se jitkeċċew taħt gvern Laburista, pero` bla ebda dubju s-sistema li qabad il-gvern Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam mal-wardens ma rnexxietx.", "Jien m'iniex qed nagħti tort lill-wardens għal dan kollu għax lil dawn huma ta' fuqhom li qed jgħidulhom li jridu jwaħħlu tant ċitazzjonijiet kuljum.", "Per eżempju, jien nifhimha li wieħed għandu jeħel ċitazzjoni jekk ikun ipparkjat ħażin, pero` mhux imbagħad iwaħħluk ċitazzjoni għax tkun qbiżt xi ftit il-kaxxa l-bajda!", "La ma tkun ta' ostaklu għal ħadd u tkun ħallejt l-ispazju meħtieġ biex ta' warajk u ta' quddiemek joħorġu, għaliex għandek teħel ċitazzjoni?", "Jien ma naqbilx ma' dawn l-affarijiet, u ma naqbilx mhux għax ma nħobbx id- dixxiplina imma għax nemmen li l-affarijiet għandhom isiru b'ċerta serjeta`.", "Il-pulizija qiegħed hemmhekk biex iżomm l-ordni u mhux biex iwaħħal iċ-ċitazzjonijiet.", "Jekk nibqgħu sejrin b'dan il-mod, dalwaqt nibdew inħeġġu lin-nies jisirqu u joqtlu ħalli l-pulizija jkunu jistgħu jwaħħlu ċ-ċitazzjonijiet u jtellgħu lin-nies il-qorti!", "Il-Ministru semma l-pelican lights.", "Jien naf li l-pelican lights huma xi ħaġa pożittiva, imma ma naqbilx li għandhom jiġu installati tliet pelican lights wara xulxin, bħalma hemm fil-wied ta' Birkirkara, jew almenu għandhom jintfew fil-peak hours, bħal per eżempju, bejn il-5.00 p.m. u s- 7.00 p.m., għax dawn qed joħolqu konġestjoni kbira tat-traffiku, u dan kollu biex x'ħin ifettillu jaqsam xi wieħed.", "F'postijiet bħal dawn għandu jkun hemm warden - u huwa f'affarijiet bħal dawn fejn għandhom jintużaw il- wardens - biex jiġbor lil dawk in-nies li jkunu jridu jaqsmu u mbagħad iwaqqaf it-traffiku x'ħin jidhirlu hu.", "Imbagħad xi ngħidu għall-pelican lights li ġew installati fi Psaila Street?", "Fil-fatt dawn ġew installati eżattament fil-kantuniera ta' bejn St. Anthony Street u Psaila Street bil- konsegwenza li min ikun ħiereġ minn St. Anthony Street għal Psaila Street isib il-pelican lights ma' wiċċu u jkollu jieqaf f'daqqa minħabba li jkun hemm xi ħadd li minkejja li kellu ċans jaqsam bla diffikulta` għax ma kenux ġejjin karozzi, jiddeċiedi li għandu jagħfas il-buttuna tal-pelican lights biex joħloq konġestjoni sħiħa tat-traffiku.", "Jien naqbel li għandhom jiġu installati l-pelican lights f'ċerti postijiet, biex ħadd ma jifhimni ħażin, imma għandu jiġi studjat fejn dawn għandhom jiġu installati u mhux jiġu installati bl-addoċċ.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ukoll is-seba' pelican lights li ġew installati fil-bypass ta' Birkirkara, u dan minkejja li hemmhekk saret subway biex in-nies jaqsmu minnha.", "Hawnhekk jien nistaqsi: Allura għalfejn intnefqu l-flus biex saret is-subway jekk imbagħad ġew installati l-pelican lights biex in-nies jaqsmu minnhom minflok ma jużaw is- subway?", "Mr Speaker, irrid nagħmilha ċara li ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma kkritika s-sistema tal-punti.", "Ħafna għandhom l-idea li huma ż-żgħażagħ li jsuqu b'mod traskurat, imma dan m'huwiex il-każ għax hemm min għandu 60 sena u jsuq b'mod traskurat, u dan għaliex ikun waħħal f'moħħu li huwa Schumacher!", "Imbagħad xi ngħidu għal dawk li jsuqu l-karozza bil-mobile phone ma' widnejhom?!", "Biex tkompli tagħqad, hemm min jitlaq l-isteering ukoll biex ikun jista' joqgħod jirraġuna b'idejh!", "Imma dawn x'affarijiet huma?!", "Hemm min jgħidlek li bilfors ikollu jagħmel hekk għax ikollu telefonata urġenti.", "Allura meta l-mobile phones ma kenux jeżistu, in-nies x'kienu jagħmlu?!", "Ma rridux ninsew li meta tkun qed issuq karozza jkollok arma f'idejk.", "Il-Ministru qal li meta ddaħħal ir-regolament li s-sewwieq u l-passiġġier li jkun fuq quddiem għandhom jilbsu s-seat belt, l-oppożizzjoni kienet garret, imma fil-fatt dan m'huwiex veru.", "Jekk ħaġa hija tajba, kif tista' tgħid li hija ħażina?!", "Min ma jilbisx is-seat belt sinjal li ma jkunx iħobb id-dixxiplina fis-sewqan.", "Huwa veru li kien hawn min kien bis-seat belt u miet filwaqt li kien hemm min ma kienx bis-seat belt u ħelisha ħafif, pero` dan ma jfissirx li s-seat belt ma joffrix iktar sigurta` lix- xufier u lill-passiġġier.", "Jien ma nafx lil min sema' min jikkritika l- introduzzjoni tar-regolament tas-seat belt min-naħa ta' l-oppożizzjoni l- Ministru, għax meta kont ministru jien kont ridt indaħħal dan ir-regolament ukoll, pero` t-traffic control board u d-dipartiment tal-liċenzji ta' dak iż-żmien kienu oġġezzjonaw għal dan.", "Aħna naqblu anke mas-sistema tal- punti għax mhux sew li l-liċenzja tas-sewqan tingħatalek għal għomrok, tagħmel x'tagħmel.", "Wara kollox il-liċenzja tas-sewqan m'hijiex tiegħek imma hija tal-gvern, u l-gvern għandu jkollu dritt jeħodhielek jekk kemm-il darba jirriżulta li ma tkunx qed issuq b'ċertu galbu u attenzjoni.", "Għalhekk jien lill-Ministru qed ngħidlu li naqblu mas-sistema tal-punti ħalli l-affarijiet isiru bis-serjetà.", "Naqblu wkoll li min għandu l- liċenzja diġà mhux se nneħħulu l-punti, imma l-ġodda jkunu jafu għalxiex deħlin.", "Però dan ma jfissirx li min għandu l-liċenzja l-qadima jkun jista' jagħmel li jrid.", "Jien ma nafx jekk fhimtx tajjeb lill-Ministru.", "Dan ifisser li min diġà għandu l-liċenzja mhux se jaqa' taħt din is-sistema?", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel il-ġodda.", "Din irridu nirranġawha, għax ma jistax ikun li l-liċenzji ta' qabel ma jaqgħux taħt din is-sistema għax inkella dawk ikunu jistgħu jagħmlu li jridu.", "Mhix tajba din.", "Aħna rridu naraw -", "Il-ministru se jkollu l-backing ta' kulħadd fuq din għax hija xi ħaġa li se ġġib is-serjetà.", "B'daqshekk mhux se nsolvu l-problemi kollha.", "L-Amerka hemm il-liġi li tgħid li min joqtol joqtluh, u xorta baqa' jsir qtil, imma għallinqas hemm deterrent.", "Ħaġa oħra tajba li kont ipprovajt nagħmilha jien, imma dak iż-żmien il- Kummissarju tal-Pulizija qalli li ma setgħetx issir, hija l-fatt li neħħejna l-isem minn fuq il-liċenzja.", "Aħna qbilna magħha din għax illum, permezz tal-computer, tkun taf ta' min hi l-karozza.", "Infatti meta l-warden jagħtik ċitazzjoni jsib ta' min hi l-karozza, allavolja tkun bla isem, għax xorta tirċievi ċ-ċitazzjoni.", "Din hija ħaġa tajba għax jekk ikun hemm min ikollu għalik isibha faċli biex jagħmillek vendikazzjoni meta tipparkja l- karozza barra peress li jkunu jafu ta' min hi.", "Ħaġa oħra li smajt hija li se jneħħu l-parking space reserved għall- handicapped minn wara l-bieb tagħhom.", "Ma nafx jekk hux veru jew le, imma jekk inhu veru, mhux sewwa.", "Però kien hemm ħafna li żebgħuhom f'Birkirkara.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR ĊENSU GALEA: Bil-permess ta' l-Onor.", "Debono Grech.", "Jien m'iniex niddubita dak li qed jgħid l-Onor.", "Debono Grech, cioe' li hemm xi każijiet f'Birkirkara fejn inżebgħet il-kaxxa reserved, però żgur mhijiex xi policy li jitneħħa r-reserved parking space li jkun approvat lil min hu handicapped.", "Jekk xi ħadd qabad u għamel kaxxa, dik titneħħielu.", "Jekk ikun hemm xi ħadd disabled li kellu reserved area u issa miet, il-familja tiegħu ma jibqgħalhiex id-dritt għal dik ir-reserved parking space.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Fuq din naqblu.", "Illum qed nieħu pjaċir nitkellem għax din hija diskussjoni dwar kif nistgħu nirranġaw is-sistema tat-traffiku.", "Kif qal il-ministru, jekk taqla' daqqa ta' trakk, sew taħt gvern Nazzjonalista u sew taħt gvern Laburista inti se tkun ħadtha.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet li l-pajjiż veru għandu bżonnhom.", "Jekk jien ngħid li din il-liġi hija ħażina nkun miġnun.", "Waħda mill-iktar affarijiet li jġennuni hija meta nara l-minibuses il-ħomor għaddejjin sparati bit-tfal.", "Kulħadd għaddej iġerri bit-tfal ta' l-iskola qisu mhux hu!", "Ma nistax nifhem!", "Din hija xi ħaġa li qed tinkwieta lil kulħadd.", "Jien m'iniex ngħid li s-sidien tal-vannijiet il-ħomor m'għandhomx jieklu u jgħixu, imma mhux sew li vann bit-tfal ta' l-iskola jsuq kemm jiflaħ, qisu ma ġara xejn!", "Mhux kollha imma ħafna minnhom.", "Din xi ħaġa li rridu naraw kif nirranġawha.", "Sal-lum - ilsieni jinxifli - għadu qatt ma ġara accident imma jekk Allaħares qatt jiġri jkun ġara!", "Jien m'iniex ngħid li jkun tort tal-partit Nazzjonalista jew Laburista, tort ta' min hu irresponsabbli.", "Imma mbagħad il-poplu jbati l-konsegwenzi.", "Din m'hijiex fair.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi xi ħaġa li tiġri f'ċerti toroq dojoq li jien naraha stramba.", "Per eżempju, f'Ħal Balzan hemm triq li suppost hija one- way, imma f'daqqa waħda ssib karozza tal-linja ma' wiċċek għax parti minnha ma tibqax one-way għall-karozzi tal-linja.", "U llum il-karozzi tal-linja m'humiex żgħar, imma qishom flat sħiħ għax kbar ħafna.", "Meta jkunu ġejjin huma kulħadd ikollu jreġġa' lura.", "U dan kollu biex ħadd ma jimxi minn hawn sa ħdejn l-iSpeaker.", "U hemm minn fejn jgħaddu, għax jekk il-karozza tal- linja ta' Ħ'Attard tinżel minn fejn San Anton u ta' Ħal-Lija tinżel minn triq il-ġdida xorta jilħquha n-nies għax biċċa żgħira jibqa'.", "Meta jiltaqgħu żewġ karozzi tal-linja u karozzi ġejjin min-naħa ta' San Anton u karozzi ħerġin min-naħa l-oħra, jieqaf kulħadd u ġieli jagħmlu nofs siegħa jiġġieldu hemmhekk.", "Jekk inhi one-way, għandha tkun one-way għal kulħadd.", "Jien nixtieq nissuġġerixxi li darba fix-xahar jew darba fil-ġimgħa l-heavy traffic ma jgħaddix minn ċerti toroq.", "Per eżempju, in-nies li joqogħdu f'Valley Road Birkirkara għandhom jistrieħu darba minn dak id-diesel kollu.", "Hemmhekk jistgħu jgħaddu mit-triq tar-Rabat jew mill-bypass.", "Tara ħafna trakkijiet kbar enormi għaddejjin idaħħnu minn ġon-nies.", "Il-VRT għandu jkun għal kulħadd, u mhux tara trakk tal-gvern għaddej qisu ferrovija minn dawk l-antiki!", "Kif irridu nżommu d-dixxiplina fuq ħaddieħor?", "Se nagħtu kas ta' l-emissions tal-karozzi ż-żgħar biss jew tal-vetturi kollha?", "Min joqgħod ġo toroq prinċipali jaf x'jiġifieri l-exhaust li jibla'.", "Il-mara tad-dar imfarrka għax tnaddaf kemm tnaddaf għalxejn bid-diesel dejjem dieħel ġod-dar.", "Jekk verament se nikkontrollaw l-emissions tal-karozzi rridu nibdew mill- bidu għax mhux biss qed naraw trakkijiet kbar għaddejjin idaħħnu, imma anke karozzi żgħar.", "U fejn jidħlu t-trakkijiet tal-gvern hemm traskuraġni kbira.", "M'iniex qed ngħid għal żmien il-gvern Nazzjonalista biss.", "Jekk irridu li l-privat ma jkollux vetturi li jdaħħnu l-ewwel ma jrid jagħti eżempju huwa l-gvern.", "Rigward il-kwestjoni ta' l-insurances, se nibqgħu sejrin li kull sena l- ministru, ikun min ikun Ministru, irid iħabbat wiċċu mal-problema li l- insurance companies ma jridux jinxurjaw il-buses u t-taxis?", "Din il- problema kont inħabbat wiċċi magħha ta' kull sena jien, u llum qed isibha l- ministru.", "Jeħtieġ issir xi ħaġa rigward dan.", "Dejjem jitolbu aktar għax jgħidu li aktar jieħdu milli jħallsu.", "Imma possibbli fil-każ tal-buses kollha jiġri hekk!", "Għandu jkun hemm checking dwar l-inċidenti li jkun hemm u jsiru l-inkjesti li jkun hemm bżonn.", "Imma ma jistax ikun li kull sena l-gvern jiffaċċja dan l-inkwiet ma' l-insurance agencies u l-buses ikollhom jaħdmu l-ewwel xahrejn mingħajr insurance.", "Din mhix sewwa.", "Jien naqbel mal-mod kif ġiet proposta l-liġi dwar l-insurance ta' vetturi għax hija fl-interess ta' ħafna nies li kienu jweġġgħu, kemm drivers kif ukoll pedestrians.", "Biex ngħidu kollox, hawn pedestrians li jiġu jaqgħu u jqumu għax ġieli wieħed ikollu bankina wiesgħa u xorta waħda jgħaddi bil-pushchair minn taħt il- bankina.", "Allura l-pulizija jew il-warden li jkun hemm m'għandux jgħidlu biex jitla' fuq il-bankina!", "Hawn pedestrians li jiġu jaqgħu u jqumu.", "Meta ma tarax xi mara taqsam u l- ewwel ma titfagħlek minn bejn il-karozzi huwa l-pushchair.", "Jekk inti ma tkunx moħħok hemm, Allaħares qatt ttajjarha!", "Din l-ewwel edukazzjoni li rridu nagħtu għax ħafna mill-accidents jiġru kaġun tat-traskuraġni li jkun hawn.", "Il-ministru semma Triq Sant'Anna.", "Għalxejn hemm il-pelican lights!", "Kulħadd jaqsam kif ġie ġie minn bejn il- karozzi.", "Allura m'għandux ikun hemm il-warden li jgħidilhom biex jitilgħu l-bankina u jaqsmu minn fejn suppost!.", "Per eżempju, fl-Amerika, it-traffic lights ma jixgħelx l-isfar u l-aħmar, imma għandek il-ħin meta taqsam u minn hemm taqsam għax inkella jiġi l- pulizija u jerġa' jitfgħek fuq il-bankina.", "Allura hawnhekk għaliex ma jsirx hekk?", "Mela jien għandi nkun ġej Strada Sant'Anna, moħħi fit-traffic lights u nsib wieħed qasamli minn ġol-karozzi.", "Dan sewwa?", "Imbagħad partita storbju għax miet!", "Kull xufier għandu joqgħod attent, imma inti moħħok ikun fit-traffic lights u mhux jekk hux se jaqsam xi ħadd minn bejn il-karozzi.", "Għandu jkun hemm prudenza minn kull naħa f'dawn l-affarijiet.", "Dan għandu jkun xogħol il-warden u mhux biex jagħmel ċitazzjonijiet tal- karozzi biss.", "Dawn affarijiet li aħna jdejquna.", "Per eżempju, fil-ħin li fil-għodu n-nies tkun sejra għax-xogħol tara wieħed jittrejnja ż-żiemel fih m'għola hawn fit-traffiku u kulħadd jistenna warajh.", "Lanqas hi fair meta bniedem irid imur għax-xogħol.", "U jekk jolqtok żiemel ma tieħu xejn għax dejjem iż-żiemel għandu raġun, għax jgħidulek li dan ma jirraġunax.", "Allaħares jibdew jirraġunaw iż-żwiemel issa!", "Fil-ħin ta' bejn is-6:00 a.m. u t-8:00 a.m., meta t-tfal ikunu sejrin l- iskola u n-nies sejrin għax-xogħol, m'huwiex il-ħin li inti tkun għaddej happy go lucky biż-żiemel tittrejnjah fit-triq.", "M'iniex qed ngħid għall- karozzini għax dawk ikunu sejrin għax-xogħol biex jaqilgħu biċċa ħobż, imma għall-ieħor li joħroġ jittrejnja ż-żiemel fit-triq.", "Għandu jkun hemm ċerti ħinijiet x'ħin joħorġu għax ġieli ġraw accidents għax jekk taħsdu ż-żiemel jogħla u f'dak it-traffiku ara x'jiġri.", "Dawn huma affarijiet li t-traffic board jew l-awtorità dwar it-trasport għandhom jarawhom u jsiru bir-raġuni u mhux noqogħdu nagħtu ċ- ċitazzjonijiet.", "Għandhom isiru diskussjonijiet dwar dawn l-affarijiet.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li dan kollu ħażin.", "Aħna ġejna hawnhekk biex niddiskutu l-affarijiet u mhux biex nagħmlu ħsara lil dak u lill-ieħor.", "Il- ministru qal li ġejja legal notice li tirregola dawn l-affarijiet.", "Jien naqbel mal-legal notice imma flok nagħmlu legal notice mhux aħjar inġibuha hawnhekk u niddiskutu din is-sistema tal-punti u mhux punti biex naraw x'hemm tajjeb u x'hemm ħażin?", "Din xi ħaġa li se tolqot lil kulħadd, liż- żagħżagħ, lill-kbar, lil dawk li jsuqu kollha.", "Waħda mill-proposti li hemm hija li inti trid tmur għand it-tabib darba fis- sena.", "Imma veru se ssir din jew inkella wieħed se jibda jmur għand it- tabib biex jagħmillu ċertifikat li jara u fil-fatt meta jmur isuq ma jibdiex jara karozza minn hawn u hemm?", "Aħna naqblu li jsiru dawn ir- regolamenti, imma jridu jsiru, mhux imbilli tgħidli li se jkun hawn legal notice!", "Mhux qed ngħidu li għandha ssir liġi imma legal notice li se tolqot lil kulħadd - illum malli wieħed jagħlaq it-18-il sena jibda jsuq - għandha tiġi diskussa hawnhekk.", "Meta toħroġ legal notice fil-gazzetta tal-gvern, qisu ma ġara xejn, ħadd ma jaraha.", "Ħaġa mportanti bħal din għandha tiġi diskussa hawnhekk, bħalma qegħdin niddiskutu kif se jogħlew l-insurances, u kif se jiġi effettwat il-poplin.", "Jekk meta jiżdied il-ħlas ta' l-insurance claims se jmur fuq il-konsumatur, mela erġajna back to square one.", "Jekk wieħed li jweġġa' flok Lm500 l- insurance agency se tagħtih Lm1,000, din il-konsumatur se jħallasha?", "Veru li dawn issa ġew liberallizati, veru li l-Unjoni Ewropea tgħid li dawn għandhom jiġu liberalizzati, imma issa wara li nilliberalizzaw dawn kollha, in the long run se nerġgħu nbatuhom jien u inti u kull wieħed li hawn hawn ġew li jinxurja l-karozza?", "Issa se jgħidulna li għola l-premium għax il- parlament għamel liġi li flok Lm500 jridu jħallsu Lm2,000, flok Lm1,000 tiġi Lm3,000 u Lm4,000?", "Din se ddur fuqna?", "Għalkemm l-Oppożizzjoni taqbel magħha imma ma naqblux li terġa' tiġi fuq il- poplu.", "Għax hekk se jiġri issa.", "Se jkun hemm safeguard li wara li jgħaddu dawn l-emendi l-insurance companies mhux se jibqgħu jgħollu l- premiums tant li l-ħaddiem ma jkunx jista' jżomm karozza?", "Għax issa hekk se jiġri.", "X'se jiġri, kemm se jogħlew dawn?", "Illum biex tkun fully insured trid tħallas Lm180 u mbagħad meta japprezzawlek il-karozza jgħidulek li ma tiswiex aktar minn Lm500.", "Issa għandna moda oħra li meta inti taħbat u tmur għand il-panel beater, dan jibgħat għall-insurance u jgħidulek li ma tissewwiex u li aħjar tieħu Lm500 jew Lm600.", "Se nipproteġuh lill-konsumatur?", "Għax in the long run il- konsumatur se jbati!", "Jien ma jimpurtanix x'jiġri fid-dinja kollha, jien mill-kunsmatur Malti jinteressani.", "Il-kwestjoni ta' l-insurances hawnhekk marret out of hand.", "Wieħed jisma' ħafna -tgergir miż-żewġ naħat meta tasal biex iġġedded insurance.", "Imbagħad wara li tħallas, meta tiġi biex titħallas lura trid tibki!", "Issa saħansitra qed jiġri li meta xi ħadd jidħol fija, minkejja li kemm jien u kemm tal-karozza l-oħra nkunu fully insured, l-insurance agency tgħidlek li għandek karozza għal tmint ijiem sakemm isewwuhielek.", "X'jiġifieri tmint ijiem, jekk inkun naħdem biha!", "Jekk il-panel beater ma jiġuhx l-ispare parts li għandu bżonn biex isewwili, x'se nagħmel jien?", "Il-kwestjoni ta' l-ispare parts hija problema oħra għax kulħadd jixtri karozza bl-after sales service garantit, imbagħad tmurli xi ħaġa u jgħiduli li rrid nistenna ħmistax, xahrejn, tlieta.", "Hawn karozzi ilhom sentejn fil- garaxx għax ma ġewx l-ispare parts minn barra għax l-ewwel irid jiġbor sitta, sebgħa u mbagħad iġibhom minn barra.", "Din x'serjetà hi?", "Il-gvern m'għandux jassigura li dak li għandu l-liċenzja biex ibigħ karozza jew refridgerator jagħti l-after sales service?", "Min qatt ma sema' dawn l-affarijiet allura mhux qed jgħix F'Malta.", "Staqsu lil min ikollu xi accident u taraw x'jiġifieri.", "Hawn min għandu pum ta' karozza ilu jistennieh sitt xhur.", "Huwa sewwa li wieħed jixtri karozza Lm9,000 - għall-ħaddiem Lm9,000 huma flus - u jassigurawh mill-after sales service, u mbagħad meta jmur għall-after sales service ma jkollu xejn iktar għax jgħidlu biex iħalliha hemm.", "U l-kumpannija ta' l-insurance tgħidlu li ma jistax ifittex għax trid iġġiblu hi.", "Imbagħad ma jkollu xejn.", "Dawn l- affarijiet huma sewwa?", "Veru qegħdin ngħinuhom lin-nies biex dawn jagħmluhom?", "Huwa sabiħ li l-insurance companies se jżidu l-ħlas tal-claims, imma talli se jieħu aktar il-konsumatur se jħallas aktar?", "Din waħda mill-affarijiet li aħna rridu nkunu nafu.", "Din se tolqot b'mod tajjeb lill-poplu Malti kollu, imma fl-aħħar mill-aħħar min se jbati?", "Il-konsumatur se jħallas l- insurance imbagħad wara ma jkunx moqdi.", "Mela l-konsumatur huwa obbligat li jagħmel ċerti affarijiet, però mbagħad min ibegħlek m'għandu obbligazzjoni xejn lejk.", "Per eżempju, tixtri karozza ġdida u mbagħad issibilha mankament u jgħidlek li se jirranġahielek.", "Jekk xtrajtha ġdida kif tirranġahieli?", "Dawn affarijiet li qed iħabbat wiċċu magħhom il- poplu kollu.", "U xbajna nisimgħu complaints!", "Darba kelli żewġ każi li xtraw karozza li suppost kienet ta' l-1976 - ma nsemmux id-ditta ħalli ma nagħmlu ħsara lil ħadd - u jsibu li flok ta' l- 1976 kienet ta' l-1967.", "Kellha l-body ta' l-1976, però l-makna kienet qadima.", "Meta mar jilmenta rrispondieh li hu kollox second-hand iġib.", "Kien hemm kawża l-qorti u min kien tilifha għax l-avukat nesa jniżżillu li kienet igaraxxjata.", "U ħadd ma ddefendihom dawn in-nies, qisu ma ġara xejn.", "L-insurance company għandu jkollha s-surveyor tagħha biex jagħti garanzija lil min ikun se jinxurja li l-karozza li qed jixtri hija xi ħaġa awtentika.", "Hija ħaġa sabiħa li l-insurances iżidu l-ħlas, imma issa min se jipproteġi lill-konsumatur mill-insurance companies?", "Din waħda mill-garanziji li rridu.", "Jien smajt lill-Ministru jitkellem u kien hawn diskussjoni sabiħa fuq toroq, fuq pelican lights, fuq ħofor, fuq toroq żgħar, fuq toroq li ma jinfdux u fuq one-ways.", "Darba f'Birkirkara triq saret one-way, tidħol fiha u ma toħroġx għax kienet magħluqa kollha.", "Kienet cul-de-sac fejn kien joqgħod il-leader tagħna.", "Għamlu l-Laqxija, għalquha, tidħol u ma toħroġ qatt. għax ġiet magħluqa minn kullimkien.", "Mr Speaker, qabel ma ssir triq one-way m'għandux jiġi kkonsultat il-poplu?", "Per eżempju, fir-Rabat hemm ħafna nkwiet għax ma ġewx ikkonsultati.", "Jgħaddu żewġ trakkijiet ma' xulxin, ma jgħaddux żewġ karozzi?", "Biex noħroġ mir-Rabat rrid indur tliet kwarti ta' Malta.", "Għaliex?", "Din mhijiex fair.", "Jgħaddi trakk u trakk tal-linja ma tgħaddix karozza żgħira u karozza żgħira?", "Ma jkunx hemm parking f'dik it-triq u jgħaddi kulħadd.", "Imma mhux biex nidħol all right, imbagħad biex niġi minn Ħad-Dingli rrid immur il- Mellieħa.", "Dawn l-affarijiet idejquh lill-poplu.", "Dawn affarijiet li trid tiddiskutihom.", "Mhux sewwa li għax għandi l-power ngħid li hekk irid jiġri.", "Fejn isiru affarijiet tajbin ngħidu li huma tajbin, imma affarijiet li ma jkunux tajbin għaliex għandna nagħmluhom?", "Jien nieħu pjaċir nitkellem mal-ministru fuq dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk ma tidħolx il-politika għax din se tolqot lill-poplu kollu għax, kif qal il- ministru, illum għandna fuq il-200,000 karozza.", "Mela l-parlament għandu jiddiskuti xi ħaġa tajba, kif qegħdin niddiskutu issa, u nagħmluha.", "Għalhekk għedt li flok noħorġu l-legal notice biss, nagħmlu seduta biex niddiskutu x'fiha l-legal notice għax din se tolqot lil kulħadd.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-ministru jgħid li fis-sistema tal-punti l- ewwel se nibdew mill-ġodda u mbagħad nibqgħu sejrin.", "Dik hija xi ħaġa tajba imma ejja niddiskutuha ħalli jkun jaf biha l-poplu.", "Aħna nafu li l- legal notice toħroġ fil-gazzetta tal-gvern u min ma jafx jaqra u min ma jagħtix kasha.", "Għidli jekk Ċikku li xtara karozza huwiex se joqgħod jara l- legal notice!", "Dak għalih basta għaddej idoqq il-horn u d-diski.", "Imbagħad dan jittella' l-qorti u jkollu joqgħod għal-legal notice.", "Jien qed nagħmel appell lill-ministru biex meta toħroġ din il-legal notice tiġi diskussa fil-parlament u mhux trid titlob l-oppożizzjoni biex niddiskutuha.", "Veru hemm ir-regolamenti tal-parlament imma din hija xi ħaġa li se tolqot lil kulħadd.", "Se tolqot liż-żgħir u se tolqot lill-kbir.", "Għalhekk għedt li jekk fil-legal notice verament se ndaħħlu li t-tabib ta' l-għajnejn irid jiċċertifika lis-sewwieq, ma jkunx hawn racket, imma għandna nkunu żguri x'se jiġri u ma jiġrix biex meta niġu biex nimplimentaw dawn ir-regolamenti nkunu nafu x'se nagħmlu u ma nagħmlux.", "Din hija xi ħaġa li tolqot liż-żgħażagħ u tolqot l-kbar.", "Jien m'iniex se ngħid, bħalma jkun hawn xi imbeċilli jgħid, li l-ikbar numru ta' accidents jiġru liż-żgħażagħ.", "Kulħadd ikun involut f'accidents.", "Kien hawn nies li tajru u qatlu bniedem li kien ilhom isuqu 30 sena.", "Illum qed naraw li l- qrati tagħna qegħdin jieħdu l-affarijiet bis-serjetà u qegħdin iwaħħlu pieni ħorox.", "Però, kif qal il-ministru, tagħti kemm tagħti kumpens, lil min toqtol tkun qtiltu, bil-kumpens m'intix se ġġibu lura.", "Aħna rridu nagħmlu regolamenti biex iservu ta' deterrent ħalli dak li jkun joqgħod attent.", "Il-kwestjoni tal-mobile phone li semmejt qabel qed tagħmel ħafna ħsara.", "U anke meta tisma' disco sħiħ għaddej f'karozza, għidli dak li jkun qed isuq kemm ikollu moħħu hemm b'dak l-istorbju kollu!", "Jien m'iniex qed ngħid li ż-żgħażagħ m'għandhomx idoqqu, imma altru qed tisma' diska u altru qisek għaddej Paceville!", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru jgħid kemm saru affarijiet fil-qasam tat-traffiku, imma għad iridu jsiru ħafna iktar affarijiet.", "Is-sistema tal- wardens kienet tajba però mhix qed taħdem għax billi toqgħod tagħmel iċ- ċitazzjonijiet ma tasal imkien.", "M'iniex qed ngħid li għandu jibqa' għaddej kollox, imma għandu jkun hemm is-serjetà.", "Jien nieħu pjaċir bid-dixxiplina u m'iniex se ngħid li din ħażina għax għamilha l-partit Nazzjonalista, bħalma kienu għamlu lili fuq il-kwestjoni tal-VRT.", "U llum saru kollha l-affarijiet li kont imxejt fuqhom jien.", "Imma nixtieq li kulħadd jiġi sottomess għall-VRT, u mhux min verament jeħtieġ li jiġi tested ma jsirlux dan it-test.", "Għandna nidħlu fil-fond biex naraw l- affarijiet sewwa u qabel ma nimxu ejjew niddiskutu ħalli nagħmlu xi ħaġa tajba, li veru tkun tixraq lill-poplu Malti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, meta qed ngħixu f'pajjiż fejn kellna madwar 247,000 registered vehicle sas-sena 2000 - ovvjament naħseb li l- figura kibret minn dak iż-żmien 'l hawn - qed nitkellmu dwar 62% ownership ta' registered vehicles minn kull ċittadin Malti irrespettivament mill-età, anke jekk ninkludu t-trabi.", "Jiġifieri mhux qed ngħid fost dawk eliġibbli li jsuqu, fost iċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin.", "Dn il-figura turi li bħala pajjiż mhux biss għandna population density qawwija iżda li għandna waħda mill-ogħla traffic densities fid-dinja.", "Fil-fatt ma nafx fejn kont qrajt li jipparagunaw it-traffic density ta' pajjiżna saħansitra ma' dik ta' Hong Kong.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi għalhekk inħoss li kull dibattitu li jista' jkollna quddiem dan il-parlament, kemm dwar it-trasport, kemm dwar l-assikurazzjoni ta' karozzi jew sewwieqa, għandu jqanqal ċertu interess u naħseb li għandu jiġi approached mingħajr ma jkun hemm xejra jew laqta partiġġjana.", "Fil-fatt bħalissa fil-qasam ta' l-assikurazzjoni hemm ħafna żviluppi għaddejjin kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll barra l-Unjoni.", "Ninsab informat li fl-Unjoni stess qed jipprovaw jiffaċilitaw biex sewwieqa joħorġu short-term cover fi stati membri oħrajn, kif ukoll biex jiffaċilitaw anke li sewwieq ikun jista' jixtri karozzi minn pajjiżi ġirien, mhux neċessarjament mill-pajjiż tiegħu stess.", "Fl-istess waqt f'pajjiżi oħrajn qed jipprovaw jiffaċilitaw l-ħruġ ta' claims records tas-sewwieqa biex ikunu jistgħu jinnegozjaw kuntratti ma' insurance providers li jkunu differenti milli wieħed ikollu.", "Kull miżura li tagħmel il-ħajja aħjar jew aktar sempliċi u anqas ikkomplikata għal kull waħda u wieħed minna, kemm jekk hija fl-Unjoni u anke jekk hija barra l-Unjoni, aħna nilqgħuha bħala pass pożittiv.", "Pero' huwa tajjeb li nuru li f'diversi pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea - hawnhekk m'inix qed nitkellem b'xi spirtu kumbattiv dwar jekk aħniex favur jew le imma qed insemmi biss fatti li jafhom kulħadd - qed jispiċċaw quddiem il-qorti tal-ġustizzja Ewropea diversi każi proprju għaliex qed jinkisru regolamenti marbutin mas-suq waħdieni intern ta' l-istess Unjoni.", "Qed ngħid dan biex ħadd ma jaħseb li l-affarijiet mexjin fuq ir-rubini.", "Din l-istess bħall-kwestjoni tal-green card.", "Ħafna nies moħħhom mistrieħ li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea lanqas se jkollna bżonn il-green card għax dak li jkun jgħidlek li l-car insurance policy ta' pajjiżek għandha tkun biżżejjed biex tiksiblek ir-rikonoxximent minn pajjiżi membri oħrajn.", "Fit-teorija hekk hu iżda fil-prattika mhux hekk qed jiġri.", "Fil-fatt huwa fatt magħruf li ħafna mill-pulizija ta' bosta pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea lanqas jafu b'dan ir-regolament u spiss nisimgħu b'sewwieqa mingħajr il-green cards li jibgħatuhom lura minn fejn ikunu ġew sempliċement għax ma jkollhomx il-green card tagħhom.", "Konċett ieħor li dieħel illum f'diversi pajjiżi moderni huwa l-konċett ta' dak li jissejjaħ no fault liability fejn sewwieq jista' jinżamm responsabbli anke għall-inċidenti li jinvolvu pedestrians jew ċiklisti meta t-tort jista' jkun ta' dawn ta' l-aħħar u mhux neċessarjament tas-sewwieq.", "Jien naħseb li bil-mod worldwide kif qed jikber it-trasport illum, bil-mod kif qed jikbru l-problemi tat-trasport u bil-mod kif qed tikber il- komplessità ta' dan il-qasam, anke fil-qasam ta' l-assikurazzjoni, naħseb li hemm bżonn sforz kollettiv biex verament jiġu modernizzati u mtejba r- regoli internazzjonali dwar il-motor insurance.", "Jien nemmen li mingħajr sett ta' regoli ġodda s-sewwieqa ̧ kemm barra l-Unjoni Ewropea kif ukoll ġewwa l-Unjoni Ewropea, se jibqgħu jħossu ruħhom frustrati minħabba l- ostakli li spiss isaqqfu wiċċhom magħhom fil-qasam ta' l-assikurazzjoni tal- karozzi.", "Ir-raġuni hi li għad hemm ċerti regoli - jekk humiex direttivi jew le huwa immaterjali - li ġew addottati fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin li f'ħafna pajjiżi għadhom ma ġewx aġġornati.", "Per eżempju, waħda mid-diffikultajiet li qed tqum fl-Unjoni Ewropea hija dik ta' studenti u ħaddiema residenti temporanji f'pajjiż jew ieħor li jkollhom secondary residence.", "Ħafna drabi dawn qed isibuha diffiċli biex jiksbu insurance għal żmien definit jew limitat meta jkunu qegħdin fi stat membru ieħor.", "Dan qed jiġri wkoll meta jkollok nies li jipprovaw jixtru karozza ̧ kemm ġdida u anke second hand, fi stat membru ieħor li jkunu jgħixu fih u jkollhom bżonn dik li tissejjaħ short-term insurance cover qabel ma l- vejjikola tagħhom tkun tista' tiġi reġistrata fil-pajjiż ta' l- importazzjoni.", "Per eżempju ̧ dan l-aħħar kont qed inqalleb fl-internet u rajt karba ta' wieħed li speċi beda jistaqsi għalfejn il-personal motor insurance fl-Ewropa hija daqshekk diffiċli.", "Din qed insemmiha mhux biex inkun partiġjan imma għaliex jidher li l-kumplessità tal-motor insurance tat-trasport in ġenerali qed twassal biex toħloq ħafna diffikultajiet anke għall-konsumatur innifsu.", "Biss bla dubju ta' xejn ma nistgħux insemmu d-diversi lmenti u nuqqasijiet f'dan is-settur mingħajr ma nitkellmu dwar il-kwestjoni ta' l-insurance premiums.", "L-akbar uġigħ ta' ras jikkonċerna proprju l-insurance premiums għalkemm suppost fl-Unjoni Ewropea ma kellux ikun hemm daqstant avarija fil- prezzijiet minħabba s-suq waħdieni intern.", "Pero' fil-fatt l-affarijiet żviluppaw mod ieħor.", "L-ewwelnett ta' min igħid li l-famuża third insurance directive tagħmilha ċara li hija bbażata fuq il-prinċipju li l-prezzijiet tal-kuntratti ta' l- assikurazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq ħelsien sħiħ fl-iffissar tat- tariffi.", "Pero' x'qed jiġri fil-prattika?", "Fil-prattika qed jiġri li minflok qed naraw ir-regoli tal-kompetizzjoni jaħdmu kif suppost, ħafna drabi qed naraw tgħawwiġ ta' dawn ir-regoli u allura żgur li ma tistax tgħid li għandek il-forzi tas-suq qed jaħdmu kif suppost għandhom jaħdmu bil-libertà sħiħa tagħhom.", "Dan ġej mill-fatt li l-pricing policies ivarjaw għaliex diversi stati membri ta' l-Unjoni Ewropea għandhom cost of vehicle repairs differenti, għandhom il-frequency tal-claims bħala medja differenti u għandhom id-distribution costs differenti.", "Hemm ukoll differenzi kbar fil-livelli ta' kumpens għall-vittmi tagħhom u bejn dawk li jissejħu is-civil liability regimes tagħhom.", "Jien ngħid li qabel ma ċ-ċittadin ikollu għażla aktar wiesgħa ta' prodotti aktar attraenti bi prezzijiet irħas ta' insurances ma nkunu wasalna mkien minkejja l-liberalizzazzjoni li suppost teżisti fis-suq.", "Per eżempju, dan l-aħħar l-Italja pprovat tiffriża l-premiums fuq il-motor vehicles civil liability insurance.", "X'kien ir-riżultat?", "Ir-riżultat kien li qalgħet ċanfira mill-Kummissjoni Ewropea u din saħansitra rreferietha quddiem il- qorti tal-ġustizzja.", "Li hemm tajjeb huwa li jidher li mexjin lejn direttivi jew regolamenti fejn beħsiebhom itejbu s-sistema ta' kumpens għall-vittmi ta' car accidents li jistgħu jseħħu lil hinn mir-residenza ta' dak li jkun jew mill-pajjiż tar-residenza ta' dak li jkun.", "Dan għandu jsir permezz ta' protezzjoni akbar għall-vittmi kif ukoll permezz ta' pagamenti aktar faċli u eħfef tal-kumpens li jkun irid jingħata.", "Sur President ̧ ma nistgħux ma nitkellmux dwar ir-road u l-car accidents mingħajr ma niffokaw xi ftit fuq iż-żgħażagħ.", "F'pajjiżi bħall-Irlanda fejn għandhom kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ serju u ta' l-affari tiegħu u mhux moħħu biss fl-Unjoni Ewropea kif għandna hawn Malta, għamel diversi rapporti dwar il-problemi li jolqtu fil-laħam il-ħaj liż-żgħażagħ ta' dak il-pajjiż.", "Ħafna mir-rapporti tagħhom huma rapporti verament xjentifiċi u l-messaġġ tagħhom nistgħu nadottawh aħna wkoll.", "Nerġa' ngħid li din mhijiex kwestjoni ta' jekk intix barra jew ġewwa l-Unjoni Ewropea għax jekk hemm oġġett tajjeb għandek taddottah immaterjalment jekk tkunx ġewwa jew barra.", "U l-messaġġ tagħhom li għandu jkun tagħna huwa li hemm bżonn approach integrat u koordinat min-naħa tal-gvern innifsu biex ma jsirx abbuż fl-insurance costs kemm għaż-żgħżagħ kif ukoll għas-sewwieqa ta' kull età.", "Huma qed jargumentaw, u għaldaqstant ieħor għandna nagħmlu aħna, li għandu jkun hemm road safety strategy effettiva li tiġi evalwata b'mod indipendenti u reviewed perjodikament minħabba ż-żieda allarmanti ta' mwiet u inċidenti fit-toroq.", "Sur President, din l-istrateġija integrata għandha tkun żviluppata b'sehem sħiħ tal-pubbliku wara public consultations li jkunu saru għax inkella ma jkollna xejn trasparenti u ma jkollna xejn li verament jirrifletti l- opinjoni taċ-ċittadini u l-konsumaturi.", "Per eżempju, ħafna pajjiżi llum qegħdin saħansitra jwaqqfu accident investigation units mhux biss għar- rail, air and maringe accidents imma anke għar-road accidents.", "Dan sabiex jiġu nvestigati fid-dettall inċidenti serji u fatali fit-toroq u anke jeżaminaw il-patterns u x-xejriet li jkunu qed jiżviluppaw bejn sena u oħra.", "Jien nemmen li apparti milli tiżdied il-kompetizzjoni l-gvern għandu jsaħħaħ ukoll l-edukazzjoni tal-konsumatur u r-regolamentazzjoni ta' l- industrija ta' l-assigurazzjoni min-naħa ta' l-Istat.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li jsir studju mill- competent authorities tal-pajjiżi biex jistudjaw il-kompetittività ta' l-industrija ta' l-assigurazzjoni inkluż l- impatt fuq il-konsumatur tad-diversi mergers u requisitions li spiss nisimgħu dwarhom f'din l-industrija.", "Hemm min jargumenta, u jien naqbel miegħu, li l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni għandhom jibdew jippubblikaw kif jaslu biex jagħmlu r-risk rating.", "Qed jingħad li l-quotes għandhom ikunu bbażati mhux fuq affarijiet ta' kafkaf imma fuq bażi ta' l- actuaries li tkun ippruvata u li tkun uniformi.", "Min-naħa l-oħra jien nemmen li l-konsumaturi għandu jkollhom aċċess sħiħ għal dik li hija l- proċedura ta' adjudication biex ikollhom moħħhom mistrieħ li din issir b'mod imħaffef, ovvjament jekk iħossu li dan m jkunx qed isir.", "Il-liġi għandha tinbidel ukoll biex il-konsumatur ikollu d-dritt ikun jaf għaliex kumpannija ta' l-assigurazzjoni tkun irrifjutatlu quote jew li ġġedded policy antika jew eżistenti.", "Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ u lill-konsumaturi għandhom jingħataw l- opportunità li jagħtu input fit-tfassil ta' dawn il-policies kif ukoll għandhom jingħataw rappreżentanza xierqa fuq l-istrutturi statutorji.", "Qed ngħid hekk għax il-cost tal-motor insurance splodiet f'dawn l-aħħar għaxar snin tant li l-premiums kibru b'rata ferm għola mill-consumer price index tagħna.", "F'pajjiżi oħra fejn ikollok il-motor insurance premiums jitilgħu kważi tliet darbiet aktar mir-rata ta' inflazzjoni qed ikunu ħafna dawk in- nies li qed iqumu u jsemmgħu leħinhom.", "Jien ngħid li l-istess għandu jiġri hawn Malta fuq livell tal-konsumatur.", "L-ewwel semmejt l-Irlanda fuq aspett pożittiv pero' issa nixtieq insemmi l-aspett negattiv ukoll ta' dan il-pajjiż.", "Hemmhekk qed jagħmlu ħafna studji għax irriżultalhom illi l-assigurazzjoni tal-karozzi hemmhekk hija 66% ogħla minn kull destinazzjoni oħra fl-Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk mhux qed ninkludi l-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Unjoni Ewropea imma qed ninkludi lil Franza u lill-Ġermanja.", "Imbagħad fil- Portugall għandek l-irħas insurance level minkejja li għandek l-agħar road safey records fl-Unjoni Ewropea nnifisha.", "U għalkemm l-aktar li jsibuha diffiċli biex jiksbu insurance cover – issa qed nitkellem b'mod in ġenerali - huma s-sewwieqa ta' bejn is-17 u l-25 sena, f'diversi rapporti internazzjonali, b'mod partikolari dawk Ewropej li rajt, sabu li l- akbar faxx li jkunu involuti m'humiex iż-żgħażagħ imma huma dawk ta' bejn il-35 sena u l-44 sena.", "Għalhekk jien ngħid illi filwaqt li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw attenzjoni speċjali biex ikun hemm road safety aħjar, il-focus ma tridx issir biss fuq iż-żgħażagħ imma trid issir fuq is-sewwieqa ħżiena kollha ta' kull età li fit-triq ikunu ta' periklu għal ħaddieħor u ta' periklu għalihom infushom.", "Min-naħa l-oħra ma nistax inċekken il-fatt li ż- żgħażagħ veru huma kif jgħidu a higher risk group iżda l-qagħda tagħhom għandha tiġi rimedjata.", "Pero' r-rimedju m'għandux ikun li dawn jiġu mposti fuqhom premiums esaġerati.", "Jien naf li llum kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta dieħla t-tendenza li l-premiums tant qed ikunu għoljin li saħansitra qed ikollok żgħażagħ li qed jieħdu loans biex ikunu jistgħu jħallsu l-motor insurance premium tagħhom.", "Jien nemmen illi f'ċerti ċirkostanzi l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni jistgħu jnaqqsu l-premiums tagħhom fuq iż-żgħażagħ u xorta jagħmlu profitt diċenti u xieraq.", "Għalhekk jien ngħid li hemm bżonn li l-gvern jiżgura li dan isir għaliex il-gvern, hu min hu ̧ għandu l-obbligu soċjali li filwaqt li jkun hemm suq ħieles ̧ jiżgura li s-suq ikun wieħed fair u wieħed raġunevoli.", "Sur President ̧ naħseb li l-gvern għandu jagħmel studji biex janalizza l- cost contributing factors kollha bil-għan li jkun jista' jitnaqqas il-basic cost tal-motor insurance f'pajjiżna, b'mod partikolari l-cost eċċessiv tal- motor insurance għas-sewwieqa żgħażagħ.", "Min-naħa l-oħra jien ngħid li għandu jkun hemm strateġija nazzjonali f'dawn l-affarijiet u din ̧ bħal f'pajjiżi oħrajn għandha tiffoka fuq dawn is-setturi; iż-żieda allarmanti fir-road accidents; il-cost għoli tal-claims u l-cost legali; in- nuqqasijiet li għad hemm fl-informazzjoni u fuq il-ħarsien tal-konsumatur; il-kompetizzjoni inadegwata u riħa ta' cartels li aċċena għaliha sieħba l- Onor. Joe Debono Grech u n-nuqqas ta' inċentivi kif għandhom pajjiżi oħrajn għal dak li għandu x'jaqsam good driving records.", "Imbagħad għandek ċerta regolamentazzjoni, informazzjoni u riċerka li, fil-fehma tiegħi, għadha inadegwata anke għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-industrija ta' l- assigurazzjoni nnifisha.", "U billi huwa fatt magħruf illi hemm rabta bejn il- costs of insurance u n-numru ta' inċidenti, jien nemmen li jekk ikollna tnaqqis fir-road accidents fil-pajjiż, apparti milli dan jkun desiderabbli soċjalment għax ovvjament ikollok inqas traġedji, imwiet u inċidenti, inkunu nistgħu naslu biex ikollna anke tnaqqis fl-insurance costs f'dan ir- rigward.", "La qed nitkellmu fuq l-inċidenti nixtieq insemmi l-kwestjoni tal- breathalyser.", "Meta kien ġie ntrodott il-breathalyser kien sar ħafna song and dance, kif igħidu bl-Ingliż u kienet ingħatat ħafna pubbliċità imma llum ̧ Alla jbierek, m'għadna nisimgħu xejn dwaru.", "Jien mhux qed ngħid li dan mhux qed jiġi nforzat, biex inkun fair, imma llum ftit li xejn hawn awareness pubblika dwar il-breathalyser.", "Jien nemmen li l-problema fost iż- żgħażagħ fil-pajjiż mhijiex biss il-problema tad-droga.", "Ħafna drabi l- problema ta' l-alkoħol qed tkun problema allarmanti aktar mill-problemi tad- drogi, speċjalment f'inħawi fejn hemm ħwienet tax-xorb.", "Għalhekk jien ngħid li għandna ningħataw tweġiba dwar il-breathalyser, għalkemm dan ma jaqax direttament taħt ir-responsabbiltà tal-ministru imma jaqa' taħt ir- responsabbiltà tal-pulizija.", "Pero' naħseb li jkun tajjeb li nkunu nafu x'inhi l-qagħda attwali ta' din il-miżura li jaqbel magħha kulħadd.", "Aspett ieħor li ħafna qed iqisu li qed iwassal għal żieda fl-insurance premiums huwa l-over involvement tal-professjoni legali.", "Forsi jkun hawn min igħidli: M'għandhomx jidħlu l-avukati?", "L-avukati għandhom jidħlu imma ħafna practitioners jgħidulek li hemm over involvement tagħhom fil-qasam ta' l-assigurazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li qegħda tkompli tgħolli 'l fuq il- cost of claims minħabba l-legal fees eżorbitanti li f'ċerti każi qed jiġu nforzati.", "Apparti minn hekk iż-żmien li fih jiġu settled il-claims huwa importanti wkoll għax aktar ma jkaxkru l-affarijiet aktar jikbru l-legal fees u aktar jikber il-cost ta' kull claim.", "Jista' jkun li wasal iż-żmien li jiddaħal il-konċett tad-DCA ̧ id-declined cases agreement li daħal f'diversi pajjiżi Ewropej.", "Dan japplika għal min jiġi rrifjutat insurance mingħand diversi kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, kif għandhom diversi pajjiżi oħrajn.", "Hemm bżonn li l-insurance premiums jiġu kkalkolati b'mod trasparenti u dan għaliex kultant ikollok is- sitwazzjoni redikola li broker saħansitra jikkwotalek ogħla mill-aġent nnifsu.", "Ma nafx jekk wasalx ukoll iż-żmien li jkollna a statutory ombudsman f'dan il-qasam.", "Jien personalment nemmen – hawnhekk qed nitkellem b'mod personali u mhux bħala partit - li apparti mill-funzjoni tant tajba li qed jagħmel l-ombudsman innifsu, għandu jibda jkollna ombudsmen f'karigi speċjalizzati, bħal dan il-qasam ta' l-assigurazzjoni li qed nitkellmu fuqu llum.", "Pero' forsi aktar importanti minn dan kollu naħseb li huwa mportanti wkoll, biex kulħadd ikun jaf x'inhuma drittijietu u dmirijietu ̧ li jkollna a charter of rights.", "Dan m'għandux ikun l-obbligu tal-gvern għax dawn l-affarijiet ma jistax jagħmilhom il-gvern waħdu imma jkun l-obbligu tal-kumpannija ta' l-assigurazzjoni nnifisha li tkun obbligata li tibgħat kopja ta' charter of rights tas-sewwieq lill-klijent tagħha flimkien ma' l-insurance policies.", "Fejn jeżistu dawn iċ-charter of rights għandek dawn l-ingredjenti u jien naħseb li m'għandniex inkunu differenti minn ħaddieħor.", "Jien ma nemminx li għandna, kif igħidu l- Ingliżi ̧ to reinvent the wheel, imma jekk ikun hemm xi ħaġa tajba li qed issir minn ħaddieħor m'hemm xejn ħażin billi nikkoppjawha.", "L-ewwelnett dan iċ-charter of rights jinkludi d-dritt li tkun taf kif il- premium tiegħek ikun qed jiġi kkalkolat, tkun taf dwar il-koundizzjoni finanzjarja tal-kumpannija, ikollok id-dritt li tkun taf in-numru u tip ta' consumer complaints li jkunu ġew filed kontra l-kumpannija nnifisha, biex tkun taf kemm hi reliable jew le, ikollok id-dritt li tkun taf għaliex il- kumpannija ma tridx tbigħlek assigurazzjoni, ikollok id-dritt ta' informazzjoni u appell meta kumpannija ta' l-assigurazzjoni tikkanċella insurance policy u jkollok id-dritt għall-appell kontra deċizjonijiet tal- kumpannija ta' l-assigurazzjoni u informazzjoni dwar kif dawn l-appelli jiġu pproċessati.", "Bla dubju ta' xejn jekk irridu li dokument bħal dan jinqara u jiġi mifli b'ċertu reqqa huwa mportanti li jkun dokument qasir, sempliċi u user-friendly għax mhux kulħadd għandu ċerta skola.", "Ħafna mill-punti li semmejt aktar jaqgħu fuq il-practioners milli fuq il- gvern innifsu.", "Pero' ma nistgħux nitkellmu fuq suġġett importanti bħal dan tal-lum mingħajr ma nitfgħu r-responsabbiltà fuq il-players kollha.", "Filwaqt li nerġa' ngħid li l-gvern għandu role aktar importanti minħabba d- dimensjoni soċjali ̧ jien nemmen li fiż-żmenijiet tal-lum, fiż-żmenijiet ta' liberalizzazzjoni, effetivament il-gvern se jkun ir-regolatur.", "Il-gvern se jkun il-katalista imma fl-aħħar mill-aħħar in-nies li jwasslu biex dawn l-affarijiet jaslu għand iċ-ċittadin kif suppost għandhom ikunu l- practitioners infushom.", "Jien ma nemminx li l-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni huma kollha ħallelin, kif kultant ipinġuhom ċerti nies.", "Fil- fatt hemm min huwa serju fosthom imma sfortunatament hemm ċerti cowboys li qed jagħtu isem ħażin lill-professjoni u għalhekk naħseb li fl-interess tal- professjoni nnifisha ̧ dawn għandhom jirregolaw lilhom nfushom b'mod aħjar ħalli mhux biss itejbu l-image tagħhom imma jkunu jistgħu jtejbu s-servizz lill-pubbliku in ġenerali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni ̧ jekk jogħġbu jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nibda d-diskors tiegħi tal-winding up billi ngħid li meta hawnhekk ikunu qed niddiskutu punti li jolqtu b'mod wiesa' lill-pubbliku in ġenerali nagħmlu punti simili.", "Nispera li l-atmosfera li rrenjat illejla terġa' sseħħ meta nkunu qed niddiskutu suġġetti oħrajn li jkunu fuq l-aġenda ta' dan il-parlament.", "Issemmew diversi punti marbutin mal-mod kif it-traffiku f'dan il-pajjiż għandu jiġi kkontrollat.", "Bla dubju ta' xejn aktar ma jgħaddi żmien ̧ din is-sitwazzjoni aktar tkompli tikkomplika ruħha għax aktar persuni qed ikollhom il-karozza tagħhom.", "Fl-istess waqt ma nistgħux ngħidu li hemm xi formola maġika għal din is-sitwazzjoni.", "Biżżejjed wieħed iħares lejn l- andament tat-traffiku f'jiem differenti.", "Per eżempju ̧ meta jkun hemm l- iskola ̧ it-traffiku ma jkunx l-istess bħal meta ma jkunx hemm skola.", "Barra minn hekk is-sitwazzjoni tat-traffiku tinbidel f'ħinijiet partikolari tal- ġurnata.", "Per eżempju, illejla, domt kważi tliet kwarti biex minn San Pawl il-Baħar wasalt il-Belt għall-parlament meta s-soltu ndum madwar nofs siegħa.", "Fil-fatt inċident żgħir fejn bniedem sempliċement jolqot il- karozza ta' quddiemu jikkawża ħafna traffiku.", "Għalhekk aktar milli nitkellmu fuq kif nistgħu nikkontrollaw dan is-settur ikun aħjar jekk ix- xufiera jkunu aktar responsabbli għax kif diġà għidt ̧ aktar ma jgħaddi żmien aktar jista' jkun hawn diffikultajiet u problemi.", "Il-qasam tat-trasport huwa proċess li jrid ikompli jiżviluppa.", "Dan il- proċess irid jieħu sehem fih kulmin jixtieq li nsibu soluzzjoni bis-serjetà għad-diffikultajiet li jinħolqu minn żmien għal ieħor.", "Xi ħadd qal li għad jonqosna ħafna biex ikollna ġabra ta' informazzjoni wiesgħa biżżejjed dwar it-traffiku ta' pajjiżna.", "Pero' hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li l-awtorità dwar it-trasport bdiet il-proċess li jkollna informazzjoni fuq kull parti tan-network ta' pajjiżna.", "B'hekk inkunu nafu kemm jiġru inċidenti fit-tali u x'tip ta' inċidenti jkunu.", "Dan iwassal biex inkunu nistgħu naraw x'miżuri għandhom jittieħdu ħalli min juża ċerti toroq jiġi mġiegħel li ma jikkawżax inċidenti.", "Affarijiet bħal dawn mhux dejjem ikunu popolari u mhux dejjem ikunu aċċettati mill-ewwel u ħafna drabi jkollna ħafna reżistenza.", "Id-diffetti huwa faċli li ssibhom fis-sistemi tat- traffiku pero' biex naraw ċertu titjib irridu nagħmlu xi ħaġa.", "Hawnhekk huwa mportanti li ngħid li l-enforcement għandu jibqa' jsir kif wara kollox isir fl-aktar pajjiżi dixxiplinati li hawn fid-dinja.", "Għalhekk filwaqt li nkompli nenfasizza l-ħtieġa ta' aktar kontroll irridu naraw li kull sewwieq f'dan il-pajjiż għandu jkollu l-informazzjoni meħtieġa dwar id-drittijiet tiegħu.", "Filwaqt li nkompli nenfasizza għal sewqan aħjar nawgura li l-insurances ta' pajjiżna jagħtu s-sehem tagħhom ukoll biex joħolqu din il-kuxjenza.", "Għal-lejla se nieqaf hawnhekk imbagħad inkompli aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni biex ̧ jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 13 ta' Novembru, 2002, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Metroloġija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "George Vella", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President se nuża ftit ħin minn dan l- aġġornament biex nagħmel xi riflessjonijiet fuq aħbar li ngħatat ċerta importanza f'gazzetta bl-Ingliż lokali.", "Qed nitkellem fuq il-fatt li watercolour ta' Joseph Mallord William Turner li llum huwa ta' l-HSBC se jiġi msellef lill-Maltin u jiġi muri fil-mużew nazzjonali ta' l-arti.", "Turner kien pittur ingliż importanti fl-aħħar tas- seklu tmintax u anke fil-bidu tas-seklu dsatax.", "Il-watercolour li qed nirreferi għalih kien inxtara minn dak li qabel kien il-Mid-Med Bank fil- 1998 u kien inġieb f'Malta b'ħafna pompa għax fuq din il-pittura hemm impinġija parti minn Malta.", "Issa jiena mhux se nidħol fil-mertu jekk Turner ġiex hawn Malta jew le biex ipinġi din il-pittura pero` jibqa' l-fatt li din hi l-unika pittura ta' Turner fuq Malta.", "Jiena niftakar li kien hawn ċerta ferħ meta din inġabet Malta u niftakar li l-ħabib tiegħi, l-Avukat Farrugia Randon kien involut ħafna f'din il-biċċa tax-xogħol.", "Meta din il- pittura waslet Malta, dawn poġġewha fl-uffiċini tagħhom u kulħadd ħa gost li xi ħaġa daqshekk prestiġjuża kienet f'bank li sa dak iż-żmien kien tal- poplu Malti.", "Sur President, sfortunatament, meta l-Mid-Med Bank inbiegħ jew aħjar, ingħata lill-HSBC għal ċuċata, l-HSBC ħa kollox inkluż il-main office fejn kien hemm din il-pittura.", "Bħalma jgħidu l-ingliżi, dawn ħadu everything lock, stock and barrel – u nista' nżid – and Turner!", "Illum il-ġurnata, wieħed jirrifletti u jitħasseb kif ma kien hemm ħadd li tħajjar jieħu dik il-pittura u jpoġġiha f'mużew għax wara kollox din il-pittura m'għandhiex xi valur għoli monetarjament u żgur li l-HSBC ma kinux interessati fiha pero` għall-Maltin, din kienet xi ħaġa prestiġuża u intrinsika.", "Sfortunatament, din spiċċat għand l-HSBC u llum qegħdin f'pożizzjoni umiljanti li naraw li dak kollu li kien tal-Maltin spiċċa għand il-barrani - mhux biss il-bank u l-pitturi qed nagħtuhom imma anke d-drittijiet - u issa qed ikollna mmorru lura nitkarbu biex jagħtuna xi ħaġa minn dak li kellna bħalma ġara f'dan il-każ.", "Jidher ukoll li l-mexxejja ta' l-HSBC huma aktar sensittivi mill-Onor.", "Dalli għax f'dan ir-rapport hawn miktub:", "\"The loan was decided at a meeting between HSBC's chief executive officer, Chris Hothersall ...\".", "Dan ifisser li l-HSBC qed ifittxu mod kif jikkontribwixxu xi ftit lill- komunita` Maltija u jiena ngħid li dawn għandhom għaliex jagħmlu hekk wara dak in-negozju tant tajjeb li għamlu mal-gvern Nazzjonalista!", "L-HSBC ddeċidew li dan l-inkwadru jiġi misluf għal ftit żmien biex jiġi muri fil- mużew nazzjonali ta' l-arti ħalli jgawdih il-poplu Malti.", "Issa jekk kemm-il darba l-inizjattiva ġiet mill-Onor Louis Galea, dan juri li dan hu ħafna iżjed sensittiv minn sieħbu għax dan irrealizza li dik hija xi ħaġa unika għall-Maltin u għalhekk ikun tajjeb li l-poplu Malti jgawdiha.", "Dan hu l-pattern li jimxi bih il-gvern Nazzjonalista, jgħati lill-barrani dak li hu tal-Maltin u mbagħad meta jġib xi ħaġa lura milli ta, jiġi jiftaħar li għamel akkwist kbir!", "Meta wieħed jaqra dan l-artiklu, jaħseb li jrid jgħid grazzi lill-Onor.", "Louis Galea talli kkonvinċa lill-HSBC biex iħalluna naraw din il-pittura imma din il-pittura kienet tal-Maltin u spiċċat għand il-barrani bħal li kieku ma kienet xejn speċjali!", "L-HSBC se jagħtu l-opportunita` lill-pubbliku Malti biex igawduha għal perjodu ta' żmien u fuq dan l-Onor.", "Galea ġie kkwotat li qal:", "\"I would like to thank HSBC for this generous act which will give the Maltese public an opportunity to enjoy the great painting by one of England's most famous artists.", "It is my hope that other institutions, who also have prestigious works of art in their possession will follow the example of HSBC.\".", "Mela minn kliem l-Onor.", "Louis Galea stess, din hi biċċa arti prestiġjuża minn artist Ingliż magħruf imma minkejja dan, sieħbu l-Onor.", "Dalli ta din il-pittura flimkien mal-bank tal-Maltin lill-barrani għal ċuċata.", "Issa qegħdin f'pożizzjoni li l-HSBC se jisilfulna din il-pittura għal ftit taż- żmien biex aħna l-Maltin inkunu nistgħu ngawduha ladarba n-nies tal-partit Nazzjonalista jarmu l-affarijiet tal-poplu Malti qisu ma ġara xejn.", "Sur President, jien nixtieq immur 'il bogħod u ngħid lis-sinjuri ta' l-HSBC li ladarba dawn għamlu deal fejn tant marru tajjeb minn fuq dahar il-poplu, jkun tajjeb li kieku flok jisilfu din il-pittura, dawn jagħtuha lura lill- poplu Malti bħala ġest ta' ringrazzjament lejn il-gvern Nazzjonalista li tagħhom bank bid-discount!", "L-HSBC żgur mhux se jfallu jekk dawn jagħtu dan l-inkwadru bħala donazzjoni lill-mużew nazzjonali tagħna.", "Jiena ma nqisx ruħi xi expert fl-arti imma ladarba kien hemm dak ix-xogħol kollu biex isibuha u ladarba ġabuha Malta b'tant pompa, jiena jifhem li din il-pittura għandha ċerta valur u jiena nemmen li jekk dan ikun misluf, din tkun umiljazzjoni perpetrata għax din il-pittura se nibqgħu narawha sakemm jogħġob lis-sinjuri ta' l-HSBC.", "Jiena m'iniex mitħla ta' l-uffiċċji taċ-ċentru tal-bank u ma nafx jekk hemmx xi kapolavuri oħra bħalma hemm fis-central bank.", "Nafu li llum ċerti pitturi ta' Malta mhux faċli ssibhom u dawn jkunu ta' valur intrinsiku apparti li jkollhom ċertu valur monetarju wkoll.", "Ladarba din il-gazzetta ħadet nofs faċċata tal-biċċa ta' wara tagħha biex tħabbar li dan se jiġi msellef lilna, jiena bl-akbar sinċerita` ngħid li dawn għandna nirrigrazzjahom - mhux b'ironija għax dan tagħhom issa – talli se jselfulna din il-pittura pero` għandna nappellaw l-qalb kbira tagħhom sabiex din il- pittura tingħata lura għal dejjem u jekk jibqa' imniżżel li dan was given to the Maltese people by HSBC ma jimportax għax l-aqwa li nkunu nistgħu ngħidu li din il-pittura hi tagħna.", "B'ġest bħal dan, l-HSBC ikunu qed juru iżjed rispett lejn il-poplu Malti milli wera l-Onor.", "John Dalli meta biegħ l-Mid-Med Bank għal somma miżera u tahom kulma kien hemm ġo fih inkluż din il-pittura ta' Turner.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, il-partit Nazzjonalista tul dawn l- aħħar erba' snin wera biċ-ċar li l-attenzjoni tiegħu hi ffokata biss fuq ħaġa waħda u cioe`, li malajr kemm jista' jkun u akkost ta' kollox, pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-UE.", "Il-gvern qed jikkonċentra fuq dan u qed juża r-riżorsi tiegħu, kemm finanzjarji kif ukoll umani, kemm mis-settur pubbliku u mis-settur privat sabiex aħna niġu in-line ma dak kollu li trid l-UE.", "Dan qed iwassal biex dan il-gvern qed jinsa l-bżonnijiet tal-ħajja ta' kuljum tal-poplu Malti u Għawdxi u forsi jibda jiftakar ftit fihom issa, ladarba ġejja elezzjoni ġenerali, u jagħmel xi ħaġa biex jgħid li qed jagħmel xi ħaġa.", "Pero` dawn l-affarijiet, il-poplu Malti u Għawdxi qed jitlobhom bi dritt – u mhux bi pjaċir – u minkejja dan, il-gvern Nazzjonalista kaxkar saqajh tul dawn l-aħħar erba' snin u ħalla kollox għaddej.", "Jiena ġej min-naħa t'isfel ta' Malta u hemmhekk, b'mod partikolari Wied il- Għajn, hemm numru ta' bżonnijiet li ċertament wieħed ma jistax jitraskurhom bħal ma għamel dan il-gvern.", "Tajjeb li nfakkar, Sur President, li kellu jkun gvern Laburista li, fil-ftit xhur li għamel, ħa ħsieb tal-bżonnijiet tan-naħa t'isfel ta' Malta u kien beda jaħdem fuq dan u hawn, nfakkar fil- pjan għan-naħa t'isfel ta' Malta li kien jinkludi ħafna bliet u rħula.", "Dan kien pjan li mhux biss jikkonċentra fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l- infrastuttura imma kien pjan soċjo-ekonomiku u cioe` kien plan li jolqot anke l-aspetti soċjali – aparti dawk ekonomiċi - tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Jiena rrid infakkar ukoll li kien il-gvern Laburista li beda l- embellishment project fin-naħa t'isfel ta' Malta fejn Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa bdew jingħataw l-upgrading li kien meħtieġ u għad jonqos ħafna iżjed x'isir.", "Il-mod mgħaġġel ta' kif żviluppa Wied il-Għajn tul dawn l-aħħar snin wasal biex ikun hemm ċerta problemi fil-lokal fejn per eżempju għandna numru ta' toroq li qegħdin fi stat ħażin.", "Il-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn kien mitlub mill-gvern ċentrali biex jagħti lista ta' numru ta' toroq li jħoss li għandhom jingħataw prijorita` biex isiru, u dan sar minkejja li gvern Laburista, ftit tax-xhur qabel, kien ħadem mal-istess kunsilli lokali biex huma jtuh dawn il-prijoritajiet!", "Tajjeb li nfakkar wkoll li l-pjan ta' embellishment li kien beda l-gvern Laburista, kien fih numru ta' toroq li kienu ppjanati li jsiru u dan kien jinkludi wkoll toroq residenzjali u mhux biss toroq li kienu marbutin mal- pedestrian area.", "Sfortunatament, mhux kollox kien sar minħabba l-elezzjoni pero` ħafna xogħol kien beda u kien hemm xi xogħol li tlesta wkoll.", "Donnu kien hemm ftehim bejn il-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn u l- ministru responsabbli mit-toroq tal-gvern preżenti, li f' Wied il-Għajn jsiru għaxar toroq fis-sena għax wieħed jifhem li ma kienx possibbli li jsiru ħafna toroq f'daqqa.", "Għallanqas, fuq żmien ta' ħames snin, kienu se jsiru 50 triq ġewwa l-lokal ta' Wied il-Għajn pero` x'ġara fil-verita`?", "Ġara li wara li għaddew aktar minn erba' snin ta' gvern Nazzjonalista, u suppost waslu biex isiru 40 triq, in-numru ta' toroq lesti sa nofs Ottubru li għadda, huma anqas minn 20 u qed ngħid anqas għax uħud mit-toroq li saru, ma sarux kollha imma parti minnhom biss.", "Għal raġuni jew oħra, dak li wiegħed il-gvern lill-kunsill lokali ma ġiex onorat.", "Dawn it-toroq nafu kif inhuma u nafu li dawn joħolqu mhux biss problemi fis-sens ta' ħsara lill-vetturi tar-residenti imma anke ħsara fis- saħħa tar-residenti minħabba t-trabijiet u affarijiet oħra li dawn it-toroq iġibu magħhom.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq sempliċiment li triq tiġi asfaltata imma qed nitkellmu fuq is-saħħa taċ-ċittadini ta' din il- lokalita`.", "Dan l-aħħar, il-kunsill lokali flimkien mal-kumitat lokali tal-partit Laburista beda kampanja biex l-għassa li hemm Wied il-Għajn - li bħalissa tkun dejjem magħluqa – tibda tinfetaħ u tiġi attrezzata tajjeb sabiex il- pulizija jkunu jistgħu jaħdmu minn ġo fiha.", "Tajjeb li wieħed jappella lill- Ministru responsabbli mill-pulizija biex jagħti każ il-problemi li jinħolqu meta jkollok nuqqas ta' għassa attrezzata kif suppost.", "Veru li tul is-sajf kien hemm żieda fil-pulizija on the beat għax fl-aħħar mill-aħħar inutli jkollok numru ta' pulizija fl-għassa meta ma jkunux fit-toroq u jiena wieħed minn dawk li nemmen li l-pulzija għandhom ikunu fit-toroq mhux biex nagħtu stampa ta' stat polizjesk – wara kollox, aħna lkoll insiefru u kulimkien naraw numru ta' pulizija fit-toroq li jiggarantixxu ċerta siġurta` liċ-ċittadini – imma biex dawn nassiguraw is-sigurta` liċ- ċittadini u biex kollox jimxi kif suppost.", "Wied il-Għajn hu post tad- divertiment bħal ma huma Paceville u Buġibba u għalhekk ikun xieraq li jingħata attenzjoni partikolari.", "Vera li l-industrija tad-divertiment f'Wied il-Għajn qagħda tibda pero` din żviluppat b'mod mgħaġġel u ċertament li l-bżonnijiet li hemm f'Wied il-Għajn mil-lat ta' sigurta`, mhux qed jiġu sodisfatti.", "Ngħaddi issa għal aspett ieħor fl-istess lokalita` u cioe`, l-edukazzjoni.", "L-iskola ta' Wied il-Għajn hi skola żgħira wisq għal bżonnijiet li hemm u dan ġara għax Wied il-Għajn żviluppa b'mod mgħaġġel ħafna fejn qabel kellek xi 3,000 ruħ u issa għandek 'l fuq minn 8,000 ruħ.", "Din l-iskola għandha nuqqas ta' faċilitajiet sportivi u dan jinħass aktar f'din il-lokalita` għaliex hawnhekk hawn popolazzjoni pjuttost żgħażugħa fi tfal żgħar.", "Dan kollu juri li bħala pajjiż, aħna għadna mhux qed nippjanaw 'il bogħod u sfortunatament, minkejja li l-gvern jiftaħar li waqqaf il-MEPA - u li din l- awtorita` tagħmel skoss rapporti u li minn dawn ir-rapporti li tagħmel, kien jidher ċar, minn snin ilu, li l-popolazzjoni ta' Wied il-Għajn kienet se tikber b'mod mgħaġġel - il-gvern Nazzjonalista baqa' ċass u llum, ir- residenti ta' Wied il-Għajn qed ibatu l-konsegwenzi u issa rridu nipprovaw naraw kif se ntaffu dawn il-problemi.", "Imn'Alla jkunu r-residenti ta' hemmhekk stess li b'mod jew ieħor, itaffu xi ftit mill-problema billi jibagħtu lil uliedhom fi skejjel oħra b'konsegwenza li l-pressjoni fuq l- iskola ta' Wied il-Għajn qed tonqos.", "Wieħed ma jistax ma jitkellimx fuq l-ambjent b'mod ġenerali fejn l-ambjent f'pajjiżna, sfortunatament, hu mitluq għal riħu.", "Dan l-aħħar issemma li l- MEPA qed tippjana li tikkonċentra l-fish farms u attivitajiet kummerċjali simili fin-naħa t'isfel ta' Malta, proprju fil-bajja ta' Marsaxlokk.", "Jiena ngħid li għandna nikkonsidraw serjament, jekk il-pajjiż qedx imur minn fuq b'din it-tip ta' attivita`.", "Iridu naraw pajjiżna x'qed jiggwadanja u x'qed jitlef għax jiena naħseb li l-ħsara ambjentali li qed isir fil-baħar tagħna se tiswina ħafna aktar milli qed naqilgħu minn dawn il-fish farms bħala taxxi u impjiegi.", "Nerġa' nappella lill-MEPA u l-gvern biex jekk veru jridu li dawn il-fish farms jiġu kkonċentrati n-naħa t'isfel ta' Malta, dawn jerġgħu jikkonsidraw din id-deċiżjoni.", "Fit-triq tal-Barrani, hekk kif toħroġ mill-vjal 25 ta' Novembru miż-Żejtun, kellhom isiru t-traffic lights u wara battikata sħiħa biex inħareġ il- permess għax xi ħadd ried jagħmel roundabout, ma nafx jekk kienx hemm xi intervent ta' xi ħadd moħbi, fl-aħħar ħareġ il-permess imma minkejja li għaddiet kważi sena minn mindu beda dan l-proċess kollu, issa jidher li x- xogħol mhux ser isir mill-ewwel imma se jsir is-sena d-dieħla.", "Jiena nappella biex id-dipartiment jew l-Onor.", "Galea jerġa' jikkonsidra din id- deċiżjoni sabiex nevitaw li jkun hemm aktar inċidenti f'dik iz-zona u biex it-toroq tagħna jkunu aktar ħielsa mill-periklu li jinsabu fihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, f'dan il-ftit ħin li għandi, xtaqt nitkellem fuq żewġ punti partikolari.", "L-ewwelnett xtaqt nirrispondi għal ittra li kiteb is-sindku nazzjonalista ta' l-Imsida, l-Avukat Carmelo Grima fl-\"Orizzont\" b'risposta għal intervent li jiena għamilt f'dan il-parlament.", "L-ewwelnett is-Sur Grima fl- ebda ħin ma ċaħad li biex ittieħdet din id-deċiżjoni li jinħatar is- segretarju eżekuttiv fil-kunsill tiegħu, kien hemm id-disgwid bejn il- kunsilliera Nazzjonalisti u finalment kellu jkun Clyde Puli li jintervjeni sabiex isolvi l-problema billi ġiegħilhom jivvotaw skond id-direttiva tal- partit u mhux skond il-kuxjenza tagħhom.", "Dan żgur mhux il-mod kif il- kunsilli għandhom jitmexxew.", "It-tieni punt li xtaqt insemmi hu jekk is-segretarju eżekuttiv li nħatar huwiex qarib tas-sindku għaliex is-sindku ċaħad li hu qarib tiegħu.", "Jiena ninsisti li hemm parentela bejn is-sindku u s-segretarju eżekuttiv li ġie maħtur u s-sindku kellu d-dmir li jirtira minn kull diskussjoni li tikkonċerna l-ħatra ta' segretarju eżekuttiv.", "Dan m'għamlux u għaliha l- Ministru ta' Ġustizzja u Gvern Lokali għandu r-responsabbilita` li jara li meta jiġi biex jiffirma l-approval ta' dan is-segretarju, jikkonsidra dan kollu li jiena għedt.", "Is-sindku ta' l-Imsida qal li jiena arroganti għax jiena għamilt diskors f'post fejn hu ma jistax jitkellem u jirribatti imma, Sur President, dan mhux ħtija tiegħi, jiena ġejt elett mill-poplu hawnhekk u l-parlament hu l- forum fejn jiena nitkellem.", "Jekk is-sindku ta' l-Imsida kkontesta l- elezzjoni għal żewġ elezzjonijiet konsekuttivi u ma ġiex elett, dik mhux problemi tiegħi imma problema tiegħu, problema tar-reputazzjoni li għandu mal-kostitwenti tad-distrett tiegħu!", "Rigward il-kritika tiegħi li s-sindku ta' l-Imsida qed juża l-magazine tal- kunsill ta' l-Imsida b'mod partiġġan billi jikteb fuq issues nazzjonali b'mod partiġġan, dan wieġeb billi qal qal li l-kunsilliera Laburisti jistgħu jagħmlu l-istess.", "Jiena issorprendejt ruħi għax suppost, ix-xogħol tal-kunsilliera għandu jkun iffokat fuq il-lokal u mhux fuq issues nazzjonali partiġġani li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' l-interess tal-lokal.", "Issa jekk is-sindku ta' l-Imsida jrid jagħmel hekk, affarih u meta l-poplu jagħti l-verdett tiegħi, jerfa' r-responsabbilita` ta' dak li jkun għamel.", "Dan tkellem fuq l-użu ta' l-uffiċju tal-kunsill lokali ta' Imsida u qal li l-kunsilliera tal-partit Laburista ħarbu.", "L-ewwelnett, nixtieq nagħmilha ċara li l-kunsilliera tagħna vvutaw mill-bidu li huma kontra l-fatt li l- uffiċċju tal-kunsill lokali ta' l-Imsida jintuża mill-MIC għax din hija għaqda partiġġana li tmexxi biss il-politika tal-gvern u ma tgħidx affarijiet fattibbli u allura, żgur li l-MIC mhux ta' min jafdaha li twassal messaġġ onest lill-poplu ta' l-Imsida.", "Dan kritika lill-kunsilliera u jiena waħda ngħidlu lis-sindku ta' l-Imsida u cioe` li sħabi żgur ma humiex irkantaturi tal-prinċipji politiċi u naħseb li s-sindku ta' l-Imsida f'dan ir-rigward, jifhimni sew.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi ngħid li bħalissa San Ġiljan u Paceville għaddejjin minn problemi kbar.", "L-ewwel għamlu ġimgħa bla ilma u issa spiċċaw għamlu ġimgħa bla servizz ta' telefon.", "Jista' xi ħadd jispjega x'inhu jiġri?", "Bħal ma kulħadd jaf, hemmhekk jikkonċentra t-turiżmu tagħna u minkejja dan, din l-area għanda problemi kbar biex ma nsemmix it-traffiku wieqaf li hemm il-Ballutta minħabba l-proġett li jinsab għaddej.", "In-nies f'dik l-area spiċċaw b'kull imkien no parking u dan għax għaddej xogħol ta' kostruzzjoni ta' stabbilimenti privati.", "Dan qed jiġri għax il-Ministru tar- Riżorsi u Infrastruttura li joqgħod ftit passi 'l bogħod minn fejn qed isir il-proġett, qed jagħmel eżeċizzju propagandistiku lejlet l-elezzjoni ġenerali meta x-xogħol li qed isir issa għadu kif sar sitt snin ilu eżatt qabel l-elezzjoni tal-1996 u hu ħażin li l-prijoritajiet tal-pajjiż jimxu skond il-prijoritajiet tal-Ministru.", "Grazzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada l- Erbgħa, 13 ta' Novembru, 2002 fis-6:00 pm bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MOSTA - TRIQ IL-WIED - TINDIF", "36630.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36336, jista' il- Ministru jinformana bl-iżviluppi u cioe` jekk hux se jitneħħew it- tankijiet in kwestjoni issa li jien tlabt li jsir hekk għan-nom tar- residenti konċernati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li dan il-każ ġie nnotat u għalhekk it-tankijiet se jitneħħew mal-kumplament tat-tankijiet f'din il- lokalita` bl-istess proċedura tal-lokalitajiet l-oħra.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-KANUN - BANKINA", "36642.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina fi Triq il- Kanun, Santa Venera li hija area li taqa' taħt il-gvern ċentrali, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih bħalissa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-bankini f'żoni residenzjali ta' toroq arterjali jagħmlu l-manutenzjoni tagħhom il-kunsill lokali.", "Għalhekk id-direttorat għat-toroq ser jiġbed l-attenzjoni tal-kunsill għas- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "IMRIEĦEL - DRAIN HOLE TA' FABBRIKA", "36643.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid ġiex analizzat l-ilma li regolarment jinżel minn sistema ta' drain hole ta' fabbrika fl-industrial estate ta' l-Imrieħel u li jibqa' niżel għal Triq tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera?", "Jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' l-analisi?", "Jista' jgħid jekk legalment hux sew li dan l-ilma jinżel fit-triq?", "Jekk mhux legalment korrett, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ħsara li qed tissemma fil-mistoqsija hija ta' fabbrika privata u mhux fil-main sewer.", "Għaldaqstant se ngħaddi din l-informazzjoni lid-dipartiment tas-saħħa biex jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-KANUN - DUSTBINS", "36644.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru dustbins fi Triq il-Kanun, Santa Venera - area li taqa' taħt il-gvern ċentrali - partikolarment ħdejn il-kulleġġ ta' St. Michael's?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jirriżulta li s'issa għadu ma nħassx il- bżonn li jitpoġġew xi dustbins fl-area indikata, pero` id-dipartiment għall- immaniġġjar ta' l-iskart u implimentazzjoni ta' l-istrateġija se jindaga sabiex jara dan il-bżonn.", "QORMI - TRIQ L-IMDINA - DRENAĠĠ", "36645.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment responsabbli mis-sistema tad-drenaġġ għamilx stħarriġ fuq katusi tad-drenaġġ fi Triq l- Imdina, Qormi - mhux fuq in-naħa tal-Ħandaq - biex jiġi stabilit x'qed jikkawża sadd jew problemi oħra f'katusi li għadhom kif saru meta kienet qiegħda ssir it-triq?", "Jekk saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, x'irriżulta?", "X'azzjoni ttieħdet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li d-dipartiment tad- drenaġġ ma kellu l-ebda sadd fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq l-Imdina, Qormi.", "SANTA VENERA - TRIQ IL-KANUN - BOWSERS TA' L-ENEMALTA", "36646.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tittieħed azzjoni biex bowsers ta' l- Enemalta li jissupplixxu l-fuel lill-pompa tal-petrol fi Triq il-Kanun, Santa Venera ma jibqgħux jipparkjaw fuq il-bankina b'mod li jaffetwaw lir- residenti biswit b'konsegwenza li anke l-fumes jidħlu fid-djar tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-bowsers tal-korporazzjoni Enemalta ma jipparkjawx fuq il-bankina.", "Fil-fatt li qed jiġri hu li peress li l-bankina ġiet imkabbra fil-kantuniera l-bowser momentarjament jirfes fuq ix-xifer tagħha biex ikun jista' jipparkja ftit 'il fuq.", "SVPR - SECURITIES", "36647.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk impjegati bħala securities f'St Vincent de Paule residence humiex meqjusa bħala mpjegati closed shop?", "Jista' jgħid ukoll minn liema dipartiment dawn is-securities qegħdin jitħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li s-security li jaħdmu fir-residenza ta' San Vinċenz huma mpjegati tad-diviżjoni tas-saħħa u jitħallsu mill-istess diviżjoni.", "PULIZIJA - SERQIET", "36657.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ottubru 2002?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul Ottubru 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Ottubru 2002 il-każi ta' serq li ġew rapportati lill-pulizija kien kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 35 każ ta' serq.", "|Hold-up | 3 | |Pick pocketing | 42 | |Snatch & grab | 5 | |Serq minn dgħajjes | 8 | |Serq ta' dgħajjes | 3 | |Serq ta' karozzi | 47 | |Serq minn karozzi |275 | |Serq min | 94 | |barijiet/lukandi | | |Serq minn fabbriki | 2 | |Serq minn residenzi | 62 | |Serq minn ħwienet | 52 | |Serq minn xtajtiet | 7 | |Serq ieħor |221 |", "PULIZIJA - REATI", "36658.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ottubru 2002?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ottubru 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit- tieni parti tal-mistoqsija parlamentari huwa kif jidher fit-tabella li tidher hawn taħt.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat li matul Ottubru 2002 kien hemm 656 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "|Against morals and honour| 5| |of the family | | |Arson | 7| |Attempted offences | 96 | |Bodily harm | 77 | |Crimes vs admin of | 1| |justice | | |Damage | 308 | |Drugs | 7| |Forgery | 1| |Fraud | 8| |lllegal Immigration | 20 | |Abandon of child | 1| |Prostitution | 3| |Sexual offences | 3| |Theft | 821 | |Threats and private | 9| |violence | | |Violence against public | 10| |officers | |", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - UNIFORMIJIET", "36672.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36198 dwar bdil ta' uniformijiet ta' l-iskola fl-iskejjel ta' l-Istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - CANTEENS", "36673.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid minn meta bdiet din is-sena skolastika kemm-il darba l- ispetturi tas-saħħa żaru skejjel ta' l-Istat, indipendenti jew tal-knisja biex jiġi żgurat li l-ikel u x-xorb li qed jinbigħ fit-tuckshops/canteens ta' l-iskejjel huwa skond ir-regolamenti u tajjeb għas-saħħa tat-tfal?", "Liema kienu l-iskejjel?", "Instabu xi nuqqasijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li minn meta bdiet is-sena skolastika f'Settembru 2002 saru 27 spezzjoni minn uffiċjali ta' dan id- dipartiment f'tuckshops/canteens ta' l-iskejjel.", "L-ispezzjonjiet li saru ġo l-iskejjel hija skond kif jidher fid-dokument li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li peress li t-tip ta' ikel li jista` jinbigħ ġo tuckshops/canteens ta' l-iskejjel huwa kkontrollat mill- kuntratt li jiġi mwaqqaf mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni jagħmel id- domanda lilhom.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija dwar in-nuqqasijiet li nstabu waqt l- ispezzjonijiet mill-ispetturi tas-saħħa, dawn jiġu riferuti lill-ministru ta' l-edukazzjoni kull term kif titlob il-liġi sabiex tittieħed azzjoni min- naħa ta' dan il-ministeru.", "KUMPLESS TAL-MARSA. - PJANTI TA' L-IŻVILUPP.", "36674.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 35847, jista' il- Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti ta' kif ser isir l- iżvilupp fil-kumpless tal-Marsa biex l-areas pubbliċi jkunu wkoll separati bejn dawk li jridu jipprattikaw l-isport u dawk li jmorru hemm biex jirrikreaw ruħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser ngħaddi kopja tal-pjanta mitluba lill-Onor.", "Membru.", "TOROQ - XOGĦOL ĦAŻIN MINN KUNTRATTURI", "36675.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 35832, jista' il- Ministru jgħid kemm inżammu ħlasijiet lill-kuntratturi għax-xogħol ħażin u/jew nuqqasijiet oħra li saru fit-toroq f'Malta u Għawdex fl-ewwel għaxar xhur tas-sena?", "Jista' jindika liema huma t-toroq?", "Min kienu l-kuntratturi u kemm kien kull ħlas?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "MALTA RACING CLUB - PROGETT", "36678.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36406, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż involuti f'dan il-proġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA RACING CLUB - ARRETRATI LID-DIPARTIMENT TAL-VAT", "36679.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36139, jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' xiex kienu l-arretrati li kienu dovuti lid-dipartiment tal- VAT?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "METER TA' L-ILMA - GŻIRA", "36704.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinvestiga l-problema li għandhom il-familja, li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar meter ta' l-ilma li jinsab wieqaf?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ BORMLA - DAWL", "36729.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jogħġbu l-Ministru jara kif huwa ġie nformat, skond ir-risposta li ta għal mistoqsija parlamentari 36479, li l-manutenzjoni tal-bozza tad- dawl diġa` saret meta sal-lum stess din il-bozza għadha mitfija, liema bozza tinsab fi Triq Bormla f'Raħal Ġdid eżatt fejn tisporġi Triq il-Wied, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-korporazzjoni Enemalta għall-azzjoni relattiva.", "KUNSILL MEDIKU - KAŻI PENDENTI", "36730.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jogħġbu l- Ministru jindika n-numru ta' każi pendenti quddiem il-kunsill mediku?", "Kemm minnhom huma mħollija għas-sentenza?", "Kemm ilu pendenti l-iktar każ antik?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li quddiem il-kunsill mediku hemm disa` każi pendenti.", "Minn dawn hemm erbgħa li huma mħollija għas- sentenza filwaqt li l-iktar każ antik ilu pendenti sentejn.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ L-AMMIRALJAT - DAWL", "36731.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi stallata bozza tad-dawl fi Triq l-Ammiraljat f'Raħal Ġdid minħabba d-dlam ċappa li hemm?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "COMMON AGRICULTURAL POLICY - TARIFFA FUQ PADDY RICE", "36734.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni tal-paddy rice barra mill- Unjoni Ewropea hija 64.9% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant għandu jikseb din l- informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.", "Dwar jekk hux se tibqa ċ- ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.", "Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l- istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "L-export subsidy fuq il- prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri.", "L-istess jista' jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-Unjoni fuq kull settur/prodott agrikolu.", "COMMON AGRICULTURAL POLICY - TARIFFA FUQ QAMĦ", "36735.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni tal-wheat barra mill-Unjoni Ewropea hija 61.4% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant għandu jikseb din l- informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.", "Dwar jekk hux se tibqa' ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija l- Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.", "Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l- istess interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "L-export subsidy fuq il- prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirnix membri.", "L-istess jista' jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-Unjoni Ewropea fuq kull settur/prodott agrikolu.", "COMMON AGRICULTURAL POLICY - TARIFFI FUQ QAMĦ", "36737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' other grains barra mill- Unjoni Ewropea hija 38.6% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant għandu jikseb din l- informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.", "Dwar jekk hux se tibqa' iċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l- Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.", "Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l- istess interpellant tant kien ibeżża' li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "L-export subsidy fuq il- prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirniex membri.", "L-istess jista' jgħodd għal kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-Unjoni fuq kull settur/prodott agrikolu.", "COMMON AGRICULTURAL POLICY - TARIFFA FUQ ĦXEJJEX, FROTT U ĠEWŻ", "36740.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l- Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' vegetables, fruit, nuts barra mill-Unjoni Ewropea hija 14.5% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant għandu jikseb din l- informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea.", "Dwar jekk hux se tibqa' iċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l- Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien.", "Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l- istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex se nkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "L-export subsidy fuq il- prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju ntilef allavolja għadna ma sirniex membri.", "L-istess jista' jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mill-Unjoni fuq kull settur/prodott agrikolu.", "BORMLA - TRIQ L-IMMAKULATA - DAWL", "36744.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa li hemm fi Triq l- Immakulata, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "BORMLA - TRIQ MATTY GRIMA - DAWL", "36745.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa li hemm fuq il-bieb 96, Triq Matty Grima, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-bozza li qed jirriferi għaliha m'hijiex fir-responsabbilta` tal-korporazzjoni Enemalta iżda tal-kunsill lokali.", "GĦAJN DWIELI - DAWL", "36747.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl li issa ilu maqtugħ fid-daħla tal-Kottonera hekk kif taqbeż il-mini ta' Għajn Dwieli, int u nieżel lejn Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dawl li qed jirriferi għalih m'huwiex fir-responsabbilta` tal-korporazzjoni Enemalta iżda tal-kunsill lokali.", "BORMLA - TRIQ ID-DEJQA - DAWL", "36749.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tissewwa bozza li hemm fi Triq id-Dejqa, Bormla, peress li issa li t-triq qed tiġi ċċangjata huwa perikoluż ħafna li timxi fid-dlam?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "BORMLA - TRIQ ALESSANDRA - DAWL", "36751.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa li hemm fi Triq Alessandra, Bormla maġenb l-iskola Erin S. Inglott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "BORMLA - PJAZZA G. GULIA - DAWL", "36753.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm fi Pjazza G. Gulia, Bormla fuq il-ħanut Right Deal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "MEPA - IT SECTION", "36781.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jinvestiga jekk fuq in-network tal-computers tal-MEPA hemmx persuni li qed jiġu ordnati mill-IT section tal-MEPA biex jittappjaw ċerti individwi u ħaddiema?", "Dan huwa ksur ta' u etika?", "Jista' jiġi ċċertifikat minn entita` indipendenti li din l-azzjoni ma saritx u mhijiex issir?", "Jista' il-manager ta' l-IT section jixhed bil-ġurament li dan ma sarx u mhux qiegħed isir u li qatt ma ħa l-ebda ordni minn xi persuni biex jagħmel dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: In-network tal-computers tal-MEPA kif ukoll l- informazzjoni kollha li hemm fuqhom huma proprjeta` tal-MEPA.", "L-IT section tal-MEPA hija inkarigata li tiżguraw li dawn il-faċilitajiet jintużaw b'mod kif suppost.", "L-impjegati kollha ġew avżati b'dan kemm-il darba permezz ta' e-mail lil kulmin juża s-sistema.", "L-assistent direttur ta' corporate services ġieli ta struzzjonijiet biex jiġi ċċekkjat il-kontenut ta' l- informazzjoni fuq in-network.", "Ġieli rriżultat il-ħtieġa li jiġbed l- attenzjoni fuq il-kontenut ta' ċerti e-mails u javża xi nies bi provedimenti dixxiplinari jekk ċerti sitwazzjonijiet jirripetu ruħhom.", "Madankollu l-MEPA tassigura li dan isir b'mod ġenerali u bl-ebda skop ieħor ħlief kif indikat f'din ir-risposta.", "MEPA - DIRETTORAT TA' L-AMBJENT", "36783.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk id-direttur il-ġdid tad-direttorat ta' l- ambjent tal-MEPA kienx wieħed mill-konsulenti li għamel rapport fuq l- impjant li jirriċikkla ż-żejt fi studju li kien sar fuq iż-żjut maħruqa minħabba l-Unjoni Ewropea, liema studju kien ingħata b'direct contracting u mingħajr ma ħarġet sejħa għal tenders?", "X'kienu l-passi li ttieħdu mid- dipartiment tal-finanzi f'dan ir-rigward?", "Veru li waqt li fl-istess studju ma kien issemma xejn fir-rigward ta' kontravenzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' emissjonijiet minn dan l-istess impjant, xahar biss wara li laħaq dan id-direttur kien diġa` kiteb lill-operatur biex jiġi konformi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-direttur ta' l-ambjent preżenti beda jokkupa l- kariga tiegħu f'Awissu ta' l-2002.", "F'Ġunju 2000 kien ġie kummissjonat, flimkien ma' konsulenti oħra, sabiex isir studju dwar l-impatt tad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar iż-żejt maħruq, liema rapport kien ingħata b'direct order b'awtorita` tal- ministeru tal-finanzi.", "Id-direttur kien għamel biss parti mill-istudju msemmi.", "Il-fatt li d-direttur xahar biss wara l-ħatra tiegħu kiteb lill-operatur li jirriċikkla ż-żejt maħruq biex tittieħed azzjoni biex titnaqqas l- inkonvenjenza lill-pubbliku kawżata minn intejjen qawwija fil-lokalita` hija konferma tal-fatt li d-direttur huwa persuna responsabbli.", "Għalhekk bl-ebda mod ma kien ikkundizzjonat mix-xogħol li huwa wettaq qabel ma ħa l- ħatra tiegħu ta' direttur.", "Id-direttur ma kellu x'jaqsam bl-ebda mod ma kif kien ingħata il-kuntratt peress li kien imqabbad minn min kien ħa l- kuntratt.", "MALTAPOST - KIRI TA' KAROZZI", "36796.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa kull xhar fuq leasing jew kiri ta' karozzi mill-Maltapost?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-azjenda li din tiġi pubblikata.", "ŻABBAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "36797.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li persuna separata - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li toqod f'fond rekwiżizzjonat tiġi kkunsidrata għal xi post battal tal-housing f'Ħaż- Żabbar ħalli tkun qrib it-tfal tagħha minħabba raġunijiet mediċi on file.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-persuna indikata m'għandha l- ebda applikazzjoni pendenti mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "DJAR - SUSSIDJU FUQ TISWIJIET", "36798.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk l-awtorita` tad- djar tistax tipproċessa għal finijiet ta' sussidju fuq tiswijiet f'fond fil-Gżira li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant u l-awtorita` tad-djar mistennija jiffirmaw il-konvenju taħt skema 5 fit-28 ta' Novembru, 2002.", "Skond dan il-konvenju l-persuna indikata tkun intitolata sa massimu ta' Lm780 bħala għajnuna biex tirrendi d-dar tagħha aktar abitabbli.", "KLANDENSTINI - RIPATRIAZZJONI", "36799.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid mill-klandestini li daħlu Malta fl-1 ta' Jannar 2002 kemm minnhom ġew ripatriati lura?", "Meta?", "Lejn liema pajjiżi ntbagħtu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li b'żieda mat-tagħrif li tajt fit- tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36593, kien hemm 104 immigrant klandestin ieħor li ġew ripatriati lejn l-Eġittu.", "MALTA DEVELOPMENT CORPORATION - KUNTRATTI", "36801.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jagħti lista bl-ismijiet tad-ditti konċernati u bl- ammonti involuti tal-kuntratti professjonali li saru mill-Malta development corporation minn Settembru 1998 ma' avukati u/jew ditti ta' avukati kif ukoll ma' periti u/jew ditti ta' periti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minn Settembru 1998 'il hawn, il- korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp ġedded dawn iż-żewġ kuntratti: Dak ta' l-avukatessa Rachel Bonello bħala segretarja tal-bord b'retainer annwali ta' Lm3,450 u dak tal-prokuratur legali Victor J. Bugeja b'retainer annwali ta' Lm3,795.", "Barra minn hekk huwa jitħallas ukoll drittijiet legali, skond it-tariffa tal-professjoni, meta jiddepożita atti fil-qorti kif ukoll it-tariffa uffiċjali għal tribunali oħra kemm-il darba l-eżitu tal-każi jkun favur il-korporazzjoni u d-drittijiet relattivi jkunu ġew imħallsa mill-parti l-oħra lill-korporazzjoni.", "Id-drittijiet legali li ġew imħallsa f'dan ir-rigward kienu kif ġej:", "|1998 | Lm179.57 | |1999 | Lm398.05 | |2000 |Lm203.55 | |2001 |Lm1,327.55 | |2002 |Xejn |", "Il-korporazzjoni tagħmel ukoll użu mis--servizzi ta' l-Dr.", "Andrew Borg Cardona fuq bażi ad hoc.", "Id-drittijiet li tħallas dan l-avukat kienu ta' Lm98 matul l-2001 u ta' Lm575 matul din is-sena.", "Rigward periti u/jew ditti ta' periti, it-tweġiba hija fin-negattiv.", "ENEMALTA - HEALTH AND SAFTEY REGULATIONS", "36822.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Il-Viċi Prim Ministru hu konxju li fl-Enemalta qed isiru abbużi serji tal-health and safety regulations li qed jiġu aċċettati u difiżi kemm mill-management kif ukoll il-GWU li qed jaqbżu għall-ħaddiema li jiksru dawn ir-regolamenti?", "Huwa l-każ li l-health and safety authority tiġi mgħarrfa b'dawn l-abbużi kostanti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddili aktar dettalji, anke b'mod kunfidenzjali jekk irid, biex inkun nista' ngħaddi l- informazzjoni lill-awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol għall-investigazzjonijiet meħtieġa.", "SEA PASSENGER TERMINAL - XOGĦLIJIET", "36828.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għall-proġett tal-cruise liner sea passenger terminal, jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet inbdew, kemm mill consortium kif ukoll mill-gvern, sal-lum?", "F'liema stadju waslu dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Viset consortium lesta - ħlief għal ftit finishes - il-bini alternattiv għar-residenti u ħwienet li kienu affettwati mill-proġett.", "Il-consortium waqqa' l-bini lejn in-naħa tal-Marsa sabiex jibda x-xogħol fuq it-triq il-ġdida li tgħaqqad il-Marsa mal-Belt u li tgħaddi minn bejn is-sur u l-bini eżistenti.", "Ser jibda wkoll ir-restawr ta' Pinto u Forni stores.", "Inbnew ukoll faċilitajiet temporanji għall-passiġġieri.", "Bħalissa qed isir xogħol sabiex jiġi stabilit il-post eżatti fejn kien jispiċċa l- moll li kien mibni mill-kavallieri.", "Dan ser jerġa' jiġi restawrat u ser iservi sabiex tiġi miftuħa l-laguna fuq il-moll.", "Inħareġ il-permess għall- uffiċini alternattivi ta' l-MMA u hu mistenni li dalwaqt jinbeda x-xogħol.", "Fix-xhur li ġejjin il-gvern se jieħu ħsieb li jibdew jitwasslu s-servizzi meħtieġa għall-proġett.", "Il-gvern ħa ħsieb ukoll li jsib uffiċini alternattivi għad-dwana u għat-taqsima tad-drenaġġ li kellhom jiċċaqalqu minħabba l-proġett.", "MANOEL ISLAND/TIGNE` POINT - PROĠETTI", "36829.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għall-proġett ta' Manoel Island u Tigne` Point, jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet inbdew, kemm mill-consortium kif ukoll mill-gvern, sal-lum?", "F'liema stadju waslu dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Saru miżuri temporanji biex isir tisbiħ, jitqiegħdu pontoons u tiżdied is-sigurta` permezz ta' cameras, fencing u dawl ġo Manoel Island.", "Din hija miżura temporanja li l-MIDI consortium ħa qabel ma jibda l-iżvilupp permanenti tal-marina.", "Beda xogħol ta' restawr fuq Forti Manoel; tlesta t-tindif ta' Tigne` Fort; inħarġu l-permessi kollha għall-iżvilupp f'Tigne`; beda l-bini ta' appartamenti f'Tigne` south wara li sar l-eskavar meħtieġ għal dan l- iżvilupp; beda l-iżvilupp ta' Tigne` sports li jikkonsisti f'appartamenti għar-residenti, faċilitajiet sportivi għall-assoċjazzjoni sportiva Tigne`; se jibda wkoll l-iżvilupp ta' Tigne' Plaza li tgħaqqad in-naħa residenzjali man-naħa ta' l-attivita` kummerċjali f'liema plaza se jkun hemm pjazza; bdew ix-xogħlijiet fuq it-tunnel li se jsir f'Tigne` Point; tlesta studju dettaljat fuq il-harbour modelling li jikkonsisti fi studju fuq il- breakwater u dredging; tlesta x-xogħol mill-gvern sabiex kienet imwassla l- provvista ta' l-ilma għall-iżvilupp f'Tigne`.", "KOTTONERA - PROĠETT", "36830.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għall-proġett tal-Kottonera, jista' il-Ministru jgħid liema xogħlijiet inbdew, kemm mill-consortium kif ukoll mill-gvern, sal-lum?", "F'liema stadju waslu dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Cottonera waterfront group beda x-xogħol fuq il-proġett f'Ġunju 2000.", "Sar xogħol ta' twaqqiegħ fil-cooperage stores ħdejn il-Menqa, twaqqa' il-pont ta' fuq tal-forti Sant'Anġlu u sar xogħol ta' tindif tal-Caraffa stores u tal-ħnejjiet qodma tal-ħabs, kif ukoll tas- seagate vaults u l-imħażen taħt il-forti Sant'Anġlu.", "Sar ukoll restawr tal-faċċati tal-Caraffa stores u reġgħet ġiet restawrata l-fetħa li kien hemm fis-sur fil-post li kien imwaħħal il-pont ta' fuq tal-forti Sant'Anġlu.", "Kważi tlesta wkoll il-bini ta' blokk ta' appartamenti residenzjali u ħames stabbilimenti kummerċjali fil-Menqa fuq in-naħa tal-Birgu u t-Toqba fuq in-naħa tal-Kalkara.", "Fil-11 ta' Ottubru ħareġ il-permess mill-MEPA għall-iżvilupp tal-yacht marina.", "Hu mistenni li x-xogħlijiet fuq il-marina jinbdew fil-bidu tas-sena d-dieħla u jkunu mqassma fi tliet fażi.", "Il-Port Cottonera consortium għamel xogħol ta' restawr fuq Scamps palace li kien il-palazz tal-kaptan ġenerali tax-xwieni fi żmien il-kavallieri ta' San Ġwann.", "Il-palazz inbidel f'casino immexxi mill-Casino di Venezia.", "Il- Port Cottonera consortium nadfet ukoll is-sit biswit Scamps palace fejn se tinbena lukanda.", "Fil-fatt il-Casino di Venezia għadu kif laħaq ftehim mal- Port Cottonera biex tkun trasferita lilu art sabiex jiżviluppa l-istess art biswit il-casino ġo lukanda u biex ukoll jirrestawra ż-żewġ palazzi li hemm bejn il-casino u l-istores ta' Caraffa.", "Il-Port Cottonera hu wkoll obbligat li jirrestawra l-bini tat-teżor, is-cement stores u l-maċina.", "Min-naħa tiegħu l-gvern waqqa' il-bini magħruf bħala l-bini taċ-Ċiniżi taħt il-forti Sant'Anġlu u pprovda l-komunita` Ċiniża li tgħix Malta b'akkomodazzjoni alternattiva.", "Fi ftit żmien se jibda wkoll ix-xogħol ta' tiswija fuq il-mollijiet ta' taħt il-forti Sant'Anġlu biex ikunu tajbin għall-irmiġġi.", "Il-gvern ħa wkoll ħsieb li jtejjeb l-infrastruttura mhux biss biex jitwettaq il-proġett iżda biex jirrisolvi l-problema eżistenti fl- inħawi.", "Sar xogħol biex tissaħħaħ is-sistema ta' l-elettriku, tad-drenaġġ u ta' l-ilma.", "Il-gvern waqqa' ukoll il-ħajt li jissepara l-baċir 1 minn Triq Santa Tereża u minn parti minn Pjazza Gavino Gulia u minfloku sar ħadid dekorattiv.", "Sar ukoll xogħol ta' tisbiħ tal-bankina u anke t-tqegħid tal- bankijiet.", "MEPA - SEA PASSENGER TERMINAL - PERMESSI", "36831.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema permessi għall-iżvilupp inħarġu mill-MEPA b'konnessjoni mal-proġett tal-cruise liner passenger terminal sal- lum?", "Meta nħarġu d-awn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-permessi li nħarġu b'konnessjoni mal-proġett tal-cruise liner terminal huma kif ġej:", "|14/2/2|permess outline | |000 |għall-proġett kollu | |26/4/2|permess outline(ammendat| |001 |għall-proġett kollu | |13/11/|permess full | |2001 |għall-kostruzzjoni ta' | | |bini għal terzi persuni | |5/7/20|permess full ammendat | |02 |għall-kostruzzjoni ta' | | |bini għal terzi persuni | |27/8/2|permess full | |001 |għad-demolizzjoni ta' | | |bini, kostruzzjoni | | |tat-triq, restawr u bini| | |tal-faċċata ta' Pinto | | |stores u kostruzzjoni | | |ta' parkeġġ | |4/11/2|permess full | |002 |għall-kostruzzjoni ta' | | |bini għal Malta maritime| | |authority | |10/7/2|permess għal skavar | |000 |esploratorju fuq | | |il-bankina tal-port |", "MEPA – MANOEL ISLAND/TIGNE` POINT", "36832.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema permessi għall-iżvilupp inħarġu mill-MEPA b'konnesjoni mal-proġett ta' Manoel Island u Tigne' Point sal- lum?", "Meta nħarġu dawn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher hawn taħt:", "|Description |Status | |Demolition of derelict| | |buildings and |Approved | |dismantling of |on | |elevations to be |18/12/00 | |constructed as per | | |outline permit | | |Excavation of site in |Approved | |connection with |on | |application PA5326/00 |24/07/00 | |(Tigne' Sports) | | |Restoration Works (St.|Approved | |Luke's Garrison |on | |Chapel) |23/04/02 | |Restoration of fabric | | |of Fort Manoel phase | | |1, including barracks |Approved | |buildings, casement, |on | |polverista, couvre |21/06/02 | |porte and main gate. | | |Full development | | |application for Tigne | | |sports phase in | | |connection with PA |Approved | |02135/94, Outline |on | |development plan, as |21/06/02 | |described in | | |accompanying | | |documentation | | |To erect residential | | |accommodation, with | | |underlying | | |car-parking, |Approved | |associated leisure |on | |facilities, |11/10/02 | |landscaping, existing | | |tunnels and pre-shore | | |areas.", "(Tigne South | | |Phase) | | |Excavation of site in | | |connection with |Approved | |proposed works at |on | |Tigne south. |15/02/02 | |To erect multi-level | | |underground carpark, | | |pjazza with peripheral| | |retail, offices and |Approved | |residential units. |on | |Application includes |11/10/02 | |linking to south | | |belvedere (Tigne Plaza| | |Phase) | | |Installation of |Approved | |pontoons and |on | |sanctioning of |26/07/02 | |pontoons already | | |installed | |", "MEPA - KOTTONERA – PERMESSI", "36833.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid liema permessi għall-iżvilupp inħarġu mill-MEPA b'konnessjoni mal-proġett tal-Kottonera sal-lum?", "Meta nħarġu dawn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:", "|21/6/20|Permess outline li | |00 |jkopri l-iżvilupp kollu | | |relatat ma` l-konsorzju | | |Cottonera waterfront | | |group minn barra | | |l-proġett tat-Thalasso | | |therapy centre, St. | | |Angelo Fort. | |21/6/20|Permess outline li | |00 |jkopri żvilupp ta | | |Thalasso therapy centre,| | |St. Angelo Fort | |21/6/20|Permess full li jkopri | |00 |l-bini ta' blokk | | |appartamenti | | |fil-Menqa/Toqba Birgu u | | |r-restawr ta' Caraffa | | |stores | |13/2/20|Tibdil | |02 |fil-kondizzjonijiet | | |16,25,26, u 27 | | |tal-permess PA 1043/00. | | |Demolizzjoni tal-bridge | | |minn Triq il-Ħabs | | |l-Antik għall-fortizza | |8/8/200|Permess outline li | |0 |jkopri l-iżvilupp kollu | | |relatat ma' l-konsorzju | | |Port Cottonera Ltd. minn| | |barra l-proġett | | |tal-Maċina | |8/8/200|Permess outline għal | |0 |proġett tal-Maċina, Isla| |1/3/200|Permess full li jkopri | |1 |l-iżvilupp ta' casino | | |fil-Palazz tal-Ġeneral, | | |Birgu | |8/8/200|Permess full għal | |0 |kostruzzjoni ta' hotel | | |fis-sit vakanti u | | |fil-palazz tal-kaptani | | |ta' l-iskwadruni | |9/4/200|Permess full | |1 |għad-demolizzjoni ta | | |żidiet mal-bini storiku | | |u skavar ta' materjal | |Approva|Permess full għal | |t |kostruzzjoni tal-marina.| |11/10/2|(Permess għadu ma | |002 |nħariġx) | |Approva|Pjanti u faċċati | |t |ammendati għal permess | |11/10/2|PA 1043/00 - (Permess | |002 |għadu ma nħariġx) |", "PULIZIJA – QBID TA' DROGA", "36834.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-1992 sa Ottubru 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward il-perijodu 1992 sa sena 2001, nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġibiet li kont tajt għal mistoqsijiet parlamentari 69, 7979, 12766, 23034 u 31920.", "Dwar is-sena 2002 - bejn Jannar u Ottubru - ninsab informat li l-ammont ta' droga li nqabdet mill-pulizija huwa kif ġej:", "|Cocaine |4kg411.313grm| | |s | |Heroin |624.18grms | |Cannabis plants |12 plants | |Cannabis grass |846.45grms | |Cannabis resin |8kg733.45grms| |Cannabis seeds |43 seeds | |Ecstacy |975.5 tablets| |DHC |85 tablets | |Methadone |230ml | |Hallcion |59 tablets | |Anabol |13,000 | | |tablets | |Ocymetholone |30 tablets | |Stanozolol |1,255 tablets|", "Inġibditli l-attenzjoni illi fit-tagħrif li kont ġejt mogħti għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 35763, kien hemm żball fl-għadd ta' l-ammont tal-cocaine.", "Għaldaqstant it-tagħrif mogħti dwar il-cocaine għandu jkun dak li qiegħed jingħata f'din it-tweġiba.", "PULIZIJA - OVERTIME", "36835.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime membri tal-korp tal-pulizija mill-1992 sa Ottubru 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ammont ta' overtime li tħallas lill-membri tal-korp tal-pulizija mill-1992 sa Ottubru 2002 huwa kif jidher hawn taħt:", "|Sena |Ammont Imħallas | | |Lm | |1992 | 49,736 | |1993 | 272,315 | |1994 | 391,756 | |1995 | 397,277 | |1996 | 384,814 | |1997* | 678,817 | |1998 | 276,954 | |1999 | 246,586 | |2000 | 259,791 | |2001 | 441,157 | |2002 (sa | 279,069 | |Ottubru) | |", "*Jinkludi l-ammont ta' overtime li nħadem fl-1996 in konnessjoni ma' l- elezzjoni ġenerali.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "36836.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-1 ta' Ottubru 2002 żewġ assistenti kummissarji ġodda ngħataw il-promozzjoni b'direct order meta sena lu l-PSC kienet irrakkmandat li promozzjonijiet b'direct orders huma nieqsa mit- trasparenza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab sorpriż ħafna b'din id-domanda.", "Il-proċedura segwita fil-każ ta' l-assistenti kummissarji kienet identika għal dik segwita mill-Indipendenza sal-lum, inkluż taħt amministrazzjoni Laburista.", "Fuq direttiva tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, ħatriet għall-futur se jsiru mhux iktar fuq rakkmadazzjoni diretta, kif dejjem sar f'dawn l- aħħar 38 sena.", "Kull rakkmandazzjoni diretta, saret meta saret, dejjem kien ikollha bżonn l-approvazzjoni tal-kummissjoni li d-deċiżjoni finali tibqa` tagħha.", "Għalhekk ir-riferenza, żbaljata jew delibera, għal kelma direct order hi barra minn lokha.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "36837.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jaqbel il-Ministru mal-PSC li promozzjonijiet li jingħataw fil-korp tal- pulizija b'direct order huma nieqsa mit-trasparenza?", "Jekk ma jaqbilx, x'għandu x'jgħid dwar il-PSC li rrakkmandat proprju hekk?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 36836 f'din l-istess seduta.", "Mhux kompitu tiegħi li niġġudika l-operat tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku li bil-Kostituzzjoni, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, għandha ġurisdizzjoni esklussiva f'dawn il-materji.", "GOZO CHANNEL - CAFETERIAS", "36839.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid jekk sarx profitt jew telf, fl-aħħar ħames snin mis-servizz tal-catering provdut fil-cafeterias tal-vapuri tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat."]} {"filename": "20000927_374d_par.doc", "date": "2000-09-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 374 L-Erbgħa, 27 ta' Settembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 374", "L-Erbgħa, 27 ta' Settembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "374", "L-Erbgħa, 27 ta' Settembru, 2000", "WERREJ MINUTI 567", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 567", "TQEGĦID TA' KARTI 573", "MOZZJONI DWAR TIBDIL FIL-KONFINI TAD-DISTRETTI ELETTORALI 573", "AĠĠORNAMENT 599", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 603", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 373 li saret fis-27 ta' Settembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - KONSULENTI", "18692.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18128?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "18648", "EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "18693.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18130?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Dwar konsulenti barranin nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18780.", "It-tagħrif mitlub dwar konsulenti lokali, li għalihom qed jirriferi fil- mistoqsijiet parlamentari nri.", "18130, 18137 u 18769, qed jitpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "INTERN - KONSULENTI", "18694.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "18129, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' J.J. Vella & Associates kemm-il seduta saret, u fil-każ ta' Mr. Graham Rogers kemm-il siegħa ta' servizz ta fil-perjodu mitlub fil- mistoqsija parlamentari nru.", "18129?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li fil- perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant, in-numru ta` seduti kien ta` 34 filwaqt li n-numru ta` sigħat kien ta` 1,062.", "UE - PRODUZZJONI LOKALI TAL-MAJJAL", "18725.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi tal-majjal l-eżenzjoni mid-dazji li l-Unjoni Ewropea qed tapplika fil-konfront ta' pajjiżi oħra mill-Ewropa Ċentrali u l- Ewropa tal-Lvant?", "Peress li din is-stiwazzjoni tiżvantaġġa bil-kbir lill- produtturi lokali tal-majjal meta pparagunati ma' dawk ta' pajjiżi applikanti mill-Ewropa Ċentrali u mill-Ewropa tal-Lvant, jista' l-Ministru jinformana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L-eżenzjoni mogħtija mill-Unjoni Ewropea fuq dazji u levies fuq prodotti agrikoli importati mill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant tifforma parti minn ftehim li ilu jeżisti għal bosta snin ma' kull wieħed minn dawn id-disa' pajjiżi.", "Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa' l- liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta' prodotti agrikoli.", "Li l-Onor.", "Interpellant ma semmiex hu li dan it-tnaqqis fid-dazji jew levies min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea huwa marbut ma tnaqqis fid-dazji jew levies min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro- industrijali oħrajn importati mill-Unjoni Ewropea.", "Issa l-export prinċipali agrikolu Malti lejn l-Unjoni Ewropea - li bħalma jaf kulħadd hija l-patata - diġa' jgawdi eżenzjoni ta' 100% fuq id- dazju.", "Għaldaqstant nispera li l-Onor.", "Interpellant jifhem li f'dan l- istadju għadu m'huwiex il-waqt li nneħħu xi parti mid-dazji jew levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-Unjoni Ewropea.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea li peress li jikkompetu mal- prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu influwenzati negattivament mill- arranġamenti li ntlaħqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall- industrija agrikola li nperrċu x'se tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir- rigward f'dan l-istadju.", "UE - PRODUZZJONI LOKALI TAL-ĠOBON", "18726.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi lokali tal-ġobon l-eżenzjoni mid-dazji li l- Unjoni Ewropa qed tapplika fil-konfront ta' pajjiżi oħra mill-Ewropea Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant?", "Peress li din is-sitwazzjoni tiżvantaġġa bil-kbir lill-produtturi lokali tal-ġobon meta pparagunati ma' dawk ta' pajjiżi applikanti mill-Ewropa Ċentrali u mill-Ewropa tal-Lvant, jista' l- Ministru jinformana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-eżenzjoni mogħtija mill-Unjoni Ewropea dwar dazji jew levies fuq prodotti agrikoli importati mill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant tifforma parti minn ftehim li ilu jeżisti għal bosta snin ma' kull wieħed minn dawn id-disa' pajjiżi.", "Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa' il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta' prodotti agrikoli.", "Li l-Onor.", "Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid-dazji jew levies min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea huwa marbut ma' tnaqqis fid-dazji jew levies min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro- industrijali oħrajn importati mill-Unjoni Ewropea.", "Issa l-export prinċipali agrikolu Malti lejn l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-patata, diġa' jgawdi eżenzjoni ta' 100% fuq id-dazju u għaldaqstant nispera li l-Onor.", "Interpellant jifhem li f'dan l-istadju għadu m'huwiex il-waqt li nneħħu xi parti mid-dazji jew levies fuq l- importazzjoni ta' prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-Unjoni Ewropea.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea, li peress li jikkompetu mal- prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu influwenzati negattivament mill- arranġamenti li ntlaħqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jifhem u japprezza li m'huwiex ta' ġid għall- industrija agrikola li nperrċu x'se tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir- rigward f'dan l-istadju.", "UE - PRODUZZJONI LOKALI TA' L-GĦASEL", "18727.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi ta' l-għasel l-eżenzjoni mid-dazji li l-Unjoni Ewropea qed tapplika fil-konfront ta' pajjiżi oħra mill-Ewropa Ċentrali u l- Ewropa tal-Lvant?", "Peress li din is-sitwazzjoni tiżvantaġġa bil-kbir lill- produtturi lokali ta' l-għasel meta pparagunati ma' dawk ta' pajjiżi applikanti mill-Ewropa Ċentrali u mill-Ewropa tal-Lvant, jista' l-Ministru jinformana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-eżenzjoni mogħtija mill-Unjoni Ewropea dwar dazji jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti għal bosta snin, ma' kull wieħed minn dawn id-disa' pajjiżi.", "Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa' l-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta' prodotti agrikoli.", "Li l-Onor.", "Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid-dazji jew levies min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea huwa marbut ma tnaqqis fid-dazji jew levies min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro- industrijali oħrajn importati mill-Unjoni Ewropea.", "L-export prinċipali agrikolu Malti lejn l-Unjoni Ewropea, il-patata, diġa' jgawdi eżenzjoni ta' 100% fuq id-dazju u għaldaqstant nispera li l- Onor. Interpellant jifhem li f'dan l-istadju għadu m'huwiex il-waqt li nneħħu xi parti mid-dazji jew levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-Unjoni Ewropea.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea, li peress li jikkompetu mal- prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu influwenzati negattivament mill- arranġament li ntlaħqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jifhem u japprezza li m'huwiex ta' ġid għall- industrija agrikola li nperrċu x'se tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir- rigward f'dan l-istadju.", "UE - AGRO-INDUSTRIJA", "18728.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana jekk huwiex se jiddiskuti mal-koperattivi ta' l-agro-industrija l-eżenzjoni mid-dazji li l-Unjoni Ewropea tapplika fil-konfront ta' pajjiżi oħra mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant?", "Peress li din is-sitwazzjoni tiżvantaġġa bil-kbir l-agro-industrija lokali meta pparagunata ma' dik ta' pajjiżi applikanti mill-Ewropa Ċentrali u mill-Ewropea tal-Lvant, jista' l-Ministru jinformana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-eżenzjoni mogħtija mill-Unjoni Ewropea dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant tifforma parti minn ftehim li ilu jeżisti għal bosta snin ma' kull wieħed minn dawn id-disa' pajjiżi.", "Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa' il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta' prodotti agrikoli.", "Li l-Onor.", "Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid-dazji jew levies min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea huwa marbut ma tnaqqis fid-dazji jew levies min-naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro- industrijali oħrajn importati mill-Unjoni Ewropea.", "L-export prinċipali agrikolu Malti lejn l-Unjoni Ewropea, il-patata, diġa' jgawdi eżenzjoni ta' 100% fuq id-dazju u għaldaqstant nispera li l- Onor. Interpellant jifhem li f'dan l-istadju għadu m'huwiex il-waqt li nneħħu xi parti mid-dazji jew levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-Unjoni Ewropea.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-Unjoni Ewropa, li peress li jikkompetu mal- prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu influwenzati negattivament mill-arranġamenti li ntlaħqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Kollega jifhem u japprezza li m'huwiex ta' ġid għall- industrija agrikola li nperrċu x'se tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir- rigward f'dan l-istadju.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-preżent qegħdin isiru xi rapporti fuq is-settur ta' l-agrikoltura b'mod ġenerali dwar kif jista' jintlaqat bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, qegħdin isiru diversi economic impact assessments, wieħed minnhom dwar kif se tintlaqat l-industrija bit-tneħħija tal-levies.", "Hemm ieħor dwar il-majjal, ieħor dwar il-ħalib u ieħor dwar il- produzzjoni tat-tadam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, meta hu maħsub li dawn ir-rapporti jkunu lesti?", "Il-Ministru għandu ħsieb li dawn ipoġġihom fuq il-Mejda tal- Kamra appena jkunu lesti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, min-naħa tiegħi dejjem niġri wara l- esperti u t-tekniċi tad-dipartiment tiegħi ħalli jisħqu wara dawn in-nies li qegħdin jagħmlu dawn l-economic impact assessments.", "Il-ħsieb tagħna hu li aktar ma jkunu f'idejna malajr, ikun aħjar għall-andament ta' l-istess ministeru.", "UE - FISH FARMS", "18729.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana jekk huwiex se jiddiskuti mal-koperattivi tal-fish farms l-eżenzjoni mid-dazji li l- Unjoni Ewropea qed tapplika fil-konfront ta' pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant?", "Peress li din is-sitwazzjoni tiżvantaġġa bil-kbir lill- koperattivi tal-fish farms lokali meta pparagunati ma' dawk ta' pajjiżi applikanti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant, jista' l-Ministru jinformana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li sa l-1996 kien hemm rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fuq skeda li permezz tagħha id-dazju mħallas fuq esportazzjoni ta' ħut tal-fish farms lejn l-Unjoni Ewropea kellu jiġi fix-xejn fi żmien tliet snin.", "Ma' l-iffriżar ta' l- applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija li għamel il-gvern ta' Dr Alfred Sant, li minnu kien jagħmel parti l-Onor.", "Interpellant, din ir- rakkomandazjoni ma ġietx segwita.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l-pajjiżi msemmija ma jipproduċux l-istess prodotti ta' l-akwakultura li jipproduċu l-fish farms Maltin u għalhekk dan it-tibdil m'għandux ikollu influwenza fuq is-swieq tal-prodotti ta' l-akwakultura Maltija.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "18226 li tajt lilu stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru rapporti fuq is-sajd?", "U fi spirtu olimpiku, x'qiegħed jiġri biex dawn ir-rapporti jkunu lesti kemm jista' jkun malajr?", "Hemm il-ħsieb li meta jkunu lesti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk se nitkellmu fuq spirtu olimpiku, din ma tirrigwardax il-ġiri imma l-għawm!", "Iva, qed nisħaq wara l-esperti tagħna biex jitlestew dawn l-economic impact assessments kemm jista' jkun malajr.", "Jekk niftakar sew qed isir economic impact assessment fuq il-mod kif il- common external tariff tista' taffettwa l-industrija tas-sajd f'pajjiżna.", "GĦAWDEX - KONSULENTI", "18768.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "18138?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għal Għawdex): Jien informat li l-konsulenti lokali li qed jagħtu s-servizz tagħhom lill-ministeru jammontaw għal erbgħa.", "Ilkoll kemm huma qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dipartiment tal-customer services.", "Dawn huma:", "|Merciec|Konsulent | |a |fil-pedjatrija | |Victor |fl-Isptar Ġenerali | | |ta' Għawdex. | |Farrugi|Konsulent | |a Frank|fil-mediċina | | |fl-Isptar Ġenerali | | |ta' Għawdex. | |Aquilin|Konsulent | |a |fl-ortopedija | |Raymond|fl-Isptar Ġenerali | | |ta' Għawdex. | |Mamo |Konsulent | |John |fil-ġinekoloġija | | |fl-Isptar Ġenerali | | |ta' Għawdex. |", "Il-kondizzjonijiet li għandhom il-konsulenti li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex huma skond il-ftehim intitolat \"classification, regrading and assimilation of the medical class\", ftehim li sar mal-medical association of Malta, u skond it-termini tal-kuntratt iffirmat minn kull wieħed minnhom mad-dipartiment tas-saħħa, filwaqt li s-salarju tagħhom huwa ta' Lm7,534 fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru għal Għawdex m'hijiex qiegħda hawn, jista' l-Ministru li għandu x'jaqsam mat-trasport jgħid dawk il-11-il ruħ li ġew impjegati mal-Gozo Channel meta l-parlament kien wieqaf għall- vaganzi tas-sajf għala ġew impjegati, jekk almenu mhumiex qed jagħtu xi forma ta' konsulenza!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-ministeru għat-trasport huwa responsabbli biss mir-regolamentazzjoni ta' kif timxi l-Gozo Channel u assolutament m'għandi l-ebda informazzjoni dwar dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru Ċensu Galea li qed jirrispondi f'isem il-Ministru Giovanna Debono u jaf li apparti dawk il-50 ruħ li kienu ġew impjegati, fil-vaganzi tas-sajf ġew impjegati mal-11-ir-ruħ oħra li x- xogħol tagħhom m'għandux x'jaqsam mal-bastimenti u effettivament m'hemmx bżonnhom.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'għandi xejn x'inżid ma' dak li għedt s'issa.", "EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "18769.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18137?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru jirriferi għat-tweġibijiet li diġa' tajt għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "18693 u 18780.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx jekk fost il-konsulenti kienx hemm ukoll Dr Green in konnessjoni mal-kulleġġ vokazzjonali - jista' jkun li mhux fost il-konsulenti għax forsi din kienet a one-off assignment - dak li kellu jiftaħ u għadu ma fetaħx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan huwa mniżżel fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, għalkemm m'huwiex imsemmi b'ismu, u qiegħed taħt il-konsulenza li ngħatat lid-dipartiment ta' l-adult education.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx ukoll jekk fost il-proposti li saru minn xi konsulenti li hemm imniżżla fil-lista, kienx hemm il-bidla fit-tħaddim tal-iskema ta' apprendistat.", "Għax jekk jien informat tajjeb, fis-sistema tas-soltu kien hemm xi bidla u ma nafx jekk issa humiex qed jagħmlu tlett ijiem jistudjaw u jumejn jaħdmu.", "Xtaqt inkun naf għax milli jidher l- isponsors ma kenux mgħarfa b'din id-deċiżjoni u wħud minnhom qed jikkonsidraw li jirtiraw l-isponsorship tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru..", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien m'iniex informat li sar xi tibdil, għalkemm smajtha fl-aħbarijiet llejla u naturalment ippruvajt dak il-ħin stess insib lil xi ħadd pero' ma rnexxilix.", "Mal-ministeru għall-politika soċjali bdejna diskussjoni fuq riforma fis-sistema ta' l-apprendistat, anke fid- dawl kemm ta' dak li għad irid jiġri fil-kulleġġ kif ukoll fid-dawl tar- regolamenti li nispera li jitħabbru ma jdumux dwar il-kwalifiki vokazzjonali.", "Dawn se jkunu għas-sena d-dieħla, pero' immedjatament ma nafx li kien hemm.", "Sa dalgħodu stess kelli żewġ studenti li ġew ikellmuni għax qed ifittxu l- isponsors - għax, kif jaf l-Onor.", "Membru, kultant ikun diffiċli biex isibu sponsors - u r-regolamenti li wrewni jitkellmu fuq jumejn skola u tlett ijiem xogħol, pero' ma nafx għal liema snin kienu qed jirriferu għax dawn ivarjaw minn sena għal oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Filwaqt li l-Ministru se jivverifika x'seta' ġara din is-sena fit-tibdil li qed jiġi propost, hemm maħsub li għallinqas lil dawn iż-żgħażagħ niżgurawhom li se jidħlu għall-apprendistat?", "Aħna minn din in-naħa naqblu mal-bidliet li saru - għax l-apprendistat isir biex jitħarrġu għall-ħajja futura tagħhom tax-xogħol u mhux se jiggarantilhom impjieg - imma li qed jiġri hu li ħafna drabi dawk iż-żgħażagħ li ma jsibux sponsor, jidħlu fid-dinja tax-xogħol bil-livell tal-kwalifiki li jkollhom.", "Qegħdin naħsbu biex fl-iskema l-ġdida nassiguraw kemm jista' jkun li l- apprendistat u t-taħriġ jilħaq lil kulħadd u ma nkunux dipendenti fuq jekk ikunx hemm sponsorship jew le mis-settur privat?", "Għax naf li hemm problema minħabba l-istruttura ta' l-ekonomija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt ix-xogħol jinqasam bejn id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u l-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "Naturalment id- diviżjoni tikkonċentra fuq il-kontenut ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ tekniku u l-korporazzjoni huwa assenjat lilha li tipprova ssib dawn l- isponsors.", "Naturalment il-koperazzjoni hija sħiħa ħafna bejnietna u qed naraw kif fid-dawl ta' dik li hija r-realta' fis-suq tax-xogħol nistgħu nsibu manjiera biex żgħażagħ li jkunu jridu jsegwu linja partikolari, nippruvaw nassigurawlhom li jkollhom l-esperjenza valida ta' taħriġ fuq il- post tax-xogħol.", "Nistqarr li m'hemmx soluzzjoni assoluta għall-każi kollha, pero' rridu naraw kif l-aħjar nistgħu nagħmluhom dawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk Fr Joe Borg huwiex qed iservi bħala konsulent mal-ministeru jew inkella mal-PBS?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, kif taf il-Kamra, meta jien ġejt biex nagħmel ċertu stħarriġ fuq is-sitwazzjoni tax-xandir pubbliku, kont tlabt lill-universita' biex tipprovdi nies li f'dan il-kamp għandhom ċertu knowledge u ċerta kompetenza u hi wżat is-centre for communications and technology.", "Oriġinarjament l-ewwel talba kienet biex nistħarrġu u naraw x'options differenti hemm u ssir ftit analisi tas-sitwazzjoni attwali.", "Dak iż-żmien kienu pproponew lil Prof Salvu Chircop u lil Dr Joe Cannataci, iżda mbagħad anke rwolajna l-assistenza ta' l-EBU, li anke bagħtulna xi nies huma.", "Din id-darba l-eżerċizzju huwa xi ftit differenti, fis-sens li rridu nersqu lejn l-implimentazzjoni ta' bidliet li naqblu li jkunu meħtieġa biex is- servizz ta' xandir pubbliku jieqaf fuq saqajh.", "Jien wkoll, din id-darba bħala gvern, tlabt biex is-centre for communications and technology jagħtuni persuna li tista' tgħin f'dan il-kamp.", "Il-persuna hija konsulent tal-ministeru imma barra li jaħdem mal-ministeru irid jaħdem ukoll mal-bord tal-PBS f'dan it-tfassil ta' pjan ta' miżuri li jridu jitwettqu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' emigranti Maltin li jirċievu xi tip ta' pensjoni tal-Gvern Malti, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19155.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Prim Ministru.", "MOZZJONI DWAR TIBDIL FIL-KONFINI TAD-DISTRETTI ELETTORALI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker:", "Billi l-Kummissjoni Elettorali fit-2 ta' Mejju 2000 għarrfet lill-Prim Ministru li għamlet tibdil fil-konfini elettorali u kopja ta' l-istess rapport tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-8 ta' Mejju 2000, u", "Billi l-artikolu 61 (3) (c) tal-Kostituzzjoni ta' Malta jipprovdi li \"mhux aktar tard minn ħames xhur wara li l-Prim Ministru jirċievi dak it-tagħrif, il-Kamra tista' b'riżoluzzjoni jew tapprova t-tibdil jew tibagħtu lura lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsidrah mill-ġdid,", "Din il-Kamra qiegħda b'din ir-riżoluzzjoni tapprova t-tibdil fil- konfini tad-distretti elettorali kif magħmula fl-istess rapport.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, din hija mozzjoni li fis-sustanza tagħha nista' ngħid li hija ritwali darba kull ħames snin f'dan il- parlament, u dan għaliex il-Kostituzzjoni tagħna tipprevedi u tordna li l- kummissjoni elettorali għandha tirrivedi d-distretti elettorali f'perijodi ta' mhux inqas minn tliet snin u mhux iktar minn ħames snin mill-aħħar reviżjoni li tkun saret.", "Fil-fatt bħalissa qegħdin fit-terminu ta' għeluq il-ħames snin mill-aħħar reviżjoni li kienet saret fl-1995.", "Għalhekk il- kummissjoni elettorali ppreparat ir-rapport tagħha u fit-termini tal- Kostituzzjoni jien qiegħed inressaq mozzjoni biex il-Kamra taqbel mal- proposti tal-kummissjoni elettorali.", "Naturalment din il-Kamra hija a konjizzjoni tal-kontenut tar-rapport tal-kummissjoni elettorali u tal-fatti kif ġraw, fis-sens li r-rapport ta' din il-kummissjoni ma ġiex iffirmat mill-kummissjonarji kollha imma ġie ffirmat mill-maġġoranza tal- kummissjonarji.", "Jien nipproponi li napprovaw dan ir-rapport.", "Mr Speaker, kif għedt diġa', l-aħħar reviżjoni tad-distretti elettorali saret fl-1995.", "Naħseb li hawnhekk ikun tajjeb jekk infakkar li kuntrarjament għal-lum, dakinhar ir-rapport tal-kummissjoni elettorali kien ġie approvat unanimament mill-membri kollha tal-kummissjoni.", "Ikun tajjeb jekk nfakkar ukoll li l-kummissjoni elettorali hija magħmula mill- kummissjonarju prinċipali, li huwa nominat mill-prim ministru - u effettivament il-kummissjonarju prinċipali tal-lum kien ġie nominat mill- prim ministru ta' qabli fl-1998, jekk m'iniex sejjer żball - waqt li l- kumplament tal-membri tal-kummissjoni elettorali kienu ġew nominati mill- President tar-Repubblika fuq parir tiegħi wara li kkonsultajt mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Fil-fatt nista' ngħid li filwaqt li jien kont ipproponejt erba' kummissjonarji, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien issuġġerixxa erba' kummissjonarji oħra.", "Jien, min-naħa tiegħi, aċċettajt il-persuni ssuġġeriti mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u hu, min-naħa tiegħu, lanqas sab diffikulta` biex jaċċetta l-persuni suġġeriti minni u għalhekk il-President aċċetta l-parir tiegħi li jiġu nnominati tmien kummissjonarji.", "Din hija s- sitwazzjoni li fiha ħadmet il-kummissjoni elettorali.", "Il-kummissjoni elettorali kellha tirrivedi - u din kienet xi ħaġa mandatorja, jiġifieri ma setgħetx tagħmel mod ieħor - il-konfini elettorali minħabba li kien hemm diversi distretti li kienu qabżu l-limiti ta' differenza mill-kwota nazzjonali, jiġifieri ta' 5% iktar jew inqas, kif tipprovdi l-Kostituzzjoni.", "Biex nispjega ruħi aħjar, ikun tajjeb jekk nirrimarka li l-Kostituzzjoni tirrikjedi li kemm jista' jkun id-distretti elettorali jkollhom numru ndaqs ta' eletturi, jew inkella jekk ma jkunux eżattament indaqs, ma jkunx hemm differenza ta' iktar jew inqas mill-kwota nazzjonali, jiġifieri ta' 5%.", "Nixtieq infakkar ukoll li s-sistema elettorali tagħna, li hija l-proportional representation, bl-użu tas-single transferable vote ġiet ittestjata b'mod qawwi tul is-snin u nafu li għall- ewwel darba rajna d-difetti sostanzjali ta' din is-sistema fir-riżultati anomali - dak iż-żmien konna sejjaħnielhom ukoll \"perversi\" - ta' l- elezzjoni ta' l-1981.", "Effettivament l-elezzjoni ta' l-1981 uriet li d- distretti jistgħu jiġu fformolati b'mod li jagħtu vantaġġ lil xi partit politiku jew ieħor, u dan għax l-ewwelnett jista' jkun hemm il-volonta` ta' min għamilhom biex ikun hemm dak ir-riżultat u t-tieni nett minħabba s- sistema fiha nnifisha, jiġifieri mingħajr l-intenzjoni ħażina ta' ħadd.", "Kif jaf kulħadd, wara l-elezzjoni ta' l-1981 il-pajjiż għadda minn trawma kbira.", "Fil-fatt dak iż-żmien kienu saru ħafna diskussjonijiet u kienu saru diversi emendi fil-Kostituzzjoni.", "Per eżempju, permezz ta' l- emendi li konna għamilna fl-1987 fil-Kostituzzjoni, aħna konna daħħalna l- prinċipju li partit li jkollu maġġoranza assoluta ta' voti fil-first count almenu jkun assigurat minn maġġoranza ta' siġġu wieħed f'dan il-parlament.", "Meta sussegwentement ma stajniex niftehmu fuq is-sistema elettorali alternattiva, fl-1996 għamilna pass ieħor 'il quddiem billi fil- Kostituzzjoni daħħalna l-prinċipju li jekk partit ma jġibx il-maġġoranza assoluta tal-voti pero` jġib maġġoranza relattiva u ma jkunx hemm iktar minn żewġ partiti rappreżentati fil-parlament, dak il-partit li jkollu l- maġġoranza relattiva jkun assigurat mill-maġġoranza f'dan il-parlament.", "Dan kollu jfisser li l-istorja riċenti ta' pajjiżna - u meta qed ngħid \"riċenti\" qed nirriferi għal dawn l-aħħar 20 sena - urietna li s-sistema tagħna m'hijiex perfetta u jista' jkun li d-distretti jwasslu għal riżultati mhux għal kollox proporzjonali, jew bl-intenzjoni tal-kummissjoni elettorali li tkun qassmet id-distretti jew inkella sempliċement minħabba l- mod kif jivvotaw in-nies.", "Qed ngħid dan kollu għax fl-1992 il-kummissjoni elettorali kienet biddlet id-distretti elettorali b'mod pjuttost radikali.", "Ngħid \"radikali\" għax kien ċar li fl-1990 il-kummissjoni elettorali qagħdet għal dak li tgħid il-Kostituzzjoni u applikat il-prinċipji tal- Kostituzzjoni dwar kif għandhom isiru d-distretti b'mod li dehrilha kien xieraq.", "Fil-fatt ir-riżultat ta' dak li ġara kkonferma li dik il- kummissjoni ħadmet b'serjeta`.", "Effettivament meta saru l-konfini l-ġodda, ir-riżultat ta' l-elezzjoni ta' Frar 1992 kien wieħed mill-iktar riżultati fair u proporzjonali li qatt kellna.", "Ta' min ifakkar li f'dik l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien ġab 51.77% tal-voti first count, u meta wieħed jieħu l-proporzjon ta' 51.77% minn 65 deputat n-numru ta' deputati kellu jkun ta' 33.65, pero` peress li ovvjament ma nistgħux nagħmlu żewġ terzi ta' deputat kien evidenti li n-numru ta' deputati min-naħa tal-Partit Nazzjonalista kellu jkun ta' 34.", "Min-naħa l-oħra, f'dik l-elezzjoni l-Partit Laburista kien ġab 46.5% tal-voti first count, li fuq bażi ta' 65 deputat ġabu 30.2% tad- deputati u allura dakinhar il-Partit Laburista tella' 31 deputat.", "Nerġa' ngħid li r-riżultat ta' dik l-elezzjoni kien fair għal kulħadd u kien konferma ta' kemm id-distretti kienu tqassmu b'mod oġġettiv.", "Meta ġajna għar-reviżjoni ta' l-1995, din id-darba l-kummissjoni elettorali rrivediet il-konfini u l-vot kien unanimu.", "Jien ma nafx jekk kenitx l-ewwel darba li l-vot kien unanimu.", "Għaliex qed ngħid li l-vot kien unanimu?", "Għax iċ-chief electoral officer u t-tmien kummissjonarji elettorali nnominati mill-President tar-Repubblika fuq parir tal-prim ministru wara konsultazzjoni mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, iffirmaw ir- rapport tal-konfini unanimament.", "Qed nagħmel din l-enfasi għax ir-rapport tal-kummissjoni elettorali ta' l-1995 kien żamm il-bażi tad-distretti ta' l- 1990 u rtokka fejn kien hemm bżonn biex effettivament ikun hemm in-numri ta' eletturi li jiġu fil-kwoti stabilita mill-Kostituzzjoni.", "Mr Speaker, illum il-kummissjoni elettorali reġgħet waslet biex tirrivedi d-distretti elettorali.", "L-eżerċizzju li għamilt jien f'isem il-gvern kien li rajt jekk il-konfini riveduti kif proposti mill-kummissjoni elettorali sarux oġġettivament skond il-kriterji li jistabilixxi subartiklu (4) ta' Artiklu 61 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Ta' min jgħid li dan l-artiklu jpoġġi erba' rekwiżiti meta ssir ir-reviżjoni ...", "Anzi qabel xejn irrid nagħmel enfasi fuq id-definizzjoni ta' \"reviżjoni\" f'dan il-każ.", "Il-kelma ''reviżjoni'' ma tfissirx li l-kummissjoni elettorali terġa' tqassam id- distretti daqs li kieku qabel ma kienx hawn distretti.", "Il-kummissjoni elettorali hija obbligata kostituzzjonalment li tirrivedi d-distretti kif ikunu dakinhar billi tuża erba' kriterji - l-ewwelnett li kemm jista' jkun iġġibhom indaqs għall-kwota elettorali, li kważi hija xi ħaġa impossibbli; it-tieni nett li meta jkun hemm devjazzjoni mill-kwota elettorali, dik id- devjazzjoni ma tkunx iktar jew inqas mill-kwota nazzjonali ta' 5%; it- tielet nett li jittieħed kont tal-viċinanza ġeografika ta' kull distrett jew inkella ta' kull belt u raħal ta' kull distrett; u r-raba' nett li l- kummissjoni elettorali tieħu in konsiderazzjoni d-differenza fid-densita` bejn lokal u ieħor u fatturi rilevanti oħra - u jien jidhirli li dan il- parlament biex jiddeċiedi għandux japprova l-konfini kif riveduti mill- kummissjoni elettorali għandu jeżamina x'qed tipproponi din il-kummissjoni u jekk hijiex miexja skond il-prinċipji.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk infakkar li fl-imgħoddi din donnha kienet xi ħaġa paċifika, fis-sens li n-naħa l-oħra mhux l-ewwel darba li kienet esprimiet dan il-prinċipju.", "Biżżejjed nikkwota silta minn diskors tal-prim ministru ta' dak iż-żmien, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, liema diskors kien ġie ppubblikat f'forma ta' booklet meta ġejna biex nibagħtu r-rapport tal- kummissjoni elettorali lura fl-1986.", "Fil-fatt l-Onor.", "Mifsud Bonnici kien qal hekk:", "''Il-kummissjonarji elettorali għandhom jagħtu kas ta' dak kollu li ntqal fid-dibattitu.", "Għandhom jagħtu kas l-iktar li ma jkun fl- interess ta' ħadd li jkun hemm disturb ta' distretti.", "Dan huwa l- ewwel rekwiżit.", "Ladarba l-kondizzjonijiet tal-Kostituzzjoni jiġu sodisfatti, wieħed jistenna li jkun hemm l-inqas disturb possibbli.'',", "u jien naħseb li r-rapport tal-kummissjoni elettorali jimxi eżattament fuq dan il-prinċipju.", "Issa, Mr Speaker, se ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar il-kwota elettorali nazzjonali.", "Jekk wieħed jara kif ġew imqassma d-distretti llum isib li hemm sitt distretti li jvarjaw b'inqas minn 1%, jiġifieri kważi huma eżatti daqs il-kwota nazzjonali, hemm tliet distretti fejn il-varjazzjoni mill- kwota nazzjonali hija ta' inqas minn 2%, hemm tliet distretti fejn din il- varjazzjoni hija ta' inqas minn 3% u hemm distrett wieħed li għandu varjazzjoni ta' 3.48%, li huwa l-ħames distrett.", "Meta wieħed jagħmel din l- analisi jinduna li d-distretti kif inhuma bil-konfini l-ġodda jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Kostituzzjoni, cioe` li kemm jista' jkun ikunu ndaqs u li d- devjazzjoni ma tkunx iktar jew inqas mill-kwota nazzjonali ta' 5%.", "Kif għedt diġa', it-tielet rekwiżit li l-kummissjoni elettorali hija obbligata li tirrivedi kostituzzjonalment hija l-viċinanza ġeografika ta' kull distrett.", "Fil-fatt din il-kummissjoni qed tgħid li għandu jsir it- tibdil li se ngħid.", "Fl-ewwel distrett, li sal-lum jinsab taħt il-kwota nazzjonali, se tiżdied biċċa oħra minn Santa Venera.", "F'dan il-każ żgur li m'hemm l-ebda diffikulta` għar-rigward tal-viċinanza għax parti minn Santa Venera diġa' kienet ma' l-ewwel distrett.", "Rigward it-tieni distrett, li wkoll jinsab taħt il-kwota elettorali, il- kummissjoni elettorali qiegħda żżidlu biċċa oħra minn Ħaż-Żabbar, u anke f'dan il-każ, parti minn Ħaż-Żabbar diġa' kienet mat-tieni distrett.", "Għall-ħames distrett il-kummissjoni elettorali qed tgħid li għandu jiżdied il-Qrendi u jitneħħa Ħal Kirkop, u dan minħabba l-kwestjoni tal- viċinanza.", "Niġu issa għas-sitt distrett.", "Fis-sitt distrett il-kummissjoni elettorali qed tipproponi li jiżdied Ħal Kirkop.", "Fil-fatt diġa' kien hemm drabi oħra fejn Ħal Kirkop ingħaqad ma' l-istess distrett ta' Ħal Qormi u Ħal-Luqa, u m'hemmx dubju li Ħal-Luqa u Ħal-Kirkop jinsabu viċin xulxin.", "Min-naħa l-oħra fis-seba' distrett qed tiżdied il-lokalita` ta' l-Imdina u fit-tmien distrett qed tiżdied parti mill-Iklin.", "Issa hawn ta' min jagħmel parentesi żgħira u jgħid li t-tmien distrett huwa magħmul minn Birkirkara u Ħal-Lija.", "Kif jaf kulħadd, l-Iklin huwa viċin ħafna ta' Birkirkara u ta' Ħal-Lija, pero` forsi huma ftit dawk li nnotaw li l-kummissjoni qiegħda taqsam il-lokalita` ta' l-Iklin għall-ewwel darba.", "Rigward id-disa' distrett ta' min jgħid li f'dan id-distrett, li taħtu jaqa' San Ġwann, qed tiżdied parti mill-Iklin.", "Kif wieħed jinnota, il- kummissjoni elettorali żgur li ma kisritx il-prinċipju tal-viċinanza bil- proposti tagħha.", "Imbagħad għall-11-il distrett, li taħtu taqa' l-Mosta, il- kummissjoni elettorali qed tgħid li għandhom jiżdiedu r-Rabat u l-Imtarfa minflok in-Naxxar u l-Għargħur.", "Ir-raba' rekwiżit li l-kummissjoni elettorali qed tieħu in konsiderazzjoni hija d-differenza fid-densita` bejn lokal u ieħor u fatturi rilevanti oħra.", "Illum għandna l-vantaġġ - u f'ċertu sens il-kummissjoni elettorali rrikonoxxiet dan il-vantaġġ - li d-differenza fid-densita` bejn lokal u ieħor diġa' huma definiti bil-liġi dwar il-kunsilli lokali.", "Fil- fatt jidher ċar li din il-kummissjoni qagħdet attenta ħafna li ma taqsamx dawk il-lokalitajiet li għandhom il-kunsill lokali tagħhom, bħal Santa Venera u Ħaż-Żabbar, pero` din id-darba kellha taqsam post relattivament ġdid, li huwa l-Iklin, biex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti tal- Kostituzzjoni.", "Għalkemm kif għadna kemm rajna, il-kummissjoni elettorali qed tissodisfa r-rekwiżiti kollha li timponi l-Kostituzzjoni, dan ma jfissirx li kull deputat se jgħid li din id-darba d-distretti elettorali ġew imqassma b'mod tajjeb, u naħseb li dan nista' ngħidu individwalment għad-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Per eżempju, jien naħseb li kemm min kien imdorri jkun kandidat fid-distrett tar-Rabat kif ukoll min kien imdorri jkun kandidat fid-distrett tal-Mosta għandu x'jikkummenta fuq dak li qed tissuġġerixxi din il-kummissjoni.", "Jien ukoll għandi x'nikkummenta.", "Per eżempju, jien ngħid li l-Qrendi iktar se jkun f'loku fil-ħames distrett.", "Huwa veru li mhux il-Qrendi biss sposta ruħu imma diversi lokalitajiet oħra, pero` l-kummissjoni elettorali bilfors kellha tagħmel dawn l-ispostamenti biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kostituzzjoni.", "Jien naħseb li l-kummissjoni elettorali kienet tagħmel żball kbir li kieku kellha teżamina l-effetti ta' l-ispostamenti ta' dawn id-distretti skond kif jinterpretawhom jew skond kif jistgħu jinterpretawhom il-partiti politiċi.", "Il-kummissjoni elettorali ma teżaminax l-effett tad-distretti fuq il-partiti politiċi, u jkun ħażin li kieku kellha tagħmel dan.", "Fil- fatt jien ngħid li l-ikbar difett li kien hemm fil-konfini elettorali għall- elezzjoni ta' l-1981 kien proprju dak li dak iż-żmien kien sar eżerċizzju x'jaqbel iktar lil partit jew ieħor.", "Diġa' għedt li l-elezzjoni ta' l-1992 tat prova mill-iktar ċara li t-tqassim tad-distretti li sar fl-1990 ta a fair result.", "Ovvjament dan ma jfissirx li d-distretti elettorali kif suġġeriti mill-kummissjoni elettorali llum ma jistgħux jagħtu riżultati proporzjonali, kif suppost trid is-sistema tagħna, pero` fl-1996 diġa' kellna dibattitu sħiħ f'dan il-parlament ...", "Anzi dak iż-żmien mhux dibattitu fil-parlament biss kellna imma kellna wkoll kummissjoni li eżaminat is-sistema, sabet li s-sistema kellha dawk id-difetti li llum kulħadd jaf bihom, u wasslet lill-kummissjoni elettorali biex tagħmel suġġerimenti dwar kif jista' jkollna sistema elettorali li l-konfini elettorali tad-distretti jsiru irrilevanti għar-riżultat elettorali.", "Dak iż-żmien jien, bħala prim ministru, kont lest li naddotta s- suġġeriment li kien sar minn dik il-kummissjoni fuq proposta prinċipalment ta' Prof. Buhagiar, u naħseb li jekk irridu verament li f'dan il-pajjiż naqtgħu darba għal dejjem l-akkużi, ġustifikati u m'humiex, ta' distretti u konfini elettorali li jagħtu vantaġġ lil xi partit jew ieħor, irridu nsibu sistema li tirrendi r-riżultat elettorali indipendenti għal kollox mill- konfini elettorali.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-suġġeriment li kien sar fuq proposta tal-kummissjoni ppreseduta mill-ispeaker ta' dakinhar l-Onor.", "Lawrence Gonzi, jagħtina bażi fuq kif nistgħu nimxu f'dan il-parlament.", "Jien nerġa' ngħid - u nittama li l-oppożizzjoni tisma' dan li qed ngħid u tikkonsidrah bis-serjeta` - li jekk irridu neliminaw il-possibbilta` ta' riżultati mhux proporzjonali daqskemm nixtiequ, allura rridu niżguraw li s- sistema elettorali ma tippermettix dan u billi jkollna sistema fejn, nerġa' ngħid, il-konfini elettorali jsiru irrilevanti.", "Min-naħa tiegħu l-gvern għadu lest li jittratta din il-kwestjoni u jekk ikun hemm qbil naslu biex inbiddlu anke s-sistema elettorali ħalli naqtgħu darba għal dejjem kull possibbilta` ta' riżultati mhux proporzjonali għal kollox u naqtgħu darba għal dejjem ukoll l-akkużi li jistgħu jsiru li kien hemm min ried jagħti xi vantaġġ lil xi partit politiku.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Prim Ministru semma r-ritwal ta' kull ħames snin li jsiru f'dawn id-diskussjonijiet.", "Nafu li wieħed mill-elementi negattivi tar-ritwal hu li ssiru sempliċi ċerimonja fejn jiġu ripetuti l-istess diskorsi, dejjem skond iċ-ċirkostanzi storiċi ta' meta jkun qed isir id-diskors imma l-okkażjoni tkun formalita` bla tifsira.", "Ċertament hemm punti fundamentali x'jitqajmu dwar is-sistema elettorali ta' pajjiżna, u meta nużaw kliem bħal \"li titħaddem b'oġġettiva`\" jien naħseb li wieħed irid ikollu l-umilta` li jgħid li għallinqas objectivity is in the eye of the beholder.", "Nafu li anke fil- każ tax-xjenza huwa diffiċli ħafna biex tiddifenixxi l-oġġettivita`, aħseb u ara fil-politika!", "Storikament nistgħu ngħidu li s-sistema tad-distretti kif nafuha, is- sistema tal-vot li jintiret, is-sistema ta' rappreżentanza proporzjonali, hemm min jgħid bir-raġun li daħlet mill-kolonjalisti biex tifred lill- Maltin, iddawwarhom kontra xulxin u b'hekk ma jifformawx blokki politiċi li setgħu jingħaqdu u jwasslu għall-ħelsien tal-pajjiż.", "Pero` nafu wkoll li fil-pajjiż ma teżistix biss arkitettura jew inġinerija elettorali iżda teżisti wkoll il-kultura politika u soċjali, u pajjiżna dan ma ppermettihx.", "Fil-fatt, minkejja li hija sistema li tippremja l-konkorrenza u r- rivalita`, anke rivalita` interna ġo kull partit, f'Malta xorta fformaw il- partiti u kellhom ikunu l-partiti l-protagonisti ewlenin tat-tibdil soċjali politiku u ekonomiku f'pajjiżna.", "Pero` llum - jew għallinqas sakemm aħna l- Maltin indumu mmexxu lilna nfusna u mhux minn kolonja Brittanika ngħaddu biex insiru kolonja mqarsta fil-karta tal-fidda tas-sovranita` komuni li jsejħulha Unjoni Ewropea - ta' min jara jekk is-sistema li l-Ingliżi kienu daħħlu biex jifirduna u jġellduna kontra xulxin nużawhiex aħna l-Maltin kontra xulxin biex ma nħallux iseħħ ċertu żvilupp f'pajjiżna.", "Jien qrajt id-dibattiti li saru f'din il-Kamra dwar il-kummissjoni elettorali u rriżultali li dawn id-dibattiti dejjem ikunu jaħarqu, anke jekk il-kelliema jippronunzjaw irwieħhom b'mod differenti, skond il- personalita` tagħhom u skond il-mument storiku li fih ikunu qed jitkellmu.", "Ħafna drabi matul dawn id-dibattiti kull naħa tibda takkuża lill-oħra b'logħob u maniġġi li jsiru biex il-voti ta' naħa jsiru jiswew iżjed mill- voti tan-naħa l-oħra.", "Il-partiti politiċi, partikolarment f'mumenti ta' kriżi, ġieli waslu biex jaraw kif se jsolvu din il-problema, pero` din hija problema li għadha magħna.", "Ikun tajjeb jekk ngħid li r-rapport li għandna quddiemna llum, liema rapport huwa maħruġ mill-kummissjoni elettorali, m'huwiex iffirmat mill- membri kollha ta' din il-kummissjoni.", "Għalkemm il-kummissarju elettorali jkun qiegħed jopera f'istituzzjoni kostituzzjonali, l-istituzzjonijiet kostituzzjonali f'pajjiżna għadhom ma żviluppawx l-awtonomija u l-identita` tagħhom biex ma jgħidux \"iva\" lill-gvern tal-ġurnata.", "Per eżempju, nistgħu ngħidu bla tlaqliq li anke r-rapport li għandna quddiemna llum, dan jaġevola lill-gvern tal-ġurnata u l-affarijiet saru b'mod li l-voti tiegħu jkunu jiswew iżjed mill-voti tal-Laburisti.", "Wieħed irid jgħid ukoll li f'dan ir-rapport m'hemmx proporzjonalita` stretta bejn il-voti u s- siġġijiet.", "Issa waqt li għadni kif għedt li ġeneralment f'dibattitu bħal dan li qed nagħmlu llum kull partit politiku jibda jwaħħal fil-partit politiku l-ieħor li qed jimmanipola, li qed jilgħab u li qed jimmaniġġja biex jieħu ċerti vantaġġi, pero` ma nistax ma nistqarrx ukoll li kull partit politiku kkontribwixxa matul is-snin biex jinstabu ċerti soluzzjonijiet f'dan il-qasam.", "Per eżempju, m'hemmx dubju li jekk wieħed jara kif żviluppat is-sistema elettorali minn wara t-tieni gwerra dinjija 'l hawn isib is-sehem li ta l- Partit Laburista biex tinxtered id-demokrazija f'pajjiżna.", "Biżżejjed insemmi li d-dritt tal-vot ma baqax jiddependi mill-proprjeta` jew mill- kwalifiki ta' l-edukazzjoni li wieħed ikollu.", "Lanqas baqa' jkun hemm sitwazzjoni fejn filwaqt li jkun hemm min għandu iktar minn vot wieħed, ikun hemm min ma jkollu xejn.", "Ta' min isemmi wkoll li n-nisa bdew jingħataw id-dritt tal-vot, u dan id-dritt tal-vot kompla jinxtered fis- snin 70 meta l-vot ma baqax jingħata biss lil dawk li jagħlqu 21 sena imma anke lil dawk li jagħlqu 18-il sena.", "Hawnhekk se nagħmel punt żgħir u nixtieq li jkun hemm xi ħadd min-naħa tal-gvern li jirrispondini fuq dan il- punt, Sur President.", "Naħseb li llum li qegħdin fis-seklu 21 wasal iż-żmien li nerġgħu nħarsu lejn id-drittijiet tal-vot ta' persuni b'diżabilita` li għandhom diżabilita` intellettwali għax żgur li nistgħu nsibu mod iktar serju u dinjituż biex lil persuni bħal dawn ma nibqgħux inċaħħduhom mid-dritt tal- vot.", "Ninsab informat li l-federazzjoni ta' l-għaqdiet ta' persuni b'diżabilita` kienet qed tagħmel diversi laqgħat u waslet biex taħtar saħansitra grupp magħmul minn avukat, psikologu, minn xi ħadd mill-qasam mediku u minn personalitajiet oħra biex flimkien jaraw kif għandha tinbidel il-proċedura fid-dawl ta' Artiklu 23 tal-Kostituzzjoni, li tgħid li persuni li għandhom xi inkapaċita` mentali ma jistgħux jivvotaw.", "F'Ġunju li għadda kellu wkoll jitlesta rapport u jiġi diskuss mal-kummissjoni tal-persuni b'diżabilita`, pero` s'issa għadna ma smajna xejn f'dan ir-rigward.", "Jien naħseb li llum, li ninsabu fis-seklu 21, bix-xieraq li nagħmlu pass f'dik id-direzzjoni.", "Bil-għan li jonqos il-gerrymandering, jiġifieri l-logħob bid-distretti, il-varjazzjoni ta' bejn distrett u ieħor minn 15% niżlet għal 5%.", "Bla dubju ta' xejn, dan kien żvilupp importanti ħafna biex ikun hawn iktar proporzjonalita` stretta bejn il-voti, is-siġġijiet u l-membri parlamentari.", "Hija xi ħaġa ovvja li jekk ikun hemm distanza kbira bejn dak li jkun qed jiġri fl-istituzzjonijiet demokratiċi u l-pajjiż, dawn l- istituzzjonijiet jimirdu u għalhekk jekk irridu li dawn l-istituzzjonijiet ikollhom ħajja ġdida huwa tajjeb li kultant żmien nagħtu ħarsa fil-fond lejn l-istituzzjonijiet li jkollna, dejjem jekk il-klima psikoloġika u politika tkun tippermetti dan.", "Naturalment xi ħaġa bħal din titlob fiduċja u mhux suspett ta' manipulazzjoni u ta' biża'.", "L-importanti hu li permezz tal-bidliet li saru - liema bidliet ressquna biex ikun hawn iktar proporzjonalita` stretta u biex ma jerġax jirripeti ruħu r-riżultat ta' l- 1981 - ma kienx hemm għalfejn li partit iġib iktar minn 50% tal-voti għax jekk partit ikollu l-maġġoranza relattiva, dan ikun assigurat ukoll mill- maġġoranza relattiva tal-membri hawn ġew.", "Madanakollu xorta għad baqa' x'jiġi rranġat fis-sistema tagħna għax sal-lum għad baqa' s-suspetti li d- distretti jitfasslu b'mod li jaġevolaw lill-partit li jkun fil-gvern f'dik il-ġurnata.", "Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li l-Partit Laburista bir-raġun huwa mħasseb dwarha tirrigwarda l-bidla li seħħet fuq ir-records li jinżammu ta' dawk li jiġu u jitilqu minn Malta.", "S'issa għadna ma ngħatajniex risposta serja f'dan ir-rigward, la min-naħa ta' l-awtoritajiet, la min-naħa tal- gvern, la min-naħa tal-kummissjoni elettorali u lanqas min-naħa tal- kummissarju tal-pulizija.", "Il-gvern għandu jiffaċċja żewġ issues kruċjali jekk irid li s-sistema elettorali tkun tgawdi fiduċja u kontroll iktar serju fuq dawk li jsiefru u jirritornaw fil-pajjiż.", "Naturalment bl-ebda mod m'aħna qed ngħidu li għandha terġa' tidħol is-sistema ta' qabel, jiġifieri ta' l-embarkation cards, pero` minħabba li anke kif jgħid Artiklu 57 tal-Kostituzzjoni, wieħed mir-rekwiżiti biex tivvota hu li trid tkun ilek residenti f'Malta matul it-18-il xahar ta' qabel ir-reġistrazzjoni għal perijodu kontinwu ta' sitt xhur jew għal perijodu li jammonta fit- total globali għal sitt xhur, dik il-verifika hija importanti, allavolja bħalissa m'hijiex qed tittieħed in konsiderazzjoni.", "Din hi sitwazzjoni li l-Partit Laburista jqisha bħala inaċċettabbli.", "S'issa r-reazzjoni għal dan it-tħassib tal-Partit Laburista kien wieħed arroganti u negattiv, u l- Partit Laburista jistenna li l-kummissjoni elettorali tieħu l-miżuri kollha li għandha tieħu biex dan ir-rekwiżit kostituzzjonali jitħares u mhux tibqa' paralizzata.", "Aħna nafu li wieħed mid-dmirijiet tal-kummissjoni elettorali huwa li jinżamm reġistru elettorali skond dan ir-rekwiżit tal- Kostituzzjoni u għalhekk huwa importanti li l-kontrolli bażiċi li tneħħew ta' dawk li jitilqu u jiġu lura Malta jridu jiġu sostitwiti b'xi miżura oħra li tagħti lok biex jiġi vverifikat jekk iċ-ċittadini jkunux qed jirrispettaw dan ir-rekwiżit tal-Kostituzzjoni.", "Il-kwestjoni l-oħra li hemm bżonn li tiġi ffaċċjata hija dik taċ- ċittadinanza doppja.", "Il-liġi taċ-ċittadinanza doppja, li ddiskutejnieha ħafna hawn ġew - il-Partit Laburista jaqbel magħha perfettament - għandha riperkussjonijiet fuq il-proċess elettorali għaliex qed twessa' l-grupp ta' dawk li jistgħu jkunu ċittadini ta' Malta u Għawdex u li allura jistgħu jivvotaw.", "Madanakollu huwa importanti ħafna li dak il-proċess ikun wieħed trasparenti u li jsir il-kontroll neċessarju minħabba li issa hawn min għandu żewġ passaporti li jistgħu jintużaw f'mumenti differenti.", "Minn mindu tneħħa ċertu kontroll fil-portijiet u fl-ajruport ta' Malta sar iktar diffiċli biex wieħed jivverifika meta telqu minn Malta u meta ġew lura Malta dawn il-persuni u għalhekk iktar u iktar huwa importanti li l-proċess taċ-ċittadinanza doppja jsir iżjed trasparenti u jkun abbinat mas-sistema tal-karta ta' l-identita`, fejn kull persuna jkollha numru uniku u mhux tkun tista' tuża' l-passaporti tagħha skond il-konvenjenza.", "Aħna nemmnu li l-gvern għandu jippubblika lista dettaljata bin-numru ta' l-identita` tal- persuni kollha li għandhom ċittadinanza doppja kull sitt xhur, kemm dawk li huma residenti f'Malta kif ukoll dawk li huma residenti barra minn Malta.", "Dan jgħin biex ikollna fiduċja sħiħa f'sistema li għandha rabta ma' l- elezzjoni ġenerali.", "Naħsbu li l-gvern huwa fid-dover li jaġixxi b'dan il- mod miftuħ u trasparenti li jkun soġġett għall-iskrutinju pubbliku jekk irid li n-nies ikollhom fiduċja sħiħa fis-sistema elettorali u fl- elezzjonijiet.", "Għalkemm ma naħsibx li hija kwestjoni ta' l-istess gravita`, irrid ngħid li f'ċerti lokalitajiet, bħal f'San Ġiljan, il-karti ta' l-identita` skadew u għalhekk nappella lill-kummissjoni elettorali biex tara li t-tiġdid tal- karti ta' l-identita` jkun qed iseħħ il-ħin kollu.", "Illejla diġa' ssemma l- fattur ta' kif qed isir iċ-ċaqliq fil-popolazzjoni.", "Fil-fatt jekk wieħed jara kif iċċaqalqet il-popolazzjoni matul is-seklu li għadda, speċjalment mill-aħħar gwerra 'l hawn, isib li l-popolazzjoni qed titlaq mill-inħawi ta' madwar il-portijiet u qed tersaq iktar lejn in-naħa ta' fuq ta' Malta, bir-riżultat li filwaqt li qed jitbattlu ċerti lokalitajiet qed jiġu fformati oħrajn ġodda.", "Bla ebda dubju dan iħalli effett fuq kif jitfasslu d-distretti elettorali u milli jidher din it-trend se tkompli matul is-snin li ġejjin.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn fuq kif sar dan iċ-ċaqliq tal- popolazzjoni jsib li, per eżempju, filwaqt li fil-bidu tas-seklu l-ieħor 44% tal-popolazzjoni kienet tgħix in-naħa tal-Kottonera, in-naħa tal-Belt u n-naħa ta' l-inner harbour area, illum dan il-persentaġġ niżel għal 22%.", "Sadanittant fl-inħawi tax-xlokk, tal-punent u tan-naħa ta' fuq tal-pajjiż il-popolazzjoni qed tkompli tiżdied tant li hemm ċerti areas fejn il- popolazzjoni saħansitra rdoppjat.", "Bla ebda dubju, dan se jħalli effett fuq kif se jitfasslu d-distretti elettorali fl-elezzjonijiet li ġejjin.", "Naħseb m'hemmx għalfejn ngħid li huwa importanti ħafna li l-proċess elettorali jkun igawdi l-fiduċja ta' kulħadd, u dan għaliex minnu jiddependu l- għażliet fundamentali li jkun qed jagħmel pajjiżna.", "Fis-snin li ġejjin pajjiżna għandu għażliet kbar x'jagħmel u għalhekk huwa importanti li jkun hemm għaqda psikoloġika u politika , pero` sfortunatament ma naħsibx li bħalissa teżisti l-klima li wieħed jawgura biex pajjiżna jirrispetta u jirrifletti iżjed fuq dak li jkun għaddej.", "Nerġa' ninsisti li ż-żewġ kwestjonijiet li semmejt, jiġifieri l-kwestjoni taċ-ċittadinanza doppja u dik tad-dħul u l-ħruġ ta' persuni mill-pajjiż, hemm bżonn li jiġu ffaċċjati bis-serjeta` għax jekk ma jiġux riżolti tkun qed tinħoloq sitwazzjoni fejn il-klima psikoloġika u politika li għadni kif semmejt u li tant hija importanti biex il-pajjiż jieħu l-passi li għandu jieħu, tmur għall-agħar, tkompli ddaħħal iktar sfiduċja, tkompli tivvelena r-relazzjonijiet bejn iż- żewġ protagonisti l-kbar tax-xena politika Maltija u tkompli ddaħħal iktar elementi ta' tensjoni u ta' konflitt li l-pajjiż jagħmel tajjeb li jgħaddi mingħajrhom.", "Il-pajjiż għandu biżżejjed sfidi, għandu biżżejjed challenges u problemi x'jiffaċċja u m'għandniex inkomplu nżiduhomlu fil-qasam politiku.", "Madanakollu jien ngħid li jekk ikun hemm rieda tajba, bħalma fl- imgħoddi kien hemm problemi iktar serji u kritiċi x'jiġu ffaċċjati, jistgħu jinstabu soluzzjonijiet tajba għal dawn iż-żewġ problemi, u huwa importanti li min-naħa tagħna nsibu dawn is-soluzzjonijiet biex ma jiżdidux il- problemi fix-xena politika.", "Bħalma għedt diġa', minkejja t-tibdiliet kollha li seħħew fis-sistema elettorali, din in-naħa xorta waħda għadha m'hijiex sodisfatta b'kif inhuma mqassma d-distretti fir-rapport li ġie quddiemna.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax aħna nħossu li l-mod kif tfasslu dawn id-distretti se jivvantaġġjaw il- voti tal-Partit Nazzjonalista fuq il-voti tal-Partit Laburista.", "Il- proporzjonalita` li għandu jkun hemm bejn in-numru ta' voti u n-numru ta' membri li jitilgħu fil-parlament xorta għadna nħossu li jaħdem kontra tagħna, kif ħadem kontra tagħna fl-1996 u fl-1998 fejn il-vot tal-Partit Nazzjonalista ġie mmassimizzat filwaqt li dak tal-Partit Laburista ġie mminimizzat.", "Għalhekk din in-naħa ma taqbilx mar-rapport tal-kummissjoni elettorali li għandna quddiemna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, meta wieħed jara d-diskorsi li kienu jsiru fil-passat, mal-ewwel jinnota s- saħna politika li ħafna drabi kienet tikkaratterizza dawn id-dibattiti, u ħadt gost ninnota li din id-darba kemm id-diskors tal-Prim Ministru kif ukoll id-diskors ta' l-Onor.", "Bartolo ma kenux f'dik il-linja, anzi kienu diskorsi fejn mhux biss tpoġġew l-argumenti 'l quddiem, pero` fejn l- argumenti tpoġġew b'ċerta forza u b'ċertu appell għal raġunar b'mod differenti minn kif kienu jsiru d-diskorsi fil-passat.", "Wara kollox naħseb li hekk għandu jkun kull dibattitu dwar id-distretti elettorali.", "M'hi sorpriża għal ħadd li f'dan it-tip ta' dibattitu xi kultant ikun hemm xi eċċessi minn xi kelliema għax fl-aħħar mill-aħħar ilkoll nirrealizzaw li hemm rabta bejn id-distretti elettorali u l-elezzjoni ġenerali.", "Fl-aħħar mill-aħħar hija l-vokazzjoni ta' kull partit politiku li jagħmel mill-aħjar li jista' biex jirbaħ l-elezzjoni, u għalhekk jekk xi partit politiku jħoss li d-distretti m'humiex magħmulin skond il-kriterji li hemm fil- Kostituzzjoni, wieħed jistenna li xi kultant jitqajmu dibattiti sħan.", "Mr Speaker, li xtaqt nenfasizza iktar illum hija li jien nissorprendi ruħi li wara l-esperjenzi li għaddejna minnhom fil-passat, għadna qed nippersistu li nipprovaw nagħmlu dak li hu impossibbli.", "L-Onor.", "Bartolo laqat proprju l-musmar fuq rasu meta qal li l-oppożizzjoni m'hijiex kuntenta bir-rapport tal-kummissjoni elettorali li għandna quddiemna għax m'hemmx il-proporzjonalita` stretta li għandu jkun hemm bejn il-voti u s- siġġijiet.", "Issa jien naħseb li huwa żball kardinali li llum għadna qed nippretendu li l-mod kif jiġu mfassla d-distretti elettorali jista' jġib proporzjonalita` kważi assoluta.", "Aħna nafu li s-sistema elettorali tagħna, jiġifieri s-single transferable vote, m'hijiex sistema li tiggarantixxi proporzjon assolut.", "La l-Kostituzzjoni bil-mod oriġinali kif kienet imfassla u lanqas il-liġi li tirregola kif isir l-għadd tal-voti m'hi magħmula biex tagħtik proporzjon assolut, u dan tant nafuh tajjeb li biddilna l-Kostituzzjoni għal darba darbtejn biex proprju nipprovaw niżguraw kemm jista' jkun li l-proporzjon ikun aħjar minn dak li fassalna oriġinarjament.", "Imma madanakollu xorta waħda għadna qed nippretendu li se jsir xi disinn ta' distretti elettorali li b'xi mod se jiggarantielna proporzjonalita` assoluta.", "Kemm qed nipprovaw nagħmlu dak li huwa possibbli jien ngħid li fl-aħħar mill-aħħar jixhduh il-fatti, Mr Speaker.", "Mingħajr ma noqogħdu nagħtu tort lill-kummissjoni elettorali kif kienet komposta diversament f'diversi snin, ir-realta` turi li mill-aħħar ħames elezzjonijiet li saru, jiġifieri mill-1981 sal-lum, f'elezzjoni waħda biss kien hemm relazzjoni bejn dak li ġie mfassal bħala distretti u r-riżultat elettorali aħħari.", "Fl-1981, fl-1987, fl-1996 u fl-1998 id-distretti elettorali ma tawx riżultat f'siġġijiet li kien fl-istess proporzjon bħalma ġabu l-partiti fil-pajjiż kollu u, kif spjega l-Prim Ministru, kien biss fl-1992 li kien hemm din ir-relazzjoni.", "Lanqas meta l-kummissjoni elettorali kienet unanima - fil-fatt l-unika darba li kien unanima kienet meta fasslet id-distretti ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996, l-istess distretti li ġew ikkontestati fl-elezzjoni ta' l-1998 - ir-riżultat ma kienx fil-proporzjon li wieħed kien jixtieq.", "Issa se nipprova nagħmel diskors qasir li jmur 'il bogħod mill-partiġjaniżmu, Mr Speaker.", "Jien ħadt gost ħafna nisma' lill-Onor.", "Bartolo li, apparti li tkellem fuq problemi li m'għandhomx x'jaqsmu mad-distretti elettorali u li allura m'iniex beħsiebni nirrispondihom, tkellem b'mod fejn ħeġġeġ lil din il- Kamra biex insolvu l-problemi flimkien.", "Min irid jirraġuna, jaf li tipproponi x'tipproponi kull kummissjoni elettorali, m'hemm l-ebda garanzija li dak li tista' tipproponi se jwassal biex ikollna parlament ta' 65 siġġu li l-proporzjon bejn il-partiti politiċi jkun il-proporzjon ta' voti li jkunu kisbu fuq bażi nazzjonali.", "Anzi l-esperjenza tal-passat twassalni biex kważi kważi nazzarda ngħid li jekk dan jerġa' jiġri, se jiġri b'kumbinazzjoni u mhux għax il-kummissjoni elettorali tkun ħasbet minn qabel biex tiddisinja d-distretti b'dak il-mod.", "Jekk irridu nfittxu soluzzjoni verament, ejjew infittxu soluzzjoni dwar dak li jaqblu fuqu ż- żewġ partiti politiċi.", "Illum iż-żewġ partiti politiċi jaqblu li s-sistema elettorali għandha tibbaża l-proporzjon tagħha fuq is-saħħa nazzjonali tal-partiti politiċi.", "Skond il-persentaġġ ta' voti li jġib partit politiku fuq bażi nazzjonali għandu jkollu l-istess proporzjon ta' siġġijiet.", "Iż-żewġ partiti politiċi jaqblu wkoll li s-sistema li għandu jkollna m'għandhiex tkun sistema ta' proporzjonalita' assoluta imma għandha tkun sistema li fiha jkollha threshold, jiġifieri trid taqbeż ċertu livell biex tikkwalifika għal siġġu parlamentari.", "Allura la naqblu fuq dawn il-prinċipji l-iktar importanti ta' kull sistema li tista' tiġi ddisinjata, possibbli li dan il-parlament m'huwiex kapaċi jaqbel fuq kif dik is-sistema għandha tkun?", "Possibbli li għandna nibqgħu nitkellmu fuq sistemi li minkejja li nkunu nafu li jkunu qed jaħdmu ħażin, minkejja li nkunu għamilna l-almu tagħna biex inbiddluhom u minkejja li nkunu nafu li għadna ma wasalniex fejn verament irridu naslu, xi kultant minħabba l-pika żejda, ma nkunux lesti li naslu?", "Kapaċi li minn dan il-parlament noħorġu sistema li tkun verament tixraq lil pajjiżna u li tagħmel id-dibattitu tal-lum irrilevanti, għax bl-ebda mod ma tkun se taffettwa l-proporzjon nazzjonali u bl-ebda mod ma jkollna għalfejn noqogħdu nżidu s-siġġijiet fil-parlament, kif ġara f'dawn l-aħħar elezzjonijiet?", "Kapaċi li f'dan il-parlament ma nkunux dejjem partiġjani imma nħarsu wkoll lejn l-interess nazzjonali?", "Żgur li kif qal il-Prim Ministru fid-diskors introduttiv tiegħu, din in-naħa kienet disposta fil- passat li tagħmel din il-qabża u hi disposta llum biex tkompli tfittex din is-soluzzjoni.", "Mr Speaker, wieħed ma jista' qatt jgħid jekk sistema elettorali tkunx tajba jew ħażina.", "Din m'hijiex għażla bejn it-tajjeb jew il-ħażin imma hija għażla ddettata minn ċirkostanzi storiċi, politiċi, soċjali u tradizzjonijiet li diversi pajjiżi jkunu għaddew minnhom.", "L-iktar eżempju klassiku li normalment jiġi kkwotat hija s-sistema elettorali Ingliża, li hija sistema purament maġġoritarja u li m'għandha l-ebda relazzjoni mal- proporzjon.", "Sakemm inti ġġib il-maġġoranza fid-distrett elettorali tiegħek, inti ggarantit siġġu u m'hemm l-ebda aġġustament għall-proporzjon.", "Kif nafu, ħafna drabi l-Partit Liberali jġib 16% jew 20% tal-vot nazzjonali u jispiċċa forsi jkollu 1% tas-siġġijiet fil-House of Commons, pero` dik hija sistema li lill-Ingliżi togħġobhom.", "Ara Iżrael għandhom sistema totalment opposta minn dik ta' l-Ingilterra.", "Iżrael għandhom sistema ta' proporzjonalita` pura, u partit politiku jikkwalifika għal siġġu fil-parlament jekk iġġib il-proporzjon ta' voti diviż bin-numru ta' siġġijiet li jkun hemm fil-parlament.", "Il-Ġermanja għandhom sistema ta' proporzjonalita' relattiva, jiġifieri mhux proporzjonalita' assoluta, bħalma għandhom Iżrael, pero` hemm threshold li trid taqbeż, liema threshold jekk taqbżu jkollok numru ta' siġġijiet fil-parlament filwaqt li jekk ma taqbżux ma jkollokx.", "Spanja għandhom sistema maġġoritarja li tagħti premju lill-maġġoranza relattiva billi tagħtiha l-maġġoranza assoluta fil-parlament.", "Fil-fatt hemm numru ta' pajjiżi oħra li għandhom l-istess sistema ta' Spanja.", "Min-naħa l-oħra l-Italja hija eżempju klassiku ta' għażliet, għax din telqet minn sistema li kienet assolutament proporzjonali u marret għal sistema li hija essenzjalment maġġoritarja.", "Dawn il-pajjiżi kollha li għamlu dawn l- għażliet huma kollha pajjiżi li baqgħu jissejħu pajjiżi demokratiċi, u aħna wkoll għandna nifhmu li din hija kwestjoni ta' għażla u l-għażla rridu nagħmluha aħna l-Maltin biss.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li aħna għandna sistema proporzjonali bl- użu tas-single transferable vote, pero` għax ngħidu li għandna sistema proporzjonali bl-użu tas-single transferable vote, ħafna nies jagħmlu l- iżball li jassumu li s-single transferable vote hija sistema ta' proporzjonalita' assoluta, mentri r-realta` hi li s-single transferable vote hija sistema ta' proporzjonalita' relattiva.", "Kif qal l-Onor.", "Bartolo, din is-sistema ddaħħlet fl-1921 mill-Ingliżi, kienet x'kienet ir-raġuni dak iż-żmien, u ftit li xejn kienet ġiet diskussa sakemm qam dak l-inkwiet fl- 1981, pero` żgur li kellna ħafna diskussjonijiet u dibattiti mill-1981 'il hawn.", "M'għandniex nemmnu li s-sistema tas-single transferable vote m'hijiex qed taqdi lil pajjiżna, u jien ngħid illi qed naqblu fuq dan għaliex kieku ma naħsibx li dan il-parlament emenda l-Kostituzzjoni għal darba darbtejn biex proprju jġib iktar proporzjonalita`.", "Il-problema bażika hi li filwaqt li llum iż-żewġ partiti politiċi qed naqblu li d- definizzjoni ta' proporzjonalita` kif espressa fis-single transferable vote m'għadhiex tajba biżżejjed, qegħdin nippretendu li minflok ma nbiddlu s- sistema ndaħħlu diversi emendi differenti biex naslu fejn irridu.", "Irridu nirrealizzaw - u naħseb li anke hawn naqblu - li d-difetti li għandu s-single transferable vote jew il-prinċipji li fuqu huwa mibni l- mudell matematiku tas-single transferable vote qatt m'hu se jiggarantielna l-proporzjonalita` nazzjonali, u dan għal erba' raġunijiet sempliċi.", "L- ewwelnett għax il-proporzjonalita` tas-single transferable vote hi proporzjonalita` fuq bażi ta' distrett, jiġifieri mhux fuq bażi nazzjonali, u qatt ma taħdem biex tagħtik proporzjon nazzjonali.", "It-tieni nett il- proporzjonalita` bejn id-distretti hija wkoll relattiva, kemm minħabba t- transfers, li jistgħu jbiddlulek ir-riżultat li jkollok fit-tieni count, kif ukoll minħabba li inti għandek kwota varjabbli.", "Forsi l-ikbar ironija li kellna f'dawn l-elezzjonijiet kienet li filwaqt li meta kellna l- varjazzjoni tal-kwota bil-15% ġew riżultati proporzjonali, meta naqqasna dik il-15% għall-5% ġew riżultati li ma kenux proporzjonali.", "Madanakollu l- ikbar diffikulta` hija li s-single transferable vote ma jużax 16% tal-voti li jinxteħtu, u meta inti għandek wieħed minn kull sitta tal-voti kollha li m'intix qed tuża biex teleġġi l-membri tal-parlament, bilfors qiegħed tirriskja f'elezzjoni wara l-oħra d-disproportionality iktar mill- proportionality.", "Dan kollu nafuh, bħalma nafu s-single transferable vote m'huwiex mudell matematiku ntiż biex iwasslek għal proporzjonalita` nazzjonali.", "Dan tant nafuh li biddilna l-Kostituzzjoni għal darba darbtejn biex dik id- disproporzjonalita` tas-single transferable vote naġġustawha u nġibuha kemm jista' jkun iktar proporzjonali nazzjonalment, pero` sfortunatament sal-lum għadna ma wasalniex.", "Jien għalhekk ngħid illi meta l-kummissjoni elettorali tiġi biex tagħmel ir-rapport, min jgħidilha li qed jistenna li r- riżultat ta' kif se jivvotaw in-nies tliet snin jew erba' snin oħra se jkun riżultat proporzjonali nazzjonalment, qed jippretendi mingħand il- kummissjoni elettorali that it squares the circle.", "Dan kollu nafuh imma jidher li m'aħniex kapaċi nbiddluh.", "Kif qal tajjeb il-Prim Ministru, jien li kont membru fil-Kummissjoni Gonzi, naf illi qbilna ż-żewġ partiti b'mod dikjarat illi l-bażi tar- riforma trid tkun li jkollna proporzjon nazzjonali.", "Qbilna li għandu jkun hemm threshold, li m'għandux ikollna sistema ta' proporzjonalita' assoluta imma jkollna sistema ta' proporzjonalita' relattiva, u qbilna wkoll li jidħol threshold nazzjonali li min jaqbeż dak it-threshold jikkwalifika għal rappreżentanza fil-parlament u min ma jaqbżux ma jikkwalifikax.", "Qbilna wkoll li mill-mijiet ta' sistemi elettorali li jeżistu madwar id- dinja, l-aħjar ħaġa għal Malta tkun li nadottaw il-metodu magħruf bħala d'Hondt.", "Iżda xorta bqajna ma wasalniex minħabba żewġ raġunijiet, għalija żewġ raġunijiet minuri ħdejn il-prinċipji li qbilna fuqhom, fosthom ta' kemm għandu jkun it-threshold - il-Partit Nazzjonalista kien esprima l- opinjoni li t-threshold kellu jkun ta' 5%, pero` dak iż-żmien il-Partit Laburista ma kienx esprima ruħu f'dan ir-rigward - u x'għandna nagħmlu bil- voti ta' dawk il-partiti politiċi jew kandidati li ma jkunux qabżu t- threshold għax anke f'dan il-każ, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kien qed jgħid li jaqbel li dawn voti jiġu ttrasferiti fuq dawk il-partiti politiċi li jikkwalifikaw mit-threshold, jekk niftakar sew il-Partit Laburista ma kienx esprima ruħu.", "Dak iż-żmien kienu biss dawn iż-żewġ affarijiet li sseparawna u safejn naf jien illum huwa dawn biss li qed jisseparana.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa wieħed: Aħna kapaċi nidentifikaw x'inhu l-bżonn ta' pajjiżna?", "It-tnejn qegħdin naqblu fuq il- prinċipji bażiċi tar-riforma u t-tnejn ilna li qbilna fuq it-triq li rridu naqbdu.", "Issa kulma jonqosna huwa li niftehmu fuq x'għandu jkun it- threshold nazzjonali u x'għandna nagħmlu bil-voti ta' min ma jilħaqx dak it- threshold.", "Ma xtaqtx ninterpreta d-diskors li għamel l-Onor.", "Bartolo bħala kondizzjoni biex xi ħadd jiftiehem xi ħaġa.", "Naħseb li pajjiżna għandu bżonn sistema iktar proporzjonali, sistema iktar miftehma u sistema li telimina dawn l-aġġustamenti li għamilna wara kull elezzjoni ħlief fl-1992 u fl-1981.", "Għandna bżonn naqblu fuq sistema iktar proporzjonali bbażata fuq il-voti li kull partit iġib nazzjonalment, u jekk qbilna fuq il- prinċipju li dan għandu jkun it-threshold, ma naħsibx li huwa daqshekk diffiċli li niftehmu fuq x'għandu jkun il-livell ta' dan it-threshold, u lanqas naħseb li huwa daqshekk diffiċli li niftehmu li dawk il-voti li jmorru bħala l-ewwel preferenza fuq partit politiku li ma jikkwalifikax għat-threshold nużawhom ukoll fis-sistema billi jiġu trasferiti.", "Ma naħsibx li qegħdin tant 'il bogħod li ma nistgħux naqblu fuq dawn iż-żewġ punti.", "Jien għalhekk, Sur President, nikkonkludi dan id-diskors billi nappella sinċerament biex jekk verament qegħdin hekk viċin - u hawn jien m'iniex qed nappella biss lill-oppożizzjoni imma lil kulmin jista' jgħin - jekk verament qegħdin naqblu fuq dawn il-prinċipji bażiċi raġunati, ejjew nagħmlu l-aħħar sforz u nintroduċu darba għal dejjem sistema li tagħmel ġieh lil dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, wieħed seta' jinnota li s'issa dan id- dibattitu mexa kważi bla demm, bla passjoni, bħallikieku qed nitkellmu fuq fejn se npoġġu l-kafe` li jmiss, b'kuntrast ma' kif kienu jsiru ċerti dibattiti fuq l-istess suġġett sa ftit taż-żmien ilu.", "Imma naħseb li minkejja din il-kalma rridu nirrimarkaw li qed nitkellmu fuq suġġett ewlieni ta' importanza ewlenija, u mhux biss fit-termini ta' din il- mozzjoni li għandna quddiemna imma anke fit-termini ta' l-isfond politiku li qed ngħixu u li se nkunu qed ngħixu fis-snin li ġejjin.", "Bħalissa fil-pajjiż ta' spiss iqumu argumenti jew claims dwar kif fil- politika jkun għaddej konfront il-ħin kollu, nuqqas ta' qbil u nuqqas ta' consensus - daqs li kieku l-politika m'hijiex logħba ta' kuntrasti biex il- poplu jkun jista' jagħżel - imma li ħafna mill-konfronti li jkollna huma bla sugu u huma konfronti ta' pika.", "Jien ma niċħadx li wħud mill-konfronti jista' jkollhom fihom element ta' pika, imma lanqas ma nistgħu nwarrbu l- fatt li ħafna drabi d-diskussjoni u l-konfrontazzjoni li jkollna hawnhekk tkun fuq għażliet politiċi, morali, ekonomiċi u soċjali.", "Matul is-snin f'dan il-pajjiż, bħal f'kull pajjiż ieħor - daqqa b'ħafna tnabar, b'ħafna marċi u b'ħafna dimostrazzjonijiet, u daqqa bil-mod ta' l-argument u tal- vot - id-diverġenzi politiċi jkunu qegħdin hemm għax ikun hemm il-ħtieġa li jsiru l-għażliet, u allura hemm bżonn li meta nkunu qed nitkellmu fuq kif il-ġlieda politika jew il-kuntrast politiku jitmexxew 'il quddiem, il- qafas li fih timxi s-sistema politika tagħna jkun kemm jista' jkun trasparenti u ċar.", "F'dan it-tip ta' kuntrast m'hemm xejn iktar importanti minn meta l-poplu jagħżel, jiġifieri mill-kondotta ta' l-elezzjoni u mit- tmexxija tal-proċess elettorali.", "Mela nagħmluha ċara li anke jekk dan id- dibattitu għaddej b'pass kajman, qed nitkellmu dwar affarijiet ta' importanza fundamentali.", "Jien ngħid li dan forsi huwa ta' importanza fundamentali iktar minn drabi oħra għax resqin lejn żmien fejn pajjiżna se jkun qed jiffaċċja għażliet li huma ta' natura kruċjali u fundamentali - u dak iż-żmien diġa' beda - liema għażliet se jiddeterminaw kif jista' jiżviluppa l-pajjiż kollu kemm hu, kemm ekonomikament, kemm politikament kif ukoll soċjalment, mhux biss fil-kuntest ta' l-għażla Ewropea li għandu quddiemu pajjiżna imma forsi iktar minn hekk, fit-testijiet ewlenin li se jkollu pajjiżna dwar kif se jkun qiegħed jaħdem biex iżomm fil-wiċċ quddiem l-iżviluppi ta' globalizzazzjoni li għandu, quddiem il-problemi ta' modernizzazzjoni li għandu, quddiem il-ħtieġa li jibbilanċja l-ħelsien tiegħu mal-ġustizzja soċjali u mal-bżonn enormi li se jkollu pajjiżna għal investiment ġdid, fil- qafas fejn jikkontrolla l-finanzi kollha pubbliċi tiegħu.", "Dawn huma kollha għażliet li qed joħolqu u li se jkomplu joħolqu strain enormi fuq il-qafas politiku ta' pajjiżna, u allura jien ngħid li huwa kruċjali li fuq dan l- istrain, li diġa' se jkun qiegħed hemmhekk, ma ngħabbux strain ieħor li ma joħroġx min-natura ta' l-għażliet li rridu nagħmlu imma minn kif dik l- għażla se tiġi eżerċitata.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar, Sur President.", "Quddiemna bħala pajjiż għandna ġejjin għażliet kbar, liema għażliet se joħolqu strain fuq il-qafas politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż, u allura l-proċessi ta' l-għażla, kemm jista' jkun għandhom ikunu affarijiet maqbula.", "Issa hawn qed nitkellem fuq il-proċessi ta' l-għażla u mhux fuq l- għażliet.", "Ħafna drabi fuq l-għażliet ma nkunux nistgħu naqblu għax hemm ċerti diverġenzi, u dan huwa naturali, imma jekk minbarra l-mod ta' kif jiġu eżerċitati l-għażliet se jkollna wkoll kriżi ta' soċjeta` doppja f'dan il-pajjiż, allura iva, id-dibattitu li għandna quddiemna llum m'huwiex dibattitu effimeru, għax qed jiġi mgħoddi f'mument li huwa ta' importanza kruċjali.", "Biżżejjed insemmi l-isfida ta' l-għażliet fuq l-Ewropa, l-isfida ta' l-għażliet fuq il-budget policy, l-isfida ta' l-għażliet soċjali li jridu jsiru u l-ħtieġa li f'pajjiżna jitkabbar l-investiment u ndaħħlu l- modernizzazzjoni.", "Dawn huma kollha sfidi marbuta ma' proċess politiku li jwassal għal għażliet diffiċli.", "Għalhekk jien nappella lin-naħa tal-gvern biex ma jħarsux lejn din l-għażla li għandna quddiemna llejla fuq l- għażliet kbar politiċi imma jħarsu lejn din l-għażla fuq il-mod ta' kif se jiġu eżerċitati l-għażliet mill-poplu.", "M'għandniex nipprovaw ninjoraw li hemm problema - iva hemm problema - u l-problema hija li din in-naħa tal- Kamra m'hijiex qed taqbel mal-proposti li qed isiru mill-kummissjoni elettorali dwar kif qed jiġu mfassla d-distretti għall-elezzjoni li ġejja.", "Jien nemmen li jekk teżisti diverġenza fuq din il-ħaġa, iż-żewġ naħat tal- Kamra għandhom id-dmir li minflok ma jwarrbu din id-diverġenza jew jinsewha, jinjorawha u jirromblawha bil-maġġoranza awtomatika li għandu l- gvern, għandhom juru ċerta rieda tajba u jgħidu: Veru li hemm ċerti diverġenzi li lkoll nafu bihom bejn gvern u oppożizzjoni fuq l-għażliet politiċi l-kbar, imma aħna se nibqgħu nippersistu b'diverġenza għaddejja wkoll fuq kif il-mekkaniżmi ta' l-għażla taħt il-Kostituzzjoni ta' Malta jiġu mmexxija 'l quddiem?", "Dan huwa punt fundamentali li ta' min iħares lejh.", "Ħalli nsemmi żewġ punti li ma jorbtux direttament mal-mistoqsija li għandna quddiemna imma li jolqtu minnufih il-qalba tal-mistoqsija, jiġifieri jekk il-mekkaniżmi li bihom neżerċitaw l-għażla humiex qed ikunu rispettati kif għandhom ikunu.", "Fid-diskors tiegħu, l-Onor.", "Evarist Bartolo semma l-embarkation cards.", "Il-Partit Laburista ilu ħafna jisħaq mal-kummissjoni elettorali fuq l- embarkation cards.", "Il-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid ċar u tond li biex inti tivvota fl-elezzjonijiet trid tkun ilek tgħix Malta sitt xhur fit-18- il xahar ta' qabel l-elezzjoni, u biex tkun tista' tivverifika din il-ħaġa l-pulizija kienet iddur fuq l-embarkation cards.", "Imma issa tneħħew l- embarkation cards u m'hemm l-ebda sens ta' kontroll.", "Jekk partit politiku jixtieq jikkontesta d-dritt ta' xi ħadd li joħroġ jivvota m'hemm l-ebda mod kif tikkontrolla din il-ħaġa, u dan minkejja li jeżistu modi kif jistgħu jiġu kkontrollati dawn l-affarijiet.", "Forsi hawn wieħed jista' jistaqsini: X'modi jeżistu biex ikunu jistgħu jiġu kkontrollati dawn l-affarijiet?", "Fil- fatt dawn l-affarijiet jistgħu jiġu kkontrollati mhux billi terġa' ddaħħal l-embarkation cards imma billi, per eżempju, kif ġie ssuġġerit diġa', kulmin jidħol u joħroġ minn pajjiżna jiġi reġistrat in-numru tal-passaport jew ta' l-identity card tiegħu.", "Issa hemm raġuni serja li punt bħal dan jiġi injorat?", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nibqgħu nżommu l-embarkation cards.", "Forsi hija idea tajba li jitneħħew l-embarkation cards, imma jekk hemm suġġeriment prattiku li jista' jsir ħalli tabilħaqq ikollna din it- trasparenza għaddejja u kulħadd ikun żgur ...", "Forsi enough jekk in-naħa tal-gvern hija sodisfatta li titneħħa l-embarkation card, imma jekk tabilħaqq irridu li ma jkunx hemm diverġenzi lanqas fuq it-tmexxija tas- sistema politika jew tal-proċessi politiċi tagħna, iż-żewġ naħat iridu jagħmlu minn kollox biex ikunu żguri li ż-żewġ naħat ikunu kuntenti, dejjem within reason.", "Madanakollu s'issa fuq dan il-punt, kemm min-naħa tal- kummissjoni elettorali, kemm min-naħa tal-pulizija, kif ukoll min-naħa tal- gvern hemm purtiera sħiħa ta' dlam.", "Dan jindika li m'hemmx biss diverġenzi fuq l-għażliet il-kbar imma anke fuq il-mod ta' kif jitmexxa l-proċess politiku, u jien ngħid li dan huwa perikoluż ħafna.", "It-tieni punt li nixtieq nitkellem dwaru u li diġa' semma sieħbi l-Onor.", "Bartolo hija l-kwestjoni tad-cittadinanza doppja.", "Ovvja li huwa tajjeb li jkun hemm ċerti twieqi li bihom ċittadin jista' jkun kemm ċittadin ta' Malta kif ukoll ta' pajjiż ieħor!", "Dan huwa tajjeb kemm għal raġunijiet familjari, kemm għal raġunijiet kulturali, kemm għal raġunijiet ekonomiċi kif ukoll għal raġunijiet umani.", "Imma mbagħad jien ngħid li għandu jkollna s-sens u d-dehen li nassiguraw illi dawk il-persuni li għandhom ċittadinanza doppja jaqgħu f'qafas ta' tmexxija ta' proċess politiku li bih inkunu żguri li anke huma jistgħu jkunu konformi u għandhom ikunu konformi mal-liġijiet elettorali ta' pajjiżna.", "Fil-fatt diġa' saru diversi mistoqsijiet u proposti biex ikun hemm sistema serja u trasparenti ta' kif il-persuni li għandhom ċittadinanza doppja għandhom jidħlu f'din is- sistema, pero` ma ġara xejn u dawn baqgħu jiġu injorati.", "Allura aħna kif nistgħu nħarsu 'l quddiem b'fiduċja li s-sistema politika tagħna qed taħdem tabilħaqq b'mod trasparenti u serju?", "Meta gvern jinjora dawn l-affarijiet, allura jkun qed jinjora wkoll il-ħtieġa li demokratikament huwa importanti f'dan il-pajjiż, li l-bżonnijiet taż-żewġ naħat jiġu sodisfatti, u jien naħseb li dawn l-affarijiet m'humiex ta' min iwaddabhom fil-ġenb.", "Jien ngħid ukoll - u din diġa' qaluha sħabi li tkellmu qabli - li m'hu veru xejn li l-problema tal-proċess politiku li bih jitmexxew l- elezzjonijiet bdiet fl-1981.", "Per eżempju, il-mod kif saru l-konfini elettorali fl-1971 kien imfassal b'mod li jagħti vantaġġ lil naħa fuq oħra, u dik it-tattika ma rnexxietx għar-raġuni li fuq Ħaż-Żebbu u s-Siġġiewi - ma nafx liema distrett kien jiġi dak iż-żmien - kien hemm diverġenza ta' ħames voti li mbagħad taw il-vantaġġ mistħoqq lill-Partit Laburista.", "Mill- 1971 'l hawn bdiet it-tradizzjoni li kull meta niġu biex naraw mill-ġdid il- konfini elettorali, iż-żewġ partiti jattakkaw lil xulxin li naħa qed tiżvantaġġja lill-oħra.", "Din hija xi ħaġa li qiegħda hemm u, bir-rispett kollu, inutli li noqogħdu nagħmlu sforzi akkademiċi, kif għadu kemm għamel l-Onor.", "Gatt, meta nafu li din m'hijiex ir-realta`.", "Ir-realta` hi li l- konfini elettorali jsiru biex partit politiku jkollu vantaġġ fuq partit politiku ieħor.", "Issa din m'iniex qed ngħidha jien biss imma kienu jgħiduha anke n-Nazzjonalisti fis-snin tmenin, għax fl-elezzjoni ta' l-1981 huma kellhom maġġoranza assoluta ta' voti u minoranza ta' siġġijiet fil- parlament.", "Fil-fatt din il-ħaġa ġrat fl-1971, fl-1981, fl-1987, fl-1996 u ġrat fuq bażi differenti fl-1998, u effettivament l-emendi kostituzzjonali li ssemmew ħadmu fuq livell wieħed.", "L-ewwel livell kien dak illi għallinqas nassiguraw li min ikollu l-maġġoranza assoluta tal-voti fil-pajjiż ikollu maġġoranza ta' deputati fil-parlament.", "Kif diġa' ntqal, dik ġiet solvuta fl-1987.", "U għaliex qam dan il-bżonn?", "Qam dan il-bżonn preċiżament għax iż- żewġ naħat jammettu - jekk ma jammettux formalment jammettu de facto - li hemm dan il-maniġġ potenzjali li jista' jsir apposta jew b'kumbinazzjoni.", "Imbagħad it-tieni mistoqsija li qamet kienet tirrigwarda l-proporzjonalita` bejn is-siġġijiet u l-voti - liema mistoqsija għadha hemm għax għadna ma solvejnihiex - peress li effettivament jista' jkollok maġġoranza assoluta imma mbagħad ma jkollokx siġġijiet li jirriflettu proporzjonalment kemm tkun ġibt voti fil-pajjiż.", "Madanakollu, Sur President, jien ngħid xorta waħda li l-Kostituzzjoni tagħna għandha ħafna affarijiet tajbin li sal-lum għadna m'esplojtajniehomx sa l-aħħar.", "Fl-idea tiegħi l-istituzzjonijiet mhux veru li qed inħaddmuhom sa l-aħħar.", "Il-Kostituzzjoni tipprovdi miżuri li jekk neħduhom sa l-aħħar, għallinqas inkunu ħaddimna l-istituzzjonijiet sa l-aħħar u mhux inkunu waqafna fin-nofs.", "Il-Kostituzzjoni titlaq mill-kalkolu impliċitu li s- sistema proporzjonali ta' distretti kif inhuma set out - iktar u iktar minħabba li fl-1974 minn 15% ta' varianza bejn distrett u ieħor niżżielnieha għal 5% - għandha l-potenzjal li tkun tajba u li tirrifletti tabilħaqq, anke b'mod proporzjonali, ir-rieda tal-poplu, u aħna fuq dan qed nitkellmu, fuq ir-rieda tal-poplu.", "Issa effettivament kif tista' ssir din il-ħaġa?", "Il-Kostituzzjoni tgħid li jekk isiru xi rimarki dwar il-konfini li tagħmel il-kummissjoni elettorali, il-parlament jista' jiddeċiedi li jibgħat dawn ir-rimarki lura għand il-kummissjoni elettorali, ħalli mbagħad wara li tagħmel il-konsultazzjonijiet meħtieġa tkun tista' tieħu deċiżjoni finali.", "Mela l-Kostituzzjoni tagħti żewġ passi biex l-istituzzjoni tal- kummissjoni elettorali taqdi dmirijietha.", "L-ewwel pass huwa li l- kummissjoni elettorali tfassal l-ewwel abbozz tal-konfini, u t-tieni pass huwa li l-kummissjoni elettorali tisma' u tirrifletti fuq dak li jkun intqal, terġa' tiddiskuti u tasal għad-deċiżjoni finali tagħha.", "Aħna għadna ninsabu fl-ewwel fażi, jiġifieri fejn qed nikkonsidraw il-proposta tal-kummissjoni elettorali, pero` filwaqt li n-naħa tal-gvern qed tgħid li din il-proposta hija tajba, in-naħa ta' l-oppożizzjoni qed tgħid li din il- proposta m'hijiex tajba u hemm proposti aħjar.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem fuq kif iktar 'il quddiem nistgħu nassiguraw proporzjonalita` stretta kemm jista' jkun bejn siġġijiet u voti, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "Min-naħa tiegħi, jien nixtieq ngħid illi b'dak li ġara f'dawn l-aħħar sentejn u nofs jew erba' snin is-saħħa ta' dak ir-rapport intilef għax, per eżempju, meta jien qbilt li l-Onor.", "Gonzi jmexxi dik il-kummissjoni, qatt ma mmaġinajt illi minn Speaker dan kien se joħroġ għall-politika, għax l- impressjoni tagħna lkoll kienet illi huwa qatt ma kien se jkun attiv fil- politika.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara quddiem kulħadd li dak iż-żmien jien kont qbilt li l-Onor.", "Gonzi seta' jmexxi dik il-kummissjoni għal din ir-raġuni biss, jiġifieri jien diġa' nagħmel bracket madwar ix-xogħol ta' din il-kummissjoni.", "Irrid ngħid ukoll li la x-xogħol eventwali ta' dik il- kummissjoni u lanqas il-proposta li għamel il-gvern ta' Dr Fenech Adami qabel l-elezzjoni ta' l-1996 m'huwa xogħol sodisfaċenti biżżejjed għall- oppożizzjoni Laburista, u hawnhekk irrid nerġa' nirripeti li f'dan il-qasam iż-żewġ naħat iridu jkunu ugwalment sodisfatti.", "Ma nistgħux nippermettu li filwaqt li naħa waħda tkun sodisfatta, in-naħa l-oħra ma tkunx.", "Ma nistgħux naħdmu b'dan il-mod jekk tabilħaqq irridu nevitaw iktar konfronti fiż-żmien li ġej, għallinqas fuq din il-ħaġa.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li l-proposti li saru qabel l- elezzjoni ta' l-1996 huma vvizzjati fuq żewġ punti.", "L-ewwelnett huma vvizzjati fuq il-punt li dawn jikkostitwixxu l-abbandun tal-prinċipju li tlaqna bih mill-1981 'il quddiem, jiġifieri dak illi l-proporzjonalita` trid tinħadem fuq il-bażi ta' l-ewwel count.", "Għalhekk bir-rispett kollu, l- argument dwar il-partiti ż-żgħar jew dwar il-voti li jintilfu ma jgħoddx.", "Jekk il-prinċipju tal-proporzjonalita` huwa dak li kien jiġi mistqarr fis- snin tmenin min-naħa ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista, iva aħna naqblu fuq dak il-first count period.", "Imbagħad it-tieni punt, li għalija huwa kruċjali daqs l-ewwel wieħed, huwa li s-sistema li tiġi proposta trid tkun sistema li tabilħaqq tista' tinftiehem mill-kotra l-kbira taċ-ċittadini.", "F'dan il-każ aħna rridu nirriflettu fuq dak li għandna quddiemna, fuq il- konfini li qed jiġu proposti lilna, u jien, biex nara x'nistgħu ngħidu llum, ħarist lejn id-dibattitu li għamilna fis-26 u fis-27 ta' Settembru ta' l-1995, liema dibattitu rrifera għalih ukoll il-Prim Ministru.", "Dakinhar aħna konna kkritikajna teknikament u dettaljatament - m'iniex se noqgħod nerġa' nirripeti dak li għedt dakinhar - il-proposti li kienu saru dak iż-żmien mill-kummissjoni elettorali.", "Il-punti li qajjimna kienu tekniċi u konna qed nagħmluhom speċifikament fid-direzzjoni li mbagħad, jekk ikun hawn qbil f'dan il-parlament, nistaqsu lill-kummissjoni elettorali biex tħares lejn dawn il-kummenti tekniċi li qed nagħmlu aħna.", "Qed ngħid li l-punti li qajjimna kienu kollha tekniċi, fis-sens li kienu jirrispekkjaw problemi ta' distretti u ta' konfini, pero` dak iż-żmien in- naħa tal-gvern, immexxija minn Dr Fenech Adami, qalulna li ma jaqblux magħna u llum il-Prim Ministru reġa' semma r-raġunijiet li wassluh biex jgħid hekk dakinhar.", "X'kienu r-raġunijiet?", "L-ewwelnett qalulna li l-kummissjoni elettorali ta' l-1995 kienet għamlet il-proposti tal-konfini tagħha unanimament.", "Dak iż-żmien jien kont għedt li l-kummissjoni elettorali għandha kull dritt, kull spazju u kull liberta` li tiddeċiedi kif għandha taħseb li tiddeċiedi, imma mbagħad l- oppożizzjoni jew il-gvern għandhom kull dritt, kull spazju u kull liberta` wkoll li jgħidu li ma jaqblux għat-tali raġuni.", "Għalhekk aħna nixtiequ li l-kummissjoni elettorali tidħol għat-tieni fażi li tippermetti l- Kostituzzjoni u terġa' tirrifletti.", "Wara li tirrifletti tista' tiddeċiedi li ma tbiddel xejn, imma għallinqas għandha tirrifletti.", "Dak iż-żmien qalulna: Unanima d-deċiżjoni!", "Imma skużi, billi d-deċiżjoni hija unanima, b'daqshekk dan m'huwiex argument kontra li l-kummissjoni elettorali terġa' tirrifletti.", "U jekk stess, issa dak l-argument waqa' għax din id-darba l- kummissjoni elettorali m'hijiex unanima.", "Kif qal Dr. Fenech Adami, hemm rapport li huwa ffirmat minn ħames membri, iżda hemm rapport ieħor li huwa ffirmat minn erba' membri, li huwa r-rapport minoritarju.", "Mela l-argument li m'għandniex għalfejn nikkonsidraw li nibagħtu r-rapport lura waqa' awtomatikament għax issa r-rapport m'għadux iktar unanimu.", "Issa mbagħad jirriżulta - u din ikkonfermaha l-Prim Ministru wkoll - li l- konfini li qed jiġu proposti llum huma l-istess tip ta' konfini li kellna fir-rapport ta' l-1995, ħlief għal xi rtokki 'l hemm u 'l hawn.", "Jiġifieri ħlief għal ċerti rtokki li saru, il-konfini li qed inħarsu lejhom illum huma dawk li kellna ħames snin ilu.", "Madanakollu jien m'iniex beħsiebni noqgħod nirripeti l-kummenti tekniċi kollha li għamilt ħames snin ilu, u se nagħmel biss mistoqsija: Il-konfini li kellna ħames snin ilu kif ħadmu, tajjeb jew ħażin?", "Issa hawnhekk m'għadniex qed nitkellmu iktar dwar kwestjoni ta' teorija, ta' x'naħsbu jew ma naħsbux, għax għandna r- riżultati ta' kif ħadmu dawk il-konfini.", "Nispera li ma jiġix xi ħadd jistaqsini għax ma biddilniex il-konfini fl-1998 għax mhux dak hu l- argument.", "L-argument huwa li qed inħarsu lejn konfini li ntużaw fl-1996, li reġgħu ntużaw fl-1998 u allura nistgħu naraw l-outcome li ħareġ minnhom.", "Wieħed jista' jgħid kif kien l-outcome fl-1996, anke għaliex intuża l- istess mekkaniżmu tal-Kostituzzjoni li daħal fl-1987 - u din diġa' semmieha l-Prim Ministru - fejn jekk ma jkollokx maġġoranza ta' siġġijiet meta għandek maġġoranza ta' voti, allura dan jagħtik maġġoranza ta' wieħed.", "Imma bir-rispett kollu, mhux dak l-argument.", "L-argument li rridu nħarsu lejh huwa dan: Fl-operat tal-konfini bħala konfini, anke qabel ma jidħol il-mekkaniżmu kostituzzjonali fil-każ ta' maġġoranza assoluta, x'outcome ikun hemm u xi proporzjonalita` jżomm bejn partit li jkun ġab \"x%\" ta' voti biex ikollu \"x%\" ta' siġġijiet?", "Din m'hijiex iktar kwestjoni ta' teorija imma hija kwestjoni ta' fatti li jistgħu jiġu analizzati, u jekk tanalizza r-riżultat ta' l-elezzjoni ġenerali ta' l-1996 u l-elezzjoni ġenerali ta' l- 1998 joħroġ ċar li l-konfini kif ġew ippreżentati fl-1995 ma jirrispekkjawx il-verita` politika tal-pajjiż.", "Jien ninsisti li din trid tinħadem qabel ma tara kif jopera l-mekkaniżmu kostituzzjonali li jassigura maġġoranza billi jżidlek is-siġġijiet.", "Sur President, jekk imbagħad tħares lejn l-elezzjoni ġenerali ta' l-1996 issib li filwaqt li l-Partit Laburista ġab 51.5% tal-voti, il-persentaġġ ta' siġġijiet li ġab kien ta' 47.7%.", "Ara l-Partit Nazzjonalista ġralu bil- maqlub għax filwaqt li ġab minoranza ta' voti - fil-fatt ġab 48.5% - ġab 52.3% ta' siġġijiet.", "Jiġifieri dak il-kliem kollu li kien jingħad fl-1981 u dak il-kliem kollu li kien jingħad fl-1987 dwar il-gerrymandering jista' identikament jiġi applikat għar-riżultat ta' l-1996, bil-konfini li għandna quddiemna llum u bl-irtokki li saru fuqu.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn l- elezzjoni ġenerali ta' l-1998, jiġifieri ta' sentejn u ftit xhur ilu, insibu li l-Partit Laburista ġab 47.5% tal-voti u 46.2% tas-siġġijiet, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 52.5% tal-voti u 53.8% tas-siġġijiet.", "Mela fiż-żewġ każi l-Partit Laburista ġab persentaġġ ta' voti ogħla mill- persentaġġ ta' siġġijiet li ġab fil-parlament - fil-każ ta' l-1996 sostanzjalment ogħla - filwaqt li fil-każ tal-Partit Nazzjonalista ġralu bil-maqlub għax ġab persentaġġ ta' voti inqas mill-persentaġġ ta' siġġijiet.", "Din l-istatistika dwar voti fl-elezzjonijiet ġenerali ta' l- 1996 u l-1998 qed inqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, Sur President.", "Kif għedt diġa', issa hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu iktar fuq teoriji imma qed nitkellmu fuq riżultati perversi għax m'hemmx għalfejn ngħidu li wara l-1996 ma bqajniex nitkellmu iktar fuq il-proċess imma bdejna nitkellmu fuq il-konsegwenzi politiċi kbar li seħħew minħabba dak il- proċess.", "Frankament jien nerġa' ngħid li jekk l-istess konfini li kellna fl-1995 se jerġgħu jiġu applikati llum - u din għamiltha ċara meta tkellimt ħames snin ilu - id-distretti se jkunu mqassma b'mod li ma jirrispekkjawx tassew sistema ġusta u trasparenti ta' kif il-voti joħorġu fil-pajjiż u ta' kif l-għażla tal-poplu tiġi eżerċitata.", "Għalhekk jekk għandna problema rridu ngħidu li għandna problema u ma nistgħux nibqgħu maqbuda f'sistema kajmana li m'hawnx foga u li m'hawnx sparaturi fil-parlament.", "Fl-1995 il- konfini elettorali ma kenux sodisfaċenti u inqas u inqas jistgħu jkunu sodisfaċenti għall-oppożizzjoni llum.", "Jekk ma qbilniex ħames snin ilu meta l-kummissjoni elettorali kienet unanima, inqas u inqas nistgħu naqblu llum meta l-kummissjoni elettorali m'hijiex unanima.", "Issa ħalli nagħmilha ċara.", "Aħna min-naħa tagħna m'aħniex se noqogħdu ngħidu: Ejjew nagħmlu emenda biex naċċettaw il-minoritarju.", "Le, aħna mhux hekk irridu.", "Qed nerġgħu nagħmlu l-istess talba f'dan il-parlament li għamilna ħames snin ilu, liema talba hija raġonevoli, ċivili u tista' twassal għat-tħaddim ta' l-istituzzjonijiet tal-Kostituzzjoni sa l-aħħar, jiġifieri mhux nieqfu fin-nofs.", "Nerġa' ngħid li l-Kostituzzjoni tipprovdi - u din semmieha l-Prim Ministru nnifsu fir-riżoluzzjoni li ressaq - li dan il-parlament, wara li jkun irċieva r-rapport tal-kummissjoni elettorali, jerġa' jibgħatulha lura u jgħidilha: Isma', ifli ftit dak li qalu fil- parlament u f'postijiet oħra, erġa' rrifletti u oħroġ bid-deċiżjoni finali tiegħek.", "B'hekk għallinqas inkunu wassalna x-xogħol tal-kummissjoni elettorali skond il-Kostituzzjoni nnifisha, mingħajr ebda tiġbid u mingħajr ebda pressjonijiet, għax imbagħad id-deċiżjoni tal-Kostituzzjoni tkun finali u nkunu wassalna l-operat tal-Kostituzzjoni sa l-aħħar.", "M'hemm xejn ta' barra minn hawn f'din il-ħaġa, anzi suppost għandha turi fiduċja ikbar fil-mod kif jaħdmu l-istituzzjonijiet tagħna, u dan hu li se nkunu qed nagħmlu meta se nipproponi emenda iktar 'il quddiem.", "Filwaqt li aħna nħossu li r-rapport minoritarju huwa superjuri għar-rapport maġġoritarju, m'aħniex qed niġu f'dan il-parlament biex nagħmlu emenda f'dan is-sens.", "Tista' tkun iktar raġonevoli minn hekk!", "Jien ma naħsibx.", "Aħna qed ngħidu sempliċement: Ejjew nerġgħu nirriferu dan ix-xogħol lura lill-kummissjoni elettorali, kif tixtieq il-Kostituzzjoni.", "Issa dan ma jfissirx li m'hemmx punti tekniċi li jridu jissemmew kontra r-rapport maġġoritarju, u naħseb li huwa d-dmir tiegħi li ngħid x'inhuma dawn il-punti tekniċi ħalli jkunu on record ukoll, kif konna għamilna ħames snin ilu.", "Sur President, il-mozzjoni li għandna quddiemna hija bbażata fuq id- distretti eżistenti u kulma qed tipprova tagħmel huwa li tirranġa ħalli kemm jista' jkun tosserva l-prinċipju tal-plus jew minus 5% margin minn distrett għal distrett.", "Imma din il-mozzjoni hija vvizzjata minnha nnifisha għax, kif għedt diġa', il-konfini kif inhuma bħalissa diġa' taw riżultati ħżiena, u din m'aħniex qed ngħiduha b'mod akkademiku imma b'dak li jirriżulta mill-istatistika li għadni kif poġġejt fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Ta' min jgħid li din l-istatistika qed tipproponi li tliet lokalitajiet ta' ċerta importanza jinqasmu, u jinqasmu bil-kbir.", "Il-Prim Ministru qal li b'hekk imminimizzajna l-problema, pero` aħna ma naqblux miegħu.", "Meta naraw kif ġew sparpaljati l-lokalita` ta' Santa Venera, ta' Ħaż-Żabbar u ta' l-Iklin nindunaw li m'għandniex problema żgħira.", "Il- lokalitajiet saru qishom biċċiet taċ-ċaqquf, frak.", "Dan m'hux tajjeb u teknikament imur kontra l-ispirtu ta' kif għandhom jitfasslu d-distretti.", "Din semmieha wkoll il-Prim Ministru meta qal li jrid ikun hemm xi forma ta' koeżjoni f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, l-Iklin inqasam b'mod li jrid imur ma' San Ġwann u jrid jgħaddi mill-kuritur ta' bejn il-Għargħur u Birkirkara.", "Daqskemm kien sar diskors fl-imgħoddi kontra li għandna nagħmlu dawn it-tip ta' kurituri!", "Allura issa kif faqqsu l-kurituri b'dan il-mod!", "Terġa' fil-proposti li għandna quddiemna ma sar l-ebda provvediment għal varjazzjonijiet fil-popolazzjoni li jistgħu jsiru fil-futur prevedibbli.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Kull distrett għandu mod ta' kif jikber jew ta' kif jonqos fil- popolazzjoni, u dan il-mod mhux biss jeżisti fil-kontest ta' distrett imma anke fil-kuntest ta' kull belt u raħal.", "Meta inti qed tagħmel il-konfini għal sistema elettorali trid tipprevedi kif se jkun qiegħed ivarja fis- sentejn jew fit-tliet snin li jkun imiss.", "Issa jirriżulta li effettivament dan it-tip ta' kalkolu fil-konfini li għandna quddiemna ma sarx minkejja li jistgħu jsiru dawn il-kalkoli.", "Kif jistgħu jsiru?", "Dawn il-kalkoli jistgħu jsiru anke mill-informazzjoni pubblika li toħroġ mill-uffiċċju ta' l- istatistika, li mhux biss tagħtik dettalji dwar id-densita` tal- popolazzjoni ta' belt jew raħal imma anke dwar kif din tvarja matul is- snin.", "Imma dan kollu assolutament ma sarx, u tant ma sarx li fid-disa' distrett elettorali il-popolazzjoni diġa' qiegħda tersaq lejn il-marġini ta' 4% iktar minn dak li tippermetti l-medja nazzjonali fuq id-distretti.", "Dan x'ifisser?", "Ifisser li sa sena jew sentejn oħra dak id-distrett se jkun qabeż il-5%, u din nistgħu ngħiduha minn issa.", "Allura, skużi, kif qed tipprevedi li tqassam il-konfini u tinjora xi ħaġa li sa sena jew sentejn oħra se tkun skaduta, fis-sens li se taqbeż dak li tgħid il-Kostituzzjoni?", "Dawn ir-raġunijiet iwassluna biex ngħidu li l-mozzjoni li għandna quddiemna m'hijiex tajba biżżejjed, m'hijiex sodisfaċenti u għandha terġa' tiġi kkonsidrata.", "Biex inkun għedt kollox, issa jkun tajjeb jekk ngħaddi wkoll xi kummenti fuq ir-rapport tal-minoranza, li safejn naf jien ġie ppreżentat lin-naħa tal-gvern u li konna poġġejnieh fuq il-Mejda tal-Kamra aħna.", "Aħna naraw ir- rapport tal-minoranza superjuri għal dawn ir-raġunijiet tekniċi li se nsemmi.", "L-ewwelnett dan ir-rapport jinkludi fih it-trends dwar id-densita` tal-popolazzjoni kif ukoll il-varjazzjonijiet li seħħew matul l-aħħar snin.", "Jekk tikkonsidra kif saru l-konfini fil-rapport tal-minoranza issib li min għamel dan ir-rapport qagħad attent kif se jinbidel in-numru ta' nies f'kull distrett biex inkunu ċerti li għallinqas fuq xefaq ta' tliet snin jew erbgħa l-varianza la tkun inqas minn 5% u lanqas tkun iktar minn 5%.", "Barra minn hekk ir-rapport tal-minoranza jikkoreġi b'mod uniformi l- varjazzjonijiet li rriżultaw diġa' fid-distretti li għandna quddiemna fejn il-varjazzjonijiet ġew irranġati b'mod li kemm jista' jkun ikunu uniformi.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dan il-każ il-projections ma sarux fuq bażi ta' sena jew sentejn imma fuq bażi ta' ħames snin.", "Vantaġġ kbir li għandu r- rapport tal-minoranza huwa li qiegħed kważi jevita l-qsim fil-lokalitajiet għal kollox.", "Tant hu hekk li f'dan ir-rapport Ħaż-Żabbar reġa' nġabar kollu f'distrett wieħed.", "Jekk aħna verament nemmnu li hemm bżonn inżommu l- identita` tal-lokalitajiet tagħna - dan kien intqal ukoll ħames snin ilu - naħseb li huwa ta' vantaġġ kbir li post bħal Ħaż-Żabbar jerġa' jsir parti minn distrett wieħed.", "Affarijiet bħal dawn lilna jwassluna biex nikkonkludu li r-rapport tal-maġġoranza, jiġifieri r-rapport li għandna quddiemna, huwa inferjuri mir-rapport tal-minoranza, u iva, inħossu fuq bażi teknika li hemm bżonn li r-rapport tal-maġġoranza jittella' mill-ġdid quddiem il-kummissjoni elettorali biex min-naħa tagħha, din terġa' tikkonsidrah.", "Sur President, l-emenda li se nressaq għall-proposta li għamel il-Prim Ministru se nressaqha bl-istess diċitura ta' dik l-emenda li għamilt ħames snin ilu.", "Dan qed nagħmlu biex inkun fair għax il-mozzjoni li qed jippreżentalna l-Prim Ministru llum hija eżattament, kelma b'kelma, bħall- mozzjoni li ressaq ħames snin ilu.", "Ħalli nressaq din l-emenda:", "Ħassar l-aħħar paragrafu u minfloku daħħal:-", "\"Billi din il-Kamra mhijiex sodisfatta li t-tibdil li sar fil-konfini tad-distretti elettorali jassigura li dawn id-distretti jkunu mqassma b'mod tassew ġust u trasparenti:", "Għalhekk din il-Kamra tiddeċiedi li tibgħat lura lill-Kummissjoni Elettorali r-rapport tagħha ħalli tikkunsidrah mill-ġdid.\".", "Issa hawn irrid ngħid li jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-gvern li nerġgħu nibagħtu r-rapport tal-maġġoranza lura għand il-kummissjoni elettorali jien lest li nbiddel jew nirtira din l-emenda.", "Forsi l-gvern ma jridx jgħid li m'huwiex sodisfatt b'dan ir-rapport f'din il-Kamra u għalhekk nerġa' nirripeti li jekk il-gvern jaqbel li nibagħtu dan ir- rapport lura lill-kummissjoni elettorali biex jerġa' jikkonsidrah b'diċitura differenti minn din, din in-naħa tal-Kamra hija lesta li tagħmel dan.", "Madanakollu jien naħseb li it takes two to tango.", "Aħna nemmnu li r- rapport li għandna quddiemna huwa vvizzjat, m'huwiex tajjeb u għandu jinbidel biex kemm jista' jkun fiż-żminijiet li ġejjin, li huma kruċjali għal dan il-pajjiż, għallinqas il-konfronti politiċi jkunu fuq l-għażliet il-kbar u ma jkunux fuq il-proċessi li bihom l-għażliet jiġu ċċarati.", "Ma nafx nistax inkun ċar iktar minn hekk.", "Madanakollu f'dan il-każ irid ikollna give and take, ma jistax ikollna take biss.", "Din in-naħa tal-Kamra kellha raġun ħames snin ilu u l-punti li għamlet dak iż-żmien dwar il- konfini li għandna quddiemna llum ħlief għal xi rtokki 'l hawn u 'l hemm kienu ġustifikati.", "Kif jgħidu, the proof of the pudding is in the eating.", "Issa hawnhekk m'iniex qed nitkellem dwar kif se nilħqu ftehim biex nassigura proporzjonalita` stretta bejn siġġijiet u voti.", "Dik hija kwestjoni differenti.", "Jekk il-Kostituzzjoni tippermetti li nimxu pass ieħor 'il quddiem, għaliex ma nagħmlux hekk?", "Jekk in-naħa tal-gvern turi d- dispożizzjoni tagħha li nibagħtu r-rapport lura lill-kummissjoni elettorali, m'hu se jkun hemm l-ebda loss of face f'din il-ħaġa.", "Wara kollox din il-Kostituzzjoni stess tippermettieha u aħna lesti li nagħmluha bla ebda problema ta' xejn.", "Dawn l-affarijiet irridu ngħiduhom, iktar u iktar għax nerġa' ngħid, din m'hijiex xi kwestjoni żgħira, m'hijiex xi ħaġa li nistgħu nibqgħu kajmani quddiemna.", "Naħseb li it's about time li xi ħadd juri rieda tajba f'dan ir-rigward, u r-rieda tajba trid tiġi miż-żewġ naħat, trid tiġi b'mod li tassew tkun qiegħda hemm u mhux nitkellmu mod u nagħmlu mod ieħor.", "Huwa tajjeb li ngħiduhom dawn l-affarijiet għax qed nipprevedu li fiż-żminijiet li ġejjin se jkun hemm ċerti konfronti fuq għażliet li jistgħu jkunu kruċjali għal dan il-pajjiż, u dawn l-għażliet mhux se jiddeterminaw biss x'se jiġri s- sena d-dieħla jew ta' wara imma se jiddeterminaw għal żmien twil mhux ħażin.", "Naħseb li d-demokrazija titlob li l-mod kif isiru u kif jitħaddmu dawn l-għażliet isiru b'mod li mhux biss jittieħdu deċiżjonijiet imma li d- deċiżjonijiet iseħħu f'qafas ta' stabbilta` politika, li d-demokrazija ma tiġix eżerċitata bil-maniġġi imma b'għażliet li jkunu tassew saru u li mbagħad iktar 'il quddiem ikunu jistgħu jitħaddmu f'atmosfera stabbli.", "Jekk għandu bżonn xi ħaġa dan il-pajjiż fiż-żmenijiet li ġejjin, apparti minn deċiżjonijiet suret in-nies, deċiżjonijiet li jagħmlu sens u deċiżjonijiet kuraġġużi għandu bżonn qafas ta' stabilita` politika li jaħdem taħt is-sistemi demokratiċi li għandna bħalissa, u li nerġa' ngħid, m'humiex imfassla ħażin.", "Il-Kostituzzjoni tagħna għadha toffri spazji kbar, liema spazji għadna m'aħniex qed inħaddmuhom biex immexxu d- demokrazija u l-ħtiġijiet politiċi li għandna 'l quddiem.", "Fil- Kostituzzjoni għandna mekkaniżmu li tippermettielna nimxu 'l quddiem.", "Ma jagħmilx sens li nieqfu fin-nofs.", "Matul dawn l-aħħar snin inqalgħu ċerti kontroversji li ma kellhomx jinqalgħu u kien hemm ċerta instabbilta` politika li wieħed jista' jwaħħalha f'min irid u kif irid, pero` jekk ma rridux noqogħdu ninħbew wara subgħajna jkollna nammettu li parti minn din l- instabbilta` politika hija relatata mal-mod kif il-proċessi u l-mekkaniżmi demokratiċi ma ntużawx tajjeb.", "Sur President, l-appell tiegħi huwa dan.", "Jekk tabilħaqq irridu li fiż- żmien li ġej il-konfronti politiċi tagħna jkunu tassew fuq bażi demokratika u fuq l-għażliet il-kbar, allura m'għandniex indardru l-għajn li nixorbu minnha u l-gvern għandu tabilħaqq juri rieda tajba f'dan ir-rigward.", "Jekk dan ma jsirx, l-instabbilta` politika terġa' tiġi effettwata.", "Ċertament dan il-gvern għandu juri rieda tajba f'dak li għandu x'jaqsam mal- mekkaniżmu li semmejt l-ewwel dwar kif jiġi kkontrollat id-dħul u l-ħruġ taċ-ċittadini.", "Għandu juri rieda tajba billi jassigura ruħu li mhux qed ikun hemm abbuż u taħwid fis-sistema taċ-ċittadinanza doppja.", "Fuq kollox għandu juri rieda tajba billi jaċċetta l-proposta li qed nagħmlulu llum, jiġifieri li r-rapport tal-konfini tal-kummissjoni elettorali jerġa' jintbagħat skond il-proċeduri tal-Kostituzzjoni quddiem il-kummissjoni elettorali ħalli din tikkonsidra l-punti kollha li qamu u mbagħad tasal għad-deċiżjoni tagħha, li taħt il-Kostituzzjoni tkun finali.", "Mr Speaker, jien naħseb li din hija proposta mill-iktar raġonevoli.", "Almenu safejn naf jien ma kien hawn l-ebda għajjat u ġlied f'dan ir-rigward u qed nitkellmu b'mod ċivili, għalkemm għax inkunu qed nitkellmu b'mod ċivili u kalm, dan ma jfissirx li ċerti deċiżjonijiet li nistgħu nieħdu jew ma neħdux ma jkunux se jeffettwaw ħażin jew tajjeb lid-demokrazija u l- instabbilta` politika f'pajjiżna.", "Għalhekk nappella lill-gvern biex juri rieda tajba f'din il-ħaġa.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Min jissekonda l-emenda tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, jien segwejt id- dibattitu b'interess u bħall-Kap ta' l-Oppożizzjoni ninnota l-kalma li kien hawn f'dan id-dibattitu, kuntrarjament għal dak li ġara xi snin ilu.", "L-ewwel rimarka ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo kienet dwar il-persuni b'diżabilita` intellettwali.", "Jien naħseb li lkoll naqblu li għandna nsibu mod dinjituż u serju kif nittrattaw din il-problema, pero` żgur li min jeżerċita d-dritt tal-vot irid ikollu l-kapaċita` li jeżerċita dan id- dritt.", "Din hija r-rikjesta tal-Kostituzzjoni, pero` naqblu li jekk hemm xi mod differenti kif nistgħu niċċertifikaw, dan nistgħu nagħmluh.", "Kemm l-Onor.", "Bartolo kif ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semmew il- kwestjoni tas-sitt xhur residenza.", "Jien fhimt li l-oppożizzjoni qed taqbel li llum spiċċa żmien l-embarkation u d-disembarkation cards - fil-fatt kważi konna the odd country out b'dawn l-embarkation u d-disembarkation cards - u li hemm bżonn noħolqu xi tip ta' kontroll ieħor.", "Jekk m'iniex sejjer żball, Artiklu 56 tal-Kostituzzjoni jipprevedi li d-dritt tal-vot mhux biss huwa soġġett għall-kwalifika tar-residenza u taċ-ċittadinanza imma huwa soġġett ukoll għar-reġistrazzjoni fir-reġistru elettorali.", "Mhux biżżejjed li tkun ċittadin Malti u li tkun għext għal sitt xhur sħaħ f'Malta matul l-aħħar 18-il xahar imma jrid ikun hemm ir-reġistrazzjoni, u r-reġistru elettorali jiġi ppubblikat kull sitt xhur.", "Issa hawn huwa l- kontroll, li d-dritt li tikkontesta huwa dritt ta' kull elettur Malti.", "Mela kull elettur Malti għandu d-dritt li jagħmel rikors biex jikkontesta li isem xi ħadd m'għandux ikun fir-reġistru elettorali.", "Aħna nafu li l- partiti politiċi huma attrezzati biex jagħmlu dawn ir-rikorsi u biex jeżaminaw ir-reġistru elettorali li joħroġ kull sitt xhur u għalkemm kultant jaqbżilhom xi ħaġa, naħseb illi grosso modo l-kontroll isir.", "Ta' min jgħid li mbagħad il-prova ta' dan kollu ssir fil-qorti quddiem il- maġistrat reviżur, u l-maġistrat reviżur jisma' bil-ġurament anke persuna li tkun reġistrata jew inkella li ma tkunx reġistrata u għandha tkun reġistrata, jiġifieri jeżisti mod ta' kontroll.", "Naturalment jekk hemm modi oħra kif nistgħu nagħmlu kontroll mingħajr ma noħolqu burokraziji żejda, aħna lesti li nikkonsidrawhom.", "Mr Speaker, iċ-ċittadinanza doppja tagħtik id-dritt tal-vot jekk inti tkun reġistrat fir-reġistru elettorali minħabba li tkun irresidejt f'pajjiżna għal mill-inqas sitt xhur.", "Min jiġi reġistrat l-ewwel darba żgur li jsirulu l-verifiki mill-uffiċċju elettorali dwar din il-kwalifika, jiġifieri hawn naħseb li fit-teorija qegħdin ngħidu: Iva, irridu nikkontrollaw ħalli kemm jista' jkun ma jkunx hemm abbużi.", "Pero` ma rridux nesaġeraw għax diġa' għandna metodi kif nikkontrollaw, u l-ikbar metodu hu r-reġistrazzjoni fir-reġistru elettorali bi dritt ta' kull elettur li jikkontesta r-reġistrazzjoni.", "Dan huwa punt fundamentali li m'għandniex ninsewh.", "Naturalment jekk jeżistu metodi oħra kif jista' jkollna iktar sigurta` fuq min jivvota u ma jivvotax jien ma nsibx diffikulta` li dawn jiġu kkonsidrati, pero` mhux għax kellna s-sistema ta' l-embarkation card allura ngħidu li issa tlifna xi ħaġa.", "L-ewwelnett l-embarkation card ma kenitx prova awtomatika - jiġifieri ma kienx hemm xi eżerċizzju li bih jiġu eżaminati l-miljuni ta' embarkation cards li joħorġu kull sena u jiġi magħruf min kien assenti f'sitt xhur f'perijodi ta' 18-il xahar - għax jekk kien jitqajjem xi każ u jmur quddiem il-maġistrat reviżur, allura f'dak il- każ kienu jittellgħu l-pulizija u l-kummissarju biex jgħidu x'kien jirriżulta minn dawn l-embarkation cards.", "Għalhekk l-embarkation card ma kenitx prova diretta minnha nnifisha biex isir magħruf jekk xi ħadd kienx assenti għal iktar minn sena fl-aħħar sena u nofs.", "Imma bil-maqlub, meta jkun hemm rikors li xi ħadd tilef id-dritt tal-vot għax ma kienx residenti hawn kienet, tinġieb il-prova permezz ta' l-emigration office ta' l- ajruport, tad-dwana jew tal-port, jiġifieri hawn ukoll irridu naraw l- affarijiet effettivament kif inhuma.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo qalilna li l-oppożizzjoni m'hijiex sodisfatta bir- rapport tal-kummissjoni elettorali u waqaf hemm.", "Min-naħa l-oħra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li l-politika hi logħba tal-kuntrasti.", "Bir-rispett kollu ma naqbilx ma' din id-definizzjoni ta' \"politika\".", "Fil-fatt id- definizzjoni ta' \"politika\" hija li kull partit politiku jipprova jagħmel l- aħjar fl-interess nazzjonali.", "Dik hija l-logħba politika, li partit politiku jkun konvint li l-programmi tiegħu huma l-aħjar għan-nazzjon kollu kemm hu.", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jidhirlu li xi ħaġa tkun tajba għall-pajjiż u jien ngħidlu li qed jiżbalja, dik jien ma nsejħilhiex logħba.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid xi ħaġa tajba, jien ma nsibx diffikulta' li naqbel mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u vice versa.", "Ċertament li ma naqbilx li d-definizzjoni ta' politika hija logħba tal- kuntrasti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semmielna l-għażliet.", "Veru, bħal ħafna pajjiżi oħra - biex ma ngħidx bħall-kumplament tad-dinja - pajjiżna għaddej minn perijodu ta' bidliet kbar.", "Irridu nagħmlu għażliet b'kuraġġ, pero` huwa importanti li l-għażliet ma nagħmluhomx bħala logħba ta' kuntrasti imma għandna nipprovaw b'ħilitna kollha li nagħmluhom fl-aħjar interess tal- pajjiż.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġab bħala eżempju - u jien naqbel miegħu perfettament - kif se nimxu quddiem il-fatt tal-globalizzazzjoni.", "Il- globalizzazzjoni saret kelma li qed tiġi wżata kuljum, fenomenu li qed jitwettaq, u kull pajjiż irid jirreaġixxi bl-aħjar mod li jaqbel lilu għal dan il-fenomenu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma l-għażliet soċjali.", "Huwa veru li għandna għażliet soċjali x'nagħmlu.", "L-ewwel għażla soċjali li żgur naqblu fuqha lkoll hija li jekk jista' jkun għandna nżommu s-sistema soċjali tagħna intatta, jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' kuntrasti.", "Dan il- gvern diġa' ppropona kummissjoni dwar il-qasam soċjali, u qed ngħidu li kulħadd għandu kontribut x'jagħti f'dan il-qasam.", "Illum hawn jien fil- gvern u għada tista' tkun fil-gvern l-oppożizzjoni preżenti.", "Din hija għażla soċjali li għandna nfittxu li naffrontawha b'kuraġġ, mhux bħala kuntrast bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra imma bħala li qegħdin infittxu - naturalment bil-konfront u bl-iskontri ta' l-ideat - l-aħjar soluzzjoni fl- interess tan-nazzjon.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni appellalna biex ma ngħabbux lil pajjiżna bi strain ieħor.", "Jien naqbel li m'għandniex noħolqu strain ieħor ma' l- istrain li għandna u li se jkollna biex nagħmlu l-għażliet importanti li jkollna quddiemna, pero` ma naħsibx li dan id-dibattitu fejn qed niddiskutu jekk għandniex nibagħtu r-rapport tal-kummissjoni elettorali lura jew inkella ngħidulha li qed napprovawh, għandu jġib xi strain fil-pajjiż.", "Issa se niġu għall-veru dibattitu li għandna quddiemna, u l-veru dibattitu li għandna quddiemna jirrigwarda l-konfini elettorali kif proposti mill- kummissjoni elettorali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li m'huwiex qed jaqbel mal-konfini elettorali kif proposti mill-kummissjoni elettorali u meta rrifera għar- rapport tal-Kummissjoni Gonzi - liema rapport kien ifformolah prinċipalment Prof. Buhagiar - qalilna li hemmhekk konna lesti nabbandunaw il-prinċipju illi li jgħodd fuq skala nazzjonali f'kull elezzjoni huwa l-first count.", "Bir-rispett kollu, jien infakkar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kulħadd kien qed jaqbel li l-proporzjon ta' siġġijiet irid jirrifletti s-saħħa tal- partiti politiċi nazzjonalment, u dak huwa rifless fil-first count.", "Id- differenza kienet biss - kif qal l-Onor.", "Austin Gatt - dwar x'se nagħmlu jekk indaħħlu t-threshold u jkollna partit politiku jew partiti politiċi li ma jilħqux it-threshold.", "Jiġifieri jekk it-treshold ikun ta' ftit inqas minn 5%, dawk il-voti ninjorawhom daqs li kieku m'humiex qegħdin hemm?", "Il- proposta li kienet għamlet in-naħa tal-gvern dak iż-żmien u li l-Partit Nazzjonalista qabel magħha kienet li kulmin iġib it-threshold, allura dak għandu determinat in-numru ta' siġġijiet li se jkollu fil-parlament, filwaqt li jekk ikun hemm partit li ma jilħaqx it-threshold, dawk il-voti ta' l-elettorat Malti m'għandniex ninjorawhom.", "F'dak il-każ, jekk is- second preference jew it-third preference tmur fuq il-partiti politiċi li se jkollhom rappreżentanza fil-parlament, għandna nistmaw il-vuċi ta' dawn il-votanti billi minbarra l-first preference, nagħtu kas tas-second jew it- third preference tagħhom.", "Din kienet il-proposta u, bir-rispett kollu, mhux veru li din il-proposta ma kenitx tagħti kas u m'hijiex mibnija fuq il- prinċipju tal-first count.", "Dażgur li hija mibnija fuq il-prinċipju tal- first count!", "Aħna rridu nagħtu valur lil kull vuċi, lil kull ċittadin u lil kull vot, u fuq dan naħseb li għandna naqblu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna wkoll li huwa importanti li ċ-ċittadini jifhmu s-sistema elettorali.", "Huwa veru li min jara s-sistema elettorali jista' jsibha diffiċli biex jifhimha, pero` l-poplu tagħna fehemha għax kif qal l-Onor.", "Evarist Bartolo, meta daħlet is-sistema proporzjonali bis- single transferable vote kulħadd ħaseb li din ġiet introdotta jew imposta mill-Ingliżi f'pajjiżna biex ikun hawn frammentazzjoni politika u l- elettorat Malti tant fehem din is-sistema li kważi tul is-snin kollha li ilu li għandna din is-sistema ma kienx hawn frammentazzjoni.", "Kien hemm ċerti każi fejn membri parlamentari telqu lill-partit politiku li kienu jagħmlu parti minnu - jiġifieri kien hemm firda fil-partit stess - pero` l- poplu fehemha s-sistema u allura jien ma nifhimx il-kumment tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li s-sistema jrid jifhimha kulħadd.", "Mr Speaker, matul id-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fakkarna fid- dibattitu li kien sar fis-26 u fis-27 ta' Settembru ta' l-1996 fuq il- konfini ta' dak iż-żmien u qalilna li dak iż-żmien in-naħa tal-gvern ma kenitx qablet li għandna nibagħtu r-rapport lura lill-kummissjoni elettorali.", "Jien infakkar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li ma kontx qbilt li nibagħtu r-rapport lura lill-kummissjoni elettorali minħabba li dan kien mibni fuq ir-rapport ta' l-1990 ħlief għal ċerti rtokki li saru minħabba l- variance ta' 5%, u dawn il-konfini kienu taw riżultat kważi perfett fl- elezzjoni ta' l-1992.", "Veru li fl-1996 u fl-1998 mhux hekk ġara, pero` hawn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu żball għax m'huwiex janalizza għaliex ma ġarax hekk.", "Ħalli nieħdu din id-darba.", "Jekk tagħmel analisi, kif għedna ħafna drabi, issib li d-difett tas-sistema huwa li wieħed minn kull sitta tal-voti, jiġifieri 16.6% tal-voti, m'humiex utilizzati, u dan m'huwiex xi persentaġġ żgħir.", "X'jiġri jekk f'kull distrett partit ikollu kwota neqsin ftit, jiġifieri minflok 16.6% ikollu 16%, u inti timmultiplika din il- figura għal 13-il darba, jiġifieri għat-13-il distrett li għandna?", "Ikollok riżultat li ma jirriflettix il-proporzjonalita` on a national basis, u dan huwa d-difett tas-sistema.", "Jien lill-Partit Laburista ngħidlu: Xi ġralkom din id-darba?", "Din id-darba ġralkom illi fit-tieni distrett, per eżempju, filwaqt li l- Partit Nazzjonalista kellu żewġ kwoti u ftit, intom kellkom erba' kwoti neqsin ftit u allura tliftu kwota.", "Għalhekk meta mbagħad tiġi biex tqassam il-proporzjon, il-proporzjon jitbiddel għax hemmhekk inti għandek 16.6% tal- voti tat-tieni distrett li m'humiex utilizzati, u huwa għalhekk li mbagħad tirriżulta distortion.", "Mela allura kif irripetejna għal elf darba, m'għandniex nipprovaw insibu s-soluzzjoni billi nagħmlu konfini li jkunu adegwati għall-volonta` tal-poplu imma għandna nsibu soluzzjoni fejn is- sistema tkun waħda ta' proporzjonalita` nazzjonali.", "Is-sistema attwali fit- tieni distrett tirrifletti l-volonta` tal-poplu.", "Fit-tieni distrett il- poplu ried itella' żewġ Nazzjonalisti u tliet Laburisti, u hekk ġara, jiġifieri hemmhekk hemm riżultat tajjeb.", "Ħadd ma jikkontesta li fit-tieni distrett dan kien riżultat ġust, bħalma ħadd ma jikkontesta li huwa riżultat ġust dak ta' l-għaxar distrett, fejn il-Partit Nazzjonalista tella' erbgħa minħabba li ġab erba' kwoti u ftit u l-partit Laburista tella' wieħed minħabba li ġab żewġ kwoti neqsin ftit.", "Meta studjajna għaliex ħareġ dak ir-riżultat pervers mill-elezzjoni ta' l-1981 sibna li 65% mill-voti mhux utilizzati kienu tal-Partit Nazzjonalista u 35% biss kienu tal-partit Laburista.", "Jekk tagħmlu analisi, din id-darba ssibu li l-Partit Laburista kellu iktar voti mhux utilizzati milli kellu l-Partit Nazzjonalista għaliex il- Bormliżi ma vvotawx bħal qabel.", "Fit-tieni distrett kien hemm shift biżżejjed fil-voti li aħna ġibna żewġ kwoti u intom ma ġibtux erba' kwoti, u allura ġie kontra tagħkom.", "Imma kieku, per eżempju, fit-tieni distrett intom tellajtu erbgħa u aħna tellajna wieħed u fl-għaxar distrett intom tellajtu tnejn u aħna tellajna tlieta probabbilment ir-riżultat kien ikun preċiż.", "Jiġifieri għalkemm hawnhekk qed nitkellmu fuq ftit mijiet ta' voti, dawn jafu jġibu sproporzjon fir-riżultat nazzjonali.", "Għalhekk jekk irridu tabilħaqq naffrontaw din il-problema, irridu nfittxu nbiddlu s- sistema elettorali.", "Huwa inutli li npoġġu rasna fir-ramel u huwa inutli li noqogħdu ngħidu li din hi kwestjoni ta' kif isiru d-distretti.", "Ħalli nerġa' nagħti eżempju.", "Jekk fit-tieni distrett nerġgħu nġibu żewġ kwoti u ftit, huwa inutli li noqogħdu nagħmlu d-distretti għax aħna nerġgħu ntellgħu tnejn, intom ittellgħu tlieta u tkunu tliftu kwota hemmhekk.", "L- istess nistgħu ngħidu għall-għaxar distrett.", "Jien għedt li l-elezzjoni ta' l-1981, li ġabet tant inkwiet, forsi kienet ukoll a blessing in disguise għax għall-ewwel darba għamilna diskussjonijiet kbar ta' kif hemm bżonn li nbiddlu s-sistema elettorali, u għamilna, kif semma l-Onor.", "Gatt u kif semmejt jien ukoll, żewġ emendi kostituzzjonali, jiġifieri almenu moħħna mistrieħ li l-partit li għandu l- maġġoranza assoluta jew il-maġġoranza relattiva se jkollu maġġoranza fil- parlament.", "Din hija xi ħaġa li ma ġratx fl-1981 għax fl-1981 u fil-ħames snin ta' wara l-gvern kien qiegħed jimxi kontra l-volonta` tal-maġġoranza tal-poplu, u aħna ma rridux li dan jerġa' jiġri.", "Nerġa' ngħid li sakemm nibqgħu żewġ partiti politiċi biss, dan il-periklu jispiċċa għax il- Kostituzzjoni tagħti l-maġġoranza ta' deputati lil min iġib il-maġġoranza ta' voti, anke relattiva, imma ejjew naffrontawha din.", "Ma ngħidux: Isma', tort tal-kummissjonarji elettorali u nerġgħu nibagħtuhomlhom.", "Issa x'nibgħatuhomlhom nagħmlu!", "Illum għandi quddiemi rapport iffirmat minn erbgħa min-nies u qaluli biex nanalizza dan ir-rapport.", "Jien analizzajtu dan ir-rapport.", "Fost affarijiet oħra dan ir-rapport qal: Għax hawn il- qsim fil-proposti tal-kummissjoni elettorali.", "Anke fil-proposti tar- rapport tal-minoranza hemm il-qsim.", "Biżżejjed insemmu Tal-Pieta` u Santa Venera.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li fil-każ ta' l-Iklin daħħalna kuritur, pero` dan m'hu veru xejn.", "Jekk wieħed jara d-distretti kif qed jiġu proposti jsib li dawn huma kollha clusters, jiġifieri kollha qegħdin ma' xulxin.", "Ara fir-rapport tal-minoranza mhux clusters hemm imma katina.", "Ħalli nsemmi xi eżempji.", "Per eżempju, skond il-proposta ta' dawk l-erbgħa li għamlu r-rapport tal-minoranza, ir-raħal ta' Marsaxlokk jinsab ma' Paola, Ta' Xbiex jinsab mal-Madliena, Ħal-Lija tinsab mal-Mellieħa u Ħaż- Żebbuġ jinsab ma' l-Imġarr.", "Kif wieħed jista' jinduna, dawn il-proposti jfallu għaliex ma josservawx wieħed mir-rekwiżiti tal-Kostituzzjoni, li hija l-viċinanza.", "Analisi oħra li wieħed għandu jagħmel hija li filwaqt li fil-proposti tar- rapport tal-maġġoranza għandek 16-il lokalita` li jmissu ma' konfini waħda, fil-proposti tar-rapport tal-minoranza għandek 23 lokalita`, jiġifieri żgur li hija agħar inkwantu għal dan l-aspett ta' viċinanza.", "Biżżejjed ngħid li fil-proposti tar-rapport tal-minoranza hemm 41 lokalita` li jmissu biss minn naħa waħda mal-kumplament tad-distrett, jiġifieri jekk wieħed joqgħod ifettaq fit-teknikalita` jista' tagħmel argumenti kemm irid.", "Pero` nerġa' ngħid li tagħmel x'tagħmel u tagħmilhom kif tagħmilhom id-distretti, jekk il-poplu jivvota b'ċertu mod u jekk ikollok shift f'distrett partikolari, allura għandek ċans kbir li jerġa' jkollok nuqqas ta' proporzjonalita` nazzjonali.", "Dan hu d-difett tas-sistema u hemm bżonn nirrealizzawh.", "Issa b'żewġ partiti kbar li bejn wieħed u ieħor huma maqsumin l-istess fil- pajjiż b'shift ta' 1%, 2%, 3% fuq bażi nazzjonali u kultant ftit iktar fuq bażi distrettwali, dawn l-okkażjonijiet ta' nuqqas ta' proporzjonalita` se jibqgħu jirrikorru.", "Għamilna tajjeb li ma jirrikorrux sa l-estrem li jkollok minoranza ta' voti u maġġoranza fil-parlament.", "Dan ma jistax jiġri sakemm ma jkunx hemm it-tielet partit politiku li jtella' xi deputati oħra.", "Għalhekk jien lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nappellalu biex ma jkomplix jinsisti li jibgħat ir-rapport lura lill-kummissjoni elettorali.", "Nimmaġinaw li nerġgħu nibagħtu r-rapport lura lill-kummissjoni elettorali, imbagħad x'garanzija għandna?", "Assolutament xejn!", "Għall- elezzjoni baqgħalna tliet snin oħra u allura ejjew inkomplu minn fejn ħallejna ħames snin ilu u nerġgħu naraw kif nistgħu nsibu soluzzjoni għal din il-problema.", "Iż-żewġ naħat qed nirrikonoxxu li din hi l-problema, u din il-problema nistgħu nevitawha.", "Is-soluzzjoni m'hijiex li nibagħtu r- rapport lura lill-kummissjoni elettorali.", "B'hekk inkunu qed nidħku bina nfusna għax anke jekk inbiddlu l-konfini elettorali, min se jiggarantili li se jerġa' ma jkunx hemm shift fil-voti ma nafx f'liema distrett u l-Partit Nazzjonalista mhux se jitlef siġġu għal ftit voti?", "Naturalment l-istess nistgħu ngħidu għall-Partit Laburista, jiġifieri hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq xi teoriji fl-astratt imma qed nitkellmu fir-realta` ta' żewġ partiti kbar li fid-distretti jtellgħu xi tnejn jew tliet deputati, wieħed mid-deputati jxaqleb 'l hawn jew 'l hemm bi ftit voti u malli jxaqliblek 'l hawn jew 'l hemm bi ftit voti, jiskumnikalek il-proporzjonalita`.", "Din hi l- problema.", "Ejjew naffrontaw din il-problema b'kuraġġ u b'sens ta' lealta` lejn pajjiżna.", "Dażgur li ma rridx instabbilta` u ma rridx diskussjonijiet fil-vojt!", "Jien dan ma rridux u nieħu pjaċir nisma' lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jgħid li lanqas hu ma jrid dan.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-kummissjoni elettorali ma ħaditx in konsiderazzjoni l-fatt ta' kif jistgħu jiżdiedu d-distretti.", "Skużi, dażgur li ħaditu!", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, tant ħaditu li għandek sitt distretti fejn il-varjanza mill-kwota nazzjonali hija ta' 1%, fil-każ ta' tliet distretti minnhom ta' inqas minn 2%, fil-każ ta' tliet distretti oħra hija ta' inqas minn 3% u l-iktar distrett li għandu variance għolja huwa l-ħames distrett bi 3.5%.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jien ma fhimtux meta qal li billi d-disa' distrett qiegħed jikber, kif għamlitu l- kummissjoni elettorali, malajr jista' jaqbeż il-kwota għax fir-rapport li jien qed nipproponi li napprovaw il-variance hija ta' -1.98%, jiġifieri ma nistax nifhem kif dan id-distrett se jikber u se jiġi 7% above the quota.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li hemm bżonn ta' rieda tajba.", "Jien naqbel li hemm bżonn ta' rieda tajba, pero` r-rieda tajba hemm bżonnha miż- żewġ naħat u bis-serjeta`.", "Il-politiċi tad-dinja kollha huma magħrufin illi bil-kliem jgħidu ħafna affarijiet sbieħ, pero` issa hemm bżonn li dan il-kliem indawruh f'fatti, u l-fatti huma ċari issa; ċari kemm f'dan il- parlament kif ukoll fil-pajjiż.", "Is-sistema li għandna tista' tagħti riżultati mhux proporzjonali f'livell nazzjonali.", "Meta nitkellmu fuq il- konfini elettorali ta' kull distrett, inkunu qegħdin nitkellmu fuq il- volonta` ta' dawk l-eletturi f'dak id-distrett kif riflessi bil-voti tagħhom fir-rappreżentanza parlamentari.", "Hemm m'hemmx xi tgħid għax is- sistema hi tajba.", "F'dak is-sens, fil-bażi ta' kull distrett, is-sistema taħdem b'mod proporzjonali tajjeb, pero` aħna rridu naffrontaw is-sistema biex neliminaw il-fatt li għandna 16.6% tal-voti li m'għandhomx valur biex jiġu eletti d-deputati f'dan il-parlament.", "Mill-1981 għaddew 19-il sena.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn inkitbu diversi kotba u artikli f'dan ir-rigward.", "Illum smajt ukoll minn fuq ir-radju li kiteb il-Prof.", "Lane fuq is-sistema elettorali tagħna.", "Għal min ma jafx Prof. Lane huwa espert fis-sistemi elettorali u huwa eżamina s-sistema tagħna, ikkummenta fuqha u qal x'inhuma d-difetti tagħha.", "Nerġa' ngħid li jekk aħna rridu verament neliminaw din il-problema u naffrontawha, allura għandna nkomplu fejn tlaqna fl-1996 u niddiskutu kif is-sistema elettorali għandha tiġi emendata.", "Fl-aħħar mill-aħħar m'huwiex diffiċli li nagħmlu dan.", "Kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Austin Gatt, fl-1996 iż-żewġ punti li kien hemm outstanding kienu għandux ikun hemm threshold u jekk iva, x'għandu jkun it-threshold.", "Jien niftakar li l-pożizzjoni tal- partit tiegħi kienet li għandu jkun hemm threshold biex ma jkunx hemm il- possibbilta` li f'dan il-parlament ikun hawn żewġ naħat, u wieħed ikun il- bilanċ bejn iż-żewġ naħat.", "Dak iż-żmien jien kont insistejt li għandna nsibu threshold li bih min jikkontesta l-elezzjoni almenu jkollu ċ-ċans li jtella' żewġ deputati f'dan il-parlament.", "Jekk partit politiku jkollu voti biżżejjed biex itella' żewġ deputati, allura għandu l-garanzija ta' żewġ deputati, imma li din nagħmluha dipendenti fuq deputat wieħed naħseb li jista' jwassal għal instabilita`.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem fuq x'jiġri minn dawk il-voti li jingħataw lil partit politiku li ma jkollux kwota biżżejjed biex ikollu rappreżentanza fil-parlament.", "Jien ninsisti - din hi fehma tiegħi, pero` ninsab open to conviction ukoll - li l-aħjar sistema hi li nagħtu vuċi lill- eletturi kollha, jiġifieri li l-voti validi kollha jkollhom effett fir- riżultat elettorali, u dan nistgħu nagħmluh faċilment billi naraw is-second u t-third preferences bis-sistema tas-single transferable vote u nqisuhom li dawk ikunu voti favur il-partiti politiċi li jkollhom il-kwota elettorali biex jiġu rrappreżentati f'dan il-parlament.", "Naħseb li t-triq għandha tkun ċara, pero` wisq nibża' li nkunu qed naħlu ż-żmien jekk nerġgħu nibagħtu r-rapport lura lill-kummissjoni elettorali, li nafu li ddiskutiet fit-tul, li kellha ħafna proposti quddiemha u li vvotat favur din il-proposta li għandna quddiemna llum.", "Hija ħasra li m'hawnx qbil fuq din il-mozzjoni.", "Issa ħalli niġi biex nagħmel l-aħħar kumment tiegħi.", "Jien iddispjaċini meta smajt li dakinhar li ppreżentaw il-minority report lill-Onor.", "Alfred Sant, waħda mill-kummissjonarji elettorali - u hawn qed nirriferi għal Dr. Anna Mallia - qalet li hemm bżonn li d-distretti jsiru b'mod li tissewwa l-anomalija ta' l-1996 u li nkunu żguri li d-distretti jirriflettu s-saħħa politika tal-partiti.", "Jiddispjaċini, pero` x-xogħol tal-kummissjoni elettorali bħala kummissjoni indipendenti m'huwiex li tara li l-partiti jkollhom vantaġġ jew żvantaġġ.", "Il-kummissjoni elettorali hija kummissjoni indipendenti skond il-Kostituzzjoni u xogħolha hu li tfassal il- konfini skond il-kriterji tal-Kostituzzjoni.", "Għalhekk ma kienx jixraq li ssir rimarka bħal dik minn membru ta' kummissjoni indipendenti.", "Mr Speaker, jien naħseb li f'dawn ċ-ċirkostanzi għandna nikkonfermaw ir- rapport tal-konfini elettorali, pero` dan se jibqa' miftuħ biex meta naslu għall-elezzjoni tliet snin oħra, ikollna l-possibbilta' li l-elezzjoni ssir mhux abbażi tas-sistema elettorali li għandna llum imma abbażi ta' sistema elettorali miftehma li tiżgura proporzjonalita` ta' deputati għall-voti li jġib kull partit politiku.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m., is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "VOTAZZJONI NRU.", "252", "FAVUR : 27", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | | | | |", "KONTRA : 30", "L-Onor.", "| | | |Agius Francis |Galea Censu | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Bis-saħħa tal-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "253", "FAVUR : 30", "L-Onor. | | | |Agius Francis |Galea Censu | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 27", "L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 28 ta' Settembru, 2000, fis-6.00 pm b'din l-Aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' l-Onor Jose' Herrera dwar Avviż Legali 124 ta' l-2000.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xtaqt nieħu ftit tal-ħin biex nirrispondi lill-kollega tiegħi l-ministru għall-affarijiet barranin fuq il-kummenti li għamel wara dak li għedt jien it-Tnejn li għadda.", "Mhux se nirribatti kelma b'kelma dak li qal pero' ridt inpoġġi l-affarijiet f'pożizzjoni ċara.", "Min sema' lill-Ministru Borg seta' ħa l-impressjoni li dak li tkellimna fuqu m'huwiex veru u li aħna qed nippruvaw inbeżżgħu lin- nies.", "Bil-kemm ma ngħidx li l-ministru pinġa din il-forza militari li qed nitkellmu fuqha - ċertament li l-Gvern Malti wera l-interess li jkun jaf iktar dwarha u jipparteċipa fiha - qisha xi missjoni tas-sorijiet ta' Madre Tereża!", "Din m'hijiex xi missjoni umanitarja.", "Nixtieq nimmaġinahom sejrin bi 300 ajruplan tal-gwerra jagħmlu missjoni umanitarja!", "Hawnhekk qed nerġgħu nipprovaw nidħku bin-nies u jiena konvint li min qed jismagħna diġa' kejjel il-kredibilita' ta' min qiegħed jitkellem għax wara kollox dak li għedna aħna dejjem seħħ.", "Mr. Speaker, il-gvern qed jgħatti l-affarijiet bil-ġelu.", "Hu għandu rekord ta' daħk bil-poplu.", "Dawn huma n-nies li wiegħdu Lm100 miljun li ma ġewx u l-istess nies li qalu li malli nneħħu l-applikazzjoni mill-friża jiġi l- investiment u x-xogħol.", "Il-poplu jaf min kellu raġun.", "U jiena għalhekk qed ngħid li min illum qed jipprova jpinġi din is-sitwazzjoni bħala waħda inokwa u umanitarja bilkemm mhux qed jipprova jpinġiha bħala dover kristjan.", "Il-ministru ta l-impressjoni li qisu aħna għandna l-obbligu li nidħlu f'din il-forza u mhux qed nindunaw li din hija sitwazzjoni finali li torbot il-politika Ewropeja f'sitwazzjoni militari.", "Mr. Speaker, tan-naħa l-oħra baqgħu jitkellmu wkoll fuq dik li hija common foreign and security policy.", "Issa ta' min igħid li llum lanqas din it-terminoloġija m'għadha tintuża.", "It-terminu common foreign and security policy diġa' ġie mibdul f'European security and defence identity,.bil-Malti tfisser identita' ta' difiża u ta' sigurta' Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Issa mhux qed ngħidu politika komuni ta' sigurta' Ewropea imma qed insemmu l-kunċett ta' European security and defence identity.", "(Interruzzjonijiet) Għad-difiża territorjali hemm in-NATO.", "Inkompli nispjega biex il-poplu jifhem.", "Sal-lum l-Unjoni Ewropea kellha l-Western European Union bħala l- parti Ewropea ta' l-alleanza atlantika bejn l-Amerika u l-pajjiżi ta' l- Ewropa, li hija n-NATO.", "Jekk taqta' l-Amerika barra jibqa' l-Western European Union.", "Din, skond il-ftehim ta' l-Unjoni Ewropea stess, sa l-aħħar ta' din is-sena se tiġi assorbita fl-Unjoni Ewropea.", "Minflokha jrid jinbet xi ħaġa oħra.", "Irrid ngħid ukoll li rigward ir-rapid reaction force il-ministru semma biss 60,000 ruħ u mhux 230,000.", "Jien qed ngħid li dik hija l-forza li trid tiġi miġbura f'daqqa biex tirreaġixxi malajr għal dak li jista' jinqala' u tista' tibqa' tinżamm f'sitwazzjoni ta' kumbattiment, in combat form.", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk jiena qed nikkwota dokumenti uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa f'atti umanitarji għalfejn għandek tkun in combat form?", "Li żżomm it-truppi fi stat ta' kumbattiment meta qed tagħmel atti umanitarji tkun qed tagħti kulur ieħor lill-affarijiet.", "Barra dik hemm ukoll it-twaqqif ta' armata permanenti Ewropea li ovvjament se tkun it- tkabbir ta' dak li llum huwa magħruf bħala eurocorps.", "Din hija alleanza bejn l-armata Ġermaniża u dik Franċiża, bit-tkabbir kollu li jista' jkun hemm magħha biex l-Ewropa jkollha l-armata tagħha.", "Issa meta wieħed jara dan kollu m'hemmx għalfejn jistaqsi għaliex qed neħduha daqshekk bi kbira li l-Gvern Malti qed juri interess f'dawn l- affarijiet.", "Dan diġa' ffirma l-partnership for peace minn wara dahar il- poplu u mingħajr ma ġie f'din il-Kamra biex jispjega x'se jkunu r- responsabilitajiet tiegħu.", "Wara dak kollu li nqala' hawnhekk xorta ffirma dan il-patt.", "Il-verita' hi li l-gvern qed jinkwetana għax anke f'din il- kwestjoni qed jaħdem bil-moħbi.", "Jiena nisfida lill-ministru jgħidilna fejn ġie mħabbar li bagħat kaptan ta' l-armata ġewwa l-Ambaxxata Maltija biex jieħu parti f'dawn il-laqgħat ta' natura militari.", "Il-ministru għall-affarijiet barranin il-bieraħ qalilna li d-doveri tagħhom se jkunu dawk li jissejħu Petersburg tasks u dan jista' jinkludi wkoll crisis management.", "Bil-Malti crisis management tfisser li wieħed jidħol biex jirranġa s-sitwazzjoni kriżi.", "Biex il-poplu jifhem x'jiġifieri, ngħidlu biex jiftakar x'kien jara fuq il-euronews u fuq is-CNN dwar il-Kosovo.", "Infakkar fil-ġlied u l-bumbardamenti li kien hemm mill- ajruplani Amerikani fuq Belgrad.", "Infakkar ukoll li kienet ġiet ibbumbardjata l-ambaxxata Ċiniża bi żball u kienu mietu n-nies.", "Dak li qed jifhmu bi crisis management, stat ta' gwerra.", "Jekk ikun hemm kriżi, il- gvern ikun irid jaġixxi b'dan il-mod għax crisis management hija wkoll a Petersburg task u allura skond hu ma jkunx qed imur kontra l-Kostituzzjoni.", "Hawnhekk jiena nistaqsi lill-avukati jekk f'każ li Malta tagħti support lil naħa jew oħra f'konflitt tkunx qed tmur kontra l-politika ta' non- alignment.", "Dawn kienu l-argumenti tagħna meta l-Gvern Malti ingħaqad ma' l-embargo taż-żejt kontra l-Jugoslavja.", "Il-fatt li qed tgħin naħa li qiegħda fi gwerra biex twaqqfilha l-provvista taż-żejt ifisser li qed tagħti support lil naħa.", "Forsi wieħed jipprova jiġġustifika dan billi jgħid li dak li għamel Milosevic kienu ħneżrijiet.", "Dak huwa veru, iżda l-argument hu li bħala pajjiż newtrali trid tieħu stand assolutament newtrali.", "Dan qed insemmih biex nispjega x'jiġifieri crisis management u peacemaking.", "Peacemaking isir billi wieħed jintervjeni permezz ta' azzjoni militari biex ineħħi l-ostakli ta' bejn żewġ naħat, u eżempju ta' dan rajnih ukoll fil- Kosovo.", "Mr. Speaker, il-ministru ġie jgħidilna li n-nies f'din ir-rapid reaction force jistgħu jkunu tobba, pero' ta' min jgħid li d-dikjarazzjoni ta' Reuters issemmi truppi.", "Hemm 60,000 truppa li jridu jkunu mgħejjuna b'total ta' 230,000 truppa.", "It-tobba u n-nurses m'humiex truppi!", "Dawn huma parti mill-medical division ta' armata jew ta' korp bħal tal-medecines sans frontiers, li huma grupp ta' tobba madwar id-dinja li jagħmlu missjoni ta' karita'.", "Dawn ma jmorrux bl-ixkubetti imma jmorru bi-stetoskopji, mediċini u field hospitals.", "Ikollhom ukoll operating theatres li jimmuntawhom fejn ikun hemm bżonn ħalli jfejqu u jagħmlu l-operazzjonijiet.", "Irrid ngħid ukoll li l-ministru jilgħab bil-kliem meta jgħid li l- oppożizzjoni taqbel mal-Petersburg tasks.", "Aħna naqblu sa fejn jidħol search and rescue u bħala soft security meta għandek kuntrabandu, drogi u immigranti illegali - s''hemmhekk naqblu għax dawn l-affarijiet jeqirdu pajjiżi żgħar - imma nkunu qed nidħqu bin-nies jekk nimmaġinaw li dawn sejrin bl-ixkubetti bil-fjura fit-tarf bħalma kien jiġri fis-sittinijiet.", "Mr. Speaker, inkunu qed nidħqu bin-nies meta ngħidu li fl-NPAA il-gvern qed jagħmel li jrid.", "Kulma għadu ppjana l-gvern bħala medium term priorities sa' l-2002 hu li jagħmel monitoring ta' x'inhu għaddej fil- common foreign and security policy.", "Tagħmel monitoring ma jfissirx li tikkommetti ruħek li se tieħu parti jew tiddeċiedi bla ma tikonsulta dan il- parlament jew lill-foreign affairs committee.", "Ma jfissirx li trid tidher li inti totalment eliġibbli għal sħubija sħiħa.", "Dan ngħidu għax il-gvern Nazzjonalista diġa' għamilha fil-partnership for peace u qed jerġa' jagħmilha issa.", "U għalxejn tgħid li hemm klawsola fit-Trattat ta' Amsterdam li tagħtik id-dritt li tastjeni milli tieħu parti.", "Din hija l-famuża constructive abstention.", "Ma tistax isserraħ ras in-nies għax hemm dik il- klawsola.", "Kieku jgħid hekk nifraħlu, iżda mhux talli qed jgħid hekk talli mhux qed jagħti l-impressjoni li se nieħdu sehem.", "Il-klawsola qiegħda hemmhekk u mhux qed nużawha.", "Hawnhekk għandna ċans nibqgħu barra u biex nidhru min ta' quddiem dan iċ-ċans mhux qed neħduh.", "Il-poplu ma jistax jafda li meta jkun hemm politika militari komuni fl-Ewropa se nibqgħu barra.", "Il-gvern jista' jagħmel dikjarazzjoni li meta jsir dan se jibqa' barra imma din mhux qed jagħmilha.", "Hawn mhux qed nitkellem fuq ir-rapid reaction force iżda fuq Ewropa federali b'armata waħda u munita waħda.", "Mr. Speaker, barra li mexjin għal munita waħda mexjin ukoll lejn common defence.", "L-iktar ħaġa importanti meta jkollok mutual defence hi li bħalma jiġri skond il-patt tal-Western European Union, il-pajjiżi jiddefendu lil xulxin.", "Inutli ngħidu dan għad irid isir.", "Meta nisma' xi dikjarazzjoni maħruġa mill- Ġermanja u Franza flimkien, jew meta nisma' lil Dini f'isem l-Italja jgħid li l-common defence se tkun parti mit-trattat ta' l-Unjoni bilfors nibda nistaqsi ċerti affarijiet.", "Sakemm tasal biex tidħol Malta, jekk il-poplu jiġġennen u jidħol f'mare magnum, ma nafux x'tip ta' ftehim se jkun intlaħaq f'dan ir-rigward.", "Ma nafux x'se jiġi diskuss f'Nizza u sa dakinhar li tispiċċa l-Presidenza Svediża min jaf kemm se jilħqu jinbidlu affarijiet!", "Se nivvutaw għal xi ħaġa li ma nafux x'inhi.", "Id-difiża komuni hija l-għan aħħari li ilu jissemma mit-Trattat ta' Ruma u dak ta' Maastricht, imbagħad ġie speċifikat iktar f'Amsterdam u mbuttat meta kien hemm il-konferenza ta' Cologne taħt il-Ġermaniżi.", "L-għan aħħari hu ta' difiża komuni.", "Issa billi jiġi l-ministru u jsemmi l-position paper li ppreżenta lill-Ewropa ma jfisser xejn.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li din il-position paper ma tpoġġietx fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dawn l-affarijiet qed jinżammu misturin f'dan l- imbierek MEUSAC, kumitat ta' nies appuntati mill-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Qed tħawdu bejnietkom u meta tlabna biex ikollna d-dokumenti ma kontux lesti turuhom lill-poplu Malti.", "Issa għandna l-NPAA li se nibdew niddiskutuh nhar it-Tnejn imbagħad naraw x'joħroġ fid-diskussjoni.", "Mr. Speaker, dan il-gvern mhux ta' min jafdah għax ilu żmien jwiegħed l- affarijiet imbagħad jagħmel mod ieħor.", "Ma nafx għaliex din l-għaġġla u l- ħerqa kollha biex nidħlu fl-Ewropa.", "Ma nafx għaliex qed ninħlew nitkellmu fuq dawn l-affarijiet minflok infittxu u nitolbu investiment ta' fabbriki għaż-żgħażagħ tagħna u ngħidu li jekk mhux se jagħtuna dan se nħabbtu bieb ieħor.", "Ara jekk se jitolbu reaction force jew armata, hemmhekk mod ieħor!", "Hemm se nkunu interessati għalkemm hemm affarijiet li ħadd ma jista' jipprevedihom.", "Ħadd ma jista' jgħid x'jista' jiġri fil-Jugoslavja jew f'postijiet oħrajn.", "L-Ewropa dawn l-affarijiet mhux qed tagħmilhom fil- fruntieri tagħha biss.", "L-interess tagħha tiddikjarah sa 2,400 mil 'il bogħod minnha.", "Issa 2,400 mil 'il bogħod Alla biss jaf x'jista' jinqala'!", "Jekk ikun hemm każ li jippreġudika s-sigurta' tagħha żgur li se tintervjeni.", "Per eżempju, jekk kemm-il darba xi ħadd jaħtaf il-bjar taż- żejt u jżid il-prezz minn 30 dollaru għal 100 dollaru, is-sigurta' ta' l- Ewropa se tkun mhedda għax l-Ewropa tiddependi miż-żejt.", "L-industrija tieqaf malli ż-żejt jasal sa ċertu limitu.", "(Interruzzjonijiet) L-Amerika, bit-tajjeb u l-ħażin tagħha, tagħmel azzjonijiet fin-naħa l-oħra tad-dinja għax tgħid li huwa fl-interess tas-sigurta' ta' l-Istati Uniti.", "L-Amerka kemm il-darba aġixxiet separatement mill-Kunsill tas-Sigurta' jew mill-Ġnus Magħquda.", "Rajna li kien hemm okkażjonijiet fejn l-Amerika u n-NATO aġixxew - u qed nirriferi għall-Iraq - mingħajr il-mandat tal-Ġnus Magħquda u kultant anke kontra l-interessi ta' membri permanenti tal-Ġnus Magħquda.", "Mr. Speaker, jiena ma nafx għaliex qed jgħidu li wara kollox l-Unjoni hija offshoot jew derivattiva tan-NATO.", "B'dan il-mod qed jgħidu li se jaġixxu meta n-NATO jew l-Amerka ma jinteressahomx jaġixxu.", "Meta l-pajjiżi l-kbar bħal Ġermanja jew Franza jgħidu li hemm bżonn armata Ewropea ma naħsibx li sejjer il-Ministru Borg u jwaqqafhom!", "Forsi l-ministru jgħid li hemm il-constructive abstention, imma jekk wieħed jissapportja team ma naħsibx li meta dan it-team se jkun fl-inkwiet se jgħidlu li se jastjeni.", "Jekk qed tilgħab trid tilgħab meta tkun qed taqla' wkoll.", "Jekk l-Ewropa tkun qegħda fl-inkwiet ma' xi ħadd, l-għadu se jħares lejna wkoll bħala parti mill-Ewropa.", "Mr. Speaker, ma naħsibx li aħna se nibqgħu barra jekk jiġri l-każ li l- Ewropa tattakka lil-Libja jew il-Marokk.", "Ma naħsibx li ladarba nkunu integrati se nwaqqfu l-ajruplani milli jużaw l-ispazju ta' l-ajru tagħna jew se nwaqqfu l-vapuri milli jużaw l-ibħra territorjali tagħna.", "F'dan il- każ m'hemmx fruntieri u jiena nitlob lill-ministru jispjegali kif se jwaqqaf dawn l-affarijiet.", "Meta nitkellmu fuq rapid reaction force m'aħniex qed insemmu missjoni umanitarja li tgħaqqad il-fabbriki tal-mediċina immadwar ġlied u munizzjon.", "F'dan il-pajjiż għamilna minn kollox biex dawn l-affarijiet saru tal-passat u għall-grazzja t'Alla wliedna ma jiftakruhomx.", "Issa paċenzja li l-portijiet tagħna erġajna għamilnihom latrina, fejn hemm vapur militari dieħel u ieħor ħiereġ.", "Donnu mingħajr vapuri militari ma ngħixux.", "Fi żmienna vapuri tat-turisti ġibna imma dan il-gvern naqqas dawk tat-turisti u żied il-militari.", "Jekk dan il-gvern irid jerġa' jagħmel pajjiżna bażi din għandu jagħmilha fuq il-programm elettorali, iżda jekk l-affarijiet ikomplu jsiru b'dan il- mod inkunu qed ningannaw.", "Fuq il-Lm100 miljun ħadd min-naħa tal-gvern ma ħareġ jippoppa sidru u jgħid li din il-ħaġa ma seħħitx.", "L-istess fil-każ tal-Kalaxlokk, l-ewwel wiegħdu u assiguraw il-postijiet imbagħad il-gvern, permezz ta' l-Onor.", "Hyzler, għamel mod ieħor.", "Jekk irridu lill-poplu jiddeċiedi bis-serjeta ma nistgħux inbellgħulu ross bil-labra u ngħidulu l- ħmerijiet.", "Ħafna drabi l-poplu jkun mehdi b'affarijiet bħall-kont tad-dawl, ilma u telefon u affarijiet fuq l-Ewropa ma jkollux moħħhom għax jarahom 'il bogħod.", "Nixtieq niftaħ għajnejn il-poplu biex joqgħod attent għax dan kollu jmiss lilu.", "Il-poplu jrid ikun jaf fuq xiex se jagħti l-opinjoni tiegħu.", "Jiena ma nafx kemm jista' jkollu kredibilita' min għandu rekord ta' gideb, qerq u aljenazzjoni tal-poplu.", "Mill-banda l-oħra mill-1992 'l hawn aħna dejjem tkellimna bil-fatti u kellna raġun.", "Għedna l-verita' filwaqt li l-gvern preżenti qal iċ-ċuċati u l-ħmerijiet u ż-żmien uriena li kienu żbaljati.", "Sur President, ngħid lill-poplu li din id-darba mhux biss qegħdin żbaljati.", "Din id-darba qegħdin jipprovaw ilibbsuk il-kappun ħalli ma tindunax b'dak li se jiġri imbagħad wara jgħidulek: Fatta la żorba għax ladarba l-poplu ddeċieda jkollu jerfa' r-responsabilita ta' l-għażla tiegħu!", "Aħna ngħidu lill-poplu biex jiftaħ għajnejh u joqgħod attent.", "Dak li b'tant tbatija neħħejt minn fuq spallejk fl-1979 tħallix lill-gvern tal- lum jerġa' jġibulek.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 28 ta' Settembru 2000 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.54 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "INTERN - KONSULENTI", "18694.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'rIferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "18129, jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' J.J. Vella & Associates, kemm-il seduta saret u fil-każ ta' Mr. Graham Rogers kemm-il siegħa ta' servizz ta fil-perijodu mitlub f'mistoqsija parlamentari nru.", "18129?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant in-numru ta` seduti kien ta` 34, filwaqt li n-numru ta` sigħat kien ta` 1,062.", "KOPERATTIVI TAL-MAJJAL", "18725.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi tal-majjal is-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lill-pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant?", "Peress li din is-stiwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir lill-produtturi tal- majjal Maltin meta pparagunati ma' dawk tal-pajjiżi applikanti ta' l- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinfurmana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-eżenzjoni mogħtija mill-UE dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal- Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti bosta snin, ma' kull wieħed minn dawn id-disgħa pajjiżi.", "Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa l-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta' prodotti agrikoli.", "Li l-Onor.", "Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid- dazju/levies min-naħa ta' l-UE huwa marbut ma' tnaqqis fid-dazju/levies min- naħa tal-pajjiżi konċernati fuq prodotti agrikoli jew agro-industrijali oħrajn importati mill-UE.", "L-esport prinċipali agrikolu Malti lejn l-UE, il-patata, diġa' jgawdi eżenzjoni ta' 100% fuq id-dazju, għaldaqstant nispera li l-Onor.", "Interpellant għandu jifhem li f'dan l-istadju għadu mhux il-waqt li nneħħu xi parti mid-dazji/levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-UE.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-UE, li peress li jikkompetu mal-prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu nfluwenzati negattivament minn l-arrangament li ntlaħqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Kollega jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall- industrija agrikola li nperċu x'ser tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir- rigward f'dan l-istadju.", "ĠOBON LOKALI - PRODUTTURI", "18726.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi tal-ġobon lokali s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l- Unjoni Ewropea eżentat lil pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropea Ċentrali u tal-Lvant?", "Peress li din is-sitwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir lill-produtturi tal- ġobon lokali Maltin meta pparagunati ma' dawk tal-pajjiżi applikanti ta' l- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinfurmana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-eżenzjoni mogħtija mill-UE dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti bosta snin, ma' kull wieħed minn dawn id-disgħa pajjiżi.", "Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta' prodotti agrikoli.", "Li l-Onor.", "Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid- dazju/levies min-naħa ta' l-UE huwa marbut ma tnaqqis fid-dazju/levies min- naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro-industrijali oħrajn importati mill-UE.", "L-esport prinċipali agrikolu Malti lejn l-UE, il-patata, diġa' jgawdi eżenzjoni ta' 100% fuq id-dazju, għaldaqstant, nispera li l-Onor.", "Interpellant għandu jifhem li f'dan l-istadju għadu mhux il-waqt li inneħħu xi parti mid-dazji/levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-UE.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-UE, li peress li jikkompetu mal-prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu nfluwenzati negattivament minn l-arrangġment li ntlaħqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Kollega jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall- industrija agrikola li nperċu x'ser tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir- rigward f'dan l-istadju.", "PRODUTTURI TA' L-GĦASEL", "18727.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal-produtturi ta' l-għasel s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lill-pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant?", "Peress li din is-sitwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir lill-produtturi ta' l- għasel Maltin meta pparagunati ma' dawk tal-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinformana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-eżenzjoni mogħtija mill-UE dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti bosta snin, ma' kull wieħed minn dawn id-disgħa pajjiżi.", "Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta' prodotti agrikoli.", "Li l-Onor.", "Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid- dazju/levies min-naħa ta' l-UE huwa marbut ma tnaqqis fid-dazju/levies min- naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro-industrijali oħrajn importati mill-UE.", "L-esport prinċipali agrikolu Malti lejn l-UE, il-patata, diġa jgawdi eżenzjoni ta' 100% fuq id-dazju, għaldaqstant, nispera li l-Onor.", "Interpellant għandu jifhem li f'dan l-istadju għadu mhux il-waqt li inneħħu xi parti mid-dazji/levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-UE.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-UE, li peress li jikkompetu mal-prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu nfluwenzati negattivament minn l-arrangġment li ntlaħqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Kollega jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall- industrija agrikola li nperċu x'ser tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir- rigward f'dan l-istadju.", "AGRO-INDUSTRIJA", "18728.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal- koperattivi ta' l-agro-industrija s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lil pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant?", "Peress li din is-sitwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir l-agro-industrija Maltija, meta pparagunati ma' dawk tal-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinformana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-eżenzjoni mogħtija mill-UE dwar dazju jew levies fuq prodotti agrikoli importati minn pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant tifforma parti minn ftehim, li ilu jeżisti bosta snin, ma' kull wieħed minn dawn id-disgħa pajjiżi.", "Dan il-ftehim huwa mmirat biex progressivament iwessa il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ ta' prodotti agrikoli.", "Li l-Onor.", "Interpellant ma semmiex huwa li dan it-tnaqqis fid- dazju/levies min-naħa ta' l-UE huwa marbut ma tnaqqis fid-dazju/levies min- naħa tal-pajjiżi kkonċernati fuq prodotti agrikoli jew agro-industrijali oħrajn importati mill-UE.", "L-esport prinċipali agrikolu Malti lejn l-UE, il-patata, diġa jgawdi eżenzjoni ta' 100% fuq id-dazju, għaldaqstant, nispera li l-Onor.", "Interpellant għandu jifhem li f'dan l-istadju għadu mhux il-waqt li inneħħu xi parti mid-dazji/levies fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli jew agro-industrijali mill-UE.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindikali liema huma dawk il-prodotti esportati minn Malta lejn l-UE, li peress li jikkompetu mal-prodotti li fuqhom ingħatat l-eżenzjoni lill-pajjizi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant, hu jaħseb li jistgħu jiġu nfluwenzati negattivament minn l-arrangġment li ntlaħqu.", "Naħseb li l-Onor.", "Kollega jifhem u japprezza li mhux ta' ġid għall- industrija agrikola li nperċu x'ser tkun l-istrateġija tagħna f'dan ir- rigward f'dan l-istadju.", "KOPERATTIVI TAL-FISH FARMS", "18729.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana jekk huwiex se jiddiskuti mal- koperattivi tal-fish farms s-sitwazzjoni ta' l-eżenzjoni tad-dazji ta' 77% li l-Unjoni Ewropea eżentat lill-pajjiżi applikanti bħal Malta, cioe' lil pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant?", "Peress li din is-sitwazzjoni żvantaġġjat bil-kbir lill-koperattivi tal- fish farms Maltin, meta pparagunati ma' dawk ta' pajjiżi applikanti ta' l- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, jista' l-Ministru jinformana x'passi se jieħu f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li sa l-1996 kien hemm rakkmandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fuq skeda li permezz tagħha id-dazju mħallas fuq esportazzjoni ta' ħut tal-fish farms lejn l-Unjoni Ewropea kellu jiġi għal xejn fi żmien tliet snin.", "Ma' l-iffriżar ta' l- applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija li jagħmel il-gvern li minnu kien jagħmel parti l-Onor.", "Interpellant, din ir-rakkmandazjoni ma ġietx segwita.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l-pajjiżi msemmija ma jipproduċux l-istess prodotti ta' l-akwakultura li jipproduċu l-fish farms Maltin u għalhekk dan it-tibdil m'għandux ikollu influwnza fuq is-swieq tal- prodotti ta' l-akwakultura Maltija.", "Nirriferi wkoll l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru 18226 li tajt lilu stess.", "GĦAWDEX - KONSULENTI", "18768.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18138?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-konsulenti lokali li qed jagħtu s-servizz tagħhom lill-Ministeru għal Għawdex jammontaw għal erba'.", "Ilkoll kemm huma qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dipartiment tal- customer services.", "Dawn il-konsulenti huma:", "|Isem |Tip ta' Xogħol | |tal-Konsulent| | |Mercieca |Konsulent | |Victor |fil-Pedjatrija | | |fl-Isptar Ġenerali | | |ta' Għawdex. | |Farrugia |Konsulent | |Frank |fil-Mediċina | | |fl-Isptar Ġenerali | | |ta' Għawdex. | |Aquilina |Konsulent | |Raymond |fl-Ortopedija | | |fl-Isptar Ġenerali | | |ta' Għawdex. | |Mamo John |Konsulent | | |fil-Ġinekoloġija | | |fl-Isptar Ġenerali | | |ta' Għawdex. |", "Il-kondizzjonijiet li għandhom il-konsulenti li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex huma skond il-ftehim intitolat \"Classification, Regrading and Assimilation of the Medical Class\" li sar mal-Medical Association of Malta u skond it-termini tal-kuntratt iffirmat minn kull wieħed minnhom mad- dipartiment tas-saħħa filwaqt li s-salarju tagħhom huwa ta' Lm7534 fis- sena.", "EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "18769.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18137?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsijiet parlamentari numru 18693 u 18780.", "TRASPORT - KONSULENTI LOKALI", "18770.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18135?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru 18648.", "DIPARTIMENT TAS-SAJD - XIRI TA' AFFARIJIET", "18772.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed issir investigazzjoni fuq xiri ta' affarijiet bil-POs mid-Dipartiment tas-Sajd?", "Fiex waslet din l- investigazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Ministru tiegħi bħalissa m'hu qed jagħmel ebda investigazzjoni tan-natura li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "Pero' sadanittant nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-minuti tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, laqgħa numru 8, tas-17 ta' Frar 1999.", "PENSJONI", "19154.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet ir- reviżjoni tal-pensjoni ta' l-anzjana li d-dettalji tagħha jidhru separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li, skond ir-records tad- dipartiment tas-sigurta' soċjali, d-dettalji provduti mill-Onor.", "Interpellant ma jikkorispondux, għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħtini aktar dettalji tal-persuna konċernata biex inkun nista' ninvestiga.", "EMIGRANTI MALTIN - PENSJONI", "19155.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' emigranti Maltin li jirċievu xi tip ta' pensjoni tal-gvern Malti?", "F'liema pajjiż qed jgħixu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella bl-informazzioni mitluba fejn jirrigwarda pensjonijiet mħallsa mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Għal dak li jirrigwarda pensjonijiet tat-Teżor, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija lill-Ministru konċernat."]} {"filename": "19981117_012d_par.doc", "date": "1998-11-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 12 It-Tlieta, 17 ta' Novembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 12", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "12", "It-Tlieta, 17 ta' Novembru, 1998", "WERREJ MINUTI 613", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 613", "TQEGĦID TA' KARTI 617", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ĦLASIJIET GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI 618", "AĠĠORNAMENT 639", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 644", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 11 li saret fis-16 ta' Novembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "509.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi l-grad ta' nursing aides qed jgħin bis-sħiħ biex itaffi l-pressjoni minn fuq in- nurses, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu trained aktar personnel fix-xhur li ġejjin?", "Jaħseb il-Ministru li billi l-livell ta' taħriġ ta' dawn in-nursing aides hu ta' ċertu livell, dan il-kors għandu jitkompla?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): B'riżultat tal-ftehim mal- unions fl-1993, madwar 700 health assistant se jigu appuntati nursing aides.", "Minbarra dan hemm 180 nursing aide li gew impjegati b'riżultat ta' sejħa għal applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 t'Awissu, 1998.", "Għaldaqstant in-numru totali ta' nursing aides jissodisfa l-ħteġijiet tad-divizjoni tas-saħħa u m'hemmx lok li jidħlu aktar nies f'dan il-grad.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li l- akbar sfida għal kull ministru tas-saħħa ġejja bla dubju ta' xejn min- nuqqas ta' nurses.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi x'inhi l-istrateġija li l- Ministru qed juża jew beħsiebu jadotta fil-konfront ta' din il-problema reali.", "Għandi wkoll informazzjoni li l-gvern preċedenti kien beda arranġamenti, anke permezz ta' l-ambaxxati, biex jara jekk huwiex possibbli li jġib nurses mill-Filippini.", "Xtaqt li l-Ministru jikkonferma jekk verament kienx hemm dawn il-kuntatti.", "F'każ li r-risposta hija fl- affermattiv, x'beħsiebu jagħmel il-gvern fuq il-possibbilta` li jġib aktar nurses minn barra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, x'nifhmu biha eżattament meta ngħidu li hawn nuqqas ta' nurses?", "Sfortunatament din id-diċerija issa ilna sejrin biha s-snin u kważi kważi kulħadd sar jemminha mingħajr ma jistaqsi jekk verament hemmx dan in-nuqqas.", "Naħseb li kulħadd jaf li kienet ittieħdet id-deċiżjoni li kemm jista' jkun in-nurses jagħmlu biss dawk li strettament huma nursing duties, u xogħol ieħor li m'għandux x'jaqsam ma' nursing isir minn nies oħra, li żgur m'għandhomx bżonn livell ta' speċjalizzazzjoni bħalma għandhom in-nurses.", "Nafu wkoll li gvern wara l-ieħor kien beda proċess biex kemm jista' jkun iħajjar aktar studenti jidħlu għall-kors tan-nursing u ġew introdotti diversi inċentivi, wieħed minnhom l-istipendju.", "L-aħħar amministrazzjoni kompliet bl-użanza ta' l-amministrazzjoni preċedenti li tagħmel kampanji edukattivi fl-iskejjel u fuq il-mezzi tax-xandir biex tħajjar iktar żgħażagħ jidħlu għall-karriera tan-nursing.", "Kienu saru wkoll openings għal promozzjonijiet fil-qasam tan-nursing u ovvjament dan kien ukoll strumentali biex jattira aktar nies jidħlu f'din il-professjoni.", "Pero' kif għidt qabel naħseb li wieħed irid jiċċara daqsxejn x'irridu nfissru meta ngħidu li għandna nuqqas ta' nurses.", "Per eżempju, f'dawn l-aħħar tliet snin sar eżerċizzju fejn ġiet studjata s-sitwazzjoni tan-nurses ġewwa l- Isptar Boffa u l-Isptar Monte Carmeli, u jien informat li fit-tnejn instab li mhux biss m'hemmx nuqqas ta' nurses imma attwalment hemm nurses żejda.", "Niftakar ukoll li fl-1995/96 l-amministrazzjoni preċedenti kienet ġabet madwar 50 nurse, prinċiparjament mill-Ingilterra, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu nurses speċjalizzati.", "Dawn ġew għal perjodu ta' sentejn biex joffru l-possibbilta` lil nurses mhux speċjalizzati Maltin jitilgħu jispeċjalizzaw barra minn Malta.", "Ovvjament in-nurses speċjalizzati ġew f'areas fejn kellna nuqqas sewwa ta' trained personnel, li ovvjament kienu theatre nurses u ITU nurses.", "Issa jien informat li minn dawn in-nurses kważi ma baqa' ħadd illum.", "Pero', kif għidt qabel, l-eżerċizzju li qegħdin nagħmlu hu proprju li n- nurses ikunu dettaljati li jagħmlu nursing duties biss.", "Għalhekk ovvjament, kif hawn fir-risposta għal din id-domanda, illum għandna numru sostanzjali ta' nursing aides li proprju qegħdin biex jagħmlu n-non-nursing duties.", "Kienu ddaħħlu wkoll numru sostanzjali ta' ward clerks biex kemm jista' jkun inaqqsu wkoll ix-xogħol klerikali minn fuq in-nurses.", "Naħseb li pass ieħor importanti li qiegħda tkompli bih l-amministrazzjoni preżenti huwa li nifirxu iktar is-sistemi tat-teknoloġija moderna permezz tal-computer biex ultimament naslu sabiex il-wards u s-swali jitħaddmu fuq sistema paperless, fejn ħafna mill-investigazzjonijiet ma jkollhomx għalfejn jimtlew.", "Biss, Sur President, xorta għad hemm numru ta' nurses li fl-opinjoni ta' ħafna nies m'humiex deployed tajjeb biżżejjed.", "Nista' nirriferi għal ħafna każi.", "Per eżempju, wara mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, sibt li fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi hemm tmien nurses iżjed milli jitlob il-complement.", "Għalhekk ovvjament qiegħed jerġa' jsir dan l- eżerċizzju għaliex jien informat li ħafna drabi fil-health centre ta' Ħal Qormi ssib żewġ pazjenti li jkunu qegħdin fit-treatment room imdawrin b'sitt nurses jew tmienja, li ovvjament huwa ħela ta' riżorsi.", "Irridu wkoll il-koperazzjoni tal-unions għaliex qegħdin nipprovaw nintroduċu wkoll sistema ta' flexitime.", "Naħseb li n-nurses iridu jifhmu wkoll is-sitwazzjoni għax kien hemm inċident fl-ispinal unit fejn ma kienx hemm xogħol xi jsir u, meta n-nurses ta' dik is-sala ġew dettaljati biex jgħinu nurses f'sala oħra minħabba li kien hemm nuqqas, jien informat li dawn irrifjutaw.", "In-nurses iridu jifhmu l-bżonn li għal ħin limitat ħafna jiċċaqalqu minn sala għal oħra.", "Hemm imbagħad sistemi oħrajn li rridu ndaħħlu, Sur President.", "Nista' ngħid li sal-lum in-numru ta' nurses ġewwa sala huwa pjuttost fiss.", "Allura f'dak li huwa complement ma tagħmilx differenza bejn is-swali tal-kirurġija, fejn ikunu qegħdin isiru l-operazzjonijiet - per eżempju, ġewwa St Luke's għandna swali fejn ġieli jkollok tliet konsulenti joperaw fl-istess ġurnata u l-pazjenti kollha tagħhom ikunu mill-istess sala - u s- swali l-oħra fejn ma jkunux għaddejjin operazzjonijiet.", "Irridu naslu għal sistema li dawk is-swali fejn ikun qed isir numru kbir ta' operazzjonijiet f'dik il-ġurnata jkunu jistgħu jissellfu nurses minn swali oħra għal dik il- ġurnata.", "Dawn huma kollha metodi ta' kif nistgħu naslu biex verament ikollna numru suffiċjenti ta' nurses.", "Nista' ngħid ukoll li dan l-exercise dwar id-deployment tan-nurses se jibda jsir ukoll fl-isptar ta' Għawdex u fl-isptar San Luqa wara li sar l- eżerċizzju ġewwa l-Isptar Boffa u l-Isptar Monte Carmeli.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħtina r-raġunijiet tekniċi u professjonali għaliex ġie kkanċellat il-kuntratt tad-designers fuq l-isptar ta' Tal-Qroqq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif għidna diġa', il-gvern qiegħed jara l- interessi tal-pajjiż u qiegħed jieħu stock tas-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma f'dan il-kontest, Sur President, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jispjega eżattament għaliex id-deċiżjoni diġa' ttieħdet?", "Qed nagħmel din id-domanda sabiex dan il-parlament u l-poplu jkunu jafu r- raġunijiet u l-kriterji li fuqhom il-gvern preżenti wasal biex ikkanċella l- kuntratt.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel id- domanda bil-miktub - peress li m'għandhiex x'taqsam mad-domanda oriġinali - ħalli nkun nista' nagħtih risposta.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-Ministru li l-mistoqsija li qed nagħmel hija ta' interess nazzjonali immedjat, li ċertament huwa importanti li l-pajjiż ikun jafha, li ċertament hu jaf ir-raġunijiet li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni, u għalhekk huwa fl-interess nazzjonali li ma joqgħodx bil-qiegħda fuq il-proċeduri imma jagħti risposta franka, sinċiera u trasparenti lil dan il-parlament?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nassigura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li d- deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tal-poplu Malti u tas-servizz Malti u, kif għidtlu, inkun nista' nirrispondi iktar fid-dettall jekk jagħmilli d- domanda bil-miktub.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' għallinqas il-Ministru jikkonfermalna li hu kien imdaħħal fid-deċiżjonijiet li ttieħdu u li jaf x'inhuma dawn ir- raġunijiet u li kieku jrid jista' jagħtihomlna issa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li diġa' tajt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Il-Ministru għadu kif qal li wara r-redeployment li sar m'għadux jinħass dak il-bżonn kbir għal iktar nurses li kien hemm xi ftit taż-żmien ilu.", "Madanakollu l-Ministru ma jaħsibx li għandhom jibdew jiġu trained nurses, nursing aides u staff ieħor biex ilaħħqu mad-domanda li jista' jkun hemm meta jiftaħ l-isptar il-ġdid?", "Huwa veru li xi wħud minn dawk li llum qed jaħdmu fl-Isptar San Luqa se jmorru hemmhekk, imma naħseb li xorta se jkun hemm bżonn ta' iktar medical u paramedical staff.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li jien m'għidtx li llum qegħdin nissodisfaw id-domanda kollha għan-nurses.", "Fil- fatt id-drive biex jiġu recruited aktar nies fis-servizz għadha għaddejja bl-istess ritmu; u allura qatt ma nistgħu ngħidu li għandna nurses żejda.", "Biss jien naħseb li wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll numru ta' fatturi, fosthom li kull sena jkun hemm grupp ta' nurses li jaslu biex jirtiraw u mill-banda l-oħra jkollna wkoll steady supply ta' nurses ġodda.", "Ma ninsewx ukoll li llum qed nitilqu mill-konċett ta' nurse ġenerali, bħalma qed jiġri fil-kamp mediku kollu, u qegħdin immorru iktar lejn il- funzjoni ta' nurses speċjalizzati.", "Illum għandek units ġewwa l-isptar fejn in-nurses huma speċjalizzati - għaliex ikunu ħadu training partikolari u ħafna drabi jkunu ntbagħtu barra - u allura ovvjament ma jkunux jistgħu jiġu deployed fejn ġie ġie.", "Issa wieħed irid jiftakar ukoll li l-amministrazzjoni preżenti hija kommessa li l-isptar il-ġdid ikun wieħed akut.", "Meta se nitilgħu bis- servizzi kollha ġewwa l-isptar il-ġdid, ovvjament in-numru ta' nursing aides u n-numru ta' servizzi ġewwa l-Isptar San Luqa jonsqu drastikament.", "Kif diġa' għidt, in-numru ta' nursing aides ilaħħaq għal madwar 700 - u għandna 180 oħra li applikaw għall-call li saret fit-28 ta' Awissu - u wisq nemmen li qabel ma nintrabtu biex ikollna aktar nursing aides irridu verament nieħdu stock tas-sitwazzjoni.", "Aħna nafu li llum għandna popolazzjoni li qiegħda dejjem tgħix aktar, pero' ħafna mill-bżonnijiet li jkollhom dawn il-persuni ma jkunux bilfors iridu jagħmluhom nurses kwalifikati u għalhekk dawn in-nursing aides ikunu jistgħu jimlew dik in- niċċa ġewwa s-servizz.", "Wieħed irid jara wkoll li, kif għidt, isib sistemi oħrajn fejn verament in-nurses ma jitħallewx jaħlu ħin f'xogħol li m'huwiex tagħhom.", "Illum qegħdin naħdmu fuq sistemi ta' paperless wards u paperless hospital.", "Illum hemm sistemi biex fejn jidħlu r-riżultati tad-demm nitilqu mill-prattika preżenti fejn ħafna drabi nurse trid toqgħod tiġri bil-flixkun tad-demm jew inkella ġġib l-X-rays.", "Illum hawn sistemi ta' X-rays fejn lanqas ikollok karta ta' l-X-ray għax kollox isir b'imaging; jiġifieri tibgħat lill- pazjent jieħu r-ritratt, film ma joħroġ qatt, pero' waqt li jkun qed jittieħed l-X-ray il-konsulent ġewwa l-out-patients ikun jista' jarah u kollox jaqa' fuq sistema komputerizzata.", "Sur President, ċertament li jridu jispiċċaw is-sistemi li għandna llum ta' files manwali, fejn in-nurses jaħlu ħafna żmien biex isibuhom, jaħlu ħafna żmien ukoll biex idaħħlu r-riżultati li jkunu ttieħdu ġewwa l-files ta' kull pazjent u jiġi evitat ukoll li ħafna drabi n-nurses jiġru biex jaraw meta se jittieħed l-X-ray u meta se jitla' l-X-ray.", "Meta jkollna sistema komputerizzata l-appuntament jista' jsir mill-out-patients stess, jingħata appuntament min-naħa ta' l-X-rays għall-out-patients u allura x- xogħol jitnaqqas drastikament.", "Imbagħad meta l-pazjent imur l-isptar għall- follow-up m'għandekx aktar ġiri ta' files u ħaġa jew oħra iżda kemm iddaħħal l-ID card number tal-pazjent u fuq l-iscreen titla' kemm l-istorja komputerizzata tal-pazjent kif ukoll jitilgħu l-X-rays.", "Jien informat li delegazzjoni mid-dipartiment tas-saħħa diġa' marret tara din is-sistema taħdem.", "Din hija sistema sofistikata ħafna, sistema li hija għalja wkoll għaliex tqum ma' l-Lm4 miljun, pero' hija sistema li tat riżultati barra minn Malta u ovvjament possibbli tagħti riżultati hawn Malta wkoll.", "Forsi f'dan l-aspett aħna ftit fortunati, fis-sens li anke fejn qiegħda titħaddem, din għadha titħaddem fuq bażi sperimentali u nisperaw li sakemm niġu biex nadottaw dawn is-sistemi aħna, ikunu żviluppaw aktar fis-sofistikazzjoni tagħhom u ovvjament ikun tbaxxa l-livell tat- training li jkollok bżonn biex tidħol fihom.", "Il-Ħamis li ġej se tiġi launched is-sistema tal-PAS ġewwa l-out-patients tagħna, fejn l-appuntamenti se jibdew għall-ewwel darba jingħataw b'sistema ta' computer.", "Jiġifieri qegħdin nistennew li mhux biss kull pazjent jingħata ħin fejn ikun jista' jattendi u jinqeda mill-ewwel, pero' jitnaqqsu l-abbużi preżenti ta' sistemi li jitħaddmu manwalment u li diffiċli żżomm kontroll fuqhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Forsi ta' min wieħed jiċċara li l-ebda foreign office ma kien ikkuntattjat biex jiġu nurses minn barra minn Malta.", "Dan issemma fil-mistoqsija, mhux fir-risposta tal-Ministru.", "Issa nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet żgħar.", "Fil-manpower plan li kien maħdum fi żmien gvern preċedenti Laburista, kien hemm il-ħsieb li jsir retraining għall-health assistants li kien baqa'.", "Issa jien nixtieq inkun naf jekk għadx hemm il-ħsieb li dan ir- retraining jingħata ħalli l-health assistants li hemm fil-preżent isir użu minnhom aħjar.", "It-tieni mistoqsija hija jekk is-sistema ta' computers li għandna ġewwa l- isptar San Luqa tiflaħx tieħu l-visual images ħalli jsiru ċerti żviluppi li tkellem fuqhom l-Ministru.", "Fil-fatt jien kont diġa' rajt il-wirja kif jistgħu jsiru peress li diġa' qed isiru f'ċerti sptarijiet ġewwa l-Irlanda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru. .", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid ngħid li ma saru l-ebda kuntatti ma' ambaxxati barranin u jien ma semmejtx li saru l-kuntatti.", "Fil-fatt kulma hemm hija korrispondenza, li pjuttost naħseb li kienet talludi għal xi laqgħa li l-ministru ta' qabli kellu ma' wieħed mill-ambaxxaturi Maltin.", "Ovvjament dan l-ambaxxatur offra jistax jagħti l-għajnuna tiegħu għax kien kellmu l-Ambaxxatur tal-Filippini u qallu - mhux lilek imma lill-ambaxxatur Malti - li hemm xi nurses Filippini li huma interessati jiġu jaħdmu Malta, nurses speċjalizzati li l-kwalifiki tagħhom huma rikonoxxuti fl-Ingilterra.", "Pero' nikkonferma li kuntatti formali ma sarux u jien m'għidtx hekk.", "Dwar it-tieni domanda li għamel l-Onor.", "Farrugia, jien informat li hemm il-ħsieb li dawn il-gruppi ta' nies jiġu trained bħala flebotomisti, jew bħala dental chair child assistants, CSSD, physiotherapy aides jew occupational therapy aides.", "Rigward is-sistema komputerizzata ma nistax nagħtik dettalji għaliex ma nafx u ma nifhimx.", "Pero' naħseb li fejn aħna qegħdin nintroduċu l-aħħar teknoloġija tal-computer, ma narax li se tkun xi ħaġa diffiċli biex din is- sistema tiġi linked u taħdem fis-servizz pubbliku wkoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' intervisti li saru mal-Prim Ministru, Ministri, Kap ta' l-Oppożizzjoni u membri tal-Grupp Parlamentari Laburista fl-aħbarijiet tat-8.00 p.m. tal-Public Broadcasting Services bejn il-5 ta' Settembru u s-27 ta' Ottubru 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 114;", "Tagħrif dwar trasferimenti li saru lil ħaddiema fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru ta' l-Edukazzjoni bejn Settembru u Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 809;", "Lista ta' studenti universitarji maqsuma skond kull lokalita' għas- sena 1998/99, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1033;", "Lista li turi l-għadd ta' liċenzji ġodda għal televiżjonijiet tal- kulur li nħarġu bejn Jannar 1996 u Ottubru 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 1207; u", "Kopja tas-sillabu tal-klassijiet 4, 5 u 6 ta' l-iskejjel primarji, maħruġ f'Settembru 1997, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru1320.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt iffirmat fil-31 ta' Lulju 1998 bejn il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u s-Sur Mario Azzopardi bħala chief internal auditor tal-kumpannija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1064.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena 1998;", "Tabella li turi l-għadd ta' vetturi rapportati misruqa lill-Pulizija bejn l-1 ta' Jannar 1994 u t-30 ta' Settembru 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 67;", "Tagħrif dwar sejbiet ta' droga mill-Pulizija bejn l-1994 u Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 69; u", "Tabella li turi l-għadd ta' kolliżjonijiet tat-traffiku rapportati lill-Pulizija bejn l-1988 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 72.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ĦLASIJIET GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI", "Ikompli mis-16 ta' Novembru, 1998.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, għandna quddiemna riżoluzzjoni rigward il-fondi għal ħteġijiet speċjali tal- kunsilli lokali.", "Dawn huma fondi speċjali maħsuba biex jipprovdu lil kunsilli b'fondi oħra sabiex nikkorreġu xi żbilanċi bejn lokalita' u oħra.", "Nafu li l-liġi li waqqfet il-kunsilli lokali għandha l-formula kif tqassam il-fondi lil kull kunsill lokali.", "Iżda, minħabba l-karattru differenti ta' l-ibliet u l-irħula hemm differenzi li joħolqu żbilanċi, li l-formula kif preskritta mil-liġi dwar il-kunsilli lokali ma tagħrafhomx.", "Dawn l- iżbilanċi joħorġu mill-karattru tal-belt jew raħal, mill-attivita' li tkun għaddejja f'dik il-lokalita' jew inkella minħabba l-firxa tal-lokalita`.", "L- iżbilanċi jinħolqu wkoll minn żmien għall-ieħor skond l-iżvilupp li jkun qiegħed isir f'lokalita' partikolari.", "Sur President, dan kollu qed ngħidu ħalli nifhmu l-ħtieġa ta' dawn il-fondi speċjali biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jlaħħqu mad-domanda u l-ħteġijiet tad-diversi komunitajiet.", "Hawnhekk irrid nagħmel rimarka pożittiva rigward is-suġġeriment li għadda s- Segretarju Parlamentari l-bieraħ meta qal li dan id-dibattitu għandu jkun immirat biex niddiskutu modi ġodda ta' finanzjament.", "Huwa f'waqtu li fil-bidu ta' din il-leġislatura nsibu spazju u ħin biex niddiskutu l- finanzjament tal-kunsilli lokali, liema eżerċizzju fl-aħħar mill-aħħar isaħħaħ il-ħidma tagħhom.", "Jekk ma nifhmux il-ħtieġa tal-politika lokali fil- komunitajiet tagħna nitilfu kull direzzjoni f'dan id-dibattitu.", "Aħna lkoll naqblu u naċċettaw il-prinċipju tal-kunsilli lokali - u bid-deċiżjoni li issa wasal biex jieħu l-Partit Laburista jidher li se jkun hemm żvilupp interessanti għaliex qegħdin naraw li issa ż-żewġ partiti politiċi ewlenin se joffru l-involviment tagħhom bis-sħiħ - iżda filwaqt li fil-prinċipju naqblu dwar l-eżistenza tal-kunsilli lokali, mid-dibattitu li kellna s'issa jidher li għadna ftit 'il bogħod biex naqblu dwar kif irridu naslu biex il- kunsilli jkunu effettivi.", "L-ewwelnett irridu naraw xi jfissru għalina l- kunsilli lokali u nispjegaw x'għodda qegħdin naraw fihom.", "Il-verita' hi li għal dawn l-aħħar sentejn il-kunsilli lokali kellhom Lm1 miljun inqas kull sena fil-budget u llum l-Oppożizzjoni Laburista qed tipprova tiġġustifika dawk id-deċiżjonijiet li ħadet meta kienet fil-gvern billi tgħid li riedet tagħmel eżerċizzju ta' value for money.", "Fil-veru sens tal-kelma riedet tagħmel iżjed b'inqas u allura riedet li l-kunsilli lokali jispiċċaw iktar bi rwol konsultattiv milli bi rwol eżekuttiv fid- deċiżjonijiet li jittieħdu.", "F'dan id-dibattitu rridu niftakru f'liema sitwazzjoni finanzjarja qegħdin illum il-kunsilli lokali għax kien hemm kunsilli li lanqas kellhom flus biżżejjed biex ikomplu ċerti proġetti jew inkella jiffinanzjaw kuntratti l-iżjed bżonnjużi.", "Pero' filwaqt li n- nuqqas ta' finanzi waddab lill-kunsilli lokali lura fil-qadi ta' dmirijiethom, ir-responsabbiltajiet tagħhom baqgħu jiżdiedu.", "Sur President, meta fil-kapaċita` tiegħi bħala segretarju parlamentari fil-ministeru għas-servizzi ekonomiċi niltaqa' mal-kunsilli lokali, ninduna kemm filwaqt li l-gvern kien naqqas il-finanzjamanet tal-kunsilli lokali r- responsabbiltajiet tagħhom baqgħu dejjem jiżdiedu.", "Illum il-kunsilli lokali qegħdin jieħdu deċiżjonijiet li jmorru ferm iżjed 'il bogħod mir- responsabbiltajiet li fil-bidu kienu mitluba jaqdu.", "Illum m'għadhomx jieħdu ħsieb biss it-toroq jew il-bankini imma anke diversi ħteġijiet importanti.", "Iżda minn dak li ntqal il-bieraħ min-naħa ta' l-oppożizzjoni, f'dan id-dibattitu stajna naraw id-differenza li teżisti bejn iż-żewġ naħat fil-mod kif jaħsbu dwar il-finanzjament u l-poteri li għandu jkollhom il- kunsilli lokali.", "Per eżempju, l-Onor.", "Mangion qal li aktar ma tiddelega lil kunsilli lokali, aktar trid tagħtihom flus.", "Qal ukoll li m'għandniex nitkellmu dwar id-devoluzzjoni tal-poter sempliċement biex inkunu għidna xi ħaġa.", "Jiena persważ li meta s-segretarju parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali qal li jenħtieġ li niddelegaw aktar poteri lil kunsilli lokali, kien qed jgħid hekk għaliex huwa jappartjeni għall-gvern li bil-fatti jifhem li jekk niddelegaw aktar poteri lil kunsilli lokali nkunu qegħdin nagħtuhom l- opportunita` biex iwieġbu għal aktar ħteġijiet fil-komunita' tagħhom.", "Fl- idea tiegħi nkunu qegħdin niżbaljaw bil-kbir bħala gvern ċentrali li nżommu lura din il-forza politka lokali jekk lill-kunsilli ma nagħtuhomx il-fondi meħtieġa biex jirrispondu għall-isfidi li għandhom quddiemhom.", "Naturalment irridu naraw ukoll li dawn il-flus li se nagħtuhom jintnefqu bl-aħjar mod possibbli u jissarrfu f'xogħol meħtieġ.", "Li huwa żgur huwa li l-gvern qed jgħid li jrid ikompli jgħin lill-kunsilli lokali iwieġbu għal ħteġijiet tal-komunita` u allura tajjeb li ntejbu l-metodi kif nistgħu niffinanzjawhom.", "Sur President, permezz ta' dawn l-aħħar żewġ budgets, il-Partit Laburista fil-gvern ta prova li l-kunsilli lokali kien qed jarahom spiża żejda u bit- tnaqqis tal-finanzjament ried jirriduċihom għal managers - kien jaħseb li jekk jiċċentralizza n-nefqa seta' jkollu aktar value for money - għax ried li l-kunsilli lokali jkollhom biss rwol konsultattiv.", "Fil-fatt il-programm elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ta' l-1996 kien jgħid hekk:", "\"Il-kunsilli għandu jkollhom funzjonijiet konsultattivi fir-rigward ta' proġetti u inizjattivi li jittieħdu mill-gvern ċentrali - jew mill- aġenti tiegħu - jew mis-settur privat, fejn ikun hemm proġetti u inizjattivi li jolqtu l-lokalita` tagħhom.", "Għal din ir-raġuni wkoll il-kunsilli lokali jingħataw rappreżentanza fuq bord tal- korporazzjonijiet statali li jipprovdu servizzi essenzjali. \"", "Meta taqra dan id-diskors jinstema' sabiħ pero' r-realta` ta' l-esperjenza li għixna f'dawn l-aħħar sentejn - u ż-żewġ naħat nistgħu nitgħallmu minnha - ma kenitx tikkorrispondi għal dak li ntqal jew dak li ġie mwiegħed.", "Fil- fatt meta l-Gvern Laburista poġġa kunsilliera fuq il-boards ta' l-Enemalta, tal-Water Services Corporation u ta' korporazzjonijiet oħra, ma kienx ifisser li l-kunsilli lokali ngħataw rwol deċiżiv.", "Żgur li ma kienx ifisser l-istess ħsieb li esprima l-Onor.", "Gatt meta qal li xogħol li għandu x'jaqsam ma' l-Enemalta, bħalma huwa d-dwal tat-toroq, se niddelegawh lill- kunsill lokali.", "Il-verita' hi li tul l-aħħar sentejn kellna esperjenza bil- maqlub ta' dan u l-kunsilli lokali kellhom biss rwol konsultattiv.", "Id-dokument \"Biex Insaħħu l-Valuri tal-Komunita`\" kien jgħid ukoll li m'għandux ikun hemm dupplikazzjoni jew ħela ta' riżorsi bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali.", "Jien ngħid li hekk għandu jkun pero' dak l- eżerċizzju taħt il-Partit Laburista fil-gvern ma rnexxiex.", "Kellna eżerċizzju ta' secondment ta' ħaddiema li fil-ħsieb seta' kien tajjeb pero' fil-prattika ma ħadimx għax lill-kunsilli lokali rriduċejniehom għal mgħallmin ta' grupp ta' ħaddiema li l-gvern ma riedx iżomm miegħu.", "Fil- prinċipju wieħed malajr jaqbel li jingħata grupp ta' ħaddiema lil kunsilli lokali pero' meta naraw ir-riżultat ta' dik l-esperjenza nsibu li għandna x'nitgħallmu biex ma nirrepetux l-istess żbalji.", "Hemm bżonn naraw kif nistgħu naslu b'metodi ġodda biex veru ma jkollniex ħaddiema tal-kunsilli lokali li jagħmlu l-istess xogħol li suppost jagħmel il-gvern ċentrali.", "Inkunu nistgħu niffrankaw il-flus jekk aħna nkunu kapaċi nikkordinaw flimkien biex fejn hu l-poter tal-kunsilli lokali li jagħmlu ċertu xogħol jieħdu ħsieb jagħmluh huma.", "Mr Speaker, kellna l-esperjenza tal-proġett ta' Buġibba fejn il-ħsieb li niżviluppawh b'mod mgħaġġel kien tajjeb pero' mbagħad indunajna li bdejna nagħmlu l-istess żbalji li konna nikkritikaw lil kunsilli lokali għalihom.", "Il-gvern ċentrali ma bediex ilaħħaq mal-budget li kellu biex jonora dak il- kuntratt u proġett li kellu jiswa Lm1.5 miljun spiċċa ġie jiswa Lm2.5miljun.", "Smajna ħafna stejjer fuq kunsilli lokali għaliex il-kontijiet tagħhom ma bbilanċjawx.", "Ngħid għalija ma konniex daqshekk puri biex niskandalizzaw rwieħna għax kunsill lokali ikun għamel proġett li spiċċa jiswa iktar minn kemm kien maħsub.", "Fil-fatt hekk ġara f'dak li għandu x'jaqsam mal-proġett ta' Bugibba, fejn il-gvern żvija b'Lm1 miljun, jekk mhux b'iktar ukoll.", "Kif qal l-Onor.", "Gatt il-gvern żvija wkoll fil-prinċipju meta ddeċieda - kienet deċiżjoni tal-kabinett - li jaqsam il-komunita` ta' San Pawl il- Baħar biex parti tkun taħt ir-responsabbilta` tal-kunsill lokali u l-parti l-oħra tkun ir-responsabbilta` tal-Buġibba action committee.", "Dan żgur ma kienx se jkun eżerċizzju tajjeb biex nieħdu l-value for money.", "Qed insemmi dawn iż-żewġ esperjenzi biex anke aħna li qegħdin fil-gvern nitgħallmu minnhom u ma nerġgħux nagħmlu dawk l-iżbalji.", "U issa li l- Partit Laburista ddeċieda li jieħu sehem fl-iżvilupp tal-politika lokali, għandna naħdmu biex il-kunsill lokali jkun awtonomu u jkun jista' jieħu d- deċiżjonijiet hu.", "Mr Speaker, meta tħares lura tara n-nuqqas ta' viżjoni li kien hemm meta l-gvern ċentrali spiċċa jagħmel ix-xogħol li suppost kien fir- responsabbilta` tal-kunsilli lokali, bħalma huwa xogħol fuq il-bankini.", "Ikun hemm proġetti fejn kunsill lokali bilfors irid jaħdem flimkien mal- gvern ċentrali, bħalma qed jaħdem bħalissa l-Onor.", "Zammit Dimech, biex żona tkun tista' tiġi embellished.", "Dan irid isir mhux b'konsultazzjoni biss imma verament id f'id ma' l-istess kunsill lokali, u mhux jiġi kważi mwarrab għal kollox il-kunsill lokali.", "Il-verita' hi li għal dawn l-aħħar sentejn kellna kunsilli lokali li ma kenux involuti fil-konsultazzjoni li kienet meħtieġa biex ikollna suċċess fi proġetti ta' natura kapitali.", "Xi drabi fuq bord ta' konsultazzjoni kien ikun hemm membru wieħed biex jirrappreżenta kunsill lokali u iktar kien ikun hemm lukandiera.", "Dan mhux il-mod kif irridu niżviluppaw din l-esperjenza ta' politika lokali.", "Għalhekk kellna kunsilliera li kitbu f'gazzetti fejn qalu li jixtiequ li l- Awtorita` ta' l-Ippjanar timxi mal-kunsilli lokali kif imxiet mal-gvern fir- rigward tal-proġett ta' Buġibba.", "Mingħajr ma nsemmi lil ħadd - għax jien ma rridx naqbad polemiki imma rridu naraw kif se nitgħallmu minn din l- esperjenza - se nikkwota dak li ntqal:", "\"Meta nisimgħu bil-mirakli li l-awtorita` għamlet f'Buġibba f'erbat'ijiem, ħadd ma jlumni jekk ngħid li bi dritt nistenna miraklu għal kull erba' xhur.\"", "Esperjenzi bħal dawn żgur m'għamlulhomx ġid lil kunsilli lokali.", "Irridu nitkellmu bis-serjeta`u ngħarblu x'għamel u x' ma għamilx ġid lil kunsilli lokali.", "Illum qed niddiskutu l-finanzjament tal-politka lokali u rridu nifhmu li minn hawn jiddependi l-iżvilupp li jeħtieġ isir fil-komunitajiet tagħna.", "Il- kunsilli lokali huma l-għodda li bihom nistgħu nagħmlu ġid lill-poplu tagħna kif għandna d-dover li nagħmlu hawnhekk.", "M'għandniex ninqdew bil- kunsilli lokali biex nużawhom bħala ballun mil-lemin għax-xellug ta' din il- Kamra.", "Nuru wkoll nuqqas ta' responsabbilta` meta niktbu jew nitkellmu mod u mbagħad fir-realta` nkunu qed nagħmlu mod ieħor.", "Dan id-dibattitu huwa prova ta' x'irridu mill-kunsilli lokali.", "U għal min qed jismagħna, dan id- dibattitu huwa rigward il-finanzjament tal-kunsilli lokali sabiex il- komunitajiet tagħna jkunu jistgħu jiżviluppaw u dan ħadd ma jista' jasal li jwettqu daqskemm jistgħu jwettquh il-kunsilli lokali.", "U j'Alla ż-żewġ naħat tal-Kamra jaċċettaw dan il-prinċipju.", "Mr Speaker, mhux sewwa li xi drabi jkun hemm dipartimenti li jagħmlu l- ħajja diffiċli għal kunsilli lokali.", "Hawn mhux qed nirriferi biss għall- aħħar sentejn imma anke għal meta konna aħna fil-gvern u forsi anke issa.", "Jista' jkun li għandna nies f'ċerti karigi li għadhom ma fehmux li jridu jaħdmu flimkien mal-kunsilli lokali.", "Xi drabi, meta nħares lejn ħafna awtoritajiet u bordijiet li waqqafna, inklużi l-kunsilli lokali, ngħid li f'dan il-pajjiż inserrħu moħħna għax ngħaddu liġi minn hawnhekk li tkun bi skop tajjeb pero' mbagħad nitilquha għal għajnha.", "Jien nittama li dan ma jsirx fil-każ tal-kunsilli lokali għax kellna bordijiet, entitajiet u organizzazzjonijiet oħra, li għadhom mwaqqfa sal-lum, li tajniehom il-ħajja permezz ta' liġi u mbagħad abbandunajniehom u dfinna lil ħaddiema jaħdmu fihom.", "U lill-kunsilli lokali ngħidilhom: Tidfnux lilkom infuskom, tingħalqux fil-burokrazija li teżisti f'ċerti dipartimenti tal-gvern imma araw li tkunu ta' eżempju għal ħaddieħor li għandu użanzi antikwati.", "Lid- dipartiment responsabbli mill-kunsilli lokali ngħidlu biex ma jadottax dawn l-użanzi antikwati.", "Irridu nidderieġu lil kunsilli lokali biex ikunu innovattivi fil-mod kif huma jaħdmu u jiffinanzjaw il-proġetti li jridu jagħmlu.", "Il-liġi li għandna tirrestrinġi lil kunsilli lokali għax kien hemm direzzjoni burokratika wisq - ħalli ma ngħidx negattiva - mid- dipartimenti tal-gvern.", "Fil-kunsilli lokali għandna l-isbaħ eżempju tal- volontarjat", "Sur President, jien nemmen li jekk il-kunsilli lokali jibqgħu fuq bażi volontarja - għalkemm diffiċli li wieħed jifhimha din għax illum kollox ifisser flus u kollox jiswa daqskemm taqla' flus fil-ħajja u allura li inti taħdem fil-volontarjat fil-kunsilli lokali b'responsabbilta` politika tfisser bluha – ikun ifisser li għandna mod kif inti tista' tagħmel il-ġid b'sens ċiviku u b'sens ta' responsabbilta`.", "Jien nemmen ħafna li dan is- sens ta' volontarjat jgħin biex inti jkollok stand morali meta titkellem quddiem il-poplu.", "Għax appena kunsillier jibda jitħallas malajr il-poplu jibda jidħollu s-suspett u anke jkun iktar demanding.", "U lanqas irridu norbtu s-suċċess ta' din l-esperjenza mal-paga u mas-salarju li nkunu rridu nibdew nagħtu lil kunsillier.", "Forsi jkun hawn min jgħidli li s-sindku għandu s-salarju, pero' s-sindku mhux salarju għandu imma sempliċement xi ħaġa biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż li għandu.", "U hawnhekk aħna nafu xi jfisser meta tkun f'din it-tip ta' responsabbilta`.", "Sur President, il-bieraħ issemma punt ieħor tajjeb pero' kien sarkastiku ħafna, dwar il-fatt li aħna ressaqna din ir-riżoluzzjoni issa.", "Kif naqraw fir-riżoluzzjoni stess dan huwa possibbli permezz ta' artiklu 58, li jipprovdi sabiex ħlasijiet għal ħteġijiet speċjali tal-lokalita` jew lokalitajiet isiru biss b'eċċezzjoni u wara riżoluzzjoni mgħoddija mill- Kamra tad-Deputati.", "Mela li kieku llum m'aħniex niddiskutu din ir- riżoluzzjoni, u kieku din l-istess riżoluzzjoni kellha ma tiġix approvata minn dan il-parlament, il-kunsilli lokali ma jkunux jistgħu jieħdu l-fondi li ġew allokati lilhom fl-aħħar budget.", "Mela mhux kif intqal il-bieraħ li aħna ressaqna din ir-riżoluzzjoni għaliex aħna gvern nieqes mill-ideat u li sempliċement qed nipproponu dak li sibna lest mill-gvern ta' qabel - dan qed ngħidu biex ma jkunx hawn xi ħadd li se jitkellem warajja li jerġa' jagħmel l-introduzzjoni tiegħu b'dan il-mod – iżda biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jieħdu l-fondi speċjali li kienu mwiegħda lilhom fl-aħħar budget.", "(Interruzzjonijiet)", "Grazzi, Onor. Mizzi ta' l-ispjegazzjoni tajba tiegħek.", "Nimmaġina li kellkom tant x'tagħmlu li ma kontux sibtu l-ħin biex tressqu din ir- riżoluzzjoni!", "Bir-rata li kontu għaddejjin biha l-kunsilli lokali kienu jridu jistennew tliet snin oħra.", "X'mistħija!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vassallo jkompli bid-diskors tiegħu, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Grazzi, Mr Speaker.", "U għal min għadda dawn il- kummenti u għal min forsi qed jieħu għalih, ngħidlu li minflok jiġi hawnhekk illum jgħid li aħna m'għandniex immaġinazzjoni kif se mmexxu, kieku kien ta' l-affari tiegħu biżżejjed kien imissu kellu hu l- immaġinazzjoni biex l-istess riżoluzzjoni kien iġibha qabel quddiem il- parlament.", "Pero' kien hawn affarijiet ferm importanti li ġraw f'dan il- parlament, li nirringrazzjaw lill-Bambin għalihom.", "Tħabbilx moħħok!", "Teħux ħsieb!", "Kienu fuq l-aġenda tagħkom u ma tellajtuhomx.", "(Interruzzjonijiet) Mela le, lil kulħadd, lil kulħadd!", "MR SPEAKER: Kompli, Onor. Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Kif insibu miktub f'din ir-riżoluzzjoni, l- esperjenza ta' dawn l-aħħar snin uriet liema huma dawk l-iżbilanċi soċjali u demografiċi u kif setgħu ntlaqtu l-kunsilli lokali.", "Kif semmejt fil-bidu llum, qegħdin noffru fondi speċjali biex jagħmlu tajjeb għall-iżbilanċi soċjali u demografiċi li huma marbutin mal-karattru tal-lokalita'.", "Jien dalgħodu tkellimt mas-Sindku tal-Birgu u ftit ilu mort l-Isla wkoll.", "Meta titkellem ma' dawn il-kunsilli tinduna immedjatament kemm hemm bżonn ta' dawn il-fondi speċjali għal lokalitajiet bħal dawn.", "Pero' filwaqt li nipprovdu fondi speċjali biex nieħdu ħsieb iċ-ċentri storiċi, faċilitajiet sportivi u kulturali, faċilitajiet ta' rikreazzjoni, żbilanċi soċjo- demografiċi, infrastruttura u servizzi ta' gwardjani lokali, irridu nħarsu wkoll lejn il-kapital li għandna f'dawn l-ibliet u rħula tagħna, fis-sens li dak l-istess ċentru storiku, per eżempju, jista' jkun mezz li jirrendi wkoll dħul għall-kumplament tal-komunita`.", "Rigward dan irridu nkomplu nitkellmu.", "Illum il-ġurnata għandna problema reali oħra għax qed jiġri li kunsill lokali jkun talab għajnuna permezz tal-fondi speċjali għal proġett li kellu ppjanat imma sakemm jasal biex jitwettaq, ikunu għaddew xi erba' snin u naturalment l-ispiża tilħaq tikber.", "Allura qegħdin f'sitwazzjoni li nkomplu niffinanzjaw proġett u, kif dan jasal fil-punt li jkun se jibda jitwettaq, niskopru li jew m'hemmx fondi biżżejjed biex isir, għaliex l- ispejjeż ikunu laħqu żdiedu, jew inkella jilħaq jinbidel il-kunsill lokali u l-probabbilta' hija li jibdel ukoll fehmtu.", "Mela hawnhekk, kif qal ukoll il-bieraħ l-Onor.", "Gatt, għandna problema oħra teknika u reali.", "Ma tistax tiffinanzja proġetti - jista' jkun playing field jew xi proġett ieħor infrastrutturali, jew triq biex tingħata t-tarmac – li se jsiru fi żmien disa' snin oħra.", "Peress li l-prezz ikun diġa' ġie miftiehem u qed jitħallas maż-żmien, allura se jkollna kunsilli lokali li jispiċċaw iridu jfaddlu għax ikunu jibżgħu jaqbdu u jagħmlu l-proġett, u mbagħad meta jiġu biex jagħmlu l-proġett mhux se jkollhom flus biżżejjed għalih.", "Sur President, jekk inħarsu lejn il-memo ta' l-20 ta' Frar, 1998 maħruġa mill-ministeru tad-djar u kunsilli lokali, insibu li din tgħid li:", "\"Wara diversi diskussjonijiet li dan id-dipartiment kellu mal- konsulenti tiegħu, ma' l-awditur ġenerali u ma' l-awdituri tal-gvern lokali nħasset il-ħtieġa li l-flus li jingħataw mill-fondi għal ħteġijiet speċjali jinżammu bil-programm SAGE separatament mill- allokazzjonijiet mgħoddija skond il-formula.\"", "- jiġifieri l-allokazzjoni l-oħra mogħtija bil-liġi -", "\"Dan biex nassiguraw li l-flus mill-fond għal ħteġijiet speċjali jintużaw biss għall-iskop li jkunu ngħataw.\"", "Mela b'mod reali dan kien ifisser li seta' kellek kunsill lokali li erba' snin ilu ressaq għall-approvazzjoni tal-gvern ċentrali talba fuq proġett li ġie pprezzat u għandu seba' snin oħra biex jitħallas!", "MR SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li l-Onor.", "Vassallo jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Edwin Vassallo jkompli għaddej bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Din hija realta` oħra li rridu nħarsu lejha meta nitkellmu fuq il-fondi tal-kunsilli lokali, biex anke dawk li se jitkellmu warajna jkunu jistgħu joffru s-suġġerimenti tagħhom.", "Mr Speaker, jien tajt daqqa t'għajn lejn iċ-charter tal-kunsilli lokali, li fir-rigward tal-finanzjament jisħaq biex ikun hawn taxxi lokali - xi ħaġa li jien ma naqbilx magħha għax m'għandniex għalfejn nirrikorru għal taxxi mposti mill-kunsilli lokali - iżda tajjeb li nisħqu fuq l-obbligi li dan iċ-charter iwaddab fuq il-gvern ċentrali biex jara li b'mod reali l- kunsill jkollhom finanzjament tajjeb ħalli jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l- obbligi tagħhom.", "Per eżempju, wieħed jista' jaqra kumment fil-financial statement ta' l-1997 dwar l-audited accounts tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke, fejn jingħad li:", "\"Retained funds include an amount of Lm53,000 which relates to the portion of special-needs funds not yet utilised on that specific project in respect of which they were allocated back to the council.\"", "Mela qegħdin naraw kunsilli lokali li għandhom flus li ma jistgħux jużaw; u għalhekk jien nitlob ir-rikonsiderazzjoni ta' dik il-parti tal-liġi rigward il-finanzjament tal-kunsilli lokali.", "Aħna li qegħdin inkunu hekk attenti li nirrispondu għal ħteġijiet tal-kunsilli lokali, se nħallu l-liġi tirrestrinġi l-attivita' tagħhom?", "Meta naslu għall-fondi tajjeb li nagħmlu wkoll l-proposti tagħna.", "Il-bieraħ issemma l-Kunsill Lokali tal-Mosta rigward problema li ilna nitkellmu fuqha għal ħafna żmien.", "(Interruzzjonijiet) Int kellek sentejn kieku ridt tfejjaq dik il-problema!", "Għaliex ma fejjaqthiex?", "Mela issa ħalli f'idejja!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, lil min għoġbu jsemmi l-Kunsill Lokali tal-Mosta u qal li s-sistema tal-one-ways m'hijiex daqstant tajba, jien ngħidlu jħares lejn il-fuljett li l-kunsill lokali ħareġ f'Ġunju ta' l- 1996, fejn kunsillier indipendenti kiteb li fiċ-ċentru tal-Mosta rajna tibdil radikali u jkompli jitkellem b'mod tajjeb fuq il-ħtieġa li jrid ikun hemm tibdil fis-sistema tal-one- ways.", "Mela ma noqogħdux ngħidu li hemm xi maġġoranza ta' partit jew minoranza ta' partit ieħor, qisu għandna xi sitwazzjoni ta' gvern u oppożizzjoni!", "Jekk se nibdew hekk minn issa, meta għadna m'aħniex involuti t-tnejn li aħna b'mod sħiħ u b'mod reali, ara meta se nkunu nvoluti ż-żewġ partiti b'mod sħiħ kemm se jibda jkun hemm diskors bħal dan!", "Jien ngħid li dan ma jagħmilx ġid.", "(Interruzzjonijiet) Bejn il-kliem u l- fatti hemm baħar jikkumbatti!", "Mr Speaker, rajna l-esperjenza tal-Kunsill Lokali tal-Mosta li bi spiża għalih għamel ground - proprju ftit 'il bogħod minn fejn joqgħod l-Onor.", "Anglu Farrugia - li llum qed jirrendi.", "Huwa investiment fih innifsu għax għada pitgħada jista' jkompli jinbena.", "Hemm bżonn naraw li jkollna liġi li tippermetti li l-kunsilli lokali jkunu innovattivi u jfittxu l-metodi kif jistgħu joħolqu fondi.", "Irridu noqogħdu attenti hawnhekk u naraw kif nistgħu ndawru proġett, li llum joħolqilna problema u jitlob aktar fondi, f'sors li jista' jagħtina l-fondi hu.", "Per eżempju, il-Kunsill Lokali tal- Mosta applika u ngħatalu l-permess biex jagħmel carpark; u mbagħad id- dipartiment ta' l-artijiet qallu li dak il-carpark mhux se jagħtih iċ-ċans li jagħmlu hu għaliex dak jista' jkun vijabbli u allura se jagħmlu l-gvern.", "Din ma kenitx esperjenza pożittiva u hawn fejn mill-paroli għall-fatti rajna baħar jikkumbatti.", "Mela m'hawnx!", "Ejjew inġibuhom dawn l-esperjenzi mhux biex nitgħajru jew nikkritikaw lil xulxin bihom imma biex nitgħallmu minnhom.", "Mela ma nsemmuhomx!", "Kien hemm proġett biex isir mużew turistiku rigward il-gwerra f'post li nsibuh bħala \"ix-shelter\".", "Veru li ngħatat l- approvazzjoni għalih pero' d-dipartiment ta' l-artijiet f'din il-kwesjtoni ma tax l-approvazzjoni tiegħu għaliex qal li dak irid jagħmlu d-dipartiment tat-turiżmu.", "Dawk kienu l-esperjenzi li kellhom il-kunsilli lokali, esperjenzi li nawgura li ma jerġax ikollhom.", "Mr Speaker, hemm bżonn naraw ukoll li b'mod reali kunsill lokali jkollu f'idejh l-inforzar tal-liġi għax kunsill lokali, l-awtorita' eżekuttiva fil- komunita', mingħajr inforzar tal-liġi m'huwa xejn.", "Jekk jirnexxi dan l- esperiment jista' jkollna gwardjani lokali li ma jkunux ta' spiża għal kunsilli lokali iżda jkunu wkoll ta' gwadann għalihom.", "Tajjeb ukoll li jkun hemm kordinazzjoni mas-settur kummerċjali ħalli kunsill lokali jsib l- għajnuna meħtieġa biex ikun jista' jiffranka ċerti spejjeż meta jagħmel ċerti proġetti.", "Jien ninnota kemm ġiet użata tajjeb din il-kordinazzjoni fil-każ tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara - u mhux hemmhekk biss għax anke fil-każ ta' diversi kunsilli lokali oħra - li b'mod tajjeb sfrutta l- kapital ta' negozju li hemm fiċ-ċentru tar-raħal biex minnu ħoloq ukoll attrazzjoni turistika.", "F'Birkirkara, post li forsi qatt ma tiġina f'moħħna li hemm xi ħaġa ta' aspett turistiku, il-kunsill lokali kixef dak il- kapital li jista' jiġi wżat għall-interess turistiku.", "U din l-inizjattiva l-kunsill lolkali ħadha flimkien mas-settur kummerċjali.", "Jekk inħarsu wkoll lejn il-liċenzji tal-ħwienet insibu li, per eżempju, il-Kunsill Lokali tas-Swieqi jiġbor mas-Lm6,500 f'liċenzji, pero' l- persentaġġ żgħir li jirċievi minn dawn il-liċenzji jammonta biss għal somma li tagħmel tajjeb għall-ispiża tal-bolol li jonfoq il-kunsill lokali.", "Jien nittama li 'l quddiem jibdew jirċievu persentaġġ ikbar minn dawn il- liċenzji ħalli l-kunsilli lokali stess jibdew iħajru biex jinfetħu iktar negozji fil-lokalita' tagħhom għaliex jafu li dan ikun ifisser iktar introjtu għalihom bħala gvern lokali.", "Kienet ukoll esperjenza tajba meta l- Kunsill Lokali tas-Swieqi, fid-djalogu li kellu mas-settur kummerċjali qalilhom li l-flus li għandu jippermettu biss li jagħmel il-bankini tal- konkos, u minn rajh is-settur kummerċjali ħallas 40% tal-bankina biex din tkun attraenti u tiġbed iktar klijenti u allura iktar negozju.", "Mr Speaker, ma nistax nagħlaq mingħajr ma nsemmi t-turiżmu li l- lokalitajiet tagħna m'huma jieħdu xejn minnu ħlief l-ispejjeż.", "Fil- lokalita' minn fejn ġej jien jiġu diversi coaches bit-turisti biex jaraw il- knisja.", "Pero' bħala lokalita' x'aħna nieħdu?", "L-istess fil-Birgu.", "X'inhi tieħu dik il-lokalita' mit-turisti li qegħdin imorru?", "Il-gwidi li jmexxu t- turisti jgħaddu jiġru minn fejn iridu u jgħaddu bil-mod minn fejn jagħżlu.", "U din il-ħaġa qed tiġri f'kull lokalita'.", "Qegħdin jaslu vapuri mimlijin turisti, pero' x'aħna nieħdu minnhom meta kollox huwa ppjanat fuq skond kemm għandna ħwienet li qegħdin joffru lill-gwidi tat-turisti?", "Bħalma qal il-bieraħ l-Onor.", "Gatt, kif nistgħu nisfruttaw bini ta' entita' storika tal- gvern, li jista' jkun magħluq, li jingħata lill-kunsill lokali u mbagħad ma jkollokx l-appoġġ ta' min hu responsabbli mit-turiżmu, għax it-turist jibqa' għaddej minn quddiem dik il-lokalita' li jkollok?", "Kif jista' jkollok ħwienet jgħinu lill-kunsilli lokali biex jirriklamahom, biex jiġbdu iktar turisti lejn dik il-lokalita', meta mbagħad qed inħabbtu wiċċna ma' din is-sitwazzjoni?", "Mr Speaker, din hija sitwazzjoni li rridu nsibu soluzzjoni għaliha għaliex inkella, nagħmlu x'nagħmlu fil-kunsill lokali, is-settur tat- turiżmu ma jkun qatt ta' għajnuna biex niksbu minnu l-fondi meħtieġa permezz tas-settur kummerċjali li għada pitgħada jista' jgħin lill-kunsilli lokali fil-finanzjament ta' proġetti.", "Jagħmel sens li kunsill lokali jkollu rabta mas-settur kummerċjali għaliex jekk dan imur tajjeb ikun jista' jgħin u jiffinanzja l-attivitajiet tal-volontarjat kollha, bħalma jiġri f'kull belt u raħal.", "Mela tajjeb li kunsill lokali jgħin lis-settur kummerċjali fin-negozju tiegħu jekk irid li l-volontarjat ikun iffinanzjat sewwa.", "Il-kunsill lokali huwa fid-dmir li jara li s-settur kummerċjali għandu l- infrastruttura meħtieġa u li ma jkun hemm xejn li jtellef milli jsir il- kummerċ meħtieġ f'dik il-belt jew raħal tiegħu.", "Il-kunsill lokali għandu d- dmir ukoll li jara li fil-belt jew ir-raħal tiegħu m'hemmx nies qiegħda għaliex kull persuna bla xogħol hija problema soċjali li tfisser spejjeż.", "Irid ikollna kunsilli lokali li kapaċi joffru direzzjoni ċivika lill- komunita' biex meta jkun hemm il-ġid ma jkollniex isparpaljar.", "Ħadd m'hu kapaċi daqs il-kunsill lokali biex jagħti direzzjoni lill-komunita' tiegħu għaliex ħadd m'hu eqreb lejha daqskemm hu l-kunsill lokali.", "Grazzi, Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien se nibda mill-kumment li għadda l- Onor. Vassallo meta qal li hemm differenza kbira bejn il-kliem u l-fatti.", "L-Onor.", "Membru qalilna li qatt ma ddaħħlet politika fil-kunsilli lokali, iżda biex nuri kemm kien jiġri eżattament bil-kontra, infakkar x'kien ġara – u l-Onor.", "Austin Gatt jiftakar il-każ li diġa` semmejt f'dan il-parlament - meta kien hemm sindku jew kunsillier li mar kontra deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri jekk inti tieħu azzjoni kontra xi ħadd tal-partit tiegħek stess, aħseb u ara kemm iktar tasal biex tieħu azzjoni kontra xi ħadd li huwa ta' kulur politiku differenti.", "Għalhekk qed ngħidlu lill-Onor.", "Vassallo li hemm differenza kbira bejn dak li jgħid għal dak li jagħmel għax, kif qal huwa stess, hemm baħar jikkumbatti.", "Illum se nuri bil-provi kemm dak li qalu meta kienu fl-oppożizzjoni jmur kontra dak li qed jgħidu issa li qegħdin fil-gvern.", "Kulħadd jaf li l-Gvern Nazzjonalista tal-lum qed imur kontra dak li qal qabel l-elezzjoni u llum ġie f'sitwazzjoni li qed jirrepeti dak li kien jgħid il-Partit Laburista meta kien fil-gvern, li l-problemi li kien hemm huma problemi veri.", "Hawnhekk toħroġ id-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u l-Partit Laburista fil-gvern.", "Għax meta wieħed jiġi biex iqassam il-finanzi fuq diversi oqsma jrid jieħu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni li jkun jinsab fiha l-pajjiż.", "Allura wieħed irid ikollu saqajh ma' l-art, kif qal xi ħadd min-naħa l-oħra, u jqassam skond il-finanzi li jkollu.", "U hekk għamel Gvern Laburista u mexa b'responsabbilta'.", "Pero' barra l-fondi speċjali, il-gvern ħa inizjattiva oħra biex jgħin lil kunsilli lokali u beda jieħu ħsieb ċerti areas hu stess.", "Insemmi, per eżempju, il-proġett ta' Bugibba.", "Ma kienx suċċess dak u għen lill-kunsilli lokali ta' dawk in-naħat?", "Il-gvern irranġa wkoll in-naħa t'isfel, Birżebbuga u Marsaxlokk.", "Dawn mhux mill-fondi speċjali tal-kunsilli lokali saru.", "Ħaġa oħra li għamel il-Gvern Laburista - u jien niskanta kif donnhom insew kemm faħħruha u qalu li hi tajba - kien proprju l-pjan reġjonali ta' żvilupp soċjali u ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta.", "Jien niskanta kif dan qed iħalluh barra.", "Jien naħseb li mhux bi żvista m'humiex isemmuh imma m'humiex isemmuh għar-raġuni li dik kienet xi ħaġa li għamel Gvern Laburista, li kulħadd jaf li tat riżultat pożittiv.", "Fuq dawn it-tipi ta' pjani għandna nimxu biex imbagħad, flimkien mal-kunsilli lokali, b'mod reġjonali nkunu nistgħu nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta' u jsiru proġetti ta' prijorita`.", "Tajjeb li nfakkar li l-Partit Laburista fil-gvern l-ewwel ħaġa li għamel kienet li ra liema hi l-area l-iktar li għandha problemi, kemm mil-lat ambjentali u kemm mil-lat soċjali.", "In-naħa t'isfel ta' Malta huma l-iktar areas li qed isofru minn dawn il-problemi, għar-raġuni li l-parti l-kbira tal-heavy industry qiegħda hemmhekk.", "Dawn huma l-areas li l-iktar jagħtu lill-pajjiż imma l-inqas li jieħdu u allura bir-raġun li dan l-istudju beda jsir fuq din l-area.", "Infakkar li fil-5 ta' April ta' l-1997 kienet saret konferenza fil- Lukanda Jerma Palace li ġiet indirizzata mill-Prim Ministru u ministri oħrajn.", "Fost dawk li attendew din il-konferenza kien hemm il-kunsilli lokali tar-reġjun, il-partiti politiċi, l-għaqdiet filantropiċi, il- kappillani, għaqdiet volontarji, persuni interessati fl-iżvilupp soċjali u kull min ħass li jista' jagħti sehem fl-iżvilupp ta' dawn in-naħat.", "F'dik il-konferenza kien inħatar kunsill għal ippjanar u bdew isiru laqgħat regolari mal-kunsilli lokali u nħatru esperti fil-qasam soċjali, ambjentali, kulturali u f'ħafna oqsma differenti.", "Saru diskussjonijiet ma' l-għaqdiet kollha ta' dawk il-lokalitajiet u tħejja rapport dettaljat.", "Naħseb li ma setax joħroġ rapport aħjar minn dak għaliex kulħadd ta s-sehem tiegħu.", "Wara li reġgħu ġew ikkonsultati l-ministri responsabbli għal ċerti oqsma, il-kunsilli lokali stess u l-għaqdiet, ġie ffinalizzat dan ir- rapport u saret konferenza oħra fl-4 ta' Lulju ta' din is-sena.", "Imbagħad inħatar kumitat ta' azzjoni biex jara l-prijoritajiet tal-proġetti f'dawn l- areas u jara wkoll min se jmexxi l-affarijiet 'il quddiem.", "Għalhekk ġie deċiż li dawk il-membri li kien hemm fuq dan il-kumitat reġjonali jkunu huma stess li jmexxu 'l quddiem dawn il-proġetti.", "Fil-fatt wara li saret il-konferenza, il-ministru responsabbli ħatar dan il-kumitat biex iwettaq l-affarijiet l-iktar importanti f'dawn il-lokalitajiet.", "Uħud mill-proposti li kien hemm f'dan ir-rapport diġa` bdew isiru, fosthom f'Birżebbuġa u Marsaxlokk.", "Kien hemm inkorporati ħafna affarijiet oħra, bħall-yacht marina tal-Birgu, bħat-tneħħija tal-baċir Nru. 1 ta' Bormla, bħall-problemi tas-sur ta' l-Isla u l-Maċina.", "Jiġifieri dawn l- affarijiet kollha li kienu ssuġġerew l-kunsilli lokali b'mod separat u anke bħala reġjun kienu nklużi f'dan ir-rapport u kien jonqos biss li jiġu attwati.", "Imma meta l-kunsill lokali ġie biex iwettaq dawn l-affarijiet kien hemm bidla fil-gvern għax, peress li l-Partit Laburista ma baqax bil- maġġoranza, ma setax ikompli jiggverna u kellu jmur bilfors għall- elezzjoni, fejn imbagħad il-poplu ta l-mandat lill-Partit Nazzjonalista biex imexxi dan il-pajjiż.", "Ovvjament kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu, pero' jien nerġa' ninsisti li parti kbira mir-raġuni għaliex il- Partit Nazzjonalista qiegħed fil-gvern hija għaliex daħak bil-poplu meta wegħdu ċerti affarijiet u llum il-poplu dan qed jirrealizzah.", "Fil-fatt il-Partit Nazzjonalista baqa' jidħak bil-poplu anke meta tela' fil-gvern għax, minkejja li kienu jgħidu li m'għandniex indaħħlu l-politika f'dawn l-affarijiet u li għandna nimxu id f'id, u minkejja li kemm qabel kif ukoll wara l-elezzjoni - fil-fatt dan intqal ġewwa l-Kunsill Lokali ta' Bormla minn ministru stess - kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li l- affarijiet li ppropona dak il-bord reġjonali huma tajbin u għandhom jiġu mwettqa, wara l-bidla fil-gvern intbagħtet ittra mingħand is-Sur Mifsud Fiorini Lowell liċ-chairman ta' dan il-bord reġjonali, liema ittra tgħid hekk:", "\"As I explained to you on the phone, I am afraid that through an oversight on my part I failed to inform you earlier of the instructions issued by the OPM immediately on the change of administration that as is normal practice on such occasions, all chairpersons and members of boards and committees should offer their resignation to the new government.", "I would therefore appreciate if you could inform your colleagues in order that the appropriate action can be taken.", "Thank you and the committee members for the cooperation extended during our short but pleasant working relationship.\".", "Ta' min jgħid ukoll li mbagħad l-għada ta' din l-ittra, jiġifieri fil-11 ta' Settembru, dan il-bord reġjonali bagħat ittra lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kienet tgħid hekk:", "\"It-tieni konferenza reġjonali dwar il-pjan ta' żvilupp soċjo- ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta li ltaqgħet fl-4 ta' Lulju, 1998 irrakkmandat it-twaqqif ta' bord reġjonali biex ikun responsabbli għat- twettiq tal-proposti tal-pjan.", "Il-gvern qabel mal-konklużjoni tal- konferenza u fit-12 ta' Awissu, 1998 dan il-bord twaqqaf taħt l- awspiċju tal-ministeru għad-djar u kunsilli lokali.", "F'laqgħa tal-bord li saret fl-10 ta' Settembru...\"", "- jiġifieri dakinhar stess li s-Sur Fiorini Lowell bagħat dik l-ittra li kkwotajt liċ-chairman ta' dan il-bord reġjonali; dan kien ikkuntattjah ukoll permezz tat-telephone fejn kien qallu biex dak il-bord reġjonali jirriżenja -", "\"... il-bord iddeċieda li joffri r-riżenja tiegħu b'effett immedjat ħalli b'hekk il-gvern ikun ħieles li jaħtar lil min jidhirlu xieraq u jkompli dan ix-xogħol hekk importanti.", "Jekk tkun ix-xewqa tal-gvern, lesti li nkomplu noffru s-servizz tagħna.", "Jekk il-gvern jidhirlu li huwa meħtieġ, il-bord huwa aktar milli lest biex ifisser lill-awtoritajiet konċernati dwar l-aħħar żviluppi fil- ħidma tal-bord.\".", "Imma minn dakinhar 'l hawn ma ngħatat l-ebda risposta dwar jekk dan il-bord għandux jirriżenja jew le.", "Hawnhekk wieħed jista' jara d-differenza bejn id-diskors u l-fatti għax, filwaqt li matul il-konferenza li semmejt iktar kmieni żewġ naħat tal-Kamra kienu qalu li għandhom ikunu l-membri tal-bord reġjonali stess li jmexxu dan ir-rapport 'il quddiem, min-naħa l-oħra eżattament kif il-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern dan talabhom biex jirriżenjaw.", "Sur President, minn hawn jidher ċar li l-gvern beħsiebu jaħtar nies skond l-opinjoni politika tagħhom, mhux bħall-membri li kienu ġew maħtura fi żmien Gvern Laburista, fejn kien hemm uħud minnhom li kienu Nazzjonalisti u li taw sehemhom xorta waħda mingħajr ma qagħdu jdaħħlu l-politika fin-nofs.", "Fil-fatt ħadd mill-membri ta' dan il-bord ma kien idaħħal il-politika, allavolja jien kont inkun preżenti, għax aħna hemmhekk konna qed nirrappreżentaw lir-reġjun u mhux lil xi partit politiku.", "Fl-aħħar kien qed jidher biċ-ċar li konna wasalna biex nagħtu spinta 'l quddiem lin-naħa t'isfel ta' Malta u li dawk in-naħat, speċjalment il-Kottonera, kienu se jieħdu r-ruħ.", "Pero' l-Gvern Nazzjonalista, bħal dejjem, jidher li mhux li n-naħa t'isfel ta' Malta tieħu r-ruħ jinteressah imma li jiżra' u jxerred influwenza politika.", "Ħalli nsemmi x'kien hemm maħsub li jsir fil-pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta.", "Fil-fatt aħna konna għamilnieha bħala prijorita' li l-ewwel u qabel kollox nirranġaw dawk l- affarijiet li r-residenti ta' dawk in-naħat kienu jgergru minnhom.", "Fost l-affarijiet li kienu se jsiru nista' nsemmi, per eżempju, li kienet se ssir recreation area bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, eżattament f'dik l- akwata li hija magħrufa bħala Taż-Żebbuġ.", "Kien se jsir sports complex lejn in-naħat ta' Bormla.", "Jien naħseb li kulħadd jiftakar kemm mingħalihom kienu għaddewna biż-żmien f'dan il-parlament fuq dan l-isports complex u filwaqt li dawn kienu jgħajruna li bqajna m'għamilniehx minkejja li kien hemm il-pjanti diġa' lesti, imbagħad kien hemm membru tal-Partit Nazzjonalista li ħareġ jgħid li ma kien hemm xejn preparat u li ma kienx hemm flus.", "Kulħadd jaf li l-Gvern Laburista kien se jwettaq dawn il- proġetti wara li jitlestew diversi studji, jiġifieri ma kien se jwettaq l- ebda proġett bl-addoċċ.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Gvern Laburista kellu l-ħsieb li jibni skola oħra ġewwa Bormla, eżattament fejn hemm l-isports complex, u b'hekk mhux biss kien jittejjeb l-ambjent ta' dawk l-akwati imma wkoll kienu jkunu jistgħu jintlaqgħu iktar tfal.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq il-baċir numru 1.", "Fi-fatt saru diversi diskussjonijiet ma' min hu responsabbli dwar il-baċir numru 1 u saħansitra anke sar ftehim mal-kunsill lokali dwar kif dan il-baċir għandu jiġi żviluppat.", "Issa jien nispera li wara li sar dan il-ftehim min-naħat kollha ma nispiċċawx f'sitwazzjoni fejn ma jsir xejn jew isiru l-affarijiet bil-mod ħafna meta aħna konna wasalna biex nibdew nattwaw u nagħtu ruħ lin-naħa tal-Kottonera.", "L-istess għamilna għal dak li huwa grit blasting.", "Fil-fatt nista' ngħid li meta dan l-aħħar ċempluli xi nies jilmentaw minħabba li l-grit blasting kien qed jaffettwa bir-residenti ta' l-Isla u jien ċempilt lill- awtoritajiet tal-Malta Drydocks, dawn ħadu l-passi neċessarji minnufih, eżattament kif kienu qalu li se jagħmlu meta konna qegħdin nagħmlu d- diskussjonijiet magħhom.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li t-traffic lights li llum hemm fejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata saru wara li ġew suġġeriti fil-pjan ta' żvilupp li sar għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Fil-fatt dawn it-traffic lights taw riżultat pożittiv ħafna għax kien ilu jinħass il-bżonn li hemmhekk isiru lights biex jittejjeb it-traffic flow u ma jkunx hemm dewmien waqt li wieħed ikun sejjer jew ġej mix-xogħol.", "Aħna konna wkoll konxji li hemm problema oħra ta' traffiku n-naħa tal- Fgura, inti u sejjer lejn Wied il-Għajn, u għalhekk permezz ta' dan il-pjan kienu se jittieħdu passi immedjati biex jiġi solvut dak it-traffic jam li jinħoloq hemmhekk, speċjalment matul il-weekend, meta jkun hemm numru kbir ta' nies li jkunu sejrin lejn Wied il-Għajn.", "Triq oħra li kienet inkluża f'dan il-pjan kienet it-triq il-ġdida tal- Fgura li tinsab bejn Żabbar Road u Hompesch Road, li parti minnha diġa' saret u kienet se titkompla l-parti l-oħra.", "Imbagħad f'dan il-pjan kien hemm ukoll problemi oħra żgħar li ma tantx jidhru u li kienu se jittieħdu passi fuqhom immedjatament.", "Sur President, jien naħseb li wieħed seta' jinnota li minn dan kollu ma ssemma xejn mill-gvern preżenti għax kulma qed nisimgħu fuq in-naħa t'isfel ta' Malta huwa li dan se jagħtihom spinta 'l quddiem f'dawk li huma flus u l-affarijiet soċjali li jeffettwaw lil dawn l-areas donnhom intnesew.", "Għalkemm jien naqbel li l-flus huma importanti, dawn m'humiex kollox u bla ebda dubju hemm bżonn li wieħed jagħti kas ukoll affarijiet oħra ta' natura soċjali għaliex dawn ukoll jaffettwaw lir-residenti li joqogħdu f'dawk l- areas.", "Għalhekk huwa tajjeb li wieħed jimplimenta dan il-pjan bis- serjeta', u dan mhux biss fl-interess tar-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta imma ta' pajjiżna kollu.", "Sur President, il-politika li ħaddem il-Partit Laburista fis-sena u għaxar xhur li għamel fil-gvern, fejn mhux biss ta fondi speċjali lil kunsilli lokali imma wkoll ta għajnuna diretta, tat riżultati pożittivi u għall-ewwel darba kienet se ssir xi ħaġa bis-serjeta' biex insolvu ħafna mill-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Jien nispera u nibqa' ninsisti li dak li ġie mħejji għandu jitwettaq u fil-fatt dan il-gvern għandu jieħu r-responsabbilta' li hu kien qabel magħha kemm meta kien fl-oppożizzjoni, kif ukoll issa li tela' fil- gvern, li dak li ġie ppjanat jitwettaq.", "Irridu noqogħdu attenti li ma ngħabbux dawn il-problemi fuq dahar il- kunsilli lokali billi ngħidu li dawk responsabbli minnhom huma imma għandna naraw li l-problemi jiġu solvuti flimkien mal-kunsilli lokali u ma' dawk kollha konċernati għax l-affarijiet li hemm ippjanati b'hekk biss jistgħu jiġu mwettqa mill-iktar fis possibbli.", "Jekk kemm-il darba dan ma jsirx se nispiċċaw kif dejjem spiċċajna taħt Gvern Nazzjonalista, jiġifieri ġejna imwiegħda ħafna affarijiet bil-kliem u mbagħad meta ġejna għall-prattika sibna li ftit li xejn ikun sar, jew jekk stess sar, ipprovaw jieħdu vantaġġ politiku minnu kemm jistgħu.", "Għalkemm diġa' ntqal li f'dawn l-affarijiet m'għandhiex tidħol politika, nispera li meta niġu għar-realta' l-politika ma tidħolx verament għax inkella jkunu r-residenti stess li jbatu.", "Jien qed nittama li dan il-pjan reġjonali li ġie mressaq mill-Gvern Laburista jittieħed bis-serjeta' mill- gvern preżenti, ħalli fl-aħħar il-proġetti li kien hemm maħsuba f'dan il- pjan imorru 'l quddiem.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (L-Onor Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemna għandna mozzjoni ta' fondi speċjali għal ħteġijiet tal-kunsilli lokali li jammontaw għal kważi Lm2.5 miljun.", "Fil-fatt li qed isir hawnhekk huwa sempliċement eżerċizzju ta' photocopying tal-fondi li ġew allokati s-sena l-oħra.", "L-ewwel ħaġa li wieħed irid jistaqsi meta jaqra din il-mozzjoni hija dwar il-kriterji li jintużaw biex jingħataw dawn il-fondi u kif jiġi deċiż lil liema kunsilli lokali għandhom jiġu allokati dawn il-flus.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax ta' min jgħid b'ċerta insistenza li filwaqt li jkun hemm kunsilli lokali li jiġu allokati bil-fondi, hemm diversi kunsilli lokali li għalkemm ikunu tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għal dawk il-fondi, dawn ma jingħatawlhomx.", "Mistoqsija oħra li rrid nagħmel hija din: Kemm qed isiru konsultazzjonijiet, sena b'sena, min-naħa tad-dipartiment biex dawn il- fondi jiġu mqassma b'mod iktar ġust?", "U hawnhekk tiġini f'moħħi mistoqsija oħra awtomatikament: Għaliex qed neżaminaw l-applikazzjonijiet li jkunu saru skond kemm ikunu ilhom li saru, mingħajr ma nerġgħu nikkonsultaw mal- kunsill lokali konċernat dwar jekk tbiddlux il-ħteġijiet minn dak iż-żmien?", "Ġieli l-ħteġijiet tal-kunsilli lokali jinbidlu minn sena għall-oħra u hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li, anke b'xi ħaġa naturali, bħal ngħidu aħna bil- maltemp, tista' tinqala' prijorita' u, per eżempju, triq tiġi iktar bżonnjuża milli kienet fl-1996.", "Għalhekk jien naħseb li kieku l-kunsilli lokali jiġu kkonsultati minn sena għall-oħra, il-fondi jkunu jistgħu jitqassmu b'mod iktar ġust.", "Sur President, hawn nixtieq infakkar ukoll fl-ispiża kbira li għamlu l- kunsilli lokali biex jippreparaw is-surveys, il-pjanti u dak kollu neċessarju sabiex jitqassmu dawn il-fondi speċjali.", "Fil-fatt hawnhekk tidħol problema oħra għax ħafna kunsilli lokali żgħar, li l-flus ivvotati lilhom huma skond id-daqs tagħhom - u hawnhekk se norbot ma' dak li kont qed ngħid qabel - ma jaffordjawx li jagħmlu dawn il-preparamenti għax il- flus ivvotati lilhom ma jlaħħqux ma' l-ispiża tagħhom.", "Għalhekk naħseb li d-dipartiment għandu jieħu in konsiderazzjoni dan kollu billi jgħin finanzjarjament lill-kunsilli lokali ż-żgħar ħalli dawn ikunu jistgħu jħejju l-preparamenti kollha neċessarji biex jippreżentaw it-talbiet tagħhom għall-fondi speċjali.", "Hawn nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-formolarju li qed jiġu mqassma bih dawn il-fondi huwiex se jibqa' l-istess għax, fl-opinjoni tiegħi, qed jiġu vvotati ħafna flus fuq affarijiet li llum m'għadhomx meqjusa bħala prijorita'.", "Jien naħseb li d-dipartiment għandu jagħmel studju u jara jekk hemmx fondi ġodda li jistgħu jiġu ntrodotti biex, per eżempju, permezz tagħhom il-kunsilli lokali jkunu jistgħu joħolqu ċentri ċiviċi jew jagħtu attenzjoni ikbar lill-qalba tar-raħal, għax jien naħseb li jkun inutili li ssebbaħ l-ambjent tal-lokal jekk l-ewwel ma tibdiex issebbaħ il-qalba tiegħu.", "Għandhom jiġu introdotti wkoll fondi speċjali biex is-sistema tat- traffiku tiġi organizzata aħjar fiċ-ċentru ta' l-irħula.", "Issa rrid nirriferi għal ċerti fondi li jien narahom strambi kif inhuma mqassma.", "Per eżempju, għall-fond C2, li huwa mmirat għal tagħmir ta' postijiet ta' rikreazzjoni fil-kampanja, hemm ivvotat Lm45,000 u għall-fondi B1 u B2, li huma mmirati għall-bini ta' playgrounds u ta' affarijiet simili, hemm ivvotati Lm25,900.", "Imbagħad min-naħa l-oħra għall-fond B2, li huwa mmirat biex jinbnew jew biex ikunu jistgħu jiġu wżati grounds tal-football fejn ma jeżistux dawn il-faċilitajiet, ġew ivvotati Lm31,500.", "U hawn jien nistaqsi.", "Liema ground tal-football tista' tibni b'Lm31,500?", "Jien ma nistax nifhem kif fond għal tagħmir ta' postijiet ta' rikreazzjoni fil- kampanja jista' jitqies prijoritarju iktar mill-bini ta' grounds tal- football ġewwa lokalitajiet fejn għadu lanqas biss jeżisti ground tal- football wieħed.", "F'San Ġiljan, per eżempju, m'hemmx ground tal-football imma safejn naf jien hemm applikazzjoni mill-kunsill lokali biex jinbena ground tal-football.", "L-Onor.", "Gatt irrifera għall-fond \"G\" u qal li l-fondi ma tqassmux għaliex hemm xi kunsilli li għadhom ma mplimentawx is-sistema tal-gwardjani lokali.", "Safejn naf jiena f'Tas-Sliema din is-sistema bdewha.", "Issa jekk humiex qed jitħallsu mill-kunsill, jekk humiex qed jitħallsu by sponsorship, jew jekk humiex qegħdin jeħduhom mill-fondi tal-budget ma nafx.", "Għalhekk ma nistax nifhem għalfejn dawn il-fondi ma tqassmux lil dawk il-kunsilli li diġa' bdew iħaddmu din is-sistema.", "(Interruzzjonijiet) Imma llum ilkom xahrejn u nofs fil-gvern, u dawn qegħdin hemm biex jitqassmu!", "Sur President, il-gvern preżenti qiegħed jgħid li se jingħataw poteri ġodda lil kunsilli u li se ssir aktar diċentralizzazzjoni.", "Aħna naqblu ma' dan.", "Jiena kont fil-kunsill u tieħu pjaċir li jkollok aktar poteri ħalli taqdi aktar lin-nies tal-lokal.", "Imma jekk se jingħataw aktar poteri u aktar doveri lil kunsilli lokali, awtomatikament dan ifisser li l-volum tax- xogħol f'dik li hija amministrazzjoni u running ta' l-uffiċċju se jitla'.", "Issa kif żgur jaf anke d-direttur ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, anke kif inhuma l-kunsilli fil-preżent, diġa' ma jistgħux ilaħħqu mal-volum tax-xogħol li għandhom.", "Għalhekk nistaqsi: Jekk se nagħtuhom aktar poteri u responsabbiltajiet, ifisser li se nżidulhom aktar impjegati magħhom?", "Se nżidulhom fondi biex ikollhom aktar impjegati?", "Naf li skond ir-regolamenti dawn jingħataw ċerti ammont ta' ħaddiema, imma jekk se nnaqqsu l-ħidma minn fuq il-gvern ċentrali u nitfgħuha fuq il-gvernijiet lokali, awtomatikament il-volum tax-xogħol fuq in-naħa ċentrali se tonqos b'konsegwenza li tiżdied fuq in-naħa lokali.", "Għalhekk se jiġu assenjati xi ħaddiema taċ-ċivil għal mal-kunsilli lokali jew se jiġu mpjegati ħaddiema aktar?", "Sur President, forsi l-Onor.", "Austin Gatt, is-Sur Maurice Caruana, id- direttur u kull min jaħdem fid-dipartimenti ftit jiffrekwentaw il-kunsilli lokali.", "Għall-grazzja t'Alla jiena għamilt sentejn u nofs f'kunsill lokali u naf x'volum ta' xogħol ikollhom l-impjegati.", "Nista' naċċerta lid- direttur u lill-Onor.", "Gatt li jekk se nagħtu aktar xogħol u responsabbiltajiet lil kunsilli lokali mingħajr ma nżidu r-riżorsi, żgur li dawn m'humiex se jlaħħqu mal-volum tax-xogħol u flok suċċess ikollna diżastru.", "Għalhekk nittama li l-gvern jikkonsidra li l-kunsilli jingħataw aktar ħaddiema biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-poteri ġodda meta dawn jiġu assenjati lilhom.", "Sur President, nixtieq nitkellem anke dwar kif jiġu mqassma l-fondi għal ħteġijiet speċjali.", "Hemm bżonn li l-formolarju jiġi emendat u l-kunsilli lokali jkunu aktar konsultati f'dak li jagħmlu.", "Fil-fatt dawn jiġu kkonsultati darba kull tliet snin u jkollok somma u min sena għal sena tieħu parti minnha, forsi llum tieħu ¥3,000 u għada tieħu ¥3,400.", "Għalhekk nixtieq li meta jagħmel il-winding-up l-Onor Gatt jgħidilna x'inhuma l- ħsebijiet tal-gvern f'dan ir-rigward u jekk il-formolarju kif jitqassmu l- ħteġijiet speċjali huwiex se jinbidel.", "Jekk isir dan, żgur li l-kunsill ikun jista' jippjana aħjar il-ħidma tiegħu u jimplimentaha b'mod aktar organizzat.", "Saret ukoll il-kritika li matul is-sentejn li għaddew waqaf kollox f'dik li hija ħidma fejn jidħlu l-kunsilli lokali.", "Jien ma naqbilx ma' dan u se ngħid għaliex.", "Hawnhekk ħadd ma semma, per eżempju, li ġew assenjati mitt ħaddiem minn mal-gvern għal mal-kunsilli lokali.", "Ħadd ma qal lanqas kemm qegħdin jiffrankaw flus il-kunsilli lokali permezz ta' dawn il-mitt ħaddiem.", "Jiġifieri min-naħa nikkritikaw li naqqasna l-fondi lil kunsilli lokali imma mbagħad ma nsemmux fejn iffrankajnielhom il-flus.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Edwin Vassallo u jgħid li aħna ma kkonsultajniehomx lill- kunsilli lokali biex saru proġetti kapitali!", "Jiena nistaqsih: Fejn ma saritx konsultazzjoni mal-kunsilli lokali?", "Staqsuhom lill-kunsilli lokali u taraw kemm kienu kuntenti jaħdmu spalla ma' spalla mal-Gvern Laburista biex proġetti li kienu joħolmu li forsi jwettqu 30 sena oħra, twettqu f'sena u għaxar xhur!", "Jiena m'inix se noqgħod insemmi l-proġetti li saru għaliex issa kulħadd jaf bihom pero' nispera li dan il-gvern jibqa' għaddej bil-preparamenti li għamel Gvern Laburista f'dan ir-rigward.", "Dwar il-ħaddiema assenjati nixtieq inkun naf jekk il-gvern huwiex se jkompli għaddej b'din is-sistema u jekk huwiex beħsiebu jassenja ħaddiema manwali.", "M'hemmx dubju li din is-sistema ta' assenjar tal-ħaddiema rnexxiet għax il-ħaddiema li hemm mal-kunsilli qed ikunu produttivi aktar milli meta kienu jaħdmu ma' xi dipartiment jew ieħor.", "Żgur li hemm bżonn issir xi modifikazzjoni imma nafu li hemm ħaddiema oħra li huma interessati u lesti jagħtu sehemhom fil-lokal fejn igħixu.", "Dwar ħidmet il-kunsilli lokali, mill-esperjenza personali meta kont kunsillier nista' ngħid li xi ħaġa diffiċli ferm hija l-kuntatt bejn il- kunsill u d-dipartimenti.", "Ejja nieħdu l-eżempju ta' proġett li kien ħejja l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan għall-area magħrufa bħala Ta' Ġiorni.", "Dan kien proġett uniku għax kien se jgħaqqad wied ma' wied, kuridur ekoloġiku, biex insejħulu hekk, xi ħaġa li f'Malta s'issa ma saritx.", "Imma kemm kien hemm taqtigħ il-qalb biex dan il-proġett għamel forsi żewġ passi 'l quddiem, daqqa għax ġejjin tal-housing, daqqa għax l-art privata!", "U għajnuna mid-dipartiment inniffsu l-kunsill ma jieħu xejn.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Gatt jikkonsulta mal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, bħalma kkonsultajt jien, jara kemm dawn għandhom ħeġġa li jwettqu dan il-proġett u kemm dan huwa proġett ta' fejda.", "Sur President, San Ġiljan hija komunita' li tlaħħaq madwar it-3,500 familja.", "U meta tmur f'dik l-area issib li dawn huma fgati f'xulxin u m'għandhomx fejn jirrikreaw ruħhom.", "Imma żgur li bl-għajnuna tal-gvern, bħalma kien ippjanat taħt gvern Laburista - u l-Onor.", "Charles Buhagiar jaf fuqiex qiegħed nitkellem - jaslu x'imkien, għax waħedhom żgur li ma jistgħux jaslu.", "Għalhekk nitlob lill-gvern sabiex jgħin lil dan il-kunsill lokali ħalli jaslu għal dan il-proġett.", "L-Onor.", "Vassallo semma l-proġetti kapitali u qal li hija ħasra li dawn isiru mill-gvern ċentrali u mhux mill-kunsilli lokali.", "Hawnhekk nistaqsi: Allura l-proġett għaċ-ċentru ta' San Ġiljan u Paceville se jsir jew le?", "Problema oħra li nixtieq nitkellem dwarha hija li meta twaqqfu dawn il- kunsilli sabu problemi tant kbar li lanqas il-fondi li ngħataw s'issa ma jlaħħqu ma' l-ispejjeż li hemm biex dawn jiġu rranġati, lanqas dawk urġenti.", "Bħala eżempju nista' nsemmi l-area ta' Pembroke u s-St Patrick's housing project fejn mhux il-fondi li ngħata l-kunsill tul dawn l-aħħar tliet snin iridu jintnefqu!", "F'dan il-każ, jekk ma jintervenix il-gvern ċentrali impossibbli jaslu, u dan hu li għamel Gvern Laburista fis-sena u għaxar xhur li għamel fil-gvern.", "Gvern Laburista identifika areas li kien jaf li l-kunsilli impossibbli li xi darba jaslu għalihom bil-voti allokati lilhom, u daħal għalihom hu b'konsultazzjoni sħiħa magħhom.", "Jiena ma nara xejn ħażi¥n fiha din.", "Għalfejn għandna nikkritikawha xi ħaġa bħal din?", "Nixtieq issa nagħmel xi suġġerimenti dwar il-fondi ġodda għal ħteġijiet speċjali.", "Intqal li hemm fond ta' għajnuna lil kunsilli żgħar li m'għandhomx fondi biżżejjed biex jagħmlu surveys, studji, pjanti u affarijiet oħra li semmejt qabel.", "Din qed nerġa' nsemmiha għaliex hija importanti u għaliex jiena niltaqa' ma' diversi kunsilliera minn diversi kunsilli lokali - m'ilux iltqajt anke ma' kunsilliera Għawdxin - u lkoll jgħidulek li m'għandhomx fondi biżżejjed biex iħallsu lis-surveyors, periti u lil kull min huwa involut f'xi proġett.", "Għalhekk id-dipartiment għandu jidentifika dawk il-kunsilli żgħar li m'għandhomx fondi biżżejjed biex jagħmlu dawn il-preparamenti u jgħaddilhom fondi speċjali jew għajnuna teknika ta' perit, surveyor eċċ biex għallinqas ikunu konformi ma' kunsilli akbar.", "Per eżempju, żgur li ma tistax tagħmel paragun bejn il-Kunsill Lokali ta' l-Għarb mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bid-diversi fondi mogħtija lil dan ta' l-aħħar.", "Żgur li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jaffordja jħallas periti u surveyors imma l-Kunsill Lokali ta' l-Għarb għandu fondi ferm żgħar u għalhekk għandu jiġi mgħejjun.", "Dalwaqt ikollna l-budget u nimmaġina li dawn il-fondi se nżiduhom wara l- kritika kollha li kellna, imma nistaqsi: Se jibqa' jintuża l-istess formolarju li qiegħed jintuża s'issa?", "X'inhu jagħmel id-dipartiment biex itejjeb is-sistema ta' kif jiġu allokati l-fondi?", "Jaħseb id-dipartiment li l-fondi lill-kunsilli jridu jitjiebu?", "Jiena nimmaġina li hemm xi titjib x'isir u żgur li fil-laqgħat li l-Onor.", "Gatt qiegħed ikollu mal-kunsilli lokali nnota l-ilmenti li qegħdin iqajmu l-kunsilliera.", "Nistaqsi wkoll: Id-dipartiment qiegħed jikkonsulta mal-kunsilli lokali dwar il-fondi għall- budget?", "Nista' ngħid li kemm domt kunsillier id-dipartiment qatt ma kkonsulta mal-kunsilli biex jara t-talbiet tagħhom qabel ma jikkonsulta mal- Prim Ministru.", "Imma tajjeb li d-dipartiment jikkonsulta mal-kunsilli biex ikollu feedback tas-sitwazzjoni u jara x'inhuma l-ħteġijiet tagħhom.", "Il- kunsilliera u s-sindki kollha jaqblu li għandhom jiġu kkonsultati u m'għandniex niftaħru bil-konsultazzjoni biex imbagħad ma nagħtux wisa' għaliha fl-aktar affarijiet essenzjali.", "Nerġa' nistaqsi hawnhekk: Qiegħed isir studju mid-dipartiment biex jara jekk il-formolarju li qiegħed jintuża huwiex joħloq xi preċedent bejn kunsill u ieħor?", "Ħafna jilmentaw li ċerti kunsilli għandhom areas kbar imma popolazzjoni ħafna iżgħar minn ta' kunsilli fejn l-areas huma żgħar imma l-popolazzjoni hija ikbar.", "Nistaqsi: Hemm kuntatt ħaj mal-kunsilli lokali, mas-sindki u mal-kunsilliera?", "Dan huwa importanti għax jiggwida lid-dipartiment li f'kordinazzjoni ma' l-istess kunsilli jkun jista' jagħti feedback lill-gvern u lill-Onor.", "Gatt.", "B'hekk ix-xogħol jeħfief għax ikun hemm diċentralizzazzjoni.", "Imma jekk imbagħad ma tikkonsultax ikun hemm kontradizzjoni.", "U mhux l-ewwel darba li l-kunsilli ma ġewx ikkonsultati.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas fuq il-budget għadhom ma ġew ikkonsultati.", "Meta vvotajtu għall-fond għal ħteġijiet speċjali kkonsultajtuhom darba biss, u din l-arroganza għandha tinqata'.", "Jiddispjaċik tara lil kulħadd għaddej b'xogħlu mingħajr ma jikkonsulta lil kunsilli lokali.", "Per eżempju, dan l-aħħar sar xogħol ta' twaħħil ta' tabelli u ta' street paintings f'Pembroke - qed nirriferi għas-sistema ġdida tat-traffiku ħdejn l- Institute for Tourism Studies - u għalih ma ntalbet l-ebda awtorizzazzjoni lill-kunsill lokali tal-lokal.", "Mhux talli hekk talli meta l-kunsill lokali oġġezzjona, ġie njorat u kollox baqa' kif kien.", "L-istess ġara meta sar ix- xogħol fil-White Rocks Holiday Complex.", "Ma kien hemm konsultazzjoni ta' xejn.", "Dawn huma fatti u nispera li ma nibqgħux għaddejja b'din is-sistema u li l-kunsilli jingħataw l-istima, l-għajnuna u l-konsultazzjoni li jistħoqqilhom.", "Sur President, l-Onor.", "Edwin Vassallo qal li x-xogħol li sar fi żmien Gvern Laburista fuq ċerti proġetti kapitali - Buġibba, Marsascala, Birżebbuġa, il-Belt Valletta, Marsaxlokk u ħafna oħrajn - ma sarx b'konsultazzjoni mal-kunsilli lokali.", "Altru li kien hemm konsultazzjoni mal-kunsilli lokali!", "Il-ħolm li kellhom il-kunsilli lokali biex iwettqu dan ix-xogħol sar bl-għajnuna tal-gvern għax kien jaf li ma kenux se jaslu weħidhom.", "Huwa inutli noqogħdu ngħidu li lil kunsilli qed neħdulhom ir- rwol tagħhom u li hija ħasra li l-gvern qed jidħol fi proġetti kapitali.", "Il-verita' hi li jridu jgħaddu ħafna snin biex il-kunsilli jaslu biex ikunu jistgħu jagħmlu dak li rnexxielu jagħmel Gvern Laburista f'sena u għaxar xhur.", "Gvern Laburista għamel ħafna xogħol fuq diversi promenades u kellu ppjanat il-proġett tal-Kottonera.", "Lill-Onor.", "Vassallo ngħidlu biex jistaqsi lill-kunsilli lokali jekk dak li kellhom ippjanat kenux xi darba se jwettquh kieku ma kienetx għall-għajnuna, għall-ħeġġa u għad- determinazzjoni li wera Gvern Laburista fi żmien qasir!", "Sur President, il-kunsilli lokali għandhom ikunu ħielsa mill-indħil politiku.", "Sfortunatament dan rajnih galore matul l-aħħar ħames snin kemm ilhom imwaqqfin il-kunsilli lokali.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Asciak qiegħed jgħid \"fl-aħħar sentejn\".", "Imma l-indħil politiku mhux fl-aħħar sentejn sar.", "Lill-Onor.", "Membru nista' ngħidlu minn fejn jiġi l-indħil politiku.", "Biżżejjed insemmilu l-każ ta' San Ġiljan.", "Ngħidlu biex jistaqsi lil Charles Sciberras, li kien kandidat magħhom, jew lill-Onor.", "Gatt.", "Forsi li kieku kien hawn kien jista' jagħtih iktar dettalji.", "Biżżejjed jara x'ġara f'Ħal Luqa riċentement ...", "(Interruzzjonijiet) Sur President, l-Onor.", "Asciak u l-partit tiegħu donnhom xi anġli safja u qatt ma ndaħħlu politikament fil-kunsilli lokali jew fl-għażla tas-sindku!", "(Interruzzjonijiet) Staqsi lil Charles Sciberras li neħħejtuh mill-kariga ta' segretarju għax ma vvotax kif indikalu l-Partit Nazzjonalista!", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, hawn ġew ma tistax issemmi nies.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Din il-persuna li qed insemmi hija kunsillier ta' San Ġiljan u fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali kellu joħroġ indipendentement għax lanqas tħalla joħroġ mal-Partit Nazzjonalista.", "Staqsuha lil din il-persuna li semmejt u tgħidilkom hi kienx hemm indħil politiku.", "Se tgħidu lili dwar indħil politiku fil-kunsilli lokali!", "Saħansitra fl-elezzjoni ta' wara, il-kunsilliera ta' San Ġiljan ġew mhedda - tlieta minn dawk li kienu jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista u li kienu ġew eletti f'ismu - li jekk ma jivvutawx kif ġie ndikat lilhom mid- dar ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kienu se jitkeċċew mill-impjieg.", "F'din l-estremita' wasalna!", "Allaħares il-kunsilli jitmexxew b'dan il-mod!", "(Interruzzjonijiet) Sewwa qiegħed jgħid l-Onor.", "Anġlu Farrugia li din hija tal-mistħija.", "Dan li qed ngħid huwa l-verita' dwar kif saru l-affarijiet f'ċerti kunsilli lokali.", "Riċentement kellna l-każ ta' Ħal Luqa, fejn saru l-konfoffi biex titneħħa ċerta persuna.", "Lanqas din m'hi verita'?", "Jekk il-kunsilli lokali se nagħmluhom logħba chess, se noħolqu l-firda u ma jkunux jistgħu jaħdmu fl- interess tal-lokal tagħhom.", "Ir-rwol tal-partiti politiċi fil-kunsilli lokali huwa biss li jagħmlu programm elettorali għall-ġid tal-lokal u mhux li joħolqu firda b'ħatriet li jkunu għall-interess tal-partit.", "(Interruzzjoniijiet) Hekk hu, imma ma jsirx hekk.", "Anke f'Birkirkara kien hemm problemi dwar il-ħatriet tas-sindku.", "L-Onor.", "Asciak jafu dan u m'għandux għalfejn joqgħod jistagħġeb.", "Biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jaħdmu u jirnexxu għandna nneħħulhom l-apatija u l-indħil politiku.", "Dawn għandhom bżonn direzzjoni serja u qawwija b'aspirazzjonijiet ġodda f'konsultazzjoni sħiħa u wiesgħa mhux indħil politiku.", "Dan biss iwassal għas-suċċess tal-kunsilli lokali.", "Dak li kien qiegħed iwettaq Gvern Laburista u mill-bankijiet ta' l- Oppożizzjoni hekk se jkompli jagħmel għax li jinteressah hu li l-kunsill ikun strument ta' ġid għal lokalitajiet u mhux għal xi partit politiku, bħalma kien u għadu l-Partit Nazzjonalista u m'huwiex juri l-intenzjoni li se jinbidel.", "Grazzi Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki? l-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, f'dan l-ewwel diskors tiegħi se nieħu l-opportunita' biex inwiegħed li l-ħidma tiegħi se tkun li niddefendi l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Jien ħdimt ħafna bħala sindku fil-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid.", "Għalija kien unur li naħdem f'dawn il- kunsilli lokali u nwiegħed li se nibqa' naħdem biex il-kunsilli lokali jibqgħu jagħtu l-kontribut li s'issa dejjem taw lis-soċjeta' Maltija.", "Jien ħdimt taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet, kemm taħt dik Nazzjonalista kif ukoll Laburista, u nemmen li fil-kunsilli lokali m'għandux ikun hemm politika.", "Jien ma nixtieqx noqgħod insemmi x'għamel tajjeb jew x'għamel ħażin partit jew ieħor imma nixtieq ngħid kif dawn il-kunsilli jistgħu jimxu 'il quddiem u b'dan il-mod żgur li r-rota ta' Malta tiġġenera aktar ġid.", "Sur President, hawnhekk ġejna kkritikati li taħt Gvern Laburista l- kunsilli lokali tnaqqsulhom il-fondi b'Lm1.5 miljun.", "Meta konna nirċievu l- fondi kulħadd kien iċempel minn kunsill għall-ieħor biex jara kemm ħa u ma ħax.", "Tant ikollok aspirazzjonijiet u tant tkun tixtieq li l-lokal tiegħek jimxi 'l quddiem li jagħtuk kemm jagħtuk qatt ma tista' tkun kuntent.", "Pero' nemmen - tajjeb li l-Onor.", "Austin Gatt ikun jafha din - li l-Gvern Laburista kien għamel biċċa xogħol tajba meta billi għen lil kunsilli lokali fi proġetti kapitali għax kieku dawn ma kenux jaslu għalihom.", "Nistaqsi jien: Kienet deċiżjoni tajba li Triq Żabbar, fil-Fgura, saret kif saret?", "Il-kunsill żgur ma kellux il-fondi biex seta' jagħmilha din.", "Anke jekk nieħdu l-proġett ta' Buġibba, dik kienet biċċa xogħol oħra tajba u ma narax għalfejn għandna noqogħdu ngħidu li x-xogħol sar mill-gvern ċentrali u li l-kunsilli tħallew barra.", "Jekk saru xi żbalji, ejjew niltaqgħu flimkien madwar mejda ħalli l-affarijiet nirranġawhom imma mhux noqogħdu neqirdu.", "Jien jiddispjaċini nisma' lil min jgħid li l-Partit Laburista qatt ma għamel konsultazzjonijiet mal-kunsill lokali - hawn qed nirriferi għal dawk ta' Wied il-Għajn u Marsaxlokk.", "Meta kont sindku tgħidx kemm kont ili nitlob biex isiru traffic lights fid-daħla ta' ħdejn iċ-ċimiterju, f'Raħal Ġdid.", "Daqqa kienu jgħiduli li hemmhekk ġejja flyover, daqqa jgħiduli li ġejjin xi studjużi minn barra u dejjem b'xi skuża.", "Ara ma' l-Onor.", "Charles Buhagiar imxejna 'l quddiem.", "Mhux talli hekk, talli ftit wara konna rranġajna t-tieni roundabout - ta' ħdejn Sare' - u kien beħsiebna nagħmlu flyover.", "Nispera li issa dan ix-xogħol jitkompla sabiex nimxu 'il quddiem, nagħmlu l-kuraġġ lil kunsilli u nilqgħu l-ilmenti minn fost in- nies.", "Sur President, jiddispjaċini jekk bir-riforma jitneħħew il-ħaddiema tal- gvern mislufa lil kunsilli lokali.", "Dawn kien hemm min forsi użahom tajjeb, kien hemm min użahom ħażin u kien hemm minn qal li m'humiex tajbin.", "Imma żgur li dawk iż-żewġ ħaddiema li kull kunsill ingħata għenu ħafna biex seta' sar ċertu xogħol li normalment biex tagħmlu trid tqabbad kuntrattur u bihom il-kunsill kienu qed jiffrankaw il-flus.", "Għalkemm ġieli kien ikun hemm xi problema - għax dawn il-ħaddiema ġieli ma kienx ikollhom l-apparat neċessarju - rajna kif nutilizzawhom billi jagħmlu xogħol li kienu attrezzati għalih.", "Hawnhekk, Sur President, ta' min wieħed isemmi l-pjan ta' żvilupp soċjo- ekonomiku għan-Nofsinhar ta' Malta, bil-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Issa min jgħid li dawn l-affarijiet m'humiex tajbin ikun qed jigdeb u jkun qed jidħaq bin-nies.", "Ħalli biex nagħti eżempju nsemmi l- faċilitajiet sportivi li għaddew mill-gvern għal għand l-għaqdiet.", "Jien mill-bidu kienu jinteressawni l-kunsilli lokali għax għalija kienet xi ħaġa ġdida.", "Kont inħossni apprendist, inħares lejn min kien aħjar minni u niltaqa' mas-sindki, kienu ta' liema kulur kienu, għax dejjem emmint li l- kunsilli qegħdin hemmhekk biex jaqdu l-lokal u mhux biex iġibu l-firda.", "Meta jkollok żewġ persuni jew tlieta ma jiftehmux ma jistax ikun li l-mutur jimxi.", "Hawnhekk mhux se noqgħod insemmi kemm kien hemm kunsilli li ma ħadmux fejn iddefset il-politika għax ma nixtieqx nagħti rieħa ta' politika lill-kunsilli.", "Waqt li nemmen li kulħadd għandu dritt joħroġ bit-twemmin tiegħu - u meta jiena ħriġt għall-kunsill kelli t-twemmin politiku tiegħi u kelli l-prinċipji tiegħi - b'kuxjenza l-iktar safja nista' ngħid li dejjem ħdimt u qatt ma ħarist lejn kulur jew ieħor.", "Sur President, idea tajba kienet is-sistema li biha nżebgħu xi flats mid- dipartiment tal-housing, għalkemm il-lokal ta' Raħal Ġdid ma bbenefikax minn din l-iskema.", "Jiena nagħmel il-home visits bħalma jagħmel kulħadd u jiddispjaċini nara ċerti areas li lanqas temmen li jgħixu n-nies fihom.", "Tajjeb li s-Segretarju Parlamentari, kif ukoll min hu responsabbli mill- kunsilli, iżomm din is-sistema għax aħna konna nieħdu pjaċir biha u b'hekk il-kunsilli jimxu 'l quddiem.", "B'din is-sistema kont tara blocks ta' flats fil-Marsa kif ukoll fil-Camerata il-Belt, li bdew jieħdu xejra differenti.", "Il-kunsilli ma kienx ikollhom fondi biżżejjed biex jagħmlu dan ix-xogħol kieku ma kienx hemm l-għajnuna tal-gvern ċentrali, pero' jiena ċert li jekk il-kunsilli jingħatawlhom fondi biżżejjed ikunu jistgħu jmexxu weħidhom.", "Nafu li fl-ewwel snin il-gvern ċentrali ried jimbotta biex ineħħi l-pjagi l-kbar li kien hawn fil-lokalitajiet kollha u biex il-kunsilli jidħlu għall- ħidma mingħjar problemi.", "Dawn il-pjagi la ġabhom Gvern Laburista u lanqas Gvern Nazzjonalista imma ġew mal-medda taż-żmien u għalhekk jiddispjaċini meta nisma' lill-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra jgħid li fl-aħħar sentejn konna waqafna.", "Li tgħid li hemm xi żball jista' jkun imma jekk tgħid li konna waqafna ma tkunx qed tgħid il-verita'.", "Aħna rridu naraw x'se nagħmlu biex insolvu l-problemi kbar li jiltaqgħu magħhom il-kunsilli lokali.", "Per eżempju, il-Gvern qiegħed jaħseb kif se jipprova jneħħi l-martirju li jgħaddu minnu l-kunsilli meta jkollhom bżonn il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Anke familja tgħaddi minn martirju biex sempliċement tibdel gallarija.", "Ikun hemm każi fejn wara li dak li jkun min jaf kemm ikun bata biex biddel il-gallarija, għax ma jkunx jaf li ried josserva ċerti regolamenti jgħidulu li se jiġu jaqilgħuhielu.", "Anke sakemm joħroġ il-permess mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar tgħidx kemm iddum tistenna biex imbagħad wara li jitlesta x-xogħol jgħidulek li l-fanal ried jiġi x'imkien ieħor u jkollok terġa' tapplika mill-ġdid.", "Tajjeb li dawn l-affarijiet niddiskutuhom.", "Dawn huma l-problemi li rridu naraw kif se nsolvu biex l-kunsilli jimxu 'l quddiem.", "Din hija l-irġulija li niġu nitkellmu hawnhekk biex nimxu 'l quddiem.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tibqa' għaddejja kif inhi b'dik il- burokrazija kollha?", "Sur President, nieħdu l-plots li m'humiex użati.", "Il-poplu tagħna, li m'huwiex mgħallem biżżejjed fuq l-ambjent u fuq l-indafa, irid jieħu kważi riskju biex ittella' ħajt ta' tliet filati jew erbgħa?", "Trid titlob il- permess, ma tafx jekk l-art hijiex tal-land department u l-Awtorita' ta' l- Ippjanar daqqa tgħidlek li tista' ttella' tliet filati, daqqa tgħidlek erbgħa.", "Dawn huma affarijiet żgħar li konna nħabbtu wiċċna magħhom ta' kuljum.", "In-nies dejjem ġejjin u ma nafux x'se naqbdu ngħidulhom.", "Nixtieq li dawn l-affarijiet jiġu ċċarati ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - il- burokrazija li taqbad u tneħħi; jew fejn jitolbuk li ttella' erba' filati fuq plots mhux użati - għax b'hekk il-kunsilli jimxu u n-nies tibda mbagħad tgħid li verament qed tingħata widen.", "Sur President, ħadt pjaċir li l-Onor.", "Austin Gatt semma' l-Korporazzjoni Enemalta.", "Illum m'għadhomx jiġu għandi għal biex inwaħħlilhom lampa għax fehmuha s-sistema li jridu jmorru għand il-kunsill lokali, imma jiena xorta rrid nuri s-solidarjeta' ma dawk li ħallejt warajja u li ħadu t-tmun f'idejhom, speċjalment dawk tal-lokalita' tiegħi, ta' Raħal Ġdid.", "Għal bozza ġieli taqla' fwiedek.", "Ejja ma noqogħdux inwaħħlu fil-ħaddiem meta nafu li m'hemmx inġenji biżżejjed biex ilaħħqu mad-domanda kbira.", "Dawn huma affarijiet żgħar li ma jitolbux flus imma jitolbu widna ta' xi ħadd li qiegħed jisma' u li jgħinu lil kunsilli lokali jimxu 'l quddiem.", "Waħda mill-affarijiet li kont ili nħambaq fuqha hija l-problema tal- konfini, fejn ċerti toroq intefgħu f'lokalita' oħra, u allura n-nies m'għandhom l-ebda ħeġġa li jaħdmu għal-lokal tagħhom.", "F'Raħal Ġdid konna wżajna ħafna mill-ħin tagħna biex nippruvaw nerġgħu nġibu ċerti toroq lura.", "Kellna petizzjonijiet ta' nies minn toroq sħaħ - bħal St Francis u St Michael Street - tlajna l-qorti, tlifna l-kawża u appellajniha.", "Nixtieq li l-gvern jintervjeni biex dawn l-affarijiet jimxu u jimbuttaw lil kunsilli lokali 'l quddiem.", "Jien nemmen li jekk naħdmu flimkien ma tkunx problema daqshekk kbira daqskemm isibuha l-kunsilli lokali.", "Sur President, jiena jiddispjaċini meta bin-nuqqasijiet tal-kunsilli jeħlu l- ħaddiema u ma nħossx li għandu jiġri hekk.", "Jekk lill-ħaddiem tgħinu - minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li ħadmu miegħi fil- Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid - jiena ċert li miegħu timxi 'l quddiem.", "Wieħed għandu japprezza l-id tas-sengħa li għandu l-ħaddiem Malti, li minn biċċa ġebla kapaċi jagħmillek l-isbaħ lavur.", "Hemm bżonn nagħtuh verament dak li jistħoqqlu lill-ħaddiem Malti għax hu kapaċi jaħdem ħafna.", "Sur President, fuq il-fondi għal ħteġijiet speċjali jiena ngħid dak li dejjem għidt, jiġifieri li tagħti kemm tagħti qatt m'huwa biżżejjed.", "Fix- xhur li ġejjin inkunu nistgħu nqabblu l-fondi speċjali li hemm bħalissa ma' dawk li se jingħataw 'il quddiem u wieħed ikun jista' jagħmel paragun u jitkellem aktar.", "Imma anke jekk dan ikun id-doppju jew it-tripplu, il- gvern xorta waħda se jsib lil xi kunsill lokali li jgħidlu li ma tahx biżżejjed.", "Nittama li l-kunsilli kollha jingħataw dak li ħaqqhom.", "Jiena kelli ċ-ċans li ndur il-lokalitajiet kollha tad-distrett li jiena ġejt elett minnu u għalhekk se nsemmi xi problemi li għandhom ir-residenti għax jiena nħoss li ladarba dawn huma n-nies li eleġġewna għandna d-dmir li niddefenduhom.", "Per eżempju, ġewwa l-Marsa, tmur fejn tmur, kulħadd jitkellem fuq il- problema tan-nugrufun li joħroġ mill-power station.", "Jiena naħseb li jekk l-Onor.", "Austin Gatt iltaqa' mal-Kunsill Lokali tal-Marsa din il-problema diġa` semmewhielu, u għandhom raġun.", "Imma jiena nerġa' ngħid li nixtieq huwa li wieħed mhux biss jisma' dawn l-ilmenti iżda jagħmel xi ħaġa dwarhom.", "Hemm flats li tant huma abbandunati li tistaqsi lilek innifsek: Dawn min joqgħod fihom?", "Jiena nixtieq li xi ħadd jintervjeni u jara li dawn il- flats jiġu rranġati għax uħud minnhom għandhom il-ġebel ta' l-entratura kważi se jaqa' u fil-ħamrija saħansitra jintefa' ż-żibel.", "Kelli wkoll l-okkażjoni li ndur in-naħa ta' Albert Town, fejn hemm il- Malta Shipbuilding, li hija area li ħadd qatt ma ta kas tagħha.", "Minn hawnhekk nixtieq nagħmel appell biex isir xi ħaġa biex jitjieb l-ambjent tar-residenti ta' dawn l-inħawi, liema residenti qatt ma ħadu xejn, għax b'hekk tista' tinbena l-fiduċja fil-kunsilli lokali.", "Dan huwa baby li twieled ftit tas-snin ilu u ma naħsibx li nagħmlu tajjeb jekk dan il-baby noqtluh.", "Jiena naħseb li wara ħames snin, dan il-baby telaq jimxi u issa qed nistennew li joħroġ l-irġulija tiegħu.", "Ġewwa l-Gudja hemm area magħrufa bħala ''Ta Xlejli'' fejn it-toroq jinsabu fi stat diżastruż.", "Jiena nifhem il-problemi fejn jidħlu tiswijiet ta' toroq, imma area bħal din jeħtieġ li tingħata prijorita`.", "Irridu verament nieħdu l-kunsilli bis-serjeta` u nifhmu lis-sindki u lill- kunsilliera.", "Jiena ma rrid nikkritika lil ħadd imma nħoss li l-laqgħat tal- kunsilli għandhom isiru biex jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji u mhux biex ngħidu li saru.", "Kelli ċ-ċans ukoll li niltaqa' man-nies li joqogħdu fl-area ta' ħdejn l- iskola ta' Ħal-Tarxien, liema area wkoll tinsab fi stat disatruż u meta tkun ix-xita tara lit-tfal ta' l-iskola kollha jċafalsu fit-tajn.", "Jiena nistieden lill-Onor.", "Gatt jiġi miegħi ħalli mmorru naraw dawn il-postijiet, għalkemm naħseb li l-kunsill lokali ta' din il-lokalita` diġa` għaddewlu dawn l-ilmenti.", "Ġewwa Raħal Ġdid għandek l-area ta' San Alwiġi li s'issa ħadd għadu ma ħa ħsiebha.", "Matul l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel konna wasalna għal ftehim ma' l-ex-ministru Michael Frendo, imbagħad saret l-elezzjoni u ma sar xejn.", "Dan l-aħħar ukoll konna wasalna ma' l-Onor.", "Charles Buhagiar imma kellha ssir l-elezzjoni ta' malajr u reġa' ma sar xejn.", "Kemm se ddum tidħak bihom in-nies!", "Kemm se ddum tgħidilhom li dawn se nagħmluhom u ma nagħmluhomx!", "Bilfors li tintilef il-fiduċja u għalhekk li ħafna min-nies ma joħorġux jivvotaw għal kunsilli lokali.", "Jiena nieħu pjaċir meta nara li żdiedu l-votanti fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għax ikun ifisser li mxejna 'l quddiem u jkun ifisser li l-kunsilli kienu kapaċi jidħlu fil-qlub tan-nies u bnew il-fiduċja.", "F'Santa Luċija wkoll hemm ħafna flats li għandhom bżonn ta' manutenzjoni.", "Ejjew nagħmlulhom ambjent pjaċevoli.", "Hemm Triq il-Prinjoli u Wied Blandun, ġewwa Raħal Ġdid, li dejjem kienet ix-xewqa tiegħi - u l-Onor.", "Noel Farrugia jista' jgħidu dan - li nagħmlu area li tkun mimlija bi ġmiel naturali.", "B'dan mhux se jgawdu biss in-nies ta' Raħal Ġdid imma jgawdu wkoll in-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "U b'hekk nistgħu nibnu l- fiduċja.", "Jiena nixtieq ukoll li fil-kunsilli lokali jidħol l-aspett soċjali.", "Per eżempju, nieħu pjaċir nara l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq jgħin lit-tfal u żgħażagħ dijabetiċi fil-bżonnjiet tagħhom.", "Nixtieq nara li l-kunsilli lokali jkunu f'qagħda li jistgħu jgħinu aktar lil nies bi bżonnijiet speċjali.", "Jiena nemmen li lil dawn il-persuni għandna nagħtuhom importanza iktar milli nagħtu lill-oħrajn.", "Jiena nemmen ukoll li f'kull kunsill lokali għandu jkun hemm social worker li jagħti l-għajnuna tiegħu fil- problemi tan-nies tal-lokal.", "Għaliex il-kunsilli m'għandhomx ikunu f'pożizzjoni li jgħinu familji li jkunu ntlaqtu minn xi traġedja bħal, per eżempju, nies li bil-maltemp jaqgħalhom is-saqaf?", "F'każijiet bħal dawn li verament ġraw - għaddejt minnhom jien u ma nixtieqx li ta' warajja jgħaddu minnhom - il-kunsill ma seta' jagħmel xejn.", "Dawn huma l-affarijiet li bihom nistgħu nibnu fiduċja fil-kunsilli.", "F'Marzu li ġej se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Kien ikun ideali li dawn l-elezzjonijiet ma jiġux kontestati f'isem il-partiti politiċi u għalhekk fl-intervent tiegħi illum ma qgħadtx nikkritika lill- Gvern Nazzjonalista jew infaħħar lill-Gvern Laburista għax xtaqt li l- kunsilli lokali jkunu kif dejjem ħlomt li jkunu, kunsilli lokali mingħajr indħil politiku.", "Għandna nagħtu s-solidarjeta` lill-kunsilliera u lis- sindki ħalli ninkoraġġuhom aktar.", "Nista' ngħid li mhijiex ħaġa ħafifa li tkun fil-kunsilli lokali.", "Illum il-ġurnata jiena minn sindku sibt ruħi hawnhekk u rajt id-differenza.", "Meta tkun sindku minn fil-għodu jibdew iħabbtulek il-bieb u jċemplulek - forsi għax m'aħniex fil-gvern għax naħseb li meta tkun fil-gvern l-istess ħaġa jagħmlulek - u nawgura li l- kunsilliera u s-sindki jkollhom il-paċenjza li jisimgħu lin-nies għax b'hekk il-kunsilli jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Jiena se nibqa' naħdem u nagħti sehmi għal kunsilli lokali li dejjem ħabbejt.", "Jiena nemmen li aħna qegħdin hawnhekk għall-ġid tal-Maltin u l- Għawdxin kollha u dan jirnexxi meta tiltaqa' man-nies li jgħidulek li hekk għandhom ikunu l-politiċi.", "Meta tkun raġel u tmexxi l-affarijiet 'il quddiem ir-riżultati dejjem ikunu pożittivi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nibda biex nifraħ liż-żewġ kollegi li għadhom kemm għamlu l-interventi tagħhom, l-Onor.", "Cuschieri u l-Onor.", "Parnis, u nista' ngħid li ħadt gost nismagħhom jesprimu l-fehmiet tagħhom wara l-esperjenza li akkwistaw meta kienu fil-kunsill tal-lokalita' tagħhom.", "Wieħed jista' jitgħallem mingħandhom u nħoss li għandna nirriflettu iktar dwar ċerti responsabbiltajiet u obbligi li jappartjenu għal dan il-mestier.", "Issa, Sur President, mingħajr ma nkun rettoriku xtaqt nagħmel xi spegazzjonijiet dwar kif il-gvern preċedenti Laburista kien qed jifhem li għandu tabilħaqq mhux biss jagħti s-support lil kunsilli lokali imma wkoll jindirizza ċerti problemi partikolari anke mill-aspett amministrattiv.", "Naħseb li waħda mill-ikbar problemi li jiffaċċjaw kemm il-kunsilliera kif ukoll il-membri parlamentari hija l-problema tal-ħin.", "Ikollok ħafna xogħol x'tagħmel, ħafna laqgħat u ħafna konsultazzjonijiet, u tispiċċa li l-24 siegħa tarahom 24 minuta.", "U ħafna drabi n-nies din ma jifhmuhiex.", "Naturalment dan jiġri wkoll f'dak li jirrigwarda l-finanzi.", "Quddiemek ikollok ħafna ideat u ħafna rakkmandazzjonijiet dwar kif jista' jsir ċertu żvilupp sostenibbli partikolari, kemm fuq bażi ċentrali kif ukoll fuq bażi lokali, u ssib li r-riżorsi finanzjarji li jkollok ma jkunux biżżejjed biex tkun tista' tattwa dawn l-ideat.", "Dan kien konċett li prattikament il-gvern preċedenti Laburista kien beda jindirizza.", "Per eżempju, nista' nsemmi waħda mill-issues l-aktar importanti, li bla dubju ta' xejn jinteressa kemm liċ-ċittadini kif ukoll lill-kunsilli lokali.", "Qiegħed nirreferi għal-landscaping tal-pajsaġġ Malti.", "M'hemmx dubju li l-għan ta' kull ċittadin u ta' kull kunsill lokali huwa li jsebbaħ il-lokal tiegħu u li jagħmel xogħol ta' preservazzjoni ta' dik iż-żona li jkun responsabbli minnha.", "Ovvjament min-naħa l-oħra l-gvern irid jifhem li waħda mill-ikbar industriji ta' pajjiżna hija dik tat-turiżmu u allura huwa prattiku li l-landscaping, kemm urban u kemm rurali, ikun sostnut b'ċertu management serju biex lill-pajsaġġ nagħtuh xeħta isbaħ, ħalli naturalment ikun jista' jakkomoda kemm liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kif ukoll lit- turisti li jżuruna.", "Tajjeb li wieħed jirrifletti ftit x'kien qed jipprova jikkordina l-gvern preċedenti Laburista f'dan is-sens u jiena nista' nsemmi diversi inizjattivi.", "Wieħed jista' jsemmi x-xogħol li konna għamilna f'dak li jirrigwarda l- attivita' tal-kalendarju agro-turistiku.", "M'hemmx dubju li aħna rridu nindirizzaw inizjattivi biex inkunu dejjem aktar soċjeta` moderna, proprju fis-snin 2,000, liema snin mhux biss joffru sfida għall-poplu imma wkoll għad-diversi oqsma ekonomiċi.", "Konna qegħdin nirriflettu dwar kif nistgħu nagħmlu dan il-kalendarju agro-turistiku popolari mad-diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.", "Per eżempju, f'lokalita' bħall-Iklin konna qed naħsbu biex bi ftit investiment u b'kordinazzjoni mal-kunsill lokali, id- dipartiment ta' l-agrikoltura jagħmel cactus garden bl-ikbar varjeta` ta' pjanti, li jgawdu minnu r-residenti tal-lokal kif ukoll it-turisti.", "Allura inti tibda toħloq dak il-bilanċ fejn ikollok lokalita' li tkun sinjura – hawnhekk qed nirriferi għal-lokalita' tar-Rabat - li għandha l- akbar konfini, li għandha kampanja rurali, fdalijiet storiċi u dak kollu li forsi jagħmel lokal kuntent.", "Aħna konna qegħdin noħolqu dan it-tip ta' image fejn bliet bħal dawn nintegrawhom xorta f'dan il-kalendarju permezz ta' ċerti wirjiet li jibdew jingaħtaw popolarita' f'dak il-lokal partikolari.", "Per eżempju, fir-rigward tar-Rabat, aħna bħala dipartiment konna qed naraw jekk il-gvern għandux jgħin biex dik iż-żona tkun earmarked bħala żona agro-turistika, imma naturalment wieħed irid jifhem ukoll li kull amministrazzjoni jkollha l-prijoritajiet tagħha dwar liema proġetti twettaq biex iġġib 'il quddiem l-interess ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna.", "Dawn l-affarijiet mhux bilfors għandhom ikunu l-proġetti primarji ta' l- aġenda imma jistgħu jkunu sekondarji, l-importanti hu li jsiru.", "Nista' ngħid li fid-dipartiment ta' l-agrikoltura, flimkien mas-sezzjoni ġdida ta' urban and rural landscaping, konna qed naħsbu jekk għandhiex issir rakkmandazzjoni lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex din iż-żona tiġi earmarked ħalli jsir ċertu żvilupp fiha bħala żona agro-turistika.", "Bħala proġett pilota d-dipartiment ta' l-agrikoltura kien ħadem sabiex joħloq ċerti ideat, li dwarhom wara kien se jikkonsulta kemm lill-kunsill lokali kif ukoll lin-nies tal-lokal biex jara jekk jaqblux ma' din it-tip ta' inizjattiva.", "Wieħed mill-iskopijiet tagħna kien li fid-diversi villaġġi żgħar tal-kampanja, fil-konfini tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, nagħmlu ċerti ġonna li joħolqu ambjent modern u fl-istess ħin jagħtu iktar rikreazzjoni lill-familja u lit-tfal.", "Kellna l-ħsieb li nagħmlu ċerti ġonna żgħar, bħal fil-każ tal-Ġnien Il-Barnuża Ħamra fil-Baħrija u fl-inħawi Tas-Salib tar- Rabat.", "B'hekk, barra li jneħħu l-ħmieġ, u filwaqt li ma tkunx qed tagħmel funtana jew bandli, tkun qed tagħmel karatteristika differenti.", "Għalkemm ma tistax ittella' sorsi ta' enerġija li jiswew tant flus lill-gvern ċentrali, b'dan il-mod, bi ftit investiment, tkun qed tintegra lill- ministeru, lid-dipartiment, lill-kunsill lokali u liċ-ċittadini ta' dik il- lokalita' partikolari.", "Fl-istess ħin tkun qed toħloq post ta' rikreazzjoni modern u kreattiv u lit-tfal li jmorru mal-ġenituri tagħhom hemmhekk tkun ħloqtilhom ambjent li jagħmel il-mawra tagħhom fil-kampanja iktar interessanti.", "Naturlament kien hemm inizjattivi oħra li kienu qed jiġu studjati bħal, per eżempju, ir-riabilitazzjoni tal-widien u tal-ħitan tas-sejjieħ.", "Jiena se nipprova nevita li nkun partiġġjan għax fejn jidħol l-interess tal- pajjiż wieħed irid ikun kredibbli biżżejjed billi jitkellem dwar il-fatti.", "Għax jekk naraw kemm hi l-ispiża biex kunsill lokali jirranġa wied bis- sistema tal-gabbioni e materassi, li ntroduċejna fir-riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa, u naraw kemm jiswewlna flus biex nagħmlu l-ħitan tas- sejjieħ isib li apparti li jiġu jiswewlna ħafna aktar m'għandhomx dik is- saħħa għal meta jiġi l-ilma.", "Allura filwaqt li nkunu qegħdin nagħmlu r- riabilitazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ, min-naħa l-oħra ma nkunux qegħdin niżguraw li dak l-investiment li qed nagħmlu mhux se jkollna bżonn nerġgħu nagħmluh wara l-ewwel maltempata jew l-ewwel xita.", "Mr Speaker, minkejja li konna niġu kkritikati li m'għandniex interess f'din il-ħaġa, aħna konna nifhmu li din hija problema mhux biss tal-gvern ċentrali imma wkoll tal-kunsilli lokali għax flimkien irridu naraw kif insibu sistema li tabilħaqq tkun tista' tirrispetta l-flora u l-fawna, l- ekoloġija u l-karatteristika rurali bl-inqas impatt kemm fuq l-ambjent kif ukoll fuq il-finanzi tal-pajjiż.", "Għax jekk ma noqogħdux attenti kif nonfqu l-flus nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ikollna nintaxxaw liċ-ċittadini biex jikkontribwixxu għal dawn l-ispejjeż u allura jkollna nżidu t-taxxi.", "U hemmhekk konna qed nifhmu li dan iva għandu jiġi ddentifikat, għandu jiġi studjat u għandu biex ngħid hekk jingħata aktar attenzjoni sabiex issir evalwazzjoni ta' dawk ix-xogħlijiet li tabilħaqq fil-ġejjieni qarib jistgħu jsiru.", "Ovvjament konna niltaqgħu ma' diffikultajiet li, minħabba l-element partiġġjan li sfortunatament inżera' fil-kunilli lokali, fejn ċerti inizjattivi ....", "Per eżempju, jien nista' nitkellem rigward l-inizjattiva li kont ħadt biex introduċejt l-Leeds City Council bl-iskop li jagħmel kuntatt mal- Kunsill Lokali tar-Rabat.", "Ovvjament konna stabilixxejna li naħdmu l-aktar fuq issues fejn jidħlu persuni b'diżabilita' u r-raġuni kienet li l-Leeds City Council kien wieħed mill-aktar kunsilli fl-Ingilterra l-iktar magħrufin u li l-iktar wettqu proġetti li tabilħaqq jindirizzaw il-problema ta' integrazzjoni għal dawn il-persuni.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali):Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 18 ta' Novembru fis- 6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar ħlasijiet għal ħtiġijiet speċjali lil Kunsilli Lokali - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (kontinwazzjoni);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Borg.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Mr Speaker, xtaqt nieħu l-okkażjoni tal-lum sabiex fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nagħmel lill-poplu aktar konxju tas-servizz provdut mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Qed nirriferi għas-servizz tat-trasport, dejjem mil-lat tal-gżira t'Għawdex.", "Ta' min jgħid li l-qabża li saret f'dan is-servizz matul dawn l-aħħar 30 sena kienet waħda sostanzjali.", "Dak iż-żmien ħadd ma kien joħlom li l- iskejjel primarji jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dan is-servizz filwaqt li llum għandna għalfejn niftaħru li l-vjaġġi li jipprovdi d- dipartiment ta' l-edukazzjoni ġewwa Għawdex ilaħħqu madwar 76, liema vjaġġi jiġu jiswew lill-gvern - u s'intendi lill-poplu, għaliex wara kollox il- poplu jrid iħallas għal dan is-servizz - madwar Lm40,000.", "Malli tisma' din iċ-ċifra forsi tgħid li hija xi ftit għolja pero' x'ħin tara x-xogħol involut u s-servizz li jingħata, malajr tirrealiża li m'hi għolja xejn.", "Mr Speaker, ngħid li dan is-servizz li qed jagħti d-dipartiment ta' l- edukazzjoni ġewwa Għawdex huwa wieħed inkorraġġanti għaliex l-informazzjoni li għandi jien hija li dan qiegħed jaħdem ferm aħjar minn dak ta' Malta.", "Madanakollu wieħed ma jridx jinsa wkoll il-problemi li jġorr miegħu dan is- servizz, liema servizz huwa maqsum f'żewġ taqsimiet; dak ta' l-iskejjel sekondarji - li jkopri wkoll l-iskejjel post-sekondarji u tas-snajja - u dak ta' l-iskejjel primarji.", "Bħalma diġa' għidt dan is-servizz huwa provdut b'xejn mid-dipartiment ħlief fil-każ ta' l-istudenti post-sekondarji, li huma mitluba jħallsu 5c5 kull trip, u huwa provdut fl-irħula kollha ta' Għawdex.", "Ovvjament in-numru ta' vjaġġi jiddependi minn kemm hemm studenti fir-raħal partikolari.", "Per eżempju, għan-Nadur ikun hemm sitt vjaġġi kuljum, għax-Xagħra ħamsa u nibqgħu sejrin hekk.", "Hemm imbagħad irħula żgħar li minħabba n-numru żgħir ta' studenti li għandhom, ikollhom jingħaqdu ma' rħula oħra - bħal, per eżempju, Santa Luċija ma' Kerċem u l-Għasri ma' l-Għarb - pero' xorta waħda jibqa' l-fatt li s-servizz huwa wieħed mill-aħjar.", "Hemm il-pjan ukoll li dan is-servizz ma jibqax jitlaq biss mill-post ċentrali ta' kull raħal, li huwa l-pjazza, imma jinfirex fuq inħawi oħra li huma 'l bogħod miċ-ċentru.", "Din hija ħaġa tajba pero', kif se ngħid iktar 'il quddiem, mhux l-irħula kollha huma inklużi f'dawn il-pjanijiet u lanqas huma inklużi l-postijiet remoti kollha.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn is-servizz provdut lit-tfal ta' l-iskejjel primarji nsibu li dan m'huwiex estiż għall-irħula kollha.", "Il-policy li jimxi biha d-dipartiment, għallinqas ġewwa Għawdex, hija li dan is-servizz jingħata lil dawk it-tfal li għandhom bogħod għall-iskola ta' mil jew aktar.", "Fost l-iskejjel primarji li għandhom dan is-servizz hemm l-iskola tan-Nadur, fejn hemm karozza li titla' San Blas biex tiġbor lit-tfal, l- iskola tax-Xagħra, li għandhom trasport mill-inħawi tan-Nażżarenu, u s- Sannat, li wkoll għandhom trasport għal dawk it-tfal li joqogħdu l-Munxar.", "Dan kollu huwa tajjeb pero', kif diġa' għidt, hemm tfal oħra li minkejja li joqogħdu within the one mile limit ukoll għandhom bżonn dan is-servizz.", "Jekk wieħed, per eżempju, jieħu r-Rabat isib li dawk li joqogħdu fl-inħawi taċ-Ċawla ma għandhomx dan is-servizz għaliex sa l-iskola ta' Vajrinġa hemm distanza żgħira.", "Għalkemm dan huwa minnu, dawn it-tfal xorta għandhom bżonn dan is-servizz għaliex it-traffiku fit-toroq żdied ħafna, aktar u aktar fl-inħawi tal-housing estate taċ-Ċawla, li tinsab f'waħda mill-iktar arterji prinċipali tat-traffiku.", "Hemm imbagħad ċirkostanzi oħra li jitolbu li dan is-servizz jingħata anke lil dawn it-tfal u lil tfal oħra f'ċirkostanzi simili.", "Qed nirriferi għal meta t-tfal ikollhom il-ġenituri tagħhom it-tnejn jaħdmu u allura ma jkollhomx min iwassalhom l-iskola u jiġborhom lura.", "Dan qed jinħass aktar u aktar meta f'pajjiżna qiegħda titfaċċa l-problema li, għalkemm fl- imgħoddi kienet teżisti, illum permezz tal-media wieħed aktar qed jisma' biha.", "Qed nirriferi għall-molestazzjoni u l-abbuż tat-tfal.", "Għalkemm din il-problema f'pajjiżna għadha ma laħqitx il-livell li laħqet f'pajjiżi barranin bħall-Amerika, xorta waħda ħadd ma jazzarda jafda lit-tfal imorru l-iskola u jiġu lura d-dar waħedhom.", "Għalhekk nirringrazzja u nifraħ lil kull min f'dawn l-aħħar 30 sena għin biex jitjieb is-servizz u ninkoraġġihom sabiex ikomplu jaħdmu u jagħtu widen u attenzjoni speċjali għall-problema l-oħra li qed ixxekkel it-titjib ta' dan is-servizz, u qiegħed nirriferi għall-problema tat-trasport pubbliku.", "Fih innifsu t-trasport pubbliku mhux jaħdem tajjeb, iktar u iktar ġewwa Għawdex.", "Minħabba l-ħafna xogħol li qed ikollhom is-sidien tal-karozzi tal- linja dawn qegħdin jew jgħaġġlu fis-sewqan, li jista' jkun ta' periklu għat-tfal infushom, jew inkella jispiċċaw iwassluhom tard, kemm lejn l- iskola u anke lejn id-dar.", "Għalhekk jien nerġa' nitlob lil kull min hu inkarigat minn dan id-dipartiment sabiex jagħti attenzjoni għal dan is- servizz biex, bħalma għamlu ta' qabilna, inkomplu ntejbuh għall-ġid tat- tfal Għawdxin.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, l-ewwel ħaġa li xtaqt nitkellem dwarha f'dan l-intervent tiegħi hija li fl-aħħar xhur ta' l-amministrazzjoni Laburista, il-ministeru tal-finanzi u kummerċ, bħal diversi ministeri oħrajn, kien ħa sensila ta' inizjattivi u sfortunatament minkejja li għaddew xahrejn u nofs minn din l-amministrazzjoni, sal-lum ftit li xejn intefa' dawl dwar jekk il-gvern huwiex lest li jadottahom u jtejjibhom, jew jekk forsi huwiex bit-tir li jwarrabhom kompletament.", "Għalhekk jien xtaqt li nelenka dawn il-ħames inizjattivi bit-tama li l-kelliema tal-gvern ikunu jistgħu jitfgħu ftit ħjiel dwar jekk hijiex l-intenzjoni tagħhom li jkomplu javvanzaw dawn l-inizjattivi li kienu ttieħdu mill-Gvern Laburista.", "Sur President, l-ewwel ħaġa li xtaqt insemmi hija l-abbozz ta' liġi li kien ġie imħejji dwar it-twaqqif ta' l-awtorita' tal-konsumatur u tal- kummerċ ġust.", "Qed nuża l-kliem \"abbozz ta' liġi\" għaliex mhux biss kien sar xogħol fejjiedi ħafna minn working committee - fil-fatt kien ilu għaddej minn Marzu ta' din is-sena - imma kien hemm input ukoll minn diversi nies tekniċi.", "Kien hemm nies mill-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta, nies mill-qasam tal-konsumatur u kien hemm anke nies li servew b'ċertu għaqal u b'ċertu ħila fuq il-consumer affairs council.", "Bħalissa jiġuni f'moħħi, mingħajr ma neskludi lil ħaddieħor, nies bħal Dr. David Fabri u s-Sur Benny Borg Bonello.", "Niftakar li fix-xahar ta' Lulju r- rapport tagħhom kien tlaħħam, biex ngħid hekk, f'forma ta' abbozz ta' liġi, liema abbozz il-Gvern Laburista mhux biss kien lestih imma kien iċċirkolah ukoll lill-korpi kostitwiti għall-konsiderazzjoni tagħhom f'laqgħa li jien stess kelli magħhom.", "Jien niftakar li kont tajthom xahar żmien biex jagħtuna l-feedback tagħhom dwar dak li ġie ppreżentat lilhom.", "Għalhekk ikun interessanti jekk il-ministru konċernat jgħidilna jekk il-gvern preżenti huwiex lest jadotta dan l-abbozz ta' liġi jew għallinqas jekk huwiex beħsiebu jkompli jtejbu.", "Jien naħseb li huwa importanti li l-gvern ikompli jmexxi f'din id-direzzjoni għaliex aħna jidhrilna li bix-xogħol li sar minn dawn in-nies tekniċi, li ċertament m'humiex politiċi, mhux biss kienu se jissaħħu d-drittijiet tal-konsumatur imma kien se jkun hemm awtorita' li kienet se titmexxa biex ngħid hekk b'inqas preżenza min-naħa tal-gvern u b'mod ferm iktar awtonomu.", "Xi ħaġa li suppost fil-prinċipju ż-żewġ partiti jaqblu fuqha hija li għandu jkun hemm istitut indipendenti dwar l-istatistika.", "Hawnhekk ukoll, bħal fil-każ tal-konsumatur, Gvern Laburista kien ħejja abbozz ta' liġi.", "Kulma kien jonqos kien biss ċertu fine tuning imma l-qafas ta' l-abbozz ta' liġi kien qiegħed quddiem il-kabinett għad-diskussjoni.", "Fil-fatt kien hemm task force ukoll f'dan ir-rigward u dawk konċernati għamlu xogħol fejjiedi ħafna, u naħseb li mill-frott tal-ħidma tagħhom kien hemm bażi soda biżżejjed biex mhux biss jitwaqqaf il-qafas għal dan l-istitut indipendenti dwar l-istatistika imma anke għal dak li kien qiegħed jaħseb il-gvern dwaru, li jkun hemm tibdila radikali f'dik li hija l-istatistics act innifisha.", "Sur President, li rrid ngħid ukoll huwa li f'Mejju kienet twaqqfet task force, ippreseduta mis-Sur Lawrence Pavia, u fuqha kien hemm rappreżentanti kemm mill-Malta Maritime Authority, kemm min-naħa ta' l- insurance operators, kif ukoll miċ-ċentru għas-servizzi finanzjarji.", "Wara li konna ħadna nota ta' dak li kien ħareġ f'seminar li organizzat l- association of insurance brokers kien jismu \"Insurance 2000\" il-ħsieb kien li din it-task force tistudja kif is-suq lokali ta' l-assikurazzjoni jista' jibbenefika min-numru dejjem jikber ta' vapuri li kienu qed jiġu reġistrati taħt isem pajjiżna.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li dan bilfors kellu jiġi attwat imma l-importanti kien li dan l-istudju jiġi ppreżentat, jiġi studjat min-naħa tal-gvern, u l-gvern ovvjament tal-ġurnata jara l- fattibilita' ta' dak li kien qed jiġi rakkmandat.", "Jien għalhekk nappella lill-gvern sabiex jitfa' ftit dawl fuq din it-task force u jgħid jekk ir- rapport innifsu tlestiex u jekk tlesta x'konsiderazzjoni ngħata min-naħa ta' l-awtoritajiet..", "Sur President, fuq suġġeriment ta' l-estate agents association Maltija, wara laqgħa li kellhom miegħi, fejn tkellmu dwar id-decline li kien hemm fix-xiri ta' proprjeta' minn residenti permanenti barranin mill-1993 'il quddiem - ħaġa li baqgħet taċċelera tul is-snin - kont waqqaft advisory committee li kellu l-inkarigu li jistudja l-impatt ta' dawn ir-residenti fuq diversi aspetti tas-soċjeta' Maltija, ovvjament wara li jqis konsiderazzjonijiet kemm soċjali, ekonomiċi, regolatorji u anke fiżiċi.", "Sur President, niftakar li aħna konna għamilniha ċara li jkunu xi jkunu r- rakkmandazzjonijiet ta' dan il-kumitat, aħna ma konniex lesti li nikkonsidraw miżuri li setgħu b'xi mod joħolqu problemi għal familji Maltin li jkunu qegħdin ifittxu fejn joqogħdu.", "Imma fl-istess ħin aħna ħassejna li kien importanti li jsir dan l-istudju, iżjed u iżjed minħabba ċerti proġetti li kienu qegħdin jiġu varati min-naħa tal-gvern tal-ġurnata, primarjament fosthom il-proġett ta' Manoel Island li l-gvern tal-lum qed ikompli jinnegozja dwaru.", "Kien sar xogħol fejjiedi ħafna minn dan il- kumitat - hawnhekk nixtieq b'mod partikolari nirringrazzja liċ-chairman, is-Sur Rene' Saliba, u anke lill-membri kollha li servew fuqu - u f'Lulju li għadda kienu ppreżentawli rapport eżawrenti ħafna, liema rapport żgur li jirrikjedi studju u riflessjoni mill-gvern tal-ġurnata.", "Nerġa' ngħid li m'iniex nippretendi li l-gvern jattwa f'ħakka t'għajn dak li kien hemm rakkmandat imma jkun importanti li jistudja bir-reqqa dawn ir- rakkmandazzjonijiet u fejn huwa prattikabbli jagħti l-attenzjoni xierqa tiegħu għall-findings ta' l-advisory committee.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar proposta oħra li kienet saret min-naħa tagħna.", "Sur President, ħaġa oħra li konna ilna ntennu l-ħtieġa tagħha kienet xi forma ta' linkage min-naħa tal-METCO u t-Trade Fair Corporation.", "Aħna ma kellna l-ebda ħsieb li nassorbu t-tnejn flimkien imma l-idea li ġietna kienet li sabiex ikun hemm dan it-tip ta' linkage aħjar, kienet forsi tkun tagħmel sens li kieku t-Trade Fair Corporation tingħata rappreżentanza fuq il-bord tad-diretturi tal-METCO.", "Fil-fatt jien kont stedint lill-bord tad- diretturi tal-METCO biex jikkonsidraw din il-proposta ħalli għallinqas ikun hemm sinerġija akbar bejn dawn iż-żewġ korporazzjonijiet fil-promozzjoni ta' xi ħaġa importanti u komuni għalihom it-tnejn, jiġifieri l-promozzjoni tal-kummerċ minn u lejn pajjiżna.", "Hawnhekk ukoll nista' ngħid li sal-lum għadu ma nstema' xejn dwar dan kollu u jkun interessanti li nkunu nafu jekk il-proġett fil-fatt ġiex aċċettat.", "Inizjattiva oħra li rrid insemmi hija t-trattattivi li kienu għaddejjin bejn l-MOBC, kumpannija sussidjarja ta' l-Enemalta, u t-TEXACO, biex dawn ta' l-aħħar jixtru isħma f'din il-kumpannija.", "Dan l-aħħar jien għamilt domanda parlamentari dwar dan lill-ministru kkonċernat - fil-fatt wegħedni li se jagħtini tweġiba f'seduta oħra - u naħseb li jkun xieraq, illum li għaddew xahrejn u nofs mill-bidla fl-amministrazzjoni, li l-gvern jew għallinqas il-ministru konċernat jagħti ftit ħjiel dwar jekk hemmx interess li jitkomplew it-trattattivi bejn it-TEXACO u l-MOBC sabiex it-TEXACO tixtri isħma f'din il-kumpannija.", "Osservazzjoni oħra li rrid nagħmel hija dwar il-kwestjoni pendenti tat- trasferiment ta' art lit-Trade Fair Corporation, li dwarha t-taħdidiet mal- ministeru tal-finanzi kienu waslu fi stadju avvanzat.", "Għalkemm fi żmienna dawn it-taħdidiet kienu qed isiru fuq bażi regolari u pjuttost spissi, f'dawn ix-xahrejn u nofs ma nstema' assolutament xejn dwar dan is-suġġett.", "Jien naħseb li huwa fl-interess pubbliku li jingħata tagħrif xieraq dwar dan kollu, u fiex ikunu waslu dawn l-inizjattivi, ħalli lkoll kemm aħna nkunu nafu jekk ċertu xogħol sarx għalxejn jew jekk il-gvern tal-lum għandux il-maturita' li jkompli bix-xogħol fejjiedi li kien beda Gvern Laburista.", "Sur President, fil-ħin li baqa' xtaqt nagħmel żewġ osservazzjonijiet oħra.", "F'idejja għandi l-Malta Country Report - li diġa' kelli okkażjoni nikteb artiklu dwaru f'ġurnal bl-Ingliż - maħruġ mill-Bureau of Democracy, Human Rights and Labor tad-Dipartiment ta' l-Istat Amerikan li jitkellem dwar il-prattika tad-drittijiet umani ġewwa pajjiżna fl-1997.", "Hawnhekk nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed dan id-dokument fuq il- Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-1997 Human Rights Report: Malta maħruġ mill-Bureau of Democracy, Human Rights and Labor fit-30 ta' Jannar 1998.", "Mr Speaker, fis-snin l-imgħoddija, b'mod partikolari fil-bidu tas-snin tmenin, kien hemm ċertu tqanqil fost ċerti gruppi tal-human rights li kienu qed jgħidu li forsi ma kienx qed ikun hemm osservanza stretta ta' dawn id- drittijiet f'Malta daqskemm wieħed kien jixtieq u għalhekk kien jixraq li f'dawn iċ-ċirkostanzi totalment differenti - b'mod partikolari, fejn dan ir-rapport b'mod ċar qed jgħid li l-gvern tal-ġurnata, jiġifieri il-Gvern Laburista, għaliex ir-rapport sar għall-1997, \"is strongly committed to human rights\" - dan ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jingħata l-attenzjoni li tixraqlu.", "Dan ir-rapport mhux biss jitkellem dwar l-osservanza qawwija tad-drittijiet tal-bniedem li kien hemm taħt Gvern Laburista imma jagħmel ukoll żewġ osservazzjonijiet interessanti li forsi għandna t-tendenza li neħduhom for granted, iktar u iktar illum li m'hemmx ministeru jew segretarjat parlamentari għad-drittijiet tan-nisa.", "F'dan ir- rapport, il-Bureau of Democracy, Human Rights and Labor jirrikonoxxi l- impenn li kien hemm min-naħa ta' Gvern Laburista biex id-dipartiment għad- drittijiet ugwali jiġi upgraded f'segretarjat parlamentari fl-uffiċċju tal- prim ministru, u jitkellem anke dwar l-azzjoni pożittiva ta' policy li kien hemm min-naħa ta' Gvern Laburista sabiex in-nisa jkollhom rappreżentanza aktar wiesgħa, kemm fuq dawk li huma bordijiet kif ukoll fuq dawk li huma kumitati.", "Jien naħseb li dan huwa rapport pożittiv li jagħmel ġieħ mhux biss lill-Gvern Laburista tal-ġurnata imma jagħmel ġieħ anke lil pajjiżna.", "Sur President, l-aħħar osservazzjoni li xtaqt nagħmel tirrigwarda r- rapport fil-European Voice tal-weekend li għadda fejn ġie kkwotat il- Ministru għall-Affarijiet Barranin, ta' pajjiżna, l-Onor.", "Guido de Marco, dwar żewġ aspetti.", "L-ewwel aspett kien jirrigwarda l-fatt li issa hemm dubji jekk Malta hijiex se tkun fl-ewwel mewġa ta' pajjiżi li qed jinnegozjaw għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa interessanti li wieħed jara kif ikkummenta dan il-ġurnal, il-European Voice, li qal hekk:", "\"Malta has accepted without much argument that a decision on its bid to join the first wave of negotiating countries will be delayed until after the Vienna Summit.\"", "Dan kollu qed ngħidu għaliex filwaqt li ċerti deputati Ewropej favur l- applikazzjoni Maltija ħassew li d-dewmien min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea kien inaċċettabbli u anke ta' ċertu perplessita', jidher li l-Gvern Malti aċċetta mingħajr ebda titubar dan id-dewmien li kien hemm min-naħa ta' l- Unjoni Ewropea.", "Anzi l-Onor de Marco ġie kkwotat li qal li:", "\".... there were valid reasons for the Commission to change its timetable.", "I have no reason to doubt the good faith of the persons concerned.\"", "Jiġifieri l-Gvern Malti deher li aċċetta dan it-tibdil fit-timetable bħala raġunijiet validi.", "Hawnhekk l-Onor. de Marco kellu kull dritt jesprimi l- opinjoni tiegħu, biss fejn ma nistax naqbel miegħu u fejn irrid nagħmel riserva finali huwa fejn qal li bħalissa f'Malta hemm \"cross-party support for membership\", jiġifieri hemm appoġġ ta' sħubija li jaqsam il-fruntieri politiċi ta' bejnietna.", "Fi kliem ieħor kien qiegħed jinsinwa li hemm appoġġ għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fi ħdan iż-żewġ partiti.", "Din hija xi ħaġa skorretta għall-aħħar u nittama li l-Onor. de Marco ġie kkwotat ħażin mill-ġurnal konċernat.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 18 ta' Novembru, 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Gonzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - SERQ TA' VETTURI", "67.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi, karozzi, muturi, tractors eċċ irrapportati misruqa lill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "Kemm minn dawn il-karozzi kienu tal-kiri?", "Kemm minn dawn il-każijiet ġew rimedjati?", "Kemm huwa n-numru ta' persuni li l-pulizija ressqet quddiem il-qrati b'konnessjoni ma' dawn is-serqiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI RRAPPORTATI MEJTA", "68.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rrapportati mejta lill- Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "Kemm minn dawn il-każijiet għadhom qed jiġu mistħarrġa mill-Pulizija u kemm ġew u/jew qed jiġu trattati quddiem il-qrati tagħna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:-", "|Sena |1994 |1995|1996|1997 |1998 | |Numru |118 |106 |94 |156 |126 |", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - SEJBA TA' DROGA", "69.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sejbiet ta' droga eroina, kokaina, eċċ, eċċ li wettqet il-pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "Kemm kienu l-kwantitajiet kull sena ta' droga misjuba?", "Kemm minn dawn il-każijiet ġew trattati u kemm għadhom pendenti minħabba investigazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-każijiet kollha ġew investigati.", "It-tagħrif dwar kemm minn dawn il-każijiet ġew trattati u kemm għadhom pendenti, jingħata f'xi seduta oħra.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA'", "70.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet għat-trasferiment ta' proprjeta' u/jew artijiet pendenti fl-Uffiċċju Konġunt?", "Billi ħafna ċittadini jilmentaw li ilhom snin kbar jistennew li jiġu ffinalizzati t-talbiet tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri jittieħdu sabiex dawn il-każijiet jiġu ttrattati fl-affermattiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- Iskemi għax-Xiri ta' Djar u Fidwa ta' Ċens li kienu ġew imnedija f'Lulju u f'Awissu 1996 u f'Awissu 1998.", "Ninsab informat li fl-Uffiċċju Konġunt hemm 1,120 talba pendenti taħt dawn l-iskemi.", "Filwaqt li ma naqbilx li dawn it-talbiet ilhom 'snin kbar' pendenti, ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt jagħmel dak kollu possibli, minkejja diffikultajiet tekniċi u amministrattivi, biex jiffinalizza t-talbiet pendenti.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "71.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali lill- Pulizija matul din is-sena?", "Kemm minn dawn il-każijiet għadhom qed jiġu nvestigati mill-pulizija u kemm hemm każijiet fil-preżent quddiem il-qrati tagħna dwar inċidenti fatali tat-traffiku li seħħew matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali din is-sena, sal-24 t'Ottubru, kien ta' 13 u minn dawn għaxar każijiet għadhom qed jiġu nvestigati.", "Rigward in-numru ta' każijiet pendenti quddiem il-Qorti dwar inċidenti fatali tat-traffiku li seħħew matul dawn l-aħħar ħames snin, ninsab informat li dan hu ta' 14.", "PULIZIJA - KOLLIŻJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "72.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku fejn ġiet imsejħa l-pulizija matul din is-sena?", "Fil-fatt, x'kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku rrapporti lill- pulizija matul l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - INGAĠĠAR", "120.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ngħataw?", "Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsjia parlamentari numru 296.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "121.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ngħataw?", "Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas-Segretarjat Privat.", "Ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftehim għadu ma ġie ffirmat ma' l- individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81/9/1.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - INGAĠĠAR", "122.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ingħataw?", "Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - INGAĠĠAR", "123.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ingħataw?", "Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 293 Seduta Nru. 6.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - INGAĠĠAR", "124.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-Ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ingħataw?", "Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ebda kuntratt jew ftehim għadu ma ġie ffirmat ma' individwi ingaġġati fil-Ministeru u nkun f'qagħda li nwieġeb għall- mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi ukoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-mistoqsijiet parlamentari numru 81.", "MINISTERU GĦAL POLITIKA SOĊJALI - INGAĠĠAR", "125.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998?", "Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ingħataw?", "Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 291.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - TRASFERIMENTI", "452.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat- 28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tad-Drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fil-perijodu bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru, 1998 ma ngħataw l-ebda trasferimenti fid- Dipartiment tad-Drenaġġ.", "Ma naħsibx illi l-Gvern għandu jintrabat fuq x'jistgħu jkunu l-esiġenzi tas-servizz fil-futur.", "DIPARTIMENT TAL-LOTTU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI", "453.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma kien hemm ebda transfer fid-Dipartiment tal-Lottu fil-perijodu msemmi.", "Kif jaf l-Onor Interpellant trasferimenti ta` l- impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenza tas-servizz.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TRASFERIMENTI", "454.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-perijodu msemmi kien hemm għaxar persuni trasferiti minn jew lejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Seba` minnhom kienu trasferiti lejn id-dipartiment filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ġew trasferiti lejn dipartimenti oħrajn.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jista` jingħad li tmienja minn dawn il-persuni kienu trasferiti fuq talba tagħhom stess dejjem skond l-esiġenzi tad-dipartiment.", "Iż-żewġ uffiċjali l-oħrajn, it-tnejn skrivani li kienu għadhom kif ġew ingaġġati għall-ewwel darba, ġew trasferiti waħda minn dan id-Dipartiment għad-Dwana u l-oħra viċi versa, wara arranġamenti li saru bejn l-MPO u d-dipartimenti.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jekk u meta fil-futur qarib isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond il-proċedura stabbilita u skond l-esiġenza tas-servizz.", "PIXXINA NAZZJONALI - TRASFERIMENTI", "455.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat- 28 ta' Ottubru, 1998 fil-Pixxina Nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mis-6 ta' Settembru 'l hawn ma saru ebda trasferimenti fil-Pixxina Nazzjonali.", "ETC - TRASFERIMENTI", "456.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 281.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-servizz.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - TRASFERIMENTI", "457.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat- 28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Mużewijiet?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol fuq imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mis-6 ta' Settembru sat-28 t'Ottubru, 1998, ingħataw żewġ (2) trasferimenti, wieħed mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet għad-Dipartiment tal-Mużewijiet, filwaqt li l-ieħor mid-Dipartiment tal- Mużewijiet għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Ir-raġunijiet li għalihom ingħataw dawn it-trasferimenti huma dawn:", "Fl-ewwel każ, ingħata t-trasferiment uffiċjali lejn id-Dipartiment tal- Mużewijiet wara li l-impjegat kien ilu on loan ma' l-istess dipartiment mill-14 ta' Marzu 1997.", "Fit-tieni każ, ingħata t-trasferiment lura lejn il-Ministeru ta' l- Edukazzjoni wara li l-impjegat dam mad-Dipartiment tal-Mużewijiet mill-4 ta' Settembru, 1998, jiġifieri dam inqas minn xagħrejn ma' dan id- dipartiment, u reġa' mar lura fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, fejn kien impjegat qabel.", "Fil-futur qarib hemm maħsub trasferiment ta' mpjegat mid-Dipartiment tal- Mużewijiet għall-Ministeru tat-Turiżmu.", "MINISTERU TAL-FINANZI - IMPJEGATI", "810.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-trasferimenti fid-dikasteru tiegħi saru kif ġej:", "Dipartiment Minn Lejn", "Is-Segretarjat Privat", "1.", "Private Secretariat, Housing Authority tal-Ministru Ministry of Finance", "2.", "Private Secretariat, Housing Authority Ministry of Finance", "3.", "Private Secretariat, Housing Authority Ministry of Finance", "4.", "Private Secretariat, Malta Drydocks Ministry of Finance", "5.", "Private Secretariat, N.T.O.M. Ministry of Finance", "6.", "Private Secretariat, Interprint Ltd.", "Ministry of Finance", "7.", "Private Secretariat, Enemalta Corporation Ministry of Finance", "8.", "Private Secretariat, Industrial Property Ministry of Finance", "9.", "Private Secretariat, Education Ministry of Finance", "10.", "Private Secretariat, C.E.T. Ministry of Finance", "11.", "Private Secretariat, Health (Mt Carmel) Ministry of Finance", "12.", "Private Secretariat, Contracts Ministry of Finance", "13.", "Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance", "14.", "Private Secretariat, Customs Ministry of Finance", "15.", "Private Secretariat, Education Ministry of Finance", "16.", "Private Secretariat, Customs Ministry of Finance", "17.", "Private Secretariat, Industrial Property Ministry of Finance", "18.", "Law Courts Private Secretariat, Ministry of Finance 19.", "Maltapost p.l.c.", "Private Secretariat, Ministry of Finance", "20.", "Treasury Private Secretariat, Ministry of Finance", "21.", "Local Councils Private Secretariat, Ministry of Finance", "22.", "Customs Private Secretariat, Ministry of Finance", "23.", "Customs Private Secretariat, Ministry of Finance", "It-Tezor 1.", "Treasury Private Secretariat, Ministry for Social Policy", "2.", "Treasury Private Secretariat, Ministry for Tourism", "3.", "Treasury Private Secretariat, Ministry for Economic Services", "4.", "Treasury Inland Revenue", "5.", "Treasury Private Secretariat, Ministry for Transport and Communications", "6.", "Treasury Ministry for Tourism", "7.", "CET Treasury", "8.", "Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance", "9.", "Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance", "Taxxi Interni 1.", "Customs Inland Revenue", "2.", "Private Secretariat, Inland Revenue Ministry of Foreign Affairs", "3.", "Private Secretariat, Inland Revenue Ministry of Foreign Affairs", "4.", "Treasury Inland Revenue", "5.", "Private Secretariat, Inland Revenue Ministry for Transport and Communications", "6.", "Customer Services Inland Revenue (Gozo)", "7.", "Inland Revenue Customs", "8.", "Inland Revenue Health", "9.", "Inland Revenue Private Secretariat, Ministry for Gozo", "Dwana 1.", "Private Secretariat, Customs Ministry of Social Services", "2.", "Customs Inland Revenue", "3.", "Private Secretariat, Customs Ministry of Finance", "4.", "Private Secretariat, Customs Ministry of Finance", "5.", "Inland Revenue Customs", "6.", "Customs Private Secretariat, Ministry of Finance", "7.", "Customs Private Secretariat, Ministry of Finance", "Taxxa tad-Dwana u 1.", "Private Secretariat, CET Tas-Sisa Ministry of Finance", "2.", "CET Private Secretariat, Ministry of the Environment", "3.", "CET Treasury", "Ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti ingħataw fit-tweġibiet għall- mistoqsijiet parlamentari numri 282, 453, 454.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - IMPJEGATI", "811.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 274 (Seduta Nru. 5).", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "812.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 283 u 450.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - IMPJEGATI", "813.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id- dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra?", "Jista', f'kul każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it- trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li transfers li saru mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn, kienu kif ser ngħid.", "Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi:", "2 skrivani għall-Ministeru għall-Ambjent 1 skrivana għall-Ministeru għat-Turiżmu 1 skrivana għall-Ministeru ta' l- Edukazzjoni", "Dipartiment tal-Liċenzji:", "1 skrivana għall-Ministeru ta' l-Intern", "Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili:", "2 skrivani għall-Qorti, waqt li messaġġier ġie trasferit għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - IMPJEGATI", "814.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill- aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant għada qed tinġabar, it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-INTERN - IMPJEGATI", "815.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikastru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għall-ewwel partijiet tal-mistoqsija, nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 276 u 239 f'Seduta Nru. 5 u 8 rispettivament.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn it-trasferimenti ta' ħaddiema saru minħabba li jew ingħataw promozzjoni jew ġew mitluba jservu f'Ministeri, filwaqt li l-bqija minħabba esiġenzi tas-servizz.", "SKEJJEL STATALI - WORKING GROUP", "872.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Mindu nħatar sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l- Working Group li qed jeżamina l-bżonnijiet ta' support staff fl-iskejjel ta' l-istat?", "Liema tipi ta' support staff qed jiġu kkunsidrati għall-iskejjel?", "X'inhu l-brief tal-Working Group?", "Lil min qed jikkonsulta l-Working Group fix-xogħol tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: 1.", "Il-Working Group iltaqa' għall-ewwel darba nhar l- Erbgħa 28 ta' Ottubru hekk kif twaqqaf uffiċjalment.", "Waqt din il-laqgħa tfassal pjan ta' azzjoni biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa dwar is- sitwazzjoni eżistenti ta' support staff fl-iskejjel ta' l-istat.", "Bħala riżultat qed isir ix-xogħol meħtieġ biex l-informazzjoni tinġabar mill- aktar fis possibbli.", "2.", "Is-support staff li qed jiġi kkonsidrat huwa primarjament support staff klerikali u minor staff.", "Il-Working Group iħoss li ma jistax jidħol f'diskussjoni dwar support staff professjonali li dwaru hemm ftehim bejn il- Gvern u l-unions konċernati.", "Fl-istess ħin il-Working Group se jivvaluta r- reazzjonijiet ta' l-amministraturi ta' l-iskejjel dwar bżonnijiet partikulari li huma jħossu li għandhom.", "3.", "Il-brief tal-Working Group hu dan:", "i. To carry out a situation analysis of the present state of support staff on a school by school basis;", "ii To make recommendations into the appropriate complementing for adequate support staff on a school by school basis;", "iii To explore alternative systems of engagement of support staff or provision of support staff services through outsourcing (including the relevant costing of each proposition).", "4.", "Il-Working Group jinkludi rappreżentanta mid-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni, li hi Kap ta' Skola Post-Sekondarja, rappreżentanta mill-Malta Union of Teachers, li hi Kap ta' Skola Sekondarja, u rappreżentant mill- Management and Personnel Office, u fih hemm ukoll Kap ta' Skola Primarja u Kap ta' Skola tas-Snajja'.", "Barra minn dan, il-Working Group qed jikkonsulta ma' l-amministraturi ta' l-iskejjel u mat-taqsimiet konċernati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "EDUKAZZJONI - KUMMISSJONI NAZZJONALI", "873.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jżomm il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni?", "Jekk iva, lil min se jaħtar fuqha?", "Jekk le, se jwaqqaf xi struttura simili?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għadni qed nikkonsidra l-kwestjoni.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "882.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istħarriġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' dwar ix-xogħol u s-sehem ta' l-iStatementing Board biex jeżamina tfal bi bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għadu sejjer.", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "886.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi f'Awissu, 1997 kienu ħarġu sejħiet għan-nursing aides li għalihom kienu applikaw madwar 800 ruħ, jista' d-Dipartiment tas-Saħħa jgħid jekk hemmx il- ħsieb li jkun hemm xi intake minnhom?", "Jaħseb il-Ministru li għad hemm il-ħtieġa ta' aktar nursing aides għaliex dawn jistgħu jagħmlu diversi xogħlijiet li m'humiex neċessarjament tan- nurses u li s'issa għadhom qed jagħmluhom in-nurses?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru.", "509.", "PULIZIJA - PERSUNA B'LIĊENZJA TA' BARBER", "887.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li għandu liċenzja ta' barber, qed jiġi mitlub iħallas liċenzja ta' Lm50 minflok Lm15 kif kien iħallas qabel?", "Billi l-liċenzja ta' Lm50 hi dik ta' hairdresser, jaħseb il-Ministru li għandha tibqa' ssir distinzjoni bejn barber u hairdresser u mhux jitpoġġew it-tnejn fl-istess keffa?", "Billi l-barber huma l-barbiera tradizzjonali ta' l-irħula li jitħallsu bi prezz ferm u ferm anqas mill-hairdresser u jagħmlu xogħol differenti mill- hairdresser, jaħseb il-Ministru li hu nġust li dawn jitpoġġew fl-istess keffa fejn tidħol liċenzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li b'effett mill-1 ta' Jannar, 1994, ma baqgħetx iktar id-distinzjoni bejn parrukier ta' l-irġiel u salon ta' hairdresser tan-nisa, għal dak li jirrigwarda l-ammont dovut bħala liċenzja.", "Ninsab infurmat ukoll li l-ammont ta' din it-tip ta' liċenzja hu bbażat fuq il-lokalita', il-kategorija u l-kera tal-post/dritt għall-anqas ħlas, kif regolat b'Avviż Legali 186 ta' Att 1993.", "PULIZIJA - PERSUNA MĦARKA FUQ RIMI TA' SKART", "888.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il persuna tressqet il-qorti għax inqabdet tarmi l-iskart barra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar, 1989, u d-9 ta' Novembru, 1998, in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti talli rmew skart barra kien ta' 286.", "PULIZIJA - KAROZZI KONFISKATI FUQ RIMI TA' SKART", "889.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il karozza ġiet konfiskata għax is-sid instab ħati li rema l-iskart barra?", "Meta s-sentenza għal din l-akkuża kienet ħlas ta' multa, x'inhu t-total ta' multi f'dawn l-aħħar għaxar snin fuq akkuzi ta' rimi ta' skart barra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar, 1989, u d-9 ta' Novembru, 1998, in-numru ta' vetturi li ġew konfiskati għax is-sid instab ħati li rema l-iskart barra kien ta' 7, filwaqt li l-ammont ta' multi fuq akkużi ta' rimi ta' skart barra għall-istess perijodu kien ta' Lm5,552.", "ILMA TAT-TISQIJA - BIDNI", "890.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l -Ministru ġentilment jara għaliex bdiewa fl-inħawi tal-Bidni, minkejja kull sforz ta' l-uffiċjal inkarigat minn Ħaż-Żabbar, xorta m'humiex qed jieħdu ilma tat-tisqija?", "Billi din il-problema f'dawn l-inħawi tal-Bidni kompliet iggravat wara xogħlijiet li saru fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, jista' l- Ministru jara x'jista' jsir biex l-għadd ta' bdiewa full-time li hemm ma jibqgħux ibatu l-konsegwenzi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan jidher li huwa każ ieħor ta' nuqqas ta' ppjanar serju mill-Gvern Laburista.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamel l-almu tiegħu kollu sabiex il-bdiewa jinqdew.", "TROBBIJA TAN-NAĦAL - REGOLAMENTI", "891.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi regolamenti li jirregolaw it- trobbija tan-naħal?", "Min irabbi n-naħal suppost li jkun reġistrat?", "Hemm xi restrizzjoni biex min irabbi n-naħal ma jagħmilx dan fl-abitant?", "Jaqbel il-Ministru li n-naħal li jitrabbew fl-abitant jistgħu jkunu ta' periklu għal terzi persuni?", "Jekk fil-fatt hemm restrizzjoni, kemm jistgħu jitrabbew 'il bogħod mill-abitant?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: 1) Regolamenti li jirregolaw it-trobbija tan-naħal jinsabu fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 15671 tat-3 ta' Novembru 1992 - Taqsima B Avviż Legali 110/92 Ordinanza dwar it-tħaris mill-mard Kapitlu 36 - Regolamenti ta' l-1992 dwar it-trobbija tan-naħal.", "2) Min irabbi n-naħal għandu jkun reġistrat.", "3) Ma hemm l-ebda restrizzjoni fil-kapitli msemmija fl-ewwel paragrafu, biex min irabbi n-naħal ma jagħmilx dan fl-abitant, iżda hemm ligi tal- Pulizija li talludi għal fastidju lill-ġirien.", "L-ufficjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dejjem iwissu u jagħtu l-pariri lil min ikun se jrabbi li ma għandux jagħti fastidju lil ħaddieħor anke mhux fl-abitant.", "4) Mhux in-naħal biss, iżda dak kollu li jitrabba fl-abitant jista'jkun ta' periklu għal terzi persuni.", "Billi ma hemm l-ebda restrizzjoni kemm jistgħu jitrabbew 'il boghod mill-abitant, hija l-ħila ta' dak li jrabbi li jara jekk hux ta' periklu jew le.", "SPTAR SAN LUQA - MOULDS GĦAL HEARING AIDS", "910.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm dewmien ta' xhur sħaħ biex jiġu akkwistati l-moulds għall-hearing aids għat-tfal nieqsa mis-smiegħ mill- Isptar bil-konsegwenza li dawn it-tfal qed ibatu bla bżonn minħabba dan in- nuqqas?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-unit ta' l-Audiolo.ġija fid-dipartiment ta' l- ENT kien jibgħat u jirċievi moulds regolarment minn kumpanija Ingliza kemm ghall-kbar kif ukoll għat-tfal neqsin mis-smiegħ.", "Sfortunatament il-konsenja li ntbagħtet mill-Ingilterra f'Settembru ta' l- 1998 intilfet u baqgħet ma nstabitx, minkejja li saru diversi rapreżentazzjonijiet kemm mal-kumpanija Ingliża u kemm mal-Maltapost.", "Il- kumpanija Ingliża aċċettat ir-responsabbilta' u lesta li taħdem ix-xoghol tal-moulds b'xejn.", "Ix-xogħol min-naħa ta' l-awtoritajiet Maltin diġa' beda biex b'hekk il- moulds jitlestew fl-iqsar zmien possibbli.", "DAY CENTRES - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "911.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jżomm il-policy adottata mill-amministrazzjoni preċedenti fir- rigward tal-casual social assistants, jiġifieri li jaħdmu b'sistema ta' perjodu ta' żmien f'day centre u perjodu fil-komunita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-amministrazzjoni preċedenti ma kellha l-ebda policy fir-rigward tal-casual social assistants li dawn jaħdmu b'sistema ta' perjodu ta' żmien fid-day centre u perjodu fil-komunita'.", "Kull ma sar fi żmien ta' kważi sentejn ta' amministrazzjoni Laburista kien biss eżercizzju biex inqalgħu mid-day centre C.S.As u daħlu oħrajn f'lokhom abbażi biss ta' politika partiġġjana.", "SKEJJEL:ISLA - GĦALLIEMA", "912.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaf il-Ministru li peripathetic teacher li suppost tattendi tliet darbiet fil-ġimgħa biex tagħti servizz fl-Iskola ta' l-Isla lil tfal bi bżonnijiet speċjali, qed tattendi darba fil-ġimgħa biss u mhux kif weġibni f'mistoqsija parlamentari numru 204?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mogħti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentri numru 204 jirriżulta korrett u mhux kif sostniet l-Onor.", "Membru.", "Hu biss f'din il-mistoqsija li l-Onor.", "Membru qed tispeċifika li qed tirriferi għal każijiet ta' \"tfal bi bżonnijiet speċjali\".", "Jidher li din il-mistoqsija tirriferi għas-servizz peripatetiku għal studenti neqsin mis-smiegħ.", "Informat li sas-sena l-oħra dan is-servizz kien jingħata darbtejn fil- ġimgħa u skond il-ħtieġa tal-każ.", "Minħabba nuqqas ta' staff fis-servizz, bħalissa qed tingħata lezzjoni flok tnejn fil-ġimgħa.", "Sadanittant qed jittieħdu passi sabiex intejbu s-servizz kif ukoll beda Kors fl-Universita' sabiex inħejju għalliema kwalifikati għal dan is- servizz speċjalizzat.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - DĦUL F'DAY CENTRES", "913.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali jistennew biex jidħlu f'xi day centre jew dar residenzjali, lokal b'lokal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jistennew biex jidħlu f'xi day centre, ossia f'xi ċentru tat-taħriġ għall- adulti huwa hekk:", "Ic-Centru ta' Fleur-de-Lys - 11 Ic-Centru ta' l-Imtarfa - 6 Ic-Centru ta' Hal-Far - 4 Ic-Centru ta' Wied il-Ghajn - 12 33", "ATTARD: TRIQ TAR-RABAT - JUNCTION", "920.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jitkompla x-xogħol ta' junction ġdida fit-Triq tar-Rabat l/o Ħ'Attard quddiem l-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant se jitkompla malli t-tender li kienet ippubblikata xi żmien ilu tiġi aġġudikata.", "ATTARD: TRIQ TAR-RABAT - JUNCTION", "921.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jitkompla l- proġett ta' upgrading tal-junction mill-aktar perikoluż li hemm fit-Triq tar-Rabat l/o Ħ'Attard fejn din it-triq taqbad ma' Vjal de Paule (quddiem Bonnici petrol station)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li kemm it-Traffic Control Board kif ukoll l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvaw li jsir it- traffic lights fil- junction u qegħdin isiru l-pjanti biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.", "ATTARD - TRIQ ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "922.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal crash barrier fil- ġenb ta' Triq Ħaż-Żebbuġ, l/o Ħ'Attard (quddiem l-Allwoods & Steel) peress li bħalissa m'hemm l-ebda lqugħ għal ġol-wied fil-ġenb tal-bridge, bil- konsegwenza li vetturi neżlin lejn Ħ'Attard minn naħa ta' Ħaż-Żebbuġ jistgħu faċilment jibqgħu neżlin fil-wied?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex kif ikun qed isir xogħol ta' tiswija fuq dan il-pont ikunu jistgħu jitwaħħlu l-crash barriers.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "923.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa flus kull ġurnata kull priġunier fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin lill-istat Malti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond ir-Rapport Annwali tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi għas-sena 1997, matul dik is-sena, kull detenut sewa Lm18.63 kuljum.", "KUNSILLI LOKALI - SERVIZZI TA' DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI", "924.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jimplimenta policy sabiex il- kunsilli lokali jiġu mħeġġa jużaw is-servizzi tad-dipartimenti tal-gvern għall-kuntratti tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naqbel li d-dipartimenti tal-gvern għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex ikunu f'pożizzjoni li jikkompetu sew fir- rigward ta' sejħiet għall-kuntratti mill-kunsilli lokali għal xogħlijiet u servizzi.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - XOGĦOL GĦALL-KUNSILLI LOKALI", "925.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward xogħol li jagħmlu ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għall-kunsilli lokali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s'issa ma kien hemm l- ebda tibdil mill-policy li kien hemm qabel fir-rigward xogħol li jagħmlu ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet mal-Kunsilli Lokali.", "QRATI: RAPPORT MUSCAT AZZOPARDI", "933.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fil-bini tal-Qorti kienet ġiet depożitata kopja tar- rapport Muscat Azzopardi dwar każijiet ta' frame-ups li seħħew qabel l- 1987?", "Jista' jikkonferma li m'għadx hemm traċċa ta' din il-kopja?", "Jekk iva, fejn kienet ġiet depożitata fil-bini tal-Qorti din il-kopja tar- rapport?", "Min huma l-persuni li kellhom aċċess għall-post li fih ġiet depożitata din il-kopja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kemm minn dokumentazzjoni miżmuma fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll minn xhieda mogħtija fil-Qorti mis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jirriżulta li l-Imħallef Godwin Muscat Azzopardi kien qal li ħalla kopja tar-rapport li qed issir riferenza għalih, fil-vaults tal-Qorti, bl-iskop ta' safe keeping.", "Jirriżulta wkoll mill-istess sorsi msemmija aktar 'il fuq, li r- Reġistratur tal-Qorti kien intalab jiċċekkja jistax isib dan ir-rapport imma skond l-istess reġistratur, wara li fittex kullimkien personalment fis- safe u l-vaults, hu ma sab xejn.", "Ninsab informat li l-persuni li għandhom aċċess għal vaults/strong room tal-Qrati huma l-Assistent Reġistratur tal-Qorti Inferjuri u l-assistent tiegħu u li kull dokument li jitpoġġa fil jew jittieħed mill-vaults, jiġi rekordjat mill-istess persuni.", "Mill-investigazzjonijiet li saru s'issa u li jkopru s-snin 1994-1998, ma jirriżultax li mill-kotba tar-records of deposits, ġie depożitat jew irtirat fl-istrong room tal-Qrati ir-rapport imsemmi.", "ISLA - ŻBIR TA' SIĠAR", "940.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jsemmi x'passi se jieħu sabiex talba tal-Kunsill Lokali li saret f'Marzu ta' l-1998 sabiex jinżabru s-siġar ta' Triq is-Sur fl-Isla titwettaq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'hemm l-ebda rekord ta' din it-talba ġol-files tad- dipartiment.", "Minkejja dan in-nuqqas, dan l-ilment ġie mgħoddi lis-sezzjoni taż-żbir tas-siġar sabiex ix-xogħol jiġi mwettaq fi żmien qasir.", "TARZNA TA' MALTA - EX-STAMPERIJA", "941.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jsemmi jekk sarux talbiet minn xi entitajiet lill-Malta Drydocks sabiex l-ex-stamperija tagħhom, li tinsab fis-swar ta' San Mikiel fl-Isla, tkun mgħoddija lilhom għal xi użu ieħor?", "X'inhi l-pożizzjoni tat- Tarzna dwar dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Kunsill Lokali ta' l-Isla għamel talba lill-Malta Drydocks dwar dan is-sit.", "Peress li bħalissa t-Tarzna għaddejja minn stadju ta' ristrutturazzjoni intenna għadu kmieni biex wieħed jasal għal xi konklużjoni.", "SKEJJEL:ISLA - SKOLA PRIMARJA", "942.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk hemmx ħsieb li l-iskola primarja ta' l-Isla tkun ri-allokata jew sarux xi diskussjonijiet mal-Malta Drydocks bil-għan li l-istudenti ma jibqgħux jiġu effetwati mill-grit blasting, issa li l-Baċir Nru. 3 reġa' beda jintuża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Malta Drydocks qed tintalab biex, kemm jista' jkun, ma jsirx grit blasting fil-ħinijiet ta' l-iskola fil-baċir numru 3, issa li qed jerġa' jiġi attivat.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li mhux faċli tirrialloka l-iskola primarja ta' madwar 340 tifel u tifla biex tevita l-inkonvenjent u fl-istess ħin tħalli lit-tfal qrib l-Isla.", "ISLA - BLASTING", "943.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Ninsab informat li riċentement saru xogħlijiet ta' blasting taħt is-swar ta' l-Isla.", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn ix-xogħlijiet saru bis- sistema l-ġdida msejjħa slurry blasting u jekk fl-affermattiv, għalfejn twaqqaf ix-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fis-26 u 27 ta' Ottubru, 1998 sar xogħol ta' blasting u l-proċess użat kien dak magħruf bħala slurry blasting.", "Ix-xogħol twaqqaf wara lmenti li saru għalkemm uffiċjal tat-Tarzna li kien preżenti waqt ix-xogħol m'innota l-ebda inkonvenjent.", "ISLA - TRIQ IS-SUR", "944.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jsemmi xi progress sar sabiex parti minn Triq is-Sur fl-Isla titwessa, wara li l-Kunsill Lokali ħejja l-pjanti u ġab il-permessi neċessarji iktar minn sena ilu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dan ix-xogħol qed isir mill-kunsill lokali, u għalhekk hu dan il-kunsill li għandu responsabilta tax-xogħol.", "FGURA - POSTA", "958.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil- futur viċin jiġi installat jew mibni uffiċċju għal Posta ġewwa l-Fgura billi l-maġġoranza kbira tan-nies ta' hemm għandhom diffikulta' biex jużaw dawn is-servizzi billi jridu jitilgħu Raħal Ġdid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.", "MUŻEW TAL-ĠUSTIZZJA", "959.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin isir Mużew tal-Ġustizzja fejn jiġu esposti dokumenti u sentenzi antiki flimkien ma' ħafna mill-oġġetti li jinsabu fis-swali differenti tal-Qorti tagħna li nqabdu sija matul jew qabel l-aħħar gwerra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-suġġeriment ta' l-Onor Membru qed jiġi kkonsidrat fil-kumpless tal-prijoritajiet li għandu l-gvern f'dan il-qasam.", "BINI TAD-DWANA", "960.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin il-bini tad-Dwana mibni fl-1774 b'tant sempliċita' klassika jiġi restawrat u f'partijiet minnu jiġi stabilit mużew fejn jiġu esebiti d-diversi oġġetti u dokumenti marbuta ma' l-istorja tad-dwana tagħna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-suġġeriment ta' l-Onor Membru se jiġi studjat.", "PALAZZO DE LA SALLE - RESTAWR", "961.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba hemmx il-ħsieb fil-futur viċin li l-Palazzo de la Salle fejn hemm l-Malta Society of Arts, Manufacturers and Commerce l-Belt jiġix restawrat jew almenu rranġat b'mod li jkun f'pożizzjoni aħjar li jilqa' fih espożizzjonijiet ta' l-arti u konsegwentement iktar turisti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li s-suġġeriment kostruttiv ta' l-Onor.", "Membru jiġi evalwat għall-eventwali konsiderazzjoni tiegħi.", "XGĦAJRA - DRENAĠĠ", "962.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra xi studji saru tul dawn is-snin sabiex il-problema tad-drenaġġ ġewwa r-raħal tax-Xgħajra tiġi solvuta billi tul din l-aħħar sena far ta l-inqas sitt darbiet b'inkonvenjent kbir u kontra l- iġene għan-nies tal-lokal?", "X'passi se jittieħdu sabiex dan jispiċċa darba għal dejjem?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-fawran li jsir fir- raħal tax-Xgħajra huwa minħabba xi drenaġġ li jintefa' minn xi farms jew permezz tal-bowsers.", "Id-dipartiment inaddaf ta' spiss is-sistema tad-drenaġġ permezz tal- jetting/suction bowsers biex inaqqas kemm huwa possibli dan il-fawran.", "Barra minn hekk isiru spezzjonijiet regolari f'farms biex jiġi ċċekjat x'jintefa' fid-drenaġġ.", "KALKARA - ASFALTAR", "963.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa ppjanat li l-parti tat-triq li tibda minn Triq il-Missjoni Taljana u li tgħaddi quddiem il-Kunvent tal-Kapuċċini sa l-aħħar ta' Triq Santa Liberata l- Kalkara ssir mill-ġdid billi ttieklet kollha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona din it-triq sabiex ikun jista' jiġi deċiż x'kien l-aħjar isir għat-tiswija tagħha.", "SVPH- ANZJANI FIL-WAITING LIST", "977.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-waiting list għad-dħul f'St Vincent de Paule u fid-djar ta' l-anzjani?", "Kemm inqdew mill-5 ta' Settembru 1998?", "Jista' l-Ministru jipprovdi lista?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-waiting list għar-Residenza San Vinċenz, f'Ottubru kien hemm 672 persuna, filwaqt għad-Djar ta' l-Anzjani kien hemm 573 persuna.", "Mill-5 ta' Settembru sat-28 t'Ottubru fir-Residenza San Vinċenz daħlu 43 persuna filwaqt li fid-Djar ta' l-Anzjani daħlu sitt persuni.", "Mhux etika li tingħata lista ta' persuni.", "DJAR - XIRI", "978.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk flat, li l- partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, jistax jinxtara minn min qiegħed jabita fih?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: S'issa l-Awtorita' tad-Djar ma rċevitx talba għax- xiri ta' dan il-fond.", "Għaldaqstant, dan il-kerrej hu mitlub li japplika taħt Skema 'I' biex l- Awtorita' tad-Djar tkun lesta titlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissarju ta' l-Artijiet għall-bejgħ ta' dan il-fond.", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "979.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk bdewx isiru l-interviews tan-nursing aides li kienu applikaw xi xhur ilu?", "Jekk iva, lill-kandidati li applikaw intbgħatilhom avviż bil-miktub jew bit-telephone?", "Jekk iva, ir-riżultat ħareġ?", "Jekk iva, kemm intgħażlu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 509.", "SAĦĦA - CSA'S", "980.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx CSA's nieqsa fi-dipartiment?", "Jekk iva, kemm hemm?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jaghmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "PARTIT NAZZJONALISTA - PROGRAMM ELETTORALI", "997.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Punt 20 tal-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista jgħid:", "\"Jara wkoll li s-servizz bejn il-gżejjer igawdi mill-għajnuniet apposta li l-Unjoni Ewropa tagħti f'dan il-qasam u f'oqsma oħra għaliex Għawdex bħala gżira jikkwalifika minn għajnuna diretta u speċifika bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea\".", "Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li se jkunu l-għajnuniet li se tagħti l-Unjoni Ewropea lil Għawdex fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-għajnuniet li Għawdex ikun jista' jieħu bl- isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea huma imprezzabbli.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf li l-Kummissjoni Ewropea tagħti attenzjoni partikolari lill-gżejjer fi ħdan l-Unjoni bil-għan li tgħinhom jegħlbu l-iżvantaġġi naturali li għandhom u biex jintegraw aħjar fis-suq intern Ewropew.", "Tajjeb li jingħad, per eżempju, li fis-summit ta' Amsterdam f'Ġunju ta' l- 1997, l-Artiklu 130(a), it-tieni paragrafu, ġie emendat biex issa jistipula li \"partikolarment, il-Komunita' trid timmira li tnaqqas l-iżbilanċi li hemm bejn il-livelli ta' żvilupp ta' reġjuni varji u n-nuqqas ta' żvilupp ta' reġjuni żvantaġġjati jew gżejjer, inklużi zoni rurali\".", "L-Att Finali ta' l-istess Summit jinkludi dikjarazzjoni fuq il-gżejjer li tgħid li \"il-Konferenza tirrikonoxxi li l-gżejjer reġjuni jbatu minn żvantaġġi strutturali dejjiema marbuta ma' l-istatus tagħhom u li jxekkel l- iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom.", "\"Il-Konferenza għaldaqstant tirrikonoxxi illi l-leġislazzjoni tal- Komunita' għandha tieħu dawn l-iżvantaġġi in konsiderazzjoni u li miżuri speċifiċi jistgħu jittieħdu, fejn hu ġustifikat, favur il-gżejjer reġjuni sabiex jintegraw rwieħhom aħjar fis-suq intern (ewropew) fuq kondizzjonijiet ġusti\".", "Fil-fatt hemm diversi modi kif il-Kummissjoni Ewropea tista' tgħin fl- iżvilupp ta' Għawdex bħala gżira ta' Malta.", "L-għajnuna tista' tingħata f'diversi oqsma bħalma huma t-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, l- enerġija, ir-riżorsi ta' l-ilma, il-biedja, l-iżvilupp ta' turiżmu ta' kwalita', l-iżvilupp tar-riżorsi umani, sostenn konkret lil negozji żgħar u medji, u l-biedja.", "Eżempji ta' għajnuniet li Għawdex jista' jkollu", "Trasport: bini/xiri ta' portijiet u mollijiet, vapuri, helicopters u toroq;", "Telekommunikazzjonijiet: video conferencing eżempju: fil-qasam ta' l- Edukazzjoni u dak tas-Saħħa;", "Enerġija: produzzjoni ta' enerġija lokalment mingħajr ħsara għall-ambjent, eżempju: żvilupp ta' enerġija solari u mir-riħ;", "Ilma: produzzjoni ta' ilma permezz ta'żvilupp ta' riżorsi ġodda;", "Turiżmu ta' kwalita': l-unjoni tgħin bis-sħiħ għall-iżvilupp armonjuż fis- settur turistiku.", "L-iskop ta' għajnuniet huwa wiesa' ħafna, eżempju: għajnuna lill-bdiewa biex il-ħidma tagħhom issebbaħ l-ambjent;", "Riżorsi Umani: għajnuniet finanzjarji u tekniċi għall-iżvilupp ta' riżorsi umani għall-edukazzjoni, taħriġ u re-training ta' l-Għawdxin;", "SME's: tingħata għajnuna mhux biss finanzjarja iżda wkoll billi jiġu stabiliti mekkaniżmu li jgħinu lin-negozji u l-industriji jissaħħu u jkunu profitabbli;", "Biedja: għajnuna lill-bdiewa biex jixtru makkinarju, jibnu ġwiebi, jiżviluppaw prodotti ġodda, itejbu l-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tagħhom, jtejjbu l-iproċessar u l-biegħ tal-prodotti tagħhom kif ukoll biex iwaqqfu networks ta' irrigazzjoni.", "GĦAWDEX - YACHT MARINAS", "998.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Punt 54 tal-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista jwiegħed żvilupp ta' yacht marinas f'Għawdex.", "Tista' l-Ministru tgħid fejn huma ppjanati li jsiru dawn il-yacht marinas?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-Onor.", "Interpellant jaf li fi Frar, 1994 il- Gvern kien iddeċieda li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar flimkien ma' l-Awtorita' Marittima ta' Malta jippreparaw Subject Plan dwar l-iżvilupp tal-yachting f'Malta u Għawdex.", "F'Marzu, 1995 id-ditta ta' konsulenza Deloitte & Touche ġew ikkummissjonati li jippreparaw dan is-subject plan.", "Biex waslu għar-rakkomandazzjonijiet tagħhom, Deloitte & Touche ikkonsidraw il-kosta kollha ta' Malta u Għawdex.", "Inizjalment 18-il sit kienu ddentifikati li kellhom potenzjal għal żvilupp ta' yacht marina.", "Dawn is-siti ġew aggruppati fi tliet kategoriji li huma ta' siti mhux probabbilment tajbin, dawk possibbilment tajbin u dawk bl-aħjar prospetti.", "F'Għawdex ġie ddentifikat biss in-naħa ta' barra tal-port ta' l-Imġarr bħala sit possibbilment tajjeb għal żvilupp ta' yacht marina.", "Biex jiġi stabilit jekk jaqbilx li dan is-sit jiġi żviluppat bħala yacht marina, iridu jsiru studji dettaljati dwar l-aspetti tekniċi u l- vijabilita' finanzjarja tal-proġett.", "Dawn l-istudji jsiru fiż-żmien opportun.", "TOROQ - TISWIJA", "999.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Punt 55 tal-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista jwiegħed", "\"Riabilitazzjoni sħiħa tat-toroq ta' Malta u Għawdex li jista' faċilment jiġi finanzjat mill-Unjoni Ewropea\".", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li l-Unjoni Ewropea se tagħti flus lil Malta fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, u 2003 biex issir ir- riabilitazzjoni sħiħa tat-toroq ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tali informazzjoni tkun tista` tigi konkluza meta jibdew id-diskussjonijiet finali ma' l-Unjoni Ewropea.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-KARMNU", "1004.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru, fuq risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 717, jagħtini risposta għal Triq il-Karmnu, Paola u mhux Fgura kif tlabt jien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-Onor.", "Interpellant ma indika l-ebda post partikolari, ser issir stima biex jiżdied id-dawl fl-imsemmija triq.", "TA' XWIEKI - BINI TA' ĠIBJUN", "1025.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien proġettat mill-Gvern Laburista biex jinbena ġibjun f'Ta'Xwieki?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-assessment ta' l-impatt ambjentali konness mal-proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex jinbena ġibjun fix-Xwieki wasal biex jiġi finalizzat.", "CELLULAR TELEPHONES", "1026.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jirrispondi l-aħħar parti tal- mistoqsija parlamentari numru 549?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M`għandi xejn x`inzid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 549.", "MALTACOM - SERVIZZI", "1027.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 548 li kienet saret lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok telenka l-inizjattivi għaddejjin bħalissa biex jiġu upgraded is-servizzi li tagħti l-Maltacom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kumpannija bħalissa qed tevalwa diversi inizjattivi sabiex jiġu upgraded is-servizzi li tagħti.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "1033.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-istudenti universitarji belt belt għas- sena 1998/99?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din ir-risposta.", "TEŻOR - HOSPITAL AUXILIARIES", "1054.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'aġġustament sar riċentement fuq pensjonijiet mit- Teżor fejn jirrigwarda Hospital Auxiliaries?", "Kemm żdiedet il-pensjoni fix- xahar u kemm laħqet is-somma globali ta' din il-kategorija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq ngħarraf lill-Onor Interpellant illi riċentement ma sar l-ebda aġġustament fuq pensjonijiet mit-Teżor fejn għandhom x`jaqsmu l-Hospital Auxiliaries.", "L-aħħar aġġustament li sar kien is-sena l-oħra u dan kien jirrigwarda aġġustament fuq pensjonijiet minħabba r-riforma ta` l-1991.", "Iż-żieda tal-pensjoni minħabba din ir-riforma kienet minn minimu ta' Lm8.50,0 fis-sena sa massimu ta` Lm43.06,7 fis-sena.", "Iż-żieda globali laħqet Lm113 fis-sena fil-pensjoni u Lm1,609 fi gratuity.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI", "1055.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qegħdin jistennew li tinħadmilhom il-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali?", "Minn meta jibda dan il-case-load?", "X'passi qiegħed jieħu d-dipartiment sabiex jitħaffef il-proċess tal-N.I. pension lil dawk li għalqu l-61 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lil Onor. Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xi pensjoni kontributorja huwa ta' 546.", "Din il-figura hija maqsuma f'37 applikazzjoni għal Pensjoni għar-Romol; 119 għal Pensjoni għal Invalidita' u 390 għal Pensjoni għal min jirtira.", "Fir-rigward tal-Pensjoni għar-Romol m'hemmx backlog imma s-37 applikazzjoni huma applikazzjonijiet ġodda li daħlu fid-dipartiment riċentement.", "Hija policy tad-dipartiment f'dawn il-każi li l-pagament tal- Pensjoni għar-Romol isir mill-aktar fis possibbli u fil-maġġoranza tal-każi din tkun mħallsa sad-data tal-pagament ta' dawn il-pensjonijiet li jkun jmiss wara li din l-applikazzjoni tkun daħlet fid-dipartiment.", "Fir-rigward tal-Pensjoni għall-Invalidita' jrid jingħad li minn dawn il- każi madwar 30 applikazzjoni huma pendenti biex jidhru quddiem panel mediku - 26 huma pendenti biex jibda l-proċess ta' l-applikazzjoni u l-kumplament ta' 63 każ għandhom ikunu mħallsa mall-pagament li jmiss tal-Pensjonijiet għal Invalidita' fl-aħħar ta' dan ix-xahar.", "Fir-rigward tal-każi pendenti quddiem il-panel mediku, dawn mistennija li jitlestew minn dan il-proċess sa ħmistax oħra.", "Fir-rigward ta' pensjonijiet għal min jirtira jien informat li billi l- proċedura hija li persuna tapplika għal pensjoni tliet xhur qabel ma tilħaq l-eta' tal-pensjoni, l-maġġoranza tal-każi pendenti huma ta' persuni li għadhom ma laħħqux l-eta' tal-pensjoni.", "Ninforma lil Onor. Interpellant li d-dipartiment kontinwament u fejn possibli qiegħed jirrevedi l-policies tiegħu fir-rigward tal-proċess ta' applikazzjonijiet għal pensjoni.", "Infatti fil-bidu ta' dan ix-xahar ġie rivedut il-proċess fil-każi ta' applikazzjonijiet ta' persuni li jinpjegaw lilhom infushom.", "Bil-proċess il- ġdid huwa ttamat li d-dewmien li f'każijiet kienet tlaħħaq ix-xhur issa hu mistenni li jitħaffef aktar għal-benefiċċju ta' dawn il-persuni.", "QORMI - TRIQ L-IMDINA", "1056.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li x-xogħol fi Triq l-Imdina, f'Ħal Qormi jibda kif semma f'mistoqsija parlamentari numru 200?", "Ma jidhirlux il-Ministru li minħabba l-periklu serju li hemm f'din it- triq traffikuża u l-aċċidenti serji li seħħew, m'hemmx lok li wieħed jistenna, iżda din il-pedestrian crossing tingħata l-prijorita' li għandha bżonn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li x-xogħol fi Triq l-Imdina, Ħal- Qormi se jitkompla malli t-tender li kienet ippubblikata xi żmien ilu tiġi aġġudikata.", "Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment li jekk jara li agġudikazzjoni se tieħu xi żmien jieħu passi neċessarji biex dawn il-pelican lights jitwaħħlu.", "QORMI - TRIQ MANWEL DIMECH", "1057.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta fi Triq Manwel Dimech, f'Ħal Qormi se ssir xi pedestrian crossing bil-għan li jitnaqqas ir-riskju serju meta wieħed jaqsam din it-triq traffikuża?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tat-Toroq biex ikun jista' jiġi ikkonsidrat.", "WSC - INGAĠĠ TA' PERSUNA", "1064.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kuntratt tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma u li taħdem fis-sezzjoni tal-Finanzi/Audit?", "Jidhirlu l-Ministru li dan għandu jiġi rivedut u jiġu eżaminati sew jekk kellux isir dan l-ingaġġ u x'kienu t-terms of reference ta' l-istess kariga?", "Veru li dan l-impjieg hu fuq probation sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kopja tal-kuntratt li sar bejn il-Korporazzjoni u ċ- Chief Internal Auditor ta' l-istess korporazzjoni fil-31 ta' Lulju, 1998 li issostitwixxa dak magħmul bejn iż-żewġ partijiet fis-26 ta' Marzu, 1997 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "JOINT OFFICE - FIDI TA' ĊENS T2174/97", "1065.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra in rigward tal-Joint Office għaliex talba għall-fidi ta' ċens skond file Nru.T2174/97, fejn qed jiġi mitlub li jinfeda ċens fir-Rabat, Malta kif jitlob l-Att oriġinali tal-enfitewsi - sal-lum għada ma ġietx sodisfatta meta jirriżulta biċ-ċar li d-dirett dominju (ċens) għadda lill-gvern skond Att IV ta' l-1992?", "Jista' l- Ministru jara illi dan isir minnufih billi altrimenti dan jista' joħloq att diskriminatorju kontra ċ-ċenswalista?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ċ-ċens li qed jirriferi għalih l- Onor. Interperllant, hu, fost ċnus oħra, suġġett ta' diskussjonijiet li għadhom għaddejjin bejn il-Gvern Malti u s-Santa Sede u sakemm dawn jiġu konklużi, dan iċ-ċens ma jistax jinfeda.", "PA - APPLIKAZZJONI PA 6150/97", "1066.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra għaliex PA application 1254/98 għadha pendenti meta dan hu prattikament fuq l-istess linji ta' PA 6150/97?", "Jidhirlu l-Ministru li dan il-file qed jiġi prolungat iżżejjed meta dan hu \"Run of the Mill\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien informat li l-iskema ta' l-Iżvilupp Nru. 35 tindika b'mod ċar li fil-partijiet qodma tar-Rabat l-għola permess huwa ta' żewġ sulari.", "Il-fatt li d-DCC tat permess ta' tliet sulari fuq is-sit ta' maġenb (PA 6150/97) kontra l-parir ta' l-istess direttorat, ma jorbotx lid- direttorat li jagħmel l-istess rakkomandazzjoni fuq PA 1254/98.", "Għal kuntrarju id-direttorat huwa marbut li jibbaża r-rakkmandazzjoni tiegħu fuq il-policies ta' Pjan ta' Struttura u mhux fuq preċedent.", "Imbagħad id-DCC finalment jagħmel id-deċiżjoni.", "Jien informat ukoll li d-direttorat lesta d-DPA report fil-5 ta' Ottubru, 1998 meta t-target date ta' l-applikazzjoni kienet fis-26 ta' Ottubru, 1998.", "Dan ifisser illi l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni sar fil-limiti taż-żmien kif stipulat fil-liġi u għalhekk ma jirriżultax illi dan il-file ġie prolungat iżjed milli suppost.", "Wara illi kopja ta' dan ir-rapport ingħata lill-perit għal kummenti tiegħu, dan isista illi jiltaqa' ma' membri tad-development control unit sabiex jiddiskuti l-punti li ssemmew fir-rapport.", "Huwa għalhekk kawża ta' l-insistenza ta' parti tal-perit biex issir din il-laqgħa illi l-file ġie riferut għall-aġenda tad-DCC fl-4 ta' Novembru, 1998 b'noti addizzjonali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "1067.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: In vista ta' l-esproprjazzjoni tal-Gvern ta' biċċa art ta' 191m.k. fl-Imsida kontrada ta' Xmiexi li tmiss minn nofsinhar ma' triq pubblika majjistral ma' ġid ta' Joseph Mallia u grigal ma' ġid tal-familja Fenech u oħrajn skond dikjarazzjoni tal-President tas- 26 ta' Ġunju, 1990 (Avviż Nru. 481); u", "In vista tal-ħtieġa li t-triq tinfetaħ, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-persuna li qed tokkupa 2, Triq San Alwiġi, Msida fejn qegħda din l-art jingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "Meta jaħseb il-Ministru li din it-talba tiġi milqugħa u mwettqa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali m'għandu l-ebda talba biex joffri akkomodazzjoni alternattiva lir-residenti tal-post indikat.", "MĠARR - ESPROPRJAZZJONI TA' PLOTS", "1068.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi l- Gvern qed jinsisti li jesproprja mingħand 16-il familja Mġarin 13-il plot fabrikabbli ta' kejl ta' cirka 6.3 metri faċċata b'medja ta' 30 metru fond fi Triq Ramiro Cali, Mġarr, kantuniera ma' Triq San Pietru, sabiex issir estensjoni ma' l-iskola lokali; jista' l-Ministru jara li l-istess familji jingħataw art ta' l-istess kobor fl-Imġarr, Malta jew lokalita' oħra li jkunu wkoll fabbrikabbli sakemm mhux possibbli li dawn jitħallsu bi prezzijiet tas-suq u ċioe' Lm25,000 sa Lm28,000 għal kull biċċa art (plot) u mhux kif ġew offruti prezz redikolu mil-Lands Department?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1058, f'Seduta Nru. 11, nixtieq ngħid li ninsab informat li s-sidien għad ma ġew offruti ebda prezz għax l-istess sidien għadhom ma ġewx iddentifikati mid-dipartiment konċernat.", "PULIZIJA - APPLIKAZZJONI GĦAL PERMESS TA' ĦANUT", "1069.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk Application No. TLG 57/98 għal ħruġ ta' permess ta' ħanut ta' greengrocer fi Triq il-Pijunieri f'isem il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għadu ma ħariġx meta mid-Depot diversi drabi ġie informat b'kollox sew u li l-liċenzja approvata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-applikazzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant għad jonqosha l-firem tal-kunsens tal-ġirien.", "SOCIAL WORKERS", "1088.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet għal social workers?", "Hemm xi pjanijiet biex is-social workers li hemm fid-dikasteru tiegħu jingħataw korsijiet ta' refresher courses?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nieħu pjaċir ninforma lill-Onor.", "Membru li, wara t- taqtiegħ ta' qalb li kellha tgħaddi minnu l-Aġenzija Social Welfare Development Programme' minħabba r-riżorsi finanzjarji limitati li kien allokalha l-Gvern preċedenti għas-sena 1998 u wara li din il-problem ġiet rimedjata mill-amministrazzjoni preżenti, diġa tajt l-awtorita' sabiex l- SWDP tkun tista' tingaġġa numru ta' social workers.", "Huwa ppjanat ukoll li, fil-ġejjieni qarib, id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja joħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' social worker.", "Refresher courses għas-social workers isiru fuq bażi regolari.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - SOCIAL WORKERS", "1089.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' social workers li hemm jaħdmu fid-dikasteru tiegħu, il-grad tagħhom u l-post fejn qegħdin jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li diġa' tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 574.", "LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS", "1090.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżommu milli jressaq il-Liġi li kien diġa' sar l-ewwel qari tagħha, jiġifieri Opportunitajiet Indaqs (persuni b'diżabilita') fil-Parlament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li dan il-gvern mhux se jagħmel bħal Gvern preċedenti u jaħli sentejn biex iġib din il-liġi quddiem il-Parlament.", "Bħalissa qed jitħejja dak kollox li hemm bżonn biex l-abbozz jitressaq qabel l-aħħar ta' din is-sena.", "LIĠIJIET TAĊ-CERA/IRA", "1091.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qiegħed isir sabiex jiġi ffinalizzat ix-xogħol ta' l-amministrazzjoni Laburista dwar l-emendi fil-liġijiet taċ-CERA u l-IRA?", "Jista' jagħti indikazzjoni ta' meta beħsiebu jressaq dawn iż-żewġ liġijiet għall-ewwel qari fil- Parlament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li d- diskussjonijiet dwar tibdil fil-liġi dwar ir-relazzjonijiet industrijali u fiċ-Ċera, ilhom li bdew minn żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996.", "Kif kelli l-okkażjoni li ngħid pubblikament, dan il-Gvern hu determinat li jwassal dawn id-diskussjonijiet għal konklużjoni b'abbozz ta' liġi li jitressaq għad-diskussjoni quddiem dan il-Parlament.", "Tlabt lill-imsieħba soċjali miġbura fl-MCED, biex jibgħatuli l-proposti konkreti tagħhom.", "GĦAWDEX - SEZZJONI TAL-MARD", "1092.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sezzjoni tal-ħlasijiet tal-mard li qegħda titħaddem mid-Dipartiment f'Għawdex, u meta se tiġi up-to-date u dawk li jkunu biċ-ċertifikati ma jibqgħux tliet xhur jew aktar mingħajr ħlas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li s-sezzjoni tad-Dipartiment tas- Siġurta' Soċjali li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru ġiet trasferita Għawdex bl-għaġġla ftit ġranet qabel l-aħħar Elezzjonijiet Ġenerali u qabel ma laħaq twettaq il-programm ta' taħriġ kollu li kien hemm maħsub għall- impjegati konċernati.", "B'danakollu, it-taħriġ ta' dawn l-impjegati qed jitkompla f'Għawdex stess.", "Ta' min isemmi wkoll li l-proċess li jwettqu dawn l-impjegati issa ġie kkomputerizzat u għalhekk dawn l-impjegati jenħtieġu aktar taħriġ anke f'dan il-kuntest.", "Nittama li fi żmien qasir, is-sezzjoni tkun f'qagħda li tħallas il-benefiċċju fi żmien inqas minn dak li normalment kien maħtieġ bis-sistema manwali ta' qabel.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - PENSJONI", "1093.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jieħdu l-pensjoni tad-diżabilita' u kemm minnhom qed jirċievu l-blind pension?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni f'pajjiżna li jibbenefikaw minn pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali bħala persuni b'diżabilita', huwa ta' 1,898.", "Minn dawn 112 huma persuni li jbatu minn nuqqas ta' dawl.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA IMPRESSED", "1115.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern beħsiebu li jwettaq il-wegħda elettorali tiegħu li jagħmel lil dawk reġistrati bħala impressed tal-post mal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassigura lill-Onor.", "Membru li dan il-gvern il- wegħdiet elettorali tiegħu beħsiebu jonorhom u jwettaqhom.", "Id- deċiżjonijiet li diġa ttieħdu jew li ser jittieħdu f'dawn l-ewwel ftit xhur ta' din l-amministrazzjoni huma xhieda ta' dan l-impenn.", "SPTAR SAN LUQA - DITTA RESPONSABBLI MIT-TINDIF", "1120.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jaf il-Ministru li d-ditta privata responsabbli mit-tindif fl-Isptar San Luqa: ma tħallasx il-ħaddiema meta jkunu morda; ma tħallasx il-ħaddiema b'rata ta' overtime meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa; qed tiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jissieħbu fi trade unions; qed ikollha nuqqas ta' proviżjoni ta' prodotti bħal detergents li huma tant meħtieġa fix-xogħol tagħhom?", "Jistgħu jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il- ħaddiema billi l-Gvern jagħmel dawn bħala kondizzjoni qabel ma jingħata kuntratt ta' tindif?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jaghmel id-domanda lill-Ministru responsabbli.", "DJAR - OQSMA TAD-DJAR", "1135.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jindika jekk il-Gvern huwiex se jinvesta fil-bini ta' housing estates ġodda u jekk fl- affermattiv, fejn hu ppjanat li dawn l-estates jinbnew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar għanda artijiet biex tkompli għaddejja bil-proġetti tal-bini ta' flats u maisonettes f'diversi inħawi madwar Malta u Għawdex.", "Ta' min isemmi ukoll il-proġett ta' Pembroke fejn fis-snin li ġejjin għandhom jinbnew madwar 350 units fl-ewwel fażi tal- proġett.", "DJAR - OQSMA TAD-DJAR", "1136.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jieħu ħsieb jimmodernizza l-estates tal-gvern l-antiki billi jinstalla lifts fejn m'hemmx, ibiddel u jirranġa xogħol tal-ġebla u jipprovdi street furniture fejn m'hemmx jew fejn hemm bżonn li tinbidel?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jiddedika flus għal dan l-iskop?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward il-lifts, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 409.", "Rigward xogħol ta' landscaping u street furniture, ninforma lil Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għaddej bi programm ta' żviluppar ta' ġonna f'oqsma ta' djar.", "Fil-fatt bħalissa għaddej xogħol fil- housing estates tal-Fgura, Gudja, Ħal Għaxaq, tal-Pieta' u l-Furjana.", "DJAR - PLOTS FIŻ-ŻURRIEQ -", "1137.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid: kemm hemm plots fiż-Żurrieq li mhumiex żviluppati li huma proprjeta' tal-Joint Office; jekk dawn il-plots humiex se jiġu allokati jew inkella żviluppati u wara allokati; jekk dan il-proċess huwa pendenti, dawn l-istess plot se jiġu mdawra b'ħitan bħalma ġew imġiegħla jagħmlu sidien ta' plots oħra fl-istess lokalita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.", "DJAR - SUSSIDJU FUQ XIRI TA' DJAR", "1138.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jindika x'tip ta' sussidji qed jingħataw u x'miljoramenti qegħdin jiġu proposti għall-futur bħala inizjattiva għall-privat sabiex jikri l-proprjeta' tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent qed jingħata sussidju fuq il-kera sa massimu ta' Lm215 biex tħajjar nies jikru mingħand il-privat.", "Tlabt lill- Awtorita' tad-Djar biex isir studju kif dan jista' jiġi mtejjeb b'mod li jibbenefikaw dawk il-familji li l-aktar għandhom bżonn.", "Bħalissa għaddej studju fuq skema biex tħajjar sidien ta' postijiet vojta tal-privat jikru dawn il-postijiet lill-Maltin.", "DJAR", "1139.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: In vista tad-dikjarazzjoni magħmula mill- Ministru fis-sens li l-problema tal-housing hija tant kbira li l-Gvern lanqas għandu djar biex jospita dawk il-każi fil-bżonn, jista' l-Ministru jgħid: kif sejjer il-Gvern jirrisolvi din il-problema; x'se jkunu l- kriterji li bihom dawk il-units disponibbli jitqassmu; fejn huwa maħsub li jiġu mibnija u allokati units ġodda; jekk din l-allokazzjoni hijiex se tkun waħda assoluta jew inkella b'kera jew b'enfitewsi temporanja; kemm, jekk se jkun hemm, se jkun hemm units allokati lil nies bi bżonnijiet speċjali; kemm, jekk se jkun hemm, se jkunu allokati għal single parents; u kemm, jekk se jkun hemm, allokati lil ġuvintur u xebbiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-problema ta' l-akkomodazzjoni soċjali f'pajjiżna mhux se ssolvi ruħha sempliċiment bl-iżvilupp ta' aktar units, għalkemm dan l-iżvilupp jibqa' element importanti.", "Kif diġa' għidt drabi oħra, hemm bżonn reviżjoni intelliġenti tal-liġijiet tal-kera u inizjattivi oħra.", "B'danakollu rrid ngħid li l-Awtorita' tad-Djar għandha programm ta' bini biex tgħin tittaffa din l-problema.", "Dan il-bini jinstab f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.", "S'issa l-intenzjoni hi li l-allokazzjonijiet isiru kemm b'titolu ta' kera kif ukoll taħt titolu ta' bejgħ assolut.", "Kif tagħmel f'kull sejħa għall-applikazzjonijiet għal postijiet ġodda, l- Awtorita' tad-Djar tirriserva ammont minnhom kemm għal persuni b'diżabilita' kif ukoll single parents, oltre kategoriji oħra.", "Fir-rigward ta' allokazzjoni lill-guvintur u xebbiet, il-bord il-ġdid ta' l-Awtorita' tad-Djar se jikkonsidra dan il-fatt.", "RADIOS - VHF", "1140.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tiġi regolata l- pożizzjoni ta' dawk li għandhom bżonn u jagħmlu użu minn radios VHF li preżentement huma projbiti mil-liġi?", "Hemm ħsieb dwar jekk is-sajjieda humiex se jitħallew jużaw dawn il-mezzi li jistgħu jkunu ta' ħajja jew mewt għalihom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor Interpellant jindika liema tip ta` apparat qed jirriferi għalih.", "DELEGAZZJONIJIET/ ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI BARRANIN", "1149.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żjarat f'pajjiżna minn delegazzjonijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji barranin ewlenin mill-elezzjoni 'l hawn?", "X'kienet in-natura taż-żjara tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-unika żjara f`pajjiżna minn delegazzjonijiet ta` istituzzjonijiet finanzjarji barranin ewlenin mill-elezzjoni `l hawn kienet dik ta` delegazzjoni teknika mill-Financial Action Task Force (FATF) għar- rigward ta` liġijiet u proċeduri kontra l-money laundering.", "Fuq talba tiegħi, intbagħtu żewġ individwi mill-World Bank u l-IMF biex niddiskuti magħhom is-sitwazzjoni finanzjarja f`pajjiżna u ir-ri- introduzzjoni tal-VAT.", "TASSAZZJONI DOPPJA", "1150.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom bħalissa għaddejjin negozjati dwar ftehim prospettiv dwar ħelsien minn tassazzjoni doppja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET SOĊJALI", "1151.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu talbiet pendenti quddiemu bħalissa d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għall- akkomodazzjoni alternattiva?", "Kemm minnhom jikkonċernaw single parents?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward mistoqsija parlamentari numru 1151, l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ESPORTATURI MALTIN - ĦLASIJIET PENDENTI", "1152.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar ħlasijiet pendenti lill-esportaturi Maltin permezz tal-LIMSUK mill-elezzjoni ġenerali sal-lum?", "Hemm xi ħsieb biex titlaqqa' l-Kummissjoni mħallta bejn Malta u l- Libja?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.", "CELLULAR TELEPHONES", "1153.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid b'kollox kemm hemm cellular telephones għand il-ministri u segretarji parlamentari flimkien ma' l-istaff tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fil-każ ta' l-uffiċċju tiegħi, hemm tliet cellular telephones li tnejn minnhom, jiġifieri tiegħi u tad-designate Assistent Personali tiegħi, huma proprjeta' personali imma li l-kera tagħhom u t-telefonati li jsiru minnhom, jitħallsu mill-uffiċċju.", "Barra minn hekk, hemm cellular telephone ieħor għand is-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tiegħi.", "Rigward il-bqija tad-domanda, nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri individwalment.", "TOROQ - TISWIJIET", "1163.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk t-toroq u rampa li kienu jeżistu għall-persuni b'diżabilita' fid-daħla tat-triq iċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid u nqalgħu mal-proġett li sar, humwiex se jergġħu jsiru peress li qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DISKORS TA' L-E.T. IL-PRESIDENT", "1171.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Billi fid-diskors ta' l-E.T. il-President ta' Malta fil-ftuħ tad-Disa' Leġislatura intqal li jenħtieġ li jiġi mfassal mudell ġdid ta' ftehim kollettiv, jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti dan il-mudell ġdid?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-aħħar mudell ta' ftehim kollettiv kien ġie negozjat bejn il-GWU u l-Malta Employers' Association fis-snin sittin.", "Dan il-mudell kien użat mill-unions bħala bażi li fuqu jiġu negozjati ftehim ma' ditti partikolari.", "F'Diċembru 1990 fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku kien intlaħaq ftehim għal tliet snin dwar relazzjonijiet industrijali li kien jipprovdi għal żidiet għall-għoli tal-ħajja (COLA).", "Dan il-ftehim ma ġiex imġedded meta skada.", "Il-ministeru lest li jgħin lill- partijiet interessati biex ikomplu jitkellmu bil-għan li jintlaħaq ftehim fuq mudelli ġodda ta' relazzjonijiet industrijali.", "KUNSILLI LOKALI - INVESTIGAZZJONIJIET", "1205.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' investigazzjonijiet li saru jew qegħdin isiru matul din is-sena fuq il-kunsilli lokali?", "Min huma l-membri tal-Bord ta' Investigazzjoni?", "X'kien l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l- informazzjoni għad trid tinġabar.", "TV - IMPORTAZZJONI", "1206.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati settijiet tat-television tal-kulur xahar b'xahar mill-1996 sa Ottubru 1998?", "Jista' jgħid mil-liema pajjiżi ġew importati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.", "TV - LIĊENZJI", "1207.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għat-televisions tal- kulur xahar b'xahar mill-1996 sa Ottubru 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - CONSULTANCY SERVICES", "1208.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu dawk il-persuni li taw servizz ta' Consultancy Services lil kull kunsill lokali matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "Għal liema proġetti taw is-servizz tagħhom dawn il-konsulenti u kemm tħallsu għal kull proġett?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l- informazzjoni għad trid tinġabar.", "AMBJENT - KAMPANJA TA' TINDIF", "1209.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Bħala parti mill-kampanja ta' tindif madwar Malta, jista' l-Ministru jgħid: jekk inbdietx din il-kampanja ta' tindif u x'konsultazzjoni saret mal- kunsilli lokali; jekk fl-affermattiv, f'liema rħula beda jsir xi xogħol u minn min qed isir dan ix-xogħol; jekk fin-negattiv xi pjanijiet hemm, u minn liema bliet u rħula għandu jinbeda x-xogħol ta' tindif?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-21 sat-28 ta' Novembru, 1998 se tinżamm il-kampanja ta' kull sena Clean up the World, fejn id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jgħin u jikkordina inizjattivi volontari ta' tindif minn għaqdiet u individwi.", "Din is-sena, il-Ministeru għall-Ambjent qed jaħseb biex, fl-istess żmien iniedi kampanja parallela ta' tindif, minn ħaddiema ta' l-istess gvern, liema tindif ikompli anki fil-ġimgħat ta' wara.", "Bħalissa l-Ministeru għall-Ambjent għaddej b'laqgħat mal-kunsilli lokali dwar diversi materji li jolqtuhom.", "Fost affarijiet oħra qed jissemmew postijiet speċifiċi li jenħtieġu interventi partikolari ta' tindif.", "Diġa' nbeda x-xogħol madwar Santa Margherita Lines fil-Kottonera.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "1211.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tkun lesta d-dar ta' l-anzjani f'Bormla?", "Id-Dipartiment għandu ħsieb li jwaqqaf djar simili f'lokalitajiet oħra?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn hemm prijorita' li jsir?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla hija ppjanata li tkun lesta f'nofs is-sena d-dieħla.", "Id-Dipartiment għall-Anzjani qiegħed jikkonsidra f'liema lokalitajiet hemm l-akbar prijorita' għal djar oħra ta' l-anzjani.", "INCOME TAX - ARRETRATI", "1212.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu jieħu flus il-Gvern mingħand: individwi; u kumpanniji f'dak li huwa income tax?", "Kemm għandu jagħti lura f'tax refunds il-Gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-bilanċ ta` arretrati ta` Income Tax li jidher dovut lill-Gvern fuq assessments maħruġa sal-11 ta` Novembru, 1998 hu ta` Lm166 miljun.", "Din iċ-ċifra tinkludi l-ammont ta` taxxa maħruġa fuq bażi ta` ex officio u l-penalitajiet relattivi.", "Dawn l-ammonti qegħdin taħt oġġezzjoni u mistennija jonqsu sew meta l-oġġezzjonjiet jiġu likwidati.", "L-ammont ta` Lm166 miljun jidher dovut hekk:", "Lm91 miljun minn Individwi Lm75 minn kumpanniji u assoċjazzjonijiet", "Kontra dan il-bilanċ hemm ammont ta` Lm199 miljun f`taxxa li tħallset għal snin li għad ma ħarġux assessments.", "Din it-taxxa tiġi ikkreditata lit- taxpayer meta jinħareġ l-assessment għas-sena ta` stima relattiva.", "Ir- riżultat jista` jkun bilanċ dovut lill-Gvern jew bilanċ dovut lit-taxpayer.", "L-ammont ta` tax refund hu ta` Lm17-il miljun.", "Jiena tajt struzzjonijiet biex dawn il-bilanċi fl-aħħar jiġu eżaminati biex inkunu nafu kemm fil-fatt il-gvern għandu jieħu u għandu jagħti.", "TAXXA TAS-CET", "1213.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni rigward kemm inġabru flus permezz tat-taxxa tas-CET?", "Kemm għad fadal x'jingħataw flus bħala refunds mis-sistema tal- VAT qabel daħlet is-CET?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fis-16-il xahar li ilha taħdem mis-sistema tas-CET inġabru Lm81,653,487 netti mqassma kif ġej:", "Lulju sa Diċembru 1997 - Lm26,149,630 Jannar sa Ottubru 1998 - Lm55,503,857", "Dawn l-ammonti ma jinkludux Lm11,132,140 li nġabru bħala refużjonijiet fuq ħażniet.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li mis-sistema tal-VAT għad fadal Lm4,607,035 x`jingħataw bħala refużjonijiet tat-taxxa tal-VAT li minnhom Lm715,087 se jingħataw sa l-aħħar ta` din is-sena filwaqt li l-kumplament qed jiġu vverifikati.", "ATTARD - TRIQ IL-ĠIBJUN", "1214.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir bozza (street lighting) fi Triq il-Ġibjun Attard (viċin dar Ave Maria) peress li din tinsab fid-dlam ċappa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant se tiġi kkonsidrata flimkien ma talbiet oħra.", "ENEMALTA - ĊILINDRI TAL-GAS", "1215.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jaf il-Ministru li fis-suq għad hawn regolaturi tal-gas li m'humiex skond is-safety standards meħtieġa?", "X'qiegħed iżomm lill-Enemalta milli jidħlu regolaturi li huma up to standard u li għandhom insurance xierqa għal xi eventwalita' ta' inċident?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-materja qed tiġi nvestigata wara li kienu saru xi tibdiliet mill-amministrazzjoni preċedenti.", "TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT", "1216.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Billi f'daqqa waħda fil-media waqa' skiet perfett fuq it-tiftix għaż-żejt, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra fuq l-iżviluppi kollha importanti li kien hemm dan l-aħħar f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-Press Release tas-6 ta' Novembru, 1998 maħruġa mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni, li kien fiha tagħrif dwar l-aħħar żviluppi importanti rigward it-tiftix għaż-żejt u t-tħaffir f'Għawdex.", "Is-sitwazzjoni attwali hija li t-tħaffir wasal għal-livel ta' 6,500 metru u miexi skond kif maħsub.", "Ma nifhimx xi jrid jgħid l-Onor Interpellant dwar skiet!", "WSC/ENEMALTA", "1218.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-proporzjon ta' konsumaturi tal-Water Services Corporation u ta'l-Enemalta rispettivament, li minkejja il-miżuri fil-Budget ta' l-1998 irriżultalhom li ma kellhom l-ebda żieda fil-kontijiet tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.", "WSC/ENEMALTA", "1219.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista'l-Ministru jgħid kemm pensjonanti ibbenfikaw minn roħs fil-kontijiet tad-dawl u ilma minn l-aħħar budget 'l hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.", "XGĦAJRA - SQAQ TA' MUSULIN - BOZZA", "1223.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir bozza (street lighting) fi Sqaq Ta' Musulin, (viċin dar bl-isem Celeste) fix-Xgħajra, liema triq tinsab totalment mudlama?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - ĦLAS TA' GĦAJNUNA SOĊJALI", "1238.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jippermettix li ħlas (b'cheques) ta' għajnuna soċjali lill-ħandikappati ma jkunux jistgħu jiġu ddepożitati direttament fil-Bank ta' l-għażla tar-riċevitur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li effettivament id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qiegħed f'kuntatti mal-Banek kummerċjali biex tiġi implimentata sistema li biha l-benefiċċjarju jkun jista' jkollu depożitat il-benefiċċju tiegħu direttament fil-kont li jindika hu.", "F'każ ta' persuna li għandha diżabilita' mentali fejn il-Bord Mediku jindika li din il-persuna ma tistax taġixxi, il-proċess ta' hawn fuq se jkun jista' jsir fuq talba tal-Amministratur ta' dik il-persuna.", "SPTAR MONTE CARMELI - PRESKRIZZJONIJIET", "1306.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li kienu saru xi rapporti dwar abbużi minn preskrizzjonijiet minn tabib li kien jokkupa kariga għolja fl-Isptar Monte Carmeli?", "Jekk fl-affermattiv, saru investigazzjonijiet mill-awtoritajiet in konnessi ma' dawn l-abbużi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li dwar kaz partikulari qed jittiehdu passi dixxiplinari kontra numru ta' tobba wara li nstab li mpjegata kienet taghmel uzu abbuziv mill-kartuna tal-medicini b'xejn li kienet intitolata ghalihom.", "Sadattant qed isiru investigazzjonijet fuq kaz iehor.", "SPTAR MONTE CARMELI - TRANSPORT SECTION", "1307.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma allegazzjonijiet li l-konsum tal-fuel mit-Transport Section ta' l-Isptar Monte Carmeli irdoppja bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 meta mqabbel ma' l-istess perjodu taż-żmien ta' qabel?", "Jekk dan hu minnu, jista' l-Ministru jikkonferma li din iż-żieda kienet reġistrata meta x-xogħol kien naqas drastikament?", "Jekk dan hu minnu, x'passi qed jittieħdu mid-Dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tingabar u tinghata f'seduta ohra.", "SKEJJEL PRIMARJI - SILLABU RIVEDUT", "1320.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l -Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sillabu rivedut tal-klassijiet 4, 5, u 6 ta' l-iskejjel primarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA:Id-dokument mitlub se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KUMPLESSI SPORTIVI", "1321.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min hu jew huma l-persuni li se jagħmlu l-istudji u analiżi dwar il-bini ta' 3 kumplessi sportivi li l-gvern qal li se jibni fi tliet reġjuni ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu ffinanzjati anke mis-settur privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser jitwaqqaf kumitat li ser jagħmel analiżi tal- faċilitajiet sportivi eżistenti sabiex ikunu identifikati l-ħtiġijiet fid- diversi dixxiplini sportivi.", "Il-Gvern lest jikkonsidra l-proposti li jsirulu.", "IMPJANT TAR-RIĊIKLAĠĠ - ILMENTI", "1322.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l -Ministru jgħid mill-bidu ta' din is-sena 'l hawn kemm irċieva lmenti l- ministeru jew id-dipartiment dwar l-impjant tar-Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin, mill-Kunsill Lokali ta' Marsascala u mir-residenti li joqogħdu fil- viċinanzi ta' l-istess impjant?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 'l hawn l-uffiċju tal-'Planning, Policy and Regulation' fi ħdan il-Waste Management laqa' ftit li xejn ilmenti minn għand il-Kunsill Lokali ta' Marsascala.", "Dan seħħ l-iżjed fix-xhur ta' Mejju u Awissu.", "Iżda, ma rridux ninsew li dawn ma ġewx irrapurtati direttament lid-Direttur tal-Waste Management Strategy Implementation Department.", "Min-naħa l-oħra n-numru ta' ilmenti mir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi ta' l-istess impjant kien hekk:", "Xahar % ----- --- Jannar 0.90 Frar 1.33 Marzu 3.50 April 7.91 Mejju 9.67 Gunju 8.75 Lulju 8.33 Awissu 29.03 Settembru 5.55 Ottubru 0.40", "GĦAWDEX - KORSA TAŻ-ŻWIEMEL", "1323.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif titmexxa u minn min il-korsa taż-żwiemel f'Għawdex?", "B'riferenza għad-dejn li għandha l-korsa tal-Marsa, xi pjanijiet għandu l-kumitat il-ġdid sabiex jitħallas dan id-dejn jew parti minnu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Interpellan huwa mitlub jagħmel l-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "Dwar it-tieni parti informat li l-problema tad-dejn tal-Marsa Racing Club kibret tant li l-Kumitat sab ruħu f'pożizzjoni fejn ma jistax jagħmel programm dwar kif jistgħu jsiru ħlasijiet tal-pagamenti lill-kredituri tiegħu.", "Madankollu, il-Kumitat se jimpenja ruħu biex jara li jkun hemm żieda fid-dħul u jikkontrolla l-infieq biex, barra li jagħmel tajjeb għat- telf li sofra l-Club is-sena l-oħra, ikun jista' jħallas lura parti mid- dejn.", "UNJONI EWROPEA - PROGRAMM COMENIUS", "1324.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel primarji u sekondarji lokali li ħadu sehem fil-programm Comenius? ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena, minn mindu Malta bdiet tieħu sehem f'dan il-programm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "UNJONI EWROPEA - PROGRAMM LEONARDO", "1325.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti Maltin li ħadu sehem fil-programm Leonardo ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena, minn mindu Malta bdiet tieħu sehem f'dan il-programm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li x-xogħol meħtieġ għall-parteċipazzjoni f'dan il-programm safa' fix-xejn bl-iffriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-UE, ma jirriżultalix li Malta kellha sehem kif jipprovdi l- istess programm."]} {"filename": "19990316_076d_par.doc", "date": "1999-03-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 76 It-Tlieta, 16 ta' Marzu, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 76", "It-Tlieta, 16 ta' Marzu, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "76", "It-Tlieta, 16 ta' Marzu, 1999", "WERREJ MINUTI 797", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 797", "TQEGĦID TA' KARTI 801", "STQARRIJA MINISTERJALI IL-PROĠETT TAL-KOTTONERA 803", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (NRU.2) (IT-TIENI QARI) 825 LOCAL LOAN (No.2) BILL (SECOND READING) 825", "AĠĠORNAMENT 832", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 837", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 75 li saret fil-15 ta' Marzu, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ANZJANI - HOME HELP", "2456.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena, minn meta bdiet l-iskema tal-home help għall-anzjani, kemm nies applikaw għal din l-iskema, kemm nies ingħataw dan is-servizz, kemm kienu impjegati CSAs u kemm swiet din l-iskema kull sena?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il- Minisru għall-Politika Soċjali): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi jekk is-segretarjat jew il-ministeru rċevewx xi lmenti mingħand l-anzjani jew il-familjari tagħhom dwar servizz li m'huwiex jingħata b'mod daqstant tajjeb f'xi djar ta' l-anzjani, fosthom anke dawk li jitmexxew b'mod privat.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Safejn naf jien ma kelli l-ebda lmenti dwar id-djar tal-gvern pero' rċevejna xi lmenti dwar ċerti djar privati u dawn qegħdin nikkonsidrawhom.", "Fil-fatt hemm spettorat magħmul minn nies mid-dipartiment tas-saħħa u mid- dipartiment ta' l-anzjani li qegħdin jagħmlu inspections fuq id-djar privati kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nixtieq nistaqsi jekk hemmx il-ħsieb li jkunu ngaġġati aktar CSAs fil-futur qarib, jekk qattx daħlu lmenti mingħand CSAs ta' abbuż tas-servizz min-naħa ta' l-anzjani u jekk hemmx il-ħsieb li l- home help jiġi estiż ukoll għas-sigħat ta' bil-lejl?", "MR.", "SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Rigward jekk jiġux ingaġġati iktar CSAs, naturalment dan jiddependi mid-domanda li jkollna mill-anzjani.", "Jekk naraw li hemm anzjani li għandhom bżonn is-servizz u m'għandniex casual social assistants biżżejjed, allura jkollna nimpjegaw aktar casual social assistants.", "Huwa veru wkoll li ġieli rċevejna lmenti mis-CSAs li ċerti anzjani - għalkemm żgur mhux il-maġġoranza - jġiegħluhom jagħmlu affarijiet li mhux suppost jagħmlu.", "Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, s'issa m'għandna l-ebda ħsieb li nestendu dan is-servizz għal bil-lejl.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi jekk hemmx il-ħsieb li s-CSAs ikollhom titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?", "Qed ngħid dan għaliex dawn jitqiesu li huma self-employed u allura ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, per eżempju, m'humiex intitolati għaliha.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Din il-kwestjoni taż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja ġiet irranġata bl-emendi li għamilna għal-liġi dwar is-sigurta' soċjali.", "Rigward it-titjib fil-kondizzjonijiet, naħseb li l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jitkellem ċar li fiż-żmien opportun is-CSAs mhux se jibqgħu jiġu kkonsidrati bħala self-employed imma jiġu kkonsidrati bħala part-time employees.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Meta hemm il-ħsieb li din il-wegħda elettorali tiġi attwata?", "Twaqqaf xi kumitat għal dan il-għan?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex din il-wegħda tiġi onorata imma diġa' beda x-xogħol ħalli aktar tard matul din is-sena nkunu f'pożizzjoni li nonoraw din il-wegħda.", "PENSJONANTI", "4179.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar tagħrif dwar il-kategoriji differenti ta' pensjonanti, skond id-dħul mill- pensjoni partikolari tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni li qed titlob l-Onor.", "Interpellant.", "Billi r-rati tal-pensjonijiet ivarjaw, l-istatistika tinżamm skond kategorija ta' dħul kif jidhru fit-tabelli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Peress li l-Ministru ftit ilu ġie rrapportat li qal li wieħed m'għandux iqis biss il-pensjoni bħala appoġġ lill- pensjonanti - jiena dejjem fhimt li kien qiegħed jirriferi għas-servizz tal-home help - pero' l-gvern huwa konxju tas-sitwazzjoni dejjem tiddeterjora fl-Isptar San Luqa, f'termini ta' tul ta' żmien, biex wieħed jagħmel operazzjoni u anke biex jingħata appuntament, per eżempju, għal endoscopy u angiogram?", "Agħar minn hekk imbagħad, hemm il-kwestjoni tal- mediċini.", "MR SPEAKER: Onor. Coleiro, ejja għad-domanda, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, Mr Speaker, bilfors irrid nispjega ruħi għaliex inkella niġi qisni qed nitkellem fl-arja!", "(Interruzzjonijiet) Dan il-parlament sema' ħafna akkużi meta l-Gvern Laburista ntroduċa l-ħlas tal-50c imma llum għandna sitwazzjoni fejn pensjonanti li għandhom bżonn mediċini speċjali jdumu xhur sħaħ jistennew l-approvazzjoni mill-bord mediku.", "Barra minn hekk, għandna sitwazzjoni fejn pensjonanti li għandhom pensjoni ta' ftit iktar minn Lm100 fix-xahar ġew ordnati kaxxa ta' 25 pillola tal-5mg li jisimha \"Aricept\" li tiswa Lm57.26.", "Meta dawn talbu biex jiġu kkonsidrati jeħduhom mill-isptar, il-parir li tawhom kien biex jistaqsu lill-professur biex forsi jbidlilhom it-tip ta' mediċina, imma l- professur ovvjament sostna li dak huwa t-trattament li għandhom bżonn.", "Il- gvern huwa konxju ta' din is-sitwazzjoni tal-biki li l-pensjonanti Maltin u Għawdxin qegħdin fiha bħalissa?", "Nixtieq nitlob issa l-permess tal-Kamra biex inqiegħed dan il-pakkett fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pakkett tal-mediċina \"Aricept\" tal-5mg.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, l-ewwelnett rigward il-waiting lists irrid ngħid li dawn għadhom fl-istess livell li kienu ħames xhur ilu, ħlief fil-każ ta' l-ortopedija.", "L-Onor.", "Coleiro qalet li l-waiting lists ta' l-anġografija, per eżempju, qegħdin jitwalu.", "Wieħed irid jiftakar pero' li qabel konna nibagħtu 100 biss minn dawn il- pazjenti għat-testijiet barra u ovvjament konna nidentifikaw dawk l-iktar urġenti biex imbagħad jgħaddu għall-operazzjoni.", "Imma llum dawn it- testijiet qegħdin isiru f'Malta u dan ifisser li wieħed jista' jagħmel numru kważi llimitat ta' testijiet u filwaqt li qabel konna nidentifikaw ftit minn dawk il-100 li kienu jmorru barra għall-operazzjoni, illum qegħdin nagħmlu madwar 350 operazzjoni tal-qalb.", "Għaliex iżjed ma jkollok faċilitajiet biex tinvestiga, ovvjament l-ammont ta' nies li tidentifika għall-operazzjonijiet se jikber f'salt.", "Barra minn hekk, meta nafu li l- popolazzjoni tagħna qiegħda dejjem tikber u li hemm persentaġġ għoli ta' mard deġenerattiv f'poplu li kulma jmur qiegħed jgħix iżjed fit-tul, dan iżid ukoll in-numru ta' operazzjonijiet, bħal hip u knee replacements, u allura l-waiting lists ikomplu jitwalu.", "Issa kif għedna, jekk wieħed jara n-numru ta' konsulenti ortopediċi għall- popolazzjoni tagħna skond kif irrikmandat mix-xjenza llum, ir-riżultat ikun li għandna bżonn madwar 12-il orthopaedic surgeon biex ilaħħqu ma' popolazzjoni ta' 350,000.", "Fil-fatt f'pajjiżna għandna ħamsa biss; hemm nies li qegħdin jispeċjalizzaw f'dan il-qasam pero' anke kieku nżidu dawn il-ħamsa għal 12 it-theatre time available għalihom ma jkunx biżżejjed.", "Fil-fatt il-ħames konsulenti li għandna jkollhom operating session waħda fil-ġimgħa f'dak li għandu x'jaqsam ma' replacements imma aktar ma din l- operazzjoni ssir faċli, iktar ikollok numru ta' nies li jikkonkorru għaliha.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-waiting lists tal-hip replacements isib li ċerti konsulenti għandhom waiting list relattivament qasira ta' ftit xhur u l-iktar ta' sena, pero' mbagħad issib konsulenti oħrajn - għaliex aħna noffru lill-pazjent l-għażla tal-konsulent - li għandhom waiting list ta' 'l fuq minn tliet snin.", "Barra minn hekk, kieku jkollna ngħidu li se nibdew nagħmlu operating sessions wara nofs inhar, sfortunatament insibu li theatre nurses biex inħaddmu t-teatru wara nofs inhar għad m'għandniex.", "Hemm ukoll il-problema l-oħra li f'dawn il- każijiet tkun qed tagħmel operazzjonijiet fuq nies ta' ċertu eta' u allura ovvjament irid ikollok spare capacity il-ħin kollu ġewwa l-ITU.", "Issa nafu li l-ITU għandha 13-il sodda biss.", "Jiġifieri hemm dawn il- komplikazzjonijiet kollha.", "Rigward il-pilloli ovvjament il-proċedura li qed tintuża llum hija l- istess proċedura li kienet tintuża fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti pero' m'iniex qed niġġustifikaha għaliex verament hija proċedura twila.", "Jiena jkolli ħafna minn dawn il-complaints pero' l-iżjed li jkollna bħalissa huma rigward il-pilloli li jnaqqsu x-xaħam fid-demm.", "Din il- problema nqalgħet - nerġa' ngħid, hawn m'iniex qiegħed nikkritika - meta l- amministrazzjoni preċedenti ġustament daħħlet protokoll ġdid għal dawn il- mediċini fuq rakkmandazzjoni tad-WHO.", "Allura f'daqqa waħda ħafna nies sabu li m'humiex intitolati iktar għal dawn il-pilloli u ħassew li ġew misruqa.", "Id-WHO, per eżempju, tirrikmanda li kulmin għandu 'l fuq minn 75 sena ma jibqax jingħata pilloli biex ibaxxu x-xaħam fid-demm.", "Nerġa' ngħid, il-pass li ħa l-gvern preċedenti fuq rakkmandazzjoni tad-WHO kien pass ġust pero' kien pass li wassal għal ċertu garr min-nies.", "Sur President, illum meta wieħed jikteb mediċini ġodda mhux biss irid jiktibhomlu l-konsulent u jirriferihom lid-drugs and therapeutic-committee iżda jrid jevalwa wkoll il-benefiċċji li jista' jieħu vis-a-vis l-ispiża li jkun qiegħed joħroġ.", "Ħalli nispjega ftit.", "Meta toħroġ mediċina ġdida li fil-bidu tikklejmja li hija breakthrough fuq xi ħaġa oħra ma tfissirx li awtomatikament tkun aħjar mill-mediċina ta' qabilha, pero' fil-professjoni medika hemm it-tendenza - il-kollegi tiegħi dan jistgħu jikkonfermawh - li jaqbdu u jippreskrivuha.", "Wieħed irid jifhem ukoll li speċjalment fejn jidħlu psychotropic drugs, dawn illum iqumu prezzijiet fenomenali għax pakkett ta' 15-il pillola ġieli jilħaq Lm28 u allura jkun hemm restrizzjonijiet finanzjarji wkoll.", "Ovvjament ir-restrizzjonijiet finanzjarji m'humiex il-kriterju l-iktar importanti imma l-kriterju l- iktar importanti huwa d-deċiżjoni tal-bord li jkun magħmul minn speċjalisti skond il-marda li tkun qiegħda tiġi assessjata u li jiddeċiedi x'benefiċċju se jieħu l-pazjent jekk tiġi preskritta dik il-mediċina.", "Kif għedt, dan huwa proċess pjuttost twil u jieħu average ta' tliet xhur u li jiġri huwa li f'dawk it-tliet xhur sakemm jiġi maħruġ il-permess mid-drugs and therapeutic-committee, ħafna mill-pazjenti jkollhom jixtruha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUIS COLEIRO: Sur President, jien m'iniex qed nirriferi biss għall-garr tan-nies imma qed nirriferi wkoll għall-uġigħ li jistgħu jkunu qed iħossu.", "Jien nifhem li hemm regolamenti u nifhem li għandu jkun hemm accountability pero' f'din il-Kamra rridu nifhmu li jkun hawn min ma jaffordjax jixtri ċerti pilloli li jkollu bżonn.", "Per eżempju, jien naf anzjana li ilha erba' xhur tistenna bil-ħniena li tingħata l-pilloli \"Zokor\".", "Din tant għandha pensjoni limitata li jekk ma jgħinuhiex uliedha lanqas tiekol bħan-nies.", "Kemm se ddum tistenna?", "X'qed jagħmel il-gvern biex dan il-ħafna red tape u burokrazija żejda tinqata'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, hemm iktar minn burokrazija nvolut!", "Il-pilloli \"Zokor\" ma ssibhomx ġewwa l-government pharmaceutical services pero' jinxtraw fuq bażi individwali.", "Hemmhekk fejn tidħol il- burokrazija pero' ħaġa ta' l-iskantament minkejja li llum nafu li ż-\"Zokor\" f'dawn il-każijiet qiegħda tagħmlilhom iżjed ħsara milli ġid, xorta huwa diffiċli biex tfiehem lill-pazjenti li sa ftit ta' żmien ilu kienu jieħdu din il-kura li m'għandhom bżonn xejn jew inkella li jistgħu jaqilbu għal pillola oħra li għandha l-istess effetti.", "Pero' naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro li l-proċess biex wieħed jingħata dawn it-tip ta' pilloli huwa proċess twil u proċess li kemm l-amministrazzjoni preċedenti kif ukoll jien qegħdin nipprovaw inqassruh kemm jista' jkun.", "Min-naħa l-oħra, ir-red tape li hemm ma jiddependix biss fuq l-effiċjenza tad-dipartiment imma fuq dipartimenti oħrajn ukoll, iżda nwiegħed lill- Onor. Interpellant li se nibqa' nagħmel minn kollox biex kemm jista' jkun inqassru din il-proċedura.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat- tqegħid ta' karti.", "Il-Ministru Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti minn Ħal Qormi, Ħal Luqa u Santa Venera li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4191;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti minn Għawdex li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4192;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti mill-Gżira, Msida, San Ġwann u Ta' Xbiex li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4193;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti minn Birżebbuga, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, Imqabba, Ħal Safi u Żurrieq li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4194;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti minn Ħaż-Żebbug, Siġġiewi, Attard, Dingli u Qrendi li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4195;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti mill-Belt Valletta, Furjana, Ħamrun u Pieta' li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4214;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti minn Ħal Balzan, Birkirkara u Ħal Lija li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4215;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti minn Pembroke, San Ġiljan, Sliema, Swieqi u Madliena li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4216;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti mill-Għargħur, Iklin, Mosta u Naxxar li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4217;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti mill-Gudja, Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4218;", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti mill-Imdina, Mellieħa, Manikata, Imġarr, Rabat, Tal-Virtu' u San Pawl il-Baħar li jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4219; u", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet li daħlu quddiem it-tribunal għall- investigazzjoni ta' inġustizzji sal-11 ta' Marzu 1999, flimkien ma' tagħrif dwar kawżi deċiżi u listi tal-kawżi kanċellati, kawżi sine die u kawżi riappuntati matul l-istess perjodu, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5674.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fid-dikasteru li għalih jien responsabbli li jieħdu allowance għal degree jew diploma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5614.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar photocopy machines fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3620; u", "Tagħrif dwar impjegati fid-dikasteru li għalih jien responsabbli li jieħdu allowance għal degree jew diploma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5617.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:- .", "Tagħrif dwar photocopy machines fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3621; u", "Tagħrif dwar impjegati fid-dikasteru li għalih jien responsabbli li jieħdu allowance għal degree jew diploma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5616.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pjan strateġiku tal-korp tal-pulizija għas-snin 1999 – 2001;", "Tagħrif dwar photocopy machines fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3622; u", "Tagħrif dwar impjegati fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, li jieħdu allowance għal degree jew diploma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5618.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar photocopy machines fid-dikasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3624.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-grad ta' ħaddiema fid-dipartiment tas- saħħa li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Jannar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5469;", "Tabella li turi l-għadd u l-grad ta' ħaddiema fid-dipartiment tas- saħħa li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5470;", "Tabella li turi l-għadd u l-grad ta' ħaddiema fid-dipartiment tas- saħħa li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5471; u", "Tabella li turi l-għadd u l-grad ta' ħaddiema fid-dipartiment tas- saħħa li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Settembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5472.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali.", "STQARRIJA MINISTERJALI", "IL-PROĠETT TAL-KOTTONERA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif taf din il-Kamra, dan il-gvern minn dejjem ta l-akbar importanza u ħadem bis-sħiħ għar-riġenerazzjoni tal- Kottonera billi anke wettaq proġetti u ħa inizjattivi bl-iskop li jagħti ħajja ġdida lil dawn l-inħawi.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-mollijiet li saru fix-xatt tal-Birgu, it-tisbiħ tax-xatt ta' l-Isla, ir-restawr tal-palazzi, il-ftuħ tal-mużew marittimu, it-twaqqigħ ta' bini antik u l-bini mill-ġdid ta' postijiet residenzjali, u d-deċiżjoni li l-boat show tibda ssir fil- Birgu.", "Kienet ukoll il-mira ta' dan il-gvern li l-Kottonera jiżviluppaha f'ċentru internazzjonali tal-yachts, kif għamel fl-imgħoddi f'inħawi oħra tal-gżejjer Maltin bil-bini tal-yacht marina f'Ta' Xbiex u Manoel Island, dik fl-Imsida u l-marina fl-Imġarr f'Għawdex.", "B'dan l-iżvilupp ried li jagħti bixra aktar kummerċjali lill-Kottonera b'rispett sħiħ lejn il-valur storiku tagħha.", "Sa l-1996 dan l-iżvilupp kien qed ikun ippjanat fuq studji li saru mill- awtorità marittima u f'konformità ma' rapport li sar mill-awtorità ta' l- ippjanar dwar l-iżvilupp ta' l-area madwar il-Port il-Kbir.", "Għalhekk, minn dan wieħed mill-ewwel jifhem li dan il-gvern ilu s-snin li beda jaħdem biex lill-Kottonera jagħtiha dehra ġdida, kompattibbli mal-valur storiku tagħha, u li jsiru proġetti li minnhom jistgħu jgawdu l-istess nies tal-Kottonera.", "Hu ta' sodisfazzjon li l-amministrazzjoni preċedenti, immexxijja mill- oppożizzjoni tal-lum, baqgħet miexja fuq il-pjani tal-gvern ta' qabel fir- rigward ta' l-iżvilupp tax-xatt tal-Kottonera.", "Fl-aħħar sentejn, iżda, dan il-proġett baqa' ma seħħx u dan għal diversi raġunijiet.", "Kien f'Lulju ta' l-1997 li l-gvern ħareġ sejħa għal proposti mingħand kulmin kien interessat fl-iżvilupp tax-xatt tal-Kottonera f'yacht marina internazzjonali.", "Din is-sejħa kienet għalqet fil-15 ta' Settembru ta' l- istess sena u sa dik id-data waslu 16-il sottomissjoni.", "Dawn kienu evalwati mill-Cottonera waterfront steering committee, li twaqqaf biex jassisti lill- gvern fil-proċess kollu marbut mal-proġett.", "Mis-sottomissjonijiet li daħlu kienu shortlisted dawk ta' erba' konsorzja: Raniolo & Bencini Architects, Arie de Boom Associates, Camper & Nicholsons u Port Cottonera Consortium.", "Din ix-short-list kienet accettata wkoll mill-gvern.", "Fl-4 ta' Diċembru 1997, Raniolo & Bencini Architects u Arie de Boom Associates informaw lill- Cottonera waterfront steering committee li kienu ngħaqdu flimkien bħala Cottonera Waterfront Group.", "Fit-2 ta' Frar 1998, wara li t-tliet konsorzji għamlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom, iċ-chairman tal-Cottonera waterfront steering committee kien kiteb lit-tliet konsorzji u nformahom li l-gvern kien approva l-kondizzjonijiet proposti għan-negozjati magħhom.", "Tajjeb ngħid li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet kienet tgħid, u tajjeb li nikkwota kelma b'kelma bl-Ingliż kif miktuba, li:", "\"the developers will within one month of the letter of intent, form a holding company, locally registered, with a paid up minimum share capital of Lm1,000,000\".", "Dan ħassejt li għandi nsemmih għaliex jidher li fid-diskussjonijiet mal- Cottonera Waterfront Group, li saru f'April ta' l-1998 wara li l-Cottonera waterfront steering committee kien irrakkmanda lill-gvern li dan il- konsorzju għandu jkun l-iżviluppatur preferut, din il-pożizzjoni tbiddlet radikalment u l-gvern beda jinsisti li qabel tinħareġ il-letter of intent, kellha tkun ifformata u rreġistrata l-kumpannija b'share capital minimu mħallas ta' Lm1 miljun.", "Id-deċiżjoni li n-negozjati għandhom isiru mal- Cottonera Waterfront Group ittieħdet mill-isteering committee fis-17 ta' Marzu 1998 u n-negozjati bejn il-Cottonera Waterfront Group u l-gvern bdew fis-7 ta' April.", "In-negozjati formali magħhom jidher li waqfu ħesrem fl-20 ta' April u erbat ijiem wara l-gvern talab lill-Port Cottonera Consortium jikkonfermaw jekk kenux lesti jiddiskutu miegħu, bħala minimu, il- kondizzjonijiet li dwarhom kien hemm diġà qbil mal-Cottonera Waterfront Group.", "Wara deċiżjoni meħuda mill-kabinett fis-27 ta' April, 1998 biex \"il- kuntratt jingħata lill-ewwel grupp li jaċċetta l-kondizzjonijiet tal- gvern\", jidher li l-gvern beda jinnegozja mal-Port Cottonera Consortium u fit-8 ta' Mejju ħarġilhom il-letter of intent, filwaqt li kienu ffirmati heads of agreement bejn l-aġent direttur ta' l-artijiet f'isem il-gvern, iċ-chairman ta' l-awtorità marittima u l-Port Cottonera Ltd, il-kumpannija mwaqqfa mill-Port Cottonera Consortium, kif mitlub fil-kondizzjonijiet tal- gvern.", "Dan il-ftehim stabilixxa l-assi li l-gvern kellu jgħaddi lill- kumpannija b'enfitewsi temporanja, cioè:", "ix-xatt bejn il-Bieb tal-Birgu u l-pont li jwassal għal Forti Sant'Anġlu;", "ix-xatt u d-drittijiet ta' rmiġġ bejn il-pjazzetta ta' quddiem il-knisja dedikata lil San Lawrenz u tal-bini użat mill-klabb tar-regatta; u", "id-drittijiet ta' rmiġġ fin-naħa ta' l-Isla bejn il-Maċina u l-ground tal- football fil-Ponta ta' l-Isla bid-dritt li jagħmlu kanal biex minnu jgħaddu s-servizzi meħtieġa u bid-dritt ukoll li joħolqu yacht marina;", "Min-naħa tagħha l-kumpannija ntrabtet li tħallas Lm370,000 fis-sena, maqsuma fi Lm320,000 ċens u Lm50,000 konsistenti fi ħlas ta' drittijiet ta' rmiġġ u ħlasijiet lill-organizzazzjoni nazzjonali tat-turiżmu.", "Il- kumpannija pproduċiet ukoll bid bond fl-ammont ta' Lm200,000 bħala garanzija ta' l-obbligi tagħha skond il-ftehim imsemmi hawn fuq.", "Dak li ġara wara hu storja magħrufa.", "Tressqet bl-akbar għaġġla fil-parlament riżoluzzjoni dwar it-trasferiment tal-proprjetà u din m'għaddietx għax il-gvern preċedenti ma laqax suġġeriment ta' l-oppożizzjoni biex il-kuntratt propost ikun mifli aħjar minn kumitat tal-parlament, u fuq kollox għax il-gvern preċedenti baqa' jinsisti li jagħti drittijiet reali anke fuq il-mollijiet tal-Kottonera.", "Il- proġett waqaf hemm, ħlief għall-fatt li fit-30 ta' Ġunju 1998 il-gvern u l- kumpannija ffirmaw konvenju u fl-1 ta' Settembru ta' l-1998, jiġifieri wara li l-gvern preċedenti għal darba darbtejn tilef il-vot fil-parlament biex ikun approvat il-kuntratt kif riedu hu, lejlet l-elezzjoni ġenerali estenda l-validità ta' l-istess konvenju sal-11 ta' Diċembru 1998.", "Mal-bidla fil-gvern f'Settembru 1998, l-amministrazzjoni preżenti mill- ewwel bdiet taħdem biex tmexxi dan il-proġett 'il quddiem f'konformità mal- wegħda elettorali ta' l-1996 li:", "jinħolqu development briefs għal postijiet fil-Kottonera adatti għall- iżvilupp kummerċjali u kulturali bħax-Xatt tal-Birgu, ix-Xatt ta' l-Isla u x-Xatt tal-Kalkara; jagħti prijorità lill-għeluq tal-baċir nru 1 u l- iżvilupp ta' dan is-sit; tingħata spinta lil proġetti ekonomiċi, kummerċjali u turistiċi f'dawn l-inħawi;", "u wkoll mal-wegħda elettorali ta' l-1998 li:", "il-proġett tax-xatt tal-Kottonera jingħata prijorità; in-nies jibqgħu jgawdu l-użu tal-mollijiet; ikun hemm programm għar-restawr tal-bini pubbliku mill-Isla sal-Kalkara; il-proġett isir mis-settur privat iżda jingħata bi proċess serju u miftuħ ta' konsultazzjoni man-nies tal- Kottonera; il-baċir nru 1 tat-tarzna jsir attrazzjoni; jingħataw inċentivi biex jinfetħu lukandi u ristoranti fiż-żona.", "L-amministrazzjoni preżenti sabet li sas-27 ta' April ta' l-1998, il- Cottonera waterfront group kien diġà waqqaf kumpannija kif stipulat fil- kondizzjonijiet li sarulu mill-gvern, bl-isem ta' Cottonera Waterfront plc.", "Dan ifisser li kien hemm żewġ kumpanniji, bl-istess ammont ta' kapital, li twaqqfu u kienu reġistrati biex iwettqu l-istess proġett.", "Din l- amministrazzjoni mill-bidu beda jkollha taħditiet mat-tliet konsorzji li kienu ġew short-listed mill-isteering committee biex ikun jista' jevalwa aħjar il-kunċett li kien qed jitressaq f'kull proposta individwali.", "Bdew isiru wkoll taħditiet mal-Malta Drydocks li aċċettaw l-idea li l-baċir nru 1 jista' jkun inkorporat f'dan l-iżvilupp u li kienu lesti jaħdmu f'kooperazzjoni sħiħa ma' l-iżviluppatur.", "Wara diversi rakkmandazzjonijiet li tressqu quddiem il-gvern, il-kabinett iddeċieda li n-negozjati għandhom isiru ma' l-ewwel żewġ konsorzji magħżula mill-isteering committee, u possibbilment anke mat-tielet konsorzju, bl- iskop li flimkien jiżviluppaw il-marina u x-xatt.", "Peress li deher li l- konsorzji ma kenux favur li jingħaqdu flimkien, il-gvern qabel mal-proposta li l-iżvilupp jinqasam f'żewġ partijiet: parti li tikkonsisti f'marina u xi bini, u li tingħata lil wieħed mill-konsorzji; u l-parti l-oħra li tikkonsisti fl-iżvilupp fuq l-art u li tingħata lill-konsorzju l-ieħor.", "Inħass mill-gvern preżenti li ma kienx hemm il-ħtieġa li ssir xi pressjoni fuq il-konsorzji li bilfors irid ikun hemm element ta' investiment barrani.", "Fil-fatt, filwaqt li l-investiment Amerikan minn Abonmarche Group baqa' jifforma parti mill-Port Cottonera Consortium, u nirringrazzja lill-president ta' dan il-grupp, Ron Schultz, li ġie Malta għall-iffirmar tal-letter of commitment mill-konsorzju li baqa' jifforma parti minnu, il-Cottonera Waterfront Group baqa' fformat minn uħud mill- aqwa imprendituri Maltin li mingħandhom ukoll nistennew l-istess livell ta' investiment.", "Saret sensiela twila ta' sigħat sħaħ ta' negozjati maż-żewġ konsorzji, l- ewwel biex ikun determinat kif se jinqasam l-iżvilupp u mbagħad biex ikun determinat ir-rwol ta' kull konsorzju f'dan l-iżvilupp.", "Sa tmiem is-sena li għaddiet wasalna għal ftehim dwar din il-materja, billi kien miftiehem li l- Cottonera Waterfront Group jingħataw l-iżvilupp tal-marina flimkien ma' bini ieħor bħall-Palazz ta' Carafa, żvilupp residenzjali faċċata tal- Kalkara u l-inħawi taħt Forti Sant'Anġlu, filwaqt li Port Cottonera Consortium ikunu responsabbli mill-iżvilupp tal-palazzi tul ix-xatt, il- Maċina u s-sit magħruf bħala white building.", "Kien importanti għall-gvern li mhux biss ikun hemm il-qbil bejnu u kull konsorzju iżda wkoll bejn iż- żewġ konsorzji flimkien, peress li dawn iridu jaħdmu ma' ġemb xulxin u b'kordinazzjoni bejniethom.", "Għalhekk fil-bidu tas-sena setgħu jinbdew in-negozjati maż-żewġ konsorzji fuq bażi individwali biex inkunu nistgħu naslu għall-kuntratt.", "Il-gvern għamilha ċara mill-ewwel li ma kien se jkun hemm l-ebda drittijiet għall- mollijiet jew għall-foreshore u li dawn kienu se jibqgħu proprjetà tal- gvern u aċċessibbli għall-pubbliku.", "Dan kien aċċettat miż-żewġ konsorzji.", "L- uniċi drittijiet esklusivi li talbu li jingħataw huma dawk biss li jiggarantixxu li parti mill-iżvilupp li se jagħmel kull konsorzju ma jsirx mill-konsorzju l-ieħor.", "Nhar it-Tnejn, 8 ta' Marzu, in-negozjati kienu konklużi pożittivament maż- żewġ konsorzji biex b'hekk setgħet tkun iffirmata miż-żewġ konsorzji - Cottonera Waterfront Group u Port Cottonera Consortium - il-letter of commitment biex b'hekk intrabtu li jżommu mal-kondizzjonijiet stabiliti fil-kuntratt preliminari li ntlaħaq bejnhom u l-gvern.", "Wara dan l- iffirmar, saru minn dak in-nhar sal-lum l-land drawings dettaljati mid- dipartiment ta' l-artijiet biex ikunu annessi mal-kuntratt propost, u saru d-deskrizzjonijiet dettaljati tal-proprjetà li trid tkun trasferita.", "Il- konsorzji llum qablu ma' dawn il-pjanti u deskrizzjonijiet u mill-ġdid inizjalaw il-kuntratt propost, kif ukoll il-land drawings relattivi.", "Ma' l-iffirmar ta' l-ittra ta' mpenn, iż-żewġ konsorzji ppreżentaw ukoll bid bond ta' Lm 200,000 kull wieħed.", "Din il-bid bond reġgħet kienet ikkonfermata llum.", "Il-kuntratt sar b'mod li jirrifletti l-obbligi ta' kull wieħed miż-żewġ konsorzji lejn il-gvern kif ukoll l-obbligi tal-konsorzji lejn xulxin.", "Port Cottonera Consortium ngħataw id-dritt esklusiv li jibnu lukanda u casino u l-Cottonera Waterfront Group għandhom id-dritt esklusiv li jiżviluppaw il-marina u bini għal skop residenzjali.", "M'hemmx esklusività dwar attivitajiet oħra, bħalma huma ħwienet ta' negozju jew ristoranti.", "Iż- żewġ konsorzji aċċettaw li l-mollijiet għandhom jibqgħu proprjetà tal-gvern b'aċċess sħiħ garantit għall-pubbliku.", "Min-naħa tiegħu, peress li m'hu se jkun hemm l-ebda drittijiet ta' proprjetà fuq il-mollijiet, il-gvern se jkun jista' jippromwovi l-użu ta' partijiet tal-mollijiet għal attivitajiet billi jagħti lill-istess konsorzji drittijiet ta' encroachment.", "Dawn jingħataw biss strettament skond il-kondizzjonijiet stabiliti mid-dipartiment ta' l-artijiet u fid-diskrezzjoni assoluta tal- gvern.", "Iż-żewġ konsorzji aċċettaw dan il-prinċipju.", "Kien hemm qbil ukoll li wisa' ta' ħames metri tul ix-xatt kollu n-naħa tal-baħar tinżamm libera biex ikun jista' jingħata servizz lill-jottijiet kif ukoll ikun hemm aċċess sħiħ għall-pubbliku.", "Peress li l-iżvilupp tal- yacht marina issa se jsir kemm fuq in-naħa tal-Birgu kif ukoll fuq in-naħa ta' l-Isla, il-faċilitajiet għall-irmiġġ ta' jottijiet se jkunu żviluppati kemm fuq in-naħa tax-xatt tal-Birgu kif ukoll fuq in-naħa tax-xatt ta' l- Isla.", "Fil-baħar se jkun hemm passaġġ ta' 30 metru wiesa' fin-nofs.", "Dan il- passaġġ, li jista' jservi wkoll għal attivitajiet tradizzjonali bħar- regatta, se jipprovdi wkoll aċċess għall-baċir nru 1, kif ukoll aċċess għal inġenji oħra tal-baħar.", "Tul ix-xatt kollu se jkun hemm ħames postijiet fejn ikun jista' jsir inżul u tlugħ ta' passiġġieri.", "Kemm il- passaġġ kif ukoll dawn il-postijiet ta' embarkazzjoni se jkunu jistgħu jintużaw kemm mill-konsorzji kif ukoll minn kwalunkwe operatur ieħor.", "B'hekk ukoll, jekk 'il quddiem isir il-proġett \"Connections\" ikollu fejn jikkonnetti.", "Il-gvern qed jirriserva wkoll id-dritt favur l-awtorità marittima biex taġixxi bħala regolatur f'dan ir-rigward.", "Għandu jingħad hawnhekk li l-gvern jemmen li biex dan il-proġett jirnexxi, għandu jħalli miżura ta' flessibbilta' fil-mod kif isir l- investiment, fis-sens li kull konsorzju qed jingħata l-fakulta' li jifforma kumpanniji sussidjarji għall-iżvilupp ta' partijiet mill-proġett - per eżempju, il-lukanda, il-casino', il-health club, eċċ - b'dan iżda li l- konsorzju jrid iżomm minimu ta' 60% fil-kumpanniji sussidjarji.", "Il- konsorzji qed jingħataw ukoll id-dritt li jitrasferixxu units li jkunu tlestew.", "L-area li se tkun żviluppata hi akbar minn kif kienet se tkun sena ilu.", "Se jikber ukoll id-dħul kull sena għall-gvern miċ-ċens, li se jkun ta' Lm450,000 flok it-Lm320,000 li kien se jkun hemm skond il-kovenju li kien iffirma l-gvern preċedenti.", "Dan l-ammont se jkun rivedibbli b'żieda ta' 15% kull għaxar snin, minflok bir-rata ta' 10% kif kien ftiehem il-gvern preċedenti.", "Iċ-ċens se jkun għal 99 sena, filwaqt li limitatament għall-units residenzjali, il-gvern qiegħed ukoll jagħti d-dritt lil min jixtri dawn il- units għall-istess skop li jibdel it-titolu tiegħu f'wieħed ta' ċens perpetwu.", "Barra minn hekk se jkun hemm dħul ieħor ta' Lm50,000 fis-sena bħala kontribuzzjonijiet lill-organizzazzjoni nazzjonali tat-turiżmu u l- awtorità marittima.", "Dan id-dħul ukoll jiżdied b'rata ta' 15% kull għaxar snin.", "Għalhekk, fl-ewwel għaxar snin, il-konsorzji se jħallsu Lm250,000 kull wieħed fis-sena ħlief għall-ewwel erba' snin fejn ikun hemm rebates.", "B'hekk il-gvern idaħħal Lm500,000 fis-sena minflok Lm370,000 kif kien ftiehem il-gvern preċedenti.", "Ta' min jirrileva li fuq il-medda tal- perijodu tal-kuntratt ta' 99 sena, ir-rata ogħla ta' dħul għall-gvern, flimkien mar-rata ogħla ta' b'kemm jitla' dan id-dħul, minn 10% għal 15% kull għaxar snin, se jkun ifisser għall-Gvern ta' Malta dħul totali ta' Lm102 miljun minflok Lm59 miljun – jew aħjar żieda ta' Lm43 miljun.", "Barra minn hekk, kieku d-dħul tal-gvern baqa' kif miftiehem mill-gvern preċedenti, kien ikollna ndumu aktar minn 30 sena biex indaħħlu l-ammont ta' Lm0.5 miljun kull sena kif issa se nibdew nirċievu prattikament mill- bidu tal-kuntratt.", "Pass pożittiv ieħor li sar fin-negozjati hu li l-ammont ta' investiment li se jsir miż-żewġ konsorzji żdied minn Lm6 miljun għal Lm16-il miljun, billi qed jintrabtu li jinvestu Lm8 miljun kull wieħed.", "Wieħed mill- konsorzji, Cottonera Waterfront Group, qed jintrabat ukoll li jibni bi spejjeż tiegħu l-istrutturi meħtieġa f'każ li minn studji li se jsiru tirriżulta l-ħtieġa ta' breakwater u li dan ikun ukoll aċċessibbli għall- pubbliku.", "Dan il-konsorzju se jkun jista' jiżviluppa faċilitajiet għat- tiswija u manutenzjoni ta' jottijiet, u qed jintrabat li jgħaddi benefikat biex jintuża skond ħteġiet li dwarhom nawgura li jkun hemm qbil mal-kunsill lokali tal-Kalkara.", "Il-gvern, iżda, qed iżomm id-dritt li jekk din l- attività ma ssirx fil-Kalkara, ikun jista' jidentifika sit ieħor ta' l- istess daqs u għall-istess skop.", "Tajjeb li jingħad ukoll li, konformi mal-politika dikjarata ta' dan il- gvern li jimxi bi proċess miftuħ ta' konsultazzjoni, fil-jiem qabel kienet iffirmata l-ittra ta' mpenn, jien kelli għal darb'oħra diskussjonijiet mill-aktar miftuħa – tant li saru anke fil-preżenza tal-media – mal- kunsilli lokali konċernati, jiġifieri dawk tal-Birgu, l-Isla, Bormla u l- Kalkara.", "B'sodisfazzjon nistqarr li dawn esprimew b'entużjasmu l-qbil tagħhom ma' l-iżvilupp propost u mal-mod li jinsab miexi bih il-gvern f'din il-materja.", "Il-kunsill lokali tal-Kalkara esprima x-xewqa li l-proġett ikun estiż ukoll lejn ix-xatt tal-Kalkara imma huwa ovvju li proġett eżistenti diġa' wasal ferm aktar viċin il-Kalkara u se jestendi aktar 'il qddiem.", "Fuq kollox il-Gvern Nazzjonalista preċedenti diġa' ta l-akbar importanza lill-Kottonera.", "Illum stess qed nippreżenta riżoluzzjoni f'din il-Kamra biex din ikollha l-opportunita' kollha tiddiskuti u tapprova t-trasferiment tal-proprjetà marbuta mal-proġett.", "Ladarba dan isir, il-konsorzji jkunu jistgħu japplikaw għall-full development permits u permezz ta' hekk jitnieda proċess sħiħ ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, mar-residenti tal-Kottonera u ma' dawk kollha li jista' jkollhom xi interess fil-proġett.", "Meta wieħed jara t- titjib li rnexxielna nirreġistraw fuq dak li ħadmet fuqu l-amministrazzjoni preċedenti, sinċerament nemmen li għandna nsibu l-appoġġ sħiħ nin-naħa ta' l-oppożizzjoni li nemmen li bħalna tixtieq li nagħtu dehra ġdida lill- Kottonera b'rispett sħiħ lejn il-valur storiku tagħha.", "Għandna quddiemna opportunità li nagħtu bidu għal proġett ambizzjuż ta' riġenerazzjoni tal-Kottonera.", "Dan hu proġett li jestendi mill-Isla sal- Kalkara, proġett li jkopri palazzi storiċi fix-xatt tal-Birgu, il-Maċina fuq in-naħa ta' l-Isla, żvilupp faċċata tal-Kalkara, kif ukoll fil-Kalkara, u r-restawr flimkien ma' żvilupp taħt u madwar Forti Sant Anġlu f'siti li ilhom mitluqa snin twal u li wasal sew iż-żmien li jkunu nkorporati fi proġett bħal dan.", "Nirripeti li dan hu biss bidu ta' proġett akbar għar- riġeneazzjoni tal-Kottonera.", "Dan hu l-qafas li fuqu rridu nkomplu nibnu aktar 'il quddiem.", "Dan mhux biss huwa proġett ekonomiku iżda investiment fir-riġenerazzjoni tal-Kottonera.", "Nawgura wkoll li fil-futur il-proġett ikun jista' jkompli jikber ukoll billi nkomplu bid-diskussjonijiet bejn iż-żewġ konsorzji u l- amministrazzjoni tat-tarzna għall-iżvilupp tal-baċir numru 1 biex inkunu nistgħu ngħaqqdu ż-żewġ dirgħajn tal-Kottonera.", "Il-gvern ikun lest ukoll li jikkonsidra pożittivament l-involviment tal-Port Cottonera Consortium fl- iżvilupp tal-partijiet kummerċjali tal-mużew marittimu sakemm nassiguraw li l-funzjoni tal-mużew tkun mhux biss miżmuma, imma anke msaħħa aktar milli hi s'issa.", "Irrid nagħlaq din l-istqarrija billi sinċerament nistieden lill- oppożizzjoni biex jekk hi tħoss li kuntratt bħal dan nistgħu niddiskutuh u nifluh aħjar billi nirriferuh għal eżami mill-aktar dettaljat u fl-istess ħin miftuħ u trasparenti ta' xi kumitat ta' din il-Kamra, skond ma naqblu bejnietna, il-gvern preżenti jkun dispost li jagħmel dan skond il-prinċipji li jħaddan u skond pariri li kienu ngħataw rigward kif għandhom ikunu diskussi kuntratti bħal dawn.", "Irrid ngħid ukoll li skond l-istess pariri, il-gvern preżenti għażel apposta li ma jiffirma ebda konvenju mal-konsorzji li se jagħmlu l-iżvilupp, filwaqt li rċieva letters of commitment mill- istess konsorzji fejn dawn intrabtu li jonoraw il-kondizzjonijiet kollha, li aċċettaw li jidħlu għalihom skond il-kuntratt propost.", "B'hekk nawgura li dan il-parlament, bl-akbar libertà u serjetà li tixraq lill-membri kollha ta' din il-Kamra, ikun jista' jiddiskuti fil-miftuħ u b'mod trasparenti l-kuntratt propost biex inkunu tajna bidu għar-riġenerazzjoni tal-Kottonera fl-aħjar interess tar-residenti ta' l-istess reġjun u tal- poplu Malti kollu.", "Qabel nagħlaq irrid nesprimi r-ringrazzjament sħiħ tiegħi lil kull min assistini fin-negozjati twal u diffiċli li kien hemm mhux biss min-naħa tas- segretarjat permanenti fil-ministeru u mit-taqsima xogħlijiet imma anke lill-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-artijiet taħt il-ministeru ta' l-Onor.", "Tonio Borg.", "Nirringrazzja b'mod partikolari lin-nutar li jaħdem f'dak id- dipartiment, in-Nutar Vince Miceli, lid-direttur ġenerali tad-dipartiment John Sciberras u anke lill-kummissarju ta' l-artijiet, is-Sur Mamo.", "Jiena nawgura li dan il-Parlament, bl-akbar liberta' u serjeta' li tixraq lill-membri kollha ta' din il-Kamra, ikun jista' jiddiskuti fil- miftuħ u b'mod trasparenti l-kuntratt propost biex inkunu tajna bidu għar- riġenerazzjoni tal-Kottonera fl-aħjar interess tar-residenti, ta' l-istess reġjun u tal-poplu Malti kollu.", "(Onor. Membri: Hear, Hear)", "MR SPEAKER: Mistoqsijiet?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jista' l-Ministru jikkonferma illi l- Cottonera Waterfront Group għadu magħmul mill-istess shareholders li kellu s-sena li għaddiet?", "Jista' jgħidilna min huma dawn ix-shareholders?", "Jista', jekk jogħġbu, jagħtina l-istess informazzjoni rigward t-tieni konsorzju, il-Port Cottonera Consortium?", "Jekk għandu din l-informazzjoni, jista' jgħidilna jekk fil-kontest tax-shareholders tal-Cottonera Waterfront Group hemmx min għandu shareholding u wkoll esperjenza u interess fit- tmexxija ta' yacht marina fuq livell internazzjonali?", "U hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal Arie de Boom għaliex dan kien sempliċement operator magħhom.", "Jikkonferma l-Ministru illi f'dak li għandu x'jaqsam mal-yacht marina li se tkun qed tinbena fil-Birgu, il-konċessjoni qed tingħata taħt l- arranġamenti proposti lill-Cottonera Waterfront Group?", "Jista' jikkonferma jew jinnega illi l-Cottonera Waterfront Group għadha qed taħdem fuq l- istess dinsinji li kellha s-sena li għaddiet, liema disinji kienu dehru fil- pubbliċita' elettorali ta' l-Onor.", "John Dalli fl-1996?", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħidilna x'kienu r-raġunijiet li wasslu lill-gvern biex ma jinsistix fuq 40% ta' l-investiment barrani fil- każ tal-Cottonera Waterfront Group?", "Jagħraf illi d-deċiżjoni tal-gvern preċedenti illi jkun hemm insistenza fuq investiment barrani f'dan il-grupp u wkoll fil-grupp l-ieħor, kienet maħsuba biex nassiguraw min-naħa li jkun hemm tassew investiment barrani ġdid f'dan il-pajjiż u t-tieni biex nassiguraw li jkun hemm back to back commitment internazzjonali illi l- marina sservi ta' marina internazzjonali u mhux tkun marina bħal dik ta' l- Imsida?", "Allura jkun interessanti li nkunu nafu għal liema raġunijiet il- gvern preżenti ma baqax jinsisti li jkun hemm investiment barrani fiż-żewġ consortia u b'konsegwenza ta' dan aċċetta li l-Cottonera Waterfront Group biss - għax l-oħra għandha investiment barrani - ma jkollhiex investiment barrani.", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jikkonfermalna illi l-footprint tal- proġett, jiġifieri ż-żona kollha nvoluta fil-proġett, żdiedet u żdiedet bil-kbir?", "Jista', jekk jogħġbu, jgħidilna din kemm żdiedet bħala persentaġġ fuq dik li kellna s-sena li għaddiet, ħalli mbagħad inkunu nistgħu nagħmlu relazzjoni mal-ħlasijiet illi qegħdin jiġu mitluba?", "Min-naħa l-oħra, jikkonferma li effettivament il-proġett il-ġdid huwa maħsub mhux biss biex ikun hemm yacht marina imma daħlu wkoll ċerti konċessjonijiet oħra bħalma huma l-lukanda, il-casino u bini ta' postijiet residenzjali?", "Jikkonferma li s-sena li għaddiet dawn kienu esklużi mit-terms of reference espressament mill-gvern preċedenti għal raġunijiet strateġiċi?", "Jista' allura jgħidilna għaliex u x'inhu l-ħsieb strateġiku illi fit-terms of reference issa ddaħlu l-casino, il-bini ta' flats residenzjali ta' lussu fuq il-waterfront u wkoll il-bini ta' lukanda ġdida?", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħidilna jekk fl-arranġamenti li qed jiġu proposti, il-gvern huwiex qed ifittex u jinsisti fuq garanziji illi x- shareholders eżistenti tal-proġetti li qed jingħataw il-konċessjonijiet se jibqgħu fil-proġett sal-punt fejn ikunu qed iwettqu l-obbligi tagħhom u mhux jiġri bħalma ġara f'Chambrai, per eżempju, fejn wara li jieħdu l- konċessjoni mill-gvern u mill-parlament, imbagħad jittrejdjaw ix- shareholding tagħhom ma' ħaddieħor?", "X'inhuma l-garanziji li qed jieħu l- gvern sabiex ma jkunx hawn trasferiment ta' dan it-tip u b'liema mod qiegħed jassigurahom?", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jikkonferma li ħlief għat-truf tal- mollijiet, iż-żona kollha li qed tingħata konċessjoni, qed tingħata konċessjoni għal 99 sena?", "Over and above that, qed nifhem tajjeb illi effettivament fejn jidħol l-element ta' bini ta' residenzi ta' lussu, hemmhekk il-proġett qiegħed jippermetti ċens perpetwu?", "Jista' jikkonferma din il-ħaġa in vista wkoll ta' dak li kien intqal mill-Onor.", "John Dalli fl- imgħoddi dwar ċens perpetwu vis-a-vis Manoel Island, per eżempju?", "Jikkonferma li dan il-punt ta' ċens perpetwu ma japplikax biss għal postijiet residenzjali imma japplika wkoll għall-parti tal-proġett li tirrigwarda l-lukanda?", "Jikkonferma li anke hawnhekk iċ-ċens perpetwu huwa għal 99 sena?", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħidilna x'inhu n-numru ta' postijiet residenzjali ta' lussu, duplex jew simplex, illi huma previsti f'dan il-proġett u jekk hemmx ukoll previst numru ta' postijiet residenzjali li m'humiex ta' lussu?", "U jekk hemm din il-previżjoni, jista' jekk jogħġbu, jgħidilna kemm hija l-previsjoni fuq din il-ħaġa?", "Fir-rigward tal-permess għal-liċenzja ta' casino, jjista' jgħidilna x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dak li poġġa quddiemna llum, jiġifieri jekk il-gvern huwiex sempliċement qiegħed jintrabat li jagħti permess ta' casino lill-consortium - jekk niftakar tajjeb f'dan il-każ lill-Port Cottonera Consortium - u allura qed jimblokka liċenzja esklussiva għal dan il-consortium, jew inkella jekk over and above that fil-flus li qegħdin nitkellmu dwarhom hemmx diġa' inklużi l-liċenzja tal-casino?", "Biex nispjega ruħi aħjar, taħt dan id-draft contract il-gvern qiegħed sempliċement jimblokka u jagħti dritt esklussiv għal-liċenzja lil dan il-consortium u mbagħad wara jiġi nnegozjat kemm se tkun tiswa din il-liċenzja jew inkella dik il-liċenzja qiegħda tiġi wkoll imħallsa permezz tal-kuntratt?", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jispjega ftit il-loġika kummerċjali li biha filwaqt illi huwa l-Cottonera Waterfront Group li qed jingħata d- drittijiet għat-tmexxija tal-yacht marina - meta, jekk jien informat tajjeb, dan għad m'għandu lil ħadd fih bħala shareholder illi għandu xi know-how internazzjonali fit-tmexxija ta' marina - imbagħad l-obbligu għall-bini tal-breakwater illi jissalvagwardja din il-marina qiegħed jitwaddab fuq it-tieni konsorzju?", "Qed nifhem tajjeb li waqt illi on the one hand huwa l-Cottonera Waterfront Group li se jkun qiegħed imexxi l- marina, min-naħa l-oħra l-obbligu biex jinbena l-breakwater li jissalvagwardja l-marina qiegħed jitpoġġa fuq it-tieni consortium, jiġifieri l-Port Cottonera Consortium?", "Fl-aħħarnett nixtieq ukoll li l-Ministru jispjega ftit jekk hemmx arranġamenti previsti għall-irmiġġ tad-dgħajjes tar-residenti, xi ħaġa li staqsewni matul din l-aħħar ġimgħa r-residenti tal-Kottonera - li ovvjament huma nvoluti l-aktar f'affarijiet lokali u mhux f'affarijiet illi għandhom x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea u affarijiet hekk - in vista anke ta' l- elezzjonijiet lokali.", "X'tip ta' protezzjoni qed jingħataw in-nies ta' l- Isla, Bormla, il-Kalkara u l-Birgu biex ikollhom fejn jistgħu jagħmlu l- irmiġġ tad-dgħajjes?", "L-aħħar mistoqsija għandha x'taqsam mal-barbecues u ma' min irid jgħum taħt dawn il-mollijiet!", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jikkonferma illi se jkun hemm l-arranġamenti kollha meħtieġa biex min irid jagħmel il- barbecues fuq il-mollijiet tal-Birgu u ta' l-Isla jkun jista' jagħmilhom, u min irid jgħum hemmhekk jista' jmur jgħum?", "Jikkonferma wkoll li se jkun hemm possibbiltajiet għas-sajd biex fil-każ aħna ngħaddu din l- informazzjoni lir-residenti tal-post?", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru fil-bidu ta' l-istqarrija qal illi l-Gvern Nazzjonalista ta l-akbar importanza u ħadem bis-sħiħ għar- riġenerazzjoni tal-Kottonera, kif jikkontrastja dan il-proġett mal-pjan li sar mill-planning council għan-naħa tas-south ta' Malta, li kien sar mill- Gvern Laburista, u li fih ħadu sehem kemm il-kunsilli lokali, kemm l- għaqdiet filantropiċi kif ukoll il-knisja?", "Dan il-pjan kien ġie aċċettat ukoll min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, dak iż-żmien fl-oppożizzjoni, u l-istess Ministru Gonzi kien qal li dak ir-rapport huwa ta' min jimxi fuqu.", "Anzi l-Onor.", "Gonzi kien qal illi se jibdew bih immedjatament pero' issa għaddew sitt xhur u s'issa dan baqa' fuq l-ixkaffa!", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna x'se jiġri minn dan il-pjan.", "Fl-istqarrija tiegħu l-Ministru qal illi l-pjan għall-iżvilupp tal- Kottonera kien qed ikun ippjanat fuq studji li saru mill-awtorita' marittima u b'konformita' ma' rapport li sar mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar l-iżvilupp ta' l-area madwar il-Port il-Kbir.", "Jikkonferma pero' li nofs dak li semma f'din l-istqarrija mhux veru huwa nkluż fil-pjan għall- Port il-Kbir?", "Fil-każ li hemm xi pjan ieħor, jista' jgħidli għal liema pjan qiegħed jirriferi?", "Il-Ministru qal ukoll li faċċata tal-Kalkara u fl- inħawi taħt Forti Sant'Anġlu se jsir żvilupp residenzjali.", "Jista' jgħidli jekk dak l-iżvilupp residenzjali huwiex se jsir għar-residenti Maltin u jekk huwiex se jkun kontrollat mill-ministeru responsabbli mill-housing biex jitqassam liċ-ċittadini tal-Kottonera li tant għandhom bżonnu?", "Jista' jgħidli jekk kienx hemm xi rakkmandazzjoni oħra biex minflok isir dan it- tip ta' bini hemmhekk isir xi proġett li jkun utli għaċ-ċittadini tal- Kottonera, b'mod speċjali għaċ-ċittadini tal-Birgu?", "Sur President, fl-istqarrija l-Ministru qal li kien hemm qbil ukoll illi wisa' ta' ħames metri tul ix-xatt kollu n-naħa tal-baħar tinżamm libera biex ikun jista' jingħata servizz lill-yachts, kif ukoll ikun hemm aċċess sħiħ għall-pubbliku.", "Iżda jikkonferma l-Ministru li f'dawn il-ħames metri la tista' tagħmel barbecues, la tista' tixxemmex ftit wara li titla' mill- baħar, la tista' tistad, la tista' tipprepara xibka ta' parit u lanqas tista' titfa' konz?", "Qed ngħid dan għaliex hemmhekk hemm sajjieda illi l- għajxien tagħhom jiddependi mis-sajd u allura dan se jaffettwahom.", "Dwar l- irmiġġ għall-opri tal-baħar iż-żgħar, dawk li għandhom l-opri fil-bajjiet ta' l-Isla, il-Birgu u l-Kalkara se jkollhom slipways għalihom biex ikunu jistgħu jtellgħuhom?", "L-irmiġġi se jibqgħu fejn huma jew inkella se jsiru rmiġġi ġodda?", "U f'dan il-każ min se jħallas biex jerġa' jagħmel l-irmiġġi l-ġodda?", "Barra minn hekk se jkun hemm xi ħlas għal min jużahom?", "Fl-istqarrija qed jingħad ukoll li l-area li se tkun żviluppata hija akbar minn kif kienet sena ilu u għalhekk jien nixtieq inkun naf jekk aħniex qed ngħidu hekk għaliex issa ġiet inkluża l-parti tar-Rinella, fejn qed jiġi ssuġġerit li ssir yachtyard.", "Dwar din il-yachtyard li l-Ministru semma b'tant ftaħir, qisu hemm xi ftehim mal-kunsill lokali tal-Kalkara li ssir ġor-Rinella, irrid ngħid li dan m'hu veru xejn.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, fl-istqarrija tiegħu l-Ministru qal:", "\"Dan il-konsorzju se jkun jista' jiżviluppa faċilitajiet għat-tiswija u manutenzjoni ta' jottijiet u qed jintrabat li jgħaddi benefikat biex jintuża skond ħteġijiet li dwarhom...\"", "Imbagħad kompla:", "\"....konformi mal-politika dikjarata ta' dan il-gvern li jimxi bi proċess miftuħ ta' konsultazzjoni.....\".", "Għalhekk jien nistaqsih: X'konsultazzjoni saret mal-kunsill lokali tal- Kalkara dwar il-proġett ta' yachtyard fil-bajja tar-Rinella?", "Qed ngħid dan għaliex safejn naf jien il-kunsill lokali tal-Kalkara jrid ikun jaf x'qed jiġri u xi ħadd wassal dan il-messaġġ lill-ministru.", "Imbagħad il-Ħamis il- ministeru ċemplu lill-kunsill lokali tal-Kalkara biex jiltaqgħu l-għada l- Ġimgħa u waqt din il-laqgħa l-kunsill lokali tal-Kalkara, wara li nformawhom li fir-Rinella kienu se jagħmlu yachtyard, qalulhom li assolutament ma jaqblux u li diġa' hemm proġett għal din l-area.", "Għalhekk meta l-kunsill lokali tal-Kalkara qal dan, kif jiġi l-ministru hawnhekk u jgħidilna illi saru l-konsultazzjonijiet?", "Hekk isiru l-konsultazzjonijiet?", "Barra minn hekk jaf il-Ministru illi l-Kalkara diġa' hemm yachtyard u m'għandniex bżonn yachtyard oħra?", "Jaf il-Ministru illi kienu saru taħditiet biex il-yachtyard eżistenti ġol-Kalkara tespandi aktar 'il ġewwa u wkoll tħalli spazju bl-ispejjeż tagħha biex in-nies ikunu jistgħu jidħlu għal Bighi Rocks?", "U x'se tkun issa r-risposta tal-Ministru?", "Sur President, fl-istqarrija tiegħu l-Ministru qal illi l-konsorzji se jkunu jistgħu japplikaw għal full development permits.", "Għalhekk jien nistaqsi: Saru xi applikazzjonijiet lill-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Sar xi development brief?", "Quddiem liema sezzjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar saru dawn l-applikazzjonijiet?", "Il-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ġie kkonsultat dwar dan il-proġett?", "Jista' l-Ministru jagħti garanzija ta' kemm se jkun l-ammont ta' ħaddiema mill-Kottonera li se jaħdmu f'dan il-proġett?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kenitx konċidenza illi deputat f'din il-Kamra jagħmel mistoqsija parlamentari u jistaqsi dwar area ġor-Rinella biex jara f'idejn min qiegħda u jekk għandhiex konnessjoni ma' l-iżvilupp ta' din il-yacht yard fir- Rinella?", "Fl-aħħarnett jidhirlux il-Ministru illi għandu jagħmel l-affarijiet bis- serjeta' u skond ix-xewqa u r-rieda taċ-ċittadini tal-Kottonera?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, qed nifhem tajjeb li dan huwa l-bidu ta' proġett iktar fit-tul u iktar dettaljat għall-Kottonera?", "Jekk inhu hekk, dan ifisser li l-iżvilupp tal-baċir numru 1 ġewwa Bormla u l- iżvilupp aħjar tal-partijiet tar-Rinella u tal-Kalkara se jsiru iżjed 'il quddiem?", "Jista' l-Ministru jgħidilna xi kwalita' ta' yachts se jiġu?", "Qed nifhem sewwa illi meta l-Ministru qed jirriferi għall- konsultazzjonijiet mal-kunsill lokali tal-Kalkara, qiegħed jagħmel enfasi fuq il-fatt illi huwa jixtieq jasal fi ftehim dwar din il-ħaġa?", "Qed nifhem sewwa li l-gvern irid li kollox ikun magħmul bi ftehim ma' dan il-kunsill lokali, bħalma hemm ftehim oħra ma' diversi kunsilli lokali oħra fil- Kottonera?", "Rigward dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Mizzi, irrid ngħid li m'hemm l-ebda konnessjoni bejn id-domanda parlamentari li għamilt jiena rigward ir- Rinella u l-proġett ta' yachtyard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid jekk waqt dawn it-taħdidiet ġiex ikkonsultat il-Perit Dom Mintoff u jekk ġie kkonsultat ġiex muri wkoll il-pjanti dwar il-footprint illi għadu kif semma'?", "Qed ngħid dan għaliex il-Perit Dom Mintoff kien ħa interess speċjali f'dan il-proġett u jidher illi kien acquainted ukoll mal-Ministru Francis Zammit Dimech fuq dan il-proġett.", "Jekk ma ġiex ikkonsultat il- Perit Mintoff, jistax il-Ministru jgħidilna jekk kienx hemm persuni oħrajn li kienu nvoluti f'dawn it-taħdidiet jew li ħassew il-ħtieġa li kellhom jikkonsultaw lill-Perit Mintoff fuq dan il-proġett?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ħafna mill-mistoqsijiet li ridt nagħmel diġa' saru pero' hemm xi mistoqsijiet oħra li xtaqt nagħmel lill- Ministru.", "Rigward fejn għamel riferenza għall-baċir nru.", "1, jista' l- Ministru jinforma lil din il-Kamra x'kuntatti kien hemm bejnu, bejn l- iżviluppaturi u bejn il-Malta Drydocks li qal li aċċettaw l-idea li baċir nru.", "1 jista' jkun inkorporat f'dan l-iżvilupp?", "Jista' jinforma lil din il- Kamra x'qed jifhem bil-kelma \"inkorporat\"?", "Dan ifisser li qegħdin iħallu lill-iżviluppaturi jieħdu over ħalli jiżviluppaw il-baċir huma, jew inkella qegħdin jgħidu li se jagħmlu l-iżvilupp huma illi jkun kompatibbli ma' l-iżvilupp li qed jiġi kkontemplat għal dik l-area?", "Mistoqsija oħra li xtaqt nagħmel lill-Ministru tikkonċerna l-kwestjoni tad-drittijiet għall-foreshore.", "Meta qed jgħid illi kullimkien se jkun hemm aċċess għall-foreshore - ovvjament hija fil-liġi Maltija li tagħti d- dritt għall-ħames metri ta' aċċess għall-pubbliku - qed nifhem tajjeb li dan se jkun japplika għall-bajja tar-Rinella, fejn il-Ministru qed jgħid illi qed jipproponu li jagħmlu post fejn isewwu u jagħmlu manutenzjoni ta' yachts?", "Imma jekk dan se jkun forma ta' yachtyard, kif jista' jkun li l- pubbliku se jkun jista' jgħaddi minn hemmhekk?", "Mistoqsija oħra li xtaqt nagħmel lill-Ministru tikkonċerna proprju l- bajja tar-Rinella.", "Il-Ministru jirrealizza li din hija bajja ramlija illi tintuża ħafna min-nies tal-Kalkara u tal-Kottonera?", "Jaħseb illi meta din se jagħtiha biex tiġi żviluppata għat-tiswija u manutenzjoni tal-yachts, kif tgħid l-istqarrija, wieħed ikun qed jirriduċiha mil-lat ambjentali, fis- sens illi hemmhekk jispiċċa jkollok tniġġiż kbir bil-ħmieġ li jinqala' u anke b'ċertu anti-fouling paints u affarijiet bħal dawn?", "Il-Ministru jħoss sinċerament illi jista' jċaħħad lin-nies tal-Kottonera mill-aċċess għal waħda mill-uniċi bajjiet li għandhom, f'dan il-każ il-bajja tar-Rinella?", "Niġi issa għall-aħħar mistoqsija.", "Il-Ministru jaf illi fl-istudju li kienet għamlet il-planning authority rigward yachting development f'Malta, il-bajja tal-Kalkara u tar-Rinella kienu indikati bħala possibbilta' ta' żvilupp ta' yacht marinas aktar 'il quddiem pero' definitely mhux bħala post fejn isiru t-tiswijiet u l-manutenzjoni ta' yachts?", "Nixtieq li l- Ministru jirrispondi għal dawn il-mistoqsijiet u jitkellem b'mod ċar ħalli l-poplu jkun jaf eżatt x'inhi d-differenza bejn dak li kien qed jagħmel il- gvern ta' qabel u dak li qed jipproponi l-gvern tal-lum.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jaċċertana illi fil-ftehim li sar ittieħed in konsiderazzjoni kemm il-wirt kulturali kif ukoll il-protezzjoni ta' qiegħ il-baħar?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-provvedimenti tal- letter of commitment ma' dan il-konsorzju jistgħux jiġu implimentati in toto jew in parte immedjatament qabel jiġi ffirmat konvenju jew kuntratt pubbliku, bl-istess mod li l-Gvern Nazzjonalista ħallas Lm128,000 lill- Perit Mintoff permezz ta' letter of commitment mingħajr konvenju jew kuntratt pubbliku?", "Qed ngħid dan biex inkunu nafu jekk jeżistux tipi differenti ta' letters of intent!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jista' l-Ministru, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti relattivi għall-proġett, ipoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal- constituting documents tal-kumpanniji konċernati, partikolarment il- memorandum and articles of association, sabiex inkunu nafu kif inhuma rregolati r-relazzjonijiet bejn ix-shareholders f'kull consortium?", "Jaħseb il-Ministru illi jekk jagħti l-opportunita' lil dawn il-konsorzji jifformaw subsidiary companies, fejn il-parent company jkollha mhux inqas minn 60% tax-shareholding, allura jkun qiegħed joffri l-opportunita' li jsir trasferiment ta' shareholding lil individwi u kumpanniji differenti?", "Jista' l-Ministru jgħidilna illi jekk il-konsorzji ngħatawx xi perijodu minimu li fih huma inibiti milli jagħmlu trasferiment ta' shareholding biex b'hekk ikun assigurat is-soundness tal-bażi ta' dawn il-kumpanniji almenu sakemm jitlaq sew dan il-proġett?", "Fid-dawl illi l-area li tkopri dan il-proġett ġiet estiża sostanzjalment, jista' l-Ministru jgħidilna kif ma ġiex maħsub biex il-bid bonds ta' Lm200,000 jiġu miżjudin ukoll in vista ta' l-investiment akbar li hemm f'dan il-proġett kif propost min-naħa tal-gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett jinkludix ukoll faċilitajiet ta' natura ta' sport akwatiku, partikolarment fil-parti fuq in-naħa ta' l-Isla li kienet tintuża għall-waterpolo?", "Fl-aħħarnett, jista' jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li jinstab sit alternattiv għad-dipartiment tas-civil protection u anke għat-taqsima tal- pollution unit li jaqgħu taħt l-istess ministeru?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi r-relazzjoni ta' l-estensjoni tal-footprint mal-valur aktar għoli taċ-ċens li qed jintalab?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-operaturi li jagħmlu trips turistiċi bejn l-Isla u l-Birgu humiex se jkollhom aċċess biex ikomplu b'dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "Għal darba oħra l-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Rigward il-mistoqsija li għamel il-kollega tiegħi l- Onor. Joe Cilia, dik id-daħla ta' taħt il-bridge li kienet indikata bħala s-sit il-ġdid għas-civil protection department u l-istores, se tingħata lill-konsorzju?", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk meta nibdew mexjin 'il quddiem b'dan il- proġett, il-ħajt li hemm tal-baċir numru 1 huwiex se jitneħħa kemm biex ikun hemm aċċess għall-pubbliku u kif ukoll biex ma jibqax ikerrah dik l- area.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar mistoqsijiet, nistieden lill-Ministru sabiex iwieġeb għall- mistoqsijiet li sarulu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-ewwelnett nirringrazzja lil dawk kollha li għamlu mistoqsijiet interessanti u mpenjattivi u nirreċiproka dan l-impenn billi nipprova nwieġeb għal kull mistoqsija li saret.", "L-ewwel mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija jekk iż-żewġ konsorzja għadhomx bl-istess shareholders li kellhom qabel.", "Mill-informazzjoni li għandi dawn għadhom l-istess nies pero' rrid infakkar lill-Kamra, anke b'riferenza għall-mistoqsija li saret diġa' fuq trasferiment ta' shares, li l-obbligu li kien hemm fil-konvenju li sar f'Ġunju tas-sena l-oħra li l- kumpannija li tagħmel dan ix-xogħol - f'dan il-każ issa għandna żewġ kumpanniji - ma tkunx tista' tittrasferixxi shares lil persuni oħrajn ħlief wara li jkun komplut il-proġett - u kien hemm ukoll garanzija f'sens ta' penali jekk dawn jippruvaw jaġixxu kontra dik id-dispożizzjoni - ġie kkopjat kelma b'kelma fil-kuntratt li se jerġa' jiġi diskuss minn dan il- parlament.", "Għalhekk, biex nagħmilha ċara, il-projbizzjoni li l-kumpannija tagħmel trasferiment ta' ishma, ħlief fost il-membri tagħha stess, lil nies oħra qabel ma jitlesta l-proġett - bil-garanzija wkoll li kien hemm fil- konvenju ta' Ġunju tas-sena l-oħra - hija kkopjata kelma b'kelma fil- kuntratt li se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mil-lejla u li huwa propost għad-diskussjoni.", "Ngħid ukoll pero' li din il-klawsola qiegħda tfisser dak li fissret f'Ġunju tas-sena l-oħra u cioe' torbot li ma jkunx hemm trasferimenti mid- data tal-kuntratt finali.", "Pero' kif kelli okkażjoni nirrimarka mill- bankijiet ta' l-oppożizzjoni, bejn l-ewwel stqarrija ministerjali li saret mill-Onor.", "George Vella bħala ministru tal-gvern u d-diskussjoni li kellna fuq din il-kwestjoni, kien hemm trasferimenti ta' ishma għaliex id-dritt li tittrasferixxi ishma huwa parti mil-liġi kummerċjali ta' pajjżna.", "Li kien ippropona l-gvern preċedenti u li l-gvern preżenti se jerġa' jipproponi bl-istess mod huwa li mid-data tal-kuntratt - naturalment wara li r-riżoluzzjoni tgħaddi mill-parlament - sakemm ikun lest il-proġett ma jkunux jistgħu jiġu ttrasferiti shares.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa ukoll minn min huma komposti l-konsorzji llum.", "Bejn wieħed u ieħor dawn għadhom komposti bl-istess mod kif kienu s- sena li għaddiet.", "Fil-każ tal-Port Cottonera Consortium għandek l- investiment Amerikan li huwa l-Abonmarche Investments Incorporated, għandek investiment rappreżentat minn Jost Merten, John Ripard Company, Trade Marine Yacht Services u Edward Woods.", "Fil-każ tal-Cottonera Waterfront plc dan huwa fformat minn numru ta' imprendituri Maltin li huma magħrufa u għalhekk niskanta mhux ftit bit-ton li bih ġew magħmula ċerti mistoqsijiet illejla imma agħar minn hekk minn ċertu kitba li tidher f'ċerti gazzetti, qisna niddubitaw jekk dawn humiex kapaċi jagħmlu investiment.", "Dawn huma: Ballut Blocks Limited, Blokrete Limited, Hall Mann Holdings Limited, Island Hotels Group Limited, Raniolo Limited, Applied Economics Consulting Limited, Bencini Holdings Limited u Alberta Fire & Security Equipment Limited.", "Sur President, jidhirli li l-Onor.", "Cilia staqsieni wkoll biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-constituting documents ta' dawn il-kumpanniji.", "Pero' dawn dokumenti pubbliċi u kull membru ta' din il- Kamra kif ukoll kull membru tal-pubbliku jista' jġib il-kopji kollha li jrid mingħand ir-reġistrar tal-kumpanniji.", "Jiġifieri jekk xi membru għal skopijiet ta' dibattitu ikun irid li jkollna dawn il-kopji hawnhekk allura nġibuhom ukoll.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa wkoll jekk fil-Cottonera Waterfront Group hemmx fost ix-shareholders - jiġifieri l-lista li għadni kif qrajt - nies li għandhom esperjenza fit-tmexxija ta' yacht marina.", "Sur President, irridu nifhmu li meta jsir proġett ta' din in-natura, l- importanti għal min jagħmel l-investiment huwa li jkun kapaċi jġib l- expertise meħtieġ.", "Imma Allaħares f'dan il-pajjiż ngħidu li kull kumpannija li tagħmel proġett irid ikollha bilfors l-expertise in-house scheme!", "Il-Cottonera Waterfront Group indikaw lill-gvern li qegħdin f'diskussjoni ma' operaturi u ma' nies ta' esperjenza fit-tħaddim u t- tmexxija ta' yacht marinas f'pajjiżi Ewropej u internazzjonali.", "Dawn se jindikaw ukoll lill-gvern - naturalment ikollna l-opportunita' nagħmlu l- mistoqsijiet kollha relattivi meta nagħmlu d-dibattitu fuq ir-riżoluzzjoni - min ikunu l-operaturi b'esperjenza fit-tħaddim ta' yacht marinas li jistgħu jaħdmu flimkien ma' dan il-konsorzju.", "Saritli l-mistoqsija jekk il-marina ngħatatx lill-Cottonera Waterfront Group.", "Din il-mistoqsija diġa' weġibtha fl-istqarrija pero' nerġa' nirripeti li l-marina se tkun operata mill-Cottonera Waterfront Group.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa għaliex il-breakwater se jsir mill-Port Cottonera Waterfront Consortium.", "Irrid ngħid li jiena pprovajt nagħmel diskussjonijiet iebsa mal-Cottonera Waterfront Group imma ma pprovajtx nitlob l-impossibbli!", "Rigward il-breakwater aħna qegħdin ngħidu li jekk il-wave analysis juru li hemm bżonn isir breakwater allura l- Cottonera Waterfront Group ikun obbligat jagħmel il-breakwater u jkun obbligat ukoll - almenu jekk l-istruttura tiegħu tkun tali li tippermetti dan - iħalli aċċess għall-pubbliku fuq dak il-breakwater għaliex jekk il- wiċċ tiegħu jkun qisu moll u aħna bħala gvern qed ninsistu li l-mollijiet ma jingħatawx b'titlu ta' proprjeta' lil ebda konsorzju, allura awtomatikament anke dak isir aċċessibbli għall-pubbliku.", "Saritli wkoll il-mistoqsija għalfejn ma saritx insistenza sabiex ikun hemm investiment barrani fil-konsorzja.", "It-tweġiba hija faċli.", "Aħna għandna fiduċja fl-intraprendituri Maltin daqskemm għandna fl- intraprendituri barranin, pero' jiena nawgura li dan il-proġett fl- iżvilupp tiegħu jippermetti wkoll li jkollok investiment barrani addizjonali kemm fil-Port Cottonera Consortium ma' l-Abonmarche Group li huwa l-investiment Amerikan li baqa' fil-livell li kien, kif ukoll mal- Cottonera Waterfront Group li s'issa m'għandhomx investiment barrani.", "Għalhekk aħna qegħdin ngħidu li jekk hemm xi partijiet mill-proġett li l- konsorzja jridu jagħmlu permezz ta' kumpanniji sussidjarji fejn pero' jżommu minimu ta' 60% mix-shareholding, allura dan tistgħu tagħmluh.", "U x'inhu l-iskop wara dan?", "Fl-istqarrija qegħdin ngħidu li l-Port Cottonera Consortium qegħdin jingħataw id-dritt li jibnu lukanda.", "Fil-fatt dawn diġa' ddiskutew mal- gvern ismijiet ta' kumpanniji internazzjonali magħrufa fil-qasam tal- lukandi imma ma jagħmilx sens li min se jibni lukanda magħhom ma jkunx magħhom anke mill-ewwel ġurnata tad-disinnn ta' dik il-lukanda.", "Jiena ma rridx nagħti l-ismijiet tal-kumpanniji internazzjonali li naf li ż-żewġ konsorzja qegħdin javviċinaw - anke biex ikun hemm provvediment ta' investiment qabel ma dawn il-kuntratti jiġu ffinalizzati - pero', kif diġa' għedt, aħna qegħdin nagħtuhom kull opportunita' li jkun hemm investiment barrani addizjonali permezz ta' subsidiary companies.", "Għalhekk ma naqbilx ma' l-Onor.", "Ċilia fejn qal li m'għandniex inħalluhom jagħmlu t-trasferiment li suppost għednilhom ma jagħmlux.", "L-ewwelnett din tat-trasferiment, kif għedt anke mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, hija farsa.", "ONOR.", "JOE CILIA: Il-mistoqsija li għamilt jien ma kenitx fis-sens li qed ipoġġiha l-Ministru.", "Jien staqsejt jekk il-Ministru jaħsibx li din toffri opportunita' biex f'partijiet minn dan il-proġett jiddaħlu nies ġodda u b'hekk dan il-proġett jinbiegħ biċċa biċċa.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Cilia jaf - dan qed ngħidu b'rispett u mhux bi kritika - li l-akbar opportunita' biex xi ħadd idaħħal elementi oħra hija l-proċedura li tintuża ħafna f'pajjiżna - u nimmaġina li tintuża f'pajjiżi oħrajn - li joqogħdu jagħmlu l-konvenji fit-tul ma' min jiftehmu u jgħidulhom li jittrasferulhom wara li jlestu l-proġett!", "Jiġifieri l-opportunitajiet ta' kif inti tagħmel proċedura biex iddaħħal investiment ieħor miegħek anke jekk dan ikun ipprojbit teżisti dejjem, u din hija l-kritika li għamilt jien f'din il-Kamra mill-bankijiet ta' l- oppożizzjoni sena ilu.", "Il-gvern preżenti prefers to call a spade a spade u aħna għamilna l-mistoqsija lilna nfusna u għedna: Aħna rridu li l- konsorzja, jekk ikollhom operaturi li jistgħu jingħaqdu magħhom fuq partijiet essenzjali mill-proġett bħal lukanda, casino, health club u d- dark ride taħt il-parti ta' Forti Sant'Anġlu, ikunu jistgħu jagħmlu dan b'mod trasparenti u miftuħ?", "Jew inkella se ngħidulhom jagħmlu l-konvenju u aħna attaparsi ma nafux?", "Meta ngħidu li l-gvern se jippermetti li jkun hemm dawn il-kumpanniji sussidjarji basta l-kumpannija prinċipali żżomm 60%, nafu wkoll li l-gvern irid jagħti l-permess hu ħalli almenu jara jekk dak li jkun ikunx operatur veru, ikunx se jġib investiment, ikunx se jġib know-how u x'ikun se joffri eżattament.", "Jien nippreferi dan il-metodu, jiġifieri li ngħidu eżattament kif investiment bħal dan jista' jsir, anke permezz tas-sistemi parlamentari tagħna, milli jkun hemm loopholes moħbijin.", "Aħna ma tlabniex li bilfors ikun hemm investiment barrani għax l- ewwelnett nemmnu li dik l-opportunita' għadha hemm għaż-żewġ konsorzji - wieħed biex iżid għax diġa' għandu u l-ieħor biex jibda jkollu investiment barrani - u anke għax l-intraprendituri Maltin in kwestjoni għamlu proġetti oħra kbar ta' lukandi u proġetti oħrajn fil-qasam ta' l- industrija marbuta mal-leisure u mal-hospitality li kienu suċċess u allura l-gvern preżenti m'għandux għalfejn ma jkollux fiduċja fihom.", "It-tweġiba hija sempliċi daqshekk!", "Saret domanda jekk il-footprint żdiedx u b'liema persentaġġ.", "Din m'hijiex domanda faċli għax dan jiddependi ħafna fuq liema bażi tieħu l- footprint.", "Dik hija d-diffikulta' kbira li kellna.", "Jekk tipparaguna l- footprint u tħallih kif kien fil-konvenju mal-gvern preċedenti, fejn il- mollijiet kienu nklużi bi drittijiet reali - filwaqt li issa huma maqtugħin - allura ż-żieda m'hijiex kbira.", "Jekk tipparaguna bini ma' bini, għandek żieda ta' mill-inqas darbtejn u forsi anke tliet darbiet, pero' jien nista' ngħid lill-Kamra li f'dan il-każ il-prinċipju tal-gvern ma kienx sempliċement li joħloq ratio preċiż bejn ir-rata ta' dħul li kien miftiehem qabel u l-footprint il-ġdid għax, kif nafu, hemm limitazzjonijiet kbar ta' xi jfissru ekonomikament il-footprints.", "Jista' jkollok footprint żgħir u fuqu jkollok dritt tibni torri ta' 25 sular - jew ta' 65 sular kif ried jagħmel l-Onor.", "Mizzi ġewwa Paceville - u jista' jkollok footprint li jkun għaxar darbiet akbar imma fuqu jkollok dritt tagħmel sular wieħed biss.", "(Interruzzjonijiet) F'dak il-każ il-footprint ikun għaxar darbiet ikbar imma jekk fuqu ma tistax ittella' 65 sular ikollu valur ferm inqas minn ieħor iżgħar.", "Jiġifieri l-footprint trid tarah fil-kalkoli kollha tiegħu.", "Illum il-ġurnata l-footprint jinkludi, fost affarijiet oħra, għerien li ilhom mitluqin mijiet ta' snin - dawn qegħdin taħt Forti Sant Anġlu u jien mort biex nara eżattament fuq xiex qed ikellmuna - u hemm fihom ċertu periklu għax apparti li huma mudlama ħafna, hemm bir miftuħ u fihom ammont ta' tajn.", "Wieħed mill-konsorzji qal li dawk l-għerien jistgħu jintużaw b'rappreżentazzjonijiet storiċi tal-Kottonera, jiġifieri tidħol fihom u tara rappreżentazzjoni ta' l-istorja.", "Dak huwa footprint kbir, mela le!", "Imma l-ewwelnett għandek blat enormi ġewwa fih u allura m'intix se tgħoddu bl-istess kejl.", "Meta aħna għamilna dawn il-kalkoli kollha żidna kalkolu ieħor li filwaqt li rridu li l-konsorzji jagħtu return ġust lill-gvern jagħmlu suċċess ekonomiku mill-proġett.", "Aħna m'għandna ebda interess li konsorzju jew ieħor jidħol għal dan il-proġett u jfalli.", "Aħna nawgurawlhom l-ikbar suċċess fil-proġett għax is-suċċess tagħhom ikun suċċess tal- Kottonera u tal-pajjiż kollu, pero' bl-iktar mod oġġettiv jidhrilna li iddiskutejna kondizzjonijiet li huma ferm aħjar għal pajjiżna.", "Kellna mistoqsija jekk il-lukanda, il-casino u postijiet residenzjali kenux esklużi qabel u allura għaliex issa huma nklużi.", "Anke hawn trid tagħmel paragun pero' trid tara ma' xiex se tagħmlu.", "Nista' nikkonferma li l-konvenju li sar f'Ġunju 1998 - mhux għax għandi bżonn noqgħod nikkonferma dokumenti li huma anke esibiti f'din il-Kamra - ma kienx jipprovdi li ssir lukanda, casino u postijiet residenzjali imma jekk nagħmel il-paragun mad- development brief kif kien inħareġ, ngħid li l-lukanda kienet issemmiet u anke li jista' jkollok żvilupp residenzjali kien issemma.", "Mela meta llum qed nagħtu footprint li hu ikbar u qed nagħtu skopijiet iktar wiesa' nkunu qed nersqu iktar lejn id-development brief kif kien inħareġ oriġinarjament meta saret is-sejħa lill-konsorzji biex jagħmlu s-submissions tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien inħoss li l-Ministru qed jipprova jiżgwida lill-Kamra.", "Jaf tajjeb li fin-negozjati li kienu għaddejjin mill- gvern preċedenti, il-kwestjoni tal-lukanda, casino, eċċ. ma kenux issemmew ħlief li dawn inżammu ovvjament għat-tieni fażi biex tinnegozjahom u tipprova ġġib valur aħjar tagħhom u mhux tagħti kollox f'daqqa.", "Veru li aħna semmejnihom imma għedna li se nżommuhom lura għax ma rridux noħorġuhom mill-bidu, ħalli għada pitgħada jekk se ninnegozjaw it-tieni parti jkollna iktar x'ninnegozjaw.", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tgħid li aħna konna se nagħmlu kif qed tagħmlu intom issa, imma dan m'huwiex veru u allura qed tiżgwida lill-Kamra.", "Barra minn hekk inti taf li issa intom tajtu kollox at one go u m'għandkom l-ebda garanzija ta' xejn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech jista' jkompli.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, aħna rridu l-akbar riġenerazzjoni possibbli tal-Kottonera.", "Li noqogħdu nargumentaw u nagħmlu l- partijiet bil-biċċiet u li mbagħad nagħmlu l-lukanda wara ...", "Kif tista' tagħmel il-lukanda wara jekk wieħed mill-aħjar postijiet biex issir lukanda huwa x-xatt tal-Birgu?", "Jiġifieri l-Onor.", "Vella qed jgħidilna li l-gvern preċedenti ried li hemmhekk isiru ristoranti, ħwienet, uffiċini u affarijiet oħra u mbagħad wara biex dawn indawruhom f'lukanda nitolbu aktar ċens!", "Dak m'huwiex mod serju kif tiddiskuti.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Żommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "Kompli Onor. Zammit Dimech u ndirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mod serju huwa li jkun hemm proġett li fih mill-ewwel ikun hemm investiment ta' Lm16 miljun għar-riġenerazzjoni tal- Kottonera u bih ikollna għalfejn inkunu kburin ilkoll.", "Il-gvern preċedenti webbes rasu u ma riedx jiddiskuti ...", "(Interruzzjonijiet|)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Kompli Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Lili anke saritli mistoqsija jekk il-ħames metri wiesa' humiex biżżejjed biex wieħed imur jaqbeż il-baħar!", "(Interruzzjonijiet) Mela l-Onor.", "Joe Mizzi bl-ispring board imur jgħum!", "Jew kull darba joqgħod jieħu l-qabża fit-tul!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: M'għandekx tigdeb hawn ġew għax inti l-ewwel wieħed u sieħbek Ġuda kontu staqsejtu jekk jistgħux imorru jgħumu n-nies!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Lill-Onor.", "Zammit Dimech nitolbu jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, fil-kuntratt m'għandniex projbizzjoni la ta' l-għum, la tal-barbecues u lanqas tas-sajd.", "Huma kienu daħluha din il-projbizzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Kompli, Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jekk l-Onor. kollegi ma jixtequx li nweġibhom imisshom m'għamlulix id-domandi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien ma nafx għalfejn il-Ministru qed jiskanta għax għandi l-ispeech tiegħu fid-debate tas-sena l-oħra, fejn għamel l- istess mistoqsija.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien m'iniex noġġezzjona għall-mistoqsija.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Int kont staqsejt hekk: Dawn il-kondizzjonijiet jinkludu d-dritt li wieħed imur jistad jew imur jgħum fil-marina area?", "(Interruzzjonijiet) Jien għedt dak li għedt inti s-sena l-oħra u ma nafx għalfejn qed tiskanta.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, kompli wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulek, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi l-ebda diffikulta' li nwieġeb u m'iniex qed noġġezzjona għall-mistoqsijiet.", "Li kont qed noġġezzjona huwa li jkun hawn membru li jgħidli li ħames metri m'humiex biżżejjed għalih biex imur jgħum il-baħar.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hu jrid jgħum jista' jgħum, ħadd m'hu se jżommu!", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, aħna hawnhekk qegħdin nifhmu illi la jistgħu jmorru jgħumu f'dawk il-ħames metri, jistgħu jagħmlu barbecue wkoll!", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hemm differenza kruċjali bejn il-kuntratt kif propost issa u l-konvenju li kien għamel il-gvern preċedenti, li anke wara li tilef l-ewwel vot baqa' jippersisti u reġa' ġabu bl-istess mod.", "(Interruzzjonijiet) Il-mollijiet m'huma qed jingħataw bl-ebda titlu ta' proprjeta' fuqhom lill-konsorzji.", "Lill-konsorzji qed nagħtuhom encroachment terms.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Encroachment hekk ifisser!", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma jfisser xejn hekk, m'hu veru xejn!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Gulia, jekk jogħġbok, bħalissa huwa in possession il- Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kieku l-Onor.", "Gulia ried imur għall- formola ta' l-encroachment is-sena li għaddiet seta' jmur faċilment, ħadd ma żammu.", "L-encroachment huwa at the absolute pleasure tal-gvern, jiġifieri quddiem it-tali bar jew quddiem it-tali cafeteria jew quddiem it-tali post tista' tagħmel tables and chairs jew tagħmel kjosk, per eżempju.", "Dak huwa encroachment.", "Jista' wkoll mingħajr pre-avviż ta' xejn jgħidlek biex dawk l-affarijiet tneħħihom minn hemm, jiġifieri ma jkollok dritt ta' xejn, dik hija d-differenza.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Pero' qed ngħidu wkoll li għall-wisa' ta' ħames metri mix-xatt 'l hemm, lanqas encroachment ma jista' jingħata.", "(Interruzzjonijiet) Ħafna kuntratti l-foreshore huwa definit f'wisa' ta' inqas minn ħames metri.", "Aħna qed ngħidu li se jkollok wisa' ta' ħames metri fejn lanqas tista' tingħata encroachment.", "Mela għandek wisa' ta' ħames metri fejn in-nies jistgħu jippassiġġaw bl-ikbar liberta' u jekk hemm min irid imur fuq dak il-moll u jaqbeż jgħum affari tiegħu, m'hemm l-ebda projbizzjoni!", "(Għajjat) Pero' hemm id-differenza li dan il-kuntratt ġie diskuss u sar bis-serjeta' u l-gvern preċedenti ma kienx kapaċi jagħmel dan.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Gulia, ġbidtlek l-attenzjoni għal aktar minn darba biex ma tkomplix tinterrompi ħalli r-risposta tal-Ministru tkun tista' tiġi mismugħa u segwita minn kull membru hawn ġew.", "Kompli Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, irrid infakkar li llejla lanqas biss bdejna niddiskutuha r-riżoluzzjoni.", "L-ewwelnett għad irrid niffirmaha u nagħtiha lill-Clerk of the House kif nispiċċaw dan l- intervent; it-tieni ma nafx meta se jkollna ċ-ċans nagħmlu d-dibattitu kollu.", "Jien offrejt lill-oppożizzjoni li jekk iridu nagħmlu din il- proċedura b'kumitat tal-Kamra u jkollhom ukoll il-fakulta' li jeżaminaw klawsola klawsola.", "(Għajjat) Aħna qed noffrulhom, mhux bħalhom.", "Issa jekk ma jridux affari tagħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Ma jistax ikun li l- Ministru jwieġeb meta jsiru dawn l-interruzzjonijiet kollha.", "Kompli, Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kelli mistoqsija oħra dwar ċens perpetwu fuq il-lukanda.", "Il-konverżjoni ta' ċens minn 99 sena għal ċens perpetwu l- ewwelnett huwa dritt li m'hux qed jingħata lill-konsorzji imma se jingħata lil min jixtri units residenzjali għalih innifsu.", "Billi f'Malta għandna l- policy li jekk jista' jkun ninkoraġġixxu li min għandu post residenzjali jkun jista' jserraħ moħħu għal ġenerazzjonijiet futuri rigward il-post ta' abitazzjoni tiegħu, għal skop residenzjali jista' jkollok il-konverżjoni.", "Kelli wkoll mistoqsija rigward in-numru ta' postijiet previsti.", "L- ewwelnett jekk humiex ta' lussu jew le naħseb li huwa dettall li wieħed ikun jista' jidħol fih wara li l-awtorita' ta' l-ippjanar tikkonsidra dan il-fatt, pero' dan huwa żvilupp kummerċjali.", "Meta l-gvern preżenti ried jagħmel units għal skop soċjali fil-Kottonera, kien hu u mhux il-gvern l- ieħor li mar Bormla, waqqa' dawk il-kerrejjiet antiki u għamel flats moderni kif jixirqu lil nies umani.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien ma staqsejtux dwar il-bini li qed jaqa' jew li waqa' imma jekk dak il-bini hux se jkun għaċ-ċittadini tal- Kottonera u jekk huwiex se jiġi f'idejn il-ministeru responsabbli mill- housing.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-risposta hija faċli, le.", "Dan huwa żvilupp kummerċjali, parti mill-iżvilupp tal-proġett u jinxtara b'modi normali.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit, jekk jogħġobkom.", "Hawnhekk saret stqarrija, saru d-domandi bil-kwiet kollu - u kulħadd seta' jistaqsi li ried - u issa wieħed jistenna li l-Ministru jagħti r-risposti.", "(Għajjat) Hija r-responsabbilta' tiegħu li jwieġeb għad-domandi li l-Onor.", "Membri għamlu qabel u allura wieħed jitlob li issa jkun hawn l-attenzjoni xierqa.", "Kompli, Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jiena ma stennejtx fjuri mill- oppożizzjoni llejla!", "Li nista' ngħid rigward l-ammont ta' postijiet previsti huwa li faċċata tal-Kalkara u fis-sit ta' mad-dawra ta' dik l-area se jkun hemm bejn 110 u 150 flat u sitt penthouses in-naħa tax-Xatt tal- Birgu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li semma' dawk l-ammonti kollha ta' flats, f'liema area se jinbnew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-flats se jsiru fl-area fejn hemm Starky Place - dik il-parti fejn illum hemm l-oil pollution combating unit u hemm arkati għoljin - u l-parti immedjatament quddiem.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għamiltlu din id-domanda għax jidher li dak li n-nies qed jibżgħu minnu huwa veru għax biex iddaħħal dak l-ammont ta' flats trid tgħolli 'l fuq u tgħatti lin-nies tal-Birgu!", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-nies tal-Birgu m'għandhomx għalfejn jibżgħu għax mhux se jgħattuhom.", "Hemmhekk diġa' għandek l-għoli ta' l- arkati u hemm mod kif dan jista' jsir, naturalment dejjem soġġett għall- permessi kollha ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, imma mill- preżentazzjonijiet preliminari li saru assolutament m'hemmx il-periklu li qed isemmi l-Onor.", "Membru.", "Rigward il-casino, jekk il-konsiderazzjoni tinkludix il-liċenzja, jiddependi x'nifhmu biha.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jirriferi għal-liċenzja li titħallas kull sena taħt il-Gaming Act, le, għax dik titħallas over and above, imma jekk qed jirriferi għall-concession fee, iva, il-konsiderazzjoni tinkludiha.", "Jiġifieri lill-Port Cottonera Consortium m'aħniex se nitolbuh ħlas addizzjonali biex jingħata liċenzja pero' mbagħad kull sena jkollu l-liċenzja normali - mhux il-concession fee inizjali - u apparti minn hekk hemm rati ta' taxxa speċjali għal min jopera casinos għax minn fuq kull mejda tal-logħob il-gvern idaħħal introjtu dirett.", "(Interruzzjonijiet)", "Kelli domanda dwar l-arranġamenti għall-irmiġġ tad-dgħajjes u jekk kienx hemm xi ħlasijiet addizjonali.", "Tajjeb li saret din id-domanda għax il- klawsola li kien hemm fil-kuntratt preċedenti, jiġifieri ta' Ġunju 1998, fejn il-konsorzju kien obbligat jipprovdi sa massimu ta' 150 berth għall- fregatini tal-lokal, erġajna nkorporajniha pero' bid-differenza li dawn l- irmiġġi jingħataw in-naħa ta' l-Isla għax hekk kienet ix-xewqa espressa mill-barklori.", "Rigward is-sit eżatt diġa' bdew id-diskussjonijiet u jien m'għandi l-ebda dubju li naslu f'konklużjonijiet li jkunu sodisfaċenti għal kulħadd.", "Mal- klawsola li kienet tgħid li l-konsorzju huwa obbligat jipprovdi 150 berth għall-fregatini, jiena żidt il-kliem \"without any consideration\" għax bħala gvern antiċipajt preċiżament dak li llejla l-oppożizzjoni staqsietni dwaru: Aħna ma rridux l-obbligu li tagħtina l-berths u mbagħad tgħidilna: Isma', taf kemm jiswa' berth bir-rati tagħna?", "Lir-rappreżentanti tal-kumitat tal- fregatini u l-barklori ta' dawk l-inħawi għedtilhom li huma mal-gvern se jibqa' jkollhom x'jaqsmu u se jibqgħu iħallsu l-miżati li qegħdin iħallsu fil-preżent u li ilhom iħallsu għal bosta snin.", "Jiġifieri mhu se jkollhom xejn addizjonali għax il-gvern preżenti tejjeb il-klawsola li kien hemm fil- kuntratt ta' Ġunju 1998 billi għamilha ċara fuq il-konsorzju li ma jista' jżomm xejn fuq dawk l-irmiġġi.", "L-Onor.", "Mizzi staqsiena dwar il-planning council għas-south ta' Malta.", "Naturalment naqbel miegħu u nifhem li dan se jkompli.", "Staqsiena wkoll jekk hemmx partijiet mill-iżvilupp li jmorru oltre d-development brief u naħseb li partijiet bħad-dark ride li semmejt taħt il-Forti Sant'Anġlu u xi bini li jinstab fi stat mill-aktar dilapidat wara Sant'Anglu - bħalma hija l-old desalination plant li tista' ssir health centre mill-isbaħ - ma kenux inklużi fid-development brief.", "Naturalment jien informajt lid-direttorat b'dan kollu pero' d-direttorat, apparti li tana l-pariri tiegħu, qalilna li l-awtorita' tibqa' awtonima kif inhi u trid tagħti d-deċiżjonijiet tagħha meta jsiru l-applikazzjonijiet f'dak l-istadju.", "Kelli mistoqsija oħra dwar il-konsultazzjoni li kelli man-nies tal- Kalkara, x'sar dakinhar, x'sar wara u x'se jibqa' jsir.", "Jien mort għand il- kunsill lokali tal-Kalkara - għax għalija kien ta' pjaċir nisma' li dan il- kunsill ried li l-iżvilupp jersaq iżjed lejn il-Kalkara - u l-ewwel ħaġa li għedtlu kienet li jekk stess dan l-iżvilupp għadu m'hux fil-konfini rappreżentati mill-kunsill lokali tagħhom, wasal ferm aktar viċin.", "Jiġifieri għedtilhom biex ma jikkritikawx lil dan il-gvern jekk issa jixtiequh ġewwa l-Kalkara proprja - anke jien hekk nixtieq 'il quddiem - għax qabel kienu l-mili 'l bogħod u issa almenu qegħdin viċin.", "Għedtilhom ukoll li jiena kelli proposta mill-konsorzju li għandu l- iżvilupp ta' dawk l-inħawi li jagħmel hard standing facilities fil-ġenb tal- bajja tar-Rinella.", "Jiena mort flimkien mal-Perit Sciberras, li minn hawn nirringrazzjah tal-pariri siewja li huwa tani, biex nara kif inhi s- sitwazzjoni.", "U l-area li qed nitkellmu dwarha hija mill-aktar abbandunata, mitluqa u qiegħda fil-ġenb ta' dik il-bajja.", "Jien lill-membri tal-kunsill urejthom il-pjanta u qaluli li hemmhekk kellhom il-ħsieb u x-xewqa li f'dik l-area jagħmlu kumpless sportiv.", "Għedtilhom li jekk inhu hekk, jiena dispost immur lura għand il-konsorzju u ngħidilhom li jekk iridu jagħmlu iżvilupp ta' hard standing facilities f'dawk l-inħawi jridu jdaħħlu benefikat - over and above kulma tkellimna - favur il-Kalkara u jipprovdulhom faċilitajiet sportivi.", "Għamilna l-kalkolu, ir-rikjesti tal- Kalkara ġew stmati fil-livell ta' Lm150,000, jien mort għand il-korsorzju - li naħseb xebgħu jisimgħuni ngħid x'irrid mingħandhom! - u staqsejthom jekk kienux lesti jżidu dan il-benefikat.", "Dawn aċċettaw, naturalment mhux mill- ewwel, u għamilna l-obbligu li jsir ...", "(Interruzzjonijiet) Ħallini nispjega ftit!", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Joe Mizzi jrid jagħti l-verżjoni tiegħu.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hawnhekk għandi l-istqarrija li ħarġet mill-kunsill lokali tal-Kalkara.", "Dak li qed jgħid il-Ministru huwa skorrett u m'hu veru xejn.", "Jiena se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli kulħadd ikun jista' jara l-affarijiet kif inhuma.", "Dak li qed jgħid m'huwiex korrett.", "MR SPEAKER: \\H\\hHawn permess biex l-Onor.", "Mizzi jpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' press release datata 15 ta' Marzu 1999, maħruġa mill-kunsill lokali tal-Kalkara dwar il-proġett tal-Kottonera.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, fi stadju ieħor inqiegħed ukoll it-tweġiba li għamilt jien għal dik l-istqarrija, siegħa wara li ħarġet, jekk se noqgħodu sejrin hekk!", "Jien ma nippretendix li jekk dik l- istqarrija li tgħid kemm il-gvern u dak il-kunsill lokali għadhom f'diskussjonijiet pożittivi bejniethom ...", "Jiena mal-kunsill lokali tal- Kalkara m'għandi l-ebda konflitt u l-ebda gwerra.", "Jiena fhimthom li sakemm ikollhom il-faċilitajiet li qed jitolbu huma u sakemm ukoll - din hija importanti - ikun hemm il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex ebda hard standing facility ma tikkaġuna xi ħsara ta' aspett ambjentali fl-inħawi, dan jista' jsir.", "Jiena qiegħed nimpenja ruħi li nkompli d-diskussjonijiet mal-kunsill lokali tal-Kalkara u li nkompli d-diskussjonijiet ma' kulmin huwa konċernat.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok.", "No cross debate.", "Ikompli l- Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan il-gvern se jipproteġi u jsebbaħ iżjed il-bajja tal-Kalkara għax din kienet imnaddfa mill-gvern preżenti.", "Meta jiena mort fuq il-post u rajt it-triq tal-ġenb u anke l-moll, l-ewwel ħaġa li għamilt meta mort lura għand il-konsorzju għedtilhom li dik it-triq - ħlief għall-parti ta' ġewwa nett fejn irid ikollok is-slipways u l- proċeduri biex isiru hard standing facilities li rriduhom jibqgħu tal- pubbliku - kif ukoll il-mollijiet li rriferew għalihom tan-naħa l-oħra, m'humiex se jkunu inklużi fil-kuntratt.", "Naħseb li hawn għandna fejn niddiskutu b'mod oġġettiv u serju mal-kunsill lokali tal-Kalkara x'jista' jiġri f'dan ir-rigward u nawgura li jkun hemm qbil, pero' il-gvern preżenti qed jirriżerva d-dritt li jista' jalloka wkoll sit ieħor li ma jkunx fil- Kalkara.", "Allura b'daqshekk tkun waqgħet id-dinja!", "(Interruzzjonijiet) Tgħid aħna mhux se niġu hawn u norbtu idejna b'xi manetti, kif għamel il- gvern preċedenti!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok.", "Kompli Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Meta saret il-mistoqsija fuq l-ammont ta' ħaddiema, parti mill-kritika li saret mill-oppożizzjoni s-sena li għaddiet kienet kif din tista' tiggarantixxi u titfa' dawn iċ-ċifri.", "Jien nista' ngħid li l-iżvilupp tela' minn Lm6 miljun għal Lm16 miljun, li l-footprint hija mill-inqas id-doppju ta' li kienet u allura ċ-ċifri kollha veri, kienu x'kienu dakinhar, illum huma mill-inqas id-doppju.", "Dak li nista' nwieġeb.", "Issa jaraw huma fil-kuxjenza tagħhom x'kienu l-kalkoli!", "Jien ma nemminx li huma kellhom kalkoli tajbin meta qalu li jista' jkun hemm xi elf impjieg - forsi kieku qalu 500 kienu jkunu iktar korretti - u llum nistgħu niggarantixxu allura d-doppju ta' dak li kien realistikament dakinhar, kien x'kien in-numru.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onorevoli, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, staqsewni jekk mistoqsija parlamentari li saret minn kollega tiegħi hijiex b'xi mod marbuta max- xogħol li dħalna għalih.", "Din ma fhimtiex.", "Mela l-gvern qatt xi darba fl- istorja ta' ħajtu kellu bżonn ssirlu mistoqsija parlamentari biex ikun jaf min qed jokkupa l-art?", "Dawn x'affarijiet huma!", "(Interruzzjonijiet) Jgħid lid-dipartiment ta' l-artijiet jibagħtu għalih, ikellmuh u niddiskutu bis- serjeta' miegħu wkoll, anzi hemm tnejn min-nies fuq il-post li qed jitkellem dwaru l-Onor.", "Mizzi.", "M'għandi ebda dubju mill-ispirtu ġenwin u kostruttiv li bih tkellem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li żgur għandu għal qalbu l-interessi tal-Kottonera.", "Saritli mistoqsija dwar l-ammont ta' jottijiet u l-kwalita' tagħhom.", "Naturalment il-ħsieb huwa li dawn il-jottijiet ikunu ta' lussu, ikunu ta' daqsijiet differenti u jkun hemm ukoll mega yachts taħt Sant'Anġlu.", "L- iskop huwa mist u f'dan l-istadju huwa diffiċli tagħti numru preċiż pero' fil-kors tad-dibattitu nġib kalkoli li naf li saru f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Anglu Farrugia qabel għamilli domanda jekk ikkonsultajtx lill- Perit Mintoff.", "Kieku waqaf hemm u ma żiedx l-isem, kont se ngħidlu: Dażgur li kkonsultajt lill-Perit Mintoff għax lill-Perit Edwin Mintoff, tal- Port Cottonera Consortium, konna qed nikkonsultawh il-ħin kollu!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili Ministru.", "On a point of order, l-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien nieħu din li qed jgħid il-Ministru fl-ispirtu li qed jgħidha imma jiena staqsejtu għall-Perit Dom Mintoff.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Issa fhimtek aħjar.", "Niskuża ruħi mela.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Ma ġara xejn!", "Nixtieq inkun naf jekk kemm-il darba sieħbek, l-Perit Duminku Mintoff, ġiex ikkonsultat u jekk kemm-il darba urejtuhx il-pjanti.", "Għax qabel ma xolja l-parlament, il-Perit Dom Minfoff mar fuq NET Television biex jurina l-pjanti kif jixtieqhom hu.", "Nixtieq inkun naf jekk inti urejtomlux ħalli jkunu ta' sodisfazzjon għalih hu li tant għandu għal qalbu l-Kottonera.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiddispjaċini li fuq din il-mistoqsija, li forsi m'hijiex daqshekk pjaċevoli - għax nifhem li min jagħmel mistoqsija għan-nom ta' xi ħadd għax ikun jirrispettah - fejn xtaqni nagħmel konsultazzjoni mal-Perit Dom Mintoff bħala l-ex-kap tiegħu u l-bniedem li kellu rwol tant kbir fil-Partit Laburista, sfortunatament it-tweġiba hija fin-negattiv.", "Jiena ma kkonsultajtx mal-Perit Dom Mintoff fuq dan is- suġġett.", "(Interruzzjonijiet) La hu ma talab li jkun ikkonsultat u lanqas aħna ma kkonsultajnih.", "(Għajjat)", "MR SPEAKER: Kompli Onor. Zammit Dimech u ndirizza lis-Sedja jekk jogħġbok. .", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Membri japprezzaw li rridu nippruvaw inweġbu għal kollox id-domandi.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Vella staqsieni x'nifhmu b'\"inkorporat\".", "L-ewwelnett irridu nifhmu li t-tarzna għandha dik il-proprjeta' li hi tagħha u meta jien nesprimi x- xewqa mad-direzzjoni tat-tarzna - u għamilt dan bl-iktar mod miftuħ - li l- ġirien kummerċjali tat-tarzna jkunu parti mill-proġett, fis-sens li huma jagħmlu l-proġett tal-baċir nru.", "1, naturalment mhux qed nirriferu għalihom waħidhom imma bi ftehim mat-tarzna li tkopri l-interess tat-tarzna.", "Issa tkoprix l-interess tat-tarzna billi toħloq kumpannija li tkun bħal tripied, jiġifieri jkollhom equity bejniethom - dak huwa metodu wieħed - jew billi tistabilixxi b'mod oġġettiv x'inhu l-introjtu għaliha u dan ikun parti mid- dħul tagħha mill-iżvilupp tal-baċir nru.", "1, hu x'inhu, żgur li mhux qed nipproponu li naqbżu l-interess tat-tarzna.", "Kulma qed nipproponu hu li l- ġirien kummerċjali li se jkunu qed jaħdmu f'dawk l-inħawi, bħala l-ewwel preferenza - għax jekk imbagħad ma naslux b'taħdidiet magħhom nikkonsidraw options oħra - għandhom huma flimkien mat-tarzna jagħmlu l-iżvilupp tal- baċir nru.", "1.", "L-Onor.", "Vella staqsa rigward l-impatt ambjentali fuq ir-Rinella.", "Fil- kuntratt kif propost qed indaħħlu l-impenn u l-garanzija li jridu jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha ta' natura ambjentali.", "L-Onor.", "Mario Galea staqsa fuq il-wirt kulturali u fuq qiegħ il-baħar.", "Qed indaħħlu wkoll b'mod kuntratwali l-kondizzjoni li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex ma jkunx hemm irbit mal-qiegħ jew issir xi ħaġa li tippreġudika l- esplorazzjoni fil-futur, f'każ li jkun hemm fdalijiet ta' bastimenti antiki.", "Jiġifieri din qabel ma kenitx fil-kuntratt u issa qed tidħol.", "Rigward il-wirt kulturali, fis-sens ta' palazzi, naturalment qed indaħħlu l-obbligu tar-restawr.", "L-Onor.", "Gavin Gulia staqsiena jekk partijiet mil-letter of commitment jistgħux jkunu implimentati qabel.", "Skond liema partijiet!", "Per eżempju, li jagħmlu l-outline development permit, jistgħu mela le!", "Anzi jien ninkoraġġixxi liż-żewġ konsorzji li immedjatament jibdew il-proċedura ta' outline development application.", "Jekk hemmx xi differenza fuq din għar-rigward ta' dak li sar mill-Perit Mintoff, naħseb li ilna nwieġbu.", "Fil-każ tal-Perit Mintoff kien hemm klawsola li tidentifika b'mod preċiż u b'komputazzjoni li kien ħadem l- istess Onor. Gulia f'ittra li kien bagħat lill-prim ministru ta' dak iż- żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, fejn kien qallu li l-imgħax dovut s'issa huwa daqshekk u l-gvern preżenti ħass li dak l-imgħax ma kellux jibqa' jogħla u kellu jħallsu ....", "(Interruzzjonijiet) Mhux inti staqsejtni!", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Fil-letter of intent tat-22 ta' Mejju m'hemmx imniżżlin l-imgħaxijiet rigward il-kumpens ta' l-Għarix.", "Jekk l-Onor.", "Membru se jkompli jsostni din il-qagħda, nitolbu jgħid f'liema klawsola tal- letter of intent hemm imsemmi dak li qed jallega huwa.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jiena kont preċiż fit-tweġiba tiegħi.", "Jiena għedt li l-letter of intent, meta taraha flimkien ma' l- ittra li kien għamel l-Onor.", "Gulia lill-prim ministru ta' dak iż-żmien, turi li l-Lm128,000 kienet il-porzjon rappreżentanti l-imgħaxijiet dovuti lill-Perit Dom Mintoff skond il-kalkoli li għamel hu.", "(Interruzzjonijiet) Aħna rajna l-letter of intent, rajna l-ittri tiegħu u onorajna l- intenzjoni tiegħu.", "Jiena nibqa' ddispjaċut li l-Onor.", "Gulia m'huwiex kuntent li aħna mxejna ma' l-intenzjonijiet li kellu hu!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jiena dwar il-letter of intent qed nistaqsih mhux dwar l-ittri.", "Jgħidilna jekk fil-letter of intent hemmx imsemmijin imgħaxijiet, iva jew le.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-letter of intent waħidha m'hemmx miktub imma meta taqraha ma' l-ittra tifhem l-iskop.", "Staqsewni fuq il-perijodu minimu li fih ma jkunux jistgħu jsiru trasferimenti.", "Apparti d-dritt tal-kumpanniji sussidjarji u apparti d-dritt ukoll tat-trasferiment ta' units li jkunu kompluti, sakemm isir il-proġett il-konsorzju kif ikun ifformat dakinhar tal-kuntratt ma jkunx jistax' jagħmel trasferimenti ta' shares, ħlief bejnietu stess, lil terzi persuni.", "Staqsewni għala l-bid bond ma żdidietx.", "Din skond kif tħares lejha.", "Irċevejna żewġ bid bonds - mela l-Lm200,000 awtomatikament irdoppjajnihom - li flimkien jagħmlu Lm400,000.", "Mela l-bid bond żdiedet ukoll.", "Kelli mistoqsija dwar is-civil protection pollution control.", "Lil dawn ma nistgħux ninkorporawhom fil-konfini tal-proġett u se nibdew il-proċeduri biex insibu siti alternattivi.", "L-Onor.", "Helena Dalli staqsiet dwar ir- relazzjoni mal-footprint u jidhirli li weġibtha diġa' meta kont qed inwieġeb mistoqsijiet tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u għedt li rridu naraw ukoll il-vijabilta' kummerċjali tal-proġett u mhux se noqogħdu nagħmlu equations preċiżi, apparti d-diffikulta enormi biex dawn l-equations tagħmilhom għax jekk mal-footprint oriġinali ngħoddu l-mollijiet kollha bil- foreshore b'kollox, kif il-gvern preċedenti kien dispost jagħti lill- konsorzju, allura d-differenza ma tkunx kbira daqskemm l-oppożizzjoni forsi taħseb li hi.", "L-Onor.", "Rita Law għamlet domanda importanti għax staqsiet dwar l- operaturi bejn l-Isla u l-Birgu u vice-versa.", "Nirringrazzjaha tad-domanda għax tagħtini l-opportunita' li nispjega aħjar il-konċett tal-ferry stops, kif se taħdem il-fairway u dawk li qegħdin issejħulhom subsidiary fairways.", "Aħna qed ngħidu li ma jagħmilx sens li jkollok medda bħal dik u jsir kif kien se jsir fil-kuntratt tas-sena li għaddiet, jiġifieri ngħidu li l- marina tingħata kompletament lill-konsorzju bid-drittijiet kollha, anke fuq il-pontoons.", "Dak li kien hemm fil-konvenju ta' Ġunju tas-sena li għaddiet se nagħmluh pero' żidna żewġ konsiderazzjonijiet importanti miegħu.", "L- ewwelnett qed ngħidu li ġol-marina trid tikkrea - issa niddiskutu flimkien ma' dak il-konsorzju u anke ma' l-awtorita' marittima - ħames ferry stops u dawn huma intenzjonati - preċiżament kif qaltilna l-Onor.", "Law illejla - biex l-operaturi li diġa' hemm bejn l-Isla u l-Birgu u operaturi oħrajn ikollhom fejn iniżżlu l-passiġġieri.", "U dan apparti li se jkollhom żvilupp kummerċjali ferm ikbar madwarhom u jekk illum qed jaqilgħu tant, nawgura li se jaqilgħu ferm iktar meta dan il-proġett ikun lest.", "Allura ridna li jkun hemm ferry stops, public fairway fin-nofs li tibqa' tal-pubbliku u subsidiary fairways li fuqhom ikollna drittijiet bħala gvern biex nassiguraw li jkollhom minn fejn jgħaddu għax qabel ma kellhomx kif joperaw u dan il-prinċipju ddaħħal ukoll.", "L-istores tal-Maltacom ukoll iridu jerġgħu jiġu ri-allokati.", "Nagħlaq bl-aħħar mistoqsija li saret mill-Onor.", "Mizzi fuq il-baċir nru.", "1.", "Il-ħajt ma komplejnix inwaqqgħuh għas-sempliċi raġuni li l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet qaltilna li dak kien qed jitwaqqa' mingħajr permess u kienet ħarġet enforcement order biex ma nkomplux inwaqqgħuh.", "Aħna rrispettajna dik l-ordni pero' jien dispost li niddiskuti mill-ġdid ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar għax fir-raġuni li tat kien hemm punt wieħed li żgur naqblu miegħu lkoll, li ma tistax twaqqa' ħajt u tħallih ta' periklu għan-nies.", "Pero' jekk naqblu ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar li flok dak il- ħajt isir xi railing xorta oħra, sakemm 'il quddiem nagħmlu l-baċir nru.", "1 u allura ma jkollniex bżonn la ħajt u lanqas railing, inkunu qed nissalvagwardaw is-safety tan-nies u fl-istess ħin inkunu qed nagħtu n-nifs lil dawk l-inħawi li għandhom dak il-ħajt quddiemhom, li lkoll kemm aħna f'din il-Kamra naqblu li m'għandux jibqa' hemm.", "Jiġifieri jien anke bħala gvern - għax din m'hijiex fil-footprint ta' l-iżvilupp attwali - nimpenja ruħi li bejn it-taqsima tax-xogħlijiet nagħmlu applikazzjoni, niddiskutuha ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar u naraw x'jista' jsir.", "Mr Speaker, mill-ġdid nirringrazzja lill-Onor.", "Membri kollha ta' din il- Kamra għall-mistoqsijiet interessanti li għamluli u anke għad-dibattitu diġa' mqanqal li bdejna.", "Nawgura li f'din il-Kamra issir diskussjoni mill- aktar dettaljata pero' dejjem miftuħa f'kumitati li naraw il-bżonn biex wieħed jidħol aktar fid-dettall tal-kuntratt li għandna propost quddiemna u jekk hemm bżonn nużaw proċeduri li jintużaw f'parlamenti oħra barra minn Malta u li anke l-parlament tagħna qed jagħmel f'ċerti kumitati, inkluż il- kumitat fuq politika soċjali, u li jiddaħħal il-kunċett ta' hearing.", "Jekk l-oppożizzjoni jixtiequ jagħmlu mistoqsijiet lill-konsorzja, għala m'għandhomx ikollhom din il-faċilita'?", "Jekk il-kunsilli lokali jridu jiġu jagħmlu l-mistoqsijiet għala m'għandhomx jagħmlu hekk?", "Aħna għalhekk nagħmlu l-proposta.", "Issa fl-aħħar mill-aħħar il-proċedura parlamentari li se nużaw trid tkun jew dik stabilita skond l-istanding orders, jiġifieri jekk hemm bżonn niddiskutu hawn fil-Kamra, jew inkella nużaw proċeduri oħrajn.", "L-offerta saret għax dak li aħna tlabna mill-oppożizzjoni huwa konsistenti mal-prinċipji li aħna nħaddnu imma ħassejna d-dover li llejla noffruh bħala gvern lill-oppożizzjoni.", "Pero' tkun kif tkun id-diskussjoni, nawgura li tkun waħda serja, responsabbli, dettaljata u fuq kollox miftuħa li mbagħad l-esitu tagħha jkun il-bidu - hawn naqbel ukoll ma' l-Onor.", "Mifsud Bonnici - fejn qed ngħidu li dan il-proġett irid ikun parti ta' proġett ferm ikbar li jfisser ir-riġenerazzjoni kollha tal-Kottonera.", "U l-gvern jibqa' impenjat li apparti kull żvilupp kummerċjali, iħares ukoll lejn l-aspett soċjali, lejn l-aspett uman u lejn l-aspett globali kif jolqot il-ħajja fiz-zona kollha tant għażiża għalina, li hija r-reġjun tal-Kottonera.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (NRU.2)", "LOCAL LOAN (No.2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Marzu 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat huwa in possession of the House.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, meta l-bieraħ kont qed nitkellem fuq il- VAT u anke fuq l-impatt ta' l-għoli tal-ħajja, kont qed ngħid li anke l- Bank Ċentrali jidher li huwa daqsxejn kawt fuq din il-kwestjoni għax meta bassar x'jista' jkun l-andament fix-xhur li ġejjin, qal pubblikament fl- aħħar rapport illi wieħed għad irid jara x'pressjonijiet jista' jkollhom il- miżuri tal-budget fuq l-inflazzjoni.", "Fil-fehma tiegħi, l-impatt tal-VAT se jdum jinħass.", "Anke l-Ġermaniżi kienu qed jistennew impatt, sempliċement għax il-VAT telgħet minn 15% għal 16%.", "U jekk dan ma seħħx kien dovut għall-fatt li bħalissa fil-Ġermanja tant l-ekonomija hija depressed u tant għandhom problemi strutturali, bħal qgħad u affarijiet oħra, li huwa ferm diffiċli biex tgħaddi żieda bħal dik tul is-supply chain tal-linja ta' provvisti illi jkun hemm għall-bejgħ fil-pajjiż.", "Nistgħu nimmaġinaw x'kienet tkun il-qagħda fil-pajjiż li kieku seħħ dak li kellu f'moħħu l-Gvern Nazzjonalista, li l-VAT tibda taħdem qabel ma tgħaddi l- liġi nnifisha?", "Mr Speaker, jien naħseb li din il-mistoqsija hija rilevanti, iżjed u iżjed fid-dawl ta' l-esperjenzi li kellna minn mindu daħlet fis-seħħ il-VAT fl-1 ta' Jannar.", "Qed ngħid hekk għax bil-liġi b'kollox rajna konfużjoni tant kbira illi s- segretarjat fil-ministeru għas-servizzi ekonomiċi ħass il-bżonn li anke wara li għaddiet il-liġi tal-VAT jorganizza sensiela ta' laqgħat għas-self- employed filwaqt li anke l-Kamra tal-Kummerċ ħasset il-bżonn illi tagħmel seminars għall-membri tagħha ħalli jiġi spjegat lilhom kif kellha taħdem din il-liġi illi suppost kellha tkun ħafna aktar user friendly minn dik ta' qabilha.", "Il-bieraħ stess rajna kif il-VAT naqqset il-momentum fost is-self- employed, tant illi l-istennija u l-miġja tal-VAT waslu biex minn Settembru 1998 sa Jannar 1999 - skond statistika uffiċjali li tana l-bierah f'dan il- parlament il-Ministru Gonzi - kien hemm 339 self-employed li telqu xogħolhom u bdew jirreġistraw.", "Minn dak li qal il-ministru l-bieraħ, jidher li l-affarijiet fil-qasam tas-servizzi għadhom m'humiex mexjin kif suppost.", "Għalhekk jiena nistaqsi: X'sar biex jissaħħaħ il-VAT inspection unit?", "Kemm qed isiru inspections fuq professjonisti?", "Huwa inutli li niffokaw fuq in-negozjanti ż-żgħar biss u mbagħad innewħu dwar l-abbużi li qed jagħmlu t-tobba, l-avukati u diversi professjonisti oħrajn.", "Iċ- ċittadini u anke l-unions jippretendu bi dritt illi tittieħed azzjoni f'dan ir-rigward u jiena nemmen li dwar dan għandhom raġun biex ibiegħu.", "Meta konna aħna fil-gvern ftit li xejn sibna solidarjeta' min-naħa l-oħra dwar l- importanza tal-ħruġ ta' l-irċevuti.", "Issa l-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed jiżra dak li ħasad u qed isibha diffiċli biex ikompli jdaħħal din il- kultura tant meħtieġa fost il-poplu.", "Aħna min-naħa tagħna dejjem tajna importanza kbira lill-irċevuta fiskali fi żmien is-CET, taqbel jew ma taqbilx u tgħid x'tgħid dwar is-CET bħala sistema fiskali.", "Anzi aħna ridna mmorru oltre minn hekk.", "Fil-fatt kollox kien maħsub sabiex naslu fl- istadju biex nibdew nagħtu multi on the spot, bħal kif issir barra fil-każ ta' kontravvenzjonijiet tat-traffiku.", "Il-bieraħ skantajt kif il-ministru pprova jagħti l-impressjoni li huwa l- Partit Laburista biss li qed jgħid li l-ekonomija hija ġġamjata għaliex dan id-diskors tisimgħu mingħand kulħadd, kemm mill-korpi kostitwiti kif ukoll fil-ħwienet kollha li tavviċina.", "Inutli noqogħdu ntambru, kif għamel il- ministru, li dan l-istaġnar ġej minn 20 xahar ilu għaliex ma' kulmin titkellem jgħidlek li qatt ma jiftakar xhur ta' Jannar u Frar iebsa f'dawn l-aħħar tliet snin bħalma kellna din is-sena.", "Żgur ukoll li ma nistgħux nibqgħu nużaw l-argument infantili li nwaħħlu fl-iffriżar ta' l- applikazzjoni Maltija għal sħubija fl-Unjoni Ewropea għal dan kollu.", "Wara kollox, suppost li waħda mill-ewwel miżuri li ħa dan il-gvern kienet li jirriattiva l-applikazzjoni Maltija u dan għamlu f'Settembru li għadda.", "Għaldaqstant inħoss li l-argument fil-kontest tar-ritmu ekonomiku fil- pajjiż huwa għal kollox barra minn loku.", "Sur President, inutli wkoll li l-Partit Nazzjonalista jgħid li m'huwiex veru li f'din is-sitwazzjoni ta' paniku dawwar il-kanuni tiegħu fuq in- negozjanti f'dawn l-erbat ijiem.", "Dan għamluh kemm ilha taħdem il-VAT.", "Fil- fatt jekk wieħed jara \"In-Nazzjon\" isib li dawn kitbu diversi editorjali, fosthom l-editorjal \"Serq fid-Dawl tax-Xemx\", fejn tefgħu lil kulħadd f'keffa waħda.", "Jiena m'iniex qed ngħid li ma kienx hemm abbużi, anzi nikkundanna l-abbużi li setgħu saru imma ngħid li minflok ħadu azzjoni kontra l-ftit li abbużaw għamlu l-iżball li tefgħu lil kulħadd f'keffa waħda.", "Imma m'għandniex għalfejn niskantaw b'din l-attitudni għaliex issa lil tal-Partit Nazjonalista drajnihom.", "Meta jridu japplikaw il-pressjoni, l-ewwel jitkellem xi ministru u mbagħad jagħmlu follow-up intensiv fil- ġurnali tagħhom permezz ta' l-editorjali!", "Wara kollox, mhux hekk imxew mal- bank ċentrali dwar il-kwestjoni ta' l-imgħaxijiet?", "L-ewwel kellna l- ilmenti u d-diżappunt ta' l-Onor.", "Josef Bonnici li fiċ-ċirkostanzi preżenti l-bank għażel li ma jmissx ir-rati ta' l-imgħax, imbagħad ħarġet \"In- Nazzjon\" li għal darba darbtrejn kitbet editorjali fejn qalet li r-rati ta' l-imgħax f'pajjiżna huma għoljin ħafna, anzi qalet li huma iktar mid-doppju ta' dawk fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, li ma jħajrux lil min jinvesti u li bl-ebda mod ma jikkontribwixxu biex l-ekonomija terġa' tingrana wara sentejn f'fondoq.", "Sur President, jekk wieħed janalizza din il-kritika jsib li l-kantaliena tagħhom hija sempliċi: \"Imgħax li jieklok\".", "Tant iridu jheżżu l-awtonomija tal-bank ċentrali li editorjalment qalu li għalkemm il- bank ċentrali huwa awtonomu, ma jfissirx li meta jiġi biex jiffissa l- livell tar-rati ta' l-imgħax m'għandux ikun hemm mistoqsijiet dwar kif ikun wasal għad-deċiżjonijiet tiegħu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel ftit paragun mal- mod kif aġġixxew u qed jaġġixu n-Nazzjonalisti bħala gvern u bħala partit vis-a-vis il-bank ċentrali, mal-mod kif irraġunaw il-Ġermaniżi sa ftit jiem ilu meta kien għadu ministru tal-finanzi Oskar Lafontaine.", "Meta Lafontaine sejjaħ lill-European Central Bank biex ibaxxi r-rati, diversi bankiera serji Ġermaniżi interpretaw li dan ma kienx se jiġri għaliex irraġunaw li inkella l-bank ċentrali jkun qed jagħti l-impressjoni li qed iċedi għall-pressjoni politika tal-Gvern Ġermaniż.", "Hawnhekk għandek attitudni kompletament differenti bejn il-mod, il-perceptions u l-aġir tal- Gvern Malti vis-a-vis il-bank ċentrali u l-perceptions differenti li kien hemm fil-Ġermanja meta l-ex-ministru tal-finanzi għamel pressjoni fuq il- European central bank biex dan ibaxxi r-rati ta' l-imgħax.", "Iżda jiena ngħid, Sur President, li iktar importanti minn hekk, konna aħna li daħħalna ċerta serjeta' f'dan ir-rigward u inutli li l-ġurnali Nazzjonalisti jipprovaw jagħtu ad intendere li l-kwestjoni ta' l- imgħaxijiet hija xi ħaġa li għandha sseħħ awtomatikament.", "Per eżempju, \"In- Nazzjon\" qalilna li l-imgħaxijiet jinżammu għoljin meta l-inflazzjoni tkun għolja u meta l-iżbilanċi tal-gvern ikunu bla kontroll.", "Jiena nistaqsi: X'garanzija għandna li l-inflazzjoni u l-iżbilanċ issa qegħdin taħt kontroll?", "Jekk il-pajjiż illum għandu ċerti żbilanċi makro-ekonomiċi, tajjeb li nfakkru li kien Gvern Laburista li beda l-proċess biex iġib stabilita' f'dan is-settur, tant li diġa' kien irnexxielna nagħmlu impatt pożittiv fuq dak li jissejjaħ aggregate demand.", "Il-politika tagħna kienet li nniżżlu d-deficit fiskali għal 5% fuq medda ta' tliet snin, iżda iktar importanti minn hekk konna aħna li daħħalna d-dixxiplina fiskali fil-pajjiż li toħloq il-kondizzjonjiet xierqa biex l-ekonomija tal-pajjiż tiżviluppa fit-tul b'rata ta' tkabbir sostenibbli.", "Kieku l-bank ċentrali ma żammx il- politika monetarja li żamm f'dawn l-aħħar snin kieku s-sitwazzjoni kienet taħarbilna; u hawn qed nitkellem bħala pajjiż u mhux bħala partit fil- gvern.", "Sur President, meta nitkellmu fuq tnaqqis tar-rati ta' mgħax irridu nfittxu u ngħarblu diversi fatturi, fosthom illi niksbu stabilita' tal- prezzijiet, li nippromwovu l-esportazzjoni, li niġbdu l-investiment barrani lejn pajjiżna u li jkollna qagħda tal-bilanċ tal-pagamenti b'saħħitha u settur finanzjarju sod.", "Inutli nsemmu r-rati ta' l-imgħax fl-Ewropa għaliex m'għandna l-ebda konverġenza magħhom f'dik li hija inflazzjoni.", "U biex il-konverġenza sseħħ ma tistax tkun biss koinċidentali iżda trid tkun ukoll sostenibbli u reali.", "Interessanti li wieħed jinnota li t-tkabbir fl- ekonomija li sar taħt Gvern Laburista, b'mod partikolari fl-1998, kien dejjem fuelled minn imbuttatura lejn l-esportazzjoni u inutli noqogħdu ngħidu li dan huwa dovut għal kumpannija prinċipali ta' l-elettronika għaliex bl-istess kejl meta din ġieli għaddiet minn ċerti downturns, nistgħu ngħidu li meta ġieli niżlet ir-rata ta' tkabbir tal-GDP tal-pajjiż, allura dan kien dovut għal din il-fabbrika wkoll.", "Sur President, aħna kellna pjani lesti biex inniedu diversi proġetti bi spazju sħiħ għas-settur privat.", "Dawn kienu proġetti kapitali li kienu se jistimulaw l-attivita' ekonomika u anke s-settur tal-kostruzzjoni li sal- lum forsi għadu wieħed kajman u b'hekk konna nkunu qed nistimulaw u nsaħħu d-domanda domestika b'mod ġenerali li jaqbel għall-pajjiż kollu.", "Li jnixxifni huwa li għaddew sitt xhur mill-ħajja ta' dan il-gvern u l-proċess ta' ristrutturar ta' l-industrija bilkemm issemma darba mil-ministri tiegħu, ħlief il-bieraħ fl-intervent ta' l-Onor.", "Dalli.", "Jekk verament irridu nilħqu l-miri tagħna allura hemm bżonn urġenti li ngħaġġlu f'din id- direzzjoni.", "Naf li l-IPSE donnha qiegħda fuq l-istonku ta' wħud min-nies fil-Gvern Nazzjonalista, iżda nħoss li l-gvern għandu jneħħi l-għamad politiku minn quddiem għajnejh u juża dawk l-istrumenti kollha li jistgħu jservu ta' katalist biex isseħħ ir-ristrutturazzjoni tal-pajjiż.", "F'wieħed mid-diskorsi li l-Prim Ministru għamel dan l-aħħar waqt il- kampanja elettorali tal-kunsilli lokali - jekk m'iniex sejjer żball ġewwa Ħal Balzan - kien qal hekk: La tibżgħux mir-ristrutturazzjoni.", "Jiena ngħid li minflok jagħmlu dawn il-ħafna exhortations u diskors fil-vojt, aħjar dak li jkun ixammar u jmidd għonqu għax-xogħol.", "U għalkemm il-bieraħ il-Ministru Dalli pprova jagħti ad intendere li r-ristrutturazzjoni ilha għaddejja mill-1987, jiena ngħid li setgħet kienet għaddejja fuq bażi individwali fi ħdan ċerti units industrijali imma ma kenitx għaddejja fuq skala nazzjonali b'mod ħolistiku.", "Dan jikkonfermah il-ktieb \"The EU and You\" li għadhom kemm ħarġu Simon Busuttil u l-kollegi tiegħu tal-European Movement li żgur m'għandhomx tendenzi Laburisti.", "Meta jitkellmu fuq ristrutturazzjoni dawn jgħidu hekk:", "\"A lot has been said about restructuring but few concrete measures have been taken.\"", "Huwa veru li fil-bidu r-ristrutturazzjoni taf iġġib il-weġgħat imma fit-tul tagħti r-riżultati meħtieġa u mixtieqa għax l-ażjenda, tkun liema tkun, toħroġ iktar żnella u b'saħħitha mil-proċess kollu.", "Sur President, minkejja li ċerti korpi kostitwiti għall-bidu kellhom ċerti biżgħat dwar ir-ristrutturazzjoni, aħna konna ġibnihom jaħdmu magħna biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, filwaqt li s-social partners kienu ġew ingranati fl-istess proċess ħalli jiżguraw li l-membri tagħhom jintlaqtu mill-inqas minn dak li kellu jsir.", "Iżda jidher li dan il-gvern huwa magħmul mod ieħor għaliex ħafna problemi jipprova jsolvihom billi jinjorahom kompletament.", "Għaldaqstant inħeġġeġ lill-gvern biex jieħu dawk il-miżuri kollha strateġiċi effettivi li jista' jikkonsidra biex jagħti spinta u rankatura lil dan il-proċess tant importanti għat-tisħiħ ta' l- ekonomija, irrispettivament minn jekk aħniex se nissieħbu jew le fl-Unjoni Ewropea.", "Iżda din bħall-kwestjoni ta' l-armonizzazzjoni tat-taxxa għax minflok isegwu bir-reqqa u jagħtu importanza lil dak li qed isir fl-Ewropa u dak li qed tagħmel il-Ġermanja, jgħidu li m'għandniex għalfejn ninħlew fuq dan l-argument għax din hija biss wishful thinking u li diffiċli ħafna biex isseħħ għaliex hija issue problematika.", "Sur President, jiena naħseb illi li jmisshom jgħidu tan-naħa tal-gvern huwa li l-Ġermaniżi, li huma l-akbar mutur fl-Unjoni Ewropea, minkejja d- diffikultajiet ekonomiċi li qed jiffaċċjaw tant huma determinati li jaslu għal din l-armonizzazzjoni - jew kif qed isejħulha kordinazzjoni - li qed japplikaw il-pressures kollha.", "L-ewwel heddew li jżommu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-budget Ewropew u mbagħad qalu li jridu jagħmlu minn kollox biex jitneħħa l-kunsens fi ħdan l-Unjoni Ewropea ħlief għall-kwestjonijiet kostituzzjonali u dan bil-għan li kwestjonijiet bħal din tat-taxxa jkunu jistgħu jiġu deċiżi b'maġġoranza sempliċi tal-membri ta' l-Unjoni.", "Issue oħra li qiegħda f'ħalq kulħadd fl-Ewropa - u Alla jbierek il-Gvern ta' Malta ma jitkellem xejn dwarha minkejja li huwa kandidat prospettiv għal sħubija sħiħa - hija l-issue tad-duty-free outlets.", "Din hija issue li min-naħa tal-gvern qatt ma tissemma anzi biex inkun preċiż semmewha darba u żelqu fin-nixef.", "Darba f'ġurnal lokali l-Ministru Zammit Dimech kien qal li anke aħna se nneħħu l-ħwienet duty-free imbagħad għaddew ftit ġimgħat u qam il-Ministru Josef Bonnici, għal darb'oħra f'gazzetta lokali, u qal li aħna m'aħniex obbligati nieħdu pożizzjoni dwar id-duty-free shops għalissa għaliex la sirna membri ta' l-Unjoni u lanqas għadu sar ir-referendum dwar dan is-suġġett f'pajjiżna.", "Sur President, jiena ngħid li l-gvern xorta qed jonqos illi m'huwiex qed iġib din il-problema a konjizzjoni tal-pubbliku Malti u Għawdxi.", "Din jista' jkollha effett negattiv anke fuq il-cruise liner business li beħsiebna nikkultivaw permezz tal-cruise liner terminal li suppost għandu jinbena dalwaqt, business li wara kollox diġa' beda jinbena tul dawn l- aħħar xhur minkejja li għad m'għandiex il-cruise liner terminal.", "Dak li qed tgħid l-Ewropa bħalissa huwa li hemmhekk għandek xi pajjiżi li qed ifittxu kompromess dwar it-tneħħija tad-duty-free qabel ix-showdown inevitabbli li mistenni jsir fis-summit speċjali ta' l-Unjoni Ewropea li għandu jsir dalwaqt f'Berlin.", "Iżda milli jidher l-Ingliżi, il-Franċiżi u l- Ġermaniżi sabu ruħhom ferm isolati dwar din l-issue meta ġew biex jipposponu deċiżjoni dwar l-impożizzjoni tad-dazji u tas-sisa sħaħ fuq affarijiet bħal sigaretti u fwejjaħ f'dawk li huma duty-free outlets.", "Fil- fatt jekk wieħed iħares ftit lura jsib li d-deċiżjoni fl-Unjoni Ewropea ilha li ttieħdet mill-1991 u biex din tiġi rrevokata hemm bżonn li d- deċiżjoni tiġi emendata mill-ministri tal-15-il pajjiż membru b'vot unanimu.", "Jiena naħseb li l-bieraħ dawk li bħali raw l-aħbarijiet, raw eluf ta' ħaddiema Franċiżi jimblukkaw iċ-Channel tunnel u anke l-ferry port ta' Calais biex iwaqqfu t-train traffic għal bosta sigħat bħala protesta kontra din it-tneħħija.", "Għalhekk ngħid li l-Gvern Malti għamel ħażin li din l- issue lanqas biss poġġiha fuq l-aġenda tiegħu minkejja li huwa kandidat prospettiv għas-sħubija.", "L-inqas li jista' jagħmel il-gvern fiċ- ċirkostanzi preżenti huwa li jkollu d-diċenza u jipprova jfisser l- implikazzjoni ta' dan kollu għan-negozju f'dan is-settur f'pajjiżna.", "Sur President, f'dawn is-sitt xhur stennejt ukoll li se jkun hemm xi drive min-naħa tal-gvern biex jinħolqu impjiegi produttivi imma għall- kuntrarju rajna l-qgħad ikompli jirranka, forsi stimulat mill-ħafna wegħdiet li għamlu tan-naħa l-oħra tul il-kampanja elettorali, wegħdiet lil nies, kostitwenti, canvassers u ħbieb li jdaħħluhom mal-gvern jew mal- korpi parastatali.", "Għalkemm sal-lum saru ħafna safriet ministerjali, dawn kellhom il-focus prinċipali tagħhom marbuta mar-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, iżda ma rajna ebda promotional drive biex tikber l-export base ta' pajjiżna ma' pajjiżi oħrajn.", "Dan il-one-track mind qed jiġi nnotat mhux minna biss imma qed jiġi nnotat u osservat anke fiċ-ċriki diplomatiċi u hemm min qed jikkummenta apertament dwar l-attitudni tal-Gvern Malti li tant iffissa fuq sħubija fl-Unjoni Ewropea li abbanduna s-swieq u l-pajjiżi l-oħra għal riħhom, u dan bl-eċċezzjoni tal-mawra ta' jumejn li l-Onor. de Marco għamel fid-dinja Għarbija meta iffirma xi double taxation agreements u kien qed iħejji għal-laqgħa tal-Mediterranean Forum li saret f'pajjiżna xi ġimgħa jew ġimgħatejn ilu.", "Dan għalfejn qed ngħidu?", "Sur President, dan mhux biss qed ngħidu bi kritika għall-gvern imma għaliex sinċerament nemmen li ma nistgħux nibqgħu bil-mentalita' li l- esportazzjoni tiċċaqlaq waħedha.", "Wara kollox, fir-rapport reċenti tiegħu l- bank ċentrali jgħid li għad hemm ċerta inċertezza dwar l-export growth trends ta' pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għaliex dawn is-swieq aħna dejjem tajnihom importanza għaliex nemmnu li għandu jkun is-settur privat li jimbotta l-ekonomija 'l quddiem u mhux noqogħdu nistennew li l-gvern jjippompja l-fondi tiegħu biex l-affarijiet jibdew jiċċaqalqu.", "Jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra aħna tajna spinta lill-impjiegi fis-settur privat.", "Taħtna x-xogħol part-time baqa' jiżdied filwaqt li fl-istess ħin il-jobs fis-settur tas-servizzi spiċċaw jirrappreżentaw terz ta' l-impjiegi ġodda kollha li ħloqna.", "S'issa dan il-gvern baqa' ċass quddiem il-problema tal- qgħad.", "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa l-iktar kategorija li qed tikber b'rata mgħaġġla, filwaqt li iktar minn 12% ta' dawk bla xogħol huma nies ta' 'l fuq minn 49 sena.", "Bir-rata li biha qed jikber il-qgħad minn xahar għal xahar u bir-rata li biha l-qgħad kompla jirranka minn Settembru 'l quddiem, ma jridux jgħaddu wisq xhur biex nilħqu l-figura ta' 10,000.", "Jiena jinkwetani wkoll il-fatt li 'l fuq minn 76% tan-nies qiegħda huma nies manwali kważi bla sengħa ta' xejn.", "Dan il-mismatch fis-snajja' bejn id-domanda u l-provvista ta' labour juri xi bżonn urġenti hemm li jkollna skemi effettivi ta' retraining.", "Sur President, hemm ukoll id-deficit innifsu.", "Il-bank ċentrali qed jagħmilha ċara li miżuri ta' taxxi u tkabbir ekonomiku waħedhom m'humiex biżżejjed biex jipproduċu r-riżultat meħtieġ biex jitnaqqas dan id-deficit.", "Jekk verament se jkollna boost fl-importazzjoni minħabba l-introduzzjoni tal-VAT, jekk irridu ndaħħlu sens ta' bilanċ huwa aktar u aktar importanti li niżguraw li dan jiġi indirizzat permezz ta' tkabbir fl-esportazzjoni għax inkella l-ekonomija tispiċċa taħt strapazz ieħor.", "Ilkoll kemm aħna rridu nieħdu approach miftuħ fejn nuru rieda li nbiddlu u li nkunu aktar proattivi u kompetittivi fl-approach u fl-attitudni tagħna.", "Jekk naraw dawn il-fatturi kollha kontra x-xenarju tal-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista, insibu li dan kien manifest magħmul għall-esiġenzi politiċi iktar milli b'riżultat ta' xi studju finanzjarju serju.", "Fil-fehma tagħna s-sitwazzjoni ilha li ħarbet lill-Partit Nazzjonalista mill-1992, meta n-nefqa ordinarja u l-kont ta' l-imgħax fuq id-dejn kienu diġa' bdew jaqbżu d-dħul rikorrenti.", "Nhar il-Ħamis 4 ta' Marzu, is-Sur Lou Bondi fl-opinion column tiegħu f'\"The Times\" qal li wara l-1994 l-ekonomija Maltija staġnat minkejja dak li kien qed jgħid u jagħmel il-Gvern Nazzjonalista u b'żieda ma' dan is-Sur Bondi qal li bejn l-1996 u l-1998 il-Partit Nazzjonalista rrifjuta li jirrikonoxxi l-fatt li kien hemm problemi fundamentalment serji fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Is-Sur Bondi kompla jgħid li l-votanti li bdew jixbgħu minn gvern indifferenti wara għaxar snin bdew iħossu anke l-għafsa.", "F'sitwazzjoni bħal din ftit jista' jkollna fiduċja li dawn l-istess nies li qed imexxu llum se jkunu kapaċi joffru l-fejqan meħtieġ għal pajjiżna.", "Skond il-miri tagħhom ta' l-1992, suppost li d-deficit tal-gvern kellu jitniżżel għal 3% tal-GDP sas-sena 1997; l-għoli tal-ħajja kellu jinżel għal 2%; il-qgħad kellu jinżel għal taħt l-4% tal-gainfully occupied; u l- livell tan-nies mal-gvern fis-settur pubbliku kellu jonqos b'25% jew 30%.", "Meta wieħed jara dawn il-miri kollha falluti u targets mhux milħuqin, allura għandna dritt nistaqsu kemm nistgħu nieħdu bis-serjeta' l- projections tal-gvern għal din is-sena finanzjarja li qegħdin fiha.", "Suppost li qegħdin f'sena fejn se nagħmlu drive fuq l-evażjoni tat-taxxa imma minflok ġew intaxxati dawk li għandhom yacht jew karozza lussuża u li jħallsu ftit taxxa, iddeċiedew li jintaxxaw lill-ħaddiem billi jgħollulu l- kontribuzzjoni tal-bolla, liema bolla għall-ħaddiem li jaqla' ¥5,000 minn ¥416 fis-sena se titla' sa ¥500 is-sena d-dieħla meta r-rata tkun ¥1 għal kull ¥10 li jaqla'.", "Inutli noqogħdu nisimgħu fuq new benchmarks għal assessments aħjar ta' declared income u re-engineering fl-income tax għaliex f'dan l-istadju n-nies iridu jaraw riżultati minn kwalunkwe gvern, hu min hu l-gvern tal-ġurnata.", "Il-bieraħ ħadt gost nisma' lill-ministru jfaħħar il-ħtieġa ta' tibdil u taqlib kontinwu fid-dwana ħalli ħadd ma jsaddad f'postu.", "Huwa dnub li meta aħna għamilna dan sibna resistenza kbira u saru allegazzjonijiet ta' favoritiżmu politku.", "Aħna konna ssapportejna mingħajr ma rreaġixejna imma mbagħad bdew ħerġin ir-riżultati, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' qbid ta' droga.", "Jiena nemmen li jkun żball jekk xi ħadd idaħħal il-politika fit-tmexxija tad-dwana jew, biex inkun preċiż, min iħalli lil min idaħħal il-politika forsi għaliex ikun hemm pressjoni jew mis-segretarjat tal-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalsita jew minn units oħrajn biex ikun hemm ċerti pressures politiċi eżerċitati fuq il-lant tax-xogħol f'dan il-post tant delikat u sensittiv.", "Sur President, fid-dwana aħna rridu l-indafa u l-integrita' u kien tajjeb li fiż-żmien kien hemm persuna serja li ħadmet taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet.", "Qed nirriferi hawnhekk għas-Sur Tony Pavia li dan l- aħħar inħatar segretarju permanenti - u ta' dan nifraħlu - u nittama li jinstab replacement ta' l-istess kalibru għaliex nemmen li meta tfittex issib civil servants f'karigi għoljin li lesti jmexxu b'ċertu għaqal, b'ċertu mpenn u b'ċerta serjeta'.", "L-importanti huwa li wieħed iħallihom jaħdmu mingħajr ma jkun hemm indħil żejjed min-naħa ta' fuq.", "Dan kollu qed ngħidu għaliex ir-rwol tad-dwana huwa wieħed importanti u vitali għal pajjiżna, kemm f'dak li huwa dħul ta' l-erarju, kemmn f'dik li hija ġlieda kontra l-kuntrabandu kif ukoll f'dik li hija ġlieda kontra d-drogi fil- pajjiż.", "Aħna konna sibna koperazzjoni sħiħa f'dan il-qasam, b'mod partikolari mill-Gvern Amerikan, u nittama li din il-koperazzjoni tkompli toktor fi snin li ġejjin.", "Għażilt li nagħmel aċċen fuq id-dwana għaliex minkejja li hija kingpin importanti tal-ministeru tal-finanzi, ftit li xejn ikollna okkażjoni li nitkellmu dwar l-operat tagħha fil-parlament.", "Sur President, għamel tajjeb il-Ministru Dalli fil-budget ta' din is-sena li ammetta li d-deficit ilu ġej bosta snin iżda d-dnub huwa li dan ma qaluhx qabel.", "Per eżempju, ma saret l-ebda riferenza għal dan fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista u lanqas fil-kampanja elettorali ta' Settembru li għadda.", "Ftit ilu l-ministru tkellem b'mod xettiku ħafna dwar l-IMF - għaliex qal li dawn huma l-istess nies li ġabu lil bosta pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant għarkubbtejhom wara l-kollass tal-komuniżmu - iżda għandu jew m'għandux raġun xorta nibqgħu fid-dmir li naraw x'qalu dawn in- nies dwar pajjiżna u mhux nagħmlu kif jagħmel l-Onor.", "Josef Bonnici li jikkwotahom biss meta jfaħħru s-sistema tal-VAT.", "U ladarba qegħdin fuq dan is-suġett intenni dak li kont għedt darb'oħra, jiġifieri li nittama li meta jiġu ta' l-IMF fil-jiem li ġejjin, il-Gvern Malti jagħmel kif qed jagħmlu diversi gvernijiet oħrajn u jippubblika r-rapport tagħhom u mhux iħallih bħala xi ħaġa mistura u konfidenzjali li tiġi leaked baxx baxx minn hawn jew minn hemm.", "Sur President, l-ewwel wieħed li fetaħ għajnejn il-gvern dwar id-deficits ma kenitx l-IMF imma kien is-Sur Anthony Galdes, gvernatur tal-bank ċentrali fl-1991, meta waqt ikla ta' l-istitut tal-bankiera kien qal li d- deficit strutturali għandu jiġi ttrattat b'kawtela kbira għax is- sitwazzjoni faċilment taħrab minn idejn dak li jkun.", "Dak inhar is-Sur Galdes kien ħeġġeġ lill-gvern biex jifformola politika nazzjonali koerenti sabiex il-public sector borrowing requirement jilħaq mill-ġdid livelli maniġibbli u sostenibbli.", "Dawn it-twissijiet sabu l-eku tagħhom f'dak li qalu iktar tard l-IMF.", "Fil-fatt fir-rapport tagħha ta' Diċembru ta' l- 1992, l-IMF ilmentat li l-medja tad-deficit fiskali għas-snin 1989/1991 kienet ta' 6.5% tal-GDP.", "Huma diġa' kienu qegħdin ixommu li l-Gvern Malti kien konxju li d-deficits ta' dan id-daqs ma kenux deficits sostenibbli iżda - u din hija importanti li nifhmuha lkoll kemm aħna - qalu li minkejja dan kollu l-Gvern Malti kien qed iżomm lura milli jikkommetti ruħu li jieħu dik it-triq li twasslu għal konsolidament fiskali kif ukoll li jintrabat ma' timetable ta' riformi strutturali.", "L-IMF kien tal-fehma li l- aġġustamnenti li kellu f'moħħu l-gvern għall-1993 u għas-snin ta' wara ma kenux aġġustamenti sodisfaċenti.", "Fi kliem ieħor kienu qed jgħidulu bil- pulit li m'għandux is-sinsla meħtieġa biex jaqbad il-barri minn qrunu.", "L-affarijiet bdew jisserjaw iktar meta wara r-review mission li kien għamel il-bord eżekuttiv ta' l-IMF fir-rapport tiegħu ta' l-1992, kien wera tħassib dwar dak li sejjaħ increasing strains in the domestic economy u kkonkluda li l-pressjoni fuq ir-riżervi kienet titlob pjan ta' konsolidament fiskali iktar ambizzjuż fl-1993 minn dak kontemplat mill- awtoritajiet Maltin.", "Effettivament l-affarijiet baqgħu sejrin għall-agħar tant li fl-1994 l-IMF qalu li l-posponiment min-naħa tal-gvern ta' miżuri fiskali meħtieġa jista' jimmina l-prospetti ekonomiċi għall-ġejjieni u jwassal għall-aġġustamenti li jweġġgħu iktar 'il quddiem.", "Fil-fatt huma lmentaw bla tlaqliq li l-Gvern Malti ma fassal ebda timetables ċari biex jilħaq dawn l-għanijiet.", "Għaldaqstant jiena naħseb li nagħmlu ħażin jekk nanalizzaw il-famuż memo li l-Ministru John Dalli kien ta lill-kabinett fis- sajf ta' l-1996 b'mod isolat għaliex is-sħab iswed kien ilu jinġema' s-snin u l-ministru x'aktarx tkellem kif tkellem dak inhar għax ra li l-qagħda ma baqgħetx waħda sostenibbli, kuntrarju għal dak li forsi xtaqu jagħmlu sħabu billi għal darb'oħra jitfgħu t-trab taħt it-tapit.", "Sur President, biex nagħti prova ta' kemm dan il-gvern ma jimxix b'ġustizzja soċjali se nikkwota silta mill-budget - u qed nikkwota verbatim - li tgħid:", "\"In-nefqa tal-gvern hi priordinata u r-riżorsi skarsi tagħna ma jistgħtux dejjem jiġu allokkati skond il-prijorita' li titlob il- ġustizzja soċjali.\".", "Jiena nistaqsi: Xi prova iktar minn hekk nistgħu nġibu li l-ġustizzja soċjali fil-pajjiż se titnaqqar taħt dan il-gvern?", "Dan il-gvern jidher li qed jorbot kollox mat-tkabbir ekonomiku meta kulħadd jaf f'liema qagħda tal-biki tinsab l-ekonomija tal-pajjiż.", "Kellna eżempju ta' dan meta ftit ilu l-Prim Ministru kien qed jagħmel xi indirizz - mingħalija l-aħħar diskors tal-kampanja elettorali - fejn biex jiġġustifika li l-ekonomija qed tieħu r-ruħ, qagħad jikkwota figuri kontrastanti ta' l-1997 ma' l-1999 u Alla jbierek il-figuri ta' l-1998 konvenjentement ħallihom barra għal kollox.", "U xi skuża ġab?", "Qalilna li kien qed jagħmel hekk għaliex l-1997 kienet l-unika sena sħiħa li għamel il-Gvern Laburista!", "Imma l-paraguni s- soltu mhux hekk isiru.", "M'hemm l-ebda loġika u m'hemm l-ebda razzjonalita' li tagħmel paraguni bejn sena u oħra u konvenjentement taqbeż is-sena tan- nofs sempliċiment għaliex ikun jaqbillek tagħmel hekk.", "Fil-budget il-ministru kien qal li kien qed ibassar espansjoni ta' 6.5% sas-sena 2000, liema figura skond hu kienet ferm iktar konservattiva milli qalulu l-ekonomisti tal-gvern.", "Ikun tajjeb li nkunu nafu jekk aħniex on track jew le f'dawn is-sitt xhur ta' Gvern Nazzjonalista.", "Żewġ fatturi nkwetanti ħafna li joħorġu mill-budget innifsu huma li ż-żieda fit- tassazzjoni pproġettata mhux se tkun biżżejjed biex tagħmel tajjeb għaż- żieda fl-imgħaxijiet li se jkollna nġorru kif ukoll li l-imgħaxijiet li kienu biss ¥6 miljun fis-sena 1985 minn ¥50 miljun f'din is-sena se jitilgħu għal ¥74 miljun fis-sena 2004.", "Din tfisser u tirrappreżenta żieda ta' 48% fuq il-livell attwali.", "Għalhekk nistaqsi lill-ministru jekk jaħsibx li se nkunu on track ukoll fit-tkabbir tad-dħul tal-gvern meta jidher li 58% se jiġi minn żieda fl-espansjoni ekonomika, 17% mill-enforzar ta' taxxi eżistenti u 25% miż-żieda fit-taxxi.", "Dawn huma l-projections li kien hemm fil-budget.", "Iżda jekk dawn huma affarijiet inkwetanti, bla dubju ta' xejn l-iktar fattur inkwetanti huwa d-dejn pubbliku li din is-sena se jilħaq madwar 60% u li sas-sena 2004 minn ¥872.9 miljun se jkun tela' għal ¥1,122.749 miljun, żieda ta' 28.6%.", "U kieku kellna neħduh bħala medja ras għal ras insibu li d-dejn pubbliku se jkun jirrappreżenta somma ta' ¥3,000 għal kull persuna li tgħix f'Malta.", "Il-ġimgħa l-oħra n-naħa tal-gvern għal ftit ma ftaħrux bir-rapport ġdid ta' Moody's għax semma l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett ir-rapport irid jittieħed fil-kontest tar-rating fuq il-foreign currency country ceiling li Moody's stess ħarġu xi ħmistax ilu u tajjeb li wieħed ifakkar li dak inhar huma kienu qalu li d-dejn nazzjonali kulma jmur qed joqrob is-60%, waqt li wrew dubji serji kemm il-programm ta' ħames snin ta' dan il-gvern se jwassal biex inaqqas id-deficit proġettat.", "Din id-darba r-rapport jibda billi jfakkarna li d-dejn ilu tiela' minn żmien Gvern Nazzjonalista fis-sena 1995.", "Imbagħad, għalkemm ir-rapport veru jagħmel riferenza għar-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni tal-Gvern Malti għall-Unjoni Ewropea, dan jagħmlu fil-kontest ta' l-obbligi onerużi li din l-applikazzjoni tpoġġi fuqna.", "Jien ma nistax nifhem is-sodisfazzjon tal-gvern għal dan ir-rapport, l- aktar meta kummentaturi finanzjarji indipendenti - mhux in-naħa ta' l- oppożizzjoni - diġa' lmentaw pubblikament fil-media lokali li r-rating tagħna effettivament tniżżel b'ħames gradi.", "Għalhekk x'se jagħmel il- gvern fid-dawl tal-kummenti ta' Moody's dwar in-nies żejda mal-gvern, dwar il-proporzjon kbir tad-deficit kif ukoll dwar il-piżijiet li d-dejn jimponi fuq il-kaxxa ta' Malta?", "Fil-fatt ir-rapport jagħmilha ċara li biex ir-rating tistabilizza ruħha hemm bżonn titjib sostanzjali fil-finanzi pubbliċi ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik Onor. Brincat, imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Ministru tal-Finanzi biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 17 ta' Marzu 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT(Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, il-kunsilli lokali huma fuq fomm ħafna nies f'dawn il-ġranet pero' qabel ma nagħmel ftit kummenti fuq ir-riżultat li kellna fil-weekend li għadda, xtaqt nirriferi għad-diskors li sar mill-Onor.", "Cuschieri f'din il-Kamra, fejn allega li fil-vesti tiegħi preċedenti ta' segretarju ġenerali jien kont heddidt lill-viċi sindku ta' San Ġiljan li jekk ma jivvotax b'ċertu mod għas-sindku ta' San Ġiljan kont se ntellfu x-xogħol mal-PBS.", "Din jiena ċħadtha dik inhar imma l-Onor.", "Cuschieri baqa' jinsisti li dak kien li qalulu.", "Għalhekk issa nixtieq naqra ittra, nota, dikjarazzjoni - sejħilha li trid - iffirmata minn Vincent Aquilina, il-viċi sindku tal-kunsilli lokali ta' San Ġiljan, u ndirizzata lili, li tgħid hekk:", "\"Għażiż Sur Gatt,", "Jien bħala viċi sindku tal-kunsill lokali ta' San Ġiljan irrid niddikjara dan li ġej:", "(1) Inti qatt m'għedtli dak il-kliem li allega l-Onor.", "Joseph Cuschieri fis-seduta tal-bieraħ.", "(2) Jien niċħad bil-qawwa kollha kull allegazzjoni ta' l-Onor.", "Cuschieri u lest li nieħu affidavit.", "Dejjem Tiegħek, Vincent Aquilina.", "Nixtieq nitlob il-permess biex inpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta lili mill-viċi sindku tal-kunsill lokali ta' San Ġiljan wara d-diskors li għamel fil-parlament l-Onor.", "Joseph Cuschieri fl-10 ta' Marzu, 1999.\"", "L-unika rimarka li nixtieq nagħmel hija li jkun tajjeb li kulħadd f'din il-Kamra - u mhux biss l-Onor.", "Cuschieri - jimxi fuq fatti li jaċċerta hu personalment u mhux biss fuq dak li jgħidulu.", "Jien, per eżempju, smajt ħafna affarijiet fuq ir-relazzjonijiet ta' l-Onor.", "Cuschieri mal-każin tal- banda ta' San Ġiljan, pero' għalkemm ikollna ħafna battibekki bejnietna qatt m'għidt xejn fuq dan u m'iniex beħsiebni ngħidhom għaliex m'aċċertajthomx jien personalment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jekk l-Onor.", "Gatt għandu xi ħaġa x'jgħid dwar ir-relazzjoni tiegħi mal-każin tal-banda ta' San Ġiljan, jista' jgħidha liberament għaliex jien mal-każin tal-banda ta' San Ġiljan la għandi x'naqsam u lanqas qatt kelli x'naqsam.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari jkompli bid-diskors tiegħu, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jiena dejjem kont konsistenti ma' dak li għedt u billi għadni kemm għedt li jien m'iniex se nirripeti l- affarijiet li smajt għax m'aċċertajthomx personalment - mhux kif għamel l- Onor. Cuschieri - allura m'iniex se nirrepetihom.", "Għadni kemm poġġejt ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjoni tal-viċi sindku Vincent Aquilina li jafferma kategorikament l-kuntrarju ta' dak li qal l-Onor.", "Cuschieri.", "Issa jekk inhu raġel jibla' dak li qal qabel pero' dan huwa inċident żgħir di passaggio u ta' ftit importanza.", "Sur President, is-Sibt li għadda żammejna f'Malta, bħalma jiġri kull sena, l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "F'isem din in-naħa rrid nirreġistra s-sodisfazzjon tiegħi ewwelnett għat-turnout li kellna, li żdiedet marġinalment għal madwar 70%, żieda ta' 4% jew 5% fuq is-sena l- oħra.", "Ċertament li din iż-żieda ġiet kaġunata minn diversi fatturi, fosthom il-messaġġi pożittivi li bagħat il-gvern fuq il-kunsilli lokali.", "Biex inkun onest, nemmen li parti minn din iż-żieda hija dovuta għall- parteċipazzjoni tal-Partit Laburista b'mod uffiċjali li ħaddem il-makna tiegħu elettorali, makna tajba u makna komposta min-nies u kappeġġata minn persuna li ċertament hija kkwalifikata.", "Għalhekk m'għandix dubju li permezz tax-xogħol li għamel il-Partit Laburista f'dan il-kontest irnexxielu joħroġ iktar voti mill-voti li ħarġu d-darba l-oħra.", "Pero' ladarba ħarġu iktar partitarji u sostenituri tal-Partit Laburista jivvotaw, allura ikbar u ikbar hija d-disfatta tal-Partit Laburista.", "Għaliex jekk ħarġu iktar Laburisti jivvotaw, l-avvanzi kbar li għamel il-Partit Nazzjonalista f'dawn l-aħħar elezzjonijiet lokali jieħdu magnitude ħafna akbar milli setgħu kienu kieku l-Partit Laburista ma ħaddimx il-makna elettorali tiegħu.", "Sur President, smajna ħafna interpretazzjonijiet imma jien nħobb noqgħod fuq l-iktar affarijiet sempliċi.", "Il-Partit Nazzjonalista minn 65 tela' għal 72 kunsillier, żieda ta' 7 kunsulliera jew inkella ta' 11% fuq dawk li kellu.", "Nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra elenku ta' fejn saru dawn iż-żidiet.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar total ta' kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista f'21 kunsill lokali għas-snin 1993, 1996 u 1999.", "Il-Partit Nazzjonalista mhux biss żied il-kunsilliera tiegħu pero' żied ukoll il-voti minn 45% għal 49%, żieda overall ta' 4% meta tqabbel lokalita' ma' lokalita'.", "Barra minn hekk, meta taqra l-elenku tal- lokalitajiet fejn żied il-voti l-Partit Nazzjonalista ssib li fi 17-il lokalita' kkomparat ma' l-1996 - u anke ma' l-1994 - il-Partit Nazzjonalista żied il-voti tiegħu.", "Nixtieq nerġa' nitlob il-permess tal- Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-breakdowns relattivi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ll-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar ir-riżultati ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'21 lokalita' għas-snin 1996 u 1999.", "Sur President, jiena nieħu pjaċir nisma' lill-Partit Laburista jgħid li huwa sodisfatt pero' jekk inhu hekk, x'sodisfazzjon akbar għandu jkollu il-Partit Nazzjonalista li żied il-kunsilliera, żied il-maġġoranzi tiegħu, żied il-vot tiegħu fi 17-il lokalita' u żied ukoll il-maġġoranza globali tiegħu?", "Ċertament li l-isbaħ argument li smajna matul il-weekend kien li l- Partit Nazzjonalista naqqas il-maġġoranza tiegħu li kellu fl-elezzjoni ġenerali.", "Jiena napprezza meta wieħed jitkellem ma' persuna li ma tifhimx kif għandek tinterpreta r-riżultat u tużah għall-propaganda.", "Din kulħadd jagħmilha għaliex fil-politika kultant tuża kollox u allura huwa aċċettat li tagħmel press conference wara l-elezzjoni u tuża dan ir-riżultat.", "Pero' li tibqa' tużah u tinsisti f'din il-Kamra li jerġa' jintuża dan l-argument meta nafu li m'hu veru xejn għaliex m'aħniex qed inqabblu like with like, jien ngħid li wasalna għall-esaġerazzjoni.", "Ir-realta' hija li f'din l- elezzjoni l-Partit Nazzjonalista żied il-voti tiegħu sostanzjalment, bħalma żied il-voti tiegħu sostanzjalment fl-1998 u fl-1997.", "U f'dan m'iniex inqabbel mal-Partit Laburista għaliex ir-realta' hija li l-Partit Laburista f'dan il-kamp ma jeżistix.", "Il-Partit Laburista, almenu kif inhu rappreżentat illum bil-kap tiegħu, ma jemminx fil-kunsilli lokali.", "Hemm uħud li jemmnu fihom u sinċerament iridu li l-kunsilli lokali jissaħħu pero' sfortunatament bil-leadership li għandhom bħalissa ma naħsibx li dawn in-nies għandhom l-opportunita' li jimxu 'l quddiem.", "Sur President, jiena nagħlaq billi nawgura li dan huwa vot għall-politika serja favur il-kunsilli lokali, politika li trid tagħti iktar flus lill- kunsilli lokali, politika li trid tagħti iktar possibbiltajiet lill- kunsilli lokali biex jikbru, politika li trid tagħti iktar poteri lill- kunsilli lokali, politika li trid iddaħħal il-kunsilli lokali fl- amministrazzjoni tal-proprjeta' pubblika u politika li trid iddaħħal lill- kunsilli lokali fl-enforcement tal-liġijiet lokali u tal- kontravvenzjonijiet.", "Dan huwa vot li jikkonferma kemm dan il-gvern f'sitt xhur għamel rivoluzzjoni fil-qasam tal-kunsilli lokal wara sentejn ta' staġnar mill-Partit Laburista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, il-poplu Malti dejjem kien konxju mill-ħtieġa tal-volontarjat u mill-ħtieġa li jagħti l-għajnuna lil dawk li jkunu fil-bżonn.", "Sa mill-miġja ta' San Pawl f'Malta wrejna kemm aħna poplu karitatevoli, mhux biss ma' sħabna imma anke mal-barranin. |l-verita' hi li dan il-pajjiż għadu sal-lum il-ġurnata bl-istess kuxjenza.", "Mal-milja taż-żmien infetħu wkoll djar - minn persuni privati jew minn għaqdiet bħall- Bugeja Institute jew is-St.", "Patrick's School - fejn fihom kienu jilqgħu lil dawk iż-żgħażagħ iltiema li jkunu jatuha għal għonq it-triq u b'hekk isibu kenn.", "Nafu wkoll li kien hawn fondazzjonijiet privati li taw l-għajnuna tagħhom għal skop soċjali.", "Per eżempju, kien hawn għaqda li kienet tiġbor il-flus għal dawk li kienu jħallu warajhom dawk li kienu jingħataw il- piena tal-mewt barra li kienu jgħidu xi talb għalihom.", "Minn hawnhekk naraw, Mr Speaker, kemm verament hija xi ħaġa fina l-Maltin li aħna nagħtu l-għajnuna kollha possibbli lil dawk inqas ixxurtjati minna.", "Aktar qabel semmejt l-għaqdiet tal-volontarjat li matul iż-żmenijiet komplew jikbru.", "Fosthom hemm il-community chest fund, li taqa' taħt il- patroċinju tal-President ta' Malta, li personalment jieħu ħsieb iqassam għajnuniet lil dawk li jkunu fil-bżonn mid-dħul li tiġġenera l-community chest fund permezz ta' diversi attivitajiet soċjali li torganizza u mill- kontribuzzjonijiet diretti li jsiru lill-Eċċellenza Tiegħu.", "Il-community chest fund tgħin, per eżempju, lil min ikollu bżonn isiefer minħabba xi mard jew billi tixtri refrigerators, makni tal-ħasil u affarijiet oħra lis- single parent families u lil dawk li jkollhom problemi finanzjarji.", "Minbarra l-community chest fund hemm ukoll is-soċjeta' tad-down syndrome, l-għaqdiet tad-dijabetiċi, il-hospice movement, l-Eden Foundation u l- Caritas.", "Ħafna nies jassoċjaw il-Caritas mal-problema tad-droga u l- alkoħol pero' ta' min igħid ukoll li din tgħin finanzjarjament lin-nies kollha madwar id-dinja li jintlaqtu minn xi terrimot jew minn xi diżgrazzji oħrajn.", "Din l-għaqda tieħu ħsieb ukoll li tagħti ħwejjeġ u materjal ieħor biex lil dawn in-nies ittejbilhom ftit il-kondizzjonijiet tagħhom.", "Semmejt ukoll is-soċjeta' tad-down syndrome, waħda mis-soċjetajiet li l- gvern jagħtihom għajnuna, kemm permezz ta' mediċini u sptar b'xejn u wkoll billi jibgħat membri tagħha barra minn Malta fejn ikunu jistgħu jieħdu kura aktar intensiva minn dik li għandna f'pajjiżna.", "Sur President, hemm ukoll għaqdiet għar-refuġjati li jaħarbu minn pajjiżhom u jiġu hawn Malta u għalhekk għandu jkollna kull rispett lejn dawn in-nies.", "Hemm imbagħad il-kummissjoni għall-emigranti li ilha mwaqqfa ħafna u ħafna żmien u li kienet twaqqfet sabiex jibqa' jinżamm kuntatt ma' dik il-mewġa ta' emigranti li fil-ħamsinijiet u fis-sittinijiet telqu minn Malta lejn pajjiżi iktar sinjuri biex isibu xogħol u jibnu ħajja ġdida.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll id-Dar tal-Providenza li qiegħda ġewwa s-Siġġiewi u li permezz tagħha dawk in-nies b'diżabilita' li ħafna drabi kienu moħbijin u imsakkrin ġewwa d-dar mingħajr għajnuna ta' xejn setgħu jinħarġu minn djarhom u jingħataw kull għajnuna possibbli.", "Tajjeb li nsemmu wkoll, Sur President, l-għaqdiet tal-baned f'Malta li jagħmlu attivitajiet kulturali f'kull raħal matul is-sena.", "Hemm ukoll l- għaqdiet sportivi tal-football, basketball, volleyball u oħrajn li jservu ta' rikreazzjoni għal ħafna nies u b'hekk iżommu dejjem 'il bogħod minn ċerti vizzji koroh.", "Għandna wkoll għaqdiet teatrali u għaqdiet mużikali u sa ftit taż-żmien ilu kellna wkoll il-kumitati ċiviċi li għal żmien twil taw kontribut sħiħ għal dik li hija l-kultura ta' pajjiżna.", "Għalhekk wieħed ma jistax ma japprezzax ix-xogħol volontarju li qed isir minn ħafna nies.", "Filwaqt li ngħid dan, Mr Speaker, naħseb li wasal iż-żmien li naraw dawn l-għaqdiet kollha x'qegħdin jagħmlu.", "Jeħtieġ li naraw li ma jkunx hawn duplikazzjoni ta' xogħol jew ħela ta' enerġija u ta' human resources.", "Nafu li dawn għandhom bżonn finanzi kbar biex jitmexxew pero' nafu wkoll li xi wħud minnhom, fl-entużjażmu li għandhom biex jgħinu lil ħaddieħor, daħlu għal ċerti piżijiet finanzjarji u issa qegħdin isibu li ma jistgħux ilaħħqu ma' dawn il-commitments.", "Għalhekk forsi jkun tajjeb li l-gvern jara jistax jgħinhom aktar.", "Jien naf li l-gvern jagħti kontribut kbir lil dawn l- għaqdiet kemm mil-lat finanzjarju u kemm mil-lat ta' support.", "Naf ukoll li jinkoraġġihom sabiex jestendu l-ħidma tagħhom imma, kif diġa' għidt, il- problema ta' dawn l-għaqdiet illum il-ġurnata huma l-finanzi.", "Allura x'qed jiġri?", "Qegħdin naraw li kull għaqda qiegħda tara kif tiġbor flus mingħand il-membri tagħha stess.", "Jekk nieħdu l-għaqda tad-dijabetiċi, per eżempju, naraw li kull membru ta' din l-għaqda qiegħed joħroġ xi fondi biex ikunu jistgħu jagħmlu attivitajiet li jkunu ta' benefiċċju għal dawk li jsofru mid-dijabete.", "Issa, għaliex qed ngħid li wasal iż-żmien li l-accounts ta' dawn l-għaqdiet tal-volontarjat isiru pubbliċi?", "Qed ngħid hekk għaliex hawn Malta jsir ħafna u ħafna ġbir.", "Ma nixtieqx ngħid li dan il-ġbir qed jinħela jew inkella l-flus qed jintnefqu fix-xejn imma tajjeb li min jikkontribwixxi għal dawn l-għaqdiet tal-volontarjat, minbarra li jingħata rendikont fil-laqgħat ġenerali li jsiru, ikun jaf fejn qegħdin imorru dawn il-flus u kif qegħdin jintnefqu.", "Sur President, jien nifhem li l-għaqdiet jidħlu f'ċerti spejjeż għas- supporting staff u għall-makkinarju li llum ma tistax tibqa' mingħajru bħalma huma l-answering machines, il-photocopiers u l-computers.", "Jista' jkun li l-għaqda jkollha wkoll il-kera tal-premises u l-kontijiet tad-dawl, ta' l-ilma u tat-telefon.", "Dak li rrid ngħid huwa li wasal iż-żmien li dawn jingħaqdu flimkien u ssir bħal federazzjoni ta' dawn l-għaqdiet - ma nafx jekk teżistix diġa' imma ma naħsibx - ħalli jekk soċjeta' minnhom tkun better off tkun tista' tgħin lill-għaqdiet l-oħra.", "Nifhem li forsi wieħed din jaraha daqsxejn iebsa għax wara li tkun għamilt tant sforzi biex tiġbor il-flus u mbagħad tiġi biex tagħtihom lil ħaddieħor, naħseb li tkun daqsxejn waħda iebsa.", "Pero' wasal iż-żmien, nerġa' ngħid, li jkollna federazzjoni ta' dawn l- għaqdiet volontarji - li kultant bilkemm nafu min huma għalkemm dan l-aħħar ħareġ ktejjeb fejn huma msemmijin kollha - ħalli anke nkunu nafu fejn proprjament qegħdin imorru l-flus.", "M'iniex qed ngħid kontra tagħhom, anzi d-diskors tiegħi bbażajtu l-iktar fuq ix-xogħol u l-ħidma siewja li qegħdin jagħmlu mal-proxxmu.", "Pero' rridu nkunu nafu eżatt fejn qegħdin jintnefqu l- flus ħalli dak li jkun ikun jista' jgħid: Mela jien għandi bżonn nikkontribwixxi iktar, għandi bżonn nagħti għajnuna akbar jew għandi bżonn nissapportja lil dik l-għaqda aktar minn oħrajn, għax huwa fatt li wħud minnhom qegħdin f'sitwazzjoni finanzjarja ħażina.", "Nafu li l-gvern jikkontribwixxi ħafna għal dawn l-għaqdiet, mhux lilhom biss imma anke lil dawk li jirrappreżentaw.", "Per eżempju, għandek nies isofru mid-down sydrome u minn diversi mard ieħor u lil dawn il-gvern jagħtihom il-mediċini kollha li għandhom bżonn.", "Il-gvern għandu s-sistemi tiegħu biex lil dawn in-nies jagħtihom l-għajnuna kollha, kemm f'dak li hu sptar b'xejn, għajnuna b'xejn u anke jibgħathom barra minn Malta, fejn ikun hemm bżonn, għall-kura intensiva aktar żviluppata minn dik li għandna f'pajjiżna u jħallsilhom l-ispejjeż.", "Meta wieħed jara din l-għajnuna kollha li qed jipprovdi l-gvern, fejn dawn la jitolbu taxxa tad-dħul, kultant ikunu anke eżentati mit-taxxa tal-VAT u mill-kontribuzzjoni tal- bolla, allura jien wisq nemmen li wasal iż-żmien li jkun hemm audit serju ħalli jkollna rendikont sħiħ ta' x'inhu jiġri.", "Mhux biżżejjed li l- accounts jiġu diskussi u approvati fil-laqgħat ġenerali.", "Lanqas huwa biżżejjed li naqraw stqarrijiet fil-gazzetti imma dawn l-affarijiet irridu nperrċuhom aktar għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.", "Dawn huma flus pubbliċi u m'għandux ikun hemm ħabi ħalli l-poplu jkun jista' japprezza iktar il- ħidma ta' kull għaqda fil-qasam tal-volontarjat.", "Qabel nagħlaq, Mr Speaker, inħeġġeġ lil dawn in-nies biex ikomplu jaħdmu billi jagħtu l-kontribut tagħom għall-pajjiż, b'mod speċjali għal dawk li huma svinturati.", "Jien nittama li jkun hawn aktar nies li joffru l-għajnuna tagħhom.", "Ħafna drabi jkunu l-human resources u mhux il-flus li dawn l- għaqdiet ikollhom bżonn.", "Jien nappella lil dawk li jistgħu jikkontribwixxu wara l-ħin tax-xogħol jew dawk li jirtiraw mis-servizz jew mix-xogħol ħalli jiddedikaw ruħhom għal dan l-iskop verament nobbli, li wara kollox hemm premju sabiħ għalih.", "J'Alla jkun hemm iktar persuni li joffru li jagħtu l- għajnuna tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa 17 ta' Marzu 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PENSJONANTI", "4191.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Qormi, Ħal Luqa u Santa Venera li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4192.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Għawdex, maqsumin raħal raħal li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4193.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gżira, l-Imsida, San Gwann u Ta' Xbiex li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4194.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Birżebbuġia, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, l-Imqabba, Ħal Safi u ż-Żurrieq li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4195.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħaż-Żebbuġ (Malta), is-Siġġiewi, Attard, Ħad-Dingli u l-Qrendi li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4214.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun u tal-Pieta li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4215.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Balzan, Birkirkara u Ħal-Lija li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4216.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi u l-Madliena li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4217.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonantii ġewwa l-Għargħur, l- Iklin, il-Mosta u n-Naxxar li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4218.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gudja, il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PENSJONANTI", "4219.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Imdina, il- Mellieħa, il-Manikata, l-Imġarr, ir-Rabat u San Pawl il-Baħar li jirċievu xi forma ta' pensjoni?", "Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "RAĦAL ĠDID - VJAL SANTA LUĊIJA", "3544.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' urġenza dwar mistoqsija parlamentari numru 975 fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura diġa' ħa l-passi neċessarja u bagħat il-ħamrija mitluba mill-bidwi biex jirranġa l-ħsarat li kienu saru fl-għalqa tiegħu.", "FGURA - TRIQ WIED BLANDUN", "3545.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar Wied Blandun fil-Fgura wara l- mistoqsija parlamentari numru 1302?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-National Country Parks Steering Committee irrikonoxxa l-importanza nazzjonali tal-propost Cottonera Heritage Park.", "Il-pjani ta' dan il-park ma jinkludux biss is-swar iżda l- faxxa ta' taħt is-swar li baqgħet tul iż-żmien m'hijiex mibnija.", "Din il- faxxa, f'estremita' minnhom, tinkludi wkoll Wied Blandun.", "Għalhekk il-gvern hu favur it-tindif u t-tisbieħ ta' Wied Blandun iżda għadu ma tfassalx pjan ta' azzjoni fid-dettal.", "PULIZIJA - SNIETER BLA PERMESS", "3546.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies b'senter bla permess f'Diċembru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li f'Diċembru, 1998, ma kienx hemm persuni li nqabdu b'senter bla permess.", "TOROQ - TISWIJIET", "3547.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1567, jista' l-Ministru jara li jibda jsir ix-xogħol meħtieġ peress li sal- 11/1/99 kien għadu ma sar l-ebda progress fit-talba tiegħi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Onor.", "Interpellant indika l-post fejn issuġġerixxa li ssir ir-rampa lit-tekniċi tad-Dipartiment tat-Toroq.", "Fil-post indikat qatt ma kien hemm rampa u l-ftit ġebel li hemm forma ta' taraġ sar minn nies mhux magħrufa billi qalgħu l-ġebel mill-ħajt u poġġewħ fuq xulxin.", "Għalhekk jidher li m'hemmx bżonn għal aċċess f`dan il-post għaliex jekk wieħed jimxi ftit metri 'l isfel jaqbad it-triq li tagħti għal ġo ċ-ċimiterju.", "RAĦAL ĠDID - GĦAJN DWIELI - TRAFFIC LIGHTS", "3548.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsiru traffic lights b'urġenza f'Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, ħdejn ir-roundabout quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x'jista jsir.", "DJAR - TISWIJIET", "3549.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1972, jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol dwar tiswijiet ta' djar minħabba l-urġenza li hemm peress li sa l-10/1/99 kien għadu ma sar xejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li x-xogħol indikat ser jingħata prijorita'.", "Madanakollu jien infurmat wkoll li dan jikkonsisti f'tibjid tat-tromba, xogħol li fih innifsu mhux urġenti daqs tibdil ta' katusi jew tiswija ta' soqfa.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - PHOTOCOPY MACHINES", "3620.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines, kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir- responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - PHOTOCOPY MACHINES", "3621.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines, kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir- responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TA' L-INTERN - PHOTOCOPY MACHINES", "3622.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines, kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - PHOTOCOPY MACHINES", "3623.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines, kemm fil- Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Photocopy machines li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn:", "Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi:", "Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti 1990 Lm926 Xerox 1993 Lm1400", "Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Ditta Meta nxtraw Prezz Canon 1989 Lm950 Konica 1998 Lm450 Mita DC1655 1981 Lm800 Mita 1855 1994 Lm1500 Konica 1212 1996 Lm420 Olivetti 7147 1992 Lm1000 Canon 1990 Lm950 Konica 1212 1997 Lm450 Mita CC50 1995 Lm517 Olivetti 7147 1994 Lm520 Mita CC30 1997 Lm250 Mita CC30 1997 Lm250 Mita CC30 1997 Lm250 Mita CC50 1995 Lm517.50 Konica 1212 1997 Lm450", "Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura: Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 1994 Lm150 (Din mhix tahdem) Cannon 1997 Lm650 Sanjo 1997 Lm275 Mita DC1555 1996 Lm895", "Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju: Ditta Meta nxtraw Prezz Mita 1995 Lm920 Konica 1997 Lm310 TA 2212 1991 Lm600", "Segretarjat Permanenti: Ditta Meta nxtraw Prezz Konica 115Z 1994 Lm885", "Segretarjat: Ditta Meta nxtraw Prezz Mita DC2355 1996 Lm1495", "MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX - PHOTOCOPY MACHINES", "3624.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha photocopy machines, kemm fil- ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha, dipartiment b'dipartiment?", "Tista' tgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - PHOTOCOPY MACHINES", "3625.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna xogħol li l-ministeru m'huwiex f'posizzjoni li jagħmel għax għandu affarijiet ħafna aktar importanti x'jagħmel.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi raġuni speċifika għaliex irid ikun infurmat rigward xi photocopy machines partikolari, jagħtini d-dettalji biex imbagħad tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "MMA - REĠISTRAZZJONI TA' VAPUR", "4824.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Il-vapur b'reġistrazzjoni Maltija - Simon de Danisen - li nqabad mill-awtoritajiet Ingliżi b'ammont kbir ta' droga, meta ġie reġistrat f'Malta għall-ewwel darba?", "Meta ġie reġistrat l-ewwel darba ta' liema sidien kien?", "Dan il-vapur inbiegħ u lil min?", "Kopja tal-kuntratt ta' bejgħ ġie depositat ma' l-Awtorita' Marittima?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-bastiment Simon De Danser ġie reġistrat f`Malta l-ewwel darba fil-21 ta' Marzu 1997 f`isem Delfin Shipping Company Limited.", "Minn dakinnhar 'l hawn ma ġie reġistrat l-ebda bejgħ.", "Kopja ta' l-Att tal-Bejgħ ġiet depożitata mar-Reġistratur tal- Bastimenti.", "Dan huwa dokument ta' natura kummerċjali u privata u għalhekk ma jidhirlix li nista' nilqa' t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant biex il- kuntratt jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA", "4825.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' membri fil-Korp tal- Pulizja llum?", "Imqassmin f'ranks, kemm hemm minnhom li għalqu l-25 sena servizz u b'hekk jistgħu jitilqu meta jridu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-complement preżenti tal-Korp tal-Pulizija huwa ta' 1,751.", "Il-membri tal-Korp li għalqu l-25 sena servizz huwa kif ġej:", "GRAD NUMRU", "Kummissarju 1 Assistent Kummissarju 2 Supretendent 5 Spettur 7 Surgent Maġġur 3 Surgent 24 Kuntistabbli 53", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA FULL-TIME", "4826.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fuq bażi full-time li huma reġistrati bħala fuq kuntratt definit?", "F'liema oqsma jinstabu?", "Meta persuna titqiegħed fuq kuntratt definit u dan jiġi awtomatikament imġedded sena wara l-oħra, mingħajr ma jsir kuntratt ġdid jew xi forma ta' ittra, il-kuntratt oriġinali jista' qatt isir wieħed indefinit meta jgħaddi ċertu żmien?", "Japprezza l-Ministru li hawn min ilu ħamsa u anke għaxar snin fuq kuntratt definit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li preżentement il-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ ma żżommx l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru fl- ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija tiegħu.", "Iżda, meta fil-futur qarib il- korporazzjoni taqleb għal sistema ġdida ta' komputerizzazzjoni, l- informazzjoni mitluba tkun tista' tinġabar ukoll.", "Rigward il-punti l-oħra li qajjem l-Onor.", "Membru, irrid ngħid li fil- preżent kuntratt definit jista' jiġġedded minn sena għall-oħra permezz ta' klawsola fil-kuntratt oriġinali miftiehem bejn l-impjegat u min iħaddem.", "Sakemm il-kundizzjonijiet tax-xogħol ikunu skond il-liġi, m'hemm xejn xi jżomm li jkun hemm kuntratti definiti li jtawwlu għal bosta snin.", "IMPJIEGI", "4827.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi kumpanniji/organizzazzjonijiet li jħaddmu nies part-time li ma jaqgħux taħt l-ebda wages order u b'hekk ikunu huma li jistabilixxu kemm ġranet ta' btala, sick leave, eċċ. jingħata lill-ħaddiem?", "Huwa possibbli li din il- ħaġa tiġi rranġata b'mod li kull min hu part-time ikollu benefiċċji bħal dawn stabiliti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħaddiema part-time huma ntitolati għal porzjon pro rata għal leave skond il-kundizzjonijiet magħrufa ta' l-impieg ta' l- impjegati whole-time.", "Ditti ta' cleaning services, security services u broadcasting stations ma jaqgħux taħt wages councils u għalhekk m'humiex koperti b'benefiċċji oħrajn minbarra paga minima, u leave b'vaganza.", "Ma jfissirx li kull min hu mpjegat ma' dawn id-ditti ma jgawdix kundizzjonijiet tajba.", "Kundizzjonijiet miftehma taħt collective agreement ma' ditti ta' dawn it- tip huma tajbin.", "Qiegħed inżomm konsultazzjonijiet, permezz ta' l-uffiċjali tiegħi, ma' l- imseħbin kollha, sabiex fejn hu possibbli jitjiebu r-relazzjonijiet bejn il- ħaddiema u min iħaddem, speċjalment fejn jidħlu il-kundizzjonijiet tax- xogħol.", "IMPJIEGI", "4828.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix politika nazzjonali biex sidien ta' fabbriki, kumpanniji, eċċ, iħarsu b'mod pożittiv lejn l-impjegati tagħhom li jkollhom problemi ta' droga u alkoħol?", "Peress li huwa kemm fl-interess tas-sid kif ukoll tal-ħaddiem li jabbuża li jsir il-fejqan meħtieġ u li dan il-ħaddiem ma jingħatax xogħol perikoluż, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li bl-għajnuna ta' kulħadd issir xi ħaġa fuq dawn il-linji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naqbel perfettament li dan l-aspett partikolari tal-ġlieda kontra l-abbuż mill-alkoħol u d-droga jistħoqqlu ħafna aktar attenzjoni.", "Fil-fatt, jien infurmat li minn riċerka li kienet wettqet l- Aġenzija sedqa fost għadd ta' kumpaniji f'setturi industrijali differenti ftit ta' snin ilu, jidher li din il-problema għadha mhux qed tingħata l- importanza meħtieġa.", "Nittama li meta l-qafas ko-ordinattiv nazzjonali dwar l-abbuż mill-akoħol u d-droga jiġi ċċarat, din il-problema tiġi ndirizzata.", "Nirreferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4277.", "EU - RABA' PROTOKOL", "4829.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm se jkun hemm fondi mir-Raba' Protokol ma' l-Unjoni Ewropea mġedded sa l-aħħar ta' l-1999?", "F'liema proġetti se jintnefqu dawn il-fondi?", "Kemm se jintnefqu fuq kull proġett?", "X'passi qed jittieħdu biex niżguraw li dawn il- fondi jintnefqu b'mod effettiv għal pajjiżna?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "TAXXI INTERNI", "4885.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux jaċċetta separazzjoni bonarja għal finijiet tat-taxxa fuq id-dħul, fil-każ ta' separati fejn jiġu mitluba jagħtu prova tal-manteniment li jkunu qed iħallsu?", "Id-dipartiment qed jinsisti li jkun digriet tal-qorti li jafferma li veru qed jitħallas manteniment lill-parti l-oħra?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment hux jikkonsidra li jbiddel din il-policy?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tnaqqis għal ħlas ta' manteniment f'każ ta' persuni separati għal skop tat-taxxa fuq l-income hu regolat b'Artikolu 14A ta' l- Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123) li jispeċifika li l-ammont irid ikun determinat mill-qrati ta' Malta u li l-ħlas isir skond din l-ordni.", "Għalhekk it-tnaqqis li jista' jsir għandu jkun konformi ma' dawn il- provvedimenti.", "Wieħed irid japprezza li t-tnaqqis li qed tipprovdi l-liġi skond il- provvedimenti eżistenti huwa sostanzjali ħafna għax jista' jkun ta' eluf ta' liri fis-sena, meta fil-passat kien kemm kien l-ammont ta' ħlas għall- manteniment, it-tnaqqis li seta' jsir ma kellu qatt jeċċedi l-Lm165 fis- sena f'termini ta' taxxa (jew bejn Lm470 u Lm1100 bħala manteniment skond ir-rata tat-taxxa ta' l-individwu).", "Għalkemm dejjem jista' jkun hemm lok għal tibdil u titjib hu dover ta' kull amministrazzjoni li tieħu l-miżuri u s-salvagwardji neċessarji kontra kull possibilita' ta' abbużi.", "PENSJONIJIET", "4886.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li tinbidel il-liġi tas-sigurta' soċjali biex tagħti assigurazzjoni lil nisa pensjonanti u li m'humiex qed jiġu mantnuti diċentement minn żwieġhom pensjonanti li meta jitolbu li l-pensjoni għandha tinqasam bejn it-tnejn, dawn tingħata lilhom bi dritt?", "Jekk fl- affermattiv, meta se jiġri dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taħt l-iskema mhux kontributorja, fil-każ ta' pensjoni ta' l-eta', il-liġi tipprovdi li koppja miżżewġa titħallas b'rata individwali lil kull wieħed mill-konjugi.", "B'hekk, pensjonanta mara qed titħallas rata ta' pensjoni f'isimha personali mingħajr il-ħtieġa li r-rata ta' pensjoni tinqasam.", "Dan jista' jsir għaliex taħt l-iskema mhux kontributorja ma hemm l-ebda fattur ta' assigurazzjoni f'każ ta' xi kontinġenza marbut mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet.", "Taħt l-iskema kontributorja, li hi marbuta mal-ħlas tal- kontribuzzjonijiet, il-persuna assigurata taħt l-iskema hi dik il-persuna li tkun qed tħallas il-kontribuzzjoni.", "Dan ifisser li l-persuna assigurata hi koperta għal diversi kontinġenzi, bħalma hu mard, qagħad, korriment, invalidita' u rtirar.", "B'hekk l-assigurazzjoni fil-prinċipju qed tkopri lill-persuna assigurata u mhux lil martu.", "B'danakollu, f'każ tar-romol, għalkemm dawn m'humiex assigurati f'isimhom, il-liġi tipprovdi li jekk żewġhom kien assigurat dawn jidħlu bid-dritt għal pensjoni tar-romol.", "Fiċ-ċirkostanzi li qed nispjega, filwaqt li nifhem l-ispirtu li hemm fis- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant, jidher ċar li jkun jenħtieġ studju dwar x'effett jista' jkollu fuq il prinċipju ta' assigurazzjoni f'każ li tiġi fis-seħħ emenda kif mitluba.", "Effettivament, f'ħafna pajjiżi li għandhom skemi kontributorji bħal tagħna qed isir studju dwar l-effett li ċaqlieq fil-prinċipji bażiċi ta' assigurazzjoni minn wieħed ta' dritt personali għal dritt li jintiret minn dipendenti jista' jkollu.", "Dan qed isir fid-dawl ta' l-emanċipazzjoni tal-mara b'konsegwenza tal- parteċipazzjoni tagħha fid-dinja tax-xogħol.", "XGĦAJRA - DRENAĠĠ", "4909.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru, in vista tar-risposti mogħtija għad-domandi parlamentari numri 962, 1997 u 3534 rigward il-problema tad-drenaġġ fix- Xgħajra, jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġietx installata sistema fil-manholes li permezz tagħha dawn jinfetħu minn uffiċjali tad-dipartiment iżda ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ma teżisti ebda sistema li permezz tagħha l-manholes installati fil-preżent jinfetħu biss mill- ħaddiema tad-dipartiment u ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni.", "Għandu jiġi nnotat ukoll illi l-operaturi privati tal-bowsers għandhom discharge points' indikati lilhom biex ibattlu fihom id-drenaġġ.", "Jekk dawn ibattlu fejn mhux indikat, dawn għandhom jiġu mħarka minn tas-sanita'.", "QRATI SUPERJURI - IMPJEGATI", "4910.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk kemm-il darba huwiex qed jiġi kkonsidrat li jiżdiedu l-impjegati li jaħdmu fil-Qrati Superjuri u Inferjuri?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi bħalissa qed isir studju mill-MEU dwar l-amministrazzjoni kollha tal-qorti.", "Il-kwestjoni dwar il- possibbilta' ta' żieda fin-numru ta' mpjegati fil-qrati tiġi kkunsidrata fid-dawl tar-rapport li tagħmel l-MEU.", "Nista' nżid li n-numru ta' persuni mpjegati fil-qorti huwa attwalment ta' 306.", "FGURA - TRIQ SAN MIKIEL", "4911.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa l-ispiża għat-tiswija ta' Triq San Mikiel fil-konfini bejn il-Fgura u Raħal Ġdid?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli huma korpi statutorji ta' gvern lokali.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill konċernat.", "STABBILIMENTI LIĊENZJATI", "4912.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li, kuntrarjament għall-prattika s'issa segwita, l-istabbilimenti liċenzjati għal Casino se jingħataw permess sabiex jaħdmu wkoll fid-Duluri, Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat peress li llum il-liċenzji jinħarġu mill- Gaming Board imwaqqaf bl-Att X ta' l-1998.", "MALTACOM PLC - CUSTOMER SERVICE OFFICERS", "5051.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-complement ta' customer service officers - branch operations qabel ma ngħataw il-ħatra l-erba' customer service assistants fl-24 ta' Diċembru, 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement illum?", "Jekk kien hemm xi żieda fih dan kif jiġġustifika meta hu fatt magħruf li hi intenzjoni tal-Maltacom plc li tagħlaq xi fergħat minn tagħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-complement ta' customer service officers qabel l- 24 ta' Diċembru, 1998, kien ta' 28, esklużi tnejn li qed jagħmlu xogħol ta' administration customer service officers u m'humiex fir-roster.", "Illum, esklużi t-tnejn imsemmija, il-complement huwa ta' 32.", "Tajjeb jingħad li kien fl-interess tal-kumpanija li jinħatru l-4 customer service officers, li qabel kellhom il-grad ta' customer service assistants u li l-ħatra tingħata b'effett mit-28 ta' Mejju 1998.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-fergħa tal-Maltacom li ngħalqet kienet għal-raġunijiet indipendenti mill-kumpanija.", "MALTACOM - CUSTOMER CARE SERVICES", "5052.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4186, il- customer service officers kollha, jiġifieri 32 iddaħħlu fir-roster konċernati ...", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: (a) x'kienet din il- ħtieġa li l-customer service officers wettqu l-ħidma ta' customer service assistants; (b) x'kienu r-raġunijiet indipendenti mill-Maltacom biex CSO ma jibqgħux jagħtu s-servizz tagħhom fil-post ta' qabel; (c) il-Ministru huwa nfurmat li l-ftehim ma' l-Unjoni sar mingħajr il-kunsens ta' l-impjegati konċernati; u (d) il-ftehim imsemmi huwa wieħed permanenti jew temporanju u jekk hu temporanju għal kemm?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-customer service officers, li għalihom qed tirreferi l-Onor.", "Interpellanti ma setgħux jibqgħu jagħtu s-servizzi tagħhom fil-fergħa li kienu fiha qabel, wara li l-istess fergħa ngħalqet għal raġunijiet indipendenti mill-kumpanija.", "Dawn ir-raġunijiet huma ta' natura ġudizzjarja.", "Jiena nfurmat li r-rappreżentanti tal-customer service officers kienu preżenti meta ntlaħaq ftehim temporanju bejn il-kumpanija u l-Union dwar ir- roster il-ġdida li qed jaħdmu bħalissa.", "Fil-preżent għaddejjin negozjati bejn il-kumpanija u l-Union dwar roster ġdid.", "MALTACOM - MILI TA' VAKANZI", "5053.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-iktar kopji riċenti ta' sejħiet għal mili ta' vakanzi għal clerk I, executive officer, assistant principal, customer service assistant u customer service officer fil-Maltacom plc?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-mistoqsija diġa' tajt tweġiba għaliha meta rrispondejt il-mistoqsija parlamentari numru 4661 magħmula mill-istess Onor. Interpellant.", "MALTACOM - ASSISTANT HEAD OF CUSTOMER SERVICE", "5054.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-complement għal grad ta' assistant head of customer service fil-Customer Care Unit fi ħdan il- Maltacom huwa ta' tnejn?", "Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li bħalissa hemm assistant head of customer service min-naħa tat-telegrafija u fergħat nieqes?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-Maltacom għandhiex il-ħsieb li timla' din il-vakanza u jekk fil-pożittiv, meta u x'inhuma r-rekwiżiti biex impjegat ikun jista' japplika?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-complement għal grad ta' assistant head of customer service huwa ta' tnejn.", "Bħalissa hemm vakanza waħda f'dan il-grad u s-sejħa interna għal mili ta' din il-vakanza diġa' ħarġet.", "SPTAR SAN LUQA - X-RAY MACHINES", "5111.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li kull X-ray machine li hemm l- Isptar San Luqa ġiet maintained?", "Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn l- X-ray machines m'humiex qed joħorġu X-rays ċari biżżejjed biex it-tobba jistgħu jaqdu dmirhom kif suppost?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - CUSTOMER CARE SERVICES - COMPLAINTS", "5112.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru complaints, xahar b'xahar minn Settembru 'l hawn, lill-customer care services ġewwa l-Isptar San Luqa?", "X'tip ta' complaints kienu u tista' tingħata breakdown skond il-kategorija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-complaints li kellhom bżonn xi azzjoni xahar b'xahar minn Settembru 1998 sal-lum, mill- customer care unit ta' San Luqa kienu kif ġej:", "XAHAR COMPLAINTS", "Settembru 1998 96 Ottubru 1998 114 Novembru 1998 75 Dicembru 1998 87 Jannar 1999 97 Frar 1999 62", "Il-complaints kienu jirrigwardaw:- Complaints Numru ta' Percentwali complaints", "1.", "Talbiet għal informazzjoni 175 33% 2.", "Spizerija/Mediċini 159 30% 3.", "Appuntamenti 94 18% 4.", "Files/X-Rays mhux misjuba 73 14% 5.", "Swali 23 4% 6.", "Ohrajn 7 1%", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA BL-INGLIŻ", "5143.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba bil-lingwa Ingliża nxtraw matul dawn l-aħħar ħames snin għal-libreriji pubbliċi u kemm minn dawn intbagħtu lil-librerija pubblika ta' l-Auberge D'Anglettere ġewwa l-Birgu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li matul dawn l-aħħar ħames snin il- libreriji pubbliċi xtraw 48,563 ktieb bl-ilsien Ingliż u minnhom intbagħtu 1511 fil-librerija pubblika ta' l-Auberge D'Angleterre ġewwa l-Birgu.", "Sena Kotba mixtrija Kotba mibghuta bl-ilsien Ingliz l-Librerija tal-Birgu", "1994 10,995 299 1995 11,087 340 1996 9,869 355 1997 9,734 253 1998 6,878 264 Totali 48,563 1,511", "SKEJJEL - GĦALLIEMA RĠIEL", "5144.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra kemm hemm preżentement għalliema rġiel fl-iskejjel primarji u sekondarji li għandhom l-eta' ta' 45 sena iżda ma jaqbżux il-50 u kemm hemm li għandhom 50 u kemm hemm li għandhom 50 iżda li ma qabżux is-56?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li n-numru ta' għalliema maskili fi skejjel primarji bejn l-etajiet ta' 45 sena u 50 sena jammonta għal 26.", "In-numru ta' għalliema maskili fi skejjel primarji bejn l-etajiet ta' 50 sena u 56 sena jammona għal 116.", "In-numru ta' għalliema maskili fi skejjel sekondarji bejn l-etajiet ta' 45 sena u 50 sena jammonta għal 161.", "In-numru ta' għalliema maskili fi skejjel sekondarji bejn l-etajiet ta' 50 sena u 56 sena jammonta għal 249.", "MUŻEWIJIET - MANUTENZJONI", "5255.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsir programm ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq il-bjut, il-bini, il-komun, eċċ. tal-mużewijiet tar-Rabat, Malta?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li fi snin reċenti sar xogħol estensiv biex jipproteġi s-saqaf ta' Villa Rumana mill-ilma.", "Matul is-sajf li għadda reġa' sar xogħol ta' manutenzjoni esterna fuq l-istruttura ta' dan il-mużew.", "Twettaq ukoll xogħol ta' manutenzjoni fuq il-kmamar li jipproteġu l-intrati tal-katakombi ta' San Pawl.", "Rigward l-ispazji miftuħa li hemm madwar dawn is-siti kif ukoll fis- Saqqajja, dawn qegħdin jitnaddfu regolarment waqt li jinbexxu b'erbiċidi li ma jagħmlux ħsara lill-fdalijiet.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - SITI STORIĊI", "5256.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk is-siti ta' natura storika li għaddew f'idejn il-gvern meta nxtrat il-proprjeta' tal-Knisja mill- istess gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandu l-gvern dwar dawn iz- zoni partikolari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3540 u 4343.", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA - REGOLAMENTI", "5257.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għal mijiet ta' liġijiet u eluf ta' regolamenti li jridu josservaw il-bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u proċessuri u produtturi oħrajn, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill- Kamra liema huma dawk ir-riservi li se jressaq il-gvern Malti sabiex jassigura li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq dawn is-setturi fil-gżejjer tagħna?", "Min huma l-persuni li qed iwettqu dan l-istħarriġ u/jew iħejju dawn il-proposti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "BIĊĊERIJA - BEEF INTERVENTION SCHEME", "5258.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa t-tunnellaġġ tal- laħam tal-Beef Intervention Scheme li qed jinħażen fil-cold rooms tal- Biċċerija?", "X'kienu r-raġunijiet li qed jinħażen dan il-laħam u xi prezz kien qed iġib dan il-laħam taċ-ċanga qabel il-5 ta' Settembru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi:", "1.", "Il-piż tal-laħam tal-Beef Intervention Scheme maħżun fil-cold rooms tal- biċċerija huwa ta' 67,537kg li minnu 21,837 huwa mibjugħ.", "Filwaqt illi 45,700kg m'huwiex.", "2.", "Ir-raġuni għaliex dan il-laħam ma mbieħx hija illi t-tender li ħarġet is- sena l-oħra għalqet u għal din is-sena għalkemm ħarġu żewġ sejħiet għall- offerti, ma offra ħadd.", "3.", "Il-prezz ta' l-offerta tas-sena l-oħra kien ta' 78c5 kull kilo.", "Pero ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed jiġu mistħarġa ċertu possibiltajiet li permezz tagħhom dan il-laħam jinbiegħ bi prezz raġunevoli.", "RABAT - XOGĦLIJIET", "5259.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li x- xogħlijiet meħtieġa fuq l-għalqa Ta' Kola fir-Rabat, Malta, għadhom pendenti u peress li għadda żmien ġmielu mindu l-Prim Ministru wieġeb fil- ħin tal-mistoqsijiet tal-Kamra għal domanda supplimentari tiegħi li se jara x'inhuma l-problemi kawżati peress li hemm talba quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar li ilha pendenti mill-1995, jista' l-Prim Ministru jinformani bl- iżviluppi tal-każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha qed issib xi oġġezzjonjiet għal xi partijiet tal-pjanta.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - PJANTI/SIĠAR", "5263.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pjanti arbuxxelli, siġar, naħal, eċċ tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li nqerdu bil-maltemp matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "Liema kienu dawk is-snin li ftit li xejn seta' jsir tħawwil ta' siġar minħabba l-maltemp matul il-perjodu hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul is-sena 1995, minħabba x-xita kontinwa, ma ġew irraportati l-ebda problemi fit-tħawwil ta' pjanti, arbuxxelli u siġar, pero' fil-mixtla ta' Wied Inċita kien hemm rapport li mietu 7 frieħ ta' naħal.", "Matul is-sena 1996 ukoll ma kien hemm ebda rapport li nqerdu pjanti, arbuxxelli u siġar u lanqas frieħ tan-naħal minħabba l-maltemp.", "Matul is-sena 1997 ukoll ma kellna l-ebda rapporti ta' qerda ta' pjanti, arbuxxelli u siġar u lanqas frieħ tan-naħal.", "Matul is-sena 1998 kellna dawn ir-rapporti:", "Fil-mixtla ta' Wied Inċita ntilfu 72,186 ta' xitel li kienu 3,866 Argyanthemum, 3,741 Ariplex, 1,639 Geranium, 3,987 pjanti li jagħmlu l- fjuri, 187 Latania, 1,833 Ċupressus, 203 Olea, 2,365 Pinus, 467 Sapindus, u 3,898 Thuya u kif ukoll 50,000 xitel żgħar li tkaxxkru bil-maltemp.", "F'Wied Inċita wkoll fl-istess sena nqerdu ħames kaxxi tan-naħal.", "Barra min hekk, fl-istess sena wkoll il-kanal li minnu jgħaddi l-ilma tax-xita tat-triq tar- Rabat instad u l-ilma beda dieħel għal ġo Wied Inċita Nursery, għadda minn ġol mixbħa u baqa' sejjer għal ġol wied.", "Miegħu kaxkar kemm felaħ kaxxi, kemm bin-naħal kif ukoll vojta.", "Frieħ tan-naħal mietu 14.", "Dawn ma kenux proprjeta' tal-gvern biss iżda fosthom kien hemm ta' terzi persuni.", "Fl- istess sena wkoll saru xi ħsarat minima fil-mixbħa tar-Rabat u f'dik tal- Mellieħa.", "Fl-1997 u fl-1998 il-maltemp fixkel il-programm ta' taħwil.", "SVPR - IMPJEGATI", "5274.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija d-daily allowance globali allokata għall-overtime għall-ħaddiema kollha ta' San Vinċenz de Paule/Ħas-Serħ?", "Kemm hi fil-preżent u kemm kienet qabel il-5 ta' Settembru, 1998?", "Kemm kienu jitħallew kokijiet bl-overtime fil-kċina ta' Ħas-Serħ qabel il-5 ta' Settembru 1998, u kemm qed jitħallew issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-allowances globali ta' l-overtime allokata għall- ħaddiema kollha tar-Residenza San Vincenz de Paule għall-1999 hija l-istess kif kienet fl-1998 jiġifieri ta' madwar Lm400,000 fis-sena.", "Fil-kċina jiddaħħlu koki għall-overtime skond il-bżonn tal-ġurnata, ħafna drabi sabiex jissostitwixxi min ikun bil-leave jew sick.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KONSULENTI", "5390.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-konsulent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għadux iservi mal-Ministeru tal-Finanzi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tweġiba hija fl-affermattiv.", "VAT/INCOME TAX - DĦUL", "5391.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jippubblika l-figuri tad-dħul mill-VAT u mill-Income Tax għall- ewwel xahrejn ta' din is-sena?", "Id-dħul mill-income tax kif jipparaguna ma' dak ta' l-istess żmien tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena, id-dħul mill-VAT (taħt l-Att ta' 1998) kien ta' Lm7.99 miljuni li minnhom Lm7.5 miljuni daħlu bħala VAT fuq importazzjoni mid-Dwana).", "Dan jista' jitqabbel ma' l- Lm4.4 miljuni li kien daħal mill-istess għejjun fl-1998.", "Minn dan l- ammont, Lm1.6 miljuni tpoġġew fit-Treasury Clearance Fund bħala parti mir- riserva li minnha jridu jitħallsu r-refunds fuq l-istocks.", "Ta' min jgħid li l-ewwel returns li juru d-dħul ta' tliet xhur ta' VAT jaslu fid- dipartiment fil-15 ta' Mejju, 1999.", "Rigward l-income tax għall-istess perijodu fl-1998 u l-1999, id-dħul kien hekk:", "1998 1999 Lm Lm", "PAYE 5.8m 6.4m Provisional Tax 2.0m 1.9m Settlement Tax (Arrears) 2.2m 1.4m Capital Gains Tax 0.8m 0.8m 15% Final Withholding Tax 2.1m 0.9m", "12.9m 11.4m", "Ta' minn jinnota li miljun lira ta' final withholding tax (15 fil-mija ta' l-imgħaxijiet fuq depożiti fil-banek), li soltu jidħol f'Jannar abbażi ta' Diċembru, din id-darba wasal għand il-gvern u ġie kkuntjat f'Diċembru 1998.", "AWTORITA' MARITTIMA - CHIEF EXECUTIVE", "5392.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-liġi ta' l-Awtorita' Marittima tipprovdix għal ħolqien ta' post ta' chief executive?", "Fil-fatt hemm persuna f'din il-kariga bħalissa u jekk iva, għal liema terminu ta' żmien inħatret u x'remunerazzjoni għandha apparti minn benefiċċji oħra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 5525.", "UŻURA", "5399.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-gvern jilleġisla dwar l-użura?", "Jekk iva, meta u jekk le, għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-gvern bħalissa qed jiżen l-argumenti favur u kontra li l-użura jsir reat kriminali.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l- użura mhix aċċettata mill-Kodiċi Ċivili u tista' ssir azzjoni għal ħlas lura ta' l-interessi mħallsa oltre l-massimu stabbilit mil-liġi.", "ĦASIL TA' FLUS", "5400.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni dwar it-taħdidiet li Malta, flimkien ma' Cayman Islands u Gibilita', qed ikollha dwar miżuri kontra l-ħasil ta' flus maħmuġin ma' l-U.N. Global Programme Against Money Laundering?", "Kien hemm żviluppi ma' OECD dwar l-istess suġġett?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jidher f'artikolu fil-Financial Times tal-5 ta' Marzu, 1999 il-U.", "N. Global programme Against Money Laundering nieda inizjattiva sabiex jistabbilixxi dawk iċ-ċentri finanzjari li huma kredibbli fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħasil ta' flus.", "Permezz ta' kuntatti li l-Bank Ċentrali għandu f`din l-organizzazzjoni qabel ma tnidiet din l- inizjattiva tkompli tissaħħaħ il-kredibilita` ta' Malta bħala ċentru finanzjarju, il-bank qabel ma' din l-inizjattiva.", "Naturalment ix-xogħol f`dan ir-rigward jitlob il-parteċipazzjoni ko-ordinata ta' kwartieri oħra fil-qasam regolatorju u leġislattiv lokali.", "Għad ma kienx hemm aktar diskussjonijiet u l-ebda laqgħat.", "Din it-tip ta' parteċipazzjoni diġa' rajniha fl-evalwazzjoni ta' Malta li għamel il-Kunsill ta' l-Ewropa f`Settembru li għadda dwar il-miżuri lokali kontra l-ħasil tal-flus.", "Fir-rigward ta' Cayman Islands u Ġibilta', wieħed jassumi li dawn kellhom l-istess tip ta' diskussjonijiet mal-U.N.", "Ma kien hemm l-ebda diskussjonijiet simili ma' l-OECD.", "MCC - FTEHIM PROĠETTAT", "5461.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'sar mill-ftehim proġettat ma' l-Accord li jieħdu f'idejhom l-MCC li kien nieda gvern Laburista biex din tieqaf finanzjarjament fuq saqajha?", "Kemm hemm ħaddiema bħalissa mal-MCC?", "X'inhuma l-pjanijiet dwar dawn il- ħaddiema?", "Kemm kien it-telf/profitt tal-MCC sena b'sena mill-1994 sa l- 1998 (it-tnejn inklużi)?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni bħala l-ministru responsabbli mill- Mediterranean Conference Centre.", "KALAXLOKK - NEGOZJATI", "5462.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar il-ħaddiema tal- Kalaxlokk li qegħdin fl-istat li jirċievu l-paga mingħajr ma qed jingħataw xogħol?", "Jaħseb il-Ministru li din is-sitwazzjoni issa twalet wisq mingħajr ma l- gvern ħareġ b'soluzzjoni aċċettabbli għal partijiet kollha konċernati u li mhux sew li l-ħaddiema jibqgħu f'din l-inċertezza dwar il-futur tagħhom?", "Kemm ilhom issa għaddejjin it-trattattivi?", "Dawn jinsabu weqfin?", "Il- gvern kif se jżomm il-wegħda pre-elettorali tiegħu lil dawn il-ħaddiema li jassiguralhom l-impjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: In-negozjati dwar il-ħaddiema tal-Kalaxlokk għadhom għaddejin.", "Id-diskussjonijiet mal-partijiet kollha interessati bdew f'Ottubru 1998 u matul id-diskussjonijiet ġew esplorati diversi alternattivi.", "Waqt id-diskussjonijiet saru diversi tentattivi biex il-kumpanija tieħu xi xogħolijet, pero' sfortunatament qed issibha diffiċli tikkompeti.", "Naturalment negozjati ta' dan it-tip, fejn l-għan ewlieni huwa li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-partijiet kollha konċernati, jieħdu ż-żmien.", "L-amministrazzjoni preżenti hija mpenjata li twettaq il-wegħdiet elettorali kollha li huma nklużi fil-programm elettorali, inkluż li jkun hemm responsabbilta' fil-finanzi pubbliċi.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5469.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4759?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5470.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4758?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5471.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4763?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5472.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4762?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PORT ĦIELES - EQUIPMENT OPERATORS", "5473.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li riċentement twaqqfu l-intervisti ta' equipment operators mal-Freeport?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5411.", "SAĦĦA - OPERAZZJONI", "5474.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir l-operazzjoni f'saqajn it-tifel ta' 15-il sena, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li jbati minn diversi problemi mediċi oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li l-pazjent imsemmi ġie mqiegħed fuq il-waiting list ta' Mr A. Bernard fl-4 ta' Marzu, 1998.", "Peress li jien infurmat li l-każ mhux urġenti (sakemm ma nbidlux xi ċirkostanzi - li m'għandna l-ebda prova li ggravaw) il-pazjent issirlu l-operazzjoni meta jmissu.", "BORMLA - SANTA LIENA - TOROQ", "5487.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-toroq li hemm madwar il- blocks il-ġodda ta' Santa Liena, f'Bormla jingħataw kisja peress li jinstabu fi stat diżastruż u qed ikunu ta' nkonvenjent għar-residenti l- ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 3880 u ninfurmaħ illi d-Dipartiment tat-Toroq għamel stima tax-xogħol li jeħtieġ sabiex ikunu jistgħu jittieħdu passi biex l- inkonvenjent imsemmi jispiċċa.", "DJAR - BORMLA - TRIQ L-ORATORJU", "5488.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li ssir inspection f'numru 78, Triq l-Oratorju, Bormla, peress li din id-dar tinsab abbandunata u minbarra li qed tkun ta' periklu għan-nies ta' l-akwati hemm ukoll ilmenti dwar ġrieden li jistgħu qed jiġu minn din id-dar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-fond indikat mhux f'idejn id- Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "MINISTRU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - ŻJARA FIL-LIBJA", "5520.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi fl-istampa lokali kien ġie rapportat li xi jiem ilu kellek iżżur il- Libja, tista' tinforma lill-Kamra jekk din iż-żjara saritx u jekk iva, ma min kellek laqgħat uffiċjali u dwar liema suġġetti kienu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li din iż-żjara ġiet posposta fuq talba tal-Gvern Libjan stess, għax il-ministri li kelli niltaqa' magħhom kienu mpenjati barra l-pajjiż.", "ASSISTENZA SOĊJALI", "5529.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin għall-perjodu bejn l-1975 u l-1987?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm hemm neqsin u għal liema żmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din id-domanda diġa' ngħatat fid-domanda numru W20.", "ASSISTENA SOĊJALI", "5530.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li waslet sabiex tispiċċa mix-xogħol bl-eta', għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jgħid ta' liema perjodu?", "Jista' l- Ministru jinforma lil persuna konċernata x'pensjoni se jkollha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din id-domanda diġa' ngħatat fid-domanda numru W21.", "WSC - INVESTIGAZZJONIJIET MILL-MITTS", "5531.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni li saret mill-MSU (illum MITTS) dwar is-sistema tal-billing tal-Water Services Corporation, liema investigazzjoni ġiet ordnata miż-żewġ ministri preċedenti, dak tal-Kummerċ u dak tax-Xogħlijiet Pubbliċi?", "Jista' l- Ministru jpoġġi kopja tar-rapport li sar u li kien ġie preżentat lill-ex- ministri tal-Kummerċ u tax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu fuq dak ir-report u jekk is- sitwazzjoni llum hijiex aġġornata skond dak ir-rapport?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORMLA - TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ", "5532.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata ftit it-triq quddiem il-flats il-ġodda fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla?", "Jaf il-Ministru li minħabba l-istat ħażin ta' din it-triq, fejn hemm uffiċċju tal-Maltacom u l-poliklinika, qed ikun hemm konfużjoni tat-traffiku minħabba l-ipparkjar u t-tħarbit tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għal risposta li diġa' ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 5487.", "GĦASAFAR - IMPORTAZZJONI", "5540.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar, tjur, żwiemel u live stock ieħor is-sena l-oħra?", "X'kien il-valur tal-ħlejjaq importati f'kull każ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru u l-valur rispettivi ta' l-importazzjonijiet ta' għasafar, tjur, żwiemel u live stock ieħor li kienu mportati matul is- sena 1998 kien hekk:", "Zwiemel 519 176,166 Baqar 39 21,289 Tjur 65,559 53,526 Fniek 1,590 13,967 Hamiem 2,737 8,564 Ghasafar 722,024 121,679", "WSC - ARRETRATI", "5541.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' konsumaturi li għandhom arretrati xi jħallsu mal-korporazzjonijiet Enemalta u l-Water Services?", "Kemm minn dawn huma individwi personali u kemm huma kumpanniji jew ħwienet kummerċjali?", "Kemm hi s-somma dovuta f'kull kategorija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent iż-żewġ korporazzjonijiet jinsabu mpenjati biex joħorġu l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma li ilhom pendenti għal ħafna żmien.", "Għalhekk ma nħossx li huwa ġust li jitwaqqaf ix-xogħol li qed isir biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Fuq kollox kull konsumatur għandu arretrati xi jħallas u dan grazzi għad-diżgwid li ħalla warajh il-Gvern Laburista f'dan il-qasam", "PENSJONANTI - ARRETRATI", "5542.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti li għandhom xi arretrati dovuti fil-ħlasijiet tad-dawl u l-ilma u tat- telephone illum?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi s-somma dovuta lil kull korporazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-pensjonanti kollha għandhom xi arretrati dovuti fil-ħlasijiet tad-dawl u l-ilma.", "Naturalment fil-biċċa l-kbira tal-każi, dan mhux tort tal-konsumatur imma grazzi għat-taħwid li l-amministrazzjoni preċedenti rnexxielha toħloq f'dan il-qasam.", "Dwar l-abbonati tal-Maltacom, id-database tal-kumpanija ma tagħmilx distinzjoni bejn pensjonanti u oħrajn li m'humiex.", "IMPJIEGI", "5543.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni tas-sess feminili li qed jaħdmu llum?", "X'tip ta'xogħol jagħmlu?", "Kemm hemm persuni f'kull tip ta' xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - PERSUNI GRADWATI", "5544.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni tas-sess feminili llum li huma gradwati mill-Universita' u li qegħdin jaħdmu?", "Kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni gradwati f'kull kategorija ta' xogħol f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx statistika relatata ma' persuni li huma gradwati mill-Universita' u li qegħdin jaħdmu.", "PERSUNI SEPARATI - RELIEF", "5545.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni separati li qegħdin fuq ir-relief illum?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kriterju għad-dritt ta' l-għajnuna soċjali hu marbut mal-mezzi u mhux marbut ma' l-istat jew is-sess ta' min jagħmel it- talba li jistgħu, fost oħrajn, ikunu ommijiet mhux miżżewġa, ġenituri li jgħixu waħedhom jew persuni separati li jgħixu waħedhom.", "Meta d-dritt jiġi stabbilit, in-numru ta' persuni fil-familja jkun rifless fir-rata applikabbli skond kif jidher f'Taqsima I tas-VI Skeda ta' l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali (Kap 318).", "Għalhekk ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika separata li turi jekk dawk li japplikaw għall-għajnuna soċjali humiex persuni separati, nisa jew irġiel.", "SETTUR TAS-SAJD - ĦADDIEMA", "5594.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema jaħdmu fis-settur tas-sajd, full-time u part-time?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 5593.", "INDUSTRIJI - ĦADDIEMA", "5595.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema nisa u rġiel jaħdmu fl-industrija full-time u part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DOCKYARD/SHIPBUILDING/FREEPORT - ĦADDIEMA", "5596.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema nisa u rġiel jaħdmu fid- Dockyard, Shipbuilding u l-Freeport full-time u part-time?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "Ħaddiema fuq bażi full-time", "Malta Drydocks 2994 irgiel u 47 nisa", "Malta Shipbuilding 826 irgiel u 5 nisa", "Malta Freeport 513 irgiel u 40 nisa", "F'dawn l-azjendi m'hemmx ħaddiema, kemm irġiel kif ukoll nisa, impjegati fuq bażi part-time.", "FABBRIKA TAL-PRODUZZJONI TAL-ĦALIB - ĦADDIEMA", "5597.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema nisa u rġiel jaħdmu f'fabbrika tal-produzzjoni tal-ħalib full-time u part-time?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Malta Dairy Products Ltd., li tmexxi l-fabbrika tal-ħalib, hija kumpanija kummerċjali u għaldaqstant ma nistax nagħti l- informazzjoni mitluba.", "BHEJJEM - TROBBIJA", "5598.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema jrabbu l-bhejjem bil-farms part-time u full-time?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 5593.", "QRATI SUPERJURI - SISTEMA TAL-MASTER", "5605.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jintroduċi xi innovazzjonijiet amministrattivi u/jew leġislattivi fis-sistema tal-master li qegħda titħaddem fil-Qrati Superjuri?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-gvern eżamina diversi rapporti dwar studji li saru minn mindu ġiet imwaqqfa s-sistema tal-Master u anke żamm diskussjonijiet mal-partijiet kollha nvoluti, fosthom il-Law Advisory Committee.", "Waqt illi jidher illi hemm ħtieġa ta' xi inizjattivi ġodda f'dan il- qasam, il-gvern jidhirlu li hu essenzjali li qabel xejn ikun hemm qbil mill- istituzzjonijiet kollha konċernati dwar is-suġġerimenti magħmula.", "QORTI - PROBLEMA TA' SPAZJU", "5606.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Il-Prim Ministru ma jaħsibx li sabiex tiġi solvuta parzjalment il-problema ta' l-ispazju fil- qorti u sabiex tiġi evitata l-konġestjoni ta' nies fil-kuriduri tal-qorti, xi kawżi tad-distretti jibdew jinstemgħu ġewwa d-distretti minflok fil-bini tal-qorti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma naħseb li diġa' jaf l-Onor Interpellant, waħda mill-miżuri tal-proċess devoluzzjonarju lejn il- kunsilli lokali hija dik li ċerti kawżi ta' offiżi depenalizzati jibdew jinstemgħu fi tribunali li se jitwaqqfu f'diversi lokalitajiet u mhux iżjed fil-bini tal-qorti.", "Ninsab infurmat li t-tħejjijiet għal dan huma fi stadju avanzat sew.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI B'DEGREE", "5613.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom?", "X'inhuma s-suġġetti li huma ċertifikati fihom?", "X'inhuwa x- xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-allowances li għalihom qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant huma kollha regolati mid-diversi ftehim kollettiv għal kategoriji deversi minn impjegati u dawn taħt is-superviżjoni tal- Management and Personnel Office.", "FINANZI - IMPJEGATI B'DEGREE", "5614.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir- responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom?", "X'inhuma s-suġġetti li huma ċertifikati fihom?", "X'inhuwa x- xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TURIŻMU - IMPJEGATI B'DEGREE", "5615.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir- responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom?", "X'inhuma s-suġġetti li huma ċertifikati fihom?", "X'inhuwa x- xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi hemm ħames impjegati li jgawdu minn qualification allowance.", "Tnejn minnhom huma substantive teachers u għandhom kull wieħed Lm120 fis-sena skond ftehim bejn il-gvern u l-Malta Union of Teachers dwar responsabbiltajiet speċjali.", "It-tnejn jaqdu d-dmirijiet tagħhom fl- Institute of Tourism Studies.", "Ninsab infurmat ukoll li hemm lecturer ieħor fl-Institute of Tourism Studies li minbarra l-Lm120 fis-sena jieħu wkoll Lm200 għax gradwat Bachelor of Arts.", "Fl-aħħarnett hemm żewġ senior principals, it-tnejn mal-Hotels and Catering Establishments Board, wieħed li għandu Diploma in Public Administration u l-ieħor li għandu Diploma in Labour Studies.", "It-tnejn għandhom Lm150 fis-sena kull wieħed.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - IMPJEGATI B'DEGREE", "5616.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom?", "X'inhuma s-suġġetti li huma ċertifikati fihom?", "X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - IMPJEGATI B'DEGREE", "5617.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom?", "X'inhuma s-suġġetti li huma ċertifikati fihom?", "X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "INTERN - IMPJEGATI B'DEGREE", "5618.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom?", "X'inhuma s-suġġetti li huma ċertifikati fihom?", "X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "GĦAWDEX - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "5660.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal djar ġewwa Għawdex li s-servizz ta' drenaġġ m'huwiex imwassal sa ħdejhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li n-numru ta' djar ġewwa Għawdex li huma servuti b'fossa huwa ta' 186.", "SKEJJEL STATALI - HOMEWORK", "5661.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jistabilixxi l-ammont ta' homework ideali għal kull eta' fl-iskejjel ta' l-Istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-parir informat hu li ma jkunx għaqli li wieħed jistabbilixxi xi kwota ta' homework ideali għal ebda eta' ta' tfal, f'ebda kategorija ta' skejjel.", "Għal għoti ta' homework jeżistu linji ta' gwida għall-għalliema, sew fuq bażi ġenerali, kif ukoll skond is-suġġett speċifiku.", "Imbagħad kull skola tibni hi l-politika tagħha dwar il- homework.", "Din il-politika tkun ibbażata primarjament fuq il-bżonnijiet ta' l-istudenti ta' dik l-iskola u fuq in-natura ta' l-iskola nnifisha, bid- direzzjoni wkoll tal-linji ġwida.", "Din il-politika titfassal mill-għalliema u mill-kap ta' l-iskola, b'konsultazzjoni wkoll mal-ġenituri, u ħafna skejjel ta' l-Istat daħħlu din il-politika tagħhom dwar il-homework bħala parti mill-School Development Planning li qegħdin jagħmlu.", "SKEJJEL STATALI - HOMEWORK", "5662.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid: 1) jekk qattx sar xi tip ta' survey fuq l-għoti ta' homework fl-iskejjel ta' l-Istat; 2) jekk fl-affermattiv, x'kienu r- riżultati ta' dan is-survey u jekk ħarġux xi konklużjonijiet dwar l-ammont, il-kwalita' u l-effiċjenza; 3) jekk fin-negattiv, il-Ministru beħsiebu jwettaq survey simili peress li minn stħarriġ li sar ħareġ ċar li s-suċċess fl-eżamijiet kien relatat direttament ma' l-ammont ta' homework mogħti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li f'dawn l-aħħar tliet snin ma sar ebda survey ta' dan it-tip fuq skala nazzjonali.", "Il-fatti li għandha d- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni juru li s-suċċess fl-eżamijiet huwa relatat ma' firxa sħiħa ta' ċirkostanzi, prinċipalment tagħlim effettiv.", "QRATI - IMĦALLEF NOEL ARRIGO", "5669.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindika u jagħti tagħrif dettaljat ta' kemm-il proċess intilef minn quddiem l-Imħallef Noel Arrigo, minn mindu beda jassumi l-kawżi tal- master?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa sabiex dawn jiġu rintraċċjati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - IMĦALLFIN/MAĠISTRATI", "5670.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin, liema imħallfin u maġistrati siefru fuq xogħol ġudizzjarju u f'delegazzjonijiet uffiċjali?", "Jista' jagħti tagħrif u dettalji ta' kull safra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "5671.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi kriminali pendenti quddiem il-qrati tal- maġistrati li huma għas-sentenza u li ilhom hekk pendenti għal aktar minn sentejn?", "Jekk le, jista' jiġbor statistika relattiva?", "Jaf li tali dewmien imur kontra l-prinċipju tas-smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u r- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "5672.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem l-imħallef/imħallfin master?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-kawżi ġew assenjati lill-periti legali jew assistenti ġudizzjarji?", "Jista' jgħid kemm inqatgħu kawżi minn din il-qorti fl-1995, 1996, 1997 u 1998?", "Kemm minn dawn maqtugħa kienu: a) assenjati lill-periti; b) kontumaċi u c) deserti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - MAĠISTRATI/IMĦALLFIN", "5673.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma u liema kienu l-maġistrati u mħallfin li ngħataw xogħol ta' reviżjoni ta' atti notarili bejn l-1992 u l-1998?", "Jista' jgħid kemm-il att notarili ġie riferut lil kull ġudikant individwali?", "Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas fuq kull att?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "5674.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm baqa' kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji li għadhom lanqas ġew appuntati?", "Jista' jgħid kemm ġew maqtugħa?", "Jista' jagħti tagħrif dettaljat ta' x'rimedji ingħataw?", "Jista' jgħid kemm ġew kanċellati u differiti sine die u kemm minn dawn reġgħu ġew rapportati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: In-numru totali ta' applikazzjonijiet li daħlu quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji sal-11 ta' Marzu 1999 huwa 1339, tnejn minnhom għar-ritrattazzjoni.", "Din il-figura hija maqsuma skond l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Informazzjoni dwar il-kawżi deċiżi kif ukoll listi tal-kawżi tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "SANTA VENERA - ISTITUT SAN ĠUŻEPP - GROUND", "5679.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi f'mistoqsija parlamentari numru 12824, l-Onor.", "Evarist Bartolo dak iż- żmien Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, qal li \"qed tiġi kkunsidrata talba biex jiġi rranġat il-wiċċ tal-ground ta' l-Istitut San Ġużepp f'Santa Venera liema talba issa ilha s-snin pendenti quddiem il- gvern, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-kunsiderazzjoni u jikkunsidra li għandu jirranġa dan il-ground peress li issa aktar minn qabel jinsab ta' periklu għal mijiet ta' tfal u żgħażagħ li kuljum jagħmlu użu minnu għat-taħriġ u logħob?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-club ġie mitlub jagħti aktar dettalji qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru.", "HOMPESCH STEEL CO.", "LTD", "5680.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarux testijiet (kampjuni) ta' l-arja madwar l-operat tal-Hompesch Steel Co. Ltd ta' Ħal Tarxien?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienu r- riżultati?", "Il-kampjuni ttieħdu waqt it-tqattigħ tal-metall u meta r-riħ kien jonfoħ fid-direzzjoni tar-residenti tal-viċin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-24 ta' April, 1997 saret l-aħħar spezzjoni fl-akkwata ta' u ġol-fabbrika ta' Hompesch Steel Company wara lment mill-ġirien ta' l-istess kumpanija.", "Wara rapport li d-Dipartiment tas-Saħħa għamel lill-Kummissarju tal- Pulizija, il-persuna responsabbli tressqet quddiem il-Qorti tal- Maġistrati.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li waqt l-ispezzjoni ma tteħdux kampjuni mid-Dipartiment tas-Saħħa iżda jirriżulta li ttieħdu kampjuni mid-Dipartiment ta' l-Ambjent.", "SKEJJEL - STATALI - ABBUŻI SESSWALI", "5681.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward każi rapportati ta' abbuż sesswali fl-iskejjel statali matul din is-sena skolastika?", "Jaf il-Ministru b'każi repetuti ta' bullying ġewwa l-iSkola Ġuże' Damato f'Raħal Ġdid?", "X'qed isir fuq din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li ma ġewx rapportati każi ta' abbuż sesswali fl-iskejjel statali matul din is-sena skolastika.", "Fl-iskola Sekondarja tas-Subien Ġuże' D'Amato, f'Raħal Ġdid, ġew rapportati għaxar każi ta' bullying lill-counsellor u lill-guidance teachers;", "Il-counsellor ta' l-iskola u l-guidance teachers jagħtu counselling u support lis-survivors/victims dawk li jkunu ġew bullied.", "Lil dawk li jagħmlu l-bullying il-perpetrators hemm min ikollu bżonn counselling, u hemm min ikun dixxiplinat skond il-kodiċi ta' dixxiplina ta' l-iskola.", "Ix- xogħol ma' l-istudenti dwar il-bullying għadu sejjer."]} {"filename": "19951129_480d_par.doc", "date": "1995-11-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 480 L-Erbgħa, 29 ta' Novembru, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 480", "L-Erbgħa, 29 ta' Novembru, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.05 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 480", "L-Erbgħa, 29 ta' Novembru, 1995", "WERREJ", "MINUTI ............................................................................ ..................................", "1028", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ............................................................", "1028", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ..........................................................", "1034", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA'", "SPIŻA GĦAS-SENA 1996.", "(L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI) ...................", "1035", "AĠĠORNAMENT ............................................................................ ..................", "1058", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB .....................................................", "1059", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 479 li saret fit-28 ta' Novembru, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "VALLETTA - TRIQ ZAKKARIJA", "28477.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif se jitjieb l- istreet furniture u l-ambjent ta' Strada Zakkarija, il-Belt Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Il-Proġett għar- Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta s-sena d-dieħla beħsiebu jbiddel is- servizzi ta' Triq Zakkarija biex eventwalment isir paviment f'din it-triq pedestrian.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Alfred Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'xogħol qiegħed isir barra l-belt kapitali, jiġifieri f'dawk li huma rħula, bħall-Biċċieni u l-Misraħ f'Ħaż-Żabbar u fir-raħal t'isfel, iż-Żejtun.", "Dawn huma postijiet li wieħed irid jibża' għalihom qabel ma tkompli ssirilhom ħsara, anke f'ċerti toroq prinċipali.", "GĦandna toroq prinċipali antiki ħafna, jiġifieri arterji, speċjalment viċin il-knejjes fejn ikun hemm min jaqbad u jiftaħ partijiet u jinbidlu l-istili tal-koxox tal-bibien u anke tat- twieqi.", "Imbagħad wara li jkunu għaddew ftit snin tosserva kemm it-triq qiegħda ssir differenti.", "Hawn ukoll min għandu ċerti garaxxijiet li huma perikolużi ħafna għaliex jinsabu f'toroq traffikużi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li ħafna milli qed jgħid l-Onor.", "Interpellant jirrigwarda aspetti ta' planning li kellna l-opportunita' niddiskutu f'dan il-Parlament nhar it-Tnejn li għadda.", "Illum id-designation il-ġdida ta' ħafna mill-village cores - dan almenu japplika għal sitt ibliet - hija dik li tissejjaħ urban conservation area.", "Kif hemm indikat fir-Rapport Annwali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, hemm il-ħsieb li jsir xogħol fuq id-designation ta' aktar minn dawn l-urban conservation areas.", "Issa dejjem għandek id-diffikulta' kemm tikkonserva u kemm tħalli żvilupp pero' aktar ma jirnexxielna nippreservaw il-core tradizzjonali tal-villaġġi tagħna f'pajjiżna bil-karatteristiċi tiegħu, naturalment aktar inkunu qed nippreżervaw dak li huwa wirt tagħna lkoll fil-limiti ta' dak li huwa possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jgħidli jekk fil-lista ta' postijiet konservati li ħarġet dan l-aħħar fil-Gazzetta tal-Gvern għal Tas- Sliema u San Ġiljan, in-naval clinic ta' GĦar id-Dud hijiex inkluża?", "Hemm konfużjoni anke fost ir-residenti stess għaliex fil-pjanta li ngħatat u fil- lista m'hijiex ċara għal-liema bini qed tirreferi meta qed tgħid \"bini nru.", "21, fil-kantuniera bejn Triq GĦar il-Lembi u Triq it-Torri\".", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: GĦandi l-impressjoni li hija nkluża pero' subject to correction, jiġifieri jekk issirli domanda fuq dan is-suġġett parikolari nkun nista' nivverifika ma' l-uffiċjali nkarigati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, il-bieraħ innotajt li l-kolonni maġġuri int u dieħel fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann inżebgħu b'xi water paint jew żebgħa bajda.", "Jista' l-Ministru jindaga ftit dwar dan għaliex filli qegħdin ngħidu li rridu nippreżervaw il-Belt u mbagħad niżbgħu kolonni bħal dawn bojod.", "Ma nafx x'sens jagħmel dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fuq dan is-suġġett ikolli nivverifika aħjar.", "Naf li jkollna diversi talbiet ta' interventi, mhux l-inqas fuq il- Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-Belt, nafu wkoll bix-xogħol li sar internament u normalment jkun hemm ukoll kordinazzjoni bejn il-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Kapitlu tal-Kon-Katidral.", "Ma nista' ngħid xejn speċifiku dwar x'sar għar-rigward tal-kolonni; jekk ikolli mistoqsija speċifika nipprova nindaga u nżomm nota ħalli nindaga iktar.", "MR SPEAKER: L-Onor.Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Din m'hijiex kwestjoni ta' mistoqsija, sempliċement qed ngħid x'rajt jien stess il-bieraħ jien u ħiereġ minn Triq Zakkarija.", "Dak il-ħin skantajt għaliex għidt li filli qed nieħdu ħsieb il-Belt u f'daqqa waħda nagħmlu ħaġa bħal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Irrid nifhem li hemm skop għal dan għaliex kien il-Gvern stess li intervjena biex isewwi u jirrestawra l-parti ta' fuq tal-kampnar li kienet fi stat perikoluż u kienet qed taqa'.", "Barra minn hekk ħa ħsieb il-paviment ta' barra tal-Kon-Katidral u anke sewwa l-irħam kommemorattiv u ta' fuq l-oqbra fl-istess Kon-Katidral u rrestawra wkoll l- istatwa tal-battesimo ta' Kristu.", "Jiġifieri l-proġett kontinwu min-naħa tal-gvern hu li jagħmel interventi favur il-Kon-Katidral ta' San Ġwann.", "Irrid ngħid ukoll li kellna anke konsulenza ta' esperti mill-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Jien nivverifika dwar l-aspett partikolari li semma l-Onor.", "Interpellant u wara nkun nista' ninformah.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, ġaladarba qed jirrispondi l-Ministru għall-Ambjent, jippermettili li naqleb ftit is-suġġett, għax wara kollox l- ambjent ma jinkludix biss il-Kon-Katidral ta' San Ġwann u Triq Zakkarija.", "Jista' l-Ministru jikkonferma li wara li ilna żmien twil ingergru kontra batching plant li kien hemm fuq GĦar Dalam, il-Gvern għal ebda raġuni ta lil dan l-individwu post ieħor ġewwa Ħal Far u dan ittrasposta x-xogħol għal hemmhekk u ntrabat b'bond ta' Lm10,000 biex jirrestawra l-post li kien qed jokkupa llegalment u wara li mexa għal Ħal Far ġie released minn dan il- bond u l-post li nitenn u ddistruġġa għadu distrutt?", "Irrid ngħid li dan il- każ diġa' qajjimtu quddiem il-Planning Authority pero' sal-lum għadu ma sar xejn.", "Dan l-individwu ilu li ħa dawn l-Lm10,000 - li kellu bond fuqhom - xhur u xorta ħalla kollox kif kien; strutturi tal-konkors, kaxxi, trakkijiet u mbarazz.", "Jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jara li dan l-individwu wara li ħa l-flus, għallinqas iġiegħluh jirritorna l-post li kien okkupa llegalment għall-istat li kien?", "Inkella veru nkunu qed nidħku bina nfusna meta nitkellmu fuq l-ambjent!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-problema ta' batching plants fil-pajjiż m'hijiex limitata biss għal dan il-każ u żgur li japprezza li l-Gvern preżenti wiret problema ta' diversi batching plants awtorizzati fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "(Interruzzjonijiet) Din hi l-verita'.", "Mr Speaker, issa jew iridni nagħtih risposta jew inkella jirrispondi hu.", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, din il-batching plant bdiet fi żmien dan il-Gvern bil-benedizzjoni tiegħu u kull meta xi ħadd ipprova jwaqqfu qatt ma rnexxielu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din fi żmienhom, m'iniex qed insemmi batching plants oħra!", "Din bħal ta' l-Elbros.", "Dik ukoll ta' żmienhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien qed nitkellem preċiżament fuq il- fatt li l-pajjiż wiret problema ta' diversi batching plants u jekk kien hemm min kellu batching plants mogħtija fi żmien amministrazzjoni oħra, u ħaddieħor ma kellux hija wkoll problema ta' ġustizzja li l-Gvern preżenti jrid jiffaċċja bil-kuraġġ li jkun hemm bżonn.", "(Interruzzjonijiet) Ma jien qed nilgħab xejn!", "Din hija t-tweġiba li tajtek u kieku ma qomtx tiġri biex tagħmel point of order, forsi kont tifhem x'qed ngħid.", "Aħna naraw l-aspetti kollha u jekk hemm diffikultajiet mil-lat ta' ippjanar fuq dan il-każ partikolari, nitlob jien ukoll lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tara x'hemm bżonn isir imma li nipprovaw nagħmlu xi każ partikolari minn episodju, qisu dawn il-batching plants f'daqqa waħda faqqgħu fil-pajjż wara l-1987, ma nkunux qed nagħtu l-fatti kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, ma jaħsibx il-Ministru li qed jevadi l- mistoqsija meta qed ngħidlu l-fatti kif inhuma u qed ngħidlu wkoll li din qamet fil-Planning Authority?", "Fuq din il-batching plant ma kienx hemm enforcement għaliex dan huwa bażżużlu nazzjonalista u wara li ħa l-Lm10,000 lura li kien marbut b'bond bihom il-post xorta ħallih miżbla kif kien qabel.", "Dan jista' jarah kull min ikun tiela' u nieżel minn hemmhekk.", "It- turist imur jitpaxxa bil-Kon-Katidral ta' San Gwann imbagħad jgħaddi minn hemmhekk - fil-bidu ta' Birżebbuġa - u jitqażżeż jara dak il-ħmieġ.", "Investiga, Sur Ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jien ninvestiga l-ilmenti kollha, imma kif japprezza l-Onor.", "Interpellant jiena ma nindaħalx lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar għaliex użat id-diskrezzjoni tagħha biex tneħħi bond li hu qed isemmi u anke fl-għoti ta' permess ġdid.", "Jiena noġġezzjona kompletament għal użu ta' kliem bħal \"bażżużlu nazzjonalista\" għaliex m'huwiex veru li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar timxi b'din it-tip ta' diskriminazzjoni jew timxi b'mod li jiddistingwi bejn persuna u oħra, imma timxi skond il-meriti tal-każ li jkollha quddiemha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri kif qed nifhem jien, il-Ministru mhux qed jintrabat li jara li sseħħ il-ġustizzja u li tiġi osservata l-liġi li wara li bniedem illegalment - nerġa' nirrepeti forsi ma fehemx - okkupa post u minflok ħadnih il-qorti u weħel dak li kellu jeħel, tajnih alternative siting bit-tama li dan jkompli bin-negozju tiegħu, rbatnih b'Lm10,000 li għallinqas il-post li kien okkupa illegalment jnaddfu, mar fejn kellu jmur, il-post ma żvujtahx u ħallih mnitten.", "Lanqas fuq dan ma jkommetti ruħu quddiem il-poplu l-Ministru?", "Jiġifieri lanqas sa hemmhekk ma naslu?", "Imbagħad tgħidu li dan mhux prottet!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Diġa' ndikajt lill-Onor.", "Vella - li naħseb missu jaf min f'dan il-pajjiż għal snin twal kien prottet minn ħafna aspetti u żgur li ma jistax jagħmel l-akkuża ta' dan il-ġeneru lill-Gvern preżenti - li l-każ nirriferih bħal kull ilment ieħor - kif diġa weġibtu qabel - lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħalli tindaga bis-serjeta' l-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud bBonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk smajt u fhimt sew, il-Ministru qal li jista' jassigura l-Kamra li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma timxix b'mod diskriminatorju wara li korrettement qal li l-Gvern ma jindaħalx lilll- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jien ma naħsibx li l-Gvern jista' jassumi r- responsabilita' għal kull deċiżjoni li ħadet l-awtorita' u jista' jassigura lil xi ħadd li kull deċiżjoni ma kenitx motivata minn sens diskriminatorju għax allura l-Gvern qed jassumi r-responsabilita' tad-deċiżjonijiet ta' l- awtorita'.", "Wieħed jippretendi u jittama li dan hu minnu, imma jien naħseb li l-Ministru ma jistax jagħti din l-assigurazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Gvern jerfa' r-responsabilita' politika għall-aġir ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar quddiem din il-Kamra u kien għalhekk li jumejn ilu għamilna diskussjoni dwar l-estimi ta' l-awtorita'.", "Jien tajt l-assigurazzjoni li meta aħna waqqafna l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma ridniex li jkun hemm kriterji ta' diskriminazzjoni politika - anke fil-kontest ta' l-ilmenti li kien qed isir hawnhekk - fl-aġir ta' dik l-awtorita'.", "Il-Gvern, mingħajr ma jindaħħal lill-awtorita', meta jassumi responsabilita' għal policies ġenerali li bihom timxi l-awtorita', irid jassigura li hu jrid li l-awtorita' timxi b'dan il-mod.", "Dan qed ngħidu f'din il-Kamra.", "Issa jekk noqogħdu nipprovaw nagħmlu l-argument b'mod magħruf ta' soffiżmu, naraw kif inqiegħdu l-kliem ...", "Meta naraw l-aġir ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nafu li llum ma timxi bl-ebda diskriminazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nerġa' nistaqsi lill-Ministru: Qed nifhem sew li l-Gvern jassumi r-responsabilita' ta' kull deċiżjoni li ħadet l- awtorita'?", "Jew inkella tal-policies li għandha ssegwi l-awtorita'?", "Jekk hu hekk, allura ngħidu li l-Gvern qed jiżbalja, bħalma żbaljat l-awtorita' li f'diversi każi - li jiena edott minnhom personalment professjonalment - iddeċidiet b'mod diskriminatorju.", "Allura l-Gvern se jassumi r- responsabilita' tal-mod diskriminatorju li mxiet bih l-Awtorita' u dwar dan hemm kawżi fil-qorti.", "Jekk il-Ministru ma jafx, allura qabel ma jassumi responsabilita' ta' deċiżjonijiet partikolari, imissu jindaga sew, għaliex inkella jkun qed jerfa' responsabilita' kbira l-Gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant fehemni sew li qed nitkellmu dwar l-aġir ġenerali ta' l-awtorita'.", "(Interruzzjonijiet) It-tweġiba li tajt hawnhekk hija b'riferenza ċara għall-policies li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar issegwi fil-linja ġenerali tagħha.", "Il-liġi li biha waqqafna l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija ċara u l-awtorita' taġixxi skond it-termini ta' dik il-liġi fejn il-Gvern kellu l-kuraġġ politiku li l- poter għall-ħruġ ta' permessi f'dan il-pajjiż minflok ikun eżerċitat minn ministri tal-Gvern, ikun eżerċitat minn awtorita' ta' l-ippjanar li hija awtonoma għal kollox mill-Gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jikkonferma l-Ministru li f'dan il-każ partikolari, filwaqt li d-deċiżjoni tal-Planning Authority kienet li dan irid jitneħħa minn hemm għax kien kontra l-liġi, kien il-Gvern li ddeċieda li jallokalu art x'imkien ieħor biex ikollu fejn jittrasferixxi l-impjant?", "Jista' jikkonferma jekk kenitx il-Planning Authority li tagħtu l-art jew inkella kienx il-Gvern li ddeċieda li jagħtih l-art ġo Ħal Far?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, l-għoti ta' l-art ma jsirx mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar imma ssir mill-Gvern jiġifieri m'għandi ebda diffikulta' li nikkonferma li meta jkun hemm għoti ta' art pubblika din issir mill-Gvern skond regoli stabbiliti fil-liġi dwar kif il- Gvern jagħti l-art, pero' x'użu jsir mill-art u x'permessi jkun hemm bżonn għall-użu li jkun ndikat, hija funzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Naħseb li dawn huma fatti magħrufa bl-iktar mod ċar f'dan il-pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jikkonferma l-Ministru li bħala kondizzjoni għall- għoti ta' l-art min-naħa tal-Gvern kienet li jiġi żmantellat il-batching plant li kien hemm illegali fuq GĦar Dalam, u jirritornah għall-istat oriġinali tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, huwa fl-istil tiegħi li jien nikkonċedi li nwieġeb domandi supplimentari li jsiruli anke jekk mill- kwestjoni ta' x'se jiġri fi Triq Zakkarija, l-Belt spiċċajna niddiskutu l- aġir ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-batching plants, pero' li l-Onor.", "Vella jippretendi li jien naf il-kondizzjonijiet kollha li hemm fil- kuntratt ta' l-għoti ta' dik l-art in kwestjoni, naħseb li jkun qed jippretendi wisq.", "Jagħmel domanda ad hoc fuq dak kollu li jrid ikun jaf skond il-proċeduri Parlamentari u jkollu r-risposti kollha għalihom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, għażilt li nagħmel dawn il-mistoqsijiet hawnhekk illum, għaliex kull meta għamilt domandi parlamentari fuq din il- batching plant partikolari - speċjalment meta kien hemm il-Ministru li bħalissa qed ikellmek, Mr Speaker - kien jiċħad li din il-batching plant qed taħdem u dan meta kienet qed taħdem kuljum.", "Kull darba kien jgħid li għandu informazzjoni li din il-batching plant m'hijiex qed taħdem u allura inutli tagħmel mistoqsijiet parlamentari meta taf li min-naħa l-oħra se jkollok risposti fażulli jew giddibin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, noġġezzjona għat-tip ta' diskors li qed juża l-Onor.", "Vella li b'ebda mod ma jixraq lil xi ħadd fuq din in-naħa tal-Kamra; jara hu għaliex iħobb juża kliem bħal dan.", "Jekk l- Onor. Vella jagħmel il-mistoqsijiet li jixtieq domanda għalihom skond il- proċedura parlamentari, ikollu r-risposti kollha li hu jixtieq li jkollu mingħand dan il-Gvern.", "Jekk f'dak l-istadju ma jingħatax ir-risposta jikkummenta f'dak l-istadju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħalli nieqaf fuq din il-mistoqsija.", "Jiġifieri jien qed qed nifhem li l-Ministru qed jgħid li mhux se jinvestiga din il-biċċa xogħol u jara li tiġi osservata l-liġi kif suppost, ġaladarba l-Planning Authority, bl-enforcement kollu tagħha, ma rnexxilhiex tikkonvinċi lil dan l-individwu biex jottempora ruħu mal-liġi.", "Il-Ministru qed ifarfar minn fuq spallejh ir-responsabilita' ta' Ministru għall-Ambjent li jara li l- affarijiet f'dan il-pajjiż isiru kif għandhom isiru.", "Dan qed jagħti lok li min jara lil ħaddieħor jikser il-liġi u jibqa' għaddej qisu ma ġara xejn jagħmel bħalu u allura jagħmel sew.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Vella jidher li mhux qed jifhem it- tweġibiet tiegħi u allura ma naħsibx li għandi għalfejn nispjegalu iżjed għax probabbli jibda jifhem inqas minflok iżjed.", "(Interruzzjonijiet)", "VALLETTA - TRIQ ID-DEJQA - TNEĦĦIJA TA' WIRES", "28478.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitneħħew il-wires minn ħajt sa ħajt fi Triq id-Dejqa, fil-Belt Valletta fejn Vinċenti Bldgs?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 28160 fis-Seduta Nru. 472.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Billi f'dik is-seduta u f'dik it-tweġiba l- Ministru kien wieġeb li kien ippjanat li jitneħħew dawn il-wires li kien hemm f'dawk in-naħat immedjatament u s'issa għadu ma sar xejn, jista' jgħid f'liema data approssimattiva se jsir dan?", "Veru li minħabba l-flus ivvotati - jidhirli mill-Unjoni Ewropea - biex dan ikun jista' jsir permezz tal-koordinatur għall-Valletta Rehabilitation Project, issa jkun jista' jsir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-seduta u fil-mistoqsija parlamentari li jien irreferejt għalihom, il-kelma \"immedjatament\" ma wżajtha mkien.", "Nista' ngħidlu wkoll li l-ħsieb huwa li nkomplu naraw rigward dan il-proġett bħala parti mill- proġetti li għandna għas-sena d-dieħla.", "VALLETTA - BINI TA' FOOTBALL CLUB", "28479.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid wara tliet snin ta' interpellanzi u ta' interventi tiegħi dwar il-possibilita' li jinbena ground għall-Valletta Football Club u li s'issa ma sar xejn, jista' l-Ministru jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' din fil-futur qarib?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għall-Ġustizzja u Kultura): Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant mhux faċli li fil-Belt Valletta jinbena ground tal-football, iżda l-Ministeru tiegħi hu dejjem lest li jisma' xi suġġeriment prattiku li jista jkollu l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Nicholl.", "ONOR.", "TONY NICHOLL: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fit- talbiet li għandu minn diversi assoċjazzjonijiet sportivi tal-Gżira dwar il- faċilitajiet sportivi li jeżistu f'Manoel Island?", "Kif jaf il-Ministru hemm proġett indikat għal Manoel Island, pero' ħadd ma jaf meta se jibda u meta se jintemm.", "Hemm inkwiet kbir u inċertezza kbira fost l-għaqdiet sportivi tal-Gżira għax l-uniku lok li hemm għat-tfal u għaż-żgħażagħ tal- Gżira - dan huwa wieħed mill-aktar postijiet li fih tinsab id-droga - huwa Manoel Island.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk sarx xi progress fuq din il-problema kbira li hemm fil-Gżira?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Għalija din mhix problema kbira fis-sens li tipprovdi lin-nies tal-Gżira b'alternattiva għall-impjanti sportivi.", "Min sema' l-aħbarijiet il-bieraħ jew min qara l-gazzetti tal-lum jaf li bi ftehim ma' l-Universita' u ma sieħbi l-Ministru Falzon l-ground li hemm fl- Universita' se jiġi mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Gżira United Football Club u se jinbnew dressing rooms u nursery mill-Gvern għall-użu speċjali u uniku tal-Gżira Nursery.", "Hemm żewġ problemi oħrajn; waħda dwar pitch tal- boċċi u l-oħra dwar irmiġġi għas-sajjieda.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam mal- pitch tal-boċċi aħna pproponejna sit alternattiv - su due piedi ma nafx ngħid jekk aċċettawhx jew le għaliex m'għandix il-karti quddiemi - u għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-irmiġġi għas-sajjieda m'hijiex kwestjoni li għandha x'taqsam ma' dan il-Ministeru.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħidilna jekk hemmx xi pjanijiet biex jidħlu tal-McDonalds f'dan il-post ukoll?!", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Bħall-Onor.", "Membru, jiena ma nħobbx il- hamburgers.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Malajr malajr xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk humiex qegħdin isiru diskussjonijiet bejn is-sezzjoni ta' l-isport vis-a- vis il-kunsilli lokali bil-għan li ċerti rħula li m'għandhomx aċċess għal dawn il-faċilitajiet forsi jintlaħaq ftehim li jibdew jużaw il- faċilitajiet li fortunatament hemm f'ċerti skejjel fl-istess lokalitajiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ma nafx fhimtx tajjeb lill-Onor.", "Interpellant, pero' jien qed nifhmu fis-sens li fl-irħula hemm faċilitajiet sportivi fl-iskejjel u dawn il-faċilitajiet m'humiex aċċessibbi għall- komunita' wara li tagħlaq l-iskola.", "Nhar it-Tnejn kellna l-opportunita' niddiskutu dan is-suġġett - u l-Onor.", "Membru kien preżenti - u naħseb semagħni ngħid li sar proċess twil u eżawrjenti ħafna biex naraw eżattament l-inventarju tal-faċilitajiet sportivi li jeżistu fl-iskejjel.", "GĦidna wkoll li llum dawn huma aċċessibbli anke permezz tal-kunsilli ta' l- iskejjel u huwa faċli għal min irid jużahom li japplika għand il-kunsilli ta' l-iskejjel.", "Din kulħadd jafha.", "Issa jista' jkun - għaliex jien kelli każijiet bħal dawn - li ma jkunx hemm qbil bejn kunsill u għaqda sportiva dwar l-użu u l-ħin u kif ukoll kemm din hija kwestjoni li jridu jarawha l- għaqdiet sportivi u l-kunsilli ta' l-iskejjel.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam miegħu l-Gvern, huwa sblokka s-sitwazzjoni billi b'dan il-mod għamilhom aċċessibbli għall-għaqdiet sportivi tal-lokal.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-misotqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' nies li ġew minn barra minn Malta biex jivvotaw fl-Elezzjonijiet Ġenerali ta' l-1992, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29334.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 167 ta' l-1995 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att dwar l-Impieg ta' Persuni b'Diżabilita'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1996.", "(L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-OPPOŻIZZJONI)", "Tkompli mit-22 ta' Novembru 1995", "MR SPEAKER: Bis-saħħa tal-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix- Xogħol tal-Kamra fil-21 ta' Novembru 1995, nistieden lill-impjegati tal- Public Broadcasting Services jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett id- diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lill-istazzjonijiet tar-radju biex ixandru dirett dan id-diskors.", "Huwa permess li jittieħdu ritratti fil-bidu tas-Seduta.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirjiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Illum il-Kamra għandha quddiemha l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista fuq il-konsiderazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' l-ispiża għas-sena 1996.", "L- ewwelnett nitlob li din il-mozzjoni tiġi sekondata.", "Min jissekonda jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 476 tal-21 ta' Novembru 1995 is-seduta tal-lum hija mħollija kollha għall-Oppożizzjoni u għandha tintemm fit-8.30 p.m. Id-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa eżenti mill-Ordni Permanenti Nru. 49 - \"limiti ta' ħin għad-diskorsi\".", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jekk jogħġbu, jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nirringrazzjak.", "Sur President, minkejja l-ħafna tlellix li ġie mgeżwer fih il-Budget għas-sena 1996 hemm bżonn verament li ssir analiżi serja tiegħu.", "Fil-fehma tiegħi analiżi serja bħal din turi kemm l-istampa hija differenti minn dik li pprova jbegħilna l-Gvern Nazzjonalista meta tkellem il-Ministru tal-Finanzi u kif ukoll fl-aħħar ġranet.", "Il-Gvern effettivament ra dan il-budget bħala mod kif fl-aħħar jinkuruna t-taxxa tal-VAT u jgħid li mingħajrha l-pajjiż ma jistax jimxi 'l quddiem u li hemm bżonn li l-VAT tiġi sostnuta għax se jkun hemm dħul kbir minnha u biha jistgħu jiġu benefiċċji soċjali kbar ġodda.", "Analisi serja ta' dak li ġara tiżvela li l-budget effettivament kien eżerċizzju massiv biex jinħbew il-problemi li jeżistu fil-pajjiż, problemi li qed jikbru minħabba l-istess politika żbaljata tal-Gvern.", "Il-Gvern Nazzjonalista taħt l-Onor.", "Fenech Adami qed jorbot kull ħaġa li jagħmel ma' l-ossessjoni tiegħu li jdaħħal lil Malta akkost ta' kollox bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropeja u minħabba f'din l-ossessjoni l-Gvern beda jdaħħal f'pajjiżna patafjun ta' miżuri li ħafna minnhom ma jgħoddux għal Malta, speċjalment bil-mod kif qed idaħħalhom il-Gvern.", "Hu qed idaħħalhom sempliċement għax jeżistu fl-Unjoni Ewropea u mhux għax għandna bżonnhom f'pajjiżna biex mingħalih jikseb aktar kredibilita' ma' l-Ewropej.", "Qed idaħħalhom allavolja dawn l-istess miżuri qed iġibu piżijiet kbar fuq il-poplu Malti u GĦawdxi mingħajr ma għall- inqas ikollu magħhom il-benefiċċji - għax hemm ukoll benefiċċji - li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea kienet iġġib.", "Mela minn naħa qed jgħabbi l- piżijiet li kienet iġġib magħha l-Unjoni Ewropea mingħajr ma għandu l- kontrobilanċ tal-benefiċċji li kienet iġġib is-sħubija sħiħa.", "Ħalli nagħmilha ċara.", "Huwa veru li fl-ewwel snin ta' dan il-Gvern ċerti aspetti tal-politika ekonomika tiegħu kienet qed tagħti ċerti riżultati tajba - per eżempju, l-liberalizzazzjoni fil-kummerċ swiet tajjeb lill- ekonomija ta' pajjiżna - imma mbagħad minn dak iż-żmien 'l hawn il-politika ekonomika tal-Gvern iffossilizzat, saret fossili u qabbdet miegħu din l- ossessjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern daħħal f'moħħu ċerti ideat u baqa' jtambar u jtambar fuqhom mingħajr ma rrealizza li sejjer fi triq ħażina.", "Effettivament il-budget li għadu kemm ressaq il-Gvern huwa maħsub biex jgħatti l-problemi li qed toħloq l-ossessjoni ta' l-Onor.", "Fenech Adami, dik li jsejħilha l-Ewropa, jiġifieri l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa wkoll eżerċizzju - u fl-opinjoni tiegħi dan huwa l-akbar difett - li la jiffaċċja u lanqas biss jipprova jsolvi l-problemi li hu stess qed joħloq.", "Mela għandna budget paraventu li jipprova jipproġetta xi ħaġa sabiħa u jinjora kompletament il-problemi reali li hemm fil-pajjiż.", "U hemm problemi soċjali serji.", "Il-problemi soċjali serji qed jiffaċjawhom mhux il- burokrati, it-teknokrati u l-barunijiet li jdawwru lill-Onor.", "Fenech Adami, imma eluf u eluf ta' familji li veru qegħdin iħossu l-piż ta' l-għoli tal- ħajja u veru qegħdin iħossu l-piż tat-taxxi fuq il-konsum li qiegħed jgħaddi fuqhom Dr. Fenech Adami.", "Imbagħad jeżistu problemi ekonomiċi kbar, Sur President.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-makna ekonomika ta' dan il-pajjiż qed taħdem b'effiċjenza moderna anqas u qed issir antikwata aktar u qed iġġedded ruħha anqas.", "Barra minn hekk imbagħad jeżistu problemi kbar tat-tmexxija fl- amministrazzjoni tal-Gvern innifsu.", "Hemm telqa sħiħa, ineffiċjenza u korruzzjoni rampanti, u ħaġa ma' l-oħra dawn huma problemi li jridu jiġu ffaċċjati.", "Il-Gvern mhuwiex juri fiduċja fil-poplu.", "Il-Gvern, kulma qed jipprova jagħmel huwa jara kif iraqqad il-kritika, l-ilmenti u t-tgergir ġustifikat tal-poplu.", "Dan qed jagħmlu billi f'eżerċizzju ta' pubbliċita', ċioe' fil-Budget Speech, pprova jgħid li qed jaġevola lill-poplu b'ħafna benefiċċji soċjali ġodda u anke bit-tnaqqis fl-income tax li qal li qed jagħmel fil-pajjiż.", "F'dan is-sens - din diġa' għidtha u nerġa' ngħidha - m'hemmx dubju li l-budget kif ippreżentat u l-kontenut tiegħu huwa eżerċizzju ta' frodi kbir għax qed jaħbi r-realta' u qed jippreżentaha taħt kuluri differenti.", "Il-poplu Malti huwa poplu li jekk turi fiduċja fih għandu s-saħħa, il- ħila, ir-rieda, l-immaġinazzjoni u s-sens komun li jwasslu mhux biss biex jiffaċċja r-realta' u l-problemi, imma biex iqishom bħala sfida u jimxi 'l quddiem.", "Imma trid tgħidlu l-verita' u x'inhi r-realta'.", "U turi l-fiduċja fih billi tgħidlu r-realta' kif inhi u mhux tipprova tagħmel souffle' madwarha biex tgħatti x'inhi r-realta'.", "Naħseb dan huwa wieħed mid-difetti kbar ta' l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu għax jippreferu jwaddbu l-bżar f'għajnejn il-poplu.", "Il-Gvern jipprova, per eżempju, jgħatti l-problemi soċjali kbar li ħoloq billi jgħid li issa għandna dawn il-benefiċċji soċjali allura enjoy yourselves, don't worry, be happy!.", "Dak huwa l- argument tal-Gvern fi żmien meta l-familji qed jiffaċċjaw problemi soċjali ta' ċerta importanza.", "Dawn ikolli ċans li nsemmihom aktar 'il quddiem.", "Meta tifli mill-qrib l-għeġubijiet ta' benefiċċji soċjali li ġab il-Gvern, issib li effettivament mhux veru huma daqshekk qawwija daqs kemm qed jippretendi l-Gvern.", "Anzi tirrealizza li għaddejna minn perjodu fejn il- Gvern selaħ u se jibqa' jisloħ bil-kbir lill-poplu Malti u mbagħad jimmanipulah billi jgħidlu li qed jagħti ċertu ammont ta' benefiċċji li fil- fatt m'humiex l-ammont ta' benefiċċji li qed jgħid il-Gvern.", "Sur President, din irrid ninsisti fuqha.", "Il-budget huwa eżerċizzju ta' manipulazzjoni ta' dawk in-nies li l-aktar qegħdin ibatu u jġorru l- piżijiet tal-politika żbaljata tal-Gvern.", "Anke fuq dan ikollna ċans nittkellmu.", "Imma issa tajjeb li minn din il-kritika ġenerali li qed nagħmel nipprovaw nidentifikaw il-fatturi ewlenin u importanti li fuqhom irridu nħarsu lejn il-budget.", "Sur President, għadni kif għamilt kritika ta' tip ġenerali u issa nixtieq li nidħol ftit waħda wara l-oħra b'ċertu dettal fil-fatturi differenti ewlenin li fuqhom naħseb li għandna bżonn inħarsu lejn dan il-budget.", "Fuq quddiem nett hemm bżonn li niddiskutu - iva, hemm bżonn niddiskutuha din - l-għoli tal-ħajja.", "M'hemmx dubju li fl-aħħar 12-il xahar kien hemm rankatura sħiħa fl-għoli tal-ħajja li l-Gvern assolutament jippreferi jinjora.", "Imbagħad - timxi minnha din - mill-għoli tal-ħajja rridu niddiskutu wkoll l-impatt tal-VAT li kienet parti ewlenija mix-xenarju fiskali u ekonomiku ta' dawn l-aħħar xhur - jien ma ngħidilhomx disa' xhur jew 12-il xahar imma ngħidilhom aktar - għaliex l-aspettattiva tal-VAT ħalqet hija nnifisha impatt fuq it-tmexxija ekonomika.", "M'hemmx dubju li l- VAT għenet biex tirranka l-għoli tal-ħajja u għenet ukoll biex naslu għal xi ħaġa oħra li wettaq il-Gvern Nazzjonalista f'dawn l-aħħar disa' jew għaxar xhur u li ma tantx jitkellem dwarha.", "Qed nirriferi għall-bidla kbira - u din irridu niddiskutuha - fl-istruttura tat-taxxi bejn taxxi diretti u taxxi ndiretti.", "Ħalli nerġa' ngħid ftit x'inhuma t-taxxi diretti u t-taxxi ndiretti.", "It-taxxi diretti huma dawk li jolqtuk lilek, Sur President, skond kemm tiswa, skond kemm int tajjeb fil-pajjiż, skond kemm inti b'saħħtek ekonomikament u finanzjarjament.", "It-taxxi ndiretti huma dawk li jolqtu l- konsum tiegħek bħala ċittadin.", "Mela hemm taxxi diretti li jolqtuk skond kemm tiflaħ, skond kemm int qawwi, skond kemm int sinjur jew skond kemm int fqir u hemm taxxi li jolqtuk skond kemm tikkonsma.", "Issa fqir u sinjur se jikkonsmaw ċerti affarijiet bl-istess mod u għalhekk aħna nargumentaw li hemm ċertu limitu li ma tridx taqbżu għaliex it-taxxi ndiretti ma tridx tagħfas iż-żejjed fuqhom għaliex jekk tagħmel hekk tkun qiegħed tgħabbi wisq piżijiet fuq min jiflaħ l-inqas.", "Tajjeb li niddiskutuhom dawn l- affarijiet, Sur President, u nixtieq li llejla jkollna ċans niddiskutuhom.", "Imbagħad irridu mmorru aktar 'il bogħod minn hekk, Sur President, u naħseb li rridu nħarsu lejn kif il-Gvern qiegħed jonfoq il-flus li qiegħed idaħħal mit-taxxi, ġejjin minn fejn ġejjin, biex imexxi ċerti servizzi mportanti fil-pajjiż li l-poplu jistenna li l-Gvern jissuplixxih bihom.", "Dawn huma servizzi li jekk tabilħaqq irridu għażla ħielsa u ġusta f'pajjiżna rridu jkunu servizzi li qegħdin jitwasslu b'effiċjenza u wkoll b'impenn.", "Qed nitkellem u qed naħseb f'dak li għandu x'jaqsam ma' dak li l- aktar imiss il-qalb tal-poplu, il-ħajja tal-poplu, jiġifieri l-edukazzjoni, is-saħħa, il-kura ta' l-anzjani u l-housing.", "Irridu nistaqsu kif il-Gvern qiegħed imexxi dawn is-setturi u kif qed juża l-flus tiegħu biex tabilħaqq jipprovdi liċ-ċittadin b'servizzi li huma tajbin, moderni, diċenti u aċċettabbli u ta' kwalita' dejjem aħjar.", "Wara li nkunu għamilna din il-ħaġa, Sur President, nixtieq - u nittama li jkollna żmien li nagħmluha din - li nħarsu ftit imbagħad - ħaġa li ma tantx għamel il-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tiegħu - lejn is-setturi produttivi tal-pajjiżi, jiġfieri l-industrija, it-turiżmu, il-kummerċ, il- biedja u s-sajd u wkoll is-settur tas-servizzi finanzjarji fejn il-Ministru minflok analizza b'ċertu serjeta' x'inhu jiġri tabilħaqq, ipprefera - u l- Gvern kollu jagħmel hekk - iwaddab kollox taħt it-tapit.", "Jekk tippermettili, Sur President, nixtieq nidħol f'dawn il-fatturi li semmejtlek, semmejt erba', wieħed wara l-ieħor biss qabel tajjeb li nitkellem fuq xi ħaġa li hija ta' tħassib kbir u li għandha x'taqsam ma' dawn is-setturi kollha u anke mas-setturi kollha li għandhom x'jaqmsu mal- ħajja ta' pajjiżna.", "Nixtieq nirriferi ftit għall-informazzjoni li qed ikollna dwar dak li qed jiġri madwarna fl-ekonomija tagħna, dwar kif qed nifhmu dak li huwa għaddej, dwar kif qed tiġi proġettata - għaliex dan huwa l-punt - l- istatistika ta' l-ekonomija u tal-finanzi li qiegħed jipprepara l-Gvern.", "Is-sena li għaddiet fid-diskors tal-budget kont semmejt kif l-ekonomija tagħna tista' tqabbilha ma' Boeing, ajruplan minn dawk il-kbar li jkollu tlieta jew erba' makni kollha jduru u jekk waħda, tnejn jew tlieta mill- makni jkunu qed jixxortjaw għandna l-problemi.", "Dakinhar kont tkellimt kif effettivament kellna l-makni kollha qed jixxortjaw ħlief għal waħda - it- turiżmu.", "Minn dakinhar 'l hawn anke t-turiżmu bħala makna bdiet tixxortja - u fuq dan ikollna ċans nitkellmu aktar 'l quddiem.", "Imbagħad ajruplan, Boeing jew x'inhu, McDonnell-Douglas...", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux McDonald's. Dik xi ħaġa differenti.", "McDonald's xi ħaġa li qiegħda Birkirkara biex jagħmlu ċ-chips fil-każin tal-football ta' Birkirkara, kif jaf l-Onor.", "Richard Muscat.", "Apparti mill-erba' makni tal-Boeing, hemm xi ħaġa oħra importanti għall-ajruplan.", "Din hija s-sistema ta' informazzjoni li biha jaħdem l-ajruplan.", "Jekk is-sistema ta' l-informazzjoni ta' l- ajruplan ma tkunx qed tagħtih indikazzjoni ċara jekk huwiex riesaq lejn il- bnazzi jew lejn il-maltemp, jekk ma tkunx qed tgħidlu tajjeb biżżejjed kemm qiegħed fl-għoli jew fil-baxx, jew jekk ma tkunx qed tiggwidah lejn fejn hu l-ajruport li qed jistenna, allura l-ajruplan se jkollu problemi kbar daqs kemm ikollu meta l-makni jibdew jixxortjaw.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li qed tibda tinkwetani bil-kbir hija li l-informazzjoni li qed ningħataw dwar l-ekonomija Maltija aktar ma jgħaddi ż-żmien anqas tista' torbot fuqha.", "Tajjeb li nistaqsu fuqha din il- ħaġa għax hija problema li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tirranka.", "L-informazzjoni li qed nirċievu qed tkun informazzjoni li anqas tista' torbot fuqha.", "Aktar u aktar din is-sena għax skond ma qal il-Gvern stess li ġara din is-sena hu li bil-VAT, fejn qabel kellna ekonomija f'kaxxa bajda u l-ekonomija s-sewda f'kaxxa sewda - u l-istatistika li kellna quddiemna kienet titkellem biss dwar x'qed jiġri fl-ekonomija l-bajda u s- sewda ma mmissuwhiex - il-Gvern irnexxielu jħallat l-ekonomija s-sewda ma' l-ekonomija l-bajda, l-kaxxa s-sewda mal-kaxxa l-bajda.", "Allura skond hu li ġara hu li kellna dak li kien abjad, kellna dak li hu iswed u li qed jitħallat ma' l-abjad u kellna parti mill-ekonomija s-sewda li baqgħet sewda u l-istatistika li qed jagħtina l-Gvern hija l-istatistika ta' dak li kien abjad u li qed jitħallat ma' l-iswed.", "Mela biex inkunu nafu eżatt x'qed jiġri fil-pajjiż hemm bżonn li jkollna indikazzjoni ta' kemm mill- istatistika li dieħla dwar l-ekonomija u li qed naraw fuq in-numri li qed jagħti l-Gvern hija l-bajda.", "Tajjeb li nkunu nafu wkoll x'inhu minnha li hu l-iswed jew li qabel kien iswed u li issa qed jitħallat ma' l-abjad.", "Biex inkun fair mal-Gvern, dan qed jgħid li din il-problema teżisti u fid- diskors tiegħu l-Ministru tal-Finanzi qal li din m'hijiex sena kompletament normali minħabba din il-ħaġa, jiġifieri minħabba li għandu parti mill-iswed li qed jitħawwad ma' l-abjad.", "Imma meta tifhem li hawn dan it-taħlit ta' l- abjad u l-iswed flimkien u tħares lejn in-numri, allura imbagħad tistenna li l-Gvern jgħidilna kemm miż-żieda li qed juri bin-numri tiegħu ġejja għax qed iħallat l-iswed ma' l-abjad, jekk l-argument kollu hu li l-abjad u l- iswed tħallat flimkien minħabba s-suċċess tal-morsa tal-VAT li ftaħar biha l-Gvern.", "Wara li għamel dan l-għarfien il-Ministru tal-Finanzi baqa' għaddej qisu assolutament ma għamilx dan l-għarfien u meta qabbel l- affarijiet baqa' għaddej fuq l-istess milja bħas-sena li għaddiet meta effettivament m'aħniex qegħdin inqabblu l-istess affarijiet.", "Sur President ħalli ngħid x'qal il-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tiegħu.", "Per eżempju qal li l-attivita' ekonomika reġistrata matul l-1995 kienet sostanzjali.", "Imma kif jaf?", "Jekk ma' l-abjad li kellu qabel qed iħallat l-iswed li diġa' kien hemm, fejn jaf li kienet sostanzjali jekk ma jgħidilniex kif qiegħed ikejlu?", "Il-Ministru baqa' għaddej u qal ukoll li kien hemm fiduċja qawwija fl-andament ekonomiku mill-investiment qawwi li seħħ.", "Fejn jafha din?", "Kif qed ikejjilha din il-ħaġa jekk mhux qed ikejjel like with like, l-istess ħaġa ma' l-istess ħaġa?", "Issa l-Ministru tal- Finanzi kien prudenti ħafna jekk tqabblu ma' min kiteb l-Economic Survey.", "Għax apparti li min kiteb l-Economic Survey ma tax kas ta' x'kien abjad u x'kien iswed, dan ma qagħadx lura milli jqabbel l-istatistika ta' din is- sena ma' l-istatistika tas-sena li għaddiet u tas-sena ta' qabel b'ċertu trijonfaliżmu mingħajr ma jgħid eżattament kemm minnha hija bajda u kemm minnha qabel kienet sewda.", "Imma ħalli naraw x'jgħid l-Economic Survey.", "Insibu miktub li kien hemm żieda reali robusta ta' 6.7% fl-ekonomija.", "Imma kif tista' temmen din il-figura ta' 6.7% meta taf li hija mbagħbsa, imħawda u mħallta ma' dak li qabel kien iswed u ma kienx jitkejjel?", "Fl-Economic Survey insibu miktub li n-nefqa reali li għamlu l-konsumaturi fl-ewwel disa' xhur tas-sena żdiedet b'10.3% fuq dik tas-sena ta' qabel.", "Imma kif jista' l-Economic Survey jikkalkola u jgħid dawn l-affarijiet meta preċiżament din is-sena hemm dan it-taħlit bejn l-abjad u l-iswed?", "Nistgħu nibqgħu sejrin hekk u naraw kif il-Gvern baqa' jqabbel l-affarijiet b'mod li ma jistgħux jitqabblu u jgħid: Ara l-affarijiet kemm sejrin tajjeb!", "Dan m'hux mod serju u ċertament li m'hux mod professjonali kif isiru l- affarijiet.", "Sur President, illum ippermettili nkun ftit tekniku.", "Bilfors trid tkun tekniku biex tipprova tanalizza eżattament x'inhu jiġri, għax inkella tibqa' fuq il-livell trijonfalistiku ta' ħafna kliem sabiħ fl-ajru.", "Jekk ma tanalizzax b'mod tekniku dak li għaddej ma tkunx qed tagħti l-istampa vera, professjonali u moderna li jeħtieġ il-poplu.", "Għax hemm affarijiet aktar serji minn hekk, Sur President, li jwassluni biex niddubita kemm tista' tafda l-istatistika li qed joħroġ il-Gvern.", "Per eżempju, hemm diskrepanzi kbar, anke enormi, bejn dak li kien hemm fl-Economic Survey is- sena li għaddiet u dak li hemm fl-Economic Survey li ħareġ mal-Budget li għadu kif ġie ppreżentat.", "Għal min ma jafx jew ma jiftakarx, l-Economic Survey huwa dak ir-rapport li joħroġ mal-Budget u li jgħid kif tkun marret l-ekonomija fl-oqsma differenti, ngħidu aħna kif mar it-turiżmu, l- industrija, il-kummerċ, il-biedja, is-sajd, is-servizzi finanzjarji, eċċ. Kemm mal-Budget tas-sena li għaddiet, kif ukoll ma' dak ta' din is-sena, ħareġ Economic Survey li jagħti ħarsa lura lejn dak li jkun ġara fis-sena kurrenti.", "Nerġa' ngħid, jekk tħares lejn l-istatistika li tawna s-sena li għaddiet fl-Economic Survey u tqabbilha ma' l-istatistika li tawna din is- sena, issib diskrepanzi mhux żgħar.", "Per eżempju, is-sena li għaddiet kienu qalu li fl-ewwel disa' xhur ta' l-1994 il-konsum f'termini reali - jiġifieri mhux biss fi flus li tħallsu, imma f'kemm dawk il-flus realment xtraw oġġetti u servizzi - kien żdied bi 0.8%.", "Din is-sena l-istess ċifra, jiġifieri ta' kemm żdied il-konsum reali matul is-sena li għaddiet, saret 6.2%!", "Jekk imbagħad inħarsu lejn id-dħul nett reali mill-investimenti, jiġifieri kemm daħħlu b'mod reali dawk li jinvestu mill-investimenti tagħhom, naraw li fl-Economic Survey tas-sena li għaddiet kien intqal li fl- 1993 dan id-dħul kien naqas bi 12.2%.", "Din is-sena fl-Economic Survey insibu li mhux bi 12.2% kien naqas, imma bi 17.8%.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq is-sena li għaddiet, meta ma kienx hemm VAT biex tħawwad l- affarijiet, meta ma kienx hemm l-abjad u l-iswed għax dak iż-żmien konna qed inkejlu l-abjad biss.", "Sur President, hemm mill-inqas 25 ċifra ta' statistika dwar kemm kibret l- ekonomija, jiġifieri l-gross domestic product, li fl-Economic Survey ta' din is-sena huma differenti minn kif dehru fl-Economic Survey tas-sena li għaddiet.", "Allura wieħed jistaqsi: X'inhu jiġri fl-istatistika?", "Din saret yo-yo, jew biċċa chewing-gum, tista' tbiddilha kif trid?", "Nerġa' ngħid, dan meta ma kienx hemm il-VAT biex tħawwad l-affarijiet.", "Nafu li ajruplan ma jistax itir jekk ma jkollux sistema tajba ta' informazzjoni.", "U ċertament li fil-każ ta' l-ekonomija tagħna, jekk ma jkollniex statistika u informazzjoni serja u ta' min jorbot fuqha se neħlu.", "Hemm aktar oqsma fejn jidħol dan it-taħwid.", "Ħalli nieħu, per eżempju, il- qasam tat-turiżmu.", "M'hemmx dubju li f'dawn l-aħħar xhur kulħadd baqa' mħawwad meta minn naħa dawk li jaħdmu f'dan il-qasam qed jinkwetaw li l- affarijiet sejrin ħażin, li mhux dieħel business, li l-business mhux qed iħalli biżżejjed qligħ u li l-prospetti huma ħżiena, waqt li min-naħa l- oħra smajna lill-Prim Ministru u lill-Ministru Psaila Savona - jippermettili ngħidlu \"Ministru Psaila Savona\" għax, safejn naf jien, il- Prim Ministru ma qallux biex ineħħi l-plakka li għandu ma' l-uffiċċju tiegħu bil-kliem \"Ministeru tat-Turiżmu\" - jgħidu: Le, it-turiżmu sejjer tajjeb ħafna; m'għandniex problemi fit-turiżmu; kollox \"all go\".", "Issa l- agħar ilment li kien għaddej fil-qasam tat-turiżmu ma kienx li qed jonqos in-numru ta' turisti li ġejjin Malta - għax kulħadd kien qed jammetti li, ftit jew wisq, dan se jonqos - imma li l-ammont ta' nfiq mit-turisti f'pajjiżna kien qed jonqos meta mqabbel ma' dak tas-sena li għaddiet.", "Dan kien ilment ġenerali.", "L-istatistika tal-Gvern fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena dan l-element qabditu u kkonfermat li t-turisti li kienu qed jiġu Malta, ras għal ras, kienu qed iħallu inqas flus f'pajjiżna milli kienu qed iħallu s-sena li għaddiet.", "Għax fejn is-sena l-oħra kienu qed iħallu Lm218 ras għal ras, din is-sena qed iħallu Lm186.", "Dan ifisser li fl-ewwel tliet xhur tas-sena kien hemm tnaqqis ta' 14.5% fl-infiq mit-turisti meta mqabbel ma' dak tas-sena l-oħra.", "U l-istatistika tal-Gvern baqgħet turi dan it-tnaqqis.", "Għat-tieni quarter, jiġifieri bejn April u Ġunju ta' din is-sena, l-istatistika tal-Gvern uriet li fejn matul l-istess żmien tas- sena li għaddiet it-turiżmu kien iħalli f'Malta Lm176 għal kull ras, din is- sena ħalla Lm159 ras għal ras, li jfisser tnaqqis ta' 9.7%.", "Mela hawnhekk il-Gvern u n-nies li jaħdmu fil-qasam turistiku kienu qed jaqblu li t- turisti li qed jiġu Malta din is-sena qed iħallu inqas milli kienu jħallu s- sena li għaddiet.", "Imma mbagħad lanqas taqta' x'ġara, Sur President!", "Dwar it-tliet xhur bejn Lulju u Settembru l-istatistika tal-Gvern qed tgħid li fejn is-sena li għaddiet it-turist kien iħalli Lm197 ras għal ras, din is- sena ħalla Lm240 per capita.", "Jiġifieri f'daqqa waħda rajna żieda ta' 21%.", "Din assolutament ma tinftiehemx, għax fl-istess żmien li kienu qed jiġru dawn l-affarijiet, jiġifieri fl-istess żmien li l-infiq tat-turisti ras għal ras f'pajjiżna f'daqqa waħda sploda, l-industrija tat-turiżmu kienet qed tgħid li f'Malta deħlin turisti li m'humiex iħallu qligħ daqskemm kienu jħallu s-sena li għaddiet.", "Jien nirrifjuta li naħseb li n-nies involuti fl- industrija tat-turiżmu huma kollha ħallelin u giddibin.", "Aktar u aktar għax wara li ġraw dawn l-affarijiet, il-Gvern għamel U-turn qawwija u reġa' daħħal il-forward buying rate, li permezz tagħha kien jissussidja r-rata tal-kambju.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura kif jista' jkun li temmen din l-istatistika?", "Fl-istess mument li l-Gvern kien qed jgħid li d-dħul mit-turisti ras għal ras sploda b'dan il-mod, għamel din il-U-turn kollha!", "Sur President, forsi tgħidli li ma tistax torbot daqstant ma' l- istatistika ta' l-ekonomija, għax l-ekonomija m'hijiex qiegħda f'xi qafas ....", "L-ewwelnett jekk tgħidli hekk ma naqbilx miegħek għax it-turiżmu tista' tkejlu; tista' tkejjel kemm deħlin u kemm ħerġin nies mill-pajjiż.", "Kieku r-raġuni kienet dik biss forsi kont intik raġun imma hemm aktar minn hekk għaliex hemm problema fuq l-istatistika finanzjarja tal-Gvern li ġabilna hawnhekk il-Ministru Dalli.", "Jekk inħarsu lejn l-istimi tad-dħul li ressaq il-Ministru Dalli għas-sena kurrenti insibu li ħafna minnhom għandhom bżonn ta' spjega serja li l-Ministru ma tahax.", "Per eżempju f'Novembru tas-sena l-oħra il-Ministru Dalli kien qalilna li qed jistma li se jdaħħal Lm40 miljun mid-dazji u mis-sisa, għalkemm Lm40 miljun fil-fatt huma ftit.", "Dak iż-żmien il-Ministru kien jaf li se jnaqqas id-dazji u allura, jekk l-importazzjoni tibqa' kif kienet qabel, seta' jikkalkola kemm se jdaħħal minn dawn ir-rati mnaqqsa tad-dazju.", "Din is-sena l-Ministru qed jgħid li fil-fatt ma daħħalx Lm40 miljun imma daħħal xi ħaġa iktar minn Lm33 miljun jiġifieri anqas minn kemm kien qiegħed jipproġetta għaliex naqqas ir-rati tad-dazju.", "Mr Speaker din ma titwemminx għaliex huwa kien jaf minn qabel li r-rati tad-dazju se jitnaqqsu.", "Aktar minn hekk, waqt li qed jgħidilna li naqsulu r-rati tad-dazju li kien qed jikkalkola fuqhom, fl- istess nifs qed jgħidilna - u din insibuha fl-Economic Survey ukoll - li kien hawn import boom jiġifieri li f'daqqa waħda daħlet importazzjoni qawwija fuq is-sena li għaddiet tant li qatt ma kien hawn żieda fl- importazzjoni daqs kemm kien hawn f'din is-sena.", "Dan li qed jingħad ma jiftehimx.", "Jekk l-importazzjoni żdiedet b'daqstant l-istima fuq id-dazju li għamel il-Ministru mhux jonqsu kellhom imma jiżdiedu.", "Nerġa' ngħid li kieku r-raġuni kienet din biss kont naqbel miegħek Sur President imma tajjeb li mmorru aktar minn hekk.", "Huwa tajjeb li issa mmorru fuq xi ħaġa li l-Ministru tal-Finanzi għandu d-dmir li jagħtina spjega verament serja tagħha.", "Jiena se nitkellem fuq il-flus li Ministru qal li daħħal minn fuq it-taxxa tal-VAT meta semma l-figura ta' Lm80 miljun.", "Is-sena li għaddiet huwa kien għamel stima li matul din is-sena id- dħul se jkun ta' Lm62.3 miljun u issa qed jgħidilna li daħħal Lm80 miljun li hija qabża kbira 'l fuq.", "Mr Speaker hemm mod kif tivverifika ċerti affarijiet.", "Kull xahar fil-Gazzetta tal-Gvern, il-Gvern jippubblika dak li jissejjaħ il-Comparative Return of Revenue and Expenditur, jiġifieri kemm ikun daħħal u ħareġ il-Gvern mis-sorsi tiegħu xahar b'xahar.", "Dawn il- figuri jiena segwejthom u kelli opportunita' nara x'kien qed jgħid il- Ministru tal-Finanzi fil-Gazzetta tal-Gvern dwar id-dħul tal-Gvern xahar b'xahar sa' Settembru.", "Fil-Gazzetta tal-Gvern ta' Ottubru fil-Comparative Return of Revenue and Expenditure il-Ministru Dalli kien qed jgħid li sa' Settembru mill-VAT il-Gvern kien daħħal is-somma ta' Lm42, 332, 080.", "Meta tipprova tara kemm din il-figura hija in line mal-proġettazzjoni li kien għamel għal din is-sena ta' Lm62 miljun wieħed isib li hija in line mhux ħażin.", "Fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-10 ta' Novembru il-figura li ġiet pubblikata għar-rigward tad-dħul mill-VAT sa' Ottubru kienet ta' Lm50,880,000 li hija wkoll in line mhux ħażin ma' dak li l-Gvern kien ħaseb li se jdaħħal matul din is-sena kollha, jiġifieri l-figura ta' Lm62 miljun.", "Imma issa ġara fatt tassew kurjuż.", "L-aħħar pubblikazzjoni tal-Gazzetta tal- Gvern li semmejt kienet ta' l-10 ta' Novembru u fis-seduta parlamentari tas- 6 ta' Novembru il-Ministru Dalli rrisponda interpellanza ta' l-Onor.", "Michael Farrugia fejn qallu li sa' Settembru l-Gvern mill-VAT kien daħħal Lm61, 603,000.", "Dan ifisser li skond din l-interpellanza il-Gvern kien diġa daħħal Lm10 miljun aktar minn dak li l-Gvern qal li daħħal sa' Ottubru skond il-Gazzetta tal-Gvern.", "Fuq din il-bażi wkoll din il-figura kienet Lm20miljun aktar minn dik li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern ta' tliet ġimgħat qabel għal Settembru.", "X'inhuma dawn il-figuri?", "Dan it-taħwid minn fejn ġej?", "Jiena ngħid li hawnhekk ma jistax ikun li hawn dawn l-avariji kollha għaliex qed nitkellmu fuq ir-returns ta' kull xahar li nimmaġina li huma kollha verifikati u maħduma b'ċerta serjeta'.", "Il-Ministru għandu dmir jispjega kif il-Comparative Return of Revenue and Expenditure qed juri ħaġa li hija in line ma' l-istimi li s-sena li għaddiet il-Gvern kien tana għal din is-sena waqt li min-naħa l-oħra, skond ir-risposta li ngħatat għall- mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Michael Farrugia, hemm realta' kompletament differenti.", "Minn fejn ġejja din l-avarija?", "Kif nistgħu aħna nkunu nafu tabilħaqq li l-istatistika li qed tiġi preżentata lilna u li l- informazzjoni li qed naraw mhux qed tiġi mbażwra u mbagħbsa mill-istess nies li suppost qed jagħtuhilna b'mod reali?", "Waħda mill-affarijiet li huwa importanti li jkollna f'dan il-pajjiż hija sistema ta' informazzjoni mill-aktar ċara biex tabilħaqq inkunu nistgħu nippjanaw u naraw fejn sejrin.", "Nitolbok timmaġina Sur President li titla' fuq Boeing meta taf li s-sistema ta' informazzjoni ta' l-istess ajruplan qed iħarbatha u jbażwarha l-istess pilota, min jaf għal-liema raġuni.", "Din hija xi ħaġa li għandna bżonn inħarsu lejha għaliex meta mbagħad iddaħħal xi dubji bħal dawn - kif fil-fatt deħlin - ma tkunx tista' temmen dak li jkun qiegħed jgħid il-Gvern.", "Jekk l-istatistika nnifisha ma torbotx waħda ma' l-oħra, kif tista' inti temmen dak li jkun qiegħed jgħid il-Gvern?", "Jekk ma jkunx hemm ċerta kredibilita' f'dak li jkun qed isir u jekk l- affarijiet qed jiġu mbagħbsa għaliex hemm bżonn li jiġu mbagħbsa, allura bilfors li jkun hawn nuqqas totali ta' kredibilita' mhux biss fil-Gvern imma wkoll fil-pajjiż u dan jorbot minnufih mal-punt li nixtieq inqajjem, jiġifieri ma' l-ewwel fattur li nixtieq nitkellem dwaru Sur President - l- għoli tal-ħajja.", "L-għoli tal-ħajja hija xi ħaġa tteptep, qawwija u tinħass mill-poplu kollu.", "Jekk lill-poplu tgħidlu li l-Gvern qiegħed jgħid li sa' l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena l-għoli tal-ħajja kien ta' 3.77%, jiġifieri li fuq kull lira l-ispiża matul is-sena li għaddiet żdiedet b'sempliċement 3c8 dan ma jemmnekx.", "Ċertament il-poplu ma jemmnekx aktar u aktar meta issa qed nirrealizzaw li l-istatistika li għandna quddiemna hija statistika mbażwra, biex ma ngħidx kelma iktar qawwija.", "(Interruzzjonijiet) Jiena issa qed nuża' l-kelma \"mbażwra\" apposta.", "Jekk ikun hemm bżonn il-kelma \"mbagħbsa\" nużaha aktar il quddiem.", "Apparti li r-rata ta' l-għoli tal- ħajja hija mbażwra, hija diġa għolja sew.", "Anke bil-kejl uffiċjali tal- Gvern l-għoli tal-ħajja f'Malta huwa ogħla minn dak ta' l-Awstrija u tad- Danimarka fejn huwa ta' 2.1%.", "Ir-rata uffiċjali ta' l-għoli tal-ħajja tagħna hija ogħla minn dik tal-Ġermanja fejn qiegħda 1.8%, minn dik ta' l- Iżvezja fejn qiegħda 2.5% u minn dik ta' l-Iżvizzera fejn qiegħda 2.0%.", "Għalkemm bħala ċifra uffiċjali diġa' qegħdin ogħla minn ħaddieħor, din iċ- ċifra ta' 3.77% ma titwemminx u l-Gvern innifsu ma jemminhiex.", "Wara kollox kellna lill-Onor.", "Fenech Adami jew lill-Onor.", "Dalli li ħeġġe/ lill-familji Maltin biex imorru jduru l-ħwienet fi Sqallija ħalli jqabblu l-prezzijiet.", "Daqs sitt snin jew seba' snin ilu l-Prim Ministru kien qal lin-nisa tad- djar biex iduru l-ħwienet u issa qed jgħidilhom: Iddurux il-ħwienet hawn Malta biss, morru duruhom fi Sqallija u Catania wkoll!", "Ħalli jkunu jistgħu jqabblu l-affarijiet u ħalli hemmhekk ikunu jistgħu jikkontrollaw il- prezzijiet.", "Sur President, anke fuq din il-ħaġa qed jerġgħu jipprovaw iwaħħlu fis- self employed iż-żgħar u jgħidulhom: Dawn huma l-ħallelin li qegħdin jisirqukom u jgħollu l-prezzijiet.", "Din il-ħaġa ma titwemminx imma turi li l-Gvern innifsu m'huwiex jemmen l-istatistika tiegħu fuq l-għoli tal-ħajja.", "U bir-raġun, aktar u aktar f'dan il-każ għax m'hemmx dubju li l-Gvern qed jimmanipula ċ-ċifri ta' l-għoli tal-ħajja u qed jagħmel hekk biex ma jkollux għalfejn jiffaċċja talbiet qawwija min-naħa tal-poplu ħalli l-poplu mbagħad jitlob żidiet serji fil-pagi u fil-benefiċċji soċjali.", "Fil-fatt anke jekk nużaw il-kejl uffiċjali u nħarsu lejh saff b'saff f'ċerti oqsma ta' fejn jixtri l-poplu nsibu li f'saffi differenti u wiesgħa l-għoli tal- ħajja li qed jiġi reġistrat huwa ogħla sew minn 3.77%.", "Per eżempju, anke bil-kejl uffiċjali - dan għall-housing - il-figura uffiċjali għall-għoli tal-ħajja fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kellha tirreġistra żieda ta' 9.5%.", "Jekk inħarsu lejn durable household goods skond il-kejl uffiċjali fl- għoli tal-ħajja ż-żieda kienet ta' 6.3%.", "Jekk inħarsu lejn l-oġġetti meħtieġa għall-iskejjel u għar-rikreazzjoni nsibu li ż-żieda kienet ta' 4.8%.", "Jekk inħarsu lejn oġġetti ta' saħħa u ta' kura personali f'dan is- settur iż-żieda kienet ta' 5.2%.", "Imbagħad jekk inħarsu lejn ix-xorb u t- tabakk il-figura uffiċjali għall-għoli tal-ħajja fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienet ta' 9.6%.", "Mela jekk nanalizzaw ħafna minn dawn is-saffi mportanti, anke bil-kejl uffiċjali, se nsibu li l-għoli tal-ħajja huwa ħafna iktar qawwi minn dak li tindika r-rata uffiċjali.", "Dan jorbot minnufih mal-punt li suppost li kellu jiġi riformat il-household survey u li suppost kellna nkunu aġġornati fil-basket ta' dak li qed jinxtara imma dan l-aġġornament għadu qiegħed jistenna.", "Allura iva, Onor. Bonnici, huwa leġittimu li tħares saff saff biex tgħid li, per eżempju, l-housing tela' 9.8% u li l-oġġetti għall-iskejjel u għar-rikreazzjoni telgħu 4.8%.", "Huwa mportanti li tagħmilhom dawn l-affarijiet għax il-basket kellkom tirranġawh u għadkom ma rranġajtuhx, imma apparti minn hekk trid issir ukoll kritika teknika tal-mod kif tinġabar l-istatistika ta' l-għoli tal-ħajja għax qed tinġabar b'mod li m'huwiex serju biżżejjed u ta' min jafda fih.", "Ħalli nsemmi uħud mid-difetti li hemm fil-mod kif tinġabar il-lista tal- prezzijiet.", "Per eżempju, il-prezz tal-biċċa l-kbira ta' l-oġġetti li jidħlu fil-basket li fuqu jiġi kkalkolat l-indiċi tal-prezzijiet qed jinġabar billi s-surveyors jistaqsu l-prezz ta' l-oġġetti u mhux imorru jixtru huma.", "Dak diġa' huwa difett tekniku ċar.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn il-ħaxix, il-frott u l-ħut, il-prezzijiet jinġabru tliet darbiet fix- xahar imma l-prezzijiet ta' prodotti oħra jinġabru biss darbtejn fis-sena.", "Din is-sena x'ġara?", "Din is-sena bdew jilagħbu bl-għoli tal-ħajja billi l- prezzijiet tal-ħut, tal-ħaxix u tal-frott ivarjaw għax huma staġjonali u bihom ikunu jistgħu jimmanipulaw il-prezzijiet l-oħrajn li jkunu deħlin b'aktar livelli bil-mod.", "U din hija ċara, hija teknika li qiegħda tintuża biex juru li l-prezzijiet ma telgħux daqskemm suppost jitilgħu.", "Imma hemm aktar, Sur President, per eżempju, il-mod kif iduru l-ħwienet.", "Hemm ċerti prodotti li għalihom jduru ħafna ħwienet.", "GĦall-ħut u l-ħaxix iduru xi ħamsin ħanut, imma meta mbagħad jiġu għall-prezzijiet ta' prodotti oħra bilkemm iduru 17-il ħanut, u anke din ma tagħmilx sens.", "Il- mod kif qiegħda tinġabar l-istatistika tal-prezzijiet, Sur President, jindika ċar li l-poplu għandu raġun ma jemminx li ż-żieda fl-għoli tal- ħajja fl-aħħar sena kienet biss ta' 3.77% u aktar u aktar iż-żieda ta' ¥2 li ngħatat fil-pagi bl-ebda mod ma tirrifletti ż-żieda li kien hemm fil- prezzijiet li qed jiffaċċjaw il-familji.", "Żieda ta' ¥2 fil-ġimgħa m'hijiex biżżejjed u ma titqiesx li hija biżżejjed biex il-familji jlaħħqu ma' dak li għandhom bħala għoli tal-ħajja fil-ħajja kurrenti tagħhom.", "Fil-fatt, x'qed jiġri, Sur President?", "Qed jiġri li bħala mod kurrenti ħafna familji qed jikkonkludu li paga waħda mhijiex biżżejjed biex tgħix u biex tlaħħaq ma' l-għoli tal-ħajja.", "U meta l-poplu jgħid li paga mhijiex biżżejjed mhux veru li qed jgħid hekk bħala kapriċċ imma qed jgħid hekk b'realta'.", "Il- Gvern innifsu impona aktar u aktar fuq l-għoli tal-ħajja f'dawn l-aħħajr sentejn biż-żieda li għamel fil-prezzijiet ta' l-ilma, tat-telefon u tad- dawl.", "Fattur ieħor importanti wkoll li kkontribwixxa għall-għoli tal-ħajja kienet l-għajta tal-Prim Ministru madwar sena u nofs ilu \"Ħa jogħlew il- prezzijiet!\"", "Il-fatt li l-għoli tal-ħajja baqa' jattakka lill-familja Maltija f'dawn l- aħħar snin mhux l-Oppożizzjoni Laburista qiegħda tgħidu u mhux aħna li qegħdin nikkostatawh imma qed jikkostatah l-istess Gvern mis-surveys li hu stess jorganizza.", "Dan l-aħħar b'ħafna fanfara l-Ministru Louis Galea ħareġ survey tal-familji li organizzahulu l-Professur Carmel Tabone.", "Dan is-survey semmewh \"Maltese families in transition\".", "Dan is-survey l- Ministru Galea għoġbu jieħu biċċa żgħira minnu li mingħalih li kienet favur tiegħu, imma jekk taqrah imbagħad għan-naħa soċjali tiegħu biex tipprova tanalizza x'qegħdin jgħidu l-familji Maltin - mhux aktar l-Oppożizzjoni Laburista, mhux aktar l-istejjer tas-soltu ta' \"KullĦadd\" u ta' Super 1 Radio - meta jiġu ffaċċjati minn questionnaire organizzat mill-Ministru Louis Galea ssib li 48% tal-familji qalu li kienu sodisfatti biss moderatament jew ftit bil-livell ta' l-għajxien tal-familja tagħom.", "Mela għandek kważi n-nofs li huma sodisfatti moderatament jew ftit.", "Imbagħad - din għalija hija l-aktar waħda li ssammar, il-politika soċjali fallutta u li mhijiex qiegħda tirnexxi ta' dan il-Gvern - 45.3% tal-familji - mill- ġdid kważi n-nofs - qalu li paga waħda mhijiex biżżejjed biex biha tgħix familja.", "Aktar minn hekk imbagħad - din l-aħħar statistika twerreċ - 8.1% tal-familji qalu li jkollhom jibagħtu lit-tfal tagħhom jaħdmu biex jgħinu lill-familja.", "Din hija xi ħaġa li forsi tinħass żgħira, imma kif jista' jkun li l-Ministru Galea joħroġ b'survey bħal dan u jgħid: \"Ara kemm qegħdin tajjeb f'dan il-pajjiż!\" meta 8.1% mill-familji qegħdin ikollhom jibagħtu lit-tfal jaħdmu biex ilaħħqu mal-ħajja?", "Jgħidu x'jgħidu min-naħa l-oħra, dawn huma figuri li bilfors li jqanqlu diżgwid u problemi.", "Tajjeb li ngħid ukoll, Sur President, li s-survey tal-Professur Tabone li ġie kummissjonat mill-Ministeru ta' l-Iżvilupp Soċjali ma sarx illum imma sentejn ilu.", "Jiġifieri wieħed jista' jistaqsi: Aħseb u ara llum x'ġara!", "Jiena ngħid li żgur li minn dak iż-żmien 'l hawn ħafna familji marru agħar minn dak li kienu f'dak iż-żmien, u anke din ta' min isammarha, Sur President.", "Minn dak kollu li ntqal f'din l-aħħar ġimgħa, minn dak kollu li qal il-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tiegħu u minn dak kollu li qal il-Prim Ministru fid-diskorsi tiegħu, joħroġ ċar li l-Gvern ma għandu l- ebda proposta ta' politika ċara ħalli jrażżan l-għoli tal-ħajja.", "Din ma smajna xejn dwarha f'din l-aħħar ġimgħa, assolutament xejn.", "Fil-fatt il- Gvern imissu beda minn hawn u missu beda bil-miżuri li bihom jista' jrażżan l-għoli tal-ħajja.", "Fuq din ma smajna xejn u tant il-Gvern ma attakkahiex il-problema ta' l-għoli tal-ħajja - u tant ma jidhirx li huwa nteressat li jattakkaha li kellu żewġ liġijiet li hu stess ressaq quddiem din il-Kamra - il-liġi li għandha x'taqsam mal-ħarsien tal-konsumatur u l-liġi li għandha x'taqsam mal-promozzjoni tal-kompetizzjoni ġusta - li għallinqas kellhom ikunu l-miżuri li bihom jagħmel breake fl-għoli tal-ħajja u kellu jimplimentahom għaliex hu stess daħħalhom.", "Imma smajna xi ħaġa fuqhom, rajna xi ħaġa fuqhom?", "Ma kien hemm xejn, Sur President, meta mbagħad min- naħa l-oħra jiddandnu u jgħidu \"Aħna dawn qegħdin nagħmluhom biex inkunu bħall-Ewropej?\"", "Imma skużi mhux tneħħi kull ħaġa li kien hemm qabel li tipproteġi lill-poplu u dawk li suppost daħħalt bħala protezzjoni ġdida tħallihom fil-ġenb u tħalli l-mewġa ta' l-għoli tal-ħajja għaddejja u tibqa' tħares.", "Din x'politika hi!", "Jiena nidħak meta nismagħhom jgħidu li dan huwa budget soċjali.", "Fejn huwa l-budget soċjali f'din l-istorja meta l- pern ta' politika soċjali f'pajjiżna trid titlaq mill-ħtieġa li żżomm il- prezzijiet stabbli fil-ħarsien ta' l-interess ta' dawk li l-inqas jifilħu f'pajjiżna.", "Minn dan kollu ma sar xejn, Sur President.", "Tajjeb ukoll li ngħidu kif min-naħa tal-Gvern waqt li ħoloq il- kondizzjonijiet bħall-VAT li wasslu għaż-żieda fil-prezzijiet, żmantella u baqa' jiżmantella dak li qabel kien jipproteġi lill-konsumaturi mill-għoli tal-prezzijiet.", "Tajjeb li ngħidu wkoll x'jagħmel Gvern Laburista wara l- elezzjoni li ġejja f'dan il-qasam.", "Beħsiebni li f'dan li ngħid kull fejn ikolli ċ-ċans ngħid ukoll x'se nagħmlu aħna bħala gvern wara l-elezzjoni li ġejja Sur President.", "L-ewwelnett, Gvern Laburista jagħti importanza ewlenija lill-ħtieġa li nrażżnu l-għoli tal-ħajja u l-għan se jkun dak li nżommu l-prezzijiet stabbli.", "Se nagħmlu hekk l-ewwelnett billi l-mod kif inkejlu uffiċjalment l-għoli tal-ħajja ma jibqax aktar jiddependi minn ministru jew segretarju parlamentari li jista' joqgħod ibażwar kif irid imma jkun jiddependi minn istitut indipendenti fformat minn esperti ndipendenti li jkollhom mano libera u li jkolhom il-ħelsien sħiħ li jkelju l-għoli tal-ħajja kif jaħsbu u li jkun l-aħjar għall-pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear) B'hekk allura jkollna miżura li tista' tkun oġġettiva u ħielsa mill-kalkoli partiġġjani tal-politika partiġġjana.", "It-tieni nett, Sur President, aħna rridu - jidħku bina fuq din il-ħaġa imma aħna nibqgħu nsostnuha u se tkun pern tal-politika tagħna - li paga minima nazzjonali bil-benefiċċji soċjali li joħorġu minnha tkun biżżejjed biex familja tgħix ħajja xierqa.", "Jien naf x'inhuma t-tip ta' argumenti stupidi li joħorġu minn ċerti kittieba tas-Sunday Times - ma rridx noqgħod insemmihom hawnhekk - li qegħdin b'xi mod jew ieħor nipprovaw inżommu n- nisa d-dar.", "Imma kemm hu imbeċilli min qed jgħid hekk.", "Dażgur li mhux qegħdin ngħidu hekk!", "Dażgur li naqblu li n-nisa li hemm id-dar għandu jkollhom kull opportunita' biex joħorġu jaħdmu jekk iridu!", "Imma ma rridux li bilfors ikunu obbligati li joħorġu jaħdmu għax kif jidher ċar mis-survey ta' Tabone qed ikollhom bilfors joħorġu jaħdmu.", "Allura aħna noħolqu l- opportunitajiet kollha biex in-nisa kollha li jixtiequ li jkollhom impjieg isibu l-impjieg, imma ma nġegħluhomx bilfors joħorġu jaħdmu.", "Dik hija l- politika tal-Partit Laburista.", "Hija politika tal-partiti demokratiċi soċjalisti kollha Ewropej u għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Fenech Adami hija wkoll il-politika li jappoġġaw il-papiet.", "Ħaġa oħra hija li aħna se nagħtu importanza u priorita' lill-politika tat-trażżin tal-prezzijiet.", "Din se nagħmluha bil-miżuri li se ndaħħlu biex jipproteġu l-konsumatur u biex jiżguraw li jkun hawn kompetizzjoni serja fil-pajjiż.", "Dawk iż-żewġ miżuri se ndaħħluhom u se nħaddmuhom bis-serjeta' u mhux norqdu jew noqogħdu bil-qegħda fuqhom.", "Wara li inkun għidt dan kollu m'hemmx dubju li d-diskussjoni kollha trid tersaq lejn il-VAT.", "M'hemmx dubju li l-introduzzjoni tal-VAT - u nerġa' ngħidha - tat spinta 'l quddiem lill-għoli tal-ħajja.", "Jiena nistaqsi lil kull min niltaqa' miegħu: Kemm ilha li daħlet il-VAT irrankat jew ma rrankatx l-għoli tal-ħajja?", "Żdiedu l-prezzijiet jew ma żdiedux iktar milli kienu jiżdiedu qabel?", "U kulħadd b'mod unanimu - Nazzjonalisti u Laburisti, nisa u rġiel, anzjani u żgħazagħ - jirrispondi li kemm ilha li daħlet il- VAT il-prezzijiet żdiedu b'aktar qawwa milli kienu jiżdiedu qabel.", "Allura ma nistgħux niddubitawha din.", "Iva, il-VAT tat spinta 'l quddiem lill-għoli tal-ħajja.", "U għaliex daħħalha l-VAT il-Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami?", "Daħħalha biex inkunu sbieħ?", "Le, hemm raġuni waħda.", "Ir-raġuni hija li ried jingħoġob ma' l-Unjoni Ewropea.", "Kien żgur u qaluhielu kemm-il darba li jekk ma jdaħħalx fost affarijiet oħra l-VAT ma kenux se jieħdu bis-serjeta' l-applikazzjoni għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, biżżejjed wieħed jaqra l-ittra tat-23 ta' Marzu, 1994 li l-Onor.", "Guido de Marco bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin bagħat lill-Kummissarju Ewropew fi Brussels, Leon Brittan, fejn kien qallu x'inhuma l-affarijiet li se jinbidlu f'dan il-pajjiż.", "L-Onor. de Marco għamilha ċara li biex jolqot u jilqa' għat-talba ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-istruttura ta' taxxi f'Malta - din qiegħda f'paġna 6 ta' l-ittra li l-Onor.", "Guido de Marco bagħat lil Leon Brittan - se jaqbad u jdaħħal l-VAT b'15%.", "Ma jista' jkun hemm l-ebda dubju li r-raġuni fundamentali għaliex daħlet il-VAT hija biex il-Gvern Nazzjonalista juri li qed isegwi d-diktat, il-kmand u l-esiġenza li għamlu fuqu l-Ewropej minn Brussels.", "Allura għandhom raġun il-Maltin jistaqsu - u jiena nistaqsi magħhom - fejn wasal il-Gvern u x'ħa l-Gvern talli daħħal il-VAT biex żied dan il-piż ta' taxxa fuq il-poplu Malti.", "Sur President, m'hemmx dubju li l-verita' għadha kif kienet dejjem f'dawn l-aħħar ħames snin sitta.", "Niftakar lill-Onor.", "Fenech Adami jitla' Brussels fis-sajf ta' l-1991 u 12-il siegħa qabel ma l-Prim Ministru ltaqa' ma' Delors, jiena kont qed niltaqa' ma' wieħed mill-konsulenti qrib ħafna ta' Delors u dak li qal lili l-konsulent ta' Delors m'għandix dubju li Delors kien qalu wkoll lil l-Onor.", "Fenech Adami.", "Dak inhar qaluha ċara u tonda u l-verita' baqgħet l-istess għax baqgħet li qabel ma jinbidlu ċerti affarijiet fil-mod kif titmexxa l-Unjoni Ewropea biex pajjjiżi żgħar ħafna jilagħbu l-parti tan-nani żgħar ħafna m'humiex se jikkonsidraw bis-serjeta' lil Malta.", "Dawk ir-regoli għadhom ma biddluhomx u qed jgħidulna li wara li jibdluhom - u allura jkollhom regoli li jgħidu kif pajjiżna nanu żgħir se jġib ruħu ta' nanu żgħir magħhom - ikunu lesti li jikkonsidraw lill- pajjiżna.", "Allura fil-frattemp daru fuq l-Onor.", "Fenech Adami u qalulu li jrid jibdel dawn l-affarijiet.", "Għalija dik mill-bidunett kienet skuża.", "Qalulu biex jibdel dawn l-affarijiet fl-ekonomija ta' Malta biex jagħtu ċans iż-żmien jgħaddi u mbagħad ibiddlu r-regoli tagħhom jekk ikun hemm bżonn.", "L-Onor.", "Fenech Adami u sħabu belgħu l-lixka.", "Bdew ibiddlu left, right and centre u daħħlu l-piżijiet ta' sħubija sħiħa mingħajr ma kellhom il-benefiċċji ta' sħubija sħiħa u xorta għadhom isaffru.", "Qabel ma jinbidlu r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea biex pajjiż żgħir ħafna jingħata trattament ta' pajjiż żgħir ħafna m'għandhom l-ebda ċans li jeħduhom bis-serjeta'.", "Din hija r-realta'.", "Allura l-poplu Malti bir-raġun jistaqsi: X'ħadna talli tgħabbejna bil-piż tal-VAT f'din l-aħħar sena u li se nkomplu nitgħabbew bih?", "U jiena ngħidilhom ħadna rigal sabiħ bħal dan!", "Daqs dak kliem sabiħ li jgħidulna xahar wara l-ieħor u sena wara l-oħra l-Ewropej bravi li jiġu hawnhekk!", "L-Onor.", "Guido de Marco dejjem jiltaqa' magħhom, itaptulu fuq daru u jieħu gost fuq il-power boats magħhom!", "U mbagħad nibqgħu fejn aħna.", "Mela ħalli naraw x'ġara f'din l-aħħar sena, b'sample ta' x'ħadna bħala poplu Malti tal-VAT li daħħalna.", "F'Jannar li għadda kellna hawnhekk lill- Ministru Ingliż tal-Kummerċ, Mr Needham, li ġie Malta biex jikkonvinċina nixtru iktar mill-Ingilterra u qalilna hekk:", "\"M'hemm l-ebda dubju li l-Ingilterra trid lil Malta fl-Unjoni Ewropea u li l-Ingilterra se tappoġġa d-dħul tagħkom.\"", "Bdew iċapċpulu, ħadu l-brindisi flimkien u telaq.", "Imbagħad fi Frar kellna lill-President ta' l-Ungerija, Arpad Goncz u qalilna hekk:", "\"Huwa importanti għall-Ungerija li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk inkunu flimkien dan jiġi jfisser vot addizzjonali għal Malta.\"", "Hawnhekk il-poplu Malti għandu sodisfazzjoni li bil-VAT li daħħal il-Gvern se jkun qed jgħin lill-Ungerija.", "Imbagħad kellna żjara u stqarrija mill-Kummissarju Daniż fil-Kummissjoni Ewropea, Henning Christophersen - responsabbli mill-ekonomija fil- Kummissjoni Ewropea - li qalilna hekk:", "\"It-taħdidiet dwar sħubija jibdew bis-serjeta wara li tkun intemmet il- konferenza bejn il-gvernijiet ta' l-Unjoni Ewropea li tibda fl-1996.", "Dan iqajjem iċ-ċans li r-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja, Malta u s-Slovenja jingħaqdu fl'Unjoni Ewropea fi żmien tmien snin.\"", "Jiġifieri fis-sena 2003 u l-VAT daħħalniha din is-sena!", "Imbagħad f'Marzu kellna s-Sindku ta' Palermo Leoluca Orlando - naħseb li lil dan jafu l-Onor.", "Richard Muscat; u tajjeb li nikkwotawha wkoll din - li qal hekk:", "\"L-Unjoni Ewropea għandha bżonn is-sħubija ta' Malta aktar milli Malta nnifisha teħtieġha.\"", "Ara naqra x'diskors u x'duħħan ħadna u qed ibellgħulna talli tgħabbejna bil- VAT!", "F'Marzu kellna lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-iSvezja, Lena Hjelm-Wallen.", "Issa din ġiet hawn Malta biex tagħmel pressjoni fuq il- Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami ħalli jagħti l-kuntratt ta' l-Isptar San Raffaele lill-kumpannija Svediża Skanska, imma la kienet hawn qalulha biex tgħid xi ħaġa fuq l-Unjoni Ewropea.", "U din qaltilna hekk: \"Iddiskutejna dażgur is-sitwazjoni li Malta ssir membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea u jiena nagħti merħba lill-ħaġa bħal din.\"", "- fis-sena 2003 naħseb!", "In the meantime ħadet il-kuntratt ta' San Raffaele.", "Prosit.", "F'Ottubru imbagħad kellna ż-żjara tas-Segretarju ta' l-Istat Spjanjol Carlos Westendorp li qalilna:", "\"Qed nieħdu l-passi kollha meħtieġa biex nirranġaw għad-dħul ta' Malta malajr kemm jista' jkun.", "Aktar ma naħdmu, aktar dak id-dħul isir malajr.\".", "U naħseb li l-poplu Malti se jistaqsi: Imma, min qed jaħdem daqshekk, aħna bil-VAT li qed ikollna nħallsu?", "Jekk tagħmel il-balance sheet ta' dak li ġara tara li on board tgħabbejna bil-piżijiet kollha ta' sħubija sħiħa, iżda bħala benefiċċji jew bħala ċans li se jkun hemm xi progress assolutament ma ħadna xejn.", "Minflok, tgħabbejna b'dawn il-ħafna diskorsi u b'ħafna kliem sabiħ li realta' m'għandhom xejn.", "Skużani, skużani, Sur President, imma fil-fatt hemm realta' waħda li ħadna - il-plakki tal- karozzi f'Malta!", "Naħseb dik hija waħda mill-vantaġġi.", "Issa l-plates huma blu u għamilna fuqhom l-istilel ta' l-Ewropa.", "GĦall-anqas ħadna dawk!", "Ta' min jgħid li dan l-aħħar jien kont l-Italja u Spanja, żewġ pajjiżi li huma fl-Unjoni Ewropea, u dawn ma sabux il-ħtieġa li fuq il-plakki tal-karozzi tagħhom jagħmlu l-istilel ta' l-Ewropa.", "Hawnhekk aħna rridu nkunu aktar Ewropej mill-Ewropej meta għadna nistennew fuq l-għatba.", "Fl-aħħar tad- diskors tiegħi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti tal- gazzetti li rrapportaw dawn l-affarijiet sbieħ li qalulna l-Ewropej bħala ringrazzjament talli aħna tgħabbejna bil-VAT.", "M'hemmx dubju li l-VAT gidmet lill-poplu bil-kbir.", "L-Onor.", "De Marco jiżra' dawn id-dikjarazzjoni sbieħ u l-poplu jaħsad il-VAT.", "Dan l-aħħar żmien hekk kienet l-istorja.", "Tajjeb ukoll naraw ftit kif din il-ħaġa laqtet lill-poplu.", "Is-sena li għaddiet il-Ministru tal-Finanzi kien ħareġ rapport jismu \"Social Effect of VAT Implementation\" fejn b'ħafna prosopopoeia u numri li jiddelitta bihom l-Onor.", "Josef Bonnici kellna preżentazzjoni tassew professjonali - imma tal-kotba - fejn ingħad li l-VAT m'hijiex se tolqot l- għoli tal-ħajja, anzi li l-VAT kienet se tkun revenue neutral, jiġifieri li mhux se ddaħħal aktar flus fil-kaxxa tal-Gvern.", "Din hi ħaġa li rriżultat kompletament falza għax skond l-istatistika uffiċjali qed jgħidulna li daħħlu aktar milli kienu jdaħħlu mingħajr il-VAT.", "Imbagħad għar-rigward ta' l-għoli tal-ħajja f'dan id-dokument \"Social Effect of VAT Implementation\" kien intqal li se jkun hemm roħs ta' 1.1% għal dawk li għandhom qligħ bejn Lm50 u Lm70 fil-ġimgħa, roħs ta' 0.8% għal min għandu bejn Lm70 u Lm90 fil-ġimgħa u se jkun hemm żieda żgħira ta' 1.5% tad-dħul nett ta' min jaqla' bejn Lm110 u Lm150 fil-ġimgħa.", "Ċertament il-fatti wrew li dan kollu ma kien xejn ħlief fantasija, kif ma kien xejn ħlief fantasija l-argumenti li bil-VAT il-Gvern ma kienx se jdaħħal aktar flus milli kien idaħħal mingħajr il-VAT.", "Ħalli nagħti ftit eżempji dwar dan.", "Is-sena li għaddiet il-Gvern kien qal li l-VAT se tikkompensa biss għal telf fid-dazji ta' Lm45 miljun.", "Issa din is-sena qed jgħidulna li fil-fatt il-Gvern daħħal Lm80 miljun jew Lm17.7 miljun aktar milli kien stmat għal din is-sena, jiġifieri Lm60 miljun.", "Issa hemm min fost il-Gvern li qed jgħid li din iż-żieda ġiet għax il-Gvern irnexxielu jintaxxa attivita' li qabel kienet qed taħrab mit- taxxa.", "Assolutament mhux il-każ.", "Iż-żieda mhux għalhekk ġiet, Sur President.", "Iż-żieda ġiet għax bil-VAT il-Gvern qed jintaxxa affarijiet li qabel ma kienx jintaxxa, qed jintaxxa servizzi u oġġetti li qabel ma kenux qed jiġu ntaxxati.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Per eżempju, trab tal-ħasil maħdum Malta qed jintlaqat mill-VAT meta qabel ma kienx, kif ukoll trab tat- tibjid li jsir Malta u affarijiet oħra li jsiru Malta.", "Kull ħaġa li kienet issir Malta intlaqtet u ngħatat daqqa' ta' sieq fis-solar plexus.", "M'hemmx dubju minn dan, Sur President.", "Aktar minn hekk, bir-rispett kollu, l-Gvern għadu ma ġab l-ebda prova li minħabba l-VAT naqset l-evażjoni tat-taxxa.", "Fil-fatt il-poplu jaf u jaqbel li l-evażjoni trid tiġi kkontrollata u mħaddma permezz ta' viġilanza serja min-naħa tal-Gvern u jekk ma jkunx hemm din il-viġilanza serja huwa inutli li tagħmel struttura ta' taxxa għax ma tasalx.", "Li qed jistaqsu n-nies u qed nistaqsu aħna magħhom hu: Il-viġilanza serja fit-tħaddim tal-liġijiet li jikkontrollaw l-evażjoni kif qegħda ssir?", "M'hijiex qegħda ssir, Sur President.", "Effettivament il-Gvern daħħal il-VAT għax ħaseb li b'hekk jista' jaqbad aktar servizzi u aktar oġġetti biex jintaxxahom u mbagħad jikkompensa bihom għall-evażjoni tat-taxxa.", "Per eżempju, ejja nħarsu lejn il-figura li semmew ta' 5,000 ruħ li żdiedu mal-gainfully employed u ejja nassumu li dawn veru kollha issa ġew gainfully employed u li marru jirreġistraw l-impjieg tagħhom minħabba l-VAT u li kieku ma kienx hemm il- VAT ma kenux jagħmlu hekk.", "Ejja nassumu hekk.", "Imma qed nirrealizzaw x'qed ngħidu, Sur President?", "Qed ngħidu li biex naqbdu lil dawn il-5,000 ruħ - u għalhekk għamilna t-taxxa tal-VAT - qegħdin inwaddbu l-piż tal-VAT fuq 140,000 ruħ li jaħdmu u li huma reġistrati u fuq 70,000 familja ta' pensjonanti u qed ngħidulhom: Isma', ġorru l-piż tal-VAT biex inkunu nistgħu naqbdu lil dawn il-5,000.", "Tagħmel sens din il-ħaġa?", "GĦalija ma tagħmilx sens.", "Ma tagħmilx sens li tippenalizza daqs 180,000 familja biex taqbad il-familji ta' 5,000 oħra, meta b'viġilanza serja fil-mod ta' kif isiru l-affarijiet kwalunkwe evażjoni ta' dan it-tip setgħet tiġi kkontrollata.", "Il-punt mhux dak, Sur President.", "In-nies jgħidu u bir-raġun li l-aqwa evażjoni għadha għaddejja.", "U naħseb li żdiedet u żdiedet bil- kbir, Sur President.", "Allura għalhekk l-inġustizzja soċjali toħroġ aktar u aktar għax imbagħad l-għoli tal-ħajja miżjud mal-piż ta' taxxi ġodda wasslet biex beda jiżdied u jirranka l-għoli tal-ħajja mhux biss għall- familji imma anke għan-negozjanti.", "Ma kenux biss il-familji, in-nies tax-xogħol u l-pensjonanti li gergru kontra l-VAT imma kienu anke, per eżempju, l-għaqdiet tan-negozju li uħud minnhom - anzi kważi kollha - kienu esprimew ruħhom favur it-taxxa tal- VAT.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Qabel il-budget kellna l-Malta Incoming Tourism Association, il-MITA, li qalet li hemm każ qawwi biex il-Gvern jeżenta l- VAT minn fuq akkomodazzjoni f'lukandi u servizzi oħra li jinxtraw minn barra.", "Qed tgħidlu: Naqqas il-VAT għax ma nistgħux inġorruha aktar.", "Fit- 23 ta' Ottubru l-Federazzjoni ta' l-Industriji wissiet li d-dewmien biex il- kumpanniji jieħdu refunds tal-VAT fuq l-istocks tagħhom kien qed joħloq problemi kbar.", "Fit-8 ta' Ottubru s-Sezzjoni tat-Turiżmu tal-Kamra tal- Kummerċ - issa l-Kamra tal-Kummerċ mill-bidu sa l-aħħar baqgħet tappoġġja d- dħul tat-taxxa tal-VAT - qalet li kien hemm ħtieġa li titnaqqas ir-rata tal- VAT għas-sena d-dieħla fuq it-turiżmu u li din kellha titneħħa bħala VAT fix-xhur tax-xitwa inkella vaganza f'Malta kienet se tiġi għolja wisq.", "Fl- 10 ta' Ottubru l-GRTU talbet li operaturi żgħar ħafna jkunu eżentati mill- VAT għax ma setgħux jibqgħu jlaħħqu mat-tħaddim tagħha u talbet ukoll li l- VAT titneħħa fuq akkomodazzjoni turistika.", "Kellna mbagħad is-CMTU li talbet kumpens sħiħ għall-ħaddiema membri tagħha kontra l-effetti ta' l- inflazzjoni kkawżati mill-VAT.", "L-Assoċjazzjoni ta' Bejjiegħa ta' l- Antikitajiet - din interessanti - f'Ottubru talbet li l-VAT tiġi ċċarġjata mhux fuq il-prezz sħiħ ta' l-oġġett imma fuq il-profitt li jagħmel il- bejjiegħ finali li jservi bħala middleman għal dawn l-affarijiet.", "Il- Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd talbet li x-xiri ta' dgħajjes minn sajjieda fulltime jiġi eżentat mill-VAT, kif ukoll ix-xiri ta' diesel għal sajjieda li joħorġu fl-ibħra ta' barra minn Malta biex jistadu.", "Sur President, dawn it-talbiet qed nikkwotahom għax huma ffokati fuq it- tnaqqis speċifiku tal-VAT u kollha juru li parti sostanzjali mill-għoli tal- ħajja u mill-għoli fil-prezzijiet ġew ikkawżati mill-VAT.", "L-ebda waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet li semmejt m'għandha xi rabta ma' l- Oppożizzjoni Laburista.", "Issa mbagħad is-sabiħa mhix dik.", "In-naħa Nazzjonalista għamlet żmien tgħajjar lill-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni li hu xellugi estrem, li hu Marxist u li qed iqajjem il-lotta tal- klassijiet għax jitkellem fuq il-piżijiet kbar li kienu qed iġorru dawk li jifilħu l-anqas minħabba l-VAT.", "GĦamlu żmien jattakkawna li qed inkunu estremisti, Marxisti u komunisti, imma issa anke huma minkejja l-kliem kollu tagħhom bdew jirrealizzaw x'inhu jiġri.", "Hawn nistgħu naraw li parti mill-public relations gimmicks - dik hija l-kelma - ta' dan il-budget ġew immuntati speċifikament biex juru li fehmu s-serjeta' ta' l-ilmenti li qed iqumu fil-pajjiż dwar l-għoli tal-ħajja u li qed jipprovaw jaraw kif se jilqgħu b'xi mod jew ieħor għal dawn l-ilmenti.", "Meta ngħidu hekk huwa tajjeb li nifhmu s-sens veru tal-miżuri li l-budget qiegħed jipproponi u jien ngħid bl-aktar mod ċar li l-istrateġija wara dan il-budget hija maħsuba li tbiddel bil-kbir il-piż bejn it-taxxi diretti u t-taxxi indiretti.", "Kienu jidħku bina meta konna ngħidu li hija l-istrateġija tal- Gvern li jnaqqas it-taxxi diretti a skapitu tat-taxxi indiretti bħala piż u bħala proporzjon imma fil-verita' hekk qed jiġri.", "Issa mill-ġdid it-taxxi diretti x'inhuma?", "It-taxxi diretti huma dawk it-taxxi li tħallas skond kemm tiflaħ tħallas għax huma direttament fuqek bħala dħul li għandek, filwaqt li t-taxxi indiretti huma t-taxxi fuq il-konsum fejn tħallas skond kemm tikkonsma.", "Familja tkun sinjura jew tkun fqira għandha ċertu ammont bażiku ta' konsum li trid tagħmlu u tkun fqir jew tkun sinjur it-taxxa ndiretta se tolqtok bl-istess mod.", "Issa l-poplu Malti x'jemmen fuq din il- ħaġa?", "Il-poplu Malti jemmen li jrid ikun hemm bilanċ xieraq bejn it-taxxi diretti u t-taxxi indiretti fejn la jrid ikollok taxxi diretti li jgħaffġuk taħthom u lanqas irid ikollok taxxi indiretti qawwija żżejjed li jispiċċaw imbagħad mira jew oġġettiv ta' inġustizzja soċjali.", "Sur President huwa tajjeb li ngħid x'ġara f'dan l-aħħar żmien.", "Fil-bidu veru kien hemm il-bilanċ li ma kienx tajjeb biżżejjed u allura kien hemm wisq taxxi diretti u kien hemm ftit indiretti relattivament, imma issa l- bilanċ tal-miżien nqaleb rasu l-isfel għax l-indiretti qed jiżdiedu bil- kbir u t-taxxi diretti qed jonqsu bil-kbir bħala piż.", "Ħalli nagħti l-figuri biex nuri x'irrid ngħid.", "Jekk inħarsu lejn it- taxxa ta' l-income - taxxa diretta - u dazji tad-dwana u tas-sisa, taxxa tal-VAT, dħul minn liċenzji u multi oħra - taxxi indiretti - naraw bidla kbira fil-bilanċ bejn taxxi diretti u taxxi indiretti għall-1994, l-1995 u l-1996.", "Fl-1994 il-Gvern daħħal Lm87 miljun mill-income tax, Lm72 miljun mid-dwana u sisa u Lm45 miljun minn liċenzji eċċ. F'dik is-sena l-Gvern ma daħħal xejn mill-VAT għax fl-1994 il-VAT kienet għadha ma ġietx introdotta.", "Mentri skond il-budget għas-sena 1996, il-Gvern qed jaħseb li se jdaħħal Lm100 miljun mill-income tax, Lm35 miljun mid-dwana u mis-sisa, Lm65 miljun mil-liċenzji u Lm110 mill-VAT.", "B'dan il-mod it-taxxa indiretta - taxxa fuq il-konsum - se tkun żdiedet fuq iċ-ċittadini Maltin minn Lm117 miljun fl- 1994 għal Lm202.5 miljun għas-sena li ġejja, kważi d-doppju.", "Jiġifieri f'sentejn biss it-taxxi indiretti se jkunu żdiedu b'Lm85 miljun.", "Issa s- sehem tat-taxxi indiretti mill-piż tat-taxxi kollha huwa hekk: fl-1994 it- taxxi indiretti kienu 57.1% tal-piż tat-taxxi kollha; fl-1995 dawn telgħu għal 62.9% skond ċifri maħruġa mill-Gvern u fl-1996 il-Gvern qiegħed jistma li l-piż tat-taxxi indiretti se jlaħħaq 66.9% tal-piż tat-taxxi kollha.", "GĦaldaqstant f'temp ta' sentejn il-piż tat-taxxi indiretti mill- piż tat-taxxi kollha se jkun żdied bi kważi 10 punti.", "Din hija żieda qawwija għall-aħħar.", "Il-piż tat-taxxi indiretti li naqblu li kulħadd għandu iġorrhom l-istess, tkun fqir jew sinjur, minn 57% tela' għal kważi 67%.", "Wieħed forsi jista' jgħid li dan hu l-aspett inġust ta' l-istorja jew jgħid li dawn huma antikalji u m'għandniex noqogħdu nġibu l-affarijiet ta' l-imgħoddi.", "Wieħed jista' jistaqsi: Aħna mhux f'pajjiż modern irridu nkunu bħall-Istati Uniti u pajjiżi Ewropej?", "Tajjeb!", "Mela ejja nsegwu dan l- argument u nkunu moderni bħall-Amerikani u l-Ewropej!", "Fl-Amerika u fl- Ewropa x'inhu l-piż tat-taxxi indiretti fuq iċ-ċittadini?", "Jien iċċekjajt dwar dan u sibt li fil-budget federali tal-Gvern Amerikan il-persentaġġ tat- taxxi indiretti fuq il-piż tat-taxxi kollha huwa ta' 14.1%.", "Jekk inħarsu lejn Spajna nsibu li l-persentaġġ ta' taxxi indiretti mat-taxxi kollha huwa ta' 43.9% - anqas min-nofs.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, Spanja u d- Danimarka għandhom il-VAT.", "Jekk inħarsu lejn id-Danimarka, naraw li f'dan il-pajjiż it-taxxi indiretti bħala persentaġġ tal-piż tat-taxxi kollha huwa ta' 49.1%.", "Jekk inħarsu lejn l-Irlanda - dawn daħħlu d-divorzju; issa ħalli naraw jekk fuq din tat-taxxi indiretti humiex aħjar minna - naraw li l-persentaġġ tat-taxxi indiretti mit-taxxi kollha jilħaq 50.7%.", "Fil- Lussemburgu - hemmhekk ukoll suppost li għandna l-ħbieb! - il-persentaġġ ta' taxxi indiretti mill-piż tat-taxxi huwa ta' 41.6%.", "Issa dan huwa pajjiż żgħir daqsna u li suppost qed inħarsu lejh biex nipprovaw nagħmlu bħalu.", "Allura għaliex hemm din l-avarija kollha minn dawn il-pajjiżi kollha li semmejt, pajjiżi moderni Ewropej u Amerikani?", "Għaliex f'temp ta' sentejn biddilna l-istruttura tagħna b'mod li 67% tat-taxxi li jħallas il- poplu Malti huma taxxi indiretti.", "Sur President, għandi tabella u nixtieq inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Il-Prim Ministru qed jistaqsi fejn daħlu s-social security contributions.", "Il- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali apposta huma esklużi minn dawn il- kalkoli.", "Tajjeb li ngħid x'inhi l-politika tal-Partit Laburista fuq dawn l- affarijiet ħalli nkunu ċari.", "X'inhi l-politika tal-Partit Laburista f'dan il-qasam?", "L-ewwelnett malli l-Partit Laburista jkun fil-gvern se jneħħi t- taxxa tal-VAT.", "(Onor. Membri: Hear, hear) M'hemm l-ebda ekwivoku fuq dan.", "Minflok il-VAT se nerġgħu ndaħħlu struttura ta' dazji u taxxi ekwivalenti, jiġifieri li jixtiebħu, għal dik li kien hemm qabel l-1 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Qed ngħid dan biex inkunu ċari.", "Veru, Sur Prim Ministru, li meta nagħmlu hekk se jkun hemm tnaqqis fil-piż tat-taxxi.", "(Interruzzjonijiet) Għax huwa veru li mid-dazji u taxxi ekwivalenti ddaħħal inqas milli int qed iddaħħal fuq il-VAT.", "U aħna se jkollna inqas dħul mid-dazji u mit-taxxi.", "Wara kollox, m'hux dak li rridu?", "M'hux dak l-oġġettiv tagħna, li nnaqqsu l- piż tat-taxxi minn fuq il-poplu?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Se nnaqqsulu l-piż tat-taxxi lill-poplu!", "(Interruzzjonijiet) Imma hemm mod u mod, Sur President.", "It-tnaqqis li jirriżulta jekk indaħħlu d-dazji minflok il-VAT, bir-rati attwali li se jkun hemm għas-sentejn li ġejjin, huwa spazju li se nimlewh b'żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett żgur li min-naħa ta' gvern Laburista se jkun hemm kontrolli fuq il-ħela u l-korruzzjoni li għaddejjin fit-tmexxija ta' dan il-pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Taħt gvern Laburista m'hu se jkun hemm ebda ministru u ebda segretarju parlamentari li jmur Ġinevra għal 12-il ġurnata b'delegazzjoni ta' 17-il ruħ u jonfoq Lm78,000.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din qed nagħmluha ċara.", "U m'hu se jkun hemm ebda ajruplan ta' l-Air Malta li jitlaq vojt minn Malta għal Dubai biex iwassal persuna waħedha għal post ieħor.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mhux se jiġru dawn l-affarijiet.", "Dawn huma affarijiet li se jiġu kontrollati.", "Il-ħela li għaddejja se tiġi kontrollata u hemm ħafna modi kif tiġi kontrollata.", "Għax l-infiq li għaddej bħalissa huwa tal-mistħija.", "Kulħadd qisu qed jonfoq mill-flus tiegħu meta dawn huma flus il-poplu.", "Il- ħela li għaddejja ....", "U se nsemmihom.", "Nibda bl-MSU.", "Taf, Sur Prim Ministru, li lanqas biss jeżisti inventarju serju wara dawk il-miljuni kollha li nfaqt fuq impjanti permezz ta' l-MSU?", "U l-kannibalizzazzjoni u s- serq li għaddejjin huma xi ħaġa ta' l-għaġeb.", "Dawn huma kollha flus il- poplu.", "Imbagħad hemm xi ħaġa oħra.", "Xi jfisser meta Gvern inaqqas il-piż tat- taxxi?", "Ifisser li jkun qed joffri spazju ġdid għall-konsum tal-poplu u dak l-ispazju jirrendi ruħu f'attivita' ekonomika aktar qawwija li tiġġenera hija wkoll taxxi bbażati fuq iż-żieda fl-ekonomija minħabba f'hekk.", "Issa, Sur President, hemm ħaġa oħra importanti għaliex għandna nneħħu l- VAT li qed toħroġ ċara min dak li għaddej.", "Il-VAT x'inhi wara kollox, speċjalment fiċ-ċirkostanzi ta' Malta?", "Hija mod kif il-Gvern ikollu sors awtomatiku ta' flus deħlin, gelgul ta' flus deħlin.", "Din imbagħad tfisser nuqqas ta' dixxiplina fil-mod kif jitmexxew l-affarijiet għaliex deħlin il- flus, deħlin it-taxxi, imbagħad żgur money no problem u allura berbaq!", "Allura aħna qed ngħidu li t-tneħħija tal-VAT fiċ-ċirkostanzi ta' Malta żgur tfisser ukoll dixxiplina aħjar fuq il-gvern u fuq it-tmexxija fiskali tiegħu għaliex tfisser li minflok ikollu sors awtomatiku, jagħfas buttuna u l-flus deħlin u allura onfoq, il-gvern ikun jaf li jrid imexxi b'aktar serjeta'.", "Aktar minn hekk, waħda mill-affarijiet li toħroġ ċara u tonda f'dan il-pajjiż hija li ma tistax tmexxi taxxa inġusta bħall-VAT għaliex l- inġustizzja stess tagħha mbagħad ixxaqqaq il-consensus nazzjonali.", "U m'hemmx dubju - jiena kkonviċejt ruħu aktar u aktar wara li qrajt is- survey tal-Professur Tabone li kkummissjona l-Ministru Galea - li jekk immexxu taxxa li fl-għeruq stess tagħha qiegħda tattakka l-koeżjoni soċjali ta' pajjiżna, huwa ħażin, u jkun min ikun li jimponiha fuqna, ngħidulu le, l-esiġenza ngħidulha le.", "Jiena kont GĦawdex, per eżempju, iltqajt ma' familji fejn il-koeżjoni soċjali tagħhom, ix-xogħol tradizzjonali, il-mod kif jingħaqdu flimkien, qiegħda tiġi attakkata mill-mod għami u selvaġġ li biha qiegħda tiġi mplimentata l-VAT.", "Allura jiena ngħid li l-benessere soċjali ta' pajjiżna huwa l-aqwa valur u ċertament li huwa valur li t- tmexxija Laburista, gvern Laburista wara l-elezzjoni li ġejja, se jżomm bħala l-aqwa prijorita' f'dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tat-taxxi f'pajjiżna.", "Tajjeb li ngħidu wkoll, Sur President, li rridu nħarsu ftit lejn l- implimentazzjoni tal-miżuri li l-Gvern qal li se jdaħħal biex jikkompensa għall-VAT.", "Waħda mill-affarijiet interessanti fiha din hija li kif diġa' għidt l-ewwel kienu jgħajruna li aħna Marxisti u li aħna estremisti għaliex qegħdin nitkellmu dar iż-żgħar u mbagħad indunaw bil-problemi soċjali u bl-ilmenti li qegħdin joħolqu u fil-budget qalu li se jkollna budget ta' solidarjeta', miżuri soċjali qawwija u benefiċċji soċjali qawwija - taparsi! - biex nirripazzaw.", "Dan kien l-argument.", "Il-lixka tal- Partit Nazzjonalista u tal-propaganda Nazzjonalista kienet: \"Ara naqra x'patafjun ta' benefiċċji soċjali daħħal il-Gvern ta' Fenech Adami!", "Ara x'għeġubijiet ta' benefiċċji soċjali!\"", "Imma tajjeb li nistaqsu: Il- benefiċċji soċjali ġodda li qal li qed idaħħal il-Gvern, veru huma daqshekk qawwija daqskemm qed jippretendi l-Gvern u daqskemm qed tgħid il-propaganda Nazzjonalista?", "Jiddispjaċini Sur President, imma biex nirrispondi din il- mistoqsija se jkollna nerġgħu mmorru lejn iċ-ċifri.", "Kellna ħafna mill- propagandisti tal-Gvern li qalu li l-benefiċċji soċjali ġodda li qed jagħti l-Gvern ilaħħqu mat-¥13 miljun jekk mhux aktar.", "U inti forsi timpressjona ruħek meta tisma' din il-figura u tistaqsi: Dan veru?", "Issa jiena ħarist ftit lejn il-figuri u ċ-ċifri jgħidulna li għal din is-sena f'benefiċċji soċjali kontributorji u mhux kontributorji l-Gvern qed jgħid li se jkun nefaq is-somma ta' ¥124 miljun.", "GĦas-sena d-dieħla l-Gvern qed jgħid li minħabba l-miżuri ġodda li qed idaħħal se jonfoq is-somma ta' ¥136 miljun.", "Mela ¥124 miljun din is-sena u ¥136 miljun is-sena d-dieħla.", "Din tiġi żieda ta' ¥12,475,000, imma ejja nagħmluha ¥13 miljun kif qalet il- propaganda Nazzjonalista.", "Issa żgur li din iż-żieda mhijiex ġejja kollha għaliex il-Gvern għamel benefiċċji ġodda imma ejja neħduha li ġejja kollha minħabba l-benefiċċji ġodda.", "Imma mbagħad, Sur President, ma nistgħux nieqfu hemm għax jekk nieqfu hemm inkunu - u l-Gvern għamilha din - qed nikkommettu frodi mal-poplu.", "Imma skużi l-Gvern mhux qed iħallas biss benefiċċji soċjali, kontributorji u mhux kontributorji.", "Il-Gvern qiegħed ukoll idaħħal kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Allura mhux iż-żieda fil-ħruġ biss trid tara imma trid tara wkoll jekk kienx hemm xi żieda fid-dħul ħalli tara d-differenza.", "Meta jien għamilt dan l-eżerċizzju rajt kemm il-Gvern qed idaħħal f'kontribuzzjonijiet soċjali din is-sena u kemm se jdaħħal is-sena d-dieħla biex nara x'inhi vera d-differenza.", "B'hekk issib illi bħala kontribuzzjonijiet soċjali din is-sena l-Gvern se jkun qed idaħħal - qed jgħid hu - Lm113,400,000 u s-sena d-dieħla se jkun qed idaħħal Lm123,900,000.", "Mela din is-sena se jdaħħal Lm113 miljun u s-sena d-dieħla se jdaħħal Lm124 miljun.", "Mela skużi, skużi, skużi, biex inkunu nafu fejn qiegħdin issa għandna naraw x'inhi ż-żieda fil-kontribuzzjonijiet.", "Iż- żieda fil-kontribuzzjonijiet bejn din is-sena u s-sena d-dieħla tilħaq is- somma ta' Lm10,584,000 jiġifieri kważi Lm11 miljun.", "Dan x'ifisser?", "Dan ifisser li l-benefiċċji soċjali ġodda komplessivament kollha flimkien, jekk tnaqqas minnhom dak li qed idaħħal iżjed il-Gvern f'kontribuzzjonijiet issib li l-benefiċċji soċjali kollha se jiġu Lm1,800,000.", "Ejja ngħidu Lm2 miljun.", "Din hija l-pompa u l-fanfara kollha li biha qalu li qiegħdin idaħħlu raft u patafjun ta' miżuri soċjali.", "Dan x'ifisser?", "Filwaqt li qegħdin jagħmlu din il-fanfara kollha fuq benefiċċji soċjali li jammontaw realment għal Lm2 miljun extra qed idaħħlu u qed jgħidu li se jdaħħlu mill- VAT Lm30 miljun oħra.", "Mela min-naħa għandna Lm30 miljun VAT u min-naħa l- oħra se jagħtu benefiċċji soċjali extra li se jammontaw għal Lm2 miljun.", "Din hija ġusta u serja?", "Dan ifisser li fuq kull Lm1 li l-Gvern qed idaħħal mill-VAT qed jonfoq - biex nużaw dik il-kelma - u jiddedika minnhom 7c biss għal dawn il-benefiċċji soċjali ġodda li suppost qed jikkompensaw għall- VAT.", "Imbagħad jiġu jgħidulna li dan huwa budget ta' solidarjeta', budget mimli miżuri u benefiċċji soċjali.", "Jien jaqbadni l-bard b'dawn it-tip ta' gimmicks pubbliċitarji meta tħares imbagħad lejn ir-realta' kif inhi.", "Aktar u aktar imbagħad tikkomplika ruħha l-problema dwar kif qed idaħħlu dawn il-benefiċċji soċjali.", "Qed jorbtu l-benefiċċji soċjali l-aktar taċ- children's allowance mad-dħul ta' l-income.", "Issa x'qed jgħidu?", "Jekk ikollok income għoli jitnaqqsulek iċ-children's allowance.", "Għall-bidu din veru tidher bħala miżura forsi raġonevoli, imma tajjeb illi nomogħduha ftit ieħor.", "Jekk toqgħod tomogħdha ftit ieħor tara illi affarijiet li qabel konna nqisuhom bħala public good - ġid pubbliku li qiegħed hemm għal kulħadd - issa se ndaħħlu feles fihom u se ngħidu li m'għadhomx għal kulħadd imma se jingħataw bir-razzjon.", "Dawn qabel konna nqisuhom bħala benefiċċji għal kulħadd.", "Dan huwa l-prinċipju tal-karta r-roża.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ejja naraw ftit aktar minn hekk.", "Din is-sistema għandha implikazzjonijiet iktar wiesa' minn hekk għax bl-istess argument ...", "Skużi din il-ħaġa għaliex għandna napplikawha biss għaċ-children's allowance?", "Konċettwalment - biex nuża l-kelma tal-Ministru tal-Finanzi - din għaliex m'għandekx tużaha għas-saħħa pubblika, per eżempju, u skond kemm għandek dħul meta tmur l-isptar pubbliku tħallas ċertu ammont jew ma tħallasx?", "Il-means test fost affarijiet oħra, il-karta r-roża.", "L-istess ħaġa meta tmur il-policlinic.", "Imbagħad xi ngħidu, per eżempju, għall- istipendji ta' l-Universita'.", "Dawk ukoll issa se jsiru bil-karta r-roża?", "Għandhom isiru bil-karta r-roża?", "Tajjeb ngħid li mhux jien qed nivvintaha din l-istorja imma qajjimha l-Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "Dalli stess f'intervista li ta nhar is-Sibt li għadda.", "Dan qal li din il-biċċa kienet konċettwali u issa trid tiġi estiża - ngħid jien - għas-servizzi soċjali kollha.", "Irriduha din il-ħaġa?", "Se napplikawha baxx baxx?", "Apparti mill- fatt jekk din aħniex se napplikawha għas-saħħa, għall-edukazzjoni jew għall-pensjonijiet hemm xi ħaġa oħra li ma torbotx f'dak li qed jagħmel il- Gvern.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-burokrazija ġdida li jrid idaħħal il-Gvern fiha din.", "Il-Gvern qed jgħid li biex tieħu l-benefiċċji soċjali l-ġodda ...", "Per eżempju, ċ-children's allowance il-ġdida se teħodha skond kemm taqla' flus u allura trid timla formoli - li ħariġihom il-Ministru fil- Budget Speech tiegħu - biex inti turi kemm qed iddaħħal u kemm qed toħroġ u fuq il-bażi ta' din il-formola jaħdmulek kemm se jkollok children's allowance.", "Fl-istess nifs il-Ministru qed jgħid li se jneħħu l-formoli ta' l-income tax biex ineħħu l-burokrazija.", "Tajba din!", "Min-naħa qed ineħħi l- burokrazija u l-formoli ta' l-income tax u fl-istess nifs qed idaħħal formoli ġodda oħra kumplikati għal kull min għandu entitlement għaċ- children's allowance.", "Fejn hija l-konsistenza f'dak li qed jagħmel il- Gvern?", "Min-naħa jgerger kontra l-burokrazija u jrid ineħħiha mill-income tax - u naħseb li għandu raġun f'ċerti oqsma - imma min-naħa l-oħra qed idaħħalha bil-kbir f'dak li għandu x'jaqsam maċ-children's allowance.", "Jien assolutament ngħid li l-mod kif din il-ħaġa dieħla baxx baxx hija soċjalment - u politikament ukoll issa - u burokratikament hija perikoluża.", "Din hija politikament perikoluża għax issa nafu x'se jiġri.", "Se jkun hemm is-soltu tensjoni u pressures fuq il-politikanti biex jirranġaw lil dan, lil dak u lil dik il-familja ħalli jidher \"dak\" id-dħul u \"dak\" id-dħul u \"dak\" id-dħul u jkollhom \"dak\" u \"dak\" iċ-children's allowance, apparti mill-ġuramenti foloz, fejn qed niftħu coach and horses, qed niftħu bieb kbir fuqha.", "Imma x'inhu l-ħsieb wara xi ħaġa bħal din?", "Jien ngħid illi dak li qed isir assolutament mhux qed jiftiehem.", "Dan qed isir sempliċement għall-konvenjenza u biex jidħol feles f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi soċjali.", "Kien hemm prinċipju u fl-opinjoni tiegħi l- prinċipju jrid jiġi studjat u jekk hemm bżonn ippreservat bil-kbir.", "X'inhi l-konklużjoni ta' dan kollu, Sur President?", "L-ewwelnett it-taqlib li għamel il-Gvern fis-sistema tat-taxxi spiċċa biex qed iddaħħallu ħafna flus - mhux kif qal hu - u qed idaħħal aktar flus milli kienet iddaħħal sistema oħra qabel.", "It-tieni nett, minħabba l-bidliet li għamel il-Gvern u minħabba l-VAT qed nispiċċaw biex il-piż tat-taxxa indiretta qed jiżdied bil-kbir ikkomparat mat-taxxi diretti.", "Jirriżulta wkoll li l-għoli tal- prezzijiet baqa' jirranka minħabba l-politika tal-Gvern u jirriżulta wkoll li qed tkompli din il-politika toħloq inċertezza ekonomika fil-pajjiż.", "Aktar minn hekk, Sur President.", "It-taqlib li sar fit-taxxi qed iżid l- inġustizzja soċjali fil-pajjiż u qiegħed iwassal ukoll sabiex il-Gvern biex jirripazza joħloq struttura taparsi ta' benefiċċji soċjali li m'humiex tabilħaqq qed jolqtu u jibbilanċjaw mal-bżonnijiet u l-piżijiet li għamel fuq il-poplu.", "Dan kollu għaliex qed nagħmluh?", "Qed nagħmluh għax l-Ewropej qalu lill-Gvern biex jagħmilhom inkella ma jeħduhx bis-serjeta'.", "Sfortunatament l-istorja għadha ma spiċċatx għax il-piżijiet se jkomplu jitgħabbew u se jibqgħu jitgħabbew.", "Qed nirriferi għal dak li qal il-Ministru Dalli u l-Gvern dwar il- liberalizzazzjoni ta' l-imgħaxijiet.", "Dan ifisser li r-rati ta' l- imgħaxijiet li se jitħallew jogħlew.", "Hawnhekk il-Ministru qal illi l- liberalizzazzjoni ta' l-imgħaxijiet se tibda mis-sena d-dieħla u mhix se tapplika fuq l-industrija u fuq il-bini.", "Qalu li jridu jagħmlu din il-ħaġa għax iridu li jikkontrollaw il-konsum.", "Din hija ironika għax il-partit li fl-aħħar elezzjoni għamel bħala slogan tiegħu u bħala s-simbolu tiegħu basket tax-xiri mballat, issa qed jgħid lill-Maltin biex ma jonfqux daqshekk u se jagħmel kontrolli fuqhom!", "Apparti minn hekk, din il- liberalizzazzjoni ta' l-imgħax se tfisser imgħaxijiet iktar għolja - apparti mill-karozzi li tixtri bil-higher purchase - fuq l-għamara, fittings għad-djar, jekk ikollok bżonn self biex issiefer jew jekk trid tisellef għall-edukazzjoni tat-tfal.", "Jekk trid issiefer għax int marid u tissellef mill-bank jitilgħulek l-imgħaxijiet.", "Imbagħad il-Ministru tal- Finanzi qal - diġa' għidtha din - li din mhix se tkun fuq industrija - għax hija policy tal-Gvern - fuq affarijiet produttivi u fuq djar.", "Dan mhux minnu, bir-rispett kollu, din hija gidba!", "Il-Gvern għandu impenn miktub u formalizzat illi l-liberalizzazzjoni ta' l-imgħax japplikaha fuq is-setturi kollha ta' l-ekonomija.", "Se nerġa' mmur lejn l- ittra li kien kiteb fit-23 ta' Marzu 1994 il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Guido De Marco, lil Leon Brittan fejn kien qallu hekk:", "\"It-tneħħija tal-limiti fuq ir-rati tas-self bl-imgħax u t-tneħħija totali\"", "- nirrepeti \"totali\" -", "\"tar-regolamenti fuq ir-rati ta' l-imgħax hu mistenni li jsir sa l- aħħar tas-sena 1997.\"", "Din miktuba u se npoġġi s-silta li għandha x'taqsam fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, allura kif jiġi l-Ministru jgħidilna li mhux veru se jestendiha għal kollox?", "Id-data sa l-aħħar ta' l-1997 ġiet magħżula tajjeb biex tkun għaddiet l-elezzjoni mingħalihom!", "Imma apparti minn hekk, s'issa l-Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami ma żammx il-wegħdiet li kellu mal-Maltin, imma dejjem żamm il-wegħdiet li kellu ma' l-Ewropej.", "Allura jien nippreferi nemmen l-ittra li kiteb De Marco lil Brittan!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Se jkolli nqassar għax qed isir il-ħin u mhux se nlaħħaq ngħid kull ħaġa li rrid ngħid sfortunatament.", "Tajjeb li mbagħad nieqfu ftit u nistaqsu: F'dan l-isfond kollu, bit- taxxi li qed iżid il-Gvern u bil-piżijiet li l-Gvern qed jagħmel fuq il- poplu qed ninqdew aħjar bħala pajjiż u qed ikollna servizzi aħjar għall- pajjiż mill-Gvern?", "Per eżempju, jekk tħares lejn l-edukazzjoni, is-saħħa u l-housing tistaqsi ċerti affarijiet.", "Anke jekk ikollok żidiet ta' benefiċċji soċjali, imma mbagħad jekk ikollok bżonn tmur għand tabib u tispiċċa għand konsulent li trid tħallas Lm15, dan huwa tajjeb?", "Qed tibbilanċjaha din il-ħaġa?", "Jekk ikollok dawn il-benefiċċji soċjali ġodda u kbar kemm huma, imbagħad ikollok tmur St Luke's fejn ma tinqediex u jkollok tmur fi sptar privat tħallas Lm80 kuljum għall-kamra u s-sodda ...", "Tajba din il-ħaġa?", "Jekk tieħu benefiċċji soċjali ġodda kbar u fl-istess ħin ikollok tibgħat lit-tfal tiegħek mhux skola tal-gvern imma skola privata u tħallas Lm700, Lm800, Lm900 fis-sena ...", "Tajba din il-ħaġa?", "Allura tajjeb li nistaqsu: Is-servizzi li qed jipprovdi l-Gvern qed ikunu ta' kwalita' tajba biżżejjed?", "Inutli li taparsi qed tagħti benefiċċji ġodda imbagħad fl-istess ħin qed timbotta lill-poplu biex jonfoq aktar, aktar u aktar fuq servizzi li huma tiegħu bi dritt.", "Meta wieħed janalizza l-ispiża kapitali fuq l-iskejjel tal-gvern f'dawn l- aħħar snin, isib per eżempju, li bejn l-1991 u l-1994 il-Gvern Nazzjonalista wiegħed li se jonfoq b'kollox, bħala medja f'sena, is-somma ta' Lm400,000 fuq bini u xogħlijiet ta' adattazzjoni fl-iskejjel.", "Din diġa' somma miżera.", "Issa Lm400,000 qed nesaġeraha ftit, imma agħmilha Lm400,000.", "Fil-fatt nefaq Lm278,000 fis-sena bħala medja, jiġifieri tliet kwarti ta' dak li wiegħed.", "X'ma joħroġx illi f'dak li għandu x'jaqsam ma' maintenance u xogħlijiet ta' adattazzjoni l-iskejjel jagħtu impressjoni ħażina!", "Rigward ix-xiri ta' tagħmir għall-iskejjel tal-gvern bejn l-1991 u l-1994 il-Gvern wiegħed li se jonfoq medja fis-sena ta' Lm866,000.", "Fil- fatt minn sena għal sena nefaq anqas mit-terz, Lm234,000 - nerġa' ngħid anqas mit-terz!", "Per eżempju, in-nefqa kapitali totali għall-edukazzjoni fl- aħħar snin dejjem kienet anqas milli wiegħed il-Gvern.", "Fl-aħħar ħames snin sa din is-sena l-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed spiża kapitali ta' Lm9 miljun fuq l-iskejjel tiegħu.", "Hija nefqa baxxa meta tieħu kollox in konsiderazzjoni għax qed nitkellmu fuq ħames snin.", "Effettivament lanqas Lm9 miljun ma nefaq għax spiċċa nefaq ftit aktar minn Lm5 miljun.", "U nibqgħu sejrin hekk.", "Per eżempju, l-istima għat-tiswijiet u maintenance fit-trade schools kienet ta' Lm40,000 u l-istima għall-provvista ta' materjal fl-iskejjel primarji kienet ta' Lm32,000.", "Qed nitkellmu fuq ħafna skejjel.", "Per eżempju, jekk inħarsu lejn kemm se jonfoq din is-sena f'tiswijiet u maintenance fuq 85 skola primarja u kindergarten, il-Gvern se jkun qed jonfoq Lm52,000 jew inkella Lm620 għal kull skola.", "Dawn l- iskejjel b'kollox għandhom 32,000 tifel u tifla.", "Is-sena d-dieħla għal 42 skola sekondarja il-Gvern se jonfoq Lm87,000, jiġifieri Lm2,000 għal kull skola.", "Din is-sena nefaq Lm1,500 għal kull skola u b'kollox hemm 17,214 tifel u tifla f'dawn l-iskejjel sekondarji.", "Dawn il-figuri jitkellmu waħedhom.", "M'għandix iċ-ċans nagħti d-dettalji kollha - għandi d-dettalji kollha hawnhekk - imma l-figuri hemm qegħdin u nistgħu nagħmlu l-paraguni.", "Ħalli nagħmel paragun wieħed.", "Nistgħu naraw kemm qed jonfoq il-Gvern fuq tiswija u maintenance fuq l-iskejjel u nipparagunawha ma' l-ispiża li qed issir fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Kastilja għal tiswija u maintenance.", "Din is-sena l-Gvern ried jonfoq Lm47,000 fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Kastilja.", "Dik hija kważi l-istess figura għat-tiswija u maintenance ta' 85 skola primarja u kindergarten.", "Ġo Kastilja l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandhom tiswija u maintenance daqskemm hemm għal 85 skola!", "Jekk nibqgħu sejrin hekk insibu illi fir-realta' ma jeżistix l-impenn biex tabilħaqq nieħdu ħsieb l-iskejjel.", "Tajjeb illi nħarsu lejn punt punt x'inhu għaddej fil-qasam tas-saħħa.", "Hawnhekk għandi patafjun kummenti dwar kif il-qasam tas-saħħa - per eżempju, l-Isptar ta' San Luqa - spiċċa injorat mill-Gvern.", "F'Marzu li għadda l-MAM iddeplorat in-nuqqas ta' konsultazzjoni bejn il-Gvern u l- professjoni medika dwar il-bini ta' l-Isptar San Raffaele, imbagħad qalet li hemm nuqqas kbir ta' nurses.", "Fl-20 ta' Awissu ta' din is-sena s- Segretarju Parlamentari Deguara f\"In-Nazzjon\" - din nistgħu ngħiduha fil- fatt - qal illi l-isptar kellu ħames problemi: nuqqas ta' ndafa għax m'hemmx fattigi biżżejjed, nuqqas ta' lożor, problemi dwar il-kwalita' ta' l-ikel, problema ta' wirdien u l-problema ta' customer care u qal li biex insolvuhom hemm bżonn ta' pjan tat-tul.", "Naħseb il-pjan tat-tul għadu fit- tul għax il-problemi għadhom kollha hemm!", "Imma l-problema tan-nurses ma semmiha mkien.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' assessment tal-qasam tas-saħħa kollu kemm hu Dr Josie Muscat fis-27 ta' Settembru kiteb u qal li s-servizz tas-saħħa f'Malta kien sar froġa waħda.", "Imbagħad stenbaħ il-Ministru Louis Galea u qal li hemm bżonn li l-Gvern jimporta n-nurses minn barra.", "Din qalha fis-16 ta' Novembru.", "M'hemmx dubju li hemm falliment totali fil- qasam tas-saħħa.", "Din ma neħduhiex b'sorpriża għax jekk tanalizza kif għamilt fil-qasam ta' l-iskejjel l-ispiża kapitali li saret matul is-snin f'San Luqa, f'St Vincent De Paule, fl-Isptar Boffa u fl-Isptar ta' Monte Carmeli ssib li l-Gvern iwiegħed ħaġa u jagħmel anqas.", "Allura matul is- snin għaddej dak li jissejjaħ under investment, investiment inqas milli hemm bżonn b'mod konsistenti u regolari.", "L-uniku punt fejn il-Gvern investa u kien lest li jinvesti ħafna kien f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-proġett kbir, - iljunfant - li ried jibni ta' San Raffaele li se joħloq aktar problemi milli qiegħed isolvi.", "Ħalli nsemmi l-Isptar Sir Paul Boffa bħala eżempju.", "Bejn l-1991 u l-1994 il-Gvern qal li se jagħmel spiża kapitali għal titjib ta' Sir Paul Boffa billi jonfoq is-somma medja ta' Lm400,000.", "Fil-fatt mhux Lm400,000 bħala medja nefaq, imma s-somma ta' Lm168,000, jiġifieri inqas min-nofs li wiegħed.", "GĦandi l-figuri hawn.", "Jekk tħares sptar bi sptar issib li dan l-under investment qiegħed għaddej il-ħin kollu fuq spiża kapitali ta' natura soċjali li għandha ħtieġa importanti fil-pajjiż.", "Inħarsu lejn oqsma oħra u nsibu l-istess storja.", "Jekk inħarsu lejn il- qasam ta' l-anzjani bejn l-1991 u l-1994 il-Gvern wiegħed li se jonfoq Lm1,600,000 fuq il-bini ta' hostels għall-anzjani.", "Fil-fatt nefaq is-somma ta' Lm1,200,000 jew Lm400,000 inqas milli kien wiegħed.", "Jekk inħarsu lejn il-housing bejn l-1992 u l-1995 taħt il-Vot tal-Housing il-Gvern wiegħed li se jonfoq Lm13,700,000.", "Fil-fatt nefaq Lm11,400,000, ċioe' Lm2.4 miljun inqas milli wiegħed.", "Imma mbagħad hemm il-biċċa tal-Housing Authority.", "Il-Gvern qal li l-Housing Authority bħala spiża kapitali fuq il- housing se tonfoq Lm18,900,000 - għamilhom Lm19 miljun - bejn l-1992 u l- 1995 .", "Minn dawn fil-fatt intużaw biss Lm10 miljun, jiġifieri aktar minn Lm8 miljun anqas minn dak li l-Gvern kien wiegħed.", "Imbagħad nistagħġbu li hawn kriżi fil-housing!", "Fil-qasam tat-toroq, bejn l-1994 u l-1995 il-Gvern qal li se jonfoq is- somma ta' kważi Lm10 miljun, minflok nefaq inqas minn Lm8 miljun, kważi Lm2 miljun inqas milli wiegħed.", "Imbagħad nistagħġbu li hawn toroq imfarrka mal- pajjiż kollu!", "Fid-drenaġġ imbagħad, il-Gvern din is-sena wiegħed li se jonfoq ¥7 miljun fuq crash programme ħalli jtejjeb is-sitwazzjoni.", "Effettivament nefaq ¥4.5 miljun, uħud minnhom f'reklami bil-kulur fil-gazzetti biex jgħid li solva din il-problema!", "Imbagħad nistagħġbu li ħafna nħawi ta' pajjiżna għadhom ifawru bid-drenaġġ!", "Issa bil-fatti u bil-figuri ċ-ċittadini jistgħu jaraw li qed iħallsu ħafna taxxi imma mhumiex qegħdin jieħdu servizz tat-taxxi li qegħdin iħallsu u allura l-ilmenti tal-poplu huma ġustifikati.", "M'għandniex servizzi ppjanati u mmexxija b'mod modern.", "Il-Gvern qiegħed juża l-ħtieġa għall-investiment kapitali bħala skuża biex biha jkun jista' jżid it-taxxi imma mbagħad meta jiġi għas-si u n-no ma jwettaqx il-proġetti soċjali meħtieġa.", "Fil-fatt dan kollu juri li hemm nuqqas serju u nuqqas sħiħ ta' direzzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif jingħataw il-prijoritajiet tal-Gvern, kif tiġi ndirizzata l-ħidma tal-Gvern.", "Mhux veru li hemm indirizz modern u serju f'dawn l-affarijiet, anzi bil-maqlub.", "Imbagħad hemm mismanagement endemiku fl-estimi għan-nefqa kapitali tal-Gvern li qed iwassal biex is- servizzi soċjali mhux tabilħaqq iżommu l-kwalita' li suppost iżommu imma jonqsu u jonqsu u jonqsu.", "Allura min-naħa liċ-ċittadin qegħdin ipoġġulu dejjem aktar piżijiet kbar ta' taxxi fuqu u min-naħa l-oħra l-kwalita' tas- servizzi li qiegħed jirċievi mhijiex qiegħda tkun tajba biżżejjed.", "GĦalhekk iċ-ċittadin qiegħed ikollu jmur fis-sistema privata biex jinqeda, bħalma huma skejjel, saħħa u tista' tibqa' miexi wkoll għal dak li għandu x'jaqsam mad-djar ta' l-anzjani.", "Irriduha din il-ħaġa, Sur President?", "Jiena naħseb li din hija l-kriżi kbira li rridu niffaċċjaw u li l-Gvern mhuwiex qiegħed jiffaċċja.", "U dan aktar u aktar imbagħad - m'hemmx dubju lanqas - meta ninsabu wiċċ imbwiċċ mal-problema tal-korruzzjoni.", "Il-mod kif qiegħed jitmmexxa dan il-Gvern jindika sewwa li din hija problema li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tattakka l-għerq tat- tmexxija f'pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar żmenijiet kellna ħafna każijiet fejn konna ngħidu lill-Gvern: Hemm dan il-każ, ejja ninvestigawh u l-Gvern jgħidilna: Le, ma tarax!", "Investigajtu jien.", "Inkella jgħidilna: M'hemmx x'tinvestiga.", "U dan ġara każ wara każ wara każ.", "Aħna konna naħsbu li l- Gvern se jimxi fuq il-parir li kien ta wieħed politiku xi żmien ilu.", "Dan il-politiku kien ta dan il-parir lill-Prim Ministu ta' dak iż-żmien:", "\"Il-Prim Ministru ma jistax jistenna l-bajtra taqa' f'ħalqu.", "Inti għandek - qed ikellem lill-Prim Ministru ta' żmienu - tfittex u tara l- affarijiet kif mexjin.", "Inti tisma' xnigħat kif nismagħhom jien u kif jismagħhom il-poplu kollu.", "Il-Prim Ministru għandu l-mezz kif jara dawk ix-xnigħat x'hemm bażi fihom.\".", "Min qalha din, Sur President?", "Kien l-Onor.", "Eddie Fenech Adami fis-16 ta' Jannar ta' l-1983.", "Jien nistaqsi: Dan il-parir ġie segwit?", "Dan il-parir ma ġiex segwit, u se nsemmi xi każijiet li tkellimna dwarhom imma baqa' kollox fuq l-ixkaffa.", "Per eżempju, hemm il-każ ta' Busietta Gardens, il- każ tal-Forti Chambrai u l-każ ta' l-Isptar San Raffaele kemm fid-disinji tiegħu u kemm fil-kuntratt tal-bini tiegħu.", "Inċidentalment, Sur President, ta' min ninformak li l-bniedem li miegħu l-Gvern qiegħed f'joint venture fuq San Raffaele, jiġifieri Don Luigi Verze', għadu kemm weħel ħames xhur ħabs u multa ta' ¥70 miljun fl-Italja - qegħda hemmhekk - fuq abbużi ta' kuntratti tal-bini.", "U dawn l-affarijiet m'hemmx għalfejn ninvestigawhom hawn Malta!", "Ma tarax!", "Don Luigi Verze' weħel ħames xhur ħabs u ¥70 miljun f'multa.", "Ħalli nkomplu.", "Dwar it-Terminal 2 tal-Freeport qajjimna każi?", "Dażgur li qajjimna każi!", "Imbagħad qajjimna l-problema ta' l-art tal-Marsa li ngħatat lill-Coca Cola u qajjimna l-problema tal-car park ta' quddiem il-Belt.", "Qajjimna l-problema tal-MacDonald's tas-suq ta' Birkirkara u qalulna: X'qed tagħmlu, toħolqu dawn l-affarijiet?", "Qajjimna l-każ ta' l-Awżiljari, qajjimna l-każ ta' l-art u tal-bini ta' Posta Ltd.", "Qajjimna dawn il- każijiet kollha - u hemm oħrajn, issa nsemmi każ ieħor - imma apparti minn hekk dawn mhux aħna biss qajjimnihom.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-bini ta' San Raffaele, mhux aħna biss li kkundannajna l-Gvern.", "Il-qorti kkundannat lill-Gvern fuq id-deċiżjonijiet li ħa fuq l-Isptar San Raffaele għal darbtejn u qisu ma ġara xejn.", "(Onor. Membri: Hear, hear) X'ma nemmnux li l-istorja hija rampanti!", "Per eżempju, Sur President, jiena niftakar ...", "\"Nagħti garanzija li Gvern immexxi minni ma jkollu ebda tiċpisa ta' korruzzjoni u jekk xi ħadd jindika li hemm xi korruzzjoni mhux jiġi mfittex hu imma titfittex il-korruzzjoni biex tinqered.", "Dr Eddie Fenech Adami 7 ta' Diċembru 1981.\".", "Issa tajjeb li lill-Onor.", "Fenech Adami ninformah b'xi ħaġa oħra li tajjeb li jkun informat biha, dwar il-kumpannija Maltech Services.", "Maltech Services hija ditta li daħlet biex tagħmel bidding għall-kuntratt tal- makni elettroniċi fuq il-karozzi tal-linja u issa bil-qawwa tiegħu ta' Prim Ministru l-Onor.", "Fenech Adami jinvestigaha ftit.", "Il-Public Transport Authority għandha dan il-kuntratt li kienet se toħroġ tat-tender għal biljetti awtomatiċi fuq il-karozzi tal-linja.", "Maltech Services kienet interessata u hija interessata f'din il-ħaġa u qalet li lesta tissupplixxi dan il-materjal.", "Din tkellmet ma' kumpannija Ingliża minn Birmingham, it- Transit Systems Ltd. u qaltilha li tista' tirranġa biex it-tender joħroġ skond l-ispecifications li jirranġaw bejniethom.", "Dan ġara f'Mejju ta' din is-sena.", "Lil Transit Systems Ltd. il-Maltech Services bagħtitilha draft tat-tender document ta' din is-sistema ta' makni 12-il jum qabel ħareġ it- tender.", "Fl-istess ġurnata li Transit Systems Ltd. irċeviet dawn id- dokumenti l-kumpannija Ngliża bagħtet il-kummenti tagħha dwar dan it-tender u qalet fejn jista' jinbidel biex isir aħjar.", "Dawn il-bidliet daħlu fit- tender finali.", "Sebat ijiem qabel ħarġet it-tender l-offerta ta' Transit Systems Ltd. u ta' Maltech Services kienet diġa' lesta u Transit Systems Ltd. kienu qed jistaqsu meta ħiereġ id-dokument finali ħalli jiffanilizzaw l-offerta tagħhom.", "Matul Ottubru l-Maltech Services minn hawn Malta baqgħet tgħaddi informazzjoni minn ġewwa dwar it-tender lit-Transit Systems Ltd. f'Birmingham.", "F'Ottubru Transit Systems Ltd. stiednet lill-Ministru Michael Frendo biex iżur il-fabbrika tagħha waqt il-fiera; kien hemm fiera dwar it-trasport u stednitu jżura.", "Il-Ministru Frendo kellu biljett ibbukjat biex waqt iż-żjara famuża f'Ġinevra - dik li qamet ¥78,000 lit- Telemalta - jitlaq Amsterdam u minn hemmhekk imur Birmingham.", "Il-Maltech Services titmexxa mis-Sur Ray Borg u mis-Sinjura Anna Borg li għandha maġġoranza ta' ishma fil-kumpannija.", "Is-Sinjura Anna Borg hija kunsilliera Nazzjonalista, hija kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni u hija s-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għan-nisa.", "Il-Ministru Frendo aktar kmieni kien ħatar lis-Sinjura Anna Borg bħala direttur ta' Posta Ltd.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "GĦandi kwotazzjoni oħra x'naqra, Sur President, li qalha politikant magħruf ħafna f'pajjiżna.", "Din tgħid hekk:", "\"Malta tabilħaqq għandha bżonn Gvern ġdid li jkun nadif għaliex illum il-pajjiż huwa mgħarraq fil-korruzzjoni, għaliex illum fil-pajjiż hawn korruzzjoni li twerreċ.", "Dr Eddie Fenech Adami 12 ta' Marzu, 1987.\".", "(Onor. Membri: Hear, hear) GĦaliex qajjimt dan il-każ, Sur President?", "Qajjimt dan il-każ għaliex għalkemm hawnhekk għandi analiżi dettaljata ħafna ta' kif marret l-ekonomija f'pajjiżna, per eżempju, ta' kif marret l- industrija bil-ħafna stejjer sbieħ li jħobb jwaddbilna l-Onor.", "Prof. Bonnici li meta tagħsarhom sewwa ssib li hemm ħafna tmermir fihom.", "GĦandi analiżi dettaljata ħafna fuq it-turiżmu fejn jekk nerġgħu niflu l-ħafna bżar li waddbu dwar it-turiżmu l-affarijiet nifhmuhom aħjar.", "Kelli ħsieb ukoll li nanalizza fid-dettal il-problema tas-servizzi finanzjarji, il- problema tal-Mid-Med Bank u x'qed jiġri l-Awstralja fil-Mid-Med Bank u l- problema tal-MIBA li spiċċat mingħajr it-tnejn il-kbar li jmexxuha.", "Imma meta toqgħod taħseb fil-fond tgħid: X'inhi tabilħaqq il-problema li għandu quddiemu pajjiżna?", "Primarjament pajjiżna għandu l-problema tal-ġustizzja soċjali li qiegħda tintilef u għandna Gvern li qed jipprova jiddevja l- attenzjoni minnha u ma jiffaċċjahiex bħala problema radikali.", "Għandna l- isfida ta' kif tabilħaqq se jkollna ekonomija li tiftaħ għall-ispirazzjoni tal-Maltin, li taf tiġġebbed, li taf tkun moderna u serja u tabilħaqq tiġġedded minn ġewwa - anke din m'aħniex niffaċċjawha bis-serjeta'.", "Imma aktar minn hekk pajjiżna għandu l-isfida tal-persuni li qegħdin imexxuh, tal-persuni li qegħdin jiddiriġuh mhux biss bħala viżjoni tagħhom imma wkoll dwar l-integrita' tagħhom.", "L-Onor.", "Fenech Adami daħħal il-konċett li Malta narawha bħala kumpannija, Malta incorporated, kollox nikkonkluduh f'termini ta' flus fil-but.", "Imma dan mhuwiex biżżejjed.", "Issa qegħdin naraw li l-fiduċja mhux veru hija fiduċja kif jagħmilha l-Onor.", "Fenech Adami, iwaddab u jroxx fiduċja karismatika ta' xi ħadd li jidher quddiem l-eluf u l-folla ċċapċaplu.", "Il- fiduċja hija differenti.", "Il-fiduċja li għandu bżonn pajjiżna hija l- fiduċja li min qiegħed imexxih fuq il-livelli kollha huwa kompetenti, huwa veru, jitkellem bil-verita' u fuq kollox huwa integru.", "Biex inkunu nistgħu nassiguraw li aħna kompetenti rridu naħdmu flimkien, biex tabilħaqq inkunu moderni rridu nitgħallmu minn barra u nitgħallmu flimkien, imma biex inkunu integri rridu nkunu lesti li nagħtu spjegi ċari ta' għemilna u rridu nkunu accountable biex dak li nagħmlu u ngħidu jkun konformi ma' dak li qiegħdin tabilħaqq nagħmlu.", "Mhux qed jiġri hekk.", "Qed ikollna kliem sabiħ u warajh ma jkunx hemm ir-realta'.", "Ir-realta' qed tkun distorted u mgħawġa u aħna duħħan qed naraw mhux ir-realta'.", "Dan qed jagħmel deni kbir lil pajjiżna għax filwaqt li l-Gvern huwa intent li juri l-affarijiet sbieħ ilellxu, qisu l-ideal ta' dan il-Gvern għal Malta huwa li tkun luna park kbir, effettivament x'inhu jiġri?", "Il-korruzzjoni dieħla kullimkien, in-nuqqas ta' fiduċja miexja u mhux veru li dak li jkun għaddej qiegħdin nagħrfuh ta' li hu.", "Anke din torbot mal-problema ta' l-istatistika li semmejt l-ewwel.", "Forsi ħafna ħassew li kont qed naħli ż-żmien fuq in-numri imma skużi, n- numri qed jgħidulna x'inhi r-realta'.", "U jekk ma nkunux attenti u deċiżi li nkunu integri fil-mod kif nippreżentaw in-numri allura x'qed nagħmlu bejnietna?", "Inkunu qed nidħku b'xulxin u nipprovaw ningannaw lil xulxin.", "Hija parti mill-politika li tipprova tagħmel ix-shadow play tal-boxing imma mbagħad finalment l-integrita' tfisser li l-affarijiet li jkun hemm bżonn jittieħdu bħala deċiżjonijiet jittieħdu u mhux jibqgħu jinħbew.", "Sur President, jien ma rridx intawwal u ma rridx nidħol f'retorika żejda.", "Għandi ħafna punti u dettalji fuqhiex nitkellem u nista' ngħidhom imma ma rridx naħli żmien iktar lill-Kamra - ma jimportax jekk nispiċċa qabel il- ħin tiegħi.", "Ħalli nsemmi dan il-punt.", "Jekk m'aħniex se naffaċċjaw il- problema tal-ġustizzja soċjali f'pajjiżna u jekk m'aħniex se naffaċċjaw il- ħtieġa li pajjiżna jitmexxa tabilħaqq b'mod modern, b'mod kompetenti u b'mod professjonali m'aħniex qed nilqgħu għall-isfidi.", "Imma aktar minn hekk, jekk m'aħniex se naffaċċjaw l-isfida li mmexxu lil pajjiżna b'mod integru u li jiġri x'jiġri u jkun min ikun responsabbli jrid ikun accountable għar-responsabbiltajiet u għad-deċiżjonijiet tiegħu allura m'aħniex qed nilqgħu għall-isfidi tal-futur.", "Allura jien ngħid li minkejja l-kliem sabiħ tal-propaganda Nazzjonalista dwar dan il-budget, nerġa' ngħid b'vuċi minn quddiem, li dan il-budget huwa budget ta' frodi għax jipprova jaħbi r-realta' vera mill-poplu Malti u Għawdxi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jien ngħid ukoll li bl-istess mod kif l-Onor.", "Fenech Adami fl-1987 kien jgħid li wasal iż-żmien għal gvern ġdid, din qed nerġgħu ngħiduha bir- responsabbilta' kollha minn din in-naħa tal-Kamra.", "Wasal iż-żmien għal gvern ġdid li tabilħaqq imexxi lil pajjiżna b'mod ġdid, b'mod serju u b'mod modern.", "Sur President inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Statistika li turi n-numru ta' turisti lil daħlu f'Malta bejn Jannar u Settembru ta' l-1994 u l-1995 u l-qliegħ derivat;", "Comparative returns of revenue pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern f'Ottubru u f'Novembru 1995 flimkien mal-mistoqsija parlamentari numru 29307;", "Estratt minn \"A Social Investigation\" ta' Carmel Tabone O.P.;", "Siltiet minn diversi gazzetti dwar x'qalu l-Ewropej fuq is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea;", "Tabella li turi t-tax burden fis-snin mill-1994 sa l-1996;", "Tabella li turi kemm se jiswew lill-Gvern benefiċċji soċjali ġodda mħabbra fil-Budget;", "Dokument maħruġ mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin intitolat \"A Programme of Reforms and Time-frame therefor envisaged by the Maltese Government\";", "Estratti minn gazzetti dwar is-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa f'Malta;", "Silta mill-gazzetta \"Cronaca\" tal-25 ta' Novembru 1995 intitolata \"Abusi edilizi, condannato Don Verze'\".", "Grazzi, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għad-diskors tiegħu u nitlob lit-television crew jirtira mill-Kamra.", "L-istaff tal-PBS irtira mill-Kamra", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar is- Sibt, 2 ta' Diċembru, 1995 fid-9.00 a.m. b' din l-agenda:", "Orndijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni sabiex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 1996 - It-Tieni Jum (Imħolli kollu għall-Gvern).", "Skond il-ftehim milħuq il-ħin tad-diskors m'għandux jieħu iktar minn sagħtejn u s-seduta għandha tiġi trasmessa dirett fuq it-televiżjoni u mxandra sħiħa fuq l-istazzjonijiet tar-radju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar is-Sibt, 2 ta' Diċembru, 1995, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.32 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra fil-21 ta' Novembru 1995.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VALLETTA - PROĠETT TA' BIEB IL-BELT", "28480.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jikkonferma l-Ministru li l-proġett tal-Perit Renzo Piano għall-proġett ta' Bieb il-Belt u li għalih intnefqu l-eluf ta' liri għadu shelved?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kemm-il darba spjegajt x'inhi l- pożizzjoni tal-Gvern għar-rigward tal-proposti tal-perit Renzo Piano.", "Id- deċiżjoni hi li l-ewwel nikkonċentraw l-attenzjoni tagħna fuq iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti qabel tittieħed deċiżjoni fuq Bieb il-Belt.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "28481.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta l-inkwilini ta' 29, Strait Street, Valletta se jingħataw akkomodazzjoni alternattiva?", "Din hi talba oħra li nħoss li titlob urġenza.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Jien informat li fil-post baqa' żewġ inkwilini.", "Waħda għandha applikazzjoni li qed tiġi pproċessata filwaqt li l-oħra m'għandhiex applikazzjoni u qed tirrifjuta ittri li jintbagħtulha biex iħajjruha tapplika.", "VALLETTA - ĦASIL TA' TOROQ", "28482.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jinħaslu toroq li mhumiex prinċipali fil-Belt Valletta?", "Meta jinħaslu dawk prinċipali?", "Meta se jinħaslu dawk mhux prinċipali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25712 Seduta Nru. 409.", "VALLETTA: STRADA STRETTA - LATRINA", "29329.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-latrina ta' l-irġiel ta' Triq id-Dritta, fil- Belt Valletta ingħalqet meta hemm tant bżonn ta' latrini fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-latrina fi Strada Stretta preżentement reġgħet miftuħa iżda dalwaqt se tingħalaq għal xi żmien biex isir xogħol estensiv biex tiġi modernizzata.", "Ta' min isemmi li din il-latrina hi ftit biss 'il bogħod minn dik ta' Strada Karri u għalhekk il-pubbliku xorta hu raġonevolment moqdi.", "GZIRA - TRIQ IL-FLOTTA", "29330.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li Fleet Street, il-Gżira hija tradotta ħażin bil-Malti bħala Triq il-Flotta meta fil-fatt din hija msemmija għall-personaġġ Ingliż bħal Triq Cameron eċċ. liema toroq kollha huma msemmija għall-personaġġi jew Gvernaturi Ingliżi?", "Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata din it- traduzzjoni żbaljata mill-Kumitat tat-Toroq u bil-Malti tissemma għal dak il-personaġġ Ingliż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed ninvestiga dan il-każ.", "ŻURRIEQ - TRIQ IL-BLUE GROTTO - KUNTRATTURI", "29331.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Pulizija kontra żewġ kuntratturi li ġew iddentifikati lilha bħala responsabbli li t-trukkijijiet tagħhom qed iwaqqgħu terrapien u ġebel kbir fi Triq il-Blue Grotto, iż-Żurrieq?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): L-investigazzjonijiet saru iżda ma kienx hemm provi biżżejjed biex iwasslu għal proċeduri fil-Qorti.", "GWARDAMANGIA - TISWIJA TA' TRIQ ZAMMIT CLAPP", "29332.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jaf il-Ministru li n-naħa ta' fuq ta' Triq Zammit Clapp, Gwardamangia fiha ħafna ħofor kbar li qed jikkaġunaw ħsarat lill-vetturi u karozzi?", "Meta se jimtlew dawn il-ħofor?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Il-manutenzjoni tat-toroq fil-lokal għaddiet f'idejn il- kunsilli lokali mill-1 t'April, 1995.", "GWARDAMANGIA - TRIQ ZAMMIT CLAPP - ONE WAY", "29333.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk Triq Zammit Clapp fi Gwardamangia, tistax issir one way fis-sens li jitilgħu minnha biss dawk il-vetturi li jkunu sejrin lejn l- Imsida u jkunu jridu jagħmlu short-cut għall-isptar peress li l-karozzi li jkunu neżlin mill-Isptar għall-Imsida qed joħolqu konġestjoni tat-traffiku ladarba din it-triq hija dejqa ħafna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "ELEZZJONI ĠENERALI - NIES LI ĠEW MINN BARRA BIEX JIVVOTAW", "29334.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' nies li vvotaw fl- elezzjoni li kienu joqogħdu barra minn Malta iżda kienu ntitolati għall- vot, liema nies ġew mgħejjuna biex jivjaġġaw fuq l-Air Malta bi prezz sussidjat?", "Kemm fil-fatt kien hemm minn dawn in-nies?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown kemm minn dawn ġew mill-Ingilterra, mill-Kanada, mill-Awstralja u minn pajjiżi oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mhux possibbli li jingħata t-tagħrif mitlub fl- ewwel parti tal-mistoqsija.", "Ninsab informat li filwaqt li mhux magħruf kemm ġew nies minn barra bil- faċilitajiet li kienet provdiet dak iż-żmien l-\"Air Malta\" biex jivvotaw fl- Elezzjonijiet Ġenerali ta' l-1976, 1981 u 1987, fl-Elezzjoni ta' l-1992 l- \"Air Malta\" ġarret 856 persuna li \"prima facie\" kellhom il-kwalifiki u xtaqu li jiġu Malta biex jivvotaw.", "Dawn ġew mill-pajjiżi li jidhru fit- Tabella A li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTARIJIET PRIVATI/KLINIĊI - REGOLAMENTI", "29607.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-regolamenti li jikkonċernaw il-kliniċi u sptarijiet privati fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Diġa' ġew poġġuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MEDIĊINA KEMOTERAPEWTIKA", "29608.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permessibbli li mediċina kemoterapewtika tiġi mħallta għall-użu ta' pazjenti fid-djar tagħhom, jiġifieri mhux fl-isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li għalkemm m'hemm xejn illegali li dawn il-mediċini jitħalltu fid-djar, din il-prattika mhix rakkommandabbli ħlief f'xi każi eċċezzjonali.", "SPTARIJIET TAL-GVERN - WARD PHARMACISTS", "29609.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu postijiet ta' Ward Pharmacists fl-iSptarijiet tal-Gvern?", "F'liema sptarijiet u sessjonijiet jaħdmu?", "Fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom u għal min huma responsabbli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bħalissa hemm 13-il spiżjar jaħdmu fl-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa.", "Dawn huma kollha nvoluti b'xi mod fil-'Ward Pharmacy Project' li huwa responsabbilita' ta' l-Ispiżjar Prinċipali ('Principal Pharmacist').", "Dawn qegħdin jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Mediċina, Kirurġija u Ortopedija u joffru wkoll servizz lid-dipartimenti l-oħra ta' l-isptar skond il-bżonn.", "Il-funzjoni tal-ispiżjar hi li jaħdem ma' professjonisti oħra fil-qasam tas-saħħa (bħal infermiera u tobba) u li jikkontribwixxi biex jiżgura l- aħjar użu tal-mediċini.", "Permezz tal-'Ward Pharmacy', is-servizz li jagħti l-ispiżjar minn ġo l-ispiżerija u minn fuq il-kumitati jestendi ruħu għal ġo swali.", "B'hekk aktar pazjenti jibbenefikaw direttament mis-servizzi tal- ispiżjara.", "Barra minn hekk il-'Ward Pharmacy' iservi bħala mezz importanti u kontinwu ta' tagħlim, komunikazzjoni u żvilupp.", "SPTARIJIET - SERVIZZI", "29610.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttur responsabbli għas- servizzi ta' l-isptarijiet qattx ta direttiva dwar min għandu jkun responsabbli biex jiġu rikostitwiti mediċini kemoterapewtiċi fit-trattament ta' pazjenti bil-kanċer?", "Qatt ħa deċiżjoni dan l-uffiċjal għoli dwar min għandu jagħmel dan ix-xogħol - l-infermiera jew l-ispiżjara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li r-rakkomandazzjonijiet ta' kumitat magħmul minn esperti kliniċi flimkien ma' rappreżentanti ta' l- istaff involut fir-rikostituzzjoni ta' mediċini kemoterapewtiċi, ġew aċċettati mid-dipartiment għas-servizzi ta' l-isptarijiet u sussegwentement ngħataw id-direttivi meħtieġa mid-Direttur biex dawn ir- rakkomandazzjonijiet jiġu mplimentati.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - GUIDELINES", "29611.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa qattx kellu \"guidelines\" ċari tal-miżuri li għandhom jittieħdu waqt li jiġu mħallta sustanzi kemoterapewtiċi fit-trattament ta' pazjenti bil-kanċer biex jiġi żgurat li dan il-proċess ikun ta' l-inqas dannu għall-ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'dawn l-aħħar snin id- Dipartiment tas-Saħħa, konxju mis-Saħħa tal-ħaddiem, ħa miżuri iżjed stretti biex it-taħlit jitwettaq b'mod li ma jikkaġuna l-ebda ħsara lis- saħħa tal-ħaddiema.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL", "29612.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu d-Dipartiment tas- Saħħa biex il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-infermiera jiġu ameljorati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-pakkett ta' miżuri ta' inċentivi li tħabbru fil-passat kif ukoll għall-Ftehim li ntalħaq bejn il-Gvern u ż-żewġ 'Unions' (il-'General Workers Union' u l- 'Union' Ħaddiema Magħqudin) li ġie ffirmat f'Mejju, 1993.", "Dan il-ftehim jagħlaq fl-aħħar ta' din is-sena u diġa' qegħdin jittieħdu passi biex jinfetħu d-diskussjonijiet dwar ftehim ġdid.", "Barra minn hekk, qed jittieħdu miżuri biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-'Part Time Nurses' u biex temporanjament jinġiebu 'nurses' barranin biex itaffu n-nuqqas.", "ALKOĦOL - ABBUŻ MILL-ALKOĦOL", "29756.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna talbet għajnuna medika matul din is-sena minħabba abbuż ta' l-alkoħol?", "Kemm-il persuna talbet din l-għajnuna aktar minn darba?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn jinżammu dawk li jkollhom bżonn ma jibqgħux fil-komunita' għal xi żmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POSTA - SUB-UFFIĊĊJI TAL-POSTA", "29757.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn 'sub- post offices' f'Malta w Għawdex?", "Fejn jinstabu?", "Kemm infetħu matul din is- sena finanzjarja?", "Kemm ma baqgħux joperaw fl-istess żmien?", "Fejn hu maħsub li jinfetħu aktar 'sub-post offices'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li n-numru ta' Sub-Uffiċċji tal- Posta li bħalissa qed joperaw uffiċjalment huwa ta' 18 f'Malta u tlieta f'Għawdex kif jidher fit-tabella hawn taħt:-", "MALTA", "Attard, B'Buġia, Buġibba, Dingli, Fgura, Għaxaq, M'Scala, M'Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Kalkara, Qrendi, San Gwann, Siġġiewi, Sliema, Santa Luċija, Tarxien, Ta' Xbiex.", "GĦAWDEX", "Qala, Xewkija, Xlendi.", "Fl-1995 infetaħ Sub-Uffiċċju wieħed, li nfetaħ fis-Swieqi fit-2 ta' Mejju, 1995.", "Dan l-istess Sub-Uffiċċju ngħalaq fil-11 ta' Novembru, 1995.", "Jiena nfurmat ukoll li ma ddumx ma toħroġ sejħa oħra għall- applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' Sub-Uffiċċju fl-inħawi tas-Swieqi kif diġa tħabbar fil-media.", "TAŻ-ŻWEJT - PLOTS 135-136", "29785.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li l-plots battala 135-136 Taż-Żwejt se jiġu żviluppati?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li kif jirriżulta mir-rapport amministrattiv ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 1994/1995 dawn iż-żewġ plots se jinbnew mill-Awtorita' bħala maisonettes.", "WSC - ĦADDIEMA IMPRESSED", "29786.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-ħaddiema impressed li hemm mal-Water Services Corporation hux se jingħataw xi preferenza għal mili tal-postijiet battala ta' detectors mal-Water Services Corporation?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se titratta l-mili ta' postijiet battala ta' detectors bħal kull applikazzjoni oħra, jiġifieri li l-applikanti jintgħażlu skond il-merti tagħhom.", "Mhux se jingħataw xi preferenzi lil xi kategorija partikolari.", "MEDIGRAIN - SENSJI", "29798.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Medigrain tat is-sensja lil tliet ħaddiema li kienu jaħdmu bħala Public Weighers magħha meta dawn kienu jitħallsu biss tax-xogħol li jagħmlu u l-ħlas tagħhom kien jitħallas mill- konsumatur?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tliet \"Public Weighers\" qatt ma kienu mpjegati mal-\"Medigrain\" u l-\"Medigrain\" qatt ma kellha obbligu statutorju jew kuntrattwali li timpjega s-servizzi tagħhom.", "Dawn il-\"Public Weighers\" li huma \" self-employed\" kienu jattendu għal użin ta' ċertu ċereali (xgħir u qamħirrun) u mingħajr ma jattendu waqt il- kunsinna ta' dawn iċ-ċereali mill-imħażen tal- \"Medigrain\" kienu jiċċarġjaw lill-Kumpanija rata ta' 3c fit-tunnelata waqt il-hatt u 8c fit-tunellata għall-kwantitajiet mibjugħa.", "Waqt verifika interna l-\"Medigrain\" irrealizzat li s-servizz provdut mill- \"Public Weighers\" kien għal kollox superflu u wara li rrapportat dan il- fatt lill-Gvern irċeviet l-awtoriżazzjoni mingħand il-MIMCOL f'Lulju 1995 biex tittermina dan l-arranġament li kien jiswa lill-kumpannija Lm11.000 fis-sena.", "MEDIGRAIN - XOGĦOL TA' WEIGHER", "29799.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' weigher fil-Medigrain minflok it-tliet qualified weighers li tkeċċew?", "Min qiegħed jagħmel dan ix-xogħol, hu kwalifikat?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lil Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 29798 u nżid li x-xoghol li kienu jagħmlu l-\"Public Weighers\" kien dejjem isir mill- miżien li hemm fis-\"Silo\" taħt is-sorveljanza tal-\"Foreman\" tal- \"Medigrain\" fil-preżenza ta' rappreżentant tas-\"Societe Generale De Survielannce\" ta' Ġinevra.", "PULIZIJA - ĊANA", "29800.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid kemm-il pulizija ħadet ċana (ta' l-injam) mill- garage tal-mastrudaxxi għall-użu tal-Kavallerija mill-ewwel ta' Jannar sal- lum", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sat-23 ta' Novembru, il-pulizija tal-Kavallerija ħadet mill-\"Garage ta' l-Enginnering Machinery and Workshops Division\" tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, il-Marsa, 37.865 metri kubi ta' ċana.", "SKEJJEL - KINDERGARTEN \"LANKIN\"", "29820.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jinvestiga b'liema dritt l-iskola tal- Kindergarten \"Lankin\" ta' Ħ'Attard tgħid lill-ġenituri li minn Jannar li ġej m'għandhomx jibagħtu aktar xi xorb (bħal orange juice) mat-tfal tagħhom għaliex se jibdew jingħataw tazza ħalib mill-iskola u ta' dan iridu jħallsu Lm6 kull term?", "Diretturi ta' skola jistgħu jindaħlu b'dan il-mod lill-ġenituri li diġa' qed iħallsu Lm70 kull term għal tfal żgħar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minn investigazzjoni li saret ma' l-awtoritajiet ta' l-iskola irriżulta li l-Kap ta' l-iskola Thai Lakin, ġiet avviċinata mill-Malta Dairy Products biex jaraw jekk iridux li jipprovdulhom tazza ``flavoured milk drink'' kuljum għal kull student bi ħlas ta' 10 ċenteżmi.", "Il-Kap ta' l-iskola bagħtet ċirkolari qasira lill-ġenituri fejn staqsiethom jekk iridux li uliedhom jagħmlu użu minn din l-offerta bi ħlas ta' Lm6 kull term.", "Il-ġenituri ta' 200 student aċċettaw.", "L-oħrajn ikunu jistgħu jkomplu jieħdu magħhom ix-xorb li jippreferu.", "MĠARR - QTIL TAL-BARUNI FRANCIS SANT'CASSIA", "29821.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Issa li għaddiet sena oħra fuq il-qtil tal-Baruni Francis Sant Cassia fl-Imġarr, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-affarijiet?", "L-inkjesta tal-maġistrat tlestiet?", "Peress li l-predeċessur tiegħek kien qal aktar minn sena ilu li l- inkjesta tal-maġistrat kienet waslet biex tintemm, jista' l-Ministru jgħid jekk dan jistax jiġi kkonfermat?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ġejt informat li l-inkjesta dwar il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant għadha ma ngħalqitx.", "PULIZIJA - QTIL TAL-BARUNI FRANCIS SANT CASSIA", "29822.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Il- pulizija ippreżentat lill-Qorti ix-xhieda kollha tagħha u d-dokumenti kollha fil-każ tal-qtil tal-Baruni Francis Sant Cassia?", "L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom sejrin biex jinqabad il- ħalliel?", "Mindu sar il-qtil, kemm-il darba inbidel l-uffiċjal investigattiv u għal- liema raġuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija ippreżentat quddiem il-Maġistrat Inkwirenti kull evidenza li skopriet s'issa, matul l-investigazzjoni dwar il-qtil tal- Baruni Francis Sant Cassia, liema investigazzjoni għadha sejra u għadha qed titmexxa mill-istess spettur li kien bdieha.", "DIPARTIMENT GĦALL-IKEL, AGRIKOLTURA U SAJD - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL- BDIEWA", "29823.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm saru talbiet għall-għajnuna mill-bdiewa, li l-uċuħ tar- raba' tagħhom intlaqtu mill-maltemp?", "X'kienet is-somma totali mitluba?", "X'kienet is-somma mħallsa mid-Dipartiment tal-Biedja?", "Kemm hemm talbiet li għadhom pendenti?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li matul s-sena finanzjarja 1995 saru 294 talba minn 159 bidwi għal għajnuna wara li l-wiċċ tar-raba' tagħhom intlaqat mill-maltemp.", "Dawn it-talbiet għadhom qed jiġu mistħarrġa.", "Matul is-sena finanzjarja d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħareġ bħala kumpens 'delivery notes' għal kompost b'xejn mill-Impjant ta' Sant'Antnin lil dawk il-bdiewa li tilfu ħamrija fil-maltemp tas-sena l-oħra.", "Barra min hekk id-dipartiment ħaddem skema ta' kisi ta' toroq għall-bdiewa fejn dawn ġratilhom ħsara bil-maltemp.", "Dan sar flok li ngħata kumpens finanzjarju lill-bdiewa konċernati.", "Jiena pproponejt li dan isir għax huwa ta' benefiċċju akbar u aktar fit-tul minn kwalunkwe kumpens finanzjarju li jitħallas.", "Dan ix-xogħol sejjer ikompli matul is-sena d-dieħla.", "MTARFA - QASAM TAD-DJAR BLK D - TINDIF", "29852.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jsir kordinament meħtieġ sabiex id- dipartiment konċernat jara li jiġu mnaddfa l-partijiet ta' quddiem Blk D fl- Imtarfa mill-ħaxix ħażin, skart u jsir żbir ta' siġar u manutenzjoni oħra bħal toroq, bankini, dwal eċċ.?", "Billi matul dawn l-aħħar snin dawn il-bżonnijiet ġew abbandunati, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet jsiru?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Ix-xogħol imsemmi hu parti mill-programm tax-xogħol tal-Ministeru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd għax-xhur li ġejjin.", "MTARFA - PRINCE OF WALES AVENUE - TINDIF", "29853.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi f'Prince of Wales Avenue, fl-Imtarfa jenħtieġ li titnaddaf mill-ħaxix ħażin u ssirilha l-manutenzjoni fit-toroq, bankini u dwal, jista' l-Ministru jara li dawn ix-xogħlijiet jiġu kordinati mill-aktar fis possibbli sabiex għal festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena dawn ir-residenti jkollhom ambjent kif jixraq?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nirriferik għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 29852.", "MTARFA - BLK H - MANUTENZJONI TA' PASSAĠĠ", "29862.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi l-passaġġ tar-residenti ta' Blk H, fl-Imtarfa li hemm qabel il-parti tal-\"parking area\" huwa kollu ħofor u żdingat, jista' l- Ministru jara li jirrimedja bix-xogħlijiet ta' manutenzjoni u/jew tarmac?", "Billi l-istat ta' dan il-passaġġ qed ikun ta' skomdu u ta' inkonvenjent għar-residenti partikolarment it-tfal, jista' l-Ministru jara li x- xogħlijiet isiru mmedjatament u preferibbilment qabel il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-sena?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 29848 (Seduta 479)."]} {"filename": "20010529_544d_par.doc", "date": "2001-05-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 544 It-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 544", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "544", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2001", "WERREJ MINUTI 130", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 130", "TQEGĦID TA' KARTI 133", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTI ARTIJIET (IT-TIENI QARI)", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL (SECOND READING) 135", "ĠĠORNAMENT 156", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 162", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 543 li saret fid-28 ta' Mejju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "25897.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid bħalissa kemm hemm ħaddiema fis-settur pubbliku li huma mpjegati bħala tobba, fiżjoterapisti, infermiera, radjologi, laboratory technicians, special therapists, pulizija, għalliema, kindergarten assistants, facilitators u psychologists?", "Kemm kien hemm impjegati fl-1996 u fl-1998 fl-istess kategoriji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li n-numru ta' ħaddiema mpjegati mas-servizz pubbliku fil-kategoriji msemmija mill-Onor.", "Interpellant għas-snin 1996, 1998 u 2001 huwa kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Jaħseb il-Prim Ministru li bl-ingaġġ ta' dawn in-nies is-servizzi li joffri l-gvern se jammeljoraw?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jirriżulta li bejn l-1996 u l-2001 it-tobba żdiedu b'29; il-fiżjoterapisti żdiedu b'39; l-infermiera żdiedu b'610; ir-radjologi żdiedu bi 17; il-lab technologists żdiedu b'34; imbagħad hemm żieda qawwija ta' għalliema li żdiedu minn 3,100 għal 3,552, żieda ta' 450; il- kindergarten assistants żdiedu b'85; waqt li din is-sena l-facilitators żdiedu b'34 meta erba' snin ilu ma kien hemm xejn.", "Għalhekk wieħed mill- ewwel jinduna li l-aktar li kien hemm żidiet kien fil-qasam ta' l- edukazzjoni u fil-qasam tal-mediċina.", "PERSONALISED NUMBER PLATES", "25236.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo): staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn personalised number plates?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li llum hawn 33,001 personalised number plates.", "KAROZZI TAL-LINJA – YEAR OF MANUFACTURE", "25237.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo): staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja u x'inhu l-year of manufacture?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta' karozzi tal-linja lliċenzjati f'Malta u Għawdex huwa ta' 573.", "Il-year of manufacture hu kif ġej:", "|Qabel l-1940 | 79| |1941 - 1950 | 18| |1951 - 1960 | 116 | |1961 – 1970 | 108 | |1971 – 1980 | 194 | |1981 – 1990 | 38| |1991 – 2001 | 20|", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-573 tal- linja qegħdin jintużaw?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nista' nikkonferma li dawn il-573 karozza tal-linja għadhom qed jagħtu servizz.", "Hemm 17 jew 18 oħra li għalkemm hemm in-number plate tagħhom, fil-preżent m'humiex qed jagħtu servizz.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, minn pubblikazzjoni li rċevejt illum jirriżulta li bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea, speċifikament għall- belt ta' Palermo ġiet ivvotata parti minn somma li tammonta għal Euro 10,000 miljun, biex tintuża għal sistema teknoloġikament avvanzata li biha jkunu jafu l-pożizzjoni eżatta ta' kull karozza tal-linja.", "Jista' l- Ministru jgħidilna kemm neħtieġu din it-tip ta' għajnuna biex forsi anke aħna xi darba jkollna titjib f'dan is-settur?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, naturalment kieku kellha tiġi għajnuna bħal din pajjiżna jilqagħha b'idejh miftuħa għax bis-sistema ta' bus location inkunu nistgħu nsolvu darba għal dejjem id-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom ta' kuljum.", "Fil-fatt hemm il-possibbilta' li ma ndumux wisq ma jkollna l-ewwel parti ta' din is-sistema peress li t-tender għat- ticketing machines qiegħda fl-istadju li tiġi evalwata.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, x'inhu jsir fil-preżent biex is- servizz eżistenti tat-trasport pubbliku jitjieb sakemm l-Unjoni Ewropea ssolvilna l-problemi kollha, kif wegħduna tan-naħa tal-gvern?", "Nafu li saru ħafna talbiet min-naħa tal-kunsilli lokali, fosthom biex ir-rotot jsiru aktar frekwenti u anke jiddaħħlu oħrajn ġodda, speċjalment f'areas ġodda.", "Jista' l-Ministru jgħid kif intlaqgħu dawn it-talbiet u x'diskussjonijiet għaddejjin f'dan ir-rigward?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, din in-naħa tal-Kamra qatt m'għexet b'xi illużjoni li l-Unjoni Ewropea jew inkella xi Svizzera x'imkien sejra ssolvilna l-problemi kollha.", "Il-problemi tagħna aħna rridu nsolvuhom aħna permezz tal-ħidma tagħna.", "Irrid ngħid li din tat-tibdil fir-rotot mhux xi fenomenu ġdid għax talbiet mill-kunsilli lokali kif ukoll miċ-ċittadini stess jidħlu b'mod regolari.", "Dan ma jfissirx li kull talba, anke jekk tkun ġustifikata, se tiġi aċċettata mill-ewwel mis-sidien tal-karozzi tal-linja.", "Infatti mhux l- ewwel darba li kellhom jintervjenu l-awtorita' jew il-ministeru biex jidħlu fis-seħħ ċerti bidliet.", "Dan jimplika wkoll li jkollna sigħat twal ta' diskussjonijiet mas-sidien biex jiġu stabiliti rotot ġodda u biex ikun hemm ukoll ċerti estensjonijiet.", "Għalkemm kultant ikun hemm reżistenza pjuttost qawwija min- naħa tas-sidien tal-karozzi tal-linja, aħna nagħmlu l-almu tagħna biex kemm jista' jkun nipprovaw insolvu ħafna mill-problemi li jeżistu f'dan is- settur.", "ĠLIEDA KONTRA D-DROGA – KLIEB", "25238.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo): staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm instabet droga is-sena l- oħra mit-taqsima tal-klieb ta' kontra d-droga tad-dwana?", "Kemm hemm klieb f'din it-taqsima u kemm hemm handlers?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-sena l-oħra kien hemm każ wieħed fejn instabet droga mit- taqsima tal-klieb ta' kontra d-droga tad-dwana.", "Fit-taqsima hemm ħamest iklieb u ħames handlers.", "KAĊĊATURI U NASSABA – KSUR TA' REGOLAMENTI", "25239.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi u nassaba jiksru xi regolament?", "Kemm inqabdu fuq l-art u kemm fuq il-baħar u x'tip ta' regolarment kissru?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-intern): Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` April 2001 inqabdu 140 persuna jiksru l-Ordinanza dwar l-Armi - 122 fuq l-art u 18 fuq il-baħar – u jiksru r-regolamenti ta` l-1993 dwar il-ħarsien ta` l-għasafar u l-fenek selvaġġ u dwar l-għasafar u l-fenek selvaġġ (dikjarazzjoni ta` speċi protetti u riservi naturali).", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' patrol jew għassa ssir fuq il-kosta sabiex jinqabdu dawk li jiksru r-regolamenti dwar il- ħarsien ta' l-għasafar?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-istaġun tal-kaċċa, il-membri tal-pulizija jiżdiedu u safejn hu umanament possibbli jagħmlu ċerta sorveljanza, anke fuq il-baħar.", "Għalkemm il-kaċċaturi ta' fuq l-art sikwit jagħmlu protesti għax jgħidu li mhux qed isir enforcement biżżejjed fuq il-baħar, nista' ngħid li n- numru ta' kaċċaturi li dan l-aħħar tressqu l-qorti żdied konsiderevolment.", "Minkejja li l-pulizija kultant tiġi kkritikata minn persuni li għandhom għal qalbhom il-protezzjoni ta' l-għasafar, iċ-ċifri juru li fil-liġi tal- kaċċa qatt ma sar enforcement daqskemm qed isir f'dawn il-ġranet.", "Nieħu gost li l-federazzjoni tal-kaċċaturi hija favur l-enforcement tar- regolamenti u nemmen li dawn għandhom bil-prudenza kollha jiġu nforzati.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ma jaħsibx il-Ministru li biex tiġi kkontrollata l-kaċċa fuq il-baħar għandhom jiġu kkontrollati ċerti postijiet fejn jistgħu jitniżlu opri tal-baħar għal dan l-iskop?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Huma ħafna dawk il-postijiet mnejn wieħed jista' jniżżel dgħajsa biex jippprattika l-kaċċa fuq il-baħar, għax din m'għandhiex għalfejn tkun ta' daqs enormi.", "Ġieli jsiru patrols u kemm-il darba jinqabdu persuni li jkunu qed jiksru l-liġi, pero' inkun prusuntuż jekk ngħid li dawk dejjem jinqabdu.", "Jiena se nieħu nota tas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant, pero' jrid japprezza wkoll kemm huwa diffiċli li toqgħod għassa tax-xtut kollha fl- istess ħin meta tkun għaddejja din l-attivita' jew dan l-isport tant popolari.", "Jista' jkun li ċerti postijiet ikunu aktar popolari minn oħrajn fl-istaġun tal-kaċċa fuq il-baħar u forsi li għalhekk qed ikun hemm ir- riżultati pożittivi li semmejt.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, dan id-delizzju, aktar minn attivita' jew sport, ġieli jsir permezz ta' dgħajjes li jkunu ankrati jew li jkollhom mutur ta' ċertu daqs.", "Għalija m'huwiex sew li wieħed jiġri aktar mill-għasfur biex imbagħad jispiċċa jispara minn taħtu, pero' f'pajjiżna m'għandniex regolamenti dwar din it-tip ta' kaċċa.", "Jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qiegħed jikkonsidra li jirrevedi l-liġi tal-kaċċa fuq il-baħar biex din tkun konformi mal-liġijiet li jeżistu barra minn Malta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-federazzjoni tal-kaċċaturi talbet biex jitneħħa dak li huma jikkonsidrawh bħala xkiel żejjed fil-kaċċa li ssir fuq il-baħar.", "Dawn ir-regolamenti proprjament ma jaqgħux taħt il-ministeru tiegħi pero' naf li saru diskussjonijiet bejn il-ministeru ta' l-intern u l-ministeru għall-ambjent dwar dan is-suġġett.", "Safejn naf jien ir-regolamenti għadhom dawk ta' l-1993 li kienu ġew emendati fl-1997.", "LIĠI TAL-COPYRIGHT – KSUR TA' REGOLAMENTI", "25240.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l- qorti fuq ksur tal-liġi tal-copyright u kemm inqabad materjal illegali is- sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-30 ta` April 2001, il-pulizija qabdet 17-il persuna bi ksur tal-liġi tal-copyright u dawn ittellgħu l-qorti.", "Il-materjal maqbud kien jinkludi ħwejjeġ, DVDs, logħob, CDs, smart cards, video cassettes u sigaretti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, domanda supplimentari", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Meta l-Ministru jsemmi \"logħob\", ikun qed jinkludi logħob tal-computer?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, qed nalludi għal-logħob tal-computer.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' barranin li nqabdu jaħdmu bla permess bejn l- 1995 u t-30 ta' April 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25981;", "Lista li turi l-istabilimenti fil-Belt Valletta li għandhom permess joħorġu mwejjed/siġġijiet fuq barra, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "26122; u", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' ittra mibgħuta mid-dipartiment tal-protokoll fil-ministeru għall-affarijiet barranin lill-kap ta' l-oppożizzjoni fl-4 ta' Mejju 2001, flimkien ma' rapport mill-istess dipartiment datat 16 ta' Mejju 2001, b'riferenza għall-udjenza li l-kap ta' l-oppożizzjoni kellu mal- Qdusija Tiegħu l-Papa fil-Palazz il-Belt, fit-8 ta' Mejju 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25882; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-għadd ta' postijiet li tqassmu mid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali bejn Ottubru 1998 u Mejju 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "26004; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati fuq parental leave fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Viċi Prim Ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "26040; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar uffiċjali pubbliċi fuq performance agreement li barra performance bonus irċevew ħlas, kumpens jew xi benefiċċju ieħor għal xi ħatra jew nomina oħra waqt li kienu fuq performance agreement bejn l-1998 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25885; u", "Lista taż-żgħażagħ li żaru ċ-Ċina matul l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "26050; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar uffiċjali pubbliċi fuq performance agreement li barra performance bonus irċevew ħlas, kumpens jew xi benefiċċju ieħor għal xi ħatra jew nomina oħra waqt li kienu fuq performance agreement bejn l-1998 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25884; u", "Tagħrif dwar l-ammont ta' overtime imħallas lill-impjegati tal-Borża bejn Settembru 1998 u April 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25961; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ammont ta' skart li ddaħħal fil-Magħtab bejn Jannar u Marzu 2001, flimkien mal-ħlasijiet li saru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25749; u", "Kopja tal-pjanta tax-xogħlijiet fil-King George V playing fields, fil- Furjana, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "26085; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi importati bejn l-1998 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25241.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' impjegati fuq parental leave fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "26036.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTI ARTIJIET", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL", "L-Ordni għat-Tieni qari ġie moqri", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "(Ikompli mill-21 ta' Mejju 2001)", "MR.", "SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, l-ewwelnett irrid ngħid li din il- liġi li għandna quddiemna hija liġi li b'mod ġenerali ma tantx għandna oġġezzjonijiet għaliha pero' x-xejra tad-diskussjoni bilfors iġġiegħlna nitkellmu fuqha b'ċertu ton.", "Jiena smajt lill-kollega tan-naħa l-oħra, l- Onor. George Pullicino, jitkellem fuq il-liġi tal-BDA u waqt id-diskors li għamel ikkritika ħafna l-mod kif kienet imħaddma u abbużata din il-liġi.", "Bla dubju huwa veru li din il-liġi ġiet abbużata pero' donna nsejna minn fejn konna tlaqna qabel ma kellna l-liġi tal-BDA!", "Qabel ma kellna l-liġi tal-BDA kien hemm liġi li saret ħafna ħafna snin qabel li li permezz tagħha l-izvilupp kien ikkontrollat permezz ta' l- iskemi.", "Il-mod ta' kif kienu jsiru dawn l-iskemi ħafna drabi kien li wieħed bħala żviluppatur jew inkella bħala proprjetarju ta' art, seta' jqabbad il- perit tiegħu biex dik l-art jaqsamha fi plots, jagħmel it-toroq fuq il- pjanta u mbagħad jagħtiha lill-ministru konċernat li min-naħa tiegħu jew japprova l-iskema jew le.", "Fis-sittinijiet saru ħafna skemi b'dan il-mod, bħal per eżempju Santa Maria Estate, parti mill-Qawra u f'Wied il-Għajn.", "Dawn konna ngħidulhom skemi privati.", "L-areas fejn kienu saru dawn it-tip ta' skemi privati huma diversi.", "L-iskemi privati li saru b'dan il-mod kienu skemi li verament kienu saru mingħajr l-ebda bażi xjentifika rigward il-mod kif tkabbar l-art li hi tajba għall-iżvilupp.", "Fl-1971, gvern Laburista sab is-sitwazzjoni fejn kien hawn dawn l-iskemi.", "Il-liġi baqgħet l-istess, jiġifieri li nies li riedu jkabbru l-iskemi setgħu jagħmlu talba lill-ministru konċernat li kien ikun il-ministru responsabbli mill-PAPB.", "Il-PAPB, tramite l-ministru, kien jiddeċiedi jekk dik l-iskema tiġix inkluża jew le.", "Il-punt tiegħi hu li meta fl-1971, il- gvern Laburista kien sab dik is-sitwazzjoni, kien ħa wkoll kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet soċjali tagħna l-Maltin.", "Aħna niftakru li qabel l-elezzjoni ta' l-1971, saħansitra membri parlamentari, illum ministri tal-gvern Nazzjonalista tal-lum, kienu għamlu protesti ġewwa l-Belt kontra s- sitwazzjoni ta' dakinhar fejn f'pajjiżna kellna domanda kbira għall- housing.", "Din id-domanda għal housing ma kenitx qed tiġi sodisfatta mill- gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1962 u 1971 u għalhekk il-gvern Laburista kien beda juża l-liġi li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu dakinhar, jiġifieri l-liġi ta' l-iskemi, biex joħloq il-kunċett ġdid ta' skemi għall- iżvilupp soċjali jew kif kienu magħrufa aħjar, il-home ownership schemes.", "Dawn kienu l-iskemi li permezz tagħhom il-gvern kien iqassam l-art fi plots u dik l-art imbagħad kienet tingħata b'ċens lil dawk li kienu japplikaw għaliha.", "Din kienet is-sistema.", "Kien proprju minħabba dik l-inizjattiva ta' gvern Laburista ta' bejn l-1971 u 1987 li aħna f'Malta sirna wieħed minn dawk in-nazzjonijiet li l-aktar għandna home ownership, jiġifieri persentaġġ ta' nies li huwa home owners.", "Fil-fatt jidhirli li madwar 67% tal-Maltin huma s-sid ta' darhom.", "Dakinhar kienu ttieħdu inizjattivi oħra sabiex tiġi pprovduta akkomodazzjoni għal dawk li kellhom bżonnha.", "Fost l-oħrajn - u naħseb li bħala inizjattiva li ttieħdet kienet tajba ħafna - kien hemm il-bini ta' appartamenti tal-gvern li mbagħad kienu jinkrew lil dawk in-nies li ma kinux jaffordjaw li jieħdu l-art b'ċens sabiex jibnuha.", "Irridu niftakru li meta tiġi biex tibni proprjeta' għall- abitazzjoni tiegħek, mhux biżżejjed li xi ħadd jagħtik l-art.", "Jekk jagħtik l-art, speċjalment bil-prezzijiet ta' l-art kif inhuma llum, m' għandniex xi ngħidu jkun qed igħinek ħafna imma mbagħad għandek spiża ħafna akbar - għallinqas hekk kienet bejn l-1971 u l-1987 - sabiex dik l-art tibniha u tagħmilha dar għalik.", "Minkejja l-isforzi li kienu qed isiru mill- gvernijiet ta' dakinhar, minkejja t-tqassim t'eluf ta' plots, xorta kien hemm faxxa ta' nies li ma knux japplikaw għal dawn l-plots minħabba li ma kellhomx ir-riżorsi finanzjarji jew il-kapaċitajiet.", "Irridu niftakru li ħafna minn dawk li kienu jieħdu dawn il-plots kienu għarajjes u forsi l-familjari tagħhom u kienu jibnu d-djar huma.", "Jien niftakar li dik il-ħabta kont għadni kemm ilħaqt perit u min jaf kemm mort fuq lantijiet tax-xogħol ta' klijenti tiegħi u rajt lill-missier l-għarus, l-għarus innifsu u l-għarusa jagħġnu t-tajn u jibnu.", "Hekk kienu jibnuhom id-djar!", "Hu b'dan il-mod li llum għandna l-housing stock li hawn f'Malta.", "Kieku ma kienx għal dik l-inizjattiva - li kienet tiegħi dakinhar - fejn tqassmu dawn il-plots permezz ta' home ownership schemes, kieku llum m'għandniex din is-sitwazzjoni fejn bir-raġun niftaħru li għandna perċentaġġ qawwi ta' Maltin li huma s-sidien ta' darhom.", "Dakinhar kienu ttieħdu inizjattivi oħrajn bħala għajnuna, fosthom self issussidjat mill- Lohombus li kien jingħata lil min kien ikun irid jixtri jew jibni daru u ħafna affarijiet bħal dawn.", "Is-sitwazzjoni fl-1971 kienet li l-gvern Laburista kien uża l-liġi eżistenti dakinhar fejn il-ministru kellu d-dritt li jagħmel l-iskemi.", "Fil-fatt kien jagħmel skemi għall-bini tad-djar u bini ta' appartamenti tal- gvern.", "Jiena qed ngħid dan għax tan-naħa l-oħra, inkluż l-Onor Pulliċino, jrid jagħrfu li għalkemm kienu jsiru l-abbużi u kien hemm ħafna allegazzjonijiet ta' abbużi anki f'dan il-parlament - u hawn irrid ngħid li ħadd qatt ma pprova xejn - dawk l-iskemi kellhom warajhom ħsieb soċjali.", "Fl-1983, il-gvern Laburista kien iddejjaq jisma' fuq dawn l-allegati abbużi li kienu qed isiru u ddeċieda li jibdel il-liġi.", "Kien bidel il-liġi b'tali mod u manjiera li neħħa l-poter li kellu l-ministru li jagħmel l-iskemi tal- bini u minflok daħħal il-liġi tal-BDA, il-Building Development Act.", "Permezz ta' din il-liġi wieħed seta' jibni jekk ikun f'ċerta distanzi mill- bini eżistenti.", "It-tieni parti tal-liġi kienet tgħid li l-ministru seta', wara proċess ta' konsultazzjoni, iressaq il-BDAs.", "Dan minħabba li matul iż- żminijiet l-affarijiet kienu bdew jinbidlu u bdiet issir ħafna iktar pressjoni mill-għaqdiet ambjentali.", "Il-kuxjenza ambjentali f'pajjiżna bdiet tikber u għalhekk kien hemm ukoll proċess ta' konsultazzjoni pubblika.", "Meta kienu jiġu proposti dawn il-building development areas, dawn kienu jiġu ppublikati, kien jingħata żmien sabiex issir il-kritika u l- kummenti minn dawk kollha li setgħu kienu nteressati u abbażi tal-kummenti li kienu jsiru mbagħad il-BDAs kienu jitressqu f'dan il-parlament.", "Mhux l-ewwel darba li kien hemm BDAs li kienu proposti oriġinarjament mill- ministru konċernat u ma tressqux fil-parlament għax instab li għal xi raġuni jew oħra kien hemm xi ħaġa proposta li ma ienitx tippermetti li fihom isir żvilupp b'mod serju.", "Niftakar per eżempju li kien hemm BDA partikulari ġewwa x-Xemxija li kienet giet proposta imma li fil-fatt qatt ma saret.", "Ir-raġuni kienet li hemmhekk kien instab li kien hemm xi fdalijiet ta' natura storika jew arkeoloġika.", "Dan ifisser li mhux kull BDA li kienet tkun proposta kienet issir bil-liġi pero' l-liġi kienet tippermetti li l-gvern jew il-ministru jressaq dawn il-BDAs speċifikament ħalli joħorġu plots għall-bejgħ mill-gvern għall-bini soċjali.", "Hu veru li waħda mill-affarijiet li kienet issir meta kienu jinħarġu dawn il-BDAs, kienet li ma' din l-area li tkun se tingħata għall-iżvilupp kien jitħalla green belt madwarha li jidhirli kien ta' ħames mitt metru.", "Dan il- green belt kien jaqta' l-iżvilupp eżistenti ma fejn kien hemm il-BDA.", "Issa l-idea tal-green belt minnha nnfisha m'hijiex idea ħażina, jiġifieri li tħalli spazju aħdar qalb ir-residenzi, imma l-mod kif ġiet applikata forsi ma kienx tajjeb biżżejjed.", "Maż-żmien, tgħallimna mill-esperjenza li f'ċerti areas l-idea tal-green belt ma ħadmitx għax dan ġie magħmul b'tali mod u manjiera li prattikament għalaq l-iżvilupp u l- u allura fejn kien sar ma kienx sar tajjeb pero' kien hemm areas oħrajn, fejn il-green belt kien jagħmel sens.", "Din il-liġi li qed inressqu hawnhekk illum qed titkellem fuq dawn il-famużi green belts li kienu jsiru madwar il-BDAs.", "Jekk per eżempju tieħu l-BDA li kienet saret f'Tal-Fuklar f'H'Attard, minn naħa ta' wara ta' dik il-BDA għandek in-naħa ta' Ta' Qali li kien u għadu green belt sa llum pero' fuq in-naħa ta' quddiem ta' l-istess area Tal-Fuklar, il-green belt kien sar bejn Misraħ Kola u Tal-Fuklar u effettivament ma kienx jagħmel sens li jkun jinqabad green belt bejn żewġ settlements.", "Għalhekk maż-żmien is- settlement spiċċa li anki sar fil-green belt.", "Mr. Speaker, sal-lum f'pajjiżna għad għandna diversi areas li għadhom maqbudin bħala green belts fl-areas tal-BDA.", "Din il-liġi se tagħmilha possibbli li areas bħal dawn fejn kienu green belts u għadhom sa llum areas li mhux qegħdin fl-iskemi jkunu jistgħu jerġgħu jitreġġgħu lura lis-sid tagħhom bl-istess mod kif kienu itteħdulhom.", "Dan se jsir mingħajr ma l- ministru joqgħod iressaq riżoluzzjonjiet fil-parlament.", "Huwa veru wkoll li minkejja l-kritika li ssir fuq il-building development areas ta' dakinhar u l-mod kif kienet titħaddem il-liġi - u jiena ngħid li hu veru għax ipprattikajtha dik il-liġi - din il-liġi kienet tiġi abbużata.", "Peress li dik il-liġi kienet tgħidlek li tista' tibni jekk tkun qiegħed f'ċerta distanza mill-bini eżistenti, allura l-mod kif kienet il-liġi u kif kultant kienet titħaddem - kienu anki jinterpretaw kamra f'għalqa bħala bini eżistenti u jkejlu minnha - ġejna prattikament li nistgħu nibnu kważi Malta kollha.", "Fil-fatt hekk kien isir, speċjalment bil-famuża klawsola li jekk ikollok erbat itmien raba' tista' tibni.", "Dik il-liġi kellha ħafna loopholes u riedet tiġi tightened up.", "Irrid infakkar li bil-liġi tal-BDA innifisha, l-aspett soċjali tal-housing kien imħares għax il-BDA kienet tippermetti lil dak li jkun li jixtri plots b'ammonti pjuttost irħas.", "B'Lm200 u b'Lm250 kont tixtri plot!", "Meta aħna nitkellmu kif jgħidu l-Ingliżi with hindsight, jiġifieri kif qed naraw l- affarijiet illum ta' dak li kien jiġri qabel, aħna ngħidu li forsi dak ma kienx l-aħjar mod kif il-proprjeta' tal-gvern tiġi mqassma għax kien hemm per eżempju plots li ngħataw għall-vilel u għal semi-detached.", "Allura għall- grazzja ta' l-argument kif qatt tista' tikkwalifika bini soċjali bħala semi- detached?", "Hu bir-raġun li wieħed jargumenta hekk u naħseb li jien naqbel ma' dan l-argument.", "Kien hemm plots li kienu għal terraced houses imma kienu plots verament kbar, per eżempju 'l fuq minn 100 pied fond u iktar minn 30 metru fond.", "Dan hu veru wkoll.", "Stajna konna ħafna aktar attenti fil-mod kif użajna l-art li kienet għal BDAs.", "Huwa veru wkoll li stajna ħadna ħafna iktar minn dik l-art.", "Ir-realta' hi li l-gvern Laburista ta' bejn l-1971 u l-1983, meta kien hemm l-iskemi tal-home ownership schemes u l-gvern Laburista ta' bejn l-1983 u l- 1987, meta kien hemm il-liġi tal-BDAs, fiż-żewġ każijiet ħa ħsieb l-aspett soċjali.", "Fil-politika tiegħu tal-iżvilupp fil-pajjiż dejjem kien iqis l- aspett soċjali, cioe' il-bżonn li jiġu pprovduti djar u akkomodazzjoni għal min ma jiflaħx ċerti prezzijiet.", "Irrid infakkar ukoll li permezz kemm ta' l-iskemi, kif ukoll tal-BDAs, kienet qed tintlaqat mira oħra.", "X'kienet din il-mira?", "Peress li l-plots tal-BDAs u l-plots tal-home ownership scheme kienu jinħarġu b'ċerti prezzijiet u peress li l-gvern kien joħroġ l-art bi prezz relattivament baxx, il-privat ma setax jgħolli l-art bi prezzijiet kif irid.", "Ma kellniex l-inflazzjoni qawwija fil-prezzijiet tal-art li għandna illum.", "Il-privat li joħroġ l-art għal-iżvilupp kellu kompetizzjoni diretta mill-gvern li wkoll kien joħroġ l-art għall-iżvilupp u b'ċerti prezzijiet.", "B'dan il-mod, is-suq ta' l-art f'pajjiżna ġie nfluwenzat sabiex il-prezz ta' l-art jiġi xi ftit jew wisq ikkontrollat fis-sens li ma jitlax għal ċerti prezzijiet li nisimgħu bihom illum il-ġurnata.", "Mr. Speaker, mal-bidla tal-gvern fl-1987 tressqet liġi ġdida f'dan il- parlament li kienet imsejħa it-Temporary Provisions Act.", "Din suppost kienet temporanja.", "Waħda mill-affarijiet li kienet tagħmel it-Temporary Provisions Act kienet li tagħmel temporary schemes.", "Dan ifisser li morna lura għaż-żmien għax kienet tagħmel l-iskemi fejn jista' jsir l-iżvilupp.", "Jiena ngħid li l-mod ta' kif saru dawk l-iskemi ma kienx sew.", "Għaliex?", "Irrid infakkar li l-gvern Nazzjonalista fl-1988, biex jagħmel dawn l-iskemi kien inkariga kumitat magħżul tal-Kamra li kien magħmul mill-ministru nkarigat mix-xogħolijiet pubbliċi ta' dakinhar, u żewġ deputati oħrajn.", "Kull min ħass li kellu biċċa art li jista' jdaħħalha fl-iskema jew li xtaq idaħħalha fl-iskema kien jikteb lil dan il-kumitat.", "Dan il-kumitat, ma nafx b' liema kriterji, għażel ċerti artijiet biex jidħlu fl-iskemi u ċerti artijiet oħrajn li kienu jagħmlu ħafna sens li jidħlu fl-iskemi tħallew barra minkejja li saret it-talba.", "F'din il-Kamra ġejna ppreżentati b'abbozzi ta' skemi li jkopru lil Malta kollha.", "Qalulna li dawn se jkunu l- iskemi l-ġodda.", "Skond il-ministru ta' dak iż-żmien, li kien il-Perit Michael Falzon, konna morna lura għall-iskemi li kien hemm qabel l-1983 u rajna l-artikli li kienu fl-iskemi ta' dakinhar u mxejna fuqhom.", "Dan mhux veru.", "Dakinhar ma għamlux hekk għax kien hemm ħafna artijiet li ma kinux fl-iskemi u daħħluhom.", "Jiġifieri jekk issa se noqogħdu nitkellmu fuq il-mod xejn trasparenti ta' kif kienu jsiru l-iskemi, forsi l-iskemi qabel l-1983 kienu jsiru b'mod trasparenti imma l-iskemi li saru fl-1988 ma sarux b'mod trasparenti!", "Dawn saru b'mod li xejn m'huwa trasparenti.", "Tant ma sarux b'mod trasparenti li llum l-awtorita' ta' l-ippjanar qed tħares lejn dawn l- iskemi għax taf li hemm ftit minnhom li jridu jitranġaw minħabba li kif inhuma ma jagħmlux sens.", "Mr. Speaker, dawn l-iskemi suppost li kienu skemi temporanji u jiena nixtieq li xi ħadd igħidli fuq liema kriterji saru dawn l-iskemi.", "S'issa ħadd ma tkellem dwar kif saru dawn l-iskemi fl-1988 u fuq liema kriterji saru.", "Ħadd ma ta' r-raġuni.", "Jiena ngħid li apparti l-mod xejn trasparenti kif saru l-iskemi fl-1988, huwa żgur ukoll li dawn lanqas saru b'mod xjentifiku.", "Dan qed ngħidu għax is-sens komun għandu jgħidlek li stajt faċilment tutilizza l-provvedimenti li kellek tal-BDA u toħloq skemi ġodda abbażi ta' dawk il-proviżjonijiet.", "Jekk il-BDA kienet tgħidlek li l-bini jista' jsir sa 100 metru mill-bini eżistenti, faċilment stajt taqbad fejn hemm il-bini fil-pajjiż.", "Meta ngħid bini ma nfissirx xi kamra f'għalqa imma għal villaġġi fejn tieħu ċertu kejl minnhom u toħroġ skemi b'dan il-mod.", "Fl- 1988 ma sarx hekk imma qabdu u għamlu skemi bla ma ħadd ma jaf kif.", "Dawn il-famużi skemi li saru fl-1988 ħallew barra waħda mill-iktar affarijiet importanti li dejjem kienet maħsuba fil-leġislazzjoni li kien jipprattika l-gvern Laburista ta' qabel.", "Dan kien il-fattur soċjali fil- liġi tal-bini.", "Meta saru l-iskemi fl-1988, il-gvern Nazzjonalista ta' dakinhar ma ħares bl-ebda mod lejn il-bżonnijiet soċjali tal-pajjiż.", "Tant hu hekk li jekk jara dawk l-iskemi wieħed isib li l-postijiet fejn jista' jsir bini għal skop soċjali huma ftit ħafna.", "Mhux talli hekk, talli l-gvern dakinhar ma ħasibx kif fil-liġi li saret seta' b'xi mod estenda xi skema x'imkien biex joħloq żvilupp ta' natura soċjali.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li d-deċiżjoni fi żmien gvern Laburista li tittieħed l-art mingħand il-privat biex tinbiegħ lil terzi b'rati baxxi kienet ġiet challenged minn xi sidien ta' l-artijiet abbażi tal-liġi Ewropea għax qalu li mhux sewwa li l-gvern jieħu l-art bi ftit flus.", "Il- gvern kien jieħu art agrikola, imbagħad iressaqha fil-parlament, jiddikjaraha BDA u jbiegħha bħala art li hija żviluppabbli.", "Qalu li mhux sewwa li l-gvern jagħmel din il-manuvra u ċċalinġjawha fil-qorti.", "Fil-fatt jidhirli li kienu rebħu li kellhom jingħataw kumpens kif suppost u xieraq.", "Apparti dan, meta saret din it-tip ta' kawża, il-gvern intrabat li ma jesproprjax aktar artijiet ħlief bi prezzhom, iħallas il-prezz ġust tagħhom biex jużahom għall-użu soċjali.", "Issa bl-iskemi temporanji spiċċajna f'sitwazzjoni fejn għamilna skemi li effettivament iffriżaw l-iżvilupp fiżiku f'dawn il-gżejjer.", "L-iżvilupp fiżiku seta' jsir biss fi skemi u dik l-art li kien hemm fl-iskemi ma kienet taħseb bl-ebda mod sabiex isir xi żvilupp soċjali għax l-ammont ta' areas kienu żgħar ħafna.", "Barra minn hekk il-gvern rabat idejh billi ma daħħal l-ebda regolamenti fil-liġi jew inkella xi tip ta' klawsola li tippermetti lill-istess gvern li jista' jiddikjara ċerti areas bħala tajbin għall-bini u għall-użu soċjali speċifiku.", "Spiċċajna fis-sitwazzjoni fejn peress li l-art żviluppabbli hija ffriżata, kienu dejjem qed jixtru minnha, jibnuha u l-ammont li jifdal dejjem jonqos.", "Il-loġika u l-forzi tas-suq igħidulek li jekk għandek xi ħaġa li qiegħda in demand u s-supply qed tonqos, dak li jifdal se tgħollilu l-prezz.", "Effettivament hekk ġara u hawnhekk naraw li ġejna għall-famuża splużjoni enormi fil-prezz ta' l- artijiet.", "Sa l-1987 kont tixtri plot b'Lm1,500 jew Lm2,000 jew l-aktar Lm2,500 – u forsi f'H'Attard kienet tiġik Lm3,000 – pero' llum il-plots bdew telgħin fil-prezz b'tali mod u manjiera li llum imkien f'Malta ma ssibx tixtri plot b'inqas minn Lm35,000.", "Fiż-żmien bejn l-1988 sal-lum, tnax il-sena wara, il-prezz ta' l-art miżerjament għola b'għaxar darbiet.", "Meta tara dawn l- affarijiet tasal biex tgħid li l-gvern rabat idejh u ma jista' jwettaq xejn li permezz tiegħu jista' għallinqas ikollu għalfejn jibni bini soċjali.", "Il- prezz ta' l-art dejjem qiegħed jogħla u iktar ma jogħla l-prezz ta' l-art iktar se tkun id-domanda fuq il-gvern biex jissupplixxi akkomodazzjoni għal dawk li ma jaffordjawx għax iktar ma jogħla l-prezz ta' l-art inqas se jkun hemm nies li jaffordjaw jixtru l-art biex jibnu fuqha.", "Din hi s- sitwazzjoni.", "Is-sitwazzjoni llum hi li l-gvern telaq minn idejh totalment il-fakulta' li qabel kienet tagħtihielu l-liġi li jiddikjara ċerti areas żviluppabbli għal skopijiet soċjali.", "Fil-liġi li għandna llum din ma teżistix, speċjalment imbagħad meta sar il-pjan ta' struttura.", "Din ukoll kienet kritika ħarxa li għamilna.", "Mr. Speaker, meta sar il-pjan ta' struttura fl-1992, l-affari iktar ikkumplikat ruħha għax il-pjan sar minn konsulenti barranin u donnu qgħdna fuq il-pariri li tawna huma biss bla ma rrelatajna dawk il-pariri għas- sitwazzjoni tagħna f'Malta.", "Tista' tgħid li dan ma ta l-ebda kas tal- bżonnijiet t'akkomodazzjoni soċjali.", "Jekk taqra l-pjan ta' struttura ssib riferenza verament żgħira għall-bżonn ta' akkomodazzjoni soċjali.", "X'inhi s- sitwazzjoni llum?", "L-ewwelnett għandek il-pjan ta' struttura li addotta bħala tiegħu dawk l-iskemi li kienu saru fl-1988 u li suppost kienu skemi temporanji.", "Dawn imbagħad saru permanenti għax ġew adottati mill-pjan ta' struttura.", "Għandek skemi li saru b'mod xejn trasparenti.", "Il-pjan innifsu ma jagħti l-ebda lok li xi area tiġi ddikjarata għall-użu ta' bini soċjali u ma jagħtix kas biżżejjed ta' l-aspett ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Allura qegħdin f'sitwazzjoni fejn l-artijiet żviluppabbli qed jonqsu, l- artijiet tal-gvern ġo l-iskemi jew inkella l-artijiet li kellha l-knisja u li huma amministrati mill-uffiċċju konġunt qegħdin jonqsu, u jien ngħid li fi żmien sena jew sentejn oħra, il-gvern m'hu se jkollu l-ebda art fejn jiżviluppa aktar b'aspett soċjali, tneħħi forsi Pembroke.", "Din is-sitwazzjoni li daħal fiha l-gvern qed tiġi riflessa fil-mod ta' kif il-gvern qed iħaddem il-politika soċjali fejn tidħol l-akkomodazzjoni.", "Jekk tara x'qed jagħmel il-gvern fejn tidħol l-akkomodazzjoni soċjali malajr tinduna.", "Qabel kienu jinbnew l-appartamenti u kienu jinkrew bi prezzijiet raġonevoli għal ċerti familji pero' bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni fejn l- iżvilupp li qed jagħmel il-gvern minħabba li l-art tiegħu qed tonqoslu qed dejjem ittellgħu l-prezz tal-kiri.", "Agħar minn hekk f'dawn l-aħħar snin il- gvern ma ħariġx iktar postijiet għall-kiri jew inkella ħareġ ftit ħafna.", "Il- postijiet u l-appartamenti li ħareġ huma kollha għall-bejgħ, u dawn mhux bi prezzijiet soċjali ħafna, għax biex tmur tixtri xi appartament two- bedroomed jew three-bedroomed ġewwa Pembroke jidhirli li trid xi Lm27,000.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-gvern stess hu magħfus għall-art biex jiżviluppaha u l-prezzijiet tal-proprjeta' li qed jibni hu stess dejjem qegħdin jogħlew.", "Qegħdin jogħlew b'tali mod u manjiera li anki l-postijiet tal-gvern illum qed jispiċċaw ma jintlaħqux minn ħafna minn dawk li għandhom bżonn akkomodazzjoni alternattiva.", "Jien xejn ma neħodha bi-kbira li l-listi li għandu d-dipartiment tad-djar dejjem qed jikbru.", "Il-ministru stess igħid li minkejja li bnejna numru ta' appartamenti dawn il-listi qatt ma jonqsu, anzi jiżdiedu.", "Mhux bilfors jiżdiedu jekk l-alternattiva li jixtru mingħand il-gvern minflok mingħand il-privat lanqas teżisti għax il- gvern ukoll qiegħed ibiegħ b'ċerti prezzijiet!", "Għalhekk dawn kollha qed jaqgħu fuq id-dipartiment tad-djar u jitolbu li jingħataw djar, anki djar mhux ġodda, imma b' ċerti prezzijiet.", "L-argument kollu x'inhu?", "L-argument kollu hu li l-legislazzjoni li għamilna kienet intiża biex tikkontrolla ċerti abbużi li allegatament kienu jsiru qabel.", "Meta ngħid qabel ma nirriferix biss għal żmien gvern Laburista biss imma anki għall-gvern Nazzjonalista ta' l-1988.", "Għamilna l- liġi ta' l-ippjanar u waqqafna l-awtorita' ta' l-ippjanar biex dawn l- abbużi, cioe' l-allegazzjonijiet, jiefqu, forsi hi anki liġi li tagħti lok li jsir xi ftit ippjanar aħjar milli kien isir qabel, pero' waħda mill- affarijiet l-aktar important, li hu l-ħsieb soċjali nsejnih barra totalment.", "Dan ma jeżistix.", "Biex nifhmu sew fuqiex qed nitħaddtu rridu nifhmu li qabel l-1988 kont tixtri plot biex tibniha b'Lm 1,800 jew b'Lm2,000 u f'dik il-plot probabbilment kont tonfoq madwar Lm10,000.", "Dan ifisser li kont tonfoq ħames darbiet daqs kemm tkun xtrajt il-plot.", "Illum tixtri plot b'xi Lm35,000 u biex tibniha tonfoq Lm20,000 oħra.", "Dan ifisser li l-art ġiet tiswa d-doppju tax-xogħol, meta qabel ix-xogħol kien jiswa ħames darbiet daqs l-art.", "Jiena nifhem li f'post żgħir bħal ma' hi Malta, fejn l-art żviluppabbli hija żgħira se jkun hemm pressjoni kbira fuq il-prezz ta' l-art għax għandna popolazzjoni li dejjem qed tikber.", "Peress li qed tikber il- popolazzjoni allura d-domanda dejjem qed tikber.", "Illum il-lifestyles huma differenti.", "In-nies illum imorru joqogħdu għal rashom u dawn l-affarijiet kollha.", "Għandek ħafna iktar familji li jinqasmu u kulħadd ifittex il-post tiegħu.", "B'dawn il-movimenti fis-soċjeta' tagħna, il-pressjoni fuq il- proprjeta' dejjem qed tikber pero' rridu naraw ukoll li din il-pressjoni fuq l-art ma nħalluhiex igġibna f'sitwazzjoni fejn ħadd, jew ftit, ikunu jaffordjaw li jixtru l-proprjeta'.", "Għax aħna lil hemm serjin!", "Se ngħid minn issa li s-sitwazzjoni tiġi ħafna agħar jekk pajjiżna jidħol membru fl-Unjoni Ewropea, għax b'hekk kull barrani jkollu d-dritt li jixtri proprjeta' hawn u joqgħod hawn.", "Illum fejn jidħlu r-residenzi permanenti għandna ċerti restrizzjonijiet.", "Bħalissa mhux qed nitkellem fuq is-second home għax f'dan il-każ hemm talba min-naħa tal-gvern għal deroga permanenti, li jiena ma naħsibx li se tingħata.", "Il-gvern ma talabx deroga fuq ir-residenti permanenti.", "Din id-deroga ma tistax titlobha għax din tmur kontra wieħed mid-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk titlob deroga ma jagħtuhielekx.", "Jaf li mhux se jagħtuhielu.", "Mela għalfejn se jitlobha?", "M'għandekx ċans li ġġibha din!", "Fuq il-first home żgur li mhux se jagħtuk!", "Talbu wkoll fuq is-second home imma anki din naħseb li mhux se jagħtuhilhom.", "X'ifisser dan?", "Dan ifisser li f'dawn l-għaxar snin li għaddew kellna din il-pressjoni kollha minn ġo fostna stess, imma issa f'daqqa waħda, din il-ħafna protezzjoni li għamilna sabiex permezz tagħha nikkontrollaw ukoll l- inflazzjoni fil-prezz tal-proprjeta' se nżarmawha.", "F'Malta se nispiċċaw li għandna suq mhux ta' erba' mitt elf ruħ biss, jiġifieri aħna li noqogħdu hawnhekk, imma ma nafx ta' kemm il-miljun ruħ li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Malli tagħmel hekk, mill-ewwel jiżdiedu l-pressjonijiet fuq il-prezz tal- proprjeta' tiegħek.", "Jiena ma neħodiex bi kbira li jekk dan il-pajjiż ikun membru ta' l-Unjoni Ewropea l-prezzijiet tal-proprjeta' f'Malta jiġu tant għoljin li ħadd, jew il-ftit, ikunu jaffordjaw li jixtruha.", "Żgur li hekk se jigri meta tara d-daqs u ċ-ċokon tal-pajjiż.", "Nerġa' ngħid li l-gvern m'għandu l-ebda tip ta' strument jew ta' regola jew ta' liġi li permezz tagħha jista' jinfluwenza s-suq għallinqas għal dawk li għandhom bżonnijiet soċjali veri ħalli jibni għalihom.", "Xtaqt li llum nieħu din l-opportunita' biex nitkellem fuq din il-liġi u mhux biex nitkellem kontriha għax bħalma għidt, aħna m'għandna l-ebda oġġezzjoni partikolari għaliha.", "Xtaqt nitkellem fuqha fis-sens li għandna noqogħdu attenti x'qegħdin nagħmlu fejn tidħol il-proprjeta'.", "Anki meta ma ftaħniex is-suq tal-proprjeta' tagħna lil Unjoni Ewropea kollha, diġa' kellna splużjoni kbira fil-prezz tal-proprjetajiet, splużjoni enormi mhux tal-proprjetajiet imma ta' l-art għax il-proprjetajiet, jiġifieri l-bini, m'għoliex bl-istess rata kif għoliet l-art.", "L-art għoliet ħafna iktar milli għola il-bini.", "Diġa kellna din l-isplużjoni, aħseb u ara jekk pajjiżna jkun membru sħiħ ta' Unjoni Ewropea kemm din il-problema se tikber aktar!", "Minn issa rridu noqogħdu attenti ħafna biex naraw kif se nagħmlu l- affarijiet.", "L-uniku riżors li għandna f'dan il-pajjiż hu l-art, apparti n- nies tagħna li huma bravi.", "Din l-art hi limitata ħafna u minn issa rridu nibdew naħsbu x'se nagħmlu.", "Irridu nikkunsidraw li nibnu aktar fl-għoli u nneħħu din il-ħmerija li hemm fl-imħuħ ta' ċerti uffiċċjali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li tista' tibni biss żewġ sulari jew tlieta.", "Kieku fis- seklu sittax kellna l-awtorita' ta' l-ippjanar, kieku l-Belt ma nbnietx, għax il-Belt kollha bini b'ħames u sitt sulari.", "Jien jidhirli li dawn huma kollha ħmerijiet speċjalment illum meta għandna ċerti faċilitajiet li jippermettu ċerta kumdita' biex titla' s-sulari.", "Irridu nibdew inħarsu lejn dawn l-alternattivi.", "Bilfors irridu nħarsu lejhom!", "Anki jekk tinsa l- kwestjoni ta' Unjoni Ewropea li tikkomplikalna ħafna iktar ħajjtna, xorta waħda jibqa' l-fatt li rridu nħarsu lejn metodi ġodda kif se nwettqu l- iżvilupp f'pajjiżna.", "Ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn l- awtorita' tad-djar tilfet il-kuxjenza soċjali kollha tagħha u spiċċat żviluppatur ieħor!", "Forsi mhux żviluppatur li tbiegħ bi prezzijiet għoljin bħal żviluppatur privat imma l-prezzijiet xorta huma għoljin.", "B'hekk tilfet totalment il-kuxjenza li kellha, cioe' li tipprovdi l-housing ta' akkomodazzjoni soċjali.", "L-appell tiegħi lill-gvern hu sabiex minn issa nibdew nagħtu każ dawn l- affarijiet.", "Fis-snin li ġejjin il-problema ta' housing se tikber u mhux se tiċkien.", "Se tikber ħafna aktar u minn issa għandna nibdew nieħdu r-rimedji qabel din il-problema tasal fuqna b'mod li ma tħallilna l-ebda alternattiva.", "Nirrigrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Sur President, naħseb li huwa fattur pożittiv fih innifsu li f'dan il-parlament qed niddiskutu din il-liġi b'mod li qegħdin nuru l-consensus dwarha.", "Meta nuru consensus huwa evidenti li qed naqblu li l-liġi hi wkoll miżura kbira ta' ġustizzja ma' diversi sidien li kellhom l-art tagħhom meħuda mill-gvern preċedenti permezz tal-famuża liġi tal-BDAs.", "Minkejja li dik il-liġi aktar tard ġiet revokata mill-gvern preżenti, xorta kienet baqgħet problema kbira li mhux faċli tirrisolvi kieku issa m'hawnx din il-liġi ġdida dwar kif tagħti l-art lura lill-istess sidien li kienet ittieħdet minn għandhom.", "Il-liġi oriġinali tal-BDAs, jiġifieri l-Building Development Act 1983, Kap 303 tal-liġijiet ta' Malta, kienet esproprjat partijiet kbar t'art għal skop ta' żvilupp ta' bini, bl-skop iddikjarat dak iż-żmien li b'hekk tiżdied fis-suq tal-bini ħafna proprjeta' ġdida.", "Dik il- liġi kellha sservi biex ma jibqax ikollok dak l-ispiral effect ta' prezzijiet jogħlew fis-settur tal-kostruzzjoni.", "Fir-realta' ħafna mill- plots li kien akkwista l-gvern permezz tal-Building Development Act 1983 kienu nbiegħu bħala plots bi prezzijiet baxxi ħafna pero' b'daqshekk ma jfissirx li waqfet l-ispekulazzjoni, anzi r-realta' hi li nħolqot spekulazzjoni ġdida.", "Nibda b'dan il-ħsieb għaliex l-Onor.", "Buhagiar qal li l-gvern irid ikollu l- mekkaniżmu biex jikkontrolla s-suq tal-bini jew biex ikun jista' jieħu art għal skop soċjali.", "Jien nassumi li l-Onor.", "Buhagiar m'għandux f'moħħu li f'pajjiżna jerġa' jkollna xi liġi bħal dik ta' l-1983.", "Qed ngħid dan għaliex illum permezz ta' l-Abbozz li għandna quddiemna nisperaw li se nkunu għalaqna l-kapitlu tal-liġi ta' l-1983 b'mod totali.", "Ħames snin wara dik il-liġi, aħna neħħejna l-liġi minn fuq il-ktieb tal-liġijiet tal-pajjiż imma baqa' l-problema li ħafna sidien li kellhom l-art tagħhom esproprjata minħabba l-BDA Act kienu baqgħu mingħajr rimedju.", "Dan minħabba li l- proċedura ta' kif jieħdu arthom lura kienet waħda kumplikata.", "Mr. Speaker, aħna naqblu li l-art hi limitata għaliex fl-aħħar mill-aħħar l- area ta' pajjiżna hi area ta' 316 kilometru kwadru u din hi l-area li nibqgħu nitkellmu dwarha sakemm ma jkunx hemm xi proġett vast biex inkabbru l-area ta' pajjiżna.", "U meta nisma' l-argument dwar li għandu jkun hemm mekkaniżmu, b'xi mod soċjali, dwar kif tikkontrolla l-prezz jew kif toħloq skemi għall-iżvilupp, nawgura li ħadd m'għandu f'moħħu li jkun hemm xi liġi bħal dik ta' l-1983.", "Jekk dak li għandu f'moħħu l-Onor.", "Buhagiar huwa biss li wieħed jara kif minħabba li l-area tagħna hi daqshekk limitata u allura jibda jippromwovi żvilupp li jkun iktar fl-għoli, naturalment naħseb li se jsib li ħafna minna naqblu fuq dan.", "Dan għaliex ma jagħmilx sens li f'pajjiż tad-daqs tagħna ma ssibx almenu żoni partikolari fejn il- limitazzjonijiet ta' l-għoli li hawn illum ikunu riveduti b'mod li jagħmel sens mil-lat ambjentali u mill-lat ta' l-area li tintlaqat fid-dintorni, u li fl-istess ħin jagħmel sens ukoll fil-kuntest tal-massimu ta' art li għandna f'pajjiżna.", "Permezz ta' l-Att ta' l-1988 il-gvern Nazzjonalista kien neħħa l-liġi tal- BDAs ta' l-1983 għaliex din kienet liġi nġusta ħafna mas-sidien li kellhom l-arthom esproprijata.", "Kienet inġusta magħhom għal diversi fatturi, prinċipalment għaliex ma tatx il-kumpens ġust lil dawk is-sidien.", "Dik il- liġi kienet tipprovdi li għalkemm tittieħed l-art biex imbagħad tinbena, pero' l-kumpens li jingħata fuqha jkun kumpens daqs li kieku dik l-art baqgħet art agrikola.", "Kienet ukoll inġusta mas-sidien minħabba li ma kellekx gwida ċara dwar x'art tittieħed u x'art ma titteħidx.", "Dan allura seta' fisser ammont ta' spekulazzjoni fl-agħar sens tal-kelma u dan meta suppost il-liġi ta' l-1983 kienet qed tikkontrolla sabiex tillimita l- ispekulazzjoni.", "Il-verita' ta' l-istorja hi li mhux biss l-ispekulazzjoni ma ġietx ikkontrollata, imma din tkattret ferm u ferm aktar.", "Hawn mhux qed nitkellmu teorija imma dak li fil-fatt ġara f'pajjiżna wara l-liġi ta' l- 1983.", "Wara li l-liġi kienet ġiet revokata fl-1988, kien hemm il-problema dwar kif wieħed seta' jagħti lura l-plots - naturalment dawk li ma kienux ġew żviluppati - tal-BDA lis-sidien.", "Fl-1992 kellna żvilupp ieħor fejn dan il- parlament kien emenda l-policy tal-gvern rigward it-trasferimenti ta' artijiet.", "Il-policy saret taħt il-liġi dwar id-disponiment ta' l-artijiet, sabiex dawk il-plots tal-BDA li kienu baqgħu vakanti u mhux utilizzati jkunu jistgħu jiġu rritornati lis-sidien jew lis-suċċessuri tagħhom.", "Dan minħabba li kien hemm sidien li mietu u għalhekk kellek lill-werrieta tagħhom, u dan mingħajr almenu ma jkun hemm il-ħtieġa li biex jingħataw lura lill-istess sidien tagħhom issir il-proċedura ta' tender.", "Ara x'ġustizzja kienet li tkun sid u l-art tkun ġiet esproprijata lilek mill- gvern li suppost ikun ħadha għall-żvilupp!", "U l-gvern kien jagħtik kumpens redikolu li xi kultant lanqas biss ikun għadu tħallas!", "Il-kumpens jagħtihulek b'rati rurali, meta l-art ikun ħadielek biex jibni fuqha!", "L-uniku metodu, anke wara li dik il-liġi spiċċat, li s-sid jerġa' jeħodha - issa qed ngħid qabel ir-riżoluzzjoni li għamilna fl-1992 - kien billi ssir tender, jiġifieri biex niftiehmu ċar naraw min joffri l-iktar u forsi nagħtu lis-sid right of first refusal minħabba li kien xi darba sid fuqha.", "B'dan il-mod is-sid oriġinali ried jikkompeti b'mod spekulattiv ma' kulmin kien jitfa' offerta.", "Jiena ngħid li Alla jħares qatt li f'dan il-pajjiż ikun hemm persuna li b'xi mod jiddefendi kunċetti bħal dawn.", "Nispera li ma jkunx hemm persuni minn dawn fl-ebda naħa ta' din il-Kamra llum il-ġurnata!", "Pero' forsi xi darba jkun xieraq li niftakru wkoll minn liema martirji u tbatijiet kellha tgħaddi din in-naħa tal-Kamra biex anki fi żminijiet inqas faċli għal pajjiżna għamlet il-kritika b'mod qawwi kontra l-liġi oriġinali ta' l-1983.", "Punt ieħor li wieħed irid jenfasizza hu li anki wara r-riżoluzzjoni ta' l- 1992, minkejja li kienet pass kbir 'il quddiem, kien baqa' d-diffikulta' li s-sid li jrid li l-art tirreverti lura għandu irid jagħmel il-prova tat- titlu tiegħu.", "Dan ifisser li ssir riċerka fir-reġistru pubbliku u jfisser ukoll li mbagħad isir l-att finali.", "Dan ifisser li xorta waħda t- trasferiment lura kien baqa' xi ħaġa kumplikata, għalkemm ovvjament il-ħaġa saret almenu ftit aktar ġusta minn kif kienet qabel fl-1992, fejn kienet suġġetta għal proċedura ta' tender.", "Qiegħed nifhem li hawn kunsens dwar il-liġi l-ġdida li qed jipproponi l- gvern u li dan il-Parlament qiegħed jiddiskuti.", "Il-ministru u kollega, l- Onor. Tonio Borg, fl-introduzzjoni tiegħu spjega tant tajjeb li din hi liġi ġusta għaliex tuża mekkaniżmu simili għal dak li ntuża biex tittieħed l-art.", "Kienet liġi li ħadet l-art mingħand is-sidien, u issa qed nużaw l- istess proċedura biex nagħtu l-art lura lis-sidien.", "Naturalment ma tistax kważi għoxrin sena wara, tagħti l-art kollha li ttieħdet, għaliex tista' tagħti lura biss dak li ma nbeniex, jiġifieri dak li ma ntużax għal skop ta' housing jew għal skopijiet oħrajn.", "U biex ma jkunx hemm xi diffikulta' legali se jkun hemm pubblikazzjoni ta' avviż legali fil-gazzetta tal-gvern li permezz tiegħu l-gvern igħid li qed jirrinunzja għall-proprjeta' ta' dik l-art.", "L-iskop tal-gvern hu li jirrinunzja għal dik l-art kollha li mir- records tiegħu, b'mod oġġettiv, jirriżulta li baqgħet art li mhix utilizzata u li allura iktar jagħmel sens li tmur lura għand is-sidien tagħha.", "Mr. Speaker, l-avviż legali jkollu miegħu d-deskrizzjoni u l-pjanti meħtieġa.", "Dan ikun ifisser ukoll li ma jkun hemm ebda iktar kumpens dovut lil min itteħditlu l-art oriġinarjament ħlief għall-eċċezzjoni - li fl- opinjoni tiegħi hi interessanti - li jekk kemm-il darba xi sid iħoss li l- kumpens li kien ikun intitolat għalih miż-żmien li tteħditlu l-art sal- ġurnata li issa l-art tiġi, biex ngħid hekk, mogħtija lura lilu, kien ikun kumpens ikbar fil-valur milli l-valur ta' l-art li issa tingħatalu.", "Meta s- sid ikun jidhirlu hekk, huwa għandu d-dritt li jagħmel kawża l-qorti u jistabilixxi li l-kumpens li hu kien se jieħu kien se jkun akbar.", "Biex żgur il-ġustizzja tkun saret ma' kulħadd, il-qorti tista' tiddikjara dan il- valur f'liema livell hu, ikbar mill-istess valur ta' l-art li qiegħed jingħata.", "Jekk il-qorti tiddikjara dan, ikun ifisser li l-gvern imbagħad irid jagħti d-differenza fil-flus bejn il-valur ta' l-art u l-valur akbar tal-kumpens li dak is-sid kien jieħu kieku għall-argument illum m'hawnx din il-liġi quddiem dan il-parlament.", "Hu importanti li dan il-kapitlu tal-liġi tal-BDAs ta' l-1983 ikun wieħed magħluq bl-aktar mod totali, għalhekk il-liġi qed tgħid li dawn il-kawżi jridu jsiru fi żmien sena minn meta l-liġi tkun ippubblikata u tidħol fl- effett il-liġi l-ġdida li qed niddiskutu hawnhekk.", "Dan ifisser li sa qabel l-għoxrin anniversarju tal-liġi oriġinali, dan il-kapitlu jkun wieħed li tassew għalaqnieh b'wiċċna minn quddiem għal pajjiżna kollu kemm hu.", "Qabel din il-liġi li l-parlament issa qed jikkunsidra, il-gvern preżenti - u naħseb li l-gvern preċedenti wkoll - kien iffaċċjat b'diffikultajiet ta' persuni li għamlulu talbiet konkreti sabiex jieħdu lura art li suppost kienet għal żvilupp u li spiċċat mhux żviluppata, jew art li spiċċat użata għal skopijiet kummerċjali, jiġifieri skopijiet differenti minn dak li suppost ittieħdet għalihom.", "Ma naħsibx li wieħed għandu jidħol fil-listi tagħhom, pero' meta wieħed jagħti daqqa t'għajn għat-tip ta' talbiet li għandna quddiemna, wieħed malajr jerġa' jirrifletti u jasal għall-konklużjoni dwar kemm kien hemm possibbilta' qawwija ta' abbuż, ta' diskriminazzjoni u ta' spekulazzjoni fil-liġi oriġinali ta' l-1983 li permezz tagħha l-ministru responsabbli mix-xogħlijiet kellu l-poter straordinarju li jiddikjara art li tkun għall- iżvilupp.", "Dan kien isir sempliċement billi jagħmel dikjarazzjoni u sempliċement billi suppost skond il-liġi ta' l-1983 jipprepara proġett li mbagħad il-pubbliku jkun jista' jmur jara x'hemm fih.", "Imbagħad id- dikjarazzjoni li jkun għamel il-ministru responsabbli mix-xogħlijiet titressaq quddiem dan il-parlament għall-approvazzjoni tiegħu.", "Meta l-gvern kien jieħu l-art mingħand is-sidien kien jeħodha b'titlu ta' proprjeta' assoluta.", "Jekk kien ikun hemm x'ipoteka, xi piżijiet oħra, xi ċnus jew xi kirjiet fuq dik l-art, dawk kienu jispiċċaw ukoll.", "Qisha daqsxejn bil-bakketta maġika din!", "Ma kien hemm bżonn ebda formalita' oħra.", "Bis-saħħa ta' dik il-liġi u bis-saħħa tad-dikjarazzjoni li jagħmel il- ministru responsabbli mix-xogħlijiet, art privata li ħafna drabi ma jistax isir bini fuqha kienet issir art tal-gvern li jista' jsir bini fuqha.", "Il- kumpens, kif diġa' għidt qabel, kien ikun dak stabbilit għal art rurali jew inkella art li ma jistax isir bini fuqha.", "Issa ejja nħarsu lejn kif ġraw il-fatti minn dik is-sena 'l quddiem, b'mod partikulari bejn l-1983 sakemm saret il-bidla fil-gvern fl-1987 li kważi immedjatament wara wasslet għall-istess revoka ta' dik il-liġi fil-bidu tas-sena 1988.", "Dik il-liġi kienet wasslet biex saru ereżiji kbar mil-lat ta' ippjanar għaliex kull kunċett ta' town planning serju kien mar il- baħar.", "Inċidentalment kien hemm ukoll il-kunċett li mad-dawra ta' dawn iż- żoni ġodda tal-bini li nħolqu b'dan il-mod arbitrarju, kien ikun hemm green belt - speċi ta' buffer zone - ta' mitt metru wisa' mad-dawra tagħhom.", "Allura nħolqu dawn iż-żoni ta' bini li faqqsu f'partijiet diversi tal- pajjiż.", "Faqqsu bl-iktar mod arbitrarju, bl-iktar mod li ma jorbot bl-ebda mod ma' kif tippjana fejn għandu jsir żvilupp jew m'għandux isir.", "Dawn kienu jirriflettu biss deċiżjonijiet mill-iktar kapriċċużi ta' kif kienu jsiru l-affarijiet dak iż-żmien.", "Mr. Speaker, wieħed jista' jaqbel mal-pjan ta' struttura li jagħti gwida u wieħed jista' ma jaqbilx mad-dettalji tiegħu.", "Wieħed jista' jgħid ukoll li l-pjan ta' struttura minn żmien għal żmien irid ikun rivedut sabiex jirrifletti realtajiet ġodda imma naħseb li lkoll naqblu li pajjiżna ma jista' qatt iktar jimxi 'l quddiem mingħajr ma jkollu bażi ta' ppjanar serju fejn almenu għal medda prevedibbli ta' żmien kulħadd ikun jaf fejn jista' jsir il-bini u fejn ma jistax isir.", "Dan apparti l-fatt li fejn isir ikollok gwida ċara ta' x'tip ta' żvilupp jista' jsir, u mhux filli għandek area li suppost hija disinjata għall-vilel u f'daqqa waħda ssir area li fiha l-iżvilupp ikun jikkonsisti f'appartamenti jew f'maisonettes.", "La għandna din il-liġi li hija ntiża preċiżament sabiex nagħlqu l-kapitlu ta' pajjiżna marbut mal-liġi tal-BDAs ta' l-1983, naħseb li jagħmel ukoll sens li wieħed iħares lejn l-ewwel miżura li ħa l-gvern preżenti wara li kien elett fl-1987 biex iħassar il-liġi ta' l-1983 minn fuq il-ktieb tal- liġi tagħna.", "Dan apparti l-emenda li għamilna fil-policy fl-1992 rigward trasferiment t'artijiet sabiex issir iktar ġustizzja mas-sidien.", "Illum li qegħdin fis-sena 2001 qegħdin nagħtu l-aħħar daqqa lil dik il-liġi, mhux lill-liġi nnifisha li diġa' konna rrevokajna, imma billi llum neliminaw l- effetti ħżiena li kien għad fadal minħabba t-twettiq ta' dik il-liġi.", "Din kienet il-miżura li kien għad jonqos sabiex tassew tkun saret ġustizzja totali mas-sidien.", "Hawn nagħmel dan il-ħsieb ukoll fis-sens li l-gvern preżenti ma jistax ma jkunx kburi li ħa miżura wara l-oħra fl-1988, fl-1992 u issa fl-2001, biex ikun, safejn hu umanament possibbli, għamel tpattija għal dak li sar ħażin permezz ta' dik il-liġi.", "Forsi wieħed tajjeb ifakkar ftit x'kien qiegħed jiġri bil-liġi tal-BDAs ta' l-1983 li saret l-ewwelnett sabiex suppost tikkontrolla l-ispekulazzjoni sfrenata fl-art f'pajjiżna minħabba l-politika segwita bejn l-1971 u l-1983 mill-istess gvern iffurmat mill-Partit Laburista.", "Minkejja li bil-liġi ta' l-1983 xorta baqgħet il-problema li ma kellekx struttura serja u awtonoma li tikkontrolla l-ippjanar ta' l-iżvilupp f'pajjiżna.", "Ma tistax toħloq skemi ta' bini ta' żoni jekk m'għandekx dak li huwa l-iktar elementari u rudimentali f'pajjiż li għandu prinċipji mill-iktar bażiċi dwar kif irid jikkontrolla l-iżvilupp tiegħu, jekk m'għandekx ukoll liġi li tikkontrolla kif isir l-iżvilupp fil-pajjiż.", "Fil-prattika l-liġi ta' l-1983 la rnexxielha telimina l-iżvilupp privat li suppost kellha telimina billi tinnazzjonalizza l-potenzjal ta' l-art li tiġi żviluppata, u lanqas ma rnexxielha fl-għan l-ieħor li tikkontrolla l-ammont u l-mod kif jinbena l- bini fuq art li jkun permess il-bini fuqha.", "Dan minħabba s-sempliċi raġuni li saret kuntest fil-proċedura kollha ta' l-ippjanar fil-pajjiż.", "Dan minkejja li f'pajjiżna ilna nirċievu pariri sa minn wara l-aħħar tal- gwerra li hawn bżonn li jkun hawn town planning commission u li hawn bżonn ta' planning ordinance.", "Kellna konsulenti li ġew diversi drabi f'pajjiżna biex jagħtuna pariri kif għandu jkun hawn planning guidelines suret in- nies.", "Bil-pariri ta' dawn il-konsulenti internazzjonali li kellhom diversi gvernijiet kien ġie stabbilit li jagħmel sens għal pajjiżna li jkun hawn sistema ta' town planning.", "X'kien ġara, Sur President?", "Kien ġara li l-aħħar sforz biex pajjiżna jkollu town and country planning act suret in-nies kien sar meta fl-1969 kienet diskussa u approvata liġi minn dan il-parlament.", "Meta nbidel il-gvern fl-1971, il-liġi tal-town and country planning ma kien daħħalha qatt fis-seħħ.", "Dejjem qal li se jdaħħalha fis-seħħ u baqa' sabiex mhux biss ma daħħalhiex fis-seħħ imma talli fl-aħħar mill-aħħar kien irrevokaha għal kollox.", "Dan wieħed irid isemmieh u jfakkar li għaddejna minnu f'pajjiżna.", "U l-ispekulazzjoni fuq l- art u fuq il-bini mhux talli ma kenitx spiċċat permezz tal-liġi tal-BDAs imma talli ħadet ħajja u żvolta ġdida.", "Dan għaliex issa f'daqqa waħda kien hemm dan il-poter li l-ministru responsabbli mix-xogħlijiet seta' jiddikjara fejn irid bħala tajjeb għall-żvilupp suppost soċjali u jagħmel proġett f'dan is-sens.", "Dak il-proġett kien jinġieb quddiem il-parlament u f'daqqa waħda tinħoloq żona ta' żvilupp ġdid u suppost jinħoloq green belt madwarha.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-istess ħin - u dan huwa importanti li wieħed igħidu - il-gvern ta' dak iż-żmien kien baqa' għaddej bl-estensjonijiet ta' l-iskemi tal-bini.", "Dan sar bl-iktar mod arbitrarju u b'mod li f'pajjiżna nħolqu l-agħar forom ta' spekulazzjoni għaliex issa l-ispekulazzjoni kienet tiddependi mhux sempliċement milli bniedem ikollu f'idejh biċċa art u jara jekk dik l-art 'il quddiem hux se jogħla l-valur tagħha imma ħafna drabi kienet spekulazzjoni li tiddependi minn jekk l-art tkunx art tal-bini jew tibqax art agrikola.", "Kollox kien jiddependi prinċipalment minn min ikun is- sid tagħha u minn min ikun xtraha.", "L-ispekulazzjoni kienet verament waħda marbuta man-nies involuti f'dawn it-trasferimenti ta' l-artijiet.", "Interessanti wkoll x'kien qiegħed jiġri minn dawn il-BDAs, li fil-parti l- kbira tagħhom dawk li ġew żviluppati ngħataw għal skopijiet ta' housing.", "Li kien qiegħed jiġri hu li dawn kienu jitqassmu fi plots għall-bini ta' maisonettes u xi kultant ukoll għal bini ta' djar akbar minn maisonettes.", "Bejn wieħed u ieħor ħafna minn dawn il-plots kienu jingħataw b'somma fenomenalment baxxa.", "Hemm każijiet fejn kienu jingħataw, per eżempju b'Lm500 l-plot u ġieli anki inqas.", "Plots oħrajn forsi kienu jingħataw għal Lm600 jew Lm700.", "Min jakkwista dak il-plot kien ikollu l-obbligu li jagħmel żvilupp fuqu b'valur ta' Lm4,000, u ladarba jagħmel dan l-iżvilupp fiż- żmien, dak il-plot jista' jagħmel bih li jrid.", "Jekk xi ħadd jaħseb li b'dawk il-plots u bil-mod kif kienet applikata l- liġi tal-BDAs intlaħaq xi skop soċjali f'pajjiżna jiena ngħidlu biex jagħmel eżami konkret u oġġettiv dwar kif ingħataw, fejn ingħataw, lil min ingħataw u x'sar minnhom wara ċerti plots.", "Jien naħseb li b'wiċċna minn quddiem ngħidu li, apparti eċċezzjonijiet rari, mhux biss dan ma kienx serva għal skop soċjali imma talli spiċċa f'mekkaniżmu ġdid ta' spekulazzjoni mill-iktar sfrenata.", "Dan għaliex meta mbagħad kont tiżviluppa dik il-plot li suppost ħadtha għal skop soċjali u għamilt fuqha l-ammont ta' żvilupp li inti marbut bil-kundizzjonijiet li tagħmel fuq dik il-plot, wara tkun tista' tispekulaha u tbiegħha b'liema mod fenomenali trid.", "Jekk wieħed jaħseb li ma kienx hemm min induna sew b'dan id-diffett ta' kif kienet saret il-liġi tal-BDAs, u agħar minn hekk, bil-mod kif imbagħad kienet qed tiġi applikata, jiena ngħidlu biex jagħmel riċerka żgħira.", "Jekk jagħmel hekk isib, per eżempju, diversi drabi fejn l-istess familja kienet tapplikalek minflok għal plot waħda għal erba' ħames u sitt plots għaliex kienu jgħidulek li għandu bżonn plot it-tifel, għandha bżonn plot it-tifla, għandu bżonn plot iz-ziju u noqogħdu nfaqqsu.", "Meta jiġu akkwistati mbagħad jinbnew u jitqiegħdu fis-suq, imma mhux bi prezzijiet soċjali!", "Min jara l- iżvilupp li sar fuq ħafna minnhom jinduna li dan mhux żvilupp li jirrifletti żvilupp ta' xi areas ta' housing soċjali.", "Wieħed ma jistax jgħid li hawnhekk qbadna medda mill-poplu li għandu bżonnijiet soċjali kbar u li allura solvejna l-problema tagħhom, għaliex kieku dan għamilnieh, kieku kulħadd kien ibierek dak li sar, imma l-problema tal-housing li sibna, anki wara erba' snin ta' dik il-liġi li suppost kienet qed isseħħ bi skop soċjali, kienet waħda fenomenali.", "Kienet pjaga soċjali kbira li bl- ebda mod ma kienet indirizzata bis-serjeta' bil-liġi tal-BDAs ta' l-1983.", "Wieħed irid igħid allura x'ġustizzja saret fil-konfront ta' dawk is-sidien li l-art tagħhom kienet esproprjata mingħajr ebda proċedura ta' xejn ħlief għal din il-famuża liġi ta' l-1983?", "Imbagħad xi ngħidu għad-dikjarazzjoni li jagħmel il-ministru responsabbli mix-xogħlijiet ta' dak iż-żmien, li kienet issir bl-iktar mod arbitrarju u mingħajr kontrolli ta' natura jew oħra, lanqas kontrolli ta' town planning?", "Is-sid ta' l-art jibqa' li forsi forsi jieħu l-kumpens bir-rata ta' l-art agrikola u ħaddieħor, li ħa dik il- plot mingħand il-gvern, suppost bi skop soċjali, qiegħed xhur wara jew ftit snin wara jispekulaha fis-suq miftuħ!", "Altru li wasal iż-żmien li dan il- kapitlu jkun tassew wieħed magħluq bis-serjeta'!", "Meta jħares lejn iż-żoni fejn kienu ġew dikjarati dawn il-BDAs, wieħed jara li għandek firxa f'partijiet diversi mill-pajjiż.", "Għandek firxa li m'hijiex marbuta ma' xi pjan jew ieħor, imma hi marbuta preċiżament ma' dan il-mod kif kienu jsiru l-pjani dak iż-żmien.", "Hu wkoll interessanti li fil- fatt meta dik il-liġi kienet qed tkun implimentata kellek protesti konsiderevoli li ma kinux leġġeri.", "Kellek diversi nies li kienu qed jindikaw kif bl-artijiet li ttieħdu kienet qed issir ħsara lill-ambjent minħabba li l-post fejn ittieħdu ma kienx adatt.", "Kellek protesti fejn kienu jindikaw areas li ttieħdu mingħajr il-konsiderazzjoni tal-wirt ta' l- area in kwistjoni u li dan ukoll ma kienx meqjus meta dik l-art ittieħdet.", "Kellek ukoll il-problema li billi dawn l-areas sħaħ kienu jittieħdu għal skop ta' bini, ma kellekx lanqas il-ħsieb tal-mix li suppost tagħmel f'area residenzjali, fejn tibni għal skop residenzjali flimkien ma' ammonti ta' ħwienet sabiex jipprovdu għall-bżonnijiet tal-familji li ġejjin hemmhekk għal skop residenzjali u xi attivita' oħra forsi marbuta m'attivita' ta' leisure u ta' divertiment.", "F'dik iż-żona ma kien ikollok xejn minn dawn!", "Naħseb li llum il-gvern preżenti jrid jirrimedja dan billi jagħmel pjan ta' azzjoni serju għal dawn l-inħawi fosthom l-area ta' Pembroke.", "L-area ta' Pembroke ħafna minnha saret b'din il-proċedura tal-BDAs.", "Għandek areas residenzjali li nbnew b'dan il-mod.", "Hemmhekk il-plots tqassmu bit-tip ta' prezzijiet li kont qed insemmi qabel pero' m'għandekx l-ippjanar li wieħed jassoċja ma' ħolqien ta' komunita', cioe' li jkollok il-mix bejn min jagħmel l-iżvilupp residenzjali u min jagħmillek l-iżvilupp kummerċjali sabiex almenu jkollok l-amenitajiet l-iktar bażiċi f'din iż-żona.Dan hu naturali għaliex l-iskop kien marbut ma' housing u anki għaliex dawn il- plots kienu qegħdin jingħataw bi prezz baxx ħafna min-naħa tal-Gvern.", "Ħadd ma kien jgħid li se jieħu plot u hemmhekk jagħmel ħanut, imma kien igħid li se jieħu l-plot biex jagħmel bini residenzjali għaliex kien hemm min kellu l-iskop li ma jgħix hu stess hemmhekk.", "Min għamel hekk għamel sewwa għaliex kienet il-parti li tirrispetta l-pjan soċjali, imma hu evidenti li min ħa l-plot biex imbagħad jispekulaha, dan ma tantx kien jimpurtah jekk il-komunita' jkolliex l-amenitajiet soċjali meħtieġa.", "Jekk qed toħloq kważi belt ġdida trid toħloqilha l-faċilitajiet li għandha bżonn inkella tkun sempliċement għamilt żona ta' bini u xejn aktar.", "Dan ukoll jirrifletti fih innifsu n-nuqqas ta' ppjanar kif kienu qegħdin isiru dawn l-affarijiet.", "Fil-każ ta' Pembroke, biex nibqa' fuq dan l- eżempju, trid timxi mill-inqas nofs siegħa biex tasal fejn hemm il-ħwienet.", "L-istess jista' jingħad għas-Swatar fejn trid ma nafx kemm żmien biex tmur l-Imsida!", "Jekk tieħu bħala assunzjoni li kulmin igħix f'dawn il-postijiet għandu karozza, tnejn jew tlieta, allura ma jimpurtax pero' l-verita' hi li hemm familji li ma jkollhomx dik il-faċilita' u allura dan jirrifletti l- mod kif kien qed isir l-iżvilupp, jiġifieri l-ispekulazzjoni.", "Jiena diġa' semmejt li l-familja tgħidlek li mhux hi biss, imma hemm it- tifel, it-tifla, il-kuġina u z-zija u japplikaw għalihom kollha.", "Tispiċċa li l-istess familja teħodlok numru ta' plots taħt ismijiet differenti.", "Kienu jbiegħu il-post anki fi stat ta' shell!", "Meta jbiegħuh ma jbiegħuhx bil-prezz soċjali li suppost dan l-iżvilupp sar għalih, jew bi prezz tan- nefqa li kienu ntrabtu li jagħmlu, imma jbiegħuh skond ma jikkalkulaw li dak it-tip ta' sid jew dik it-tip ta' żona tista' ġġib.", "Tajjeb niftakru li jekk naraw il-permessi tal-bini li ħarġu minn Frar ta' l- 1983 sa Mejju ta' l-1987, jiġifieri minn meta bdew il-BDA sa l-elezzjoni ġenerali li wasslet għall-bidla fil-gvern, insibu li kien hemm 1,325 BDA plots.", "Fl-istess żmien kienu ġew allokati 'l fuq minn 2,000 plot taħt il- home ownership scheme.", "Dan hu kunċett kompletament differenti.", "Dawn kienu allokati lill-privat għalkemm suppost li kien il-perjodu fejn konna qed nillimitaw il-privat u fejn suppost li l-ebda bini ma seta' jsir mill- privat ħlief b'ħafna delimitazzjonijiet u parametri stretti.", "Mela kellek 2,000 tal-home ownership scheme bil-kundizzjonijiet u kellek 1,325 plot.", "Jekk xi ħadd hawnhekk jargumenta li dan kollu sar biex l-ispekulazzjoni tkun ikkontrollata u biex kollox isir fiż-żewġ skemi tal-home ownership scheme u l-BDA plots, allura tassumi li jekk kulħadd qabad u ngħalaq b'dan il-ħsieb u bena dawn, allura għandek massimu ta' 3,325 permess, meta fil- fatt il-permessi li ħarġu f'dak iż-żmien kienu għal 7,655 dar ġdida.", "Dan ifisser li għal kull plot tal-BDA li ħareġ il-gvern, kien hemm sitt plots mill-privat.", "Dak il-mod soċjali kif nimxu?", "Mr. Speaker, hu dejjem importanti li nħarsu lejn l-aspett soċjali kif iħares il-gvern preżenti permezz ta' l-awtorita' tad-djar u permezz ta' diversi skemi mmirati għal min tassew għandu bżonn.", "Illum nifhmu wkoll li dak li għamlet il-liġi tal-BDA sa l-1983 kienet biss inġustizzja mas-sidien affettwati.", "Bil-liġi li hawn quddiem dan il-parlament illum, il-gvern se jagħlaq dan il-kapitlu bl-aħjar mod umanament possibbli, ġust u prattiku.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, dawn l-aħħar seduti ddedikajnihom bażikament għal dan l-Abbozz ta' Liġi li hu qasir fil-kwantita' ta' klawsoli pero' li jagħti opportunita' li f'din il-Kamra wieħed jitkellem dwar kif f'pajjiż żgħir bħal tagħna għandna nagħmlu użu aħjar mir-riżors ta' l-art.", "Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, aktar u aktar huwa essenzjali u vitali li l-użu ta' l-art isir bi ħsieb.", "Pajjiżi oħrajn li huma ferm u ferm akbar minna u għandhom fejn jixxalaw xorta waħda jagħmlu ċerta kontrolli meħtieġa.", "Pajjiżna hu dak li hu u sakemm ma nagħmlux ir-reklamazzjoni tal- baħar - ma naħsibx li hu l-każ u lanqas hi idea tajba - pajjiżna se jibqa' ta' dan iċ-ċokon.", "Smajt diversi kummenti min-naħa tal-gvern u naħseb li l-iktar kelliemi li ma kienx daqshekk partiġġjan fid-diskors tiegħu kien il-ministru li ppilota din l-istess liġi li spjega kif ġraw il-fatti u l-istorja ta' kif bdiet il- liġi fl-1983.", "Ma jidhirlix li l-ministru fl-intervent tiegħu uża xi ton partiġġjan jew inkella b'xi mod jew ieħor maqdar kompletament il-liġi kif inhi magħrufa tal-BDA pero' sħabu l-membri tan-naħa tal-gvern għażlu li t- ton tagħhom ikun ton pjuttost partiġġjan fejn użaw anke kliem pjuttost goff u dispreġġjattiv.", "Dan kien aġir li lilna ta' din in-naħa ssorprendiena xi ftit jew wisq.", "Dan aktar u aktar minħabba li hemm aktar problemi relatati ma' l-art u ma' l-użu ta' l-art li jistħoqqilhom li jiġu ttrattati minn din il-Kamra u li naqblu jew ma naqblux għandna nitkellmu fuqhom!", "Fl-opinjoni tiegħi għallinqas, il-membri tal-gvern għamlu żball meta tkellmu b'dan il-mod.", "Qishom qalu li l-istorja kollha bdiet fl-1983 bit- twaqqif tal-liġi tal-BDAs u nsew kompletament dak li kien għaddej qabel.", "L- Onor. Charles Buhaġiar semma' l-istorja u x'kien hemm anki qabel.", "Mhux se nidħol f'dan it-dettall minħabba li hu diġa' tkellem tant tajjeb dwar l- iskemi privati u kif il-ministru kien igħaddi kollox hu sempliċement b'daqqa ta' pinna!", "Semma' postijiet fejn żgur ma kienux housing soċjali.", "Semma' postijiet fejn illum hemm uħud fost l-isbaħ vilel li għandna f'pajjiżna.", "Wieħed donnu qiegħed igħid li l-istorja bdiet fl-1983 u li qisu qabel ma kien qiegħed jiġri xejn, jew inkella agħar u agħar, li qabel kollox kien perfett u li l-iżbalji saru mill-1971, kif anki smajt lill-Ministru Zammit Dimech igħid fid-diskors tiegħu.", "Jiġifieri qabel fuq artijiet ma kienx hemm problemi?", "Qabel kollox kien tajjeb?", "Kollox kien isir perfett fis-snin sittin?", "Ma kien hemm l-ebda diskriminazzjoni?", "Ma kien hemm l-ebda każ ta' affarijiet li forsi setgħu saru aħjar jew li kellhom isiru aħjar?", "Fil-fatt hu semma' li fi żmien gvern Laburista mill-1971 'il quddiem kien hemm l- ispekulazzjoni.", "Bħallikieku qabel ma kienx hemm!", "Naħseb li dan it-ton hu żbaljat għax fl-aħħar mill-aħħar iż-żewġ gvernijiet għandhom għalfejn iħarsu lura u jagħmlu eżami tal-kuxjenza fuq dan il-qasam.", "Min-naħa tagħna m'aħniex qed ngħidu li l-liġi tal-BDA kienet perfetta jew li tħaddmet b'mod perfett.", "Xejn minn dan.", "M'aħniex ngħidu li ma ġrawx ċerti affarijiet.", "Dan m'hu veru xejn.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-poplu jaf x'ġara u x'ma ġarax u ż- żewġ naħat tal-Kamra għandhom jaraw x'pożizzjoni kienu ħadu fi żminijiet differenti meta kienu fil-gvern.", "Il-liġi tal-BDA ħalliet ċerti aspetti pożittivi u l-intenzjoni kienet intenzjoni pożittiva.", "Li wieħed illum fis-sena 2001 jitkellem fuq stat soċjali ta' 20, 25 u 30 wieħed ikun qisu qed jinterpreta l-parabboli li nsibu fil-vanġelu bil-ħsieb ta' llum.", "Li kieku Kristu jiġi llum u jitkellem bil-parabboli mhux se jsemmi l-biedja meta l-biedja hi xi ħaġa mhux daqshekk popolari daqskemm kienet fi żmienu, imma jitkellem fuq affarijiet oħra.", "Forsi jitkellem b'eżempji mit-teknoloġija ta' l-informatika biex il- maġġoranza jifhmuh.", "U l-istess f'dan il-qasam!", "Jekk wieħed ma jeħux il- kuntest soċjali ta' dak iż-żmien biex jifhem għalfejn ċerti affarijiet saru u l-iskop soċjali li għalih kienu nħolqu, ikun qed jagħmel diżrispett lill- mexxejja ta' dak iż-żmien u lill-gvern ta' dak iż-żmien.", "Fl-aħħar mill- aħħar għalkemm kien hemm ċerti żbalji u problemi, pero' l-maġġoranza ta' l- affarijiet imxew għall-iskop li twaqqfu għalih.", "Hu tajjeb li wieħed jirrimarka li diversi gvernijiet Laburisti tul is-snin urew kuxjenza soċjali fil-qasam tal-housing.", "L-Onor.", "Joe Sammut tkellem fuq dan is- suġġett, għalhekk m'hemmx għalfejn nidħol fih ħalli ma niħux ħafna mill-ħin ta' din il-Kamra, imma se ngħaddi għall-punti li għandi l-ħsieb li nitkellem fuqhom.", "Dak iż-żmien il-problema tal-housing kienet ferm u ferm akbar milli hi llum.", "Illum għandek madwar 4,000 applikant quddiem id-dipartiment jew l- awtorita' tad-djar.", "Għandek numru akbar li qed ifittxu u jidħlu għas- sagrifiċċji biex ikollhom id-dar tagħhom.", "Dak iż-żmien is-sitwazzjoni kienet daqsxejn differenti u għalhekk għall-problema kbira ta' dak iż-żmien kellha tkun soluzzjoni kbira.", "Kellha tkun soluzzjoni radikali.", "Fl-aħħar mill-aħħar hi soluzzjoni nisranija, għax jekk għandek ħafna, miż-żejjed tiegħek taqsam ma' min m'għandux.", "Fl-aħħar mill-aħħar it-tagħlim ta' Kristu jinġabar f'dan il-prinċipju nisrani li wieħed jaqsam ma' min m'għandux.", "Wieħed jista' jitkellem fuq il-mod u affarijiet oħra pero' l-ħsieb u l-għan hu wieħed li bħala nsara nistgħu nifhmuh b'aktar faċilita'.", "Il-problema soċjali ta' dak iż-żmien fil-qasam tal-housing kienet ferm ikbar u l-gvern ta' dak iż-żmien kellu jieħu deċiżjoni kbira li naturalment ma naħsibx li għamlitu popolari ma' min itteħditlu l-art.", "Pero' n-nies li gawdew u bbenefikaw minn din l-iskema, minn din il-liġi tal-BDAs, għandhom għalfejn ikunu grati lejn il-gvern li bi Lm300 jew anki b'inqas tahom art fejn setgħu jibnu darhom.", "Mingħajr dik l-għajnuna żgur li ma kienux se jaslu jew jimmaġinaw li jkollhom id-dar tagħhom!", "Apparti dan, irridu naraw aspett ieħor li dak iż-żmien ma kienx preżenti.", "Fil-fatt illum il-gvern għandu f'idejh ħemel t'artijiet.", "Qed ngħid dan għaliex bil-ftehim li kien intlaħaq mal-Knisja l-gvern illum għandu għad- dispożizzjoni tiegħu numru kbir ta' artijiet li hu obbligat li jintużaw għal skop soċjali.", "Il-gvern irid jiddisponi ruħu minn dawn l-artijiet u aħna min-naħa ta' l-oppożizzjoni qegħdin naqblu li hekk għandu jsir.", "Aħna naqblu ma' l-għanijiet wkoll mar-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Ġaladarba li issa l-gvern għandu dan l-ammont ta' art f'idejh hu marbut li jużaha għal skop soċjali u l-art li kienet ittieħdet permezz tal-liġi tal-BDA fl-1983 u li issa m'għadx hemm bżonnha għandha tingħata lura lis-sidien oriġinali tagħha.", "Nixtieq nagħmel xi żewġ mistoqsijiet fuq kif se jsir dan għaliex ma jidhirlix li smajt lill-ministru jgħid dan fl-intervent inizjali tiegħu.", "L- intenzjoni tal-gvern hi li l-artijiet kollha li għaddew taħt il-liġi ta' l- 1983 u li ma ġewx żviluppati se igħaddu lura lis-sidien tagħhom?", "Jew inkella jista' jkun hemm numru żgħir ta' artijiet li minħabba l-post fejn jinstabu l-gvern xorta waħda jħoss li jista' jżommhom sabiex għada pitgħada jkun jista' jużahom għal skop soċjali?", "Din hija l-ewwel mistoqsija.", "Jekk it-tweġiba tkun li l-gvern xorta se jżomm numru żgħir u limitat ta' artijiet f'postijiet li nsejħilhom strateġiċi, kif se jiġi deċiż liema art ser tingħata u liema le?", "Kif se naraw liema hi l-aktar importanti u essenzjali li l-gvern iżomm?", "L-awtorita' ta' l-ippjanar se tkun imdaħħla jew le f'dan il-proċess ta' deċiżjoni?", "Qed insemmi l-awtorita' ta' l-ippjanar għaliex fl-aħħar mill-aħħar l- awtorita' ta' l-ippjanar suppost li fil-preżent għandha rwol importanti ta' kif l-art tintuża bl-aħjar mod possibbli.", "Naturalment xi drabi jsiru kunsiderazzjonijiet oħra, mhux biss ta' kif ikun l-aħjar użu ta' l-art u wieħed jista' jsemmi diversi każijiet fejn l-awtorita' ta' l-ippjanar, għallinqas fl-opinjoni ta' diversi, tkun użat kunsiderazzjonijiet oħra u mhux dawk ta' ippjanar serju.", "Wieħed jiskanta wkoll kif ikollok membri tal- gvern li jiġu jikkritikaw li sar kollox ħażin mill-bidu sa l-aħħar bil-liġi tal-BDAs ta' l-1983, pero' mbagħad ma jsemmu xejn fuq l-awtorita' ta' l- ippjanar, li suppost twaqqfet ukoll biex tagħmel ċertu ppjanar ta' diversi żoni u biex tara li l-permessi li jinħarġu jkunu skond ir-regolamenti.", "Minkejja kollox xorta jkun hemm deċiżjonijiet li wieħed ikollu jistaqsi ħafna mistoqsijiet dwar kif dawn ittieħdu, u wieħed jista' jsemmi numru ta' każi fejn dan ġara u fejn ir-risposta fuqhom qatt m'ingħatat.", "Per eżempju diversi nies jistaqsu fuq kif il-permess tagħhom ma ħariġx imma talba għal permess fuq żvilupp bħal tagħhom ħareġ.", "Dan biex ma nsemmgħux permessi li jinħarġu minkejja li ma jkunux skond ir-regolamenti.", "Qed ngħid dan għax ikun tajjeb li wieħed isemmi l-istampa kollha u li fl-awtorita' tal- ippjanar hemm ukoll hemm diversi difetti u nuqqasijiet.", "Min-naħa tal-gvern issemma' wkoll it-town planning u kemm dawn il-BDAs ħolqu problemi.", "Meta kont qed nisma' dan id-diskors bdejt nidħak għax meta wieħed jara kif qed jiġu żviluppati ċerti postijiet jinduna li anke llum hemm nuqqasijiet rigward town planning.", "Meta wieħed jisma' dawn it-tip ta' diskorsi jistaqsi jekk hux qed ngħixu fl-istess pajjiż għax tingħata l- impressjoni li rigward town planning kollox miexi fuq ir-rubini.", "Jiena nixtieq insemmi xi eżempji.", "Safejn naf jiena l-awtorita' tal-ippjanar għandha policy jew regolament li f'postijiet fiċ-ċentru ta' rħula u bliet antiki fejn it-toroq huma aktar dojoq u fejn hemm aktar attivita' ta' persuni li jmorru bil-mixi, kemm jista' jkun tagħmel restrizzjonijiet għal dħul ta' karozzi pero' nafu b'każi fejn l-awtorita' tal-ippjanar ħarġet diversi permessi biex ikun hemm numru sostanzjali ta' garaxxijiet.", "Dan ġara fiż-Żejtun fiz-zona ta' madwar il-knisja fejn hemm diversi toroq dojoq.", "Il- permess kien ingħata minkejja li d-dħul għal dawn il-garaxxijiet huwa veru dejjaq u minkejja li fil-viċinanzi hemm l-iskola primarja fejn għallinqas darbtejn kuljum ikun numru ta' tfal mal-ġenituri tagħhom sejrin lejn l- iskola.", "Dan qed ngħidu għax minkejja li nitkellmu fuq town planning pero' xorta jinħarġu dawn il-permessi.", "Meta qed tagħmel din iż-żieda qawwija ta' garaxxijiet, ċertament li qed iżżid il-karrozzi li jkollhom jgħaddu minn dawk it-toroq, ħafna minnhom dojoq u ħafna minnhom passaġġi u allura qed toħloq aktar periklu għal dawn il-persuni.", "Dan, skond il-kelliema tal- gvern, jissejjaħ town planning tajjeb, għax skond huma t-town planning ħażin sar biss meta tqassmu ċerti artijiet tal-BDA.", "Mr. Speaker, meta semmew it-town planning, tan-naħa l-oħra semmew in-nuqqas ta' ħwienet tal-grocers f'dawn il-BDAs.", "Anki hawnhekk, jiena ma nafx jekk nibkix jew nidħaqx, u nixtieq nistaqsi jekk illum għadhomx isiru dawn l- affarijiet.", "Għal tan-naħa l-oħra x-xemx qisha telgħet fl-1987, għax imbierek Alla wara l-1987 kollox perfett beda jsir.", "Issa jiena, fil-bidu tad-diskors tiegħi diġa' semmejt li permezz tal-liġi ta' l-1983 ma sarx kollox perfett għalkemm l-intenzjoni kienet tajba u kien hemm numru kbir ta' nies li bbenefikaw mill-aspett soċjali tagħha, imma ma naħsibx li jkun raġonevoli li n-naħa tal-gvern dejjem jisħqu li sar kollox perfett u li l- ħażin sar biss meta kien hemm gvernijiet Laburisti.", "Jekk nibqgħu nirraġunaw b'dan il-mod, inkunu qed nagħmlu servizz ħażin imbagħad nippretendu li n-nies jemmnuna u jagħtu kasna.", "Jekk insemmi z-zona residenzjali taż-Żonqor ġewwa Marsascala, jiena naf li fl-1994 inbnew plots u flats, f'postijiet li kienu riservati apposta biex ikun hemm servizzi essenzjali għal dik iz-zona li kibret b'mod sostanzjali.", "Hemmehekk ukoll inbnew flats minflok saru dawn is-servizzi essenzjali biex ikun hemm komunita'.", "Bħala eżempju nista' nsemmi l-mod kif jiġu fformati t- toroq f'pajjiżna.", "U naħseb ta' min li xi darba naraw kif għandu jsir l- ippjanar tat-toroq.", "Jekk hawn xi ħadd li jgħid li t-toroq qed jiġu ppjanati tajjeb jiena lest li nieħdu biex jara ftit kif żviluppa Wied il- Għajn f'dawn l-aħħar snin.", "U dan qed ngħidu biex wieħed ma joqgħodx jgħid li wara l-1987 kollox beda jsir perfett rigward town planning.", "Huwa importanti li fl-ippjanar ta' zoni nieħdu ħsieb ukoll li jkun hemm faċilitajiet ta' rikreazzjoni u postijiet għal diversi tipi ta' sports f'diversi nħawi.", "F'Wied il-Għajn - u qed insemmi ħafna Wied il-Għajn għax f'dawn l-aħħar 15-il sena f'diversi zoni dan il-post żviluppa b'mod mgħaġġel u bl-addoċċ - m'hemm xejn fejn it-tfal jistgħu jmorru ftit f'area apposta fejn jilagħbu.", "Il-ġenituri tagħhom ikollhom jaqbdu l-karrozza u jeħduhom f'postijiet oħrajn.", "Tajjeb ukoll li nagħtu kas ċerti servizzi bħalma huma s-servizzi tas-saħħa u s-servizzi bħal grocers imma anki nagħtu kas serju ta' rikreazzjoni ta' tfal billi jkun hemm faċiltajiet ta' rikreazzjoni għat-tfal u anki għall-ġenituri tagħhom, kif ukoll postijiet ta' rikreazzjoni sportiva.", "Ħaġa oħra li ssemmiet hi li l-awtorita' tad-djar qed taqdi l-funzjoni soċjali f'isem il-gvern.", "Jiena diġa' semmejt li l-Onor.", "Joe Sammut diġa' tkellem fuq dan is-suġġett, pero' naħseb jiena l-awtorita' tad-djar, bir- rispett kollu, ma qed toffri l-ebda soluzzjoni għall-problema preżenti, u kif stqarret anke ċ-chairperson tal-istess awtorita', l-awtorita' m'għandhiex biex tipprovdi s-soluzzjoni.", "Il-ftit postijiet li jkollha għad- dispożizzjoni tagħha qed jingħataw bi prezzijiet tas-suq li ċertament m'humiex prezzijiet soċjali u l-persuni li qed japplikaw quddiem id- dipartiment jew l-awtorita' ċertament mhux qed isibu soluzzjoni fl- awtorita' tad-djar minħabba li din saret awtorita' spekulattiva li titlob prezzijiet esaġerati għal dawn il-postijiet.", "Sur President, ħaġa oħra li nixtieq insemmi hi li mbierek Alla mill- kelliema tal-gvern ħadd m'għamel aċċenn jew ipprova jirrispondi għal dak li għedna minn din in-naħa.", "Ta' spiss nisimgħu li membri tal-Partit Nazzjonalista jakkużaw lin-naħa tal-Partit Laburista li qed ixerred miżinformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropeja.", "Dawn qatt ma jgħidulna x'inhi l- miżinformazzjoni imma jitfgħu l-istqarrija, speċjalment biex jirrispondu d- diskorsi ta' nhar ta' Ħadd ta' Dr. Alfred Sant.", "Fuq l-Unjoni Ewropea kull ma jgħidu hu li aħna qed nagħmlu kampanja ta' miżinformazzjoni u qatt ma jgħidu x'inhi.", "Dik hija l-kredibilita' tal-Partit Nazzjonalista!", "Ċertament li anki f'qasam bħal dan, bħal ta' l-art, l-Unjoni Ewropea se toħolqilna problemi.", "Jekk aħna, bħala pajjiż, niddeċiedu li nsiru membri sħaħ tal- Unjoni Ewropea, allura jkollna nbatu l-konsegwenzi billi noqogħdu għar- regolamenti jew liġijiet li l-Unjoni Ewropeja torbot lill-pajjiżi membri bihom.", "Aħna qed nitkellmu fuq dawn il-problemi, Sur President, imma n-naħa l-oħra ma qed nisimgħu xejn.", "U għalkemm il-gvern se jitlob derogi fuq din il-kwestjoni, l-Unjoni Ewropea żgur li tgħidlu le mill-ewwel.", "U l-fatt li qed jitlob derogi juri li l-gvern innifsu qed iħoss li din hija problema.", "Ikun hemm min jgħidilna: Isma', intom kemm taħsbu li se jiġu barranin jixtru proprjeta' jew artijiet hawn Malta?", "Jiena ngħid li f'pajjiż żgħir bħal m'huwa tagħna biżżejjed jiġu ftit barranin biex il-problemi li jkollna hawn Malta jiżdiedu.", "X'ipproponiet l-Unjoni Ewropeja s'issa, għallinqas lill-ħaddieħor?", "L-Unjoni Ewropea, permezz tal-kummissjoni, ipproponiet li l-pajjiżi kandidati jitħallew jillimitaw il-kisba t'art agrikola u residenzi sekondarji minn ċittadini oħra tal-Unjoni Ewropea għal perjodu ta' transizzjoni ta' seba' snin u ħames snin rispettivament wara sħubija.", "Il- proposta tal-kummissjoni saret fid-dawl ta' din it-tema sensittiva ħafna politikament.", "Fil-proposta tagħha l-kummissjoni żiedet li wara tliet snin issir reviżjoni ta' dan l-arranġament speċjali biex ikun magħruf jekk dan il-perjodu ta' transizzjoni jitqassarx jew jitneħħa għal kollox.", "Dan li pproponiet se japplikawh ukoll għall-pajjiżna, għax il-prinċipju bażiku tal- Unjoni Ewropea hu li ma tagħmilx diskriminazzjoni bejn pajjiż u ieħor, bħalma ma tagħmilx diskriminazzjoni bejn ċittadin ta' pajjiż u ċittadin ta' pajjiż ieħor.", "Allura l-proposta hi li jista' jingħata perjodu transitorju - jiġifieri mhux deroga - fuq l-art agrikola u fuq residenzi sekondarji li pero' wara tliet snin issir ir-reviżjoni ta' dan l-arranġament u jekk jidhirlhom li l- arranġamenti speċjali ma jkunux meħtieġa aktar, jitqassar il-perjodu ta' transizzjoni jew jitneħħa għal kollox.", "Jiena nixtieq nisma', per eżempju, x'se tkun il-pożizzjoni tal-Gven Malti jekk l-Unjoni Ewropea ma taċċettax il-proposta tal-gvern Malti li jingħata deroga fuq it-tieni residenza biss.", "Minn dan ma smajna xejn.", "Jekk dan mhux importanti jew inkella mhux qasam ta' interess, ma nafx x'inhu qasam ta' interess għalija.", "Jiena għalija wkoll huwa ta' tħassib li jkollok ċittadini barranin li jkollhom id-dritt għall-ewwel residenza mingħajr, per eżempju, ma neżerċitaw kontroll.", "Kien hemm min qalilna li meta konna fil-gvern ipproponejna li per eżempju jkun hemm min jixtri l-ewwel residenza pero' aħna din irbatniha ma' ammont sostanzjali ta' flus biex żgur ma jiġux affettwati r-residenzi għal ċittadini Maltin.", "Issa ta' min igħid li dan li pproponejna aħna lanqas biss qed jiġi kkonsidrat għax naturalment imur kontra l-prinċipji fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea stess.", "Dan huwa ta' tħassib minħabba li l-ewwelnett il-prezz ta' l-art diġa' huwa għoli, għallinqas għal ċerta faxxa ta' nies, aħseb u ara jekk ikun hemm xi ftit barranin li jitħajru li jixtru r-residenza tagħhom hawnhekk, jiġu bil-flus li jkollhom u naturalment ikollhom id-dritt, ġaladarba nkunu membri sħaħ tal-Unjoni Ewropeja biex jixtru d-dar tagħhom hawnhekk.", "Jekk imbagħad l- Unjoni Ewropea tiddeċiedi li anki jistgħu jixtru t-tieni residenza, naturalment is-sitwazzjoni tkun aktar u aktar gravi.", "Naturalment dan bil- politika tal-Partit Laburista ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran ma jkunx possibbli.", "Huwa ovvju li min għandu l-art se jmur tajjeb.", "Nixtieq nitkellem l-iktar fuq kif se jintlaqtu ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, l-iktar dawk li jitħajru li għada pitgħada jixtru d-dar jew il- post tagħhom.", "Naħseb li fil-preżent l-affarijiet diġa' huma diffikultużi u ż-żgħażagħ tagħna qed jiltaqgħu u qed ikollhom jidħlu għal piżijiet finanzjarji li jkollhom iġorru matul ħajjithom kollha.", "Naħseb li jekk inżidulhom din ċertament li mhux se jgħidulna grazzi.", "Wieħed għandu jagħti kas din bis-serjeta' għax din diġa' hi ta' preokkupazjoni għaż-żgħażagħ.", "Nixtieq nistieden lill-gvern nazzjonalista biex meta jitkellem fuq l- opportunitajiet, jgħid liż-żgħażagħ ukoll bid-diffikultajiet li hu stess ikun se joħloq fil-qasam tal-housing u ta' l-art jekk idaħħal lill-pajjiżna membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawn l-opportunitajiet jistgħu jinkisbu wkoll bil-politika tagħna ta' Svizzera fil-Mediterran L- iktar li jsemmu tan-naħa l-oħra huma l-programmi edukattivi pero' bil- politika tagħna dawn ukoll ikunu jistgħu jsiru.", "Naħseb li ż-żgħażagħ jinteressahom aktar dan is-suġġett tal-housing għax fl-aħħar mill-aħħar hu suġġett li ta' spiss ikun fuq l-aġenda taż-żgħażagħ minħabba d- diffikultajiet li jsibu biex jixtru d-darhom.", "Din il-ħaġa tinkwieta bis- serjeta' liż-żgħażagħ meta jiġu biex jieħdu l-istat tagħhom.", "L-Oppożizzjoni qiegħda tagħmel dawn il-kunsiderazzjonijiet fl-interess nazzjonali u mhux qed tagħmilhom fl-interess tagħha.", "Qed nistiednu lill- membri tan-naħa tal-gvern biex minflok xi wħud minnhom joqogħdu jinfexxu jgħajjru fuq ċerti affarijiet, huma wkoll jagħmlu eżami tal-kuxjenza għax żgur m'humiex safja f'dan il-qasam.", "Għandna nħarsu 'l quddiem u naraw x'jiġri f'pajjiżna f'dan il-qasam jekk insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u kif b'mod partikulari ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin se jiġu affettwati b'dawn ir-regolamenti li jkollhom jiddaħħlu.", "Pajjiżna, bħala pajjiż żgħir, għandu bżonn li jkollu trattament differenti minn pajjiżi kbar.", "Uħud mill-pajjiżi l-kbar għandhom fejn jixxalaw f'dak li għandu x'jaqsam ma' art.", "Jistgħu jaffordjaw li jqassmu għalkemm huma wkoll jeżerċitaw kontroll.", "Aħseb u ara aħna bħala pajjiż ċkejken fejn il-problema ta' l-art hija problema kbira!", "Il-problemi li jistgħu jinħolqu m'humiex żgħar u naħseb li wasal Iż-żmien li l-Gvern jagħti kashom bis-serjeta' u jibda jagħti kas l-ewwel u qabel kollox dak li huwa fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu minflok noqogħdu naraw kif kemm jista' jkun malajr ngħaddu u nagħlqu l-kapitli u nieħdu gost u nċapċpu li għalaqna kapitlu.", "Imbagħad il-Bambin biss jaf kif ikun għadda dan!", "Naħseb li l-punt tat-tluq għandu jkun li l-gvern jara jekk l-ewwel u qabel kollox dan hux fl-interess tal-poplu Malti.", "Jekk ir-regolamenti ta' l- Unjoni Ewropea jiġu applikati għal pajjiżna fil-qasam ta' l-art u fil-qasam tal-proprjeta', dan mhux se jkun fl-interess taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk nittama li l-gvern xi darba jara bis-serjeta' x'inhu fl- interess tal-poplu Malti u Għawdxi qabel kull interess ieħor.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, naqbel ma' punt li għamel ftit tal-ħin ilu l-kollega ħabib tiegħi, l-Onor.", "Carmelo Abela, fis-sens li dan l-abbozz għalkemm mhux xi abbozz imlaħħam pero' hu abbozz li jagħti possibbilta' lil diversi membri ta' dan il-parlament sabiex jivventilaw u jgħidu l-ħsibijiet tagħhom rigward is-sitwazzjoni ta' l-esproprjazzjoni ta' l-art f'Malta u l-aġir tal-gvern fil-konfront ta' proprjeta' privata, dritt fundamentali u prinċipju bażiku li fuqu hija bbażata l-liġi tagħna.", "Naturalment wieħed irid iżomm f'moħħu li l-liġi tagħna minn dejjem żammet sod il-prinċipju tal-proprjeta' privata.", "Aħna fl-ebda mument ma ħaddanna x'idea ta' proprjeta' in komun jew xi ideoloġija differenti fil-liġijiet tagħna.", "Il-liġijiet tagħna dejjem żammew bħala punt fundamentali tagħhom il-kunċett tal-proprjeta' privata.", "Dan il-prinċipju nsibuh ripetutament fi kwalunkwe parti tal-liġi.", "Interessanti, per eżempju, li jekk wieħed jara l-Kodiċi Ċivili li adottajna fis-seklu l-ieħor fuq l-insenjament tal-Kodiċi Napoleoniku, wieħed jinduna kemm dan il-prinċipju ta' proprjeta' kien dejjem imħaddan b'saħħa kbira.", "Id- dritt tal-proprjetarju privat hu dritt kważi assolut u jagħtih saħħa kbira fuq l-art, jiġifieri li kważi qatt ma jista' jitlef dak id-dritt fuq l-art.", "Għidt kważi għax hemm mumenti meta l-proprjetarju jista' jitlef id-dritt fuq l-art u wieħed mill-mumenti li fih wieħed jista' jitlef l-art tiegħu privata li hu aċċettat mill-liġijiet tagħna huwa dak fejn l-art tkun neċessarja għall-użu komuni tal-poplu kollu in ġenerali.", "Alla jħares wieħed ma jagħmilx din l-eċċezzjoni għall-proprejta' privata għax inkella nkunu qegħdin f'pożizzjoni fejn il-gvern ikollu diffikultajiet kbar biex ikun jista' jagħmel it-toroq fil-pajjiż u opri oħra ta' natura pubblika li minnhom igawdi l-pubbliku kollu in ġenerali.", "Il-liġi ma tistax tippermetti li proprjetarju jekk irid hu jbiegħ il- proprjeta' tiegħu għal skop pubbliku.", "Għalhekk il-liġi tagħna dejjem tat id- dritt lill-gvern li jieħu art ta' ħaddieħor kontra r-rieda ta' dik il- persuna.", "Min studja l-liġi jaf li fil-bidu tas-seklu diversi kawżi ġew ippreżentati fuq l-interpretazzjoni tal-kliem \"użu pubbliku\".", "Fil-fatt kellu jsir Att parlamentari biex jingħad li meta l-istat jiddikjara li biċċa art hija bżonn għall-użu pubbliku, dik id-diskrezzjoni qatt ma tkun tista' tiġi attakkata.", "L-istat għandu dejjem id-dritt li jieħu l-art ta' ħaddieħor għal skop pubbliku u dik l-idea ta' skop pubbliku qatt ma tista' tiġi attakkata miċ-ċittadin li tkun qiegħda titteħidlu l-art.", "F'dan il- binarju kollu kemm hu, l-iskop oriġinali tal-Building Development Areas Act kien ukoll dan il-ħsieb, jiġifieri li l-gvern għandu dritt li jaqbad u jieħu artijiet li huma proprjeta' privata għal skopijiet biex jiġu żviluppati taħt il-BDA.", "F'dan id-dawl wieħed irid igħid li bil-BDA ġiet ikkreata forma kompletament differenti ta' kif tista' tieħu l-art ta' ħaddieħor.", "Fortunatament b'din il-liġi qegħdin nerġgħu nirranġaw il-pożizzjoni sabiex l-artijiet li kienu ttieħdu b'dan il-mod taħt dan l-Att jerġgħu jirritornaw għand sidhom.", "Tajjeb jew ħażin ċerti artijiet forsi ma kellhomx jittieħdu.", "Artijiet oħra ttieħdu għal raġunijiet li m'humiex proprjament ta' natura pubblika.", "Illum is-sitwazzjoni hi li hemm diversi artijiet li l-gvern irid jagħti lura lill-proprjetarji u b'din il-liġi qiegħed isib il-mod ta' kif jerġa' jagħti l-art lura.", "Meta ngħidu nagħtu l-art lura nfissru li l-gvern b'dan l-att qiegħed jiddikjara li hu m'għadx għandu iktar interess fit-tali artijiet allura l-art qisha qed tiġi meħlusa mill-pożizzjoni li kellha qabel minħabba li fuqha kien hemm il-Building Development Areas Act li kienet iżżomm lill-art milli tiġi żviluppata mis- sidien privati.", "Il-gvern mhux qed jidħol fil-kwistjoni ta' min hi l-art jew ta' min m'hijiex.", "Il-Gvern mhux se jagħmilha ta' ġudikant imma kull min għandu t- titlu għandu d-dritt bil-liġi li jmur jirreġistraha fid-dipartiment ta' l- artijiet u hemmhekk jieħu t-titlu li għandu skond il-kuntratti li qegħdin f'idejh.", "Dan l-att qiegħed jagħmel ġustizzja u qiegħed jerġa' jirrettifika l-prinċipju bażiku li l-art li tittieħed lill-privat mill- istat għandha tittieħed verament għal skop pubbliku u mhux għat-taparsi għal skop pubbliku mentri jkun hemm l-intenzjoni li tittieħed għal skopijiet privati.", "Dan l-Att mhux fjura waħda fil-ħidma li qed issir mill- ministeru ta' l-intern imma hu parti minn diversi passi li qed jittieħdu mid-dipartiment ta' l-artijiet sabiex il-pożizzjoni ta' diversi proprjetarji oħrajn li hawn f'Malta tiġi rrettifikata.", "Hemm diversi proprjetajiet li ġew esproprjati mill-gvern u s-sidien tagħhom ma rċevewx il-kumpens.", "Hemm diversi sidien li għadhom ma rċevewx il-kumpens ta' l-art minkejja li raw l-art tagħhom tidher fil-gazzetta tal-gvern għax ġiet iddikjarata neċessarja għall-użu pubbliku.", "F'din il-linja d-dipartiment ta' l-artijiet qiegħed iġib il-pożizzjoni tiegħu sew.", "X'jiġifieri?", "Dan ifisser li fatti li seħħew għoxrin, tletin, erbgħin sena ilu, fejn ċerta artijiet ġew meħuda mill-istat biex igħaddi t- toroq minnhom, illum l-istat qiegħed jagħmel il-proċeduri neċessarji biex dawn il-povri persuni jirċievu l-kumpens tagħhom.", "Per eżempju hemm triq fil- Birgu li kienet saret biex tagħti aċċess għall-Forti Sant' Anġlu mill-parti ta' fuq tal-Birgu u din it-triq saret fuq garaxxijiet li kien hemm qabel.", "Uħud mill-proprjetarji baqgħu sa llum ma rċevewx il-kumpens ta' dik l- esproprjazzjoni u l-proċeduri biex jitħallsu ta' dik l-esproprjazzjoni bdew qed isiru llum.", "Mhux biss, imma hemm diversi proprjetajiet li l-gvern ħa in possession and use li s-sidien tagħhom ukoll qegħdin jirċievu l-avviż li l-gvern qiegħed jesproprja l-art in full ownership.", "Dan hu pass ieħor 'il quddiem.", "Id- dipartiment ta' l-artijiet qiegħed jagħmel ftit stocktaking biex jara sewwa sew x'artijiet esproprja.", "Jiena għamilt sensiela ta' domandi parlamentari biex nistaqsi liema huma l-artijiet li sa llum għadna ma ħallasniex il- kumpens tagħhom ta' snin preċedenti.", "Qbadt snin partikulari u staqsejt, per eżempju, x'artijiet ġew esproprjati fis-sena 1972, x'artijiet tħallas il- kumpens fuqhom u x'artijiet għad fadal li nħallsu l-kumpens għalihom.", "Staqsejt ukoll x'artijiet minn dawk li konna esproprjana erġajna tajna lura lis-sidien oriġinali tagħhom.", "Ġejt infurmat li d-dipartiment ma kellux dik l-informazzjoni partikolari.", "Illum din l-informazzjoni qegħdha ssir u allura wieħed mill-ewwel għandu b'mod ċar quddiem għajnejh l- esproprjazzjonijiet li qed isiru llum, kemm għamel esproprjazzjoni t'artijiet id-Dipartiment ta' l-Artijiet is-sena l-oħra, kemm se jħallas kumpens għalihom u min huma s-sidien li tteħditilhom din il-proprjeta'.", "Dan ifisser li d-dipartiment ta' l-artijiet illum qiegħed jagħmel stocktaking aħjar tal-pożizzjoni għax wieħed ma jistax jinjora t-talba ta' dawn in-nies li jridu jitħallsu l-kumpens tal-art tagħhom.", "L-istat ma jistax idaħħal rasu fir-ramel u jgħid li dawn xi darba forsi jitħallsu jew inkella li nibqgħu naħsbu li rridu nikkalkulaw li esproprjazzjoni li saret, per eżempju fl-1966 titħallas bi prezz ta' dak iż- żmien.", "Jekk se nħallsu l-kumpens illum, il-prezz għandu jkun ta' llum u mhux ta' l-1966.", "Ladarba l-gvern se jħallas dawn l-ammonti ta' flus, allura hu tajjeb li jkun jaf sewwa sew x'ser iħallas jew le.", "Tul dawn l-aħħar sentejn, bi sforz dirett li sar mill-istess ministru, tħallsu diversi nies li kellhom il-ħlas ilu pendenti għal żmien twil.", "Kif kulħadd jaf jew kif jafu l-aktar l-avukati, wieħed jista' jikkontesta l- offerta li ssirlu għall-kumpens.", "Fil-fatt hemm mekkaniżmu apposta sabiex tikkontestaha.", "Hemm numru ta' sidien li kienu aċċettaw dan il-kumpens li ġie offrut u kienu għadhom ma tħallsux għalih.", "Dawn, fortunatament, qegħdin jitħallsu l-flus tagħhom.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet għandu ħafna potenzjal u ħafna possibilta' mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet għax l-esproprjazzjonijiet huma l-ħlasijiet li l-gvern qiegħed jagħmel, pero' għandu wkoll ħafna potenzjal f'dawk li huma ħlasijiet ta' kirjiet u ta' ċnus li jirċievi l-gvern.", "Jiena għamilt numru ta' domandi parlamentari biex inkun naf kemm jitħallsu kirjiet u ċnus minn nies sas- somma ta' Lm100, kemm iħallsu nies sas-somma ta' Lm200, kemm iħallsu nies sas-somma ta' Lm500 u tiskanta li numru kbir ta' kirjiet jaqa' taħt il- Lm100.", "F'ċerti kirjiet ta' proprjeta' tal-gvern, bħal dawk ta' Lm4, ta' Lm6 jew ta' Lm8, m'hemmx bilanċ bejn il-valur tal-proprjeta' li qed tiġi gawduta mill-persuna li għandha l-kirja mingħand l-istat għall-kumpens li huwa jagħti.", "Mingħajr ma wieħed jesaġera l-ħlas, wieħed jista' jħares ukoll lejn id-direzzjoni li jgħid li wieħed li qed iħallas Lm6 jista' jħallas Lm10, jew bniedem li qed iħallas Lm16, jista' jħallas Lm20.", "Dan hu kollu dħul li l-gvern jista' jibbenifika minnu billi jagħmel użu aħjar mid-dħul li jkollu f'investiment ieħor f'dak li għandu x'jaqsam m'esproprjazzjoni ta' l-art.", "Jiena naħseb li f'din il-linja huwa tajjeb li neżaminaw ftit x'inhi r- realta' u l-pożizzjoni ta' diversi proprjetajiet li huma mogħtija lin-nies.", "Wieħed ma jridx jesaġera f'kirjiet esaġerati li l-persuni li huma lokaturi ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom pero' tajjeb li wieħed iżid dik il-ħarira iktar li fl-aħħar tal-ġurnata tagħmel ukoll differenza għad-dħul tal-gvern.", "Din għandha ssir mingħajr ma wieħed ikisser jew jgħattan lil ħadd.", "L-istess ħaġa tista' tingħad ukoll għad-direzzjoni tajba fil-ħidma li qed issir mid-dipartiment ta' l-artijiet fid-diversi fortizzi li għandna madwar Malta.", "Dawn sfortunatament għaddew għal skopijiet li huma kollox barra militari.", "Għal min ma jafx, diversi fortizzi stranament spiċċaw biex saru rziezet ta' l-annimali bħall- irziezet tat-tiġieġ u l-irziezet tal-ħnieżer.", "Il-wirt kulturali u storiku tagħna li kulħadd jogħġbu u li llum kulħadd għandu apprezzament ferm ikbar għalih, qiegħed f'idejn nies li sfortunatament daħlu u għamlu użu minnu bħala razzett u issa ma jistgħux jinqalgħu minnu.", "Hemm ukoll proprjetajiet fosthom il-fortizzi li qegħdin f'idejn dawn in- nies u li qed jiġu utiliżżati bħala rziezet.", "Hemm uħud minnhom li spiċċatilhom ukoll il-konċessjoni emfitewtika jew il-kirja tagħhom.", "Hemm oħrajn li jixtiequ jsibu post ieħor biex joħorġu minn dak il-post u jmorru f'razzett ieħor.", "Dawn għandhom il-problema ta' kif l-istat irid jipprovdilhom post alternattiv biex dak ir-razzett li daħħalnihom fih biex ikabbru l-annimali ġewwa l-fortizzi, noħorġuhom minnu u nqegħduhom f'postijiet oħrajn.", "Waħda mill-fortizzi li ġiet ittrasformata b'suċċess minn razzett għall-użu pubbliku hija d-Della Grazia Battery ġewwa x-Xgħajra.", "Kien hemm min kellu razzett pero' ħareġ minnu volontarjament għax kien spiċċa mill-ġeneru tagħha.", "Din fortunatament ittieħdet mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u qegħdha tiġi utilizzata għal skop pubbliku.", "Hu veru wkoll li din għandha bżonn ta' iktar manutenzjoni u attenzjoni.", "Hemm bżonn li wieħed jikkonċentra fuq dawn il-fortizzi għax dawn huma sbieħ minħabba li nbnew fil-bidu tas-seklu.", "Dawn għandhom is-sabiħ tagħhom għax uħud minnhom ġew ukoll immodifikati xi ftit għat-tieni gwerra dinjija, jiġifieri għandek sezzjonijiet mill-fortizzi li ġew mibdula biex jagħmlu tajjeb għat-tieni gwerra dinjija.", "In ġenerali, il-fortizzi huma wirt storiku nazzjonali li jaqgħu f'idejn id- dipartiment ta' l-artijiet li diġa' għamel ħafna ġid.", "Smajt lill-ħabib tiegħi jitkellem fuq Wied il-Għajn u jekk nieħdu t-Torri ta' San Tumas li jinsab f'Wied il-Għajn, wieħed jinnota li qiegħed jiġi rranġat u rrestawrat mill-ministeru għall-ambjent.", "Bażikament dan kellu t-titlu tiegħu ħiereġ minn kuntratt li kien sar mad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Illum se jiġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku in ġenerali.", "Malta għandha diversi fortifikazzjonijiet.", "Waħda mill-isbaħ hi dik ta' Delimara fejn għad għandek kanuni tal-gwerra intatti li għadhom hemmhekk u li wieħed jista' jagħmel użu minnhom.", "Hemm ukoll diversi proprjetajiet ta' natura storika li qegħdin f'idejn id-dipartiment ta' l-artijiet li minn naħa tiegħu qiegħed jipprova jirranġahom.", "Wieħed minnhom huwa Bieb is-Sultan ġewwa l- Kottonera.", "Fortunatament dan ingħata f'idejn il-Fondazzjoni Wirt Artna li ntrabtet bi ftehim li tirrestawrh u tirranġah.", "Jiena nformat li dan qiegħed isir.", "Dan il-ftehim ġie wkoll ippreżentat quddiem dan il-parlament.", "Dan huwa pass-il quddiem li qed isir mid-dipartiment ta' l-artijet għax wieħed irid iħaddem u jipprova jutilizza l-għalqa li jkollu.", "Dan kollu hu parti mill-frott u l-ħidma li qiegħed jagħmel il-Ministru Tonio Borg.", "Dawn id-dibattiti jservu sabiex wieħed iġib għad-dawl tax-xemx din il-ħidma għax ċerti drabi meta wieħed ikun mitluf jaħdem ma jħarisx lejn dak li jkun għamel, imma jħares biss 'il quddiem u forsi fl-aħħar tas-sena, bejnu u bejn ruħu igħid: jien x'għamilt matul is-sena.", "Pero' l-ħidma li ssir kuljum ftit tingħata attenzjoni!", "Dan id-diskors fil-parlament jagħti l- faċilita' sabiex wieħed jara sewwa sew x'qiegħed jagħmel u jġib għad-dawl dak li qiegħed isir u li qiegħed isir b'tant suċċess u tant tajjeb.", "Għax jekk kemm-il darba nduru ftit insibu li dawn id-diversi fortifikazzjonijiet mhumiex mibnija mill-kavallieri.", "Ċerti drabi wieħed jinnota li jkun hemm min iħares 'l isfel jew min ma jinteressawhx dawn il-fortifikazzjonijiet.", "Dawn huma wirt nazzjonali u huma sbieħ ħafna.", "Għalhekk hu tajjeb li jiġu utiliżżati u li nsibu l-ħin u modi ġodda ta' kif nagħmlu użu minn dawn il-fortifikazzjonijiet li minnhom hemm diversi.", "Wieħed għandu jidħol iktar fil-fond għar-rigward tal-lista li ġiet ippreżentata hawnhekk.", "Jien għamilt numru ta' domandi parlamentari u nixtieq nirringrazzja lill-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-artijiet li ppreżentawli l-lista sħiħa tal-fortifikazzjonijiet li għadhom qegħdin jiġu wżati minn sidien għall-iskop ta' razzett eċċ. Dawn sfortunatament għadhom mhumiex f'idejna.", "Naf ukoll li d-dipartiment ta' l-artijiet jixtieq jeħodhom f'idejh, pero' għadu ma rnexxilux.", "Post ieħor huwa Sant' Iermu.", "F'Sant' Iermu hemm bżonn ukoll li nagħmlu sforz ħalli jiġi kompletament f'idejn l-istat.", "Sfortunatment hemm partijiet minn dawn il-fortifikazzjonijiet li huma ta' sbuħija kbira imma li qegħdin mitluqa f'idejn sidien jew nies li mhux jutiliżżawhom skond ir- raġuni għalfejn inbnew.", "F'din il-linja tajjeb li wieħed jirrikonoxxi l- ħidma li saret u l-ħidma titlob li wieħed jinxteħet u jarahom.", "Jekk wieħed ma jagħmilx din il-ħidma fl-aħħar tal-ġurnata ma jkollux fuqiex jista' jistrieħ biex igħid li tul il-ħidma tiegħi u tul il-perjodu tiegħu f'dan il- parlament għamel il-ġid lil dan il-pajjiż.", "F'dan is-sens wieħed irid jammetti li ħafna mill-ħidma li saret s'issa kienet ħidma tajba f'din id- direzzjoni.", "Hemm bżonn li wieħed jagħti spinta ikbar biex din is-sezzjoni ta' ħidma li qiegħed jagħmel id-dipartiment ta' l-artijiet tkompli tikber u tissoda.", "Tajjeb ukoll li wieħed jipprova jagħmel din il-ħaġa mhux biss fil- kamp tal-kultura, imma anki f'kampijiet oħrajn.", "Wieħed għandu jipprova jara l-istat x'għandu verament għad-dispożizzjoni tiegħu bħala proprjeta'.", "Wieħed ma jistax jinsa dak li ġejna mgħallma, jiġifieri li l-Ingliżi kienu għamlu survey u sabu li l-proprjeta' f'Malta hija maqsuma fi tlieta: hemm terz f'idejn sidien privati, terz f'idejn il-knisja u terz f'idejn l-istat.", "Illum bil-ftehim li għamilna, il-ftehim li l-istat li għamel mal-knisja, ħadna wkoll dak it-terz li kellha f'idejha l-knisja.", "Allura l-istat illum huwa proprjetarju kbir ta' diversi artijiet u ta' diversi bini, sew ta' natura pubblika, ta' natura privata, ta' natura storika, kif ukoll ta' natura li tista' tiġi ttrasformata aħjar għall-użu tal-pubbliku.", "Tajjeb li wieħed ipoġġi ftit bilqegħda u jara sewwa sew x'inhi r-riżorsa u l-kapital kbir li għandna bħala stat.", "B'dan il-mod wieħed jista' jħares għal quddiem u jagħmel pjan għall-ġejjieni.", "Quddiemna għandna esperjenza umana ta' diversi sekli li ċerti drabi tiġi njorata.", "In-nobbilta' fl-Ewropa u anki f'Malta kienet dejjem marbuta mal-proprjeta' u kien anki jirnexxilha tibqa' tgħix u tibqa' ddawwar lilha nnifisha fuq l-amministrazzjoni tajba tal- proprjeta' tagħha stess.", "F'dan id-dawl hu tajjeb li wieħed jitgħallem kif din il-proprjeta' li għandna għad-dispożizzjoni tagħna namministrawha aħjar u nużawha aħjar.", "L-Istat għandu jkompli għaddej fil-linja li ilu li ħa li kemm jista' jkun il-poplu Malti jsir sid tal-proprjeta' tiegħu.", "Din hi t-tendenza llum!", "It- tendenza tal-Malti mhix li jikri l-proprjeta', mhux li jonfoq il-flus fi proprjeta' li għada pitgħada mhux se ssir tiegħu imma li jixtri l- proprjeta'.", "Hu veru li jidħol għad-dejn mal-banek, pero' jaf li fl-aħħar tal-ġurnata dak li qed iħallas għalih se ssir proprjeta' tiegħu.", "Tajjeb ukoll li fl-uffiċċju konġunt wieħed jaċċellera ftit iż-żminijiet biex kemm jista' jkun iktar persuni li qegħdin jokkupaw djar li qegħdin f'idejn l- uffiċċju konġunt isiru huma wkoll proprjetarji ta' dawn id-djar.", "Hemm diversi persuni li jixtiequ jixtru l-proprjetajiet tagħhom.", "Jien naf diversi proprjetarji li għandhom artijiet per eżempju li huma tal-gvern, flats tal-gvern, u li jixtiequ jixtru l-art tagħhom jew il-flat tagħhom.", "Pero' dawn ma jistgħux għax il-gvern għandu l-art per eżempju on possession and use u għadhom m'humiex f'pożizzjoni li jixtruha.", "Wieħed jagħmel tajjeb li jaċċellera dan biex dawn il-proprjetajiet igħaddu f'idejn dawn in-nies.", "L-istess ngħid għal dak li għandu x'jaqsam ma' proprjetajiet privati, jiġifieri proprjetajiet tal-gvern li qegħdin għall-użu ta' skop privat.", "Hemm bżonn ukoll li lil dawn naċċellerawlhom iż-żminijiet u naraw ftit kif huma wkoll jistgħu jsiru proprjetarji.", "Jien naħseb li llum l-Istat ma jaqbillux li jirċievi kirijiet baxxi fuq ċerti proprjetajiet meta jista' jbiegħhom lil dawn in-nies li huma kuntenti li jixtruhom.", "B'hekk il-gvern jieħu ħlas aħjar u wkoll li dak li jkun isir proprjetarju.", "Finalment u l- iktar ħaġa importanti hi li min ikun xtara d-dar jieħu f'idejh il-kura u l- kustodja tad-dar u d-dar iżommha aħjar għax tkun id-dar tiegħu.", "Għalhekk hu fl-interess ta' l-istat li dawk il-persuni jsiru proprjetarji ta' dawk l- artijiet.", "X'inhu l-iskop ta' din il-liġi(", "L-iskop ta' din il-liġi huwa li peress li l-istat m'għandux bżonn iktar din il-proprjeta', qed jerġa' jagħtiha lura liċ-ċittadin privat.", "Għalhekk qegħdin nagħmlu att ta' restituzzjoni lura u forsi wkoll att ġust lejn dawn in-nies li ħadnilhom proprjeta' li ma kenitx strettament għan-neċessita' pubblika.", "F'dan id-dawl wieħed irid ikompli jsostni dak li se jagħmel u li qed jagħmel tant tajjeb il-Ministru sabiex iżid iktar fil-ħidma li qiegħed jagħmel id-dipartiment ta' l-artijiet biex jiġu rranġati diversi inġustizzji żgħar li ħafna drabi diversi persuni jkunu ppruvaw jirranġaw imma jkunu qatgħu qalbhom li jiġu rranġati.", "Bil-ħidma li qed issir mid- dipartiment ta' l-artijiet, dawn id-diversi proprjetarji żgħar - ta' nies li kellhom per eżempju garaxx wieħed f'ħajjithom kollha jew li kienu prorpjetarji ta' ħaġa waħda biss f'ħajjithom u li tteħditilhom mill-istat - se jerġgħu jirċievu lura l-proprjeta' jew il-kumpens tagħhom malajr kemm jista' jkun.", "Nagħlaq billi nissolleċita u nawgura iktar ħidma.", "Nixtieq li matul din is- sena d-dipartiment ta' l-artijiet jikkonċentra ftit iktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' fortifikazzjonijiet u fortizzi sabiex dawn jgħaddu lura f'idejn l-Istat.", "Wieħed għandu jsib arranġament għad-diversi proprjetarji u sidien li hemm f'dawn l-irziezet biex dawn ma jkollhomx tbatija esaġerata.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ergħba, 30 ta' Mejju 2001, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor Gavin Gulia", "L-ONOR GAVIN GULIA: Grazzi Mr Speaker.", "F' dan il-ħmistax il-minuta li għandi ser niprova nitkellem dwar żewġ aspetti illi għandhom x' jaqsmu mal- korp tal-Pulizija.", "Bħala kelliem ewlieni laburista għall-intern ma jistax ikun ili ma nitkellimx u ma nwassalx f' dan il-parlament dak li jiena diġa wassalt permez tal-media, permez ta' stqarrijiet u permezz anki ta' kif ktibt fil-gazzetti dwar l-aħħar miżura illi introduċa l-gvern nazzjonalista ta' ġid, ta' fiduċja, ta' pressjoni, tat-tisjieħ fil-kondizzjonijiet tax- xogħol fil-korp tal-pulzija.", "U dan qiegħed ngħidu għaliex ilna hekk sentejn u nofs mill-aħħar gvern laburista.", "U jien il-memorja għada friska daqs kemm hija friska għall-biċċa kbira tal=membri ta' din il-kamra fuq iż- żewġ naħat u żgur li hija ħafna friska fl-imħuħ tal-offiċjali tal-kolp tal- pulizija.", "Il-memorja ta' meta l-gvern nazzjonalista ikkapitalizza politikament fuq miżura li kien introduċa l-aħħar gvern laburista fil-korp tal-pulizija u jiġifieri kien hemm riforma li affetwat iva d-dħul tal-korp tal-pulizija għal dawk illi jaħdmu l-ħdud, is-shift ta' nhar ta' ħadd.", "Jien niftakar illi l-kelliema min naħa tal-oppożizzjoni nazzjonalista ta' dak iż-żmien kienu qajmu plejtu, kienu qamu l-irwiefen kollha politiċi bis- sostenn ukoll ta' xi ġurnali, il-media minnħabba dik il-miżura illi kien hemm introdotta dak iż-żmien minn gvern laburista.", "Niftakar illi sa ħansitra anki għamlu programm fuq xarabank biex jitkellmu dwar kif kienu qegħdin jitnaqru l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-korp tal-pulizija fi żmien gvern laburista saħansitra anki fil-programmi fuq it-television.", "Minn dan kollox ma għadda xejn.", "Lejliet l-elezzjoni ġenerali il-Partit Nazzjonalista kien iddeċieda li fost il-230 wegħda fil-manifest elettorali tiegħu jagħmel waħda li jerġa' jagħti lura dak kollu li Gvern Laburista ħa lill-Korp tal-Pulizija u li jissaħħu u jiżdiedu l-kundizzjonijiet tax- xogħol tal-membri tal-Korp.", "Zunnarija sabiħa, Mr Chairman, għall-membri tal- Korp tal-Pulizija.", "Issa kull ma rridu nagħmlu hu li mmorru sal-qorti u jkun jaf il-poplu Malti u Għawdxi kif il-Gvern Nazzjonalista qiegħed jitratta lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, speċjalment dawn l-aħħar 3 ġimgħat.", "Ma nafx jekk din kinitx idea tal-Ministru kkonċernat għax forsi kienet idea tal-Ministru tal-Finanzi għax milli jidher l-awsterita' ġejja across the board.", "Veru li wara l-elezzjoni ġenerali l-Gvern Nazzjonalista kien reġa' rripristina x-shift ta' nhar ta' Ħadd kif kien japplikka qabel l-1996.", "Pero' dan huwa Gvern li b'id waħda jagħtik u bl-oħra jeħodlok aktar.", "Wara li dak ix-shift ta' nhar ta' Ħadd reġa' ġie rippristinat fl-istat oriġinali tiegħu ta' qabel l-1996, bdejna nindunaw li f'budget wieħed wara l-ieħor il- vot ta' l-overtime fil-Korp tal-Pulizija beda jonqos drammatikament.", "S'issa kellna tliet budgets, wieħed agħar mill-ieħor u l-overtime fil-Korp tal- Pulizija dejjem jonqos.", "Issa lanqas biss għandna sabar nistennew budget ieħor.", "Qed isiru miżuri amministrattivi li qegħdin isawtu kategoriji ta' membri tal-Korp tal- Pulizija aktar minn membri oħrajn.", "Il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu l-qorti, jiġifieri li jitilqu jixhdu f'kawżi kriminali per eżempju fis-seduti tat-traffic, l-aktar li qegħdin ibatu minn din il-miżura.", "Qabel, jekk filgħodu kienu jagħmlu tliet siegħat l-qorti kienu jitħallsu overtime tagħhom.", "Issa dawn l-aħħar ġimgħatejn il-Gvern Nazzjonalista tal-ġid, fiduċja u direzzjoni, iddeċieda li ma jibqgħux jitħallsu overtime u dawk it- tliet siegħat li jaħdmu l-qorti jitnaqqsu mix-shift tas-second watch ta' filgħaxija.", "Jiġifieri jekk membru tal-Korp tal-Pulizija kellu jaħdem second watch bejn is-sagħtejn u l-ħdax ta' filgħaxija u filgħodu kellu jidħol il-qorti biex jixhed f'kawżi kriminali mhux se jkompli jitħallas ta' l-overtime filgħodu.", "Dawk is-siegħat li jkun għamel filgħodu jitnaqqsu mill- ħinijiet tax-xogħol filgħaxija.", "Minflok jibda jaħdem mis-sagħtejn sal-ħdax jaħdem mis-sagħtejn sat-tmienja.", "Dan huwa big deal għall-membri tal-Korp tal-Pulizija b'mod partikolari dawk li jaħdmu fit-traffic u fit-taqsima ta' l-administrative law enforcement.", "Dawn kull ma jonqoshom hu li jorqdu kuljum il-Qorti għax seduti tat-traffic hemm biżibilju.", "Hemm seduti quddiem il-Maġistrat Scerri Herrera, il- Maġistrat Haymen u l-Maġistrat Carol Peralta.", "Hemm seduti tal- kolliżjonijiet u dawk li jsiru barra l-Qorti jiġifieri dawk tat-Tribunali Lokali.", "Xogħol dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jmorru barra fit-triq biex jaqbdu lil min jikser ir-regolamenti tat-traffiku ma jieqafx hemmhekk biss.", "Imbagħad iridu jmorru l-Qorti biex dak il-każ li jkunu qabdu jippruvawh quddiem il-Maġistrat, inkella joħorġu liberati kollha.", "Ikkalkulajna li b'din il-miżura l-Gvern Nazzjonalista se jnaqqsilhom il-pagi b'Lm50 u Lm100 fix-xahar.", "Din il-miżura tapplika across the board għax hemm uffiċjali tal-pulizija li jaħdmu fid-distretti li jkollhom is-seduti tad-distretti wkoll, iżda dawk m'humiex daqshekk spissi.", "Pero' l-aktar li se jiġu penalizzati huma tat- traffic u ta' l-administrative law enforcement.", "L-aktar li jurtani barra l- miżura fiha nnifisha, huwa l-fatt li lanqas biss kien hemm reazzjoni mill- ministeru.", "Il-kelliema tal-oppożizzjoni nazzjonalista bejn l-1996 u l-1998 qalgħu l-irwiefen kollha, xewxu u wegħdu ħafna affarijiet, pero` issa għax għamlu l-miżura huma qisu ma ġara proprju xejn.", "Lanqas biss jindenjaw ruħhom iwieġbu.", "Iridu jwieġbu lill-membri tal-Korp li qed jitnaqqsilhom id-dħul, kif ukoll liċ-ċittadini li minħabba din il- miżura se jkollhom ħafna inqas preżenza ta' pulizija fit-toroq biex jiġġieldu l-kriminalita'.", "Peress li se jonqsu s-siegħat minħabba l-ħinijiet li jagħmlu l-Qorti, se jonqsu s-siegħat fit-toroq u dawn se jbatihom iċ- ċittadin li se jsir ħafna aktar vulnerabbli.", "Il-ministeru kkonċernat issa qed jipprova jaħrab mill-istqarrijiet li toħroġ l-oppożizzjoni għax ma jwieġbu xejn.", "Taparsi ħa jitfgħu kollox taħt it-tapit u qisu ma ġara xejn.", "Din hi r-raġuni għalfejn ġejt f'dan il-Parlament ħalli l-poplu Malti li qed jismagħni jifhem dak li għaddej fil-Korp tal-Pulizija.", "M'għandix għalfejn nispjega lill-Korp tal-Pulizija x'inhu għaddej għax diġa` qiegħed ibati.", "Irid ikun hemm tweġiba politika għal dak kollu li qed isir b'referenza għall-imġieba politika ta' l-oppożizzjoni bejn l-1996 u l-1998 taħt Gvern Laburista.", "Dwar dan il-punt nagħlaq hawn, Mr Chairman.", "Pero' nixtieq niddedika l-aħħar 5 minuti għal risposta li ngħatat illum għall-mistoqsija parlamentari numru 25,975.", "Kont staqsejt lill-Ministru ta' l-Intern jekk jistax jgħid kemm hemm persuni barranin li daħlu f'Malta legalment, skaditilhom il-visa u mhux magħruf fejn jinsabu, jekk jistax jindika wkoll in-nazzjonalita` tagħhom, u jgħid kemm persuni ġew irrifjutati d-dritt li jidħlu f'Malta mill-1 ta' Jannar tas-sena l-oħra sat-30 t'April ta' din is-sena.", "Ir- risposta hija li rigward l-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija t-tagħrif mhux disponibbli u dwar it-tielet parti in-numru kien t'4,229.", "Issodisfatni pjenament l-aħħar parti tar-risposta, pero' bqajt mistgħaġeb kif ma ġietx ir-risposta għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija.", "Jien għamilt din il-mistoqsija għax nafu li bħalissa hawn pandemonju rigward l- immigrazzjoni llegali.", "Nafu wkoll li hawn rackets kbar li fihom hemm involuti Maltin li jużaw lil Malta bħala stepping stone għal Sqallija għaċ- ċittadini li ġejjin mit-trammuntana ta' l-Afrika u mill-Lvant Nofsani.", "Nafu li hemm anke proċeduri kriminali għaddejjin ġewwa Sqallija u hemm il- possibilta` li dawn il-barranin jidħlu Malta legalment għax iġibu l-visa minn barra.", "Il-visa tkun għal xahar għax dak huwa l-perjodu li normalment il-principal immigration officer joffri u jikkonċedi, imbagħad ma tismgħax iktar bihom.", "Dawn jew jisparixxu miċ-ċirkolazzjoni għax jaqsmu b'xi speedboat lejn Sqallija jew ikunu għadhom Malta jagħmlu xogħol illegalment jew anke attivita` kriminali.", "Il-Ministru ma rrispondinix, per eżempju, li dan it- tagħrif ma jinġabarx imma qal li mhux disponibbli.", "Jiġifieri ma tistax tingħata fl-interess pubbliku( Mhux disponibbli għax ma tinżammx din it-tip ta' statistika u allura r-risposta ma setgħatx tingħata.", "Il-Korp tal- Pulizija aħjar jirrealizza llum qabel għada li huwa fl-interess pubbliku li dan it-tagħrif jinġabar u nkunu nafuh.", "Qatt m'hu se nkunu nafu kemm hi kbira l-entita` tal-problema ta' l-immigrazzjoni llegali f'pajjiżna jekk dan il-pajjiż u l-Korp tal-Pulizija ma jkunx jaf kemm jidħlu nies hawn Malta legalment, kemm minn dawn tiskadilhom il-visa u ma nafux fejn qegħdin jiġru f'pajjiżna.", "Din hija serja.", "Żgur li ma tistax tlum lill-Gvern għax ma jkollux tagħrif li daħal klandestin u allura ma jistax iżomm statistika.", "Imma jista' jagħmel follow up tan-nies barranin li jidħlu Malta li mbagħad ma tisma' xejn fuqhom u li lanqas biss jidhru biex jagħmlu talba għal extension ħalli jkunu jistgħu joqogħdu hawnhekk.", "Mhux bi kritika lejn l-uffiċċjali tal-pulizija, l- ispetturi w inkluż l-assistent kummissarju għax naf kemm jaħdmu u kemm huma lsienhom barra biex jaqbdu l-immigranti illegali.", "Pero` naf żgur li politikament għandu jkun hemm direzzjoni biex isir dan it-tip ta' stħarriġ.", "Ma jistax ikun li barrani jidħol hawn Malta, tiskadilu l-visa u ma nafux li skadietlu u fejn qiegħed.", "Huwa nuqqas jekk dan ix-xogħol mhux qed isir.", "Ma nafx kif dan il-Gvern li qed jipprova jmexxi l-pajjiżna lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jiftaħar ħafna bix-Schengen Information Sysem li suppost tiġi ntrodotta f'pajjiżna qabel jew mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "M'hijiex se sseħħ imma ipotetikament tista' sseħħ jekk il-Gvern Nazzjoanlsita jipprova jimbotta l-applikazzjoni tiegħu għas-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk m'għandniex din it-tip t'informazzjoni ma nafx kif il-Gvern Nazzjonalista se jipprova jimpressjona lil ta' l-Unjoni Ewropea meta dawn jiġu biex jitkellmu dwar Schengen Information System.", "Inħoss li kif diġa` jirsistu l-uffiċċjali tal-Korp tal-Pulizija, għandu jirsisti iktar kulħadd biex il-problema ta' l-immigrazzjoni llegali tiġi kontrollata.", "Pero` mit-tweġiba għall-mistoqsija li għamilt jidher li hemm bżonn ħafna iktar investiment u analiżi xjentifika biex inkunu nafu eżattament l-entita` ta' din il-problema.", "Grazzi Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, nhar il-Ħadd filgħodu l-poplu tal- Kalkara attenda bi ħġaru laqgħa pubblika organizzata mill-Kunsill Lokali fis-sala parrokkjali tal-lokal u qal le għal dak li qed tipproponi li jsir fil-Kalkara l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "L-Awtorita` qed tipproponi li jinbnew numru ta' vilell u djar minn taħt it-triq ta' Santa Liberata kważi sal-kunvent tal-patrijiet tal-kappuċċini u dan jibqa' nieżel sal-bini li hemm fix-xatt tal-Kalkara.", "Qed nitkellmu fuq biċċa art enormi li tibda mill- ogħla parti tal-Kalkara u tibqa' nieżla sax-xatt.", "Kull min kellu l- opportunita` li jżur il-post jaf xi ġmiel ta' post qed nitkellmu dwaru.", "Minn barra l-ġmiel naturali li fih dan il-wied, wieħed jista' jgawdi wkoll veduta mill-isbaħ tal-port il-Kbir.", "Li kieku l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kellha tibqa' għaddejja b'dak propost nitilfu wieħed mill-ftit areas li jagħtu nifs lill-Kottonera.", "Nafu kemm hi popolata l-Kottonera jiġifieri l-Birgu, l-Isla u Bormla u tħares lejhom ħlief bini ma tarax.", "Fil-Kalkara, li f'dawn l-aħħar għaxar snin kibret fin-numru ta' djar ġodda, baqa' dan il-wied li jservi ta' pulmun għan-nies tal-Kottonera kollha.", "F'daqqa waħda l-Awtorita` ta' l- Ippjanar qed tgħid li għandu jkun hemm replanning exercise ta' dan il-wied.", "Waqt il-laqgħa tkellem is-sindku tal-Kalkara, is-Sur Michael Cohen, u qal li l-Kunsill Lokali tal-Kalkara għalkemm huwa l-korp li jirrappreżenta l- interessi taċ-ċittadini qatt ma ġie avviċinat jew ikkonsultat mill- Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar dan il-ħsieb li jkun hemm ippjanar mill-ġdid tal-wied tal-Kalkara.", "Meta tara dan bilfors jidħlulek suspetti dwar dak li qed ikun propost.", "Il- kunsill u r-residenti kellhom vuċi waħda li m'hemmx lok għal dan l-iżvilupp kif inhu propost mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "L-oġġezzjonijiet għal dan il-proġett mhux qed isiru għal gost imma qed isiru għal ħafna raġunijiet.", "Wara li kont preżenti għal laqgħa pubblika, iltqajt mal-Kunsill Lokali tal- Kalkara u kelli l-opportunita' li niltaqa' wkoll mal-kumitat t'azzjoni, se nwassal quddiem l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ir-raġunijiet għall- oġġezzjoni tar-residenti tal-Kalkara bl-appoġġ tan-nies tal-Kottonera.", "L-ewwel raġuni hi minħabba l-valur ekoloġiku ta' din l-area.", "Din l-area forsi hija l-ikbar area fil-Kottonera li sal-lum għadha ma tmissitx u ma nqerditx bil-bini.", "Ikun għaqli li dan l-aħħar pulmun li jagħti nifs lil dawn in-naħat jitħalla kif inhu.", "Hemmhekk wieħed jista' jsib ukoll numru kbir ta' pjanti u siġar protetti, fosthom siġar tal-ħarrub, taż-żebbuġ, tal-lewż, tar-rummien, tan-naspli u ħafna iktar.", "Għalhekk l-Awtorita` ta' l- Ippjanar hija fid-dover li tħares dan il-wied li tħalla verġni sal-lum.", "Wara kollox kienet l-istess Awtorita` li fir-rapport li għamlet sejħet dan il-wied site of scientific importance.", "Raġuni oħra hija l-problema kbira ta' l-għargħar li teżisti fil-Kalkara.", "Kull min hu minn dawn l-akwati jaf li kull meta tagħmel xita qawwija jinġema' ħafna ilma fix-xatt tal-Kalkara.", "Sal-lum, din l-art li qed nitkellmu fuqha tixrob u tassorbi ħafna mill-ilma tax-xita.", "Iżda wara kollox meta l-art tinfaqa' wara xi maltempata kbira xorta għad hemm djar in- naħa t'isfel tal-wied, ix-xatt tal-Kalkara li għadhom jegħrqu.", "Hawn qamu numru ta' mistoqsijiet dwar x'se jiġri meta u jekk l-awtorita` tal-ippjanar tapprova li l-wied tal-Kalkara għandu jinbena.", "Kif se nilqgħu għall-ilmijiet kbar li sal-lum għadhom jinxtorbu minn dik l-art kbira li mbagħad iridu jitkaxkru lejn ix-xatt tal-Kalkara?", "Sur President, problema oħra li ssemmiet hija li hemmhekk kellna sistema tad-drenaġġ.", "Minn din l-area jgħaddi l-akbar persentaġġ ta' drenaġġ ta' Malta kollha sakemm jasal sa l-impjant f'Wied Għammieq.", "Pero` xorta waħda għandna areas fil-Kalkara li għad ikun hemm żbroff ta' drenaġġ.", "Jekk tinżel sax-xatt meta jkun il-maltemp tista' tara żbroff ta' drenaġġ fin-naħa fejn ngħidulha x-Xewkija kif ukoll fin-naħa tal-pjazza tal-Kalkara fejn kien hemm il-każin tal-futbol.", "Dan ifisser li s-sistema tad-drenaġġ hija mgħobbija żżejjed.", "In-nies qed jistaqsu x'ser jiġri u kif se tintlaqat il- Kalkara meta jkun tlesta l-proġett tal-Kottonera.", "Kieku l-awtorita` ta' l- ippjanar kellha tapprova dawn il-binjiet ġodda f'dan il-wied tal-Kalkara żgur li s-sistema tad-drenaġġ ma tkunx tiflaħ aktar.", "Imbagħad inħallu r- residenti tal-Kalkara biex iħabbtu wiċċhom ma' aktar żbroff tad-drenaġġ li nafu lkoll kemm iġib miegħu ntejjen u mard.", "Oġġezzjonijiet oħra li tqajmu waqt dawn il-laqgħat kienu li l-livell tal- bini propost ħa jgħatti l-bini eżistenti u l-mod kif iridu jitqassmu t- toroq.", "Hemm propost ukoll li jkun hemm xi toroq li ma jkunux jinfdu.", "Hemm il-problema wkoll tal-bini eżistenti li ilu snin li nbena u li ħafna minnu għandu soqfa tax-xorok.", "Hawn ukoll inqalgħu mistoqsijiet.", "X'se jiġri meta nafu li biex jitqatta' l-blat jintużaw inġenji b'makkinarji kbar?", "Żgur li dawn se nċaqalquhom mill-pedimenti.", "X'garanziji ser ikollhom ir-residenti għal djarhom u għal ħajjithom?", "Jista' jiġri bħalma ġara l-Birgu fejn waqa' bini għax baqgħu għaddejjin ix-xogħolijiet imbagħad wara jinqalgħu iskużi li jkun hemm bżonn.", "Fl-istess area hemm familja li għandha biċċa art li ilha għandha għal numru kbir ta' snin u rnexxielha tipprepara u tnaddaf din l-art biex illum qegħdin jagħmlu organic farming.", "Organic farming ifisser li l-ħxejjex jitrabbew u jikbru mingħajr ma jkun hemm l-użu tal-kimika.", "Anke dawn għamlu proġett u tajjeb ngħidu x'se jiġri jekk din l-art tingħata għall-bini.", "Minħabba dawn l-oġġezzjonijiet il-Planning Authority għandha tirrifletti u tisma' l-karba tan-nies tal-Kalkara u l-Kottonera kollha.", "Il-qerda ta' dan il-wied tfisser il-qerda ta' parti mill-uniku pulmun li baqgħalha l- Kottonera.", "J'Alla nġibu quddiem għajnejna dawn il-konsiderazzjonijiet qabel nagħtu l-go ahead għal aktar ġebel u konkrit flok il-ħdura li hemm.", "Naf li llum kien hemm xi press release mill-planning authority pero' għad ma kellix iċ-ċans li nismagħha.", "J'Alla dak li ħareġ illum iservi biex dan il- wied ikun salvat darba għal dejjem.", "Nixtieq nitkellem dwar sengħa antika li minkejja li kienet kważi mietet għal numru ta' snin għad hemm min qed jipprova jerġa' jtiha l-ħajja mill- ġdid.", "Qed nirreferi għas-sengħa tal-balklor mid-dgħajsa Maltija.", "Kull min hu ftit ikbar minni żgur li jiftakar il-Port il-Kbir mimli bastimenti tal- gwerra li dak iż-żmien kienu jankraw f'nofs il-port.", "Il-baħrin li kienu jkunu jridu jinżlu l-art bilfors kellhom jużaw id-dgħajsa tal-pass Maltija.", "Dak iż-żmien kien hemm ħafna minnhom iżda llum naqsu.", "Kien żmien meta ħafna mill-balklori kienu mill-ibliet tal-Kottonera li għajxu lill-familji tagħhom b'dan il-mod.", "Bit-tluq tas-servizzi Ingliżi u bid-drawwa li l-bastimenti jorbtu aktar mal-moll xogħol il-balklor naqas sakemm kważi spiċċa.", "Anke d-dgħajsa Maltija bdiet tgħib u llum in-numru ta' dgħajjes Maltin li għad hawn huwa żgħir ħafna.", "Minkejja dan kien hemm min baqa' jemmen fl-istorja tad-dgħajsa Maltija u dawn il-ftit balklora mill-Isla u mill-Birgu ippruvaw jagħtu spinta mill-ġdid lil dan il-missier antik.", "Ħadmu fuq l-idea li jdawru t-turisti mal-Port il-Kbir u ppreparaw u għamlu kollox legalment.", "Saħansitra għamlu insurance u ppruvaw jaqbdu ma' numru ta' tour operators biex iġibu t-turisti 'l dawn in-naħat.", "Għalkemm kien hemm min kien xettiku għall-ewwel, illum għandna numru ta' dgħajjes li jaħdmu fil-Port il-Kbir.", "Tieħu pjaċir tara sitt dgħajjes wara xulxin jgħabbu t-turisti u jdawruhom dawra mal-Port il-Kbir.", "Trid titkellem ma' wħud mit-turisti biex tara mawra bħal din x'impatt tħalli fuqhom.", "Iżda minkejja li dawn sħabna l-balklora għamlu dan is-sagrifiċċju kbir għandhom il-biża' li forsi din l-idea għad tieħu daqqa għax jidher li hemm min għandu nteress li jaħdem hemmhekk.", "J'Alla t-tour operators lil dawn in-nies li tant stinkaw biex id-dgħajsa Maltija terġa' tingħata l-popolarita' jappoġġjawhom u jdaħħlu din id-dawra mal-Port fl-itinerarju tat-turisti biex verament dan il-missier tant antik tal-ħajja Maltija jerġa' jingħata n-nifs.", "Naħseb li jkun xieraq ukoll li fejn hu possibli lil dawn in-nies mill-Kottonera nagħtuhom preferenza għal dak li jista' jinħoloq mill-proġett tal-Kottonera.", "L-aħħar kumment nixtieq nagħmlu wkoll dwar il-proġett tal-Kottonera.", "Jidher li x-xogħol marbut mal-każino miexi sewwa u naħseb li t-target date li semmew ser tinżamm.", "Kien hemm u hemm ukoll fuq il-gazzetti tal-lum sejħa għal ħafna tipi t'impjiegi mal-każino.", "Minħabba l-problema li hawn ta' nuqqas ta' xogħol numru ta' żagħżagħ qegħdin jinteressaw ruħhom f'dawn l- impjiegi.", "Nixtieq nistaqsi jekk iż-żagħżagħ tal-Kottonera mingħajr impjieg u kapaċi għal dawn l-impiegi, hux ħa jingħataw preferenza fuq żagħżagħ ġejjin minn partijiet oħra ta' Malta.", "Allavolja n-naħa ta' fuq mimlija bil- lukandi, ż-żagħżagħ tal-Kottonera jsibuha aktar diffiċli biex imorru jaħdmu hemm.", "Jekk verament għandna għal qalbna l-Kottonera, wasal il-mument tal-prova u għandna ninsistu biex iż-żagħżagħ tal-Kottonera, jekk jixirqilhom, jingħataw preferenza għal dawn ix-xogħolijiet li se jinħolqu, kif wara kollox ġejna mwegħda.", "Fi ftit ġimgħat oħra se jkollna l-ewwel riżultati bil- ftuħ tal-każino l-ġdid ix-xatt tal-Kottonera u jekk ma jkunux impjegati mill-Kottonera, allura bir-raġun kollu ngħidu li dak li ġew imwiegħda ż- żagħżagħ tal-Kottonera mingħajr impjieg ser itkun wegħda oħra li taret mar- riħ.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa 30 ta' Mejju 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-viċi- Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KAROZZI", "25241.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi fis-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 u jgħati breakdown tal-prezzijiet tagħhom qabel id- dazju/VAT.", "Kemm kienu taħt il-Lm 5000, kemm bejn il-Lm 5,000 u Lm 10,000, kemm bejn Lm 10,0000 u l-Lm 20,000, kemm bejn l-Lm 20,000 u t-Lm 30,000, kemm bejn t-Lm 30,000 u l-Lm 40,000, kemm bejn l-Lm 40,000 u l-Lm 50,000 u kemm aktar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Istatistika ma għandux informazzjoni dwar importazzjoni kif mitluba mill- Onorevoli Interpellant, iżda skond il-bands ta' ċilindraġġ kif speċifikat fit-Tariffa tad-Dwana.", "Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra skeda ta' importazzjoni ta' karozzi li tkopri s-snin 1998, 1999 u 2000 skond il-codes mogħtija fit- Tariffa tad-Dwana separatament għall-karozzi ġodda u użati.", "L- informazzjoni għas-sena kurrenti għadha qed tinġabar.", "KONTIJIET", "25372.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l- Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25373.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l- Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25374.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal- Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25375.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l- Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25376.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KONTIJIET", "25377.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "KOOPERATTIVA TAT-TJUR", "25448.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmani x'progress sar dwar il-proposti u l-ilmenti li resqu l-membri tal-Kooperattiva tat-Tjur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-proposti u ilmenti li ressqu l- membri tal-Koperattiva tat-Tjur waqt il-laqgħa li kellhom ma' uffiċjali mill-iSmall Business Unit ġew riferuti lill-Ministeru ta' l-Agrikultura sabiex jiġu evalwati u eventwalment fejn applikabbli tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PRODUTTURI TAT-TJUR", "25449.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinfurmani xi progress sar dwar l-ilmenti u l-proposti tal- produtturi tat-tjur?", "Jista' jinfurmani x'ġara mill-proċess tas-sistema tal-karta r-roża?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ŻWIEMEL MIN FRANZA", "25450.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għar-rapporti li saru fil-gurnali u b'referenza għall- fatti li kkonferma d-Direttur ta' l-Informazzjoni ċioe li ġew impurtati f'Malta, żwiemel min Franza, jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il- persuna minn B'Buġia ġiet preferuta biex timporta dawn iż-żwiemel meta d- dipartiment tar-servizz veterinarju kien ħareġ avvizz biex ma jiġux impurtati annimali ħajjien?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda persuna ma ġiet preferuta.", "Fil-fatt iż-żewġ importazzjonijiet ġew mit-trasportaturi approvati.", "L-ewwel importazzjoni - 24 siegħa qabel - kienet minn persuna li mhiex minn Birzebbuġa.", "ONE WAY STREET", "25451.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li bla aktar telf ta' żmien issir prova sabiex ikun magħruf l-impatt li tista tikkawża is-sistema one way fi Triq George Borġ Olivier ir-Rabat?", "Jista' l-Ministru jara li fix-xahar ta' Mejju li ġej, issir din il-prova matul ix-xahar kollu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għadda l-proposti tiegħu lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex is-sistema ta' one way fi Triq Ġorġ Borg Olivier tiġi mplimentata fl-iqsar żmien possibbli.", "UE", "25452.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmani liema huma dawk il-varjetajiet ta' laħam li se jkunu suġġett ta' żieda fid-dazju, levy, jew ta' kontroll ta' kwota wara li Malta tissieħeb fl-UE.", "Jista' l-Ministru jinfurmani x'impatt se jkollhom dawn is-sistemi fuq l- industrija ta' l-ikel u tat-Turiżmu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-kwalitajiet kollha ta' laħam, bħaċ-ċanga, majjal u tiġieġ, fil-preżent huma suġġetti għal-levies.", "Dan japplika wkoll għal prodotti maħduma mil-laħam bħalma huma l-burgers u nuggets.", "Sa llum għadha ma ġietx stabbilita l-ebda skeda dwar it-tneħħija ta' dawn il-levies peress li bħalissa għad hemm restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti lejn l-Unjoni Ewropea.", "Is-sistema li eventwalment ser titħaddem biex tirregola dan il-qasam għad trid tiġi stabbilita, wara li n- negozjati dwar il-kapitlu ta' l-Agrikoltura għad iridu jinfetħu.", "Għaldaqstant huma prematur li f'dan l-istadju tingħata tweġiba konklussiva u definittiva għal din il-mistoqsija.", "MWIET TA' ĦUT", "25453.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani x'ikkawża l-imwiet ta' skorfom, imrejjen, qarnutt, irqieq, imżażem eċċ li nstabu fl-inħawi ta' popeye village nhar it-23 ta' April 2001?", "X'investigazzjoni saret?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-ħut li qiegħed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien ilu mejjet xi 4 tijiem.", "Jidher li dan il- ħut għadda mill-istess esperjenza ta' ħut ieħor li dwaru ġiet ppublikata stqarrija għall-istampa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni numru 526.", "MIŻBLA", "25746.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet differenti minn fejn hemm aċċess għall- miżbla tal-Magħtab minbarra dak uffiċjali fejn hemm il-miżien biex jiżen l- iskart li jiddaħħal?", "Jekk hemm postijiet oħra mnejn jistgħu jaslu fil-miżbla tal-Magħtab, jistgħu jittieħdu passi biex dawn il-postijiet jingħalqu kollha u jiġu eliminati l-abbużi li jista' jkun hemm fi dħul u ħruġ mhux legali mill- miżbla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li bħalissa, dħul għall- miżbla tal-Magħtab huwa permess biss min-naħa tal-bieb prinċipali f'Ramla Road.", "L-aċċess l-ieħor li hemm min-naħa ta' l-għelieqi ġie mblokkat bit- terrapien.", "MAGĦTAB", "25747.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru xi studji fuq ir-residenti fl-inħawi tal-Magħtab biex isir magħruf l-effett fuqhom mit-tniġġis tal-Magħtab peress li dawk li jgħixu hemm hekk jilmentaw minn qtugħ tan-nifs, għajnejn jaħarqu, uġiegħ fil-pulmun u spiss jidħlu fi spejjeż biex jixtru mediċini biex itaffu l- problemi?", "Xi rriżulta minn dawn l-istudji jekk saru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li ma saru l-ebda' studji fuq residenti tal- Magħtab, dwar xi possibilta' ta' tniġġis mill-Landfillfil-viċinanzi.", "MAGĦTAB", "25748.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi biex Triq ir-Ramla u Triq Santa Marija fl-inħawi tal-Magħtab jibdew jitnaddfu regolarment mit-trab u l-iskart l-ieħor li jikkaġunaw it-trakkijiet li jġorru l-iskart lejn il- Magħtab biex hekk tittaffa xi ftit it-tbatija għal dawk li jgħixu fl- inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li għalkemm it-tindif tat- toroq huwa r-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali, d-Dipartiment għall- Immaniġġjar ta' l-Iskart qed jibgħat kennies matul il-ġimgħa sabiex inaddaf dawn it-toroq.", "MAGĦTAB", "25749.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara minn Jannar sa Marzu 2001 kuljum jum b'jum kemm daħlu trakkijiet bi skart fil-Magħtab?", "X'tunnellaġġ ta' skart daħal f'dawn il- vjaġġi?", "Xi flus tħallsu minn dawk li daħħlu dan l-iskart?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "Ninsab infurmat li għal Jannar u Frar tħallset is-somma ta' Lm5,599.62.", "Peress li l-kontijiet ta' Marzu għadhom qed jintbagħtu mal-kontijiet tax- xahar ta' April, ma nistax nagħti ċifri għax-xahar ta' Marzu 2001.", "WATCHMEN", "25750.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min-nofs April sal-lum kemm inqalgħu watchmen mill- iskejjel?", "Mil-liema skejjel inqalgħu?", "Fejn intbagħtu?", "Kif intgħażlu biex jiġu trasferiti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26101.", "EDUKAZZJONI", "25751.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex il-livell ta' ndafa fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji tal-gvenr ikun sodisfaċenti?", "Mill- bidu ta' din is-sena skolastika d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kemm irċeviet ilmenti minn skejjel differenti dwar il-problema tan-nuqqas ta' staff biex inaddaf?", "Mil-liema skejjel waslu dawn l-ilment?X'sar dwar dawn l-ilmenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sezzjoni li tieħu ħsieb il-Minor Staff qed tagħmel minn kollox biex kull skola statali jkollha 'cleaning complement' kif ġie stipulat fir-Report-Support Staff Requirements in State Schools - 1998'.", "Fil-bidu tas-sena skolastika, is-sezzjoni irċeviet ilmenti minn skejjel dwar nuqqas ta' staff li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni u t-tindif.", "Ħafna minn dawn il-każi ġew solvuti.", "L-iskejjel kienu:", "* L-iskola Primarja f'San Pawl il-baħar * L-iskola Primarja ta' l-Imġarr * L-iskola Primarja tar-Rabat 'A' * Liċeo Dun Ġużepp Żammit Brighella Ħamrun * Skola Sekondarja Ġuże` D'Amato Raħal Ġdid * Liċeo Marija Reġina Blata l-Bajda * L-iskola tal-Mużika Johann Strauss fil-Belt Valletta.", "AIR MALTA", "25880.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jkun hemm sejħa oħra għall- applikazzjoni għall-piloti mal-Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sejħa oħra għall-applikazzjonijiet għal ingaġġ ta' piloti ma' l-Air malta toħroġ meta tinħass il-ħtieġa.", "AFM", "25881.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk l-applikanti li jgħaddu il-physical efficiency test mistennija li jidħlu bħala suldati regulari fl-AFM fil- ġejjieni qarib?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-physical efficiency test huwa parti mill- eżami kompetittiv.", "Id-dettalji dwar dan l-eżami jinsabu fis-sejħa għall- applikazzjonijiet li kienet ippubblikata mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 17061 tas-27 ta' Frar 2001.", "KSUR FIL-PROTOCOL", "25882.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien responsabbli għall-ksur fil-protocol u fil-program avżat fir-rigward tal-Kap ta' l-Opposizzjoni fir-rigward taż-żjara riċenti tal-Qdusija Tiegħu il-Papa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-udjenzja tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni mal-Qdusija Tiegħu.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' l-4 ta' Mejju 2001 mibgħuta mill-Protokoll lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni kif ukoll rezokont mis- Sur A Cachia, uffiċjal tal-protokoll dwar dak li ġara.", "WAIVING OFF", "25883.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara li tiġi irrikunsidrata it-talba miċħuda għall-waiving off ta' taxxi addizzjonali u interessi fir-rigward tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatamentt mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandha ssir pressjoni fuq il-Kummissarju tat-Taxxi Nterni f'dan ir- rigward.", "PERFORMANCE BONUS", "25884.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il- Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus?", "Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju?", "X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.", "PERFORMANCE BONUS", "25885.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il- Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus?", "Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju?", "X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "NOISE POLLUTION", "25960.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod id-dipartiment ta' l-ambjent qiegħed jara li tiġi kkontrollata għal livelli aċċettabli l-problema tan-noise pollution partikolarment f'areas residenzjali u li huma semi-industrijali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.", "OVERTIME", "25961.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' l-overtime li sar fl-istock exchange minn Settembru 1998 sa' l-aħħar ta' April 2001?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra d-dettalji ta' l- overtime li sar fl-istock exchange minn Settembru 1998 sa' l-aħħar ta' April 2001.", "DYSLEXIA", "25962.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux ippjanat li jagħti appoġġ lil tfal li jbatu mid-dyslexia wara l-ħin ta' l-iskola, per eżempju permezz ta' għajnuna ta' parapethic teacher?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-SpLD Service (Specific Learning Difficulties Service) li huwa s-sezzjoni fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni responsabbli għat-tfal dyslexic m'għandux pjan, għalissa, biex jagħti taħriġ speċjalizzat wara l-ħin ta' l-iskola.", "Il-peripatetic teachers li jaħdmu fl-SpLD Unit jagħtu appoġġ lit-tfal fil- ħin ta' l-iskola, sewwa fl-iskola stess kif ukoll fil-Unit.", "L-SpLD Service jaħdem ukoll mal-ġenituri biex jinbena l-appoġġ li dawn jagħtu lit-tfal fid-dar.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "25974.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm persuni kkwalifikaw u fil-fatt ingħataw iċ-ċittadinanza Maltija kif wkoll id-doppja ċittadinanza mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25175, ninsab infurmat illi minn mindu sar it-tibdil fil-Liġi taċ-Ċittadinanza li ġie fis-seħħ fl- 10 ta` Frar 2000, in-numru ta` persuni li s`issa ġie lilhom ikkonfermat li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi huwa ta` 1,795 u n-numru ta` dawk li akkwistaw (jew reġgħu akkwistaw mill-ġdid) iċ-ċittadinanza Maltija huwa ta` 1,064.", "VISA", "25975.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin li daħlu f'Malta legalment iżda skadietilhom il-visa u mhux magħruf fejn jinsabu?", "Jista' jindika n- nazzjonalita tagħhom?", "Jista' jgħid kemm persuni ġew irrifjutati d-dritt li jidħlu f'Malta mill-1 ta' Jannar 2000 sat-30 t'April 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija mhux disponibbli.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-30 ta`April 2001, in-numru ta` inadmissable persons kien ta` 4,229.", "ĊITTADINI MILL-EU", "25976.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini mill-EU biex jaħdmu f'Malta u kemm fil-fatt ingħatalhom il-permess mill-1 ta' Jannar 1995 sat-30 t'April 2001, sena, sena?", "Jista' l-Ministru jindika t-tip ta' xogħol li għalih ingħata l- permess għal kull wieħed?", "Jista' jindika liema permessi ġew estiżi u għal kemm żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "Dawk il-persuni barranin li lilhom tinħarġilhom liċenzja ta` impjieg huma nklużi f`Lista ta` Nies Barranin li għandhom il-Liċenzji ta` Impjieg li hija ppubblikata kull xahar mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni.", "Skond l-aħħar lista ta` persuni barranin li għandhom permess jaħdmu Malta li ġiet ippubblikata mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fis-7 ta` Mejju 2001, in-numru ta` persuni li ġejjin mill-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea huwa ta` 749.", "Din il-lista tinkludi l-isem tal-barrani, ix-xogħol li għalih ingħata permess, isem tal-kumpanija jew tal-Employer kif ukoll id-data sa kemm hi valida l-liċenzja.", "WORK PERMIT", "25981.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm barranin iqabdu jaħdmu f'Malta u f'Għawdex illegalment mill-1 ta' Jannar 1995 sat-30 t'April 2001, sena, sena?", "Jista' jindika n- Nazzjonalita tagħhom?", "Kemm minnhom applikaw għal work permit wara li nqabdu jaħdmu u kemm minnhom ingħatalhom il-permess wara li applikaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit- Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mhux disponibbli.", "UE", "25982.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu kkummissjonax xi studju dwar l-impatt ta' Sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE fuqq l-impjiegi f'pajjiżna billi huwa l-Ministru ta' l-Intern li jgħati l-permess lill- barranin biex jaħdmu f'pajjiżna?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi r- rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk le, ma jaħsibx l-Ministru li jkun utli li jsir dan l-istudju jew jekk qiegħed isir jew sar minn xi ministeru ieħor, jista' l-Ministru jinformana bil-kontenut?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ebda dekasteru fil-Ministeru tiegħi ma ikkummissjona studju fuq il-linji li qed jindika l-Onor.", "Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.", "Dwar jekk hemmx xi ministeru ieħor li kkummissjona xi rapport simili, li jikkonċernaw setturi speċifiċi, nissuġerilu li jagħmel il-mistoqsija lill- Ministeri konċernati.", "ASYLUM", "25983.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-asylum f'Malta matul is-snin 2000 u 2001 kemm persuni ngħataw il-benefiċċju?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23110.", "MASTERS PSYCHOLOGY", "25992.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw persuni b' BA Social Work sena b'sena b'dawn l-aħħar snin?", "Kemm iggradwaw wkoll f'Masters Psychology barra minn Malta.", "Hemmx il-ħsieb li dan tal-aħħar jibda jsir fl- Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni m'għandhiex il-mezzi kif tkun taf kemm persuni Maltin gradwaw Masters fil-Psikoloġija barra minn pajjiżna.", "Il-Masters fil-Psikoloġija huwa wieħed mill-korsijiet li l-Fakulta` ta' l- Edukazzjoni diġa' qed toffri.", "OVERSPEEDING", "25993.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minħabba overspeeding (a) f'Malta kollha u (b) f'Triq Sant Anna l-Floriana matul is-sena 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ingħataw 161 ċitazzjoni mill-Pulizija minħabba sewqan eċċessiv.", "L-ebda waħda minn dawn ma kienet fi Triq Sant`Anna, il-Floriana.", "SPEED CAMERAS", "25994.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiddaħħlu l-speed cameras f'pajjiżna u fejn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-ispeed cameras ser jiddaħħlu fil- futur qarib.", "TFAL MA JAFUX JIKTBU U JAQRAW", "26003.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir b'mod konkret sabiex it-tfal li ma ikunux jafu jiktbu u jaqraw jonqsu?", "Kif jistgħu jagħmlu l-ġenituri li jkollhom xi wild li sa year 5 ma jafx jikteb u jaqra, sabiex iżommuh jirrepeti sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal dawn l-aħħar snin ħadet u għadha tieħu inizjattivi fuq livell ta' skejjel, klassijiet u individwi biex isiru magħrufa dawk it-tfal li baqgħu lura fit-tagħlim u qed jittieħdu passi biex dawn l-istess tfal tingħatalhom l-għajnuna meħtieġa biex javvanzaw.", "Fost dawn il-passi:", "A) Qed jingħata servizz ta' Edukazzjoni Kumplementarja fit-tieni sena tal- Primarja.", "Marbuta ma' dan is-servizz hemm dawn l-inizjattivi:", "* Jitqassmu riżorsi lill-għalliema ta' l-Edukazzjoni Kumplementarja; * Jittieħdu inizjattivi biex kull għalliem/a joħloq programmi li jindirizzaw il-bżonnijiet edukattivi speċifiċi ta' dawn it-tfal;", "* Jiġu organizzati korsijiet ta' aġġornament (induction training u in- service cources) lill-għalliema ta' dawn it-tfal;", "* Isiru żjarat ta' sikwit fil-klassijiet ta' dawn l-istudenti;", "* L-għalliema joħolqu l-metodi ta' tagħlim b'mod individwali kif ukoll fi gruppi;", "* Jiġu organizzati laqgħat ta' tagħrif ma' diversi gruppi ta' ġenituri flimkien ma' uliedhom li jieħdu s-servizz ta' Edukazzjoni Kumplimentarja, fuq il-qari u l-kitba (Hands on experience).", "B) Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni ta' l- Universita` ta' Malta qed jaħdmu id f'id biex iwettqu proġett dwar 'Literacy' f'dawn l-iskejjel:", "Primarji:- Cospicua, Kerċem (Gozo), Vittoriosa, Ħamrun (Vinċenzo Buġeja Street), Ħamrun (School Street), Victoria (Gozo), Birkirkara, Floriana, Għargħur, St Julian's, Msida, Sliema u Senglea.", "Sekondarji:- Furtu Selvatico Boys' Secondary School, Naxxar u Maria Teresa Nuzzo Girls' Secondary School, Ħamrun.", "C) Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta1 ta' l-Edukazzjoni ta' l- Universita` ta' Malta qed jaħdmu id f'id biex iwettqu proġett bl-isem 'Let Me Learn' f'dawn l-iskejjel: Valletta Primary, Mosta Primary 'A' u Fra Diego Bonanno, Marsa.", "D) Hemm il-Klabb Sajf għal tfal ta' Year 2 li, waqt is-sena skolastika, jibbenefikaw mis-servizz ta' complementary teachers.", "Klab Sajf jiffoka fuq il-kisba ta' ħila fit-taħdit, smigħ, qari u kitba.", "E) Tfal li d-diffikulta` tagħhom ġejja mill-fatt li għandhom bżonnijiet speċjali jgħaddu minn proċess ta' statementing u jingħataw għajnuna skond il-ħtieġa.", "F) Numru ta' klassijiet jinżammu b'numru żgħir ta' tfal biex it-tfal jingħataw iżjed għajnuna individwali.", "G) Wara konsultazzjoni bejn ġenituri u l-kap ta' l-iskola, tista' tittieħed deċiżjoni li ċertu tfal jirrepetu sena sabiex jissudaw u jkunu f'qagħda aħjar li jkampaw is-sena ta' wara.", "Tfal li jibqgħu repeaters f'Year 5 mhux neċessarjament ser jitgħallmu jiktbu u jaqraw.", "H) Fil-ġejjieni, dawn it-tfal se jkunu jistgħu jsegwu programm ta' appoġġ wara l-ħin ta' l-iskola waqt li l-ġenituri tagħhom ukoll se jingħataw l- appoġġ kollu meħtieġ li jgħinhom irawmu ħila ta' komunikazzjoni, kitba u qari.", "Dan l-appoġġ se jingħata mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "26004.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-postijiet li tqassmu mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Jista' jgħid f'liema lokalita' kienu dawn il-postijiet, kif wkoll fejn kienu rreġistrati dawk li bbenefikaw minn dawn il-postijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.", "AIR-CONDITIONING", "26005.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li qed jintużaw sabiex isir maintenance fuq air-conditioners fl-isptarijiet?", "Jista' jgħid jekk din inbidlitx fl- aħħar xhur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li jsir maintenance regolari bħal per eżempju tindif regolari ta' filters u checks tas-sistema ta' rifriġerazzjoni kull 4 sa 6 xhur, u dan jiddependi fuq l-użu tal-unit.", "F'każ ta' Units antiki dan isir mas-sezzjoni ta' l-Air Conditioners fid- Diviżjoni tax-Xogħolijiet (Marsa Garage).", "F'każ ta' units ġodda u taħt il- garanzija dan isir mill-kuntrattur.", "Din il-proċedura ilha stabbilita għal madwar tlettax-il sena.", "INGAĠĠ", "26006.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li għaddew mill-eżami għall-iskrivani maċ- ċivil, issa li saru l-intervisti?", "Jista' jgħid meta jaħseb li ser ikun hemm l-ewwel ingaġġ minn dawk li għaddew?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li mill-eżami għall-skrivani għaddew mija u sebgħa u sebgħin (177) kandidat.", "L-ewwel reklutaġġ mistenni jsir sa' nofs Ġunju 2001.", "HOUSING AUTHORITY", "26007.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka x'inhuma l-ispejjeż involuti sabiex persuna tapplika għal xi skema tal-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Applikant taħt l-Iskemi T,W,X,Y,Z u 5 jħallsu Lm20 bħala administrative charges.", "Fil-każ ta' Skemi 7 u R applikanti jħallsu Lm5 u f'każ ta' Skema S jħallsu Lm10.", "Peress li l-Awtorita' tad-Djar hija one stop shop, l-Awtorita' tad-Djar toffri li tordna riċerki f'isem l-applikanti.", "L-ispejjes għal dawn ir- riċerki huma s-segwenti.", "Koppja miżżewġa - Lm9.00 Persuna waħidha Lm3.00 Mara separata - Lm6.00 Armla - Lm6.00 Armel Lm3.00", "Isiru denunzji f'isem l-applikanti f'każ li dawn ikollhom ġenituri mejtin.", "Dawn id-denunzji jiswew Lm1 għal kull ġenitur mejjet.", "F'każ ta' bżonn ta' workbook entries, l-Awtorita' tad-Djar tagħti l- opportunita' li tikseb dawn l-entries f'isem l-applikant.", "Dawn jħallsu Lm1.50.", "Dan kollu jsir sabiex l-Awtorita' tad-Djar tassigura ruħa li ma jsirux abbużi u li dawn l-għajnuniet jingħataw lil min verament għandu bżonn.", "PA", "26008.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar terġa toħroġ l-iskema sabiex ikunu rranġati l-gallarijiet fil-Kottonera?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid meta ser toħroġ din l-iskema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bħalissa l-iskema li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet estiża għall-Belt u l-Furjana u l- estensjoni ta` l-iskema tiġi kkunsidrata mill-ġdid wara li tagħlaq is-sena finanzjarja.", "HOLDING WALL", "26015.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-risponsabbilta' biex isir ħajt holding wall fit-toroq ta' L-Awrat u Triq Kolu Vella fix-Xgħajra, Zabbar", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li r-respobsabbilta' li jinbena ħajt biex tiġi ffurmata Triq l-Awrat hija ta' l-iżviluppaturi li bnew il-bini tagħhom iħares fuq din it-triq li jħarsu fuq green area.", "L-iżviluppaturi li bnew fi Triq Kolu Vella huma responsabbli li jiffurmaw it-triq san-nofs tagħha, filwaqt li l-ħajt li jisseppara l-ground mit-triq irid jinbena akkariku tal-Gvern.", "LOCAL WARDENS", "26026.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Wara t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari nru.", "25915, jikkonferma l-Ministru li hemm warden ta' 17-il sena taħdem bi 85c fis- siegħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li m`hemm l-ebda Gwardjan Lokali li għandu jew għandha 17 il-sena b`85c fil-siegħa.", "PARENTAL LEAVE", "26034.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "F'liema skala huma dawn l-impjegati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fid- dekasteru tiegħi hemm 35 impjegat/a fuq parental leave imqassmin kif ġej:", "| | | | | |Skala |Nisa |Rġiel|Total | |tas-salarju | | | | | | | | | |7 |- |1 |1 | |10 |1 |- |1 | |13 |7 |- |7 | |14 |10 |1 |11 | |15 |9 |1 |10 | |16 |3 |- |3 | |18 |2 |- |2 | | | | | | |32 |3 |35 | |", "PARENTAL LEAVE", "26035.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "F'liema skala huma dawn l-impjegati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fid-dekasteru ta' l-Edukazzjoni, impjegati li qegħdin fuq Parental Leave huma kif ġej:", "|Dipartiment |Numru ta'|Skala | | |impjegati| | | |Nisa | | | | | | |Direttur |2 |14 | |Servizzi | | | |Korporattivi | | | | |1 |18 | | | | | |Segretarjat |Nil |Nil | |Parlamentari | | | | | | | |Dipartiment |Nil |Nil | |taż-Żgħażagħ | | | |u Sport | | | | | | | |Diviżjoni ta'|2 |7 | |l-Edukazzjoni| | | | |12 |8 | | |79 |9 | | |4 |10 | | |12 |11 | | |21 |13 | | |17 |14 | | |11 |15 | | |8 |18 | | |1 |19 | | |1 |20 | | |Subtotal |168 | | | | | | | | | | | | | |Dipartiment |1 |14 | |ta' | | | |l-Eżamijiet | | | | |15 |1 | | | | | |Dipartiment |Nil |Nil | |tal-Libreriji| | | |u Arkivji | | | | | | | |Dipartiment |3 |16 | |tal-Mużewijie| | | |t | | | | | | | |Dipartiment |Nil |Nil | |tal-Kultura | | | | | | | |Fondazzjoni | | | |għall-Istudji| | | |Internazzjoni|1 |Senior | |ali | |Clerk | | | | | |Kunsill Malti| | | |għax-Xjenza u| | | |Teknoloġija |Nil |Nil | | | | | | | | | |Universita` |1 | | |ta' Malta | | | |(Academic) | | | |Asst. |2 |11 | |Lecturer | | | |(Univ.", "Scale | | | |7) | | | | |4 |13 | | |1 |14 | | |1 |15 | | |1 |17 | | | | | |PBS |2 |D | | |1 |C | | |1 |B | | | | | |Dar | | | |il-Mediterran| | | |għall- | | | |Konferenzi |Nil |Nil | | | | | |Ċentru Malti |Nil |Nil | |għar-Restawr | | |", "PARENTAL LEAVE", "26036.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "F'liema skala huma dawn l-impjegati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PARENTAL LEAVE", "26037.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "F'liema skala huma dawn l-impjegati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati fil-Ministeru għall-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq Parental Leave huwa 13.", "Dawn huma kollha nisa.", "Minn dawn l-impjegati hemm 2 f'kull skala 11 u 13, 3 f'kull skala 14 u 15 u 1 f'kull skala 18 u 19.", "Barra minn dawn hemm waħda Casual Typist.", "PARENTAL LEAVE", "26039.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "F'liema skala huma dawn l-impjegati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li n-numru ta' mpjegati fid-Diviżjoni tas- Saħħa li qegħdin fuq 'parental leave' huwa 182.", "Minn dawn 4 huma rġiel u 178 nisa.", "Dawn l-impjegati qegħdin fl-iskali kif ġejjin hawn taħt:", "|Skala 5|- |3 nisa | |Skala 6|1 raġel |2 nisa | |Skala 7|- |8 nisa | |Skala 8|- |18 nisa | |Skala 9|- |17 nisa | |Skala |- |39 nisa | |10 | | | |Skala |- |15 nisa | |11 | | | |Skala |- |14 nisa | |12 | | | |Skala |- |13 nisa | |13 | | | |Skala |- |19 nisa | |14 | | | |Skala |2 irġiel |13 nisa | |15 | | | |Skala |- |5 nisa | |16 | | | |Skala |1 raġel |12 nisa | |18 | | | |TOTAL |4 rġiel |178 nisa |", "PARENTAL LEAVE", "26040.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "F'liema skala huma dawn l-impjegati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl- informazzjoni mitluba.", "EUROPEAN TASK FORCE", "26043.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema bażi se jintbgħatu s-suldati f'dik li hu committment ta' Malta fil-European Task Force?", "Kemm hemm membri ta' l- Armata li urew ix-xewqa li volotarjament jagħmlu parti min din il-forza?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-wegħda li tat Malta b'konnessjoni mar-Rapid Reaction Force qegħda ssir fuq il-bażi ta' żewġ kundizzjonijiet primarji, jiġifieri:", "a. Li l-operazzjoni militari mmexxija mill-Unjoni Ewropeja tkun approvata mill-Ġnus Magħquda u l-Organizzazzjoni għas-Sigurta' u Koperazzjoni fl- Ewropa.", "b. Li s-suldati Maltin jieħdu sehem biss f'missjonijiet umanitarji u ta' salvataġġ, u jagħmlu dan b'kollaborazzjoni sħiħa mal-Forzi Taljani.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li n-numru ta' suldati li jixtiequ jieħdu sehem f'dawn l-operazzjonijiet hu ikbar milli fil-fatt hu meħtieġ.", "PULIZIJA", "26044.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-complement preżenti ta' pulizija (kuntisstabbli) u x'inhuma dak proġettati?", "Jista' jagħti informazzjoni dwar il-complement ta' gradi ta' surġenti u spetturi u x'inhuma n-numri li suppost hemm fil- korp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,391 Kuntistabbli, 274 Surġent u 69 Spettur fil-Korp tal-Pulizija.", "Infurmat ukoll illi bħalissa fl-Akkademja tal-Pulizija hemm 33 rekluti jattendu kors ta` taħriġ għal ingaġġ bħala Kuntistabbli.", "Hemm ukoll 80 Kuntistabbli li qed jattendu kors għal eżami ta` promozzjoni għal Surġent, filwaqt li hemm ukoll 19-il Uffiċjal Kadetti.", "ĠNIEN PUBBLIKU", "26045.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min-naħa tad-Dipartiment tal-Ambjent x'inhuma jew x'se jkun l-input fil-Ġnien Pubbliku / Masġar biswit is-Swar / Guidle Road f'Ħaż- Żabbar?", "X'inhu jżomm milli jsir dan il-proġett inħejji mill-Kunsill Lokali, Zabbar snin ilu, min-naħa tad-Dipartiment ta' l-Ambjent/Xogħolijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-kontribut tal- Ministeru għall-Ambjent ser ikun il-preparazzjoni mill-ġdid ta' l-offerta għall-kostruzzjoni tal-ħajt li jdawwar il-ġnien b'ċint baxx u ħadid, mat- tul ta' Girdle Road (issa msemmija Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa;) kif ukoll diversi xogħlijiet ta' tindif, bini ta' ħitan tas-sejjieħ u bankijiet ġewwa l-masġar innifsu.", "Ix-xogħol fuq dan il-proġett waqa' lura minħabba diversi diffikultajiet mhux previsti li nqalgħu.", "ĊINA", "26050.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija tiegħi dwar iż-żgħażagħ Maltin li żaru ċ-Ċina, jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żagħżagħ li żaru ċ-Ċina u min liema organizzazzjonijiet taż-żagħżagħ ġew magħżula?", "Jista' jikkonferma li se jkun hemm aktar bdil ta' żjarat bejn żgħażagħ Ċiniżi u żgħażagħ Maltin?", "Jekk hu hekk xi kriterju se juża s-Segretarjat taż-Żgħażagħ u Sport biex jgħażel lil min imur iċ-Ċina?", "Jista' jara li l- istedina miċ-Ċina tkun ċirkolata lill-għaqdiet kollha membri tal-Kunsill taż-Żgħażagħ biex jiġi assigurat li l-għażla tkun waħda ħielsa u ġusta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista taż-żgħażagħ li żaru ċ-Ċina s-sena li għaddiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informat li din is-sena se jkun hemm żewġ gruppi li se jieħdu sehem fi skambji ta' żjarat bejn żgħażagħ Maltin u dawk Ċiniżi.", "Kif isir kull sena d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport diġa` ħareġ sejħa għall- applikazzjonijiet għal żjart f'diversi pajjiżi, inkluża ċ-Ċina.", "Din is- sejħa dehret fil-ġurnali lokali li joħorġu matul il-ġimgħa.", "Qatt ma kienet policy tad-Dipartiment li tkun ċirkulata stedina lil xi għaqda partikolari propju biex dawn iż-żjarat ikunu miftuħa għaż-żgħażagħ Maltin kollha bejn is-16 u s-26 sena.", "PROFESSUR CALIPUR", "26051.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Professur Calipur ilu madwar sena w tlett xhur ma jiġi Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa qatt ma ġabet lill-Professur Calipur f'Malta dwar pazjenti fl-isptarijiet pubbliċi.", "ANTENNAE - MOBILE PHONES", "26052.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega fuq liema studju mexa biex tħallew jitwaħħlu antennae tal-mobile phones fuq bjut ta' djar privati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "ĦAL QORMI - TRIQ ID-DRAGUN", "26053.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija nru.", "25067, jista' l-Ministru jgħid x'kienu id-deċiżjonijiet tad-Dipartiment tat-Toroq wara li t-talba li għamiltlu dwar ix-xogħol li jrid isir fuq l-aħħar parti tat-triq li tiġi fl- aħħar ta' Triq id-Dragun f'Ħal Qormi u li tmiss ma' Triq il-Ħelsien u li hija magħrufa bħala New Street fi Triq il-Ħelsien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għadu qiegħed jistudja l-każ imqajjem mill-Onor.", "Interpellant.", "Jirriżulta li hemm sentenza tal-Qorti ta' l-Appell dwar l-art li trid tittieħed biex tinfetaħ it-triq li fil-fatt saħansitra waslet lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tibdel iż-zoning fl-area.", "Id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jieħu parir legali dwar x'jista' jsir biex it-triq tkun tista' tinfetaħ.", "LANEĊ", "26084.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx informazzjoni kemm persuni użaw laneċ minn Tas-Sliema lejn il-Belt fid-9 ta' Mejju meta saret il- Quddiesa Pontifikali fuq il-Fosos tal-Furjana?", "Jistax dan is-servizz, kif wkoll ieħor simili mill-Kottonera, jibda jiġi organizzat b'mod skedat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-servizz bil-laneċ bejn tas-Sliema u l-Belt huwa servizz bi skeda.", "Jien infurmat ukoll li s'issa ma kienx hemm min jipprovdi servizz simili bejn il-Kottonera u l-Belt.", "Dwar l-ewwel parti tad-domanda, peress li s-servizz ingħata minn entita' kummerċjali privata, mhux possibli li nagħti figuri.", "KING GEORGE V PLAYING FIELDS", "26085.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax titpoġġa l-pjanta tax-xogħlijiet fil- King George V Playing Fields, Floriana fuq il-Mejda tal-Kamra?", "F'hiex waslu x-xogħlijiet s'issa u humiex skond l-iskeda ppjanata?", "Kemm u f'liema grad huma l-ħaddiema li qed jaħdmu fuq dan is-sit?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- pjanti mtluba.", "Ix-xogħol miexi kif ippjanat.", "S'issa tlesta l-parti l-kbira tax-xogħol fil- pedamenti fil-parti tal-lemin tal-ġnien, inbeda x-xogħol fuq il-wiċċ tal- pitch tal-futbol, qed isir xogħol ta' żbir u trasplantar ta' siġar in kollaborazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u nħarġet u qed tiġi proċessata s-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta' pavimentar tal-ġnien.", "Skond l-iskeda tax-xogħol dan il-ġnien mistenni li jitlesta fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.", "Il-ħaddiema bil-gradi tagħhom li qed jaħdmu fuq dan is-sit huma kif jidher hawn taħt:", "Rubble Wall Builder 1 Building Tradesman II 4 Building Tradesman I 2 General Hand 2 Mason 1 Heavy Plant Driver 1 Skilled Labourer 1 Supervisor 1 Carpenter 1 Total 14", "HOUSING AUTHORITY", "26086.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l- pjanijiet għall-bini ta' 40 appartament f'Balzunetta l-Furjana u għal appartament f'Triq il-Kappuċċini l-Floriana?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar il-bini ta' appartamenti f'Balzunetta, il- Furjana, ninsab infurmat li għadhom għaddejjin negozjati biex tiġi rilokata fabbrika li hemm f'dan is-sit.", "Dawn in-negozjati qed isiru mill-MDC.", "Dwar il-progett ta' Triq il-Kapuċċini, ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għadha kif ħarġet il-permess biex il-bini eżistenti jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid.", "Għalhekk l-Awtorita' ser tara kif tinkwadra dan il- proġett fil-business tagħha.", "OVERTIME", "26106.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime matul dan l-aħħar tnax-il xahar mill- ħaddiema tad-distrett nru 6 tad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi, kull xahar separatament?", "Kienu kienu l-ħaddiema li ingħataw l-overtime matul kull xahar?", "Kemm hyemm ħaddiema f'dan id-distreet?", "Kif jitqassam l-overtime fuq il-ħaddiema?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERMESSI", "26122.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għat-tqiegħed ta' l-imwejjed barra fil-Belt Valletta?", "Lil liema stabilimenti inħarġu dawn il-permessi u x'inhu l-kobor ta' l-area involuta u kemm hu n-numru ta' imwejjed li jistg]u jitpoġġew barra f'kull każ separatament", "Kemm iħallsu dawn l-istabillimenti għal dawn il-permessi, kull wieħed separatament?", "Meta nħarġui l-permessi għall-ewwel darba f'kull każ partikolari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Fil-futur qarib, bħalma ġara fil-ħruġ ta` permessi għal encroachment mid- Dipartiment ta` l-Artijiet, il-permess tal-Pulizija se jibda jkopri l-area tal-art okkupata u mhux in-numru ta` mwejjed u siġġijiet.", "ENFORCEMENT ORDER", "26123.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru 25716 fejn intqal li nħarġet enforcement order ECF 95/01 fuq is-sit in kwistjoni, jista' l-Ministru jara li l-proċeduri jitħaffu peress li minkejja din l-enforcement sal-lum stess is-sid xorta baqa' għaddej bix-xogħolijiet li jinkludu t-tneħħija tal- ħamrija u li ingħata l-konkos fl-art meta dan is-sit suppost intuża bħala orchard?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi jirriżulta li x-xogħolijiet li saru fuq tneħħija ta` ħamrija ġie awtorizzat mill-Ministeru ta` l- Agrikoltura u Sajd u dan skond il-Fertile Soil Reservation Act ta` l-1973.", "Rigward ix-xogħol ta` konkos li ngħata fl-art, dan sar biex jiġi msewwi saqaf ta` bir eżistenti li tkisser bil-makkinarju li kien qiegħed jintuża għat-trasport ta` l-imsemmija ħamrija.", "Għar-rigward ta` tħaffif tal-proċedura ta` l-Azzjoni Diretta, id-Direct Action Team bħalissa għandu l`fuq minn elf każ pendenti ta` dan it-tip.", "Dan il-każ qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa skond il-prijoritajiet eżistenti.", "ĦLAS", "26124.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu is- sidien ta' postijiet li kienu twaqqgħu f'Marsa Road, Marsa u li l-qorti kienet qaltilhom li jitħallsu skond iż-żmien?", "JIstgħu dawn l-individwi jiġi nfurmati bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "26125.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-eżerċizzju tad-dipartiment tad-djar ta' l-ispezzjoni tad-djar ta' dawk li għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva mad- dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-ispezzjonijiet issa tlestew u d-Dipartiment qiegħed jevalwahom.", "DINGLI - TRIQ ĊENSU SPITERI", "26126.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li s-servizz tad-drenaġġ jiġi estiż fi Triq Ċensu Spiteri, Ħad-Dingli, kollha peress li minkejja li din it-triq hi f'nofs ir-raħal sal- lum għad hemm parti żgħira li m'għandiex dan is-servizz", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jittieħdu passi biex dan is-servizz tad-drenaġġ fi Triq Ċensu Spiteri jiġi estiż fl-inqas żmien possibbli.", "ŻBROFF", "26127.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fejn ġie rappurtat żbroff tad-drenaġġ matul dawn l-aħħar tnax-il xhar u x'kienet ir-raġuni għal dan l-iżbroff kull lokalita' separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. --------"]} {"filename": "20021206_828d_par.doc", "date": "2002-12-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 828 Il-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 828", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "828", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 288", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 288", "TQEGĦID TA' KARTI 292", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IT-TIENI JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-INTERN U L-AMBJENT 292", "AĠĠORNAMENT 325", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 325", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 827 li saret fil-5 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PBS", "36700.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: What are the duties of the part-time worker PBS employs?", "What are the number of hours (daily or weekly) this part-timer is obliged to work?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-persuna impjegata fuq bażi part-time tagħmel xogħol klerikali u taħdem 25 siegħa fil-ġimgħa.", "GĦAJNSIELEM - SKOLA", "36782.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija numru 36259 u cioe` jgħid jistgħux jittieħdu passi biex it-tifel li ismu qed jintbagħat separatament u li suppost jattendi l-iskola primarja ta' Għajnsielem, jerġa' jingħata lill-persuna li kienet tieħu ħsiebu għax għandu bżonnijiet speċjali u dan ma jridx imur skola aktar għax it-tneħħija u t-tibdil tal-persuna li kellha tgħinu, ħarbtitu u effetwatu ħażin ħafna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għal din is-sena skolastika l-kap ta' l- iskola msemmija allokat il-facilitators skond il-proċeduri normali.", "Meta għamlet dan, ħadet ħsieb ukoll il-ħteġijiet ta' l-istudenti kollha, inklużi dawk ta' l-istudent imsemmi.", "Il-facilitator ta' dan l-istudent uriet interess fih u ħadet ħsiebu kull meta attenda.", "Il-kap ta' l-iskola segwiet il-kuntatt bejniethom u hi sodisfatta li l-komunikazzjoni bejniethom kienet tajba ħafna.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Michael Bonnici, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jista' il-Ministru jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tal-facilitators fl-iskejjel?", "Jista' jgħidilna jekk dan is-servizz jingħatax kull darba li jintalab?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, aktar milli naraw x'inhi l-pożizzjoni tal- facilitators, irridu nippruvaw insegwu l-interessi ta' dawk l-istudenti li jista' jkollhom xi bżonnijiet speċjali.", "L-azzjoni u l-politika li qegħdin nimplimentaw hija deskritta bħala programm edukattiv individwali għal kull student li jkollu dawn il-bżonnijiet.", "Illum l-iskejjel qed jimxu bil- politika – din ġiet maqbula fil-kumitat ministerjali għall-edukazzjoni inklussiva u jafu biha l-kapijiet ta' l-iskejjel kollha, inklużi tal-gvern, tal-privat u anke tal-Knisja – li b'tisħib mal-ġenituri, ma' l-għalliema, mal-kapijiet ta' l-iskejjel u ma' professjonisti oħrajn, isegwu pass pass l- iżvilupp ta' dawn l-istudenti u jfasslu programm kemm jista' jkun addattat għalihom.", "Mr Speakr, għamilt din l-introduzzjoni b'risposta għal din il-mistoqsija supplimentari għax għalkemm sal-lum konna prattikament nassumu li fejn ikun hemm xi ħadd bi bżonnijiet speċjali, awtomatikament se jkollu facilitator fuq bażi ta' one to one, illum l-objettiv tagħna hu, li wara li ssir analisi ta' kull każ speċifiku, jiġi miftiehem l-appoġġ speċjali li dik il- persuna għandha bżonn.", "Allura l-pożizzjoni hi li jew dan isir fuq bażi ta' ftehim bejn dawk kollha involuti fl-edukazzjoni ta' dak it-tifel jew tifla, jew inkella permezz ta' l-istatementing process, fejn il-fatturi kollha tal- każ jiġu analizzati minn panel apposta li mbagħad jagħti parir lid-direttur ġenerali dwar it-tip ta' appoġġ li dak l-istudent jew studenta jkollhom bżonn.", "Ikun hemm każijiet fejn jiġi deċiż li l-persuna bi bżonnijiet speċjali tingħata facilitator on a one to one basis.", "Imbagħad ikun hemm każijiet oħra fejn jiġi rakkommandat li dik il-persuna jkollha appoġġ partikolari minn facilitator li tkun qed tieħu ħsieb aktar minn persuna waħda.", "Barra minn hekk ikun hemm ukoll rakkmandazzjonijiet ta' natura oħra.", "Illum qed insibu li aktar qed ikun ta' ġid li minflok ikun hemm facilitator għal kull tifel jew tifla partikolari, ikun hemm facilitator għall-klassi kollha kemm hi.", "Mr Speaker, ikollna każijiet fejn ikun hemm ċerta separazzjoni bejn il- facilitator u l-istudent jew studenta u l-bqija tal-klassi.", "U allura l- mira ta' l-inklużżjoni tkun qed tiġi mdgħajfa.", "Għaldaqstant illum qegħdin fi proċess ta' żvilupp fejn qed nippruvaw nidraw, mill-kbir saż-żgħir, xi jfisser il-proċess ta' individual educational programme.", "Aħna qed naraw ukoll x'inhuma l-implikazzjonijiet u x'taħriġ irid ikollna biex inkunu nistgħu nfasslu dan il-programm.", "F'dan it-taħriġ irridu ninvolvu lill- għalliema, lill-facilitators, lill-kapijiet ta' l-iskejjel, lill-ġenituri u lill-professjonisti.", "B'hekk is-sitwazzjoni tkun ta' ħafna aktar ġid għat- tifel jew tifla konċernata.", "Illum għandna numru kbir ta' facilitators.", "Fil-fatt għandna aktar minn 500 facilitator u n-numru ta' tfal li jibbenefikaw minnhom huwa qrib is-700.", "Fil-fehma tiegħi mxejna pass 'il quddiem billi mhux aktar qegħdin neħilsu mill-problema billi fejn ikun hemm persuna bi bżonnijiet speċjali, naqbdu u nagħtuha facilitator u nieqfu hemm.", "Aħna qegħdin naraw x'inhuma l- bżonnijiet ta' kull każ u dawn jistgħu jkunu differenti ħafna milli sempliċement ikollu facilitator miegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed jgħid dan kollu, x'inhi r- raġuni li kultant il-facilitator ma jkunx qiegħed preżenti biex jintegra ma' studenti bi bżonnijiet speċjali ma' l-ewwel ġranet li tkun bdiet is- sena skolastika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett hemm madwar 300 każ ta' tifel u tifla li saritilhom talba għal individual educational programme u għal statementing process.", "Dawn qegħdin fil-proċess li jsiru.", "Ta' min jgħid li dan huwa proċess kompless u jinvolvi ħafna nies.", "Id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni tkun trid ċertifikati miċ-child development advisory unit.", "Din hija taqsima li fiha jieħdu sehem professjonisti ta' diversi tipi, fosthom mediċi, psikologi, awdjologi u oftalmologi biex jagħmlu t-testijiet u joħorġu ċ-ċertifikati li jkun hemm bżonn.", "Irrid ngħid li għalkemm f'dan il-proċess konna qed nirrankaw sew, issa waqajna f'ċertu backlog.", "Waħda mir-raġunijiet għal dan hi li sfortunatament mietu żewġ persuni li kienu kruċjali biex dan il-proċess seta' jsir.", "Dawn huma s-Sur Alfred Zammit Montebello u s-Sur Frank Mallia.", "Naturalment m'huwiex faċli li ssib nies adattati u li jkollhom is-sensitittivta' ta' kif jitrattaw dawn il-każijiet.", "It-tieni, dawk il-każijiet li jistgħu jippreżentaw problema, jokkorru minn ġurnata għal oħra.", "Jekk il-bieraħ seta' kelli klassi li ma kien fiha l- ebda problema, illum nista' niskopri li għandi tifel jew tifla li għandhom xi ħaġa li m'hijiex f'postha.", "Għalhekk, wara li jien nirrikkmanda l-każ, irid jgħaddi ċertu żmien sakemm dan jiġi eżaminat.", "Jista' jkun li meta tkun spiċċat l-iskola, ma jkollokx problemi ta' dan it-tip imma mbagħad meta terġa' tibda, tiskopri li għandek xi ħadd li jbati minn din il- kondizzjoni.", "Huwa għalhekk li hemm bżonn ta' appoġġ speċjali u li ċertu proċess irid jiġi segwit.", "Barra minn hekk għad m'għandniex biżżejjed nies imħarrġa u addestrati għal dan it-tip ta' xogħol.", "Għal dan il-għan qed tinbena struttura li mhux biss tinvolvi taħriġ għall-facilitators, peress li aħna qegħdin ninsistu li ma jkollniex il-kunċett li konna nużaw sa ftit żmien ilu, fejn kien ikollna facilitator tat-tifel jew tifla partikolari.", "Aħna rridu li l-facilitator ikun tal-klassi kollha.", "Dan ifisser li għandek ukoll ċertu orjentament differenti li jridu jidħlu għalih l-għalliema kollha kemm huma.", "Għalhekk għandek l-action group tan-national curriculum li għandu pjan ta' azzjoni dwar l-inclusiveness u għadu għaddej taħriġ sostanzjali dwaru.", "Ta' min jgħid li għalkemm il-benchmarking ta' l-inclusiveness ġie stabbilit fl-iskejjel kollha, xorta waħda għandek proċess li jieħu ż-żmien.", "Għax hawnhekk qed nitkellmu fuq kultura u mentalita` li huma marbutin ma' l- iżvilupp kollu li jrid isir, speċjalment fil-livell ta' l-iskejjel primarji, fejn qed nirriferi għal dak li ngħidulu differentiated learning.", "Wieħed irid iħares mhux tant lejn it-tfal normali u t-tfal b'diżabilita', imma jrid jħares lejhom minn kull lenti individwali tagħhom għax l-ebda każ ma jkun bħall-ieħor.", "Nerġa' ngħid li l-proċess bilfors irid jieħu ċertu żmien biex jissodisfa l-bżonnijiet differenti.", "Sur President, dan il-proċess huwa kumpless u ambizzjuż ħafna u hawn ħafna pajjiżi li għalkemm huma sinjuri aktar minna, ma daħlux għalih.", "Fil-fatt nista' ngħid li għalkemm għad fadlilna x'nitgħallmu u x'nagħmlu, numru ta' persuni mill-Amerika, mill-Kanada, miċ-Ċina u mill-Ewropa, raw x'qegħdin nagħmlu aħna f'dan il-kamp u nnutaw livell ta' progress kwalitattiv f'dak li pajjiżna qed jagħmel f'dan is-settur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, din ir-risposta hija interessanti ħafna.", "Filwaqt li l-gvern qed jagħmel l-almu tiegħu kollu possibbli biex ikollna taħriġ intensiv fl-informazzjoni teknoloġika, il-Ministru jassigurana li fl-iskejjel tal-gvern hemm it-teachers kollha meħtieġa biex dan il-programm, li l-istudenti huma tant anzjużi li jistudjaw u jintensifikaw dwaru, jibda u jkompli mill-ewwel sa l-aħħar klassijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jiena nista' nassigura li l-gvern qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex joffri l-appoġġ u l-investiment kollu meħtieġ ħalli l-pajjiż ikollu l-istrutturi edukattivi u l-għalliema meħtieġa biex nassiguraw li l-poplu tagħna jkun edukat f'kull sens fit-tħaddim u fl-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Naturalment il-pożizzjoni hi li aħna qed nitrattaw ma' korp professjonali ta' għalliema li jvarja fl-eta` tiegħu.", "Ma naħsibx li nistgħu nistennew li dawk l-għalliema li qegħdin fl-aħħar fażi tal-professjoni tagħhom, u cioe` dawk li għandhom 'il fuq minn 50 sena, kellhom l-opportunitajiet li qed ikollhom l-għalliema li qed joħorġu llum.", "B'danakollu, matul dawn l-aħħar żmenijiet, kellna mijiet kbar ta' għalliema li għamlu korsijiet apposta in- service u oħrajn aktar intensivi, sabiex ikunu kapaċi jagħmlu użu mit- teknoloġija ta' l-informatika mhux tant kif tagħmilha kull persuna oħra, imma fil-qasam speċjalizzat tagħhom, jiġifieri bħala għodda ta' tagħlim.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li f'dan ir-rigward għad irridu naqdfu ħafna għax filwaqt li f'dik li hija preżenza ta' għodda meħtieġa fil-klassijiet tagħna qegħdin avvanzati ...", "Qed nirriferi għal numru ta' personal computers f'kull klassi primarja, għal-laboratorji tal-computers fl-iskejjel sekondarji u għall-għodda li għandhom l-għalliema.", "Fil-fatt m'hawnx pajjiż ieħor fid-dinja li jagħti laptop lil kull għalliem fil-livell primarju, li jipprovdi l-għodda awdjoviżiva, bħal audio recorder, audio visual recorder, television, networking u internet, fil-klassijiet kollha.", "Sas-sena d- dieħla se nkunu sena ahead of schedule u l-iskejjel kollha se jkunu networked ma' l-internet.", "Dan ifisser li kull klassi se tkun tista' tidħol fl-internet, kull klassi tista' tkun networked ma' oħrajn f'Malta jew barra, kull skola se jkollha l-webpage tagħha u kull student se jkollu l-e- mail address tiegħu.", "Jiġifieri l-għodda qiegħda hemm, mertu ta' dan il- gvern li nvesta miljuni kbar fiha.", "Issa naturalment irridu nimxu biex l-għalliema u kulmin għandu x'jaqsam ma' dan is-settur, ikun imħarreġ biex jagħmel l-aħjar użu ta' din l-għodda li għandna.", "Illum il-fakulta` ta' l-edukazzjoni orjentat ruħha għal dan l- iżvilupp li seħħ fil-pajjiż.", "Tajjeb li ngħid li aħna waqqafna direttorat apposta.", "Id-direttorat ta' l-informatika u d-direttorat tat-teknoloġija fid-diviżjoni qegħdin jaħdmu ħafna – fil-fatt qed ikkollhom riżultati tajbin - biex ikollna s-software li hu adattat għal sistema edukattiva, għall-identita' u għall-ambjent Malti.", "Anke l-gvern qiegħed jaħdem biex f'livelli oħrajn, post sekondarji u l-universita`, ikollna l-istrutturi ta' taħriġ li huma meħtieġa.", "Pero` f'dawn il-livelli għadna qegħdin niltaqgħu ma' ċerti diffikultajiet minħabba li m'aħniex qed insibu għalliema biżżejjed li jkunu disposti jgħallmu fl-istituzzjonijiet edukattivi tagħna.", "Kulħadd jaf li dan huwa suq volatili ħafna, suq li għadu joffri pagi ta' ċerta entita` u li huma 'l bogħod sew mil-limiti stabbiliti fis-settur pubbliku.", "Il-pożizzjoni hi li qed niżvilupp sew fl-universita' u anke fl- MCAST u m'għandix dubju li l-progress li qed isir huwa sodisfaċenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Xtaqt nirriferi lill-Ministru għall-problema ta' bullying li teżisti fl-iskejjel tagħna.", "Għandi l-impressjoni, forsi m'iniex korrett, li għad m'għandniex strutturi tajba biżżejjed biex din il-problema tiġi trattata.", "Kultant niltaqgħu ma' każijiet fejn ikun ovvju li f'ċerti skejjel din il-problema tkun qiegħda hemm - għalkemm aħna m'aħniex l- esperti biex ngħidu jekk dan ikunx veru jeżisti jew le – imma mbagħad mill- attitudni ta' ċerti kapijiet ta' l-iskejjel, is-sitwazzjoni ma tkunx daqshekk serja.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bl- istruttura li teżisti fir-rigward ta' bullying u jekk hijiex effettiva biex tittratta każijiet bħal dawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, ma nistax ma ngħidx li kien taħt din l- amministrazzjoni li s-suġġett ta' bullying tpoġġa bis-serjeta` fuq l-aġenda tas-sistema edukattiva ta' pajjiżna u saru l-konsultazzjonijiet kollha meħtieġa.", "Din kienet waħda mill-ewwel issues li ġiet tackled minni bħala ministru.", "Aħna stabbilixxejna programm ċar ta' kif għandna nħarsu lejn il- problema ta' bullying u mhux aktar indaħħlu rasna fir-ramel qisha ma teżistix.", "Wieħed jista' jargumenta dwar l-entita` tagħha u f'sitwazzjonijiet bħal dawn jiena dejjem nieħu l-linja li jekk għandek każ wieħed biss, you have too many.", "Għalhekk inħoss li apparti li l-bullying hija issue ta' riflessjoni u ta' diskussjoni, il-ministeru, id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l-iskejjel ġew magħmula assolutament konxji li din m'hijiex xi problema li tista' tinħeba, imma hija problema li għandha tiġi trattata bl-akbar mod serju u professjonali.", "U hawnhekk forsi ta' min jistaqsi jekk għandniex l-istrutturi kollha meħtieġa biex nitrattaw il-bullying.", "U r-risposta hija li le, għad m'għandniex.", "Fl-iskejjel għandna strutturi li qed jinbnew.", "Għandna nies, minn fost l-għalliema, li jkunu ġew identifikati permezz ta' proċessi ta' l- iskejjel konċernati, biex ikollhom din ir-responsabbilta' partikolari.", "Dawn ikunu speċi ta' focal point fl-iskola li jridu jitrattaw każijiet ta' bullying.", "Fil-livell ċentrali wkoll hemm taqsima, liema taqsima għad trid tissaħħaħ, li xogħolha hu li tiffoka fuq dan is-suġġett.", "Għandna bżonn ta' aktar nies imħarrġa u professjonali u għandna bżonn ta' koordinament ħafna aktar b'saħħtu bejn iċ-ċentru u l-iskejjel biex meta jinqalgħu każijiet bħal dawn, inkunu nistgħu nitrattawhom.", "Pero' irrid ngħid li sar ħafna xogħol u qed isir ħafna xogħol ġod-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, ġo l- iskejjel tagħna, ma' aġenziji oħra soċjali, bħalma hija l-aġenzija Appoġġ tas-social workers, u ma' oqsma oħrajn professjonali.", "Jien inħossni fiduċjuż li qegħdin fid-direzzjoni t-tajba biex inkomplu nsaħħu l- istrutturi li bdejna.", "MR SPEAKER Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fondi mogħtija lil baned taħt il-cultural support programme, bejn l-1999 u l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37353.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IT-TIENI JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-INTERN U L-AMBJENT", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-kumitat għandu quddiemu il-vot tal-ministeru ta' l- intern u l-ambjent.", "Ninforma lill-kumitat li skond il-mozzjoni numru 307 ta' l-20 ta' Novembru 2002, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta` l-Intern u l-Ambjent): Mr Chairman, inressaq dawn il-riżoluzzjonijiet:", "VOT 36 - MINISTERU TA' L-INTERN U L-AMBJENT Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,981,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Ministeru ta' l-Intern u l- Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "VOT 37 - PULIZIJA Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm15,509,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Pulizija, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 38 - SERVIZZI KORRETTIVI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,456,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 39 - PROTEZZJONI ĊIVILI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,299,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Protezzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 40 - TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,322,800 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Taqsima Proprjeta' tal- Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "VOT 41 - REĠISTRAZZJONI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm877,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Reġistrazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT IX - MINISTERU TA' L-INTERN Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,060,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru ta' l-Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 36 MINISTERU TA' L-INTERN U L-AMBJENT Personal Emoluments Item 11 Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm27,911\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm27,910\".", "Delete the figure \"Lm27,910\" and substitute therefore the figure \"Lm27,910\".", "Mr Chairman, waħda mill-kritika kostanti li tagħmel l-oppożizjzoni Laburista fil-konfront tal-ħidma tal-gvern Nazzjonalista hija proprju fil- qasam tal-kriminalita`.", "Illum qegħdin nitkellmu dwar ministeru li għandu żewġ oqsma importanti u strateġiċi li huma l-intern u l-ambjent u fil-ħin qasir li sfortunatament għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, bejn wieħed u ieħor tliet kwart, se nipprova kemm jista` jkun nidħol fl-oqsma kollha ta' l-intern.", "Ċertament il-qasam tal-pulizija huwa l-iktar qasam spetakolari u sensazzjonali u forsi strateġikament l-iktar importanti mill-intern kollu, bil-ħabs mhux tant inqas minnu.", "Pero` hija speċi ta' konswetudni li nibdew mill-ewwel b'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-pulizija.", "Meta nitkellmu dwar il-pulizija nkunu qegħdin nitkellmu dwar il-ġlieda kontra l- kriminalita`.", "Sur President, fi żmien gvern Laburista, bejn l-1996 u l-1998, kont ministru responsabbli mill-Ġustizzja.", "Pero` meta ngħatajt l-inkarigu ta` kelliem ewlieni għall-intern tal-partit Laburista, l-ewwel ħaġa li għamilt kienet li rajt kif ix-shadow minister ta` dak iż-żmien, l-Onor.", "Tonio Borg, kien jikkritika lill-Partit Laburista u ħarist lejn il-programm elettorali tal-partit Nazzjonalsita fejn kienet saret wegħda speċifika fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.", "Meta wieħed iħares lejn il-programm elettorali tal-partit Nazzjonalista ta' l-1998 isib li kien hemm imniżżel speċifikament li gvern ieħor Nazzjonalista jagħmel ġlieda lill-kriminalita` u lid-droga.", "Issa nimmaġina li l-ministru ta' l-intern attwali, li dak iż-żmien kien shadow minister kellu sehem attiv u importanti ħafna fit-tfassil ta' dak il-programm elettorali, u naħseb għamilha bħala speċi ta` flagship tiegħu li jrażżan ir- rata tal-kriminalita` ġewwa pajjiżna.", "Mill-ewwel ġurnata li jiena ħadt dan l-inkarigu bdejt insegwi kemm jista' jkun mill-qrib x'inhuma l-iżviluppi fil-qasam tal-kriminalita` ġewwa pajiżna.", "Naturalment jiena ma ppretendejtx li mill-għada li dawn telgħu fil-gvern il-kriminalita` kellha tispiċċa.", "M'għamiltx bħall-vavi allavolja l-Onor.", "Lawrence Gonzi kien qalilna li mill- għada ta' l-elezjzoni jkun hawn serħan tal-moħħ.", "Ħaseb li wara 24 siegħa f'daqqa waħda se taqa' l-manna mis-sema u r-rata ta' kriminalita` tibda tonqos.", "Jiġifieri jien ħallejt ftit xhur jgħaddu sabiex naraw kif dan il- gvern qiegħed jaħdem u kif se jirnexxilu jrażżan ir-rata tal-kriminalita`.", "Pero` meta għaddew dawn il-ftit xhur irriżultali li wara l-ewwel sena ta' gvern Nazzjoansita l-kriminalita` kienet żdiedet.", "Fit-tieni sena ta' gvern Nazzjonalista, jiġifieri fis-sena 2000, il- kriminalita` laħqet record assolut.", "Fis-sena 2001, fairly and squarely, il- kriminlaita` naqset ftit.", "Pero` naqset meta kkomparata mas-sentejn ta' qabel ta` gvern Nazzjonalista u mhux meta kkomparata ma` l-aħħar sena ta` gvern Laburista.", "Pero` din is-sena reġgħet żdiedet b'mod alarmanti u skond il-projections li għandha l-oppożizzjoni għax-xahar ta` Novembru – iċ- ċifri ta` Novembru suppost ġew il-bieraħ, pero` dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem - jekk nieħdu medja, ir-rata tal-kriminalita` kapaċi ma tkunx għolja daqs is-sena 2000, pero` se tkun t-tieni sena l-iktar għolja.", "Meta qegħdin nitkellmu dwar il-ġlieda kontra l-kriminaltia` wieħed jista` malajr jaqa' fit-tentazzjoni li jagħmel distinzjoni bejn reati serji u reati inqas serji, petty crimes.", "Waħda mid-difiżi tal-gvern dwar iż-żieda fir-rata tal-kriminalita` hija li jgħid li kriminalita` żdiedet f'dak li għandu x'jaqsam mal-petty crime.", "Jekk se nibdew nagħmlu dawn it-tip ta' distinzjonijiet inkunu qegħdin nagħmlu żball kbir.", "Forsi l-gvern għandu raġunijiet politiċi għalfejn jipprova jistaħba wara din l-iskuża.", "Pero` ma nkunux qegħdin nagħmlu sew lill-pajjiż in ġenerali għall-interess nazzjonali meta noqogħdu niddistingwu bejn reat u ieħor.", "Jiena rajt il-mistoqsijiet parlamentari li kien jagħmel il-ministru Tonio Borg meta kien fuq in-naħa ta` oppożizzjoni.", "Il-mistoqsijiet li kien jagħmel huma l-istess kif nagħmilhom illum jien.", "Kien jagħmilhom settorjalment, pero` kien jagħmilhom ukoll globalment xahar wara xahar jew perjodikament, fuq perjodu ta' sena.", "Jiġifieri r-rata globali hija l-kejl li wieħed irid juża biex ikollu kejl tajjeb dwar il- qagħda tal-kriminalita` ġewwa pajjiżna.", "Jiena minn xahar għall-ieħor nagħmel mistoqsijiet parlamentari u toħroġ ir-rata tal-kriminalita` u allura wieħed ikun jista` jqabbel kemm mas-sena ta' qabel fl-istess perjodu kif ukoll ma` l-1998.", "Sur President, is-sena l-oħra fid-diskors li l-ministru kien għamel b'risposta għad-diskors tiegħi kien għawweġ ftit il-verita`.", "Mhux qed ngħid li b'ingann, imma fir-risposta tiegħu kien ipprova jiżloq mill-issue u kien anke straħ fuq il-fatt li fis-sena 2001 kienet naqset ftit ir-rata tal- kriminalita`.", "Ma naqsitx ħafna, imma mhux bir-rata li kien qal hu għax illum għandna l-istatistika kollha rigward is-sena 2001.", "Pero` rridu ngħidu li fl-1997 kienet saret riforma fil-mod kif tinġabar l-istatistika tal- kriminalita`.", "Din ir-riforma kienet saret f'Awissu u allura fl-1997, taħt gvern Laburista, kellek l-ewwel sitt xhur ta` statisitka miġbura tħat is- sistema antika u minn Awissu sa Diċembru kienet bdiet tinġabar taħt is- sistema l-ġdida.", "Is-sistema l-ġdida hija all encompassing, jiġifieri tiġbor prattikament qualsiasi rapport ta' crime li jsir f'pajjiżna u minn Awissu sa Diċembru ta' l-1997 kważi bdew jirduppjaw ir-reati li bdew jinġabru.", "Allura l- istatistika ta' l-1997 wieħed ma jistax jorbot wisq fuqha u ma jistax jużaha bħala benchmark għax parti minnha hija miġbura taħt is-sistema l- antika u l-parti l-oħra hija miġbura taħt is-sistema l-ġdida.", "Minħabba dan bħala benchmark bilfors trid tuża s-sena 1998.", "Jien ma rridx nistaħba u ngħid li ma tistax tagħmel paraguni bejn iż-żmien li l-Partit Laburista għamel fil-gvern u qabel l-1996.", "Mhux għax ma rridx inqabbel imma għax hemm problemi biex tqabbel.", "Jekk irid il-ministru għandu l-mezzi biex inaddaf l- istatistika ta' l-1997 mis-sistema l-ġdida u jkun jista` jipparaguna ma' l- 1996 u jara kienx hemm żieda fir-rata tal-kriminalita` fl-1997 u fl-1998.", "Jekk irid jitlobha mingħand il-kummissarju tal-pulizija u jagħtihielu.", "Pero` bl-istatistika li għandna - u jien nikkontribwixxi ħafna biex ikollna statisitka f'pajjiżna għax jiena viġilanti ħafna fuq l-istatistika billi nagħmel mistoqsijiet parlamentari regolari fuqha - ma tistax tqabbel u ma jkunx fair li tqabbel l-1996 ma' l-1997.", "Lanqas ma tista' tqabbel l-1997 ma' l-1998.", "L-unika sena sħiħa li għandna taħt is-sistema l-ġdida hija l- 1998 u dik hi l-benchmark li trid tuża.", "Issa mill-istatistika li jagħtina l- gvern stess jirriżultalna li fl-1999 il-kriminalita` żdiedet fuq l-1998, fis-sena 2000 żdiedet sija fuq l-1999 u sija fuq l-1998, li kienet l-aħħar sena ta' gvern Laburista.", "Fis-sena 2001 ir-rata tal-kriminalita` naqset – u ngħid li naqset għax irridu nkunu fair u ngħidu l-affarijiet kif inhuma – meta mqabbla mas-sena 2000, li kienet sena record pero` xorta waħda kienet ogħla minn dik ta` l-1998, li kienet fl-aħħar sena ta` gvern Laburista.", "Issa din is-sena, minkejja li m'għandniex l-istatisitka ta' Novembru u ta' Diċembru, sa Ottubru diġa` hija ogħla mill-1998 u l-projections li għandna, u li se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra, juru li r-rata tal-kriminalita` se tkun ogħla mis-sena l-oħra bil-kbir, se tkun kważi fuq l-istess livelli tas-sena 2000.", "Sur President, jiena se naqra malajr l-istatistika li għandi u nitlob il- permess biex inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra ħalli ħadd ma jiġi jgħid li jien qed nipprova niżvija lill-Kamra.", "Is-sena l-oħra kienet saret dik l- akkuża u jien mhux se naċċettaha aktar din l-akkuża.", "Illum se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, u se nagħti kopja lill-ministru u oħra lill-kummissarju tal-pulizija, l-istatisitka kollha mill-1996 sa Ottubru tas-sena 2002.", "Sfortunatament ma nistax nagħtiha sa Novembru għax għall-ewwel darba f'erba' snin il-minsitru ma tanix r-risposta l-bieraħ għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istatistika ta' Novembru.", "Pero` aħna għamilna l-projections tagħna għall-aħħar ta' din is-sena.", "Din qed nagħmilha għax is-sena l-oħra l- ministru wiegħed li sa Jannar ta' din is-sena se jagħti lill-ġurnalisti u lill-oppożizzjoni dokument uffiċjali li juri l-istatistika kollha.", "Ma nafx kemm kien se jmur lura, imma fil-projections li għamilt jien, biex inkun fair, ma bdejtx minn 1998, imma bdejt minn 1996 u dak li m'għamilx il- ministeru jew il-pulizija se nagħmel jien illum ħalli ħadd ma jiġi jgħid li jien irrid niganna bl-istatisitka.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex l-Onor.", "Gulia jpoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar il-kriminalita` bejn l-1996 u l-2002.", "Issa ħalli naqra din l-istatistika.", "Fl-1996, li minnha aħna għamilna xahrejn biss fil-gvern, Novembru u Diċembru, taħt is-sistema l-antika qabel ma saret ir-riform fl-1997 ir-reati kienu 8,314.", "Fl-1997, sena sħiħa ta' gvern Laburista, kien hemm11,596.", "Meta tqabbel mas-sena ta` qabel wieħed jibda jgħid li l-kriminalia` żdiedet bi 3,000 reat.", "Pero` l-ministru jaqbel miegħi żgur li meta f'Awissu ta' l-1997 bdejna nħaddmu s-sistema l-ġdida r- reati rrapportati bdew jirduppjaw għax dik is-sistema taqbad kollox.", "Fl- 1998 li fil-biċċa l-kbira tagħha kien hemm gvern Laburista u allura nassumu responsabbilta` sħiħa tagħha, anke jekk kien hemm tliet xhur li fihom kien hemm gvern Nazzjonalista, kien hemm 14,636 reat irrapportati.", "Fl-1999 kien hemm 15,855 reat.", "Jiġifieri kien hemm qabża ta` 1,200 reat.", "Is-sena 2000 kienet sena record.", "Kien hemm 16,861 reat rapportati.", "Issa hawn qegħdin nitkellmu dwar reati li ġew irrapportati.", "Min jaf kemm kien hemm reati li ma ġewx irrapportati, pero` fuq din l-istatistika rridu noqogħdu.", "Fis-sena 2001 r-rata tal-kriminalita` niżlet bi ftit, minn 16,861 għal 15,664 reat.", "Issa fis-sena sa Ottubru 2002, għax dik hija l-istatisitka li għandi f'idejja bħalissa diġa` ġew imwettqa 16,760 reat.", "Din hija projected.", "(Interruzzjonijiet) This is a projected estimate.", "Pero`, kif fil-fatt se jirriżulta, m'għandna l-ebda dubju għax aħna ħriġna medja ta' l-aħħar xahrejn – ta' Novembru u ta' Diċembru – u għamilna estimate li se jaqbeż u se jkun qrib is-sena 2000.", "Veru li din hija approssimattiva għax ma kellix il-lussu li jkolli l-istatistika f'idejja.", "U jien nixtieq nagħmel kritika fuq din.", "Din hija l-ewwel darba b'erba' snin li l-istatistika li tlabt għax-xahar ta' Novembru ma ngħatatx.", "Dejjem għamiltha fl-istess żmien, fl-ewwel ġimgħa tax-xahar riferibbli għax-xahar ta' qabel.", "Għal xi raġuni jew oħra ma ngħatatx din iċ-ċifra ta' Novembru li għadda biex inkunu iktar approssimattivi, allura kellna nagħmlu stima.", "Skond id-dokument li ippreżentajt illum stess sa Ottubru kienet eżattament Lm13,967, għax għamilt il-paragun kemm għas-sena kollha, minn Jannar għal Diċembru, u biex inkun fair għamiltu wkoll minn Jannar sa Ottubru.", "Allura sa Ottubru ta' din is-sena qbiżna diġa` fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "Sur President, hawnhekk jien ippreżentajt dokument integrali fejn hemm l- istatistika kollha msemmija, hemm il-graphs u għamilt ukoll kopja għall- press.", "Jien m'għandix faħam miblul u mhux qiegħed hawnhekk biex niżvija lill-Kamra jew biex ninganna lil xi ħadd.", "Is-sena l-oħra l-ministru kien qal li dawn l-istatistiċi qishom il-misteru ta' Fatima.", "Imma jkunu l- misteru ta' Fatima jekk il-gvern jibqa' ma joħroġx l-istatistika uffiċjali kif wiegħed li jagħmel, u baqa' ma ħariġhiex.", "Allura mhux se niġi hawnhekk u noħroġ l-istatistika jien mingħajr ma nippreżenta kopja fuq il-Mejda tal- Kamra.", "U għall-ewwel darba qed nagħmilha jien.", "Sur President, skond id-dokument li qiegħed nippreżenta jien - u dan huwa fattwali - bejn l-1998 u l-1999 ir-rata tal-kriminalità żdiedet b'8.67%; mill-1999 sas-sena 2000 minn Jannar għal Ottubru żdiedet b'7.12%, kien hemm tnaqqis ta' 11% bejn l-2000 u l-2001, u din is-sena reġa' kien hemm żieda fuq is-sena l-oħra ta' 9.23%.", "Meta nqabblu kull sena minn din il- leġislatura ma' l-1998 insibu li fl-1999 ma' l-1998 kien hemm żieda ta' 8.67%, fis-sena 2000 kien hemm żieda ta' 16.41% - hawnhekk żbaljajt jien għax kont ngħid li 15% żdiedet il-kriminalita` taħt dan il-gvern, imma żdiedet aktar minn hekk, kważi 17% - fis-sena 2001 minn Jannar sa Ottubru żdiedet 3.30%; u fis-sena 2002 sa Ottubru żdiedet 12.83% meta imqabbla mas- sena 1988.", "Sur President, jien poġġejt dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra għax irrid nuri l-verità lill-poplu Malti u Għawdxi, minkejja t-tgħawwiġ li jsir min-naħa tal-gvern sabiex kemm jista' jkun possibbli jgħatti l-problema li għandu.", "Apparti minn hekk, fid-diskors li għamel il-Ministru ta' l-Intern is-sena l-oħra, huwa kien attakkani u qal li jien kont qed infaqqa' ċ-ċifri kif irrid jien.", "Naturalment jien inkun qed nagħmel paraguni minn xahar għall-ieħor, kultant togħla anke bi 25% imma mbagħad fuq sena sħiħa dejjem kont koerenti u għedt li l-aktar li kienet għoliet il-kriminalita` ġewwa pajjiżna kienet b'15%.", "Il-ministru kien qal hekk fid-diskors tal-budget tas-sena l-oħra:", "\"Dawn lanqas iddeċidew fuq ċifri.", "Iċ-ċifri tal-kriminalita` kulħadd jarahom qishom il-misteru ta' Fatima.", "Dawn se jiġu ppubblikati ħalli kulħadd ikun jista' iqabbel, ġurnalisti u oppożizzjoni.", "Se nagħmlu dan il-pass ma' l-ewwel opportunita`.", "Ipprovajna nagħmluh fit-3 ta' Diċembru, imma ma stajniex niġbru statistika.", "Nispera li f'Jannar nippubblikawhom.", "Meta tqabbel Jannar-Ottubru 1998 ma' Jannar-Ottubru 2001 issib li ċ-ċifra hija ta' 3%.\".", "Għax in-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet qed issemmi ċ-ċifra ta' 15%.", "Veru kienet 3% sa Ottubru tas-sena 2001, imma mbagħad meta tieħu sena sħiħa ssib li r-rata kienet telgħet għal 7%.", "Jiġifieri meta tieħu s-sena 2001 issib li r-rata mhux 3% imma 7% kienet għoliet.", "Xorta waħda jibqa' l-fatt li taħt gvern Nazzjonalista l-kriminalita` żdiedet bi 15% u kienet telgħet fis-sena 2000.", "Jiddispjaċini li jkolli nikkritika l-operat tal-ministeru, imma dan wiegħed li sa Jannar se jkollna dokument integrali li jurina l-qagħda tal- kriminalita` ġewwa pajjiżna over a period of years.", "Iżda bir-riżorsi kollha finanzjarji u umani li għandhom il-ministeru u l-pulizija li għandhom qiegħda l-informazzjoni kollha - jien nitlobha nista' biss - jmisshom jistħu li, minkejja dawn il-wegħdi kollha li saru, dan id-dokument qatt ma ġie ppubblikat!", "Uu għar-raġuni hija ovvja, Sur President, li l- gvern għandu x'jaħbi dwar il-qagħda reali tal-kriminalita` ġewwa pajjiżna.", "Sur Presidenti, mir-riżorsi limitati li għandi, għax jien m'għandix xi segretarju jew segretarja għad-dispożizzjoni tiegħi hawnhekk fil-parlament, mill-uffiċċju legali tiegħi, bl-għajnuna anke tal-mara tiegħi u tas- segretarja tiegħi għamilniehom fi tlett ijiem dawn.", "Dak li m'għamilx il- ministeru u l-pulizija, u li kien wiegħed li se jagħmlu sa Jannar, għamiltu jien fi tlett ijiem bir-riżorsi umani li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi.", "U issa se nqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra ħalli ma jkunx hemm xi ekwivoċi oħra, ħalli ħadd ma jiġi jmeri li qed nipprovaw ningannaw fuq l- istatistika.", "Jingannaw huma għaliex lanqas qatt ma ressqu dokumenti.", "Dan huwa l-istess dokument li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra għax għandi kopja tiegħu hawnhekk for reference.", "Mr Chairman, din il-ġimgħa stess għamilt mistoqsija parlamentari sabiex tidħol l-istatistika ta' Novembru.", "Ma tawhielix.", "L-ewwel darba f'erba' snin li ma tawhielix.", "Jien m'għandix il-prova li ma ridux jagħtuni l- istatistika ta' Novembru, pero` l-gvern mhuwiex qiegħed hands-on f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-kriminalita` ġewwa pajjiżna.", "Mnejn safejn tiġi risposta parlamentari li ngħatat il-bieraħ 5 ta' Diċembru u jgħiduli li għadha qed tinġabar l-istatistika ta' Novembru!", "Mela jekk ma nistaqsix il-mistoqsija parlamentari jien il-pulizija lanqas biss tiġbor l- istatistika jew jekk tiġborha, tiġborha verament bil-mod!", "Kif trid tiġġieled ir-rata tal-kriminalita` f'pajjiżna b'dan il-mod dgħajjef u laxk?", "Jien ma nafx jekk il-ministru ta' l-intern għandux diġa` l-istatistika ta' Diċembru, imma f'dan il-parlament ma tawhielix.", "Ħalli ngħidu li għadha tinġabar l-istatistika.", "Imma kif irid ikollkom hands-on tal-qagħda tal- kriminalita` ġewwa pajjiżna u kif tridu tiġġilduha?", "U mhijiex skuża li żdied minħabba l-petty theft.", "F'dak id-dokument għandkom ukoll l- istatistika dwar kif żdied is-serq u naturalment ir-raġuni li l- kriminalita` qed tiżdied minħabba fis-serq.", "Din hija r-raġuni prinċipali, anzi r-raġuni ewlenija għalfejn il-kriminalita` qed tiżdied.", "Pero` kif trid tiġġieled il-kriminalita` meta lanqas biss taf x'ġara f'Novembru li għadda u llum qegħdin is-6 ta' Diċembru?!", "F'pajjiżi oħra l-petty theft u l-petty crime jagħtu kasu u jiġġildulu.", "Hemm min juża sistemi li bihom jagħmel monitoring tar-rata tal-kriminalita` kuljum.", "Min hu serju jagħmel monitoring kuljum.", "Dan hu l-uniku mod kif tista' tiġġieled il-kriminalita`.", "You monitor it every single day.", "Mill-istatistika li jkollok you can map f'liema żoni qed tiġri l-iktar il- kriminalita` u x'tip ta' kriminalita`, street crime, theft mill-karozzi, whatever.", "B'dak il-mod tista' wkoll tuża r-riżorsi umani tiegħek f'areas partikolari.", "Nafu li fid-distrett tal-ministru, ġewwa Ħ'Attard kien hemm żmien meta l-kriminalita` splodiet, kulħadd jisraq bl-addoċċ, imbagħad l- għassa tal-pulizija dejjem magħluqa.", "Dan huwa l-mod kif qed tiġġieldu l- kriminalita`, billi l-bieraħ stess tajtuni risposta parlamentari li lanqas biss tafu x'ġara f'Novembru li għadda u li l-ministeru għadu qed jiġbor u jikkompila l-istatistika(!", "Dan huwa nuqqas serju u juri l-mod hands-off u mhux hands-on kif il-gvern qed jiġġieled il-kriminalita`.", "Ir-raġuni għaż-żieda fis-serq f'pajjiżna hija d-droga u naf li ħafna jaqblu miegħi fil-korp tal-pulizija.", "Il-ministru naf x'se jwieġeb.", "Se jgħid li saru hits importanti fil-ġlieda kontra l-barunijiet tad-droga.", "Tibda taħseb li l-barunijiet tad-droga bdew jinqabdu mill-1998 'l hawn.", "Jien għandi statistika li tlabtha lill-ministru permezz ta' mistoqsijiet parlamentari.", "Kulħadd jaf li qbadna barunijiet tad-droga bejn l-1996 u l- 1998, Allaħares le!", "Qatt ma ħarbilna xi wieħed minn taħt idejna u qatt ma tajna xi maħfra presidenzjali jew tnejn jew tlieta lil xi baruni tad-droga.", "Issemma ħafna l-każ li nqala' dan l-aħħar meta nstab li kienet qed tiġi traffikata d-droga mill-ħabs ta' Kordin.", "U minn hawnhekk nifraħ lill-korp tal-pulizija, iżda l-ġlieda trid tkun kontra l-kriminalita` organizzata.", "Qiegħda ssir, mela le!", "Pero` r-rata tal-kriminalita` qiegħda tiżdied minħabba li hawn suq dejjem mifqugħ bid-droga.", "Naqbdu droga, nirbħu battalji, mela le!", "Imma l-gwerra qegħdin nitilfuha kontra l-barunijiet tad- droga għax illum wasalna wkoll li jipprovaw anke jinkwinaw istituzzjonijiet demokratiċi ta' pajjiżna.", "S'hemmhekk wasalna addirittura.", "Is-suq qiegħed ikun dejjem fornut bid-droga u dejjem qed jaqgħu żgħażagħ ġodda fin-nasba tad-droga f'pajjiżna.", "Naqbdu jew ma naqbdux droga mill- airport, xorta waħda qed tidħol mill-airport, mill-portijiet u wisq probabbli, kif dejjem sostnejt, qed tidħol klandestinament.", "Qed tidħol b'kuntrabandu mix-xtut kif fil-fatt irriżulta li qed jipprovaw jagħmlu dan l-aħħar.", "Minkejja li noqogħdu ngħidu li qbadniehom, imma xorta waħda dieħla d-droga.", "U hemm nies importanti mdeffsin f'dan ir-racket ta' traffikar tad-droga.", "Huwa importanti li tagħti r-rikonoxximent neċessarju lill-forzi ta' l-ordni meta jirbħu ċerti battalji, but I am afraid we are losing the main war u dan qed jiġi rifless fl-istatisitka tal-kriminalita`.", "Hemm ħafna iktar affarijiet li wieħed irid jitkellem dwarhom f'dak li għandu x'jaqsam mal- qasam tal-kriminalita`, pero` ċertament ma nistax ma nsemmix il-mod politiku kif isiru ċerti promozzjonijiet fil-korp tal-pulizija.", "Mr Chairman, il-promozzjonijiet fil-korp tal-pulizija jsiru għall-ħbieb tal- ħbieb.", "Illum nafu li s-supretendenti Emanuel Cassar u Godfrey Scicluna llum laħqu assistenti kummissarji.", "Il-mod kif saru hija għarukaża; l-ewwel laħqu by direct recommendation - jien kont ngħid by direct order u l- Ministru jaf fehem x'irrid ngħid - imbagħad jumejn wara joħorġu l- applikazzjonijiet għal dawk li qabżu.", "Mhux imbilli l-gvern jinqeda bil- kummissarju tal-pulizja biex joħroġ stqarrija u jgħid li ma nqabżux.", "M'hu veru xejn!", "L-ewwelnett jien ma nweġibx lill-kummissarju tal-pulizija għax dak huwa amminsitratur, jekk irid iweġibni l-Ministru Tonio Borg għall-istqarrijiet li kont qed noħroġ.", "Għax issa, peress li l-oppożizzjoni esprimiet sodisfazzjon kbir li ġie nominat il-Kummissarju John Rizzo, saret prassi li meta l-gvern jiġi dahru mal-ħajt jinqeda bil-kummissarju tal-pulizija biex joħorġu stqarrijiet huma, bħallikieku se jimbarazzawna b'daqshekk!", "Dan kollu għax esprimejna sodisfazzjon?!", "Il-kummissarju tal-pulizija issa ilu sena u l-kriminalita` għoliet fi żmienu.", "(Interruzzjonijiet) Inti weġibt warajh Ministru.", "Jien għedt li rrid li jkun hemm anke risposti parlamentari dwar din, u wieħed irid jara l-kwalita` tar-risposti parlamentari!", "Hemm waħda li stajt inqajjem ksur ta' privileġġ dwarha, imma peress li l-Ministru ta' l- Intern huwa ħabib tiegħi - u fuq nota personali m'iniex se noqgħod nagħmel bħat-tfal - ma naqrahiex għax ir-risposta li tani hija tal-mistħija għax jaf għalxiex kont qed nirriferi.", "Kultant nieħu l-impressjoni li meta jiġi hawnhekk fil-Parlment jaħseb li qed imur l-Universita` jgħallem l-istudenti tal-liġi.", "Se nirriferi għall-aħħar mistoqsija li għamilt lill-Prim Ministru għax il- Minsitru ta' l-Intern beda jdurli mal-lewża u ma riedx iweġibni u l-Prim Minsitru weġibni.", "Jien staqsjetu:", "\"B'riferenza għal mistoqsijijet parlamentari 37109 u 36836 u r- risposti li ngħataw, jista' l-Prim Ministru jagħti d-data preċiża meta l-public service commission tat direttiva biex ħatriet fil-korp tal- pulizija ma jsirux iktar fuq rakkmandazzjoni diretta?\".", "U l-Prim Ministru wieġeb hekk:", "\"Ninsab informat li fl-4 ta' Settembru 2000 l-public service commission kienet informat lill-kummissarju tal-pulizija li ħatriet fir-rank ta' superintendants kellhom jibdew isiru wara sejħa għall-applikazzjonijiet u proċess ta' għażla.\".", "- probabbilment dan kien il-każ ta' l-ispettur Pietru Pawl Zammit –", "\"Fil-każ ta' ħatriet fir-rank ta' assistent kummissarji il-kummissjoni tat direttiva simili fit-18 ta' Settembru 2002.\"", "It-18 ta' Settembru 2002 kien qabel l-1 ta' Ottubru meta ngħataw ...", "(Interruzzjonijeit) Stajtu waqqaftuha, mhux ma twaqqfuhiex!", "Barra minn hekk, jekk il-kummissarju tal-pulizija kien jaf - ħalliha li ma kienx is-Sur Rizzo, imma kien is-Sur Grech - li fl-4 ta' Settembru 2000 il- kummissjoni tat rakkmandazzjoni fil-każ tas-supretendenti, mhux ovvja li tapplika fil-gradi kollha( Mela se nispiċċaw li l-assistenti kummissarji jistgħu jsiru by direct recommendation u s-supretendenti jridu joħorġu l- applikazzjonijiet!", "M'hi trasparenti xejn u weġġajtu lil ħafna nies.", "U tafu li weġġajtu lil ħafna nies!", "Mela toħorġu stqarrija - irrilevanti ħariġhiex il-kummissarju tal-pulizija jew il-ministru - fejn tgħidu li dawn laħqu fl-istess żmien!", "Mhux veru!", "Saru supretendenti fl-istess żmien Godfrey Scicluna u Cassar flimkien ma' Pawlu Sammut u Pawlu Debattista, pero` Pawlu Debattista u Sammut kienu saru spetturi qabel l-oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Ridtu tagħmluhom u għamiltuhom!", "M'għandi xejn iktar xi ngħid fuq dan.", "Weġġajtuhom u ddemoralizzajtuhom.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġbok Ministru m'iniex se ninterrompik jien.", "Ħalliha li għandek iktar ħin minni.", "(Interruzzjonijiet) U iva, jiddependi xi tgħid imbagħad.", "Issa se nitkellem rigward l-għases tal-pulizija.", "Sar xogħol fl-għases tal- pulizija, pero` sar b'mod diskriminat u bla direzzjoni ta' xejn.", "Illum kif kont dieħel il-Parlment kien hemm grupp ta' nies minn Wied il- għajn li tawni karta fl-ilment tagħhom u fakkruni li l-ġimgħa l-oħra rajt lill-minstru jiċċelebra l-ftuħ ta' l-għassa tax-Xgħajra.", "Sar ukoll xi xogħol fl-għassa ta' l-Imtarfa u fl-għassa ta' l-Imdina.", "Min baqa' lura( L-għassa ta' Wied il-Għajn u l-għassa ta' San Ġiljan ħalli ħadd ma jakkużani li qed naqbeż għal Wied il-Għajn.", "Almenu ta' San Ġiljan għandhom għassa, imma telquha.", "Il-bieraħ stess ċempilt l-uffiċċju ta' l-istatistika ħalli jagħtuni statistika dwar il-popolazzjoni.", "L-Imtarfa hemm popolazzjoni ta' 2,100, ix- Xgħajra hemm 1,140, l-Imdina hemm popolazzjoni ta' 332.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iż-Żurrieq kemm għandhom( ONOR.", "GAVIN GULIA: M'għandix f'idejja Ministru, forsi tgħidilna inti.", "F'Marsascala hemm popolazzjoni ta' 7,775 u fis-sajf tirdoppja.", "Ministru, m'għandhomx għassa, biċċa kamra għandhom.", "Jien trabbejt hemmhekk u naf x'hemm.", "Il-Kummissarju li huwa minn dawk in-naħat jaf ukoll.", "F'San Ġiljan hemm popolazzjoni ta' 7,767.", "All well and good li tagħmel għassa fix- Xgħajra u fl-Imtarfa.", "Ma rridx nonqos lin-nies t'hemmhekk għax illum dawk għandhom kunsill lokali in their own right.", "Imma allura ma nagħmlux għassa f'Wied il-Għajn fejn hemm popolazjoni ta' kważi 8,000 u tiżdied iktar fis- sajf.", "Ftit ilu mort San Ġiljan u hemmhekk hemm miżbla.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar San Ġiljan.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-importanti huwa li jkun hemm il- preżenza tal-pulizija, imma anke hemmhekk qegħdin nonqsu.", "F'San Ġiljan naħseb li jkun hemm preżenza tal-pulizija, apparti mill-għassa, pero` f'Wied il-Għajn lanqas telephone ma tista' taqbad għax id-depot jgħidulek biex iċċempel Ħaż-Żabbar.", "Lanqas għandek il-lussu li mid-depot jqabbduk ma' l-għassa ta' Ħaż-Żabbar.", "Mr Chairman, li jinkwetani huwa l-fatt li l-vot kapitali naqas issa.", "Matul dawn l-aħħar tliet snin kien hemm żidiet fil-vot kapitali, pero` din id- darba naqas meta għad hemm ħtieġa urġenti li għallinqas isir titjib fl- għases minuri, jekk mhux għases ġodda.", "Rigward il-ħabs irrid ngħid li għadda dak iż-żmien meta kien hemm dik l- epidamija tal-ħrib.", "Il-Ministru ta' l-Intern kellu ħafna problemi meta kienu qegħdin jaħarbu left, right and centre, pero` issa jidher li qed jieħdu ħsieb iktar is-sigurta`.", "Forsi l-attenzjoni tiegħi tmur iktar fuq il-qagħda tal-priġunieri ġewwa l-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Naħseb li jista' jsir ħafna iktar għar-residenti tal-faċilita` korrettiva ta' l- Kordin.", "Nibda biex ngħid li ma naqbilx ma' l-istrikes tal-ġuħ.", "M'huwiex il-mod kif tista' tagħmel pressjoni fuq il-gvern, pero` huma indikazzjoni li l- affarijiet m'humiex sejrin tajjeb.", "Jien naf kemm saret diskriminazzjoni politika anke ma' impjegati tal-ħabs matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Irrid ngħid ukoll li l-matul dawn l-erba' snin il-Ministru seta' jagħmel xi forma ta' kummissjoni biex jara ftit jekk hemmx bżonn trattament iktar uman tal-priġunieri f'dak li għandu x'jaqsam mad-dixxiplina fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Per eżempju, ċerti pieni on the spot li jista' jagħtihom uffiċjal għoli fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin huma ftit jew wisq Drakonjani.", "Ma rridx ngħid li m 'għandux ikun hemm dak it-tip ta' trattament għax diffiċli biex tamministra l-faċilita` korrettiva ta' Kordin, u jekk ma tagħmilx ċerta dixxiplina on the spot kultant jista' jinqalagħlek rebus.", "Pero` jrid ikun hemm ċerta trasparenza fil-mod kif isiru l-affarijiet u mhux jaqbdu jitfgħu akkużi u l-akkużi jiżdiedu wara li jkun beda l-proċess ta' ksur ta' dixxiplina.", "Dawn l-affarijiet qatt ma ssemmew f'dan id-dibattitu u wieħed irid iħares lejhom.", "Per eżempju, fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin m'hemmx xogħol.", "Jien nappella lill-aġent direttur tal-ħabs, li qiegħed preżenti hawnhekk, biex jagħti xogħol lir-residenti għax mill-produttivita` tal-ħabs is-soċjeta` tista' tieħu xi ħaġa lura.", "Jien nasal biex ngħid li wieħed jikkonsidra wkoll remissions.", "Bħalma d-direttur tal-ħabs għandu d-diskrezzjoni u l- poter li jnaqqas mir-remission minħaba ksur ta' dixxiplina, għalfejn m'għandniex inħarsu lejn il-produttivita` tar-residenti fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin għal skopijiet ta' remission?", "Minn dan kollu ma sar proprju xejn f'dawn l-aħħar erba' snin.", "Mr Chairman, il-budget ma jipprovdix għall-problema ta' kriminalita` ġovanili.", "Meta kont qed nitkellem dwar il-kriminalità f'pajjiżna stajt ħadt spunt biex insemmi l-kriminalita` ġovanili li teżisti f'pajjiżna.", "Jien stess, bħala avukat fil-qrati, missejt magħha.", "Riċentement il-problema ta' kriminalita` ġovanili faqqset f'pajjiżna, speċjalment fil-catchment areas ta' l-entertainment.", "Tfal ta' bejn l-14-il sena u t-18-il sena qed jitressqu quddiem il-qrati ordinarji u anke l-pieni jiskontawhom fil-ħabs.", "Hekk qiegħda s-sistema sfortunatament.", "Jien niftakar li fl-antik kien hawn istituzzjonijiet riformatorji barra l-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Dawn spiċċaw.", "Il- YOURS trid jew ma tridx hija estensjoni tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Ma rridux ninsew li we have to be tough on crime, imma rridu nagħfsu wkoll fuq kemm huwa importanti l-aspett riformatorju.", "F'dan il-budget la l-Ministru ta' l-Intern u lanqas il-Minstru għall- Politika Soċjali ma għamel provision sabiex nibdew naħsbu f'din id- direzzjoni.", "Għalfejn għandna nitfgħuhom il-ħabs lil dawk it-tfal li huma taħt it-18-il sena, kemm dawk li jkunu qegħdin taħt house arrest jistennew proċeduri kriminali jew dawk li l-qorti tħoss li ma tistax toħroġhom fuq pledge minħabba s-serjeta` tar-reati li jkunu kkommettew(", "Għalfejn m'għandniex nibdew naħsbu sabiex inbiddlu s-sistema tagħna - mhux inħallu ż-żgħażagħ li jibdew jikkommettu l-petty crime jiggradwaw għar- reati iktar serji - sabiex nagħtu rijabilitazzjoni kif suppost lil dawn iż- żgħażagħ barra l-faċilita` korrettiva ta' Kordin, f'istituzzjonijiet apposta għalihom?", "Sfortunatament m'għandniex istituzzjonijiet minn dawn u f'dawn l-aħħar erba' budgets u f'dan ta' issa m'hemmx provision għal dan l- iskop.", "Mr Chairman, nitkellem fuq is-civil protection.", "Jeħtieġ li l-pensjonijiet ma jingħatawx biss lill-membri tal-korp tal-pulizija li eventwalment jidħlu fis-civil protection, jiġifieri huma biss igawdu minn pensjoni wara servizz ta' 25 sena.", "Bħalma ġara fil-każ tal-gwardjani tal-ħabs, dawk li daħlu bħala assistance and rescue officers, fl-1999 li ma ġewx mill-korp tal- pulizija, għandhom ukoll jibdew jibbenefikaw mill-pensjoni wara 25 sena servizz.", "L-AROs huma l-uniċi membri ta' korp dixxiplinat mill-korpi dixxiplinati kollha, fosthom il-pulizija u l-gwardjani tal-ħabs, li ma jgawdux il- pensjoni wara servizz ta 25 sena, ħlief għal dawk li ġejjin mill-korp tal- pulizija.", "Dawk igawdu minn din il-pensjoni, imma dawk li daħlu fis-civil protection wara l-1999 u li ma kenux fil-korp tal-pulizja iridu jistennew il-pensjoni sakemm jagħlqu l-eta` pensjonabbli u l-25 sena servizz ma tapplikax għalihom.", "L-aħħar kelma rigward l-immigrazzjoni klandestina.", "Irrid ngħid li l-oppożizzjoni kkoperat mal-gvern Nazzjonalista fuq il- kwestjoni ta' l-immigrazzjoni klandestina.", "Min jaf xi pressure kellhom il- membri tal-korp tal-pulizija sabiex ikun hemm sorveljanza mal-klandestini ġewwa l-kwartieri ġenerali tal-pulizija jew fejn kienu qegħdin jinżammu!", "Aħna għandna simpatija anke ma' l-awtoritajiet għax din hija problema li jkun hemm min ikun hemm fil-gvern jiritha, u din is-sena kellna problema akbar minn snin oħra.", "Imma meta nafu minn xiex għaddejna, u anke l- kummissarju tal-pulizija, skond risposta parlamentari talab xi ħames jew sitt darbiet iżjed mill-vot li kien ivvotat lilu nsibu li l-korp tal- pulizija ingħata l-istess fondi tas-sena l-oħra għall-qasam ta` l- immigrazzjoni illegali, madwar Lm40,000.", "Jiena ma naħsibx li din hija insensittivita` min-naħa tal-ministru ta' l-intern għax naħseb li lill- ministru tal-finanzi talbu biex jagħtih iktar fondi, imma kif qiegħed ngħid il-vot għal dan il-qasam baqa` ma żdiedx.", "Jiena ma nifhimx, imma mill- informazjoni li ngħatajt, kull ajruplan jiġi jiswa madwar Lm10,000.", "(Interruzzjonijiet) Issa forsi minħabba l-maltemp ma jkollniex iktar minn dawn.", "Imma peress li l-ħin kollu titolbu l-flus lill-ministeru tal-Finanzi, possibbli l-ministru tal-finanzi ma kellux sensittivita` għal din il- problema biex prattikament alloka l-istess ammont tas-sena l-oħra għall- qasam ta` l-immigrazzjoni illegali?", "Sur President, din hija potenzjalment l-aħħar sena, cioe` l-aħħar budget li qed jippreżenta l-gvern Nazzjonalista qabel jieħu over il-partit Laburista s-sena d-dieħla u rrid nagħlaq kif bdejt billi ngħid li qasam li ċertament il-gvern tilef il-gwerra kontra tiegħu huwa dak tal-kriminalita`.", "Il- ministru ta' l-intern ma jistax jaħrab minnha.", "Issa meta jqum jirrispondi jista` jgħid li jrid.", "Jiena, biex ma niżvijja lil ħadd, la lil-Kamra u lanqas lill-Ministru, għamilt dak li kellu jaħgmel il-Ministru sena ilu.", "Li m'għamilx hu qed nagħmlu jien.", "Il-kriminalita` żdiedet minn sena għall-oħra b'rata kostanti u allarmanti u jeħtieġ li jkun hemm hands-on fight kontra l- kriminalita`, sew jekk petty u sew jekk kbira.", "Dwar dan il-ministeru ta' l- intern falla bl-iktar mod ċar.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, l-operat ta' dan il-gvern huwa tipikament l-istess bħal tal-gvern Nazzjonalista li kien tela` fil-poter fl-1987.", "Għadu sejjer bl-istess tmexxija u qed juri li huwa gvern għajjien, mifni b'korruzjzoni u b'abbużi u li huwa gvern tal-ħbieb tal-ħbieb.", "In- nefqa tal-budget fuq l-ambjent tista' tgħid kienet iżjed intiża biex taħbi l-problemi kbar ambjentali ta' pajjiżna milli biex isolvihom.", "It-tberbiq tal-flus fuq rapporti magħmula b'ingann juri kemm il-gvern ma jridx jiffaċċja l-problemi ambjentali ta' pajjiżna u għalhekk jgħawweġ u jqabbad lil min jgħawweġ il-fatti.", "Dan huwa gvern mingħajr viżjoni ambjentali.", "Sur President, tajjeb li ngħid li l-problema tat-tniġġis f'pajjiżna se tkun l-ikbar sfida għal pajjiżna.", "Din se tkun sfida fit-tul għax it-tniġġis f'pajjiżna laħaq livelli li huma preokkupanti.", "Dan kollu ma ġarax b'kumbinazzjoni, iżda huwa riżultat ta' nuqqas ta' viżjoni ambjentali tal- gvern nazzjonalista li ħarab minn kull responsabbilta`.", "Sfortunatament it- tniġġis sar fatt tal-ħajja ta' kuljum f'pajjiżna.", "Il-problema ta' tat- tniġġis l-arja minn trab fin li jista` jikkawża l-cancer laħaq livelli allarmanti, tista` tgħid ħafna inħawi fejn l-iktar hemm il-bini, speċjalment madwar il-Port il-Kbir.", "Per eżempju, kulħadd jaf li t-tniġġis ta` l-arja qed jikkawża ħafna mard li għandu x'jaqsam ma' l-affann.", "Tajjeb ngħid li f'pajjiżna l-partiċelli PM10 jeċċedu livelli mitluba mill-WHO u mill-istess kummissjoni Ewropea.", "Infakkar li dan kont svelajtu erba' snin ilu lill-ministru, dak iż-żmien Francis Zammit Dimech, u hu kien wiegħed li se jsir studju biex jaraw x'jista` jsir dwar dan.", "Għaddew erba' snin, il- livelli baqgħu jogħlew u l-istudju ma sarx.", "Mhux hekk biss, ilhom snin jaħbu l-livelli tal-benzine.", "Il-livell ta` dawn is-sustanzi perikolużi qiegħed għoli ħafna f'pajjiżna.", "Kellu jkun the state of the environment report li ħareġ dan l-aħħar li kixef dawn ir-riżultati għax il-gvern ħeba dan kollu mill-poplu u ħallih jibla` dawn is-sustanzi perikolużi għal tliet snin sħaħ.", "Tafu għaliex inkixfu dawn l-affarijiet?", "Inkifxu għax il-gvern Laburista, fiż-żmien qasir li għamel fil-gvern, kien waqqaf programm għall- monitoring ta' l-arja u barra minnhekk kien għamel stazzjon.", "Infakkar li l- gvern Nazzjonalita fi 15-il sena m'għamilx mobile unit wieħed.", "Irrid infakkar ukoll li l-gvern suppost ilu li għamel programm biex jittestja kemm hemm ċomb bl-arja s-snin imma baqa` jkaxkar saqajh allavoja jaf li ċ- ċomb fid-demm tal-Maltin huwa wieħed mill-ogħla fid-dinja.", "Hawnhekk nistaqsi: Kemm ħadu kampjuni?", "Lanqas riżultat wieħed ma ħarġu u l-programm ma bediex qabel Awissu ta' din is-sena.", "Sur President, x'ma rajniex f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Nugrufun nieżel fuqna mill-power station?!", "Tgħidx kemm dam jgħid l-Onor.", "Zammit Dimech li se jistudja din is-sitwazzjoni.", "Reġa' qabbad il-konsulenti barranin bħalma jagħmel is-soltu u alla jbierek studenta mill-universita` ta' pajjiżna ħarġet ir-riżutati li kixfu li dan it-tniġġis ġej mill-power station, u dan għamlitu qabel l-istudju li għamlu l-konsulenti barranin.", "Biex idaħħku n- nies marru wkoll jirratifikaw il-Kyoto protocol qabel il-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewopea.", "Tgħidx kemm daħku bihom!", "L-ewwel kienu għamlu ħafna storbju fuq il-konvenzjoni tat-tibdil fil-klima imbagħad kien l-istess gvern u qed ikun l-istess gvern li qed jiksirha.", "Għaliex qed jiksirha?", "Qed jiksirha għax ilu mhux konformi mill-1998.", "Lanqas in-national communication għadu ma bagħat meta hemm pajjiżi kandidati diġa` bagħtuhom.", "Fl-1997 il- gvern Laburista kien innegozja biex iġib flus mill-GEF u mill-UNDP.", "Dawn kienu jsarrfu f'mijiet ta` eluf ta' liri, u fil-fatt ġew.", "Dawn x'għamlu?", "Tawhom lis-sħabhom mingħajr tender u biex jagħmlu ftit karti.", "Mhux talli hekk talli qabbdu nies tal-gvern u tal-planning authority, li huma tal- qalba u ħallsuhom US$0.25 bejniethom kontra r-regoli ta' l-istess UNDP.", "Alla jbierek l-awdituri taparsi ma jafu b'xejn u ma jidħlux fiha, u dan meta dawn huma flus li ngħataw lill-poplu Malti.", "L-istess ġara fil-każ tal- proġett CAMP.", "L-istess nies tal-qalba tal-planning authority u tal-gvern tħallsu ta' xogħol minn flus li ngħataw lill-poplu Malti u Alla jbierek il- Ministru Tonio Borg jaħbi u jgħid li dawn il-flus tħallsu dirett mill-PAP u l-RAC.", "Tajjeb ngħid li dawn il-flus għal Malta kienu u t-trasparenza titlob li kollox jitniżżel fl-estimi.", "Imma nista' ngħidilkom li xejn m'hu qed jitniżżel.", "Hawnhekk ngħid lill-audit office biex jisma' dan id-diskors li qed nagħmel jien u jagħmel xogħlu fl-interess ta' pajjiżna.", "Sur President, dan l-aħħar ġbidt l-attenzjoni rigward it-trab ta' l-Etna u t-trab iswed li spiss ikun hawn f'diversi rħula ta' Malta, b'mod speċjali fil-Fgura u l-inħawi ta' madwar.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed ifakkar fl-Att dwar il-ħarsien ta' l-ambjent li għadda minn dan il-Parlament is-sena li għaddiet.", "Skond dan l-Att il-gvern qiegħed fl-obbligu li jimmaniġġja sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-emerġenza ambjentali.", "X'ifisser dan?", "Dan ifisser li l-gvern għandu jkollu pjani ta' kontiġenza f'każ ta' bżonn.", "Għalhekk m'huwiex sewwa li jipprova jintimida lil min qiegħed jagħmel xogħlu u jgħid lill-gvern biex jimxi skond il-liġijiet li għadda hu stess.", "Din hija sitwazzjoni li turi l-qagħda miskina ta' dan il-gvern.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar l-ilma.", "L-ilma li ntellgħu minn taħt l-art huwa mniġġes min-nitrati, tipi ta' żjut u sustanzi oħra tossiċi.", "Waqqafna l-Malta resources authority suppost biex tirregola l-użu tal-ground water.", "X'għamlet din?", "M'għamlet xejn.", "Din l-awtorita' hija każ ieħor ta' ħela ta' flus biex jinqdew dawk tal-qalba.", "Fil-qasam ta` l-ilma ssir ħafna propoganda biex taparsi qed nuru li qed nagħmlu l- affarijiet u nqabbdu xi professjonist biex jagħmel studji fuq il-kwalita ta` l-ilma biex imbagħad insibu li jagħmel żbalji kbar li wieħed ma jippretendix meta inti qed tħallas dawk il-mijiet ta' eluf ta' liri.", "Per eżempju, jekk wieħed jara riklami li qed jidhru fil-gazzetta tal-MIC isib li wieħed minnhom jgħid li in order to improve the quality of drinking water the level of nitrates and flourides in the tap water will be reduced.", "Imma possibbli l-esperti tal-gvern ma jafux li l-problema fl-ilma ta' Malta huwa l-chloride u mhux il-flouride.", "Dan żball jew xi ħaġa inspjegabbli.", "Issa tajjeb li nispjega li l-chloride huwa diżinfettant li jagħmluh biex inaqqsu l-bacteria li tikkontamina l-ilma.", "Allura ma nistax nifhem kif il-MIC li hija mħallsa b'dawk il-mijiet ta` eluf ta' liri tagħmel dan l-iżball.", "Ara meta fi programm jiena semmejt deputat flok semmejt it-tifel ta` deputat, il-qorti qalet li jien għandi esperjenza biżżejjed u ma nistax niżbalja u waħħluni Lm100.", "Mela lill-MIC kemm messhom iwaħħluha?!", "Sur President, il-baħar li ngħumu fih huwa mniġġes u mniġġes sew.", "L- Oppożizzjoni ilha tul dawn l-aħħar snin tagħmel riferenza għad- degradazzjoni ta' l-ibħra tagħna.", "Tan-naħa l-oħra jgħidulna li mhux veru li l-ibħra tagħna huma mniġġsa.", "Issa l-istate of the environment report jgħid li f'dawn l-aħħar tliet snin il-baħar iddegrada ferm aktar minn qatt qabel.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li l-qagħda tal-baħar tjiebet, imbagħad joħroġ l- istate of the environment report u juri dan m'huwiex minnu.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar li fl-1997 il-gvern Laburista kien għamel minn kollox biex jattrezza l-pollution unit bit-tagħmir u bl-equipment neċessarju biex it- testijiet ikunu jistgħu jsiru regolari bi prezz baxx għall-poplu Malti.", "Tista' tgħid li meta l-partit Nazzjonalista tela` fil-gvern tfarrak kollox.", "It-tagħmir qabdu u tah lin-national laboratory - tajjeb li wieħed jgħid li hemmhekk hemm ukoll il-ħbieb tal-ħbieb - biex issa spiċċajna li kampjun ta' l-ilma baħar qiegħed jiswa lill-poplu Malti Lm150, meta dawn kienu jsiru b'xejn fil-laboratorju ta' Sant'Antnin.", "Dawn l-investigazzjonijiet li jridu jsiru.", "Għidulhom lin-nies ta' l-Isla, ta` Wied il-Għajn, tal-Kottonera u lil dawk li jiffrekwentaw il-bajja tar-Rinella li m'intomx tieħdu kampjuni tal-baħar.", "Mhux nies jgħixu hemm ukoll!", "Hemmhekk waqqfu milli jittieħdu kampjuni.", "Sur President, tista` tgħid li n-Nazzjonalisti fl-ebda qasam m'għamlu xejn.", "Taf x'għamlu?", "Ħmieġ u skandli biss.", "Per eżempju, dwar l-inkwinament tal- baħar qatt ma sar xejn.", "Meta tlajna fl-1996 tlajna aħna fil-gvern ma sibna xejn, la contingency plan u lanqas biċċa karta.", "X'għamilna?", "Għamilna memorandum of understanding ma' RAMPAC u għamilna pjan biex inkunu nistgħu nintervjenu.", "X'għamel imbagħad meta fil-gvern reġa` tela` l-partit Nazzjonalista?", "Uża l-konsulenti barranin biex għamel contingency plan paper.", "Din kienet xi ħaġa kkuppjata milli konna qed nagħmlu aħna u swiet il-mijiet ta' eluf ta' liri lill-poplu Malti.", "Tajjeb ukoll li ngħid li din qatt ma ġiet fis-seħħ u qatt ma ġiet approvata, la mill-awtorita` u lanqas mill-kabinett Nazzjonalista.", "Tajjeb li nfakkar hemmhekk li kienu ħatru persuna li l-unika kwalifika li kellha kienet li toħroġ mal-Partit Nazzjonalista u tawha salarju ta' skala 5, apparti l-allowance.", "U x'għamel dan?", "La qatt ħaddem il-pjan, la qatt għamel eżerċizzji kif suppost u lanqas biss irreveda l-pjan.", "Għamlulu kuntratt ta' tliet snin u m'għamel xejn.", "Mhux hekk biss biex jagħlqu l-kapitlu ma` l-Unjoni Ewropea qalu lill- Kummissjoni Ewropea li dan il-pjan qegħdin jirreveduh, u dan meta f'erba snin lanqas biss ħarsu darba lejh.", "Dan li qed ngħid juri s-sitwazzjoni reali fil-pajjiż taħt il-gvern Nazzjonalista.", "Sur President, erba' snin ilu kont ġbidt l-attenzjoni lill-gvern Nazzjonalista għall- kimiċi perikolużi bħalma huma l-pestiċidi li qegħdin nieklu aħna u wliedna.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid, għax forsi hawn ħafna nies li ma jafux, li ħafna minn dawn il-pestiċidi huma perikolużi għax iħallu residues fil-frott u fil-ħxejjex.", "Għalhekk meta wieħed jabbuża minnhom trid toqgħod attent.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li kaġun ta` dawn il- pestiċidi l-mard tal-kanċer qiegħed dejjem jiżdied.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Xi studji saru f'dan ir-rigward f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Tista' tgħid li assolutament ma sar xejn.", "Lanqas programm għadhom m'għamlu.", "Anke biex jagħmlu l-chemicals co-ordinating committee, l-ewwel ħarġu r- regolamenti f'Awissu, imbagħad m'għoġbuhomx u reġgħu biddlu kollox għax għamlu ħafna l-iżbalji u s'issa għadu ma sar xejn, u dan minkejja li kienu wiegħdu fil-position paper u l-NPAA kienu wiegħdu lill-kummissjoni Ewropea li se jwettqu dan.", "Sur President, dan kollu huwa riżultat ta' x'qed jiġri fil-qasam ambjentali.", "Il-gvern Nazzjonalista spiċċa biex għamel falliment wieħed wara l-ieħor.", "Tajjeb li hawn infakkar li kien il-gvern Laburista li għamel l- ewwel state of the environment report.", "Għaliex għamlu?", "Għamlu biex jinforma lill-poplu rigward il-kwalitaie ta' l-ambjent u l-ħajja li qed jgħix il-poplu Malti u Għawdxi.", "Irrid infakkar li l-partit Nazzjonalista fl-1995 u l-1996 kien ukoll ipprova jagħmel state of the environment report.", "Hawnhekk tajjeb li l-poplu jkun jaf li kienu ttieħdu mijiet ta' eluf ta' liri mill-gvern Nazzjonalista taħt il-proġett LIFE mill-Unjoni Ewropea.", "X'ġara minn dawn il-mijiet ta' eluf ta' liri?", "Qasmuhom bejniethom.", "U mhux talli ma ħarġux l-istate of the enviroment report talli ġew immultati penali mill-Kummissjoni Ewropea.", "Din kemm-il darba semmejtha imma l-Onor.", "Zammit Dimech dejjem ipprova jgħid li dan kien ġara fi żmienna.", "Issa qed ngħidlu f'liema perjodu kien li sar.", "Mela kif għedt, dawn ġew immultati penali ta` eluf ta` liri mill- Kummissjoni Ewropea u tgħidx kemm għajtu magħhom tad-DG11.", "Tant kien hemm ħmieġ li d-direttur li kien hemm fl-1998 ma riedx jidħol fiha.", "Tafu min kellu jidħol fiha?", "Id-direttur li kien hemm qabel.", "Dak li kien għaffeġ kollox u li kien taparsi ħaddem xi nies tad-dipartiment, liema nies ħadu xi flus u qal li ma kien veru xejn.", "U biex nuri kemm ma kien veru xejn ngħidilkom staqsu lill-avukatessa kienx hemm isimha mniżżel u tgħidilkom ukoll kemm ipprotestat.", "Imbagħad biex tagħlqulha ħalqha għamiltuha chairperson tal-health and safety authority.", "Imbagħad, biex jagħlqu kollox, għax ħafna min-nies imdaħħlin kienu nies tas-segretarjat, ħarqu l-files u tal-finanzi alla jbierek ħallsu dawn il-multi mill-flus il-poplu Malti.", "Saret xi inkjesta dwar dan?", "Mhux talli ma saritx inkjesta talli meta svelajt dan fil-Parlament riedu jgidbuni.", "Sur President, jidher ċar li l-gvern Nazzjonalista m'għandux miri ċari li jwasslu biex tissolva l-problema tat-tniġġis.", "Fil-każ tal-problema ta' l- iskart il-Ministru Zammit Dimech minflok ma wettaq passi konkreti kompla jikkummissjona rapport wara ieħor biex imbagħad jispiċċaw fuq l-ixkaffa.", "Meta nistaqsu lill-gvern jiddejjaq jgħid kemm nefaq minn fuq il-poplu għal dawn ir-rapporti.", "U tajjeb li nfakkar li dan l-aħħar il-Ministru Zammit Dimech ftaħar li kkummissjona kumpannija Ingliża biex tagħmel rapport ieħor dwar il-miżbliet, fosthom dik tal-Magħtab, li se jiswa Lm0.25 miljun.", "Hawn ta` min jgħid li ir-riżultati li ħarġu minn studji li għamlu l-professuri Maltin u li għamlu tal-Green Peace ma jaqblu xejn ma' dak li qed jgħid il- gvern.", "Issa li qed insemmi l-miżbliet nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-iskart.", "Fl-1992 il-gvern Nazzjonalista kien ġab il-flus mill-METAP biex għamel solid waste management strategy.", "Kienu għamlu ħafna tabelli bit-targets u deadlines.", "Pero' x'għamlu?", "Xejn.", "Reġgħu ġeddu l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-1998 meta ġew ta' l-Unjoni Ewropea kulma sabu kienet muntanja skart.", "X'għamlu mbagħad?", "Għamlu studju bil-konsulenti Ewropew - u tajjeb li ngħid li lanqas sold wieħed ma kienu tawhom – u tawhom ktieb żgħir aħdar li jgħid li din hija l-istrateġija li ġiet adottata mill-gvern u l-kabinett Nazzjonalista s-sena l-oħra.", "Tajjeb li ngħid hawnhekk li ħadd ma nduna li ma kien fiha xejn u din kienet proprju kopja ta' dik l-istrateġija ta' l-1992.", "M'hemmx għalfejn ngħid għax kulħadd jaf kemm jagħmel strateġiji l-Partit Nazzjonalista, imma dejjem jagħmlu kollox fuq il-karti.", "Tajjeb li nfakkar li l-konsulenti dejjem jitħallsu mijiet ta' eluf ta' liri u anke għal dan il-ktieb ukoll li tħallsu mijiet ta' eluf ta' liri.", "Hawnhekk tajjeb li nistaqsi x'inhuma d- direttivi fuq il-waste għax mid-dehra dan il-gvern ħaseb li aħna ma nafux naqraw.", "Naf li m'iniex xi speċjalista imma naħseb li naf naqra.", "Imma issa ħalli ngħid x'hemm f'dan id-dokument: Hemm taħwida sħiħa.", "Dan id-dokument ma jikkwantifika xejn; la kemm-il tunnellata skart perikoluż jiġi ġenerat fis-sena f'Malta, la x'se jsir mill-iskart tal- fishfarms u lanqas mis-sludge tas-sewage treatments li se jagħmel il-gvern.", "Fejn se jifrixhom dawn l-affarijiet?", "X'se jagħmel?", "M'hawn xejn.", "Dan id- dokument jgħid li fis-sena 2013 se jagħmlu incenaration.", "Dan daħk fil- wiċċ.", "Għaliex?", "Għax tal-biċċerija qalu li se jagħmlu inċineratur u s'issa għadu ma jidher imkien, l-inċineratur ta' l-isptar baqa' kif kien u l- iskart perikoluż dieħel il-Magħtab u ilhom jgħidu tliet snin li se jagħmlu impjant ta' trattament ta' l-iskart mill-isptarjiet u kliniċi u alla jbierek tender kien u tender baqa'.", "Issa l-iskart ta' l-isptar il-ġdid x'se jiġri minnu?", "Dan lanqas biss issemma f'dan id-dokument.", "Li hu żgur huwa li l-partit Nazzjonalista jinsab f'paniku fuq l-iskart perikoluż li ta' kuljum jidħol il-Magħtab.", "Hawnhekk nistaqsi: Fejn qed ikun l-iskart tal- precipitators tal-power station?", "Fejn qed imur il-grid tat-tarzna?", "Fejn qed imur is-sludge mit-tank cleaning fir-Ricasoli u l-fabbriki.", "Fejn qed imur is-sludge tal-waste oils?", "U hawn il-vera ipokresija u l-ħabi tal- partit Nazzjonalista għaliex ħareġ rapport li juri li ż-żjut maħruqa qed jispiċċaw jikkontaminaw il-ħobża tagħna ta' kuljum.", "U x'għamel dwar dan?", "Xejn.", "Mhux hekk biss - u tajjeb li nsemmi dan il-każ – il-Manoel Island kien mimli żjut imċappsin bil-PCB, sustanzi perikolużi, u għaddewhom minn qalb in-nies biex ħaduhom fl-impjant tal-Marsa.", "Hawnhekk nistaqsi: X'ġara mill-ilma tagħhom?", "Intefa` fil-Port il-Kbir?", "X'ġara miż-żejt ikkontaminat?", "Min jaf fejn forsi f'liema forn inħaraq?", "X'ġara mill-ħamrija kkontaminata?", "Mhux il-Magħtab intefgħat tgħid?", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li l-gvern lanqas studju wieħed m'għamel biex jgħid lill-poplu dwar il-kimiki li qed jibla u li huma ta' periklu.", "Din hija s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż taħt il-gvern Nazzjonalista.", "X'qed jiġri?", "Il-gvern Nazzjonalista qed jaħbi l-problemi ambjentali.", "Id- diskors tal-budget, x'joffri?", "Xejn m'hu qed joffri għall-ambjent ħlief gimmicks li jaħbu l-problemi ambjentali.", "Hawn tajjeb li ngħid li skond il- Ministru Dalli s-soluzzjoni għall-problema ta` l-ambjent hija s-sħubija sħiħa ta` Malta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Din gimmick oħra.", "Il-gvern Nazzjonalista jrid idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma studja sew l-impatti negattivi li din is-sħubija ġġib magħha għall-ambjent Malti.", "Din l-ossessjoni tal-gvern li akkosta ta` kollox idaħħal lill-Malta fl- Unjoni Ewropea jidher li anke lill-Onor.", "George Pullicino ħawdet.", "Infatti ftit jiem ilu l-Onor.", "Pullicino staqsa lill-Partit Laburista dwar liema huma r-regoli ambjentali ta' l-Unjoni Ewropea li ma jgħoddux għal Malta.", "Din il-mistoqsija seta' faċilment għamilha lill-MIC minflok lill-partit Laburista.", "Issa jien assumejt – u mhux jiena biss – li dan ma staqsiex lill-MIC għaliex din ma tagħtix informazzjoni imma misinformazzjoni u għalhekk, ngħid prosit lill-Onor.", "Pullicino talli staqsa lill-partit Laburista, għax issa se jkun jaf il-fatti kif inhuma.", "Kemm-il pajjiż ta' l-UE qiegħed verament jimplimenta d-direttiva ewropea dwar il-miżbliet, Onor. Pullicino?", "Naħseb li kemm l-Onor.", "Pullicino u kemm l-Onor.", "Dalli jafu – jew suppost jafu – li l-Greċja, minkejja li huma membri ta' l-UE, xorta għandha iżjed minn 2,000 miżbla bħal Magħtab.", "Jiena naħseb li l-Onor.", "Pullicino u Onor. Dalli jafu x'wassal għall-inċident ikrah tat-tanker \"Prestige\" li niġġes biż-żejt il-kosta Spanjola?", "Naħseb jafu li l-UE għandha leġislazzjoni antikwata dwar is-single hull tankers, bħall-\"Prestige\", liema tankers huma projbiti fl-Istati Uniti u l- Awstralja.", "Ta' min ifakkar li skond l-Onor.", "Dalli, l-UE għandha l-aqwa standards; dawn huma l-aqwa standards?", "Naħseb li l-Onor.", "Pullicino jaf, li bl-iskuża ta' l-UE saret l- amalgamazzjoni tal-PA mad-dipartiment ta' l-ambjent u din waslet biex tal- qalba jinqdew aħjar.", "Per eżempju, il-permess approvat mill-MEPA biex skart mill-oil rigs jiddaħħal f'Bengħajsa jikser ir-regoli ta' l-UE iżda għall- gvern, il-klikka tiegħu tiġi qabel kollox u b'konsegwenza t'hekk, spiċċajna li se jkollna miżbla ta' l-skart li jibqa' mit-tħaffir taż-żejt fil- Mediterran.", "Għalfejn il-gvern qed jaħbi l-istudji ta' l-UE dwar l-iskart solidu li kien sar fi Frar tas-sena 2000 u li qed isostni li bi sħubija sħiħa ma' l-UE, il-prezz biex tordom tunnellata skart f'miżbla se jiżdied minn 35ċ għal iżjed minn Lm25-il tunnellatta.", "Tajjeb li nsemmi l-fatti dwar il-kampanja ta' misinformazzjoni u riklami fuq il-gazzetti mħallsa mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Per eżempju, f'riklam minnhom jgħidu li b'sħubija sħiħa fl-UE, id-drenaġġ ma jibqax jintrema' fil-baħar u dan mingħajr ma jgħid li Malta diġa` hi marbuta li tagħmel dan - flimkien ma' pajjiżi oħra tal-Mediterran mhux membri ta' l-UE - skond il-konvenzjoni ta' Barcelona.", "Dan ifisser li m'hemmx għalfejn tkun membru sħiħ fl-UE biex twettaq dan.", "Riklam ieħor jgħid li Malta se jkollha miżbla għall-iskart ta' bini imma dan hu mpossibbli.", "Ħadd min-naħa tal-gvern jew mill-MIC ma jaf li d- direttiva ta' l-UE hi li ma taċċettax din it-tip ta' miżbla?", "Għandhom dawk l-eluf ta' liri u jagħmlu dan l-iżball; dan żball jew misinformazzjoni?", "Dan qed isir biex jingannaw il-poplu?", "Sur President, naħseb li l-gvern – u mhux l-UE - għandu jaħdem biex itejjeb l-ambjent.", "Il-partit Nazzjonalista fil-gvern ħoloq kriżi ambjentali u anke huma jirrikonoxxuh dan, għaliex kienu huma stess li sfiduċjaw lill-ministru u biex ma jaqgħux għaċ-ċajt, qasmulu l-ministeru u taw ir-responsabbilta` lil segretarju parlamentari.", "Mhux hekk biss, jekk wieħed jara l-ilmenti kollha li jsiru fil-gazzetti li huma favur il-partit Nazzjonalista, jinduna li s-sitwazzjoni fl-ambjent qiegħda fi kriżi.", "Għalhekk, Sur President, il- partit Laburista kien għaqli biżżejjed li ħareġ bid-dokument \"Ambjent b'saħħtu għal saħħitna\".", "Dan għamilnih biex nibdew nibnu t-triq għall- leġislazzjoni u inizjattivi ambjentali li jkunu jgħoddu għal pajjiżna.", "Madanakollu l-partit Laburista se jkompli jikxef l-ingann tal-gvern Nazzjonalista fil-qasam ta' l-ambjent ħalli ħadd ma jidħak bil-poplu.", "Tajjeb li ngħid li l-ambjent mhux problema tagħna biss imma hu problema internazzjonali u għalhekk il-partit Laburista jemmen f'partnership ma' l- UE li jsaħħaħ l-ambjent f'Malta u fl-Ewropa kollha.", "Dan l-aħħar il-gvern ħabbar li Malta ssieħbet fl-aġenzija ambjentali Ewropea EEA u hawn, jiena ngħid lill-gvern Nazzjonalista li dan hu t-tip ta' partnership li rridu ma' l-Ewropa kollha fil-qasam ambjentali.", "Jidher li fl-aħħar, l-gvern Nazzjonalista donnu qed jifhem li l-għażla li jridu jieħdu l-Maltin m'għandhiex bżonn ta' sħubija sħiħa fl-UE.", "Ladarba dħalna fl-aġenzija ambjentali EEA, aħna se jkollna l-faċilitajiet kollha; f'din l- aġenzija hemm imseħbin bosta pajjiżi ewropew u mhux biss il-pajjiżi ta' l- UE.", "Ta' min jgħid, per eżempju, li l-UE tistieden pajjiżi ta' din l- aġenzija biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-kumitat itekniċi tagħha dwar l- embjent, liema laqgħat iwasslu biex jinbnew jew jiġu modifikati d-direttivi ambjentali ta' l-UE Mela permezz ta' din l-aġenzija, pajjiżi bħal Norveġja u l-Isvizzera qed jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar l-ambjent u d- direttivi Ewropew u dan mingħajr ma jkunu membri sħaħ ta' l-UE u Malta tkun tista' tagħmel l-istess.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li l-viżjoni Laburista hija mibnija fuq prinċipji sodi li jwasslu biex il-kwalita` tal-ħajja tagħna tkun aħjar.", "L-ambjent Malti huwa uniku u għalhekk irridu nagħmlu pjanijiet li jkunu mfassla apposta għalih.", "Il-viżjoni ma teskludiniex li nitgħallmu mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħra biex b'hekk ma nirrepetux l-iżbalji tagħhom.", "Din il- viżjoni għall-ġejjieni hija mniżżla f''dokument dwar l-ambjent li l-partit Laburista approva għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, dokument li aktar tard se nitlob il-permess biex npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra, dokument li kien hemm min ikkritikah għax qal li ma fih xejn u imbagħad l- istess nies staqsewna minn fejn se nġibu l-flus biex iwettqu dak li hemm miktub fid-dokument.", "Mela jew id-dokument ma fih xejn jew inkella fih u ma nafux minn fejn se nġibu l-flus biex inwettqu dak li hemm fid-dokument!", "Dan kollu juri d-disprament u juri li hemm nies li mhux veru interessati li jagħmlu ġid lill-ambjent ta' pajjiżna.", "Flimkien ma' dan id-dokument, sejjer npoġġi leaflet bl'isem \"Ambjent b'Saħħtu għal Saħħitna\" li ġo fih hemm 30 proposta li gvern Laburista ġdid se jwettaq meta jitla' fil-gvern fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, għaliex meta aħna se ntejbu l-ambjent f'pajjiżna, aħna nkunu qed intejbu s-saħħa fiżika u mentali taċ-ċittadini kollha, hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nifhem li l-Onor.", "Mizzi jrid ipoġġi xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokument ta' Aġġornament tal-Politika Laburista dwar l-Ambjent, \"Ambjent b'Saħħtu għal Saħħitna\" ippreżentat quddiem il-Konferenza Ġenerali Straordinarja fl-24 u l-25 ta' Ottubru 2002; u Pubblikazzjoni dwar l-ambjent intitolata \"Ambjent b'Saħħtu għal Saħħitna\".", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin li fadal issa huwa kollu għan-naħa tal- gvern.", "Is-Segretarju Parlamentari Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, fl-aħħar parti tad-diskors ta' l- Onor. Mizzi, dan qal li l-ambjent Malti huwa ambjent uniku u dan hu veru.", "Pero`, f'pajjiżna, aħna għandna oppożizzjoni unika wkoll, oppożizzjoni li timmeraviljak bil-kontradizzjonijiet.", "Jien m'għandix il-ħin nirrispondi għal dak kollu li semma l-Onor.", "Mizzi imma tajjeb li ngħid li dan ma rrispondiex il-mistoqsijiet fuq il-proġett Laburista li għamiltlu nhar it-Tlieta fejn għal darbtejn, staqsejthomlu pubblikament u xorta bqajt bla risposta.", "Issa l-bieraħ, l-Onor.", "Anton Refalo, l-istilla minn Għawdex, dak li jibni llegalment qalilna li l-partit Laburista għandu proġett kbir għal Għawdex; tafu x'inhu dan?", "Dawn iridu jagħmlu ring road madwar Għawdex kollu u nittama li kull min għandu qalbu taħraq għall-ambjent f'pajjiżna, jitkellem kontra l-proġetti tal-partit Laburista li jrid jġibhom fil-parlament mingħajr ma jgħaddi mill-proċess ta' l-ippjanar għaliex il-partit Laburista hu partit uniku bbażat fuq arroganza u kulħadd jaf x'għamel fil-passat u xi jrid jagħmel fil-futur.", "Issa qalilna s-soliti slogans \"Gvern Għajjien\" u \"Ħbieb tal-ħbieb\".", "Gvern għajjien?!", "Kieku huma kapaċi jagħmlu dak li għamilna aħna, kieku Manuel Cuschieri jagħmel programm mit-8:00 a.m. sat-8:00 p.m. u ma jieqafx!", "Imbagħad qal li aħna mingħajr viżjoni ambjentali; mingħajr viżjoni ambjentali?!", "Huma stess jikkritikawna li erfajna fuq spallejna ħafna obbligazzjonijiet fin-negozjati li għamilna ma' l-UE u imbagħad jgħidu li aħna bla viżjoni?", "L-akbar viżjoni li għandna, hi dik li nwettqu t-tibdiliet li jridu jsiru biex l-istandards tal-kwalita` ta' l-ambjent f'pajjiżna inlaħħquhom ma' dawk ta' l-UE.", "Issa, l-Onor.", "Mizzi qisu skopra l-Amerika għax skopra l-European Environment Agency!", "Apparti l-fatt li tinduna li jkun qed jaqra d-diskors għaliex dan għandu tnejn jew tlieta min-nies li jitfgħulu l-karti u jiġi hawn jaqrahom.", "Dan skopra jew bellgħuhielu - għaliex probabbilment lanqas jaf x'inhi - li teżisti l-European Environment Agency u qalilna li dak hu t- tip ta' partnership li hemm bżonn għal pajjiżna imma skużi, trid tkun vera imbeċilli biex temmen din!", "Dak huwa l-partnership li jrid il-partit Laburista ?!", "L-Onor.", "Mizzi jaf x'inhi l-EEA?", "Din hija sempliċement organizzazzjoni li hija ffinanzjata mill-istess UE biex tiġbor u tikkordina r-rapporti dwar ir-riċerka biss.", "Jekk nibqgħu fl-EEA biss, il-pajjiż tagħna ma jieħu l-ebda sold sabiex inkunu f'pożizzjoni li nwettqu l-programm ta' tibdil fil-qasam ta' l- ambjent.", "Hekk iriduna dawn, iriduna fl-EEA biex noqogħdu nibagħtu r- rapporti, nagħmluhom kotba u jgħidulna kif għandna nagħmlu biex niġbru analisi, testijiet jew monitoring.", "Dak biss tagħmel l-EEA!", "Daqshekk biss iridu għal dan il-pajjiż?", "Dan bħal dak li qal li ma nafux nagħmlu r- rapporti; dażgur li nafu nagħmluhom.", "Ġie hawnhekk u ħa kważi erbgħin minuta biex jgħidilna dak li suppost qed nagħmlu fil-qasam ta' l-ilma u ta' l-arja.", "Skużi, qed jgħid li mhux qed nagħmluhom!", "Ma jafx l-Onor.", "Mizzi - għedtlu nhar it-Tnejn - li f'dan il-budget għandna vvotati Lm1.5 miljun fuq makkinarju, surveys u monitoring biex inkomplu ma' dak li għamilna fil-qasam ta' l-ambjent u jiġi jgħidilna li aħna m'għandniex viżjoni!", "Huma m'għandhomx viżjoni, Sur President!", "Insemmi d- dokument li l-Onor.", "Mizzi poġġa fuq il-Medja tal-Kamra u l-fatt li dan qal li l-Malta Institute for Waste Management kien approva bis-sħiħ dan id- dokument.", "Minkejja l-ftaħir ta' l-Onor.", "Mizzi, l-MIWM qalulu li wieħed jistenna li jkun hemm indikazzjoni aktar ċara dwar kif se jagħmlu l- affarijiet u mhux sħab fl-ajru.", "Jiena se nitlob il-permess tal-Kamra biex din l-istqarrija tal-MIWM – hemm ħafna x'tikkwota minnha imma m'għandix il-ħin – titpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra ħalli l-Onor.", "Joe Mizzi jarha u jirrispondiha veru u mhux jiġi hawnhekk jgħid li rrisponda imma imbagħad ma jkun rrisponda xejn minnha.", "THE CHAIRMAN: Hawn il-permess biex dan id-dokument jitqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ ittri li l-Malta Institute of Wastes Management bagħat lill-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent u l-Awtorita' tax-Xandir fit- 23 ta' Ottubru 2002 b'riferenza għad-diskors li l-Onor Joe Mizzi għamel fil-Parlament fis-17 ta' Ottubru 2002, flimkien ma' stqarrija maħruġa mill-istess Istitut fit-18 ta' Ottubru 2002", "Imbagħad l-Onor.", "Mizzi ġie jgħidilna li qed naħbu l-fatti!", "Imma skużi, x'fatti qed naħbu?", "Imbagħad waqt li jgħid dan, jgħid li dawn il-fatti ħarġu għax sar l-istate of the environment report.", "Imma skużi, min iffinanzjah l-istate of the environment Report?", "Mhux l-istess gvern iffinanzjah?", "Meta dan ġie launched fil-media, il-Profs.", "Victor Asciak qal li dan huwa rapport li ħallas għalih il-gvern mingħajr l-ebda ndħil, la tal- ministeru u lanqas ta' l-awtorita`.", "Dik hi serjeta`.", "Hekk nagħmluhom l- affarijiet aħna.", "Niffinanzjaw ir-rapporti biex toħroġ l-verita` kollha!", "Bħas-soltu, dan l-Onorevoli jaqbad u jitfa` l-kliem u qalilna li m'għandniex viżjoni dwar l-ambjent mentri kulħadd jaf li aħna naħdmu b'sistema ta' targets u deadlines.", "Dik hi d-differenza bejna u bejnhom.", "Waqt li huma jitfgħu l-affarijiet nofshom imsajra ġo dokument u ma jgħidux kif se jagħmluhom, aħna rbatna lilna nfusna b'affarijiet li rridu nagħmlu u nafu sa meta rridu nagħmluhom.", "Imbagħad l-Onor.", "Mizzi tkellem fuq il- mistoqsija li jien staqsejt – lanqas fehma għaliex lanqas ikkwotani tajjeb! – jiena kont staqsejt \"X'kontu tħallu barra inthom minn dak li aċċettajna aħna fin-negozjati?\".", "L-Onor.", "Joe Mizzi llum reġa' ma weġibhiex.", "Issa qed nerġa' nispjegahielu ħalli fl-ewwel okkażjoni li jkollu jgħidilna, forsi kien iħalli barra dak li aċċettajna aħna li sal-ġurnata li nidħlu fl-UE, l-power station tal- Marsa jrid ikun adatta ruħu sabiex juża ż-żejt low sulphur ħalli n-nies tal- Ħamrun, tal-Marsa, tal-Furjana u tal-Belt ikollhom arja aħjar?", "Imbagħad dawn iridu jitkellmu!", "Ma nafux x'bellgħulhom lin-nies tal-Marsa dawn!", "Minn neħħa l-faħam fil-Marsa?", "Aħna neħħejnih, Sur President u mhux l-Onor.", "Mizzi.", "Il-partit Laburista jparla jaf!", "Ħafna mill-problemi ambjentali f'dan il- pajjiż huma wirt ta' deċiżjonijiet arroganti li ħa Mintoff u ħadu sħabu, inkluż Lorry Sant u llum, aħna qegħdin insewwu ħafna minnhom.", "Fil-fatt ħafna minn dak li qed insewwu llum huwa riżultat ta' dawk id-deċiżjonijiet.", "Imbagħad jiġu jbellgħuhielna li taparsi kkonvertew u saru ambjentalisti.", "Qalilna li hemm bżonn ta' investigazzjoni għax lil dan l-affarijiet ibellgħuhomlu u hu joħlom bihom ukoll.", "Qalilna wkoll li t-testijiet li jagħmel id-direttorat ta' l-ambjent issa qed jgħaddu għand il-Malta National Laboratory u għal kull test irid jitħallas l-ammont ta' Lm150.", "X'għarukaża dik!", "Ma jafx l-Onor.", "Mizzi li dak il-laboratorju huwa laboratorju tal-gvern Malti li jaħdem fuq sistema kummerċjali?", "Dan huwa l- iskandlu li qed jara l-Onor.", "Mizzi?", "Aħna llum f'dan il-pajjiż għandna laboratorju integrat li ġabar f'daqqa l-laboratorji li kellna f'dan il- pajjiż għax ma kienx jagħmel sens li kull biċċa aġenzija jkollha l- laboratorju tagħha u l-poplu jkun intaxxat biex ikollna apparat li jkun simili għal apparat ta' aġenzija oħra.", "Għalhekk għamilna laboratorju wieħed suret in-nies.", "Issa għax it-testijiet qegħdin imorru hemmhekk u għandhom prezz biex il-laboratorju jaħdem fuq sistema kummerċjali jiġi l- Onor. Mizzi jgħidilna li għandna bżonn nagħmlu investigazzjoni.", "Jien m'għandix ħin biex noqgħod nirrispondi għal dawn il-kontradizzjonijiet kollha li semma l-Onor.", "Mizzi u se nitkellem direttament fuq dak li qed inwettqu bil-fatti.", "Per eżempju ̧ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni pprova jiddieħak bil-miżura li għamilna favur il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku u qal li hawn Malta waħda biss hawn minnhom.", "Skużi ̧ il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li jippretendi li hu xi thinker u xi bniedem modern u avant- garde - għallinqas din hija l-impressjoni li jipprova jagħti meta jikteb - għadu ma ndunax li fil-kumplament tal-pajjiżi avvanzati l-gvernijiet qed jipprovaw jippromwovu l-karozza elettrika?", "Kif qal tajjeb il-Prim Ministru meta wieġeb lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-inizjattiva qed tittieħed u fil-fatt il-gvern ħa l-inizjattiva li jnaqqas 20 vettura konvenzjonali minn tiegħu li jaħdmu bil-petrol u d-diesel u se joħroġ tender għal 20 vettura elettrika.", "B'hekk il-gvern jagħti l-eżempju u aktar nies jitħajru jagħmlu dan.", "Allura jiġi jikkritikana għax għamilna din il-miżura pożittiva?", "Ma kkritikaniex fuq il-miżura l-oħra li għamilna fil-budget fejn naqqasna d-dazju fuq il-materjali li jagħmlu inqas impatt fuq l-ambjent bħall-karta riċiklata, bħall-basktijiet biodegradable u bħall- energy saving lamps.", "Lanqas ma semmielna l-miżura l-oħra li għamilna fil- budget li għandha x'taqsam ma' proprjetà.", "Fil-fatt fil-bidu tas-sena konna għamilna skema għal dawk li għandhom djar fil-Belt, il-Furjana u l-Kottonera.", "Dakinhar konna għidna li jekk dawn jirreġistraw fl-iskema volontarja ma jħallsu xejn biex jirreġistraw il- proprjetà tagħhom pero' issa fil-budget għamilna miżura li biha jekk dawk li rreġistraw jagħmlu xogħlijiet fid-djar li huma magħluqa u jirriabilitawhom ħalli jpoġġuhom fuq is-suq, ikollhom rifużjoni tal-VAT.", "Ara fuq dik ma jitkellmu xejn.", "Ma tarax!", "Dawn huma l-fatti.", "Din hija l- viżjoni li għandna aħna li titwettaq b'pass wara pass.", "Pero' aħna l-pass 'il quddiem nagħmluh u mhux lura.", "Ħaddieħor li jitkellem fuq pass wara pass il-passi jagħmilhom b'lura u jirfes fuq il-kallijiet u s-saqajn tan- nies.", "Hekk għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax meta kien qiegħed jitkellem hawnhekk semma litanija ta' affarijiet li mingħalih huma taxxi.", "Per eżampju ̧ dan qal li hija għarukaża li f'dawn l-erba' snin żdiedu l- ħlasijiet fuq il-permessi u meta tapplika għal permess ta' dar u flat trid tħallas Lm10 u meta tapplika għal permess ta' bungalow trid tħallas Lm250.", "Dan hu dak li ma kellux isemmi għax aħna nagħmlu d-differenza fil-mod kif nagħmlu t-taxxi.", "Aħna żidna Lm10 fuq dar jew flat u Lm250 fuq bungalow.", "Min jiflaħ iħallas, iħallas.", "Għalhekk lil min ma jiflaħx iħallas żidnielu biss Lm10.", "Ara hu meta kien fil-gvern ̧ bil-politika tal-calculator li kellu ̧ m'għamilx differenza bejn min jiflaħ iħallas u min ma jiflaħx iħallas.", "It-taxxa fuq id-drenaġġ, it-taxxa fuq l-elettriku u t-taxxa fuq l- ilma għamilha ndaqs fuq kulħadd; fuq pensjonant u fuq persuna li għandha villa.", "Din hija d-differenza bejna u bejn tan-naħa l-oħra.", "U aktar ma jitkellmu aktar toħroġ id-differenza bejnietna; aħna għandna kuxjenza soċjali u ambjentali u tan-naħa l-oħra jparlaw biss.", "L-Onor.", "Mizzi pprova jgħid li huma jneħħu l-awtorità u jagħmlu erba' dipartimenti.", "Pero' jien se norbot dak li se ngħid ma' dak li qal l-Onor.", "Alfred Sant.", "Kif diġà għidt dan tkaża li applikazzjoni għal dar għamilniha Lm10 u applikazzjoni għal bungalow għamilniha Lm250.", "Pero' jien ngħidlu li dawn it-taxxi żidnihom biex inkunu f'pożizzjoni li nagħtu pakkett suret in- nies lill-ħaddiema tal-MEPA u nżiduhom fil-pagi.", "Lill-impjegati tal-MEPA tan-naħa l-oħra għandhom igħidulhom li jekk Allaħares qatt jitilgħu huma fil-gvern jagħmlu erba' dipartimenti u dan ifisser li l-paga tal-ħaddiema tal-MEPA tonqos mhux b'1ċ imma b'ħafna aktar għaliex meta tikkompara l- gradi ta' l-impjegati tal-MEPA ma' dawk tal-ħaddiema fi gradi simili fiċ- Ċivil issib li l-paga ta' impjegat tal-MEPA hija ħafna ogħla.", "Dan għandhom igħidulhom lil dawk il-pampaluni Laburisti li jaħdmu fil-MEPA.", "Fil-fatt hemmhekk hemm żewġ sindki Laburisti u kunsillier Laburist pero' dawn għandhom kull dritt li jimpenjaw ruħhom.", "Jien ma nattakkahomx għaliex huma Laburisti imma l-Onor.", "Mizzi ma jagħmilx l-istess.", "Per eżempju, dan għamel attakk feroċi personali kontra l-uffiċjali tal-MEPA b'mod partikolari fuq id-direttur il-ġdid tad-direttorat ta' l-ambjent, is-Sur Ray Piscopo.", "Issa jew il-memorja ta' l-Onor.", "Joe Mizzi hija qasira – din ma neħodhiex bi kbira - jew inkella verament irid iqarraq.", "Jien se npoġġilu fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-bord ta' l-awtorità ta' meta ġie appuntat is-Sur Ray Piscopo.", "Fil-fatt jien se nikkwota minn item 541 tal-minuti ta' l-awtorità:", "\"Members discussed the selection board's report. \"", "- fuq id-direttur dan –", "\"Mr Joe Mizzi .....\"", "- rappreżentant ta' l-oppożizzjoni fuq il-MEPA –", "\"... stated that he had nothing against the person being proposed.\".", "Meta ġie appuntat l-Onor.", "Joe Mizzi ma sab xejn; forsi għax sa dakinhar ma kienx jaf li s-Sur Piscopo darba kien kandidat tal-partit Nazzjonalista.", "Ara l-ħdura tal-partit Laburista kif toħroġ!", "Pero' issa l-Onor.", "Mizzi qed igħid li s-Sur Piscopo m'għandu l-ebda kwalifika ħlief li kien kandidat tal-partit Nazzjonalista.", "Mela l-ewwel ma kellu xejn kontra s-Sur Ray Piscopo u min kien fil-bord jgħidlek li l-Onor.", "Mizzi kien qal li dan huwa bniedem kapaċi ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Pullicino qed iqarraq.", "Jien għedt li personalment kontra dan il-bniedem m'għandi xejn imma jien ma vvotajtx favur għax jien kontrih.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dażgur u se ngħidlek għalfejn ma vvotajtx favur.", "(Interruzzjonijiet) Dakinhar ma kellek xejn kontrih imma llum ġejt hawnhekk kif ġejt nhar it-Tlieta bi ħdura kbira.", "(Interuzzjonijiet) Mr Speaker, jien se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-minuta li semmejt li tgħid hekk:", "\"Members discussed the selection board's report.", "Mr. Joe Mizzi stated that he had nothing against the person being proposed, but, since he was in principle against the merger between the planning authority and the environment protection department he could not be in favour of the appointment of the position.''.", "Din hija l-minuta u dan juri li mhux minħabba l-kwalifiki tas-Sur Piscopo ma vvotax favur tiegħu tiegħu ̧ l-Onor.", "Mizzi.", "Allura jien qed inqarraq jew hu?", "Qed iqarraq hu li llum qed jiġi jgħid li s-Sur Piscopo m'għandux kwalifiki u li l-unika kwalifika hija li darba kien kandidat tal-partit Nazzjonalista.", "Jien u l-gvern tiegħi ma nitkellmux fuq in-nies abbażi tal- kwalifiki u ma nagħmlux attakki personali kontrihom għax kienu kandidati.", "Allaħares kellna nagħmlu l-istess fuq in-nies tagħhom li għandhom f'ħafna postijiet.", "Mela l-Onor.", "Mizzi jgħid li m'għandu xejn kontra s-Sur Ray Piscopo u llum jerġa' jirrepeti attakk sfaċċat fuq din il-persuna.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li s-Sur Ray Piscopo huwa l-istess bniedem li meta kien jaħdem ma' l-ST Microelectronics ̧ dik li kienet l-SGS, rebaħ il-premju ta' l-Unjoni Ewropea għal environment management.", "Dan huwa dak il-bniedem li m'għandux kwalifiki!", "Mela min għandu kwalifiki; l-Onor.", "Joe Mizzi jew in-nies li jiktbulu l-affarijiet biex jiġi jaqrahom hawn ġew?!", "Issa nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed din il-minuta li għadni kemm qrajt fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-minuti ta' laqgħa ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l- Ippjanar u l-Ambjent li saret f'Lulju 2002, b'riferenza għad- diskussjoni fuq ir-rapport tal-bord tal-għażla ta' Direttur għall- Ħarsien ta' l-Ambjent fi ħdan l-istess Awtorità.", "Jien ma rridx intawwal fuq dan il-punt imma huwa veru każ li biex tiskonġra trid tkun pur.", "L-Onor.", "Joe Mizzi se jagħmel l-attakki fuq min imexxi l- MEPA?!", "Dan qal li mhux veru li dak li kont tkellimt fuqu jien sar fi żmienu.", "Mela meta sar; fi żmienna?!", "Ħalli ngħidlu lill-Onor.", "Mizzi.", "Qabel l-aħħar elezzjoni quddiem il-bord ta' l-appell kien hemm 356 każ kontra l-ħneżrijiet ta' promozzjonijiet li saru fi żmienu.", "Il-bord iddelibera fuq 147 każ minnhom fejn effettivament kien hemm xi irregolaritajiet u kellu jagħti promozzjoni fuq 72 każ.", "Qed ngħid dan biex nuri li biex tiskonġra trid tkun pur.", "Kulħadd jaf l-arroganza li kien uża l-Onor.", "Mizzi fis-sentejn li għamel bħala ministru bla portafoll fil- konfront tal-partit nazzjonalista dwar l-antenna tat-transmitter.", "Imbagħad jiġi jgħidilna u jparla fuq il-korruzjoni.", "Jien nista' ngħid li aħna nieħdu passi fuq kwalunkwe informazzjoni li taslilna.", "Ara meta darba l-Onor.", "Charles Buhagiar ġie hawnhekk u tkellem ̧ immedjatament iċ-chairman bagħat għalih u talbu l-informazzjoni.", "Pero' l-Onor.", "Charles Buhagiar l- informazzjoni li kellu ma tahiex u l-pulizija għadha għaddejja fuq dak il- każ.", "Aħna ma naħilfu għal ħadd u ninvestigaw lil kulħadd meta tgħaddi vera l-informazzjoni.", "L-Onor.", "Mizzi qalilna li fil-kumpannija Medserv li applikat għat-treatment plant for cuttings hemm il-ħbieb tal-ħbieb u allura hemm bżonn li ssir investigazzjoni biex jara min gawda minn dak il-proġett.", "Jien ngħid li jekk gawda xi ħadd ̧ dan kien il-poplu Malti.", "Qalilna wkoll li qed niksru l- Basel Convention pero' l-materjal tal-cuttings mhuwiex hazardous waste u dan qalu wkoll il-Profs.", "Alfred Vella li żgur li għandu l-kwalifiki.", "Għalhekk din bellgħuhielu wkoll għax dan jiġi hawnhekk u jaqra dak li jiktbulu.", "Semmielna wkoll il-ħbieb tal-ħbieb.", "Ħalli ngħidlu min huma l-ħbieb tal- ħbieb.", "Meta hu kien responsabli mill-Maltocom kien hemm perit li Alla jbierek kull ħaġa li kienet tiġri f'dan il-pajjiż kien jeħodha hu.", "Qed nirriferi għall-Perit Lino Bianco.", "Għax ma jgħidilniex kemm tħallas il- Perit Lino Bianco biex jagħmel il-valutazzjoni ta' l-art ta' Pender Place u Mercury House?", "Ara dawk l-affarijiet jipprova jostorhom l-Onor.", "Mizzi.", "Imbagħad jiġi hawnhekk u joqgħod igħidilna ħafna affarijiet pero' jkolli okkażjonijiet li nwieġbu.", "Sur President, issa ħalli ngħid x'qed nagħmlu bil-fatti.", "Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni ambjentali, fil-livell primarju bdejna bil-proġett ta' l-Eco-Schools.", "Fil-livell sekondarju qegħdin naraw, flimkien mal-Birdlife, ma' l-NGOs u mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, li ċ-ċentru jiġi mgħammar kif suppost biex jintuża matul il-ġimgħa kollha għall-edukazzjoni ambjentali.", "Imbagħad għal-livell universitarju qed naħdmu flimkien mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni biex inwaqqfu ċentru għal riċerka dwar l-edukazzjoni ambjentali fil-post fejn qabel kien hemm l- iskola l-antika tal-Fawwara.", "Se nkunu qed naħdmu wkoll fuq il-proġettt tal-wardens ambjentali volontarji.", "Fil-fatt jekk wieħed ifittex fl-estimi jsib li hemm vot dwar dan.", "Aħna naħdmu ma' l-għaqdiet ambjentali mhux bħalu jattakkahom biss.", "Per eżempju, f'Jum l-Ambjent l-Onor.", "Mizzi għamel attakk kontra l-għaqdiet ambjentali ta' pajjiżna.", "Imbagħad ikollu l-wiċċ jiġi hawnhekk u jgħidilna li m'għandniex viżjoni.", "Jien ngħidlu li lanqas jibda magħna.", "Dan mhux jien qed ngħidu imma qed igħidu wkoll wieħed mill-esponenti ta' l- għaqdiet ta' l-NGOs ambjentali fil-Maltastar.com.", "Jien ma kellix ċans nitkellem fuq ħafna affarijiet.", "Pero' nixtieq ngħid li flimkien mad-dipartiment ta' l-artijiet u mal-MEPA ħdimna fuq ħafna development briefs sabiex isiru proġetti kif suppost fuq art tal-gvern.", "Dan huwa gvern li mhux talli mhuwiex għajjien, talli b'dak li qed jagħmel u bil-viżjoni li għandu f'elezzjoni oħra se jħalli warajh lill-partit Laburista sabiex dan il-pjan iwettqu għall-ġid ta' kulħadd, mhux tan- Nazzjonalisti biss kif igħidu huma.", "Huma tan-naħa l-oħra li jgħidu li meta jkunu fil-gvern jaqdu lin-nies tagħhom.", "Aħna rridu nwettqu programm ambjentali għall-ġid ta' kulħadd speċjalment għall-ġenerazzjoni ta' għada għax irridu nħallu ambjent aħjar minn dak li sibna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u Ambjent): Grazzi, Sur President.", "Fit-tliet kwarti li għamilna nisimgħu lill-Onor.", "Gulia smajnih igħidilna kemm fallejna fil-qasam ta' l-intern u li jmissna nistħu bir- record tagħna.", "Pero' jien b'wiċċi minn quddiem niġi hawnhekk u ngħid li taħt gvernijiet Nazzjonalisti dejjjem ftaħarna fil-qasam ta' l-intern u se nuri biċ-ċifri għaliex dan il-ftaħir huwa ġustifikat.", "Nofs siegħa minn dawn it-tliet kwarti kienu moħlija fuq l-apokalissi li għandna f'pajjiżna dwar il-kriminalità.", "Illum ngħid li l-pulizija hija fuq l-aħbarijiet pero' anke fi żmienhom kienet fl-aħbarijiet.", "Qabel l-1987 kienet fl-aħbarijiet il-ħżiena u llum il-pulizijia - kif se nuri wkoll bis-suċċessi li kellha din is-sena - qiegħda fl-aħbarijiet it-tajba.", "L-ewwwelnett nixtieq nibda mill-korp tal-pulizija għax kif ġustament qal l- Onor. Gulia dan jieħu Lm15 miljun fis-sena mill-budget ta' l-intern.", "Meta fl-1998 sirt il-ministru responsabbli minn dan il-qasam sibt korp deluż u rrabbjat għax minkejja li kienu wegħduhom li se jżiduhom - probabbilment issa fil-manifest elettorali se jerġgħu jgħidu li se jżiduhom u se jieħdu ħsieb il-kondizzjonijiet tagħhom - meta telgħu fil-gvern qatgħulhom Lm650,000 mill-pagi, salarji u allowances.", "Allura jien kburi li niġi quddiem dan il-parlament u niddikjara biċ-ċifri uffiċjali li ma jista' jmerihom ħadd li mill-Indipendenza 'l hawn – kif iħobb igħid l-Onor.", "Gulia - id-dħul tal-korp tal-pulizija ma kienx tajjeb daqs illum.", "Fl-aħħar sena li għamlu fil-gvern l-ispiża rikorrenti li kienu jagħtu huma għas- salarji, allowances u overtime tal-pulizija kienet ta' Lm10 miljun pero' s- sena d-dieħla se tkun Lm13 miljun.", "Dan ifisser li fi żmien erba' snin il- gvern Nazzjonalista ta lill-pulizija Lm3 miljun aktar.", "Jekk din l-ispiża taqsamha ras imb'ras issib li hemm medja ta' żieda ta' Lm1,600 fuq kull membru tal-korp tal-pulizija.", "Ovvjament hemm min ħa inqas u hemm min ħa iktar.", "Ta' dan aħna kburin għax komplejna bit-tradizzjoni li meta jkun hemm gvernijiet Nazzjonalisti l-kondizzjonijiet tal-pulizija jimxu 'l quddiem u meta jkun hemm gvernijiet Laburista l-aħjar li jistgħu jmorru l- pulizija hu li jibqgħu kif inhuma biex ma ngħidx li jmorru lura wkoll.", "Jekk nieħdu d-dħul ta' kuntistabbli tal-pulizija u nqabbluh mad-dħul ta' erba' snin ilu nsibu li fl-1998 is-salarju ta' kuntistabbli kien ta' Lm3,907.", "Is-sena d-dieħla ̧ biż-żidiet li tajna f'żewġ collective agreements u b'żidiet oħra li saru matul erba' snin, dan se jitla' minn Lm3 ̧907 għal Lm4 ̧923.", "Kif qal il-Ministru John Dalli fil-budget ̧ f'dawn l- erba' snin is-salarju ta' kunstistabbli żdied b'26%.", "Issa jien m'iniex qed ninkludi l-allowances ̧ l-overtime u l-extra duty li jagħmlu.", "F'dawn l- aħħar erba' snin is-salarju ta' surġent tal-pulizija żdied b'29%, minn Lm4 ̧586 għal Lm5, 902.", "Spettur tal-pulizija żdied bi 31% jiġifieri għal kull Lm100 li kien jaqla' fi żmien gvern Laburista, illum taħt il-gvern Nazzjonalista qed jaqla' Lm31 aktar għaliex minn Lm5 ̧455 tela' għal Lm7, 157.", "Dawn huma l-ħbieb tal-ħbieb tagħna.", "Jekk dan ifisser li b'dawn iż- żidiet qegħdin ngħinu l-ħbieb tal-ħbieb j'alla nkomplu nagħmlu dan f'kull ħin u f'kull mument.", "U jekk il-pulizija ̧ kif qalilna x-shadow minister ta' l-intern ̧ taħt gvern Nazzjonalista huma demoralizzati għax żidnihom Lm3 miljun j'Alla jkunu demoralizzati kuljum!", "L-istess fuq l-allowances.", "L-allowances żdiedu bi 43%.", "Fi żmien gvern Laburista kienu jieħdu Lm1.1 miljun allowances u s-sena d-dieħla se jieħdu Lm1.6 miljun ̧ żieda ta' Lm0.5 miljun f'erba' snin.", "Imbagħad l-Onor.", "Gulia għamel 20 minuta jgħidilna kif qabbad nies tal- familja u lis-segretarja għax illum li qiegħed fl-oppożizzjoni m'għandux l- apparat li għandi jien ...", "Meta kont fl-oppożizzjoni dawn iċ-ċifri waħdi kont nagħmilhom.", "Wara kollox dawn mhumiex ċifri sigrieti imma huma ċifri pubblikati.", "Fil-fatt jien dejjem tajthom iċ-ċifri fil-mistoqsijiet li jagħmel l-Onor.", "Gulia u deputati oħrajn miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Pero' ma nafx kif jippretendi li ta' l-aħħar Novembru jkunu lesti ħamest ijiem wara.", "Ikun tajjeb kieku naslu għal dik is-sitwazzjoni pero' jien dejjem tkellimt fuq iċ-ċifri sa l-aħħar ta' Ottubru.", "Ikun tajjeb li wieħed igħid li f'dawk iċ-ċifri jkun rapportat kollox.", "Dan ifisser li hold-up jidher reat wieħed u serqa ta' Lm5 tidher reat wieħed ukoll.", "Issa aħna niftaħru wkoll li f'dawn l-aħħar erba' snin rażżanna ż- żieda fil-kriminalità.", "Fil-fatt miċ-ċifri li tana l-Onor.", "Gulia wieħed jinduna mill-ewwel li r-rata taż-żieda fil-kriminalità hija ħafna inqas minn dik ta' żmien il-partit Laburista fil-gvern.", "Fil-fatt bejn l-1996 u l-1997 iż-żieda kienet ta' 35% u bejn l-1997 u l-1998 iż-żieda kienet ta' 33%.", "Issa jkun tajjeb li wieħed igħid li huwa veru li bil-PIRS kien hemm żieda li allura ma tirriflettix ir-realtà vera.", "Pero' anke jekk tagħmel dawn iċ-ċifri division by 2, kif qal l-Onor.", "Gulia, issib li ż- żieda hija ħafna aktar mill-medja li kien hemm fi żmien il-gvern Nazzjonalista.", "Tant hu veru li f'Awissu ta' l-1997 u f'Awissu ta' l-1998 ̧ li t-tnejn kienu fi żmien is-sistema tal-PIRS u t-tnejn kienu taħt gvern Laburista ̧ hemmhekk iż-żieda hija ta' 13%.", "Issa hawnhekk qed nikkomparaw like with like.", "Żgur li m'hawn l-ebda ministru ta' l-intern li huwa kuntent bl-istatistika.", "Ovvjament wieħed dejjem jixtieq li jkun hemm aktar suċċessi.", "Sur President ̧ filwaqt li aħna żidna l-investiment fil-korp tal-pulizija huma għamlu l-ekonomija u kienu jibgħatu l-pulizija d-dar biex jiffrankaw l- allowances tal-Ħdud u mhux kif kienu jgħidulhom ̧ biex joqgħodu mal-familja.", "Jekk nanalizzaw dawn iċ-ċifri, jiġifieri fuq il-livell fejn tinkludi kollox l-istess, ukoll ngħid li rażżanna dik iż-żieda.", "Jekk imbagħad nibdew nanalizzawhom nindunaw li reati serji bħal hold-ups, f'dawn l-aħħar erba' snin naqsu b'40%.", "Jien qed nieħu bejn Jannar u Ottubru ta' bejn l-1998 u l-2002.", "Jekk imbagħad naraw is-solved crime rate tal-hold-ups insibu li fl-1998 kienu jiġu solvuti biss 29% u llum qed jiġu solvuti 40%.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia, on a point of order.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Dawn l-istatistiċi se jippubblikahom uffiċjalment?", "Qed nistaqsi dan għax qal li kellu jippubblikahom f'Jannar ta' din is-sena.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett iċ-ċifri huma pubbliċi.", "Tant hu hekk li hu kkritikani fuq is-solved crime rates fuq rapport li ħriġna aħna stess.", "Aħna daħħalna analista wkoll ta' dawn iċ-ċifri u issa nistgħu nibdew nippubblikawhom.", "Għalhekk l-analiżi għadha mhijiex ippublikata imma ċ- ċifri huma ppubblikati.", "Tant hu veru li hu stess qabad iċ-ċifri li tajtu jien stess u għamilhom ġo ktejjeb.", "Fis-serq ta' karozzi jinduna li minn 1000 karozza li kienet tinsteraq fin- 1998 illum din il-figura naqset b'40% għall-600 karozza.", "L-istess is-serq li jaffettwa ħafna xjuħ u ħafna turisti, dan naqas b'59% f'dawn l-aħħar erba' snin.", "Imbagħad żgur kien hemm ċerta żieda, u semma żieda ta' petty crime, anke jien ma nqisux bħala xi ħaġa leġġera għaliex min jinsteraqlu xi ħaġa żgħira għalih hija aktar importanti milli jisirqu xi ħaġa akbar lil ħaddieħor.", "Aħna rridu ngħoddu l-affarijiet b'mod oġġettiv.", "Jekk nieħdu l- mobile phones, taf kemm insterqu mobile phones din is-sena?", "Insterqu 1750 komparati ma' 154 erba' snin ilu, imma erba' snin ilu kien hemm 25,000 mobile phone u llum hemm kwart ta' miljun.", "Din il-famuża żieda ta' 20% tas- serq kollu huwa serq ta' mobile phones, li ġieli ma jkun serq xejn għax ikunu tilfuh u jaħsbu li serquhulhom.", "Din kważi hija d-differenza kollha bejn is-serq fl-1998 u t-2002.", "L-istess japplika għas-solved crime rate.", "Tant huma ċifri pubbliċi li kkummenta dwarhom l-Onor.", "Gulia, li għamel żball madornali f'dak li huma ċifri.", "Għaliex?", "Għax hu eżamina r-rapport ta' ħidma ta' dan il-ministeru bejn Settembru 2001 u Settembru 2002.", "Ir-rapporti tal-ministru ta' l-intern hekk joħorġu kull sena.", "Dan tkaża li taħt il-gvern ta' Fenech Adami ġew solvuti biss 4% tar-reati.", "Dan m'hu veru assolutament xejn.", "Iċ-ċifra li kkwota l-Onor.", "Gulia hija ċ-ċifra tal-każijiet solvuti biss mis-CID, drug squad, vice squad u economic crime.", "Dan ħa ċ-ċifra tar-reati kollha, delitti u kontravenzjonijijet li jsiru fid-distretti fejn CID ma jidħol xejn, pero' ħa biss l-ammont ta' nies li tressqu mis-CID u skwadri speċjalizzati.", "B'dan il-mod irriżultalu dak l-4%.", "Sur President, mill-istess rapport jirriżulta li apparti dawn it-818, fl- istess perjodu ġew solvuti mill-pulizija - tressqu l-qorti u mhux instabu ħatja - 5,352 crime u 4,922 kontravenzjonijiet, u hawn mhux qed ninkludi t- traffic offences.", "Issa jekk ngħodd dawn ma' l-818 s-solved crime rate titla għal 57% li hija ċifra li meta tikkompara ma' l-Ingilterra u pajjiżi oħrajn li għandhom mezzi iktar minna, hija ċifra sodisfaċenti għall-aħħar.", "Sur President, ma naħsibx li fis-sena li għaddiet l-intern u l-pulizija se jibqgħu jiftakruhom in-nies għaż-żieda fis-serq tal-mobile phones, iżda għas-suċċessi li ġew imfaħħra minn kulħadd, li l-pulizija u s-servizz tas- sigurta' wettqu fix-xhur li għaddew.", "Jiena ħsibt li l-Onor.", "Gulia se jgħid dak li qed jgħidu n-nies hemm barra.", "X'qed jgħidu n-nies?", "Li għandna nies kapaċi fil-korp tal-pulizija u fis-security service, li jagħmlulna l-kuraġġ li naħdmu iktar f'dan il-qasam.", "Qed jgħidu li l-forzi ta' l-ordni f'pajjiżna ħaqqhom prosit għax kissru ċrieki importanti u perikolużi ta' kriminalita' din is-sena.", "Qed jgħidu wkoll li l-gvern, il-pulizija u l- forzi ta' l-ordni fis-sigurta' f'pajjiżna meta jiġġieldu l-kriminalita' u jiġġieldu lil min jikser il-liġi ma jħarsux lejn uċuħ.", "Sur President, aħna kburin bil-ħidma tas-servizz tas-sigurta'.", "Li kien għall-partit Laburista dan is-servizz ta' sigurta' qatluh u difnuh, anzi fi żmienhom kien hemm proposta tal-liġi biex joqtlluh u jidfnuh u jerġgħu jagħmlu s-servizz ta' sigurta' parti mill-korp tal-pulizija jiġifieri l- kummissarju tal-pulizija jkun responsabbli wkoll għas-sigurta'.", "Aħna meta sseparajnihom għall-ewwel żmien għamilna l-istess persuna pero' konna għedna - u niftakar mort fuq l-RTK ma' l-Onor.", "Gulia sena wara l-elezzjoni - li dawn se jiġu separati.", "Mela huma riedu jagħmluhom flimkien u issa qed jikkritikawna għax ma fridnihomx mill-ewwel.", "Kieku ma waqgħux mill-gvern hekk kienu se jagħmlu.", "In-nies illum jgħidu x'servizz tajjeb għandna u mn'Alla kellna dan is-servizz ta' sigurita' regolat bil-liġi, li hu marbut li jimxi skond il-liġi anke kontra dawk in-nies li l-liġi ma jistmawhiex.", "Dan jaħdem minkejja l-ostakli li jiġu ħafna drabi minn kwartieri li kultant ma tistenniex li għandhom jiġu minnhom.", "Ħadmu kif kien mistenni, ħadmu l- bogħod mill-għajn iżda ħadmu b'suċċess, u bl-għajnuna tal-pulizija ġie mkisser ċirku ta' traffikanti tad-droga li din is-sena kienu se jimportaw Malta erba' kilogrammi droga kokaina.", "B'riżultat ta' din l-operazzjoni inbdew proċeduri kontra 19-il persuna li allegatament kienu nvoluti.", "Naħseb li dan qatt ma ġara hawn Malta, u dan ma sarx b'kumbinazzjoni iżda sar b'għaqal u b'paċenzja kbira.", "F'waħda mill-konferenzi stampi, il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Gulia tkaża għaliex din l-operazzjoni pparteċipaw fiha persuni li qegħdin priġunieri fil-ħabs.", "Mhux hekk messu għamel l-Onor.", "Gulia.", "Messu faħħar l-għaqal ta' l-awtoritajiet tal-ħabs u l-pulizija li ħadmu flimkien sabiex bil-mezzi li tagħtihom il-liġi joħorġu mit-toqba tagħhom u jonsbu lil min qiegħed ixerred id-droga qattiela f'Malta biex b'hekk inbeda kas kontra tagħhom u se tingħata daqqa ta' ħarta qawwija fil- kriminalita' marbuta mad-droga.", "L-istess suċċessi waslu f'dawk li huma omiċidji li ma sarux din is-sena li fil-fatt ġew solvuti mis-CID.", "Insemmi b'mod partikolari l-qtil tal-warden Għawdxija Fortunata Spiteri.", "Dan wera li mhux veru dak li jgħidu xi wħud li għax il-pulizija ma jsolvux il-każ mill-ewwel, il-file jorqod u jrabbi t- trab fuqu.", "Dan kien każ diffiċli u l-pulizija kompliet tinvestiga b'paċenzja kbira sakemm waslet biex tressaq lil min jidhrilha lil huma ħatja.", "Jiena għandi fiduċja wkoll minn dak li ġejt informat li li każijiet simili se jiġu solvuti dalwaqt ukoll.", "L-istess għandu jingħad għal mod kif is-servizz ta' sigurta' u l-pulizija mexxew investigazzjonijiet importanti fis-sajf li għadda biex jassiguraw li anke l-ogħla istituzzjonijiet ta' pajjiżna jkunu ħielsa minn kull ħaġa li tista' ttappan il-fiduċja tal-poplu fihom.", "Ma kienx xogħol pjaċevoli, ma kienx xogħol pjaċevoli la għall-gvern u lanqas għall-investigaturi b'mod partikolari l-kummissarju tal-pulizija li minħabba s-serjeta' tal-każ daħal fih.", "Il-gvern malli sar jaf b'dak li seta' ġara u wara li informa li l- pulizija bl-importanza li jsir minnufih investigazzjoni serja, bla kantunieri informa lill-pubbliku b'dak li kien qed jiġri u ħa azzjoni immedjata sabiex fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja terġa tissaħħaħ.", "Dan għamilnih, Sur President, minkejja li kien hemm min kiser il-wegħda li mhux se jdaħħal il-politika fin-nofs.", "Anzi aħna għamilnih minkejja dan kollu, għamilnih b'dinjita' kbira, mhux għax kienet xi ħaġa pjaċevoli li ssir imma għax hekk kien sewwa li jsir u għaliex il-liġi u l-ġustizzja ma jħarsux lejn l-uċuħ u huma ugwali għal kulħadd.", "Is-sabiħa hi li fil-ġurnal ta' l- oppożizzjoni l-ewwel qalu li l-gvern b'mod partikolari jien, ma kont naf b'xejn, u kien hemm ġurnal ieħor li qal li l-Prim Ministru sar jaf fl-aħħar mument.", "Il-botta kienet hija li kieku konna nafu qabel aħna konna se nindaħlulhom biex ma jkomplux imexxu.", "Imbagħad meta jien ħriġt stqarrija, ktibt artikolu u indunaw li kien il-gvern li għadda l-informazzjoni lill- pulizija, allura bdew jgħidu li l-gvern qed jipprova jindaħal.", "Iva, indaħal il-gvern.", "Indaħal meta sejjaħ lill-kummissarju tal-pulizija u qallu biex jagħmel investigazzjoni sħiħa, ħaġa li rrid ngħid il-kummissarju għamilha b'abilita' kbira f'ċirkostanzi xejn faċli.", "Dawk huma l-akkwisti tal-ministeru ta' l-intern fix-xhur li għaddew.", "Suċċessi fuq suċċessi kontra ċrieki tal-kriminalita'.", "Apparti din l- operazzjoni konnessa mad-droga, il-pulizija rnexxielha tarresta 590 persuna fuq reati marbuta mad-droga, ittellgħu l-qorti 270 ruħ oħra, 83 fuq traffikar.", "Ingħataw mill-qorti 238 sentenza dwar reati ta' droga u saru 463 raids mid-drug squad tal-korp tal-pulizija.", "Apparti l-erbgħa kilogrammi kokaina li kienet ġejja minn Catania, inqabdu erba' kilogrammi kokaina oħra f'Malta, id-doppju tas-sena li għaddiet.", "L-istess fil-każ ta' l-eroina; inqabdet id-doppju ta' kemm inqabdet erba' snin ilu.", "U nistgħu ngħidu l- istess ukoll għall-pilloli ecstasy.", "Imbagħad kellna l-kritika li llum kienet ftit, imma xammejtha, fejn qalu li fi żmienhom, f'dawk it-22 xahar, kien hemm żewġ traffikanti tad-droga li ttellgħu.", "Sewwa għamiltu jekk tellajtuhom, imma l-botta hija li dawn setgħu ttellgħu qabel pero' ttellgħu fiż-żmien il-Laburisti.", "Dan m'hu veru xejn għax dawn in-nies, partikolarment wieħed minnhom li ssemma' ħafna f'dan is- sajf għall-mod kif għamel ċerti operazzjonijiet, kien ikkommetta r-reat fl- 1997.", "Issa jekk tikkometti reat fl-1997, kif tista' ttellgħu fl-1996.", "Dan kien argument bażwi daqskemm ikun argument bażwi kieku jien ikolli ngħid li n-nies kollha li ttellgħu fi żmien il-gvern Nazzjonalista kien messhom ittelgħu qabel fi żmien il-gvern Laburista.", "Irrid ngħid ukoll li m'ilux aħna kellna membru ta' l-oppożizzjoni li jgħajjar lill-ex-president tar-reppublika li huwa patrun tad-droga fil- Kottonera.", "Imissu jistħi li jgħid dawn l-affarijiet.", "Dan jitkażaw bih mhux in-nazzjonalisti biss, imma jitkażaw bih il-laburisti wkoll tal-Kottonera.", "Dan id-deputat jipprova jpinġi sitwazzjoni ta' politiċizzazzjoni sħiħa fil- qasam tad-droga.", "Din il-ħaġa tpaxxi lil kategorija waħda ta' nies, lit- trafikanti tad-droga infushom għax hekk jixtiequ li jarawna.", "Dawn jixtiequ jarawna maqsumin fil-ġlieda kontra d-droga.", "Sur President, x'għamilna għall-korp tal-pulizija f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Żidna għal sena wara l-oħra l-ispiża kapitali tal-pulizija.", "Issa l- Onor. Gulia qal li din is-sena hija Lm300,000.", "Vera hija daqshekk pero' l- kumpless amministrattiv li ġie jqum mal-Lm 1 miljun u li kien jixrob ma' l- Lm200,000, Lm250,000 kull sena mill-vot kapitali dak issa spiċċa, jiġifieri l-flus kollha li għandna se jmorru kollha għall-equipment u għal titjib ta' l-għases.", "Ma nistgħux nagħmlu kollox f'salt, se nagħmlu kollox bir-rata tajba li mxejna biha, partikolarment f'dawn l-aħħar sentejn.", "Fl-1998 l- ispiża kapitali kienet Lm350,000, pero' Lm180,000 minnhom marru għall- kumpless amministrattiv, jiġifieri f'idejhom il-pulizija erba' snin ilu kellhom biss Lm170,000 biex jixtru l-equipment tal-forensika.", "Irrid ngħid li meta tlajna fil-gvern aħna il-magna kompjuterizzata li tqabbel il-finger prints li jelevaw mill-post ta' l-inċident mal- fingerprints li għandhom is-CID kienet ilha bil-ħsara u kienet tagħmel xahar taħdem imbagħad tagħmel erba' xhur ma taħdimx.", "Il-pulizija xtaqu jbiddluha iżda għax ma kellhomx flus.", "Meta aħna tlajna fil-gvern xtrajna waħda ġdida kompletament.", "Bnejna wkoll il-kumpless amministrattiv.", "Dan bdejnieh aħna u kien xieraq li nispiċċawh aħna wkoll.", "Inbena wkoll lock- up ġdid ukoll għal min jiġi arrestat.", "Ħaġa importanti ħafna kienet li f'dawn l-erba' snin kull sena rrekrutajna pulizija ġodda.", "Fis-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista kienu qed jitilqu l-pulizija u ma jiġux sostitwiti.", "Fl-1997 u fl-1998 ma kien hemm l- ebda reklutaġġ.", "Fl-1999 aħna ħriġna l-applikazzjonijiet, fit-2000 daħlu 76, fl-2001 daħlu 88, fl-2002 daħlu 72 u issa għadhom kemm għalqu l- applikazzjonijiet u nisperaw li jidħlu bejn 80 u 100 pulizija oħra fl-2003.", "Din hija s-serjeta', Sur President, biex aħna dejjem inħallu l-korp tal- pulizija...", "(Interruzzjonijiet) Inti qed teħodhom b'erba' snin.", "(Interruzzjonijiet) Taf kemm żdiedet fi żmienkom komparata ma' erba' l-snin oħra? 80%!", "Kull sena żdiedet il-kriminalita' ħlief darba waħda biss, fl- 2001 u r-rata taż-żieda hija inqas.", "Dawn il-figuri nixtieq inpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Mela fi żmienhom kienet tiela' l-kriminalita' u ma daħħlux pulizija, u fi żmienna aħna daħħalna dawn in-nies kollha u waqqafna skwadri ġodda u importanti fil-korp tal-pulizija bħas-cyber crime unit u l- money laundering squad li qabel ma kenux jeżistu.", "Dan stajna għamilnih għax żidna l-pulizija.", "Faċli li tgħid hemm bżonn li ssir skwadra jew hemm bżonn li jiżdied unit, imma jekk ma jkunx hemm pulizija dawn ma tkunx tista' twaqqafhom.", "Sur President, f'dawn l-aħħar erba' snin inxtraw ukoll 125 vettura ġdida u hemm 13 oħra ordnati, kif ukoll xarabanks għall-pulizija.", "Fl-aħħar sena tal- partit Laburista taf kemm inxtraw karozzi?", "Xejn, Sur President.", "Ma nxtraw xejn.", "Żidna wkoll iż-żwiemel fil-kavallerija u sar refurbishment sħiħ tal- mounting section il-Marsa.", "Inxtara t-tagħmir tal-forensika li semmejt.", "Apparti l-magna tal-fingerprints inxtara wkoll il-ballistic comparison microscope.", "Minħabba ż-żieda fil-capital expenditure tal-pulizija stajna nagħmlu affarijiet oħra bħal per eżempju security cameras f'Paceville li issa nieħu pjaċir ngħid li se jiġu estiżi f'partijiet oħra ta' Malta.", "Niġi issa għall-għases.", "Fl-għases ħa nsemmi erba' ċentri kbar, mhux se nsemmi ċ-ċentri ż-żgħar, vera li aħna għandna tax-Xgħajra wkoll.", "Hemmhekk kien hemm għassa u rranġajniha għax kien hemm is-saqaf qiegħed jaqa' bħalma rranġajna ta' l-Imdina.", "Din kienet teżisti wkoll, jiġifieri mhux ftaħna għassa ġdida ġo l-Imdina.", "Fl-Imdina kien hemm għassa diġa, pero' kienet f'post antik li lanqas kien hemm faċilitajiet sanitarji fih.", "Aħna xtrajna fond suret in-nies mingħand il-Maltacom u fil-fatt illum hemm l-għassa hemmhekk.", "Fiż-Żurrieq, fejn hemm xi 8000 jew 9000 ruħ joqogħdu hemmhekk għamilna l-għassa.", "Ħal Qormi huwa t-tieni l-ikbar post f'Malta fejn il- popolazzjoni tlaħħaq mal-11, 000.", "Hemmhekk irranġajna l-għassa wkoll.", "L- Onor. Gulia jaf b'dan għax joħroġ fuq hemm, pero' konvenjentement insiha.", "Jiena nieħu gost kieku jmur jaraha u jara kemm għamilniha sabiħa minn barra u minn ġewwa.", "F'San Ġwann, li huwa post enormi wkoll, fil-fatt ġiet irranġata u ġiet irranġata ta' B'Kara wkoll, li l-ikbar post f'Malta.", "Probabbilment kien hemm ukoll min ma ħax gost b'dan il-progress għax kien hemm min qal u kiteb fil-gazzetti li B'Kara rranġaw l-għassa minn barra biss.", "Il-Karkariżi jafu li dan mhux veru.", "L-għassa tranġat minn barra u minn ġewwa u llum huwa post diċenti li jilqa' n-nies.", "Tejjibna wkoll il-livell akkademiku tal-membri tal-korp tal-pulizija.", "Erba' snin ilu kien hemm 240 persuna fil-korp li għandhom għall-inqas livell ta' l-'O' level.", "Illum dan irdoppjajnih għal 509.", "L-universita' bħalissa hemm 29 pulizija li jsegwu korsijiet, 14 full time u 15 part-time.", "L-akkademja tal-pulizija li kienet twaqqfet minn gvern Nazzjonalista u li issa waqqafniha wkoll b'liġi, organizzat 32 kors u seminars differenti li minnhom gawdew 523 pulizija.", "Irrid ngħid li kkritikawna wkoll fuq bullet-proof vests.", "Meta sirt ministru jien taf kemm kien hemm bullet-proof vests? 29 kollha f'idejn l-SAG.", "Illum għandna 129 u hemm 20 oħra li ġew ordnati li jintlibsu minn taħt u mhux minn fuq ħalli jkunu iktar komdi għal dak li jkun.", "Dawn huma r-riżultati tagħna bil-flus kif infaqnihom li aħna ġbarna mingħand il-ministeru tal- finanzi matul iż-żmien, b'żieda fuq is-sena li għaddiet.", "Nixtieq insemmi wkoll il-patrols.", "Fis-sajf wieħed seta' jara pulizija tal- kavallerija.", "Dawn jarawhom in-nies għax faħħru din l-inizjattiva l-ġdida anke miegħi u mal-kummissarju.", "Is-sezzjoni tal-klieb rajnihom f'postijiet fejn jinġemgħu iktar nies fis-sajf bħal Buġibba, l-Għadira, l-Għarmier, Birżebbuġa u Wied il-Għajn.", "Flok grazzi u prosit x'qalilna l-Onor.", "Gulia?", "Qalilna dan hu veru każ ta' gvern li moħħu biss fil-forma u mhux fis- sustanzi.", "Irrid ngħid ukoll li San Ġiljan huwa wieħed mill-postijiet li fil-fatt ġie shortlisted wara li għamilna rapport tal-periti ma' l-għases kollha.", "Fil- fatt ħarġet it-tender sabiex isir ix-xogħol fuq San Ġiljan li se jkun xogħol tajjeb ħafna, imma naħseb jieħu gost l-Onor.", "Cuschieri wkoll li għamilna taż-Żurrieq u ta' Ħal Qormi.", "Irrid ngħid li qisu f'daqqa waħda l- Onor. Gulia qed jieħu interess speċjali dwar Wied il-Għajn.", "Dwar Wied il- Għajn nixtieq ngħid li jien stedint mill-inqas darbtejn lis-sindku u l- kunsilliera u s-sotto kumitati biex jiġu jkellmuni għax qed jgħidu li mhux li m'hemmx għassa imma li jridu għassa iktar ċentrali.", "Mhux veru li m'hemmx għassa.", "F'Wied il-Għajn hemm għassa imma qed jgħidu li hija żgħira.", "Issa qabel l-għassa kienet ikbar imbagħad il-kunsill lokali stess kien ried li jidħlu l-girl guides f'dik l-għassa wkoll u allura l-għassa ċkienet.", "Meta stedintu u tajtu d-data u l-ħin sabiex jarani, laqqa' l-kunsill lokali lejliet li kellhom jiġu jarawni, imbagħad qal din riedu jirreferuha lis- sotto kumitat, għax biex jiltaqa' mal-ministru, s-sindku għandu bżonn ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mhux fair li qed jitkellem fuq nies li m'humiex hawnhekk.", "Jien għandi l-korrispondenza kollha li kienu tawni ftit ġimgħat ilu, li kienu talbu lill-Ministru sabiex jiltaqgħu għal xhur sħaħ.", "L- istedina li għamel il-Ministru għamilha lejliet il-budget.", "Dan stieden biss lis-sindku u dan mhux ġust.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan m'hu veru xejn, u ammetta fuq is-Super One is- sindku.", "Qatt ma kien hemm rikjesta biex jiltaqgħu miegħi u mal-kummissarju tal-pulizija fil-ministeru tiegħi fuq il-ħteġijiet tal-lokalita'.", "Aħna qatt m'għidnilhom le, anzi jien tajthom id-data u l-ħin, imbagħad qalu li jridu jlaqqgħu sotto-kumitat.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nieħu aġġornament u npoġġi l-korrispondenza fuq il- mejda tal-Kamra, għax mhux fair li l-Ministru qed jitkellem hekk.", "ONOR.", "TONIO BORG Imbagħad il-kunsilliera nazzjonalisti għaddew mozzjoni biex jiltaqgħu miegħi u l-kunsilliera laburista vvotaw kontra li l-kunsill lokali jiġi jiltaqa' miegħi.", "Issa fl-aħħar rebaħ is-sens komun għax il- bieraħ irċevejt ittra - u nieħu gost - biex jiltaqgħu miegħi ħalli jiddiskutu l-affarijiet li jolqtu l-lokal.", "Sur President, jiena naf li s-sindku ta' Wied il-Għajn u l-Onor.", "Gulia jiedħu gost jisma' meta ngħid li r-rata ta' kriminalita' f'dawn l-aħħar erba' snin f'Wied il-Għajn naqset.", "Din naqset għaliex bgħatna l-patrols hemmhekk li qatt ma rawhom fi żmien il-gvern Laburista.", "(Interruzzjonijet) U nagħmilha fil-gwarniċċ!", "Inti pass wara pass.", "Nisperaw li sa' l-aħħar ta' din is-sena tkompli tonqos din ir-rata ta' kriminalita'.", "(Interruzzjonijiet) Naf li mhux qed jieħu gost li naqset ir-rata ta' kriminilita'.", "(Interruzzjonijiet) Imma x'nista' nagħmillek, jekk naqset.", "Kieku żdiedet ngħidlek li żdiedet.", "Naqset f'Wied il-Għajn.", "(Interruzzjonijiet) Għax issa l-logħba politika kollha krollat.", "Jiena se ngħidlu kemm naqset.", "Mela s-serq f'Wied il-Għajn minn 198 fil-perjodu Jannar - Ottubru, 1998 din naqset għal 163 fil-perjodu Jannar - Ottubru 2002.", "Mela fi żmienhom għax ma kienx hemm patrols fi Wied il-Għajn, il- figura kienet 198 u issa li żidna l-patrols naqset għal 163.", "Tant l-Onor.", "Gulia ma sabx x'jattakka fil-korp tal-pulizija li mbagħad kellu jinfexx fuq iż-żewġ assistenti kummissarji ġodda.", "Issa fost il- kritika kollha ta' l-Oppożizzjoni li smajna din is-sena, naħseb din tieħu l- oscar ta' ipokresija.", "Għaliex?", "Il-kritika hi li dawn il-promotions saru fuq rakkmandazzjoni diretta...", "Biex ikun ftit ironiku qalli saru b'direct order.", "Mhux suppost nieħu għalija jien imma jien jekk inwieġbu jieħu għalih.", "Qal li saru fuq rakkmandazzjoni diretta tal-kummissarju tal- pulizija.", "Issa minn ċertu grad 'l fuq mill-Indipendenza 'l hawn dejjem hekk saru għax dan huwa korp dixxiplinat.", "Ara fuq spetturi, peress li hemm involuti 100 ruħ, ma jkunx hemm ir-rakkmandazzjoni diretta, ara fuq il- kuntistabbli m'hemmx ir-rakkmandazzjoni diretta pero' mis-supretendenti 'l fuq, għax huwa korp dixxiplinat dejjem hekk kienet.", "Fi żmienna, fi żmienhom, taħt Borg Olivier, taħt Mintoff, taħt Karmenu Mifsud Bonnici dejjem kienet fuq rakkmandazzjoni diretta kienet, u hekk ġara f'Awissu ta' l-2000, saru 16-il supretendent u saru fuq rakkmandazzjoni diretta tal- kummissarju tal-pulizija.", "Meta saru dawk il-promozzjonijiet, il-PSC - issa jekk hux tajjeb jew ħażin hija irrelevanti, għax il-PSC hija istituzzjoni li tiddeċiedi dawn l-affarijiet - dakinhar qalet għal-livell ta' supretendent lil dawn se napprovawhom pero' minn issa 'l quddiem oħorġuhom b'application.", "Tista' taqbel u tista' ma taqbilx magħha din is- sistema imma hekk kien deċiż.", "Meta mbagħad ġew biex jinħatru l-assistenti kummissarji, reġgħet ġiet applikata l-istess sistema li ġiet applikat mill-Indipendenza 'l hawn inkluż fi żmienhom meta għamlu tliet assistenti kummissarju b'rakkmandazzjoni diretta tal-kummissarju tal-pulizija.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed nikkritika n-nies, jien qed nikkritika s-sistema għax inti s- sistema kkritikajt.", "Int illum is-sistema kritikajt, mela jien qed ngħidlek fuq is-sistema.", "Ma kienx hemm direttiva tal-PSC.", "Fuq l-ACs ġara l-istess ħaġa, ġew approvati mill-PSC għax inti, bħala avukat taf, li ma tista' qatt tagħmel promozzjoni fiċ-ċivil jekk ma jkollokx l-approvazzjoni tal-PSC.", "Jiġifieri dawn iż-żewġ assistenti kummissarji kellhom l-approvazzjoni wkoll tal-PSC.", "X'qalet il-PSC?", "Qalet dawn se nagħmilhom bħalma għamilna sentejn ilu, pero' minn issa 'l quddiem trid tagħmilha b'rakkmandazzjoni diretta.", "Jien ma naqbilx magħha fuq l-AC.", "Dejjem kienet mill-Indipendenza 'l hawn li f'ċirku ristrett ta' sitta min-nies jagħżilhom il-kummissarju tal-pulizija imbagħad ħalli l-PSC tkun tista' tagħmel il-veto.", "Pero' l-PSC iddeċidiet hekk u aħna obbligati bil-Kostituzzjoni li nosservawha.", "Issa t-tieni raġuni għall-ipokrezija kienet meta qal li qabżu n-nies.", "L- ewwelnett nerġa' ngħid u anke kkonferma l-Onor.", "Gulia għalkemm ta interpretazzjoni differenti, li dawn ma qabżu lil ħadd li sar supretendent qabilhom.", "Issa din il-kritika hi ipokrita għax fi żmienhom saru tliet assistenti kummissarji - li nerġa' ngħid li mhux qed nikkritika li saru dawn, imma s-sistema għax inti s-sistema kkritikajt - li qabżu mhux biss lin-nies li huma supretendenti qabilhom u forsi saru spetturi qabel, qabżu nies li kienu supretendenti qabilhom ukoll.", "Peress li m'għadhomx uffiċjali pubbliċi, jiena se ngħid min huma.", "(Interruzzjonijiet) Inti semmejt l- uffiċjali pubbliċi.", "Jien mhux dawk se nsemmi għax dawk ma nsemmihom qatt.", "Imma dawn spiċċaw minn mal-korp.", "Intom meta għamiltu dawk it-tlieta - u jista' jkun li kellkom raġun tagħmluhom bħalma aħna għandna raġun li l- kummissarju tal-pulizija għamel dan ...", "(Interruzzjonijiet) Kienu Joseph Rizzo, Daniel Gatt, u Anthony Borg.", "Dawn kienu supretendenti li meta saru dawk l-assistenti kummissarju fl-1997 ukoll, jekk niġu f'dan, qabżuhom.", "Jiġifieri jekk inqabeż xi ħadd li sar supretendent qabel pjuttost kien fi żmien il-gvern Laburista.", "Imbagħad it-tielet raġun għaliex din hija kritika ipokritika għaliex din ġejja mingħandu li kien ministru tal-ġustizzja u jaf li kien hemm persuna li f'sena waħda saret direttur ġenerali tal-qorti.", "Din il-persuna l-ewwel telgħet minn principal għal senior principal, jiġifieri minn grade 10 għal grade 7, imbagħad minn senior principal b'rakkmandazzjoni diretta tal-gvern ta' dak iż-żmien telgħet għal grade 3.", "Jiġifieri minn sena waħda minn grade 10 telgħet għal grade 3 u saret b'rakkmandazzjoni diretta, naturalment bl-approvazzjoni tal-PSC.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gavin Gulia, on a point of order.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: B'rakkmandazzjoni diretta l-gvern Nazzjonalista kien għamel lil Psaila minn principal għal permanent secretary.", "Mela allura m'għandek xejn x'tikkritika għax din hija prattika użata anke fis-servizz pubbliku.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jaf li għandu kawża mitlufa u qed jipprova jiġbor xi ħaġa.", "Mela issa fis-servizz pubbliku, fi żmienu u fil-ministeru tiegħu jistgħu jsiru pero' jikkritika dan il-fatt meta jseħħ f'korp dixxiplinat li dejjem kellu t-tradizzjoni li jagħmel rakkmandazzjonijiet diretti l- kummissarju tal-pulizija.", "Sur President, dan ix-xogħol kollu li għamilna għamilnih minkejja l- emerġenza li nħolqot din is-sena bil-wasla ta' l-immigranti illegali.", "Sal- bieraħ kien hemm 'il fuq minn 900 ruħ.", "F'sena waħda kellna 19-il żbark f'Malta li ġabu magħhom 1540 persuna klandestina.", "Kieku ma kienx għal ripatrijazzjoni li tagħmel s-sezzjoni ta' imigrazzjoni kieku għandna, 1,540 immigrant illegali.", "Ġew ripatrijati kważi 600 ruħ u xi 20 minnhom ġew rikonoxxuti bħala refuġjati.", "Issa faċli toqgħod fuq pultruna tikkritika.", "Dan mhux qed ngħidu għall-Onor.", "Gulia imma fil-ġurnali ta' l- oppożizzjoni kien hemm min qal li l-kondizzjonijiet jistgħu jkunu aħjar u misshom jieħdu ikel skond kif iridu huma.", "Hawnhekk għandi nfaħħar il-ħidma tal-puliizja u ta' l-armata li qed jagħmlu l-isforz kollu possibli sabiex jieħdu ħsieb l-akkomodazzjoni ta' nies li ġew ħabta u sabta fuqna.", "M'għandniex noqogħdu nsibu x-xagħra fl-għaġina għall-gost li nagħmlu kritika, għax paroli, stqarrijiet, papers u studji tista' tagħmel kemm trid pero' ftit huma dawk li jgħinnu b'mod konkret.", "Nerġa' nagħmilha ċara li m'hawnx post għall-klandestini f'Malta.", "Min għandu d-dritt li jibqa' hawn għax ħarab minn pajjiżu minħabba persekuzzjoni politika dak se jsib kenn f'Malta.", "Konna aħna bħala gvern li għamilna l-liġi tar-refuġjati meta ħaddieħor ma riedx jagħmilha.", "Lil dawn tajnihom id-dritt li jaħdmu, tajnihom dritt għall-assistenza soċjali, dawk li ma jsibux ix-xogħol tajnihom dritt għar-relief, tajnihom id-dritt għal sptar u skejjel b'xejn u dokument ta' l-ivjaġġar.", "Dawk li ma jaqgħux taħt il-kategorija li semmejt ta' refuġjat jew inkella li ma ħaqqhomx l-istatus umanitarju dawn ma jistgħux jinżammu f'pajjiżna u meta jkun il-waqt nibgħatuhom f'pajjiż ieħor.", "Irrid ngħid li f'Marzu 2002 ikkonkludejna l-kapitlu ta' l-intern ma' l- Unjoni Ewropea.", "Dan sar wara li rratifikajna konvenzjonijiet internazzjonali kif ukoll wettaqna bdil fil-liġijiet ta' pajjiżna.", "B'effett mill-1 ta' Jannar ukoll se jkun hemm il-ħtieġa ta' visas għal ċittadini li jridu jiġu Malta mill-Afrika ta' Fuq.", "Dan m'għandux ifixkel ir- relazzjonijiet kummerċjali bejn pajjiżna u dawn il-pajjiżi għax se jibdew joħorġu l-multiple visa, pero' mbagħad li jimmeraviljani hu li l- Oppożizzjoni qed tgħid li jekk terġa' titla' fil-gvern se terġa' tneħħi l- bżonn tal-visas minn dawn il-pajjiżi.", "Mela jibżgħu mill-liberta' tal- moviment ta' l-Ewropew pero' mbagħad jgħidu li se jerġgħu jneħħu l-visas miċ-ċittadini ta' l-Afrika ta' Fuq.", "Ikkonkludejna wkoll din is-sena d-diversi programmi leġislattivi tagħna.", "Infakkar li din is-sena għamilna l-ikbar riforma fil-Kodiċi Kriminali minn mindu tfassal dan il-Kodiċi.", "Ħafna minn dawn ir-riformi seħħew fl-1 ta' Lulju, 2002, fejn daħħalna l-konġura bħala.", "Il-pussess biss ta' pornografija tat-tfal li sa Mejju li għadda ma kienx reat issa sar reat.", "Korruzzjoni fis-settur privat, qabel ma kienx reat.", "Ħloqna r-reat ta' traffikar ta' nies kemm għal skop ta' immigrazzjoni illegali kif ukoll għal skop ta' illeċitu.", "Daħħalna wkoll - u din hija mportanti pero' mhux kulħadd induna biha - għall-ewwel darba r-responsabbilta' kriminali tal-kumpanija.", "Qabel ċerti affarijiet biss kellhom ir-responsabbilta' kriminali tal- kumpaniji f'każ ta' reati li jaqbżu s-sena ħabs.", "B'effett minn din is-sena tajna lill-vittmi tar-reati d-dritt li jkunu preżenti fl-awla fil-qorti anke jekk ikunu xhieda.", "Daħħalna reati ġodda ta' l-użura u tal-mibegħda razzjali.", "Għamilnih reat li wieħed ma jħallasx il-manteniment li jkun wiegħed li jħallas f'kuntratt ta' separazzjoni.", "Dak sar kontravenzjoni kriminali.", "Żidna l-pieni fuq il-frodi u fuq l-attakki fuq l-anzjani.", "Tajna wkoll inċentiv - u din taħdem favur il- vittma - tat-tnaqqis fil-piena lil min jagħmel tajjeb għall-ħsara jew irodd lura l-oġġett misruq.", "Saħħaħna jdejn il-pulizija fil-qorti billi se nagħtuhom dalwaqt id-dritt ta' appell fil-każ ta' għoti ta' liberta' proviżorja u appelli minn kawżi deċiżi mill-maġistrati waqt kumpilazzjoni.", "Għamilna wkoll liġijiet oħrajn fosthom il-liġi ġdida dwar il-pulizija li se nħabbar li se tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' l-2003, li fost oħrajn se twaqqaf bord tal-pulizija għall-ilmenti kontra l-membri tal-korp kif ukoll se tagħti d-dritt sabiex il-qorti tisma' x-xhieda.", "Din hija ħaġa mportanti ħafna.", "Flimkien mal-Ministru tal-Ġustizzja se jkunu jistgħu jsiru regolamenti sabiex il-qorti tisma' x-xhieda permezz ta' video conference f'każijiet meta jkunu xhieda vulnerabbli bħal tfal.", "It-tfal mhux se jibqgħu jixhdu fl-awla tal-qorti imma jibdew jixhdu minn post barra l-qorti permezz ta' konferenza tal-video.", "Dan jgħodd ukoll għal persuni li jkunu ġew sesswalment abbużati.", "Għamilna wkoll ħafna emendi fil-liġi dwar l-immigrazzjoni, li se jidħlu fis- seħħ nhar il-Ħadd, fit-8 ta' Diċembru, fejn se nagħtu d-dritt lill- kummissarju tal-pulizija li jkun jista' joħroġ ordni amministrattiva ta' tkeċċija.", "Sal-lum, biex jitkeċċa xi ħadd klandestin minn Malta trid tmur bilfors il-qorti.", "Min ma jogħġbux dik l-ordni jista' jappella xorta waħda pero' jappella quddiem tribunal amministrattiv.", "Għaddejna wkoll l-liġi dwar il-probation għall-ħafna każijiet ta' żgħażagħ li għandhom sentenza ta' ħabs u darba minnhom intbagħtu fl-istitut ta' Dun Anġ Seychell u oħrajn li ntbagħtu f'postijiet oħrajn.", "Dan veru mhux qed isir b'mod formali ħafna, pero' issa se jkollna l-liġi li dan ikun jista' jsir b'mod formali.", "L-Onor.", "Gulia tkellem ukoll dwar il-mod kif issir id-dixxiplina fil-ħabs.", "Irrid ngħid li taħt dan il-gvern bir-regolamenti tal-ħabs tajna ħafna drittijiet, u jiena se nsemmi tnejn li huma mportanti ħafna, d-dritt ta' appell li qabel ma kienx jeżisti, u d-dritt għall-assistenza minn social workers li huma żewġ persuni speċjalizzati li jassistu fl-appell lil dawn il-priġunieri.", "Qabel kien sa 25 ġurnata remission ma tistax tappella, allura ġieli kien jiġri li jinqalgħu tliet akkużi, kull waħda ma taqbiżx il-25 ġurnata remission u allura ma jkunux jistgħu jappellaw.", "Riċentement għamilna emenda oħra fir-regolamenti fejn għedna li l-effett kumulattiv tat- telfien ta' remission jgħodd biex il-ħabsin jappellaw jew le.", "Irrid ngħid l-ħidma saret kemm favur il-priġunieri fil-ħabs kif ukoll favur il-gwardjani wkoll.", "Tajna l-pensjoni tas-servizz lill-gwardjani.", "Irrid ngħid ukoll li fil-bidu tas-sena d-dieħla niftħu l-wing il-ġdida, li huwa lest imma qed jaħdmu l-għamara.", "Ħafna minnha qed jagħmluha l-priġunieri stess sabiex nawguraw l-proġett ġdid tal-ħabs li fih se jkun hemm 144 ċella.", "Ġie ntrodott għall-ewwel darba s-servizz ta' social worker u żewġ psikologi u ġie attrezzat ukoll il-ground tal-football.", "Anke fil-qasam edukattiv illum nieħdu gost ngħidu li hemm seba' priġunieri li qagħdu għall- eżami 'O' level, tlieta li qagħdu għall-'A' level, żewġ priġuneri ġabu l- liċense A tal-wireman filwaqt li żewġ priġuneri oħrajn qed isegwu korsijiet fl-universita'.", "Irdoppjajna l-flus għar-rijabilitazzjoni tal-priġuneri bil- problemi tad-droga minn Lm40,000 għal Lm80,000 u llum hemm 25 priġunier fit- tliet ċentri differenti tas-SATU, Caritas u tas-Sedqa.", "Irdoppjana wkoll il- flus li jingħataw għax-xogħol lill-priġunieri u għall-gratuity għal Lm50,000.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Gulia għamel sentenza waħda fuq il-protezzjoni ċivili, li dawn jaħdmu ħafna.", "Hawn joħroġ kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-gvern li jisseparahom mill-bqija tal-pulizija u jagħmilhom section għalihom.", "Konna aħna bil-liġi tagħna li emendajniha mid- draft ta' qabel li tajna garanzija lill-pulizija li l-pensjoni li għandhom tas-servizz tkomplilhom ukoll.", "Konna aħna li ħarisna l-pensjonijiet tas- servizz li s'issa jingħataw biss lil dawk li l-Kostituzzjoni tirrikonoxxi bħala korp dixxiplinat.", "Nixtieq hawnhekk insemmi x'inhuma l-kondizzjonijiet tal-fireman.", "Dawn din is-sena intervjenew f'4,400 każ jiġifieri s'issa ntervjenaw medja ta' 14-il inċident kuljum bis-Sibt u l-Ħadd inkluż.", "U allura aħna x'għamilna?", "Dawn meta kienu fl-1998 membri tal-pulizija kellhom salarju bażiku ta' Lm4,300 illum s-salarju tela' għal Lm5,500.", "Illum l-allowances telgħu medja ta' Lm120 fix-xahar u meta taħdem l- overtime - u jien ħdimt at random l-overtime, s-salarju u l-allowances ta' dawn in-nies -nsibu li erba' snin ilu kienu jaqilgħu Lm5700 u llum jaqilgħu Lm7,800, żieda ta' 37% fid-dħul tal-firemen li għandna fil-protezzjoni ċivili.", "Din hija xi ħaġa tajba għax huwa tajjeb li jaqilgħu għax dawn jirriskjaw ħajjithom ukoll.", "Sur President, din is-sena saru ħafna affarijiet fil-qasam tal-lands.", "Biss biss saru tliet liġijiet importanti ħafna.", "Saret liġi biex inkunu nistgħu nirrilaxxjaw l-proprjeta`, mingħajr il-bżonn tal-formalita`, li kienet ittieħdet fil-bidu tas-snin tmenin bil-BDAs.", "Aħna għedna li jekk b'daqqa ta' pinna ittieħdet mingħand is-sidien din il-proprjeta`, b'daqqa ta' pinna nerġgħu nagħtuhielhom.", "Saret il-liġi dwar il-fondazzjonijiet antiki.", "Kien hemm ħafna anke housing estates mibnija fuq fondazzjonijiet ta' żmien il- Kavallieri u ħadd ma kien jaf min huwa s-sid tagħhom.", "Allura għedna li mil- lum 'l quddiem il-gvern se jkun jista` jbigħ dik il-proprjeta` wkoll.", "Imbagħad għamilna liġi, li se tidħol fis-seħħ meta niftiehemu mal-finanzi kif se taħdem eżatt, li biha malli toħroġ ordni ta' esproprjazzjoni l-gvern ipoġġi l-flus dovuti lis-sidien f'kont bankarju.", "Jiġifieri n-notice to treat se tispiċċa.", "Malli jagħmel hekk il-gvern isir awtomatikament is-sid ta' dik l-art, is-sidien ikunu jistgħu liberament jirtiraw dawk il-flus u jiġġieldu għal iktar.", "Jiġifieru mhux se ngħidulhom li biex jirtiraw dawk il-flus iridu jiffirmaw li m'għandhom ebda pretenzjoni oħra.", "Qed ngħidulhom irtirawhom kemm tridu pero' l-gvern isir sid mill-ewwel, pero` jkunu jistgħu jiġġieldu għal iktar kumpens quddiem il-land arbitration board, jekk il-liġi tagħtih dak il-kumpens.", "U dan għaliex se nagħmluh?", "Għaliex inbnew diversi djar, partikolarment fil-home ownership scheme, u anke housing estates fuq artijiet li l-gvern ħadhom 15-il sena ilu u minħabba li għadu ma wasalx fi ftehim mas-sidien għad m'għandhomx it-titolu tal-proprjeta' f'idejh.", "Allura kif jista` jgħaddi l-proprjeta` lis-sidien ta' dawn it-terraced houses meta hu stess għadu m'huwiex proprjetarju.", "Ħadd ma jista` jagħti xi ħaġa li m'għandux.", "Bis-saħħa ta' din il-liġi se nkunu nistgħu nirregolarizzaw il-pożizzjoni ta' dawn in-nies li bnew id- djar taghom, min jaf kemm nefqu u għad m'għandhomx it-titolu tal- proprjeta'.", "Lanqas jistgħu jbiegħu.", "Meta jmut xi ħadd li jkun xtrara plot tal-home ownerhip scheme ma jistax jgħaddiha lil ħaddieħor għax it-titolu tal-proprjeta` għadha m'hijiex tiegħu.", "Bis-saħħa ta' din il-liġi se nkunu nistgħu nsolvu din il-problema li saret tista' tgħid problema verament nazzjonali.", "Se nibdew ukoll nifdu l-possession and use u l-public tenure b'rata ta` ħames darbiet iktar minn dik tal-lum.", "Jiġifieri jekk qabel kont tieħu Lm1,000 issa bil-fees li se nibdew nagħmlu se titħallas Lm5,000.", "Sur President, apparti dan ix-xogħol kollu, il-lands fasslu kuntratti importanti ħafna.", "Biżżejjed insemmi dak ta' l-MIA u tal-cruise terminal.", "Dawn huma kuntratti kumplikattisimi li fassluhom l-lands u fl-istess waqt jaħdmu wkoll l-ħlas tal-kumpens għall-esproprijazzjoni.", "Apparti li l- kuntratti ta' bejgħ żdiedu f'dawn l-aħħar erba' snin, jekk wieħed iħares lejn il-kumpens li jitħallas lis-sidien....", "Irrid ngħid li l-problema tant akkumulat matul is-snin li mhux faċli ssolviha malajr.", "Imma għallinqas aħna, f'dawn l-aħħar erba` snin, ipprovajna naqtgħu files kemm jista` jkun.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri jsib li f'dawn l-aħħar erba` snin, tajna kumpens għall-esporprjazzjonijiet li wħud minnhom jmorru lura għal żmien il-gvern Laburista ta` Mintoff ta' bejn l-1955 u l-1958.", "Mela f'dawn l-aħħar erba' snin, minħabba li żidna l-vot tal-kumpens, il-gvern Nazzjonalista qassam Lm13.5 miljun f'kumpens lis-sidien.", "Jiġifieri medja ta' Lm3.4 miljun fis-sena.", "Fl-1996, fl-1997 u fl-1998 il-medja kienet kważi Lm1 miljun.", "Jiġifieri medja ta' tliet darbiet aktar.", "Sur President, fil-ftit ħin li fadad nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar iċ- ċittadinanza għaliex dan huwa gvern li huwa kburi li dejjem kien hu li introduċa bidliet fil-qasam taċ-ċittadinanza.", "Fl-1989 kien daħħal iċ- ċittadinanza doppja għall-ewwel darba għall-emigranti Maltin li jkunu twieldu f'Malta u emigraw għax sa dakinhar lanqas teżisti ma kienet iċ- ċittadinanza doppja.", "Fl-1989 ntroduċejniha bħala eċċezzjoni pero' eċċezzjoni biss marbuta ma' l-emigrazzjni u marbuta biss ma' dawk l- emigranti Maltin li twieldu Malta.", "Imbagħad fis-sena 2000 sganċjajna l- kwestjoni taċ-ċittadinanza doppja mill-kunċett ta' l-emigrazzjoni u għedna li mil-lum 'l quddiem ċ-ċittadinanza doppja tkun ir-regola mhux l- eċċezzjoni.", "Allura kulmin darba kellu xi passaport Malti seta` jerġa` jakkwistah.", "Għedna wkoll li jista` jżomm il-passaport Malti tiegħu u mhux bħal qabel irid jċedi wieħed mill-passaporti tiegħu meta jkollu 19-il sena.", "Lill-ulied li twieldu barra minn Malta minn omma Maltija u missier barrani tajnihom id-dritt li jakkwistaw in-nazzjonalita` Maltija mingħajr il-bżonn li jgħixu ħames snin f'Malta.", "Għedna wkoll li kull barrani miżżewweġ Malti jew Maltija wara ħames snin jista` jieħu l-passaport Malti u jista` jżomm il-passaport ta' pajjiżu wkoll.", "Minn dawn ir-riformi kbar, li kollha għandhom it-timbru ċar u esklussiv ta' gvern Nazzjonalista, ibbenefikaw b'kollox 'il fuq minn 5,500 persuna, ħafna minnhom ukoll jgħixu f'Malta bi dritt tal-vot għall-ewwel darba.", "Aħna kburin li lil dawn ħutna Maltin tajnihom lura l-passaport Malti u lil dawk li jgħixu f'Malta tajnihom ukoll id-dritt tal-vot għall-ewwel darba li kien imċaħħad lilhom għal żmien twil.", "Dawn il-persuni partikolarment il-Maltin ta' l-Awstalja li erġajna tajnihom iċ-ċittadinanza Maltija se jkollhom ukoll l-istess drittijiet ta' liberta' ta' moviment fl-Unjoni Ewropea daqskemm se jkollna aħna meta nsiru membri.", "U niftaħru għalhekk li taħt gvernijiet nazzjonalisti ż-żewġ riformi kbar taċ-ċittadinanza doppja, dik ta' l-1989 u dik tas-sena 2000 ibbenefikaw minnhom b'kollox 11,200 persuna, li minnhom 2,700 huma Maltin ta' l-Awstralja, 2,600 Maltin Kanadiżi u 2,000 Maltin li jgħixu fl- Ingilterra u għandhom passaport Ingliż.", "Sur President, fil-joint office għamilna skema sabiex inneħħu l-ostakoli kollha li kien hemm għall-fidi taċ-ċens u anke għax-xiri ta' proprjeta` mikrija lin-nies, liema proprejta' kienet qabel tal-Knisja Kattolika.", "L- uniku periklu li għandna huwa li nistgħu nkunu vittmi tas-suċċess tagħna stess, għaliex tant kienet popolari din l-iskema li f'temp ta' ftit xhur applikaw madwar 2,000 persuna.", "Allura wieħed irid jieħu ftit paċenzja sakemm nibdew nipproċessawhom.", "Bħalissa qed nipproċessaw dawk li huma l- iktar faċli sabiex b'hekk iktar sidien isiru proprjetarji tad-dar tagħhom.", "Irrid ngħid li l-gvern m'għandu l-ebda intenzjoni li proprjeta' li kienet tal-Knisja jżommha f'ħobbu, biżżejjed iżżid ħafna l-ispejjeż ta' l- amministrazzjoni tal-proprjeta` tal-gvern.", "Pero' nieħu gost ninnota li f'dawn l-aħħar erba` snin nbiegħu Lm3.6 miljun valur fil-proprjeta` li huwa komparat ma' Lm1 miljun f'sitt snin qabel l-1998.", "Issa bl-ipproċessar ta' l-iskema li għandna nittama li iktar nies ikunu proprjetarji tar-residenza tagħhom.", "Naħseb Malta għandna waħda mill-għola rati ta' proprejetajiet fejn l-okkupant huwa wkoll is-sid.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li din m'hijiex xi attivita` ta' gvern għajjien iżda ta' gvern b'saħħtu li jaf x'għamel fl-imgħoddi, jaf x'qiegħed jagħmel illum u qiegħed jippjana għall-futur.", "Jekk hawn xi ħadd li huwa għajjien, bla ruħ u bla prinċipji hija l-oppożizzjoni li fuq il-passat tagħha ma titkellimx għax biex titkellem fuq il-passat tagħha trid issemmi lil min ma tridx issemmi u fuq il-futur ma tissograx titkellem għax kieku kelli tikxef l-pjanijiet tagħha tal-futur tibqa' l-oppożizzjoni permanenti ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 36 imressqa mill-Onor.", "Gavin Gulia?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-ftehim milħuq din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fin-12:30p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 36 imressqa mill-Onor.", "Gavin Gulia?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "370", "FAVUR : 20", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Cilia Joe |Parnis Silvio | |Coleiro Marie |Refalo Anton | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Debono Grech Joe |Vassallo Adrian |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Vot 36 tal-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 36 - MINISTERU TA' L-INTERN U L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,981,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Ministeru ta' l-Intern u l- Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 36 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 37 - PULIZIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 15,509,000 li titħallas mill- Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Pulizija, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 37 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 38 - SERVIZZI KORRETTIVI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,456,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 38 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 39 - PROTEZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,299,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Protezzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 39 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 40 - TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,322,800 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Taqsima Proprjeta' tal- Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 40 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 41 - REĠISTRAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 877,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Reġistrazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 41 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT IX - MINISTERU TA' L-INTERN U L-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,060,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru ta' l-Intern u l- Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot IX għaddiet.", "Fis-12.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 36, 37, 38, 39, 40, 41 u IX tal-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2002 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2003", "It-Tielet Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Finanzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, il-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2002, fis-6:00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 307.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ORKESTRA NAZZJONALI - KUNĊERT", "36784.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li l-Enemalta qalet li ma sabet ebda oġġezzjoni għal min kellu jidderieġi l-orkestra nazzjonali oriġinarjament fil-kunċert li hemm riferenza għalih f'mistoqsijiet parlamentari 36255 u 35416, jista' l- Ministru jgħid min kien tassew responsabbli li biddel lid-direttur fl-aħħar minuta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn xi nżid mar-risposti li diġa` tajt għal mistoqsijiet parlamentari 36255 u 35416.", "SKEJJEL - BIRKIRKARA", "36788.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l –Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex it-tifel, li d-dettalji tiegħu jed jintbagħtu separatament, u li jattendi l-iskola primarja tal- lokal jingħata l-għajnuna maħtieġa biex ma jaqax lura fl-edukazzjoni tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapport ta' l-iStatementing Moderating Panel (STM 95/02) tat-30/10/02, li wasal id-Dipartiment ta' l-Operat (Sezzjoni Inklussiva) nhar il-Ġimgħa 8 ta' Novembru 2002, jirrakkomanda li t-tifel imsemmi jkun riferut lill-SPLD Unit għal aktar assessjar u li jingħata l-għajnuna tal-qarreja waqt l-eżamijiet.", "Qed jittieħdu passi biex jitwettqu dawn ir-rakkomandazzjonjiet.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - KORSIJIET", "36790.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Persuni li applikaw għall-korsijiet offruti mid-dipartiment ta' l- edukazzjoni adulta Code Nos 092-098 u 099-101 jistgħu jiġu eżenti milli jħallsu l-Lm50 addizzjonali għan-noti tal-kors peress li ma jaffordjawx dawn il-ħlasijiet la jistgħu jiksbu n-noti mod ieħor, huwa aċċettabli li qed jgħidulhom li mhux se jkunu jistgħu jkomplu l-kors jekk ma jħallsux il- Lm50 addizzjonali għan-noti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan il-kors jirrikjedi l-użu ta' numru kbir ta' diskettes u ta' fotokopji sofistikati.", "Fuq talba ta' xi studenti l-għalliema ġabru Lm50 mingħand kull student biex ikunu jistgħu jagħmlu l- fotokopji meħtieġa u jixtru diskettes għall-istudenti.", "Dawn il-flus marru f''below the line account.", "Kull student ingħata riċevuta maħruġa mis- sezzjoni ta' l-Accounts tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-ispejjeż li jagħmlu l-għalliema għal dan il-kors jitħallsu mis-sezzjoni ta' l-Accounts tad-Diviżjoni.", "Persuni li għandhom raġuni valida għax ma jistgħux iħallsu ikunu eżentati minn kull forma ta' ħlas kemm tad-dritt tar-reġistrazzjoni kif ukoll tal- ħlas addizzjonali.", "Fil-fatt hemm erba' persuni li qed jattendu l-korsijiet imsemmija li ġew eżentati.", "SKEJJEL – ĦAL LUQA", "36791.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qiegħda fl-iskola primarja u ilhom snin sħaħ isiru rapporti kontra tagħha għax tonqos minn dmirijietha ta' għalliema?", "Għaliex din il-persuna baqgħet għaddejja bl-istess attitudni minkejja li n-nuqqasijiet tagħha huma magħrufa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li diġa` ttieħdu passi fil-konfront tal- persuna msemmija fis-sens li sarulha spezzjonijiet mill-Education Officer kif ukoll mill-Management Team ta' l-iskola.", "Bdew ukoll proċeduri dixxiplinari min-naħa tal-kap ta' l-iskola.", "Lil din l- għalliema inżammilha l-increment u f'każ li s-sitwazzjoni tippersisti ikunu jistgħu jittieħdu aktar passi dixxiplinari.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "37351.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36855 u cioe` b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36405 jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn l-għaqdiet sportivi għadhom ma ffirmawx il- kuntratt?", "Meta għaddiet ir-riżoluzzjoni parlamentari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għaqdiet sportivi li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor.", "Membru għadhom ma ffirmawx il-kuntratt minħabba raġunijiet varji.", "Id-dettalji huma kif ġej:", "Marsascala Boċċi Club - Il-Kumitat ma jaqbilx mal-ħlas ta' Lm250 fis- sena", "Mosta Boċċi Club - Il-Kumitat ma jaqbilx mal-ħlas ta' Lm150 fis-sena", "Qormi Boċċi Club - Il-Kumitat ma jaqbilx mal-ħlas ta' Lm300 fis-sena", "Fgura United F.C. - Il-Kumitat ma jaqbilx mal-ħlas ta' Lm500 fis-sena u qed jitlob estensjoni", "Sta Lucia Boċċi Club - L-iffirmar tal-kuntratt ġie pospost għax wieħed mill-firmatarji ma setgħax jattendi", "Kirkop Boċċi Club - Il-Kumitat tal-klabb xolja", "Southern Shooting Club - Għad trid tiġi ffissata ġurnata biex jiġi ffirmat il-kuntratt", "Gozo Football Association - Għadhom qed isiru laqgħat", "Paola Wolves Sports Club - Għad trid tiġi ffissata ġurnata biex jiġi ffirmat il-kuntratt", "Ir-riżoluzzjoni parlamentari għaddiet f'Mejju 2002.", "KASTILJA - SECURITY SYSTEMS", "37352.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36853 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid meta ħarġet u meta għalqet it-tender għal security systems għall-berġa ta' Kastilja?", "Kemm daħlu tenders u kemm kienu l-offerti tagħhom?", "Meta ġiet deċiża din it-tender u min ħadha?", "Kemm se jiswa x-xogħol?", "X'inhi r-raġuni li ġiet mogħtija lill-kuntrattur imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li din is-sejħa għall- offerti ħarġet fit-22 ta' Jannar, 2002 u għalqet fis-26 ta' Marzu 2002.", "Kien hemm għaxar offerti u l-prezzijiet ġew ippubblikati fuq in-notice board tad-Dipartiment tal-Kuntratti fid-data ta' l-għeluq.", "Fit-3 t'Ottubru 2002 din it-tender għaddiet mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u l-Letter of Acceptance nħarġet lill-kumpanija Dedicated Micros (Malta) Ltd. fl-24 t'Ottubru 2002 għall-valur ta' Lm63,775.45.", "Skond ir-rapport ta' aġġudikazzjoni li sar minn inġiniera tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil- Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura, din kienet l-orħos offerta teknikament aċċettabbli.", "KAŻINI TAL-BANED", "37353.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 36852, jista' l-Ministru jagħti l- ismijiet tas-57 banda u kemm ingħataw flus kull wieħed skond is-snin imsemmija fit-tweġiba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "37354.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 36951 u cioe`, b'referenza għal mistoqsija parlamentari 35832, Jista' jgħid kemm inżammu ħlasijiet lill-kuntratturi għal xogħol ħażin u/jew nuqqasijiet oħra li saru fit-toroq f'Malta u Għawdex u dan fl-ewwel għaxar xhur tas- sena?", "Jista' jindika liema huma t-toroq?", "Min kienu l-kuntratturi u kemm kien kull ħlas?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 36951.", "TAL-KMAND – TKABBIR TA' SIĠAR", "37366.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'produzzjoni ta' siġar ħielsa mill-mard tkabbret fis-serer speċjalizzati f'tal-Kmand?", "X'sar minnhom dawn is-siġar u x'tip kienu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li matul dawn l-aħħar tliet snin (mis- sena 2000) tkabbru total ta' 51,940 rootstock tas-siġar tal-frott:", "Fis-sena 2000 saret produzzjoni ta' 2,733 GF677 u 9,794 Myrobalan 29C.", "Fis-sena 2001 saret produzzjoni ta' 7,130 GF677 u 7,740 Myrobalan 29C.", "Matul din is-sena sa Ottubru) saret produzzjoni ta' 10,692 GF677 u 13,851 Myrobalan 29C.", "Matul dawn is-snin saret ukoll produzzjoni ta' pjanti indiġeni u ornamentali.", "ĊENSIMENT", "37369.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani għaliex l-ewwel intqal lill-bdiewa li ċ- ċensiment ma jsirx sabiex il-gvern Nazzjonalista jintaxxahom fuq id-dħul mill-produzzjoni tagħhom, meta l-gvern Nazzjonalista fil-fatt uża purament l-informazzjoni taċ-ċensiment sabiex jistabbillixi dħul tagħhom u jibda jintaxxahom kif se jiġri mis-sena d-dieħla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ir-riferenza għaċ-ċensiment fid-diskors tal-Budget tal-Ministru tal-Finanzi saret biex tingħata informazzjoni dwar l-ispiża medja.", "Fid-diskors tal-Ministru tal-Finanzi saret riferenza għall-ispiża medja ta' 20% tal-bejgħ ta' prodotti agrikoli skond iċ-Ċensiment tal-Biedja mħejji mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.", "Din l-informazzjoni ma ntużatx biex il-Gvern jimponi taxxa ġdida fuq il- bdiewa kif l-Onor Interpellant irid jimplika, iżda biex tiddaħħal l-ewwel parti minn skema tat-taxxa vantaġġjuża għall-bdiewa.", "Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l- istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa se tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont nett ta' dħul nieqes.", "MALTACOM - KONTIJIET TAT-TELEFON", "37370.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid għaliex dawk kollha li rċevew il-kont tat-telefon datat 20 ta' Novembru għall-perjodu Settembru/Ottubru kellhom inkluż ukoll il-kont ta' qabel li kien diġa' tħallas?", "Peress li dan ħoloq ċertu konfużjoni speċjalment fost l-anzjani, x'passi se jittieħdu biex dan ma jerġax isir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li minħabba l-istallazzjoni u l- ittestjar tas-sistema kompjuterizzata ġdida, fl-ewwel nofs tas-sena, il- Maltacom ma bagħtitx il-kontijiet regolari kull xahrejn lill-abbonati residenzjali.", "Meta s-sistema bdiet taħdem regolari, il-kontijiet bdew jintbagħtu f'intervalli iqsar biex is-sitwazzjoni tiġi għan-normal fi żmien reġjonevoli.", "Minħabba l-perjodu iqsar bejn kont u ieħor, kien hemm xi pagamenti li ma laħqux daħlu fis-sistema.", "Dawk l-abbonati li vverifikaw il-kont mal- kumpannija u rriżulta li l-kont ta' qabel kien diġa' tħallas, ingħataw parir biex iħallsu l-parti dovuta.", "Dawk li bi żvista, li kienu ftit ħafna, ħallsu l-kont doppju, se jkollhom kreditu fil-kont tagħhom.", "COACHES BARRANIN", "37371.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Wara t-tweġiba tal-Ministru li coaches barranin ma jistgħux jieħdu flus talli jikkowċjaw lil atleti fuq bażi privata fil-Marsa, jista' il-Ministru jiżgura li dan mhux qed isir għaliex għandi rapporti li hemm numru ta' coaches barranin li qed jagħmlu dan għad-dannu ta' coaches Maltin.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kif indikat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 26960, sal-lum għad ma hemmx kontroll fuq individwi li jiffrekwentaw it-track ta' l-atletika.", "Minn informazzjoni li għadnu d- Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jirriżulta li fil-fatt hemm coaches barranin li jagħtu taħriġ fuq it-track fuq bażi ta' gruppi.", "Nitlob lill- Onor. Membru biex jekk jaf b'xi każijiet fejn hemm coaches li qegħdin jagħtu taħriġ fuq bażi individwali jgħaddi d-dettalji lid-dipartiment biex jiġu nvestigati.", "ĦOFOR FIT-TOROQ", "37373.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Peress li fit-triq li mir-Rabat tagħti għall-Imtarfa u cioe' il-parti tal-bridge ta' l-Imtarfa, hemm ħofor kbar li tkisser karozza u immaġina x' periklu jikkawża lill-pedestrains, jista' l-Ministru jara li jawtorizza x-xogħlijiet immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MOSTA - TRIQ RUŻINJOL", "37376.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal- pjanta kif se tiġi żviluppata Triq Rużinjol, il-Mosta?", "Jista' jara li tiġi rranġata din it-triq?", "Jista' jara li jinħarġu t-tenders neċessarji?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-pjanti għall-iżvilupp ta' din it- triq jinħarġu mill-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar u għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, tajt struzzjonijiet lill- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex issir spezzjoni fit-triq u jiġi stabilit xinhu l-aħjar li jsir.", "MELLIEĦA - TRIQ NAPULJUN CARUANA DINGLI", "37378.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li meta kont qed inżur il-familjari li l-ilment tagħhom kont ressaqtu permess ta' mistoqsija parlamentari 17185, Seduta 327 ta' 27.06.00, irriżultali li x-xogħlijiet għadhom ma sarux mill-Enemalta, jista' l-Ministru jirrimedja u jara li jiġi rimedjat il-każ in kwestjoni fi Triq Napuljun Caruana Dingli, Mellieħa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li mill-investigazzjoni li kienet saret mill-ħaddiema ta' l-Enemalta irriżulta li hemm bżonn li l-wires li hemm mal- fond in kwestjoni jiġu spustati għal fuq l-arbli.", "Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA", "37379.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'referenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fid-diskors tal-budget mill-ministru tal-Finanzi, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l- evalwazzjoni separatament għal kull prodott f'ċifra ta' flus li kienet kalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali nkluż il-patata għal kull tomna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ĦAMRUN - TORRI TA' WIGNACOURT", "37416.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta tikkonsidrax li jista' jiddawwal it-Torri ta' Wignacourt fi Triq San Gejtanu l-Ħamrun?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lil Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha."]} {"filename": "20000208_236d_par.doc", "date": "2000-02-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 236 It-Tlieta, 8 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 236", "It-Tlieta, 8 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "236", "It-Tlieta, 8 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 683", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 683", "TQEGĦID TA' KARTI 688", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "(EMENDA NRU.", "2) (IT-TIENI QARI)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (No.2) BILL (SECOND READING) 689", "AĠĠORNAMENT 708", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 713", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 235 li saret fis-7 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "IMMIGRAZZJONI - TRASFERIMENTI", "12467.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-immigrazzjoni?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000 kien hemm tliet membri tal-korp li ġew trasferiti mit-taqsima ta' l-immigrazzjoni tal-korp tal-pulizija.", "Kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid, it-trasferimenti fil-korp tal- pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, dejjem fl-aħjar interessi ta' l- istess korp u tal-pubbliku in ġenerali.", "MMA - ĦADDIEMA ĠODDA", "12468.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-awtorita` marittima mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk ħaddiema ġodda ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li bejn is-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 daħlu żewġ impjegati ġodda ma' l-awtorita` marittima wara sejħa għal applikazzjonijiet.", "SPTAR MONTE CARMELI - TRASFERIMENTI", "12469.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l- Isptar Monte Carmeli?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mis-16 ta' Settembru, 1999 sal- 4 ta' Jannar, 2000 saru 33 trasferiment lill-ħaddiema ta' l-Isptar Monte Carmeli, li minnhom 11 intalbu mill-impjegati stess.", "Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jirriżultalu l-Ministru li fl-Isptar Monte Carmeli qed ikun hemm diversi lmenti dwar nuqqas ta' staff?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, kemm-il darba kelli okkażjoni ngħid li fl-Isptar Monte Carmeli m'għandniex problema ta' nuqqas ta' nurses imma għandna deployment ħażin ta' nursing officers.", "Per eżempju, żgur li hija ħaġa stramba li jkollok żewġt iswali bl-istess workload - waħda tan-nisa u l-oħra ta' l-irġiel - imma b'complement differenti.", "Fil-fatt bdejna diskussjonijiet ma' l-unions bit-tama li nilħqu ftehim dwar il-bżonn ta' aktar flessibilita` għax aħna nemmnu li bi tqassim aħjar tar-riżorsi li għandna jista' jkollna complement f'kull sala li verament ikun jirrifletti l-bżonnijiet li hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju min- naħa ta' l-awtoritajiet tas-saħħa li minnu jirriżulta li f'xi taqsima tad- dipartiment jista' jkun hemm ħaddiema żejda li allura jridu jiġu ppustjati f'dipartimenti oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li hemm numru ta' ħaddiema żejda f'ċerti gradi.", "Fil-fatt minn studju li sar mid-dipartiment tal-policy and planning joħroġ li f'ċerti setturi l-output tal-ħaddiema ma jaqbiżx il-15% u għalhekk qiegħed isir redeployment aħjar ta' dawn in-nies.", "Nifhem li l-Onor.", "Cuschieri jista' jkun qed jirriferi għal każ partikolari li kellna l-okkażjoni nitkellmu fuqu u fil-fatt lill-Onor.", "Membru spjegajtlu s-sitwazzjoni x'inhi u għal mument ħsibt li kien sodisfatt bir-risposta li tajtu.", "(Interruzzjonijiet)", "Nista' nikkonferma li l-uffiċjal inkarigat mill-Isptar Monte Carmeli qalilna li m'hemmx użu għal persuna fil-grad ta' WTO f'dak fl-istess sptar.", "Rajna wkoll jekk din il-persuna tistax tiġi transferred għall-Isptar San Luqa u qalulna li f'dak il-grad hemm il-full complement f'St. Lukes, u allura ħadna d-deċiżjoni li din il-persuna tiġi utilizzata f'dipartiment ieħor fejn tkun tista' taqdi dmirijietha sewwa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li minn dak li qed jgħid il- Ministru toħroġ waħedha li l-pazjenti m'humiex jingħataw it-trattament mixtieq, jista' jekk jogħġbu jinformana jekk hemmx xi target date partikolari jew xi azzjoni għaddejja ħalli s-servizz jibda jingħata b'mod li jkun ta' benefiċċju għall-pazjenti kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, l-ewwelnett nagħmilha ċara li bl-ebda mod m'għedt li hemm pazjenti li m'humiex qed jingħataw kura minħabba kwestjoni ta' deployment.", "Li għedt hu li jekk ikollna deployment aħjar inkunu nistgħu nużaw ir-riżorsi li għandna fl-Isptar Monte Carmeli b'mod aktar effiċjenti.", "Għaldaqstant niċħad kategorikament li hemm xi pazjenti li m'humiex qegħdin jingħataw il-kura li għandhom bżonn.", "Sur President, meta tiġi biex titkellem fuq l-Isptar Monte Carmeli u fuq is-swali u fuq il-pazjenti li hemm hemmhekk wieħed irid jifhem li f'dak l- isptar jidħlu ċerti pazjenti li jkollhom mard akut, barra li hemm ukoll numru sostanzjali ta' każi li huma social cases - għaliex dak li jkun ikun daħal l-isptar bħala pazjent u baqa' jgħix hemmhekk; fil-fatt hemm min ilu jgħix ġewwa Mount Carmel għal 30 sena mhux għaliex għandu bżonn li jibqa' rikoverat ġo sptar mentali imma sempliċement għaliex ikunu mietulu l- ġenituri u ma kellux qraba li setgħu jduru bih - pazjenti li nistgħu ngħidu ġew istituzzjonalizzati fl-Isptar Monte Carmeli u, minkejja l-isforzi li jsiru sabiex dawn jiġu integrati lura fil-komunita`, huma stess joġġezzjonaw jekk tiġi biex toħroġhom minn hemm peress li l-isptar sar qisu d-dar u l-villaġġ tagħhom.", "Rigward l-isforzi li qegħdin isiru, nista' ngħid li d-diviżjoni kemm-il darba kellha okkażjoni tiddiskuti t-tqassim tan-nurses skond l-esiġenzi tas- swali mal-unions konċernati.", "Pero` għal raġuni jew oħra jidher li ma ntlaħaqx consensus u huwa maħsub li x-xahar id-dieħel jiġi implimentat tqassim skond l-esiġenzi tad-diviżjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, in vista ta' l-aħħar parti tad- dikjarazzjoni li għada kemm saret - fejn il-Ministru qal li x-xahar id- dieħel fid-diviżjoni tas-saħħa, fuq parir tad-dipartiment tal-policy and planning, se jsir deployment aħjar ta' l-impjegati - xtaqt nistaqsi jekk huwiex se jsir ukoll tqassim aħjar tal-pazjenti.", "Irrid infakkar hawnhekk li sentejn ilu kien sar xogħol sostanzjali dwar tqassim aħjar ta' pazjenti u tqassim aħjar ta' staff fl-Isptar Monte Carmeli.", "Fil-proċess ta' deployment li se jsir se jkun hemm bidla fit-tqassim tal-pazjenti, fis-sens li pazjenti li huma meqjusa bħala każi akuti se jkollhom magħhom aktar infermiera milli għandhom dawk il-pazjenti li l-Ministru rrifera għalihom bħala \"social cases\"?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-Isptar Monte Carmeli diġa` hemm forma ta' tqassim ta' pazjenti, fis-sens li l-pazjenti li rriferejt għalihom bħala \"social cases\" ma nħalluhomx ma' każi akuti.", "Fil-bidu tar-risposta tiegħi jien għedt li huwa ċar għal kulmin jaħdem fl-Isptar Monte Carmeli li, minħabba dan it-tqassim ta' pazjenti li diġa` jeżisti, ma jistax ikun li nibqgħu ninsistu li l-manning tas-swali jsir skond ftehim fiss, irrispettivament mill-workload li jkun hemm ġos-sala stess.", "Għadni kemm semmejt każ klassiku ta' żewġt iswali, waħda ta' l-irġiel u l-oħra tan- nisa, li għandhom l-istess kwantita` u kwalita` ta' pazjenti, imma li għal raġuni jew oħra l-complement fis-swali rispettivi m'huwiex l-istess.", "Jien naħseb li l-pożizzjoni trid tiġi regolarizzata fl-aħjar interess tas- servizz u fl-aħjar interess tal-pazjent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Peress li fl-1994 kien sar survey tal-popolazzjoni ta' l-Isptar Monte Carmeli, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jerġa' jkun ripetut, biex naraw jekk nistgħux nilħqu t-target li nniżżlu l-popolazzjoni ta' l-isptar b'20%.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nista' ngħid li l-istudju jinsab għaddej kontinwament, fis-sens li wieħed iżomm għajnejh fuq x'qiegħed jiġri għal dak li għandu x'jaqsam man-numru ta' pazjenti.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li fl-1994 il-pjan oriġinali kien li nsaħħu l-aspett preventiv aktar milli l-aspett kurattiv u fil-fatt konna nidejna pilot project ġewwa Ħal Qormi proprju b'dan l-għan.", "Ninsabu għaddejjin ukoll b'diskussjonijiet mad-dipartiment tal-politika soċjali għaliex waħda mill-affarijiet importanti biex ikollok il- possibbilta` li terġa' tintegra lill-pazjenti ġewwa l-komunita', hija li jkollhom support services fil-komunita` bbażati fuq linji sodi għaliex meta pazjent ikun marid mentalment u jiġi discharged mill-isptar, dan se jaffaċċja problemi ta' housing, ta' xogħol u problemi oħra simili.", "Naħseb li rridu nwasslu l-kunċett li f'ċerti setturi - kif spjegat tant tajjeb f'Health Vision 2000 - almenu f'dak li għandu x'jaqsam mad- dipartiment tas-saħħa hemm bżonn ta' input min-naħa ta' diversi dipartimenti oħra.", "U kien għalhekk li erġajna bdejna d-diskussjonijiet mal- ministeru tal-politika soċjali, bl-intenzjoni li nkunu nistgħu niffaċilitaw il-ħajja ta' dawk il-pazjenti li jkunu tajbin biex jerġgħu jiġu ntegrati fis-soċjeta`.", "Irrid ngħid ukoll li mal-ministeru tal-politika soċjali għaddejjin bi programm fejn se jiġu allokati numru ta' flats sabiex jiġu alloġġjati dawk in-nies li jkunu għadhom kemm ħarġu mill-Isptar Monte Carmeli.", "Jiġifieri rridu ninqatgħu kompletament mill-kunċett tal-half-way house kif inhu llum - jiġifieri half-way house li tkun qiegħda erba' passi biss 'il bogħod mill- bieb ta' l-Isptar Monte Carmeli - u mmorru aktar lejn il-kunċett fejn il- half-way houses jew flatlets ikunu allokati qalb il-komunita`.", "Naħseb li b'hekk biss wieħed verament ikun qed jagħti mhux biss sinjal ċar ta' l- impenn tiegħu pero` joffri wkoll possibbilta` aħjar lil dawn il-pazjenti biex jerġgħu jiġu integrati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fir-rigward tal-mistoqsija preċedenti tiegħi u fir-rigward ukoll tar-risposta tal-Ministru - fejn jirriżulta li fid- dipartiment tas-saħħa hemm ħaddiema żejda, anke fl-Isptar Monte Carmeli - jista' l-Ministru jgħid xi kriterji qegħdin jintużaw biex jiġu ppustjati l- ħaddiema u x'konsultazzjoni qed issir ma' l-istess ħaddiema qabel isir it- transfer tagħhom?", "Fiex qed ikunu involuti l-unions?", "Jista' l-Ministru jassigura li ċ-ċaqliq li qiegħed isir qed isir b'ġustizzja mingħajr ma l- ħaddiema tonqsilhom il-paga?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, jiena tkellimt fuq każ partikolari għaliex ovvjament kien kellimni personalment l-Onor. kollega.", "(Interruzzjonijiet) Meta staqsejtni fuqu tajtni d-dettalji u jiena kont f'pożizzjoni li nirrispondik għaliex ovvjament kont diġa` tajtni ismu u kunjomu.", "Fil-fatt jien iċċekkjajt u ċempiltlek lura biex ngħidlek x'inhi s- sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "Dwar in-numru ta' mpjegati żejda u mhux żejda fl-Isptar Monte Carmeli ma nistax nirrispondi għaliex, kif diġa` għedt, jien irrispondejt fuq dak il- każ partikolari peress li l-Onor.", "Membru kien ġibidli l-attenzjoni dwaru.", "Pero` nista' ngħid li minn mindu nġibditli l-attenzjoni tlabt lid- dipartiment tal-policy and planning sabiex jagħmilli rapport proprju fuq dawn il-linji.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant bdieli b'domanda rigward in-nies żejda.", "Jiena rrid ngħid hawnhekk li wieħed ma jistax jiġġeneralizza.", "Jien informat b'dan il-każ biss u għalhekk, wara li kkomunikajna flimkien, tlabt lill-policy and planning division sabiex jagħtuni rendikont ta' x'qiegħed jiġri dwar jekk hemmx numru ta' ħaddiema żejda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Rigward l-isptar il-ġdid ta' Tal-Qroqq, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex se jkun hemm sezzjoni li tieħu ħsieb pazjenti bi problemi akuti ta' mard mentali.", "F'każ li se jkun hemm, kemm se jkun in-numru ta' sodod bejn wieħed u ieħor?", "X'inhu t-terminu ta' żmien li wieħed se jibqa' hemmhekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, kemm-il darba kellna l-okkażjoni ngħidu li l-isptar ta' Tal-Qroqq se jinbena f'aktar minn fażi waħda.", "Jekk niftakar sew diġa` hemm ippjanat blokk għall-pazjenti li jkollhom bżonn ta' rikoveru minħabba mard akut psikjatriku - fil-fatt diġa` ġiet esproprjata l-art u ġie identifikat il-post fejn dan għandu jinbena - iżda kif kelli l- okkażjoni ngħid dan se jsir bħala t-tieni fażi tal-proġett.", "Miegħu hemm ukoll diversi proġetti oħra li se jkunu għaddejjin li jinbnew bħala t-tieni fażi wkoll, u fl-aħħar nett se jkun hemm ċertu bini ieħor li jrid jinbena bħala t-tielet fażi.", "Jekk niftakar sew jidhirli li se jkun hemm madwar 30 sodda pero` nivverifika ċ-ċifra eżatt imbagħad inkun nista' nikkomunikaha lill-Onor. kollega.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, peress li l-Ministru qal li talab lill-policy and planning department sabiex jagħmlulu rapport, lest iwiegħed li dan ir-rapport ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jikkonferma li s'issa għadu ma sar l-ebda studju u allura ċ-ċaqliq li qed isir qed isir bla pjan?", "U jekk iċ-ċaqliq qed isir bla pjan, jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan?", "Jekk minn dan ir-rapport jirriżulta li ċ-ċaqliq sar b'mod inġust, x'rimedju se jkun hemm għall-ħaddiema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, ma nistax nifhem xi jrid ifisser biha l-ħabib tiegħi meta jgħid li sar ċaqliq bla pjan.", "Aħna identifikajna l- complement ta' nurses li suppost ikun hemm f'kull sala, u anke sar pjan f'dak li għandu x'jaqsam ma' drivers, maintenance u affarijiet oħra.", "Pero` hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq persuna li kif għedt - u ma naħsibx li għandna għalfejn nippruvaw nibnu muntanja ta' teoriji fuq ċaqliq ta' persuna - għandha grad li effettivament m'hemmx bżonnu ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jiena fl-ebda ħin ma semmejt xi każ ta' persuna partikolari fil-mistoqsija tiegħi.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, imma dan il-paroli kollu fuq każ wieħed inqala'.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jiena b'mod ġenerali tkellimt u huwa l-Ministru li qed jirriferi għal każ partikolari.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nista' nikkonferma li dan l-istudju ma sarx fir-rigward ta' l-Isptar Monte Carmeli biss.", "Fl-istudju li kien sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti dwar in-numru ta' nies li hemm bżonn jaħdmu fl-Isptar Boffa - dan jista' jikkonfermah il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Farrugia - instab li kien hemm ċerti nies li kienu over and above that number u kellhom jiċċaqilqu mill-Isptar Boffa.", "Jekk tagħlaq unit fl- Isptar Boffa, huwa ovvju lin-nies se nċaqalquhom minn hemmhekk għal sptarijiet oħra ġaladarba għandhom grad ta' nurse, liema grad jispeċifika li dawk in-nies iridu jaħdmu fid-diviżjoni tas-saħħa.", "Pero` rigward grad oħra bħal, per eżempju, dak ta' maintenance, fejn ix-xogħol m'huwiex marbut partikolarment ma' xogħol ġewwa d-diviżjoni tas-saħħa, allura wieħed ikollu jieħu dawk il-miżuri biex jutilizza dawk il-ħaddiema bl-aħjar mod possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma nafx kemm il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jirrispondi għad-domanda li se nagħmillu pero` xtaqt nistaqsih kemm hu t-terminu ta' żmien bejn li tibda titħaddem l-ewwel fażi u li jitlestew it-tieni u t-tielet fażi.", "Jiġifieri kemm se jkun twil iż- żmien li fih se jkollna biż-żewġ spartijiet qegħdin jaħdmu parallel?", "Qed nistaqsi dan in vista ta' dak li qed jiġri tul din il-ġimgħa fl-Isptar San Luqa, fejn numru ta' operazzjonijiet hekk imsejħa cold surgery kellhom jiġu posposti minħabba li m'hemmx sodod biżżejjed.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, l-ewwelnett naħseb li kulħadd huwa konxju li bħalissa hawn inċidenza ogħla minn snin oħra ta' influwenza u allura hemm numru ta' nies li qegħdin jiġu rikoverati fl-isptar, ħafna minnhom anzjani.", "Filwaqt li wieħed ma jistax juża l-isptar bħala lukanda - fil-fatt hekk jagħmlu pajjiżi barra minn Malta għax meta s-sodod ikunu kollha okkupati ma jaċċettawx iżjed pazjenti - ma naħsibx li huwa għaqli li cold operations li jkunu jistgħu jistennew isiru xorta waħda biex allura mbagħad nimballaw l-isptar aktar u jibda l-garr minħabba s-sodod fil- kuriduri.", "Din li qed nagħmlu hija proċedura li turi responsabbilta` u dan huwa wieħed mill-metodi li wieħed jista' juża biex ikollu kontroll aħjar fuq in-numru ta' pazjenti li jidħlu fl-isptarijiet tagħna.", "Rigward l-ewwel parti tad-domanda tal-kollega tiegħi, irrid ngħid li ħafna jiddependi fuq kemm se nkunu effettivi biex inwettqu l-migration plan li ovvjament għad trid tiġi mtella'.", "Naħseb li l-kollega tiegħi jifhem li f'ċerti setturi se jkun hemm perijodu fejn irridu nħaddmu ż-żewġ sptarijiet.", "Per eżempju, ma tistax tagħlaq il-casualty ta' l-Isptar San Luqa imbagħad tibda ċ-ċaqliq lejn il-casualty ta' l-isptar il-ġdid, jiġifieri f'ċerti setturi se jkollna nħaddmu ż-żewġ sptarijiet f'salt.", "L-Onor. kollega jaf ukoll li biex tħaddem ċerti servizzi għandek bżonn ta' support services; jiġifieri jekk inti se tagħmel operazzjonijiet ta' ċerta entita`, ovvjament irid ikollok il-back-up ta' ITU, u allura fil-fażi inizjali ż-żewġ sptarijiet se jkunu jaħdmu fl-istess ħin u jipprovdu ċertu overlapping ta' servizzi.", "Pero`, kif għedt, kollox se jiddependi minn kemm aħna nkunu kapaċi u effiċjenti li nwettqu l-migration plan mingħajr ħafna skossi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' awtoritajiet/korporazzjonijiet tal-gvern u stabilimenti privati li matul l-1999 irreġistraw tilwim industrijali mad- dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjieg, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12878; u", "Tagħrif dwar day centres għal persuni b'diżabilita` f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13551.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' metri ta' tarmac mogħti f'kull lokalita` matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13580.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-lokalita` minn fejn ġew towed u clamped vetturi matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13305.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) ( No.2) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Frar, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius huwa in possession.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, fl-intervent tal-bieraħ jiena spjegajt kif is-suġġett li għandna quddiemna, jiġifieri ż-żieda fid-dazju fuq il-prodotti tat-tabakk, jolqot ir-risk factor ewlieni li dwaru nistgħu nagħmlu xi ħaġa fil-qasam tal-prevenzjoni mhux biss f'Malta imma anke f'ħafna pajjiżi oħra.", "Fil-fatt id-dokument Health Vision 2000 jgħid ċar u tond li \"smoking is the foremost preventable cause of premature death and disease in Malta\".", "Minn dokumentazzjoni tad-WHO joħroġ ukoll li ''smoking is the biggest cause of preventable death and ill health in the European Union'' u f'pajjiżi oħra żviluppati.", "Naturalment irridu nammettu li meta jogħla l-prezz tas-sigaretti t-tipjip jonqos jew almenu ma jibqax ikun faċli għal ċerti nies, speċjalment żgħażagħ u tfal, li jkollhom aċċess għal dan il-prodott.", "Il-bieraħ kont qed nipprova ngħid ukoll li hemm bżonn inħarsu b'mod aktar globali lejn din l-industrija - liema industrija hija mifruxa mad-dinja kollha - biex mhux biss inkunu nistgħu innaqqsu t-tipjip fost il-popolazzjoni tagħna imma anke sabiex naraw kif dan se jaffettwa l-ekonomija permezz ta' jobs assoċjati ma' din l-industrija.", "Diversi mill-kelliema għamlu wkoll riferenza għar-reklamar ta' dan il- prodott u għall-mod kif dan ir-reklamar qed jinbidel, fis-sens li t-target m'għadhiex aktar fuq l-irġiel imma daret aktar għal fuq in-nisa, tfal u fuq pajjiżi li għadhom qegħdin fi stat ta' żvilupp fejn it-tipjip għadu m'huwiex meqjus bħala xi ħaġa anti-soċjali kif inhu mequs f'ħafna pajjiżi żviluppati.", "Jien naħseb li biex wieħed jasal għal dan l-istadju anke f'pajjiżna jrid ikun hemm aktar kooperazzjoni u integrazzjoni fil-policies li jagħmel il-gvern kemm mill-qasam fiskali kif ukoll mill-qasam tas-saħħa.", "Il-Health Vision 2000 jitkellem ukoll dwar diversi targets li kellna nilħqu u jkun tajjeb li hawnhekk nagħtu ħarsa lejn dak li konna qegħdin ngħidu ftit tas-snin ilu u naraw jekk irnexxilniex nilħqu dawn it-targets għaliex l-esperjenza ta' ħafna pajjiżi f'dan il-qasam hija li minkejja d- diversi liġijiet li jgħaddu, m'huwiex faċli li wieħed jinforzahom.", "Fost l- oħrajn, fl-1995 konna wegħedna li rridu nnaqqsu b'50% r-rata tat-tfal li jaqbdu dan il-vizzju, u bi 30% u 20% ir-rata taż-żgħażagħ u t-tfajliet li jaqbdu dan il-vizzju.", "Kien hemm ukoll target immirata lejn dawk l- ommijiet li qed jistennew tarbija - kulħadd jaf kemm isir ħsara jekk omm li tkun qed tistenna tarbija tpejjep waqt it-tqala - liema target kienet ta' 75%.", "Huwa veru li dawn forsi kienu targets pjuttost għoljin pero` ċertament huwa worth it li wieħed ikompli jsegwihom.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li wieħed jara wkoll x'qed isir mil-lat ta' aktar prevenzjoni u anke sabiex jiġu mgħejjuna dawk li diġa` għandhom dan il- vizzju.", "Kien suġġerit, pero` għalissa ma jidhirlix li hemm dan il-ħsieb, li minn din it-taxxa li l-parlament jiġi mitlub biex iżid minn żmien għal żmien, ikun hemm diversion ta' 1% għall-health educational programmes.", "Ċertament li dan huwa ammont żgħir ħafna meta nafu x'saħħa, flus u poter trid biex ttikkumbatti l-effetti tar-reklamar li jsir minn dawn il- multinational companies li huma mifruxin mad-dinja kollha.", "Ħafna drabi dawk li huma favur it-tmexxija ta' dan il-prodott jgħidu li r-reklamar m'huwiex importanti u jġibu l-argument li dan ma jeffettwax lill-persuna li ma tkunx tpejjep b'mod li jġegħluha tibda tpejjep, imma jeffettwaw biss lil dawk li jkunu diġa` jpejpu sabiex ibiddlu l-brand u b'hekk huma jkunu jistgħu jmexxu 'l quddiem ċertu tip ta' tabakk.", "Jien naħseb li l-ammonti ta' flus li dawn il-kumpanniji jinvestu fir-reklamar jitkellmu waħedhom dwar kemm dawn effettivament jagħmlu effett.", "Aħna nafu li qed issir pressjoni minn gvernijiet ta' ċerti pajjiżi sabiex l-isponsorships minn dawn il-kumpanniji - b'mod speċjali fil-qasam sportiv pero` anke f'oqsma oħra - jitnaqqsu u hemm anke target dates sa meta dawn jistgħu jibqgħu għaddejjin bl-isponsorships.", "B'daqshekk ma jfissirx li mhux se jkun hemm diversifikazzjoni min-naħa ta' dawn il-kumpanniji f'oqsma oħrajn u ċert li dawn se jibqgħu, b'xi mod jew ieħor, jaraw fejn se jbigħu l-prodott tagħhom.", "Mr Speaker, huwa magħruf li ħafna pajjiżi fin-naħa t'isfel ta' l-Ewropa jkabbru dan il-prodott, pero` l-prodott tagħhom tant fih tar content li lanqas biss jgħaddi mill-EU regulations u allura jispiċċa jinbiegħ f'pajjiżi oħrajn, magħrufin bħala tat-tielet dinja, u b'hekk dawn ikomplu jżidu mal-problemi enormi li diġa` għandhom.", "Jekk aħna għandna mhux biss kuxjenza man-nies tagħna imma anke kuxjenza internazzjonali u qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li ġġib mewt bikrija fost nies li jistgħu jgħixu ħafna iktar u aħjar, allura m'għandniex inkunu complacent u għandna nagħtu l-kontribut tagħha f'din il-kampanja internazzjonali, liema kampanja ma tistax tieqaf u ma jistgħux ikunu efforts żgħar ta' darba kultant, imma jridu jkunu sostnuti s-sena kollha b'edukazzjoni kontinwa u anke bi ftuħ għal possibilita` li jkun hemm għajnuna biex issir kampanja akbar ta' edukazzjoni.", "Mr Speaker, in-naħa l-oħra ħadet din l-okkażjoni sabiex titkellem fuq il- budget b'mod in ġenerali u ħareġ ċar li huma ma jaqblux mal-mod kif qed tiġi indirizzata l-problema finanzjajra f'pajjiżna u mal-mod kif qed tiġi tackled l-ekonomija f'pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar tliet snin il-poplu tagħna għadda minn esperjenza li m'għaddiex minnha f'dawn l-aħħar 50 sena, fejn biddel il-gvern darbtejn.", "Huwa jaf x'kienu l-policies u l-programmi li kellu l-gvern Laburista, jaf x'sarraf gvern Nazzjonalista fid-disa' snin ta' qabel, u jaf għalxiex daħal meta poġġa lill-Partit Nazzjonalista fil- gvern b'maġġoranza qawwija u allura huwa lest jimxi din it-triq mal-gvern Nazzjonalista ħalli pajjiżna jimxi 'l quddiem u ma jkunx fallut.", "Jien ċert li ħadd minna ma jixtieq jara lil pajjiżna fallut pero` naħseb li l-ħafna diskorsi tal-prophets of doom li ilna nisimgħu għal xahar wara xahar u għal sena wara sena, għalkemm ma jħallux dak l-effett li huma jixtiequ, jistgħu jaqtgħu qalb xi wħud, jistgħu jdaħħlu d-dubji fil- vijabilita` ta' pajjiżna, u jistgħu anke jeffettwaw l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ċertament li r-rieda politika ta' dan il-gvern hi li jwassal lill-ekonomija tagħna sabiex tkompli tirpilja u tissaħħaħ ħalli nkunu nistgħu noffru aktar jobs għan-nies tagħna, jobs li verament jeżistu mhux jobs fantażmi li wara joħolqu ħafna problemi bħalma ġara bil-jobs li ingħataw qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Jien naħseb li diskors bħal li l- livell ta' l-għajxien f'pajjiżna qed jonqos wieħed irid jarah fil- perspettiva vera tiegħu.", "Hemm bżonn li nkunu ħafna iktar oġġettivi u jien nagħmel appell lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ tagħna sabiex jieħdu l- opportunitajiet speċjalment dawk li jirrigwardjaw l-edukazzjoni.", "Mr Speaker, hawnhekk ftit nisimgħu diskors dwar kemm qed nieħdu mill- edukazzjoni; nitkellmu dwar kemm qed jiġi vvutat biex ikun hawn edukazzjoni aħjar imbagħad insibu li r-riżultati mhux qed ikunu dawk li wieħed jixtieq.", "Jien naħseb li huwa d-dover ta' kull ċittadin li jieħu dak kollu li jista' mill-bank ta' l-iskola u mill-esperjenza tax-xogħol, għaliex ħafna drabi li qed jiġri huwa li qed ikun hawn mismatch bejn dak li qed jipprovdi s-suq u dak li qegħdin joffru n-nies.", "Ħafna drabi ma ssibx il-persuna li għandek bżonn għal dak il-post tax-xogħol partikolari u forsi għalhekk ikun hawn ħafna barranin f'pajjiżna; għaliex m'għandniex nies tagħna li huma kapaċi jagħmlu dak ix-xogħol, ħaġa li ma naħsibx li għandha tkun in this day and age u wara tant u tant investiment mill-gvernijiet kollha fil-qasam ta' l- edukazzjoni.", "Jekk aħna m'aħniex se ninkorraġġixxu liż-żgħażagħ u lit-tfal tagħna sabiex ikomplu fil-mixja tagħhom ħalli jipprovdu lill-pajjiżna bil- ħaddiema li għandna bżonn allura naħseb li jkun ta' aktar gwaj għal pajjiżna minn kwalunkwe ħaġa oħra.", "Mr Speaker, issir ħafna kritika rigward sparpaljar u tberbiq ta' flus.", "Jien naħseb li meta wieħed jitfa' dawn il-frażijiet bl-addoċċ mingħajr ma jkun speċifiku u mingħajr ma jinkwadrahom f'dak li huwa l-budget nazzjonali, ċertament li ma jistax jistenna li jiġi mismugħ b'dik l- attenzjoni bħal meta jagħmel kritika kostruttiva.", "Hemm affarijiet li jekk ma nindirizzawhomx b'mod strutturali se jibqgħu jegħlbuna.", "Kull miżura li tittieħed fil-budget biex iġġib aktar revenue lill-gvern tittieħed jew għaliex ikun qed isir aktar infiq jew inkella għaliex ikun hemm problemi oħra bħalma huma l-imgħaxijiet fuq id-dejn.", "Per eżempju, ftit ilu smajna lill-ministru jgħid xi spiża hemm involuta fl-isptar il-ġdid u xi spiża rikorrenti se jitlob.", "U allura dan jorbot ħafna ma' dak li qegħdin nitkellmu fuqu llum dwar kemm huwa importanti li nisħqu fuq il-prevenzjoni u x'nistgħu nagħmlu aktar sabiex innaqqsu ċertu tip ta' mard bħalma huwa l- mard li jiġi mill-effett tat-tipjip.", "Kif għedt il-bieraħ ma jfissirx li għaliex se tagħmel din it-tip ta' prevention allura se tonqos l-ispiża għas- saħħa.", "Jiena nsostni li l-ispiża għal dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa u edukazzjoni, nagħmlu x'nagħmlu se tibqa' tiżdied; l-importanti huwa li l- kwalita` ta' dawn is-servizzi tibqa' dejjem titjieb.", "Jien nemmen ħafna li l-bniedem għandu ġlieda ma' affarijiet li assolutament jiġu min-natura, affarijiet li llum ir-riċerka turina li fil- fatt hemm x'wieħed jista' jagħmel għalihom.", "Ħafna affarijiet sa 30 jew 50 sena ilu konna ngħidu li m'hemmx x'tagħmel għalihom, imma llum għandna l- mezzi u hija r-responsabilita` tal-gvern li jara li dawn ikunu available għall-poplu.", "Minħabba li dawn it-tip ta' domandi se jibqgħu jsiru u se jibqgħu jiżdiedu - kważi m'għandhom l-ebda limitu - wieħed ma jistax jirraġuna bil-mod li jgħid li għaliex innaqqsu ċertu mard allura awtomatikament se tonqos l-ispiża fil-qasam tas-saħħa.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nappella għal kampanja akbar kontra t-tipjip.", "Jiena bniedem li ma npejjipx, pero` naf ħafna familji li qegħdin ibatu minħabba dan il-vizzju.", "Jien kelli programm fuq ir-radju fejn kienu ċempluli rġiel jilmentaw kemm ħajjithom hija ta' inqas valur minħabba din il-problema.", "Dan apparti mil-fatt li tkun qed issir ukoll ħsara lit-tfal.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li huwa ntiż sabiex ipoġġi fil-prattika miżura li ttieħdet fl-aħħar budget, miżura li biha kellna żieda fit-taxxa tas-sisa fuq is-sigaretti u t-tabakk.", "Dan l-abbozz qed jipproponi li ż-żieda fuq il-prodotti tat-tabakk imħabbra fl-aħħar budget - liema żieda ġiet attwata mill-ewwel - tkun tista' tagħmel parti mill-pakkett tal-liġijiet ta' pajjiżna.", "Jekk wieħed jagħti ħarsa ħafifa lejn l-aħħar ftit budgets isib li saret drawwa li f'kull budget ikun hemm żieda fit-taxxa tas-sisa li titħallas fuq it-tabakk.", "Il-prezz ta' pakkett sigaretti, li sa ftit tas-snin ilu kien 40c, baqa' tiela' sena wara l-oħra sabiex illum dan l-istess pakkett sar jiswa Lm1.", "L-istess nistgħu ngħidu għat-tabakk tal-brim.", "Żgur li l-iskop ewlieni għal din iż-żieda fil-prezz tat-tabakk huwa sabiex il-gvern ikollu aktar dħul f'taxxi u mhux sabiex dak li jkun inaqqas fit-tipjip għaliex l- esperjenza wrietna li minkejja żidied kbar li jkollna fil-prezz tat-tabakk, xorta jibqa' jkollna min jaqbad dan il-vizzju.", "Niftakar li meta l-gvern Laburista preċedenti kien għolla l-prezz tat- tabakk fl-aħħar budget tiegħu, l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet għamlet storja kbira dwar dan u qalet li ż-żgħażagħ se jkollhom flus inqas fil-but minħabba dawn iż-żidiet fil-prezz tas-sigaretti u tal-petrol.", "Dakinhar anke l-problema finanzjajra tal-pajjiż kienet ħrafa għalihom, imma llum li qegħdin fil-gvern qed jirraġunaw b'mod differenti għal kollox u l-problemi ekonomiċi u finanzjarji li għandu l-pajjiż qed iġiegħlu lil dan il-gvern sabiex kull darba jdur fuq il-poplu u jgħidlu biex iħallas aktar ħalli jkompli jsodd it-toqba fil-finanzi tal-gvern.", "Dawn it-taxxi qed isiru minn partit li wiegħed li hekk kif ikun fil-gvern kellu jnaqqas it-taxxi u l-piżijiet minn fuq min jiflaħ l-inqas, kellu jagħmilha possibbli sabiex il-ħaddiema jibqagħlhom aktar flus f'idejhom u b'hekk ikunu jistgħu jgħixu ħajja ħafna aħjar.", "Illum qed naraw li qed isir kollox bil-maqlub ta' dak li wiegħdu u qed ikollhom jirrikorru għal miżuri li qegħdin jolqtu l-aktar liż-żgħir u lil dak li jiflaħ l-inqas.", "Kieku l-għoli fil-prezz tas-sigaretti u tat-tabakk kellu jkollhom effett fuq l-ammont ta' nies li jpejpu, fis-sens li dawn jonqsu, kieku jiena u l- maġġoranza tal-membri ta' din il-Kamra konna nieħdu pjaċir b'miżura bħal din pero`, kif diġa` għedt, l-esperjenza turina li minkejja li l-prezz tas- sigaretti u tat-tabakk jogħla minn sena għal oħra, in-numru ta' nies li jpejpu mhux qed jonqos, anzi qed ikollna żieda fin-numru ta' persuni li jaqbdu dan il-vizzju, fosthom nisa u żgħażagħ.", "Kif jaf kulħadd żmien iż- żogħżija huwa żmien fejn dak li jkun jibda bl-esperimenti fuq ħafna affarijiet tal-ħajja, fosthom it-tipjip.", "Aħna kollha għaddejna minn żmien iż-żogħżija u naħseb li lkoll niftakru dak iż-żmien fejn jew aħna jew sħabna konna npejpu bil-moħbi biex ma ninqabdux mill-ġenituri jew mill- għalliema tagħna.", "Għalhekk jien nemmen li hemm bżonn ta' aktar edukazzjoni, tagħlim u dixxiplina sabiex iż-żgħażagħ tagħna jkunu jafu bil- ħsara li jagħmel it-tipjip.", "Il-liġi f'pajjiżna tipprojbixxi li żgħażagħ taħt is-16-il sena jitħallew jixtru sigaretti, pero` ilkoll nafu li mhux talli jsiru abbużi, talli ma jeżisti ebda kontroll fuq ix-xiri tas-sigaretti min-numru kbir ta' vending machines li għandna mxerrdin ma' Malta kollha.", "Fl-Istat ta' Vermont fl- Istati Uniti ftit tax-xhur ilu ġiet approvata liġi fejn żgħażagħ taħt it-18- il sena li jinqabdu jpejpu jitwaħħlu multa ta' $US25 u f'każ li din ma titħallasx titteħdilhom il-liċenzja tas-sewqan.", "Fil-fatt fl-Amerka stess il-President Clinton ħabbar li fil-budget li ġej se jsir sforz sabiex jonqos it-tipjip fost iż-żgħażagħ u se jżomm lill-industrija tat-tabakk responsabbli għal dan.", "Kull sena aktar minn 400,000 persuna jmutu fl- Amerka kaġun ta' mard relatat mat-tipjip u nstab li 90% minn dawn ikunu qabdu l-vizzju meta jkunu għadhom tfal.", "Huwa għalhekk li fl-Istati Uniti qed isir sforz sabiex il-vizzju tat-tipjip ma jinqabadx minn persuni ta' eta` żgħira.", "Jien nemmen li hemm bżonn ta' iktar tagħrif u kampanji dwar il-ħsara li jikkaġuna t-tipjip, b'mod partikolari fl-iskejjel fejn ikollna tfal li jkunu għadhom qegħdin jitgħallmu x'toffri l-ħajja.", "Pajjiżi oħra qed jipprovaw jilqgħu minn qabel biex possibiliment il-mard kbir li joħloq it- tipjip jitnaqqas.", "Matul dan id-dibattiu smajna numru ta' tobba jitkellmu dwar il-mard ikkaġunat mit-tipjip kif ukoll dwar in-numru kbir ta' pazjenti li jkollhom jiddaħħlu l-isptar jbatu minn mard li huwa relatat mat-tipjip, pero` minkejja l-problemi fis-saħħa li jġib miegħu l-vizzju tat-tipjip u minkejja ż-żieda għal sena wara l-oħra fil-prezz tas-sigaretti, jidher li dan il-vizzju se jibqa' magħna u se jkollna nibqgħu nġorru magħna l- problemi li qed joħloq.", "Mr Speaker, mil-lat kummerċjali naraw li l-industrija tat-tabakk toffri l- akbar numru ta' sponsorships u reklamar lin-numru ta' attivitajiet segwiti mill-maġġoranza, b'mod speċjali l-isports.", "Fit-tlielaq tal-karozzi tal- Formula 1 naraw ditti kbar ta' sigaretti jirreklamaw kemm fuq il-karozzi kif ukoll fuq banners tul il-korsa.", "Minn survey li sar dan l-aħħar mill- Universita` ta' Manchester irriżulta li tfal dilettanti tat-tlielaq tal- karozzi setgħu jaqgħu fil-vizzju tat-tipjip aktar minn dawk li ma kenux dilettanti ta' dan l-isports.", "Dan l-istudju sar fuq perijodu ta' sena fuq 1,000 tifel ta' bejn it-12 u 13-il sena fejn instab li 13% ta' dawk li kienu dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi u ma kenux ipejpu, wara sena qabbdu dan il-vizzju.", "Anke hawn Malta, l-industrija tat-tabakk hija fost l- isponsors ewlenin fl-attivitajiet sportivi tagħna u minbarra li toffri sponsorships lin-numru ta' leagues tal-football, kienet tagħti - u safejn naf jien għadha - kontribut qawwi lit-team nazzjonali Malti tal-football u kieku kellha twaqqaf dawn l-isponsorships żgur li kien ikollna problemi biex insibu sponsorships li joffru l-istess ammonti ta' flus.", "Minn dan jidher ċar il-kontroll li għandha l-industrija tat-tabakk fuq ħafna minn dak li nagħmlu fil-ħajja tagħna.", "Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn l-aspett finanzjarju ta' din iż-żieda fil- prezz tat-tabakk, naraw li minbarra li l-gvern se jdaħħal ħafna iktar miljuni ta' flus minn fuq dawk li għandhom il-vizzju tat-tipjip, se tħalli wkoll impatt finanzjarju fuq min ipejjep.", "Ta' min jgħid li għal din is- sena l-gvern qed jistma li se jdaħħal madwar Lm17 miljun f'taxxi mill- konsum tas-sigaretti, filwaqt li min ipejjep żewġ pakketti sigaretti kuljum se jkollu jħallas aktar minn Lm70 żejda f'sena.", "Minn dan naraw li l-Lm1 żieda li ta l-gvern f'dan l-aħħar budget diġa` nxtorbot, u dan meta lanqas biss għadna bdejna nitkellmu fuq żidied oħra mħabbra fl-istess budget.", "Minbarra din il-miżura fl-għoli tal-prezz tas-sigaretti, fl-aħħar budget kellna żieda ukoll fil-prezz tal-petrol u d-diesel, u llum, meta karozza m'għadhiex titqies bħala lussu u meta kull familja għal karozza għandha tnejn, miżura bħal din żgur li laqtet lill-poplu Malti kollu.", "Titkellem ma' min titkellem kulħadd tal-fehma li qed ikollu joħroġ aktar flus f'petrol sabiex iservih l-istess żmien li kien iservih qabel, ħaġa li qed tħalli effett fuq il-mezzi finanzjarji tal-familji tagħna.", "U l-istess jista' jingħad għaż-żieda li kellna fuq il-prezz tat-telephone.", "Imbagħad tajna Lm1 żieda lill-poplu biex intaffu minn dawn iż-żidied fuq affarijiet li jikkonsma ta' kuljum!", "Nixtieq issa ngħaddi sabiex ngħid xi ħaġa dwar iż- żieda fil-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali.", "Fil-fatt din il-miżura kienet imħabbra fil-budget tas-sena l-oħra meta sa dakinhar il-bolla kienet għadha waħda minn kull tnax tal-paga.", "Is-sena li għaddiet din kellha titla' għal wieħed minn kull ħdax tal-paga biex minn Jannar ta' din is-sena din saret waħda minn kull għaxra tal-paga.", "Fi kliem ieħor qed ngħidu li fuq paga ta' Lm60 fil-ġimgħa qabel ħaddiem kien iħallas Lm5 fil-ġimgħa bolla filwaqt li minn Jannar ta' din is-sena beda jħallas Lm6 fil-ġimgħa.", "Minbarra dan il-ħlas fil-bolla kien hemm ukoll żieda fl- income tax u inutli li jkun hemm min jipprova jgħid li m'għandniex raġun għaliex skond kif qalu huma t-taxxa għoliet għal min jaqla' aktar minn Lm5,000 iżda l-fatti qed juru li kull ħaddiem Malti u Għawdxi bil-paga dan ix-xahar qabad inqas paga minn dik li qabad fix-xahar ta' Diċembru.", "U hawnhekk hemm bżonn li wieħed jisma' u jara x'inhu jħoss Ċikku l-poplu u mhux noqogħdu nippruvaw nikkonvinċu b'ħafna somom bil-calculator.", "Jien ma nafx jekk jeżistix pajjiż ieħor fid-dinja fejn minkejja li l-gvern jagħti żieda għall-għoli tal-ħajja, kulħadd isib il-pay packet tax-xahar bin-nieqes.", "Din hija xi ħaġa li ma tantx tinftiehem pero` hija ħaġa li qed ikollha tgħaddi minnha l-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi.", "U dan wara li fil-kampanja elettorali li għaddiet kellna ħafna wegħdiet li gvern Nazzjonalista ġdid kellu jnaqqas il-piż tat-taxxi.", "Mr Speaker, s'issa tkellimt dwar iż-żidiet fil-prezz tal-petrol, tas- sigaretti, fil-ħlas tal-bolla tan-national insurance u fil-ħlas ta' l- income tax, pero` ma' dawn wieħed irid iżid ukoll l-għoli fil-prezzijiet ta' l-affarijiet essenzjali, liema għoli qed ikollha tħabbat wiċċha miegħu kuljum il-mara tad-dar.", "U fuq quddiem nett ta' min wieħed isemmi l-prezz tal-ħobża Maltija li kulħadd jaf hija part and parcel minn kull ikla tal- Maltin.", "Il-gvern iddeċieda li jneħħi s-sussidju fuq id-dqiq u għalhekk il- prezz tal-ħobża bilfors kellu jitla'.", "Imbagħad, biex mingħalih ipatti għal din iż-żieda fil-prezz tal-ħobż il-gvern iddeċieda li jibgħat Lm10 lil kull persuna ta' darba biss!", "Wara l-aħħar budget jidher li kien hemm consensus anke min-naħa tal-gvern li dan il-budget kien se jġib uġigħ u dwejjaq fost il-poplu tagħna u minbarra li qed ikollna dawn iż-żidiet fuq kull ħaġa jidher li l-prospetti għal futur aħjar ma tantx jidhru fil-viċin; għandna staġnar sħiħ fl-ekonomija u dan meta suppost għandna gvern li kellu jonfoħ nifs ġdid ta' fiduċja u direzzjoni wara 22 xahar ta' dlam taħt gvern Laburista.", "Dak iż-żmien kellna ħafna għajjat min-naħa ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista għaliex kienu qed jgħidu li l-ekonomija kienet staġnata u li gvern Laburista ma kienx irnexxilu jġib investiment ġdid.", "Ftit taż-żmien ilu l-bank ċentrali ħareġ il-figuri tiegħu dwar kif marret l-ekonomija fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra, jiġifieri bejn Jannar u Settembru 1999.", "Ħarsa ħafifa lejn dawn il-figuri turina li fl-ewwel disa' xhur tas-sena 1998 - meta kien għad hemm gvern Laburista u fejn skond il- Partit Nazzjonalista kien hawn dlamijiet biss - kellna żieda ta' 8.6% fl- ekonomija Maltija.", "Dawn huma figuri li jitkellmu waħedhom dwar minn xiex inhu għaddej pajjiżna bħalissa.", "Ftit tal-ġimgħat ilu għadna kif għaddejna minn numru ta' festi fosthom il-Milied u l-ewwel tas-sena fejn suppost iċċelebrajna bil-kbir id-dħul tal-millennju l-ġdid.", "Dawn huma żmenijiet fejn kulħadd jonfoq daqsxejn aktar, fejn il-maġġoranza tagħna noħorġu niddevertu ftit aktar mis-soltu, iżda għan-negozjant Malti, b'mod speċjali dak li hu mdaħħal fl-entertainment u l-catering business, din is-sena se tibqa' mniżżla bħala l-agħar sena ta' negozju, l-agħar sena li qatt għaddew minnha f'dak li huwa bejgħ.", "Din nistgħu nikkonfermawha billi nistaqsu lis- sidien tal-bars, tar-restaurants, tad-discos, u ta' ħwienet oħra fejn kulħadd jgħid l-istess kliem; kellna perijodu kwiet għall-aħħar.", "Mr Speaker, xtaqt indur issa għall-qasam tax-xogħol u niftakru x'kienu jgħidu meta kien hemm gvern Laburista u l-figura tal-qgħad kienet titla' xi ftit.", "Illum sforz il-ġid li suppost qed joħloq dan il-gvern, il-figura tan- nies bla xogħol laħqet ċifra record għal dawn l-aħħar 12-il sena.", "Il- figura tan-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol laħqet it-8,000 fix-xahar ta' Settembru li għadda.", "Figura interessanti li ta' min wieħed jagħmel aċċenn fuqha hija l-figura tal-labour supply, li għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna mid-dar ngħid li din il-figura turi l-ammont ta' nies li għandhom impjieg bi qligħ magħduda ma' dawk li qed jirreġistraw għax- xogħol.", "Bejn Settembru u Ottubru tas-sena l-oħra, il-figura tal-labour supply niżlet b'500 ruħ u din m'hijiex sitwazzjoni normali għaliex normalment minn xahar għal xahar il-figura tal-labour supply titla'.", "U jiena nistaqsi: X'qed jiġri minn dawk li suppost huma kapaċi jaħdmu?", "Wisq nibża' li l-gvern, fil-ġenn tiegħu biex inaqqas in-numru ta' persuni jfittxu x-xogħol, qed jippressa lill-ispetturi ta' l-ETC sabiex jaqtgħu minn fuq il-kotba tar-reġistrar lil min ikun hemm l-iċken suspett fuqu li qed jaħdem.", "Tajjeb li din niċċarawha u tajjeb li jkollna spjega mill-aktar ċara fejn marru dawn il-500 persuna li kien hemm fuq il-lista tal-labour supply.", "In-numru ta' nies bla xogħol qed jinkwieta lill-bosta u minkejja l-fatt li fil-budget tas-sena l-oħra l-ministru kien qal li jittama li jżomm il- figura tal-qgħad milli tikber, jidher li dan ma rnexiex għaliex il-qgħad baqa' tiela' xahar wara l-ieħor.", "Inkwetanti huwa l-fatt li n-numru ta' żgħażagħ bla xogħol aktar ma jmur aktar qed ikompli jikber.", "Aktar minn 40% ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol huma persuni taħt it-30 sena.", "Inkwetanti wkoll għal ħafna, iżda jidher li mhux għall-gvern, huwa n-nurmu dejjem jiżdied ta' persuni li jdumu aktar minn sena jfittxu x-xogħol.", "F'Ottubru ta' l-1998 din il-figura kienet ta' 3,295, liema figura kompliet tiela' għal 3,767 f'Settembru ta' 1998, reġgħet telgħet għal 3,823 f'Ottubru biex f'Novembru laħqet it-3,880.", "Jidher li l-gvern huwa insensittiv għall- problemi li għaddejjin minnhom dawn in-nies.", "Ta' min jgħid ukoll li kemm ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, jiġifieri minn Settembru ta' 1998, kellna aktar minn 3,000 persuna li tilfu l-impjieg mis-settur ta' l- industrija biss - medja ta' sitt persuni kuljum - u dan taħt gvern li kellu jispira l-fiduċja u joħloq il-ġid.", "L-Onor.", "Francis Agius fid-diskors tiegħu qal li aħna ta' l-oppożizzjoni qisna l-prophets of doom.", "Jien dalgħodu fil-gazzetti qrajt fuq ir-rapport li ħarġet il-Federazzjoni ta' l-Industrija fejn din saħqet biex isir kull sforz sabiex ma jkomplux jintilfu impjiegi fil-qasam tas-settur ta' l- industrija.", "Għalhekk jidher li mhux l-oppożizzjoni biss hija nkwetata bis- sitwazzjoni li qegħdin fiha numru ta' impjiegi.", "F'din is-sena u nofs ta' tmexxija Nazzjonalista ma kellniex investimenti ġodda li jistgħu joħloqu l- impjiegi, anzi nażżarda ngħid li bl-ossessjoni tiegħu li jissieħeb fl- Unjoni Ewropea l-gvern qed jattwa dak kollu mitlub minnu minn Brussels.", "Dan qed joħloq perikli ġodda għan-numru ta' impjiegi li għandna f'kull settur.", "Diġa` bdejna bit-tneħħija ta' numru ta' levies - li żgur se jfissru telf ta' impjiegi - u bdejna naraw jidħlu Malta patafjun ta' prodotti barranin li jsiru bħalhom hawnhekk.", "Fost dawn hemm prodotti magħmula mill-karta.", "U jien hawnhekk nistaqsi x'se jiġri mill-fabbriki li għandna li jipproduċu dawn il-prodotti u x'se jiġri mill-ħaddiema tagħhom.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq xtaqt insemmi settur ieħor ta' mpjiegi li qed jiġi mhedded bit-tneħħija tal-levies; qed nirriferi għat-tarznari.", "Huwa fatt magħruf li bosta tarznari fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea kellhom jagħlqu u jibagħtu lill-ħaddiema tagħhom id-dar; hekk ġara fi Spanja, fil-Portugal u fi Franza.", "Fil-fatt is-sajf li għadda fi Franza jien personalment rajt żewġ tarznari kbar viċin Marsilja li kellhom jagħlqu fuq ordni minn Brussels bl-iskuża biex fil-Mediterran ma jkunx hawn ammont kbir ta' tarznari.", "Jiena nittama li nafu x'qed nagħmlu u li m'aħniex qed nilagħbu ma' l-impjiegi u l-ħobż ta' dawn il-ħaddiema.", "Imbagħad xi ngħidu għall-bdiewa u s-sajjieda li jlaħħqu ma' l-2,500.", "Il-biża' tiegħi hija li malli nissieħbu fl-Unjoni, il-laneċ tal-pajjiżi Ewropej ikun jistgħu jiġu jistadu fl-ibħra tagħna.", "U hawnhekk jien nistaqsi: Kif se jkunu jistgħu jlaħħqu s-sajjieda tagħna mal-flotot kbar ta' sajd li għandhom dawn is-sajjieda?", "Żgur li jekk dan iseħħ se jkollna mewta għal dan il-mistjier.", "X'se jsir min-numru kbir ta' ħaddiema li għandna fl-agro- industry u fil-koperativi, liema numru jlaħħaq għal madwar 2,500?", "Ta' min wieħed iserraħ ras dawn in-nies billi jgħidilhom li bl-influss ta' prodotti minn barra dawn m'humiex se jitilfu l-impjieg tagħhom.", "Mr Speaker, dawn il-ħafna miżuri iebsa li wettaq dan il-gvern sa issa, qed jagħfsu fuq il-but tal-ħaddiema u qed joħolqu tbatijiet ġodda għall- poplu Malti.", "Qed ikollna min il-paga mhux lanqas biss qed isservih għall- ikel u l-biża' tiegħi hija li l-poplu se jitlef minn dawk il-ħafna affarijiet li akkwista tul iż-żmenijiet u li llum m'għadhomx jitqiesu bħala lussu; nibża' li se mmorru lura fiż-żmien.", "Dan jista' jinżamm biss jekk il- gvern ibiddel ir-rotta u jisma' il-karba tal-poplu.", "Jien nittama li għall- ġid ta' kulħadd il-gvern jagħżel it-triq tas-serjeta`, it-triq li jaċċetta li b'dak li għamel hawn sezzjoni kbira tal-poplu li qed tweġġa' fil-kwiet.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemna llum għandna abbozz ta' liġi li jemenda l-att dwar id-dazju u s-sisa.", "Dan l-abbozz qed jitressaq f'dan il-parlament minħabba li fl-aħħar budget il-gvern Nazzjonalista għolla l-prezz tas-sigaretti u l-proċedura titlob li jiġi emendat dan l- abbozz biex jiġi konformi ma' dak li ħabbar il-gvern.", "Kienu bosta l- kelliema sa issa fuq dan l-abbozz miż-żewġ naħat tal-Kamra, fosthom kelliema min-naħa tal-gvern li pprovaw jagħtu l-impressjoni li l-għoli fid- dazju tas-sigaretti qed isir għas-sempliċi raġuni li dan il-gvern jeħodlok ħsieb saħħtek, ma jixtieqlekx id-deni u jridek tnaqqas it-tipjip.", "Dan m'hu minnu xejn għax il-verita` hi li l-gvern l-ewwel m'hu qed iħares huwa lejn ir-revenue li jista' jdaħħal u ħa din il-miżura sabiex tkun tista' b'xi mod tgħinu jtaffi xi ftit mill-problemi finanzjarji li ġab hu stess qabel l-1996.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern kien qal li l- problema verament kienet teżisti, pero` ħaddieħor għoġbu jsejħilha ħrafa dakinhar.", "Imma mhux hekk qed jgħidu llum li reġgħu qegħdin fit-tmexxija.", "Illum dawn l-istess nies qegħdin jitolbu s-sagrifiċċji mingħand il-poplu.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed imur ftit lura fis-snin u jara kif bdiet din il-problema.", "Fis-snin '80 gvern Laburista kien ħalla sitwazzjoni finanzjarja u ekonomija soda u b'saħħitha.", "Nafu li minn meta Malta ħadet l- indipendenza fl-1964 u l-ħelsien sħiħ fl-1979, pajjiżna mexa 'l quddiem u għamel progress kbir b'ħidmet dan il-poplu li huwa ħawtiel, bena dak li għandu llum, ġab l-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa b'xejn għal kulħadd, u bdew jingħataw is-servizzi soċjali, liema benefiċċji huma monument ta' gvern Laburista.", "Fl-1987 kien hemm bidla fil-gvern u minflok ma gvern Nazzjonalista għaraf imexxi lil pajjiżna bir-ritmu tal-progress li kien meħtieġ u fl-istess ħin ikun kawt u jmexxi l-fondi pubbliċi bil-għaqal u bil-galbu, taha għall-ħela u pprova jagħmel investimenti - li mhux kollha rnexxew - li kienu jiswew aktar milli konna nifilħu.", "Minkejja li wħud mill- investimenti kienu tajbin - ħadd ma jista' jiċħad li l-investiment li sar fit-telekomunikazzjoni kien tajjeb - meta dawn tqishom man-nefqa li għamel gvern Nazzjonalista f'dawk is-snin, issib li l-pajjiż daħal għal dejn kbir u li ħafna mill-korporazzjonijiet waslu fi stat ta' falliment.", "Kieku wieħed kellu jħares lejn x'għamel gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1996 u janalizza l-proġetti li saru jsib li dawn żgur li ma swewx lill-pajjiż il- kważi Lm1 biljun lira dejn li għandu.", "Mr Speaker, kulħadd jaf li fis-snin 90 il-gvern Nazzjonalista kien iroxx u beda jberbaq bl-addoċċ - naturalment għaliex sab xi jroxx - pero` f'daqqa waħda bħal sajjetta fil-bnazzi fl-1996 irrealizza li hemm problema finanzjarja.", "Tant hu hekk li l-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien kien qal lill-kabinett li kien hemm bżonn jaraw x'se jagħmlu.", "U s-soluzzjoni kienet waħda mill-aktar faċli għall-gvern Nazzjonalista għax evita li jagħmel budget u sejjaħ elezzjoni.", "Huma rraġunaw b'mod li jekk jirbħu l- elezzjoni ikollhom jgħidu l-verita` u jekk jitilfuha jerfgħu kollox tal- Labour.", "Fil-fatt l-elezzjoni ntrebħet mill-Partit Laburista li kellu l- kuraġġ jgħid lill-poplu l-verita` tal-fatti kif kienet.", "Din kienet ir- realta` li qajmet lill-politiċi taż-żewġ naħat u qaltilhom sabiex jieħdu ħsieb dak li bnew il-predeċessuri tagħna tul is-snin.", "U l-ewwel sforzi bdew mill-gvern Laburista, pero` minkejja li kulħadd kien jaf li kien hemm bżonn li jittieħdu dawn il-miżuri, infetħu l-kanuni kollha, bdew jisparaw minn kullimkien, u fi ftit xhur - għaliex ix-xitan m'għandux ħalib - isejħet elezzjoni u reġa' nbidel il-gvern.", "Mr Speaker, meta kont nisma' s-seduti tal-parlament minn fuq ir-radio bejn l-1996 u l-1998 kont nistħajjilni qed nassisti għal xi konfront fuq kamp tal-battalja għaliex kien evidenti li n-naħa ta' l-oppożizzjoni ma reditx taċċetta l-programm ta' gvern elett demokratikament.", "Filwaqt li l- Partit Nazzjonalista kien jgħid li l-VAT se trebbħu l-elezzjoni, wara li tilef l-istess elezzjoni bdew jgħidu li l-Onor.", "Alfred Sant rebaħ l- elezzjoni minħabba l-VAT.", "Imbagħad meta kienu fl-oppożizzjoni bdew jilagħbuha bħala li huma xi difensuri tal-ħaddiema ż-żgħar u tal- pensjonanti u li lesti jaffrontaw sidirhom għal dawn in-nies.", "Dawn kienu jgħajtu kemm jifilħu li l-gvern Laburista kien għamel 33 taxxa u li l-poplu ma kienx jiflaħ għalihom.", "Meta imbagħad reġgħu telgħu fil-gvern fl-1998, dawn mhux talli ma neħħew l-ebda taxxa minn dawk li kien għamel gvern Laburista - li skond huma kienu kollha nġusti u anti-soċjali - talli għal żewġ budgets konsekuttivi komplew iżidu t-taxxi, liema taxxi kienu mmirati fuq il-ħaddiem u fuq min jiflaħ l-inqas.", "U din il-miżura li għandna quddiemna llum hija waħda minnhom.", "Minkejja li hawnhekk dawn qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni li l-gvern qed iħares lejn din il-miżura min-naħa ta' saħħet il-poplu - m'iniex qed ngħid li l-gvern ma tinteressahx is-saħħa tal- poplu ħalli ma ninftehimx ħażin - fil-fatt huwa gvern qed iħares lejha mhux għaliex primarjament tinteressah is-saħħa tal-poplu imma għaliex jinteressah ir-revenue li jista' jdaħħal minn miżura bħal din ħalli b'xi mod forsi jipprova jirranġa d-diżastru li ġab hu stess qabel l-1996.", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1998 il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed - m'iniex se nidħol fil-wegħdi personali li għamlu bl-addoċċ biex jisirqu l- voti - li dan il-pajjiż se jerġa' jiffjorixxi, se jerġa' jibda jieħu r- ruħ, se jkun hawn il-ġid, il-fiduċja u d-direzzjoni, u wiegħdu wkoll li malli jneħħu mill-friża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna se jingħata bonanza ta' Lm100 miljun.", "Għaddiet l- elezzjoni, għaddew il-ġranet, il-ġimgħat, ix-xhur, u issa anke s-snin, u l- Lm100 miljun ma ġewx, anzi issa qed jidher ċar li dan kien kollu ngann.", "Issa qed jgħidu li pajjiżna se jingħata Lm40 miljun fuq medda ta' ħames snin.", "U jiena hawnhekk nistaqsi: Fejn huma l-Lm100 miljun li ġew imwiegħda lill-poplu Malti?", "Jiena nsostni li min qal dak il-kliem, sew jekk qalu b'mod żbaljat u anke jekk qalu biex iqarraq, għandu jkollu d- diċenza li llum jitlob skuża lill-poplu Malti.", "Wara li nbidel il-gvern, ġie l-ewwel budget, liema budget kulħadd kien qed jistenna sabiex jara kif se jiġu miżrugħa l-ġid, il-fiduċja u d-direzzjoni, kif se titlaq l- inċertezza, kif se jibda ġej l-investiment barrani u kif se jinħolqu l-eluf ta' impjiegi.", "F'paġna 7 tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista nsibu mniżżel li gvern Nazzjonalista jrażżan l-għoli tal-ħajja li ġiet minħabba li Alfred Sant għolla t-taxxi u qalibhom ta' taħt fuq, għabba lil tan-negozju bl- ispejjeż u neħħa r-refunds.", "Imbagħad fl-ewwel budget tagħhom, dawn mhux talli ma neħħewx it-taxxi li qalu li daħħal il-gvern Laburista, talli żiduhom u żiedu wkoll l-ispejjeż għall-poplu Malti.", "Dawn tant huma originali - u għall-oriġinalita` ma jirbħilhom ħadd - li lill-poplu qalulu li s-sena ta' wara kienet se togħlhielu l-bolla.", "Imbagħad ġie t-tieni budget - il-budget li tressaq f'Novembru li għadda - u apparti l-fatt li l- Lm100 miljun li kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea ma ġewx - kieku ġew m'għandniex bżonn nieħdu miżuri; il-poplu jkun kuntent u ferħan, ikollu aktar flus fil-but u jkun hawn aktar xogħol u investiment - għamlu aktar taxxi.", "U dan wara d-diskors kollu li kien jingħad qabel l-elezzjoni fejn kienu jgħidu li l-ħofra hija ħrafa u li kemm dam fil-gvern il-Partit Laburista l-miżuri li ttieħdu kienu esaġerati.", "Imbagħad tressqu żewġ budgets konsekuttivi ta' Partit Nazzjonalista fejn il-miżuri li ttieħdu m'humiex miżuri li jistimulaw l-ekonomija, ix-xogħol u l-investiment speċjalment dak barrani, imma huma miżuri li bihom il-gvern qed jidħol fi bwiet il-familji Maltin ħalli jipprova jirranġa s-sitwazzjoni.", "Din hija l- istrateġija li qed juża l-gvern Nazzjonalista bħalissa; f'daqqa waħda sparixxew il-wegħdi u beda s-swat u l-uġigħ għall-ħaddiema.", "Mr Speaker, aħna kollha niltaqgħu u nitkellmu man-nies u nafu li l-poplu Malti bħalissa huwa muġugħ bil-miżuri li ttieħdu f'dawn l-aħħar żewġ budgets, u huwa muġugħ aktar għaliex kien imwiegħed mod ieħor.", "Il-poplu Malti ma kienx imwiegħed taxxi.", "Imkien fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista ma hemm li jindika li l-gvern se jagħmel aktar taxxi jew li l-pajjiż jinsab sitwazzjoni finanzjarja prekarja; kulma hemm huma biss wegħdiet fierħa.", "Jien niskanta kif dawn ma jafux x'qed iħoss il-poplu Malti meta nisimgħu tant nies jitkellmu fuq ir-radijiet u t-television u jgħidu minn xiex inhuma għaddejjin.", "Meta tisma' l-ilmenti ta' xi wħud minn dawn in-nies lanqas issib kliem biex tikkunslahom għaliex dawn, matul is- snin, ikunu daħlu għal ċertu dejn biex bnew darhom, jew biex xtraw karozza għaliex bdew jaraw li l-pajjiż kien miexi lejn direzzjoni tajba, u imma issa f'daqqa waħda, għaliex il-Partit Nazzjonalista ħeba mill-poplu qabel l-1996, ġew iffaċċjati bir-realta` u qed isibu diffikultajiet biex jonoraw dawk il-commitments li kienu għamlu matul is-snin.", "Il-Partit Laburista fl-1996 qal il-verita` u għaliex qal il-verita` wettaq dak li kien hemm bżonn għall-pajjiż u bata l-konsegwenzi.", "Il-Partit Nazzjonalista qabel l- 1998, minflok ma qal li dawk il-miżuri kien hemm bżonn jittieħdu għaliex pajjiżna verament għandu problemi finanzjarji u minflok ma qal li gvern Nazzjonalista wkoll kien jieħu miżuri simili, wiegħed kollox lil kulħadd.", "Pero` meta imbagħad ġew iffaċċjati bir-realta`, mhux talli ma setgħux jagħmlu dak li wegħdu, talli kellhom jagħmlu kollox bil-maqlub.", "Jien niskanta - kif jien ċert li jagħmel anke l-poplu - kif il-Prim Ministru kellu l-kuraġġ jgħid li dawn huma miżuri li l-poplu jiflaħhom.", "U jien nistaqsi: Jekk il-miżuri li kien ħa gvern Laburista l-poplu dak iż- żmien ma kienx jiflaħhom, illum li gvern Nazzjonalista ma neħħa l-ebda waħda minnhom, il-poplu sar jiflaħhom?", "Jekk minn dak iż-żmien sal-lum il- paga kulma żdiedet kien biss b'Lm2.50 fil-ġimgħa, allura jista' xi ħadd jispjegali kif illum il-poplu jista' jiflaħ it-taxxi li żiedlu dan il- gvern?", "Qabel il-ħaddiema kien ikollhom l-overtime u l-allowances għall- extra duties, imma llum kulħadd inqanċeċ minn hawn u minn hemm.", "Morru staqsu lill-ħaddiema ta' l-ex Mid-Med Bank jekk humiex fil-ġenna ta' l-art kif ġew imwiegħda qabel ma l-bank għadda għand l-HSBC!", "Jien niskanta kif il-Prim Ministru pubblikament jgħid li l-gvern tiegħu ħa miżuri li l-poplu jiflaħhom.", "Niskanta kif il-Prim Ministru, wara dawk il-wegħdi kollha fil- programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, jgħid lill-unions biex ma jkunux esaġerati fit-talbiet tagħhom.", "Jien niskanta kif il-Prim Ministru għandu l-kuraġġ wara dak kollu li l-partit tiegħu wiegħed qabel l-1998, idur fuq il-ħaddiema u jitlobhom dak li jitlobhom.", "U x'ħadna fl-aħħar budget?", "Fl-aħħar budget, fost affarijiet oħra rajna tidħol il-VAT fuq il-petrol u d-diesel.", "Din żgur li ma nistgħux ngħidu li hija xi miżura li se tolqot lil min iħobb jagħmel il-kapriċċi.", "Illum min ma jużax il-karozza?", "Illum hawn xi ħadd li jqis il-karozza bħala li m'hijiex parti essenzjali mill- ħajja ta' kuljum?", "Jiġifieri żgur li l-VAT fuq il-petrol u d-diesel laqtet lill-ħaddiem iż-żgħir, lill-pensjonant u lil dawk li jifilħu l-inqas.", "L- istess jista' jingħad għall-VAT fuq il-kont tat-telephone.", "Hawnhekk hawn taħwida sħiħa u jien nixtieq inkun naf jekk fl-aħħar sarx xi forma ta' qbil jew ftehim bejn il-Maltacom u l-gvern dwar l-10% VAT differenza.", "Jien nixtieq inkun naf eżatt x'se jiġri għaliex filwaqt li fil-budget jingħad li l-konsumatur se jħallas 5% VAT, il-Maltacom qed tgħid li m'għandhiex x'taqsam.", "U jien nistaqsi: Jekk miżura bħal din ma laqtitx lil min hu żgħir, lil min laqtet?", "Min m'għandux bżonnu t-telephone illum?", "Min ma jużahx?", "Il-pensjonanti?", "L-anzjani li jgħixu waħedhom?", "Il-persuni b'diżabilita`?", "Hawn toħroġ il-kuxjenza soċjali ta' dan il-gvern; lanqas biss eżenta lill-persuni b'diżabilita` u lill-anzjani li jgħixu waħedhom minn din il-miżura!", "U dan meta kulħadd jaf li t-telephone huwa l-aktar mezz ta' komunikazzjoni li bih l-anzjani u l-persuni b'diżabilita` jsibu wens fih.", "Sur President, miżura oħra li ħa dan il-gvern fil-budget hija t-tneħħija tas-sussidju fuq id-dqiq.", "Smajna hawnhekk ħafna kelliema jgħidu li kien hawn min kien qed jabuża u kien qed jieħu s-sussidju għal xejn.", "Imma allura s-soluzzjoni għal dan hija li titfa' l-piż fuq dahar il-familji Maltin?!", "Is-soluzzjoni kellha tkun li tara li min kien qed jabbuża ma jibqax jieħu sussidju, anzi jirrifondi lura dak li jkun ħa żejjed.", "Hekk missu sar!", "Il-ħobż Malti huwa għall-Maltin dak li r-ross huwa għaċ-Ċiniżi; l-iktar ħaġa essenzjali.", "Dan il-gvern minflok għamel il-kuraġġ u qal li qed isir abbuż mis-sussidju li qed jingħata fuq id-dqiq u pprova jara min kien qed jabbuża u ħa passi kontrih, qabad u qata' linja dritta u tefa' l- piż kollu fuq il-familji Maltin.", "U jien hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk din il-miżura itteħditx minħabba dik ir-raġuni jew jekk kienx hemm raġunijiet oħra.", "Imbagħad kien hemm miżuri oħra li ma ġewx imħabbra fil-budget - aħna mdorrijin bi gvern Nazzjonalista li ma jħabbarx il-miżuri fil-budget biss imma jħabbarahom anke matul is-sena u jħabbarhom bi strateġija; fil-budget jagħtik mazz u jkollu mazz ieħor moħbi biex jifirxu matul is-sena - u fosthom kien hemm dik taż-żieda fin-nollijiet tal-karrozzi tal-linja.", "Jiġifieri jekk xi ħadd min-naħa tal-gvern għall-argument irid iqum jgħid li l-miżura li ttieħdet dwar il-VAT fuq il-petrol u d-diesel ma tteħditx biex il-gvern ikollu aktar revenue imma ttieħdet sabiex tħares lill-ambjent u sabiex tistimula lill-poplu juża aktar it-trasport pubbliku, lanqas jista' jagħmel dan għaliex bil-miżura taż-żieda fin-nollijiet tal-karozzi tal- linja li ttieħdet matul is-sena li għaddiet il-poplu aktar ġie skoraġġit milli juża t-trasport pubbliku.", "U jien nistaqsi: Min intlaqat b'din il- miżura, Sur President?", "Intlaqtu s-sinjuri, jew intlaqtu l-ħaddiema u l- istudenti li kull filgħodu jridu jużaw dan il-mezz ta' trasport biex imorru għax-xogħol jew għall-iskola?", "Din hija miżura oħra anti-soċjali li għamel dan il-gvern li meta kien fl-oppożizzjoni kien wiegħed il-ġid, il-fiduċja u d-direzzjoni qisu xi San Antnin ta' Malta!", "Aktar kmieni semmejt iż-żieda fil-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali li tħabbret fil-budget tas- sena l-oħra u anke fil-budget ta' din is-sena.", "Fuq min ġiet imponuta din iż-żieda?", "Fuq il-ħaddiem.", "U allura jien nistaqsi: Kemm jiflaħ il- ħaddiem?", "Fuq il-ħaddiem se nibqgħu nduru biex insolvu problemi li wara kollox ġabhom dan il-gvern stess qabel l-1996?", "Se jibqa' l-ħaddiem il- vittma?", "Fuq din iż-żieda fil-ħlasijiet tas-sigurta` soċjali 'l quddiem ngħid x'wiegħdu dawn fil-programm elettorali tagħhom, u kif dak li wiegħdu m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li qegħdin narawh jitwettaq illum.", "L-istess nistgħu ngħidu dwar l-income tax.", "Kellna lill-Prim Ministru f'intervista fuq \"The Times\" jgħid li mhux se jżid it-taxxa, imbagħad ġie l-budget u mingħajr ħadd ma kien qed jistenniha tħabbret iż-żieda fl-income tax.", "U min intlaqat b'din il-miżura?", "Intlaqtu l-aktar tal-faxxa tan-nofs, jiġifieri l-ħaddiema li tant jagħmlu sagrifiċċji biex jipprovaw idawwru lira ħalli l-familja tagħhom tkun tista' tgħix b'mod diċenti.", "Dawn il- miżuri kollha wasslu biex poġġew lill-familji Maltin f'diffikultajiet kbar, u dan minn gvern li qabel l-elezzjoni ta' l-1998 kien jgħid li ma kienx se jkun hu li jgħolli l-ħajja b'żieda fit-taxxi.", "Jiġifieri filwaqt li meta kienu fl-oppożizzjoni dawn kienu jgħidu li mhux se jżidu t-taxxi, għal żewġ budgets konsekuttivi, kulma għamlu kien preċiż dak; taxxi fuq taxxi fuq taxxi.", "Sur President, dan il-budget wassal ukoll sabiex iħalli effetti negattivi anke fuq il-bwiet tal-ħaddiema u tal-pensjonanti.", "F'dawn il- ġranet smajna li l-miżuri mħabbra fil-budget qegħdin jeffettwaw lill- ħaddiema b'nuqqas dirett ta' bejn Lm4 u Lm7 fil-ġimgħa.", "Issa hawnhekk ma rridux ninsew li ħafna ħaddiema matul is-snin għamlu sagrifiċċji kbar u daħlu għal ċerti commitments biex bnew darhom u biex jgħixu b'mod diċenti, u llum dawn l-istess nies qed isibu diffikultajiet biex jonoraw il- commitments li għamlu.", "Il-poplu tagħna huwa mdorri li minn sena għall-oħra jgħolli l-livell ta' l-għajxien tiegħu, pero` b'dawn il-miżuri tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern - l-istess partit li wiegħed kollox lil kulħadd - minflok ma l-poplu qed jgħolli l-livell ta' l-għajxien tiegħu, qed ibaxxih.", "Nistgħu ngħidu li dan il-gvern waqqaf record ġdid fl-istorja politika Maltija f'dawn l-aħħar 30 sena għaliex safejn naf jien din hija l-ewwel darba mill-indipendenza u l-ħelsien sħiħ ta' pajjiżna 'l hawn li l-ħaddiem Malti qiegħed bil-fatti jirċievi l-paga tiegħu bin-nieqes.", "Tkellmu mal- ħaddiema u tkunu tafu!", "Mr Speaker, il-ħaddiem mhux biss se jkun irċieva l-paga bin-nieqes imma minn dik l-istess paga se jkollu aktar għall-ħobż, għall-petrol, għat- trasport pubbliku ...", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nipproponi li l-Onor.", "Cuschieri jkompli bid-diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "RITA LAW: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Joseph Cuschieri jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li minbarra t-tnaqqis dirett fil-paga, il-poplu Malti jrid ukoll jiffaċċja żiedet fuq ħafna prodotti essenzjali.", "Per eżempju, meta l- ħaddiem se jirċievi l-kont tat-telefon, din id-darba se jirċievih bil-VAT fuqu.", "Din hija r-realta`.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li l-poplu Malti mhux hekk kien imwiegħed qabel l-elezzjoni ta' l-1998; il-poplu Malti ġie mwiegħed ġid, fiduċja u direzzjoni.", "Jien ngħid li ħadd m'għandu jeħodha b'sorpriża jekk matul ix- xhur li ġejjin jerġa' ikun dan il-gvern li b'miżuri moħbijin li għandu jerġa' jitfa' aktar taxxi fuq il-poplu.", "U jien hawnhekk nistaqsi - u nixtieq li xi ħadd min-naħa tal-gvern jgħidli jirrispondini - jekk huwiex veru dak li qed jingħad, jiġifieri li se jittieħdu miżuri biex jerġgħu jogħlew il-prezzijiet tal-petrol u tas-sigaretti.", "Nixtieq ukoll li xi ħadd min-naħa tal-gvern jgħidilna jekk huwiex veru li se jkomplu jogħlew ir-rati tad-dawl u l-ilma.", "Mr Speaker, meta tiġbor kollox fil-kuntest tal-wegħdi li għamel il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni faċli tasal għall-konklużjoni li dan huwa gvern tal-qerq u ta' l-ingann, anzi nasal biex ngħid li l-qerq u l-ingann huma n-nifs tal-ħajja ta' dan il-gvern.", "Kieku l-Partit Nazzjonalista ma qarraqx u ma ngannax, kieku llum mhux qiegħed fil-gvern.", "U qed ngħid dan għax dak li hemm fil-programm elettorali jikkontrasta bi kbir ma' dak li qed jiġi attwat illum.", "U l-poplu jrid li jingħata spjegazzjoni dwar il-mod kif sparixxew il-wegħdiet li l-Partit Nazzjonalista għamel qabel l-aħħar elezzjoni.", "Il-poplu jinteressah ukoll ikun jaf kif l-opportunitajiet ta' xogħol qed jinxfu.", "Titkellem ma' min titkellem, kemm ħaddiema kif ukoll nies li huma fin-negozju, kollha jgħidulek li l-inċertezza fil-pajjiż mhux talli l-gvern ma qatalhiex rasha kif kien wiegħed, talli din qiegħda kulma tmur dejjem tikber.", "Imbagħad ma' l-inċertezza jkompli jiżdied is-swat bit- taxxi fuq il-ħaddiema u l-anzjani tagħna.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn l-investiment naraw li dan, speċjalment l- investiment barrani, ħa daqqa 'l isfel u ħafna barranin qed iħarsu lejn pajjiżna b'mod differenti minn kif kienu jħarsu fil-passat.", "Dan huwa gvern li mhux qed jistimula u jinkoraġġi investiment barrani lejn pajjiżna.", "Inkwetanti wkoll huwa l-fatt li numru ta' mpjiegi f'ċerti setturi huma mhedda u li kulma jmur din il-biża' qiegħda dejjem tikber.", "Jekk, per eżempju, titkellem mal-ħaddiema tal-Maltacom issib li ħafna minnhom jinsabu nċerti dwar il-futur tagħhom f'din il-kumpannija, u jien nixtieq li lil dawn il-ħaddiema jispjegawlhom x'inhi l-pożizzjoni tagħhom.", "U hawnhekk se nagħmel parentesi żgħira u nistaqsi, bħala Malti, għaliex fil-Maltacom ħarġet direttiva biex fuq il-premises kollha tal-kumpannija ma tibqax tittella' l-bandiera Maltija.", "Nixtieq inkun naf min ħareġ din id- direttiva u għaliex inħarġet.", "Jiena bħala Malti ma naħsibx li huwa ta' diżunur li fuq il-premises ta' xi kumpannija, speċjalment fejn fiha jkollu sehem il-gvern, ikun hemm imtella' l-bandiera nazzjonali.", "Imma ħalli nkompli nitkellem fuq dak li kont qed ngħid.", "Mr Speaker, kont qed nitkellem dwar l-inċertezza li hawn fost il-ħaddiema rigward il-post tax-xogħol tagħhom.", "Dawn il-ħaddiema jinkludu wkoll lit- tarznari li ħafna minnhom qed iħossuhom inċerti dwar il-futur ta' l-azjenda fejn qed jaħdmu.", "Jekk wieħed iħares lejn paġna 13 tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jara li dawn kienu wiegħdu li x-xogħol ikun l-aqwa garanzija ta' gvern Nazzjonalista, pero` jien naħseb li aħjar qalu li l- qgħad u l-inċertezza fuq il-post tax-xogħol ikunu l-aqwa garanzija ta' gvern Nazzjonalista.", "Sena ilu jien kont għedt li l-gvern Nazzjonalista kien qed jieħu miżuri ta' awsterita`.", "Dakinhar kien hemm min tbissem, kien hemm min qal li jista' jkun u kien hemm min qal li huwa possibbli, pero` l- fatti wrew li veru li ttieħdu miżuri ta' awsterita`.", "Mr Speaker, għandna gvern li qed imexxi lil dan il-pajjiż b'miżuri ta' awsterita` ħlief għal meta jsiru r-riċevimenti mill-ministri, eċċ. Meta s- sena l-oħra sar magħruf kemm intnefqu flus f'riċevimenti fi żmien il- Milied, il-poplu tkaża.", "Issa din is-sena b'mod orkestrat il-ministri għoġobhom ma jweġbux għal dawn id-domandi u bqajna ma nafux kemm intnefqu flus.", "Issa kulħadd jaf li meta jsiru riċevimenti u jintbagħtu kartolini mill-ministri, il-flus ma joħorġux minn buthom jew minn but il-Partit Nazzjonalista imma joħorġu mill-fondi pubbliċi u għalhekk huwa d-dover u d- dmir tal-ministri li jagħtu rendikont lill-poplu Malti ta' kemm ikunu nefqu flus f'dawn l-affarijiet.", "Il-ministri Nazzjonalisti, bl-aktar mod arroganti, ċaħħdu lill-poplu Malti milli jkun jaf kemm intnefqu flus f'dan ir-rigward.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni; jekk il-ministri Nazzjonalisti jonfqu l-flus bil-għaqal u bil-galbu m'għandhomx għalfejn jiddejqu jgħidu kemm ikunu nefqu.", "Imma l-fatt li ma jirrispondux iġiegħek tiddubita minn dan.", "Jien min-naħa tiegħi erġajt għamiltilhom mistoqsija parlamentari oħra fejn għedtilhom li dawk huma fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt ikun jaf kif intnefqu, u nittama li dawn ikollhom id-diċenza li jagħtu rendikont lill-poplu.", "Jiena nista' nassigurahom li dment li nibqa' f'din il-Kamra xejn m'hu se jaqtagħli qalbi milli nkompli naqdi d-dover tiegħi u nagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet għaliex dawn huma mistoqsijiet leġittimi, jiġu aċċettati mis-Sedja u huma mistoqsijiet li l-poplu għandu dritt ikollu tweġiba għalihom.", "Mr Speaker, jiena nieqaf milli nagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet meta nkun naf li dawk ir-riċevimenti ma jkunux qed isiru mill- fondi pubbliċi.", "Mr Speaker, apparti l-miżuri li qed jittieħdu, wieħed ma jridx jinsa l- fatt li dan il-gvern qiegħed ukoll ibigħ l-azjendi li huwa għandu sehem fihom.", "Issa dawn huma azjendi - liema ażjendi jien ngħid li għandna biex niftaħru bihom - li nbnew mill-poplu Malti, b'ħiltu u b'ħilet kull gvern, matul is-snin.", "Żgur li huwa fatt li ma jinnegah ħadd li kellna biex niftaħru bil-Mid-Med Bank għaliex dan kien bank ta' fiduċja, l-istess kif għandna biex niftaħru bil-freeport.", "Dawn it-tnejn bnihom il-poplu, u l- gvernijiet kollha taw sehemhom biex jinbnew.", "U huwa għalhekk li jien ngħid li rridu nibżgħu għal dak li għandna u huwa ta' dispjaċir li sa ċertu punt ġejna f'sitwazzjoni li biex nirranġaw is-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna qed ikollna nbigħu bir-ribass ċerti azjendi li nbnew matul is-snin mill-poplu Malti b'tant sagrifiċċju.", "Għalkemm il-mod kif inbiegħ il-Mid-Med Bank u l-ammont li nbiegħ bih huwa diskutibbli u tkellimna ħafna dwaru, waħda mid-dikjarazzjonijiet li tibqa' ttimbrata f'moħħi dwar dan il-każ huwa l-mod kif il-Prim Ministru kellu l-wiċċ jgħid li Lm10 miljun 'l hemm u Lm10 miljun 'l hawn ma jagħmlux differenza.", "Imbagħad irridu nġibu l-miljuni minn fuq dahar il-ħaddiem!", "Jekk Lm10 miljuni 'l hemm u Lm10 miljuni 'l hawn ma jagħmlux differenza, nara kif indaħħalhom mhux kif ma ndaħħalhomx għaliex bħala gvern żgur li nkun qed niffrankahom f'taxxi lill-poplu.", "Jekk tgħaqqad dawn l-ammonti li għadni kemm semmejt flimkien u tgħodd magħhom l-Lm4 miljun boll li l- gvern ħafer fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne` issib li dawn jiġu jammontaw għal Lm14, liema ammont il-gvern irid idaħħlu mit-taxxi tal- poplu.", "Kieku dawn il-flus ġbarnihom minn kellna niġbruhom naħseb li ma kienx ikun hemm bżonn li tittieħed l-ebda miżura minn dawn li ttieħdu.", "Hemm imbagħad, Mr Speaker, il-mod kwiet u mingħajr daqq ta' trombi li bih inbiegħet l-insinwa wara li l-gvern kien għadu kif għamel investiment fiha ta' ammonti mhux żgħar ta' liri.", "Sur President, wieħed mill-ikbar investimenti li jagħmlu n-nies matul ħajjithom huwa x-xiri tad-dar tagħhom.", "Biex iserraħ rasu minn dan l- investiment xerrej ikun irid jagħmel ir-riċerki biex ikun żgur li l-post li jkun se jixtri jkun verament tal-bejjiegħ u li m'hemmx xi ipoteka jew xi ħaġa oħra li tista' ttellef lix-xerrej mit-tgawdija sħiħa tal-post ladarba jixtrih.", "Dawn ir-riċerki suppost li kienu jsiru uffiċjalment mir-reġistru pubbliku, jiġifieri mill-gvern.", "Ftit xhur ilu, eżattament f'Ottubru ta' l- 1999, id-direttur ġenerali tar-reġistru pubbliku u tar-reġistru ta' l- artijiet għan-nom tal-Gvern Malti ffirmaw ftehim ma' ditta privata biex ix- xogħol ta' riċerki jibda jsir minn din id-ditta privata f'isem il-Gvern Malti.", "Din tista' tgħid li hija privatizzazzjonni tar-reġistru pubbliku.", "Issa din bla dubju tqanqal ħafna mistoqsijiet u ħafna ċittadini kontinwament qed jagħmlu dawn id-domandi u jien nittama li jkun hemm risposti għalihom min-naħa tal-gvern.", "F'dan ir-rigward jien xtaqt nistaqsi kif intgħażlet id-ditta privata biex ingħatat f'idejha dan il-proġett.", "Nixtieq nistaqsi wkoll kif il-ministru ta' l-intern intrabat biex persuna nkluża fl-istess gvern ma tingħatax faċilita` sabiex tagħmel database simili għal dawk koperti bil-ftehim.", "Jista' l-ministru jispjega x'se jsir mill-minjieri ta' informazzjoni - microfilms, digitised images, eċċ. - li l-gvern diġa` għandu u l-equipment ta' l-istess gvern li ħafna minnu huwa simili għal dak ta' l-istess kumpannija privata?", "Huwa minnu li jekk dipartiment tal-gvern ikollu bżonn xi informazzjoni jrid iħallas lil din il-kumpannija privata?", "Veru li ċ- ċertifikati tat-testmenti pubbliċi qegħdin isiru minn impjegati tal- kumpannija u mhux mill-impjegati tal-gvern?", "(Interruzzjonijiet) Qegħdin nitkellmu fuq abbozz li jirrigwarda finanzi tal-gvern u jien qed nispjega kif il-gvern ħa miżura biex iżid il-piż fuq il-ħaddiem meta mbagħad qed ibigħ bir-ribass ...", "(Interruzzjonijiet) Għamlu ma' ħuk fuq xi balla konkos jew fuq xi container whisky!", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Cuschieri, ma tistax tgħaddi kummenti bħal dawn għaliex m'għandekx toffendi s-sentimenti ta' ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Le, kummenti bħal dawn ma nistax naċċettahom.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Lanqas hu ma jista' jgħaddi dawn il-kummenti, Sur President.", "Jiena rribattejt dak li qal hu fuq ħija, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jien ma waqqaftekx milli tkompli titkellem imma oqgħod attent li ma tweġġax is-sentimenti ta' membri oħra.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, kont qed nistaqsi: Il-kumpannija privata qiegħda tħallas lir-reġistru pubbliku xi forma ta' kera?", "Qiegħda tagħti xi forma ta' kontribuzzjoni għas-servizzi tad-dawl, ta' l-ilma u tat- telefon?", "L-awditur ġenerali approvah dan il-ftehim?", "Nistgħu nkunu nafuhom dawn l-affarijiet?", "X'passi qegħdin jittieħdu biex jinżamm kontroll sħiħ ta' dħul f'isem il-Gvern Malti?", "Mela m'huwiex importanti li nagħmlu mistoqsijiet bħal dawn!", "Ir-reġistru pubbliku huwa dipartiment li jħalli income sostanzjali għall-gvern, u llum dan id-dipartiment qiegħed jiġi managed mill-privat.", "U jien u l-poplu Malti għandha dritt inkunu nafu kif dan id-dipartiment għadda għand il-privat.", "Kemm tħallsu flus biex dan għadda dan għand il-privat?", "Din il-kumpannija qiegħda timpjega numru ta' ħaddiema fid-diskrezzjoni tagħha ħalli tkun tista' tħaddem din is-sistema u dan mingħajr konsultazzjoni mal-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din l-informazzjoni kollha, inkluż kopja tal- kuntratt, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-kuntratt pubbliku li bih il-gvern iffranka eluf kbar ta' liri billi se jieħu b'xejn il- komputerizzazzjoni kollha tar-reġistru pubbliku, ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-għada li ġie ffirmat.", "Permezz ta' dan il-kuntratt ingħata d- dritt esklussiv li r-riċerki jaħdmuhom il-kumpannija privata mingħajr ma l- gvern ħareġ sold wieħed u għall-ewwel darba l-gvern qed jiġbor il-VAT u t- taxxi fuq dawn l-affarijiet.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru jrid li mmorru għas- sistema li biha l-gvern kien idaħħal Lm200 fis-sena mir-riċerki, jiddikjara issa li jrid hekk imma mhux noqogħdu ndaħħlu l-flieles f'imħuħ tan-nies!", "Il-gvern illum qiegħed idaħħal il-VAT fuq kull riċerka li qiegħda toħroġ meta qabel ma kienx idaħħal sold.", "Fl-1998 il-gvern daħħal Lm200 f'riċerki minn 17,000 kuntratt u jekk l-Onor.", "Membru jrid ikun jaf għalfejn ġara dan ngħidlu wkoll.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Dan assolutament mhux point of order, Sur President.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien qed nirrispondi għad-domandi li għamilt int. Il- gvern se jieħu wkoll il-komputerizzazzjoni ta' l-insinwi kollha mill-1854 sal-lum b'xejn.", "U dan kollu ma' l-istess kumpannija li kien qed jittratta magħha l-gvern ta' qabel.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Imma nixtieq inkun naf x'ħallset din il- kumpannija għall-investiment li għamel il-gvern qabel ma r-reġistru pubbliku għadda f'idejha.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-gvern se jieħu l-komputerizzazzjoni b'xejn tal- kuntratti u l-insinwi kollha mill-1854 sal-lum.", "Dan ifisser li l-gvern mhux se joħroġ sold wieħed biss għal dan.", "Bi tpattija għal dan ingħata dritt esklussiv li r-riċerki lill-gvern taħdimhom din il-kumpannija, l-istess kumpannija li magħha kien qed jittratta l-gvern ta' qabel.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, jien nixtieq inkun naf x'kienet ir-raġuni li l-gvern ħafer is-somma ta' Lm16,000 dovuti lilu mill-istess kumpannija.", "Xtaqt inkun naf ukoll kif sar investiment f'equipment sofistikat qabel inbiegħet il-kumpannija, liema investiment il-gvern ma daħħal xejn tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-komputerizzazzjoni ta' l-insinwa qatt ma kienet teżisti ħlief fl-acts of civil status li joħorġu.", "(Interruzzjonijiet) Issa hemm bżonn ngħidlek, Onor. Cuschieri, għaliex ma kienx hemm kompjuterizzazzjoni qabel?", "Mur staqsi u tkun taf għaliex!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHERI: Sur President, safejn naf jien il-gvern intrabat li ma jħallix terzi jagħmlu xogħol kopert mill-ftehim għal għaxar snin oħra.", "F'rapporti li rajt jien stess fil-gazzetti kien hemm li dan ix- xogħol iħalli qligħ ta' Lm0.5 miljun fis-sena.", "(Interruzzjonijiet) Għidilna inti għand min imorru!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, is-sena li għaddiet il-gvern daħħal Lm200.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Cuschieri li bis-saħħa ta' dan il- ftehim se jdaħħal ħafna iktar.", "(Interruzzjonijiet) Se jdaħħal ħafna aktar u se jieħu sistema komputerizzata b'xejn.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, jekk irid il-Ministru jkollu l- ħin kollu biex jirrispondi u m'għandux għalfejn joqgħod jinterrompini.", "(Interruzzjonijiet) Imqar li kull darba li xi ħadd jistaqsi xi ħaġa tqum dak il-ħin stess biex tirrispondi!", "(Interruzzjonijiet) Jien nistaqsi qiegħed għaliex forsi m'iniex informat biżżejjed, u naħseb li mhux jien biss m'iniex informat biżżejjed; hawn ħafna nies li m'humiex informati biżżejjed imma dwar x'ġara u ma ġarax.", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq inkun naf kif finalment intagħżlet din id-ditta.", "Jien nixtieq inkun naf jekk ħarġitx sejħa għal offerti, per eżempju.", "(Interruzzjonijiet) Imma ħarġet sejħa jew ingħata kollox b'ordni diretta?", "Il-Ministru issa jkollu l- opportunita` jwieġeb u jiġġustifika l-għażla li saret.", "ONOR.", "TONIO BORG: Xejn ma sar bil-ħabi.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Issa jkollok l-opportunita` twieġeb.", "U f'din il-biċċa xogħol ma kienx imdaħħal biss l-Onor.", "Tonio Borg imma kien imdaħħal ukoll l-Onor.", "Austin Gatt, li minn taħt idejn id-dipartiment tiegħu ħareġ l-avviż legali relattiv.", "Minn hemm ħareġ l-avviż legali relattiv.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jien ċert li l-Onor.", "Austin Gatt jaf jitkellem għalih pero` rrid ngħid li l-Onor.", "Gatt ma kellu x'jaqsam assolutament xejn f'din il-materja.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHERI: Minn fejn ħareġ l-avviż legali?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: L-unika persuna li kienet involuta fin-negozjati kien id-direttur ġenerali Dr. Godwin Grima - naturalment jien kont informat - u l-agreement ġie approvat mill-kabinett.", "Pero` peress li għal dak li għandu x'jaqsam ma' public reġistry, kull tibdil fil-liġi jrid jiġi ffirmat mill- ministru tal-ġustizzja - fil-fatt hemm abbozz biex inbiddlu dan - allura finalment iffirmahom l-Onor.", "Austin Gatt.", "Mill-bqija r-responsabbilta` ta' dan kollu - u niftaħar biha - hija tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Cuschieri, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "L- Onor. Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, jien m'għandi ebda oġġezzjoni li nagħtu leave of House - it is a very enlightening discussion and we are enjoying every minute of it u veru qed nitgħallmu b'li qed jgħid - imma billi għadu ma tkellem xejn fuq il-liġi attwali, jimporta jindikalna kemm fadallu biex jispiċċa bejn wieħed u ieħor?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: M'inix se jdum ħafna aktar.", "Fil-fatt lanqas kont naf li se ndum daqshekk.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Imma kemm?", "Tista' tindikalna?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Żgur li m'inix se nagħmel maratona, m'inix se naqlibha lil John Bundy!", "(Interruzzjonijiet) Mela hawnhekk issa bid- dikjarar biex tieħu leave of House?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Qed nistaqsi jekk hawnx il-permess tal-Kamra?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jekk il-Kamra tridni nkompli nitkellem, nitkellem, jekk ma jridunix no problem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Qed nifhem li hawn leave of House?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: U x'sagħtejn oħra!", "Sagħtejn oħra mmur għall- ikel jien!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jekk irid idum sagħtejn oħra jista' jdum.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, hija l-prassi hawnhekk li meta niġu biex nagħtu leave of House nistaqsu lill-kelliem kemm beħsiebu jdum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba għal leave of House.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Tista' tkompli, Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, nirringrazzja lill-Kamra kollha talli għoġobha tagħtini d-dritt li nkompli nitkellem.", "Kont qed nitkellem dwar ir-reġistru pubbliku pero` ma xtaqtx intawwal fuq dan il-punt u nerġa' nistieden lill-ministru jwieġeb għad-domandi li għamiltlu.", "Sur President, jiena nemmen li wara li l-poplu ra kif inbigħu ċerti azjendi fosthom il-Mid-Med Bank, u wara li ra lill-gvern jaħfer Lm4 miljun f'boll mill-proġett ta' Manoel Island u Tigne`, żgur li jgħid li dan huwa qerq.", "Il-poplu Malti bla dubju jara bħala inkonsistenti l-fatt li l-gvern l-ewwel iżid it-taxxi lill-poplu u jgħidlu biex jagħmel is-sagrifiċċji, imbagħad fl-istess ħin ibigħ il-ġid ta' l-istess poplu qisu qed ibigħ il- pastizzi.", "Dan huwa partit li meta kien fl-oppożizzjoni wiegħed kollox lil kulħadd basta jaħtaf il-poter.", "Imma biex il-poplu ma jinsiex u biex nikxfu l-qerq tal-gvern ta' Fenech Adami, jien se nfakkar ftit x'kien wiegħed il- Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni u x'inhu jagħmel illum.", "L-ewwel sentenza tal-programm elettorali tagħhom dawn qalu hekk: \"Dawn is-sentejn fl-oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista ma ħlihomx.", "L-ewwelnett sema' ħafna lilkom\".", "Issa jiena f'dawk is-sentejn li qed jirriferi għalihom - jiġifieri bejn l-1996 u l-1998 - kont qed ngħid f'dan il-pajjiż, u safejn naf jien qatt ma smajt lil xi ħadd jgħid li jrid gvern li jagħmillu aktar taxxi.", "Imbagħad l-istess programm elettorali jkompli jgħid hekk: \"Dan il- programm jagħtikom l-aktar prova ċara ta' kemm il-Partit Nazzjonalista ta kas ta' dak li sema'\".", "Issa jien nixtieq inkun naf eżattament għalxiex kienu qegħdin jirriferu meta qalu li \"il-Partit Nazzjonalista ta kas ta' dak li sema'\" għaliex jekk tħares lejn dak li qed jagħmel dan il-gvern illum tara li l-unika triq li jinsab miexi fiha hija dik li jagħfas fuq il- poplu u jbigħ dak li għandna biex forsi jirranġa s-sitwazzjoni finanzjarja li ninsabu fiha.", "Sur President, jiena xtaqt insemmi xi punti mill-programm elettorali tal- Partit Nazzjonalista sabiex nuri kif taxxi bħal dawn li għandna f'dan l- abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu huma taxxi ta' ingann.", "Per eżempju, kulħadd jiftakar xi storbju kien sar mill-oppożizzjoni Nazzjonalista meta l- gvern Laburista kien irranġa b'tali mod l-istipendji ta' l-istudenti ta' l- universita`.", "Niftakru fid-dimostrazzjonijiet kbar li saru - li llum hemm min tħallas għalihom b'xi mod jew ieħor - u niftakru wkoll fil-wiegħda li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu fejn qal li se jagħti stipendji sħaħ lill-istudenti universitarji, u llum jirriżulta li l-istipendji sħaħ baqgħu l-ħolma li kienu qed joħolmu biha l-istudenti li ġew imqarrqa mill-gvern Nazzjonalista.", "Il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni wiegħed ukoll li jagħmel taxxi ġusti u effiċjenti.", "Fil-fatt f'paġna 6 tal-programm elettorali tiegħu nsibu preċiżament dawn il-kelmiet: \"Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid fil- gvern jaħdem mal-partijiet soċjali kollha biex jintlaħaq consensus fuq il- mod kif jinġabru t-taxxi ndiretti fil-pajjiż.", "Dan huwa essenzjali għal kulħadd biex kulħadd iserraħ rasu li ma nerġgħux ngħaddu mill-inċertezza li għaddejna minnha fl-aħħar sentejn.", "It-taxxi kif għamilhom il-gvern Laburista jridu jiġu rranġati biex isiru effiċjenti, jiżguraw id-dħul li jenħtieġ il-gvern u ġusti u ma jolqtux affarijiet tal-bżonn u lanqas jinġabru minn negozji żgħar.", "Hekk biss nistgħu niżguraw fost ħwejjeġ oħra li tonqos ir-rankatura ta' l-għoli tal-ħajja u li t-turiżmu jibqa' kompetittiv\".", "Sur President, jekk wieħed jara l-miżuri li ttieħdu matul dawn l-aħħar żewġ budgets fil-kuntest ta' dak li għadni kemm ikkwotajt isib li dan kollu nqaleb ta' taħt fuq għax mhux talli ma tteħdux miżuri ħalli tonqos ir-rankatura ta' l-għoli tal-ħajja, talli huwa l-gvern stess li bil- miżuri li qed jieħu qed joħloq piżijiet ġodda fuq il-ħaddiema u l-familji Maltin.", "Imbagħad f'paġna 27 tal-programm elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista jkompli jwiegħed li jagħmel indiċi apposta għall-pensjonanti u li jagħtihom iż-żieda sħiħa ta' l-għoli tal-ħajja.", "Fil-fatt hemm imniżżel dawn il- preċiżi kelmiet:", "\"L-anzjani jafu biżżejjed l-istima li għandu tagħhom il-Partit Nazzjonalista.", "Isir indiċi ta' l-għoli tal-ħajja speċjali għall- pensjonanti peress li n-nefqa tagħhom għandha xeħta differenti minn ta' nies oħra.", "Meta tingħata żieda minħabba l-għoli tal-ħajja l- pensjonanti jieħu ż-żieda kollha li tiġġustifika l-indiċi ta' l-għoli tal-ħajja speċjali tagħhom u mhux iż-żewġ terzi taż-żieda ndikata mill- indiċi komuni, kif qed isir preżentament\".", "U jien nistaqsi x'sar minnha din il-wegħda, Sur President?", "Diġa` tressqu żewġ budgets u l-pensjonanti xorta waħda għandhom jieħdu żewġ terzi taż- żieda kif kienu jieħdu u l-indiċi tal-prezzijiet għalihom baqa' ma sarx.", "Sewwa jgħid il-Malti li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti!", "F'paġna 4 ta' l-istess programm elettorali nsibu l-wegħda lill-impressed drivers mal-gvern u mal-korporazzjonijiet.", "Lil dawn kienu wegħduhom li se jsiru mpjegati permanenti imma s'issa diġa` għaddew sentejn u baqa' ma sar xejn.", "Issa qed jinħema kollox biex minflok jagħtuhom xogħol permanenti, iwegħduhom li jagħtuhom somma biex jitilqu.", "Dawn jafu li din kienet wegħda li qatt ma setgħu jwettqu għaliex jekk iridu jkomplu sejrin fit-triq lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea mhux iżidu l-ħaddiema mal-gvern iridu imma jnaqqsuhom.", "Sur President, Il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1998 kien wiegħed ukoll li se jara kif iġib flus mill-Unjoni għal Għawdex.", "Fil-fatt f'paġna 6 tal-programm elettorali tiegħu jgħid \"li jaraw ukoll li s- servizzi bejn il-gżejjer igawdu mill-għajnuniet apposta li l-Unjoni tagħti f'dan il-qasam u f'oqsma oħra għaliex Għawdex, bħala gżira, jikkwalifika minn għajnuna diretta u speċifika bi dħul ta' Malta fl-Unjoni\".", "Mela l- ewwel wiegħdu li se jġibu Lm100 miljun mill-Unjoni, issa wiegħdu li se jġibu wkoll għajnuna għal Għawdex għaliex qed jgħidu li jikkwalifika għaliha, u s'issa għaddew ix-xhur u anke s-snin u baqa' ma ġie xejn.", "Li żgur huwa veru dwar Għawdex huwa li tal-Partit Nazzjonalista jinsabu happy għaliex hemm min jieħu ħsiebhom - almenu minn tlieta hemm waħda tieħu ħsiebhom - imma mill-bqija il-viżjoni għal Għawdex hija ineżistenti.", "L- istess jista' jingħad għal dak li jirrigwarda toroq.", "Jien nixtieq inkun naf kemm intnefqu flus bejn l-1987 u l-1996 għal dan il-għan għaliex is-suspetti tiegħi huma li ntnefqu ħafna iktar mill-Lm40 miljun li hemm bżonn biex nirranġaw it-toroq ta' Malta.", "Jekk intnefqu dawk il-flus u t-toroq għandhom jinsabu f'dan id-disastru jfisser li x-xogħol li sar sar kollu ta' kafkaf.", "U dan meta fil-programm elettorali ta' qabel l- elezzjoni ta' l-1998 il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed Ii r- riabilitazzjoni sħiħa tat-toroq ta' Malta u Għawdex ikun jista' jsir faċilment għaliex jiġi ffinanzjat mill-Unjoni.", "Jiġifieri kellhom jiġu Lm100 miljun għal Għawdex u t-toroq kellhom jagħmluhomlna ta' l-Unjoni.", "Jekk dan ma ssejjaħlux qerq, ma nafx x'tista' ssejjaħlu.", "Wegħda oħra tal-Partit Nazzjonalista kienet dik li jeżentaw mit-taxxa lill-ġenituri li jibagħtu lill-uliedhom fl-iskejjel tal-privat.", "Fil-fatt f'paġna 11 tal-programm elettorali tagħhom - jien inħobb nikkwota lilhom ħalli żgur li ħadd ma jgħid li qed inqarraq jew li m'iniex qed ngħid il- verita` - hemm imniżżel hekk:", "\"Wara li l-iskejjel tal-Knisja saru bla ħlas, issa wasal iż-żmien li jiġu eżentati mit-taxxa tad-dħul massimu ta' ħlas kull sena għal kull wild li jitħallsu miżati għalihom fl-iskejjel privati\".", "Nistgħu ngħidu li din hija wegħda oħra - li dwarha ġiet ippreżentata petizzjoni mill-Onor.", "Jose` Herrera, liema petizzjoni tqiegħdet fuq il- Mejda tal-Kamra - li taret mar-riħ.", "Lil dawn il-ġenituri - li ma jammontawx ftit - mhux talli ma neħħewlhomx it-taxxa, talli żiedulhom it- taxxi, il-ħlas tal-bolla, l-income tax u l-VAT fuq diversi prodotti.", "Jiġifieri dawn mhux talli ma neħħewx it-33 taxxa li kienu jgħajru lilna bihom talli żiedu fuqhom.", "Ħarsa mbagħad lejn paġna 15 tal-programm elettorali nsibu jingħad hekk:", "\"Il-Partit Nazzjonalista jerġa' jagħti dinamiżmu u ħajja lill- ekonomija ta' pajjiżna li ġiet maħnuqa u staġnata minħabba l- inċertezzi u l-inkompetenzi tal-gvern preżenti ...\"", "- naħseb li kienu qed jantiċipaw għal meta jkunu huma fil-gvern għaliex dan il-kliem veru jgħodd għalihom illum -", "\"... billi jagħti inkoraġġiment morali u materjali li kull min jagħti ħjiel ta' inizjattiva u kapaċita`\".", "Jien ngħid li mhux talli l-ekonomija ta' pajjiżna hija maħnuqa u staġnata, mhux talli hawn l-inċertezza u mhux talli m'hawnx dinamiżmu, talli l- familji Maltin u Għawdxin illum qed iħossu l-piż ta' miżuri ebsin li dan il- gvern kellu bilfors jagħmel għaliex ma kellux triq oħra.", "Minkejja li kien jgħid li l-ħofra finanzjarja ta' qabel l-1996 kienet ħrafa, illum kellu jammetti li dan kien veru u allura dak li wiegħed fil-programm elettorali kien kollu qerq għaliex kien jaf minn qabel x'kienet is-sitwazzjoni.", "Il- Malti jgħid li min iħawwad fil-borma jkun jaf x'fiha, u daqskemm kienu jafu huma, li kienet fil-gvern qabel l-1996, x'fiha l-borma ma konniex nafu aħna.", "U għalhekk kien misshom kienu aktar responsabbli u ġusti fil-wegħdi tagħhom.", "Rigward il-proġetti kapitali rrid ngħid li kont għadni dieħel f'dan il- parlament meta f'wieħed mid-diskorsi tiegħu l-Onor.", "Edwin Vassallo kien qal li mhux sew li l-proġetti kapitali jsiru mill-gvern ċentrali u mhux mill- kunsilli lokali.", "Mela bil-fondi li jingħataw il-kunsilli lokali, dawn qatt xi darba jistgħu jagħmlu proġetti kapitali ta' ċertu daqs?", "Seta' per eżempju xi darba l-kunsill ta' Buġibba jagħmel proġett bħalma għamel il- gvern Laburista hemmhekk?", "U rrid ngħid hawnhekk li nħossni disgustat li minn mindu tela' gvern Nazzjonalista ix-xogħol fuq proġetti li kienu diġa` nbdew bħal, per eżempju, il-proġett ta' Wied il-Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk, waqa' lura ħafna u għandi d-dubji tiegħi jekk humiex se jitlestew xi darba.", "Imma ħalli issa naraw x'wiegħdu lill-pulizija.", "Mr Speaker, il-pulizija kienu ġew imwiegħda li:-", "\"Gvern Nazzjonalista jilħaq ftehim ma' l-assoċjazzjoni tal-pulizija biex wara t-tqanċiċ u l-ekonomiji foloz – kieku kliem m'għandhomx problema biex isibu! – li saru f'dawn l-aħħar snin, il-korp igawdi kondizzjonijiet mill-aħjar\".", "Issa jien naf li hemm pulizija li ilhom ma jitħallsu ta' l-overtime u ta' l- extra duties għal erba' xhur sħaħ.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, la l- ministru għoġbu jkun jaf se nispeċifikalu.", "Il-pulizija tas-sitt distrett ilhom ma jitħallsu ta' l-overtime erba' xhur u ilhom ma jitħallsu u ta' l- extra duties sitt xhur.", "Jien tkellimt ma' dawn il-pulizija, issa jekk l- Onor. Dalli għandu xi dubju jew imur isib xi wieħed minn dawn il-pulizija jew imur ġo waħda mill-għases tas-sitt distrett u jistaqsihom.", "Lill- kummissarju l-bieraħ għamiltlu ftit domandi, nispera li jweġibhom!", "Mr Speaker, paġna 21 ta' l-istess programm insibu mbagħad riferenza għall- qasam tas-saħħa u jgħidu \"il-milja tagħna, saħħa u ambjent\".", "Kliem sabiħ kieku, imma jekk wieħed iħares lejn l-istat li jinsab fih il-qasam tas- saħħa llum isib li mhux talli m'hemmx dak li wiegħdu fil-programm elettorali tagħhom, jiġifieri li l-bniedem sħiħ huwa bniedem b'saħħtu u li fil-viżjoni tagħhom is-saħħa dejjem ingħatat prijorita` mill-ogħla, talli għandna diżastru sħiħ fl-Isptar San Luqa.", "Dawn saħansitra kellhom jammettu li qatt ma kien hemm ħmieġ fl-Istpar San Luqa daqskemm hemm illum.", "Imbagħad xi ngħidu għad-dewmien li jkun hemm fl-istess sptar?", "Din donna hija marda li ma trid tinqata' qatt - hawnhekk forsi jista' jinterrompi l- Onor. Mario Galea; nagħtih id-dritta - m'hemmx gvern jew ieħor.", "Hemm bżonn li dwar dan issir xi ħaġa bis-serjeta` għaliex ma jistax ikun li pazjent ikollu appuntament biex isirulu xi testijiet u jagħmel ħin twil jistenna.", "Wara kollox hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq nies li jkunu morda u ma jkunux jifilħu jdumu jistennew.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll l-ilmenti kontinwi li nirċievu aħna d-deputati - mhux id-deputati ta' din in-naħa imma anke tan-naħa tal-gvern - dwar ċertu nuqqas ta' mediċini.", "Issa hawnhekk se nkun sinċier u ngħid li għalkemm jista' jkun li l-ispiża tal-gvern m'hijiex qed tlaħħaq għal dawn il-ħteġijiet, jista' jkun ukoll li hemm min qed jonqos minn xogħlu u mir- responsabbilta` li għandu u m'huwiex qed iwettaq id-doveri tiegħu kif suppost.", "Dalgħodu, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, saret riferenza għat- trasferimenti li qegħdin isiru fil-qasam tas-saħħa u l-ministru kellu ċans jispjega.", "Jiena nerġa' nagħmilha ċara li t-trasferimenti li qed isiru, speċjalment it-trasferiment li rriferejt għalih jien, m'humiex isiru b'mod ġenwin u ġust, imma qed isiru bi skopijiet ulterjuri.", "Wegħda oħra li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu kienet dwar l-istallazjoni ta' lifts fil-flats tal-gvern.", "Fil-fatt jingħad li \"il-gvern idaħħal lifts f'bini fejn l-inkwilini minħabba l-mard u l-eta` ma jibqgħux jifilħu għat-taraġ minflok l-ispiża ferm akbar li tinstabilhom akkomodazzjoni oħra\".", "Kliem sabiħ kieku, imma kellu bżonn jitwettaq verament fir-realta`!", "Irrid ngħid li kont iddiżgustat bil-miżura li ħadet l-awtorita` tad-djar li tistalla lifts fl-appartamenti tal- Kottonera, il-Belt u l-Furjana.", "Jien m'għandi xejn kontra l-Kottonera, il- Belt u l-Furjana, imma għalfejn f'dawk il-lokalitajiet biss?", "Imbagħad wara li hawnhekk kont semmejt każ partikolari li ltqajt miegħu, l-awtorita` tad- djar donna ġiet f'sensiha u estendiet l-istallazzjoni ta' lifts għal fejn hemm persuni b'diżabilita` joqogħdu f'appartamenti tal-gvern.", "Jien kont ħadt pjaċir meta ttieħdet din il-miżura, pero` mbagħad sibt li skond ir- regolamenti kif provduti, jista' jiġri li jekk ikun hemm xi inkwilini fl- istess appartament li ma jaċċettawx li jsir il-lift, allura l-lift ma jsirx.", "Jiġifieri l-persuna b'diżabilita` hija dipendenti fuq il-firma ta' l-inkwilini ġirien tagħha.", "Jien naħseb li dan m'huwiex sew u għandu jkun iċċarat ukoll min-naħa ta' l-awtorita` tad-djar.", "Mr Speaker, f'paġna 28 tal-programm li qiegħed nirriferi għalih hemm imbagħad il-wegħda li:", "\"Is-sistema tas-sigurta` soċjali titjieb għaliex f'għajnejn il-Partit Nazzjonalista jiġi l-ewwel iż-żgħir\".", "Naħseb li lanqas għandi bżonn inżid ma' dan għaliex il-poplu huwa intelliġenti biżżejjed biex jifhem li proprju sar bil-maqlub ta' dak imwiegħed hawnhekk; veru li l-Partit Nazzjonalista għalih jiġi l-ewwel iż- żgħir għaliex fuqu l-ewwel ma tefa' l-piż tal-bolla`!", "Mr Speaker, jien ma nistax nifhem kif imbagħad jiġi hawnhekk l-Onor.", "Tony Abela u jgħid li l- gvern Nazzjonalista ddejjen għaliex għamel ħafna proġetti kapitali.", "Imma allura dawn il-proġetti ġew jiswew lil pajjiżna Lm1 biljun?", "Għaliex daqshekk għandu dejn dan il-pajjiż.", "Fejn huma il-Lm100 miljun li kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea?", "U jekk dawn kienu jafu li m'humiex ġejjin għaliex wiegħdu kollox lil kulħadd?", "L-Onor.", "Abela imbagħad ftaħar bil-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC.", "Jien ngħidlu li hu jiftaħar b'dan għaliex ma jaħdimx hemhekk.", "Għaliex ma jmurx jistaqsi lill-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk ħalli jkun jaf kemm huma ferħanin?", "Mur staqsihom, Onor. Abela, dwar il-mod kif qed jiġu trattati.", "U mhux il-ħaddiema biss jitkellmu dwar il-mod kif qed jiġu trattati, imma anke l-union li tirrapreżentahom titkellem dwar dan.", "U jien ngħid lill- ħaddiema ta' l-HSBC sabiex jipparagunaw il-mod li bih kienu jiġu trattati meta kienu għadhom Mid-Med Bank mal-mod li bih qed jiġu trattati llum u jaraw jekk huwiex veru li llum qed jipprovaw jagħmlulhom robots jimxu bir- remote control u jitolbu l-impossibbli mingħandhom.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Abela pprova jiġġustifika din il-miżura li ttieħdet fil-budget - liema miżura u miżuri oħra mhux suppost li ttieħdu għaliex kellhom jiġu l-Lm100 miljun - billi qal li din qed issir għall-ġid tas- saħħa tal-poplu.", "Imma b'min iridu jidħku?", "Jien bqajt skantat kif l-Onor.", "Abela ma qalx li l-VAT fuq it-telephone saret biex in-nies ma jċemplux ħafna ħalli ma jmorrux jagħmlu xi ħsara lil widnejhom.", "Għax hekk kien jonqsu jgħid!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, ippermettili ninterrompik għaliex sar il- ħin għall-interruzzjoni tax-xogħol.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi, nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tlieta, 8 ta' Frar 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 2) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta` Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, dan huwa l-ewwel aġġornament li se nieħu din is-sena u l-ewwel kumment li xtaqt nagħmel hu fuq il-festi li kien hawn fl-aħħar tas-sena u li bihom ġie ċċelebrat il-bidu tal-millennju l-ġdid.", "Li joħroġ ċar huwa kemm il-poplu jrid li jkollu fejn jiltaqa' biex jiddeverti b'mod nazzjonali kull l-aħħar ta' sena u l-bidu tas-sena l- ġdida.", "Veru li forsi għal ħafna din sempliċiment hija data li taqleb minn sena għall-oħra imma jiena nħoss li mir-response li kien hemm għal dawn il- festi jidher li x-xewqa ta' ħafna nies hi li jkun hemm xi ħaġa organizzata b'mod nazzjonali.", "Mr. Speaker, xtaqt nitkelem ukoll fuq l-elezzjonijiet li ġejjin tal- kunsilli lokali.", "L-ewwelnett irrid ngħid li dan it-tielet round ta' elezzjonijiet tal-kunsilli lokali se jaffettwa ħafna ż-żewġ distretti li jiena nikkontesta.", "Fit-tielet distrett se jkun hemm l-elezzjoni lokali ġewwa Ħaż-Żabbar u anke f'Wied il-Għajn u minn dan id-distrett iż-Żejtun biss m'huwiex se jkun involut.", "Fit-tieni distrett se jkollhom l- elezzjonijiet il-Fgura, Bormla, il-Kalkara u x-Xgħajra u huma biss żewġ lokalitajiet li mhux se jkunu involuti.", "Dawn huma l-Birgu u l-Isla.", "Tkun ħaġa impossibbli li nsemmi kull lokalita' b'mod individwali u għalhekk se ngħaddi xi kummenti dwar ir-rwol tal-kunsilli, dwar kif qed jiżvolġu, dwar il-mod kif iħarsu lejhom il-partiti u dwar il-mod kif iħarsu lejhom entitajiet oħrajn fil-pajjiż inkluż il-Knisja u l-poplu nnifsu.", "Mr. Speaker, illum hija xi ħaġa aċċettata li x-xogħol tal-kunsilli huwa xogħol importanti.", "Illum nafu li l-kunsilli jistgħu jagħmlu differenza fl-ambjent u fil-lokalitajiet tagħna iżda minkejja dan nisimgħu ħafna fuq in- nuqqasijiet li għandna fil-lokalitajiet tagħna u fuq in-nuqqas ta' saħħa li l-kunsilli għandhom biex huma jkunu jistgħu jagħmlu l-ħidma tagħhom.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-Partit Nazzjonalista - li wara kollox kien il- partit li ta bidu ta' dawn il-kunsilli - dejjem ta support bil-finanzi, bil-mod kif qed jagħti iktar spazju u bl-emendi li għaddejna flimkien f'din il-Kamra u li permezz tagħhom il-kunsilli lokali se jingħataw aktar responsabbiltajiet.", "Din il-ħaġa taffettwa anke lilna d-deputati li naħdmu fid-distretti tagħna u taffettwa wkoll ir-relazzjoni bejn il-poplu u l- ministri tiegħu.", "Għall-kuntrarju l-Partit Laburista sfortunatament għall-bidu kien kontra l-kunsilli.", "Għalkemm dan illum m'għadux il-każ, fl-opinjoni tiegħi għad fadal elementi anke f'din il-Kamra li bil-mod kif jitkellmu jagħtu l- impressjoni li l-kunsilli huma balla fuq l-istonku tagħhom.", "Hemm deputati min-naħa l-oħra tal-Kamra li huma favur il-kunsilli u li kienu huma stess fil-kunsilli - u l-esperjenza li kellhom żgur li taffettwahom bħalma affettwat lili li kont fl-ewwel kunsill ta' Ħaż-Żabbar - pero' diskorsi bħalma kellna dan l-aħħar mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jpoġġu l-kunsillieri f'pożizzjoni li dawn jistgħu jħossuhom kunsillieri tan-nofs kedda.", "Dawn huma nies li apparti s-sindku li jkollu xi remunerazzoni jaħdmu għall- lokalita' b'mod totalment volontarju u għax-xogħol li jagħmlu dawn ħafna drabi mhux talli ma jeħdux it-thank you imma jaqilgħu fuq wiċċhom min-nies.", "L-esperjenza ta' ħafna kunsilliera tista' tkun negattiva u tista' tkun ta' qtugħ il-qalb pero' ovvjament mhux kulħadd jeħodha bl-istess mod u ħafna kunsilliera jerġgħu joħorġu għall-elezzjoni tal-kunsill lokali.", "Dan fil- maġġoranza jagħmluh b'mod altruwista u għax verament iħobbu u jridu l-ġid għal-lokalita' tagħhom.", "Għalkemm jidher li l-mod kif qed jiżviluppaw il- kunsilli huwa aċċettat, pero' għad fadal problemi minħabba d-differenza fil- mod kif iħarsu lejhom il-partiti.", "Ħafna drabi nsibu li ma jkunx hemm dik il- koperazzjoni li wieħed jixtieq minn ċerti setturi li forsi wieħed jistenna aħjar.", "Per eżempju, is-settur privat għandu jkollu interess li jara li t- traffiku jkun organizzat għax huwa fl-interess tiegħu li jkun hemm il- kummerċ fil-lokalita' tiegħu.", "Hawnhekk ta' min jgħid li ċerti kunsilli jsibu l-koperazzjoni mis-settur privat forsi anke minħabba ċerti individwi mentri lokalitajiet oħrajn li ma jkollhomx dan it-tip ta' parrinu jridu jiddependu biss fuq il-famuża formola li joħroġ il-gvern ċentrali.", "Il- Partit Nazzjonalista dejjem kien wara l-kunsilli, b'kull għajnuna, minkejja l-problema globali tal-finanzjar fil-pajjiż u qatt ma kellu l-ħsieb li b'xi mod inaqqas l-għajnuna anzi jrid li l-kunsilli jkomplu jiżviluppaw u biż- żmien jieħdu iktar responsabbilitajiet.", "Mr. Speaker, x'inhuma l-vantaġġi li l-kunsilli qed jagħtu lin-nies tagħna?", "Sfortunatament aħna l-politiċi l-aktar li jkollna kuntatt man-nies hu fi żmien l-elezzjonijiet imma l-kunsilli qed jirresponsabilizzaw liċ-ċittadin u jġiegħluh mhux biss jipparteċipa imma jħajjruh jieħu l-inizjattiva li jara li l-post fejn joqgħod hu jkun iktar imħares u iktar żviluppat.", "Dan huwa l-iskop tal-gvern meta jitkellem fuq is-sussidjarjeta', fejn id- deċiżjonijiet jittieħdu fuq livell l-iktar l-isfel.", "Għalkemm fil-bidu l- kunsilli bdew biss bit-tindif u bil-bankini - xi ħaġa li kien hawn min ikkritikaha - illum qed naraw li dawn qed jieħdu inizjattivi oħrajn u l- liġi stess qed tagħtihom iktar u iktar doveri.", "Bil-mod il-mod il-kunsilli lokali verament qegħdin jiżviluppaw f'entitajiet ta' gvern lokali.", "Qabel ma ngħataw aktar responsabbiltajiet il-kunsilli lokali kienu jieħdu ħsieb biss l-affarijiet li aħna ngħidulhom żgħar.", "Jiena ma ngħidilhomx żgħar, imma affarijiet importanti ta' kuljum.", "Per eżempju, l-indafa hija importanti għax tnaqqas il-mard, tħalli l-post iktar sabiħ u ovvjament għandha riperkussjonijiet pożittivi oħrajn fuq l-industrija tat-turiżmu.", "Il-bankini u t-toroq huma wkoll importanti u ta' min ngħid li dawn huma fost l-ikbar uġiegħ ta' ras għal kull kunsill lokali.", "Huwa veru li f'ċerti postijiet sar ħafna xogħol qabel twaqqfu l-kunsilli u postijiet oħra kienu għadhom ħafna lura pero' huwa fatt li f'dan il-qasam hawn tellieqa kbira.", "Mr. Speaker, ix-xogħol tiegħi jeħodni mhux biss ta' Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun imma anke f'postiiet oħrajn fis-south ta' Malta u nista' ngħid li x-xlokk u n-nofsinhar tal-pajjiż kienu mitluqa ħafna.", "In-numru ta' toroq li mhux biss ma kenux qatt asfaltati imma anke qatt ma raw maintenance kien ħafna ikbar minn ċerti areas oħra f'pajjiżna.", "Sfortunatament dan ma kienx ikalkulat fil- formula li ħadet in konsiderazzjoni biss il-popolazzjoni u s-surface area.", "Ċertament il-popolazzjoni fl-ebda minn dawn l-irħula m'hija nieqsa.", "Dawn kollha huma bliet u rħula li fihom hemm densita' kbira ta' popolazzjoni.", "Barra l-inner harbour area, it-tieni u t-tielet distretti elettorali huma fost l-iktar areas popolati f'pajjiżna.", "Dan ifisser ukoll li għandek iktar piż fuq it-toroq, iktar kummerċ, iktar karozzi, iktar trakkijiet u iktar ħsara fit-toroq.", "Mela barra li huma densely populated dawn l-areas għadhom lura ħafna f'dak li huwa toroq.", "Biżżejjed insemmi li fil-lokalita' ta' Wied il-Għajn illum għad fadal 'il fuq minn 50 triq triq li qatt għadhom ma raw it-tarmac fuqhom.", "Din hija inkonvenjenza enormi mhux biss għall- individwi li jgħixu f'dawn it-toroq imma anke għal kulmin juża dawn it- toroq u għal kulmin jagħti servizz f'dawn it-toroq.", "Kien hemm ċerti areas f'ċerti rħula fejn anke t-tobba kienu jsibu diffikulta' kbira biex jidħlu u jagħmlu l-viżti tagħhom minħabba l-istat tat-toroq.", "Ovvjament wieħed jista' jiskuża u jgħid li l-maltemp ikompli jgħarraq is-sitwazzjoni, pero' f'ċerti każi hemm dewmien ta' għexieren ta' snin biex isiru dawn it-toroq wara li l- abitanti jkunu ħallsu u wara li jkunu ġew sodisfatti l-kriterji.", "Hawnhekk ta' min igħid li dawn it-tip ta' toroq m'humiex responsabbilita' tal- kunsilli.", "Dan qed ngħidu għax in-nies iridu jifhmu x'inhuma r- responsabilitajiet tal-kunsilli u r-responsabilitajiet tal-gvern ċentrali biex dak li hu tal-kunsill, nagħtuh lill-kunsill bin-negattiv u l-pożittiv tiegħu pero' dak li hu tal-gvern ċentrali għandna nagħfsu fuq il-gvern ċentrali.", "Il-kunsilli kollha jagħfsu fuq il-gvern ċentrali - u jagħmlu sew - u aħna d-deputati wkoll qegħdin hemm biex ngħinuhom biex jagħmlu dan ix- xogħol ħalli jaslu r-riżultati.", "Mr. Speaker, jiena wieħed minn dawk li mingħajr ħafna daqq ta' trombi dejjem ninsisti li t-talbiet ġustifikati li jagħmlu tal-kunsilli għandhom jintlaqgħu mill-gvern ċentrali.", "Ħafna drabi jekk ma jkunx hemm dik il- pressjoni jista' jkun li d-domandi tad-diversi kunsilli jaqgħu lura.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ċertu xogħol li kien għaddej u għadu għaddej fuq il-lokalita' ta' Ħaż-Żabbar.", "Din il-lokalita' hija r-raba' l-ikbar lokalita' fil-pajjiż bħala popolazzjoni u t-trend hija li dejjem qiegħda aktar tiżdied.", "Kull darba li jkollna l-istatisitka dejjem naraw li għall- kuntrarju ta' ċerti bliet oħrajn, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn huma postijiet li dejjem qegħdin jiżdiedu fil-popolazzjoni.", "Minħabba f'hekk id-domanda għal toroq aħjar u għal servizzi iktar żgur li se tkun dejjem iżjed.", "Irridu naraw ukoll li l-parti l-antika u storika ta' lokalita' għandha tingħata enfasi.", "Hawnhekk per eżempju ma nistax ma nfaħħarx l-inizjattiva tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar li ħareġ ktieb fuq din il-lokalita'.", "Dan il-ktieb mhux biss huwa sabiħ għall-għajn imma anke għat-tagħrif li fih mhux biss dwar iċ-ċentru tal-lokalita' imma fuq il-madwar fejn inbnew numru ta' estates u toroq ġodda, fuq il-fatt li għandu jkun hemm traffic management serju u fuq il-ħtieġa li jkun hemm toroq mad-dawra tal-belt li permezz tagħhom wieħed ma jkollux għalfejn jidħol fil-qalba tal-belt jekk ma jkollux bżonn.", "Qed nirreferi l-iktar għal Girdle Road.", "Jiena nħoss li din għandha b'xi mod tkun imqabbda mal-parti tax-Xgħajra - u hemm mod kif dan jista' jsir - ħalli jiġi evitat li t-traffiku jgħaddi mill-qalba ta' Ħaż-Żabbar.", "Fuq ix-xaqliba l-oħra għandu jinstab mezz kif ikollna triq li tgħaddi mit-triq l-antika ta' Wied il-Għajn għat-triq il-ġdida ta' Wied il- Għajn.", "Barra minn hekk fuq in-naħa tax-Xgħajra jeħtieġ li ssir Triq Caligari biex wieħed ikun jista' jmur mix-Xgħajra direttament għal Wied il- Għajn mingħajr il-bżonn li jidħol fil-qalba tal-belt.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Dan qed ngħidu għax jekk aħna mhux se ntejbu s-sistema ta' kif jimxi t-traffic, inutli noqogħdu nitkellmu fuq li nirranġaw it-toroq biex imbagħad jerġgħu jitkissru bl-użu esaġerat.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li n-numru ta' toroq li saru dan l-aħħar f'Ħaż- Żabbar ma kienx numru kbir ħafna pero' għallinqas wieħed seta' jħoss li amenu x-xogħol qed isir.", "Bħalissa qed isir xogħol fit-Triq Santa Domenica, fiTriq Espedito Catania u f'toroq oħra fil-viċin u nispera li x-xogħol ikun lest kemm jista' jkun malajr għax ilhom ħafna jaħdmu fuq dawn it-toroq.", "Dawn huma toroq li bilfors ikollok tgħaddi minnhom għax permezz tagħhom toħroġ mill-qalba tal-belt.", "Jiena għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari u mir-risposti jidher li se jsiru toroq oħrajn li jew ma saru qatt jew inkella huwa kompletament impossibbli li tgħaddi minn ġo fihom.", "Bħalissa qed tiġi f'moħħi Triq il-Kappuccini li verament trid tagħmel kważi att fiċ- ċirku biex jirnexxielek iddur ma' kull ħofra u ma' kull gandott li fihom.", "Anke Triq Alessio Erardi li hija triq wiesgħa quddiem knisja ġdida li nfetħet f'din il-lokalita' turi kemm din il-lokalita' qiegħda tiżdied u kważi kważi qed issir parroċċa għaliha għalkemm ovjament tagħmel parti mill- parroċċa ta' Ħaż-Żabbar.", "Dawn huma areas li mhux biss joqogħdu ħafna nies fihom, imma huma wżati ħafna għax barra li jservu lin-nies tal-lokalita' qegħdin in transit ukoll għal lokalitajiet oħrajn bħall-Kalkara u x- Xgħajra.", "Natiralment il-problemi tat-toroq ovvjament taffettwa lil kull kunsill lokali imma kif diġa' għedt inħoss li dawn l-inħawi huma fost l- iktar inħawi fil-pajjiż li bdew minn sitwazzjoni fejn kellhom bżonn ta' ħafna manutenzjoni ta' toroq.", "Tajjeb li hemm il-kunsilli lokali għax l- ewwelnett daħlet aktar ekwita' u t-tieni nett wieħed m'għadux jisma' kummenti li hemmhekk se jibdew isiru għax issa hemm ministru.", "Dik kienet il-mentalita' imma issa l-kunsilli lokali daħħlu l-ekwita' jew għallinqas naqqsu d-differenzi fit-tqassim ta' riżorsi speċjalment fejn jidħlu toroq u servizzi.", "Mr. Speaker, meta tagħmel xi ħaġa ġdida jkollok ukoll problemi ġodda.", "Jien informat li f'ċerti kunsilli jkun hemm ċerti problemi ta' natura politika.", "Dan ma jistax jonqos għax il-kunsilli bilfors huma xi ħaġa ta' politika u min jaħseb mod ieħor fl-opinjoni tiegħi jkun qiegħed inaqqas l- importanza.", "Jien ħafna drabi jkolli laqgħat professjonali ta' kif issir ċerta tmexxija u hemm jgħidulek li mingħajr ir-rieda politika ċerti affarijiet ma jiċċaqalqux.", "Ma nistax nimaġina l-kunsilli kif setgħu jimxu 'l quddiem mingħajr l-għajnuna mill-partiti politiċi.", "Il-Partit Laburista fit-tmexxija tiegħu - u nagħmel enfasi li fit-tmexxija tiegħu - għadu jsostni li kien għalih dawn ma jsostnihomx politikament u n-nies joħorġu għar-rashom.", "Jista' jkun hemm individwi li jħossuhom f'pożizzjoni li jistgħu jgħinu l-lokal tagħhom mingħajr ma jkunu f'organizzazzjoni politika u dawn għad hemm spazju għalihom.", "Huwa tajjeb li jkollna minn dawn it-tip ta' nies, pero' l-partiti għandhom ikunu preżenti wkoll fit-tmexxija lokali.", "Jien informat li f'ċerti kunsilli il-minoranza ma tkunx ikkalkolata.", "Fil-kunsilli kollha tad-distretti elettorali li nikkontesta jiena, b'eċċezzjoni tal-kunsill ta' Wied il-Għajn, il-maġġoranza jew hija maġġoranza formalment Laburista jew inkella m'hijiex Nazzjonalista.", "Jien ngħid li sew jekk ikun hekk u sew jekk ikun bil-maqlub dan m'għandux ikun.", "Meta jiena ħdimt fil-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar - u għandi informazzjoni li anke llum hekk qed isir - dan ma kienx il-kas imma per eżempju fil- kunsill lokali taż-Żejtun hemm din il-pożizzjoni u dan m'għandux ikun.", "Għandu jkun hemm iktar djalogu u iktar koperazzjoni għax wara kollox kull kunsillier jirrappreżenta daqs kull wieħed ieħor lil lokal tiegħu u allura t-talbiet tiegħu għandhom jiġu konsidrati.", "Jiena ma naħsibx li l-kunsilli lokali għandhom ikunu parlamenti żgħar u jkun tajjeb jekk ċerti attitudnijiet jinbidlu jekk nemmnu li l-lokal għandu jiġi l-ewwel.", "Mr Speaker, nixtieq nerġa' nsemmi Girdle Road.", "Hawnhekk hemm il-problema tal-miżbla, il-kunsill lokali għamel kulma seta' pero' xorta bqajna fl-istess sitwazzjoni.", "Issa ta' min ngħid li dan il-post kien maħsub li jkun post ta' divertiment.", "Dan il-proġett ilu maħsub minn 1994/1995, kellu jsir fis-snin ta' wara pero' għadu ma bediex il-bini tal-ħajt li hemm bżonn biex isir dan il-ġnien li għandu jservi ta' pulmun f'din in-naħa ta' Malta.", "Dan kellu jservi ta' lok għal sfog u rikreazzjoni mhux biss għan-nies ta' Ħaż-Żabbar imma anke' għal dawk ta' l- inħawi pero' għadna ma tlaqniex.", "Jiena nappella lill-gvern ċentrali biex jagħti kas ta' din il-problema tal-miżbla fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, li hi magħrufa bħala Girdle Road.", "Din it-triq għandha wkoll tingħata t- tarmac.", "Din hija triq four-lane pero' m'hijiex qed tintuża biżżejjed.", "Jekk tibda tiġi wżata t-traffiku ma jibqax jidħol bla bżonn fil-qalba tar-raħal.", "Min ma jkollux bżonn ikun aħjar li jevita l-qalba tar-raħal anke għal kummerċ tagħna.", "Jiena rajt il-pubblikazzjoni li ħareġ il-kunsill lokali u tista' tgħid li fil-maġġoranza tagħha turi din il-karba li hemm bżonn li l-gvern ċentrali jagħti kas ta' dawn il-lokalitajiet.", "Ħafna drabi t-talbiet ma jkunux talbiet impossibbli imma talbiet ta' tiswijiet ta' toroq u affarijiet li n-nies iħossu li għandhom isiru.", "Ħafna drabi n-nies ma jimpurthomx jekk huwiex il-kunsill jew il-gvern ċentrali u allura huwa fl- interess tal-gvern ċentrali li jindirizza li t-talbiet li jsiru minn dawn il-kunsilli għax huwa fl-interess tal-gvern li l-kunsilli jkomplu jiffjorixxu.", "Jekk il-gvern ma jsostnihomx dawn jaqtgħu qalbhom u allura n- nies ma jikkonkorrux biex joħorġu għall-elezzjonijiet.", "Ċertament din m'hijiex sitwazzjoni li jixtieq il-gvern, anzi bil-kontra.", "Wara kollox ħadd ma jixtieq li jkollna telqa ma' kullimkien, anzi bil-maqlub kulħadd irid li jkollna ġnien li jwarrad u jfuħ fil-kunsilli tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla t-Tlieta, 8 ta' Frar fis-6.00 p.m. bl- agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PIXXINA NAZZJONALI - ĦADDIEMA ĠODDA", "12470.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imesmmi mpjieg, jista' l- Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perijodu msemmi fil-Pixxina Nazzjonali ġiet impjegata persuna waħda bħala Aquatic Facility Operator wara li ġiet riferita mill-ETC u b'hekk ġew segwiti l-proċeduri normali ta' ingaġġ.", "It- talba lill-ETC għall-mili tal-post kienet saret mill-amministrazzjoni tal- pixxina fit-22 ta' Settembru, 1999.", "DIPARTIMENT TA' L-INDAFA PUBBLIKA - TRASFERIMENTI", "12471.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fil-perijodu msemmi, mis- 16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 ingħataw 23 trasferiment.", "Persuna ġiet ittrasferita mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika għad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fuq it-talba tal-ħaddiem stess.", "22 oħra ġew ittrasferiti għall-unit għal Ambjent Nadif fl-istess Ministeru għall- Ambjent.", "Dawn saru skond il-ħtieġa tad-dipartiment.", "Jekk fil-futur isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond in-neċessita' tad-dipartiment jew ta' l- individwu.", "DIPARTMENT TAL-KUNSILLI LOKALI - ĦADDIEMA ĠODDA", "12472.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi bejn is-16 ta` Settembru, 1999 sal-4 ta` Jannar, 2000 ma ġie impjegat l-ebda ħaddiem ġdid fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "ETC - TFAL JAĦDMU", "12873.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-16-il-sena jaħdmu bla permess matul is-sena 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul l-1999, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, qabdet 79-il persuna taħt is-16 il-sena li kienu qegħdin jaħdmu bla permess.", "Dawn kienu imqassmin hekk:-", "Jannar 2 Frar 7 Marzu 5 April 3 Mejju 7 Gunju 8 Lulju 5 Awissu 4 Settembru 16 Ottubru 7 Novembru 12 Diċembru 3", "ETC - TFAL JAĦDMU", "12874.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt is-16-il-sena li qed jaħdmu bil-permessi neċessarji illum?", "Kemm kien in-numru ta' tfal li ngħataw permess jaħdmu is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ETC - PERSUNI LI NQALGĦU MINN FUQ IR-REĠISTRU", "12875.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul is-sena 1999, u li nqalgħu min fuq ir-reġistru (part A) għaliex inqatgħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru waqt li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul is-sena 1999 kien kif ġej:", "399 nqatgħu għax irrifjutaw xogħol; 465 nqatgħu għax instabu jaħdmu; filwaqt li 62 nqatgħu għax m'attendewx xi taħriġ offrut mill-korporazzjoni.", "ETC - REĠISTRAZZJONI", "12876.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw persuni ġodda għax-xogħol xahar b'xahar matul is-sena 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax- xogħol xahar b'xahar matul is-sena 1999 kien kif ġej:", "Jannar 1999 - 321 Frar 1999 - 295 Marzu 1999 - 269 April 1999 - 303 Mejju 1999 - 274 Ġunju 1999 - 297 Lulju 1999 - 726 Awissu 1999 - 686 Settembru 1999 - 424 Ottubru 1999 - 448 Novembru 1999 - 291 Diċembru 1999 - 246", "SIGURTA SOĊJALI - NIES BOARDED OUT", "12877.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni matul is-sena 1999?", "X'tip ta' marda kellhom u x'eta' kelhom f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istatistika li tinżamm mid-dipartiment hija n-numru ta' persuni li ġew mogħtija Pensjoni ta' l-Invalidita' matul is-sena.", "Għalhekk qed nirriproduċi tabella bl-istatistika dwar persuni li ngħataw Pensjoni ta' l-Invalidita' wara li ġew boarded out mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul l-1999.", "PERSUNI LI ĠEW BOARDED-OUT MATUL L-1999 Etajiet Numru ta' Persuni 20 sena sat-30 sena 6 31 sena sal-40 sena 27 41 sena sal-50 sena 143 l' fuq minn 50 sena 576 TOTAL 752", "SIGURTA' SOĊJALI - TILWIMIET INDUSTRIJALI", "12878.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati tilwimiet industrijali matul is-sena 1999 u liema kienu l- azjendi, korpi parastatali u/jew dipartimenti tal-gvern milquta f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: 92 tilwima industrijali ġew reġistrati mad- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg matul is-sena 1999.", "33 minnhom jikkonċernaw korpi parastatali/awtoritajiet/korporazzjonijiet tal-gvern, waqt li 59 minnhom jikkonċeraw stabilimenti privati.", "Listi ta' dawn it-tilwim industrijali tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MAJJAL", "13147.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li bis-sistemi tal-kwoti tal-majjal trid tispiċċa wara li Malta ssir membru tal-UE kif ukoll jiġi liberalizzat il-prezz tal-majjal għall-produttur lokali, jista' l-Ministru jgħid kif il-produtturi tal- majjal se jmorru aħjar b'dawn il-miżuri?", "Kemm fil-fatt huwa mbassar mill-Gvern li se tespandi din l-industrija lokali wara li Malta ssir membru tal-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 10916.", "MAJJAL - PRODUZZJONI", "13148.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif l-industrija lokali tal-majjal se tkabbar il-produzzjoni tal-majjal minn dik li llum hija fid-dawl tal- liġijiet, ir-regoli u d-direttivi tal-ambjent ta' l-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-produzzjoni tal- majjal tiġi rregolata skond id-domanda tal-mument, irrelevanti mill- liġijiet, regoli u direttivi tal-U.E.", "MAJJAL - PREZZ", "13149.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li jrid jitbaxxa l- prezz tal-produtturi lokali tal-majjal sabiex ikun kompettiv mal-produtturi tal-UE wara li Malta ssir membru tal-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-prezz tal- produtturi lokali tal-majjal huwa marbut ma ħafna fatturi u qegħdin isiru konsultazzjonijiet biex wieħed jevalwa s-sitwazzjoni aħjar fir-rigward tal- WTO.", "MAJJAL FRISK", "13150.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-UE bħal Malta li għandhom provvista ta' majjal frisk li tlaħħaq mad-domanda tal-ħteġijiet tal-poplu rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'iniex f`pożizzjoni li nikkonferma statistika jew informazzjoni ta` pajjiżi oħra.", "TJUR - PRODUTTURI", "13151.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-prezzijiet tal-produtturi tat-tjur tal-UE huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-produtturi Maltin, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li jrid ikun il-prezz kompetittiv għall-produtturi Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qegħdin isiru konsultazzjonijiet dwar il-prezzijiet lokali speċjalment fir-rigward tal- WTO.", "ILMA - KONTAMINAZZJONI", "13152.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn kienu r-rapporti ta' kontaminazjoni ta' l-ilma f'Malta u Għawdex mill-ewwel tas-sena sal-lum?", "X'passi ttieħdu, xi żviluppi saru u kemm intrema ilma sabiex saru l-wash out neċessarji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li mill-ewwel tas-sena sal-lum, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma waslilha rapport wieħed ta` kontaminazzjoni fid-distribuzzjoni ta` l-ilma f`Malta u Għawdex.", "Dan ir- rapport wasal minn residenti fi Triq Ġianni Bonnici, Triq l-Indipendenza u Triq Girolamo Lorenzi f`Ħaż-Żebbuġ, Malta.", "Il-korporazzjoni ħadet azzjoni immedjata billi twaqqfet il-produzzjoni ta` l-ilma mis-sors tal-kontaminazzjoni li kienet il-borehole ta` Wied Qirda.", "Minnufih beda jsir il-washout mill-mejnijiet ta` dawn l-inħawi u ttieħdu kampjuni mill-vit ta` l-ilma tax-xorb mir-residenzi taż-żona affettwata.", "Dan sar biex isiru t-testijiet u analiżi mil-laboratorju tal- korporazzjoni.", "Mill-washouts li saru intilef madwar 1500 metru kubu ta` ilma.", "Tajjeb jingħad ukoll li fil-programm ta` sorveljanza li ssir kuljum fis- sorsi tal-produzzjoni ta` l-ilma, irriżulta li kien hemm kontaminazzjoni oħra fil-pumping station ta` Ħal Ħlas u oħra fil-pumping station ta` Wied il-Kbir.", "Fiż-żewġ każi saru l-washouts meħtiega.", "Fil-washouts li saru bejn l-1 u t-3 ta` Jannar u bejn il-15 ta` Jannar u llum f`Tal Ħlas, intilfu 54,700 metru kubu ilma.", "Fil-washout li saret fil-pumping station ta` Wied Il-Kbir mill-15 ta` Jannar u għada għaddejja sal-lum, intilfu 49,400 metru kubu ilma.", "F`Għawdex kien hemm kontaminazzjoni fil-pumping station tax-Xewkija u fil- washouts li saru bejn it-22 u l-24 ta` Jannar, 2000 intilfu 1,680 metru kubu ilma.", "Kien hemm kontaminazzjoni oħra fil-borehole f`Ta` Kanal fejn fil-washouts li bdew fl-ewwel ta` din is-sena u għadhom għaddejjin intilfu 2,700 metru kubu ilma.", "Ta` min jgħid ukoll li mill-ewwel ta` din is-sena qed isiru washouts b`mod regolari fl-isprings fl-inħawi tar-Rabat ta` Malta.", "L-inċidenza tal-kontaminazzjoni fis-sorsi tal-produzzjoni ta` l-ilma mill- acquifer hija attribwita għal diversi raġunijiet, fosthom (a) ix-xita qawwija li tikxef id-difetti eżistenti fis-sistema tad-drenaġġ, (b) tniġġiz minn fertilizzanti u pestiċidi li jsir mill-attivita` agrikola; u (ċ) rimi ta` skart mid-djar, fabbriki u irziezet.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - EDUCATION OFFICERS", "13264.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jimtlew il-postijiet ta' education officers mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "X'se jkun il-complement ta' kull direttorat mad-diviżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni qegħda f'diskussjoni mal- Malta Union of Teachers sabiex il-firxa ta' education officers li jiġu appuntati taqbel iżjed mal-ħteġijiet tal-lum milli kienet il-firxa miftehma f'Marzu '96.", "Is-sejħa ta' l-applikazzjoni toħroġ meta l-Malta Union of Teachers u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jiftehmu fuq il-firxa proposta.", "Għaldaqstant għadu mhux possibbli li tingħata risposta definita għat-tieni parti tal-mistoqsija.", "WSC - KONTIJIET", "13265.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli jintbagħat il- kont, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, meta s-servizz ġie mneħħi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tlabt lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma biex tinvestiga dan il-kaz u hekk kif tali investigazzjoni titlesta ninforma lill-Onor.", "Interpellant bir-rizultat.", "SERVIZZ ĊIVILI - PROMOZZJONIJIET", "13296.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li qed isiru diskussjonijiet vis-a-vis il-ftehim tas- servizz pubbliku (general service grades) biex ikun hemm kondizzjonijiet aħjar f'dawk li huma promozzjonijiet għall-clerks li huma non servicing officers?", "F'liema stadju waslu l-imsemmija diskussjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li fil-kuntest ta' l-ezerċizzju korrettiv hemm talba biex grupp ta' clerks li nħatru wara sejħa għall- applikazzjoni fid-9 ta' Ottubru 1992, jiġu kkonsidrati li kienu serving officers fl-1 ta' Jannar, 1991 meta f'dik id-data dawn kienu għadhom ma daħlux mal-gvern.", "It-taħdidiet dwar l-ezerċizzju korrettiv għadhom għaddejjin.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - INFIQ TA' FLUS", "13304.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif u fejn se jintnefqu l-flus allokati lid-Dipartiment tat-Toroq għas-sena 2000?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet se jsiru x-xogħlijiet fit- toroq, dawk kbar kif ukoll dawk residenzjali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ħafna mill-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant diġa ġiet ippubblikata fl-Estimi Ġenerali.", "Dwar xogħlijiet f`toroq arterjali dawn qed isiru skond il-masterplan li diġa' tqegħdet kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li l-programm għall-asfalt ta` private streets qiegħed ikun miftiehem mal-kunsilli lokali.", "PULIZIJA - TOWJAR/KLAMPJAR TA' VETTURI", "13305.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet towed u kemm-il vettura ġiet clamped matul is-sena 1999 mil-liema belt/raħal ġiet towed jew clamped?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet pożittiva għall- breathalyser test matul is-sena 1999?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija dwar in-numru ta` vetturi li ġew towed u clamped matul l-1999, u l-lokalitajiet fejn dan seħħ, hu kif jidher fuq it-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li matul l-1999 kien hemm 122 persuna li kellhom riżultat pożittiv wara l-breathalyser test, li minnhom 118 kienu rġiel u erbgħa kienu nisa.", "DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR - RAPPORT", "13306.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar lid-Dipartiment tal-Konsumatur matul l-1999?", "F'liema oqsma kienu r-rapporti msemmija?", "X'passi ħa d- dipartiment fejn sab li r-rapporti kienu ġustifati?", "Kemm kienu ġustifikati r-rapporti u kemm kienu mhux ġustifikati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li matul l-1999, id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur waslulu 767 ilment dwar kwestjonijiet li nqalgħu bejn il-konsumatur u l-kummerċjant dwar xiri jew kiri ta` oggetti jew servizzi.", "Dawn l-ilmenti kienu jkopru xiri jew kiri ta` diversi oġġetti u servizzi ta` natura varja mogħtija.", "Tajjeb jingħad li d-dipartiment jirreġistra dawk l-ilmenti li jkunu validi.", "Dawn jiġu nvestigati u ssir medjazzjoni sabiex jintlaħaq ftehim bonarju sabiex il-konsumatur aggravat jieħu kumpens xieraq.", "Jekk dan il- ftehim ma jintlaħaqx, il-konsumatur jingħata parir li jista` jressaq il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.", "Matul is-sena li għaddiet ġew ffinalizzati 818 ilment minn dawk pendenti quddiem id-dipartiment.", "Minn dawn l-ilmenti 328 minnhom ġew imressqa quddiem it-tribunal imsemmi għal deċiżjoni.", "SPTAR MONTE CARMELI - SERQ", "13307.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li dehru fuq ix-Xandir u fil- ġurnal il-\"KullĦadd\" tad-9 ta' Frar, 2000 (kopja tiegħu qed tintbagħat separatament) rigward serq ta' siment u luminati mill-Isptar Monte Carmeli?", "Veru li uffiċjal inkarigat mill-istess sptar kien jaf b'dan is-serq u żamm kollox mistur?", "Jekk fl-affermattiv, se jittieħdu passi kontra kull min kien involut?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor.", "Interpellant li waqt li din id-domanda saret fis-26 ta` Jannar qed tirriferi għal rapporti fil-gurnal KullĦadd tad-9 ta` Frar, 2000.", "Ġejt ukoll informat li mhux se jkun hemm ħarġa tal-ġurnal imsemmi fid-9 ta` Frar.", "Barra minnhekk il-kopja mibgħuta mad-domanda hija data 9 ta`Settembru, 2000.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDREN ALLOWANCE", "13312.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala allowance tat-tfal matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13219.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - BONUS KONTRIBUTORJU", "13313.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala bonus kontributorju matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 13219.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - PENSJONI GĦAL DIŻABILITA'", "13314.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala pensjoni għal diżabilita' matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13219.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI", "13315.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala għajnuna soċjali matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13219.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - ASSISTENZA SUPPLIMENTARI", "13316.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju imħallas mill-gvern bħala assistenza supplimentari matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13219.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - GĦAJNUNA GĦAL MARD", "13317.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċji imħallsa mill-gvern bħala għajnuna għal mard matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13219.", "AFFARIJIET BARRANIN - KAROZZI IMPRESSED", "13434.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru iwieġeb il-partijiet tal- mistoqsija 12972 li ġejt mitlub nirriferi lilek mill-Ministru għall- Affarijiet Barranin, ċioe' jista' jgħid kemm hemm karozzi impressed mal- ministeru jew mad-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu impjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13282.", "KALKARA - TOROQ", "13440.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Kalkara fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li wara li ftit żmien ilu kien sar xogħol intensiv ta` bdil ta` mejnijiet, kif ukoll ta` pressure control fis- sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma tal-Kalkara, il-provvista ta` l-ilma f`din il-lokalita` hija tajba ħafna u għalissa m`hemmx il-bżonn li jsiru aktar interventi ta` bdil ta` mejnijiet.", "Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma m`għandha l-ebda pjanijiet dwar bdil ta` mejnijiet u house service connections fil-Kalkara ghal din is-sena.", "FGURA - TOROQ", "13441.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Fgura fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata appena tkun inġabret.", "XGĦAJRA - TOROQ", "13442.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fix-Xgħajra fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma fis-sena li ġejja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq tax-Xgħajra:", "Triq Wied Glavan, Triq Cesri, Triq Gdida fi Triq ix-Xatt, Triq ix-Xatt, Triq il-Fabbriki, Triq Gdida fi Triq il-Knisja, Triq I Mahoney, Triq Zabbar, Triq it-Tumbrell, Triq K Ritchie, Triq Dawret ix-Xatt, Sqaq San Lawrenz u madwar, Upper Front Lane, Triq il-Knisja, Triq Gdida fi Triq Qaċċawiet u Sqaq fi Triq ix-Xatt.", "ŻABBAR - ST PETER'S - TOROQ", "13443.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fl-area magħrufa bħala St Peter's limiti ta' Zabbar fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma fis-sena li ġejja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- Ilma, għal din is-sena, m`għandha ebda pjan biex jinbidlu mejnijiet u house service connections fl-inhawi magħrufa bhala Saint Peters f`Ħaż-Żabbar.", "Tajjeb jingħad li fil-parti l-kbira ta` dan il-lokal hemm mejnijiet fi stat tajjeb tat-tip ductile iron u cement lined u għaldaqstant m`hemmx bżonn li jinbidlu.", "Għalkemm għad hemm xi toroq li fihom mejnijiet taż-żewġ pulzieri galvanizzati, dawn għadhom relattivament f`kondizzjoni tajba u m`hemmx problemi ta` provvista ta` l-ilma f`dawk l-akkwati.", "Dawn il- mejnijiet hu maħsub li jinbidlu fil-futur.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - OFFERTI GĦAL POST", "13444.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fiex wasal il-bejgħ mill-uffiċċju konġunt tal-post 7 Sqaq San Lazzru, Bormla?", "Jista' jgħid kemm intefgħu offerti?", "Jista' jgħid ukoll x'se jsir jekk is-somma mixtieqa ma' tintlaħaqx?", "Jekk ħadd ma' jkun interessat li jixtriħ, jista' għall anqas jikkonsidra li jitnaddaf mill- ammont ta' ħmieġ li ntrema' fih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Uffiċċju Konġunt, fit-23 ta` Novembru, 1999, ħareġ sejħa għal bejgħ bl-offerti tal-fond li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "L-Uffiċċju Konġunt irċieva offerta waħda biss, liema offerta ma ġietx aċċetta peress li din kienet ferm inqas mill-istima li kellu l-istess uffiċċju.", "Ninsab informat ukoll li sakemm jinbiegħ il-fond imsemmi, il-bieb se jiġi mbarrat.", "KOTTONERA - TOROQ", "13445.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil- Kottonera se jingħataw it-tarmac din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-pożizzjoni ta` xogħlijiet il- Kottonera hija:", "Xogħol li qed isir:", "Bormla - parti minn Triq Hanover", "Xogħol li se jibda jsir:", "Kalkara - Tiswija tal-moll u t-triq bejn il-Kalkara u l-Birgu.", "Xogħol li se jsir meta jiġu mogħtija t-tenders li ħarġu mid-Dipartiment tat-Toroq:", "Fgura - Triq il-Pelikan Żabbar - Triq Villabete", "Se jiġu ppubblikati sejħiet għal tenders għal xogħol f`dawn il- lokalitajiet:", "Żabbar - Triq Bieb is-Sultan.", "Xgħajra - Toroq Mahoney, Żabbar, u Triq ġdida fi Triq il-Fortizza tal- Grazzja.", "Fgura - Toroq San Ġwann, l-Iskola u Scicluna.", "Toroq oħra jsiru skond il-prijoritajiet ta` dan id-dipartiment.", "SERVIZZ ĊIVILI - REGOLAMENTI TAD-DIXXIPLINA", "13489.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti tad-dixxiplina ġodda li nħarrġu għall-ħaddiema tal-Gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina) tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 175 tat-8 ta' Novembru, 1999.", "BAJJA SAN ĠORĠ - LATRINI", "13490.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija nurmu 13123, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jitħaddmu l-latrini ġodda fil-bajja ta' San Ġorġ f'Birġebbuġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-latrini l-ġodda mistennija jibdew jitħaddmu fil-bidu ta' Marzu 2000.", "ĠIBJUN TA' KORDIN - LEAKEAGES", "13491.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 13126 jista' l-Ministru jispjega jekk il-leakages ta' l-ilma jirriżultawx li qegħdin fil-ġibjun ta' Kordin jew fis-sistema tad-distribuzzjoni li twassal l-ilma sal-ġibjun?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - ASSISTENTI DIRETTURI", "13516.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Kemm inħatru Assistenti Diretturi fis-servizz ċivili mill-1 ta'Jannar, 2000 sal-lum?", "F'liema dipartimenti u f'kull każ min huma dawn l-assistenti diretturi?", "Meta nħatru?", "Meta ġew ippubblikati r-riżultati ta'l-għażla u fejn ġew ippubblikati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li mill-1 ta' Jannar, 2000 sal- lum inħatru 126 assistent direttur.", "Id-dettalji dwar min huma u fejn inħatru dawn l-assistenti diretturi jidhru fl-iskeda li poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 13397.", "Dawn l-assistenti diretturi kollha nħatru b'seħħ mis-17 ta' Jannar, 2000.", "Ir-riżultati ta' l-għażla ġew approvati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fit-13 ta' Jannar, 2000 u fl-istess data saret ir-rakkomandazzjoni lill-Prim Ministru biex jinħatru l-assistenti diretturi.", "Kif isir is-soltu fil-każ ta' gradi f'dan il-livell, l-uffiċċju tal-kummissjoni bagħat lil kull applikant, bil-posta, ir-riżultati li jikkonċernawh.", "SERVIZZI SOĊJALI - SEPARATION MEDIATION SERVICE", "13517.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li fil-brochure separation mediation service maħruġ mis-Social Welfare Development Programme jingħad li min juża s-servizz ikun mitlub iħallas u dwar ir-rata huwa mitlub jikkuntattja l- uffiċċju biex ikun jaf kemm, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma r- rati ta' ħlas?", "Kif ġew deċiżi?", "Kemm daħħlet l-SWDP minn dawn is-servizzi minn mindu bdiet tiċċarġja għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-servizz ta' seperation mediation qiegħed, fil- preżent jingħata b'xejn għaliex għadu fi stadju sperimentali.", "Il-brochure imsemmi hu wieħed antik u minkejja li jsemmi li s-servizz hu bi ħlas, fil-prattiku dan qatt ma sar.", "SKEJJEL - STUDENTI LI JBATU BID-DYSLEXIA", "13518.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista l-Ministru jara li jiġi eżaminat l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu under separate cover peress li għandu problemi kbar bil-kitba u bil-matematika u lill-ġenituri qalulhom li aktarx għandu d-dyslexia?", "Jista' jingħata l-għajnuna meħtieġa peress li f'sentejn oħra jispiċċa l- edukazzjoni primarja umhux se jkun jaf jikteb u jaqra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tifel imsemmi se ssirlu l-iscreening test tad-dyslexia u jekk jirriżulta li t-tifel ibati minn din il- kondizzjoni jingħata għajnuna skond il-bżonnijiet tiegħu.", "UNIVERSITA' - RAPPORT", "13519.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja vera tar-rapport li l- Board of Studies għat-teknoloġija dentali bagħatlu fit-18 ta'Ġunju 1997?", "Jista' l-Ministru jgħid liema membri ffirmaw dan ir-rapport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "ZABBAR: TRIQ LIA - DAWL", "13531.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13194?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Enemalta ma tistax tibda x-xogħol li hemm bżonn isir fejn il-proprjeta` li għaliha qed issir riferenza qabel ma jitlestew xi xogħlijiet li qed isiru bħalissa fit-triq fejn tinsab din il-proprejta`.", "Appena x-xogħlijiet fit-triq jitlestew, u dan mistenni fi żmien mhux 'il bogħod, il-korporazzjoni tibda x-xogħol li hemm bżonn tagħmel fir-rigward tal-proprjeta` in kwestjoni.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "13549.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid: (i) jekk hemmx il-ħsieb li d-Dipartiment tas-Saħħa jużax kliniċi jew sptarijiet privati għal kura jew operazzjonijiet għal perjodu temporanju u/jew permanenti; (ii) jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, id- dipartiment tas-saħħa se jibda jew qed jagħmel xi trattattivi ma' xi sptarijiet jew kliniċi privati; (iii) jekk ir-risposta għall-mistoqsija numru (ii) hi fl-affermattiv, liema huma dawk il-kliniċi u/jew sptarijiet privati; u (iv) x'passi qed jieħu, jekk hu l-każ, id-dipartiment tas-saħħa, biex jassigura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn sptar u ieħor jew klinika u oħra?", "Se joħorġu tenders jew isiru trattativi jew jintalbu quotations minn sptarijiet u/jew kliniċi privati jew se jsiru negozjati diretti - dejjem jekk hu l-każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt li l-gvern huwa favur il-koperazzjoni mas- settur privat, qiegħed jiġi studjat l-aħjar mod kif dan iseħħ.", "SPTAR SAN LUQA - MRI", "13550.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Issa li l- Gvern iddeċieda li jixtri MRI għall-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru ġentilment jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tal-makna?", "X'funzjonijiet se jkollha l-MRI u kif se jtejjeb is-servizzi tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar, risposta tingħata f`seduta oħra.", "DAY CENTRES", "13551.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn day centres f'Malta u f'Għawdex?", "Fejn huma?", "Kemm jattendu guvintur u xebbiet f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri?", "Kemm hemm staff f'kull ċentru?", "X'inhi l-ispiża kapitali u rikorrenti f'kull ċentru f'kull sena?", "Kemm hi l-ispiża tat-trasport f'kull ċentru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġier fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ŻABBAR - XOGĦOLIJIET", "13552.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm il-bidu tax-xogħol fuq Pjazza Sliem u Pjazza San Ġakbu ġewwa Ħaż-Żabbar?", "Meta se jibda x-xogħol fuq dawn il-pjazez?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li dan huwa xogħol li qed isir mill-kunsill, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KUNSILLI LOKALI - TISWIJIET", "13553.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kunsill lokali huwa responsabbli għat-tiswija u manutenzjoni tat-Triq San Ġużepp bejn il-bypass ta' Sant'Antnin, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun?", "X'inhi r-raġuni li din it-triq tinsab fi stat hekk ħażin meta din it-triq tista' isservi biex tnaqqas ħafna mit- traffiku u l-konġestjoni li jgħaddi minn Triq Hompesch, Żabbar u fl-istess ħin jekk tiġi rranġata u ssir aċċessibbli u tibda tintuża aktar jonqos l- abbuż u rimi ta' imbarazz u ħmieġ li sfortunatament saret rinomata għalih din it-triq?", "Possibbli l-Kunsill Lokali taż-Żejtun u Ħaż-Żabbar jiddeċiedu darba għal dejjem taħt liema kunsill taqa' din it-triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-imsemmija triq mhijiex arterjali taqa` taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "F`dan il-każ il-konfini bjen iż-Żejtun u Żabbar hu determinat biżżejjed biex jiġi ddentifikat miż-żewġ kunsilli.", "TARXIEN - PROBLEMI BIX-XITA", "13569.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb l-inkonvenjent tal-persuna li l- partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il- mistoqsija, peress li wara li saru xi xogħlijiet fit-triq issa qiegħed ikollha problemi ma' kull ħalba xita li tagħmel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TOROQ - ASFALTAR", "13580.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13398?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-lista mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuqil-Mejda tall-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ŻEJTUN - TRIQ IS-SUQ - TOROQ", "13591.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq is-Suq (kontinwazzjoni ma' Triq Serafin Xuereb) ġewwa ż-Żejtun peress li bilkemm wieħed jista' jgħaddi, speċjalment meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mall-kunsill lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prioritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "SAĦĦA - TOBBA", "13592.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet it-tweġiba għal domanda ta' tobba li jaħdmu fil- privat, pero' jistgħu jagħmlu xogħol part-time fil-health centres, sabiex tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' tobba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent in-numru ta` tobba li jaħdmu fil-privat u qed jaħdmu xogħol part-time fiċ-Ċentri tas-Saħħa huma tmienja.", "ACQUIS COMMUNAUTAIRE - BIEDJA U SAJD", "13593.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jkun ippubblikat il-pjan nazzjonali ta' l-adozzjoni ta' l-acquis communautaire fir-rigward tal-qasam tal-biedja u s-sajd?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-pjan nazzjonali ta` l-adozzjoni ta` l-acquis huwa dokument li jittratta b`mod globali l-aspetti kollha kkonċernati ta` l- acquis communitaire ta` l-Unjoni Ewropea, inklużi l-oqsma tal-biedja u s- sajd.", "Bħalissa hemm abbozz ta` dan il-pjan li ġie mfassal permezz ta` kontribuzzjoni mill-ministeri kollha tal-Gvern.", "Jien informat illi dan jiġi ffinalizzat wara li jsir il-proċess ta` l-istudji u l- konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha kkonċernati.", "NAXXAR - ĦAJT", "13602.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ppjanat li jsir fil-każ ta' retaining wall li kkollassa fi triq prinċipali li tagħti għan-Naxxar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ħajt fil-parti l-kbira tiegħu huwa parti minn proprjeta' privata li hemm ma' din it-triq.", "Id-Dipartiment tat-Toroq poġġa il-barriers sabiex min jgħaddi mit-triq ma jkunx f'periklu f'każ li taqa' xi ħamrija jew parti oħra mill-ħajt.", "Id-Dipartiment tat-Toroq jinsab informat li s-sid ta' dan il-ħajt qed jieħu ħsieb biex dan il-ħajt ikun jista' jerġa jinbena.", "WASTE MANAGEMENT", "13603.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju dwar il- waste management li għadu kif tlesta?", "X'inhuma l-konklużjonijiet ta' dan l- istudju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan l-istudju huwa mistenni li jkun pubblikat fi żmien qasir.", "TOROQ - TISWIJIET", "13612.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista'l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema toroq ġew approvati biex isiru; qegħdin fi prijorita' ewlenija li jsiru; qegħdin fi prijorita' II biex isiru ġewwa l-lokalita' ta': Żabbar; Żejtun; u Wied il-Għajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferik għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13445.", "WIED IL-GĦAJN - PROMENADE", "13613.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kif u b'liema mod se ssir ir- riabilitazzjoni tal-kumplament tal-promenade fil-bajja ta' Wied il-Għajn, il-parti ta' l-iskal?", "Jista' jinforma partikolarmanet dwar x'se jsir mid- dgħajjes li hemm bħalissa sakemm isir ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol ta' embellishment li mistenni jsir ikopri mill-pitch tal-Marsascala Sports Club sa Pjazza Dun Tarcis.", "Il-bankina mill-waterpolo pitch sa Triq San Ġużepp ser titwessa' b'sistema ta' cantilever.", "Dan ix-xogħol mistenni jibda hekk kif joħroġ il- permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar (għall-applikazzjoni emendata).", "Ix- xogħol fejn hemm l-iskal se jibda fil-bidu ta' Frar wara li tneħħew id- dgħajjes biex ix-xogħol ikun jista' jibda.", "Dan ix-xogħol jikkonsisti f'pavimentar ġdid fi Triq San Ġorġ, bankini ġodda u f'kostruzzjoni ta' pjattaforma ikbar minn dik eżistenti għad-dgħajjes.", "Parti mill-iskop ta' dan il-proġett hu li d-dgħajjes kollha jkunu miġbura f'post wieħed.", "Ta' min jgħid li din l-area għandha tkun għat-tiswija tad-dgħajjes u mhux post fejn wieħed iħalli d-dgħajsa tiegħu sajf u xitwa.", "Hija r-responsabbilta' ta' min għandu d-dgħajjes biex jieħu ħsieb fejn se jpoġġi d-dgħajsa sakemm isir ix- xogħol.", "BORMLA: TRIQ HANOVER - TOROQ", "13615.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-first phase ta' tarmac fi Triq Hanover, f'Bormla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferik għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13445.", "BORMLA - TRIQ HANOVER - XOGĦLIJIET", "13616.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara li għaddew il-kanen ta' l- ilma ġodda fi Triq Hanover, Bormla, għadhom ma għamlux il-connections fid- djar tar-residenti ta' l-istess triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Twegiba tinghata f`xi seduta oħra.", "BORMLA - HANOVER STREET - XOGĦLIJIET", "13617.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol li kien qed isir f'Hanover Street, Bormla, kantuniera ma' St Helen Street, tħalla wieqaf b'ħofra kbira li hi ta' perikolu għal min jgħaddi minn dawn l- akwati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ħofra msemmija mill-Onor.", "Interpellant qegħda ssir mill-Korporazzjoni ta` l-Ilma biex jgħaqqdu l- `mains` ġodda li tqegħdu fil-lokal.", "Tlabt lid-Direttur tat-Toroq jinvestiga iċ-ċirkostanzi li qegħda ssemmi l- Onor. Interpellant biex jiġi stabbilit jekk jeżistix periklu u f`każ pożittiv minn kien responsabbli.", "BIRGU - FORTI SANT'ANĠLU", "13618.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara hux possibbli li f'Forti Sant'Anġlu fil-Birgu jkun hemm faċilita' ta' telephone għall-watchman u anke faċilitajiet sanitarji adegwati peress li dawn huma ineżistenti u huma bżonnjużi anke għat-turisti li jżuru l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Ministeru għall-Ambjent m'għandux watchman fil-Forti Sant'Anġlu.", "Nipproponi lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru responsabbli mit-turiżmu.", "SAĦĦA - CORONARY ARTERY BYPASS GRAFTS", "13623.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru coronary artery bypass grafts, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm dawk li saru lokalment, kif ukoll dawk il- pazjenti li ġew imsiefra barra minn Malta?", "Kemm kellhom żmien dawn il- pazjenti, ta' liema sess kienu u jekk kien hemm, kemm minnhom mietu b'komplikazzjonijiet relatati ma' l-istess operazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni tingħata f`xi seduta oħra.", "ISTITUT INTERNAZZJONALI TAL-ĠERENTOLOĠIJA", "13624.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġie mwaqqaf u meta għalaq l-Istitut Internazzjonali tal-Ġerentoloġija bħala entita' għaliha?", "Għal-liema raġuni ġie magħluq?", "Hemm ħsieb li dan jerġa' jinfetaħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall- istitut tal-Ġerontoloġija, nitlobu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DJAR - KAŻ H 16231", "13631.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l- applikazzjoni H 16231: meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; jekk l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata; jekk aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjni hija waħda strettament kunfidenzjali.", "DJAR - KAŻ H 16030", "13632.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l- applikazzjoni H 16030: meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; jekk aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "DJAR - KAŻ H 16141", "13633.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l- applikazzjoni H 16141: meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; jekk l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata; jekk aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "DJAR - KAŻ H 16083", "13634.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l- applikazzjoni H 16083: meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; jekk aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "DJAR - KAŻ H 16113", "13635.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fil-każ ta' l- applikazzjoni H 16113: meta dan applika għall-akkomodazzjoni alternattiva; jekk l-applikazzjoni tiegħu ġietx aċċettata; jekk aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "BORMLA - KUMPLESS SPORTIV", "13636.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitwettaq il-ftehim li kien sar mal- Kunsill Lokali ta' Bormla biex isir il-kumpless sportiv u ground full size quddiem De La Salle, Cottonera?", "Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li jibda l- proġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultalix li qatt sar xi ftehim formali mal- Kunsill Lokali Bormla dwar xi kumpless sportiv u football ground full size biswit il-Kulleġġ De La Salle fil-Kottonera.", "Madanakollu nformat li diġa' beda jitwettaq l-ewwel stadu tal-proġett tal-bini ta' Ċentru Sportiv Reġjonali fil-Kottonera, li fost l-oħrajn mistenni li jkun jinkludi l-bini ta' football ground 5-a-side.", "SPTAR SAN LUQA - SWALI", "13637.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm swali fl-Isptar San Luqa b'kollox?", "Kemm minn dawn jaqgħu taħt id-dixxiplini tal-mediċina, pedjatrija, kirurġija u ġinekoloġija konsekuttivament?", "Kemm hemm bed capacity għal kull waħda minn dawn id-dixxiplini individwali?", "Kemm hemm sodod fl-ITU u dan l-ammont għal kemm jista' jiġi mkabbar f'każ ta' xi emerġenza kbira?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat l n-numru ta`swali fl-Isptar San Luqa huma ta` 37.", "Minn dawn disgħa jagħmlu taħt id-dixxiplina tal- mediċina, tlieta taħt il-pedjatrija, tmienja taħt il-kirurġija ġenerali u uroloġija, disgħa taħt kirurġija speċjalizzata u sebgħa ta` l-obstetrija u ġinekoloġija.", "Ma dawn hemm ukoll l-ITU, l-Endoscopy Unit, Day Surgery Unit, u Renal Unit.", "In-numru tas-sodod allokati, huma:-", "Swali Numru Mediċina 257 Pedjatrija 64 Kirurġija Ġenerali 229 Kirurġija Speċjalizzata 165 Obstetrija U Ġinekoloġija 149 ITU 13 Endoscopy 15 Renal Unit 24 Day Surgery Unit 16", "F`kaz ta` emerġenza kbira, l-ITU jista` b`mod immedjat jiġi estiz għal 20 sodda.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI SOĊJALI - KAROZZI IMPRESSED", "13638.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'rifernza għall-mistoqsija parlamentari numru 12980, fejn il-Viċi Prim Ministru qal li: \"Il-gvern qed jesplora attivament l-aħjar metodu biex ikun jista' jwettaq il-proposta elettorali tiegħu dwar l-impjegati impressed\", jista' jgħid meta din il-wegħda se titwettaq?", "Jista' jgħid jekk ħaddiema oħra każwali li jaħdmu mal-gvern bħal clerk typists se jiġu mpjegati direttament mal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt li nerġa' ntenni li l-Gvern qed jesplora l- possibbiltajiet f'dan ir-rigward b'mod attiv, m'iniex f'pożizzjoni li nipprovdi data definittiva kif qed jitlob l-Onor.", "Membru.", "Dwar il-proposta ta' mpjieg permanenti għal dawk l-impjegati każwali li ilhom mal-gvern għal żmien twil, anke f'dan il-każ il-gvern qed jesplora kif din il-proposta tista' titwettaq.", "IMPJIEG - IS-SUR LAWRENTI/IS-SUR CAMILLERI", "13639.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 11897 li saret xahrejn ilu u li sat-2 ta' Frar kienet għadha ma ġietx risposta?", "F'din id-domanda staqsjet lill- Ministru biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' l-impjieg tas- Sur Robert Lawrenti.", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-letter of resignation tas-Sur Robert Lawrenti jew, jekk hu l-każ, l-ittra tat-termination of contract ta' l-ETC?", "Jista' jispjega kif is-Sur Lawrenti ħa tliet xhur leave f'sena waħda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn hawn u ftit ġranet oħra se nkun f'pożizzjoni li nwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11897.", "IMPJIEGI - SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "13640.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Fid-dawl ta' l-inċidenti traġiċi li seħħew dan l- aħħar, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu biex isaħħaħ l- ispettorat li jieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-reklutaġġ ta' spetturi huwa biss wieħed mill- inizjattivi li jittieħdu.", "L-Onor.Interpellant għandu jkun jaf li kemm il- ministeru kif wkoll id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal- Impjieġ għandhom programm ta' ħidma, mifrux fuq diversi snin biex ikunu salvagwardati aħjar is-saħħa u s-sigurta' f'kull post tax-xogħol.", "Fost dawn ta' min wieħed isemmi it-twaqqif ta' Awtorita' għall-Ħarsien tas-Saħħa u s-Sigurta', it-trażpożizzjoni tad-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-materja, ir-reklutaġġ ta' spetturi u ta' nies bi kwalifiċi speċjalizzati biex ikunu jistgħu jagħtu servizz f'dan il-qasam.", "Barra minn hekk, it-Taqsima Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol kompliet bil- ħidma tagħha ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni, fejn fost affarijiet oħra żammet ir-rwol sinifikanti li kellha fl-organizzar tal-kors universitarju li jwassal għal diploma.", "Irid jingħad ukoll li diġa bdew taħdidiet ma' li staff development organization biex jinbdew sensieliet ta' lectures għal ħaddiema tal-gvern.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - SUSSIDJI", "13647.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' sussidji fuq dawl u ilma lil familja li jkollha persuni b'diżabilita' d-dar?", "Jekk le, hemmx il-ħsieb li tiddaħħal miżura bħal din?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li m'hemm ebda sussidju fuq dawl u ilma lil familja li jkollha persuni b'diżabilita' d- dar.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx numru ta' familji li jikkwalifikaw bis- sistema kif qed titħaddem bħalissa.", "Biex kap ta' familja jikkwalifika jrid jissodisfa t-test tal-mezzi kif jinsab fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta' l-Att tas-Sigurta' Soċjali.", "F'din l-iskeda d-dħul li ġej mill-allowance għal tifel/ifla b'diżabilita' m'għandux jittieħed bħala parti mill-mezzi.", "Wieħed irid ifakkar li għal persuni b'diżabilita' jeżistu tliet tipi ta' benefiċċji li huma suġġetti għat-test tal-mezzi:-", "L-allowance għal tfal b'diżabilita' għal tfal ta' taħt is-16-il sena; pensjoni għal persuni għomja minn l-eta' ta' 14-il sena; u pensjoni għal diżabilita' għal persuni fuq is-16-il sena."]} {"filename": "19990518_100d_par.doc", "date": "1999-05-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 100 It-Tlieta, 18 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 100", "It-Tlieta, 18 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "100", "It-Tlieta, 18 ta' Mejju, 1999", "WERREJ MINUTI 862", "INFORMAZZJONI TA' MR SPEAKER 862", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI 862", "TQEGĦID TA' KARTI 866", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' ART, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL- BIRGU, l-ISLA U L-KALKARA LIL PORT COTTONERA LTD U LIL COTTONERA WATERFRONT GROUP PLC.", "866", "AĠĠORNAMENT 886", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 889", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 99 li saret fis-17 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI TA' MR SPEAKER", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li wasslitli ittra mingħand l-Awditur Ġenerali, bi tweġiba għat-talba li saret mit-tliet Onor. Membri ta' l-Oppożizzjoni li qegħdin fuq il-Kumitat tal- Kontijiet Pubbliċi, in konnessjoni mal-proġett tal-Kottonera.", "Qed inqiegħed din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI", "COTTONERA REHABILITATION COMMITTEE", "6149.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il- Cottonera Rehabilitation Committee?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Dan il-kumitat se jinħatar fi żmien qasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma dan se jieħu l-ġimgħat, ix-xhur jew is-snin biex jinħatar?", "Qed ngħid hekk għax naħseb li wasal iż-żmien li t-tweġibiet ikunu aktar fid-dettall.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hawnhekk qed nitkellmu dwar mistoqsija diretta u tweġiba ugwalment diretta.", "Dan il-kumitat kellu jinħatar fi ftit ġimgħat oħra pero' dehrilna li aħjar nieħdu l-opportunita' li naġġornaw il- guidelines dwar kif jaħdmu r-rehabilitation committees.", "Ta' min igħid li dawn ir-rehabilitation committees mhux qegħdin għall- area tal-Kottonera biss imma qegħdin ukoll għall-Belt u għall-Imdina.", "Il- prinċipju li jkun hemm rappreżentanza diretta tal-kunsilli lokali f'dawn il- kumitati huwa aċċettat u aħna se nkomplu mexjin b'dan il-mod.", "Naturalment tajjeb ukoll li jkun hemm ċerti guidelines li jirregolaw aħjar kif il- kunsilli lokali jaħdmu ma' dawn il-kumitati ta' riabilitazzjoni.", "Fil-fatt dawn il-guidelines qed jiġu ffinalizzati mill-ministeru responsabbli għall-kunsilli lokali u se jkun hemm laqgħa bejni u l-ministru konċernat.", "Għalhekk nista' ngħid li dawn il-kumitati se jinħatru ftit ġimgħat oħra ħalli jibdew jaqdu d-doveri tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, waħda mid-diffikultajiet li spiss jiltaqgħu magħha dawn il-kumitati hija r-relazzjoni li suppost iżommu mal- kunsilli lokali - fil-fatt biex nipprovaw insolvu din il-problema, fi żmiennna aħna konna għamilna sistema li permezz tagħha l-kunsilli lokali jkunu rappreżentati direttament fuq dawn il-kumitati ta' riabilitazzjoni - peress li l-funzjoni tagħhom mhijiex definita biżżejjed u allura dawn jidħlu għal xogħlijiet li strettament ma jkunux tagħhom.", "Per eżempju, il-kumitat ta' riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kien jiġi mġiegħel - mid-dehra din is-sena ġara l-istess - li jikkontribwixxi għad- dawl tal-Milied fi Triq ir-Repubblika u dan m'għandu x'jaqsam xejn max- xogħol ta' riabilitazzjoni.", "Dawn il-kumitati ġieli jispiċċaw jagħmlu sejħa għal offerti biex isir it-tindif.", "Peress li l-Ministru għadu kemm qal li qed jirrevedi l-guidelines, naħseb li għandu jara li xogħol dawn il- kumitati jkun ben definit ħalli ebda kordinatur ta' kumitat ta' riabilitazzjoni ma jfettillu jagħmel dak li jiġi għal rasu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jien is-suġġerimenti pożittivi nilqagħhom mill-ewwel u ngħid li f'ħafna aspetti l-guidelines jirriflettu dak li qed jgħid l-Onor.", "Buhagiar.", "Naturalment ikun hemm każijiet ta' diffikulta' partikolari għax, kif għadu kemm qal l-Onor.", "Membru stess, il- komunita' kummerċjali tal-Belt drat li d-dawl tal-Milied ikollu sussidju qawwi, jekk mhux kollu sponsorjat mill-gvern.", "Wieħed jista' jargumenta li l-attivita' kummerċjali li jkun hawn fil- Milied fil-belt kapitali hija xi forma ta' riabilitazzjoni kummerċjali jew ekonomika pero' b'hekk inkunu qed inġebbdu ħafna d-definizzjoni.", "Jekk ngħidu li l-ispiża tad-dawl ma tibqax taqa' taħt dak il-vot - jien intendi li naqbel - probabbilment il-gvern xorta jkollu jsib xi sors ieħor biex jagħti l-għajnuna tiegħu, inkella jgħid li mhux se jgħin għaliex dik hija xi ħaġa li għandha ssir bħalma jsir f'ibliet u f'irħula oħra.", "Il-kollega tiegħi, il-Ministru Austin Gatt, qed jaħdem fuq dawn il- guidelines u ċertament 'il quddiem irridu niltaqgħu biex nirriflettu fuq dawn is-suġġerimenti, anke fuq dak li għadu kif qal l-Onor.", "Buhagiar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħidilna x'say se jkollu l- Cottonera rehabilitation committee fuq il-proġett tal-Kottonera?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li iktar minn say dan il-kumitat se jkollu rwol kumplimentari fuq skala daqsxejn modesta.", "Bejniethom il- kumitati ta' riabilitazzjoni għandhom vot ta' Lm600,000 u għalhekk jekk dawn il-flus jinqasmu b'mod ugwali, il-Cottonera rehabilitation committee għandu jieħu Lm200,000.", "Ċertament li dan il-kumitat għandu jkun konxju ta' l-iżvilupp li jkun qed isir fil-Kottonera.", "Per eżempju, jagħmel sens li l-kumitat jieħu ħsieb bini storiku fil- Birgu, li qiegħed in-naħa ta' ġewwa u mhux matul ix-xatt.", "Jekk fil-co- ordination unit ikun hemm lok li nirriferu xi aspetti lill-Cottonera rehabilitation committee, m'għandi ebda diffikulta' u dan jista' jkun punt ta' djalogu.", "Pero' li se nagħmlu huwa li nibqgħu nżommu kuntatt regolari ma' l-istess kunsilli lokali kollha, apparti li dawn f'kull każ ikunu rappreżentati fil-kumitat ta' riabilitazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Fi tweġiba li ta l-Ministru qal li hemm il- ħsieb - bħalma kien hemm qabel fuq kollox - li jitwaqqaf kumitat ta' riabilitazzjoni għall-Imdina u r-Rabat.", "Issa waħda mid-diffikultajiet li kien hemm biex jitwaqqaf dan il-kumitat ta' riabilitazzjoni kienet kif wieħed jiddefinixxi l-area li taqa' taħtu.", "Per eżempju, fil-każ tal- Kottonera u tal-Belt Valletta huwa faċli li tindika l-area, għaliex għandek il-fortifikazzjonijiet li jindikaw safejn għandek tasal, imma fil-każ tar- Rabat huwa diffiċli ħafna aktar minn hekk.", "Filwaqt li l-Imdina hija entita' magħluqa, ir-Rabat m'huwiex u allura biex wieħed jiddetermina l- area li taqa' taħt ir-responsabbilta' ta' dan il-kumitat ta' riabilitazzjoni, irid jiddefinixxi ftit aħjar l-iskop tiegħu f'dan l-każ partikolari.", "Wieħed jista' jestendi l-boundaries tar-responsabbiltajiet tal-kumitat ta' riabilitazzjoni tar-Rabat prattikament sas-Siġġiewi, sa Ħad- Dingli u sa l-Imġarr għax il-fdalijiet storiċi li għandhom bżonn jiġu riabilitati f'dawk l-areas huma ħafna.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'inhu jagħmel biex dan il-kumitat jiddefinixxilu b'mod preċiż il-konfini ta' fejn se jkun responsabbli.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien naħseb li l-focal point prinċipali huma l-konfini ta' l-Imdina.", "Naturalment nifhem li madwar l-Imdina - hawnhekk jidħlu l-konfini tal-kunsill lokali tar-Rabat - jista' jkun hemm bżonn xi xogħol ieħor pero' naħseb li l-punt ta' attenzjoni prinċipali għandha tibqa' l-Imdina.", "Dan bħal meta konna aċċettajna li jsiru xi xogħlijiet fil-Furjana.", "Jekk nimxu mod ieħor inkunu qed nispiċċaw nagħtu somma irriżorja lil kulħadd u ma jkun sar xejn effettiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, għaliex il-Cottonera rehabilitation committee ma ġiex ifformat qabel ma tressaq il-proġett tal-Kottonera quddiem il-parlament?", "M'hemmx dubju li dan kien jagħti kontribut biex kemm il-ministeru kif ukoll il-parlament ikunu jistgħu janalizzaw rakkmandazzjonijiet aktar avvanzati.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif inhu previst, dan il-kumitat se jkollu rappreżentanza qawwija mill-kunsilli lokali ta' Bormla, il-Birgu, l-Isla u l-Kalkara, biex ma nsemmix ukoll ix-Xgħajra.", "Allura l-fatt li l-kumitat ta' riabilitazzjoni ma kienx imwaqqaf, ma ppreżenta ebda diffikulta' għas- sempliċi raġuni li saru laqgħat direttament ma' dawk il-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Meta huwa previst li jitwaqqaf il-kumitat ta' riabilitazzjoni tar-Rabat u l-Imdina?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif diġa' għidt, din hija kwestjoni ta' ftit ġimgħat oħra.", "KALKARA - CLUB TAR-REGATTA - SKAL", "6150.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid hux se jsir skal diċenti għall-użu tal-club tar-regatta fil-Kalkara u oħrajn dilettanti tad-dgħajjes, kif kien proġettat li jsir bil-Cottonera rehabilitation project?", "Jekk iva, meta se jiġi esegwit ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Se ngħaddi dan is-suġġeriment lill-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera meta dan jiġi rikostitwit, li kif diġa' għidt ftit mumenti ilu, din hija kwestjoni ta' ftit ġimgħat oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Issa li se jsir il-proġett tal-Kottonera, dawk l- individwi li għandhom id-dgħajjes se jkollhom id-dritt li jkunu jistgħu jorbtuhom max-xatt ta' Bormla, l-Isla u l-Birgu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif spjegajt il-bieraħ sar provvediment għal dan il-għan.", "Naturalment jista' jkun hemm ħtieġa ta' xi aġġustamenti żgħar ħafna pero' kulħadd se jibqa' fl-area tal-lokalita' tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħidilna fiex jikkonsistu dawn il-bidliet żgħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk wieħed ikun qed jorbot ma' post fejn ikun hemm pontoon, dan irid jersaq ħarira la ġenba imma xorta jibqa' fl- area fejn kien qabel.", "Dan diġa' ddiskutejtu man-nies konċernati u nibqa' niddiskutih.", "SKEJJEL - GUIDANCE TEACHERS", "6151.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ittrattaw il-guidance teachers fl-iskejjel ta' tfal bi problemi matul is-sena 1998?", "Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif skola skola?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li ġie kkalkolat li aktar minn 6832 student fittxu l-għajnuna tal- guidance teachers fis-sena 1998.", "Diffiċli taqta' linja u tgħid liema kienu każi kbar għax dak li hu ta' problema għal individwu jista' ma jkun ta' ebda diffikulta' għal ħaddieħor.", "Naturalment jekk tingħata statistika skola skola, jista' jiġri li skola tiġi ttimbrata li għandha ħafna problemi.", "Għalhekk ikun xieraq li l- informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija ma tingħatax.", "EDUCATION WELFARE UNIT - SOCIAL WORKERS", "6152.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fl-education welfare unit tad-dipartiment ta' l- Edukazzjoni?", "Ma' kemm skejjel iridu jlaħħqu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fl-education welfare unit hemm seba' social workers, inkluża l- head tal-unit, li għandha caseload iżgħar iżda b'każijiet aktar diffiċli.", "Dawn is-social workers iridu jlaħħqu ma' l-iskejjel kollha ta' l-Istat, li jammontaw għal 130.", "Fil-każ ta' l-iskejjel tal-Knisja u skejjel privati, ix-xogħol isir fuq talba tagħhom.", "Apparti l-iskejjel, is-social workers ukoll jagħmlu għadd kbir ta' home visits u jaraw il-klijenti fl-uffiċċju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Memorandum u rapport dwar l-effiċjenza milħuqa mill-kunsilli lokali għall-perijodu bejn Jannar u Marzu 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' ART, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL- BIRGU, l-ISLA U L-KALKARA LIL PORT COTTONERA LTD U LIL COTTONERA WATERFRONT GROUP PLC.", "Ikompli mis-17 ta' Mejju, 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar huwa in possession.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, qabel ma nkompli nitkellem fuq dak li kont qiegħed ngħid il-bieraħ, nixtieq ngħaddi kumment fuq ir-rapport jew ittra - li bagħat l-awditur rigward it-talba li għamilna aħna bħala membri ta' l-oppożizzjoni fuq il-public accounts committee.", "Fil-fatt aħna tlabnieh jinvestiga l-mod kif qiegħed jingħata jew qiegħed jiġi propost li jingħata dan il-proġett.", "Ta' min ifakkar li meta għamilna t-talba tagħna, aħna konna qegħdin ngħidu li dan huwa proġett differenti ħafna minn dak li kien hemm qabel.", "Fil-fatt il-Ministru Zammit Dimech qal li dan huwa proġett b'differenza enormi.", "Għalhekk aħna dehrilna li wieħed kellu juża sistemi oħra u mhux jiġi estiż dak li kien sar qabel.", "Wieħed irid jiftakar ukoll li l-awditur mhux qiegħed hemmhekk biss biex jivverifika affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi tal-gvern imma għandu d-dmir li jivverifika wkoll il-mod kif il-gvern jiddisponi mill-art u mill-proprjeta' bħala riżors.", "Minkejja dan kollu r-risposta ta' l-awditur, qasira qasira, hi li din hija kwestjoni ta' policy tal-gvern u għalhekk m'hijiex fil- ġurisdizzjoni tiegħu.", "Jien nirrispetta l-opinjoni tiegħu imma jiddispjaċini ngħid li ma naqbilx ma' dan, speċjalment meta l-affarijiet saru kif saru.", "Pero' qabel ma nitkellem fuq il-mod kif saru l-affarijiet nixtieq nerġa' nitkellem ftit fejn ħallejt il-bieraħ.", "Il-bieraħ jien kont qed nitkellem fuq il-mod li bih il-gvern Laburista preċedenti kien qed jippjana l-iżvilupp fil-Kottonera u għidt li aħna dejjem emminna li hemmhekk hemm bżonn li jsiru proġetti serji u sostenibbli, proġetti li verament joħolqu l-ġid u mhux proġetti spekulattivi.", "Meta konna bdejna nħarsu lejn il-proġett li jista' jsir hemmhekk, sibna li l-akbar assets li hemm fil-Kottonera huma Dockyard Creek u Kalkara Creek u naturalment il-bini storiku li hemm.", "Fil-fatt ipprovajna nikkombinaw il-potenzjal li għandu Dockyard Creek mal-potenzjal li għandu l-bini storiku ħalli dan il-bini ma jkomplix jispiċċa jaqa' fi stat dilapidat u diżutli kif inhu bħalissa.", "Wara li għamilna dan kollu saru żewġ rapporti - wieħed mill-Malta maritime authority u ieħor mill- planning authority - fuq marinas u yachting u dawn identifikaw li Dockyard Creek kienet l-aktar site preferenzjali fejn għandha ssir marina oħra.", "Allura abbażi ta' dan ir-rapport u abbażi tal-bini storiku li hemm hemmhekk konna tajna bidu għal dik li kellha tkun l-ewwel fażi ta' l-iżvilupp tal- Kottonera.", "Jien kont għidt - fil-fatt il-bieraħ ikkwotani l-ministru wkoll - li dan ma kienx il-proġett kollu imma kienet biss l-ewwel fażi.", "Għalhekk elenkajt ħames proġetti oħra li kellhom isiru f'din l-area partikolari.", "Ta' min igħid li wara li ħarġet is-sejħa għal offerti, minn 30 applikazzjoni li nġabret applikaw madwar 16.", "Hawnhekk nixtieq naqra ftit - bħalma qara l-ministru - min-notice of intent li kien ħareġ l-isteering committee.", "Peress li dan kien jinvolvi xogħol tekniku, il-gvern ħass li ma kienx kompitu ta' xi ministru partikolari li jmexxi dan il-proġett 'il quddiem u finalment jiġġudikah hu.", "Għalhekk kellu jkun hemm steering committee tekniku biex jevalwa u jmexxi 'l quddiem dan il-proġett.", "Dan l- isteering committee kien fih membri milll-Malta maritime authority, mill- planning authority, mid-dipartiment tax-xogħlijiet, mil-lands u individwi oħrajn bħall-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "Il-bieraħ il-ministru qara parti min-notice of intent - nimmaġina li ħaseb li kien jaqbillu jaqraha - imma jien issa se naqra mhux dik il-parti li jaqbilli naqra imma l-aktar parti importanti.", "Din tgħid hekk:", "\"Development proposals in line with the brief would only be required from those development groups that are shortlisted by the government on the basis of major development experience and a fine track record in marina-related type projects, to be backed up by sound financial resources, marketing capabilities and operational skills.\".", "Fin-notice of intent hemm miktub ċar x'inhuma l-parametri li fuqhom kienu se jitkejlu dawk il-consortia li kellhom jiġu shortlisted.", "Ħalli nerġa' naqraha:", "\"Development proposals in line with the brief would only be required from those development groups that are shortlisted by the government ...\"", "Mela kellu jsir ix-shortlisting.", "Issa l-parametri li fuqhom kellhom jiġu ġudikati dawk il-consortia li kienu shortlisted kienu dawn:", "\"on the basis of major development experience and a fine track record in marina-related type projects, to be backed up by sound financial resources, marketing capabilities and operational skills.\".", "Il-gvern kien se jiġġudika lill-consortia fuq dawn il-ħames parametri.", "Ma jistax ikun mod ieħor għax il-memorandum li kien għamel il-Cottonera waterfront steering committee li kien għadda lill-gvern reġa' semma dawn l- affarijiet kollha li għadni kif qrajt.", "In-notice of intent kienet tgħid ukoll li l-proġett kellu jkun:", "\"an environmentally sustainable and economically viable development for the area.\".", "Dan ifisser li l-consortia kellhom jiżviluppaw proġett li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, li jkun sostenibbli u ovvjament li jagħmel sens finanzjarju.", "Mela min-naħa waħda għandna l-kriterji tal-proġett innifsu u min-naħa l- oħra għandna l-parametri li fuqhom iridu jiġu aġġudikati l-consortia.", "Meta gvern preċedenti mexa fuq dawn il-kriterji l-ewwel ġew shortlisted tliet consortia u mbagħad ġew shortlisted tnejn, ċioe' Cottonera Waterfront Group u Port Cottonera Ltd.", "Dawn iż-żewġ consortia t-tnejn għandhom il- merti tajbin u kważi m'hemm xejn x'tagħżel bejniethom pero' l-gvern preċedenti ddeċieda li jibda jiddijlja ma' Cottonera Waterfront Group u jekk ma jasalx idur fuq Port Cottonera Ltd.", "Dan il-proġett li ried ikun wieħed sostenibbli u vijabbli kellu jkun limitat biss għall-marina fuq in- naħa tal-Birgu u għall-palazzi fuq in-naħa ta' Sant' Anglu.", "Żgur li ħadd ma seta' jgħid li dan il-proġett ma kienx se jkun ambjentalment sostenibbli għax il-ħsieb kien li l-ambjent storiku ta' dawk l-inħawi nqajmuh u nżommuh fi stat tajjeb.", "Kif spjegajt il-bieraħ, il-ħsieb kien li wieħed jiġġenera ċertu income u joħloq ċertu cashflow ħalli mbagħad ikun jista' jiġi sussidjat il-bini relatat mal-marina li kellu bżonn ċerti faċilitajiet.", "Kif jaf kulħadd biex iżżomm palazzi storiċi fi stat tajjeb trid ħafna flus u allura wieħed seta' joħloq dan it-tip ta' bilanċ.", "Kieku dan ma kienx se jkun proġett vijabbli, proġett li joħloq ix- xogħol għan-nies ta' dawk l-inħawi mingħajr ma jnaqqsilhom id-drittijiet tagħhom, naħseb li ħadd ma kien se jidħol għalih.", "X'wassal biex il-gvern preċedenti l-ewwel iddijlja ma' Cottonera Waterfront Group imbagħad beda jiddijlja ma' Port Cottonera Ltd.?", "Meta aħna konna qegħdin naraw il-mod kif kellu jiġu funded, immaniġġjat u operat dan il-proġett, sibna żewġ affarijiet importanti ħafna.", "L-ewwelnett aħna ridna operatur internazzjonali tal-marinas għax inkella l- attivitajiet relatati mal-marina ma kenux se jimxu 'l quddiem u finanzjarjament ibatu.", "Allura kien jagħmel sens li jkollok operatur internazzjonali tal-marinas f'dan il-consortium.", "Aħna minn hemm tlaqna.", "Issa biex aħna nkunu ċerti li dak l-operatur verament jimpenja ruħu fil- proġett ridna li dan ikollu mhux inqas minn 40% tax-shareholding tal- consortium u li hu stess ikun il-marina developer.", "Aħna konna nemmnu li jekk dan l-operatur ma jpoġġix flusu hemm, l-interess tiegħu jista' ma jkunx tant hemm.", "Fil-fatt din kienet kondizzjoni fil-kuntratt u għidna li jekk ma jsirx hekk, ix-xogħol ma kienx se jittieħed.", "Kien hawnhekk fejn aħna sibna l-iskoll ma' Cottonera Waterfront Group għax minkejja li dawn kienu jafu li din kienet kondizzjoni tassattiva u minkejja li kienu ilhom iwiegħdu ġimgħa wara oħra - hawnhekk għandi r-rendikont kollu ta' kif żviluppat din l-affari ta' l-investitatur barrani u llum, minkejja li għaddew dawn ix-xhur kollha, dan għadu ma ingħaqadx ma' dan il-consortium - baqgħu sa l-aħħar minuta ma ġewx 'il quddiem b'dan ix-shareholder barrani li kellu jidħol responsabbli għall-parti tal-marina.", "Issa peress li aħna konna qegħdin nippernjaw il-proġett tagħna fuq is-suċċess li kellu jkollha l-marina, meta rajna li dan l-operatur li kien essenzjali għal dan is- suċċess ma resaqx 'il quddiem ...", "Jien ma nemminx li aħna hawn Malta m'aħniex kapaċi nibnu marinas.", "Meta aħna konna fil-gvern u tkellimna mal-Malta maritime authority qalulna li huma kapaċi jibnuha din il-marina, m'hemmx għalfejn inġibu operatur barrani biex jagħmel dan ix-xogħol.", "Niftakar li dak inhar konna għidnielhom li konna nafu li huma kapaċi u ma konniex qed niddubitaw mill-kapaċitajiet tagħhom li jibnu marina jew li din il-marina ma jimlewhiex meta għandhom dik il-waiting list għall-berths.", "Pero' aħna dehrilna li jekk ikollna operatur internazzjonali tal-marinas hawn Malta nkunu nistgħu nġibu lejn pajjiżna ċertu xogħol li bħalissa żgur li ma jersaqx 'l hawnhekk.", "Per eżempju, s-super yachts ħafna drabi jmorru fejn ikollhom il-management tagħhom li jsir mill-yachting operators u mill-marina operators.", "Issa jekk ikollok marina operator serju ta' livell internazzjonali, dan jista' jġiblek is-super yachts f'Malta għaliex dawn jagħmlu ħafna charters.", "Fil- fatt iċ-charters jagħmluhom il-kumpanniji tal-marinas.", "Din hija r-raġuni għalfejn aħna ridna dan operatur internazzjonali.", "Bir-rispett kollu, il- Malta maritime authority m'għandhiex din it-tip ta' esperjenza u m'ilhiex f'dan ix-xogħol daqskemm ilhom ċerti operaturi internazzjonali li xogħolhom proprju huwa l-yachting.", "Aħna għidna li m'hemm xejn ħażin li minbarra li jkollna l-Malta maritime authority, li tkun qed tippromwovi lil Malta bħala yachting centre, ikollna wkoll marina operator fuq livell internazzjonali li jkun qed jagħmel dan ix-xogħol ukoll.", "B'din is-sistema aktar hemm ċans li niġbdu yachts lejn pajjiżna u fuq din il-bażi mxejna 'l quddiem.", "Kif diġa' għidt, li ġara kien li l-Cottonera Waterfront Group ma kellhomx manager tal-marinas li kien lest li jieħu shareholding fil-consortium biex jiżviluppa parti mill-proġett tal-Kottonera.", "Għalhekk wara li tajnihom iż- żmien kollu neċessarju, aħna dehrilna li aħjar noqogħdu fuq ir- rakkmandazzjoni ta' l-isteering committee u ngħaddu għat-tieni konsorzju li kien Port Cottonera Limited.", "Fil-fatt bħala operatur dawn kellhom lill- Abonmarche Investment Inc. u aħna dehrilna li dan il-consortium kien tajjeb - meta ngħid \"aħna\" nkun qed ngħid li aħna kellna r-responsabbilta' bħala gvern, pero' dan qalu l-isteering committee - għax kellu esperjenza internazzjonali fil-bini u fl-operazzjoni ta' marinas u għalhekk kien jiffittja ma' dak li kien qed jgħid il-gvern.", "Dik hi l-istorja kollha u abbażi ta' hekk spiċċajna niddijljaw ma' Port Cottonera Limited.", "X'ġara wara kulħadd jafu.", "Li naf żgur huwa li tlifna sena biex dan ix-xogħol jinbeda.", "Iżda jekk tippermettili, Mr Speaker, nixtieq nitkellem ftit fuq kif kien qed jiġi propost il-proġett tal-Kottonera taħt gvern preċedenti meta konna qegħdin niddiljaw ma' Port Cottonera Limited.", "Jekk wieħed jara ftit x'kienu l-kriterji speċifikati fil-kuntratt - wieħed jiftakar li fuq il-Mejda tal-Kamra kien tqiegħed kuntratt li wara kien inbidel - wieħed ikun jaf fiex kien jikkonsisti l-proġett u x'kellhom ikunu l-effetti tiegħu.", "Kif għidt qabel, il-proġett li kien jikkonsisti fil-marina u l-palazzi, li fihom kellu jkun hemm marina-related facilities, kellu jkopri area ta' 18,592 metru kwadru.", "Għal din l-area, il-consortium kien se jħallas is-somma ta' Lm370,000 fl-ewwel snin u mbagħad b'iskaletta, li nitkellem fuqha iktar 'il quddiem.", "Minn dawn it-Lm370,000, Lm25,000 kellhom imorru għall-Malta maritime authority bħala drittijiet tagħha skond il-liġi u Lm25,000 kellhom imorru għall-NTOM sabiex jgħinuha fil-promotion tagħha.", "Dan il-ħlas kellu jsir kull sena.", "Mela għandna area ta' 18,592 metru kwadru li ngħatat b'ċens ta' Lm370,000 fis-sena.", "Il-kuntratt kellu jkun għall-perijodu ta' 99 sena u fuq il-ħlasijiet kellu jkun hemm rebate.", "Fil-fatt fl-ewwel sena kellha titħallas somma ta' Lm120,000 bħala ċens, fit- tieni sena Lm170,000, fit-tielet sena Lm270,000 u fir-raba' sena Lm370,000.", "Dan ifisser li r-rebate jingħata fuq l-ewwel tliet snin.", "Fuq dan il- kuntratt kien hemm taxxa tal-boll li kienet tammonta għal madwar Lm700,000.", "Pero' l-gvern kien għamel sistema li permezz tagħha dawn is-Lm700,000 qasamhom u daħħalhom bħala parti miċ-ċens li kellu jieħu lura mingħand il- consortium.", "Dan ifisser li element mit-Lm370,000 kien jirriżulta mit-taxxa tal-boll li l-gvern kien ittrasferixxa minn somma globali li titħallas f'daqqa għal parti li titħallas maċ-ċens.", "Fil-proposals li għamel l- isteering committee lill-gvern kien hemm - din diġa' għamilt riferenza għaliha - li d-development group kellu jkun backed up by sound financial resources.", "Għalhekk biex aħna nkunu ċerti li dan il-consortium għandu sound financial resources tlabna li jkollu paid up share capital ta' Lm1 miljun.", "Dik il-parti tal-proġett fejn hemm il-marina u l-palazzi kellha tqum minimu ta' Lm6 miljun.", "F'dan il-kuntratt kien hemm ukoll li l-Maltin u kulmin ried imur jippassiġġa fuq il-mollijiet ta' Sant'Anġlu u tal-Birgu seta' faċilment jagħmel dan.", "Mhux talli hekk, talli biex dawn il-mollijiet jintużaw b'mod aktar liberu għidna li din l-area għandha tkun pedestrianised, jiġifieri wieħed ma jistax jidħol bil-karozzi imma jista' jidħol hemmhekk bil-mixi.", "B'hekk inneħħu l-periklu tat-traffiku minn dik l-area.", "Fit-tieni kuntratt kien hemm imniżżel li kull min imur jippassiġġja hemmhekk seta' faċilment juża dawn il-mollijiet.", "Barra minn hekk, sabiex dawn il-mollijiet setgħu jintużaw b'mod aktar liberu u b'mod aktar faċli l- area tal-mollijiet tal-Birgu kellha tkun pedestrianised, jiġifieri ma tistax tidħol bil-karozza imma tista' tidħol bil-miexi tippassiġġja għaliex b'dan il-mod tkun qed tneħħi l-periklu tat-traffiku f'dik l-area.", "Bażikament dawn kienu l-parametri li kienu mniżżlin fil-kuntratt oriġinali li kien tpoġġa għall-ewwel darba f'Mejju u li mbagħad reġa' tpoġġa f'Lulju tas-sena li għaddiet.", "Pero' dak il-kuntratt ma kienx għadda minn dan il- parlament u ftit wara mbagħad kellna l-elezzjoni u tela' l-Partit Nazzjonalista, u issa l-gvern Nazzjonalista qed jerġa' jersaq quddiem din il-Kamra b'kuntratt differenti.", "Waqt il-public accounts committee aħna għidna li meta l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern sab abbozz ta' kuntratt lest u letter of intent li kienet għadha in vigore - cioe' l-letter of intent li kellhom f'idejhom Port Cottonera għall-iżvilupp tal-marina n-naħa tal-Birgu u għall-iżvilupp ta' dawk il-palazzi - u għalhekk staqsejna lill-ministru għaliex il-ftehim fuq dan il-proġett kien qiegħed isir ma' żewġ consortia.", "Ir-risposta tal-ministru kienet li huma kienu ħadu deċiżjoni politika.", "U l-famuża deċiżjoni politika kienet li dawn kienu se jitkellmu maż-żewġ consortia shortlisted, cioe' Cottonera Waterfront Group u Port Cottonera.", "Il-ministru qal li kien tkellem ukoll ma' Camper & Nicholsons u jien kont naf li kien tkellem magħhom għax, kif stqarrejt fil-public accounts committee, kont tajthom xi pariri u din ridt ngħidha minħabba kwestjoni ta' etika.", "Kif stqarr il-ministru stess, din kienet deċiżjoni politika pero' jien ngħid li din id-deċiżjoni ma kienet ibbażata fuq l-ebda kriterju tant li l- gvern sab ruħu f'daqsxejn ta' problema għaliex Port Cottonera kellhom f''idejhom letter of intent iffirmata fuq kuntratt preciż - għalkemm ma kienx mgħoddi minn dan il-parlament - u Cottonera Waterfront Group ma kellhom xejn.", "Allura lil Port Cottonera ma setax iqaċċathom 'l barra għaliex dawn diġa' kellhom letter of intent iffirmata u allura kellu jara kif b'deċiżjoni politika li ħa - issa jien ma nistax nifhem kif fi proġett ta' marina, xi ħaġa purament teknika, tidħol bil-politika għaliex għalija li tieħu deċiżjoni politika b'dan il-mod tfisser li trid tivvantaġġa lil xi ħadd b'mod partiġġjan - jissodisfa lil Port Cottonera Ltd u jdaħħal lil Cottonera Waterfront Group ukoll.", "Allura qabdu dak il- proġett li kien hemm qabel, jiġifieri tal-marina u l-bini storiku, u qasmuh fi tnejn biex ikunu jistgħu jitkellmu maż-żewġ consortia, għaliex marina waħedha ma taħdimx u bini storiku waħdu ma jaħdimx.", "Dik kienet l- istorja kollha u bdew id-diskussjonijiet ma' dawn iż-żewġ consortia.", "MR SPEAKER: Onor. Buhagiar, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nipproponi li l-Onor.Membru jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Issa jien ma nafx kif ġie deċiż min kellu jieħu l-parti ta' l-iżvilupp tal-marina u min kellu jieħu ħsieb l-iżvilupp tal-bini storiku - forsi għollew is-sold u għażlu huma! - pero' żgur li l-parti tagħhom ma ħaduhiex abbażi ta' marketing capabilities u operational skills għaliex il-consortium li ħa l-marina m'għandu l-ebda operational skills u marketing capabilities f'dan il-qasam u l-consortium li messu l-bini storiku qatt m'għamel xejn fir-riabilitazzjoni ta' bini storiku.", "Issa iktar 'il quddiem nerġa' niġi għal dan l-argument.", "Il-punt huwa li jien ma nistax nifhem kif qasmu l-proġett fi tnejn, il-parti ta' l- iżvilupp tal-marina tawha lil Cottonera Waterfront Group u l-parti ta' l- iżvilupp tal-bini storiku tawha lil Port Cottonera Ltd u mbagħad qalulhom x'iridu jżidu ma' dak li għandhom ħalli l-proġett jkun feasible.", "Fil-fatt iż-żewġ consortia bdew jitolbu ħafna affarijiet - u naħseb li f'ċerti mumenti bdew jitolbu l-istess ħaġa - u nista' nifhem għaliex il-ministru qal li n-negozjati li kellu mal-consortia kienu diffiċli ħafna.", "Bilfors li kien diffiċli jekk int tlabthom biex jgħidulek xi jridu!", "Jien ċert li, per eżempju, it-tnejn li huma talbu lill-ministru biex jibnu lukanda u huwa min-naħa tiegħu kellu jiddeċiedi lil min se jagħti l-lukanda.", "Dik hi l- istorja kollha, imma hekk sew?", "Ma rridx ninsa ngħid li meta staqsejna lill-ministru waqt il-public accounts committee lil min kellu jgħinu f'dawn in-negozjati tant delikati u tekniċi qalilna li d-diskussjonijiet għamilhom hu bħala ministru u kellu miegħu biss l-adivisers tiegħu biex jekk ikun hemm bżonn jistaqsihom xi ħadd pero' ma kienx hemm negotiating team.", "F'dan il-pajjiż wasalna f'sitwazzjoni fejn l-ewwel kellna l-ministru tal-finanzi jinnegozja bank waħdu u issa għandna l-ministru għall-ambjent jinnegozja l-proġett tal- Kottonera waħdu!", "B'dan il-mod qed isiru l-affarijiet!", "Għaliex m'aħniex nużaw it-tekniċi li għandna fid-dipartimenti tal-gvern li ħafna minnhom huma tajbin u validi?", "Mr Speaker, gvern Laburista ħadem b'mod totalment differenti u waqqaf steering committee li ħallih jaħdem u jagħmel ir-rapporti tiegħu u d- deċiżjonijiet ittieħdu skond il-konklużjonijiet ta' dawk ir-rapporti.", "Imma gvern Nazzjonalista sempliċement qabbad lill-Ministru Zammit Dimech - naħseb li din id-darba l-kabinett kien informat u mhux bħal fil-każ tal- Mid-Med Bank u forsi l-ministru jgħidilna jekk il-kabinett kienx informat jew le - u għalkemm għandi rispett kbir lejh, jiddispjaċini ngħidlu li l- affarijiet ma jsirux b'dan il-mod.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li għalkemm l- isteering committee li kien twaqqaf mill-gvern preċedenti ma ġiex xolt, xorta ma rriferewx għalih.", "Jiġifieri l-ministru qabad u ddijlja hu mal- consortia, la kellu negotiating team u wisq inqas uża l-isteering committee li kien hemm qabel.", "Kif diġa' għidt, il-consortia bdew jagħmlu t-talbiet tagħhom u min beda jitlob li jiftaħ casino, l-ieħor jitlob biex jagħmel joyride, l-ieħor jitlob ħalli jagħmel darkride, min ried berthing facilities u min ried hard- standing facilitiex for boat repair work.", "Xogħol il-ministru kien li jiddeċiedi - għaliex s'hemmhekk seta' jasal - kif se jqassam l-affarijiet bejn iż-żewġ consortia ħalli jżommhom paċifikati bejniethom għaliex żgur li kif lil wieħed mill-consortia tgħidlu li se tagħtih il-bini tal-lukanda, il-consortium l-ieħor se jipprotesta.", "Meta taħdem b'dan il-mod dak li tistenna li jiġrilek għaliex ma tistax tiġġustifika d-deċiżjonijiet tiegħek jekk ma tkunx qed teħodhom skond parametri preċiżi.", "Sur President, jien nista' nimmaġina li l-ministru verament kellu biċċa xogħol iebsa ħafna biex ġab lill-consortia flimkien u biex ifformola proġett li jogħġob lit-tnejn, pero' dan kien riżultat tal-mod ħażin kif ħadem din il-biċċa xogħol kollha.", "F'dan il-pajjiż wasalna fi stat li li ministru jiddeċiedi lil min jagħti casino, lil min jagħti lukanda u lil min jagħti boatyard!", "Dawn huma d-deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu mill- ministru għaliex ministru deċiżjoni politika jieħu, filwaqt li deċizjoni amministrattiva tittieħed mill-isteering committee.", "Wara li saru n- negozjati, il-ministru kellu f'idejh proġett li, kif ammetta huwa stess, m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li kien hemm qabel għaliex huwa ferm differenti.", "Fil-fatt aħna naqblu li qegħdin nitkellmu fuq proġett differenti u għalhekk se nipprova noħroġ id-differenzi bejn dawn iż-żewġ proġetti.", "Is-sena li għaddiet l-ewwel fażi tal-proġett, li kienet tkopri area ta' 18,592 metru kwadru, kienet tikkonsisti sempliċement fl-iżvilupp tal-marina u faċilitajiet relatati magħha u l-iżvilupp tal-palazzi.", "Mentri din is- sena fil-proposta li għandna quddiemna nsibu li flok consortium wieħed għandna żewġ consortia u Port Cottonera, li kienet ingħatat letter of intent għall-iżvilupp tal-marina, issa se tieħu ħsieb ir-restawr tal- palazzi fuq il-Birgu waterfront u l-iżvilupp ta' lukanda, fejn qabel kien hemm il-famużi white buildings.", "Dan il-bini li kien inbena mis-servizzi Ingliżi ma kellu l-ebda użu partikolari u l-gvern Laburista preċedenti ddeċieda li jwaqqgħu ħalli jagħmel spazju għall-iżvilupp li ried isir għaliex bħala parti mill-kuntratt li kellu mal-consortium ried jagħmel is- site preparation.", "Issa din id-darba minflok il-white buildings se tinbena lukanda.", "Port Cottonera qed jingħataw ukoll l-faċilita' li jiftħu casino ġewwa Scamps Palace, ħdejn il-Birgu waterfront, jew inkella ikollhom vapur offshore b'casino fuqu n-naħa ta' l-Isla u għal dan il-għan tawhom anke proprjeta' n-naħa ta' l-Isla.", "Barra minn hekk, Port Cottonera ngħataw ukoll il-faċilita' li jagħmlu diversi retail outlets u ngħataw spazju biex ikunu jistgħu jagħmel parking area, fejn illum hemm is-cement stores taħt Couvré Porte ġewwa l-Birgu.", "Dan ifisser li b'kollox Port Cottonera se jiżviluppaw area ta' madwar 11,000 metru kwadru.", "Lil Cottonera Waterfront Group, li kienu ġew esklużi mill-gvern Laburista - għaliex ma kellhomx marina operator internazzjonali li kien lest li jinvesti flusu fil-proġett - tawhom l-iżvilupp tal-yacht marina u tawhom il- faċilitajiet kollha relatati magħha, fosthom il-famuża boatyard li se tinbena ġewwa l-Kalkara u fuq din nitkellem aktar 'il quddiem għaliex għandha storja warajha.", "Lil dawn tawhom ukoll il-faċilita' li jagħmlu pied- a'-terre, li tkun speċi ta' lodging għall-yachtsmen, tawhom ukoll dawk il- ħafna tunnels li hemm taħt il-Forti Sant'Anġlu biex jagħmlu joyride jew darkride u tawhom ukoll il-faċilita' li jagħmlu diversi attivitajiet kummerċjali.", "Il-ministru ftaħar li issa l-yacht marina m'hijiex se ssir biss fuq in-naħa tax-xatt tal-Birgu imma se ssir ukoll fuq in-naħa tax-xatt ta' l-Isla, billi l-fairway issir fin-nofs u l-marina tinqasam fi tnejn, parti fuq in-naħa ta' l-Isla u parti fuq in-naħa tal-Birgu.", "Jiġifieri tawhom id-dritt li jagħmlu faċilitajiet ta' marina n-naħa ta' l-Isla wkoll!", "Ma rridx ninsa ngħid li l-consortium l-ieħor se jibni sitt penthouses.", "Imma l-ikbar oxxenita' f'dan il-proġett huwa l-bini ta' 110 appartament residenzjali u ngħid għaliex, Mr Speaker?", "Il-Kottonera, li hija l-area l-aktar densely populated f'Malta, mhux appartamenti residenzjali għas-sinjuri għandha bżonn imma social housing.", "Kieku l-ministru qalilna li bħala planning gain il-consortium se jiġi mġiegħel jibni 110 appartamenti għal akkomodazzjoni soċjali, kont naqlagħlu l-kappell għaliex ikun għamel biċċa xogħol ta' raġel, imma mhux jiġi jgħidilna li se jinbnew 110 appartament residenzjali fl-aktar post f'Malta li għandu problemi ta' housing!", "Għaliex ma jiġux irranġati d-djar li hemm fil-Kottonera minflok ma jinbnew dawn l-appartamenti għas-sinjuri?", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija!", "Mr Speaker, ikolli ngħid li l-prijoritajiet taż-żewġ partiti eletti f'din il-Kamra huma kompletament differenti.", "Jien nista' ngħid li filwaqt li l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar li wettaq ħafna xogħol fil-qasam tal-housing fil-Kottonera, żgur li l- Partit Nazzjonalista ma jistax jiftaħar li għamel xi ħaġa f'dan il-qasam fil-Kottonera.", "Jien nixtieq inkun naf x'kontribut se jagħtu dawn id-djar lill-proġett innifsu għaliex kulma se jiġri huwa li se jagħtu lok għal spekulazzjoni kbira.", "Fil-fatt il-consortium li se jibni dawn l- appartamenti mill-inqas se jagħmel qligħ ta' Lm10 miljun.", "Il-gvern imissu jistħi li ressaq proġett bħal dan quddiem dan il-parlament.", "Jien nappellalu biex lin-nies tal-Kottonera u lill-kunsilli lokali jispjegalhom x'qegħdin jagħmlu hemmhekk.", "Per eżempju, il-kunsill tal-Birgu għandu jkun jaf li se jibnu l-appartamenti bil-private beach quddiemhom għaliex il- kunsilli raw biss l-artistic impressions u ma qalulhomx l-effetti li se jkun hemm fuq ir-residenti tal-Kottonera.", "Għalkemm il-ministru qal li ż-żewġ consortia ġew ittrattati indaqs, tajjeb li nkunu nafu li filwaqt li Port Cottonera se jiżviluppaw area ta' madwar 11,000 metru kwadru, Cottonera Waterfront Group se jiżviluppaw area ta' madwar 40,000 metru kwadru, erba' darbiet iktar.", "(Interruzzjonijiet) Tant ġew ittrattati indaqs li lil wieħed tajtuh erba' darbiet iktar mill- ieħor!", "Allura l-proġett kollu llum jikkonsisti f'marina kemm fuq in-naħa tax-xatt ta' l-Isla u kif ukoll fuq in-naħa tax-xatt tal-Birgu, bil- faċilitajiet kollha relatati magħha, jibqa' għaddej minn taħt il-menqa sa ħdejn Sant'Anġlu, idur ma' Sant'Anġlu n-naħa ta' barra u prattikament jibqa' sejjer sal-Kalkara.", "Pero' dan m'huwiex biżżejjed għaliex issa daħħlu wkoll l-bajja tar-Rinella u ma nafx kif il-ministru qal li ħadem skond id-development brief tal-planning authority għaliex fid-development brief tal-Kottonera m'hemm l-ebda riferenza għall-bajja tar-Rinella, pero' fuq din il-kwestjoni nitkellem iktar tard.", "Jekk wieħed jgħodd l-area kollha nsibu li se jkollna proġett ta' madwar 52,000 metru kwadru fejn qabel konna qed nitkellmu fuq proġett ta' madwar 18,592 metru kwadru.", "MR SPEAKER: Onor. Buhagiar, se jkolli nerġa' ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Kamra kollha għal din l- estensjoni.", "Issa nixtieq nitkellem ukoll x'effett se jkollu dan il- proġett b'mod dirett fuq id-dħul tal-gvern, x'effett se jħalli fuq l- ekonomija tal-pajjiż u x'effett se jkollu fuq ir-residenti tal-Kottonera.", "U se nibda fuq l-effett li se jkollu fuq id-dħul tal-gvern.", "Fil-fatt il- ministru seta' faċilment jikkalkola r-rata tad-dħul tal-gvern minn dan il- proġett għaliex din kienet stabbilita fil-kuntratt ta' qabel.", "Kif diġa' spjegajt, skond il-kuntratt ta' qabel il-gvern kien se jdaħħal Lm370,000 ċens fis-sena fuq area ta' madwar 18,500 metru kwadru, li minnhom Lm25,000 kienu se jmorru għall-NTOM u Lm25,000 għall-Malta maritime authority.", "Dan ifisser li l-gvern kien se jdaħħal Lm320,000 ċens ta' l-art fis-sena.", "Għalhekk il-ministru faċilment seta', anke permezz tan-nies bravi li għandu fid-dipartiment tiegħu, isib rata ta' ċens kif inħadmet qabel u jaħdem id-dħul tal-gvern.", "Huwa veru li ddaħħlu ċerti faċilitajiet li se jkollhom weighting differenti imma hemm sistema xjentifika kif jinħadmu dawn l-affarijiet.", "Issa minflok se jħallsu Lm320,000 ċens ta' l-art - għaliex Lm50,000 kienu se jitħallsu lill-NTOM u lill-Malta maritime authority - Port Cottonera se jħallsu Lm250,000, għaliex tnaqqsitilhom l-area li se jiżviluppaw, li minnhom Lm25,000 se jmorru għand l-NTOM, jiġifieri effettivament se jkun qegħdin iħallsu Lm225,000 ċens.", "Jien ngħid li f'dan il-każ it-tnaqqis huwa ġustifikat, imma għaliex Cottonera Waterfront Group, li ngħataw 40,000 metru kwadru, se jħallsu Lm250,000 daqs Port Cottonera, li Lm25,000 minnhom se jmorru għand il- Malta maritime authority?", "Il-ministru ftaħar fl-istqarrija li għamel f'dan il-parlament li d-dħul tal-gvern minn Lm370,000 se jiżdied għal Lm500,000, pero' meta tqabbel like with like issib li pro-rata d-dħul tal- gvern naqas ħafna għaliex qabel minn għotja ta' 18,592 metru kwadru art konna se ndaħħlu Lm370,000 u issa minn 52,000 metru kwadru art se ndaħħlu Lm500,000.", "Aħna jidhrililna li l-ministru seta' faċilment sab rata ġusta taċ-ċens, iktar u iktar meta wieħed jiftakar fl-ispekulazzjoni li se ssir - u fuq din il-kwestjoni nitkellem iktar 'il quddiem - minn ċerti artijiet li qegħdin jingħataw.", "Il-ministru qal li l-gvern m'huwiex daqstant interessat kemm se jkun id-dħul tal-gvern minn dan il-proġett imma iktar jinteressah li l-proġett ikun wieħed vijabbli.", "Safejn naf jien bir-rata kif kienet qabel, proġett vijabbli kien se jkollna.", "Għaliex hemm din id- differenza kollha?", "Il-fatt li l-consortia se jħallsu inqas ifisser li m'għandhomx il-fiduċja li kellhom qabel?", "Jien naħseb li kieku għandhom fiduċja fil-proġett bħalma kellhom qabel kieku lesti li jħallsu iktar!", "Mr Speaker, aħna jidhrilna li din is-somma li qed tiġi mitluba bħala ċens għal din l-art hija baxxa wisq u għaldaqstant nixtieq nipproponi din l- emenda għall-kuntratt:", "\"B\" Fi klawsola 1.1 fil-parti tal-kuntratt li tirriferi għall-\"Port Cottonera Emphyteutical Site\":", "Jitħassar il-kliem fi klawsola 1.1 \"two hundred and fifty thousand Maltese liri (Lm250,000)\" u minflok jidħol il-kliem \"to be worked at pro-rata on the basis of the area being allocated as per rate specified in the draft contract of June 1998\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "RITA LAW: Nissekonda.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Id-dħul tal-gvern jikkonsisti wkoll mit-taxxa tal-boll fuq id-dokumenti u fil-fatt il-ministru fid-diskors tiegħu rrifera għaliha għaliex kien jaf li se nsemmuhielu.", "Kulħadd jiftakar lill-istess ministru u lill-kollegi tiegħu fid-diskussjoni li kellna f'dan il-parlament daqs sena ilu jgħidu li ma kienx sewwa li t-taxxa tal-boll ta' Lm700,000 li kienet dovuta fuq dawk id-dokumenti kienet se tinħafer.", "Fil-fatt ma nħafret xejn għaliex, kif diġa' spjegajt, it-taxxa tal-boll kienet ġiet inkluża bħala parti mir-rata taċ-ċens li kien hemm.", "Imma meta din id-darba għednielu li r-rata taċ-ċens li għamel kienet relattivament baxxa biex tinkludi wkoll it-taxxa tal-boll qalilna li kien se jaħfirilhom.", "Il-gvern b'deċiżjoni politika oħra u b'daqqa ta' pinna ħafer lill-consortia Lm1.65 miljun u qisu ma ġara xejn.", "Mela l-ġimgħa li għaddiet kellna lill-Prim Ministru jgħid li billi ma daħħalniex Lm10 miljun oħra mill-bejgħ tal-Mid- Med Bank ma waqgħetx id-dinja u issa għandna ministru ieħor li qed jgħid li billi ħfiernilhom Lm1.6 miljun ma ġara xejn ukoll.", "Kieku trid taħdem għalihom tkun taf kemm trid taħdem biex ikollok Lm1.6 miljun!", "Mr Speaker, aħna qegħdin fil-parlament biex naċċertaw ruħna li l-gvern iġib l-aħjar flus għall-affarijiet tal-pajjiż.", "Aħna m'għandna l-ebda ħsieb li ngerrxu l- investiment imma ma tkunx responsabbli li tiġi f'dan il-parlament u bl- aktar mod serju tgħid li ma ġara xejn għaliex ħfirtilhom Lm1.6 miljun.", "Dawn m'humiex flusu biex jaqbad u jaħfirhomlu!", "Jiddispjaċini ngħid li dawn m'humiex argumenti validi għaliex fl-aħħar mill-aħħar id-dħul tal- gvern se jbati nuqqas ta' Lm1.6 miljun.", "Mr Speaker, waqt il-public accounts committee jien kont għidt lill- ministru li dan il-proġett minnu nnifsu jitlob li jrid isir ċertu xogħol ta' upgrading.", "Fil-fatt waħda mill-kondizzjonijiet tal-kuntratt tgħid li - kif kien hemm ukoll fil-kuntratt ta' qabel - li x-xogħol ta' upgrading tas- servizzi infrastrutturali u tat-toroq iridu jsiru a spejjeż tal-gvern.", "Pero' fejn qabel kellna proġett within certain boundaries, illum għandna proġett ħafna akbar u allura d-demand li se jkollna fuq is-servizzi infrastrutturali se jkun ħafna ikbar milli kien qabel.", "Kif qal il- ministru stess il-bieraħ, il-gvern huwa marbut li jagħmel upgrading tas- servizzi infrastrutturali li m'humiex tajbin biżżejjed biex ikunu jistgħu jiħħendiljaw il-load tat-traffiku li se jkun hemm minħabba l-proġett.", "Wieħed mis-servizzi li żgur li jridu jiġu rranġati huwa s-servizz tad- drenaġġ.", "Sfortunatament matul dawn l-aħħar snin fin-naħa t'isfel ta' Malta kien hemm problema kbira fis-sistema tad-drenaġġ.", "In-naħa l-oħra tħobb tiftaħar li nefqet eluf ta' liri biex għamlet l-upgrading tal-quays ta' Sant'Anġlu pero' ma għamlet xejn biex jiġi rranġat is-servizz tad-drenaġġ, bil-konsegwenza li issa se jkollu jerġa' jitkisser ix-xogħol li sar.", "Barra minn hekk, drainage overflows f'Dockyard Creek kemm min-naħa ta' l-Isla u kif ukoll min-naħa tal-Birgu u overflows fil-Kalkara Creek iridu jiġu rranġati.", "Is-supply ta' l-ilma fil-Kottonera m'hijiex tajba biżżejjed u għalkemm ġiet upgraded dan l-aħħar għad fadal ħafna xogħol xi jsir.", "Mr Speaker, dan il-proġett jirrikjedi wkoll li jkun hemm aċċess aħjar għall-Kottonera nnifisha.", "Il-bieraħ il-ministru qal li kien hemm proġett għat-toroq maħsub mill-amministrazzjoni preċedenti li beħsiebu jitkompla.", "Jien nemmen li jrid ikun hemm aċċess aħjar għall-Kottonera għaliex ma tistax timmaġina li jkollok proġett - li kif kulħadd jittama għandu jkun suċċess - li se joħloq ċertu attivita' minħabba l-ammont ta' vejikoli li se jkunu deħlin u ħerġin mill-Kottonera u l-uniku aċċess tkun il-mina żgħira ta' Għajn Dwieli u biex tmur il-Birgu trid tgħaddi minn Bormla.", "Dawn huma tliet problemi infrastrutturali li nsibu fil-Kottonera u jinvolvu spejjeż kbar biex tirranġahom.", "Mr Speaker, din l-istess kondizzjoni li qed nitkellmu fuqha hawnhekk qiegħda fil-kuntratt tal-consortium MIDI għall-proġett ta' Manoel Island, fejn il-gvern irid jonfoq madwar Lm13 miljun biex jagħmel l-upgrading tas- servizzi infrastrutturali f'Manoel Island.", "Meta staqsejt lill-ministru kemm se jiswa l-upgrading tas-servizzi tat-toroq li hemm bżonn isir ma tanix risposta u meta staqsejtu jekk kienx hemm xi programm ta' xogħlijiet li jridu jsiru biex jiġu upgraded is-servizzi infrastrutturali u t-toroq qalli li ma kienx jeżisti dan it-tip ta' programm.", "Kif tista' tmexxi proġett 'il quddiem meta lanqas taf x'inhi l-ispiża biex isir l-upgrading tas-servizzi infrastrutturali?", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex se jkun hemm ċerti restraints fuq government spending.", "Jien nispera li jiġu upgraded is-servizzi infrastrutturali u t-toroq mhux biss tal-Kottonera imma ta' kullimkien għaliex minn dawn l-affarijiet se jgawdi l-poplu Malti.", "Imma huwa importanti li l-gvern ikun jaf għal xiex huwa dieħel għaliex dan il-proġett qiegħed bejn iż-żewġ consortia u l- gvern.", "Fil-fatt nafu li ż-żewġ consortia se jonfqu Lm8 miljun kull wieħed, pero' ma nafux kemm se jonfoq il-gvern u għalhekk nippretendu li jkollna risposti għal dawn id-domandi.", "Jekk almenu tgħidli li se tonfoq Lm3 miljun u mbagħad tonfoq Lm3.5 miljun naċċettaha imma mhux li ma jkollok l-ebda indikazzjoni ta' xejn!", "Il-bieraħ fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni ma nistgħux niġġudikaw dan il-kuntratt.", "Meta fil-public accounts committee tlabna lill-ministru biex itella' lid-direttur ġenerali tax-xogħlijiet pubbliċi biex nistaqsu lilu ċerti affarijiet ma riedx.", "Din il-problema qed toħloq ċertu inċertezza.", "Ma rridx ninsa ngħid ukoll li l-consideration li ġew mitluba jħallsu Port Cottonera biex jingħataw liċenzja għal casino fi Scamps Palace jew inkella casino offshore kienet biss ta' Lm100!", "Taħt gvern Laburista preċedenti, li skond in-naħa l-oħra qatt ma għamel xejn, tħallsu Lm400,000 għall- consideration tal-liċenzja ta' casino fi proprjeta' privata mentri issa Port Cottonera qed iħallsu Lm100 biss fi proprjeta' tal-gvern.", "Mr Speaker, bir-rispett kollu lejn il-ministru, jien ngħid li we have a very bad deal.", "Il-ministru għamel deal ħażin ħafna għall-gvern bil-mod kif innegozja maż-żewġ consortia.", "Aħna qegħdin f'dan il-parlament biex inħarsu l-interessi tal-poplu Malti u żgur li l-poplu Malti ma ħax a good deal minn dawn in-negozjati.", "Issa se nitkellem fuq l-effetti li se jkollu dan il-proġett fuq in-nies tal-Kottonera u se nibda bir-residential development ta' 110 appartament lussuż għall-barranin u għall-Maltin li jaffordjaw iħallsu.", "Imma n-naħa l- oħra verament temmen li l-problemi kbar tal-housing fil-Kottonera - u qed nieħu pjaċir li hawn il-Viċi Prim Ministru preżenti li żgur huwa konxju minn dawn il-problemi - se nsolvuhom billi nibnu luxury apartments?", "Il- problemi soċjali fil-Kottonera huma kkawżati mid-densita' għolja ta' popolazzjoni li jgħixu f'dawn l-inħawi.", "Fl-inner harbour area għandna l- ikbar densita' ta' popolazzjoni u issa se se nżidu xi 300 persuna oħra li se jkollhom ukoll effett fuq is-servizzi infrastrutturali f'dawn l-inħawi.", "Mr Speaker, kulħadd jiftakar kemm kellna pampaluni min-naħa tal-gvern - u anke min-naħa tagħna - li riedu jkunu jafu fejn kienu se jmorru jgħumu n- nies tal-Birgu għaliex il-marina kienet se ssir fuq in-naħa tax-xatt tal- Birgu.", "Jien nixtieq nagħmel din id-domanda issa: Intom li tant ikkritikajtu u ma nafx x'ma għidtux fuq l-għawm is-sena li għaddiet, tistgħu tgħiduli fejn se jmorru jgħumu n-nies tal-Kottonera issa?", "Jien nifhem li la ma setgħux jgħumu qabel in-naħa tal-Birgu waterfront lanqas se jkunu jistgħu jgħumu issa.", "Għallinqas qabel setgħu jmorru jgħumu l-Isla għaliex ma kenitx se ssir marina dik in-naħa u aħna ma konniex daħħalna n- naħa tax-xatt ta' l-Isla għaliex konna nafu li n-nies imorru jgħumu hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Fejn se jmorru jgħumu n-nies tal-Birgu li kienu jmorru n-naħa magħrufa bħala tat-Toqba?", "Nixtieq inkun naf issa fejn se jmorru jgħumu n-nies tal-Birgu, li kienu jgħumu n-naħa magħrufa bħala Tat-Toqba - għaliex anke din l-area ngħatat lill-consortium - u fejn se jgħumu n-nies tal-Kalkara jekk fir-Rinella se ssir boatyard.", "Is-sena l-oħra tal-Partit Nazzjonalista kienu jħambqu ħafna li n-nies tal-Kottonera ma kienx se jkollhom fejn jgħumu mentri issa li għalqulhom il-baħar kollu m'huma jgħidu xejn!", "Jien ngħid li n-nies tal-Kottonera mhux talli ma jistgħux jgħumu talli lanqas dgħajsa ma jistgħu jtellgħu għaliex, kif qal il-ministru stess, jillendjaw biss jistgħu.", "Dawn l-erba' landing places f'Dockyard Creek kienu se jintużaw biss min-nies tal-lukanda, tal-casino, ta' dawk li għandhom l-iżvilupp hemmhekk u mill-barklori liċenzjati u kienet biss fuq insistenza ta' l-oppożizzjoni Laburista li l-landing places nfetħu għal kulħadd.", "Li ma kienx għall-oppożizzjoni, kieku min ikollu dgħajsa u jrid imur il-Birgu ma kienx ikollu fejn jinżel għax il-landing places ma kenux se jkunu miftuħa għal kulħadd.", "Peress li x-xatt tal-Birgu u ta' l-Isla huwa kollu meħud, nixtieq inkun naf minn fejn se jtellgħu dgħajsa n-nies tal-Birgu u ta' l-Isla għaliex min-naħa tad-Dockyard żgur ma jistgħux itellgħuha.", "Ta' min jistaqsi wkoll minn fejn se tiġi launched ir-regatta għaliex probabbilment hemmhekk tawhulhom ukoll.", "Is-sena l-oħra semmewlna l- barbecues u s-sajd pero' jiddispjaċini ngħid li minkejja li dan il-kuntratt ġie diskuss fil-public accounts committee, naħseb li n-naħa l-oħra għada ma tafx x'fih.", "Il-Ministru Zammit Dimech ftaħar li issa l-mollijiet m'humiex se jingħataw b'ċens imma se jibqgħu jitgawdew mill-poplu Malti.", "Aħna fittixna fil-kuntratt u sibna li l-mollijiet mhux talli mhux se jgawdihom kulħadd talli l-consortia biss jistgħu japplikaw għal encroachment.", "Għal min ma jafx, encroachment tfisser li dak li jkun japplika lill-gvern biex jingħata l-art ta' quddiem in-negozju tiegħu biex ikun jista' jagħmel l- imwejjed u s-siġġijiet u fil-Belt Valletta nsibu diversi minn dawn it-tip ta' encroachments, fosthom fi Pjazza Reġina, hawnhekk ħdejn il-Palazz.", "Huwa veru li l-consortia m'humiex se jingħataw il-mollijiet imma skond kif hemm imniżżel fil-kuntratt se jingħataw id-dritt esklussiv għall-użu tal- mollijiet.", "Imma l-ministru qalilna li ħallew ħames metri tal-foreshore biex igawduh in-nies.", "Allura qabel kif għamilniha aħna n-nies setgħu jgawdu l-moll kollu, li kien ġej pedestrianised, u issa ħallew ħames metri biss!", "Issa tar-ruġġata jew tal-karawett, kif se jarmaw f'dawn il-ħames metri?", "Safejn naf jien il-ħames metri kellhom jitħallew bilfors għax il- gvern intrabat bil-kuntratt ta' Sant'Anġlu li jħalli aċċess għal vetturi deħlin u ħerġi mill-Fortizza ta' Sant'Anġlu.", "Għalhekk bilfors ikolli ngħid li l-kuntratt li kien hemm qabel huwa aħjar minn dan il-kuntratt li għandna quddiemna għaliex qabel in-nies setgħu jgawdu kull parti tal-moll mentri issa jistgħu jużaw ħames metri biss.", "Barra minn hekk, qabel konna qed nitkellmu fuq spazju ristrett, li kien jibda min-naħa tal-bieb ta' Sant'Anġlu sal-Menqa, imma issa tajna n- naħa tax-xatt ta' l-Isla, taħt Sant'Anġlu u nibqgħu nduru ma' Sant'Anġlu u allura l-firxa tal-mollijiet li ngħatat kibret.", "Kif nistgħu ngħidu li għandna a better deal meta n-nies jistgħu jgawdu inqas, għaliex anke l- aċċess ta' taħt il-Mina ta' Sant'Anġlu ngħata lill-consortia?", "Jiddispjaċini ngħid li jew jien m'iniex qed nifhem il-kuntratt jew in-naħa l-oħra m'hijiex tifhmu, jew inkella ħadd m'hu qed jifhem xejn għaliex ma nafx kemm jagħmel sens li tgħid li n-nies se jkunu jistgħu jgawdu l-mollijiet iktar meta tajtu kollox lill-consortia!", "Effettivament meta qed tagħti iktar lill-consortia qed tnaqqas mid-drittijiet li għandhom in-nies tal- Kottonera.", "F'St Lawrence Street fil-Birgu, li m'hijiex wiesgħa iktar minn tliet metri u li tiġi fuq il-palazzi storiċi, kontu se tagħtu d-dritt lill- consortium li jibnew il-penthouses u li kieku ma kienx għall-oppożizzjoni, kieku tajtuhom id-dritt li jibnu l-penthouses hemmhekk.", "B'dan il-mod ridtu tipproteġu d-drittijiet tan-nies tal-Kottonera?", "Għalkemm il- penthouses m'humiex se jinbnew fuq il-bini storiku, jien ċert li mill-mod kif inhi drafted l-emenda se jinbnew f'postijiet oħrajn f'partijiet oħra ta' St Lawrence Street.", "Se nġibuhom sewwa lin-nies li joqogħdu f'dik it- triq!", "Imma issa ħalli nitkellem fuq id-drittijiet tan-nies tal-Kalkara.", "Fil-kuntratt insibu speċifikat li fil-bajja tar-Rinella se jkun hemm hard-standing facilities fuq area ta' 14-il tomna - u mhux kif qal il- ministru li din se sservi biex jittellgħu xi ftit yachts -, fejn se jsir boat storage u boat repair.", "Issa l-bajja tar-Rinella hija l-unika bajja ramlija li hemm fil-Kottonera u fuq naħa waħda sfortunatament hemm it-tank cleaning farm tad-dockyard u issa fuq in-naħa l-oħra se ssir il-boatyard.", "Inutli li l-ministru jgħid li din ma tagħmel l-ebda ħsara ambjentali għaliex kulħadd jaf li ż-żebgħa tad-dgħajjes u ż-żjut tal-makni tal-yachts għandhom effett ikraħ fuq l-ambjent.", "Naħseb li n-nies tal-Kottonera jistgħu jinsewha l-bajja tar-Rinella għaliex min se jmur jgħum qalb il- yachts deħlin u ħerġin?", "Għaliex qed jippermetti l-ministru li ssir boatyard hemmhekk meta jaf li fuq dik is-site hemm il-fdalijiet tal- Palazz antik ta' Bighi?", "Jien ma nafx jekk dan il-proġett hux qiegħed isir biex nibżgħu għall-patrimonju storiku ta' pajjiżna jew inkella biex inkomplu nkissruh, bl-iskop li nippermettu li ssir spekulazzjoni sħiħa.", "Mr Speaker, irrid nitkellem fuq il-famuża klawsola tal-permuta li nsibu fil- kuntratt.", "Fi żmienna, fuq l-isteering committee kien hemm rappreżentant tal- planning authority biex dak kollu li kien ikun qed jiġi propost kien jiġi vetted, anke minn dak l-aspett.", "Aħna ma konniex nippretendu li l-isteering committee jgħid li l-permessi kollha kienu se jinħarġu imma għallinqas konna nafu li kien hemm xi ħadd li seta' jgħid jekk konniex qed niksru xi waħda mill-policies tal-planning authority b'mod li stajna nippreġudikaw il- proġett.", "Meta staqsejna lill-ministru li ġaladarba m'huwiex qed juża l- isteering committee huwiex qed jikkonsulta ruħu mal-planning authority dwar il-proposti li qed isirulu, qalilna li qiegħed jinformahom.", "Issa li tinforma tfisser li tgħidilhom x'se tagħmel u mhux li tiddiskuti u tikkonsulta magħhom għaliex jista' jkun li ma jkunux qed jabqlu miegħek imma xorta tkun qed tinformahom.", "Imma l-fatt hu li l-ministru resaq bi proġett quddiem il-Kamra mingħar ma ra jekk dak li qed jipproponi jistax isir b'mod fattibbli billi jinħarġu l-permessi neċessarji.", "Per eżempju, naħseb li fuq il-kwestjoni tal-boatyard, il-ministru ma tkellimx mal- planning authority, li żgur li min-naħa tagħha m'hijiex se tagħti l-permess li ssir.", "Inutli li noqogħdu nqattgħu s-sigħat f'din il-Kamra u fil-public accounts committee niddiskutu dan il-proġett meta mbagħad il-planning authority tkun tista' twaqqfu għal raġunijiet tajbin tagħha.", "Dawn l- affarijiet m'humiex sewwa.", "Aħna waqqafna l-isteering committee biex proprju nevitaw dawn it-tip ta' problemi jew inkella nsolvuhom qabel ma l- affarijiet jersqu quddiem il-planning authority, imma ħalli nerġa' niġi għall-kwestjoni tal-boatyard.", "Il-ministru tant jaf li l-planning authority m'hijiex se tagħti permess għaliha li daħħal klawsola tal-permuta fil-kuntratt.", "Dan ifisser li fil- kuntratt innifsu nsibu d-dritt li jekk għal xi raġuni din l-art ma ssirx boatyard fuqha, il-gvern huwa marbut li jagħti biċċa art lill-consortium ta' l-istess daqs x'imkien ieħor, pero' l-kuntratt ma jispeċifikax fejn tista' tingħata din il-biċċa art.", "Issa jekk verament rridu li din l-art isservi bħala hard-standing għall-boat repair jagħmel sens li din tkun viċin l-marina, ladarba hija relatata mal-proġett tal-marina.", "Imma fil- proposti li għandna quddiemna ma nsibux li l-art li tista' tingħata b'permuta trid tkun within a radius of so many kilometres 'il bogħod mill- marina imma tant tħalliet b'mod vag li l-consortium jista' litteralment jitlob lill-gvern biċċa art jew f' Pembroke jew f'Għawdex jew fil-Mellieħa biex ikun jista' jpartat ma' dik l-art li fuqha ma jkunx inħareġ il- permess.", "Din hija question mark oħra li għandna f'dan id-draft contract li għandna quddiemna u hija xi ħaġa oħra li lilna qed iddejjaqna ħafna għaliex għall-ewwel darba f'riżoluzzjoni tal-gvern qed indaħħlu l- option tal-permuta.", "Jien ngħid li dan huwa abbuż mis-sistema parlamentari u mill-policies tal-gvern kif inhuma llum għax jekk se noqogħdu niġu f'dan il-parlament u ndaħħlu l-klawsoli tal-permuta, inkunu qed nivvotaw fuq affarijiet li ma nafux x'inhuma għax għada pitgħada jistgħu jinbidlu.", "B'dan il-mod rridu nimxu?", "(Interruzzjonijiet) Imma dan xi proġett hu jekk għada pitgħada se nerġgħu hawn biex nivvotaw fuqu?", "L-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta' mill-ewwel.", "(Interruzzjonijiet) Il-fatt hu li 14,000 metru kwadru minn biċċa art ta' 52,000 metru kwadru jġibu 25% ta' l-art li se tagħti u allura jien ngħidlek li huwa diġa' vvizzjat li se nerġgħu niġu hawn biex nivvotaw fuq 25% ta' l-art li se nagħtu.", "Jien m'iniex qed ngħid li m'aħniex se nivvotaw fuqha imma l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod.", "Din il-klawsola tal-permuta qatt ma messha daħlet f'kuntratt ta' din in-natura, b'riżoluzzjoni mill-parlament, għaliex lilna ġġibna f'sitwazzjoni li ma nafux fuq xiex se nivvotaw.", "Għalhekk aħna ma nistgħux naqblu ma' din il- ħaġa inċerta f'dan il-kuntratt u l-affarijiet qatt ma messhom saru b'dan il-mod.", "Mr Speaker, irrid nitkellem issa fuq il-mod kif ġie drafted il- kuntratt li fost affarijiet oħra jsemmi r-rebates li ngħataw.", "Kif diġa' spjegajt, fil-kondizzjonijiet tal-kuntratt kif tressaq l-ewwel darba konna nsibu li r-rati taċ-ċens kienu ġew rebated fuq tliet snin.", "Din id-darba reġgħu ngħataw ir-rebates pero' bid-diferenza li ngħataw fuq erba' snin u allura l-consortia se jħallsu s-somma sħiħa wara erba' snin kif se ngħid Port Cottonera fl-ewwel sena se jħallsu Lm45,000, fit-tieni sena se jħallsu Lm90,000; fit-tielet sena Lm135,000; fir-raba' sena Lm180,000; u fil-ħames sena jħallsu Lm250,000.", "Cottonera Waterfront Group fl-ewwel sena se jħallsu Lm40,500; fit-tieni sena se jħallsu Lm81,000; fit- tielet sena Lm121,500; fir-raba' sena Lm162,000 u fil-ħames sena se jħallsu Lm250,000.", "Il-ministru qal li dawn iż-żewġ consortia ġew ttrattati l- istess pero' jiddispjaċini ngħid li dan m'hu veru xejn għaliex, kif diġa' rajna, Cottonera waterfront group ingħataw site li hija erba' darbiet ikbar minn tal-consortium l-ieħor u issa qed jingħataw rebates differenti.", "Għaliex saret din id-differenza bejniethom?", "B'kumbinazzjoni r-rebates favorevoli ngħataw lil Cottonera Waterfront Group, imbagħad il-ministru jiġi jgħid li ttrattahom l-istess!", "Jien nifhem li meta tittratta ma' żewġ entitajiet l-istess, f'kollox tittrattahom l- istess u mhux kif ikun jaqbillek għax, meta staqsejnih kif ingħataw l- istess rata ta' ċens ta' Lm250,000 għal daqs differenti ta' art, il- ministru qalilna li hu ttratta magħhom l-istess pero' mbagħad tahom rebates differenti!", "Allura fejn jaqbillu jgħid li ttratta magħhom l-istess u fejn ma jaqbillux ma jgħidx hekk.", "Ma tistax tkun inkonsistenti fl- argumenti tiegħek u dawn l-affarijiet jew ngħiduhom bis-serjeta' jew inkella ma ngħidu xejn għaliex inkella nkunu qed naħlu l-ħin u nidħku b'xulxin.", "Kulħadd jiftakar kemm intqal diskors għaliex aħna konna pproponejna li l-kuntratt jingħata għal 99 sena.", "Jien fittixt fil- kuntratt ħalli nara jekk forsi ngħatax għal xi 50 sena pero' sibt li għal 99 sena għadu jgħid.", "Issa li spjegajt il-kuntratt u l-effetti tiegħu se nerġa' mmur lura fuq dak li bdejt fuqu, cioe' l-parametri preċiżi li fuqhom ġew magħżula l-consortia.", "Fil-fatt, skond l-isteering committee, il-consortia kellhom jilħqu dawn il-ħames parametri li ġejjin:", "\"The development groups are shortlisted by government on the basis of major development experience.\".", "Jien naħseb li ż-żewġ consortia għandhom development experience.", "Suppost li kellu jkollhom:", "\"a fine track record in marina-related type projects backed by sound financial resources.\".", "U hawnhekk mill-ewwel nieqfu għaliex żgur li Cottonera Waterfront Group - għallinqas huwa kostitwit sal-lum, għaliex aħna nafu min huma l-membri pero' m'għandix għalfejn noqgħod insemmihom hawnhekk - m'għandhom l-ebda esperjenza u l-ebda track record f'marina-related type projects.", "Li jkun hemm xi ħadd minnhom li għandu yacht ma jfissirx li għandhom esperjenza f'dawn it-tip ta' proġetti!", "Fil-każ ta' Port Cottonera tista' tgħid li għandhom track record in marina-related type projects, issa jekk huwiex ''a fine record'' jew le ma nafx!", "U issa niġi għall-aħħar parti fejn jidħlu l- finanzi, għaliex din kienet waħda mill-affarijiet li argumentajna fuqha, anke fil-public accounts committee.", "Mr Speaker, kif spjegajt qabel, meta ressaqna l-proġett aħna ridna li bħala prova tal-financial resources tagħhom ix-shareholding ikun fully paid up b'Lm1 miljun.", "Fil-fatt Port Cottonera għandhom fully paid-up capital ta' Lm1 miljun mentri Cottonera Waterfront Group għandhom Lm250,000 paid-up capital.", "Il-ministru ġabilna l-garanziji bankarji għas- Lm750,000 li fadlilhom iħallsu.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet differenti għaliex il-garanziji bankarji ma jammontawx għax-shareholding paid-up imma juru biss li dawn għandhom x'jagħmlilhom tajjeb.", "Barra minn hekk, ma jfissirx li għandhom dak it- tip ta' kapital biex jagħmlu dan il-proġett għax dawn il-garanziji bankarji jistgħu jkunu marbutin ma' affarijiet oħrajn u allura m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dak li tlabna.", "Aħna konna qed ninsistu li 40% minn dan ix-shareholding kellu jkun barrani għaliex konna nemmnu li jekk għallinqas ikun hemm shareholding barrani nkunu nafu min huma l-operaturi minn qabel u ma tkunx tista' ssir spekulazzjoni.", "Pero' nista' nassigura lill-ministru li din id-darba se ssir spekulazzjoni, iktar u iktar meta Cottonera Waterfront Group m'għandhomx shareholding barrani.", "Kif tridna nivvotaw favur din ir-riżoluzzjoni meta nafu li n-nies li se jagħmlu l- marina lanqas nitfa esperjenza ma għandhom f'dan il-qasam.", "Il-ministru qed jgħid li l-consortium qed ifittex dawn l-operaturi għaliex il-metodu ġdid u modern ta' kif isir in-negozju dan iż-żmien huwa li l-investituri permezz tal-marketing capabilities tagħhom ifittxu operatur li jkun jista' jidħol għal dan it-tip ta' xogħol.", "Kieku qed nitkellmu fuq xi biċċa art privata forsi nifhmu dan il-konċett imma hawnhekk qed nitkellmu fuq parti mill-patrimonju ta' pajjiżna u l- proprjeta' tal-poplu Malti rridu nittrattawha b'iktar sensittivita'.", "Jekk iridu li aħna nivvotaw fuq din ir-riżoluzzjoni jridu jgħidulna eżatt x'se jiġri minn din l-art.", "Irridu nifhmu li jekk il-marina ma taħdimx kif suppost, dan il-proġett ma jistax jimxi 'l quddiem għax il-bini ta' yacht marina se jagħti nifs lil dan il-proġett u jekk ikollok marina vojta, inutli li jkollok lukanda u casino.", "Għalhekk huwa importanti li nkunu nafu min huma dawn l-international operators li l-ministru qed jgħid li l- consortium wasal biex jikkonkludi magħhom biex għallinqas ikollna ftit inqas inċertezza f'dan il-kuntratt li għandna quddiemna.", "Iż-żewġ parametri l-oħrajn li fuqhom kellhom jiġu shortlisted il- consortia kienu l-marketing capabilities u l-operational skills.", "Fejn huma l-marketing capabilities u l-operational skills ta' Cottonera Waterfront Group fejn tidħol il-marina?", "Kif nistgħu nivvotaw favur dan il-kuntratt meta jidher biċ-ċar li dan il-consortium lanqas jikkwalifika għal erbgħa mill-ħames parametri li semmejt?", "Jiddispjaċini ngħid li se ssir spekulazzjoni lampanti minn proprjeta' pubblika.", "Aħna konna daħħalna klawsola fil-kuntratt li kienet tgħid li sa ma jispiċċa l-kuntratt ma jidħlux shareholders ġodda u jekk jinbidlu x-shareholders il-40% irid jibqa' shareholding barrani.", "Pero' issa f'dan il-kuntratt li għandna quddiemna din ġiet mibdula wkoll u se jagħmlu kondizzjoni sabiex sa 40% tax- shareholding jista' jinbidel mill-consortium oriġinali.", "Allura dan ma jfissirx li qed tagħti lok għall-ispekulazzjoni?", "Sfortunatament aħna ma nifhmuhomx dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, aħna rridu li fil-Kottonera jsir proġett sostenibbli li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, li jkun ta' ġid għan-nies tal-Kottonera billi jġib l-investiment u l-impjiegi, pero' qatt m'hu se naqblu li ssir spekulazzjoni fuq proprjeta' pubblika, wisq iktar meta din il-proprjeta' hija parti mill-partrimonju ta' pajjiżna.", "Għalhekk nixtieq inressaq emenda għal klawsola 10(1) b'mod li tiġi taqra l-istess bħalma kienet klawsola 10 (1) f'Ġunju ta' l-1998.", "\"The Guarantee shall not transfer, grant on lease or otherwise dispose of the emphyteutical land or part thereof, including its right in relation to the quays as described in clause 2 sub-clause (3) before the completion of the project nor shall the individual shareholders constituting the Guarantee transfer any of their holdings or shares before the whole project is complete provided that the shareholders constituting the Guarantee may transfer shares between themselves as long as a minimum of forty per cent (40%) of the equity of the Grantee is held by non-Maltese residents\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li aħna ma naqblux mal-proposti li għandna quddiemna mhux biss għaliex qed nitħaddtu fuq proġett differenti minn dak li kien se jsir qabel, imma għaliex il-mod kif inhu propost se jiftah bieb beraħ għall- ispekulazzjoni, se jagħmel ħsara lil parti mill-patrimonju storiku li għandna fil-Kottonera u se jnaqqas mid-drittijiet reali li jgawdu llum in- nies tal-Kottonera.", "Din hija a bad deal għall-gvern - kieku minn dan kollu l-gvern ħa a good deal kieku forsi b'xi mod tista' tgħid xi ħaġa favur - għaliex żgur m'huwiex se jkollu dħul sodisfaċenti minnu.", "Aħna ma nistgħux nippermettu dawn l-affarijiet u aktar u aktar ma nistgħux nivvotaw favur proġett li se jagħti lok għall-ispekulazzjoni.", "Kieku tressaq quddiemna proġett serju, maħsub tajjeb mingħajr ħafna question marks fil- klawsoli li hemm, kieku konna nivvotaw favur imma aħna ma nistgħux naqblu mal-mod kif inhuwa propost dan il-kuntratt u għalhekk se nivvotaw kontra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, nitolbok tippermettili nagħmel dikjarazzjoni qasira.", "B'riferenza għall-kodiċi ta' etika, niddikjara li jien naħdem ma' grupp li huwa membru f'wieħed mill-consortia li ngħataw il- proġett tal-Kottonera.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nibda billi ngħid li għalkemm jien m'iniex mill-Kottonera u ma nirrappreżentax lil dak id-distrett, għandi għal qalbi dan il-proġett għaliex jelenka bl-iktar mod ċar ċerti prinċipji politiċi li nħaddan.", "L-ewwelnett irrid ngħid li hija ġustizzja storika li dan il-proġett se jitwettaq taħt dan il-gvern għaliex kienet l- amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996 li kienet niediet dan il- proġett, speċjalment għal dak li jirrigwarda r-riabilitazzjoni tal-baċir nru.", "1.", "Dak iż-żmien il-gvern kien tkellem ukoll mal-kunsill lokali ta' Bormla biex jibda jseħħ dan it-tip ta' proġett.", "Jien nemmen li dan il- proġett żgur se jkun ta' ġid kbir għan-nies ta' dawk l-inħawi għaliex jiġġenera titjib sostanzjali fl-ekonomija.", "Nerġa' ngħid li huwa ta' unur għalija li se jkun proprju dan il-gvern li se jwettaq dan il-proġett wara li l-gvern preċedenti Laburista ma kienx irnexxielu jirrealizzah.", "Mr Speaker, irrid nirrimarka li l-mollijiet qabel kienu se jingħataw b'titolu ta' 99 sena ċens u allura l-poplu Malti kien se jitlef id-dritt aħħari li jkollu aċċess għalihom.", "Il-gvern preżenti reġa' nnegozja l- kuntratt u assigura li għal ħames metri kull medda ta' moll li hemm eżistenti mhux se jkun hemm encroachment, jiġifieri d-dritt ta' l- encroachment jista' jasal biss sa ħames metri 'l bogħod minn tarf il-moll.", "Issa meta qed ngħidu ħames metru qed ngħidu kważi l-wiesa' ta' din il- kamra, li hija pjuttost distanza aċċettabli biex in-nies ikunu jistgħu jippassiġġjaw u biex ikunu jistgħu jgħaddu inġenji oħra.", "Jien naħseb li meta wieħed jitlob iktar minn ħames metri jkun qiegħed jgħix fi stat ta' illużjoni għaliex ħames metri huma biżżejjed mhux biss għan-nies tal- Kottonera imma anke għall-poplu Malti u Għawdxi kollu li jogħġbu jmur lejn dawk l-inħawi meta l-proġett ikun lest.", "Grazzi għal dan il-gvern ukoll, l-investiment fuq dan il-proġett żdied minn Lm6 miljun għal Lm16 miljun.", "Jiġifieri għandek Lm10 miljun iktar li qed jiġu ppumpjati fuq dan il-proġett, li jinkludi wkoll il-ibliet l-oħra tal-Kottonera - għaliex ġiet inkluża n-naħa l-oħra ta' l-Isla - it-tibdil li se jsir in-naħa ta' Bormla u tibdiliet oħra sostanzjali li għandhom itejbu l-livell ta' għajxien tal-popolazzjoni tal-Kottonera kollha u joħolqu wkoll opportunitajiet ta' xogħol mhux biss għan-nies tal-Kottonera imma għall-poplu ta' Malta u Għawdex kollu.", "Taħt gvern Laburista l- ekonomija ta' Malta kienet staġnat għaliex tneħħiet il-liġi tal-VAT u ġiet iffriżata l-applikazzjoni ta' Malta biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Bla dubju ta' xejn dawn iż-żewġ tibdiliet nisslu nuqqas ta' fiduċja fil-poplu Malti u r-riżultat kien nuqqas kbir ta' investiment.", "Din tibqa' r-raġuni prinċipali għal dak li fil-fatt ġara xi sena ilu pero' m'iniex se nidħol fid-dettal għaliex kulħadd jaf x'ġara u ma ġarax.", "Mr Speaker, xtaqt nitkellem fuq it-tifrix tat-turiżmu f'Malta.", "Jien nemmen li l-investiment fis-settur turistiku għandu jinfirex ma' diversi lokalitajiet għaliex s'issa nafu li ħafna mill-income li jiġi mit- turiżmu jmur dejjem fl-istess inħawi, bażikament il-Belt u n-naħat ta' Tas- Sliema, u naħseb li wasal iż-żmien li naraw li t-turiżmu ma jibqax jinbela' biss mill-inħawi tradizzjonali imma jinfirex f'irħula u fi bliet oħra li huma tradizzjonalment konsidrati 'l bogħod minn dan it-tip ta' żvilupp.", "Niftakar li meta kont sindku ta' Birkirkara, flimkien mal-kunsill kollu tiegħi, konna stedinna lill-ministru tat-turiżmu, il-prim ministru u l-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien - għaliex kellna proġett simili għal dan il-proġett tal-Kottonera - biex dawk l-inħawi jkunu jistgħu jibdew jirċievu xi ammont ta' dħul mill-investiment turistiku.", "Jien sinċerament nemmen li għandu jsir sforz biex proġetti bħal dawn jinfirxu f'partijiet oħra ta' Malta għax jekk taqta' n-naħat ta' San Pawl il-Baħar, il-Belt, Tas- Sliema u l-Mellieħa, tista' tgħid li l-kumplament ta' l-entitajiet kummerċjali tal-gżira ma jgawdux minn dan it-tip ta' investiment, li huwa wieħed mill-pilastri ewlenin ta' l-ekonomija tagħna.", "Jekk f'ċerti bliet u rħula jsir investiment ekonomiku li jħalli l-qligħ, ovvjament se jgawdu minnu l-iktar dawk li jkunu joqogħdu f'dik il-belt jew raħal.", "Għalhekk wieħed jistenna li l-Kottonera tieħu imbuttatura sew 'il quddiem b'dan il- proġett għal dak li għandu x'jaqsam ma' dħul finanzjarju u jien nawgura li dan it-tip ta' proġett jiġi estiż għal partijiet oħra ta' Malta.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq l-aspett soċjali.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Charles Buhagiar, qal li ma jagħmilx sens li jinbnew il-penthouses fil-Kottonera meta għad hemm problemi ta' social housing.", "Jien nista' nassigurah li l-kwestjoni ta' social mix tista' tkun waħda mis-soluzzjonijiet għal dak li jirrigwarda l-problemi ta' social housing fil-Kottonera.", "Min jistudja s-soċjoloġija jaf li jeżisti fenomenu li jissejjaħ social gravitation.", "Dan ifisser li n-nies li jkunu jaġixxu għal klassijiet soċjali għandhom tendenza li jikkonglomeraw u jekk is- sitwazzjoni ma tiġix kontrollata, in-nies tal-flus jispiċċaw jiggravitaw lejn ċerti areas partikolari u dawk li jkollhom inqas income u dawk li jkollhom problemi soċjali jispiċċaw jinqabdu f'poverty trap u jinġabru f'partijiet oħra ta' Malta.", "Għalhekk huwa importanti li f'din il-kwestjoni jidħol proprju l-gvern billi jibni housing units u jagħmel proġetti ekonomiċi biex jassigura li dan il-fenomenu ta' social gravitation ma jseħħx u fil-pajjiż ikun hemm dak li nsejħulu social mix.", "Jien ngħid prosit lill-gvern għaliex b'dan il-proġett qed jassigura illi f'din l-area jinbnew numru ta' appartamenti lussużi barra l-lukanda u l-yacht marina illi se jwasslu għal taħlit soċjali kbir.", "Niftakar li meta kien se jinbena wieħed mill-housing estates ġewwa Birkirkara - li jiġi wara l-kumpless ta' Peresso, f'area sabiħa ħafna fejn hemm ħafna vilel - kienu ġew ħafna nies jgħidulna li bil- housing estate li kien se jinbena - dak iż-żmien jien kont deputat jien u kien ministru tad-djar l-Avukat Joe Cassar - kien se jitħassar l-ambjent.", "Pero' dak iż-żmien ir-risposta tagħna kienet li s-social mix kien importanti għal kwalunkwe belt u raħal.", "Fil-fatt jien ta' l-opinjoni li t- taħlit soċjali huwa importanti għal kulħadd għaliex aħna qegħdin ngħixu f'dinja waħda u huwa importanti li nitgħallmu mingħand xulxin.", "Mr Speaker, l-aħħar punt li nixtieq nagħlaq bih jirrigwarda l-kwestjoni ekoloġika.", "Aħna nafu li dan it-tip ta' żvilupp, illi bażikament huwa żvilupp ekonomiku barra li jġib miegħu tibdil soċjali tajjeb, iġib ukoll improvement fl-istandard of living u jġib ukoll titjib ambjentali sostanzjali.", "Jekk nagħtu ħarsa madwarna nindunaw li l-ikbar nefqa ta' flus għal dak li jirrigwarda l-ambjent issir f'postijiet frekwentati mit- turisti, bħal, per eżempju, Buġibba, Tas-Sliema u l-Belt.", "Issa min iżur postijiet turistiċi bħal Cannes u r-Riviera Italiana jinduna x'attenzjoni tingħata lill-ambjent, kemm fil-mod ta' apparenza kif ukoll fil-mod ta' management.", "Jiena ċert li l-proġett tal-Kottonera se jwassal biex l- ambjent naturali f'dawn l-inħawi, fejn insibu wħud mill-aqwa postijiet storiċi f'pajjiżna - għalkemm normalment din l-area hija assoċjata ma' l- industrija tat-tarznari - jingħata spinta 'l quddiem.", "B'dan il-mod ir- residenti tal-Kottonera se jkollhom standard of living aħjar minħabba li l- estetika ambjentali se tingħata spinta kbira 'il quddiem.", "Jiena nawgura li l-gvern flimkien mal-ministeru għat-turiżmu, wara illi jvaraw il-proġett tal-Kottonera, il-proġett ta' Manoel Island u l-proġett ta' Bieb il-Belt, jagħtu spazju lil irħula oħra storiċi bħaż-Żejtun, Ħal Għaxaq, il-Gudja, Birkirkara, il-Mosta u rħula oħra li għandhom potenzjal turistiku kbir.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, filwaqt li naqbel ma' l-Onor.", "Asciak li għandha titqajjem iktar kuxjenza soċjali favur il-Kottonera u n-nies tagħha, ngħid li ta' min jieħu dan id-dibattitu b'aktar serjeta' u naraw l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom.", "Nista' ngħid li jien qrajt id- debate li kien hawn fuq dan is-suġġett f'din il-Kamra - fejn kien sar ħafna għajjat u żebliħ fuq ir-riżoluzzjoni mressqa mill-gvern Laburista - pero' naħseb li ħadd ma kien jobsor illi eżattament sena u xahar wara kellha titressaq riżoluzzjoni oħra proprju minn dak il-partit illi tant għamel storbju hawnhekk biex dan il-proġett ma jsirx.", "Dak iż-żmien l-oppożizzjoni Nazzjonalista ġabet l-iskuża li kien diżunur għal pajjiżina li l-kuntratt jingħata għal 99 sena u saħansitra sħabna tan-naħa l-oħra kienu bdew jitħassru lin-nies tal-Kottonera għaliex ma kienx se jkollhom fejn imorru jgħumu jew fejn imorru jieħdu ġelat!", "Illum il-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed iressaq proġett quddiem din il-Kamra fejn donnu qed jinsa l-kuxjenza soċjali li qal li kellu sena ilu għaliex mhux talli ma rranġax dawk l-affarijiet li kien jgħid li aħna għamilna ħażin - allavolja dak li għamilna aħna sar biex iċ-ċittadini tal- Kottonera jkunu jistgħu jkomplu jgawdu l-pajsaġġ sabiħ li hemm - talli ried ikisser il-bini storiku illi għandna billi ried jibni fuq il-palazzi li hemm.", "Safejn naf jien, meta tersaq applikazzjoni quddiem il-planning authority anke fuq sempliċement bdil ta' tieqa, jaraw jekk din tkunx se tiġi taqbel ma' l-estetika tal-bini eżistenti u għalhekk ma nafx kemm l- awtorita' ta' l-ippjanar kienet se tippermetti li jsiru penthouses fuq palazzi storiċi.", "Il-bieraħ il-ministru qalilna li dawn il-penthouses m'humiex se jinbnew kif kien indikat pero' ta' min ifakkar li kieku ma kenitx l-oppożizzjoni Laburista li nsistiet li dan il-proġett jiġi diskuss fil-public accounts committee, kieku l-biċċa xogħol tal-penthouses u tar- Rinella hemmhekk kienet tibqa'.", "Huwa ta' unur għall-Partit Laburista illi nsista li l-kuntratt jiġi diskuss fil-public accounts committee qabel ma jitla' għad-diskussjoni quddiem din il-Kamra.", "Għalkemm il-gvern Nazzjonalista jaf li ċerti affarijiet huma ħżiena u se jbatu n-nies tal- Kottonera, xorta għadu jwebbes rasu u la jrid jitkellem mal-kunsilli lokali u ma jrid jitkellem ma' ħadd imma ried li jiddeċiedi kollox hu.", "Dan kien it-tip ta' dittatorjat u id tal-ħadid li kien hemm waqt il-laqgħat tal- public accounts committee.", "Mr Speaker, qed nitkellmu fuq il-wirt storiku ta' pajjiżna, wirt li jappartjeni lill-poplu Malti, u l-Gvern Nazzjonalista jrid li jiddeċiedi hu x'jagħmel minn dan il-ġojjel.", "Dawn l-affarijiet qed iħawdu lill-poplu.", "Meta tisma' dawn l-affarijiet tinduna li għandna gvern illi lest li jbigħ lil pajjiżu akkost ta' kollox u qed jagħmel affarijiet illi se jġibu d- diżapprovazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri fil-mexxejja tal-gvern tal- lum għaliex mhux talli qiegħed ibigħ lil pajjiżna talli qiegħed iċaħħad lill-Maltin, speċjalment in-nies tal-Kottonera, milli jidħlu f'dawk il- partijiet li tant huma għal qalbhom, speċjalment il-parti tal-Birgu u ta' l-Isla, li issa qed tiġi mdeffsa wkoll flimkien ma' parti mill-Kalkara.", "Huwa ta' diżunur għall-gvern Nazzjonalista li jressaq kuntratt bħal dan quddiem din il-Kamra.", "Jien għandi d-dubji tiegħi kemm dan il-proġett se jsir fl-interess tal-poplu in ġenerali, speċjalment tan-nies tal- Kottonera, fl-interess tal-patrimonju storiku u naturali u fl-interess ta' ġenerazzjonijiet futuri għaliex ma nafx kemm se jibqgħalna affarijiet li bihom inħossuna kburin li aħna Maltin.", "Pero' l-iktar ħaġa li tiddiżappuntani huwa l-mod kif qed jiġi propost dan il-kuntratt li qed imur kontra kull interess tal-Kottonera.", "Mr Speaker, jien nista' ngħid li r-residenti ta' l-Isla, speċjalment dawk li nteressaw ruħhom jiftħu r-radju biex ikunu jafu x'se jiġri, indunaw li ma tantx se jiggwadanjaw minn dan il-proġett għaliex fejn qabel l-Isla tħalliet 'l bogħod mill-irmiġġi biex in-nies ta' l-Isla jkunu jistgħu jinżlu jgħumu u ż-żgħażagħ ikollhom fejn jilagħbu l-waterpolo, issa dan l- aċċess se jispiċċa.", "Jien nistaqsi lill-gvern: X'se jagħmlu dawk iż- żgħażagħ illi kienu jqattgħu sajf sħiħ jilagħbu?", "X'se jagħmel għal dawk in- nies li għandhom il-frejgatini u kienu jieħdu t-turisti dawra sad-dockyard u mal-kosta tal-Kottonera? .", "Hemm uħud minnhom li għandhom familja xi jmantnu.", "L-uniku aċċess illi se jkollhom dawn il-persuni huwa li jgħaddu minn qalb il-yachts li se jkun hemm u jaqsmu minn naħa għal oħra.", "Din it- tradizzjoni ilha teżisti għal żmien twil u ħafna minn dawn in-nies li jieħdu t-turisti dawra mal-Kottonera huma kważi esperti fuq l-istorja ta' dak il-port pero' issa se jinqatgħalhom l-aċċess kollu, bil-konsegwenza li se jbatu l-familji tagħhom għaliex il-qligħ minn dan ix-xogħol se jispiċċa.", "Jien nista' ngħid li waqt il-public accounts committee donnu ħareġ li lanqas kienu jafu bihom dawn l-affarijiet u dan ikompli jikkonferma kemm in-naħa l-oħra ma tafx x'inhu jiġri fil-Kottonera.", "F'mistoqsija parlamentari li jien għamilt lill-ministru għall-ambjent staqsejtu kemm-il darba ltaqa' mal-kunsilli lokali u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech ma steħax jgħidli li mal-kunsill lokali ta' l-Isla ltaqa' darba biss.", "Fil-fatt is-sindku ta' l-Isla kkonfermali li l-laqgħa damet biss ħames minuti għaliex il-ministru ma kellux ħin!", "Mela f'ħames minuti se tilħaq tiddiskuti l-problemi li jiltaqgħu magħhom in-nies ta' l-Isla?", "Kif tista' f'ħames minuti taġġorna ruħek dwar ix-xogħol li huwa tant importanti għal dawn il-familji?", "Dawn in-nies kienu jirrakkontaw l-istorja ta' pajjiżna lit-turisti minn fuq il-baħar imma issa addio kollox għax il- ministru lanqas biss kien jaf li jeżistu dawn l-affarijiet!", "Nixtieq nistaqsi lill-ministru x'se jiġri mir-regatta li kienet issir darba f'sena.", "Il-gvern għandu xi pjan alternattiv għal dawn it-tiġrijiet?", "Jien nixtieq inkun naf ukoll jekk sarx xi studju dwar il-wave analysis.", "Mr Speaker, kif nafu l-port tagħna huwa magħluq u l-kurrent ta' taħt il- baħar ftit li xejn jiġġenera.", "Peress li issa l-yacht marina se ssir kemm fuq in-naħa tax-xatt tal-Birgu u kif ukoll fuq in-naħa tax-xatt ta' l-Isla, sar xi studju biex inkunu nafu l-waste li se joħroġ mill-yachts kemm se joħroġ 'il barra?", "Fir-risposta li tani l-ministru l-bieraħ għall- mistoqsija parlamentari li għamiltlu dwar jekk sarx xi studju fuq il-port jew inkella sarx xi studju fuq dawk l-attrezzi illi għandna mgħarrqin fil- port, qalli li ma jeżisti l-ebda studju f'dan ir-rigward.", "Dan ifisser li ma nafux kif dawn l-attrezzi li għandna mgħarrqa taħt il-baħar u li huma wkoll parti mill-istorja ta' pajjiżna se jiġu affettwati mill-yachts li se jkun hemm fuq iż-żewġ naħat tal-port.", "Mr Speaker, kulħadd għadu jiftakar xi storbju qajmet l-oppożizzjoni Nazzjonalista s-sena li għaddiet meta bdiet tgħid li n-nies tal-Birgu ma kenux se jkunu jistgħu jinżlu x-xatt.", "Issa nixtieq inkun naf jekk la ssir il-yacht marina, in-nies tal-Birgu humiex se jitħallew jinżlu.", "It- tweġiba tiġi waħedha u n-nies tal-Birgu se jkunu jafu min daħak bihom.", "Nixtieq nistaqsi lill-gvern jekk huwiex se jsir xi studju fuq it-trasport illi se jibda jidħol fil-Birgu.", "Il-gvern Nazzjonalista żied ħafna affarijiet f'dan il-proġett illi ma kenux ippjanati li jsiru fil-proġett kif kien imressaq mill-gvern Laburista u waqt il-public accounts committee aħna tlabna lill-gvern biex jitkellem ma' l-oqsma konċernati għaliex dan il-proġett jitlob li l-affarijiet isiru bis-serjeta' u mhux bil-għaġġla.", "M'għandniex infittxu ngħaddu din ir-riżoluzzjoni ta' malajr imma għandna nieħdu l-ħin kollu neċessarju għaliex dan il-proġett se jaffettwa diversi ġenerazzjonijiet fis-snin li ġejjin.", "Fi żmienna domna iktar minn xahar niddiskutu l-kuntratt kif kien imressaq dak iż-żmien u issa l-gvern Nazzjonalista jrid jgħaddi din ir-riżoluzzjoni f'ħames seduti, pero' dan m'huwiex se jsir bil-barka ta' l-oppożizzjoni.", "Is-sena l-oħra aħna ma żammejna lil ħadd milli jitkellem mentri issa minn din in-naħa se jkollhom jitkellmu biss sitt deputati għaliex il-ħin huwa limitat.", "Per eżempju, is-sena l-oħra l-Onor.", "Fenech Adami tkellem erba' darbiet u f'wieħed mill-ispeeches tiegħu, li ħa iktar minn 50 minuta, tkellem biss fuq l-aċċess tal-mollijiet fil-Birgu.", "Kieku jitkellem illum irid isemmi l- aċċess għall-mollijiet ta' l-Isla għaliex issa daħlu anke fuq l-Isla.", "Dakinhar tgħidx kemm ħarqitu l-kuxjenza u kien tkellem ukoll fuq id- drittijiet tal-proprjeta' privata u ried ikun jaf id-dettalji kollha ta' min kien ġej jaħdem hawnhekk!", "Imbagħad meta aħna waqt il-public accounts committee tlabna kopja tal-minuti biex inkunu nafu x'għadda waqt id- diskussjonijiet ma tawna l-ebda informazzjoni.", "L-oppożizzjoni Laburista se tibqa' tfakkarhom dawn l-affarijiet għaliex dawn m'humiex affarijiet taċ-ċajt.", "L-Onor.", "Fenech Adami kien saħansitra tkellem fuq il-bejgħ tal-karawett u kien ried idaħħak meta qalilna li tal-karettun ma kienx se jkollu aċċess biex imur ibigħ fuq il-moll.", "Kien qalilna wkoll li l-prim ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant ried jagħti dan il-kuntratt għal 99 sena u allura hu ma kienx se jkollu aċċess li jmur bid-deckchair hemm!", "Mr Speaker, ma' dawn it-tentufiet kienu jaqbdu għax kien moħħhom biss f'tal- karawett, f'tal-ġelati, f'ta' l-imqaret u fl-għawm.", "Jien niskanta kif l- Onor. Asciak, li tkellem qabli, ma tantx sab xi jgħid fuq dan il-kuntratt pero' forsi wieħed jifhimha li issa li hemm il-Partit Nazzjonalista fil- gvern ma tantx isibu x'jikkritikaw!", "Aħna nagħmlu argumenti bis-serjeta' u mhux noqogħdu nfettqu fuq tal-karawett, fuq id-deckchairs u fuq l-għawm.", "Imbagħad kellna wkoll lill-Onor.", "Gonzi, illi fid-debate tas-sena l-oħra ħarqitu wkoll il-kuxjenza għan-nies tal-Kottonera u fost l-oħrajn ħadha bi kbira li Sant'Anġlu kien se jingħata lill-barranin.", "Imma issa lil min se jingħata?", "Kien qal ukoll li ma kienx jagħmel sens li parti mill-moll tneħħa mingħajr ebda raġuni.", "Allura llum jagħmel sens li n-nies tal- Kottonera m'humiex se jkollhom aċċess għall-bini storiku u għall-affarijiet l-oħra kollha?", "Irrid ngħid li f'dan il-proġett il-gvern Nazzjonalista ma tantx qed jaħseb fin-nies ta' Bormla, li hija parti integrali mill-Kottonera.", "Aħna konna se nneħħu l-ħajt ta' Bormla biex nagħmlu pjazza ħalli n-nies jkollha fejn tirrikrea ruħha għaliex sfortunatament f'Bormla lanqas bandli ma għandhom.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li f'dan il-proġett li għandna quddiemna Bormla ftit li xejn ġiet inkluża.", "Ma rridux ninsew li dawn huma bnedmin umani li għada pitgħada se jgħidu li minn dan il-proġett ma ħadu xejn.", "U hawnhekk irrid nistaqsi xi ħaġa: Meta sid ta' yacht jiġi biex imur jagħmel ix-xirja tiegħu, illi normalment jagħmilha in bulk, u jiġi biex imur lura fuq il-yacht, se jgħaddi mill-istess passaġġ li jgħaddu minnu n-nies?", "Nixtieq inkun naf meta se jitlestew il-pjanti l-ġodda li se jiġu sottomessi lill-planning authority biex għallinqas inkunu nafu fuq xiex se nivvotaw għaliex aħna m'għandna xejn.", "Kulma nafu huwa li se jinbidlu l- pjanti għal dak li jirrigwarda l-penthouses.", "Kif nistgħu nivvotaw fuq xi ħaġa li lanqas qed ningħataw informazzjoni dwarha?", "Il-gvern jaf x'inhu jagħmel?", "Jien inħoss li l-gvern jrid jipprova jgħaġġel ħalli jfittex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni ħalli meta nieqfu bil-vaganzi tas-sajf ikun jista' joqgħod rilassat.", "Meta staqsejna lill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra x'se jiġri f'dak il-perijodu taż-żmien illi jkun qed isir ix-xogħol fuq in- naħa ta' l-Isla qalulna li sakemm jitlesta l-proġett hemmhekk, se jingħalaq għall-pubbliku.", "Jiġifieri n-nies ta' l-Isla għandhom sentejn ma jersqu lejn il-baħar!", "Jien tlabt ukoll lill-ministru biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini tal-kondizzjonijiet l-ġodda illi għandhom x'jaqsmu mal- proġett tal-Kottonera u l-Onor.", "Zammit Dimech qalli li ma sar l-ebda tibdil f'dawn id-dokumenti.", "Allura kif fil-public accounts committee jiġi deċiż mod u hawnhekk ma jitressaq xejn?", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, f'dan l-istadju nixtieq inressaq emenda għal klawsola 12 fil- kuntratt li kienet il-bażi tat-tgħajjir u ta' l-istraġi li nqala' s-sena li għaddiet.", "L-iskop ta' din l-emenda huwa biex wara li jgħaddu d-99 sena, il-bini u l-marina jerġgħu jaqgħu f'idejn il-Gvern Malti.", "\"On the expiry of the Port Cottonera Grant or on prior dissolution of the Port Cottonera Grant, the Port Cottonera Emphyteutical Site, together with any improvements thereon whatever their value, shall devolve to the Government without any obligation on the part of the latter to pay any compensation, and the value of such improvements shall not be taken into consideration in the assessment of any damages which may have been sustained by the Government.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nissekonda.", "ONOR.", "RITA LAW: Qabel nagħlaq nixtieq insemmi ftit mill-affarijiet li kien qed jipproponi li jagħmel il-gvern Laburista fil-proġett tal- Kottonera.", "L-ewwelnett kien se jagħti spazju għall-irbit mingħajr ħlas lil madwar 250 dgħajsa għaċ-ċittadini Sengleani mentri llum nafu illi l- ispazju illi se jagħti dan il-gvern huwa ferm inqas.", "Barra minn hekk, parti mill-kumpless tal-Maċina kien se jiġi kkonvertit f'bini ta' komunita' li kien se jinkludi wkoll l-uffiċċju tal-kunsill lokali, għaliex konna nafu li l-kunsill lokali kien ilu jfittex post biex ikollu l- uffiċċju tiegħu.", "Kienet se tinbena skola primarja ġdida fi Triq it-Tarzna minflok dik eżistenti fi Triq il-Ħabs.", "Din hi l-kuxjenza soċjali għaliex aħna ma qgħadniex naħsbu fl-interessi tal-consortia imma konna qegħdin inħarsu lejn l-interessi taċ-ċittadini.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija li kien qiegħed isir studju biex isir underground parking fil-Kottonera.", "Dan kollu juru d-differenza enormi bejn dak li kien qed jipproponi gvern Laburista sena ilu u dak li qed jipproponi llum gvern Nazzjonalista.", "Nagħlaq billi ngħid li dan il-kuntratt m'għandux ikun wieħed ta' l- għaġġla għaliex il-proġett tal-Kottonera jrid isir fl-interess nazzjonali u finalment il-gvern Nazzjonalista jrid jerfa' ir-responsabbilta' tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadal nixtieq ngħid li l-Kottonera hija sabiħa kemm mill-aspett naturali kif ukoll mill- aspett storiku.", "Barra minn hekk, il-port innifsu matul is-sekli serva bħala post fejn isorġu l-bastimenti, li ta bidu wkoll għall-proċess ta' kummerċ ġewwa l-Kottonera.", "Kellna l-fortuna illi nbnew diversi postijiet sbieħ fi żmien il-Kavallieri u anke fi żmien l-Ingliżi pero' sfortunatament dan il-post storiku ġie mibdul f'wieħed industrijali minħabba t-tarzna, li magħha ġabet overpopulation kbira fit-Tlett Ibliet u dan xeħed lura l-isbuħija naturali illi għandhom Bormla, l-Isla u l-Birgu.", "Biżżejjed wieħed jgħid li fil-Kottonera kollox żviluppa bis-sens u t- Tlett Ibliet kienu konsegwenza waħda ta' l-oħra u t-tlieta li huma llum jirrappreżentaw post li jista' jiġi utilizzat aħjar kemm fl-interess tan- nies li joqogħdu hemmhekk u kif ukoll fl-interessi nazzjonali.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNNICI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politiika Soċjali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it-Tlieta, 18 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar Enfitewsi temporanja ta' art, bini u dritt ta' rmiġġ fil- Birgu, l-Isla u Kalkara lill-Port Cottonera Ltd u lill-Cottonera Waterfront Group plc - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ftit ġranet ilu kemm fil-public accounts committee u kif ukoll f'din il-Kamra kienet qed issir diskussjoni dwar il- bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC u dak li għamel il-gvern preżenti fil- każ ta' l-HSBC huwa proprju dak li m'għamilx il-gvern preċedenti fil-każ tal-Maltacom.", "Meta ġew biex ibigħu t-Telemalta, kulma għamlu kien li biddlulha isimha għaliex naqsu milli jsibu strategic partner li seta' jġib l-esperjenza bħalma ġab l-HSBC.", "L-oppożizzjoni targumenta li l- gvern ma messux biegħ l-ishma kollha tiegħu fil-Mid-Med Bank u li almenu kellu jżomm persentaġġ minnhom.", "Pero' l-gvern irnexxilu jġib strategic partner li qed jintrabat ma' Malta, u kif qal il-ministru tal-finanzi, bla dubju ta' xejn dan se jagħti spinta 'l quddiem lill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ma ninsewx li din il-kumpannija internazzjonali daqet il- kultura tagħna għax diġa' għandha f'idejha l-Midland Bank Malta għall- kuntrarju tal-Midland Bank, l-HSBC se jkun kapaċi jagħti servizz sħiħ u mifrux għaliex il-Midland Bank iktar jittargitja kumpanniji kbar mentri l- HSBC għandu firxa ferm iktar wiesgħa.", "Barra minn hekk, qed inġibu f'Malta bank li jsarraf xi ħaġa għax din il-korporazzjoni hija mifruxa fi 80 pajjiż madwar id-dinja.", "Jien ngħid li din l-issue kienet politiċizzata żżejjed min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Minkejja t-tixwix tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qed imur iwaħħal il-karti mal-bibien tal-banek u qed jikteb lill-HSBC barra minn Malta, il-ħaddiema tal-Mid-Med Bank mill-ewwel aċċettaw il-ftehim.", "Ta' min ifakkar li fil-każ tal-privatizzazzjoni tal-Maltacom, l-Onor.", "Alfred Sant, dakinhar prim ministru, li din il-kumpannija kien taha d-dritt li tista' tnaqqas sa 500 ħaddiem.", "Nafu wkoll li ma kien tressaq xejn quddiem dan il-parlament dwar dik it-transazzjoni, mentri fil-każ tal-bejgħ tal-Mid- Med Bank kellna maratona ta' seduti kemm f'din il-Kamra u kif ukoll fil- public accounts committee.", "Issa llum, biex nidħku, xi ħadd qalilna li l- membri ta' l-oppożizzjoni ma ngħatawx ħin biżżejjed biex jiddiskutu l- proġett tal-Kottonera.", "Pero' ta' min jgħid li ġew allokati ħames seduti parlamentari fuq il-proġett tal-Kottonera, fuq suġġeriment ta' l-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Joe Mizzi, u dan barra l-laqgħat maratona fil-PAC.", "Mr Speaker, is-sena l-oħra l-gvern Laburista nefaq Lm1.6 miljun biex għamel ir-roadshows f'Londra, u fi New York bl-għan li jbigħ il-bearer shares tal-Maltacom.", "Dan ifisser li dawn ix-shareholders lanqas biss nafu min huma!", "Din id-darba l-gvern Nazzjonalista ma nefaq xejn għaliex nafu li l-HSBC hija kumpannija internazzjonali serja li bla dubju ta' xejn se tagħti spinta 'l quddiem lill-ekonomija ta' pajjiżna u se tagħmel ġid lill-isem ta' pajjiżna għax, kif qal il-Ministru Dalli, meta qabel kienet tiġi kumpannija barranija biex tinvesti f'pajjiżna kienet tistaqsi x'banek għandna u serji kemm huma serji l-Mid-Med Bank u l- Bank of Valletta, xorta kien jibqa' l-fatt li l-kumpanniji barranin ma kenux jafu min huma.", "Għalkemm is-sena l-oħra kellna x'nikkritikaw fuq il-bejgħ tal- Maltacom, l-oppożizzjoni Nazzjonalista fittxet dejjem l-interess nazzjonali u ma ħolqitx issue politika minn din il-kwestjoni.", "Fil-fatt l- Onor. Dalli li dak iż-żmien kien shadow-minister għall-finanzi serraħ ras l-investituri barranin u kien għamilha ċara li ma konniex se noħolqu issue politika.", "Mentri llum għandna oppożizzjoni li qed tagħmel ħsara lill- pajjiż, bil-Kap ta' l-Oppożizzjoni jikteb lill-HSBC barra minn Malta u jgħidilhom li jekk jitilgħu huma fil-gvern - naħseb li dan għadu daqsxejn 'il bogħod għax dawn lanqas kienu kapaċi jagħmlu l-ħames snin tagħhom u ma nafx kemm huma kapaċi jerġgħu jirbħu elezzjoni! - se jerġgħu jirrevedu l- ftehim u lill-HSBC ineħħilhom il-majority shareholding.", "Illum għandna l- Kap ta' l-Oppożizzjoni li qed imur iwaħħal in-notices mal-fergħat tal-banek - kif kien jagħmel Luteru mal-katidrali - u jagħmel it-teatrini bi ftit nies miegħu.", "F'din il-ġlieda li l-oppożizzjoni qed tagħmel lill-gvern, ingħaqad ukoll Alfred Mifsud, li sa ftit żmien ilu kien iċ-chairman tal-Mid-Med Bank u llum għandu l-possibbilta' li jkollu f'idejh il-makna tal-propaganda tal- Malta Labour Party - għax qed jiġi propost li jsir chairman ta' Rainbow Productions - u jkollu f'idejh ir-responsabbilta' tas-Super 1 Radio u Super 1 Television.", "F'dawn l-aħħar ġranet Mifsud ħareġ tellief fl- extraordinary general meeting tal-bank meta pprova jbiddel l-istatut tal- kumpannija u ma rnexxilux; ħareġ tellief fil-qorti meta pprova jwaqqaf dan il-ftehim; u reġa' ħareġ tellief fl-extraordinary general meeting meta ried idaħħal miegħu lil Toni Abela u d-diretturi tal-bank ma ħallewhx għaliex huma serji u spiċċa biss b'appoġġ ta' 2.945% ta' dawk preżenti.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li taħt it-tmexxija ta' Mifsud, fil-Mid-Med Bank saru transfers politiċi u ngħataw promotions abbażi tal-politika partiġġjana.", "Pero' minkejja li l-Partit Laburista pprova jdaħħal miegħu lil Alfred Mifsud xorta waħda tilef din il-ġlieda.", "Kif qalet l-Economist Intelligence Unit dawn huma sintomi ta' l-inkwiet intern li għandu l-Onor.", "Alfred Sant biex jipprova jżomm il-pożizzjoni tiegħu ta' leader.", "Naħseb li llum l-Malta Labour Party jaqbillu jagħmel studju biex jara għaliex sena ilu taħt it-tmexxija ta' l-Onor.", "Alfred Sant ma rnexxilux iżomm il-gvern għal iktar minn 21 xahar.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li l-gvern Nazzjonalista se jibda l- millennju l-ġdid b'politika li tagħmel sens mentri l-oppożizzjoni Laburista bit-teatrini li qed tagħmel u bil-politika mmufata tagħha qed tispiċċa dan il-millennju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Victor Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem fuq is-siti storiċi li għalkemm huma landmarks, ħafna drabi ma jiġux apprezzati biżżejjed u se ngħid għaliex.", "Waħda mir-raġunijiet hija li qed isir żvilupp madwar dawn is-siti storiċi u ħafna drabi l-pubbliku in ġenerali u t- turisti li jżuru pajjiżna lanqas biss ikunu informati b'dawn is-siti.", "Nhar is-Sibt li għadda l-Prim Ministru inawgura il-vapur tas-Sea Malta, \"The Maltese Falcon\", u dan fakkarni f'binja ġewwa Għawdex li għandha 'l fuq minn 470 sena, magħrufa bħala l-barumbara tal-falkuni.", "L-istorja tgħid li meta r-Re ta' Spanja kien biegħ il-gżejjer Maltin lill- Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann, waħda mil-kondizzjonijiet kienet li r- Re jingħata falkun u ġewwa Għawdex kienu jitrabbew dawn il-falkuni f'din il- famuża barumbara, li hija totalment differenti mill-barumbari kif nafuhom aħna fl-għelieqi tagħna.", "Sfortunatament din il-barumbara qiegħda tiġġarraf u l-awtorita' ta' l-ippjanar skedat din il-binja u fil-fatt il- proprjetarji ta' din il-barumbara qegħdin jorbtuha biex ma tkomplix taqa'.", "Fl-opinjoni tiegħi, minflok inħallu barumbara bħal din u siti oħra bħalha jiġġarrfu, għandna nħarrġu numru ta' nies biex iżarmaw din il-barumbara ġebla ġebla u terġa' tinbena f'post adattat għaliha biex tkun tista' tiġi apprezzata iktar kemm mill-poplu tagħna u kif ukoll mit-turisti li jżuru pajjiżna.", "Forsi wieħed issib min jgħid li bini storiku ma tistax tispostjah għax titliflu l-preġju tiegħu imma jiena ngħid li aħjar tispostjah u tpoġġih f'post fejn jista' jiġi apprezzat iktar milli jiġġarraf u jintesa.", "Din il-barumbara tal-falkuni hija binja importanti għall-gżejjer Maltin u tista' tiġi allokata fil-Ġonna tal-Lunzjata, li huwa post adattat ħafna għaliha.", "Wieħed jista' jagħti l-permess li tinfetaħ xi tearoom maġenbha u l-qligħ li jsir minn dan in-negozju jinżamm għall- manutenzjoni ta' din il-binja.", "Qabel nagħlaq nixtieq insemmi wkoll il-famuż ħajt ta' taħt il-baħar li hemm ġewwa r-Ramla.", "Dan il-ħajt kien inbena mir-Rumani biex ix-xwieni ma jkunux jistgħu jidħlu ġewwa u jiġġarrfu ma' dan il-ħajt imma llum parti minn dan il-ħajt qed jinħatt biex ikunu jistgħu jidħlu bl-ispeedboats għal fuq ir-ramel, bil-konsegwenza li r-ramla qed timtela biċ-ċagħaq u qed toħloq ħafna inkonvenjenzi għall-pubbliku in ġenerali li jmur jgħum hemmhekk.", "Dan il-ħajt ilu skedat mill-awtorita' ta' l-ippjanar mill-1995 u għaldaqstant nitlob lill-awtoritajiet konċernati biex dan il-ħajt jerġa' jinbena u l-bajja titnaddaf minn dak iċ-ċagħaq kollu biex issa li dieħel is-sajf il-pubbliku jkun jista' jgawdi din il-bajja.", "U hawhekk nixtieq insemmi wkoll il-bajja tax-Xlendi u l-bajja ta' Marsalforn.", "Kif taf is-Sinjorija Tiegħek, meta konna żgħar u konna mmorru ngħumu x- Xlendi, konna noħorġu sa nofs il-bajja.", "Illum il-ġurnata, kif tinżel minn quddiem il-lukanda li hemm, mill-ewwel issib il-fond u dnub li ma jitlax speċi ta' ħajt minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-bajja biex iżomm ir-ramel ġewwa, ħalli l-bajja tkun iktar adattata għall-għawm.", "L-istess ħaġa qed jiġri f'Marsalforn li bil-mod il-mod qed terġa' timtela' biċ-ċagħaq.", "Hija ħasra li dik il-kwantita' kbira ta' ramel 'il barra mill-bokka tal-bajja ma tiġix utilizzata, bħalma sar meta kien qed isir xi xogħol fiċ-Ċirkewwa, fejn ġie ppumpjat kwantita' kbira ta' ramel fil-bajja fejn hemm il-lukanda.", "Mr Speaker, nittama li s-suġġerimenti li għamilt, b'mod partikolari tal- barumbara tal-falkuni, jittieħdu bis-serjeta' u jsir studju neċessarju biex naraw kif dawn is-siti storiċi jistgħu jiġu apprezzati iktar mill- pubbliku in ġenerali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hamm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra taġġorna għal-lejla, it-Tlieta, 18 ta' Mejju fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika soċjali.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u fin-12.23 p.m. il-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EDUCATION WELFARE UNIT - RAPPORT FINALI", "6153.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport finali ta' survey li saru mill-Education Welfare Unit, madwar sena u nofs ilu, dwar l- assenteiżmu fl-iskejjel hux lest?", "Jista' l-Ministru jqiegħed dan ir- rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapport finali tas-survey jinsab lest u l-Welfare Unit qiegħed fil-fażi li jiddiskuti r-rakkmandazzjonijiet mad- Direttur Ġenerali.", "AĠENZIJI - PARENTAL SKILLS", "6154.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-aġenziji tal-gvern li jorganizzaw fuq bażi regolari korsijiet ta' parental skills?", "Kemm regolari?", "Fejn isiru dawn il- korsijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jidhirli li l-informazzjoni li qed titlob l-Onor.", "Membru diġa' ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5432 ta' l-istess Onor. Membru.", "PENSJONIJIET - SERVIZZI INGLIŻI", "6218.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'inhi l- pożizzjoni tal-gvern rigward il-pensjoni ta' żewġ terzi fejn jirrigwardja lill-ex-ħaddiema tas-Servizzi Ingliżi u jekk hux se jkompli fuq dak li kien beda l-Gvern Laburista, voldieri li dawn jibdew jieħdu pensjoni ta' 2/3 u bl-ebda tnaqqis?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferu l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari Nru. 6278.", "SERVIZZI SOĊJALI - HOME HELP", "6219.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, jiżdidilha l-ħin tal-home help peress li għandha 'l fuq minn 80 sena, tgħix waħidha u ma għandha support ta' ħadd?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-laqgħa tal-Bord tal-4 ta' Mejju, 1999, il-Bord approva żieda ta' sagħtejn (2) fil-ġimgħa għas-servizz ta' Home Help lil persuna li isimha ġie mogħti separatament.", "RAĦAL ĠDID - DAWL FIT-TOROQ", "6220.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza ħdejn il-flats tal-Paola Wolves ġewwa Raħal Ġdid, peress li l-kunsill ilu jagħmel din it-talba mit- twaqqif tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MID-MED BANK - HSBC", "6251.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-proprjeta' tal-Mid-Med Bank tagħmilx parti mill- bejgħ lill-HSBC?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tal-proprjeta'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-risposta hi iva.", "Għall-bqija tad-domanda m`għandi xejn x`inżid mad-dokumenti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "TARXIEN - ANNETTO CARUANA STREET", "6252.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fi Block A, Flat 6, Annetto Caruana Street, Tarxien, isir lift peress li hemm omm żagħżugħa b'diżabilita' u huwa diffiċli li titla' t-taraġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt li napprezza d-diffikulta' indikata mill- Onor. Interpellant, ninfurmak li f'dan l-istadju l-iskema ta' lifts b'bini tal-Gvern ser tkun limitata għall-bini tal-Gvern fil-Kottonera.", "Eventwalment madankollu, jekk din tirnexxi, hemm il-ħsieb li tkun estiża għall-kumplament tal-bini tal-Gvern imxerred madwar Malta inkluż Ħal- Tarxien.", "TARXIEN - TRIQ IL-ĦAĠAR", "6253.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li Block I, Bieb A, Triq il-Ħaġar, Tarxien, jitkompla x-xogħol ta' tikħil tal-faċċata ta' barra li kien ilu li beda u waqaf ħesrem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "ITS - IMPJEGATI", "6366.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-ITS mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Minħabba li l-Institute of Tourism Studies huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6365.", "NTOM - IMPJEGATI", "6367.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-NTOM mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? 26/04/1999", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil- mistoqsija, n-National Tourism Organisation - Malta' ngaġġat persuna waħda b'kuntratt definit ta' sitt xhur minn fost tliet persuni li ġew riferiti mill-Employment and Training Corporation.", "LOTTU PUBBLIKU - IMPJEGATI", "6368.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall- imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li fil-perjodu msemmi ebda mpjegat ġdid ma ġie mħaddem mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku għajr għall-individwu li ġie trasferit mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili.", "DWANA - IMPJEGATI", "6369.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOHN DALLI: B`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6369, it-tweġiba hija Xejn.", "TAXXI INTERNI - IMPJEGATI", "6370.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista l- Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax- xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall- imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tad-Dipartiment ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta` Jannar 1999 `l hawn, ħlief għal xi ħaddiema li ġew trasferiti minn Dipartimenti oħra.", "UFFIĊĊJU TAL-BUDGET - IMPJEGATI", "6371.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-Budget mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax- xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall- imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma` l-Uffiċċju tal- Budget fil-perijodu msemmi.", "AIR MALTA - PILOTI", "6679.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ntgħażlitx għall-pilota ma' l-Air Malta meta għandha l-kwalifiki meħtieġa tant li ntgħażlu studenti tagħha li tgħallem hija stess?", "X'inhuma r-raġunijiet li din il-persuna tħalliet barra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma kkwalifikatx għal trainee pilot.", "Filwaqt li ma jidhirlix li jkun xieraq li nagħti r-raġunijiet għal dan, nista` ngħid li l-persuna kkonċernata taf x`inhuma dawn ir-raġunijiet.", "SKEJJEL - STUDENTI", "6680.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jispiċċaw mill-iskola (Form V) studenti din is-sena?", "Kemm se jispiċċaw mill-iskejjel ta' l-Istat, tal- Knisja u tal-privat?", "Kemm minnhom huma bniet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena hu stmat li mill-iskejjel tal- gvern se jispiċċaw 4097 student mill-Form V kif se nsemmi:", "Skejjel Sekondarji/Junior Lyceums Subien Bniet Total 1208 2106 3314", "Skejjel tas-Snajja' Subien Bniet Total 748 35 783", "GĦAWDEX - SIR MA REFALO POST SECONDARY SCHOOL", "6681.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol tal-bini fuq l-estensjoni ta'l- iskola post-sekondarja Sir MA Refalo f'Għawdex?", "Meta tlesta l-bini?", "Min tqabbad ilesti t-tenders għax-xogħol li baqa'?", "Meta tlestew it-tenders?", "Liema ġew pubblikati?", "Liema ma ġewx pubblikati?", "Għaliex?", "Liema tenders ġew deċiżi?", "Meta se jitkompla x-xogħol kollu?", "Meta hu ppjanat li jkun lest?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru għal Għawdex.", "UNIVERSITA' - KORSA TA'M.PSYCH", "6682.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid meta se jiftaħ il-kors M.Psych għall-Educational Psychologist fl-Universita'?", "Għaliex għadu ma fetaħx?", "Kemm se jiġu aċċettati studenti f'dan il-kors?", "B'liema kondizzjonijiet finanzjarji u ta'xogħol mad-Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni se jkunu l-istudenti li se jagħmlu l-M.Psych.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors sr jiftaħ f'Ottubru 1999.", "Ir- raġuni l-għala l-kors tal-M.Psy ma bediex kif kien skedat hu dovut għall- proċess twil u dettaljat ta' l-għażla tal-kandidati.", "Dan il-proċess issa ntemm.", "B'kollox 12-il kandidat ser jiġu aċċettati għall-kors: erbgħa sabiex isiru Educational Psychologists, erbgħa sabiex isiru Clinical Psychologists u erbgħa sabiex isiru Counselling Psychologists.", "It-trainee psychologists involuti, ġew ingaġġati fit-23 ta' Marzu, 1998 u bdew jitħallsu salarju fuq Skala 9 u fit-tmiem is-sena ta' prova tpoġġew fi Skala 8 fuq bażi personali.", "Huma jibqgħu jitħallsu din l-iskala ta' paga sakemm itemmu b'suċċess kors Masters Psychology (M.Psy) kif kien mitlub fis- sejħa oriġinali għall-applikazzjonijiet.", "It-taħriġ li jwassal għall-kisba ta' din il-kwalifika huwa għas-spejjeż tal- gvern.", "F'każ li ma jtemmux il-kors imsemmi b'suċċess, jerġgħu jitpoġġew fuq salarju skala 9.", "Naturalment il-kundizzjonijiet l-oħra tas-sejħa għall- applikazzjonijiet jibqgħu jgħoddu.", "ENEMALTA/WSC - KONTIJIET", "6690.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-persuna \"A\", li isimha qed jiġi ndikat separatament mietet f'Awissu li għadda, għaliex il-korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadhom jibgħatu l-kontijiet lill-persuna \"B\", li isimha qed jintbagħat separatament minkejja li ilhom ix-xhur avżati li l- peruna \"A\" mietet?", "Għaliex il-korporazzjonijiet huma ineffiċjenti anke f'xi ħaġa żgħira bħal din?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma tkun stħarrġet il-każ.", "SKEJJEL - TAGĦLIM TA' L-INGLIŻ", "6715.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi talbiet għal ftuh ta' skejjel ġodda biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin minn Settembru 1998 'l hawn?", "F'liema lokalitajiet?", "Minn min saret kull applikazzjoni?", "Meta skola eżistenti tkun trid tiftah oħra (anke temporanja) per eżempju, f'Għawdex, għandu jintalab permess ġdid?", "F'Għawdex kemm hemm skejjel liċenzjati biex jaħdmu f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Settembru 1998 sal-lum kien hemm ħames talbiet għall-ftuħ ta' skejjel ġodda:", "F'ISEM ISEM TA' SKOLA LOKALITA` DATA", "Tom Cusens Customs Language School Sliema 03.12.98", "Mercieca Marcel Academy of English Mosta 09.02.99", "Bencini John Capital Language School Valletta 01.03.99", "Aquilina Joe Club Class Residential Language School Swieqi 10.03.99", "Mifsud Damian Atena Language School Attard 14.04.99", "Informat ukoll li għal kull talba li jirċievi l-monitoring board ta' l- iskejjel ta' l-Ingliż jibgħat formola għal applikazzjoni ta' l-apposta iżda mhux kull talba li ssir tinbidel f'applikazzjoni.", "Meta skola eżistenti jiġifieri diġa` għandha l-liċenzja u għaldaqstant post minn fejn topera jew f'Malta jew f'Għawdex tkun trid topera minn bini ieħor (anke temporanju) għandhom jiġu nformati kemm il-monitoring board tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni li jirregola dawn l-iskejjel kif ukoll l- Awtorita` ta' l-Ippjanar biex jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet neċessarji.", "B'danakollu din il-fergħa għandha titqies bħala estensjoni ta' l-ewwel skola u għalhekk ma toħroġx liċenzja ġdida, iżda ċertifikat ta' estensjoni tal-liċenzja biex ikopri l-bini li jkun sejjer jintuża bħala fergħa.", "L-għadd ta' skejjel liċenzjati f'Għawdex hu ta' tnejn.", "RABAT - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "6872.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' fawran tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta li żbroffa fl-ispiri tal-lokal matul dawn l-aħħar ħames snin?", "X'investigazzjonijiet saru?", "X'kienu r-riżultati?", "X'qed isir sabiex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li qiegħed isir research fuq in- numru ta' fawran f'dawn il-ħames snin li għaddew, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "DRENAĠĠ - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "6873.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani xi programm ħejja d-Dipartiment tad-Drenaġġ sabiex jassigura li ma jkunx hemm fawran tad-drenaġġ fil-Bajjiet ta' San Pawl il- Baħar, Buġibba u l-Qawra?", "Jista' l-Ministru jinformani liema huma l-aktar arterji tas-sistema tad-drenaġġ difettużi f'dawn l-inħawi?", "X'apparat se jintuża sabiex jiġu sorveljati u rimedjati l-problemi kawżati mill-fawran matul is-sajf li ġej?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "WIDIEN - TINDIF", "6874.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment li se jwettqu l-programm ta' tindif ta' widien fil-gżejjer matul is-sajf li ġej?", "X'makkinarju se jintuża u kemm huma l-flus ivvotati għal dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din ir-risposta tkun tista' tingħata meta l- pjani neċessarji jkunu lesti.", "WIDIEN", "6875.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-widien f'Malta u Għawdex li se jiġu rijabilitati mid-dipartiment matul ix-xhur tas-sajf?", "Kemm saru applikazzjonijiet relatati max-xogħlijiet simili lill-Planning Authority u x'permessi u kondizzjonijiet ingħataw?", "Kemm hu n-numru ta' talbiet għal tindif fil-widien li ssottometta d-Dipartiment ta' l-Ambjent mill-5 ta' Settembru 'il hawn?", "Meta ġew approvati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-dipartimenti konċernati biex iħejju pjan għal dan il-għan.", "PULIZIJA - GĦASES", "6876.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jżid il-pulizija fl-għases tal-Mellieħa, Buġibba, San Pawl il-Baħar, Qawra u Mġarr għall-istaġun tas-sajf li ġej?", "Jekk fl- affermattiv, kemm se jkun in-numru ta' pulizija f'kull għassa u x'mezzi ta' trasport se jkollhom aċċessibbli għas-servizz?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi minn dan is-sajf, il-pulizija se timplimenta s-seasonal deployment f'dawk il-lokalitajiet li huma l-aktar iffrekwentati fix-xhur tas-sajf.", "In-numru ta' pulizija li se jiżdiedu jiddependi fuq il-ħteġijiet partikolari ta' kull lokalita' u dan wara li jkun ikkonsidrat il-complement attwali f'kull lokalita'.", "Ninsab informat ukoll illi, fil-preżent l-għases tal-lokalitajiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant għandhom tliet vetturi u żewġ motor scooters għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Barra minnhekk, hemm ukoll vettura tal-mobile squad li tkun assenjata mill-kwartieri ġenerali għall-patrol duties u assistenza meħtieġa f'dawn il-lokalitajiet.", "RESERVIORS TA' L-ILMA", "6877.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-reserviors ta' l-ilma tax-xita li jenħtieġu manutenzjoni, tindif, eċċ f'Malta u Għawdex?", "Kemm hu l-kalkolu ta' l-ilma globali li jirċievu dawn ir-reserviors ta' l-ilma?", "Meta se jsiru dawn il-manutenzjonijiet u kemm hemm flus ivvotati għall-programm ta' manutenzjoni ta' din is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat."]} {"filename": "20011130_653d_par.doc", "date": "2001-11-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 653 Il-Ġimgħa, 30 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 653", "Il-Ġimgħa, 30 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "653", "Il-Ġimgħa, 30 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 494", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 494", "TQEGĦID TA' KARTI 500", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2002 - IT-TIENI JUM IMĦOLLI", "KOLLU GĦALL-GVERN 501", "AĠĠORNAMENT 519", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 520", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 531", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 652 li saret fit-28 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE - SPECIAL SAFEGUARD PROVISION FOR AGRICULTURAL PRODUCTS", "29968.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "29635 u jinformani x'inhuma l-539 special safeguard provisions for agricultural products li l- UE għandha reġistrati mal-WTO sabiex tipproċedi l-biedja tal-popli tal- pajjiżi membri?", "Ma jħossx li fid-dawl ta' dan ma jagħmilx sens li pajjiżna jneħħi l-ftit protezzjoni li għandu sabiex jipproteġġi s-settur tal-biedja tal-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-ewwel parti tal-mistoqsija tirriferi għal aspetti tekniċi li jappartjenu speċifikament għall-qasam ta' l-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea u li tagħrif dwaru huwa aċċessibbli permezz tal-website uffiċjali ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għad- diversi dikjarazzjonijiet li għamel il-gvern fejn diġa` spjega kif is- sistema attwali ta' levies fuq prodotti agrikoli se tiġi liberalizzata fuq medda ta' snin filwaqt li se tiġi ntrodotta minflokha sistema ta' għajnuna finanzjarja speċifikament għas-settur tal-biedja sabiex tikber il- produttivita` u l-effiċjenza.", "Dan tħabbar ukoll fid-diskors tal-budget filwaqt li ngħata bidu għal sensila ta' laqgħat mal-partijiet konċernati sabiex is-sistema proposta tiġi żviluppata fid-dettal meħtieġ.", "Il-ħtieġa għal dan it-tip ta' tibdil, jiġifieri t-tranżizzjoni minn sistema statika ta' protezzjoni bbażata fuq levies projbittivi għal waħda dinamika ffokata fuq għajnuna għar- ristrutturazzjoni, toħroġ ukoll mid-deliberazzjonijiet l-aktar riċenti tal- World Trade Organisation.", "Id-dikjarazzjoni maqbula mill-pajjiżi kollha membri ta' din l- organizzazzjoni, maħruġa fl-aħħar tal-konferenza li saret dan l-aħħar fil- Qatar, tistabbilixxi b'mod l-aktar ċar li anke s-settur ta' l-agrikoltura jrid jiġi liberalizzat.", "Minn dan l-aspett hija għal kollox insostenibbli l- pożizzjoni li s-sistema preżenti ta' levies għolja fuq bosta prodotti agrikoli tista' tibqa titħaddem anke fil-futur.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru qed jikkonferma li jeżistu dawn il-539 special safeguard provisions for agricultural products, jista' jgħid jekk sarx studju dwar x'impatt se jħallu dawn il-provisions fuq il- konsumaturi lokali?", "Ġaladarba Malta se terfa' l-piż li ssegwi dawn il-protezzjonijiet, imsejħa mill-Ministru b'riferenza partikolari li huma tekniċi, jista' jgħid allura x'inhi r-raġuni li filwaqt li aħna qed niżmantellaw il-levy ta' protezzjoni li għandhom il-prodotti ta' l-Unjoni Ewropea meta jidħlu f'pajjiżna, l-Unjoni Ewropea mhux qed tagħmel l-istess għall-prodotti tagħna fil-proċess li qed nipparteċipaw fih u li se jibda mill-1 ta' Jannar li ġej?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, li forsi hija aktar rilevanti għall-Parlament Malti, il-fatt jibqa' li aħna m'aħniex se nneħħu l-levies ċumm-bumm mill-1 ta' Jannar.", "Din kienet xniegħa li mxiet b'mod skorrett u ġiet imbuttata minn ċerti kwartieri bla bżonn.", "Il-verita' hi li aħna beħsiebna nneħħu dik it-taxxa projbittiva li hemm fuq ċerti prodotti ta' l-ikel li jiġu mportati għax il-prezz ta' dawn jirdoppja bit-taxxa.", "Bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet biex wieħed jara xi programm ta' assistenza jista' joffri minflok u allura jkun għaqli li nistennew li dawn id-diskussjonijiet jiġu konklużi.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li aħna m'aħniex f'pożizzjoni li ngħidu li se nneħħu l-protezzjoni u li l-Ewropa m'hijiex se tneħħi tagħha.", "L-Ewropa se tneħħi l-protezzjoni appena aħna nsiru membri u aħna se nagħmlu programm biex inkunu nistgħu nagħtu l-assistenza neċessarja.", "Għad irid jiġi determinat jekk ċerti levies jibdewx jonqsu xi ftit mill-1 ta' Jannar jew le pero` l-Onor.", "Interpellant jista' joqgħod ċert li tant il-levies tagħna huma projbittivi li sakemm jitneħħew, xorta jkun għad hemm xi livell ta' protezzjoni sinifikanti.", "L-Onor.", "Interpellant semma' l-ispecial safeguard provisions for agricultural products.", "Din tirriferi għal ċerti klawsoli li meta l-Unjoni Ewropea saret membru tal-World Trade Organisation daħlet għalihom u għamlet ċerti kondizzjonijiet fuq dan il-punt u li aħna m'għamilniex għas-sempliċi raġuni li ħafna drabi dawn jittrattaw quotas, jiġifieri li tħalli prodott jidħol minn barra anke bla taxxa pero` sa ċertu ammont.", "Peress li din m'hijiex xi ħaġa li qed nutilizzaw aħna, jekk wieħed irid ikun jaf aktar dwarha jista' jsib aktar informazzjoni mir-riferenza li tajt.", "Aħna s- sistema ta' l-agrikoltura rridu nsaħħuha b'mod sostenibbli, jidhrilna li s- sistema li għandna llum m'hijiex qed tagħmel progress mal-medda taż-żmien u sena wara l-oħra qed nispiċċaw f'pożizzjoni li s-settur agrikolu jimxi ftit 'il quddiem, imma mhux daqskemm jista' jimxi kieku jkollu aċċess għas-swieq aħjar.", "Ma tridx ħafna biex tinduna li l-problema li għandna hija li s-swieq limitati tagħna u l-aċċess limitat li għandna għall-prodotti tagħna jwasslu għal sitwazzjoni fejn qed nipproduċu għal suq żgħir ħafna u dan iwassal għal ċerti ineffiċjenzi.", "Allura wieħed irid isib is-sistemi kif jista' jegħleb din l-isfida.", "Aħna hekk qed nagħmlu biex b'sistema programmata nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem sabiex is-settur ta' l-agrikoltura tagħna ma jibqax limitat kif inhu bħalissa u joffri mhux biss livell ta' għajxien aħjar lill-bdiewa imma joffri wkoll prezzijiet aktar kompetittivi lill-konsumaturi tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, ħalli nibqa' fuq it-tema tad-WTO u l- agrikoltura.", "Jista' l-Ministru jinformana dwar x'kienu l-konklużjonijiet li ħarġu waqt l-aħħar konferenza ta' l-istess WTO dwar is-settur agrikolu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, fil-fatt kien hemm diskussjonijiet fit- tul li kienu jitrattaw primarjament it-tip ta' għajnuna li tista' tingħata lis-settur agrikolu.", "Fl-aħħar komunikazzjoni li ġiet maqbula bejn kulħadd, kien hemm il- provvediment li t-tip ta' export subsidies, jiġifieri li wieħed jagħti sussidju lill-prodott li qed jiġi esportat biex il-prezz tiegħu jaqa' u jkun jista' jikkompeti fil-post fejn qed jiġi esportat ...", "L-Onor.", "Sant kemm-il darba kkwota ċifri u qal li aħna se nitilfu għax 'il quddiem m'aħniex se nikkwalifikaw aktar għal dawn l-export subsidies.", "Fil- komunikazzjoni tal-WTO hemm ċar li dawn l-export subsidies se jkunu phased out fuq perijodu ta' żmien.", "Jiena ngħid li l-Onor.", "Sant kien qed jivvinta dawn iċ-ċifri għax fil-fatt qatt ma ġab prova ta' kif għamel il-kalkoli tiegħu.", "Hu qal li aħna se mmorru Lm4 minn taħt għax se niggwadanjaw Lm1 u se nitilfu Lm5.", "Dawn it-tip ta' kalkolazzjonijiet, li qatt ma uriena kif inħadmu, hemm fihom l-issue ta' l-export subsidies u dawn se jiġu phased out.", "Allura, l- oġġezzjoni primarja, kif qed nifhimha jiena min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, għax aħna se nidħlu fl-Unjoni Ewropea u se nitilfu xi ħaġa, f'Doha u f'Qatar fil-fatt spiċċaw biex qatgħulha saqajha.", "Li se jiġri hu li se nkunu f'pożizzjoni li dawn it-tip ta' sussidji fuq l-export se jispiċċaw u m'huwiex aktar rilevanti anke għalina għal dawk li qed joġġezzjonaw li nidħlu għaliex ċerti prodotti li aħna nixtru jgawdu minn dawn l-export subsidies.", "It-tieni punt huwa li fil-komunikazzjoni finali kien hemm ukoll rikonoxximent li wieħed jista' jgħin lis-settur ta' l-agrikoltura minħabba raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kondizzjonijiet speċifiċi, per eżempju minħabba li inti jkollok sitwazzjoni fejn tkun qed taħdem kampanja li tbati minn ċerti defiċjenzi; ta' ilma, ta' temp, ta' ambjent, eċċ., u li trid tipproteġi minħabba li tkun trid li jkollok bdiewa li qed jaħdmu l-art għax din hija tajba kemm għall-kampanja kif ukoll għall-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa li hija permessa u dawn insejħulhom in-non-trade concerns.", "Din hija xi ħaġa li wżajna wkoll fl-argument f'Doha flimkien ma' l-Unjoni Ewropea u fid-deċiżjoni finali kien hemm qbil bejn 144 pajjiż – irridu niftakru li daħlu żewġ pajjiżi ġodda li huma ċ-Ċina u t-Taiwan – li din it-tip ta' għajnuna wieħed jikkonsidra li tkun tista' tingħata.", "Għalhekk il-Gvern Malti qiegħed jimxi wkoll fuq politika li jgħin direttament fejn hemm bżonn jgħin, pero` fl-istess ħin iħalli aċċess fis- swieq tagħna għal prodotti importati, mhux kif qegħdin bħalissa, li jkollok levies projbittivi li jwasslu biex wieħed jkollu sistema li xejn m'hi stabbli u li hija bbażata fuq produzzjoni żgħira għal suq żgħir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien qed nitlob lill-Ministru jispjega jekk sarx studju dwar x'se jkun l-impatt fuq il-konsumaturi tagħna u fuq pajjiżna meta bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea aħna rridu nipproteġu dawn il-539 kondizzjoni magħrufa bħala special safeguard provisions.", "Nixtieq inkun naf ukoll x'se jkun l-impatt fuq il-konsumatur, fuq l- industrija tat-turiżmu u fuq il-familji bi dħul żgħir u medju meta pajjiżna wkoll irid iżid 87 kwota, li tnejn minnhom ġew spjegati lill-poplu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u cioe` fuq in-New Zealand lamb li huma ta' 225 tunnellata u l-oħra ta' New Zealand beef li huma ta' 18,000 tunnellata, li pajjiżna jrid jerfa' bi sħubija.", "Aħna minn din in-naħa nixtiequ nkunu nafu x'inhuma dawn il-kwoti u jekk sarx studju dwarhom biex inkunu nafu eżattament x'inhu l-piż u l-impatt li dawn is-sistemi se jpoġġu fuq l-istil ta' ħajja li jgawdi l-poplu tagħna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nifhem li l-Onor.", "Interpellant huwa ħerqan biex ikun jaf aktar x'qed jiġri u għalkemm kien hemm il-possibbilta` li l-Oppożizzjoni tipparteċipa fil-MEUSAC, fejn dawn il-punti kienu qed jiġu diskussi u jkun hemm anke din it-tip ta' diskussjoni teknika u preżentazzjonijiet, hi ddeċiediet li ma tipparteċipax.", "Irrid infakkar li bħalissa qegħdin f'pożizzjoni li niddiskutu ma' l- organizzazzjonijiet lokali u ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea dwar din il- materja u allura wieħed ma jistax jikkonkludi eżattament il-pożizzjoni finali x'se tkun qabel ma tinnegozjaha.", "Dan huwa proprju l-iżball li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Sant qed jgħid li filwaqt li issa qed nieħdu z-zokkor b'irħis mis- suq tad-dinja u ċ-ċanga ssussidjata mill-Ewropa, meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea dawn se jispiċċaw.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nesa li għad hemm negozjati għaddejjin proprju fuq dawn l-affarijiet – u allura f'dan l- istadju ma tistax tgħid eżattament kif se taffetwak għax trid tistenna n- negozjati jispiċċaw – u f'każijiet oħra, bħal li tieħu laħam issussidjat mill-Unjoni Ewropea - li kultant dan jagħmlilna l-ħsara wkoll fis-sens li l- prezz tiegħu jkun qiegħed jaffettwa ħażin lill-bdiewa tagħna għax il-prezz tiegħu ikun ġej ferm irħas mill-cost of production tiegħu ...", "Fil-WTO meeting kien hemm enfasi kbira biex l-export subsidies jitneħħew.", "Issa bl-istess mod dan li qed jirriferi għalih, dawn l-ispecial sfaeguard provisions li fil-fehma tiegħi m'humiex daqshekk rilevanti għalina għax aktar jittrattaw fejn hemm quotas, din it-tip ta' materja qed tiġi kkonsidrata mill-ministeru għall-agrikoltura, hija xi ħaġa li wieħed irid jara l-pożizzjoni eżattament kif se niżbruffawha fin-negozjati u allura wieħed irid jistenna biex ikun jaf il-pakkett sħiħ, imbagħad ikun jista' jiddeċiedi u ma jagħmilx bħall-oppożizzjoni, jiddeċiedi qabel u mbagħad jistaqsi ċerti affarijiet biex qisu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu.", "Fortunatament għal pajjiżna dan m'huwiex il-mod kif qegħdin nimxu.", "U allura wieħed irid jistenna biex l-affarijiet ikunu aktar ċari wara li jintemmu n- negozjati.", "UE - TARIFF QUOTAS", "29969.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari nru.", "29637 u jinformani x'inhuma s-87 tariff quotas li l-UE għandha reġistrati mal-WTO sabiex tipproteġi prodotti partikolari li jipproduċu l-bdiewa u r-raħħala tal- pajjiżi membri?", "Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl ta' dawn is-sistemi ma jagħmilx sens li l- gvern Malti jċedi l-protezzjoni żgħira li għandu sabiex jipproteġi s-settur tal-biedja tal-gżejjer tagħna u dan meta l-biedja hija l-garanzija tal- provvista ta' l-ikel frisk tal-poplu tagħna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija preċedenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura meta l-gvern qed jgħid li bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se nilliberallizzaw il-kummerċ, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' importazzjoni u kummerċ ta' l-ikel, kif jispjega l-Ministru li se ndaħħlu 87 kwota li l-gvernijiet Laburisti matul dawn l-aħħar għaxar snin raw li dejjem iżommu 'l bogħod għax fehmu l-impatt negattiv li dawn is-sistemi ta' kwoti jġibu fuq il-ħajja soċjali tal- Maltin u l-Għawdxin?", "Kif jispjega li se nkunu suġġett li ndaħħlu dawn il- kontrolli mhux biss b'dazji jew b'tariffi, imma anke bi kwoti ta' ċerti prodotti essenzjali meta pajjiżna jimporta 75% ta' dak li jikkkonsma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, irridu nifhmu li meta aħna nissieħbu fl- Unjoni Ewropea se nsiru parti mis-suq ta' l-Unjoni Ewropea u kull ħaġa li tidħol hawnhekk qisha daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Dik għandha ċerti implikazzjonijiet; għandha implikazzjonijiet ta' standards u llum hawn affarijiet li jidħlu u li mhux se jkunu jistgħu jidħlu, għandha implikazzjonijiet fuq kummerċ agrikolu wkoll taħt standards u għandha implikazzjonijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni ta' l- agrikoltura ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-qafas qiegħed hemm għal diversi raġunijiet, prinċipalment biex jgħin lis-settur ta' l-agrikoltura ta' l- Unjoni Ewropea tal-pajjiżi kollha.", "U hemm mezzi kif dan iseħħ.", "Allura aħna rridu naturalment insegwu r-regoli wara li ninnegozjaw dawk l- affarijiet li huma rilevanti għalina – naturalment hemm affarijiet oħrajn li m'humiex rilevanti għalina - u wara li nagħmlu hekk inkunu qed nipparteċipaw fis-sistema li għandha l-Unjoni Ewropea – li l-bdiewa tagħha jgawdu ħafna minnha u s-settur ta' l-agrikoltura huwa fost is-setturi kollha li l-aktar li jirċievi assistenza - u aħna fiduċjużi li kapaċi nwasslu għal pakkett li jwassal biex is-settur ta' l-agrikoltura tagħna javvanza 'l quddiem u jagħmel il-bidliet li żgur mill-Indipendenza 'l hawn is-settur ta' l-agrikoltura ma rnexxielux jagħmel.", "Dawn il-bidliet - li għandhom x'jaqsmu ma' l-irrigazzjoni, mat-tip ta' kwalita` ta' art li nużaw u mal-preservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ - dan ifisser li l-ħamrija ma tinġarrx bl-irjieħat u bil-maltemp, u affarijiet oħra li jwasslu biex fl-agrikoltura tagħna jkollna sitwazzjoni ferm aktar sostenibbli – hemm bżonn li jsiru sabiex ikollna prodotti ta' kwalita` li jkunu ta' standard ogħla, ikollha prodotti li jistgħu jiġu esportati għax ma jkollhomx il-problema li l-istandards ma jkunux għoljin biżżejjed u jkollna sistema li twassal biex is-settur ta' l-agrikoltura, għalkemm huwa żgħir fl-ekonomija tagħna ħdejn dawk ta' pajjiżi oħra, ikun jista' javvanza 'l quddiem b'rittmu aktar mgħaġġel milli għamel f'dawn l-aħħar 30 sena.", "Jien niftakar li meta 25 sena ilu kont għadni l-Universita` u kont qiegħed nistudja dwar l-agrikoltura, dak iż-żmien is-settur ta' l-agrikoltura kien id-doppju tal-lum bħala persentaġġ tal-GDP.", "Il-verita` hi li over the years, taħt iż-żewġ gvernijiet, dan is-settur ma avvanzax bl-istess pass tal-bqija ta' l-ekonomija.", "U allura rridu niżguraw li nkunu f'pożizzjoni li nistgħu nitfgħu dik l-għajnuna.", "Jista' jkun li hemm ħafna raġunijiet għal dan imma żgur li waħda minnhom hi li gvern wara gvern ma ppumpjax biżżejjed riżorsi fis-settur ta' l-agrikoltura biex inkunu nistgħu npoġġuh fuq sisien sodi.", "Aħna rridu li jkollna bidla li twassal biex is-sistema ta' l-agrikoltura tkun waħda sostenibbli, tkun aktar b'saħħitha, ikollha suq akbar u tipproduċi prodott ta' livell u ta' kwalita` aktar għoli minn dak tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-Ministru kien qed jgħid li l-export refunds se jiġu phased out.", "La hu għoġbu jirriferi lill-Onor.", "Membru biex jaqra l-aħħar riżoluzzjoni ta' Doha fuq l-internet u hu qed jitkellem fuqha hawnhekk, jista' jgħidilna bejn wieħed u ieħor kemm huwa prevvist li se jdumu biex jiġu phased out dawn l-export refunds?", "Jista' jgħidilna wkoll għaliex Pascal Lamy - kif ġie rrapportat fl-\"Agence Europe\", ħareġ ewforiku minn hemmhekk jiftaħar li f'Doha ma rnexxilhomx iġiegħluhom ineħħu l-export refunds?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, id-diskussjonijiet li kelli f'Doha kienu wkoll mal-kollega ta' Pascal Lamy.", "Pascal Lamy laqqa' l-pajjiżi kandidati f'Warsaw aktar kmieni din is-sena - naħseb li naf x'qal Pascal Lamy u x'kienu d-diskussjonijiet li kien hemm miegħu u naf ukoll x'qal il- kummissarju ta' l-agrikoltura ta' l-Unjoni Ewropea li kien ukoll f'Doha, iltqajt miegħu u tkellimna fil-fond fuq dawn l-affarijiet – u l-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea kienet li tagħmel żewġ affarijiet; li jkollha ddaħħal aktar enfasi fuq in-non trade concerns, u hekk ġara, u kien hemm reżistenza biex din tidħol, u daħlet għax l-Unjoni Ewropea rnexxielha tgħaqqad flimkien 40 pajjiż sħiħ, mill-Ġappun san-Norveġja.", "U veru għamlet rebħa.", "(Interruzzjonijiet) Issa jien qed ngħidlek x'ġara f'Doha għax il-komunikat li ġie miftiehem proprju f'Doha kien biex jinfetħu negozjati ġodda, a new round, fuq il-bażi tad-dokument li ġie miftiehem issa u mhux il-bieraħt lura.", "U dan id-dokument qed jgħid li l-export refunds se jkunu phased out u li pero` fl-agrikoltura hemm dawn in-non trade concerns li jridu jingħataw ukoll importanza primarja.", "L-Ewropa ħarġet sodisfatta minn dawn it-tip ta' kondizzjonijiet, pero` kien hemm affarijiet oħra wkoll li effettwaw il- kondizzjonijiet li Lamy kien ferħan bihom.", "L-ewwelnett kien hemm issues li wasslu biex ikun hemm qbil fuq il-mediċina u meta l-prodotti tal-mediċina jistgħu jiġu prodotti barra - allavolja qishom qed jiksru l-patent għaliex ikun hemm bżonn ta' sigurta` jew saħħa nazzjonali – u din kienet issue taħraq ħafna u rnexxielhom isolvuha u kien hemm issues oħra li għandhom x'jaqsmu ma' affarijiet oħra ta' servizzi u ma' affarijiet oħra ta' kummerċ li l-Ewropa kienet ilha tgħid li trid tpoġġihom fuq l-aġenda.", "U parti minn dawn, jekk mhux kollha, tpoġġew fuq l-aġenda wkoll.", "Dan wassal biex kull naħa - jekk hux l-Ewropa, jekk hux l-Amerika, jekk hux ċerti pajjiżi ta' l-Afrika li għandhom il-problemi tagħhom, jekk hux il- pajjiżi tas-South America, jekk hux ta' l-Awstralja, dawn il-gruppi differenti kollha, min ċeda ftit u min iggwadanja ftit – irnexxielha twassal għall-ftehim u għall-komunikazzjoni, li se tiftaħ round ġdid li aktarx għandu jispiċċa fi żmien tliet snin.", "Naturalment m'hemm l-ebda kmandament li jgħidlek li dan irid bilfors isir fi żmien tliet snin imma llum huma konxji ħafna, anke l-pajjiżi żviluppati ħafna bħall-Amerika, l- Ewropa u pajjiżi oħra bħal Ġappun, li hemm bżonn insaħħu r-rittmu tal- liberalizzazzjoni, insaħħu l-kummerċ u li jkun hemm ftehim li jgħin ukoll lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "Mr Speaker, dan huwa t-tip ta' riżultat li nħoloq wara Doha u naħseb li fi żmien mhux daqshekk 'il bogħod għandu jwassal li jkun hemm negozjati li jiġu konklużi - jekk jibqa' l-ispirtu ta' Doha għax naturalment qed nitkellem fuq 144 pajjiż u llum hemm iċ-Ċina wkoll li s'issa ma kenitx qed tipparteċipa u din għandha popolazzjoni ta' one fifth tad-dinja u allura hija pajjiż rilevanti ħafna – u wieħed jispera li nkunu nistgħu nsibu soluzzjoni biex ikun hemm qbil għal ftehim ta' kif se jitnaqqsu t-tariffi, kif se jiżdied il-kummerċ u kif se jkun hemm aktar liberalizzazzjoni f'diversi oqsma tal-kummerċ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, l-Ewropa ma laqqgħetx il-pajjiżi proprju issa ġewwa Doha.", "F'Novembru tas-sena 2000 saret konferenza fejn ġew indirizzati l-ispecial community on agriculture ta' l-Uruguay round, tkellmu fuq non trade concerns u Malta kienet magħhom.", "Jista' l-Ministru jgħid Malta kemm għamlet minn dawn il-punti biex tikkwalifika minn artiklu 20 ta' l-ispecial agreement on agriculture fejn jitkellem fuq in-net food importing countries?", "Jista' jgħidilna wkoll meta se jiġu żmantellati t-tariffi li hemm bejn l- Unjoni Ewropea u l-Isvizzera fuq prodotti agrikoli u agro-industrijali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett jekk wieħed jeżamina l-agreement li hemm bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea – u jiena nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jeżaminah – isib li dan ikopri ċerti aspetti ta' l- agrikoltura.", "Jien naf ukoll li l-gvern Svizzeru jixtieq imur għal sħubija pero` għandu elementi fil-pajjiż, li huma fl-aspetti rurali, li għandhom id- dubji tagħhom, ovvjament għaliex għandhom ir-raġunijiet tagħhom, speċjalment fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "Imma l-verita` hi li l-Gvern Svizzeru jixtieq isir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea għax jaf li dan huwa ta' vantaġġ kbir.", "(Interruzzjonijiet) Inti l-ewwel titfa' l- mistoqsijiet kif għandek il-fakulta` li tagħmel imma mbagħad lanqas biss għandek paċenzja toqgħod tisma'.", "Rigward l-issue ta' Doha u x'pożizzjoni ħadet Malta ...", "(Interruzzjonijiet) Inti mhux fuq Doha issa qed tistaqsini?", "(Interruzzjonijiet) Jiena naf x'se tagħmel l-Isvizzera!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom no cross debates.", "Ministru kkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena kultant hawnhekk nibda naħseb li dan m'huwiex parlament Malti imma parlament Svizzeru.", "X'se tagħmel l-Isvizzera nħallu lill-Isvizzeri biex jgħiduh.", "Dan huwa Parlament Malti u l-aktar li jimportana huwa dwar x'se jagħmlu l-Maltin u mhux l-Isvizzeri.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Interpellant għandu l-fakulta` kollha jsir jaf x'se jagħmlu l-Isvizzeri permezz ta' l-internet u affarijiet oħra.", "Li nista' ngħid hu li f'Doha, fejn Malta kienet fl-istess grupp ma' l- Isvizzera u ma' l-Ewropa, konna qed nitkellmu fuq in-non-trade concerns.", "Dan ifisser li Malta, l-Ewropa u l-Isvizzera kienu qegħdin jitkellmu fuq l- istess affarijiet biex itejbu s-settur agrikolu tagħhom vis-a-vis mal-bqija tad-dinja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra: .", "Tabelli li juru n-numru ta' uffiċjali pubbliċi li bejn l-1991 u l-2000 ittieħdu miżuri dixxiplinarji kontra tagħhom, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "30014.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali u Rapport Finanzjarju ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta li sas-16 ta' Settembru 2001 kienet tissejjaħ \"l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku\" għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2000 u t- 30 ta' Settembru 2001;", "Estimi tad-Direttorat għat-Trasport Pubbliku ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport ta' Malta għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2001 u t-30 ta' Settembru 2002; u", "Kopja ta' pjanta li turi x-xogħlijiet li qed isiru mis-sezzjoni tat- Titjib ta' l-Ambjent fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, wara l-Knisja ta' San Pawl il-Baħar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30048.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-project brief tal-Malta International Trade Centre, datat Ottubru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentaru nru.", "30059.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar il-membri fuq kumitati u kummissjonijiet fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30060; u", "Kopja ta' pjanta li turi Triq Mdina, Ħaż-Żebbuġ qabel ma twessgħet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30102.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2002 - IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq nistieden issa lill-impjegati tal- PBS biex jidħlu fil-Kamra sabiex jitrasmettu d-diskors tal-Prim Ministru dirett fuq it-televiżjoni.", "Nistieden ukoll lill-cameramen u fotografi li jirrappreżentaw lill-media sabiex jidħlu fis-sala għal ftit mumenti biex jieħdu l-filmat jew ir- rittratti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Illum il-Kamra għandha quddiema l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' l-ispiża għas-sena 2002.", "Skond il-mozzjoni ta' proċedura Nru. 258 li għaddiet fis-seduta tas-26 ta' Novembru 2001, is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8:30 p.m. u d-diskors ikun eżenti mil-limiti tal-ħin tad-diskorsi.", "Nistieden issa lill-Prim Ministru sabiex jagħmel id-diskors tiegħu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nhar l-Erbgħa li għaddew il- Ministru tal-Finanzi skond - u nuża l-istess kelma tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni - ir-ritwal għall-ħabta ta' din is-sena, qara d-diskors tal- budget li skond ir-ritwal ukoll, kellu fih eżami ta' kif imxiet l-ekonomija tal-pajjiż tul is-sena li waslet biex tispiċċa, kellu wkoll rendikont tal- finanzi tal-pajjiż ta' din is-sena u abbażi ta' dak li rnexxilna nagħmlu u nilħqu ta' din is-sena l-ministru fassal il-proposti għall-budget tas-sena 2002.", "M'hemmx dubju li meta l-ministru qara d-diskors tiegħu, il-konklużjoni kienet waħda; minkejja d-diffikultajiet fil-qasam ta' l-ekonomiji internazzjonali u minkejja d-diffikultajiet li laqtu lilna wkoll, il-pajjiż mexa 'l quddiem.", "Minkejja d-diffikultajiet kollha l-finanzi tal-gvern kienu ġestiti b'mod sodisfaċenti u l-għan li kellu l-gvern li jnaqqas l- iżbilanċ tas-sena fuq is-sena l-oħra ntlaħaq ukoll.", "Jidhirli jien li fis- sena li dalwaqt tispiċċa rnexxielna nsaħħu pajjiżna.", "U l-programm ta' dan il-gvern huwa eżattament li nsaħħu pajjiżna.", "Pajjiżna rridu nkomplu nsaħħuħ biex jilqa' għall-isfidi l-ġodda.", "Illum m'hemmx dubju li l-iktar kelma komuni fid-diskorsi pubbliċi li jsiru hija \"globalizzazzjoni\".", "Illum id-dinja hija globalizzata u kull pajjiż irid jaffronta sitwazzjonijiet ġodda, jew f'ħafna partijiet minnhom ġodda, li fil-prattika jfissru li trid taqdef 'il quddiem u ma tibqax fejn int għaliex inkella tmur lura.", "Il-konklużjoni tal-Ministru fid-diskors tiegħu hija li abbażi ta' dak li rnexxilna niksbu s-sena li għaddiet, is-sena d-dieħla għandna nkomplu nsaħħu pajjiżna.", "U nikkwota żewġ espressjonijiet mid-diskors tal-ministru li lili laqtuni.", "Waħda minnhom hija proprju fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħu fejn qal \"Inżommu bilanċ bejn dak li nixtiequ, jiġifieri l- aspettattivi li kull wieħed u kull waħda minna għandu, u dak li huwa realistikament ottenibbli\".", "U proprju l-budget fih dan il-bilanċ; il- budget għas-sena d-dieħla huwa realistiku, hemm ħafna affarijiet li nixtiequ nagħmlu, pero` l-gvern kien kapaċi jipprioratizza u jara x'inhu ottenibbli fil-kwadru ġenerali tal-pajjiż, mhux biss billi l-pajjiż jibqa' fejn hu imma billi jimxi 'l quddiem.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru tal-Finanzi għandu espressjoni oħra li hija \"Inżommu sodi billi nerfgħu l-piż li l-interess ta' pajjiżna jitfa' fuqna\".", "Naħseb li dawn huma żewġ dikjarazzjonijiet ta' prinċipju importanti ħafna.", "Dan il-gvern, partikolarment fit-tliet snin li għaddew, ma beżax jerfa' l- piż fl-interess tal-pajjiż; ħa l-miżuri li jidhirlu li kienu meħtieġa u hekk se nkomplu nagħmlu għaliex aħna nemmnu fis-solidarjeta`, solidarjeta` li tfisser eżattament li l-ħin kollu rridu naraw li nfittxu l-interess ta' kulħadd u mhux infittxu l-interess ta' xi individwu partikolari.", "Kif għamilt f'dan l-aħħar diskors pubbliku li għamilt jien nerġa' hawnhekk nikkwota minn dokument li ħareġ il-Partit Nazzjonalista \"Insaħħu Pajjiżna\" fil-Kunsill Ġenerali li għadda fejn f'paġna 28 jikkwota dak li qal il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-Enciclica Solitudo Rei Socialis li hija enċiklika dwar l-iżvilupp soċjali kif tarah il-Knisja Kattolika u fiha nsibu definizzjoni li tgħodd għal kull pajjiż; definizzjoni tas-solidarjeta` li tgħid hekk \"is-solidarjeta` hija d- determinazzjoni soda u perseveranti li wieħed jikkommetti ruħu għall-ġid komuni, jiġifieri għall-ġid ta' kulħadd u kull individwu għaliex fil-fatt aħna lkoll responsabbli għal kulħadd\".", "U dan huwa l-messaġġ li qiegħed jgħaddi dan il-gvern lill-poplu Malti kollu - mhux biss din is-sena biss imma anke fis-snin li għaddew – partikolarment f'dan l-istadju ta' żvilupp politiku, ekonomiku u soċjali f'pajiżna.", "Irridu l-ħin kollu nifhmu li aħna lkoll responsabbli għal kulħadd.", "Jien naħseb li dak il-kliem li jien ikkwotajt mid-diskors tal-Ministru tal- Finanzi proprju ġejjin minn dan il-prinċipju tas-solidarjeta` kif nixtiequ nħaddmuh.", "Sur President, għedt li l-ewwel ħaġa li ssir f'dan ir-ritwal ta' kull sena, miż-żewġ naħat tal-Kamra - jibda l-Ministru tal-Finanzi u nkomplu aħna - hija l-analisi ta' l-azjenda Malta.", "Kif marret l-azjenda Malta fis-sena 2001?", "U hemm kejl li normalment jiġi wżat – m'huwiex il-kejl perfett, pero` huwa l-kejl li jagħti l-indikazzjonijiet ta' kif miexi l-pajjiż kollu kemm hu – li huwa l-kejl tal-GDP.", "Huwa minnu li jekk nieħdu l-GDP kollu kemm hu nsibu li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kellna tnaqqis ta' 0.3% meta pparagunat maċ-ċifri tas-sena li għaddiet, pero` huwa dejjem importanti li wieħed janalizza, jifhem u jinterpreta sew il-figuri li jkollu f'idejh.", "F'pajjiżna għandna settur li huwa importanti meta jitkejjel il-GDP - għax jikkontribbwixxi għalih ukoll, imma nafu li dan jista' jtella' 'l fuq jew iniżżel 'l isfel il-kejl - pero` ma jirriflettix dak li jkun qiegħed jiġri fil-kumplament ta' l-ekonomija li hija ħafna u ħafna importanti għall- pajjiż kollu kemm hu, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-qasam tal- ħaddiema li jaqilgħu l-għajxien f'pajjiżna u wkoll għall-qliegħ li jkun qed jagħmel il-pajjiż.", "Qiegħed nirreferi għas-settur ta' l-elettronika, u din id-darba fl-economic survey – għax tajjeb li biex nifhmu xi jfissru ċ-ċifri naraw kif wasalna għal dawk l-istess ċifri – hemm l-eżami li jgħid li jekk wieħed inaqqas il-valur tas-settur ta' l-elettronika u naraw il-kumplament ta' l-ekonomija kif marret f'pajjiżna nsibu li l-ekonomija żdiedet b'5.2%.", "Dan huwa awment tajjeb ta' kif marret l-ekonomija tal-pajjiż.", "Jekk nagħmlu l-istess analisi mas-sena li għaddiet paragunata mas-sena ta' qabel insibu li jekk indaħħlu s-settur ta' l-elettronika l-GDP tas-sena l- oħra żdied b'4.6% u jekk neskludu l-elettronika naraw li fil-kumplament ta' l-ekomonija kien hemm żieda ta' 1.6%.", "Allura jekk neskludu l-elettronika biex naraw tassew kif imxiet l-ażjenda Malta nsibu li l-kumplament ta' l- ekonomija, in terms ta' tkabbir, din is-sena marret aħjar mis-sena l-oħra.", "Irridu niftakru wkoll li s-settur ta' l-elettronika huwa importanti mhux għax tant jikkontribbwixxi għall-finanzi tal-gvern jew għall-employment - għalkemm paragunat mal-kumplament ta' l-ekonomija huwa perċentwalment ammont żgħir ukoll - imma għaliex jikkontribbwixxi ħafna għad-dehra ta' Malta, għall-effiċjenza tagħna, għall-produttivita` u għall-kapaċita` tal- ħaddiema tagħna u għal Malta nnifisha bħala post fejn jista' jkun hemm, u qiegħed ikun hemm, investiment barrani.", "Mela meta nħarsu lejn dan il-kejl ewlieni ta' kif marret l-ażjenda Malta, minkejja li ċ-ċifra totali hija ta' tnaqqis fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena fuq l-ewwel disa' xhur tas-sena l-oħra, ir-realta` hija li jekk nagħmlu apparti s-settur ta' l-elettronika u allura tibqa' l-parti l-kbira ta' l-ekonomija, dik l-ekonomija mxiet 'il quddiem b'ritmu tajjeb.", "Jiena nħobb ngħid li l-aqwa indikatur u l-aqwa riżultat pożittiv ta' kull ħidma ta' l-ekonomija u tal-gvern tal-ġurnata għandu jirrifletti ruħu fil- qasam tax-xogħol.", "U hawn ukoll in-numru ta' nies jaħdmu f'Settembru ta' din is-sena wera żieda ta' 1,198 fuq is-sena l-oħra.", "F'Settembru kellna 1,200 ruħ iktar jaħdmu full-time milli kellna s-sena l-oħra.", "Jekk nipparagunaw Settembru ta' din is-sena ma' Settembru ta' tliet snin ilu, jiġifieri mal-bidu tal-ħidma ta' dan il-gvern immexxi minni, insibu li ż- żieda ta' nies jaħdmu bi qligħ full-time kienet ta' 3,768.", "Tajjeb li wieħed jinnota li minn dawn it-3,768 persuna 2,948 huma nisa.", "Allura qegħdin naraw li l-ekonomija qiegħda tiżviluppa b'mod li qiegħda tattira attivita` min- nisa Maltin ħafna iktar minn qatt qabel.", "Dan huwa żvilupp importanti għal pajjiżna u anke jawgura tajjeb.", "Mela t-tieni eżami li wieħed jagħmel ta' kif morna din is-sena dwar żieda fin-numru tan-nies jaħdmu jagħtina riżultat tajjeb, anzi nazzarda ngħid tajjeb ħafna, partikolarment fiċ- ċirkostanzi tal-lum.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn il-qligħ li kellhom il-ħaddiema tagħna nsibu li d-dħul mill-pagi żdied għal Lm544 miljun, jiġifieri kien hemm żieda ta' Lm41 miljun.", "Dan ifisser li l-ħaddiema tagħna kollha flimkien qalgħu Lm41 miljun aktar mis-sena ta' qabel.", "Jekk naraw minn ras għal ras xi jfisser bħala paga fil-ġimgħa nsibu li l-paga żdiedet għal Lm106 fil-ġimgħa, żieda ta' Lm6.55.", "Naturalment meta qed tkejjel l-ekonomija tkejjel b'dawk li jgħidulhom l-aggregates, kollox f'daqqa, imbagħad tagħmel l-averages u ma jfissirx li l-average kulħadd jaqilgħu u lanqas ifisser li m'hemmx numru – aktarx numru sostanzjali ħafna - li jkunu qed jaqilgħu aktar minn hekk.", "Mela t-tielet kejl ta' kif morna din is-sena huwa pożittiv.", "Ir-raba' kejl huwa l-flus fl-idejn u t-tifdil fil-banek.", "Minn dan wieħed jara kemm il-poplu tagħna huwa għaqli u kapaċi jġemma'.", "Filwaqt li l-poplu qed jonfoq aktar, naraw li flus fil-banek hemm Lm2,700 miljun.", "Ma' dan wieħed irid iżid il-flus li hemm investiti f'investimenti kollettivi – din illum saret xi ħaġa popolari – li jammontaw għal Lm224 miljun.", "Dan ifisser li bejn flus fil-banek, flus fl-idejn u f'collective investment schemes għandna ftit inqas minn Lm3,000 miljun.", "Issa hawnhekk ma rridux ninsew li l-popolazzjoni tagħna hija ta' inqas minn 400,000 ruħ.", "Jien naħseb li dawn huma ċifri importanti u jispjegaw ukoll għaliex il- gvern qed idaħħal aktar mit-taxxi u jispjegaw ukoll għaliex f'ċerti areas qed naraw li l-infiq fuq benefiċċji soċjali qed jonqos.", "Aħna m'aħniex qegħdin innaqqsu l-benefiċċji soċjali imma qed jirriżulta aktar li hemm min ma jikkwalifikax għalihom.", "Is-sena l-oħra tkellimna fuq iċ-childrens' allowance - jekk m'iniex sejjer żball fuq madwar 10,000 każ kien irriżulta li kien hemm Lm110 miljun f'depożiti mhux dikjarati - u din id-darba beda eżerċizzju, kif qed isir f'kull aspett ta' l-infiq tal-gvern, biex naraw dawk li jieħdu pensjonijiet mhux kontributorji, humiex jiddikjaraw sew il- kapitali li għandhom.", "Jien kont sorpriż ħafna meta ġejt informat li f'elf każ li ġew eżaminati kien hemm under declarations, jiġifieri kapitali investiti fil-banek li ma ġewx dikjarati, b'kemm jiswew Lm10 miljun.", "Naturalment dan ma jfissirx li dawn qalgħu dawn il-flus is-sena li għaddiet, far from it, probabbilment huwa l-għaraq ta' ġbinhom tul ħafna snin ta' ħidma, pero` ma nistgħux ninjoraw il-fatt li pajjiżna għandu dawn il-flus, u huwa tajjeb li kulħadd jifhimna meta ngħidu li kulħadd huwa responsabbli għal kulħadd.", "Min jagħmel dikjarazzjoni ħażina biex ma jħallasx l-income tax, il-VAT, id-duty fuq it-trasferiment tal-proprjeta` jew biex jieħu iktar milli ħaqqu hemm bżonn jifhem li qed jonqos mid-dmir ewlieni li għandu kull wieħed minna, li huwa d-dmir tas-solidarjeta`.", "Il-ħames aspett li jien jidhirli li għandna neħduh bħala kejl ta' kif marret l-azjenda Malta huwa r-rata ta' l-inflazzjoni.", "Kulħadd jaf li jekk il-prezzijiet jiżdiedu b'mod qawwi u joħorġu out of hand, allura ikun ifisser li hemm xi ħaġa ħażina fit-tmexxija ta' l-ekonomija.", "Imma din is- sena minn dan l-aspett morna aħjar mis-sena l-oħra; filwaqt li l- inflazzjoni fis-sena 2000 kienet ta' 2.7%, din is-sena din kienet ta' 2.4%.", "U allura, Mr Speaker, jien ngħid li l-messaġġ li joħroġ mill-istatistika ta' l-ekonomija huwa wieħed tajjeb.", "Ma jfissirx li kull wieħed minna ma jistax jgħid li nistgħu mmorru aħjar, u jien persważ li nistgħu mmorru aħjar, u rridu nagħmlu mezz u nagħtu direzzjoni ta' tmexxija biex is-sena li ġejja mmorru aħjar minn din is-sena li qegħdin fiha minkejja d- diffikultajiet li s-sena qiegħda tispiċċa bihom, pero` jien jiddispjaċini li meta tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħt lura, wera li dan il- messaġġ m'aċċettahx għaliex m'għoġbux.", "Fid-diskors li smajna b'attenzjoni hawnhekk il-bieraħt lura huwa pprova jelimina u joqtol lill-messaġġier, jiġifieri l-istatistika.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jridx jirċevi l- messaġġ u allura s-soluzzjoni faċli hija li jgħid li l-messaġġier ġab messaġġ imbagħbas u ħażin; l-istatistika hija mbagħbsa.", "Naħseb li l-kritika li għamel din is-sena - jekk niftakar sew kritika li għamilha s-sena l-oħra - ma toqgħodx għall-prova li min hu serju jrid jagħmel ħalli jara jekk hijiex ġusta jew le.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jgħid li l-istatistika ġiet imbagħbsa apposta, li l-istatistika jista' jkun fiha xi żball.", "Naturalment wieħed jista' jgħid hekk hu, kif hemm effettivament żball fl-economic survey, li fl-ammont li ħallset l-MDC bħala interessi sussidjati ġie mniżżel bħala Lm98,000 mentri jrid ikun Lm980,000.", "Din il-figura għamel riferenza għaliha l-bieraħ fid-diskors tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u tajjeb li wieħed jgħid li hemmhekk hemm żball.", "Meta tressaq il-budget diversi nies u organizzazzjonijiet ħarġu jgħidu u kitbu u kkummentaw li l-messaġġ huwa tajjeb, li wara kollox l-ekonomija ma marritx daqstant ħażin u li l-budget li nbena fuq dawn ir-riżultati huwa wieħed tajjeb li għandu jkompli jsaħħaħ l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jien jiddispjaċini li lil dawn in-nies, il-bieraħ, bil-mod kif jaf ipinġihom il- Kap ta' l-Oppożizzjoni, sejħilhom kor tal-qtates, il-qtates li ħarġu jgħidu li iva, dan huwa budget li jħares 'il quddiem, li se jgħin lill- ekonomija u li se jkompli jibni.", "Naturalment dawn il-qtates huma l- ġurnalisti, il-kummentaturi fuq it-televiżjoni u fuq ir-radju, esponenti l- iktar għoljin tal-GRTU, tal-Kamra tal-Kummerċ u l-ispokesmen tal-UĦM u ta' l-FOI.", "Dawn kollha, għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ħarġu jkantaw qishom qtates, għajta waħda, għaliex qed jgħidu li dan il-budget huwa budget fid- direzzjoni t-tajba li għandu bżonn il-pajjiż.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li dan huwa budget ta' falliment.", "Qalilna li l-gvern qed iressaq lill-pajjiż għal kriżi, u li minnha din il- kriżi se jbatu żewġ ġenerazzjonijiet, mhux iż-żgħażagħ preżenti imma t-tfal tat-tfal tagħna.", "Qalilna li l-gvern jinteressah biss li jirbaħ ir- referendum.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħidilna li f'Malta se jkun hawn referendum, aktarx fis-sena 2003 u allura aħna għamilna budget tajjeb għas-sena 2002 biex nirbħu r-referendum fl-2003, imbagħad ma jinteressaniex aktar li jkun hawn budget tajjeb.", "Jien ngħidlu li qed jiżbalja għaliex wara imbagħad ikollna elezzjoni, u anke f'dik l-elezzjoni aħna rridu li l- poplu jkun f'pożizzjoni li jagħmel ġudizzju oġġettiv u fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Jiena nieħu pjaċir ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed isib il-budget bħala tajjeb għar-referendum.", "Ir-referendum se jmur jivvota fih il-poplu Malti, jiġifieri hawn ukoll, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li l- maġġoranza tal-poplu Malti se tivvota favur, imma għax il-gvern ippreżenta dan il-budget.", "Il-gvern mhux se jippreżenta budget, la biex jirbaħ u lanqas biex jitlef ir-referendum imma jrid jippreżenta budget li hu bbażat fuq ir-realta` tal-lum.", "U hekk hu dan il-budget.", "Naħseb li l-verita` li ġrat wara l-preżentazzjoni tal-budget hija li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'daqqa waħda sab ruħu mingħajr platform politiku.", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni, kif inhu d-dmir tiegħu, kif hu jiġġestixxi l-kariga tiegħu, jitkellem kontinwament fil-pubbliku, prattikament kull nhar ta' Ħadd, u beda jibni ċerta strateġija, u beda jitkellem fuq koalizzjoni soċjali ġdida.", "U diġa` kelli okkażjoni nitkellem fuq din l-espressjoni.", "Jien ma nħobbx nitkellem fuq koalizzjoni soċjali, la ġdida u lanqas qadima.", "Hawn interess wieħed; l-interess nazzjonali li kulħadd għandu jipparteċipa fih għax kull wieħed minna huwa responsabbli għal kulħadd.", "It-twemmin ta' dan il-gvern huwa li kulħadd huwa responsabbli għal kulħadd.", "Pero` huwa evidenti kif kien qed jibni l-istrateġija tiegħu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni f'din il-koalizzjoni soċjali.", "Ninnutaw li għamel sena sħiħa jitkellem fuq dawk li għandhom qligħ baxx u medju, u tgħidx kemm qal kontra dan il-gvern għax kellu l-kuraġġ li fl-interess nazzjonali jieħu miżuri li laqtu lin-nies li nistgħu ngħidulhom ta' dħul medju.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qal li dawn huma sitting-ducks, qalgħuha mingħand il-gvern u issa se jidħlu f'koalizzjoni miegħu.", "Settur ieħor huwa dak tal-biedja.", "Nisimgħu l-ħin kollu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni minn ġimgħa għal oħra jgħid li l-futur tal-bdiewa spiċċa, il-biedja se tinqered mill-pajjiż u l- bdiewa se jmutu bil-ġuħ għax hekk tfisser il-politika tal-gvern.", "U dan il- budget il-bdiewa ftakar fihom għax dan il-gvern jaf li dawn huma parti mis- soċjeta` Maltija u jaf li l-biedja wkoll trid tgħaddi minn proċess ta' ristrutturar profond u l-gvern irid jgħinhom.", "U allura f'dan il-budget aħna ħabbarna miżuri ta' kif lill-biedja f'pajjiżna nistgħu nkomplu nindirizzawha b'mod qawwi biex tkun tista' taffronta d-diffikultajiet taż-żmenijiet tal-lum.", "Lil dawn is-setturi ndirizzajnihom u ndirizzajnihom għax huma parti mis-soċjeta` Maltija mhux għax qed nagħmlu xi koalizzjoni magħhom imma għaliex jinteressana li dawn ikomplu jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "U nafu li ndirizzajna l-problema b'mod bilanċjat mhux għamilna xi ħaġa qisna qegħdin lejliet xi elezzjoni u xi ħadd jaqbad iroxx il-flus biex forsi jirbaħ xi erba' voti għalkemm ġieli ġara hekk fl-imgħoddi, u mhux f'pajjiżna biss.", "Aħna qegħdin ngħidu li hemm bżonn nindirizzaw lis-settur tan-negozjanti ż- żgħar, li ħafna drabi ngħidulhom self-employed.", "U hawn ukoll il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ħaseb li qed jibni koalizzjoni soċjali ġdida.", "Aħna ngħidulu li din m'hijiex koalizzjoni soċjali ġdida imma huwa programm li għandu jkollu kull gvern li jieħu ħsieb kull parti tas-soċjeta`.", "U hemm il-miżuri li tħabbru mill-Ministru fil-budget kif aħna ndirizzajna lil dawn in-nies.", "Qegħdin ngħidu, per eżempju, li dawk li għandhom negozju żgħir u hemm bżonn li jippreparaw ruħhom aħjar billi jinvestu fl-informatika, fil-computers li kultant iqumu l-eluf tal-liri, m'huma se jħallsu ebda taxxa fuq dak li jonfqu għax dawk huma spejjeż li qed nikkonsidrawhom neċessarji għal dak in- negozju dik is-sena stess li fihom issir in-nefqa.", "Qed ngħidu li għas-settur tal-biedja ma rridux inħallu s-sitwazzjoni to get out of hand u rridu nkunu f'pożizzjoni li nagħtu l-għajnuna li hemm bżonn.", "Għalhekk ħriġna bi proposta f'dan il-budget u qegħdin nivvotaw Lm2 miljun bħala parti minn Lm8 miljuni li l-gvern se jipprovdi fit-tliet snin li ġejjin biex jgħin lill-bdiewa jżommu l-qligħ tagħhom filwaqt li nilliberalizzaw bil-mod is-suq tal-biedja u billi ngħinu lill-bdiewa tagħna jikkompetu aktar.", "Mr Speaker, għalhekk għedt li d-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' nhar l-Erbgħa kien diskors ta' politiku li tilef il-bażi tal-politika tiegħu.", "Il-partit tiegħu huwa partit li llum m'għandu ebda platform politiku kif jista' jippreżenta ruħu b'mod kredibbli lill-elettorat tagħna.", "Kif għedt, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni attakka lill-messaġġier, jiġifieri lill- istatistika.", "Waħda mill-affarijiet li qal kienet li saret reviżjoni tan- numru ta' nies li jaħdmu u sparixxew 5,000 ruħ mil-lista ta' nies li qegħdin jaħdmu bi qligħ.", "Huwa qal li ma jifhimx kif nuqqas ta' 5,000 ħaddiem li jaħdmu ma rriflettiex ruħu fil-GDP tal-pajjiż.", "Imma r-realta` kulħadd jaf li għandha tkun mod ieħor; il-GDP jiġi mkejjel fuq ir-returns li jibagħtu dawk kollha li jħaddmu n-nies, indipendentement min-numru tagħhom.", "Il-GDP ma jitkejjilx billi jgħidu hemm 1,000 ruħ u kull wieħed jaqla' Lm2,000 u allura jiġi għandek Lm2 miljun pagi.", "Il-GDP jitkejjel b'mod li kulmin iħaddem lil xi ħadd jibgħat ir-returns, dawn jingħaddu f'daqqa u dak jidħol bħala element tal-GDP.", "Fil-verita` kien magħruf li l-istatistika li nbniet tul ħafna snin dwar in-nies li jaħdmu bi qligħ f'pajjiżna kellha bżonn tiġi ċċekkjata u korretta.", "U kulħadd jaqbel dwar dan għax anke meta Dr. Alfred Sant kien prim ministru fl-1997 kien għamel dan l-eżerċizzju pero` m'għamlux sħiħ.", "Huwa għamel eżerċizzju li bih iċ-ċifri ta' dawk li jaħdmu bi qligħ iċċekkjawh, u ppruvaw jagħmluh b'mod tajjeb sa l-1994.", "Pero` l-ETC kienet taf li dak ma kienx biżżejjed u l-eżerċizzju allura nbeda minn ħafna qabel; effettivament l-eżerċizzju li għamlet l-ETC imur lura sa Diċembru ta' 1983.", "U hawn joħroġ x'ġara fil-pajjiż.", "Jekk immur għal Diċembru ta' l-1987 jirriżulta li n-numru ta' nies jaħdmu bi qligħ kien ġie miżjud b'4,870.", "Waqt li kien qed jitkellem xi darba l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u semma l-5,000 persuna li sparixxew, jien kont għedtlu li suppost ilhom li sparixxew għax ma kenux jeżistu, mhux issa imma ma kenux jeżistu fl-1987.", "Jien m'iniex qed ngħid li xi ħadd għamel dan apposta, bi żball jew b'intenzjoni, imma s-sistema kif kienet daħlet oriġinarjament bil- workbooks kellha ħafna difetti li akkumulaw matul is-snin u sa l-1987 kienet laħqet żball ta' ftit inqas minn 5,000 ħaddiem.", "Effettivament f'Diċembru tas-sena l-oħra l-figura ta' dawk li jaħdmu bi qligħ kienet ġiet korretta u niżlet b'5000.", "Kieku bdejna fl-1987 biċ-ċifri u n-numri tajbin, il-korrezzjoni kienet tkun minima.", "Nerġa' ngħid li hija ta' 5,000 għaliex l-iżbalji saru fl-imgħoddi, ġew carried over minn sena għal sena b'ċerti ammonti, kultant aktar u kultant anqas, u r-riżultat finali huwa li llum għandna ċifra ħafna iktar korretta milli qatt kellna qabel ta' kemm hawn nies jaħdmu bi qligħ f'pajjiżna, li f'Diċembru li għadda kienu jammontaw għal 136,117.", "Allura hawn ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jelimina lil min wassallu l-messaġġ, lill-istatistika.", "Pero` l-istatistika llum, nerġa' ngħid, żgur hija ħafna iktar korretta milli qatt kienet qabel.", "U allura ż-żidiet li qegħdin ngħidu li kien hemm fl-impjiegi b'mod partikolari fit-tliet snin li għaddew huma reali.", "Fil-fatt qegħdin ngħidu li bejn l-1998 u Settembru ta' din is-sena, in-numru ta' nies jaħdmu bi qligħ żdiedu bi 3,768.", "Diġa` għedt li minn Settembru tas-sena l-oħra sa Settembru ta' din is-sena n- numru ta' nies jaħdmu bi qligħ żdied b'1,200.", "Mela l-ewwel kritika ta' Dr. Sant għall-messaġġ li l-ħaddiema marru aħjar, li hawn aktar nies jaħdmu u li hawn aktar nies jaqilgħu l-flus hija li jrid jeqred il-messaġġ billi jgħid li l-istatistika hija ħażina.", "It-tieni attakk qawwi tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni bħas-soltu kien fuq l- iżbilanċ tal-gvern.", "U hawnhekk ukoll irridu nkunu daqsxejn realistiċi.", "Noqogħdu nitkellmu fuq kemm kien l-iżbilanċ fl-1996 u meta beda jikber l- iżbilanċ.", "Huwa veru li l-iżbilanċ beda jikber fl-1996 u nafu li beda jikber and it went out of hand dak iż-żmien, imma nerġa' nistaqsi – din id- domanda għamiltha drabi oħra hawnhekk - u nagħti tweġiba dwar x'kien ġara fl-1996.", "L-ewwelnett kellna gvern immexxi minni, bil-ministru tal-finanzi l-istess wieħed, li konna għaddejjin minn proċess ta' riforma radikali li qatt m'għamilna bħalha, fis-sistema fiskali ta' pajjiżna, mhux biss bl- introduzzjoni tal-VAT fl-1995 imma anke għaliex konna għamilna riforma kbira ħafna fl-income tax.", "Meta aħna għedna li se norbtu ċ-childrens' allowance ma' qligħ ta' Lm10,000 qgħadna attenti li dik is-sena li bdiet topera s-sistema l-ġdida ħadd ma mar agħar milli kien qabel u biddilna t-tassazzjoni b'mod li anke dawk li tilfu ċ-childrens' allowance marru aħjar bil-benefiċċji li tajnihom taħt l-income tax.", "Konna żgurajna li kulħadd igawdi bir-riforma li għamilna fil-ħlas ta' l-income tax u rridu nfakkru – għaliex ninsew – li kienu gvernijiet immexxija minni li naqqsu r-rata tat-taxxa personali minn 65% għal 35%.", "Kienu gvernijiet immexxija minni li daħħlu l-final withholding tax ta' 15% minflok 65% kif kienet qabel.", "Dawn huma benefiċċji kbar li aħna tajna lit-taxpayers Maltin, b'mod partikolari dawk li jissejjħu tal-faxxa tan-nofs.", "Dawk kienu n-nies li ggwadanjaw - u hekk ridna li jkun u hekk sewwa li kien dak iż-żmien - sostanzjalment bir- riforma fiskali li għamilna.", "Pero` mhux dak biss.", "Irridu niftakru li meta daħħalna l-VAT fl-1995 neħħejna d-dazji minn pajjiżna.", "It-taxxa tad-dwana spiċċat, minflokha daħlet il-VAT bil-15% u dak kien ifisser, jekk għadni niftakar sew iċ-ċifri, li l-gvern kien neħħa dħul ta' Lm50 miljun jew Lm60 miljun mid-dwana.", "Dik ukoll kienet riforma fiskali kbira li għamilniha b'kuraġġ u għamilniha għaliex għedna li s- sistema ta' tassazzjoni moderna fid-dinja kollha – mhux fl-Ewropa biss – hija s-sistema li tintaxxa l-konsum, hija kwalita` ta' taxxa bħalma hija l- VAT.", "U b'kuraġġ aħna daħħalna l-VAT, ħsibna li se jirnexxielna nipperswadu lill- poplu tagħna jaċċetta din it-taxxa - u naħseb li sa ċertu żmien kien sejjer jaċċettaha - imma kellna partit ta' l-oppożizzjoni, immexxi mill- istess kap tiegħu tal-lum Dr. Alfred Sant li qal li din hija taxxa ħażina, għamel koalizzjoni soċjali kif dehrlu hu dak iż-żmien u lil dawk li riedu jiġbru l-VAT qalilhom biex ma jikkonfondu xejn għaliex hu kien se jirbaħ l- elezzjoni – kif fil-fatt għamel – u t-taxxa kien se jneħħiha.", "U rajna farsa għaliex ma kienx jaf x'se jagħmel minflok il-VAT.", "Jien għadni nara lill-Ministru tal-Finanzi tal-lum jgħid lill-Prim Minstru ta' dak iż-żmien, Dr. Alfred Sant, li bil-famuża taxxa li se jdaħħal kie se jitlef madwar Lm50 miljun dħul.", "Kemm argumentajna dwar dan!", "Saħansitra meta l-gvern Laburista kien ppreżentalna l-liġi tas-CET jien kont ippreżentajt riżoluzzjoni fejn għedtlu li jekk irid jagħmel liġi ġdida u la kien prattikament qed jipprova jżomm il-prinċipju tal-VAT kien ikun aħjar kieku kellna nagħmluha bis-serjeta` flimkien biex imbagħad ma noqogħdux inbiddlu wara.", "Imma hu ma riedx.", "Sadanittant tilef lill-Ministru tal-Finanzi, sar hu l-ministru responsabbli mis-CET, u għamel qassata wara l-oħra.", "Kien imur fuq it- television jiddiskuti man-nies u jistaqsihom x'jidhrilhom mit-taxxa l-ġdida u kif kienet se tolqothom u kulmin kien jgħidlu li se tolqtu ħażin kien idur fuq l-esperti li kien ikun hemm warajh u jgħidilhom li dik kienu se jirranġawha.", "Irranġawha kieku , imma l-finanzi tal-gvern ma rranġahomx!", "Fl-1996 morna lura fil-finanzi tal-gvern. l-iżbilanċ kiber għax il-gvern immexxi minni ma rnexxilux idaħħal il-flus li ħaseb li se jdaħħal tort tal- propaganda li kien qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, imma mbagħad bata l-konsegwenza hu stess għax s'issa għadni ma smajtx la lil Dr. Sant u lanqas lill-Onor.", "Leo Brincat jgħidu li rnexxielhom iniżżlu l-iżbilanċ fl- 1997 u fl-1998.", "Jgħidu li l-iżbilanċ ma kienx kbir daqs kemm għedna aħna, imma l-bqija huwa fatt li fis-sentejn li dam jiggverna l-gvern ta' Dr. Alfred Sant l-iżbilanċ kompla kiber.", "Issa jekk l-iżbilanċ kienx ta' Lm140 miljun, Lm149 miljun jew Lm150 miljun ma nafx, naf żgur li l-politika ta' Dr. Alfred Sant, li bid-dikjarar kien qal li hija ntiża primarjament qabel kollox biex tnaqqas l-iżbilanċ, ma rnexxietx għax l-iżbilanċ kabbritu.", "Issa b'kemm kabbritu wieħed jista' joqgħod jiddiskuti u nispera li l- Ministru tal-Finanzi jkollu l-okkażjoni jiddiskuti ċ-ċifri li tana l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiena għandi l-figuri hawnhekk ukoll imma ma rridx noqgħod nidħol fihom.", "Mela huwa veru li l-iżbilanċ f'dawk is-sentejn tela'.", "Aħna sibnih dak li kien - ngħidu li kien Lm150 miljun fl1998 - u tibda minn fejn tibda m'hemmx dubju li f'dawn it-tliet snin dak l-iżbilanċ naqqasnih sena wara l- oħra.", "Filwaqt li aħna l-iżbilanċ naqqasnih kif għedna li se nagħmlu, il- Kap ta' l-Oppożizzjoni rnexxielu biss iżidu.", "Allura llum huwa fatt li l- programm biex innaqqsu l-iżbilanċ kif kien imħabbar mill-Ministru tal- Finanzi qed jitwettaq.", "Huwa importanti li aħna ndirizzajna din il-problema mill-bidunett, għedna li hemm bżonn li nagħmlu t-targets biex il-gvern jilħaqhom u hemm bżonn li dawn it-targets ikunu raġonevoli.", "Aħna stajna għamilna, kif ipprova jagħmel il-gvern ta' qabilna, taxxa fuq kull bieb u stajna nagħmlu miżuri li żgur kienu jissejħu, u bir-raġun kollu, anti- soċjali, imma dan aħna m'għamilnihx u minflok għamilna programm li stajna nibnu u naħdmu fuqu.", "Dan il-programm bil-fatti lħaqnih qabel iż-żmien u skond il-programm tal-gvern stess effettivament dak li kellna nilħqu fis- sena 2004, jiġifieri li fil-finanzi tal-gvern ikun hemm żbilanċ ta' Lm77 miljun, il-budget jgħidilna li dik iċ-ċifra se nilħquha s-sena d-dieħla.", "Din hija d-differenza kbira bejn iż-żewġ gvernijiet.", "Mr Speaker, jiena niskanta kif f'dan il-Parlament nhar l-Erbgħa u kemm-il darba tkellem s'issa fil-pubbliku, inkluż fi programm li kont miegħu jien fuq wieħed mir-radjijiet, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiskandalizza ruħu kif il-gvern is-sena d-dieħla se jdaħħal ma nafx kemm-il miljun aktar minn din is-sena f'taxxa u fil-programm li ħadt parti miegħu jien qal li fit-tliet xhur li ġejjin il-gvern se jiġbor ma nafx kemm-il miljun ieħor.", "Jien dak il-ħin irreaġixxejt u għedtlu li dan il-kliem ifisser preċiżament li min għandu l-obbligu li jħallas it-taxxa jrid iħallasha għax aħna m'aħna se nħallu lil ħadd jevadi t-taxxa lanqas bl-iskuża li l-ekonomija mhix sejra tajba.", "It-taxxa trid titħallas.", "U mhux l-Onor.", "Sant għandu jiskandalizza ruħu imma jien għandi għaliex niskandalizza ruħi li filwaqt li fil-pajjiż, il-kor mhux tal-qtates imma kemm ta' min jifhem u anke ta' min ma jifhimx, kulħadd qed jgħid li l-aktar ħaġa importanti li għandu jagħmel il-gvern hija li jżomm l-evażjoni biex imbagħad jekk ikollna biżżejjed jew iż-żejjed inkunu nistgħu nroddu lura u ntaffu l-piżijiet fuq in-nies, Dr. Sant qed jgħid x'għarukaża li s-sena d-dieħla l-gvern m'hu se jżid ebda taxxa, se jnaqqas l-income tax u qed jgħid li se jdaħħal Lm60 miljun iżjed!", "Dawn qed jgħidu li hija għarukaża li l-gvern se jdaħħal Lm60 miljun iżjed!", "Imma dawn x'argumenti huma?!", "Jien ma nistax nifhem kif il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u sħabu fil-Partit Laburista jibqgħu jirrepetu u jirrepetu dan l-argument u jgħidu li hija għarukaża li l-gvern daħħal it-taxxi.", "Dawn jgħidu li għandna naqtgħu mill-ispiża.", "Iva, mela le, imma mhux ma ndaħħalx it-taxxi li huma dovuti biex imbagħad ngħid li rrid naqta' wkoll l- ispiża.", "It-taxxi li huma dovuti jridu jinġabru u kulħadd jaf li l-gvern ħa passi u ta riżultati.", "Fil-fatt dan huwa kliem l-oppożizzjoni stess għaliex tismagħhom fuq ir-radju jgħidu kemm żdied id-dħul mit-taxxi.", "Allura din hija xi ħaġa ħażina?", "Dan ifisser li l-ekonomija kibret u hemm enforcement aħjar, qed niġbru b'effiċjenza akbar it-taxxi li huma dovuti.", "Il-Ministru tal-Finanzi qal li se nwaqqfu dik li sejjaħnilha tax compliance unit li xogħolha se jkun li tara kif aħna niżguraw li s-sistema tal-ġbir tat-taxxi ma tħallix toqob u ma tħallix lil min jiżgiċċa.", "U llum is- sistema ta' kif taħdem it-tax compliance unit qiegħda f'postha.", "Il- Ministru tal-Finanzi kien ġie għandi bin-nies tiegħu biex jagħmilli presentation ta' l-uffiċċju kif qed jaħdem li jien ħadt pjaċir ħafna nara.", "Naf li lill-ġurnalisti wkoll saritilhom presentation ta' kif qed taħdem it- tax compliance unit għax aħna rridu li kulħadd ikollu għajnejh miftuħa għaliex din m'hijiex xi sistema ta' barra minn hawn imma hija sistema li tifhimha malajr.", "Illum għandek ħafna databases fosthom il-common database fejn hemm kulħadd reġistrat; min inti, fejn toqgħod, toqgħodx waħdek fid- dar, min joqgħod miegħek u għandekx tfal.", "Imbagħad hemm ħafna databases oħra.", "Jekk inti tieħu r-reġistru tal-karozzi ssib kemm hawn karozzi, kemm inxtraw karozzi, min xtrahom, fejn joqogħdu n-nies li xtrawhom u jekk joqgħodux waħedhom jew ma' ħaddieħor.", "At the touch of a key tkun taf dawn l- affarijiet kollha.", "Imbagħad hemm l-informazzjoni dwar id-dwana.", "Suppost kulmin jimporta minn barra nafu min hu pero` rriżulta li ma tantx kien hekk preċiż għax kien hemm dawk li għandhom il-VAT number li jniżżlu l-VAT number imbagħad jekk jien is-soltu ma nimpurtax nista' mmur nimporta Lm0.5 miljun u jniżżlu dan, pero` mhux bid-dettalji kollha tiegħi li wieħed ikun jista' tfittex malajr.", "Issa s-sistema nbidlet u dak kollu li jidħol fil- pajjiż it-tax compliance unit, at the touch of a key tista' tarah.", "Dan kollu llum it-tax compliance unit qiegħda tagħmlu b'sistemi online u allura mbagħad hi tkun tista' tinforma lid-direttur tal-VAT u ta' l-income tax u turih ir-returns u tħalli f'idejh biex jeżamina għax hu għandu l-poter li jeżamina jekk ir-return tkunx tajba jew le.", "Aħna qed nittrattaw il-kwestjoni ta' l-evażjoni tat-taxxa bl-akbar serjeta` kif konna dejjem mitlubin li nagħmlu u kif jistenna l-poplu Malti - ma rridx ngħid b'eċċezzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sħabu li qegħdin jipprovaw jieħdu gwadann politiku għaliex jien persważ li huwa wkoll fl- interess tagħhom, jekk dawn xi darba jridu jkunu fil-gvern, li t-taxxi jinġabru b'effiċjenza - ...", "U dan hu li qed jagħmel il-gvern.", "Mr Speaker, kif għedt diġa`, irridu li kulħadd jifhem li kulħadd huwa responsabbli għal kulħadd.", "Irridu neqirdu l-kultura li għandek dritt taħbi biex ma tħallasx income tax u VAT, li n-negozjanti kbar u żgħar jaraw kif jaħbu parti mid-dħul tagħhom, il-professjonisti u dawk li jaħdmu għal rashom jaħbu d-dħul tagħhom u dawk li jieħdu xi benefiċċju soċjali jaħbu l- kapitali tagħhom.", "Dan irid jispiċċa u l-kultura f'moħħ kulħadd għandha tkun li għandu jkun onest, u jekk ma jkunx onest se jkun hemm min jinduna li m'huwiex onest.", "Mr Speaker, jien naħseb li dan huwa l-messaġġ veru li għandna ngħaddu lill- poplu Malti u mhux ngħidulu \"x'għarukaża, ara l-gvern kemm daħħal iktar f'taxxi\".", "Nerġa' ngħid li ilha xhur għaddejja l-propaganda fuq l-istazzjon tar-radju u tat-televiżjoni tal-Malta Labour Party dwar x'għarukaża li l- gvern daħħal iktar taxxi.", "Mhux x'għarukaża l-gvern daħħal iktar taxxi jmisshom jgħidu imma x'għarukaża li kien hawn min m'huwiex qed iħallas it- taxxi u kemm qed jagħmel tajjeb il-gvern li t-taxxi qiegħed jiġborhom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nispera li dan il-messaġġ jidħol f'moħħ kulħadd u jkunu d-deputati fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra l-ewwel nies li ma jibqgħux jirrepetu l-argumenti li qalu s'issa.", "Jien għalhekk nerġa' nagħti avviż, kif għamilt tant drabi oħra, li hemm bżonn li kulħadd jifhem li ċ- ċirku qiegħed jissikka fuq dawk li jevadu t-taxxa u li xi darba min qiegħed jevadi t-taxxa se nkunu nafu min hu, u naturalment irid iħallas.", "Mr Speaker, irrid hawnhekk insemmi l-esperiment li sar għal ħafna snin tal- Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u fuq l-esperjenza ta' dak il- kunsill it-twaqqif b'liġi tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.", "Jien qrajt, per eżempju, diskors li għamel il-professur Edward Scicluna fuq kif saret il-preparazzjoni għall-budget, kif qed isiru d- diskussjonijiet f'dan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, u rajt il-qabża ta' kwalita`.", "Irrid ngħid li smajt ukoll lill-Ministru Dalli, fil-preżenza ta' Tony Zarb tal-GWU, ta' Charles Busuttil tal-GRTU, ta' Gejtu Vella tal-UĦM u Joe Zammit Tabona ta' l-FOI, fi programm tat- televiżjoni, ilkoll jgħidu li l-affarijiet issa qed isiru ħafna aħjar minn qabel għaliex qegħdin ilkoll jipparteċipaw.", "U dan huwa l-messaġġ li rridu ngħaddu lill-poplu Malti llum, mhux nagħmlu koalizzjoni soċjali biex nirbħu l-elezzjoni.", "Irridu naħdmu lkoll fl-interess ta' pajjiżna, u jiena nemmen bil-qawwa, li l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali huwa għodda tajba biex din il-kultura tkompli tikber fost kulħadd.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li ħarġet mill-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet li m'għandux dan sens ta' direzzjoni fejn irid jieħu lill-partit u lill-pajjiż.", "U dan ngħidu b'mod partikolari għall-fatt li wara tliet snin mill-aħħar elezzjoni, għadu ma ddeċidiex huwiex se jżomm it-taxxa tal-VAT jew le.", "Jiena ngħid li dħakt meta fl-aħħar tad-diskors tiegħu smajtu jgħid li meta tasal l-elezzjoni jiddeċiedi imbagħad fi żmien xahar - issa mhux fl- ewwel sitt xhur – x'sistema ta' taxxa se jagħmel.", "Mr Speaker, jien naħseb li ħadd ma jista' jieħdu iktar bis-serjeta` lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Hu fehem bħal kulħadd li t-taxxa tal-VAT qiegħda hemm u se tibqa' hemm; tista' tiġi rtukkjata minn żmien għal żmien, imma dik it-taxxa hija moderna u hija taxxa li mingħajrha ebda pajjiż modern ma jista' jimxi 'l quddiem.", "Nerġa' ngħid li kienet farsa li wara l-elezzjoni ta' l-1996 rajna lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiddiskuti l-liġi l-ġdida, u issa Alla jbierek qed jgħid li fi żmien xahar se jagħmel liġi ġdida.", "Dak il-ħin jien smajt lil xi ħadd jirrimarka u jgħid li jaf x'se jagħmel; minflok 15% VAT jagħmel 25% tax u jkun jista' jgħid li \"dawn\" u \"dawn\" l- items huma ta' lussu, u b'hekk ikun biddel il-liġi tal-VAT!", "Jiena naħseb li din m'hijiex serjeta` u nixtieq li l-oppożizzjoni, fl- interess ta' pajjiżna, ma terġax tipprova toħloq problemi lill-pajjiż.", "Ma jistax ikun li min hu serju jibqa' jgħid li jrid jiddeċiedi lejliet l- elezzjoni jekk ineħħix is-sistema ta' taxxi li għandna.", "Din m'hijiex serjeta`.", "Issa jiena bħala kap ta' partit nista' ngħid ħallih jgħid għaliex b'hekk isir dejjem inqas kredibbli, imma jien naħseb li l-pajjiż jixraqlu ħafna aħjar minn hekk u għalhekk nappella lill-Partit Laburista sabiex fuq din il-kwestjoni ma jippruvax joħloq inċertezzi iktar u ma jippruvax jerġa' jidħak bin-nies.", "Jiena persważ li fuq l-issue tat- tneħħija tal-VAT ħadd m'hu se jemmnu lill-Partit Laburista u allura jibqa' biss l-orgolju u s-suppervja, jibqa' li wieħed jgħid għax hu jikkmanda, jibqa' li wieħed jgħid għax hu qal hekk u issa ma jistax ibiddel għax inkella jkun qed imur kontra kelmtu stess.", "Imma r-responsabbilta` lejn il- pajjiż titlob mod ieħor.", "Mr Speaker, is-soltu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bħal ħafna oħrajn jgħidulek li tajjeb li tiġbor it-taxxa – il-Kap ta' l-Oppożizzjoni lanqas biss qal hekk – imma rridu naqtgħu mill-ispejjeż.", "Iva, tajjeb naqtgħu mill- ispejjeż, imma għidulna minn fejn.", "Aħna nafu x'ipprova jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni; fis-sentejn li dam fil-gvern kien ħareġ digriet li fit- tieni sena tal-gvern tiegħu kulħadd ried jaqta' 5% mill-ispejjeż tal- ministeru, hu x'inhu u hi x'inhi.", "Mhux talli hekk, talli kien qal ukoll li jekk xi ħadd jonfoq iktar flus minn dawk ivvotati, ma kienx se jkun hemm is- supplimentary estimates biex isewwu fejn ikun mar żmerċ.", "Jiena niftakar li kont staqsejthom kif din kienet se taħdem u r-risposta kienet li fejn ikunu marru żmerċ ipoġġuhom mal-vot tas-sena ta' wara.", "Dan kien il-mod kif il- Prim Ministru dakinhar kien qed jissuġġerixxi li jnaqqas l-ispiża tal- gvern.", "Jiena rrid ngħid li dan il-gvern qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex jagħmel l-amministrazzjoni dejjem aktar effiċjenti.", "Jiena dan l-aħħar kelli domandi dwar x'rapporti kien hemm fuq ir-riforma tas-servizz pubbliku.", "Ir- risposta tiegħi kienet li r-riforma tas-servizz pubbliku qiegħda ssir skond ir-rakkmandazzjonijiet li għamlet il-kummissjoni, liema rakkmandazzjonijiet ma konnniex adottajnihom en bloc imma fejn stajna bdejna nimplimentawhom.", "Pero` hemm ħafna affarijiet oħra li qegħdin jiġru.", "Illum kulħadd jaf li aħna qegħdin inkejlu l-effiċjenza tad-dipartimenti ma' dawk fis-settur privat.", "Il-Ministru tal-Finanzi semma ż-żewġ każi li saru s'issa, il-każ ta' l-old age people's homes u l-garaxx tal-gvern.", "Filwaqt li f'settur minnhom il-paragun m'huwiex ħażin, fil-każ tal-garaxx tal-gvern il-paragun huwa orribbli u hemm bżonn li jittieħdu miżuri biex l-effiċjenza tikber u naraw kif in-nies li għandna mal-gvern nistgħu nużawhom aħjar.", "Kulħadd jaf li l-gvern nieda, u issa wasalna biex nattwaw, dak li nsejħulu l-public/private partnership, jiġifieri proġetti tal-gvern li fihom nużaw il-ħaddiema tal-gvern stess imma jkunu taħt tmexxija mis-settur privat.", "Hemm bżonn li ħadd aktar ma jibqa' jiddubita minn dan il-proġett u hemm bżonn li bis-serjeta` ngħidu li l-ħaddiema jridu jaħdmu fejn hemm bżonn u mhux jagħżlu fejn jaħdmu.", "Kienet daħlet il-kultura, u naħseb li hawn anke collective agreements restrittivi f'dan is-sens, li inti għandek ix-xogħol li suppost li tagħmel u jekk xi darba xi ħadd jgħidlek biex tagħmel xogħol ieħor x'imkien ieħor fejn ikun hemm bżonn tgħidlu li ma jaqax taħt id-duties tiegħek.", "Issa jiena ma rridx li narmu l-baħar dak kollu li ntrebaħ u ċerti prinċipji u ċerta etika ma nosservawhomx, imma żgur li m'għandniex nikkonsidraw l- impjieg mal-gvern b'mod tant inflessibbli li malli tneħħi lil xi ħadd minn x'imkien u tgħidlu biex imur jaħdem x'imkien ieħor, jew jgħidlek li mhux suppost jagħmel hekk skond il-collective agreement jew inkella agħar minn hekk jgħidlek li dan huwa xi transfer politiku u qed tibagħtu x'imkien fejn hu ma jixtieqx imur.", "Hemm bżonn li l-kultura tinbidel; irridu u qed ikollna f'ċerta miżura - jien ngħid li għadha m'hijiex ottima - il-kooperazzjoni tal-unions.", "Fil- qasam kollu tal-gvern irridu ndaħħlu l-flessibbilta` u rridu li filwaqt li l-ħaddiema jitħallsu kif inhu xieraq, dawn jagħmlu x-xogħol li jkun hemm bżonn.", "Kont qed ngħid li fil-proċess tar-riforma saru u qed isiru ħafna affarijiet.", "Per eżempju kien twaqqaf l-internal audit and investigations directorate li naħseb għadu m'huwiex magħruf biżżejjed u hemm il-ħsieb li nagħtu daqsxejn aktar tagħrif lill-pubbliku dwaru.", "Dan m'huwiex, kif ħafna jaħsbu malli ssemmi l-kelma \"audit\", parti mill-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali.", "Din hija xi ħaġa nterna għall-gvern, direttorat ġdid li jaqa' taħt l-uffiċċju tiegħi li xogħlu huwa li jagħmel l-internal audit.", "Per eżempju, ħafna segretarji permanenti qegħdin jitolbu li jsir internal audit ta' xi dipartiment jew parti minn dipartiment tagħhom, dwar kif qiegħed jaħdem, x'riżultati qiegħed jagħti, x'hemm bżonn li jsir, dwar jekk iċ- charters li saru humiex qed jiġu osservati u jekk hemmx bżonn jinbidlu.", "Dan huwa proċess li bil-mod il-mod qed jirranka u qed ikun importanti ħafna biex tkompli titwettaq il-kultura tal-bidla anke fil-qasam tas-servizz pubbliku.", "Jien nassigura lill-Kamra li dan huwa proċess li għaddej il-ħin kollu.", "Naturalment għaddejjin ħafna proċessi, fosthom importanti ħafna huwa dak li nidejna xhur ilu, jiġifieri l-proċess ta' l-e-government.", "Illum tista' tgħid li l-uffiċini u d-dipartimenti tagħna ma jintgħarfux minn dawk li kienu 13 jew 14-il sena ilu.", "Illum id-dipartimenti tagħna għandhom, tista' tgħid kollha, sistemi kompjuterizzati, kullimkien għandek dipartiment jikkomunika ma' l-ieħor bl-informatika, proċess li żgur qiegħed jgħin l- effiċjenza fis-servizz pubbliku.", "Mr Speaker, il-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet li hemm ħafna ħela min-naħa tal-gvern.", "Mal-ħela jsemmi wkoll li t-tliet snin tal-gvern tiegħi kienu tliet snin moħlija.", "Moħlija jgħid għaliex kien hemm il-proġett tal- Kottonera – naħseb li dan aħjar ma jissemmiex wisq – il-proġett tal- cruiseliner terminal u l-proġett ta' l-istrutturar tad-drydocks, li kollha, biex nuża l-kelma li tant iħobb juża l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kienu telqu imbagħad waqfu u ma mxewx iktar.", "Mr Speaker, naħseb li kulħadd jaf li mhux hekk; jista' jkun li kien telaq il-proġett tal-Kottonera pero` ma kien wasal imkien.", "Il-proġett tal-Kottonera issa wasal u huwa realta`, huwa xi ħaġa li dan il-gvern ittratta u kkonkluda bis-serjeta`.", "L-istess jgħidulna għall-proġett tal-cruiseliner, jiġifieri li dan kien telaq.", "U telaq għaliex kien hemm karta?", "Aħna kellna nagħmlu kollox mill- ġdid u nittrattaw u nagħżlu, pero` issa veru telaq u sar il-kuntratt u nittama li x-xahar id-dieħel stess jibdew ix-xogħlijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Bħal dawn hemm oħrajn, fosthom ta' Manoel Island, fejn il- konklużjonijiet saru verament issa.", "Issemmiet wkoll il-dockyard fil-kritika li saret u qalulna li kien telaq il-proċess tar-ristrutturar.", "Veru li kien hemm ir-rapport ta' Appledore li għamel diversi suġġerimenti u huwa veru wkoll li l-gvern kien aċċetta, almenu in principle is-suġġerimenti u veru wkoll li kienu saru xi tentattivi biex jibda jitwettaq dak ir-rapport, per de facto nista' ngħid li kważi ma sar xejn.", "Aħna m'abbandunajniex il-proġett u r-rapport u kif taf il-Kamra kollha, il-kwestjoni tat-tarzna dejjem tajniha l-ikbar prijorita` u dejjem għamilna ħilitna biex it-tarzna narawha tqum fuq saqajha, kif qed nagħmlu anke issa.", "Il-Kamra taf li konna waqqafna task force li fuqha hemm rappreżentat il-gvern u l-management tat-tarzna u hemm jipparteċipaw fiha t-trade unions minbarra li hemm \"osservatur parteċipattiv\" għan-nom tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien nieħu pjaċir ngħid li din it-task force iltaqgħet regolarment kull ġimgħa mingħajr ma falliet lanqas darba waħda biss minn mindu ġiet nominata, kien hemm diskussjonijiet serji u sa dalgħodu stess iltaqgħet u għalkemm għadni ma nafx ir-riżultat ta' dak li sar dalgħodu jien ottimist li kulħadd se jiġbed ħabel wieħed biex tabilħaqq inwasslu biex naraw lit-tarzna tqum fuq saqajha.", "U tqum fuq saqajha jfisser li tul is-snin li ġejjin l-għajnuna finanzjarja li qed tirċievi mingħand il-gvern b'mod kostanti u qawwi, bil- mod il-mod tibda tonqos u l-mira tagħna hija li tispiċċa fix-xejn, għax ma jkunx hemm bżonnha, fis-sena 2008.", "Mr Speaker, it-tarzna hija ta' interess nazzjonali u ħadd ma jista' jgħid li dan id-diskors qed ngħidu llum għaliex ili ngħidu minn mindu sirt prim ministru fl-1987.", "Dakinhar jien kont tajt attenzjoni partikolari lit- tarzna; kont żammejtha taħt d-dekasteru tiegħi u kont ġibt persuna li żgur kellha n-knowledge kif taħdem it-tarzna.", "Konna għamilna ftehim għal ħames snin li kellu jiġi estiż għal 10 u ħsibna li se jwassal għal soluzzjoni, imma kulħadd jaf li s-soluzzjoni ma nstabitx.", "Il-predeċessur immedjat tiegħi, Dr. Sant, ipprova wkoll pero` is-soluzzjoni għadha ma nstabitx.", "Jien naħseb li fuq il-bażi ta' dak li sar fis-sentejn tal-gvern preċedenti u dak li kien sar qabel fuq l-eżempji ta' kif imxejna f'xi azjendi oħra fejn kellna problemi simili - għalkemm tat-tarzna hija ħafna ikbar minn kull problema f'kull azjenda oħra li kien hawn - jien ottimist li bil- kooperazzjoni ta' kulħadd din il-problema jirnexxielna nsibu tarfha.", "Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kompla jikkritika nhar l-Erbgħa lill- gvern u qal li qed jintnefqu ħafna flus bla bżonn u poġġa fuq il-Mejda tal- Kamra dokument imsejjaħ \"Program for the adoption of the Acquis\".", "Imbagħad huwa għadda biex eżamina lista ta' voti proposti fl-estimi għas-sena d- dieħla, niżżilhom kollha wara xulxin u l-ammont tagħhom ġabu Lm17,152,000 li ddeskrivih bħala spejjeż li qed isiru minħabba l-adoption ta' l-acquis, jiġifieri spejjeż li qed jagħmel il-gvern biex ikun jista' jadotta l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien m'iniex se noqgħod nieħu u neżamina dawn il-voti kollha, pero` jidhirli li mhux sewwa li min-naħa tiegħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jibni argument u jgħid li hemm Lm17 miljun spejjeż u ma jispjegax x'hemm miktub proprju fl-estimi li qed jikkwota minnhom.", "U se nispjega jien.", "Mr Speaker, Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-Vot V li hemm f'paġna 66 u li jġib it-titlu ta' \"National Program for the Adoption of the Acquis\" jammonta għal Lm850,000.", "Naturalment kulmin sema' lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jitkellem fehem li dawn huma flus li ġejjin kollha mill-fondi tal-gvern, imma f'dik il-paġna stess aktar 'l isfel hemm nota li tgħid li Lm340,000 minn dawn it-Lm850,000 ġejjin mingħand l-Unjoni Ewropea u Lm160,000 ġejjin minn kontribuzzjoni li se tagħmel l-istess Unjoni Ewropea taħt programm miftiehem bejn Malta u l-istess Unjoni.", "Jiġifieri għalkem huwa veru li l-gvern se jonfoq Lm850,000, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ikun iktar onest u kien ikun iktar veritier kieku qal li Lm0.5 miljun minnhom se toħroġhom l-Unjoni Ewropea għal programm speċifiku.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, dan mhux żball min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni imma kienet magħmula apposta għaliex jekk wieħed imbagħad iħares lejn Vot XVII li hemm f'paġna 118 ...", "U din oħra issa; jakkużawna li naħbu u ma naħbux meta dan huwa kollu ppubblikat!", "Aħna għamilna l-pjan for the adoption of the acquis, ikkostjajnih, nafu x'qed nagħmlu u daħħalnih fil-budget sena wara l- oħra.", "Issa għas-sena d-dieħla taħt Vot XVII Rikorrenti fl-Edukazzjoni hemm li se nivvotaw is-somma ta' Lm1,879,000.", "Dan semmih il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, pero` ma kellux id-diċenza li jgħid li mbagħad fl-istess paġna hemm footnote li tgħid li Lm920,000 se toħroġhom l-Unjoni Ewropea għaliex għandna programm li qbilna fuqu, u l-Unjoni Ewropea, għal dan il- programm, se toħroġ nofs il-flus hi.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-vot 34 li fih ammont pjuttost qawwi.", "Fil-karta li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jsemmi Lm1.6 miljun li se joħroġ il-gvern f'dan il- budget.", "L-istess, wieħed jara li effettivament l-Unjoni Ewropea se toħroġ parti sostanzjali minnu.", "Minn dan wieħed jista' jara li effettivament l-intenzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni kienet to score points ma' min kellu l-paċenzja jisimgħu u jifhmu x'qed jgħid.", "U għal min ried jieħu l-briga huwa poġġa dan id- dokument fuq il-Mejda tal-Kamra u ma kellux id-deċenza li jgħid li kważi l- items kollha li hemm mad-dokument għandhom foot note li tgħid li parti sostanzjali mill-flus ġejja mill-Unjoni Ewropea.", "Meta wieħed jagħmel addition taċ-ċifri li hemm fl-estimi jsib li Lm7 miljun minnhom se toħroġhom l-Unjoni Ewropea u l-kumplament se joħroġhom il-gvern Malti.", "Naturalment dejjem tibqa' l-akkuża li l-gvern se jonfoq Lm9 miljun jew Lm10 miljuni minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, jiena naħseb li huwa ħażin li nittrattaw lill-poplu tagħna b'dan il-mod mingħajr ma naraw x'qegħdin nagħmlu fil-pajjiż.", "Aħna qed inġibu lil dan il-pajjiż kapaċi jilħaq mal-bżonnijiet tal-lum u mhux ta' 30 sena ilu u allura qegħdin nagħtuh l-istruttura li għandu bżonn; qegħdin nagħtuh dik li tissejjaħ administrative capacity.", "Irridu li dan il-pajjiż nagħmluh tabilħaqq pajjiż modern, irridu li ċ-ċittadin Malti – kemm smajniha din il-kelma u issa donnu nsejniha! – nagħtuh l-aħjar servizz.", "U meta tħares lejn dan kollu tibda tinduna x'inhuma dawn il-flus li aħna qegħdin nivvotaw biex niġu konformi ma' l-acquis.", "Per eżempju, fl-estimi hemm vot ta' Lm1,095,000 li qegħdin nivvtoawhom \"to strengthen the Malta Standards Authority and National Laboratory in order to give better protection to consumers\".", "Irridu jew ma rridux li lill- konsumatur Malti u lit-turist li jiġi hawn iżurna ngħidulu li l-prodotti tagħna jista' jafdahom għaliex għandna laboratorju modern u serju u Standards Authority li tara u tiċċertifika l-kwalitajiet tal-prodotti li huma jixtru u jużaw f'Malta?", "Allura dan x'għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea?", "Allura Dr. Alfred Sant ma jridx li nonfqu dawn il-flus għal dan il-għan?", "Allura dan ifisser li hu m'għandux bżonn l-istandards li trid l- Unjoni Ewropea?", "Daqs kemm nisimgħuh l-argument li m'għandniex bżonn l- Unjoni Ewropea biex aħna nadottaw id-direttivi li għandha hi!", "Imbagħad nivvotaw il-flus biex inkunu nistgħu ngħidu li l-istandards tagħna huma tajbin u jgħidulna li huma ħela!", "U jgħidilna wkoll x'jagħmel bihom minflok.", "Qal li se jneħħi l-miżbla tal-Magħtab bl-Lm10 miljuni minfuqin żejda!", "U nista' nkompli għaddej.", "Għandna per eżempju l-vot dwar Training and Youths fejn se nivvotaw Lm234,000 għal \"the costs for the participation in EU educational programs Leonardo, Socrates ...\".", "Staqsuhom liż-żgħażagħ tagħna li marru dwar l- esperjenzi li kellhom!", "Staqsuhom jekk nagħtuhom il-vot jekk jivvotawx lilkom jew jivvotawx biex jidħlu fl-Ewropa!", "Dażgur li dawn huma flus minfuqa tajjeb.", "Hawn imbagħad vot qawwi ta' Lm950,000 \"to strengthen the Malta Transport Authority, Malta Maritime Authority and the Department of Civil Aviation in order to better meet their personal responsibilities.", "Appropriate training will be undertaken together with investments in information technology that better reflect today's needs and requirements\".", "Allura ma nonfquhomx dawn?", "Mela se noqogħdu nistennew millennju ieħor biex ngħidu li Malta ġibniha kif suppost?", "Allura dan qed nagħmluh għax deħlin fl-Ewropa?", "Dan qed nagħmluh għax hekk jixraqlu l-poplu Malti.", "Nidħlu u ma nidħlux fl-Ewropa, dan huwa investiment li aħna għandna nagħmlu favur il-poplu Malti.", "Somma oħra hija dik ta' Lm685,000 \"to strengthen Malta's capabilities in a wide array of areas including landfill management, drainage system, air and water quality\".", "Irridu jew ma rridux nittrattaw l-ambjent?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni kkritikana fid-diskors li għamel il-bieraħt lura u qal li ma tajna kas xejn ta' l-ambjent.", "X'ma tajniex kas l-ambjent?!", "Aħna qegħdin ninvestu biex l-ambjent inkunu nistgħu nikkurawh bis-serjetà.", "Naħseb li llum kulħadd tgħallem fost il-poplu Malti li bil-kliem tista' tagħmel ħafna affarijiet imma meta tiġi biex tara li dak li qed tgħid li se tagħmel, qiegħed isir allura hija ħaġa oħra.", "U dak huwa li qed nagħmlu aħna.", "Mr Speaker, nixtieq hawnhekk ngħid li l-proġetti kollha li qed nagħmlu u l- inizjattivi kollha li ħadna biex il-poplu tagħna jkun jista' jgħix aħjar qed jiġu monitored il-ħin kollu permezz ta' database dettaljat li ġie ppreparat li jurina x'għandna nagħmlu biex l-għanijiet tagħna nilħquhom.", "Nista' ngħid, per eżempju, li l-Ġimgħa tal-ġimgħa l-oħra, jien u n-nies mill-uffiċċju tiegħi kellna laqgħa l-Girgenti - meta nagħmlu xi laqgħa twila ħafna ġeneralment immorru hemmhekk – fejn rajna l-ministri kollha wieħed wieħed u rajna x'inhuma t-targets li rridu nilħqu, mhux biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea imma biex il-Maltin jgħixu aħjar.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U kull sitt xhur nagħmlu review bħal dan u jiġu l-permanent secretaries u n-nies tad-dipartimenti.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li kulħadd jgħid li l-Public Service għadu lura u huwa ineffiċjenti pero` dan m'hu veru xejn.", "Ovvjament hemm min hu hekk u hemm min jiskarta imma għandna ħafna u ħafna nies tajbin.", "Jien nista' ngħid li kelli din l-esperjenza konfermata proprju il-Ġimgħa tal-ġimgħa l- oħra meta għamilt session sħiħa mid-9:00 a.m. sa l-4:00 p.m. nara kull ministru bil-permanent secretary tiegħu u nies li huma nvoluti u naraw dawn id-diversi proġetti li għandna, kif mexjin, fejn wasalna u min ma wasalx jew waqa' lura jrid jispjegalna għaliex waqa' lura.", "Hekk jaħdem dan il- gvern u mingħajr daqq ta' trombi.", "U lanqas ġibna n-nies jaraw.", "Kieku raw il-ministri deħlin kienu jaħsbu li qed niddiskutu xi cabinet reshuffle!", "Kritika oħra li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet dwar l-awtoritajiet u qal li dawn huma ħela ta' flus u dupplikazzjoni ta' xogħol.", "Imma skużi, fejn hi din id-dupplikazzjoni?", "Ħalli nieħdu t-Telecommunications Authority.", "Allura x'suppost kellna nagħmlu f'dan il-każ?", "Inħallu lill- Maltacom tibqa' tkun il-kontrollur, ir-regolatur u l-operatur?", "Kieku fiex qegħdin bħalissa!", "Kieku għamilna liberalizzazzjoni!", "Kieku għandna kollox staġnat!", "Anke issa, li għandna l-awtorita` għad m'aħniex mexjin biżżejjed għax daqqa tipprotesta naħa u daqqa jipprotesta operatur ieħor u daqqa jipprotesta operatur ieħor, imbagħad imorru quddiem l-awtorita` u jappellaw u għaddejjin.", "Għaliex dak huwa ix-xogħol tar-regolatur, u jien ma nistax nifhem kif xahar ieħor inkunu fl-2002 u l-oppożizzjoni għadha m'hijiex qed tifhem li d-dinja kollha qiegħda taqsam lill-operatur mir-regolatur.", "Jekk iridu nistgħu ngħidulu regolatur minflok awtorita` u b'hekk ma jibqgħux jibżgħu mill-kelma \"awtorita`\".", "Regolatur insejħulu awtorita` bħala regola - għax ġieli ma ngħidulhiex ukoll - biex ngħidu li din m'hijiex xi ħaġa li tiddependi mill-ministru imma hemm regoli li hija trid tapplika favur is- soċjeta` Maltija biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "U awtorita` mill-iktar famuża u waħda milli l-iktar ilha mwaqqfa hija l- awtorita` ta' l-ippjanar.", "L-awtorita` ta' l-ippjanar għandha d-difetti tagħha, pero` għandha wkoll il-merti kbar tagħha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa m'iniex se noqgħod insemmi l-awtoritajiet kollha, imma possibbli li l-oppożizzjoni tiġi hawn u tgħajjar lill-gvern li qed jaħli l- flus għaliex għamilna l-awtoritajiet?!", "Issa mbagħad jista' jkun hemm xi ħadd u jgħidli għaliex forsi kien hemm min għamel għamlu uffiċċju sabiħ wisq u forsi ngħidu li setgħu għamluh inqas sabiħ milli hu, imma ma jistax ikun li ma nindunawx x'inhi s-sustanza biex nagħmlu l-kritika rħisa.", "U ġaladarba semmejt lill-Maltacom irrid ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel plejtu b'dokument lil ġab hawnhekk u qalilna: \"Araw il-ħela!", "Araw kif jimxu dawn!\"", "U qal li l-Maltacom ma nafx f'kemm-il kumpannija se naqsmuha.", "Aħna naturalment staqsejna x'inhi s-sitwazzjoni, u għandi ittra li kiteb il-group chief executive officer il-bieraħ lill-Ministru Bonnici biex jispjegalu eżatt x'inhu jiġri.", "L-istorja hi li l-Maltacom veru qiegħda tagħmel ristrutturazzjoni fl- interess tagħha u tax-shareholders tagħha biex tkun iktar effiċjenti, biex ikollha iktar negozji u biex tkun tista' tikkompeti iktar fis-swieq kollha llum u nkarigaw lil xi ħadd li jagħmel l-ideat tiegħu għad-diskussjoni dwar kif għandha topera l-Maltacom.", "Dan ix-xi ħadd ippreżenta dan ir-rapport li sal-lum għadu ma ġiex addottat mill-Maltacom.", "Dan ġie ppreżentat f'ċerta data, immedjatament, fid-19 ta' Novembru, kien hemm board meeting u kien hemm ieħor fis-27 ta' Novembru, u Alla jbierek, ġurnata minnhom, wara xi board meeting imur xi ħadd mil-\"l-orizzont\" u jistaqsi, imbagħad tmur korrispondenta tas-Super 1 imbagħad jiġina l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jpoġġilna dokument u jgħidilna: Ara x'se tagħmel il-Maltacom!", "Aħna ngħidulu: Imma skużi, inti għadek taħseb li dan il-gvern qiegħed il-ħin kollu jaqbad lil xi ħadd minn idu u jgħidlu biex joqgħod attent?", "Ngħidulhom – u l-Ministru tal-Finanzi qalilhom, mhux il-bieraħ imma f'Marzu li għadda u mhux lill-Maltacom biss – li min irid jagħmel ristrutturar f'xi kumpannija fejn il-gvern għad għandu shareholding u li hija earmarked għall- privatizzazzjoni, irid l-ewwel u qabel kollox l-awtorizzazzjoni tal-gvern, imma nħalluhom jagħmlu l-proposti.", "Jekk imbagħad jiġu biex jagħmlu xi ħaġa fil-kumpannija, la l-gvern għad għandu a controlling interest fiha, fl- interess tal-poplu Malti jara jekk dan ikunx se jinfluwenza lill-kumpannija ħażin jekk tiġi biex tinbiegħ.", "Imma x'serjeta` hi tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jiġi b'dokument f'idejh – verament li din m'hijiex xi leak kbira – u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra mingħajr lanqas jiċċekkja effettivament dan id-dokument fuqhiex inhu?!", "Naturalment l-importanti għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa li jikkritika lill-gvern, anke jekk il-gvern m'għandu x'jaqsam xejn pero` għandu interess li jara li jkun jaf.", "L-istess dokument ieħor.", "Xi ħadd – u hawn l-isem u l-kunjom, pero` jien m'hemmx għalfejn noqgħod nerġa' nsemmih għalkemm naħseb li m'għandu ebda diffikulta` li kulħadd ikun jaf min hu - kellu kont ta' l-income tax, u hawn miktub, fuq il-karti li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li jrid jitħallas sat- 30 ta' Settembru, u fil-fatt dan ma ħallasx.", "Fil-fatt hawn ukoll kopja taċ- ċekk datat 31 ta' Ottubru, jiġifieri dan, sa xahar wara kien għadu ma ħallasx.", "Naturalment peress li aħna gvern serju, kien hemm min ħa ħsieb jara min kienu dawk li sa xahar wara kienu għadhom ma ħallsux, u fil-15 ta' Novembru ħarġet, mhux mandat kif qalilna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, imma ħarġet ittra uffiċjali fejn talbitu jħallas u weħel multa għaliex ma ħallasx f'dak ix-xahar.", "Fil-fatt fl-ittra uffiċjali qalulu – dan kollu joħroġ mid-dokumenti li poġġa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq il-Mejda tal- Kamra – hekk: \"sitt mija u erba' liri Maltin (Lm604) dovuta kwantu għal ħames mija u sitta u għoxrin lira Maltin (Lm526) fi ħlas lura ta' taxxa fuq id-dħul jew taxxa proviżorja ...\".", "Iva, illum l-affarijiet hekk isiru, bis-serjeta`.", "Imma skond il-Kap ta' l- Oppożizzjoni huwa skandlu kbir u ineffiċjenza kbira għax dan ħallas, fil-5 ta' Novembru ħarġitlu l-irċevuta, imbagħad ħarġet ittra uffiċjali fil-15 ta' Novembru.", "Jien ngħid li veru m'għandhomx ikunu dawn l-affarijiet u hemm bżonn inkunu iktar effiċjenti, imma ma jgħidlix li dan huwa xi skandlu!", "B'hekk irid jikkritika lill-gvern il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Mr Speaker, jidhirli li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma tantx ta importanza lill-miżuri li hemm fil-budget.", "Huwa veru li jien ngħid li m'hemm xejn straordinarju, imma din hija l-aktar ħaġa li tpaxxini.", "Illum il-budget sar eżerċizzju kif għandu jkun; analisi ta' l-ekonomija, tal-finanzi tal-gvern u sens ta' direzzjoni.", "Il-funzjoni ewlenija tal-budget hija fejn irridu nkomplu mmexxu lill-pajjiż u spiċċat l-anzjeta` li kien ikollna dari dwar x'ġej fil-budget u kemm se nżidu jew se nneħħu taxxi.", "Għandek gvern li taf li se jagħmel dak li jidhirlu li hu sew fil-mument, mingħajr esaġerazzjonijiet u bil-bilanċ meħtieġ.", "U l-bilanċ meħtieġ qiegħed fil-fatt li ħadna deċiżjonijiet dwar kif kellna nibdew nagħtu xi ħaġa lura.", "Kellna kritika fis-snin ta' qabel li biż- żidiet fit-taxxa fuq id-dħul ilqatna lil dawk ta' klassi medja.", "U aħna għedna li issa wasal iż-żmien li nagħtu xi ħaġa lura pero` xorta waħda rridu noqogħdu attenti.", "Veru li l-iżbilanċ naqas, imma Lm78 miljun xorta hija somma kbira ħafna u rridu nnaqqsuha iktar.", "Aħna m'għamilniex kif ħaseb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u għedna li la issa ġej ir-referendum nistgħu nibdew nagħtu lil kulħadd imma bdejna billi nwieżnu daqsxejn lil min, skond il-priorita` li tiddetta l-ġustizzja soċjali, hemm bżonn ngħinu.", "Deherilna li stajna nnaqqsu t-taxxa għal dawk il-koppji li jagħmlu return waħda, li aktarx, għalkemm mhux bilfors, huma nies fejn il-bread-winner huwa wieħed.", "Għedna li lil dawn nagħtuhom rebate fit-taxxa tagħhom li jilħaq Lm145 fis-sena, jiġfieri bejn wieħed u ieħor Lm3 fil-ġimgħa.", "Bdejna minn isfel nett u għedna li anke min jaqla' Lm4,100, jiffranka Lm15 taxxa.", "Veru li m'hijiex xi ħaġa kbira imma aħna ma rridux nagħmlu l-affarijiet bi kbir.", "Dak iż-żmien spiċċa, għal dan il-pajjiż.", "Din hija amministrazzjoni normali u serja li tagħmel li għandha bżonn mingħajr ma tibża' tagħmlu imma taf tipprijoratizza u taf - kif qal il-Ministru tal-Finanzi proprju fl- ewwel jew it-tieni paġna tad-diskors tiegħu - iżżomm il-bilanċ li hemm bżonn biex il-pajjiż jibqa' sod kif inhu.", "Mr Speaker, ħadna miżuri wkoll favur dawk li jagħtu xi forma ta' manteniment.", "S'issa kellna li raġel jew mara li qed iħallsu manteniment lill-parti l-oħra ma kienx jitnaqqsilhom l-ammont tal-manteniment mit-taxxa sakemm ma jkunx hemm sentenza mill-qorti.", "Issa qed ngħidu li jekk hemm anke separazzjoni bonarja, dak li huwa dovut bħala manteniment jitnaqqas għall-finijiet tat-taxxa.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar l-ażjendi żgħar li kulħadd jgħidilna - u aħna naqblu li hekk hu wkoll – li huma l-mutur ta' l-ekonomija.", "Jekk dawn iżidu wieħed jaħdem magħhom ikunu qed jgħinu ħafna.", "U lil dawn aħna rridu ninkoraġġuhom u allura qed inbiddlu r-regoli tad-deprezzament fuq il-computers li semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi li jitnaqqas dak kollu li jintnefaq fl-informatika dik is-sena stess.", "U hawn indirizzajna proprju fejn deherilna li wasal il-mument li nistgħu bil-bilanċ li għandna f'moħħna nwieżnu xi daqsxejn.", "Importanti wkoll insemmi li sal-lum l- ispejjeż li wieħed kien jonfoq qabel ma jibda n-negozju ma kenux jistgħu jitnaqqsu għal finijiet ta' taxxa, mentri issa qed ngħidu li wasal iż-żmien li dan inbiddluh.", "Mr Speaker, ma jidhrili li smajt xejn fid-diskors tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar l-iskema ta' reġistrazzjoni ta' investiment barrani.", "Għalina din hija miżura oħra biex kulħadd jerfa' ir-responsabbilta` tiegħu.", "Aħna nafu li hawn Lm3,000 miljun investiti Malta jew f'collective investment schemes u miljuni oħra - ma nissugrax ngħid kemm pero` nafu li huma miljuni kbar - investiti barra minn Malta li ma jiġux dikjarati xejn hawn Malta.", "Issa aħna qed nagħtu avviż li din is-sistema se tinqata'.", "Bil-ftehim internazzjonali li qiegħed isir, min għandu l-flus investiti barra minn Malta u mhux qed jiddikjarahom, se jasal iż-żmien, u naħseb mhux fil-bogħod, li dawn jinkixfu.", "U biex aħna wkoll inkunu responsabbli għal xulxin qed nagħtu ċans lil dawk li għandhom dawn il-flus barra biex iġibuhom lura jew almenu jiddikjarawhom u għamilna skema biex lil dawn in- nies nagħtuhom il-faċilita` li jħallsu ammont ta' darba imbagħad iħallsu t- taxxa skond il-liġijiet tal-pajjiż.", "Din l-inizjattiva li qed jieħu dan il-gvern m'hijiex open-ended, irridu li kemm jista' jkun tingħalaq malajr u żgur li mhijiex se titħalla iktar mill-aħħar tas-sena d-dieħla.", "Min idum ma jagħmel id-dikjarazzjonijiet ifisser li se jkollu jħallas aktar biex jieħu vantaġġ minn din l-iskema.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar il- proprjeta` tal-Knisja.", "Nafu li bi ftehim li kien sar, il-proprjeta` tal-Knisja għaddiet kollha f'idejn il-gvern u dehrilna li issa wasal il-mument li ma nagħmlux aktar skemi ta' bejgħ ta' biċċa proprjeta` skond ċerti kondizzjonijiet imma qed ngħidu li l-proprjeta` residenzjali kollha li kienet tal-Knisja tista' tinbiegħ lill-inkwilini jew liċ-ċenswalisti.", "U naħseb anke din hija miżura soċjali tajba.", "Għar-rigward ta' dawk li huma żgħar fin-negozju jien diġa` semmejt il- vantaġġi għall-income tax u l-Ministru tal-Finanzi tkellem fuq agreed assessments li jistgħu jsiru li qed ngħidu li m'għandhomx bżonn isiru audited accounts minn kumpanniji jew persuni li m'għandhomx turnover kbir.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkritika li mhux se jkun hemm l-esiġenza ta' audited accounts u qal li wara li ilna ngħidu li hemm bżonn li jsir audit trail biex ħadd ma jaħrab it-taxxa, issa se nneħħu l-audited accounts.", "Jien naħseb li dan huwa argument li assolutament ma jreġix.", "Aħna rridu ninkoraġġixxu l-onesta` u għalhekk qed ngħidu lil dawn in-nies biex jiġu jiddiskutu x'VAT kapaċi u suppost iħallsu skond in-negozju li għandhom u aħna nagħtuhom il-fakulta` li l-gvern jintrabat li jiġbor ċertu ammont ta' taxxa għal perijodu ta' tliet snin.", "Jien jidhirli li din hija miżura favur in-negozjanti ż-żgħar u ħadt pjaċir nisma' lin-naħa ta' dawk li jirrappreżentaw dan il-qasam, u qed nirriferi għall-GRTU, tgħid li fil- budget il-gvern laqa' ħafna mill-proposti tagħhom.", "Mr Speaker, hemm miżuri soċjali wkoll, li għalkemm mhux straordinarji jmissu fejn l-iktar li jidhirlna li hemm bżonn.", "Qed ngħidu li jrid isir ħlas bħala foster care allowance u qed ngħollu l-ammont ta' kapitali li wieħed jista' jkollu biex jikkwalifika għall-pensjoni mhux kontributorja minn Lm4,000 għal Lm6,000 għal min mhux miżżewweġ u minn Lm7,000 għal Lm10,000 għal min huwa miżżewweġ.", "Naħseb li l-gvern reġa' ta prova li nafu l-pajjiż fejn jinsab u qed nagħtuh id-direzzjoni fejn sejjer.", "Naturalment l-oppożizzjoni għandha fissazzjoni waħda; jinterpretaw kollox li kulma jagħmel dan il-gvern qed jagħmlu biex jidħol fl-Unjoni Ewropea a kwalunkwe kost.", "S'issa missu tgħallem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li ma' l-Unjoni Ewropea għaddejjin minn proċess ta' negozjati li biċċiet minnhom huma iebsin ħafna u b'sodisfazzjon ngħidu li s'issa fejn kien hemm negozjati l-iktar kruċjali rnexxilna nilħqu ftehim.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Il-bieraħ ilħaqna ftehim fuq il-kapitlu soċjali li fil-maġġorparti tad- direttivi tiegħu huwa favur il-ħaddiema.", "Pero` hawn ukoll ridna nimxu b'bilanċ; ma ħarisniex biss x'jistgħu jiggwadanjaw il-ħaddiema preżenti imma ħarisna wkoll lejn kif se tintlaqat l-industrija u min iħaddem u qgħadna attenti li ma nadottawx direttivi li huma favur il-ħaddiema, kif inhi, per eżempju, il-working directive.", "Ilkoll irridu li jkun hemm l- aħjar protezzjoni għall-ħaddiema, pero` aħna qgħadna attenti li ma ngħaġġlux iż-żejjed biex nagħtu ċans lill-industrija tilħaq mal-progress li rridu f'pajjiżna.", "U l-Unjoni Ewropea, mhux mingħajr diffikulta`, spiċċat biex il-bieraħ qablet mat-transition periods li aħna tlabna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, l-Unjoni Ewropea tibqa' l-pet hate tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiġi l-commissioner Verheugen u jgħid li Malta qiegħda in pole position u l- Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħidlu li se jaqtagħlu lsienu jekk ma jrażżnux.", "Issa ġie l-ħabib tiegħu u tiegħi, il-Prim Ministru ta' Sweden, Goran Persson, u qallu l-istess ħaġa.", "Fil-press conference li għamel miegħi fuq domanda ma nafx ta' liema ġurnalist il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsih x'jidhirlu minn Malta u Goran Persson qallu li Malta qiegħda l-ewwel fost il-kandidati li jridu jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "S'issa ma qallux li se jaqtagħlu lsienu barra u lanqas qallu li hu Taliban imma naf li kważi stieden ruħu b'idejh li jibgħat delegazzjoni tal-partit tiegħu ġo Sweden biex jitkellmu mal-Partit Soċjalista Svediż.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li l-Partit Soċjalista ta' Sweden se jgħidlu kif qal lili l-kap tagħhom.", "Huwa qalli li dan ix-xahar kellu l-konferenza ġenerali tal-partit tiegħu u għall-ewwel darba f'għaxar snin il-partit jinsab magħqud fuq xi ħaġa li hija l-Unjoni Ewropea.", "J'Alla l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jibgħat delegazzjoni, anzi s-suġġeriment tiegħi hu li jmur hu wkoll, u jara kif jaħsbuha sħabu s-Soċjalisti.", "Dawn jaħsbuha b'dan il-mod mhux b'kapriċċ imma għaliex jifhmu x'inhi l-Unjoni Ewropea, aktar u aktar fiż-żmenijiet tal-lum fejn m'hawn l-ebda pajjiż that can go it alone, fl- ebda sens, la fis-sens soċjali, la fis-sens ekonomiku, u wisq inqas fis- sens politiku.", "Illum qed naraw li l-pajjiżi kollha jridu iktar iqawwu s-sovranita` tagħhom.", "U din hija d-definizzjoni politika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għandek 15-il pajjiż li kull wieħed minnhom ikabbar s-sovranita` tiegħu billi għandu miegħu l-14-il pajjiż l-ieħor.", "U dan hu li trid tagħmel Malta; aħna pajjiż sovran li ftaħarna li ġibna l-indipendenza u kburin bl-indipendenza u l-identita` tagħna.", "Aħna nifhmu u rridu li fid-dimensjoni politika wkoll inkabbru s-sovranita` tagħna.", "Din hija d-dimensjoni politika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li se jkun hemm convention li se jipparteċipaw fiha wkoll il- pajjiżi kandidati biex jgħidu x'inhu l-futur għall-Ewropa.", "U proprju l- Gvern Taljan illum ippropona uffiċjalment bħala President ta' din il- convention lil Giuliano Amato, Soċjalista u prim ministru kemm-il darba u r- right hand man ta' Craxi.", "U Berlusconi - li ċertament huwa kollox barra Soċjalista jew xi ħaġa simili - stess qal li jrid lil Giuliano Amato jippresjedi din il-convention għaliex iridu bis-serjeta` li l-Unjoni Ewropea tkompli dan l-iżvilupp tagħha tul is-snin.", "Trid tara x'se jkun il- futur bit-traġedji li għaddejjin minnhom bħalissa, it-traġedja ta' l- Afghanistan, ta' New York u tal-Middle East.", "Jien flimkien mal-Prim Ministru ta' Sweden tkellimt fuq il-Middle East u fuq kif l-Unjoni Ewropea tista' tintervjeni aktar.", "Hu stess qalli li fil-kungress ġenerali tal- partit tiegħu, ġimgħa ilu kellu mistiedna lill-president tal-parlament Palestinjan u lil Shimon Peres.", "U aħna hekk irridu; li nkunu nistgħu ngħinu u jkollna vuċi f'dawn id-deċiżjonijiet internazzjonali li jsiru.", "U kulħadd jammetti, ħlief l-oppożizzjoni, li l-aħjar mod kif Malta tista' verament tkun vuċi li tinstema' hija billi tkun fl-Unjoni Ewropea.", "Dik hija d-dimensjoni politika li temmen fiha l-Isvezja li hija newtrali, li jemmnu fiha l-15-il pajjiż li hemm u li jemmnu fiha wkoll it-13-il pajjiż l- ieħor li jridu jidħlu u oħrajn li jixtiequ jidħlu imma li għadhom ma rnexxielhomx bħalissa, bħan-Norveġja u l-Isvizzera illi kieku kien għall- gvern daħlu imma jridu jsegwu l-proċess tagħhom.", "Pero` hemm ukoll id- dimensjoni ekonomika.", "Min jista' jiċħad, Mr Speaker, li kull pajjiż li daħal fl-Unjoni Ewropea kattar l-ekonomija tiegħu?", "Min jista' jiċħad li dawk il-pajjiżi li kienu l- iktar lura fl-Unjoni Ewropea, bħall-Irlanda, il-Portugall u l-Greċja għamlu passi ta' ġgant meta u għax daħlu fl-Unjoni Ewropea?", "Imbagħad mhux l- inqas, Mr Speaker, hemm id-dimensjoni soċjali.", "Aħna nemmnu f'ekonomija tas-suq, imma nemmnu f'ekonomija tas-suq li tkun immexxija b'politika soċjali.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U l-Unjoni Ewropea hija eminentement għaqda ta' pajjiżi li tagħti importanza enormi, nista' ngħid qabel kollox, lill-dimensjoni soċjali tagħha.", "Dan huwa l- programm li aħna qed noffru lill-poplu Malti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni issa ma jridx ir-referendum għaliex jaf li se jitilfu.", "Imbagħad jgħid li l- elezzjoni trid taqtagħha din il-kwestjoni.", "Jien smajt kumment fuq ir-radju tiegħu fejn intqal li qatt ma kellna elezzjoni fejn l-għażla kienet jekk nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le.", "U jien ngħidlu: Dażgur li kellna; kellna fl-1987, fl-1992, fl-1996 u anke fl-1998.", "Dejjem kienet l-Unjoni Ewropea l-issue l-iktar importanti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni rebaħ l-elezzjoni fl-1996 imma sentejn wara l- poplu Malti qallu li ħa żvall li vvotalu.", "U ħa żball li vvotalu minħabba l- politika tiegħu fuq l-Ewropa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U b'danakollu qisu ma ġara xejn.", "Tara deputati Laburisti hawnhekk li ħafna minnhom jafu li dak li qed ngħid jien huwa minnu, jixtiequ jaqblu miegħi imma ....", "(Interruzzjonijiet) U kemm kien hawn avukati li riedu jivvotaw fuq il- mozzjoni u ma vvotawx minħabba l-karriera politika tagħhom!", "U anke fuq l- Ewropa.", "U naf x'qed ngħid.", "Mr Speaker, dan huwa budget li kulħadd qed jgħid li huwa tajjeb, bis-sens, ma fihx esaġerazzjonijiet u bil-għaqal.", "Imbagħad jiġi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni hawnhekk u jgħid li għamilna dan il-budget għax irridu bilfors nirbħu r-referendum.", "Jiena lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu li r- referendum jintrebaħ għax hekk se tkun id-deċiżjoni tal-poplu Malti u min ma joqgħodx għad-deċiżjoni tal-poplu Malti, il-poplu Malti jiċħdu dakinhar u f'kulma jiġi wara.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Prim Ministru għad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-crew tal-PBS u nitlobhom biex jirtiraw mill-Kamra.", "Il-crew tal-PBS irtira mill-Kamra.", "MR SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża tas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru, 2001 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fit-8:31p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża tas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "325", "FAVUR: 34", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace Victor| |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond | |Dalli John |Pullicino George | |D'Amato Helen |Pullicino Orlando| | |Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA: 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada s-Sibt, 1 ta' Diċembru, 2001 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2002", "L-Ewwel Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Finanzi; u", "2.", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tielet Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada s- Sibt, 1 ta' Diċembru, 2001 fid-9:00a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 258.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRADE MEETING", "29970.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "29634 u cioe jista' l-Ministru jgħid min kien ir-rappreżentant ta' pajjiżna fil-Qatar WTO Trade meeting li sar f'Novembru ta' din is-sena?", "X'Kienu t-talbiet li għamel il-gvern Malti lill-WTO sabiex jiproteġġi l- interessi tal-poplu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-delegazzjoni Maltija għall-konferenza ministerjali riċenti tal-World Trade Organisation li nżammet fil-Qatar kienet immexxija minni bħala Ministru responsabbli mill-kummerċ u kienet tinkludi lis-Sur Paul Zahra bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas- Servizzi Ekonimiċi, lis-Sur Pierre Clive Agius bħala uffiċjal mill- Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fil-missjoni permanenti ta' Malta f'Ginevra u lis-Sur Ray Cachia Zammit bħala Assistent Personali tiegħi.", "Il-pożizzjoni adottata minn Malta f'din il-konferenza kienet waħda li tisħaq fuq l-importanza ewlenija tal-kummerċ internazzjonali għall-iżvilupp ta' pajjiżna u għalhekk tirrikonoxxi l-validita' ta' provvedimenti li jwasslu għal aktar liberalizazzjoni fil-kummerċ internazzjonali.", "Dan iżda, filwaqt li Malta tagħraf ukoll il-ħtieġa li fil-qasam agrikolu tingħata kunsiderazzjoni partikulari u xierqa għall-importanza li dan il-qasam għandu f'kuntest iktar wiesgħa minn dak purament ekonomiku.", "L-andament tas- settur agrikolu għandu mportanza kbira għal dak li għandu x'jaqsam mal- bżonnijiet speċifiċi tal-komunitajiet rurali u għal ħarsien ta' l-ambjent f'dawn l-istess żoni.", "Għal dawn ir-raġunijiet jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikulari lis-settur agrikolu, inkluż il-kunsiderazzjoni ta' forom ta' assistenza fejn dan huwa meħtieġ.", "Effettivament, id-dikjarazzjoni finali maqbula bejn il-pajjiżi kollha membri tal-World Trade Organisation, irrikonoxxiet il-validita' ta' dawn id- dikjarazzjonijiet.", "Taħt l-isem ta' non-trade concerns, qed jiġi stabbilit li tista' tiġi kkunsidrata għajnuna lis-settur agrikolu, kemm għal raġunijiet soċjali u kulturali, kif ukoll dawk ambjentali.", "Din il- pożizzjoni ser tifforma parti integrali min-negozjati multilaterali li mistennija jinfetħu fil-futur qrib mill-World Trade Organisation bil-għan li jitfassal pjan dettaljat għal-liberalizazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fil-qasam tal-prodotti agrikoli.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - BY PASS", "29978.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru b'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 29838 peress li l-By pass ta' San Pawl il-Baħar qed tiddeterjora minħabba li matul dawn l-aħħar tliet snin ma saret ebda manutenzjoni, jinvestiga s-sitwazzjoni u jara li jsir pjan immedjat sabiex jibdew ix-xogħolijiet?", "Jekk fl-affermatttiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-pjan diġa' sar u ġie ppubblikat fil-Master Plan għar-restawr tat-toroq arterjali.", "Xogħol ta' manutenzjoni fit-triq isir minn żmien għal żmien sabiex kemm jista' jkun it-triq tinżamm operabbli mal grado il-ħsarat li jiżviluppaw fiha minn żmien għal żmien.", "PULIZIJA", "29981.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru b'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "29831 jikkunsidra li jżid in-numru ta' pulizija sabiex ikun hemm aktar kontroll partikolarment fil-ħinijiet li qed ikun qed jiffrekwentaw żgħażagħ u studenti taħt it-18 il-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa` qed tieħu ħsieb, sabiex ikun hemm preżenza ta` Pulizija fl-inħawi ta` Paċeville, anki l-Ħadd wara nofsinhar.", "KO-OPERAZZJONI - AGRIKOLTURA", "29988.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm diskussjonijiet ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-Agrikoltura bejn Malta u New Zealand matul dawn l-aħħar tlett snin?", "Jekk iva x'kienu u fliema stadju waslu?", "Jekk le jista' jikkunsidra li jibdew?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li d-diskussjonijiet li għalihom qed jirreferi l- Onorevoli Membru jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru ta' l- Agrikoltura u Sajd, nitlob li l-Mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.", "MALTAPOST", "30010.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-Maltapost li kienu jaħdmu fil- fergħa ta' Raħal Ġdid u ġew transferiti għall-posta ta' Bormla humiex ser jibqgħu hemm għal dejjem jew għal żmien temporanju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li kull ċaqlieq ta' ħaddiema tal- Maltapost isir skond l-esiġenzi tas-servizz u kemm jista' jkun b'mod li jinħoloq l-inqas inkonvenjent għall-ħaddiema.", "SAN ĠILJAN - PARKING MANAGEMENT", "30011.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kundiżżjonijiet tat- tender għall-management tal-parking f'Pender Place San Ġiljan?", "Jikkonferma l-Ministru li l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma nbidlet wara li dan ingħata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "INCREMENT - MIŻURI DIXXIPLINARI", "30014.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "30007?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi bejn il-1991 u Jannar 2000 kienu japplikaw ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta' l-1977 li kienu jipprovdu li l-Kap tad-Dipartiment seta' jara hu, l-każijiet inqas gravi, u fost il- pieni li seta' jagħti kien hemm iż-żamm jew sospensjoni ta' increment wieħed.", "Fit-Tabella A annessa ma' din it-tweġiba hemm id-dettalji mitluba.", "Ta' min jiċċara wkoll li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kellha d- diskrezzjoni li tiddeċiedi hi x'piena tagħti fil-każijiet l-oħra gravi jew li jinvolvu proċeduri kriminali.", "Fit-Tabelli B u Ċ annessi ma' din it- tweġiba hemm id-dettalji ta' dawn il-każijiet fejn il-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku ddeċidiet li tagħti piena ta' tiżmim ta' increment.", "Mill-ewwel ta' Frar 2000 daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda tad- dixxiplina li ma jipprovdux li jista' jinżamm increment bħala miżura dixxiplinarja.", "Il-Kap ta' Dipartiment xorta baqagħlu d-dritt li jżomm increment f'każijiet fejn is-servizz mhuwiex sodifaċenti.", "INCOME TAX", "30015.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-Ministeru tal-Finanzi ta struzzjonijiet lid- Dipartiment tat-taxxi interni biex jiġbor Lm16M addizzjonali f'income tax sa tmiem is-sena minn fuq kontijiet pendenti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- istruzzjonijiet li joħorġu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni hu li jgħamel ix-xogħol b'effiċjenza u galbu.", "PENSJONI SĦIĦA", "30017.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-gvern ikompli bil-miżura li kien beda Gvern Laburista 96-98 biex il-pensjonati ex- Servizzi Ingliżi jingħataw il-pensjoni sħiħa kif wara kollox imwiegħed elezzjoni wara l-oħra mill-Partit Nazzjonalista sa' mill-1987 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġibiet tiegħi dwar dan is-suġġett fil-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 17719, 12069, 6278, 6218.", "TARXIEN - WIRES PERIKOLUŻI", "30019.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-wires perikolużi quddiem ir-residenza 68 St. Mary Simons Avenue Tarxien jinbidlu minħabba li mhux l-ewwel darba li li ħareġ in-nar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "BANK ĊENTRALI", "30020.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "29906 jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġiex appuntat xi konsulent ekonomiku mal-Bank Ċentrali dan l-aħħar?", "Min hu?", "X'terms of refernce għandu?", "Kemm qed jitħallas?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "29906 f'seduta 647.", "APPLIKAZZJONI - POST TAL-GVERN", "30022.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm separata b'tifla waħda u li tgħix mal-ġenituri tagħha li jinsabu bi problemi kbar familjari u li ilha li applikat għall-post tal-gvern għal dan l-aħħar 10 snin?", "Tista din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat flimkien ma oħrajn simili.", "SPIŻERIJA - PROPJETA TAL-GVERN", "30027.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kamra li hemm fi Triq il-Mediterran, Pembroke fit- triq li hemm quddiem l-ispiżerija li tagħti lejn l-ixtajta u li bħalissa hija okkupata hijiex propjeta tal-Gvern u allura min qed jokkupa għandux il- permessi meħtieġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-kamra li hemm ftit il-ġewwa mit- triq li twassal għax-xatt ta` Pembroke fil-fatt hija tal-Gvern u skond ir- records tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern mhix mikrija.", "Qed isiru l- investigazzjonijiet neċessarji sabiex jinbdew proċeduri ta` żgumbrament kontra min qed jokkupa din il-kamra illegalment.", "ĊIMITERJU - PROPJETA TAL-GVERN", "30028.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx oqbra projeta tal-Gvern fiċ-Ċimiterju Ta' Braxia?", "Jekk fl-affermativ, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmżx il-ħsieb li dawn l- oqbra jiġu mibjugħa?", "Jekk fl-affermativ, meta huwa maħsub li dan issir?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li preżentament fiċ-Ċimiterju Ta' Braxia m'hemmx oqbra proprjeta tal-Gvern.", "HOUSING", "30038.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu dwar rapporti riċenti li saru lid-Dipartiment tad-Djar minn residenti dwar familja li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament bl-aħħar rapport datat 21 ta' Novembru 2001 u dwar il-każ miftuħ għand id- Dipartiment tad-Djar bin-numru tar-referenza 18743?", "Jista' jgħid wkoll jekk il-bini li qed isir mill-istess familja fil-komun tal-istess blokk għandux il-permessi meħtieġa?", "Jaf l-Ministru li saru diversi rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan dwar dan il-każ fosthom każ bin-numru 6N/4302/1999", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ebda Dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi mhu responsabbli li jagħti clearance biex inkwilini f'bini tal-Gvern jagħmlu xi xogħol f'bini bħal dan.", "Għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "MOUNT CARMEL HOSPITAL - ĦLAS", "30039.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk pazjenti li jkunu f'Mount Carmel Hospital irridux iħallsu meta jkunu residenti ta' din ir- residenza?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi skond Avviż Legali 60 ta' l-2000, (Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Kap. 318, Regolamenti ta' l-2000 dwar Rati għal Istituzzjonijiet u Hostels Statali), 'inter alia' jgħid, illi dawk il-pazjenti li jkunu residenti fl-Isptar Monte Carmeli, u ż-żmien li jagħmlu hekk residenti jaqbeż is-sitt xhur konsekuttivi għandhom jikkontribwixxu għaż-żamma tagħhom, 60% mill-income nett totali tagħhom.", "Dan jiġi mogħti lill-Kumitat dwar Welfare imwaqqaf taħt l-artiklu 130 ta' l- istess Att.", "Dan jgħodd għal dawk ir-residenti li jirċievu pensjoni kontributorja, filwaqt li dawk li jirċievu pensjoni ta' l-eta' jitħallsu allowance minflok pensjoni ta' l-eta' (mhix kontributorja).", "Dwar każijiet oħra nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi d-domanda lill- Ministru konċernat.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - ŻBROFFAR TAD-DRENAĠĠ", "30047.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi żbroffar tad-drenaġġ kien hemm f'Novembru 2001 f'San Pawl il-Baħar u x'passi ttieħdu biex il-ħsara tissewwa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li matul Novembru, l- iżbroffar ta' drenaġġ f'San Pawl il-Baħar kien f'Salina Road.", "Ir-raġuni kienet kwantita' ta' xaħmijiet u anki xi ġebel.", "L-iżbroffar dam sakemm kien għaddej it-tindif f'Buġibba u l-Qawra.", "Ma jirriżultax illi hemm xi ħsarat fid-drenaġġ f'dawn l-inħawi.", "Ta' min isemmi li l-istoppages ġew irranġati fl-istess ġurnata li nqalgħu.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - RADAM U BLAT", "30048.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir wara l-Knisja ta' ħdejn il-Gillieru f'San Pawl il-Baħar fuq it-triq li qed jitneħħiela l-ġenb tar-radam u blat?", "X'passi qed jittieħdu biex it-triq ma ċċediex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta tax-xogħol li qed jitwettaq fil-lokalita'.", "Ix-xogħol qiegħed jitmexxa mis-sezzjoni tat-Titjieb ta' l-Ambjent fid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet.", "Jien infurmat li l-periti nkarigati minn dan ix-xogħol ikkunsidraw l- istabilita' ta' dan il-post u mexjin bix-xogħol kif tirrikjedi s-sena u l- prassi f' dawn it-tip ta' ċirkustanzi.", "MCAST", "30049.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna studenti li bdew edukazzjoni post- sekondarja għas-sena 2001-2002 fl-istituti differenti tal-MCAST, skejjel post-sekondarji, istituti tekniċi, f'Malta u Għawdex?", "Instituzzjoni b'istituzzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għadd ta' studenti li bdew l-edukazzjoni Post-Sekondarja fis-sena skolastika 2001-2002 huwa kif ġej:", "|Sir Mikelanġ Refalo - |316 | |Ċentru ta' l-Istudji | | |Ogħla | | |Carmen Carbonaro - |66 | |Skola tax-Xagħar u | | |Sbuħija | | |Mother Theresa College |128 | |Skola Provokazzjonali | | |Pre-School Education |42 | |Skola ta' l-Edukazzjoni| | |Bikrija | | |Sir Mikelanġ Sapiano |72 | |Istitut Tekniku | | | | | |Ġuże` Micallef | | |Kulleġġ ta' |17 | |l-Agrikultura | | |G. Curmi | | |Skola Sekondarja Ogħla |989 | |Umberto Calosso - Skola|74 | |tas-Snajja' Subien | | |De La Salle College |100 | |St Aloysious College |210 | |St Edward's College |76 | |Verdala International |28 | |Sc. | | |Total |414 | | | | |MCAST | | | | | |Istitut |135 | |għall-Inġinerija | | |Elettronika | | |Istitut |210 | |għall-Inġinerija | | |tal-Bini u Kostruzzjoni| | |Istitut tat-Teknoloġija|210 | |ta' l-Informazzjoni | | |Istitut għall-Kummerċ |430 | |Istitut ta' l-Arti u |58 | |d-Disinn | | |Istitut Marittimu |9 | |Total |1052 | | | | |Junior College |1503 | | | | |Grand Total |4673 |", "SKEJJEL SPEĊJALI", "30050.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk iż- żgħażagħ b'diżabilita li għalqu 19-il sena u mhux se jitħallew jattendu iżjed f'xi skola speċjali?", "X'qed isir biex dawn iż-żgħażagħ jingħataw il- formazzjoni meħtieġa għall-ħajja fis-soċjeta u x-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa' qed iwettqu l-pjanijiet sabiex żgħażagħ li għalqu 19-il sena u qed jattendu fl-Iskejjel Speċjali jkunu jistgħu jibdew jattendu fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita'.", "Fost dawn il-pjanijiet hemm assessment komprensiv kif ukoll pjan ta' azzjoni għal kull student li qed jieħu parti f'din it-tranżizzjoni.", "Beda l- proċess ukoll biex isir reklutaġġ ta' aktar support workers kif ukoll professional support workers li ser ikunu responsabbli tal-klijienti ġodda.", "Għaddejjin ukoll diskussjonijiet ma' aġenziji oħra sabiex jinfetħu aktar Ċentri żgħar fil-komunita'.", "PROĠETT TAL-VILLA ROSA", "30051.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Ministru milli jiffirma l-permessi meħtieġa biex ikun jista' jitwettaq il-proġett tal-Villa Rosa għal skola għall-istudenti Russi peress li d-dewmien se jwassal biex dan il-proġett jintilef hawn Malta u jmur il-Ġermanja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru naħseb jista' japprezza li l-proposta biex tinħareġ Liċenza ta' Skola għar-Russu u Liċenza oħra ta' Skola għat- Tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin ma hix proposta sempliċi u kienet tirrikjedi ċertu verifiki li mhux faċli jsiru.", "L-applikanti jafu li l-proċess ħa l-kors tiegħu u wasal biex jiġi mitmum.", "BENCHMARKING - PROFESSJONISTI", "30052.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "29949?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "15456 f'seduta 287 kont irrispondejt il-mistoqsija parlamentari 11941 abbażi ta' r-returns li daħlu għas-sena bażi 1998.", "Id-dħul medju dikjarat fil-formoli tat-taxxa għas-snin ta' stima 2000 u 2001 rispettivament mid-diversi professjonisti huwa kif ġej:", "| |2000 |2001 | | | | | |Periti u Inġiniera |4442 |5212 | | | | | |Accountants u |4456 |5412 | |Awdituri | | | | | | | |Avukati, Nutara u |6356 |7916 | |Prok.", "Legali | | | | | | | |Veterinarji |6014 |6172 | | | | | |Dentisti |5399 |6419 | | | | | |Tobba |3832 |4395 |", "Dawn l-ammonti juru biss id-dħul mill-prattika privata (private practice) u ma jinkludux id-dħul li seta' kellhom mill-impjieg jew sorsi oħra.", "Hi medja li tiġi affettwata min numru ta' persuni reġistrati f'kull professjoni u li jaħdmu fuq bażi part time.", "TRAPJANTI TAL-ORGANI - WAITING LIST", "30055.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "29908?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mistoqsija parlamentari nru.", "29908 ġiet imwieġba fis-seduta 651.", "INGAĠĠ TA' GĦALLIEMA", "30056.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "29955?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta' Settembru 2001, ġew impjegati mitejn u tmienja (208) għalliema ġodda mad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, u mas-Sezzjoni ta' l-Edukazzjoni fil-Ministeru għal Għawdex.", "Dawn il-figuri ġew miżjuda ma' dawk tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku matul Settembru u Ottubru 2001.", "NEGOZJU - VAT", "30058.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "29995?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "29995 f'seduta 651.", "INTERNATIONAL TRADE CENTRE", "30059.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tad- dokument dwar International Trade Centre li qiegħed jiġi promoted fil-media Internazzjonali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-dokument li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PA - KUMITATI U KUMMISSJONIJIET", "30060.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri li hemm fuq il-kumitati u kummissjonijiet fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, inkluż tal-Bord tal-Appell?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Ħ'ATTARD - SPORT COMPLEX", "30061.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' l-isport complex li kellu jinbena bħala parti mill-proġett tat-tkabbir ta' l-iskola primarja ta' Ħ'Attard?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti talbet lill-perit appuntat mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard biex jemenda t-tender document kif meħtieġ.", "Sfortunatament minkejja li ilu sittax-il ġimgħa biex jissottometti dawn l-emendi lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-perit inkarigat għadu ma ssodisfax it-talba magħmula.", "PERIKLU TAT-TIPJIP", "30062.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'sar s'issa matul din is-sena skolastika fl-iskejjel tal- istat, tal-knisja u dawk indipendenti biex l-istudenti isiru aktar konxji mill-periklu tat-tipjip?", "Fl-liema skejjel saru?", "X'hemm ipproġettat għax- xhur li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas- Saħħa jiġi mistieden fuq bażi regolari mill-kapijiet ta` l-iskejjel biex jitkellem mat-tfal ta` kull eta` dwar il-ħsara kkaġunata mit-tipjip.", "Dan it-tagħlim għandu jingħata ukoll mill-għalliema nfushom billi dawn ikunu iżjed f'kuntatt regolari mat-tfal.", "Ir-riċerka xjentifika turi li t- tagħlim fuq suġġetti bħal l-edukazzjoni fuq is-saħħa għandha tifforma parti mill-curriculum nazzjonali bħala health education.", "B'hekk suġġetti bħal ikel, tipjip, xorb, drogi u HIV/AIDS jiġu mgħallma fost it-tfal kollha minn eta` żgħira sa l-adolixxenza.", "PA - POLICY PAPERS", "30063.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja taż-żewġ policy papers maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar Xogħol u Trasport?", "ONOR.", "TONIO BORĠ: Id-dokumenti ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.", "WHO - TIPJIP PASSIV", "30064.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Minkejja it- twissijiet kontinwi mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għaliex it- tipjip passiv ġie ippruvat li qed jikkawża numru akbar ta' imwiet , għaliex il-Gvern għadu ma ħax il-passi urġenti li hemm bżonn biex f'postijiet pubbliċi bħall-restaurants, każini, bars eċċ jknu hemm postijiet riservati għall dawk li ma ipejjpux?", "Jista' jara ukoll li speċjalment fix-Xitwa jkun hemm ventilazzjoni adegwata ukoll f'dawn il-postijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 27984 f'seduta 598.", "TIPJIP - MWIET", "30065.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet matul din is-sena konsegwenza diretta tat-tipjip?", "Kemm kienu irġiel u kemm nisa?", "X'kien il-mand prinċipali li mietu bih?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena ġew irreġistrati li mietu 289 persuna li jistgħu jiġu kkunsidrati li mietu b'konsegwenża tat-tipjip.", "Minn dawn 198 kienu rġiel u 91 kienu nisa.", "Il-mard prinċipali li biħ mietu kien il-kanċer tal-pulmun, bronkite kronika u mard tal-qalb.", "BUS SHELTERS", "30066.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min liema kumpanija qegħdin jinxtraw il-bus shelter li qegħdin jiġu installata fit-toroq bħalissa u x'inhu l-prezz ta' kull bus shelter?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28861.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SAFE SEX", "30067.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'sar s'issa mad-Dipartiment tas-Saħħa biex iwassal il- messaġġ tiegħu fl-iskejjel sekondarji u sixth form dwar safe sex?", "F'liema skejjel saru taħdidiet matul din is-sena skolastika?", "Kien hemm xi oggezzjoni minn xi skejjel biex dawn it-taħdidiet isiru?", "Minn liema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li:", "1.Uffiċjal mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa iżur dawk l-iskejjel fejn jiġi mistieden sabiex imexxi diskussjonijiet dwar is-saħħa sesswali.", "2.Għall-okkażżjoni tal-Jum Dinji ta' l-AIDS, id-dipartiment għamel posters u qassamhom ma' l-iskejjel kollha sabiex jitwassal il-messaġġ \"Jum Nagħti Kaz...", "U int?\" li huwa l-messaġġ dinji sabiex aktar żgħażagħ ikunu responsabbli mill-imġieba sesswali tagħhom u jevitaw it-tixrid tal-mard trasmess sesswalment, inkluż l-HIV.", "Dan l-intervent issir kull sena biex titfakkar il-jum dinji ta' l-HIV/AIDS.", "3.Id-Dipartiment għamel ukoll video bil-Malti ta' nofs siegħa li jitratta s- sesswalita u s-saħħa immirata lejn iz-zgħazagħ li jattendu skola sekondarja u dik post-sekondarja.", "Dan il-video, l-ewwel wieħed ta' din ix- xorta, qed jingħata lill-għalliema tal-PSE u Guidance Units li jċemplu u jistaqsu għalih id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa.", "Barra minn hekk id-dipartiment ippubblika gwida informativa li titqassam fost ġenituri, youth workers u għalliema kif ukoll żgħażagħ maturi.", "Din il- gwida titratta dwar is-sesswalita u mard relatat.", "Minn żmien għal żmien id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa jiġi mitlub jagħmel taħdidiet fl-iskejjel sekondarji u sixth form dwar safe sex.", "Qabel it-taħdidiet, l-uffiċjali tad-Dipartimemt jiltaqgħu ma' l-għalliema tal-PSE jew mal-Guidance Teachers biex jiddiskutu flimkien il-kontenut ta' dawn it-taħdidiet.", "F'din is-sena skolastika saru taħdidiet fuq talba speċifika ta' dawn l-iskejjel:", "De La Salle College - 6th Form Students", "St. Aloysius College, B'Kara - 6th Form Students", "St. Joseph School Blata l-Bajda - Form 4 and Form 5", "Immaculate Conception School - Tarxien - Form 4 and 5 MCAST - Corradino Hill Paola - Post Secondary School", "Sir Temi Zammit School - Mtarfa Secondary School", "PULIZIJA - REINSTATEMENT", "30068.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għal reinstatement tal-korp tal-pulizija ta' PC360?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-talba għal reinstatement fil-Korp tal-Pulizija tal-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma kienetx ġiet milqugħa.", "ĦLAS TA' PERIT", "30075.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas il-Perit li ismhu qed jintbagħat separatament mis-7 ta' April 1997 meta inħatar konsulent mal- Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali?", "Meta ntemmet il-ħatra tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Perit li għalih qed issir referenza mill-Onor.", "Interpellant u li kien ġie maħtur Adviser mal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali fis-7 ta` April 1997, kellu salarju ta` LM4,875 fis-sena.", "Il-ħatra tiegħu ntemmet fl-1 ta` Mejju 1998.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "30079.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta pulizija jagħti ċitazzjoni lil xi karozza, jista' s-sid li fuqha tkun irreġistrata l-karozza, mhux biss is-sewwieq, tintbagħtlu kopja taċ-ċitazzjoni d-dar wkoll?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi s-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ma hux kontemplat fil-liġi.", "FISH FARM", "30081.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati/ħaddiema ma' kull fish farm li hawn Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: 118-il ħaddiem huma impjegati fil-fish farms li hawn Malta.", "Minnhom 59 huma full-time, 10 huma full-time on reduced hours waqt li hemm 49 part-time.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA", "30082.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma dak li qal tabib ewlieni tad-Dipartiment tas- Saħħa fil-programm 'Xarabank' nħar il-ġimgħa 16 ta' Novembru li mhux qed jitħallew isiru taħdidiet fuq safe sex?", "Jekk hu minnu, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kurrikulu Nazzjonali jirregola din il-kwestjoni u ma nafx li wasluli xi ilmenti.", "EVALWAZZJONI TAL-PREZZ TA' L-ART", "30085.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saret evalwazzjoni tal-prezz tal-art ta' Pender Place u Mercury House bejn l-1996 u l-1999?", "Jista' jgħid min għamel dik l-evalwazzjoni?", "Kemm tħallset il-persuna nkarigata?", "Kif ġiet assenjata dak ix-xogħol?", "Jista' jgħid wkoll min kien tqabbad biex jagħmel l- environment impact assessment tal-proġett propost f'dan is-sit mill- amministrazzjoni ta' bejn l-1996 u l-1998?", "Dak l-EIA kien tlesta?", "Kemm tħallas l-konsulent li ġie mqabbad jagħmel dak l-EIA?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "CAR PARK", "30086.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx parker awtorizzat għall-car park immarkat fuq il- pjanta li qed tintbagħat separatament fi Triq Dragunara, San Ġiljan?", "Fil- każ li r-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid min hi l-persuna u meta ġab l-awtorizazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li hemm permess ta` car park attendant maħruġ mill-Pulizija fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.", "BAJJA TA' M'XLOKK", "30087.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm art (f'metri kwadri) ġiet inkluża għall-iżvilupp skond il-pjan lokali għall-Bajja ta' M'Xlokk aktar minn dak indikat fit-TPS ie. fil-Pjan Regolatur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Pjan Lokali għall-Bajja ta` Marsaxlokk (1995) jindika illi l-art approvata għall-iżvilupp barra mill-Pjan Regolatur, (1988) – (Temporary Provisions Schemes, 1988) hija ta` 201,189 metri kwadri skond it-tabelli murija hawn isfel:", "|Sit |Użu ta` l-Art |Daqs | | |Impost | | |1. |Żvilupp |13,930 | |In-Nigret|Residenzjali |sqm | |, | | | |Il-Qajjen| | | |za, | | | |B`Bugia | | | |2.", "LPG |Żvilupp |22,000 | |Site, |Residenzjali, |sqm | |Il-Qajjen|Kummerċjali u | | |za, |Żvilupp relatat | | |B`Bugia |ma` ħażna u | | | |manutenzjoni ta`| | | |dgħajjes | | |3.Il-Kava|Żvilupp |12,590 | |llerizza,|Residenzjali |sqm | |Marsaxlok| | | |k | | | |4.", "Juno |Żvilupp | 9,906| |Heights, |Residenzjali |sqm | |Marsaxlok| | | |k | | | |5. |Żvilupp relatat |82,140 | |Il-Kavall|ma` sport u |sqm | |erizza |rikreazzjoni | | |'Developm|pubblika, | | |ent Brief|il-monti, | | |Area', |turiżmu, kummerċ| | |Marsaxlok|u titjib | | |k |ambjentali | | |6.", "Inner |Żvilupp | 2.203| |Harbour/T|Residenzjali |sqm | |riq |Żvilupp relatat |58,420 | |il-Wilga |ma` sport u |sqm | |'Developm|rikreazzjoni | | |ent Brief|pubblika, | | |Area', |il-monti, | | |Marsaxlok|turiżmu, kummerċ| | |k |u titjib | | | |ambjentali | | |Total | |201,189| | | |sqm |", "ENEMALTA", "30093.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru perezz ta' l-Enemalta ġentilment jgħid kemm ilha pendenti t-talba li jsir street lighting fi Triq is-Suq fiż-Żejtun?", "Meta hemm il-ħsieb li dan l-istreet lighting isir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li t-talba biex ikun hemm dawl adekwat fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "Naturalment, dwar data wieħed irid jikkunsidra l-fatt li l-Korporazzjoni Enemalta għandħa diversi talbiet simili pendenti.", "ŻEJTUN - TRIQ IS-SUQ", "30094.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq is- Suq, Żejtun li hi kważi kollha abitata u għadha ma saritx?", "Hi inkluża fil-lista tat-toroq li se jsiru din is-sena jew is-sena d- dieħla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li Triq is-Suq hija diġa asfaltata u għalhekk xogħol ta' manutenzjoni isir mill-Kunsill Lokali.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - GĦAJNUNA", "30095.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid jekk persuna li tbati minn kundizzjoni kronika ta' ulcerative colitis u li qiedgħa fuq dieta partikolari (li tinkludi tip ta' ħalib partikolari) tingħatax xi għajnuna mid-diviżjoni tas-saħħa billi dawn il-prodotti tad-dieta huma ħafna għolja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "XIRI TA' PROPJETA", "30097.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jaf l- Ministru li in effetti xi snin ilu kienu ġiet presentata petizzjoni ffirmata minn 52 persuna li jirrappreżentaw 52 familja b'ċirca 250 persuna fejn talbu li jkunu jistgħu jixtru l-proprjetajiet fejn jgħixu?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex qed jikkonsidra favorevolment din il-petizzjoni tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji f'Malta u Għawdex li jgħixu fi proprjetajiet li jistgħu jiġi klassifikati bil-mod fuq deskritt?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn riċerki li saru mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern kif ukoll mill-Uffiċċju Konġunt, ma jidhirx li saritilhom xi petizzjoni kif indikat fil-Mistoqsija.", "Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar informazzjoni sabiex inkun f`pożizzjoni li nagħti tweġiba xierqa.", "RECOGNITION RENT – POSSESSION AND USE", "30098.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Japprezza l-Ministru li hemm numru ta' nies li jgħixu fi proprjetajiet li fihom joqgħodu biss b'possession and use u jħallsu biss recognition rent u fejn allura l-gvern m'għandux titlu ċar?", "X'beħsiebu jagħmel il-Gvern sabiex jirratifika din il-posizzjoni ekwivoka li teżisti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jirriżultax li hemm numru ta` nies li jgħixu fi proprjetajiet li fihom joqgħodu biss b`possession and use u jħallsu biss recognition rent.", "In-nies li jgħixu fi proprjetajiet tal-Gvern li huma mibnija fuq art esproprijata b`titlu ta` possession and use, għandhom ftehim tal-kirja mall- Gvern u għalhekk għandhom titlu ċar daqs li kieku l-proprjeta` ġiet esproprijata b`titlu ta` xiri assolut.", "Pero` f`dawn il-każi, in-nies ma jkunux jistgħu jixtru darhom.", "Ir-recognition rent titħallas lis-sidien tal-proprjeta` li tkun ġiet akkwistata b`dan it-titlu ta` possession and use.", "Wara għaxar snin is- sidien ikunu jistgħu jaqilbu t-titlu tagħhom għal dak ta` public tenure.", "Immedjatament kif dan isir, is-sidien ikunu jistgħu jbiegħu il-kirja ta` public tenure (billi tiġi ikkapitilizzata bil-5%) lill-Gvern u b`hekk il- Gvern isir is-sid assolut.", "Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jbaxxi il-persentaġġ ta` 5% sabiex iħajjar lis-sidien ibiegħu l-kera li jirċievu.", "PROPREJTA B' POSSESSION AND USE", "30099.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonsidra li jikkuntratta rapport sabiex jiġi lilu rakkomandat miżuri leġittimi li jista' jieħu l-gvern sabiex ikun jista' jakkwista il- propjeta kollha li tkun b'possession and use b'titolu ċert fil-liġi biex b'hekk ikun hu stess jista' jiddisponi minnha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Diġa` sar studju f`dan ir-rigward.", "Il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jbaxxi r-rata ta` 5% li biha tiġi ikkapitilizzata l-kera ta` possession and use sabiex is-sidien jitħajru aktar li jbiegħu l-kera u b`hekk il-gvern isir is-sid assolut.", "XIRI TA' DJAR", "30100.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma għadhiex il-politika tal-gvern preżenti li n-nies jiġu nkoraġġiti jixtru d-dar fejn joqgħodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jressaq id- domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ŻEBBUG - KALKARA TAL-ĠIR", "30102.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħtini l-informazzjoni meħtieġa indikata f'diversi mistoqsija parlamentari nri.", "29378, 28941, 29189 ċioe il-pjanti jew il-kuntratt ta' dawk il-kmamar li allegatament twaqqgħu meta ġiet imwesgħa Triq Mdina - Ħaż- Żebbuġ li kien qegħdin jiġu okkupati mill-inkwilini u li minħabba t- twaqqiegħ tal-kmamar ġiet allokata lilu l-parti antika ta' l-istess propjeta?", "Minħabba l-ħsara li qiegħda ssir f'sit ta' importanza storiku minħabba t-trobbija ta' tjur, jista' l-Ministru jara li s-sitwazzjoni ma tibqax kif inhi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm fuq il-pjanta li għandu d-Dipartiment ta` l- Artijiet, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jirriżulta li kien hemm żewġt ikmamar qabel saret it-triq, ma hemm l-ebda dokumenti rigward dan fid-Dipartiment ta` l-Artijiet.", "Kif diġa` għidt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29378, ir-remissa ġiet allokata lill-okkupant mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet bħala alternattiva għal dawn iż-żewġt ikmamar.", "Għaldaqstant, l-Onorevoli Membru jista` jagħmel il- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta` l-Ambjent.", "Ma jirriżultax \"prima facia\" li qegħda ssir xi ħsara minħabba t-trobbija ta` tjur.", "Id-Dipartiment ta` l-Artijiet ser jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu u ser jieħu l-passi neċessarji jekk ikun il-każ.", "SKEJJEL - TRASPORT", "30103.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li d-divizjoni ta' Edukazzjoni tinvestiga ilment li wasalli minn diversi ġenituri li t-tfal żgħar li jmorru minn Ħal Kirkop fl-iskola San Franġisk t'Assisi qed jitħallew fil- main road ta' Ħal Kirkop minflok jitniżżlu ħdejn il-knisja kif kien il- ftehim u l-istruzzjonijiet tal-Kap ta' l-Iskola?", "Possibli jittieħdu passi biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "Possibli l-Ministru jinnota li s-surmast ta' l-iskola ta' struzzjonijiet bil-miktub biex it-trasport jgħaddi minn ħdejn il-Knisja u minkejja dan min jopera dan il-vjaġġ xorta baqa jagħmel li jrid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola wasslet ir-rapport fuq it- trasport tat-tfal mill-iskola ta' San Franġisk t'Assisi lura lejn Ħal- Kirkop lill-uffiċjal inkarigat mit-trasport.", "Dan ħa ħsieb li jiżgura li d-diffikulta` tiġi riżolta.", "AIR MALTA – INDAFA TA' L-AJRUPLANI", "30104.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Għalkemm is-servizz ta' l-Air Malta hu wieħed tajjeb ħafna, jiriżżultalu l- management ta' l-Air Malta li hemm bżonn ta' spinta akbar fejn tidħol l- indafa ta' l-ajruplani?", "Jirriżulta li f'ċerti titjiriet l-indafa ta' l- ajruplan ma tkunx dik mistennija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "AIR MALTA – BREAKDOWN TA' PASSIĠĠIERI", "30105.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il passiġġier tar bl-Air Malta tul is-snin 2000 u 2001 kull sena?", "Kemm il-passiġier tar bl-Air Malta fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru ta' l-1999, 2000 u 2001?", "Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kull xahar imsemmi kull sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li bejn Jannar u Diċembru 2000 in- numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta minn u lejn Malta kien ta' 1,656,769.", "Għall-istess perjodu, pero' Novembru u Diċembru fuq stima, għal din is-sena, in-numru huwa ta' 1,690,332.", "L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kif ġej:", "|XAHAR |1999 |2000 |2001 | | | | | | |Settembr|202,50|179,718|194,631 | |u |8 | | | | | | | | |Ottubru |180,20|152,422|148,722 | | |7 | | | | | | | | |Novembru|112,57|97,042 |94,000 | | |7 | |(stima) |", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "316.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-impieg mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tal- persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament?", "Meta ġie impjegat u kif?", "Jekk dan mhux impjegat x'inhi r-raġuni li din il-persuna spiss tidher qed issuq il-karozza GVN398 ta' dan id-dipartiment anki għall-qadi personali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-persuna indikata ma hijiex impjegata mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, iżda tattendi f`dan id- Dipartiment in konnessjoni ma` xogħol fuq it-telekomunikazzjoni meta jitqabbad mill-kumpanija li tforni dan il-materjal lid-Dipartiment.", "Ta`dan is-servizz isir ħlas lill-kumpanija u mhux lill-individwu.", "Ix-xogħol li għamel l-individwu huwa konness mal-mezzi ta` radios li jinsabu fil-vetturi tad-Dipartiment, u għalhekk jista` jkun li kien hemm drabi fejn dan kellu jsuq xi vettura."]} {"filename": "20020424_727d_par.doc", "date": "2002-04-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 727 L-Erbgħa, 24 ta' April, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 727", "L-Erbgħa, 24 ta' April, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "727", "L-Erbgħa, 24 ta' April, 2002", "WERREJ", "MINUTI 255", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 255", "TQEGĦID TA' KARTI", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 262", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR TIBDIL TEMPORANJU FIL-KOMPOŻIZZJONI TAD-DELEGAZZJONI", "TAL-MALTA-EU JOINT PARLIAMENTARY COMMITTEE 282", "AĠĠORNAMENT 283", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 288", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 726 li saret fit-23 ta' April, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "31254.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb domanda parlamentari 30676 u tgħid kemm tħawlu siġar matul is-sena 2001 f'Għawdex mid- dipartiment ta' l-agrikoltura?", "X'tip, x'eta` u x'daqs kienu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Jien informata li matul is-sena 2001, f'ċirkostanzi ta' xita limitata, siġar u arbuxelli f'Għawdex tħawlu madwar 1070 mill-fergħa ta' l-agrikoltura tad-dipartiment għall- proġetti u żvilupp.", "It-tipi li tħawlu kienu palm, oleander, ficus, tamarix, populus alba, quercus ilex, eucalyptus, pine carob, auricaria, cupressus, casuarina, laurus nobilis, pittosporum, hibiscus, caprosma, bianca, widnet-il-baħar u evonymous.", "Dawn kienu ta' bejn tlieta u sitt snin u bejn 60 u 200 ċentimetru għoli.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru għadha tal-fehma li għandha tibqa' tinjora l-enforcement notice li ħarġet u d-direct action li ttieħdet min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar wara x-xogħol illegali li sar fil-Wied ta' San Blas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-passaġġ li kien diġa' jeżisti fil-wied ta' San Blas.", "Fil-fatt dak il- passaġġ aħna dawwarnieh f'mogħdija aktar komda għall-bdiewa u rranġajna l- ħajt u ġibnieh aktar sura mill-istat diżastruż li kien fih.", "Dan kollu sar għall-benefiċċju tal-bdiewa u bl-ebda detriment għall-ambjent, kif donnu jrid jimplika l-Onor.", "Interpellant.", "Ovvjament hemm l-awtorita' ta' l-ippjanar u aħna noqogħdu għal dak li tgħid hi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed tgħid li lesta toqgħod għal dak li tgħid l-awtorita' ta' l-ippjanar iżda fl-istess ħin donnha qed timplika li l-awtorita' ta' l-ippjanar m'hijiex korretta f'dak li għamlet.", "Issa jien qiegħed f'pożizzjoni li niddikjara li dak li qalet il-Ministru huwa 'l bogħod mill-verita' għax hemmhekk mhux passaġġ biss kien hemm imma anke waterway li ġiet disturbata billi parti minnha ġiet mgħottija, bi ħsara kbira għall-ambjent, apparti li dan jirriżulta anke mir-rapport ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Għalhekk qed nistaqsi lill-Ministru jekk hijiex lesta li tikkonferma li dak li qalet hi mhuwiex korrett u dak li għedt jien huwa korrett.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'iniex informata li saret ħsara lill-ambjent, wisq inqas fil-każ tal-kors minn fejn kien jgħaddi l-ilma.", "Dan jista' jikkonfermah kull bidwi illi għex u għadu jgħix f'San Blas.", "Illum il-lokal huwa rikonoxxut għat-titjib li aħna għamilna f'dawk l-inħawi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed tgħid li min għamel ir-rapport ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar huwa injorant, li l-bdiewa huma l-esperti u li hi lilhom għamlitilhom pjaċir meta għaddiet dak il-passaġġ?", "Il-Ministru rat ir-rapport ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li jgħid ċar u tond li fil- wied saret ħsara ambjentali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Li l-awtorita' ta' l-ippjanar huma injoranti qed tgħidu int u mhux jien, għalkemm ma naħsibx li l-bdiewa huma mingħajr ebda esperjenza ta' xejn.", "Imma nerġa' ngħid li finalment aħna lesti li noqogħdu għal dak li tiddeċiedi l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Bir-rispett kollu, il- Ministru kellha quddiemha mistoqsija preċiża ħafna - jekk hijiex konxja u tafx bir-rapporti ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Taf bihom jew ma tafx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ir-rapporti li qed issir riferenza għalihom marru għand id-dipartiment tal-proġetti u żvilupp - għax barra l-ministeru hemm ukoll id-dipartiment direttament responsabbli għal dan ix-xogħol – u flimkien ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar se jibqgħu mexjin fuq il-każ.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar politiċi li għandhom responsabbilta' għall-ministeru u għad-dipartimenti tagħhom.", "Il-Ministru hija konxja mir-rapport tal-planning authority, li jidhirli li hi stess poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Mr Speaker, jiena ma poġġejt l-ebda rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naċċetta l-korrezzjoni għax effettivament ir-rapport kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Onor.", "Mizzi, iżda l-Ministru xorta għandha responsabbilta' politika personali għall-ministeru u d-dipartimenti tagħha.", "Konxja l-Ministru minn dan ir-rapport fejn l-awtorita' ta' l- ippjanar għamlet il-ġudizzju li għadu kemm issemma' dwar il-proġett li hi qed tgħid li ma ħalaq l-ebda problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ir-rapport konxji minnu u nafu bih u nerġa' ngħid li dak li ddeċidiet jew se tiddeċiedi l-awtorita' ta' l-ippjanar aħna nirrispettawh.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' jekk jogħġobha l-Ministru tispjegali kif tirrispetta d-deċiżjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar meta d-deċiżjoni diġa' ttieħdet – dan ikkonfermatu hi stess meta qalet li hi konxja mir- rapport - u ma kien hemm l-ebda follow-up min-naħa tagħha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'iniex informata x'inhi eżatt id-deċiżjoni ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar peress li dan id-dokument ilu li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra, pero' nerġa' ngħid li aħna soġġetti għad-deċiżjoni li tieħu l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Mr Speaker, jiddispjaċini imma hawnhekk qed nippruvaw nagħmlu plejtu mix- xejn għax nerġa' ngħid li l-passaġġ kien diġa` hemm għall-użu tal-bdiewa u mhux aħna ħloqnieh.", "U fuq talba ta' numru kbir ta' bdiewa li jużaw il- passaġġ, aħna sempliċement tajna kisja fuq l-art - kienet hemm ukoll din - ħalli l-bdiewa jkunu jistgħu jgħaddu għal ġor-raba' b'mod aħjar minn qatt qabel u bl-ebda mod ma tellifna l-korsa ta' l-ilma.", "Jiġifieri jekk xejn aħna tejjibna l-mogħdija ta' dan il-passaġġ u erġajna bnejna retaining wall baxx kif kien qabel.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, ma taħsibx il-Ministru li hija ħaġa kurjuża li qed tiftakar b'din il-preċiżjoni kollha x'jaħsbu l-bdiewa - skond hi, għax m'hu veru xejn li jaħsbu hekk - u min-naħa l-oħra ma tiftakarx x'inhi d-deċiżjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Il-Ministru qed taċċetta li jekk hemm deċiżjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar – id- deċiżjoni teżisti, hemm qiegħda – hi għandha l-obbligu li timplimenta dik id-deċiżjoni?", "Sejra timplimentaha din id-deċiżjoni jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nivverifika l-affarijiet waqt li nerġa' ngħid li aħna noqogħdu għad-deċiżjoni li hemm, iżda lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandi mistoqsija għalih.", "Inti li tant titkellem favur il-bdiewa u tgħid li aħna ninjorawhom lil dawn in-nies u rridu l-qerda ta' l-agrikoltura, hawnhekk f'dan il-każ kif qiegħed tgħid li l-bdiewa mhijiex affari tagħhom?", "Fejn jaf l-Onor.", "Sant il-bdiewa ta' San Blas x'iridu?", "Tkellmu miegħu?", "Għax miegħi tkellmu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Waqt li naċċetta li l-Ministru tkellmet ma' wħud mill- bdiewa ta' San Blas – naturalment dawk li huma tal-klikka tagħha - taf xorta waħda li effettivament id-deċiżjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar fuq dan il-każ – issa qed ngħid minn dak li naf jien, u mela ma nafx – hi li kien hemm ksur flagranti ta' regoli ambjentali elementari.", "Taf il- Ministru li r-responsabbilta' għal dik l-area hi tagħha, bdiewa u mhux bdiewa?", "Taf il-Ministru li r-raġuni li tingħata għal dan il-ksur hi minħabba l-ħbieb tal-ħbieb tagħha?", "Il-Ministru lesta li tikkonferma li meta għada filgħodu tmur fl-uffiċċju tagħha u tiskopri li d-deċiżjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar hi li x- xogħol jiġi reversed - kif diġa' taf - tobbliga ruħha quddiem din il- Kamra, b'responsabbilta' politika personali tagħha, li tirranġa l- affarijiet skond id-deċiżjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Għandha din l-isfida u jmissha taċċettaha jekk trid.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ħalli nerġa' nirrepeti għax ngħidu kemm ngħidu, kull darba qed ngħidu l-istess ħaġa.", "Jiena qed ngħid li se nerġa' nara d- deċiżjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u nimxi ma' dik id-deċiżjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nerġa' mmur għall-mistoqsija oriġinali u nistaqsi lill-Ministru jekk ġiex magħżul xi post biex 'il quddiem ikollna masġar f'Għawdex.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Aħna se nkomplu nkabbru l-masġar li hemm fl-Imġarr taħt Chambrai u nagħtuh l-importanza li għandu bżonn.", "Tkun verament ħaġa tajba li tara massa ta' siġar hekk kif tasal fil-port, kemm għad-dehra kif ukoll għall-gżira t'Għawdex.", "IL-QAMMIEĦ – SPIERI KONTAMINATI", "31255.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jinvestiga kif l-ispieri fil-Qammieħ spiċċaw kontaminati?", "Jista' l-Ministru jara li jirrimedja għal din is-sitwazzjoni ħalli l-bdiewa jkollhom biex isaqqu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li d-dipartiment ta' l-agrikoltura qiegħed kontinwament f'konsultazzjoni mad- dipartiment tad-drenaġġ biex tissewwa l-ħsara li żviluppat fil-main tad- drenaġġ.", "Naturalment il-bdiewa jkunu jistgħu jsaqqu meta d-dipartiment tas-saħħa pubblika japprova li l-ilma hu ta' kwalita' tajba biżżejjed li jista' jintuża fuq ħxejjex għall-ikel.", "PULIZIJA – RABAT – ŻIEDA TA' MANPOWER", "31256.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Peress li fir-Rabat żdied is-serq mill- karozzi kif ukoll minn stabilimenti kummerċjali - tant li dak tal-karozzi tela' minn 64 għal 107 serqa fl-2000 u għal 103 serqa fl-2001 - jista' l- Ministru jara li jiżdiedu l-pulizija u jingħataw aktar support, fosthom karozzi u faċilitajiet oħra?", "Jista' l-Ministru jara li tinfetaħ mill-ġdid l- għassa ta' l-Imdina u l-għassa l-ġdida fl-Imtarfa ħalli l-pulizija tkun tista' tagħmel sorveljanza aħjar f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi fid-diviżjoni tal- pulizija tar-Rabat hemm assenjata vettura bħalma hemm f`dviżjonijiet oħra.", "Barra minn hekk l-iskwadra mobbli ukoll tagħmel ir-ronda.", "Ninsab informat ukoll illi l-għassa tal-pulizija ta` l-Imdina qed tkun miftuħa, filwaqt li għal dik ta` l-Imtarfa nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 30278.", "LANDSCAPING – PROĠETTI", "31293.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għad-domandi parlamentari 30581 u 30677, jista' l-Ministru jinformana liema huma l-ħaddiema li se jkunu involuti f'dawn il-proġetti ta' landscaping?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Peress li għadhom qed ikunu kkonsidrati l-proposti li daħlu lill-gvern wara s-sejħa li saret għal tisħib min-naħa tal-privat f'ħidma ta' landscaping u embellishment, għadu prematur li tingħata l- informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jispjegalna ftit x'inhuma effettivament it-targets tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' tisħib mill-privat fuq landscaping?", "X'qed ifittex eżatt il-gvern?", "Proġett bi proġett, partner b'partner?", "Jew inkella xi forma ta' framework agreement ma' ċerti sidien privati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Min-naħa tagħna l-iskop hu li jkun hemm partnership, bħalma jgħid l-istess titolu.", "Allura fil-bidu toħroġ sejħa biex tieħu l- ideat u l-proposti ta' kulħadd u minnhom tibda tifformola framework, bħalma qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u peress li għadna fil-bidu trid tara kif tista' tamalgama u tgħaqqad flimkien is-settur privat man- numru ta' nies li għandek fid-dipartiment.", "Bħalma jaf il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, id-dipartiment ta' l-agrikoltura fil- passat kien jintuża biex isiru dawk il-proġetti ta' \"Iżra u Rabbi\", li fihom kien hemm nies f'livelli ta' tradesmen u operatives, nies li ma jkunux proprja tas-sengħa u ma jkunux laħqu l-grad ta' ġardinar.", "Naturalment ġardinar ikun jaf ċerta teknika u jkun jifhem kif għandha ssir żabra, kif għandu jħawwel u fejn għandu jħawwel.", "Issa fid-dipartiment hemm numru sostanzjali ta' dawk li kienu fuq dawn il-proġetti li l-grad tagħhom huwa inqas minn dak ta' ġardinar - dak li nsejħulu general hand - u li normalment jagħmlu kwalunkwe xogħol li jiġi għal idejhom.", "Il-ħsieb hu li dawn in-nies nużawhom b'mod iżjed effiċjenti ħalli nżidu l-output.", "Allura tgħaqqad gruppi minnhom biex flimkien mal-management, li jkun fuq spallejn kemm il-privat kif ukoll id-dipartiment, isir framework, isir il- pjan u jsir il-kunċett ta' x'tip ta' proġett jistgħu jidħlu għalih.", "Fil-bidu tas-seduta tal-lejla ssemma' l-afforestation.", "Jista' jkun li fid- dipartiment ikollok grupp ta' nies li jkunu bħala operatives, bħalma kien hemm fil-water services corporation, u naf li dawn għad baqa' ammont sostanzjali minnhom peress li fil-passat kien hemm perjodu meta kienu jiddaħħlu kwantita` ta' ħaddiema mal-gvern fil-lower grades.", "Jiddispjaċini ngħid li għal dawn il-lower grades ma kienx hemm it-taħriġ neċessarju biex dawn jgħollu l-livell tas-sengħa tagħhom u allura għad għandna numru sostanzjali li m'humiex fil-livell ta' ġardinar.", "Per eżempju, madwar tliet xhur ilu, wara li sar it-taħriġ u t-testijiet neċessarji, tajna promotion lil xi 50 ġardinar.", "Dawn kienu nies li minn rajhom tgħallmu s-sengħa - din m'hijiex xi sengħa li trid toqgħod tmur l-universita' imma tiġi bl- għira li dak li jkun ikollu għall-mestjier - u d-dipartiment ħass li lil dawn in-nies kellu jlaħħaqhom biex ix-xogħol ikun jista' jiġi organizzat aħjar.", "Hawnhekk ukoll għandna dan l-ammont ta' operatives li m'huwiex żgħir, nies li jistgħu jiġu utilizzati aħjar peress li għandna bżonn inżidu l- afforestation.", "Veru li mbagħad se jidħlu ċerti problemi għax meta tgħid afforestation trid toqgħod attent x'inti tgħid.", "L-ewwelnett fil-pajjiż għandna area limitata, m'għandniex area kbira minn xiex niddisponu bl- amment u l-ftit li għandna rridu nieħdu ħsiebha sewwa.", "Imbagħad għandek il-problema l-oħra li biex tagħmel afforestation, sakemm ma tagħmilx kollox bil-hydroponics - jiġifieri li nħawlu x-xtieli u s-siġar fl-ilma u ngħaddulhom il-kimika minn ġo l-ilma u jikbru ....", "Terġa' huwa impossibbli li tagħmel afforestation b'siġar kbar għax mill-banda l-oħra għandek il- problema ta' provvista ta' ħamrija u għandek il-problema l-oħra ta' l- irrigation water.", "Jiġifieri l-kunċett huwa tajjeb pero' hawnhekk qed tiġbor l-ideat ta' kulħadd, bħalma qegħdin nagħmlu fil-programm għar-rural development.", "Dan huwa proġett ġdid għal pajjiżna u mill-ftit riżorsi umani li għandna, mill-esperjenza li għandna ta' diversi nies, qegħdin niġbru l-aħjar mod kif nistgħu nagħmlu sinerġija, niġbru l-esperjenza ta' kulħadd, niġbru l-għerf ta' kulħadd u niġbru t-teknika ta' kulħadd, ħalli mir-riżorsi li għandna - u jekk nistgħu, anke nieħdu għajnuna bħala konsulenza minn pajjiżi oħra li diġa' għaddew minn din l-esperjenza – niġbru din l-enerġija kollha fi proġetti ta' landscaping u embellishment ħalli nkunu nistgħu nutilizzaw ċertu ammont ta' nies li hemm fid-dipartimenti tal-gvern, u dawn jitpoġġew fejn ikunu jistgħu jagħtu output akbar milli qegħdin jagħtu fil-preżent, u dan ovvjament għall-ġid tal-pajjiż.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Napprezza dawn il-ħafna sentimenti sbieħ li semma' l- Ministru, imma l-mistoqsija tiegħi hija motivata mill-inċertezza li qed iħossu ruħhom fiha ħafna ħaddiema mid-dipartimenti tiegħu.", "Lil dawn qegħdin jgħidulhom illi dan il-proġett kulma se jfisser hu li se jintbagħtu jaħdmu mal-privat fuq proġetti tal-privat, u meta jistaqsu eżattament x'inhu għaddej m'huma qed jingħataw l-ebda guidance.", "Almenu jista' l- Ministru jagħtina ftit guidance fuq kif qed jara li jiġu assenjati dawn il- ħaddiema fuq dawn il-proġetti, fis-sens jekk ikunux qegħdin jaħdmu taħt regolamentazzjoni tal-gvern jew supervision tal-gvern; jekk hux se jkunu assenjati full-time mal-privat; jekk hux se jkollhom għażla jekk imorrux jew le; u x'se jkunu t-termini li fuqhom il-gvern jaħseb li se jkun qed jaħdem f'dan il-kuntest?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, anke lili kellmuni diversi minn dawn il- ħaddiema, pero` irrid nerġa' ngħid li hawnhekk għadu qed jiġi fformulat il- pjan kif se jsiru dawn il-proġetti.", "Ovvjament imbagħad la ngħaddu mill- kunċett għall-attwazzjoni ta' l-istess proġetti jidħlu affarijiet oħra, bħal min se jkun responsbbli għall-attwazzjoni ta' l-istess proġetti.", "Fl-ewwel risposta li tajt jiena semmejt ukoll li dan il-proġett se jiġi mmexxi b'partnership bejn il-privat u n-nies tad-dipartiment.", "Ovvjament meta niġu għal-livell ta' nies tekniċi fid-dipartiment, jiena bi ftaħir ngħid li llum pajjiżna għandu ammont ta' nies, għalkemm mhux ħafna, li jispeċjalizzaw f'diversi friegħi ta' l-agrikoltura.", "Irrid ngħid ukoll li din is-sena fl-universita' se jibda kors fil-livell ta' B.Sc., bl-idea li jkollna nies imħarrġa kif jixraq fis-suġġett ta' l-agrikoltura.", "Barra minn hekk, nixtieq ngħid ukoll li qegħdin isiru diskussjonijiet ma' sieħbi, il-ministru ta' l-edukazzjoni, dwar il-proġett il-ġdid ta' l-MCAST u qegħdin naħsbu kif għal dan is-settur noħolqu grad f'livell ta' technician.", "Per eżempju, fl-inġinerija ssib min għandu l-ordinary technician diploma u mbagħad hemm min għandu l-higher technician diploma.", "Anke fejn tidħol l-agrikoltura, meta niġu għall-extension service, se nħarrġu lin-nies apposta biex jaqdu dawn il-funzjonijiet.", "Imma biex nerġa' niġi għal dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, irrid ngħid li meta niġu għall-mod kif dawn se jitmexxew u minn min, din il-biċċa xogħol tista' ssir minn mix ta' nies mill-privat u mid-dipartiment, ħalli b'hekk ikun hemm transfer ta' expertise f'dan il-qasam.", "U ladarba jiġi fformulat dan il-pjan, imbagħad ikun jista' jiġi deċiż min ikun qed jidderieġi l-istess proġett.", "Per eżempju, in-naħa tal-gvern tista' tagħmel il-funzjoni ta' regolatur, bil-privat jagħmel il-funzjoni ta' kuntrattur.", "Imma dawn dettalji li nkunu nafuhom iżjed 'il quddiem kif jiġi fformulat il-framework.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nifhem il-punt li qed jgħid il-Ministru li x-xogħol għadu f'fażi relattivament preliminarja, imma bħalissa m'aħniex qed nitkellmu fuq technicians imma qed nitkellmu fuq general hands.", "Ma jaħsibx il-Ministru li anke biex ikun hemm ċertu serħan il-moħħ u allura biex ikun hemm ċerta atmosfera biex il-proġett ikun jista' jimxi 'l quddiem bil- kwiet, il-gvern għandu jissettja l-parametri li fihom se nimxu 'l quddiem f'din il-ħaġa?", "U dan biex l-ewwelnett in-nies ikunu jafu jekk humiex se jibqgħu b'xi mod jew ieħor taħt il-kondizzjonijiet eżistenti tax-xogħol; u t-tieni jekk hux se jkun hemm ċerti inċentivi biex il-ħaddiema jitpoġġew f'ċerti karigi, f'ċerti funzjonijiet, f'ċerti proġetti taħt ċertu management.", "In-nies iridu jkunu jafu għax ma jistax ikun li sena ilu għednilhom li se tiġri din il-ħaġa, jaħsbu li għaddej ix-xogħol u ma jafu xejn, xi ħaġa li sfortunatament qed tiġri f'diversi postijiet.", "Ġrat fl- MIA, qed tiġri fil-freeport, qed tiġi fil-lotterija, qed tiġri fil- Maltapost u issa qed tiġri fl-agrikoltura.", "Jien naħseb li hu fl-interess ta' kulħadd, kemm tal-gvern u kemm ta' dawk il-ħaddiema li għandhom bżonn ftit ta' serħan il-moħħ, li għallinqas illejla l-Ministru jagħtina ftit parametri ġenerali ta' kif jara li dawn il- ħaddiema – għall-general hands qed nirriferi issa – jistgħu jħarsu lejn il- futur tagħhom.", "M'għandux għalfejn il-Ministru jippreġudika l-pożizzjoni tiegħu imma għallinqas in-nies għandhom ikunu jafu – hemm numru sostanzjali minnhom – li l-gvern qed jaħseb hekk u mhux qed jaħseb on the lines li huma qegħdin jaħżnu f'moħħhom.", "Qed ngħid hekk biex dawn in-nies ikollhom is-serħan il-moħħ li mbagħad iwassal biex il-proġett jimxi 'l quddiem, jekk trid proġett viabbli.", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, biex inserraħ moħħ kulħadd, nerġa' ngħid li dan għadu fl-istadju ta' kunċett u qed jiġi studjat biex naraw ikunx cost-effective.", "(Interruzzjonijiet) Effettivament jien kont qed ngħid li għandek il-problema ta' l-areas, għandek il-problema tal-provvista tal- ħamrija u għandek il-problema l-oħra ta' l-irrigation.", "Għax bħalma jaf il- Kap ta' l-Oppożizzjoni, ir-ruħ tal-biedja huwa l-ilma għax biedja mingħajr ilma ma teżistix.", "Allura qabel ma nagħmlu l-affarijiet fatta qegħdin jiġu analizzati dawn l-affarijiet kollha fis-sites indikati.", "Per eżempju, qed naraw kemm trid ħamrija biex tagħmel tant area u qed naraw x'tip ta' taħwil se jsir.", "Aħna se nagħmlu bħalma għamlu missierijietna fin-naħa tal-Buskett?", "Min jitla' n-naħa tal-Buskett, inti u sejjer lejn Ħad-Dingli, jara dawk is-siġar tal-prinjol ħerġin minn ġol- blat.", "U tibda' tgħid: Hawnhekk kif ħerġin dawn is-siġar minn ġol-blat?", "Anke fl-antik missierijietna kienu jagħmlu dik il-ħofra, bħal konka fonda, fejn jinżlu u jsibu l-pjan, jinżlu sal-qiegħ, jieħdu dak is-saff ta' ħamrija fejn ikollu daqsxejn tafal bejn is-saffi tal-blat, fejn is-siġra tinżel u tankra ġo fiha, u allura ssib dik li l-bdiewa jgħidulha t-tira', dik l-umdita', fejn l-għeruq tas-siġar ikunu jistgħu jifirxu taħt.", "Allura l-ewwel problema li trid tiġi indirizzata hija li għall-area li se tagħmel, trid tara li jkollok l-ammont ta' neċessarju ħamrija għax mingħajr ħamrija ma timxix.", "Imbagħad trid tanalizza sewwa l-ammont ta' ilma meħtieġ biex tassigura illi dawk is-siġar li se tħawwel jikbru.", "Għax kulħadd jaf li jekk inti għandek xitla u ħawwiltha, minkejja li dik ix-xitla twaddabha fil-bitħa, twaddabha f'kantuniera għad-dell biex ma jkollhiex ħafna xemx, xorta waħda tkun trid tisqija regolari, naturalment skond is-siġra li tkun għax kulħadd jaf li hemm varjazzjoni bejn siġra u oħra fuq l-ammont ta' ilma li tieħu.", "U allura anke hawnhekk meta qegħdin ngħidu li jrid ikollok l-area, qed isir studju biex ikollok provvista ta' ħamrija u jkollok il-ġbir ta' l-ilma għat- tisqija.", "U f'dan l-istadju preliminari, il-ġbir ta' l-ilma huwa importanti iżjed mill-fatt kif jintgħażlu s-sites.", "Ovvjament jekk inti għandek ċerti sites, trid tagħżilhom li jkunu adatti skond it-tip ta' ġebla, skond it-tip ta' art, skond it-tip ta' blat li fuqhom jikber.", "Jekk inti se tagħżel art li fuqha se tagħmel substrata bit- terrapien tat-trinek – dan jista' jitħallat mal-kompost ....", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk jiena qed ngħid li l-ewwel se jiġu indirizzati dawn il-problemi u ladarba jkun stabilit li dawn il-proġetti huma kollha cost-effective ....", "Inutli noqgħod ngħid li se nikkmanda jien jew se jikkmanda l-Onor.", "Alfred Sant jew se jikkmanda l-iSpeaker.", "L-ewwel trid tara li l-proġett jista' jseħħ.", "(Interruzzjonijiet) Ġejjin għall- filosofija issa u l-Onor.", "Sant jiddiletta bil-filosofija!", "Biex ikollok a finished project irid ikollok il-kunċett għax ma jistax ikollok il-proġett lest jekk m'għandekx il-kunċett u biex tasal mill-kunċett għall-finished product irid ikollok l-actuation.", "Allura aħna qegħdin fl-istadju li nistabilixxu l-kunċett, naraw li dan il-kunċett jista' jsir u minn hemm ngħaddu għall-attwazzjoni u wara l-istadju ta' attwazzjoni jkollok f'idejk il-prodott.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Michael Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali u financial statements ta' l-awtorita' ta' Malta dwar it-turiżmu għas-sena 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' skrivani part-time fi skejjel statali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32704.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-23 t'April ̧ 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, qegħdin nitkellmu dwar abbozz ta' liġi li se jemenda l-Kodiċi Ċivili u li nistgħu ngħidu, jitkellem dwar affarijiet kriminali li għandhom aspett ċivili.", "X'irridu ngħidu b'dan?", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk nispjegaw lill-poplu - għax aħna ma rridux li hawnhekk noqogħdu nitkellmu bejnietna u min ikun qed jismagħna ma jkunx qed jifhimna - x'jaqa' taħt il-perspettiva ċivili u x'jaqa' taħt il-perspettiva kriminali fil-liġi.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem dwar azzjonijiet li jmorru kontra l-ordni pubblika u li allura għalihom hemm piena, li tista' tkun tikkonsisti jew f'piena ta' ħabs, jew f'multa jew inkella f'sentenza sospiża.", "Issa meta aħna nkunu qed nitkellmu dwar reati, inkunu qed nitkellmu dwar il-kamp kriminali, imma jekk min-naħa l- oħra nkunu qed nitkellmu dwar affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' danni, bħal ngħidu aħna ħlas ta' danni għal riżarċiment, inkunu qed nitkellmu dwar il-perspettiva ċivili, li hija perspettiva privata.", "L-abbozz ta' liġi li qed nitkellmu fuqu llum jidħol f'diversi aspetti, fosthom fl-aspett penali, fl-aspett ċivili, fl-aspett privat u fl-aspett kostituzzjonali, jiġifieri nistgħu ngħidu li jidħol f'kull tip ta' perspettiva u dimensjoni li għandu l-qasam legali, pero` kull aspett għandu d-dominju speċifiku tiegħu, u fil-fatt huwa għalhekk li għandna qrati differenti.", "Per eżempju, fuq kwestjonijiet ċivili m'għandhiex kompetenza jew ġurisdizzjoni l-qorti kriminali, daqskemm fuq kwestjonijiet kriminali m'għandhiex kompetenza jew ġurisdizzjoni l-qorti ċivili.", "Il-qrati ċivili m'għandhom l-ebda jedd li jiddeċiedu kawżi kriminali, daqskemm il-qrati kriminali m'għandhom l-ebda jedd li jiddeċiedu kwestjonijiet ċivili, għax kull qorti għandha l-kompetenza tagħha.", "Il-kompetenza tal-qorti ċivili hija ċivili u l-kompetenza tal-qorti kriminali hija kriminali.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li l-prim'awla tal-qorti ċivili għandha jedd tiddeċiedi kwestjonijiet kostituzzjonali, imma mbagħad jekk ikun hemm talba għal appell, dawn il-kwestjonijiet ikunu jridu jmorru quddiem il-qorti kostituzzjonali.", "Kull dominju legali għandu l-qorti tiegħu, pero` mbagħad fil-liġi hemm element ta' overlapping.", "Mr Speaker, mhux l-ewwel darba li nsibu li kwestjonijiet ta' natura kriminali jkollhom laqta ċivili.", "Per eżempju, meta xi ħadd jiġi misjub ħati li ffroda lil xi ħaddieħor u jingħata perijodu ta' żmien biex iħallas, jew inkella l-perijodu ta' sentenza sospiża tinqaleb f'waħda ta' ħabs, hemmhekk issib element ta' overlapping, u iktar ma jgħaddi żmien dawn id- dominji legali separati iktar jersqu lejn xulxin għax iktar isibu li għandhom bżonn l-għajnuna ta' xulxin.", "Meta riċentement emendajna l-Kodiċi Kriminali fejn saru ċerti emendi importanti, rajna ċertu element privat involut f'dawn l-emendi wkoll.", "Għaliex?", "Għax meta l-Istat jiġi biex jiġġieled il-kriminalita`, huwa jipprova juża r-riżorsi kollha tiegħu sabiex jagħmel il-ġlieda tiegħu effettiva kemm jista' jkun, u allura, sabiex ma jiġix ostakolat f'dak li jkun jixtieq jagħmel fil-ġlieda tiegħu kontra l-kriminalita`, l-Istat ħaseb sabiex jekk ikun hemm bżonn, iżewweġ ċerti dominji.", "Illum aħna qed nitkellmu dwar il-korruzzjoni, li per se m'huwiex att ċivili imma huwa att kriminali, pero` minn dak l-att kriminali joħorġu wkoll konsegwenzi privati li kien jeħtieġ li jiġu regolati, mhux għax ma kenux regolati imma għaliex il-qrati tagħna dejjem kaxkru saqajhom fuq ċerti affarijiet, speċjalment fuq dak li għandu x'jaqsam ma' danni li jkun irid iħallas l-Istat.", "Għalhekk dan l-abbozz ta' liġi qed jimmira sabiex il-konċett ta' danni li jkun irid iħallas l-Istat ikun iktar ċar u b'hekk meta persuni privati jsofru danni minħabba l-Istat jew inkella minħabba xi korp li jkollu funzjoni pubblika, il-qrati tagħna jiġu megħjuna jagħtu lil dawn il-persuni privati r-riżarċiment reali tad-danni mingħajr ebda xkiel.", "Issa hawnhekk huwa importanti jekk ngħidu wkoll li l-Kodiċi Ċivili jagħmilha ċara li kull persuna, li tista' tkun ukoll persuna legali, hija responsabbli għall-ħsara li tagħmel lil ħaddieħor.", "Dan huwa l-prinċipju legali tal-liġi, għalkemm aħna dejjem applikajna din id-dispożizzjoni tal-liġi l-iktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' relazzjonijiet bejn l-individwi fejn, per eżempju, dawn ikollhom kumpannija bejniethom u minħabba l-imġieba negliġenti, traskurata u doluża ta' waħda mill-partijiet, issir ċerta ħsara lill-kumpannija.", "Il-qrati dejjem applikaw dan il-prinċipju meta ġew biex jittrattaw każijiet privati, pero` mbagħad f'dawk il-każijiet fejn daħal l-Istat, dejjem kien hemm ċerti problemi legali.", "Issa hawnhekk ma rridx nagħti l-impressjoni li qed nagħti xi lectures legali, pero` min jaf kemm-il darba jien u zijuwi, il-mibki Professur Wallace Gulia, li kien jgħallem id-dritt amministrattiv fl- Universita` - u minn hawnhekk nixtieq insellem lil dan il-bniedem, li kien bniedem kolt, ta' ċerta intelliġenza u fl-Universita` kien jagħti ħajja lill-aspett amministrattiv tal-liġi - xtarrejna flimkien il-problemi li jsib iċ-ċittadin sabiex jiġġieled lill-Istat meta dan ta' l-aħħar jikkawżalu ċerta ħsara u joħloqlu ċerti problemi.", "Mr Speaker, sħabi l-Membri ta' din in-naħa tal-Kamra għamlu diversi interventi dwar dan l-abbozz ta' liġi, u huwa tajjeb li abbozz ta' liġi bħal dan tressaq quddiem il-Parlament, biss nittama li l-abbozzi ta' liġi li qed jitressqu quddiem dan il-Parlament m'humiex qed jitressqu sempliċement biex nogħġbu lil ta' barra minn Malta, u li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex wieħed minn dawk l-abbozzi ta' liġi li minħabba fihom il-Parlament jinsab għaddej qisu xi makna.", "Ikun inutli li noqogħdu nagħmlu l-liġijiet mingħajr ma nagħtuhom is-snien.", "Dan bħal meta inti tirbaħ kawża, sfortunatament id-debitur ma jkollux fondi, u inti taqbad is-sentenza, iddendilha fi frame u toqgħod tħares lejha, pero` aħna ma rridux li l-liġijiet li ngħaddu minn dan il-Parlament noqogħdu nħarsu lejhom biss.", "Ikun kollu għalxejn li fil-liġi nipprovdu għal meta uffiċjal pubbliku jew inkella uffiċjal ta' xi korp li jkun qed jaqdi xi funzjoni pubblika jikkommetti xi att ta' korruzzjoni jekk imbagħad l-istess liġi ma tipprovdix biex ikun hemm l-inforzar neċessarju, l-investigazzjoni, l- ipproċessar u l-prosekuzzjoni.", "Jien ma nixtieqx inkun politiku, anzi nixtieq inkun apolitiku, pero` ejjew ngħidu l-verita`: Kemm-il darba tressqu l-qorti persuni involuti b'korruzzjoni?", "Kien hemm xi każ ta' korruzzjoni fl-imgħoddi u bħalissa qed nisimgħu każ partikolari ieħor ukoll, liema każ qed jiġi rrapportat fuq il-gazzetti.", "Issa hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal xi amministrazzjoni partikolari imma qed nirriferi għal kwalunkwe amministrazzjoni, u jien nistaqsi: Iva possibbli li hawn Malta hawn daqstant piji?!", "Kemm aħna qaddisin, imbierek Alla!", "Kemm aħna piji!", "Fil-fatt dan huwa l-argument prinċipali li nixtieq nagħmel.", "Per eżempju, jien lodevoli għal dawk l-emendi li saru għall-Kodiċi Kriminali - qed insemmi l-Kodiċi Kriminali għax peress li jien il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni fuq il-qasam ta' l-intern, allura jinteressawni l-iktar il-liġijiet li jgħaddi l-Ministru responsabbli mill-intern - biex suppost niġġieldu l-kriminalita` aħjar għax per eżempju, illum stess jien ħriġt stqarrija fuq kemm qed tiżdied il-kriminalita` ġewwa pajjiżna.", "Illum il-kriminalita` mhux qed tiżdied minn sena għall-oħra imma minn xahar għal xahar, u allura jien nistaqsi: At the end of the day x'riżultati qed niksbu mill-patafjun ta' liġijiet li qed ngħaddu minn dan il-Parlament?", "Fl- opinjoni tiegħi, ftit li xejn qed naraw riżultati mil-liġijiet li qed ngħaddu minn dan il-Parlament, u hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għal dawk il-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kriminalita`.", "Biex individwu jingħata l-opportunita` li jieħu kumpens għad-danni li jkun sofra, l-ewwel u qabel kollox irid jiġi skopert l-att ta' korruzzjoni, trid tiġi investigata l-persuna li allegatament tkun ikkommettiet dak l-att ta' korruzzjoni, u wara li din il-persuna tiġi investigata, tkun trid titressaq il-qorti u tkun trid ukoll tinstab ħatja ta' att ta' korruzzjoni taħt id- dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali.", "Dan hu l-proċess li jkun irid isir, u qabel ma jsir dan ħadd ma jista' jieħu riżarċiment tad-danni li jkun sofra, pero` l-biża' tiegħi huwa dan li se ngħid.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali qed iressaq abbozz ta' liġi nobbli, anke għax dan qed jagħmilha ċara li meta l-Istat jiġi misjub ħati li kkommetta att ta' korruzzjoni, huwa għandu jħallas ukoll, pero` li jinkwetani huwa l-fatt li mbagħad huwa l-Istat innifsu li jrid imexxi l- proċedura kriminali, u jekk il-każ ta' korruzzjoni jibqa' ma jiġix identifikat jew solvut, allura dan l-abbozz ta' liġi li qed jippreżenta l- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali qatt ma jista' tieħu l-ħajja.", "J'Alla li almenu bħal-lum tmien snin oħra, jiġifieri fl-24 t'April tas-sena 2010, ikunu tressqu xi nies il-qorti mixlijin b'korruzzjoni, inkluż uffiċjali pubbliċi.", "Huwa biss f'dak il-każ li nkunu nistgħu ngħidu li l-abbozz ta' liġi li qed iressaq il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali sab sfog, għax issa ejjew ngħiduha kif inhi; għalkemm dan l-abbozz ta' liġi għamel l-affarijiet iktar ċari, seta' ma tressaq xejn quddiem dan il-Parlament.", "Issa jien qed ngħid dan ħalli nitkellmu ċar għax jien ma rridx innaqqas mill-mertu ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Kif għedt diġa', dan l-abbozz ta' liġi għamel l- affarijiet ħafna iktar ċari, pero` minkejja li diġa' kien hemm dispożizzjoni speċifika tal-liġi li tgħid illi kulħadd huwa responsabbli għal għemilu u għall-ħsara li għamel lil ħaddieħor, ma jidhirlix li xi ħadd qatt ħa riżarċiment tad-danni minħabba għemil ta' korruzzjoni min-naħa ta' uffiċjal pubbliku jew inkella min-naħa ta' uffiċjal ta' xi awtorita` li taqdi funzjoni pubblika.", "Jien għandi taħt l-iskrutinju tiegħi l-korp tal-Pulizija, u l-iktar taqsima li tista' tiġġieled kontra l-korruzzjoni fil-korp tal-Pulizija hija t- taqsima tal-frodi, li llum qed tissejjaħ \"economic crimes unit\".", "Meta wieħed jisma' bl-isem \"economic crimes unit\" jieħu l-impressjoni li dan huwa xi unit \"żul minn hawn\", pero` fil-fatt is-sitwazzjoni mhux hekk hi.", "M'iniex qed ngħid dan minħabba li llum hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista għax l-economic crimes unit dejjem kien is-Cinderella tal- korp tal-Pulizija, u dan minkejja li jrid jaħdem fuq każijiet ta' frodi, fuq każijiet ta' misappropriation, fuq każijiet ta' serq, fuq każijiet ta' tixħim, fuq każijiet ta' money laundering, ...", "U ġaladarba qed insemmi l- money laundering, ta' min jgħid li l-economic crimes unit se jkollu funzjoni importanti anke fil-unit li nħoloq wara li għadda minn dan il- Parlament l-abbozz ta' liġi dwar il-money laundering, li huwa l-financial intelligence unit.", "Kif qed naraw, l-economic crimes unit għandu ħafna xogħol, u għalhekk titkaża mhux ftit meta tiskopri li kulma hemm jaħdmu f'dan il-unit huma supritendent, xi żewġ spetturi u xi erba' membri tal- korp tal-Pulizija.", "Issa hawnhekk se nitkellem ċar, u se nitkellem bħall-Arċisqof għax aħna, meta niġu f'dan il-Parlament u nagħmlu ċerti allegazzjonijiet jew inkella nitkellmu dwar ċerti affarijiet li jseħħu f'dan il-pajjiż, niġu attakkati mill-membri tan-naħa l-oħra li qed nagħmlu allegazzjonijiet fil-vojt u li qed noqogħdu nċappsu lill-gvern tal-ġurnata bit-tajn.", "Allaħares aħna m'għandniex dan il-privileġġ parlamentari!", "Issa hawnhekk ħalli nagħmilha ċara; irridu nkunu boloh fil-veru sens tal-kelma biex nagħmlu dikjarazzjonijiet solenni li aħna iktar qaddisin mill-qaddisin innifishom u li s-settur pubbliku huwa nadif, u ma jistax ikun li meta nisimgħu b'xi każ, noqogħdu nibqgħu nistaqsu għall-provi u jekk ma jkunx hemm provi, nieqfu hemm.", "Kellu raġun l-Arċisqof meta waqt li kien qed jitkellem dwar l- ambjent - fil-fatt ma nafx kienx qed jitkellem dwar il-Planning Authority dak il-ħin - qal li l-affarijiet li kien qed isemmi, jaf bihom kulħadd għax kulħadd għandu għajnejh u widnejh f'posthom.", "Għalkemm jien nista' niddikjara li m'għandix provi minħabba li ma nkunx irrid inċappas, jeħtieġ li lkoll inkunu saqajna ma' l-art u nammettu li meta nħarsu lejn is-settur pubbliku u lejn ċerti awtoritajiet - u m'iniex se nsemmi l-awtoritajiet li qed nirriferi għalihom ħalli ma nitfax dlam fuqhom - għandna nħarsu lejhom iktar mill-viċin u ma noqogħdux ngħidu li qed ngħixu f'pajjiż fejn imbierek Alla, kollox huwa miexi bħall-bizzilla.", "Il-fatt huwa li jeħtieġ illi l-economic crimes unit jiġi msaħħaħ, u dan għandu jiġi msaħħaħ kemm bil-human resources, kemm bl-information technology, kemm bl-e-government ...", "Qed nara lill-Ministru Austin Gatt quddiemi, u għalhekk nixtieq nieħu l-opportunita` biex bħala l-Ministru responsabbli mill-e-government, nistiednu sabiex juża s-sistema ta' l-e- government anke biex jiġu identifikati l-abbużi li jwettqu ċerti uffiċjali pubbliċi u uffiċjali li jaħdmu f'awtoritajiet imma li jeżerċitaw funzjoni pubblika xorta waħda.", "Qed nagħmel dan is-suġġeriment għax id-dinja moderna tal-lum titlob li l-kriminalita` u l-korruzzjoni jiġu miġġielda b'metodi moderni.", "Irridu nifhmu li m'huwiex biżżejjed li ngħaddu l-liġijiet imma jrid ikun hemm il-will għax wara kollox, kulma huma l-liġijiet huma biss biċċa karta bl-iswed fuq l-abjad.", "Mr Speaker, ma tantx fadalli ħin, pero` rrid ngħid li jien nitkaża u nallarma ruħi meta nisma' kemm saru bancarotte f'dan il-pajjiż matul dawn l- aħħar tliet snin u nofs jew erba' snin, minkejja li niftaħru tant bil- pluraliżmu, b'kemm aħna bieżla, b'kemm aħna kapaċi u b'kemm jirnexxielna niftħu negozji.", "Huwa biżżejjed li nsemmu żewġ każijiet ċelebri; il-każ tad- Daewoo u l-każ tal-Priceclub.", "Kien hemm ukoll il-każ tas-Supermaster, imma hawnhekk jien qed insemmi dawk il-każijiet li they hit the headlines.", "Fil- fatt jekk wieħed imur il-Malta Financial Services Centre u jistaqsi kemm fallew kumpanniji matul dawn l-aħħar snin, iġib għajnejh wara widnejh, u jien beħsiebni nagħmel anke mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat biex dan jgħidilna kemm kumpanniji ġew iddikjarati falluti matul dawn l- aħħar snin ħalli b'hekk mhux biss inkunu nistgħu naraw kemm hi kbira din il- problema imma nkunu nistgħu naraw ukoll jekk dawn il-kumpanniji jaqgħux kollha taħt id-dominju ċivili, għax huwa faċli għall-kumpanniji li jgħidu li ssellfu tant flus u li ma kenux kapaċi jħallsu Lm1.", "Il-pulizija, aħna l-avukati, u jien persważ li anke l-Ministru tal- Ġustizzja u Gvern Lokali, ilkoll nafu li there is a fine line between civil bankruptcy u criminal bankruptcy għax malajr jiġu jgħidulek li t-tali każ m'huwiex kompetenza kriminali imma huwa kompetenza ċivili.", "La kumpannija tkun falliet, ikun hemm il-proċess ta' l-istralċ, jaraw x'jistgħu jieħdu l- kredituri minn dak li jkun fadal u kulħadd joħroġ barra bid-daqq.", "Imma, Mr Speaker, hawnhekk ma rridux ninsew li hemm ukoll l-għemil doluż tal- bancarotta, u dan l-għemil tant huwa doluż li huwa msemmi saħansitra fil- Kodiċi Kriminali, eżattament fit-taqsima li titkellem dwar id-delitti fil- fallimenti.", "Imma mbierek Alla s'issa jien naf b'każ wieħed biss, dak tal- BICAL, fejn ġiet segwita din il-proċedura!", "Jenħtieġ li nifhmu li l-kummerċjant m'għandux biss dmirijiet ta' natura ċivili, jiġifieri m'għandux biss id-dmir li jagħti kumpens għad-danni u li kemm jista' jkun iħallas lill-kredituri u lill-impjegati tiegħu imma għandu wkoll obbligi penali f'dak li jagħmel għax filwaqt li jekk hu ma kellux tort li l-kumpannija tiegħu falliet, dak il-każ ikun jaqa' taħt aspett ċivili, jekk il-kumpannija tiegħu tkun falliet minħabba li l-kummerċjant ikun seraq kemm felaħ mill-kumpannija tiegħu stess, ikun ħaxxen butu u ħalla lill-kredituri tiegħu jsaffru l-Aida, f'dak il-każ tkun trid tiġi segwita l-proċedura kriminali għal għemil doluż u għal delitt ta' falliment taħt artiklu 191 tal-Kodiċi Kriminali.", "Issa jien nittama li jekk ikun hemm każijiet bħal dawn, ma noqogħdux inħarsu lejn l-uċuh u ma noqogħdux inkaxkru saqajna, iktar u iktar jekk il-kummerċjant ikun wieħed imsemmi ħafna, għax ġaladarba jeżistu disposizzjonijiet tal-liġi li jitkellmu proprjament f'dan ir-rigward, hemm l-obbligu li wieħed jinvestiga.", "La se nsemmi ismijiet u lanqas se nsemmi kumpanniji, pero` rrid ngħid li l- każijiet li tressqu l-qorti bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi minn artiklu 191 sa artiklu 195 tal-Kodiċi Kriminali tgħoddhom fuq ponot subgħajk, jiġifieri nistgħu ngħidu li f'dan il-pajjiż kważi qatt ma tressqu nies fuq bancarotta kriminali.", "Għarukaża!", "Każ ċelebri huwa dak tal-BICAL, pero` mill-bqija, minn dak iż-żmien 'l hawn, kważi qatt ma tressqu nies il-qorti akkużati b'bancarotta kriminali.", "Huwa fatt innegabbli li fil-verita` f'pajjiżna l-bancarotte mhux qegħdin jitwettqu minn sena għall-oħra imma qegħdin jitwettqu minn xahar għal xahar.", "Huwa veru li bħalissa l-klima ekonomika tal-pajjiż ma tantx hi tajba u ssib lil min ikun tilef il-business tiegħu minħabba raġunijiet li ma kenux fil-kontroll tiegħu verament, pero` jekk noqogħdu nippużaw ta' piji iktar mill-papa nnifsu u noqogħdu nserrħu moħħna li hawn xi bancarotte li m'humiex kriminali, inkunu qed ngħaddu ż-żmien bina nfusna, b'dan il- Parlament u anke bil-Kodiċi Kriminali għax fost affarijiet oħra, artiklu 191 tal-Kodiċi Kriminali jgħid hekk:", "\"Hu ħati ta' falliment doluż u jeħel il-piena ta' priġunerija minn tmintax-il xahar sa tliet snin, il-kummerċjant fallut li jinsab f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:", "(a) jekk jaħbi jew jiffalsifika l-kotba tiegħu;", "(b) jekk jagħmel użu ħażin, jaħbi jew, juri xort'oħra xi parti mill- attiv tiegħu;\".", "Dan l-aħħar qed nisimgħu b'diversi każijiet fejn kummerċjant \"... jagħmel użu ħażin, jaħbi jew, juri xort'oħra xi parti mill-attiv tiegħu\", u fil- fatt diġa' hemm kawżi ċivili fil-qorti proprju minħabba paragrafu (b) t'artiklu 191, allavolja suppost dawn huma kawżi kriminali u mhux ċivili.", "Għalhekk jien nistaqsi: X'kien mhux qed tittieħed proċedura kriminali fuq dawn il-każijiet?", "Issa ħalli naqra parti minn artiklu 192 ta' l-istess Kodiċi Kriminali, li jgħid hekk:", "\"Hu ħati ta' falliment sempliċi u jeħel il-piena ta' priġunerija minn seba' xhur sa sena, il-kummerċjant fallut li jinsab f'wieħed mill- każijiet li ġejjin:", "(a) jekk l-ispejjeż persunali tiegħu jew dawk tal-familja tiegħu kienu iżjed milli jmisshom għall-mezzi tiegħu;\".", "Jien, bħala avukat li naħdem fil-qasam ċivili, naf ħafna nies li l- kumpanniji tagħhom marru bancarotta u mbagħad, Alla jbierek, tarahom għaddejjin b'xi Mercedes, b'xi BMW jew b'xi Chevrolet first-class, u l- kredituri erħilhom jibku!", "Allura jien nistaqsi: Dawn qaddisin?!", "Possibbli li lil dawn ħadd ma jagħmlilhom xejn għajr itellfilhom il-kawża ċivili tagħhom u jikkundannahom iħallsu xi ħaġa?", "Forsi ma jittiħdux il- passi li suppost jittieħdu kontrihom minħabba li l-proprjeta` ma tkunx fuq isimhom?", "Għax illum it-tricks kollha nafuhom.", "Pero` jien ninkwieta iktar u iktar meta naqra paragrafu (e) ta' artiklu 192 tal-Kodiċi Kriminali, li jgħid hekk:", "\"jekk, wara li jieqaf mill-ħlasijiet, iħallas lil xi kreditur jew jagħtih preferenza bla ma tkun tmissu bi ħsara tal-massa tal- kredituri:\".", "Bħalissa hawn każ fejn ġara dan, Mr Speaker, pero` mbierek Alla, ma ttieħdu l-ebda passi, u dan minkejja li każijiet bħal dawn jitmexxew mill-korp tal- Pulizija ex officio.", "Mr Speaker, jien għamilt dan id-diskors proprju biex inwassal il-messaġġ li minkejja li l-Kodiċi Kriminali m'hijiex xi liġi ġdida bħalma huwa ġdid l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, anzi ilha hemmhekk eternita`, aħna bqajna niċċassaw lejn uħud mis-sections ta' din il-liġi u għalhekk issa nittama li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna - li jien nikkonsidrah bħala lodevoli - ġaladarba jsir liġi, ma ma jibqax sempliċement biċċa karta bit-tipa sewda fuqha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jitressaq biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, biex jagħmel dispożizzjonijiet dwar il-ħlas ta' danni f'każijiet ta' korruzzjoni u biex jagħmel ukoll dispożizzjonijiet anċillari dwar dan.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lil dan l-abbozz ta' liġi jsib li huwa rqiq ħafna jekk imqabbel ma' l-abbozzi ta' liġi li ddiskutejna dan l-aħħar u li għad irridu niddiskutu fi ftit jiem oħra, fosthom l-abbozz ta' liġi li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tax- xogħol u l-impjiegi, imma madanakollu fih ħafna x'tixtarr għax wieħed jista' jħares lejn il-korruzzjoni fil-ħajja Maltija minn diversi aspetti.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa interessanti ħafna, pero` kif anke qal sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia qabli, nittama li m'huwiex qed jitressaq quddiem dan il-Parlament għall-unika raġuni li għaliha tressqu quddiem dan il-Parlament mijiet ta' abbozzi ta' liġi oħra matul din il- leġislatura, ċioe` biex inserrħu moħħ il-barranin li qegħdin inqarrbu l- leġislazzjoni tagħna ma' dik ta' Brussels, u nittama wkoll li meta eventwalment dan l-abbozz ta' liġi jiġi mgħoddi minn din il-Kamra, jiġi mħaddem.", "Huwa importanti ħafna anke li abbozz ta' liġi bħal dan nipprovdulu miegħu dawk is-servizzi kollha meħtieġa biex l-għan ewlieni tiegħu, ċioe` li niġġieldu l-korruzzjoni, jiġi mħares u nilħqu l-għan li kemm jista' jkun neliminaw il-korruzzjoni minn dan il-pajjiż.", "Xi ftit jew wisq il-fatt li pajjiżna huwa pajjiż Mediterranju jagħmel il-ġlieda kontra l-korruzzjoni iktar diffiċli, pero` almenu huwa pass pożittiv li llum qed niddiskutu abbozz ta' liġi bħal dan.", "L-importanti huwa li kif għedt diġa', inpoġġu dan l-abbozz ta' liġi fil-prattika u ma nħallux jakkumula t-trab fuqu fuq xi xkaffa.", "Mr Speaker, meta dan l-abbozz ta' liġi jiddeskrivi l-kelma \"korruzzjoni\", mal-ewwel jikkonstata l-fatt li l-korruzzjoni tista' tieħu għamla finanzjarja - fejn per eżempju, xi ħadd jieħu xi ħlas baxx baxx għal xi favur li jkun għamel - u tista' tieħu wkoll għamliet oħra, u huwa tajjeb li dan l-abbozz ta' liġi jiftaħ fuq dan l-aspett għax kif jaf kulħadd, il- korruzzjoni mhux biss tista' timmanifesta ruħha fi flus imma tista' timmanifesta ruħha f'diversi forom oħra, fosthom f'favuritiżmu u fi promotions, fejn xi ħadd li ma jkunx ħaqqu jieħu promotion jeħodha xorta waħda jew inkella xi ħadd li jkun ħaqqu jieħu promotion waħda jingħata xi tliet promotions jew erbgħa f'daqqa.", "Dawn huma każijiet li minkejja li saru u għadhom qed isiru, sfortunatament qatt ma sar xejn, u dan jew għax l- individwi li jkunu involuti f'dawn il-każijiet ikunu litteralment \"blue- eyed boys\" jew inkella għax b'dawn il-promotions l-individwi jkunu qed jiġu mixtrija għal skopijiet ulterjuri.", "Mr Speaker, kif għadni kif għedt fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħi, apparti li l-korruzzjoni tista' tieħu forma finanzjarja, tista' anke tinfiltralek fil-qasam soċjali, u fl-opinjoni tiegħi, anke bħala kelliem ewlieni ta' din in-naħa għall-qasam soċjali, il-korruzzjoni fil-qasam soċjali tista' tkun waħda mill-iktar tipi ta' korruzzjoni perikoluża, li addirittura tista' tasal biex timmina l-għajxien tal-familja.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Per eżempju, fid-dinja tax-xogħol spiss niltaqgħu ma' dik li tissejjaħ \"molestja sesswali\" fejn ħafna drabi jkollok kap ta' sezzjoni li d-dipendenti tiegħu jkunu tas-sess femminili, u dan biex jaġevolahom fil- ħin tax-xogħol, fil-paga jew inkella fil-promotions, jistenna li dawn id- dipendenti tiegħu jiffavuruh sesswalment.", "L-isfortuna hi li dawn il-każijiet ma jiġrux biss fis-settur ta' l- industrija u fis-settur privat imma jiġru wkoll fis-settur pubbliku.", "Fil- fatt kien hemm diversi każijiet ta' dan it-tip fis-settur pubbliku, u l- iktar każ riċenti li kellna kien proprju fil-qasam tax-xandir pubbliku.", "Huwa veru li forsi f'dan il-qasam, wieħed iktar tiġih it-tentazzjoni li jagħmel atti bħal dawn, imma din m'hijiex skuża biex dipendenti li taħdem hemmhekk tiġi ttantata sesswalment għal darba darbtejn, u mbagħad, għax tiġbed l-attenzjoni tas-superjuri tagħha dwar dan, ma jittieħdux passi mal- ewwel u jkollhom jgħaddu x-xhur, jekk mhux is-snin, biex dan isir.", "Fil- fatt ta' min jgħid li din il-persuna kellha saħansitra tikteb lill-Ministru konċernat biex jittieħdu l-passi fil-konfront tal-persuna li kienet qiegħda tittantaha sesswalment, u sfortunatament kellhom jgħaddu madwar sena u nofs jew sentejn biex din il-problema ġiet ittekiljata.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jispeċifika li huwa m'huwiex qed jipprova jindirizza l-problema tal-korruzzjoni fis-settur privat biss imma anke fis-settur pubbliku, u fil-fatt subartiklu (4) t'artiklu 1051A kif propost fi klawsola 2 jgħid hekk:", "\"Meta l-att ta' korruzzjoni jkun sar minn uffiċjal jew minn impjegat tal-Gvern jew minn korp magħqud stabbilit bil-liġi, il-Gvern jew skond ma jkun il-każ il-korp magħqud stabbilit bil-liġi għandu hu nnifsu jkun responsabbli biex jagħmel il-ħlas dovut għad-dannu kaġunat bl-att ta' korruzzjoni ...\".", "Hawnhekk inħoss li għandi nerġa' ntenni li dan l-abbozz ta' liġi m'għandux jibqa' biss fuq il-karta imma għandna napplikawh fil-prattika.", "Huwa ħażin jekk nibqgħu indifferenti quddiem il-problema tal-molestja sesswali u dawn it-tip ta' reati ma jingħatawx l-importanza li jistħoqqilhom għax din il- problema fil-qasam tax-xogħol hija komuni ħafna.", "Fil-fatt jien ngħid li l- każijiet ta' molestja sesswali li nisimgħu bihom huma biss the tip of the iceberg għax ikun hemm ħafna u ħafna iktar każijiet li lanqas biss jiġu għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati minħabba l-biża' li jkollhom id-dipendenti li jekk kemm-il darba jitkellmu, jitilfu l-ħobża tagħhom ta' kuljum.", "Mr Speaker, jien wieħed minn dawk li nemmen li l-qasam tax-xogħol għandu jkun is-salvazzjoni ta' dan il-pajjiż mir-rovina ekonomika li għaddejjin minnha bħalissa, u għalhekk ninkwieta ferm meta nisma' b'ċerti każijiet li qed jiġru proprjament fil-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Matul din il-leġislatura l-ETC għamlet ħafna fouls li sfortunatament mhux talli ma ġewx indirizzati mill-awtoritajiet konċernati u mill-gvern Nazzjonalista imma talli b'xi mod jew ieħor ġew miknusa taħt it-tapit, u ngħid għalija dan huwa shame għax wara kollox, l-ETC suppost qiegħda hemmhekk biex twettaq waħda mill-ikbar responsabbiltajiet tal-pajjiż, ċioe` biex tippromwovi l-impjiegi.", "Hekk kif inbidlet il-leġislatura, l-ewwel każ li faqqa' fid-deher kien proprju l-appointment tas-Sur John Camilleri, li huwa kunfident tal-Prim Ministru bħala CEO ta' l-ETC.", "Imma l-iktar ħaġa li tgħaġġibni lili m'huwiex l-appointment tas-Sur John Camilleri bħala CEO imma kif għamlu biex neħħew is-CEO li kien hemm qabel is-Sur John Camilleri - li tant iħobb ixejjer il-bandiera Nazzjonalista u għalhekk riedu jaġevolawh ukoll - mingħajr ma joqorsuh.", "Jekk din m'hijiex korruzzjoni, jien ma nafx xi tkun \"korruzzjoni\" għax is-CEO li kien hemm qabel is-Sur John Camilleri, ċioe` s-Sur Bobby Laurenti, mhux talli ngħata somma tajba biex jitlaq minn hemm imma talli ngħata wkoll il-karozza li kien juża meta kien f'dik il-kariga, u dan minkejja li din il-karozza hija proprjeta` ta' l-ETC.", "Il-Ministru Gonzi kien qal li s-Sur Bobby Laurenti rriżenja, pero` mbagħad inkixef il-fatt li dan l-ex-CEO ma kien irriżenja xejn.", "Dan il-każ huwa wieħed mill-każijiet ta' korruzzjoni li seħħew fi ħdan l- ETC, u li kieku rridu verament inħaddmu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u napplikawha jkun tajjeb li mmorru lura sentejn u nofs u napplikawha fuq dan il-każ ukoll.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-promozzjonijiet li jseħħu fi ħdan l-ETC.", "Hemmhekk hemm persuni li ġew investigati għal snin sħaħ dwar allegat suspett ta' abbuż jew ta' frodi u mhux talli ma nstema' xejn aktar dwarhom talli tawhom promozzjoni u tefgħuhom assistant managers fil-Human Resources Department tal-Malta Freeport.", "Dan l-aħħar kien hemm każ ieħor ta' individwu li ġie suspettat li bagħbas xi flus mill-Accounts Section ta' l-ETC wara li naqset iċ-ċifra ta' madwar Lm1,000 imma dan irranġa kollox baxx baxx.", "Mhux talli hekk talli dan l- individwu laħħquh executive fl-istess ETC.", "Din hija korruzzjoni u l-poplu bilfors jistaqsi: Kif qed inwaqqfu din il-liġi u mbagħad inkomplu ninkoraġġixxu li jseħħu dawn l-abbużi kollha bi flusna?", "Qed ngħid dan għax l-ETC mhijiex aġenzija privata.", "L-ETC għandha tkun miżmuma responsabbli li din is-sena biss ġiet imgiddba tliet darbiet mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.", "Fil-fatt l-istatistika tal-qgħad li qed tippubblika l- ETC mhu qed taqbel xejn ma' l-istatistika ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Istatistika.", "Waħda mill-affarijiet li skantatni, biex ma ngħidx skandalizzatni ̧ hija li sa qabel din il-ġimgħa kellna żewġ sets ta' figuri fil-qasam tal-qgħad.", "Kellek dak ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li dejjem kien ta' madwar 2,500, 3,000 u aktar minn dak li tippubblika l-ETC u kellek il- figuri uffiċjali ta' l-ETC li dejjem tgħid li l-qgħad huwa ferm inqas minn dak li joħroġ l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.", "Fil-fatt l-ETC tgħid li jiġri hekk minħabba s-sistema ta' kif jinħadem il-labour force survey li taqbadlek nies ta' età iżgħar milli fil-fatt taqbad is-sistema tagħha.", "Pero' li ma tgħidx l-ETC huwa l-fattur sagrosant ta' l-eżerċizzju maħmuġ tal-logħob tal-figuri – din hija korruzzjoni tal-figuri – biex tidħak bil-poplu Malti.", "Tant hu hekk li fl-istatistiċi hemm differenza ta' 3 ̧000 ruħ u din isseħħ b'dan il-mod.", "Peress li l-istatistika tal-qgħad tinġabar fl-aħħar ġimgħa tax-xahar, qed isir sforz qawwi minn dawk li jmexxu l-ETC b'mod politiku li bejn it-tieni u t-tielet ġimgħa ta' kull xahar iqaċċtu n-nies minn fuq ir-reġistru tal- qgħad bl-addoċċ.", "Huwa għalhekk li l-ETC qed tgħid li hemm 7 ̧500 jew 8 ̧000 ruħ qegħda u l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika qed igħid li hemm 10, 500 ruħ qegħda.", "Id-differenza ta' madwar 2, 500 ruħ tinsab f'dak il-pool ta' nies li jinsabu jgħumu barra r-reġistru tal-qgħad b'mod artifiċjali.", "Ma jfissirx li dawn in-nies instabilhom ix-xogħol u qed jaħdmu.", "Dawn in- nies għadhom qed ifittxu x-xogħol u l-familji tagħhom huma batuti għax l- introjtu u l-futur tagħhom huwa mhedded imma sfortunatament dawn in-nies ġew mixħuta 'l barra mir-reġistru b'mod imbagħbas u korrott min-naħa ta' l- ETC.", "Pero' mbagħad dawn jerġgħu jdaħħluhom lura l-ġimgħa ta' wara.", "Sur President ̧ oħroġ il-għaġeb din il-ġimgħa ma spiċċajniex b'żewġ sets biss tal-figuri tal-qgħad.", "Issa għandna t-tielet set ̧ jekk Alla jrid ̧ għax il-Ministru Gonzi ̧ fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 32,784 li ta lil sieħbu stess ̧ l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, ħareġ b'figuri tal- qgħad inqas minn ta' l-ETC.", "Mela filwaqt li l-Ministru Gonzi jgħid li l- figura tal-qgħad fix-xahar ta' Diċembru kienet ta' 6,941 ̧ l-ETC ħabbret il- figura ta' 7 ̧433 jiġifieri 500 ruħ inqas.", "Ġara l-istess ukoll matul l- erba' xhur ta' wara.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker ̧ on a point of order.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi, on a point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker ̧ qed nitlob dan il-point of order għax se nispiċċaw nikkorrompu wkoll l-informazzjoni li tingħata fil-mistoqsijiet parlamentari.", "L-Onor.", "Chircop għandu jagħmel differenza bejn dawk li qed jirreġistraw fil-Part I u dawk li qed jirreġistraw fil-Part II.", "Iċ-ċifri li jikkwotaw l-ETC illum jirrappreżentaw it-total bejn il-Part I u l-Part II u t-tweġiba li jien tajt tirrappreżenta t-total ta' dawk li jkunu qed jirreġistraw taħt il-Part I. Naħseb li l-Onor.", "Chircop ̧ anke fl-ispirtu ta' din il-liġi ̧ għandu jkun onest fl-affarijiet li jkun qed igħid.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jien nirringrazzjah pero` l-logħba tal-Part I u l- Part II tar-reġistru tintlagħab anke mill-istess ETC.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru ̧ point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Lill-Onor.", "Chircop nitolbu biex ma jibqax jimmiżlijdja lill-Kamra, lill-poplu li qed jismagħna u lill-gazzetti li se jirrapportawh.", "L-Onor.", "Chircop qed jikkwota ħażin għax dan irid jagħmel differenza bejn dawk li hemm reġistrati fil-Part I u dawk li hemm reġistrati fil-Part II.", "Hu jaf x'inhi d-differenza u li jkompli jirrepeti ħaġa bħal din konsistentement - allavolja din hija l-20 darba li qed nispjegahielu - ikun qed jikkorrompi l-verità.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Ma jimportax ̧ Onor. Gonzi.", "Jien inkompli nsostni dak li qed ngħid għax sfortunatament naf x'qed isir fl-ETC.", "Din hija korruzzjoni fil-figuri.", "Ikolli ngħid li din il-biċċa xogħol nibqa' nsemmiha kull meta nitkellmu u niddiskutu l-estimi ta' l-ETC.", "Darba minnhom kellu l-kuraġġ iweġibni f'mistoqsija parlamentari li kont għamlitlu jien stess, li f'temp ta' disa' xhur tajru minn fuq ir-reġistru 12, 000 ruħ.", "Dik il-figura mhux jien ħriġtha imma ħarġiha hu jew il-ministeru tiegħu.", "Xejn iżjed u xejn inqas.", "Sfortunatament minn dawk it-12, 000 ruħ kien hemm madwar 4, 000 ruħ li reġgħu daħlu jirreġistraw u kien hemmhekk li jien bdejt ninduna li fl-ETC kien qed isir eżerċizzju ta' ħmieġ politiku biex jipprovaw jaħbu r-realtà tal-qasam tax-xogħol ta' pajjiżna minflok jindirizzaw il-problema reali u minflok jaraw kif jagħmlu biex iġibu l-investiment dirett barrani f'pajjiżna ħalli nġibu x-xogħol.", "Minflok jagħmlu dan qed ikomplu jilgħaqu lill-barranin u qed ikomplu jmorru għarkobbtejhom Brussels meta dawn ħarġulna rapport ta' l-FAS Ireland li fih fejn wissewna li jekk se nkomplu deħlin b'din ir-rankatura biex nissiebħu fl-Unjoni Ewropea malajr u akkost ta' kollox se jkun hawn large scale redundancies.", "Dan li qalulhom l-FAS Ireland.", "Ara l-Ministru Gonzi qatt ma għamel aċċenn għal dak ir-rapport.", "Dak ir-rapport qiegħed moħbi taħt it-tapit jew fis-safe ta' l-ETC.", "Imma sfortunatament – din hija l-end point – dak li wissew l-FAS Ireland sentejn u nofs ilu lill-Gvern Malti qed iseħħ fir-realtà għax rajna li proprju f'Jannar u fi Frar kellna madwar 645 strike-off minn fuq il-postijiet tax- xogħol.", "Issa se nkompli nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi u niddiskuti aspetti oħrajn ta' korruzzjoni.", "Kif għidt, din hija liġi pożittiva li effettivament jekk wieħed ikollu jħaddimha u japplikaha tajjeb – hawnhekk inħeġġeġ lill-Ministru Gatt biex mhux biss ngħaddu din il-liġi minn din il- Kamra imma nipprovdulha l-għodod meħtieġa biex tiġi mħaddma - jkollna ħafna x'niggwadanjaw.", "Pero' rrid insemmi, anke dak li allega dwaru sieħbi, l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Jien għandi 36 sena u qatt ma niftakar li qatt kellna daqshekk fallimenti fl-industriji tagħna.", "Jissemma fost oħrajn il-każ tal-Priceclub.", "Dwar dan il-każ il-poplu għadu jistaqsi ħafna affarijiet imma sfortunatament il-bottom line ta' dan il-falliment kien li l-kredituri tal-Priceclub baqgħu ma ħadux id-Lm9 miljun li kellhom jieħdu.", "Pero' dawn kienu jafu x'għandhom jagħmlu biex iġibuhom lura.", "Jien naf dawn li għollew il-prezzijiet tal-prodotti tagħhom biex jagħmlu tajjeb għat-telf finanzjarju li waddab fuqhom il-Priceclub.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qaluhuli sidien ta' grocers u ta' supermarkets żgħar li huma ħbieb tiegħi.", "Xi ħaġa oħra li tmur at a tangent f'dan il-każ kollu tal-Priceclub – din irrid inġibha għall-attenzjoni tal-Kamra – huwa proprju l-mod li bih ġew trattati l-owners tal-Carters Supermarket li qiegħed f'Raħal Ġdid.", "Filwaqt li l-owners tal-Priceclub kellhom kont pendenti ta' madwar Lm6 ̧700 ma' l- Enemalta u din min-naħa tagħha ma qatgħetx id-dawl, l-għada li dan is- supermarket reġa' rritorna għand is-sidien tal-Carters, l-Enemalta qatgħet id-dawl.", "Tant hu hekk li s'issa għadhom bla dawl u għadhom ma jistgħux joperaw.", "Fil-fatt biex jistokkjaw l-istabbiliment qed ikollhom itellgħu u jgħabbu x-xogħol fuq spallejhom u fuq idejhom u din hija xamma ta' korruzzjoni politika.", "Għalhekk nispera li meta din il-liġi tiġi fis- seħħ tara dawn l-affarijiet biex min huwa responsabbli jiġi mfittex għad- danni.", "Issemma wkoll il-każ tad-Daewoo li m'għandix għalfejn noqgħod insemmih aktar.", "Sfortunatament hemm diversi każi oħra li l-poplu tagħna jistagħġeb bihom għax baqgħu għaddejjin ħafif ħafif qisu qatt ma kien xejn.", "Fost l- oħrajn li jiġuni f'moħħi bħalissa hemm il-każ ta' Queiroz li rajna kif ħriġnieh mill-ħabs biex imbagħad intlemaħ jaħdem fil-Brażil.", "Dan ifisser li dan ma kienx tajjeb għal mal-ħabsin imma kien tajjeb għal maċ-ċittadini Brażiljani!", "Allura l-marda tal-Hepatitis ma tistax tinfirex fuq iċ- ċittadini Brażiljani jew dawn huma immune jew aktar b'saħħithom mill- ħabsin li għandna f'Raħal Ġdid?", "Din ukoll hija xamma ta' korruzzjoni.", "Issa se nsemmi ftit l-Awtorità ta' l-Ippjanar li tolqot fil-laħam il-ħaj liċ-ċittadini kollha.", "Kulħadd igħid li din l-awtorità timxi b'żewġ kefef.", "Dan huwa fatt magħruf u sfortunatament min huwa b'saħħtu jħawwel għax għandu l-ħbula x'jiġbed imma min huwa dgħajjef jibqa' lura.", "Il-każijiet li jkun hemm jinvolvu nisa tad-dar u irġiel tal-familja u tax-xogħol.", "Per eżempju, jien kelli każ f'Raħal Ġdid fejn waħda mara applikat biex tibdel il-gallarija u ma tawhiex permess imbagħad lil ta' maġenbha u lil ta' fuqha tawha permess.", "Din hija prova li effettivament l-Awtorità ta' l-Ippjanar timxi b'żewġ kefef ̧ jekk mhux bi tlieta u b'erbgħa wkoll.", "Sfortunatament ix-xamma ta' korruzzjoni tista' tinfirex anke fuq oqsma soċjali oħrajn.", "Jien l-ewwel kont qed niddeskrivi l-każ ta' kif l-ETC topera u kemm għandha political bias fi ħdanha.", "Dan il-political bias qiegħed hemm għax ġie njettat mill-gvern, xejn iżjed u xejn inqas.", "Pero' sfortunatament insibu li effettivament anke fil-qasam tal-benefiċċji soċjali hemm it-taħwid.", "Per eżempju ̧ filwaqt li madwar tliet snin ilu n-nefqa fuq iċ-children's allowance kienet ta' Lm20 miljun fis-sena, f'temp ta' tliet snin ̧ din in- nefqa tnaqqset għal Lm14 miljun jiġifieri naqset bi kważi 40%.", "Imbagħad noħorġu niftaħru fir-rapport tas-sena ta' ħidma tal-Ministeru tal-Politika Soċjali li l-ammont ta' flus li ġew ġustifikati miċ-children's allowance minħabba frodi kienu ta' Lm0.5 miljun.", "Pero' l-mistoqsija tiġi waħedha awtomatikament.", "Jekk il-gvern iġġustifika t-tnaqqis fin-nefqa taċ- children's allowance b'Lm0.5 miljun minħabba frodi – għamel sew u j'Alla sab aktar – allura kif naqqas in-nefqa totali b'Lm6 miljun?", "Il-Lm5.5 miljun l-oħra għalfejn naqqsuhomlhom lill-familji Maltin?", "X'inhi r-raġuni?", "Dan huwa każ ta' żball fil-matematika?", "Dan huwa każ ta' frodi?", "Dan huwa każ ta' korruzzjoni jew huwa sempliċement każ tal-fatt li l-gvern tant jinsab dahru mal-ħajt li qed iqaċċat bl-addoċċ mill-benefiċċji għax ma jafx minn fejn se jġib il-flus?", "Din hija korruzzjoni wkoll għax jekk iċ- ċittadini li tnaqqsulhom iċ-children's allowance ma kenux qed jabbużaw mis- sistema, ma kellux għalfejn jitnaqqsilhom dak l-ammont kollu.", "Din hija korruzzjoni min-naħa tad-Dipartiment tal-Politika Soċjali.", "Naħseb li din hija liġi pożittiva ħafna u jien naqbel magħha.", "J'Alla meta tiġi fis-seħħ napplikawha ħalli nsibu min huma dawn in-nies responsabbli li qed inaqqsu ċ-children's allowance bl-addoċċ minn ħluq il-familji Maltin u Għawdxin kollha li jkunu qed jistennewhom għax forsi jkunu jridu jixtru xi ftit ħwejjeġ jew kotba għat-tfal.", "Allura dawn se nnaqqsuhomlhom b'dan il- mod meta fid-dokument li ħareġ il-ministeru hemm li wieħed minn kull sitta biss ġew ġustifikati minħabba l-kwestjoni ta' frodi jew abbuż fis-sistema tal-benefiċċji soċjali?", "Dan huwa każ li lili jinkwetani għax aħna tal- Partit Laburista ̧ anke fit-tħaddim tal-makkinarju tal-partit ̧ nipprovaw nagħmlu l-affarijiet sewwa.", "Per eżempju ̧ is-sistema tagħna biex niġbru l- fondi għall-partit hija ħafna aktar trasparenti mis-sistema li juża l- Partit Nazzjonalista.", "Aħna nipprovaw niġbru l-ftit mingħand il-ħafna u l- affarijiet jista' jarahom kulħadd.", "MR SPEAKER: Onor. Chircop ̧ skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Chircop ikompli jinstema'.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Chircop ikompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mozzjoni m'għaddietx", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Bħala turija ta' protesta talli ma tawx permess għal extension, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Peress li m'hawnx quorum il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.45 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President ̧ fuq din il-liġi ma tantx nixtieq intawwal għax effettivament m'aħniex qed nitkellmu fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna imma qed nitkellmu fuq il-fenomenu tal-korruzzjoni in ġenerali speċjalment il-korruzzjoni politika u l-korruzzjoni amministrattiva.", "Il-problema hi li naħsbu li dan huwa fenomenu limitat jew fenomenu żgħir jew nipprovaw nipproġettaw li hu hekk meta fir-realtà mhuwiex.", "Dan huwa fenomenu li qed jinfirex u jiżdied u mhuwiex fenomenu Malti biss jew inkella fenomenu li jista' jiġri Malta biss.", "Fil-fatt dak li għandna quddiemna – din hija xi ħaġa li hija estensjoni tal-ħidma tal- Kunsill ta' l-Ewropa – jindika li din mhijiex xi ħaġa li hija lokali biss imma hija xi ħaġa globali.", "L-indikazzjonijiet kollha qed juru li l- korruzzjoni globalment mhux tonqos qiegħda imma tiżdied.", "Punt interessanti huwa li għalkemm jidher li l-korruzzjoni qed tiżdied, il- qbid ta' l-aktar affarijiet prominenti ta' min qed jagħmel din il- korruzzjoni ma tantx qed ikun palpabbli.", "B'kumbinazzjoni l-magazine ta' kull ġimgħa \"Newsweek\" għandu feature qawwi fuq il-korruzzjoni fl-Ewropa u jiffoka fuq il-każi ta' korruzzjoni li allegatament, u anke b'mod lampanti, jidhru li ħarġu fil-wiċċ f'pajjiżi bħal Franza, l-Italja u l- Ġermanja.", "Pero' dan jagħti l-impressjoni wkoll – naħseb li hija impressjoni korretta – li dan huwa fenomenu aktar wiesa' minn hekk.", "Per eżempju, m'hemmx dubju li fl-Istati Uniti ̧ bil-każ ta' Enron, qed jimmartellaw li hemmhekk il-korruzzjoni teżisti bil-kbir u fuq livelli differenti.", "Allura minn fejn ġejja din il-problema u kif tista' tiġi kontrollata?", "Din mhijiex biss kwestjoni ta' gvern ċentrali.", "Il-każi ta' korruzzjoni li għaddejjin fil-Ġermanja bħalissa ̧ per eżempju, huma każi li jaħdmu fuq livell lokali u reġjonali fl-oqsma tat-tindif ta' l-iskart, fost affarijiet oħra ̧ b'linji diretti bejn l-operaturi ta' l-iskart ̧ politikanti ̧ partiti politiċi u businessmen privati.", "Fil-fatt qed joħorġu patafjun ta' affarijiet.", "Fil-każ ta' l-Italja ̧ matul snin twal, bdew jiskoppjaw każi ta' networks u mażuneriji permezz ta' rabtiet mażoniċi, rabtiet politiċi ̧ rabtiet ta' ħbiberiji u mafji f'sistema strutturata u istitutuzzjonalizzata ta' fondi pubbliċi li jgħaddu mingħand it-taxxi tal-poplu għal ġol-bwiet il-persuni individwali b'mod abbużiv.", "M'hemmx għalfejn noqgħodu nsemmu l- allegazzjonijiet li saru u għadhom qed isiru fir-rigward ta' personalitajiet għolja fi Franza ̧ kemm lejn il-persuna tal-President Jacques Chirac innifsu u kemm lejn nies li kienu għolja fl- amministrazzjoni, bħal Roland Dumas, li fl-antik kien ministru ta' l- affarijiet barranin u, jekk niftakar tajjeb, kien ukoll ministru tal- finanzi Franċiż.", "Dan spiċċa wkoll il-kap tal-Kunsill Nazzjonali tas- Sigurtà Franċiż u l-allegazzjonijiet kontra tiegħu tant kienu qawwija li wasslu biex jirriżenja u biex jispiċċa l-ħabs.", "Dawn l-affarijiet ġraw ukoll fl-Ingilterra.", "Fil-fatt f'ċerti kunsilli lokali u reġjonali kbar in-naħa tan-north u n-naħa tal-Midlands ̧ il-ħin kollu telgħin fil-wiċċ allegazzjonijiet ta' korruzzjoni dwar il-mod kif jimxi x-xogħol tal-gvern.", "Din il-ħaġa mhux biss hija istituzzjonalizzata imma hija wkoll mifruxa.", "Dawn l-affarijiet jiġru wkoll fuq livell ta' l-Unjoni Ewropea fejn diversi drabi ̧ mhux biss kienu l-whistle-blowers li ndikawha din imma kien hemm operaturi u analisti li analizzaw kif it-tħaddim ta' ċerti skedi ta' sussidji ta' l-Unjoni Ewropea, permezz tal-kummissjoni, fost affarijiet oħra, fil-qasam soċjali ̧ fil-qasam tal-biedja u anke fil-mod kif ingħataw ċerti kuntratti oħrajn ta' żvilupp għall-koperazzjoni u għall-iżvilupp ta' ċerti reġjuni fl-Unjoni Ewropea ̧ saru b'mod li kienu mfassla ħalli min jeħodhom ikun magħżul minn qabel.", "Din hija korruzzjoni maħduma permezz ta' regoli u permezz ta' nies li jkunu fin-networks ta' kif jiġu mfassla l- kuntratti biex ikunu jistgħu jagħtuhom.", "X'inhu l-punt li qed nipprova nagħmel, Sur President?", "Il-punt li qed nipprova nagħmel huwa li l-korruzzjoni ma nistgħux nittrattawha – kif qed jiġri l-ħin kollu – qisu kienet fenomenu marġinali u qisu kienet xi ħaġa li qed taffettwa parti żgħira mill-operat ta' l-Istat.", "Għandna s-suspett dejjem qed jikber li b'mod miftuħ u b'mod inqas miftuħ, b'mod magħluq u b'mod aktar magħluq ̧ il-korruzzjoni dejjem qed tinjetta ruħha aktar f'persentaġġ dejjem akbar ta' l-operazzjonijiet ta' l-Istat.", "Id-data fuq din il-ħaġa qatt ma nipprovaw niffaċċjawha u l-problema dejjem qed tkun – issemmiet kemm-il darba f'din il-Kamra matul dan id-dibattitu – li qegħdin indaħħlu miżuri li huma sbieħ fihom infushom u ma tistax tikkritikahom imma qed jattakkaw it-tarf tal-problema u mhux il-qalba tagħha.", "Hawnhekk tqum il-mistoqsija: Minn fejn ġejja din il-firxa ta' korruzzjoni?", "U wara li tkun fhimt minn fejn ġejja, x'tista' tagħmel biex itaqqbilha qalba għallinqas, jekk mhux toqtolha għal kollox?", "Jien ma naħsibx li f'dan il-pajjiż indirizzajna biżżejjed onest minn fejn f'pajjiżna tinfirex il-korruzzjoni; del resto la l-Ewropej m'huma qed jagħmluha u lanqas l-Amerikani.", "L-Amerikani jħarsu lejn l-Ewropej bħala korrotti aktar minnhom u l-Ewropej iħarsu lejn l-Amerikani bħala korrotti aktar minnhom u kulħadd jibqa' fejn kien.", "Aħna forsi l-aktar li jinteressana huwa pajjiżna imma huwa tajjeb li nifhmu li f'sitwazzjoni fejn kulħadd taparsi għandu f'moħħu l-ideoloġija ta' suq ħieles, jidħol l- argument li hemm bżonn regolamentazzjoni biss ta' l-Istat, fejn l-Istat jirregola u mhux jiddeċiedi ċerti affarijiet.", "Kif tirregola jfisser kif is-suq ħieles se jopera favur dak jew l-ieħor u min jirregola se jkollu l- poter li jiddeċiedi min se jagħmel il-flus u min mhux se jagħmel il-flus.", "F'dawn l-aħħar snin fis-suq tat-telekommunikazzjonijiet rajna kif jiġu mfassla l-istrutturi li fuqhom se jopera dan is-suq biex imbagħad wieħed jara kif se joħorġu l-offerti u min se jieħu l-kuntratti.", "Din hija xi ħaġa li ġrat f'Malta bħalma ġrat f'pajjiżi oħra.", "Nixtieq insemmi wkoll il-qasam ta' l-ambjent fejn l-Istat jirregolamenta kif l-ambjent jista' jiġi żviluppat imbagħad iħalli s-suq ħieles jiddetermina l-affarijiet.", "U mill-ġdid kif tirregola se jiddetermina kif se jintrabtu l-kuntratti u kif se jimxi 'l quddiem dak il-business jew dak in-negozju l-ieħor.", "Dan japplika wkoll għal ċerti proġetti li jvara l-gvern u jħalli f'idejn il- privat biex imexxi.", "L-argumentazzjoni kollha ta' kif jiġi strutturat il- proġett u kif jingħataw it-tenders ta' dak il-proġett jibqgħu affarijiet li jidħlu fi black box.", "Naħseb li lanqas huwa sew li nħarsu lejn il-problema tal-korruzzjoni bħala xi ħaġa biss li tirreleva mid-dinja politika u mid-dinja ta' l- amministraturi li jkunu qed imexxu.", "Ftit taż-żmien ilu, fil-bidu tas- snin disgħin ̧ qisu kien hawn il-ħsieb f'dan il-pajjiż li jekk ir- responsabbli politiċi jieħdu pass lura u jħallu f'idejn l-amministraturi biex jagħmlu ċerti deċiżjonijiet, hekk imsejħa tekniċi, allura l-ispazju għal diskrezzjoni ta' natura politika li tista' tkun abbużiva se jittieħed min-nies li huma ggwidati biss minn deċiżjonijiet professjonali u amministrattivi u allura mhux se jkun hemm daqstant pressjonijiet ta' tbagħbis u korruzzjoni, qisu l-politiċi biss huma soġġetti għat- tentazzjoni li jxellfu 'l hawn u jxellfu 'l hinn ħalli l-affarijiet iġibuhom żewġ u jiggwadanjaw xi ħaġa personali għalihom jew għall-partit tagħhom.", "Dik kienet u għadha ħsieb fallaċi għax jirriżulta ċar daqs il- kristall li anke fi strata professjonali u amministrattiva ̧ l-ispazju ta' diskrezzjoni fiċ-ċirkostanzi ta' ekonomija tas-suq globalizzata jew reġjonalizzata ̧ għidilha li trid ̧ qiegħed hemm għall-professjonisti u għall-amministraturi daqskemm qiegħed hemm għall-politikanti.", "Filwaqt li dawn it-tentazzjonijiet u t-toroq għal aġir abbużiv u korrott qed jikbru mhux jonqsu, jien l-ewwel wieħed inħoss li mhu qed isir kważi xejn biex tabilħaqq niġbdu l-brakes b'mod li jagħmel sens.", "Issa hemm min igħid li ma tridx tfettaq iż-żejjed u ftit tixħim ta' l-idejn huwa parti mill-ħajja għax sakemm l-affarijiet isiru u sakemm dak id-dlik ma' l-idejn ma jaqbiżx ċertu persentaġġ tan-negozju li jkun għaddej trid tkun uman, realistiku jew prammatiku, u trid tkun żgur li mhux qed jaqbeż ċertu limitu.", "Il-bqija tħalliha għaddejja.", "Għandna naċċettawha din it-tendenza jew le?", "Ċertament huwa aħjar jekk it-tixħim u d-dlik fl-idejn ma jkunx 20% imma jkun 2% imma jien nargumenta li 2% faċilment jistgħu jsiru 20% mingħajr ma l-poplu jinduna, kif ġraw f'diversi sistemi Ewropej u Amerikani għax il-korruzzjoni malajr tiġġeneralizza ruħha.", "Jekk ikollok żewġ partiti tiddupplika ruħha ̧ jekk on top of that ikollok amministraturi tittripplika ruħha u tikkwadripplika ruħha u tispiċċa fuq bażi ta' chain ta' l-hekk imsejħa kummissjonijiet li minn 2% tispiċċa 10%, 15% u 20%.", "Allura l-pożizzjoni tiegħi personali – naħseb li din hija kondiviża minn ħafna membri ta' din in-naħa tal-Kamra – hija li rridu naraw kif nistgħu nagħmlu minn kollox biex l-operazzjonijiet tal-gvern, vis-à- vis s-settur ekonomiku ̧ is-settur finanzjarju u s-settur tal-kuntratti jkunu trasparenti kemm jista' jkun mingħajr – din hija imma kbira – ma nxekklu l-ħidma pubblika għax jekk tagħmlilha wisq kontrolli, tispiċċa b'paraliżi sħiħa u min-naħa l-oħra jrid ikollna politika ta' zero tollerance għall-korruzzjoni.", "Jekk tagħmel politika ta' 2% tollerance tal-korruzzjoni l-argument ikun li minn 2% tispiċċa 20% u ħafna iżjed.", "Allura mbagħad jekk tibda tiela' b'dan il-mod se tkun qiegħda mhux biss tnawwar il-fibra morali ta' kif tmexxi pajjiż ...", "Jekk inti għandek uffiċjal pubbliku li suppost ikun qed iħares l-interess pubbliku u nazzjonali u min-natura stess ta' kif jaħdem dan ikun qed ikejjel l-interess personali tiegħu u jobrox, għall-interess personali tiegħu, l-interess nazzjonali ̧ il-fibra morali tal-pajjiż tispiċċa.", "Il- fibra morali tal-pajjiż mhijiex biss li ma jkollokx nies li jieħdu d-droga jew nies li jisirqu billi jagħmlu hold-ups imma wkoll li jkollok onestà u trasparenza fit-tmexxija ta' l-affarijiet pubbliċi.", "Imma lil hinn minn hemm irid ikollok effiċjenza fil-mod kif se tikkontrolla u kif tabilħaqq taħdem kontra l-korruzzjoni b'mod li jkun effettiv.", "Fil-każ ta' pajjiż żgħir bħal tagħna l-problema hija kkomplikata miċ-ċokon tas-soċjetà tagħna fejn għandna l-ħin kollu l-argument ta' ħokkli dahari ħalli nħokklok tiegħek.", "Kulħadd jaf il-wiċċ ta' kulħadd ̧ kulħadd jibża' jċaqlaq iċ-ċagħaq li ma jmurx ikun hemm xi serp li jigdem minn żewġ naħat u ħafna nies jassumu ċertu ammont ta' kollużjoni.", "Din hija l-omertà ta' soċjetà ċkejkna.", "M'hemmx dubju li din l-omertà ħadmet fl-imgħoddi u jien ngħid li għadha qed taħdem illum.", "Din hija xi ħaġa li tikkomplika l- problema għax li tagħmel argument u tressaq fatti u akkużi fuq każi ta' abbuż amministrattiv li jwassal għall-korruzzjoni għandu effett personali fuq min jagħmlu ̧ mhux biss fil-pożizzjoni li jkollu – professjonali, politika jew finanzjarja tiegħu għax jista' jkollu retortions immedjati għax ikun qed jikser dan il-code ta' omertà - imma wkoll fuq implikazzjonijiet ta' natura differenti, xi kultant familjari ̧ li jaqbżu l-limiti ta' partit.", "Naħseb li qed nitkellem ċar biżżejjed.", "Allura l-mistoqsija li tqum hija din.", "Jekk veru rridu niffaċċjaw il- fenomenu tal-korruzzjoni – ħalli ngħid li fl-Ewropa qed jiżdied u aħna parti mill-Ewropa jgħidu – x'inhi l-ħidma effettiva li tista' tittieħed f'soċjetà żgħira bħal tagħna biex tabilħaqq nagħmlu brake fuq din il-ħaġa?", "Li hemm bżonn ta' xi ħaġa bħal din hija aktar evidenti milli jekk inħarsu lejn ir-record ta' dawn l-aħħar 40 sena u nistaqsu fejn kienu l-każi ta' korruzzjoni li b'xi mod jew ieħor inqabdu f'dan il-pajjiż ̧ għalkemm jien ma nista' naħseb fl-ebda wieħed.", "Huwa veru li kien jissemma l-każ ta' John Poulson fis-snin sittin ̧ huwa veru li kienu jissemmew ċerti affarijiet fis- snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin u huwa veru wkoll dak li konna nsemmu aħna fis-snin disgħin, imma x'ġara?", "Ma ġara assolutament xejn.", "Għalhekk fuq l-isfond ta' evidenza ċirkostanzjali - ma tistax tkun mod ieħor - li l-korruzzjoni f'pajjiżna teżisti u ma teżistx bħala fenomenu żgħir, il-fatt li ma kienx hemm każ ta' xi ħadd maqbud – jekk hux is-snin sittin, sebgħin, tmenin u disgħin huwa immaterjali f'dan il-kontest - jindika diġà li m'aħniex qed niffaċċjaw il-problema.", "Nistgħu nilgħabuha tal-beati u ngħidu li ma teżistix korruzzjoni u li kollox huwa trasparenti, kollox miexi tajjeb u li m'hemmx problemi imma din la tkun konformi ma' dak li nħossu fil-kuxjenza tagħna u lanqas ma' l-onestà politika.", "Nerġa' ngħid li jien m'iniex qed nitkellem biss fuq każi ta' politiċi u korruzzjoni imma qed nitkellem ukoll fuq każi ta' amministraturi u korruzzjoni.", "L-esperjenza ta' dan il-pajjiż tas-snin disgħin tindika ċar li malli jkun hemm sforz biex id-diskrezzjoni ta' deċiżjonijiet importanti tixxiftjaha lejn korp amministrattiv, tkun qed tixxiftja l-locus ta' kif ikun hemm it-tbażwir li jwassal għal allegazzjonijiet fondati ta' korruzzjoni.", "Qed nipprova nuża l-kliem tiegħi għal tapposta.", "Jekk hemm każ li jipprovaha din il-ħaġa huwa dak kollu li jintqal ġustifikatament fuq l-Awtorità ta' l-Ippjanar.", "Matul is-snin sittin, sebgħin ̧ tmenin u fil-bidu tas-snin disgħin kien hemm allegazzjonijiet fuq il-funzjoni politika fil-qasam ta' l-ippjanar u kien jingħad li kienet qed tbażwar pero' l-ħolqien ta' l-awtorità ta' l- ippjanar iċaqlaq il-locus ta' dan it-tbażwir – allegat ̧ veru jew le ̧ imma ħafna drabi ma jkunx hemm duħħan jekk ma jkunx hemm nar – fuq livell amministrattiv.", "Ma jfissirx li ma jkunx hemm involviment politiku wkoll imma l-implikazzjoni hija ċara u din hi li rridu niffaċċjaw.", "Issa hemm diversi modi kif f'sitwazzjoni bħal tagħna fejn għandna żewġ partiti politiċi ̧ wieħed il-gvern u l-ieħor l-oppożizzjoni ̧ tipprova tiffaċċjaha din il-problema.", "S'issa ma rnexxilniex u ma nistgħux ngħidu li wasalna x'imkien.", "Hemm il-mod li oppożizzjoni tqajjem każ ̧ tibnih bil- kbir, tressaq l-allegazzjonijiet tagħha u toħloq proċess quddiem l- opinjoni pubblika – kienu pprovawh in-Nazzjonalisti fis-snin tmenin ̧ ipprovajnih aħna fit-tarf tas-snin tmenin u matul is-snin disgħin – pero' jiġri li kollox jippolarizza ruħu ̧ il-gvern tal-ġurnata jżomm ċerta pożizzjoni, l-oppożizzjoni żżomm ċerta pożizzjoni, il-fatti jispiċċaw sensazzjonalizzati u jkun hemm ċertu ammont ta' stonewalling min-naħa tal- gvern li jibqa' ċass quddiem l-allegazzjonijiet u jkun qed igħaddi ż-żmien.", "Anke jekk l-allegazzjonijiet ikunu ta' ċerta natura, għax ikun hemm dak l- istonewalling u jiskulaw l-affarijiet, tista' tagħmel li trid wara għax waħda mill-aktar affarijiet importanti fil-korruzzjoni hija li ma tħallix traċċi warajk; time is of the essence f'din il-ħaġa.", "Allura jekk ikun għadda dak iż-żmien, la time is of the essence, l-evidenza tkun sfumat.", "Kellna l-esperjenza ta' ċerti affarijiet li ntqalu fis-snin sittin, sebgħin, tmenin u anke tas-snin disgħin meta aħna bħala oppożizzjoni Laburista dak iż-żmien konna għamilna ċerti allegazzjonijiet u kien hemm ċertu stonewalling.", "Ġara li meta wasalna għall-istadju fejn stajna naraw x'jista' jsir bħala gvern – jien qed nitkellem mill-esperjenza personali tal-partit Laburista – sibna li għax kien għadda ż-żmien u l-affarijiet kienu skulaw, f'qorti kriminali ma tistax b'mod li jagħmel sens, timxi 'l quddiem fuq l-allegazzjonijiet.", "Il-provi jkunu kkontaminaw ruħhom, il- memorji jkunu sfaxxaw ̧ il-files ikunu sparpaljaw ruħhom u tibqa' kif int.", "Il-Gvern Nazzjonalista mill-1987 'il quddiem kien daħal bl-idea li jwaqqaf – ħaġa li għadha teżisti sal-lum – Kummissjoni Permanenti Kontra l- Korruzzjoni.", "Dwar dan hemm liġi u l-isforz kien patetiku għax kien jinvolvi l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien fit-tħaddim tagħha.", "Din il-kummissjoni hija appuntata mill-gvern tal-ġurnata u taħdem b'mod amministrattiv pero` bir-rispett kollu, jien mill-bidu kont għidt li ma kelli l-ebda fiduċja fiha.", "Ma jistax ikolli fiduċja fiha għax tinħass fl- essenza tagħha bħala emanazzjoni tal-poter politiku tal-gvern tal-ġurnata.", "Liema appointee tal-gvern tal-ġurnata se jkun qiegħed f'pożizzjoni trasparenti u qawwija meta lanqas ikollu riżorsi?", "Min se jkun dak li se jinvestiga b'tali mod li jimmina l-interess tal-gvern li jkun appuntah?", "Meta qed ngħid hekk lanqas qed nagħmel xi riflessjoni fuq l-integrità tal- persuni konċernati ̧ biex inkun ċar, għax dik ma tinteressanix f'dan il- kontest.", "Pero' jekk inti appointee tal-gvern tal-ġurnata ̧ il-qafas li fih qed taħdem ̧ trid jew ma tridx ̧ huwa mpinġi f'dik il-konsiderazzjoni, kemm f'moħħok int li int appuntat mill-gvern tal-ġurnata u kemm minn dawk li qed jiddijljaw miegħek.", "U għax qed jaħsbu hekk dawk li qed jiddijljaw miegħek jew li riedu jagħmlu l-allegazzjonijiet miegħek ̧ x'se jiġri?", "Se jiġri li dak il-proċess diġà huwa kkontaminat.", "Il-fatt li ġew appuntati ċerti nies fuq dik il-kummissjoni ikkonferma u enfasizza dawn il-punti li qed inqajjem jien.", "Il-mekkaniżmu ta' kummissjoni kif imressaq mill-Gvern Nazzjonalista tas-snin disgħin minnu nnifsu ma kienx se jkollu effettività tabilħaqq fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Ir-riżultat juri li l-output u r-riżultat tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni attwali huwa null u m'għandu ebda effett reali fil-kontest tal-ġlieda meħtieġa kontra l-korruzzjoni aktar u aktar – dan huwa l- argument tal-mezzi – li din l-istess kummissjoni matul iż-żmien ingħatat riżorsi minimi biex tmexxi x-xogħol tagħha u l-poteri investigattivi tagħha ma jwasslux 'il bogħod biżżejjed.", "Għalhekk din ma tistax taħdem b'mod effettiv.", "Apparti minn jekk għandhiex lawrja ta' leġittimità ̧ li għadni kemm tkellimt dwarha, il-fatt li r-riżorsi li kellha għaliha kienu u għadhom prattikament ineżistenti jfisser li r-riżultat qiegħed hemm u l- outcome tax-xogħol li għamlet il-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni huwa, fil-maġġoranza kbira tiegħu, jew irrilevanti, jew frivolu jew trivjali.", "Hemm ukoll il-mekkaniżmu l-ieħor ad hoc fejn jekk jitqajjem każ ta' korruzzjoni l-gvern tal-ġurnata jappunta inkjesta; jew inkjesta amministrattiva jew inkjesta ta' natura ġudizzjarja billi jkun hemm imħallef u ġudikant li jmexxiha.", "Mill-ġdid mill-esperjenza li kellna bħala Oppożizzjoni Laburista fis-snin disgħin, nista' ngħid li dan il-mekkaniżmu mhu xejn ħlief paraventu biex ċerti affarijiet ma jiġux investigati bil- kbir.", "Effettivament naħseb li kellu l-istess esperjenza l-Gvern Nazzjonalista nnifsu meta ̧ jekk niftakar tajjeb, kien għamel xi inkjesta fil-Mid-Med Bank u wara ma nafx kemm-il sena ħareġ rapport mimli patafjuni – ikolli ngħid li dak ir-rapport rajtu kollu jien – u mill-ġdid wasalt għall-konklużjoni li dawn ir-rapporti kollha ̧ dan id-diskors kollu u dawn il-ħafna ripetizzjonijiet kollha, ma kienu jwasslu għal imkien.", "Meta mbagħad saru inkjesti simili fuq it-tniggiż li għamilna aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista f'ċerti każi tas-snin disgħin, l-outcome kien l-istess ̧ li anke f'dan il-kontest il-mekkaniżmu ad hoc li bih ġiet appuntata l-inkjesta kien ineffettiv u kontaminat daqskemm hu kontaminat ix- xogħol tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.", "Allura x'inhi s-soluzzjoni, Sur President?", "Jien ma naħsibx li hemm xi soluzzjoni perfetta aktar u aktar għax semmejt diġà l-problema li għandna f'din is-soċjetà żgħira; omertà familjari ̧ omertà ta' nies li jafu lil xulxin ̧ omertà professjonali u omertà kummerċjali.", "Li rridu nagħmlu huwa li nieħdu xi passi li għallinqas jindikaw is-serjetà tagħna f'dawn l-oqsma u passi li jagħtu nigża lil qalba tal-problema.", "B'xorti ħażina jkolli ngħid li matul dawn l-aħħar snin l-oppożizzjoni Laburista kemm-il darba għamlet suġġerimenti li jmorru f'din id-direzzjoni u li min-naħa tal-gvern Nazzjonalista jew baqgħu bla risposta ̧ jew baqgħu fuq l-ixkaffa jew inkella kellna le għalihom.", "Huwa tajjeb li nsemmihom dawn l-affarijiet ħalli wieħed ikun jaf fejn qiegħed.", "Jien se nsemmi tliet miżuri li naħsbu – dawn insistejna fuqhom kemm-il darba – li bħala spunti u sforzi li joħolqu struttura li din id-daqqa ma tistax tkun fatali għax ma tistax teqred il-korruzzjoni mija fil-mija b'dan il-mod imma għallinqas din tkun daqqa ta' splengun lejn il-qalba tal- problema.", "Jien se nsemmi tliet miżuri li ssuġġerejnihom kemm-il darba u li bqajna ma għamilniex progress fuqhom.", "Waħda minnhom hija l-proposta li titneħħa l- preskrizzjoni fuq każi ta' korruzzjoni.", "Żmien ilu ħafna – biex inkun fair ukoll - din il-proposta kienet ġiet suġġerita informalment anke min-naħa tal-gvern Nazzjonalista u aħna konna rxoxtajniha b'mod li kien kruċjali li nikkonsidrawha.", "Jien ma nafx kemm hi eżattament il-preskrizzjoni fuq atti ta' korruzzjoni imma jekk niftakar tajjeb hija għaxar snin.", "Il-proposta hija li jekk wieħed ikollu kontra tiegħu akkużi ta' korruzzjoni fl-eżerċitu tal-funzjonijiet pubbliċi tiegħu ̧ din m'għandhiex tkun ristretta fil- kontest attwali biss għal dawk li għandhom kariga politika imma trid tkun ukoll għal dawk li għandhom kariga ta' ċerta qawwa fis-settur amministrattiv regolatorju.", "Jekk wieħed jiġi akkużat u jinstab ħati f'qorti kriminali fuq każ ta' korruzzjoni, hemmhekk ma jkunx hemm preskrizzjoni u minkejja li jistgħu jgħaddu 20 sena ̧ dan jibqa' dejjem responsabbli ta' l-għemil tiegħu.", "Safejn naf jien hemm ċerti pajjiżi li din qed jikkonsidrawha u kien hemm pajjiżi li bdewha wkoll.", "Illum qed jintqal – din spjegaha tajjeb ħafna sieħbi, l-Onor.", "Anġlu Farrugia – li f'dak li għandu x'jaqsam ma' danni ̧ il-preskrizzjoni taqa' imma ma tħallashomx.", "Aħna konna morna oltre minn hekk u konna għidna li m'għandux ikun hemm preskrizzjoni fuq il-korruzzjoni.", "Din hija sempliċi.", "Naħseb li din mhijiex xi ħaġa impossibbli li ssir u naħseb li għandu jkun hemm ċerta serjetà.", "Ħafna drabi n-networks ta' korruzzjoni huma mibnija fuq kollużjoni bejn in- nies.", "Meta jgħaddi ż-żmien kultant dik il-kollużjoni tibda żżarma għax fiha jkollha l-qrusa u l-aċtu.", "U huwa biż-żmien li ċerti fatti jistgħu jitilgħu fil-wiċċ bħal meta jkollok il-gass velenuż li jitla' minn għadira li tkun qed tistaġna.", "Mela dan huwa l-ewwel punt fejn naħsbu li nistgħu nimxu 'l quddiem fuq dan, jekk ikun hemm qbil.", "It-tieni punt għandu x'jaqsam ma' xi ħaġa li tabilħaqq tħares lil min jagħmel whistle-blowing u lil min, f'ċirkostanzi ta' responsabbiltà amministrattiva jew politika, ikollu l-kuraġġ li joħroġ il-fatti u d- dokumentazzjoni li jkollu – din issemmiet anke f'dan id-dibattitu kemm-il darba - ħalli l-korruzzjoni tinżamm u tiġi arrestata imma mbagħad ikun protett u mhux jispiċċa vittimizzat b'mod ċar jew b'mod imċajpar.", "Hemm ħafna mudelli li biha ħaġa bħal din tista' ssir, mhux l-inqas ċerti żviluppi li fl-aħħar bdew iseħħu fi ħdan il-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea fejn hemm korruzzjoni qawwija.", "Ċerti nies din rawha u dwar dan kien hemm ktieb interessanti ħafna li jispjega l-korruzzjoni fi ħdan il- Kummissjoni Ewropea.", "Dan il-ktieb huwa miktub minn wieħed li saffar fuqha din u qalagħha fuq rasu imma mbagħad biż-żmien, mhux biss dak li kien qal kien muri bħala korrett imma ġie mogħti ċertu kumpens.", "Mela fl-ewwel pass hemm it-tneħħija tal-preskrizzjoni b'mod permanenti fuq każi ta' korruzzjoni u fit-tieni każ hemm liġi jew miżuri li tabilħaqq jipproteġu lill-whistle-blowers, dawk li jsaffru s-suffara u jipprovdu informazzjoni dwar korruzzjoni li tkun għaddejja.", "Imbagħad hemm it-tielet pass li kien ipprova jagħmlu l-Gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 li naħseb li għandu validità kbira.", "Fil-manifest elettorali tagħna konna għamilna abbozz ta' liġi u konna pprovajna naraw li jkollna abbokkamenti ma' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien biex ikollna xi forma ta' kunsens fuqha imma ma wasalna mkien għax kienu jgħidulna li għad irridu nitkellmu fuqha u qatt ma tkellmu fuqha.", "Il- proposta hija li aktar milli jkollok Kummissjoni Permanent Kontra l- Korruzzjoni li hija appuntata mill-gvern tal-ġurnata kif għandna bħalissa, ikollna ̧ kif għandhom f'ċerti pajjiżi kontinentali, sistema li min imexxi l- investigazzjoni fil-korruzzjoni ̧ mhux biss ikun al di sopra di ogni sospetto imma jkun f'kariga li, bħall-ġudikatura ̧ ma tistax tattakkah.", "Il- mudell kien il-mudell Di Pietro imma dan huwa bbażat fuq il-mudell ta' ġudikant li għandu poteri ta' investigazzjoni ̧ li huwa indipendenti mill- gvern tal-ġurnata, li għandu s-saħħa tiegħu u li jkollu r-riżorsi tiegħu.", "Issa aħna konna pprovajna nsolvu din il-problema billi għidna li min jinvestiga każi ta' korruzzjoni jkun ġudikant li jkun qiegħed hemm u ma tistax tattakkah għax hu ġudikant, bil-poteri li jinvestiga allegazzjonijiet li jsiru fuq korruzzjoni.", "Allura jrid jiġi appuntat bħala imħallef speċifikatament fuq każi ta' korruzzjoni u speċjalista bħala ġudikant.", "Issa dan ma tridx tqiegħdu hemm u tħallih imdendel kif ħafna drabi tispiċċa l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.", "Dan irid ikollu poteri u riżorsi biex ikun jista' jinvestiga u hemmhekk l-argument kien jekk għandux juża l-forzi tal-pulizija li xi kultant ikunu huma stess kontaminati jew ikollux ir-riżorsi tiegħu.", "Fuq din il-ħaġa aħna konna open għad-diskussjoni ̧ għalkemm konna qed ninklinaw għall-punt li juża r-riżorsi tal-pulizija li jaqgħu taħt il-kontroll dirett tiegħu meta jkun qed imexxi investigazzjoni.", "Dan jista' wkoll ikollu r-riżorsi tiegħu b'mod permanenti u b'mod li jaqa' taħt il-parlament innifsu u allura lanqas ikun soġġett għall-interferenza tal-gvern tal-ġurnata.", "Dan m'huwiex mudell perfett imma għallinqas jiddistakka l-kolonna li qed tindaga allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u tagħtiha saħħa ̧ kemm biex tindaga u kemm biex tipproteġi.", "Evidentement imbagħad wieħed jorbot din l- istituzzjoni mal-Whistle-Blower Act li l-imħallef jew il-ġudikant li jkun qed jagħmel l-investigazzjonijiet fuq korruzzjoni jkun jista' jipproteġi lil min ikun qed jagħtih informazzjoni ̧ dejjem taħt normi li jkunu n-normi tal-ġustizzja tal-liġijiet ta' Malta u taħt normi li jipproteġu d- drittijiet umani taċ-ċittadini.", "Dan ma jistax jispiċċa li jkun qisu ġudikant, investigatur kif ukoll dak li jgħallaq.", "Għalhekk checks and balances dejjem irid ikun hemm.", "Possibbli li dan il-mudell jimxi 'l quddiem?", "Ċerti nies qalgħulna ħafna komplikazzjonijiet li l-ġudikanti ma jkunux iridu jiċċappsu ma' każi ta' korruzzjoni u li s-sistema tal-ġudikatura f'pajjiżna ma tistax tikkontaminaha bi proċess investigattiv għax dik hija sistema kontinentali u mhux is-sistema tagħna.", "Kull argument li seta' jitqajjem biex bidla bħal din ma sseħħx, tqajjem.", "L-unika alternattiva li tressqet kienet l- alternattiva fażulla, li mhux qed tirnexxi, tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni meta nafu li s-sistema ta' ġudikant investigatur fil- pajjiżi ta' l-Ewropa qed taħdem, għalkemm mhux qed taħdem mija fil-mija.", "Fl-Italja din spiċċat imblokkata għal raġunijiet differenti imma għandha ċerta saħħa, indipendenza u trasparenza.", "Jien nemmen li dan hu dak li għandu jkun quddiemna meta nitkellmu fuq il-korruzzjoni.", "Il-liġi li għandna quddiemna qed titkellem dwar it-tarf tal-problema.", "Il-qalb tal-problema nitkellmu dwarha u ma nagħmlu xejn fuqha bis-serjetà f'kontest fejn fl-Ewropa kollha, inkluża Malta, – ngħid jien anke fl- Istati Uniti, fil-Ġappun u fil-pajjiżi kollha – fejn kibret din l- ideoloġija ta' suq ħieles akkost ta' kollox, hija regolata biss mill-Istat fuq ċerti linji minimalisti.", "Min-naħa l-korruzzjoni żdiedet bil-kbir u min- naħa l-oħra dak li għandu jsir bħala brakes fuqha baqa' primittiv u ineffettiv ̧ kemm f'pajjiżi oħra kif ukoll f'Malta.", "Il-punt li xtaqt nagħmel illejla kien preċiżament li din il-liġi hija tajba għax qed tattakka xi ħaġa imma qed tattakka d-denb.", "Biex nattakkaw il-qalb tajjeb li nikkonsidraw affarijiet aktar estensivi u forsi effettivi bħat- tneħħija tal-preskrizzjoni ̧ bħall-introduzzjoni ta' xi ħaġa li tabilħaqq tipproteġi l-whistle-blower u bħall-introduzzjoni ta' sistema ġdida fejn min qed jindaga u jmexxi allegazzjonijiet ta' korruzzjoni on the ground, in real time, ikollu l-indipendenza taħt il-Kostituzzjoni daqs ta' ġudikant u jkollu riżorsi li jistgħu jkunu tiegħu bis-saħħa ta' liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, jekk hemm xi ħaġa li għandha tgħaqqad liż-żewġ naħat għandha tkun il-ġlieda kontra l-korruzzjoni għax din hija xi ħaġa li tmermer lis-soċjetà kollha.", "F'ċerti każi l-korruzzjoni thedded ukoll is-servizz li jistenna li jingħata fl-iqsar żmien possibbli l-poplu Malti u Għawdxi.", "Apparti minn hekk, hemm affarijiet oħrajn li jagħtu lok li wieħed ikun qed jimxi fuq dak li jgħidulu t-thin edge jiġifieri x-xifer ta' bejn oġġett ikunx jissejjaħ korruzzjoni jew le.", "Aktar 'il quddiem nipprova nsemmi xi affarijiet ħalli wieħed ikun jista' jifhem għal xiex qed nirreferi.", "Sur President, naħseb li f'pajjiżna l-affarijiet iridu jsiru b'mod trasparenti mhux biss biex dak li jkun jaqta' l-kurżità imma wkoll biex wieħed ikun jista' jneħħi kull dubju li jista' jkun hemm.", "Sfortunatament f'dan il-parlament risposti għal ċerti mistoqsijiet parlamentari ma jingħatawx jew inkella jdumu biex jingħataw sempliċement b'pika jew għal xi raġuni oħra u allura ma tkunx qed tingħata l-informazzjoni neċessarja.", "Fost affarijiet oħra nista' nsemmi l-kuntratt tal-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq li wara l-elezzjoni ta' l-1998 inbidel.", "Dan kien jistona ħafna aktar u aktar meta l-kuntratt il-ġdid ̧ li jekk m'iniex sejjer żball sar f'April tas-sena 2000, inżamm mistur u dan minkejja d-diversi talbiet ħalli jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ovvjament dan kellu jitpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra mhux għall-gost imma biex wieħed jara li l-affarijiet saru kif suppost.", "Aktar ma dan il-kuntratt dam biex jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra aktar bdew jinħolqu suspetti u dubji.", "Issa jekk dan kienx raġonevoli jew le hija ħaġa oħra.", "Pero' kif diġà għidt, naħseb li f'dan il- pajjiż għandu jkun hemm ċerta trasparenza ħalli jitneħħa kull suspett u dubju.", "Punt importanti ieħor huwa li fuq ċerti każi għandha tittieħed azzjoni mill- ewwel biex wieħed ikun jista' jivverifika jekk kienx hemm possibbiltà ta' xi abbuż.", "Pero' huwa mportanti wkoll li l-perijodu taż-żmien m'għandux ikun daqshekk limitat għax kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ċerti problemi jkunu qed jitgħattew għax jekk wieħed jikxef lil ħaddieħor b'xi mod ikun qed jinkrimina lilu nnifsu u allura ċerta ħbiberija tkun tista' tixxellef.", "Dan iwassal biex wieħed jasal biex igħid ċerti affarijiet li qabel seta' kien fl-interess tiegħu wkoll li jżomm misturin.", "Issa hawnhekk wieħed irid joqogħd attent ukoll li ma jkunx hemm min jibda jivvinta ħafna qlajjiet u nibdew naraw ħafna ġurnali b'ħafna teoriji u fantasiji sempliċement biex wieħed iwaħħalha lill-ieħor.", "Għalhekk huwa mportanti li meta jitressqu abbozzi ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna naħseb li jkun għaqli li jkun hemm ftehim minn qabel dwar l-istrutturi li għandu jkollna f'dawn il-każijiet simili.", "Meta nsemmu l- korruzzjoni ma nkunux qed ninkludu biss lil dawk il-persuni li jistgħu jkunu nvoluti fil-politika imma dawn jistgħu jkunu impjegati wkoll f'kull settur tas-soċjetà Maltija, kemm jekk ikun is-settur governattiv kif ukoll jekk ikun is-settur privat.", "Għalhekk huwa mportanti li l- istruttura li jkun hemm tkun waħda serja u effettiva.", "Sfortunatament s'issa għad m'għandniex strutturi daqshekk b'saħħithom u effettivi li bihom wieħed jista' jasal biex jara jekk ikunx hemm xi ħadd li jkun qed jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu jew le.", "Fil-fatt ir-riżultati li kellna s'issa ma tantx juru li s-sistemi li għandna qed jaħdmu b'mod effettiv.", "Huwa stat ta' fatt li aħna li qegħdin fil-politika ħafna drabi nisimgħu li qed isiru ċerti abbużi.", "Pero' l-problema tkun li l-persuna li jkollha informazzjoni dettaljata ma tkunx lesta li tersaq 'il quddiem biex tagħti x-xiehda tagħha neċessarja.", "Niftakar li meta kont ministru ̧ waħda mill- problemi kbar li kont niltaqa' magħha ta' spiss kienet li jkun hemm min iwassallek xi rapport li ċerti affarijiet ma jkunux qed isiru kif suppost imma mbagħad meta titlob lil dik il-persuna biex tersaq 'il quddiem ħalli jkunu jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji ̧ din il-persuna tisparixxi.", "Għalhekk waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu hija li naraw li jkun hemm il-protezzjoni ta' dawn in-nies.", "Qed ngħid hekk għax dawk in-nies li jkunu wasslu xi informazzjoni li ċerti affarijiet ma jkunux saru kif suppost igħaddu minn martirju sħiħ għax ħafna drabi jkunu qed jintużaw sistemi biex dawn jiddejqu.", "Għalhekk dawn in-nies jaslu sal-punt li saħansitra jkollhom jitilqu mill-impjieg tagħhom.", "Nafu li meta wieħed jagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji hawn Malta dwar affarijiet li kienu ġraw snin ilu ̧ ħafna drabi l-konklużjoni tkun li minkejja li wieħed ikun jaf li ċerti affarijiet ma sarux kif suppost ̧ meta wieħed jagħmel l-indaġni, ikun hemm ċerti truf imħabbla b'tali mod li jekk tipprova tieħu l-passi kollha neċessarji biex titfa' l- ħtija fuq min, b'xi mod jew ieħor ikun abbuża, dan ma tkunx tista' tagħmlu.", "Hawnhekk nista' nsemmi l-każ tal-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq għax donnu li hemm manija li kull meta kien hemm Gvern Nazzjonalista u kien qiegħed jinbena xi sptar ̧ dejjem kien hemm xi storja oħra marbuta miegħu.", "Kulħadd jiftakar il-protesti li kienu saru fuq il-mod kif ingħataw it- tenders oriġinali fuq dak l-isptar fejn kien hemm involviment ta' ċerti persuni u l-mod kif anke kumpanniji barranin sabu ruħhom involuti f'dan l- isptar.", "Dawn l-affarijiet ma sarux direttament through l-gvern Malti imma kien hemm konnessjonijiet mal-Fondazzjoni San Raffaele ta' Milan u mad- disinjaturi Ortesa.", "Tant hu hekk li mingħajr ebda sejħiet għall-offerti, id-disinjar ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq ingħata lill-Ortesa.", "Sur President, wieħed kien ta x'jifhem ukoll li tal-Fondazzjoni San Raffaele kellhom saħħa kbira f'dan il-proġett u li dawn setgħu jagħmlu ħafna affarijiet minn dak li riedu kif ukoll setgħu jaqbżu ċerti ħitan.", "Mhux ta' b'xejn dawn ħaduha bi kbira u bl-aktar mod arroganti ̧ tefgħu l- karti u qabdu u telqu 'l barra meta kienu għaddejjin diskussjonijiet dwar jekk dawn għandhomx ikomplu jkunu involuti fil-bini jew fit-tmexxija ta' dan l-isptar.", "Naħseb li l-ebda Malti m'għandu jaċċetta dawn l-affarijiet aktar u aktar meta jkun hemm l-interessi ta' Malta fin-nofs.", "Niftakar li meta fi żmien l-amministrazzjoni Laburista ġejna biex naraw min kienu se jkunu d-disinjaturi ta' l-isptar, kien hemm sejħa għall-offerti u minn tliet persuni li l-ebda wieħed minnhom ma jxejjer il-bandiera Laburista, intagħżlu nies li huma magħrufin ħafna fil-bini ta' l- isptarijiet pero' ħabta u sabta wara l-elezzjoni ta' l-1998, dawk li kienu laħqu għamlu ċertu ammont ta' xogħol tneħħew b'sempliċement daqqa ta' firma.", "Is-sabiħa hija li ma' dan kien hemm marbut ukoll it-tibdil kollu tal- kuntratt ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq li ma kienx jinkludi biss il-bini ta' l-istpar, li kien hemm ċerti affarijiet marbutin miegħu.", "Il-kuntratt il-ġdid li ngħata kien kuntratt kompletament differenti minn kif kien qiegħed jiġi maħsub qabel.", "Fil-fatt kien qed jiġi maħsub li l-footprint, jiġifieri l-parti li kienet diġà mibnija u ppjantata, kellha titkompla mill- konsorzju li kien qed jibni dak l-isptar u kull struttura oħra 'l barra minn dak il-footprint, li allura ma kenitx tmiss u ma kenitx se taffettwa b' xi mod jew ieħor ir-responsabbiltajiet ta' min qiegħed jibni ̧ tinħareġ wara sejħa għall-offerti.", "Kellhom joħorġu diversi sejħiet għall-offerti biex jagħtu opportunità li dan ix-xogħol isir waqt li jkun għaddej ix-xogħol l-ieħor.", "Meta ngħata l- kuntratt dirett, dan ingħata kollu kemm hu lill-istess consortium li kien diġa` qiegħed jibni dan l-isptar bi klawsoli kollha mibdulin.", "Per eżempju ̧ ix-xogħol li kellu jsir mill-kuntrattur kellu jitħallas qabel isir ix- xogħol u saħansitra kien hemm klawsola li kienet tassigura li dan ikollu a positive cashflow.", "Apparti minn hekk, kien hemm ukoll reviżjoni ta' ċerti benefiċċji oħrajn.", "Issa jekk wieħed jifli dan il-kuntratt aktar fid-dettall isib li dan jagħti l-fakultà lill-istess consortia li joħorġu sejħiet għall-offerti jew tenders flimkien mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u meta joħorġu ̧ minflok jinfetħu b'mod l-aktar trasparenti fil-pubbliku, jibdew jinfetħu f'kamra magħluqa bejn dawk li jkunu qed jaġġudikaw it-tender u mhux fil- preżenza ta' min ikun tefa' s-sejħa għall-offerti.", "Din mhijiex xi ħaġa aċċettabbli u jien kemm-il darba kkritikajtha għax jibdew jinħolqu ħafna suspetti u għajdut.", "Jekk il-kumpanniji privati jimxu b'dan il-mod, jimxu b'dak il-mod ̧ imma hawnhekk qed nitkellmu fuq flus il-poplu Malti u dawn huma regolti mill-financial regulations tal-gvern.", "Fl-aħħar mill- aħħar l-infiq kollu li jagħmel il-kuntrattur fuq l-Isptar il-ġdid f'Tal- Qroqq il-poplu Malti se jħallas għalih u allura nemmen li l-financial regulations għandhom japplikaw hawnhekk ukoll.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetani hija li d dawn is-sistemi se jwasslu biex il- kuntrattur jagħmel jagħmel iktar qlieħ milli wieħed kien qed jipprevedi u l-isptar se jiġi ferm ogħla minn dak li kien qed jiġi stmat.", "Naħseb li żgur wieħed għandu jagħti kas aktar dawn il-punti.", "Xi ħaġa oħra li qed tinkwetani hija li ftit tal-ġimgħat ilu, membru min- naħa tal-gvern ġibed l-attenzjoni tal-ministru biex issir evalwazzjoni dwar l-ispejjeż fuq ix-xogħol ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq għax kellu informazzjoni li dawn qed ikunu ferm ogħla milli kellhom ikunu.", "Dawn l- affarijiet joħolqu ħafna suspetti imma kif se jiġu investigati( Wieħed jistenna li jekk ikun hemm evalwazzjoni mhux inressqu l-każ quddiem il- Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni għax nafu x'kienu r-riżultati tagħha imma għandu jkun hemm strutturi serji li jkollhom is-saħħa kollha u l-backing kollu anke ta' finanzi li jidħlu u jevalwaw ix-xogħol kollu li għaddej.", "L-aktar ħaġa li ddejjaqni hija l-arja ta' suspetti għax din tagħmel ħafna ħsara.", "Per eżempju ̧ jien se nirriferi għal xi ħaġa oħra li mhux se ngħid li hemm korruzzjoni fiha imma ċerti affarijiet ma jaqblux.", "Riċentement il- Ministru tas-Saħħa sostna li mill-Isptar San Luqa jintrema tunnellata kuljum skart li 2% minnu huwa skart kliniku.", "Safejn naf jien tunnellata hija ekwivalenti għal 1,000 kilo u 2% ta' 1,000 kilo kuljum jiġu 20 kilo kuljum.", "Issa jekk wieħed iħares lejn it-tender li ħarġet fuq apparat għar- rimi ta' l-iskart kliniku mill-isptarijiet u ngħidu li għandek 30 kilo skart - dejjem jekk il-ministru kien irrapportat tajjeb - isib li t- talba hija li l-apparat għandu jkun kapaċi jipproċessa 200 kilo kull siegħa u li dan għandu jkun kapaċi jiffunzjona għal bejn tmien sigħat u 24 siegħa.", "Allura hawnhekk nistaqsi: Jekk aħna nipproċessaw madwar 20 kilo kuljum ̧ kif qed jintalab apparat li jipproċesa 200 kilo kuljum li jkun kapaċi jiffunzjona għal bejn tmien sigħat u 24 siegħa?", "Għalhekk hawnhekk tidħol il-kwestjoni ta' jekk ħaġa bħal din għandniex inħalluha għaddejja għax donnu li dan il-kuntratt jistona ftit.", "Wieħed jibda jaħseb jekk hemmx xi ħaġa marbuta miegħu jew inkella jekk il-ministru ħax xi żball meta kien qed jagħti d-dettalji ta' l-affarijiet.", "Sur President, hemm ukoll affarijiet oħrajn li jdaħħlulek ċerti suspetti fuq il-mod kif ikunu saru.", "Jien mhux qed ngħid li hemm il-korruzzjoni fihom u għalhekk l-ewwel għidt li kultant se nkunu qed nitkellmu fuq affarijiet fejn tkun qisek miexi fuq speċi ta' tarf ̧ biex ngħid hekk.", "Per eżempju ̧ hawnhekk nixtieq insemmi l-kwestjoni ta' numru ta' żgħażagħ li qagħdu għall-eżami biex jidħlu bħala skrivani mal-gvern.", "Uħud minn dawk li għaddew minn dan l-eżami bagħtu għalihom imma mbagħad hemm oħrajn li għaddew mill-eżami imma għadhom qed jistennew li xi dipartiment tal-gvern jibgħat għalihom.", "Minkejja dan kollu, ikollok dipartiment tal-gvern li minflok daħħal miegħu wħud minn dawk li għaddew minn dan l-eżami, dan uża fondazzjoni biex through l-ETC jintbagħtu numru ta' persuni ħalli jidħlu mal-fondazzjoni u dawn jibdew jagħmlu xogħol li huwa relatat mal-gvern u m'għandu x'jaqsam xejn mal-fondazzjoni.", "Hawnhekk qed nirreferi għall- Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi li daħħlet tmien skrivani li kienu fuq il- kotba ta' l-ETC jirreġistraw għax-xogħol.", "Kieku d-Dipartiment tas-Saħħa kellu problema kbira li ried isolviha mil-lum għal għada u l-uniku mod kif isolviha kien li juża l-fondazzjoni u jaqbeż il-PSC li tirregola d-dħul tal-ħaddiema mal-gvern nifhimha imma f'dan il- każ kien għad baqa' grupp ta' persuni li għaddew mill-eżami u kienu qed jistennew biex xi dipartiment tal-gvern jibgħat għalihom.", "Pero' mhux hekk ġara.", "Li ġara kien li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bagħtet għal dawk li kienu qed jirreġistraw fuq il-kotba ta' l-ETC, tathom kuntratt mal- fondazzjoni u bagħtithom jaħdmu fid-dipartiment ta' l-emerġenza, li huwa parti mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Issa jien mhux qed ngħid li kien hemm xi korruzzjoni imma l-affarijiet ma sarux sewwa.", "Jista' jkun li hemm xi affarijiet oħrajn wara dan kollu?", "Sur President, meta jkollna abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna huwa mportanti li jkun hemm diskussjonijiet serji bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra ħalli naraw li jkollna l-għodda kollha neċessarja biex ninvestigaw jekk l-affarijiet ikunux saru sewwa jew le.", "B'hekk inkunu għamilna passi kbar u nkunu qed ninqatgħu darba għal dejjem minn ħafna għajdut u xniegħat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "PERMESS TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONI DWAR TIBDIL TEMPORANJU FIL-KOMPOŻIZZJONI TAD-DELEGAZZJONI TAL- MALTA-EU JOINT PARLIAMENTARY COMMITTEE", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President ̧ nipproponi li:", "B'riferenza għal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li se ssir f'Malta fid-29 u t-30 ta' April 2002, min-naħa ta' l- Oppożizzjoni l-Onor.", "Charles Mangion għandu jiġi sostitwit mill-Onor Jose' Herrera.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Issa nsejjaħ lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex f'isem il-Viċi Prim Ministru iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 29 ta' April ̧ fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Xi agenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru) – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fi żmien ħamest ijiem oħra se nkunu qed niċċelebraw Jum il-Ħaddiem.", "Dan il-jum huwa jum għażiż ħafna għall-partit laburista u għall-moviment tal-ħaddiema.", "Fil-fatt kien il-moviment tal- ħaddiema li żmien twil ilu beda jiċċelebra dan il-jum minkejja ċerti diffikultajiet u protesti li kien ikun hawn.", "Pero` llum is-sitwazzjoni nbidlet u Jum il-Ħaddiem qed jiġi ċċelebrat minn kulħadd kif, fl-aħħar mill- aħħar, isir f'ħafna pajjiżi fid-dinja kollha.", "Meta wieħed jitkellem fuq Jum il-Ħaddiem ma jistax ma jsemmix id- diffikultajiet li jeżistu fil-qasam tax-xogħol f'pajjiżna bħalissa.", "Hija ħaġa ċara li x-xogħol jagħti dinjita` lil dak li jkun u għalhekk bniedem li ma jaħdimx u li jkun qed ifittex impieg iħossu frustrat għax ma jħossx li huwa persuna sħiħa.", "Iħoss li hemm dik ix-xi ħaġa li qed tnaqqaslu mid- dinjita` tiegħu.", "Bħalissa s-sitwazzjoni fil-qasam tax-xogħol hija li hawn ħafna żgħażagħ li qed ifittxu mpieg.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l- istatistika ppubblikata mill-uffiċċju ta` l-istatistika jsib li aktar minn 43% taż-żgħażagħ li huma taħt it-30 sena qed ifittxu x-xogħol.", "Ċertament li dawn iħossu ċ-ċelebrazzjoni ta` Jum il-Ħaddiema b'mod differenti mill-bqija tal-popolazzjoni.", "Din hija problema li ma nistgħux ninjorawha.", "Dan l-aħħar il-prim ministru f'intervista li kellu ma` ġurnal lokali bl-Ingliż qal li l- gvern qiegħed jimmoniterja s-sitwazzjoni ta` l-unemployment f'pajjiżna.", "Jiena ngħid li inutli li l-prim ministru joqgħod jilgħab bid-diskors.", "Hemm bżonn li mhux biss nirrikonoxxu li għandna din il-problema imma nibdew nieħdu l-passi neċessarji biex intaffuha nnaqqsuha.", "M'hemmx dubju n-nuqqas ta` opportunitajiet ta' xogħol fil-preżent hija problema li għanda tittieħed bis-serjeta`.", "Mr Speaker, tista` tgħid li kważi kulħadd qed jipprova jiftaħ għajn il-gvern għal din is-sitwazzjoni.", "Kellna anke għaqdiet tas-self-employed li marru għand il-President tar-Repubblika biex jitolbuh jagħmel xi ħaġa biex il-gvern – huma rreferew għall-politiċi Maltin pero` l-enfasi tagħhom kienet fuq il-gvern tal-ġurnata – isir konxju ta` din is-sitwazzjoni preokkupanti u tal-problemi li wasslu għal dan in-nuqqas ta` opporunitajiet ta` xogħol.", "Mr Speaker, waħda mill-problemi kbar li għandna, u li hija wkoll marbuta man-nuqqas ta` xogħol f'pajjiżna, hija l-problema fil-qasam ta` l- edukazzjoni.", "Dan qed ngħidu għax aktar minn nofs dawn iż-żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol għandhom problemi fil-qasam edukattiv.", "Dawn mhux talli għandhom il-problema li m'hawnx opportunitajiet ta' xogħol, talli jekk ikun hawn xi opportunita` dawn ikunu svantaġġjati proprju minħabba n-nuqqas ta` edukazzjoni u ta` ħiliet li għandhom.", "Allura ma nistgħux nibdew nindirizzaw il-problema ta` l-unemployment fost iż- żgħażagħ jekk ma nindirizzawx l-oriġini tagħha.", "Ċertament irridu neżaminaw b'mod tajjeb is- sistema edukattiva tagħna.", "Għandna ħafna żgħażagħ li minkejja qed jispiċċaw mill-iskola wara numru ta' snin xorta mhux qed ikollhom ir- riżultati neċessarji għaż-żmenijiet tal-lum fejn il-kompetizzjoni għax- xogħol hi dejjem aktar ħarxa.", "Ħafna drabi, il-kelliema tal-gvern jipprovaw jitfgħu l-bżar fl-għajnejn billi jagħtu tama lil dawn iż-żgħażagħ u jgħidulhom bl-opportunitajiet kbar li toffri sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn dejjem jgħidu li jekk pajjiżna jsir membru sħiħ ta` Unjoni, l-opportunitajiet ta` xogħol għal dawn iż-żgħażagħ se jiżdiedu.", "Pero` jekk wieħed iħares lejn ir-realta` fl-Unjoni Ewropea jsib li s- sitwazzjoni f'dan il-qasam m'hijiex daqshekk feliċi, u minkejja l-isforzi kollha li l-istess Unjoni tagħmel.", "Fil-fatt jekk wieħed jara r-rapporti li, minn żmien għal żmien, l-Unjoni Ewropea tagħmel fuq is-sitwazzjoni tal- qgħad fil-pajjiżi membri, wieħed jinnota li l-Unjoni dejjem tipprova tagħmel xi ħaġa konkreta dwar din il-problem għax l-istess Unjoni tirrikonoxxi li l-qgħad hija problema kbira speċjalment fost iż-żgħażagħ li għandhom inqas minn 24 sena.", "Rapport li ġie ppubblikat riċentement mill- Unjoni Ewropea u li jagħmel riferenza għall-qgħad fost iż-żgħażagħ jgħid li qgħad fost iż-żgħażagħ ilaħħaq 16.1% ta` dawk li qed ifittxu x-xogħol.", "Dan ifisser li għandna 3.5 miljun żgħażugħ u żagħżugħa taħt l-24 sena li qed ifittxu xogħol.", "Din hi waħda mill-akbar sfidi li għandha l-Unjoni Ewropea.", "Allura meta l- gvern nazzjonalista jgħid li fl-Unjoni Ewropea hemm opportunitajiet kbar ta` xogħol, meta hu magħruf li fl-istess pajjiżi membri ta` l-Unjoni hemm problema ta` opportunitajiet ta` xogħol ukoll, ikun qed jgħid xi ħaġa li hija 'l bogħod mill-verita`.", "Jekk imbagħad wieħed jara x'inhi s-sitwazzjoni f'pajjiżi li jinsabu fil-Mediterran li huma ġirien tagħna bħal, ngħidu aħna, l-Italja jsib li hemmhekk il-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija akbar.", "Dan ifisser li jekk ikun hawn xi ħadd jitħajjar jmur jaħdem f'xi pajjiż ġirien tagħna mhux daqshekk faċli li jsib impieg.", "Mr Speaker, nerġa` ngħid li rridu nkunu aħna li naraw kif se nagħtu opportunita` ta` xogħol liż-żgħażagħ tagħna.", "Inutli noqogħdu noħolmu li xi darba xi ħadd se jsolvielna dawn il-problemi.", "Irridu nkunu aħna li nibdew naħdmu, llum qabel għada, biex dawn il-problemi ma jibqgħux ma saqajna u ma jibqgħux jikbru.", "Pero` milli jidher l-gvern irid jitfa' dawn il-problemi taħt it-tapit, qishom ma jeżistux u noqogħdu nitkellmu fl-ajru biss mingħajr ma nipprovaw nagħmlu xi ħaġa konkreta.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li nitkellmu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, fuq is- saħħa u s-sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol u dwar li għandu jkun hawn iktar opportunitajiet ta` xogħol għan-nisa.", "Dan huma kollha affarijiet li essenzjlai li naħdmu fuqhom.", "Pero` 'l hinn mid-diskors ta` l-okkazjonijiet li jkollna f'dawn il-jiem waqt li nkunu qed niċċelebraw Jum il-Ħadiem, huwa importanti ħafna li l-ħidma tagħna f'dan is-sens tkun kostanti matul is- sena kollha u tirrifletti dak li ngħidu.", "Jekk verament irridu futur sabiħ għal-luliedna, dan ma jiġix bid-diskors jew billi issir xi konferenza bit-tema ''Għall-futur ta' Uliedna.''", "Il- partit nazzjonalista diġa` ħaseb għall-futur ta' wliedna.", "Dan għamlu meta bejn l-1992 u l-1996 għabba lill-pajjiżna b'dejn esaġerat u kulħadd jiftakar x'kien qal ex-ministru nazzjonalista tal-finanzi dwar id-dejn li l- gvern nazzjonalista kien qed jagħmel.", "Dan kien qal: Tinkwetawx, id-dejn li qed nagħmlu jħallsuh ta' warajna.", "Illum hu ż-żmien li nibdew inħallsu xi ftit mid-dejn li sar bejn l-1992 u l-1996 għalkemm ma nafx jekk hux qed jirnexxielna għax id-dejn ta` Malta dejjem qed jikber bil-kbir.", "Jekk se noffru lill-uliedna dan it-tip ta` il-futur, fejn nibqgħu niddejnu u ngħaddu d-dejn lil ta` warajna, ċertament li dan mhux se jkun futur sabiħ għalihom.", "Min verament irid jipprepara futur sabiħ għall-uliedu jrid jipprova jagħmel l-aħjar li jista` biex jirranġa l-problemi li hemm.", "Sfortunatament il-gvern nazzjonalista mhux jirrikonoxxi li hemm il-problemi u allura s-soluzzjonijiet ma jistgħux jinstabu.", "Mr Speaker, data oħra li hi għall-qalb il-partit laburista hija dik tat-28 ta' April, 1958 fejn għal darb'oħra l-partit laburista kien poġġa fuq quddiem nett l-ħelsien sħiħ ta` pajjiżna.", "Din kienet ġlieda fejn iż- żgħażagħ kienu fuq quddiem nett u għal din ir-raġuni l-partit laburista jiddedika dan il-jum proprju għalihom.", "Il-ġlieda għall-ħobż u l-ħielsien kienet parti importanti oħra fl-avvenimenti li seħeħw fit-28 ta` April ta` l-1958.", "Nerġa` ngħid li dan kien pass ieħor lejn il-ħelsien sħiħ ta` pajjiżna, liema ħelsien jinsab mhedded minn dak li huwa ossessjonat bih il- gvern nazzjonalista.", "Jiena nappella lill-poplu Malti u Għawdxi biex f'Jum il-Ħadiema jingħaqad mal-partit laburista li minn dejjem iċċelebra dan il-jum u minn dejjem ħadem biex itejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol u impenja ruħu bis- serjeta` biex jagħti d-drittijiet lill-ħaddiema u dan għamlu bil-fatti.", "Għalhekk nerġa` nappellabiex fl-okkażjoni ta` l-1 ta' Mejju lkoll ningħaqdu mal-partit laburista fid-dimostrazzjoni tradizzjonali li jagħmel biex hemmhekk nuri d-disapprovazzjoni tagħna għall-politika li biha qed imexxi lill-pajjiżna l-gvern nazzjonalista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR CHRIS AGIUS: Mr Speaker, jiena se nkompli fejn ħalla l-Onor.", "Carmelo Abela għax anke jiena xtaqt ngħid xi ħaġa fuq Jum il-Ħaddiem u r- rabta tiegħu mal-ħaddiema.", "Jum il-Ħaddiem hi festa li tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha u mhux l-anqas f'Malta fejn il-ħaddiema Maltin u Għawdxin jingħaqdu mal-kollegi tagħhom madwar id-dinja u jiftakru fil- kisbiet li għamlu u li għamlet il-klassi tagħhom.", "Illum Jum il-Ħaddiem qed ikun iċċelebrat u mfakkar f'dan il-pajjiż miż-żewġ partiti politiċi ewlenin kif ukoll mill-unions ewlenin li għandna f'pajjiżna.", "Pero` dan ma kienx il- każ ftit tas-snin ilu meta kien il-partit laburista flimkien mal-GWU biss li kienu jfakkru dan il-jum tant għażiż għall-klassi tal-ħaddiema.", "Issa tul dawn l-aħħar 20 sena il-partit nazzjonalista jidher li biddel fehemtu u beda ifakkar dan il-jum wkoll u jipprova ipinġi lilu nnifsu bħala d- difensur tal-klassi tal-ħaddiema.", "Il-partit nazzjonalista qed jipprova jgħid wkoll li kien hu li ġab dawk il-bidliet għall-aħjar fid-drittijiet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Mr Speaker, naħseb li qatt daqs illum ma kien hemm il-ħtieġa li l-ħaddiema ta` pajjiżna juru l-għaqda tagħhom u jimxu wara dak li jgħidulhom il- mexxejja tagħhom, u dan għax kull ħaddiem qed iħabbat wiċċu ma` żmenijiet diffiċli.", "Bħalissa qed tirrenja l-inċertezza u ma jidher ebda sinjal ta` tama li pajjiżna jinsab ħiereġ minn dan l-istat ta` dwejjaq li jinsab fih.", "Jidher li għall-partit fil-gvern dawn l-affarijiet m'humiex importanti għax għalihom l-aktar importanti huwa li jipprovaw ibellgħuha lill-poplu li m'hawx inċertezzi għax minkejja li pajjiżna ma tantx miexi fi triq tajba huma jkomplu jgħidu li l-pajjiż għaddej b'ritmu tajjeb u kollox miexi fuq ir-rubini.", "Għall-partit fil-gvern l-unika ħaġa li tgħodd u li saret il- fissazzjoni tagħhom hi li l-poplu tagħna ma jistax jimxi 'il quddiem waħdu u għandu bżonn lill-Unjoni Ewropea sabiex tgħidlu x'jagħmel u x'għandu bżonn isir f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk ikun tajjeb li aħna tal-partit laburista ninsistu u nfehemu lill-poplu dwar x'verament għaddej f'pajjiżna.", "Mr Speaker, xtaqt nagħmel l-ewwel aċċenn dwar il-qasam ta' l-impjiegi.", "Dan huwa qasam li fuqu jitkejjel il-progress ta' nazzjon.", "Għadu frisk f'moħħi dak li kienu jgħidu l-membri tal-partit nazzjonalista meta kienu fl- oppożizzjoni.", "F'dawk it-22 xahar li aħna konna fil-gvern ta` kuljum kienu jaqbdu mal-figuri tax-xogħol u jitkellmu dwar diżastru meta fil-fatt il- gvern laburista kien beda jindirizza l-problemi li writna mingħandhom meta tlajna fil-gvern.", "Il-qgħad kien ilu tiela` sa minn qabel tlajna fil-gvern aħna.", "Meta ħadna t-tmexxija tal-pajjiż f'idejna aħna kien irnexxielna nikkontrollaw is-sitwazzjoni sabiex il-figura tal-qgħad ma tibqax tielgħa u kien irnexxielna nżommu l-figura tal-qgħad taħt is-7,000.", "Tul il-kampanja elettorali, tal-partit nazzjonalista kienu wiegħdu xogħol għal min irid jaħdem u li x-xogħol kien se jkun garantit meta jitilgħu huma, imma issa li għaddiet nofs il-leġislatura l-fatti juru li dawn kienu wegħdi fiergħa u wieħed jista` jitkellem dwar il-falliment tal-gvern fil- qasam tax-xogħol.", "Inutli jitkellmu dwar ħolqien ta` ħafna mpjiegi meta fil- verita` l-poplu qed imiss ma` fatti għal kollox differenti minn dak li qed jipprovaw ibellgħulu lill-poplu l-kelliema tal-partit nazzjonalista.", "Mr Speaker, minn tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li ngħatat il-bieraħ jirriżulta li f'Marzu li għadda kien hemm 7,725 persuna tirreġistra għax- xogħol ma` l-ETC u dan juri tnaqqis ta` 200 persuna fuq ix-xahar ta' qabel.", "Ma nafx kif jista` jitwemmen li l-qgħad qiegħed jonqos meta qed nisimgħu b'sensji u b'telfien ta` mpjiegi kuljum.", "Minn risposta oħra li ta l-viċi prim ministru madwar 15-il ġurnata ilu jirriżulta li kien hemm 670 persuna li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba redundancies matul Jannar u Frar li għadda.", "Allura kif jista` jitwemmen li l-qasam tax-xogħol f'dan il-pajjiż sejjer tajjeb!", "Wieħed irid ukoll ifakkar l-ammont kbir ta` ta` persuni li qed jinqatgħu minn fuq ir-reġistrar tax-xogħol.", "Minkejja li aħna nsostnu li min jagħmel ħażin għandu jinqata` minn fuq ir-reġistru tax-xogħol, jidher li saret konswetudni li hekk kif joqorbu l-aħħar ġranet tax-xahar tibda ħidma minn taħt biex il-figura ta` persuni li jirreġistraw għax-xogħol tinżamm baxxa.", "X'jimportahom li jista` jkun hemm min qed ibati intortament.", "Għalihom din hi l-unika sistema biex jpinġu stampa sabiħa fil- qasam ta' l-impiegi.", "Mr Speaker, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar it-tagħbija ta` taxxi li qed jerfa` l-poplu tagħna b'mod partikolari l-ħaddiema.", "Hawnhekk nixtieq infakkar lill-poplu kemm tal-partit Nazzjonalista għajtu bil-kuxjenza soċjali meta l-gvern laburista kien għolla l-kontijiet tad-dawl u ta` l- ilma.", "Kulħad jiftakar kemm qalu li dawn il-kontijiet kellhom jiġu kif kienu qabel l-1996.", "Iżda ż-żmien u l-fatti wrew lill-poplu li dak li kienu jgħidu ma kienx minnu.", "Fil-programm elettorali tagħhom kienu qalu li se titneħħa l-inġustizzja u l- bluha tal-kontijiet u tat-taxxi li saru fl-aħħar sentejn minn gvern laburista.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Kif tħossok int, għażiż ċittadin, issa li suppost ġew imneħħija minn fuq dahrek il-piżijiet tat-taxxi?''", "Naħseb li dan hu ħolm ta` min qed jgħix f'dinja oħra għax il-figuri ta kemm inġabru aktar taxxi minn fuq il-poplu issa li hemm gvern nazzjonalista jitkellmu waħedhom.", "Il-ġbir mit-taxxa fuq id-dħul fis-sena 1998 kien ta` Lm114 miljun.", "Sas-sena l-oħra dan tela` għal Lm167 miljun.", "Il-bolla, li konvenjentement insew kemm sejħulha \"balla\" saret ukoll piż akbar fuq il- ħaddiema.", "Fil-fatt minn wieħed għal kull tnax tal-paga din żdiedet għal wieħed għal kull għaxra tal-paga.", "Dan ifisser li fl-1998 il- kontribuzzjonijiet tan-national insurance kienu jammontaw Lm130 miljun u f'dawn l-aħħar sentejn dawn telgħu għal Lm178 miljun.", "Dan mhux il-poplu qed iħallashom?!", "Dawn mhux minn fuq dahar il-ħaddiem qed jinġabru?!", "Mr Speaker, apparti dawn il-piżijiet li ntefgħu fuq il-poplu ta` min ukoll isemmi l-impożizzjoni tal-VAT.", "Ta` min ikakkar li meta l-partit nazzjonalista reġa` daħħal din it-taxxa kien qal li kellhom jorħsu madwar 40,000 prodott.", "Imma dan kien paroli biss għax waqt li fl-1998 kienu inġabru Lm70 miljun mill-VAT, is-sena l-oħra l-poplu ħallas Lm116 miljun VAT.", "Mr Speaker, dawn huma kollha taxxi li nġabru minn fuq dahar il-poplu u ma dawn nistgħu inżidu l-piżijiet kollha li qed jiffaċċja l-ħaddiem jum wara l- ieħor.", "Dan li qed jiġri f'pajjiżna llum qed joħloq dubji, biża` u dwejjaq fost il-ħaddiema tagħna.", "Wara dik ix-xita ta` wegħdi li saru mill-partit nazzjonalista, il-poplu ma kienx qed jistenna li jsib ruħu f'dan l-inkwiet.", "Mr Speaker, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar it-turiżmu.", "Dan il-qasam huwa pilastru u sors ewlieni ta` dħul għal pajjiżna kif ukoll sors ta` ħolqien ta` impiegi.", "Minkejja l-ftaħir tal-partit nazzjonalista anke f'dan is- settur il-problemi rikbuna.", "In-numru ta` turisti li jżuruna qed jonqos xahar wara l-ieħor.", "Fil-fatt insibu li s-sena li għaddiet żaruna 1,180,000 turist, li huwa ammont impressjonanti u sabiħ.", "Imma fl-1999 żaruna 1,214,000 turist u fis-sena 2000 żaruna 1,216,000.", "Minkejja dan it-tnaqqis kollu, għall-gvern qisu m'hu qed jiġri xejn għax għalih t-tnaqqis fin-numru ta` turisti mhux importanti.", "Sfortunatament din it-trend ta` tnaqqis kompliet tidher anke fl-ewwel xhur ta` din is-sena.", "Il-figuri figuri li ħarġu ftit tal-ġranet ilu juruna li kien hemm tnaqqis ta` 6,700 turist fuq Jannar ta` din is-sena paragunat ma` Jannar tas-sena l-oħra.", "Fl-opinjoni tjiegħi din hija xi ħaġa inkwetanti.", "Nixtieq ukoll nagħti ħarsa lejn il-qligħ li kellna mit-turiżmu fejn fuq perijodu ta` sena, jiġifieri mis-sena 2000 sas-sena l-oħra kien hemm tnaqqis ta` Lm8 miljun fuq id-dħul mit-turiżmu.", "Naħseb li dan mhux qed jinkwetah lill-gvern għax hu jgħid: Lm10 miljun 'il hawn u Lm10 miljun 'il hemm ma jagħmlux differenza.", "Mr Speaker, xtaqt issa nsemmi wkoll problema li żgur qed tinkwieta lil ħafna ħaddiema.", "Din hija l-problema tal-finanzi tal-gvern.", "Sentejn ilu l- ministru tal-finanzi kien talab lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin biex ilkoll flimkien jagħmlu numru ta` sagrifiċċji u jerfgħu ċerti piżijiet biex insaħħu lil pajjiżna.", "Il-ħaddiema refgħu dawn is-sagrifiċċji li ġew mitluba minnhom b'żidiet ta` taxxi li uħud minnhom għadni kif semmejt.", "Iżda minkejja li l-gvern nazzjonalista ta` kull sena jiġbor aktar taxxi milli jkun ġabar mis-sena ta` qabel kompla kabbar il-problema tal-finanzi tal-gvern.", "Dan il-gvern jidher li ma tgħallimx mill-iżbalji li għamel fil- passat meta tefa` lill-pajjiżna f'baħar ta` inkwiet bid-djun kbar li għamel.", "Minn figuri li ħarġu mill-uffiċċju ta' l-istatistika jirriżulta li sa Marzu li għadda l-gvern nazzjonalista rnexxielu jwassal id-dejn għall- figura impressjonanti ta` Lm1,046 miljun, żieda ta` Lm86 miljun fuq perjodu ta' sena.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li kien hemm żieda ta` 9% bejn Marzu tas-sena l- oħra u Marzu ta` din is-sena.", "Pero` mbagħad mill-aħħar ta` Diċembru li għadda sa Marzu ta` din is-sena d-dejn żdied bi Lm33 miljun.", "Għal dan id- dejn kbir li għamel il-gvern nazzjonalista qed inħallsu ammont ta` Lm58 miljun f'imgħaxijiet u spejjeż oħra marbuta ma` dan id-dejn.", "Jidher li għal dan il-gvern xejn m'hu xejn u għadu bl-istess vizzju li jimla lill-pajjiżna bid-dejn biex imbagħad, kif kienu qalulna, iħallsuh ta` warajna.", "Mr Speaker, meta taf li dawn il-problemi li semmejt huma wħud mill-ħafna problemi li qed jiffaċċja l-poplu, il-festa ta` Jum il-Ħaddiem issir iktar importanti.", "Il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ma jistgħux jibqgħu b'idejhom marbutin meta jaraw dan kollu u allura nhar l-Erbgħa l-ħaddiema Maltin u Għawdxin se jagħtu sinjal li dan il-poplu xeba` jerfa` piżijiet minħabba l- iżbalji goffi li għamel il-gvern nazzjonalista.", "Se jagħti sinjal li dan il-poplu kapaċi jimxi 'il quddiem b'rajh f'idejh, basta jkollu gvern serju u b'ideat ġodda.", "Nhar l-Erbgħa l-ħaddiema Maltin u Għawdxin se jagħtu sinjal ċar li wasal iż-żmien li jkun hemm bidla f'dan il-pajjiż, bidla li tkun tfisser li pajjiżna jitmexxa minn gvern laburista ġdid.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn 29 ta' April, 2002 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPOŻITI", "31299.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'referenza għall-dak li ġie ppublikat fil-ġurnal it-torca u l- orizzont siegħa dwar il-ħlas lura ta' Lm 200 f'dipożiti li jridu jitħallsu mid-dipartiment lis-sajjieda li kellhom il-liċenzji tal-lampuki u dwar il- konsulent li ismu qed jintbgħat separatament, jista' jgħid x'investigazzjoni saret u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li d-depożiti tal-liċenżji tal-lampuki nġabru kollha.", "Kull min kellu xi depożitu kien avżat biex imur jiġbru.", "Jien infurmat li ma kien hemm ebda raġuni għalfejn issir l-investigazzjoni u allura ma ttieħdu l-ebda passi.", "LAQGĦAT - BDIEWA", "31300.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-laqgħat li kellhom isiru mal-għaqdiet tal-bdiewa, raħħala u sajjieda f'nofs Diċembru li għadda għadhom ma sarux?", "Meta se jsiru u x'se tkun l-aġenda tal-ministeru tal- biedja għal dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Laqgħat mar-rappreżentanti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda jsiru kull meta jkun hemm bżonn u skond l-aġenda li jkollu quddiemu l-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "HOUSING", "32692.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal bejgħ ta' sit fi Triq Valletta, Ħal Kirkop permezz ta' avviż nru.126?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-awtorita' tad-djar qatt ma kellha fil-pussess tagħha sit fi Triq Valletta, Ħal-Kirkop li setgħet ħarġet għall-bejgħ.", "Ninsab infurmat ukoll li din is-sena l-awtorita' ma ppubblikatx avviż li jġib in-numru 126.", "SKEJJEL STATALI - SKRIVANI PART-TIME", "32704.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal ingaġġ ta' skrivani part-time fi skejjel statali skond l-avviż imxandar fil- gazzetta tal-gvern nru.", "17,172, bid-data tas-7/12/01?", "Min huma dawk li ntagħżlu u f'liema skejjel intbagħtu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fis-sejħa għall-applikazzjonijiet imxandra fil-gazzetta tal-gvern tas-7 ta' Diċembru 2001 u li għaliha kien hemm korrezzjoni fil-gazzetta tal-gvern ta' l-14 ta' Diċembru 2001, kien hemm ħdax-il skola indikati.", "Lista bit-tagħrif mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "WIED IL-KBIR - QORMI", "32705.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: B'referenza għal kwot nru.", "81/01 u 82/01 kif minħabbra fil-gazzetta tal-gvern 17,157 - 2/11/01 dwar provista u tqegħid ta' ċangaturi tal-koskos pre-stressed għal Wied il-Kbir Ħal Qormi, jista' l- Ministru jispeċifika x'tip ta' xogħol qed isir mill-gvern ċentrali f'din il- lokalita'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir f'din il-lokalita' jikkonsisti f'tindif ta' materjal u skart ieħor minn parti minn Wied il-Kbir, Qormi.", "Barra dan ix-xogħol qed jinbnew mill-ġdid żewġ pontijiet minflok dawk li kien hemm għaliex ma kinux ilaħħqu mal-volum ta' l-ilma li jgħaddi minn dan il-wied.", "Il-planki (pre-stressed slabs) li qed tirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant ġew ordnati għal dawn il-pontijiet.", "Ix-xogħol kollu qed isir mid-Direct Labour Force tal-Unit għas-Servizzi ta' Tisbiħ.", "SVDP - SERVIZZI MEKKANIĊI", "32710.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma u għal x'hiex se jintużaw is-servizzi mekkaniċi u ta' l-elettriku għas- swali 1-2 u 3-4 ta' l-Irġiel u tal-Nisa fir-residenza ta' l-anzjani f'SVDP skond l-avviż fil-gazzetta tal-gvern nru.", "17,170 ta' l-4/12/01?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li s-servizzi mekkaniċi u ta' l-elettriku jikkonsistu fis-sistemi kollha li hemm bżonn biex il-wards fl-SVPR jkunu attrezzati f'dak kollu li hu meħtieġ għall- anzjani bħal per eżempju - dawl, ilma, air-conditioning u nurse-call system.", "LIVELL TAĊ-ĊOMB FL-ARJA – MONITORING", "32711.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ikkonċernat għandux apparat teknoloġikament adekwat biex jagħmel il-monitoraġġ ta' livelli taċ- ċomb u tossiċi oħra fl-arja?", "X'apparat jeżisti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi sa mill-1999 id-direttorat għall- Protezzjoni ta` l-Ambjent beda għaddej bi programm ta` monitoraġġ tal- kwalita` ta` l-ajra billi jitkejlu livelli ta` għadd ta` gassijiet fosthom SO2 (Sulphur Dioxide), NO2 (Nitrogen Dioxide), O3 (Ozone) u CO (Carbon Monoxide).", "Il-livelli reġistrati jinstabu ippublikati fuq il-website tad- direttorat (www.environment .gov.mt).", "Fir-rigward ta` livelli taċ-ċomb fl-arja, id-direttorat ikkummissjona kuntratt biex jibda jsir dan il-monitoraġġ.", "Dan il-monitoraġġ hu mistenni li jibda f`Mejju 2002.", "APPLIKANTI GĦAL SYSTEM MANAGER", "32712.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' system manager (SABS system) fid-dipartiment tas- sigurta' soċjali?", "Min huma?", "Min intagħżel?", "Xi kwalifiki għandu/għandha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għall-post ta' systems manager (SABS system) fid- dipartiment tas-sigurta' soċjali, applikaw żewġ persuni jiġifieri: Is-Sur Joseph Gatt I.D. 91470 (M) u Is-Sur Clifford Schembri I.D.150267 (M)", "Intagħżel is-Sur Clifford Schembri.", "Minbarra li ilu jaħdem fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali mill-1986 u fil- computer section ta' l-istess dipartiment mill-1991, is-Sur Clifford Schembri segwa numru ta' training courses fil-komputeriżżazzjoni u fl- amministrazzjoni.", "FINANZI TAL-GVERN – SPIŻA PUBBLIKA", "32818.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid fl-isfond tas-sitwazzjoni prekarja tal- finanzi tal-gvern, jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li jinfetħu ambaxxati ġodda?", "Jekk iva, fejn ser jinfetħu u kemm se tkun l-ispiża pubblika?", "ONOR.", "JOE BORG: Filwaqt li ma naqbel xejn ma l-asserzjoni infondata u gratwita magħmula mill-Onor.", "Interpellant dwar is-sitwazzjoni tal-finanzi tal-gvern, nixtieq ngħid li, kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, deċiżjonijiet dwar fejn u jekk għandhomx jinfetħu ambaxxati ġodda Maltin barra minn Malta jittieħdu fid-dawl tal-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u pajjiżi oħra.", "Dan il-gvern jipprova jassigura li ta' l-anqas ambaxxata waħda ġdida tinfetaħ kull sena.", "Fis-sena 1999, infetħet dik ta' Stokkolma, u fis-sena 2000 infetħet dik ta' Ateni u s-sena l-oħra nfetħet l- ambaxxata f'The Hague.", "F'nofs din is-sena ser tinfetaħ ambaxxata ġdida f'Copenhagen.", "Fil-bidu, sakemm ambaxxata ġdida titwaqqaf sew fus saqajha, l-ispiża tkun xi ftit ogħla.", "Mill-banda l-oħra, din l-ispiża, u l-ispiża rikorrenti biex tinżamm ambaxxata mhux kullimkien l-istess.", "F'dak li jirrigwardja l-estimi għas-sena 2002 fl-ispiża rikorrenti għall-ambaxata ta' Stokkolma, il- ministeru din is-sena alloka l-ammont ta' LM 127,593 għal dik ta' Ateni alloka LM 92,705 u għal dik ta' The Hague l-ispiża mistennija tilħaq LM 148,849.", "AMBAXXATA MALTIJA - TWISSIJA LIL UFFIĊJALI", "32819.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali fi ħdan il- ministeru jew li qed iservu f'xi Ambaxxata Maltija li ġew imwissija uffiċjalment mis-superjuri tagħhom matul l-aħħar tliet snin?", "Jekk ma jistax isemmi l-ismijiet għal raġuni ovvja, jista' għallinqas jgħid dwar hiex ġew imwissijja uffiċjalment?", "ONOR.", "JOE BORG: Matul l-aħħar tlett snin ma kien hemm l-ebda każ fejn uffiċċjali fil-ministeru jew f'xi ambaxxata Maltija ġew imwissija uffiċjalment mis-superjuri tagħhom.", "Inżied ngħid li kien hemm każ ta' mpjegat li ngħata ċanfira taħt ir-regolament 18 tar-regolamenti tal-1999 tal-kummissjoni tas-servizz pubbliku (proċedura ta' dixxiplina) għal insubordinazzjoni.", "POSTING ORDER", "32820.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Wara li tħabbret l-aħħar posting order jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun l-ispiża totali biex isir it-tibdil imsemmi fil-posting order?", "Jista' ta' l-affarijiet barraniin jgħid kemm hemm uffiċjali li ma jiffurmawx parti mill-korp diplomatiku u li qed iservu fl-ambaxxati ta' Malta?", "Min huma dawn l-uffiċjali, f'liema ambaxxata qed iservu u kemm ilhom iservu f'din l-ambaxxata u sa kemm?", "ONOR.", "JOE BORG: Kull meta jsiru postings ta' uffiċċjali mill-ministeru f'Malta għall-ambaxxati u viċi versa ikun hemm diversi spejjeż, fosthom spejjeż ta' vjaġġi u ġarr ta' personal effects, liema spejjeż ivarjaw skond jekk l-uffiċċjal ikunx miżżeweġ u jekk ikunx akkumpanjat minn membri tal- familja tiegħu.", "Minħabba dawn il-fatturi l-Onor.", "Interpellant japprezza li wieħed ma jistax jgħid bi preċiżjoni kemm ser tkun l-ispiża minn issa.", "Lista ta' uffiċċjali li ma jiffurmawx parti mill-korp diplomatiku Malti u li qed iservu fl-ambaxxati barra minn Malta, kif ukoll tagħrif ieħor mitlub mill-Onor.", "Interpellant ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AMBAXXATI/KUMMISSJONIJIET – RIĊEVIMENTI - NEFQA", "32821.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u kemm kienet l- ispiża ta' dawn ir-riċevimenti li saru mill-ambaxxati/kummissjonijiet għolja Maltin matul dawn l-aħħar tlett snin?", "Kemm intefqu flus fuq ikel u xort għal dawn ir-riċevimenti?", "Kemm saru ikliet u riċevimenti mill- ambaxxaturi/kummissarji għolja Maltin fir-residenzi uffiċjali matul dawn l- aħħar tliet snin u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-funzjonijiet?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TOBBA BARRANIN - NEFQA", "32857.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "32779 u ċioe Jista' jgħid kemm ħallas il-gvern għas-servizzi ta' tobba barranin matul is-sena 2001 kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SKOLA PRIMARJA – SENGLEA - STUDENTI", "32882.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja ta' Dun Mauro Inguanez Senglea u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola ta' Senglea u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:", "Subien Bniet", "Year 1 30 28 Year 2 17 13 Year 3 19 22 Year 4 21 27 Year 5 23 12 Year 6 22 24 Total 132 126", "SKOLA PRIMARJA – BIRGU - STUDENTI", "32883.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien lu jattendu l-iskola primarja tal-Birgu u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tal-Birgu u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:", "Subien Bniet", "Year 1 11 4 Year 2 10 6 Year 3 10 7 Year 4 15 8 Year 5 14 8 Year 6 20 23 Total 80 56", "SKOLA LORENZO GAFA – BIRGU - STUDENTI", "32884.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li qed jattendu l-iskola Lorenzo Gafa, Birgu u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti subien li jattendu l- iskola Lorenzo Gafa` BSS, Birgu u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi:", "Form Studenti", "Form 1 51 Form 2 55 Form 3 49 Form 4 32 Form 5 62 Total 249", "PLANNING AUTHORITY", "32895.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'referenza għall-permessi tal-bini biex jinbnew 62 garages u 23 apartments f'Triq G Calleja, Swatar, wara li ġejt mgħarraf li kien hemm permess biex jinbnew two storey terraced houses tistax tikkonferma li case 03393/00 li kien approvat, issa qed jintalab li jinbidel permezz ta' case 01577/02 sabiex jinbnew 64 apartament flok 23 apartament?", "Il-planning authority ser tieħu nota ta' l-impatt negattiv ta' dan kollu fuq ir-residenti ta' l-inħawi kemm-il darba verament saret din it-talba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-permess PA 3393/00 ħareġ biex jinbnew 62 garages, 23 appartament u 2 ħwienet filwaqt illi l-applikazzjoni PA 1577/02 issa qed titlob li minflok jinbnew 64 appartament u 69 garages.", "Din l-applikazzjoni għadha qed tiġi pproċessata, u l-awtorita` ta` l- ippjanar ser tieħu nota ta` l-impatt fuq ir-residenti ta` l-inħawi."]} {"filename": "20010116_468d_par.doc", "date": "2001-01-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 468 It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 468", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "468", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 280", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 280", "TQEGĦID TA' KARTI 284", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (IT-TIENI QARI)", "LOCAL LOAN BILL (SECOND READING) 285", "AĠĠORNAMENT 307", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 312", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 467 li saret fl-15 ta' Jannar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "VAT - ĦLASIJIET", "22359.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-VAT minn nisa Maltin reġistrati mad-dipartiment tal-VAT f'isimhom, matul is- snin li ilha topera din it-taxxa?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' taxxa li tħallset minn persuni nisa reġistrati f'isimhom taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud bejn l-ewwel ta' Jannar 1999 u l-aħħar ta' Settembru 2000 kien ta' Lm776,623.52.", "SKEJJEL - ENERĠIJA SOLARI", "22264.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani jekk sarx studju matul 1-1999 u sena 2000 dwar il-possibilita' li l-iskejjel tal-gvern ikollhom sistema moderna ta' dawl permezz ta' solar energy?", "Jekk le, jista' jikkonsidra li jsir dan l- istudju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li t-taqsima bini ta' skejjel tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni s'issa m'għamlet l-ebda studju tul l-1999 u s-sena 2000 dwar il-possibilita` li l-iskejjel tal- gvern ikollhom sistema moderna ta' dawl permezz ta' solar energy.", "Inżid iżda li fl-eżekuzzjoni ta' l-ippjanar ta' l-iskola ġdida sekondarja tas-subien fil-Karwija, din il-possibilita` qed tiġi kkonsidrata.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone) L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm il-ħsieb li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni jew forsi l-ministeru jagħmel dan it-tip ta' studju fil-futur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, fid-diskussjonijiet li kelli ma' l- awtoritajiet in konnessjoni mal-bini u mar-refurbishment ta' skejjel eżistenti, jien tajthom bħala parametri għall-konsiderazzjoni l-kriterju li importanti li jaħdmu sew fuq il-konservazzjoni ta' l-ilma kif ukoll fuq l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija.", "Minħabba li n-natura tal-bini ta' l-iskejjel tagħtik il-faċilita' ta' estensjoni tas-soqfa u estensjoni ta' l-arja, allura naħseb li hemm raġuni valida għaliex wieħed jikkonsidra li jagħmel użu minn dawn l-ispazji biex ikun jista' jibda jaħdem sew fuq il- konservazzjoni ta' l-ilma, permezz ta' bini ta' reservoirs u gwiebi, kif ukoll billi nużaw l-ispazji għal solar panels li jistgħu jipprovdu l- enerġija.", "Jien irċevejt rapport pjuttost preliminari ħafna minn aġenzija li tieħu ħsieb dawn is-setturi ta' enerġija alternattiva u jirriżulta wkoll li jekk wieħed jagħmel l-investiment kapitali meħtieġ, jista' jkollu anke ġenerazzjoni ta' enerġija aktar milli jkollha bżonn skola partikolari, enerġija li allura tkun tista' tiġi wżata anke fil-kwartier immedjat ta' l- iskola.", "Dawn huma fatturi li se nħarsu lejhom b'mod konkret fl-iddisinjar ta' l-iskola l-ġdida tal-Karwija.", "Naturalment għadna fil-bidu biex naraw x'inhuwa l-investiment kapitali meħtieġ, naraw in-nefqa rikorrenti biex iżżomm dak l-investiment, isir paragun ma' x'inhija l-ispiża li nonfqu jekk nużaw is-sorsi ta' enerġija li għandna fil-preżent, imbagħad jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nitolbok tippermettili nagħmel mistoqsija fuq suġġett kompletament differenti.", "Fid-dawl tal-mod kif qed tiżviluppa l-kwestjoni tal-BSE - jew kif inhi magħrufa fuq il-bniedem is- CJD - hemm xi tip ta' programmi edukattivi li qed jingħataw lit-tfal fl- iskejjel tagħna biex ikunu aktar konxji ta' din is-sitwazzjoni, li naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li qed tieħu b'mod aktar aċċellerat issa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt fl-iskejjel tagħna nitkellmu fuq is-suġġett tal-healthy foods.", "Naturalment ma nitkellmux fuqu fid-dettall ta' din it- tip ta' kondizzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Membru, pero' hawn biżżejjed tixrid ta' informazzjoni li anke t-tfal jirriferu għal din il-kondizzjoni.", "Hemm ukoll id-diskors li jsir fil-familji, naturalment bil-mod adatt, pero' fl-iskejjel m'hemmx xi programm partikolari fuq din il-kondizzjoni li qed jitkellem fuqha l-Onor.", "Membru bħalissa.", "AMBJENT - ENERĠIJA SOLARI", "22265.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinformani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-ministeru jsir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari?", "Jekk le, jista' jikkonsidra li s-sena d-dieħla jsir dan l- istudju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Ambjent): Ma sar l-ebda studju fuq il-bini sabiex tintuża sistema ta' enerġija solari, għalkemm ninsab informat li l-BICC qed jikkonsidra li jniedi pubblikazzjoni fuq din il-materja.", "Dawn il- pubblikazzjonijiet isiru minn żmien għall-ieħor u jitqassmu lil periti, inġiniera, studenti u kuntratturi.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - ENERĠIJA SOLARI", "22266.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex il-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il- ministeru jsir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari?", "Jekk le, jista' jikkonsidra li sena d-dieħla jsir dan l-istudju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li matul 1999 - 2000 ma sar l-ebda studju biex tiġi stallata xi sistema ta' enerġija solari fuq xi bini li huwa responsabbli minnu dan il-ministeru.", "Lanqas mhu l-ħsieb tagħna li s- sena d-dieħla jsir xi studju fuq dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' allura l-Ministru jgħidilna kif jirrelata din il-pożizzjoni mal-pożizzjoni tal-gvern li qal li beħsiebu jinċentiva sistemi sostenibbli ta' enerġija solari.", "Ma jħossx li l-gvern għandu jkollu energy policy għall-uffiċini u d-dipartimenti bil-għan li niffrankaw l-ispejjeż tad-dawl?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, personalment naħseb li jekk għandu jsir studju m'għandux isir minn erbatax-il ministeru differenti imma għandu jsir studju minn dipartiment jew ministeru wieħed, dejjem jekk ma rridux nispiċċaw naslu għal konklużjonijiet differenti.", "Jien naraha xi ħaġa pożittiva li jkun hemm studju bħal dan, pero' ma naħsibx u ma nemminx li għandu jkun kulħadd għal rasu li jagħmel dan l-istudju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura nista' neħodha li se jsir studju kollettiv bl-għan li forsi din is-sistema bbażata fuq l-enerġija solari tiġi introdotta fid-dipartimenti kollha tal-gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien m'għedtx li hemm deċiżjoni imma għedt li jekk għandu jsir studju, aħjar isir studju wieħed.", "AGRIKOLTURA U SAJD - ENERĠIJA SOLARI", "22267.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-ministeru jsir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari?", "Jekk le, jista' jikkonsidra li sena d- dieħla jsir dan l-istudju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT(Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Dan il-ministeru ma għamel l-ebda studju sabiex jibda juża enerġija solari.", "Studju bħal dan isir mill-entitajiet kompetenti bħala parti minn programm imfassal mill- gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, l-impressjoni li kelli hija li kien hemm xi tip ta' proġettazzjoni f'dan is-sens min-naħa tal-gvern.", "Jekk jiġi deċiż li biex jitwettaq ċertu żvilupp sostenibbli fil-farm sperimentali Ta' Qali tiġi mħaddma sistema ta' enerġija solari, f'dak il- każ ir-rapport irid isir mill-Korporazzjoni Enemalta?", "Possibbli li rapporti bħal dawn ma jsirux mid-dipartiment ta' l-agrikoltura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, irrid infakkar li t-tħaddim tas-sistema ta' enerġija solari ma bdietx minn sentejn ilu imma ilha mill-inqas għaxra, ħmistax-il sena.", "Kien hemm anke żmien meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista u f'dak il-perijodu l-ebda sistema bbażata fuq l-enerġija solari ma ġiet introdotta f'Malta.", "Meta nitkellmu fuq l-enerġija solari, għandek is-solar water heating li jiena personali naqbel miegħu.", "Imbagħad għandek dak li jissejjaħ l- photovoltaic, li hija xjenza li għadha fil-bidu tagħha, mhijiex cost- effective.", "Jekk kemm-il darba din it-tip ta' enerġija ssir cost-effective u tkun tista' tiġi introdotta f'pajjiżna, jien ċert li l-gvern jikkonsidra li jdaħħalha f'dawk l-oqsma fejn hekk ikun jaqbel.", "GĦAWDEX - ENERĠIJA SOLARI", "22268.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tinformani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-ministeru jsir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari?", "Jekk le, tista' tikkonsidra li s-sena d-dieħla jsir dan l- istudju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Jien informat li matul is-snin 1999 u 2000 ma sar l-ebda studju rigward jekk il-bini li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari.", "Studju ta' dan it-tip isir meta jkun iż-żmien opportun.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - ENERĠIJA SOLARI", "22269.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex il- bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-ministeru jsir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari?", "Jekk le, jista' jikkonsidra li s-sena d- dieħla jsir dan l-istudju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Matul il- perijodu msemmi ma sar ebda studju dwar il-possibbilta' li tintuża l- enerġija solari fil-bini li jaqa' taħt ir-responsabbilta' diretta tal- ministeru.", "Is-suġġeriment magħmul mill-Onor.", "Interpellant ser jiġi kkonsidrat, anke jekk fil-preżent l-applikazzjoni normali ta' l-enerġija solari hija ristretta prinċipalment għall-impjanti li jsaħħnu l-ilma, liema impjanti għandhom użu limitat f'kuntest ta' uffiċini.", "SANITA' - HEAD OFFICE - KONTIJIET PENDENTI", "22392.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kontijiet pendenti taħt Item 4 - office of the director general - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħid jekk ġewx irrapportati xi każi ta' CJD jew xi ħaġa ekwivalenti matul dawn l-aħħar xhur.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bi pjaċir ngħid li ma kellniex rapporti ta' din il- marda.", "Bil-prekawzjonijiet li ħadna, kemm min-naħa tad-dipartiment tas- saħħa kif ukoll min-naħa tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd, ma naħsibx li tkun xi ħaġa remotissima li jista' jkollna minn dan it-tip ta' mard ġewwa pajjiżna.", "Pero' ħalli nkunu fattwali, sal-lum ma kellna l-ebda rapport ta' dan it-tip.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nista' neħodha li hemm għaddejjin diskussjonijiet bejn id-dipartiment tas-saħħa u d-dipartiment ta' l-agrikoltura għall-mod kif għandha tiġi handled din l-issue, bil-għan li jkollna protezzjoni sħiħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, nista' nassigura lill-Onor. kollega tiegħi li din il-koperazzjoni bejn iż-żewġ dipartimenti ma kenitx biss f'dan il-każ imma hemm koperazzjoni kontinwa għaddejja.", "Ovvjament we pooled our expertise f'dan il-każ partikolari u żammejna lil xulxin informati dwar x'qiegħed jiġri barra minn Malta u ħadna l-prekawzjonijiet kollha neċessarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jista' jinformana jekk bdewx it- testijiet tal-BSE li kellhom isiru fuq il-merħla nazzjonali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett ħalli nagħmilha ċara li t-testijiet jistgħu jsiru biss fuq il-karkassa ta' l-annimal u mhux fuq annimal ħaj.", "Fil-fatt jien nista' ngħid li ġejt irrapportat li se jsiru testijiet fuq il- merħliet lokali, iżda l-għada kelli okkażjoni nitkellem fuq ir-radju u fil- fatt mill-ewwel għedt li kont ġejt ikkwotat ħażin.", "Mr Speaker, kif kelli okkażjoni nsemmi drabi oħra, aħna bgħatna persuna biex tittestja u titgħallem it-teknika tat-testing fuq il-baqar.", "Jiġifieri issa se nibdew li kull karkassa tal-baqra li tiddaħħal ġewwa l-biċċerija se tiġi ttestjata.", "Kif taf ukoll, ħadna prekawzjonijiet anke oltre dawk li kienu rrakkmandati, fis-sens li fejn kienu rrakkmandati li l-laħam biex ikun eskluż mill-marda jrid ikollu anqas minn 30 xahar, aħna konna qegħdin nimportaw laħam taħt it-24 xahar, u issa, in vista ta' riċerki ġodda, dan il-perijodu niżżilnih għal 18-il xahar.", "It-testing huwa mistenni li jibda l-ġimgħa d-dieħla jew il-ġimgħa ta' wara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, x'possibbilta' hemm li nintroduċu s- sistema tal-bar coding kif hemm f'pajjiżi oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'dan ir-rigward il-bieraħ ħarġet press release li tgħid li f'każ ta' laħam li jiġi importat minn barra, qegħdin nitolbu d- dettalji kollha fejn twieled l-għoġol jew il-baqra, fejn tkabbru u d- dettalji kollha, inkluż it-tip ta' għalf li kienet tingħata l-bhima.", "B'hekk nkunu qegħdin nieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex inkunu nafu l- oriġini u l-history kollha tal-bhima u f'liema biċċerija ġiet maqtula u f'liema impjant ġiet ippakkjata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni bi tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "22500 u 22543", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Jannar.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat huwa in possession.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, kif kont qed ngħid fl-introduzzjoni ta' l- intervent tiegħi l-bieraħ, jien inħoss li mill-aspett politiku dan l-abbozz ta' liġi huwa l-pern ta' l-inkonsistenza tal-gvern Nazzjonalista.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għal diversi raġunijiet.", "Sena ilu kienu qalu li ma kienx il-ħsieb tal-gvern li jissellef għat-tul, pero` issa l- gvern qed jitlob li jissellef sa massimu ta' Lm100 miljun.", "Fil-manifest elettorali kienu qalu wkoll li jridu jnaqqsu d-dejn, pero` effettivament b'dan l-abbozz ta' liġi d-dejn se jżiduh, kemm jekk jieħdu l-Lm100 miljun kollha u anke jekk ma jeħdux il-Lm100 miljun kollha, u qalu wkoll li riedu jnaqqsu l-piż tad-dejn.", "Ovvjament ġaladarba l-gvern se jissellef iżjed, il- piż tad-dejn se jiżdied u mhux se jiġi kkontrollat jew imrażżan, kif kellhom imniżżel fil-manifest elettorali.", "Qalu wkoll li qed jagħlqu dak li jissejjaħ il-budgetary gap, pero` l-bieraħ fil-ftit ħin li kelli għad- dispożizzjoni tiegħi, tajt indikazzjoni ċara bil-figuri kif dan il-gap effettivament qed jitwessa' minflok m'hu qiegħed jingħalaq.", "Ftit ilu l-ministru qal li m'hemmx problema ta' riżervi, imma jekk naraw x'qal il-bank ċentrali nsibu li dan qal illi jekk inqabblu r-riżervi bejn is-sena 1999 u lejn tmiem is-sena 2000 insibu li effettivament dawn naqsu b'10.5%, li f'termini ta' flus jammontaw għal Lm77.7 miljun, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq somma sostanzjali ta' madwar Lm80 miljun.", "Fis- sena finanzjarja li ntemmet f'Diċembru li għadda, il-gvern mar żmerċ anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-privatizzazzjoni.", "Il-gvern kien ilu jiftaħar li se jkollu programm robust ta' privatizzazzjoni.", "Il-bieraħ erġajna smajna lill-ministru jgħid hekk fil-kontest ta' din is-sena l-ġdida li qegħdin fiha.", "Ta' min jgħid li s-sena 2000 kienet ġiet deskritta saħansitra bħala s- sena tal-privatizzazzjoni min-naħa tal-gvern Nazzjonalista, u naħseb li kulħadd jaf li effettivament il-pjani tal-gvern saru suf għax is-sena li għaddiet, safejn naf jien, ma saret l-ebda privatizzazzjoni li wieħed jista' jieħu nota tagħha u jikkonsidraha bħala stat ta' fatt matul is-sena finanzjarja li għaddiet.", "Imbagħad hemm l-aspett tat-taxxi.", "Fl-1996 il- Partit Nazzjonalista kien wiegħed li jekk kemm-il darba jitla' fil-gvern, se jnaqqas il-piż tat-taxxi, pero` matul dawn l-aħħar tliet budgets rajna li effettivament dawn żiedu l-piż tat-taxxi b'xejn inqas minn Lm120 miljun.", "Dan biex ma nsemmix ukoll dak li nġabar bejn budget u ieħor.", "Dawn huma kollha indikaturi ta' kemm il-gvern preżenti għamel diversi U-turns u kutrumbajsi politiċi li wieħed ma jistax ma jeħux nota tagħhom.", "Sur President, f'dawk li huma stocks u privatizzazzjoni effettivament il- gvern mar minn taħt b'Lm109.5 miljun, u din il-karba ġdida li qed issir illum b'mod sottili qed issir proprju wara kampanja sistematika fil-media Nazzjonalista fejn dawn il-leitmotif tagħhom kien li minkejja li n-nefqa tal-gvern qed tiżdied kull sena, il-ħtieġa tal-gvern li jissellef qiegħda tonqos.", "Din hija l-linja tagħhom; taraha editorjalment, taraha fl-artikli li jinkitbu mill-columnists tal-Partit Nazzjonalista u, jekk m'iniex sejjer żball, smajnieha anke minn fomm il-ministru f'xi wieħed mid-diskorsi pubbliċi.", "Imma minkejja dan kollu, il-gvern xorta waħda qed ikollu jirrikorri għal self ġdid.", "Fil-fatt kull m'għamel is-sena l-oħra kien li feda xi stocks li kienu jagħlqu b'imgħax iktar baxx.", "Jiena ngħid li d-duda ta' dan kollu hija n-nefqa rikorrenti tal-gvern.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk fuq in-nefqa rikorrenti tal-gvern għax apparti li din se tilħaq persentaġġ record fis-sena l-ġdida li bdejna ġimgħatejn ilu, fl- ewwel 11-il xahar tas-sena l-oħra din telgħet minn Lm464.9 miljun għal Lm492 miljun, jiġifieri telgħet b'5.8%.", "Dawn m'humiex xi figuri li vvintajthom jien minn żniedi imma jirriżultaw minn figuri li ppubblika l- uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika dwar il-finanzi pubbliċi.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li hawnhekk għandna indikazzjoni li kemm is-sena li għaddiet kif ukoll is-sena li ġejja r-rata li biha n-nefqa rikorrenti se tkun qed tiżdied se tkun ikbar u iktar aċċellerata milli kienet fis-snin ta' qabel, jiġifieri l-problema ewlenija li suppost qed jindirizza dan il-gvern mhux talli m'hijiex qed tiġi indirizzata imma talli effettivament qed issir problema iktar milli kienet għal diversi gvernijiet tul is-snin ta' l- imgħoddi.", "Jekk wieħed jara l-performance ta' dan il-gvern isib li din hekk qed timxi; filwaqt li n-nefqa rikorrenti qed tiżdied, in-nefqa kapitali qed tiċkien.", "L-investiment produttiv u infrastrutturali saħansitra naqas fuq dak li kien bejn Jannar u Novembru ta' l-1998.", "Per eżempju, bejn Jannar u Novembru ta' l-1998, fejn sa Settembru kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista, in-nefqa kapitali ta' investiment produttiv u investiment infrastrutturali kienu qabżu t-Lm58 miljun flimkien.", "Imma jekk immorru għas-sena l-oħra, għas-sena 2000, insibu li dawn, jekk jiġu magħġuna flimkien, kienu jitilgħu biss għal ftit iktar minn Lm54 miljun, jiġifieri effettivament hawnhekk għandna prova ċara li filwaqt li l-ispiża rikorrenti lill-gvern ħarbitlu kompletament, huwa qiegħed iġewweż, jissikka, inaqqas u jqaċċat min-nefqa kapitali, li tant hija importanti għall-pajjiż għal dak li huwa investiment produttiv u anke investiment infrastrutturali.", "Ix-share prices tas-settur ta' l-ishma jinsabu kontinwament niżlin.", "F'dan is-settur hemm feeling ta' sfiduċja kbira.", "Biss biss jekk tieħu t- tliet capital companies li huma listed fuq il-Malta Stock Exchange issib li dawn qed iġibu prezz ferm iktar baxx milli kienu qed iġibu bħal dan iż- żmien sena.", "Ħafna pajjiżi jgħidulek li l-andament ta' l-istock exchange huwa l-barometru ta' l-andament ta' l-affarijiet finanzjarji f'dak il- pajjiż konċernat, u jien naħseb li Malta m'għandhiex tkun eċċezzjoni.", "Issa m'għandniex skużi.", "Is-sena finanzjarja bdiet tirranka, il-budget il-ġdid suppost li diġa' beda jseħħ, iżda madanakollu ma smajna xejn dwar dawk il- ħafna affarijiet li kien hemm ħafna daqq tat-trombi dwarhom fil-budget, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-benchmarking, f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis ta' l-ispiża rikorrenti u f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba tal-value for money.", "Ikun tajjeb jekk il-ministru, minflok ma jagħtina winding up telegrafiku, kif kien l-introduzzjoni tiegħu, jagħtina indikazzjoni fuq dawn l-affarijiet għax jien naħseb li abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna għandu jagħti lok lil din il- Kamra biex ikollna stampa iktar komprensiva ta' l-andament finanzjarju u ekonomiku tal-pajjiż.", "Wara kollox ma rridux ninsew li bejn l-1999 u bejn is-sena 2000 id-dħul tal-gvern mill-għejun ewlenin tiegħu, bħalma huma d- dazju, is-sisa, il-VAT, l-income tax u l-bolla, kollha żdiedu b'mod sostanzjali.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball, dawn flimkien żdiedu b'iktar minn Lm45 miljun.", "Jekk imbagħad naraw diversi trends ekonomiċi, insibu li anke hemmhekk, il- bozza l-ħamra qiegħda tixgħel.", "Dan l-aħħar, per eżempju, ħarġu l-labour trends min-naħa ta' l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika, u minn hemmhekk reġgħu bdew joħorġu ċerti fatturi inkwetanti wara li l-figuri għax-xhur ta' qabel kienu juru ċertu titjib.", "U x'kienu dawn l-indikaturi?", "Dawn l- indikaturi kienu li dawk li jaħdmu bi qligħ, naqsu b'iktar minn 560 ruħ, is- self-employed naqsu b'182 ruħ, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fil-manifattura, kien hemm tnaqqis f'settur li normalment jikber u mhux jiċkien - u hawnhekk qed ngħid għas-settur tal-private market services - kien hemm tnaqqis fil-wholesale and retail u kien hemm tnaqqis saħansitra fil-hospitality workers, settur li s-soltu dejjem narawh jirranka u jiżdied.", "L-unika ċaqliqa żgħira li deher li kien hemm fl-aħħar labour trends kienet fil-qasam tal-kostruzzjoni, qasam li issa l-gvern għadu kif għabbieh b'piżijiet ġodda grazzi għat-tariffi u għar-rati l-ġodda li għadha kif imponiet mingħajr konsultazzjoni ta' xejn il-planning authority.", "Nispera li issa, meta jitkellmu l-membri tan-naħa l-oħra, ma jgħidulniex li qed inkunu distruttivi.", "Meta jkun hemm dibattitu serju fil-parlament, aħna nagħtu l-ideat kostruttivi tagħna.", "Ftit ilu, meta konna qed niddibattu l-abbozz ta' liġi ta' l-iżvilupp industrijali tal-pajjiż, żgur li kulħadd għaraf l-istand kostruttiva u proattiva li kien hemm min-naħa tagħna, bħala oppożizzjoni.", "Fil-fatt minn din in-naħa tal-Kamra saru diversi suġġerimenti dwar kif tista' tissaħħaħ il-liġi li effettivament il- gvern aċċettahom tale quale, adottahom u anke inkorporahom fil-liġi hekk kif emendata.", "Dan qed ngħidu biex nuri li l-oppożizzjoni preżenti taf tkun oppożizzjoni serja, kostruttiva u anke proattiva.", "Iżda jekk niġu għall- gvern tal-lum insibu li dan qed jagħmel bil-maqlub ta' dak li kien għamel huwa stess fl-1995.", "Għaliex qed nagħmel paragun ma' l-1995?", "Għax dakinhar li daħħal il-VAT, il-gvern kien naqqas l-income tax bil-konsegwenza li bejn l-1995 u l-1996 id-dħul totali kien niżel b'6.5%, jiġifieri minn Lm99.7 miljun niżel għal Lm93.307 miljun.", "Madanakollu meta issa reġgħet iddaħħlet il-VAT, il-gvern mexa mod ieħor.", "Din id-darba l-gvern m'aġevolax lin-nies mill-income tax biex jikkumpensa għar-ri-introduzzjoni u għat-twessiegħ tal- VAT, imma għall-kuntrarju żied l-income tax, firex iktar il-VAT u żied il- piż tal-bolla għal sena sentejn konsekuttivi.", "Meta konna fil-gvern aħna, għamilna passi li għalkemm kienu żgħar kienu importanti għax kienu fid-direzzjoni li kull gvern irid jieħu lill-pajjiż fih jekk irid imexxi l-finanzi pubbliċi b'mod san u b'mod li jrendi.", "X'għamilna f'dan ir-rigward?", "Fir-rigward ta' dak li hu infiq pubbliku, fir- rigward ta' dak li hu reklutaġġ pubbliku u fir-rigward ukoll ta' dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċjenza fis-servizz pubbliku permezz tad-diversi kumitati tal-kabinett, aħna konna ħdimna, stinkajna u pprovajna nagħtu sens ta' direzzjoni fir-rigward ta' dawn it-tliet areas tant importanti, li huma marbutin man-nefqa pubblika kollha kemm hi.", "Konna ħejjejna wkoll programm ta' borrowing requirements li kien jagħti konsiderazzjoni għal programm ta' privatizzazzjoni gradwali li kellu f'moħħu l-gvern Laburista.", "Id- differenza fundamentali bejn gvern u ieħor hija li aħna mhux biss sibna pajjiż mitluq imma sibna wkoll pajjiż li kellu problemi serji kemm fis- sitwazzjoni tad-deficit tal-kont kurrenti kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-bilanċ tal-pagamenti.", "Iżda agħar minn hekk konna sibna pajjiż - u ma nistax ma nħarisx lura biex inkun nista' nħares 'il quddiem - fejn l-ekonomija kienet qed tgħix u teżisti b'mod li ma kienx sostenibbli filwaqt li s-soċjeta` in ġenerali kienet qed tgħix lil hinn mill-mezzi tagħha.", "Kellna żbilanċi strutturali li kienu qegħdin jimminaw l-istabilita` makro-ekonomika tal-pajjiż in ġenerali serjament, u kien għalhekk li aħna konna fassalna ċerti prijoritajiet akkost li nidhru koroh ma' l-elettorat.", "Meta tlajna aħna fil- gvern sibna li kollox kien sar suf fil-jiem ta' qabel l-elezzjoni li konna rbaħna, saħansitra fis-settur tat-turiżmu, li tant niddipendu fuqu, u hekk se jerġa' jiġri jekk il-gvern jibqa' jieħu lil dan is-settur for granted u ma jikkultivahx kif hemm bżonn li jikkultivah.", "Jien nazzarda ngħid li aħna niddependu żżejjed fuq it-turiżmu, u għalhekk jekk se nħallu lil dan is- settur jintelaq wisq nibża' li s-sitwazzjoni li sibna meta tlajna fil-gvern fl-1996 terġa' tirripeti ruħha.", "X'kienet is-sitwazzjoni li sibna meta tlajna fil-gvern fl-1996?", "Fl-1996 sibna, per eżempju, li l-arrivals, jiġifieri dawk li jiġu jżuruna, kienu naqsu b'6%.", "Biżżejjed ngħid li fis-sena ta' qabel, eżattament fl-1995, diġa' kien hemm drop ta' 60,252 turist, jiġifieri ta' 5%.", "Wieħed jista' jgħid l-istess għad-dħul minn dan is-sors tant importanti.", "Fl-1996, per eżempju, kellna tnaqqis ta' Lm4 miljun, jew aħjar ta' 2%, wara li fl-1995 kellna tnaqqis ikbar ta' Lm9 miljun jew medja ta' 4%.", "Li jolqotni f'dan kollu huwa li l-gvern, fuq diversi issues, jimxi b'kejl differenti dwar jekk ikunx fil-gvern jew inkella jekk ikunx fl-oppożizzjoni.", "Ħalli nsemmi aspett ieħor fejn l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet timxi b'mod differenti minn kif qiegħda timxi llum.", "Hawnhekk qed nirriferi għall- atteġjament lejn il-bank ċentrali.", "Li jolqotni f'dan kollu huwa li filwaqt li aħna, hekk kif nuru ċerti riżervi dwar l-operat tal-bank ċentrali, malajr ikun hemm min joħroġ jgħajjarna li qegħdin nimminaw l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, donnu l-gvern Nazzjonalista nesa kif kien jitkellem l-Onor.", "Josef Bonnici dwar il-bank ċentrali fl-1998, u dan li qed ngħid jixhduh ir-records uffiċjali ta' dan il-parlament.", "Fil-fatt jien erġajt ikkonsultajt dawn ir-records mill-ġdid biex żgur li ma nikkwotax b'mod żbaljat u sibt li fl-1998, apparti li l- Onor. Bonnici kien ikkritika lill-bank ċentrali għall-interest rate policies tagħhom, kien qal li kemm aħna, jiġifieri l-Partit Laburista bħala gvern, u anke l-bank ċentrali stess ma konniex qed naraw ir-realta` taċ- ċirkostanzi ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Kien qal ukoll li sfortunatament dawn kienu qegħdin jintilfu f'bidliet tekniċi li juru sitwazzjoni redikola.", "Mela tajba din!", "Jekk aħna nikkritikaw lill-bank ċentrali niġu akkużati li qegħdin nimminawh u li qed immorru kontra l-istituzzjonijiet ewlenin tal- pajjiż, imma meta huma jkunu fl-oppożizzjoni u jitkellmu b'dan il-mod fuq il-bank ċentrali, fejn jikkritikaw l-interest rate policy tiegħu, jgħidu li huwa maqtugħ mir-realta` u jgħidu li dan il-bank qed jintilef f'bidliet tekniċi li qed iwassluna għal sitwazzjoni redikola.", "F'dak il-każ huma jkollhom blank cheque li jgħidu li jridu, anke jekk inisslu sfiduċja fl- istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Mid-diskussjoni tal-lum wieħed kien jippretendi li konna se niġu illuminati aħjar u konna se niġu mgħarrfa għaliex il-gvern qed jgħid li jrid jissellef sa massimu ta' Lm100 miljun.", "Jien naf li kull meta kellna abbozzi ta' liġijiet quddiemna bħal dik li għandna quddiemna llum, kemm taħt gvern Laburista kif ukoll meta l-Ministru Dalli kien ressaq abbozz ta' liġi simili fl-1999, il-ministru tal-finanzi, hu u jippilota dawn it-tipi ta' abbozzi ta' liġijiet, dejjem ipprova jimmotiva dak li kien wassal il- gvern biex jieħu l-pass li qed jieħu.", "Nerġa' ngħid li l-bieraħ kien hemm introduzzjoni xotta daqs il-frawli min-naħa tal-ministru u ftit li xejn ipprova janima d-diskussjoni biex jiġġustifika l-pass li huwa kostrett li jieħu b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna għad-diskussjoni quddiemna.", "Jien ngħid li kieku l-andament ekonomiku tal-pajjiż qed irendi kif suppost, kieku naħseb, anzi ninsab persważ, li ma kienx ikollna bżonn nieħdu l- miżuri li qed nieħdu llum jew inkella l-extent tal-miżuri ta' kobor li għandna quddiemna llum.", "Sur President, kulħadd jiftakar, per eżempju, xi plejtu kien sar meta aħna ġejna f'dan il-parlament biex nissellfu Lm110 miljun, kemm il-membri tan-naħa l-oħra riedu jkunu jafu affarijiet u dettalji qabel ma jagħtu l- barka tagħhom u fl-aħħar, wara dibattitu twil u intensiv, spiċċaw biex il- famuża barka ma jagħtuhilniex.", "Madanakollu jien naħseb li d-difett fundamentali ta' dan il-gvern huwa li fl-imgħoddi, tajjeb jew ħażin, kien ħoloq speċi ta' feel-good factor artifiċjali, iżda issa m'huwiex qed jirnexxielu jagħmel dak li għamel huwa stess meta tela' fil-gvern fl-1987.", "Bir-rispett kollu lejn il-ministru, naħseb li wieħed mill-fatturi ewlenin għal dan hija l-politika li miexi biha l-ministru, li qed tiġi perceived minn ħafna, anke fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, bħala attakk frontali fuq il-kategoriji ż-żgħar u medji tas-soċjeta` Maltija bil-konsegwenza li biex forsi jtaffi xi ftit il-pillola qarsa, il-gvern, minn fuq, qed jipprova joħloq dak li jissejjaħ a false sense of securityi, jiġifieri feeling ta' sigurta` li meta tmur tfittex issib li huwa mibni fuq ir-ramel.", "Iżda llum ftit għad fadal bċieċen fil-pajjiż li għadhom jibilgħu l-affarijiet kif kienu jibilgħuhom fl-imgħoddi.", "Jien nippretendi, per eżempju, li fl-interventi tagħha n-naħa tal-gvern tispjegalna b'fatti konkreti kemm minn dan id-deficit financing li se jkollna nagħmlu huwa dovut għas-slowdown fl-andament ekonomiku tal-pajjiż.", "Ikun interessanti li wieħed jiffriska ftit il-memorja wkoll dwar dak li kienu jgħajruna bih meta konna fil-gvern aħna dwar is-suq domestiku lokali.", "Għaliex qed insemmi s-suq domestiku lokali?", "Għaliex jekk bħalissa hemm settur li huwa ċatt għal kollox - u dan ħareġ anke mis-survey li ħarġet dan l-aħħar il-FOI - dan huwa proprju s-suq domestiku lokali.", "Minkejja li l-membri tan-naħa l-oħra dejjem kellhom pjani biex minħabba l-adeżjoni prospettiva ta' Malta fl-Unjoni ewropea joqtlu kif jistgħu lil dan is- settur b'rata mgħaġġla, għax aħna konna bdejna nirristrutturaw bil-mod, bil- għaqal, b'mod gradwali u b'mod ippjanat kienu għajruna li s-settur tal- manifattura lokali kien qed jiġi affettwat ħażin mill-policies li kien fassal u li kien qed jattwa l-gvern Laburista.", "Nerġa' ngħid li dan meta r- ristrutturar tagħna rridu nagħmluh fuq medda ta' snin itwal milli qed jagħmlu huma għax aħna rridu nagħmluh fuq medda ta' ħames u anke ta' seba' snin.", "Dan l-aħħar meta kont qed niffriska ftit il-memorja tiegħi dwar x'intqal f'dibattiti preċedenti laqtuni diversi diskorsi, liema diskorsi saru minn nies li dakinhar kienu backbenchers u kienu shadow ministers ta' diversi dikasteri min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Dak iż-żmien dawn in-nies kienu jgawdu l-fiduċja tal-Prim Ministru, u hawn qed nirriferi fosthom għall- Ministru Louis Galea.", "Għaliex minn tant nies qed insemmi lill-Ministru Galea?", "Għax dakinhar hu kien tkellem - u kien tkellem fil-kontest t'abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna llum - dwar il-ħtieġa ta' restructuring u qal li biex wieħed jagħmel restructuring ma jistax jibqa' jagħfas fuq is-settur privat għax il-problema l-kbira m'hijiex is-settur privat imma hija s-settur pubbliku.", "Jien nixtieq li matul din is-sena finanzjarja naraw kemm il-gvern se jirnexxielu jagħmel restructuring tas- settur pubbliku għax sal-lum kellna ħafna kliem, kellna ħafna rettorika, kellna ħafna platitudes iżda f'termini effettivi ma sar xejn.", "Ikun interessanti wkoll jekk illum wieħed jistaqsi kemm il-ministri tal-gvern għandhom il-kapaċita` li jitkellmu bl-istess mod li kienu jitkellmu bih meta kienu fuq din in-naħa tal-Kamra, jiġifieri fuq in-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Ninsabu lejliet l-implimentazzjoni ta' ftehim kollettiv ġeneruż ħafna li ntlaħaq ma' l-unions dwar is-settur pubbliku u għalhekk jien nistaqsi: X'sar biex tittejjeb il-produttivita` fis-settur pubbliku, u x'se jsir fit-12-il xahar li ġejjin biex verament togħla l-produttivita` f'dan is-settur?", "Din hija mistoqsija li llum qed jagħmilha kulħadd, imma d- duda qiegħda fil-fatt li llum għandna pajjiż u poplu mitluq.", "Il-ġid tal- pajjiż ma tkejlux minn kemm jinxtraw affarijiet materjali.", "Dan l-aħħar kien hemm kwestjoni fuq il-mobile phones.", "Jien m'iniex se noqgħod ngħid li l-mobile phones huma ħżiena u lanqas ma jien kontra t-teknoloġija moderna, pero` jekk wieħed jaqra ċerti ġurnali barranin issib li anke f'ċerti pajjiżi tat-tielet dinja, fejn hemm livell ta' faqar li aħna lanqas biss inxommuh, ġew introdotti l-mobile phones.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti li ma nħallux l-immaġinazzjoni tiġri bina billi nużaw il-mobile phones bħala kejl ta' affluence.", "Nerġa' ngħid li ma nixtieqx niġi miżinterpretat u jkun hemm xi ħadd li jaħseb li jien qed nitkellem kontra l- firxa tal-mobile phones.", "Li qed ngħid huwa biss li ma naċċettax li dan għandu jiġi konsidrat bħala indikatur ta' affluency ġdida fost is-soċjeta' ta' pajjiżna.", "Meta ftit ilu kont qed nitkellem ma' bniedem politiku li ġie f'pajjiżna għal btala ta' ftit jiem, huwa qalli li baqa' skantat bit-telqa ġenerali li hawn fil-pajjiż.", "Huwa kompla jgħidli li t-telqa m'hijiex qiegħda biss fil- qasam ta' l-infrastruttura jew fil-qasam ta' l-indafa imma qiegħda anke fost il-poplu in ġenerali.", "Jien ngħid li dan huwa kollu kkaġunat mill- miżuri li qed jieħu l-gvern f'diversi budgets fejn il-poplu qiegħed jiġi dejjem intaxxat.", "Fihom infushom dawn il-miżuri jnisslu sfiduċja u joħolqu qtigħ il-qalb.", "Sfortunatament il-gvern qiegħed jieħu l-miżuri b'konsiderazzjonijiet strettament fiskali u monetarji minagħjr m'hu qed iqis l-impatt li qed iħallu dawn il-miżuri fuq is-soċjeta`.", "Issa se niġi biex nitkellem dwar inċertezza partikolari oħra li hawn dwar il-welfare state u l-pensjonijiet.", "Meta l-membri tan-naħa l-oħra kienu fl-oppożizzjoni ma kenux jgħidu li rridu nħallsu l-prezz ta' dak kollu li nipprovdu, kif qed jgħid il-Ministru Dalli llum f'diversi diskorsi pubbliċi li jagħmel.", "Għall-kuntrarju, meta l- membri tan-naħa l-oħra kienu fl-oppożizzjoni, kien qam il-Ministru Louis Galea u kien tkaża mhux ftit b'dawk li qalu li għandna an overgenerous welfare state u qal li dawn għandhom żball.", "Tliet snin ilu, meta konna qed niddiskutu abbozz ta' liġi simili għal dak li qed niddiskutu llum, l-Onor.", "Louis Galea kien qal li rridu nifhmu fejn qed ninvestu għax l-investiment fil-qasam soċjali, jiġifieri fil-qasam tal-familja, ta' l-abbuż tat-tfal, tal-vjolenza domestika, ta' l-abbuż tad-drogi, tal-persuni b'diżabbilta` u tal-persuni bi problemi mentali għadu infantili.", "Mela tajjeb!", "Illum il- Ministru Galea qed jgħid li jeħtieġ naraw x'se nagħmlu fuq in-nefqa soċjali because welfare is spinning out of control u b'xi mod irridu nrażżnuh milli jkompli jikber, u tliet snin ilu l-istess ministru kien għajjar lill-pajjiż in ġenerali, iktar milli lill-gvern Laburista, li l-investiment fil-qasam soċjali u fil-qasam tal-welfare state kien għadu infantili, jiġifieri investiment ta' tfal, ċkejken ħafna.", "Għalhekk il-poplu bilfors jitħawwad.", "Lil min se jaqbad jemmen?", "Lill-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' bejn l-1996 u l-1998, li kienet qalet li ma kienx qed isir infiq biżżejjed fuq il- welfare state u li tkażat b'dawk kollha li kienu qed jgħidu li għandna welfare state ġeneruż iżżejjed, jew lill-gvern tal-lum, li jrid iġewweż kemm jista' fuq il-welfare state u l-pensjonijiet għax qed jgħid li l- pożizzjoni m'għadhiex waħda sostenibbli?", "Tliet snin ilu l-Onor.", "Louis Galea kien qalilna li jekk irridu nżommu koeżjoni soċjali, jekk irridu soċjeta` li ssarraf verament fit-tkattir ta' prosperita` u f'ġustizzja soċjali, irridu noqogħdu attenti kif isir id- diskors.", "Dak kien il-messaġġ ta' l-Onor.", "Galea dakinhar.", "Għalhekk jien nistaqsi: Illum li l-Onor.", "Galea huwa ministru u jinsab spalla ma' spalla mal-ministru tal-finanzi, x'se tkun ir-reazzjoni tiegħu għall-fatt li l- Onor. John Dalli diġa' għandu l-ideat fissi tiegħu dwar liema direzzjoni għandha tiġi indirizzata u kkanalizzata fiha l-welfare state, jew aħjar il- welfare society ta' pajjiżna ta' għada?", "Dan jien qed ngħidu b'sens ta' responsabbilta` għax filwaqt li forsi huwa veru li r-rapport tal- pensjonijiet għadu ma tlestiex minkejja li kellu jiġi ppubblikat fl-aħħar tas-sena li għadha kif intemmet, il-feeling ġenerali, anke meta tiltaqa' fuq bażi individwali ma' membri ta' din il-kummissjoni, hija li għalkemm din il-kummissjoni qed tistudja u tikkonsidra diversi options, hi stess tgħidlek li l-ministru tal-finanzi diġa' għandu l-ideat ċari tiegħu dwar fejn irid jasal.", "Għalhekk din il-kummissjoni hija finta, din il- kummissjoni hija paraventu, din il-kummissjoni hija biss front biex il- gvern, b'xi mod jew ieħor, ikun jista' jiġġustifika ċerti miżuri li beħsiebu jattwa fil-qasam soċjali, imma dwar dan nittama li jkun hemm membri oħra minn din in-naħa tal-Kamra li jidħlu f'iktar dettall.", "Mr Speaker, għalkemm l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa qasir fil-format tiegħu, huwa twil fil-portata tiegħu, u għalhekk jien kont nippretendi li l-ministru kien se jipprova janima d-diskussjoni fl- introduzzjoni tiegħu u mhux jagħmel introduzzjoni qasira ta' sitta jew seba' minuti, kif għamel il-bieraħ.", "Jien inħoss li l-fatt li l-gvern ġie kostrett biex jieħu l-miżuri li se jkollu jieħu huwa pass ta' gvern li ġie wiċċ imb'wiċċ mar-realta`.", "Huwa gvern li wara t-tgħaffiġ kollu li għamel fil-finanzi pubbliċi bejn l-1994 u l-1996, issa qed ikollu l-wiċċ jgħid li dak iż-żmien l-ekonomija tagħna kien mexxieha b'mod gradwali filwaqt li għaddieha minn tibdil kontinwu biex jaqlagħha mill-allegat staġnar ekonomiku li tan-naħa l-oħra qalu li aħna ħallejna warajna.", "Jekk kien hemm xi ħaġa li spikkat fl-ipprogrammar ta' l-aħħar snin ta' gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1996, din kienet il-mismanagement finanzjarju li l- membri tan-naħa l-oħra mexxew bih.", "Imbagħad taqra x'kienu qalu fil- parlament wara li tilfu l-gvern u ssib li dawn kienu l-ħin kollu jiftaħru li sa minn mindu telgħu kienu ppreparati u kellhom programm sħiħ u intensiv ta' dak li għandhom jagħmlu, jiġifieri kienu ħasbu minn qabel dwar kif dan il-pajjiż kellu jiġi ggvernat.", "Jien niftakar li meta tal-Partit Nazzjonalista kienu fil-poter fis-snin disgħin, huma kienu jgħidu li l-mutur tal-pjan tagħhom kien il-poplu nnifsu u li huma, min-naħa tagħhom, lill-poplu tawh l-għodda kollha u l-fiduċja fih innifsu biex dan il-mutur ikun jista' jaħdem tajjeb.", "Imma jien nistaqsi: Kemm nistgħu nibqgħu napplikaw kliem bħal dan fiċ-ċirkostanzi tal-lum?", "Kemm nistgħu nibqgħu napplikaw kliem bħal dan għaż-żmenijiet tal- lum meta, nerġa' ngħid, hawn din it-telqa kollha u l-ministeri jinsabu mexjin f'direzzjoni differenti, kulħadd għal rasu?", "Kienu jgħajruna li aħna sibnieha diffiċli biex nagħtu kick-start lill-ekonomija.", "Mela x'qed jagħmel il-gvern tal-lum?", "Il-kummentaturi, il-kritiċi, is-sostenituri tal- media lokali u l-ispin doctors tal-Partit Nazzjonalista ammettew diversi drabi li jekk wieħed jipparaguna l-performance tal-Partit Nazzjonalista fil- gvern qabel l-1996 mal-performance tiegħu mill-1998 sal-lum, isib li dawn qed isibu diffikulta` biex joħolqu a feel-good factor fil-pajjiż.", "Jien ma nistax nifhem kif filwaqt li sa ftit xhur ilu dawn in-nies ma rridux jissellfu, u kienu saħansitra kkommettew ruħhom pubblikament li ma ridux jissellfu, issa qed jispiċċaw ikollhom jirrikorru għas-self mill-ġdid bilfors.", "Bilfors ikollna nirrimarkaw li dawn in-nies qed jaqgħu f'ċertu livell ta' inkompetenza teknika għax ma jafux x'iridu u kif se jiggvernaw.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn ħafna esperti, jew nies li jippretenduha ta' esperti fil-management finanzjarju, bir-riżultati tagħhom qed imexxu politika bl-addoċċ.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, meta tara ċ-ċerti U-turns li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista, bilfors ikollok tikkonkludi li dan huwa gvern mingħajr ebda foresight politiku li moħħu biss biex jiġbor ir-revenue u jieqaf hemmhekk.", "Jien se nsemmi eżempju wieħed biss biex nuri l-fiduċja li konna ġġenerajna aħna meta konna fil-gvern.", "Apparti s-suċċess li kellu l-gvern Laburista fil-privatisation tal-Maltacom, ta' min ifakkar li meta l- Freeport kellu bżonn bonds ta' valur sostanzjali ta' madwar $250 miljun, dawn il-bonds mhux talli kienu ġew subscribed imma talli kienu ġew oversubscribed bid-doppju.", "Id-dilemma tal-gvern preżenti hija li huwa maqtugħ min-nies.", "Jien ngħid li l-gvern jaf tajjeb x'inhu l-feeling tan- nies, daqskemm jaf tajjeb x'inhi r-realta` tal-lum, pero` qed jagħżel li jinqata' mill-ħteġijiet, mill-problemi u mill-aspirazzjonijiet taċ- ċittadini komuni.", "Illum il-gvern qed ikollu jimxi b'dan il-mod b'riżultat ta l-ebusija ta' rasu.", "Irrid ngħid ukoll li f'ħafna affarijiet il-gvern qed jimxi b'ċerta reazzjoni ta' pika ta' tfal li ma jistax ma jkollhiex effett fuq il-fiduċja tal-pajjiż in ġenerali.", "Nappella sinċerament lill- gvern biex ibiddel it-tattika ġenerali tiegħu għax dawn l-affarijiet qed ikollhom il-konsegwenzi tagħhom kemm fuq il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż u b'mod partikolari fuq l-andament ekonomiku ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, ikun tajjeb jekk infakkru lil min qed jismagħna x'kienet ir- reazzjoni ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista meta l-gvern Laburista kien ġie f'dan il-parlament biex jissellef.", "Dakinhar il-membri ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista pprovaw jorbtu kemm jifilħu l-kwestjoni tas-self mal- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dakinhar l-Onor.", "Lawrence Gonzi kien qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Ma nistgħux niddivorzjaw il-kwestjoni tas-self mill-kwestjoni dwar l- Unjoni Ewropea.\"", "Huwa kien qal ukoll li dawn huma żewġ affarijiet li huma magħqudin intimament ma' xulxin u aħna ma nistgħux nisseparawhom minn xulxin.", "Allura jien nistaqsi: Dan x'ifisser fil-prattika llum, meta l-gvern qed jiġi hawnhekk biex jitlob biex jissellef Lm100 miljun oħra jew inkella massimu ta' Lm100 miljun, biex inkun fair mal-ministru?", "Skond il-kejl tal-Partit Nazzjonalista, allura anke dan id-dibattitu għandu jkun marbut mal- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea għax what is good for the goose is good for the gander.", "Jekk dakinhar aħna konna ġejna kostretti nissellfu fil- parlament minħabba l-politika tagħna dwar l-Unjoni Ewropea - għax hekk qal l-Onor.", "Lawrence Gonzi dakinhar - allura wieħed għandu jitfa' dan l- argument lura lin-naħa tal-gvern u jgħidilhom: Isma', allura issa intom ġejtu f'din is-sitwazzjoni wkoll proprju minħabba l-politika tagħkom dwar l- Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li jekk aħna, bħala pajjiż, diġa' għandna problema bil-piż tad- dejn, issa mhux biss id-dejn se jiżdied imma se jiżdied il-piż innifsu għax ovvjament, jissellef kemm jissellef il-gvern - jissellef Lm40 miljun, jissellef Lm50 miljun jew jieħu l-Lm100 miljun kollha - dan mhux biss se jkollu impatt dirett fuq it-total tad-dejn tal-pajjiż imma se jkollu anke effett dirett fuq il-piż tad-dejn, dak li jissejjaħ id-debt servicing burden.", "Fi kliem ieħor, biex jifhimni kulħadd, il-gvern se jispiċċa jkollu iktar imgħaxijiet x'iħallas u mhux inqas.", "Lil-gvern nixtieq niftaħlu għajnejh biex jekk u meta se jissellef, jipprogramma tajjeb anke mal- privatizzazzjonijiet li qed jgħid li għandu lined up għal din is-sena.", "Il- bieraħ il-ministru reġa' qal li għandu programm robust ħafna ta' privatizzazzjonijiet ippjanati jew maħsuba għas-sena 2001.", "Dan qed ngħidu għax jekk is-self tal-gvern mill-pubbliku se jiġi kkombinat minħabba bad planning mal-privatisations li se jkun hawn, dment li jkunu privatisations għal sejħiet pubbliċi u mhux għal strategic partners, se jkollna suq mifqugħ bil-konsegwenza li dan jista' jkollu effett ħażin jew fuq il-ħruġ ta' l-istocks infushom li jkun qed joħroġ il- gvern jew anke fuq il-privatizzazzjoni li jkun qed jagħmel.", "Naturalment dan jista' jiġri biss jekk il-gvern ikun qed imur għal sejħiet pubbliċi u mhux għal kisba ta' investiment min-naħa tas-sħab strateġiċi, kif għamel f'okkażjoni riċenti.", "Dan l-appell jien qed nagħmlu b'ċerta sinċerita` għax kien hemm diversi miżuri li ħa l-gvern matul dawn l-aħħar xhur fejn deherli li ħa falza stikka fit-timing ta' ċerti miżuri li ttieħdu.", "Għal xiex qed ngħid dan?", "L-ewwelnett kellna diversi każi ta' stocks li ħareġ il-gvern, li għalkemm kienu rolled-over stocks, xorta kienu stocks fejn il-pubbliku, bħala pubbliku, ma tantx ikkonkorra jew ikkonkorra ferm inqas milli kien jagħmel fis-snin ta' l-imgħoddi u t-tieni nett, bil-fjask li kellu l-gvern fil- privatisation bonds wara d-disfatta li kien għamel, imbagħad il-gvern kien ħareġ jipprova jbenġilha li l-privatisation bonds ma marrux tajjeb daqskemm ħasbu minħabba li huma kienu qegħdin sempliċement jagħmlu esperiment.", "Din kienet ir-reazzjoni tal-Ministru Dalli biex jimmitiga r-riżultat fqir li kien hemm fuq il-privatisation bonds.", "Għalhekk jien qed nappella lill- gvern biex fuq din l-issue kollha jkollu public debt management professjonali kemm jista' jkun.", "Dan m'għandux ikun punt ta' kontroversja.", "Jien qed insemmi dan il-punt biss bħala suġġeriment, u naħseb li kull ministru tal-finanzi għandu jimxi ma' din il-linja kemm jista' jkun.", "Fil- fatt anke meta konna fil-gvern aħna u konna se nipprivatizzaw u nissellfu, konna ngħatajna l-parir li m'għandniex nikkombinaw l-affarijiet ħalli ma nkunux qed nifqgħu s-suq innifsu.", "Jien niftakar li fi żmienna, għalkemm kellna l-expertise ta' nies Maltin f'dan ir-rigward, konna ġibna konsulent mill-bank ċentrali Irlandiż espressament għal dan il-għan, u naħseb li s- suġġerimenti tiegħu kienu għenu mhux ħażin lill-andament tal-public debt management li kien hemm min-naħa tagħna bħala ministeru tal-finanzi.", "Mr Speaker, f'dan l-istadju ma nistax ma nqajjimx il-kwestjoni ta' l- income tax mill-ġdid.", "Nerġa' ngħid li fuq l-income tax għandna sitwazzjoni ambivalenti għall-aħħar.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax filwaqt li għandek lill-gvern li qed jiġbor iktar flus minn qatt qabel, fl-istess ħin għandna sitwazzjoni ta' evażjoni li hija rampanti iktar minn qatt qabel, jiġifieri filwaqt li s-soċjeta` qed tiġi intaxxata iżżejjed, fl-istess waqt dawk li jevadu t-taxxa are still getting away with it.", "Żgur li ħafna jiftakru li tal-Partit Nazzjonalista kienu mexxew ix-xniegħa li jekk jitla' mill-ġdid l- Onor. Alfred Sant, dan kien se jgħolli l-income tax.", "Illum il-prim ministru m'huwiex l-Onor.", "Alfred Sant imma huwa l-Onor.", "Fenech Adami u bħala ministru tal-finanzi għandna lill-Onor.", "John Dalli.", "Għalhekk nafu min għollieha l-income tax, jiġifieri dik il-ħafna propaganda li kienet saret scaremongering fil-kampanja elettorali ta' l-1998 mhux biss irriżultat li ma kenitx ġustifikata imma issa qed naraw li dak li ħaddieħor għajjar lilna bih spiċċa għamlu huwa stess fl-ewwel sena, sentejn jew tlieta tiegħu li għamel fil-gvern.", "Ara meta d-dħul tal-gvern Nazzjonalista kien naqas qabel l-elezzjoni ta' l-1996, x'argument kienu ġabu?", "Ikun tajjeb jekk infakkru ftit li dakinhar kienu ġabu l-iskuża li setgħu jaffordjaw ċertu tnaqqis fid-dħul ta' l- income tax għax kienu fiduċjużi li l-VAT kienet se tirrendi biżżejjed biex tpatti għal dak it-tnaqqis.", "Imma issa d-diska nbidlet.", "Issa l-income tax żieduha kemm felħu u l-VAT firxuha kemm felħu, jiġifieri hawnhekk qed naraw right about turn mhux biss bejn dak li kien jingħad u dak li qed isir mill- Partit Nazzjonalista imma qed naraw right about turn anke bejn il-mod kif kien jamministra l-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-1996, meta kien hemm l- istess ministru tal-finanzi li għandna llum, u kif qed jamministra l-Partit Nazzjonalista tal-lum.", "Mr Speaker, ma nistax nitkellem dwar il-qagħda finanzjarja u ekonomika mingħajr ma nagħmel aċċenn għar-ristrutturazzjoni.", "Qed ngħid hekk għax ħafna huma tal-fehma - u din jgħiduhielek kemm korrispondenti barranin, kemm ġurnalisti barranin li jkunu hawn Malta, kemm nies ta' l-industrija kif ukoll analisti ekonomiċi, jiġifieri m'hijiex xi ħaġa li qed tivvintaha l-oppożizzjoni - li bħalissa r-restructuring miexja b'mod piecemeal, f'ċerti areas miexja b'pass mgħaġġel iżżejjed u f'ċerti areas oħrajn miexja b'pass ta' nemla.", "Fi żmienna aħna riedna nimxu bl-iktar mod ippjanat u gradwali, u dan konna rnexxielna nagħmluh għax kellna konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha konċernati, fosthom maċ-chamber of commerce, mal- federation of industry u mal-general retailers and traders union.", "Fil-fatt lil dawn l-għaqdiet tant konna qed ninvolvuhom fil-konsultazzjonijiet tagħna li dawn saħansitra sabu ruħhom parteċipi fil-proċess innifsu.", "Wieħed irid ifakkar ukoll li aħna konna l-ewwel gvern li allokajna parti mill-fondi tal-privatizzazzjoni espressament għar-ristrutturazzjoni ħalli b'hekk nuru l-impenn u s-sostenn tagħna.", "Aħna ma ridniex ngħinu r- ristrutturazzjoni biss bil-lip-service imma riedna ngħinuha bl-iktar ħaġa meħtieġa u essenzjali, u hawn qed nirriferi għall-fondi pubbliċi.", "Mr Speaker, għalkemm kif għedt qabel, hemm oqsma li fihom fl-1996 il- Partit Nazzjonalista kien jimxi b'mod differenti minn kif inhu miexi llum, hemm oqsma oħra fejn illum qed jimxi l-istess kif kien jimxi fl-1996.", "Per eżempju, kemm fil-leġislatura ta' l-1996 kif ukoll fil-leġislatura tal-lum qed imexxi b'sens ta' kafkaf.", "Żgur li kulħadd jiftakar kif il-gvern preżenti qabad u ddeċieda li jneħħi 400 levy mingħajr m'għamel l-ebda konsultazzjoni mal-FOI fiż-żmien opportun.", "Ikun tajjeb jekk infakkru wkoll li din m'hijiex l-ewwel darba f'din il-leġislatura li l-Partit Nazzjonalista qed jitlob li jissellef.", "Il-bieraħ il-ministru qal li l- gvern qed jitlob massimu ta' Lm100 miljun, jiġifieri jista' ma jeħux il- Lm100 miljun kollha.", "Din hija t-tieni darba li l-gvern Nazzjonalista qed jitlob lil din il-Kamra biex jissellef Lm100 miljun għaliex fl-1999, ftit wara li kien tela' fil- gvern - fil-fatt lanqas kien ilu fil-gvern sena - l-istess ministru tal- finanzi kien ġie f'din il-Kamra fejn talabna biex nagħtuh l-awtorizzazzjoni ħalli jissellef Lm100 miljun oħra.", "Anke aħna konna ssellifna fi żmienna, u kienu għajruna ħafna fuq din il-biċċa xogħol, iżda tajjeb li wieħed ifakkar illi fil-manifest tal-Partit Nazzjonalista kienu qalu li kienu se jrażżnu u jnaqqsu d-dejn u mhux iżiduh.", "Għalhekk dawn il-miżuri li għandna quddiemna llum huma fundalment kontra l-manifest elettorali tagħhom, huma kontra l- policies tagħhom u huma kontra l-platform elettorali li fuqu rebħu l- elezzjoni.", "Meta nara dan kollu jien nikkonferma ħaġa waħda biss, kemm il- manifest tal-Partit Nazzjonalista m'huwiex riżultat ta' xi studji finanzjarji serji li saru min-naħa tal-partit, imma huma biss riżultat ta' esiġenzi politiċi li kellhom it-tir waħdieni li sempliċiment jipprovaw jaħtfu l-gvern fl-iqsar ħin possibbli akkost ta' kollox, anke akkost li jipprovaw jilloppjaw lill-poplu fil-proċess li jkunu qed jagħmlu.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed ifakkar ukoll li meta fl-1999 il- Ministru Dalli kien qed jippilota liġi simili għal din biex jissellef Lm100 miljun, anke dakinhar, il-ministru kien għamel ħafna targets, liema targets erġajna smajna dwarhom b'mod riċiklat fl-aħħar budget, fil-budget ta' qablu, u f'diversi diskorsi pubbliċi li qed isiru.", "Per eżempju, meta ħarist lejn id-diskors li għamel il-Ministru Dalli f'dan il-parlament proprju biex jissellef Lm100 miljun, sibt li huwa kien qal illi kien se jagħmel il-benchmarks bħala sorvelja għat-taxxi, imma bid-differenza li dakinhar kien qal li dawn m'humiex se jkunu tassattivi ma' kulħadd.", "Jien ngħidlu: Allura għaliex din id-darba l-benchmarks issemmew fil-budget bħala xi trovata ġdida meta dawn, skond inti, suppost iddaħħlu fl-1999?", "Kien hemm għalfejn nagħtu antiċipu ta' sentejn sħaħ dwar xi ħaġa li effettivament għadha lanqas biss seħħet u kulma ġara kien li ġiet diskussa fuq il-livell ta' l-MCED u tal-korpi kostitwiti?", "Dan qed ngħidu biex nuri x'differenza hemm bejn it-tpaċpiċ u l-platitudes ta' dan il-gvern u l- poter, is-saħħa u l-kapaċita` li jattwa dawn l-affarijiet li jkun ilu jitkellem fuqhom pubblikament.", "Fl-1999 il-Ministru Dalli kien qalilna: Ma jistax ikun li nibqgħu fis- sitwazzjoni li mill-irċevuti li jibgħat tabib, jirriżulta li dan ikun ra biss pazjent wieħed biss kuljum, jew inkella li spiżjar jiftaħ l-ispiżerija tiegħu ħames minuti kuljum!", "Illum jien nistaqsih: X'sar matul dawn is- sentejn f'dan ir-rigward?", "Is-sitwazzjoni ta' dawn il-professjonisti tjiebet?", "Hemm sitwazzjoni differenti fil-ġbir tat-taxxa minn dawn in-nies, li huma professjonisti f'diversi setturi?", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed nirriferi biss għat-tobba u għall-ispiżjara għax hemm minnhom li huma regolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas taxxa.", "Jien nistaqsi: Kien hemm xi titjib fil-ġbir tat-taxxi mingħand dawn in- nies, jew dawn għadhom jaġixxu with impunity, jiċċarġjaw li jridu, lanqas biss joħorġu rċevuta u ovvjament iħallsu taxxa ferm inqas minn dik li huma dovuti li jħallsu lill-Kaxxa ta' Malta?", "Dakinhar il-ministru kien ġie hawnhekk u tkellem b'mod solenni għall-aħħar fejn kien wiegħed lil kulħadd li m'hux se jiġi ttollerat iktar aġir arroganti li jsir f'wiċċ kulħadd fejn dak li jkun ma jħallasx it-taxxa dovuta jew jaħbi kemm jaqla' biex ma jħallasx income tax.", "Jien ngħid li l-ammissjoni tal-ministru, kemm fil- budget debate kif ukoll fil-budget, illi l-income tax evasion għadha waħda lampanti, hija l-ikbar konferma tal-falliment tal-politika tal-gvern anke f'dan ir-rigward.", "Sur President, minkejja li għadna lanqas biss bdejna naraw ir-riżultati tat-tax compliance unit, minn hawn u ftit ġimgħat oħra dan il-unit se jerġa' jbiddel il-kap tiegħu mill-ġdid.", "Ir-raġuni m'hijiex sfiduċja fil- kap - ħalli nkun ċar dwar il-persuna li qed tmexxih - imma hija li l- persuna konċernata waslet biex tispiċċa bl-eta`, pero` l-argument tiegħi huwa li minkejja li wasal biex jinbidel il-kap, għadna ma bdejniex naraw il- frott ta' din it-tax compliance unit, li skond dak li ġie miftiehem is-sajf li għadda mal-UĦM, suppost li kienet qed tagħti r-riżultati tagħha.", "Fl- 1999 il-Ministru Dalli kien qalilna wkoll li fid-dipartiment tat-taxxi interni għaddej re-engineering u għalhekk jixtieq li kulħadd jibda jieħu dan id-dipartiment bis-serjeta`.", "Jien nistaqsi: Dan il-famuż re- engineering kemm se jdum għaddej?", "Fiex wasal?", "Meta se jiġi konkluż?", "Jista' l-ministru fil-winding-up, minflok ma jagħmel winding-up xott, bħalma għamel fl-introduzzjoni, jagħtina aġġornament dwar fiex wasal ir-re- engineering exercise li suppost għaddej bih id-dipartiment tat-taxxi interni?", "Dawn affarijiet li jinteressaw lil kull wieħed u waħda minna, kemm lit-taxpayers, kemm lill-pensjonanti, kemm lin-nisa tad-dar, kemm lill- ħaddiema tal-fabbriki kif ukoll lill-professjonisti, li forsi huma regolari fil-ħlas tat-taxxa tagħhom u jixtiequ jaraw lil ħaddieħor ikun regolari wkoll.", "Meta sentejn ilu l-ministru kien ippilota abbozz ta' liġi bħal dan fuq is-self, huwa kien qal li hemm bżonn nikkontrollaw il-ħruġ, jiġifieri effettivament il-ministru kien qed jimpenja ruħu li jrażżan kemm jista' n- nefqa pubblika, b'mod partikolari n-nefqa rikorrenti.", "Imma xi nsibu meta mbagħad niġu għall-budget ta' din is-sena?", "Insibu li r-rata tat-tkabbir tan-nefqa rikorrenti se tiżdied minflok m'hi se tonqos, u se tonqos b'rata ferm ikbar minn dik tas-sena 2000, li fiha nnifisha kienet diġa' rata ogħla milli kienet fis-snin ta' qabel.", "Dan ifisser li hawn daħk fil-wiċċ sfaċċat fuq diversi items, u dan juri kemm il-politika ddikjarata mill-gvern sejra żmerċ fuq il-binarji kollha.", "Il-gvern qalilna li twaqqaf public debt management board.", "Jien naħseb li jkun tajjeb jekk ikollna rendikont dwar il-ħidma ta' dan il-bord.", "Fl-opinjoni tiegħi, huwa interessanti li wieħed ikun jaf kif se jaħdem dan id-debt management board, speċjalment issa li se jkun hemm is-self u l-privatisations robusti li qal li se jkun hemm il-ministru ħalli naraw kif se jiġi managed l-istock market lokali.", "Illum, bla dubju ta' xejn, meta jkun hemm xi interventi min-naħa tal-gvern se nkomplu nisimgħu li aħna, bħala Partit Laburista, allegatament farrakna l-Kaxxa ta' Malta.", "Għalhekk jien bilfors ikolli mmur lura fiż- żmien biex nuri min kien dak li verament farrak il-Kaxxa ta' Malta.", "Fl-1990, meta l-Partit Nazzjonalista kien ilu fil-gvern sentejn u nofs, id-dejn pubbliku kien ilaħħaq il-Lm174 miljun filwaqt li dak tal- korporazzjonijiet kien ilaħħaq il-Lm146.6 miljun, jiġifieri b'kollox it- total kollettiv bejn dejn pubbliku u dejn tal-korporazzjonijiet kien ilaħħaq it-Lm320.6 miljun.", "Meta fl-1996 tlajna aħna sibna li d-dejn tal- gvern kien sploda għal Lm514.5 miljun filwaqt li dak tal-korporazzjonijiet kien tela' għal Lm462.7 miljun.", "Jekk tgħodd dan id-dejn issib li b'kollox id-dejn totali jammonta għal Lm966 miljun, jiġifieri mill-1990 sa l-1996, meta tlajna fil-gvern aħna, il-collective amount ta' dejn pubbliku u dejn ta' korporazzjonijiet tela' minn Lm320 miljun għal Lm966 miljun.", "Hawn qed nitkellmu fuq qabża fenomenali ta' iktar minn tliet darbiet.", "Aħna ma rridux nilludu lill-poplu, kif jipprova jagħmel il-gvern.", "Jekk sar investiment fl-infrastruttura, fil-biċċa kbira tiegħu l-gvern ġie ffinanzjat preċiżament mis-self tal-korporazzjonijiet infushom u mhux mill- fondi ċentrali, jiġifieri jekk inżommu dan il-fattur f'moħħna, dan iwassalna għall-konklużjoni li Lm514-il miljun minn dawn il-fondi ntużaw għall-ħajja ta' kuljum u mhux biex tiġi żviluppata l-infrastruttura, kif ħafna drabi jipprovaw jagħtu l-impressjoni min-naħa tal-gvern.", "Fost affarijiet oħra lilna jgħidulna, per eżempju, li f'sentejn aħna kabbarna d- dejn tliet darbiet.", "Li ma jgħidux huwa li bejn l-1987 u l-1996 huma żiedu d-dejn bi tmien darbiet, tant li mbagħad fl-1996, meta aħna tlajna fil- gvern, kellna niffinanzjaw deficit ta' Lm70 miljun li konna wrietna.", "Issa nixtieq ngħaddi biex nitkellem fuq id-dipartiment tal-VAT.", "Sur President, il-VAT department sar qisu xi ħaġa fewdali.", "Issa hawnhekk m'iniex qed nirriferi għad-diriġenti ewlenin tiegħu jew inkella għall- istaff in ġenerali imma għall-mod kif qed jitmexxa dan id-dipartiment, forsi anke in line mal-ministeru stess.", "Jien m'għandi xejn kontra l-persuni li nħatru dan l-aħħar bħala VAT inspectors, imma sirt naf, per eżempju, li dak li ġie l-ewwel fl-eżami huwa bin civil servant għoli fl-istess ministeru tal-finanzi, li jaħdem close ħafna mal-Ministru Dalli, u hemm ieħor minn madwar 14 li ġew magħżula li jiġi mill-qrib mill-assistent tal- ministru tal-finanzi.", "Issa hawn jien nistaqsi: Hija serjeta` li jkollna koinċidenzi bħal dawn?", "Meta lill-ministru għamiltlu parliamentary question f'dan ir-rigward, huwa qalli: Allura dawn ma kellhomx dritt japplikaw?", "Dażgur li dawn kellhom dritt japplikaw!", "Imma naħseb li l-poplu għandu dritt jistaqsi jekk kenitx b'ċikka li ntagħżlu dawn in-nies li huma tant qrib il-ministru nnifsu f'post daqshekk delikat bħalma huwa l-VAT department.", "Jien diġa' kont urejt ċerti riżervi dwar il-fatt li fit-tax compliance unit kien hemm persuna li tiġi mill-qrib mill-ministru għax deherli li m'għandux ikun hemm nies qrib il-ministru f'dan il-unit.", "Huwa importanti li kemm jista' jkun f'dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' tax collection, investigations u affarijiet oħra simili nżommu 'l bogħod minn nies li b'xi mod ikunu close mal-ministri tal-ġurnata ħalli nagħtu iktar transparenza u nnisslu iktar fiduċja fost il-pubbliku f'dawn l-affarijiet.", "Jien m'iniex qed ngħid li dawn in-nies se jabbużaw jew li dawn huma nies inkompetenti, biex ħadd ma jifhimni ħażin, imma jien ngħid li tkun qed tibgħat messaġġ żbaljat u li jqarraq meta tpoġġi nies bħal dawn f'dawn it- tip ta' pożizzjonijiet.", "Kemm jista' jkun f'dawn il-pożizzjonijiet aħna rridu nies awtonomi li m'humiex assoċjati mal-gvern jew mal-partit tal-ġurnata ħalli b'hekk dak li jkun ikollu fiduċja fl-investigazzjonijiet li jkunu qed jagħmlu.", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq il-VAT inspectors, jien nistaqsi wkoll: Huwa veru li ċerti VAT inspectors mill-ġodda ntbagħtu fuq xogħolhom mingħajr ma lanqas biss kienu ħadu t-taħriġ bażiku?", "Tant kienu għadhom ma ħadux it-taħriġ bażiku li l-VAT department lanqas kien għadu jħallashom b'ċerta allowance li huma intitolati għalihom bħala VAT inspectors.", "Kif jista' jkun li filli wieħed ikun qed jaħdem il-labour department, il-ministry of works u t- tourism department u mbagħad f'daqqa waħda jsir VAT inspector biex suppost jaqbad il-ħut il-kbir?", "Dan kif jista' jaqbad il-ħut il-kbir, u anke l-ħut iż-żgħir, jekk fil-field inpoġġu nies li jkunu għadhom lanqas ingħataw it- taħriġ elementari u bażiku, biex jagħmlu x-xogħol tagħhom bħala VAT inspectors?", "Sur President, jekk wieħed jaqra paġni 97 u 108 tal-budget 2000 isib li kien intqal li d-dejn pubbliku kien mistenni jitla' għal Lm810 miljun, filwaqt li fi tmiem is-sena t-treasury bills kienu mistennija li jkunu jammontaw għal Lm50 miljun.", "Hawnhekk qed ngħid x'ippreveda l-gvern fil- budget għas-sena 2000, liema sena ntemmet ftit ilu.", "Kif għedt fil-bidu tad- diskors tiegħi, dakinhar il-ministru kien qal ukoll li fis-sena 2000 ma kellux il-ħsieb li jissellef fit-tul.", "Jekk imbagħad naqbdu l-consolidated accounts structure, li ppubblika bħala forecast il-ministru fis-sena 1999, huwa kien qal li l-government debt għas-sena 2001 kellu jispiċċa b'Lm973 miljun.", "Allura hawn jien nistaqsi: Liema huma l-figuri korretti minn dawn kollha?", "Jekk imbagħad naraw l-estimi għall-budget ta' din is-sena, f'paġna 363 insibu li huwa kkalkolat li fi tmiem is-sena 2000 il-public debt kellu jkun ta' Lm910 miljun, u dan permezz ta' self ta' Lm760 miljun u treasury bills ta' Lm150 miljun, jiġifieri la mar on target f'dak li kien self pubbliku u lanqas mar on target f'dawk li huma treasury bills.", "Jekk imbagħad niġu għas-sena li qegħdin fiha nsibu li t-tbassir tal-gvern jindika li se jkun hemm Lm867 miljun f'dawk li huma loans u Lm120 miljun f'dawk li huma treasury bills, jiġiferi jekk jiġu magħġunin flimkien dawn se jiġu jammontaw għal Lm987 miljun.", "B'hekk nistgħu ngħidu li l-gvern se jkun espost għal Lm14 miljun iktar milli kien bassar il-Ministru Dalli fl- 1999 fil-consolidated accounts structure.", "Jiddispjaċini ngħid li f'dak li huwa dejn pubbliku qed noqorbu sew viċin il-figura ta' Lm1 biljun lira.", "Daqshekk fejjaqnieh id-dejn, u dan minkejja li l-Partit Nazzjonalista, fil- manifest elettorali tiegħu, kien qal li se jikkontrolla, iċekken u anke jrażżan id-dejn.", "Dan it-tbassir juri ħaġa waħda; li għalkemm il-ministru qed jgħid li billi se jagħti lilu nnifsu l-poteri li jissellef mal-Lm100 miljun, mhux bilfors li se jissellef dan kollu, jekk imbagħad inħarsu lejn l-estimi nsibu li fil-fatt huwa kkalkolat li l-loans se jiżdiedu b'dan l- ammont sħiħ.", "Għalhekk jien nistaqsi: Liema hi l-verżjoni l-korretta; dak li qal il-ministru fil-Kamra, li l-gvern mhux neċessarjament se jkollu bżonn jissellef il-Lm100 miljun li qed jiġi awtorizzat li jissellef permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi jew inkella dak li qed jurina l-estimi, ċioe` li l-gvern se jkollu bżonn il-Lm100 miljun kollha?", "Dan kollu juri ħaġa waħda; li l-gvern la għandu konsistenza fl-ippjanar tad-dejn pubbliku u lanqas għandu kontroll veru u effettiv fuq l-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi.", "Għalhekk fil-fehma tiegħi, il-preżentazzjoni tal-budget f'dan il-parlament tilfet is-sinifikat serju tagħha u rrendiet ruħha f'eżerċizzju ta' propaganda politika.", "Illum il-Ministru Dalli rrenda jum il-budget f'jum irrilevanti.", "Fil-fatt il-gvern ħadha bħala regola ġenerali li fil-budget iħabbar diversi żidiet fil-prezzijiet u fit-tariffi flimkien mad-dħul ta' diversi taxxi barra l- budget.", "Minkejja s-self ta' Lm100 miljun, iż-żidiet kollha fit-taxxi, it- tnaqqis fis-sussidji attwali u t-tnaqqis fis-sussidji pproġettati, il- kontinwazzjoni tal-falliment finanzjarju li mexxa l-gvern Nazzjonalista mill-1987 'l hawn, fejn qatt ma rnexxielu jibbilanċja budget, tidher ċar.", "Jekk wieħed jagħmel ftit kalkoli dwar il-bilanċ tal-gvern fl-1999 u fis- sena 2000 - wieħed jista' jara kemm ma nġabrux flus mill-bejgħ ta' l-assi, per eżempju - u jqis x'se tkun il-pożizzjoni fis-sena 2001, wieħed xorta waħda jsib illi anke jekk nieħdu in konsiderazzjoni li dak li kellna ndaħħlu mis-sale of assets is-sena l-oħra ndaħħluh din is-sena, il-gvern xorta se jkollu bżonn jissellef ammonti sostanzjali ta' flus, anke jekk ma jissellifx is-somma kollha ta' Lm100 miljun li qed jgħid li għandu bżonn jissellef.", "Meta kellna dibattitu simili sentejn ilu, jien kont tkellimt fit-tul dwar kif evolva d-dejn fil-pajjiż u kont fakkart kif is-Sur Anthony Galdes, dakinhar gvernatur tal-bank ċentrali, bħal dan iż-żmien għaxar snin ilu kien qal li d-deficit strutturali għandu jiġi ttrattat b'kawtela kbira għax is-sitwazzjoni faċilment tista' taħrab minn idejn dak li jkun.", "Illum għandna sitwazzjoni, Sur President, fejn il-gvern qed idur għal denbu stess, u jien nixtieq li f'xi stadju jew ieħor il-ministru mhux biss jitkellem iktar fid-dettal dwar is-self imma jgħidilna wkoll dwar l- auctions ta' l-istocks li kellu jagħmel - għax huwa kien qal li se jintroduċi l-konċett ġdid ta' l-auctions - jgħidilna kemm kienu saru auctions simili, jgħidilna min kienu n-nies li kkonkorrew għal dawn l- auctions kif ukoll jekk b'dawn l-auctions tħalliex spazju biżżejjed għall- investitur iż-żgħir biex ikun jista' jagħmel il-bidding tiegħu.", "Mr Speaker, sakemm ma jkollniex żvilupp ekonomiku qawwi u sostenibbli, se nkunu qed nidħlu f'diffikultajiet ġodda u kbar, jgħidu x'jgħidu tas-central office of statistics meta jippubblikaw l-istatistika tal-gvern.", "Għalhekk għandna bżonn linji sodi, miri li jkunu reliable u targets li wieħed jista' jorbot fuqhom, u hawnhekk qed nirriferi kemm għall-miri ekonomiċi kif ukoll għall-miri finanzjarji tagħna.", "Kif semmejt iktar kmieni, illum lanqas tista' toqgħod fuq il-consolidated account structure.", "Għal min qiegħed jismagħna, il-consolidated account structure huwa dak il-ktieb blu żgħir li l-Ministru Dalli kien ħareġ fl-1999 u qal: Isma', aħna tant nippjanaw bil- quddiem u nagħmlu forecasts għas-snin li ġejjin li sa l-2004 nafu sena b'sena kemm se ndaħħlu f'taxxa, kemm se ndaħħlu mill-VAT, kemm se tkun in- nefqa rikorrrenti, kemm se jkollna spejjeż oħrajn, kemm se jkollna bżonn nissellfu, u ħafna affarijiet minn dawn.", "Madanakollu llum qed naraw li dan il-consolidated accounts structure spiċċa f'dokument li ma tistax torbot fuqu u tilef ir-rilevanza tiegħu għal kollox għaliex it-targets tiegħu marru haywire.", "Mr Speaker, għal din ir-raġuni jien inħoss illi din il-Kamra, meta tkun qed tiddelibera fuq dan is-suġġett, għandha tpoġġi żewġ suġġetti fil- miżien; mhux biss għandha tpoġġi l-finanzi weħedhom iżda għandha tpoġġi l- finanzi flimkien mad-direzzjoni ekonomika nnifisha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, illum il-parlament qed jiddiskuti abbozz ta' liġi li qed jawtorizza lill-gvern jissellef Lm100 miljun biex ikopri n-nefqa ikbar mid-dħul li kien hemm għas-snin 1999, 2000 u 2001.", "Malli l-Maltin u l-Għawdxin jisimgħu bil-Lm100 miljun żgur li jiftakru f'dawk il-ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni li għaddiet, fejn kienu ġew imwiegħda li jekk kemm-il darba jerġa' jitla' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista kellhom jiġru żewġ affarijiet; l-ewwelnett li l-gvern Nazzjonalista jagħti ħajja mill-ġdid lill-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, u t-tieni nett li kif dan isir kienu se jiġu Lm100 miljun minn Brussels.", "Naturalment in-nies jafu li kieku dawk il-Lm100 miljun ġew verament, ma kienx ikun hemm għalfejn ngħabbu lill-Maltin, lill-Għawdxin u lill- ġenerazzjonijiet li ġejjin b'iktar u iktar dejn biex jagħmel tajjeb għat- tmexxija ħażina tal-gvern Nazzjonalista.", "Dik hija l-ewwel riflessjoni li żgur jagħmlu n-nies li jisimgħu li l-gvern qed jissellef Lm100 miljun oħra.", "Imma minkejja li l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea reġgħet ġiet riattivata, s'issa mhux talli l-Lm100 miljun għadhom ma ġewx imma talli l-Maltin u l-Għawdxin jafu li qed ikollhom jispiċċaw b'inqas flus f'idejhom, u dan sabiex nobdu r-regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid bla tlaqliq li minflok ma ġew il- Lm100 miljun minn Brussels, il-Maltin u l-Għawdxin qed ikollhom joħorġu iktar flus f'taxxi biex idaħħlu r-regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, liema regoli u liġijiet żgur li ma tfasslux apposta għal Malta.", "Sħubija f'għaqda bħal dik ta' l-Unjoni Ewropea tfisser li l-pajjiż iċedi l-poter li jmexxi lilu nnifsu u jkollu joqgħod għal kull regola ta' l-Unjoni Ewropea, anke dawk li ma jgħoddux għalih.", "Din hija l-ewwel riflessjoni li jagħmlu dawk li qed isegwu l-pass li qed jieħu l-gvern li jagħti lilu nnifsu l- poter li jissellef Lm100 miljun lira.", "It-tieni konsiderazzjoni li jagħmlu dawn in-nies hija li jiftakru f'waħda mill-wegħdiet ewlenin li kien għamel l-Onor.", "Eddie Fenech Adami fl-10 t'Awissu ta' l-1998 ġewwa San Ġiljan fejn kien qal li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern se jnaqqas il-piż tat-taxxi.", "Minn dakinhar 'l hawn diġa' għaddew iktar minn sentejn, u għalhekk illum il-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jgħidu jekk dik il-wegħda nżammitx jew le.", "Suppost kemm fl-1999, kemm fis-sena 2000 kif ukoll fis-sena 2001, li għadna kemm bdejna, il-gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Onor.", "Fenech Adami kellu jnaqqas il-piż tat- taxxi, pero` minn Awissu ta' l-1998 sal-lum, mill-budgets biss, il-gvern ġabar Lm120 miljun iktar.", "Naturalment qed nirriferi għall-budgets biss għax imbagħad hemm ħafna taxxi oħra li daħlu bejn budget u ieħor, kif ġara fil-ġimgħat li għaddew, meta wara li l-gvern Nazzjonalista tant ftaħar li l- budget li hu qed iressaq għas-sena 2001 huwa ħieles minn taxxi ġodda, malli dan il-parlament kien magħluq għall-vaganzi tal-Milied u ta' l-ewwel tas- sena daħlu taxxi ġodda kemm fil-qasam ta' l-ivvjaġġar, kemm fil-qasam tat- turiżmu kif ukoll fil-qasam ta' l-istabilimenti kummerċjali ta' l-ikel u tad-divertiment.", "Fil-fatt issa se jibdew jiġu ċċarġjati taxxi ogħla anke meta japplikaw għall-permessi tal-bini.", "Madanakollu l-iktar ħaġa li tweġġa' lill-Maltin u l-Għawdxin hija li l- gvern mhux biss għolla r-rata ta' l-income tax, speċjalment ta' dawk li għandhom dħul baxx u dħul medju, mhux biss daħħal il-VAT fuq il-petrol, fuq id-diesel u fuq it-telephone, mhux biss għolla l-nolijiet tat-transport pubbliku, mhux biss naqqas is-sussidju fuq il-ħobż u mhux biss il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma reġgħux ġew għal li kienu, skond kif kienu wegħduna, mhux biss għoliet il-bolla imma talli filwaqt li dawk li jaqilgħu dħul baxx u medju baqgħu jġorru l-ikbar piż tat-taxxi, dawk li jaqilgħu dħul għoli baqgħu jevadu t-taxxa.", "Issemma ħafna drabi li l-gvern se jkun iktar effiċjenti fil-ġbir tat-taxxa, pero` fil-verita` l-gvern qed ikun iktar effiċjenti proprju fuq dawk li s'issa dejjem inqabdu fix-xibka tat-taxxa.", "Madanakollu l-iktar ħaġa li tweġġa' lill-Maltin u l-Għawdxin hija li minkejja li llum qed ikollhom iħallsu iktar taxxi, dawn it-taxxi m'humiex qed imorru biex jittejbu l-iskejjel, fejn irridu nibnu l-futur ta' pajjiżna, mhux qed imorru fuq is-servizzi tas-saħħa, mhux qed imorru fuq il- ħarsien soċjali, mhux qed imorru fuq it-toroq u lanqas qed imorru fit- titjib tal-kwalita` tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, imma qed imorru fit- tberbiq tal-flus.", "Fl-istorja politika soċjali u ekonomika tal-pajjiż jirriżulta li dan huwa l-iktar gvern li jintaxxa u jberbaq.", "Imma l-ikbar problema hi li parti sostanzjali mill-flus li qed jinġabru qed imorru biex jitħallsu l-imgħaxijiet fuq id-dejn.", "Biżżejjed ngħid li fl-aħħar tliet snin il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħarġu Lm200 miljun biex iħallsu l- imgħaxijiet tad-dejn li sar minn gvern Nazzjonalista fis-snin disgħin bil- mentalita` ta': Ħalli nissellfu; issa jħallsu ta' warajna!", "Illum dan id- diskors diġa' qed jitwettaq għax l-imgħaxijiet tad-dejn qed jieklu parti kbira mill-flus li qed joħorġu ċ-ċittadini f'taxxi.", "Matul din is-sena biss il-gvern se jħallas mill-inqas Lm67 miljun f'imgħaxijiet, li hija nefqa ikbar milli jonfoq il-pajjiż fil-qasam ta' l-edukazzjoni jew fil-qasam tas- saħħa.", "Għalhekk meta l-pajjiż jiġi biex ifassal il-budget tiegħu jrid iwarrab mill-inqas Lm67 miljun, u dan mhux biex jiġu rranġati l-iskejjel, iċ-ċentri tas-saħħa jew l-isptarijiet imma biex jitħallsu l-imgħaxijiet.", "Jien ma nixtieqx li nerġgħu mmorru lura għas-sitwazzjoni fejn pajjiżna jerġa' jsir qisu supermarket fejn il-kwalita` fil-qasam ta' l-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-ħajja jkunu jiddependu mill-flus, imma milli jidher lejn dik id- direzzjoni qed nerġgħu mmorru.", "Ta' min jgħid li s-sena l-oħra l-gvern kien warrab xi Lm64 miljun u s-sena ta' qabel kien warrab Lm62 miljun biex jitħallsu l-imgħaxijiet.", "Imma minkejja li sena wara l-oħra, il-ħlas fuq l- imgħaxijiet qed ikun ikbar mill-ħlas fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni u l- qasam tas-saħħa, il-gvern qiegħed dejjem jiftaħar li huwa jippjana l- affarijiet tiegħu, li miexi fid-direzzjoni t-tajba u li se jiżgura li l- affarijiet jimxu b'ċerta effiċjenza.", "Matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-Onor.", "John Dalli għamel sena waħda biss li fiha ma kienx ministru tal-finanzi, fl-1997, u għalhekk nistgħu ngħidu li bejn l-1992 u s-sena 2001 huwa kien il-persuna responsabbli mill-finanzi tal-pajjiż, ħlief għal sena waħda biss.", "Allura llum wieħed jista' jistaqsi lill-Ministru Dalli: Mid-diskorsi li għamilt fl-aħħar disa' budgets, mill- kliem kemm għaddejt għall-fatti?", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn paġna 72 tad-diskors tal-budget ta' l-1994 isib li l-Ministru Dalli kien għalaq id-diskors tiegħu b'dan il-kliem:", "\"Dan li qed inressqu m'huwiex programm ta' sena.", "Aħna kommessi li nipprovdu t-tmexxija meħtieġa biex inħaffu l-proċess ħalli flimkien nagħmlu lil pajjiżna indokrat, organizzat, dixxiplinat, solidali.\".", "Minn dak iż-żmien 'l hawn għaddew iktar minn seba' snin u wieħed jista' jara x'fadal minn dak il-kliem.", "Ħalli nislet biċċa oħra mill-istess diskors.", "Dakinhar il-Ministru Dalli kien qal ukoll dan il-kliem:", "\"Hemm bżonn inneħħu l-ineffiċjenza li tiġi minn impjegati żejda, standards baxxi ta' produttivita`, tmexxija minn nies li jilħqu għax ikunu ilhom jaħdmu ma' dawn l-azjendi.", "In-nuqqas ta' kontroll ta' kwalita` jżid l-ispejjeż u allura l-prezz.\".", "Kważi f'kull diskors tal-budget li l-Ministru Dalli ressaq mill-1992 'l hawn issib li dan qal li hemm bżonn li l-gvern jaħdem iktar b'inqas, li hemm bżonn li t-taxxi jintnefqu bis-serjeta` u li l-amministrazzjoni pubblika għandha tkun iktar effiċjenti.", "Għaliex?", "\"Għax inkella jiġrilna ...\"", "- u hawnhekk se nerġa' nikkwota mill-istess diskors -", "\"... bħal dak li qed jimla xkora mtaqqba.", "Għaldaqstant jeħtieġ li nħaffu biex nagħmlu r-riformi li hemm bżonn b'benefiċċju għall-ħaddiema u għall- pajjiż kollu.", "Ix-xogħol irid isir b'iktar ħeffa, it-taxxi jinġabru f'waqthom u ċ-ċittadin jinqeda aħjar.\".", "Dan huwa kollu kliem sabiħ, pero` minkejja li issa għaddew is-snin minn mindu sar dan id-diskors, baqa' ma sar xejn f'dan ir-rigward.", "Sur President, niftakar li f'okkażjoni oħra kont ikkwotajt minn ċirkolari - il-ministru tal-finanzi xejn ma kien taha pubbliċita` lil din iċ- ċirkolari, imma jien irnexxieli nikseb kopja tagħha - li kien bagħat lill- kollegi tiegħi.", "Hawnhekk qed nirriferi għal ċirkolari numru 5 tat-22 ta' Frar, 1999, li l-ministru tal-finanzi kien bagħat lill-kollegi tiegħu, fejn fiha huwa qiegħed jgħid lil sħabu l-ministri:", "\"Fasslu l-pjani tagħkom dwar xi flus għandkom bżonn għas-snin 2000, 2001 u 2002.\".", "Huwa kien kompla jgħidilhom:", "\"Tafu li fuq dan il-pjan jiddependi x'jiġri fl-iżvilupp ekonomiku, politiku, soċjali u amministrattiv ta' dan il-pajjiż.", "Huwa importanti li mmexxu l-flus li niġbru minn fuq iċ-ċittadini tajjeb biex niżguraw li l-fondi pubbliċi jintnefqu l-ewwelnett skond ir-regolamenti li għandna u t-tieni nett fl-aħjar interess ta' l-avvanz ekonomiku, soċjali u kulturali tal-pajjiż.\".", "Madanakollu n-nefqa tal-gvern bdiet dejjem tikber u tikber tant li n- nefqa spiċċat kibret iktar mid-dħul.", "Sfortunatament il-gvern beda miexi b'mentalita` li jonfoq ħafna iktar milli jiflaħ bil-konsegwenza li fil- pajjiż daħħal kultura u darra lill-Maltin u l-Għawdxin jonfqu iktar milli jifilħu u jiddejnu.", "Imbagħad f'daqqa waħda l-Ministru John Dalli qal lill- poplu: Din il-problema li niddejnu u li nonfqu ħafna iżjed milli ndaħħlu ilha li bdiet, pero` issa rridu naraw x'nagħmlu.", "Il-Ministru Dalli qal lill-poplu wkoll li rridu niżguraw li kull lira li jonfoq il-gvern għandha tintnefaq kif suppost u mhux għax drajna nonfquha.", "Huwa kompla jgħid lill- poplu li għal kull nefqa li tkun se ssir, għandna nistaqsu lilna nfusna: Imma jagħmel sens li ssir din in-nefqa?", "Min qed jibbenefika minnha?", "X'ġid qed joħroġ minnha?", "Il-Ministru Dalli qal lill-poplu wkoll li huwa importanti li għal kulma nonfqu nkejlu jekk aħniex qed nilħqu l-għanijiet tagħna u niżguraw li l-inizjattivi li nieħdu jkunu qed iħallu r-riżultati mixtieqa.", "Iċ-ċirkolari li semmejt l-ewwel tħeġġeġ lill-ministri biex jiżguraw li n- nefqa tkun dik li hemm imfassla fl-estimi ta' l-1999, u wissiet ukoll lill- ministri li mhux se jkun hemm iżjed budgets supplimentari.", "Il-Ministru Dalli kien qalilhom ukoll li hu jispera li mhux wara li nkunu ppjanajna li nonfqu tant, sa l-aħħar tas-sena jkollu jżid in-nefqa b'xi Lm10 miljun, Lm15-il miljun jew Lm18-il miljun oħra u qalilhom li ż-żieda għandha tkun biss fejn ma nistgħux nagħmlu mod ieħor.", "Issa minn mindu ħarġet iċ- ċirkolari għadda ż-żmien u għalhekk suppost li diġa' qed naraw il-frott ta' din iċ-ċirkolari.", "Fost affarijiet oħra, sal-lum suppost li diġa' qed naraw ċerta dixxiplina u serjeta` fuq kif il-gvern qed jonfoq miljuni kbar ta' liri li qed jiġbor f'taxxi diretti u indiretti minn fuq il-Maltin u l- Għawdxin.", "Jien nistaqsi: Veru li kull nefqa qed issir bis-serjeta`?", "Veru li m'hux qed isir ħela u tberbiq?", "Veru li f'kull lira li qed nonfqu qed nieħdu l-valur, il-benefiċċju u r-riżultati tagħha jew qegħdin sempliċement ngħidu ħafna diskors u m'hu qed isir xejn?", "Fl-aħħar taċ-ċirkolari l-Ministru Dalli qal lil sħabu l-ministri biex jissottomettu l-pjani tagħhom sa l-aħħar t'April ta' l-1999 biex imbagħad f'Ġunju ta' l-1999 il-kabinett jagħmel draft national business plan ħalli b'hekk jiżgura li n-nefqa tkun kontrollata u ppjanata tajjeb, fis-sens li jibda jipprova jsolvi l-problemi kbar li ħoloq huwa stess minħabba li nefaq iktar milli kien jiflaħ.", "Il-gvern Nazzjonalista kien ilu jgħid li l-flus m'humiex problema, sakemm imbagħad wasalna f'sitwazzjoni fejn il-flus saru problema u ma bqajniex ngħidu money no problem imma bdejna ngħidu problem no money.", "Issa jien nistaqsi: Il-Ministru Dalli, jekk ikollu jagħmel analisi tal-kuxjenza, x'isib li wettaq fil-verita` miċ-ċirkolari li ħareġ fit-22 ta' Frar,1999?", "Kemm fil-fatt qiegħda ssir analisi biex jiġi żgurat li kull lira tintnefaq kif suppost?", "Nerġa' ngħid li minbarra li ċ- ċittadini Maltin u Għawdxin weġġgħu għax il-piż tat-taxxi qiegħed dejjem ikompli jikber, huma weġġgħu iktar meta raw li ħafna minn dawn il-flus m'humiex qed imorru biex ikollna kwalita` ta' ħajja aħjar imma qed imorru fit-tberbiq.", "L-agħar ħaġa li qed tiġri hija li iktar ma dan il-pajjiż qed jitgħabba bit-taxxi u bid-dejn iktar qed ikun diffiċli għall-ekonomija li tiċċaqlaq u timxi 'l quddiem.", "Il-gvern għadu jemmen li għax għandu appoġġ kbir mill- biċċa l-kbira tal-mezzi tax-xandir u mill-ġurnali, allura dawn se jibqgħu jappoġġjawh billi jgħidu li kollox sejjer tajjeb u li kulħadd jinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Madanakollu n-nies ma jiġġudikawx fuq dak li jaraw jew jisimgħu minn fuq il-mezzi tal-media imma fuq dak li jġarrbu.", "Anke jekk wieħed janalizza l-istatistika mbagħbsa tal-gvern isib li l-ekonomija m'hijiex sejra tajjeb daqskemm qed ipinġiha l-gvern.", "Meta jkollok ekonomija bi problemi serji u tkompli tgħabbilha t-taxxi, tkun qed tistieden iktar u iktar problemi.", "Minkejja l-ftaħir li jsir min-naħa tal- gvern fuq iż-żieda fl-impjiegi, fil-verita` fil-qasam tal-manifattura u tas- servizzi l-impjiegi qed jonqsu u huwa biss fis-settur pubbliku u f'dawk il- kumpanniji li huma kkontrollati mill-gvern li l-impjiegi qed jiżdiedu.", "Sur President, meta l-ministru tal-finanzi ressaq l-ewwel budget ta' din il-leġislatura, tgħidx kemm kien għamel miri fuq kif se jikkontrolla n- nefqa tal-gvern.", "Per eżempju, fost affarijiet oħra huwa kien qal li se jagħmel minn kollox biex filwaqt li l-ħaddiema fis-settur privat jiżdiedu, il-ħaddiema fis-settur pubbliku jonqsu.", "Imma minkejja li għaddew is-snin dawk il-miri ma ntlaħqux.", "Saru diversi diskorsi min-naħa tal-gvern li d- dejn pubbliku se jiġi kkontrollat, pero` llum qed niddiskutu abbozz ta' liġi biex il-gvern jagħti lilu nnifsu l-poter li jissellef Lm100 miljun oħra.", "Wara l-1987 id-dejn baqa' dejjem tiela' sabiex illum wasalna f'sitwazzjoni fejn il-pajjiż għandu Lm900 miljun dejn.", "Ta' min jgħid li minbarra li dan id-dejn huwa ħażin minnu nnifsu, iġiegħel lill-pajjiż jonfoq iżjed fuq il-passat milli fuq il-futur, u pajjiż li jonfoq iżjed fuq il-passat milli fuq il-futur ikun pajjiż li l- futur tiegħu jkun jinsab mhedded.", "M'hemmx dubju li bil-mod irresponsabbli li mexxa l-gvern Nazzjonalista fis-snin disgħin, illum il-pajjiż huwa mhedded minn żewġ affarijiet importanti, u dan għaliex l-ewwelnett il-gvern m'hux qed jiffaċċja l-problema tad-deficit bis-serjeta` imma qed ikompli jonfoq iktar milli jiflaħ u t-tieni nett qed jgħabbi liċ-ċittadini bit- taxxi bil-konsegwenza li qed ibaxxilhom il-kwalita` tal-ħajja tagħhom.", "U mbagħad xi ngħidu għal dawk is-setturi li l-futur tal-pajjiż jiddependi fuqhom, bħas-settur turistiku u dak kummerċjali?", "Il-gvern Nazzjonalista qiegħed jagħmel dak li gvern ineffiċjenti u irresponsabbli jagħmel; li sempliċiment idur fuq iċ-ċittadini u jgħabbihom b'dejjem iktar taxxi.", "Biċ- ċirkolari tat-22 ta' Frar, 1999 il-ministru tal-finanzi kien intrabat li jeżamina n-nefqa tal-gvern lira b'lira, pero` llum qed naraw li minn dan kollu ma sar xejn.", "Sur President, sfortunatament illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-gvern qiegħed jherri l-ekonomija tal-pajjiż u jgħaffeġ liċ-ċittadini taħt il-piż kbir tat-taxxi.", "Barra minn hekk, il-gvern qed jgħabbi liċ-ċittadini bir- regolamenti u bil-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, li qed jxekklulu l-ħila tiegħu li jieħu d-deċiżjonijiet skond l-interessi tiegħu.", "Aħna verament għandna għal xiex inkunu nkwetati għall-futur, u fil-fatt fil-pajjiż mhux biss qed tinfirex l-inċertezza imma qed jinfirex ukoll ċertu qtugħ ta' qalb u ċertu skoraġġiment soċjali u ekonomiku li huwa perikoluż.", "Hemm bżonn li pajjiżna jkollu futur, kemm għat-tfal, kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall- pensjonanti u l-familji tagħna.", "Il-pajjiż jista' jkollu futur biss jekk ikollu tkattir ta' ġid, tkattir ta' mpjiegi u li t-tqassim ta' dan il-ġid u ta' dawn l-impjiegi jkun imqassam b'mod ġust.", "Hemm bżonn li fil-pajjiż ikun hawn klima li tattira lill-kummerċjanti u lin-negozjanti.", "Il-futur tagħna jiddependi fuq l-intelliġenza u fuq l-inizjattiva tan-nies iktar minn pajjiżi oħra, pero` l-gvern qed jherri dan kollu billi qed jgħabbiha b'ħafna taxxi u qed ixekkilha b'regolamenti u b'liġijiet li ma jgħoddux għar-realta` tagħna.", "B'hekk il-gvern qed jagħmel l-agħar ħaġa li jista' jagħmel għax qed jattakka l-ispirtu li l-poplu jkollu bżonn biex iħares 'il quddiem.", "Pajjiżna diġa' għandu problemi u sfidi kbar x'jiffaċċja.", "Is-seklu 21 qed iġib miegħu tibdil kbir, kemm fil-mod kif naħsbu, kemm fil-mod kif ngħixu kif ukoll fil-mod kif naħdmu.", "Għal pajjiżna l-fatt li bdejna seklu ġdid diġa' hija aġenda ta' tibdil kbir u ta' sforzi kbar li jridu jsiru, pero` l- gvern qed ikompli jgħabbi dik l-aġenda bi tmexxija ħażina, b'iktar taxxi, b'iktar dejn u bl-ebda mpenn serju biex in-nefqa u t-tmexxija tal-gvern tkun skond kemm jiflaħ il-pajjiż.", "Il-gvern preżenti qiegħed iċaħħad lil pajjiżna mill-ispazju li jmexxi lilu nnifsu, bil-konsegwenza li qed ikollu jċedi l-poter li jmexxi lilu nnifsu u li jimxi f'dawk it-toroq li huma l- aħjar għalih.", "Malli pajjiżna jiddeċiedi li jidħol fl-Unjoni Ewropea, huwa jkollu jitlef il-liberta` u s-sovranita` tiegħu u joqgħod għar-regoli li jeżistu u li jsiru skond l-interessi ta' pajjiżi li huma ikbar minna.", "Għalhekk huwa importanti li l-poplu Malti u Għawdxi jifhem li hemm triq aħjar biex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Din it-triq tagħti iktar spazju, iktar liberta` u iktar opportunita` lill-Maltin u l-Għawdxin li jiżviluppaw għall-ġid tagħhom, fl-aħjar interess tagħhom u bl-aħjar mod li jistgħu.", "Aħna diġa' għandna biżżejjed żvantaġġi u diffikultajiet u m'għandniex inkomplu nżiduhom, kif qed jagħmel dan il-gvern, li minn naħa waħda qiegħed jgħaffeġ lill-pajjiż u lill-poplu b'iktar taxxi u min-naħa l-oħra qiegħed irażżan lil dan il-pajjiż mil-liberta` tiegħu li jmexxi lilu nnifsu skond l- interessi tiegħu.", "Il-gvern Nazzjonalista ilu sena wara l-oħra jwiegħed li qed isolvi l- problema tad-dejn, pero` kif għedt diġa', illum qed nerġgħu niddiskutu abbozz ta' liġi li jagħti lill-gvern il-poter li jissellef sa Lm100 miljun oħra biex jagħmel tajjeb għan-nefqa tiegħu, liema nefqa hija ikbar mid- dħul.", "Jien diġa' semmejt f'dan id-diskors li minkejja li fi Frar ta' l- 1999 il-ministru tal-finanzi kien wissa lil sħabu l-ministri li ma jistax ikun li fil-budget ngħidu li se nonfqu mod u mbagħad nispiċċaw biex nonfqu miljuni ta' liri.", "Madanakollu dan reġa' rripeta ruħu fl-1999 u fis-sena 2000 u milli jidher se jerġa' jiġri fis-sena 2001 għaliex il-gvern bl-ebda mod m'hu qiegħed jikkontrolla l-finanzi pubbliċi b'mod serju u bl-ebda mod m'hu qed jara kif kull lira li jonfoq mill-flus taċ-ċittadini jonfoqha kif suppost.", "Minn naħa waħda l-gvern qed jiġbor iktar taxxi, qed jimponi fuq iċ- ċittadini u fuq is-setturi kummerċjali iktar taxxi u min-naħa l-oħra dawn it-taxxi qed imorru biex sempliċiment iberbaq iktar u biex jitma aktar il- ħuġġieġa kbira ta' dan id-dejn pubbliku, li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiżdied.", "Dan m'huwiex dak li ġew imwegħda l-Maltin u l-Għawdxin fis- sajf ta' l-1998 waqt il-kampanja elettorali.", "Il-Partit Nazzjonalista, immexxi mill-Onor.", "Fenech Adami, kien wiegħed inqas taxxi, inqas dejn, iktar ġid u iktar direzzjoni mentri llum, wara sentejn, qed ninnotaw li l- affarijiet qed isir kompletament bil-maqlub u m'hemm l-ebda ħjiel li l- gvern se jbiddel ir-rotta.", "Il-gvern preżenti qabad ir-rotta faċli ta' iżjed taxxi, ta' iżjed dejn u l-kliem kollu li ntqal fid-diskorsi tal- budget, fiċ-ċirkolari li semmejt u fl-ittri uffiċjali li jibgħat il- ministru tal-finanzi lil sħabu l-ministri jibqgħu biss kliem u m'hemm l- ebda mpenn serju biex il-gvern imexxi l-finanzi tiegħu bl-għaqal u bis- serjeta` li hemm bżonn.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor, Bartolo, ikolli nwaqqfek għax skadielek il-ħin.", "Biex tkompli tinstema' għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR NOEL FARRUGIA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR CHRIS CARDONA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-Seduta ġiet sospiża fil-11.17 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, din in-naħa tal-Kamra qed tirrimarka li għal darb'oħra l-gvern se jżid it-taxxi fuq il-poplu sabiex ikun jista' jwettaq il-politika tiegħu, politika li m'hemmx dubju li matul dawn l-aħħar sentejn ikkonfermat li mhux biss il-gvern qed jiffaċċja diffikultajiet kbar sabiex ikun jista' jwettaq it-tmexxija li tirrikjedi l-aġenda tiegħu, imma li din il-politika ġabet żvantaġġi u sagrifiċċji kbar fil-gżejjer tagħna.", "Ma nistgħux ngħidu li hemm settur partikolari li matul dawn is-sentejn il- poplu ra bidla fih.", "L-unika ħaġa li ra l-poplu matul dawn is-sentejn hija li t-taxxi fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin komplew jagħfsu b'mod li affettwawlhom saħansitra l-livell ta' l-għajxien tagħhom.", "Imma minkejja dan kollu, m'hijiex issir evalwazzjoni matura min-naħa tal-gvern sabiex tinstab l-aħjar direzzjoni politika.", "Filwaqt li qed noqogħdu ndoqqu ħafna trombi fuq kemm il-Maltin u l- Għawdxin għandhom kwalita` ta' ħajja aħjar, irridu niftakru li kull sena matul dawn l-aħħar snin bdew jitnaqqru l-iktar affarijiet għeżież li kellhom iż-żewġ gvernijiet ta' pajjiżna, u hawn qed nirriferi għall- benefiċċji soċjali.", "Biżżejjed ngħid li matul dawn l-aħħar snin 'il fuq minn 11,000 familja tilfu l-benefiċċji taċ-children allowance, liema benefiċċji fis-snin l-imgħoddija l-istess gvern Nazzjonalista kien jiggarantixxiehom lit-tfal tal-poplu - u sewwa kien jagħmel - anke jekk kemm-il darba l-ġenituri tagħhom ma kenux iħallsu dik li dak iż-żmien huma kienu jsejħu \"l-bolla balla\".", "Kieku l-gvern qed jiddejjen biex is-soċjeta` tagħna tkun tista' tgħix aħjar u anke jkollha standards aħjar, kont nifhem għaliex il-gvern qed jiddejjen, imma li qed jagħmel il-gvern huwa li qed jonfoq u jiddejjen biex jakkomoda l-aġenda tiegħu u jissodisfa l-ossessjoni sfrenata li jintegra s- sistemi tal-poplu tagħna ma' dawk tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jidher ċar li s-snien tal-politika tal-gvern qed jitnawru u m'għadx għandhom dik is-saħħa tal-gidma li l-policy tal-gvern għandu jkollha biex issaħħaħ l- attivita` ekonomika u soċjali ta' pajjiżna.", "Mela joħroġ ċar illi filwaqt li l-gvern qiegħed iġib fix-xejn il-benefiċċji u s-servizzi soċjali li għandhom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin sabiex jassiguraw li jkollhom kwalita` ta' ħajja aħjar, fl-istess ħin il-politika tal-gvern m'hijiex tattira investiment.", "Dawn huma fatti li jispjegaw ċar lill-poplu li dawn il-Lm100 miljun m'huma xejn ħlief djun li minħabba fihom, il-poplu se jkompli jiġi ntaxxat.", "Kull wieħed u waħda minna qed nesperjenzaw dan li qed ngħid, u dan kollu għaliex il-gvern preżenti qed jinsa li l-prijorita` ta' l-aġenda tiegħu hi li jġib ir-rwol ekonomiku 'l quddiem u jtejjeb il- livell soċjali tal-poplu tiegħu.", "Il-gvern Nazzjonalista huwa ossessjonat li jsieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, u dan minkejja li s-sistemi li qed idaħħal biex ikun konformi mar- regoli u mal-liġijiet ta' l-Unjoni ma japplikawx għal pajjiżna imma japplikaw għal pajjiżi ħafna ikbar minna, għalkemm kien hemm każi fejn pajjiż, kbir kemm hu kbir, xorta mar ħażin meta beda jadotta r-regoli u l- liġijiet ta' l-Unjoni.", "Il-gvern tant huwa konxju ta' din is-sitwazzjoni li lill-poplu tagħna qed jipprova jdaħħallu l-mentalita` li dawn il-bidliet li aħna qed nagħmlu huma marbuta ma' xi sistema ta' globalizzazzjoni tad-WTO.", "Jien m'għandix dubju li parti mid-dejn se jmur biex ninvestu ħalli nkunu bħal ħaddieħor.", "Il-gvern qed jipprova jġib l-argument li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel ċerti regoli biex timxi fl-istess direzzjoni li qed jimxu fiha ċerti organizzazzjonijiet dinjija, bħalma hi d-WTO.", "Ikun tajjeb jekk ngħidu li Malta, bil-politika li kellha matul is-seklu li għadda, qatt ma kellha problemi mad-WTO dwar, per eżempju, is-sistemi ta' levies li introduċiet biex f'pajjiżna ssaħħet il-protezzjoni għall- industrija lokali u għall-attivita` ekonomika biex minnha nħoloq il-ġid, inħolqu l-impjiegi u nħolqu x-xogħlijiet.", "M'hemmx dubju li matul dawn l- aħħar sentejn l-impjiegi f'ċerti industriji bdew jinxfu, speċjalment fl- industriji tal-qasam ta' l-ikel u ta' l-agro-industrija, li għadhom sal-lum bla direzzjoni.", "Mela ma kenitx Malta u l-politika tagħha li kellha dawn id- diffikultajiet li jnawru s-sistemi li aħna rridu naġġornaw biex inkunu konformi mal-globalizzazzjoni imma kienet l-Unjoni Ewropea stess.", "U l- Unjoni Ewropea għaliex kellha dan l-inkwiet mad-WTO?", "Għax ċerti sistemi, speċjalment dawk tal-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li kienu qegħdin iġibu l-impjiegi tal-bdiewa u tar-raħħala tal- pajjiżi membri fix-xejn, fl-istess nifs kienu qed ipoġġu prezzijiet għoljin fuq il-familji tal-pajjiżi membri, u dan għednieh aħna minn din in-naħa tal- Kamra mhux bħala kritika lill-gvern imma biex nuru li aħna, bħala oppożizzjoni, minn dejjem konna kredibbli, sia f'dak li niddibattu f'dan il- parlament u barra minnu u sia fir-riċerka li nagħmlu.", "Jien niftakar li s-sena li għaddiet kont ikkwotajt u għamilt riferenza għar-rapporti li għamlet l-OECD f'dan ir-rigward fejn din ikkonfermat illi t-taxxi diretti u indiretti li qed tikkawża l-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-pajjiżi membri huma at farmgate level - jiġifieri mhux at sale point - fil-livell ta' Euro 127 biljun fis-sena.", "Allura, Mr Speaker, aħna hawnhekk li qed nirrappreżentaw lill-oppożizzjoni Laburista f'dan il-parlament u li qed niddikjaraw li dawn il-Lm100 miljun ma jfissru xejn ħlief konferma tal-gvern li se jkompli jintaxxa, jintaxxa u jintaxxa lill-poplu tagħna kollu, anke akkost li jnawwarlu l-benefiċċji soċjali, qed nagħmlu xi ħaġa ta' barra minn hawn?", "Aħna qed nipprovaw nimminaw l-istituzzjonijiet tal-pajjiż meta kellna lill-kap ta' l- oppożizzjoni hawnhekk jikkonferma u jagħmel dikjarazzjoni ċara li minn dak li analizza hu, bil-kapaċita` tiegħu, sab li l-istatistika hi mbagħbsa u m'hi qed tagħti indikazzjoni ta' xejn tal-qagħda ekonomika f'pajjiżna?", "Allura aħna possibbli li m'aħniex ngħixu fl-istess gżira li jgħixu fiha l- membri tan-naħa l-oħra?", "Aħna dawn id-diffikultajiet nisimgħuhom kontinwament u għandna sinjali ċari dwarhom.", "Allura possibbli li aħna ma nifhmu f'xejn?", "Allura possibbli li tan-naħa l-oħra biss għandhom policy li tabilħaqq qiegħda ġġib 'il quddiem dak li għandu bżonn il-poplu tagħna biex jgħix ħieles, jgħix sovran u jkollu kwalita` ta' ħajja aħjar?", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern preżenti qed ipoġġi sistemi ta' taxxi fuq il- poplu tagħna biex imbagħad minnhom jipprova jnawwarlu anke l-istandards ta' l-għajxien tiegħu, u dan juri kemm il-gvern għadu m'huwiex konxju ta' l- impatt negattiv li se tkompli ġġib f'pajjiżna l-politika tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi.", "Nerġa' nikkonferma li dawn il-Lm100 miljun m'huma xejn ħlief metodu ieħor ta' kif 'il quddiem il-gvern se jkollu skuża biex jerġa' jżid iktar taxxi.", "Bis- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li se nneħħu l-ftit protezzjoni li għandha l-agro-industrija lokali, li għandu s-settur tal- biedja u li għandhom l-industriji relatati mal-biedja, mas-sajd u ma' l- akwakultura, se ndaħħlu levies ta' protezzjoni ħafna ikbar li jipproteġu lill-bdiewa, lir-raħħala u forsi anke lis-sajjieda tal-pajjiżi membri, u dan minkejja li din il-produzzjoni f'Malta la qatt ipproduċejnieha u lanqas nistgħu nipproduċuha minħabba l-limitazzjoni li toffri d-daqs ġeografiku t'art twelidna.", "Qatt m'huwa possibbli li pajjiżna jkabbar id-daqs ta' l- art tiegħu, la bis-sussidju, la bl-istudji u lanqas bl-esperti li jinġiebu mill-Unjoni Ewropea.", "Imma minkejja din is-sitwazzjoni, u minkejja wkoll li l-istudji li għamlu esperti oħra u minkejja li l-NPAA jikkonferma dawn l-iżvantaġġi u l- limitazzjonijiet li se jkollha ġġorr u tgħabbi Malta fuqha, min-naħa tiegħu l-gvern qed ikompli jiġi f'dan il-parlament japprova dawn l-abbozzi ta' liġi biex aħna, minn dan il-parlament, inkomplu napprovaw dawn id-djun ħalli xi darba nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma l-gvern qed jispjegalna x'se tiswa lill-poplu tagħna - sia mil-lat ta' industrija tat- turiżmu, sia mil-lat ta' konsumatur u sia mil-lat ta' kwalita` tal-ħajja - is-sitwazzjoni ta' kontrolli, ta' kwoti u ta' dazji, mhux biss fuq il- prodotti ta' l-ikel imma wkoll fuq il-materja prima ta' l-industriji tagħna?", "Jien, per eżempju, inġib bħala każ il-kwestjoni tal-laħam aħmar.", "Sal-lum il-gvern żgur li jaf - issa ma jistax jgħid li ma jafx wara li ilu sentejn fil-gvern - illi wara li Malta se ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, se tkun soġġetta għall-kwoti u għall-kontrolli fuq l-importazzjoni tal-laħam magħruf ma' l-erbat irjieħ tad-dinja bħala n-New Zealand lamb.", "Illum hemm fatti ċari li filwaqt li importatur Malti li jimporta dan it-tip ta' laħam li m'għandux levy ta' protezzjoni fuqu minħabba li ma jipproduċuhx ir-raħħala u l-bdiewa tagħna, allura m'hemmx bżonn ikollna din il-levy ta' protezzjoni, bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dak l- importatur li jimporta dan il-laħam u jħallas madwar US$3,000 għal tunnellata metrika, b'kawża tat-TARIC ikollu jħallas il-prezz ta' US$15,000 għall-istess tunnellata metrika.", "Dawn huma r-raġunijiet li aħna, minn din in-naħa, qed insostnu li sia l-abbozz ta' liġi li qed jippreżenta l- Ministru Dalli llum u sia l-politika tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se jfissru taxxi, taxxi u iktar taxxi.", "Aħna qed ngħidu dan mhux biex inkunu rettoriċi jew biex in-naħa tal-gvern jiġu jakkużawna li m'għandniex xi ngħidu jew li m'għandniex fuq xiex nitkellmu, imma biex nikkonfermaw sia lilhom stess, sia lil din il-Kamra u sia lill-poplu li dawn huma sitwazzjonijiet li hemm bżonn nieqfulhom, u nieqfulhom bis- serjeta`.", "Mr Speaker, il-gvern qed jiddejjen biex ikun jista' jintegra dawk is- sistemi li, skond hu, se jrendu għall-ġid komuni tal-poplu.", "Issa aħna lill- gvern kellimnieh fuq is-settur ta' l-akwakultura u għidnielu li teżisti sitwazzjoni fejn l-industrija lokali ta' l-akwakultura għadha m'hijiex protetta fid-dawl tal-15% li ssostni bħala taxxa fuq importazzjoni ta' l- ikel li ġejja mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk aħna staqsejna: Il-gvern kif se jittekilja din il-problema meta jaf li pajjiżi applikanti oħra ġew eżentati minn taxxi simili fuq il- biedja u fuq is-sajd għal-livell ta' 77% li l-Unjoni timponi fuq prodotti tal-biedja u ta' l-ikel li jkunu ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni.", "Aħna spiss nisimgħu lil min jgħid kemm hu importanti s-settur ta' l- akwakultura fil-kwadru ta' l-attivita` ekonomika ta' pajjiżna u għalhekk jien nistaqsi wkoll: Allura l-fatt li sa għaxar snin ilu l-prezz kien mod u kompla nieżel, il-fatt li minkejja li hemm dawn id-diffikultajiet, il- pagi u s-sistemi ta' produzzjoni komplew żdiedu matul dawn l-aħħar snin, din l-industrija kif se tkun tista' tiġi inċentivata u supported biex tegħleb l-upgrading li jkun marbut ma' l-istess industrija?", "Jien m'iniex se ngħid dan biex noqgħod nikkritika lill-ministru konċernat, imma sal-lum għad ma ħarġitx policy ċara dwar din l-industrija.", "L-ewwel semmejt il- kwestjoni tal-materja prima, minbarra l-prodotti ta' l-ikel.", "Il-materja prima se tkun suġġett ta' kwota, ta' kontrolli u ta' dazji jekk kemm-il darba tiġi importata mill-pajjiżi li ma jkunux membri, u dan apparti li se jintilfu benefiċċji oħra li llum huma marbuta fuq din l-importazzjoni tal- materja prima jekk kemm-il darba s-sorsi tal-materja prima, filwaqt li ma jiġux mill-pajjiżi ta' barra l-Unjoni Ewropea, jiġu minn ġol-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, dawn l-affarijiet ifissru taxxi, taxxi u taxxi.", "Il-gvern tant marad u tant ġie infettat bil-mod ta' kif se jdaħħal it-taxxi li din il-ġimgħa stess għoġbu jgħolli t-tariffi tal-qrati, ta' l-insinwa u tal- planning authority.", "Biżżejjed ngħid li llum nutar li jordna riċerka minflok Lm5 qed jeħel Lm60 u familja bi dħul medju jew żgħir li tagħmel mandat ta' inibizzjoni, illum minn Lm5 qed tkun trid tħallas Lm85, u dan minbarra l-ispejjeż ta' l-avukat.", "Dawn huma affarijiet li aħna m'aħniex qed ngħiduhom biex noqogħdu nagħmlu ċ-ċirku propagandesk tagħna, imma ma nistgħux ma nġibuhomx bħala eżempji ċari biex nuru kif dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jfisser xejn ħlief mod kif il-gvern ikompli jgħabbi t-taxxi fuq id-diversi kategoriji tas-soċjeta` tagħna.", "Dan huwa żball li hemm bżonn li l-gvern jirrealizzah.", "Hemm bżonn li l-gvern jaċċetta l-fatt - u dan diġa' għedtu f'okkażjonijiet oħra - li mhux biss il- qagħda ekonomika tiegħu, bħala gvern, hija mnawwra imma anke l-qagħda ekonomika ta' pajjiżna.", "Aħna nafu li l-gvern għandu l-għan li kemm jista' jkun jinċentiva l-industriji, speċjalment dawk li jipproduċu kemm għas-suq lokali u kif ukoll għas-suq ta' l-esportazzjoni.", "Nieħdu, per eżempju, il- qasam tal-biedja.", "Lin-nies ilna ħafna ngħidulhom: Se jkollkom suq ta' 400 miljun ruħ u se jiġu xita ta' sussidji mill-Unjoni Ewropea.", "Imma l-bdiewa, ir-raħħala u n- nies tax-xogħol x'isibu, Mr Speaker?", "Isibu li dawn is-swieq ta' 400 miljun ruħ qisu hemm il-purtiera tal-ħadid biex tifdihom u li dawn l-imbierka sussidji li kellhom jiġu biex jgħinu lill-bdiewa tagħna jipproduċu jew jinvestu b'mod li jkunu jistgħu jinċentivaw iktar is-sistemi tal- produzzjoni tagħhom ma wasslu mkien.", "Hemm bżonn li l-gvern jirrealizza li qed jieħu għażla ta' gvern fatat għax tisma' l-ħsejjes u ma tara xejn.", "Tisma' ħafna affarijiet li jwerrċuk daqskemm taħseb li se tmur għall-aħjar u mbagħad x'ħin tmur u tagħmel evalwazzjoni ssib waħx.", "Dawn huma affarijiet illi jirriżultaw anke mil-lat ta' kif qed jiġu handled in- negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Jien ma nistax nifhem kif se jiġi s-sussidju jekk l-istess rapport ta' l-NPAA qed jgħid li Malta hija inqas kompettitiva.", "Jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra anke artiklu li deher f\"The Sunday Times\" ta' dan ix-xahar li jgħid li għalkemm dan is-settur jipproduċi 10,000 tunnellata, għadu m'hux kapaċi jkun produttiv.", "Mela aħna nafu b'din is-sitwazzjoni, nafu x'qed jiġrilhom il-bdiewa tal-pajjiżi membri minkejja li għandhom uċuh ħafna ikbar minn tagħna u mbagħad niġu hawn, noqogħdu nitkellmu mal-bdiewa u noqogħdu nonfqu l-flus biex nintroduċu dawk li jsejħulhom il-producers' organisation.", "Jien naf lil ħafna nies esperti f'Malta li ilhom ġejjin u sejrin il-Portugal għal 20 sena biex jaraw x'għamel il-Portugal f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura.", "Issa hawnhekk m'iniex se noqgħod ngħid x'irriżulta matul dawn l-aħħar għaxar snin fis-settur agrikolu tal-Portugal, imma aħna nistgħu nintegraw l-istess sistemi li tintroduċi l-Unjoni Ewropea f'dak li jirrigwarda l-producers organisation?", "Aħna se mmorru nfehmuh lil dak il-produttur bidwi li, per eżempju, jipproduċi t-tadam fil-Qammiegħ, illi ċ-ċens tiegħu ġie rivedut minn Lm1 għal Lm125 it-tomna ħalli meta f'Malta jkollna s-sistema tal-producers organisation, tagħtih 2c extra bħala sussidju fuq dak it-tadam li hu jkun ta lil din l-industrija biex tipproċessah?", "Min-naħa tiegħu, il-gvern qed jipprova jagħmel propaganda rħisa, ta' ngann u qarrieqa li huwa qed iraħħas l-affarijiet.", "Imma issa ħalli nkompli nissostanzja dak li kont qed ngħid dwar l-inkwiet li għandha u li se jkollha Malta mad-WTO fid-dawl tas- sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Bla ebda dubju, li se jiġri issa huwa li se nraħħsu t-tadam b'xi 2c jew 4c-il kilo biex nidhru ħelwin mal-konsumatur u mbagħad, fuq prodotti partikolari ...", "L-ewwel semmejt in- New Zealand lamb u issa se nsemmi n-New Zealand beef.", "Jien u ħafna familji oħra, meta naraw dan l-inkwiet bilfors ikollna nħarsu lejn dan it-tip ta' prodott għax dan huwa l-uniku prodott fid-dinja li għadu jikber u huwa frott ta' sistema naturali.", "Madanakollu peress li filwaqt li llum m'hemmx levy fuq dan il-prodott u jekk kemm-il darba nidħlu fl-Unjoni Ewropea se jkun hemm levy fuqu, il-prezz ta' dan il-prodott se jirdoppja.", "Biżżejjed ngħid li minħabba din il-levy, filwaqt li meta dan il- beef jiġi importat ikun US$9,000 tunnellata metrika, huwa jitla' fil- livelli ta' US$17,000 tunnellata metrika għall-istess importaturi.", "Allura aħna kif nistgħu ma nkomplux nispjegaw lill-poplu li d-direzzjoni politika li qabad il-gvern se tfisser biss taxxi, taxxi u taxxi fuq is-soċjeta` tagħna?", "Dawn huma affarijiet li m'hemmx dubju li llum qegħdin jeffettwawna iktar fil-laħam il-ħaj, u dan għaliex m'hemmx l-għaqal tal-gvern.", "Ħalli nġib eżempju ċkejken.", "Aħna llum m'għadx għandna l-Mid-Med Bank għax illum il-Mid-Med Bank sar l- HSBC.", "Issa kulmin jitkellem fuq il-privatizzazzjoni ma jmurx jgħid lill- istudenti ta' l-universita`: Isma', tafu għaliex qed nitkellmu aħna, bħala gvern Nazzjonalista, fuq il-privatizzazzjoni?", "Għax darba kien hemm gvernijiet Laburisti, dawn il-gvernijiet Laburisti f'pajjiżna – u jien insellmilhom lil dawn il-gvernijiet Laburisti u lill-ministri Laburisti li ħadmu taħt il-gvernijiet ta' l-imgħoddi – kienu għaqlin biżżejjed biex il- Barclays Bank għamluh il-Mid-Med Bank ħalli b'hekk ikollna banek sodi li jkunu kapaċi jiffinanzjaw żvilupp bħall-kumpannija ta' l-ajru, l-Air Malta.", "Issa rridu niftakru li aħna, wara 180 sena kolonja ta' l-imperu Ingliż, li m'hemmx dubju li fl-aħħar snin tiegħu kellu l-aqwa sistema ta' air force, qatt ma kienu jilħqu bdoti, la biex ikunu inġiniera, la biex isuqu l- helicopters u lanqas biex isuqu l-ajruplani, imma, tajjeb jew ħażin, il-Mid- Med Bank kien ikkontribwixxa biex f'pajjiżna nħolqot era ġdida fejn iż- żgħażagħ tagħna setgħu jgawdu minn opportunitajiet ta' xogħol.", "Imbagħad tan-naħa l-oħra qabdu u biegħu dan il-bank għax qalu li jaqblu mal- privatizzazzjoni!", "Illum ħafna mill-businessmen tagħna qed jagħmlu l-projections tagħhom, imma qed ifallulhom.", "Mela żgur li hemm bżonn ta' bank li jagħti daqsxejn ta' nifs, bank li jkun qiegħed iktar komuni mar-realta` li mhux qed jesperjenza l-HSBC fil-qafas globali – dak aħna x'għandna x'naqsmu miegħu? – imma f'qafas li jkollu esperjenza u background tal-gżejjer tagħna.", "Madanakollu din it-tip ta' għażla ntilfet ukoll illum, u dan huwa ħażin għan-naħa tal-gvern għax dan kien pern importanti.", "Illum ħafna nies qed jiġu injettati bħala managers ta' l-HSBC, bħala esperti ta' l-istess bank, bis-sistemi ta' l-HSBC, li huwa bank imxerred mad-dinja kollha.", "Pero` l- HSBC x'jinteressah mill-problemi li għandhom Ċikku, Peppi u Żeppi?", "L-HSBC li jinteressah biss huwa li jaqta' l-ispejjeż, li jnaqqas lill-impjegati u li jżid il-fees fuq dik il-ħaġa u fuq l-oħra.", "In-naħa l-oħra tal-Kamra tinsab għaddejja żżid it-taxxi fuq il-poplu Malti u Għawdxi mingħajr m'hi qed tirrealizza f'liema diffikultajiet tinsab is-soċjeta` tagħna.", "Ara li kieku l-Ministru Dalli kien qed jippreżenta dan l-abbozz ta' liġi biex jiddejjen Lm1 miljun u konna qed naraw ċertu progress fil-pajjiż, kieku kont naqbel mal-gvern li jiddejjen, imma sfortunatament illum m'aħna qed naraw xejn minn dan.", "Meta naraw li filwaqt illi l-gvern Nazzjonalista, qabel l-elezzjoni kien assigura lill-poplu Malti u Għawdxi minn kwalita` ta' ħajja aħjar, illum, li ninsabu fit-tieni sena ta' dan il-gvern, qed nirrealizzaw li dawn l- abbozzi ta' liġijiet li l-gvern qed ipoġġi quddiemna ma jfissru xejn ħlief djun u iktar taxxi fuq is-soċjeta` tagħna nindunaw bl-ingann tal-gvern preżenti.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 16 ta' Jannar fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari:", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, fl-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena bdejna t-tielet millennju u f'dan il-parlament din is-sena ġraw erba' avvenimenti li juru bl-iktar mod ċar li l-Partit Laburista żgur mhux lest biex imexxi lil Malta fil-millennju l-ġdid li dħalna fih.", "Il-Partit Laburista f'dawn l-erba' avvenimenti wera b'mod ċar lill-poplu Malti li huwa l-Partit Nazzjonalista li qed jagħraf is-sinjali taż-żminijiet waqt li hu qiegħed ikaxkar saqajh u qiegħed jipprova jraqqa' l-pannu bil-qara' aħmar, partikolarment fuq il-politika Ewropea tiegħu li hija żgwidata għall- aħħar, politika li anki ħafna laburisti stess igħidulek li hija żbaljata.", "Dawn l-erba' avvenimenti juru kemm il-Partit Laburista għadu ma aġġornax ruħu għaż-żminijiet moderni u għadu lura fil-ħsieb politiku.", "Għadu mhux kapaċi jfarfar l-irmied ta' l-imgħoddi, ineħħi l-ankri ta' l-imgħoddi u jkun verament partit modern, partit li jista' joffri xi forma ta' gvern alternattiv.", "L-Onor.", "Leo Brincat, bl-interpellanza famuża tiegħu tal-ġimgħa l-oħra, wera kemm il-Partit Laburista mhux aġġornat fil-metodi kif għandhom jiġu indirizzati ċerti issues, speċjalment fejn tidħol il-mediċina u fejn tidħol mediċina veterinarja.", "Fl-opinjoni tiegħi għamel l-ikbar żball li seta' jagħmel politiku f'kull pajjiż.", "Il-politiċi taż-żewġ naħat tal-Kamra f'kull pajjiż joqogħdu attenti li ma joħolqux paniku fil-pubbliku qabel igħidu ċerti affarijiet.", "Normalment l-approach ideali minn membru ta' l- oppożizzjoni li jkun irid iqajjem każ li jista' joħloq paniku fil-pajjiż jew ħsara lil ċerti setturi - f'dan il-każ dak tal-bejjiegħa taċ-ċanga u anki s-settur ta' dawk li jrabbu ċ-ċanga f'Malta - ikun li jkellem l- uffiċċju tad-dwana direttament jew inkella jkellem personalment lill-Onor.", "John Dalli fl-uffiċċju tiegħu jew permezz tat-telefon.", "Imbagħad ħalli jekk id-dipartiment ma jeħux azzjoni, jekk il-ministru ma jeħux azzjoni, iqajjimha fil-parlament.", "Li taqbad u tqajjem każ bħal dan fil-parlament hija irresponsabbilta' kbira għaliex imbagħad in-nies, li ma jkunux midħla tas-suġġett, tkompli xxerred ħafna xnigħat u b'hekk issir ħafna iktar ħsara milli ġid.", "Jekk jirriżulta li r-rapport ikun falz tkun saret ħafna ħsara lil ħafna nies.", "Aħna poplu żgħir u niddependu minn xulxin biex naqilgħu l-għajxien tagħna u naħseb li dan kien każ, bħal każi oħra mediċi, li jistgħu joħolqu problema fil-pajjiż.", "Hu tajjeb li jkun hemm il-prudenza miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Qabel ma ngħidu ċerti affarijiet fil-pubbliku, speċjalment meta jkunu affarijiet ta' saħħa, l-ewwel għandna nindirizzawhom lill-awtoritajiet direttament.", "Imbagħad jekk l-awtoritajiet ma jeħdux azzjoni u l-membru jħoss li għandu jqajjem il-każ fil-Kamra, imbagħad jista' jagħmel dan bid- dritt kollu.", "M'għandniex l-ewwel inqajmu l-paniku u mbagħad nippruvaw nindirizzawh.", "It-tieni punt huwa d-dikjarazzjoni ta' l-Onor.", "George Vella li l-kuntratt li reħbet it-tarzna fuq il-USS La Salle jmur kontra l-Kostituzzjoni.", "Għandna pajjiż li ilu jitħabat snin kbar biex it-tarzna tagħna ssir waħda moderna li taqla' l-flus hi minflok ma jippompjawhomlha l-gvern u l-poplu Malti sena wara l-oħra.", "It-tarzna tagħna għandha l-potenzjal.", "It-tarzna tagħna hija sengħa li m'għandhiex tintilef, pero' t-tarzna tagħna xi darba trid tibda trendi l-flus, trid tkun kapaċi toqgħod fuq saqajha, trid tkun kapaċi tikkompeti u trid tkun kapaċi tagħmel dak li jagħmlu kumpanniji u ażjendi oħra.", "Illum, ħlief fil-qasam tas-servizzi soċjali, m'għandekx kumpanniji li sempliċiment qegħdin hemm biex jitilfu l-flus.", "Irid ikollok kumpanniji li huma ażjendi kummerċjali, li they pay their way u li kapaċi jaqilgħu l-flus.", "Dak għandu jkun it-tir tat-tarzna tagħna.", "Mr. Speaker, iċ-ċirkostanzi fid-dinja llum m'għadhomx li kienu ħmistax-il sena ilu u naħseb li ladarba dan hu vapur awżiljari, iktar u iktar għandna naċċettawh.", "Vapur awżiljari huwa supply ship pjuttost milli kwalunkwe ħaġa oħra u jekk ikollu armamenti jkunu purament għad-difiża tiegħu.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nħarsu waħda sew lejna nfusna.", "Ftit ilu kien hemm intervista fil-gazzetti ma' l-Ambaxxatur Svediż għal Malta, fejn qal b'mod ċar li minn mindu spiċċat il-konfrontazzjoni bejn is-superpotenzi, ir- Russja u l-Istati Uniti, għalkemm pajjiżu xorta jrid iħaddem il-politika tan-newtralita', hu fatt li wieħed irid iħares lejn in-newtralita' b'lenti ġdida, b'lenti li tieħu rikonoxxenza ta' din ir-realta' ġdida.", "Fl- opinjoni tiegħi, meta l-Ġermaniżi fit-Tieni Gwerra kienu qed jagħmlu dak li kienu qed jagħmlu fil-kumplament ta' l-Ewropa, pjuttost l-Isvezja abbużat min-newtralita' tagħha biex tħalli lill-Ġermaniżi jgħaddu minn fuq id-drittijiet umani u d-drittijiet fundamentali tan-Norveġja, ta' pajjiżi bħan-Netherlands, il-Belġju u pajjiżi oħra fil-viċinanzi.", "Imma ma rridx nidħol f'dak l-argument.", "Din il-kwestjoni kienet qamet ftit tas-snin ilu meta kien hemm diskussjoni fil-pajjiż dwar jekk il-biċċa xogħol kenitx tmur kontra l- Kostituzzjoni u jekk it-tarzna kellhiex titfa' tender għal dan ix-xogħol.", "Issa li t-tarzna rnexxielha tieħu xogħol ta' Lm3 miljun, ma nistax nimmaġina kif il-Partit Laburista, permezz ta' l-Onor.", "George Vella, qed jerġa' jqajjem dawn id-dubji.", "Fiċ-ċirkostanzi ġodda tar-realta' politika, għalkemm in-newtralita' tagħna għandna nżommuha, wieħed irid jara r- realtajiet ġodda li l-ġlieda bejn is-superpotenzi m'għadhiex teżisti.", "F'dan il-kuntest u wkoll għall-fatt li hu vapur awżiljarju, naħseb li t-tarzna ta' Malta u l-poplu Malti m'għandux ikollhom problemi biex jaċċettaw li jsir ix-xogħol.", "Fuq kollox il-flus li niksbu mit-tiswija ta' dan il-vapur jgħinu sabiex il-pajjiż imur 'il quddiem.", "Jekk il-Partit Laburista se joġġezzjona għal dawn it-tip ta' kuntratti allura jrid jitfa' l-ażjenda tat- tarzna u l-poplu Malti lura u donnu li ma jridx iħalli lill-poplu Malti jiġi fuq saqajh.", "Din hija serja għaliex illum qegħdin ngħixu f'dinja kompetittiva fejn kulħadd jiġġieled għal biċċa ħobż.", "Fil-Mediterran hawn ħafna tarznari u allura hu importanti li f'din il-biċċa xogħol ma noqogħdux indaħħlu l-politika imma mpoġġu l-irjus ma' xulxin ħalli nagħmlu dak li hemm bżonn biex it-tarzna tagħna tiġi fuq saqajha.", "It-tielet avveniment hija d-dikjarazzjoni li għamel l-Onor.", "Michael Farruġia, liema dikjarazzjoni tefgħet - m'inix se nidħol fil-mertu jekk il- każ kienx apposta jew le - dell ikrah fuq il-fatt.", "Żgur li hi informazzjoni ħażina.", "Forsi bi żvista ma qarax it-titlu tal-legal notice!", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Asciak.", "L-Onor.", "Michael Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma nixtieqx li l-Onor.", "Membru tan- naħa tal-gvern jiġi misled minn dak li ntqal fil-ġurnali.", "Jien kont nissuġġerilu li jaqra l-istqarrijiet jew inkella d-diskorsi li jien għamilt f'dan il-parlament.", "Il-bieraħ spjegajt id-diżgwid li deher f'ċerta sezzjoni ta' l-istampa.", "Lill-Onor.", "Membru lest li nurih l-istqarrijiet kollha li għamilt jien, ħalli jkun jaf kemm fil-ġurnali ma kienx hemm il-verita'.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, inħoss li jekk it-titlu kien jaf bih, dak li ntqal u dak li fil-fatt intqal fuq is-Super One, kien misleading għall-poplu Malti kollu.", "Dak l-istazzjon ta l-impressjoni li s-servizzi fil- polikliniċi kienu se jsiru bi ħlas.", "Issa jien kont naħdem f'din l-imbierka occupational health unit li semma hu u bħalu ma naqbilx li servizzi tal-gvern, flus il-poplu Malti, għandhom jintużaw minn kumpanniji privati.", "Il-kumpannija hija entita' awtonoma, għandha l-mezzi tagħha u jekk hi trid tagħmel pre-employment examination lill-impjegati tagħha sempliċement għandha tħallas għalih.", "M'għandux ikun li kumpannija privata tabbuża minn servizz tal-gvern li qiegħed hemm biex jaqdi lid-dipartimenti tal-gvern u lill-kumpanniji parastatali.", "Wara kollox il-poplu Malti u Għawdxi qed iħallas it-taxxi għal dan is-servizz.", "Imma l- bieraħ l-Onor.", "Farrugia mar żmerċ f'dak li qal għax m'hu veru xejn li din hi xi forma ta' taxxa ġdida jew li din se tissettja xi sistema ġdida.", "Il- gvern iħoss li dawk huma l-fees li għandu jiċċarġja lill-kumpanniji li jridu jużaw is-servizzi tiegħu.", "Jekk xi kumpannija privata tħoss li m'għandhiex tħallas dawk il-fees dejjem tista' tuża servizzi oħra.", "Lanqas m'hemm l-ebda implikazzjoni li dawn il-fees issa għandhom jidħlu fil- professjoni medika, la fil-polikliniċi u lanqas fis-servizz li jingħata mit- tobba privati.", "Dan assolutament mhux vera.", "Fl-opinjoni tiegħi l-argument huwa misleading, bħalma kienet l-istqarrija oriġinali.", "Biss infakkar li meta l-Onor.", "Farruġia kien hu ministru tas-saħħa, kien qal ħaġa li naqbel magħha jien ukoll.", "L-Onor.", "Michael Farrugia kien qal li l-gvern huwa responsabbli li jwitti l-kamp tal-futbol li kull entita' kummerċjali jew professjonali hawn Malta tilgħab fuqu.", "Il-gvern huwa responsabbli iktar fis-soċjeta' demokratika tal- lum li jagħmel dak li ngħidulu a level playing-field, jiġifieri li l-kamp li jaħdmu fuqu n-nies f'ċerti professjonijiet ikun l-istess għal kulħadd.", "Inħoss sinċerament li l-gvernijiet kollha sal-lum naqsu li jirrevedu t- tariffa minima tat-tobba li l-aħħar li saret kienet bejn l-aħħar ta' l- erbgħinijiet u l-bidu tal-ħamsinijiet.", "Il-miżata ta' dakinhar hija baxxa immens għall-ġranet tal-lum u dan iwassal għal ħafna abbużi.", "Jien m'inix se nidħol f'dettalji, pero' dan iwassal għal ħafna abbużi.", "Naf li l-medical council għal darba, tnejn, tlieta - anke meta l-Onor.", "Michael Farrugia kien ministru - talab li ssir reviżjoni tal-miżata.", "Sfortunatament il-gvern qatt ma ħa d-deċiżjoni.", "Jien nitlob lill-gvern li jkun kuraġġuż u joħloq dik li hija level playing-field għall-professjoni tagħna biex almenu ma jsirux ċerti abbużi.", "Din mhux kwistjoni li tgħolli jew li tħalli lil min ma jistax jaffordja mingħajr kura, għaliex l-ebda tabib hawn Malta qatt m'għamel dawk l-affarijiet, u jekk xi ħadd jiġi dahru mal-ħajt, hemm is- servizz tal-health centres li huwa b'xejn.", "Bħalma ġara fil-każ ta' l-avukati meta l-Ministru Michael Refalo kien ministru tal-ġustizzja - u naqlagħlu l-kappell - meta l-miżati ta' l- avukati ġew irranġati bi qbil mal-kamra ta' l-avukati, jien ukoll nippretendi li fis-sena 2001 il-miżati tat-tobba ma jibqgħux dawk li kienu fl-1945 jew fl-1950, għaliex nerġa' ngħid li qed isiru ħafna abbużi.", "Min jaħdem għal rasu biss irid iħabbat wiċċu ma' nies li jaħdmu mal-gvern u jaħdmu privat.", "Min jaħdem mal-gvern u għandu paga oħra dieħla jista' jabbuża ħafna aktar mill-fees milli jabbuża dak li jaħdem għal rasu biss.", "Jien f'dawn l-affarijiet ma ndurx ma' rkejjen, dak li hu sew irid isir.", "Il- gvern hemm bżonn li jieħu deċiżjoni fuq din il-biċċa xogħol.", "Naf li se titbiddel il-liġi tal-medical council, pero' ma nafx jekk din il-ħaġa hijiex se tiġi kkunsidrata bħala parti mit-tibdil.", "Ir-raba' u l-aħħar avveniment li seħħ din il-ġimgħa, jew fil-bidu tal- ġimgħa l-oħra, kienet l-istqarrija ta' Dr Alfred Sant fuq il-viżta li għamel Bertie Ahern f'Malta.", "Kultant tibda taħseb li qed tgħix f'żewġ pjaneti differenti, bejn dak li qal il-Prim Ministru Irlandiż u dak li jsostni l-Partit Laburista.", "Dan għaliex jekk taqra x'qal Ahern fil-gazzetti ssib li ħafna minn dak li qal fil-fatt imur kontra l-pożizzjoni li għandu l- Partit Laburista.", "Huwa pajjiż żgħir bħal tagħna, hu pajjiż newtrali bħal tagħna, hija gżira bħalma hija gżira tagħna, huwa pajjiż kattoliku bħalma huwa pajjiżna u huwa pajjiż li hu l-unika kolonja li kellha l-Ingilterra fl- Ewropa barra pajjiżna.", "Jiġifieri għandna ħafna in komuni u ħafna minn dak li qal il-Prim Ministru Irlandiż jgħodd ukoll għal Malta.", "Bertie Ahern qal affarijiet li skond il-Partit Laburista, li qiegħed jibqa' jdeffes rasu fir-ramel, m'humiex korretti.", "Issa dan qal li l-Unjoni Ewropea tagħti ċ-ċans li pajjiżi żgħar bħall-Irlanda jressqu l-argumenti tagħhom quddiem il-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u jinfluwenzaw il- politika Ewropea.", "Mela kieku baqgħu barra dawn ma kienx ikollhom dan iċ- ċans!", "X'qal iktar, Mr Speaker?", "Qal li l-ismall and medium size enterprises kellhom suċċess kbir minn mindu l-Irlanda saret membru ta' l-Unjoni Ewropea fil-bidu tas-snin sebgħin.", "L-SMEs kellhom suċċessi kbar u żdiedu l-opportunitajiet ta' xogħol għall-ħaddiema u għal dawn il-kumpanniji żgħar f'pajjiżu.", "Qal ukoll li din id-deċiżjoni li jidħlu fl-Unjoni Ewropea kienet deċiżjoni li l-Irlanda ħadet biex ma tibqax tħares 'il ġewwa lejn pajjiżha, tipproteġi l-industriji tagħha u tkun magħluqa bil-monopolji.", "Minflok għamlet hekk, l-Irlanda ddeċidiet li tħares 'il barra u tiftaħ is-swieq tagħha bħalma qed nagħmlu aħna.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, għadna niftakru fiż-żmien meta konna nġibu ċ-ċikkulata u t-toothpaste minn barra.", "Kemm konna qegħdin tajjeb!", "Issa għaliex ftaħna s-swieq mhux talli n-nies ma spiċċawx mix-xogħol, talli hawn iktar ħafna nies jaħdmu u l-poplu Malti għandu l-għażla.", "Issa qed niftħu f'affarijiet oħra li qabel kienu protetti u monopolizzati.", "Dan wassal biex fl-Irlanda - u hekk se jiġri f'Malta - tikber il-prosperita' u l-ġid.", "Mela fil-każ ta' l-Irlanda ġara pjuttost il- kontra ta' dak li jgħidu tal-Partit Laburista li b'din il-politika se jiżdied il-qagħad u se jonqos ix-xogħol u l-ekonomija se tmur il-baħar.", "F'dan il-pajjiż ix-xogħol żdied u l-ekonomija ssaħħet immens tant li llum l- Irlanda għandha ekonomija aktar b'saħħitha minn dik ta' l-Ingilterra.", "Mr Speaker, x'qal ukoll il-Prim Ministru Irlandiż?", "Qal li din il-bidla bejn stat li kien relattivament fqir għal stat relattivament sinjur saret f'temp ta' ġenerazzjoni.", "Aħna ngħidu li rridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea għat-tfal tagħna wkoll.", "F'temp ta' ħmistax, għoxrin sena, l-Unjoni Ewropea u l-Irlanda rnexxilhom jaħdmu flimkien biex l-Irlanda llum hija waħda mill- iktar pajjiżi sinjuri ta' l-Ewropa.", "(Interruzzjonijiet) Jekk mhux l-iktar, waħda mill-iktar.", "Qal ukoll li għalkemm pajjiżu huwa pajjiż newtrali, ma jħossx li l- Unjoni Ewropea affettwat in-newtralita' tiegħu.", "Irid ikompli jħaddan in- newtralita' ta' pajjiżu, ta' l-Irlanda, u jħoss anzi li l-Unjoni Ewropea wasslet biex il-politika tan-newtralita' ta' pajjiżu tissaħħaħ iktar.", "Kienu lesti wkoll li jieħdu sehem f'din il-forza li kienet se tagħmel l- Unjoni Ewropea li kellha tintuża f'emerġenzi ċivili u għaż-żamma tal-paċi.", "Fuq kollox hawnhekk qed nitkellmu fuq il-paċi u l-progress.", "Il-prosperita' u l-paċi huma l-ġebel tax-xewka ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din ma rridux ninsewha.", "Mr. Speaker, Bertie Ahern qal ukoll li ħafna min-nies fl-Irlanda li kienu kontra l-Unjoni Ewropea, bħalma kienu fil-Greċja u fl-Ingilterra, wara d- dħul imbagħad dawru l-opinjoni tagħhom.", "M'għandix dubju li hekk se jiġri lill-Partit Laburista għaliex ħafna milli jgħidu ma jagħmilx sens.", "Wara kollox, kif jgħid il-Malti: Ir-raġuni ma tridx forza.", "Pero' fid-dawl ta' dan kollu, l-Onor.", "Alfred Sant jibqa' jisħaq li l-viżjoni tiegħu u dik tal- Partit Laburista ta' Malta, ta' Svizzera fil-Mediterran, hija l-viżjoni li l-iktar li tixraq lill-poplu Malti.", "Din l-Isvizzera fil-Mediterran m'hija xejn iktar minn żona ta' kummerċ industrijali ħieles, liema politika meta ġie Malta Romano Prodi qal ċar u tond li għalih dik it-tip ta' politika is not an option, speċjalment bir-regolamenti tad-WTO, li xorta tobbliga ħafna pajjiżi li jneħħu d-dazji.", "Mr Speaker, din il-politika reġa' rmieha barra mit-tieqa l-Prim Ministru Irlandiż meta stqarr b'mod ċar li llum fl-Ewropa ħadd m'hu qed ifittex dik it-tip ta' relazzjoni u li l-Unjoni Ewropea ma kenitx disposta li tiddiskuti ma' Malta dik it-tip ta' relazzjoni.", "Il-frażi \"it is not on the table\" għalija tfisser li l-Unjoni Ewropea m'hijiex interessata li tiddiskuti dik it-tip ta' relazzjoni.", "Aħna mbagħad fuq kollox m'għandniex bżonn la lil Romano Prodi u lanqas għandna bżonn lil Bertie Ahern biex jgħidulna li dik it-tip ta' sistema ma taħdimx għaliex aħna fuq kollox kellna l-fortuna - jew l-isfortuna, ħares lejha minn liema naħa trid - li kellna lill-Partit Laburista li dam sentejn fil-gvern li pprova jimxi fuq din il-politika ta' żona industrijali ħielsa u rriżulta li fil-pajjiż f'sentejn żarmaw dak kollu li kien hemm iżomm il-politika ekonomika Maltija miexja fuq ir-rubini.", "F'dawk is-sentejn fil-pajjiż daħlu kemm Alla ħalaq taxxi bla kuxjenza soċjali.", "Kellna sitwazzjoni fejn fil-pajjiż il-qagħad żdied b'mod profond u l-ekonomija tal-pajjiż marret piu o meno l-baħar.", "Dan kollu għax il-Partit Laburista webbes rasu, ma semax la minn Lino Spiteri u lanqas minn George Abela u lanqas mill-ebda qaddis ieħor.", "Żgur li ma semgħux minn din in-naħa għax konna wissejnihom li ċerti passi żgur li kienu se jagħmlu ħsara lill- ekonomija Maltija.", "Għax neħħew il-VAT u daħħlu s-CET ħolqu diżastru sħiħ u ħafna nies bdew jagħmlu l-brejkijiet fuq is-sistemi ekonomiċi tagħna.", "Nafu dan għaliex imbagħad kellha anki titbiddel dik is-sistema tas-CET.", "Nafu li ħafna investituri li kienu interessati jiġu Malta ma nvestewx f'pajjiżna minħabba din is-sistema.", "Jien nitlob lill-Partit Laburista li jqum mir-raqda tiegħu - qegħdin fit- tielet millennju, bdejna s-sena 2001 - u joffri verament lill-poplu Malti alternattiva vera u serja li tfittex il-ġid tal-poplu Malti, bħalma hija dik tal-Partit Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta 16 ta Jannar, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "POLICY AND PLANNING - ITEM 5", "22393.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti taħt Item 5 - policy and planning - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "FINANCE AND ADMINISTRATION - ITEM 6", "22394.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti taħt Item 6 - finance and administration - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "HUMAN RESOURCES - ITEM 7", "22395.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti taħt Item 7 - human resources - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "INSTITUTIONAL HEALTH CARE - ITEM 8", "22397.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti taħt Item 8 - institutional health care - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA U SAJD - KARTI BLA WATERMARK", "22403.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre b'cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?", "Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre?", "Minn fejn inxtraw?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "22437.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun tilfet il-pala ta' idejha hijiex intitolata għal xi benefiċċju?", "X'tip ta' benefiċċju hu dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuna li tkun tilfet il-pala ta' idejha m'hi ntitolata għal ebda benefiċċju partikolari, li hu marbut mal-kundizzjoni fiżika tagħha.", "Madankollu d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jħallas diversi benefiċċji, kemm kontributorji u kemm mhux kontributorji, li l-persuna konċernata tista' tkun intitolata għalihom jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet marbuta magħhom.", "Huwa għalhekk suġġerit li l-persuna tirrikorri għand l-uffiċjal distrettwali tad-dipartiment inkarigat mill-customer care jew fl-uffiċċju distrettwali tal-lokal tagħha fejn tingħata parir dwar liema benefiċċji jistgħu japplikaw fil-każ tagħha.", "SKEJJEL - LORENZO GAFA'", "22439.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fl-iskola Lorenzo Gafa'?", "Meta se jitlesta kull xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħlijiet ta' ġebel u konkos fuq il- blokk il-ġdid huma lesti u ngħata bidu għal xogħlijiet ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi.", "Sejra tkun ippublikata offerta għal xogħlijiet ta' finitura biex jitlesta dan il-blokk u ssir ir-riabilitazzjoni ta' l- eżistenti.", "Hu previst li x-xogħol kollu jitlesta sa l-aħħar ta' din is- sena.", "KOTTONERA - TRASPORT PUBBLIKU", "22440.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li ssir rotta diretta mill-Kottonera lejn l-Isptar San Luqa kull filgħodu kif isir f'lokalitajiet oħra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minħabba nuqqas ta' patrunaġġ fuq din ir-rotta, dan il-vjaġġ mhux qiegħed fuq skeda regolari.", "Madankollu, jien informat li jekk tinħass il-ħtieġa dan il-vjaġġ ikun jista' jsir.", "KOTTONERA - BIEB IS-SULTAN", "22441.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani għal din is-sena għal xogħol fuq Bieb is-Sultan, Kottonera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob l-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija lill- ministru responsabbli mill-Cottonera rehabilitation committee.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "22443.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' persuni li għandhom applikazzjoni mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "UNEMPLOYMENT BENEFITS", "22445.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu unemployment benefits fis-sena 2000 f'kull uffiċċju distrettwali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-lokalita' ta' fejn wieħed joqgħod mhix kundizzjoni li biha persuna tikkwalifika għall- benefiċċju tad-disimpjieg u għaldaqstant ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Dwar l-ammont ta' benefiċċji tad-diżimpjieg imħallsa s-sena li għaddiet, l-informazzjoni li għandu d-dipartiment sal-lum hija li bejn Jannar u Novembru 2000 tħallsu Lm444,510 bħala benefiċċju għad-disimpjieg u Lm293,956 bħala benefiċċju speċjali għad-disimpjieg.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "22500.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill- postijiet ta' l-awtorita' tad-djar li ħerġin għall-bejgħ kemm minnhom se jkunu riżervati għal persuni b'diżabilita'?", "Fis-sistema tal-punti, kif emendata, min hu wheelchair bound se jingħata priorita' fuq applikanti oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar tirriżerva 12% tal-postijiet li toħroġ għall-bejgħ għall-persuni li jkollhom xi waħda mid-diżabilitajiet elenkati fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - FURJANA", "22501.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat il-fatt li Year 5a fl- iskola primarja fil-Furjana għadhom bla tagħlim u taħriġ fl-IT?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-project office tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex ikun hemm soluzzjoni mmedjat f'dan ir- rigward.", "INTERNETT SERVICE PROVIDER", "22502.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni u kumpanniji li qed jużaw is-servizz ta' l-internet service provider bħalissa?", "Kemm kien hemm sa l-aħħar tas-sena 1999?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta' persuni jew kumpanniji li qed jużaw is-servizz ta' l-internet service providers kien hekk:", "|31 ta' Marzu 2000 |21,259 | |31 ta' Ottubru 2000 |30,777 |", "Jidher ukoll li n-numru f`Ottubru 1999 kien ta` madwar 13,000.", "SPORT - ŻWIEMEL", "22519.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-isport għandux xi pjan biex jipprovdi post għad-dilettanti taż-żwiemel - mhux tat-tiġrija - biex ma jkomplux jużaw toroq pubbliċi, speċjalment il-Ħadd filgħodu, b'periklu għalihom u għal min ikun għaddej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm il-ħsieb li l-korsa l-antika li hemm fil-Marsa tiġi rranġata sabiex id-dilettanti taż-żwiemel, li fil-preżent qed jipprattikaw id-delizju tagħhom fit-toroq, jibdew jużaw l-imsemmija korsa.", "Il-Marsa complex co-ordinating board, flimkien mad-dipartiment taż- żgħażagħ u sport qed jippjanaw biex jitfassal master plan dwar upgrading u użu aħjar tal-kumpless sportiv tal-Marsa fejn fost faċilitajiet oħra, ser ikopri korsa għad-dilettanti taż-żwiemel - mhux tat-tiġrija.", "MALTAPOST", "22520.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta ċittadin iħallas il-kont tat- telefon, dawl u ilma jew xi ħlas tal-Melita Cable fl-uffiċċju tal-posta, xi ħlas jew perċentaġġ tieħu l-Maltapost f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tiġi ppubblikata.", "DIPARTIMENT TAL-LOTTU", "22521.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid matul is-sena 2000 kemm kien it-total ta' flus li ntlagħbu fuq:", "(1) il-lottu tas-Sibt; (2) fuq is-Super Five; (3) il-Lotterija Nazzjonali; (4) logħob ieħor organizzat mid-dipartiment tal-Lotto?", "X'kien ir-rebħ f'kull każ?", "Kemm kien hemm rebħ li ma ġiex imsarraf?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Lottu għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba minħabba li l-figuri għadhom qed jiġu kompilati.", "Barra dan kull logħba għandha ż-żmien tagħha sakemm wieħed jista jippreżenta l-biljetti biex jiġu msarrfa.", "Għaldaqstant risposta tkun tista' tingħata f'xi seduta oħra.", "KIRI TA' KAROZZI", "22531.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar bookings u ħlas ta' kiri ta' karozzi minn Maltin meta jsiefru barra minn Malta, permezz ta' rappreżentanti lokali ta' aġenziji ta' car hire internazzjonali?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma tinżammx statistika uffiċċjali dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SEPARAZZJONI", "22532.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000, kemm tressqu każi ġodda ta' separazzjoni miż-żwieġ quddiem il-Qrati Maltin?", "Minbarra l-kawżi ġodda, x'inhu n-numru pendenti ta' kawżi ta' separazzjoni ta' żwieġ?", "Kemm-il każ ġie deċiż fl-2000 u f'kemm minnhom ingħatat deċisjoni ta' separazzjoni?", "Kemm-il każ li ġie ippreżentat il-Qorti wara ġie irtirat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Matul is-sena 2000 tressqu 150 każ ġdid ta' separazzjoni miż-żwieġ fil-Qrati Maltin, 17 minnhom huma rikorsi konnessi ma' l-istess kważi.", "Bħalissa hemm 557 każi ta' separazzjonijiet pendenti, 95 minnhom huma rikorsi konnessi ma' l-istess kawżi.", "Ġew deċiżi 68 kawża ta' separazzjoni matul is-sena 2000 li minnhom kien hemm 6 rikors degretati.", "Matul is-sena 2000 ġew irtirati (ċeduti) 70 każ ta' separazzjoni li fosthom kien hemm 7 rikors konnessi ma' l-istess każi.", "Tnejn (2) minn dawn il-każi li ġew irtirati huma tas-sena 2000.", "Kien hemm ukoll 20 każ li ġew abbandunati (deżerti)", "PULIZIJA - IMMIGRANTI LLEGALI", "22533.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti llegali sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|19|19|199|19|19|19|19|19|19|20| |91|92|3 |94|95|96|97|98|99|00| |38|68|722|39|30|18|39|46|61|53| |0 |7 | |9 |3 |9 |4 |3 |6 |1 |", "STUDENTI", "22536.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mit- tagħlim sekondarju tagħhom fl-aħħar ta'din is-sena skolastika?", "Jista' jagħti breakdown ta' kemm huma subien, bniet mill-iskejjel ta' l- Istat, privati u tal-knisja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li huwa stmat li numru ta' studenti li se jispiċċaw sa l-aħħar ta' din is-sena skolastika huwa hekk:-", "Subien Bniet Total", "General Secondary Schools 507 738 1245 Junior Lyceums 625 1170 1795 Boys'/Girls' Schools 145 78 223 Skejjel tal-Knisja 735 589 1324 Skejjel Indipendenti 197 96 293", "KAROZZI TAL-LINJA ĠODDA", "22539.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-rispons tas-sidien tal- karozzi tal-linja għall-aħħar proposti tal-gvern biex jixtru vetturi ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li wara li ġew pubblikati fil-Gazzetta tal-gvern l-ispecifications ġodda, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku għadha qed tikkunsidra r-reazzjoni uffiċjali tagħha.", "UFFIĊJALI TAL-GVERN - KORSIJIET", "22571.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' uffiċċjali tal- Ministeru li għamlu korsijiet barra min Malta s-sena l-oħra?", "Kemm saru Malta u kemm kienet in-nefqa pubblika għal dan?", "X'tip ta' korsijiet kienu?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TWELID", "22572.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm twieldu tfal min ommijiet mħux miżżewġa ġo l-isptar St Lukes u dak ta' Għawdex is-sena l-oħra?", "X'eta kellhom f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l- Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu l-istatistika fuq it-twelid mill- isptarijiet Karin Grech (KGH) u Gozo General (GGH) f'Għawdex għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2000.", "Din l-istatistika tinġabar b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project.", "Kien hemm 299 trabi li twieldu f'KGH u GGH għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2000 lil 297 ommijiet (Maltin u barranin) li kienu rreġistrati 'mhux miżżewġa'.", "It-tabella hawn taħt turi l-eta' ta' dawn l-ommijiet:", "|Eta' (snin) |Numru ta' ommijiet| |<15 | 3 | |15 - 19 |112 | |20 - 24 |108 | |25 - 29 | 42 | |30 - 34 | 21 | |35 - 39 | 9 | |40 - 44 | 1 | |45 + | 0 | |Mhux | 1 | |speċifikat | |", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "22574.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' ħaddiema f'dipartimenti tal-Gvern li għandhom permess jagħmlu xogħol barrani, jiġifieri mal-privat jew għal rashom?", "F'liema dipartimenti qegħdin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi skond iċ-Ċirkolari MPO/B1/4/45 li ħarġet fit-22 ta' Marzu 1995, is-Segretarji Permanenti fil- Ministeri ġew awtorizzati jagħtu l-approvazzjoni huma lil dawk l-uffiċċjali pubbliċi li jkunu jixtiequ jagħmlu xi xogħol wara l-ħin normali tax-xogħol.", "Għar-rigward id-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat illi n-numru ta' mpjegati li għandhom il-permess meħtieġ sabiex jagħmlu xogħol barrani huwa ta' 124 minn ma' l-Armata u 7 fl-OPM.", "Dan ma jfissirx neċessarjament li dawn kollha effettivament qed jagħmlu xogħol ieħor.", "Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni dwar il-Ministeri l- oħra nistiednu jagħmel l-istess mistoqsija lill-Ministri rispettivi.", "SKEMA NRU.", "8", "22576.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward ta' skema Nru. 8 maħruġa fid-19 ta' Novembru 1999 jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid kemm-il unit ġew offruti?", "Fiex kienu jikkonsistu, eż. flats, djar, eċċ., rispettivament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22570 f'Seduta 467.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI - PART-TIME", "22577.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' ħaddiema li b'żieda ma' l-impieġ regolari tagħhom, qed jagħmlu xogħol part-time mal-privat u jħallsu taxxa fuq ix-xogħol part-time bil-15 fil-mija skond il-liġi ta' l-Income Tax?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 1999 11,207 ħaddiem kellhom xogħol part-time li ħallsu taxxa ta' 15 fil- mija skond il-liġi.", "Minn dawn 1,112 huma nisa miżżewwġa.", "SKEMA NRU.", "8", "22578.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal Skema Nru. 8 jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ li kien hemm applikanti, jekk humiex għaddejjin diskussjonijiet ma' l-applikanti?", "Ma' min qed isiru dawn id- diskussjonijiet?", "Ma' min saru sa issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' 3 applikanti.", "Dawn l-applikanti huma Joe Paul Co Ltd., Bezzina Brothers Ltd u Sur Anthony Ellul.", "Għaddejja wkoll korrispondenza ma' Messrs.", "George Fenech u Joseph Cutajar.", "S'issa ġew konklużi l-kuntratti mas-Sinjuri Bartolo, Camilleri u Muscat u Fenech Azzopardi (Styles) Ltd.", "Bħalissa, l-Awtorita' tad-Djar għaddiet l- inkartament lin-Nutar Prinċipali tal-Gvern biex isiru l-kuntratti ma' P&S Ltd., Emanuel Gatt u Nancy Agius.", "Saru diskussjonijiet ukoll mas-Sur Santino Gauci, l-Perit Charles Mangion u Jesmond u Diane Dalli.", "ĊANGA - IMPORTAZZJONI", "22579.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impurtati (a) ċanga u (b) prodotti taċ-ċanga ta' oriġini Franċiza matul din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2000 kien hemm dawn l-importazzjonijiet ta' oriġini Franċiża :", "Ċanga 946,428 kilos", "Prodotti taċ-ċanga 107,303 kilos", "Ma kienx hemm importazzjoni bejn l-1 u l-10 ta' Jannar 2001.", "LIBRERIJA PUBBLIKA", "22580.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' (a) kotba (b) pubblikazzjonijiet Maltin skond il-Liġi li ġew depositati fil-Librerija Pubblika matul din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għadd ta' kotba u pubblikazzjonijiet Maltin skond il-Liġi li ġew depositati fil-Librerija Pubblika matul is-sena 2000 u din is-sena kien:", "Sena Kotba Pubblikazzjonijiet 2000 414 575 2001 (sa l-10 ta' Jannar 2001) 13 10", "SKEMA NRU.", "8", "22581.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal Skema 8 maħruġa fid-19 ta' Novembru, 1999 jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ li kien hemm applikanti, ma' min ġew finalizzati l-offerti?", "Kemm hu n-numru ta' units?", "Kemm hu l-ammont fi flus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl- informazzjoni mitluba.", "SKEMA NRU.", "8", "22584.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Fir-rigward ta' Skema Nru. 8 maħruġa fid-19 ta' Novembru, 1999 jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti, jekk kienx hemm applikanti li kienu applikaw ukoll taħt l-iskema ntrodotta mill-gvern Laburista bejn l-1996-1998?", "Min kienu, jekk fl-affermattiv?", "Kemm-il unit offrew u kemm hu l-ammont ta' flus involut?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 22570 f'Seduta 467.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl- informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija.", "SKEMA NRU.", "8", "22585.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward ta' Skema Nru. 8 maħruġa fid-19 ta' Novembru, 1999, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, f'każ li kien hemm applikazzjonijiet u ġew finalizzati, meta se jiġu ffirmati il-konvenju jew il-kuntratt għar-rigward ta' l-istess?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22578 f'din l-istess Seduta.", "GĦAXAQ - TRIQ IL-FIDLOQQOM - TOROQ", "22588.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta din l-amministrazzjoni beħsiebha tirranġa u tagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Fidloqqom f'Ħal Għaxaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment diġa kellu laqgħat mal- Kunsill ta` Ħal Għaxaq biex isiru Triq it-Tillieri, Millieri, Ħobbejża, l- Isfejġel, Ħabb il-Qamħ, Fidloqqom, Lellux u n-Niġen.", "Fil-preżent qed jiġu ppreparati l-istejjem għal dan ix-xogħol.", "SKEJJEL - BIRGU - SKOLA LORENZO GAFA", "22610.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'xogħlijiet jonqsu li jsiru ġewwa l-iskola Lorenza Gafa, u jistgħux jiġu indikati jekk kemm-il darba tteħdux passi legali kontra d-dewmien imprevist?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-Iskola Sekondarja Lorenzo Gafa' fil- Birgu jonqos isiru xogħlijiet ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi li għalihom diġa` ġie mogħti kuntratt relattiv.", "Sejra tkun ippubblikata offerta għal xogħlijiet ta' finitura fuq il-blokk il-ġdid li nbena diġa`.", "Ma jidhirx li hu l-każ li d-Dipartiment tal-Kuntratti għandu jieħu passi legali kontra d-dewmien imprevist peress li saru xogħlijiet addizzjonali fuq kuntratt għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li fih kien hemm ukoll xogħlijiet ta' finitura li, peress li kien hemm varjazzjoni sostanzjali b'riżultat ta' problemi estensivi strutturali, id-Dipartiment tal-Kuntratti jippreferi li tiġi ppubblikata offerta ġdida għax-xogħlijiet li fadal.", "BORMLA - TRIQ BORMLA WHARF", "22612.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir rapport peritali fuq x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru ġewwa Triq Bormla Wharf, Bormla in vista ta' l-umdita' u inkonvenjenti kbar li r-residenti qegħdin ibatu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "UĦM - KONFERENZA ĠENERALI", "22629.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċirkolari bl-avviż għall- Konferenza Ġenerali organizzata mill-UĦM (li kopja tagħha qiegħed nibgħat separatament) intbagħtet lill-numru ta' Kunsilli Lokali, dipartimenti u entitajiet oħra f'envelope tal-Gvern u posta mħallsa mill-gvern, (liema fotokopja ta' l-envelope qiegħed nibgħat ukoll separatament ma' din il- mistoqsija) flimkien ma' memo 01/2001 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli lokali u ffirmata mid-Direttur tal-Kunsilli Lokali (li kopja tagħha wkoll qiegħed nibgħat separatament)?", "Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għal dan?", "X' passi itieħdu u jew ser jittieħdu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-investigazzjoni li saret mid-Dipartiment jirriżulta li r-rappreżentant tal-U.Ħ.M fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali inklużi l-Kunsilli Lokali, ġie mitlub mill-U.Ħ.M biex iġib għall-attenzjoni tal-membri ċirkulari tal-Union.", "Fil-fatt din iċ-ċirkulari ntbagħtet ma' ċirkulari oħra tad-Dipartiment.", "Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jieħu passi skond il- Proċedura tad-Dixxiplina tar-Regolament tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku."]} {"filename": "20010312_511d_par.doc", "date": "2001-03-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 511 It-Tnejn, 12 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 511", "It-Tnejn, 12 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "511", "It-Tnejn, 12 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 390", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 390", "TQEGĦID TA' KARTI 394", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU 2) (IT- TIENI QARI)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (SECOND READING) 396", "AĠĠORNAMENT 412", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 417", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 510 li saret fis-7 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKOLASAJF", "23859.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "23530, b'riferenza għas-sajf ta' l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Lista bit-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informat li l-flus li jinġabru mill-iskejjel jintużaw biex jinxtara materjal u dak kollu li jintuża mit-tfal matul is-sajf u xi spejjeż oħra għall-kordinament tal-programm.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija mhux magħruf li waslu xi rapporti f\"dan ir-rigward.", "Jekk l-Onor.", "Membru jista' jispeċifika b'mod kunfidenzjali, id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni tkun lesta li tinvestiga u tieħu l-passi neċessarji.", "BA (LEGAL AND HUMANISTIC STUDIES) – EŻAMIJIET", "23860.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ġew imxandra għall- ewwel darba r-riżultati ta' l-eżami tal-kors tal-BA (legal and humanistic studies) għas-sena akkademika 1997/1998 biex l-istudenti jitilgħu fir-raba' sena?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati kif imxandra l-ewwel darba?", "X'kienu l-istess riżultati mxandra t-tieni darba?", "X'wassal biex ir-riżultati ġew mibdula?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati mxandra mill-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-riżultati ta' l-eżami tal-kors BA (legal and humanistic studies) ġew imxandra għall-ewwel darba fis-27 ta' Lulju 1998, li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra (App.", "I).", "Wara lmenti min-naħa ta' l-istudenti dwar il-marki li ġabu, il-fakulta` sabet li kien hemm regolament tas-senat ta' l-universita' li kien baxxa l- average għal grad C. Meta ġew ippublikati r-riżultati għall-ewwel darba, il-grad C kien ikkalkulat fuq 57% meta r-regolament tas-senat jgħid li l- grad C għandu jiġi kkalkulat fuq 53%.", "Minħabba dan ir-regolament il- fakulta` kellha tikkoreġi r-riżultati u għalhekk ir-riżultati ġew imxandra għal darba oħra fil-21 ta' Awissu 1998, li kopja tagħhom ukoll qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra (App.", "II).", "FREEPORT - DJUN", "23861.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-djun li għandha l-freeport u li għandhom il-kumpanniji sussidarji jew assoċjati magħha?", "Jista' jagħti ċ-ċifri kumpannija b'kumpannija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "a) Malta Freeport Corporation Ltd:", "i) Bullet bonds fl-ammont ta' $US250 miljun għall-iżvilupp ta' terminal two li nħarġu f'Mejju 1998 u li jimmaturaw f'Mejju tas-sena 2028;", "ii) Amortising bonds fl-ammont ta' $US3.95 miljun intiżi għall- iżvilupp ta' terminal two, li nħarġu f'Mejju 1994 u li jimmaturaw f'Marzu tas-sena 2009; u", "iii) Self ta' Lm17.5 miljun intiż għall-iżvilupp ta' terminal one.", "b) Freeport Terminal (Malta) plc: Lm0.65 miljun", "c) Coastal Management Co. Ltd: Xejn", "Peress li l-kumpanniji assoċjati tal-korporazzjoni tal-freeport huma entitajiet privati li fuqhom l-istess korporazzjoni ma' teżerċitax kontroll, ma jkunx opportun li tingħata l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu ħaddiema ġodda mal-freeport?", "Jekk fl-affermattiv, kemm hemm bżonn ta' ħaddiema u għaliex se jiddaħħlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-mistoqsija oriġinali tirrigwarda d-djun tal- freeport u ma naħsibx li wieħed jista' jkun informat b'dawn id-dettalji li issa qed niġi interpellat dwarhom.", "Iżda nista' ngħid b'mod ġenerali li hija deċiżjoni tad-diretturi u tal-management tal-korporazzjoni li jaraw jekk minn żmien għal żmien ikunx hemm bżonn li jdaħħlu ħaddiema ġodda magħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Allura l-Ministru ma jkunx informat meta kumpannija li jkun responsabbli minnha hu tieħu deċiżjoni li timpjega aktar nies magħha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant m'huwiex biżżejjed informat dwar ir-rwol li għandu l-ministeru.", "Ir-rwol tal-ministeru mhuwiex li japprova l-ingaġġ ta' persuni mal-korporazzjoni imma li jirrappreżenta lix-shareholder u jiddiskuti l-policy.", "Imma tajjeb ukoll li l-Onor.", "Abela jżomm quddiem għajnejh li d-domanda oriġinali tirrigwarda d-djun li għandha l-freeport u mhux jekk il-korporazzjoni tal-freeport hijiex beħsiebha ddaħħal aktar impjegati magħha.", "Kieku din il-mistoqsija saritli bil-miktub l-istess kont nirrispondi, fis-sens li l-korporazzjoni ddaħħal magħha nies skond il-ħtieġa li jkollha.", "Naturalment jien ninsab konvint li l-freeport m'hijiex se żżid l-impjegjati jekk ma jkunx hemm il-ħtieġa li tagħmel hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' għallinqas jgħidilna jekk hux previst li fil- futur qarib il-freeport iddaħħal impjegati ġodda magħha? .", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, naf li bħalissa għaddejjin xi interviews biex jimtlew postijiet ta' assistant clerk u naturalment dawn jidħlu fejn ikun hemm il-ħtieġa.", "Ċertament li l-freeport idaħħal impjegati ġodda kull meta jkun hemm il-ħtieġa, bħal fil-każ ta' kull korporazzjoni oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jaf bis-sitwazzjoni mwiegħra ta' ċertu makkinarju li hemm fil-freeport?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Le m'iniex informat dwar xi sitwazzjoni mwiegħra tal-makkinarju li hemm fil-freeport.", "Jekk l-Onor.", "Membru jrid risposta aktar dettaljata nitolbu jispeċifikali u bil-qalb kollha niċċekkja jekk dak li qed jiġi allegat huwiex minnu jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ġaladarba l-Ministru ma jindaħalx fl-operat tal- freeport u ġaladarba min hu responabbli ma ġibidlux l-attenzjoni li hemm xi ħaġa li mhix miexja sew, allura b'daqshekk għandna neħduha li m'hemm xejn ta' periklu u li l-makkinarju qed jaħdem sew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena konvint li l-unions huma attrezzati biżżejjed biex jissorveljaw din il-materja mill-aktar qrib possibbli – nista' ngħid li jsiru laqgħat b'mod regolari bejn il-unions u l-management fuq l-issue ta' health and safety - għax wieħed irid jifhem illi x-xogħol tal-freeport huwa ta' ċerta komplessita' u ta' ċertu periklu.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi informazzjoni partikolari dwar xi makkinaru, nitolbu jgħaddihieli għax jiena m'iniex informat dwar dan li qed jgħid.", "Mill-banda l-oħra l-Onor.", "Membru m'għandux jippretendi li jien inkun naf bid-dettalji kollha!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-informazzjoni li għandi dwar nuqqas ta' manutenzjoni fil-makkinarju tal-freeport dehret ukoll f'gazzetta lokali, il- Ministru ma jistax jara li jintbagħat xi ħadd responsabbli mill-health and safety biex jara x'inhi s-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma nemminx li kulma jgħidu l-gazzetti għandu l-awra tal-verita', apparti li jekk verament hemm xi kwestjoni ta' health and safety jiena ċert li din tiġi ttrattata minnufih.", "Jiena m'għandi l-ebda indikazzjoni uffiċjali dwar il-problema li qed isemmi, pero' nerġa' nirrepeti li jekk l-Onor.", "Mizzi għandu xi ħaġa speċifika jagħmilli domanda f'dan is-sens.", "FREEPORT TERMINALS CO LTD", "23865.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il- kumpannija bl-isem ta' Freeport Terminals Co. Ltd.?", "Għal-liema skop twaqqfet?", "Min għandu sehem fiha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma twaqqfet l- ebda kumpannija bl-isem ta' Freeport Terminals Co. Ltd.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslu l-pjani għal privatizzazzjoni tal-freeport?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett irrid ngħid li l-privatizzazzjoni ma taqax taħt il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi imma taqa' taħt il- ministeru tal-finanzi.", "Skond l-informazzjoni li għandi, il-pjani mexjin u qegħdin fi stadju avvanzat u wieħed jistenna li fil-bidu tas-sena d-dieħla jkun hemm riżoluzzjoni tal-proċess kollu ta' privatizzazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-proġett ta' privatizzazzjoni qed isir fuq bażi ta' l-assi u l-obbligi kollha li għandha l-freeport?", "Jew qed isir fuq il-bażi li jiġu hived off ċerti assi li hemm marbut magħhom il-management?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nerġa' ngħid illi l-informazzjoni li għandi hija li l-proċess ta' privatizzazzjoni qiegħed iħares aktar lejn l-użu tal- faċilitajiet, bl-ownership ta' l-art tibqa' f'idejn il-Gvern Malti u bl- equipment li hemm ikun qed jużah u jkun qed jagħmel manutenzjoni tiegħu min eventwalment jopera l-freeport.", "Naturalment wieħed irid iħares lejn strateġiji differenti kif jista' jissaħħaħ l-operat tal-freeport bil-proċess ta' privatizzazzjoni.", "Hemm il- privatisation unit li qed jagħmel dan, b'konsulenza mal-freeport ukoll, u wieħed irid jistenna sakemm nikkonkludu l-proċess kollu qabel ma nibdew nikkonsidraw min jista' jkun partner tal- freeport.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress illi l-prattika ta' dan il-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-privatizzazzjoni hija li jfaqqa' d-deċiżjonijiet f'daqqa waħda, ġeneralment lejliet l-Għid, jista' għallinqas jikkonferma li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-obbligi li għandu vis-à-vis il-freeport, il- gvern beħsiebu joħroġ 'il barra mill-proġett ta' privatizzazzjoni?", "L- outlay li ħareġ il-gvern innifsu, li huwa backed minn loans internazzjonali, dak se jkun barra mill-proċess ta' privatizzazzjoni?", "Jekk se jinħareġ barra mill-proċess ta' privatizzazzjoni, is-servicing ta' dawk il-loans se jiġi maħdum back to back mal-proċess ta' privatizzazzjoni?", "Hawnhekk qed nistaqsi fuq bażi ta' prinċipju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-parti l-kbira tal-loans għandhom x'jaqsmu mal- makkinarju, pero' hemm loans oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ta' l- infrastruttura.", "Id-direzzjoni hi li l-proċess ta' privatizzazzjoni jwaqqaf fondi li jieħdu ħsieb dawn it-tip ta' loans.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm il-ħsieb li tiġi ppubblikata xi forma ta' white paper jew xi rapport preliminari dwar il-proċess kif se jsir?", "Jew forsi l- gvern beħsiebu jibda jinnegozja direttament mingħajr ma jkun hemm l-ebda informazzjoni mogħtija lill-parlament fuq dan il-proċess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-white paper fuq il-proċess ta' privatizzazzjoni in ġenerali diġa' ġiet ippubblikata.", "Il-proċess li qegħdin nantiċipaw huwa li l-privatisation unit tirrakkmanda ċerta direzzjoni kif wieħed se jimxi u wieħed imbagħad jibda l-proċess ta' selezzjoni.", "Naħseb li dan il-proċess għandu biżżejjed modi kif wieħed joperah, u naturalment ma naħsibx li hawn xi ħadd li jippretendi li niġu hawnhekk u niddibattu min se jieħu l-freeport.", "Ma naħsibx li dak hu li għandu f'moħħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Pero' ċertament wieħed irid isib l-aħjar deal għall-pajjiż b'mod li nassiguraw li l-futur tal-freeport jissaħħaħ billi jiġi kkonsidrat x'wieħed l-aktar jaqbillu strateġikament.", "Il-proċess hu li l-privatisation unit jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet u gvern jiddiskutihom, imbagħad jibda l-proċess formali fejn wieħed jara min applika u x'pożizzjoni għandu jagħżel.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: In line ma' dak li qed jiġri fl-MIA, hemm consultants imqabbda mill-privatisation unit biex jagħtu pariri fuq dan ix-xogħol?", "Hemm il-ħsieb li tiġi kkonsultalta t-trade union konċernata qabel ma jibda l-proċess ta' privatizzazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena naf li fil-każ ta' l-MIA diġa' hemm diskussjonijiet għaddejjin ma' l-unions - anke minħabba r-ristrutturazzjoni li qiegħda ssir, fejn se jkollok unit ġdida li mhux se tkun parti mill- privatizzazzjoni – u hemm xi konsulenti barranin, iżda m'għandix informazzjoni dwarhom għax nerġa' ngħid li m'iniex responsabbli mill- privatizzazzjoni imma mix-shareholding.", "Għall-freeport naf li hemm xi kumpannija finanzjarja barranija li qed tipparteċipa fil-proċess li ntagħżlet wara ċertu selection, pero' wieħed qed jikkonsidra l-packages differenti li wieħed jista' joffri lil freeport għall-privatizzazzjoni.", "Anke fil-każ tal-freeport il-unions qed jiġu kkonsultati minn żmien għal żmien.", "FREEPORT - IMPJEGATI", "23866.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-freeport u mal-kumpanniji differenti sussidarji jew assoċjati magħha?", "Jista' jagħti ċ-ċifri b'mod settorjali u kumpannija kumpannija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent in-numru ta' ħaddiema mpjegati mal- korporazzjoni tal-freeport u ma' kumpanniji sussudjarji jammonta għal 638.", "Dawn il-ħaddiema huma mqassmin kif ġej:", "Freeport Terminal (Malta) plc.", "499 Malta Freeport Corporation Ltd.", "122 Coastal Management Co. Ltd.", "17", "SKEJJEL - MARGARET MORTIMER JUNIOR LYCEUM", "23867 L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-għalliema kollha regolari jew temporanji li jgħallmu l-Ingliż fl-iskola Margaret Mortimer junior lyceum?", "Kollha għandhom il-kwalifiki meħtiega biex jgħallmu l-Inġliż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-Margaret Mortimer junior lyceum hemm tmien għalliema ta' l-Ingliż li kollha għandhom il-kwalifiki meħtieġa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar il-ktieb \"A Day in her Life\" - flimkien ma' kopja ta' l- istess ktieb - miktub minn Ms Frances Camilleri għall-kummissjoni għall-avvanz tal-mara, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24248.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Il-menu għar-residenti f'St Vincent de Paule għax-xahar ta' Frar 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24205.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd, il-grad u x-xogħol tal-ħaddiema fil-kumpless sportiv tal-Marsa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24206.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 45 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jemendaw regolamenti tas-sena 2000 dwar servizzi ta' telekomunikazzjoni (modifika ta' liċenzi ta' Maltacom p.l.c. u Vodafone Malta Ltd);", "Avviż Legali Nru 46 ta' l-2001 - ordni ta' tmiem ta' privileġġi esklużivi fl-1 ta' Marzu, 2001;", "Avviż Legali Nru 47 ta' l-2001 - ordni ta' tmiem ta' privileġġi esklużivi fl-1 ta' Ġunju, 2001;", "Avviż Legali Nru 48 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar servizz ta' telekomunikazzjoni (modifika tal-liċenza tas-sistema u servizzi ta' radio-tracking);", "Avviż Legali Nru 49 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar servizz ta' telekomunikazzjoni (modifika ta' kull ftehim u liċenza tas-sistema ta' radio-paging); u", "Avviż Legali Nru 50 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar servizz ta' telekomunikazzjoni (modifika ta' kull ftehim u liċenza tas-sistema tal-cable).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tas-Sur Mario Frendo bħala head corporate services mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ffirmat fit-8 ta' Frar 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24266; u", "Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tas-Sur Paul Portelli bħala manager communications mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ffirmat fl- 14 ta' Awissu 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24268.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti l-għadd u t-tip ta' reati rapportati lill-pulizija matul Frar 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24192.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar poteri u responsabbiltajiet ġodda li ngħataw lill-kunsilli lokali bejn Settembru 1998 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24361.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU 2)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Marzu, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ġie ppilotat bil-għan li t-twaqqif tal-kunsilli lokali jitniżżel fil-Kostituzzjoni.", "Fl-introduzzjoni tiegħu, il-ministru ta spjegazzjoni ċara ta' dan l-abbozz u fost affarijiet oħra qal li minkejja li l-kunsilli lokali se jkunu qed jiġu inklużi fil-Kostituzzjoni, se jitħalla wisa' biex il-liġi dwar il-kunsilli lokali tkun tista' tiġi emendata mill-gvern tal- ġurnata, ikun liema gvern ikun.", "Jien naħseb li dan huwa importanti ħafna għax filwaqt li din in-naħa tal- Kamra taqbel li għandha ssir emenda biex il-Kostituzzjoni tkun tinkorpora fiha l-kunċett tal-kunsilli lokali, min-naħa l-oħra l-Partit Laburista jixtieq li meta jkun fil-gvern ikollu l-opportunita` li jtejjeb l-operat tal-kunsilli b'mod illi l-liġi tkun iktar prattika u tkun iktar adatta għaċ- ċirkostanzi tal-ġurnata.", "Ilkoll nafu li sfortunatament fil-liġi tal- kunsilli lokali jeżistu diversi difetti, jew aħjar anomaliji, li qed iħallu effett negattiv fuq l-operat tal-kunsilli.", "Żgur li waħda mill-problemi li teżisti fil-liġi u li wieħed irid jara kif tista' tiġi mtejba hija l- kwestjoni tal-kontroll finanzjarju ta' l-istess kunsilli lokali.", "Nafu li għalkemm il-liġi titkellem f'dan ir-rigward, wieħed jista' faċilment jgħid li r-restrizzjonijiet u l-passi li jistgħu jittieħdu huma limitati.", "Infatti matul dawn l-aħħar snin rajna diversi każi ta' kunsilli lokali li tgħabbew bid-dejn.", "Nixtieq ukoll nosserva b'mod kritiku li dan l-abbozz ta' liġi tressaq għad- diskussjoni proprju fi żmien meta kienu qed isiru l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali.", "Nafu li f'dawn l-aħħar jiem il-kunsilli lokali kienu qed jiġu diskussi mal-pajjiż kollu u nistgħu ngħidu li kienet għaddejja kampanja elettorali miż-żewġ partiti politiċi l-kbar.", "Jien li niskanta huwa kif dan l-abbozz ta' liġi, li issa ilu fuq l-aġenda parlamentari għal xhur sħaħ, tressaq fuq quddiem ta' l-aġenda proprju fl-eqqel tal-kampanja elettorali.", "Jiddispjaċini ngħid li kien hemm min isserva bil-liġi suprema ta' pajjiżna għal skopijiet purament partiġġani – u din ngħidha b'wiċċi minn quddiem – u dan meta nafu li l-parti kbira ta' l-emendi kostituzzjonali jinħtieġu l-vot ta' żewġ terzi tal-Kamra tar- Rappreżentanti.", "Nistgħu kważi ngħidu li kull artiklu tal-Kostituzzjoni jrid jgħaddi b'consensus, u dan meta f'din il-Kamra ħadd qatt ma kellu iktar minn żewġ terzi tal-membri fuq in-naħa tiegħu biss.", "Allura ġaladarba l-Kostituzzjoni tirrifletti ċertu bilanċ bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, jien naħseb li ma tantx kienet idea feliċi li dan l-abbozz ta' liġi jittressaq fl-eqqel tal-kampanja elettorali.", "Jien diġa' għedt pubblikament - u llum għandi ċ-ċans li nerġa' ngħidha hawnhekk – li min iddeċieda li dan l-abbozz ta' liġi jitressaq fl-eqqel tal-kampanja elettorali, ried jisserva bl-ogħla liġi tal-pajjiż għal skopijiet partiġjani, u dan huwa ħażin.", "Fejn jidħol il-kontroll tal-finanzi, il-liġi tal-kunsilli lokali għandha ċerti loopholes u difetti li jien nemmen li għandhom jiġu eliminati.", "Per eżempju, ħafna jafu li l-kunsill lokali tal-Mosta għandu deficit ta' Lm400,000, liema deficit issa ntefa' fuq il-kunsilliera li ġew eletti l- bieraħ.", "Jien nippretendi li l-liġi tibda titfa' r-responsabbilta` ta' l- amministrazzjoni ta' flus iċ-ċittadin fuq is-segretarji u fuq is-sindki tal- kunsill lokali.", "(Interruzzjonijiet) Iva, anke l-kunsill lokali tar-Rabat għandu deficit ta' madwar Lm120,000.", "Nhar il-25 ta' Settembru, 2000 id- dipartiment bagħat ittra lill-kunsill lokali tar-Rabat - liema kunsill lokali huwa mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista - fejn ġibidlu l- attenzjoni għal dan id-deficit u ħeġġu jirregola l-pożizzjoni tiegħu.", "Imbagħad għall-ħabta t'Ottubru l-ministru kien bagħat għas-sindku u għas- segretarju tal-kunsill, imma f'daqqa waħda, bħal fil-każ tal-kunsill lokali tal-Mosta, tfaċċa kont ta' Lm19,876, li jikkonsisti fi spejjeż ta' xogħlijiet li saru mad-dipartiment tax-xogħlijiet.", "F'ħin minnhom il- ministru staqsieni: Jiġifieri matul dawn is-sitt snin inti ma ridtx li jsir il-patching fil-Mosta jew li jsiru xogħlijiet oħra fir-Rabat?", "Skużi, jien nixtieq nara ħafna iktar xogħol milli fil-fatt qed isir, imma Allaħares nirriduċu l-kunsilli lokali f'azjendi midjuna!", "Il-maġġoranza tal- fondi tal-kunsilli lokali ġejjin mingħand il-gvern ċentrali u żgur li minn hemm li jridu jibbilanċjaw il-kontijiet tagħhom.", "Fil-każi tal-kunsilli lokali tar-Rabat u tal-Mosta, wisq nibża' li min kien qed imexxi ma kienx qed imexxi bil-galbu, anzi naħseb illi li kien qed imexxi b'xi ftit tat-traskuraġni għax li kunsill lokali jakkumula deficit ta' Lm3,000, Lm4,000 jew Lm5,000 wieħed jasal biex jifhimha, pero` li d- deficit jitla' għal Lm120,000 naħseb li dan ma jkunx sar b'kumbinazzjoni imma jkun ġej minn nuqqas ta' serjeta` ta' kif ikunu qed isiru l- affarijiet.", "Anke jekk wieħed iħares lejn il-kunsill lokali tas-Swieqi jsib li dan se jispiċċa b'deficit ta' Lm40,000, u meta tqis li anke f'dan il-każ il-kunsill lokali tas-Swieqi għandu maġġoranza Nazzjonalista, tibda tinkwieta li din qisha saret it-trend għall-kunsilli b'maġġoranza Nazzjonalista, bħalma hija t-trend tal-gvern ċentrali mmexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Dawn huma affarijiet li lill-poplu jinkwetawh u nhar is- Sibt li għadda l-poplu wera li huwa verament inkwetat.", "Żgur li ma xtaqtx inħalli barra lill-kunsill lokali ta' Birkirkara, Mr Speaker.", "M'inix se nitkellem dwar il-Lm25 li dan il-kunsill lokali ried jintroduċi bħala tariffa fuq il-parking għar-residenti imma se nitkellem fuq kif il- kunsill lokali ta' Birkirkara, li suppost iltaqa' fis-6 ta' Marzu biex japprova l-budget ta' l-istess kunsill, evita milli jagħmel dan għax Alla jbierek, kumbinazzjoni l-ebda wieħed mill-kunsilliera Nazzjonalisti ma seta' jattendi għal-laqgħa ta' l-istess kunsill.", "Fil-fatt minkejja li kien hemm mozzjoni mill-kunsilliera Laburista, is-sindku Tonio Fenech xorta ma setax ilaqqa' l-kunsill.", "Jekk is-sindku ta' Birkirkara evita milli jlaqqa' l-kunsill fis-6 ta' Marzu u ddeċieda li jlaqqgħu fit-13 ta' Marzu forsi għaliex xtaq jgħatti xi diżastru finanzjarju ieħor peress li kienu ġejjin l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, aħna ngħidulu li dawk il-kunsilli lokali li għandhom maġġoranza Laburista ma qagħdux jistennew lejliet l- elezzjoni biex jagħtu r-riżultati tal-ħidma tagħhom u l-fatti jidhru weħidhom.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministru tal-finanzi għall-fatt illi jien informat li bejn Jannar u Frar is-sindku tal-Mosta ħallas Lm96,000 f'kontijiet pendenti li kellu l-kunsill lokali.", "Tgħiduli: X'hemm ħażin f'dan?", "Iva, dan huwa ħażin għax jidher ċar li hawnhekk is-sindku kiser il-liġi.", "Il-liġi tgħidlek ċar u tond li qabel ma jsir il-ħlas, kull talba għandha tkun ivverifikata u ċċertifikata mis-segretarju u wara tkun approvata mill-kunsill lokali u ffirmata.", "Imma s-sindku tal-kunsill lokali tal-Mosta ħallas Lm96,000 mingħajr l-approvazzjoni tal-kunsill lokali u kontra l-budget kif approvat mill-istess kunsill lokali.", "Jiġifieri filwaqt li l-kunsill lokali approva budget partikolari, is-sindku qabad u ħa l- fondi li kienu vvotati għal affarijiet oħra biex iħallas dawn il-kontijiet ħalli, b'hekk sakemm jaslu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali d-deficit ikun laħaq niżel xi ftit.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa abbuż u kemm il- ministru tal-ġustizzja u gvern lokali kif ukoll il-ministru tal-finanzi għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa.", "Aħna nafu li fuq Lm13,000 tgħidx kemm ħareġ stqarrijiet il-ministru u ma nafx x'm'għamilx iktar!", "Issa nittama li taqa' l-maskra u jekk hemm fejn jittieħdu l-passi naraw li dawn jittieħdu.", "Wara kollox, il-ministru tal- ġustizzja huwa responsabbli mill-kunsilli lokali kollha u allura huwa fid- dover li jara li l-kunsilli kollha josservaw il-liġi u jimxu skond ir- regolamenti, u mhux nippretendu li dawk il-kunsilli lokali biss li għandhom maġġoranza Laburista li jimxu preċiż.", "Mr Speaker, ara aħna tal-Partit Laburista, mhux talli nimxu b'serjeta' kbira imma talli aħna xempju tas- serjeta`, u se nagħti xi ftit eżempji biex nuri kemm aħna xempju tas- serjeta` fejn jidħlu l-finanzi.", "Per eżempju, filwaqt li l-amministrazzjoni Nazzjonalista fil-kunsill lokali ta' Ta' Xbiex ħalliet warajha Lm19,000 dejn, issa li l-kunsill għandu maġġoranza Laburista, bl-għaqal tas-sindku u tal-kunsilliera Laburisti qed jonqos id-dejn u x-xogħol qed isir b'ħafna iktar serjeta` u b'anqas spejjeż.", "Fil-fatt ir-riżultati jista' jarahom u jmisshom b'idejh kulħadd u sakemm jispiċċa t-term ta' dan il-kunsill lokali d-dejn se jkun spiċċa.", "B'dan il-mod għandhom jimxu l-kunsilli lokali u mela niġu noħorġu stqarrija u nakkużaw lil kunsill lokali b'maġġoranza Laburista li nefaq xi Lm2,000 jew Lm3,000 f'riċevimenti – jew nimponulhom li jkollhom il-gwardjani lokali fil-lokal tagħhom - u mbagħad insibu li l-istorja tar-riċevimenti ma kienet minnha xejn!", "Din x'awtonomija hi, Mr Speaker?", "Ejja nindirizzaw lill- kunsilli lokali bl-ikbar serjeta` mingħajr ma nħarsu lejn l-uċuh ta' min qed imexxi l-kunsill.", "Jien ma nsibha xejn bi tqila li ngħid li aħna hawn ġew - l-Onor.", "Charles Mangion bħala l-kelliem ewlieni tal-kunsilli lokali, il-Ministru Austin Gatt bħala l-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali u jien bħala l-kelliem - għandna d-dmir li lill-kunsilli lokali nidderiġuhom fi triq serja u mhux b'mod partiġjan.", "Min qabel kien imexxi l-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid meta dan il-kunsill lokali kellu maġġoranza Nazzjonalista, veru ma kienx jaf jistħi biex lil ta' warajh ħallielu Lm100,000 dejn!", "(Interruzzjonijiet) Iva, il-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kellu Lm100,000 dejn.", "ONOR.", "MEMBRU: M'intix korrett!", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Taf min ma kienx korrett?", "Ma kienx korrett min nhar il-Ħamis waqt dibattitu qal li l-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kellu Lm100,000 dejn meta fil-verita` dan il-kunsill lokali, permezz tal- maġġoranza Laburista li għandu, irnexxielu jnaqqas dan id-dejn b'Lm60,000 biex issa niżżlu għal Lm40,000.", "Din hi l-verita`, pero` hemm min għoġbu ma jkunx korrett għax kienet waslet l-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Biex niftehmu, aħna ma neħdux pjaċir naraw il-kunsilli lokali mimlija bid-dejn imma lill-kunsilli rridu narawhom jimxu b'mod serju u jħallu l-frott.", "Wara kollox dik hi l-politika tagħna.", "Ara ħaddieħor, qabel l-elezzjoni qagħad jintilef fuq l-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm min saħansitra ddieħak għax fil- fuljett li bagħat il-Partit Laburista qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali dehru Ricky Martin u Jennifer Lopez.", "Għandu jkun min hu nesa li darba kien irreklama lil Hitler!", "Mr Speaker, li jinteressah il-poplu Malti u Għawdxi huwa x'qed isir u x'se jsir fil-lokalita` tiegħu, u dik hi l-politika tal-Partit Laburista.", "Fil-fatt ma kienx l-interess tagħna li nabbinaw l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali ma' issues nazzjonali iżda kien il-Partit Nazzjonalista li xtaq din it-tip ta' rabta.", "Dan li qed ngħid tant huwa minnu li l-Partit Nazzjonalista wasal saħansitra biex jgħid li l-vot ta' nhar is-Sibt li għadda kellu jkun fiduċja fil-gvern għall-politika tiegħu favur l-Unjoni Ewropea, imma l-poplu tah risposta u l-fatti u ċ-ċifri ma jista' jmerihom ħadd.", "Aħna dejjem insistejna li l-kampanja għall-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali għandha tkun ibbażata fuq bażi lokali.", "Fis-sentejn li l- Partit Laburista ilu jipparteċipa fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tajna diversi riżultati pożittivi.", "Żuru dawk il-lokalitajiet fejn hemm kunsill b'maġġoranza Laburista - fosthom Ta' Xbiex, Ħal Tarxien, iż-Żejtun, Ħad-Dingli, il-Kalkara u l-Fgura - u taraw b'għajnejkom stess kemm dawn il- kunsilli lokali mxew b'għaqal, trasparenza, galbu u integrita` u ġabu riżultati bil-fatti.", "Dik hi s-serjeta`!", "Bla ebda dubju, nhar is-Sibt li għadda l-poplu obda lil min qallu biex jitkellem bil-vot tiegħu u biex jagħżel id-direzzjoni t-tajba, u jien ngħid li mhux biss sar ħażin li l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tressaq lejliet l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali imma agħar minn hekk li kien hawn min isserva bl-istess elezzjonijiet.", "Naħseb li tajjeb nirrimarkaw li l-lejliet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ġara l-istess bħalma ġara lejliet l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998 meta l-esponenti tal-gvern wiegħdu lill-poplu li kienu ġejjin Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt din id-darba kellna lill-prim ministru jgħid li l-kunsilli lokali se jingħataw il-fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk jien nixtieq li l-prim ministru u l-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali jkunu konkreti u jgħidulna mil-liema fondi ta' l-Unjoni Ewropea ġejjin il-fondi għall-kunsilli lokali għax wisq nibża' li din il-wegħda hija vaga wisq, bħalma kienet vaga l-wegħda tal-Lm100 miljun.", "Il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jifhem li lill-poplu tidħak bih darba, forsi tidħak bih darbtejn ukoll imma t-tielet darba żgur li se jgħidlek: Issa żżejjed kollu żejjed u allavolja lejliet l-elezzjoni tal-kunsilli lokali inbixtni u pprovajt toqrosni, jien se ngħaddi l-messaġġ tiegħi bil-kwiet!", "U fil-fatt nhar is-Sibt li għadda, għadda messaġġ bil-kwiet u għadda l- messaġġ li jrid jara kunsilli lokali serji.", "Il-poplu xeba' jara pajjiż li jimxi bir-rettorika u b'ħafna paroli fil-vojt mingħajr ma jara l-ebda fatti konkreti.", "Il-poplu jrid jara li jkun hemm iktar deċentralizzazzjoni u sussidjarjeta` fejn jidħlu l-kunsilli lokali, u dan irid jarah bil-fatti.", "Huwa inutli li filwaqt li tagħti l-impressjoni li lill-kunsilli lokali tkun qed tgħaddilhom il-poteri, ir- responsabbiltajiet u l-fondi, fil-verita` tkun qed timminahom.", "Fil-fatt kien hemm kunsilli lokali li l-fondi li ngħataw mhux talli ma żdidulhomx imma talli naqsulhom.", "Kien hemm min qal li l-Partit Laburista għamel ħafna fuss fuq din il-ħaġa u li m'għandux grazzja mal-kunsilli lokali – għax kien hemm min ipprova jisserva b'biċċa quote tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex taparsi juri lill-poplu li l-Partit Laburista m'għandux grazzja mal- kunsilli lokali - imma kulħadd jaf li l-verita` m'hijiex li l-Partit Laburista m'għandux grazzja mal-kunsilli lokali imma li l-poplu m'għandux grazzja mal-politika nazzjonali tal-gvern, mad-dejn u mat-tħarbit li ħallew warajhom il-kunsilliera Nazzjonalisti fil-kunsilli lokali.", "Meta nhar il-Ħamis li għadda jien u l-Ministru Austin Gatt konna qed nieħdu sehem f'dibattitu, huwa qalli: Issa min se jemmen li meta l-Onor.", "Joseph Cuschieri kien indipendenti, dan ma kienx jirrappreżenta lill-Partit Laburista!", "Min-naħa tiegħi, jien iddikjarajtlu li lili ħadd qatt ma tani xi direzzjoni jew ikkmandani kemm domt noħroġ bħala indipendenti.", "Min irid jista' jkellem lin-Nazzjonalisti ta' San Ġiljan, u dawn żgur li jgħidulu li jien kont naħdem għal kulħadd u fejn kien possibbli kont ngħin lil kulħadd.", "Mhux biex niftaħar imma dan jikkonfermah ir-riżultat li jien personalment ksibt fl-elezzjoni tal-kunsill lokali fl-1996.", "(Interruzzjonijiet) Għax kif jista' wieħed jgħid li l-indipendenti kienu Laburisti meta per eżempju nafu li Albert Rizzo, membru tesserat għal għomru mal-Partit Nazzjonalista, dejjem ħareġ indipendenti!", "Allura dak Laburist?", "Allura kieku m'iniex membru f'dan il-parlament, ma kienx ikolli dritt li nikkontesta bħala indipendenti għax kienu jgħidu li jien kont qed nirrappreżenta lill-Partit Laburista?", "Imma għalfejn dan il-qerq?", "Li kieku dan l-argument kien veru, allura nistgħu ngħidu li fl-elezzjonijiet ta' l-1998 il-kandidati Laburisti għaddew lill-kandidati Nazzjonalisti bi 3%!", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi ċ-ċifri li ħarġu mill-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' nhar is- Sibt li għadda, imma jidher ċar li din id-darba l-Partit Nazzjonalista kellu diżastru.", "Per eżempju, fil-kunsill lokali tal-Mosta, il-Partit Nazzjonalista mhux biss naqqas kunsillier imma naqqas madwar 9% tal-voti, u m'hijiex ċajta meta tnaqqas madwar 9% tal-voti fuq lokalita` waħda biss.", "U min f'Ħal Qormi qagħad jaqla' t-toroq biex mingħalih jagħmel show, il-poplu Qormi tah risposta għax filwaqt li qabel in-Nazzjonalisti kienu f'maġġoranza issa marru f'minoranza.", "Jiġifieri issa Clyde Puli sar il-kap ta' l-oppożizzjoni tal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi u m'għadux il sindaco, allavolja waħħal irħama!", "Nhar is-Sibt li għadda l-poplu wera biċ-ċar li m'huwiex faċli tidħak bih, u kellu raġun min fil-Partit Nazzjonalista, tard is-Sibt filgħaxija jew sbieħ il-Ħadd filgħodu, dar fuq sħabu u qalilhom: Qlajna xebgħa!", "Sur President, min jidħak bil-poplu dak hu li jistenna u issa l-Partit Nazzjonalista ġie f'sitwazzjoni fejn tilef sitt kunsilliera, minn 13-il kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista ġie bi 12, u minn 53% tal-voti niżel għal 48%, tnaqqis ta' kważi 6%.", "U hawn irrid ngħid li l-lokalitajiet li fihom saru l-elezzjonijiet nhar is-Sibt huma dawk fejn l-aktar li għandhom maġġoranza n-Nazzjonalisti.", "Li l-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza f'dawn il-lokalitajiet m'hijiex ċajta.", "Mr Speaker, il-poplu ma jistax jibqa' jaffronta gvern arroganti li jwiegħed mod u jagħmel ieħor.", "Il-poplu ma jistax jibqa' ma jitkellimx meta jkollu gvern ossessjonat fuq ħaġa waħda biss u l-kumplament ikun kollu mitfugħ għal riħu.", "Ma jistax ikun li jkollok partit politiku li suppost ikun qed jiġri tiġrija elettorali fuq il- lokalitajiet u jdaħħallek fin-nofs l-istilel ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien nistaqsi: X'għandhom x'jaqsmu l-bankini, it-toroq, il-politika soċjali, il-politika edukattiva, l-ambjent u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Ma nafx x'għandu x'jaqsam dan jien, pero` n-Nazzjonalisti għoġobhom jagħmlu dan il- paragun.", "Fil-fatt kulma kellhom żieda fil-voti n-Nazzjonalisti kien biss fis-Siġġiewi u fiż-Żebbuġ, għax mill-bqija kellhom tnaqqis fil-Ħamrun, fil- Mosta, fis-Swieqi, f'Ħal Qormi, fil-Gżira, f'Ħal Luqa, f'Marsaxlokk, fil- Munxar u fil-Qala u kullimkien.", "Għalhekk issa ġaladarba għandna gvern f'minoranza, dan ma jistax imur barra minn Malta u jgħid li qed jirrappreżenta lill-maġġoranza.", "Għandna gvern minoritarju li xellef il- mandat tiegħu stess.", "Is-sena l-oħra fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali huma tilfu l-maġġoranza assoluta, pero` din id-darba tilfu l-maġġoranza relattiva.", "Nistgħu ngħidu bla dubju ta' xejn din hija telfa deċiżiva għall- Partit Nazzjonalista.", "Sewwa qal illum Henry Frendo fil-ġurnal \"The Malta Independent\" illi li kieku nhar is-Sibt kienet elezzjoni ġenerali l-Partit Laburista kien joħroġ rebbieħ.", "Konna noħorġu rebbiħin mhux b'kumbinazzjoni imma għax bil-politika tagħna dwar il-kunsilli lokali wrejna s-serjeta`, urejna d-dixxiplina, mexxejna l-fondi tal-poplu bil-galbu u fuq kollox ħdimna għall-interessi tal-lokalitajiet rispettivi.", "Sur President, nhar is-Sibt li għadda l-poplu sfiduċja lil min ħadem bix- xinxilli, lil min ħadem bit-tqanċiċ u mela l-kunsilli bid-dejn.", "Il-poplu ma jiflaħx jara iktar lill-gvern Nazzjonalista jdur lejh u jgħabbih b'iktar taxxi.", "Fi żmien sentejn u nofs il-poplu diġa' tgħabba b'184 taxxa.", "Imbagħad xi ngħidu għad-dejn esaġerat li għamlu l-kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista?", "Diġa' tajt eżempji biex nuri dan.", "Illum il- gvern Nazzjonalista falla fil-politika tiegħu dwar il-kunsilli lokali u falla bil-fatti għax minn 21 lokalita`, 19-il lokalita` naqqsu l-fiduċja tagħhom fil-Partit Nazzjonalista.", "Ir-riżultat ta' nhar is-Sibt jitkellem waħdu.", "Verament nistgħu ngħidu li l-poplu sfiduċja l-politika Nazzjonalista dwar il-kunsill lokali u sfiduċja lil min isserva b'dan l- abbozz ta' liġi u bil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna lejliet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, tifhimha li f'dawn l-aħħar ġranet kulħadd jitkellem dwar is-suċċess li kiseb il-Partit Laburista fl- elezzjonijiet lokali.", "Jien nista' ngħid li smajt b'widnejja stess Nazzjonalisti jgħidu x'biċċa ġralhom.", "Irrid ngħid li ħadt pjaċir li fil- lokalita' ta' Ħal Qormi ġie elett sindku Laburista u nittama li issa l- ilmenti tar-residenti ta' dik il-lokalita' jibdew jiġu ttrattati bis- serjeta'.", "Ħadt pjaċir ukoll li fil-Mosta kien hemm swing kbira favur il- Partit Laburista, swing li tfisser li l-poplu Malti jrid li fil-kunsill lokali jkun hemm is-serjeta' u l-galbu.", "Forsi jkun hawn min jaħseb li fil- Mosta ġara hekk għax il-Partit Laburista għamel kampanja elettorali qawwija, pero' l-verita' hi li l-poplu nduna li ma jistgħux jibqgħu sejrin kif kienu l-affarijiet.", "Mr Speaker, is-swing rajniha kullimkien u l-Partit Laburista żied il-voti f'postijiet bħall-Munxar ̧ Marsaxlokk, Ħal-Luqa, il-Gżira, il-Furjana, Ħ'Attard u l-Ħamrun, li għall-ewwel darba se jkollu kunsill b'sindku Laburista.", "Issa jekk in-Nazzjonalisti jridu jibqgħu jgħidu li aħna m'għamilniex rebħa affari tagħhom.", "L-importanti hu li npoġġu moħħna hemmhekk u ma nħallux rasna tikber iżżejjed.", "Irridu nżommu saqajna ma' l-art u naraw li l-kunsilli b'maġġoranza Laburista jaħdmu b'rieda u galbu, u kunsilli b'maġġoranza Nazzjonalista min-naħa tagħhom jagħtu widen għal- leħen tagħna, kif għamlu l-kunsilli ta' Birkirkara u Għajnsielem.", "Meta tkellmu l-Laburisti aħna ressaqna anke kunsilliera Nazzjonalisti qrib tagħna.", "Illum il-partit ħareġ rebbieħ u l-istorja daret kontra l-partit l- ieħor.", "Naturalment ikun hawn min jgħid li f'nofs leġislatura hekk jiġri, pero' l- verita' hi li l-poplu ddejjaq bin-Nazzjonalisti u kieku dan ġara lilna, tan-naħa l-oħra dan l-argument kienu jġibu.", "Din id-darba l-istorja ġiet favur il-Partit Laburista u wieħed m'għandux iġib l-argument li ħarġu jivvotaw aktar Laburisti u n-Nazzjonalisti baqgħu d-dar.", "L-argument kollu huwa li n-nies qed jaraw li l-Partit Laburista huwa alternattiva reali.", "Fl-opinjoni tiegħi n-nies qed jindunaw li l-Partit Laburista kien jaf x'inhu jagħmel sentejn u nofs ilu u llum l-elettorat qed isewwi l- iżball li għamel.", "(Interruzzjonijiet) Tiġix tgħidli li l-Partit Laburista żied il-voti għax ħarġu jivvutaw aktar Laburisti, għax sentejn ilu meta l- Partit Laburista ddeċieda li joħroġ għall-elezzjoni ma qalux hekk.", "Illum għax tajnihom tkaxkira tajba qegħdin jgħidu li ħarġu jivvotaw aktar Laburistu u li qegħdin f'nofs leġislatura!", "Iva kemm se ndumu nidħku bin- nies!", "In-Nazzjonalisti jridu kollox favur tagħhom, donnu li dak li jagħmlu dejjem ikun tajjeb u aħna dejjem fl-iżball!", "Fil-gazzetta \"Paola\" li ħarġu għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta' Raħal Ġdid ġabu ritratt ta' Ġnien Lorry Sant, post rikreattiv li ġie żviluppat mill-kunsill lokali.", "Issa jien ma nafx kif dawn ma stħawx iġibuh dan ir-ritratt għax ma nafx x'ma vvintawx dwaru.", "Niftakar li tal-ġurnal \"The Malta Independent\" kienu sturdewni daqskemm kienu jivvintaw affarijiet!", "Meta kont sindku, jien kont għedt li jkun tajjeb kieku dan il- ġnien insemmuh għal persuna li ħadmet ħafna għal-lokalita' tagħna, pero' meta ftaħna l-ġnien il-kunsilliera, kandidati u deputati Nazzjonalisti ma attendewx u s-siġġijiet baqgħu vojta.", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu qassmu gazzetta u fuq il-faċċata poġġew ritratt ta' dan il-ġnien.", "Jien kont nippretendi li f'din il-gazzetta jġibu x'sar meta l-Partit Nazzjonalista kellu l-poter f'idejh fil-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid!", "Apparti minn hekk, f'\"The Malta Independent\" ġabu li ċertu tilwim ta' seta' kien hemm fost il-kunsilliera Laburisti tefa' x-xogħol lura - ma qalux li t-tilwim kien bejn xi kunsilliera indipendenti – iżda dawn ma semmewx il-mewt tal-kunsillier Toni Micallef - Alla jagħtih il-glorja tal- ġenna – li kienu nqdew bih biex jgħidu li l-kunsilliera indipendenti kienu tilfu l-maġġoranza.", "Dak iż-żmien il-kunsilliera indipendenti ma setgħu jagħmlu xejn għax kienu tnejn bi tlieta, pero' dawn tant jemmnu fid- demokrazija li minflok sejħu għall-kandidati li kienu ħarġu għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali b'mod indipendenti ̧ qabbdu żewġ Nazzjonalisti - wieħed minnhom kien is-segretarju privat ta' l-Onor.", "Fenech Adami, li jiena għandi rispett lejh - biex joħorġu għall-kunsill lokali.", "Meta tara s- sistema li jaħdmu biha n-Nazzjonalisti ma nafx kif jista' jkun li temminhom!", "Mr Speaker, sfortunatament meta l-kunsill lokali kien immexxi mil-Laburisti kien minsi mill-gvern ċentrali - pero' jekk tħares lejn lokalitajiet oħra ssib li dawn ġew megħjuna sew – u nista' ngħid li konna ilna nitolbu biex Ġnien Pawlu Boffa jiġi f'idejn il-kunsill lokali.", "Fil-fatt il-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid ħejja rapport biex dan il-ġnien jiġi rranġat, pero' biex isir dan kellna bżonn Lm18,000.", "L-istess hija tal-mistħija li l- funtani li kien hemm u li jqumu eluf ta' liri ntużaw biss meta Dr Fenech Adami fetaħ il-ġnien.", "Ara fit-22 xahar li l-partit tagħna għamel fil- gvern kemm għamilna affarijiet!", "Irranġajna r-roundabout ta' ħdejn iċ- ċimiterju ta' l-Addolorata u bdejna x-xogħol fid-daħla ta' Lourdes u fid- daħla ta' Santa Luċija li tagħti għal Raħal Ġdid.", "Dan kien imisshom qalu!", "Nista' ngħid ukoll li mal-Perit Charles Buhagiar konna wasalna biex fejn l- area ta' Smash Communications konna se nagħtu ftit tarmac u nagħmlu l- bankini u ċ-ċnut tal-plots, pero' għadda ż-żmien, tela' gvern Nazzjonalista u ma sar xejn.", "Mr Speaker, sħabi l-kunsilliera qaluli biex nitkellem fuq id-dawl tat-toroq u biex ngħid kemm ġew injorati talbiet għal bozoz.", "Ma nistax ma nsemmix ̧ per eżempju, il-pelican lights li kienu se jsiru ħdejn Luqa Road, pero' xi ħadd prominenti fil-gvern Nazzjonalista ħareġ ordni biex dawn ma jsirux u ma sarux.", "Dan l-aħħar il-gvern Nazzjonalista beda jgħid li żied il-fondi tal-kunsilli lokali pero' ma qalx li għas-servizzi dawn iridu jħallsu 15%.", "Imbagħad jgħajruna li l-Laburisti joqgħodu jiġġieldu bejniethom fil- kunsilli lokali.", "Per eżempju ̧ jien naf għalfejn żewġ kunsilliera nisa fil-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid - Rita Delezio u Carmen Vella, u minn hawnhekk nixtieq insellmilhom għax meta kont fil-kunsill lokali ħdimt ħafna magħhom - ma ħarġux għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Imbagħad jgħajru lilna bil-ġlied u bl-inkwiet!", "Naħseb li aħjar nieqaf hawnhekk għax ma nispiċċa qatt ngħid kemm ipprovaw ifixklu kull meta l-Partit Laburista pprova jagħmel xi ħaġa.", "Jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra, il- kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista qegħdin jiġu mwarrba biex ikun jidher li dawn mhu qed jagħmlu xejn.", "F'Ħal Qormi ma nafx x'ma vvintawx biex jieħdu l-maġġoranza u minn hawnhekk nixtieq insellem lill-Qriema u ngħidilhom prosit għax għamlu rebħa sabiħa.", "Issa jkunu jafu l-Qriema jekk humiex se jgħinuhom!", "Per eżempju, kien hawn xi ħadd min-naħa l-oħra li ma ħax pjaċir li fl-aħħar ġranet taw dak it-tarmac kollu f'Ħal Qormi għax hekk kien jaqbillu, imma l-maġġoranza f'Ħal Qormi għandna nżommuha.", "Ma nistax ma nsemmix, per eżempju ̧ il-protesta li saret f'Tax-Xlejli fil- Gudja organizzata mill-kunsill lokali Laburista.", "Għal din il-protesta attendew biss il-kunsilliera Laburisti, pero' kien hemm ukoll deputat min- naħa l-oħra.", "Dan id-deputat li ġie jitkellem f'isem in-nies tal-Gudja ma ngħatax leħen għax hemmhekk għad hemm rebus sħiħ.", "Qed ngħid dan għax jekk tmur Tax-Xlejli meta tagħmel xita qawwija kważi lanqas tkun tista' tidħol u meta jien ressaqt petizzjoni f'dan il-parlament kulma qaluli kien li hemm aktar toroq ta' prijorita' xi jsiru.", "Kemm aħna bravi!", "Jien nixtieq Inkun naf liema huma dawn it-toroq ta' priorita'.", "Ara f'Tas-Sliema qed isir xi xogħol biex jissebbaħ ix-xatt pero' n-naħat tagħna mhux qed jagħtu kashom!", "Jien nittama illi meta jkun hemm gvern Laburista ssir ġustizzja ma' dawk il-kunsilli lokali li għandhom maġġoranza Laburista u li sabu l- bibien magħluqin ma' wiċċhom.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq Ħal Tarxien, Sur President.", "Il-ġimgħa l-oħra kien hemm xi bravu li kiteb fil-gazzetta u qal illi jien irrid nagħmel kapital politiku mill-petizzjonijiet.", "Jien kont, għadni u se nibqa' niġbor petizzjonijiet għax nemmen li leħni għandi nwasslu.", "Jien ma tlajtx fil-parlament għall-pożi imma tlajt biex niddefendi lin-nies u meta mmur biex niġbor il-firem inħabbat għand kulħadd, Laburisti u Nazzjonalisti.", "Hekk għandhom ikunu l-affarijiet u mhuwiex sew li naqbdu u nfajru bl-addoċċ.", "Jien dejjem emmint li l-kunsilli lokali huma xi ħaġa tajba u naqbel ma' Dr Alfred Sant li fil-kunsilli lokali m'għandux ikun hemm involviment politiku.", "Pero' ladarba tan-naħa l-oħra se jibqgħu joħorġu taħt il-bandiera tal-partiti, aħna jkollna nagħmlu l-istess għax ma nafdawhomx.", "Aħna rridu nkunu nafu x'inhu jiġri.", "Per eżempju ̧ llum ġie wieħed fuqi u qalli: Miskin il-kunsillier Laburist li hemm fil-kunsill lokali tas-Swieqi, waħdu qalb sitta!", "Jien għedtlu li aħjar hekk għax għallinqas dak qed iwassal leħen il-Laburisti ta' dik il- lokalita'.", "Per eżempju, il-kunsillier Laburista ta' Għajnsielem irnexxielu jġib lill-kunsilliera l-oħrajn jaqblu miegħu.", "Jien nemmen li fil-kunsilli lokali għandu jidħol l-interess tal-lokal u nemmen li l-kunsilliera kollha flimkien għandhom jaħdmu biex il-lokalitajiet kollha jimxu 'l quddiem ħalli jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tan-nies.", "Naturalment importanti li l- kunsilli lokali jaħdmu bi pjan għax ġieli tinnota kunsilli li ma jkollhom l- ebda pjan.", "Wara kollox hemm il-flus fin-nofs u jekk se nagħmlu bankina, per eżempju, għandna naraw li din nagħmluha tajba.", "Filwaqt li nifhem li kull kunsillier jaħdem b'mod volontarju, nittama li l-kunsilli lokali jwessgħu aktar il-ħidma tagħhom.", "Jien ma rridx ngħid illi l-Laburisti biss iħobbu l-lokal għax fir-realta' hemm kunsilliera taż-żewġ naħat u anke kunsilliera indipendenti li jħobbu l-lokal tagħhom.", "Mr Speaker ̧ meta jien kont għedt li l-kunsill lokali għandu jkollu informazzjoni dwar min huma l-anzjani li jgħixu waħedhom, xi ħadd min-naħa l-oħra kien qal li b'hekk dak li jkun jitlef il-privatezza.", "X'fiha ħażin li kultant il-kunsilliera jċemplu lil anzjani jew lil persuni b'diżabilita' biex jaraw jekk għandhomx bżonn xi ħaġa u jekk, per eżempju, jkollhom is- saqaf iqattar dawn jagħmlu xi ħaġa biex jgħinuhom?", "Per eżempju, llum jeżistu skemi biex nies bħal dawn jiġu megħjuna jirranġaw darhom.", "Jien dejjem emmint li fejn jidħlu dawn l-affarijiet ma tridx iddaħħal politika u jien lest li nagħmel suġġerimenti bħal dawn biex dawn l-affarijiet jiddaħħlu fil-kunsilli lokali.", "Anke liż-żgħażagħ irridu ninvolvu aktar.", "Jien kelli l-esperjenza li nara żgħażagħ jaħdmu u jgħinu lill-kunsilli lokali.", "Per eżempju, meta jien kont fil-kunsill lokali kont inħajjar liż- żgħażagħ biex jagħtu s-sehem tagħhom fil-ħidma għall-progress tal-lokal u kont ngħidilhom li għandhom ikunu kburin li qed jagħmlu xi ħaġa.", "Ma rridux naħdmu b'sistema li min mhuwiex fil-kunsill lokali mhuwiex tajjeb u ma jistax jagħti l-ideat tiegħu.", "Mr Speaker, dwar il-gwardjani lokali jien m'inix kontra u huwa fatt li f'ċerti kunsilli lokali l-gwardjani lokali qed jaħdmu tajjeb.", "Imma f'pajjiż bħal dan fejn m'għandekx fejn tipparkja, m'għandniex noħolqu sistemi li forsi ma tantx huma prattiċi.", "Ma jistax ikun li noqogħdu nagħtu ċ-ċitazzjonijiet għax forsi taqbeż xi ftit il-lane.", "Min-naħa l- oħra l-gwardjani lokali għandhom jaraw li n-nies ma jħammġux l-ambjent.", "Hemm bżonn naraw ukoll li dawn ma jkunux ta' piż fuq il-kunsilli lokali.", "Jien ngħid li l-kunsilli lokali għamlu bidla għall-aħjar allavolja fil-bidu għamilna l-iżbalji, pero' dejjem ħdimna b'mod ġenwin.", "Nista' ngħid li ħadna ħafna riskji u ġieli sibna ma' wiċċna l-awtorita' ta' l-ippjanar għax ma kien hemm l-ebda regolamenti kif tagħmel il-bankini.", "Huwa importanti wkoll li wieħed jibża' għall-fondi u ma jħallix ruxxmata dejn għal ta' warajh, bil-konsegwenza li l-kunsill il-ġdid imbagħad ma jkun jista' jagħmel xejn.", "Jien nemmen li hemm mod kif tista' tneħħi l-ħela.", "Il-kunsilli lokali m'għandhomx ikunu hemmhekk għar-riċevimenti.", "Niftakar li meta kont fil-kunsill kont ngħidilhom biex ir-riċevimenti u l-kartolini jinsewhom għax in-nies bankini, toroq u ambjent sabih iridu.", "Hemm kunsilli li ħadmu b'dan il-għan u mxew, u hekk għandu jsir biex in-nies ikollhom fiduċja fil-kunsilli lokali.", "Illum il-Partit Laburista ġab aktar voti mill-Partit Nazzjonalista, pero' x'ma qalux qabel l-elezzjonijiet ta' nhar is-Sibt!", "Qalu li l-Ewropa se tgħin lill-kunsilli lokali, pero' din hija bħal tal-Lm100 miljun li baqgħu ma ġewx għax għal pajjiżna taxxi biss ġew.", "Mr Speaker, f'dawn l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali l-Partit Nazzjonalista tilef 13-il kunsillier u tilef ukoll it-tmexxija ta' tliet kunsilli kbar, Ħal Qormi ̧ il-Ħamrun u l-Gżira.", "Din mhijiex ċajta għax hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq kunsill lokali fejn hemm xi 300 vot.", "Fil- fatt il-Partit Nazzjonalista naqqas aktar minn 5% tal-voti fuq l- elezzjonijiet ta' tliet snin ilu.", "Aħna għandna raġun naraw lin-nies jifirħu għax dawn qed jifhmu l-politika Laburista.", "Aħna ma rridux li l- kunsilli lokali jdaħħlu aktar taxxi għax il-poplu ma jiflaħx għalihom.", "Il- kunsilli għandhom iħarsu l-interess tal-lokal u jġibu l-għaqda fil-lokal tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker.", "Naħseb it-tentazzjoni llum tkun illi nagħmlu diskussjoni fuq ir-riżultati tal-weekend li għadda.", "Ħa nipprova ma naqgħax f'din it-trappola, imma qed ninotta li l-ministru qed jgħid tentazzjoni (Interuzzjonijiet) Tentazzjoni jew eċċezzjoni?", "U waħda mill- affarijiet li forsi tajjeb li wieħed jikkummenta dwarha - naħseb li tajjeb li nikkumentaw - hi li dan l-abbozz ta' liġi li se jibdel il-Kostituzzjoni tressaq appuntu fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet u ħafna nies bdew jistaqsu, anke f'din il-Kamra, x'kienet ir-raġuni li dan l-abbozz ta' liġi ta' tibdil tal-Kostituzzjoni, illi kien ilu jinħadem - dan mhux xi ħaġa li ġrat għal ftit jiem - illi f'daqqa waħda, appuntu, lejliet l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali ta' nhar is-Sibt 10 ta' Marzu bdejna niddiskutu dan l- abbozz ta' liġi.", "Naħseb li deher manifestament ċar daqs il-kristall illi l- iskop tal-gvern kien illi, bl-iktar mod sfaċċat ngħidlu jiena, ipprova jgħid affarijiet li fil-fatt m'humiex reali.", "X'jiena ngħid?", "Il-gvern, minkejja d-dikjarazzjonijiet ripetuti li għamel il-partit Laburista kif ukoll it-tmexxija Laburista, ipprovaw iwasslu l-messaġġ żbaljat li l-Partit Laburista huwa kontra l-kunċett tal-kunsilli lokali.", "Min-naħa ta' l- uffiċjali tal-Partit Laburista u min-naħa ta' kull membru ta' l- oppożizzjoni stqarrejna kemm-il darba li aħna m'aħniex kontra l-kunċett tal- kunsilli lokali imma ma rridux li l-partiti politiċi jikkompetu bejniethom biex joħorġu l-kandidati tagħhom.", "Il-Partit Laburista jippreferi li jkunu ċ-ċittadini li joħorġu 'l quddiem mingħajr l-umbrella tal-partiti ħalli l- interess li jkollhom ma jkun xejn aktar ħlief il-lokal li huma jirrappreżentaw.", "Dawn m'għandu jkollhom l-ebda spaga politika li tiġbidhom biex ikunu jistgħu jmexxu 'l quddiem il-manifest politiku minflok il-manifest tal-lokalità.", "Per eżempju, xi ħaġa li żgur kienet interessanti min-naħa tal-Partit Laburista kienet li minflok li kien qiegħed isir manifest wieħed, kien qiegħed isir manifest għal kull lokalità separata.", "Għaliex aħna nemmnu li l-interess tal-kunsilliera li jiġu eletti fil-kunsilli lokali għandu jkun l-ewwel u qabel kollox il-ġid tal- lokalità tagħhom.", "It-tieni mbagħad hemm il-galbu u l-għaqal, li iktar 'l quddiem se jkolli ċans nitkellem aktar fuqhom.", "Mr Speaker, permezz ta' dan li għandna quddiemna qegħdin nipproponu li kemm il-kunċett tal-kunsilli lokali kif ukoll l-emenda li tirrigwarda ċ- ċittadinanza, it-tnejn għandhom jiġu entrenched fil-Kostituzzjoni.", "L- emenda dwar iċ-ċittadinanza se tagħti d-dritt lin-nisa u lill-irġiel li għandhom mara jew raġel ta' ċittadinanza Maltija, li wara perijodu ta' żmien ikunu jistgħu jgawdu l-istess drittijiet bħalma għandhom ċittadini oħra Maltin u Għawdxin.", "Jien nista' nifhem li meta ftit xhur ilu għaddiet liġi minn dan il-parlament li tagħti d-dritt taċ-ċittadinanza doppja, inħolqot problema għax applikaw mijiet jekk mhux eluf ta' persuni ħalli jkunu jistgħu jgawdu l-faċilitajiet kollha li jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin ladarba jkunu qegħdin in line mal-liġijiet ta' pajjiżna.", "Jien smajt b'diversi każi ta' persuni li ilhom li applikaw minn meta ħarġu l- applikazzjonijiet taċ-ċittadinanza doppja, ilhom joqogħdu hawn Malta tnax- il sena, m'hemm l-ebda raġuni għaliex dawn m'għandhomx jingħataw iċ- ċittadinanza doppja imma xorta għadhom qed jistennew.", "Naħseb li mhux biżżejjed li ngħidu li dan il-provvediment se jiġi entrenched fil-Kostituzzjoni u nieqfu hemm.", "Se jkollna sitwazzjoni fejn għal perijodu ta' żmien, sakemm jiġu miflija dawn l-applikazzjonijiet kollha, se jkollna l-ogħla liġi tal-pajjiż tgħid li wieħed għandu d-dritt kostituzzjonali li jingħata ċ-ċittadinanza doppja jekk jissodisfa ċerti kriterji, imma ma jkunx jista' jieħu ċ-ċittadinanza għax il-burokrazija tkun għadha fil-proċess li tevalwa l-applikazzjonijiet.", "Inħoss li l-gvern għandu jħaffef il-proċeduri u huwa importanti li iktar 'l quddiem f'dan id- dibattitu l-ministru konċernat jinformana meta hemm il-ħsieb li jkunu nħadmu l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza doppja li hemm pendenti.", "Ma narahiex ħaġa flokha li ngħaddu emenda kostituzzjonali b'consensus meta fl- istess ħin qegħdin nippermettu sitwazzjoni fejn numru ta' nies li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabiliti mil-liġi għadhom ma ħadux dak li hu tagħhom bi dritt.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, min jakkwista ċ-ċittadinanza doppja ma jkollux bżonn iktar il-freedom of movement għax ladarba jkun ċittadin Malti jkollu d-drittijiet sħaħ.", "Il-freedom of movement għandu bżonnha min mhuwiex ċittadin Malti.", "Jidhirli s'issa diġa' nħadmu xi 1,100 applikazzjoni – u registrations hemm xi 600 oħra - però wieħed irid japprezza li l-ammont ta' applikazzjonijiet ma kienx xi wieħed żgħir għax saħansitra kien hemm min kien ilu jistenna xi 30 sena.", "Apparti minn hekk, hemm ammont ikbar ta' nies li ħadu ċ-ċittadinanza awtomatikament - jiġifieri japplikaw biex jikkonfermawlhom li verament għandhom ċittadinanza doppja imma ma jħallsu xejn – u dawk l-iktar li jridu jipprovaw huwa li għamlu sitt snin barra.", "Hemmhekk trid iġġib il- provi, però anke jekk ma jġibux dawk il-provi jistgħu japplikaw dejjem, però jekk ikunu jistgħu jagħtuhielhom awtomatikament ikun aħjar.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: L-argument mhuwiex jekk jistgħux japplikaw imma li dawk li toħroġilhom uffiċjalment iċ-ċittadinanza doppja se jkollhom id- dritt li jkunu fuq ir-reġistru elettorali.", "Ejja ngħidu li l-prim ministru jiddeċiedi li jsejjaħ elezzjoni xahrejn oħra.", "Mela se nkunu f'sitwazzjoni fejn numru ta' persuni li applikaw ilkoll fl-istess żmenijiet, bejn wieħed u ieħor, minkejja li l-Kostituzzjoni tgħid li dawn għandhom il-fakultà li jkollhom iċ-ċittadinanza doppja, numru minnhom ikunu ħaduha u jkollhom id- dritt li jidhru fir-reġistru elettorali biex jivvotaw, waqt li oħrajn li jaqgħu wkoll fil-parametri li tpoġġilek il-liġi taċ-ċittadinanza doppja mhux se jkollhom id-dritt li jivvotaw.", "Se jkollna sitwazzjoni kostituzzjonali fejn minkejja li jkun hemm persuni bl-istess drittijiet li jaqgħu fil-parametri tal-liġi, se jkun hemm min għandu dritt li jivvota u min m'għandux.", "Irridu nammettu li fiċ-ċivil hemm burokrazija żejda u red tape bl-għama u għalhekk jeħtieġ li nħaffu dan il-proċess biex ma niġux f'sitwazzjoni ta' ksur ta' dritt kostituzzjonali.", "Mhux se noqgħod nidħol fil-kwestjoni jekk il-bastiment La Salle kellux jitħalla jidħol fid-dockyard għaliex mhux l- iskop tiegħi li nidħol fl-argument jekk il-gvern jiġix jaqa' u jqum li jikser il-Kostituzzjoni fejn jidħlu każi simili.", "Imma ma nixtieqx li wara li ngħaddu abbozz ta' liġi, niġu f'sitwazzjoni kostituzzjonali fejn fost persuni li applikaw biex ikollhom ċittadinanza doppja jkun hemm uħud li se jkollhom dan id-dritt u oħrajn li se jkunu miċħuda minn dan id-dritt, meta kostituzzjonalment it-tnejn għandhom id-dritt.", "Irridu noqogħdu attenti li dan ma jiġrix.", "Se nieqaf hawnhekk fuq il-kwestjoni taċ-ċittadinanza doppja, Sur President.", "Nitkellem issa fuq il-kwestjoni tal-kunsilli lokali.", "Nerġa' nirrepeti li bħala partit Laburista aħna nsostnu żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett nemmnu fil-kunċett tal-kunsilli lokali, u qed inkun speċifiku meta ngħid fil- kunċett tal-kunsilli lokali.", "Mhux se noqgħod nirrepeti bħalma jirrepeti l- gvern: Nemmen fil-kunċett tas-sussidjarjetà bla, bla, bla!", "Nitlob lil din il-Kamra, speċjalment lil min qiegħed imexxi dan l-abbozz ta' liġi, li meta nkunu qed niddiskutu fid-dettall l-emendi li hemm bżonn isiru fl-istadju ta' kumitat nittrattawhom bis-serjetà.", "Jekk hemm il-kunċett li jirrigwarda l-kunsilli lokali ngħidu li nemmnu fih, imma ma nistgħux noqogħdu nħaħħlu ħafna kliem biex ninbxu lin-naħa l-oħra.", "Min-naħa l-oħra tajjeb ngħidu li filwaqt li qegħdin naqblu mal-konċett tal-kunsilli lokali, l-abbozz ta' liġi ma jidħolx fid-dettall ta' kif għandhom isiru, kemm għandu jkun hawn kunsilli lokali u kif għandhom jiġu eletti.", "Aħna se nivvotaw fuq il-kunċett per se, irrispettivament mir-regolamenti li jistgħu jinbidlu mill-gvern tal-ġurnata skond kif iħoss li għandhom isiru għall-ġid tal-komunità u għall-ġid ta' Malta u Għawdex.", "Tajjeb li jkun reġistrat li bħala Partit Laburista għadna nsostnu li huwa importanti li l-kunsilli lokali ma jkunux politiċizzati u li jkun aktar għaqli kieku l-partiti politiċi ma jipparteċipawx fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "F'pajjiżna diġà għandna sitwazzjoni polarizzata, naħa jew oħra, u ma nixtequx li din tkompli tiżdied fid-diversi lokalitajiet.", "Diġà għandna ċerti każini li jinqasmu bil-kulur politiku; għandna każini li jinqasmu skond il-qaddis; għandna każini li jinqasmu skond jekk dak il-każin jżommx mat-Taljani jew ma' l-Ingliżi; u għandna każini li jinqasmu skond jekk wieħed hux ġej min-naħa ta' fuq jew inkella min-naħa t'isfel tar-raħal.", "Għandna biżżejjed sitwazzjonijiet ta' qasma ġewwa pajjiżna.", "Meta daħlu l- kunsilli lokali kienet opportunità eċċellenti biex inneħħu l- polarizzazzjoni politika, iżda tlifniha dik l-opportunita' għaliex il- Partit Nazzjonalista kompla jwebbes rasu li joħroġ il-kandidati tiegħu għall-kunsilli lokali.", "B'hekk ġejna f'sitwazzjoni fejn kien qed ikollna deficit demokratiku minħabba li kellek settur ta' kunsilliera organizzati taħt kappa ta' partit, waqt li grupp ieħor ta' persuni li kellhom l- interess qabel kollox tal-lokalità, ma kienu taħt l-ebda kappa.", "Anke fejn kien hemm sitwazzjoni ta' minoranza Nazzjonalista, dawn kienu dominati minħabba li l-kandidati li kienu jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista kienu organizzati taħt programm partikolari li apparti li kien ifittex l-interess tal-lokalità, kien ifittex ukoll l-interessi tal- Partit Nazzjonalista.", "Kien għalhekk li sentejn ilu l-Partit Laburista ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li se joħroġ il-kandidati taħt il-kappa tal- Partit Laburista bi programm għal kull lokalità.", "Però f'diversi lokalitajiet fejn hemm maġġoranza ta' kandidati Laburisti, kif ukoll fejn hemm minoranza ta' kandidati Laburisti, qed tidher b'mod ċar id-differenza li jista' jkollok fl-approach lejn il-kunsilli lokali.", "Jekk insemmi ċerti sitwazzjonijiet naħseb li wieħed ikun jista' jifhem aktar ċerti differenzi bejn lokalità u lokalità.", "Illum inħossni aktar komdu li nitkellem fuq ċerti affarijiet għaliex mhux se nkun qiegħed nitkellem fuq lokalitajiet li se jkollhom l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fi ftit jiem oħra, peress li diġà saru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Naħseb huwa importanti li wieħed jara l-impenn.", "Per eżempju, bejn l-1996 u l-1998 il-maġġoranza tal-kunsilliera f'Bormla u anke s-sindku kienu indipendenti.", "Dawn setgħu kellhom opinjonijiet politiċi differenti - kien hemm min kien Nazzjonalist u kien indipendenti, u kien hemm min kien Laburist u kien indipendenti - imma għallinqas kien hemm indipendenza ta' ħsieb.", "Dak iż-żmien ma ħasbuhiex darbtejn biex jagħmlu pressjoni fuq il-gvern Laburista ħalli jitħaffef ix-xogħol fiċ- ċentru tas-saħħa ta' Bormla.", "Kull meta talbu biex jingħataw l- informazzjoni dwar x'kien għaddej fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla – bħal meta kienu ħerġin it-tenders, meta kienu se jintgħażlu t-tenders, meta kien se jiġi awarded il-kuntratt jew meta kellu jibda u jispiċċa x-xogħol tal- kuntrattur - dejjem ġew informati pass pass kif kienu sejrin l-affarijiet.", "Kien hemm ukoll diskussjoni biex iċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla mhux jaqbad u jagħlaq il-bibien u kulħadd ikollu jmur jinqeda fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, u fil-fatt il-kunsilli lokali intalbu anke pariri.", "Sur President, kien hemm diskussjoni sħiħa biex intgħażel post ħalli l- faċilitajiet li dak iż-żmien kienu jingħataw miċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla fuq bażi ta' 24 siegħa, jibdew jingħataw abbażi ta' 12-il siegħa kuljum, mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m., peress li l-post kien żgħir.", "Kien hemm il-ħsieb li meta jiftaħ iċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla dan kellu jerġa' jibda jiffunzjona fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.", "Kienu informati wkoll li s-servizz ma kellux jibqa' wieħed rudimentali b'servizz ta' tabib, imma ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla kellu jkun eżempju ta' fejn irridu naslu fiċ-ċentri tas-saħħa l-oħrajn.", "Fil-fatt kien hemm ippjanat - u suppost għad hemm ippjanat, għallinqas fuq il-karta - li jkun hemm diversi faċilitajiet u servizzi li s'issa fl-ebda ċentru tas-saħħa m'huma qegħdin jingħataw.", "Anzi konna qegħdin nitkellmu li għandu jsir tkabbir ta' ċentri tas-saħħa oħrajn, fejn m'hemmx l-ispazju neċċessarju, ħalli s-servizzi li kellhom jibdew jingħataw fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla jkunu jistgħu jingħataw fiċ-ċentri tas-saħħa l-oħrajn kollha.", "Iżda taħt il-gvern Nazzjonalista, iċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla mhux talli ma fetaħx fi żmienu talli nfetaħ madwar għaxar xhur wara t-target date.", "Għaddew ix-xhur u s-servizz qatt ma beda abbażi ta' 24 siegħa kuljum imma dejjem baqa' fuq il-bażi ta' 12-il siegħa kuljum.", "Is-servizz ta' tabib li minn biċċa gabuba ta' garaxx ġo Bormla li kien servizz li jingħata fuq tul ta' ħin, tnaqqas u sar sal-5.00 p.m. Mhux talli hekk, talli mis-Sibt wara s-1.00 p.m. sat-8.00 a.m. tat-Tnejn ta' wara ma ssibx tabib ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla.", "Kellna sitwazzjoni fejn is-servizzi l-oħrajn ta' eċċellenza li kienu maħsuba li jingħataw f'dan iċ-ċentru baqgħu sempliċement fuq l-ixkaffa jew fuq il-kotba jilagħqu t-trab tal-librerija.", "U l-isfortuna kienet li n-nies ta' Bormla, minkejja li kellhom kunsill indipendenti li kien qed jagħmel pressjoni fuq il-gvern tal-ġurnata ħalli jkollhom ċentru tas-saħħa mill-aqwa, spiċċaw li għandhom bini mill-aqwa imma servizz mill-inqas!", "Is-servizzi li tant kienu ilhom mwegħdin qatt ma raw id-dawl tax-xemx.", "Naturalment il-kunsill lokali ta' Bormla pprotesta kontra d-deċiżjoni tal-gvern li jagħlaq iċ-ċentru tas-saħħa b'dak il-mod u għaliex intgħażlet Bormla.", "Hekk ukoll ġara fis-sitwazzjoni tar-Rabat, fejn kunsillier Laburista ressaq mozzjoni ssekondata minn kunsillier ieħor Laburista li fiha kkritika lill- gvern għaliex għalaq iċ-ċentru tas-saħħa għal xi ħinijiet.", "Ma fiha xejn billi wieħed jikkritika.", "Jien ma niddejjaq xejn li għada pitgħada - jekk forsi nerġa' niġi fdat f'pożizzjoni li nkun ikkritikat – niġi kkritikat minn kunsill lokali b'maġġoranza Laburista.", "Anzi niddejjaq min ifaħħarni l- ħin kollu għax nibda ninkwieta li mhux qed jurini l-fatti u l-verità.", "Iktar nista' nitgħallem u nagħmel ġid jekk inkun ikkritikat milli jekk xi ħadd jagħmel sarima ma' ħalqu jew inkella nagħmel sarima ma' ħalq xi ħadd biex ma jkunx jista' jikkritikani.", "Jien dejjem emmint fl-awto-kritika, minn meta kont żgħir fil-partit ħdimt għall-awto-kritika u ma jiddispjaċinix li llum ukoll naċċetta awto-kritika.", "J'Alla fil-futur ikolli l-grazzja li l-awto-kritika mhux biss naċċettaha imma nismagħha u nagħmel it-tibdil kollu neċessarju.", "Issa t-tajba hi li l-maġġoranza tal-kunsilliera Nazzjonalisti tal-kunsill lokali tar-Rabat qablu mal-mozzjoni li kienet tressqet.", "Mhux talli qablu ma' dik il-mozzjoni talli kkritikaw lill-gvern għall-mod kif għalaq arbitrarjament għall-ħafna mill-ħin tal-ġurnata u tal-ġimgħa ċ-ċentru tas- saħħa tar-Rabat u ma tax kas id-diffikultajiet li kienu qed jiffaċċjaw ir- Rabtin, in-nies tal-Baħrija, tal-Kunċizzjoni, ta' Ħad-Dingli, ta' l-Imdina, u n-nies tal-lokalitajiet kollha ta' madwar.", "Min m'għandux trasport għandu problema kbira biex ikun jista' jinżel fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta, apparti li wara li jkunu niżlu ċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta jgħidulhom li wara l-5.00 p.m. u mis-Sibt wara s-1.00 p.m sat-Tnejn fit-8.00 a.m. jaraw każi ta' emerġenzi biss.", "Imma b'dan naraw kif anke meta kienu f'minoranza l-kunsilliera Laburisti kienu kapaċi jġibu differenza fil-kunsill lokali, u anke persuni indipendenti wrew li kapaċi jġibu differenza.", "L-istess, kunsillier indipendenti ġewwa Ħal Qormi, issekondat minn kunsillier indipendenti ieħor, ukoll ressaq mozzjoni fejn ikkundanna lill- gvern għall-għeluq taċ-ċentru tas-saħħa f'Ħal Qormi.", "Hemmhekk kien hemm sitwazzjoni ta' maġġoranza ta' sitt kandidati tal-Partit Nazzjonalista u ħamsa li kienu indipendenti.", "Dawn is-sitta għelbu lill-ħamsa l-oħra fuq din il-mozzjoni u ma ħarġet l-ebda kritika fuq l-għeluq taċ-ċentru tas- saħħa ta' Ħal Qormi.", "Issa mhux se nidħol fil-merti ta' x'interessi oħrajn seta' kien hemm ġewwa Ħal Qormi li ma kienx hemm fir-Rabat – per eżempju, is-sindku kellu kuntratt ta' Lm10,000 mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi, liema rabta kuntrattwali forsi kienet iġġibu f'ċertu konflitt – għax rridu nirrikonoxxu l-fatt li minħabba li jkun hemm ċerta rabta wieħed ma jkunx jista' jimxi kif ikun jixtieq.", "Evidentement mhux biżżejjed li tmur tagħmel it-tarmac fl-aħħar ġurnata qabel l-elezzjoni, u nistgħu naraw li l-Qriema rrealizzaw x'kien qed jiġri fl-aħħar tliet snin mhux biss mill-kunsill lokali imma anke mill-gvern ċentrali.", "Ċertament li l-elettorat ta' Ħal Qormi tah risposta lill-gvern.", "Naħseb li jkun interessanti wkoll li ladarba qed nitkellem fuq is-settur tas-saħħa insemmi dak li qed jiġri fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara.", "Dan iċ-ċentru tas-saħħa suppost li wkoll kellu jinfetaħ fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum imma issa qed jinfetaħ daqslikieku kienet il-berġa kif kienet qabel għax it-tabib ipoġġi hemmhekk mit-8.00 a.m sal-11.00 a.m. u mbagħad ikollok servizz ta' nurse.", "Issa s-sabiħa hija li bis-servizz ta' nurse mhux l-ewwel darba li jmur xi ħadd biex jieħu t-tilqima tat-tetnu u jgħidulu li m'għandhomx u li allura aħjar imur il-Mosta.", "Jiddispjaċini ngħid li n-nies qed imorru għal ċerti servizzi, ma jingħatawlhomx u jintbagħtu l-Mosta, sitwazzjoni għal kollox inaċċettabbli.", "Għandek servizz ta' nursing ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara jew m'għandekx?", "U jekk m'għandekx u m'initx tagħti s-servizz kollu, allura liċ-ċittadini ta' Birkirkara u tal-viċinanzi, ta' Ħal-Lija, ta' Ħ'Attard, ta' Ħal Balzan, ta' l-Iklin għandek tgħidilhom għal liema servizzi għandhom imorru fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara u għal liema servizzi għandhom imorru fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta.", "Mhux sewwa li dawn imorru hemmhekk u mbagħad jibagħtuhom n-naħa l-oħra jew inkella jkun hemm numru ta' nies jistennew fil-waiting room u kif isiru l-11.00 a.m. t-tabib jgħidilhom li sarlu l-ħin biex jitlaq.", "Mr Speaker, din mhijiex sitwazzjoni aċċettabbli u l-kunsilliera Laburisti ilhom isemmgħu leħinhom fuq din is-sitwazzjoni ġewwa Birkirkara.", "Jien ġejt informat li fil-jiem li ġejjin għandha titressaq proposta li ċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara għandu jkun provdut b'tabib li l-fondi għalih ikunu mħallsa mill-kunsill lokali ta' Birkirkara ħalli jagħmel tajjeb għal dak li mhux qed jagħmel il-gvern ċentrali, fis-sens li dak li mhux qed jagħmel il-ministru tas-saħħa, għallinqas jagħmlu l-kunsill lokali ta' Birkirkara.", "Wieħed irrid jistenna u jara x'se jkun l-eżitu ta' din il- mozzjoni li se titressaq u nittama li ċ-ċittadini, li jixirqilhom ħafna u ħafna aktar, jingħataw l-aħjar servizz li wieħed jistenna.", "Jien inħoss li l-kunsilli lokali għandhom ħafna x'joffru fis-settur tas- saħħa, b'mod speċjali f'dawk il-lokalitajiet li qegħdin viċin il-bajjiet.", "Dawn għandhom joffru servizzi ta' first-aid minn nies li huma kwalifikati f'każ ta' inċidenti konnessi mal-baħar.", "Nafu li s-sajf li għadda kellna madwar 15-il każ ta' mewt assoċjati ma' l-għawm.", "Naħseb li jkun interessanti li diversi kunsilli lokali jibdew minn issa jippreparaw għas- sajf li ġej, għall-istaġun ta' l-għawm, ħalli jibdew joffru l-faċilitajiet kollha neċessarji.", "Dan l-aħħar anke smajt lill-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali u anke lill-ministru tas-saħħa jsemmu s-settur tas-saħħa in konnessjoni mal- kunsilli lokali.", "Ikun interessanti li fl-għeluq tad-diskors tiegħu l- ministru jgħidilna x'inhu l-ħsieb tal-gvern ċentrali dwar dawn is-servizzi tas-saħħa u kif għandhom ikunu abbinati mal-kunsilli lokali.", "Importanti li nisimgħu dawn l-ideat issa u mhux meta l-froġa tkun diġà tfattret, ħalli wieħed ikun jista' jitkellem favur jew kontra ċerti konċetti li jkunu qed jiddaħħlu.", "B'hekk l-affarijiet ma jsirux bl-iskossi għax għada pitgħada jerġgħu jinbidlu l-affarijiet peress li ma jkunx intlaħaq consensus.", "Fl- aħħar minuta u nofs li baqagħli xtaqt insemmi xi punti oħrajn, Sur President.", "Huwa importanti li l-affarijiet li jkunu qegħdin isiru ġewwa pajjiżna jsiru bis-serjetà u mhux sewwa li jiġri bħalma ġara ġewwa n-Naxxar, fejn kien hemm xi nies li kellhom biċċa porch fuq il-bieb, u marru ruxmata pulizija u ħaddiema biex iwaqqgħuhielhom u waħħluhom xi Lm150 ta' kull waħda li neħħew.", "Inkella jkun hemm postijiet pubbliċi li jitilgħu mingħajr il- permess tal-planning authority - għax hekk ikun iddeċieda l-gvern - imbagħad dawn l-irregolaritajiet jiġu ssanzjonati mill-awtorita' ta' l- ippjanar u taparsi l-organizzazzjoni konċernata teħel multa, bħalma ġara fl-isptar tal-Qroqq, u qisu qatt ma ġara xejn!", "Lanqas huwa aċċettabbli li jsir parkeġġ mingħajr il-permess tat-traffic control board, kif hemm inti u dieħel il-Għarghur.", "Iċ-chairman tat-traffic control board informa lis- segretarju tal-kunsill lokali li huma bdew ix-xogħol qabel lanqas biss kienu għadhom bagħtu l-pjanti ħalli t-traffic control board ikun jista' jevalwa jekk hemmx periklu jew le f'dik il-lokalità.", "M'huwiex aċċettabbli li jinbeda x-xogħol għax ikun hemm il-permess tal- planning authority biss, imbagħad meta l-kumitat li suppost jara li ma jkunx hemm periklu għat-traffiku jissuġġerixxi emendi fil-pjanti, isib li x- xogħol diġà sar u biex jiġi kkoreġut rridu nerġgħu nonfqu l-flus.", "Dan mhuwiex il-mod kif wieħed jimxi bil-għaqal u mhuwiex eżempju li wieħed jagħti lil Ċikku l-poplu, għax allaħares kulħadd jagħmel li jrid u li jogħġbu qabel ikollu l-permessi tal-planning authority jew tat-traffic control board.", "Il-gvern qed jagħti messaġġ ħażin lill-poplu.", "Mhux ta' b'xejn li ħafna drabi l-poplu jipprova jabbuża għax jgħidlek: Bħalma jabbuża l-gvern, hekk ukoll għandi d-dritt li nabbuża jien!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONR.", "JOE MIZZI: Sur President, qabel nibda d-diskors proprju tiegħi nawgura lill-kunsilliera kollha li telgħu, kemm Nazzjonalisti u kemm dawk Laburisti, imma b'mod speċjali nawgura lill-kunsilliera tal-Birgu li ħarġu taħt il-kappa tal-Partit Laburista.", "Evidenti li n-nies tal-Birgu taparsi jirrikonoxxu x-xogħol li għamlu l-kunsilliera ta' qabel, u bil-kunsill il- ġdid jien persważ li se jkompli jsir ħafna ġid għal-lokalità tal-Birgu.", "Anke fil-każ tal-kunsilli lokali l-oħra tal-Kottonera, jien persważ li jekk dawn jimxu fuq il-programmi Laburisti, il-poplu tal-Kottonera jinduna li dik hija l-aħjar policy li jista' jkun hemm għal dawk il-lokalitajiet.", "In- nies ta' dawk in-naħat għandhom esperjenza biżżejjed għaliex meta konna fil- gvern aħna ridna nuru lin-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta li verament ridna nagħtu spinta lil dawk l-inħawi, mhux biss permezz tal-gvern ċentrali imma bl-għajnuna tal-kunsilli lokali nnifishom.", "Illum nistgħu ngħidu li l- elettorat tad-distrett tiegħi fehem dan il-messaġġ, u naħseb li tajjeb li dan il-messaġġ jifhmu wkoll dak il-kollega tan-naħa l-oħra li f'okkażjoni oħra ħareġ jgħajjat li l-Partit Laburista kien tilef il-fiduċja tal-poplu.", "Ma tridx tkun xi avukat biex tinduna li l-folja qed iddur u qed iddur sewwa kontra l-Partit Nazzjonalista.", "Kemm mingħalihom riedu jġellduna man-nies ta' xejra Laburista li aħna kontra l-kunsilli lokali!", "Iżda bil-maqlub, fit-22 xahar li konna fil-gvern aħna wrejna kemm nemmnu fil-kunsilli lokali għax konna ħejjejna pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta u lill- kunsilli lokali involuti konna kkonsultajnihom f'kull ħaġa.", "Il-kunsilli lokali kien ikollhom diskussjonijiet ma' kapijiet ta' dipartimenti, ma' għaqdiet soċjali u ma' għaqdiet reliġjużi u NGOs.", "Kien ikun hemm diversi esperti f'ħafna oqsma, kemm fuq aspetti soċjali u ambjentali, u kienu jikkonsultaw ruħhom anke mal-kunsilli lokali.", "Wara li saru dawn il- konsultazzjonijiet, studji u riċerki, kien ħareġ il-pjan soċjo-ekonomiku finali għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Dan il-pjan kien sar proprju bl- għajnuna ta' kulħadd u nista' ngħid li kienu qablu miegħu l-partiti politiċi, kulmin kien ħa sehem fih u anke n-nies li joqogħdu f'dawk l- akwati.", "Dan il-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta kien daħal fil-problemi kollha li jeżistu hemmhekk u ttekiljahom kemm mill-aspett ta' żvilupp, kemm mill-aspett soċjali, kemm mil-lat ambjentali, kemm mil-lat kulturali, tista' tgħid minn kull aspett.", "Dan għaliex kien jidher ċar li wieħed irid jidħol fil-problemi ta' dawn l-akwati b'mod sħiħ u mhux jikkonċentra fuq aspett wieħed biss.", "Per eżempju, ma jagħmilx sens li wieħed jagħmel ċertu żvilupp biex iġib it-turisti hemmhekk mingħajr ma jħares lejn l-effetti li jkun se jħalli dak l-iżvilupp.", "Fil-fatt dak kien l-aħjar rapport li qatt sar biex wieħed ikun jista' jmexxi 'l quddiem il- lokalita' tal-Kottonera.", "Niftakar li wara l-konferenza li kienet saret qabel l-elezzjoni ta' l-1998, fejn kien ġie approvat dan il-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta, kien ġie deċiż li kellu jkun hemm action committee mhux biss biex jara x'inhuma l-prioritajiet tal-proġetti, imma dan kellu jissottometti wkoll l-ispejjeż involvuti biex jiġu implimentati dawn il-proġetti.", "Jiġifieri l-gvern ċentrali, barra li kien qed jivvota l-fondi għall- kunsilli lokali, kien se jivvota fondi oħra lil dan il-kumitat biex ikunu jistgħu jitwettqu dawn il-proġetti tal-pjan soċjo-ekonomiku.", "Allura l- kunsilli lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta kienu se jgawdu minn ammont ta' flus akbar milli wieħed kien jista' jobsor.", "Iżda mbagħad saret l- elezzjoni ġenerali u tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern u f'affari ta' ftit ġimgħat, wara li l-ministru għall-politika soċjali pubblikament kien wieġeb ċar u tond li jaqbel mal-pjan soċjo-ekonomiku u kien anke stqarr li jemmen li dan il-pjan kellu jitwettaq, l-ewwel ħaġa li saret kienet li l- gvern Nazzjonalista talab lil dawk li kienu fuq dan l-action committee biex jibagħtu r-riżenja tagħhom, u dawn hekk għamlu.", "Fil-fatt jien kont wieħed minnhom.", "Issa hawn ta' min jgħid li kulħadd kien qabel ma' dan il-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta u kien hemm kordinament ċar bejn il-kunsilli lokali biex dawn jaħdmu bħala reġjun.", "Smajna diversi drabi li din tar-reġjun ma treġix, pero` jien li nista' ngħid hu li meta l-awtorita` ta' l-ippjanar marret barra minn Malta biex tippreżenta proġetti reġjonali, ġabet proprju dan il-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta bħala eżempju ta' pjan reġjonali.", "Fil-fatt l- awtorita` ta' l-ippjanar kienet waslet saħansitra biex aċċettat li dan il- pjan ikun inkluż meta joħorġu l-pjani lokali għan-naħa t'isfel ta' Malta, pero` minkejja dan kollu issa spiċċajna biex għandna gvern Nazzjonalista li qed iwarrab dan il-pjan u r-riżorsi kollha li kellu dan il-pjan u minflok ma beda jinvesti fin-naħa t'isfel ta' Malta, beda jkisser u beda jagħmel ċerti affarijiet biex ikisser b'mod soċjali lin-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Jiddispjaċini ngħid li dak li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista fil-proġett tal-Kottonera hu biss spekulazzjoni u mhux veru li permezz ta' dan il-proġett in-naħa t'isfel ta' Malta se tingħata nifs ġdid.", "Il-gvern Nazzjonalista qed jabbanduna ċerti affarijiet li kien sar studju serju fuqhom u se jipprova jdaħħal affarijiet oħra li ma sarx studju biżżejjed fuqhom.", "Il-gvern Nazzjonalista beda biex qalilna li se jsir revival plan li se jkun magħmul minn esperti barranin dwar il-Kottonera.", "Niftakar li kellna wkoll laqgħa li fost l-oħrajn attendew għaliha dawn l-esperti barranin, iċ- chairman għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera u Dr Karmenu Mifsud Bonnici.", "Hekk kif kienet se tibda din il-laqgħa jien dort fuq dawn l-esperti u staqsejthom jekk kenux raw il-pjan soċjo-ekonomiku li kien sar għan-naħa t'isfel ta' Malta, u meta dawn weġbuni fin-negattiv, jien għedtilhom: Jekk intom għadkom ġejjin Malta kif tistgħu tagħmlu pjan aħjar minn dak li ħa ż- żmien biex sar u li ħa sehem fih kulħadd, fosthom esperti Maltin li żgur li jafu x'hemm bżonn għan-naħa t'isfel ta' Malta iktar minnkom?", "Dawn x'affarijiet huma!", "Huma qaluli li lanqas biss għandhom kopja ta' dan il- pjan u għalhekk jien offrejtilhom biex nagħtihom kopja, pero` minn dakinhar 'il hawn qatt ma reġgħu kkuntattjawni.", "Jista' jkun li ddobbaw kopja ta' dan il-pjan minn x'imkien ieħor ukoll.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm l- affarijiet m'humiex qed isiru bis-serjeta`.", "Per eżempju, fil-pjan soċjo-ekonomiku li konna għamilna aħna, konna għamilna enfasi kbira fuq il-bżonn li l-poliklinika fil-Kottonera tibqa' miftuħa 24 siegħa kuljum u tiġi manned b'ċertu apparat li jaqdi l- bżonnijiet neċessarji għall-mard li huwa kkonċentrat f'dik l-area.", "Kellu jkun hemm ukoll xi speċjalisti ta' ċertu mard f'ċerti ħinijiet.", "Imma l- Partit Nazzjonalista x'għamel?", "Minkejja li jaf li fil-Kottonera hemm popolazzjoni anzjana, huwa ppropona li l-poliklinika tinfetaħ għal ftit sigħat kuljum biss, jiġifieri jekk anzjana tkun teħtieġ tabib wara l-5.00 p.m. jew f'xi festa pubblika, trid titla' l-poliklinika ta' Raħal Ġdid, u jekk ma jkollhiex mezzi biex tagħmel dan affariha.", "Mhux ta' b'xejn li l- ewwel jien għedt li spiċċajna biex lir-residenti tal-Kottonera erġajna tfajnihom lura u kissirnihom!", "Il-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta kien qed jipproponi li jsir ċentru għall-ħidma soċjali ħalli b'hekk dan iċ-ċentru jkun jista' jaħdem iktar viċin dawk in-nies li għandhom problemi soċjali, u fil-fatt kien hemm ukoll il-ħsieb li iktar 'il quddiem wieħed idaħħal ċerti lifeskills.", "Imma hekk kif inbidel il-gvern dan kollu mar il-baħar.", "Ta' min jgħid ukoll li meta kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern, aħna konna fformajna kumitat biex nissorveljaw kif l-affarijiet huma mexjin fin- naħa t'isfel ta' Malta, pero` minn dan kollu ma sar xejn.", "Flimkien mal- ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien, aħna konna fhimna li rridu nagħtu attenzjoni speċjali lir-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta u fil- fatt konna saħansitra ħsibna biex flimkien mal-Maltacom indaħħlu l-internet fl-iskejjel tan-naħa t'isfel ta' Malta, pero` anke hawn kif inbidel il- gvern minn dan kollu ma sar xejn.", "Li kieku l-gvern Nazzjonalista baqa' miexi fuq dak il-pjan nazzjonali li konna għamilna aħna konna nkunu għamilna avvanz kbir 'l quddiem, u fil-fatt il-kunsilli lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta kienu diġa' bdew jaħdmu u jikkordinaw flimkien.", "Il- kunsilli lokali kien se jkollhom ir-responsabbilta` li jaraw li l- affarijiet mexjin sew u flimkien jagħtu dik l-imbottatura biex il-problemi soċjali jiġu solvuti, pero` minkejja li l-gvern Nazzjonalista kien wiegħed li se jimxi ma' dan il-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta, ma mxew imkien.", "Il-Partit Nazzjonalista meta ta importanza lill-kunsilli lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta?", "Ħalli nerġa' mmur lura fuq il-proġett tal-Kottonera.", "Il-kunsilli lokali ma ġewx ikkonsultati kif kellhom jiġu kkonsultati.", "Fil- fatt il-kunsilli lokali lanqas biss kienu jafu li l-appartamenti li kienu se jinbnew kienu se jgħattu l-area tal-Birgu.", "Dawn lanqas kienu jafu lanqas li kienet se tinħoloq problema ta' parking u li iktar 'il quddiem se jkun hemm konġestjoni tat-traffiku.", "Il-gvern Nazzjonalista beda l-proġett tal-Kottonera mingħajr ma għamel ċerti studji neċessarji.", "Per eżempju, qabel ma nbeda dan il-proġett, raw jekk is-sistema ta' drenaġġ li hemm tiflaħx għal dan il-proġett?", "Jew se nibdew nagħmlu dan il-proġett u mbagħad wara nerġgħu nibdew inkissru?", "Ta' min jgħid ukoll li ma sar l-ebda traffic impact assessment, bil-konsegwenza li l-konġestjoni tat-traffiku li se jkun hemm hemmhekk mhux biss se taffettwa lir-residenti tal-Kottonera imma anke lir-residenti tal-Fgura u Raħal Ġdid.", "Jien ngħid li anke bis-supermarket li se jinbena minflok is-cement stores se jinħolqu iktar problemi soċjali.", "Ma naħsibx li l-awtorita` ta' l- ippjanar għandha tagħti l-permess biex jinbena dan is-supermarket għax hi stess kienet iddikjarat li hemmhekk m'għandux jinfetaħ outlet kbir bħal dak, pero` taħt gvern Nazzjonalista ma tistax tgħid x'isir.", "Fl-awtorita` ta' l-ippjanar qed jiġru ħafna affarijiet strambi u ma neħodhiex bi kbira li joħroġ il-permess għal dan is-supermarket, bil-konsegwenza li dan jispiċċa biex jeqred il-ħwienet iż-żgħar li hemm fil-Kottonera.", "Ta' min jgħid ukoll li sal-lum ħafna mill-familji tal-Kottonera ma jħallsux lil dawn il-ħwienet fil-pront imma jħallsuhom hekk kif jirċievu l-paga, u b'dan is-supermarket din il-faċilita` se tinqata'.", "Dawn huma problemi li jeżistu u li wieħed irid jagħti kashom, pero` fil-verita` l-gvern Nazzjonalista m'huwiex qed iwettaq il-proġett tal-Kottonera biex minnu jgawdu r-residenti tal-Kottonera imma qed iwettqu biex minnu jgawdu l-ispekulaturi.", "Iridu jbellgħuhielna li l-isports complex li se jsir ġol-Kottonera se jkun għan-nies tal-Kottonera.", "Li kieku dan l-isports complex kien se jsir verament għan-nies tal-Kottonera kien ikun miftuħ il-ħin kollu biex in-nies ikunu jistgħu jużawh meta jridu.", "Il-verita` hi li dan l-isports complex se jsir biex isiru attivitajiet nazzjonali.", "Aħjar nitkellmu ċar u tond u mhux nipprovaw inbellgħuha lin-nies tal-Kottonera li dan huwa speċifikament għalihom.", "U mbagħad xi ngħidu għall-fatt li minkejja li minkejja li s- segretarju parlamentari tant jiftaħar li hu jagħmel kollox bil-permess u kif suppost, fil-forti ta' Sant'Anġlu l-kuntrattur għamel rampi illegali, neħħa l-ħamrija minn hemm, għabbieha fuq barkun u marru jarmuha l-baħar?", "U mela se jiġi jmerini u jgħid li jien giddieb!", "Imma l-isbaħ waħda hi meta qalu li fil-ġnien taż-żebbuġ, li jibda minn Ħaż- Żabbar u jibqa' sejjer sal-Kottonera u sal-Fgura, qed jitfgħu xi ħamrija bil-galbu.", "X'galbu, galbu!", "Morru araw kif ħarbtu s-siġar taż-żebbuġ biex tefgħu dik il-ħamrija!", "Ma nafx fejn spiċċat l-attenzjoni speċjali u s- serjeta` li jgħid li għandu dan il-gvern għan-naħa t'isfel ta' Malta!", "Minkejja li qed issir din il-ħsara, għall-gvern qisu m'hu qed jiġri xejn u qed iħalli lil kulħadd jibqa' jagħmel li jrid.", "Fil-fatt għalkemm il-gvern Nazzjonalista tant jiftaħar li l-kunsilli lokali huma gvernijiet lokali u li hu jagħti kashom, l-awtoritajiet konċernati m'huma qed jagħmlu xejn biex jaqtgħu dan l-abbuż li qed isir.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ippermettili nwaqqfek hawn għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t- Tlieta, 13 ta' Marzu, 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlementari", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, fil-ħin li għandi għad-disposizzjoni tiegħi se nitkellem fuq xi każi li semma' l- Onor. Joe Mizzi l-ġimgħa l-oħra.", "L-Onor.", "Membru rrifera għal numru ta' każi li skond hu huma \"irregolaritajiet\" min-naħa ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar u fost affarijiet oħra tkellem fuq il-każ tal-proġett tal-gvern biex jagħmel sports complex għall-area tal-Kottonera.", "Infatti l-Onor.", "Membru għadu kemm qalilna li dan il-proġett m'huwiex għan-nies tal- Kottonera. (interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien lis-segretarju parlamentari tlabtu jgħidilna jekk dan il-proġett huwiex se jkun xi ħaġa nazzjonali jew għar- residenti tal-Kottonera.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, naħseb li l-Onor.", "Mizzi ma jirrealizax li proġett nazzjonali jista' wkoll iservi għan-nies tal-lokali!", "Infatti meta l-gvern Nazzjonalista għamel dak il-meravilja ta' sports complex ġewwa Victoria, għalkemm dik kienet deċiżjoni tal-gvern ċentrali, dak il-proġett kien misjuq mill-ministeru għal Għawdex.", "Dik kienet inizjattiva ta' proġett nazzjonali imma m'għandix l-iċken dubju li l-iktar nies li gawdew minn din il-faċilita' huma l-Għawdxin, għalkemm dan ma jfissirx li l-Maltin huma miżmumin milli jużaw dawn il-facilities.", "Nispera li mhux se nibdew bl-apartheid f'pajjiżna u jkun hawn xi iblah li jgħid illi peress illi l-sports complex jinsab f'Għawdex, allura jistgħu jużawh l-Għawdxin biss u l-Maltin ma jużawhx!", "Bl-istess mod fil-Kottonera, żgur li mhu se jkun hemm ħadd mal-bieb ta' l-isports complex biex jitolbok l-ID card u jekk jara li m'intix mill-Kottonera jgħidlek li ma tistax tidħol!", "Niskanta u nitnixxef b'ċerti kummenti li nisma' hawn ġew - kont se ngħid ninxef, kelli bżonn - imma ħalli nkompli fuq dak li qal l-Onor.", "Membru mhux illum imma fl-aġġornament tal-ġimgħa l-oħra.", "L-Onor.", "Mizzi tkellem dwar il-każ ta' l-isports complex tal-Kottonera u qal li hija tal-mistħija u huwa abbuż min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar illi ntefgħet ħamrija fil-baħar.", "Tkellem ukoll dwar attivita' li saret f'Wied San Blas ġewwa Għawdex li, skond hu, jikkostitwixxi abbuż ieħor min- naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Imbagħad tkellem dwar l-iżvilupp li għaddej fil-Lukanda Seabank fil-Mellieħa - jew aħjar li kien għaddej - u qalilna li anke dan huwa abbuż min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Iżda jekk wieħed jara' l-affarijiet sew isib li f'kull każ l-awtorita' ta' l-ippjanar ħadet azzjoni kif inhu mitlub minnha biex ikun hemm infurzar tal- liġi.", "Fil-każ ta' l-isports complex ta' Kottonera, meta l-awtorita' ta' l- ippjanar kellha informazzjoni li kien qed isir rimi ta' materjal - u jiena ġejt informat li l-kuntrattur tefa' dak il-materjal il-baħar minħabba l- fatt illi waqt li kien qed isir it-tqattigħ, sabu xi ħamrija - l-awtorita' ta' l-ippjanar ħadet azzjoni mill-ewwel.", "Azzjoni simili ttieħdet fil-każ ta' Wied San Blas u fil-każ tas-Seabank Hotel.", "Tant hu hekk li fil-każ tas-Seabank Hotel l-awtorita' ta' l- ippjanar ħadet azzjoni permezz ta' enforcement notice mhux din is-sena iżda fl-1998 meta saret taf li kienu qed isiru xi xogħlijiet illegali u ħarġet l- ewwel enforcement notice.", "Allura kif jista' l-Onor.", "Mizzi jiskandalizza ruħu għax l-awtorita ta' l-ippjanar ħadet l-azzjoni li kellha tieħu permezz ta' l-infurzar?", "Kif jiġi jakkuzaha b'irregolarita u abbuż meta l-azzjoni l-awtorita' ta' l-ippjanar ħaditha?", "Li jkun hemm ħaddieħor illi jkun qiegħed jabbuża, ngħidu aħna l-iżvilippatur, dan ma tistax tikkontrollah totalment l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Anzi jien nista' nikkonferma li l- awtorita' ta' l-ippjanar nsistiet mal-gvern biex idejha jiġu msaħħa ħalli tkun f'pożizzjoni aħjar li tieħu azzjoni b'saħħitha u tinforza l-liġi.", "Dan huwa dak li qegħdin nagħmlu bit-tibdil tal-liġi, li nsaħħu jdejn l- awtorita' ta' l-ippjanar fl-inforzar tal-liġi.", "Mr. Speaker, meta tkellem hawnhekk fis-6 ta' Frar l-Onor.", "Mizzi qal li konna qegħdin innaqqsu l-poteri ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar f'dak li huwa infurzar.", "Forsi l-Onor.", "Membru ma jafx jew għadu ma ndunax illi fil- 21 ta' Frar in-naħa tal-gvern għaddiet lill-oppożizzjoni sensila ta' emendi għall-abbozz ta' liġi li aħna ħriġna u waħda mill-emendi hija proprju għal sezzjoni 52, dik li l-Onor.", "Mizzi qed jikkontesta.", "Possibbli li fi 15-il ġurnata ma kellux ċans jinduna li kien hemm emenda għal sezzjoni 52 għaliex kien hemm żball?", "Ma nlumux jekk 15-il ġurnata m'humiex biżżejjed għall- Onor. Membru, imma għalinqas kellu kull opportunita jgħid f'din il-Kamra li qed isir sforz qawwi min-naħa tagħna sabiex insaħħu idejn l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Iva, hemm bżonn li nsaħħu jdejn l-awtorita ta' l-ippjanar sabiex meta jkun hemm min jabbuża, l-awtorita' tkun f'pożizzjoni li tista' tieħu azzjoni kontrih, hu min hu, kemm jekk huwa dipartiment tal-gvern u kemm jekk huwa l-privat.", "Din hi d-direzzjoni li dejjem tajna lill-awtorita' ta' l-ippjanar, li taġixxi dejjem indaqs ma' kulħadd, hu min hu l- applikant.", "L-awtorita ta' l-ippjanar għandha taġixxi indaqs ma' kulħadd kemm jekk huwa dipartiment tal-gvern, kemm jekk hija korporazzjoni tal-gvern u kemm jekk huwa l-privat, privat żgħir jew privat kbir.", "Din tal-kbir u taż-żgħir ma tantx tagħmel differenza għalija għax kulħadd huwa applikant.", "Jekk inkisret il-liġi ma tagħmilx differenza jekk huwiex kbir jew żgħir għax il-liġi għandha tkun indaqs ma' kulħadd, u hekk nippretendi li tkun.", "Li jdejjaqni hu li l-Onor.", "Mizzi jiġi jitkaża u jagħmel għaġeb hawnhekk għax intefgħet xi ħamrija l-baħar permezz ta' barkun fil-każ ta' l-applikazzjoni tal- Kottonera.", "Tgħidx kemm-il darba smajna fuq dan il-każ hawnhekk, kważi mn'Alla kellu dan il-każ l-Onor.", "Membru biex ikollu ma xiex jaqbad!", "Kieku tgħid li meta n-naħa l-oħra tal-Kamra kienu fil-gvern dawn imxew b'xi mod eżemplari, tista' tgħid li issa għandhom iċ-ċans illi jattakkaw.", "Meta dawn kienu fil-gvern mhux biss tefgħu ħamrija fejn ma kellhomx jitfgħuha imma neħħew kulma kien hemm.", "Kienu anke bdew proġetti mingħajr applikazzjoni ta' xejn u kważi spiċċaw il-proġetti mingħajr applikazzjoni ta' xejn.", "Fejn kien l-Onor.", "Joe Mizzi dakinhar?", "Ċertament li kien ministru bla portafol fil-gvern ta' Alfred Sant meta kienu għamlu l-proġett ta' Buġibba u tal-Qawra u spiċċaw għamlu xogħlijiet li qatt ma kien hemm permess għalihom.", "Niftakarni f'waħda mill-ewwel ġranet tiegħi bħala segretarju parlamentari, jiena u l-Onor.", "Ċensu Galea nippruvaw naraw kif nraqqgħu l-pannu fil-qara' aħmar u nippruvaw insolvu problema li writna fil-każ tal-proġett tal-Qawra, proġett li li sar mingħajr permess.", "F'dak il- każ mhux daqsxejn ħamrija ċaqalqu imma spalankaw fuq il-blat għax tefgħu ammont ta' materjal fuq il-blat.", "Kienu għaddew bil-konkos u għamlu l- ilqugħ u kollox mingħajr permess.", "Issa fil-każ tal-Kottonera hemm il- permess.", "Allura kif jiġi hawnhekk jitkaża l-Onor.", "Joe Mizzi?", "Veru każ li l- ispiżjar milli jkollu jagħtik!", "Dawk id-dokumenti li qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jekk xejn jikonfermaw li l-awtorita' ta' l-ippjanar ħadet azzjoni u ħarġet enforcement notice, u mela jiġi hawnhekk u jgħid li l-abbużi huma min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar!", "Jiena ngħid illi bħal kull istituzzjoni oħra f'dan il-pajjiż, l-awtorita' ta' l-ippjanar m'hijiex kollha tleqq.", "Ċertament li mhix magħmula biss minn uffiċċjali ta' fuq imma hemm ukoll in-nies t'isfel, il-case officers.", "Jiena mhux wieħed minn dawk li noħroġ għonqi żżejjed biex niddefendi lill- awtorita' ta' l-ippjanar, imma għallinqas hemm bżonn li jkollna l-fatti f'idejna qabel ma npeċilqu.", "Meta jkollna l-fatti mbagħad nitkellmu fuq il- fatti.", "Ejja nitkellmu fuq l-affarijiet u mhux minn ftit trab nipprovaw nagħmlu muntanja'!", "Imissna naraw il-problemi li għandna u nippruvaw insolvuhom u mhux noħolqu muntanja minn ftit ħamrija li nkunu qegħdin naraw!", "(Interruzzjonijiet) Iva, hemm muntanji x'nitilgħu u nridu nikkoperaw flimkien biex insolvu ċerti problemi.", "Niddejjaq nitkellem fuq dan is-suġġett b'mod partiġġjan, u dan għedtu mill-bidu għaliex nemmen li istituzzjoni nazzjonali bħall-awtorita' ta' l-ippjanar iktar ma nżommuha maqtugħa mill-politika partiġjana iktar ikun aħjar, anke fl-interess ta' pajjiżna stess.", "Ma jistax ikun li niġu hawnhekk u l-affarijiet li l- awtorita' ta' l-ippjanar tkun diġa' ħadet azzjoni fuqhom, nipprovaw inpinġuhom bħala xi abbuż min-naħa ta' l-awtorita'.", "Jien ngħid lil sħabi biex joqogħdu daqsxejn attenti anke għal dak li jsir minn sħabna tan-naħa l- oħra għax donnu jsibha faċli l-Onor.", "Mizzi li jitfa' l-akkuzi fuq din in- naħa u ma jarax x'qed isir mill-kollegi tiegħu tan-naħa l-oħra.", "Nittama li l-Onor.", "Membru jaġixxi wkoll fuq affarijiet li jkunu ġejjin min-naħa tal- kollegi tiegħu, imma llum mhux se nkompli ngħid fuq dan għaliex ikolli ċans nitkellem darb'oħra.", "L-Onor.", "Mizzi qal li hemm uffiċjal ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li sar frame-up fuqu mill-istess awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fuq frame-ups ma tantx nifhem - fuq frame-ups jista' jitkellem ħaddieħor, forsi dik l-istess persuna li kien mar ikellem l-Onor.", "Joe Mizzi ftit ġranet wara li laħaq ministru bla portafoll fil-gvern ta' Alfred Sant u mar ikellmu l-ħabs; forsi dik il-persuna tista' tfehmu ftit iktar liema tip ta' frame-ups kienu jsiru permezz tal-korp tal-pulizija qabel l-1987 - u peress li ma nifhimx staqsejt lill-awtorita' ta' l-ippjanar biex tgħidli x'inhi l-pożizzjoni fuq dan il-każ.", "Mill-informazzjoni li għandi rrid ngħid li ma jidhirx li l- awtorita' ta' l-ippjanar m'għandhiex ir-raġunijiet tagħha għalfejn ħadet il- passi dixxiplinarji li ħadet kontra dan l-uffiċjal.", "Għalhekk nappella lill- Onor. Mizzi sabiex joqgħod attent illi ma jispiċċax ipinġi vittma bħala l- ħati, filwaqt li lill-ħati jipprova jpinġih bħala l-vittma'!", "Naħseb illi meta l-Onor.", "Membru jitkellem fuq dan il-każ, irid jitkellem b'mod iktar serju u jkollu l-fatti kollha qabel ma jiftah ħalqu.", "Imbagħad l-Onor.", "Joe Mizzi tkellem fuq sleaze u fuq korruzzjoni min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u qal li kultant hu għalhekk ma jivvotax u għalhekk ma jipparteċipax fid-deċiżjonijiet tal-bord ta' l-awtorita'.", "Jien bil-maqlub ngħid li għandu jagħmel.", "Jekk l-Onor.", "Membru qiegħed fil-bord ta' l-awtorita' għandu jaġixxi u mhux jitlaq 'il barra, anzi għandu jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara u jagħmilha b'saħħa.", "M'għandix dubju illi meta l- Onor. Mizzi jaħseb li għandu raġun jaf jagħmel l-affarijiet b'saħħa, u allura naraha kemmxejn stramba li jiġi hawnhekk u jgħid li ma jipparteċipax u joħroġ 'l barra.", "Imbagħad semma' l-applikazzjoni ta' Baystreet.", "Issa l-applikazzjoni ta' Baystreet meta twieldet?", "Din l-applikazzjoni ġiet ipproċessata fi żmien l- amministrazzjoni Laburista u l-permess ħareġ f'Awissu ta' l-1998.", "Ara meta kien hemm il-laqgħa tal-bord ta' l-awtorita' tad-9 ta' Novembru, l-Onor.", "Mizzi talab li jsir rapport min-naħa ta' l-enforcement unit biex jara x'nuqqasijiet kien hemm għaliex qal li hemm affarijiet li m'humiex konformi mal-permess.", "Mill-informazzjoni li għandi naf li l-Onor.", "Membru fil-laqgħa tad-9 ta' Novembru għamel daqsxejn ta' diskors kulurit kif jaf jagħmel hu.", "Imbagħad x'ġara?", "Il-bord reġa ltaqa' fil-23 ta' Novembru u ġew għall- votazzjoni.", "Meta ġew għall-votazzjoni, wara l-kjas li kien għamel fuq is- suppost affarijiet li ma kenux skond il-permess, l-Onor.", "Mizzi iddeċieda li jitlaq 'il barra.", "Din naraha daqsxejn stramba bħal fil-każi l-oħrajn fejn l-Onor.", "Mizzi l-ewwel jgħid ħaġa u mbagħad meta jiġi għall-vot jara kif jagħmel biex ma jikxifx idejh!", "Ma nafx, forsi ġrat xi ħaġa stramba bejn id- 9 u l-23 ta' Novembru?", "Forsi qala' xi għajta għaliex qal ċertu kliem fid-9 ta' Novembru?", "Ma nafx, qed nistaqsi!", "Forsi dan il-proġett kien il-baby ta' xi ħadd waqt li huma kienu fil-gvern u permezz tiegħu riedu juru kemm kien għaddej żvilupp u kemm kien hawn interess għall-investiment f'dan il- pajjiż, u allura ġibidlu widnejh xi ħadd għaliex ħa dik il-pożizzjoni?", "Ma nafx, qed nistaqsi!", "Imma naraha daqsxejn stramba li l-ewwel fid-9 ta' Novembru jagħmel xenata għax kien hemm xi affarijiet li m'humiex konformi mal-permess skond hu, u mbagħad meta niġu għall-vot biex jiġu ssanzjonati ċerti tibdiliet hu jiddeċiedi li jitlaq 'il barra u ma jipparteċipax.", "Diġa għedt illi l-ewwel deċiżjoni importanti fuq Baystreet ittieħdet f'Awissu tal-1998.", "L-Onor.", "Mizzi ma jistax jiġi hawn ġew u jgħid li ma jridx jipparteċipa f'dak il-ħmieġ għax allura fi kliemu stess dik id- deċizjoni illi kienet ttieħdet kienet maħmuġa.", "Jien ngħid li l-ħabib tagħna għandu jispjega għaliex dakinhar ma kenux talbuh lill-proġettista biex jaħseb għall-parkeġġ li jgħaddi mit-triq ta' quddiemu.", "Issa l- awtorita' ta' l-ippjanar talbet biex ta' Baystreet iħallsu lill- iżviluppatur biex jiġi pprovdut parkeġġ x'imkien ieħor, u din it-talba saret peress illi l-awtorita' ta' l-ippjanar flimkien mad-dipartiment tax- xogħlijiet qed jaħdmu biex dik it-triq – din dejjem miżgħuda biż-żgħażagħ, partikolarment fil-weekend - issir triq pedonali.", "L-iżball taf x'inhu?", "L- iżball hu li meta ttieħdet dik id-deċiżoni ħadd ma poġġa fuq mejda u qal: X'hemm bżonn isir biex meta dan il-proġett jitlesta jkollna parkeġġ lest li jkun jista' jaqdi lin-nies li se jużaw dan il-post u jaqdi wkoll lil ħafna nies li jmorru Paceville?", "Dan huwa preċiżament dak li għamilna aħna.", "Naturalment kemm ilna fil-gvern ipprovajna nsibu siti fejn nistgħu nagħmlu carpark strateġiku u l-awtorita ta' l-ippjanar immarkat post fil-Bajja ta' San Ġorġ fejn nistgħu nagħmlu carpark.", "Imma x'ġara?", "Peress li aħna f'dan il-pajjiz inbatu minn dak is-syndrome ta' \"not in my backyard\", meta l- awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet tgħid li hemmhekk huwa l-aħjar post fejn isir carpark, bdew ġejjin numru ta' kontestazzjonijiet, allavolja l- awtorita' wriet li kienet konxja mill-fatt illi hemmhekk hemm għar u qalet ukoll li meta eventwalment isir il-carpark hemm bzonn li wieħed ikun sensittiv.", "Tant hija sensittiva l-awtorita ta' l-ippjanar illi talbet lill- applikant - f'dan il-kaz d-dipartiment ta' l-artijiet - jagħmel studju ta' l-għar, u dan l-istudju qed issir.", "Jekk wara dan l-istudju jinstab illi meta jsir dan il-proġett dan ikollu impatt negattiv fuq l-għar, ma jkollniex triq oħra ħlief illi mmorru nsibu site oħra fejn isir il-proġett.", "Jekk mill-istudju joħroġ illi l-għar mhux se jkollu impatt negattiv allura nibqgħu għaddejjin, imma dak huwa l-mod serju kif għandhom isiru l- affarijiet.", "Dan l-istudju qiegħed isir – nista' ngħid ukoll li jiswa eluf ta' liri - għaliex aħna kommessi li mhux biss nipprovaw insolvu u ntaffu l- problema tal-parking fl-inħawi ta' Paceville imma kommessi illi nipproteġu l-ambjent ukoll.", "L-Onor.", "Mizzi mbagħad tkellem - u pprova jara kif idaħħalha ma' dan il-kaz - fuq il-proposta li kienet telgħet quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar biex fil-każ tat-triq prinċipali tax-Xemxija jkun hemm tibdil fl-alignment, u qal: Ara min iddeċieda fuq dik id-deċiżjoni kien l-istess persuna li ddeċieda fuq Baystreet!", "L-ewwelnett id-deċiżjoni ta' Baystreet ittieħdet b'mod kollettiv u ma kenitx persuna waħda biss li ddeċidiet fuq dan fl- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Iżda dak li l-iktar jinkwetani huwa li l-Onor.", "Mizzi jiġi hawn u jgħid li fil-każ ta' dan iċ-change of alignment kien hemm pressjoni politika mill-Partit Nazzjonalista.", "Mhux talli ma nafx li kien hemm pressjoni politika - kategorikament niċħadha din - talli meta ġew għall-vot, minkejja li d-direttorat ta' l-ippjanar kien qal li għandu jsir it-tibdil fl-alignment, il-membri kollha li kienu preżenti dakinhar ivvotaw b'mod unanimu kontra l-proposta tad-direttorat.", "Allura kif jista' wieħed jemmen li kien hemm pressjoni politika min-naħa tal-Partit Nazzjonalista - għaliex skond hu kien hemm xi individwu involut – meta l-proposta quddiem il-bord ta' l-awtorita' ġiet respinta mill-membri kollha preżenti!", "Anke jekk tipprova iġġebbed l-imaġinazzjoni, ma tista' qatt tasal għall- konklużjoni li wasal għaliha l-Onor.", "Mizzi, u mela jiġi hawnhekk u jgħid li kien hemm pressjoni politika mill-Partit Nazzjonalista!", "Niskanta li l- Onor. Membru jiġi jitkellem b'dan il-mod hawnhekk u wisq nibża' li kultant ikejjel bir-riga tiegħu!", "Sur President, jien naf b'każi oħrajn fejn kien hemm pressjoni politika u naf b'każi fejn il-Partit Laburista għamel pressjoni fuq il-gvern Laburista biex dan jagħmel pressjoni fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar biex tinbidel xi ħaġa biex forsi l-Partit Laburista nnifsu jagħmel gwadann.", "Jiena b'din it- tip ta' pressjoni politika naf iżda fuq tax-Xemxija ma nafx u jekk l-Onor.", "Mizzi jaf b'xi ħaġa nitolbu jgħidha.", "Jiena bit-tip ta' pressjoni politika l- oħra naf - u fil-mument opportun ngħid x'tip ta' pressjoni politika kien għamel il-Partit Laburista - imma bl-oħra tax-Xemxija ma nafx, u nerġa nirrepeti li jekk l-Onor.", "Mizzi jaf b' xi ħaġa jgħidha.", "Anzi jekk l-Onor.", "Membru jrid jgħid xi affarijiet fuq in-nies, nistiednu jgħidhom barra ħalli naraw kemm ikun lest illi jipprova dawn il-affarijiet.", "Iva, ma niddejjaqx li ssir kritika għaliex irrid nara tibdil fl-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Il-gvern tiegħi kommess li naraw tibdil fl-awtorita' ta' l- ippjanar u dan it-tibdil qed isir għaliex qed nagħmlu tibdil fl- organizzazzjoni, tibdil permezz tal-liġi u tibdil permezz ta' policies.", "Aħna se nibqgħu għaddejjin b'dan it-tibdil u min hu mitħla ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar jaf li qed isir dan it-tibdil u huwa forsi għalhekk illi issa ġejja din l-kantaliena ta' abbużi għax iridu jidfnu, iridu jtappnu t- tibdil pożittiv li għaddej.", "Dan ma jaqtagħlix qalbi għax meta l-kritika tkun tajba napprezzaha u jekk il-kritika tkun tajba nismagħha biex flimkien infittxu l-aħjar triq biex intejbu l-operat ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Imma t-triq prinċipali tiegħi u tal-gvern tiegħi se tibqa' illi ntejbu l- awtorita ta' l-ippjanar u dan it-tibdil se jkompli biex l-awtorita' ta' l- ippjanar issir aħjar għal kulħadd, aħjar fl-interess tal-pajjiż, u aħjar fl- istess interess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Forsi dan huwa l-iżball li qed nagħmlu, li t-tajjeb li qed nagħmlu mhux qed inxandruh biżżejjed.", "Anke f'dan il-qasam ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, it-tajjeb li għamilna u dak li qed nagħmlu forsi hemm bżonn li ntejbuh aħjar, li intejbuh iva, imma li nkissru l-awtorita' ta' l-ippjanar b'kummenti vojta u b'akkużi fil-vojt, le.", "Filwaqt li nkun l-ewwel wieħed li nikkritika l-awtorita' ta' l- ippjanar fejn hemm bżonn, inkun ukoll l-ewwel wieħed li niddefendiha fejn hemm bżonn għaliex l-awtorita' ta' l-ippjanar hija istituzzjoni nazzjonali li m'għandhiex tiġi mżebilħa għal xejn.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 13 ta' Marzu 2001, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "LA SALLE", "24144.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-nru. ta' ħaddiema tat-tarzna li laħqu tefgħu ir- risposta tagħhom dwar jekk ridux jaħdmu fuq il-vapur La Salle?", "Kemm tqassmu ittri lill-ħaddiema?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant il-proċess ta' konferma ndividwali mill-ħaddiema tat-Tarzna waqaf hekk kif il-General Workers' Union aċċettat li x-xogħol fuq il-USS La Salle għandu jsir.", "Nista' nikkonferma li r-rispons għas-sejħa tal-Gvern kien wieħed tajjeb ħafna.", "Peress li dan il-proċess ma tkompliex, jidhirli li mhux utli li nagħti l-informazzjoni mitluba.", "FORZI ARMATI TA' MALTA", "24145.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jerġa isir xogħol umanitarju fil-balkani mill-Forzi Armati ta' Malta?", "Kemm se jipparteċipaw suldati Maltin fil-ħidma li jmiss?", "Kemm sewa lill-pajjiżna ix-xogħol li diġa sar u kemm ipparteċipaw suldati f'kull okkazjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li bħalissa ma hemm l-ebda pjan biex il-Forzi Armati jerġgħu jmorru fil-Balkani fuq xi missjoni simili bħal tas-sena l-oħra.", "Matul l-2000, il-Forzi Armati wettqu tliet missjonijiet fil-Kosovo li f'kull waħda ħadu sehem 23 membru.", "B'kollox intefqu Lm40,127.", "KOMUNITA MUSULMANA", "24146.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa stmat li tiswa l-art li il-Gvern ta' lill-komunita Musulmana biex fuqa jinbena ċemeterju?", "Jista' jgħid jekk din ingħatax b'xejn jew ġietx mibjuha u jekk l-oqbra humiex se jkunu propjeta tal- komunita' li tmexxi iċ-ċimiterju jew humiex se jkunu jistgħu jiġu mixtrija min musulmani li jgħixu Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma saret l-ebda stima ta` l-art li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant peress li din ma ġietx mibjugħa.", "Il-Gvern ta permess, taħt it-titlu ta` encroachment lill-komunita` Musulmana biex tagħmel użu mill-art bħala ċimiterju.", "Dan it-titolu hu għalhekk wieħed kompletament \"prekarju\".", "Il-permess hu soġġett għall-miżata ta` Lm50 fis-sena.", "Għalkemm l-oqbra ser jitħaffru mill-istess komunita` u ser ikunu amministrati minnhom, dawn ma jistgħux jiġu mibjugħa, u l-art b`kull ma jista` jsir fiha, tibqa` il- proprjeta` esklussiva tal-Gvern Malti.", "SOYA BEAN", "24148.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal-mistoqsijiet parlamentari 22932 u 23821, jista' l- Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi, u cioe jekk il-Gvern issussidjax il-prezz tas-soya bean issa li l-kriżi tar-raħħala u produtturi kompliet teskala li kif ikkonferma l-Ministru hemm pagament tal-BIS ta' Lm 400,000?", "Jista' jinfurmani għaliex għadu ma introduċa ebda skema ta' sussidju fuq is-soya bean?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma kien hemm ebda żviluppi minn l-aħħar risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23821 fis-27 ta' Frar 2001, jiġifieri ġimgħatejn ilu.", "MOSTA - TRIQ SAN SILVESTRU", "24149.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga l-periklu li hemm fi Triq San Silvestru l-Mosta fil-parti d-dejqa li tiġi n-naħa ta' isfel mall-Knisja peress li dik il-parti tat-triq mhux one way u barra li hija dejqa u mudlama qed tikkawża perikolu serju w kontinwu għar-residenti u l- pedestrians?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir sleeping policeman jew xi forma ta' protezzjoni oħra mmedjatament.", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li rappreżentant tal-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku għamlu survey fuq il-post u ser jitolbu lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jagħmel sleeping policeman fil-post indikat mill- Onor. Interpellant.", "TRIQ SAN SILVESTRU", "24150.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiddawal aħjar il-parti ta' Triq San Silvestru (il-parti d-dejqa) peress li l-anzjani fl-inħawi ilhom jilmentaw x-xhur għal dan il-bżonn?", "Peress li din it-triq mhux one way minkejja li hija dejqa ħafna, jista' jara li x-xogħlijiet jsiru urġentement sabiex jiġi evitat kull perikolu għall-anzjani, tfal u residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "ALLOWANCE SUPPLIMENTARI", "24178.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex f'dawn l- aħħar tlett snin is-ceiling ta' l-allowance supplimentari, ma ġietx miżjuda b'kemm il-pensjonanti ħadu żieda ta' l-għoli tal-ħajja?", "Kemm kienu dawk li minħabba f'din il-miżura, sew koppji kif ukoll persuni li jgħixu weħedhom, ma baqgħux jibbenefikaw minn din l-allowance supplimentari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Artikoli 90A u 90B ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jirregolaw dwar liema pensjonijiet, benefiċċji, għajnuniet u allowances għandhom jiżdiedu meta tingħata żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Ir- rati ta' l-Allowance Supplimentari kif ukoll id-dħul massimu annwali li hemm stipulat fit-test tal-meżżi mhumiex regolati mill-artikoli msemmija.", "Mhux magħruf in-nru. ta' dawk li minħabba din il-miżura setgħu ma baqgħux jibbenefikaw minn din l-Allowance, għaliex qatt ma nħasset il-ħtieġa li tinżamm statistika tar-raġunijiet li minħabba fihom il-persuna ma tibqax tikkwalifika għall-Allowance Supplimentari.", "PENSJONANTI", "24179.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, sew matul is- sena 1999 kif ukoll is-sena 2000, jew aħjar meta id-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali beda juża is-sistema tal-PAYE, kemm kien in-nru. ta' pensjonanti kopji u singli, li jħallsu taxxa fuq id-dħul u kemm hi somma totali li għaddiet jew trid tgħaddi lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali beda jnaqqas it-taxxa minn ras il-għajn (FSS) għal- ewwel darba fis-sena 2000.", "L-ammont li nġabar kien ta' Lm746,746.116 imqassmin hekk:", "Lm501,511.239 minn pensjonanti miżżewġa (5087)", "Lm245,234.877 minn pensjonanti mhux miżżewġa (3104)", "Nenfasiżża l-fatt li l-FSS hija sistema li tevita illi t-tax payer jispiċċa s-sena finanzjarja (sena bażi) b'ammonti dovuti lil/jew mingħand il- Kummissarju tat-Taxxi Nterni.", "Għalhekk din il-proċedura hi ta' vantaġġ għall-persuni kkonċernati.", "PENSJONI KANADIZA", "24180.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pensjoni Kanadiza sew ta' bord mediku kif wkoll ta' l- irtirar għandu pendenti Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?", "X'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjonijiet għal pensjoni Kanadiża, jiġifieri għal invalidita', għal min jirtira kif ukoll għar-romol, ma jinżammux pendenti fid-dipartiment.", "Meta d-dipartiment jirċievi dawn it-talbiet jintbagħtu malajr kemm jista jkun bl-informazzjoni meħtieġa li tkun normalment mitluba mill-awtoritajiet Kanadiżi.", "Minn dawn it-talbiet id-dipartiment kellu 58 is-sena l-oħra.", "PULIZIJA - SERQ", "24191.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' serq mill-1 ta' Frar 2001 sat- 28 ta' Frar 2001?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul Frar 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 710 każ ta` serq.", "Dawn kienu kklassifikati kif ġej:", "|Hold up |4 | |Pick pocketing |33 | |Snatch & grab |18 | |Theft from seacraft |6 | |Theft of seacraft |3 | |Theft of vehicle |58 | |Theft from vehicle |258 | |Theft from residence |56 | |Theft from |71 | |bars/hotels | | |Theft from beaches |2 | |Theft from factories |5 | |Theft from retail |31 | |outlets | | |Other theft |165 |", "PULIZIJA - REATI", "24192.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew rrappurtati reati mill-1 ta' Frar 2001 sat-28 ta' Frar 2001?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "FAĊILITA KORRETTIVA TA' KORDIN", "24193.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22330, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu, jekk qatt set jittieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant diġa` beda jinstema`, u qiegħed appuntat għal-20 ta` Marzu biex jinstema` l-aħħar xhud.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI", "24195.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk ħarġux xi direttivi jew struzzjonijiet mill-gvern, ministeri jew dipartiment oħra tal-gvern lid-dipartiment ta' l-Inland Revenue, sabiex statements (TX51/52) li juru li ċittadin għandu jagħti lill- gvern f'sena partikolari jinħarġu, filwaqt li oħrajn ta' l-istess ċittadin, iżda ta' snin oħra li juru li għandu jieħu, ma jinħarġux?", "X'passi se jieħu l-Ministeru sabiex jara li l-istatements msemmija jibdew jinħarġu kollha f'daqqa sabiex kull ċittadin ikollu stampa ċara ta' x'inhu l-bilanċ tiegħu skond id-dipartiment tat-taxxi tal-ġurnata li fiha jinħarġu l-istatements?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma nħarġu l-ebda direttivi jew struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex lis- statements TX51/52 (kontijiet għall-assessments tat-taxxa) ta' xi individwi partikolari ma joħorġux f'daqqa.", "Fil-biċċa l-kbira tal-każi, individwu jkollu assessment wieħed u għalhekk joħroġ mingħajr diffikultajiet.", "F'dawk il-każi fejn individwu jkollu aktar minn statement wieħed x'joħroġ għax ikunu nħadmu diversi assessments f'daqqa, jista' jagħti l-każ li xi wħud jinżammu mill-kompjuter minħabba xi diskrepanzi jew minħabba li xi assessments ikunu jridu jiġu ivverifikati manwalment.", "Biex ma jinżammx il- proċess kollu, is-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment dejjem ħasbet biex dawk lis-statements li ma jkollhomx bżonn ikunu iċċekkjati manwalment, joħorġu.", "Kif jaf l-Onororevoli Interpellant, mill-1999 is-sistema tal-assessments inbidlet meta daħlet is-Self Assessment System u għalhekk mhux se jkun hemm aktar il-ħtieġa li joħroġ iżjed minn statement wieħed f'xi ħin.", "IMGĦAXIJIET", "24196.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux ġust li bħalma ċittadin irid iħallas imgħax fuq flus li jkollu jagħti lill-gvern bi dritt, hekk ukoll ċittadin li għandu jieħu flus mingħand il-gvern għandu wkoll bi dritt, jitħallas imgħax speċjalment jekk dawn il-flus qed jinżammu milli jitħalsu lura permezz ta' burokrazija li qed titħaddem għal raġunijiet finanzjarji tal-gvern, u mhux għax l-informazzjoni hija nieqsa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern preżenti jirrealizza li hu ġust li, min għandu jieħu lura flus li jkun ħallas lil dipartiment u li ma kienux dovuti minnu, dan għandu jkun kumpensat b'imgħax meta jissodisfa ċerti kriterji.", "Hekk, per eżempju, l-liġi tal-VAT u l-emendi li saru rigward rifużżjonijirt ta' Income Tax mis-sena 2000 'il hawn jaħsbu għal tali eventwali.", "Iżda l-Onor.", "Interpellant japprezza li jkun diffiċli li wieħed imur lura wkoll fuq snin passati.", "Li qed jiġri, iżda, per eżempju fl-Income Tax, bis- sistema li ntroduċa l-Gvern, darba jinqatgħu l-arretrati, arretrati ġodda ma jiġux ikkrejati.", "Fl-istess ħin, tajjeb jingħad li, fuq arretrati antiki ta' Income Tax li taxpayer għandu jagħti lill-Gvern, ma jiġux mitluba imgħaxijiet, kemm-il darba l-individwu iżomm mal-ftehim li permezz tiegħu jintrabat li jħallas l- arretrati dovuti lid-Dipartiment.", "PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI - SPEZZJONIJIET", "24197.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kull sena minn min saru u kemm ġew jiswew l-ispezzjonijiet li saru fis-snin 1998, 1999, 2000 lill-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti farmaċewtiċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jista` l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema spezzjonijiet qed jirreferi.", "DIPARTIMENT TAD-DENTISTRIJA", "24198.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti biex joħorġu fil-gazzetta tal-Gvern fid-dipartiment tad-dentistrija?", "Kemm", "hemm applikazzjonijiet li bħalissa qegħdin fil-proċess ta' interview?", "Kemm hemm applikazzjonijiet li ġew ipproċessati u li fil-preżent qegħdin għall- approvazzjoni tal-P.S.C. biex jinħarġilhom l-appointment?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li hemm żewġ sejħiet għall- applikazzjonijiet pendenti fid-dentistrija.", "Waħda hija għad-Dipartiment tad-Dentistrija u l-oħra fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani.", "Dawn iż-żewġ sejħiet għadhom qegħdin jiġu kkunsidrati.", "Hemm sejħa għall-applikazzjonijiet oħra li għadha kif ġiet ippubblikata fil- Gazzetta tal-Gvern u li għaliha għadhom qegħdin jintlaqgħu l- applikazzjonijiet.", "Ma hemmx sejħiet għall-applikazzjonijiet li l-proċess ta' l-għażla tagħhom tlesta u li qegħdin għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex jinħarġu l-appointments.", "MEDICAL STORES - REFURBISHMENT", "24199.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li bejn Settembru 1998 u l-aħħar tas-sena 2000 intnefqu biex jiġi refurbished il-bini tal-medical stores fi Gwardamanga (inkluż infrastruttura, soft furnishings, għamara, computers, eċċ.)", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot jew voti ttieħdu dawn il- finanzi u min awtorizza din l-ispiża?", "Kemm kien l-ammont li tħallas sa l- aħħar tas-sena 2000?", "Fl-aħħar tas-sena 2000 kemm kien l-ammont ta' flus li kienu għadhom ma tħallsux?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għada qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MEDICAL STORES - REFURBISHING", "24200.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u l-aħħar tas-sena 2000 kemm mix-xogħol ta' refurbishing li sar fil-bini tal-medical stores fi Gwardamanga ħareġ wara sejħa ta' tender?", "Kemm mix-xogħol sar b'direct order?", "Kemm mix- xogħol sar wara li ntalbu quotations?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għada qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SVPR", "24202.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'taħriġ ingħataw l-impjegati fil-kċina ta' St Vincent de Paule?", "B'liema mod jiġu appuntati l-impjegati, bħal koki, eċċ.?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-taħriġ li ngħataw il-koki ġewwa San Vinċenz huwa dak li kien jingħata fl-amministrazzjonijiet preċedenti. peress li sa issa ebda kok ġdid ma ġie impjegat f'San Vinċenz matul din l- amministrazzjoni.", "L-impjegati normalment jiġu mpjegati wara sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern.", "SVPR - CUSTOMER CARE", "24204.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il rapport sar fil-customer care ta' St Vincent de Paule dwar l-ikel matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill Onor. Interpellant li l- Customer Care Service ġewwa San Vinċenz beda jitħaddem matul is-sena 1999.", "Filwaqt li l-kċina ta' San Vinċenz tipproduċi madwar 2,100 ikla kuljum jew 766,500 ikla fis-sena bejn Awissu 1999 u Frar 2001 kien hemm 26 complaint dwar l-ikel ġewwa San Vinċenz.", "SVPR", "24205.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir biex f'St Vincent de Paule, l-ikel ma jibqax jasal kiesah għand l- anzjani?", "Fuq liema bażi jiġi deċiż il-menu għall-anzjani?", "Hemm menu wieħed għal kulħadd?", "X'kien il-menu matul ix-xahar ta' Frar, ġurnata, ġurnata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ikel li jitwassal ġewwa s-swali ta' San Vinċenz ikun sħun meta jitqassam lir-residenti għax dan jasal fis-swali ġewwa heated trolleys.", "Jista' jkun li xi kultant xi mpjegat jinsa jixgħel is- switch tat-trolleys u għalhekk jasal fitel.", "Il-menu tal-anzjani ġie mfassal minn dietician fil-passat u jiġi modifikat kuljum mill-persuni nkarigati mill-kċina.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-menu ġurnata b'ġurnata.", "MARSA SPORTS GROUND - IMPJEGATI", "24206.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Marsa Sports Ground fil- preżent?", "Xi grad għandhom u x'xogħol suppost li jagħmlu u x'xogħol qed jagħmlu fil-preżent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SVPR - ĠRIEDEN", "24207.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir biex fis-swali ta' l-irġiel 1/2 u 3/4 f'St Vincent de Paule, ma jibqgħux jidhru l-ġrieden?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- każ rari li jitfaċċja xi ġurdien f'xi sala jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex dawn jinqabdu.", "Fil-maġġoranza tal-każi, l-operazzjoni dejjem kienet suċċess.", "MARSA SPORTS GROUND", "24208.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti ma' kuntratturi privati li qed jagħmlu xogħol regolari fil-Marsa Sports Ground, eżempju ta' skips, gafef etc?", "Meta ngħataw dawn il-kuntratti u b'kemm ingħataw?", "Jista' jgħid jekk ingħatawx b'direct order jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-provvista ta' skips huwa l-uniku servizz regolari li jingħata minn kuntratur privat fil-Marsa Sports Ground.", "Il-kuntratt ingħata qabel l-1996 wara sejħa għall-kwotazzjonijiet.", "Il- ħlas huwa ta' Lm50.25 fix-xahar għal żewġ skips.", "Riċentement id- Dipartiment għamel sejħa għall-kwotazzjonijiet ġodda minħabba li nbidlu xi dettalji fis-servizz mitlub.", "SVPR - QTATES", "24209.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed isir biex fRB2 B f'St Vincent de Paule ma jiqbax ikun hemm qtates jiġru fis- swali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Sala RB2B hemm residenta li għandha bħala qattusa li żżommha bħala pet.", "Dan jgħinha għax hi parti mit-terapija tagħha.", "MARSA SPORT GROUND", "24210.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema part-time fil-Marsa Sports Ground u x'xogħol dawn qed jagħmlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-Marsa Sprots Ground, hemm impjegata part-time waħda u din tieħu ħsieb it-tindif ta' l-uffiċini ta' l- amministrazzjoni tal-Marsa.", "SVPR - DUBBIEN", "24211.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk issewwiex l-apparat kontra d-dubbien u l-air conditioning fis-sala RB2B f'St Vincent de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-apparat kontra d-dubbien ġewwa s-sala RB2B qatt ma kien bil-ħsara, iżda ġie mneħħi minn post u mqiegħed f'post aktar ċentrali.", "L-air conditioning system ġewwa RB2B qatt ma kien bil-ħsara għax din is-sala hija waħda mill-ftit swali li għad m'għandhomx l-air condition.", "MARSA SPORTS GROUNDS", "24213.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fil-Marsa Sports Ground minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Fiex intefqu u min għamel dan ix-xogħol u kemm tħallsu?", "Kif ingħataw dawn ix-xogħlijiet jekk hux b'direct order jew b'tenders?", "Kien hemm ħaddiema tal-Gvern li kienu nvoluti f'xi xogħol flimkien ma' xi kuntratturi privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MALTACOM", "24216.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24120?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Maltacom, bħala kumpanija, ma għandha x'taqsam xejn mas-somma li hu ntitolat għaliha l-persuna li saret referenza għaliha wara li dan spiċċa mill-impjieg.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "24217.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar hux qed tikkonsidra li tieħu passi legali kontra l-ex chief executive ta' l-istess Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hiniex infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tikkonsidra li tieħu l-passi indikati mill-Onor.", "Interpellant.", "EUR 1 CERTIFICATES", "24227.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23908?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "23908 f'seduta 510.", "GOZO CHANNEL", "24229.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "23844, kemm mit-83 ħaddiem ġdid ingaġġati mill-Gozo Channel minn Ottubru 1998 sal-lum huma Għawdxin?", "Jista' jindika il-lokalitajiet li dawn l-Għawdxin jiġu minnhom?", "ONOR GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li mit-83 ħaddiem ġdid impjegati mill- Gozo Channel minn Ottubru 1998 sal-lum, 47 huma residenti f'lokalitajiet Għawdxin kif jidher hawn taħt:", "|Għajnsielem |13 | |Rabat |8 | |Xagħra |6 | |Nadur |5 | |Qala |3 | |Kerċem |3 | |Sannat |2 | |Marsalforn |2 | |Xewkija |2 | |Żebbuġ |1 | |Għarb |1 | |San Lawrenz |1 |", "TUNIŻJA - INVESTIMENT", "24230.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23843?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "23843 f'seduta 510.", "DIPARTIMENT TAL-LOTTU", "24232.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23912?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "23912 f'seduta 510.", "HOUSING", "24234.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23956, jista' Viċi Prim l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-bord ta' l-Awtorita' tad-Djar iddeċidiet li tittermina s-secondment minn ma' l- awtorita'", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif kelli okkażjoni ngħid fil-pubbliku d-deċiżjoni ttieħdet għaliex nħass il-bżonn li wasal iż-żmien għall-bidla f'din il- kariga.", "ĦAL FAR - WIED ZNUBER - DRENAĠĠ", "24243.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk wara r-rapporti li xandret Nature Trust/Malta dwar il- ħruġ mill-ġdid ta' drenaġġ mill-qasam industrijali ta' Ħal Far għal ġo Wied Żnuber, liema drenaġġ eventwalment jispiċċa fil-baħar, jekk: (i) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex isir magħruf x'ikkawża dan kollu; (ii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex dan kollu ma jerġax jiġri; u (iii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu kontra min huwa responsabbli għal dan it-tinġiż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li din il-problema ilha teżisti minn mindu ġie żviluppat Ħal Far bħala zona industrijali.", "Il-problema għaldaqstant ilha aktar minn għoxrin sena u mhux xi problema li nqalgħet illum.", "X'ġiegħel jikkawża dan huwa magħruf għax f'dawk iż-żminijiet is-sistema tad- drenaġġ suppost kienet imqabbda ma' impjant tat-trattament tad-drenaġġ, li x-xogħol fuqu ma kienx spiċċa.Qegħdin isiru negozjati mal-MDC biex dan l- inkonvenjent jitneħħa.", "Hu mistenni li hi meħtieġa spiża ta' madwar kwart ta' miljun lira (Lm250,000.)", "ĦAL FAR - WIED ZNUBER - DRENAĠĠ", "24245.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk wara r-rapporti li xandret Nature Trust/Malta dwar il- ħruġ mill-ġdid ta' drenaġġ mill-qasam industrijali ta' Ħal Far għal ġo Wied Znuber, liema drenaġġ eventwalment jispiċċa fil-baħar, jekk: (i) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex isir magħruf x'ikkawża dan kollu; (ii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex dan kollu ma jerġax jiġri; u (iii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu kontra min huwa responsabbli għal dan it-tinġiż?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li diversi spezzjonijiet saru minn uffiċjali ta`dan id-Dipartiment fil-post imsemmi f'Wied Żnuber (Qasam industrijali ta` Ħal Far).", "Il-kawża ta` dan il-ħruġ ta` drenaġġ ġie ndividwat għal Impjant ta` Trattament tad-Drenaġġ li bħalissa m'għadux jintuża.", "Id-Dipartiment tad-Drenaġġ kif ukoll il-Korporazzjoni għal l- Iżvilupp Malti, ġew infurmati b'dan, tant li minn informazzjoni li għandna jirriżulta li laqgħat qegħdin isiru biex isolvu il-problema darba għal dejjem.", "Għaldaqstant ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jkun aktar opportun jekk jirreferi l-mistoqsija lil Ministru responsabbli mid- Dipartiment tad-Drenaġġ, biex jinformah sa fejn waslu tali laqgħat.", "ĦAL FAR - WIED ZNUBER - DRENAĠĠ", "24246.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara r-rapporti li xandret Nature Trust/Malta dwar il-ħruġ mill-ġdid ta' drenaġġ mill-qasam industrijali ta' Ħal Far għal ġo Wied Znuber, liema drenaġġ eventwalment jispiċċa fil-baħar, jekk: (i) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex isir magħruf x'ikkawża dan kollu; (ii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex dan kollu ma jerġax jiġri; u (iii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu kontra min huwa responsabbli għal dan it-tinġiż?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "Madanakollu inġibdet l-attenzjoni tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex tindaga x'jista' jsir min- naħa tagħha biex din il-problema tiġi rimedjata.", "STAMPERIJA TAL-GVERN", "24248.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23752, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija, jiġifieri meta ġie stampat A Day in Her Life?", "Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, possibbilment, fis-6 ta' Marzu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24053.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-ktieb imsemmi.", "GĦAWDEX - QORTI", "24251.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jaf il-Ministru li l-qorti ta' Għawdex ilu fuq tlett ġimgħat mingħajr is-servizz ta' photocopier machine?", "X'inhi r-raġuni li fl-istess qorti hemm nuqqas kbir ta' manutenzjoni b'siġġijiet u microphones imkissra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-responsabilita amministrattiva ghall-Qorti f`Għawdex hi tal-Ministeru ghal Għawdex u konsegwentament l-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jagħmel id-domanda tiegħu lil Ministru konċernat.", "GOZO CHANNEL - ĦSARAT", "24252.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar xi ħadd għamel ħsara f'xi switches ta' wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel?", "Fiex kienet tikkonisisti din il-ħsara u f'liema vapur saret?", "Sar rapport lill-pulizija?", "Saret inkjesta maġisterjali?", "Kemm hija stmata li tiswa din il-ħsara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li nhar is-Sibt 3 ta' Marzu 2001, fin- nofs siegħa ta' wara nofsinhar, irriżulta li kien hemm ħsara fil- manouvering consoles fuq iż-żewġ bridges tal-vapur M.V. Cittadella.", "Il- ħsara saret fil-limit switches li joperaw mata l-cams tal-controls tal- propellers jiġu mħaddma.", "Dawn tqaċċtu minn mal-mounting base.", "L-istess ħsara, din id-darba f'żewġ limit switches, saret fit-tieni bridge.", "Il-pulizija ġiet infurmata b'din il-ħsara u anke saret inkjesta maġisterjali.", "Huwa stmat li t-tiswija tal-ħsara tlaħħaq madwar mitt lira.", "KAŻ TA' ARMLA", "24254.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr jikkonkludi l-każ ta' armla li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu qiegħda tistenna biex tirċievi l-pensjoni tar-romol peress li ilha li romlot dawn l- aħħar ġimgħat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.", "SUSSIDJU", "24255.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-kopja li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament mimn din il- mistoqsija għaliex ġiet rifjutata li tieħu sussidju taħt skema 7 meta din anke għandha card maħruġa mil-kumissjoni persuna b'diżabilita?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata kienet taħt l-Iskema dwar għajnuna finanzjarja għall-persuni b'diżabilita' rigward xogħolijiet ta' titjib relatati mad-diżabilita' tagħhom.", "Ix-xogholijiet li dwarhom saret l-applikazzjoni mill-persuna ndikata ma kienux relatati mad-diżabilita' tagħha u għalhekk ma ġietx milqugħha.", "Jekk l-applikant jaħseb li x-xogħolijiet meħtieġa jistgħu jsiru taħt xi Skema oħra ta' l-Awtorita', hu mitlub javviċina lill-Awtorita' tad-Djar għal aktar informazzjoni.", "TOROQ - TARMAC", "24256.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tingħata t-tarmac it-triq li l- partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija minħabba l-istat li tinsab fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "SAN VINĊENZ DE PAULE", "24259.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' l- ispejjeż li saru fil-bini tal-wards ġodda fl-isptar San Vinċenz de Paule", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari għad trid tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.", "MDC - LUQA - HUT", "24260.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal File No. MDC9106 dwar l-użu ta' hut f'Ħal-Luqa u li dwarha l-MDC irċeviet anke ittra mill-konsulent legali ta' l- enfitewta, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' l- Ministru jindaga kif dan l-individwu għadu ma rċieva ebda risposta mill-MDC għal din l-ittra datata 20 ta' Jannar, 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ġejt infurmat li, wara li jkun sar l-istħarriġ neċessarju, il-konsulent legali ta' l-enfitewta ser jingħata risposta għall- korrispondenza li qed issir riferenza għaliha.", "Huwa ttamat li r-risposta tingħata fil-futur qrib.", "FEDERAZZJONI KAĊĊATURI, NASSABA U KONSERVAZZJONISTI", "24261.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi onorata l-wegħda li ngħatat lill-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti li l-liċenzja għal kaċċa tinħareġ lil persuni ta' tmintax-il sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Gvern se jonora l-wegħda li għamel lill- Kaċċaturi fil-Programm Leġislattiv tiegħu kemm jista' jkun malajr.", "VAPURI - SKART", "24263.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għar-risposta' tal-mistoqsija parlamentari nru.", "24068, jista' l-Ministru jgħid kif persuni liċenzjati jiddisponu minn skart li jitniżżel minn fuq il-vapuri fil-portijiet tagħna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-vapuri ma jitħalliex jitniżżel wet waste (swill).", "Jingħata permess mis-Servizz Veterinarju għall kull talba ta' vapur biex iniżżel dry waste (mhux ikel).", "Dan id-dry waste jitqies bħala domestic waste.", "ENEMALTA - MAIN TAD-DAWL", "24264.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiddaħħal il-main tad-dawl fir-residenza tal- koppja li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "XOGĦOLIJIET PUBBLIĊI - OVERTIME", "24265.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "24135, kif jista' l-Ministru jgħid li soluzzjoni ġusta għal ħlas tal-ħaddiema li jitħallas nofs il-valur ta' l-overtime dovut bi dritt lilhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li l-uffiċjali ta' l- Awtorita' tat-Turiżmu isostnu li s-sigħat ta' overtime li qed jgħidu li saru mill-ħaddiema m'humiex minnhom.", "Għalhekk nemmen li din hi soluzzjoni ġusta favur il-ħaddiema in kwestjoni.", "HEAD CORPORATE SERVICES", "24266.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi għal-mistoqsija parlamentari nru.", "24130?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt tal-Head Corporate Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "MALTACOM/UNION GRADWATI MALTACOM - FTEHIM KOLLETTIV", "24267.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li ġie ffirmat ftehim bejn l-Union Gradwati Maltacom u l-Maltacom plc?", "Meta ġie ffirmat dan il-ftehim?", "Jista' l- Ministru jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Meta għalaq l-aħħar ftehim kollettiv li ġie ffirmat bejn l-istess partijiet?", "Jista' jesebixxi kopja ta' dan il-ftehim kollettiv?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nikkonferma li fl-10 ta' Jannar 2001 il-Maltacom u l-Union Gradwati Maltacom iffirmaw ftehim li ġab fit-tmiem il-pendenzi kollha li jirriżultaw mis-\"side letter\" datata 23 ta' Ottubru 1996 u annessa mal-Ftehim Kollettiv iffirmat fl-istess data u li għalaq fil-31 ta' Diċembru 1998.", "Tajjeb jingħad li ż-żewġ naħat qablu li l-kontenut tal-ftehim iffirmat fl- 10 ta' Jannar 2001 ser ikun inkorporat fil-Ftehim Kollettiv il-ġdid.", "Peress li dan il-Ftehim Kollettiv ġdid għadu ma ġiex iffirmat, ma naħsibx li jkun prudenti li fil-preżent titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- ftehim iffirmat fl-10 ta' Jannar li għadda.", "WSC - HEAD OF COMMUNICATIONS", "24268.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24133?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt tal-Head Communications tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "GENERAL HANDS", "24281.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23911 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u cioe jista' jgħid matul is-sena 2000, kemm daħħal general hands fi scale 20 il-gvern, apparti minn ex- impressed?", "Kif ġew magħżula?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-grad ta' General Hand mhux qiegħed fi Skala 20 iżda qiegħed fi Skala 19 u jitla' għal Skala 18 wara ħames snin.", "Kien hemm tnejn minn nies li ddaħħlu f'dan il-grad matul is-sena 2000.", "Dawn kienu diġa mpjegati mal-Gvern fil-grad ta' Labourer u ġew assimilati General Hand skond il-provvedimenti tal-Ftehim għall-Klassifikazzjoni u l- Istrutturar tal-Gradi Industrijali.", "HOUSING AUTHORITY", "24282.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtara bini mill- housing authority?", "Kemm inxtraw u min kien is-sid f'kull każ?", "Kif intgħażlu dawn il-postijiet?", "F'liema stat kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għall- Iskema 8, dwar Xiri ta' Proprjeta' Privata mill-Awtorita' tad-Djar, ninsab infurmat li l-Awtorita' xtrat dwan il-postijiet:", "2 flats fi Triq il-Kurunell Mas Tarxien, mingħand Fenech Azzopardi (Styles) Ltd.", "Dawn inxtraw shell għall-prezz ta' Lm36,500.", "15 il-flat u 14 il-garaxx fi Triq Dun Karm Sant, Tarxien, mingħand Andrew Bartolo, Carmel Muscat u Anthony Camilleri.", "Dawn inxtraw shell għall- prezz ta' Lm298,000.", "Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ħatret panel apposta biex jevalwa l- offerti li kellha.", "ZEJTUN - TRIQ BUGĦARBIEL", "24300.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'liema prijorita' qiegħda triq ġdida fi Triq Bugħarbiel ġewwa ż-Żejtun biex tingħata l-ewwel surfacing mill-gvern ċentrali peress li hemm residenti li ilhom li ħallsu r-road contribution 'l fuq minn għaxar snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "ZABBAR - TRIQ IR-REDENTUR - TOROQ", "24301.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda t-twessiegħ ta' parti tat-Triq Redentur f' Ħaż-Żabbar (biswit il-barumbara)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- Mistoqsija Parlamentari Nru 23019 li ngħatat f'seduta 478.", "ZABBAR - PARK REĠJONALI", "24302.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li sa mill-ewwel kunsill lokali f'Ħaż-Żabbar kienet saret talba biex il-gvern ċentrali permezz tad-dipartiment ta' l-ambjent jgħin fl-iżvilupp għal park reġjonali fejn illum hemm masġar taż-żebbuġ (ħdejn Girdle Road) jista' l- Ministru jgħid f'hiex wasal dan il-proġett min-naħa tad-dipartiment tiegħu, kif wkoll f'hiex tikkonsisti l-għajnuna tad-dipartiment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija pprepara d-dettalji biex tinħareġ l-offerta għall-bini ta' boundary wall.", "Xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ u żbir tas-siġar ser isir ukoll min-nies tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "KOTTONERA - ĊENTRU SPORTIV", "24303.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-ħamrija li qed titneħħa mis- sit fil-Kottonera li fih se jsir iċ-ċentru sportiv ġdid?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-ħamrija li qed titneħħa mis- sit fil-Kottonera fejn qed isir iċ-ċentru sportiv il-ġdid, qed tmur fi tlett bnadi differenti:", "Parti qiegħda tmur fil-Marsa Sports Club, fejn ser tintuża sabiex jitħawwlu aktar siġar.", "Parti oħra mill-ħamrija qiegħda tinġarr viċin tas-sit, fi Vjal il- Cottoner, limiti ta' Ħaż-Żabbar, fejn hemm masġar taż-żebbug li qiegħed jiġi rranġat.", "Aktar ħamrija qiegħdha tinġarr ukoll f'sit f'Kordin, limiti tar-Raħal Ġdid, fejn qiegħda tiġi maħżuna sabiex tintuża għall-football ground tal- Hibernians.", "Materjal ieħor bħal ġebel u blat kbir li għandu kontenut ta' ħamrija fiħ, qiegħed jittieħed mill-kuntrattur sabiex jiġi sseparat fl-impjant tiegħu.", "ZABBAR - TOROQ", "24304.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li l-istat tat-Triq Ġuseppe Micallef u Wesgħa Alofju Wignacourt f'Ħaż-Żabbar huma tali li kważi ma tistax tgħaddi b'karozza, jista' l-Ministru jara tistax issir soluzzjoni imqar temporanja (bħal invellar tat-triq) biex tittaffa l-ħsara ta' vetturi u l-inkonvenjent lir- residenti, sakemm isir is-surfacing kif suppost?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għad hemm ħafna żvilupp li għadu qed isir f'din it-triq u għalhekk ma jistax jsir xogħol fiha mid-Dipartiment bħalissa.", "IKDAM", "24305.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Minstru jgħid kemm qalgħu paga ras għal ras il-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fuq il-vapur IKDAM li fil-preżent qiegħed fil-baċir nru.", "6?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-azjenda li din tiġi ppubblikata.", "TARZNA - BAY STREET", "24306.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tilfet flus it-tarzna fil-proġett ta' bay street?", "Saritx investigazzjoni mill-kunsill tat-tarzna għaliex sar dan il-telf?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-azjenda li din tiġi ppubblikata.", "TARZNA - BASTIMENT NAVALI", "24307.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol fit-tarznari tagħna fuq bastimenti navali tal-gwerra tal-Libja, sena b'sena mill-1987 'l hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li mill-1987 'l hawn fit-Tarzna ta' Bormla ma sar ebda xogħol fuq bastimenti navali tal-gwerra tal-Libja.", "FLORIANA - LIFT", "24308.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li fl-appartament bl-indirizz 41, Triq il-Miratur, Floriana għadhom qed isiru l-pjanti sabiex jiġi nstallat lift, u peress li f'dawn l-appartmenti toqgħod il-persuna l-aktar anzjana fil-Floriana, minbarra persuni b'mard kroniku serju, jistax ix-xogħol meħtieġ jingħata prijorita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li, minn naħa tagħha, l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tagħti l-prijorita' meħtieġa lill-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "WSC - FURJANA", "24309.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-WSC kienet ħalliet bankini quddiem 40, Triq il- Miratur, Floriana mogħttija temporanjament b'injama, jista' l-Ministru jgħid jistax' isir ix-xogħol meħtieġ sabiex ma jibqax pocket ta' ġrieden?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "24311.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata ċ-ċittadinanza doppja li jimmeritha mingħajr dewmien żejjed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant avviċinat lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza dwar il-każ tagħha fit-2 ta` Marzu 2001, jiġifieri anqas minn ġimgħatejn ilu.", "Dakinhar hi ma ġabitx evidenza biżżejjed biex tipprova li għexet barra minn Malta għal perijodu ta` mhux anqas minn sitt snin u għalhekk għandha ġġib aktar evidenza.", "Ninsab infurmat ukoll li l-każ ta` din il-persuna jkun jista` jiġi ffinalizzat wara li jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet li tressqu qabel din id-data.", "KULTURA - RE-ANACTMENT", "24312.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li dawk li jieħdu sehem fir-re-anactment ta' d-dipartiment tal-kultura qed jintalbu jiddikjaraw id-dħul tagħhom minn din l-attivita', meta l-membri tal-baned huma eżentati milli jagħmlu dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Kultura huwa biss sponsor ta' diversi attivitajiet kulturali.", "Fejn il-każ hu ta' sostenn finanzjarju, p.e. lill-baned jew għaqdiet volontarji, m'hemmx kwestjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' dħul.", "Meta jixtri servizzi d-Dipartiment isegwi r- regoli fiskali bħal ħaddieħor.", "MIA", "24313.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li ġejt infurmat li hemm madwar 400 ħaddiem li jaħdmu mal-MIA li probabilment b'żvista ma' ġietx mimlija l-NI 12 mill-istess kumpanija, jista' l-Ministru jara li din issir, għaliex jekk dawn il-ħaddiema jiġu bżonn xi benefiċċju soċjali ma jikkwalifikawx għalih?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-Malta International Airport ma tużax il-bulk payment system biex tibgħat il-kontribuzzjonijiet tas- Sigurta' Soċjali u għalhekk ma hemmx ħtieġa li tintuża l-formola NI 12.", "Għaldaqstant il-benefiċċji soċjali li jistgħu jkunu ntitolati għalihom il- ħaddiema mhux ser jiġu affettwati.", "DIAMOX - OUT OF STOCK", "24314.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-pilloli diamox ilhom out of stock għal diversi ġimgħat ?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn jerġgħu jaslu f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l- ewwel ġimgħa ta` Marzu waslu erbgħa kunsenji ta` pilloli Acetazolamide 250mg għand is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern.", "Dawn il-kunsenji kellhom iservu madwar tlett xhur.", "Mistennija kunsenja oħra dan ix-xahar.", "WORK PERMITS", "24315.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif in dettal ta' kemm ingħataw work permits lil barranin, matul is-sena 2000 u 2001?", "Jista' jgħid kemm tresqu nies akkużati li ħadmu illegalmentu?", "Kemm minnhom weħlu?", "ONOR.", "JOE BORG: B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru.", "24315, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-suġġett tal-mistoqsija ma jikkonċernax lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "FORZI ARMATI - TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI", "24316.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzja kontra l-kap kmandant tal-forzi armati?", "Jista' jagħti d- dettalji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li minn meta beda jaħdem it- Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta' Inġustizzji sas-7 ta' Marzu 2001, kien hemm tlieta u ħamsin (53) każ deċiż li jinvolvu l-Forzi Armati li minnhom 23 inqatgħu favur ir-rikorrent.", "Ma jidhirlix li għandi nagħti aktar dettalji.", "SKEJJEL PRIVATI - GĦAJNUNA", "24317.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega u jagħti dettalji dwar dak imwiegħed fil-budget fejn l-iskejjel privati ngħataw għajnuna ta' Lm 5,000 kif din l-għajnuna ser taffettwa l-miżati esorbitanti li jħalsu l-ġenituri tat-tfal li jattendu dawn l-iskejjel?", "Jista' jgħid hux ser jikkonsidra favorevolment il-petizzjoni li għamlu l-imsemmija ġenituri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Gvern fil-Budget għal din is-sena ivvota nofs miljun lira bħala għajnuna lill-ġenituri li jibgħatu l-uliedhom fi skejjel privati bi ħlas ta' miżati.", "Qed jiġu konsidrati l-kriterji biex tittieħed id-deċiżjoni dwar it-tqassim ta' din l-għajnuna.", "Malli l-kriterji jiġu approvati isir il-ħlas rispettiv.", "ŻWIĠIET MA' BARRANIN", "24318.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet ma' barranin matul is-snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jagħti statistika ġenerali ta' kemm rġiel iżżewġu nisa barranin u nisa iżżewġu rġiel barranin matul l-istess perjodu?", "Kemm minn dawn iż- żwiġijiet spiċċaw fi proċedura għas-separazzjoni personali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:-", "| | | | | |Sena |Total ta`|Irġiel |Nisa | | |żwiġijiet|Maltin |Maltin | | |ma` |ma` nisa|ma` | | |barranin |barranin|rġiel | | | | |barrani| | | | |n | |1999 |343 |146 |197 | |2000 |323 |132 |191 | |2001*| 40 | 11 | 29 |", "* sat-28 ta` Frar.", "Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif mitlub fl- aħħar parti tal-Mistoqsija.", "KUNSILLI LOKALI - BUS SHELTERS - KUNTRATT", "24325.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn l-assoċjazjoni tal-kunsilli lokali u kumpanija privata, dwar il- bini u manutenzjoni ta' bus shelters?", "Mal-kuntratt, jistgħu jitqiegħdu wkoll l-annexes li hemm ma' l-istess dokument?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali twaqqfet bħala Korp b`personalita` ġuridika distinta bis-saħħa ta` l-Avviz Legali nru.", "153 ta` l-1994 kif amendat bl-Avviz Legali nru.", "195 ta` l-1999.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Assocjazzjoni.", "DWANA - ABBUŻI", "24327.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinvestiga każi ta' allegat abbuż ta' poter minn ċertu uffiċjali tad-dwana fil-port tal-Belt fid-direzzjoni ta' passiġġieri Għarab fejn hu allegat li abbużivament qed jittieħdulhom affarijiet personali, ħwejjeġ, b'konfiska qabel joħorġu mill-pajjiż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill- investigazzjoni li saret ma rriżultax li kien hemm xi abbuż ta' poter minn uffiċjali tad-Dwana kif allegat minnu.", "Fil-fatt id-Dwana tidħol mill-inqas jew xejn fis-sala tat-tluq sew bil-baħar kif ukoll bl-ajru.", "Jekk l-Onor. interpellant għandu x'informazzjoni nitolbu jgħaddihieli, anki kunfidenzjalment, ħalli nkun nista' nindaga iżjed.", "ENEMALTA - KONT TAD-DAWL", "24354.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat kont tad-dawl u l-ilma li jammonta għal Lm 536.33? (tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament).", "Din l-istess familja qiegħda titlob biex in-nru. ta' persuni jidher bħala 4 u mhux wieħed?", "Jista' jingħarraf direttament lil din il-familja b'l-iżviluppi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-ammont imsemmi ikopri xejn anqas minn seba' kontijiet għall-perjodu bejn it-28 ta' Mejju 1998 u t-30 ta' Settembru 2000.", "Jekk in-nru. ta' persuni fl-indirizz fejn inħareġ il-kont huwa ta' erbgħa, il-konsumatur għandu jibgħat id-dettalji tal-persuni li joqgħodu f'dak l- indirizz flimkien man-nru. tal-Karta ta' l-Identita'.", "Din il-proċedura trid tiġi segwita peress li persuna ma tistax tingħata benefiċċju fuq żewġ kontijiet.", "ARMATA - RANKS", "24355.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-armata illi illum qed jgħamlu xogħol li normalment isir min ranks ogħla minn dak li għandhom?", "X'ranks għandhom dawn il-persuni?", "Xi grad għandhom dawk li jagħmlu normalment dan ix-xogħol?", "Jista' jgħid jekk qed jikkonsidrax li jeleva lil dawn il-membri għar-rank ta' l-oħrajn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-proċess ta' evalwazzjoni għall-promotions fl-Armata diġa nbeda u għandu jiġi konkluż fi żmien qasir.", "Il-każijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant qed ikunu ndirizzati..", "OBESITA'", "24358.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24125, jista' l-Ministru jagħmel il- kalkolu kif isir f'pajjiżi oħra bħal per eżempju kif għadu kif sar mill- N.H.S. tar-Renju Unit fejn ikkalkulaw x'triswa kura relatata mal-obesita' bħalma hu mard tal-qalb, zokkor, pressjoni eċċ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għad- domanda parlamentari nru.", "24125.", "GRANMASTRU DE VILHENA - MONUMENT", "24359.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġunijiet kelli jiġi mċaqlaq il- monument tal-granmastru De Vilhena sabiex jiġi restawrat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-proġett ta' restawr u konservazzjoni tal-monument De Vilhena fil-Floriana kien jipprevedi li jsir dan kemm minn barra u kemm minn ġewwa.", "Kien għalhekk neċessarju li jinqala' minn postu biex isir dak kollu li hemm bżonn isir fil-monument minn ġewwa.", "Barra minn hekk parti mill-kuntratt, li qiegħed isir mid-ditta speċjalista fil-bronż ta' Sante Guido Restauri, tipprevedi wkoll ir-restawr tal- pedestall ta' l-irħam.", "KUNSILLI LOKALI", "24360.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi l-Kunsilli Lokali mit- twaqqif tagħhom?", "Jista' jgħid ukoll kemm ingħata kull Kunsill mit-twaqqif tiegħu sal-llum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba li ngħatat ghall-mistoqsija parlamentari nru.", "24009.", "KUNSILLI LOKALI", "24361.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-poteri u r-responsabbilitajiet ġodda li ngħataw il-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 'l hawn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PETS U PJANTI", "24362.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex pets, pjanti li ġejjin barra minn Malta ma jkunux sors ta' kontaminazzjoni / infezzjoni fl- annimali Maltin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Diviżjoni għall-ħarsien mill-mard tal-pjanti qiegħda tirreferi kull importazzjoni ta' peat jew kompost lill-veterinarji sabiex dawn jiżguraw li ma hemm l-ebda periklu li tista' tidħol xi marda għall-annimali.", "Dwar pets, jiddependi mill-pajjiż ta' oriġinu u mis- sitwazzjoni tal-mard f'dak il-pajjiż.", "Tingħata importanza wkoll jekk ikun hemm xi trasbord jew transit f'pajjiż ieħor."]} {"filename": "20000110_215d_par.doc", "date": "2000-01-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 215 It-Tnejn, 10 ta' Jannar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 215", "It-Tnejn, 10 ta' Jannar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "215", "It-Tnejn, 10 ta' Jannar, 2000", "WERREJ MINUTI 561", "KUNSENS GĦAL ATTI 561", "KONDOLJANZI 565", "TQEGĦID TA' KARTI 566", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT TA' L-1991 DWAR IX-XANDIR (L-EWWEL QARI) 568", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI", "B'DIŻABILITA`(KUMITAT)", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL (COMMITTEE STAGE) 568", "AĠĠORNAMENT 596", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 602", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 214 li saret fis-17 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI (Deputy Speaker): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXI ta' l-1999 – Att ta' l-1999 biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali;", "Att Nru XXII ta' l-1999 – Att ta' l-1999 dwar l-Approprjazzjoni (2000); u", "Att Nru XXIII ta' l-1999 – Att ta' l-1999 dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1999).", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĠUSTIZZJA - KONSULENTI", "10724.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u x'inhu l-ħlas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-ministeru kollu tal-ġustizzja u gvern lokali jinghata servizz minn tliet konsulenti.", "Dawn huma l-Avukat Anthony Cutajar, l-Avukat Victor Borg Grech u l-Inġ.", "Joseph Muscat.", "L-Avukat Anthony Cutajar ġie ngaġġat mad-dipartiment tal-kunsilli lokali f`Mejju ta` din is-sena u r-remunerazzjoni tiegħu hi ta` Lm100 fix-xahar plus il-VAT.", "Dr Cutajar qed jassisti d-dipartiment billi l-persuna li qabel kienet taghti l-pariri legali ġiet trasferita f`dipartiment ieħor fuq talba tagħhom.", "L-Avukat Victor Borg Grech ġie ngaġġat bħala konsulent legali fil-qorti f`Mejju ta' l-1996 u r-remunerazzjoni ta` Dr Victor Borg Grech hi ta` Lm100 fix-xahar u hi VAT exempt.", "L-Inġ.", "Joseph Muscat ġie ngaġġat bħala konsulent tekniku fil-qorti f`Settembru ta' l-1996 u r-remunerazzjoni tiegħu hi ta' Lm100 fix-xahar plus il-VAT.", "Minbarra dawn il-konsulenti, il-ministeru għandu wkoll is-servizzi tas- Sur Maurice Caruana bħala advisor fid-dipartiment tal-kunsilli lokali.", "Is- Sur Caruana ġie ngaġġat b`effett mis-27 ta` Ottubru, 1997 u r- remunerazzjoni tieghu hi ta` LM5,000 fis-sena.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi l-Ministru kien ħabbar li x-xogħol fuq it- tibdil ta' bozoz kien għadda f'idejn il-kunsilli lokali, jista' jgħid għala dan l-aħħar kien hemm ċertu dewmien - kien hemm każi fejn anke damu ħames ġimgħat - biex sar dan ix-xogħol?", "Xtaqt inkun naf ukoll fiex wasal l-ingaġġ tal-local wardens li suppost kellu jibda din is-sena.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, kif kont ħabbart f'din il-Kamra meta konna qed niddiskutu l-estimi, qegħdin fil-fażi fejn grupp ta' kunsilli lokali - fosthom l-Imsida, il-Pieta', il-Hamrun u Ta' Xbiex - iffirmaw l- ewwel kuntratt ma' l-Enemalta biex jieħdu f'idejhom it-tibdil ta' bozoz.", "Hemm il-ħsieb li fix-xahrejn li ġejjin jiġu ffirmati żewġ kuntratti simili bejn gruppi individwali ta' kunsilli lokali u l-Enemalta, biex b'hekk ikollna tliet lokalitajiet fejn dan l-eżerċizzju jsir bi prova.", "Din hija devoluzzjoni totalment ġdida u tinvolvi ċerta teknika u ngaġġ ta' kuntratturi biex jagħmlu xogħol ta' l-elettriku.", "Billi qegħdin nantiċipaw li se naffaċċjaw ċerti problemi, ittieħdet id- deċiżjoni bejn id-dipartiment tal-kunsilli lokali u l-Enemalta illi nagħmlu perijodu bi prova fi tliet gruppi biex wara li nkunu tgħallimna mill- esperjenza niftħu d-devoluzzjoni għall-kunsilli lokali kollha.", "Jiġifieri wieħed irid jifhem u japprezza l-kumment ta' l-Onor.", "Interpellant li għad hemm diffikultajiet fit-tibdil ta' bozoz pero' irid jifhem li d- devoluzzjoni qed issir gradwalment.", "Aħna emendajna l-kuntratti u t-termini finali bi ftehim ma' l-Enemalta u huwa antiċipat li fi żmien erba' xhur nagħmlu d-devoluzzjoni b'mod sħiħ.", "Ħalli niġi għall-introduzzjoni ta' wardens.", "Kif forsi segwa l-Onor.", "Interpellant, minn mindu fl-estimi tkellimt fuq il-wardens, kien hemm progress sostanzjali, anke jekk wieħed ra biss il- gazzetti ta' kuljum.", "Tliet gruppi separati ta' kunsilli ħarġu t-tender biex kumpanniji li għandhom il-liċenzja jkunu jistgħu joffru s-servizz ta' wardens.", "Fil-preżent għandna ftit aktar minn 100 persuna illi huma lliċenzjati bħala wardens mill-kummissarju tal-pulizija u s-servizz ta' dawn il-persuni jingħata tramite l-kumpannija li tirbaħ it-tender.", "Jiġifieri l-ingaġġ huwa biss indirettament relatat mal-kunsill lokali billi l-ingaġġ dirett isir mill-kumpannija li tagħti s-servizz.", "Ħarġu wkoll tenders għal autorised officer li se jkun il-persuna li jirrappreżenta l- interessi tal-kunsilli lokali f'din l-iskema.", "Nixtieq ngħid li l-kumpannija li rebħet it-tender biex tagħmel il- computer management system, li hija Datatrack, miexja b'ritmu mgħaġġel u fi kwestjoni ta' ġimgħat għandna nibdew il-field testing ta' din is-sistema fi grupp ta' kunsilli.", "It-target date li mmorru live bis-sistema hija għal ħabta ta' bejn l-aħħar ta' Frar u Marzu.", "Jiena ninsab ċert li se nkunu f'pożizzjoni li almenu l-ewwel grupp ta' kunsilli jkun jista' jvara l- warden services u la r-ritmu jaqbad sew m'għandniex għax ma nżommuhx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Minbarra dawk il-lokalitajiet li waslu fi ftehim dwar it-tibdil ta' bozoz, jista' l-Ministru jispjega in the meantime x'passi qed jittieħdu mill-ministeru għall-fatt li ħafna kunsilli ilhom jirrapportaw lampi maqtugħin għal diversi xhur u minkejja li kuljum jibagħtu faxes lill- Enemalta, xorta jibqa' ma jsir xejn?", "Il-kunsilli lokali tat-tieni distrett qegħdin kważi kollha fl-istess sitwazzjoni - minbarra lokalita' waħda, fejn il-lampi forsi jinbidlu wara xahrejn - fejn għandhom lista pendenti ta' lampi li jridu jinbidlu u dawn ilhom 'il fuq minn erba' xhur li ġew rapportati.", "Nista' nsemmi każ speċifiku ta' koppja anzjana li joqogħdu fi Triq ix- Xatt, il-Kalkara.", "Il-lampi ta' din it-triq ilhom maqtugħin madwar ħames xhur u minkejja li ġew rapportati, anke bħala każ umanitarju, baqgħu ma ġewx irranġati, bil-konsegwenza li dawn l-anzjani lanqas jistgħu joħorġu minn darhom.", "X'intervent se jagħmel il-Ministru biex każi bħal dawn jiġu solvuti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li din hija kwestjoni ta' kif wieħed iħares lejn x'inhu r-rwol tad-dipartiment tal-kunsilli lokali.", "Fil-kunċett ta' dan il-gvern il-kunsilli lokali huma korpi statutorji indipendenti u m'għandhomx bżonn u m'għandux ikollhom l-ebda intermedjarju biex jaslu għas- soluzzjonijiet tal- problemi tagħhom.", "Jekk f'dan il-każ qed nitkellmu dwar tibdil ta' bozoz - u allura r- relazzjoni tal-kunsill lokali hi ma' l-Enemalta - nemmen li għandu jkun hemm relazzjoni diretta bejn il-kunsill lokali u l-Enemalta u m'għandniex indaħħlu lid-dipartiment tal-kunsilli lokali biex jiċċekkja x'qegħdin jagħmlu l-kunsilli lokali.", "Jekk verament nemmnu fil-prinċipji tas- sussidjarjeta' u tad-delegazzjoni, ma naħsibx li jkun utli illi d- dipartiment tal-kunsilli lokali - li għalih jiena responsabbli - għandu jilgħab rwol ta' intermedjarju bejn il-kunsilli lokali u d-diversi dipartimenti jew entitajiet tal-gvern.", "Li inti tħaddem il-prinċipju ta' sussidjarjeta' u tiddelega u tiddevolvi l-poteri jfisser li inti tkun qed tpoġġi lil min iddelegajt fil-pożizzjoni li kont fiha inti qabel.", "U allura dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant, u ċioe' li d-dipartiment tal- kunsilli lokali għandu jkollu xi rwol ta' intermedjarju jew check bejn il- kunsilli lokali u kull dipartiment ieħor, ma naqbilx miegħu.", "Jiena nemmen illi r-rwol tad-dipartiment tal-kunsill lokali hu li jħaddem politika favur il-kunsilli lokali, li jeżamina u jipprova joħloq metodi ġodda ta' delegazzjoni u devoluzzjoni u li jsaħħaħ il-kunċett ta' sussidjarjeta', pero' imbagħad meta nattwaw dak il-kunċett ta' sussidjarjeta', natwaw id-delegi b'mod sħiħ u bir-responsabbilta' kollha, billi ngħidu li issa l-poter għadda għand ħaddieħor, li l-amministrazzjoni għaddiet għand ħaddieħor u allura dak il-ħaddieħor għandu jkollu relazzjoni diretta ma' l-enti governattivi jew id-dipartimenti tal-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena ma ridtx infisser hekk imma staqsejt biex nara għala qed ikollna din is-sitwazzjoni.", "Issa li l-Ministru spjega ruħu li d- dipartiment m'għandux jidħol intermedjarju, nistenna li l-ministru responsabbli mill-Enemalta jispjega għala l-kunsilli lokali jagħmlu erba' xhur sħaħ jibagħtu faxes, jindikaw fejn hemm il-lampi bil-ħsara u ma jiġri xejn.", "Jiena ċert li lill-Ministru jinformawh dwar dan u anke lid- dipartiment.", "X'passi se jieħu, speċjalment fuq it-tieni distrett, biex jara li d-dipartiment jagħmel xogħlu u jipprova jagħmel xi link bejn il- kunsilli lokali u l-Enemalta biex isir ftehim u l-lampi ma jdumux ma jinbidlu għal perijodu daqshekk twil?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Sur President, kif jista' jixhed l-Onor.", "Mizzi stess, kemm-il darba jiġi hawnhekk, l-Onor.", "Membru, jagħtini informazzjoni dwar xi lampi li jkunu maqtugħin fit-tieni distrett u nieħdu ħsiebhom.", "Issa flok jiġi hawn u jagħmel blanket statement u jgħid li hemm lampi li ilhom erba' xhur maqtugħin, ikun aktar għaqli kieku jagħtini d-dettalji neċessarji.", "Li naf hu li filwaqt li taħt gvern Laburista fis-sena ta' l-elezzjoni ntnefqu madwar Lm220,000 u fis- sena ta' qabel intnefqu madwar Lm140,000, l-ispiża ta' l-Enemalta fuq bdil ta' lampi issa żdiedet għal Lm300,000.", "Sfortunatament inqbadna b'backlog, inbidlu ħafna u ħafna lampi pero' eċċedejna anke l-budget li kellha l- Enemalta.", "Din is-sena huwa intenzjonat li nkabbru l-ispiża għal tibdil ta' lampi.", "Veru li jeżistu problemi ta' ageing ta' ċerti lampi imma l- verita' hi li qegħdin naraw, anke permess tal-kunsilli lokali, kif nistgħu ntejbu l-effiċjenza.", "Sfortunatament anke nqbadna b'tip ta' lampi li ma kenux ta' kwalita' tajba għax gvern preċedenti mar għal lampi li kienu the cheapest on the market - meta kulħadd jgħidlek li l-irħis għali - u għalhekk spiċċajna biex lampa jkollna nibdluha f'temp ta' xahrejn tlieta filwaqt li l-life tagħha suppost ikun itwal.", "Issa qed inħarsu lejn sistema kif nimponu ċerti garanziji fuq min jipprovdi l-lampi u kif norganizzaw aħjar is-sistema mhux biss ta' bdil ta' lampi imma anke ta' ċerti arbli tad-dawl għax filwaqt li hemm arbli li huma moderni, hemm oħrajn li waslu biex jinbidlu.", "Dan ix- xogħol qed jiġi pprogrammat.", "Qed naraw ukoll kif se nsaħħu l-customer care unit.", "Jien kelli l- impressjoni li taħt gvern preċedenti dan il-unit twaqqaf fuq saqajh imma sfortunatament kien għadu zopp u qed nippruvaw naraw kif se ntejbuh biex ikun jista' jlaħħaq mad-demands kollha tal-pajjiż.", "Tajjeb li l-prijorita' tingħata lis-servizz tad-dawl, speċjalment fix-xitwa, meta jkollna ħafna maltemp.", "Għax meta jkollok kwantita' ta' xita għal perijodu twil, din tikkaġuna ħafna ħsarat.", "L-ewwel enfasi għandha tkun fuq dawl adegwat u t- tieni fuq l-arbli tad-dawl, għax dawn jistgħu jkunu ta' periklu għas- sewwieqa.", "Wieħed għandu jimxi skond prijoritajiet.", "(Interruzzjonijiet) F'dan il-parlament jagħmluli mijiet ta' mistoqsijiet dwar lampi pero' m'iniex informat li hemm xi lampi li ilhom erba' xhur bil-ħsara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Il-Ministru semma' l-lampi li m'humiex iservu kemm suppost.", "Jiena niġbed l-attenzjoni tal-gvern għax-xogħol li qiegħed isir mill-privat - jgħidu li suppost il-privat jagħti servizz aħjar mid- dipartimenti tal-gvern - għax qiegħed jiġri li x-xogħol qed isir ħażin, ikollu jerġa' jsir u dan a spejjeż tal-poplu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika fejn sar dan ix-xogħol li qed isemmi u jagħtini l-informazzjoni kollha biex inkun nista' ninvestiga għax, nerġa' nirrepeti, li m'għandniex nagħmlu stqarrijiet b'mod ġenerali.", "Naħseb li jekk ix-xogħol ma jkunx sar tajjeb, aktar hemm iċ-ċans li dak li jkun ma jitħallasx tiegħu milli x-xogħol isir doppju.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jien mhux qed nirriferi għal xogħol ta' bozoz biss imma anke għal xogħol ieħor li jsir fit-toroq.", "Kien hemm każi fejn it- toroq jerġgħu jinqalgħu wara xahar li jkunu saru, b'konsegwenza li jkunu ta' periklu għat-traffiku u dawn imbagħad jerġgħu jissewwew a spejjeż tal- poplu.", "Kien hemm każi oħra fejn il-kuntrattur jieħu x-xogħol f'idejh u mbagħad it-tindif u t-tqattigħ isir mill-ħaddiema tal-gvern.", "Jien qiegħed nitlob li jkun hemm sistema biex l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod, għax wara kollox dan huwa abbuż li l-poplu jrid iħallas tiegħu.", "PSC - ASSISTANT HEAD", "11952.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindaga għala l-persuna, li d-dettalji tagħha jidhru separatament, li kien għamel l-eżami għal assistant head, taħt l-awspiċi tal-PSC, kif mit-tielet parti fl-eżami oriġinali li sar f'Ġunju 1998 - liema eżami ġie annullat - spiċċa fit-78 post meta l-eżami reġa' sar f'Awissu 1999?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): L-uffiċjal in kwestjoni għamel petizzjoni lili, bħala prim ministru, u din il-petizzjoni ntbagħtet lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku għall-parir tagħha, fit- termini ta' paragrafu 1.1.7.1 ta' l-estacode.", "Jien informat mill-kummissjoni li hi għamlet l-istħarriġ li dehrilha xieraq f'dan il-każ u ma sabitx ġustifikazzjoni sabiex tagħmel xi tibdil fir-riżultat li dan il-kandidat ġab fit-tieni intervista li saret.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna x'inhi l- pożizzjoni tiegħu vis-a-vis il-PSC?", "Meta deċiżjoni tat-tribunal għall- investigazzjoni ta' inġustizzji tmur favur l-individwu, x'jagħmel il-Prim Ministru biex ma tibqax tirrepeti ruħha inġustizzja oħra u kollox jerġa' jeħel quddiem il-PSC?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'għandix x'inżid ma' dak li għedt għax jiena suġġett, bħal kulħadd, għall-kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Il-kostituzzjoni tagħti poteri awtonomi lill-PSC u l-prim ministru m'għandux dritt jeħodha kontra tagħhom.", "Jiġifieri jekk xi appointment irid isir mill-PSC, hija l- PSC li trid tagħti l-kunsens tagħha - ossia l-parir - biex isir u jien m'għandix awtorita' inbiddel jew inġiegħel lill-PSC timxi mod ieħor.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Il- Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, nixtieq li f'isem il-Kamra kollha nressqu l- kondoljanzi lill-kollega u ħabib tagħna, l-Onor.", "Joe Debono Grech, fl- okkażjoni tal-mewt tal-papa` tiegħu, is-Sur Carmelo Debono, li ġiet imħabbra nhar it-Tnejn, 3 ta' Jannar li għadda.", "Is-Sur Debono kien raġel ta' 85 sena u għalkemm jien ma kontx nafu personalment, mill-informazzjoni li rnexxieli niġbor fuqu sirt naf li mhux biss kien raġel tal-familja imma kien jinvolvi ħafna ruħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħajja kulturali tal- lokalita` li fiha kien jgħix.", "Kien jieħu sehem importanti u qawwi fil- każin tal-banda ta' Santa Liena, f'Birkirkara u kien ovvju li hemmhekk kien qiegħed għal perijodu ta' żmien jagħti l-kontribut tiegħu f'xi ħaġa li kien iħobb u f'xi ħaġa li li kien jieħu pjaċir jikkontribwixxi fiha.", "Naturalment l-okkażjoni meta kollega deputat ta' din l-Kamra jitlef lil xi ħadd minn tal-familja dejjem tkun waħda ta' niket u li fiha aħna d- deputati, b'sens ta' solidarjeta`, nesprimu l-kondoljanzi tagħna fil- konfront tal-membru parlamentari.", "F'dan il-każ b'dispjaċir inwasslu dawn il-kondoljanzi lill-kollega, l-Onor.", "Joe Debono Grech, lill-familja kollha tiegħu, u ningħaqdu miegħu f'dan il-mument ta' niket b'sens ta' appoġġ u solidarjeta` f'dan il-mument diffiċli.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, f'ismi u f'isem l-oppożizzjoni Laburista ningħaqad mas-sentimenti li għadhom kemm ġew espressi u nestendi lil seħibna l-Onor.", "Joe Debono Grech u lill- familjari kollha tiegħu s-simpatija u l-kondoljanzi kollha tagħna għat- telfa kbira li għadhom kemm ġarbu.", "Kif għadu kemm qal l-Onor.", "Gonzi, is-Sur Carmelo Debono kien personalita` magħrufa f'Birkirkara għax-xogħol ta' mpenn kulturali li ta tul snin twal.", "Huwa kien fi ħdan is-soċjeta` tal-Banda Santa Liena u wkoll fi ħdan l- għaqda Borġa.", "Kien bniedem li f'għemiltu u permezz ta' l-imġiba tiegħu ta xiehda l-ħin kollu ta' valuri familjari, kulturali u spiritwali għolja u kien bniedem magħruf għall-impenn tiegħu lejn il-lokalita` ta' Birkirkara.", "Kien ukoll raġel eżemplari fil-mod kif mexxa 'l quddiem lill-familja tiegħu u ċertament fil-mod kif ħarreġ lit-tfal tiegħu sabiex bl-imġieba, bix-xogħol u bil-ħidma tagħhom fis-snin li huma avvanzaw fil-karriera, taw kontribut kemm fil-qasam trejdjunjonistiku, kemm fil-qasam politiku, kif ukoll fl-iżvilupp soċjali ta' pajjiżna fuq bażi lokali u nazzjonali.", "Aħna nagħtu mhux biss il-kondoljanzi u s-solidarjeta` tagħna lill-Onor.", "Debono Grech u lill-familja tiegħu imma nħeġġuhom biex mill-eżempju ta' missierhom ikunu jistgħu jieħdu l-faraġ meħtieġ biex għaż-żmien li ġej anke huma jkomplu għaddejjin bix-xogħol u bil-ħidma tagħhom għall-ġid tal-lokal ta' Birkirkara.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, f'isem il-familja kollha tiegħi nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru, lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lill-kollegi taż-żewġ naħat tal-Kamra għas-solidarjeta` u l-għajnuna li sibt f'dawn iż-żmenijiet koroh.", "Nirringrazzjakom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja wkoll tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex iwassal il-kondoljanzi lill-familjari ta' l-Onor.", "Joe Debono Grech.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 214 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 dwar sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tat-Taleban; u", "Tagħrif dwar xiri ta' karozzi mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12202.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 219 ta' l-1999 - ordni ta' standard nazzjonali ta' l-1999 dwar żieda fil-paga għall-impjegati; u", "Avviż Legali Nru 220 ta' l-1999 - ordni ta' standard nazzjonali ta' l-1999 dwar l-inqas paga nazzjonali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 211 ta' l-1999 – avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1999 dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt; u", "Avviż Legali Nru 212 ta' l-1999 - civil aviation (route charges for navigation services) (amendment) regulations, 1999; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 215 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 dwar taxxa fuq il-valur miżjud (ħlas lura ta' taxxa fuq il-valur miżjud skond arranġamenti diplomatiċi u konsulari);", "Avviż Legali Nru 217 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw il-Ħdax-il- Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 223 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw il-Ħmistax-il Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 224 ta' l-1999 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta;", "Avviż Legali Nru 225 ta' l-1999 - ħatra ta' negozjant awtorizzat;", "Avviż Legali Nru 226 ta' l-1999 - ordni ta' l-1999 li jemenda l- ordni dwar il-kontroll fuq il-kambju; u", "Avviż Legali Nru 227 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar żjut u gassijiet tal-petroleum (emenda Nru 2);", "u f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 216 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar gwardjani lokali;", "Avviż Legali Nru 221 ta' l-1999 - avviż ta' bidu fis-seħħ tar- regolamenti ta' l-1999 dwar il-protezzjoni ċivili (dixxiplina u assoċjazzjoni); u", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'Annex 8 tal-ftehim milħuq bejn il- Vatikan u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-knisja mgħoddija lill- gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 213 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar servizzi għall-esportazzjoni għal kumpanniji kwalifikanti; u", "Tabella li turi performance bonus imħallas lil managers fil- korporazzjoni Enemalta minn Diċembru 1992, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12152.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 218 ta' l-1999 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta l-Att ta' l-1999 biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali;", "Avviż Legali Nru 222 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar kunsilli lokali (finanzi);", "KLBL 59/19/99 - bye-laws ta' l-1999 dwar skips (Sliema); u", "Avviż Legali Nru 1 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw l- Iskeda A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT TA' L-1991 DWAR IX-XANDIR", "ONOR EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att ta' l-2000 li jemenda l-Att ta' l-1991 dwar ix-Xandir'' ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA`", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola tagħti l- interpretazzjoni għal diversi kliem u espressjonijiet użati f'din il-liġi.", "Naħseb li m'għandix għalfejn noqgħod nidħol fid-dettalji ta' l- interpretazzjonijiet differenti li hawn pero` se nressaq emenda żgħira għaliex meta eżaminajna din il-klawsola sibna li fid-definizzjoni tal-kelma ''membru tal-familja'' tħalliet barra l-kelma \"ġenituri\".", "Għalhekk, Sur President, inressaq din l-emenda:", "''A'' Fl-artikolu 2 fid-definizzjoni ta' \"membru tal-familja\", is-sub- paragrafi (a), (b) u (c), għandhom jiġu rinumerati (b), (c) u (d) u għandu jidħol dan is-sub-paragrafu ġdid:", "\"(a) il-ġenituri\".", "''A'' In article 2 in the definition of \"Family member\", subparagraphs (a), (b) and (c) shall be renumbered (b), (c) and (d), and the following new subparagraph shall be inserted:", "\"(a) the parents\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, il-background għal din il- liġi kulħadd jafu.", "Fl-abbozz ta' liġi li kien tressaq f'Ġunju ta' l-1998, din il-klawsola bażikament kienet l-istess ħlief għall-fatt li aħna ma konniex qed ngħidu \"family member\" imma konna qed insejħulu \"associate\".", "Jiena xtaqt inkun naf x'inhi r-raġuni għal din il-bidla.", "Fil-fatt fl- ispjega hemm li \"family member\" jista' jkun \"a legal guardian or curator of such individual\".", "Jien ma nafx għalfejn kellu jiddaħħal \"legal guardian\" għaliex mhux kulħadd għandu avukat fil-familja tiegħu.", "Xtaqt li l-Ministru jispjegalna għaliex x'kienet ir-raġuni li minn ''associate'' morna għal ''family member''.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel riferenza għalih huwa li fil-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, min-naħa tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` saret riferenza għal assistent personali minflok ''family member''.", "Jiġifieri se jkun hemm xi assistent personali ġdid jew xi persuna oħra in vista ta' xi policy, li aktar tard trid tiġi adottata, jew inkella dan każ ta' misprint?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Iva, kif qalet l-Onor.", "Coleiro, fl-abbozz ta' liġi oriġinali li kien ġie mħejji mill-predeċessur tiegħi l-Prof.", "Edwin Grech intużat il-kelma ''associate'' minflok il-kliem li hemm illum ''membru tal- familja''.", "Dan ġara għaliex wara li ddiskutejna internament - anke meta ġejna biex nagħmlu l-versjoni bil-Malti ta' l-abbozz ta' liġi - iddeċidejna li wieħed mill-ewwel jinduna li l-kelma ''associate'' qiegħda tirriferi għal xi ħadd li jkun membru tal-familja u pprovajna nsibu kelma ekwivalenti tagħha bil-Malti.", "Din hija kelma meħuda mil-liġi Awstraljana u huwa diffiċli biex wieħed isib kelma għaliha bil-Malti.", "Naturalment li rridu nfissru aħna bil-kelma \"associate\" huwa xi ħadd li jkun viċin ħafna tal-persuna b'diżabilita`.", "Mument minnhom konna se nagħżlu l-kliem ''assistent personali'' u kien għalhekk li l-kummissjoni - nikkonferma dan ukoll - mument minnhom ħarġet text li kien juża l-kliem ''assistent personali''.", "Pero`, anke hawnhekk, wara li kelli diskussjonijiet mal-kummissjoni bżajna li l-kelma ''assistent personali'' tiġi miżinterpretata, jew in-nies jaħsbu li hawnhekk qegħdin nintroduċu l- kunċett ta' ''assistent personali'', kif inhu mifhum barra minn Malta - ħaġa li nittamaw li naslu għaliha u li diġa` qegħdin nesperimentaw dwarha - fejn il-persuna b'diżabilita` prattikament timpjega magħha persuna li teħdilha ħsieb il-bżonnijiet kollha tagħha.", "Il-klawsoli li fihom hemm dawn ir-riferenzi ma jirriferux għall-assistent personali f'dan is-sens imma jagħmlu riferenza pjuttost għal xi ħadd li jkun viċin il-persuna b'diżabilita` innifsiha.", "Veru li tutur jew kuratur jista' ma jkunx membru tal-familja, imma proprju għal dan l-iskop li f'din il-klawsola qegħdin nagħmluha ċara li jekk dawn ma jkollhomx parentela mal- persuna b'diżabilita', xorta waħda l-liġi kif għaminiha tkoprihom.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena nifhem li jkun aħjar kieku ssib il- kliem eżatt pero` din it-tip ta' diffikulta` dejjem tqum meta xi ħadd ikun qed jabbozza liġi.", "Għal finijiet ta' nies li m'humiex legali ħafna drabi dawn id-dettalji ma jidħlux f'rashom u meta jaraw il-kliem \"membru tal- familja\", mal-ewwel imorru għal dak li huwa blood relation u ma taqax f'rashom li jista' jkun anke kuratur jew xi ħadd ieħor legali.", "Ma nafx jekk kienx hemm il-konsiderazzjoni li flimkien ma' ''membru tal-familja'', almenu jidħlu l-kliem \"u/jew imsieħeb\" jew xi kelma oħra li tista' tfisser xi ħadd li jkun qrib il-persuna bi bżonn speċjali imma li m'huwiex a blood relation.", "Dan huwa l-punt tiegħi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Forsi nkunu nistgħu nifhmu ftit aħjar din il-frażi jekk naraw klawsoli oħrajn li għad irridu niddiskutu 'l quddiem, fejn din l- istess frażi qed tintuża.", "F'dawk il-klawsoli qed jingħad li diskriminazzjoni tista' ssir fil-konfront ta' xi ħadd għaliex ikollu membru tal-familja li jkollu diżabilita`, u allura l-kliem ''imsieħeb'', ''associate\" jew \"personal assistant\" ma joqogħdux.", "Jiġifieri din trid taraha mal-klawsoli l-oħrajn fejn qed tintuża l-frażi ''membru tal- familja''.", "Bl-argument ta' l-Onor.", "Coleiro kważi ngħid li hija ħafna iktar ċara fl-imħuħ tan-nies meta tintuża l-kelma ''membru tal-familja'' milli meta tgħid ''assoċjat'' jew ''imsieħeb'' għaliex ''imsieħeb'' tista' tfisser ħafna iżjed minn dan li hawn f'din l-interpetazzjoni.", "Din l- interpretazzjoni qiegħda tgħid ċar u tond li \"membru tal-familja\" tinkludi \"il-mara jew ir-raġel; l-iben, bint, ħu jew oħt, li jkollhom 18-il sena jew aktar; u tutur legali jew kuratur ta' dak l-individwu\".", "Issa tutur legali jew kuratur hija neċessarja fejn inti jkollok xi ħadd li jkun minorenni u ma jkollux ġenituri, jew inkella xi ħadd li jkollu diżabilita` intellettwali.", "Jiġifieri s-sens ta' din hija li jrid ikun xi ħadd minn tal- familja u allura kliem bħal ''associate\", \"personal assistant\" jew ''imsieħeb'' żgur li ma jgħoddux fil-kontest ta' din il-liġi; fl-opinjoni tiegħi jinftiehmu ħafna iżjed il-kliem \"membru tal-familja\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mill-aspett legali wieħed jifhem għalfejn qed tintuża ċerta terminoloġija fid-drafting pero` naħseb li dak li kellha f'moħħa l-Onor.", "Coleiro - u naħseb bir-raġun - huwa li l-kelma \"associate\" kif kienet fl-abbozz ta' liġi oriġinali kellha interpretazzjoni ħafna aktar wiesgħa.", "Għaliex filwaqt li huwa veru li ''adopted child'' hija nkluża fl- interpretazzjoni għaliex din tkun legalment rikonoxxuta, m'huwiex ċar jekk persuna li m'hijiex miżżewġa u għandha t-tfal hijiex inkluża.", "Jien naħseb li l-liġi għandha tipproteġi lil kulħadd u allura qed nistaqsi jekk persuna li mhix miżżewġa u bit-tfal - u f'pajjiżna għandna nies li jinsabu f'dawn iċ-ċirkostanzi - jidħlux taħt din l-interpretazzjoni.", "Naħseb li fuq dan hemm bżonn li jkollna spjega.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-interpretazzjoni hija kif definita fil-klawsola stess.", "Fil-fatt anke d-definizzjoni tal-kelma ''associate'' fl-abbozz oriġinali kienet tgħid \"his spouse, his son, daughter, brother or sister over the age of 18 years and his legal guardian or curator\".", "Jiġifieri f'dan l-abbozz ta' liġi kulma għamilna kien biss li minflok il-kelma \"associate\" daħħalna l-kliem ''membru tal-familja'' u issa bl-emenda li ressaqt fid-definizzjoni se ndaħħlu wkoll \"il-ġenituri\".", "Mill-bqija l- kategoriji kif definiti baqgħu preċiżament l-istess.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-bone of contention hija marbuta ma' x'hemm inkluż taħt it-terminu \"family member\" u x'hemm inkluż taħt it- terminu \"associate\".", "Kif qal l-Onor.", "Farrugia, meta tgħid \"family member\" tmur mill-ewwel għal ċerti nies, mentri meta tgħid \"associate\" ...", "Ma tagħmilx differenza jekk nużawx il-kelma \"associate\" jew xi kelma oħra imma l-importanti hu li t-terminu li jintuża jkun jinkludi lil kulħadd.", "Per eżempju, jiena naf b'każi ta' familji fejn għandhom tifel jew tifla b'diżabilita` u huma l-uniku wild, jiġifieri meta jiġu neqsin il-ġenituri tagħhom dawn bilfors se jkollhom iduru għal nies barranin biex jieħdu ħsiebhom, li allura ma jkunux family members.", "Jiġifieri jien naħseb li għandna nsibu terminu li jkun jinkludi lil kulħadd.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma l-interpretazzjoni saret speċifikament biex jiġu nklużi biss ċerti kategoriji ta' nies - kieku kienet tgħodd għal kulħadd lanqas kien ikun hemm għalfejn nagħmlu interpretazzjoni u konna nħalluha miftuħa għal kulħadd! u allura naħseb li l-aħjar ħaġa li nagħmlu hija li naraw il-klawsoli l-oħrajn fejn hemm it-terminu ''membru tal- familja'' biex inkunu nistgħu naraw is-sens ta' din il-frażi.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Rigward id-definizzjoni tat-terminu \"diżabilita`\", irrid ngħid li hemm differenza bejn dak li kien hemm fl- abbozz li ġie ppreżentat f'Ġunju ta' l-1998 mill-Prof.", "Grech u dak li għandna fl-abbozz li qegħdin niddiskutu llum.", "Fl-abbozz oriġinali \"disability\" kienet deskritta bħala \"a physical, sensorial or intellectual impairment that substantially limits one or more of the major life activities of a person\", mentri d-deskrizzjoni ta' \"disability\" fl-abbozz li għandna quddiemna tgħid li hija \"physical or mental impairment\".", "Tista' tgħidilna x'inhi r-raġuni għaliex issa ġiet ristretta b'dan il-mod?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Anzi jien ngħid li mhux talli ma ġietx ristretta talli ġiet aktar miftuħa!", "Fl-abbozz oriġinali l-kelma ''diżabilita`'' kienet tfisser \"a physical, sensorial or intellectual impairment\", mentri issa aħna dehrilna li kellna niftħuha ftit iżjed minn hekk.", "Per eżempju, l- autism li wieħed jista' mhux neċessarjament jiddeskriviha bħala diżabilita` intellettwali, taqa' żgur taħt id-definizzjoni ta' diżabilita` mentali, u allura r-reazzjoni tiegħi hi li l-d-differenza bejn iż-żewġ abbozzi ta' liġi hija ntiża proprju biex tolqot firxa aktar wiesgħa ta' diżabilitajiet differenti.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, jien ma nistax nifhem kif il- Ministru qiegħed jgħid li bl-abbozz li għandna quddiemna din id- definizzjoni hija iktar miftuħa meta attwalment ġiet eliminata kompletament il-kelma ''sensorial\".", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-raġuni hija li a sensorial disability is a physical disability u allura hija nkorporata fid-diżabilita` fiżika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, jiena tbeżżagħni ħafna din l- interpretazzjoni, speċjalment f'liġijiet bħal dawn li tista' tgħid huma ġodda għal pajjiżna.", "Jien ngħid li minkejja l-qalb kbira li għandna bħala poplu, f'pajjiżna għad hemm il-bżonn ta' aktar awareness fuq dawn l- affarijiet u allura m'għandniex inħallu l-affarijiet wesgħin mingħajr ma naraw li nispeċifikaw ċerti sensitive areas.", "Sakemm l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb ma jkun ġara xejn, imma malli jibda jkun hemm id- diffikultajiet nispiċċaw b'ħafna kawżi quddiem il-qrati jew inkella quddiem il-kummissjonijiet u kulħadd jagħti l-interpretazzjoni tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-klawsoli tal-liġi u d-drafting legali ma jsirux biex wieħed jagħmel xi statement politiku.", "Jien nifhem x'qed tgħid l-Onor.", "Coleiro pero` naħseb li rridu noqogħdu attenti biex, mingħajr ma nafu u minkejja l-intenzjoni tajba li jkollna, ma nkunux qegħdin nirrestrinġu minflok li nkopru lil kulmin nixtiequ nkopru.", "Meta għandek definizzjoni li tistabilixxi li persuna b'diżabilita` hija biss persuna b'diżabilita` li għandha jew diżabilita` fiżika jew diżabilita` sensorjali jew inkella diżabilita` intellettwali, hemm il-periklu li tkun qiegħed tirrestrinġi għaliex jekk hemm xi forma ta' diżabilita` differenti minn dawn it-tlieta, allura ma tkunx qed tinkludiha.", "It-terminoloġija kif inhi wżata issa hija miftuħa biex tkopri lil kulħadd u terġa' hija spjegata iżjed bid- definizzjoni tal-kelma ''nuqqas''.", "Qegħdin ngħidu li \"\"nuqqas\" fil-kuntest ta' diżabilita`, tfisser kull telfien, restrizzjoni jew anormalita` ta' funzjoni psikoloġika, fiżjoloġika jew struttura anatomika\".", "Jiġifieri d- definizzjoni hija magħmula b'tali mod u manjiera li żgur tkopri lill- persuni kollha b'diżabilita`.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiena naqbel ma' dak li għadu kemm qal il-Ministru pero` l-argument hu li fid-definizzjoni tal-kelma \"diżabilita`\" fl-abbozz oriġinali kien hemm inkluż il-kelma ''sensorial'' filwaqt li issa din ġiet imħollija barra.", "Jekk il-Ministru qed jgħidilna li minkejja li l-kelma tħalliet barra xorta waħda hija nkluża fid-definizzjoni, allura aħna ma nsibu l-ebda oġġezzjoni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Definittivament - anke to be on record - il-kelma ''sensorial\" hija nkluża taħt il-kelma ''physical\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt nirriferi għad-definizzjoni ta' \"qualified person with a disability\".", "Fl-abbozz oriġinali kif preżentat mill-Prof.", "Edwin Grech din kienet qiegħda hekk:", "\"in relation to the provision of goods, facilities or services as are referred to in Title 3 of Part III of this Act, a person with a disability who, with or without -", "(i) any reasonable modifications in accordance with the afore- mentioned Title to rules, policies or practices; or", "ii) the reasonable removal of architectural, communication or transport barriers; or;", "iii) the reasonable provision of auxiliary aides and services;", "meets the essential eligibility requirements for the provision of such goods, facilities or services or for participation in such programmes or activities as may be provided by any person or body in terms of the afore-mentioned part of this Act.\".", "Jien nixtieq li l-Ministru jispjegalna għaliex din id-definizzjoni nbidlet daqshekk.", "Qed nagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet għaliex filwaqt li hemm partijiet sħaħ tal-liġi li baqgħu l-istess bħalma kienu fl-abbozz oriġinali, hemm oħrajn li nbidlu u allura bilfors wieħed jistaqsi x'setgħu kienu r-raġunijiet.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din hija biss kwestjoni ta' drafting legali.", "Il- klawsola fl-abbozz ta' liġi li kien ressaq il-Prof.", "Grech kienet magħmula b'tali mod u manjiera li tirrendi dawk is-sub-paragrafi rrilevanti, fis- sens li din kienet tgħid", "\"in relation to the provision of goods, facilities or services as are referred to in Title 3 of Part III of this Act, a person with a disability who, with or without -", "(i) any reasonable modifications ....\"", "Jiġifieri l-fatt li kien hemm il-kliem \"with or without\" donnu li ma tagħmilx differenza, u allura la ma tagħmilx differenza d-drafting legali jirrikjedi li dik il-parti ttir għaliex hija żejda.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma tassigurana li dak li hemm fil-klawsola ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum ikopri dan kollu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, il-kontenut għandu baqa' l-istess; hija biss kwestjoni ta' drafting aktar nadif.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 -Diskriminazzjoni minħabba f'diżabilita` dovuta għal xi trattament inqas favorevoli.", "Clause 3 - Disability discrimination because of less favourable treatment.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nimmaġina li hawn l-Onor.", "Coleiro se tagħmel riferenza għall-klawsola - din issa m'għadhiex teżisti f'dan l- abbozz ta' liġi - li kienet magħrufa bħala s-superseding clause.", "Fil-fatt dan il-punt ġie ttrattat fil-laqgħat li kellna quddiem il-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali u l-ispjegazzjoni għaliex taret dik il- klawsola ngħatat kemm minni kif ukoll mill-Avukat Ġenerali.", "Dr Borg Barthet ġie jagħti x-xhieda tiegħu quddiem il-kumitat u spjega li m'huwiex neċessarju li jkun hemm klawsola li tgħid li din il-liġi tirbaħ fuq liġijiet oħrajn, għar-raġuni li meta jkun hemm liġi li fiha nnifisha tkun speċifika dejjem tirregola hi.", "Kieku ma jkunx hekk, kieku f'kull liġi li jgħaddi l-parlament bilfors trid tiddaħħal klawsola simili!", "Klawsola 3 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna - fl-opinjoni tiegħi forsi hija l-iktar klawsola importanti ta' din il-liġi - tagħti d- definizzjoni ta' x'inhi ''diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita''' u tispjega liema jkunu dawk iċ-ċirkostanzi fejn ikun jirriżulta li tkun qed isseħħ xi forma ta' diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuna minħabba d- diżabilita` tagħha jew inkella minħabba ċ-ċirkostanzi li jiġu maħluqin b'riżultat tad-diżabilita` ta' dik il-persuna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Huwa veru li kif spjega l-Ministru kien hemm diskussjoni fil-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali u huwa veru wkoll li kien hemm preżenti l-Attorney General, pero` min-naħa tagħna għadna m'aħniex sodisfatti bir-raġuni għalfejn tneħħiet is-superseding clause, liema klawsola kienet tgħid:", "''If any other law is inconsistent with this Act, this Act shall prevail and the other law shall to the extent of the inconsistency be null and void.''.", "Jien naħseb li din kienet qed tagħti s-snien lil din il-liġi.", "Fil-fatt hawnhekk nista' nuża l-istess argument li wżajt aktar qabel, fis-sens li meta għandna liġijiet ġodda u meta nafu li mhux biss hemm bżonn ta' miżuri biex jitjiebu ċerti affarijiet imma wkoll dik il-liġi se tkompli tgħin biex inkabbru awareness u nkabbru ċerta edukazzjoni fost il-poplu favur dan il- grupp f'pajjiżna, aktar u aktar hemm il-ħtieġa ta' xi ħaġa tassattiva.", "Jekk se nħallu l-affarijiet miftuħin b'dan il-mod se nispiċċaw biex dawk il- persuni li jridu jfittxu d-drittijiet tagħhom jispiċċaw quddiem il-qrati u jkollhom jgħaddu minn ħafna proċeduri biex jiġi ġustifikat li din il-liġi tiġi fuq kull liġi oħra li tirrigwarda dan il-qasam, mentri kieku tibqa' din il-klawsola ma jkunx hemm il-ħtieġa għal dawn it-tip ta' proċeduri.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Sur President, la m'hemmx problemi ma narax għalfejn din il-klawsola kellha titneħħa!", "Jien naħseb li l-Ministru jaqbel magħna li jekk ikun hemm liġi oħra li tkun at variance ma' din il-liġi, m'għandu jkun hemm ħadd li meta jiġi biex japplika l-provvedimenti tagħha - m'iniex qed ngħid li se jiġri hekk għaliex l-ispirtu hawnhekk huwa ċar, imma llum hemm il-Ministru Gonzi u għada jkun hemm xi ħaddieħor -", "jagħti interpretazzjoni abbażi tal-liġi l-oħra.", "Forsi xi ħadd xi darba jfettillu joħroġ avviż legali li b'xi mod ikun imur kontra l-ispirtu tal- liġi li għandna quddiemna!", "Jekk m'aħniex se nagħmluha kif qed ngħidu aħna, fejn ikun hemm xi ħadd li jħoss ruħu aggrieved se jkollu jmur il-qorti biex jipprova jottjeni sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali ħalli mbagħad dik l- istess qorti tibgħat avviż lill-parlament biex nemendaw il-liġi.", "Dan għalfejn?", "Jekk kemm-il darba m'hemmx problemi, il-Ministru jista' jaqbad u jħalliha hemm.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Aħna nippriferu li nemendawha ħalli mill-ġdid tiġi li:", "''If any other law is inconsistent with this Act, this Act shall prevail and the other law shall, to the extent of the inconsistency, be null and void.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Kultant nibda nitfixkel u se nipprova nispjega għaliex.", "F'dan il-parlament diġà kellna dibattitu fit-Tieni Qari fejn prattikament ħareġ li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin naqblu kważi fuq il- kontenut kollu ta' din il-liġi, però qamu żewġ punti jew tlieta partikolari li fuqhom jew kien hemm interpretazzjoni li ma kenitx ċara biżżejjed min- naħa tal-gvern jew kien hemm bżonn li wieħed jispjega ftit iżjed.", "Waqt li konna qegħdin niżvolġu dan id-dibattitu - u jien kont qed nieħu nota tal-punti li kienu qed jitressqu min-naħa tal-kelliema ta' l- oppożizzjoni - f'mument minnhom jien issuġġerejt li wara li jiġi approvat mill-istadju tat-Tieni Qari, dan l-abbozz ta' liġi għandna ngħadduh lill- kumitat għall-affarijiet soċjali biex janalizza l-klawsoli waħda waħda u jidħol fl-aspetti differenti tal-liġi.", "Meta ressaqt din il-proposta rċevejt kontro-proposta min-naħa ta' l-oppożizzjoni li essenzjalment kienet tgħid li għandu jkun kumitat tal-Kamra kollha li jikkonsidra din il-liġi, però din l-istess kontro-proposta kienet tgħid li għandna niddedikaw numru ta' seduti quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali biex niddiskutu erba' punti speċifiċi.", "Fost dawn l-erba' punti kien hemm il-kwestjoni tas- superseding clause, il-kwestjoni ta' l-edukazzjoni u l-kwestjoni ta' l- insurance.", "Meta rċevejt din il-proposta jien għedt: M'hemm xejn ħażin, wara kollox dan biex nipprovaw niċċaraw il-pożizzjoni ma' kulħadd!", "Għamilna strapp mill-proċeduri li normalment nużaw - għax din qatt ma saret fl-istorja ta' dan il-parlament kemm ilu li għandu l-kumitati - u din il- liġi għaddejniha minn proċess ta' laqgħat fil-kumitat għall-affarijiet soċjali li fih attendew deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra fejn iddiskutejna dawn l-erba' punti.", "Quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali dħalna fid-dettall ta' din il- famuża superseding clause.", "Jiena spjegajt bl-iktar mod ċar li r-raġuni li din tneħħiet kienet fuq parir ta' l-Avukat Ġenerali nnifsu, li min-naħa tiegħu għamilha ċara li m'hemmx bżonn ta' klawsola bħal din, anke għaliex kieku kellna nagħmluha hekk konna nkunu qed nistabilixxu preċedent perikoluż, għaliex dan kien ikun ifisser li l-parlament f'kull liġi li jgħaddi jrid bilfors idaħħal klawsola li tgħid li l-liġi li qed jgħaddi tissupera kull liġi oħra.", "Jekk aħna se nagħmlu hekk f'din il-liġi, awtomatikament il-preċedent fid-drafting legali se jkun ifisser li se jkollna nagħmlu l-istess tip ta' klawsola f'kull liġi oħra li ngħaddu.", "U wara li kont tajt din l-ispjegazzjoni u wara li kien ġie l-Avukat Ġenerali quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali, kien jidher ċar li n-naħa ta' l-oppożizzjoni aċċettat din l-ispjegazzjoni.", "Tant hu hekk li meta ġie l- Avukat Ġenerali u ta x-xiehda tiegħu, r-rappreżentanti min-naħa ta' l- oppożizzjoni qalulu: Jekk din qed tagħtihielna uffiċjalment aħna noqogħdu għal dik l-interpretazzjoni.", "U r-raġuni hija din, xejn inqas u xejn iżjed.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif wara li għaddejna proċess li l-iskop tiegħu kien proprju biex nikkjarifikaw dawn l-erba' punti, issa niġu hawnhekk u nerġgħu nibdew niddiskutu affarijiet oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Jiena nixtieq nara l-emenda imma jekk qed nifhem tajjeb, din hija emenda għall-klawsola ġdida.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Jekk għandna nagħtu rendikont tal-proċess kollu li għaddejna mit-Tieni Qari sal-lum, tajjeb ngħidu wkoll li l-iskop li ltaqa' il-kumitat għall-affarijiet soċjali kien biex inġibu flimkien dawk l-għaqdiet li jieħdu ħsieb persuni b'diżabilità biex ikunu huma stess li jressqu d-diffikultajiet li kienu qed iqajmu tul id-diskussjoni sħiħa li kellna f'dan il-parlament; u dawn ma ġewx invitati mill-ewwel u anke ġew invitati mil-lum għal għada.", "Dik for record purposes.", "Lanqas m'hu veru xejn li aħna qbilna u aċċettajna dak li kien qed jgħid l-Attorney General, qisu tkellem l-oraklu, bir-rispett kollu lejh.", "Anzi jien kont waħda minn dawk il-membri tal-kumitat min-naħa ta' din il-Kamra li domt nistaqsih jekk hux qed jagħtina garanzija li jekk jinqala' l-każ fil-qorti, se tittieħed in konsiderazzjoni l-argumentazzjoni kollha tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien ma nafx maġistrati li jaqraw id-debates tal-parlament!", "Jiġifieri anke jekk niġu f'dak l-istadju, ma nafux kemm attwalment maġistrat se jiddeċiedi skond l-animu tad-diskussjoni kollha li nkunu qed nagħmlu hawnhekk.", "U ma nistax nifhem il-preċedenti vis-a-vis liġijiet oħra, għaliex il-klawsola ġdida li aħna qegħdin inressqu biex tiġi mdaħħla titkellem ċar u tond.", "Fiha qed nirriferu għal dawk il-liġijiet li jistgħu jkunu konfliġġenti ma' din il-liġi - bħal, per eżempju, il-liġi tax-xogħol, l-Education Act, eċċ - ħalli ma jkunx hemm ħtieġa li biex tieħu d- drittijiet tagħha pesuna b'diżabilità trid tidħol il-qorti u mbagħad Alla waħdu jaf meta tinqata' l-kawża.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR KARL CHIRCOP: Irrid intenni dak li qalet l-Onor.", "Coleiro, li l- akbar raġuni għaliex tlaqqa' l-kumitat għall-affarijiet soċjali kienet biex in-nies konċernati jkunu invitati li jattendu u saħansitra jipparteċipaw.", "Mentri fil-fatt dawn ma ġewx invitati biex jipparteċipaw in vivo hemmhekk.", "Kien mat-tieni tentattiv li ġew invitati at short notice, mil-lum għal għada.", "U kif jaf kulħadd, ħafna minn dawn l-għaqdiet huma magħmulin minn nies li huma ġenituri ta' persuni b'diżabilità li ma jistgħux jattendu għal affarijiet mil-lum għal għada.", "Apparti dan, anke fuq l-istess argument tas-superseding clause, l- Attorney General kien ammetta li fil-fatt teżisti xi liġi - jien ma nafx liema hi - li fiha s-superseding clause.", "Allura jaqa' l-argument li jekk aħna ndaħħlu s-superseding clause f'din il-liġi, se nkunu qegħdin nagħtu lok li nirrevedu l-liġijiet kollha li għaddew fil-parlament s'issa.", "M'hu veru xejn li aħna se nwettqu preċedent għaliex se mai diġà hemm preċedent.", "Jekk aħna verament irridu li jkollna liġi sovrana, fejn il-persuni b'diżabilità tkun tista' tipproteġihom mill-\"A\" saż-\"Ż\", mingħajr ma noqogħdu nidħlu f'ħafna interpretazzjonijiet legali u diffikultajiet legali, allura nemmnu li s-superseding clause għandha terġa' tiddaħħal fil- liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Naħseb li l-Ministru jiftakar li meta għamilt l- intervent tiegħi fis-Second Reading għedt li għad jasal iż-żmien li dan il- parlament idaħħal ukoll bħala dritt kostituzzjonali l-fatt li m'għandha ssir l-ebda diskriminazzjoni ma' persuni b'diżabilità.", "Per eżempju, fil- leġislazzjoni Ingliża ta' l-Equality Act, li tgħid li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, is-superseding clause hija nkluża.", "Jien mhux qed ngħid kemm hu korrett l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għax dan għamel l-istudju tiegħu.", "Tajjeb li nieħdu parir mingħand kulħadd imma ma jfissirx li għax tieħu parir allura l-pożizzjoni tiegħek hija aktar tenibbli.", "Aħna qed ngħidu li m'hemmx għalfejn tiġi nkluża s-superseding clause għax il-parir hu li m'hemmx għalfejn, imma jekk din tiġi nkluża ma jfissirx li se tagħmel xi ħsara, anzi iktar se tissiġilla l-prinċipju li ħadd ma jipprova jagħti xi interpretazzjoni oħra, u allura min ikun irid jiċċalinġjaha jkollu jmur il-qorti.", "Dan mhux se jgħidlu li fil-parlament l- Onor. Gonzi darba tana assigurazzjoni li l-Avukat tar-Repubblika tah assigurazzjoni!", "Issa mhux se noqogħdu ngħidu jekk qattx xi darba l-Avukat tar-Repubblika ta parir ħażin - mhux sew - imma naħseb li għandu jaqbel kulħadd li dak li qed nipproponu aħna għandu jsaħħaħ dak li nemmnu fih ilkoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, l-emenda ta' l-Onor.", "Coleiro qiegħda tipproponi id-dħul ta' klawsola ġdida u allura forsi jkun aħjar li titressaq fi stadju ieħor.", "THE CHAIRMAN: Nistaqsi jekk din hijiex klawsola ġdida.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, din hija klawsola ġdida.", "THE CHAIRMAN: Mela la din hija klawsola ġdida trid titressaq fl-aħħar, wara li nlestu l-klawsoli kollha.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Allura jkollna nerġgħu niġu għaliha iktar 'il quddiem.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 -Diskriminazzjoni minħabba f'diżabilità dovuta għal xi nuqqas ta' konformità ma' xi ħtieġa jew kondizzjoni.", "Clause 4 - Disability discrimination because of non-compliance with requirement or condition.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Klawsola 4 titkellem ukoll fuq diskriminazzjoni fil- konfront ta' persuna b'diżabilità, u f'dan il-każ issemmi sitwazzjoni partikolari fejn persuna b'diżabilità, minħabba d-diżabilità tagħha, tiġi sforzata li toqgħod għal xi kondizzjonijiet li normalment ma jiġux imposti.", "U qiegħda tagħmel riferenza wkoll għal dak li huwa raġonevoli, li huwa kapitolu iktar 'il quddiem f'din il-liġi, li jispjega preċiż dan it-test ta' x'inhu raġonevoli, kif għandu jsir u ma jsirx.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Diskriminazzjoni minħabba f'diżabilita' dovuta għal kull għajnuna awżiljarja.", "Clause 5 - Disability discrimination because of auxiliary aids.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Klawsola 5 titkellem dwar diskriminazzjoni minħabba li l-persuna b'diżabilità tkun qiegħda tagħmel użu minn dak li aħna ngħidulhom auxiliary aids.", "Dan huwa equipment li minħabba d-diżabilità tagħha persuna jkollha bżonn tużah biex hi tkun tista' tgħix il-ħajja tagħha.", "Din il-klawsola tgħid li ma tistax tiddiskrimina fil-konfront ta' persuna għaliex dik il-persuna tkun qed tagħmel użu minn din l-għajnuna awżiljarja.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Mr Chairman, iktar milli rimarka fuq il-klawsola as such irrid nistaqsi x'jista' jiġri fil-prattika.", "Jekk m'iniex żbaljat, ftit taż-żmien ilu, anke fis-Second Reading, issemma l-fatt li kien hemm nuqqas ta' fondi għal xi apparat ta' hearing aids.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din: Peress li f'din il-klawsola qegħdin ngħidu li ma tistax issir diskriminazzjoni fil-konfront ta' xi ħadd li jrid juża għajnuna awżiljarja - u l-apparat tal-hearing aids li kien hemm underfunding għalih fil-fatt jaqa' taħt għajnuna awżiljarja - jekk f'każi oħrajn jinqalgħu dawn it-tip ta' diffikultajiet, il-gvern jew inkella min se jipprovdi din l- għajnuna se jkun obbligat joħroġ iktar flus sabiex persuni li jitolbu dawn l-għajnuniet jingħatawlhom.", "Qiegħed nifhem tajjeb?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Le, m'għandha x'taqsam xejn.", "Il-klawsola tgħid li ma tistax tiddiskrimina fil-konfront ta' xi ħadd għax ikun qed jagħmel użu minn xi tip ta' auxiliary aids.", "Il-kwestjoni ta' proviżjoni u ta' servizz min-naħa tal-gvern hija xi ħaġa kompletament differenti li mhijiex milquta minn din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Diskriminazzjoni minħabba f'diżabilità dovuta għal xi assistenza.", "Clause 6 - Disability discrimination because of assistance.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Klawsola 6 titkellem fuq tip differenti ta' diskriminazzjoni, din id-darba mhux għaliex il-persuna b'diżabilità tkun qiegħda tagħmel użu minn auxiliary aids imma pjuttost għax kultant ikollha bżonn li tkun akkumpanjata minn interpretu.", "Hawnhekk qed nirriferu għal persuna li jkollha diżabilità tas-smigħ li jkollha bżonn xi ħadd li jkun jaf il-lingwa tas-sinjali, jew inkella fil-każ ta' xi ħadd li jkollu diżabilità fil-vista, assistent jew persuna li tieħu ħsiebha.", "Fi kliem ieħor din hija klawsola li tindirizza l-possibbiltà ta' diskriminazzjoni li tkun qed issir fil-konfront ta' persuna minħabba li jkollha tagħmel użu minn dawn it-tip ta' servizzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Impieg.", "Clause 7 - Employment.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Issa bdejna nittrattaw it-Taqsima III ta' din il- liġi li hija maqsuma f'subtitoli differenti.", "Klawsola 7 titkellem fuq l- impjieg u allura tgħid li taħt ebda ċirkostanza m'għandu jkun hemm diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuna b'diżabilità f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċeduri ta' call for applications, eċċ., però mbagħad tistabilixxi l-parametri ta' kif dan isir.", "Il-klawsola hija eżawrjenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam kollu ta' l-impieg u dwar kif dan ikun jolqot persuna b'diżabilità.", "Sur President, se nippreżenta emenda għal subklawsola (2) minħabba li l- aħħar żewġ kelmiet bil-Malti ''jekk dak il-prinċipal mingħajr raġuni'' mhumiex qegħdin tajjeb f'dan il-kuntest, mentri l-verżjoni korretta bl- Ingliż kellha tkun \"unreasonably\".", "Dan biex torbot l-klawsola mat-test tar- raġonevolezza.", "Il-kliem ''mingħajr raġuni'' ma jfissrux \"unreasonably\", allura din il-klawsola trid tiġi rranġata.", "Għalhekk se nressaq din l- emenda:", "''B'' Fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 7, ħassar il-kliem \"mingħajr raġuni\" u ssostitwihom bil-kliem \"b'mod li mhux raġonevoli\".", "''B'' In subarticle (2) of article 7 insert the word \"unreasonably\" after the words \"if such employer\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Paragraph (c) ta' subclause (4) ta' klawsola 7 hija kompletament ġdida.", "Din tgħid hekk:", "\"the number of employees at the workplace requiring accommodation;\"", "Din hija l-unika ħaġa differenti li hemm bejn l-abbozz tal-Prof.", "Grech u dan li għandna quddiemna llum.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Jien se nirrakkonta anecdote biex nipprovaw nifhmu aħjar - u forsi anke jifhmuna iktar ġenituri u nies f'dan il-qasam - x'differenza se tagħmel għal xi nies din il-liġi.", "Qed naħseb f'każ li ġara veru ta' żagħżugħ li ġie mħarreġ biex jiġi integrat fuq il-post tax- xogħol imma wara sena l-employer itterminalu l-impjieg għaliex kien qed jieħu ħafna żbalji.", "Bil-liġi, f'sitwazzjoni bħal din x'se jiġri?", "Se tkun il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità li tara jekk is-sid kellux raġuni jew le li jitterminalu l-impieg?", "Qed nistaqsi din il-mistoqsija għaliex ġenituri li għaddew minn din l-esperjenza lili staqsewni: Il-liġi li se tgħaddu x'differenza se tagħmel għalina fis-sitwazzjoni ta' każ bħal tagħna?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: L-ewwel se nipprova nwieġeb il-punt ta' l-Onor.", "Bartolo imbagħad nipprova nifhem il-punt ta' l-Onor.", "Coleiro.", "Jekk ikun hemm suspett jew allegazzjoni min-naħa tal-persuna nnifisha jew tal- familjari li d-deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-employer tkun diskriminatorja u ma tkunx raġonevoli, allura huma jistgħu jibdew il- proċeduri permezz ta' riferenza lill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità.", "Il-funzjoni tal-kummissjoni, kif se naraw iktar tard, se tkun li hi stess tfittex issib is-soluzzjonijet u ssibhom malajr.", "Jiġifieri l-mira finalment hija li l-kummissjoni tikkonverti ruħha f'aġenzija li tkun effettiva ħafna iżjed milli hi llum, ħalli jekk jista' jkun il-problemi li jinqalgħu ssolvihom mingħajr il-bżonn li joqogħdu jmorru l-qorti.", "U t-tama hi li l-esperjenza li għexna flimkien f'dawn l- aħħar snin kemm ilha mwaqqfa l-kummissjoni, meta kellna każi fejn kellna suspett ta' trattament ħażin, allavolja ma kellniex liġi f'pajjiżna, il- kummissjoni dejjem ħadet l-inizjattiva u interveniet.", "U l-esperjenza wriet li fil-biċċa l-kbira tal-każi - għalkemm fil-prattika naħseb li fil-każi kollha - fejn intervenejna ttieħdet azzjoni biex dak l-aġir diskriminatorju jieqaf jew inkella jinstabu soluzzjonijiet oħrajn.", "Naħseb li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità għandna rwol importanti ħafna u każ bħal dan li qed isemmi l-Onor.", "Bartolo definittivament ikun jaqa' taħt ir- responsabbiltà tal-kummissjoni.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Se nipprova nispjega ruħi daqsxejn aħjar għaliex naħseb li f'dan il-każ mhux bilfors kien hemm diskriminazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk wieħed irid jara x'se jkollna biex jekk jista' jkun niffaċċjaw il-problema qabel ma tinħoloq.", "Dan iż-żagħżugħ ġie mħarreġ biex jagħmel ċertu xogħol.", "Ma nixtieqx nagħti ċerti dettalji biex din il- persuna ma tiġix identifikata.", "Milli nista' nifhem jien jista' jkun illi l- iżball sar minn min kien qiegħed jimmoniterja lil dan iż-żagħżugħ, jekk kienx qiegħed iżomm ruħu bl-iskills li kellu bżonn biex jagħmel ix-xogħol.", "U jista' jkun li ma kenux qegħdin jikkomunikaw la ma' l-employer u lanqas mal-familja li kien hemm xi problemi.", "Jista' jkun li l-monitoring, għalkemm suppost kien qiegħed isir, ma kienx qiegħed isir.", "Imbagħad meta ttieħdet id-deċiżjoni li x-xogħol jiġi tterminat jista' jkun li minħabba din il-breakdown in communications kien hemm min ikkonkluda li dak iż- żagħżugħ qiegħed jintbagħat 'il barra fuq bażi ta' diskriminazzjoni, mentri fil-fatt jista' jkun li ma kienx hemm diskriminazzjoni.", "Allura rridu naħsbu f'xi mekkaniżmu min-naħa tal-kummissjoni - u din tkellimnieha anke f'mumenti differenti tal-proċess - għaliex se jkun importanti ħafna l- monitoring anke tal-monitoring, biex jekk jista' jkun il-problemi ma jinqalgħux, aktar milli nipprovaw insolvuhom wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Sur President, issa nista' nifhem aħjar il-punt li ressaq l-Onor.", "Bartolo.", "U naqbel miegħu li jista' jkun hemm suspett jew dak li jkun ikun ħa l-impressjoni li qed jiġi ttrattat b'mod diskriminatorju, u fil-fatt jirriżulta li ma jkunx hemm il-bażi ta' diskriminazzjoni.", "Però xorta waħda jkun irriżulta li s-sistema ma ħadmitx, falliet x'imkien, li l-job coach jew l-ETC m'għamlux il-funzjoni tagħhom.", "F'dak il-każ il-kummissjoni m'għandhiex taħsel idejha u qisu qatt ma kien xejn u tgħid: M'hawnx diskriminazzjoni u m'iniex interessati fil-każ.", "Imma pjuttost jekk is-sistema ma ħadmitx jew mhux qiegħda taħdem bl-aħjar mod possibbli, il-kummissjoni stess tkun attrezzata biex tindirizza dak il- bżonn u tikkorreġi fejn hemm bżonn tikkorreġi.", "Naqbel perfettament.", "Issa b'saqajna ma' l-art ukoll irrid ngħid ukoll li m'aħniex se ngħidu li l-kummissjoni f'daqqa waħda se ssir xi korporazzjoni li se timpjega magħha ruxxmata nies biex tkun tista' tagħmel dan it-tip ta' xogħol.", "Hemm bżonn li hi timpjega dak li hemm bżonn biex tkun tista' tiffunzjona b'mod tajjeb.", "L-esperjenza trid turina, as we go along, il-bżonnijiet neċessarji biex il- kummissjoni tkun tista' taqdi dan ir-rwol importanti.", "Però naqbel ma' l- Onor. Bartolo li dan ikun aspett mis-servizz tal-kummissjoni li forsi għandu importanza daqs l-istrutturi li jkunu qegħdin hemmhekk apposta biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni.", "Kultant dawn huma r-realtajiet veri tal- ħajja li jkunu jridu jiġu ndirizzati biex inkunu nistgħu nagħtu s-servizz kif jixraq.", "Biex immur lura għall-punt li qajmet l-Onor.", "Coleiro ....", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, jien sempliċement irriferejt għat-text Ingliż ta' subklawsola 4(c) ta' klawsola 7 li hija kompletament ġdida.", "Nixtieq inkun naf x'inhu l-argument warajha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Subklawsola 4(c) hija kompletament ġdida għaliex din il-klawsola ttieħdet mil-liġi ta' l-Awstralja u jekk m'iniex sejjer żball - qed nitkellem taħt korrezzjoni għax m'għandix in-noti fuq dawn l- artikoli - din is-subklawsola bi żball tħalliet barra mit-test oriġinali.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri originally kellha tkun hemm?", "ONOR LAWRENCE GONZI: Originally kellha tkun hemm u bi żball kienet tħalliet barra u issa daħal.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Eżamijiet mediċi.", "Clause 8 - Medical examinations.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Klawsola 8 tittratta punt importanti li għandu x'jaqsam ma' l-offerti ta' impjieg differenti.", "Huwa punt delikat ħafna li jittratta dwar id-dritt ta' l-employer li jitlob li jkun hemm eżamijiet mediċi u x'jiġri, fil-każ li jkun hemm eżamijiet mediċi, mill- informazzjoni li tkun inġabret f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-individwu partikolari.", "Fil-fatt dik l-informazzjoni għandha tkun ittrattata b'mod konfidenzjali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi jekk il-persuna li jitla' biex jagħmel dan l-eżami mediku għandux ikollu d-dritt ukoll li jekk iħoss il- bżonn - m'għandhiex tkun tassattiva imma l-għażla għandha tkun ta' l- individwu - itella' miegħu t-tabib personali tiegħu biex forsi jħossu iktar safe u iktar komdu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Irridu nżommu quddiem għajnejna l-prinċipju ta' diskriminazzjoni.", "Jekk employer partikolari jagħti din il-konċessjoni lil kulmin jimpjega, allura l-employer ikun qed jiddiskrimina fil-konfront ta' persuna b'diżabilità jekk lilu ma jagħtihx dan id-dritt.", "Però jekk dan id- dritt ma jingħatax għax hija s-sistema li tintuża ma' kulħadd, allura f'dak il-każ m'hemmx diskriminazzjoni.", "Dan hu s-sens ta' l-artiklu.", "ONOR CARMELO ABELA: Hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni li għandhom ħteġijiet differenti minn persuni oħrajn, li jistgħu jħossuhom daqsxejn f'diffikultà f'din iċ-ċirkostanza, allura biex iħossuhom iktar komdi nagħtuhom id-dritt li jkun preżenti t-tabib personali tagħhom, peress li dan ikun jaf l-istorja tagħhom mill-bidu sa l-aħħar.", "Qed ngħid li għandhom jiġu aġevolati f'dan is-sens u mhux li ssir diskriminazzjoni mal-ħaddiema l- oħrajn, li għall-grazzja tal-ħanin Alla m'għandhomx id-diffikultajiet li jkollhom dawn il-persuni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWERNCE GONZI: Qiegħed nifhem dak li qed jgħid l-Onor.", "Abela pero' rrid nenfasizza li l-iskop tal-liġi mhuwiex li tmur lil hinn minn dak li normalment isir imma li telimina kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni fil- konfront ta' persuna b'diżabilità minħabba d-diżabilità tagħha.", "Klawsola 8 ma teliminax il-possibbiltà li dak l-eżami mediku fil-fatt isir mit-tabib personali ta' l-individwu.", "Hawnhekk ma jingħadx li l-eżami mediku bilfors isir mit-tabib ta' l-employer partikolari.", "F'subklawsola (1) fejn jingħad li:", "''Save as provided for in subsections (2) and (3) of this section, an employer shall not conduct or require any medical examination or otherwise make any enquiries ...'',", "lanqas qed jirriferi esklussivament għad-dritt ta' l-employer li jagħmel xi eżami mediku permezz tat-tabib tiegħu.", "Qiegħed jgħid biss li m'għandux ikun hemm xi diskriminazzjoni f'dan is-sens u li meta jkun hemm rapporti mediċi ta' dan it-tip, dawk ir-rapporti mediċi għandhom jiġu kkonsidrati bħala informazzjoni konfidenzjali u li ma tistax tiġi, b'xi mod jew b'ieħor, mogħtija lil ħaddieħor.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Trade unions.", "Clause 9 - Trade unions.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Klawsola 9 tindirizza d-dritt ta' persuna b'diżabilità għal sħubija fi trade union u tagħmilha illegali li trade union tiddiskrimina fil-konfront ta' persuna b'diżabilità għax għandha diżabilità.", "Dan l-aspett huwa importanti - u għalhekk fil-fatt jaqa' taħt it-Titolu \"Impieg\" - għaliex huwa rikonoxxut li persuna b'diżabilità għandha jkollha l-istess drittijiet bħall-ħaddiema l-oħrajn li tissieħeb fi trade union u allura t-trade union m'għandhiex - mhux għax sar hekk jew mhux għax hekk jiġri f'Malta - hi stess tagħmel regolamenti differenti għal persuni b'diżabilità sempliċement għax ikollhom diżabilità.", "Dan hu s-sens ta' din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Din is-section hija eżattament bħal dik li kien hemm fl-abbozz ta' Ġunju, 1998 tal-Prof.", "Grech però hemm paragrafu li ġie deleted completely li fl-opinjoni tagħna huwa importanti ħafna.", "Dan kien subparagrafu (iii) tal-paragrafu 10(b) li kien jgħid hekk:", "''subjecting him to any other action or deed to his detriment.''", "Din hija importanti ħafna u fid-diskussjoni li kellna fil-kumitat għall- affarijiet soċjali jiena kont għamilt enfasi dwarha u anke tajt xi eżempji prattiċi u għadni m'iniex konvinta li nistgħu ngħaddu mingħajrha.", "Għax filwaqt li qed nieħdu ħsieb li ħaddiem bi bżonnijiet speċjali għandu dritt daqs kull ħaddiem ieħor li jkollu aċċess biex jissieħeb fi trade union bit- terms kollha ta' kwalunkwe ħaddiem, irridu nieħdu ħsieb ukoll li nipproteġu lil dawn il-persuni milli jkunu suġġetti għal ċerti azzjonijiet li trade union ikollha tieħu.", "F'dak is-subparagrafu wieħed qed jirriferi għal sitwazzjoni fejn trade union ikollha tieħu xi tip ta' azzjoni industrijali bħal, per eżempju, sit-in strike - affarijiet li ġieli ġraw f'dan il-pajjiż - jew ħaddiema ġew locked out u jibqgħu għassa ma' stabbiliment.", "Jien qed insemmi eżempju biex inkun konkreta f'dan li qed ngħid.", "Allura persuna bi bżonn speċjali, li normalment tieħu xi trattament jew xi terapija f'ċerti ħinijiet, din se tiġi expected li timmilita daqs membru ieħor li forsi m'għandux dik id-diżabilità?", "Jien inħoss li huwa importanti li jiġi nkluż dak is-subparagrafu f'din il-klawsola ħalli nassiguraw li dawn il-persuni jiġu protetti minn dawn it-tip ta' affarijiet li mbagħad hemmhekk jista' jkun hemm diskriminazzjoni bil-maqlub kontra tagħhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Dan m'huwiex xi punt ta' prinċipju.", "Il-kwestjoni hija jekk jagħmilx sens jew le dan il-famuż subparagrafu li tħalla barra.", "Klawsola 9 prattikament qiegħda tgħid li persuna b'diżabilità għandha dritt tkun imsieħba fi trade union u t-trade union ma tistax tagħmlilha kondizzjonijiet differenti għas-sħubija tagħha u għas-servizzi li toffri.", "Ma tistax tagħmel diskriminazzjoni minħabba d-diżabilità ta' l-individwu.", "Dak is-sens kollu ta' klawsola 9, infatti tgħid hekk:", "''It shall be unlawful for a registered organisation under the Industrial Relations Act (Chap 266) or for the committee of management or a member of the committee of management of such a registered organisation, to discriminate against:-", "(b) a member of such registered organisation, ...''", "- mela paragrafu (b) qed jitkellem fuq xi ħadd li diġà huwa membru, filwaqt li paragrafu (a) jitkellem fuq xi ħadd li għadu qed japplika biex jidħol -", "''... on the grounds of the disability of such member or a disability of any of his family member by -", "(i) denying him access to any benefit provided by the organisation or limiting his access to such benefit; or...''", "(ii) depriving him of membership of the organisation; or varying the terms of such membership.''.", "Issa f'daqqa waħda out of the blue insibu paragrafu ieħor - dak li kien jeżisti fl-abbozz l-ieħor - li jgħid:", "'' ... or subjecting him to any other action or deed to his detriment'.''.", "Xi tfisser din?", "Meta qed nitkellmu fuq klawsola li tittratta fuq azzjoni diskriminatorja fil-konfront ta' persuna b'diżabilità, xi tfisser li trade union tissuġġetta lil xi persuna għal xi azzjoni li tkun ta' ħsara għaliha?", "Din mhijiex kwestjoni ta' diskriminazzjoni imma din ħaġa li allaħares tagħmilha ma' kulħadd!", "Xi tfisser \"subjecting him to any other action or deed to his detriment?", "Kemm ilni midħla ta' din il-liġi pprovajt nagħmel sforz biex kemm jista' jkun ma jkollniex artikli li ma jfissru xejn jew li huma biss duħħan.", "Biex inkun korrett mija fil-mija naħseb li fid-draft oriġinali li kont ressaqt jien din x'aktarx kienet hemm ukoll, però meta terġa' tħares lejha u tara eżattament xi tfisser issib li dan is- subparagrafu ma jinkwadrax ruħu bl-ebda mod.", "Hija stonatura ma' din il- klawsola partikolari li titkellem fuq membership ta' persuna b'diżabilità fi trade union u l-kondizzjonijiet ta' dik is-sħubija u tas-servizzi li trade union toffri u li dik it-trade union ma tistax tiddiskrimina fil- konfront ta' dik il-persuna minħabba d-diżabilità tagħha.", "Però ma nistax nifhem x'irridu ngħidu biha, li dik it-trade union tissuġġetta lil individwu għal xi azzjoni għad-detriment tiegħu.", "U qabel ma naċċetta din it-tip ta' provision aħjar nifhem sewwa l-implikazzjoni tiegħu.", "Jiġifieri issa min se jinterpreta jekk hux to the detriment - issa mhux diskriminazzjoni - ta' l-individwu?", "Jekk union tkun qiegħda tagħti parir lil persuna b'diżabilità li jimxi b'ċertu mod u mhux b'ieħor, allura tidħol il-kwestjoni li qed iġġiegħlu jew qed tagħtih parir li jieħu xi deċiżjoni li tkun to his detriment?", "Tant hija wiesgħa u tant tiftaħ mistoqsijiet li jiena wisq nibża' li subparagrafu bħal dak jikkrea iżjed diffikultajiet milli jsolvi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Meta xi ħadd jissieħeb f'organizzazzjoni, jidħol kemm għad-drittijiet kif ukoll għall-obbligi, u l-istess ħaġa meta wieħed jidħol fi trade union.", "Issa aħna qed ngħidu li jista' jkun hemm obbligu ta' membru fi trade union - bħal, per eżempju, azzjoni industrijali ta' xi tip - li ħaddiem wieħed ikun jista' jidħol għalih filwaqt li ħaddiem ieħor, minħabba xi diżabilita`, ma jkunx jista' jidħol għalih b'mod sħiħ kif jidħol sieħbu membru ieħor.", "U s-subklawsola li kellna fl-abbozz ta' liġi mressaq mill-Prof.", "Grech iħares dan il-punt, liema punt fl-opinjoni tagħna huwa importanti ħafna jekk irridu verament nassiguraw li l-persuni b'diżabilita` jkollhom id-dritt imsaħħaħ biex jissieħbu fi trade unions.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, nerġa' ngħid li jkun aħjar jekk ma nipprovawx nagħmlu iżjed milli din il-liġi hija maħsuba biex tagħmel, u ċioe' illi telimina kull forma ta' diskriminazzjoni.", "Jekk trade union b'xi mod jew ieħor tieħu xi deċiżjoni li tkun diskriminatorja fil-konfront ta' persuna b'diżabilita`, naturalment hemm klawsoli oħrajn li permezz tagħhom id-diskriminazzjoni tkun tista' tiġi attakata.", "Għall-mument nixtieq infiehem lill-Onor.", "Membru li din il-klawsola titkellem fuq is-sħubija ta' membru b'diżabilita` fi trade union u l-kondizzjonijiet marbutin magħha u xejn iżjed.", "B'daqshekk ma jfissirx li trade union tista' tiddiskrimina b'xi forma oħra għaliex allura f'dak il-każ jidħlu klawsoli oħrajn ta' din il-liġi li ma jippermettux diskriminazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Aġenziji ta' l-impieg.", "Clause 10 - Employment Agencies.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar l- aġenziji li jsibu mpieg lil persuni b'diżabilita` - terminoloġija wżata wkoll fil-liġi li tirregola l-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ - u tagħmel illegali l-fatt li aġenzija simili b'xi mod jew ieħor tiddiskrimina fil-konfront ta' persuna b'diżabilita` minħabba d-diżabilita` tiegħu u tispjega wkoll f'liema kondizzjonijiet din it-tip ta' diskriminazzjoni tista' tinkwadra ruħha u taħt liema ċirkostanzi din it-tip ta' diskriminazzjoni ma tkunx tista' ssir.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, aktar milli rimarki dwar din il- klawsola partikolari xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk tistax issir xi ħaġa min-naħa ta' l-ETC dwar il-mod li bih tipprovdi s-servizz, fis-sens li meta persuna b'diżabilita` tmur ġo job centre tkun tista' tiġi moqdija b'aktar faċilita`.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jien naqbel li dan huwa servizz importanti ħafna u li l-ETC trid tkompli tirfina iżjed is-servizz li tagħti, speċjalment għal dan is-settur partikolari, fejn tista' tagħmel id-differenza kollha fil-ħajja tal-bniedem - tista' tbiddillu ħajtu b'mod li minn ħajja ta' bniedem li qiegħed jiddependi mill-karita' ta' l-Istat, isir bniedem li jikkontribwixxi u jkun produttiv permezz ta' impieg li jagħtih sodisfazzjon - u allura f'dan is-sens naqbel perfettament ma' l- Onor. Farrugia li l-ETC għandha tinvesti ħafna mill-attenzjoni u r-riżorsi tagħha wkoll f'dan il-qasam.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Edukazzjoni.", "Clause 11 - Education.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola qed tittratta oqsma differenti ta' diskriminazzjoni, u fil-fatt titkellem dwar l-edukazzjoni u tgħid li awtorita` jew istituzzjoni li tagħti servizzi ta' edukazzjoni ma tistax tiddiskrimina fil-konfront ta' persuna b'diżabilita` minħabba d- diżabilita` tagħha, naturalment fil-parametri dejjem spjegati fil-klawsola stess fejn telenka preċiżament it-tests ta' raġonevolezza li jkunu jridu jsiru biex jiġi stabilit jekk tkunx saret diskriminazzjoni jew le.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "''C'' Article 11 (1) subsections (a) and (b), (2) and (3) to be deleted and include the following amendment:", "\"11.", "(1) Subject to the provisions of section 20 of this Act, persons with disability are entitled to quality education at every level, and every educational authority shall develop equal opportunity policies, and shall strive to implement an inclusive educational programme which is appropriate for all students, including students with disability, within the least restrictive environment and to the best of the individual student's ability.", "(2) In particular, but without prejudice to the generality of the foregoing subsection of this section, every educational programme shall strive to prepare students to meet academic, social, cultural, civic and employment requirements, and shall ensure that students with disability acquire life skills to enable them to achieve independent living.", "(3) Without prejudice to the generality of the above subsections, and save as provided for in subsections (4) and (5) of this section, it shall be unlawful for an educational authority or institution to discriminate against -", "(a) an applicant for admission as a student on the grounds of his disability or a disability of any of his associates:", "(i) by refusing or failing to accept his application for such admission, or", "(ii) in the terms or conditions on which such educational authority or institution is prepared to admit him as a student; and, or,", "(b) a student on the grounds of his disability or disability of any of his associates by", "(i) denying him access, or limiting his access, to any benefit provided by such educational authority or institution; or", "(ii) expelling him from the educational institution he is attending; or", "(iii) subjecting him to any other action or deed to his detriment.", "(4) Where an educational authority or institution has been wholly or primarily established for students who have a particular or a specific disability, such educational authority or institution may restrict admission to such an institution to persons who only have that particular or specific disability and refuse admission to other persons who do not have that particular or specific disability but another disability.", "(5) Where the admission of a person with a disability as a student in an educational institution would necessitate the procurement of services or facilities that are not required by students who do not have a disability, the educational authority or institution concerned may refuse or fail to accept the admission as a student of such a person in that educational institution if such authority or institution proves that the admission of such person in such institution would require services or facilities the provision of which would impose unjustifiable hardship on the educational institution or authority concerned.\".", "Sur President, l-emenda li għadni kemm ressaqt fiha żewġ paragrafi importanti ħafna li kienu nklużi fl-abbozz ta' liġi li kien tressaq f'Ġunju ta' l-1998 u li issa tħallew barra.", "Qed nirriferi għall-prinċipju sagrosant ta' l-inclusive education.", "Minħabba l-fatt li dawn iż-żewġ paragrafi tħallew barra, neħħejna l-ġist kollu ta' din il-klawsola.", "Aħna min-naħa tagħna nħossu li l-emendi li qegħdin inressqu huma importanti ħafna u mingħajrhom se nkunu qegħdin nitilfu ħafna mill-kontenut qawwi li fiha din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Il-punt li xtaqt nagħmel hu li 'l hinn minn dak li tgħid il-liġi - x'tgħid il-liġi huwa dejjem importanti - il-qasam tas- servizz edukattiv jiddependi ħafna min-nefqa li ssir f'dan l-istess qasam.", "U din il-biċċa lili tinkwetani għaliex kif inhi d-diċitura tal-liġi tista' tgħin biex ma tpoġġix biżżejjed obbligu kemm fuq il-gvern kif ukoll fuq is- settur privat biex jipprovdi s-servizz edukattiv meħtieġ.", "U ħarsa lejn iż- żewġ budgets li għaddew naħseb li tagħtini raġun għal din il- preokkupazzjoni li qed nesprimi.", "Biżżejjed wieħed jara n-nefqa kapitali tal-gvern ta' Lm2.6 miljun fuq l-iskejjel għas-sena kurrenti u li madwar Lm1.4 miljun minnhom diġa` huma kommessi f'xogħol li nbeda.", "Hemm imbagħad Lm0.75 miljun ivvotati għal xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel.", "Dawn iċ- ċifri jistgħu jidhru mpressjonanti pero` meta wieħed jara l-bżonnijiet li hemm fl-istess skejjel żgur li jirrealizza li din is-somma hija 'l bogħod ħafna minn dak li hu meħtieġ biex isir ix-xogħol kollu neċessarju.", "Huwa meqjus li hemm bżonn ta' xogħol estensiv f'madwar 50 skola differenti madwar Malta u Għawdex - liema xogħlijiet jitolbu spiża li tvarja minn Lm3.6 miljun għal skola partikolari bħal, per eżempju, dik tal- Liċeo Mikiel Anton Vassalli f'Tal-Ħandaq, l-iskola Sir Adrian Dingli f'Pembroke u l-iskola ta' Ħal Luqa li tinsab fi stat ħażin ħafna u jridu jintnefqu aktar minn Lm800,000 biex tiġi rranġata - u allura dawn is-somom li qed jintnefqu, medja ta' 14% inqas milli kien jonfoq il-gvern Laburista, bl-ebda mod m'huma biżżejjed għax-xogħlijiet li hemm bżonn isiru, aħseb u ara jekk magħhom iżżid in-nefqa li trid issir biex dawn l-iskejjel isiru nklussivi!", "Nistgħu ngħaddu ħafna liġijiet u nistgħu noqogħdu ngħidu ħafna affarijiet fuq kurrikulu nazzjonali ġdid inklussiv għax jekk il-bini ta' l- iskejjel innifsu m'huwiex se jsir aċċessibbli, xorta waħda m'aħniex se naslu.", "Għaliex meta tfal li jkollhom bżonnijiet speċjali jkunu jridu jitilgħu fis-sular ta' fuq, kif se jagħmlu dan jekk ma jkunx hemm lift?", "Issa aħna nafu li biex tagħmel lift ġo skola trid mill-inqas Lm7,000 - qed inkun konservattiv ħafna fl-istima tiegħi - u dawn probabbli jservu biex tixtri l-affarijiet tal-lift, imbagħad titlaqhom ġo bitħa u tħallihom hemmhekk kif qed jiġri diġa` f'ċerti skejjel!", "Jiena hawnhekk irrid infakkar li xahrejn wara li aħna dħalna fil-gvern fl- 1996 - wara li kellna dikjarazzjoni li fl-iskejjel tal-gvern kollox sejjer tajjeb ħlief għal xi tieqa waħda li ma kenitx tingħalaq! - konna għamilna survey li minnu kien irriżulta li bħala xogħol ta' emerġenza biss kien hemm bżonn programm ta' nefqa ta' Lm4 miljun għaliex kien hemm problemi f'sistemi ta' dwal li kienu perikolużi, kien hemm soqfa perikolużi u kien hemm anke partijiet mill-bini ta' skejjel li kienu kkundannati.", "Aħna nafu li l-iskejjel bħad-djar, jekk tħallihom sena, sentejn jew tlieta mingħajr ma tagħmlilhom manutenzjoni - kellna skejjel li kienu ilhom ma jaraw tiċpisa żebgħa 40 sena u kellna oħrajn li kien ilu ma jsirilhom xogħol bis- serjeta` anke 70 sena! - issirilhom ħafna ħsara.", "Imissna nistħu mill-fatt li nsibu miljuni ta' liri biex nonfqu fuq kollox - u nista' nagħmel lista sħiħa ta' xi nqis jiena bħala ħmerijiet imma ma naħsibx li nkun qed inżid fil-popolarita` tiegħi jekk nagħmel hekk - imbagħad ma nsibux biżżejjed biex nonfqu fil-qasam ta' xogħol kbir li hemm bżonn isir fl-iskejjel u l- bini fejn fih jiġu ppreparati t-tfal tagħna għall-futur jispiċċa l-agħar bini fil-komunita`.", "Biex nagħmlu l-iskejjel tagħna daqsxejn diċenti għall- istudenti, għall-għalliema u anke għal min iżurhom irridu nonfqu l-flus.", "Jekk imbagħad irridu nagħmlu dawn l-iskejjel aċċessibbli għal nies b'diżabilita` irridu nkunu ppreparati nonfqu iżjed għaliex jekk m'aħniex preparati nagħmlu dan, kull diskors li ngħidu fuq inklussivita` ikun daħk fil-wiċċ.", "Iridu jintnefqu aktar flus ukoll jekk irridu li jiddaħħal kurrikulu ġdid, dejjem jekk dan il-kurrikulu m'aħniex qed indaħħluh bil-mod li xi ħadd ikrah jagħmel il-make-up biex taparsi jiġi jidher daqsxejn aħjar milli hu.", "Il-kurrikulu m'huwiex xi operazzjoni kosmetika u lanqas xi kirurġija plastika imma huwa bidla sħiħa fil-kontenut tat-tagħlim u trid il- flus biex tagħmlu.", "Irridu naraw ukoll li nżommu mal-bidliet teknoloġiċi li qed isiru u li narmaw lill-iskejjel tagħna għalihom għaliex jekk ma nagħmlux hekk l- iskejjel tagħna se jsiru l-post fejn l-inqas titgħallem.", "Il-mod kif l- industrija tad-divertiment qed tippreżenta d-dinja tat-teknoloġija informatika lill-adoloxxenti u lit-tfal anke iżgħar minn adoloxxenti, żgur li jolqot ħafna aktar minn xi adult tedjanti b'marker quddiem white board.", "Nistgħu nimmaġinaw x'eċitament kbir u x'interess kbir iqajjem fit-tfal li llum huma esposti għall-computer u għal metodi oħra ta' teknoloġija informatika!", "Allura meta naraw iseħħu dawn il-bidliet kollha bilfors ikollna ngħidu li l-vot fil-qasam edukattiv - li huwa inqas minn dak li kien ġie vvotat fi żmien gvern Laburista - żgur li m'hux qed ikun biżżejjed.", "Dan lili jinkwetani kemm minħabba dak li qed jiġri fl-iskejjel tal-gvern infushom, kif ukoll għaliex nistgħu naħsbu xi tkun ir-reazzjoni tas-settur privat kemm-il darba l-gvern jagħti s-sinjal li mhux l-iskejjel tiegħu kollha se jkunu nklussivi bil-mod kif jixtieq li jkunu.", "Barra minn hekk nafu li l-finanzjament ta' l-iskejjel tal-knisja jiddependi wkoll mill- fondi pubbliċi u tkun ironija kbira li l-gvern isib il-flus x'jagħti lill- iskejjel tal-knisja u ma jsibx il-flus li hemm bżonn għall-iskejjel tiegħu stess.", "Fl-istess ħin, jekk l-Istat ma jgħaddix messaġġ qawwi li bis- serjeta` se nagħmlu l-iskejjel tagħna inklussivi, inkunu qed nibagħtu sinjal negattiv u ħażin ħafna lill-iskejjel l-oħra.", "U aħna nitkejlu mhux b'li ngħidu imma b'li nagħmlu.", "Li jinkwetani fil-mod kif inhu miktub it-test ta' din il-klawsola huwa li min ikun f'awtorita` għandu minn fejn joħroġ billi jgħid li għadu m'huwiex fi stadju li jipprovdi edukazzjoni inklussiva kif tassew jixtieqha.", "Jiena nemmen li ħadd m'għandu xi buttuna maġika li jista' jagħfasha u x-xewqat kollha li jkollu jsarrafhom f'fatti, pero` naħseb li jekk bis-serjeta` nuru li dak li qed ngħidu rridu nagħmluh inkunu qed ngħinu lil dan il-pajjiż jibda jkollu prijoritajiet ftit aktar bis-sens.", "U fost dawn il- prijoritajiet bla dubju għandu jkun hemm dik li nonfqu iżjed fl-edukazzjoni u fl-iskejjel għaliex naħseb li jkun ħafna aħjar jekk eluf ta' liri minfuqa b'dan il-mod milli f'ċerti ħmerijiet li għamilna dan l-aħħar u li sejjaħnilhom ċelebrazzjonijiet tal-millennju.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, il-klawsola li qed nitkellmu fuqha tindirizza l-kwestjoni ta' diskriminazzjoni u tgħid li ma tistax tiddiskrimina fil-konfront ta' persuni b'diżabilita` minħabba d-diżabilita` tagħhom.", "Issa jekk se noqogħdu nidħlu f'dibattitu dwar kemm jivvota flus għal dan il-qasam il-gvern u noqogħdu nidħlu fl-argumenti kollha li nista' nressaq biex nirribatti wħud mill-punti politiċi li għadu kif għamel l- Onor. Bartolo, jiġri li l-ftehim li kellna li dan il-kumitat jispiċċa f'żewġ seduti ma jkunx jista' jiġi mwettaq.", "Hawnhekk jien qed nirrealizza li l-ħin li ddedikajna fil-kumitat għall- affarijiet soċjali għal dan il-għan kien moħli.", "Aħna ddibattejna dan il- punt u jidhirli li kont tajt ir-raġuni għaliex din il-klawsola, li fl- abbozz ta' liġi oriġinali kienet klawsola 12, tneħħiet.", "Mir-reazzjonijiet u mill-interventi li saru fil-kumitat għall-affarijiet soċjali, inkluż dak ta' l-Onor.", "Bartolo, deherli li dawn ir-raġunijiet ġew aċċettati u mifhuma minn kulħadd, pero` ladarba l-punt qiegħed jissemma hawnhekk u qiegħed anke jitressaq f'forma ta' emenda rrid nerġa' nenfasizza l-punt li għamilt fil-kumitat għall-affarijiet soċjali u nixtieq li n-naħa ta' l- oppożizzjoni jifhmu l-prinċipju li hemm involut f'dak li qegħdin nagħmlu.", "Huwa veru li l-ħajja ma timxix fuq il-prinċipji biss imma timxi fuq il- ħobżna ta' kuljum u fuq kif taffettwak il-ħajja ta' kuljum, pero` l- prinċipji juruk jekk intix qed tkun konsistenti mat-twemmin tiegħek.", "U hawnhekk hawn kwestjoni ta' prinċipju kardinali li fuqu huwa mibni l-mod sħiħ ta' kif għandna nittrattaw il-qasam tal-persuni b'diżabilita`.", "U jien nissorprendi ruħi kif wara l-ispjegazzjonijiet kollha li tajna fil-kumitat għall-affarijiet soċjali, l-oppożizzjoni qiegħda tagħżel li tinsisti fuq dan il-punt.", "Ma ġara xejn, kulħadd għandu d-dritt għall-opinjoni tiegħu u nirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd, imma jekk m'aħniex se naqblu fuq dan il- punt nixtieq li nkunu ċari eżattament dwar fuqiex m'aħniex naqblu imbagħad kulħadd jerfa' r-responsabbilta` tal-pożizzjoni li jkun qiegħed jieħu.", "L-emenda li għadha kif ressqet l-oppożizzjoni kulma tagħmel hu li taqbad dik li kienet klawsola 12 fl-abbozz ta' liġi preċedenti, tamalgamaha ma' klawsola 11 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u tagħmlu klawsola waħda.", "Issa ħalli naraw għalfejn ittieħdet id-deċiżjoni li klawsola 12 ta' l-abbozz ta' liġi preċedenti titneħħa kompletament.", "U biex nifhmu dan jien se nerġa' naqra klawsola 12 bl-Ingliż - diġa` qratha l-Onor.", "Coleiro waqt li ressqet l-emenda imma rrid nerġa' naqraha ħalli nfiehem sewwa x'qegħdin niġu mitluba li nagħmlu min-naħa ta' l-oppożizzjoni - għaliex il-Prof.", "Edwin Grech sal-verżjoni bl-Ingliż kien wasal, almenu jien qatt ma sibt il- versjoni bil-Malti.", "Klawsola 12 kienet tgħid hekk:", "''Subject to the provisions of section 22 of this Act, persons with disability are entitled to quality education at every level and every educational authority shall develop equal opportunity policies and shall strive to implement an inclusive educational programme which is appropriate for all students, including students with disability, within the least restrictive environment and to the best of the individual students' ability.", "In particular but without prejudice to the generality of the foregoing subsection of this section, every educational programme shall strive to prepare students to meet academic, social, cultural, civic and employment requirements and shall ensure that students with disability acquire lifeskills to enable them to achieve independent living.\".", "Dawn huma ż-żewġ klawsoli li l-oppożizzjoni tridna ndaħħlu f'din il-liġi li titkellem dwar id-diskriminazzjoni u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni tal-persuni b'diżabilita`.", "U jien mill-ewwel nistaqsi lill-Oppożizzjoni: Possibbli li għadu m'huwiex ċar li dawn il-prinċipji li hawn stabiliti f'dawn iż-żewġ subklawsoli li għadni kemm qrajt naqblu magħhom mija fil- mija?", "Ara ma jkunx hawn min jaħseb li jien ma naqbilx li l-awtoritajiet għandhom obbligu jipprovdu l-aħjar kwalita` ta' edukazzjoni għal kull tifel u tifla f'dan il-pajjiż.", "Pero` filwaqt li jiena nagħmel din l-istqarrija kategorika, nirrifjuta li naċċetta li dan il-kontenut indaħħlu f'liġi li għandha x'taqsam mal-persuni b'diżabilita` meta dawn huma l-prinċipji kardinali tal-liġi ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Il-kunċett kollu ta' integrazzjoni jfisser li jekk aħna għandna liġijiet li jittrattaw il-qasam ta' l-edukazzjoni, dawn ikunu jittrattaw il-qasam ta' l-edukazzjoni għal kulħadd, inkluż persuni b'diżabilita`.", "Jekk għandna liġijiet tas-saħħa f'pajjiżna, dawn għandhom jaħsbu mhux biss għal dawk li m'għandhomx diżabilita` imma anke għal min għandu diżabilita`.", "Jekk se nitilqu minn dan il-ħsieb u nwarrbu kompletament il-prinċipju ta' l-integrazzjoni u ta' l-inklużjoni u nimxu lejn triq ta' segregazzjoni, allura nagħmlu kif qed tgħidilna l-oppożizzjoni u nagħmlu liġijiet differenti għal persuni b'diżabilita` biss.", "Allura nagħmlu liġi ta' l-edukazzjoni għal persuni b'diżabilita`, liġi tas-saħħa għal persuni b'diżabilita`, liġi ċivili għal persuni b'diżabilita` u nistabilixxu darba għal dejjem - hekk donnha li tridna nagħmlu l-oppożizzjoni - liġijiet apposta għal persuni b'diżabilita` minflok ma naqbdu l-liġijiet tagħna u bil-mod il-mod inġibuhom inklussivi.", "Fil-kumitat għall-affarijiet soċjali jiena pprovajt infiehem u nipperswadi lil sħabna - għaliex aħna qegħdin hawnhekk biex nipperswadu u mhux sempliċement biex nikkontradixxu lil xulxin u ngħidu le, apparti li m'għandix l-iċken dubju li din l-emenda l-oppożizzjoni ressqitha bil- ġenwita' kollha - għalfejn jien tajt ħafna importanza lil dan il-prinċipju u qed nerġa' nagħtih importanza kbira issa li saħansitra tressqet emenda formali.", "Jien qed ngħid li l-prinċipji stabiliti f'dawn iż-żewġ subklawsoli għandhom ikunu integrati fil-liġi ta' l-edukazzjoni tal-pajjiż u nkunu qegħdin nikkontradixxu lilna nfusna jekk naċċettaw dawn it-tip ta' klawsoli f'din il-liġi.", "Għaliex jiena nsostni li bl-istess argument allura għandu jkollna klawsoli li jitkellmu fuq il-qasam ta' l-impjiegi u fuq l- oqsma l-oħrajn kollha li jolqtu lil persuni b'diżabilita`.", "Għalhekk jien nistieden lill-oppożizzjoni sabiex tirrifletti ftit ieħor.", "Jien m'iniex qed ngħid li dak li ngħid jien huwa vanġelu, imma rrid għallinqas infiehem għaliex qeigħed noġġezzjona għal din l-emenda.", "Jien qiegħed noġġezzjona għal din l-emenda għaliex inħoss li klawsoli ta' dan it- tip tip f'liġi li tittratta persuni b'diżabilita` huma kontradizzjoni u negazzjoni tal-prinċipju ta' l-inklużjoni u integrazzjoni u allura m'għandhomx isibu posthom f'din il-liġi, imma se mai għandhom isibu posthom f'liġijiet oħrajn li għandna fil-pajjiż, f'dan il-każ partikolari fill-liġi dwar l-edukazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Coleiro.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Il-Kumitat kien sospiż fit-8.24 p.m. u rriżuma 20 minuta wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Coleiro.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "227", "FAVUR: 27", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles| |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vella George | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "KONTRA: 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda \"C\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "Klawsola 11 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Dħul ġewwa postijiet.", "Clause 12 - Access to Premises", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola tittratta titolu ġdid li jindirizza d-dritt ta' aċċess għal persuni b'diżabilita` f'postijiet li jkunu miftuħin għall-pubbliku u tagħmilha llegali li dak li jkun jiddiskrimina fil-konfront ta' persuna b'diżabilita` billi jirrifjutalu d-dritt tad-dħul minħabba d-diżabilita` tiegħu jew inkella billi jimponi xi kondizzjonijiet jew termini partikolari minħabba d- diżabilita` tiegħu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "KLawsola 12 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Għoti ta' oġġetti u servizzi lil persuni b'diżabilita` kwalifikata.", "Clause 13 - Provision of goods and services to qualified persons with a disability.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola tittratta l- kwestjoni tal-proviżjoni ta' faċilitajiet jew servizzi u titkellem dwar diskriminazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għoti ta' servizzi jew faċilitajiet.", "Fil-fatt hawn elenkat lista sħiħa ta' servizzi u faċilitajiet li fihom wieħed ma jistax jiddiskrimina, inkluż id-dħul f'postijiet, l-għoti ta' jeddijiet fuq proprjeta` jew djar u akkomodazzjoni f'lukanda jew stabbilimenti simili.", "Din il-klawsola tagħmel ukoll riferenza għat-test ta' dak li hu raġonevoli li huwa kopert bi klawsola li għad irridu nittrattawha aktar 'il quddiem f'din l-istess liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Rigward paragrafu (g) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 13, jista' l-Ministru jikkonsidra li tidħol il-kelma \"sports\".", "Veru li l-isports jaqa' fil-kategorija ta' rikreazzjoni jew divertiment imma jekk tiddaħħal il-kelma \"sports\" naħseb li l-ħsieb joħroġ aktar ċar.", "Naf li fl-abbozz ta' liġi oriġinali l-kelma ''sports'' kienet inkluża.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-klawsola fl-abbozz ta' liġi oriġinali kienet tgħid \"facilities for entertainment, recreation, sports or refreshment\".", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu \"faċilitajiet għal divertiment jew rikreazzjoni\".", "Jien ma narax li hemm daqshekk bżonn li nispeċifikaw pero` ma nsibx diffikulta` li ssir emenda li biha tiddaħħal il-kelma \"sports\" f'dan il-paragrafu.", "Għalhekk nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex id- diskussjoni fuq din il-klawsola tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex klawsola 13 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 14 - Akkomodazzjoni.", "Clause 14 - Accommodation.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola tittratta l- akkomodazzjoni u d-dritt għall-akkomodazzjoni minn persuna b'diżabilita` u tagħmilha llegali li jkun hemm diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuna b'diżabilita` bil-forom differenti li tista' tinkludi kondizzjonijiet speċifiċi li l-individwu għaliex huwa persuna b'diżabilita`, jew inkella t- tkeċċija ta' persuna minn post ta' akkomodazzjoni għax huwa persuna b'diżabilita` u ċ-ċirkostanzi kollha kif spjegati f'din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Diskriminazzjoni pożittiva.", "Clause 15 - Positive discrimination.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar eżenzjonijiet u allura hawnhekk se nibdew nitkellmu fuq oqsma partikolari li minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-qasam li qed jiġi ttrattat għandu jiġi eżenti, fit-termini tal-klawsoli differenti, mill-prinċipju li din il- liġi tkun qiegħda tistabilixxi.", "F'dan il-każ klawsola 15 hija deskritta bħala eżenzjoni, fis-sens li tippermetti d-diskriminazzjoni pożittiva, u qiegħed jingħad b'mod ċar li fejn fil-konfront ta' persuni b'diżabilita` issir diskriminazzjoni pożittiva - ħaġa li tista' tidher ovvja pero' inħasset il-ħtieġa li wieħed jagħmilha ċara bil-liġi - ma tfissirx ksur tal- liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 -Protezzjoni permezz ta' assigurazzjoni.", "Clause 16 - Insurance.", "Coverage.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, klawsola 16 tittratta dwar il- protezzjoni permezz ta' l-assigurazzjoni jew ta' l-insurance.", "Kif nafu, il- qasam ta' l-insurance huwa wieħed speċjalizzat u għandu jiġi ttrattat b'mod differenti mill-oqsma l-oħra.", "Wara diversi diskussjonijiet li kellna fil-kumitat dwar l-affarijiet soċjali jien ħassejt il-ħtieġa li nressaq emenda għal din il-klawsola.", "Fil- fatt diġa' tajt kopja ta' din l-emenda lill-Onor.", "Chircop waqt dak il- kumitat u hu qalli li jrid jaraha daqsxejn bil-kwiet, pero` minn dakinhar sal-lum ma kelli l-ebda reazzjoni fuq din l-emenda.", "Għalhekk, Sur President, għal klawsola 16 għandi din l-emenda:", "\"D\" Ħassar l-artikolu 16 u ssostitwih b'dan li ġej:", "\"16.", "(1) Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta' qabel ta' dan l-Att, persuna m'għandhiex titqies li qed tiddiskrimina kontra persuna oħra minħabba f'diżabilita' ta' dik il-persuna l-oħra billi tiċħad milli toffri lil dik il-persuna l-oħra jew billi toffri lil dik il-persuna l- oħra patti jew kondizzjonijiet diskriminatorji għal protezzjoni permezz ta' assigurazzjoni, b'dan illi:", "(i) deċiżjoni bħal dik tkun bażata fuq bażi ta' tagħrif statistiku jew ta' attwarju li jkun raġonevolment rilevanti għal kalkolu tar- riskju li jkun ser jiġi assigurat; u", "(ii) meta dak it-tagħrif statistiku jew ta' attwarju ma jkunux disponibbli u ma jkunx jista' jinkiseb raġonevolment, dik id-deċiżjoni tkun waħda raġonevoli wara li jitqiesu l-fatturi kollha rilevanti għal kalkolu tar-riskju li jkun ser jiġi assigurat.", "(2) Għal fini ta' dan l-artikolu biss, persuna tista' titlob mingħand persuna oħra li jitlob polza ta' assigurazzjoni, kull informazzjoni oħra li tkun rilevanti għal kalkolu tar-riskju li ser ikun assigurat.\".", "\"D\" Delete article 16 and substitute with the following:", "\"16.", "(1) Notwithstanding any of the foregoing provisions of this Act, a person shall not be deemed to discriminate against another person on the grounds of disability of such other person by refusing to offer to such person an insurance policy or by offering discriminatory terms or conditions for insurance coverage, provided that:", "(i) such decision is based on actuarial or statistical data which is reasonably relevant to the assessment of the risk insured; and", "(ii) whenever such actuarial or statistical data is not available and cannot reasonably be obtained, such decision is reasonable having regard to any other relevant factors which are relevant to the assessment of the risk to be insured.", "(2) A person may, for the purpose of this section only, require from a person who requests insurance coverage, any further information relevant to the assessment of the risk to be insured.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, fil-fatt jien ukoll se nipproponi emenda għal klawsola 16 biex żgur ma nħallux lok għal ċerti loopholes li bihom tkun tista' ssir diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilita`.", "Din tgħid hekk:-", "Article 16 (1) (a) and (b), and the proviso reading \"provided such action ... to any other relevant factors\" and 16(2) to be deleted, and the following amendment to be included, as follows:-", "\"16.", "(1) Notwithstanding any of the foregoing provisions of this Act, it shall be unlawful for a person to offer to a person with disability, discriminatory terms or conditions for insurance coverage.", "Provided that such discrimination must be justified in terms of actuarial or statistical data, which is reasonably relevant to the assessment of the risk to be insured.", "And provided further that whenever such actuarial or statistical data is not available and cannot reasonably be obtained, such discrimination must be reasonable having regard to factors which are reasonably relevant to the assessment of the risk to be insured.", "(2) A person may, for the purpose of this section, require from a person with disability, any further information relevant to the assessment of the risk to be insured, including, but not limited to, any supplementary medical report or opinion on the disability of the applicant.", "(3) The insurance coverage referred to in subsection (1) of this section shall be any one or all of the following:", "(a) an annuity; or", "(b) a life insurance policy; or", "(c) a policy of insurance against accident or any other policy of insurance.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien napprezza ħafna jekk l-Onor.", "Coleiro tagħti spjegazzjoni għall-emenda li pproponiet.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien niskanta kif il-Ministru jridni nispjega din l-emenda li qed nipproponi għax kemm-il darba semagħna nargumentaw fuq din il-klawsola!", "Kif jaf il-Ministru, l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat f'Ġunju ta' l-1998 mill-Prof.", "Edwin Grech kien iktar tassattiv u kien jagħlaq iktar loopholes.", "Aħna nħossu li kien hemm biżżejjed esperjenzi ta' individwi bi bżonnijiet speċjali li talbu għal insurance cover u sabu l-bibien magħluqin u fil-fatt kien hemm diversi organizzazzjonijiet involuti f'dan il-qasam li talbuna biex kemm jista' jkun nagħlqu l-loopholes kollha f'dan ir-rigward.", "Għalhekk aħna rriferejna għall-klawsola oriġinali li kif għedt diġa', kienet ġiet preżentata f'Ġunju ta' l-1998 mill-Prof.", "Grech.", "Il-Ministru huwa familjari ħafna ma' l-argumentazzjoni tagħna f'dan ir- rigward għax għednieha kemm-il darba, kemm meta konna fl-istadju tat-Tieni Qari, kemm waqt il-kumitat dwar l-affarijiet soċjali kif ukoll barra minn dan il-parlament, u għalhekk naħseb li nkun qed naħli l-ħin ta' din il- Kamra jekk nerġa' nirripeti l-istess affarijiet.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Kieku qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li tkellimna fuqha diġa' jien kont nifhimha lill-Onor.", "Membru, pero` hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq l-istess ħaġa.", "Fil-fatt filwaqt li subklawsola (1) ta' klawsola 18 kif preżentata mill-Prof.", "Grech f'Ġunju ta' l-1998 kienet tgħid:", "''Notwithstanding any of the foregoing provisions of this Act, it shall not be unlawful for a person to offer to a person with disability, discriminatory terms or conditions for insurance coverage.'',", "l-emenda li qed tipproponi l-Onor.", "Coleiro tgħid:", "''Notwithstanding any of the foregoing provisions of this Act, it shall be unlawful for a person to offer to a person with disability, discriminatory terms or conditions for insurance coverage.''.", "Għalhekk l-emenda li qed tippreżenta l-Onor.", "Coleiro m'hijiex identika għall-klawsola li kien hemm fl-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-Prof.", "Grech.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Onor. Gonzi, nixtieq infakkrek li anke inti kont ġbidt l-attenzjoni għad-double negative, jiġifieri aħna konna kkoreġejnieh dak il-grammatical mistake.", "Fil-fatt din tant kienet xi ħaġa ovvja li jien ma ħassejtx il-ħtieġa li noqgħod niġbed l-attenzjoni għaliha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR KARL CHIRCOP: Nixtieq infakkar li meta l-Ministru Gonzi ppreżenta l- emendi għal dan l-abbozz ta' liġi waqt il-kumitat dwar l-affarijiet soċjali, aħna konna argumentajna ħafna fuq il-fatt li f'subklawsola (1) ta' klawsola 16 kien għad hemm imniżżla l-kliem li:", "\"... persuna ma għandhiex titqies li qed tiddiskrimina kontra persuna oħra minħabba f'diżabilita` ta' dik il-persuna l-oħra billi -", "(a) tiċħad milli toffri lil dik il-persuna l-oħra dik il- protezzjoni permezz ta' assigurazzjoni ...\".", "Bla ebda dubju, jekk dawn il-kliem jibqgħu hemmhekk inkunu qed nagħtu dritt lill-insurance brokers li fuq bażi ta' diżabilita' jirrifjutaw illi jinxurjaw lil kwalunkwe persuna li tmur tinxurja ruħha.", "Għalhekk filwaqt li hawn aħna suppost qed inressqu abbozz ta' liġi biex jipproteġi l- interessi tal-persuni b'diżabilita`, minflok qegħdin nistipulaw illi l- insurance brokers jistgħu jirrifjutaw milli jinxurjaw lil dawn il-persuni.", "Minħabba din ir-raġuni, din in-naħa tal-Kamra ma taqbilx ma' klawsola 16.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Jien naħseb illi l-ewwel il-Ministru kien korrett għax qabel id-double negative kienet qiegħda hemmhekk b'raġuni u għalhekk fl-emenda li pproponiet l-Onor.", "Coleiro għandha tiġi inkluża l-kelma ''not''.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, fil-fatt l-ewwel il-Ministru kellu raġun u għalhekk se nipproponi l-emenda mill-ġdid:", "\"E\" Article 16 (1) (a) and (b), and the proviso reading \"provided such action ... to any other relevant factors\" and 16(2) to be deleted, and the following amendment to be included, as follows:- \"16.", "(1) Notwithstanding any of the foregoing provisions of this Act, it shall not be unlawful for a person to offer to a person with disability, discriminatory terms or conditions for insurance coverage.", "Provided that such discrimination must be justified in terms of actuarial or statistical data, which is reasonably relevant to the assessment of the risk to be insured.", "And provided further that whenever such actuarial or statistical data is not available and cannot reasonably be obtained, such discrimination must be reasonable having regard to factors which are reasonably relevant to the assessment of the risk to be insured.", "(2) A person may, for the purpose of this section, require from a person with disability, any further information relevant to the assessment of the risk to be insured, including, but not limited to, any supplementary medical report or opinion on the disability of the applicant.", "(3) The insurance coverage referred to in subsection (1) of this section shall be any one or all of the following:", "(a) an annuity; or", "(b) a life insurance policy; or", "(c) a policy of insurance against accident or any other policy of insurance.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Ħalli niġi għall-punt li qajjem l-Onor.", "Chircop.", "Jekk qed nifhem tajjeb il-membri ta' l-oppożizzjoni ma jridux li kumpannija ta' l-insurance tkun f'pożizzjoni li tirrifjuta li tkopri lil xi persuni b'diżabilita` b'insurance cover.", "Waqt il-kumitat dwar l-affarijiet soċjali jien diġa' spjegajt illi din hija xi ħaġa li l-kumpanniji ta' l-insurance jagħmluha regolarment fil-konfront tal-klijenti tagħhom kollha, jiġifieri b'daqshekk m'humiex qed jiddiskriminaw kontra l-persuni b'diżabilita`.", "Per eżempju, kumpannija ta' l-insurance tista' tirrifjuta li tkopri lil xi ħadd b'life policy jekk dan ikollu 70 sena jew iktar, tista' tirrifjuta li tkopri lil xi ħadd b'health policy jekk dan ikun ipejjep ħafna u tista' tirrifjuta li tkopri lil xi ħadd b'car policy jekk dan ikun ikkaġuna diversi traffic accidents.", "Għalhekk kif qed naraw, kumpannija ta' l- insurance tista' tirrifjuta li tkopri lil individwi għal raġunijiet ġustifikati taħt diversi ċirkostanzi f'sens attwarju, taqbel jew ma taqbilx magħhom.", "Irridu nifhmu li x-xogħol ta' kumpannija ta' l-insurance huwa bbażat totalment fuq l-element ta' riskju.", "Jien dejjem għedt illi l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li ma ssir l-ebda forma ta' diskriminazzjoni fil-konfront ta' xi ħadd partikolari minħabba d-diżabilita` tiegħu pero` ġaladarba, kif għadni kemm għedt, ix-xogħol ta' kumpannija ta' l-insurance huwa ta' riskju kontinwu, aħna li rridu nkunu ċerti huwa li fil-każ ta' persuni b'diżabilita`, dawn il-kumpanniji jkunu qed jagħmlu xogħolhom tajjeb u jkunu koperti bi studji statistiċi u attwarji li jiġġustifikawlhom id- deċiżjonijiet li jieħdu.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel illi huwa neċessarju li permezz ta' din il-klawsola kumpannija ta' l-insurance ikollha dritt li f'ċerti każi tagħti kondizzjonijiet differenti jew inkella tirrifjuta insurance sakemm dik id-deċiżjoni tkun approvata bi statistika attwarja.", "Din hi l-pożizzjoni li qed tieħu n-naħa tal-gvern f'dan ir- rigward.", "Sur President, jien fhimtha l-pożizzjoni li ħadet in-naħa ta' l- oppożizzjoni pero` qed nerġa' nipprova nispjega l-pożizzjoni li ħadet din in-naħa, għaliex fl-aħħar mill-aħħar dan li qed nagħmlu hawnhekk m'hu xejn ħlief eżerċizzju ta' spjegazzjoni u possibbilment ta' persważjoni.", "Issa jekk il-membri tan-naħa l-oħra jħossu li qed ngħid ħmerija, għandhom jgħiduli li qed ngħid ħmerija, pero` nerġa' nirripeti li billi minnu nnifsu x-xogħol tal-kumpanniji ta' l-insurance huwa mibni fuq diversi riskji, f'diversi okkażjonijiet dawn il-kumpanniji jkollhom jirrifjutaw li jkopru lill-klijenti b'insurance coverage, irrispettivament minn jekk dawn il-klijenti jkollhomx xi diżabilita` jew le, u għalhekk naħseb li jkun żball jekk aħna b'xi mod jew b'ieħor ninsistu li l-kumpanniji ta' l- insurance ma jkunu jistgħu jirrifjutaw taħt l-ebda ċirkostanza li jinxurjaw lil persuni b'diżabilita`.", "Waqt il-kumitat dwar l-affarijiet soċjali jien diġa' spjegajt illi jekk se nitfgħu din il-mażżra fuq il-kumpanniji ta' l- insurance, dawn se jkunu obbligati li lill-klijenti tagħhom jibdew iwaħħlulhom premiums li xejn ma jkunu realistiċi.", "Għalhekk bir-rispett kollu jien naħseb li n-naħa ta' l-oppożizzjoni la qed tkun realistika, la qed tkun prattika u lanqas qed tkun ġusta mal-kumpanniji ta' l-insurance.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Coleiro.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Il-Kumitat kien sospiż fid-9.11 p.m. u rriżuma 20 minuta wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Coleiro.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 228", "FAVUR : 27", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vella George | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "KONTRA : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda \"E\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"D\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 16, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- abbozz ta' liġi.", "Klawsola 17 - Atti magħmula b'awtorita`.", "Clause 17 - Acts done under authority.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, klawsola 17 qed tagħmilha ċara li jekk ikun hemm ordni jew deċiżjoni ta' xi qorti jew ta' xi tribunal, għandha tiġi osservata dik l-ordni jew dik id-deċiżjoni u allura l-artikli ta' din il-liġi jiġu eżenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Qed ninnota li subparagrafu (b) ta' klawsola 19 ta' l-abbozz ta' liġi li kien ressaq Prof. Grech f'Ġunju ta' l-1998 ġie eliminat kompletament minn din il-klawsola.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal dan?", "Ta' min jgħid li subparagrafu (b) ta' klawsola 19 kien jgħid hekk:", "''an order or award of a court or tribunal having power to fix minimum wages to the extent that such an order or award has specific provisions relating to the payment of rates of salary or wages to persons who, if they were not in receipt of the salary or wages, would be eligible for a disability pension, where the salary or wages are determined by reference to the capacity of the person.''.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Fil-fatt anke jien qed nipprova nidentifika r- raġuni li għaliha kien tneħħa dan is-subparagrafu.", "Sur President, jekk qed nifhem tajjeb subparagrafu (b) ta' klawsola 19 kien qed jippermetti li jingħata award diskriminatorju f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet taħt xi wage regulation order u allura dan is- subparagrafu tneħħa ħalli ma jkunx hemm diskriminazzjoni.", "Kieku ħallejna dan is-subparagrafu, konna nkunu qed nippermettu li t-tribunal jagħti award li jkun jistabilixxi kondizzjonijiet differenti ta' xogħol lill-persuni b'diżabilita`, inkluż salarju differenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Imma rigward salarji jeżistu l-wages tribunals!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Iva, imma kieku subparagrafu (b) ta' klawsola 19 ħallejnieh hemm, dan kien ikun ifisser illi t-tribunal jista' joħroġ wage regulation order li tiddiskrimina fil-konfront tal-persuni b'diżabilita` minħabba d-diżabilita` tagħhom, mentri issa hawnhekk qed ngħidu li ġaladarba għandna l-istandards nazzjonali, kulħadd għandu jingħata l-istess paga jekk kemm-il darba kulħadd ikun qed jagħmel l-istess tip ta' xogħol, u dan għandu jkun ta' vantaġġ għall-persuni b'diżabilita`.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 18 - Mard infettiv.", "Clause 18 - Infectious diseases.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ta' min jgħid li din il-klawsola qed tippermetti lill-awtoritajiet jieħdu deċiżjonijiet li f'ċertu sens jistgħu jiġu meqjusa bħala diskriminatorji jekk jirriżulta li persuna jkollha xi infectious jew contagious disease għax f'dak il-każ, għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, ikun neċessarju li l-awtoritajiet joħorġu ordnijiet biex dik il-persuna ma titħalliex tiffrekwenta ċerti postijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Fid-9.40 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 11 ta' Jannar, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita` - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta` Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien naħseb illi sal-lum il-poplu Malti u Għawdxi nduna li filwaqt li meta tiġri xi ħaġa li b'xi mod tista' toskura lill-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista juża l-mezzi tax-xandir li għandu hu kif ukoll dawk tal-PBS - għax anke l-PBS qed jintuża f'din iż- żifna! - biex ixandar il-każ ma' l-erbat irjieħ, meta mbagħad wara li jsiru xi rapporti fl-istess rigward jirriżulta li l-każ ma kienx minnu u li dak kien biss diskors infami min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, bil-mezzi tax- xandir tal-Partit Nazzjonalista joskuraw dan kollu u ma joħorġu l-ebda stqarrija korrettiva f'dan is-sens.", "Jien qed ngħid dan mill-esperjenza għaliex l-ewwel kien intqal fuq il-mezzi tax-xandir li hemm persuna li qed tiġi investigata fuq l-akkuża li din qed tmur kontra r-regolamenti ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar u mbagħad wara li din l-istess persuna ma nstabitx ħatja ta' din l-akkuża ma ntqal xejn iktar fuq dan il-każ.", "Fil-fatt ta' min jgħid li l-istess ħaġa ġrat fil-każ tal-Maltacom għaliex filwaqt li l- gazzetti tal-Partit Nazzjonalista qabdu u xandru diversi affarijiet infondati dwar dak li kien qed jiġri f'din il-kumpannija, illum li l- Imħallef Victor Caruana Colombo lesta rapport dwar dan il-każ u minn dan ir- rapport ma ħareġ xejn, minn dakinhar li tlesta dan ir-rapport ma ntqal xejn iktar.", "Madanakollu, Sur President, iktar tard matul dan id-diskors jien se nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra, ħalli l-ħmieġ u l- ħniżrijiet li ntefgħu fuq l-oppożizzjoni Laburista, b'mod speċjali fuq l- Onor. Alfred Sant u fuqi - minħabba li matul l-amministrazzjoni preċedenti konna responsabbli mill-Maltacom - ikunu jistgħu joħorġu bl-iktar mod ċar.", "Sur President, hawn ta' min isemmi wkoll il-ħmieġ u l-ħneżrijiet li ntefgħu f'din il-Kamra fuq l-ex-chairman, fuq iċ-chief executive u fuq impjegati oħra tal-Maltacom fosthom fuq il-membri tal-bord ta' l-għażla għal promozzjonijiet, li ma setgħux jiddefendu ruħhom.", "Jien kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni f'dan il-parlament li dan it-tip ta' rapport qatt ma tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra akkumpanjat minn stqarrija ministerjali.", "Kienu saru rapporti ta' l-appell imma dawn qatt ma tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra bi stqarrija ministerjali, pero` dakinhar hekk għamel il-Ministru Josef Bonnici.", "Jien ma kontx tkellimt mal-ewwel fuq dan il-każ u ħallejt iż-żmien jgħaddi per prudenza pero` minkejja dan kollu fuq il-mezzi tax- xandir tal-Partit Nazzjonalista baqgħu ħarġin l-attakki biex ikun hemm attakk frontali mill-Ministru Bonnici fuq l-ex-chairman u fuq il-general manager tal-Maltacom, is-Sur Joe Azzopardi.", "Hawn ta' min ifakkar ukoll illi jien għedt kemm-il darba li l-membri tal-bord ta' l-għażla għal promozzjonijiet kienu qegħdin jistennew wara l-bieb tal-bord tal-Maltacom biex jagħtu l-ispjegazzjoni tagħhom, imma lil dawn baqa' ħadd ma bagħat għalihom u tħallew jistennew wara l-bieb.", "Kien jidher bl-iktar mod ċar li dan il-każ ma kien xejn għajr montatura politika u li l-għan ewlieni tal- Ministru Bonnici f'dan il-każ kien li jimmina lill-ex-chairman u lill- management team tal-Maltacom, fosthom lis-Sur Joe Azzopardi, biex minflok ikun jista' jdaħħal galoppini Nazzjonalisti.", "Kif għedt diġa', fuq kollox mir-rapport li għamel l-Imħallef Caruana Colombo rriżulta li dak li qal il- ministru dwar x'qed jiġri fil-Maltacom m'hu minnu xejn u tant m'humiex minnhom il-ħniżrijiet li semma hu ...", "Il-ħniżrijiet qegħdin f'dak li qal hu, Sur President, u nista' nsemmi x'qal fuqi f'dan il-Parlament - li l- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u li allura suppost nagħtuha d-dinjita` li tixirqilha - meta jien ġbidtlu l-attenzjoni li qed ikun skorrett f'dak li qed jgħid.", "Fil-fatt huwa qalli li jien, fis-saħna li kelli qabel l-elezzjoni, kelli sehem, bħala wieħed li kont nifforma parti mill-caretaker government, f'inġustizzji li affettwaw kemm lil-Laburisti kif ukoll lin-Nazzjonalisti, u huwa qal li dan m'huwiex aċċettabbli.", "Meta jien ipprovajt ngħidlu li dak li qed jgħid kien żbaljat u bdejt nipprova nispjegalu għaliex dak li kien qed jgħid kien żbaljat, huwa qalli li jien informat iktar minnu dwar il- promozzjonijiet.", "Kif qal dan il-kliem jien għedtlu: Iva, jien għalhekk qed ngħid li l-affarijiet li qed tgħid inti m'humiex minnhom u m'humiex korretti għax informat iktar minnek u għalhekk ikun aħjar jekk toqgħod fuq dak li qed ngħidlek jien għax din hija l-verita`.", "Dakinhar jien għedt ukoll illi għandha ssir investigazzjoni f'dan ir-rigward ħalli toħroġ il- verita` kollha għaliex dak iż-żmien jien kont responsabbli mill-Maltacom u għalhekk kont ċert li kont qed ngħid il-verita`.", "Pero` l-ministru ma waqafx hemm u kompla jakkużani li jien kont naf iktar minnu fuq dan il-każ u li jekk kemm-il darba jien kont mgħarraf bid-dettalji tal-ħniżrijiet politiċi kollha li saru fil-Maltacom, dan kien ifisser li jien kont direttament responsabbli għalihom, u sħabu ċapċpulu.", "Fil-fatt dakinhar il- Ministru Bonnici kkonkluda billi qal li kont jien li orkestrajt kollox f'dak il-każ li semma, u meta smajtu jgħid dan il-kliem jien għedtlu li l- ħneżrijiet qed jagħmilhom hu meta biex mingħalih jipprova jipperswadi lil kulħadd, qiegħed saħansitra jasal biex jigdeb fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż.", "Sur President, issa minn dan ir-rapport jirriżulta li m'huwiex minnu li kien hemm min imbotta lill-bord ta' l-għażla għal promozzjonijiet biex dan jagħmel l-għażla tiegħu qabel l-elezzjoni - u hawn irrid infakkar li l- Ministru Bonnici kien qed iwaħħal fija indirettament f'dan kollu - u li l- proċeduri saru kif suppost.", "Għalhekk ġaladarba l-ministru ħareġ jattakkani fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż illi kont jien li orkestrajt kollox biex imbagħad jirriżulta li dan m'hu minnu xejn u li allura meta l-l-ministru qal dan il-kliem kien qed jimmislijdja lill-Kamra, jiddispjaċini ngħidlu illi m'għandux triq oħra ħlief li jirriżenja.", "Ir-rapport li sar f'dan ir- rigward wera u pprova li l-ministru qal il-gideb f'dan il-parlament u għalhekk jien nitlob lill-mezzi tax-xandir biex jiflu dan ir-rapport ħalli jaraw kemm l-għan tal-Ministru Bonnici f'dan ir-rigward kien illi jittajjar iċ-chairman tal-Maltacom, is-Sur Tony Meilaq, u li jħammeġ politikament lili u lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Hawn jien nistaqsi: Issa wara li ċ- chairman laħaq ittajjar minn hemm u rriżulta li dak li kien ġie akkużat bih m'hu minnu xejn, x'se jiġri?", "Għax jidher bl-iktar mod ċar li l-ex-chairman ittajjar minn hemm għal mottiv politiku, biex żgur ikunu jistgħu jagħmlu li jridu fil-Maltacom.", "Imma issa l-Ministru Bonnici x'se jagħmel?", "Se jirriżenja wara l-ħneżrija li għamel illi tajjar persuna li kienet kapaċi ġġib lil Maltacom 'il quddiem?", "Jien nerġa' nitolbu biex jirriżenja, u ġaladarba l-Ministru Bonnici qal li jien kont responsabbli għall- ħneżrijiet, u li l-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista ġabuha front page li jien responsabbli għall-ħneżrijiet, jien ngħidilhom: Issa kunu rġiel u għidu li fi żmien il-gvern Laburista ma kienx hemm ħneżrijiet fil-Maltacom, imma issa li hemm gvern Nazzjonalista li hemm il-ħneżrijiet f'din il- kumpannija.", "Il-Ministru Bonnici jmessu jaf li fi żmienu saru l-ħniżrijiet għaliex jien kemm-il darba ġibtlu l-provi ta' dan, kemm ġewwa dan il- parlament kif ukoll barra minn dan il-Parlament.", "Fil-fatt jien anke fuq il- gazzetti ktibt dwar dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, fi żmien il-gvern Nazzjonalista kien hemm każ ta' individwu li għalkemm ma kellux il-kwalifiki neċessarji biex japplika għal ċerta kariga, dan tħalla japplika u fil-fatt il-post spiċċa biex ħadu hu.", "Issa dan huwa fatt illi ħadd ma jista' jinnegah għax din qalha dan l-individwu stess il-qorti waqt li kien taħt ġurament.", "Allura hawn jien nerġa' nistaqsi: Issa l-Ministru Bonnici x'se jagħmel?", "Se jinvestigahom dawn il- ħneżrijiet li saru taħt il-gvern tiegħu?", "U issa, Onor. Bonnici, kif se tipperswadi lin-nies li inti ridt li toħroġ il-verita`?", "Illum ħareġ bl- iktar mod ċar li inti mhux il-verita` ridt imma li ttajjar lil numru ta' individwi minn mal-Maltacom bi skop politiku, anke jekk kont taf li meta kont qed tagħmel hekk kont qed tidħak bl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Hawn irrid inżid ngħid li kien hemm min qal ukoll b'ġurament illi mal- bidla fil-gvern, meta fl-1996 tela' l-partit Laburista, ma saret l-ebda vendikazzjoni fil-Maltacom, mhux bħal meta tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, fejn kien hemm erba' bażużli li marru fl-uffiċċju tal- general manager u bdew jagħtu l-ordnijiet u t-transfers minn hemmhekk stess.", "Dan li qed ngħid ħadd ma jista' jinnegah għax, kif għedt diġa', dan qaluh individwi stess taħt ġurament.", "Jien nerġa' nistaqsi għat-tielet darba: Issa x'se jagħmel il-Ministru Bonnici fuq dawn il-ħneżrijiet?", "Se jinvestigahom jew almenu se jitlob lil xi mħallef biex jinvestigahom?", "Madanakollu jien naħseb illi l-ministru ħalqu magħluq kien u ħalqu magħluq se jibqa' għaliex min ikun ipokrita u min ikun giddieb ma jagħmel xejn minn dan kollu, anzi minflok jipprova jċappas lil ħaddieħor.", "Sur President, illum li dħalna f'millennju ġdid bqajna nisimgħu kemm huwa importanti li nistmaw lil kulħadd, li għandna nagħtu l-istess drittijiet lil kulħadd u li għandna nimxu b'ugwaljanza ma' kulħadd, pero` fil-verita` x'qed jiġri llum fil-Maltacom u f'Malta kattolika?", "Per eżempju, jien diġa' ġbidt l-attenzjoni tal-ministru għal każ ta' mara miżżewġa li għaliex hija Laburista ngħatat transfer f'post fejn qatt ma kien hemm nisa jaħdmu qabel - fil-fatt ta' min isemmi li f'dan il-post lanqas toilets m'hemm - pero` għalkemm jien ġbidt l-attenzjoni tal-ministru fuq il-vendikazzjoni li ngħatat din il-mara u għalkemm fil-15 ta' Diċembru hija kitbet ittra f'dan ir-rigward lill-kap tar-riżorsi umani tal-Maltacom, sal-lum għadu ma sar xejn.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi jien se nqiegħed kopja ta' din l-ittra u nixtieq li r-reporters preżenti jaqraw din l-ittra huma wkoll ħalli jkunu jistgħu jirrealizzaw iktar x'qed jiġri taħt il-gvern Nazzjonalista fil-millennju l-ġdid u f'Malta kattolika.", "Jien nistenna li l- Viċi Prim Ministru, li huwa wkoll il-ministru responsabbli mill-qasam soċjali - u li llum jinsab preżenti hawnhekk - għada filgħodu stess jibgħat lil min huwa responsabbli ħalli jinvestiga dan il-każ.", "Dawn huma l- ħneżrijiet u l-vendikazzjonijiet li jmessu jikkundanna l-Ministru Bonnici u mhux jiġi hawnhekk, fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u biex jipprova jtajjar lil numru ta' ħaddiema minn mal-Maltacom għal għan politiku jaqbad u jfajjar l-akkużi li fi żmien il-gvern Laburista saru l-ħneżrijiet.", "Il- verita` hija li l-ministru qed jipprova jċappas lilna, u dan meta aħna m'għamilniex ħneżrijiet u meta l-poplu Malti u Għawdxi jaf kemm konna ġusti meta konna fil-gvern.", "Ara l-ħneżrijiet li għamlu huma, anke meta kienu fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, ma jsemmuhomx.", "Biżżejjed insemmi każ li ġara ftit snin ilu meta pprovaw jinqdew b'persuna b'diżabilita` billi qalu li aħna lil din il-persuna tajnieha transfer b'vendikazzjoni, u dan meta kienu l-membri tal-familja tagħha stess li talbuna li din il-persuna tingħata transfer biex tkun tista' taħdem f'post li jinsab iktar viċin tad- dar tagħha u b'hekk taħdem iktar għal qalbha.", "Pero` l-partit Nazzjonalista anke ħaġa karitattevoli bħal din ipprova jdawwarha b'mod partiġjan!", "Sur President, jien se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra li bagħtet dik il-mara miżżewġa lill-kap tar-riżorsi umani tal-Maltacom.", "Anke f'dan il-każ jien erġajt kont prudenti u erġajt ittamajt li min għandu daqsxejn ta' rġulija kien se jiġi f'dan il-parlament, iqiegħed dan ir-rapport fuq il- Mejda tal-Kamra u jgħid: Niskuża ruħi li żbaljajt għax weġġajt lil ħafna nies innoċenti u pprovajt inħammeġ lil min qed jipprova jagħmel il-ġid lill- pajjiż minn din l-ogħla istituzzjoni, pero` mhux hekk ġara għax dan dawwar denbu u telaq.", "Għalhekk, Sur President, illum jien qed nitlob b'wiċċi minn quddiem ir-riżenja ta' min immiżlijdja lil dan il-parlament, li nerġa' ngħid huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, ta' min ġab fl-inkwiet nies li taw sehem lil pajjiżna u ta' min ipprova jħammeġ nies li jaħdmu għal pajjiżhom mis-6.30 a.m. sas-1.30 a.m. kuljum.", "Dawn l-affarijiet huma ta' stmerrija.", "Jien nitlob lill-poplu Malti u Għawdxi biex jaraw id-dokumenti li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar tad-diskors tiegħi ħalli jkunu jistgħu jifhmu aħjar x'qed jiġri fil-Maltacom fil-millennju l-ġdid taħt gvern Nazzjonalista.", "Issa hawnhekk jien semmejt biss uħud mit-transfers vendikattivi li qed jingħataw lill-impjegati tal-Maltacom mill-gvern Nazzjonalista għax fil- verita` qed isiru ħafna u ħafna iktar, u fil-fatt jien niskanta kif ħadd mill-impjegati m'hu qed jitkellem dwar dan, pero` sa ċertu punt nagħtihom raġun għaliex ħafna minnhom qed jibżgħu jitkellmu minn mindu ttajjar l-ex- chairman.", "Fil-fatt illum il-Maltacom spiċċat f'sitwazzjoni fejn l- impjegati Nazzjonalisti jistgħu jiskartaw kemm iridu tant li wħud minnhom, għalkemm għandhom id-driver magħhom, m'huma qed jagħmel xejn u meta dawn jinqabdu jagħmlu xi abbuż toħroġ ordni minn fuq nett biex ma jittieħdux passi dixxiplinarji kontrihom.", "F'din is-sitwazzjoni waslet il-Maltacom, fejn isiru ruxxmata vendikazzjonijiet politiċi biex il-kumpannija terġa' tibda taqbad it-triq għan-niżla!", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nerġa' nappella lill-Ministru Bonnici biex jitlob skuża lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, lil kull membru parlamentari li akkuża, lill-ex-chairman tal-Maltacom, is-Sur Tony Meilaq, liċ-chief executive ta' l-istess kumpannija u lil diversi nies oħra għall-inkwiet li għaddiehom minnu u għall-ħsara li għamel lill-pajjiż.", "Jekk il-Ministru Bonnici jrid li jibqa' stmat ta' raġel f'din il-Kamra għandu joffri r-riżenja tiegħu hu stess, pero` sakemm ma jagħmilx dan jien nibqa' nsostni li f'dan il-parlament hawn membri irresponsabbli bil-provi, u li minflok m'huma qed jagħtu eżempju lill-poplu Malti u Għawdxin li għandha dejjem tingħad il-verita`, qed jipprovaw ikissru dawk il-valuri li bena l-partit Laburista għall-ġid ta' kulħadd.", "Sur President, nitlob li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li għamilt aċċenn għalihom waqt dan id-diskors.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Report on the findings of the board of inquiry on the selection process for the post of technical executive fil-Maltacom datat 7 ta' Diċembru, 1999; u", "Ittra datata 15 ta' Diċembru, 1999 mibgħuta minn impjegata tal- Maltacom lill-kap tar-riżorsi umani ta' l-istess kumpannija.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, m'hemmx dubju li kulmin jgħaddi mill-Mosta jinnota kemm it-toroq ta' dan il-lokal għandhom bżonn ta' manutenzjoni mill-iktar fis possibbli u fil-fatt ir-residenti tal-Mosta spiss qed javviċinaw lil membri parlamentari bħali u lill-membri tal- kunsilli lokali sabiex jiġbdu l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati fuq dawn it-toroq.", "Biżżejjed ngħid li llum għandi f'idejja petizzjoni li ffirmawha mhux inqas minn 150 resident ta' Triq il-Kbira ġewwa l-Mosta - u iktar tard jien se nqiegħed kopja ta' din il-petizzjoni fuq il-Mejda tal- Kamra wkoll biex forsi fl-aħħar din it-triq tiġi rranġata - u ta' min jgħid li fl-10 ta' Diċembru li għaddew l-istess residenti kitbu wkoll ittra lis- sindku tal-Mosta, is-Sur Joe Demartino, f'dan ir-rigward.", "L-ewwel ħaġa li għandha ssir fi Triq il-Kbira - l-itwal triq li għandna fil-Mosta, tant li kważi tibqa' sejra san-Naxxar - huwa li jinstab xi rimedju għall-kwantita` ta' ilma tax-xita li jinġabar f'din it-triq.", "Lil min għadu qatt m'għadda minn din it-triq nista' naċċertah li jekk jgħaddi minn hemm jistħajlu qed jimxi fuq Mars jew fuq il-qamar għaliex in-numru ta' ħofor li hemm f'din it- triq lanqas biss jingħaddu!", "L-istess nistgħu ngħidu għat-toroq ta' madwar il-housing estate tal-Mosta u għal Triq id-Dawr.", "Issa ta' min jgħid li fi Triq id-Dawr hemm ċentru ta' l-anzjani, u dawn l-anzjani jieħdu pjaċir imorru xi passiġġata fil- viċinanzi, pero` minħabba l-istat tat-toroq li jinsabu fih dawn it-toroq ħafna minnhom qed jibżgħu li jaqgħu u ma jerġgħux iqumu minnha.", "Anke jien, li xi kultant immur jogging f'dawk l-inħawi, noqgħod attent li ma ngħaddix minn dawn it-toroq għaliex meta għaddejt minn hemm mhux l-ewwel darba li ħadtha għal wiċċi.", "Dan biex ma nsemmux ukoll l-istat diżastruż tat-toroq li hemm madwar il-housing estate ta' Santa Margherita.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nitkellem b'mod partiġjan għaliex huwa fatt li dawn it-toroq għandu jiġu rranġati mill-iktar fis possibbli u ma nistgħux nibqgħu nħallu ż-żmien jgħaddi mingħajr ma nagħmlu xejn f'dan ir-rigward.", "Jien nifhem li ma nistgħux nagħmlu dawn it-toroq mill-ġdid għaliex dan jirrikjedi spejjeż kbar li l-gvern żgur li ma jistax ilaħħaq magħhom pero` l-gvern preżenti għamel żball li qatt ma ħass din il-problema u huwa issa, li din il- problema qiegħda miegħu, li qed jinduna biha.", "Sur President, jien anke meta kont fuq il-bankijiet tal-gvern kont nagħmel ħilti kollha biex nara li dawk it-toroq li jinsabu fi stat ħażin jiġu rranġati.", "Ma nistax nagħmel diskors bħal dan mingħajr ma nsemmi wkoll Triq l- Alwetta u Triq il-Barjol, fejn hemm kappella sabiħa ħafna - li wara li kien ġie biex jiftaħha l-E.T. l-Arċisqof qed tintuża b'mod regolari - u hemm ukoll il-mużew fejn it-tfal imorru hemmhekk biex jitgħallmu d-duttrina.", "Kif jaf kulħadd fil-ftit xhur li l-Partit Laburista dam fil-gvern ipprova jagħmel mill-aħjar li jista' biex jirranġa t-toroq ta' pajjiżna, pero` minkejja li l-gvern Nazzjonalista preżenti diġa' daħal fit-tieni sena tiegħu għad għandna diversi toroq li jinsabu fi stat diżastruż.", "F'idejja għandi xi ritratti biex nuri f'liema stat jiġu Triq l-Alwetta u Triq il- Barjol meta tagħmel ħalba xita.", "Għandi wkoll f'idejja kull korrispondenza li saret f'dan ir-rigward mad-dipartimenti tal-gvern u diversi ittri li dehru fuq il-gazzetti lokali dwar dawn iż-żewġ toroq, li litteralment qegħdin jegħrqu biċ-ċaflis u bit-tajn li qed ikun hemm fihom.", "Fl-aħħar tad- diskors tiegħi se nqiegħed ukoll kopja ta' petizzjoni li ġiet mibgħuta f'Settembru ta' l-1999 minn iktar minn 46 resident ta' Triq l-Alwetta u Triq il-Barjol lis-sindku tal-Mosta fuq l-istat li jinsabu fih it-toroq tagħhom.", "Jien kemm-il darba ġietni tentazzjoni li nistieden lill- istazzjonijiet lokali kollha tat-television biex imorru jaraw huma stess f'liema sitwazzjoni tinsab Triq id-Dawr u t-toroq l-oħra tal-madwar, u qed nagħmel enfasi fuq l-istat li jinsabu fih dawn it-toroq għaliex kieku tkun tista' tgħaddi minnhom bil-karozza, għalkemm b'ħafna skossi, fiha u ma fihiex, pero` minn dawn it-toroq ma tistax tgħaddi b'karozza litteralment.", "Sur President, hawn ma rridx ninsa nsemmi wkoll lil Triq l-Oratorju, li fiha sar kanal għall-ilqugħ ta' l-ilma u li ma nafx kemm-il darba nqala' u reġa' tpoġġa.", "Dawn huma kollha spejjeż żejda għall-gvern, pero` l-ikbar oxxenita` hija li ma komplewx dan ix-xogħol sa Triq il-Barrieri u Triq Stivala biex l-ilma li jkun hemm f'dawn it-toroq ikollu fejn imur ukoll imma waqfu fin-nofs.", "Dan għaliex?", "Mela issa se noqogħdu noħolqu diskriminazzjoni bejn ir-residenti wkoll?", "Dawn huma affarijiet tal- mistħija.", "Għalkemm għandi xi dettalji ma nafx min kien il-kuntrattur responsabbli għal dan ix-xogħol, pero` milli jidher ħadd ma kien qed jagħmel superviżjoni fuq dan ix-xogħol għax hemmhekk sar xogħol ħażin tant li wara li lestew kellhom jerġgħu jqattgħu l-konkos mill-ġdid.", "Fil-fatt anke fis-sistema tad-drenaġġ kien hemm problema u minkejja li issa din it- triq ilha magħluqa għal diversi xhur, sal-lum ix-xogħol fi Triq l-Oratorju għadu ma ġiex konkluż.", "Jien inħeġġeġ lill-ministru konċernat biex jara li mhux biss isir ix-xogħol li nbeda imma li jsir ix-xogħol kollu li hemm bżonn isir u mhux jitħalla kollox nofs leħja.", "Ma rridux ninsew li dawn huma flus il-poplu u għalhekk għandhom jintnefqu bl-iktar mod għaqli fl- interess ta' kulħadd.", "Imbagħad xi ngħidu għall-carpark li ħolom bih il-kunsill lokali tal-Mosta?", "Din hija ġennata mill-kbar!", "Jien tkellimt diversi drabi dwar din il- carpark f'dan il-Parlament u għal darb'oħra nerġa' nħeġġeġ lill-poplu Mosti biex jgħid \"le\" għal dan il-proġett.", "Wara kollox hemm bżonn li l-carpark issir hemm, eżattament taħt il-knisja, it-tempju t'Alla?", "U jekk kemm-il darba jsiru xi ħsarat lill-knisja - issa hawn m'iniex qed nitkellem fuq illum imma fuq xi erba' jew ħames snin oħra - min se jiffinanzja dawn il- ħsarat?", "Issa hawn nixtieq indur għal xi ħaġa oħra wkoll billi ngħid illi ma nafx meta l-ministru konċernat se jirrealizza li fi Vjal l-Indipendenza hemm bżonn isiru t-traffic-lights.", "F'din it-triq isiru diversi inċidenti regolarment, u dan biex ma nsemmux ukoll is-sistema ta' dawl li hemm f'din it-triq, li tant hija batuta li meta tgħaddi minnha tistħajlek għaddej minn ġo bosk bid-dlam li jkun hemm.", "Hemm bżonn li dawn in-nuqqasijiet li semmejt f'dan id-diskors jiġu mogħtija l-attenzjoni li tixirqilhom fl- interess ta' kulħadd, u jien tkellimt fuq il-lokal tal-Mosta għaliex ngħix hemmhekk u allura jkolli diversi kuntatti mar-residenti ta' dan il-lokal, pero` naf li kull lokalita` ta' Malta u Għawdex għandha toroq li jinsabu fl- istess sitwazzjoni.", "Sur President, qabel nagħlaq nitlob li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawk id-dokumenti li aċċennajt għalihom qabel.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra datata 10 ta' Diċembru 1999 lis-sindku kunsill lokali tal-Mosta mibgħuta minn residenti ta' Triq il-Kbira fil-Mosta, dwar il-ħtieġa ta' aktar manutenzjoni flimkien ma' kopja ta' petizzjoni ffirmata mill- istess residenti;", "Kopja ta' petizzjoni lill-kunsill lokali tal-Mosta datata 2 ta' Settembru 1999 u ffirmata mir-residenti ta' Triq l-Alwetta u Triq il- Barjol, Mosta, dwar il-ħtieġa ta' aktar manutenzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 11 ta' Jannar, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-10.10 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "12078.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat għas-sena 2000 bħala ħidma fl-oqsma taż-Żgħażagħ u Sport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-qasam ta' l-isport hemm diversi proġetti programmati għas-sena 2000, fosthom il-bidu ta' xogħlijiet fuq l- ewwel mit-tliet Kumplessi Sportivi (fin-naħa tal-Cottonera), l-ippjanar tat- tieni wieħed fil-karwija, (Safi/Kirkop), it-tkomplija ta' Skola Sport u għajnuna lill-għaqdiet u Assoċjazzjonijiet Sportivi.", "Fil-qasam taż-żgħażagħ ser tissokta l-għajnuna li qed nagħtu lill-għaqdiet taż-żgħażagħ u lil żgħażagħ individwali.", "Proġetti oħra huma l-Youth Exchanges, Youth Specialization Studies Scheme, Youth for Drama, u proġetti oħra li minn żmien għal żmien ikunu proposti lil dan il-Ministeru.", "PULIZIJA - SERQ TA' KAROZZI", "12085.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fuq karozzi rrapportati lill-Pulizija bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija b'konnessjoni ma' dawn il-kapijiet ta' serq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn Jannar u Novembru ta` l-1999, il-Pulizija kellha 2,723 rapport ta` serq minn vetturi.", "Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu tressqu l-Qorti 90 persuna in konnessjoni ma` dan it-tip ta` reat.", "Dan in-numru jikkonsisti f`persuni mressqa fuq aktar minn reat wieħed ta` serq minn vetturi.", "PULIZIJA - SERQ FUQ TURISTI", "12086.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fuq turisti u appartamenti tagħhom irrapportati lill-pulizija matul Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm-il persuna qed tressaq il-Pulizija quddiem il-Qorti b'konnessjoni ma' dawn is-serq fuq it-turisti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa` għedt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru. 8484, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat- tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.", "PULIZIJA - KAŻI TA' HOLD-UPS", "12087.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold-ups irrapportati lill-Pulizija bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm huwa n-numru ta' dawn il-każijiet li qed jiġu ttrattati quddiem il- Qorti wara l-pulizija bdiet il-proċeduri tagħha ta' l-akkużi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar in-numru ta` hold-ups li ġew irrapurtati lill- Pulizija bejn Jannar u Settembru ta` l-1999, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10546, filwaqt li f`Ottubru u f`Novembru ta` l-1999, ninsab infurmat li ġew irrapurtati lill-Pulizija 6 hold-ups.", "Ninsab infurmat ukoll li mill-każi irrapurtati bejn Jannar u Novembru ta` l- 1999, 27 ġew solvuti li minnhom 13 għadhom qed jigu trattati quddiem il- Qorti.", "Ta` min jgħid ukoll li n-numru ta` każi solvuti huwa d-doppju tas-sena ta` qabel, jiġifieri l-1998 fejn minn 56 hold-up ġew solvuti 14.", "PULIZIJA - SERQIET", "12088.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet f'bars, ħwienet tax-xorb u restaurants u ħwienet tal-merċa eċċ irrapportati lill-pulizija bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "Kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jitressqu l-qorti mill-pulizija b'konnessjoni ma' dawn is-serqiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn Jannar u Novembru ta` l-1999, il-Pulizija kellha 1,039 rapport ta` serq minn bars, hotels u retail outlets.", "Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu tressqu l-Qorti 67 persuna in konnessjoni ma` dan it-tip ta` reat.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - KAPIJIET/UFFIĊJALI", "12089.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kapijiet u uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd li bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena ntbagħtu mill-ministeru fuq xogħlijiet/riċerka/laqgħat eċċ barra minn Malta b'konnessjoni ma' l- applikazzjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Meta marru, fuq liema oqsma kellhom il-laqgħat u xi żviluppi kien hemm?", "Kemm kienu l-ispejjeż li saru uffiċjali kap, kap?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Novembru tal-1999 kien hemm 15-il delegazzjoni li siefru b'konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, b'wieħed jew aktar Ufficjali mill-Ministeru.", "Fil-proċess ta' l-iscreening il-liġijiet ta' l-UE jiġu mqabbla mal-liġijiet ta' Malta.", "Lista ta' l-Uffiċjali li marru, meta u fuq liema oqsma kellhom il-laqgħat, u kemm kienu l-ispejjeż.tpo//iet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DJAR", "12090.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' units li l-Awtorita' tad-Djar qed tibni fl-Imtarfa fil-mument?", "Meta se jkunu lesti u meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għal pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar qed tippjana li tibni madwar 120 post fl-Imtarfa.", "Fuq 26 minnhom, l-Awtorita' tad-Djar għanda applikazzjoni pendenti ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar waqt li fuq 94 oħra qed tħejji l-pjanti.", "Għadu prematur li jingħataw aktar dettalji.", "PARLAMENT - MISTOQSIJIET PARLAMENTARI", "12103.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru mistoqsijiet parlamentari mill-membri tal-Gvern mill-1 ta' Jannar, 1999 sal- 15 ta' Diċembru, 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn l-1 ta' Jannar 1999, u l-15 ta' Diċembru 1999, saru 3,716-il Mistoqsija Parlamentari minn membri parlamentari tan- naħa tal-Gvern.", "GĦAWDEX - VAPUR \"IX-XLENDI\"", "12104.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'passi beħsiebu jieħu l-Ministeru għal Għawdex biex il- vapur \"Ix-Xlendi\" li ġie mgħarraq ftit 'il barra minn Għajnsielem u li sfortunatament inqaleb wiċċu 'l isfel u issa jien informat li nħareġ aktar 'il barra bil-maltemp, dan ma jitħalliex jaqa' fis-sies fond li hemm fil- viċinanza fejn l-aċċessibbilta' għalih mill-għaddassa isir aktar diffiċli?", "Hemm ħsieb li jinġiebu tug boats biex jiġbduh lura, jaqilbuh wiċċu 'l fuq u possibbilment jankrawh biex ma jerġax jinġarr bil-maltemp?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-Gozo Tourism Association qegħda tagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni biex ikunu jistgħu jittieħdu l- miżuri li jkun hemm bżonn.", "SPTAR ĠENERALI - MASTRUDAXXI", "12105.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'roster jew rosters jaħdmu il-mastrudaxxi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor Interpellant biex jagħmel id-domanda lill-Ministru għal Għawdex.", "SPTAR ĠENERALI - FILING DEPARTMENT", "12116.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ilhom li bdew jaħdmu roster ta' 24 siegħa l-Filing Department ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Meta bdew jaħdmu din ir- roster u kemm hemm impjegati fuq din ir-roster ta' 24 siegħa?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Jannar 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm-il file intalab kuljum u f'liema ħin intalab u minn min intalab (mingħajr ma jissemmew ismijiet ta' pazjenti jew numri ta' files)?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill- Ministru għal Għawdex.", "SPTAR ĠENERALI - STAFF", "12117.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid, minbarra n-nurses u t-tobba, min aktar jaħdem il-Ħdud fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill- Ministru għal Għawdex.", "SAĦĦA - PAZJENTI MINN GĦAWDEX", "12118.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm inġiebu pazjenti minn Għawdex bil-helicopter mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?", "Kemm minnhom kienu minħabba inċidenti tat-traffiku?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill- Ministru għal Għawdex.", "DELIMARA - POWER STATION", "12141.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-proċeduri għat-tħaffir tal-mina mill-Power Station ta' Delimara għal Marsa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li s-sejħa għall-offerti biex titħaffer mina bejn il-Power Station ta' Delimara u l-Marsa għalqet fl-14 ta' Diċembru 1999 u fil-preżent beda l-proċess biex issir l-għażla ta' l- aħjar offerta.", "PULIZIJA - THE ORIGIN OF MALTESE STATEHEAD", "12148.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista ta' dak li għadu kemm ġie żvelat fil-ktieb tal-Prof.", "Frendo The origin of Maltese Statehood (p.406-493), jista' l-Ministru jordna inkjesta dwar l-oriġini u d-destinazzjoni ta' numru kbir ta' armi li kienu nstabu b'kumbinazzjoni mill-Pioneer Corpes f'Bormla fit-23 ta' Novembru, 1974?", "Jista' l-Ministru jikkonferma u jispjega għaliex skond ma ntqal fl- istess ktieb ex-Ministru Laburista u uffiċjali tal-NCP minn Bormla kienu aċċedew immedjatament fuq il-post u pprovaw jisdramatizzaw din is-sejba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-paġni tal-ktieb li saret referenza għalihom fil-mistoqsija, ma nstabet ebda referenza għall-inċident kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Ninsab infurmat ukoll li barra minhekk, fl-isfond ta` dak li hemm imsemmi fil-mistoqsija, saret riċerka fl- arkivji ta` diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija, liema riċerka ukoll irriżultat fin-negattiv.", "Ta` min jgħid li l-Korp tal-Pijunieri kien jaqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Forzi Armati ta` Malta u mhux tal-Pulizija.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "12149.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fl-Enemalta li bejn l-1996 u l-1998 ġew downgraded?", "X'raġunijiet kien hemm għal dawn id-downgradings?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn l-1996 u l-1998 kien hemm seba' impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li ġew downgraded.", "Dan sar wara li kienu ċċertifikati mhux f'saħħithom biex jaqdu d-doveri tal-grad tagħhom.", "ENEMALTA - IMPJEGATI - KUMPENS FUQ INĠUSTIZZJI", "12150.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li jelenka l-kumpens li ħarġet l-Enemalta għal dawk il-każi ta' allegati inġustizzji li mpjegati ta' l-Enemalta kienu ressqu quddiem il-kummissjoni li tinvestiga l-inġustizzji u li qabel l-elezzjoni ta' l-1998 il- korporazzjoni kienet investigat hi stess permezz ta' bord ad hoc u ħabbret hi direttament lill-impjegati tagħha?", "Meta tħallas dan il-kumpens u kemm tħallsu flus f'kumpeens bħala total?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li b'kollox kien hemm 30 impjegat tal- Korporazzjoni Enemalta li aċċettaw li jieħdu kumpens mingħajr ma jkomplu bl- ilment tagħhom kontra l-Korporazzjoni.", "B'kollox l-Enemalta ħallset f'kumpens l-ammont ta' Lm23,100.", "Il-pagamenti saru bejn Ottubru u Diċembru 1998.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "12151.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx x'imjegati u managers ta' l-Enemalta li tħallsitilhom jew qed titħallsilhom l-ispiża, jew parti mill- ispiża, biex jagħmlu l-kors ta' l-MBA jew xi kors ta' natura simili?", "Jekk iva, min huma dawk l-individwi, min approva li jitħallsu l-ispejjeż ta' dan il-kors, kemm hi l-ispiża individwali u f'liema data kienet l-approvazzjoni ta' kull individwu?", "Xi kriterji ntużaw biex jiġu approvati talbiet ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li waqt laqgħa tal-Bord fl-20 ta' April 1994, kien ġie approvat il-ħlas għall-kors ta' Diploma in Business Management għal ħames impjegati tal-Korporazzjoni u cioe", "Tarcisio Mifsud - Finance Manager Ronald Vella - Manager Distribution Charles Grixti - Manager Customer Services Albert Farrugia - Assistant Manager Electricity Hugh Zarb - Manager Information Services", "Il-kors kien ma' Henley Management College permezz ta' Distance Learning.", "Għalhekk ma kien hemm l-ebda telf ta' ħinijiet ta' xogħol.", "Il-ħlas kien jammonta għal 2860 Lira Sterlina għal kull student.", "Il-Korporazzjoni kienet rabtet lil dawn l-impjegati li jekk ma jtemmux il-kors b'suċċess, riedu jħallsu l-ispejjeż involuti.", "Waqt laqgħa tal-21 ta' Awissu 1996, il-Bord approva li l-istess ħaddiema ikomplu l-kors għall-grad ta' M.B.A. wara li kienu akkwistaw id-Diploma fil- Business Management.", "Għal raġunijiet personali, is-Sur Farrugia iddeċieda li ma jkomplix il-kors.", "Il-ħlas għal dan il-kors kien ta' 2100 Lira Sterlina għat-tieni parti u 1500 Lira Sterlina għat-tielet parti, għal kull parteċipant. is-Sinjuri Grixti, Mifsud u Vella temmew b'suċċess il-kors matul l-1999 waqt li s-Sur Zarb bħalissa jinsab fil-fażi finali.", "Ta' min jgħid li l-Bord kien avviċina lill-Managers u Assistant Managers biex jikkonfermaw jekk kellhomx interess jattendu għal dan il-kors.", "Għal dan il- għan kien twaqqaf Bord ta' l-Għażla li kkonferma l-ħames applikanti msemmija.", "Matul laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni li nżammet fis-27 ta' Mejju 1998, kien ġie approvat li dawk li jsegwu korsijiet fl-MBA fuq bażi part-time ikunu jistgħu jibbenefikaw minn rifużjoni ta' l-ispejjeż involuti.", "Permezz ta' din id-deċiżjoni l-Engineer III Raymond Azzopardi seta' jingħata rifużjoni tal-flus li kien ħareġ personalment biex ikompli l- kors imsemmi.", "Huwa temm il-kors b'suċċess fl-1999.", "Wara sejħa li saret fit-13 ta' Ottubru 1997, il-Bord approva li jiffinanzja sitt inġiniera għall-kors ta' MBA (Executive) organizzat mill-Universita` ta' Malta.", "Il-kors, mifrux fuq sentejn, beda f'Ottubru ta' dik is-sena u l- ħlas kien ta' Lm1200 kull sena.", "L-inġiniera li qed isegwu dan il-kors huma s-Sinjuri Carmel Xerri, George Portelli, Joe Scicluna, Alan Attard u Adrian Demarco.", "Inġinier ieħor, Ian Stafrace, qed isegwi kors fl-M.B.A. ma' Hanley Management College bis-sistema ta' Distance Learning.", "Id-differenza fl-ispiża bejn il-kors ta' Hanley Management College u dak ta' l-Universita ta' Malta qed titħallas mill-Inġinier Stafrace.", "F'Ottubru 1999, il-BOrd approva li jiffinanzja żewġ inġiniera, Noel Psail u Phyllis Borg, biex isegwu l-kors ta' l-MBA organizzat mill-Universita ta' Malta li beda dak ix-xahar stess.", "Barra minn dan, Bordijiet differenti tal-Korporazzjoni approvaw fuq bażi ta' 'każ b'każ' korsijiet ta' sena f'universitajiet fl-Ingilterra li wasslu għal grad ta' Masters f'diversi suġġetti.", "Għal dawn il-korsijiet attendew diversi ħaddiema tal-Korporazzjoni.", "ENEMALTA - IMPJEGATI", "12152.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-impjegati u l-managers ta' l-Enemalta li huma ntitolati għall-performance bonus?", "Kemm kien il- persentaġġ tal-bonus li rċevew dawn il-persuni, sena b'sena, minn meta bdiet din l-iskema?", "Kemm issarraf fi flus, sena b'sena, għal kull wieħed minn dawn il-persuni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba.tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra", "MANOEL ISLAND - KANUNI ANTIKI", "12154.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11998, jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar is-sit fejn jinsabu kanuni antiki li kienu f'Manoel Island xi żmien ilu?", "Kemm huwa n-numru ta' dawn il-kanuni?", "X'hemm ħsieb fejn sejrin jiġu priżervati u konservati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħal ma diġa' nfurmajt lill-Onorevoli Interpellant, il-preservazzjoni u l-konservazzjoni ta' dawn il-kanuni, taqa' taħt ir-responsabbilita' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Nitlob lill- Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - STUDENTI", "12155.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Minstru jgħid minn liema lokal ġejjin l-istudenti li kienu regolarment assenti mill-iskejjel biċ-ċertifikat mediku hekk kif hemm ddikjarat fil-mistoqsija parlamentari numru 11944?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li d-Dipartiment konċernat ta lill-iskejjel żmien sa l-14 ta' Jannar biex jibgħatu t-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra wara li jidħol u jiġi kompilat dan it-tagħrif.", "TELEKOMMUNIKAZZJONI - LIBERALIZZAZZJONI", "12160.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi liberalizzat kompletament il-qasam tat-telekommunikazzjoni?", "Xi problemi hemm pendenti u dawn kif se jissolvew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninsab infurmat li d-diskusjonijiet dwar dan l- aspett għadhom għaddejjien.", "AFFARIJIET INTERNI - IMPJEGATI", "12162.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux se jingħata ħlas extra, minbarra l-overtime u allowance, fil-ġurnata tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena għal kull dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif approvat mill-Kabinett u skond iċ-ċirkulari OPM46/99, impjegati li ħadmu n-night shift bejn l-aħħar ta` l-1999, u l- ewwel ta` din is-sena, ser jitħallsu Lm25 extra minbarra l-ħlas li huma ntitolati għalih.", "SAĦĦA - SPTAR SAN LUQA - EMERĠENZA", "12163.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti pazjenti minħabba motor vehicle accidents fl-Emergency and Admitting Department matul l-1998?", "Kemm minnhom ġew admitted l-isptar?", "Kemm hu l-perijodu (average) ta' in-patient stay fl-Isptar San Luqa fl-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Pazjenti li ġew riferuti fl-E&A Department u li ġew admitted l-isptar minħabba inċidenti tat-traffiku matul 1998, kienu hekk:", "Xahar E&A Dept Wards ITU", "Jannar 53 8 4 Frar 42 12 Marzu 50 5 1 April 57 8 1 Mejju 53 17 Ġunju 52 8 2 Lulju 76 21 Awissu 77 23 Settembru 79 13 Ottubru 64 15 2 Novembru 80 15 1 Diċembru 69 13", "Total 762 158 11", "Il-perjodu ta' in-patient stay fl-Isptar San Luqa matul 1998 ma tistax tingħata għax ma kienx jinżamm record.", "MMA - KAROZZI", "12164.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' karozzi uffiċjali qegħdin jintużaw mid-diretturi tal-MMA?", "Meta nxtraw u kemm kienet in- nefqa?", "Tħallas dazju jew VAT fuqhom?", "Kif qegħdin jintużaw u għal liema raġuni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-karozzi jistgħux jiġu wżati minn persuni oħrajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-karozzi uffiċċjali li jintużaw mid-Diretturi ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta huma kif ġej:", "a) Lancia Dedra li nxtrat Lm6,110 fl-1993 b) Alfa Romeo 155 li nxtrat Lm6,398 fl-1993 c) Saab 9000 CDE li nxtrat Lm17,783 fl-1995 d) Volkswagen Passat li nxtrat Lm9,115 fl-1999", "Fil-każ tal-Lancia Dedra u l-Alfa Romeo 155 ma tħallas l-ebda dazju jew VAT.", "Meta nxtrat is-Saab 9000 CDE tħallsu kemm id-dazju kif ukoll il-VAT.", "Fil-Każ tal-Volkswagen Passat tħallas biss il-VAT.", "SKEJJEL - PERIT TEKNIKU", "12176.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit tekniku nkarigat biex jagħmel r-rapport dwar il-manutenzjoni ta' l-iskejjel?", "L-istess perit tħallas ta' dan ir-rapport u kemm tħallas?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-perit tekniku inkarigat biex jagħmel ir-rapport dwar il-manutenzjoni ta' l-iskejjel kien is-Sur Maurice Galea.", "Dan il-perit tħallas il-miżata ta' sitt mija u disgħin liri Maltin (Lm690) skond it-tariffi applikabbli.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - KAROZZI MIKRIJA", "12177.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11184, jista' l-Ministru jwieġeb u jagħti d-dettalji ta' l-ewwel parti, it-tielet parti u r-raba' parti tal-mistoqsija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li mil-5 ta' Settembru 1998 'il hawn kien hemm tliet kolliżjonijiet b'karozzi propjeta' tal-Gvern kif ġej:", "Karozza Numru GVN 307 misjuqa mis-Sur Vincent Conti STO", "Karozza Numru GVN 162 misjuqa mis-Sur Paul Formosa A.T.O.", "Karozza Numru DGC 001 misjuqa mis-Sur Paul Mifsud Segretarju Permanenti", "It-tliet każi għadhom pendenti u għalhekk s'issa għadu ma sar l-ebda ħlas.", "SAN ĠILJAN - SLEEPING POLICEMAN", "12178.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir sleeping policeman f'Telgħet Birkirkara, San Ġiljan eżattament quddiem il-Club tal-football ta' Ta' Ġiorni Wolves peress li fl-imsemmija triq u fil-post fejn qiegħed nirriferi għalih qiegħed kontinwament isir sewqan b'veloċita' eċċessiva b'periklu kemm għar-residenti kif ukoll għan-nies li jużaw din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Huwa ssuġġerit li l-Kunsill Lokali tal-lokalita` konċernata jagħmel talba lit-Traffic Control Board biex jittieħdu passi neċessarji.", "SAN ĠILJAN - TRIQ SAN MARK - ĦSARA FID-DAWL", "12179.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex ħsara fil-wires tad-dawl ta' l-Enemalta li hemm imwaħħlin mal-fond numru 62 Triq San Mark, San Ġiljan u li qegħdin kontinwament jisparkjaw u li dwarhom saru diversi rapporti u li huma ta' periklu għar-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi ssirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għamlet il-manutenzjoni meħtieġa fil-fond imsemmi.", "SAN ĠILJAN - TRIQ LAPSI - ĦSARA F'SOQFA", "12180.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex ħsara li hemm fis-soqfa tal-Blokk tal-Mezzanini fi Triq Lapsi, San Ġiljan issirilhom it-tiswijiet meħtieġa peress li fihom ħsara li ilha tiġi rrapportata u li qatt ma' ttieħdu passi dwarha u peress li aktar ma' jgħaddi żmien biex din il-ħsara tiġi msewwija aktar il-ħsara qed tikber b'konsegwenza li jekk it-tiswijiet li hemm bżonn li jsiru ma jsirux immedjatament, ma jkunx fadal alternattiva oħra ħlief li dawk ikollhom jinbidlu bi spiża ferm akbar għall-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li hemm pendenti każ wieħed biss u dan ġie rappurtat fid-9 ta' Diċembru 1999, jiġifieri mhuwiex ħsara li \"ilha tiġi rappurtata\".", "Jien infumat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ser jieħu l-azzjoni meħtieġa fil-ġranet li ġejjin.", "ESTIMI SUPPLIMENTARI - VOT 24, ITEM 5488", "12181.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal Vot 24 line item 5488 ta' l-estimi supplimentari, x'kienet l-unforeseen increase in the costs of the National Swimming Pool, Complex li rrikjediet nefqa addizzjonali ta' Lm19,000?", "Fiex intnefqet is-somma ta' Lm99,000 mill-Pixxina Nazzjonali tul l-1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nefqa addizzjonali li għaliha hemm riferenza fl-ewwel parti tal-Mistoqsija kienet dovuta għas-somma ta' kumpens lill-ex Operations Manager tal-Pixxina Nazzjonali.", "Audited Accounts tat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali għas-sena 1999 li għadha kemm skadiet mistennija li jkunu disponibbli fi ftit żmien ieħor.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ ŻABBAR - TOROQ", "12182.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Żabbar Road, Raħal Ġdid, faċċata ta' Triq Lampuka tiġi maqlugħa peress li din it-triq taqleb għal djar tan-nies u meta tagħmel ix-xita jidħol fi djarhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jindaga l-problema u jiddiskuti mal-Kunsill peress li t-triq taqa` taħt ir- responsabilta ta` dan ta` l-aħħar.", "ŻEBBUĠ - TRIQ IL-MITĦNA - CABLES", "12183.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tilqa' t-talba tas-sid ta' 30, Triq il-Mitħna, Żebbuġ sabiex jitneħħa l-bracket li jżomm il-cables mal-faċċata tal-proprjeta', liema bracket qiegħed jikkawża ħsara strutturali fil-fond għal ħafna snin?", "Jista' l-Ministru jara li dan ix- xogħol isir kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta fuq il-fond ta' bejn il-fondi enumerati 29 u 31, (peress li n-numru 30 ma jidhirx), ma jirriżultax li hemm xi ħsara strutturali kif qed jiġi allegat.", "UNIVERSITA' - KORS TA' L-ARKITETTURA", "12184.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-kors universitarju ta' l- Arkitettura li weħlu fl-eżamijiet tagħhom?", "F'liema sena?", "Kemm minn dawn l- istudenti għamlu resits?", "Kemm għaddew u kemm weħlu minn dawn ir-resits?", "Kemm talbu revision of paper wara r-resits?", "Kemm għaddew wara r-revision of paper?", "Meta ħareġ ir-riżultat tar-revision of papers?", "Tista' f'kull każ tagħti l-isem ta' l-istudenti involuti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-ewwel sena fil-kors ta' l-arkitettura kien hemm 44 student.", "Wara l-eżamijiet ta' Ġunju kien hemm għaxar (10) studenti li ġew promossi għat-tieni sena, erba (4) studenti li weħlu minn iktar minn erba' suġġetti, u skond ir-regolamenti tal-Fakulta`, dawn ġew mitluba jirrepetu s-sena.", "Kien hemm student li ntalab jirriżenja mill- kors, għax weħel minn iżjed minn erba' suġġetti u kien diġa' rrepeta s- sena; dan talab revision of paper u r-riżultat, li kien fin-negattiv, ġie kkomunikat lilu verbalment fil-bidu ta' Settembru.", "Kien hemm disa' u għoxrin (29) student li kellhom re-sits f'Settembru, u minn dawn tlieta u għoxrin (23) ġew promossi wara li għaddew mill-eżamijiet tagħhom; student ieħor ġie promoss wara appell li għamel biex jiġi rivedut ir-riżultat tiegħu.", "Erba' (4) studenti ġew mitluba jirrepetu s-sena, u student ieħor ġie mitlub jirriżenja mill-kors minħabba li baqa' ma għaddiex mill-eżamijiet tiegħu u kien diġa' rrepeta s-sena.", "Wieħed mill-erba' studenti talab reviżjoni tal-karta iżda r-riżultat ma tbiddilx.", "Dan ir- riżultat ħareġ fis- 26 ta' Novembru 1999.", "Informat ukoll li fit-tieni sena tal-kors, kien hemm ħamsa u għoxrin (25) student, li minnhom tnax (12) ġew promossi wara l-eżamijiet ta' Ġunju, tnax (12) oħra ġew mitluba joqgħodu għal re-sits f'Settembru u student ieħor ġie mitlub jirriżenja għax weħel minn iktar minn erba' suġġetti u kien diġa' rrepeta s-sena.", "Wara l-eżamijiet ta' Settembru, ħdax (11)-il student ġew promossi; l- istudent l-ieħor talab revision of paper u wara li l-Bord ta' l-Eżaminaturi flimkien ma' eżaminatur ieħor irrakomandaw li għandu jgħaddi mill-eżami, ġie promoss ukoll.", "Dan ir-riżultat ħareġ fil-15 ta' Diċembru 1999.", "Fit-tielet sena tal-kors, kien hemm disgħa u għoxrin (29) student; wara l- eżamijiet ta' Ġunju, ħmistax (15) ġew promossi, u l-erbatax (14) l-oħra intalbu jagħmlu xi resits.", "Wara l-eżamijiet ta' Settembru, dawn kollha għaddew mill-eżamijiet tagħhom u ġew promossi.", "Fir-raba' sena kien hemm erbgħa u tletin (34) student li kollha għaddew mill-eżamijiet ta' Ġunju u ġew promossi.", "Ma kien hemm ħadd li kellu resit f'Settembru.", "Fil-ħames sena kien hemm disgħa u tletin (39) student.", "Minn dawn kien hemm student li ngħata special session f'Settembru minħabba raġunijiet ta' mard, fejn ippreżenta t-teżi b'suċċess.", "Kien hemm student ieħor li t-teżi tiegħu ma ntlaqgħetx f'Ġunju, ġie mitlub jerġa' jippreżentaha f'Settembru, u wara li ġiet approvata, ingħata l-grad ta' perit mingħajr unuri.", "Informat li bħal f'kull universita` serja oħra, ir-rekords akkademiċi ta' l- istudenti huma kunfidenzjali u għalhekk mhix prattika li l-Universita` tagħmel pubblika l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "MAGĦTAB", "12185.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti differenti li qed jiġu kkonsidrati meta jingħalaq il-Magħtab?", "Meta huwa maħsub li jibda jintuża s- sit differenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Diskussjonijiet fuq dan is-suġġett qegħdin isiru ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u meta dawn jiġu ffinalizzati nkun nista' nagħti aktar informazzjoni.", "UNIVERSITA' - KORS FL-ARKITETTURA", "12186.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament qed jitħalla jkompli l-kors universitarju fl-Arkitettura meta weħel fl-eżamijiet biex mit-tieni sena jgħaddi għat-tielet sena?", "Min ħa d-deċiżjoni biex ikun jista' jkompli t-tielet sena?", "Fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni?", "Meta ttieħdet id-deċiżjoni?", "Ir-reġistrar ta' l-Universita' kien involut fid-deċiżjoni?", "B'liema mod?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudent indikat mill-Onor.", "Membru għadda mill-eżamijiet kollha (f'wieħed mis-suġġetti għadda wara li talab reviżjoni tal-karta u l-Bord ta' l-Eżaminaturi, flimkien ma' l-eżaminatur addizzjonali, qabel li l-istudent kellu jgħaddi).", "Informat li b'hekk kellu dritt ikompli t-tielet sena skond ir-regolamenti tal-kors peress li għadda mill-eżamijiet kollha.", "Informat li r-Reġistratur ta' l-Universita` b'ebda mod ma kien involut fid-deċiżjoni.", "EDUKAZZJONI - RAPPORT", "12187.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imħejji mid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar l-assenteiżmu fost l-istudenti tagħna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapport imħejji mit-taqsima tal-welfare fid-dipartiment għas-servizz ta' l-istudent u relazzjonijiet internazzjonali fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kellu l-għan li jgħin lit- taqsima tal-welfare u lill-iskejjel konċernati jidentifikaw il-problema u l- kawżi ta' l-assenteiżmu bil-għan li jittieħdu l-passi meħtieġa kemm mit- taqsima tal-welfare kif ukoll mill-iskejjel biex il-problema tonqos kemm jista' jkun.", "Ġejt mogħti l-parir li, minħabba li r-rapport fih data u informazzjoni dwar skejjel partikulari, ma għandix inpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, iżda lest li b'mod konfidenzjali ngħaddi kopja tar- rapport lill-Onor.", "Membru.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "12188.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Matul din is-sena skolastika x'miżuri konkreti ttieħdu dwar l-assenteiżmu ta' l-istudenti li huwa problema serjissima f'għadd ta' skejjel sekondarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena skolastika s-sezzjoni tal- welfare fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq numru ta' skejjel sekondarji partikolari fejn il-problema ta' l-assenteiżmu hija sinifikanti.", "Is-social workers qegħdin jaħdmu mal-ġenituri u l- familji, staff ta' l-iskejjel u professjonisti oħrajn biex isibu l-kawżi speċifiċi ta' l-assenteiżmu u b'hekk inaqqsu l-assenteiżmu f'dawn l- iskejjel.", "PA - PERMESSI GĦAL SWALI", "12193.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal swali li jintużaw għal parties (bħal tiġijiet) minn meta twaqqfet l- awtorita' sal-lum?", "Kemm minn dawn huma change of use jew bini ġdid?", "Fejn jinstabu dawn is-swali?", "Mil-liema bord inħarġu l-permessi i.e.", "DCC, Planning Authority jew Planning Appeals Board?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li minn meta twaqqfet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar inħarġu tlett permessi għal swali biex jintużaw għal tiġijiet.", "It-tlett applikazzjonijiet kienu dwar bdil ta` użu u nħarġu mill-bord tad- DCC.", "Dawn is-swali jinsabu fl-Imdina, ir-Rabat u f`Raħal Ġdid.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "12194.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r- raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament ma ġiex magħżul sabiex jidħol fid-dar ta' l-anzjani f'Bormla, meta din il-persuna ilha ħafna li applikat u fl-istess ħin iddaħħlu persuni li applikaw wara din il-persuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament diġa' sarilha assessment mis-social worker u sarilha wkoll eżami tat-tabib.", "Għad-dħul fid-Dar ta' Bormla, ir-residenti qegħdin jiġu ammessi fi gruppi żgħar biex jingħataw ċans jissetiljaw.", "S'issa d-Dar ta' Bormla għadha mhix mimlija kollha u dan l-anzjan qiegħed fuq il-waiting list biex jiġi kkonsidrat għad-dħul.", "Barra dan, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul ta' applikanti fi djar jew residenzi għall-anzjani ma jkunx ibbażat fuq iż-żmien ta' kemm ilhom li applikaw, imma fuq l- urġenza ta' kull każ individwali.", "BIEDJA - NAGĦAĠ MILL-ĠERMANJA", "12195.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li n-nagħaġ li nġiebu mill-Ġermanja ma ngħatawx lir-raħħala?", "X'inhi r-raġuni għal din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12033.", "VALLETTA - TRIQ SAN ĠWANN - POĠĠAMAN", "12196.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-VRP jieħu ħsieb li jsir xi forma ta' poġġaman fit-turġien f'Triq San Gwann kantuniera ma' Triq Sant'Orsla l-Belt peress li joqogħdu ħafna anzjani fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant se tkun ikkunsidrata.", "VAPUR \"TA PINU\" - IMPJEGATI", "12197.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġu mpjegati aktar nies fuq il-Vapur \"Ta' Pinu\"?", "Jekk iva, kemm u x'inhu l-impjieg?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-Kumpannija Gozo Channel beħsieba timpjega Deck u Engine Officers għal fuq il-vapur 'TA' PINU' fuq bażi ta' xift u biex dawn jassistu fil-construction u commissioning tat- tieni u tat-tielet vapur.", "Biex il-Kumpanija tkun konformi mal-Konvenzjonijiet ta' l-International Maritime Organisation (IMO) fir-rigward ta' vapuri li jġorru l-passiġġieri, il-Kumpannija Gozo Channel ikollha iżżid in-numru ta' Uffċjali u crew fuq il-vapuri kollha tagħha li joperaw bejn Malta u Għawdex.", "Din iz-żieda fil- crew hija neċessarja sabiex il-kumpannija tkun konformi ma' sitwazzjonijiet ta' Emergency Response skond il-konvenzjonijiet relattivi.", "Dawn il-Konvenzjonijiet huma:", "(i) SOLAS - Safety of life at Sea.", "(ii) STCW 95 - Standards of Training, Certification and Watchkeeping for Seafarers 1978 kif amendata fl-1995 u 1997.", "(iii) ISM Code - International Safety Management Code.", "Malta hija firmatarja ta' dawn il-konvenzjonijiet għalkemm fil-preżent mhux neċessarju li l-vapuri tal-passiġġieri li joperaw f'ibħra lokali jkunu konformi mal-Kodiċi ta' l-ISM.", "Il-Kumpannija Gozo Channel hija marbuta li tkun konformi ma' dawn il- konvenzjonijiet sad-data stipulata mill-IMO, li hija s-sena 2002/2003.", "Il-Kumpannija Gozo Channel beħsieba ttejjeb is-servizz li toffri lill- klijenti tagħha u għal dan il-għan ser timpjega l-Customer Service Officers u l-Cabin/Service Attendants fuq il-vapuri kollha.", "Dawn l-impjegati ser ikunu mħarrġa għal sitwazzjonijiet ta' Emergency Response li jinkludi Sea Survival, First Aid u Fire-fighting.", "Hemm il-ħsieb li kull vapur / xift ikollu crew li jkun jikkonsisti fi ħdax (11)-il persuna, li jkunu, il-Master, Chief Officer, Chief Engineer, Second Engineer, Bosun, Engine Driver u ħames seamen.", "Ma dawn jiżdied ukoll is- servizz ta' ħames (5) crew oħra li jkunu jinkludu Customer Service Officers, Cabin / Services Assistants u Attendants.", "In-numru attwali tas-Service Crew ikun jiddependi skond in-numru totali ta' passiġġieri fil-ħin tas-servizz.", "GOZO CHANNEL - SEAMAN'S BOOK", "12198.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tagħti dettalji, numru tal-karta ta' l-identita' u partikolaritajiet fuq is-Seaman's book (Gozo Channel)?", "Tista' l-Ministru tgħid kif kien u fejn ħarġu l-applikazzjonijiet għax-xogħol fuq il-vapur \"Ta' Pinu\"?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma jidhirlix li hu xieraq li jkunu ppubblikati l- ismijiet, in-numri tal-Karta ta' l-Identita' u informazzjoni oħra relatata mal-persuni mpjegati mall-Gozo Channel.", "Jiena nfurmata li għalissa ħlief għal Seaborne Officer, ma saru l-ebda applikazzjonijiet li huma speċifikament għall-vapur 'TA' PINU'.", "Is-sejħiet għal dawn il-postijiet saru skond il-proċeduri normali, jiġifieri:", "a) il-kumpanija Gozo Channel infurmat lil MIMCOL bil-postijiet vakanti; b) Wara l-Kumpanija kellha l-approvazzjoni mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, il-MIMCOL għamlet l-applikazzjoni tagħha lill-ETC f'isem il-Gozo Channel; c) L-ETC tat l-approvazzjoni tagħha u bagħtet għal diversi nies għall- postijiet vakanti.", "L-ETC tat ukoll l-approvazzjoni lill-MIMCOL biex iġġib l-avviż fil-gażżetti lokali, dejjem f'isem il-Gozo Channel, għall-postijiet ta' Deck u Engine Officer.", "GOZO CHANNEL - IMPJEGATI", "12199.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm kienu dawk li applikaw biex jaħdmu bħala seaman fuq il- vapur \"Ta Pinu\"?", "Kemm minnhom kienu min Malta u kemm minnhom Għawdxin?", "Kemm ġew magħżula għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-applikazzjonijiet għal- Seaman mal-Gozo Channel, ma kenux speċifikament għal-vapur 'Ta' Pinu', imma huma neċessarji għall-Kumpanija biex ikun hemm nies biżżejjed sabiex il- kumpanija tkun tista' taħdem fuq bażi ta' xift.", "L-ETC batgħet għal wieħed u ħamsin (51) persuna għall-mili ta' dawn il- postijiet.", "Tlieta u tletin minn dawn l-applikanti jgħixu f'Malta, filwaqt li tmintax-il applikant jgħixu f'Għawdex.", "S'issa ġew magħżula ħdax-il applikant.", "AMBAXXATA MALTIJA", "12200.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12142?", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-każ taċ-ċelebrazzjonijiet li nżammu fil-Jum Nazzjonali tal-Belġju, Franza, l-Ġermanja u l-Libja attendew l-ambaxxaturi Maltin akkreditati għall-pajjiżi konċernati.", "Fil-każ taċ-Ċina u Spanja attendew l-ambaxxaturi li kienu akkumpajnati minn marthom.", "Fil-każ taċ- Cina attenda wkoll il-Counsellor fl-ambaxxata għal dawk iċ- ċelebrazzjonijiet li kien mistieden għalihom.", "Jien infurmat li fil-każ ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Eġittu ma kien hemm l-ebda funzjoni uffiċċjali.", "OPM - XIRI TA' KAROZZI", "12202.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill- Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'marka jew ditta dawn il-karozzi kienu?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba.tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - KARMENU REFALO - GĦALLIEM TA' L-INGLIŻ", "12218.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-iskola Karmenu Refalo fir- Rabat, Għawdex ma ntbagħatx teacher ta' l-Ingliż?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li hemm il-ħsieb li din l- iskola se tingħalaq?", "F'każ ta' din l-iskola tingħalaq, x'se jsir mill-istudenti u l-għalliema li hemm ta' din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalliema ta' l-Ingliż ser tibda fil-bidu tat-tieni term.", "Informat ukoll li d-Dipartiment qed jistudja l-qagħda ta' din l-iskola fl- isfond ta' l-istudju li qed isir mit-Trade School Review Working Group dwar l-iskejjel tas-snajja'.", "GĦAWDEX - PJAZZA INDIPENDENZA", "12219.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-kirja tat-tinda l-kbira li hemm armata fi Pjazza Indipendenza, Rabat, Għawdex?", "Kemm intnefqu flus b'kollox biex inġiebu l-pasturi li hemm fil-pjazza fuq imsemmija?", "Kemm intnefqu flus (f'materjal u xogħol) biex intrema' l-presepju li hemm fil-Pjazza Indipendenza?", "Kemm sewa (f'materjal u xogħol) biex inbena t-Torri tal-Millenju li hemm fil-pjazza fuq imsemmija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-kirja tat-tinda l-kbira li ġiet armata fi Pjazza Indipendenza għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju ġiet tiswa Lm9200.", "Il-pasturi ġodda li saru għall-istess pjazza ġew jiswew Lm1500 liema ammont jinkludi t-trasport ta' l-istess pasturi minn Sqallija għal Għawdex.", "Il-presepju li nbena fi Pjazza Indipendenza sewa Lm1127.21.", "Dwar it-torri tal-Millennju nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 10131.", "SAĦĦA - PODOLOĠISTI", "12224.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għaliex f'Awissu ħarġu applikazzjonijiet għal podoloġisti u issa dawn ġew informati li m'hemmx posthom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fit-12 ta' Lulju 1999 ħarġet sejħa għall- applikazzjonijiet biex jimtlew żewġ vakanzi ta' Podoloġisti fid-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Din is-sejħa għalqet fis-6 t'Awissu 1999.", "In-numru ta' vakanzi huwa stabbilit skond il-Human Resources Plan ta' l-istess Diviżjoni.", "L-erba kandidati li ħadu d-Diploma in Health Science (Podiatry) din is-sena ġew reġistrati mal-Bord għall-Professjonijiet Supplementari għall-Mediċina wara li kienet għalqet is-sejħa msemmija hawn fuq.", "Għalhekk ma kienux eliġibbli li japplikaw skond paragrafu 5(b) ta' l-istess sejħa.", "Id-Diviżjoni tas-Saħħa m'hiex f'pożizzjoni ħlief li timla ż-żewġ vakanzi mill-ewwel żewġ kandidati meta joħroġ ir-riżultat ta' l-intervista li jagħmel il-Bord tal-Għażla appuntat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Il-podoloġisti li għalihom qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant ġew infurmati b'dan kollu mid-Direttur tar-Riżorsi Umani.", "EUROPEAN PATENT CONVENTION", "12232.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex firmatorja tal- European Patent Convention (Munich) tal-1973 u jekk hijiex firmatorja tat- TRIPs agreement (Trade Related aspects of Intellectual Property rights) tal- WTO?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ghalkemm Malta mhix firmatarja tal-European Patent Convention, hemm il-hsieb li meta jkun opportun issir it-talba biex pajjizna jibda jifforma parti minn din il-Konvenzjoni.", "Dwar it-Trade Related Aspects of Intellectual Property Rights Agreement tal- World Trade Organisation, ta min jinnota li Malta hija awtomatikament firmatarja peress li hija firmatarja tal-World Trade Agreement.", "RAĦAL ĠDID - SANTA MONICA - BOZZA", "12233.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Santa Monica, Raħal Ġdid minn Triq Lampuka sa Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid peress li hemm ħafna dlam u r-residenti huma kollha anzjani?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.", "TARXIEN - TRIQ IL-FIERES - BOZZA", "12234.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fil-kantuniera ta' Triq il-Fieres ma' Triq id-Dejma, Tarxien minħabba d-dlam li jkun hemm b'periklu għas-sewwieqa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha.", "TARXIEN - ARBLU TAD-DAWL", "12235.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li arblu tad-dawl li hemm fit-Triq id- Dejma kantuniera ma' Triq il-Fieres, Tarxien jitneħħa issa li sar l- iżvilupp tal-bini?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta għall-kunsiderazzjoni tagħha. -----------------o----------------"]} {"filename": "19991012_153d_par.doc", "date": "1999-10-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 153 It-Tlieta, 12 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 153", "It-Tlieta, 12 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "153", "It-Tlieta, 12 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ", "MINUTI 621", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 621", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI(IT-TIENI QARI)", "CIVIL PROTECTION BILL (SECOND READING) 626", "AĠĠORNAMENT 642", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 648", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 152 li saret fil-11 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ARTIJIET - ĊNUS", "8969.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandu jieħu l-lands f'arretrati ta' kirjiet u ċnus sa l-aħħar ta' Ġunju 1999?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi jew atti eżekuttivi pendenti u x'ammonti hemm biex jiġu rkuprati?", "Kemm minn dan l- ammont huwa kkonsidrat bħala preskritt?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li l-arretrati ta' kirjiet u ċnus li għandu jieħu d-dipartiment ta' l-artijiet sa l-aħħar ta' Ġunju, 1999 kienu jammontaw għal Lm3.863 miljun, li parti sostanzjali minnhom hija dovuta minn entitajiet governattivi.", "Ta' min jgħid li l- ammonti ta' arretrati għas-snin 1997 u 1998 kienu ta' Lm4.29 miljun u Lm4.17 miljun rispettivament.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li biex tinġabar l- informazzjoni mitluba jrid isir eżami manwali tal-files kollha u dan jenħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.", "Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż- żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat.", "Hija l-policy tad- dipartiment li jagħmel dak kollu possibbli biex jiġbor l-arrettrati ta' kera u ċnus.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ngħid li m'hijiex il-policy tad- dipartiment li jikkonsidra xi arrettrati ta' kera bħala preskritti u dan abbażi ta' l-artiklu 2160 tal-Kodiċi Ċivili.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, issa li għaddew 12-il xahar mill-bidu ta' din l-amministrazzjoni, nixtieq li l-Ministru jagħtina xi informazzjoni dwar l-arretrati li għandu d-dipartiment ta' l-artijiet, f'każ ta' esproprjazzjoni ta' art u proprjeta' oħra.", "Forsi l-Ministru jista' jgħidilna kif qed jindirizzaha din il-problema.", "Nifhem li din m'hijiex problema tal-lum imma ilha takkumula, u nifhem ukoll li hemm proprjetà li l- prezz tagħha rdoppja wara 20 sena, bis-saħħa tar-rata ta' 5% imgħax li l- gvern intrabat li jħallas fuq dak l-ammont li ma jkunx tħallas.", "Xtaqt imbagħad nagħmel domanda oħra dwar inkwilini li qed jokkupaw b'kera proprjeta' li tkun ittieħdet bil-possession and use.", "Dawn l-inkwilini qed jintlaqtu ħażin għaliex ma jistgħux jibbenefikaw minn skemi li l-awtorità tad-djar qed toħroġ sabiex aktar familji jsiru sidien ta' darhom.", "In vista ta' dawn il-problemi, xtaqt li l-Ministru jillumina lili u lill-Kamra dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn iċ-ċittadini.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, napprezza din it-talba u se nipprova nillumina lill-Onor.", "Interpellant!", "Kif qal l-Onor.", "Membru stess, din m'hijiex problema tal-lum.", "Per eżempju, jien naf b'każ ta' xi ħadd li ħadulu l-art fi żmien il-Prim Ministru Borg Olivier, imbagħad indunaw li ħadu żball, fi żmien il-Prim Ministru Mintoff irranġaw b'ordni tal- President u min kien spiċċa tħallas b'kumpens fi żmien il-Prim Ministru Fenech Adami!", "Jiġifieri hemm każijiet li jmorru lura ħafna snin u m'huwiex daqshekk sempliċi li wieħed isolvihom.", "Naturalment il-gvern minn dejjem kien jikkonsidra din bħala problema tant li fl-1962, ftit qabel ma l-Prim Ministru Borg Olivier tela' Londra għat-taħdidiet ta' l-indipendenza, il- kummissarju ta' l-artijiet ta' dak iż-żmien, Edgar Mizzi, kien talab sabiex il-liġi ta' l-esproprjazzjoni li għandna llum tiġi eżentata mill- provvedimenti tal-Kostitizzjoni.", "Fil-fatt il-liġi ta' l-esproprjazzjoni tal-lum hija eżentata mill-provvediment tad-dritt tal-proprjeta' u ta' kumpens xieraq fil-Kostituzzjoni.", "Qed ngħid dan biex nuri kemm hija antika din il-problema.", "Issa l-gvern Nazzjonalista ħa tliet miżuri sabiex jipprova jikkontrolla l- problema għaliex, kif qal u ammetta stess l-Onor.", "Interpellant - u apprezzajt li ammetta hu stess - ma jeżistux soluzzjonijiet faċli għal din il-problema.", "L-ewwelnett madwar erba' snin ilu kienet ittieħdet deċiżjoni mid-dipartiment ta' l-artijiet li ebda art m'għandha tittieħed - anke jekk tkun għal skop pubbliku - jekk qabel id-dipartiment tal-gvern li jkun qed jitlob dik l-esproprjazzjoni ma jiddepożitax mad-dipartiment ta' l-artijiet is-somma li hemm bżonn titħallas bħala kumpens.", "Qabel dak iż-żmien diversi dipartimenti tal-gvern kienu jitolbu lid-dipartiment ta' l-artijiet sabiex jesproprja - min biex jagħmel pjazza, min biex jagħmel triq u min biex jagħmel xi ħaġa oħra - imbagħad jaraw wara kif jagħmlu biex iħallsu.", "Issa l-gvern kien jagħti biss madwar Lm0.25 miljun fil-budget lid- dipartiment ta' l-artijiet, b'liema somma kien impossibbli li huwa jieħu ħsieb l-arretrati u l-espropriations kontemporanjament.", "L-Onor.", "Interpellant kien ministru u allura jaf daqsi li d-dipartiment ta' l- artijiet spontanjament ma jesproprja xejn, jilqa' biss talbiet li jsirulu minn dipartimenti tal-gvern.", "Meta imbagħad jara li l-art li fuqha tkun qed issir it-talba għall-esproprjazzjoni tkun se tintuża għal skop pubbliku, u wara li jaċċerta ruħu li d-dipartiment li jkun qed jagħmel it-talba jkun iddepożita l-ammont meħtieġ għall-kumpens, il-ministru responsabbli mill- artijiet jagħti parir lill-President sabiex toħroġ l-ordni ta' esproprjazzjoni.", "Għar-rigward tal-kumpens fih innifsu, nista' ngħid li l-gvern kien diġa' żied dan il-kumpens fil-budget għal Lm600,000 u din is-sena se jkun qassam Lm1.2 miljun, jiġifieri d-doppju ta' kemm kien hemm budgeted.", "Hawnhekk forsi wieħed jista' jgħidli li qed nonfqu aktar milli suppost, pero' fil- fatt ir-realta' hija li d-dipartiment ta' l-artijiet irnexxielu jżid ir- revenue tiegħu u allura l-ministeru tal-finanzi tah il-permess sabiex ikun jista' jħallas id-doppju ta' dak li ħallas is-sena li għaddiet.", "L-Onor.", "Interpellant jista' jgħidli li b'daqshekk ma solvejniex il-problema pero' jien ċert li japprezza wkoll li dan huwa pass kbir 'il quddiem.", "B'daqshekk ma jfissirx li min kien se jitħallas Lm300 issa se jitħallas Lm600 imma jfisser li on average għandhom jiġu solvuti aktar każijiet milli ġew solvuti s-sena li għaddiet minħabba li l-kumpens żdied, u dan minħabba l- fatt li d-dipartiment ta' l-artijiet qiegħed ibigħ aktar proprjeta`.", "It-tielet ħaġa li qiegħed jagħmel il-gvern - u nixtieq li din il-ħaġa d- dipartiment jagħmilha aktar - hija li fejn jista' jkun, il-kumpens jingħata mhux bi ħlas ta' flus iżda b'art oħra.", "Skond policy approvata minn dan il- parlament, id-dipartiment ta' l-artijiet jista' jagħti art oħra bħala kumpens basta l-valur ta' l-art li tkun se tingħata b'kumpens ma tkunx aktar minn 30% iżjed jew inqas mill-kumpens dovut.", "Jiġifieri jekk il- kumpens dovut ikun ta' Lm5,000, tista' tingħata art oħra li tkun tqum sa 30% iktar jew inqas minn Lm5,000.", "Naturalment jekk l-art li tingħata bħala kumpens tkun tqum 30% iktar allura dak li jkun ikun irid tħallas lura lill- gvern, filwaqt li jekk tkun tqum 30% inqas il-gvern irid iħallas dik id- differenza.", "Issa biex wieħed iħaffef il-proċess għadna kif għaddejna abbozz ta' liġi mit-Tieni Qari li bih artijiet li ttieħdu mill-gvern fl-interess pubbliku u li llum il-gvern m'għadx għandu bżonnhom, ikunu jistgħu jintraddu lura lil sidhom mingħajr il-bżonn ta' ħruġ ta' sejħa għal offerti.", "Fil-każ tal-BDA qegħdin naraw kif nistgħu nagħmlu sabiex dawk l-artijiet li fl-1983 kienu ttieħdu b'daqqa ta' pinna - dak iż-żmien kienet saret il-liġi tal-BDA li permezz tagħha l-gvern ħa ċapep kbar ta' art mingħajr ma għamel kuntratt - ikunu jistgħu jingħataw lura bl-istess mod, jiġifieri b'daqqa ta' pinna u mingħajr il-bżonn ta' kuntratti u riċerki.", "Naturalment, jekk imbagħad ikun hemm xi kwestjoni dwar ta' min hi dik l-art, jiġġieldu huma bejniethom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija parlamentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien tlabt lill-Ministru jilluminani dwar x'ġara matul dawn l-aħħar 12-il xahar, ma tlabtux jispjegali x'għamel il-mibki Borg Olivier!", "Kulma tlabtu kienet informazzjoni dwar il- possession and use, dwar l-esproprjazzjoni u dwar jekk hux minnu li hemm 'il fuq minn Lm60 miljun li huma dovuti lill-pubbliku minħabba li l-gvern għamel numru ta' snin fejn ma ħallasx u allura l-pagamenti akkumulaw.", "Fl- opinjoni tiegħi ma tkunx qed tingħata stampa ċara tas-sitwazzjoni jekk il- Ministru ma jammettix li 20 sena ilu Lm600,000 setgħu kienu biżżejjed filwaqt li llum, bil-kondizzjonijiet u bit-termini tal-kuntratt, il-Lm1.2 miljun li qed isemmi altru li m'humiex biżżejjed.", "Nitlob lill-Ministru biex ikun ċar fid-diskors tiegħu u ma joqgħodx jipprova jirredikola l- interventi li nagħmlu min-naħa tagħna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien ma nafx għaliex l-Onor.", "Interpellant m'huwiex kuntent li minflok Lm600,000 il-gvern se jqassam Lm1.2 miljun!", "Anzi jmissu jirringrazzja lill-gvern talli kuntrarjament għal dak li għamel gvern preċedenti, aħna rdoppjana l-ammont tal-kumpens!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela l-problema mhux xorta kienet tibqa' li kieku baqgħet Lm600,000, kif kienet fi żmienkom?", "(Interruzzjonijiet) Intom se ssemmu l- possession and use?", "Għax issa jekk se juża' dak it-ton, allura nwieġeb b'dan it-ton jiena wkoll, Mr Speaker!", "Ħalli ngħidlek x'għamel dan il-gvern fuq il-possession and use.", "(Interruzzjonijiet) Ma ħareġ l-ebda waħda.", "Kuntrarjament għal dak li għamlu l-amministrazzjonijiet Laburisti fil- proġett tal-Marsa, fejn in-nies kollha ...", "(Interruzzjonijiet) Inti dħalt għaliha!", "Fil-proġett tal-Marsa ma ttieħdet ebda art b'expropriation imma ttieħdu kollha bil-possession and use.", "U taf x'jiġifieri possession and use?", "Li l-gvern jaqbad u jeħodlok il-proprjeta', ma jħallasx kumpens ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Farrugia, qiegħed iwieġeb il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma allura tikkritikax.", "(Interruzzjonijiet) Mela ħalli nsegwu ftit l-argument ta' l-Onor.", "Farrugia.", "L-argument ta' l-Onor.", "Farrugia huwa li fl-1972 kien hawn il-faqar u allura biex insolvu l-faqar, minflok ma l-gvern xtara l-proprjeta' ta' dawk in-nies u tahom il-flus, ħadilhom il-proprjeta' bil-possession and use, imbagħad bil-vilta' kollha jiġu llum hawnhekk u jikkritikaw lil dan il-gvern għaliex ma ħallasx lin- nies tal-possession and use li ħadu huma biex jeqirdu l-faqar!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Din m'hijiex il-verita' u nitlob lill-Ministru jirtiraha.", "Il-verita' hi li jiena għedt - u jien għandi dinjita' daqs l- Onor. Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra - li għandna inkwilini f'pajjiżna li minħabba l-problemi ...", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, dan m'huwiex point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mela nagħmel personal explanation!", "MR SPEAKER: Trid il-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nagħtih il-permess, basta ma joqgħodx jagħmel dibattitu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, hemm min ma jistax jixtri l-proprjeta' u l-appartament tiegħu minħabba ċerti problemi tekniċi li jeżistu u, fost dawn il-problemi, hemm il-kondizzjonijiet tal-possession and use.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ma rridx interruzzjonijiet.", "Onor. Cuschieri, poġġi bil- qiegħda f'postok.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-ministru huwa jien u nwieġeb jien.", "Donnu li ċerti membri ta' l-oppożizzjoni jaħsbu li huma għandhom iwieġbu d- domandi tagħhom stess!", "In-naħa tal-gvern qiegħda hawnhekk biex twieġeb għad-domandi u meta xi darba xi ħadd minnkom jerġa' jsir ministru, iwieġeb hu.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qiegħed hawnhekk biex niddefendi l-operat tal- gvern fid-dipartimenti tiegħi u għandhom iħalluni niddefendih.", "(Interruzzjonijiet)", "Iva, Onor. Farrugia, fid-dibattitu li kellna ġimgħa ilu, saru appelli minn diversi membri ta' l-oppożizzjoni sabiex inħallsu tal-possession and use li ħarġu fi żmien il-gvern Laburista - jien għedt li huwa diffiċli ħafna li wieħed jagħti kumpens direttament ta' flus, ta' possession and use li sar 27 sena ilu, u kien għalhekk li l-gvern Nazzjonalista fl-1987 kien ħa d-deċiżjoni li ma joħorġux iżjed possession and use - mentri llum inti ppruvajt tiġġustifika l-possession and use minħabba l-faqar.", "Mela għaliex kien hemm il-faqar f'dawk l-areas - m'iniex qed ngħid jekk kienx proġett tajjeb jew ħażin - intużat liġi fil-konfront ta' għexieren ta' nies li biha dawn filli kienu qed jgħixu f'dar li kienet proprjeta' tagħhom u filli spiċċaw fi flat tal-gvern.", "U mank dawn kellhom il-kirjanza li jagħtuhielhom bi proprjeta' imma tawhielhom b'kera!", "Mela jien qed noqgħod f'dar sabiħa u komda l-Marsa jew il-Laqxija ...", "Għaliex kien hemm anke każijiet fil-Laqxija, fejn nies li kienu qed jgħixu f'house of character - f'dik l-area kien hemm ċerti djar li huma substandard imma kien hemm ukoll djar sbieħ - ħaduhilhom bil-possession and use u minflokha tawhom flat fil- housing estate tal-Laqxija u lanqas tawhulhom b'titlu ta' proprjeta' imma b'titlu ta' kera.", "U biex iżidu l-melħ fuq il-ferita, il-kera li qed iħallsu għall-flat tal-gvern huwa iktar minn kemm ħallashom il-gvern f'kera tal-post li ħadilhom.", "Jiġifieri dawn mhux biss tilfu d-dar talli spiċċaw b'inqas flus!", "Meta fl-1987 tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, kien iddeċieda li ma joħorġux aktar ordnijiet ta' possession and use, u dik il- wegħda żammha.", "Kien hemm każ wieħed biss li laħaq ħareġ b'possession and use u fil-fatt il-gvern imbagħad iddeċieda li jħallas by absolute purchase.", "Issa li ndawru l-arloġġ lura 27 sena u b'daqqa ta' pinna nsolvu l-problemi li ħallewilna l-gvernijiet ta' qabel fuq kumpens ta' absolute purchase u possession and use qed ngħid minn issa li huwa diffiċli, biex ma ngħidx impossibbli.", "Fejn jista' jsir tpartit ta' proprjeta', liema tpartit ikun ġustifikat, allura hemm il-policy u naraw jekk tapplikax, pero' fil- każijiet l-oħrajn li semma ta' nies li ħadu l-plots tagħhom b'ċens imbagħad jirriżulta li l-gvern ma jistax jittrasferilhom it-titlu għaliex hu stess għadu ma xtarax il-proprjeta` li esproprja, dik m'hijiex limitata l- possession and use.", "Għandna diversi artijiet li ttieħdu mill-gvernijiet preċedenti għall-bini ta' housing estates u għal xi raġuni jew oħra l-gvern għadu m'għamilx il- kuntratt biex jakkwista l-proprjeta`, u allura hu stess ladarba m'huwiex proprjetarju ma jistax jittrasferixxi l-proprjeta` lil ħaddieħor.", "Kien gvern Nazzjonalista li għamel emenda fil-liġi sabiex f'dawk il-każijiet ikun possibbli li l-gvern, mingħajr ma jagħmel kuntratt, ipoġġi f'ċedola fil-qorti l-ammont dovut bħala kumpens, mingħjar preġudizzju għad- drittijiet tas-sidien li jitolbu kumpens aktar imma għallinqas ikun akkwista l-proprjeta'.", "Veru li din hija proċedura xi kultant twila u anke diffiċli pero' jien stess tajt direttivi lid-dipartiment ta' l-artijiet sabiex fejn jistgħu isolvu każijiet permezz taċ-ċedola, isolvuhom.", "Jien informat ukoll li saru aktar kuntratti ta' trasferiment tat-tip li semma l-Onor.", "Interpellant pero` dik m'għandhiex x'taqsam mal-kwestjoni tal- possession and use, l-aktar li għandha x'taqsam dik hija ma' kwestjonijiet fejn il-gvern akkwista b'esproprjazzjoni dik l-art, pero' għadu ma sarx il- kuntratt u allura ma jistax jittrasferixxi lil ħaddieħor.", "Jista' jkun li hawnhekk ikun hawn min jistaqsini kif il-gvern bena housing estate jekk għadu ma akkwistax l-art.", "Dan seta` jsir għaliex il-liġi tagħtih dak il- poter li jibni fuq art li għadu ma xtarax, pero' ma jistax imbagħad jittrasferixxi dik il-proprjeta` li jkun bena lil ħaddieħor jekk hu stess ikun għadu ma xtrahiex.", "PULIZIJA - DROGA", "8890.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk individwu jew persuni minn dawk maqbuda bid- droga f'Wied il-Għajn nhar il-Ħadd 11 ta' Lulju, 1999 humiex l-istess persuni li applikaw biex jorganizzaw rave party fil-Bajja tal-Ġnejna f'xi data fix-xhur ta' Lulju jew Awissu ta' din l-istess sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- attivita' li kellha ssir il-Ġnejna fil-31 ta' Lulju, 1999 - u li l-permess għaliha ma ħariġx - ninsab informat li l-persuni li nqabdu bid-drogi fl- operazzjoni li l-pulizija mexxiet b'suċċess fir-Rinella u Wied il-Għajn ma kenux l-istess persuni li applikaw biex jorganizzaw l-imsemmija attivita`.", "KUNSILLI LOKALI - GWARDJANI LOKALI", "8891.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet ta' xogħol u salarji tal-gwardjani lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): L-impjieg tal- gwardjani lokali se jkun mal-privat - li joffri s-servizzi fuq bazi ta` kuntratt - u mhux mal-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-dipartiment tal-kunsilli lokali u l-ministeru tiegħu fir-rigward ta' applikazzjonijiet li l-kunsilli lokali qed ikollhom, speċjalment ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax nemmen li applikazzjonijiet li jsiru għal proġetti pubbliċi, speċjalment dawk li jkunu ġejjin mingħand il-kunsilli lokali, għandhom jitħaffu.", "Inħoss li l- ministeru u d-dipartiment tal-kunsilli lokali għandhom jagħtu kontribut aktar f'dan is-sens.", "Per eżempju, diversi drabi f'dan il-parlament qajjimt il-każ dwar applikazzjoni li saret mill-kunsill lokali ta' San Ġiljan għal landscaping project fl-inħawi ta' Ta' Giorni.", "L-Onor.", "George Pullicino kien qal li l- permess dalwaqt se joħroġ - dan qalu qabel il-Milied li għadda - u sal- lum il-ġurnata l-permess għal dan proġett, li huwa wieħed pubbliku, għadu ma ħariġx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb li l-ħabib tiegħi jaf illi l-awtorita' ta' l- ippjanar timxi b'mod awtonomu u mhux taħt id-direzzjoni tal-gvern.", "Għalhekk jidhirli li l-mistoqsija li għadu kif għamel l-Onor.", "Interpellant għandha tiġi ndirizzata lill-ministru konċernat peress li l-ministeru li għandu x'jaqsam mal-gvern lokali ċertament m'għandux jinġerixxi fil-poteri li għandha l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-kariga ta' membri li qed iservu fl-armata li ħadu xi midalja jew dekorazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9705.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tenders ta' valur aktar minn Lm10,000 li ngħataw mid- dipartimenti u organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi bejn Jannar u Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10233.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar fondi allokati lill-kunsilli lokali għas-snin bejn l-1994 u s-sena 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10196.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "CIVIL PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Ottubru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, din il-liġi li qegħdin niddiskutu hija waħda ta' ċerta importanza, tant li d-diversi gvernijiet fis-snin riċenti wrew l-intenzjoni tagħhom li jiġi stabilit darba għal dejjem id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili u forza ta' għajnuna u ħelsien sabiex dawn ikopru kull bżonn li jkun hemm fil-pajjiż, f'każ ta' diżastru naturali jew diżastru li jkun ikkawżat mill-bnedmin.", "F'dan ir-rigward, għalkemm sal-lum ma kellniex diżastri naturali kbar - għallinqas fis-snin riċenti li niftakar jiena - ħlief għall-qatgħa li kienu ħadu n-nies madwar 25 sena ilu meta kien inħass terrimot żgħir, inħoss li huwa neċessarju li jitwaqqaf dan id-dipartiment.", "Huwa neċessarju għaliex dan irid iwassal sabiex il-pajjiż ikun preparat għal xi kalamita` li tista' tiġi fuqna.", "Mr Speaker, m'huwiex il-każ li hawn Malta jkollna t-tip ta' problema li nqalgħet riċentement fl-Ingilterra meta ħabtu żewġ ferroviji 'l barra minn Paddington, pero' hawn affarijiet oħrajn li jistgħu jġibu każ serju ta' ħtieġa immedjata ta' forza li tkun lesta għal dan it-tip ta' inkwiet.", "Per eżempju, nhar is-Sibt li għadda, bħalma ġara diversi drabi oħrajn, kellna każ ieħor ta' immigranti llegali li daħlu f'pajjiżna bil-baħar sabiex imbagħad minn hawnhekk imorru post ieħor.", "Dan jista' jkun każ fejn tidħol il-forza għall-protezzjoni ċivili sabiex tara xi jkun hemm bżonn li jsir f'dawk iċ-ċirkostanzi, u tara wkoll li affarijiet bħal dawn la jipperikolaw l-ekonomija tal-pajjiż u lanqas ikunu kaġun li numru sostanzjali ta' pulizija jiġu mqabbda joqogħdu għassa magħhom.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn subklawsola (4) ta' klawsola 8, jara li l-iskop ewlieni se jkun li nżommu mħejji servizz adegwat biex ikun jista' jsir intervent primarju u immedjat u sabiex f'każ ta' diżastru reġjonali jew naturali jkun hemm kordinazzjoni sħiħa.", "Sfortunatament diżastru naturali jista' jkun ikkawżat min-nies li lanqas biss jersqu lejn Malta.", "Per eżempju, jista' jkun ikkawżat minn aġir ta' sidien ta' tankers li mhux darba jew tnejn jarmu żjut fil-baħar tagħna, imbagħad ikun jiddependi ħafna mill-irjieħ jekk dawn iż-żjut jersqux viċin tax-xtut tagħna.", "F'każ li jiġri hekk ikun hemm bżonn dan it-tip ta' dipartiment biex jieħu ħsieb li ma jkunx hawn xi diżastru ekoloġiku f'pajjiżna.", "Mr Speaker, naħseb li hemm bżonn ukoll ta' riċerka tal-vulnerabilita' u risk assessment.", "Irridu naraw jekk huwiex qed isir studju veru tar-risk assessment ta' kalamitajiet naturali u inċidenti, bħalma nqalgħu dan l- aħħar fl-ajruport, meta nies li suppost jieħdu ħsieb ċerti setturi tal- protezzjoni ta' l-ajruport aġġixxew b'mod inaċċettabbli.", "Dan is-set-up li se jkun hawn irid jaħseb ukoll għal affarijiet bħal dawn li jistgħu jinqalgħu.", "Jista' jkollna wkoll, Allaħares qatt, xi terremot kif kien hemm riċentement fit-Turkija, fil-Greċja u fit-Taiwan.", "Qed naraw kif anke pajjiżi li suppost huma ppreparati għal sitwazzjonijiet bħal dawn, ftit li xejn qed ikunu mħejjija għal dawn it-tip ta' kalamitajiet.", "Hawn Malta, għalkemm f'sena jkollna madwar 300 ġurnata ta' temp sabiħ, il- ftit temp ħażin li jagħmel mhux darba jew tnejn li joħloq emerġenza, li tirrikjedi li jkollok forza li tkun lesta tmur fuq il-post sabiex tgħin lin- nies milquta, speċjalment f'dawk l-areas fejn ikun inġema' ħafna ilma wara xi maltempata, minħabba li għadna ma sibniex sistema li biha l-ilma jibqa' għaddej b'mod mgħaġġel ħalli ma jikkawżax ħsarat.", "L-istess jista' jingħad għall-każijiet fejn tgħaddi tromba ta' l-arja u tħallilek warajha qerda sħiħa.", "Aħna nafu li hemm sezzjoni tal-pulizija li tieħu ħsieb li meta jinqalgħu dawn it-tip ta' kalamitajiet imorru mal-ewwel fuq il-post, pero' kemm fil-fatt ninsabu ppreparati tassew għal dak li jista' jinqala'?", "Kull darba jirriżulta li fl-istess areas qed ikollna l-istess tip ta' ħsarat u ripetutament, sena wara sena, minkejja l-bona volonta` li tkun teżisti, u minkejja l-ħeġġa li jkun hemm daparti tan-nies li huma organiżżati, qiegħed jirriżulta li m'aħniex preparati b'mod li meta jinqalgħu dawn l-affarijiet la jbatu n-nies u lanqas il-pajjiż.", "Mr Speaker, paragrafu (e) ta' subklawsola (4) ta' klawsola 8 juri li hemm bżonn noħolqu kuxjenza pubblika akbar dwar il-ħtieġa u l-preparamenti ta' din it-tip ta' forza.", "It-tendenza hija li sakemm dak li jkun ma jintlaqatx direttament minn xi ċirkostanzi li jinqalgħu, allura ftit li xejn jinkwieta dwarhom.", "Minkejja dan huwa fatt li aħna l-Maltin, kull meta tinqala' kalamita` jew diżastru f'pajjiż ieħor, inkunu minn ta' quddiem - fi proporzjon ħafna ogħla minn pajjiżi oħra relatat mal-popolazzjoni tagħna - sabiex nikkontribwixxu u naraw li nagħtu l-akbar għajnuna possibbli, kemm permezz ta' finanzi, kif ukoll permezz ta' għajnuna materjali oħra.", "Eżempju ta' kif il-Maltin kapaċi f'każ ta' kalamita' jingħaqdu flimkien, irrispettivament mill-opinjoni politika tagħhom u mill-ideali politiċi tagħhom, rajnih bl-għajnuna li ngħatat dan l-aħħar fil-Kosovo, fejn kellna tobba ex-deputati miż-żewġ naħat ta' din il-Kamra li marru hemmhekk sabiex jagħtu l-għajnuna tagħhom.", "Kellna wkoll l-Ordni tal-Patrijiet Dumnikani li organiżżat ħafna għajnuna mill-Albanija għan-nies tal-Kosovo, fejn intbagħtu containers sħaħ mimlija ħwejjeġ bżonjużi għal dawn in-nies.", "Għaldaqstant jiena nemmen li f'pajjiżna, Allaħares qatt tinqala' kalamita', il-poplu jkun lest li jagħti s-support kollu tiegħu lil din il-forza li qegħdin noħolqu.", "Aħna l-Maltin magħrufin li meta jinqala' inċident, kemm fil-familja tagħna, kemm fil-lokalita' tagħna, kif ukoll fin-nazzjon tagħna, ningħaqdu flimkien sabiex naraw kif noħorġu bl-aħjar mezz possibbli minn dan, pero' jkun ħafna aħjar kieku nkunu ppreparati għal dawn it-tip ta' inċidenti.", "Sal-lum dan ix-xogħol huwa catered for mill-armata, mill- pulizija u anke minn soċjetajiet tal-volontarjat, bħalma huma s-Soċjeta' tas-Salib Aħmar, is-St.", "John's Ambulance Brigade u soċjetajiet oħra li kollha jgħinu meta jinqala' xi inċident.", "Sur President, il-kalamitajiet li jistgħu jinħolqu fil-pajjiż jistgħu jkunu ta' kwalita` differenti minn dawk li jinħolqu riżultat ta' maltemp, tinġis, jew inċident f'xi ajruport.", "Għalkemm f'pajjiżna m'għandniex il- problema akuta tal-faqar li teżisti f'pajjiżi oħra u m'għandniex problemi ta' nies li jgħixu f'shacks - bħalma naraw fuq it-television - għandna 5,000 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva minn nies li jqisu ruħhom li qegħdin jabitaw f'residenza fejn il-kondizzjonijiet huma inqas dawk meqjusa bħala normali.", "Mhux darba jew tnejn li jkollna każijiet fejn jaqgħu soqfa ta' postijiet u jkun hemm bżonn ta' għajnuna immedjata.", "Dawn in-nies li jiġrilhom hekk ikunu jenħtieġu akkomodazzjoni alternattiva immedjata.", "Huwa veru li f'pajjiżna m'għandniex distanzi twal, pero' f'każ ta' inċident bħal dan u dawk milquta jkollhom bżonn li jiċċaqalqu min-naħa għal oħra, irid ikun hemm forza bħal din li qegħdin niddiskutu llum sabiex mhux biss tieħu ħsieb il-problemi infrastrutturali imma anke jkollha magħha xi social workers li jkunu jistgħu jgħinu lil dawn in-nies jintegraw fis- soċjeta' tal-lokalita` ġdida li jkunu marru joqogħdu fiha.", "Sal-lum dawn il-każi jieħdu ħsiebhom il-gvern, permezz tas-social workers, il-pulizija, l-armata, il-knisja, u soċjetajiet reliġjużi oħrajn bħall-Caritas.", "Hawn numru kbir ta' nies u għaqdiet żgħar li jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet, pero' kulħadd jaħdem għalih u forsi sfortunatament anke mingħajr sens ta' direzzjoni fuq skala nazzjonali.", "U dan huwa proprju wieħed mill-miri ta' din il-liġi, li jingħata sens ta' direzzjoni lil dawn l-għaqdiet u korpi li sal-lum għadhom jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Qegħdin ngħidu li kull funzjoni ta' dan il-korp għandha tkun ibbażata fuq il-ħtieġa ta' korp ta' emerġenza, liema korp sfortunatament - għaliex hekk huwa meħtieġ - se jkollu nies jaħdmu fih li jridu jkunu lesti u ppreparati li ma jiffurmawx parti minn union u lanqas jafu x'inhuma ħinijiet ta' xogħol.", "Dan il-korp se jkollu wkoll kumitat ta' nies li s-sigħat tagħhom m'humiex mit-8.00 a.m. sal-5.00 p.m. u lanqas għandhom nofs ta' nhari fis- sajf.", "Dan il-kumitat se jkollu lill-ministru bħala chairman, lis- segretarju permanenti fil-ministeru bħala deputy chairman, u lill- kummissarju tal-pulizija, lill-kmandant tal-forzi armati, u lid-direttur tal-protezzjoni ċivili bħala membri.", "Mr Speaker, fil-kontest tat-tgergir li qed isir illum dwar ir-regolamenti li ħarġu rigward l-introduzzjoni tal-VRT, nixtieq ngħid li issa nispera li ma tinħoloqx forza li tispiċċa wara ftit snin b'mezzi jew b'equipment li ma jkunx fully serviced u ma jkunx preparat f'każ li jinħoloq il-bżonn għall- użu tiegħu.", "Jekk wieħed iħares lejn il-mezzi governattivi li hawn available għal ċirkostanzi bħal dawn jara li għalkemm il-mezzi amministrati mill-armata huma miżmuma fl-aħjar kondizzjoni, dawk amministrati mill- pulizija sfortunatament leave a lot to be desired.", "Jien nispera li l- eżempju ta' l-armata jittieħed minn din il-forza li trid tiġi fformata sabiex min jiġi bżonn l-għajnuna isibha f'waqtha.", "Mr Speaker, jiena nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nifraħ lill- ministru li se jwassal fi tmiemu dan l-abbozz ta' liġi li ilu jkarkar ħafna.", "Jien naf li kull meta l-Ministru Borg daħal għal impenn, daħal għalih b'mod li jara li jirnexxi.", "Dan il-proġett m'huwiex ta' naħa jew ta' oħra imma huwa proġett li għandu jservi ta' unita` nazzjonali fejn nippreparaw ruħna lkoll sabiex, f'każ ta' bżonn, din il-forza tkun tista' twettaq xogħolha għall-benefiċċju tal-poplu kollu in ġenerali.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna konna diġa' bdejna niddiskutuh u d-diskussjoni kienet ukoll imxiet sew - taħt l-amministrazzjoni Laburista preċedenti.", "Kieku wieħed kellu jħares lejn l-abbozz ta' liġi per se jgħid li hemm qbil bejn iż-żewġ naħat dwar il-kontenut bażiku ta' din il-liġi u dwar it-twaqqif tad- dipartiment għall-protezzjoni ċivili pero' jkun tajjeb ukoll li wieħed isemmi diversi punti li huma ta' ċerta importanza għaliex jirrigwardaw l- istruttura.", "Qegħdin nitkellmu fuq il-funzjonijiet u l-apparat li nġab minn barra minn Malta biex jilqa' għall-bżonnijiet kollha f'ħafna miċ- ċirkostanzi li faċilment jistgħu jinqalgħu, pero' aktar minn hekk huwa importanti li naraw kif se jitlaq minn hawnhekk 'il quddiem id-dipartiment u l-kunsill għall-protezzjoni ċivili.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għaliex ġieli jiġri li jkun hemm ċirkostanzi li jew naħsbu li qatt m'huma se jiġru f'pajjiżna jew inkella nagħtuhom inqas importanza.", "Per eżempju, ħafna jaħsbu li minħabba dak li jgħidulu l- global warming effect, ċertu mard li llum ma nagħtuhx daqshekk importanza u li iktar huwa assoċjat mal-kontinent Afrikan, bil-mod il-mod qiegħed tiela' 'l fuq.", "Biżżejjed ngħidu li fin-naħa t'isfel ta' l-Ingilterra diġa' qed jaraw il-possibilita' li jkun hemm il-marda tal-malarja.", "Jiġifieri xi ħaġa li qabel lanqas biss konna noħolmu biha, illum il-ġurnata tista' tkun stat ta' fatt. Forsi hawnhekk ikun hawn min jistaqsi għaliex qed insemmi d- dipartiment għall-protezzjoni ċivili u mhux id-dipartiment tas-saħħa.", "Qed insemmi d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili għaliex jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi fejn wieħed ikollu bżonn jitlob l-għajnuna ta' diversi persuni, liema persuni jridu jkunu trained għal kull ċirkostanza li tista' tinqala', anke dawk l-aktar remoti, għaliex ċirkostanzi li llum jistgħu jkunu remoti għada nistgħu nkunu ffaċċjati bihom.", "Hekk ukoll wieħed irid jibda jilqa' anke għal ċirkostanzi ta' xi diżastru nukleari.", "Għalkemm f'Malta m'għandniex reatturi nukleari, xorta waħda ninsabu mdawrin bihom u rridu nżommu f'moħħna inċidenti nukleari li ġraw, kif ukoll inċidenti li jistgħu jiġru fl-ibħra ta' madwarna.", "Hawnhekk nixtieq infakkar fl-istorja li kienet tħabbret xi xhur ilu, meta bdew jinfetħu l-karti u d-dokumenti ta' affarijiet li ġraw fl-antik, dwar bastiment li kien qed iġorr prodotti kimiċi u li kien se jkollu inċident ftit 'il bogħod mix-xtut tagħna.", "Kien bastiment navali li seta' ħolqilna problemi kbar u għalhekk qed nagħmel enfasi fuq il-fatt li rridu nkunu ppreparati anke fuq affarijiet li jidhru li huma remoti.", "Biżżejjed insemmi li f'pajjiżna ta' spiss qegħdin jiġu vapuri navali u ma nafux jekk dawn ikunux qed iġorru armamenti nukleari fuqhom.", "F'każ li jkun hemm xi vapur li jkun qed iġorr xi armamenti nukleari u jiġri xi inċident, bħala pajjiż ninsabu f'pożizzjoni li mmexxu u nimmobilizzaw is-setturi kollha tal- protezzjoni ċivili, inkluż l-isptarijiet?", "Huwa għalhekk li jien qed ngħid li bit-twaqqif ta' dan id-dipartiment, u anke sussegwentement bit-twaqqif tal-kunsill għall-protezzjoni ċivili, għandna naħsbu għal kull eventwalita'.", "Mr Speaker, hawn Malta ħafna drabi ngħidu li ma jsirux terremoti u inċidenti kbar, pero` la qegħdin inwaqqfu dan id-dipartiment għall- protezzjoni ċivili hemm bżonn li nagħtu kas tal-possibilitajiet kollha, inkluż dak ta' terremot.", "Nixtieq hawnhekk nistaqsi jekk fit-twaqqif ta' dan id-dipartiment aħniex qegħdin naħsbu għal eventwalitajiet bħal dawn.", "Per eżempju, qegħdin naħsbu li meta noħorġu l-permessi għall-bini ma noħorġuhomx f'postijiet fejn isir ċertu għargħar?", "Qegħdin noqogħdu attenti li ma noħorġux permessi b'mod li meta tagħmel xita qawwija, il-bini li jitla' ma jagħmilx ħsara lil bini ieħor?", "Issa hawnhekk m'iniex qed nitkellem biss fuq dipartiment li se jkun hemmhekk għal meta jinqala' l- bżonn imma qed nistaqsi x'qegħdin nagħmlu bħala pajjiż biex nilqgħu għall- eventwalita` ta' ċerti ċirkostanzi sabiex dawn ma jirriżultawx fi traġedja.", "Il-fatt li ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi mill-parlament ma jfissirx li b'daqshekk nistgħu nserrħu moħħna li kollox miexi sew.", "Ħaġa oħra li jien nemmen ħafna fiha hija l-prevenzjoni.", "Huwa fatt li ma nistgħux nipprevedu li ma tagħmilx xita qawwija, jew li ma jsirux terremoti, jew li ma jinħolqux ċerti ċirkostanzi ta' diżastri, jew li ma jkunx hawn xi miġnun li jagħmel xi waħda minn tiegħu u joħloq diżastru nazzjonali, pero' xorta waħda huwa importanti li nitkellmu fuq prevenzjonijiet mhux biss f'każ li jinqala' l-gwaj, imma anke f'setturi oħrajn.", "U dan iwassalni għall-punt dwar l-edukazzjoni.", "Jien naħseb li huwa importanti li d-dipartiment u l-kunsill jieħdu fuq spallejhom l-edukazzjoni taċ-ċittadini kollha f'dan ir-rigward.", "Dan l-aħħar fuq it-television rajna xeni ta' tfal jinqalgħu minn taħt it-tifrik wara li kienu ilhom hemmhekk sigħat sħaħ u f'xi każi anke jiem.", "Uħud minn dawn għexu minħabba li jew għamlet ix-xita u minn taħt it-tifrik irnexxilhom jieħdu ftit taqtir ilma li kompla ħallihom ħajjin, jew minħabba li ntefa' ilma apposta f'każ li kien għad hemm nies għadhom ħajjin.", "U ladarba qed nitkellem dwar l-edukazzjoni tajjeb li hawnhekk insemmi l-volontarjat.", "Jiena niskuża ruħi li ma semmejthomx qabel pero' jien persważ li d- dipartiment se jkun qed jagħti kashom ħafna u anke jinkludihom fix-xogħol kollu, kemm dak ta' preparazzjoni kif ukoll fl-aspett ta' l-edukazzjoni.", "Aħna nafu li f'pajjiżna hawn diversi gruppi li jagħmlu xogħol volontarju, kemm mil-lat ta' salvataġġ kif ukoll mil-lat ta' first aid, u naħseb li huwa importanti li dawn il-gruppi jkunu amalgamati flimkien mas-setturi kollha tad-dipartiment għall-protezjoni ċivili, ħalli meta tinqala' xi ħaġa mhux kulħadd jitlaq bl-ideat tiegħu imma jkun hemm kordinazzjoni.", "Huwa importanti li dawn is-setturi tal-volontarjat mhux jitwarrbu fil-ġenb għaliex għandna d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili imma jkunu amalgamati flimkien ħalli l-ħidma tkun waħda sħiħa.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li ta' min wieħed jagħtiha importanza meta nitkellmu fuq protezzjoni ċivili hija l-bżonn ta' staff li jkun fully geared 24 siegħa kuljum.", "Ma nistgħux nimxu b'mod li filgħodu jkollna full staff u filgħaxija jkun hemm biss skeleton staff, għaliex jew se jkollna xi ħaġa li qed tiffunzjona tajjeb fuq bażi ta' 24 siegħa jew inkella nkunu qed nidħku bin-nies.", "Aħna nafu li ħafna miċ-ċirkostanzi li seħħew f'pajjiżna, fejn kien hemm bżonn ta' għajnuna urġenti - almenu dawk li niftakar jien - ġraw bil-lejl.", "Każ tipiku kien meta seħħ terremot daqs 25 sena ilu.", "Niftakar ukoll fit-tromba li kienet għamlet f'Ottubru ta' l-1982 - niftakarha għaliex kien waqgħalna s-saqaf - fejn kienu waqgħu l-opramorti.", "F'dan il-każ l-opramorti kienu waqgħu bil-maltemp mhux weħedhom, kif qalu li ġara tal-Partit Nazzjonalista fil-każ tal-balavostri f'Ħaż-Żebbuġ.", "Dakinhar it-tromba kienet għamlet diversi ħsarat u saħansitra kienu mietu n- nies.", "Jien niftakar li biex wasalt bil-karozza tiegħi mid-dar sa l-għassa tal-Ħamrun - dak iż-żmien kont noqgħod viċin, fejn illum hemm il- headquarters tal-Malta Labour Party - tgħidx kemm domt għaliex fin-nofs kien hemm arbli u opramorti mwaqqgħin.", "Dawn huma ċirkostanzi terribbli fejn fihom ikun hemm il-bżonn ta' kordinament immedjat għaliex ikun inutli li wieħed jibda jiffunzjona wara li jkunu għaddew is-sigħat.", "Niftakar ukoll inċident ieħor, din id-darba fit-tarzna, fejn kien hemm l- isplużjoni fuq it-tanker Um El Faroud.", "Dan l-inċident ukoll kien ġara bil-lejl u niftakar li kont barra qed inżur pazjent u bqajt sejjer lejn l- isptar - allavolja ma kontx għadni naħdem hemmhekk - sabiex nagħti l- għajnuna tiegħi sakemm jilħqu jaslu t-tobba l-oħra.", "Niftakar ukoll f'ċirkostanzi oħrajn ta' preparazzjoni li naħseb li huwa importanti li nsemmihom ukoll.", "Niftakar numru ta' hijackings li wħud minnhom ġraw meta kont għadni naħdem bħala tabib fl-Isptar San Luqa.", "Tajjeb li nfakkar li viċin l- ajruport hemm l-Isptar ta' Santa Marija, post li kien maħsub biex f'każ ta' inċident fl-ajruport ikun preparat mill-ewwel biex jiddijlja mal-każi kollha li jinqalgħu, ħalli mbagħad jiġu riferuti lejn St Luke's dawk il- każi biss li verament ikun jenħtieġilhom il-kura ta' emerġenza, ta' operazzjonijiet eċċ. Dawk li ma jkunux severe casualties kellhom jiġu ttrattati f'Santa Marija, imma llum dan l-isptar ġie kkonvertit f'rehabilitation centre għad-drogati li, jekk jien informat tajjeb, m'għadux jaqa' taħt id-dipartiment tas-saħħa.", "Jiġifieri dawk li jridu jirriabilitaw ruħhom mill-vizzju tad-droga, minflok ma bnewlhom post ġdid, ingħatalhom dan iċ-ċentru, bil-konsegwenza li jekk fl-ajruport jinqala' xi inċident fejn fih ikun hemm numru mhux ħażin ta' nies feruti, dawn ikollhom imorru fil-casualty department ta' l-Isptar San Luqa.", "Forsi hawnhekk ikun hawn min jgħid li hawn Malta m'hawnx distanzi twal u ma tantx hemm bogħod bejn l-ajruport u l-Isptar San Luqa, pero' jibqa' l-fatt li fl-isptar ikun hemm ukoll pazjenti oħra li jkunu qegħdin jieħdu l-kura hemmhekk.", "Għalhekk jien ngħid li kien ikun aħjar kieku ħdejn l-ajruport ikun hemm post li jkun attrezzat għal dak li jista' jinqala' ħalli minn hemmhekk ikun jistgħu jiġu magħżula dawk li jridu jiġu trattati on the spot u dawk li jkollhom bżonn jintbagħtu l-casualty department ta' l-Isptar San Luqa.", "Sur Presdient, irrid ngħid hawnhekk li nħoss li huwa d-dmir u l-obbligu ta' kull konsulent, speċjalista, sptar - kemm privat kif ukoll governattiv - u klinika, li f'każ ta' diżastru joffru s-servizzi tagħhom minn jeddhom, mingħajr il-bżonn li jiġu kkuntattjati.", "Jiena persważ li jekk jinqala' xi inċident kulħadd jagħti sehmu mal-ewwel pero' jkun ħafna aħjar kieku jkun hemm preparamenti in ġenerali ta' dawn il-professjonisti, sptarijiet u kliniċi minn qabel ħalli f'każ ta' xi diżastru kulħadd ikun geared għal ċerti ċirkostanzi.", "Sur President, punt ieħor li xtaqt insemmi huwa dak dwar l-assoċjazzjoni tal-ħaddiema tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Waqt li kont qiegħed naqra dan l-abbozz ħadt pjaċir nara li nżammet l-assoċjazzjoni ta' dawk il-persuni li se jkunu jiffurmaw parti minn dan id-dipartiment.", "Jiġifieri filwaqt li qegħdin ngħidu li dawn m'għandhomx dritt li jagħmlu strajk, għandhom assoċjazzjoni li tista' titkellem f'isimhom u tiġġieled għad-drittijiet tagħhom.", "Huwa importanti li naraw - kif kien qed jagħmel gvern Laburista fit-22 xahar li għamel fil-poter - li setturi bħall- pulizija u l-armata jkollhom assoċjazzjoni li taħdem għalihom u tiddefendihom u mhux sempliċement ngħidulhom li m'għandhomx dritt li jistrajkjaw u daqshekk.", "Ħalli issa niġi għal punt ieħor li wkoll issemma waqt id-dibattitu.", "Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li rridu nfakkru hija li minkejja kull ċaħda li saret, jidher ċar li l-ajruport għal ċertu żmien ma kellux il- protezzjoni kollha neċessarja f'każ ta' inċident.", "Fil-fatt anke l-gvern ħass il-bżonn li jerġa' jdaħħal lil dawn in-nies jaħdmu għaliex billi jkollok nies u tħallihom id-dar u tgħidilhom biex f'każ li jinqala' xi ħaġa tikkuntattjahom, ma tagħmilx sens.", "Jekk Allaħares qatt jinqala' inċident eżatt kif ajruplan imiss mal-mitjar, mhux se jkun hemm ċans li toqgħod iċċempel lin-nies id-dar biex x'ħin issibhom tgħidilhom biex jidħlu xogħol, aktar u aktar jekk on their way isibu kullimkien iġġamjat bit-traffiku.", "U dan iwassalni għal sitwazzjoni oħra, ċioe' għall-kordinament bejn id- dipartimenti kollha.", "Ħafna drabi l-aktar li joħloq problemi f'każ ta' emerġenza huwa t- traffiku fit-toroq li jagħtu għall-isptar.", "Huwa importanti li l-poplu jiġi mgħallem li meta jinqala' inċident mhux kulħadd imur fuq il-post.", "Huwa veru li kull par idejn jgħoddu u jistgħu jkunu ta' għajnuna f'każijiet bħal dawn pero' jistgħu jkunu wkoll ta' ħsara jekk biex jaslu hemmhekk ikunu qed joħolqu konfużjoni ta' traffiku.", "Huwa importanti li ma jiġix ostakolat il- moviment tal-vetturi ta' emerġenza għaliex fil-każ tagħhom kull sekonda tista' tfisser ħajja jew mewt.", "Jien naf li l-istint uman huwa li meta jiġri xi inċident in-nies ikunu jridu jmorru biex jaraw jekk hemmx xi ħadd mill- familjari jew ħbieb tagħhom involuti, pero' billi jmorru fuq il-post ma jkunu qed isolvu xejn, anzi jkunu qed jaggravaw is-sitwazzjoni minħabba t- traffiku li jkunu qegħdin jikkawżaw.", "Għalhekk huwa essenzjali li t-toroq kollha li mill-post ta' inċident ikunu jagħtu għall-isptarijiet jinżammu clear kemm jista' jkun mit-traffiku.", "Ladarba qed nitkellem fuq imblukkar ta' toroq irrid ngħid li wieħed mill- obbligi li għandhom il-pulizija huwa li jaraw li fit-triq ta' l-isptar ma jkunx hemm double parking.", "Huwa skandlu li tgħaddi x'ħin tgħaddi matul il- ġurnata tara t-toroq kollha li jagħtu għall-Isptar San Luqa bit-traffiku ġġamjat minħabba d-double parking.", "Hemm bżonn li ssir sorveljanza kontinwa f'dawk l-inħawi u mhux nibagħtu pulizija darba kultant jagħti xi ticket u ħafna drabi minflok ticket sempliċement jidħol fil-ħanut u jistaqsi ta' min hi l-karozza li tkun ipparkjata ħażin u jitlobhom ineħħuha.", "Nerġa' ngħid li hemm bżonn li d-double parking fil-viċinanzi ta' l-isptar jittieħed b'aktar serjeta' għaliex, kif għedt qabel, ma tistax tgħid meta jista' jinqala' inċident fejn ikun hemm bżonn li jgħaddu l-vetturi ta' l-emerġenzja mingħajr telf ta' ħin.", "Għalhekk huwa importanti li l-aċċess għall-isptar ikun liberu.", "J'Alla l-aċċess għall-isptar il-ġdid f'tal-Qroqq ikun aħjar u nittama li jsir aktar ħsieb dwar ċerti pjanti li rajna fil-parlament ħalli l-aċċess għall-emerġenza jsir b'mod li jkun separat minn kull aċċess ieħor minn fuq il-bypass.", "Qed ngħid dan għaliex jien nagħti importanza kbira lil dan il-fatt peress li f'każi ta' emerġenza kull sekonda tista' tfisser ħajja jew mewt għall-persuna li tkun qed tinġarr fl-ambulanza.", "Sur President, kif diġa' qalu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Joe Mizzi, sfortunatament f'pajjiżna mhux dejjem nagħmlu l-affarijiet bis- serjeta`.", "Per eżempju, jien niskanta kif hemm ħabsin li l-ħin kollu jittieħdu l-isptar.", "Għaliex minflok ma Mawmettu jmur għand il-muntanja, ma neħdux il-muntanja għand Mawmettu?", "Hemm bżonn li kull persuna li qiegħda l- ħabs tittieħed l-isptar jew f'xi clinic?", "Ma jistax jinstab metodu li bih it-tobba jaraw lill-ħabsin fil-ħabs?", "Allura St. Michael's ward għalfejn qiegħda?", "Qiegħda hemmhekk biex inħalluha vojta, jew inkella suppost li qiegħda hemmhekk biex dawk il-ħabsin li għandhom bżonn il-kura ikollna fejn inpoġġuhom?", "Meta wieħed joqgħod jikkonsidra ftit isib li l-akbar traffikanti tad-droga li kellna dejjem poġġejnihom f'post minn fejn jistgħu jaħarbu.", "Riċentement kellna persuna li kienet involuta f'importazzjoni ta' kwantita' kbira tad-droga hawn Malta.", "U fejn poġġewh lil dan?", "Poġġewh f'post minn fejn faċilment seta' jaħrab u biex ma jaħrabx ordnaw lill- pulizija biex joqgħod fil-kamra miegħu!", "Imbagħad tmur St. Michael's ward, fejn hemm is-security kollha neċessarja biex priġunier li jinżamm hemmhekk ma jaħrabx, u ssibha vojta!", "Jekk għandhom bżonn kura l-isptar ħa jmorru l- isptar imma mhux jinżammu f'wards ma' pazjenti oħrajn bil-periklu li f'xi ħin jew ieħor jistgħu jaħarbu.", "U kellna każi bħal dawn u nibqgħu ma nitgħallmux.", "Imbagħad ikollna wieħed bħal Azzabi, li nqabad bi 18-il kilo ħaxixa importata f'Malta, ħarab u għad m'għandniex risposta la dwar fejn hu l-passaport u lanqas dwar x'tip ta' sigurta` kellu miegħu.", "Hawn min għandu għaxar uffiċjali tas-sigurta' għassa miegħu - u anke għandna rjus kbar li għandhom xi tlieta jew erba' pulizija madwarhom il-ħin kollu - iżda ma' persuni bħal dawn m'għandniex għassa!", "Dawn huma persuni perikolużi u nafu li ladarba kienu qegħdin idaħħlu d-droga f'pajjiżna allura bilfors li għandhom kuntatti hawnhekk u żgur li se jutilizzawhom għaliex min ikun qiegħed iħaddimhom għandu kull intenzjoni li dan jitlaq kemm jista' jkun malajr minn Malta biex ma jmurx jilħaq jiftaħ ħalqu.", "Bħalma tidħol id- droga fil-ħabs hekk ukoll ikun hemm ftehim, dirett jew indirett, fil- kuntatti li jkun hemm ma' ċerti persuni fil-ħabs.", "Dawn l-affarijiet nafu li jiġru u minflok noqogħdu ninħbew wara subgħajna u niċħdu dawn l- affarijiet - u huwa faċli li ninħbdew wara subgħajna - ejjew inkunu prattiċi and let's call a spade a spade, għall-benefiċċju ta' kulħadd, għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn huma s-sorsi li rridu neqirdu hawn Malta jekk verament irridu nimxu 'l quddiem.", "Irridu naħsbu wkoll biex ċerta laxkezza f'ħafna affarijiet tinqata' għaliex bil-laxkezza, intenzjonata jew le, żbalji kbar isiru.", "Jekk se jkun hemm dipartiment għall-protezzjoni ċivili, dan irid jiġi manned 24 siegħa kuljum u kulmin hu involut irid ikun preparat għal li jista' jinqala' 24 siegħa kulljum, anke dawk li jkunu on stand-by.", "Dawn jinkludu l-ispeċjalisti u t-tobba li jaħdmu fl-isptarijiet.", "Dawn illum għandhom il- pager mhux biex iħalluh imwaħħal ma' ġenbhom imma biex f'każ ta' bżonn wieħed ikun jista' jikkuntattjahom.", "U huwa importanti li dawn jirrisponduh.", "Meta jien kont ministru kien hemm speċjalista barrani li kien baqagħlu ftit xhur oħra biex jispiċċalu l-kuntratt u darba minnhom waqt li kien għassa ma rrispondiex il-pager għal sitt sigħat, bil- konsegwenza li kellna nsibu speċjalista ieħor biex jidħol minfloku meta dan ta' l-aħħar ma kienx għassa.", "Minħabba f'hekk u minħabba raġunijiet oħra - dwar dan tgħidx kemm kienu kitbu fil-gazzetti - jien kont irriffjutajt li nġedded il-kuntratt ta' dan l-ispeċjalista.", "Mr Speaker, fiż-żmien li jien kont naħdem l-isptar kellna każ ta' hijacking u peress li kien hemm il-biża' li kienu se jinqatlu xi nies, minħabba li kien hemm ħafna theddid li se jisplodu l-ajruplan, mill-isptar kienu ċemplu lill-maġġor parti ta' l-ispeċjalisti biex jidħlu u dawn kienu daħlu għal lest.", "Dan ma kienx xi att erojku min-naħa tagħhom imma kien is- sens ta' altruiżmu li lil dawn ġegħelhom jersqu 'l quddiem ħalli jagħtu l- għajnuna tagħhom.", "Għalhekk nagħlaq billi nħeġġeġ sabiex kuntrarju għal dak li qed jiġri bħalissa f'ċerti dipartimenti - bħal, per eżempju, dak tal- pulizija - u l-mod li bih qed jinġarru l-ħabsin, titneħħa l-laxkezza, jekk mhux għal ħaġa oħra għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq li fil-ftit minuti li ġejjin nagħti l-kontribut tiegħi għal din id-diskussjoni li tirrigwarda suġġett li ċertament huwa ta' interess mhux biss għall- membri ta' din il-Kamra iżda għall-poplu Malti kollu li għandu interess ikun jaf li f'pajjiżna qed insaħħu l-organizzazzjonijiet, l-infrastruttura u l-istituzzjonijiet eżistenti sabiex ikollna team għal meta jinqalgħu każi ta' diżastri naturali jew diżastri oħrajn.", "Irrid ngħid li l-intenzjoni ta' din il-liġi hija li nwaqqfu b'mod legali mhux biss id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili iżda dak kollu li bil- liġi hemm bżonn sabiex aħna nkunu f'pożizzjoni li nistgħu namministraw il- qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Għalkemm kien hemm ħafna kelliema li għamlu diversi suġġerimenti dwar x'għandu jkun ir-rwol tad-dipartiment għall- protezzjoni ċivili, naħseb li rridu nżommu saqajna ma' l-art mill-bidu u nagħrfu li r-riżorsi reali ta' dan il-pajjiż huma dawk li huma.", "Aħna qed naraw li d-dipartiment ikun mhux biss assistit minn numru ta' personnel imma jkollu wkoll l-infrastruttura fiżika li jkun jista' jaħdem fiha kemm bħala bini kif ukoll bħala apparat.", "Pero' huwa żgur li d-dipartiment waħdu ma jistax jikkordina x-xogħol neċessarju għal dik li hija protezzjoni ċivili.", "Lanqas f'pajjiżi li huma ferm ikbar minna u li għandhom riżorsi ferm iktar minna ma qatt wieħed jistenna li x-xogħol tal-protezzjoni ċivili jsir biss mid-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, anzi waħda mill-aktar affarijiet importanti li tintqal kullimkien - u din ċertament wieħed irid jenfasizzaha għal pajjiżna - hija li d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jrid ikun qabel kollox il-kordinatur ta' l-Istat mad-dipartimenti tal- gvern, mal-volontarjat u ma' dawk l-organizzazzjonijiet kollha, inkluż organizzazzjonijiet barranin, li jkunu jistgħu jagħtu daqqa t'id sabiex wieħed ikun jaf kif għandu jaġixxi f'każ ta' kalamita`.", "Qed ngħid dan għax jiena wkoll kont preżenti għad-diskussjonijiet li konna nagħmlu dwar it-twaqqif tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili - kont preżenti saħansitra sa mill-ewwel ġranet li kien hemm tibdil fil-gvern - u rrid ngħid li kien hemm min esprima x-xewqa li jkun hemm aktar personnel, pero' jien ngħid li wieħed irid jifhem li dan il-pajjiż ma jistax ikollu ħafna aktar personnel minħabba l-problemi realistiċi tan- nefqa rikorrenti.", "U allura wieħed mill-bidu jrid jenfasizza l-ħtieġa li d- dipartiment għall-protezzjoni ċivili jkun iservi ta' kordinatur ta' l- Istat, minkejja li llum għandna dipartiment li għandu 'l fuq minn 90 persuna mħarrġa għal dan ix-xogħol.", "Mr Speaker, biex nagħmlu attivita' ta' emerġenza rridu mhux biss inkunu pronti biex nagħmluha dakinhar li tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, imma rridu naraw li jkun hemm pjani ta' kontinġenza fejn ikun hemm diġa' maħsub xi jrid isir b'kordinazzjoni ma' dipartimenti oħra tal-gvern u mal-ħafna gruppi tal-volontarjat.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid ukoll li dawn il- pjani ta' kontinġenza jridu jsiru b'mod professjonali u xjentifiku.", "Għal dan il-għan fil-liġi jissemma' kumitat xjentifiku li l-intiża tiegħu hija li jkollok numru ta' esperti li jkunu qegħdin jassistu lid-dipartiment fit- tfassil ta' dawn il-pjani ta' kontinġenza.", "Minkejja li l-liġi għadha qed tiġi diskussa, diġa' jeżisti kumitat xjentifiku proviżorju u fil-ġranet li ġejjin se naraw li jiġi appuntat kumitat xjentifiku iktar b'saħħtu u se ninsistu li dan il-kumitat jiltaqa' b'mod aktar regolari milli kien qiegħed jiltaqa' s'issa.", "Qed nenfasizza fuq il-kumitat xjentifiku għaliex dan il-kumitat irid ikun il-pompa tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Mhux biss irid ikollok l- idejn tal-personnel li għandu d-dipartiment imma jrid ikollok ukoll l-imħuħ li jkunu qegħdin jippjanaw u jaraw fejn jinsabu l-postijiet li l-iktar huma f'sitwazzjoni li jintlaqtu f'każ ta' kalamita` ta' ċertu tip.", "Il-kumitat xjentifiku jrid jassistina sabiex mhux biss nanalizzaw imma possibbilment anke jieħu l-inizjattiva biex isiru dawn il-pjani ta' kontinġenza.", "Fil- fatt diġa' ninsabu għaddejjin bix-xogħol biex nagħmlu dawn il-pjani ta' kontinġenza, liema pjani jridu jkunu ħafna pero' l-prijorita' hija fuq tlieta, ċioe' wieħed għall-ajruport, ieħor għall-Port il-Kbir u ieħor f'każ ta' oil spill.", "Dan il-kumitat xjentifiku jrid ukoll jassisti lid- dipartiment għall-protezzjoni ċivili sabiex jara x'tip ta' taħriġ għandu jkollu l-istaff ta' l-istess dipartiment.", "Jiena ħadt gost nisma' lill- Onor. Anġlu Farrugia jsemmi dan il-punt, jiġifieri l-ħtieġa li jkun hemm taħriġ lill-istaff, u aħna se naraw li l-istaff ikollu dak it-taħriġ tekniku, li jkompli jagħmlu dejjem aktar pront sabiex jagħti l-aħjar għajnuna possibbli f'mument ta' emerġenza.", "Mr Speaker, aktar kmieni semmejt il-ħtieġa li d-dipartiment għall- protezzjoni ċivili jikkordina ma' ħaddieħor, u jekk hemm settur li verament hemm bżonn li nikkordinaw miegħu - fil-fatt dan diġa' qed isir - huwa s- settur tal-volontarjat.", "F'Malta hawn diversi għaqdiet li diġa' qed jagħmlu xogħol simili - ma rridx insemmi ismijiet ħalli ma nħalli lil ħadd barra - u fil-laqgħat li diġa' kellna, kemm jien kif ukoll il-ministru, is- segretarju permanenti fil-ministeru u d-direttur tad-dipartiment għall- protezzjoni ċivili, ma' numru kbir ta' għaqdiet ġie nnotat li ninsabu mexjin fuq pjan ta' azzjoni, liema pjan l-ewwel ma jrid jagħmel huwa li jidentifika x'għandna diġa' available fil-pajjiż għal dak li huwa persuni f'kull għaqda.", "Issa meta qed ngħid \"persuni f'kull għaqda\" ma rridux naraw biss il-membri li hemm imniżżla on paper imma kemm kull għaqda hija kapaċi timmobilizza persuni f'siegħa jew f'nofs ta' nhar.", "Dan huwa importanti sabiex aħna nkunu realistikament nafu fuq min nistgħu nduru f'każ ta' emerġenza għaliex, għalkemm l-għaqdiet huma verament attivi, għadu ma jeżistix inventarju li juri fuq kemm-il persuna wieħed jista' jdur f'temp ta' siegħa jew nofs ta' nhar f'każ ta' emerġenza.", "Apparti hekk, wieħed irid ikun jaf ukoll x'tip ta' training għandhom in-nies li qegħdin f'dawn l- organizzazzjonijiet volontarji, għaliex inti jista' jkollok kalamita` li għaliha tkun trid issejjaħ grupp ta' nies li jkollhom ċertu training.", "Fil- fatt waħda mid-diffikultajiet li qegħdin insibu hija li m'hemmx kalkolu preċiż ta' x'tip ta' training għandhom dawn in-nies u għalhekk aħna qed nipprovaw naslu biex noħolqu metodu ta' kif wieħed jista' jikkalkula x'livell ta' training għandhom dawn il-persuni li qegħdin fl-għaqdiet volontarji.", "Mr Speaker, semmejt l-inventarju ta' personnel u fil-fatt proprju waħda mill-affarijiet li qegħdin nipprovaw nagħmlu ma' l-għaqdiet volontarji hija l-inventarju ta' faċilitajiet.", "Ħafna drabi l-għaqdiet għandhom numru ta' faċilitajiet - hemm min għandu anke vetturi tiegħu u hemm min għandu l- apparat tiegħu - pero' għadu ma jeżistix inventarju sħiħ ta x'tip ta' faċilitajiet u apparat għandhom dawn l-għaqdiet.", "Waħda mill-prijoritajiet li għandna hija li nfasslu inventarju ta' dawn il-faċilitajiet proprju għar- raġuni li għalkemm huwa fl-interess ta' l-Istat li jassisti lil dawn l- għaqdiet volontarji, m'huwiex fl-interess tiegħu li jagħmel dan b'għajnejh magħluqa.", "Jekk imbagħad naraw li dawn l-għaqdiet volontarji għandhom skarsezzi ta' ċerti faċilitajiet, allura l-għajnuna tagħna għandha tmur direttament biex ngħinu fejn hemm in-nuqqas.", "Jiena nittama li fix-xhur li ġejjin inkunu fassalna, flimkien ma' l-għaqdiet volontarji, dawn iż-żewġ inventarji tant importanti, ċioe' l-inventarju ta' x'personnel jeżisti, xi training għandhom, kemm nistgħu nduru fuq nies f'ħinijiet differenti u anke x'faċilitajiet jeżistu.", "Irrid ngħid hawnhekk li fil-qasam tal-kordinazzjoni għadna fil-bidu imma diġa' qed naħsbu biex intejbu ħafna iktar il-koordinazzjoni tagħna ma' l- għaqdiet volontarji.", "U hija l-intiża tagħna wkoll li lill-għaqdiet volontarji ninvolvuhom meta jkun hemm l-eżerċizzji fuq pjani ta' kontinġenza għaliex huwa importanti li lil dawn ma ssejħilhomx biss fil- ġurnata li tinqala' l-emerġenza imma ssejħilhom qabel ħalli l-personnel ikun jaf minn qabel x'għandu jagħmel.", "Kif diġa' qal l-Onor.", "Michael Farrugia, f'kull każ ta' emerġenza kull id hija importanti pero' importanti ħafna li l-idejn jintużaw tajjeb.", "F'sitwazzjoni ta' emerġenza jista' jkollok persuna li għandha l-volonta' kollha li tagħmel xi ħaġa imma tista' tkun qiegħda fil-post ħażin u fil-ħin ħażin.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li t-training mal-persuni li ġejjin mill-għaqdiet volontarji nużawh ukoll fl-eżerċizzji li jsiru għal dak li għandu x'jaqsam ma' pjani ta' kontinġenza.", "Waħda mill-affarijiet li lili timmeraviljani hija li, per eżempju, fl- Italja minn popolazzjoni ta' madwar 60 miljun kapaċi jimmobilizzaw 1.2 miljun ruħ f'inqas minn tliet sigħat.", "U mill-Italja f'dan il-qasam għandna x'nitgħallmu ħafna.", "Biżżejjed wieħed jgħid li dawn għandhom ruxxmata regolamenti u diversi pjani li bihom jafu eżattament x'jistgħu jagħmlu u x'ma jistgħux jagħmlu.", "Nista' nsemmi, per eżempju, li jeżistu regolamenti dwar x'tip ta' dwal jistgħu jużaw f'emerġenza, biex tiddiferenzjahom mill- ħaddiema tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Aħna diġa' bdejna biex naslu lejn dawn it-tip ta' regolamenti u fil-fatt qegħdin niddraftjaw regolamenti apposta għall-għaqdiet volontarji.", "M'iniex qed ngħid li se naslu f'sett ta' regolamenti dettaljati daqskemm huma ta' pajjiżi oħra għaliex aħna qegħdin fil-bidu, pero' rridu nagħfsu ħafna iktar il-pedala biex inlaħħqu dak illi m'għamilniex għal diversi snin.", "Mr Speaker, nixtieq hawnhekk nirringrazzja pubblikament lill-għaqdiet volontarji li taw sehem kbir fil-weekend meta ġiet imtella' wirja dwar il- protezzjoni ċivili, liema wirja d-dipartiment ikkordina - u qed nuża l- kelma ''ikkordina'' għax verament nemmen li kkordina, ma rridx ngħid li għamilha waħdu - ma' l-għaqdiet volontarji.", "Apparti li għaliha attendew numru sabiħ ta' studenti, attenda wkoll pubbliku ferm aktar numeruż milli konna qed naħsbu li se jattendi.", "Jiena ċert li anke s-sena li ġejja nerġgħu norganizzaw attivita' ta' dan it-tip ħalli kemm jista' jkun tingħata aktar informazzjoni lill-pubbliku.", "Qgħadna attenti ħafna li naraw li min jattendi għal din l-attivita' jiġi hemmhekk mhux sempliċement biex jara imma sabiex jitgħallem ukoll b'dawk li jissejħu hands-on exercises.", "Anke jekk sempliċement titgħallem tinfaxxa id ta' persuna huwa tajjeb għaliex għalkemm hija xi ħaġa żgħira, f'mument ta' emerġenza jkun hemm bżonn li wieħed ikun jaf dawn l-iskills żgħar ta' first aid.", "U kif qed nitkellem dwar l-informazzjoni lill-pubbliku, irrid ngħid li se nsaħħu wkoll it-tip ta' informazzjoni li tingħata lill-pubbliku.", "Huwa maħsub li fix-xhur li ġejjin inżidu l-ispots ta' informazzjoni lill-pubbliku in ġenerali, anke permezz tat-televiżjoni, tal-mezzi ta' l-istampa kif ukoll tal-media in ġenerali.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni, id-dipartiment għall- protezzjoni ċivili qed jagħmel korsijiet għall-ħaddiema tas-servizz pubbliku u anke għall-ħaddiema li jkunu ġejjin mill-industrija privata.", "Hija l-intenzjoni tad-dipartiment li nifirxu dawn it-tip ta' korsijiet ta' first aid u ta' emerġenza ma' Malta kollha u qed naħsbu sabiex inżidu u ntejbu dawn il-korsijiet b'kordinazzjoni mal-kunsilli lokali.", "Jekk hemm xi ħaġa li, per eżempju, ħafna min-nies qegħdin japprezzaw hija t-traffic awareness campaign li qed jagħmel il-korp tal-pulizija.", "Din hija effettiva għaliex tkun qed tilħaq lill-pubbliku in ġenerali fil-pjazez u rridu naraw li korsijiet ta' dan it-tip ta' first aid u ta' emerġenza ma jibqgħux limitati biss għall-ftit iżda jinfetħu u jiġu offruti lil ħafna iktar persuni.", "U la qed nitkellem fuq kordinazzjoni mal-kunsilli lokali nixtieq insemmi anke problema li fil-preżent qegħdin naħdmu fuqha, ċioe` l-problema tal-millennium bug.", "Qegħdin naraw kif nistgħu nirrispondu għal xi emerġenzi li jistgħu jinħolqu lejliet l-ewwel tas-sena u f'dawk il-ġranet ta' madwar l-ewwel tas- sena.", "Fil-fatt waqqafna kumitat ta' kordinazzjoni apposta, presedut mis- segretarju permanenti fi ħdan il-ministeru ta' l-intern, li fih hemm involut ukoll mhux biss id-direttur tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili imma anke l-kummissarju tal-pulizija, il-kap kmandant tal-forzi armati, iċ-chairman tal-Y2K national commission, kif ukoll persuni oħrajn minn diversi korporazzjonijiet li qegħdin jaraw kif minn issa jista' jkun hemm response għall-emerġenza tal-Y2K.", "Fil-ġranet li ġejjin dan il-kumitat se jiltaqa' wkoll ma' rappreżentati tal-kunsilli lokali sabiex jinformahom bix-xogħol li jinsab għaddej f'dan il-qasam u kif huma wkoll jistgħu jassistu f'dawk il-każi ta' emerġenza.", "Kif diġa' għedt, huwa importanti ħafna li l-informazzjoni ma tibqax limitata għall-ftit imma tinfirex għal kemm jista' jkun persuni.", "Mr Speaker, punt ieħor li xtaqt insemmi huwa dwar il-kuntatti u konvenzjonijiet internazzjonali.", "Veru li fil-liġi ma jissemma' xejn dwar konvenzjonijiet internazzjonali, pero' wieħed irid jifhem li d-dipartiment diġa' qiegħed f'kuntatt ma' diversi organizzazzjonijiet.", "Hemm organizzazzjonijiet li diġa' ilu f'kuntatt magħhom u hemm oħrajn li qiegħed jibda biex iżid il-kuntatti tiegħu magħhom.", "Fil-fatt nixtieq hawnhekk ninforma lill-Kamra li d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili dalwaqt isir membru sħiħ ta' dik li tissejjaħ is-civil defence organisation, liema organizzazzjoni hija waħda mill-aktar organizzazzjonijiet internazzjonali importanti u li ħafna drabi bħalha u bħal diversi organizzazzjonijiet oħra nkunu nistgħu nsiru membri sħaħ tagħhom mill-mument li tgħaddi din il-liġi, minħabba li għadna qed nistennew li jkollna l-qafas legali kif ukoll il- qafas amministrattiv u infrastrutturali sabiex inkunu f'pożizzjoni li nistgħu nipparteċipaw b'mod sħiħ.", "Għandna wkoll kuntatti ma' l-international atomic energy agency u d- dipartiment ilu għal diversi żmien attiv ħafna f'dik li tissejjaħ il- European hazards agreement - fil-fatt għandna ċentru lokali li huwa stabilit fil-bini tal-foundation for international studies fil-Belt Valletta - u qiegħed ukoll jipparteċipa b'mod sħiħ fil-programm tal- Euromed ta' l-Unjoni Ewropea anke għall-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll li dan l-aħħar ġew magħżula esperti lokali sabiex jipparteċipaw f'korsijiet li qiegħda tagħmel l-Unjoni fil-qasam tal- protezzjoni ċivili.", "Fil-fatt intgħażlu ħafna minn dawk il-Maltin li applikaw, fatt li juri li anke f'pajjiżna għandna expertise u personnel verament ta' kalibru.", "Naturalment id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili għandu wkoll kuntatti ma' l-Unjoni u programmi oħrajn għal dak li għandu x'jaqsam ma' protezzjoni ċivili.", "Qed insemmi dan il-punt dwar kuntatti internazzjonali għaliex hija xi ħaġa magħrufa li minkejja li aħna għandna numru tajjeb ta' experts, pajjiżna huwa żgħir u m'għandix l-iċken dubju li f'sitwazzjoni ta' emerġenza jkollna bżonn induru anke fuq emergency expertise barrani.", "B'daqshekk m'għandniex għalfejn nistħu jew inkella ngħidu li għandna nuqqas għaliex illum hija ħaġa magħrufa li anke pajjiżi kbar bħal, per eżempju, Franza, Spanja u l-Italja, għalkemm għandhom il- personnel, qegħdin jaraw li jibnu teknoloġiji li f'każ ta' diżastru jkunu jistgħu jduru fuq expertise barrani billi jagħmlu kuntatti ma' emergency response centres f'pajjiżi oħra sabiex jassistuhom fl-informazzjoni li tista' tinġabar.", "Jien kelli okkażjoni nattendi għal simulazzjoni ta' eżerċizzju ta' dan it- tip fin-naħa ta' isfel ta' Franza - liema eżerċizzju kien organizzat mill- unit li għandu l-Kunsill ta' l-Ewropa fil-qasam tal-protezzjoni ċivili - fejn urewna kif, per eżempju, jekk ikollok trakk li jkun qed iġorr materjal tossiku - u anke materjal nukleari - li jkun qiegħed ippakkjat f'kaxex li ma jindikawx x'inhu l-materjal, anzi ħafna drabi jkun ippakkjat f'kaxex intiiżi biex iħawduk, ħalli inti assolutament ma jkollokx l-iċken idea x'fihom ...", "Fil-fatt din hija waħda mill-problemi kbar li qed tiffaċċja l- Ewropa llum, anke bil-ftuħ tal-fruntieri, fejn għandek materjal li jiġi ttrasportat minn post għal ieħor, li mbagħad jiġi dumped f'post ħafna 'l bogħod minn fejn il-materjal ikun oriġina.", "F'dan l-eżerċizzju wrewna x'jiġri f'każ li wieħed minn dawn it-trakkijiet jaħbat u jwaqqa' materjal tossiku fit-triq.", "F'dan il-każ partikolari li qed insemmi, id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili Franċiż immedjatament minn fuq il-post ta' l- emerġenza daħal f'kuntatt ma' ċentri oħrajn f'Lisbona, Madrid u Ateni - u anke maċ-ċentru tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg - sabiex dawn jassistu lill-awtoritajiet Franċiżi u jgħinuhom ikunu jafu, fl-iqsar żmien possibbli, x'tip ta' materjal hemm fil-post fejn seħħ l-inċident.", "Jien nista' nikkonferma li ċ-ċentru ta' l-emerġenza tal-protezzjoni ċivili tagħna se jkollu l-faċilita' biex nagħmlu dak it-tip ta' kuntatt pero', kif diġa' għedt, għalkemm f'pajjiżna għandna expert personnel, dan huwa limitat u għalhekk irridu nduru fuq pajjiżi oħrajn li għandhom expertise mhux biss ħafna iktar minna bħala numru imma xi kultant ikun ukoll ħafna aktar informat minna.", "Sur President, irrid ngħid li għalkemm għamilna passi kbar għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-infrastruttura - biżżejjed wieħed isemmi l-ammont ta' Lm6.7 miljun li l-Gvern Taljan ta lill-Gvern Malti għax-xiri ta' l- apparat illi għandna llum - hemm bżonn li nkomplu mexjin sabiex intejbu din l-infrastruttura ġenerali tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Infatti minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Ministru Tonio Borg, li mhux biss huwa l-ministru responsabbli mill-qasam tad-dipartiment għall- protezzjoni ċivili imma kien hu li ta bidu għall-programm ta' għajnuna finanzjarja f'dan il-qasam mill-Gvern Taljan, proprju lejn l-aħħar ta' l- 1995, fejn permezz ta' protokoll finanzjarju konna f'pożizzjoni li nibbenefikaw minn dak l-ammont kbir ta' flus biex inxtara l-apparat.", "Minkejja dan, hemm bżonn li minbarra li naraw xi ksibna fil-qasam ta' l- infrastruttura naraw ukoll x'hemm bżonn intejbu aktar.", "Aħna rajna u studjajna metodi kif l-apparat li pajjiżna kiseb jista' jintuża bl-aħjar mod - u ngħid pajjiżna għaliex l-apparat mhux neċessarjament jintuża kull ġurnata mid-dipartiment għall-protezzjoni ċivili - anke minn organizzazzjonijiet oħrajn.", "Per eżempju, tnejn mis- search and rescue vessels ġew mgħoddija lill-forzi armati għaliex deherilna li hekk ikun l-aħjar mod kif dawn jintużaw.", "Ninsabu mexjin ukoll sabiex inlestu l-pjani għal fire station ieħor f'Santa Venera u hawnhekk xtaqt nispjega għalfejn ġiet magħżula proprju Santa Venera.", "Dan is-sit ġie magħżul għaliex jinsab viċin l-arterji prinċipali li għandna f'pajjiżna.", "Fil-fatt dan jinsab viċin il-link road li tieħdok lejn in-naħa ta' fuq ta' Malta, lejn in-naħa tas-south ta' Malta u anke lejn l-inħawi ta' Tas- Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u s-Swieqi.", "Is-siting tal-fire stations huwa importanti ħafna ħalli kemm jista' jkun innaqqsu l-ħin li fih il-vetturi għall-fire response jaslu fuq l-arterji prinċipali biex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom fl-iqsar żmien possibbli.", "Sur President, qegħdin naħdmu wkoll fuq is-single emergency telephone number, li jiena nqis li huwa importantissimu għall-pajjiż.", "Sal-lum għadna fis-sitwazzjoni fejn jekk trid nies biex jiġu jitfu n-nar iċċempel numru, jekk trid lill-pulizija ċċempel numru ieħor u jekk trid ambulanza ċċempel numru ieħor.", "Issa ħafna drabi l-inqas ħaġa li tkun trid f'mument ta' emerġenza hija li toqgħod tfittex fid-direttorju x'numru għandek bżonn iċċempel.", "Il-persuna li tkun tinsab f'sitwazzjoni ta' emerġenza tkun diġa' fi stat ta' shock u jkollha konfużjoni f'moħħha, u ħafna drabi tispiċċa ċċempel numru b'ieħor u tispiċċa f'konfużjoni ħafna ikbar.", "Għalhekk hemm bżonn li jkollna numru wieħed f'każ ta' emerġenza, u huwa importanti li dan in-numru mhux biss ikun jafu l-pubbliku in ġenerali imma jkunu jafuh ukoll it-tfal.", "Kif naħseb li jafu ħafna mill-Onor.", "Membri, fuq it- televiżjoni jintwerew programmi - bħal, per eżempju, Rescue 191 - li juru kemm huwa importanti li t-tfal ikunu jafu dan in-numru f'każ ta' emerġenzau fil-fatt ħafna drabi dawn jiġu mgħallma dan in-numru fl-iskejjel.", "Jien nittama li matul is-sena li ġejja nsibu l-finanzjarji neċessarji sabiex nibdew dan is-servizz tas-single emergency telephone number.", "Ħaġa oħra li qegħdin naħdmu fuqha wkoll mal-Gvern Taljan hija l- possibbilta' li nutilizzaw ir-remote sensing facilities ta' l-Italja.", "Diġa' għandna għadd ta' remote sensing facilities imma dawn irridu norbtuhom ukoll ma' l-Italja sabiex inkunu f'pożizzjoni li nagħmlu monitoring kontinwu meta jkun hawn xi roqgħa żejt fin-naħat tagħna.", "Ħalli nispjega x'inhi din ir-remote sensing facility.", "Sal-lum jekk ikun hemm roqgħa żejt u nsiru nafu biha fis-6.00 p.m., mill-mument li jidlam m'għandniex il-faċilitajiet biex nagħmlu monitoring tagħha u naraw fejn hija sejra.", "Issa r-remote sensing technology, li hija waħda mill-aktar teknoloġiji avvanzati li għandha d-dinja llum, tagħtik il-possibbilta' li ssegwi dik ir-roqgħa żejt anke matul il-lejl.", "Din hija ħaġa importantissima għaliex jista' jkollok roqgħa żejt li qabel tinżel ix-xemx tkun 'il bogħod sew mill-kosta imma mbagħad matul il-lejl tersaq lejk mingħajr lanqas biss tinduna.", "Jien nittama li nkunu nistgħu nikkonkludu mal-Gvern Taljan dwar kif ikun hemm użu aħjar ta' dawn il-faċilitajiet teknoloġiċi minn pajjiżna.", "Sur President, fil-ħin li kelli pprovajt nagħti l-kontribut tiegħi għal din id-diskussjoni, liema diskussjoni, apparti l-mumenti fejn il-Kamra marret out of order - għaliex kien hawn min ħareġ mit-tema prinċipali tal- liġi - kienet waħda tajba u b'saħħitha u li ċertament tefgħet anke dawl ġdid u informazzjoni ġdida fuq il-qasam tal-protezzjoni ċivili li pajjiżna tant għandu bżonn isaħħaħ fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, naħseb li min segwa dan id-dibattitu seta' jagħmel ċerti osservazzjonijiet, fis-sens li filwaqt li m'hemmx dubju li liġi bħal din tinteressa lill-poplu tal-gżejjer tagħna, hemm numru ta' ċirkostanzi li wieħed jista' jagħmel evalwazzjoni iktar kategorika dwarhom.", "Per eżempju, jien niftakar li fi tfuliti ma konniex nieħdu injezzjonijiet għall-influwenza u n-nanniet kienu jgħiduli: \"Bejn Ottubru u Mejju agħsar larinġa jew tnejn, ħu kuċċarina għasel magħha u l-grazzja t'Alla tbierkek\".", "Illum dawn id-drawwiet intesew pero' ma jfissirx li ħadd ma għadu jimrad bl-influwenza.", "Li rrid ngħid b'dan kollu huwa li filwaqt li huwa tajjeb li niddibattu u naqsmu l-esperjenzi ta' kif għandna nsaħħu l-protezzjoni ċivili, irridu nirrealizzaw ukoll li hemm numru ta' affarijiet li għal xi raġuni jew oħra, minkejja l-gravita' tagħhom, jiġu ttraskurati u anke abbandunati min-nies li suppost ikunu qegħdin jagħtuhom l-attenzjoni tagħhom.", "U f'moħħi mill-ewwel tiġini l-problema ta' l-ilmijiet.", "Hawnhekk forsi jkun hawn min jgħidli li f'pajjiżna ftit tagħmel xita, pero' rridu niftakru li ħafna drabi tagħmel f'daqqa u b'hekk tikkawża diżastri.", "F'dawn l-aħħar snin ġew abbandunati l-culverts tat-toroq, il- widien u r-reservoirs, u dan sar proprju fiż-żmien meta qed jiġu żviluppati numru akbar ta' toroq.", "Ninsabu resqin lejn seklu ġdid u d-dipartimenti, speċjalment dak tal-public works, għandhom jaraw li jkollhom staff professjonali għal dan ix-xogħol.", "Nixtieq hawnhekk ngħid li kellu jkun gvern Laburista li ppreżenta din il-liġi għall-ewwel darba fil-parlament u ddiskutiha b'mod sempliċi, b'mod li jifhmu kulħadd, anke dawk bħali li forsi meta nisimgħu jingħad kliem bħal \"diskussjonijiet xjentifiċi\" forsi nibdew nitfixklu xi ftit!", "Jien naħseb li jkun tajjeb li minflok noqogħdu nitkellmu fuq xi programmi rridu norganizzaw, naraw dawk l-affarijiet li diġa` jeżistu u naġġornawhom għaż-żmenijiet tal-lum u tal-futur, għaliex m'hemmx dubju li fil-ġejjieni se jinfetħu aktar toroq u allura se tkompli tikber il-problema ta' l-għargħar.", "U hawnhekk jidħol ukoll l-aspett ta' staff training, f'każ ta' ċirkostanzi bħal dawn.", "Issa hawnhekk tajjeb li wieħed jara kif jistgħu jiġu ttrattati każijiet simili f'lokalitajiet differenti għax f'każ ta' diżastru, l-istess miżuri ma jistgħux jiġu applikati kemm għall-kampanja kif koll għall-postijiet urbani.", "Sur President, la qiegħed insemmi l-kampanja ma nistax ma nsemmix il- ħitan tas-sejjieħ li, minbarra li għandhom valur ambjentali u storiku, għandhom ukoll użu speċifiku, li jipproteġu l-uċuħ tar-raba' milli jinġarru mill-ilmijiet.", "Hemm bżonn li dawn il-ħitan tas-sejjieħ ma tkomplix issirilhom ħsara.", "Minn mistoqsija parlamentari rriżulta li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena ma sar ebda xogħol ta' tiswija fuq ħitan tas-sejjieħ.", "Jien qed ngħid dan sempliċement bħala osservazzjoni u mhux bħala kritika, ħalli ma nispiċċawx nirriduċu dan l-argument f'kemm-il metru ta' ħitan tas- sejjieħ għamel ministru u kemm-il metru għamel ministru ieħor.", "Jekk aħna verament irridu nkunu onesti u leali lejn id-dover tagħna li nirrappreżentaw liċ-ċittadini ta' pajjiżna, irridu ngħidu li l-aktar nies li qed ibatu qed ikunu l-bdiewa u l-familji li jgħixu fil-kampanja, u għalhekk irridu naraw li dawn il-ħitan jissewwew ħalli kemm jista' jkun ma noħolqulhomx aktar spejjeż.", "Sur President, gvern preċedenti Laburista kien beda proġett ta' riabilitazzjoni f'Wied il-Qlejgħa, liema proġett kellu numru ta' għanijiet.", "L-ewwel għan kien li mill-ġdid joħloq dik l-istruttura li tipproteġi u tirriabilita l-flora u l-fawna fil-gżejjer tagħna u noħolqu aċċess, biex ngħid hekk, ta' wied li jagħti nifs ġdid lill-mod ta' kif pajjiżna jista' jħares biex jirriabilita dawn il-valuri li barra li jsebbħu pajjiżna, huma wkoll għall-qalb it-turisti.", "L-istess proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa kien maħsub biex fejn hemm ħitan li tibnihom kemm tibnihom jerġgħu jaqgħu wara sena jew sentejn minħabba s-saħħa ta' l-ilma, isiru gaġeġ imsejħa gabbioni - fil-każ ta' l-art imsejħa materassi - sabiex il- ħitan ma jiġġarfux.", "Din hija sistema li fejn sistemi oħra hija rħisa f'dak li huwa materjal u li permezz tagħha l-ilma tax-xita ma jitħalliex jispiċċa fit-toroq u joħloq problemi serji, kif ġieli esperjenzajna.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nifraħ u nirringazzja lil dawk il-persuni - qed nirriferi għan-nies tas-salvataġġ, speċjalment għall-pulizija - għax-xogħol li jagħmlu ma' dawk li jsibu ruħhom f'ċirkostanzi diffiċli kawża ta' xi għargħar.", "Sur President, jien naħseb li wasal iż-żmien li jsiru xi tip ta' management programmes li bihom il-pubbliku in ġenerali jkun jista' jiġi muri kif jevita ċerti diżastri li jiġu kkawżati minn nuqqasijiet tal- bniedem u mhux minħabba l-klima.", "Xtaqt hawnhekk nagħmel suġġeriment, fis- sens li minn żmien għall-ieħor id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili jibgħat ċirkolari lil dawk in-nies li joqogħdu f'areas sensittivi u li għandhom il-bjar, sabiex dawn iżommu ruħhom aġġornati ma' l-instructions li joħorġu mid-dipartiment every now and then.", "Dawn in-nies m'għandhom qatt jinsew li jekk għandhom xi riservaturi jew xi culverts f'dawk in-naħat ...", "Jien ngħid li l-kunsilli lokali għandhom jaraw li bħalma joħorġu tenders għall-iskips, tenders biex isiru l-bankini u tenders għall-floor cleaning, joħorġu wkoll tenders għat-tindif ta' dawn il-culverts.", "Sur President, ta' spiss nisimgħu u anke naqraw li fil-futur pajjiżna jista' jintlaqat minn heatwaves ħafna ikbar minn dawk li kellna sal-lum, u hawnhekk naħseb li jidħlu wkoll il-kunsilli lokali biex jaraw li jsir programm sabiex sew jekk tkun il-kesħa jew tkun is-sħana l-anzjani tagħna - li m'hemmx dubju li huma l-aktar li jintlaqtu - ikunu l-ewwel nies li tingħatalhom l-attenzjoni.", "Aħna m'għandniex il-kobor ta' l-Indja jew tas- Siberja u għalhekk bi ftit attenzjoni aktar u b'impenn akbar, id- dipartiment għall-protezzjoni ċivili bl-għajnuna tal-kunsilli lokali jkun jista' jagħmel monitoring professjonali u tekniku f'sitwazzjonijiet bħal dawn bl-inqas spejjeż possibbli.", "Nixtieq hawnhekk nagħmel osservazzjoni oħra dwar it-toroq ġodda li qegħdin isiru.", "Veru li huwa neċessarju li f'pajjiżna jkollna toroq tajba pero' jekk mhux se jkun hemm pjan dwar kif l-ilma li jiskula mir-raba' ma jispiċċax jimblokka t-toroq se jkollna problemi kbar, fosthom dawk tal- pollution u l-iskart.", "Iċ-ċokon tal-gżejjer tagħna jitlob li noqogħdu attenti li ma nkomplux inżidu l-problema tal-pollution li diġa' għandna f'ċerti żoni, anke dawk residenzjali.", "Għandna naraw ukoll kif għall-futur nabbinaw dawn il-problemi ma' problemi u ċirkostanzi oħra simili.", "Ħalli nispjega x'qed ngħid.", "Per eżempju fis-sajf, it-triq ta' matul il-bajja ta' l-Għadira minbarra li tkun mimlija bil-karozzi ta' dawk li jmorru jgħumu hemmhekk, isservi wkoll ta' arterja għal dawk in-nies kollha li jkunu sejrin iċ-Ċirkewwa biex jaqbdu l-vapur għal Għawdex.", "Issa hemmhekk minbarra l-fatt li ħadd għadu ma ħass il-bżonn li jagħmel poliklinika sabiex meta jinqalgħu ċirkostanzi bħal dawn ...", "Jien għandi nifhem li kull gvern jaħdem sabiex iġib aktar turisti lejn pajjiżna, pero' matul dawn l-aħħar 12-il xahar jien għadni ma smajtx jekk hemmx xi pjan sabiex fejn hemm problema ta' nuqqas ta' parking space isiru underground carparks jew faċilitajiet simili.", "Li dejjem isir huwa li nwerwru lill-bdiewa li se neħdulhom l-art biex ngħaddu minnha xi triq, ħalli b'hekk naqtgħu t-traffiku.", "Donnu li s-soluzzjoni, minkejja li resqin lejn is-sena 2000, għadha li biex issolvi problema tat-traffiku trid bilfors tieħu art ta' bdiewa li jkunu ilhom jaħdmu l-uċuħ tagħhom minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi, ikun diżastru ieħor jekk f'pajjiżna nibqgħu naġixxu b'mod li biex insolvu sitwazzjoni tat-traffiku nieħdu art li tkun fertili, liema art tkun ilha tiġġenera ħsad tajjeb minn seklu għal ieħor.", "Sur President, jien naħseb li wieħed għandu jkun aktar realistiku quddiem ċirkostanzi bħal dawn u ċirkostanzi oħra bħal, per eżempju, it-tfigħ ta' l- iskart fil-kampanja.", "Minkejja l-ħafna tentattivi li jsiru għadu jintrema' ħafna skart.", "Jien mhux l-ewwel darba li ċempilt u tkellimt ma' l-uffiċjali ta' l-administrative law enforcement dwar sitwazzjonijiet li jinsabu fihom ċerti zoni rurali u ħafna drabi, minkejja l-limitazzjonijiet li għandhom, dawn in-nies went out of their way biex jgħinu, pero' sfortunatament xorta jibqa' jintefa' skart.", "Dan huwa diżastru li qed ngħixuh - m'aħniex qed nistennewh ġej fuqna - u għaldaqstant dan il-gvern għandu immedjatament jara kif jorganizza ruħu b'mod aktar korrett sabiex dan id-diżastru li qed iseħħ jiġi rranġat u jekk hemm bżonn jiġu mnaddfa dawn il-postijiet.", "Irrid hawnhekk nagħmel osservazzjoni dwar il-windbreakers.", "Sur President, għalkemm mhux dejjem jinġab għall-attenzjoni tad- dipartiment għall-protezzjoni ċivili u lanqas għall-attenzjoni tal-media, f'pajjiżna jkun hawn diżastri kkawżati mill-irwiefen.", "Huwa veru li l- bdiewa forsi jaslu biss biex jirrappurtaw dawn il-każi lill-ministeru responsabbli mill-agrikoltura pero' l-fatt hu li dawn fil-fatt iseħħu u huma komuni.", "Nafu li gvern preċedenti Laburista kien beda kampanja sabiex ineħħi t-tankijiet li kienu qed ikerrħu l-ambjent.", "Naturalment dawn it- tankijiet kienu jintużaw ukoll sabiex jiġu protetti l-uċuħ tar-raba' mid- diżastri li jġib miegħu il-maltemp.", "Aħna konna waqqafna wkoll il-kumitat nazzjonali ta' l-urban and rural landscaping, li l-iskop tiegħu kien li tabilħaqq jara liema huma dawk it-tip ta' siġar li jistgħu jitħawlu ħalli jservu ta' windbreakers minflok it-tankijiet.", "Qed insemmi dawn il-fatturi għaliex jiġru regolarment għalkemm jista' jkun hawn f'din il-Kamra min ma jkunx jinteressah u jippreferi joqgħod jitkellem fuq xi diżastri li jistgħu jiġru f'każ ta' terremot.", "F'dan is-sens ngħid li hemm bżonn li d- dipartiment għall-protezzjoni ċivili jindirizza ruħu lejn ċirkostanzi li forsi m'huwiex daqstant aġġornat fuqhom u minflok noqogħdu nitkellmu fuq kemm hemm bżonn flus għall-personnel, il-gvern itejjeb mill-aħjar li jista' l-amministrazzjoni tiegħu b'mod li jkun qed isir aktar ġid għas- soċjeta' u b'hekk ikun qed jiġi rispettat aktar il-ġid komuni.", "Sur President, l-istess jista' jingħad għall-bini storiku.", "Kif diġa' għedt, minbarra d-diżastri li jista' jibgħat fuqna l-Bambin, hemm diżastri oħra li jistgħu jiġu fuqna għaliex ma nkunux ħadna ħsieb nilqgħu għal ċerti ċirkostanzi.", "F'dan ir-rigward wieħed irid jagħmel evalwazzjoni dwar ċerti sitwazzjonijiet ħalli ma tibqax is-sistema li biex issir xi ħaġa irid ikun hemm ministru li jkun ħa grazzja ma' xi torri, palazz jew pont partikolari.", "U huwa hawnhekk fejn għandu jidħol l-argument xjentifiku.", "Jien ngħid li m'għandniex għalfejn noqogħdu nagħmlu analisi ta' x'jagħmlu t-Taljani għaliex aħna poplu ċkejken u għandna nagħmlu l-istudji tagħna fuq l- affarijiet kurrenti li għaddej minnhom pajjiżna.", "Jien għandi nifhem li f'dan ir-rigward hemm ħafna aktar x'wieħed jagħmel, jiddiskuti u jirrimedja.", "Per eżempju, esperjenza li fl-opinjoni tiegħi hija ħajja u li m'hemmx dubju li ma trid ebda personnel imma ċertament titlob aktar impenn min-naħa tad-dipartiment ta' l-artijiet, hija l-kwestjoni li jiffaċċjaw ċerti bdiewa li għandhom ir-raba' mqabbla.", "Jeżistu ċirkostanzi fejn minħabba li jkunu nbiddlu ċerti karatteristiċi f'żoni partikolari, ikun hemm xi bidwi li jkun irid jagħmel xi xogħlijiet sabiex jilqa' għall-ilmijiet.", "Issa jekk dan il- bidwi jkollu r-raba' mqabbla ma' bdiewa oħra, ikollu bżonn il-permess tagħhom biex jagħmel dan ix-xogħol u, jekk ikun il-każ li xi ħadd minnhom ma jiffirmalux għaliex ikun irid jagħmillu l-ħsara, allura jiġri li dan ma jkunx jista' jagħmel dak ix-xogħol, bil-konsegwenza li malli tagħmel ħafna xita tikkaġunalu ħafna ħsarat.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet għaliex il- poplu in ġenerali ma jkunx jaf bihom.", "Per eżempju, kemm hawn li jafu li minħabba l-heatwave li kellna, il-produtturi tat-tjur tilfu flejjes kbar għaliex mietulhom ħafna tiġieġ u kieku kompliet il-heatwave kien ikollna skarsezza ta' prodotti?", "Sur President, ħaġa oħra li xtaqt nitkellem fuqha hija l-bajjiet.", "Jien ngħid li bħalma nieħdu ħsieb naraw li fit-toroq isiru t-traffic lights ħalli jiġu evitati kemm jista' jkun inċidenti, hekk ukoll għandna naraw li fil-bajjiet tagħna, partikolarment dawk ta' Għajn Tuffieħa u l-Għadira, id- dipartiment għall-protezzjoni ċivili iwaqqaf baywatch ħalli jekk Allaħares qatt tinqala' xi ċirkostanza diffiċli tkun tista' tingħata għajnuna immedjata.", "Dawn l-aspetti li semmejt kienu qed jiġu indirizzati minn gvern Laburista preċedenti għaliex f'rasna mhux biss kellna li nfasslu u ngħaddu mill-parlament abbozz ta' liġi simili, iżda li nagħtu aktar dinjita' u responsabilita' lil dawk in-nies kollha li jaħdmu fil-qasam tas- salvataġġ.", "Sur President, jien m'iniex se noqgħod insemmi dak id-diżastru kkaġunat minn dawk li f'Ħaż-Żebbuġ kienu tefgħu l-banavostri għal isfel ...!", "(Interruzzjonijiet) Veru li f'pajjiżna ma tantx tagħmel xita imma kellna diżastri kkawżati mill-ilma, li għalkemm kienu żgħar dejjem ħallew xi vittma.", "Aħna nafu li dawn il-problemi se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin u għaldaqstant hemm bżonn li jitkompla x-xogħol li kien beda gvern preċedenti Laburista, ħalli bil-fatti nindirizzaw din il-problema li, fl- opinjoni tiegħi, hija l-iktar li ħalliet vittmi fil-ħajja ta' kuljum minn sena għal oħra.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar Rimarki?", "L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Sur President, kif għadu kemm qal l-Onor.", "Farrugia, veru li l-widien tagħna jinsabu fi stat ta' abbandun pero' dan kollu jikkonferma l-bżonn ta' dipartiment bħal dan li qed niddiskutu dwaru dalgħodu, jiġifieri dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Ħalli naraw x'inhuma l-għanijiet li għalihom twaqqaf dan id-dipartiment.", "L-għanijiet tad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili huma sabiex isalva l- ħajja, jippreveni u jnaqqas il-ħsara fil-proprjeta' privata u pubblika, u jnaqqas it-telf għall-ekonomija tagħna minħabba diżastri li jistgħu jissuċċedu, inaqqas it-telf fl-agrikoltura minħabba l-ħsarat li jistgħu jsiru, iżomm faċilitajiet importanti jiffunzjonaw u jipproteġi l- infrastruttura tal-pajjiż.", "Dan id-dipartiment għandu jkun wieħed organizzat tajjeb ħafna, b'nies b'esperjenza f'dan il-qasam u mingħajr ebda burokrazija żejda, li teżisti f'ħafna mid-dipartimenti tal-gvern.", "Jekk id- direttur u l-kunsill ta' dan id-dipartiment jaħdmu tajjeb, għandu jkun hemm l-involviment ta' nies minn kull settur fit-taħriġ li jingħata - qed nirriferi għat-tfal ta' l-iskola, scouts, kunsilli lokali, każini tal- baned, każini politiċi, eċċ - u jkun tajjeb li fil-kampanja edukattiva li tittella' minn dan id-dipartiment isiru wirjiet ta' kull xorta, li jkunu jinvolvu mhux biss lit-tfal ta' l-iskejjel imma anke lill-pubbliku kollu in ġenerali.", "Sur President, jiena nemmen li d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili - flimkien ma' l-awtorita' tat-turiżmu - huwa wieħed minn żewġ dipartimenti fost l-iktar importanti fil-pajjiż, u dan għaliex filwaqt li l-awtorita' tat-turiżmu, jekk taħdem tajjeb, tista' tgħin biex wieħed mill-akbar pilastri ta' l-ekonomija ta' pajjiżna nissalvagwardawh, inħarsuh u ntejbuh, id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, fost oħrajn, għandu l-għan li jagħti l-għajnuna ta' salvataġġ fuq l-art u fil-baħar, iħares il-kosta tagħna, jipproteġi l-ambjent, jieħu ħsieb il-widien u jissorvelja l-bajjiet u l-proprjeta' pubblika u privata.", "Naturalment biex isir dan wieħed bilfors li jrid jorganizza b'mod tajjeb in-nies, li flimkien ma' dawk ta' esperjenza kbira li għandna fil-preżent - kif qal tajjeb l-Onor.", "Anġlu Farrugia - jinkludu wkoll lil dawk li llum huma rtirati u li qabel kienu jagħmlu parti mill-korp tal-pulizija u l-forzi armati.", "Dawn kollha jistgħu jagħtu daqqa t'id fl-organizzazzjoni ta' dan id-dipartiment, liema organizzazzjoni hija meħtieġa mhux biss f'post wieħed imma, jekk 'il quddiem ikun possibbli, f'kull lokalita'.", "L-organizzazzjoni ta' dan id-dipartiment hija neċessarja għaliex tista' ssalva l-ħajja, il-proprjeta' u anke l-baħar minn xi tinġis.", "U la qed insemmi l-baħar mal-ewwel jiġi f'moħħi l-bżonn ta' sorveljanza fil-bajjiet.", "Fix-xhur tas-sajf ikollna bċejjeċ tal-baħar jiġġerrew ġol-bajjiet u ġieli anke kellna xi korrimenti.", "Jien ma nafx jekk jeżistux xi regolamenti rigward l-eta' li wieħed irid ikollu biex isuq dawn il-bċejjeċ tal-baħar pero' nista' ngħid li nara tfal ta' bejn seba' u tmien snin isuqu dingies, li għalkemm il-mutur tagħhom ikun żgħir xorta waħda jistgħu jikkaġunaw korrimenti.", "Jien niskanta kif ninsabu fuq l-għatba tat-tielet millennju u għadna ma bdejniex naħsbu biex insolvu din il-problema.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Noel Farrugia semma l-widien u jien bħalu nemmen li jekk se jkompli jkollna widien mitluqa kif għandna llum, mingħajr ebda lqugħ diċenti biex inżommu parti mill-ilma milli jmur il-baħar ..", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Tonio Borg sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrota u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, nippropona l- aġġornament tal-Kamra għall-lum it-Tlieta, 12 ta' Ottubru 1999, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tieni Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOE SAMMUT: Mr Speaker, illum nixtieq nitkellem dwar suġġett li bħala poplu ilna nitkellmu fuqu u bħala partiti politiċi ilna nisimgħu dwaru.", "Qiegħed nirreferi għax-xewqa tal-poplu tagħna u ta' dan il- parlament li fil-pajjiż nibdew naraw aktar effiċjenza.", "Meta ngħid ''effiċjenza'' inkun qed nalludi għall-effiċjenza fir-rigward tal-ġbir ta' l-iskart, effiċjenza fir-rigward tar-restawr tal-mużewijiet tagħna, effiċjenza f'dak li jirrigwarda d-dipartimenti tal-gvern, meta persuna tmur biex tinqeda, kif ukoll l-effiċjenza f'dak li jirrigwarda l-kordinament bejn il-kunsill lokali u d-dipartimenti varji tal-gvern.", "Waħda mill-affarijiet li lili l-iktar tolqotni hija li f'dan il-pajjiż qed taqa' ċerta apatija ma' kullimkien, li qed tirrifletti ruħha sfortunatament anke fl-istess toroq tagħna.", "Qed insemmi t-toroq għax fiha nnifisha hija ħaġa żgħira imma mbagħad tirrifletti ruħha f'ħaġa ferm ikbar.", "Meta hemm il-konċett tal-micro u l-macro, iż-żgħir dejjem jirrifletti l-kbir.", "Eżempju ta' kif iż-żgħir qiegħed jirrifletti l-kbir hija l-istess belt kapitali, il-Belt Valletta.", "Il-belt kapitali ta' Malta illum il-ġurnatta hija indikata bħala waħda mill-iktar bliet storiċi u anke bħala wirt kulturali dinji, għax hija belt mibnija min-nies li kienu tant iħobbu l-arkitettura u li tant ħadu ħsieb li din tkun a city for gentlemen.", "Sfortunatament din il-belt li ssaħħar tant eluf ta' nies li jiġu hawnhekk kulma tmur sejra lura.", "Mr Speaker, irrid ngħid li l- gvernijiet, sew preċedenti u anke dan preżenti, ipprovaw u stinkaw kemm felħu biex din il-belt terġa' tieħu ftit tal-ħajja, għaliex kien hemm perijodu ta' żmien fejn il-belt kapitali tagħna kienet vera marret lura.", "Illum il-ġurnata minħabba l-mod ta' kif il-popli tad-dinja qegħdin jivvjaġġaw qed ikollna ħafna influss ta' turisti li jidħlu permezz tal- cruiseliners u jidħlu fil-portijiet tagħna.", "Allura l-belt kapitali tagħna llum il-ġurnata qegħda tkun esposta għall-ġudizzju ta' ħafna u ħafna nies,eluf fuq eluf ta' turisti.", "Fil-Belt Valletta wieħed isib li hemm ħafna mużewijiet li għalkemm hemm ċerti organizzazjoni fihom wieħed irid jinkoraġġixxi li jsiru aktar sforzi biex il-wirt kulturali tagħna jitpoġġa għad-dispożizzjoni ta' kulħadd, inkluż tat-turisti.", "Biss min-naħa l-oħra fil-Belt Valletta hemm diżordni, ħmieġ u traskuraġni li jolqtu lill-għajn ta' dawn l-istess turisti.", "Apparti t-triq prinċipali, li hija Republic Street - li għadha kif ġiet paved f'dan l-aħħar żmien taħt amministrazzjoni Laburista - it-toroq l-oħra kollha tal-madwar jinsabu fi stat tal-biki.", "Għandek Triq l-Ifran, li kull membru ta' din il-Kamra jgħaddi minnha, li tinsab fi stat diżastruż.", "Din hija xi ħaġa ta' għajb għax meta nħarsu lejn it-toroq li kienu bnew il- Kavallieri madwar 500 sena ilu - il-ftit li baqa' minnhom - wieħed jara li dawn kienu ġew iċċangjati b'mod li jgħaxxqek.", "Tinduna li l-madum li ġew paved bih, li huwa magħmul bil-lava, tqiegħed waħda ma' l-oħra b'mod tant effiċjenti li jekk tgħaddi b'karozza minn fuqhom ma teħux dawk l-iskossi.", "Dan l-istess ċangar li, kif diġa' għedt, ilu hemm madwar 500 sena, ma tistax tikkomparah mat-tip ta' toroq li qed nagħmlu llum, li huma mgħoddijin b'asfalt li huwa prodott tal-makni u li suppost huwa xi ħaġa perfetta.", "Jekk imbagħad tħares lejn il-bankini tara li l-istess bħat-toroq huma fi stat diżastruż.", "Tistħi tara lit-turisti għaddejjin minn fuqhom għax min se jaqa' 'l hemm u min se jaqa' 'l hawn!", "Għaliex?", "Għax hemm ġebel imtajjar, madum nieqes u anke ħofor.", "Issa dan kollu suppost jaqa' fl- ambitu tal-kunsill lokali.", "Mr Speaker, il-belt kapitali hija meqjusa bħala ċentru turistiku u allura għandu jkun hemm iktar flus ivvotati għaliha.", "Mr Speaker, apparti din it-telqa kollha fit-toroq u fil-bankini, għandek ukoll il-problema ta' l-iskart.", "Għadni ma nistax nifhem għaliex il-mod li bih jinġabar l-iskart fil-villaġġi tagħna qiegħed jiġi applikat ukoll għall- Belt Valletta.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Għax il-Belt Valletta m'hijiex sempliċi ċentru residenzjali, mhux sempliċement ċentru kummerċjali imma ċentru kummerċjali, ċentru residenzjali u ċentru turistiku, kollha fl- istess ħin.", "Allura għandek l-iskart ġenerat mit-turiżmu għax jekk jiġu mitt turist ġo Malta, il-mija li huma se jidħlu l-Belt u se jiġġeneraw ċertu ammont ta' skart; għandek l-iskart li jiġġeneraw ir-residenzi domestiċi - għandek ammont ġmielu ta' nies li jirrisjedu fil-Belt - u għandek dak li jiġġeneraw in-negozji.", "Il-Belt Valletta hija waħda mill- iktar punti kummerċjali attivi.", "Għandek is-suq tal-monti, għandek il- ħwienet, għandek nies ta' l-artiġġjanat u għandek mastrudaxxi, eċċ. Dawn kollha jiġġeneraw ammont ta' skart.", "Biss meta dan l-iskart jinġabar, dan kollu jinġabar f'ħinijiet partikolari, bil-konsegwenza li meta timxi mixja mat-toroq, prinċipali jew le, tolqtok id-dehra ta' munzelli kbar ta' boroż tal-plastik suwed u Alla jaf xi rwejjaħ ikunu ħerġin minnhom.", "Meta tgħaddi minn wara s-suq, minn Triq San Duminku u Triq San Kristofru, issib li l- kantunieri kollha huma mimlijin bil-boroż ta' l-iskart u dawn jagħmlu ġranet.", "Għalfejn?", "Għax jekk filgħaxija jgħaddi ta' l-iskart u ma jiġbrux jew għax joħorġuh tard jew għal xi ħaġa jew oħra, dan jibqa' hemmhekk ġurnata sħiħa bil-konsegwenza li dan jibqa' jakkumula sa l-għada filgħaxija jerġa'.", "X'jiġri?", "It-turist ma jiġix hawn Malta biex jara sempliċement Triq ir-Repubblika.", "It-turist l-ikbar gost tiegħu jdur mal-kantunieri kollha tal-Belt.", "U x'jolqtu?", "Toroq imfarkin, bankini maqlugħin u skart ma' kullimkien.", "Mr Speaker, din hija xi ħaġa problematika għaliex dak it-turist li jiġi f'dan il-pajjiż biex iqatta' forsi erba' sigħat jew ħamsa, u mill-belt kapitali dan ma joħroġx, l-impressjoni li jieħu hija ta' pajjiż żdingat, pajjiż maħmuġ, pajjiż għadu lura u pajjiż sprovvist minn kwalunkwe tip ta' riżorsi.", "Forsi jkun hawn min jgħidli li hija dehra far-fetched, biss dik id-dehra li jieħu għaliex dak ikun ra.", "Allura awtomatikament din id-dehra qed japplikaha għall-pajjiż kollu.", "(Interruzzjonijiet) Mhux għax m'huwiex hekk għaliex jekk immorru ġo diversi lokalitajiet ta' Malta nsibu li kulħadd għandu l-istess problemi.", "Kullimkien b'toroq imkissra u b'negliġenza ta' xogħlijiet li għandhom isiru u li għadhom mitluqin.", "Għalfejn din it-telqa, Mr Speaker?", "Din it-telqa ġol-Belt qed tirrifletti ruħha fuq il-pajjiż - iż-żgħir qed jirrifletti ruħu fuq il-kbir - u minn hawn nasal biex nitkellem fuq telqa oħra li għandna f'dan il-pajjiż.", "Qed nalludi għat-telqa li nsibu fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Fid-dipartimenti tagħna għandna apatija li kultant ma titwemminx.", "Tisma' persuni li jmorru ġo dipartimenti li biex sempliċement jinqdew jagħmlulek sigħat sħaħ jistennew fi queues li ma jispiċċaw qatt.", "Dan huwa kollu nuqqas ta' organizzazzjoni min-naħa tad-dipartimenti u nuqqas ta' ħeġġa mill- impjegati ta' l-istess dipartimenti.", "Naħseb li għal dan hemm xi raġuni, aktar u aktar meta l-amministrazzjoni preċedenti kienet waqqfet it-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji biex janalizza ċerti inġustizzji li allegatament ikunu seħħew, għax mhux kull każ jiġi milqugħ.", "Kien hemm diversi każijiet li ma ġewx milqugħa minn dan it-tribunal, biss kien hemm ħafna oħrajn li ntlaqgħu.", "Waħda mill-affarijiet li laqtitni kienet il-mod kif għandek diversi każi ta' inġustizzji dejjem jirrikorru fl-istess postijiet, dejjem fl-istess dipartimenti, fid-dipartimenti tal-gvern.", "Nifhem li l-gvern hawn Malta huwa wieħed mill-ikbar employers, biss ma nistax nifhem kif ċerti tipi ta' inġustizzji dejjem iseħħu minn isfel għal fuq.", "Jiġifieri ż-żgħir li qiegħed fl-iskala ta' isfel jikkmanda fuq l- iskala ta' fuq.", "U b'dan bilfors li l-apatija tikber.", "Għandek il-każ l- ieħor li jrendi ħafna apatija wkoll.", "Per eżempju, ċertu Charlie Baldacchino, li huwa persuna b'kariga għolja f'dipartiment kien ilu jagħmel xogħol ogħla mill-grad tiegħu għal żmien twil - dan jaħdem fid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, jekk m'iniex sejjer żball - u issa ħarġu l-applikazzjonijiet biex jimtela' l- post okkupat minnu, iżda l-applikazzjoni tiegħu ma ġietx milqugħa għax skond ittra mibgħuta mill-kummissjoni tas-servizz pubbliku dan Baldacchino ma jikkwalifikax skond il-kondizzjonijiet imsemmija fiċ-ċirkolari, peress li waħda mill-kondizzjonijiet indikati fiċ-ċirkolari kienet li min japplika jrid ikun uffiċjal fi grad 5.", "Dawn huma inċidenti li bilfors jwaqqgħu lil dak li jkun f'apatija u nuqqas ta' inizjattiva biex jaħdem għaliex ma jistax ikun li bniedem li lest li jamministra u lest li jerfa' r- responsabbilta' jiġi ttrattat b'dan il-mod.", "Ma jistax ikun li l-kummissjoni tas-servizz pubbliku tibqa' sejra kif inhi sejra.", "Din qiegħda tagħmel hekk għax hija protetta bil-kostituzzjoni.", "Ħadd ma jista' jara l-andament ta' din il-kummissjoni għaliex ħadd ma jista' jindaħlilha.", "Dejjem ninqdew b'dawn l-iskużi.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin b'dan il-mod.", "Dan juri li min qiegħed jidderieġi, min huwa responsabbli, m'huwiex jieħu ħsieb li jara li l-ġustizzja soċjali ssir u li l-ġustizzja fuq il-post tax-xogħol tiġi amministrata kif suppost.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, proprju bħall-bieraħ ħmistax, fl- ġurnata li erġajna ltqajna wara l-vaganzi tas-sajf, l-Onor Francis Zammit Dimech, il-ministru għall-ambjent, waqt l-istqarrija li għamel fuq il- proġett ta' Manoel Island, ma setax jonqos li jsemmi l-link road li sejra ssir proprju minn fejn illum hemm il-pont ta' Manoel Island, taqsam il- Gżira fi tnejn u tibqa' tiela' safejn illum hemm ir-roundabout ta' Regional Road - fejn qabel kien hemm it-tankijiet tal-gass - fejn bħalissa għaddej ix-xogħol.", "Il-ministru qal li din it-triq m'hijiex eżattament konnessa mal- proġett ta' Manoel Island.", "Anke jekk tkellem lil min hu involut fil- proġett, kulħadd jgħidlek li din it-triq m'għandha x'taqsam xejn mal- proġett imma hija triq li trid issir bilfors.", "Mr Speaker, l-affarijiet kif narahom jien pero' jidhru li huma daqsxejn differenti minn dan.", "Nerġa' ngħid li din it-triq se taqsam il-Gżira fi tnejn - qisu għandek il- ħajt ta' Berlin - u biex tasal min-naħa għall-oħra kważi se jkun impossibbli.", "Min se jgawdi minnha din it-triq?", "Ir-residenti tal-Gżira m'hu se jgawdu xejn għaliex min hu daqsxejn midħla ta' l-area jaf li min joqgħod il-Gżira u jrid imur Regional Road mhux se joqgħod jinżillek ħdejn il-pont ta' Manoel Island għax hemm ħafna iktar toroq ta' aċċess iktar easy biex tasal lejn Regional Road.", "In-nies ta' Tigne' biss jiġu minn dik in- naħa biex jaqsmu għan-naħa ta' Regional Road.", "Min joqgħod in-naħa tas-Sacro Cuor, min qiegħed in-naħa ta' l-għassa, min joqgħod in-naħa ta' Stella Maris u min joqgħod in-naħa tat-Torri mhux se jgħaddu minn dik in-naħa.", "Trid tkun daqsxejn waħda moħħok mhux sewwa biex toqgħod tinżel hemm isfel biex tgħaddi għal Regional Road, meta hemm ħafna iktar toroq minn fejn tgħaddi!", "Oltre dan, din it-triq se jagħmilha l-gvern pero' l-prezz tagħha huwa inkluż fil-kuntratt finali tal-proġett ta' Manoel Island.", "Jien ma naħsibx li dawn se joqogħdu jħallsu għal xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam mal- proġett.", "Din it-triq, fl-opinjoni tiegħi - jien ili naħdem ta' tabib u t- toroq t'hemm nafhom bl-amment, il-karozza tmur waħedha fejn ngħidilha jien kważi! - se jgawdi minnha espliċitament min ikun ħiereġ jew dieħel ġo Tigne', jew min ikun ħiereġ jew dieħel ġo Manoel Island, Mr Speaker.", "Illum kulmin jgħaddi minn hemm jaf il-problema x'inhi.", "Il-problema hija li fejn il-pont hemm bottleneck għax malli tiġi ħdejn il-pompa tal-petrol, filli għandek two-lanes u filli t-triq tiġi f'one lane fuq kull naħa.", "Għandek żewġ lanes biex tmur lejn Tas-Sliema u għandek żewġ lanes biex toħroġ minn Tas-Sliema, iżda f'daqqa waħda dawn isiru waħda fuq kull naħa.", "Jekk inti twessa' dik il-parti tat-triq, jiġifieri tieħu biċċa mill-ġnien, jien ngħid li tkun solvejt tliet kwarti mill-problemi, pero' issa l-intenzjoni hi li jagħmlu triq tibda minn Regional Road.", "F'dawn l-erbat ijiem li għaddew suppost li kellhom jagħmlu xogħol ta' resurfacing u jċekknu daqsxejn ir-roundabout.", "Dan suppost kellu jdum ġimgħatejn u għaddew erba' xhur u għadhom sejrin.", "Almenu sal-bieraħ stess kienu għadhom sejrin għax kien hemm traffic jams li ma jispiċċaw qatt.", "Ilna sejrin kważi erba' xhur b'dan it-traffic jams, aħseb u ara kieku nibnu triq minn ħdejn il-pont tal- Gżira sa ħdejn Regional Road, minn ġo nofs il-bini.", "Ejja ma ninsewx li l-area li qed nitkellmu fuqha hija waħda mill-aktar areas densely populated.", "Ma hawnx triq oħra bħal din ġo Malta.", "Mela aħna s-soltu nibnu highways bħal dawn minn ġo nofs il-bini, minn nofs l-abitat!", "Is-soltu l-ewwel nibnu t-triq u mbagħad il-bini jiżviluppa madwarha.", "Immaġina inti li tibda dan ix-xogħol, xogħol li niggarantilkom idum sejjer iktar minn sentejn, tlieta, b'toroq maqlugħin u ħadd ma jista' jidħol u joħroġ il-Gżira u, wara li jitlesta x-xogħol, Alla jaf x'diffikultajiet se jinqalgħu meta l-Gżira tkun maqsuma fi tnejn.", "M'hemm l-ebda dubju li n- nies tal-Gżira huma nkwetati.", "Mhux hekk biss, dan ix-xogħol se joħloq problemi kbar għall-parking għaliex ġo din it-triq ħadd ma jkun jista' jipparkja.", "Apparti dan wara li tgħaddi din it-triq hemm il-ħsieb li jiġi żviluppat l-ex-stadium u jekk ma jeħdux ħsieb minn issa l-problema tal- parking tkompli tikber.", "Jiena ngħidlek li biex minn Ta' Xbiex wieħed imur il-Gżira kif inhu propost it-traffic - u issa ngħid kif għax għandi mappa u 'il quddiem inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - bilfors jispiċċa l-polyclinc b'uġigħ ta' ras!", "Mr Speaker, wieħed irid jiftakar li Ta' Xbiex m'hemm xejn għax la hemm bank, la skola, la posta, la għassa u lanqas clinic.", "M'hemm assolutament xejn u r-residenti għal kull ħaġa ta' xejn iridu bilfors jinżlu lejn in- naħa tal-Gżira biex jinqdew fl-affarijiet essenzjali ta' kuljum.", "Kif inhu propost li ssir it-triq - u din ġiet approvata mill-planning authority mingħajr ma taw kas ta' l-ilmenti tan-nies - kważi se jkun impossibbli biex minn Ta' Xbiex tmur il-Gżira.", "Biex tagħmel dan trid toqgħod tinżel l- Imsida u mbagħad titla' minn Rue D'Argens jew inkella trid toqgħod tgħaddi minn biżibilju ta' toroq u roundabouts biex fl-aħħar tassal Rue D'Argens.", "Imbagħad hemm il-business community minn fejn se tgħaddi din it-triq.", "Jien għamilt domanda parlamentari dwar dan u qaluli li fl-areas li jmissu mat-toroq hemm 148 post liċenzjat.", "Dawn jinkludu banek, uffiċini ta' l- insurances, ħwienet tax-xorb, confectioneries, eċċ. Hemm minn kollox, saħansitra erba' pompi tal-petrol.", "Meta staqsejt lill-Ministru Zammit Dimech jekk l-owners ta' dawn il-businesses humiex se jiġu kkumpensati sakemm jitlesta x-xogħol qalli li s-soltu l-gvern ma jagħmilx dawn l- affarijiet.", "Jiġifieri dawn bye-bye!", "Ma tkellem ħadd magħhom u sfortunatament lanqas impact assessment fuq kif se jiġu affettwati dawn il- businesses ma sar għax f'risposta għal domanda li għamilt lill-Ministru Zammit Dimech qal li ħadd m'hu se jitlef il-business tiegħu.", "Kif jista' jkun ma titlifx il-business tiegħek meta inti se jkollok it-triq maqlugħa quddiemek għal tliet snin!", "Ma jistax ikun, ħaġa impossibbli.", "Jien ma nafx kif qed isiru l-affarijiet.", "Fil-bidu tal-leġislatura għamilt mistoqsija parlamentari fuq din it-triq u qaluli li għadhom ma jafux kif inhi ġejja din it-triq.", "Issa dawn ilhom jitkellmu disa' snin fuq dan il-proġett, mill-1990, u sa ftit ilu kienu għadhom ma jafux kif inhi ġejja din it-triq.", "Imbagħad xi xahrejn wara erġajt staqsejt id-domanda u qalu li hemm tliet possibbiltajiet.", "L-ewwel waħda kienet li ssir tunnel li tgħaddi minn taħt il-Gżira - din l-inqas waħda li tagħmel ħsara - pero' l-iktar waħda li hi definitely expensive.", "It-tieni waħda kienet li jgħaddu triq oħra minn ġo St. George's Street; u issa ħarġu b'din il-proposta ta' triq ġdida.", "Xahrejn wara erġajt staqsejt lill-ministru dwar kif inhu maħsub li se tiġi din it-triq u poġġa mappa fuq il-Mejda tal-Kamra, li anke dehret fil-gazzetti, jiġifieri din xi ħaġa ovvjament li kienet pubblika dak iż-żmien.", "F'nofs Awissu l-kunsilli lokali ta' l-Imsida, ta' Ta' Xbiex u tal-Gżira rċevew traffic impact assessment mingħand il-planning authority magħmul mill-kumpannija MIDI, li miegħu kien hemm volumi ta' kotba.", "Kien hemm xi tmien kotba b'mijiet ta' paġni - trid tkun professur biex tifhimhom! - tant hu hekk li l-kunsilli kellhom iqabbdu perit u inġinier li jifhmu f'dawn l-affarijiet.", "Flimkien ma' dawn il-kotba kien hemm mappa li qiegħda hawn u nista' npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din il-mappa ħarġet mingħand il-MIDI, jiġifieri l-MIDI qed tgħid lill-gvern kif għandha ssir it-triq u kif se jiddawwar it-traffiku.", "Dan kien f'nofs Awissu u l-planning authority riedet li l-kunsilli jgħidulhom x'jaħsbu fuq dan il-proġett sat-8 ta' Ottubru.", "Mr Speaker, 15-il ġurnata ilu jien staqsejt lill-Ministru Ċensu Galea biex jgħidli eżatt kif inhi ġejja t-triq.", "Il-ministru qal - u hemm domanda parlamentari fir-records ta' dan il-parlament - li għadhom ma ddeċidewx kif inhi ġejja din it-triq.", "Staqsejtu wkoll jekk Testaferrata Street - illum hija two-way għax tista' tidħol u toħroġ kemm minn fuq kif ukoll minn isfel - hijiex se ssir one-way u l-Onor.", "Galea qalli li m'hemm l-ebda pjan li Testaferrata Street issir one-way.", "Erbat ijiem wara l-kunsilli jirċievu mappa li kif tħares lejha tinduna li nofs Testaferrata Street ġejja one- way.", "X'inhu jiġri?", "Min hu responsabbli ma jafx x'inhu jagħmel għax min jgħid mod u min jgħid mod ieħor.", "Dawn it-toroq dawruhom b'tali mod u manjiera li biex tgħaddi minnhom, nerġa' ngħid, jaqbdek uġigħ ta' ras.", "Barra minn hekk - u jkolli nirrepeti - se jkissru l-businesses kollha.", "Hemmhekk għandek 148 persuna li jmexxu diversi businesses u magħhom jimpjegaw ħafna nies.", "B'dan il-proġett dawn in-nies se jitilfu l-business tagħhom u jista' jkun li jintilfu ħafna mpjiegi.", "Jiena niskanta kif lanqas biss sar assessment ta' kif dawn se jintlaqtu ħażin.", "Dawn il-businessmen għamlu assoċjazzjoni u flimkien mal-kunsilli lokali għamlu l-istudji tagħhom at their own expense - meta dawn suppost saru mill-gvern - telgħu bihom quddiem il-planning authority - saħansitra tela' anke l-Kappillan, għax anke hu qed isib il-problemi - iżda dawn ma tawx kashom.", "Lanqas it- traffic impact assessment min-naħa tal-gvern għadu m'hu lest.", "Fuq dak li għamlet il-kumpannija MIDI qegħdin joqogħdu dawn.", "Qabdu u approvaw l- outline ta' dik it-triq u whether you like it or not, hekk ġejja.", "Issa l- planning authority tidħol biss biex tiddeċiedi fejn ġejjin it-traffic lights, fejn ġejja daqsxejn ta' zebra crossing u affarijiet bħal dawn.", "Mr Speaker, jien ma naħsibx li huwa sewwa li dawn l-affarijiet isiru b'dan il-mod.", "Din it-triq se tkisser lir-residenti tal-Gżira u lil dawk ta' Ta' Xbiex għax dawn iridu jużawha bilfors biex jagħmlu l-qadi tagħhom ta' kuljum.", "Barra minnhekk se tkisser ukoll lin-nies tal-business u dan għal dejjem, mhux għal-lum jew għal għada biss.", "Ma naħsibx li huwa sewwa li biex jinqdew il-ftit - qed nirriferi għal min hu involut fil-proġett ta' Manoel Island u Tigne - tiġi taqa' u tqum minn dawn in-nies kollha.", "Jien m'għandi xejn kontra dan il-proġett u j'Alla jkun hawn l-iżvilupp kullimkien u j'Alla jaħdem kulħadd, pero' lanqas huwa sewwa li biex jinqdew erbgħa minn nies - u meta tara l-affarijiet kif saru mill-ewwel tifhem li dan qed isir biex jinqdew erbgħa minn nies - tkisser lil kulħadd.", "Min għandu daqsxejn sens komun jaf li kif inhi ppjanata din it-triq se tkisser lil kulħadd.", "S'issa għadu ma sarx diskors bis-serjeta'.", "Ħadd m'hu qed jagħti kas ta' xejn, kulħadd bil-blindfold u kulħadd jgħidlek li din it- triq trid issir bilfors.", "Mr Speaker, jien qed nitkellem f'dan il-parlament biex forsi xi ħadd jiftaħ għajnejh u l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Jista' jkun li din it- triq hemm bżonnha u trid issir pero' għallinqas għatu kas ta' x'qed jgħidu n-nies tal-business u l-kunsilli lokali, li ngħaqdu flimkien u taw anke eżempji ta' kif tista' tiġi rranġata din it-triq u fejn jistgħu jsiru jsiru junctions.", "Ħadd ma jagħti kas xejn, kulħadd mgħammad - qisu għandek it-Titanic qabel ħabat ma' l-iceberg - bla kontroll ta' xejn.", "Din se tkun ta' tbatija kbira għan-nies tal-Gżira u ta' Ta' Xbiex u se tkisser ħafna businesses li hemm fil-lokal.", "Jien nixtieq li qabel ma jibda x- xogħol dawn l-affarijiet jeħduhom into consideration u jitkellmu bis- serjeta' u jaraw x'għandhom xi jgħidu n-nies.", "Mhux sew li wara li tkun bgħatt għalihom biex jagħtu l-veduti tagħhom u wara li jkunu għamlu ġimgħat jistudjaw l-affarijiet, fi split of a second inti taqbad u tiddeċiedi x'għandu jsir.", "Huwa ovvju li d-deċiżjonijiet dwar din it-triq ilhom li ttieħdu.", "Mr Speaker, nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id- dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Vassallo jpoġġi dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport li sar f'Settembru 1999 mill-assoċjazzjoni tas-sidien ta' Triq Testaferrata, il-Gżira, flimkien mal-Kunsilli Lokali ta' Ta' Xbiex, l- Imsida u l-Gżira dwar l-implikazzjonijiet tal-proposti tal-link road li se ssir fil-Gżira; u pjanti tat-toroq ta' dawk l-inħawi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 12 ta' Ottubru, 1999 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "OPM - REFURBISHMENT", "8906.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8179?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt numru 8179 f'Seduta Nru 138.", "TNEĦĦIJA TA' LEVIES - PREZZIJIET", "9014.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju mill-Gvern Malti dwar x'se jkun l- effett fuq il-prezzijiet tal-prodotti essenzjali bit-tneħħija tal-levies?", "Jekk sar, jista' l-Ministru jgħid x'fih ir-rapport kif ukoll ippoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk ma sarx rapport f'dan is-sens, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "CROWN PLAZA HOTEL - RESTAURANT BIG BLUE", "9015.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża biex sar il-bini tar-restaurant Big Blue fil-Crown Plaza Hotel?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li dan l-aħħar żviluppat ħsara mmensa fl-art u fis- sistemi tad-drenaġġ ta' l-imsemmi restaurant?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li wasslet għal din il-ħsara u min kien responsabbli għax-xogħol?", "Jista' jgħid ukoll min se jirrimedja għal din il-ħsara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-ħsara li għaliha qed issir riferenza kienet waħda minima kawżata fil-paviment minħabba l-umdita'.", "L- ispiża għall-Air Malta biex tissewwa din il-ħsara hija stmata li tlaħħaq madwar Lm150.", "Ix-xogħol ta' paviment sar mid-ditta Property Maintenance Limited.", "Ma naħsibx li jkun fl-aħjar interess kummerċjali tal-kumpannija jekk nagħti t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija.", "PBS - PROGRAMM LIDO", "9016.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li programm televiżiv fuq il-PBS Lido li jittela' mill-Crown Plaza Hotel qiegħed jiġi mistieden kok minn barra l-lukanda, minflok jintużaw is-servizzi tal-kokijiet ta' l- istess lukanda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jirriżultalix li l-għażla tal-kok għall-programm televiżiv issir mill-lukanda msemmija.", "Il-Public Broadcasting Services li xxandar dan il-programm ma tiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi u għaldaqstant m'iniex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba.", "STRASBOURG - DELEGAT PERMAMENTI GĦALL-UNESCO", "9045.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li d-delegat permanenti għall-UNESCO joqgħod normalment Strasbourg, fejn huwa wkoll ir-rappreżentant permanenti Malti, jista' l- Ministru jgħid bid-dettal jekk barra mis-salarju, jitħallasx mill-gvern spejjeż ta' trasport, taxis, ospitalita' eċċ?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-rappreżentant permanenti ta` Malta għall-Kunsill ta` l-Ewropa fi Strasbourg, li mid-19 ta` Mejju 1999 huwa ukoll delegat permanenti għall-UNESCO Pariġi, jitħallas salarju wieħed għaż-żewġ funzjonijiet.", "Rigward spejjeż, l-ambaxxati kollha għandhom cost centre u jiġu lilhom allokati fondi biex jitħallsu spejjeż varji konnessi ma` l-operat ta` l- ambaxxata, bħalma huwa trasport, taxis, ospitalita' u spejjeż oħra assoċjati mad-day-to-day running ta` l-ambaxxata.", "F`dan il-każ partikolari, mid-19 ta` Mejju sal-21 ta` Lulju 1999 saru dawn l-ispejjjeż konnessi ma` xogħol ta' l-UNESCO:", "Trasport LM 52.08 Taxis LM 75.03 Ospitalita' LM 164.25", "ĊENTRU ĦIDMA SOĊJALI - PHONE CARD", "9080.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali hemm il-phone card li tintuża minn persuni għomja bil-ħsara u minkejja li ilha tiġi rrapportata għal dawn l- aħħar ġimgħat baqgħet ma ssewwietx, jista' l-Ministru jara li jirrimedja/jikkordina dan il-bżonn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Maltacom ħadet il-passi meħtieġa biex il-ħsara msemmija tissewwa.", "WIED IL-QLEJJA - XOGĦLIJIET", "9209.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet li saru fuq il- proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejja mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Kemm intnefqu flus f'dawn ix-xogħlijiet u kemm saru laqgħat mad- diriġenti Taljani ta' Bari li huma l-konsultenti tal-proġett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Settembru sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 saru dawn ix-xogħolijiet fuq il-proġett ta' Wied il-Qlejgħa:", "F'Settembru sar tindif ġenerali u tħammil wara d-diega ta' Wied Għomor u tħammil ieħor konness mal-bini tas-slieħi li ġew irranġati.", "B'kollox inbnew:", "171 Gabjuni ta' 2 x 1 x 1 metri 4.5 Materassi ta' 4 x 2 x .23 metri", "F'Ottubru kompla t-tindif u tħammil fit-tieni parti tal-proġett kif ukoll ġiet imnaddfa mill ġdid l-ewwel diega li nbniet fl-ewwel parti tal-proġett li ntliet bin-naqal wara l-maltemp.", "F'dan ix-xahar inbnew: 23 Gabjuni 2 x 1 x 1 metri 12 Gabjuni 1.5 x 1 x 1 metri 19 Gabjuni 3 x 2 x .5 metri", "F'Novembru kompla t-tħammil u tindif u nbniet selħa bis-sistema tat- terramesh.", "B'kollox intużaw: 24 unit ta' Terramesh 4 x 4 x 2 x .5 8 Gabjuni 2 x 1 x 1 metri", "F'Diċembru, Jannar u Frar ix-xogħol kellu jieqaf peress li l-inġenji ma setgħux jidħlu fil-wied.", "F'Marzu beda jsir xi xogħol żgħir fejn inbnew 15 il-gabjun 2 x 1 x 1 metri.", "F'April spiċċa t-tender li kellu l-kuntrattur fejn bena 69 gabjun 2 x 1 x 1 metri.", "F'Mejju u Ġunju ma sarx xogħol pero' saru preparazzjonijiet biex tkun tista' toħroġ tender ġdida għax-xogħol li fadal.", "Bejn Settembru u Diċembru tneħħew mill-wied 146 trakkijiet ta' materjal.", "Il-ħamrija ngħatat lill-bdiewa u l-ġebel intrefa' biex jerġa' jintuża.", "Dawn ix-xogħolijiet swew: Inġenji u fuel : Lm5,688 Gabjuni u Terramesh: Lm14,994", "F'Novembru u Diċembru kien hawn żewġ delegazzjonijiet minn Bari għal diskussjonijiet dwar il-proġett.", "PITKALIJA - DULLIEGĦ", "9210.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8239, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra għaliex ma ġie esportat ebda dulliegħ lejn il- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "X'kuntatti saru fil-fatt mill-5 ta' Settembru 'l hawn sabiex jiġi esportat dan il-prodott?", "Fejn saru, meta u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma kien hemm ebda talba għall-esportazzjoni tad- dulliegħ.", "Intopp ewlieni għall-esportazzjoni tad-dulliegħ lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea huwa bla dubju d-dazju li dan iħallas biex jidħol fl- Unjoni. fl-1996 Gvern Nazzjonalista kien ottjena kwota ta' dulliegħ bla dazju, iżda minnħabba li l-Gvern Laburista kien iffriża l-applikazzjoni l- ftehim ma seħħx u n-negozjati għandhom jibdew mill-ġdid.", "PITKALIJA - ĦAWĦ FRISK", "9211.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' u l-prezz ta' ħawħ frisk fil-pitkalija ċentrali għall-istaġun tas-sena 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ħawħ", "Sena Piż (Kgs) Valur Prezz Medju 1997 552,623 181,903.74 32.92 1998 610,689 193,861.18 31.74", "Peress li l-istaġun ta' din is-sena (1999) għadu ma għalaqx, l- informazzjoni relattiva tingħata aktar tard.", "DIPARTIMENT TAL-BIEDJA U SAJD - UNJONI EWROPEA", "9212.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-koperattivi tal- bdiewa, sajjieda u raħħala u produtturi sabiex il-Ministeru jinfurmahom bl- iżviluppi li qed ikollhom l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Biedja u Sajd dwar l-applikazzjoni ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Meta saru u x'rapporti tqassmu?", "X'kienet ir-reazzjoni tal-koperattivi għal dawn ir-rapporti u/jew tagħrif?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed jitħejja programm ta' laqgħat mal-koperattivi tal-bdiewa u raħħala sabiex il-produtturi fil-qasam ta' l-agrikoltura jiġu nfurmati dwar l-opportunitajiet u l-isfidi li toffri sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "BDIEWA/SAJJIEDA", "9700.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bdiewa u sajjieda full-time u part-time llum?", "Kemm ħareġ flus il-gvern f'forma ta' għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u sajjieda, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru ta' bdiewa u sajjieda rreġistrati full-time ma' l-E.T.C. huma 2515.", "Hemm 1,569 sajjieda part-time reġistrati mad-Dipatiment tas-Sajd.", "Skond iċ-ċensiment ta' l-agrikoltura ta' l-1991 hemm 21,418 bdiewa part-time.", "L-għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u s-sajjieda li ħareġ il-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin kienet hekk:", "1995 Lm 53,363.29 1996 Lm144,077.95 1997 Lm 83,847.48 1998 Lm 66,477.50 1999 Lm 29,511.39 (sal-lum).", "Il-figura ta' l-1999 tirrifletti l-ħlasijiet li saru matul is-sena sal- lum, il-parti l-kbira jikkonsistu f'sussidju fuq interessi ta' self mill- banek.", "Barra dan il-ħlas, il-gvern approva wkoll għajnuna ta' Lm50,000 bħala kumpens għall-ħsarat tal-maltempata ta' l-1998.", "FROTT/ĦXEJJEX/ĦUT", "9701.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' frott, ħxejjex u ħut importat din is-sena?", "Kemm kien il-valur ta' dawn il-prodotti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dwar l-ammont ta' frott u ħxejjex importati din is- sena nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 9422.", "Statistika dwar il-valur ma tinżammx mid-Dipartiment ta'l-Agrikoltura iżda mid-Dipartiment ta'l-Istatistika.", "L-ammont ta' ħut importat sa Settembru 1999 huwa hekk: Kilos Lm Ħut Friżat 1,463,315 1,591,254 Ħut Frisk 15,546 64,200 _____________________________________________ Total 1,478,861 1,655,454", "ĦUT - ESPORTAZZJONI", "9702.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie esportat ħut u/jew ħlejjaq oħra tal-baħar is-sena l-oħra u din is-sena?", "Kemm minn dan kien ħut mill-fish farms u kemm kien ħut maqbud mill-baħar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- esportazzjoni għas-snin 1998 u 1999 (sa Awissu) hija kif isegwi hawn taħt:", "| |1998 |1998 |1999 | | | | |(sa | | | | |Awissu)| |Ħut maqbud |130,15|127,10|115,062| |mill-baħar |6 |5 | | |Fish Farm |1,852,|1,413,|1,235,0| | |000 |149 |00 |", "AFM - SULDATI", "9703.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati humiex se jkunu fuq sleep in, jiġifieri jorqdu fil-barracks u mhux id-dar f'xi jiem lejn l-aħħar tas-sena?", "Jekk iva, meta u għaliex inħasset din il-ħtieġa?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk din il-miżura tolqotx lill-uffiċjali u jekk iva, mil-liema rank 'l isfel?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li permezz ta' direttiva maħruġa fis-27 ta' Awissu 1999, il-membri tal-Forzi Armati ġew avżati li matul il-perijodu bejn l-24 ta' Diċembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000, mhux se jintlaqgħu talbiet għal leave, dan peress li ġie deċiż li għall- perijodu msemmi, partikolarment minħabba xi problemi li forsi jistgħu jinqalgħu b'konnessjoni mal-millenium bug, aħjar ikun hemm preżenti għax- xogħol l-ogħla numru ta' suldati.", "Ma hemm l-ebda ħsieb li s-suldati jinżammu sleeping-in jekk mhux għax verament ikun hemm il-ħtieġa assoluta għal dan.", "Id-direttiva tapplika għal kull membru ta' l-Armata.", "AFM - MEMBRI", "9704.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum?", "X'inhu r-rank tagħhom?", "Kemm hemm minnhom li qed jagħmlu xogħol mhux konness mat-trade li għandhom.", "Min ikun bit-trade jieħu xi allowance jekk juża t-trade waqt xogħolu?", "Hemm xi suldati li m'humiex jagħmlu xogħol konness mat-trade tagħhom u qed jieħdu l-allowance xorta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni li ntalbet mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "AFM - SULDATI", "9705.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn suldati li għandhom xi tip ta' dekorazzjoni jew midalja llum?", "X'tip ta' dekorazzjoni jew midalja tista' tingħata lill- membri ta' l-Armata llum?", "Kemm hawn persuni f'kull tip divers ta' dekorazzjoni u x'inhu r-rank tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħal kull ċittadin ieħor, il-membri ta'l- Armata jistgħu jkunu eliġibbli għal dekorazzjonijiet u midalji oħra, dejjem skond l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika (Att Numru XXIX ta l-1975).", "Iżda qiegħed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi primarjament għall-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti li l-għoti tagħha huwa regolat skond l-att imsemmi.", "B'kollox hemm 297 membru li għadhom iservu fl-Armata li ngħataw il- Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti jew il-Clasp/s skond kif muri fil- lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Minbarra dan, kull għotja ta' dekorazzjoni jew midalja oħra, anke minn xi Stati barranin, tiġi dejjem ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif stipulat fl-istess att imsemmi.", "EU - IMPORTAZZJONI/ESPORTAZZJONI", "9984.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-regolamenti li jikkontrollaw l- importazzjoni l-esportazzjoni u li m'humiex konformi ma' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea u li ġew diskussi fl-iscreening session li nżammet fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant tagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "EU - ARMI TAN-NAR", "9985.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'ġie diskuss eżatt fl-iscreening session fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels rigward l-armi tan-nar, eċċ.?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "EU - PRICE CONTROL REGULATIONS", "9986.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-price control regulations li ddiskutiet id-delegazzjoni Maltija waqt l-iscreening session li saret fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels u li kif ġie mħabbar huma konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Waqt l-iscreening session li saret fis-27 ta' Settembru, 1999 fi Brussels saru referenzi miż-żewġ naħat dwar il-liġijiet rispettivi.", "Dwar il-kontroll tal-prezzijiet ġie mfisser li r-regolamenti eżistenti japplikaw kemm fuq affarijiet importati kif ukoll fuq dawk lokali.", "Ma jidhirx li hemm xi diffikultajiet partikulari sabiex il-liġijiet Maltin ikunu konformi ma' l-acquis.", "EU - PUBLIC PROCUREMENT", "9987.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk li ġew imsejħa bħala differenzi żgħar bejn il-liġijiet tagħna u dawk ta' l-acquis waqt il-laqgħa ta' l- iscreening fi Brussels li nżammet it-Tnejn, 27 ta' Settembru 1999, dwar il- qasam tal-public procurement u l-amministrazzjoni ta' dawn ir-regoli?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b`mod ġenerali l- proċeduri tagħna rigward procurement huma in-line ma` dawk ta` l-Unjoni għar-raġuni li aħna nipprattikaw sistema ta` opening tendering u ma napplikaw l-ebda diskriminazzjoni.", "L-aktar żewġ punti li jeħtieġu attenzjoni huma l-proċeduri li qed jużaw dawk li jissejħu public authorities u public undertakings kif definiti fid- direttivi fis-sens li għad irid jiġi stabilit liema minnhom (minbarra dawk li diġa' qed jagħmlu hekk) iridu japplikaw il-proċeduri stabiliti fil- Public Service (Procurement) Regulations 1996 u liema le.", "Aspett ieħor ta` mportanza li jrid jiġi studjat huwa l-kwestjoni tar- rimedju li jrid jingħata lit-tenderers li jħossu li tkun qed issir xi inġustizzja magħhom.", "Aħna diġa' għandna proċedura simili li ħadmet u għadha qed taħdem tajjeb, pero` jidher li jenħtieġ xi tibdil biex tiġi kompletament konformi ma` dik li tesiġi l-Unjoni Ewropea.", "Apparti dawn iż-żewġ fatturi prinċipali, li jibqa` huma dettalji ta` natura amministrattiva li mad-daqqa ta`għajn ma jidhirx li huma ta` xi diffikulta' kbira.", "EU - PUBLIC PROCUREMENT", "9988.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-acquis communautaire taqsam ir- regolamenti tal-public procurement, kif ġew imfissra waqt is-sessjoni ta' l- iscreening li nżammet fi Brussels nhar it-Tnejn, 27 ta' Settembru, 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex tispjega aħjar x`informazzjoni qed titlob u cioe` jekk hux qed tirreferi għall-oqsma partikolari li għalihom japplikaw direttivi speċifiċi ta` l-Unjoni Ewropeja jew inkella hux għall-mod kif inhuma mqassma d-direttivi nfushom.", "L-Onor.", "Interpellant tifhem li l-mistoqsija li qed tagħmel tista` tinvolvi ħafna xogħol biex tingħata tweġiba u għalhekk ikun tajjeb li tiċċaraha aktar.", "EU - KUNTRATTI PUBBLIĊI", "9989.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-threshold limits li jaqgħu taħt ir- regolamenti tal-kuntratti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-public procurement, kif spjegati waqt is-sessjoni ta' l-screening li saret fi Brussels, nhar it-Tnejn 27 ta' Settembru, 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mingħajr ma nidħol f`dettalji żejda (li pero` nista` nagħti aktar `il quddiem) ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b`mod ġenerali l-valuri tat-thresholds li jiddeċiedu jekk kuntratti jaqgħux jew le taħt id-direttivi ta` l-Unjoni Ewropeja huma kif ġej:", "Settur Pubbliku:", "Supplies Servizzi Xogħlijiet", "Lm72,000 Lm72,000 Lm2,760,000", "Setturi ta` l-Enerġija, Ilma u Trasport:", "Supplies Servizzi Xogħlijiet", "Lm205,000 Lm205,000 Lm2,556,000", "Setturi ta` telekomunikazzjoni", "Supplies Servizzi Xogħlijiet", "Lm307,000 Lm307,000 Lm2,556,000", "Il-figuri qed nagħtihom f`liri Maltin biex jinftehmu aħjar u huma maħduma skond ir-rati tal-kambju tat-30 ta` Settembru 1999.", "Irrid ngħid ukoll li d- direttivi ta` l-Unjoni Ewropea fihom thresholds oħra fejn għandhom x`jaqsmu notifikazzjoni bil-quddiem tal-valur tal-kuntratti ippjanati matul is-sena finanzjarja hekk li entitajiet pubbliċi jridu, fil-bidu tas-sena finanzjarja tagħhom, jinnotifikaw lil kulħadd jekk matul dik is-sena jkunx beħsiebhom joħorġu kuntratti għal prodotti, servizzi jew xogħolijiet partikolari li l-valur totali tagħhom ikun stmat li jaqbeż il-figuri li ser nagħti:", "Settur Pubbliku:", "Supplies Servizzi Xogħlijiet", "Lm383,000 Lm383,000 Lm2,760,000", "Setturi ta` l-Enerġija, Ilma, Trasport u Telekomunikazzjoni", "Supplies Servizzi Xogħlijiet", "Lm383,000 Lm383,000 Lm2,556,000", "F`dan l-istadju nħoss li tajt l-informazzjoni bażika li qed titlob l-Onor.", "Interpellant.", "LONDRA - DELEGAZZJONI MALTIJA", "10022.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tad-delegazzjoni Maltija li ħadet sehem fl- investment promotion seminar ta' l-MDC li sar fil-bini tas-CBI f'Londra dan l-aħħar?", "Jista' l-Prim Ministru jelabora aktar dwar l-emendi proposti għal IDA li huwa aċċenna għalihom fid-diskors tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Investment Promotion Seminar li sar f'Londra nhar it-30 ta' Settembru 1999 kien organizzat mill-Malta Development Corporation flimkien mal-Confederation of British Industries.", "Minħabba l- importanza ta' din l-attivita', li kellha l-iskop ewlieni li tattira investiment lejn Malta minn fost il-membri tas-CBI u organizzazzjonijiet oħra, jien indirizzajt dan is-seminar.", "Ipparteċipaw fis-seminar il-Ministru għas-Serviżżi Ekonomiċi, l-Onor Josef Bonnici, ic-chairman ta' l-MDC, is-Sur Francis Vassallo u l-ko- ordinatur fl-Investment Promotion Section ta' l-MDC, is-Sur Mario Galea.", "Il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor John Dalli, li kien ġej lura Malta minn laqgħat ta' l-IMF, għamel l-arranġamenti wkoll biex ikun preżenti għas- seminar.", "L-assistent personali tiegħi, is-Sur Richard Cachia Caruana, akkumpanjani fuq din iż-żjara li kienet tinkludi wkoll taħdidiet fi Brussels.", "L-emendi proposti għall-Industrial Development Act qegħdin preżentament jiġu eżaminati u diskussi.", "Kif tkun finalizzata din il-fażi, l-emendi jiġu preżentati lill-Parlament għad-diskussjoni fiż-żmien opportun.", "SPTAR SAN LUQA - TOBBA", "10023.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fiex wasal il-każ tat-tobba ta' St. Luke's li nqabdu skartati minn xogħolhom?", "Veru li f'ħafna każi se jitmewtu l-passi li kienu se jittieħdu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-każijiet ta' dixxiplina kontra tobba li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant qed jiġu trattati bl-istess mod li jiġu trattati każijiet ta' dixxiplina oħra.", "QRATI - TRAFFIKANT TAD-DROGA", "10024.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta dwar it-traffikant tad- droga Libjan li ħarab minn Sir Paul Boffa Hospital ingħalqitx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - SPEED CAMERAS", "10060.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn hu maħsub li jiġu stallati speed cameras?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li huwa maħsub li l-ispeed cameras jintużaw f'toroq prinċipali.", "Infurmat ukoll li hemm tender pendenti fuq dan is-suġġett, u għalhekk ma naħsibx li jkun għaqli li jingħata aktar tagħrif f'dan l-istadju.", "PA - BINI MINGĦAJR PERMESS", "10061.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jibnu mingħajr permess il-fond mikri lilhom mill-gvern, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI TAL-QGĦAD", "10062.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad u jaħdmu fl-istess ħin, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KARTI ROŻA", "10063.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu karti roża sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' karti roża li nħarġu f'dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:", "1994 5631 1995 5292 1996 4710 1997 4867 1998 4822", "PENSJONI TA' L-INVALIDITA'", "10064.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu persuni b'pensjoni ta' l-invalidita' għall-ewwel darba, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni li talab l-Onor.", "Interpellant tinsab fit-tabella kif ġej:", "Tabella A - Pensjonijiet ta' l-Invalidita' ġodda", "SENA NUMRU TA' PENSJONANTI", "1994 425 1995 678 1996 770 1997 637 1998 964", "GĦAJNUNA GĦALL-MARD", "10065.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna għall-mard għall-ewwel darba persuni, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-każ ta' benefiċċji mhux kontributorji, id- dritt għall-benefiċċju jiddependi, fost affarijiet oħra, mit-test tal- mezzi.", "Għalhekk numru ta' benefiċċjarji minn żmien għal żmien jistgħu jitilfu dan id-dritt u mbagħad jerġgħu jikkwalifikaw xi żmien wara.", "Fiċ- ċirkostanzi ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm benefiċċjarji għall-għajnuna għall-mard tħallsu għall-ewwel darba.", "SEA FLY FERRIES LTD. - KATAMARRAN", "10113.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W33?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-mistoqsija parlamentari numru W33 ġiet mgħoddija lill-Onor.", "Membru fl-20 ta` Awissu, 1999.", "KONSULENTI TEKNIĊI", "10120.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tekniċi li qed jaħdmu fuq ir-raft ta' leġislazzjoni marbuta ma' affarijiet tal-konsumatur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-draft tal-leġislazzjoni marbuta ma' affarijiet tal-konsumatur huwa fdat f'idejn task force li hija komposta minn Dr. David Fabri, Dr. Paul Edgar Micallef, Dr. Michael Tanti Dougall, is-Sur Adrian Muscat Inglott u s-Sur Antoine Grima.", "MALTACOM - CHAIRMAN", "10128.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tat-tneħħija ta' Tony Meilaq minn chairman tal-Maltacom u l-proċess ta' liberalizzazzjoni, x'inhuma t- timeframes tal-gvern biex issseħħ il-liberalizzazzjoni?", "Jikkonferma li l-gvern beħsiebu jibda jilliberalizza ċerti servizzi tal- Maltacom, fosthom l-internet, qabel is-sena 2003?", "Hemm xi ħsieb li l-gvern ineħħi l-monopolju tal-Maltacom fil-qasam tat- telefonija?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalma wieħed jista' jara li qed jiġri kważi f'kull pajjiż ieħor; il-gvern qiegħed iħares lejn il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-telekommunikazzjoni bħal żvilupp importanti ħafna għall-bqija ta' l- ekonomija fejn ħafna mill-attivita' ekonomika llum tiddependi minn aċċess għal mezzi moderni ta' telekommunikazzjoni.", "Kif diġa' stqarr iktar minn darba, il-gvern qed iħares lejn is-servizz ta' telefon ċellulari (mobile phone) bħala l-ewwel servizz ta' telekomunikazzjoni li ser jiġi liberalizzat.", "Inizjalment dan ser isir billi jinħoloq spazju għal żewġ operaturi, il-Vodafone u il-Mobile, sussidjarja tal-Maltaocm.", "Dan għandu jseħħ mis-sena li ġejja.", "Kif diġa' tħabbar ukoll, il-gvern qiegħed bħalissa iħares b'mod wiesa' lejn is-settur tat-telekommunikazzjoni sabiex ifassal strateġija globali għal-liberallizzazzjoni ta' dan is-settur.", "SAĦĦA - WASTE TA' L-ISPTARIJIET", "10142.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi l-Ministru fl-aħħar ġimgħat semma l-użu tal-microwave bħala metodu li se jiddaħħal għat-trattament tal-waste ta'l-isptarijiet, jista' jgħid:", "(1) Din is-sistema hijiex intiża bħala t-trattament aħħari tal-hospital waste jew jekk hux parti minn proċess ieħor ta' trattament?", "(2) Jekk se jintuża bħala trattament aħħari fejn mistenni jintrema' l- prodott finali?", "(3) Liema sptarijiet kbar madwar id-dinja jużaw is-sistema tal-microwave bħala trattament finali?", "(4) Is-cytotoxics se jiġu pproċessati fis-sistema tal-microwave?", "(5) Mistenni li jkun hemm effluents fl-arja, jekk fl-affermattiv, kif se jiġu ttrattati?", "(6) Din is-sistema ta' microwave titlob ammont ta' ilma biex titħaddem?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-volum kuljum?", "(7) Partijiet mill-iġsma se jingħaddu mill-istess proċess?", "Huwa etikament korrett li tintuża din is-sistema jekk il-prodott finali se jintrema' f'xi miżbla?", "8) Kemm mistennija tkun l-ispiża rikorrenti biex titħaddem b'mod effiċjenti din is-sistema?", "9) Għaliex intgħażlet din is-sistema meta f'pajjiżi Ewropej jużaw sistemi aktar effiċjenti u irħas biex jintrema' l-hospital waste?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sistema tal-microwave hija intiża sabiex tipproċessa skart kliniku li jista' jkun mikrobijoloġikament ikkontaminat u permezz ta' disinfettazzjoni termika jġibu fi stat li ma jkun ta' ebda periklu infettiv.", "Għaldaqstant il-proċess huwa wieħed aħħari fis-sens li skart kliniku, wara li jiġi pproċessat ikun jista' jiġi mormi f'miżbla mingħajr ebda perikolu ambjentali.", "Is-sistema tal-microwave ġiet żviluppata ġewwa l-Istati Uniti sabiex tikkonforma mal-leġislazzjoni iebsa ta' waste management ta' dan il-pajjiż u tintuża f'madwar 50 faċilitajiet differenti mxerdin madwar il-pajjiż kollu.", "Dawn is-sistemi qed jinxterdu b'mod mgħaġġel f'pajjiżi oħrajn, inkluż il-Ġappun u l-Ewropa, fejn anke ġiet mogħtija is-CE mark.", "Is-sistema ma tipproduċix effluents fl-ambjent, tant li ġewwa l-Ingilterra għaddiet mit-testijiet kollha tad-Department of Environmental and Consumer Services, Enfield.", "Il-volum ta' l-ilma li hemm bżonn huwa minimu.", "M'hijiex l-intenzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa li appendiġi umani wara operazzjonijiet jgħaddu minn dan il-proċess u dawn ser ikomplu jiġu midfuna ġewwa ċimiterju.", "Is-sistema tal-microwave ma ipproċessax skart farmaċewtiku u ta' cytotoxics li madanakollu jikkostitwixxu anqas minn wieħed fil-mija ta' l- iskart domestiku.", "Sistemi alternattivi ta' proċessar ser jiġu żviluppati għal dan it-tip ta' skart.", "L-għażla ta' din is-sistema ġiet ibbażata fuq is-safety record ambjentali ta' dawn is-sistemi u l-ispejjeż kapitali u rikorrenti li, kontra l- impressjoni ta' l-Onor.", "Membru, huma ferm anqas mis-sistemi tradizzjonali ta' l-incineration jew autoclaving użati f'pajjiż Ewropej tant li numru ta' faċilitajiet fejn l-inċineraturi qed jitneħħew minħabba eta' jew riskju ambjentali qegħdin jaqilbu għall-microwave.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant huwa konvint li f'pajjiżi Ewropej jużaw sistemi kif jintrema l-hospital waste b'mod iktar effiċjenti u irħas, nitolbuh jikkomunikahom lid-dipartiment.", "SKEJJEL - STUDENTI", "10150.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti subien u bniet separatament li qed jattendu skejjel: (1) ta' l-Istat; (2) tal-Knisja; u (3) Privati?", "Kif inhuma mqassma f'kindergarten, primarji, sekondarji, eċċ.?", "Kemm hemm fis-Sixth Form ta' kull kategorija ta' skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni li inti tlabt ma tistax tiġi provduta għalissa minħabba li l-istatistika għal Ottubru 1999 għadha qed tinġabar.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "10151.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' għalliema li bħalissa qed jgħallmu fl-iskejjel: (a) ta' l-Istat; (b) tal-Knisja; (c) tal-privat?", "Fil- każ ta' l-iskejjel ta' l-Istat, jeżistu vakanzi bħalissa?", "F'liema suġġetti?", "F'liema livell, primarji, sekondarji, eċċ.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni li inti tlabt ma tistax tiġi provduta għalissa minħabba li l-istatistika għal Ottubru 1999 għadha qed tinġabar.", "QRATI - NUMRU TA' ĠURATI", "10152.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Peress li fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' Awissu ngħatat il- lista tal-ġurati, jista' l-Ministru jgħid kif inhu possibbli li jidhru kważi l-impjegati kollha tal-Bank of Valleta fil-lista?", "Kif jiġi deċiż min jiddaħħal fil-lista tal-ġurati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ngharraf lill-Onor.", "Interpellant li huwa l-bord tal- ġurati li kull sena japprova numru ta` ismijiet ta` persuni li fl-opinjoni taghhom ikunu tajbin biex iservu ta` ġurati fil-Qorti Kriminali.", "Dan il- bord, li huwa kompost minn żewġ maġistrati, il-kummissarju tal-pulizija u r- reġistratur tal-qorti, jiltaqa` ghal dan il-ghan f`Awissu ta` kull sena, skond kif provdut bid-dettal fl-Artikolu 605 tal-Kodiċi Kriminali.", "MALTACOM - ISHMA FIL-KUMPANNIJA", "10153.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ishma fil-Maltacom l- impjegati tal-kumpnanija?", "Jikkonferma l-Ministru li mpjegati li rtiraw mill-kumpannija qed jingħataw ishma anqas minn dak imwiegħed?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Meta f'Ġunju tas-sena l-oħra l-gvern ipprivatizza 40% ta' l-ishma tal-Maltacom mill-20% li kienu nbiegħu f'Malta kienu ġew allokati.", "(a) 3,039,315-il sehem lill-Maltacom Employees Foundation bil-prezz li kellu skont ta' 10%; u", "(b) 2,026,210 sehem lill-impjegati tal-kumpanija u lid-diretturi bi prezz li kellu skont ta' 5% ishma li ma tteħdux f'din l-aħħar skema ġew allokati lill-pubbliku u mibjugħa bil-prezz regolari ta' 90ċ-il wieħed.", "Biex tkun tista' tħallas għal dawn l-ishma, il-fondazzjoni ngħatat self bla imgħax mill-gvern, permezz ta' kuntratt li sar fl-10 ta' Ġunju 1998, ta' Lm2,735,383.50.", "Għal għaxar snin il-fondazzjoni hija eżentata milli tibda trodd din is-somma ħalli hekk tkun tista' tiġi fuq saqajha.", "Wara l-għaxar snin, il-fondazzjoni tibda tħallas lura dan is-self mid-dividends li tagħti l-kumpannija kull sena.", "L-assi tal-fondazzjoni llum jikkonsistu biss fid-dividend li l-kumpanija ħarġet f'April ta' din is-sena, li minnu jridu jitnaqqsu l-ispejjeż bħalma huma s-servizzi professjoni ta' awdituri.", "Kull impjegat tal-Maltacom li kien fuq il-kotba tal-kumpanija fit-28 ta' Mejju huwa ntitolat li jirċievi 20 unit flimkien ma' unit oħra għal kull għaxar snin servizz.", "Skond il-bye-laws tal-fondazzjoni, benefiċjarju li ttermina l-impjieg mal-Maltacom jista' jsarraf il-units li jkollu skond in-net assset value tal-fondazzjoni kif ikunu murija fl-audited accounts sal-31 ta' Diċembru ta' wara.", "Xi ħaddiema tal-Maltacom għandhom l-idea żbaljata li kull benefiċċjarju għandu fuq 1,500 sehem għax iddividew it-3,039,315-il sehem bin-numru ta' l- impjegati.", "Dan mhux il-każ.", "Kull impjegat huwa ntitolat għan-numru ta' units skond kif spjegat iktar 'il fuq.", "Ħaddiem li ttermina l-impjieg se jieħu l-valur ta' units li huwa ntitolat għalihom skond in-net asset value tal-fondazzjoni.", "PULIZIJA - SAG - PC LAWRENCE GABRIEL", "10154.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jikkonferma l-Ministru li PC Lawrence Gabriel ta' l-SAG ilu għal diversi ġimgħat isuq vettura mingħajr pjanċa ta' quddiem u li din il-vettura - allura mhux armata skond il-liġi - xorta qed titħalla tipparkja fil-post riżervat għall-membri ta' l-SAG?", "Qatt ma sar rapport dwar dan?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-uffiċjal inkarigat mill-SAG kien innota li l-kuntistabbli li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant kellu l-pjanċa tan-numri ta' quddiem tal-vettura privata tiegħu mhux imwaħħla.", "Dan għalhekk kien ġie mwissi mill-istess uffiċjal sabiex iwaħħalhom kif fil- fatt għamel.", "PULIZIJA - PC LAWRENCE GABRIEL", "10155.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l-Ministru jgħid x'investigazzjoni qed issir, wara l- allegazzjonijiet li għamel PC Lawrence Gabriel quddiem l-għassa ta' San Ġiljan is-Sibt 25 ta' Settembru filgħodu kmieni, dwar irregolaritajiet li huwa allegat li qed isiru fl-irmonk ta' vetturi?", "Huwa minnu li l-vettura tiegħu li ġiet irmunkata mill-VRS hija bla pjanċi tan-numru fuq quddiem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-allegat abbuż li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li l-pulizija qed tinvestiga rapport li sar minn xi mpjegati tal-garage li għandu l- kuntratt ta' rmonk u kklampjar ta' vetturi fil-lokal ta' l-allegat abbuż, liema rapport għadu qed ikun investigat.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10154 f'din l-istess seduta.", "ĦABS ĊIVILI - GWARDJANI", "10168.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l-Ministru jgħid meta se jiftħu l-vakanzi għall-gwardjani fil-ħabs?", "Kemm se jidħlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru.", "8298.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "10169.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern li jimpjega ħaddiema fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "Jista' l-Ministru jgħid liema grades għandu bżonn u kemm fil- kwantita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "10170.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-regola tal-gvern għal dawk il-pazjenti bi dħul baxx li għandhom bżonn mediċini bilfors u li ma jinstabux fl-ispiżeriji ta' l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-regolament tad-Dipartiment tas-Saħħa rigward l- għoti ta' mediċini b'xejn għal min għandu l-karta r-roża hu li dawn huma ntitolati għal mediċini li jidhru fil-formularju ta' l-isptar.", "SAĦĦA - PERSUNI BL-HIV", "10171.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni nfettati bl-HIV?", "Kemm mietu persuni bl- HIV matul l-1999 u x'kienet l-eta' tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' testijiet li kienu posittivi għall-HIV mill-1985 'l hawn huwa ta' 147.", "Din il-figura ma tistax teskludi testijiet doppji peress illi t-test isir b'mod anonimu u jistgħu jinkludu wkoll testijiet li saru fuq barranin.", "Bħalissa hemm 32 persuna li huma nfettati bl-HIV u qed jibbenefikaw mis- servizzi tas-saħħa.", "Matul l-1999 kien hemm persuna waħda li mietet kaġun ta' l-AIDS.", "L-eta' tal-pazjent ma tistax tiġi svelata minħabba li tista' tiġi identifikata l- persuna.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - PERSUNI B'OVERDOSE", "10172.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fiċ-ċentri tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, il-Mosta, il-Furjana, il-Gżira, ir-Rabat u Ħal Qormi?", "X'kienet l- eta' tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-metodi ta' kif jinżammu r-records fiċ-ċentri tas-saħħa ma jippermettix li tinżamm statistika ta' din il-kwalita' u li jkun hemm statistika ta' kemm attendew pazjenti għal raġuni jew mard speċifiku.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - APPUNTAMENTI", "10173.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex jitjiebu l-appuntamenti u jonqos id-dewmien biex isiru żjarat u appuntamenti f'St. Luke's Hospital u fiċ-ċentri tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'seduta oħra.", "BORMLA - MINA TA' STA LIENA", "10191.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-mina ta' Sta Liena, Bormla tingħata dik l- attenzjoni li jixirqilha?", "Jidhirlu l-Ministru li monument bħal dak għandu jinżamm fi stat ħafna aħjar milli jinstab bħalissa?", "Jista' l-Ministru jara li ma jipparkjawx karozzi taħt din il-mina u għalhekk tinħoloq eyesore f'monument bħal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se nara x'inhi sewwasew il-qagħda attwali dwar l- istat tal-mina.", "Għal dak li jirrigwarda l-ipparkjar ta' karozzi taħt il-mina, nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministeru responsabbli.", "KOTTONERA - BIEB IS-SULTAN", "10192.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid tteħditx deċiżjoni dwar x'għandu jsir mill-bini maestuż magħruf bħala Bieb is-Sultan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, għada ma tteħditx deċiżjoni.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "10193.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti fil-korp tal-pulizija mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru, 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall- perijodu minn Settembru 1998 sas-26 ta' April, 1999, nirreferih għat- tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4535 u 6500.", "Dwar il-perijodu bejn is-27 ta' April, 1999 u s-6 ta' Settembru, 1999, ninsab infurmat li kien hemm 133 membru tal-korp li tbiddlilhom xogħolhom, fosthom 52 membru li ħadu promozzjoni.", "SAĦĦA - TRASFERIMENTI", "10194.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru, 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mis-6 ta' Settembru 1998 sas-6 ta' Settembru 1999 saru 427 trasferimenti fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas- Saħħa.", "Minnhom 277 intalbu mill-impjegati stess.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "10195.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li temmew l-impjieg tagħhom minn maċ-Ċivil mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru 1999?", "Jista' jgħid ukoll kemm kellhom eta' u f'liema dipartiment kienu jaħdmu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - FONDI", "10196.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus lill-kunsilli lokali, lokal b'lokal, mit-twaqqif tagħhom sal-lum?", "Jista' jaqsamhom f'dawk li huma fondi għall-bżonnijiet speċjali u dawk normali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "ŻEJTUN - TRIQ L-ISQOF GALEA - DRENAĠĠ", "10201.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol mid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi Triq l-Isqof Galea, fiż-Żejtun minħabba l-urġenza marbuta ma' skadenzi oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-offerta biex isir ix- xogħol ta' tħaffir tad-drenaġġ fi Triq l-Isqof Galea, Żejtun infetħet.", "Dan huwa WD 973/98.", "Wara li din tiġi pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, jintgħażel il-kuntrattur u jkun jista' jibda x-xogħol.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - PROMOZZJONI LIL HANDYMAN", "10202.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jingħata promozzjoni minħabba li ilu jagħmel xogħol ta' handyman żmien twil minkejja li fil-preżent mhux ix-xogħol tiegħu skond l-iskala li għandu llum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna ndikata diġa' għandha appointment ta' general hand u preżentament qiegħda fuq il-massimu ta' skala 18.", "Promozzjonijiet fis-Servizz Ċivili jingħataw wara li tkun ġiet pubblikata sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Naturalment meta jkun hemm sejħiet għall- applikazzjonijiet, għall-operatives jew tradesmen, l-individwu konċernat ikun jista' japplika dejjem jekk huwa eliġibbli u għandu l-kwalifiki meħtieġa.", "MF - RAPPORT", "10208.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi f'rapport dwar selected transition and Mediterranean countries ta' l-IMF jingħad li Malta hija pajjiż fost tlieta li għandhom l-aktar bżonn tibdil sostanzjali fil-liġi tal-Bank Ċentrali biex jaddattawha mal-ħteġijiet ta' Maastricht, jista' l-Ministru jelenka dawn it-tibdiliet prospettivi u jgħid x'inhu l-programm tal-gvern dwarhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Billi l-IMF toħroġ ħafna rapporti, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddilna kopja tar-rapport li qiegħed jirreferi għalih.", "ERM2 - SĦUBIJA", "10209.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Il-gvern kif iħares lejn sħubija fl-ERM2 fid-dawl ta' l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi it-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "IMPJANT TA' SANT'ANTNIN - IMMANIĠĠJAR", "10218.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward l-immaniġġjar ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin fl-ewwel sena ta' Gvern Nazzjonalista?", "Jirriżultalu li tnaqqsu jew żdiedu l-ilmenti fuq l-impjant?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ecopod system hijiex vijabbli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li matul din is-sena ġie proċessat l-akbar ammont ta' skart fl-Impjant ta' Sant'Antnin u ma jirriżultax li żdiedu l-ilmenti.", "Is-sistema Eco-Pod composting tinvolvi ċerta spejjeż biex il-materjal organiku jitpoġġa ġol-boroż u wara jittieħed fil-post biex jitkompla l- proċess.", "L-akbar problema ta' din is-sistema hija l-ispazju meħtieġ biex il- kwantita' tal-materjal organiku tiżdied għal-livelli meħtieġa.", "Biex jiġi determinat jekk din is-sistema hijiex l-aktar waħda vijabli, il-gvern se janalizza s-sistemi ta' composting li jiġu offruti wara li jiġi pubblikat il-pjan ta' l-istrateġija ta' l-iskart.", "IMPJIEGI - GAINFULLY OCCUPIED", "10232.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn nies li huma reġistrati bħala gainfully occupied bħalissa?", "Kemm minn dawn għandhom 'il fuq minn 60 sena?", "Kemm minn dawn jaħdmu fis-settur pubbliku?", "Kemm jaħdmu fis-settur privat?", "Minn dawn ta' l-aħħar, kemm hemm li huma self-employed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TENDERS", "10233.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il tender ta' valur akbar minn Lm10,000 ġiet approvati mill-ministeru matul il- perjodu bejn Jannar u Settembru 1999?", "Kemm kien il-valur ta' kull tender u lil min ġie awarded?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tagħrif dwar tenders ta' valur aktar minn Lm10,000 li ngħataw mid-dipartimenti u organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il- Ministeru għall-Politika Soċjali bejn Jannar u Settembru, 1999 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "FABBRIKI", "10234.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9948, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l-kumplament tad-domanda li għadha ma ġietx risposta, ċioe': (a) kemm intilfu mpjiegi minn dawk il- fabbriki li għalqu; u (b) kemm inħolqu mpjiegi minn dawk il-fabbriku li nfetħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AMBJENT - ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "10235.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9881, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-istħarriġ li għamel id-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent?", "X'kienet il-kompożizzjoni kimika ta' dan it-trab iswed?", "Billi qatt ma nistgħu nkunu prematuri fil-miżuri preventivi li jistgħu jittieħdu f'dak li jirrigwarda l-ħarsien tas-saħħa tal-Maltin kollha, jista' l-Ministru jirrispondi din id-domanda?", "Jista' l-Ministru jagħti garanzija li dan it-trab l-iswed li qiegħed jiksi l-households tan- nofsinhar ta' Malta mhux qed ikun ta' dannu mediku għas-saħħet ir-residenti ta' dawn l-inħawi tal-gżejjer Maltin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-istħarriġ indikat mill-Onor.", "Interpellant għadu għaddej.", "Rigward kwestjoni ta' saħħa, l-Onor.", "Interpellant għandu jirreferi l- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SAN ĠILJAN - KLABB TAL-WATERPOLO", "10238.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, dejjem fid-diskrezzjoni u r-rispett tal- qorti, fiex waslet l-inkjesta li kienet bdiet dwar għoti ta' eluf ta' liri lill-club tal-waterpolo ta' San Ġiljan in konnessjoni mal-pitch li eventwalment baqa' ma sarx?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-inkjesta li ghaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant ma saritx minn dan il-Ministeru.", "GOZO CHANNEL - MALTIN LI JAĦDMU F'GĦAWDEX", "10239.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Maltin li jaħdmu f'Għawdex ma jiġux trattati bl-istess mod li ġustament isir ma' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta, fir-rigward tan-noll tal-vapur tal-Gozo Channel?", "Hemm ħsieb li din l-inġustizzja ma' ħaddiema li jkollhom jaqsmu bejn iż- żewġ gżejjer, tispiċċa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li sa Jannar ta' l-1997 il-ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu f'Għawdex fuq xogħol full time kellhom pass speċjali - workers' pass - u li kien jintitulhom iħallsu l-istess noll bħall- Għawdxin.", "Dan il-pass kien tneħħa matul l-istess sena.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid li l-inġustizzja ma' dawn il-ħaddiema kienet saret meta l-amministrazzjoni preċedenti mhux biss irtiratilhom dan il-pass speċjali, iżda għabbiethom bil-piż ta' noll iebes ħafna għal bwiethom."]} {"filename": "19950703_436d_par.doc", "date": "1995-07-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 436 It-Tnejn, 3 ta' Lulju, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 436", "It-Tnejn, 3 ta' Lulju, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 436", "It-Tnejn, 3 ta' Lulju, 1995", "WERREJ", "MINUTI 863", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 863", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 869", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' VIĊI PRESIDENT TAL-KUMITATI 870", "MEMBRI TAL-JOINT PARLIAMENTARY COMMITTEE MAL-PARLAMENT EWROPEW 874", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-OMBUDSMAN", "OMBUDSMAN BILL", "Kumitat 874", "AĠĠORNAMENT 898", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 904", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 435 li saret fil-21 ta' Ġunju, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "26955.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem L-Onor.", "Alfred Portelli) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti rispettivament f'Mejju 1995?", "Kemm minnhom huma nisa?", "Kemm hemm nisa li qegħdin jirreġistraw għal full-time u/jew part-time job?", "Jeżisti reġistru fid-dipartiment konċernat dwar l-applikanti rġiel u/jew nisa li qed japplikaw għal part-time job kemm għal min ma jaħdimx kif ukoll għal min jaħdem full-time u għandu bżonn li jaħdem ukoll part-time?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-għadd ta' nies jirreġistraw għax-xogħol f'Mejju ta' l-1995 kien hekk:", "L-Ewwel Parti - 4,681 li minnhom 630 kienu nisa It-Tieni Parti - 665 li minnhom 136 kienu nisa.", "In-nisa kollha kienu qed jirreġistraw biex isibu xogħol full-time.", "Ir-reġistru jkopri biss nies li qed ifittxu xogħol full-time imma wieħed jista' jsib lista ta' dawk li qed ifittxu xogħol part-time fil-Job Centre tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.", "In-nies li qed ifittxu xogħol part-time bħalissa hu hekk: Irġiel 70; Nisa 84.", "Hu kkalkolat li jkun hemm medja ta' 25 vakanza fix-xahar għal xogħol part time.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "27036.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jweġibni għall-mistoqsija parlamentari numru 26942, ċioe' jista' jgħid:-", "(a) kemm kien l-għadd ta' nies b'diżabilita' li applikaw għax-xogħol mill- 1986 sa Mejju 1995 sena b'sena rispettivament;", "(b) kemm nies b'diżabilita' ġew impjegati fl-istess snin; u", "(ċ) kemm minnhom ġew impjegati ma' Dipartimenti tal-Gvern, korpi parastatali u mal-privat fl-istess snin?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-għadd ta' nies b'diżabilita' jirreġistraw għax- xogħol fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hekk:", "Dicembru 1986 271 1987 151 1988 212 1989 180 1990 197 1991 252 1992 305 1993 316 1994 268 1995 237 (sa Mejju)", "Jien informat ukoll li l-għadd ta' nies b'diżabilita' li ġew impjegati fl- aħħar tmien snin kien hekk:", "Gvern/Parastatali Privat Total Diċembru 1987 385 87 472 1988 163 113 276 1989 42 41 83 1990 24 43 67 1991 85 82 167 1992 59 44 103 1993 30 46 76 1994 21 68 89 1995 9 28 37 (sa Mejju)", "Dawn iċ-ċifri jinkludu n-nies kollha li kienu fuq ir-reġistru ta' persuni b'diżabilita' u li nstabilhom xogħol mid-Disablement Resettlement Officer u/jew mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u anke dawk li sabu xogħol minn jeddhom.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Fit-tweġiba l-Ministru qed jgħid li f'Diċembru 1987 mal-Gvern u Korpi Parastatali ġew impjegati 385 persuna b'diżabilita' u mal-privat 87, jiġifieri total ta' 472, hux hekk?", "Issa jekk nieħdu is-sena 1994, naraw li b'kollox ġew impjegati 89 li minnhom 21 huma mal-Gvern u Korpi Parastatali u 68 mal-privat.", "X'inhi r- raġuni li qegħdin jiġu mpjegati daqshekk ftit disabled persons mal- Parastatali u mal-Gvern?", "Anke jekk inħarsu lejn l-1993 insibu li mal-Gvern ġew impjegati biss 30 persuna b'diżabilita'.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Hemm żewġ raġunijiet għal dan il-fatt.", "Bħalissa qegħdin jiġu mpjegati ħafna inqas nies mal-Gvern u allura ovvjament il-proporzjon tan-nies b'diżabilita' li se jiġu mpjegati mal-Gvern se jonqos ukoll.", "Barra minn hekk, qegħdin nagħmlu sforz biex anke l-privat jimpjega wkoll nies b'diżabilita' u ma rridux indaħħlu l-mentalita' fil-pajjiż li l-Gvern waħdu jrid jerfa' l-piż li jimpjega nies b'diżabilita'.", "Filwaqt li l-Gvern irid jerfa' l-piż u jagħti s-sehem tiegħu, forsi iktar mill-privat, qegħdin nagħmlu enfasi kbira biex il-privat jieħu fuq spallejh d-dover tiegħu li jimpjega wkoll nies b'diżabilita'.", "Jekk wieħed jara kemm daħlu persuni b'diżabilita' mal-Gvern u mal-Korpi Parastatali fl-1987 u fl-1988 wieħed irid iqabbel dan in-numru ma' kemm daħlu ħaddiema mal-Gvern, b'mod partikolari fl-1987.", "Jiġifieri jekk fl-1987 ġew impjegati 385 persuna b'diżabilita', wieħed irid iqabbilhom ma' l-eluf li daħlu mal-Gvern u mal- Korpi Parastatali f'dik is-sena, li ma jidhrux hawnhekk.", "Din hi r-raġuni li dak iż-żmien kien hemm dak in-numru kbir.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Gvern innifsu jibda billi meta joħroġ call for applications għal impieg mal-Gvern fil-Gazzetta tal-Gvern u f'postijiet oħra, jneħħi u ma jibqax iġib il-biċċa descriptor tax-xogħol li kull min japplika jrid ikun ħieles minn kull diżabilita'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dik il-kondizzjoni fil-fatt diġa' tneħħiet.", "ETC - KAŻ B'ID NO.", "622346(M)", "27081.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Salvu Sant) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi C. Galea ID No. 622346(M) ġie mibgħut darbtejn mill-ETC għall-interview fil-Freeport bl- iskop li jiġi mpjegat, jista' l-Ministru jgħid hemmx xi żviluppi dwar dan il-każ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-persuna msemmija ntbagħtet fis-17 ta' Mejju, 1995 biex tagħmel intervista għal xogħol mal-Freeport.", "Fost il-kwalifiki meħtieġa kien hemm bżonn li l-kandidat ikun jaf jikteb u jaqra bil-Malti u bl-Ingliż, li jkun dinamiku, ta' dehen u fuq ruħu u li jkun kapaċi jaħdem fuq inizjattiva personali.", "Kull kandidat ingħata formula biex jimliha waqt l-intervista.", "Irriżulta li l-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant naqset milli timla l-formula kollha u li fil-parti li mliet il-kitba ma kenitx tinqara.", "Minn dan, il-Bord ta' l-Għażla ikkonkluda li l-applikant hu nieqes mill- ħila tal-kitba u mill-inizjattiva.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KONSULENTI/SENIOR ASSISTANTS", "26695.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista bl- ismijiet tal-Konsulenti u Senior Assistants li fil-preżent jaħdmu mad- Dipartiment tas-Saħħa fil-qasam ta' l-Anzjani?", "Kif inhu mqassam ix-xogħol tagħhom?", "Kemm hemm tobba fil-preżent li qed jittrejnjaw f'din l-ispeċjalita'?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li l-Konsulenti u Senior Assistants li jaħdmu fil-preżent fir-Residenza ta' San Vinċenz huma:", "1 Konsulent - Dr Anthony Fiorini 2 Senior Assistants- Dr Josef Dec - Dr Barbara Sawicka", "Iż-żewġ Senior Assistants jaħdmu biss fir-Residenza ta' San Vinċenz, filwaqt li l-Konsulent jaħdem ukoll f'Zammit Clapp Hospital.", "Dr Josef Dec jissorvelja s-swali kollha f'St. Joseph Wing li huma s-swali ta' l-irġiel u l-Psycho-Geriatric.", "Dr Barbara Sawicka tissorvelja s-swali kollha f'St. Francis Wing li huma s-swali tan-nisa.", "Dr Anthony Fiorini jissorvelja s-swali 13/14, 15/16, 17/18 nisa, Rużar Briffa Complex u l-Admission and Assessment Ward.", "Fil-preżent hemm tliet tobba li qed jittrenjaw fil-ġerjatrija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jiggwidana ftit dwar l-istqarrija li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet li l-Isptar San Luqa se jispiċċa bħala dar ta' l-anzjani u li l-proġett tal-Gvern huwa li eventwalment x- xogħol kollu ta' St Luke's ikun dak li jservi bħala ċentru għall-anzjani.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li din forsi kienet evalwazzjoni personali tas-Segretarju Parlamentari Deguara u naħseb li hu qed iħares għal quddiem għax billi skond l-indikazzjonijiet demografiki l- popolazzjoni tal-pajjiż se tkompli tikber, żgur se jkun hemm numru ikbar ta' pazjenti li se jkunu anzjani.", "Billi qed issir ukoll ristrutturazzjoni fil-mod ta' kif nittrattaw il-każi akuti, jien naħseb li s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Deguara qed jirraġuna li jekk l-Isptar San Raffaele se jkun iktar bħala sptar għall-acute cases, imbagħad naturalment l-Isptar San Luqa ikun jista' jiġi meqjus iktar bħala sptar għal chronic u geriatric cases.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qiegħed nifhem tajjeb lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jgħid li dan kien assessment personali ta' l-Onor.", "Deguara u li m'hemmx pjani biex effettivament l-Isptar San Luqa jsir sptar mija fil-mija għall-anzjani?", "Jekk l-intenzjoni hi li l-Isptar San Luqa jsir mija fil- mija għall-anzjani, f'dan is-sens l-Isptar San Raffaele se jkun kbir biżżejjed biex jieħu l-istess capacity li qed jieħu l-Isptar San Luqa bħalissa?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, l-Onor.", "Sant qed jirreferi għad-dibattitu li kien hemm il-bieraħ fil-każin tal-Partit Nazzjonalista fin-Naxxar.", "Jien ma kontx preżenti, pero' nista' ninterpreta - naturalment kif qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - dak li smajt fuq ir-radjijiet u li qrajt fuq il-ġurnali dwar dak li ntqal.", "Jidher li tqajjem il-punt jekk hemmx bżonn ta' sptar ġenerali ieħor f'Malta u min- naħa tal-Gvern il-pożizzjoni kienet u għadha li iva, hemm bżonn li jkun hawn sptar ġdid.", "Meta qamet il-kwestjoni li tradizzjonalment fl-Isptar San Luqa ħafna drabi jkun hemm numru ta' social cases, jiġifieri ta' anzjani li ma jkunux fi stat li jintbagħtu lura d-dar u ma jkunx hemm post fl- isptarijiet għall-anzjani u huwa magħruf li jkun hemm numru sostanzjali li bilfors ikollhom jinżammu fl-isptar, f'dak il-kontest, id-dibattitu żvolġa fis-sens li iva, 'il quddiem - ħafna iktar 'il quddiem mhux qed ngħidu sena jew sentejn oħra - jista' jkollna sitwazzjoni fejn meta n-numru ta' anzjani qed jikber, demografikament tista' tagħmel il-kalkoli b'kemm, inkunu f'sitwazzjoni li l-Isptar San Raffaele jiġi estiż.", "L-Onor.", "Louis Deguara għamel il-punt li fil-fatt hemm possibbilta' ta' estensjoni fiżika jekk 'il quddiem ikun il-każ u allura jista' jkun u ppreveda li f'numru ta' snin oħra l-pożizzjoni fil-pajjiż tkun li jaqbel li tikkonċentra l-faċilitajiet ta' l-isptar kollha fl-isptar il-ġdid - din hija biss ipotesi - u tuża parti sostanzjali jew żgħira, mill-Isptar San Luqa għall-anzjani.", "Safejn naf jien, dan kien il-kontest tad-dibattitu li sar.", "Li nista' nikkonferma jien hu li l-pożizzjoni tal-Gvern hi li ż-żewġ sptarijiet se jaħdmu kif qed jaħdem St Luke's bħalissa u li m'hemmx il-ħsieb tal-Gvern li l-Isptar St Luke's jiġi konvertit f'dar ta' l-anzjani.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif jista' l-Gvern jikkonsidra minn issa li jestendi l-Isptar San Raffaele, anke b'mod ipotetiku kif qed jgħid il-Prim Ministru, meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet il-permess biex dan l- isptar jinbena bil-kondizzjoni li ma jkunx hemm estensjoni tal-pjani eżistenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini m'iniex aġġornat daqs l-Onor.", "Evarist Bartolo u ma nafx b'din il-kondizzjoni, pero' meta wieħed qed jitkellem b'mod ipotetiku naturalment wieħed irid jara s-sitwazzjoni xi tkun fil-pajjiż meta dik l-ipotesi tkun tista' tavverra ruħha.", "Jiġifieri anke jekk l-Awtorita' qalet hekk, ma naħsibx li hawn xi ħadd li jikkonsidra l-pronunzjamenti ta' dik l-Awtorita' jew xi oħra b'mod dommatiku li għall- eternita' ma tinbidilx.", "Jien naħseb li rridu nkunu ftit iktar saqajna fl- art.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani jekk humiex qed isiru xi taħdidiet mal-Ministeru tiegħu rigward l-Istitut Sagra Familja ta' Ħaż-Żabbar biex jilqa' xi anzjani fih.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Kellna xi diskussjoni preliminari mal- Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar, imma d-diskussjonijiet għadhom fil-bidu u s'issa m'hemmx affarijiet konkreti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna hijiex il- politika tal-Gvern li f'dak li għandu x'jaqsam mad-djar ta' l-anzjani, dawn ikunu deċentralizzati u mhux ikun hemm dar kbira ta' l-anzjani, imma jkun hemm dar għall-anzjani f'kull komunita'?", "Qed nifhem tajjeb li dik hija l- politika tal-Gvern?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Persważ li hekk hu.", "Fil-fatt l-optimum occupancy ta' kull dar ta' l-anzjani li qed nagħmlu aħna qiegħda tkun ta' madwar 60 ruħ.", "Dak hu l-iskop tagħna u ma rridux nagħmluha iktar minn hekk ħalli l-kura tkun aktar personalizzata.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura - dejjem fuq livell spekulattiv - m'hemmx kontradizzjoni bejn din il-politika u l-ipotesi li St. Luke's kollu jsir dar għall-anzjani?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn dar residenzjali u nursing home; San Vincenz de Paule hija nursing home.", "Imbagħad għandna d-djar ta' l-anzjani l-oħrajn li huma djar għal dawk l-anzjani li huma relattivament indipendenti, self- sufficient u mobile.", "Meta taħseb fil-futur, veru li demografikament se jkollna numru ta' anzjani akbar li se jitolbu biex jidħlu fid-djar ta' l- anzjani, imma huwa fatt ukoll li se jkollna numru ta' anzjani akbar li se jkollhom bżonn kura ta' nursing allura bilfors irid ikollna ċentri kbar ħalli n-nursing homes ikunu jistgħu jilqgħu dan in-numru ta' anzjani akbar li se jkollna fil-futur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin ma' l-awtoritajiet tal-Knisja dwar xi ftuħ b'joint venture kemm mal-Knisja, mal-Gvern jew mal-privat f'dak li jirrigwarda day centres jew night centres?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: S'issa, it-taħdidiet li għandna huma iktar ma' kunsilli lokali ta' ċerti postijiet.", "Direttament mal-Knisja fuq day and night centres s'issa għadna ma tkellimniex.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-MEDIĊINA INTERNA", "26696.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal post vakanti ta' Direttur/Chairman u Professur fid-Dipartiment tal-Mediċina Interna fl- Isptar San Luqa?", "Meta se jiġu pproċessati dawn l-applikazzjonijiet?", "Min kienu l-applikanti?", "Min huma l-membri tal-Bord ta' l-Għażla?", "Se jkun hemm fost dawn External Assessor?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kien hemm ħames (5) applikanti għal post ta' Chairman fid-Dipartiment tal-Mediċina fid-Dipartiment tas-Saħħa u kariga ta' Professur tal-Mediċina l-Universita ta' Malta pero' waħda minnhom waslet wara d-data ta' l-għeluq, 30 ta' Marzu, 1995.", "Ma nħossx li f'dan l-istadju għandi ngħid min huma l-applikanti.", "Il-ħatra tal-Bord ta' l-Għażla u l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-post mad-Dipartiment tas-Saħħa taqa' taħt il-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku u jien informat li din qed tiġi kkonsidrata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Għandi nifhem li l-għażla għadha ma saritx?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif għidt qiegħda tiġi kkonsidrata mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u lili ma jirriżultalix li saret l- għażla għaliex kieku jibagħtuha b'rakkomandazzjoni.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nista' nistaqsi min huma l-membri tal-Bord ta' l- Għażla?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nafx min huma.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Tista' tgħidli jekk id-Direttur tad-dipartiment huwiex wieħed mill-membri tal-Bord ta' l-Għażla?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-risposta tiegħi hija li lanqas naf jekk ġiex diġa' appuntat il-Bord ta' l-Għażla.", "Ma nafx għaliex m'għandix l- informazzjoni quddiemi, jiġifieri jista' jkun li ġie appuntat u jien għadni ma nafx, pero' jekk tagħmilli domanda nkun nista' nirrispondik.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Meta se jaqa' vakanti l-post?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'għandix l-informazzjoni quddiemi.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jien naf li l-post diġa' huwa vakanti u l-Bord ta' l-Għażla inħatar; ma fiha xejn billi nkunu nafu min huma l-membri tal-Bord ta' l-Għażla.", "Barra minn hekk jien staqsejt ukoll jekk hemmx external assessor.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien qed nirrispondi li ma nafx jekk il-Bord ta' l-Għażla ġiex nominat.", "Jekk hu jaf li ġie nominat ma nafx għalfejn qed jistaqsini.", "Jien ma nindaħalx lill-PSC.", "Jekk jistaqsini min applika, r-risposta tiegħi veru hija li ma nafx.", "MUŻEWIJIET - ĦLAS GĦAD-DĦUL", "26697.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jispjega għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li l- poplu Malti jibda jħallas il-miżata tad-dħul għal mużewijiet anke fil- ġranet tal-Ħdud?", "Ma jidhirlux il-Ministru li minħabba f'hekk tnaqqset l- opportunita' għall-poplu Malti li jgawdi l-wirt storiku tiegħu li suppost hu mantnut mit-taxxi li jħallas diġa'?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għall-Ġustizzja u Kultura): Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli offrieli l-opportunita' nispjega għaliex minn xi żmien ilu fil-Ħdud id-dħul fil-muzewijiet , ħlief f`ċerti każi, sar bi ħlas.", "Qabel xejn nippreċiża li l-faċilita' ta` dħul b'xejn fil-muzewijiet ma kenitx limitata għall-Maltin iżda kienet faċilita' li seta jgawdi minnha kulħadd, fost oħrajn operaturi turistiċi.", "L-Onor.", "Interpellant żgur jifhimni meta ngħid li kull kumment ieħor f`dan ir-rigward ikun żejjed.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li biex jitgawda l-wirt nazzjonali kulħadd irid jerfa' parti mill-piż għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tiegħu.", "Madankollu, meta ftit żmien ilu ġew iffissati l-prezzijiet tad-dħul ġodda, saru ċerti konċessjonijiet biex jiġu aġevolati, billi jidħlu b'xejn, iż- żgħażagħ mid-19-il sena 'l isfel u l-anzjani mill-65 sena 'l fuq.", "Ovvjament dan ma japplikax għall-Ħdud biss, imma l-ħinijiet kollha meta jkunu miftuħin il-mużewijiet.", "Barra minn hekk l-istess konċessjoni tapplika għal kull min juri l-Karta Żgħażagħ maħruġa mill-Ministeru tiegħi.", "Nittama ukoll li l-Onor.", "Interpellant jaqbel mal-politika li matul ix- xhur tas-sajf ċerti muzewijiet jinfetħu għal ħinijiet itwal kif qed isir bħalissa.", "B'hekk mhux biss il-muzewijiet saru aktar aċċessibbli fin-nofs ta' nhari tas-sajf iżda kull nhar ta' Ġimgħa l-muzewijiet fil-Belt Valletta qed jibqgħu miftuħin sat-8.00 p.m., b'dan li b'hekk ukoll li l-kapitali tagħna tingħata aktar ħajja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jinformana fejn wasalna f'dak li għandu x'jaqsam mal-Hypogeum ta' Raħal il-Ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ovvjament kif jaf il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-opening hours tal-Hypogeum m'għandix għaliex bħalissa huwa magħluq, pero' jien nieħu pjaċir - ladarba anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni offrieli opportunita' - li ninforma lill-Kamra u għalhekk lill-pubbliku dwar il- Hypogeum.", "Fil-Hypogeum kien hemm problema dwar in-nixxiegħa ta' ilma dieħel ġo dak il-monument u kien hemm problema kbira dwar jekk dak kienx ġej mill-ilma tad-drenaġġ jew inkella mill-ilma tax-xita.", "Issa nista' ngħid - sfortunatament wara ċertu snin - li llum ġie stabbilit li t-tnejn kienu qed jikkawżaw il-ħsara u fil-fatt diġa' beda x-xogħol neċessarju mill- Ministeru għall-Ambjent u wieħed jittama li nibqgħu mexjin.", "Dan it-tip ta' xogħol m'huwiex tal-Ministeru tiegħi u tad-Dipartiment tal- Mużewijiet, pero' fl-istess ħin il-Ministeru tiegħi qiegħed fi stat avvanzat ukoll biex jaħseb dwar l-airconditioning tal-Hypogeum u dan bl- iskop li tinżamm temperatura kostanti f'dak il-lokal.", "Su due piedi dak li nista' ngħid fuq il-Hypogeum, pero' jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmilli domandi iktar fid-dettal inkun nista' nirrispondih.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dikjarazzjonijiet magħmula minn Ministri u Segretarji Parlamentari skond paragrafu 48 tal-Kodiċi ta' l-Etika għas-sena 1994.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 82 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 dwar id- Drittijiet (Eżamijiet ta' Barra minn Malta u Lokali).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 85 ta' l-1995 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi għall-Bdil ta' Lm5,000,000 4.2% Stock Lokali Reġistrat għall-Iżvilupp 1995 (VI) f'Lm5,000,000 6% Stock tal-Gvern ta' Malta (Bdil) 1998 (V);", "Avviż Legali Nru 86 ta' l-1995 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi għall-Bdil ta' Lm10,000,000 6.25% Stock Lokali Reġistrat għall- Iżvilupp 1995 (IX) f'Lm10,000,000 6.5% Stock tal-Gvern ta' Malta (Bdil) 2000 (III);", "Avviż Legali Nru 87 ta' l-1995 - Direttiva mill-Ministru tal-Finanzi għall-Ħruġ ta' Lm10,000,000 6.9% Stock tal-Gvern ta' Malta 2002 (IT- TIENI ĦRUĠ);", "Avviż Legali Nru 88 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Lottu Pubbliku; u", "Rapport Finanzjarju maħruġ mit-Teżor għas-sena 1994.", "Kopja ta' dan ir-Rapport ser titqassam lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija f'isem il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni impjegati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma matul l-1995, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26765.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 83 ta' l-1995 - Regoli ta' l-1995 li jemendaw ir- Regoli dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet (Emenda Nru 2); u", "Avviż Legali Nru 84 ta' l-1995 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-1995 li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet (Att Nru. VII ta' l-1995).", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ĦATRA TA' VIĊI PRESIDENT TAL-KUMITATI", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Claude Muscat jiġi maħtur Viċi President tal-Kumitati skond l-Ordni Permanenti Nru. 154.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, nixtieq nispjega għaliex l-Oppożizzjoni se tivvota \"le\" fuq din il-Mozzjoni mingħajr ebda dell jew riflessjoni personali fuq l-Onor.", "Muscat.", "Mr Speaker, qed nivvotaw \"le\" biex nindikaw in-nuqqas ta' sodisfazzjon u l-inkwiet tagħna bil-mod ta' kif qed isiru ċerti affarijiet importanti li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-gruppi parlamentari rispettivi.", "Qed nirreferi għall-każ li issa ilni ninsisti fuqu jiġifieri li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jingħata Lm50,000 min-naħa tal-Gvern mill-fondi ta' dan il-Parlament biex jonfoqhom kif jixtieq hu fil- kontest, fil-kwadru u fil-qafas ta' l-argument li tajjeb li jkun hemm relazzjonijiet mal-gruppi politiċi Ewropej.", "Il-Partit Nazzjonalista ddeċieda li għalih l-aħjar mod kien dak li jwaqqaf u jaħtar rappreżentant permanenti tiegħu biex joqgħod ipappiha fi Brussels.", "Min-naħa tagħna diġa' kellna l-argumenti u r-riżervi tagħna x'nagħmlu fuq il-konċett li fondi pubbliċi jiġu allokati lill-partiti b'dan il-mod fi żmien meta suppost li kien hemm Kummissjoni li kienet qed tinvestiga kif għandhom jitħaddmu jew ma jitħaddmux; fondi pubbliċi lill-partiti; min-naħa tagħna konna għadna qed nistennew li dan ir-rapport ta' din il-Kummissjoni jimxi 'l quddiem u f'nofs ix-xogħol ta' din il-kummissjoni ttieħdet din id-deċiżjoni arbitrarja.", "Pero' mbagħad la d-deċizjoni kienet ttieħdet, aħna għidna li min-naħa tagħna dawk il-Lm50,000 li kienu qed jiġu allokati kellhom jiġu allokati skond kif il-partiti u l-gruppi parlamentari rispettivi jaħsbu li għandhom iwettqu l-operat tagħhom.", "Min-naħa tal-Gvern assolutament kien hemm widna truxa għal dan l-argument u l-argument li baqa' jintqal kien li dawk il-flus qegħdin hemm biex partit u grupp parlamentari jinnomina lil membru tiegħu jew lil rappreżentant tiegħu biex jgħix fi Brussels b'mod permanenti.", "Aħna nerġgħu ngħidu u nibqgħu ngħidu li dan mhux mod kif isiru l-affarijiet - ċertament mhux mod kif jingħata vantaġġ il-partit fil-Gvern - u aktar u aktar għax min-naħa tagħna ċertament ma nħossux li tibgħat lil xi ħadd jgħix barra minn Malta b'mod permanenti hu mod effikaċi anke għall- għanijiet li qed jiġu ddikjarati li l-flus huma allokati għalihom.", "Meta dan l-aħħar qajjimt dan l-argument kemm fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li tippresjedi s-Sinjorija Tiegħek, kif ukoll fid-diskussjoni li kellna f'dan il-Parlament fir-rigward tal-ħatra tad-Deputy Speaker, min- naħa tal-Gvern kien hemm l-argument li mhux biss il-pożizzjoni tagħna m'hijiex waħda ġustifikata, imma anke ntqal b'mod tas-soltu - mhux ċar imma b'insinwazzjonijiet - li l-gruppi parlamentari soċjalisti fil- Parlament Ewropew ma jaqblux magħna fuq din il-ħaġa.", "Dak inhar jien irribattejt dan l-argument u għidt li dan mhux veru u li huwa gidba.", "Nixtieq li llum nieħu l-okkażjoni biex inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra - kif għidt ftit ilu fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra - ittra li għandi mil-Leader tal-Grupp Parlamentari Soċjalista fil-Parlament Ewropew Pauline Green fejn tikkummenta fuq l-argumenti tal-Gvern li l-Lm50,000 għandhom bilfors jintużaw bil-mod li qed jgħid il-Gvern.", "Dan fl-inkwadru ta' deċiżjoni spontanja li ħa l-Grupp Soċjalista fil-Parlament Ewropew li jaċċetta u joffri lill-Partit Laburista Malti - għalkemm jaf x'inhi l- pożizzjoni tagħna fuq ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea - li jkun osservatur fix-xogħol tal-Kumitat tal-Grupp Soċjalista fi Brussels.", "Meta informajt lil Mrs Green dwar x'kienet il-pożizzjoni tal-Gvern hija rrispondietni - u se npoġġi din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra - eżattament kif kont qed ngħid jien.", "Kontra dak li allega l-Prim Ministru, min-naħa ta' Pauline Green hawnhekk qiegħda tgħid ċar u tond illi tidher ħaġa stramba illi l-Gvern ta' Malta għandu jispeċifika b'din il-preċiżjoni eżattament għalxiex għandhom jintużaw il-Lm50,000.", "L-ittra tgħid li r- requirement tal-Gvern illi dawn il-flus għandhom jintużaw biex jintbagħat rappreżentant permanenti fi Brussels bl-ebda mod ma jippermetti lill-Partit Laburista Malti illi jieħu l-offerta li għandu mill-Grupp Soċjalista Ewropew biex jibgħat osservatur.", "Dan l-osservatur għandu jkun Membru Parlamentari fil-Parlament Malti.", "L-ittra tgħid ukoll li b'mod ċar l-ebda rappreżentant permanenti fi Brussels ma jkollu l-abbilta' li jieħu sehem fil-laqgħat tagħhom fuq dik il-bażi iżda sempliċement ikun jista' joqgħod fil-gallerija jisma' dak li jkunu qed jgħidu fil-laqgħat.", "Il-partiti membri kollha tal-PES, jiġifieri tal-Grupp Parlamentari Soċjalista, li ngħataw status ta' osservatur fil-Grupp kienu mitluba jibagħtu membru parlamentari li huwa elett fil-parlament rispettiv tagħhom.", "Dan kien il- każ għall- Fillandja, għall-Iżvezja, għall-Awstrija u għadu l-istess fil- każ tan-Norveġja, fil-każ tal-Partit Soċjalista ta' Ċipru kif ukoll fil-każ tal-Partit Laburista Malti.", "L-ittra tkompli tgħid li allura tidher ħaġa loġika li l-flus li hemm available għandhom jingħataw ħalli l-persuna magħżula biex tattendi bħala osservatur tkun tista' titla' skond il-bżonnijiet tal-Partit Laburista Malti jew inkella biex inkunu nistgħu nużaw dawk il-flus ħalli nbagħtu rappreżentanti tagħna biex jargumentaw il-każ tagħna ma' kulħadd, kull min fi Brussels iqisu li huwa proprju.", "Mr Speaker, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra li rċieva l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mingħand Pauline Green, President tal-Grupp tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej.", "Mr Speaker, din l-ittra poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra biex nuri illi hawnhekk qegħdin niġu ffaċċjati bi proposti arbitrarji u f'dan il-kontest ċertament il-Grupp Parlamentari Laburista għandu kull dritt u kull interess juri n-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu bil-mod arbitrarju li bihom jittieħdu d-deċiżjonijiet li politikament jaffettwaw liż-żewġ gruppi.", "Din hija diskriminazzjoni politika ċara li qed tagħti vantaġġ lil partit wieħed, il- Partit tal-Gvern u din hija r-raġuni għaliex aħna m'aħniex qed nivvotaw favur in-nomina li għadha kemm saret ta' l-Onor.", "Muscat bħala Viċi President tal-Kumitati tal-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien innotajt x'qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar kontenut ta' ittra li rċieva mingħand Pauline Green.", "M'għandix dubju li Pauline Green hija personalita' serja ħafna, għandha l- opinjonijiet tagħha li jien nirrispettahom, pero' m'iniex se npoġġi la lilha u lanqas lil ħaddieħor biex jgħaddi ġudizzju fuq dak li nagħmlu aħna f'dan il-Parlament.", "Dan il-Parlament ivvota somma ta' flus u vvota fuq l- ispjegazzjonijiet li ta l-Gvern.", "Dan il-Parlament għoġbu jagħmel dik il- proposta u naturalment l-Oppożizzjoni tista' ma teħodhiex.", "Imbilli noqogħdu ngħidu x'jidhrilha Pauline Green fuq il-proposta tal-...", "(Interruzzjonijiet) Xejn affattu.", "Jien ma daħħalt xejn lil Pauline Green, lanqas biss semmejtha, daħħalha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien għidt biss, u nerġa' ntenni, li fiċ-ċirkostanzi li jinsab fihom il-pajjiż illum - fuq l- għatba ta' sħubija sħiħa ta' l-Unjoni Ewropea - huwa utili għaż-żewġ gruppi parlamentari li jsegwu mill-qrib dak li jkun qed isir f'kull aspett fil- Parlament Ewropew.", "Il-Gvern - nirrepeti għal darb'oħra - biex ikun fair u ma jeħux vantaġġ mill-pożizzjoni tiegħu li qiegħed fil-gvern, ma wżax il- faċilitajiet ta' l-ambaxxata li għandu fi Brussels, imma ġie b'wiċċu minn quddiem f'dan il-Parlament u qal li jidhrilu li hawn dan il-bżonn u ħtieġa għaż-żewġ naħat tal-Kamra - għalkemm l-Oppożizzjoni ma taqbilx mas-sħubija - u huwa utili illi l-Parlament jivvota din is-somma.", "Jien għidt ukoll - u jekk m'iniex sejjer żball kienet rimarka across the table f'xi okkażjoni - illi jien għandi informazzjoni li effettivament il-Grupp Parlamentari Laburista f'dan il-Parlament kellu offerta mill-Grupp Soċjalista tal- Parlament Ewropew biex ikollu rappreżentanza fi Brussels.", "Veru li jien għidt \"rappreżentanza\".", "GĦadu ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra oriġinali li rċieva l-Partit Laburista, naturalment jagħżel hu; poġġa t- tieni waħda, ir-risposta tiegħu, u r-risposta ta' Pauline Green ġiet ippubblikata ukoll fil-\"KullĦadd\".", "Fir-risposta ta' Pauline Green kien hemm li lili se tarani f'Cannes.", "Fil-fatt ma ltqajniex, pero' staqsejt biex niltaqa' magħha u sfortunatament kienet laħqet telqet minn Cannes.", "Jien ipprovajt li naraha nhar it-Tnejn u nispera li naraha għada jew pitgħada għax kull darba nieħu pjaċir niltaqa' magħha u naf kemm issegwi b'interess dak kollu li jiġri f'pajjiżna.", "Ma nżidx iktar speranzi li għandi.", "Mr Speaker, jien sempliċement għidt li din tant tikkonferma l-esiġenza għall-pajjiż, li l-Partit Laburista għandu offerta għall-preżenza tiegħu fil-Grupp Parlamentari fi Brussels.", "Kulma qed jagħmel l-Onor.", "Sant huwa li jikkonferma li dak li għidt jien kien preċiż.", "Mhux qed jgħidulhom biex ikun hemm \"X\" jew min iridu jimpjegaw kif għamilna aħna - dak veru - pero' qed jgħidulhom li Deputat Laburista huwa welcome li jmur Brussels kull meta jiltaqa' l-Parlament Ewropew sabiex jipparteċipa magħhom.", "Dan juri l- importanza tal-preżenza taż-żewġ naħat tal-Kamra - fl-istadju li llum tinsab fih Malta - fi Brussels biex jaraw xi jkun qed jiġri hemm.", "Din hi l- pożizzjoni.", "Nerġa' ngħid, jien nirrispetta ħafna lil Pauline Green, pero' ma naħsibx li għandna nagħmlu lil xi ħadd biex jagħti ġudizzju fuq dak li nagħmlu aħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, mhux din il-kwestjoni kollha.", "Waqt illi m'għandna nħallu lil ħadd jgħaddi ġudizzju fuqna - aħna parlament sovran - il-Prim Ministru ma jistax l-ewwel idaħħal lil min irid idaħħal, imbagħad meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jwieġeb b'mod preċiż jerġa' joħorġu.", "Dak li ddaħħal aħsbu minn qabel ħalli dak li toħroġ ikun l-istess li daħħalt.", "M'iniex qed nuża metafora.", "F'dan il-każ intom qegħdin iġġibu fin-nofs argumenti barra minn din il-Kamra u jagħmel sewwa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - il-Grupp Parlamentari u aħna lkoll qegħdin f'din il-pożizzjoni b'mod imdejjaq ħafna - li juri l-qagħda.", "Fil-qosor ħafna l-qagħda mhix dik kif qed jgħid il-Prim Ministru fejn qed jimmiżinterpreta wkoll dak li hemm fl- Estimi.", "Fl-Estimi ġew ivvotati Lm100,000 biex ikun hemm xogħol ġewwa Brussels ħalli nkunu nafu iżjed mill-qrib bħala partiti x'qiegħed jiġri fl- Unjoni u partikolarment fil-Parlament Ewropew fi Brussels.", "M'hemm xejn li jindika li min imur hemmhekk irid ikun membru parlamentari u l-Gvern ma bagħatx membru parlamentari.", "Anke fl-Estimi m'hemm xejn x'jindika kif għandhom jintnefqu dawk il-flus.", "Din hija xi ħaġa li rridu niddiskutuha ħafna iżjed u hemm mezzi kif niddiskutuha.", "Il-qagħda ta' l-Oppożizzjoni kif imfissra bl-iżjed mod ċar mill-Onor.", "Alfred Sant hija ċara: La l-Gvern ħa din id-deċiżjoni, hu għamel l-għażla tiegħu ta' kif jonfoq il-flus mill- erarju pubbliku li huma mħallsa mit-taxpayers kollha - Nazzjonalisti u Laburisti - imma m'għandux jimponi fuq l-Oppożizzjoni kif talloka dawk il- flus.", "Fuq l-Oppożizzjoni jkun hemm l-oġġettiv li għalih ġew ivvotati l- flus minn dan il-Parlament kollu - ejja ninsew il-maġġoranza u l-minoranza - li jridu jintnefqu f'dak il-kontest, mhux biex tmur ittellaq il-klieb jew inkella titla' sal-qamar, imma fuq Brussels qed nitkellmu.", "Meta mbagħad l- Prim Ministru jibqa' jinsisti illi jimponi fuq l-Oppożizzjoni kif għandha tutilizza dawk il-flus - li għal darb'oħra huma tal-poplu kollu, sija tal- Laburisti u sija tan-Nazzjonalisti - ma tibqax daqshekk sempliċi kif poġġiha hu; iżda tiġi d-dittatura tal-maġġoranza.", "Meta nitkellmu b'din il- manjiera illi dan il-Parlament vvota ċertu ammont ta' flus u qegħdin niddettaw lill-Oppożizzjoni eżattament kif tonfqu, dik hija d-dittatura tal- maġġoranza.", "Jekk hawn xi ħaġa li naħseb li tgħallimna mill-esperjenza tagħna tul is-snin - immorru lura kemm tridu fis-snin u jekk tridu nippolitiċizzaw, nippolitiċizzaw, imma ma nissuġġerix li nagħmlu hekk - hi li għandna nevitaw id-dittatura tal-maġġoranza.", "Iva, ir-rieda tal- maġġoranza għandha tipprevali fid-demokrazija, imma mhux tipprova timponiha fuq l-Oppożizzjoni - f'dan il-każ il-minoranza parlamentari - anke fil- metodu ta' l-infiq.", "Jekk kemm-il darba l-Prim Ministru jieħu attitudini illi flok jibqa' riġidu fuq pożizzjoni li jkun ħa, jirrifletti fuq il- qagħda kif imfissra mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jien naħseb illi m'għandniex intawluh iżjed dan l-inċident.", "Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jonfoq il-flus kif jidhirlu hu u għandu jħalliha għall-Partit Laburista illi jonfoq il-flus kif jidhirlu hu dejjem fil-kontest ta' dak li vvota dan il-Parlament.", "Jekk il-Partit Laburista jonfoq dawk il-flus f'kontest li m'għandux x'jaqsam ma' monitoring, u bl-aħjar mod li jara u jifhem hu ta' dak li qed isir fil-komunita' Ewropea, imbagħad ikollu kull dritt li Membru jqum f'dan il-Parlament jew fil-Public Accounts Committee u jgħid li qed ikun hemm infiq ħażin ta' flus.", "Il-qagħda hija ċara u raġonevoli u m'għandux ikun hemm din il-kontroversja li hawn fil-pajjiż.", "Jien nappella biex kif l-Oppożizzjoni qalet li ma taqbilx mal-prinċipju li flus bħal dawn jiġu vvotati, imma ladarba ġew ivvotati l-Partit Nazzjonalista jonfoq kif jidhirlu hu u l-Partit Laburista jonfoq kif jidhirlu hu - l- Oppożizzjoni għamlet iċ-ċaqlieqa tagħha - il-Prim Ministru, bħala mexxej tal-Partit Nazzjonalista għandu wkoll jifhem illi anke min-naħa tiegħu għandu jkun hemm iċ-ċaqlieqa lejn in-nofs.", "Jekk se nibqgħu fuq din il- qagħda riġida fuq flus il-poplu kollu, ngħid li qegħdin f'sitwazzjoni ħażina ħafna.", "Jien nara l-uċuh u min jitbissem, bl-Ingliż tgħid smirking ...", "Ħadd m'għandu għalfejn iċarrat ħalqu.", "Jekk saru żbalji fl-imgħoddi dawn saru mhux minn naħa waħda, imma minn ħafna nies - forsi mhux minn gvernijiet u forsi minn gvernijiet ukoll - imma jekk kull darba li niġu f'xi pożizzjoni se noqogħdu nċarrtu ħalqna flok naraw x'inhu raġonevoli, mhux talli m'aħniex ngħinu lid-demokrazija biex tiffjorixxi, anzi nkunu qegħdin indaħħlu l-kultura tad-dittatorjat tal-maġġoranza.", "Triduha din il- kultura?", "Jien nemmen li ma triduhiex, mela għalfejn tikkontribwixxu għall- perception li triduha?", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hemmx aktar rimarki nistieden lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, jiena naturalment smajt lill-Prim Ministru, lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u lil ħabib tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri jitkellmu fuq din il-Mozzjoni pero' l-Onor.", "Claude Muscat, direttament jew indirettament, m'għandu x'jaqsam xejn ma' dan.", "Aħna fil- fatt qegħdin inressqu Mozzjoni biex ninnominaw Viċi President għat-tmexxija tal-Kumitati ta' din il-Kamra.", "Filwaqt li jiena nirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd dwar l-affarijiet kollha li ntqalu - naturalment għandi l- pożizzjoni tiegħi in materja - irrid ngħid li ħadt pjaċir li fuq l-Onor.", "Claude Muscat ħadd ma qal l-inqas dell - qed nuża l-kliem tal-kollega tiegħi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - dwar il-kompetenza, l-onesta' u l- integrita' tiegħu.", "Naħseb li fl-aħħar mill-aħħar dan hu li għandha quddiemha f'dan il-mument din il-Kamra u naturalment nistgħu nkomplu bil- proċedura skond l-Ordnijiet Permanenti tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni numru 227 kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Mr Speaker, nirringrazzja lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin talli għoġbu jipproponini bħala Viċi President tal-Kumitati u nirringrazzja wkoll lill-Kamra talli għoġobha tikkonfermani għal din il-kariga.", "Għalija din se tkun esperjenza ġdida fl- ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna u nwiegħed li nagħmel dak kollu biex kif imxew ta' qabli, jiena wkoll nagħmel ħilti biex din il-Kamra tkun ta' eżempju ta' tolleranza bi prinċipji demokratiċi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MEMBRI TAL-JOINT PARLIAMENTARY COMMITTEE MAL-PARLAMENT EWROPEW", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Mr Chairman, nipproponi:", "Peress li l-Parlament Malti deherlu li għandu jiġi mwaqqaf \"Joint Parliamentary Committee\" flimkien mal-Parlament Ewropew;", "Peress li sar neċessarju bidla fil-kompożizzjoni tal-parti Parlamentari Maltija bir-riżenja minn dan il-Kumitat ta' l-Onorevoli Richard Muscat (Kap tad-delegazzjoni Maltija), Josef Bonnici, Tonio Borg, Joe Psaila Savona u Louis Deguara;", "Hu għalhekk riżolut li in sostituzzjoni tal-Membri fuq imsemmija jiġu nominati s-segwenti:-", "L-Onor.", "George Bonello Du Puis (kap tad-delegazzjoni Maltija) L-Onor.", "Michael Asciak L-Onor.", "George M. Hyzler L-Onor.", "Joe Fenech u L-Onor.", "John Rizzo Naudi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- Mozzjoni 228 kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-OMBUDSMAN", "OMBUDSMAN BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mill-21 ta' Ġunju, 1995", "Klawsola 7 - Okkupazzjoni tal-kariga vakanti (Kont.)", "Clause 7 - Filling of vacancy (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fl-aħħar seduta meta konna qed niddiskutu dan il-Bill konna għidna li din il-klawsola titkellem fuq x'għandu jsir meta l- kariga ta' l-Ombudsman tkun vakanti.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Ħatra temporanja ta' Ombudsman.", "Clause 8 - Temporary appointment of Ombudsman.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din il-klawsola titkellem fuq il-ħatra temporanja ta' Ombudsman jiġifieri meta l-Ombudsman ikun marid, assenti jew għal xi raġuni ma jkunx jista' jiffunzjona.", "F'dak il-każ il-President jgħaddi biex jaħtar Ombudsman għal perjodu temporanju.", "Naturalment għall- kariga temporanja ta' Ombudsman japplikaw ukoll l-iskwalifiki li tikkontempla l-liġi fl-artiklu 4.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-aħħar rimarka li għamel il-Prim Ministru meta qal li l-iskwalifiki japplikaw ukoll fil- każ ta' Ombudsman temporanju.", "Waħda mill-iskwalifiki hi li Ombudsman ma jistax ikollu dħul minn attivita' li jagħmel.", "Issa jekk aħna nikkontemplaw li Ombudsman temporanju jrid ukoll jissodisfa din il-kwalifika jfisser li Ombudsman temporanju jista' jkun biss jew pensjonant jew bniedem li jgħix bir-renti jew mill-imgħaxijiet, ladarba dawn m'humiex ikkonsidrati bħala sorsi ta' dħul minn xi attivita'.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija limitazzjoni kbira u naħseb li jekk verament irridu li l-għażla ta' Ombudsman temporanju tkun iktar miftuħa u mhux ristretta daqshekk m'għandniex nimponu l-istess skwalifiki.", "Li dawn ma jkollhomx interess fil-kwestjonijiet li jkunu qed jiddeċiedu huwa mod imma li ma jkollhom ebda dħul minn xi attivita' huwa mod ieħor.", "Fil-fatt din hija skwalifika kbira ħafna għal Ombudsman temporanju.", "Jekk se nagħmlu li Ombudsman temporanju jkollu dawn l- iskwalifiki bilfors inkunu nafu li qed nirrestrinġu l-area minn fejn jista' jintgħażel dan l-Ombudsman.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li l-Onor.", "Mifsud Bonnici għandu raġun għax ir-riferenza għal artiklu 4, partikolarment għas-subartiklu 4(2), tista' toħloq diffikulta'.", "Dan is-subartiklu jgħid:", "\"Il-kariga ta' Ombudsman ma tkunx kompatibbli ma' l-eżerċizzju ta' xi attivita' professjonali, bankarja, kummerċjali jew ta' trade union, jew ma' kull attivita' oħra li ssir għal profitt jew rikompens\",", "Veru li din tista' tiġi interpretata li waqt il-kariga temporanja wieħed ma jistax jagħmel din l-attivita', jiġifieri jekk wieħed jaċċetta l-kariga ta' Ombudsman temporanju, għall-perjodu li jkun Ombudsman m'għandux jeżerċita xi attivita' professjonali, bankarja, kummerċjali, ta' trade union jew kull attivita' oħra li ssir għal profitt jew rikompens.", "Jien naħseb li hawnhekk irid ikollna ċar f'moħħna jekk għandniex ngħidu li waqt in-nomina temporanja wieħed ma jistax jagħmel dawn l-attivitajiet.", "Jekk in- nomina temporanja tkun għal perjodu qasir, kif previst mil-liġi fil-kontest kollu tagħha, huwa mod, imma jekk ikun perjodu ftit itwal naturalment iċ- ċirkostanzi huma differenti pero' jien m'iniex kontra li neskludu l- applikazzjoni tas-subklawsola 4(2) għall-kariga temporanja.", "Jien kont se nipproponi biex din il-klawsola nipposponuha u nikkonsidraw min-naħa tal-legal draftsman u konsulenti tal-Gvern jekk hux possibbli li nagħmlu din l-emenda.", "Jien m'iniex qed ngħid li qed naċċettaha għax irrid nikkonsulta ftit pero' naħseb li r-rimarka ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici hija f'lokha.", "Qed ngħid li l-interpretazzjoni - jekk ma nbiddlux klawsola 4 - hija li waqt li wieħed ikun fil-kariga temporanja ma jistax jagħmel eżerċizzju ta' l-attivita' professjonali.", "Issa rridu naraw jekk huwiex konsiljabbli li nagħmlu hekk, allura l-liġi tibqa' kif inhi, jew inkella ngħidu li meta wieħed ikun qiegħed f'nomina temporanja ma neskluduhx milli jkollu l-attivita' professjonali, bankarja, kummerċjali eċċ tiegħu.", "Jiġifieri jien qed nipproponi li nħallu dan id-dibattitu fuq din il- klawsola fl-istadju li hu u ngħaddu għall-klawsola ta' wara.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess li klawsola 8 tiġi posposta?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 9 - Ġurament tal-kariga.", "Clause 9 - Oath of Office.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 9 tittratta dwar il-ġurament tal- kariga; hija naturali li l-Ombudsman irid jieħu l-ġuramnet tal-kariga.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Riżorsi.", "Clause 10 - Resources.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din il-klawsola fiha diversi prinċipji importanti u fost l-oħrajn titkellem fuq ir-riżorsi finanzjarji li għandu jkollu l-Ombudsman.", "Hawn qed ngħidu li l-Ombudsman jista' jaħtar lil dawk l-Uffiċjali u impjegati li jistgħu jentħieġu għat-twettiq tal-funzjonijiet, setgħat u dmirijiet li jitnisslu minn dan l-Att.", "Fl-istadu tat-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz saru rimarki jekk l-impjegati ta' l-Ombudsman ikunux impjegati għat-terminu ta' l-Ombudsman stess.", "L-interpretazzjoni li jien jidhirli li għandna nagħtu lil din il-klawsola skond kif inhija miktuba, hija li l-għażla tkun ta' l-Ombudsman imma mhux neċessarjament li dawn ikunu on contract għal ħames snin.", "Jidhirli li imkien fil-Liġi m'hawn li l- Ombudsman ma jistax jimpjega nies b'mod permanenti u bilfors irid jimpjegahom b'kuntratt li ma jeċċedix it-terminu tiegħu.", "Subklawsola 10 (2) tgħid li l-Ombudsman jista' jqabbad persuni biex jagħtuh pariri u dawn jistgħu jkunu uffiċjali pubbliċi u f'dak il-każ il- Prim Ministru jista' jaħtar il-persuna li tiġi indikata.", "Importanti wkoll li l-Ombudsman se jkollu kontroll sħiħ tal-finanzi li jkollu bżonn biex imexxi l-kariga tiegħu u dawn jiġu approvati minn dan il- Parlament bħala somma globali li tkun awtomatikament charged fuq il- Consolidated Fund, pero' bil-kondizzjoni li l-Ombudsman irid jippreżenta Ombudsplan biex jiġġustifika t-talba li jagħmel għall-flus.", "Skond subklawsola 10 (5), qegħdin ngħidu li l-Ombudsman irid jirċievi salarju u allowances li jkunu daqs dawk li japplikaw għal imħallef tal- Qrati Superjuri.", "Kif għidt fis-Second Reading dan juri li kif jixraq qed nagħtu status importanti ħafna kariga ta' Ombudsman.", "Imbagħad subklawsola 10 (6) tgħid li dawk li jaħdmu fl-uffiċċju ta' l- Ombudsman iridu jieħdu wkoll il-ġurament dwar is-segretezza ta' dak li jsir u dwar l-imparzjalita' li jimxu biha.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fuq l-ewwel subklawsola li tirrigwarda s- setgħa ta' l-Ombudsman li jaħtar impjegati, inqtal li din mhux neċessarjament tfisser li jimpjegahom hu, imma tfisser li hu jagħżel l- impjegati u mbagħad dik l-għażla tkun tfisser ħatra ta' uffiċjali u impjegati miegħu.", "Jiġifieri meta jkun qed jagħmel dan ifisser li ma jkunx qed jimpjegahom direttament imma jkun qiegħed jagħżilhom minn impieg li diġa' għandhom, mela jew se jinqatgħu minn dak l-impieg jew inkella se jkunu on secondment miegħu.", "Allura hija ħaġa mixtieqa li jkunu impjegati on secondment?", "Jekk m'hijiex xi ħaġa mixtieqa allura għandna nikkontemplaw li fil-fatt meta jinħatru mill-Ombudsman dawn se inqatgħu mill-impieg oriġinali tagħhom.", "Jekk isir hekk, allura se tinqala' l-kwestjoni għal kemm żmien - una volta inqatgħu mill-impieg oriġinali tagħhom - huma se jkunu impjegati ta' l-Ombudsman.", "Jiġifieri dawn se jkunu għal żmien indefinit li allura l-liġijiet tal-pajjiż dwar impjegati li qegħdin fuq żmien indefinit japplikaw, jew inkella dawn għandhom jiġu kkonsidrati li huma uffiċjali pubbliċi bħalma huma l-impjegati taċ-Ċivil?", "Jien ngħid li għandna nkunu ċari xi status għandna nagħtu lil dawn l-uffiċjali u l- impjegati ta' l-Ombudsman.", "Jidhirli li l-Gvern għandu jkun ċar fl-opinjoni tiegħu xi status jixtieq li jkollhom dawn l-uffiċjali u impjegati ta' l- Ombudsman.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, l-ewwelnett ngħid li m'humiex se jkunu uffiċjali pubbliċi li se jiġu sekondati għal ma' l-Ombudsman.", "Naħseb li jekk jiġux sekondati jew le hija deċiżjoni amministrattiva.", "Hawn ngħid li f'dawn it-tmien snin li għaddew kellna policy pjuttost liberali għan- nies li jiġu sekondati għal ċertu perjodu.", "Illum il-pożizzjoni attwali hija li secondments - miż-żewġ naħat - ikun hemm mill-inqas.", "Jiġifieri xi ħadd li jiġi mal-Gvern minn x'imkien ieħor jew il-Gvern jibgħat lil xi ħadd seconded ma' xi ħadd ieħor, il-policy attwali hija li nirrestrinġu kemm jista' jkun.", "GĦaldaqstant is-secondment hija kwestjoni ta' policy ta' l- amministrazzjoni.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici staqsa kif se jkunu impjegati dawn in-nies ma' l- Ombudsman u jekk hux għal żmien indefinit.", "Fil-fatt il-Liġi qed tħalli d- deċiżjoni f'idejn l-Ombudsman, jiġifieri jekk l-Ombudsman jidhirlu li lil Mr \"X\" għandu bżonnu għal xi ħaġa u jimpjegah b'kuntratt, allura dan jista' jimpjegah b'kuntratt.", "Mentri jekk jidhirlu li jrid jagħtih kuntratt indefenit, allura dan huwa liberu li jagħtih kuntratt indefinit.", "Hawn qed nirrispettaw kompletament il-liberta' u l-awtonomija ta' l-Ombudsman li jiddeċiedi hu kif jimpjega n-nies li għandu bżonn.", "Saret id-domanda jekk l-impjegati ta' l-Ombudsman humiex uffiċjali pubbliċi jew le.", "Fil-fehma tiegħi ngħid li m'humiex uffiċjali pubbliċi.", "Dawn huma impjegati ta' l-Ombudsman li hija istituzzjoni a se stante hi u tirrapporta - kif diġa' għidna - lill-Parlament.", "Jiġifieri huwa uffiċjal li jirraporta lill-Parlament u m'għandux x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni pubblika fis-sens tradizzjonali ta' uffiċċju pubbliku u allura l-impjegati tiegħu, fil-fehma tiegħi, m'humiex uffiċjali pubbliċi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela ħalli niġu għall-kwestjoni ta' l- Ombudsplan ...", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ħalli nkun preċiż.", "Meta qed ngħid uffiċjal pubbliku ma nkunx qed neskludi ...", "Ma nafx eżatt x'inhi d-definizzjoni ta' uffiċjal pubbliku fil-Liġi Kriminali, fis-sens jekk tikkonverġix ma' l- uffiċjal pubbliku skond il-Kostituzzjoni - hawn qed ngħid il-kelma teknika tal-Kostituzzjoni u qed ngħidu li m'huwiex uffiċjal pubbliku.", "Jiġifieri jekk xi parti mil-Liġi Kriminali tkoprix l-impjegat ta' l-Ombudsman bħala uffiċjal pubbliku - dan qed ngħidu tra virgolette - għal xi finijiet tal- Liġi Kriminali, allura ma nafx.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa ħalli niġu għall-kwestjoni ta' l- Ombudsplan.", "Pero' qabel nixtieq nikkummenta dwar punt li tqanqal fl- istadju tat-Tieni Qari jekk tinqala' kwestjoni dwar l-impieg bejn l- Ombudsman u l-impjegati u l-uffiċjali tiegħu.", "Una volta dawn m'humiex se jiġu kkonsidrati bħala li huma fis-Servizz Pubbliku allura japplikaw il- liġijiet għall-impjegati kollha li m'humiex fis-Servizzi Pubbliku u għalhekk tista' tinqala' kwestjoni dwar l-impieg, fosthom dwar it- terminazzjoni ta' l-impieg.", "Nifhem li din hija l-opinjoni tal-Gvern li l- Ombudsman ikun soġġett u passibbli għal passi li kull impjegat jista' jieħu fir-rigward ta' employer tiegħu meta l-employer m'huwiex il-Gvern.", "Jekk inhu hekk, f'każ li l-impieg ikun b'kuntratt ta' żmien definit, allura l- Ombudsman irid ikun soġġett għal ġurisdizzjoni tal-Qrati Ordinarji u dan imur kontra provvediment li hemm iktar 'il quddiem fl-Abbozz ta' Liġi fejn jeżenta l-Ombudsman milli jkun soġġett għall-Qrati Ordinarji u jekk ma jkunx hemm kuntratt għal żmien definit allura jkun soġġett għall- ġurisdizzjoni tat-Tribunal |ndustrijali - anke f'dan il-każ irid ikun soġġett għalihom.", "Il-qofol tal-punt li qed nagħmel huwa dan.", "Mela issa għandna l-figura ta' Ombudsman li hu employer - dan mhux ikkonsidrat bħala parti mill-Gvern - u għaldaqstant bħala employer irridu nikkontemplaw - forsi f'każijiet estremi jew remoti - fejn hu se jkun soġġett jew passibbli għall-kontestazzjoni mill-uffiċjali u l-impjegati li ħatar hu jew li qegħdin fil-kariga għaliex inħatru minn xi Ombudsman ta' qablu, dwar deċiżjoni tiegħu rigward l-impieg.", "F'dan il-każ qed nikkontemplaw li l- Ombudsman irid ikun soġġett, bħal kull employer ieħor, għal-liġijiet tal- pajjiż, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Hekk hu bla dubju ta' xejn.", "L-Ombudsman qua employer huwa soġġett għal-liġijiet li japplikaw għalih - fil-kwalita' tiegħu partikolari ta' employer.", "Issa mhux qed nidħol biex niddefinixxi ...", "Pero' hemm relazzjoni ta' impieg ma' l-employer u hu soġġett għal- liġijiet.", "Li mhux soġġett għal-liġijiet u l-operat ta' l-Ombudsman m'huwiex sindakabbli hu limitatament għall-operat tiegħu qua Ombudsman, fis-sens fid-deċiżjonijiet li jieħu.", "Dawk ma jistgħux jiġu sindakati mill- qrati imma jekk l-Ombudsman jikser il-kuntratt tax-xogħol li għandu ma' l- impjegati tiegħu huwa soġġett għall-Qrati Ordinarji, qrati li għandhom ġurisdizzjoni f'każijiet simili.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk hu hekk allura naħseb li iżjed 'il quddiem meta niġu għall-provvediment dwar l-Ombudsman li m'huwiex soġġett għall-kontroll ta' ebda qorti ħlief fil-każ li hu jeżorbita mill- funzjonijiet mogħtija mil-liġi, wieħed irid jagħmilha ċara li dan ma jirrigwardax għal dak li għandu x'jaqsam ma' subklawsola (1) ta' klawsola 10 għax kif inhi, l-eżenzjoni minn ġurisdizzjoni tal-qrati hija totali u esklużiva u tikkontempla każ wieħed biss - il-parametri tas-setgħat ta' l- Ombudsman.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li jekk wieħed jara l-artiklu 24 li naħseb li l-Onor.", "Mifusd Bonnici qed jirreferi għalih li jgħid:", "\"Ħlief għar-raġuni ta' nuqqas ta' ġurisdizzjoni, ebda proċediment jew deċiżjoni ta' l-Ombudsman ma jistgħu jiġu kontestati f'xi Qorti.\"", "isib li hemm manifestament.", "Il-kliem hu ċar, jiġifieri li qed nirreferu għall-insindakabbilta' tad-deċiżjonijiet u l-proċedimenti ta' l-Ombudsman, mhux fir-relazzjonijiet kontratwali li hu jista' jkollu ma' impjegat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, niġi issa għall-kwestjoni ta' l-Ombudsplan.", "Jien naħseb li ladarba l-Ombudsman se jkun marbut u mistenni minnu li jissottometti pjan kull sena, jiġifieri l-estimi ta' kull sena, jekk din il-Kamra se jkollha l-opportunita' - kif se jkollha - li tapprova dawk l-estimi, tista' fil-fatt ma tapprovax xi partijiet minnhom.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' somma globali li tintnefaq a pjaċiment ta' l- Ombudsman, imma l-Ombudsman se jkun soġġett ukoll għall-iskrutinju li huma soġġetti għalih id-dipartimenti kollha tal-Gvern u naħseb li jaqa' wkoll taħt il-Public Accounts Committee.", "Pero' apparti jekk jaqax taħt dak il-Kumitat jew le, jien jidhirli li ladarba l-Kamra se jkollha d-dritt li tapprova jew le l-estimi annwali ta' l-Ombudsman, fil-fatt se jkollha ħafna kontroll fuq l-Ombudsman għaliex kulma trid tagħmel il-Kamra hu li ma tapprovax xi items ta' nefqa jew nefqiet li jipproponi l-Ombudsman fil-pjan tiegħu li jiġi sottomess kull sena.", "Jien jidhirli li din hi s-sitwazzjoni biex inkunu ċari li din m'hijiex kwestjoni li dak li jgħid l-Ombudsman li jħoss li hu meħtieġ għall- eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu se jkun aċċettat mill-Kamra u din ma tistax tirrifjutah.", "Fil-fatt il-Kamra tista' tikkontrolla u tikkondizzjona wkoll l-operat ta' l-Ombudsman f'dak is-sens, jiġifieri l-ammont ta' finanzi li tipprovdilu.", "Jien naħseb li dik hi s-sitwazzjoni.", "Qed ninterpretaha sew?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, ma naħsibx li l-Onor.", "Membru hu preċiż.", "Il-konċett hu li l-Kamra tapprova somma globali, naturalment ibbażata u ġustifikata fuq l-items li jkun hemm imdaħħlin fl-Ombudsplan.", "Pero' jekk irridu, kif jidher li qed naqblu, li l-Ombudsman ikollu l- liberta' kif jamministra din l-istituzzjoni, il-Kamra ma għandhiex timponilu l-mod kif jeżerċita din il-funzjoni tiegħu.", "Naturalment irridu nkunu realistiċi fis-sens li l-Ombudsman hu istituzzjoni mwaqqfa minn dan il-Parlament u accountable lil dan il-Parlament u ma naħsibx li Ombudsman se jġib ruħu b'mod li jekk il-Kamra tkun espremiet ruħha u tgħid li għal raġunijiet li jiġu spjegati xi nefqa assolutament m'għandhiex issir, l- Ombudsman jinjoraha, pero' l-vot li jiġi approvat huwa għas-somma globali biex tkopri l-ispejjeż indikati fl-Ombudsplan.", "Jien nimmaġina li meta jkun hawn dibattitu u xi ħadd jgħid li din is-somma għandha titnaqqas b'ċifra li tissemma, għandu jkun hemm il-motivazzjoni għaliex il-Parlament ikun qed jiddeċiedi b'dak il-mod u jien persważ li l-ebda Ombudsman ta' l- affari tiegħu m'hu se jinjora dak li jkun qed jingħad.", "Pero' l-konċett jibqa' xorta li l-vot li jsir minn din il-Kamra jkun vot mhux fuq nefqa itemised u preċiż kif hemm hemm, imma qed niffissaw il-massimu li għandu jkun awtorizzat li jonfoq Ombudsman biex jattwa l-Ombudsplan li jippreżenta lill-Parlament.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa wara li ngħatat din l-ispjegazzjoni wieħed jistaqsi: X'inhi l-fakulta' li se jkollha din il-Kamra li tiddiskuti l-estimi ta' l-Ombudsman, jew Ombudsplan kif qed tissejjaħ?", "Il-Liġi tipprovdi d-data sa meta l-Ombudsman għandu jippreżenta l-pjan jew l- estimi tiegħu, imma ma tipprovdiex kif għandha ssir l-approvazzjoni daparti tal-Kamra.", "Jien naħseb li hawn qed niddipartixxu minn dak li hemm provdut fl-estimi ta' organizzazzjonijiet oħra, per eżempju, tal-korporazzjonijiet, fejn fil-liġi hemm stipulat x'għandu jsir dwar l-approvazzjoni li trid tagħti kull sena l-Kamra ta' l-estimi ta' dawn il-korporazzjonijiet.", "Hawnhekk m'hawnx ipprovdut kif jiġu approvati l-estimi ta' l-Ombudsman li qed tissejjah Ombudsplan.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, l-ewwelnett kif diġa' ntqal skond din il-Liġi hawn il-possibilita' li jsiru regolamenti.", "Jien naħseb li jistgħu jsiru regolamenti anke dwar kif issir l-approvazzjoni f'din il- Kamra.", "Meta qed ngħidu li jiġi approvat mill-Kamra dan l-ammont massimu indikat fl-Ombudsplan, il-mod kif normalment f'dawn il-każijiet il-Kamra tapprova huwa b'riżoluzzjoni.", "Jiġifieri jien nifhem li għandu jkun hemm riżoluzzjoni li tgħid li l-Kamra tapprova din is-somma biex tintnefaq mill- Ombudsman skond l-Ombudsplan ppreżentata minnu - din hi l-forma.", "Dan il- Parlament jista' jirregola hu kif din issir imma ma naħsibx li għandna npoġġi fil-Liġi u niddeċiedi minn issa kif il-Parlament se jibda jeżerċita dawn il-kontrolli.", "Il-Liġi hi magħmula b'mod li naħseb li rridu nitgħallmu xi ftit waqt li nibdew nimxu u naraw il-proċeduri kif isiru u naħseb li mhux għaqli li jkollna minn issa kif għandhom isiru dawn il-proċeduri.", "Pero' fil-forma tal-kliem li hawn fil-Liġi, jfisser li jrid ikun hawn riżoluzzjoni biex il-Kamra tapprova masismu ta' flus li l-Ombudsman jista' juża biex iwettaq l-Ombudsplan tiegħu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma nafx jekk il-pożizzjoni hijiex eżatt kif qed jispjegaha l-Prim Ministru, in vista ta' dak li hemm f'subklawsola 10 (4) li tgħid:", "\" ...u dan ikun nefqa li ssir mill-Fond Konsolidat mingħajr il-ħtieġa ta' ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att:\".", "Normalment meta aħna jkollna ħwejjeġ bħal dawn li diġa' jeżistu, fl-Estimi Ġenerali jkun hemm indikat li dawn l-ispejjeż huma wkoll inklużi fl-Estimi Ġenerali pero' dak il-vot m'huwiex qed jiġi mitlub mill-Karma fl- approvazzjoni ta' l-estimi għax ma jeħtieġ ebda approprjazzjoni skond ma jeħtieġu l-voti l-oħra ta' l-Estimi Ġenerali.", "GĦalhekk tqanqal id-dubju jekk fil-fatt aħniex nikkontemplaw li l-Kamra jkollha l-opportunita' tiddiskuti u tiddibatti dan l-Ombudsplan - dawn l-estimi - jew inkella hux ipso facto l-estimi sottomessi għandhom jiġu kkonsidrati li l-flejjes huma approprjati u approvati.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naħsibx li l-Onor.", "Membru huwa korrett.", "Fl- opinjoni tiegħi il-kliem tal-Liġi huma ċari u f'subklawsola 10 (4) qegħdin ngħidu li l-finanzi eċċ., \"ma għandhomx jeċċedu dak l-ammont massimu li jiġi indikat f'Ombudsplan li jiġi approvat mill-Kamra tad-Deputati u dan ikun nefqa li ssir mill-Fond Konsolidat mingħajr il-ħtieġa ta' ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att\".", "Jiġifieri jrid ikun hemm l- approvazzjoni tal-Kamra ta' somma u mbagħad m'hemmx għalfejn ikun hemm Appropriation Act; imma dik is-somma trid tiġi approvata mill-Parlament.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura għaliex il-proviso tas-subklawsola 10 (4) tibda bil-kelma \"Iżda l-Ombudsman ...\"?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk dan huwiex l-aħjar mod kif tiddeskriviha ma nafx, pero' l-kelma \"iżda\" qiegħda hemmhekk bħala limitazzjoni, jiġifieri l-obbligu li qed nagħmlu fuq l-Ombudsman li jrid jippreżenta l- pjan tiegħu mhux iktar tard mill-15 ta' Settembru ta' kull sena.", "Il-kelma \"iżda\" ma tfissirx in contrast ta' dak li ntqal qabel, iżda hija kondizzjoni imposta fuq l-Ombudsman.", "Naħseb li bil-Malti din il-kelma għandha sinifikat doppju, tista' tfisser eċċezzjoni għal dak li ntqal qabel u tista' tkun konferma.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naħseb li l-kelma proprja trid tiġi \"b'dan illi\" għax bl-Ingliż għandna il-kliem \"Provided that\".", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb li l-kelma \"iżda\" hija wkoll ekwivalenti għal \"b'dan illi\", għalkemm \"b'dan illi\" tista' tkun terminoloġija tajba wkoll.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Verifika.", "Clause 11 - Audit.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fi klawsola 11 qed ngħidu espliċitament li l- kontijiet ta' l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman huma soġġetti għall-verifika mid- Direttur tal-Verifika.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici staqsa jekk il-Public Accounts Committee jistax jagħmel xi verifiki hu.", "Jien ma niftakarx preċiż il-poteri li tajna lill-Public Accounts Committee pero' meta qed ngħidu li l-Awditur għandu d-dritt li jivverifika l-kontijiet jien nifhem li għaldaqstant il-Public Accounts Committee jkun jista' jagħmel hu wkoll skrutinju ta' l-accounts u ta' l-infiq ta' l-Ombudsman.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Kif japplika dan l-Att.", "Clause 12 - Applications of this Act.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman għal din il-klawsola nipproponi din l-emenda:", "\"C\" Minnufih wara s-subklawsola (3) tal-klawsola 12 għandu jidħol li ġej:", "\"(4) (a) Il-Prim Ministru jista' jagħmel ordni fil-Gazzetta li biha jemenda, jibdel jew jissostitwixxi l-listi li hemm fit-Taqsima A u fit- Taqsima B ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Att.", "(b) Ebda ordni maħruġa bis-saħħa ta' dan is-subartikolu ma għandu jkollha effett kemm-il darba ma tkunx irċeviet minn qabel l- approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati mgħarrfa b'Riżoluzzjoni.\".", "\"C\" Immediately after subclause (3) of clause 12 there shall be inserted the following:", "\"(4) (a)The Prime Minister may by order in the Gazette amend, vary or substitute the lists in Part A and Part B of the First Schedule to this Act.", "(b) No order made under this subsection shall have effect unless it has received the prior approval of the House of Representatives signified by Resolution.\".", "Mr Chairman, se nitkellem fuq l-emenda qabel ma nitkellem fuq il- klawsola.", "Fil-fatt jidhirli li l-emenda tirrifletti kummenti li saru waqt it-Tieni Qari fejn diversi membri, inkluż l-Onor.", "Mifsud Bonnici, ikkummentaw fuq l-Ewwel Skeda u t-Taqsimiet A u B tagħha.", "It-Taqsima A tgħid liema huma dawk il-kummissjonijiet jew funzjonijiet oħra li m'humiex sindakabbli mill-Ombudsman u t-Taqsima B titkellem fuq l-esklużjoni tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u l-Forzi Armati ta' Malta.", "Saru kummenti dwar jekk din il-lista għandhiex tibqa' esklussiva kif inhi, jew jekk għandhiex tiżdied jew inkella tonqos.", "Allura qegħdin ngħidu li l-Prim Ministru jista' jbiddel il-kontenut tat-Taqsimiet A u B ta' l-Ewwel Skeda, pero' l-ordni tiegħu ma tkunx effettiva jekk qabel ma tidħol fis-seħħ ma jkunx hemm l-approvazzjoni tal-Kamra b'riżoluzzjoni.", "Fil-fatt li qed ngħidu hawn hu li jekk 'il quddiem jinħass li dawk il-listi għandhom jinbidlu, m'għandniex bżonn immorru bil-proċedura ta' emenda għal-liġi bl- istadju kolllha ta' First Reading, Second Reading, Kumitat u Third Reading, imma tkun biżżejjed l-ordni mill-Prim Ministru li trid tiġi konfermata b'riżoluzzjoni tal-Kamra biex tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "Mr Chairman, għandi emenda oħra għal klawsola 12:", "\"D\" Fit-Taqsima A ta' l-Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Abbozz relattivament għall-klawżola 12 tiegħu, minnufih wara l-aħħar paragrafu ta' dik it- Taqsima għandu jiżdied dan li ġej:", "\"Is-Servizz ta' Sigurta'.\".", "\"D\" In Part A of the First Schedule to the Bill as relating to clause 12 thereof, immediately after the last paragraph of that Part there shall be added the following:", "\"The Security Service.\".", "Fil-fatt kieku għaddiet il-Liġi kif inhi kien ikun il-każ fejn il-Prim Ministru jagħmel ordni pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u tiġi riżoluzzjoni biex il-Kamra tbiddel l-Iskeda, imma meta għadna għaddejjin bl- approvazzjoni ta' dan l-Abbozz, huwa loġiku li nressaq din l-emenda f'dan l- istadju.", "Dehrilna li ma daħħalniex is-servizz ta' sigurta'.", "Il-pajjiż dejjem kellu u għad għandu xi forma ta' servizz ta' sigurta' - bl-Ingliż Security Service.", "M'hemm l-ebda dubju ta' xejn li dan huwa essenzjali f'kull pajjiż u fil-fatt il-Gvern qed jaħseb biex jintroduċi Abbozz ta' Liġi li jagħmilha ċara x'inhuma l-funzjonijiet ta' servizz ta' sigurta'.", "Nittama li nagħmlu l-Ewwel Qari tiegħu fi żmien qasir, pero' apparti dak li se jgħid dan l- Abbozz, nerġa' ngħid li servizz ta' sigurta' dejjem eżista.", "Issa servizz ta' sigurta' huwa magħruf li jitratta jew jista' jitratta suġġetti ta' delikatezza kbira, u jidhrilna li min ikun responsabbli għal dan is-servizz m'għandux ikun soġġett għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Naf li din li qed nagħmlu hawn m'hijiex xi esklużjoni oriġinali - anzi huwa loġiku ħafna li jsir hekkk - iżda dan hu l-każ f'pajjiżi oħra, jiġifieri li s-servizzi tas- sigurta' m'humiex soġġett għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Mr Chairman, naħseb li klawola 12 hija ta' importanza straordinarja fil- kumpless tal-liġi kif inhi għax titkellem dwar x'inhuma l-funzjonijiet ta' l-Ombudsman.", "Din tispjega għal min japplika dan l-Att u qed ninkludu:", "\"(a) il-Gvern, inkluż kull dipartiment tal-Gvern jew awtorita' oħra tal-Gvern, kull Ministru jew Segretarju Parlamentari, kull uffiċjal pubbliku u kull membru jew impjegat ta' awtorita' kif imsemmi qabel;\".", "Tinkludi wkoll:", "\"(b) kull korp statutorju, u kull soċjeta' jew korp ieħor li fih il- Gvern jew xi wieħed jew iktar minn dawk il-korpi jew xi kombinazzjoni tagħhom ikollu kontroll ta' l-ishma jew li fuqhom ikollu kontroll effettiv, ...\".", "Mr Chairman, fit-Tieni Qari diġa' spjegajt - kien hawn ukoll kummenti miż- żewġ naħat tal-Kamra - li deherilna li għandna nestendu l-ġurisdizzjoni ta' l-Ombudsman mhux biss għall-operat tal-Gvern ċentrali, imma wkoll għal korpi statutorji u kull fejn il-Gvern għandu kontroll effettiv.", "Jiġifieri qegħdin ninkludi wkoll soċjetajiet kummerċjali fejn il-Gvern għandu kontroll effettiv, pero' m'aħniex ninkludu - kien hemm min issuġġerixxa li għandna wkoll ninkluduhom - soċjetajiet kummerċjali fejn il-Gvern m'għandux il-kontroll effettiv.", "Qed ninkludu wkoll l-awtoritajiet lokali.", "Imbagħad subklawsoli (2) u (3) ta' din il-klawsola jgħidu fejn il- funzjonijiet ta' l-Ombudsman ma japplikawx.", "Hawn qed nagħmlu l- esklużjonijiet għal dawn il-poteri u l-ġurisdizzjoni ġenerali li qed nagħtu lill-Ombudsman b'subklawsola 12 (1).", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman nixtieq l-ewwel nibda bit- tieni emenda li tressqet u mbagħad niġu anke għall-korp tal-klawsola.", "Issemma s-servizz ta' sigurta' u ntqal li se jitressaq abbozz ta' liġi dwar is-servizz ta' sigurta'.", "Naħseb li l-Kamra għandu jkollha spjegazzjoni dwar x'għandna f'moħħna meta ngħidu \"servizz ta' sigurta'\".", "Dan l-abbozz għadna lanqas rajnih u una volta diġa' għandna inkluż il-Forzi armati, għandi nifhem li qed nirreferu wkoll għall-Pulizija.", "Jekk qed nirreferu għall-Pulizija għandna nkunu ċari li qed neskludu mill-applikabilita' ta' l- Ombudsman il-Pulizija.", "Għaliex una volta li l-Armed Forces huma nklużi, il- komponent l-ieħor tas-servizz tas-sigurta' s'issa, kif komunament magħruf, huwa l-Pulizija.", "Għandna dan f'moħħna jew le?", "Jekk għandna dan f'moħħna ndaħħlu wkoll il-Korp tal-Pulizija.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, m'għandniex f'moħħna li neskludu l-Korp tal-Pulizija kollu kemm hu fil-funzjonijeit kollha tiegħu.", "Qegħdin ngħidu s-security service u security service - ma rridx nażżarda nagħti d- definizzjoni \"hekk\" - huwa l-inkarigu b'responsabilita' ministerjali għalih li jkollu xi ħadd fil-pajjiż u f'pajjiżna tradizzjonalment, safejn naf jien, kien investit fil-Kummissarju tal-Pulizija, li jkollu organizzazzjoni - kelma daqsxejn kbira pero' tfisser li għandu nukleu ta' nies li qegħdin jagħmlu l-funzjoni ta' dak li fil-jargon komuni huwa l- funzjoni ta' security service.", "Qegħdin ngħidu li dak li għandu x'jaqsam ma' security service jrid ikun eżenti wkoll.", "M'aħniex ngħidu l-Korp tal- Pulizija, imma qegħdin ngħidu dak li għandu x'jaqsam ma' funzjoni ta' servizz ta' sigurta'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena jidhirli li hawnhekk għandna nkunu kawtissimi - mhux kawti - għax meta nħarsu lejn l-esperjenzi ta' pajjiżi oħra nsibu li l-ikbar dnubiet u oltraġġi li saru kontra ċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi huma mill-hekk imsejħa servizz tas-sigurta' ta' dawn il- pajjiżi.", "Dawn ikunu parti mill-Pulizija jew parti mill-Forzi Armati addetti għas-sigurta' interna jew esterna tal-pajjiż, u d-dnubiet kbar u sagrileġġi li saru kontra l-individwi saru minn dawn il-forzi.", "Issa hawn qed nikkontemplaw mezz ta' rimedju jew redress li ċ-ċittaddin ikollu dwar trattament li hu jħoss li ma kienx ġust.", "Jekk hawn każijiet fejn wieħed jista' jikkontempla trattamenti li jkunu inġustifikati huma dawk it- tarattamenti li jingħataw u okkażjonijiet li jinħolqu mill-hekk imsejħa forzi tas-sigurta'.", "Jiena jidhirli li jekk veru se nagħmlu rimedju kontra trattament li bih ċittadin iħossu inġustifikat, żgur li f'dak il-qasam għandna neskodiċaw jew ikollna apparat li jikkontrolla biex ma jkunx hemm abbużi.", "Imma jekk issa se nagħtu eskulżjoni kompleta, filwaqt li se ndaħħlu l-protezzjoni għall-affarijiet żgħar, f'każijiet fejn l-oltraġġi mhux ġustifikati li jsiru fuq ċittadini jistgħu jkunu kbar, m'hu se nagħtu ebda protezzjoni.", "F'dan l-istadju, jiena nħoss li l-Gvern jagħmel ħażin li jdaħħalha qabel ma nogħmoduha iktar, imbagħad 'il quddiem il-Gvern jista' jdaħħalha permezz tal-miżura ta' regolamenti li jiġu soġġetti għall- approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Imma żgur f'dan l-istadju wieħed għandu jkun kontra li jikkontempla l-mod ta' kif jimxi s-servizz tas-sigurta', li llum huwa parti mill-Pulizija, tant li hemm is-Security Division tal- Pulzija.", "Jekk il-partijiet l-oħra tal-Pulizija se jkunu passibbli għall- iskrutinju ta' l-Ombudsman, hekk ukoll din id-diviżjoni għandha tkun soġġetta għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Wara kollox l-Ombudsman se tkun persuna ta' fiduċja li ma tistax tisvela dak li tkun qed tisma' jew dak li jgħaddi minn taħt għajnejha.", "Allura m'għandniex għalfejn naħsbu li s- servizz tas-sigurta' tal-pajjiż se jkun imminat jekk f'xi okkażjonijiet l- Ombudsman jiġi mitlub jindaga fuq trattament li seta' ngħata lil ċittadin mis-servizz tas-sigurta'.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, l-ewwelnett irridu nifhmu li m'aħna inneħħu ebda protezzjoni li teżisti li għandu kull ċittadin għar- rigward tad-drittijiet fundamentali tiegħu.", "Għad-drittijiet fundamentali garantiti mill-Kostituzzjoni u mill-Konvenzjoni Ewropea, jibqgħu kompetenti l-Qrati Ordinarji kif kienu, u hekk għandu jkun.", "Jiġifieri jekk xi ħadd jallega li sar ksur tad-drittijiet fundamentali garantiti mill- Kostituzzjoni u mill-Konvenzjoni Ewropea, f'dawn il-każi jibqa' r-rimedju tal-Qrati Ordinarji.", "Hawn qed nitkellmu fuq l-Ombudsman, u x-xogħol ta' l- Ombudsman huwa li jara li ma jsirux inġustizzji fl-amministrazzjoni.", "Meta qed nitkellmu fuq security service huwa magħruf - u l-ħabib tiegħi għandu l- esperjenza għax hu kien Prim Ministru qabli - li jkun hemm affarijiet fejn ma tistax tmur u tgħid: \"Taf għaliex għamilt hekk jien?", "Għax kelli dik l- informazzjoni u ridt nieħu dik il-prekawzjoni, u kelli...\".", "Dawn l- affarijiet ma jiġux svelati jekk inhuma affarijiet li veru jaqgħu fil- kompetenza tas-security service.", "Jiġifieri ma jistax ikun li s-security service ikun soġġett fl-aġir tiegħu għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Huwa soġġett għal-liġijiet ordinarji li jiggarantixxu d-drittijiet taċ- ċittadini, pero' mhux din il-kwalita' ta' garanziji li joffri l-Ombudsman irid ikun hemm għaċ-ċittadin.", "Jiena nifhem x'irid jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici għax veru li fuq is- servizz tas-sigurta' ta' pajjiżi barranin tisma' stejjer ta' ġenn ta' kull kwalita', ġeneru u deskrizzjoni, u veru li jsiru abbużi.", "Pero' ir-rimedju m'għandux ikun permezz ta' l-Ombudsman.", "Illum ma nafx x'rimedji hawn bil- liġijiet preżenti, imma meta 'l quddiem il-Kamra jkollha quddiemha abbozz ta' Liġi li proprju se jittratta s-servizzi tas-sigurta', allura naħseb li hemmhekk inkunu rridu naraw x'garanziji u xi skrutinju hemm minn x'imkien biex abbużi ma jsirux.", "Pero' il-metodu żgur li m'hux dak ta' l-Ombudsman.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena ma jidhirlix li r-raġunijiet li ngħataw huma konvinċenti biżżejjed biex indaħħlu li s-servizz tas-sigurta' ma jaqax taħt l-operat ta' l-Ombudsman, għaldaqstant jidhirli li fuq dan għandna nivvotaw kontra.", "Hawn qed nitkellmu dwar parti mill-Korp tal- Pulizija.", "L-Armed Forces daħlet, u wieħed jifhem li meta jkun korp soġġett għal dixxiplina militari l-kriterji jkunu differenti minn dawk ta' korp li mhux soġġett għal dixxiplina militari, imma fil-każ tas-servizz tas- sigurta' din tiftaħ umbrella kbira u wiesgħa wisq li taħtha jistgħu jiġu koperti ħafna affarijiet, anke jekk ma jkunux ħwejjeġ li jipprestaw ruħhom għar-rimedji kostituzzjonali li għandna provduti fil-każ ta' ksur tad- drittijiet fundamentali.", "Allura jiena nħoss li m'għandniex ninkluduha.", "Issa niġu għal kwestjonijiet oħra li tqanqlu fit-Tieni Qari tad-dibattitu ta' dan l-Abbozz.", "L-ewwelnett fil-klawsola 12 (1) (c) ta' dan l-Abbozz hemm li dan l-artikolu japplika għal:", "\"kunsilli lokali u kull kumitat tagħhom, is-sindki, kunsillieri u membri tal-personell tal-kunsilli lokali kollha.\".", "Jiena għandi nifhem li l-membri tal-personell huma impjegati, u kif l- impjegati ta' l-awtoritajiet imsemmija fi klawsola 12 (1) (a), jiġifieri impjegati tal-Gvern, korpi kostitwiti u awtoritajiet tal-Gvern, huma soġġetti għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman, hekk ukoll l-impjegati tal- kunsilli lokali jkunu soġġetti għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Imma jiena jidhirli li m'għandniex ninkludu lill-kunsillieri biex ikunu wkoll soġġetti għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Il-kunsill lokali as such is one thing, imma għar-rigward ta' l-individwi it's another thing.", "Naħseb li s-sindki għax jitgħabbew bid-deċiżjonijiet tal-kunsilli lokali, imma ma naħsibx f'dak li hu l-operat personali tagħhom.", "Immaġina jkollok bniedem li huwa sindku u fl-istess ħin huwa employer.", "Allura għax huwa sindku, l- employees tiegħu jistgħu jmorru quddiem l-Ombudsman?", "Jiġifieri kemm is- sindku u kemm il-membri tal-kunsilli lokali trid tkun fil-funzjonijiet tagħhom qua sindki u qua membri tal-personell tal-kunsilli lokali u mhux fil-kapaċita' tagħhom privata.", "Għax inkella kif inhi, tista' tinkludihom ukoll fil-kapaċita' tagħhom privata.", "Mhux qed ngħid li huwa intenzjonat li jkun hekk, anzi qed ngħid li żgur li mhux intenzjonat li jkun hekk u allura għandna nagħmluha ċara li s-sindki, fil-kapaċita' tagħhom privata - mhux bħala sindki - ma jaqgħux taħt l-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Imma mbagħad meta niġu għall-kunsillieri jidhirli li anke qua kunsillieri, l-individwi, m'għandhomx jaqgħu taħt l-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena naqbel miegħu perfettament.", "M'aħniex qed ngħidu li l-kunsillieri se jaqgħu taħt l-iskrutinju ta' l-Ombudsman għal affarijiet li jagħmlu mhux fil-funzjonijiet tagħhom ta' kunsillieri.", "Jiġifieri naħseb li r-regoli ta' l-ermeneutica - hekk konna ngħidulhom meta konna l-Universita' - jiġifieri r-regoli ta' l-interpretazzjoni huwa li l- liġi trid tinterpretaha fil-kompless tagħha.", "Huwa 'l bogħod ħafna mill- intenzjonijiet tagħna - kif qal tajjeb l-Onor.", "Mifsud Bonnici - li ngħidu li nikkontrollaw l-aġir tal-kunsillieri f'affarijiet li jagħmlu mhux bħala kunsillieri.", "Jiġifieri jiena naħseb li m'hemmx għalfejn ngħiduha, pero' m'hemmx dubju li naqblu li għandu jkun hekk.", "Aħna qed ngħidu fil-funzjoni tagħhom ta' kunsillieri u mhux jekk wieħed għandu negozju, tinkludi wkoll in-negozju tiegħu.", "Naħseb li l-interpretazzjoni bilfors f'dan is-sens trid tkun u m'hemmx interpretazzjoni oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jista' jkun li din hija l-pożizzjoni meta wieħed jimxi fuq is-subklawsola 13 (1) li tirristrinġi l-iskrutinju ta' l- Ombudsman fit-twettiq tal-funzjonijiet amministrattivi u hawnhekk titqanqal kwestjoni oħra.", "Niġu issa għal dak li hemm fl-Iskedi.", "Issa naraw li Taqsima B ta' l- Ewwel Skeda tgħid:", "\"Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku", "Il-Forzi Armati ta' Malta għar-rigward biss ta' ħatriet, promozzjonijiet, salarji u drittijiet ta' pensjoni ta' l-uffiċjali u suldati f'dik il-Forza Armata.\"", "u meta tikkonsidrahom in relazzjoni mas-subklawsola 12 (3) (b):", "\"Dan l-Att ma japplikax għall-korpi elenkati fit-Taqsima B fl-Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Att, kemm-il darba ma tinġiebx prova b'sodisfazzjon ta' l-Ombudsman li tkun turi li kull mezz possibbli għall-ksib ta' rimedju jkun ġie eżawrit.\"", "- wieħed għandu jinterpreta dan il-kliem fis-sens li jekk kemm-il darba iġġib prova li kull mezz possibbli għall-ksib ta' rimedju fil-każ tal-PSC u fil-każ tal-Forzi Armati ġie eżawrit, allura dan l-Att japplika wkoll għal PSC u għall-Forzi Armati.", "Dan ifisser li wara li inti tkun għamilt il- proċedura ta' l-appell quddiem il-PSC, inti xorta għandek dritt tmur quddiem l-Ombudsman fuq l-istess kwestjoni deċiża mill-PSC fl-appell.", "Dan ifisser ukoll li meta wieħed ikun eżawrixxa r-rimedji kollha li tagħti l- liġi fil-każ tal-Forzi Armati fuq l-istess mertu ta' kwestjoni li ġiet deċiża skond il-liġi tal-Forzi Armati inti tista' tmur quddiem l-Ombudsman.", "Il-Gvern hekk irid li jkun hemm rimedju ieħor oltre dak li diġa' hemm provdut fil-liġi kemm fil-każ tal-Forzi Armati kif ukoll fil-każ tal-PSC?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nista' ngħid li din hija kwestjoni li ġiet dibattuta ħafna meta kienet qed tiġi ppreparata din il-Liġi u kien hemm opinjonijiet qawwija - bħal ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici - biex ngħidu li l- operat tal-Public Service Commission u tal-Forzi Armati ma jkunux jaqgħu taħt l-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Pero' l-esperjenza għalmitna li n-numru ta' complaints li jkun hemm fuq promozzjonijiet huwa sostanzjali.", "Jiena diġa' kkwotajt ċifri ta' kemm ġew deċiżi lagnanze mill-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji u numru sostanzjali minn dawn il-każijiet kienu jirrigwardaw promozzjonijiet kemm fl-Armata kif ukoll fis-Servizz Pubbliku.", "Naħseb - u jiena kont ta' din l-opinjoni, jiġifieri favur li tidħol din it-Taqsima - li jekk il-proċeduri jkunu eżawriti....", "Per eżempju fil-proċeduri ta' l-Armata naħseb - u hawn qed nitkellem pjuttost off the cuff, pero' jidhirli li jiena korrett - li kellna ħafna complaints dwar promozzjonijiet fl-Armata li ġew kkonsidrati mill-Kummissjoni għall- Investigazzjoni ta' Inġustizzji pero' l-Kummissjoni ma qagħditx tidħol jekk kien hemmx appell skond ir-regolamenti ta' l-Army Act.", "Hawnhekk qed ninponuha.", "Jiġifieri jekk xi ħadd għandu lagnanza x'jagħmel, l-ewwel irid jeżawrixxi l-proċeduri normali ta' appelli, imbagħad ikun jista' jmur quddiem l-Ombudsman.", "Jiena naħseb li fl-istadju li jinsab fih il-pajjijż illum, jiġifieri l-esperjenza reċenti - u biha nifhem dawn l-aħħar tmien snin li fihom kellna l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji - ma jkunx prudenti li neskludu l-PSC u l-Forzi Armati b'mod assolut mill- iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Naturalment meta għandek kummissjoni kostituzzjonali bħalma hija l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, wieħed jifhem li din diġa' qiegħda hemm biex tagħti ċerti garanziji.", "Naħseb li fi żmenijiet reċenti ma kienx hemm affarijiet grossolani li saru mill-Public Service Commission, pero' kulħadd jista' jiżbalja u kultant tinduna li jsiru żbalji.", "M'aħniex inbiddllu dak li tgħid il-Kostituzzjoni illi effettivament il-promozzjonijiet iridu jibqgħu jsiru mill-awtorita' kompetenti - aktarx il-Prim Ministru - fuq ir-rakkomandazzjoni tal-PSC.", "Infatti, kif diġa' spjegajt lill-Kamra f'diversi okkażjonijiet, kien hemm numru sostanzjali ta' każijiet fejn il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji tat raġun lil min għamel it-talba u jiena nkun approvajt, fis-sens li naċċetta r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, pero' m'għandix l- awtorita' bil-Kostituzzjoni li jien nagħti l-promotions li ġew rrakkomandati mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u għalhekk bilfors irrid nirreferi għall-Public Service Commission.", "F'numru sostanzjali ta' każijiet il-Public Service Commission tgħid li għalkemm hemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji hi ma taqbilx u ma tagħtix il-parir lill-Prim Ministru dwar dik il-promotion u m'hemmx rimedju.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li l-Ombudsman effettivament se jimponi d-deċiżjoni tiegħu għax m'aħniex qed inbidlu l-provvedimenti kostituzzjonali dwar il-funzjoni tal-Public Service Commission.", "Li qegħdin nagħmlu huwa li qed nillimitaw għar-rigward tal-pożizzjoni kif inhi llum, jiġiifieri li l-Ombudsman irid l-ewwel jiċċertifika, jkun persważ u konvint li l-metodi l-oħra kif wieħed jindirizza l-att ta' inġustizzja allegat jkunu ttieħdu.", "Jekk dawk il-metodi ma jkunux saru, allura jgħid li ma jeħux konjizzjoni tal-każ, imma jekk il-proċeduri jkunu ttieħdu kollha, allura qegħdin inħallu dan ir-rimedju.", "Naħseb li l-perception ta' l- opinjoni pubblika hija importanti ħafna.", "Naħseb li l-opinjoni pubblika għadha tesiġi li jkun hemm xi kwalita' ta' skrutinju.", "S'issa qiegħda teżerċitah il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Dik il- Kummissjoni se tispiċċa u qed nittrasferixxu poteri ftit inqas milli għandha llum il-Kummissjoni, għall-Ombudsman.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini, imma hawnhekk hawn kwestjonijiet ħafna iktar wiesgħa u fondi milli semma l-Prim Ministru.", "Nieħdu bħala eżempju l-każ tal-PSC.", "Il-fatt jekk ġewx eżawriti l-avenues tar-rimedju huwa irrelevanti għal kwestjoni jekk id-deċiżjonijiet tal-PSC għandhomx ikunu soġġetti għall-iskrutinju ta' l-Ombudsman.", "Dak huwa l- qofol u dik hija l-kwestjoni, għax m'hemmx kwestjoni fuq il-fatt li l-ewwel iridu jiġu eżawriti l-proċeduri kollha u l-mezzi kollha li hemm quddiem il- PSC.", "Mhux dak il-qofol tal-kwestjoni, għax f'każ li l-proċeduri jiġu eżawriti, tmur quddiem l-Ombudsman, u f'każ li ma jiġux eżawriti ma tistax tmur.", "Dik irrelevanti u hija sekondarja .", "Il-qofol huwa l-kwestjoni ta' prinċipju.", "Skond il-Kostituzzjoni, l-PSC hija korp indipendenti u għax hija indipendent mill-Gvern tista' taġixxi b'ċertu mod li wieħed jistenna li jkun b'mod korrett.", "Il-PSC hija magħmula mhux minn persuna waħda imma min-numru ta' persuni.", "Fl-opinjoni tiegħi, din is-sitwazzjoni, li deċiżjoni meħuda minn korp kostituzzjonali tissottomettiha għall-iskrutinju ta' bniedem wieħed li mhux maħluq mill-Kostituzzjoni hija anomala.", "Irridu nsibu soluzzjoni għaliha, soluzzjoni li tkun iktar koerenti u raġjonevoli.", "Qed nieħu l-każ tal-PSC għax il-każ tal-PSC huwa differenti mill-każ tal- Forzi Armati.", "L-impjegati tal-Forzi Armati ma jaqgħux taħt il-PSC kif normalment jaqa' kull impjegat fis-Servizz Pubbliku, għax hemm il-Liġi speċjali għalihom.", "Imma fil-każ ta' l-impjegati fis-Servizz Pubbliku, d- drittijiet tagħhom ġew tutelati permezz tal-ħolqien tal-Public Service Commission.", "Allura kif aħna għandna naċċettaw id-deċiżjonijiet ta' korp, għoli kemm hu għoli kif inhu tal-PSC protett mill-Kostituzzjoni għax ħadd ma jista' jindaħallu fl-operat tiegħu, mbagħad nissottomettu d-diskrezzjoni u l-operat tiegħu għall-Ombudsman, fl-opinjoni tiegħi din is-sitwazzjoni hija kontraditorja u mhux feliċi.", "Jekk għandu jkun hemm rimedju ieħor - jiġifieri t-tielet rimedju għax id-deċiżjonijiet tal-PSC jistgħu jiġu appellati...", "Meta qed ngħid appellati, dan qed ngħidu mhux fil-każ ta' promozzjonijiet, imma fil-każ ta' dixxiplina għax fil-każ ta' promozzjonijiet m'hemmx rimedju ieħor u dak li tgħid il-PSC ma tistax tirrimedjah u allura anke hawnhekk il-kondizzjoni li tkun eżawrejt il-mezzi tar-rimedju ma japplikawx.", "Iżda fil-każ tad-dixxiplina nagħmlu t-tielet stadju tal-PSC, jiġifieri appell fuq appell, imma mhux li jkun l-Ombudsman.", "Ma jistax ikun li dawk il-ħwejjeġ kollha u dawk il-kriterji kollha addottati mill-PSC biex wasslu għad-deċiżjoni jiġu totalment injorati għax ma jkunux abraċċati mill-Ombudsman u jasal għal deċiżjoni oħra.", "GĦar- rigward tal-PSC din żgur m'hijiex sitwazzjoni feliċi.", "Niġu issa għall-każ tal-Forzi Armati.", "Jekk fil-Liġi tal-Forzi Armati, nħossu li m'hemmx kawtela biżżejjed biex id-drittijiet tal-membri tal-Forzi Armati jiġu salvagwardati għar-rigward deċiżjonijiet amministrattivi, għandna nipprovdu dan ir-rimedju fil-Liġi tal-Forzi Armati.", "Wieħed m'għandux jippretendi li bħala korp dixxiplinarju il-membri tal-Forzi Armati għandhom jaqgħu taħt il-liġi, imbagħad wara li l-uffiċjali jieħdu d- deċiżjonijiet tagħhom skond il-liġi u skond il-kriterji tagħhom, tiġi persuna estranja għall-Forzi Armati li ma taqbilx mad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.", "Mhux qed ngħid li m'għandux ikun hemm rimedju għal- lagnanze, li jistgħu jkunu ġusti, tal-membri tal-Forzi Armati, imma s- soluzzjoni suġġerita, jiġifieri ta' l-Ombudsman, m'hijiex s-soluzzjoni addatta.", "Wara kollox l-importanza li jiġu eżawriti l-mezzi kollha, m'hijiex daqshekk importanti.", "L-importanza fundamentali hija d-deċiżjoni li għandha tittieħed, jiġifieri jekk il-PSC u l-Forzi Armati għandhomx jaqgħu taħt l-Ombudsman.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, jiena diġa' għidt li teoretikament naqbel ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici, jiġifieri la għandek Kummissjoni Kostituzzjonali li tiggarantixxi favur l-impjegati tal-Gvern id-drittijiet tagħhom, wieħed m'għandux notionally iħoss il-bżonn li jkun hemm ukoll il-ġurisdizzjoni ta' l-Ombudsman.", "Pero' din hija rigward it-teorija, imma f'dan il-pajjiż, kif għadu sal-lum, il-prattika hija li jkun hemm numru ta' complaints.", "M'aħniex neżawtoraw il-Public Service Commission għal dik li hija funzjoni Kostituzzjonali tagħha u lanqas l-Ombudsman m'hu se jkollu l-pożizzjoni li jordnalha tagħmel dak li jidhirlu hu, għax il-PSC hi protetta mill-funzjoni li tagħtiha l- Kostituzzjoni.", "Nerġa' ngħid, b'saqajna fl-art - u hawn hi d-deċiżjoni li ħa l-Gvern - li dan m'huwiex il-mument fil-qagħda soċjali tal-pajjiż li nneħħu din il-funzjoni.", "Nista' ngħid li bħalissa quddiemi għandi l-aħħar mid-year progress report li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Ottubru tas-sena l- oħra sal-31 ta' Marzu ta' din is-sena fuq il-Kummissjonijiet dwar l- Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Hawn nara li minn 185 każ introdotti f'dan il-perjodu, 46.5% tal-complaints kienu jirrigwardaw promotions u appointments.", "Biex ma nagħtix il-Kamra informazzjoni żbaljata, dawn jinkludu wkoll korporazzjonijiet, jiġifieri l-Enemalta, l-Planning Authority u t-Transport Authority, jiġifieri hemm diversi korporazzjonijiet li hemm ilment fuqhom dwar promotions u li ma jaqgħux taħt il-Public Service Commission.", "Mela mhux qed ngħid li minn dawn il-185 każ, 46% minnhom huma ta' impjegati li jaqgħu taħt il-Public Service Commission.", "Pero' sfortunatament, fil-pajjiż għad hawn atteġġjament li jikkontesta l- mod kif isiru l-promotions.", "Jiena bl-ebda mod ma rrid li l-Ombudsman - u allaħares jiġri dan - jibda jiġi inondat li kull min ma ħax promotion jibda jmur għandu.", "Naħseb li trid tidħol il-kultura li jekk ma ħaqqekx promotion ma ħadthiex u inutli toqgħod tappella biex tieħu l-promotion.", "Mentri l-metodu ta' ħafna nies huwa li għax wieħed għandu s-seniority allura jiġi qabel dak u allura ħaqqu l-promotion u jekk ma jeħux il- promotion hija inġustizzja u la hija inġustizzja għandu dritt ta' rimedju.", "Nerġa' ngħid li dan huwa ħsieb maturat.", "Notionally jekk wieħed jgħid kif tirraġuna fuq prinċipji, l-argument ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici li l-PSC m'għandhiex tkun soġġetta għall-iskrutinju, ireġġi, imma fil-prattika naħseb li hemm bżonn li nkomplu b'dan il-proċess.", "Forsi jgħaddi ż-żmien, imbagħad naraw kif ħadem l-Ombudsman, naraw li naqqsu l-complaints u naraw li l-ilmenti fuq promozzjonijiet jkunu ħafna inqas milli kienu fl-imgħoddi - illum diġa' huma inqas milli kienu qabel - pero' d-deċiżjoni tal-Gvern hi li għandna nħallu dan ir-rimedju.", "Nerġa' ngħid r-rimedju soġġett għal dak li tgħid il-Kostituzzjoni li d-deċiżjoni finali tibqa' tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed inħoss li l-Prim Ministru qed jirrestrinġi ruħu għal kwestjoni tal-promotions.", "Il-kwestjoni tal- promotions hija importanti imma l-kwestjoni hija iktar vasta minn dak li qed jgħid il-Prim Ministru.", "Hemm qasam ieħor li hu importantissimu, jiġifieri l-kwestjoni ta' dixxiplina.", "Kull każ ta' dixxiplina aħna se nagħtuh appell ġdid.", "Kull każ ta' dixxiplina li tiddeċiedi l-PSC anke wara li jkun ġie appellat, jiġifieri eżawrit il-proċess ta' l-appell quddiem il- PSC, dan se nagħtuh aċċess ieħor - dak ta' l-Ombudsman.", "Jien qed ngħid għal PSC biss, imma fil-fatt jirrigwarda wkoll kull każ ta' dixxiplina tal- korpi kollha li semmejna.", "Dawn se nagħtuhom iċ-ċans li jmorru quddiem l- Ombudsman, jiġifieri din m'hijiex kwestjoni biss ta' promotions, imma għal kull każ ta' dixxiplina, u jkun iblah dak il-bniedem milqut minn deċiżjoni ta' dixxiplina li ma jappellax bl-isperanza li l-Ombudsman bid-diskrezzjoni tiegħu ma jasalx għall-istess konklużjoni ta' min ikkundanna lil dak l- individwu u ddixxiplinah.", "Fil-fatt dan li se nagħmlu li kull każ ta' dixxiplina se jispiċċa quddiem l-Ombudsman.", "Wara li l-PSC tkun semgħet l- appell u ttrattat l-appell, l-individwu jista' jgħid li wara se jipprova quddiem l-Ombudsman.", "Dan li qed ngħid.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena lill-Onor.", "Membru ngħidlu li veru li anke każijiet ta' dixxiplina jistgħu jispiċċaw quddiem l-Ombudsman, imma anke hawn l-esperjenza turina li l-każijiet ta' dixxiplina li s'issa marru quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji huma minimi, huwa numru limitat ħafna.", "Il-każijiet fejn kontinwament ikun hemm l- allegazzjonijiet u wieħed jitlob xi forma ta' redress, huma in konnessjoni ma' promozzjonijiet.", "GĦal dawk li huma każijiet ta' dixxiplina,fl- imgħoddi mhux riċenti kien hemm każijiet li d-deċiżjonijiet tal- Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ġew riveduti.", "Dawn ġew riveduti mill- Kummissjoni stess u ġew riveduti pożittivament fis-sens li qalu li d- deċiżjoni kienet żbaljata.", "Iżda nerġa' ngħid m'għandniex niddiskutu fl- ajru, imma fil-kontest tagħna ta' dan il-pajjiż.", "Jiena lill-Onor.", "Mifsud Bonnici ngħidlu li kien hemm każijiet li ġew mitluba review quddiem il- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, pero' kienu limitati ħafna apparagunati man-numru ta' ilmenti li kien hemm.", "Sfortunatament veru kien hemm każijiet fejn id-deċiżjonijiet finalment ġew mibdula bil-kunsens tal-Public Service Commission għax kienu saru inġustizzji.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini imma l-esperjenza fil-ħajja privata u professjonali tiegħi tgħallimni mod ieħor.", "Meta bniedem impjegat speċjalment mal-Gvern - qed nitkellmu fuq il-PSC - jgħaddi mill- ewwel proċess tal-PSC, mbagħad mill-appell u jinstab ħati u jiġi dixxiplinat, il-parir ikun li jekk ma tistax issib xi vizzju fil-proċess jew fil-proċedura tgħidlu li m'hemmx rimedju ieħor, u ħadd ma jagħti parir li jmur quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji meta għandek ġudizzju fuq il-meritu.", "F'dan il-każ, la se jkun hemm l-Ombudsman, inti tagħti parir biex imur quddiem l-Ombudsman, bit-tama li fuq il-meritu l-Ombudsman jifhimha differenti milli fehmuha l-PSC fl-ewwel stadju u fl- istadju ta' l-appell.", "GĦalhekk il-pożizzjoni se nbiddluha kompletament għax trid tkun iblah li għandek ċans ta' appell ieħor u ma teħdux.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naħsibx li trid tkun iblah.", "L-ewwel ħaġa min jagħti l-parir ma jridx ikun iblah u m'għandux jagħti parir frivolu u jien għandi nassumi li min jagħti l-parir ma jagħtix parir frivolu.", "Jekk il-parir mhux frivolu - jiġifieri li hemm bażi fuqhiex wieħed jipprova jbiddel id-deċiżjoni - iva għandu jipprova, imma mhux kapriċċjożament.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jagħmel premessa - m'hijiex dikjarata, m'hijiex espliċita' - żbaljata.", "Jien persważ li l-persuna li se tiġi nominata bħala Ombudsman se tkun persuna serja, li ma tagħmilx l- affarijiet kapriċċjożament u allura jekk xi ħadd sejjer bl-idea li issa kull każ ta' dixxiplina se jibda jmur quddiem l-Ombudsman għax l-Ombudsman forsi jifhimha b'mod differenti, malajr ikollu r-risposti ta' l-Ombudsman, li l-Ombudsman mhux qiegħed hemm biex jgħaddi ż-żmien bin-nies jew biex jissodisfa n-nies fil-kapriċċi tagħhom, imma qiegħed hemm biex każijiet ta' inġustizzja manifesta jirranġahom.", "Jiġifieri l-biża' ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici li kull min weħel xi ħaġa se jibda jingħata l-parir sabiex imur quddiem l-Ombudsman ...", "Jien naħseb li la hawn nies li jagħtu din il- kwalita' ta' parir frivolu u nassigurah bl-iktar qawwa li l-persuna, hi min hi, li tiġi nominata mhux se tkun persuna li tinvita li joqogħdu jsiru appelli quddiemha li jkunu frivoli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: M'għandux x'jaqsam mal-frivolezza u m'għandux x'jaqsam ma' l-ebda ħaġa li semma l-Prim Ministru.", "Il-kwestjoni hi apprezzament ta' fatti.", "Ċerti fatti bniedem japprezzahom mod, u bniedem ieħor jasal għall-konklużjoni differenti u din issir fil-bona fede kollha.", "Dan narawh fil-ġudikanti, mela din m'hijiex kwestjoni ta' frivolezza imma kwestjoni ta' jekk hemmx ħtija u kwestjoni ta' l-ammont ta' ħtija u quindi anke l-punizjoni u d-dixxiplina marbuta mas-sejba tal-ħtija.", "Issa meta l-PSC tasal għall-konklużjoni ma tkunx persuna waħda li tasal għal deċiżjoni fuq ħtija, imma allura kif l-opinjoni kollettiva ta' numru ta' persuni tiġi soġġetta għall-opinjoni ta' persuna waħda hi kemm hi rispettabbli?", "Jien m'għandix nifhem li n-nies tal-PSC huma inqas rispettabbli mill-Ombudsman.", "Issa apparti l-element soġġettiv.", "Fil-bidu nsistejt fuq l-element soġġettiv li l-bniedem bir-rieda tajba jista' jasal għal ċertu apprezzament, niedem ruħu u bl-istess rieda tajba jasal għal apprezzament differenti.", "Imma anke jekk niġu għall-kwestjoni ta' numri.", "Jekk tlieta min-nies bir-rieda tajba tagħhom kollha ddeċidew mod, kif bniedem ieħor bir-rieda tajba tiegħu jiddeċiedi bil-maqlub?", "Se jkun hemm il-possibilita' li jagħmel dan u għalhekk qed ngħid li kull min iħoss li ma kellux il-ħtija li ġiet mogħtija lilu mill-PSC żgur se jappella quddiem l- Ombudsman.", "Din m'hijiex kwestjoni jekk hijiex frivola jew le, ħafna min- nies li jiġu kkundannati u dixxiplinati jibqgħu jemmnu ġo qalbhom li ma kellhomx ħtija jew li ma kellhomx dik il-ħtija u għal xejn ikun hemm is- sentenzi kontra tagħhom.", "Allura dawn mhux bilfors iridu jappellaw quddiem l-Ombudsman jekk huma jibqgħu jħossu dan?", "Huwa sewwa li nagħtuhom dan ir- rimedju?", "Jekk għandna nagħtu t-tielet rimedju dan għandna nagħtuh fil- PSC u mhux fl-Ombudsman li ma jkollux l-istess kriterji biex jiġġudika.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, m'iniex se nerġa' nirrispondi għall-argumenti li diġa' tqajmu u rrispondejt għalihom pero' jidhirli li issa l-Onor.", "Mifsud Bonnici uża argument ġdid - ġdid għas-seduta tal-lum għax diġa' semmieh fit-Tieni Qari - jiġifieri li mhux loġiku u mhux sewwa li persuna waħda, jiġifieri l-Ombudsman, jkollha d-dritt ta' skrutinju ta' deċiżjoni li tkun ttieħdet minn grupp ta' nies, per eżempju bord ta' diretturi, Public Service Commision jew xi kummissjoni oħra.", "Jiddispjaċini pero' dan l-argument assolutament ma jreġix.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' jekk ġudizzju ta' persuna waħda huwiex aħjar minn ġudizzju kollettiv, imma hija rimedju li qegħdin nagħtu biex iċ-ċittadin ikollu salvagwarda kemm jista' jkun wiesgħa u qawwija kontra xi deċiżjonijiet żbaljati jew inġusti li ttieħdu min-naħa ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Jiġifieri l-argument ta' wieħed kontra tlieta, jew wieħed kontra ħamsa jew wieħed kontra sebgħa jien narah li dak mhux argument.", "Allura nistgħu ngħidu li l-Ombudsman jista' jidħol biss f'każijiet fejn għandu wieħed kontra wieħed!, Jien ma naħsibx li xi ħadd lest li jaċċetta li din hija l-funzjoni ta' l-Ombudsman.", "L-Ombudsman mhux qiegħed hemm biex jgħid li t-tali eżerċita l-ġudizzju tiegħu ħażin, iżda biex jgħid li d-deċiżjoni amministrattiva li tittieħdet hija żbaljata - allavolja tista' ma tkunx teknikament żbaljata - u ħolqot inġustizzja.", "Jiġifieri l-argument ta' wieħed kontra tlieta jew aktar, assolutament bir-rispett kollu jien ngħid li ma jreġix.", "Kieku kellu jreġġi dan l-argument, allura ngħidu li l-Ombudsman mhux dawn l-funzjonijiet li hawn fil-liġi għandu jkollu imma xi funzjonijiet kompletament differenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Tant ireġġi l-argument numeriku li fil- qrati tagħna, fis-sede ta' appell kulħadd jistenna jew lill-ġudikant ikun superjuri għall-ewwel ġudikant u meta jsir appell minn deċiżjoni ta' maġistrat tmur quddiem imħallef - li huwa kkonsidrat grad superjuri - jew inkella n-numru ta' imħallfin ikun akbar.", "Fl-ewwel stadju, l-ewwel qorti tkun magħmula minn imħallef wieħed u fl-istadju ta' l-appell tkun magħmula minn tliet imħallfin ħalli d-deċiżjoni ta' l-imħallef wieħed tkun superata jew konfortata mid-deċiżjoni kollettiva tat-tliet imħallfin.", "Imma mhux bil- maqlub, inti ma tagħmilx li deċiżjoni ta' tliet imħallfin meħuda kollettivament tiġi maqluba minn deċiżjoni ta' imħallef wieħed.", "Hekk qed nagħmlu fil-każ ta' l-Ombudsman meta jkun każ li ġie deċiż mill-PSC fejn hemmhekk id-deċiżjoni ma tkunx dik ta' persuna waħda.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-risposta għal dan diġa' ntqalet diversi drabi, ir-risposta hija li l-Onor.", "Membru m'għandux l-konċett proprju ta' l- Ombudsman.", "L-Ombudsman mhuwiex qorti.", "L-Ombudsman m'għandux poteri eżekuttivi.", "Id-deċiżjonijiet ta' l-Ombudsman ma jsirux bilfors eżekuttivi, iżda jrid ikun hemm proċess ieħor biex d-deċiżjonijiet tiegħu jkunu eżekuttivi.", "L-Ombudsman m'għandux il-poter eżekuttiv u allura fil- Qorti ta' l-Appell huwa loġiku li jkun hemm appell għal tliet min-nies flok persuna waħda, għax hemmhekk id-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Appell hija deċiżjoni eżekuttiva, kulħadd irid jbaxxi rasu għaliha u jobdiha.", "Kif għidna ripetutament il-funzjoni ta' l-Ombudsman hija funzjoni differenti, m'hijiex funzjoni eżekuttiva, għandu d-dover jagħmel rakkomandazzjonijiet biex dak li jidhirlu hu li setgħu kienu jew kienu inġustizzji jiġu rimedjati.", "Jekk ma nżommux din id-distinzjoni fundamentali quddiemna fl- argumenti kollha, naħseb li nkunu qed nispostaw l-konċett kollu ta' x'inhu l-Ombudsman.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini dawn huma argumenti li jikkonfondu l-kwestjoni.", "Meta inti qed tanalizza u tifli l-kwestjoni ma tistax tikkonfondihom b'din il-manjiera ta' argumenti.", "Meta jien ġibt l- analoġija tal-Qorti, m'għamiltx hekk għax fil-każ ta' l-Ombudsman xi ħadd qed jgħid li għandna nużaw l-istess kriterji ġudizzjarji.", "Jien qed ngħid li l-loġika li ddettat lill-bniedem jagħmel fil-qasam ġudizzjarju li fl- istadju ta' appell in-numru ta' ġudikanti jkun akbar minn dak in-numru fl- ewwel stadju, dik l-istess loġika tiddettalek li f'qasam ieħor, per eżempju fil-qasam tad-dixxiplina, inti m'għandekx tissoġġetta d-deċiżjoni ta' numru ta' nies meħuda flimkien għal ġudizzju ta' bniedem wieħed.", "It-tieni argument li ġab il-Prim Ministru kien li qed ninjoraw l-fatt li l-Ombudsman m'għandux setgħat eżekuttivi.", "Imma dan x'għandu x'jaqsam?", "Din hija difett ieħor fl-argumentazzjoni u l-impostazzjoni ta' l- argumentazzjoni.", "Hu x'inhu l-effett tad-deċiżjoni ta' l-Ombudsman huwa fatt li jekk Ombudsman skond il-ħsieb u l-ħila tiegħu jasal għall- konklużjoni li dik id-deċiżjoni hija ħażina - u fil-liġi hemm provdut anke jekk hija ħażina fil-meritu - huwa jirrakkomanda kontra tagħha.", "Issa jekk tkunx rakkomandazzjoni jew jekk ikollhiex l-effett eżekuttiv, huwa irrelevanti.", "Jien li qed ngħid huwa dan: Dik ir-rakkomandazzjoni għalkemm fiha nnifisha m'għandhiex effett eżekuttiv, mbagħad se nkomplu nikkonfondu d-difett fl-argumentazzjoni għax se npoġġuha li jekk tiġix esegwita jew le, f'idejn il-Prim Minsitru.", "Imma dan x'argumentazzjoni hu?", "Anzi bil-maqlub, fit-Tieni Stadju għidt: Le, ir-rakkomandazzjonijiet ta' l- Ombudsman li għamilnih indipendenti għandhom jkollhom effett dejjem, effikaċja dejjem u mhux issa soġġett għal deċiżjoni ta' bniedem ieħor jekk ikollhomx effett jew effikaċja.", "Issa jekk ħadd ma jaqbel jekk għandhomx ikollhom effikaċja ma jaqbilx, imma għall-finijiet li d-deċiżjoni ta' numru ta' nies m'għandjoex tkun superata minn deċiżjoni ta' bniedem ieħor, dwar jekk hijiex tajba jew le fil-meritu, jiġifieri fis-sustanza tagħha jekk hijiex ħażina - il-Liġi tuża l-kelma \"ħażina\" - m'għandhiex x'taqsam għax m'hijiex ġudizzjarja u m'hijiex eżekuttiva.", "Assolutament m'għandha x'taqsam xejn.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, jien m'għandix xi nżid ħlief li nirrepeti li l-Onor.", "Membru mhux qed jifhem x'inhu l-Ombudsman, u din hija fundamentali.", "Jekk l-Onor.", "Membru ma japprezzax li l-funzjoni ta' l- Ombudsman hija biss li jirrakkomanda u mhux li jiddeċiedi u mhux li jkollu poteri eżekuttivi, għadu mhux qed japprezza x'qed nagħmlu f'din il-Liġi.", "Ir-raison d'etre kollu tal-Liġi u tal-konċett ta' l-Ombudsman huwa l-bażi li dak li jiddeċiedi huwa rakkomandazzjoni.", "Rakkomandazzjoni b'konsegwenzi, fis-sens li li jekk ir-rakkomandazzjonijiet ma jiġux esegwiti hemm il-proċess xi jsir u x'jista' jagħmel l-Ombudsman stess; kif finalment jispiċċa biex jiġi palesat dak li jkun irrakkomanda l-Ombudsman; tiġi palesata l-awtorita' kompetenti biex tirrimedja dak li ma rrimedjatx; dan il-Parlament ikollu l-iskrutinju ta' x'kienet dik id-deċiżjoni u jkun hawn l-opinjoni pubblika.", "Dan hu l-konċett ta' l-Ombudsman, mhux li jġiegħel hu b'ordni li xi ħadd irid jobdih, imma li fil-pajjiż noħolqu dik il-klima ta' serjeta' li kulħadd ikun jaf li jekk ma jieħux id- deċiżjonijiet amministrattivi tiegħu b'sens ta' ġustizzja ma' kulħadd u ma jirrimedjax meta l-Ombudsman jgħidlu li żbalja u jrid jipprova jirrimedja, se jkollu dik iċ-ċensura pubblika fl-opinjoni pubblika permezz ta' dan il- Parlament, in ultima analizi, li ġġiegħel lil dak li jkun jamministra aħjar.", "Jiġifieri l-konċett kollu ta' l-Ombudsman huwa biex l- amministrazzjoni pubblika ssir dejjem iktar trasparenti, accountable u ġusta mhux bid-dettami ta' xi ħadd li jordna, imma għaliex toħloq il-klima fil-pajjiż li l-amministrazzjoni hija soġġetta għal dan l-iskrutinju li finalment min ma joqgħodx għal dan l-iskrutinju se jkun jaf li l-aġir tiegħu se jiġi palesat fil-pajjiż bil-konsegwenzi kollha, u naturalment bil-konsegwenzi politiċi għalina l-politiċi.", "Dan hu l-konċett kollu ta' l- Ombudsman, mhux li jordna u xi ħadd jobdi, imma li jkollu din l-istatura ta' istituzzjoni li bl-iktar mod oġġettiv tara x'inhu sewwa u x'm'huwiex, tikkritika u tagħmel mezz biex dik il-kritika tiġi mismugħa u jingħataw ir- rimedji.", "Issa jekk se ngħidu li minflok hekk, l-Ombudsman għandu poteri li jirrakkomanda u dik ir-rakkomandazzjoni tiegħu trid bilfors titwettaq, inkunu għamilna tribunal, inkunu għamilna qorti, inkunu għamilna konċett li hu aljen għal kollox għall-konċett ta' l-Ombudsman.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici din irid jifhimha, ma jistax ikun li jibqa' jgħidilna, kif għamel fl- istadju tat-Tieni Qari, li din il-Liġi ma tiswa xejn jekk l-Ombudsman m'għandux il-poter li dak li jiddeċiedi bilfors jiġi obdut.", "Jekk għalih dan hu l-konċett ta' l-Ombudsman għandu konċett kompletament żbaljat u jekk jibqa' b'dan il-konċett naħseb li inutli nibqgħu niddiskutu.", "Dan huwa konċett aljen għal kollox għall-istituzzjoni ta' l-Ombudsman.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini li għall-fini ta' l-argument li qegħdin nikkultivaw dawn l-osservazzjonijiet tal-Prim Ministru huma irrelevanti.", "F'dan l-istadju m'aħniex qed ngħidu x'għandu jkun l-effett tar-rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman.", "Li qed ngħid huwa li mhux veru li l- bażi tad-deċiżjoni ta' l-Ombudsman hija rakkomandazzjoni, imma bil-maqlub.", "Ir-rakkomandazzjoni hija bbażata fuq l-ewwel deċiżjoni li xi ħaġa saret ħażina.", "L-ewwel irid jiddeċiedi jekk xi ħaġa saritx tajba jew saritx ħażina u nibqa' ninsisti li l-Liġi hekk tgħid.", "Meta hu jgħid li dak li twettaq fil-funzjoni amministrattiv kien ħażin, hemmhekk l-Ombudsman ikun wasal għal deċiżjoni.", "Imbagħad wara li jieħu dik id-deċiżjoni jagħmel ir- rakkomandazzjoni - issa tiġix segwita jew le għall-finijiet sa l-istadju tad-deċiżjoni hija irrelevanti f'dan l-istadju u dik niddiskutuha aktar 'l quddiem.", "Jien qed ngħid li biex jasal għal deċiżjoni li korp magħmul minn tlieta jew minn ħames min-nies bħalma hu l-PSC, wasal għal deċiżjoni ħażina, m'għandux ikun persuna waħda li tgħid hekk.", "Għax imbagħad wara li jkun wasal għal dik id-deċiżjoni, jagħmel ir-rakkomandazzjoni, ir- rakkomandazzjoni tmur quddiem l-istess korp u l-korp jekk hu ta' l-affari tiegħu u jkun mexa in bona fede, jgħidlu: \"Jiddispjaċini imma ma naqbilx miegħek.", "Nista' niġi palesat mhux ma' Malta kollha, imma mad-dinja kollha, għax jekk ma naqbilx miegħek nibqa' ngħid li ma naqbilx miegħek u mhux se naċċetta r-rakkomandazzjoni tiegħek għaliex inħoss li dak li għamilt jien huwa tajjeb u skużi dak li għidt inti u ddeċidejt int huwa ħażin.\"", "Ħaġa li ma tistax issir din meta min ikollu l-aħħar kelma fuq id- deċiżjoni - mhux fuq it-twettiq jekk hijiex eżekuttiva jew le - ikun numru superjuri għalik.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, jiddispjaċini li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jibqa' harping on the same argument and the same theme u nerġa' ngħid li mhux qed jifhem x'aħna ngħidu.", "Ngħidlu li anke l-esperjenza mhux hekk, per eżempju, diġa' għidt li l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kellha diversi każijiet quddiemha fejn qalet li saret inġustizzja ma' xi ħadd, irrakkomandat li dik l-inġustizzja tiġi rimedjata - qed ngħid każijiet tal-Public Service Commission - u l-Public Service Commission qablet, allavolja kienet il-PSC stess li kienet ħadet id- deċiżjoni u dik ir-rakkomandazzjoni li kellha tesegwiha.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' piki.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici qal li kif jista' jkun li l- Public Service Commission tgħid li żbaljat.", "Mela le, tista' tgħid: Iva, jien kelli element quddiemi li ma kkonsidrajtux, issa l-Ombudsman irrimarkali li kelli dan l-element nieqes u jien nirrevedi d-deċiżjoni tiegħi.", "Il-konċett kollu hu li għandek bniedem upright, għandu esperjenza tal-ħajja, jaf l-affarijiet kif jimxu, jaf forsi - nuża l-kelma - l- innuendos kollha ta' dak li jkun involut f'xi deċiżjoni u b'mod mhux legalistiku - mhux qed ngħid li kontra l-liġi imma mhux b'mod legalistiku - jgħid: Isma' hawn għandi quddiemi inġustizzja; id-deċiżjoni tista' tkun legali għal kollox, perfetta, skond il-liġi, imma fir-riżultat tagħha għamlet inġustizzja u allura jirrakkomanda.", "Nerġa' ngħid li l-esperjenza turina li kien hemm ħafna każijiet fejn il- PSC kienet ħadet deċiżjonijiet imbagħad fuq rakkomandazzjoni tal- Kummissjoni qalet iva.", "Kien hemm każijiet fejn il-PSC qalet: Iva, f'dan il-każ hemm raġun, saret inġustizzja, pero' mhux rimedjabbli, għaliex jekk nirrimedja issa se noħloq inġustizzji ma' ħafna nies oħra.", "Allura qalet li għalkemm ir-rakkomandazzjoni hi tajba, fis-sens li identifikat inġustizzja, pero' l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni m'hijiex possibbli għax jekk tagħmel dik l-implimentazzjoni se toħloq inġustizzji oħra ma' ħaddieħor.", "Jiġifieri rridu nifhmu x'aħna nagħmlu.", "Nerġa' ngħid li l-anoloġija u l- esperjenza tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għallmitna ħafna.", "Issa qegħdin nagħmlu din il-Liġi li se tkun permanenti bħala istituzzjoni u nafu li se jkollha utilita' u nagħmlu ħażin jekk immorru bl- idea li ninkoraġġixxu n-nies - mhux qed ngħid li l-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jagħmel hekk - fis-sens li ngħidu li dan huwa poplu litiġjuż u kulħadd jiġġieled għad-drittijiet tiegħu, u jagħmel sew, pero' mbagħad ngħidu li la issa hemm ċans ieħor, kulħadd imur quddiem l-Ombudsman.", "Jien persważ li min ikun Ombudsman malajr jaqta' l-għatx bil-perżut, kif ngħidu bil-Malti, u l-poplu tagħna jifhem li l-Ombudsman mhux qiegħed hemm biex wieħed jipprova biex forsi jirnexxilu, imma jrid ikun veru li hemm każ li manifestament, jew meta tidħol fih fil-fond, ikun manifest li wieħed sofra inġustizzja.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini ma nistax nikkonvinċi ruħi bl-argumenti li qed jinġiebu min-naħa l-oħra.", "Ngħaddi issa għal aspett ieħor ta' l-istess kwestjoni.", "Huwa magħruf li l- PSC tikkonduċi għażliet u eżamijiet u huwa magħruf ukoll li spiss ikun hemm ilmenti rigward ir-riżultati ta' dawn l-għażliet, iktar u iktar meta jkunu għażliet b'riżultat minn interview biss.", "L-aħħar każ li wasal il-Qorti huwa, per eżempju, għall-kariga ta' Assistant Principal Senior Health Officers, jiġifieri ta' l-ispetturi sanitarji fejn dawn kienu soġġetti għall-interview u lil ħafna minnhom staqsewhom fuq kollox minbarra fuq ix- xogħol tagħhom, imbagħad ħareġ ir-riżultat wara xi numru ta' xhur u min l- iktar kellu esperjenza vasta, ilmenta li l-marki li tawh żgur ma kenux realistiċi għaliex il-marki ngħataw lil ħaddieħor li m'għandux kwalifiki iktar minnu, m'għandux l-esperjenza u m'għamilx ix-xogħol li għamel hu, allura l-interviewing board li sar taħt l-aegis tal-PSC ma setax mexa kif kellu jimxi.", "Allura issa l-Ombudsman ikollu jidħol f'dawn il-każi u l- kriterju li ntuża mis-selection board bilfors irid jiġi skrutinat mill- Ombudsman li jista' jasal għal deċiżjonijiet differenti.", "Anke f'dawn il- każijiet se jkun possibbli li wieħed imur quddiem l-Ombudsman.", "Filwaqt li llum ir-rimedju legali huwa limitat għal ċerti ċirkostanzi biss - meta tkun tista' tipprova xi irregolarita' jew abbuż fil-proċess tal-ħatra ta' l- għażla - issa dan ir-rimedju m'hux se jibqa' limitat u aħna nafu kemm dawn il-każi huma frekwenti.", "Issa ħalli niġu għall-każ tal-grad ta' Principals li wara r- riorganizzazzjoni - jew riforma, sejħilha li trid - dawn ġew ittrattati ħażin u d-drittijiet tagħhom ġew preġudikati.", "Hawn mijiet ta' impjegati tal-Gvern li qegħdin jipprotestaw kontra dak li ġie miftiehem saħansitra mill-unions u mill-Gvern għax qed iħossu li ġiet kommessa inġustizzja magħhom.", "L-Ombudsman se jidħol f'dawn il-każijiet ukoll għax dawn żgur li japplikaw għand l-Ombudsman biex jgħidu li fir-rigward tagħhom ġiet kommessa inġustizzja.", "Aħna rridu li dawn il-kwestjonijiet imorru quddiem l- Ombudsman?", "Jekk ma rridux li dawn il-kwestjonijiet imorru quddiem l- Ombudsman rridu naraw kif nagħmlu l-Liġi b'mod li ma tippermettix li kwestjonijiet bħal dawn jersqu quddiem l-Ombudsman, imma jekk fil-fatt aħna rridu li dawn il-kwestjonijiet imorru quddiem l-Ombudsman, aħna għandna nħallu l-Liġi kif inhi għax jidhirli li kif inhi l-liġi tippresta ruħha biex kwestjonijiet bħal dawn imorru quddiem l-Ombudsman.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, l-Onor.", "Mifsud Bonnici donnu qiegħed jikkontradixxi ruħu.", "Proprjament x'irid l-Onor.", "Membru?", "Irid li jkun hemm skrutinju jew li ma jkunx hemm skrutinju?", "Filwaqt li s'issa l- Onor. Mifsud Bonnici kien qed jgħid li l-Ombudsman ma għandux jagħmel skrutinju tad-deċiżjonijiet tal-Public Service Commission, issa dan qed jgħidilna li hemm bżonn ikun hemm l-iskrutinju tal-Public Service Commission u tant hu hekk li qal li hemm kawża.", "Tant hu hekk li qal li issa hemm il-każ tas-Senior Principal Officers li qed iħossu li d- deċiżjonijiet tal-Public Service Commission huma żbaljati.", "GĦalhekk l- Onor. Mifsud Bonnici qal li dawn għandhom bżonn ta' rimedju.", "Imma proprjament x'irid l-Onor.", "Membru?", "Jiġifieri dan qed jissuġġerixxi lill- Gvern li nbiddlu l-liġi u ngħidu li m'hemmx skrutinju tal-Public Service Commission u għalhekk is-senior principal officers li qed jilmentaw, m'għandhom ebda rimedju ieħor ħlief li jmorru l-qorti - u jien ma nafx x'tagħmel il-qorti?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici dan irid - ħalli niftiehmu sew - jew bil-maqlub, jiġifieri qed jgħid li dawn għandhom ikollhom rimedju?", "Jien issa m'iniex se nidħol fil-każ tas-Senior Principal Officers imma se ngħid biss - kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici stess - li dak li qed jiġri għar-rigward tal-principal officers huwa riżultat ta' ftehim ma' l-unions kollha li jirrappreżentawhom u dak li ġie miftiehem bil-miktub issa qed jiġi esegwit fuq il-pariri tal-Public Service Commission, li meta eżaminat l-agreement qalet x'għandu jsir.", "Issa l-Onor.", "Mifsud Bonnici jrid jagħżel; jew jieħu l-pożizzjoni li l-Public Service Commission hi infallibbli, ħadd ma jista' jindaħlilha u m'hi affari ta' ħadd iżjed għax din hija kummissjoni kostituzzjonali jew inkella jgħid li ...", "Imma ma tistax tuża ż- żewġ argumenti.", "L-Ingliżi jgħidu li you can't have the cake and eat it.", "Jiġifieri x'irid proprjament; li nneħħu kull skrutinju jew li nagħtu iktar skrutinju?", "Issa jien tfixkilt ftit x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien irrid li l-affarijiet ikunu ċari, li min imexxi l-affarijiet ikun onest u sinċier, jgħid x'se tkun eżattament il- pożizzjoni u jgħid x'irid ħalli dawn ma nħalluhomx nebulużi u jagħtu lok għal interpretazzjoni differenti bir-riżultat li jinħolqu sitwazzjonijiet mhux mixtieqa.", "Jien qed nagħmel mistoqsijiet.", "Huwa minnu li se jkun possibbli li l-kwestjonijiet li semmejt imorru quddiem l-Ombudsman?", "Aħna minn hawn irridu nibdew u l-kwestjoni ta' jekk għandux ikun hekk jew le għandna niddiskutuha wara.", "Imma jien staqsejt jekk bil-Liġi kif inhi, hux possibbli li dawn il-kwestjonijiet li semmejt - semmejt il-kwestjonijiet ta' l-ispetturi sanitarji u ta' l-uffiċjali għolja tal-Gvern - minkejja dak li ġara u minkejja l-ftehim li sar, imorru quddiem l-Ombudsman.", "Din hi l- ewwel kwestjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Imma dawn id-domandi li qed tagħmel huma rettoriċi għax aħna diġa' għidna kemm-il darba li l-pożizzjoni hi li jekk inti tkun eżawrejt il-mezzi li għandek biex tikkontesta dak li ġie deċiż mill-amministrazzjoni - f'dan il-każ permezz tal-Public Service Commission - tista' tmur quddiem l-Ombudsman.", "Din hi l-Liġi imma issa inti m'intix qed taqbel magħha għax qed tgħid li inti ma tridx tagħti d-dritt li aħna rridu nagħtu lill-public officers.", "Fil-fatt dan jidher ċar.", "Mr Chairman, jekk din hi l-pożizzjoni ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici - u fiha ċerta loġika - dan imissu jżommha u jibqa' jgħid hekk.", "Issa mhux joqgħod jagħmel id- domandi.", "Aħna qegħdin f'dan il-Parlament biex nagħmlu l-liġi u mhux biex nagħmlu d-domandi.", "Jekk hu min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li ma jaqbilx li fil-każijiet tal-public officers ikun hemm l-iskrutinju ta' l- Ombudsman dan għandu jiġbed il-konsegwenzi kollha għal din il-pożizzjoni.", "Imma l-Gvern hekk qed jgħid u jien għidtlu sinċerament - jien kont sinċier - li din il-kwestjoni ġiet dibattuta saħansitra fil-Kabinett u għalkemm kien hemm opinjonijiet differenti, id-deċiżjoni finali tal-Gvern - tal- Kabinett - kienet li nagħmlu din il-proposta.", "Aħna stajna għamilna l- proposta li qiegħed jissuġġerixxi l-Onor.", "Mifsud Bonnici, jiġifieri li ngħidu li fuq il-PSC u fuq il-promotions kollha ma jidħolx l-Ombudsman, tiddeċiedi l-PSC għax f'din il-Kummissjoni hemm xi ħamsa min-nies li ma jistgħux jiżbaljaw u allura ħadd ma għandu dritt jiddeċiedi ħliefhom għax id-deċiżjoni tagħhom hi finali.", "Jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici jrid dan għandu jgħid hekk imma mbagħad għandu jibqa' konsistenti.", "Imma aħna mhux dan qed ngħidu.", "Aħna qed ngħidu li għalkemm din il-pożizzjoni hija ottima u fil-prinċipju l-Onor.", "Membru mhux qed jgħid affarijiet ħżina, fiċ- ċirkostanzi ta' pajjiżna llum, meta mhux biss għandna l-esperjenza tat- tmien snin li għaddew imma anke ta' ħafna snin qabel, il-Gvern iħoss li ma għandux iċaħħad lill-uffiċjali pubbliċi mir-rimedju ta' l-iskrutinju ta' l- Ombudsman.", "Din hi l-pożizzjoni li ħa l-Gvern.", "Imma l-Onor.", "Mifsud Bonnici din ma jaqbilx magħha u ma jridx li l-public officers ikollhom din il- possibbilta' ta' rimedju.", "S'hawnhekk ma ġara xejn għax l-Onor.", "Membru għandu d-dritt għall-opinjoni tiegħu imma issa ma għandniex inbiddlu l- argument half way through u nibdew nistaqsu issa x'se nagħmlu jekk is- senior principal officers għandhom complaint kontra l-Gvern u jgħidu li saret inġustizzja magħhom?", "Fil-fatt b'din il-Liġi aħna qed ngħidu x'se nagħmlu u issa l-Onor.", "Mifsud Bonnici jrid jiddeċiedi jekk jaqbilx magħha jew le.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dak li l-Prim Ministru qal li jiena għidt m'hux minnu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, inti hekk għidt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: U dak li għidt insostnih biex il-Prim Ministru ma jaħsibx li se nirtira xi ħaġa minn dak li għidt.", "Jien qed ngħid li dak li qal li jien għidt m'hux minnu u l-Prim Ministru qed jevita milli jirrispondi għall-kwestjoni.", "Jien qed nistaqsih hu l-kwestjonijiet li semmejt se jkunu jistgħu jmorru quddiem l-Ombudsman?", "Iva jew le?\"", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-risposta tiegħi hi li hawn il-liġi quddiemna u jekk xi ħadd iħoss li saret inġustizzja miegħu b'deċiżjoni li ħadet il-Public Service Commission u eżawrixxa r-rimedji li kellu fil- konfront tal-Public Service Commission, dan jista' jmur quddiem l- Ombudsman.", "Din hi r-risposta tiegħi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din ir-risposta m'hix definittiva u speċifika biżżejjed għad-domanda speċifika u eżatta li qed issir u għalhekk se nerġa' nqanqal din il-kwestjoni.", "Meta l-għażla ssir minn selection board li jkun taħt is-setgħa tal-PSC, wieħed jista' jikkontesta quddiem l- Ombudsman saħansitra r-riżultat ta' dik l-għażla?", "Hawnhekk id-domanda hija speċifika.", "Huwa inutli li l-Prim Ministru jgħidli li l-Liġi hi kif inhi.", "Jien qed nistaqsi: Il-liġi li inti qed tagħmel, tintendi li f'dan il-każ ta' għażla permezz ta' selection board, l-għażla fil-meritu - li normalment qatt ma tiġi kontestata jekk ma jkunx hemm ċirkostanzi limitati ħafna fejn wieħed jista' jara irregolarita', abbuż, nuqqas ta' bona fede - tista' tiġi kontestata quddiem l-Ombudsman għax hu, bil-kriterji tiegħu, jasal għal riżultat differenti?", "Iva jew le?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, ma għandi xejn x'inżid ma' dak li diġa' għidt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura kif antiċipajt qabel aħna ma għandniex risposta għad-domanda.", "Issa ħalli ngħaddu għal kwestjonijiet oħra.", "Fl-istadju tat-Tieni Qari ġie rrimarkat li jekk wieħed josserva l-Iskeda Taqsima A, jsib li diversi awtoritajiet u organizzazzjonijiet li jieħdu deċiżjonijiet li jolqtu liċ-ċittadin tħallew barra.", "Per eżempju, semmejt in-National Employment Authority li tittratta appelli ta' reġistrazzjoni jew le ta' impjegati.", "Semmejt ukoll il-Planning Authority li tieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Jien naf li dan l-Abbozzl jittratta dwar it-twettiq tal- funzjonijiet amministrattivi tagħhom u allura wieħed irid jara x'jimporta u x'ikopri dan il-kliem, imma meta d-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet li semmejt jolqtu lil ċerti ċittadini u dawn iċ-ċittadini jgħidu li b'dik id- deċiżjoni ntlaqtu ħażin u dik hija deċiżjoni ħażina, allura dawn id- deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu quddiem l-Ombudsman jew jagħtu lok għal lagnanza li tmur quddiem l-Ombudsman?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nafx għaliex l-Onor.", "Membru qed jistaqsini domandi rettoriċi.", "L-esklużjonijiet huma ta' dawk il-korpi msemmija f'Taqsima A ta' l-Ewwel Skeda u ta' dak li hemm fit-Taqsima B għar- rigward tal-Public Service Commission u tal-Forzi Armati.", "Mill-bqija, kemm jekk jisimhom awtorita', kif ukoll jekk jisimhom dipartiment, la huma parti mill-amministrazzjoni pubblika dawn huma soġġetti għall-iskrutinju ta' l- Ombudsman.", "Issa jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici lanqas din ma jrid jien ma nistax nifhmu.", "Jekk qed nifhem sew, l-Onor.", "Membru qed jgħid li jekk għandna l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tittieħed deċiżjoni, id-deċiżjoni tagħha ma tistax tmur tikkontestaha quddiem l-Ombudsman - il-kelma \"tikkontesta\" m'hix preċiża - u tgħidlu: \"Jien għandi lment għax għalkemm din id-deċiżjoni ttieħdet b'mod legali, lili qed tolqotni b'mod inġust u għalhekk nitolbok tirrevediha.\"", "L-Ombudsman, mhux jaqleb id-deċiżjoni, imma jista' jgħid: \"Sinjur Awtorita', inti taf li l-effett tad-deċiżjoni tiegħek ġiebet din is-sitwazzjoni?", "Ara jekk tistax tirrimedja\".", "Hawnhekk nixtieq nerġa' ngħid - din diġa' għidtha fis-Second Reading - li l- Ombudsman ma jagħtix sentenzi.", "L-obbligu ta' l-Ombudsman hu li l-ewwelnett jara hu stess, permezz ta' l-amministrazzjoni li kontra tagħha hemm ilment, jistax jirranġa dik l-inġustizzja allegata.", "Jiġifieri dan mhux se jmur u jiddeklama kontra l-Awtorita' - hi min hi - u jgħidilha li qed tagħmel l- ereżijiet.", "L-ewwel dover ta' l-Ombudsman hu li jistaqsi lil din l- awtorita' jekk tistax tirranġa s-sitwazzjoni.", "Dan hu l-konċett fundamentali li l-Onor.", "Mifsud Bonnici m'hux japprezza.", "L-Ombudsman huwa l- protettur taċ-ċittadin, pero' m'hux l-antagonista ta' l-Istat u tal-fergħat varji li għandu l-Istat.", "Dan irid jara li l-amministrazzjoni ukoll tkun verament il-ħabiba taċ-ċittadin u ma tagħmilx affarijiet li jista' jkollhom konsegwenzi ħżiena, saħansitra jekk dawn isiru intortament u mingħajr ebda ħsieb ħażin.", "Dan hu l-atteġġjament li għandu jkollu l-Ombudsman.", "Dan irid jibgħat għall-amministrazzjoni u jgħidilhom biex jaraw il-każ u jaraw jistgħux jirrimedjawh.", "Imbagħad jekk jirrimedjaw il-każ, dan jingħalaq mingħajr l-ebda sentenza jew rakkomandazzjoni.", "GĦalhekk kif għidt diġa' din il-funzjoni ta' l-Ombudsman hi differenti ħafna, anke minn dik li hi l- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Fil-forma li hi l- Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji trid tisma' l-każ, tagħlqu u tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha mentri l-Ombudsman mhux neċessarjament jimxi b'dan il-mod.", "L-Ombudsman se jkollu l-fakulta' jittratta, li jibgħat għall-amministrazzjoni u jgħidilha: \"Ara x'għamilt!", "Ma jidhirlekx li din hi żbaljata?", "Mhux aħjar tirranġaha?\"", "Imbagħad l- amministrazzjoni tista' tgħidlu li se tirranġaha u għalhekk il-każ jingħalaq.", "GĦalhekk din hi l-medjazzjoni ta' l-Ombudsman.", "Fil-fatt din ma għandniex istituzzjoni bħalha fil-pajjiż u qed nagħmluha għall-ewwel darba.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk wieħed jiġbed il-konklużjoni minn dak li qed jingħad isib li s-sitwazzjoni hi li min jintlaqat minn deċiżjoni mhux jgħid lil deċiżjoni hi inġusta għax il-liġi ma titkellimx biss fuq inġustizzja.", "Klawsola 22 (1)(d) ssemmi deċiżjoni li tkun ħażina.", "Min jaħseb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tkun ħadet deċiżjoni ħażina fil- konfront tiegħu - nħareġ jew ma nħareġ permess, jew inħareġ b'ċerti kondizzjonijiet - wara li jkun eżawrixxa l-proċeduri kollha li tajna fil- liġi għal t'apposta, imur quddiem l-Ombudsman u dan jaqleb id-deċiżjoni għax qabel ma jagħmel rakkomandazzjoni u jibgħat għall-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex jgħidilha: \"Isma', taf x'għamilt?\"", "Irid jasal għall-ġudizzju li fl-opinjoni tiegħu hemm żball u ttieħdet deċiżjoni ħażina.", "GĦalhekk jien qed ngħid li allura min ikun milqut minn kwalunkwe deċiżjoni ta' kwalunkwe awtorita' li jħoss li hija ħażina, imur quddiem l-Ombudsman.", "Issa jekk aħna rridu rimedju għal kull deċiżjoni ta' kull awtorita', fil- liġijiet tagħhom irridu nagħmlu l-provvediment, imma mhux l-Ombudsman.", "GĦaliex?", "GĦax fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, minbarra li jkun hemm ir- rimedji kollha li wieħed jista' jagħti għal min ikun milqut minn deċiżjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, almenu jrid ikun hemm nies intiżi mal- kriterji jew mal-konsiderazzjonijiet kollha li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tieħu biex tasal għad-deċiżjoni.", "L-Ombudsman ma jistax ikollu x- xjenza omnipotenti li jkun jaf dan kollu, ikun kemm ikun rispettabbli u ta' l-esperjenza.", "Semmejt l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Employment Authority, imma barra minn dawn nista' nsemmi wkoll numru ta' deċiżjonijiet meħuda mill-ETC, mill-Housing Authority u minn ħafna oħrajn.", "Kull min jintlaqat minn deċiżjoni - mhux għax iħoss li saret inġustizzja jew irregolarita' miegħu - li jħoss li hija ħażina fiha nnifisha fil- meritu, għandu dritt imur quddiem l-Ombudsman.", "Aħna hekk irridu s- sitwazzjoni?", "Jien ma naqbilx li aħna rridu din is-sitwazzjoni għax jekk aħna rridu li kull deċiżjoni ta' kull awtorita' għandha tkun reviewed, għandna nipprovdu għaliha f'kull liġi ta' kull awtorita', imma mhux nagħmlu din is-soluzzjoni.", "Jien jiddispjaċini li kull darba ssir riferenza għall- Kummissjoni għall-Investigazjzoni ta' Inġustizzji għax l-ikbar inġustizzji li ġew kommessi saru minn dawk il-kummissjonijiet li l-Prim Ministru qiegħed jiftaħar bihom u dan għaliex jew naqsu li jikkonsidraw affarijiet relevanti jew għax waslu għal deċiżjonijiet li bniedem b'sens ma jasalx għalihom.", "Jekk naraw dak li ġie kommess u x'ġara bħala riżultat tad- deċiżjonijiet ta' dawn il-kummissjonijiet fil-korporazzjonijiet naraw it- taħwid u l-inġustizzji li saru.", "Imbagħad ikun tajjeb jekk għar-rigward ta' inġustizzji iktar palesi li saru, b'nies li ilhom tmien snin jieħdu l-paga, ma jagħmlu xejn u jmorru quddiem il-Kummissjoni jgħidu li qed jiġu kommessi inġustizzji kontra tagħhom għaliex m'humiex qed jingħatalhom xogħol, għal dawn ma jsir ebda rimedju jew rakkomandazzjoni dwarhom.", "Imma ħalli nħalluhom barra lil dawn il-kummissjonijiet.", "L-importanti issa x'aħna ngħidu fil-każ ta' l-Ombudsman.", "Allaħares l- Ombudsman jimxi bl-istess kriterji jew ikollu r-record ta' dawn il- kummissjonijiet għall-investigazzjoni ta' inġustizzji għax mhux talli ma nkunux qed nagħmlu avvanz biex insewwu l-inġustizzji, imma talli nkunu qed nikkommettu iktar inġustizzji!", "Issa qed nitkellmu fuq il-kwestjoni ta' l- Ombudsman.", "Kif inhi l-Liġi, sakemm jibqa' paragrafu 22 (1) (d), kull deċiżjoni li xi ħadd jgħid li hija ħażina fil-meritu - mhux għax hija vizzjata, jew ġejja minn inġustizzja jew minn konsiderazzjonijiet estranei - bħal per eżempju, jekk jinħariġx permess jew le, x'kondizzjoni għandha ssir għall-ħruġ ta' dak il-permess, bniedem jiġi aċċettat jirreġistra f'Part I jew le, jiġix aċċettat li wieħed jingħata d-dar lura, titħassarx requisition order jew jiġix allokat dar jew plot, tista' tiġi kontestata quddiem l-Ombudsman.", "Kull min iħoss li xi deċiżjoni tal-Housing Authority u awtoritajiet oħra hija ħażina jikkontestaha quddiem l-Ombudsman.", "Hekk irridu aħna?", "Jekk irridu nistgħu nipprovdu dawn ir-rimedji fil-liġijiet li huma magħmulin apposta, imma mhux nagħmlu Ombudsman li jkollu l- opportunita' jidħol biex jirrevedi dawn id-deċiżjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici ma jaf x'qed jgħid meta jgħid li l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għamlet l-inġustizzji minflok solviethom.", "Din il-Kummissjoni ttrattat madwar 5,000 każ u jien nista' nassigurah li sewwiet ħafna inġustizzji li wħud minnhom kienu skandalużi u wħud minnhom ma kenux skandalużi pero' xorta jibqgħu inġustizzji li saru.", "Il-membri ta' dawk il-kummissjonijiet għamlu funzjoni li jien żgur li dawk kollha li dehru quddiemhom, anke jekk ma ħadux raġun, japprezzaw ix-xogħol li għamlu dawk il-kummissjonijiet.", "Kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici, dan huwa irrelevanti għal dak li qed niddiskutu hawn fuq l-Omudsman ħlief li l-Ombudsman ukoll se jittratta - biex nużaw il-kelma ġenerika - inġustizzji allegati.", "Aħna ma rridux li kull min ikollu deċiżjoni li ma jaqbilx magħha jmur quddiem l-Ombudsman.", "Jekk se jkun hawn xi avukati li se joqogħdu jagħtu dawn il-pariri jkunu avukati irresponsabbli.", "Imur quddiem l-Ombudsman min huwa konvint li saret inġustizzja miegħu mhux min irid jipprova jaqleb xi deċiżjoni li tkun ittieħdet.", "Iva lil dak iċ-ċittadin qed ngħidulu li għandu dritt imur quddiem l-Ombudsman, pero' mhux kappriċċjożament.", "Qed ngħid dan għax l-Onor.", "Mifsud Bonnici b'mod legalistiku qal li jekk saret deċiżjoni li wieħed ma qabilx magħha, dan għandu d-dritt imur quddiem l- Ombudsman.", "Min jagħti dan il-parir huwa irresponsabbli.", "Tmur quddiem l- Ombudsman jekk għandek il-konvinzjoni bbażata fuq il-fatti li saret deċiżjoni żbaljata fil-konfront tiegħek u mhux tmur quddiem l-Ombudsman kappriċċjożament.", "Aħna ma rridux li kulħadd imur quddiem l-Ombudsman imma rridu li kull min verament iħossu b'mod sensat li saret inġustizzja miegħu, jingħata r-rimedju.", "Il-liġi għalhekk qed nagħmluha imma mhux biex ikun hemm l-abbużi.", "Per eżempju, l-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jgħid li issa kull min jiċħdulu l-permess se jibda jmur quddiem l-Ombudsman.", "Jien persważ li min ikun Ombudsman malajr isib tarf ta' dawn il-każijiet stupidi u irriżorji li jkun hemm.", "Dawn qegħdin fil-Liġi stess u malli l-Ombudsman jinduna li huwa każ frivolu u vessatorju - kliem ta' l-avukati - allura malajr jagħmel short shrift tal-każ li jkollu quddiemu.", "Ħażin jagħmel jekk wieħed jagħti l-impressjoni li din se tkun xi ħaġa leġġiera u kulħadd se jibda jmur quddiem l-Ombudsman.", "Nerġa' ngħid, li wieħed imur quddiem l- Ombudsman jekk verament ikun hemm konvinċiment assodat mill-fatti u miċ- ċirkostanzi li jiġġustifikaw li fil-konfront ta' dak li jkun id-deċiżjoni kienet żbaljata.", "Dawn għandhom ikunu l-eċċezzjonijiet rari u mhux ir- regola ta' kif isiru l-affarijiet u ta' kif jittieħdu d-deċiżijonijiet amministrattivi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma naqbilx ma' dak li qed jingħad, għaldaqstant se ngħaddi għal punt ieħor.", "Fit-Taqsima A ta' l-Ewwel Skeda naraw li fost dawk l-istituzzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-iskrutinju ta' l- Ombudsman hemm il-Kummissjoni dwar l-Impiegi, kummissjoni kostituzzjonali.", "Issa għandna l-każ fejn deċiżjoni li l-Employment Commission tat fil-mertu, qed tiġi kontestata fil-Qrati Ordinarji.", "Allura jekk huwa possibbli li deċiżjoni li tkun tat l-Employment Commission tiġi kontestata fil-Qrati Ordinarji, x'hemm ħażin li dak li tagħmel l-Employment Commission jista' jiġi - ma nużax il-kelma \"kontestat\" għaliex tista' ssib oġġezzjoni imma fil-fatt din se tkun kontestazzjoni - kontestat minn dak li jkun milqut minn deċiżjoni tagħha li jmur quddiem l-Ombudsman?", "Jiġifieri għaliex hija eskluża?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sempliċi ħafna għaliex eskluża.", "L-Employment Commission għandha funzjoni ta' tribunal, għandha funzjoni eżekuttiva.", "Id- deċiżjonijiet tagħha huma finali u jiġu esegwiti.", "Jiġifieri wieħed ma jistax jgħid li ma jridx jogħbdihom għax bilfors irid jogħbdihom.", "Issa inti semmejt każ li qed jiġi kontestat quddiem il-qorti.", "Hawn ngħid li għandek żball għax mhux każ wieħed hemm, imma iktar minn każ wieħed.", "Per eżempju, ma nafx kemm-il każ hemm tad-Drydocks fejn ġew nies ikkundannati u qegħdin quddiem il-Qorti Ordinarja.", "Jiġifieri hemm każi, pero' dan m'għandu x'jaqsam xejn.", "Il-prinċipju - u aħna konsistenti f'dak li qed nagħmlu - huwa li f'din il-funzjoni eżekuttiva m'għandux ikun hemm l- appell, l-iskrutinju.", "L-eċċezzjoni li għamilna fil-Public Service Commission diġa' tkellimt fuqha ad nauseam u għidt li l-milieu politiku u soċjali li qed ngħixu fih huwa dak li hu, jiġifieri ma nistax ninjorah, u fost affarijiet oħra anke kif issir in-nomina tal-Kummissjoni.", "Dalwaqt se nġibu emendi quddiem dan il-Parlament biex niddiskutuhom u nispera li xi darba jasal iż-żmien li nibdew ngħidu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni huma indubitati u allura ma jkunx hemm għalfjen nibqgħu bir-rimedju ta' l- Ombudsman.", "Pero' at this point in time naħseb li jkun żball li ma nagħmlux hekk.", "Kompletament differenti huwa l-każ ta' l-Employment Commission.", "L- Employment Commission għandha l-funzjoni ta' tribunal u tagħti deċiżjonijiet li huma esegwibbli u l-Gvern jew min jiġi kkundannat minna ma jistax jinjorahom.", "Din hi s-sitwazzjoni u d-differenza, issa l-Onor.", "Mifsud Bonnici din żgur li japprezzaha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Żgur ma napprezzax li għax id- deċiżjonijiet tagħhom huma eżekuttivi.", "Hawn ħafna deċiżjonijiet ta' korpi oħra li huma eżekuttivi, bħal per eżempju tal-Planning Authority, iżda xorta jistgħu jittieħdu quddiem l-Ombudsman.", "Dawk huma eżekuttivi u trid tobdihom.", "Dawk huma enforceable u ankzi min ma jobdihomx tittieħed azzjoni kontra tiegħu.", "Mela mhux in-natura eżekuttiva tad-deċiżjoni tiskwalifikak mill-iskrutinju ta' l-Ombudsman, imma hemm raġunijiet oħra u dawn ir- raġunijiet fil-fatt ma ngħatawx.", "Issa niġu għal kwestjoni oħra li tittratta dwar x'inhuma dawk il-ħwejjeġ li fl-artiklu li ġej se ...", "THE CHAIRMAN: Onorevoli fadallek 30 sekonda forsi jekk se tibda argument aħjar tibdih darb'oħra.", "Grazzi, dar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 4 ta' Lulju, 1995 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Impieg ta' Persuni Inkapaċitati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ombudsman - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - itTieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Mr Speaker, fit-13 ta' Marzu ta' din is-sena f'intervista li dehret fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" l-ex Segretarju Parlamentari l-Onor.", "John Rizzo Naudi ftaħar mhux ftit li l-parti l-kbira tal-Maltin kienu kuntenti bis-servizzi provduti mill-Istat fil-qasam tas- saħħa.", "L-Onor.", "Rizzo Naudi kien ibbaża din l-istqarrija li għamel fuq stħarriġ suppost xjentifiku li għamel id-Dipartiment tas-Saħħa bejn is-snin 1992 u 1993.", "Dak l-istudju tħallas mill-poplu Malti u GĦawdxi u għal xi raġuni jew oħra l-Ministru għadu ma poġġiex kopja ta' dan l-istudju fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Fl-istess żmien ta' din l-intervista l-gazzetta \"The Malta Independent\" kienet ippubblikat artiklu bit-titlu \"The health service on its deathbed\" - cioe' li s-servizz tas-saħħa jinsab moribond - bi kritika qawwija fuq il-medjokrita' li waslu fihom is-servizzi tas-saħħa ta' l-Istat.", "L-Onor.", "Rizzo Naudi ma kellux żmien iwieġeb għal din il-kritika billi kien tneħħa minn Segretarju Parlamentari fl-istess żmien meta l-Onor.", "Louis Galea wkoll tneħħa mill-Ministeru ta' l-Intern.", "Is-Segretarju Parlamentari l-ġdid l-Onor.", "Louis Deguara minn mindu wiret ir- responsabbilta' li kellu l-Onor.", "Rizzo Naudi qiegħed għal xi raġuni jew oħra jiġi mġiegħel jirrispondi l-interpellanzi parlamentari magħmula lill- Ministru Galea biex kemm jista' jkun il-Ministru ma jibqax jidher ikrah għat-taħwid u għall-konfuzjoni li tirrenja fil-qasam tas-saħħa.", "Minkejja dan l-Onor.", "Deguara ma naqasx li jagħmel dikjarazzjonijiet fil-gazzetta li qegħdin jidhru b'ċerta frekwenza - dikjarazzjonijiet li jikkonfermaw kemm ġew ittraskurati s-servizzi tas-saħħa f'dawn l-aħħar tmien snin - fejn qal li kien ser jagħmel ħiltu kollha biex jammeljora u jtejjeb l-kwalita' tas- servizz mediku kemm fil-komunita' kif ukoll fl-isptarijiet.", "Jien nixtieq l-ewwelnett nieħu din l-opportunita' biex nifraħ lill-Onor.", "Deguara għall-promozzjoni li ngħata fejn ġie afdat b'responsabbilta' kbira.", "Irrid ukoll nirringrazzjah għaċ-ċertifikat li ta lill-Oppożizzjoni Laburista li ilha żmien tilmenta u tikkritika lill-Gvern fuq id-diżastru li jinsab fih il-qasam tas-saħħa.", "Dan huwa prova, Mr Speaker, li l-ilmenti tagħna kienu altru veri u sinċieri u mhux it-tixwix li kien jakkużana bih l- Ministru Galea.", "Aħna naqblu ma' l-Onor.", "Deguara meta qal li f'kulma tagħmel fil-qasam tas-saħħa trid tkun apolitiku.", "Jien nifhimha din, imma tkun apolitiku ma jfissirx li ma jkollokx politika fil-qasam tas-saħħa u issa bid-dikjarazzjonijiet li qed jsiru qed naraw kemm il-Gvern Nazzjonalista mill-1987 'l hawn ma kellux politika serja fil-qasam tas- saħħa.", "L-Onor.", "Deguara talab ukoll li jkollu l-koperazzjoni ta' l- Oppożizzjoni għall-proposti tiegħu.", "Mr Speaker, aħna żgur li naqblu li dak li jagħmel gvern tal-ġurnata fil-qasam tas-saħħa għandu jkun apolitiku u għall-ġid taċ-ċittadin.", "Il-Partit Laburista ta xhieda ta' dan it-twemmin kemm meta kien fil-Gvern kif ukoll issa li qiegħed fl-Oppożizzjoni.", "Aħna dejjem lesti li nagħtu l-appoġġ u l-koperazzjoni tagħna fejn isir is-sewwa biex jinqeda ċ-ċittadin.", "Imma huwa d-dover tagħna wkoll li nikkritikaw u se nibqgħu nikkritikaw fejn id-drittijiet taċ-ċittadin jiġu miċħuda.", "Dan il-Gvern mhux hekk għamel f'dawn l-aħħar tmien snin imma għamel il- kuntrarju u llum qed naraw li l-istess Segretarju Parlamentari qed jagħtina raġun fuq dan, għal ħafna raġunijiet.", "Il-Gvern Nazzjonalista għamel il- kuntrarju għax mexa bl-ikbar ipokresija, għamel ħafna wegħdi li ma żammhomx, ħela ħafna flus li minnhom il-poplu Malti ma ggwadanja xejn, mexa b'diskriminazzjoni u ma żammx il-wegħdiet li kien għamel mal-poplu qabel l- Elezzjoni ta' l-1987 fejn kien qal li se jwaqqaf servizz nazzjonali tassew tas-saħħa.", "Wara tmien snin ta' Gvern Nazzjonalista l-poplu Malti u GĦawdxi spiċċa b'servizz ta' saħħa medjokri u b'nuqqasijiet kbar.", "Fil-fatt dan mhux jien qed ngħidu imma l-istess Onor. Deguara.", "Issa se nikkwota ftit mill-punti li semma l-Onor.", "Deguara fl-intervisti li ta f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Per eżempju, hu semma n-nuqqas ta' management fil-livelli kollha tas-servizz tas-saħħa.", "Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li ħadd m'hu accountable ta' dak li qed jagħmel jew ta' dak li suppost jagħmel għax ħafna mix-xogħol ma jsirx.", "L-Onor.", "Membru semma wkoll in-nuqqas ta' infermiera u qal li d-dixxiplina ma teżisti mkien.", "Ikun tajjeb li ngħid li b'risposta għal mistoqsija parlamentari, l- Onor. Deguara qal li għadu ma jafx kemm għandu bżonn nurses biex imexxi s- servizz tas-saħħa u qal li se jistenna sakemm jiftħu ż-żewġ sptarijiet privati - fil-fatt s'issa għadu qed jistenna; naturalment jien għidtlu li meta jiftħu dawn l-isptarijiet aħna se nitilfu ħafna nurses - biex jikkalkola kemm se jkollu nurses.", "L-Onor.", "Membru għamel ukoll rimarka oħra dwar l-infermiera li għandna fis-servizz tas-saħħa fejn qal li ħafna minnhom ma għandhomx vokazzjoni ta' nfermiera u biex ikollok vokazzjoni tajba ta' infermier trid tmur l-Institute of Health Care.", "Jien ma rridx ngħid li l-Institute of Health Care hu ħażin imma lanqas irrid naqa' għar- redikolu u ngħid li ħafna mill-infermiera li hemm fl-isptarijiet ta' l- Istat ma għandhomx vokazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, point of order.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Le, ma għandux point of order, bħalissa qegħdin fl- istadju ta' l-Aġġornament u jien irrid nispiċċa fil-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi.", "Il-point of order jista' jagħmlu f'ħin ieħor għax jien ma għandix ħin x'nitlef.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, jien irrid nara x'inhu dan il-point of order.", "L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-Onor.", "Grech qed jikkwotani ħażin għax jien qatt ma għidt li ħafna min-nurses li hemm fl-isptarijiet ta' l-Istat ma għandhomx vokazzjoni.", "Jien sempliċement għidt li personalment nippreferi ...", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Mr Speaker, għandi miktub eżatt x'qal il-bieraħ fil- meeting tan-Naxxar.", "THE DEPUTY SPEAKER: Iktar minn point of order din hija a personal explanation.", "L-Onor.", "Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kieku llum kien l-Aġġornament tagħna - forsi rajtni li ġejt hawn biex nirrispondi - kont nitkellem fuq ċerti inaccuracies li hemm f'dak ir-rapport.", "GĦalhekk dak ir-rapport teħdux bħala wieħed dommatiku.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Kompli, Onor. Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: L-Onor.", "Deguara jista' jirrispondi għada.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li wara tmien snin fil-Gvern ma kellniex il-ħila li nwaqqfu customer care office.", "Fi żmienna veru li dan l-uffiċċju ma kienx jeżisti imma almenu kien hemm question box biex meta xi ħadd ma kienx ikun sodisfatt b'xi ħaġa kellu ċ-ċans li jagħmel l-ilment tiegħu f'din il- question box.", "Imma din il-question box tneħħiet.", "Fil-fatt anke l-Hospital Management Committee tneħħa imma għal dan niġi iktar tard.", "L-Onor.", "Deguara semma wkoll l-abbuż li ilu żmien isir mis-servizzi mogħtija fid-Dipartimenti tal-Casualty u ta' l-Out-patients u qal li n-nies għandhom jitgħallmu.", "Imma lin-nies min irid jgħallimhom?", "Agħllimhom kif għandhom jużawh l-isptar!", "Agħllimhom lit-tobba x'każi għandhom jaraw fiċ- ċentri tas-saħħa u mhux kull każ li jaraw jibgħatuh lejn l-isptar għax ikollhom x'jagħmlu jew għax ikunu jridu joħorġu jagħmlu xi viżta.", "Dawn huma l-abbużi.", "L-abbużi mhux qed isiru mill-pazjenti.", "Jekk in-nies li jmorru fiċ-ċentri tas-saħħa ma jinqdewx, mhux bilfors l-isptar ikollhom imorru!", "Ma teżistix edukazzjoni tajba u edukazzjoni dwar kif għandhom jintużaw iċ-ċentri tas-saħħa għax kieku jkun hemm nuqqas kbir ta' pazjenti li jersqu lejn l-isptarijiet.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kwalita' ta' l-ikel, il-problemi tas-servizz tal- laundry - dawn ma waqfu qatt u għadhom jeżistu - u l-iffullar fl- isptarijiet, speċjalment fl-Isptar San Luqa.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra qed jaħsbu li billi jinfetaħ l-Isptar San Raffaele - l-Onor.", "Deguara jgħid li dan l-isem għadu mhux deċiż imma l-Ministru merih - ...", "Jekk wieħed imur jistaqsi lill-konsulenti jsib li l-iffullar fl-Isptar San Luqa xorta waħda se jibqa'.", "Ir-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa mhux se jitlesta sa l-elezzjoni li ġejja u forsi lanqas ikun beda l-bini ta' l-isptar il- ġdid.", "Nixtieq insemmi wkoll in-nuqqas ta' progress u ffinanzjar għall-proġett tar-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa, in-nuqqasijiet kbar li jeżistu fiċ- ċentri tas-saħħa u fil-bereġ, il-bżonn ta' servizz speċjalizzat fiċ-ċentri tas-saħħa u n-nuqqas ta' mediċini.", "Hawnhekk irrid ngħid li se jibda metodu ġdid kif jitqassmu l-mediċini.", "Fil-fatt il-mediċini minflok se jitqassmu kull xahar se jibdew jitqassmu kull tliet xhur.", "Fost affarijiet oħra mil- lista li għandi li m'hijiex kompluta rrid insemmi l-aktar żewġ punti importanti.", "Dawn huma l-management u l-accountability u d-dixxiplina.", "L- Oppożizzjoni ilha żmien tgħid li fil-qasam tas-saħħa hemm bżonn ta' management li jiddefendi l-interessi taċ-ċittadini li jużaw is-servizz tas- saħħa ta' l-Istat kontra l-interessi kummerċjali qawwija li nħolqu f'dawn l- aħħar snin.", "Hawnhekk qed nirreferi, mingħajr tlaqliq ta' xejn, għall- kliniċi privati u għaż-żewġ sptarijiet privati li se jinfetħu fi żmien qasir.", "Irrid nagħmilha ċara - fil-fatt din diġa' għamilniha ċara - li l- politika tal-Partit Laburista m'hijiex kontra s-settur privat fil-qasam tas- saħħa.", "Lili ċempluli tar-Radio 101 minħabba l-meeting li kien hemm fin- Naxxar u qaluli li l-BUPA ma fetħitx sptar hawn Malta għax beżgħet li l- Partit Laburista ma kienx se jonora l-kondizzjonijiet li kienet se tiffirma mal-Gvern.", "Minbarra li ma ssemmiex x'kienu dawn x'kondizzjonijiet, jekk dan intqal fil-meeting tan-Naxxar ikolli ngħid li din hija gidba faħxija.", "Fil-fatt dan m'hu veru xejn.", "Meta jien kellimt lid-diretturi tal-BUPA qaluli li l-isptar tal-BUPA ma nfetaħx hawn Malta għax il-Gvern kien qed ikaxkar saqajh biex jieħu deċiżjoni u tant kien għadda żmien li l-flus li kellhom, investewhom fi sptar ieħor fl-Ingilterra.", "Għalhekk intilef l- isptar tal-BUPA u lill-Onor.", "Deguara ngħidlu li ż-żewġ sptarijiet ġodda se jiftħu u ma qagħdux jibżgħu li aħna mhux se nonoraw il-kondizzjonijiet.", "Aħna rridu nkunu nafu l-kondizzjonijiet, per eżempju, ta' kif jitmexxew il- kliniċi privati.", "Id-day centres, id-day clinics u l-isptarijiet ħoloqhom il-Gvern Laburista u għadhom l-istess.", "Illum f'waħda mid-domandi parlamentari il-Ministru qal li se jibdel xi regolamenti tad-day clinics.", "Jekk irid jista' jagħmel hekk, imma aħna għandna xi ngħidu fuq dan.", "Jien għidt ċar u tond li l-Partit Laburista m'huwiex kontra li jinfetħu sptarijiet privati, m'huwiex kontra s-settur privat fil-qasam tas-saħħa, imma nħoss li l-Gvern qed jonqos bil-kbir fl- obbligu tiegħu lejn iċ-ċittadin billi mhux qed jieħu l-miżuri neċessarji biex jilqa' għall-kompetizzjoni li qed issir minn dan is-settur.", "Ħalli jagħmel is-settur privat, imma aħna rridu nilqgħulu biex il-livell tagħna ma jinżilx.", "Aħna nemmnu li ċ-ċittadin għandu jkollu l-għażla fejn irid jirrikorri għall-kura ta' saħħtu, imma l-għażla vera tkun teżisti meta ż- żewġ servizzi, kemm dak pubbliku kif ukoll dak privat, jkunu ta' l-istess kwalita' u ta' l-istess livell.", "Anke l-editorjal ta' \"The Times\" fil-ħarġa tas-7 ta' Ġunju ikkummenta fuq dan in-nuqqas fl-isptarijiet tal-Gvern billi qal li hemm bżonn ta' \"three factors to make a hospital function efficiently: competition, professional management and accountability\".", "Jien bi professional management nifhem li għandhom jitwarrbu għal kollox l- konflitti ta' interess li jeżistu fil-preżent fost il-ħaddiema li jimpjega l-Gvern fis-servizzi li joffri.", "Illum kulħadd jaf li s-settur privat fil- qasam tas-saħħa qiegħed jiddependi kompletament fuq l-istess riżorsi umani li huma suppost impjegati full-time mal-Gvern.", "Illum wasalna għas- sitwazzjoni redikola u abbużiva fejn diretturi u konsulenti tal-Gvern qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom bħala advisors kif għandu jitmexxa x- xogħol fl-isptarijiet privati li se jinfetħu fil-ġejjieni qarib.", "Saħansitra naf b'direttur ta' dipartiment kliniku li qed jipprova jwaqqaf speċi ta' koperattiva ma' sħabu l-konsulenti biex ikunu jistgħu jlaħħqu max- xogħol privat kollu f'wieħed minn dawn l-isptarijiet.", "Jiena nwissi lill- Ministru Galea li m'hux se jsolvi xejn billi jimpjega chief executive barrani biex imexxi l-Isptar San Luqa.", "Li hemm bżonn hu li jkollu l-kuraġġ u r-rieda politika li jdaħħal management serju, management li ma jħallix dan l-abbuż serju jkompli jirrenja u li ftit ftit qed joħnoq is-settur pubbliku tas-saħħa.", "Jekk il-Ministru jrid ikun jaf is-serjeta' li biha l- isptarijiet privati se jitmexxew, għandu jeżamina sewwa l-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-kuntratti li dawn qed joffru biex jiżgura kwalita' ta' kura għolja mingħajr ma jkun hemm konflitti ta' interess fost il-ħaddiema tagħhom.", "Jien m'iniex se ngħidlu x'inhuma dawn il-kuntratti, għandu jfittex huwa.", "Pero' ngħidlu li biex jirranġa s-servizz tas-saħħa ma nistgħux nibqgħu niddependu min-nies li qalbhom m'hijiex qiegħda f'dak ix- xogħol.", "Ma nistgħux inħallu iktar li dawn in-nies jagħmlu xogħol privat waqt il-ħin li suppost qegħdin jaħdmu mal-Gvern.", "Ix-xogħol privat jista' jsir, aħna m'hu se nżommu lil ħadd li jagħmel xogħol privat jekk fil- kondizzjonijiet tax-xogħol tiegħu għandu li jista' jagħmel xogħol privat, imma l-ħin tax-xogħol tal-Gvern irid jingħata.", "Jekk hemm bżonn inbiddlu l- kuntratti, nagħmlu sessions fil-għodu u sesions fil-għaxija u min irid jaħdem privat fil-għodu allura jieħu s-session free fil-għodu u jaħdem wara nofsinhar.", "Iżda ma nistgħux nibqgħu qisna gallinar tiġieġ kollha nirfsu fuq xulxin għall-ispazju biex naħdmu f'dan is-servizz.", "Nixtieq nitkellem fuq il-kura primarja tas-saħħa.", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Deguara ħabbar ukoll li beħsiebu jagħmel riforma fil- kura tas-saħħa fil-komunita' u jdaħħal aktar effiċjenza fiċ-ċentri tas- saħħa.", "Aħna dan ilna nippriedkawh għomor u l-policy tagħna qiegħda black on white, jiġiferi li l-prijorita' fil-qasam tas-saħħa għandha tkun il-kura primarja tas-saħħa.", "Qed nieħu gost li l-Onor.", "Deguara qed jgħid dan u l- bieraħ semmiha wkoll fin-Naxxar li l-kura primarja tas-saħħa għandha tkun il-prijorita'.", "Hemmhekk ma qbilniex mal-partit fil-Gvern u għalhekk ma lqajniex l-istedina li għamlilna l-Onor.", "Louis Galea biex nidħlu fil- kumitat u niddiskutu fil-magħluq.", "Issa ġejjin fi kliemna!", "Meta intom tlajtu fil-Gvern fl-1987 ridtu tagħlquhom il-polikliniċi, għax ħriġtu bil- famuża skema tat-tabib b'xejn, li ma ssemmitiex ħlief il-bieraħ.", "Li naf huwa li l-Gvern qed jivvota Lm0.4 miljun kull sena għal din il-famuża skema li tħabbret qabel l-elezzjoni ta' 1987 u nixtieq inkun naf fejn qed jintnefqu dawn il-flus għax l-iskema għada ma twaqqfitx.", "Jiena dejjem kont insostni li l-kolonna tal-concrete tal-kura primarja tas-saħħa tant hija importanti għax fuqha tibni s-servizz kollu u tista' tameljora s- servizz fl-isptarijiet u tista' ddaħħal wkoll riformi oħra bħalma hija r- riforma mentali u kull riforma oħra li trid.", "Jekk ma jkollox il-bażi tajba tal-kura primarja tas-saħħa li tressaq l-kura tas-saħħa lejn iċ- ċittadin ...", "Li kellna bżonn huwa li nibnu iktar ċentri tas-saħħa u niżviluppawhom iktar biex innaqsu mill-pressure u l-użu ta' l-isptar għal xejn.", "Qabel ma nagħlaq nixtieq ngħid xi ħaġa rigward ir-riforma ta' kif se titqassam il-mediċina, jiġifieri minflok kull xahar kull tliet xhur.", "Jiena ma ngħidx riforma għax il-problema hemmhekk hija n-nuqqas ta' finanzi.", "Illum għandna nies li jmorru fil-polikliniċi - aħna xbajna nismagħuhom għax dawn jiġu għandna u jitolbuna biex nagħmlu xi ħaġa - b'riċetta li tahom il-konsulent biex il-mediċina joħorġuha mill-farmaċija tal-Gvern u hemmhekk jgħiduhom li dik il-mediċina hija out of stock u jridu jerġgħu jmorru wara ġimgħa.", "Imbagħad meta jmorru wara ġimgħa jgħidulhom li għandhom mediċina għal ġimgħa u jridu jerġgħu jmorru wara ġimgħa jew wara ġimgħatejn oħra.", "Jekk se ttawal ir-riċetta għal tliet xhur allura l- problema se tkabbarha u l-importanti f'din il-kwestjoni huwa li jkun hemm finanzjar ikbar għal mediċina.", "Naf li l-budget qiegħed b'Lm1.5 miljun inqas milli suppost hu u din is-sena se nħallsu Lm1.5 miljun għall- mediċini tas-sena l-oħra, jiġiferi din is-sena se nkunu f'deficit b'dak l- ammont.", "Mr Speaker, semma wkoll li se jinbdew proċeduri ħalli jinżammu r- records mediċi.", "Qegħdin fl-1995, għandna l-MSU, ilna niftaħru li se jkollna network tal-computer li jqabbad il-Health Information Centre mal- polyclinics biex wieħed ikun jista' jara xi storja medika għandu l-pazjent u issa l-Onor.", "Deguara qed jgħidilna li fil-policlinics se jibdew jinżammu r-records!", "Lanqas titwemmen din il-ħaġa!", "Mela għandna polyclinics u ċentri tas-saħħa fejn imur iċ-ċittadin u lanqas biss jinżammu records għalxiex ikun mar hemmhekk; forsi jinżamm isem u kunjom il-pazjent, imma t- tabib ma jżommx record għalxiex il-pazjent ikun mar, x'marda għandu u dwar xiex qed jikkomplejnja.", "Jien niskanta u ngħid li veru li għandhom bżonn jidħlu dawn l-affarijiet u allura dan juri kemm għadna 'l bogħod mill- computerisation ta' l-informazzjoni dwar is-saħħa.", "L-Onor.", "Deguara semma wkoll l-ingaġġar ta' konsulenti speċjalisti.", "L- ewwel ma ntqal fil-gazzetti kien - skond dak li għandi miktub hawnhekk naħseb li dak li deher fil-gazzetta kien xi ftit skorrett għax illum minn mistoqsija parlamentari ħarġet sewwa x'inhi l-idea - li l-Onor.", "Deguara se jimpjega speċjalisti konsulenti fil-polyclinics.", "Jien ngħidlu li hawn ma hawn xejn ġdid għax din l-iskema nbdiet meta kien hemm Gvern Laburista meta kull dipartiment kliniku fl-Isptar San Luqa ħareġ minn hemm bl- ispeċjalisti tiegħu biex joffri servizz fil-polycliniċi.", "Jiddispjaċini ngħid li mhux id-dipartimenti kollha għamlu hekk għax id-Dipartiment tal- Kirurġija u d-Dipartiment tad-Dermatoloġija qatt ma ħadu sehem, pero' kien hemm ħafna dipartimenti oħra li ħadu sehem.", "Barra minn hekk - dan hu importanti - ħafna mill-follow-ups tal-pazjenti li jmorru l-Isptar San Luqa jistgħu jsiru fil-polyclinics u min-nies stess li jkunu rawhom fl- isptar.", "B'hekk il-pazjent iħossu li ma jkunx inqata' mill-isptar u għandu lil xi ħadd li jafu.", "Dawn is-servizzi tnaqqsu f'dawn l-aħħar tmien snin u hemm numru ta' kliniċi li m'hux qed jagħtu dan is-servizz, imma qed jittrasferrixxuhom.", "Per eżempju fil-poliklinika tar-Rabat ma jmurx speċjalista u allura l-pazjenti jkollhom imorru fil-poliklinika tal-Mosta.", "Allura jien ngħid li morna lura.", "Jien għandi nifhem li mhux hekk ried jgħid l-Onor.", "Deguara u nispera li dawn is-servizzi jkomplu jiżdiedu.", "Biex innaqqsu l-pazjenti mill-Isptar San Luqa għandna bżonn noħorġu speċjalisti on a unit firm basis; kull firm trid tieħu parti u anke ż-żewġ dipartimenti l-kbar, jiġifieri tal-Mediċina Interna u tal-Kirurġija.", "Imbagħad illum minn mistoqsija parlamentari kelli nkun naf li mhux dak li kellu f'moħħu l-Onor.", "Deguara jew il-Ministru Galea - ma nafx min - għax qalilna li l-pjanijiet huma li l-konsulenti l-ġodda jkunu maħtura fid- dipartiment tal-kura primarja u jkunu jaħdmu fi ħdanu on a full-time basis.", "Mela issa ġejna għal dak li konna nippriedkaw aħna - qiegħda black on white fil-policy paper tagħna - li fil-polyclinics jew fiċ-ċentri tas- saħħa se ndaħħlu servizz tat-tabib tal-familja biex min ma jridx jew ma jaffordjax li jmur għand it-tabib privat imur jirreġistra hemmhekk u jkun hemm sessions apposta minn numru ta' tobba tal-familja li jagħmlu dan ix- xogħol biss.", "Jiġifieri dawn ma jagħmlux x-xogħol ta' emerġenza fil- polikliniċi, imma jagħmlu xogħol ta' tabib tal-familja fuq pazjenti li jkunu reġistrati hemmhekk.", "L-Onor.", "Membru qal li l-iskema tat-tabib b'xejn li jmur jara l-pazjenti ġewwa d-djar tagħhom - din kienet wegħda tal-Partit Nazzjonalista fl-1987 - diġa' teżisti.", "Dażgur li teżisti, jekk daħħalniha aħna!", "Min daħħal l-isptarijiet b'xejn?", "Min fetaħ il-polyclinics?", "Il- polyclinics kienu b'xejn - issejħilhom polyclinics u ssejħilhom ċentri tas- saħħa xorta waħda - u l-fatt hu li dawk ftaħnihom aħna għax kien iż-żmien li jinfetħu u l-pjan kien li niżviluppawhom iktar u nkabbru x-xogħol li għandu jsir fil-bereġ għax sintendi meta tiftaħ polyclinic jew ċentru tas- saħħa tkun qed tieħu ħsieb distrett sħiħ minn kwalunkwe' aspett mediku.", "Imbagħad hemm il-units iż-żgħar li aħna ngħidulhom il-bereġ.", "Dawk iridu jiġu żviluppati aktar u mhux jiftħu biss għal nofs siegħa kemm tabib iħarbex daqsxejn riċetti u jitlaq fuq xi xogħol ieħor.", "F'dawn l-aħħar sentejn, tlieta, in-numru ta' tobba fil-polyclinics naqas u naqas ħafna meta dan kellu jiżdied.", "Għandna numru ta' tobba li spiċċaw is-sentejn tagħhom u mhux se noffrulhom job.", "Dawn nistgħu nibagħtuhom hemmhekk jekk hemm min irid jaħdem b'vokazzjoni bħala tabib tal-familja.", "Dak li rrid ngħid Mr Speaker.", "Jekk baqagħli żmien nista' nikkummenta xi ħaġa dwar dak li ntqal il- bieraħ fuq il-BUPA.", "Dak il-kliem li ntqal fuq il-BUPA m'hu veru xejn.", "Il- BUPA ma fetħitx sptar hawnhekk għax il-Gvern Nazzjonalista kaxkar saqajh u huma ddejqu jistennew u ddeċidew li jinvestu flushom fi proġett ieħor fl- Ingilterra.", "Il-bieraħ fil-meeting tan-Naxxar issemma l-Hospital Management Committee.", "Dan kien hemm u l-Ministru Galea neħħih.", "Jien ili s-snin nistaqsih meta se jerġa' jagħmel dan il-kumitat u qed nieħu gost li dan il-kumitat se jerġa' jitwaqqaf.", "Dan għandu bżonn ta' poter iktar biex ftit ftit indaħħlu dik li ngħidulha tmexxija indipendenti mid-Dipartiment tas-Saħħa - dipendenza jrid ikun hemm imma l-isptarijiet irid ikollhom policy ċara ta' x'irid iwettaq il-Gvern u din il-policy ċara min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista ma kenitx preżenti u issa iktar qed tidher fiċ-ċar li ma kenitx preżenti.", "L-Onor.", "Deguara tkellem ukoll fuq il-prijoritajiet.", "Aħna dejjem tkellimna fuq il-prijoritajiet imma l-iktar ħaġa li wieħed huwa beżgħan minnha huwa l-mod kif jitmexxew is-servizzi kemm dawk tal-polyclinics kif ukoll ta' l-isptarijiet.", "Dawn ma jistgħux jibqgħu jitmexxew bil-mod li qegħdin jitmexxew, b'nies li jaħdmu hawn u jaħdmu hemm.", "Il-ħin li jaħdmu hemmhekk suppost li huwa bħala part-timer, imma jien naħlef li n-numru ta' sigħat li jagħmlu ċerti impjegati fix-xogħol li suppost huwa part-timer huwa itwal min-numru ta' sigħat li jagħmlu dawk l-istess impjegati fl-impieg full-timer.", "Dan irid jispiċċa u nispera li ħadd ma jieħu għalih.", "Dan se jagħtihom skop biex min irid ilaħħaq max-xogħol privat jista' jagħmlu, imma mhux fil-ħin tal-Gvern.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 4 ta' Lulju, 1995 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "26698.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal subien u bniet fil- mainstream schools li huma kkonsidrati li għandhom bżonnijiet speċjali?", "F'liema skejjel qed jattendu dawn it-tfal u f'liema grades?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-għadd ta' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel mainstream huwa hekk:", "Skejjel Primarji Subien: 253 Bniet: 148", "Skejjel Sekondarji u Tas-Snajja' Subien: 27 Bniet: 22", "Skejjel Post-Sekondarji Subien: - Bniet: 2", "It-tfal jattendu dawn l-iskejjel:", "Primarji f'Malta", "Attard, Bormla A & B, Furjana, Gżira A & B, Kalkara, Luqa, Marsaxlokk, Mġarr, Msida, Pieta', Rabat A & B, l-Isla, San Ġiljan, Tarxien A, Żabbar A & B, Żurrieq A & B, Birkirkara A & B, Dingli, Għargħur, Ħamrun (GP) A & B, Kirkop, Marsa, Mdina, Mosta A & B, Naxxar, Qormi (San Ġorġ) A & B, Safi, Siġġiewi, San Pawl il-Baħar, il-belt Valletta A, Żebbuġ A, Birżebbuġa A & B, Fgura A & B, Gudja, Ħamrun (SS) A, Lija A, Wied il-Għajn, Mellieħa, Mqabba, Raħal Ġdid A & B, Qormi (San Bastjan) A & B, San Ġwann A & B, Sliema, Santa Venera A & B, Birgu, Żejtun A & B.", "Primarji f'Għawdex", "Għajnsielem, Qala, Xagħra, Kerċem, Sannat, Xewkija, Nadur, Victoria, Żebbuġ.", "Skejjel Sekondarji, Skejjel tas-Snajja' u Junior Lyceums", "Sir Adrian Dingli, St. Andrews Maria Regina, Blata l-Bajda Agius De Soldanis, Victoria, Għawdex Fra Diego Bonanno, Marsa Maria Tereża Nuzzo, Ħamrun Santa Maria Goretti, Tarxien Santa Tereża, Mrieħel Erin Seracino Inglott, Bormla Salvatore Dimech, Mosta Kan.", "Lorenzo Manche', il-Furjana Furtu Selvatico, Naxxar St. Joseph, Raħal Ġdid San Ġużepp Ħaddiem, Raħal Ġdid Antonio Bosio, Gżira Ġuże' Damato, Raħal Ġdid Umberto Calosso, Santa Venera Sir Temi Zammit, Mtarfa Dun Ġużepp Zammit Brighella, Ħamrun Vinċenzo Borg Brared, B'Kara Ninu Cremona, Victoria, Gozo.", "It-tfal bi bżonnijiet speċjali qegħdin f'dawn il-livelli:", "| |Subien|Bniet|Total | |Kindergarte|79 |55 |134 | |n | | | | |Year 1 |39 |15 |54 | |Year 2 |31 |19 |50 | |Year 3 |34 |20 |54 | |Year 4 |25 |17 |42 | |Year 5 |29 |17 |46 | |Year 6 |16 |5 |21 | |TOTAL |253 |148 |401 |", "|Form 1 |4 |2 |6 | |Form 2 |7 |7 |14 | |Form 3 |9 |5 |14 | |Form 4 |5 |3 |8 | |Form 5 |2 |5 |7 | |Post Sek. |- |2 |2 | |TOTAL |27 |24 |51* |", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "26699.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' monitoring qed isir biex jiġi assigurat li dawk it-tfal li qed jattendu f'mainstream schools imma li għandhom ħteġijiet speċjali qed ikollhom is-servizzi li għandhom bżonn?", "Meta sar l-aħħar rapport fuq hekk u kif ġiet miġbura l- informazzjoni?", "Jekk sar dan ir-rapport, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Matul is-sena l-monitoring isir permezz ta' l- Uffiċjal Edukattiv ta' l-Edukazzjoni Speċjali b'kuntatt dirett ma' l- għalliema u l-kapijiet ta' l-iskejjel speċjali kif ukoll ma' dawk ta' l- iskejjel tal-mainstream fejn ikunu qed jattendu dawn it-tfal.", "Fl-aħħar tas-sena skolastika l-Kap ta' l-Iskola jibgħat informazzjoni lill-Uffiċjal Edukattiv dwar il-progress u dwar xi bżonnijiet oħra li jkollhom dawn it-tfal.", "Ir-rapporti li jsiru huma fuq bażi individwali u s'issa ma nħassitx il- ħtieġa li jsir rapport formali.", "Dan hu hekk peress li r-rapporti għandhom biss l-għan ta' feedback li jiżgura li t-tfal fil-mainstream jingħataw programm ta' edukazzjoni adegwat.", "Issa li l-għadd ta' tfal fil-mainstream laħaq 52 (52.26%) hu ppjanat li jkun hemm struttura ġdida li tinkludi attenzjoni speċjali fuq programmi individwalizzati għat-tfal tal-mainstream, u hemm ħsieb li jiġi iddentifikat Uffiċjal Edukattiv biex jieħu ħsieb dan il-programm.", "UNIVERSITA' - INSTITUTE FOR CHILD DEVELOPMENT", "26700.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Institute for Child Development ta' l-Universita' sal-lum għamilx xi proġett li permezz tiegħu ġew assessjati individwalment it-tfal bi ħteġijiet speċjali li qed jattendu fl-iskejjel mainstream ta' l-Istat?", "Jekk fl-affermattiv:-", "a) kemm-il tifel u tifla ġew assessjati s'issa?", "b) kemm-il rapport sar?", "c) jekk jeżistu rapporti, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tagħhom fuq il- Mejda tal-Kamra?", "d) X'miżuri speċifiċi ttieħdu bħala riżultat ta' dawn ir-rapporti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif diġa' ntqal fit-tweġiba li ngħatat għall- mistoqsija parlamentari numru 26594 (Seduta Nru. 433), mhumiex isiru proġetti fl-Institute for Child Development fuq tfal bi ħteġijiet speċjali li jattendu fl-iskejjel statali bil-mod kif qed jifhem l-Onor.", "Interpellant.", "L-enfasi qed issir fuq it-taħriġ ta' l-għalliema u ta' l-edukaturi billi jidher li l-assessment tat-tfal ikun kollu għalxejn jekk l-għalliema ma jkollhomx it-taħriġ adegwat biex jimplimentaw programmi transdixxiplinari għal kull tifel jew tifla bi bżonnijiet speċjali.", "L-Istitut għandu wkoll joint project ma' l-Eden Foundation.", "L-Eden Foundation tieħu ħsieb is-servizzi għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, u l- Istitut jieħu ħsieb l-iżvilupp tal-programmi ta' taħriġ transdixxiplinarju ta' l-istaff, tar-riċerka, u tal-valutazzjoni tal-programmi, kif ukoll isaħħaħ ir-relazzjonijiet ma' universitajiet u aġenziji barranin u organizzazzjonijiet oħra lokali.", "Għalhekk l-Istitut se jorganizza l- korsijiet li ssemmew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26594.", "Se jsiru wkoll konferenzi dwar l-inclusive education bil-parteċipazzjoni ta' esperti ta' fama mondjali.", "Bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet biex l-iskejjel statali jieħdu sehem, minn Settembru li ġej, fil-proġett ta' azzjoni-riċerka fuq inclusive education li l-Istitut qed iħaddem flimkien ma' l-Eden Foundation fl- iskejjel tal-Knisja u f'dawk privati.", "Permezz ta' dan il-proġett, it-tfal ikunu assessjati biex il-professjonisti jkunu jistgħu joħolqu programm individwali transdixxiplinarju.", "Illum ħafna mit-tfal qegħdin isegwu xi programm, u ma jkunx għaqli li tinħoloq konfużjoni lill-ġenituri bl-iskuża tar-riċerka.", "L-Istitut iħoss li r-riċerka f'dan il-qasam għandha timxi id f'id ma' l-azzjoni.", "Biex l-azzjoni sseħħ, hemm bżonn proprju tat-taħriġ li hu ppjanat mill-Istitut.", "L-Istitut mill-bidunett organizza korsijiet, workshops u seminars li għalihom kienu mistednin ukoll edukaturi li jaħdmu fl-iskejjel ta' l-Istat.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA", "26740.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- proġetti li tassew qed jitmexxew (mhux fuq il-karta biss) mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija?", "Kemm hemm impjegati tal-Kunsill u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "Kemm hemm xjenzati mal-Kunsill u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-accounts sena b'sena ta' dan il-Kunsill mindu twaqqaf?", "Jista' jgħid x'kuntratti ta' xogħol għandhom il-persuni li jaħdmu mal- Kunsill u meta ġew iffirmati?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 21826 li l-istess Onor. Membru kien għamel ftit taż-żmien ilu.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li l-proġetti li kienu ssemmew f'dik ir-risposta huma kollha proġetti tassew u mhux sempliċiment proġetti fuq il-karta kif ipprova jalludi hu fil-mistoqsija tiegħu.", "Għall-mistoqsija ta' kemm hemm impjegati nixtieq ninfomaħ li minn dak nhar li ngħata r-risposta għall-istess mstoqsija parlamentari numru 21826, kien hemm żieda biss ta' mpjegat wieħed.", "Dan huwa l-post ta' Personal Assistant to the Chief Executive.", "Barra minnhekk ġie mpjegat Administration Assistant li ssostitwixxa lill-Accounts Clerk part-time li kien hemm qabel.", "Ninforma lill-Onor.", "Membru li fid-dawl tal-fatt li dan l-aħħar ġiet stabbilita l-Fondazzjoni għax-Xjenza u Teknoloġija, bħalissa qed jiġu ri- negozjati l-kuntratti ta' dawk il-persuni kollha li jagħtu servizz lill- MCST.", "Malli dawn jiġu finalizzati, ninforma b'dan lill-Onor.", "Membru.", "S'issa f'dak li għandu x'jaqsam ma' accounting ġew segwiti l-proċeduri normali addottati fl-Estimi ta' kull sena minn Dipartimenti tal-Gvern li magħhom il-Kunsill kien assoċjat.", "Iżda bit-twaqqif tal-Fondazzjoni hemm obbligi li l-audited accounts tal-Kunsill flimkien mar-rapport annwali għandhom jiġu sottomessi lill-Ministru responsabbli f'Marzu ta' kull sena.", "SKEJJEL TAS-SNAJJA' - GĦALLIEM", "26741.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema neqsin u f'liema suġġetti fl-iskejjel tas-Snajja' f'Malta w Għawdex?", "Jirriżultalu l-Ministru li kien hemm skejjel fejn ma kellhomx għalliema f'suġġetti bħall-Istorja sa mill-bidu tas-sena skolastika?", "Kif se jġibu dak li tilfu dawn l-istudenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fis-sena skolastika attwali l- għalliema li kienu neqsin fl-iskejjel tas-snajja' f'Malta u Għawdex kienu kif jidher hawn taħt:", "SKOLA TAS-SNAJJA' (SUBIEN) UMBERTO CALOSSO", "Studji Soċjali 10 lezzjonijiet (minn Diċembru 1994)", "SKOLA TAS-SNAJJA' (SUBIEN) ABRAM GATT", "Mużika 8 lezzjonijiet (minn Frar 1995)", "SKOLA TAS-SNAJJA' (SUBIEN) STEFANO ZERAFA", "Arti 5 lezzjonijiet (mill-bidu tas-sena skolastika) Mużika 5 lezzjonijiet (mill-bidu tas-sena skolastika) Ġeografija 16-il lezzjoni (mill-bidu tas-sena skolastika) Ingliż 10 lezzjonijiet (mill-bidu tas-sena skolastika)", "SKOLA TAL-ĦJATA, MARSA", "Personal Care 4 lezzjonijiet (mill-bidu tas-sena skolastika) Ġeografija 4 lezzjonijiet (mill-bidu tas-sena skolastika) Mużika 4 lezzjonijiet (mill-bidu tas-sena skolastika)", "SKOLA TAL-BIEDJA DANNY CREMONA", "Ingliż 24 lezzjoni (minn Mejju 1995)", "Safejn kien possibbli l-istudenti ngħataw lezzjonijiet f'suġġetti oħra skond l-aħjar interess tagħhom.", "MDINA - MANUTENZJONI TAS-SWAR", "26742.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Peress li qed isir xogħol fuq il-bjut ta' l-imħażen li hemm fi Triq l- Imħażen, fl-Imdina, jista' l-Ministru jgħid hemmx xi applikazzjoni biex persuna privata tieħu dawk il-bjut u tiżviluppahom għal raġunijiet kummerċjali?", "Ix-xogħlijiet fuq is-swar ta' l-Imdina qed isiru bil-permessi meħtieġa f'dawk l-inħawi li jagħtu aċċess għall-bjut indikati fi Triq l-Imħażen, fl- Imdina?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li ma ġiet depożitata ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn persuni privati biex jagħmlu xi żvilupp fuq bjut ta' mħażen ġewwa Triq l-Imħażen, fl-Imdina.", "Ix-xogħol li qiegħed isir fl-inħawi u fuq is-swar fl-Imdina huwa ta' manutenzjoni u jikkonsisti f'tikħil ta' fili, tindif u tneħħija ta' ħaxix ħażin u dan qiegħed isir minn ħaddiema tal-Gvern.", "MDINA - DĦUL TA' VETTURI", "26743.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi temporanji biex persuni jitħallew jidħlu bil-vetturi tagħhom fil-belt ta' l-Imdina?", "Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri separati għal kull raġuni patikolari li ħarġu dawn il-permessi temporanji?", "Hemm xi permessi li joħorġu bir-raġuni to enter with no condition?", "Għal- liema raġunijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħarġu 195 permess temporanju biex persuni jidħlu l- Imdina bil-vettura tagħhom.", "Dawn il-permessi, li issa huma sofor, għandhom id-data ta' validita' u joħorġu għal tiġijiet, viżiti minn persuni anzjani lill-anzjani residenti, persuni li jaħdmu l-Imdina, eċċ.", "Kienu joħorġu wkoll permessi oħra, illum kollha skaduti, to enter Mdina without condition sabiex persuni jidħlu ripetutament fl-Imdina.", "Iżda mill- bidu ta' din is-sena bi qbil mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina qed joħorġu permessi bil-kliem to enter Mdina, li huma ta' kulur blu u li għandhom id- data ta' skadenza.", "Ma tinżammx statistika ta' dawn iż-żewġ tipi ta' permessi.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - IMPIEGI", "26765.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li ġew impjegati mal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul din is-sena?", "Jista' jagħti lista ta' kemm persuni ġew ikkonsidrati u ma ntgħażlux?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li persuni li ġew minn pajjiżi fejn kienu emigrati ġew ippreferuti fuq żgħażagħ li għadhom kemm temmew il-kors edukattiv tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li mill-bidu ta' din is- sena l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma impjegat 74 persuna wara 12- il Call for Applications maħruġa.", "Din il-lista tqiegħdet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Għal dawn l-applikazzjonijiet il- Korporazzjoni ta' l-Impiegi u Taħriġ issottomettiet 235 persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fid-diversi oqsma fejn kellha bżonn l- impjegati l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Waqt l-għażla mis-Selection Board biex jintgħażlu l-impjegati ma ssir ebda distinzjoni partikolari bejn persuni li kienu emigrati u xi persuni oħra.", "L-għażla ssir fuq il-merti ta' l-applikanti.", "ETC - KAŻ TA' JAMES CARDONA", "26766.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li James Cardona (Melbourne House, Ġojjin Street, Kerċem, Għawdex) ma ġiex ikkkonsidrat mill-ETC biex jiġi mpjegat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma meta temm it-taħriġ u l-edukazzjoni tiegħu waqt li ġew impjegati persuni li għadhom kemm ġew lura minn pajjiżi fejn kienu emigrati?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-persuna msemmija kienet fil- fatt riferita mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal xogħol ta' bennej mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Ġara li peress li fl-aħħar tal-kors is-Sur Cardona ġab marka totali taħt is-60% (effettivament ġab 54%), ma nħarġitlux il-liċenzja ta' bennej.", "Għal din ir-raġuni l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kkonsidratux bħala eleġibbli biex ikun jista' jaħdem bħala bennej.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA", "26848.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda rreġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sal-lum?", "Kemm minnhom huma f'kull kategorija part-time u kemm full-time?", "Kemm f'kull kategorija hemm żgħażagħ taħt il-35 sena?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Dwar numru totali ta' bdiewa/raħħala full-time u part-time l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jara t-tweġiba li tajt għad- domanda numru 22608 ta' l-24 ta' Mejju, 1995.", "Bdiewa/raħħala full-time taħt il-35 sena kien hemm 640, u part-time 4757.", "Dwar sajjieda, in-numru full-time huwa 323 li 107 minnhom huma taħt il-35 sena, waqt dawk part-time in-numru hu 1671, li 161 minnhom huma taħt il-35 sena.", "RABAT - TRASPORT PUBBLIKU", "26849.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Billi skond l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, r-rotta tas-servizz pubbliku għal Għar Barka, r-Rabat ġiet approvata iżda x-xogħlijiet tat-twessigħ ta' Triq Misraħ Suffara mar sarx b'detriment li l-karozzi tal-linja qed isibuha diffiċli biex idawwru f'din il-parti ta' triq li tispara fi Vjal il- Ħaddiem, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex ma jkomplux jitħallew abbandunati dawn ix-xogħlijiet?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL: MĠARR - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "26850.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi d-drenaġġ ġo l-iskola ta' l-Imġarr qed ikun imblukkat regolarment, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex jiġu rimedjati x-xogħlijiet li jenħtieġu biex tiġi rimedjata din il-problema?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li qiegħed isir xogħol neċessarju fuq is-sistema tad-drenaġġ ta' l-iskola biex l-inkonvenjent jiġi rimedjat.", "RABAT/MĠARR - TISWIJA TA' TOROQ", "26851.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi x-xogħlijiet ta' patching li qed isiru fil-Housing Estates ta' l-Imġarr u dak ta' Għar Barka, r-Rabat Malta mhux iħallu riżultat mixtieq apparti l-ispiża li qed tkun involuta kull darba li ssir din il-manutenzjoni, jista' l-Ministru jirrimedja b'metodi ta' manutenzjoni li fil-fatt veru jiġu rranġati dawn it-toroq, ċioe' jekk ma jingħatawx it-tarmac jiġu mogħtija re-surfacing lit-toroq kollha ta' dawn il-housing estates?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kif għidt drabi oħra r-re-surfacing ta' toroq fil-lokalitajiet għaddiet taħt ir-responsabbilita tal-Kunsill Lokali.", "Għal dan il-għan hemm vot apposta ta' Lm700,000 li qed jiġi kkontrollat minn kumitat ippresedut mid-Direttur tal-Kunsilli Lokali.", "Dan il-kumitat jeżamina talbiet bħal dawn li jsiru mill-Kunsilli Lokali u wara jiddeċiedi x'għandu jsir u fejn.", "MĠARR: QASAM TAD-DJAR - TISWIJIET", "26855.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 26558, ċioe' dwar il-manutenzjoni fuq it-trombi u opramorti tal-Qasam tad- Djar ta' l-Mġarr Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta jiġi approvat xogħol ta' tiswija mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, dan jidħol f'database fejn imbagħad ix-xogħol jingħata prijorita' skond l-urġenza tal-każ u kemm ikun ilu rapportat.", "Ix-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant għadu ma jistax jitqies bħala wieħed ta' prijorita' ħdejn xogħlijiet oħra pendenti.", "MTARFA - BINI TA' L-AFM", "26856.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 26560 dwar il-bini ta' l-AFM fl-Imtarfa?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li s'issa għad m'hemmx żviluppi ġodda dwar il-każ.", "QRATI - IMĦALLFIN", "26907.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Veru li l-Ministru tal-Ġustizzja jirċievi kopja tal-minuti tal-laqgħat li jsiru mill-Imħallfin?", "Jidhirlu l-Ministru li b'dan qed insaħħu l- indipendenza tal-Qrati?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-Onor.", "Interpellant għandu qabel xejn jitgħallem li ma jistax jiġbed konkluzjonijiet tajbin fuq il-premessi ħżiena li hu jagħmel ripetutament.", "M`huwiex minnu li jien nirċevi kopja ta` minuti ta` xi laqgħat ta` l- Imħallfin.", "Mill-indaġini li għamilt jirrizultali wkoll li l-anqas il- predeċessuri tiegħi l-Onor.", "Prof. De Marco u l-Onor.", "Dottor Joseph Fenech ma kienu jirċevu kopja ta` dawn il-minuti.", "In vista tal-premess, l-allegazzjoni magħmula mill-Onor.", "Interpellant ma treġix.", "PULIZIJA - PRIĠUNIER TUNEŻIN", "26908.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li l-priġunier Tuneżin li nstab ħati li qatel erba' u li ħarab mill-ħabs ma ħarabx minn Malta?", "Il-pulizija Taljana u Tuneżina ingħataw ritratt tiegħu biex jekk ħarab u qiegħed hemm, jinqabad?", "X'passi ħa issa wara li ħa l-magħmudija tiegħu bħala ministru ġid tal- ħabs, b'ħarba ta' tliet ħabsin biex ma jerġax jiġri li ġara?", "Min ġie sospiż min dawk responsabbli mill-ħabsin talli wera din it- traskuraġini kollha ħalla tliet priġunieri perikolużi jaħarbu?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwel parti tad-domanda llum hija irrelevanti.", "Grazzi għall-ħidma intensiva tal-Pulizija u l-Armata, l-imsemmi priġunier inqabad għall-ħabta tal-11.10 p.m. fil-15 ta' Ġunju, 1995.", "Dwar il- kumplament tal-mistoqsija ninsab informat li barra l-inkjesta Maġisterjali li ssir dejjem f'każ bħal dan, saru wkoll żewġ rapporti oħra, wieħed mill- Ispetturi tal-Ħabs u l-ieħor mid-Direttur tal-Ħabs, skond ir-Regolamenti tal-Ħabs.", "Ittieħdu wkoll miżuri oħra ta' sigurta' li ma nistax nispeċifika, għax inkun qed intellef mis-siwi ta' l-istess miżuri.", "Qed jittieħdu l-passi dixxiplinarji kemm kontra l-istaff li naqas u kemm kontra l-priġunieri nfushom li ħarbu.", "ĦABS ĊIVILI - KONSULENT BARRANI", "26909.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Billi l-Konsulent Barrani għal Ħabs ta' Kordin ma kellux id-diċenza li joffri r-riżenja tiegħu wara li għal darba tnejn, tlieta ħarbulu ħabsin mill-Ħabs ta' Kordin, il-Gvern jikkonsidra li jtemmulu l-kariġa?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel din il-mistoqsija lil-Ministru kkonċernat.", "BORDIJIET TA' INKJESTI - MAĠISTRATI/IMĦALLFIN", "26910.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' Imħallfin u Maġistrati li qed iservu fuq bordijiet tal-Gvern jew kumpanniji parastatali?", "Liema kienu l- każi fejn Imħallfin li għadhom qed iservu tqabbdu biex jagħmlu inkjesti dwar inċidenti, imwiet jew każi oħra?", "Meta lestew ir-rapport?", "X'sar mir- rapporti f'kull każ?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Din l-informazzjoni tista' tingħata aħjar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jappunta dawn il-Bordijiet ta' Inkjesti.", "Meta l-inkjesti jiġu finalizzati, l-istess rapporti jingħataw l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "QRATI - IMĦALLFIN/MAĠISTRATI", "26911.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li bħala Ministru ġdid tal- Ġustizzja mhux se jħalli Imħallfin jew Maġistrati li għadhom qed iservu biex jagħmlu inkjesti fejn l-operat ta' l-Eżekuttiv jkun qed jiġi ċċekjat bħal ngħidu aħna, l-każ ta' James Tabone li miet fiċ-ċella tal-pulizija etc.?", "Ma jaħsibx il-Ministru li aktar tkun assigurata d-demokrazija meta jitqabdu Imħallfin jew Maġistrati irtirati jew persuni oħra barra mill- impieg tal-Gvern biex jagħmlu dawn l-inkjesti?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mhux l-ewwel darba li Mħallfin jew Maġistrati jkollhom jiddeċiedu każi dwar l-operat ta` l-Eżekuttiv.", "Din hija waħda mill-funzjonijiet tagħhom.", "Għalhekk ma narax għaliex l-istess ġudikanti ma jistgħux ukoll jippresjedu xi nkjesta simili.", "BIRŻEBBUĠIA: TRIQ IL-QROLL - PLOTS", "26912.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir miż-żewġ plots 1 u 2 li jinsabu fi Triq il-Qroll kantuniera ma' Triq il-Gandofla fil-Housing Estate ta' Birżebbuġia?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-Awtorita' tad-Djar għandha il- permessi necessarji biex fuq dawn iż-żewġ plots tibni ħames garaxxijiet u erba' maisonettes.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TAL-WENS", "27079.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu talbiet għall-pensjoni tal- wens, sena b'sena minn meta din il-pensjoni ġiet introdotta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tinżamm biss l-istatistika ta' l-applikazzjonijiet milqugħa.", "Ninsab informat li n-numru ta' persuni li ħadu l-pensjoni tal-Wens f'Diċembru 1992 kien ta' 63, f'Diċembru 1993 kien ta' 174 u f'Diċembru 1994 kien ta' 191.", "ISLA - ASFALTAR TA' TOROQ", "27095.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-triq li mix-Xatt tagħti għall-Ponta ta' l-Isla ma nksitx kollha bit-tarmac peress li l-parti li tħalliet hija mimlija ħofor?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li dan il-proġett kien responsabbli għalih il-Marine Section fi ħdan il-Ministeru ta' l-Ambjent.", "Id-disinji, livelli u l-ispejjeż kollha nvoluta kienu responsabbli għalihom l-istess sezzjoni.", "ISLA - TISWIJA TA' TOROQ", "27096.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministrugħat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Fit-triq li mix-Xatt ta' l-Isla tagħti għall-Ponta sar żball teknikament kbir billi t-triq u l-bankina ġew fl- istess livell bil-konsegwenza li dan l-iżball qiegħed joħloq periklu serju għan-nies li jkunu għaddejjin minn fuq il-bankina.", "Fl-istess ħin ukoll diġa' beda jsir abbuż minn xi sewwieqa tal-karozzi li qegħdin jibqgħu telgħin fuq in-naħa tal-bankina u jipparkjaw hemm.", "Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex sar dan l-iżball u hemmx xi pjan biex dan jitranġa minnufih?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni dettaljata ta' kif se jitranġa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li dan ix-xogħol kien parti mill- proġett tal-moll li sar mid-Dipartiment tal-Marine tal-Ministeru ta' l- Ambjent, għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.", "DJAR - TISWIJA TAD-DJAR", "27097.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li lill-post 3, Flat 4, Triq il- Kavallieri, l-Belt Valletta, d-dipartiment konċernat għamillu s-soqfa ġodda, qed jagħmillu l-madum ta' l-art u jibdillu t-twieqi, waqt li lill- familja Schembri ta' No. 3 Flat 8, Old Bakery Str, Valletta d-dipartiment ma jrid jagħmilha xejn?", "Jaf il-Ministru li s-soqfa ta' dawn il-flats kienu saru fl-istess żmien meta nbena l-block?", "Jaf il-Ministru li t-twieqi tal- familja Schembri tant fihom ħsara li m'humiex tajbin biex jissewwew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol li sar fil-fond 3 Flat 4, Triq il-Kavallieri, Valletta kien jikkonċerna familja evakwata mill-post li kienet toqgħod fih fi Triq Sant' Ursula l-Belt u li ġie affettwat mill-proġett ta' slum clearance f'dawk l- inħawi.", "Evictees ma jaqgħux taħt il-policy dwar tiswijiet tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "Fil-każ ta' 3/8 Old Bakery Street Valletta ġie approvat biss dak ix-xogħol li kien skond il-policy, jiġifieri li jissewwew is-soqfa minn taħt.", "Billi l-Onor.", "Interpellant diġa' għamel diversi mistoqsijiet fuq dan il-fond partikolari, nistiednu biex jekk jixtieq, jista' liberament jindaga direttament mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fejn jiġi muri d-dettalji kollha tal-każijiet indikati.", "SPTAR MONTE CARMELI - LAUNDRY", "27098.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-laundry ta' l-Isptar Monte Carmeli hux se tingħata lill-privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Dipartiment tal-Policy u l- Ippjanar tas-Saħħa ppreżenta studju dettaljat biex titjieb l-effiċjenza u l- kwalita' ta' servizz fil-laundry ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Dan l-istudju ma jissuġġerixxix li dan is-servizz jingħata lill-privat.", "SPTAR MONTE CARMELI - ĦADDIEMA FIL-LAUNDRY", "27099.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru preċiż tal-ħaddiema fil- laundry ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-laundry ta' l-Isptar Monte Carmeli hemm 77 impjegat fi gradi differenti kif jidher hawn taħt:", "1 Supervisor (in charge) 10 Supervisors 21 Health Assistants 20 Hospital Auxiliaries 1 Hospital Orderly 1 Heavy Plant Fitter 2 Laboratory Attendant 8 Labourers 1 Skilled Labourer 1 Plasterer and Painter 1 Plumber 7 Seamstresses 2 Tailors 1 Telephone Operator", "SPTAR MONTE CARMELI - LAUNDRY", "27100.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jiġi stabbilit li xi żmien ilu żewġ ħaddiema tniggżu bil-labar ta' l-injections użati li kienu mal-lott tal- ħwejjeġ għall-ħasil fil-Laundry ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "Xi prekawżjonijiet hemm biex dan ma jsirx aktar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa minnu li kellna żewġ rapporti fejn tniggzu żewġ ħaddiema tal-laundry waqt li kienu qed jissortjaw jew idaħħlu l- ħwejjeġ fil-makni tal-laundry.", "Mill-ewwel ittieħdu l-passi neċessarji biex l-impjegati kkonċernati jingħataw it-trattament u l-attenzjoni medika li kien hemm bżonn.", "Id-dipartiment dejjem jappella lill-impjegati fis-swali biex jiddisponu minn oġġetti bħal labar b'mod korrett.", "L-impjegati li jkunu qed jagħmlu xogħol fuq il-ħwejjeġ maħmuġin ilhom jiġu pprovduti b'ingwanti u ħwejjeġ protettiv biex kemm hu possibbli tkun salvagwardjata s-saħħa ta' l-individwu.", "SPTAR MONTE CARMELI - SUPERVISORS", "27101.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra dawk is- supervisors fl-Isptar Monte Carmeli li jiffirmaw qabel il-ħin u jispiċċa jingħalaq il-Laundry qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FGURA - TROBBIJA TA' ŻIEMEL MA ĠENB L-ISKOLA", "27102.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtoritajiet qatt ma ħadu passi dwar il- każ fejn żiemel qed jinżamm fi stalla maġemb l-iskola tal-Fgura b'inkonvenjent kbir għar-residenti li joqogħdu viċin u hu mifhum li diġa' saru ħafna rapporti dwar dan il-każ iżda s-sid jiftaħar li ħadd ma jista' għalih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar il-każ imsemmi f'din il-mistoqsija parlamentari, ninsab informat li l-pulizija ħadet azzjoni fil-Qorti kontra persuna malli rċeviet rapport dwar dan il-każ.", "Fil-fatt il-kawża bdiet fit-28 ta' Novembru, 1994.", "Il-kawża kienet differita għat-28 ta' Ġunju.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - - KAŻ TA' C. MERCIECA", "27103.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'pensjoni totali hu ntitolat għaliha C. Mercieca ta' 320/1 Two Gates Street, Senglea ID 823931(M) u NI 044697A li kien jaħdem mat-Telemalta u spiċċa l-impieg bl-eta' f'Diċembru 1992?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-liġi tas-Sigurta' Soċjali tipprekludini milli nagħti l-informazzjoni mitluba b'dettalji personali kif ċitati.", "L-Onor.", "Interpellant jista' bil-permess tal-benefiċċarju, jġib l- informazzjoni mitluba mingħand id-Direttur tas-Sigurta' Soċjali.", "RAĦAL ĠDID - ILMA TAX-XITA", "27104.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li tinstab soluzzjoni permanenti għall-problemi ta' l-ilma tax-xita madwar ir-roundabout tat-Telgħa ta' Raħal Ġdid, Raħal Ġdid u minħabba l-qalba tat-triq kif tavviċina lill-istess roundabout?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ENEMALTA - KAŻ TAL-FAMILJA BALDACCHINO", "27105.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinvestiga għaliex il-familja Baldacchino ta' 23, Triq il-Miġja tal-Papa, Senglea li għandha account number 660 51711 għadha ma rċevitx it- Lm12 refund fuq il-kont ta' l-elettriku minkejja li ilhom li għamlu t-talba għal dan ir-refund?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet ħsieb biex il-konsumatur jingħata Lm12 Rebate fil-kont li jmiss.", "SERVIZZI TA' L-ILMA - KAŻ TAL-FAMILJA ZAMMIT", "27106.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinvestiga l-kont ta' l-ilma tal-familja Zammit li toqgħod fi flat f'Camerata 3rd Floor/8, Merchants Street, Valletta li jammonta għal Lm369.09c0?", "Kopja tal-kontijiet qed jintbagħtu (under separate cover).", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-kont ta' l-ilma għall- perjodu mill-15 ta' Lulju sa l-4 ta' Novembru 1994 li jammonta għal Lm369.00 inħadem fuq qari attwali tal-meter.", "Għal żmien twil il-meter reader ma setax jaqra l-meter ta' ilma.", "Għalhekk il-kontijiet sal-5 ta' Lulju 1994 kellhom jinħadmu fuq stima.", "Issa li ttieħed il-qari attwali, l-konsum ta' l-ilma ġie mifrux fuq perjodu itwal taż-żmien u l-konsumatur ġie mogħti tnaqqis ta' Lm289.09.", "ENEMALTA - KAŻ TA' MRS.", "JOSEPHINE GAUCI", "27107.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinvestiga l-kontijiet ta' l-elettriku ta' Mrs. Josephine Gauci armla li toqgħod waħedha Account No. 650 66987 fejn parti mill-kont ta' Lm112.30 qed jidher ammont ta' Lm68.32 taħt spejjeż oħra?", "Kopji riċenti u antiki ta' kontijiet (qed jintbagħtu under separate cover).", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li meta l-meter ta' l- elettriku tas-Sinjura Gauci ġie ttestjat instab li kien difettuż u għalhekk inħasset il-ħtieġa li jiġu riveduti l-kontijiet ta' bejn is-17 ta' Novembru u l-20 ta' April 1992 biex jirriflettu l-konsum użat.", "L-ammont ta' Lm68.32 li jidher taħt \"spejjeż oħra\" hu riżultat tar- reviżjoni li saret.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI: PRINCIPALS/UFFIĊJALI - SAHRA", "27108.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Principals fi skala 9, 8, u 7 u Uffiċjali fi skala 5 li ħadmu overtime bi ħlas fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn Jannar 1994 sal-15 ta' Ġunju, 1995?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id- domanda lill-Ministru konċernat.", "J.P. ADVERTISING LIMITED", "27109.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid huwiex minnu li l-Kumpannija J.P. Advertising ħadet l- advertising account tal-Konferenza Internazzjonali Crans-Montana li qed tiġi organizzata bil-ko-ordinament tal-Ministeru tiegħu?", "Dan sar wara sejħa għall-offerti?", "Liema kienu l-kumpanniji l-oħra ta' l-advertising li ġew ikkonsidrati?", "Fuq liema kriterji saret l-għażla?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li JP Advertising Limited għandha sezzjoni tagħha li normalment tieħu ħsieb u torganizza konferenzi kemm internazzjonali kif wkoll lokali.", "F'Malta bħal issa qiegħda tgħin fl-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-\"Mediterranean Crans-Montana Forum\" li se jsir ġewwa pajjiżna f'Ottubru li ġej.", "Il-JP Advertsing Limited kienu intgħazlu mill-Bank Of Valletta Limited biex tittella' konferenza internazzjonali oħra, jiġifieri dik tal-\"EuroMex\" li kienet se issir ftit jiem biss wara l-\"Mediterranean Crans-Montana Forum\" u minħabba f'hekk ġie deċiż li l-\"EuroMex\" għandha tiġi amalgamata mal-Forum.", "B'riżultat ta'dan, ix-xogħol kollu li kien sar għall-\"EuroMex\" ġie nkorporat fil-programm tal-\"Mediterranean Crans-Montana Forum\" inkluż dik tal-kumpannija JP Advertising Limited li kompliet taħdem fuq l-ippjanar tal- Forum.", "ŻEBBUĠ - PARKEĠĠ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA'", "27110.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jistgħu jittieħdu passi biex il-parking space li hemm Ħaż Żebbuġ għall-vetturi ta' nies b'diżabilita' jitpoġġa f'post ieħor għax fejn hu mhuwiex adattat?", "Jista' jiġi żgurat li dan il-post għall-parking jinżamm liberu għan-nies li għandhom bżonnijiet speċjali u mhux jittieħed minn nies oħra?", "Jistgħu jinżammu liberi l-postijiet għall-parking tan-nies b'diżabililta' quddiem il-Palazz, il-Belt għax dawn qed jiġu okkupati minn nies oħra bil- kunsens tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-responsabilita' ta' fejn jiġu allokati 'reserved parking spaces' għall-persuni b'diżabilita' taqa' taħt il-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku li jaqa' taħt il-Ministeru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "Informat li l-pulizija tagħmel sorveljanza u tieħu azzjoni kull meta tosserva xi abbużi minn postijiet riservati biex isir 'parking' minn persuni b'diżabilita'.", "Fil-fatt fl-ewwel ħames xhur u nofs ta' din is-sena fil-post riservat għal dan il-għan f'Ħaż Żebbuġ ġew imħarka żewġ persuni u fil-post li qiegħed riservat għal dan il-għan fil- pjazza ta' San Ġorġ il-Belt Valletta ġew imħarka mija u tnax 112-il persuna.", "UNJONI EWROPEA - SĦUBIJA TA' MALTA", "27111.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Wara li l-President tal-European People's Party Martens stqarr kategorikament li Malta ġiet eskluża mill-aħħar tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea minħabba f'appoġġ fqir għall-kandidatura Maltija, ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li huwa fl-interess tal-poplu Malti li jgħid speċifikament liema huma dawk il-pajjiżi li wrew appoġġ fqir?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: B'riferenza ghall-mistoqsija parlamentari dwar dak li gie rrapportat li qal il-President tal-Partit Popolari Ewropew Wilfried Martens waqt iz-zjara li ghamel dan l-ahhar f' Malta, dan ghandu biss interess marginali storiku, filwaqt li kull menzjoni tkun soggetta ghall- valutazzjoni proprja.", "Illum dan tilef kull rilevanza fid-dawl tal-grajjiet li sehhew matul dawn l-ahhar 12-il xahar in partikolari.", "Fil-fatt il- Kunsill Ewropew li sar f'Corfu f' Gunju 1994 stqarr li l-fazi tat-tkabbir ta' l-Unjoni li tmiss se tikkomprendi lil Malta.", "Dan l-impenn rega' gie kkonfermat fil-Kunsill Ewropew li sar f'Essen f'Dicembru li ghadda.", "Aktar ricentement, precizament fl-10 ta' April ta' din is-sena, il-Kunsill ghall- Affarijiet Generali ta' l-Unjoni ddecieda li n-negozjati ghas-shubija ma' Malta se jibdew sitt xhur wara t-tmiem tal-Konferenza Intergovernattiva ta' l-1996.", "Ta' min jghid li fit-tliet okkazjonijiet hawn fuq imsemmija, id-decizjoniet li ttiehdu mill-Unjoni Ewropea fi-rigward ta' Malta saru f'isem il-Pajjizi Membri kollha ta' l-istess Unjoni.", "Ghalhekk, dak li hu interessat li jkun jaf il-poplu Malti huwa li llum il-15-il pajjiz Membru tal-Unjoni Ewropea kollha qeghdin jappoggjaw is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u li Malta ghandha tissieheb fl-ewwel tkabbir li jmiss.", "SPTAR SAN LUQA - STRUMENT F'ŻAQQ TA' PAZJENT", "27112.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li saret inkjesta dwar każ fejn tħalla strument f'żaqq ta' pazjent waqt operazzjoni li saret fl-Isptar San Luqa u wara dan il-pazjent kellu jerġa' jinfetaħ mill-ġdid biex jitneħħa l-istrument?", "Jista' l-Ministru jelabora dwar dan il-każ u jgħid x'ħidma għamel il-Bord ta' Inkjesta u jekk wasalx għal xi konklużjonijiet?", "Ittieħdu xi passi oħra mill-Gvern dwar dan il-każ u jekk iva, fiex kienu jikkonsistu dawn il-passi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li aktar minn sena ilu ġie investigat każ simili għaċ-ċirkostanzi li qed isemmi l-Onor.", "Membru u l- Bord ħass li ma kienx hemm passi dixxiplinarji x'jirrakkomanda.", "Fir- rapport tiegħu l-Bord irrakkomanda diversi miżuri prekawzjonarji li kollha ġew implimentati.", "ŻABBAR: STITUT SAGRA FAMILJA - TFAL", "27124.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fl-Istitut Sagra Familja tal-Knisja ta' Ħaż-Żabbar - f'Mediatrix Square, ċioe' li qegħdin alloġġjati magħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi din il- mistoqsija lil min hu konċernat.", "MSIDA - KLINIKA SAN MARK", "27125.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Skond il-liċenzja li għandha St. Mark's Clinic fi Triq Clarence, Msida MSD 10 jista' l-Ministru jgħid tistax issir kirurġija f'din il-klinika li permezz tagħha tinfetaħ iż-żaqq bis-sikkina biex jiġi esplorat l-intern, tinqata' u titneħħa parti mill-musrana l-kbira u jiġu ġonġuti flimkien il- partijiet tal-musrana li jifdal?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Sur Emmanuel Muscat li għandu l-karta ta' l-Identita' bin-numru 375734(M) u li fid-29 ta' Mejju 1995 iddaħħal fis- Sala MS2 ta' l-Isptar San Luqa taħt il-Professur Godfrey Laferla MD, FRCS, Ph.D kienetx saritlu operazzjoni bħal dik msemmija aktar 'il fuq fis-St.", "Mark's Clinic mill-kirurgu Mr. J. Attard MD.", "FRCS preċiżament ġimgħatejn qabel?", "Huwa minnu li matul dawn il-ġimgħatejn bejn il-15 u 29 ta' Mejju is- Sur Muscat kien inżamm rikoverat fl-istess St. Mark's Clinic sakemm kellu jiġi trasferit fl-Isptar San Luqa fejn qatta għaxart ijiem fl-Intensive Therapy Unit wara infezzjoni qawwija li żviluppat fl-intern minħabba fost oħrajn, zbroffar ta' ippurgar mill-parti fejn kienu ġonġuti flimkien l- imsaren li xtered ġol-kavita' taż-żaqq?", "Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ, u jekk jirriżulta li s-St.", "Mark's Clinic ma mxietx skond il-liċenzja maħruġa lilha biex topera jistitwixxi proċeduri skond il-liġi kontra din il-klinika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li mhix il-'policy' tiegħi li nagħmel kummenti li b'xi mod jinpinġu fuq il-konfidenzjalita' ta' informazzjoni ta' natura medika, ninsab informat li l-fatti allegati qed jiġu nvestigati.", "MSIDA: KLINIKA SAN MARK - OPERAZZJONIJIET", "27126.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli jekk il-liċenzja maħruġa mill-Gvern lis-St.", "Mark's Clinic tipprovdiex biex issir kirurġija maġġura fih u biex jinżamm pazjent lejl u nhar wara li tkun saritlu kirurġija ta' din ix-xorta?", "Iħoss il-Ministru li dawk li qed jiġu operati fis-St.", "Mark's Clinic u jinżammu matul il-lejl qed ikunu esposti għal riskji meta l-uniku infermier preżenti barra li jimmedika u jieħu ħsieb erba' jew ħames morda jrid iwieġeb it-telephones, jiftaħ il-bibien meta jiġi xi ħadd u saħansitra jagħmel ħwejjeġ maħmuġin f'soror?", "Klijenti tas-St.", "Mark's Clinic qed jintalbu jħallsu mijiet kbar ta' liri għal operazzjoni li tkun saritilhom.", "Dan apparti minn ħlas ieħor li jinkludi Lm100 għall-anestatista li jagħti l-loppju, Lm80 għas-sala ta' l- operazzjonijiet, u Lm65 kuljum għall-użu ta' kamra.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk it-talba ta' ħlas bħal dan mit-Tabib Joseph N. Borg General Manager tas-St.", "Mark's Clinic jammontax għal ksur ta' regolamenti li jirregolaw il-ħlas ta' operazzjonijiet fi kliniċi privati?", "Jista' l-Ministru jaħtar Bord ta' Inkjesta biex jinvestiga din l-imġieba tas-St.", "Mark's Clinic u kif ukoll tad-diversi Kirurgi u Professjonisti oħra li jaħdmu f'din il-klinika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-klinika San Mark għandha liċenzja valida biex topera bħala 'medical clinic' taħt ir-regolamenti eżistenti.", "Hu fatt magħruf u li anke ngħata pubbliċita' fil-ġurnali li hija 'policy' dikjarata tal-Gvern li l-projbizzjoni ta' l-'overnight stay' fi kliniċi privati ser titneħħa b'riżultat tar-regolamenti ġodda li se jiġu ppubblikati fil-futur qarib.", "Jiena diġa' tlabt lill-Kunsill Mediku biex jagħmilli proposti dwar il- materja tat-tariffi u ninsab informat li l-proposti tal-Kunsill Mediku dalwaqt ikunu finalizzati.", "KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "27127.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex proċedura normali dik li l-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku taħtar Bord ta' l-Għażla bil-għan li jikkonduċi intervista waħda għal mili ta' postijiet f'żewġ gradi separati u distinti minn xulxin, bħalma sar dan l-aħħar fil-promozzjonijiet ta' Manager Nursing Services u Departmental Nurse Manager fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "Kien hemm oġġezzjonijiet għall-ħatra tal-Bord imsemmi lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?", "Jekk iva, x'kien u x'ġie deċiż dwarhom?", "Ittieħdu passi mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara rapport li deher dan l-aħħar f'ġurnal lokali li membri tal-Bord \"urew nuqqas serju ta' professjonalita' meta waqt li kienu qed jikkonduċu l-intervista ta' l- għażla qagħdu jikkritikaw li ċerti kandidati dwar għemil passat tagħhom ... u l-intervista ħadet aktar sura ta' Bord ta' Inkjesta?", "Jekk iva, x'kienu l- passi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qegħda teżamina l-allegazzjonijiet fil-ħarġa ta' l-Alternattiva Demokratika tas-16/30 ta' Ġunju 1995.", "GĦAWDEX - QASAM TAD-DJAR TA' DON ANTON", "27128.", "L-ONOR.", "LOUIS REFALO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħadu daqshekk fit-tul u għadu ma sar xejn fuq HOS ta' Don Anton, x-Xagħra, Għawdex?", "Jaf il-Ministru li hemm familji li ilhom snin li joqogħdu hemm li la għandhom drenaġġ, kemm it-toroq huma fi stat ħażin ħafna u jara li jirrimedja xi ħaġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jinvestiga dan il-każ.", "GĦAWDEX - PUMPING STATION", "27129.", "L-ONOR.", "LOUIS REFALO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinbena l-pumping station tad-drenaġġ ta' Għajn Wajtar f'Xagħra, Għawdex?", "Meta hemm il-ħsieb li tibda tiffunzjona din il-pompa peress li hemm ħafna familji għadhom mingħajr drenaġġ għalkemm l-pajpijiet ilhom aktar minn erba' snin li saru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li x-xogħol fuq din il- Pumping Station għandu jinbeda dalwaqt, dan wara li ġie mogħti l-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u saru xogħlijiet ta' tħejjija għat-tqegħid tal-katusi u xiri tal-pompi.", "SERVIZZ PUBBLIKU - CLERK 1", "27130.", "L-ONOR.", "LOUIS REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw Clerk Grade 1 li ħarġu dan l-aħħar fuq il- Gazzetta tal-Gvern?", "Meta hemm il-ħsieb li se jsirilhom l-interview?", "Kemm hemm li applikaw minn Malta u kemm minn Għawdex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li sad-data ta' l-għeluq imsemmija fil-Gazzetta tal-Gvern, daħlu 1,803 applikazzjoni għal post ta' Clerk Grade 1, li minnhom 89 kienu minn Għawdex.", "Minħabba l-għadd kbir ta' applikazzjonijiet, ix-xogħol biex l- informazzjoni tiġi komputerizzata għadu mhux lest u għad ma ġietx stabbilita' d-data ta' meta se jsir l-interview.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - CLERICAL WARD ASSISTANT/ NURSING AIDES", "27131.", "L-ONOR.", "LOUIS REFALO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħtini breakdown ta' l-applikazzjonijiet għall- Clerical Ward Assistant u tan-Nursing Aids raħal b'raħal f'Malta u Għawdex?", "Meta hemm il-ħsieb li jibdew l-interviews?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li l-informazzjoni tiġi kompilata.", "UNIVERSITA' - ĦATRA TA' CASUAL INSTRUCTORS", "27132.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tal-Casual Instructors li kienu għamlu l-Pedagogy Course 1992/1993?", "Għall-informazzjoni tal-Ministru f'Lulju 1993 kien sar l-eżami u f'Settembru fl-istess sena ħareġ ir-riżultat f'Ġunju/Lulju 1994 ħarġu l- applikazzjonijiet.", "F'Settembru/Ottubru/Novembru 1994 saru l-interviews għal dawk li kienu jikkwalifikaw sal-lum dawn għadhom bla risposta.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Bordijiet ta' l-Għażla li nħatru mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku issottomettew ir-rapporti u għamlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.", "Meta l-proċess jintemm jinħarġu l-ittri tal-ħatra lill-applikanti magħżula.", "LONDRA - FTUĦ TAL-MALTA HOUSE", "27133.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Deputati Parlamentari u Ministri tal-Gvern Londra għall-ftuħ tal-Malta House f'Londra?", "X'kienet in-nefqa totali f'ajru, lukandi u ikliet f'din l-okkażjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li l-Onor Membru qiegħed jirreferi għall-Membri Parlamentari li kienu Londra fl-ewwel ġimgħa ta' Ġunju.", "Fil-bidu ta' Ġunju, numru ta' korporazzjonijiet tal-Gvern organizzaw sensiela ta' avvenimenti bħal seminars u laqgħat ma' rappreżentanti tal- Gvern Ingliż kif ukoll ma' dawk tal-kummerċ f'Londra.", "Dawn l-avvenimenti, li ħafna minnhom isiru fuq bażi regolari, ittellgħu f'dik il-ġimgħa sabiex jikkoinċidu mal-ftuħ uffiċċjali tal-Malta House ġewwa Londra.", "Seba' Membri Parlamentari minn naħa tal-Gvern kienu f'Londra sabiex jipparteċipaw f'dawn l-avvenimenti u għalhekk l-ispejjez tagħhom m'għandhomx jiġu attribwiti għall-ftuħ uffiċċjali tal-Malta House f'Londra.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - IKEL", "27154.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu kilos ta' ikel f'San Vincenz de Paule fl-1994 f'dawk li huwa:", "(a) laħam; (b) tiġieġ; (c) ħaxix; (d) bajd; (e) ħut; u (f) ħobż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-kwantita' ta' ikel li ddaħħal ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule fl-1994 huwa kif spjegat hawn taħt:", "Laħam - 1582.8 kilogrammi Tiġieġ - 76336.8 kilogrammi Ħaxix - 244247.0 kilogrammi Bajd - 505260 bajda Ħut - 5515.0 kilogrammi Ħobż - 151029.0 kilogrammi", "DIPARTIMENT TAL-KURA PRIMARJA - KONSULENTI", "27155.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Qegħdin nisimgħu mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Dr L. Deguara li issa se jitpoġġew konsulenti speċjalisti fil-Polikliniċi jew Ċentri tas-Saħħa.", "Din kienet il-policy li ħaddan u ħaddem diġa' Gvern Laburista qabel l-1987 u li twaqqfet hekk kif tela' dan il-Gvern.", "Jista' l-Ministru jispjega x'kienu r-raġunijiet li din il-policy twaqqfet fl-1987 u issa f'daqqa waħda qed jingħad li se jkollhom effett tajjeb fuq it-tmexxija f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li kuntrarjament għal dak li qed isostni l-Onor.", "Interpellant, is-servizzi speċjalizzati fl-Oftalmija, Maternita', Psikjatrija u Dijabete fiċ-Ċentri tas-Saħħa minn dipartimenti fl-isptar tkomplew.", "Il-pjanijiet huma li l-konsulenti l-ġodda jkunu maħtura fid-Dipartiment tal-Kura Primarja u jaħdmu fi ħdanu fuq bażi 'full- time'.", "Dan hu mistenni jissarraf f'titjib sostanzjali f'dan il-qasam meta mqabbel mal-ftit sigħat li speċjalisti mill-isptar iqattgħu fiċ-Ċentri tas- Saħħa fis-sistema li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "SPTAR SAN LUQA - REFURBISHMENT", "27156.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' refurbishment fl-Isptar San Luqa?", "Liema swali tlestew u l-oħrajn li għadhom ma nbdewx?", "Għaliex il-Ward M7 għadu fi stat miskin tant li ħafna pazjenti jilmentaw mhux mill-kura li jieħu iżda minn dan l-istat ħażin li dan il-ward tħalla jaqa' fih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li x-xogħol tar-'refurbishment' ta' l-Isptar San Luqa kien preċedut minn xogħol ta' ippjanar dettaljat sa ma ttieħdu d-deċiżjonijiet importanti li jolqtu l-kumpless kollu.", "L-implimentazzjoni nbdiet f'Jannar, 1994 u l-progress li sar s'issa kien dan:", "Xogħol kompletat:", "- Żewġ 'substations' ġodda", "- Trinek għad-distribuzzjoni ġdida tal-elettriku u servizzi oħra", "- 'Lift' ġdid għall-viżitaturi", "- 'Condensors' ġodda għall-'air conditioners' ta' l-ITU u 'Main Theatres'", "- Spiżerija ġdida għall-'in-patients'", "- Żewġ tejatri ta' l-Ortopedija", "- Żewġ 'wards' fil-blokk ġdid ('Fairyland' u 'Wonderland')", "- 'St Michael's Ward'", "Xogħol fi stat avvanzat (fi stadji diversi)", "- 'Substation' ta' l-Enemalta", "- Żewġ liftijiet ġodda", "- 'Main Switchboard' ġdid", "- Ċilindru ġdid ta' l-Ossiġinu u sistema ġdida ta' distribuzzjoni", "- 'Refurbishment' ta' tliet 'wards' (li kienu WOD, WS2, WS1)", "- Dipartiment ta' l-Emerġenza - 'Day Surgery Unit'", "- 'Psychiatric Unit' ġdid", "Xogħol li jinbeda fix-xhur li ġejjin", "- 'Refurbishment' ta' tliet 'wards' (fejn bħalissa hemm MOD, MS 2, MS 1)", "- Bdil taż-żewġ 'lifts' prinċipali", "- 'Data Centre'", "- 'Refurbishment' ta' l-'Emergency Laboratory'", "Dwar il-'Ward M7', l-Onor.", "Interpellant jaf li proprju fil-jiem li għaddew ngħata bidu għall-xogħol ta' 'upgrading' kemm tal-'ward' kif ukoll tar-'Renal Unit' bħala miżura temporanja sakemm isir ir-'refurbishment' skond il-pjan.", "Dawn ix-xogħlijiet kollha saru filwaqt li l-Isptar San Luqa baqa' jagħti s-servizzi tiegħu kollha.", "GĦAWDEX - ŻRIEGĦ TA' SIĠAR", "27157.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispjega kif qiegħed jitħalla li jinżergħu siġar mhux indiġjeni fil-proġetti ta' afforestazzjoni ġewwa Għawdex meta dan imur kontra l-policy tal-Pjan ta' Struttura RCO31?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi d- domanda tieghu lill-Ministru responsabbli għall-affarijiet ta' Għawdex.", "SIĠĠIEWI - SPAZJU QUDDIEM L-APPARTAMENTI F'BINJA ĦESRI", "27158.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ppjanat li se jsir minn dak l-ispazju miftuħ li hemm quddiem l-appartamenti ta' Binja Ħesri, s-Siġġiewi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ħsieb hu li dik il- medda art issir ġnien pubbliku.", "Fuq dan sar qbil ukoll bejn il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "WIED IL-GĦAJN - KATUSI TAD-DRENAĠĠ", "27159.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-katusi tal-main tad-drenaġġ il-ġdid li qiegħed isir mill-kuntrattur ġewwa Wied il-Għajn, ma tpoġġewx fil-livell mixtieq u minħabba f'hekk se jkollhom jerġgħu jinqalgħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTARD - PROVVISTA TA' ILMA", "27160.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għas-sospensjoni tas-servizz ta' l-ilma ġewwa H'Attard nhar is-16 ta' Ġunju, 1995?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-raġuni għas-sospensjoni tal-provvista ta' l-ilma f'Ħ'Attard fis-16 ta' Ġunju 1995 kienet minħabba ħsara li żviluppat fuq il-main prinċipali ta' l-ilma li jinsab fi Triq Psaila Birkirkara.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet ħsieb li l-ħsara tissewwa fl-iqsar żmien possibbli.", "DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "27161.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Liema huma dawk l-iskemi li bħalissa qed tħaddem l- Awtorita' tad-Djar għal min irid jixtri, jikri jew jirranġa daru?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-Awtorita' tad-Djar qed tħaddem din l-iskema:- 1) Skema I", "Biex residenti li joqogħdu fi proprjeta'residenzjali tal-Gvern ikunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom.", "Hemm skemi oħra li s'issa huma amministrati mid-Dipartiment tad-Djar.", "SOSPENSJONI FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "27162.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġiet sospiża l-provvista ta' l- ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-1 ta' Ġunju 1995 sal- lum?", "X'kienu r-raġunijiet għal dawn is-sospensjonijiet?", "X'kien il-perjodu ta' ħin ta' kull sospensjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "TĦAFFIR TA' TRINEK MILL-KUNTRATTURI", "27166.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tat-Toroq mhux qed joħroġ jew jagħti l-permess għal tħaffir ta' trinek eċċ., lil dawk il-kuntratturi li jkunu ħadu t-tenders?", "Huwa veru li l-Bond li qiegħed isir mill-kuntratturi mal-Banek mhux qiegħed jiġi aċċettat jew mogħti lura?", "Għaliex?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li d-Dipartiment tat-Toroq issa ilu żmien li qed jesiġi li l-kuntratturi li jħaffru t-trinek jipproduċu garanzija bankarja sabiex tagħmel tajjeb għal xi xogħol li jkun ma sarx kif għandu jkun minnhom stess.", "Din il-garanzija torbot għal sentejn.", "Bħalissa għandna (12) tnax-il kuntrattur li għandhom garanzija bankarja miftuħa u li qed jaħdmu għal-privat.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija, r-risposta hija fin-negattiv.", "BANK ĊENTRALI - ĊEKKIJIET MAĦRUĠA MID-DIPARTIMENTI TAL-GVERN", "27167.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'ifissru u x'effett għandhom il-kliem \"This receipt will be accepted as an endorsement\" stampati wara (a tergo) taċ- cheques li joħorġu d-Dipartimenti tal-Gvern fuq is-Central Bank of Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - PERMESS GĦALL-FTUĦ TA' SHOWROOM", "27168.", "L-ONOR.", "GEORGE HYZLER staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn ta' xi permess mill-pulizija biex wieħed jiftaħ \"showroom\" għall-karozzi, u jekk iva jintalab in-\"neighbours consent\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li persuna li tkun trid tiftaħ post bħala 'showroom' tal-vetturi trid l-ewwelnett liċenzja li tinkiseb mid- Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar ta' Vetturi biex tagħmilha ta' 'dealer' tal-vetturi.", "Trid ukoll tagħmel applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar li wara li toħroġ il-permessi meħtieġa tkun tista' ssir applikazzjoni mal-pulizija.", "Il-pulizija filwaqt li tkun tipproċessa l-applikazzjoni titlob il-veduti tad-dipartimenti tal-gvern u parastatali konċernati.", "Waqt l-ipproċessar ta' applikazzjoni msemmija ssir in-'neighbours consent form'.", "BIRKIRKARA: HAS SAJJIED - TAPPIERA TAD-DRENAĠĠ", "27184.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jieħu passi mmedjati biex tiġi msewwija t-tappiera tad-drenaġġ li hemm quddiem 6 Alley 1, Ħas-Sajjied Street, Birkirkara?", "Wara li ġiet impoġġija fil-għoli din issa sfrondat f'nofs triq b'periklu għall- karrozzi u kull min jgħaddi minn hemm.", "Id-diversi ilmenti li saru mal- pulizija ma waslu mkien.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li t-tappiera tad-drenaġġ li hemm quddiem 6 Alley 1 Ħas-Sajjied Birkirkara ġiet irranġata nhar il- Ħamis 22 u l-Ġimgħa 23 ta' Ġunju.", "GĦAWDEX - ĊENTRU TAR-RABAT", "27185.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: X'passi ħa l-Ministeru għal Għawdex biex iċ-ċentru tar-Rabat jitqies bħalha zona turistika u b'hekk il-ħwienet f'din iż-zona jkollhom liċenzja li tippermettilhom joperaw skond il-ħinijiet u l-ġranet li huma permessi f'zona turistika?", "Jista' l-Ministeru jirranġa biex din il-bidla fil-klassifika taċ-ċentru tar-Rabat isseħħ?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Napprezza li xi sidien tal-ħwienet fir-Rabat, Għawdex ikunu jixtiequ li jiftħu skond il-ħinijiet stabbiliti bil-liġi għal zoni turistiċi u nħares lejha favorevolment kieku kellha ssir talba mis- sidien tal-ħwienet jew għaqda taghħom f'dan ir-rigward.", "LIJA - VILLA FRANCIA", "27186.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fir-rigward ta' Villa Francia, Ħal Lija?", "In vista tal-proposta tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija biex din il- Villa tintuża bħala dar ta' l-Anzjani, u in vista tal-fatt li din il-Villa qed tispiċċa mitluqa u mħarbta, jistgħu jittieħdu miżuri espedittivi biex il-villa tiġi salvata, msewwija w utilizzata skond il-provedimenti tat- testment li fdaha f'idejn il-Gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda numru 5316 u 23307.", "Nerġa' nikkonferma li ma tistax tittieħed azzjoni dwar l-użu ta' Villa Francia qabel ma tinqata' l-kawża li l-Gvern għandu kontra l-eżekutur testamentari ta' Francia biex il-Gvern jiġi mmess fil-pussess tal-villa li ġiet imħollija lill-Gvern b'legat.", "BEJJIEGĦ TAL-MONTI - TALBA GĦALL-BEJGĦ TA' ŻRABEN", "27189.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni bejjiegħ tal-Monti li diġa' għandu permess li jbiegħ household goods, ladies, gents & children's under and outer wear u talab biex iżid ladies & gents footwear ma ngħatax dan il- permess, skond il-pulizija on ground of policy?", "X'inhuma dawn il-ground of policy?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux il-policy tad-Dipartiment li jiżdied il-bejgħ ta' oġġetti oħra, jekk it-talba ma tkunx kompatibbli mal-ġeneru ta' dawk l- oġġetti koperti fil-liċenzja eżistenti.", "GĦAWDEX - ĊENTRU TA' DISTRIBUZZJONI TAD-DAWL", "27190.", "L-ONOR.", "LOUIS REFALO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa għal min joqgħod ħdejn id-Distribution Centre tad-Dawl f'Għawdex peress li aktar m'hu qed jgħaddi ż-żmien aktar qed tagħmel ħsejjes speċjalment matul il-lejl?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "SANTA VENERA - MAKKINARJU F'OQSMA RESIDENZJALI", "27191.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'rappreżentanzi saru mill-Kunsill ta' Santa Venera u mir- residenti dwar użu ta' makkinarju li jħossu li m'għandux jintuża f'oqsma residenzjali?", "X'passi ħa jew qed jieħu l-Gvern?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Kunsill Lokali ta' Sta.", "Venera kien issottometta rapport fl-10 ta' April 1995 fejn kien qed jiġi allegat li l- bini huwa proprjeta' tad-ditta F Busuttil & Sons Ltd, Sta Venera Square, Sta Venera kien qed jintuża bħala Cold Stores u użu ieħor kummerċjali mingħajr il-permessi neċessarji.", "Dan kien qed joħloq inkonvenjent lir- residenti tal-qrib minħabba ħsejjes eċċessivi ikkreati minn makkinarju li kien qed jitħaddem.", "L-Enforcement Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar investigat il-każ u rriżulta dan li ġej:", "Il-PAPB kienet ħarġet \"clearance\" fl-1 ta' Diċembru 1992 skond Nru tal- File PAPB Police 311/92, u dan skond il-proċedura ta' dak iż-żmien.", "Pero' l- uffiċċju tal-liċenzja qatt ma laħaq irilaxxa xi liċenzja biex dan il-bini jintuża f'dan is-sens.", "Il-bini huwa kopert bil-permess tal-bini PB 2148/90/5037/89.", "Fil-fatt il-pulizija bdiet proċeduri Legali fil-Qorti kontra d-ditta F Busuttil & Sons Ltd.", "Minn informazzjoni li għandna, il-Qorti ħatret esperti għal rapport (Perizja).", "L-Enforcement Unit se tara x'tip ta' azzjonijiet jistgħu jittieħdu fiċ- ċirkostanzi.", "Fil-frattemp qegħdin isiru konsultazzjonijiet ma' l-uffiċċju ta' l-Avukat tar-Repubblika.", "MSIDA: TRIQ CLARENCE - SPEZZJONI F'FOND NRU.", "11", "27197.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex issir il-housing inspection imwiegħda tal-fond Nru. 11, Clarence Str, Msida (Azzopardi)?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-uffiċjali tad-Dipartiment konċernat se jispezzjonaw il-fond fil-jiem li ġejjin.", "ŻABBAR - TNEĦĦIJA TA' WIRES TAD-DAWL", "27207.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb tirrimedja ma ddumx dwar il-każ tas-Sinjuri Abela ta' \"Haven Lodge\" fi Triq il-President tar-Repubblika, f'Ħaż-Żabbar u tad-dar ta' maġenbha \"Doisa Hse\", peress illi għandhom il- wire għaddej imdendel minn quddiem il-veranda u għalhekk jidher ukoll li se jkollhom diffikulta' biex jingħataw id-dawl domestiku?", "Taf li huma ilhom ħafna jitħabtu biex jinstab rimedju għal dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "RAĦAL ĠDID - TISWIJA TA' TOROQ", "27208.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-bankina minn taħt il-Paola Wolves sa taħt Kordin Flats, Paola tiġi rranġata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25712 Seduta 409.", "VAPURI TAL-GOZO CHANNEL - FAĊILITAJIET GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA'", "27224.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jara jekk jogħġbu x'passi ttieħdu biex għallinqas fuq wieħed mill- vapuri tal-Gozo Channel jiddaħħal lift li bih ċittadini bi bżonnijiet speċjali u nies morda jkunu jistgħu jittellgħu mill-car deck għad-decks l- oħra tal-passiġġiera u mhux ikollhom jibqgħu f'kondizzjonijiet xejn tajba fuq l-istess car deck tul it-traġitt bejn Għawdex u Malta?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jien informat li l-kumpannija Gozo Channel hija konxja tan-nuqqas ta' faċilitajiet fuq il-vapuri biex persuni bi bżonnijiet speċjali u morda jkunu jistgħu jitilgħu fid-decks tal-passiġġieri.", "Fil- fatt il-kumpannija qed tikkonsidra x'passi tista' tieħu biex tipprovdi dawn il-faċilitajiet għall-inqas fuq wieħed mill-vapuri tagħha.", "SPTAR SAN LUQA - TESTIJIET GĦAL TFAL GĦAWDXIN NEQSIN MIS-SMIEGĦ", "27225.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minn meta s-servizz li bih it- tfal Għawdxin nieqsa mis-smiegħ u li jsirilhom \"mould\" ta' widinthom, ġie trasferit mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal dak tas-saħħa, dan is- servizz isir biss f'Malta u mhux aktar f'Għawdex, b'inkonvenjent kbir għall- familji konċernati?", "Jista' dan is-servizz jerġa' jibda jingħata f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-maġġoranza tat-tfal li jkollhom bżonn ta' 'mould' ikollhom bżonn ukoll ta' 'assessment' u 'hearing tests' li jistgħu jsiru biss fid-Dipartiment tal-Audioloġija fl-Isptar San Luqa minħabba li dan jinħtieġ l-użu ta' apparat sofistikat li għandna bħalu fl-Isptar San Luqa biss.", "Tajt struzzjonijiet biex f'każi ta' tfal li jinħtieġu biss il-'mould' u li l-każ tagħhom jippermetti, dan isir ġo l-Isptar ta' Għawdex, basta ma jkunx ta' detriment għall-ħteġijiet tat-tfal infushom.", "LIĠI TAL-FINANZJAMENT", "27226.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-Liġi tal-Finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat hijiex se titressaq quddiem dan il-Parlament f'din il- leġislatura?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonferma li hu ħsieb tal-Gvern li r-riformi kollha li originarjament kienu ġew proposti minnu fil-'White Paper' \"Il- Bidla Tkompli....\", inklużi dawk mressqa dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi, jitressqu f'din il-leġislatura.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant li kien membru tal-Kummissjoni mwaqqfa mill- Gvern fuq dan is-suġġett, il-Kummissjoni ssottomettiet ir-rapport tagħha lill-Gvern fil-bidu ta' Ġunju u kopja tar-rapport tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra fit-12 ta' Ġunju 1995.", "Malli tippermetti l-aġenda twila ta' xogħol li għandu l-Gvern, jittieħdu l-passi li hemm bżonn biex il-Parlament jesprimi ruħhu dwar il-proposta.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - KAŻ BIL-FILE NO.", "3048/94", "27227.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26956 dwar permess PA 3048/94 tal-Planning Authority billi inti għidt fit-tweġiba tiegħek li kieku saret oġġezzjoni milli din kienet tkun kkonsidrata xorta waħda, tikkonferma li fil-fatt il-persuna kkonċernata oġġezzjonat kif ġej:", "Objection D.D. 14.7.94 liċ-Chairman Planning Authority ACK.", "6125 D.D. 20.7.94.", "Objection D.D. 19.7.94 mogħtija by hand fejn intalab permess biex tkun preżenti flimkien mal-perit tagħha meta l-każ kellu jiġi diskuss - ittri ndirizzati liċ-Chairman tal-PA mogħtija lill-Ministru ta' l-Ambjent D.D. 18.8.94 ACK 3266 D.D. 23.8.94?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li Objection DD 14/07/94 mibgħuta mis-Sur Carmel Borg waslet għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u qiegħda fil-file 3048/94.", "Objection DD 19/07/94 mogħtija \"by hand\" fejn intalab permess biex il- persuna konċernata tkun preżenti flimkien mal-perit tagħha meta l-każ kellu jiġi diskuss - ittri indirizzati liċ-Chairman ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar mogħtija lill-Ministru ta' l-Ambjent DD 18/08/94 Ack 3266 DD 23/08/94 - waslu għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u qegħdin fil-file 3048/94.", "Fis-7 ta' Ottubru 1994 permezz ta' ittra lis-Sur Carmel Borg mill-PRO ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġie spjegat li l-permess kien ħareġ u x-xogħol kien qed isir skond il-liġijiet sanitarji."]} {"filename": "19981212_031d_par.doc", "date": "1998-12-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 31 It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 31", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "31", "It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 623", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 624", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA ESTIMI ĠENERALI 1999 IS-SITT JUM STABBILIT MINISTERU GĦAT-TURIŻMU 631", "AĠĠORNAMENT 661", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 661", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hemm korrezzjonijiet għall-minuti?", "L- Onor. Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fil-minuti hemm imniżżel li f'12.01 p.m. l- Onor. Evarist Bartolo ppropona li l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli jinstema'.", "Fil-fatt ma kenux 12.01 p.m. imma kienu 11.58 a.m. u meta l-Kamra ġiet sospiża kienu 12.02 p.m.", "Barra minn hekk, fil-minuti m'hemmx imniżżel li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta avviż li se jressaq mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker, lanqas li stieden lill-gvern, naturament bi qbil, biex issir diskussjoni dwar dan il-vot ta' sfiduċja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, dwar il-kwestjoni tal-ħin inħalli f'idejn is-Sedja pero' dwar l-avviż għall- mozzjoni ta' sfiduċja nirrepeti dak li għedt f'okkażjonijiet preċedenti, li dawn l-affarijiet ma jiġux reġistrati fil-minuti.", "Dak li jingħad f'din il- Kamra jiġi recorded fit-transcript tad-debate.", "Il-minuti jirreġistraw il- fatti bħala fatti.", "Li bniedem iqum fil-Kamra u jagħti avviż ta' xi ħaġa jew jgħid xi ħaġa, normalment ma titniżżilx fil-minuti.", "Għar-rigward tal-ħin, jekk kenux 12.02 p.m. jew 11.58 a.m. għal din in- naħa ftit tagħmel differenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela nitlob biex nara jekk fit-transcript hemmx imniżżel li l-oppożizzjoni telqet 'il barra bi protesta.", "Jekk m'hijiex imniżżla fit-transcript allura għandha titniżżel fil-minuti.", "MR SPEAKER: Mela fil-minuti ssir korrezzjoni għall-ħin u nikkonferma li fit-transcript hemm reġistrat li l-oppożizzjoni telqet 'il barra bi protesta.", "Il-minuti jistgħu issa jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva) Il-minuti huma kkonfermati.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 30 li saret fit-12 ta' Diċembru 1998, kif emendati, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KUNTRATTI", "1268.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-perjodu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-gvern preżenti?", "Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru?", "Għalfejn twaqqfu?", "Min tqabbad minflokhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru tas-Saħħa): Saret direct order waħda bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-10 ta' Novembru, 1998 mid-dipartment tas-saħħa.", "a) id-direct order kienet għat-tiswija ta' 154 hearing aid;", "b) ma saru ebda specifications minħabba li x-xogħol kien ta' tiswija;", "c) l-award saret wara li ngħatat l-awtorita' mill-ministeru tal-finanzi;", "d) ma sarux quotations minħabba l-fatt li offerta li kienet saret f'Novembru 1996 kienet ikkwotata ferm ogħla bi prezz li jvarja bejn Lm43 u Lm82 kull hearing aid; e) il-quotation li giet aċċettata kienet tammonta għal £Stg 6190.80 (Lm3943.18) jew Stg40.40 (Lm25.60) kull waħda;", "f) id-ditta Starkey Laboratories Ltd. ta' Cheshire fl-Ingilterra ngħatat l- ordni;", "g) ma ngħataw ebda extensions.", "Ma nstabx li kien hemm xi suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz lid-dipartiment qabel il-5 ta' Settembru u twaqqfu.", "Ingħataw ukoll żewg direct orders bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru mid-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi.", "Dawn kienu kif jidher hawn taħt u ngħataw bħala direct order wara sejħa għall-offerti taħt ir- regoli tat-tenders - ċioe' saru l-ispeċifikazzjonijiet relevanti; ħareg avviż fuq il-Gazzetta tal-Gvern; ġew evalwati l-offerti kollha wara d-data ta' l-għeluq - waħda kienet għax-xiri ta' thorascopic instruments, għall- kwantita' ta' 60 (strumenti varji) u ngħatat lill-Associated Equipment Ltd għall-prezz totali ta' Lm2395; it-tieni każ kien għax-xiri ta' vitamin B complex tabs u ngħatat lil GBY Supplies għall-kwantita' ta' 856,000 tablets bil-prezz ta' £Stg4.44/1000 tab.", "L-ebda offerta ma ssodisfat l- ispeċifikazzjonijiet u l-kondizzjonijiet tat-tender.", "Fiċ-ċirkostanzi, li ma ppermettewx li tiġi pproċessata tender oħra, fiż-żewg każi u fejn dawn l- offerti kienu l-eqreb lejn l-ispeċifikazzjonijiet u l-iżjed vantaġġużi għad- dipartiment, l-ordni kellha tingħata b'direct order.", "M'hijiex l-abitudni ta' dan id-dipartiment li wara li jingħata kuntratt, il-kuntrattur konċernat jitwaqqaf milli jkompli jagħti dak is-servizz jekk mhux għal raġunijiet assolutament validi, cioe' li l-kuntrattur innifsu jagħmel talba biex jinħall mill-kuntratt peress li ma jkunx fil-pożizzjoni li jonora l-kuntratt minħabba raġunijiet varji.", "Id-dipartiment jikkonsidra li jwaqqaf kuntratti biss meta l-kuntrattur ma jkunx qed jonora l-kuntratt kif mogħti lilu jew minħabba li l-prodott li jkun qed jissupplixxi jinstab li ma jkunx ta' livell aċċettabbli skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt.", "Bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru, kien hemm tliet każi fejn id- dipartiment tal-kuntratti għamel black listing ta' tliet suppliers, hawn taħt imsemmija, fuq parir tal-GPs:- PARADRUCO LTD., (UK): minħabba li ma baqax jonora d-diversi kuntratti li kellu ma' dan id-dipartiment; ALDO UNION (SPANJA): minħabba irregolarita' teknika dwar ċertifikat fuq prodott ta' mediċina; M.S. MEDICORD (MALTA): minħabba li minkejja diversi attentati sabiex isir kuntratt miegħu, sew bil-posta reġistrata kif ukoll bil-kurrier, id-dipartiment baqa' ma rċieva l-ebda tweġiba għaliex naqas li jissupplixxi l-kunsinni rikjesti.", "F'kazijiet simili, id-dipartiment ma jqabbad l-ebda kuntrattur ieħor floku iżda l-prattika tkun li terġa' toħroġ sejħa pubblika oħra ġdida għal offerti.", "SAĦĦA - PAZJENTI MIBGĦUTA BARRA", "1299.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm pazjenti ġew imsiefra barra minn Malta għall-kura medika matul dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-etajiet tal-pazjenti u kemm kienet l-ispiża relatata, sena b'sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): 1.", "Matul dawn l-aħħar erba' snin intbagħtu:", "|Sena |Nru. ta' |Spiża | | |pazjent |LM | |1994 |546 | | | | |1,366,185 | |1995 |318 | | | | |1,407,804 | |1996 |326 | | | | |631,727 | |1997 |291 | | | | |533,696 |", "3.", "L-etajiet kienu:", "Sa 14-il sena - 39% Bejn 15 - 40 sena - 34% Bejn 41 - 60 sena - 22% Minn 61 'il fuq - 5%", "SAĦĦA - MAMMOGRAPHY UNIT", "2139.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-mammography unit?", "Lil kemm-il pazjenta jista' jagħti servizz kuljum?", "Kemm kienu l- pazjenti li għamlu użu minn din il-unit minn meta twaqqaf?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Il-mammography unit fl- Isptar San Luqa beda jiffunzjona fl-1995.", "Għall-bidu kienu jsiru ħames mammograms kuljum, li magħhom kienu jsiru wkoll każijiet urġenti.", "Illum in- numru żdied għal 8 kuljum flimkien ma' każijiet urġenti.", "In-numru ta' pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz mill-1995 s'issa hu ta' madwar 5,500.", "Ma' dawn wieħed irid iżid 50 oħra li kellhom bżonn percutaneous mammography guided wire localization għad-dijanjosi bikrija ta' cancer tas-sider.", "SAĦĦA - ENROLLED NURSE", "2281.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Michael Bonnici) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid f'liema skola tinsab l- enrolled nurse bl-I.D. No. 548253(M), li isimha u kunjomha qed jintbagħtu separatament?", "Minn meta kienet stabilita fuq din l-iskala fis-servizz pubbliku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): L-enrolled nurse li għaliha qed tirriferi l-Onor.", "Interpellant qiegħda, skond ir-records tad- diviżjoni tas-saħħa, fi skala 12 b'seħħ mit-18 ta' Mejju, 1994.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "2376.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru 1996 u Awissu 1998?", "Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm kienu l-infermiera ttrasferiti kull darba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): In-numru ta' infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 huwa ta' 244.", "Minn dawn kien hemm 48 staff nurse u 150 enrolled nurse.", "Id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba huwa kif ġej:", "|Data |Nru ta' |Data |Nru ta'| | |infermiera| |infermi| | |trasferiti| |era | | | | |trasfer| | | | |iti | |27.02.9|81 |23.12.9|2 | |7 | |7 | | |28.02.9|1 |14.01.9|2 | |7 | |8 | | |03.04.9|2 |15.01.9|1 | |7 | |8 | | |04.04.9|15 |16.01.9|2 | |7 | |8 | | |11.04.9|1 |22.01.9|1 | |7 | |8 | | |18.04.9|1 |23.01.9|2 | |7 | |8 | | |09.05.9|13 |29.01.9|3 | |7 | |8 | | |19.05.9|1 |16.02.9|6 | |7 | |8 | | |11.06.9|2 |24.02.9|1 | |7 | |8 | | |17.06.9|4 |03.03.9|2 | |7 | |8 | | |11.07.9|4 |06.03.9|1 | |7 | |8 | | |14.07.9|11 |03.04.9|2 | |7 | |8 | | |17.07.9|2 |20.04.9|1 | |7 | |8 | | |18.07.9|3 |27.04.9|5 | |7 | |8 | | |01.03.9|1 |22.05.9|2 | |7 | |8 | | |07.08.9|3 |03.06.9|2 | |7 | |8 | | |08.08.9|2 |08.06.9|3 | |7 | |8 | | |12.08.9|1 |15.06.9|2 | |7 | |8 | | |21.08.9|5 |19.06.9|8 | |7 | |8 | | |26.08.9|2 |13.07.9|3 | |7 | |8 | | |01.09.9|12 |16.07.9|1 | |7 | |8 | | |23.09.9|1 |28.07.9|2 | |7 | |8 | | |13.10.9|1 |03.08.9|8 | |7 | |8 | | |31.10.9|1 |11.08.9|1 | |7 | |8 | | |10.11.9|1 |19.08.9|3 | |7 | |8 | | |17.11.9|1 |24.08.9|4 | |7 | |8 | | |25.11.9|1 |27.08.9|1 | |7 | |8 | |", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - MOBILE PHONES", "1298.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l- 10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hi responsabbli, tista' tgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali)(f'isem il-Ministru għal Għawdex): Bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-10 ta' Novembru, 1998: a) il-ministeru għal Għawdex kien qed jagħmel użu minn żewġ mobile phones;", "b) dawn kienu nxtraw mingħand Telecell Ltd kif ġej: Nokia TC 232 għall- prezz ta' Lm129.99 fid-29 ta' Novembru, 1996; u Nokia 8110 għall-prezz ta' Lm225.00 fis-26 ta' Awissu, 1997.", "c) il-mobile phone Nokia 8110 qed jintuża minni filwaqt li l-ieħor qed jintuża mill-assistent personali tiegħi;", "d) iż-żewġ mobile phones kienu qed jintużaw qabel il-5 ta' Settembru, 1998.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Tista', jekk jogħġobha, il- Ministru għal Għawdex tgħidilna ftit fiex wasal il-proġett li kien hemm biex is-self-employed iż-żgħar t'Għawdex jiġu placed f'parti ċentrali, in- naħa ta' wara r-racecourse ta' Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi, f'isem il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'isem il-Ministru għal Għawdex, nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jagħmel mistoqsija bil-miktub u nkunu nistgħu nwiġbuh bid-dettalji kollha.", "Pero' jiena, bħala ministru għall-politika soċjali, naf żgur li dan is-suġġett qed jiġi diskuss u eżaminat, anke fid-dawl ta' l- iżviluppi li jista' jkun hemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' opportunitajiet ġodda ta' xogħol għas-self-employed iż-żgħar f'Għawdex, kif ukoll għall-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol oħrajn.", "Żgur li 'l quddiem il-ministeru għal Għawdex ikun jista' jagħmel il- pożizzjoni tiegħu iktar ċara fuq dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista', jekk jogħġobha, il-Ministru għal Għawdex tgħidilna jekk kienx hemm xi żviluppi fil-proġett għall-golf course f'Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi, f'isem il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Anke jekk din il-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn mal-mobile phones u mal-mistoqsija oriġinali, f'isem il-Ministru għal Għawdex inwieġeb li għal dak li għandu x'jaqsam mal-golf course f'Għawdex qed isiru konsiderazzjonijiet fil-livell ta' ministeru u eventwalment dan jiġi diskuss anke fil-livell ta' kabinett.", "F'dak l-istadju mbagħad il-gvern ikun jista' jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara anke fuq dan il-proġett.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, tista', jekk jogħġobha, il-Ministru għal Għawdex tgħidilna jekk issa huwiex eskluż kompletament li tinbena yacht marina f'Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi, f'isem il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'isem il-Ministru għal Għawdex se nwieġeb ukoll din il-mistoqsija supplimentari, li again żgur li m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "Inkwantu għal dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-proġett, diġa' saru dikjarazzjonijiet pubbliċi li juru biċ-ċar li fuq dak il-proġett ma kienx hemm ħsieb serju biżżejjed min-naħa tal-Gvern Laburista preċedenti.", "Pero' fl-istess waqt bl-ebda mod ma rrid infisser li m'hemmx diskussjonijiet u konsiderazzjonijiet serji biex f'Għawdex isir l-iżvilupp kollu li hemm bżonn ħalli jinħolqu aktar opportunitajiet ta' xogħol u Għawdex ikompli jiżviluppa ekonomikament għall-ġid ta' l-Għawdxin kollha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista', jekk jogħġobha, il-Ministru għal Għawdex tgħidilna jekk kienx hemm xi żvilupp fl-idea li terġa' tinfetaħ it-talba għal casino f'Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi, f'isem il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'isem il-Ministru għal Għawdex inwieġeb bl-istess mod kif weġibt il-mistoqsija supplimentari preċedenti u nistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel mistoqsija bil-miktub lill-Ministru għal Għawdex u m'għandix l-iċken dubju li l-Onor.", "Giovanna Debono tkun f'pożizzjoni li twieġbu fid-dettall.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista' jekk jogħġobha, il-Ministru għal Għawdex tgħidilna fiex waslet il-proposta li jiġi stallat telephone fin-naħa t'isfel tal-bajja ta' San Lawrenz?", "MR SPEAKER: Niġbed ftit l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru biex kemm jista' jkun il-mistoqsija supplimentari jirrelataha mad-domanda oriġinali, ħalli anke nagħtu iktar ċans lil membri oħra jagħmlu d-domandi.", "Nitlob lill- Ministru jirrispondi fil-qosor, jekk jogħġbu.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq ngħid żewġ affarijiet.", "La kien hemm risposti relatati ma' l-iżvilupp ekonomiku f'Għawdex, jistgħu jibqgħu jsiru mistoqsijiet supplimentari fuq l-istess suġġett.", "It-tieni, jekk kien hemm mistoqsija relatata mal-mistoqsija oriġinali, kienet preċiżament din għax tirriferi għall-istallazzjoni ta' telephone fil-bajja ta' San Lawrenz f'Għawdex!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dan il-każ nikkonċedi li din il-mistoqsija supplimentari hija relatata mal-mistoqsija oriġinali b'żewġ modi, l- ewwelnett għaliex tittratta telephones - u l-mistoqsija oriġinali kienet tittratta l-mobile phones - u t-tieni għaliex tittratta l-bajja ta' San Lawrenz, li huwa l-qaddis patrun tiegħi.", "Peress li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan l-aħħar qed jikkonċentra ħafna fuq il-qaddisin nixtieq inwieġeb bl- iktar mod sinċier, mhux għax tinteressani l-bajja bħala bajja imma għax jinteressani ħafna l-qaddis li kien inxtewa minn żewġ naħat għax wara li nxtewa minn naħa talab li jinxtewa fuq in-naħa l-oħra.", "Nispera li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex beħsiebu jagħmel l-istess ħaġa bħal San Lawrenz, li nxtewa fuq naħa u jitlob li jinxtewa min-naħa l-oħra wkoll!", "Pero' ħalli f'isem il-Ministru għal Għawdex inwieġeb il-mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien naħseb li jkun aħjar jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħmel mistoqsija bil-miktub u jkun ftit iżjed speċifiku dwar fejn jixtieq li jitwaħħal dan it-telephone.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tista', jekk jogħġobha, il-Ministru għal Għawdex tgħidilna eżattament mill-istatistika available kemm kien hemm nies li qasmu bejn Malta u Għawdex wara t-8.00 p.m. bejn Novembru u Marzu ta' kull sena f'dawn l-aħħar tliet snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni japprezza li din l-istatistika m'hijiex available hawnhekk.", "Ovvjament jien m'għandix it- tagħrif f'idejja imma lanqas kieku kien hawn l-Onor.", "Giovanna Debono ma kien ikollha din l-istatistika hawnhekk quddiemha.", "Naħseb li hu stess japprezza li din l-istatistika trid tinġabar u għaldaqstant naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jifhem li jekk jagħmel il-mistoqsija bil-miktub, ikun hemm iċ-ċans kollu li din l-informazzjoni tinġabar u tiġi mgħoddija lilu għas-sodisfazzjon kollu tiegħu.", "PULIZIJA - NIES RAPPORTATI NIEQSA", "1610.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapporati nies nieqsa mid- dar, sena b'sena, mill-1994 'l hawn?", "Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?", "Kemm baqgħu mitlufin?", "Xi proċedura taddotta l-pulizija f'dawn it- tip ta' rapporti?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi mill-1994 sat-18 ta' Novembru, 1998 it-tagħrif mitlub dwar persuni rrapportati nieqsa hu kif ġej:-", "|Sena |Persuni |Baqgħu | | |rrapportati|nieqsa | | |nieqsa | | |1994 |201 |6 | |1995 |179 |xejn | |1996 |151 |1 | |1997 |159 |xejn | |1998 |144 |2 |", "Fejn il-persuna tibqa' ma tinstabx, il-pulizija testendi l- investigazzjoni tagħha anke barra minn Malta permezz ta' l-Interpol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li baqgħu rrapportati nieqsa kellhom xi każ kontrihom jew kienu se jittieħdu xi passi legali kontrihom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-informazzjoni li għandi jidher li l-ebda wieħed minnhom ma kellu xi każ kontrih.", "Ma dħaltx fil-fond dwar dawn il-każijiet imma għandi lista tat-tip ta' nies li kienu.", "Dawk li baqgħu ma nstabux fl- 1994 u fl-1995 kienu nies li ħarbu minn fuq vapuri li kienu Malta.", "Persuna minn dawk li baqgħu nieqsa fl-1998 kienet ta' nazzjonalita' barranija u kienet f'lukanda hawn Malta.", "Kien hemm każ ieħor li jidher kważi ovvju li kien riżultat ta' nkwiet familjari, jiġifieri xi ħadd telaq mid-dar minħabba nkwiet familjari u ma marx lura.", "L-Onor.", "Membru japprezza li ma nistax nagħti iktar dettalji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura fil-każ ta' xi ħadd li jkun imfittex biex jagħti informazzjoni lill-pulizija jew biex jixhed dwar xi reati li jkunu saru, jekk dan jibqa' ma jinstabx il-pulizija tgħoddu bħala rapportat nieqes jew sempliċement tgħid li ma sabitux biex tkun tista' tieħu ċerti passi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li meta ngħidu \"rapportati nieqsa\" ma nkunux qed ninkludu nies li siefru u ma ġewx lura - u jkun hemm ħafna nies li jsiefru u ma jiġux lura - imma nkunu qed nirriferu għal nies li mingħajr spjegazzjoni ta' xejn, f'ċirkostanzi suspettużi, jisparixxu.", "Issa jista' jkun li jkun hemm raġuni għaliex huma jkunu telqu minn Malta u naħseb li ħadd m'hu obbligat li jgħid fejn sejjer.", "Pero' jkun hemm każijiet ta' nies li jitilqu minn Malta mingħajr ma wieħed ikun qed jistenna - ngħidu aħna, ikun hemm familja u f'daqqa waħda r-raġel jitlaq jew inkella l-mara titlaq bit-tifel< jew inkella xi ħadd joħroġ mid- dar u ma jgħidx lil ommu fejn sejjer u jisparixxi - u dawn il-każijiet huma limitati għal hekk.", "M'għandix informazzjoni hawn dwar xhieda protetti u mhux protetti u ma naħsibx li din il-materja taqa' taħt din id-domanda li tittratta persuni rapportati nieqsa mid-dar.", "Jiġifieri jekk jiena ngħid lil missieri li se nemigra, jew inkella jiena miżżewweġ u naqbad u nsiefer bil-familja, ma naqax taħt id-definizzjoni ta' xi ħadd nieqes, għax irid ikun hemm ċirkostanzi li jġegħluk tissuspetta li seta' ġara xi reat.", "Dan bħal meta jegħreq xi ħadd u sakemm ma jinstabx il-katavru, ma tkunx ċert jekk għereqx jew inkella kienx vittma ta' xi reat kriminali.", "Fil-mistoqsija oriġinali, jiena ġejt mitlub l-informazzjoni fuq l- aħħar ħames snin.", "Huwa ovvju li minn dawk kollha li ġew rapportati nieqsa l-iktar li kien hemm kienu tfajliet jew ġuvintur li telqu mid-dar u nisa li telqu mid-dar u siefru bit-tarbija.", "In-numru ta' nies li baqgħu ma nstabux huwa proporzjon żgħir mit-total.", "F'sentejn minnhom addirittura nstab kulħadd u fl-aħħar ħames snin kien hemm biss disgħa li ma nstabux, li ma jfissirx li dawn inqatlu.", "MQABBA - TRIQ IL-ĦARRIĠIET", "1611.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiddawwal aħjar it-triq fejn tinsab l-entratura ta' Blk.", "Binja Ħarriġiet, Ent.", "A, Triq il- Ħarriġiet, Mqabba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif naħseb jista' jikkonferma l-Ministru, għal ħafna żmien konna nisimgħu li l-gvern kien se jdaħħal sistema ġdida, fis-sens li qabel ma jitilgħu areas ġodda u qabel ma jinbnew housing estates ġodda, kellu jinbeda studju biex wieħed ikun jaf x'numru ta' lampi hemm bżonn u anke biex jiġi mistħarreġ il-bżonn jew le ta' xi substation, bl-iskop evidenti li meta r-residenti jiġu biex jidħlu fil-post ma joqogħdux jitolbu biex isiru l-lampi u affarijiet bħal dawn għax ix-xogħol ikun diġa' sar.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-Ministru m'huwiex f'pożizzjoni li jikkonferma dan li qed ngħid, jikkonsidra li jieħu dan bħala suġġeriment ħalli ma nibqgħux fis-sitwazzjoni li wara li n-nies ikunu ilhom joqogħdu fil-post għal xi sentejn, l-area tkun għadha bla dawl u jkun hemm ċertu periklu, speċjalment filgħaxija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, waħda mill-problemi li tiltaqa' magħhom l- Enemalta hija li meta jkun hemm ċertu żvilupp mhux biss ma jkunx ittieħed in consideration il-bżonn ta' substation u fejn se jkun lokalizzat, talli lanqas biss tkun ittieħdet konsiderazzjoni biżżejjed ta' l-iżvilupp li jista' jibqa' jsir f'dik l-area.", "Jien nista' nikkonferma li l-Enemalta qed taħdem fuq pjanijiet biex kemm jista' jkun dawn l-affarijiet jiġu ttrattati minn qabel u b'hekk ma nispiċċawx nipprovaw insolvu l-problemi wara li jitfaċċaw imma nipprovaw nevitaw il-problemi bi pjanar aħjar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1999", "IS-SITT JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu l-voti tal- ministeru għat-turiżmu.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni ta' Proċedura tat-3 ta' Diċembru, 1998 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għat- Turiżmu jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, nipproponi:", "VOT 35 - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,682,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 35 - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT VII - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,589,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VII - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, inressaq din l-emenda:", "VOT 35 - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,479\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 10,478\".", "Delete the figure \"Lm 10,479\" and substitute therefor the figure \"Lm10,478\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?.", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT: Sur President, it-turiżmu huwa wieħed mill- pilastri ewlenin ta' l-ekonomija Maltija.", "Pero', qabel xejn, ta' min jinnota li għalkemm huwa fatt magħruf li s-settur turistiku huwa sors ewlieni għad-dħul, l-ebda gvern qabel Ottubru ta' l-1996 qatt ma nieda xi politika fit-tul fir-rigward ta' dan is-settur.", "B'dispjaċir wieħed jinnota li t-turiżmu dejjem ġie meqjus bħala xi ħaġa li titla' u tinżel, qisha mewġa tal-baħar.", "Ħadd qatt ma ndenja ruħu jipproġetta fit-tul u kellu jkun il-Gvern Laburista biex jibda jaħdem b'din is-sistema.", "Storikament Malta u l-portijiet tagħha dejjem offrew kenn u dejjem kienu l-post fejn diversi nazzjonijiet u kulturi daħlu jistkennu u ħallew it- timbru tagħhom.", "Dan il-fenomenu huwa espress fl-għadd ta' monumenti li nsibu kemm madwar ix-xtajta kif ukoll f'postijiet oħra, monumenti li meta saru kienu għall-użu u għall-għajxien ta' kuljum tan-nies ta' dak iż-żmien u sors ta' attrazzjoni għat-turist.", "Għalkemm dan il-fenomenu kien miet mat- twelid ta' l-avjazzjoni ċivili, peress li d-distanzi mfittxija bdew jitwalu u bdew jaqbżu lil pajjiżna, illum-il ġurnata din l-attivita' reġgħet bdiet tieħu l-ħajja permezz tal-cruise liners li ta' kuljum jidħlu fil-Port il- Kbir u joffru attrazzjoni speċjali għal diversi turisti li ħadu post dawk it-turisti li kienu jiġu jfittxu lukanda.", "Illum anke lukanda saret timxi, kollox sar mobbli, u l-cruise liners qed jagħtu l-idea ta' ġita moderna.", "Fortunatament għal pajjiżna l-portijiet tagħna, imsawrin bl-istorja tagħhom tal-passat, joffru waħda mill-akbar attrazzjonijiet.", "Barra li huwa sors importantissimu ta' munita barranija - u jekk wieħed iħares lejn l-estimi jara li l-parti l-kbira ta' l-introjtu mil-lat ta' munita barranija ġej mit- turiżmu - it-turiżmu għalina huwa xi ħaġa naturali daqskemm huma naturali l- istaġuni.", "It-turist jiġi hawn Malta għax pajjiżna għandu x'joffri.", "Xiehda ta' dan huwa l-mod kif żviluppa pajjiżna, id-demografija ta' pajjiżna.", "Wieħed jista' jinnota li l-biċċa l-kbira ta' l-iżvilupp sar max-xtajta ta' gżiritna.", "Għalfejn?", "Għax dejjem kien hemm dak l-interess fit-turist li nħajruh billi noffrulu l-aħjar faċilitajiet.", "Biss sfortunatament - nerġa' ndur għall-punt oriġinali - il-gvernijiet preċedenti għal dak ta' Ottubru 1996 qatt ma ffokaw sewwa fuq it-turist li jiġi Malta.", "Dejjem iffokaw fuq il-punt li jħajruh jiġi Malta, imma wara li jkun ġie lit-turist dejjem tlaqnieh għal rasu.", "Xiehda ta' dan kollu huwa l-istat tat-toroq - li bla dubju ta' xejn huma xi ħaġa tal-biki - u anke l-istat li jinsabu fih il- monumenti storiċi.", "Nafu li t-turist li jiġi Malta jfittex il-monumenti tagħna imma sfortunatament dawn jinsabu mitluqa.", "Dan huwa għajb, aktar u aktar meta tara kif pajjiżi oħra minn sempliċi ġebla jagħmlu storja sħiħa.", "Imma f'pajjiżna, kif rajna sewwa sew f'dawn l-aħħar ġranet, monumenti storiċi bħalma huma dawk ta' Ħaġar Qim jispiċċaw isofru ħsarat mill-istess elementi, biex ma nsemmux l-atti vandali li jsiru fuqhom.", "Il-fatt li aħna ma nibżgħux għat-turist huwa rifless ukoll fil-kwalita' ta' servizz li nagħtu.", "Sfortunatament f'pajjiżna l-kwalita' hija baxxa ħafna.", "Għalkemm saru passi 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-indafa, dan xorta huwa suġġett għall-futur.", "Għandna mbagħad il-problema ta' l-opportuniżmu sfrenat.", "Ħafna drabi lit-turist inżommulu prezzijiet fenomenali mingħajr ma nagħtu kas li dan jista' jinduna.", "Dawn l-affarijiet kollha juru kemm l- amministrazzjonijiet preċedenti għal dik ta' Ottubru 1996 kienu dejjem iħallu lit-turist f'Malta jaqdef għal rasu.", "X'għamel il-Gvern Laburista wara Ottubru 1996?", "Tant kien fehem li hemm bżonn li ssir xi ħaġa dwar din it-telqa kollha, li immedjatament imbarka fuq il-proġett tar-riabilitazzjoni ta' Buġibba.", "Din kienet xi ħaġa li Gvern Laburista ħadha bis-serjeta'.", "U għalfejn Buġibba?", "Buġibba hija l- benniena tat-turiżmu f'Malta, hija r-reklam li aħna nagħmlu għat-turist.", "Il-biċċa l-kbira tat-turisti jittieħdu biex iqattgħu l-vaganza tagħhom fil- lukandi u l-appartamenti ta' Buġibba.", "B'dan il-mod Buġibba hija l-mera ta' pajjiżna.", "Imma sa dak iż-żmien wieħed kien jara li Buġibba kienet mitluqa tant li mhux darba u tnejn kien ikun hemm ilmenti dwar inċidenti minħabba l- istat tal-bankini u t-toroq.", "Gvern Laburista immedjatament qabad jirranġa din iz-zona turistika u llum il-ġurnata qegħdin ingawdu l-frott ta' dan il- proġett, li fl-aħħar mill-aħħar juri li aħna m'aħniex xi pajjiż tat-tielet dinja u li permezz tiegħu lit-turist li jiġi Malta qed nuruh li nirrispettawh.", "Għax għalkemm, kif jgħid il-Malti, l-għajta hija nofs il- bejgħ, huwa inutli ngħajjat ħalli nbigħ il-prodott jekk jien ma noffrix prodott tajjeb.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni tal-kompetittivita'.", "Forsi qabel Malta kienet l-uniku pajjiż Ewropew fil-Mediterran li kien joffri x-xemx u ċerti faċilitajiet lit-turist.", "Illum m'għadniex weħidna fil-Mediterran imma għandna kompetizzjoni qawwija minn pajjiżi oħra ġirien tagħna, bħalma huma t-Tuneżija u l-Libja.", "Naħseb li kulħadd jaf li Tuneżija tbigħ ix-xemx ħafna iktar minna, filwaqt li l-Libja, jekk tiftaħ il-bibien tagħha għat- turist, żgur li għandha ħafna monumenti x'toffri, li anke jħabbtuha ma' tagħna.", "Għalhekk wasal iż-żmien li naħdmu biex il-kompetittivita' tagħna nżommuha u nibdew naraw kif noħolqu dawk il-possibbiltajiet li pajjiżi oħra kompetituri tagħna m'għandhomx u m'humiex f'pożizzjoni li joffru.", "Dan kien il-pjan ta' Gvern Laburista wara Ottubru ta' l-1996 u għalhekk kien beda jiżviluppa d-dehra li pajjiżna jista' joffri lit-turist.", "Xiehda ta' dawn kienu l-proġetti ta' Wied il-Għajn u Marsaxlokk u bla dubju ta' xejn is- sensiela sħiħa ta' proġetti li l-gvern kellu ppjanati għall-Kottonera, Sant'Anġlu, Manoel Island u l-moll tal-cruise liners.", "Għalfejn Gvern Laburista ferrex ix-xibka tiegħu fuq dawn il-proġetti?", "Għalfejn Wied il- Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa, apparti Buġibba?", "Ir-raġuni kienet li dawn huma kollha postijiet li jattiraw lit-turist.", "Wied il-Għajn huwa speċi ta' Buġibba tan-naħa t'isfel ta' Malta, Marsaxlokk huwa magħruf bħala r-raħal tas-sajjieda u Birżebbuga huwa marbut ħafna ma' qalb it-turist Ingliż, li baqa' jiffrekwenta pajjiżna wara s-snin kollha li l-Ingliżi kienu għamlu fostna.", "Gvern Laburista, appena tela' fl-1996, ra kif għamel biex jibda jagħti dehra aħjar lill-pajjiż.", "M'hemmx għalfejn wieħed jidħol f'ħafna dettall dwar l-istat li jinsabu fih il-Kottonera, il-Forti Sant'Anġlu u Manoel Island għax kulħadd jaf.", "Dawn is-siti, li joffru potenzjal turistiku qawwi, għandhom bżonn face-lift u għandhom bżonn investiment tajjeb biex jibdew jiġu utilizzati.", "Huwa għajb li meta tidħol fil-Forti ta' Manoel Island jew fl-area ta' madwar Sant' Anġlu tara rovina sħiħa mill-monumenti li jsebbħu z-zona kollha.", "Għalhekk Gvern Laburista kien imbarka fuq il-proġett tal-Kottonera.", "Jiena mhux se noqgħod nidħol fid-dettalji li kkaratterizzaw dan il-famuż proġett għax naħseb li kulħadd jafhom sew, biss irrid ngħid li l-proġett tal- Kottonera kien il-ħolqa ewlenija f'sensiela ta' proġetti sħaħ li bla dubju ta' xejn kienu mmirati li jattiraw lejn Malta turisti aktar vijabbli.", "Din il-kwestjoni ta' vijabilita' hija waħda mill-aktar punti essenzjali fil- qasam turistiku.", "L-idea ta' Gvern Laburista kienet li l-proġett tal- Kottonera jiġi żviluppat b'element barrani, jiġifieri ma jkunx il-Gvern Malti li jiżviluppa dan il-proġett b'mod li jkun mill-Maltin għall-Maltin.", "Għalfejn?", "Għax jekk il-Gvern Malti joħroġ il-flus mill-but tiegħu stess biex jiżviluppa proġett li wara se jintuża mill-istess Malti, u l-Malti mbagħad jerġa' jħallas talli jkun qed jużah inkunu qed induru ċirku, fis- sens li A jagħti lil B u B jagħti lil C biex jerġa' jieħdu A. Li kellu f'moħħu Gvern Laburista kien li jdaħħal element barrani li jkollu interess qawwi li n-negozju jibqa' miexi u allura jkun hemm garanzija li dan jibda jattira lejn Malta ċertu ammont ta' turisti.", "Barra minn hekk wieħed irid iġib quddiem għajnejh it-tip ta' qxur tal- baħar li kellu f'moħħu l-iżviluppatur ta' dak il-proġett.", "Il-mira kienet għal ċertu tip ta' turist u għall-ewwel darba forsi konna bdejna nitkellmu dwar kwalita' ta' turist u mhux kwantita'.", "Sur President, huwa indikat li għalkemm hawn Malta jiġu kwantita' kbira ta' turisti imma bħala kwalita' m'hijiex dik li nixtiequ.", "U dan kien wieħed mill-proġetti li fl-aħħar seta' jdawwar din it-trend u nibdew nagħfsu aktar fuq il-kwalita'.", "Il- ħsieb oriġinali kien li jkollna investiment ġdid b'element barrani, ħaġa li dan il-pajjiż tant għandu bżonn.", "Kien hemm l-istess ħsieb għall-proġett tal-bini tal-moll għal cruise liners.", "Kif diġa' spjegajt, il-cruise liners illum il-ġurnata qegħdin isiru l-moda u hija din it-tip ta' attivita' li ġġib l-aħjar tip ta' turist.", "Mr Chairman, dan huwa żvilupp importanti għax għal darb'oħra l- portijiet tagħna se jerġgħu jieħdu l-ħajja u se jerġgħu jibdew ikunu sors ewlieni ta' foreign currency, li tant huwa neċessarju għal kwalunkwe pajjiż.", "Għalhekk dan huwa pass li kwalunkwe amministrazzjoni trid tieħu għaliex opportunita' tad-deheb bħal din ma tistax tintilef.", "Għalfejn?", "Għax it-turist li jiġi bi cruise liner jiġi hawn Malta, iħallas talli jidħol f'pajjiżna u talli juża s-servizzi, bħalma huma taxis, restaurants, eċċ. u lill-pajjiż ma jgħabbih bl-ebda spiża, ngħidu aħna ta' konsum ta' dawl jew ilma.", "Jiġifieri dan il-pajjiż għandu ħafna iktar dħul minnu milli ħruġ u għalhekk dan huwa t-tip ta' turist ta' kwalita'.", "Punt ieħor li wieħed irid jiżen f'dan l-istadju huwa kemm jaqblilna bħala pajjiż li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Waħda mid-direttivi li ħarġet min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea hija l-abolizzjoni tad-duty-free shops.", "Kif kulħadd jaf, id-duty-free shops huma sors ta' dħul sostanzjali għall-Kaxxa ta' Malta.", "Bl-abolizzjoni tad-duty-free shops jispiċċa ċertu ammont ta' dħul, apparti li jintilfu mijiet ta' impjiegi ta' ħaddiema Maltin.", "Dan iwassallni għal punt ieħor, Mr Chairman, li huwa kif għandhom jiġu sfruttati r-riżorsi tal-pajjiż.", "Kif diġa' għedt, wasal iż-żmien li pajjiżna jsir cost effective u jibda jadotta policies li permezz tagħhom jibda jisfrutta r-riżorsi tiegħu b'mod aħjar.", "Per eżempju, nista' nsemmi l-Forti Sant'Anġlu.", "Il-Partit Laburista diġa' stqarr li m'għandu assolutament xejn kontra li Sant'Anġlu jingħata lill-Ordni ta' San Gwann, pero' hawnhekk tajjeb li nħarsu lejn kif Sant'Anġlu qed jingħata.", "Il-prinċipju li fuqu beda jaħdem il-Partit Laburista kien li Sant'Anġlu jingħata lill-Ordni ta' San Ġwann u li l-Gvern Malti jkollu ċertu introjtu minnu.", "Dan huwa differenti ħafna minn kif fil- fatt ġie mogħti Sant'Anġlu, li ngħata relattivament bix-xejn.", "Il-gvern ma għandu l-ebda introjtu minnu, kif sar anke fil-każ ta' Forti Chambrai.", "Mr Chairman, hawnhekk tajjeb li ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tal-famuż falkun.", "F'dawn l-aħħar ġranet, kien hemm għaqda partikolari li għoġobha tikteb fil-gazzetta - forsi riedet tgħaddi ż-żmien ukoll - fejn qalet li falkun ma jistax jinżamm u allura jew il-Gvern Laburista kellu f'moħħu li jbiddel il-liġijiet tal-kaċċa jew inkella ma jafx il-liġijiet.", "Jien naħseb li l- Gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien jaf il-liġijiet sewwa, tant li jekk ikollhom id-diċenza li jaqraw sew il-liġi dwar il-kaċċa jsibu li hemm imniżżel meta huwa permess li tali għasfur jinżamm maqbud.", "F'pajjiżi barranin dawn l-għasafar mhux talli jrabbuhom fil-magħluq talli faċli li wieħed isib jixtrihom.", "Barra minn hekk, naħseb li kienet froġa li wieħed jipprova jinqeda b'xi ħaġa kulturali, bħalma hi l-kwestjoni tal-falkun, biex jipprova jħammeġ partit biha.", "Mr Chairman, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa fuq il-kwestjoni tal-VAT.", "Kulħadd jaf x'effett ħalliet il-VAT fuq is-settur tat-turiżmu, tant li kienet wasslet biex pajjiżna beda jitlef l-iktar sors ta' dħul importanti għalih.", "Dan għaliex il-pakkett tat-turist li kien jiġi Malta kien sar expensive iżżejjed, bl-ebda mod ma kien qed ikun kompetittiv u n-numru ta' turisti kien naqas ħafna.", "Bl-introduzzjoni tas-CET dan il-pass negattiv ġie mdawwar u dan l-aħħar smajna lill-ministru għat-turiżmu jgħid li t- turisti żdiedu.", "Biss wieħed irid jiftakar u jżomm quddiem għajnejh id- diżgwid li ħolqot l-amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista, per eżempju, meta ngħataw permessi biex jinbnew diversi lukandi 5-Star.", "Hawnhekk, Mr Chairman, nixtieq inqajjem punt li diversi proprjetarji tal- lukandi qegħdin jilmentaw fuqu.", "Illum teżisti sitwazzjoni fejn il-lukandi 5-Star - li nbnew bl-addoċċ u ntużaw bħala pedina biex noqogħdu niftaħru kemm għandna xogħol - m'humiex qed jattiraw it-tip ta' turist 5-Star u minflok qed jieħdu l-ħobża ta' min għandu lukanda 3-Star għaliex qegħdin joffru pakkett ta' 5-Star bil-prezz ta' 3-Star.", "Minn fuq imbagħad, it- turisti lanqas biss qegħdin jingħataw servizz ta' lukanda 3-Star, bil- konsegwenza li qed ikollna ħafna garr anke barra minn Malta u qed jintilef l-isforz kollu tar-reklamar li jsir.", "Għal darb'oħra qed nerġgħu niffaċċjaw il-problema li m'aħniex nikkejterjaw għat-turist li jiġi Malta.", "Hemm bżonn li jittieħdu passi sabiex dan it-tip ta' diżgwid jinqata'.", "Mr Chairman, qed jagħmluli sinjal li l-ħin tiegħi spiċċa u għalhekk inċedi l-kelma lill-kelliem ta' warajja.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Chairman, wieħed mis-setturi li fis-sentejn li għaddew żgur li bidel ir-rotta li konna qbadna fl-aħħar xhur ta' tmexxija ta' Gvern Nazzjonalista, kien is-settur turistiku.", "Tul dawn l-aħħar sentejn din l-industrija tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna - fuq dan żgur li ż-żewġ naħat naqblu - reġgħet bdiet tieħu r-ruħ u rpiljat.", "Wara li fl-1994 konna lħaqna numru record ta' turisti, fl-1995 qbadna n- niżla u s-sena ta' wara rrankajna 'l isfel waħda sew.", "Għalhekk malli l- Partit Laburista tela' fil-gvern f'Ottubru ta' l-1996, mill-ewwel poġġa fuq quddiem nett tal-prioritajiet tiegħu s-settur turistiku u ried li għallinqas fl-ewwel sena tiegħu fil-gvern din id-downward trend iwaqqafha.", "Ridna li lil din l-industrija, li minnha jgawdu ħafna u ħafna setturi, nagħtuha dik l-attenzjoni li kienet nieqsa fl-aħħar snin ta' tmexxija Nazzjonalista.", "Mr Chairman, fost l-ewwel ħidmiet nistgħu nsemmu l-impenn tagħna li nagħtu dehra aktar denja ta' tourist resort lil dawk l-areas li huma l- aktar frekwentati mit-turisti.", "Għamilna proġett kbir f'Buġibba u bdilna l- post mil-lejl għan-nhar.", "Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi ta' dan il-proġett kien lest sabiex seta' jilqa' fih numru kbir ta' turisti għas-sajf ta' l- 1997 u jien ċert li t-turisti li żaru Buġibba apprezzaw l-impenn ta' Gvern Laburista sabiex jagħtihom aktar value for money.", "Fix-xhur tax-xitwa tas- sena l-oħra komplejna bit-tieni fażi ta' dan il-proġett pero' ma konniex kuntenti b'daqshekk.", "Iva, aħna ridna li xogħol ta' dan it-tip isir ukoll f'dik il-parti minsija ta' Malta, in-naħa t'isfel.", "Il-Gvern Laburista ried li dawk l-areas li għal tant snin tħallew jibku u jittamaw li xi darba jsir xi ħaġa għalihom, iduqu wkoll minn dan l-impenn ta' Gvern Laburista.", "Għalhekk b'ħidma minn għadd ta' ministeri, primarjament dak tat-turiżmu u dak tal-kostruzzjoni, għamilna xogħol kbir, f'Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Birżebbuġa u anke Għawdex, simili għal dak li sar f'Buġibba.", "Dan ix-xogħol għamilnieh għaliex ridna li din l-industrija tat-turiżmu nressquha lejn partijiet oħra ta' Malta sabiex jiggwadanjaw minnha aktar nies.", "Mr Chairman, sabiex nagħtu nifs ġdid lis-settur turistiku wettaqna wkoll il-wegħda li titneħħa l-VAT, liema taxxa kienet għabbiet lil din l- industrija u lill-poplu Malti b'tant piżijiet.", "L-industrija tat-turiżmu kienet kważi drat tlaqqat l-impożizzjoni tat-taxxa.", "L-ewwel kienu għabbewha b'expenditure levy ta' 5%, li kienet baqgħet tiela' għal 10%, imbagħad spiċċaw għabbewha bi 15% VAT.", "Aħna neħħejna t-taxxa tal-VAT sabiex inkunu aktar kompetittivi man-numru dejjem jiżdied ta' tourist resorts fil- Mediterran.", "Din il-bidla fit-tassazzjoni ġiet apprezzata minn dawk kollha involuti fl-industrija tat-turiżmu.", "Sur President, ma nkunx qiegħed nesaġera meta ngħid li x-xogħol li wettaqna mill-ewwel ta l-frott tiegħu, b'riżultati verament inkoraġġanti.", "Jekk inħarsu lejn is-sena 1994 naraw li f'dik l-aqwa sena għas-settur tat- turiżmu żaruna 1,176,200 ruħ.", "Huwa żgur li kulmin dakinhar kien responsabbli għal dan ftaħar bil-mod kif irnexxielna nilħqu dak il-livell.", "Pero' mbagħad ġara dak li għedt qabel, ċioe' l-figuri qabdu t-triq tan- niżla.", "Fl-1995 dan in-numru niżel għal 1,116,000 u fis-sena ta' wara reġa' niżel għal 1,053,000 biex b'hekk nistgħu ngħidu li f'dawk is-sentejn in- numru ta' turisti naqas bi 12%.", "Kif diġa' għedt, il-mira tagħna - speċjalment dik tal-ministru responsabbli - kienet li għallinqas inwaqqfu dik in-niżla.", "Dakinhar, min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, kien hemm min stqarr li forsi mhux se jirnexxilna f'dan l-impenn tagħna pero' l- figuri jitkellmu waħidhom.", "Mhux talli żammejna n-niżla talli fl-1997 l- għadd ta' turisti li żaru pajjiżna żdied b'6% fuq is-sena ta' qabel u l- istess nistgħu ngħidu għas-sena li qegħdin fiha.", "Skond l-istatistika li tidher fl-economic survey naraw li fix-xhur bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kellna żieda konsiderevoli fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "Dan juri li anke din is-sena se tkun waħda tajba.", "Sur President, forsi jkun hawn min jirraġuna li mhux bilfors għaliex ikollok żieda fin-numru ta' turisti jfisser li tkun sena tajba, għaliex din trid tpoġġiha fil-kwadru sħiħ ta' kemm jinħoloq ġid, kemm jiġi ġġenerat xogħol u kemm ikun hemm dħul finanzjarju ġdid.", "Għalhekk jien xtaqt infakkar ftit f'dak li ġara f'dawn is-sentejn ta' tmexxija ta' Gvern Laburista, li skond il-Partit Nazzjonalista kienu snin mimlija inċertezza u staġnar.", "Jekk inħarsu lejn il-gross income minn dan is-settur naraw li filwaqt li fl-1994 - li jgħidu li kienet l-aqwa sena għat-turiżmu - id-dħul kien ta' Lm241.9 miljun, fl-1995 dan id-dħul niżel għal Lm232.8 miljun u fl- 1996 kompla niżel għal Lm228.9 miljun.", "Fis-sena 1997, meta bdejna nittamaw li din l-industrija tibda tirkupra, kellna dħul gross ta' Lm249.8 miljun, żieda ta' Lm21 miljun fuq is-sena ta' qabel.", "Barra minn hekk, mill-figuri li ġew pubblikati jidher li għal din is-sena li qegħdin fiha se nżommu l-istess livelli ta' dħul li kellna s-sena l-oħra.", "Mr Chairman, jekk inħarsu lejn l-għadd ta' persuni jaħdmu direttament ma' l-industrija tat-turiżmu naraw li anke hawnhekk il-politika ta' Gvern Laburista tat nifs ġdid għaliex fl-1997 dan in-numru laħaq id-9,446 impjegat, żieda ta' 1000 ruħ fuq is-sena ta' qabel.", "Dawn huma fatti li joħorġu minn statistika uffiċjali, fatti li juru biċ-ċar kif irnexxielna naqbdu t-triq it-tajba.", "Dan żgur li huwa mertu tat-tmexxija għaqlija ta' Gvern Laburista tul is-sentejn li għaddew.", "Naturalment kulħadd irid jagħti sehmu sabiex inkunu nistgħu noffru l-aħjar servizz lil min jiġi għal btala f'pajjiżna.", "Mhux sewwa li wara l-investiment li jsir, kemm mill-gvern kif ukoll mis-settur privat, sabiex inkunu nistgħu noffru l-aħjar servizz, insibu lil min għadu irresponsabbli u jonqos milli joffri l-aħjar servizz possibbli.", "Huwa ta' importanza kbira li kull min iżur Malta imur lura lejn pajjiżu b'togħma tajba.", "L-aħjar reklam li jista' jsir lit-turiżmu Malti huwa minn xi ħadd li jkun għadda btala hawnhekk.", "Illum jidher li dan il-gvern irid jibgħat lill-pajjiż, u b'mod partikolari lil din l-industrija, erba' snin lura.", "Qed ngħid hekk għaliex jidher li l-gvern se jibqa' miexi sabiex jerġa' jgħabbi lis-settur turistiku bil-piżijiet kollha li ġġib magħha t-taxxa tal-VAT, u dan minbarra taxxi oħra li kollha se jħallu l-effett tagħhom fuq il-prezz ta' btala f'Malta.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nikkwota parti mid-diskors li għamel l-Onor.", "Michael Refalo - illum ministru responsabbli mit-turiżmu - waqt wieħed mid-dibattiti ta' wara l-ewwel budget ta' Gvern Laburista.", "L- Onor. Membru kien qal hekk:", "\"Jien ngħid li l-budget se jkollu ċertu effett negattiv fuq il-prezz tal-btala minħabba żieda fil-prezzijiet ta' ċerti servizzi.", "Iż-żieda fil-prezz tal-petrol se taffettwa ċertament lill-car hire, lill- coaches u lill-mini vans, filwaqt li l-prezz tal-pitrolju se jkollu impatt negattiv fuq il-laundries, il-fran u l-heating tal-lukandi.", "Iż- żieda fil-prezz tal-liċenzji, ta' l-alkoħol u tat-tabakk se tgħaddi fuq il-konsumatur u dawn huma kollha government induced costs li se jkollhom impatt negattiv fuq it-turiżmu.\"", "Jien nitlob lill-ministru sabiex meta jiġi biex jagħmel id-diskors tiegħu ta' l-għeluq jgħid lill-poplu jekk dak li qal dakinhar jgħoddx għall-budget tal-lum.", "Jidher li llum, lejlet id-dħul ta' taxxa ġdida li flimkien ma' taxxi oħra ġodda se jkollha dan l-effett fuq is-settur turistiku, qed naraw li s-settur se jerġa' jiġi mgħobbi b'piżijiet ġodda.", "X'għamilna aktar f'dan il-qasam?", "Biddilna l-liġi li tirregola l-logħob sabiex illum għandna casino ieħor.", "Għamilna wkoll programm u studju dwar il-ħolqien ta' marina ġdida, bil-ħsieb li nkunu nistgħu nattiraw turisti interessati fil-yachting.", "Pero' meta ġejna biex inwettqu dak il-proġett kulħadd jaf x'ġara.", "Fil-fatt ġejna mwaqqfa imma issa jidher li dan il- gvern jidher li se jkompli miexi fuq il-programm li konna ħejjejna aħna.", "Aħna kellna programm fejjiedi li sfortunatament ma stajniex inkomplu għaddejjin bih minħabba l-konfoffi li kien hawn.", "Illum dawn l-istess nies qed jirkbu fuq il-karru li ħallielhom Gvern Laburista.", "Qrajt fil-ġurnali tagħhom stess li l-gvern iddeċieda li jibda proċess ta' aġġudikazzjoni tat- tliet consortia li ssottomettew il-proposti tagħhom għall-proġett.", "Qasam ieħor relatat ma' l-industrija tat-turiżmu li żgur li l-Gvern Laburista kellu l-intenzjoni li jtejjeb huwa l-qasam tal-cruise liners.", "Kulħadd jaf kemm kibret din l-industrija għax bejn l-1996 u l-1997 kellna żieda ta' 83% fin-numru ta' turisti li żaru Malta fuq cruise liners.", "Ma' dawn il-proġetti ta' min isemmi wkoll il-proġett ta' Sant'Anġlu.", "Bil-mod kif sar il-kuntratt issa jidher li mhux se jkun hemm gwadann għall- industrija tat-turiżmu.", "Sur President, jidher li l-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi wasal biex jiskadi u għalhekk se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nerġa' nikkwota parti mid-diskors li kien għamel l-Onor.", "Michael Refalo fis-seduta li semmejt aktar kmieni, jiġifieri wara li tressaq l-ewwel budget ta' Gvern Laburista.", "L-Onor.", "Membru kien qal hekk: \"Għalhekk nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi nawgura lill- Ministru Vella li jmur aħjar mill-ministri ta' qablu kollha għall-ġid tal-poplu.", "Għaldaqstant inħeġġu li jindokra, jiżviluppa u jtejjeb il-patrimonju kbir li ġie fdat lilu.", "Dan irriduh u nixtiequh li jagħmlu l-aktar sabiex meta wara ħames snin jasal iż-żmien li nerġgħu nieħdu r-riedni f'idejna, minflok sfrattu kif sibna fl-1987 insibu industrija tat-turiżmu b'saħħitha u miexja 'l quddiem.\"", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nagħti daqqa t'għajn lejn kif sibna dan is-settur meta tlajna aħna fil- gvern fl-1996.", "Ħafna jitkellmu fuq it-turiżmu b'mod li donnu l-gvern preċedenti Nazzjonalista kellu xi suċċess kbir f'dan il-qasam pero' meta wieħed iħares lejn l-aħħar ħames snin ta' Gvern Nazzjonalista, jiġifieri bejn l-1992 u l-1996, isib li fl-1992 konna qbiżna t-threshold tal-miljun filwaqt li fl-1996 konna qed naqbżu l-miljun b'madwar 50,000.", "Mela bejn l- 1992 u l-1996 kellna very slow growth.", "Fil-fatt l-average growth rate ta' dawk l-aħħar ħames snin kienet ta' 1% filwaqt li l-growth totali bejn l- 1992 u l-1996 kien ta' 5%.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet sabiex wieħed ikun jista' jagħmel paragun bejn kif sibna dan is-settur fl-1996 u kif ħallejnieh fl-1998.", "Jekk wieħed iħares lejn l-għadd ta' turisti li żaru Malta f'dawn l-aħħar sentejn isib li dan żdied b'aktar minn 11% filwaqt li l-għadd ta' passiġġieri li ġew fuq cruise liners fl-istess perijodu żdied b'aktar minn 113%.", "Il-gvern preżenti donnu jrid jgħatti s-suċċess li kien hemm fis- settur tat-turiżmu billi jgħid li għalkemm żdied in-numru ta' turisti, ir- revenue mit-turiżmu naqas.", "Dan m'hu minnu xejn.", "Fil-fatt id-dħul mit- turiżmu f'dawn l-aħħar sentejn tela' bi 12% u saħansitra qabeż b'6% id-dħul li kien hemm fl-1994.", "Anke fil-qasam ta' l-impjiegi f'dan is-settur insibu li matul dawn l-aħħar sentejn kien hemm żieda ta' 7%.", "Barra minn hekk, ġibna sens ta' fiduċja kbira fis-settur u bnejna rapport aħjar bejn l- amministrazzjoni u l-privat.", "Il-gvern preżenti jirriferi għas-sena 1994 bħala s-sena record u din il- frażi storta anke ssemmiet fil-budget speech.", "Jien ma nafx għalfejn baqgħu jgħidu hekk għaliex jekk nagħtu daqqa t'għajn lejn l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena - għax s'hemmhekk għandna ċifri uffiċjali - naraw li f'dak li għandu x'jaqsam ma' arrivals kien hemm żieda ta' 0.2% fuq l-1994, filwaqt lil f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-attivita' tal-cruise liners kien hemm żieda ta' 136%.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn ir-revenue insibu li din is- sena l-figura qabżet dik ta' l-1994 b'6% u fl-employment ukoll kellna żieda ta' 11.5% fuq l-1994.", "Dan kollu qed ngħidu sabiex nuri li wieħed m'għandux għalfejn jibqa' jħares lejn l-1994 bħala s-sena record.", "Issa dan ir- riżultat m'huwiex mertu ta' xi ħadd speċjali - forsi kien hemm direzzjoni ġdida u gvern li kien aktar sensittiv għall-problemi li jeżistu f'dan is- settur - għax l-istess nies li kien hemm qabel baqgħu imexxu u bl-ebda mod ma rrid innaqqas mill-mertu tan-nies kollha li ħadmu biex ikollna dan is- suċċess.", "Jien nispera li l-ministru preżenti jkollu l-fortuna li jsib il- backing tal-ministri sħabu, bħalma sibt jiena meta kont ministru responsabbli minn dan il-qasam.", "Qabel ma ngħaddi biex nitkellem fuq l-effett li se jkollha l- introduzzjoni tal-VAT fuq dan is-settur, se nagħti daqqa t'għajn lejn is- swieq prinċipali li morna tajjeb fihom u dawk forsi ma tantx morna tajjeb fihom.", "Għandi pjaċir ngħid li f'dawn is-sentejn irnexxielna nsaħħu il-core markets tagħna.", "Qabel konna ngħidu li l-core markets kienu l-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Franza imma llum ma' dawn il-pajjiżi nistgħu nżidu wkoll l-Olanda.", "It-turiżmu minn dawn il-ħames pajjiżi fl-aħħar sentejn kiber b'10.5%.", "Fl-1996 kellna tnaqqis ta' 27% mis-suq Ingliż imma din is- sena rnexxielna ndawru r-rotta b'mod li kellna tkabbir ta' 15%.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' turiżmu mill-Ġermanja kien hemm il-biża' li se nibqgħu nassistu għal dik li l-ministru meta kien fl-oppożizzjoni kien sejħilha free fall.", "Fil-fatt ġara l-kontra għaliex mhux talli żammejna s- suq Ġermaniż talli anke l-grupp tal-Frosch li kien ġie fl-1997 irnexxielna nissostitwuh.", "Is-suċċess li kellna mill-Ġermanja din is-sena ma kienx riżultat ta' xi one-off group imma kien riżultat ta' xogħol kontinwu.", "Fit- turiżmu Franċiż ukoll kellna żieda ta' 16.3% filwaqt li s-suq Taljan kien l- uniku sors minn dawk tal-core markets li ma żiedx fit-turisti.", "Pero' nistgħu ngħidu li żammejna stabbli d-downward trend li kienet bdiet dieħla u nispera li meta terġa' tiġi introdotta l-ferry service bejn Malta u Sqallija, in-numru ta' turisti mill-Italja jikber.", "Rigward it-turiżmu mill-Olanda rrid ngħid li bejn l-1996 u l-1998 dan tela' b'14%.", "Naturalment minbarra l-core markets, ħadna ħsieb ukoll il-pajjiżi li kellna potenzjal minnhom.", "F'dawn is-sentejn it-turiżmu mir-Russja żdied bi kważi 90% filwaqt li dak mill-Amerika żdied b'47%.", "It-turiżmu mill- Awstrija, il-Belgju u l-Iżvizzera żdied bi 23% u minn dawk il-pajjiżi li nsejħulhom \"other countries\" kellna żieda ta' 13%.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li globalment f'dawn is-sentejn l-arrivals żdiedu b'10.5%.", "Evidentement dan qatt m'hu biżżejjed u aħna komplejna naħdmu ma' l-Air Malta, ma' l-NTOM u mas-settur privat sabiex inħarsu aktar lejn swieq li għandhom potenzjal, bħall-Ġappun, li għalkemm bil-mod iżda baqa' miexi ' quddiem, u l-pajjiżi tal-Lvant.", "Dan l-aħħar konna bdejna nħarsu wkoll - u nisperaw li dan il-gvern jibqa' jagħmel l-istess - lejn il-pajjiżi tal- Middle East u l-Arabian Gulf billi tajna permess lil airline prinċipali min dik l-area biex topera lejn Malta.", "Ħdimna wkoll sabiex l-airline nazzjonali tagħna tiftaħ aktar rotot għal dawk in-naħat.", "Fil-fatt f'sena waħda rnexxielna nirdoppjaw in-numru ta' turisti mit-Turkija.", "Irrid ngħid ukoll li s-settur ma marx tajjeb biss mil-lat ta' arrivals.", "Kellna wkoll occupancy rates aħjar u l-profitti tas-settur tjiebu wkoll.", "Kien hemm titjib fis-seasonality u kiber ukoll is-settur tal-konferenzi u l-incentive travel.", "Aħna kburin ukoll għall-fatt li bqajna ntejbu l- prodott u għalkemm sfortunatament kien hemm ħafna proġetti oħra in the pipeline li ma laħqux tlestew, bħal dak ta' casino ieħor, golf course f'Malta u oħra f'Għawdex, il-bajjiet, il-proġett \"Connections\" u l-proġett tal-marina, jien nawgura li l-gvern preżenti jibqa' jaħdem fuqhom.", "Fil- fatt il-gvern diġa' kkommetta ruħu li jibqa' jaħdem fuq il-proġett \"Connections\".", "Mr Chairman, sar ħafna xogħol siewi u tkabbret is-sinerġija bejn l-NTOM - dik li iktar 'il quddiem se tiġi ristrutturata bħala l-Malta Tourism Authority - l-Air Malta, is-settur privat u l-ministeru.", "Flimkien għamilna, kabbarna u żammejna iktar kuntatti diretti mat-tour operators prinċipali li jibagħtu turisti lejn Malta.", "Jien niftakar li s-sena l-oħra konna għedna li għal din is-sena se nqarrbu l-1.2 miljun turist u l-Onor.", "Michael Refalo, illum ministru responsabbli minn dan il-qasam, kien qalilna li jekk verament jirnexxielna nagħmlu dan kien se jgħidilna prosit.", "Issa nispera li din il-prosit jagħtiha lil sħabi kollha li ħadmu f'dan is-settur u xejn inqas lilu nnifsu, għaliex wieħed irid jammetti li jekk kien hawn settur li fuqu ż-żewġ naħat ħadmu b'mod kostruttiv dan ċertament kien is- settur tat-turiżmu.", "Mr Chairman, jien jiddispjaċini meta nisma' lill-kelliema tan-naħa tal- gvern jgħidu li t-turisti żdiedu imma naqas ir-revenue.", "Nifhem li jkunu qegħin jikkwotaw ir-rapport tas-Central Bank, li juri li għall-ewwel erba' xhur ta' l-1998 ir-revenue naqas b'Lm1.6 miljun, pero' jien mill-ewwel għedt ma' kulħadd, anke hawn ġew, li dan ma jistax ikun għaliex dak li qed jgħid is-Central Bank imur kontra kull xejra u kull riżultat li kien qed ikollna.", "Bin-numru ta' turisti dejjem jiżdied, bil-cruise passengers dejjem jiżdiedu, meta nafu li kien qed ikollna shift fl-occupancy minn 3- Star għall-4-Star u 5-Star hotels, meta t-30,000 turist tal-Frosch ġew replaced bi 30,000 oħra li suppost kienu turisti aħjar, meta l-length of stay kienet tiela'; meta t-total average room rate - skond is-survey ta' l- MHRA - kienet turi żieda ta' 11%, it-total country food żdied bi 12% u l- beverages żdiedu b'10.6% u s-central region room rate - jiġifieri fejn hemm il-bulk tal-lukandi - minn Lm12.57 telgħet għal Lm15.73, kif qatt seta' l- Bank Ċentrali jgħid li r-revenue naqas b'Lm1.6 miljun?", "Pero' t-tourism expenditure survey li tagħmel tant tajjeb l-NTOM u li permezz tiegħu tkun qed tkejjel is-sitwazzjoni b'mod ħafna aktar reali minn kif ikejjilha s- Central Bank, kien qed juri li bejn il-perjodu Jannar - Marzu ta' l-1997 u Jannar - Marzu ta' l-1998 kien hemm żieda ta' 8.2% fl-expenditure ta' kull turist kuljum, l-occupancy levels tal-5-Star hotels minn 35% telgħet għal 38%, dik tal-4-Star minn 54% telgħet għal 59% u ta' other hotels, complexes, aparthotels and flats minn 32% telgħet għal 38%.", "Imma minkejja dan kollu l-Bank Ċentrali baqa' jgħid li r-revenue naqas b'1.6%!", "Dan kollu lili ħassibni u għalhekk indagajt u staqsejt lis-Central Bank.", "Ir-risposta min-naħa tagħhom kienet li se jiċċekkjaw u jerġgħu jikkuntattjawni biex jgħiduli x'seta' kien qiegħed jiġri.", "Fil-fatt ikkuntattjawni u qaluli li kelli raġun għaliex jaħsbu li ċ-ċifri li kellhom huma ma kenux korretti peress li, fost l-oħrajn, fl-1997 kien hemm ċerti pagamenti qawwija, l-iktar min-naħa tas-settur Ingliż.", "Sirt naf li l- pagamenti għamluhom meta l-isterlina kienet qawwija ħafna mal-lira Maltija.", "B'hekk deher pagament qawwi fl-ewwel quarter ta' l-1997, liema operazzjoni ma rrepetiex ruħu fl-ewwel quarter ta' l-1998.", "Imma ma kenitx dik biss ir-raġuni għax sirt naf ukoll li normalment is- Central Bank jiġbor id-data ta' l-expenditure tat-turisti mingħand il-Mid- Med Bank u l-Bank of Valletta.", "Issa din is-sena għall-ewwel darba l-banek laħqu ftehim mal-foreign exchange bureaux biex dawn ta' l-aħħar ikunu jistgħu jibdew jagħmlu dealings u pagamenti barra minn Malta direttament huma mingħajr ma jgħaddu through the bank.", "Naturalment dawn bdew jaħdmu u jagħmlu dawn id-dealings pero' s-Central Bank baqa' jieħu l-expenditure tat- turisti mingħand il-Mid-Med Bank u l-Bank of Valletta biss.", "Ma kienx qiegħed jieħu d-dealings li kienu qed iwettqu dawn il-foreign exchange bureaux u l-exchange bureaux l-oħra li għandhom l-operaturi.", "Issa jien ċert li aktar isiru dealings ma' dawn il-bureaux milli mal-banek.", "Raġuni oħra li tani s-Central Bank kienet li hemm suspetti kbar li ħafna flus ta' l-operaturi li deħlin mit-turiżmu m'humiex qed jidħlu hawn Malta imma qegħdin jitħallew barra.", "Kien hemm suspetti wkoll li kienu qed jissarrfu flus fl-idejn, liema flus la kienu qed jiġu accounted for fil- banek u lanqas fl-exchange bureaux.", "Jiġifieri għandna dawn l-affarijiet kollha għaddejjin.", "Pero' jien nitlob lis-Central Bank biex jikkorreġġi l- figuri ħalli għallinqas aħna jkollna l-fatti korretti f'idejna, u mhux biex ma jidhirx ikrah is-Central Bank jispiċċa jidher ikrah is-settur tat- turiżmu.", "Jien jiddispjaċini meta jiġri hekk għaliex meta mbagħad tmur tiġġieled biex is-settur tat-turiżmu jieħu l-istess inċentivi bħal, per eżempju, dawk li jieħu s-settur tal-manifattura taħt l-Aids to Industries Ordinance, jgħidulek li s-settur tat-turiżmu mhux b'saħħtu daqs is-settur tal-manifattura u allura m'hemmx għalfejn ngħinuh.", "Imma huma dawn il- figuri li qed juru li m'huwiex b'saħħtu għax ir-realta' turi mod ieħor.", "Dak inhar li kellmnuni mis-Central Bank kienu wegħduni li se jieħdu passi sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata.", "Jien nista' ngħid li sal-lum mhux talli għadu ma sar xejn talli l-gvern preżenti qiegħed jipprova jnaqqas il-mertu tal-progress li għamel is-settur tat-turiżmu billi jibqa' jgħid li r-revenue mis-settur tat-turiżmu naqas.", "Mr Chairman, wara li tajna ħarsa lejn x'ġara f'dawn is-sentejn, ta' min jara x'se jiġri minn issa 'l quddiem.", "Jien naħseb li l-iktar ħaġa li tippreokkupa lil dawk li jaħdmu fis-settur hija l-introduzzjoni tal-VAT.", "Il-gvern qiegħed jgħid li r-rata tal-VAT fuq is-settur tat-turiżmu se tkun ta' 5%.", "Dan m'hu minnu xejn għax ir-rata ta' 5% se tkun biss fuq l- akkomodazzjoni.", "Imma s-settur tat-turiżmu m'huwiex il-lukandi biss.", "Qalulna wkoll - mhux l-Onor.", "Refalo imma ministri oħra - li kulħadd jinsab kuntent u ferħan għaliex qabel ma ġiet iffissata r-rata tkellmu mar- rappreżentanti tal-Malta Hotels and Restaurants Association.", "Jien lill- MHRA nammiraha ħafna għax naf kemm taħdem u nixtieq li organizzazzjonijiet u għaqdiet oħra jkollhom l-istess set-up.", "Pero' bir-rispett kollu, l-MHRA tirrappreżenta settur wieħed biss mit-turiżmu, tirrappreżenta lil- lukandiera u ma tirrappreżentax lill-operaturi, lil dawk li għandhom l- incoming travel agencies, lil dawk li jagħmlu l-handling fl-ajruport u lil dawk li jorganizzaw l-excursions.", "Jiġifieri hemm bżonn li nneħħu minn moħħna l-idea li għaliex titkellem ma' l-MHRA tkun qisek tkellimt mas- settur kollu tat-turiżmu.", "Dan mhux issa qed ngħidu imma kont ngħidu anke qabel u kont nimbotta ħafna lill-operaturi, li qegħdin maqsumin f'elf biċċa, sabiex jingħaqdu ħalli jkollhom aktar saħħa bħalma għandha l-MHRA.", "Fil-fatt dan l-aħħar l-operturi informawni li waslu fi ftehim u l- federation tagħhom se tiġi launched għall-bidu tas-sena d-dieħla.", "Mr Chairman, il-fatt li r-rata ta' 5% se tkun għall-akkomodazzjoni biss ifisser li s-servizzi l-oħra kollha se jintlaqtu bil-15%.", "Ħalli nagħti eżempju fuq turist li jiġi hawn Malta u b'kollox jonfoq Lm220 li minnhom għandu Lm100 għall-akkomodazzjoni.", "Fil-preżent dan qed jeħel 5% fuq kollox, akkomodazzjoni u servizzi, jiġifieri qed iħallas Lm11.", "Bl- introduzzjoni tal-VAT dan se jibda jeħel 5% fuq il-Lm100 tal-lukanda li, jiġu Lm5, u 15% fuq il-Lm120 l-oħra li forsi jkun nefaqhom fuq servizzi, ikel barra mil-lukanda, excursions, handling u affarijiet oħra.", "Mela fuq pakkett ta' Lm220 it-taxxa minn Lm11 se titla' għal Lm23.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-konfużjoni li se ġġib din it-taxxa, għaliex fil-budget speech issemmew biss il-hotels u l-all-inclusive packages.", "Mela t-turisti li jiġu hawn Malta jaqgħu biss taħt dawn iż-żewġ kategoriji?", "Dawk li jiġu bed and breakfast se jħallsu 5% tal-lukanda - u s-suq Ingliż kważi kollu hekk jiġi - imbagħad fuq is-servizzi l-oħra kollha li jieħdu - anke jekk ifettlilhom jieħdu ikla mil-lukanda stess - ikollhom iħallsu 15%.", "Imbagħad hemm dawk li jiġu half board li se jkunu qed iħallsu 5% fuq l-irqad, 5% fuq l-ikla li jkollhom imħallsa u 15% fuq it-tieni ikla u s-servizzi l-oħra kollha tal-lukanda.", "Barra minn hekk hemm imbagħad l-all-inclusive.", "Il-ministru fid-diskors li għamel fl-okkażjoni tal-marketing conference qal li f'dan il-każ it- taxxa se tinqasam 70% bil-5% u 30% bil-15%.", "Dak il-ħin stess ikkorreġih Dr Simon Tortell u qallu li l-ftehim tagħhom mal-gvern kien li jinqasmu 80% bil-5% u 20% bil-15%, li jiġi average ta' 7% fuq il-pakkett kollu.", "Issa jien għandi informazzjoni li min qiegħed fl-all-inclusive irid li l-pakkett jinqasam 90% bil-5% u 10% bil-15% imma dik hi xi ħaġa li l-gvern għad irid jinnegozjaha.", "Pero' ħalli għall-argument ngħidu li din tkun 80% bil-5% u 20% bil-15%, jiġifieri medja ta' 7% fuq il-pakkett kollu.", "Mela t-turist li semmejt qabel se jkun qed iħallas biċċa bil-5% u biċċa bil-15%, filwaqt li t-turist li se jagħżel l-all-inclusive se jkun qed iħallas 7% fuq il- lukanda, fuq l-ikel, fuq ix-xorb, fuq is-servizzi li jieħu ġewwa l-lukanda u fuq l-excursions.", "Hemm imbagħad settur ieħor ta' turisti, dawk li jiġu bi prepaid package u jkollhom l-ajruplan, il-ground services, l-ikel, l-akkomodazzjoni u l- excursions kollha mħallsa.", "Lil dawn ħadd ma semmiehom, għalkemm ma jaqgħux taħt l-all-inclusive.", "Dan se jkun pakkett li se jkun diffiċli ħafna biex taħdmu.", "Hemm ukoll is-servizz li jagħtu l-ground handling agents, li diġa' qed jgħidu li se jintlaqtu u li se jkollhom ibigħu dan is-servizz lill- operaturi u lit-travel agents li jaħdmu hawn Malta.", "Dawn il-ground handling agents iridu jilqgħu lit-turisti l-ajruport, jagħmlu l-handling tagħhom, jagħmlu t-transfer mill-ajruport għal-lukanda u xi kultant ikollhom iqabbdu anke l-luggage vans biex iġorrulhom il-bagalji.", "Dan it-tip ta' aġent ikollu anke courier, li jmur il-lukanda biex jara li kollox ikun miexi sew.", "Issa dawn l-affarijiet kollha se jiġu ntaxxati bil-15%.", "Problema oħra hija ta' min jorganizza l-excursions biss.", "Hawnhekk ukoll se jkollna taħwida oħra għaliex jekk excursion tinbiegħ f'pakkett ta' lukanda all-inclusive, tiġi ntaxxata b'7% imma jekk se tinbiegħ separatament se tiġi ntaxxata bil-15%.", "Dan biex ma nsemmix it-taħwida kbira li se tinqala' bejn dawk li jbigħu l-excursions.", "Illum il-ġurnata għandna ħafna bucket shops li qed ibigħu l-excursions.", "Dawn issa jiddikjaraw li qegħdin taħt it-threshold u allura jistgħu ma jiġux VAT registered, bir-riżultat li dawk li jkunu VAT registered u qegħdin ibigħu l- excursions se jeħlu 15% VAT u l-bucket shops se jkunu qed ibigħu l-istess excursion mingħajr il-VAT.", "Imbagħad hemm dak it-turist li t-Taljani jgħidulu fai da te, dak li jibbukkja kollox għal rasu hu.", "Naturalment dan se jħallas 15% fuq kollox, minbarra l-akkomodazzjoni.", "Mr Chairman, se jkollna problema anke fis-suq tal-konferenzi.", "Dan m'huwiex suq li jiġi all- inclusive, imma meta jiġi minn barra għal konferenza grupp jew inkella grupp ta' incentive travel dawn se jkunu qed jixtru l-pakkett b'kollox, bl- ikel, bl-excursions, bl-akkomodazzjoni u bil-conference facilities.", "Se jieħdu daqqa ta' ħarta wkoll il-passiġġieri li jiġu fuq il-cruise liners.", "Illum il-ġurnata ħafna mill-passiġġieri jagħżlu li jew imorru jagħmlu x-shopping jew inkella jieħdu excursion.", "Dawk il-passiġġieri li jieħdu excursion issa se jiġu ntaxxati bil-15%.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li l-Maltin li se jsiefru se jiġu ntaxxati bil-15% fuq is-servizz li jagħtuhom it-travel agents.", "Irrid insemmi wkoll il-preokkupazzjoni li għandhom ħafna mit-travel agents u l-operaturi.", "Veru li din it-taxxa se tidħol fl-ewwel ta' Jannar ta' l-1999 imma kulħadd jaf li ħafna mill- operaturi u mit-travel agents huma diġa' committed bil-prezzijiet kif qegħdin sa Marzu tas-sena 2000.", "Issa x'se jiġri?", "Min se jbatiha d- differenza, l-operatur jew it-turist?", "Jiena ngħid li wieħed għandu joqgħod bilqiegħda u jara sewwa l-effett li se jkollha din it-taxxa fuq l- operaturi u fuq is-swieq prinċipali tagħna.", "M'għandniex inħallu l- affarijiet għaddejjin imbagħad naraw x'se jiġri.", "Fl-aħħar mill-aħħar veru li wieħed għad irid jistenna għaliex, kif jgħid sieħbi stess, the proof of the pudding is in the eating.", "Mr Chairman, nixtieq nagħmel żerwġ punti oħra.", "Fil-budget speech tas-sena l-oħra, l-Onor.", "Refalo kien semma t-TOSS u l-FBR.", "Kien qal li mhux sew li fuq is-suq Ingliż qed nonfqu dawk il-flus kollha għax għal 40% tat-turisti li jiġu Malta qed nonfqu 75% tal budget tagħna.", "Qal ukoll li qatt ma messna ffissajna rata ta' kambju ta' £1.45 jew £1.47 għal dik li hija FBR.", "Qalilna wkoll li ġaladarba s-suq Ingliż ma jissussidjax lill-Maltin li jsiefru hemm, ma jarax għalfejn aħna għandna nissussidjaw lill-Ingliżi li jiġu hawnhekk.", "Jiena m'iniex ta' dik l-opinjoni għaliex it-turisti Maltin għas-suq Ingliż huma insinifikanti bħala kwalita' imma n-numru ta' Ingliżi li jiġu għalina huwa importanti ħafna.", "Fi żmienna kien tħejja rapport li fih xi esperti kienu qalu li wasal iż-żmien li l-FBR tiġi dismantled.", "Aħna ma qbilniex ma' dan imma sieħbi dakinhar kien qal li he tends to agree ma' dak ir-rapport kif ingħata lill-gvern, jiġifieri li l-FBR għandha tiġi dismantled.", "Barra minn hekk, kien qal ukoll li flok nonfqu l-parti kbira tat-TOSS fl-Ingilterra għandna nifirxu dan l-inċentiv u nintroduċu s- sistema ma' pajjiżi oħra.", "Imma nixtieq inkun naf, Sur President, jekk hux qed isir xi ħaġa fuq dak li kien qal u ssuġġerixxa sieħbi fid-diskussjoni dwar il-budget tas-sena l-oħra.", "L-Onor.", "Refalo kien tkellem ukoll fuq il-pre-accession funds.", "L-Onor.", "Membru kien qal li minħabba li ma bqajniex fuq ir-rotta għal sħubija fl- Unjoni Ewropea tlifna ċ-ċans li jkollna l-ħafna pre-accession funds li kompetituri tagħna, bħal Ċipru u s-Slovenja, setgħu jutilizzaw.", "IIllum nistenna li l-Onor.", "Refalo forsi jgħidilna xi ħaġa fuq il-pre-accession funds u kif Malta se tibbenefika minnhom.", "Safejn naf jien, ir-rotta reġgħet inbidlet imma dawn il-pre-accession funds ma ssemmew qatt aktar.", "Nixtieq inkun naf ukoll x'se tkun il-policy ta' dan il-gvern fejn tidħol l-accommodation.", "Il-policy tagħna kienet ċara.", "Aħna ma konniex nemmnu li nistgħu nimxu fuq il-figura ta' bedstock f'Malta ta' 50,000.", "Billi l- operatur ma jutilizzax parti mill-bedstock li għandna, aħna konna nħarsu aktar lejn dak li jidher fuq il-kotba.", "Ta' min jgħid li minkejja l-isforzi li għamlu gvernijiet diversi, l-improvements f'bedstock, speċjalment dawk fil-kategoriji 3-Star u 'l isfel, ma żammewx il-pass mad-domanda, mal- profile u ma' l-esiġenzi tat-turist il-ġdid.", "Fil-fatt illum għad għandna differenza kbira fejn jidħlu standards u kwalita' bejn kategorija u oħra.", "M'hemmx a gradual increase ta' kwalita' bejn it-2-Star u t-3-Star, bejn it- 3-Star u l-4-Star u bejn il-4-Star u l-5-Star.", "Bejn dawn il-kategoriji hemm distakk qawwi, biex ma ngħidx ukoll li hemm distakk qawwi within the same category.", "F'dan il-każ forsi kull wieħed minna għandu ftit tort għax dejjem nindirizzaw l-aktar lis-settur 5-Star.", "Jiena ngħid li dan m'għandux ikun.", "Ma jidhirlix li l-gvern għandu jgħid li ħafna mit-3-Star hotels iridu jaraw x'se jagħmlu.", "Ma tistax timxi hekk.", "Wara kollox il-4-Star u l-5-Star hotels jieħdu biss 35% tat-turisti kollha li jiġu hawn Malta.", "Il-65% l- oħra qed imorru fit-3-Star complexes u fil-flats u allura ma nistgħux ngħidu li dawn għandhom jiġu kkonvertiti f'djar tax-xjuħ, jagħlquhom jew inkella jagħmluhom uffiċini.", "Ma tistax tgħid hekk imbagħad fl-istess ħin tgħid ukoll li għandek biżżejjed bedstock u m'intix se tagħti aktar liċenzji għal lukandi ġodda.", "Għax jekk mela permessi għal lukandi ġodda m'intix se tagħti u wħud minn dawk eżistenti trid iddawwarhom f'xi ġeneru ta' xogħol ieħor, kif se żżid it-turisti?", "It-turisti fejn se tqegħedhom?", "La qed nitkellem fuq il-lukandi rrid insemmi wkoll il-problemi li dawn qed jiffaċċjaw.", "Illum semmejt l-esiġenzi tat-turist imma hemm ukoll l-esiġenzi ta' l- operaturi, l-iktar l-operaturi Ingliżi, li jiġu f'kull lukanda u joqogħdu jiflu l-health and safety standards.", "Issa t-turist li jmur f'5-Star hotel jieħu servizz ta' kwalita', pero' hemm problema fir-rigward ta' lukandi 3- Star u anke 4-Star.", "Hemm ċerti 4-Star hotels li se jkollhom jagħmlu investiment qawwi f'health and safety standards biex ikunu jistgħu jakkomodaw lit-3-Star tourist li jkun ġej mill-Ingilterra.", "Jiġifieri se jagħmlu xi ħaġa mhux biex iġibu lit-turist ta' fuq nett imma biex iġibu l- basic 3-Star tourist.", "Hawnhekk nerġa' nappella biex lit-3-Star hotels nagħtuhom is-support u nieħdu approach aktar pożittiv fir-rigward tagħhom.", "M'għandniex ngħidulhom biex jekk iridu jdawru l-ġeneru.", "Aħna konna qegħdin naħdmu fuq pakkett ta' expertise tekniku biex forsi dan is-settur jerġa' jqum fuq saqajh u nista' nżid li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom l- inċentivi tal-banek, li kważi ħadd minnhom ma utilizza.", "Jekk dawn jiġu kkombinati t-tnejn flimkien forsi jista' jissarraf f'xi ħaġa.", "Jiena nemmen li din il-kategorija għad baqgħalha rwol importanti ħafna.", "Meta tkellimhom dawn l-operaturi mill-ewwel jibdew jilmentaw fuq kif qed ikissrulhom il- prezzijiet.", "Din hija xi ħaġa li rridu niffaċċjaw.", "Jiena la nagħti tort lil ta' fuq u lanqas lil ta' isfel imma naħseb li wieħed irid jibża' daqxejn għall-ieħor.", "X'qed jiġri llum?", "Illum għall-grazzja ta' Alla, il-5-Star hotels u l-4-Star hotels għandhom xogħol biżżejjed ta' konferenzi u incentive travel imma dan ix-xogħol mhuwiex xogħol tas-sajf.", "Fis-sajf ma jiġux konferenzi għax dawn jiġu fix- shoulder months u fil-winter months.", "Minħabba f'hekk qed jiġri li l-hotels li fis-sajf ma jkollhomx dan it-tip ta' xogħol qegħdin jikompetu mat-3-Star u l-4-Star għall-istess tip ta' turist.", "L-inkwiet jibda meta dawn ibaxxu l- prezzijiet u miskin dak li għandu t-3-Star u jrid jikkompeti magħhom.", "Għalhekk qed ngħid li lit-3-Star irridu nieħdu ħsiebhom, inkella se jkollna problema strutturali f'dik li hija provvista ta' akkomodazzjoni.", "Jiena u sħabi hawnhekk tkellimna ma' ħafna operaturi u kollha jgħidulek li jridu jibagħtu t-turisti lejn Malta pero' għandhom problema.", "Il-problema x'inhi?", "M'għandniex bedstock kif iriduha huma.", "U inutli noqogħdu ngħidu li għandna 50,000 sodda li mhux qed nimlewhom.", "Irridu naraw kif nistgħu nagħmlu biex nirranġaw dawk li mhumiex tajbin ħalli dawn jibdew ilaħħqu ma' l-esiġenzi ta' l-operatur.", "Meta jirnexxielna nagħmlu dan verament inkunu nistgħu nżidu n-numru ta' turisti li jiġu lejn Malta.", "Jiena semmejt il-guidelines li għandu jimxi fuqhom il-gvern rigward sodod ġodda.", "Jiena ma naqbilx ma' dak li qed jgħid il-gvern li ma jridx iżid is-sodod għax hemm biżżejjed.", "Jiena ngħid li għandna nagħtu mano libera biex jidħlu fis-suq sodod ġodda.", "Meta inti tagħmel hekk, awtomatikament tkun qed tħajjar lil dawk li diġa' għandhom sodod biex itejbu l-istandard.", "Mr Chairman, xtaqt nagħmel kumment żgħir ukoll fuq accommodation u standards.", "Bir-rispett kollu għall- individwi li hemm fuq l-HCEB, li kollha huma ħbieb tiegħi, jiena ma narax li huwa f'loku li meta l-HCEB qiegħda hemmhekk biex tiċċekkja l-istandards tal-lukandi, fuq il-bord għandu jkun hemm nies li huma stess huma hoteliers.", "M'iniex qed ngħid li jekk ikun hemm hotel li ma jkunx qed iżomm l-istandards lil dan ma jkellmuhx imma naħseb li t-tentazzjoni dejjem tkun qiegħda hemmhekk.", "Mr Chairman, irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq ir-riżorsi umani.", "Iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra naqblu li l-personnel li jaħdem fis-settur tat- turiżmu, sew dak li jaħdem f'lukanda, sew jekk jagħti servizz ta' gwida u sew jekk iservi f'post ta' entertainment, irid ikun kwalifikat.", "Jekk ma jkunx kwalifikat allura żgur li se jħalli effett negattiv fuq il-kwalita' tal-prodott tagħna.", "Iż-żewġ naħat naqblu li l-attitudni tal-ħaddiema lejn it-turist trid titjieb.", "Ilu ħafna jinħass il-bżonn ukoll ta' taħriġ għal impjiegi ġodda kif ukoll ta' refresher courses għal min diġa' jaħdem f'dan is-settur.", "In-nuqqas ta' nies imħarrġa sew jidher mill-ħafna job movements li jkun hawn minn hotel għal oħra.", "Naraw ukoll li jkun hemm ħafna poaching bejn hotel u oħra u nsibu każijiet ta' persuni li filli jkunu qed jimmaniġjaw 3-Star hotel u f'daqqa waħda jmorru jmexxu 4 jew 5-Star hotel.", "Hemm ukoll il-bżonn serju ta' human resource audit li kien diġa' ngħata bidu u kellu jitlesta, jekk m'iniex sejjer żball, fis-sajf li għadda.", "Jiena nispera li x-xogħol fuq dan il-human resource audit għadu għaddej u nixtieq li l-ministru jgħidilna fiex wasal.", "La qed insemmi r-riżorsi umani, irrid infakkar li aħna bħala gvern konna bdejna ħidma siewja ħafna biex nintroduċu sistema edukattiva ġdida fis- settur turistiku.", "Aħna konna għedna li s-settur tat-turiżmu għandu jidħol fil-livell primarju biex tiddaħħal awareness fit-tfal iż-żgħar ta' l- importanza tat-turiżmu għal pajjiżna.", "Konna għedna wkoll li fil-livell sekondarju għandhom jiġu introdotti hospitality subjects biex dak li jkun ikompli jingrana fuq dak li jkun tgħallem fil-primarja.", "At tertiary level għandhom jiddaħħlu first degrees fit-turiżmu.", "Illum jekk xi ħadd irid jistudja għal degree irid jieħu degree fil-management jew fil-commerce u jispeċjalizza fit-turiżmu.", "M'hemm l-ebda first degree fit-turiżmu.", "Hawnhekk forsi ma tantx naqbel mal-metodu li se jipproponi sieħbi, l- Onor. Refalo, fis-sens li ma jidhirlix li din hija xi ħaġa li għandha tagħmilha l-ITS.", "L-ITS qed taddestra ħafna nies bżonjużi, anke at craft level, pero' ma nistgħux ngħidu li mill-ITS f'daqqa waħda se jibdew joħorġu biss managers.", "Jiena nista' naħlef li dak it-taqlib li sar fl-ITS ma sarx bl-addoċċ imma sar wara rapporti u studji.", "Jiena ngħid li dak it-tibdil ikkontribwixxa biex sar progress u bidel ix-xejra għax l-ITS kien qiegħed hemmhekk biss biex jagħti taħriġ fl-accommodation sector u kien qed jieħu biss 70 student.", "Aħna ħassejna l-bżonn li dan għandu jikber u fil-fatt, jekk niftakar sew, fl-ewwel sena kien ħa xi 300 student jew fuqhom.", "Aħna konna qed nitħabtu biex l-ITS jikseb recognition internazzjonali u fil- fatt, ftit wara li nbidel il-gvern, Oxford Brookes University tat il-barka tagħha biex il-courses jiġu up to standard.", "Hemm lok li nattiraw iktar żgħażagħ lejn dan is-settur permezz ta' l-ITS.", "Kulħadd jaf x'diffikulta' hemm biex tattira liż-żgħażagħ lejn it-turiżmu, l-ewwelnett għax iż-żgħażagħ ma jridux jintrabtu bil-ħinijiet li jitlob dan is-settur u t-tieni għax min ikun qed jipprova jsib impjieg ġdid għadu jibża' li dan huwa settur seasonal ħafna u allura waqt li forsi huwa żgur minn impjieg fis-sajf, jista' jispiċċa jitkeċċa fix-xitwa.", "Nista' ngħid li l-awareness li rnexxielna ntellgħu f'dawn l-aħħar sentejn wieħed irid isarrafha biex aktar żgħażagħ jersqu lejn dan is-settur.", "Ladarba qed nitkellem fuq l-ITS, jiena nixtieq nagħmel kumment ieħor dwarha.", "Il- ministru reġa' ħatar il-board of governors u appuntu nies validi ħafna.", "Pero', iktar minn hekk, naħseb li għandu jkun hemm aktar commitment u iktar ħin dedikat għall-ITS.", "Għalhekk naħseb li min ikun qiegħed imexxi dan il- board of governors għandu jkun iktar fuq il-post u mhux imur hemmhekk biss għall-board meetings.", "Mhux importanti jekk ikunx full-time jew part-time hemmhekk, basta jkun jaf x'inhu għaddej u mhux sempliċement jattendi meetings.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-affarijiet li konna bdejna aħna u anke fuq it-tourism authority.", "Kienet sfortuna kbira li l-Perit Mintoff kellu jinqeda bil-liġi li kellha twaqqaf it-tourism authority biex jiġbed lill- oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ħalli tivvota miegħu.", "Mill-aġenda kollha li kellu dan il-parlament, dan kollu kellu jiġri fid-diskussjoni dwar it- tourism authority.", "Jiena ċert li din il-liġi se terġa' titressaq u nispera li titressaq bl-istess spirtu li kien qed iressaqha Gvern Laburista preċedenti.", "Barra x-xogħol li għamilna fuq it-tourism authority, konna wkoll wasalna fi stat avvanzat ħafna fit-tfassil tat-tourism strategic development plan, it-tourism national master plan u l-istudju dwar il- carrying capacity.", "Naf li l-istudju fuq il-carrying capacity għadu għaddej għax naf li ssemma waqt il-marketing conference.", "Nassumi li l-istudji l- oħrajn baqgħu mexjin ukoll.", "B'dispjaċir ngħid ukoll li l-Mediterranean Conference Centre ma baqgħetx taħt ir-responsabbilta' tal-kollega tiegħi, li naf li żgur kien jieħu ħsiebha.", "Illum din taqa' taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni u meta pprovajt nara x'hemm dwarha sibt li din lanqas biss tissemma.", "Nispera li din il-ġawhra ta' teatru ma tispiċċax għall-coffee mornings, għall-fieri ta' l-għamara jew bħala stage ta' xi skejjel.", "Jekk kien hemm raġel li kien qed jagħti kontribut siewi lill-conference centre dan kien Joe Aquilina, imma lili informawni li sfortunatament dan tneħħa.", "Nafu bil-kwestjoni li kellu fil-passat mal-Ministru Louis Galea u naturalment dan ħa l-ewwel ċans li sab biex iqaċċtu.", "Meta nitkellmu fuq is-settur tat-turiżmu dejjem nitkellmu fuq it-turisti li jiġu hawn Malta pero' ż-żewġ naħat jaqblu li l-ministeru għandu jieħu ħsieb ukoll dawk il-Maltin li jsiefru barra bħala turisti, li huma numru sostanzjali.", "Mill-economic survey jirriżulta li l-Maltin li siefru fl- ewwel disa' xhur ta' din is-sena nefqu madwar Lm56 miljun fi btala.", "Jiena ngħid li meta l-Maltin qed jonfqu dawn il-miljuni barra, ta' min jilleġisla biex jara li dawn jingħataw il-consumer rights li wara kollox igawdi turist barrani meta jiġi hawn Malta.", "Għax bħalma aħna nistmaw lit-turist barrani meta jiġi f'pajjiżna, għandna d-dritt li nistennew li ħaddieħor jistma lit- turisti Maltin bl-istess mod.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-partnership bejn il-gvern u l-privat.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-settur privat talli din il-partnership ma ħallejnihiex biss fuq il-karta imma wettaqnieha bil-fatti.", "Ma kenitx tgħaddi ġimgħa li ma konniex niltaqgħu biex niddiskutu ħaġa jew oħra.", "Daqqa naqblu u daqqa ma naqblux imma d-diskussjoni kienet tibqa' għaddejja u r- riżultati kienu tajbin, kemm għall-pajjiż kif ukoll għas-settur privat.", "Nispera li din il-fiduċja li daħħalna bejn l-amministrazzjoni u s-settur privat tibqa' sejra u tikber.", "Jiena għedt ukoll li ħdimna biex intejbu l-prodott turistiku.", "Nemmen li ma nistgħux inkabbru s-settur turistiku, la mil-lat ta' numru u lanqas mil- lat tad-dħul, jekk m'aħniex se ntejbu l-prodott li qegħdin noffru.", "Aħna konna ħadna rwol importanti f'dawk il-proġetti li kienu qegħdin jitwettqu u kważi nistgħu ngħidu li ħafna proġetti kienu ġew minn inizjattivi tal- ministeru jew ta' l-NTOM.", "Irrid ngħid li sibna l-koperazzjoni sħiħa tal- ministri sħabi għax jekk konna qed nitkellmu fuq terminal sibna l-għajnuna ta' l-Onor.", "Joe Debono Grech, u jekk konna qed nitkellmu fuq agro-turiżmu kellna kalendarju sħiħ ta' attivitajiet ma' sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Sar ukoll refurbishment tal-casino, li mill-informazzjoni li għandi qed jagħti riżultati tajbin - konna qed nistennew li jsir ieħor u nispera li jsir - imma b'dispjaċir ninnota li l-grupp li kellu jieħu over it-tmexxija tal-casino tad-Dragonara għadu ma wasalx.", "Mhux qed ngħid li dan hu tort tal-gvern preżenti.", "Fi żmienna aħna wkoll pprovajna nġibuhom imma sfortunatament ma ġewx.", "Għaliex?", "Għax spiċċajna li fil-casino la jikkmanda x-shareholder, li hija l-MIMCOL, u lanqas ħadd ħlief il- ħaddiema.", "Sfortunatament qabel l-elezzjoni, meta konna se nispjegaw lill- ħaddiema x'se jiġri bil-ftehim il-ġdid, il-Partit Nazzjonalista kien qalilhom biex jibqgħu jirreżistu.", "Issa jekk wieħed joqgħod jifli l-affarijiet, isib li, per eżempju, waqt li dan il-grupp qed jgħid lill-ħaddiema biex jipparkjaw ftit 'il fuq ħalli l-parking iħalluh għal min imur juża l-casino, dawn qed jirrifjutaw u jibqgħu jużawh għax qed jgħidu li ilhom jużawh għal 30 sena.", "Isib ukoll, per eżempju, li xi ħadd li jservi bħala waiter fir-restaurant jirrifjuta li jmur ikompli jservi bħala waiter fil-bar hekk kif jagħlaq ir-restaurant, għax ir-restaurant dejjem jagħlaq qabel il-bar u dan ikun irid imur jorqod ħalli l-għada filgħodu jkun jista' jmur għall-job l-ieħor ma' Ċikku jew ma' Peppu.", "Il-grupp ikellem lil-croupiers u jgħidilhom li l-istandards jitolbu li dawn joqogħdu bil-wieqfa meta jkunu qegħdin jilagħbu fil-casino, imma dawn jgħidulu li ilhom 30 sena jaħdmu bilqiegħda u ħadd m'hu se jgħallimhom kif idawru r-roulette għax dejjem dawruha bilqiegħda u hekk se jibqgħu jagħmlu.", "Dawn l-affarijiet la qbilt magħhom qabel u lanqas se naqbel magħhom issa.", "Aħna mhux se nagħmlu bħalma għamlu tan-naħa l-oħra meta, għax kont qed nirranġa magħhom, taw is-support lill-ħaddiema biex ma naslux.", "Ikun ta' dispjaċir li jkollna okkażjoni bħal din u nitilfuha.", "Fi żmienna kien hemm ukoll il-kwestjoni tal-golf courses u tal-marina.", "Wara ħafna taħbit lestejna r-rapport u, jekk m'iniex sejjer żball, fl-aħħar anke l-awtorita' ta' l-ippjanar waslet biex tapprova li jsir golf course f'Għawdex.", "Nispera li dan ix-xogħol jibqa' għaddej.", "Fuq il-marina jiddispjaċini li dan il-gvern donnu mhux se jimxi fuq l-istess linji ta' dak li konna se nagħmlu aħna.", "Nispera li ma jerġax ikollna repetizzjoni ta' dak li sar fil-każ tal-marina ta' l-Imsida, jiġifieri sempliċement ikun berthing place, ċertament li hemm bżonn ta' marina bil-faċilitajiet u l- amenities kollha li jixirqu lil marina llum il-ġurnata.", "Fuq is-sea terminal u \"Connections\" diġa' tkellimna u ntqal li dawn x'aktarx se jitkomplew.", "Fuq hotel schools irrid ngħid li aħna konna qegħdin naraw kif se nwaqqfu hotel school flimkien mal-privat, imma niftakar li sieħbi l-Onor.", "Refalo darba kien qal li hu ma tantx jaqbel ma' l-idea.", "Dwar events u festivals irrid ngħid li aħna konna bdejna laqgħat - sfortunatament lħaqna għamilna tnejn biss mal-Manoel - bil-ħsieb li f'ċerti proġetti turistiċi, l-NTOM jew il-Malta Tourism Authority tieħu anke parti mir-revenue li jiġi ġġenerat.", "Nispera li l-gvern jibqa' miexi fuq din l-idea biex għallinqas l-NTOM, jew l-awtorita', ikollha another source of revenue.", "Mr Chairman, jekk kellna problemi f'dawn is-sentejn żgur li l-epitomija ta' dawn il-problemi kienet toħroġ meta konna niddiskutu l-imberkin beaches ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jiena naħseb li għandu jkun hemm sforz aktar qawwi biex verament nibdew niżviluppaw beaches fejn m'għandniex, filwaqt li nieħdu ħsieb dawk li għandna.", "Aħna kellna wkoll il-ħsieb li ntellgħu l-blue flag standard f'ċerti beaches.", "Naħseb li huwa importanti li ngħid xi ħaġa fuq l-Air Malta.", "Jien qgħadt attent nisma' l-ispeech tal-Ministru Josef Bonnici waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-ministeru tiegħu imma fuq l-Air Malta ma semma xejn.", "Jien mhux se nerġa' noqgħod nitkellem dwar il-fatt li konna sibna li l-Air Malta kienet qed tagħmel it-telf, fuq id-djun li kellha u fuq deċiżjonijiet ħżiena li kienu ttieħdu.", "Pero' rrid ngħid li waħda miċ-ċwievet prinċipali għas-suċċess tat-turiżmu f'Malta hija ċertament l-Air Malta.", "Hija ħasra li l-Air Malta issa nqatgħet mill-ministeru għat-turiżmu għax nemmen li flimkien konna bnejna sinerġija tajba ħafna.", "Forsi l-ministru se jgħidli li dik is-sinerġija għadha hemmhekk u se tibqa' imma jiena persważ li għalkemm hu jgħid hekk minn ġewwa jħoss li ma jistax ikun li tibqa' l-istess bħal meta ż-żewġ entitajiet kienu taħt umbrella waħda.", "Jiena semmejt il-ħafna affarijiet tajbin li kien hemm fi żmienna imma naturalment kien hemm affarijiet ħżiena wkoll.", "Apparti l-qagħda finanzjarja - u sieħbi żgur li jaqbel miegħi fuq din - irrid insemmi l- ġlied li kien ikollna biex forsi nieħdu ftit aktar eluf għall-benefiċċju ta' dan is-settur.", "Din hi ġlieda li kont nagħmilha jien, qed jagħmilha l- ministru llum u tibqa' ġlieda perpetwa, għax jagħtuna kemm jagħtuna finanzi jiena ċert li qatt m'huma se jkunu biżżejjed.", "Għall-ewwel darba f'ħafna snin kellna wkoll il-problema ta' l-overbookings.", "Qed ngħid li kienet problema sabiħa għax wara sentejn ta' free fall dawwarna s-sitwazzjoni fi problema oħra u għall-ewwel darba f'temp ta' erba' snin bdejna niffaċċjaw il-problema ta' l-overbookings.", "Kellna wkoll il-problema tal-prezzijiet esaġerati.", "Hawnhekk mhux qed ngħid għal tat-taxis jew għal tal-kiosks imma qed ngħid għal kull min jaħdem fis-settur.", "Hemm it-tendenza li meta l- affarijiet ikunu batuti kulħadd jgħaddi bl-eżatt u kif jaraw l-affarijiet serjin mhux ħażin kulħadd jibda jispara l-prezzijiet bl-addoċċ.", "Kellna wkoll il-problemi ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar pero' konna wasalna biex nagħmlu laqgħat fl-ewwel Tnejn tax-xahar ħalli niddiskutu l- ħafna proġetti li konna nressqu aħna stess.", "Huwa importanti li dan l-iskop jinżamm.", "Il-priorita' tagħna kienet li nibnu proċess turistiku li ma jkunx ibbażat fuq ħafna skossi.", "It-targets prinċipali tagħna kemm-il darba għedna x'inhuma u naħseb li kulħadd għandu jibqa' jitħabat biex intejbu u niżviluppaw prodott ta' kwalita' aħjar.", "Wieħed jispera li flimkien inkunu nistgħu nipproduċu prodott li jagħti value for money u nkabbru r-range ta' standards tal-prodott tagħna.", "Nikonkludi billi ngħid li rridu nifhmu li verament hemm bżonn li nkomplu ntejbu u nkabbru dan is-settur minħabba l-importanza tiegħu għall- ekonomija.", "Naturalment waqt li qed jikber is-settur ikunu qed jikbru l- profitti għal min qed jaħdem fih ukoll.", "Pero' biex nilħqu dan l-għan irridu naħdmu flimkien għal viżjoni waħda li tgħaqqad il-ħafna interessi tas-setturi diversi f'din l-industrija.", "Nemmen li għandu jibqa' jsir xogħol kontinwu bejn il-gvern u l-privat u nemmen ukoll li għandna nkunu sinċieri ma' xulxin.", "Fejn għandna problema ngħidu li għandna problema u flimkien nipprovaw naslu għar-rimedji u s-soluzzjonijiet.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil sħabi kollha li ħadmu miegħi matul dawn is-sentejn u nwegħedhom li kif konna viċin xulxin f'dawn is-sentejn, nibqgħu viċin anke issa.", "Nieħu l-okkażjoni wkoll biex nagħti l-isbaħ xewqat lil kulħadd speċjalment lil dawk li jaħdmu fis- settur.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Il-ħin li fadal huwa kollu disponibbli għall-membri tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, huwa tassew pjaċir għalija li nintervjeni fid-diskussjoni dwar l-estimi tal-ministeru għat-turiżmu.", "Dan huwa settur enormi u jiena ma nippretendix li fil-ħin allokat għalija se jirnexxieli nkoprih kollu.", "Għalhekk xtaqt li nillimita ruħi għal ftit ħsebijiet.", "Naħseb li l-iktar parti tas-settur li qed tara avvanz hija dik tat-turiżmu kulturali, jiġifieri t-turist li jiġi hawn Malta għall- kultura ta' pajjiżna, fejn qed ikollna konċentrazzjoni ikbar ta' operaturi.", "Għalija din hija triq li pajjiżna għandu jsegwi aktar 'il quddiem u għandu jiżviluppa f'iktar dettall u b'iktar attenzjoni.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE CHAIRMAN: Peress li m'hawnx quorum il-Kumitat huwa sospiż.", "Fl-11.06 a.m. il-Kumitat ġie sospiż skond l-Ordni Permanenti 111 u l-Kamra rriżumiet ħames minuti wara skond l-Ordni Permanenti 112.", "MR.", "SPEAKER: Peress li hawn quorum il-Kamra tista' tkompli bix-xogħol tagħha.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor Mifsud Bonnici jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, kif kont qed ngħid qabel din is-sejħa għal quorum, hemm bżonn ta' iktar attenzjoni lit-turiżmu kulturali.", "Dan huwa tajjeb fuq żewġ livelli.", "Huwa tajjeb għax huwa prodott edukattiv li jwassal għal aktar dinjita' tagħna bħala poplu, fis-sens li mhux biss nafu li għandna wirt kulturali kbir imma li aħna kapaċi nesponuh tajjeb għall-barranin.", "Huwa tajjeb ukoll għax it-turiżmu kulturali huwa importanti ekonomikament.", "It-turist li jiġi għall-kultura għandu tendenza li jonfoq aktar flus mit-turist li jkollu kollox imħallas minn qabel u għalhekk għandna nimmiraw biex inġibu aktar minn dan it-tip ta' turist, li barra li jħalli aktar flus hawn Malta jista' jmur lura f'pajjiżu b'togħma tajba.", "Sfortunatament bħala poplu u bħala pajjiż m'aħniex qed nagħtu biżżejjed importanza lill-kultura.", "Hemm bżonn li ninvestu iktar biex nieħdu ħsieb li f'dan il-pajjiż ikollna restawr metodiku, sabiħ u kostanti tal-wirt li għandna.", "Jien insibha faċli u naturali li nitkellem fuq il-wirt storiku li hemm fil-Kottonera u fuq il-bżonn li jkun hemm iktar investiment biex jinfetħu diversi postijiet ħalli jiġu wżati b'mod tajjeb u intelliġenti għal skopijiet ta' kultura.", "Jien jiddispjaċini meta nara li l-Auberge de France, per eżempju, mhijiex miftuħa għal pubbliku u m'hemm l-ebda espożizzjoni fiha.", "Jaqbduni d-dwejjaq meta naħseb li x-Xatt tal-Birgu, minkejja l-bona volonta' taż-żewġ naħat tal-Kamra, għadu ma ġiex irranġat.", "Dan għaliex qed ngħidu?", "Qed ngħidu għax waħda mit-temi li għandna nsegwu fir-rigward tat-turiżmu kulturali hija li nipprospettaw il-Kottonera u l- Belt bħala żewġ postijiet fejn tista' tmur u tqatta' l-ġranet tara affarijiet li jqajmu l-ispirtu uman u jżidu fit-tagħlim.", "Bħala pajjiż aħna għandna nimpenjaw ruħna li nġibu lura dawn il-palazzi għall-glorja li kellhom fi żmenijiet oħra, ħalli jkunu ta' frott kemm għalina kif ukoll għat-turisti li jarawhom.", "Is-sena li ġejja hija s-sena li tikkommemora t-300 sena mill-mewt ta' Mattia Preti u bi pjaċir ninnota li l-Museum of Fine Arts ħejja programm interessanti għall-okkażjoni, fejn se jinġiebu pitturi li juru kif kien ipinġi Mattia Preti meta kien għadu żgħir u meta kien għadu ma ġiex hawn Malta.", "Illum wasal iż-żmien li d-diversi palazzi li għandna nutilizzawhom biex nagħmlu wirjiet ta' arti ta' din ix-xorta.", "Meta kont barra kelli opportunita' li nżur l-Goya Museum.", "Kulma kien hemm fih kienu ftit pitturi ta' Goya u għalkemm ma kienx hemm affarijiet kbar, kien hemm diversi persuni bħali li marru biex jaraw dawn il-ftit opri ta' dan is-surmast ċelebri.", "Immaġina x'nistgħu nagħmlu aħna f'pajjiżna fejn għandna numru kbir ta' pitturi tajbin ta' artisti bħal Preti, Caravaggio u Reni.", "Wieħed irid jgħid ukoll li hawn Malta għandna kollezzjoni ta' Dürer, li hija unika fl-Ewropa kollha.", "Veru li din il-kollezzjoni qiegħda f'idejn il-Mużew tal-Kattidral u mhux f'idejn il-gvern imma l-gvern għandu jidħol fi ftehim biex dawn ix-xogħlijiet ikunu esposti fuq livell nazzjonali, jew aħjar fuq livell internazzjonali.", "Nixtieq li f'dan is-settur ikun hemm iktar tempestivita' għax il- preservazzjoni intelliġenti ta' dawn l-opri hija importanti għall-futur.", "It-turiżmu kulturali narah bħala fonti ta' aktar dħul għal pajjiżna, pero' ma nistgħux nippretendu li jiġu iktar turisti kulturali hawn Malta jekk ma nesponux dan il-wirt li għandna.", "Hija ħaġa inkredibbli kif id-diversi mużewijiet li għandna xi drabi lanqas biss ikollhom materjal spjegattiv fuq dak li t-turist ikun se jara.", "Kulħadd irid jiddependi fuq il-guidebook li jixtri, li mhux dejjem ikun dettaljat.", "Almenu fuq il-post għandhom jinbiegħu kartolini li jirrigwardaw dak il-post.", "Jiena ngħid li l-gvern għandu jara x'se jagħmel biex ikun hemm espożizzjoni aħjar ta' dak li għandna f'dawn il-postijiet u b'hekk barra li tkun qed tattira aktar turisti, ikollok sors ieħor ta' dħul.", "Mr Chairman, sal-lum lanqas biss għandna CD Rom tajba ta' dawn id-diversi mużewijiet.", "Hija ħaġa tajba li l-NTOM ħejjiet CD Rom informattiva u għalkemm l-affarijiet għadhom fil-bidu, jidher li hemm l-ideat.", "Pero' hemm bżonn li nibdew naħsbu biex il-Museum of Fine Arts ikollu CD Rom li tista' tinxtara u li tkun aċċessibbli għal kulħadd.", "Per eżempju, wieħed mill- avvanzi kbar li saru fil-Louvre fi Franza huwa li ħarġu għall-bejgħ CD Rom f'diversi lingwi, bl-iskop lli min jara din is-CD Rom jitħajjar imur jara dawn l-opri.", "Jumejn ilu rajt dokumentarju fuq stazzjon Ġermaniż li rreklama tajjeb Ħaġar Qim, l-Imnajdra u t-tempji preistoriċi tagħna.", "Il-finanzjament għal dan id-dokumentarju rnexxilehom iġibuh mill-world heritage fund.", "Allura aħna l-Maltin m'għandux ikollna nies li tiġihom l-idea li jaċċedu għal dawn il-fondi biex jagħmlu reklam aħjar għal pajjiżna?", "Dan qed ngħidu fl-isfond li l-NTOM tonfoq ħafna flus barra minn Malta fuq riklami u allura jagħmel sens li tara x'fondi hemm barra minn Malta li nistgħu naċċedu għalihom ħalli nagħmlu reklam għal pajjiżna.", "Ladarba qed insemmi l-NTOM, bi pjaċir ninnota l-ħidma li qed issir u l- mod dinamiku li timxi bih din l-organizzazzjoni fiċ-ċirkostanzi kollha.", "Jiena informat li hemm heritage action committee li jieħu ħsieb jirrestawra d-diversi fortizzi Maltin u jġibhom lura għall-glorja li kellhom.", "Wieħed irid jagħti mertu liċ-chairman, Dr. Joe Galea Debono, li nduna b'din in- niċċa vojta li ma kien jagħti kasha ħadd, jiġifieri r-restawr tal- fortifikazzjonijiet antiki.", "Dan irnexxielu jqajjem ċertu spirtu u wieħed jista' jara s-suċċess li kellu dan il-proġett f'Sant Iermu u f'Sant' Anġlu, li b'mertu ta' l-NTOM ġew restawrati.", "F'Malta għandna ħafna fortifikazzjonijiet mitluqa u abbandunati u f'ċerti każi qed jintużaw għal xi ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn la mal-kultura u lanqas mal-militar.", "Hemm minnhom li ġew mogħtija, per eżempju, biex jintużaw bħala farms.", "Wieħed jinnota wkoll ix-xogħol li sar biex il-fortifikazzjonijiet ta' Binġemma u ta' Delimara jkunu aċċessibbli għall-pubbliku u jawgura li dan it-tip ta' xogħol jitkompla.", "Jiena ngħid li f'dan il-kamp l-NTOM irnexxielha tagħmel żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett uriet li fejn hemm ir- rieda li tasal tista' tasal biex tagħmel l-affarijiet u t-tieni nett irnexxielha toħroġ l-aspett militari ta' pajjiżna u tagħtih l-importanza li qabel ma kienx jingħata.", "Hawnhekk nieħu l-opportunita' biex ngħid li ħadt pjaċir li sirt naf li 'l quddiem l-Uffiċċju ta' l-Avukat tar-Repubblika mhux se jibqa' fil-Main Guard, u dan għalija jipprospetta tajjeb biex hemmhekk isir mużew militari.", "Jien informat li f'dak il-bini hemm diversi tpinġijiet ta' uffiċjali militari, huwa post li wieħed dejjem assoċja mal-militar u allura jagħmel sens li hemmhekk isir mużew tar-reġimenti militari Maltin.", "Jekk l-Istat ma jibdiex jiċċaqlaq fil-kamp tal-kultura nkunu qed nonqsu milli nutilizzaw xi ħaġa li ħallewlna missirijietna u għalija dak huwa żball.", "Dan il-wirt għandna nutilizzawh biex il-pajjiż ikollu ċittadini iktar għarfa fil- kultura u fl-istess ħin nibdew ingawdu aktar dinjita' fil-kamp internazzjonali, fis-sens li t-turisti li niġbdu lejn Malta jkunu nies li japprezzaw lil pajjiżna u mhux turisti li jiġu hawn biex igawdu x-xemx u l- baħar biss.", "Sur President, jeħtieġ ukoll nagħmlu lil pajjiżna ftit aktar user friendly.", "Nixtieq li min-naħa tas-settur governattiv tiżdied il-faċilita' ta' l-użu tal-credit cards.", "Waħda mill-isbaħ esperjenzi li kelli kienet is-sena l-oħra meta mort Spanja, fejn kullimkien, inkluż għall-parking, tista' tħallas bil-credit card.", "Il-credit card tagħmilha aktar faċli għat- turist.", "Il-mużewijiet tagħna m'għandux ikollhom il-faċilita' li min ikun irid jidħol fihom jista' jħallas bil-credit card?", "M'għandux ikun hemm ħanut żgħir fil-mużewijiet kollha li jkunu jbigħu, minn kartolina sa kotba l-iktar dettaljati, dak li hemm fil-mużewijiet?", "Għaliex għandu jkun hemm din id-diffikulta' kollha biex l-Istat jibda jaċċetta pagamenti bil-credit card?", "Fil-pajjiż għandna bżonn inġibu turisti li jdumu iktar hawn Malta u jonfqu iktar imma dan mhux dejjem ikun possibbli.", "Jekk se nimmiraw li nipprovaw inġibu f'Malta iktar turisti ta' intelliġenza, għandna nagħmlu dak li nistgħu biex dawn isibuha faċli ħafna li jorjentaw ruħhom f'pajjiżna billi, fost affarijiet oħra, ikunu jistgħu jagħmlu l-pagamenti tagħhom b'mod aktar faċli.", "Jiena nara li għadna lura fuq din il-ħaġa u hemm bżonn li nimxu 'l quddiem.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa li t-turiżmu kulturali għandu niċċa żgħira oħra li mhux dejjem tiġi wżata tajjeb.", "Qed nirriferi għal dak li jissejjaħ turiżmu intern.", "Ovvjament dan is-settur għandu l- limitazzjonijiet tiegħu għal pajjiżna u jinvolvi biss li wieħed minn Malta jmur Għawdex.", "Għaliex m'għandniex nipprovaw inħajru aktar Maltin jitilgħu Għawdex biex imorru jżuru l-mużewijiet li hemm f'Għawdex?", "Ma nistgħux lil min ikun irid iżur dawn il-mużewijiet nagħmlulu biljett li jkun jiswa forsi Lm2 li bih ikun jista' jidħol fil-mużewijiet kollha li hemm fiċ-Ċittadella?", "Bl-istess argument - u din hija xi ħaġa li ftit nisimgħu dwarha - għaliex m'għandniex nipprovaw inħajru lill-Għawdxin jiġu Malta u forsi jagħtihom il- possibbilta' li jixtru biljett bi prezz raġonevoli li jkun jippermettilhom jidħlu fil-mużewijiet li għandna?", "Jiena dejjem nieħu pjaċir nara aktar Maltin iżuru l-mużewijiet pero' xi drabi nara li ħutna l-Għawdxin jaqtgħu qalbhom biex jiġu jaraw dak li għandna x'noffru hawn Malta.", "Jien naħseb li dan is-settur żgħir tat-turiżmu intern - u m'iniex qed nimla rasi li se jċaqlaq l-ekonomija b'xi mod qawwi - jista' jingħata mbuttatura 'l quddiem.", "Nagħlaq billi ngħid li minkejja kollox, l-aqwa riklam għall-kultura ta' pajjiżna nistgħu nagħmluh aħna stess.", "Jekk aħna bħala poplu ma napprezzawx dak li għandna, ma nistgħux inkunu ta' riklam biex nattiraw lil ħaddieħor.", "Għalhekk mill-bankijiet ta' din in-naħa rrid nipprova nħeġġeġ lill-poplu Malti jagħraf aktar il-kultura li għandu u jkun jaf dak li hu tiegħu.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Chairman, huwa d-dover u anke l-pjaċir tiegħi li fil-bidu ta' perijodu ieħor li fih qed niġi fdat bit-tmexxija ta' l- industrija tat-turiżmu - l-ikbar industrija u l-iżjed waħda importanti ta' pajjiżna - nirringrazzja lil kulmin matul din is-sena ħadem b'risq dan is- settur.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil kulmin wera fiduċja u investa fit- turiżmu, kif ukoll lil kulmin patta għall-ħsara kbira li ssir minn dik il- minoranza li għax ma tarax aktar 'il bogħod minn imneħirha u għax tippretendi li ssir sinjura mil-lum għal għada, minflok taqdi lit-turist tipprova tisolħu u tittraskurah.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil kulmin bħalissa u fis-snin li għaddew ħadem miegħi u għenni naqdi dmirijieti.", "Bl- għajnuna ta' dawn in-nies qdejt dmirijieti aħjar milli kieku qdejthom waħdi.", "Irrid nirringrazzja mhux l-inqas lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra li ħadu sehem f'dan id-dibattitu, lill-Onor.", "Karmenu Vella u l-kollegi tiegħu, kif ukoll lil sieħbi l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "F'dan id-dibattitu, li kien wieħed ċivili, urejna li għalkemm fuq id-dettall nistgħu ma naqblux, fil-prinċipju lkoll naqblu li l-aktar industrija importanti hija dik turistika u saħansitra tista' tkun hi s-salvazzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Din hija l-industrija ta' kulħadd u fiha m'hemmx lok għal partiġġjaniżmu politiku.", "Il-miri u l-ġid li jifrex it-turiżmu huma miri universali.", "Biex dan il-pajjiż imur iktar 'il quddiem jeħtieġ li t-turiżmu nqisuh bħala impriża nazzjonali li fiha hemm rwol u post għal kulħadd.", "Sur President, kif inhi l-prassi, mill-oppożizzjoni dejjem titressaq mozzjoni biex titnaqqas lira mill-onorarju tal-ministru li jkun fil-kariga u din issir biex turi sfiduċja fil-politika tal-gvern u bħala kritika għar- riżultati miksuba.", "F'din l-ewwel sena ta' dan il-gvern din il-mozzjoni naraha ftit stramba għax il-politika li qed insegwi hija fil-parti l-kbira dik li kienet qed titħaddem mil-predeċessur tiegħi, li bejn wieħed u ieħor kienet l-istess bħal dik li ħallejt warajja jien fl-1996.", "Din hija sitwazzjoni mbarazzanti għax poġġewni f'pożizzjoni li jkolli niddefendi r- riżultati miksuba mill-gvern preċedenti.", "Imma fl-istess ħin huwa kontro- sens li jressqu mozzjoni ta' sfiduċja fl-istess politika u fl-istess riżultati miksuba minnhom.", "Nistħajjilni qed insegwi xi dramm ta' Pirandello jew xi ħaġa minn Kafka jew xi karattru mit-teatru ta' l-assurd.", "L- assurdita' tikber meta nfakkar li fix-xahrejn li ilu miftuħ dan il- parlament, ebda persuna minn dawk li tkellmu llum fuq it-turiżmu qatt m'għamlu kumment jew staqsew domanda biex jaraw kif inhu miexi t-turiżmu.", "Naħseb li t-tliet kelliema ta' l-oppożizzjoni għamlu difiża ta' dak li sar matul dawn l-aħħar sentejn u allura lanqas għandi bżonn nagħmel difiża jien.", "Min-naħa l-oħra lanqas jinteressani li nikkritika għax jekk dak li għamlu kien tajjeb il-mertu mhuwiex tiegħi, filwaqt li għal dak li ma tantx kien tajjeb it-tort mhuwiex tiegħi imma hija r-responsabbilta' tiegħi li dak li ma tantx sar tajjeb nipprova nikkorreġih.", "Se nipprova nwieġeb il- kummenti li għamlu sħabi tan-naħa l-oħra u iktar milli nħares lejn x'ġara se nipprova nagħti ħarsa 'l quddiem biex, kif għadna kmieni f'din l- amministrazzjoni, wieħed ikun jaf fejn beħsiebna nieħdu l-industrija tat- turiżmu.", "Meta kont fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra pparteċipajt kostruttivament fl- interess ta' l-industrija tat-turiżmu u llum l-Onor.", "Karmenu Vella wera li anke hu qed jipparteċipa kostruttivament.", "Rigward dak li ntqal mill-Onor.", "Sammut, nista' ngħid li fil-parti l-kbira tiegħu jista' jaqbel miegħu kulħadd imma l-Onor.", "Membru irid jirrealizza li t-turiżmu ma bediex f'Ottubru ta' l-1996.", "Forsi għax twelidt qablu, jiena għandi memorja li din l-industrija tmur aktar 'il bogħod minn hekk.", "Kieku kellna mmorru lura għall-1986, meta forsi hu kien l-universita' jew l-iskola - konna nsibu li n-numru ta' arrivals kien ta' 575,000, l-impjiegi fis-settur kienu jlaħħqu 4,300, il-gross income kien ta' Lm83 miljun, il-per capita earnings kienu ta' Lm146-il ras, il-guest nights totali kienu jlaħħqu seba' miljuni u l- average length of stay kienet ta' 12.51 guest nights.", "Jien m'iniex se mmur lura għar-record year 1994 imma s-sitwazzjoni li ħallejna aħna fl- 1996 kienet li l-arrivals kienu jlaħħqu aktar minn miljun, l-employment kien id-doppju, il-gross income kien it-tripplu, il-per capita earnings kienu żdiedu b'xi 35%, il-guest nights kienu żdiedu bi tliet miljuni u l- average length of stay kienet niżlet għal għaxart ijiem.", "Kulħadd jieħu pjaċir - inkluż jien li m'iniex responsabbli għal dan kollu għax in-naħa l- oħra tal-Kamra hija responsabbli wkoll - li l-istima għal din is-sena hija li l-arrivals se jilħqu madwar 1,175,000 turist, l-employment se jkun tela' għal 9,400, il-gross income se titla' għal Lm250 miljun, il-per capita earnings skond is-Central Bank se jitilgħu għal Lm212.76, il-guest nights sfortunatament se jibqgħu ħdax-il miljun u l-length of stay se tinżel għal 9.5 guest nights.", "Għalhekk l-Onor.", "Sammut m'hux korrett li jgħid li l-ebda amministrazzjoni qabel il-gvern li għadu kemm spiċċa ma kellha politika li tipproġetta fit-tul.", "M'iniex se noqgħod nirrepeti x'għamilt jien qabel imma ngħid biss li kien hemm gvernijiet qabel li pproġettaw għat-tul.", "Biżżejjed ngħid li kien sar master plan għat-turiżmu u konna anke dħalna għal diversi inizjattivi strateġiċi.", "Per eżempju, dak li qed isir illum dwar il-cruise liners huwa riżultat tal-ħidma tal-Malta Maritime Authority.", "Ta' spiss jitkellmu fuq l-istat tat-toroq.", "Veru li t-toroq mhux qegħdin fi stat tajjeb pero' llum m'għadniex nitkellmu dwar il-provvista ta' l-ilma u d-dawl u dwar is- sistema ta' komunikazzjoni.", "Dan il-pajjiż huwa żgħir u għandu finanzi limitati u allura bil-mod il-mod wieħed irid jara x'inhuma l-prioritajiet.", "Nittamaw li li meta jispiċċa l-perjodu ta' dan il-gvern, it-toroq ikunu ġew fi stat tajjeb.", "Rigward il-monumenti storiċi tkellem tajjeb sieħbi u, kif qal hu, huwa importanti ħafna li nirranġaw dak li għandna aħjar minn ħaddieħor.", "Issemmew ukoll id-duty-free shops.", "Tajjeb li l-Onor.", "Sammut ikun jaf li d- duty-free shops ma jispiċċawx kif tapplika għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa hemm moviment mill-Ingilterra, mill-Ġermanja u minn Franza biex terġa' tinqaleb id-deċiżjoni f'dan ir-rigward u għalhekk m'għandniex noqogħdu nitkellmu dwar l-affarijiet qabel ma jiġru.", "Tkellem ukoll l-Onor.", "Chris Agius u rrid ngħid li naqbel miegħu fuq ħafna affarijiet ħlief fuq tnejn.", "Hu tkellem fuq il-government induced costs.", "Kull taxxa li jagħmel il-gvern hija a government induced cost u tista' tnaqqas mill-kompetittivita'.", "Din hija xi ħaġa li jkolli ngħidha llum, kif kelli ngħidha l-bieraħ u l-bieraħt lura u se jgħiduha għada pitgħada wkoll.", "Dawn huma fatti li ħadd ma jista' jmerihom.", "Pero' l-iktar ħaġa importanti hija l-argument li ġibt jien is-sena li għaddiet dwar kemm saru taxxi.", "Xi taxxa bilfors trid tagħmel u din dejjem tkun a government induced cost ladarba se jħallasha l-konsumatur, pero' trid toqgħod attent dwar il-livell ta' dan it-tip ta' costs.", "Dwar il-VAT nitkellem iktar tard pero' rrid nagħmel punt wieħed.", "Is-slump ta' l-1995/1996 ma ġietx għax daħħalna l- VAT.", "Min jara l-fatti, min ma jkunx insulari u min ma joqgħodx jara biss x'jiġri f'din il-gżira imma jara x'kien qed jiġri fil-Mediterran, speċjalment fis-suq Ingliż, jaf li kien hemm slump ma' kullimkien.", "Anzi fl- economic survey ta' Jannar ta' l-1997 intqal ċar u tond li Malta ma sofrietx daqs il-bqija tal-Mediterran.", "Mr Chairman, qabel ma ngħaddi biex nitkellem dwar dak li se jiġri 'l quddiem - jew dak li wieħed jispera li se jiġri 'l quddiem - nixtieq nagħmel żewġ kumenti dwar il-VAT, taxxa li għal darb'oħra qed tidħol f'pajjiżna u tissostitwixxi taxxa oħra.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li t-taxxa ta' 5% fuq il-lukandi u fuq is- settur ta' l-akkomodazzjoni hija inqas mit-taxxa ta' 5% li kien hemm taħt il-liġi tas-sisa.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid hekk għax issa awtomatikament se jingħataw refunds fuq kollox u allura l-inċidenza ta' din it-taxxa hija inqas mill-inċidenza tat-taxxa tas-CET.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mar-restaurants, li wkoll jagħmlu parti mis-settur turistiku, wieħed irid jirrealizza li huwa ħażin li jkollok restaurants għaljin iżżejjed imma għandu jkun hawn restaurants ta' kull kwalita'.", "Barra minn hekk infakkar lill-operaturi tar-restaurants li meta l-Gvern Laburista naqqas it-taxxa minn 10% għal 5% u minn 15% għal 5% fuq ix-xorb, ma kien hemm l-ebda restaurant ħlief wieħed li raħħas il-prezz.", "Skond il-ktejjeb li kien ħareġ il-Gvern Laburista dwar x'roħos meta daħlet is-CET minflok il- VAT, l-uniku restaurant li kien naqqas xi ħaġa kien Macdonald's, li naqqas 5c minn fuq il-hamburgers.", "Jiġifieri m'għandniex ninkwetaw wisq li b'din it-taxxa se nkeċċu lit-turisti.", "Meta naqset it-taxxa r-restaurateurs ħallew kollox kif kien u allura llum din it-taxxa hija diġa' assorbita.", "Jien nagħtihom parir - biex żgur ikunu in line mal-ħteġijiet tat-turiżmu - li jagħmlu offerta ta' fixed menu biex it-turist ikun jaf x'se jiekol u kemm se jħallas.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet, irrid infakkar ukoll li l- agrikoltura taħt il-liġi tal-VAT hija zero rated with credit u allura l- ħxejjex u l-laħmijiet li jiġu servuti fir-restaurants għandhom 5% inqas milli kellhom qabel.", "Ta' min jgħid li mhux it-turiżmu weħel 15% VAT imma s- servizzi kollha.", "Fuq il-kwestjoni ta' thresholds nista' ngħid li jien għadni ma nafx kif se tinħadem din is-sistema pero' jekk tara l-gazzetti ġġib għajnejk wara widnejk bin-numru ta' nies li jaqgħu taħt it-thresholds, mhux għax id-dħul tagħhom ma jlaħħaqx dak l-ammont imma għax ma jiddikjarawx kemm attwalment jaqilgħu.", "Hi x'inhi s-sitwazzjoni, jekk tħares lejn ir-rata tat-taxxa applikabbli fil-pajjiżi kompetituri tagħna ssib li bir-rata ta' 15% u bir-refunds, aħna qegħdin f'sitwazzjoni li nikkompetu.", "Hawnhekk forsi nistgħu nipprospettaw x'kien jiġri kieku tela' fil-gvern il- Labour Party u kollox tela' għal 26%, kif donnu kien maħsub bis-CET, jew kieku l-kontijiet ta' l-ilma u ta' l-elettriku żdiedu bil-mod kif kien qed jiġi propost.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effett tat-taxxa fuq min jieħu ħsieb l- organizzazzjoni tat-tours, naf li hemm diskussjonijiet għaddejjin.", "Jiġifieri ċertament mhux il-każ li m'aħna nagħmlu xejn.", "Huwa importanti li jiġu mistħarrġa l-possibbiltajiet u s-sitwazzjonijiet kollha u, anke jekk għal żmien temporanju, nimmaġina li wieħed jista' jasal għal xi ftehim.", "Nafu li hemm commitments għal Ottubru, tkellimna ma' min hu konċernat u issa wieħed irid jara għal liema ftehim jista' jasal.", "Dwar ir-rati ta' all- inclusive packages irrid ngħid li jiena kont preżenti fil-laqgħat li saru ma' l-MHRA u nista' ngħid li din ma kenitx kontra s-sistema kif kienet proposta mill-gvern.", "Rigward il-problemi li l-Onor.", "Karmenu Vella qal li kellu mal-planning authority, irrid ngħid li dawn il-problemi hu wirithom mingħandi u jien erġajt iwritthom mingħandu, bħalma wiret il-politika tajba li ħallejtlu u issa erġajt urittha mingħandu.", "Naħseb li l-Onor.", "Vella ħa r-ruħ għall-fatt li issa jista' jmur ikellem lill-planning authority bħala perit biss u mhux bħala l-bniedem li jidderieġi l-industrija tat-turiżmu!", "Huwa veru li l- planning authority hija essenzjali u toffri sistema tajba, iżda l-ġlieda tagħna - jekk trid issejħilha hekk - mhijiex kontra s-sistema jew kontra l- konċett imma sfortunatament hija kontra nies umani, bħali u bħall-Onor.", "Vella, li bħalna għandhom in-nuqqasijiet, l-iżbalji u l-preġudizzji tagħhom.", "J'Alla xi darba l-Bambin forsi jagħtihom id-dehen li jiftħu ftit moħħhom u jirrealizzaw li dawn mhumiex appuntati mill-poplu biex jiddeċiedu l-politika tal-gvern u jirrealizzaw ukoll li t-turiżmu huwa importanti għal dan il-pajjiż u bl-ebda mod ma jistgħu jagħmlu brakes fuqu, anke jekk iħossu li hemm bżonn il-brakes.", "L-Onor.", "Vella semma wkoll il-liġi li biha kellha titwaqqaf l-awtorita' tat-turiżmu.", "X'wegħedna aħna dwar din il-liġi?", "Wegħedna li nerġgħu nressquha għad-diskussjoni fil-parlament u naħseb li huwa d-dover tiegħi li nagħti update lil din il-Kamra dwar x'qed jiġri.", "Konna wegħedna wkoll li se nintroduċu provvedimenti biex is-settur privat jingħata vuċi iktar sħiħa, biex l-enforcement ikun iktar effettiv u aktar flessibbli u biex din ikollha bixra aktar moderna u jkun hemm aktar kontinwita'.", "Permezz ta' l-emendi li se nagħmlu għall-abbozz ta' liġi li kien hemm, fil-fehma tagħna issa s-settur privat se jkun f'maġġoranza fuq id-direttorati kollha.", "Il-ministru se jkun marbut ukoll li jagħżel almenu nofs in-nominees tiegħu minn fost l-operaturi fis-settur privat.", "Barra minn hekk, il-piż tal-prova quddiem il-qrati tkun responsabbilta' tad-difiża jew ta' l-akkużat u allura ma jkunx hemm għalfejn jittella' t-turist bħala xhud b'mod li taħlilu parti mill-btala.", "Fejn qabel l-abbozz ta' liġi kien jgħid x'għandu jsir, issa għamilnieh f'forma ta' enabling law b'mod li l-liġi tkun aktar flessibbli u tkun tista' tiġi adattata għal kull żmien.", "Fi żmien ta' globalizzazzjoni, l-awtorita' se tingħata aktar setgħat u tingħata wkoll id-dritt li tinvolvi ruħha f'impriżi.", "Fid-dawl tal-fatt li Malta reġgħet tat ħajja lit-talba għal sħubija fl- Unjoni Ewropea, il-liġi ġiet mudellata biex tkun konformi mad-direttivi dwar il-package travel, kemm għal min jiġi Malta kif ukoll għal min jibda vjaġġ minn Malta.", "Rigward il-kontinwita' rrid ngħid li fejn qabel in-nomini kienu jsiru tassattivament għal sena, fil-verżjoni l-ġdida ta' l-abbozz ta' liġi nomina tista' ssir għal tliet snin.", "Barra dawn hemm emendi oħra li jkollna okkażjoni niddiskutuhom meta l-liġi titressaq fil-parlament.", "S'issa nista ngħid li l-kabinett approva l-abbozz u minn din il-ġimgħa stess se jibda perijodu ta' konsultazzjoni - jiena se ngħaddi kopja ta' din id-draft lill-Onor.", "Vella - pero' ma jidhirlix li f'dan l-istadju għandna nidħlu f'dak li diġa' hemm qbil dwaru imma nistgħu nillimitaw l-argumenti tagħna għat-tibdiliet li qed nipproponu.", "Waħda mill-problemi li kien hemm kienet li l-verżjoni Maltija ma kenitx konformi għal kollox mal-verżjoni Ingliża.", "Nittama li fi żmien xahar inkunu nistgħu nippubblikaw il-verżjoni finali ta' l-abbozz ta' liġi u jibda d-dibattitu dwaru.", "Fil-frattemp beħsiebni ninnomina chairman designate għax f'ġieħ il-kontinwita' jeħtieġ li jkun hemm phasing in u manning exercise biex il-bidla mill-NTOM u l-HCEB għall-Malta Tourism Authority issir bla skossi, kif għadu kemm ippronostika l-Onor.", "Vella u kif irrakkmandajt anke jien.", "Fil-planning authority huwa l-gvern li jagħżel iċ- chief executive u f'ġieħ il-kontinwita' nipproponi li ċ-chief executive ta' l-NTOM għandu jiġi nominat chief executive ta' l-MTA wkoll.", "Ir- reklutaġġ għad-diversi postijiet vojta li se jinħolqu fl-awtorita' se jsir minn fost dawk li studjaw it-turiżmu u jiena nistieden lill-gradwati kollha ta' l-ITS biex japplikaw għal dawn il-postijiet.", "Ladarba semmejna l-ITS, irrid ngħid li aħna wegħedna li se nerġgħu nagħtu spinta lill-istudju u t- taħriġ fit-turiżmu u nsaħħu r-rabta ma' l-universita'.", "Illum l-Onor.", "Vella tkellem dwar il-human resource audit.", "Għandi pjaċir ngħidlu, kif dejjem għedtlu, li t-tajjeb jiena dejjem inżommu għax m'iniex ħmar li t-tajjeb niskartah.", "Nassigurah li l-human resource audit għadu jsir.", "L-Onor.", "Vella tkellem ukoll dwar is-sistema edukattiva ġdida u dwar diskussjonijiet li kienu qed isiru dak iż-żmien bejn it-turiżmu u l- ministeru ta' l-edukazzjoni u kultura nazzjonali.", "L-idea kienet - u nagħmel enfasi fuq il-kelma idea - li fil-livell primarju jkun hemm għarfien dwar it-turiżmu u suġġetti relatati jiġu mgħallmin fil-livell sekondarju.", "Għedt li kienet idea għax verament kienet biss idea u, allavolja d-deċiżjoni kienet ittieħdet, qatt ma sar xejn fuqha u ħadd ma ċċaqlaq.", "L-idea mhijiex ħażina u se nerġgħu nipprovaw nirriattivawha.", "Nispera li din id-darba jkollna ftit iktar suċċess milli kellu l-kollega tiegħi li ma naqasx li jipprova jkollu suċċess.", "Huwa żball li taħseb li l-ITS tipproduċi managers biss.", "Anzi l-iżball kien li meta ħarġet il-call for managers il-kwalifiki li ridna mingħand min ried jidħol fil-management kienu baxxi wisq.", "Jiena kkommettejt ruħi li nerġa' niftaħ il-kors u fil-fatt il-kors se jiftaħ fi Frar.", "Jekk trid tħarreġ nies li fix-xogħol tagħhom ikollhom setgħat, nies li se jieħdu training diriġenzjali ta' management, ma tistax iddaħħal nies mingħajr kwalifiki u allura l-kwalifiki rikjesti se jkollhom jinbidlu.", "Jista' jkun li se mmorru lura għal żmien meta kien hemm kritika li mhux qed jidħlu biżżejjed.", "Jien qatt m'aċċettajt dik il-kritika li mhux qed jidħlu biżżejjed.", "Pero' donnu issa tan-naħa l-oħra qegħdin jaqblu miegħi wkoll għas-sempliċi raġuni li qegħdin jgħiduli li m'għandniex indaħħlu biss nies għal-linja ta' management.", "L-Onor.", "Vella semma l-involviment taċ- chairman fl-ITS.", "F'dan il-każ wieħed forsi jrid isib sistema aħjar jew jara kif ikun hemm aktar involviment miċ-chairman, ikun min ikun.", "Nisperaw li anke dwar dan insibu xi soluzzjoni.", "Fil-programm elettorali tagħna għidna li se nerġgħu nagħtu spinta lill- istudju u t-taħriġ fit-turiżmu u li rridu nsaħħu r-rabta ma' l-universita'.", "Naħseb li nagħmel ħażin jekk noqgħod ngħid f'liema stat sibt l-ITS għax dan la jkun ta' ġid għall-ITS u lanqas għal min kien responsabbli għalih politikament.", "L-importanti hu li jerġa' jirkupra u li nressquh għall-miri oriġinali tiegħu.", "L-ikbar sodisfazzjon li jkolli meta nżur il-lukandi huwa li niltaqa' ma' nies li niftakarhom studenti fl-ITS u dawn kollha jirringrazzjawni talli tajthom l-opportunita' li jagħmlu karriera fit- turiżmu.", "Huwa sodisfazzjon ukoll meta nara kemm għola l-livell tat-tisjir u kemm it-teams ta' kokijiet Maltin - għadha kemm saret kompetizzjoni importanti ħafna għall-istudenti - imorru tajjeb meta jirrappreżentaw lil Malta.", "Fil-ftit żmien li ili b'din ir-responsabbilta' appuntajt il-bord il-ġdid, li mhuwiex interim imma huwa kompost b'mod differenti minn kif kien qabel.", "Dan il-bord huwa mpenjat li jtejjeb il-livell tas-servizz u l-kwalita' tar- riżorsi umani fit-turiżmu u jistabilixxi l-ITS bħala l-pern ta' strateġija li toffri personnel imħarreġ aħjar, tagħmel l-istudji fit-turiżmu aktar aċċessibbli, tagħti ċans ta' taħriġ lil min diġa' qed jaħdem fis-settur u toffri courses f'Malta f'kull qasam tat-turiżmu.", "Għalhekk dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Vella u dak li għedt jien, bejn wieħed u ieħor, huwa l- istess.", "Forsi jiena qed inkun iktar speċifiku imma naħseb li fuq il-linji li semmejt jien u dawk li semma hu m'hemmx għalfejn dibattitu kbir.", "Pero' biex naslu rridu nippjanaw aħjar u allura jrid jiġi kkonsolidat il-programm ta' studji, trid tissaħħaħ ir-rabta ma' l-universita' - u forsi hemm li l- ITS tilef it-triq, għax ma ħallewx l-\"A\" Levels bħala kwalifiki għal ċerti courses u allura n-nies ma setgħux jidħlu l-universita' - u jiżdiedu programmi li jwasslu għal diplomas u masters f'universitajiet oħra.", "L- Onor. Vella semma Oxford Brookes.", "Jien m'għandi xejn kontra skema bħal din imma tkun sorpriża għalih kif kienet sorpriża għalija - u issa ngħidlu privatament - meta jsir jaf ċerti affarijiet li ma jagħmlux ġieħ lil min għamilhom.", "Qed ngħidu wkoll li huwa importanti li jiżdiedu u jissaħħu r-rabtiet bejn l-ITS u l-industrija ħalli b'hekk l-istudenti jkollhom iktar exposure u l- industrija tkun tista' tgħin fit-taħriġ.", "Jiena mhux l-ewwel darba li għidt li huwa importanti li l-industrija ma tipprovax tisserva bl-institute.", "Veru li l-institute qiegħed hemm biex iservi lill-industrija pero' l-industrija m'għandhiex tipprova tisserva bl-institute.", "Jekk verament trid tgħin fit- taħriġ u fl-iżvilupp tar-riżorsi umani ta' l-institute, huwa importanti li l-lukandiera jifhmu li jridu jipparteċipaw u anke jikkontribwixxu għal dan l-iżvilupp.", "Nixtieq li anke l-istaff kollu ta' l-institute ikollu l- opportunita' li jitħarreġ.", "Iridu jitjiebu wkoll il-faċilitajiet ta' l-ITS u tissaħħaħ l-organizzazzjoni biex jidħlu proċeduri ġodda b'risq l- accountability li hija nieqsa.", "Huwa importanti li jkun hemm iktar accountability.", "Irrid ngħid ukoll li twaqqaf kumitat biex jagħmel monitoring ta' placements sew f'Malta kif ukoll barra.", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni tkellmu wkoll dwar il-policy tal-gvern għal- lukandi.", "Jiena ma nemminx f'politika dirigista, f'politika ta' diktat.", "Jekk inti għandek il-flus, għandek in-know-how u għandek l-art qiegħda f'post fejn tista' tibni lukanda, m'iniex se nżommok milli tibniha.", "Lanqas se nara jekk hijiex feasible l-idea tiegħek għax dak huwa dover ta' min ikun se jibni u jiffinanzjaha, pero' meta wieħed jiġi biex jibni lukanda ta' 40 jew 50 kamra ma jridx joqgħod jgħid li 'l quddiem se jagħmel 100, 200 jew 300 sodda.", "Wieħed irid jara x'inhuma l-economies of scale u jara l- cost effectiveness ta' l-ispiża tiegħu - għax jista' jkun li fil-bidu l- planning authority tkun favur il-proġett u mbagħad meta tiġi biex tkabbar ikun hemm oġġezzjoni - u studju sħiħ u mhux l-aqwa that he jumps on the bandwagon għax l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb imbagħad wara jsib li mhux sejjer tajjeb għaliex ma jkunx għamel il-homework tiegħu.", "Voldieri jiena naqbel mal-bini ta' lukandi pero' naqbel ma' ħaġa oħra wkoll.", "Issa meta llum għandna l-istess sett ta' inċentivi li kellna fl-1958 jew fl-1960 meta għall-ewwel darba konna qed nipprovaw nattiraw lejn Malta l-investiment fil- lukandi, għandna bżonnhom dawn it-tip ta' inċentivi?", "Jiena personalment naħseb li m'għandniex bżonnhom imma għandna bżonn ta' inċentivi oħrajn.", "Għandna bżonn ta' inċentivi għal refurbishment imma ma nemminx li għandna nibqgħu noffru art tal-gvern bl-irħis u nagħtu inċentivi oħra għall-bini ta' lukandi.", "Kif qal l-Onor.", "Vella, importanti li mhux tara kemm għandek bedstock imma tara x'inhi l-kwalita'.", "Żgur li huwa importanti li jkollna inċentivi li jkomplu jgħinu lil min irid jgħolli l-livell u jinvesti f'attrazzjonijiet ta' xejra kulturali, rikreattiva u sportiva biex isebbaħ jew jestendi l-firxa tal-prodott turistiku.", "Il-programm elettorali tagħna ma jsemmi xejn - kif ma jsemmix ukoll dak tal-Partit Laburista - dwar il-qagħda li jinsabu fiha l-lukandi 3-Star li jissemmew ħafna fil-gazzetti.", "L-Onor.", "Karmenu Vella kważi qrali moħħi għax kont se nitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Din hija kwestjoni li naħseb li aħjar niċċaraw l-affarijiet dwarha.", "F'dawn l-aħħar sentejn, voldieri qabel ma sirt jien ministru responsabbli għat-turiżmu, kien hemm sitt lukandi li b'kollox kellhom 565 sodda li qalbu l-mistier tagħhom u saru retirement homes.", "Hemm bżonn li meta l-gazzetti jikkwotaw lil xi ħadd jikkwotawh tajjeb.", "Jiena qatt m'għedt li dawn għandhom isiru retirement homes.", "Wara kollox jiena mhux se niddeċiedi x'jagħmel ħaddieħor bi flusu u bil- proprjeta' tiegħu.", "Jiena sempliċement għedt li fl-imgħoddi riċenti kien hemm sitt lukandi li saru retirement homes u nafu b'oħrajn li qegħdin jaħsbuha jekk jagħmlux l-istess ħaġa.", "Nafu wkoll li hemm oħrajn li nxtraw għall-iżvilupp u allura tajjeb li wieħed ikollu speċi ta' inventarju tal- postijiet li joffru 3-Star accommodation.", "Għandna 21 lukanda li għandhom 100 sodda, 18 għandhom minn 100 sa 200 sodda, tmienja għandhom minn 101 sa 300 sodda, tnejn għandhom minn 101 sa 500 sodda u tnejn oħra għandhom aktar minn 500 sodda.", "Fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn il-lukandi, speċjalment dawk li m'għandhomx biżżejjed capacity, qed ibatu għaliex id- dħul ma jkoprix l-ispejjeż.", "Ir-raġunijiet mhux se nerġa' nirrepetihom għax diġa' semmiehom l-Onor.", "Vella pero' rrid ngħid li dawn tilfu l-volum tas- suq Ingliż għax l-istandard tagħhom ma jissodisfax ir-regolamenti tal- health and safety imposti mill-awtoritajiet Ingliżi fuq l-operaturi.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi nemmen li flok inwaħħlu f'ħaddieħor u noqogħdu ngħidu li ħadulhom ix-xogħol il-4-Star u l-5-Star hotels - xi ħaġa li tiġri minn żmien għal żmien pero' m'hijiex xi ħaġa li tiġri kuljum - aħjar iħarsu ħarsa lejn ir-raġunijiet veri għaliex qed jitilfu x-xogħol.", "X'qed nagħmlu aħna?", "Diġa' ħabbart li bi ftehim ma' l-Air Tours f'Jannar se jsir seminar mas-sidien tal-lukandi minn three-star 'l isfel biex jiġi spjegat lilhom x'jistenna s-suq Ingliż.", "Jiena naf li qabel kien hemm skemi ta' self mill- banek, liema skemi ma tantx kellhom suċċess, u naħseb li wieħed irid jerġa' jara jistax jaħseb f'xi skema li tkun aktar attraenti.", "Qed nitkellmu wkoll ma' l-IPSE biex nistħarrġu x'inċentivi jistgħu jiġu offruti dwar management, pubbliċita', promotion, marketing u anke preparazzjoni ta' feasibility studies.", "Hawnhekk irrid infakkar li l- Unjoni Ewropea silfet ECU50 miljun lil Ċipru - hemm involut is-Cyprus Development Bank - għall-finanzjar long-term fl-industrija, fl-agrikoltura, fit-turiżmu u fis-settur tas-servizzi.", "Jiena ma kontx sorpriż li ma tantx issemmiet l-Ewropa għax fil-fatt min jaħseb sew dwar dan is-suġġett jaf kemm tlifna bil-friża ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal kważi sentejn.", "Jiena nista' nkun polemikuż u noqgħod insemmi xi tlifna u ngħajjar lin-naħa l-oħra li kienet il-kawża ta' dan it-telf, pero' m'iniex se nagħmel hekk għax dan ma jgħinx biex ikompli jissaħħaħ il-kunsens li jeżisti f'din l- industrija.", "Kif qal l-Onor.", "Vella, tkomplew ukoll id-diskussjonijiet ma' l- MDC biex naraw jekk inċentivi li jingħataw lill-industrija jistgħux jingħataw ukoll lill-industrija tat-turiżmu.", "Min qed jinnegozja informani li donnu se naslu x'imkien.", "Fil-programm elettorali tagħna wegħedna wkoll li se nvaraw programm imsejjaħ \"Roots\".", "X'inhu dan il-programm?", "Huwa programm immirat biex ninċentivaw lil ulied l-emigranti li jżuru art l-antenati tagħhom, sabiex isiru jafu aktar dwar l-għeruq tal-familji tagħhom u dwar in-nisel tagħhom.", "Jiena kelli l-okkażjoni nara dan it-tip ta' programm jinħadem snin ilu meta darba mort l-Irlanda.", "Fil-fatt, fi żmien ta' qgħad, l-Irlanda wkoll kellha tirrikorri għas-safety valve ta' l-emigrazzjoni.", "X'għamilna s'issa?", "Jiena qabbadt konsulent, Leslie Agius, biex jistħarriġli ftit aktar abbażi ta' hekk u minn riċerka li għamilli jirriżultalna li fl-ewwel 25 sena minn wara l-gwerra kienu emigraw aktar minn 100,000 ruħ.", "Qabel kien hemm mewġiet oħra ta' emigrazzjoni lejn l-Awstralja, l-Amerika u l-Kanada u minn dak iż- żmien 'l hawn għaddew żewġ ġenerazzjonijiet.", "Ta' min jgħid li nikkalkolaw li fl-Awstralja biss hemm madwar 200,000 ruħ ta' nisel Malti.", "Dawn huma figuri konservattivi ħafna u jekk magħhom inżidu numru ta' nies ta' nisel Malti fl-Amerika u l-Kanada, naslu konservattivament għall-figura ta' 350,000.", "Voldieri hemm bażi ta' 350,000 li huma ethnic Maltese, uħud minnhom ftit kliem biss jafu jgħidu bil-Malti, pero' nimmaġina li kollha huma kburin li huma ta' nisel Malti u jafu minn fejn ġejjin, għalkemm dawn fil-biċċa l-kbira tagħhom qatt ma żaru Malta.", "Ħafna minnhom dawn huma nies li avvanzaw fis-soċjeta', fil-kultura, fil-business u fil- professjonijet.", "Dan il-programm \"Roots\" li se jibda fis-sena 2000 għandu target ta' żewġ faxex ta' age groups, wieħed ta' bejn 20 u 25 sena u l- ieħor ta' 40 u 45 sena.", "Matul is-sena d-dieħla se nkomplu bir-riċerka u bl- istħarriġ tagħna.", "L-Onor.", "Karmenu Vella lili awgurali li jkolli l-istess għajnuna, appoġġ u support li kellu hu u nista' ngħidlu li fil-fatt għandi.", "Waħda mill- affarijiet li nixtieq infakkar - din diġa' għedtha fil-pubbliku imma rrid ngħidha hawhhekk ukoll for record purposes - hija li l-gvern ma jħossx li għandu jagħmel arranġamenti ad hoc u allura ħa deċiżjoni dwar kumitat interministerjali mmexxi mis-segretarju permanenti fil-ministeru għat- turiżmu.", "Dan sar biex ikun hemm ħidma u programmar miftiehem dwar l-oqsma kollha konnessi mat-turiżmu.", "Sur President, ħadna deċiżjoni importanti oħra - u din intlaqgħet tajjeb kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-operaturi - li ħlief għal ħtiġijiet eċċezzjonali l-gvern u l-korporazzjonijiet parastatali ma jagħmlux xogħol fit-toroq f'zoni turistiċi jew qrib zoni turistiċi fix-xhur tas-sajf.", "Irrid ngħid ukoll li bdew isiru laqgħat mal- kunsilli lokali bil-għan li jitwettqu miżuri oħrajn ta' għajnuna lill- kunsilli li huma f'zoni turistiċi dwar xogħlijiet ta' embellishment.", "Illum ħadt pjaċir ukoll li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, tkellem dwar il-heritage committee ta' l-NTOM, li qed jaħdem biex jgħin fil-preżentazzjoni aħjar tal-wirt kulturali Malti.", "Fil-kontest li Malta ssir hub għal cruise liners, għamilna kuntatti kemm fl-Ingilterra kif ukoll fi Franza u nittama li ma' dawn ta' l-aħħar jirnexxielna naslu għal xi ftehim.", "Fil-programm elettorali konna għedna li għandna nagħtu nifs ġdid lill-politika Mediterranja wara l-falliment tal- MENTA, ta' l-EMTO, kif ukoll ta' l-istitut li twaqqaf f'Malta fl-1996 għall- ġbir ta' informazzjoni u statistika fil-Mediterran.", "Għax nemmnu li l- Mediterran għandu profil u karatteristiċi li bihom jista' jiġi promoted bħala entita', qed nistħarrġu kif mill-ħafna ftehim li għandna dwar it- turiżmu nistgħu nagħtu nifs ġdid lill-politika turistika Mediterranja.", "Meta jiena kont responsabbli għat-turiżmu għamilt biss ftehim wieħed mal- Lussemburgu.", "Kelli ħafna tentazzjonijiet u offerti għal diversi ftehim bilaterali pero' jiena dejjem emmint li l-iktar ħaġa importanti kienet x'se jieħu l-pajjiż minnhom.", "Jekk il-pajjiż ma kien se jieħu xejn u jispiċċa jkollu biss ċerimonja biex jiġi ffirmat il-ftehim, allura ma kontx naqbel li jsiru ftehim ta' dan it-tip.", "Sur President, wara li pprovajt inwieġeb kemm jista' jkun il-kummenti li saru mill-kollegi ta' l-oppożizzjoni u pprovajt nuri wkoll it-triq li aħna beħsiebna nfasslu għall-iżvilupp tal-politika turistika u t-twettiq tal- programm elettorali tagħna f'dan ir-rigward, naħseb li huwa importanti li issa nħarsu iktar 'il quddiem milli ħarisna s'issa u naraw x'inhuma l-miri prinċipali tal-gvern għat-turiżmu.", "Qed naħdmu u nimmiraw biex kemm jista' jkun minn din l-industrija niggarantixxu livell ta' profitt għall-operaturi f'settur importanti ta' l-ekonomija.", "Permezz tat-turiżmu rridu nagħtu kontribut għal ħajja aħjar għall-poplu u għat-tisħiħ ta' l-ekonomija ta' dan il-pajjiż u rridu wkoll li jkollna aktar dħul għall-gvern u għall- poplu.", "Jekk wieħed jistaqsini x'se jiġri fl-1999 ngħid li jiena naħseb li bejn wieħed u ieħor kollox se jibqa' fuq l-istess livelli.", "M'iniex qed nara tendenzi ta' bidliet kbar.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota minn \"The Economist\", fejn intqal li:", "\"The global tourism market will remain flat throughout 1999.", "Economic uncertainties will keep tourists closer to home.", "Europeans will increasingly travel within Europe.", "Americans will travel abroad less in the shadow of threats from extreme Islamist movements.\"", "Hemm żviluppi importanti wkoll dwar il-globalizzazzjoni mhux sempliċement ta' l-industrija imma anke tas-sistemi ta' komunikazzjoni.", "F'\"The Economist\" insibu miktub li:", "\"Online travel sales are predicted to increase by 68% in 1999 to $US3.2 billion following a 130% rise in 1998.", "They are forecast to increase tenfold fold over the next eight years.", "However traditional distribution and retailing agency operations will flourish alongside the new technology.\"", "Sur President, kif kont qed ngħid, il-miri ma rridux nagħmluhom għal sena waħda biss.", "Kull sena jkollha l-istorja tagħha għax jista' jkollok ħafna nkwiet fil-bidu u mbagħad tispiċċa kuntent; u jista' jkollok ħafna kuraġġ u antiċipazzjoni fil-bidu u tispiċċa mħasseb.", "Ħafna drabi l-affarijiet ma jiddependux biss minn kemm tkun tinsab preparat int u kemm tkun ħdimt int imma jiddependu ħafna wkoll mill-pożizzjoni ekonomika fis-source markets tiegħek u l-inkwiet li jista' jinħoloq fil-viċinanzi.", "F'dawn iċ- ċirkostanzi min joħroġ għonqu żżejjed ħafna drabi jsib ruħu b'rasu barra.", "Jiena m'iniex imdorri nimxi b'rasi barra u allura ngħid li bejn wieħed u ieħor is-sena 1999 se tkun bħalma kienet din is-sena, li ma kenitx sena ħażina.", "Irrid ngħid li allavolja jkun hawn ħafna kritika, jiena dejjem nibqa' nsostni li mill-1993 sa l-1998 bejn wieħed u ieħor dejjem kien qed ikollna 'l fuq minn miljun turist, daqqa 1,100,000 u daqqa 1,200,000 turist, imma qisna bqajna fuq l-istess plateau.", "'Il quddiem ngħid ukoll x'qed nipproponu biex nipprovaw ninqalgħu minn din il-plateau.", "Mill-1999 sa l-2001 irridu nsostnu u nsaħħu l-market share tagħna fis- suq, infittxu opportunitajiet fi swieq oħra u kemm jista' jkun inkabbru l- volum u d-dħul mit-turiżmu.", "Dawn huma miri li fil-fatt jintlaħqu jekk it- turiżmu jkollu riżorsi u biżżejjed.", "L-Onor.", "Karmenu Vella tkellem ukoll dwar ir-riżorsi u semma kemm iġġieled hu, kemm iġġelidt jien u kemm se jkollna niġġieldu aktar biex ikollna aktar riżorsi ħalli nsostnu din l- industrija.", "Jiena naf x'inhuma ċ-ċirkostanzi ta' dan il-pajjiż u fiċ- ċirkostanzi l-Ministru Dalli, wara li ddiskutejna u għadna qed niddiskutu, alloka lit-turiżmu dak li s-sitwazzjoni tippermetti.", "Meta ħallejna r-rata ta' 5% VAT, li bis-sistema tar-refunds tfisser rata ta' madwar 4.5%, jiena ngħid li t-turiżmu ħareġ tajjeb.", "Madanakollu għalkemm il-vot tat- turiżmu huwa akbar minn qatt qabel, fil-fehma tiegħi dan m'huwiex biżżejjed.", "Għedt ukoll li mhux biss irridu naraw x'qed jiġri f'Malta imma x'qed jiġri fid-dinja kollha.", "Il-problema tal-globalizzazzjoni ma rridux narawha bħala problema imma bħala sfida li rridu nassoċjaw ruħna magħha u negħlbuha.", "Kif jaqleb dan is-seklu, se jkun hemm erba' jew ħames operaturi kbar li se jiddeċiedu d-destinazzjonijiet anke fil-każ ta' Malta.", "Jien bi pjaċir ngħid li diġa' bdejna proġetti ta' pubbliċita', li jaqblu lilhom u jaqblu lilna, fl-Ingilterra, fil-Ġermanja kif ukoll fi Franza.", "Ħadt pjaċir ukoll li l-Onor.Vella semma Franza.", "Hu kien responsabbli biex jinċentiva aktar Franċiżi jiġu Malta u anke biex iħajjar lill-grupp Accor, li miegħu tkellimna darba, darbtejn, tlieta.", "Tkellimna ukoll ma' nouvelle frontiere, u nisperaw li minn Franza se jkollna xi ħaġa tajba x'nirrapportaw aktar 'il quddiem fis-sena.", "Jiena ma nħobbx nippronostika żżejjed imma nippreferi naħdem biex ir-riżultat ikun aħjar u għalhekk nerġa' ngħid li għandna din l- għażla quddiemna.", "Kif għedt, kemm f'dawk li huma arrivals, f'dak li huwa dħul u anke f'dak li huwa per capita income mit-turiżmu għadna fuq plateau li bdiet fl-1993.", "L-għażla li għandna quddiemna hija li jew inċaqilmu kif għamilna f'dawn l-aħħar sitt snin billi nżidu ftit minn hawn u nitilfu ftit minn hemm, skond is-saħħa ta' l-ekonomija tal-pajjiż minn fejn jiġu t- turisti, u nibqgħu niddependu biss minn xi overspill ta' pajjiżi oħrajn, jew inkella nagħmlu sforz nazzjonali biex nitilgħu tarġa' wara oħra u sas- sena 2001 naslu għaċ-ċifra ta' 13.5 miljun guest night.", "Dan naħseb li huwa importanti biex ikollna settur tat-turiżmu sostenibbli.", "Jiena dan l-aħħar qrajt dwar konferenza li saret u fl-istess ħin ġibt għajnejja wara widnejja meta qrajt dwar kemm il-pajjiż jonfoq biex jissussidja t-tarznari.", "Jiena għirt għat-tarznari u għedt: Possibbli dawn il-miljuni kollha jmorru biex inżommu f'impjieg 5000 ħaddiem u l-familji tagħhom u mbagħad ma nsibux Lm2 miljun jew Lm3 miljun oħra għat-turiżmu?", "Il- verita' hi li t-turiżmu jieħu anqas min-nofs li tieħu t-tarzna, filwaqt li jiġġenera Lm260 miljun u jinvolvi 15,000 impjieg dirett.", "Jiena dejjem għedt, bħalma kienu jgħidu ta' qabli - u anke l-istatistika turi dan - li kieku ninvestu aktar immorru ħafna u ħafna aħjar.", "Inutli nagħmlu pjanijiet fit-tul, pjanijiet fil-qosor u studji jekk it-turiżmu ma nwiżnuhx u ma nagħtuhx il-finanzi li jistħoqqlu.", "L-imgħoddi wkoll wera li aktar ma sar investiment il-pajjiż aktar mar 'il quddiem, imma fiċ-ċirkostanzi tal-lum sfortunatament nistgħu nispiċċaw fil-periferija.", "Sur President, jiena dejjem sostnejt u nerġa' nsostni li fit-turiżmu japplikaw ir-regoli tan-negozju u ċans ma jiġikx darbtejn.", "Ċans jiġik darba biss u trid taħtfu.", "Aħna m'aħniex qegħdin f'pożizzjoni li l-pajjiż ifalli f'din l-industrija.", "Allura x'inhi l-isfida tagħna?", "X'irridu nagħmlu meta nkunu ffaċċjati minn din l-isfida tal-globalizzazzjoni?", "Ċertament li meta s- saħħa deċiżjonali ma tibqax f'idejk l-isfida tkun akbar.", "Fit-turiżmu hemm erba' jew ħames tour operators li jiddeċiedu d-destin ta' pajjiż u għalhekk huwa importanti li inti tieħu sehem f'dawk id-deċiżjonijiet u tidħol f'alleanzi ma' dawn l-operaturi.", "L-ewwel ħaġa li saret - u din saret qabel ukoll - kienet alleanza tajba bejn l-Air Malta, l-NTOM u s-settur privat biex kulħadd jitkellem b'vuċi waħda.", "Dan sar għax vuċi waħda tkun aktar b'saħħitha.", "Meta kont qed nitkellem fil-marketing conference ta' l-NTOM - l- Onor. Vella attenda l-konferenza wkoll - semmejt ix-xbiha tar-rinoċeronti, li fuqu jmorru l-għasafar biex inaqqru l-insetti, b'mod li l-għasfur ikun qed igawdi u r-rinoċeronti jgawdi ukoll.", "L-Air Malta, l-NTOM u s-settur privat għamlu partnership, anke jekk fid-daqs huma differenti ħafna, u kulħadd qed jasal għall-mira tiegħu flimkien.", "Irridu nkunu lesti li nirreaġixxu malajr u biex nirreaġixxu malajr irid ikollna aktar proattivita' fl-industrija, sew mill-Air Malta, sew mill-NTOM kif ukoll mis- settur privat.", "Jien dik l-attitudni qed nipprova ndaħħal.", "Min għandu mentalita' kummerċjali jaf li biex timxi 'l quddiem irid ikollok din it-tip ta' proattivita'.", "Din l-inizjattiva qed neħduha lkoll f'daqqa biex, kif għedt qabel, ikollna iktar thrust għal fejn irridu naslu.", "Jenħtieġ li nkunu kapaċi nirreaġixxu malajr u jiena dejjem ngħid li jirbaħ mhux min hu l-aktar b'saħħtu imma min ikun l-aktar preparat u l-aktar on the ball f'dawk iċ-ċirkostanzi.", "Minn esperjenzi personali fis-swieq ewlenin jiena rajt li kien importanti li nissieħbu f'inizjattivi ma' operaturi Ingliżi, operaturi Ġermaniżi u anke operaturi Franċiżi.", "Fil-fatt għamiljna negozju li kien jaqbel sew lilhom kif ukoll lill-pajjiż.", "Xi ħadd tkellem ukoll fuq it-TOSS.", "Jiena qatt ma għedt li għandha tiġi applikata rata għas-suq Tedesk, rata għas-suq Taljan jew rata għas-suq Franċiż, imma meta tkellimt fuq it-TOSS - u mhux fuq l-FBR, kif ġejt ikkwotajt ħażin qabel - għedt li aħna għandna nkunu aktar innovattivi u għandu jkollna sistema ta' TOSS li ma tkunx sempliċement ibbażata fuq 75% tal-flus li għandha l-NTOM għal suq wieħed.", "Jiena li rrid huwa li nużaw it- TOSS biex ikollna aktar flus ħalli inkunu nistgħu nidħlu f'dawn l-alleanzi l-kbar u biex nużawhom b'mod aktar innovattiv u mmirat.", "It-tkabbir ma jiġix mill-arja, imma trid taħdem għalih, tipprepara għalih u ħafna drabi tħallas għalih ukoll.", "Dan l-aħħar fil-konferenza ta' l-NTOM kellna kelliem barrani tal-Frosch, li fl-1987/1998 niftakru bħala persuna li ġiet Malta biex tħajjar turisti jitgħallmu l-Ingliż hawnhekk.", "Illum, bil-ħidma ta' din il-persuna, dan il- qasam kiber ħafna - parti mill-kumpannija tiegħu ġiet taken over mill-air tours - u l-kumpannija tiegħu hi meqjusa r-raba' jew il-ħames l-ikbar kumpannija turistika li teżisti fil-Ġermanja.", "Irrid ngħid ukoll li la s-sena li għaddiet u lanqas is-sena ta' qabel ma kien hemm il-mezzi biex isiru kampanji ta' reklamar.", "Nerġa' ngħid, tassew tiġik l-għira li jkun hemm min jirnexxilu jipperswadi lill-gvern, ikun liema gvern ikun, biex ikompli jissussidjahom tant miljuni u mbagħad donnu nsibu diffikulta' biex lit-turiżmu nagħtuh dak li għandu bżonn.", "Sur President, jiena ngħid li t-turiżmu ta' dan il-pajjiż reġa' qiegħed f'salib it-toroq.", "Erġajna wasalna għaż-żmien tad-deċiżjonijiet.", "Is- soluzzjoni ma nsibuhiex billi nwaqqfu l-MTA imma billi nagħtuha l-għodda, nagħtuha n-nies u nagħtuha l-flus.", "Sur President, jiena konvint li l- industrija tagħżel it-triq li jaqblilha għat-tul għaliex ma nistgħux inħarsu biss lejn x'se jiġri fl-1999.", "Iridu jibqgħu jsiru pjanijiet sew short-term kif ukoll long-term.", "Dawn il-pjanijiet irridu nsaħħuhom imma jiena konvint mill-kapaċitajiet tagħna bħala pajjiż u mill-kapaċitajiet tagħna bħala poplu, u konvint ukoll li bil-ħidma ta' kulħadd it-turiżmu se jmur tajjeb.", "Ma nistgħux ninqasmu fuq din l-industrija imma rridu naħdmu lkoll flimkien biex mit-turiżmu mhux biss igawdi kulħadd imma jipparteċipa kulħadd.", "Sur President, se mmur lura għal dak li jgħid il-programm elettorali.", "L- ewwelnett wieħed irid jgħid li din l-industrija hija orizzontali, jiġifieri tista' tinfluwenza oqsma oħra u trid ħafna minn oqsma oħra.", "Meta nħarsu lejn il-programm elettorali tagħna insibu diversi aspetti oħrajn li fil- fatt m'humiex taħt il-kontroll tat-turiżmu jew tal-ministeru as such imma huma konnessi.", "Smajna, per eżempju, lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jitkellem dwar it-turiżmu kulturali, li fil-fatt jissemma f'paragrafu 112 tal- programm elettorali tagħna, fejn hija enfasizzata l-importanza tat-turiżmu kulturali.", "Imma huwa żbaljat min jaħseb li hawn nies li jiġu hawnhekk sempliċement għall-kultura.", "Ma jistax ikun li jkollok eluf ta' nies li jiġu hawnhekk sempliċement għall-kultura pero' huwa anke żball min jaħseb li l-kultura m'hijiex importanti.", "Il-kultura hija importanti ħafna għaliex tista' tinfluwenza l-għażla tat-turist meta jiġi biex jiddeċiedi fejn sejjer.", "Jiena ma naħsibx li min imur l-Eġittu, per eżempju, imur biss għax- xemx u għall-baħar imma jmur hemm għax jaf li hemm ukoll il-piramidi u l- iSphinx.", "Aħna wkoll għandna biex niftaħru.", "Għandna l-isbaħ monumenti mill- perjodu preistoriku u anke ta' żmien il-Kavallieri.", "L-ebda pajjiż ieħor, la mill-Mediterran u lanqas minn imkien ieħor ma jistgħu jqabblu l-istorja tagħhom ma' tagħna għal dik li hija preżenza tal-Kavallieri.", "Għandna wirt kbir ta' arti u kultura u huwa importanti li aħna nippromwovu t-turiżmu kulturali.", "Dawn huma assets li ħaddieħor m'għandux u jistgħu jkunu huma li jħajru lit-turist biex jiġi f'pajjiżna flok li jmur f'pajjiż ieħor.", "Punt ieħor li ssemma fuq fuq mill-Onor.", "Vella kien dwar it-terminal marittimu u l-policy li Malta tkun hub ta' cruise liners.", "Din l-idea sar ħafna xogħol fuqha fl-amministrazzjonijiet ta' qabel; ħadem fuqha l-Gvern Laburista u qed jerġa' jaħdem fuqha dan il-gvern.", "Allavolja din mhix responsabbilta' ta' dan il-ministeru, kull darba li jkollna opportunita' qed nipprovaw nipperswadu lill-operaturi li fil-portfolio tagħhom għandhom programmi ta' cruising, biex jibbażaw il-cruise liners f'pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li llum tfaċċat press release dwar laqgħa li kelli mal- kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Aħna tkellimna mhux biss ma' dan il- kunsill imma anke mal-kunsilli lokali ta' Tas-Sliema u ta' San Ġiljan u dawn qablu li m'għandhomx isiru xogħlijiet fis-sajf.", "Qablu wkoll ma' l-idea li nkunu ta' għajnuna anke biex ikollna n-nies tat-turiżmu bbażati f'dawn iz-zoni turistiċi.", "Dan il-programm, li kien inbeda tajjeb mill- amministrazzjoni preċedenti - għalkemm forsi ma kienx daqshekk ordinat - huwa importanti għaliex irridu nifhmu li diversi partijiet ta' dan il- pajjiż jistħoqqilhom upgrading u refurbishment.", "Dwar Għawdex sfortunatament ma tkellimtx imma naf li se jitkellmu fuqu sħabi li jirrappreżentaw lil din il-gzira meta nkunu qed niddiskutu l-voti tal-ministeru għal Għawdex.", "Jiena nagħlaq kif għalaq sieħbi l-Onor.", "Vella u kif imdorri nagħlaq jien ukoll, billi nerġa' nirringrazzja lill-membri kollha ta' din l-Kamra ta' l- attenzjoni li biha qagħdu jisimgħunu.", "Jiena wkoll smajthom bl-attenzjoni u pprovajt li kemm jista' jkun inwieġeb għall-kummenti tagħhom.", "Nawgura wkoll, kif qal l-Onor.", "Chris Agius, li fl-aħħar tas-sena d-dieħla nkunu qegħdin f'sitwazzjoni fejn inkunu nistgħu nħarsu lura b'sodisfazzjon.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda għall- Vot 35 imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998, din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kumitat kien sospiż fl-12.35p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot Nru. 35 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "19 FAVUR : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia | | |Angelo | |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard |Farrugia Noel| |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion | | |Charles | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar |Parnis Silvio| |Louis | | |Cardona Chris|Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph| |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie|Vassallo | |Louise |Adrian | |Cuschieri |Vella George | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella Karmenu| |Debono Grech | | |Joe | |", "KONTRA 34", "L-Onor. |Abela Anthony|Galea Censu | |Agius Francis|Galea Louis | |Asciak |Galea Mario | |Michael | | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Jason | | |Bonnici Josef|Gonzi | | |Lawrence | |Bonnici |Hyzler George| |Michael | | |Borg Joe |Mifsud | | |Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud | | |Bonnici | | |Carmelo | |Cristina |Mugliett | |Dolores |Jesmond | |Dalli John |Muscat Claude| |D'Amato Helen|Pullicino | | |George | |De Marco |Pullicino | |Guido |Orlando | | |Jeffrey | |Debono |Refalo | |Giovanna |Michael | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech| |Eddie |Francis | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-Vot 35.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,682,000 titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vote 35 - Ministeru tat-Turiżmu kif dettaljata fl-Abbozz ta' Estimi Ġenerali tan-Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed immedjatament dejjem skond l- istess mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "20 FAVUR : 34", "L-Onor. |Abela Anthony|Galea Censu | |Agius Francis|Galea Louis | |Asciak |Galea Mario | |Michael | | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Jason | | |Bonnici Josef|Gonzi Lawrence| |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici| | |Carmelo | |Cristina |Mugliett | |Dolores |Jesmond | |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen|Pullicino | | |George | |De Marco |Pullicino | |Guido |Orlando | | |Jeffrey | |Debono |Refalo Michael| |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | | | |", "KONTRA : 30", "L-Onor. | | | |Abela |Farrugia | |Carmelo |Angelo | |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard |Farrugia Noel| |Montalto | | |John | | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu|Herrera Jose'| |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion | |Charles |Charles | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona |Parnis Silvio| |Chris | | |Chircop Karl|Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph| |Coleiro |Sant Alfred | |Marie Louise| | |Cuschieri |Vassallo | |Joseph |Adrian | |Dalli Helena|Vella George | |Debono Grech|Vella Karmenu| |Joe | |", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot 35 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VII - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,589,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VII - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-riżoluzzjoni taħt Vot VII għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 35 u VII ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum, it-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 fis-2.00 p.m b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Emenda Nru 2) - Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skond mozzjoni ta' proċedura l-Kamra hija aġġornata għal-lum, it-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 fis-2.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.44 pm. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻJARAT KULTURALI", "1612.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jipparteċipaw persuni fi żjarat kulturali organizzati mid-Dipartiment tal-Kultura?", "Jista' l-Ministru jagħti l- ismijiet tal-gwidi li ġew imqabbda biex jikkordinaw dawn iż-żjarat?", "Min ġie mogħti t-tender għat-trasport għal dawn iż-żjarat?", "Kemm qed jitħallas ta' dan ix-xogħol?", "Kemm qed iħallsu l-persuni li qed jattendu għaż-żjarat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' persuni li qed jipparteċipaw fi żjarat kulturali organizzat mid-Dipartiment tal-Kultura huwa 1600.", "Il-gwidi li s'issa, wara sitt ħarġiet ġew imqabbda biex jagħtu servizz huma: M. Galea, S. Spiteri, T. Grech, B. Baldacchino, M. Schranz, R. Bowman, B. Azzopardi, A. Spiteri, S. Mousu', J. Ellul, J. Grima, M. Morana, V. Zammit.", "It-tender għat-trasport għal dawn iż-żjarat ingħata lill-Garden of Eden Garage bir-rata ta' Lm20.40c għal kull 53 seater coach.", "Dawk li qed jattendu għal dawn iż-żjarat ħallsu Lm5, filwaqt li t-tfal ħallsu nofs prezz.", "DIPARTIMENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - UFFIĊINI", "1613.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Ministeru għandux il-ħsieb li jieħu l- uffiċini tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport li hemm ġewwa Casa Gaspe u l- impjegati jiġu trasferiti f'uffiċini ġewwa l-Ministeru fil-Furjana?", "Jekk fl-affermattiv, min se jokkupa l-uffiċini ta' dawn l-impjegati?", "Id- Dipartiment tal-Kultura se jibqa' ġewwa Casa Gaspe?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa l-ħsieb tal-ministeru li l-uffiċini tad- Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ikunu trasferiti għal uffiċini ħdejn is- Segretarjat fil-Furjana.", "Id-Dipartiment tal-Kultura se jibqa' ġewwa Casa Gaspe.", "GĦAWDEX - NGO'S - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "1614.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni rċieva l-Ministeru għal Għawdex wara l- avviż li ħareġ għall-għajnuna finanzjarja lill-NGO's Għawdxin?", "Min huma l- applikanti?", "X'inhuma l-prijoritajiet li l-ministeru stabilixxa biex tingħata l-imsemmija għajnuna?", "Kemm hi s-somma ta' flus li l-Ministeru qed jalloka għal din l-għajnuna?", "Meta se jingħataw dawn l-għajnuniet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-ministeru rċieva 86 applikazzjoni b'risposta għall-avviż li nħareġ għall-għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi f'Għawdex.", "L-applikanti huma:", "MUSEUM Subien (Nadur) Helping Hands Group SPCA (Gozo) Għaqda Għawdxija Persuni b'Diżabilita' Past Pupils of Don Bosco (Fergħa t'Għawdex) Kumitat ta' l-Għażla Premju \"Ġieħ in-Nadur\" MUSEUM Bniet (Rabat) MUSEUM Bniet (Xewkija) Ħbieb \"Dar ta' San Ġużepp\" Għajnsielem Little Flowers Day Centre - Bishop's Conservatory Ċentru Sant'Antnin Patrijiet Franġiskani, Mġarr Tobit Foundation (San Lawrenz) St. Laurence Youth Centre - San Lawrenz Fergħa ta' l-Azzjoni Kattolika (Xewkija) Fondazzjoni OASI Azzjoni Kattolika Ċentrali - Rabat Azzjoni Kattolika (Xagħra) Soċjeta' Mużikali Santa Margerita (Sannat) Lourdes Home (Tfajliet) Dar Karolina Kummissjoni Emigranti (Victoria) Għaqda Mużikali San Girgor (Kerċem) MUSEUM Bniet (Qala) Knisja Parrokkjali (Nadur) Għaqda Abbatini Uffiċċju Parrokjali (Nadur) MUSEUM Nisa (Għajnsielem) Victoria Scouts Group MUSEUM Subien (Xagħra) MUSEUM Subien (Kerċem) MUSEUM Subien (Żebbuġ) MUSEUM Subien (Qala) Leġjun ta' Marija (Kumitat taż-Żgħażagħ) MUSEUM Subien (Xewkija) MUSEUM Bniet (Rabat) MUSEUM Subien (Rabat) MUSEUM Bniet (Nadur) Gozo Association for the Deaf MUSEUM Subien (Għarb) Ċentru Parrokjali (Kerċem) Sorijiet Franġiskani (Nadur) The Eden Foundation (Gozo) Moviment Azzjoni Soċjali (Victoria) Grupp taż-Żgħażagħ (Munxar) Għaqda Ħidma Soċjali (Ċentru Parrokjali Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla) Radju Prekursur (Ċentru Parrokjali Xewkija) MUSEUM Bniet (Xagħra) Għaqda Ħbieb tal-Presepju Żgħażagħ Ċentru Parrokjali (Nadur) Oratorju Don Bosco MUSEUM Bniet (Kerċem) Moviment ta' Kana MUSEUM Subien (Għajnsielem) Xewkija Tigers FC Wirt Għawdex Oratory Dramatic Company (Oratorju Don Bosco) Għaqda/Kumitat għar-Restawr fi ħdan il- Bażilika ta' San Ġorġ Kumitat Storiku Kulturali (Bażilika San Ġorġ Laudate Pueri (San Ġorġ) Fondazzjoni Belt Vittorja (Ċentru Parrokjali San Ġorġ) Dar Ġużeppa Debono MUSEUM Subien (Sannat) Kumpless Sportiv Seminarju, Seminarju tal-Qalb ta' Ġesu' Munxar Falcons FC (Ċentru Parrokjali Munxar) Musical Youth Group, Seminarju tal- Qalb ta' Ġesu' MAS (Fergħa Munxar, Ċentru Parrokjali Munxar) Ħbieb tal-Morda u ta' l-Anzjani f' Għawdex Chorus Urbanus (San Ġorġ) Fondazzjoni Folkloristika tal-Qiegħa (Għarb) Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ Leġjun ta' Marija Radju Katidral - Knisja Katidrali - Uffiċċju Parrokjali Mużew tal-Katidral - Knisja Katidrali - Uffiċċju Parrokjali Aurora Youth Movement - Leone Band Club, Aurora Opera House Librerija Pubblika tal-Katidral Kumitat tat-Tmexxija - Ċentru Parrokjali Katidral Oratory Youths FC Leo Productions (Leone Band Club) Ulied il-Belt il-Qadima (c/o Katidral) Għaqda Dilettanti Ġimgħa l-Kbira (Xlendi) Family & Social Action Group, Cathedral Parish Centre Malta Hospice Movement Soċjeta' Filarmonika La Stella Grupp Universitarji Għawdxin Nadur Youngsters FC Għaqda Mużikali San Ġużepp (Għajnsielem) MUSEUM Subien (Għasri) Gozo Horse Racing Association", "Kull għaqda Għawdxija mhix governattiva tista' tgawdi minn din l-iskema dment li tikkonforma mal-kondizzjonijiet imniżżla fl-applikazzjoni.", "Hemm Lm20,000 allokati għal din l-għajnuna u l-ammonti mogħtija jiddependu primarjament fuq l-iskop u n-numru ta' l-għaqdiet li jappliakw.", "L-iskop ta' din l-iskema huwa li tingħata għajnuna lil dawk l-organizzazzjonijiet li jaħdmu għat-tisħiħ tat-tessut soċjali f'Għawdex.", "Dawn l-għajnuniet se jingħataw fil-jiem li ġejjin.", "MANIKATA - TOROQ", "1758.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsir programm ta' xogħol ta' manutenzjonijiet fil-Manikata sabiex jiġu rranġati t-toroq prinċipali tal-Manikata, bankijiet imkissra u ħitan tas-sejjiegħ imġarfa eċċ ikkawżati mill-maltemp li għamel fil-gżejjer tagħna f'dawn l-aħħar jiem ta' Novembru?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-lunsill lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill- kunsill lokali interessat.", "DJAR - XIRI", "1759.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji residenti f'Malta u f'Għawdex li matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, xtraw id-djar/appartamenti tagħhom li kienu ta' l-Awtorita' tad-Djar jew tal-gvern?", "Kemm huwa n-numru ta' dawk pendenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' familji li xtraw ir-residenzi tagħhom li hi proprjeta' tal-Gvern jew ta' l-Awtorita' tad-Djar taħt l-iskema biex inkwilini isiru sid ta' darhom huwa dan:-", "1994 - 73 1995 - 22 1996 - 51 1997 - 281 1998 - 275", "Bħalissa qegħdin jiġu pproċessati 286 l-applikazzjoni.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - FIDI TA' ĊNUS", "1760.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji f'Malta u f'Għawdex li fdew iċ- ċnus fuq proprjeta' mibnija, art agrikola, art xagħri, plots tal-gvern eċċ. matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li għandu d-Dipartiment ta' l-Artijiet għal talbiet simili?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li f`dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta` ċnus li nfdew fuq proprjeta` mibnija, art agrikola, art xagħri, plots tal-gvern, ecc., f`Malta u Għawdex, kien kif jidher hawn taħt:-", "Proprjeta` Art Art Plots Art ghal Mibnija Agrikola Xaghri tal-Gvern Cimiterji", "1994 4 -- -- -- -- 1995 2 5 -- 11 2 1996 - 2 1 3 -- 1997 3 -- 1 3 -- 1998 3 -- -- 3 --", "Il-fidi ta` ċnus fuq plots tal-Housing Schemes ma jaqax taħt ir- responsabbilta` ta` dan il-ministeru.", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "RAĦĦALA/BDIEWA - DAWL U ILMA", "1761.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bit-tariffi l-ġodda tad-dawl u l- ilma tar-raħħala, bdiewa u ta' l-agro industrija?", "Kemm fil-fatt ġie l- metru kubu li qabel kien 4c5mils sa 2270 m/k ta' ilma u wara dan l-ammont il-prezz kien jitla' għal 12c il-m/k ta' ilma u jerġa' jibda jiġi applikat wara kull erba' ġimgħat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - MANIKATA", "1762.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi d-dawl li sar għall-festa ta' nhar id-29 ta' Awissu fil-Manikata sabiex tinxtel il-knisja tal-lokal għadu jinxtel kuljum lejl u nhar, jista' l-Ministru jara li jsir timer sabiex dan id-dawl jinxtgħel biss f'ħinijiet partikolari u mhux filgħodu sabiex ma ssirx aktar ħela ta' enerġija?", "Jista' l-Ministru jara li japprova t-talbiet tar-residenti tal-Manikata għal street lighting u għal bozoz mal-farmhouse li għadhom pendenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-korporazzjoni ħadet il-miżuri meħtieġa biex tissewwa l-ħsara li kien hemm.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-korporazzjoni m'għandhiex talbiet pendenti.", "FISH FARMS - IMPJEGATI", "1763.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-fish farms lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm kien in- numru ta' ħaddiema fulltime u part-time matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-produzzjoni tal-Fish Farms matul dawn l-aħħar ħames snin:", "Sena Spnott Awrat", "1993 200mT 400mT 1994 350mT 550mT 1995 500mT 800mT 1996 596mT 1,156mT 1997 720mT 1,080mT", "In-numru ta' ħaddiema fulltime u part-time matul l-istess perjodu", "Sena Fulltime Part-time", "1993 20 15 1994 40 20 1995 80 30 1996 100 30 1997 110 40", "GĦAWDEX - TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT", "2432.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Billi fil- media tħabbar li fl-aħħar laqgħa mal-Prim Ministru Taljan ġie diskuss it- tiftix għaż-żejt li qed isir f'Kerċem, jista' l-Prim Ministru jiżvela lil din il-Kamra l-materja li tqanqlet?", "X'inhu l-interess tal-Prim Ministru Taljan dwar dan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Diġa' ddikjarajt fil-pubbliku li l-aħbar li fil-laqgħa mal-Prim Ministru Taljan issemmiet b'xi mod it-tfittxija għaż- żejt hija biss invenzjoni ta' l-Orizzont.", "Nikkonferma din id- dikjarazzjoni.", "IMPJANTI TAR-REVERSE OSMOSIS - POLYMETRIC CO.", "LTD.", "2433.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1863 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm iffrankat flus il-Malta Desalination Services Ltd. lill-WSC mit-twaqqif tagħha taħt Gvern Laburista?", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżommu milli jirrispondi fil-ħin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb li nfakkar li l-KSI kellha minn ħafna qabel Settembru ta' l-1996 pjani biex tieħu kontroll dirett tat-tħaddim ta' l- impjanti tagħha ta' l-RO malli kien jispiċċa il-kuntratt eżistenti f'Diċembru ta' l-1996.", "Kienet bagħtet nies tagħha għat-taħriġ barra minn Malta u kellha kuntatti u arranġamenti li kien hemm bżonn mad-ditti li pprovdew l-apparat biex tkun żgurata mis-sapport tagħhom.", "Id-domanda dwar l-iffrankar ta' flus hija daqsxejn akkademika.", "Qatt ma ġie diskuss mill-KSI kuntratt ġdid ma' l-operaturi ta' dak iż-żmien u allura ma tistax tgħid kemm kien ikun il-ħlas għas-sena Ottubru 1996 -Settembru 1997.", "Żgur hu li ma kienx jkun aċċettat kuntratt bl-istess ħlas u struttura bħal ta' qablu għax dan kien, fost l-oħrajn jċaħħad il-KSI mill- benefiċċju li kisbet mill-programm tal-Leagkage Control.", "Iċ-ċirkustanzi mibdula kienu kollha favur li l-KSI tinnegozja termini ferm aħjar.", "Il-KSI ħallset lill-kumpannija MDS Lm1.5miljun għall-produzzjoni ta'22,250,666 metri kubi.", "Bir-rati ta' l-aħħar sena tal-kuntratt, l- operattiv kienu jitħallsu Lm3.03 miljun kubu kieku operaw huma.", "WSC - KWESTJONIJIET", "2434.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid xi kwestjonijiet hemm pendenti bejn il-WSC u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat, li bħalissa hemm erba' kwestjonijiet bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi.", "Dawn huma:", "1.", "Protest Ġudiżżjarju dwar Triq il-Kbira.", "2.", "Protest Ġudiżżjarju dwar Triq Spiteri Fremond u t-toroq ta' madwar.", "3.", "Kawża Ċivili dwar diversi xogħolijiet ta' reinstatement ta' toroq fil- lokalita'.", "4.", "Każ dwar bdil ta' servizz ta' l-ilma fi Triq San Bartilmew.", "WSC - IMPJANTI TAR-REVERSE OSMOSIS", "2435.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif qegħda titkejjel l-effiċjenza fil- produzzjoni ta' l-ilma fl-Impjanti tar-Reverse Osmosis tal-WSC?", "Kemm hi l- effiċjenza hekk imkejla f'kull impjant li qed jaħdem?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - DIRECT ORDERS", "2436.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1881, billi fir-risposta ma ssemmietx ir-raġuni għaliex ingħataw direct orders, jista' l-Ministru, f'kull każ imsemmi, jagħti r-raġuni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- tweġiba tinghata f'xi seduta oħra.", "MALTACOM - CHARTER TAL-KONSUMATUR", "2437.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1492, jien informat tajjeb li Gvern Laburista kien nieda charter tal-konsumatur fil- Maltacom.", "Billi jidher li l-Ministru għadu mhux konxju ta' dan skond it- tweġiba li ta, jista' l-Ministru jara fiex wasal dan iċ-charter, fiex jikkonsisti u x'qiegħed isir bħalissa?", "Jista' jinforma lill-Kamra dwar dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- mistoqsija parlamentari numru 1492, m'għamel l-ebda riferenza għall- Maltacom, u għalhekk mhux korrett li wieħed jgħid li \"l-Ministru għadu mhux konxju ta' dan\".", "Peress li issa l-Onor.", "Interpellant irrifera għall-Maltacom, se nwieġeb il-mistoqsija fir-rigward ta' din l-entita'.", "Il-Manifest tal-Klijent ta' Maltacom plc daħal fis-seħħ fl-1997, fi żmien il-Korporazzjoni Telemalta.", "Dan kien ippubblikat fid-Direttorju tat- Telefon ta' l-1996 u rega' gie ppubblikat fl-edizzjoni tad-direttorju ta' din is-sena.", "Meta klijent jagħmel talba skond dan il-manifest, din tigi nvestigata u jekk ikun il-każ, il-klijent jingħata l-kumpens li jipprovdi l-istess manifest.", "Biex il-klijenti tal-kumpannija jifhmu aħjar xi jkopri dan il-manifest, rappreżentant ta' Maltacom plc gie mistieden fuq programmi tar-radju u t- televiżjoni mid-Dipartiment tal-Konsumatur ħalli jispjegah u jwiegeb mistoqsijiet generali.", "S'issa saru intervisti fuq Radju Malta 2, RTK u Radju MAS u fuq Super One TV.", "Din il-kampanja ta' informazzjoni se tkompli s-sena d-dieħla.", "PULIZIJA - TALBIET MILL-KUNSILLI LOKALI", "2449.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1525, jista' l- Ministru jagħti tweġiba aktar dettaljata u bl-istatistika mitluba kif mitlub oriġinarjament?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ftit diffiċli li tinġabar peress li l-kunsilli lokali jagħmlu diversi talbiet minn żmien għal żmien.", "Jiena ltqajt mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u wkoll mal-kunsilli lokali kollha li talbu laqgħa miegħi, u dawn kollha għamlu suġġerimenti, kummenti u talbiet differenti dwar il- kwestjonijiet imqajjma mill-Onor.", "Interpellant.", "Fil-każ tal-Kunsilli Lokali tal-Pieta' u dak ta' Wied il-Għajn, dawn talbu li tinfetaħ Għassa tal-Pulizija ġdida.", "MOSTA -ART PUBBLIKA", "2450.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk art pubblika f'Misraħ Għonoq limiti tal-Mosta li meta kienet imqabbla b'kera għal skop agrikolu kellha Ten.No.L1119/65/1 u li l-Gvern issa qiegħed jikkonsidraha bħala art industrijali hijiex se tiġi żviluppata?", "Għal liema skop pubbliku se tiġi żviluppata u meta se tiġi żviluppata?", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa min-naħa tal- Gvern fuq din l-art?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-art li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant ilha numru ta` snin indikata għal żvilupp industrijali.", "Ninsab informat ukoll li preżentement id-Dipartiment ta` l-Artijiet qed jikkonsidra talba mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet għal bini ta` depot fuq parti minn din l-art.", "SKEJJEL STATALI - TUCKSHOPS", "2452.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1527, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-ispezzjonijiet li għamel il-Ministeru tas-Saħħa fl-1 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-1 ta' Ottubru 1998, id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni talab lid-Dipartiment tas-Saħħa jagħmel spezzjonijiet fit-tuck shops.", "WIED GĦOMOR", "2453.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1532, jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jikkonverti l-wied f'masġar jew park reġjonali bi tmexxija apposta għalih?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li jaqbel fit-teorija li Wied Għomor jinbidel f'masġar jew park reġjonali, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent m'għandux pjani f'dan l-istadju biex isir dan.", "Ta' min ifakkar ukoll li partijiet sostanzjali ta' dan il-wied fil- preżent huma f'idejn il-privat u qed jiġu użati għal użu agrikolu.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "2466.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa lill-Gvern anzjan li jgħix fid-djar ta' l-anzjani?", "Tista' din l- informazzjoni tiġi diviża fil-cost: variable cost; fixed cost - average capital outlay per client?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward mistoqsija parlamentari numru 2466 it- tweġiba qiegħda tinġabar u tingħata aktar 'il quddiem.", "ETC - EMPLOYERS", "2467.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' employers li huma reġistrati mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ f'Malta?", "Jista' jgħid kemm minnhom jinsabu fil-gżira ta' Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-employers huma intrapriżi jew azjendi parastatali?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iħaddmu bejn 1-4 persuni; 5-9 persuni; 10-49 persuna; 50-99 persuna; 100-199 persuna; 200-399 persuna; u minn 400 persuna 'il fuq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' employers reġistrati mal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Settembru 1998 f'Malta kien ta' 21,970 filwaqt li ta' Għawdex kien 1,840, Total ta' 23,810.", "Minn dawn hemm 130 intrapriżi jew azjendi parastatali.", "Minn dawn l-employers, (23,810) hemm 21,329 li jħaddmu bejn l-4 persuni; 1,199 li jħaddmu bejn 5-9 persuni; 1,028 li jħaddmu bejn 10-49 persuna; 135 li jħaddmu bejn 50-99 persuna; 73 li jħaddmu bejn 100-199 persuna; 27 li jħaddmu bejn 200-399 persuna; u 19 li jħaddmu 'l fuq minn 400 persuna.", "IMPJIEGI", "2468.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kellhom full u part-time job u kemm kellhom part-time job biss fix-xhur ta' Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru, 1998?", "Jista' jagħti dawn il-figuri f'nisa u rġiel, u fil-każ tan-nisa jgħid kemm minnhom huma miżżewġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' rġiel u nisa li kellhom fulltime u part-time job u part-time job biss kien kif ġej:", "FULL-TIME U PART-TIME JOB", "Awissu 98 Settembru 1998 Rgiel 11,881 11,906 Nisa (Single) 2,398 2,442 Nisa (Married) 1,341 1,332 Nisa Total 3,739 3,774 TOTAL GLOBALI 15,620 15,680", "PART-TIME BISS", "Rgiel 5,581 5,580 Nisa (Single) 3,091 3,072 Nisa (Married) 5,380 5,412 Nisa Total 8,471 8,484 TOTAL GLOBALI 14,052 14,064", "PENSJONIJIET", "2469.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex isiru xi diskussjonijiet jew jekk hemmx xi kumitat jew xi ħaġa simili li qed tistudja l-iskema tal-pensjonijiet f'pajjiżna għas-snin li ġejjin, l-aktar dwar skema ġdida ta' pensjoni skond kif intqal minn kelliema Nazzjonalisti fl-aħħar xhur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond kif ġie mħabbar fid-diskors tal-Budget, kmieni s-sena d-dieħla, il-Gvern beħsiebu jwaqqaf kummissjoni nazzjonali li preferibbilment tkun magħmula minn membri mill-partiti kollha politiċi, korpi kostitwiti, rappreżentanti tal-pensjonanti, u rappreżentanti tal- assoċjazzjoni tal-assikurazzjoni.", "L-għan ta' din il-kummissjoni jkun biex tiġi riveduta s-sistema tal-pensjoni u biex isiru rakkomandazzjonijiet għal liġi ġdida aktar sempliċi, ekwa u sostenibbli.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "2470.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' familji Għawdxin li jirċievu għajnuna soċjali, pensjoni ta' l-eta', pensjoni tal- wens, social assistance females, jew xi xorta ta' għajnuna oħra mhux kontributorja għas-sena 1996, 1997 u 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-familji huma b'żewġ ġenituri u kemm minnhom huma b'ġenitur wieħed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' familji Għawdxin li jirċievu l- Għajnuna Soċjali, Pensjoni ta' l-Eta', Pensjoni tal-Wens, Għajnuna Soċjali għax-xebbiet, jew xi xorta ta' għajnuna oħra mhux kontributorja għas-sena 1996, 1997 u 1998 huwa kif jidher fit-tabella aktar 'l isfel.", "GHAJNUNA/PENSJONI 1996 1997 1998", "Ghajnuna Socjali 326 280 303 Pensjoni ta' l-Eta 884 877 863 Pensjoni għal Dizabilita' 191 183 188 Pensjoni tal-Wens 42 54 56 Ghajnuna Socjali (Xebbiet) 138 125 108 Ghajnuna għal Mard 1522 1567 1613", "Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm familji huma b'ġenitur wieħed, għaliex ir-rata ta' xi benefiċċji mhix maħduma fuq in- numru ta' genituri, imma fuq in-numru ta' persuni fil-familja.", "Fil-każ ta' Pensjoni ta' l-Eta', Pensjoni tal-Wens u l-Għajnuna Soċjali għax-xebbiet, il-benefiċċju jitħallas lil min jagħmel it-talba, irrispettivament jekk ikunx ġenitur jew le.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "2471.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li waqfu jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom f'Awissu, Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998?", "Kemm minnhom kienu nisa u rġiel f'Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li waqfu jirreġistraw għax- xogħol minn jeddhom f'Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru 1998 hu kif jidher hawn taħt:", "XAHAR IRGIEL NISA TOTAL Awissu 581 240 821 Settembru 557 266 823 Ottubru 656 272 928 Novembru 500 209 709"]} {"filename": "20020604_749d_par.doc", "date": "2002-06-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 749 It-Tlieta, 4 ta' Ġunju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 749", "It-Tlieta, 4 ta' Ġunju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.30 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "749", "It-Tlieta, 4 ta' Ġunju, 2002", "WERREJ", "INDIRIZZ MILL-ONOREVOLI AMRE` MOUSSA, SEGRETARJU ĠENERALI TAL-LEGA TA'", "L-ISTATI GĦARAB 368", "INDIRIZZ MILL-ONOREVOLI AMRE` MOUSSA, SEGRETARJU ĠENERALI TAL-LEGA TA' L- ISTATI GĦARAB", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Bis-saħħa tal-ftehim li ntlaħaq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, nistieden lill-crew televiżiv tal-PBS sabiex jidħlu ħalli jittrasmettu din is-seduta.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Issa se nissospendi s-seduta għal ftit minuti sakemm Mr Speaker, akkumpanjat mill-Onor.", "Amre` Moussa, Segretarju Ġenerali tal-Lega ta' l-Istati Għarab, jidħol fil-Kamra.", "Fis-6:32 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet minuta wara.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Għandi l-pjaċir u l-privileġġ li f'isem il-Membri tal-Parlament u f'ismi bħala l-President tal-Kamra, nilqa' lill- Eċċellenza Tiegħu Amre` Moussa, Segretarju Ġenerali tal-Lega ta' l-Istati Għarab.", "Nilqgħu fl-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna, espressjoni vera u ħajja ta' demokrazija parlamentari magħmula minn membri eletti, rappreżentanti tas-sovranità tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, b'valuri umani u demokratiċi li l-poplu tagħna ilu jħaddan għal tul ta' żmien.", "Bi pjaċir nistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega ta' l-Istati Għarab jagħmel id-diskors tiegħu.", "HON.", "AMRE` MOUSSA: Mr Speaker ̧ distinguished Members of the Parliament, Ladies and Gentlemen.", "It is a distinct honour for me to address this august assembly as it is a great pleasure to visit your country to which I am a frequent visitor.", "Malta has always played an active and honourable role on the international scene.", "Under conditions of the cold war, many of us distinctly remember the contribution made by Malta to the politics of third world and non- alignment.", "After the cold war was over, we saw Malta playing a positive role within the Mediterranean family of nations, in particular through the Barcelona process as well as the Mediterranean forum and the rest of Mediterranean activities and councils.", "I am sure that wherever Malta directs its attention it is always for the benefit not only of Malta but of so many nations, especially those of the third world and those of the Mediterranean.", "Mr Speaker, distinguished Members of the House of Representatives, the world is going through a very serious and dangerous period.", "We are facing tremendous challenges, internationally as well as regionally, politically as well as economically, culturally as well as socially.", "We feel that and we feel the heat of those challenges in and around the Mediterranean and not only in the Middle East.", "You know that in the Mediterranean we have established and promoted a system of cooperation under the Barcelona process.", "We have three main files, the first one dealing with security and political issues.", "And here we are trying and we shall continue to try to build a Mediterranean order that would provide us all with stability, security and prosperity.", "The second file concerning economic cooperation is witnessing important progress in that all the Arab countries, members of the Mediterranean society of nations, have already entered into association agreements with the European Union in order to participate in the forthcoming free trade area stipulated for the year 2010, to be launched at that date.", "We hope that by launching this free trade area, the old world around the Mediterranean will be in a position to launch a meaningful, significant, active and beneficial community of economic cooperation, perhaps for the first time in modern history.", "As for the cultural file, I would say that culture represents in fact the most serious area for cooperation, for meaningful and true cooperation, especially at the time of challenge to all civilisations and the emergence of theories that either call for or defend the notion of a clash of civilisations and consider it as an inevitability.", "I submit that by activating the cultural file of the Barcelona process and by introducing cultural cooperation among the countries of Barcelona, we will be in a position to stand against this negative current that if left unchecked would destroy a lot of societies, and that would be a curse in the decades commencing the 21st century.", "The clash of civilisations, its theories and also practices will have to be analysed by us in Barcelona and will have to be fought by us through culture, through cooperation in the cultural field.", "Centres for studies, for debates, for arts would do a tremendous job in bringing us together and allowing us the opportunity to stand against the evil called clash of civilisations.", "So the activation of this third file or basket is my proposal that I submitted today to the foreign minister of Malta and I am going to submit, on behalf of the Arab countries members of the Barcelona process, to the next council of ministers.", "Mr Speaker, ladies and gentlemen, I mentioned the security and political file of the Barcelona that deals with security and stability in the Mediterranean and this immediately calls for attention to the situation in the Middle East.", "The situation in the Middle East is going through a very serious and negative period of developments.", "The situation is deteriorating.", "Now nobody is talking about a process of peace but everybody is talking again about the conflict between Arabs and Israelis.", "I wish to categorically state that we in the Arab world believe that the time has come for us to put an end to that conflict and to look to the future from a different angle, the angle of peaceful relations.", "For that purpose, a unanimous initiative was adopted and launched in the summit of the League of Arab States in March 2002, only two months ago.", "And this initiative calls in clear terms, in clear language, that the Arab countries are ready to put an end to the Arab-Israeli conflict and establish normal peaceful relations with Israel.", "The Arab countries are ready to shoulder all the commitments stipulated in UN resolutions and in all documents pertaining to the conflict.", "The initiative calls on Israel to honour her commitments of full withdrawal from the occupied territories ̧ occupied in 1967, to support the establishment of a viable and real Palestinian State, to negotiate an agreement on refugees based on the relevant UN resolution and also calls for a just and fair resolution of the Jerusalem issue.", "This balanced approach is the only approach that can really bring us to a peaceful settlement.", "There can be no possibility that the Arab side could achieve an Arab peace according to all the conditions or prerequisites that many Arabs believe necessary.", "By the same token there can be no Israeli peace in accordance with the Isreali requirements of more territory, of an unbalanced peace deal.", "Only through a balanced peace agreement would the security of all parties including Israel be guaranteed.", "It will never be guaranteed through weapons of mass destruction, through manifestations of violence or through the use of force.", "Every action will have a reaction as foreign occupation breeds resistance, peaceful gestures breed peaceful gestures.", "We continue to insist on the Arab initiative, the main lines of which I have outlined.", "We believe that the Middle East cannot continue on a war footing for years and years to come.", "And again, the security of Israel and the security of Arabs will not be attained through confrontation, through violence, but only through a fair and just solution.", "But many of us, the majority of those following closely the developments in the Middle East, find it difficult to visualise a peace agreement in the near future.", "If the international situation favours one side and undermines the interests of the other, then rest assured that no peace deal under such circumstances will be possible.", "We need honest brokership, as we need fairness and objectivety, as we need a role of all peace-loving countries, a role for Europe, a role for the Meditteranean nations to push ahead and insist that the continuation of this confrontation, of this conflict in the Middle East, will adversely affect life in the Meditteranean.", "After all the Meditteranean is a Euro-Arab space that we share.", "The magnitude of the Middle East conflict is bound to affect all prospects of cooperation, of interaction, of planning for a better future, and I call on you to support a fair, just and comprehensive solution, not as a spectator but as a country that has a stake in peace in the Middle East.", "Malta has played that role in the non-aligned movement, in the United Nations, in the Barcelona process, and I do hope and I am confident that Malta will continue the role of upholding the legitimate rights of the Palestinian people in a State of their own, with Jerusalem as its capital, and also upholding the right of all countries, parties to the conflict, to security and upholding the right and all the Meditteranean countries' right to have a stable and secure environment in the Mediterranean.", "Mr Speaker, ladies and gentlemen, you will recall that after the end of the cold war we were debating a new world order, trying to agree on that order.", "We were approaching the end of the 20th century and we were all busy trying to tell all the big powers that a new international order should be based on consensus, debate and compromise.", "We were debating the priority list that had been agreed - or almost agreed - with human rights at the top, disarmament, environment and a new world trade order, all of the United Nations, the restructuring of that organisation.", "The order was still in the offing when the sad events of the 11th of September occurred.", "And here I should say that the Arab countries in their unanimous will do form part of the international campaign against international terrorism.", "We cannot condone what happened or what happens by terrrorists against civilians, against societies, against buildings and against peaceful life in the world.", "It is an issue of concern for all of us, counties of the north, of the south, of the east, of the west.", "Christian, Moslem, Jewish and all other religions should participate in the campaign against international terrorism.", "But we have to be honest in our approach and in our stand against terrorism.", "We should not confuse issues.", "We submit that international terrorism is an item of priority and it deserves priority, but we submit that there are other issues that should also enjoy priority.", "I was saying that we were debating a new international order when we were interrupted by the events of September last, only to see that there is an updating of that international order and change of priorities.", "And I once again wish to refer to the fact that many of us believe that together we can combat international terrorism.", "A firm stand against foreign military occupation and its practices should also be accorded priority.", "Fighting poverty, fighting AIDS, closing the gaps between north and south, all these items are so important for millions and millions of people.", "The new agenda for the new international order should include more than one item.", "We have discussed and continue to discuss what kind of world we want to see for at least the first decades of this century.", "Would it be a world suffering from the same problems we suffered from during the second half of the 20th century?", "The time has come for change, for a real new order that eyes the future of the people of the world not the interests of the few.", "I am sure that cooperation, the working together of countries like yours, Malta, of the Arab countries, of the European countries, of all others, rich and poor, strong and weak ....", "It should be collective work.", "Speaking about our rights, we don't want to get more than what we deserve but we should not allow others to get more than what they deserve because whatever they take will be taken from others.", "I am here on a mission of peace, to promote more understanding between us in the Arab family of nations and your country and within the framework of a firm belief and the future of the Mediterranean and that the Mediterranean area is but a space that brings us all to live together.", "A new just international order as a new just Mediterranean order will be very much beneficial for all of us.", "Once again I do thank the distinguished Speaker for his invitation to address this distinguished body and I wish to salute the Prime Minister, the Leader of the Opposition and to thank you all. Thank you very much.", "(Hon.", "Members: Hear, hear) (Applause)", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Eċċellenza Tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Lega ta' l-Istati Għarab.", "Issa għandi l-pjaċir insejjaħ lill-Prim Ministru biex jagħmel id-diskors tiegħu.", "L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, Eċċellenza Segretarju Ġenerali ta' l-Istati Għarab, huwa bi pjaċir kbir li f'isem il- gvern u l-poplu Malti, nagħtik merħba f'dan il-Parlament.", "Kieku kelli nagħżel il-kliem li bih nitkellem, naħseb li ma jkun xejn diffiċli li l- Eċċellenza Tiegħek tifhem il-kliem li jien inlissen bil-Malti.", "Jidhirli imma li aħjar f'dan il-mument, wara li tajtek merħba, naqleb għall-Ingliż.", "Mr Secretary General, as you indeed well commented, Malta has taken a very active part in international fora, particularly whenever issues were being discussed regarding the Mediterranean region.", "No doubt the Barcelona process was intended to give new impetus to reaching agreements, fostering stability and encouraging prosperity among Mediterranean States, and Malta has throughout tried to give of its best in this process.", "You, Mr Secretary General, are aware that Malta has also been quite active in the OSCE, particularly with regard to Mediterranean issues.", "We have been active in the western Mediterranean forum, the Mediterranean forum of ministers for home affairs which was set up on your initiative, as well as in the conference on security and co-operation in the Mediterranean under the auspices of the IPU.", "Indeed, in this regard, the parliamentary delegation from Malta to the IPU was recently at the heart of the proposal made in terms of a document entitled \"Fundamental Characteristics of the Future Parliamentary Assembly of Mediterranean States\".", "Malta was one of the prime movers, saying that the time has come when Mediterranean States should come together at the level of a parliamentary assembly, and we do really hope that this will take shape in the form of new institutions which will bring together not just governments but our people in the Mediterranean States through their representatives in their respective parliaments.", "No doubt, as you so well remarked Mr Secretary General, we are all worried at the situation that has developed, particularly over recent months, in the Middle East.", "We deplore all acts of violence, whether they take the form of military action or terrorist action, which hit innocent people, whoever they might be, Palestinians, Israelis or indeed any other people.", "We have witnessed lately a humiliation, I would say, of the Palestinian people, which they do not deserve and I think experts should be spurred by all countries to put the peace process in the Middle East on course again.", "Malta has always followed with great interest events in the Middle East and we have always given full support to the Palestinian people in their quest for them to have their own independent State.", "Equally of course, we have always said that Israel is entitled to peace and secure borders, but it is indeed time that the two states live together in peace and security.", "You referred, Mr Secretary General, to the meeting in Beirut of the Arab League and the plan for peace that was unanimously adopted at that meeting.", "We sincerely wish that this indeed will happen and we note that initiatives have been taken by different countries, and I would refer particularly to the European Union which now has committed itself firmly to do its best to help the peace process.", "You referred, Mr Secretary General, to other problems besides the problems regarding the Palestinian issue.", "No doubt, in the Mediterranean quite a few countries do suffer because of environmental degradation.", "They suffer because of the big economic divide.", "We're seeing a new phenomenon taking place amongst Mediterranean countries, none excluded, which one can term as criminal activities, for example in the trafficking of drugs, often to finance terrorism.", "The events of the 11th September in the United States gave all of us, I think, a rude awakening as to the problems which are facing the world today.", "We all held hope at the turn of the century that we could be ushering in an era of peace.", "Changes are taking place very fast, but instead of looking forward to a new era of peace it seems that we have entered a new era of great turmoil.", "Changes are indeed taking place very very fast and I think it is up to us all to be doing our best to meet the new challenges.", "Mr Secretary General, you are no new visitor to Malta.", "You have been here before in your capacity as foreign minister of Egypt and we welcome you again here in your new capacity.", "The speech that you have just delivered to this House shows that you indeed, as Secretary General, are one of the key players in the Mediterranean and I am sure that your wisdom will help guide the members of the Arab League to find that consensus which can create stability, peace and progress in the Mediterranean.", "I assure you of my government's and of the Maltese people's firm stand behind these objectives.", "Thank You.", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Prim Ministru u issa bi pjaċir insejjaħ lill-Onor.", "Alfred Sant biex jagħmel id-diskors tiegħu.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Secretary General, on behalf of the Maltese people, of the Malta Labour Party, of my colleagues here in Parliament and in my own name, allow me to welcome you to Malta and to this Assembly.", "You lead an organisation that brings together the countries of the Arab nation, many of whom are our friends and neighbours of the Mediterranean.", "We know you too as a very able and sympathetic leader of Egypt's foreign policy.", "You have visited Malta in that high office.", "You impressed us all by the dynamism and insight with which you approached the challenges of Mediterranean cooperation.", "We Maltese, living in a small island in the centre of the Middle Sea, and at the frontier between the north and south of this vital area, shared then the concerns of your diplomatic efforts, when representing your country so capably.", "We share your concerns even more now, when you lead the initiatives of the Arab League.", "You seek to provide welcome momentum for the cause of the Arab nation.", "For these are times when regional and global cohesion is more likely to be promoted or undermined - as the case may be - by market forces, rather than by the enthusiasm of social and cultural affinities.", "Left alone, market forces all too frequently serve the interest of profits, not of peoples.", "Our strategic location has made us Maltese more aware than other peoples of the interplay resulting from cultural, ethnic and religious diversity.", "For long centuries, our island operated as a frontier fortress targeted as a threat, perceived or real, to the north or to the south.", "That has driven home one lesson among our people, not least the younger generations.", "We must insist that no longer will we accept to serve as a fortress.", "Malta must project itself as a bridge for peace and dialogue, where people from north and south, can meet, do business, relax.", "I have expressly said: a bridge.", "We are realists.", "We do not dream of providing the only meeting place in the Middle Sea.", "But we strongly believe that Malta could be one such bridge and not the least effective.", "Our roots are Mediterranean.", "Our society is European.", "Our language is based on Arabic.", "Our dealings in investments, goods and services are important with Europe, the US, Russia and the rest of the Western world, and they are just as important with the Arab nation.", "For these complex and vital reasons, Malta should be, and should remain a neutral state.", "Our neutrality should be a core defining element of Malta's policy, as an independent nation state.", "We do not subscribe to the belief that with the apparent demise of superpower rivalry, Malta's neutrality has become obsolete.", "Indeed, I hold that we need to recognise how the existing phrasing of the Maltese constitution on our neutrality has become more meaningful in and of itself.", "Meanwhile, consonant with our neutrality, Labour will back all efforts to continue to build fruitful relations with our Arab neighbours and friends.", "After all, it was Labour which really first set these relations on a proper basis of friendship, solidarity and cooperation.", "With the Libyan Jamahiriya, we will favour and welcome active and privileged cooperation in the political, economic and cultural sectors based on the complementarity between our two societies in industry, tourism, investment and other services - based too on the need to bring our peoples closer together.", "When back in government after the next election, Labour will strengthen existing relations with Libya and will propose new concrete measures.", "With Tunisia, Labour believes that the already growing links of friendship and business in industry and services, need to be consolidated and promoted further.", "With Egypt, Labour aims to develop strenghtening bonds that will put commerce, tourism and culture at the top of our agenda.", "With Algeria and Morocco, much needs still to be done to renew initiatives that were undertaken some years ago, and that for a while have not borne the fruit expected of them.", "With the countries of the Arab Gulf, already there has been a quickening pace of goodwill and good business.", "We are determined to give ever increasing scope for initiatives that build on the successes that have been achieved in services, especially trade, travel and investment.", "With Syria and Iraq, the potential for good cooperation is enormous.", "We are encouraged by the news of how joint ventures between Maltese and operators from these countries and how these ventures are progressing.", "We will give full backing to such ventures.", "Moreover, we believe that a reasonable and satisfactory settlement should now be reached under United Nations aegis, so that the sanctions that have caused great hardship to the Iraqi people and that have been imposed for too long against their country, are finally brought to an end.", "Most importantly, as you have just indicated, Mr Secretary General, a just and honourable settlement of the Palestinian issue must be considered as an overriding priority for the Mediterranean, not least in the context of relations between the West and the Arab nation.", "We support, without any reservation the objective of an independent and viable state of Palestine, freely agreed between Palestinans and Isrealis.", "We equally support the objective of an independent state of Israel secure and recognised by all within it's borders.", "With sorrow we have witnessed the developments of the past two years, by which a breakthrough that gave full hopes for peace in Palestine has degenerated into carnage and spiralling levels of hatred.", "We express full solidarity with Chairman Yasser Arafat and the Palestinian people in their struggle to win the right of living free in their own homeland.", "And we express disagreement with the means and measures that Isreal has followed in recent times.", "Labour strongly believes that the way forward is that defined and followed with great courage and wisdom by Yitzhak Rabin, whom I had the privilege years ago of hearing address the Socialist International Congress in Berlin to outline these plans for an honourable and lasting peace.", "Unfortunately the persisting crisis in the Middle East makes it more difficult to circumscribe the dimensions of the terrorists menace that hangs over the world.", "It is wrong to equate the struggle against terrorism with some global clash of civilisations between West and East, between the West and Islam.", "Instead we must be all prepared to collaborate in a well guided, well calibrated efforts, not just to attack the symbols of terrorism but also it's root causes.", "These also arise from injustice and from global forms of exploitation driven uniquely by the profit motive that undermine the social structures of different peoples and regions.", "Against terrorism there can be no neutralism.", "Equally though, we need to assert the priority of human social rights as meaningful values that apply to all humanity.", "However such values cannot be subsumed in a Euro-centric or so called Western way of doing things.", "We, who live in the Meditteranean are best placed to understand this.", "On the other hand the respect for culture diversity and tolerance must not be felt as a threat to the autonomy of people who wish to live where they were born according to the traditional values of their own community.", "We need to understand how best we can help people come closer together and accept dissimilar lifestyles to their own, without feeling threatened in the pursuit of their own life.", "We urgently need to tackle the problems of global and regional poverty and deprivation which are making millions to seek a better life away from their own home.", "At the Medittaranean level there is still full scope for a better re-alignment of policies and a deeper organic solidarity between the States and the Nations of the Meditteranean littoral.", "This is why we have always supported and helped to promote initiatives for pan Meditteranean cooperation.", "We have done so for example, in the context of the Euro-Med process.", "But just as importantly, Labour has encouraged the initiative of a council, a forum, an organisation, call it what you will, that brings together in an acceptable institutional framework all Meditteranean States.", "Such an initiative has been promoted by the Maltese Parliament in recent years within the International Parliamentary Union, so as to organise within that Union a statutory assembly for Meditteranean parliaments.", "However, it is clear that bolder initiatives are required for Meditteranean cooperation on political, institutional, economic, social and environmental issues that are of vital interest to all our peoples.", "Mr Secretary General, the Arab league, under your leadership, is well placed to play prominent role in this challenging task.", "May I assure you that, on the lines that I have just indicated, the Malta Labour Party will give full support to your endevours to make a better future happen for the Arab nation.", "Thank you.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja mill-ġdid lill- Eċċellenza Tiegħu, lill-Prim Ministru u lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ngħarraf li s-seduta hija issa sospiża għal żewġ minuti sakemm jiena nakkumpanja lill-Onor.", "Amre` Moussa barra mill-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, is-Seduta hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju, 2002 fid-9.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata l-bieraħ mill-Viċi Prim Ministru.", "Grazzi ħafna.", "Fis-7:18 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "19981213_034d_par.doc", "date": "1998-12-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 34 It-Tlieta, 15 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 34", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "34", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 764", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 764", "TQEGĦID TA' KARTI 770", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1999 IT-TMIEN JUM STABBILIT MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD 770", "AĠĠORNAMENT 800", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 800", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru. 33 li saret fl-14 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TARMAC", "1781.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinkludi fl-estimi għas-sena 1999 xogħol ta' għoti ta' tarmac u rranġar ta' bankini fi Triq Għajn Rasul u Triq Patri Gwann Grima, San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1758 fis-Seduta Nru. 31.", "Hawn qed nitkellmu fuq funzjoni tal-kunsilli lokali u allura nippreferi li mistoqsijiet bħal dawn ikunu riferuti direttament hemmhekk.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, qed nitkellmu fuq manutenzjoni ta' toroq u xtaqt li l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni li għandu għal toroq li huma wżati mill-bdiewa.", "MR SPEAKER : Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif naħseb jaf il-kollega tiegħi, ir- responsabbilta' tat-trejqat għall-bdiewa hija f'idejn il-ministeru għall- agrikoltura u sajd, liema ministeru se jiġu diskussi l-estimi tiegħu aktar tard f'din is-seduta, u allura l-Onor.", "Interpellant se jkun jista' jqajjem dan il-punt f'dak l-istadju.", "Naturalment, aħna bħala ministeru għall-ambjent nipprovdu inġenji, ħaddiema, materjal u għajnuna oħra li jkun hemm bżonn, pero' l- kordinazzjoni ssir minn hemmhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru x'kordinament jeżisti bejn il-ħaddiema tad-distrett u l-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ħsieb tal-ministeru għall-ambjent huwa li jkun hemm l-ikbar kordinament u l-aħjar koperazzjoni bejn il-local councils unit, fi ħdan dak li nafuh bħala d-dipartiment tad-distretti, u d- diversi kunsilli lokali.", "Fil-fatt fiż-żjarat lill-kunsilli lokali dan kien wieħed mill-iktar ħsebijiet li ġew enfasizzati.", "Kif nafu, kienu anke saru sistemi sabiex ix-xogħol li jagħtu l-kunsilli lokali lil dan il-unit ikun regolat minn kuntratti standard - kien sar xogħol kbir fiż-żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalista preċedenti biex dawn il-kuntratti jkunu standardised u jkun hemm rati stabiliti kif jitkejjel ix-xogħol - ħaġa li tirrikjedi unit attrezzat biex ikun jista' jieħu dan ix-xogħol b'serjeta' kbira.", "Kif diġa' ħabbart waqt id- diskussjoni fuq l-estimi, dan ma nistgħux nagħmluh b'mod effiċjenti jekk kemm-il darba l-ħaddiema kollha fi ħdan il-unit u d-dipartiment kollu minn żmien għal żmien jispiċċaw kollha fuq xogħol kapitali tal-gvern, anke jekk ikun xogħol importanti u li naqblu dwaru.", "Allura l-ħsieb huwa li wieħed jaqsam dan id-dipartiment, l-ewwelnett b'mod distrettwali, ħalli jkollok tqassim aħjar għall-ħteġijiet tal-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex; u t- tieni nett li jkollok ħaddiema li huma dejjem fuq inkarigi ta' kunsilli lokali u nies oħrajn li jkunu qegħdin hemmhekk għal xogħol kapitali importanti.", "Irridu nżidu wkoll miżuri ta' accountability, effiċjenza u dixxiplina - jien qrajt b'interess il-kummenti tas-sindku taż-Żurrieq, li deheru fil- ħarġa tal-gazzetta \"l-orizzont\" tal-lum, fejn appella għal aktar dixxiplina - u rridu naraw, kif diġa' għidt, li jkollna aktar nies addetti għal mal-kunsilli lokali u tqassim aħjar ta' l-istess uffiċċji tal- kunsilli lokali.", "Din hija r-riforma li għandna ppjanata għall-bidu tas- sena d-dieħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: B'riferenza għal dak li qal il-Ministru, kemm fis- seduta tal-bieraħ u anke fir-risposta li ta issa lill-Onor.", "Azzopardi, jista' jgħidilna jekk il-kunsilli lokali humiex qed jaġġornaw lid- dipartimenti jew lill-uffiċjali tal-ministeru b'dak li jkun qed jiġri?", "Qed nistaqsi dan għaliex kemm il-membri ta' din in-naħa kif ukoll il-membri tan-naħa l-oħra, niltaqgħu ma' sitwazzjonijiet fejn il-kunsilli lokali u d- dipartimenti konċernati jkunu ilhom jiffaċċjaw ilmenti mingħand iċ- ċittadini mingħajr ma qatt ikollhom riżultati pożittivi għall-ilment tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, m'iniex ċert għal-liema sitwazzjoni qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Naturalment il-kunsilli lokali joħolqu fatt politiku ġdid ta' ħajja għal kulħadd.", "Issa dawn ilhom hemmhekk għal ħames snin u niftakar li fl-ewwel snin tagħhom kienet teżisti d-diffikulta' li deputat li jkun imdorri jagħmel intervent dirett hu fuq il-ħteġijiet tal-lokalita' li jirrappreżenta - ikun mil-liema naħa tal- Kamra jkun - kien jenħtieġlu jifhem li kien hemm struttura oħra, jiġifieri l-kunsilli lokali, li tajjeb jikkordina magħha.", "Jiġifieri jekk il-kollega tiegħi qed jirriferi għal sitwazzjonijiet f'dan is-sens, l-awgurju tiegħi huwa li jkun hemm l-ikbar kordinament anke bejn il-kunsill lokali u d- deputati tal-parlament.", "Għaliex jekk nimxu bl-idea li deputat ta' area partikolari jista' jitlob li jsiru xogħlijiet li huma fil-kompetenza tal- kunsill lokali, inkunu qed innaqqsu mir-rwol tal-kunsilli lokali.", "Jiġifieri jekk is-sitwazzjonijiet li qed tirriferi għalihom huma f'dan is- sens, l-aħjar li jsir huwa kordinament akbar.", "Jien naturalment qatt ma kelli diffikulta' li nżomm kollegi miż-żewġ naħat tal-Kamra informati dwar xogħlijiet u inizjattivi li nkunu qed nieħdu f'areas differenti ta' Malta, pero' llum il-kunsilli lokali jgħidu huma xi jrid isir.", "Jiġifieri lanqas jien ma nkun informat jekk f'area partikolari, per eżempju, ikun għaddej xogħol ta' bankini.", "Inkun naf biss - qed nitkellem f'sens ta' ministeru - jekk jagħtu x-xogħol lit-taqsima xogħlijiet tal-ministeru, għaliex jekk jagħtu x-xogħol lill-privat lanqas biss inkun naf.", "Dan hu fatt li naqblu fuqu lkoll, anzi mis-sena l-ġdida għandna nżidu u nsaħħu kemm jista' jkun ir-rwol tal-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm ċerti toroq li jridu jsiru mill-ġdid - u allura ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita' tal-kunsilli lokali - li minkejja li ilhom għal snin twal bis-servizzi kollha mgħoddijja, għadhom ma ġewx mogħtija la asphalt u lanqas tarmac.", "Barra minn hekk dawn lanqas biss għandhom bankini.", "Jista' l-Ministru jgħidli x'qed isir f'dawn il-każijiet, sabiex ir-residenti ma jibqgħux ibatu minn inkonvenjenzi bħal dawn?", "Dawn it- toroq li qed nirriferi għalihom m'humiex twal.", "Per eżempju, fil-Fgura hemm toroq bħal Triq l-Iskola u l-parti l-ġdida ta' Triq San Xmun li minkejja li l-area li jinsabu fiha ilha ħafna żviluppata - hemm minnhom li ilhom ħames snin lesti mis-servizzi kollha - għadhom kollha mħarbtin.", "MR SPEAKER: Ejja għall-mistoqsija jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, il-mistoqsija hija jekk jistax isir xi stħarriġ biex inkunu nafu kemm hemm toroq f'Malta u Għawdex li qegħdin f'din is- sitwazzjoni u jekk jistax isir programm biex dawn it-tip ta' toroq isiru mill-ewwel biex titnaqqas l-inkonvenjenza għar-residenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, fil-fatt dan huwa dak li qed jagħmel id-dipartiment tat-toroq fil-preżent.", "Kif għidt il-bieraħ u drabi oħra, sfortunatament id-dipartiment m'għandux programm għal sitwazzjonijiet bħal dawn li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Mizzi.", "L-Onor.", "Membru semma toroq li qal li ilhom ħames snin jistennew biex isiru pero' meta jiena ltqajt mal-kunsilli lokali lili qaluli b'toroq li ilhom aktar minn 15-il sena jistennew biex jingħataw it-tarmac.", "Per eżempju, il-kunsill lokali ta' Marsascala semma numru ta' toroq li ilhom abitati għal 18-il sena u sal-lum għad m'għandhomx wiċċ tat-triq suret in- nies.", "Iva, li qegħdin nagħmlu huwa li d-dipartiment tat-toroq jara liema huma dawk it-toroq li għandhom is-servizzi kollha diġa' mgħoddijja.", "Sfortunatament teżisti sitwazzjoni fejn ċerti residenzi għad għandhom pajpijiet ta' l-ilma temporanji u l-Korporazzjoni g]as-Servizzi ta' l-Ilma trid tibdel dawn l-istess pajpijiet biex tagħmel oħrajn permanenti.", "Issa d- dipartiment tat-toroq qed jara fejn is-servizzi huma mgħoddija b'mod permanenti biex imbagħad ikun jista' jidentifika liema toroq għandhom isiru l-ewwel.", "Kif għidt il-bieraħ, jien nispera li fl-ewwel xhur ta' l-1999 inkunu ġbarna l-informazzjoni korretta u nkunu f'qagħda li nfasslu pjan suret in-nies.", "F'dan l-eżerċizzju jrid ikun hemm kordinazzjoni sħiħa bejn id-dipartiment tat-toroq u l-korporazzjonijiet involuti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Jista' l-Ministru responsabbli jelenka b'mod ċar liema toroq jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għall-ambjent u liema jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dipartiment tat-toroq?", "Barra minn hekk, jista' l-Ministru jgħidilna xi pjanijiet hemm biex ir- responsabbilta' tal-manutenzjoni tat-toroq tgħaddi b'mod iktar sħiħ f'idejn il-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett ta' min wieħed jgħid li l- kunsilli lokali, by definition, għandhom ir-responsabbilta' tal- manutenzjoni tal-local roads kollha u naturalment l-Onor.", "Interpellant għandu esperjenza diretta ta' dan għaliex kien jokkupa l-kariga ta' sindku ta' Birkirkara.", "Jiġifieri għal dak li huwa patching, huma jagħtu l- kuntratt kif jixtiequ u fejn iridu - ħafna drabi jagħtuh lill-ministeru għall-ambjent, li għandu ħaddiema biżżejjed biex jagħmlu dan ix-xogħol - basta x-xogħol jingħata b'kuntratt.", "Jiġifieri, kif għidt qabel, jien ma nistax għaliex nara ċerta triq bil-ħofor nibgħat lin-nies biex jimlewhom.", "Il-kunsill lokali għandu l-budget biex jagħmel xogħol ta' patching u dak il- budget jużah kif l-aħjar jidhirlu hu, jagħmel il-prioritajiet hu mbagħad ikollu r-rati tal-ministeru għall-ambjent u ovvjament ta' kuntratturi oħra.", "Dik hija l-proċedura.", "Naturalment it-toroq prinċipali tal-pajjiż huma responsabbilta' diretta tal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru għadu kemm qal li jeżistu sitwazzjonijiet fejn il-ministeru għall-ambjent jieħu l-offerta tal- kunsilli lokali.", "Pero' hemm ċerti kunsilli lokali li minkejja l-fondi li għandhom, ma jistgħu qatt jaslu biex huma jagħmlu x-xogħol kollu li jkun hemm bżonn isir.", "Jien qed nirriferi għat-12-il Distrett, li huwa l-ikbar wieħed f'termini ta' konfini.", "Jista' allura l-Ministru jgħid lill-Kamra x'policy qed jimxi biha għaliex qed nispiċċaw dejjem f'sitwazzjoni fejn iċ- ċittadin jiġi lampa stampa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, se jkolli nirripeti dak li esprimejt direttament kważi mal-kunsilli lokali kollha li ltqajt magħhom.", "Il-kunsilli lokali naturalment għandhom il-budget tagħhom, liema budget żdied għas-sena li ġejja, u kif kelli okkażjonijiet ngħid hawnhekk anke fis- snin l-imgħoddija, meta tgħodd x'għandhom il-kunsilli lokali anke għall- funzjonijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Farrugia, tara li l-budget jammonta għal ħafna aktar milli qatt kellu kwalunkwe gvern ċentrali.", "Jiġifieri meta tgħodd dak li jiġi vvotat lill-kunsilli lokali għal xogħlijiet ta' bankini, playing fields, patching ta' toroq u kwalunkwe funzjoni oħra, tara li għandhom iktar milli qatt kellu l-gvern ċentrali fil- ministeru tax-xogħlijiet jew ta' l-ambjent jew tat-toroq.", "Mela fit- totalita' bilfors li qed isir iktar, u hekk hu.", "Jien m'iniex qed ngħid dan bħala teorija biss għaliex meta tiltaqa' mal-kunsilli u tistaqsihom dwar ix-xogħlijiet li qed jagħmlu u jagħtuk il-lista, timpressjona ruħek bis-sens ta' dedikazzjoni u ta' volontarjat assolut li għandhom dawn il- kunsilli lokali, kif ukoll bil-mod ta' kemm iħaddmu rashom, bl-għaqal tagħhom u anke bil-mod ta' kif ifittxu l-aħjar kuntratti għal-lokalita' tagħhom.", "Issa jekk f'xi area partikolari ikun hemm kunsilli li bil-budget tagħhom jibqgħu ma jistgħux ilaħħqu mal-ħteġijiet kollha, ma jfissirx li għandu jidħol il-gvern ċentrali - ikun min ikun - qisu dan għandu budget bla limitu.", "U jkun żball li aħna ngħidu li għax it-tali kunsill, bil-budget li għandu, ma laħħaqx għamel patching fit-tali toroq, allura jidħol il-gvern ċentrali u jagħmilhom hu.", "Jekk isir hekk jispiċċa l-konċett kollu.", "Aħna ngħinu b'kull mezz - ir-rati tagħna naħseb li huma raġonevoli u ġieli anke ma nżommux tal-labour kollu - imma ma nistgħu qatt inkunu l-fall-back position tas-67 kunsill lokali, inkella niġu qisu l-gvern ċentrali qed jerġa' jagħmel kollox hu.", "U jekk niġu għal hekk, il-budget mhux xorta budget jibqa'?", "Toħroġ ilbies skond il-kejl ta' drapp li għandek.", "Issa f'dan il-każ, meta tgħodd it-totalita', għandek drapp ferm aktar milli qatt kien hemm fil-pajjiż.", "Mr Speaker, irridu nagħtu ġieħ lill-kunsilli lokali tax-xogħol li qed jagħmlu b'tant dedikazzjoni u ħeġġa, pero' aħna la nistgħu nkunu l-fall- back position jekk huma ma jservihomx il-budget u wisq u wisq inqas ma nistgħu nkunu l-fall-back position f'każ li jkun hemm min jilmenta li l- kunsill għalkemm għandu l-flus, ma jridx jagħmel it-tali triq.", "Dik hija proċedura elettorali - bħalma hija tal-gvern - li jaraw in-nies tal- lokalita' ma' dak il-kunsill.", "Hekk irridu nimxu.", "Ma nistgħux aħna npattu għal kull ħaġa li ma ssirx.", "Wara kollox, kif diġa' għidt, il-kunsilli għandhom budget li fit-totalita' huwa ferm ikbar milli qatt kellu ministeru li jagħmel dawn ix-xogħlijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' Birżebbuġa, jekk iltaqgħux ma' diffikultajiet fix-xogħol li sar s'issa?", "Meta hu mistenni li x-xogħol jitlesta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol fuq il-proġett ta' Birżebbuġa huwa eżempju fejn il-gvern ċentrali xorta jibqa' jassumi ċerti responsabbiltajiet.", "F'dan il-każ qed nitkellmu dwar responsabbilta' ta' embellishment f'areas li huma ta' importanza turistika.", "Fil-każ ta' Birżebbuġa kien hemm xi diffikultajiet anke dwar il-pjan ta' kif tgħaqqad in-naħa tal-Qajjenza mal-kumplament.", "Naturalment kollox sar b'kordinazzjoni ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar u kien hemm anke diskussjoni mal-kunsill lokali.", "Pero' x-xogħol kompla għaddej u fis-sena l-ġdida se nagħtu spinta kbira lix-xogħlijiet li għadhom pendenti Birżebbuġa, Wied il- Għajn u Marsaxlokk.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għat-tieni mistoqsija li tidher fuq l-aġenda.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien għollejt idi għax ridt nagħmel mistoqsija supplimentari oħra.", "MR SPEAKER: Jiddispjaċini imma se ngħaddu għat-tieni mistoqsija.", "Ma jistax ikun li nissammru ma' l-ewwel mistoqsija biss.", "Nitlob lill-Onor.", "Farrugia jagħmel it-tieni mistoqsija.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mela issa l-giljottina ġejja min-naħa tas-Sedja wkoll!", "MR SPEAKER: Onorevoli, naħseb li għandek tagħmel apprezzament aħjar tar- rakkmandazzjoni tas-Sedja.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta jkollna l-estimi nitkellmu fuq l-estimi, meta jkollna affarijiet oħra nitkellmu fuq affarijiet oħra, u meta jkollna affarijiet oħra ...", "(Interruzzjonijiet) Daqshekk hu, mhux hekk!", "(Interruzzjonijiet) Regola u prattika.", "MR SPEAKER: Nitolbok li tagħmel il-mistoqsija u tagħmel apprezzament aħjar ta' l-isforz tas-Sedja biex il-membri jkollhom iżjed opportunita' jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.", "Onor. Farrugia, agħmel il-mistoqsija tiegħek, jekk jogħġbok!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Onor. Dalli, għaliex qed tirrabja?", "Fil-ħin tal- question time, l-istanding orders jippermettu li fejn jidħol l-interess pubbliku - u meta aħna qed nistaqsu fuq residenti ...", "(Interruzzjonijiet) Ħallini nispiċċa, jekk jogħġbok!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Din m'hijiex kwestjoni ta' rabja u mhux rabja.", "M'iniex qed nirrabja imma qed ngħid biss lill-Onor.", "Membru li f'dan il-parlament għandna regoli li jridu jiġu osservati, mhux kulħadd jagħmel li jrid.", "Jekk qed nagħmlu mistoqsija nagħmluha b'mod li tkun pertinenti għas-suġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, jekk jogħġbu jagħmel it-tieni mistoqsija tiegħu.", "BUĠIBBA - ASFALTAR TA' TOROQ", "1782.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jinkludi fil-programm tat-tarmac tat-toroq Triq Sir Luigi Preziosi, Buġibba?", "Peress li r-residenti ilhom is-snin jilmentaw sabiex din it-triq tiġi rranġata, jista' l-Ministru jara li jsir kordinament mal-kunsilli lokali u d-dipartiment konċernat sabiex ix- xogħlijiet isiru immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "Mr Speaker, f'dik li kienet battuta aktar ċajtiera min-naħa tal-kollega tagħna, jiena kont se ngħid li peress li t-tieni u t-tielet mistoqsijiet huma wkoll indirizzati lili, għad fadallu opportunita' jagħmel aktar supplementary questions!", "Huwa veru li t-tweġiba fil-każ ta' din id- domanda, peress li titkellem direttament fuq toroq, hija li nirriferih lill- Ministru Ċensu Galea, pero' dan mhux biex jekk irid jagħmilli xi domanda oħra ma jagħmilhiex.", "BUĠIBBA - ASFALTAR TA' TOROQ", "1783.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jinkludi fil-programm tat-tarmac tat-toroq, Triq it- Tempesta, Buġibba?", "Billi r-residenti ta' din it-triq ilhom is-snin jilmentaw sabiex tiġi mogħtija t-tarmac, jista' l-Ministru jawtorizza x- xogħlijiet immedjatament?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "DJAR - RABAT - GĦAJN QAJJED", "1784.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li jsiru lifts fil-housing estate ta' Għajn Qajjed, fir-Rabat, Malta?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' familji residenti f'dan il-qasam tad-djar?", "Billi f'dan il-housing estate hemm toroq li jenħtieġu wiċċ tarmac, jista' l-Ministru jara li jsir kordinament meħtieġ ma' l-awtoritajiet konċernati, inkluż il-kunsill lokali tar-Rabat sabiex isir dan ix-xogħol?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Nirriferi l- Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 409 u 639, rigward il-kwestjoni ta' stallazzjoni ta' lifts.", "Rigward it-toroq, nagħti parir lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru għat-trasport u komunikazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi jeżistu ċerti housing estates li ilhom mibjna aktar minn 25 sena u fihom joqogħdu nies li llum huma anzjani, jista' l- Ministru jgħidilna jekk l-awtorita' hijiex qed tikkonsidra li tagħtihom priorita' ħalli dawn ukoll ikollhom il-lifts għall-kumdita' ta' l- inkwilini?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-mistoqsija li kien hemm fid-domanda oriġinali dwar kemm hemm residenti fil-housing estate m'hijiex imwieġba għas-sempliċi raġuni li jekk wieħed jaqbad reġistru elettorali malajr ikun jaf kemm hemm familji.", "Din hija informazzjoni pubblika li wieħed jista' jivverifikaha f'żewġ minuti.", "Għar-rigward tal-kriterji li wieħed għandu juża għad-deċiżjoni ta' fejn għandhom jiġu stallati lifts jew fejn għandhom isiru ċerti xogħlijiet, napprezza l-punti li qed jagħmel l-Onor.", "Membru - jista' jkun illi jkollok ċerti housing estates fejn għandek familji li ilhom jgħixu hemmhekk u allura jkunu saru anzjani - pero' dan ma jgħoddx għal kullimkien.", "Jien ċert li l-Onor.", "Membru japprezza li jkun hemm turnover żgħira f'kull housing estate.", "Dan ifisser li prattikament f'kull housing estate għandek il-problema ta' l-anzjani li qed jgħixu fit-tieni, fit-tielet jew fir-raba' sular.", "Jien naħseb li l-policy finali trid tiġi mfassla b'mod li jkun hemm kriterji ċari fejn id-dipartiment ikun jista' jagħti l-ewwel attenzjoni tiegħu, fosthom li jiġi kkonsidrat in-numru ta' anzjani li jkunu qed joqogħdu f'housing estate partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru qal li se jsir studju biex titfassal policy, jista' jieħu in konsiderazzjoni wkoll il-każijiet ta' lifts li wara li jkunu ġew stallati, tiżviluppa ħsara fihom b'tali mod li ma jkunux jistgħu jiġu wżati.", "Jien naf min ilu kważi tliet snin bla lift minħabba kwestjoni simili.", "Jikkonsidra l-Ministru li waqt li qed isir dan l- istudju, xi ħadd jidħol fil-kwestjoni ħalli naraw x'inhu jikkawża dawn il- problemi u naraw insibux xi rimedji għalihom.", "Għaliex minħabba kapriċċ ta' xi ħadd ibatu nies li verament għandhom bżonn il-lift?", "(Interruzzjonijiet) Xejn xejn għandek tara li l-kuntrattur ma jitħallasx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dak hu preċiżament li qed isir bħalissa.", "Jien nikkonferma li jeżistu dawn it-tip ta' problemi u ħafna drabi minħabba li jkun hemm familja waħda li tkun qiegħda tirrifjuta li tipparteċipa f'dak l- eżerċizzju, il-bqija tar-residenti kollha ta' dak il-block ma jkunux jistgħu jgawdu mil-lift.", "Fost affarijiet oħra, qed jiġi studjat ukoll jekk jistgħux jinstabu soluzzjonijiet għal problemi bħal dawn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar allokazzjonijiet ta' akkomodazzjoni matul il-perijodu bejn id-29 ta' Ottubru u d-9 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 2537.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1999", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-voti tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- gvern.", "Issa nitlob lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd biex iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sur President, nipproponi:", "VOT 52 - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,499,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 52 - Ministeru għall- Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT XI - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 985,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għall- Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 52 - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD Personal Emoluments Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,479\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 10,478\".", "Delete the figure \"Lm 10,479\" and substitute therefor the figure \"Lm 10,478\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Chairman, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill- Onor. Noel Farrugia talli għoġbu jagħtini ftit mill-ħin tiegħu sabiex inkun nista' nagħmel il-kummenti tiegħi dwar il-voti ta' dan il-ministeru, fejn għandu x'jaqsam ma' Għawdex.", "Il-fatt li jien qomt nitħaddet hawn juri l- importanza li l-Partit Laburista jagħti lil dan il-qasam hekk importanti tal-biedja u sajd fil-gżira Għawdxija.", "M'hemmx dubju li meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern sab dan is- settur imkisser u mfarrak meta qabel l-1987 il-biedja u s-sajd kienu pilastru ewlenija fl-ekonomija Għawdxija.", "L-istatistika uffiċjali turi li fl-1996 f'Għawdex ma kienx hemm aktar minn 111 bidwi full-time, apparti t- 3,000 bidwi part-time.", "Kien għalhekk li aħna ridna li dan is-settur nerġgħu nagħtuh spinta 'l quddiem u possibbilment nerġgħu nagħmluh wieħed mill-pilastri ta' l-ekonomija Għawdxija.", "Sfortunatament kienet daħlet il- mentalita' li f'Għawdex dan is-settur jimxi bil-part-timers, mentalita' ħażina li wasslet għal diżastru f'dan is-settur.", "Konxji minn din il- problema, aħna fassalna programm ta' twettiq.", "Kellna sitwazzjoni fejn il- maġġoranza tal-bdiewa Għawdxin, jekk mhux kollha, ma kenux jafu bil- konċett ta' organic farming u anke sitwazzjoni fejn bidwi li ried jixtri l- bexx kien imur f'pet shop u jixtri kwalunkwe tip, ħaġa li kienet tkun ta' dannu għalih u għall-mara tad-dar li ma kienx ikollha prodott bnin.", "Għalhekk, wara laqgħat u diskussjonijiet li saru bejn is-segretarjat parlamentari għal Għawdex u l-ministru responsabbli mill-biedja u s-sajd, konna fassalna programm fuq żewġ binarji.", "L-ewwelnett ridna li lill-bdiewa u s-sajjieda Għawdxin nagħmlulhom programm ta' tagħlim u taħriġ, u ridna wkoll nintroduċu metodi ġodda ta' tkabbir ta' prodotti barra minn żmienhom.", "U fuq dawn iż-żewġ binarji aħna ħadna inizjattivi ġodda.", "Fl-1997 kien sar studju xjentifiku fuq il-ħamrija mmexxi minn Dr. Brookes.", "Ġibna wkoll esperti fuq id-dwieli biex jgħallmu lill-bdiewa Għawdxin jikkoltivaw aħjar id-dwieli.", "Għamilna wkoll provi taż-żerriegħa u sistemi ġodda ta' tkabbir fis-serer.", "Sar ukoll tagħlim importanti fuq il- biedja organika sabiex il-bdiewa Għawdxin ikunu iktar konxji dwar dawn il- metodi ġodda ta' tkabbir.", "Fl-1998 ġibna wkoll espert mill-FAO dwar it- trobbija tan-naħal, għax f'dan is-settur konna sibna diżastru sħiħ bil- mard, u għall-ewwel darba għamilna d-dip tank, fejn il-kaxxi tan-naħal ikunu jistgħu jiġu diżinfettati u mhux joqogħdu jinġiebu Malta.", "Fis-16 ta' April, 1998 kienet saret laqgħa fil-farm esperimentali tax-Xewkija fejn kienu ġew xjenzati mill-Universita' ta' Bari, fosthom Dr. Baggio, li kienu għamlu laqgħa max-xjenzati Maltin u Għawdxin, fejn ittrattaw diversi tipi ta' viruses li jeżistu fuq is-siġar tal-frott.", "Jien għandi l-pjaċir ngħid li dan l-isforz kollu li sar kemm min-naħa tal-ministeru tal-biedja u sajd u kemm min-naħa tas-segretarjat parlamentari għal Għawdex kien ta l-frott tiegħu, u x-xogħol li kien inbeda għadu miexi 'l quddiem.", "Mr Chairman, fl-1997 li kienet l-ewwel sena ta' Gvern Laburista kien hemm żieda ta' 22% fil-bejgħ ta' prodotti Għawdxin, filwaqt li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena reġa' kien hemm żieda ta' 26.4% fuq dik ta' l-1997 u minn Lm1,146,000 tlajna għal Lm2,000,600.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn l- ammont ta' bejgħ ta' prodotti Għawdxin li kien hemm fil-pitkalija ta' Malta, insibu li dan tela' b'mod fenomenali.", "Fil-fatt, filwaqt li fl- aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista ma kienx hemm iktar minn Lm100,000 bejgħ ta' prodotti Għawdxin fil-pitkalija ta' Malta, fl-1997 aħna rnexxielna ntellgħu l-bejgħ ta' prodotti Għawdxin għal mhux inqas minn Lm400,000.", "Dan żgur li kien mertu tal-ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Noel Farrugia, li dejjem ra kif għamel biex ferrex il-prodott Malti fi swieq barranin.", "Fil-fatt, kif jaf kulħadd, 40 bidwi Malti bdew ibigħu barra minn Malta u b'hekk ikkreaw aktar spazju għal bdiewa Għawdxin biex ibigħu fil-pitkalija ta' Malta.", "Mr Chairman, xtaqt li ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-koperattiva tal-bdiewa Għawdxin.", "Din kienet koperattiva li kienet teżisti biss fl-isem.", "Il- bdiewa kienu jinkitbu f'din il-koperattiva sempliċement biex jieħdu tal- bolla tan-national insurance pero' l-koperattiva ma kellha għajnuna ta' xejn u ma kellha saħħa ta' xejn.", "U aħna, li verament nemmnu f'din il- koperattiva u li għalina kienet u għadha s-sinsla ta' dan is-settur tal- biedja, ridna li nerġgħu nagħtuha l-ħajja.", "Fil-fatt mill-ewwel ħtarna manager imħallas mis-segretarjat parlamentari għal Għawdex sabiex jieħu ħsieb u jerġa' jgħaqqad lil dawn il-bdiewa.", "Għamilna diversi laqgħat ma' din il-koperattiva, rajna x'kienu verament il-bżonnijiet tagħha u ftit ftit bdejna mexjin 'il quddiem.", "Pero' jien naħseb li l-iktar pass importanti f'dan il-qasam kien li daħħalna l-mentalita' fil-bidwi Għawdxi li bis- sistema l-ġdida ta' tkabbir ta' prodotti ma jistax jgħix waħdu imma hemm bżonn l-għaqda.", "Hemm bżonn li l-bdiewa u s-sajjieda jkunu magħqudin sabiex flimkien ikunu jistgħu jiffaċċjaw aħjar il-problemi li għandu dan is- settur.", "Kif jafu l-membri ta' din il-koperattiva, imxejna 'l quddiem b'sodisfazzjon u anke wasalna għal ftehim importanti fejn għall-ewwel darba fil-gżira Għawdxija beda jsir il-grading tal-patata.", "Dan kien pass ferm importanti u nispera illi din l-inizjattiva tant tajba tibqa' miexja 'il quddiem.", "Din il-koperattiva ilha teżisti għal ħafna żmien u għalhekk nappella biex nagħtuha iktar sinsla ħalli verament inkunu nafu x'inhuma l- problemi ta' dan is-settur u hemm bżonn li jkollna iktar kuntatt mas- sajjieda, mar-raħħala u mal-bdiewa Għawdxin.", "Jiena u l-ex-Ministru Noel Farrugia kellna diversi laqgħat mas-sajjieda, raħħala u bdiewa Għawdxin u konna naraw verament x'kienu l-bżonnijiet tagħhom u f'kull settur waqqafna kumitat li ħafna drabi kont inkun jien iċ-chairman tiegħu.", "Għas-sajjieda ta' Marsalforn għamilna xogħol essenzjali ta' dredging tal- menqa, li kien xogħol essenzjali u kien ilu jinħass il-bżonn li jsir għal ħafna żmien.", "Lill-produtturi tal-majjal fehemnihom illi mhux sewwa li huma jrabbu l-majjal bil-kuntrabandu u wasalna fi ftehim magħhom illi meta jkollhom il-majjal żejjed issir qatla żejda fil-gżira Għawdxija u mbagħad il-majjal jintbagħat iffriżat lejn Malta.", "Żidna wkoll is-sussidju fuq iċ- ċanga u fuq il-ġwież għall-produtturi tal-majjal u tat-tiġieġ.", "Irrid ngħid ukoll li kellna problema kbira fil-cold stores għaliex dawn ma kenux jiffunzjonaw sew, kienu maħmuġin u aħna mill-ewwel ridna li nagħmlu żewġ blast freezers.", "Fil-fatt jien informat illi dawn se jibdew jitħaddmu fil- futur qarib.", "Ridna wkoll illi s-servizz tal-cold stores għall-użu tal- laħam, ħxejjex u frott ieħor jibda jingħata l-ġimgħa kollha u l-bejgħ tas-silġ isir mit-Tnejn sal-Ħadd.", "Għamilna wkoll regolamentazzjoni ġdida għall-biċċiera tat-tjur għaliex qabel kien hemm industrija fejn kulħadd kien joqtol il-broilers kif irid hu fil-ħmieġ u aħna għamilna regoli tajbin ta' ndafa u l-permessi kienu jingħataw lil min verament kellu biċċerija li kienet tilħaq in-normi stabiliti.", "Sakemm domna aħna fil-gvern, il-produzzjoni tal-ħalib fil- gżira Għawdxija żdiedet ukoll u laħqet il-25% tad-domanda kollha ta' dawn il-gżejjer.", "Bl-intervent ta' l-ex-Ministru Noel Farrugia bdejna wkoll il- proġett ta' bini ta' gabjuni, fejn il-bdiewa Għawdxin setgħu jaraw kif din is-sistema ġdida tista' tiġi attwata wkoll fil-gżira Għawdxija, ħalli r- raba' tkun tista' tinħadem anke fix-xitwa.", "Ħadna ħsieb ukoll li nibagħtu persuna Għawdxija fil-Ġappun, fejn din studjat fl-aqwa universitajiet ta' dak il-pajjiż dwar it-tniġġiż ta' l-ambjent ikkawżat mill-industrija ta' l-akwakultura.", "Għamilna wkoll landscaping tal-gżira Għawdxija fejn ridna li l-kunsilli jingħataw servizzi aħjar għal dawk illi huma xtieli u sbuħija ta' l-ambjent.", "Mr Chairman, ippermettili nżid xi ftit dettalji oħra li jagħtu stampa aktar sħiħa ta' dak li għamilna aħna fil-gvern.", "Per eżempju, nista' nikkonferma li bejn Jannar u Ġunju ta' l-1997 qasmu mhux inqas minn 1,439 vettura u s-segretarjat parlamentari għal Għawdex ħallas is-somma ta' mhux inqas minn Lm10,167 f'sussidju fuq it-trasport.", "Bejn Jannar u Ġunju ta' l- 1998 qasmu mhux inqas minn 1,454 vettura u l-gvern reġa' ħallas mhux inqas minn Lm11,222 f'sussidju fuq it-trasport.", "Tajjeb li ngħidu li s-sussidju fuq it-trasport kien bdieh l-ewwel darba Gvern Laburista.", "Irrid ngħid ukoll li għall-ewwel darba fil-gżira Għawdxija fis-sena u disa' xhur li għamilna fil-gvern waqqafna laboratorju ġdid biex it-testijiet tad-demm jibdew isiru f'Għawdew u mhux joqgħod jitla' bniedem kull filgħodu Malta biex jagħmel dawn it-testijiet.", "Irrid ngħid li fl-aħħar sitt xhur ta' l- 1997 saru mhux inqas minn 4,000 test tad-demm fil-gżira Għawdxija.", "Mr Chairman, semmejt dawn l-affarijiet mhux biex niftaħar għaliex l- inizjattivi li ħa Gvern Laburista jista' jarahom kulħadd.", "M'iniex qed ngħid illi solvejna l-problemi kollha għaliex fadal ħafna xi jsir, imma għallinqas għamilna l-ewwel pass u nħoss illi issa huwa d-dmir tal-Gvern Nazzjonalista illi jkompli fejn ħallejna aħna għaliex huwa importanti li meta jispiċċa gvern u jitla' ieħor ikun hemm il-prinċipju tal-kontinwita', fejn dak li hu tajjeb inkomplu nibnu fuqu u dak li hu ħażin nirranġawh.", "Fil-fatt bħala kritika kostruttiva nixtieq insemmi ftit mill-problemi li konna qegħdin nittekiljaw imma li f'sena u disa' xhur ma stajniex insolvuhom.", "Jien naħseb li waħda mill-akbar problemi li hemm fil-gżira Għawdxija għar-rigward dan is-settur huma l-irziezet.", "Bħalma naħseb taf ukoll l-ministru, f'Għawdex qed jsiru t-trattativi ma' l-awtorita' ta' l- ippjanar biex jiġi ppubblikat il-local plan.", "Bħalma jaf kulħadd, ħafna mill-irziezet fil-gżira Għawdxija m'għandhomx il-permessi meħtieġa.", "Huma rziezet qodma li ilhom jeżistu għal żmien twil u għandhom il-permess biex ibigħu l-ħalib pero' m'għandhomx il-permess tas-sanita'.", "Din il-problema smajna ċafna fuqha u nsemmi każ ta' farm wieħed li hemm fi Triq Monġur l- Għarb.", "Hemm bżonn li l-gvern mill-aktar fis possibbli jkompli jittratta ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex f'Għawdex nidentifikaw areas illi jkunu tajbin għall-irziezet.", "Huwa veru li meta tagħmel l-irziezet kollha ma' xulxin jista' jkun hemm il-mard pero' hemm bżonn illi nidentifikaw dawn l-areas qabel ma ppubblikat il-local plan.", "Teżisti problema oħra kbira, din id-darba fost is-sajjieda ta' Marsalforn, li ħafna drabi dejjem jiġġiedlu mas-sajjieda ta' Marsaxlokk meta jarmu r-rimji.", "Kulħadd jaf illi s-sajjieda ta' Marsalforn meta jingħataw ir-rimja jinvadu l-baħar territorjali ta' Sqallija u għandna minaċċa kbira mill-Gvern Taljan illi għas-sena d-dieħla mhux se jħalli iktar rimji jintefgħu fil-baħar territorjali tiegħu.", "Għalhekk hemm bżonn illi niffaċċjaw din il-problema u naraw kif se nirrimedjawha.", "Ngħaddi issa għall-problema akuta tal-boreholes li ħafna minnhom huma illegali.", "Ftit ilu rajna lill-Ministru Francis Zammit Dimech u lill- Ministru Giovanna Debono imorru fejn aħna konna għamilna s-sewage treatment plant u qagħdu jippożaw għar-ritratti.", "Issa li l-ewwel fażi hija lesta u deħlin fit-tieni fażi ta' dan l-impjant, hemm bżonn naraw kif se nwasslu s-second-class water lill-bidwi.", "Mhux biżżejjed illi nagħmlu t-treatment plant imma rridu naraw kif b'mod vjabbli dan is-second-class water jitwassal lill-bidwi ħalli nipprovaw neliminaw dawk il-boreholes illi qegħdin itaqqbu l-aquifer fil-gżira Għawdxija.", "Mr Chairman, teżisti wkoll problema kbira għal dawk li jrabbu l-mogħoż għaliex qed jiġri li min itella' l-mogħoż Malta, qed jiġi ddeterminat lilu minn qabel mill-veterinarju lil min irid ibigħ u jiffissalu l-prezz hu.", "Issa jekk min ikollu l-mogħoż ma jaqbilx mal-prezz xorta jrid ibigħ għaliex skond ir-regolamenti, minħabba l-mard ma jkunx jista' jerġa' jniżżel il-mogħoż lura lejn Għawdex.", "Għandna wkoll problema kbira fil-pitkalija li hemm bżonn naraw kif se nsolvuha.", "Kulħadd jaf illi l-pitkalija f'Għawdex ma tiftaħx fil-ħinijiet illi tiftaħ il-pitkalija f'Malta u rridu naraw, wara li jkun hemm il- konsultazzjoni, jekk huwiex pass għaqli li l-pitkalija f'Għawdex tiftaħ fil- ħinijiet bħall-pitkalija Maltija jew inkella nħalluha kif inhi.", "Fil-gżira Għawdxija jeżisti wkoll il-fenomenu ta' l-agro-turiżmu u hemm bżonn illi nieħdu passi immedjati biex anke f'din il-gżira nagħmlu kalendarju agro-turistiku ħalli nattiraw iktar turisti ta' din il- kwalita' lejn il-gżira Għawdxija u b'dan il-mod nikkreaw niċċa oħra importanti.", "Irridu nindirizzaw ftit minn dawn il-problemi kbar illi qegħdin jolqtu dan is-settur tant fraġli.", "Pero' bir-rispett kollu lejn kulħadd, jekk wieħed iħares lejn il-voti tal-budget isib illi dan il-gvern m'huwiex se jindirizza verament din il-problema.", "Per eżempju, fil-vot taħt il-ministeru għal Għawdex insibu illi filwaqt illi dan il-vot żdied bi ftit pero' għar-rigward tas-settur tal-biedja u s- sajd dan naqas minn Lm69,789 għal Lm65,000.", "Insibu wkoll tnaqqis sostanzjali fis-sussidju tat-trasport bejn iż-żewġ gżejjer li minn Lm6,717 niżel għal Lm3,000.", "L-għajnuna lill-koperattivi, li kif aċċennajt għaliha iktar kmieni hija importanti għas-setturi tal-biedja u s-sajd, tnaqqset minn Lm24,056 għal Lm15,000.", "Jekk wieħed jara l-mission statement tal- ministeru għal Għawdex isib illi fl-elenku tal-prioritajiet is-settur tal- biedja u s-sajd huwa minsi għal kollox u dan huwa ħażin.", "Mr Chairman, sfortunatament, il-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi wasal biex jiskadi u nagħlaq billi ngħid illi hemm bżonn nagħmlu sforz komuni ħalli l-biedja u s-sajd jerġgħu jkunu pilastru ta' l-ekonomija Għawdxija.", "Jien nemmen li dan jista' jsir billi l-ewwelnett il-ministru jitla' iktar ta' spiss fil-gżira Għawdxija, jiltaqa' iktar mas-sajjieda u mal-bdiewa u jara l-problemi li għandhom għaliex dan ix-xiber ta' baħar li jifred lil dawn iż-żewġ gżejjer jikkrea problemi differenti fil-gżira Għawdxija mill-problemi li ssib Malta.", "U dan jista' jsir bl-għajnuna u bil-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Jekk lis-sajjieda u lill-bdiewa timmotivahom u turihom li verament trid il-ġid tagħhom, jekk turihom li bejniethom irid ikun hemm għaqda, min-naħa tagħhom se ssib koperazzjoni għaliex dawn nies bona fide.", "Jien ngħid li hemm bżonn ningħaqdu lkoll flimkien u niftaħru li se nerġgħu nagħmlu dan is-settur wieħed mill- pilastri ta' l-ekonomija Għawdxija.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, m'iniex se noqgħod nirripeti dak li qal l-Onor.", "Refalo, li tkellem tajjeb ħafna, imma fil-ftit ħin illi għandi se nagħmel riflessjoni dwar dak illi seħħ tul it-22 xahar illi jien għamilt ministru u mbagħad ngħaddi biex nagħmel xi kritika għall-perjodu riċenti, anzi riċentissmu, wara li sieħbi l-Onor.", "Ninu Zammit daħal għal din ir-responsabbilta' ta' ministru għall-agrikoltura u sajd.", "Imma ppermettili qabel xejn, Mr Chairman, infakkar lill-Onor.", "Membri preżenti li aħna qegħdin hawnhekk fuq dawn il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni minħabba li xi samaritan għoġbu jbiddel ir-rotta li konna qbadna għal 22 xahar, fejn lil pajjiżna konna qegħdin immexxuh 'il quddiem settur b'settur.", "Irrid nibda billi ngħid x'kien il-manifest tal-Partit Laburista dwar is- settur tal-biedja u sajd, li jekk tiġbru f'kelma waħda kien ifisser dħul ġust għan-nies li jaħdmu f'dan is-settur.", "Għalhekk ikun tajjeb li nibda nvara x'għamilna fit-22 xahar li għamilna fil-gvern biex wettaqna dan il- prinċipju li aħna nemmnu fih, li huwa dejjem importanti u f'kull kontest, kemm għal dak li jirrigwarda l-attivita' lokali, jiġifieri l-użu tar- riżorsi umani ta' pajjiżna, u kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-qasam internazzjonali, partikolarment fl-Ewropa, fid-dawl ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna fhimna li l-aħjar direzzjoni fil-qasam agrikolu hija li jkollok komunikazzjoni attiva u diretta u kordinament sħiħ bejn il-bidwi, il-konsumatur u l-ambjent.", "Aħna għarafna minn kmieni li politika moderna titlob minna li naħdmu biex naslu li jkollna rabta vera u soda bejn il-produttur, jew aħjar il-bidwi, ir- raħħal u s-sajjied, u l-konsumatur, li huwa r-resource market ta' dan is- settur.", "Imma f'din il-formola jonqos element ieħor, ċioe' l-ambjent, li fl- ispirtu ta' ħajja moderna jrid ikun kontinwament sostnut.", "B'hekk biss nistgħu nkattru l-istocks ta' ħut li hemm fil-baħar u nkabbru l-produzzjoni ta' l-art.", "Jekk gvern, hu liema hu, irid ikollu politika konsistenti, politika vijabbli u politika li tkattar il-ġid komuni jrid jaħseb fil-ħażna ta' l-ilma u jrid jaħdem favur iż-żamma ta' l-ambjent naturali.", "Dan kollu qed ngħidu bħala introduzzjoni għad-diskors tiegħi, Mr Chairman, għax aħna verament rajna kif nikkomunikaw dawn il-konċetti u bdejna nwettqu din it- tip ta' image moderna.", "Mr Chairman, biss qabel ma ngħaddi biex nispjega ċerti sitwazzjonijiet li xtaqt nirrapporta fuqhom xtaqt nieħu l-opportunita' biex nirringrazzja lill-uffiċjali u lill-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dipartimenti tas-sajd, ta' l-akwakultura u ta' l-agrikoltura, għaż-żmien sabiħ li qattajt magħhom mill-kbir saż-żgħir, żmien li baqa' f'qalbi, żmien li apprezzajt, żmien li tgħallimt ħafna minnu, fejn minkejja d-differenzi politiċi tagħna, konna konsistenti u ġenwini quddiem l-isfidi li ridna nwettqu f'dan is-settur.", "Għalkemm hawn min iħares lejn dan is-settur b'lenti inqas importanti milli forsi jħares lejn setturi oħra, imma r-realta' hija li dan huwa settur li jeħtieġ impenn importanti biex jassigura s-sigurta' taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u tat-turisti li jiġu jżuruna.", "Għaliex barra li l-bidwi, is- sajjied u r-raħħal jaħdmu sabiex isostnu s-sigurta' ta' l-ikel taċ- ċittadini Maltin u Għawdxin, jaħdmu wkoll biex isostnu d-domanda tal- konsum ta' l-ikel mit-turisti li jżuru pajjiżna.", "Nirringrazzjahom kollha minn qalbi għaliex kienu 22 xahar li mlewni b'kuraġġ u minkejja li l-Gvern Laburista kellu problemi finanzjarji li ma ħoloqhomx hu imma wirithom - fl-opinjoni tiegħi, minħabba nuqqas ta' attivita' min-naħa ta' gvernijiet preċedenti - il-ħaddiema fehmu li ma kenitx xi sitwazzjoni li tabilħaqq xi ħadd kien qiegħed jimponiha fuqhom, imma kienu ilhom jesperjenzawha u għalhekk ikkordinaw miegħi.", "Ta' dan jien mhux biss nifirħilhom imma nibqa' nagħraf li għamlu dak kollu li setgħu sabiex flimkien miegħi u ma' l- amministrazzjoni preċedenti tajna stima lill-amministrazzjoni taċ-ċivil f'dawn is-setturi.", "M'hemmx dubju li jikkritika kemm jikkritika sieħbi l- Onor. Ninu Zammit, l-istima li aħna wrejna kienet rikonoxxuta minn fost il- ħaddiema, kienet rikonoxxuta minn dikasteri oħra taċ-ċivil u kienet rikonoxxuta wkoll kemm mis-settur privat u kif ukoll mill-bqija tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-organizzazzjoni dinjija ta' l-ikel u l- biedja, il-FAO, b'mod partikolari lil Jacques Diouf, li huwa d-direttur ġenerali, għaliex flimkien ħdimna sabiex inkunu iktar kreattivi quddiem l- isfidi u l-iżviluppi sostenibbli li ridna nwettqu għall-ġid tas-sigurta' ta' l-ikel u għall-futur ta' l-attivita' ekonomika tas-setturi tal-biedja u tas-sajd fil-gżejjer tagħna.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-istitut agronomiku ta' Bari li miegħu mhux biss ġeddidna imma għamilna protokoll sabiex inkunu nistgħu niddefenixxu b'mod aktar tekniku, b'mod aktar xjentifiku, b'mod l-aktar prattiku u b'mod l-aktar modern indirizzi ġodda sabiex noħolqu inizjattivi ġodda li tabilħaqq ikunu kordinati f'ambjent li jrendu iktar għall-ġid tas-soċjeta' Maltija.", "Hawn nista' ngħid li l- kuntatti li kelli ma' l-istitut agronomiku ta' Bari tawni l-opportunita' li nibni relazzjoni tajba ma' Dr Paolo de Castro, li dak iż-żmien kien konsulent tal-Gvern Taljan għas-settur tal-biedja, u llum nifraħlu wkoll għaliex sar ministru tal-Gvern Taljan għas-settur ta' l-agrikoltura.", "Mingħand Dr de Castro tgħallimt ħafna u j'Alla l-Onor.", "Ninu Zammit ikollu l- opportunita' li jiltaqa' ma' dan il-personaġġ.", "Dr de Castro ġie Malta diversi drabi, iddiskuta mal-Gvern Malti diversi sitwazzjonijiet dwar kif nistgħu nagħmlu l-biedja Maltija iktar interessanti, mhux biss mill-aspett ta' produzzjoni imma anke mill-aspett ta' kultura.", "Permezz ta' dawn il- kuntatti stajna nagħtu kontribut għaż-żamma aħjar ta' l-ambjent u pprovajna noħolqu spazju akbar sabiex iktar żgħażagħ jintegraw fix-xogħol tekniku u xjentifiku li l-biedja moderna titlob.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-general fisheries council tal-Mediterran u nifraħ ukoll liċ-chairman tiegħu, Dr Montanaro Mifsud - nispera li m'inix żbaljat fl-interpretazzjoni tal-kunjom - li ilu jaħdem għal numru ta' snin u li huwa wkoll l-Ambaxxatur ta' Malta akkreditat għall-FAO.", "Iktar 'il quddiem nitkellem fuq is-suċċessi u r-riżultati li ksibna fil-GFCM meta nkun qiegħed nagħmel riferenza għal ċertu xogħol li wettaqna matul it-22 xahar li għamilna fil-gvern.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-Bio Agro Co- op. ta' Bologna, li magħha konna kkonsultajna dwar iċ-ċertifikazzjoni u l- mod ta' kif pajjiżna jista' jasal biex jagħmel liġi dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kwalita' tal-produzzjoni organika u ħwejjeġ oħra komuni li jkomplu joħolqu iktar inċentiv biex il-konsumatur ikun aktar qrib u in line mas- settur tal-biedja u s-sajd f'pajjiżna.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, li sibtha kull meta fittixt l-għajnuna tagħha u kull meta ridt niddiskuti magħha ċerti sitwazzjonijiet li l-gvern preċedenti kien qiegħed jiddiskuti ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq nirringrazzja lill-Ambaxxata Taljana, li ħallietli l-bieb miftuħ biex nikkonsulta kemm fuq il-proġetti li niġi għalihom aktar tard, dak ta' Wied il-Qlejja u Tal-Kmand, u kif ukoll il- mod ta' kif ikkordinajna flimkien biex inġibu aktar 'l quddiem l-għarfien ta' numru akbar ta' organizzazzjonijiet, istituti u universitajiet Taljani sabiex isaħħu r-rappreżentazzjoni u l-komunikazzjoni diretta f'pajjiżna kemm ma' l-istitut ta' l-agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta u kif ukoll mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u l-koperattivi.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Ambaxxata Amerikana, lill-Ambaxxata Ingliża u lilll-Ambaxxata Indjana għall-għajnuna li estendewlna sabiex mhux biss wasalna biex noħolqu iktar komunikazzjoni diretta bejn ċerti investituri fis-settur tal-biedja u sajd imma anke tawna pariri dwar il- landscaping ta' pajjiżna.", "Per eżempju, il-poplu Indjan bagħatilna esperti fil-landscaping u se jikkontribwixxi għall-proġett ta' l-urban and rural landscaping billi se jagħtina pjanti u siġar li huma adattati għall-klima Maltija, sabiex inkunu nistgħu noħolqu wkoll iktar attivita' ta' landscaping li tpaxxi l-għajn.", "Nixtieq nifraħ ukoll lill-Ambaxxata Libjana li għenitni bis-sħiħ sabiex waqqafna għall-ewwel darba il-protokoll tal-biedja u sajd bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Il-Partit Laburista, kemm meta kien fil-gvern u kif ukoll fl- oppożizzjoni, dejjem irrikonoxxa li l-poplu Libjan huwa l-ġar tagħna, għandna rabta storika miegħu u għaldaqstant jagħmel sens li jekk verament nemmnu fil-paċi, fir-rieda u fis-solidarjeta', u tabilħaqq nirrispettaw iż- żewġ popli, huwa importanti li ninvestu aktar f'dik li hija sigurta' ta' l- ikel.", "Proprju dan kien l-iskop li aħna rajna kif wasalna għalih u nixtieq personalment nirringrazzja lill-Ministru Libjan, li flimkien iffirmajna dan il-protokoll, u nittama li dak li kien previst ikompli jiġi attwat għall- ġid komuni, din id-darba mhux biss tal-poplu Malti u tal-poplu Libjan imma tal-bqija tal-popli tar-reġjun.", "Huwa importanti li ninsisti fuq dan il- konċett għaliex huwa ħażin li nitkellmu fuq is-settur tal-biedja u s-sajd daqslikieku dan is-settur jappartjeni biss lil xi ftit bdiewa, xi ftit produtturi u xi ftit sajjieda, imma rridu nirrispettaw il-kobor, il- potenzjal, l-għaqal, ix-xogħol bieżel u iebes li qed jagħmlu dawn in-nies biex isostnu l-produzzjoni tad-domanda tal-konsum lokali.", "Mr Chairman, l-Onor.", "Ninu Zammit iħobb jgħid li l-attivita' tal-gvern preċedenti kienet diżastru u ma ħallietx impatt pożittiv, pero' jien se ngħaddi biex nagħti ftit informazzjoni u nuri li dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru huwa skorrett u ma jagħmilx sens.", "Anzi nappella lill-ministru li flok noħolqu sitwazzjoni f'dan il-parlament biex nipprovaw noqogħdu nitgħajru fuq is-sussidji li ngħataw, nirriflettu ftit li kbar kemm aħna kbar, intelliġenti kemm aħna intelliġenti, bullies kemm aħna bullies, sew tat-tiben kif ukoll ta' l-irġulija, l-importanti huwa li nindirizzaw il-ġid komuni.", "Jien naħseb li fiż-żmenijiet tal-lum ma jagħmilx sens li ż-żewġ naħat nipprovaw nirredikolaw lil xulxin f'din il-Kamra, jew noħolqu sitwazzjoni fejn xi ħadd jipprova juri kemm hu bully iktar minn ħaddieħor.", "Irridu nirrispettaw il-fatt li l-gvernijiet li mexxew lil dan il-pajjiż għamlu l-almu tagħhom biex iġibu 'l quddiem dan is-settur u investew fis- settur ta' l-agrikoltura u sajd, minkejja s-sitwazzjonijiet finanzjarji li inevitabbilment jintirtu minn amministrazzjoni għall-oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi, f'dan il-parlament għandna noħolqu ambjent li fih, aktar milli noqogħdu nitmasħnu min-naħa għall-oħra, ngibu 'l quddiem l-importanza strateġika li dan is-settur għandu jkollu.", "Ma naħsibx li għandna noqogħdu nitkellmu biss fuq politika ta' consensus imma għandna nitkellmu fuq is- sitwazzjonijiet diffiċli li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta' kuljum il- bdiewa, is-sajjieda, ir-raħħala, id-dipartiment tas-servizzi veterinarji, id-dipartiment ta' l-agrikoltura u anke s-settur ta' l-agro-industrija.", "Irrid ngħid li l-perjodu ta' 22 xahar li għamilna fil-gvern issarraf f'żieda ta' 6.8% fuq is-sehem tas-settur agrikolu bħala kontribuzzjoni lejn il-GDP.", "Naturalment din iż-żieda hija riżultat ta' ħidma intensiva bejn l-uffiċjali tal-ministeru u l-koperattivi tal-bdiewa, tal-produtturi tal-majjal u tar-raħħala.", "Minkejja li konna niġu kkritikati li m'għandniex fondi u m'għandniex riżorsi biżżejjed, ġibna riżultati li tabilħaqq tefgħu lil dan is-settur 'l quddiem.", "Jien nixtieq nirrikonoxxi l-impenn serju u s-suċċess li kellhom il-produtturi tal-majjal, kemm Maltin u kif ukoll Għawdxin.", "M'hemmx dubju li l-koperattiva tal-majjal, sija l- president u sija l-membri tagħha, flimkien mat-tobba tad-dipartiment tas- servizzi veterinarji u l-biċċiera, kemm dawk privati u kif ukoll dawk tal- gvern, għamlu suċċess għaliex bejn l-1997 u 1998 ipproduċew b'aktar minn 3,000 tunnellata, li jekk taħdimhom bit-80c-il-kilo - u dan hu s-sabiħ tal-kordinazzjoni sħiħa bejn il-konsumatur, il-produttur u l-ambjent - ifisser li f'Malta kkonsmajna b'Lm2.4 miljun majjal u prodott tal-majjal.", "Dan x'ifisser, Mr Chairman?", "Dan ifisser li l-politika tal-Gvern Laburista li joħloq mekkaniżmu li jissarraf f'ġid u fi dħul ġust għall-bidwi, għas- sajjied u għar-raħħal bdiet tagħti l-frott.", "M'iniex qed ngħid li ċ-ċifra ta' Lm2.4 miljun hija biżżejjed - ħalliha li fi żmenijiet oħra dik iċ- ċifra lanqas biss kien jgħaddilhom min rashom li jistgħu jilħquha - u xtaqna li għamilna iktar għaliex nafu kemm għandhom spejjeż ir-raħħala, nafu kemm jadottaw sistemi ta' żvilupp sostenibbli biex iżidu l-produzzjoni u jgħollu l-livell tal-kwalita' tal-produzzjoni, u nafu kemm irid ikun impenjat il-ministeru u d-dipartiment tas-servizzi, veterinarji, biex jimmoniterjaw li din l-attivita' tabilħaqq tkun iktar marbuta mar-regoli professjonali.", "Iva, tajjeb li wieħed jimmarka li minn sena għal oħra aħna dejjem irnexxielna nżommu livell għoli u minkejja li xi ħadd jipprova jpinġina li ħallejna xi diżastru f'dan is-settur, dan assolutament m'huwiex minnu u m'għandix għalfejn noqgħod nitbaqbaq.", "Jien konvint li min jaħdem f'dan is-settur jirrikonoxxi li jien m'iniex qed ngħid iċ-ċuċċati u m'iniex qiegħed inkun vag, anzi dawn l-affarijiet juru s-serjeta' u l- impenn li kien miexi bihom il-gvern preċedenti biex iġib dan is-settur 'il quddiem.", "Mr Chairman, illum irrid nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lir-raħħala talli matul dawn l-aħħar 22 xahar irnexxilhom iżidu l-produzzjoni tal- ħalib bi kważi 1.5miljun gallun fuq l-1995 u l-1996.", "Irrid nirringrazzja lir-raħħala u lill-koperattiva li flimkien irnexxielna niddiskutu konċett importanti ta' bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib, xi ħaġa li kienet ilha pendenti għal numru ta' snin.", "Aħna konna waqqafna kumitat bejn l-MDP, il- ministeru u l-awtorita' ta' l-ippjanar biex naslu ħalli nagħżlu sit fejn se jsir dan l-iżvilupp.", "Nittama li issa l-Ministru Ninu Zammit jinformana x'ġara matul dawn it-tliet xhur li għaddew biex dan il-proġett li kien fost il-prioritajiet fuq l-aġenda tal-gvern preċedenti jibda jitwettaq bl- iktar mod mgħaġġel għaliex kulħadd jaf li l-fabbrika tal-ħalib llum għandha 40 sena.", "L-industrija tal-produzzjoni tal-ħalib frisk dejjem kienet self-sufficient u għalhekk huwa importanti li nkomplu nagħtuha s-support li jixirqilha, sabiex eventwalment iġġib 'l quddiem aktar l-interessi tar- raħħala, l-interessi tal-konsumatur u toħloq spazju għal aktar investiment.", "L-investiment fil-fabbrika l-ġdida li kien se jsir mir- raħħala jammonta għal iktar minn Lm7 miljun u l-gvern kien se jagħti l- proprjeta' sabiex ikun jista' jseħħ dan l-iżvilupp.", "Issa jien m'iniex se noqgħod nidħol fil-kwestjoni li l-bord tal-MDP għamel xahrejn wieqaf minħabba li l-ministru qabad u aċċetta r-riżenja mill-ewwel - għax jien m'iniex bniedem li noqgħod nagħmilha ta' bully u lanqas nippreżenta ruħi li naf aktar minn ħaddieħor imma nħobb inżomm il-kalma u nipprova naħdem sabiex inġib 'il quddiem kull proposta li nemmen li hija tajba u li tagħmel ġieħ lid-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-ministeru u lin-nies tax-xogħol - imma naħseb li l-ministru seta' wera aktar konsistenza u aktar maturita' fid-deċiżjoni li ħa.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll x'kienu d-direzzjonijiet li kien qed jimxi fuqhom il-Gvern preċedenti Laburista sabiex isostni dan l- investiment.", "Aħna ma konniex qed ngħidu biss li l-importanti li nagħtu l- art u nistabilixxu target date sabiex naslu biex nagħmlu dan il-proġett imma elenkajna l-problemi li kienu jeżistu u li tajjeb jew ħażin bilfors riedu jiġu indirizzati.", "Aħna nafu li iktar ma niddiversifikaw l-prodotti tagħna, ir-raħħal se jkollu iktar dħul u se jgawdi l-konsumatur u se jgawdi aktar l-ambjent.", "Għaliex?", "Għaliex il-bdiewa li se jkabbru aktar balal tat-tiben għal din l-industrija se jkollhom iċ-ċans li jiddiversifikaw huma wkoll u naturalment jkollhom żvilupp sostenibbli u fl- istess ħin ikunu qed jiggarantixxu l-ħarsien ta' l-ambjent rurali f'pajjiżna.", "Naturalment aħna fhimna li s-sitwazzjoni li kienet teżisti fost ir-raħħala u li kienet tappartjeni wkoll lill-beef intervention scheme u lil ħafna ċirkostanzi oħra li kienu jiltaqa' miegħu dan is-settur, riedet tiġi indirizzata.", "Tista' tgħid li aħna għandna ħames kategoriji ta' raħħala li għalkemm għandhom l-istess baqar jipproduċu kwantitajiet differenti ta' ħalib frisk.", "Aħna konna bdejna niddiskutu - u minn hawnhekk nixtieq nifraħ lill- KPĦ, b'mod partikolari lis-Sur Gejtu Buttigieg, li huwa bniedem kapaċi u intelliġenti, u lill-uffiċjali l-oħra - u konna bdejna nevalwaw jekk tabilħaqq kellniex nindirizzaw l-mekkaniżmu li ngħinu lir-raħħala, din id-darba mhux biex noqogħdu nitkellmu fuq is-sussidji li jingħataw jew ma jingħatawx mill-gvern ...", "Mr Chairman, jien qrajt ħafna u segwejt mill- qrib ċerti inizjattivi li wettqu l-gvernijiet ta' New Zealand fis-settur agrikolu - fejn għamlu major cuts u prattikament ma darrewx lir-raħħala u lanqas lill-bdiewa b'ċertu fsied, u iktar tard nispjega dan li qed ngħid - u tabilħaqq indirizzaw il-problemi mil-lat xjentifiku u llum kulħadd jaf li dak il-pajjiż huwa totalment dominanti fl-attivita' tal-produzzjoni, kemm tal-bhejjem u kif ukoll tal-laħam frisk.", "Imma ħalli nerġa' lura għall-industrija tal-ħalib lokali.", "Għalkemm illum għandna raħħala li laħqu l-livell li jipproduċu 1,200 gallun ta' ħalib frisk, għad għandna oħrajn li għadhom taħt il-produzzjoni ta' 1,000 gallun u kienet ħaġa f'lokha li l-uffiċjali tad-dipartiment flimkien mal-koperattivi kienu qegħdin jaħdmu sabiex jindirizzaw bl-aktar mod tekniku u bl-aktar mod xjentifiku din is-sitwazzjoni.", "Meta ngħinu lill- produtturi jżidu l-produzzjoni tagħhom, mhux biss il-produtturi jgħinu iktar lill-baqra biex tipproduċi aktar u jżommuha aktar fl-ambjent naturali tagħha, imma jkunu wkoll qed joħolqu iktar varjetajiet ta' ħalib li s-suq għandu bżonn biex ikabbar id-diversifikazzjoni tal-prodotti, ħalli meta l-MDP tiżviluppa l-fabbrika l-ġdida tkun tista' toffri prodotti iktar varjati lill-konsumatur lokali.", "Jiena nittama li nkomplu fuq din il- linja mhux biex jieħu prosit xi ħadd jew biex ikollna rikonoxximent għall- inizjattiva politika li bdiet taħt il-Gvern Laburista imma għaliex nemmen li qed nindirizzaw problema partikolari.", "Meta l-produttur ikun qiegħed jipproduċi aktar ħalib naturalment ikun qiegħed iżid id-dħul u f'dan is- sens flok jeħles mill-baqra wara tmien snin - u ħafna drabi anke wara għaxra - ikun jaqbillu jekk jeħles minnha wara ħames snin jew sitta u naturalment dan jgħin ukoll biex noħolqu mill-beef intervention scheme ambjent tabilħaqq modern, kif dejjem wera fix-xogħol tiegħu l-Gvern Laburista preċedenti.", "Dan l-ambjent modern bl-iktar mod sempliċi u bl- iktar mod prattiku jkun qiegħed tabilħaqq jindirizza sitwazzjonijiet li jirriżultaw fis-suq ma' l-iżvilupp sostenibbli, tekniku, modern u xjentifiku li bilfors irid jintlaħaq u jiġi reġistrat għall-ġid ta' iktar żvilupp f'dan is-settur.", "Mr Chairman, irrid nagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Anton Refalo dwar kif il-bdiewa Għawdxin irnexxilhom ikabbru l-attivita' tagħhom fis-suq tal-pitkalija.", "Nifraħ lill-bdiewa li rnexxielhom ikabbru wkoll il- produzzjoni minkejja l-problemi tal-maltemp li kellna.", "Il-verita'hi li jekk wieħed ikollu janalizza jsib li li fil-pitkalija lokali kien hemm żieda ta' aktar min Lm0.5 miljun matul it-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista.", "Kien hemm ukoll żieda f'dik li hija esportazzjoni tal-patata minkejja l-ħafna kritika li kienet issir mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, meta kienet tgħid li l-bdiewa ma kellhomx dħul raġonevoli.", "Jekk il- ministru jaħdem is-somma ta' dak li daħħlu fl-1997/98 isib li prattikament kienet ġiet reġistrata żieda, għalkemm mhux għolja, ta' 'l fuq minn Lm200,000.", "Naturalment jekk il-ministru jaħdem il-kalkoli ta' kemm kienet ir-rata tal-kambju fl-1996 u kemm kienet ir-rata tal-kambju fl- 1997 u fl-1998 - u nafu kemm il-ministru jħobb jaħdem il-kalkoli, għalkemm meta kienu fl-oppożizzjoni kienu jgħajruna li aħna gvern tal-calculators - isib li prattikament l-iżvantaġġ kien fuq in-naħa tal-Gvern Laburista.", "Imma dawn huma sitwazzjonijiet li bħalma ġraw lilna, jistgħu jiġru lilhom u j'Alla ma jkollhomx l-isfortuna u l-bdiewa ma jkollhomx l-isfortuna li r-rati tal-kambju, li jilagħbu parti importanti f'dawn it-tip ta' negozjati, ikunu ta' żvantaġġ għalihom, kif sfortunatament kellna nġarrbuhom aħna.", "Irrid ngħid ukoll li għall-ewwel darba wara numru ta' snin, mhux biss irnexxielna nitkellmu fuq l-esportazzjoni tal-patata imma rnexxielna nitkellmu wkoll fuq l-esportazzjoni tal-pixxispad, tal-basal u ta' diversi prodotti oħra.", "Mr Chairman, qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex matul dawn l-aħħar tliet xhur l-Onor.", "Zammit għoġbu jagħmel plejtu sħiħ fuq dak li hu jsejjaħ falliment totali tal-gvern preċedenti Laburista fl-esportazzjoni.", "Tajjeb li ngħid li aħna konna qegħdin nindirizzaw is-sitwazzjoni b'mod pożittiv u b'mod konsistenti.", "Issa fil-ħajja ta' kuljum kultant tqum b'saħħtek u kultant tqum dgħajjef u tiltaqa' ma' xi samaritan li minflok idewwik, jitfagħlek l-aċidu fuq il-ferita li jkollok.", "Kultant tiltaqa' ma' samaritan - li s'issa nifhem li dejjem kont - li meta jiltaqa' ma' persuna, flok idgħajjifha u jgħaffiġha jkompli jgħinha u jaħdem magħha ħalli jsaltan dak li aħna nħobbu nsejħu l-impenn tal-paċi u l-impenn tas- solidarjeta'.", "Għar-rigward ta' l-esportazzjoni nixtieq ngħid li aħna għamilna l-proposti tagħna fil-general fisheries council biex nagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-Mediterran ħalli nagħmlu ban fuq l-użu tad-drift nets u l-użu tal-purse seiners u l-użu ta' l-ajruplan fis-sajd kemm tal-pixxispad u kif ukoll tat-tonn.", "Dan m'għamilnihx biex nidhru ħelwin jew biex noqogħdu ngħidu kemm aħna moderni imma għamilnieh għaliex konna nafu bil-problemi u l-iżvantaġġi kbar li jiltaqgħu magħhom iż- żewġ koperattivi tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Tajjeb li nfakkar lill- Kamra li aħna rnexxielna mhux biss nirbħu li ma jiġux użati l-purse seiners u d-drift nets imma rnexxielna niksbu appoġġ kbir mill-general fisheries council biex l-ajruplan waqt l-istaġun tas-sajda tat-tonn u tal-pixxispad ma jibqax jiġi wżat.", "Naturalment hawnhekk irrid nirringrazzja wkoll lill- moviment tal-Greenpeace li fid-diskussjonijiet ikkonferma li se jagħti l- appoġġ tiegħu biex fl-istaġun tas-sajd ta' dawn iż-żewġ tipi ta' ħut jagħmel aktar pressjoni fil-Mediterran ħalli jassigura li dak li ġie approvat fil-general fisheries council ikun sostnut.", "Jiena nifhem li b'dan l-impenn Malta rebħet il-fiduċja tal- pajjiżi membri li jifformaw il- general fisheries council, fosthom ukoll Spanja, u nixtieq nifirħilhom għal dan l-appoġġ li taw lis-sajjieda Maltin.", "Mr Chairman, huwa importanti li nfakkru li meta wasalna għall- esportazzjoni tal-pixxispad, l-amministrazzjoni preċedenti kien irnexxilha twaqqaf l-użu tal-purse seiners, li huma tip ta' xbieki kbar li bihom jinqabad il-pixxispad u t-tonn minn ċerti sajjieda, li m'hemmx għalfejn noqgħod ngħid minn liema pajjiż ikunu ġejjin għaliex min huwa tal-mestier jaf x'qed nipprova ngħid u jaf ukoll ir-riżultat li nkiseb u aħna konna spiċċajna f'sitwazzjoni li ma konniex naqbdu aktar pixxispad kbir.", "Issa l- kollegi tiegħi ħafna drabi joqogħdu jipprovaw iċemplu fuq ċerti programmi televiżivi biex jirrimarkaw kemm jien inħobb niftaħar - u ġieli anke jagħmluli xi mossa b'żewġt iswaba - imma jien lil dawn in-nies ngħidilhom li hawn ħafna bullies mas-saqajn li forsi jibżgħu mill-konfront dirett u allura joqogħdu jċemplu biex mingħalihom juru li ma jibżgħu minn ħadd u ma jiddejqu minn ħadd.", "Imma aħna qatt ma kellna dan it-tip ta' image u lanqas qatt ma pprattikajnih dan, anzi nwarrbuh għaliex ma joħloqx diskussjoni amikevoli u diskussjoni teknika li tabilħaqq tfittex l- interessi tax-xogħol tagħna l-politiċi.", "Jien m'iniex qed niftaħar li kien bis-saħħa tal-passi li ħa l-gvern preċedenti li nqabad it-tonn, imma huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li s-sajjieda Maltin u Għawdxin għal numru ta' snin ma kenux qed jaslu fl-ibħra fejn huma setgħu jistadu għat-tonn kbir, peress li kien hemm sajjieda oħra ġejjin minn pajjiżi tar-reġjun tal- Mediterran li kienu jużaw dawn it-tip ta' xbieki u t-tonn il-kbir kienu jtellgħuh huma.", "Illum nafu li għall-ewwel darba wara numru ta' snin pajjiżna rnexxielu jesporta mill-ġdid il-pixxispad u naturalment żdiedet il- qabda wkoll.", "Nafu wkoll li għal numru ta' snin aħna ma konniex nesportaw basal u wara intervent mill-gvern preċedenti għal sena rnexxilna nesportaw u sena ta' wara ma esportajniex minħabba l-maltemp.", "Imma l-Onor.", "Zammit ma jsemmix l- esportazzjoni tal-basal u jsemmi biss l-esportazzjoni ta' ħaxix li ma jitkabbrux fis-serer, bħall-kosbor u l-ispinaċi, bħallikieku ma jimpurtax li l-basal inqered bil-maltemp.", "Kif jaf kulħadd il-prodott bikri din is- sena kollu nqered bil-maltemp u saħansitra kellna nirrikorru għall- importazzjoni biex inlaħħqu mad-domanda lokali.", "Bħalma l-40 bidwi li kienu jaqsmu l-esperjenza ta' l-esportazzjoni tal-ħaxix lejn l-Ingilterra - li kienu n-naħa ta' fuq ta' Malta - ffaċċjaw problema minħabba l-maltemp, l-istess ġralhom il-bqija tar-raħħala u bdiewa Maltin u Għawdxin għaliex il- kesħa ittawwal l-istaġuni u tillimita l-produzzjoni.", "Il-kesħa mhux biss tagħmel ħsara lill-uċuh tar-raba' imma tagħmel ħsara anke lill-bhejjem.", "L- esportazzjoni tal-ħaxix lejn l-Ingilterra li nbdiet fl-1997 kienet suċċess għaliex il-prezz tal-ħaxix esportat minn 15c-il kilo offrut mill- kumpannija Ingliża tela' għal 25c.", "Wara li varajna dan il-proġett matul it-12-il xahar, fejn irreġistrajna dawn ir-riżultati pożittivi, dan aħna għaddejnieh f'idejn il-bdiewa konċernati biex ikunu jistgħu jmexxu huma l- proġett.", "Sfortunatament għamilna l-istess fir-rigward ta' l-esportazzjoni tal-basal imma kif kont qed ngħid iċ-ċirkostanzi tat-temp ma ppermettewx u peress li dawn it-tip ta' prodotti jitkabbru fil-beraħ mhux fis-serer, ħadd ma seta' jżomm il-klima jew jivvinta xi ħaġa biex iżomm il-klima sabiex il-produzzjoni tkompli tkun għolja kif kienet fis-sena ta' qabel.", "Mr Chairman, iririd nispjega wkoll għaliex l-esportazzjoni tal-ħaxix saret lejn l-Ingilterra.", "Aħna nafu li l-esportazzjoni tal-ħaxix frisk m'hijiex ċajta u meta titkellem fuq ħaxix frisk m'hijiex kwestjoni li toqgħod tiżżattat u tgħid li kienet falliment.", "J'Alla l-Onor.", "Ninu Zammit ikollu suċċess u jirnexxielu jesporta dak kollu li jikber f'Malta għaliex jien nieħu pjaċir u lest li ngħinu.", "Għax bħalma jien ċempiltlu u għidtlu li lest li nagħtih over, iżda huwa qatt m'aċċetta u ma ċempillix lura biex immorru nieħdu kafe' flimkien, kif kien wegħedni ...", "Ommi u missieri għallmuni nkun raġel fil-ħajja ta' kuljum - il-Perit Mintoff għallimni nkun samaritan veru u s'issa għadni samaritan veru - u jien lest li ngħin ukoll lill-Onor.", "Zammit jekk ikollu bżonn l-għajnuna tiegħi.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Irridu nkunu ċari f'dak li ngħidu, anke għall- benefiċċju ta' min qed jismagħna.", "Meta l-Onor.", "Noel Farrugia ċempilli wara l-elezzjoni jien ċempiltlu lura, irringrazzjajtu u fraħtlu wkoll.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, bl-ebda mod ma rrid nagħti l- impressjoni li qed noħloq xi sitwazzjoni personali imma sempliċement qiegħed nipprova nispjega lili nnifsi.", "Kultant il-politiku jkollu mod kif jispjega lilu nnifsu u forsi ma jiftiehemx, pero' nassigura lil kulħadd li jien bniedem li nemmen fil-ġid, inħares dejjem b'mod pożittiv lejn il-ħajja u waħda mir-raġunijiet li qiegħed fil-Partit Laburista u naħdem fil-Partit Laburista huwa għax nemmen li l-partit tagħna huwa element politiku pożittiv fil-gżejjer tagħna.", "Naċċerta lill-Onor.", "Zammit li jiena m'għandi odju lejn ħadd, anzi nieħu gost naħdem ma' kulħadd u dan jistgħu jikkonfermawh l-uffiċjali u l-ħaddiema li, minkejja li kellhom opinjoni differenti, ħadmu miegħi meta kont ministru.", "Jiena dejjem kont ninżel fil- livell tal-ħaddiema u kont nistaqsihom jien stess fejn iridu jmorru u nipprova nikkordinalhom ma' l-uffiċjali tagħhom sabiex jibagħtuhom f'post fejn verament ikunu jistgħu jagħmlu l-ġid, basta jagħtu t-tmien sigħat xogħol tagħhom.", "Pero' ħalli nkompli fuq dak li kont qiegħed ngħid fir- rigward ta' l-esportazzjoni.", "Aħna writtna sitwazzjoni fejn minkejja l-isforzi li saru ...", "Issa jien m'iniex se noqgħod nipprova nirredikola lill-Perit Lawrence Gatt, li bħala ministru tal-biedja u sajd fl-1992 kellu falliment fl-esportazzjoni tal- patata u sal-lum d-dipartiment ta' l-agrikoltura għandu pagament pendenti ta' Lm62,000 mad-dipartiment tal-finanzi għax dak inhar il-gvern kien ħareġ sussidju ta' Lm62,000 biex il-bdiewa setgħu jirċievu Lm6 ta' qantar patata.", "Imma jien nifhem li dak inhar il-Perit Gatt kien żvantaġġat u sfortunat kif kont jien, għax fi żmien l-esportazzjoni fiż-żewġ staġuni laħqet aktar minn 7,000 tunnellata.", "Fl-1992 taħt Gvern Nazzjonalista kienu ġew esportati aktar minn 7,000 tunnellata patata u ovvjament din il-kwantita' kollha ħolqot problemi serji lid-dipartiment għax il-gvern irrikonoxxa li kellu joħroġ iktar minn Lm60,000 mill-but biex il-Lm5.50-il qantar jew il- Lm5.40-il qantar li kienu se jġibu l-bdiewa dak inhar jagħmilhomlhom Lm6.", "Jien kont żvinturat ukoll imma bl-għajnuna ta' l-agricultural export marketing board, bl-għajnuna tal-bdiewa, bl-għajnuna tad-direttur ta' l- agrikoltura, bl-għajnuna ta' sieħbi George Carbone u bl-għajnuna tas-Sur Pirotta sibna mod kif nagħmlu diskussjoni soda billi konna konsistenti u rnexxielna nevitaw din il-pjaga.", "Għalkemm kien hemm ħafna ċirkostanzi fejn ma kienx dejjem komdu la għalina u lanqas għall-bdiewa, għax kulħadd jieħu pjaċir li jġib prezzijiet tajba, imma almenu begħidna dak id-diżastru li kien seħħ fl-1992.", "L-istess ġara fl-1995, fejn kulħadd kien jitkellem fuq iċ-cherry tomatoes u fuq il-frawli u saħansitra kien hemm ċerti bdiewa partikolari li ngħataw għajnuna finanzjarja ta' aktar minn Lm200,000 biex jiżviluppaw prodotti għall-esportazzjoni u mbagħad ma esportajna xejn.", "Jien m'iniex se noqgħod ngħid li dak kien serq għaliex jien nemmen li kulħadd jipprova jagħmel xi ħaġa bi skop tajjeb.", "Pero' rrid insostni li jien naraha attitudni ta' bullying li xi ħadd jiġi joqgħod jgħid li l-ministru ta' qablek kellu falliment meta jaf li fil-verita' kien żvantaġġat.", "Dan jien narah diskors vojt għax nemmen li għandna nkunu konsistenti, nifhmu x'kienu d-dmirijiet ta' l-uffiċjali tad-dipartiment, nifhmu x'kienu d- dmirijiet tal-policy ta' dak iż-żmien u nifhmu fejn ma kienx hemm riżultati tajbin.", "Jien dak li għamilt u minflok qgħadt nikkritika fejn weħlu l- ministri preċedenti, qbadt l-esportazzjoni lejn l-Ingilterra u rnexxieli nirranġa biex ma jkollix il-falliment li kellu gvern preċedenti Nazzjonalista fl-1992.", "Kieku ma tgħallimtx mingħandhom kont niġi hawn dak iż-żmien mill-banek ta' l-oppożizzjoni u noqgħod niftaħ il-kanuni.", "Imma jien fhimt xi preparazzjonijiet irrid nieħu u soqt lill-agricultural export marketing board u lill-uffiċjali ta' madwari biex niġġieldu minn qabel din is-sitwazzjoni.", "Kieku ma fhimtx x'arranġamenti rrid nagħmel ħalli nesportaw iktar minn 1,000 tunnellata f'dik is-sena bi prezz minimu garantit u mhux b'outright purchase, bit-trasport ta' container cargo u mhux bit-trasport ta' container reefer ...", "Pero' niġi għal dan aktar tard.", "Qed nipprova ngħid li din l-esperjenza ta' l-esportazzjoni tal-patata u ta' prodotti ta' ħxejjex oħra, illi sfortunatament ma rnexxielux jilħaq it- targets tagħha il-Gvern preċedenti Nazzjonalista, jien din analizzajtha u sibt li m'huwiex faċli li tesporta l-ħaxix frisk, u mhux billi tagħmel xi mossa b'żewġt iswaba' lil xi ħadd jew tikkritika lil xi ħadd li falla totalment, qisek qed tgħidlu li l-ħaxix mar jgħabbih hu fuq l-ajruplan!", "Kulħadd jaf li s-suq tal-ħaxix frisk huwa delikat ħafna u s-sistema tal- pitkalija taħdem billi jkollok madwar 20 pitkal li jinnegozjaw prezzijiet differenti.", "Dan ifisser li huwa fatt li meta qed tinnegozja l-ħaxix frisk qed tinnegozja bi prezzijiet differenti.", "Barra minn hekk, il-mod kif twassal dawn il-prodotti sas-suq huwa importanti u hawnhekk nixtieq nispjega għaliex aħna ddeċidejna li naħdmu fuq l-esportazzjoni tal-ħaxix frisk lejn l-Ingilterra.", "Kif nafu, il-linja nazzjonali ta' l-ajru, l-Air Malta, topera erba' vjaġġi kuljum lejn l-Ingilterra u għalhekk trid tifhem li meta qed tesporta l-ħaxix frisk ma tistax tesportah lejn il-Ġermanja, meta forsi ssir flight kuljum jew isiru tliet flights fil-ġimgħa, jew tesporta lejn l-Olanda, lejn fejn jsiru żewġ flights fil-ġimgħa.", "Naturalment il-bidwi ma jistax ilaħħaq il-prodott tiegħu meta jidhirlu hu jew fi x'ħin irid hu.", "Għalhekk wieħed irid jifhem illi meta qed nitkellmu fuq il-biedja m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi fabbrika tal-washing machines, fejn għandek assembly line u għandek numru ta' ħaddiema li jaħdmu bil-mass production u jafu l-ammont ta' xogħol li jridu joħorġu kuljum.", "Fis-settur tal-biedja għandek l-element tan-natura u kulħadd jaf u kulħadd huwa mgħallem li fuq Alla m'hemm ħadd.", "Barra minn hekk, ridna nagħżlu prodotti ta' ħxejjex li jkunu kompetittivi għax il-freight charges huma għoljin immens.", "Issa meta l- produzzjoni minn Spanja, mill-Greċja u mill-Portugal hija abbandunati - u forsi n-naħa l-oħra tifhem iktar minni għaliex temmen iktar fil-konċett ta' l-Unjoni Ewropea - allura għandek tikkompeti magħhom meta għadna m'aħniex in line magħhom f'dik li hija teknika?", "Meta ħadt over jien bħala ministru tlabt lid-dipartiment ta' l-agrikoltura biex jibda jrawwem grupp ta' żgħażagħ biex jagħmlu l-analisi xjentifika ta' l-ilma u tal-ħamrija - u hawnhekk m'iniex qed nitkaża bl-uffiċjali - għax għal snin twal dan il- parlament qatt ma approva fondi biex isir dan l-eżerċizzju xjentifiku u importanti li ma tistax tgħaddi mingħajru.", "Bħalma kull wieħed u waħda minna kultant żmien nagħmlu test tad-demm biex inkunu nafu l-livell tal- cholesterol u l-livell taz-zokkor fid-demm tagħna, ħalli mbagħad inkunu nistgħu nieklu iktar b'mod meqjus, huwa importanti li d-dipartiment ta' l- agrikoltura jgħin lill-bdiewa biex din it-tip ta' agrikoltura xjentifika tiġi applikata ħalli huma jkunu jafu aħjar il-karatteristiċi ta' l-art, tal-ħamrija u ta' l-ilma, speċjalment meta nafu li l-moffa tikkawża ħafna problemi u ġġiegħel lill-bidwi jonfoq ħafna biex ibexx ħalli jikkultiva u jkabbar il-prodott.", "Jien ma nemminx li meta l-prodott ikun qed jitbexx jista' jagħmel ħsara lill-persuna u dan huwa pprovat xjentifikament.", "Żgur li jkun qiegħed jagħmel ħsara lill-but il-bidwi u għalhekk meta ġejna għall-esportazzjoni għall-Ingilterra għażilna ċerti prodotti illi l-bdiewa jafu li ma jridux ħafna bexx u ma jridux ħafna xogħol biex ikabbruhom.", "Id- diretturi u l-uffiċjali tad-dipartiment jafu b'liema mod naturali u ġenwin kont naħdem jien u jafu li meta rajt lill-bdiewa sejrin ħażin bgħatt nies tekniċi biex jagħmlu analisi serja u jivverifikaw x'ġara.", "Mr Chairman, jibqa' l-fatt li dak is-suq jeżisti ġewwa l-Ingilterra - aħna għamilna ħafna riċerka fuq hekk u din l-informazzjoni tistgħu ssibuha fil-computer - u nappella lill-uffiċjali tad-dipartiment biex jaraw kemm qed jidħol ħaxix fl-Ingilterra minn Ċipru u mill-Kajr simili għal dak li aħna pprovajna nesportaw fi żmien it-22 xahar.", "Jiena konvint li l- prodott li jkabbar il-bidwi Malti, minħabba l-klima u minħabba l- karatteristika ta' l-art, huwa ħafna aħjar minn dak ta' Ċipru, kemm f'dak li huwa palat u kif ukoll f'dik li hija preżentazzjoni, u għalhekk ma nara xejn ħażin li naraw kif mill-ġdid nistgħu nsaħħu din it-tip ta' esportazzjoni billi niltaqgħu ma' dawk l-40 bidwi, naraw ir-rapporti ta' l- agricultural export marketing board u neżaminaw is-sitwazzjoni mill-ġdid.", "Inutli li noqogħdu niġu nikkritikaw li xi ħadd fuq Lm13,000 u fuq Lm8,000 għaliex huwa stat ta' fatt illi fl-ewwel xhur ta' din is-sena kellna maltemp kbir u din kienet ir-raġuni għaliex jien tlabt lill-agricultural export marketing board u lid-direttur ta' l-agrikoltura biex jikkumpensa lil dawn il-bdiewa u mhux lil oħrajn għaliex dawn il-bdiewa kienu qed ikabbru l-uċuh tagħhom għall-esportazzjoni u mhux bħall-bdiewa l-oħra li setgħu jbigħu l-prodott tagħhom f'Malta.", "Għalhekk din kienet raġuni valida għaliex wieħed seta' jissussidjahom u jagħtihom għajnuna għat-telf li kellhom.", "Barra minn hekk, aħna dejjem ridna ninċentivaw l-esportazzjoni għax jekk ma ninċentivawx l-esportazzjoni s-suq jaqa' lura u qatt ma tkun tista' tgħin lid-dipartiment ta' l-agrikoltura u lill-koperattivi tal-bdiewa jikkreaw dak l-iżvilupp sostenibbli meħtieġ biex il-konsumatur jirċievi aktar prodott ta' kwalita'.", "Jien nifhem li kien hemm bdiewa oħra li tilfu l-uċuh minħabba l-maltemp u li forsi saritilhom ħsara fil-ħitan tas- sejjiegħ, li kellhom jerġgħu jinbnew, pero' ridna naslu għall-konklużjoni lil min konna se nikkumpensaw għaliex wieħed jista' jistaqsi wkoll jekk ir- raħħala ħaqqhomx kumpens ukoll għaliex fil-kesħa t-tiġieġ ibidu anqas u l- baqar jipproduċu anqas ħalib.", "Il-fatt huwa illi ma tistax toqgħod tissusidja lil kulħadd għaliex ma tasal imkien u kulħadd jaf li aħna bħala gvern konna mpenjati li niġġieldu s-sitwazzjoni kiefra tad-deficit li writtna mill-amministrazzjoni Nazzjonalisa u ċ-ċirkostanzi ma kenux jippermettulna li nagħmlu ċerti affarijiet.", "Imma konna bdejna diskussjonijiet bl-ikbar serjeta' u bl-ikbar responsabilita' sabiex ikun hemm polza ta' assigurazzjoni li tabilħaqq tkun tista' toħloq diskussjoni ma' l-operaturi u tkun tista' toħloq ambjent iktar prattiku dwar kif dawn is-sitwazzjonijiet kollha li ġarrabna tul is-snin ikunu jistgħu jiġu diskussi f'forum iktar tekniku, f'forum iktar prattiku u f'forum iktar xjentifiku.", "Jien nifraħ lill-industrija tat-tjur li għamlet progress sostanzjali u nieħu gost nirrimarka li minkejja dak li kien jintqal mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li aħna konna se nneħħu l-levies ta' protezzjoni għas-settur ta' l-agrikoltura, jien nikkonferma minn hawn illi l-unika levy li neħħejna kienet dik tat-tuffieħ u din saret wara konsultazzjoni ma' l-għaqdiet kollha tal-bdiewa.", "Jien sibt sitwazzjoni illi sa Mejju l-importaturi tat- tuffieħ kienu obbligati li jimportaw tuffieħ bla levy pero' minn wara Mejju riedu jħallsu l-levy.", "Jien li dejjem ħdimt mal-bdiewa u dejjem ridt insaħħaħ ir-rabtiet bejn il-konsumatur u l-bdiewa - u ninnota li dan il-gvern se jkompli b'din is-sistema u dan intqal fid-diskors tal-budget u fid-diskors tal-ftuħ ta' din il-leġislatura - dak inhar iddeċidejt li nneħħu għal madwar tmien ġimgħat il-levy minn fuq it-tuffieħ bi prova għal sena.", "Dan għamilnieh għaliex l-importaturi kienu qed jonfqu ħafna flus biex jiġġeneraw l-elettriku ħalli jaħżnu kwantita' kbira ta' tuffieħ li jdaħħlu f'Mejju biex jevitaw li jħallsu l-levy.", "Pero' t-tuffieħ kien jimrad, kien jispiċċa bi prezz għoli u fl-opinjoni tiegħi kien jasal fi kwalita' inferjuri għand il-konsumatur.", "Imbagħad jiġu jgħidu li aħna konna gvern bla sinsla u bla direzzjoni!", "Fil-fatt il-bdiewa approvaw illi nneħħu din il-levy għal xi tmien ġimgħat - jikkoreġini l-ministru jekk jien żbaljat fin-numru ta' ġimgħat - bi prova għal perjodu ta' sena biex naraw kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.", "Issa rrid ngħid xi ħaġa fuq is-sitwazzjoni ta' l-importazzjoni tal-pure beefburgers.", "Il-Gvern Laburista matul it-22 xahar li dam jamministra lil dan il-pajjiż kien ressaq avviż legali f'dan il-parlament, taħt il- provvedimenti tal-Local Manufactures Act, ħalli l-industrija lokali ta' l- ipproċessar tal-laħam frisk tkun protetta.", "Fil-fatt il-kontrollur tad- dwana ngħata s-setgħa li bejn il-25 ta' Mejju u l-25 ta' Novembru ta' din is-sena stess jobbliga lill-importaturi li jimportaw il-beefburgers biex iħallsu 80c-il kilo.", "Dan il-gvern, minkejja li jemmen fil-liberta' ta' l- espressjoni u minkejja li jgħid li huwa gvern illi jħobb jiltaqa' ma' kulħadd, fil-fatt ma ltaqa' ma' ħadd - u hawn niġi lura għat-traċċi ta' korruzzjoni u ta' nuqqas ta' trasparenza li kienu jattakkawni bihom mill- oppożizzjoni u li weġġgħu mhux biss lili imma weġġgħu anke lill-uffiċjali tad-dipartiment - u ddeċieda li minflok japplika l-Brussels custom code jagħti s-setgħa lill-kontrollur tad-dwana biex beefburgers importati friski jidħlu b'imposta ta' 10c-il kilo u mhux 80c-il kilo.", "Issa nitlob lill-ministru biex jirrispondini fuq dan li għadni kif għidt għaliex meta għamiltlu din il-mistoqsija talabni biex nagħmilha lill-ministru konċernat u mir-risposta li tani sirna nafu illi l-gvern mhux talli ma kkonsultax u ma tkellimx mal-partijiet konċernati u mal-Federazzjoni ta' l- Industrija, li tirrappreżenta lill-industrija ta' l-ipproċessar, talli mar oltre s-setgħa tiegħu u approva levy ta' 10c il-kilo.", "Jien min-natural tiegħi m'iniex bniedem li nieħu gost nattakka pero' nixtieq li ningħata spjegazzjoni għaliex il-gvern - mhux qed ngħid għall-Ministru Ninu Zammit għaliex dan huwa obbligu tal-gvern - aċċetta illi jiċċarġja levy ta' 10c-il kilo fuq l-importazzjoni ta' dawn il-beefburgers u mhux 80c-il kilo.", "Issa se naqra ittra illi bħali rċeva l-ministru, mibgħuta fit-18 ta' Novembru, 1998.", "\"Nikteb f'isem il-poultry processors association...''", "- hawnhekk qed jirriferu għall-assoċjati tal-biċċeriji u ta' l-ipproċessar tat-tjur u mhux taċ-ċanga -", "\"...", "L-assoċjati jinsabu mħassba ħafna mill-ġejjieni ta' l-industrija tagħhom liema industrija b'mod dirett tħaddem mijiet ta' nies apparti mijiet oħra bħala bdiewa li b'mod indirett jaqilgħu l-għejxien tagħhom minn din l-industrija ...''", "- issa dawn kienu għadhom ma jafux u li ma kienx għall-interventi li għamlet l-oppożizzjoni ħadd ma kien jinformahom -", "''....", "Dan it-tħassib ġej mill-fatt illi dan l-aħħar qed jintqal ħafna diskors, fis-sens illi l-gvern għandu xi intenzjonijiet li jnaqqas il- levies imposti fuq beefburgers li jinxtraw mill-franchises.", "Għaldaqstant ġentilment jitolbuk tikkjarifika xi mistoqsijiet li qed iqajmu, dejjem jekk dan id-diskors huwa minnu, liema mistoqsijiet huma s-segwenti:...\"", "Dan ifisser li l-gvern ma għarraf lil ħadd u ma ddiskuta ma' ħadd.", "Issa hawnhekk m'aħniex qed niddiskutu xi ħaġa f'din il-Kamra li fuqha tista' tissejjaħ division u b'maġġoranza ta' ħames siġġijiet tgħaddi tal-gvern!", "Imma din l-attitudini ta' bullying tal-gvern, anke man-nies tat-triq m'hijiex tagħmel ġid u ma tirrispettax id-demokrazija ta' dan il-parlament u lanqas tal-poplu tagħna.", "Jien ngħid li għandna nkunu aktar koerenti.", "Inkompli naqra mill-ittra tal-poultry processors association.", "Dawn huma d- domandi li talbu risposta għalihom.", "\"Jekk din il-policy ta' tnaqqis fil-levies hijiex se tapplika wkoll għall-prodotti tal-poultry, u jekk dan huwa l-każ, meta se tibda tapplika?", "X'jifhem il-gvern bil-kelma \"franchises\", ċioe' jekk il- gvern jifhimx illi din tapplika għal kwalunkwe catering establishment bħala lukanda, bħala restaurant, take-away u supermarkets li joperaw taħt l-isem ta' ditti barranin jew li għandhom xi konnessjoni ma' operaturi barranin?\"", "Dawn x'qed jipprovaw jgħidu?", "Li jekk xi ħadd minnhom għandu franchise jista' jaqbad u jimporta dawn it-tip ta' beefburgers?", "Jien nagħlaq billi ngħid li fi żmien il-Gvern Laburista preċedenti kellna produzzjoni tal-majjal illi rrendiet lill-ekonomija u għall-ġid komuni aktar minn Lm2,400,000 matul it-22 xahar illi għaddew.", "Din hija indikazzjoni ċara ta' l-investiment li sar fl-industrija tal-poultry, li żgur li fi 22 xahar qatt ma rrimarkat li tħoss dan l-inkwiet riesaq fuqha, anzi għamlet investiment kbir li renda u mhux biss ta prodott aħjar u ta' kwalita' lill-konsumatur, imma talli franchise lokali li kienet timporta l-prodotti tagħha bdiet tixtrih lokalment u dan grazzi għax-xogħol li sar minn investituri lokali u mir-raħħala illi jkabbru l-broilers u t-tiġieġ.", "Qabel nikkonkludi rrid ngħid li dak li ntqal dwar l-ilma huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd iżda l-ministru ma qalx li aħna konna għaddejjin b'diskussjonijiet fuq it-tariffi l-ġodda u konna diġa' stabilejna sussidju ta' Lm1.4 miljun.", "Barra minn hekk, wieħed irid isemmi illi l-Medigrain mhux talli ma wżatx iż-Lm2.8 miljun illi kellha allokati fil-budget sabiex tkun tista' tissussidja l-ġwież, talli rrendiet lura dawn iż-Lm2.8 miljun u magħhom Lm0.3 miljun għall-price stabilisation fund, illi naturalment huwa ċertifikat ta' kemm il-gvern kellu għaliex jagħmel iktar diskussjonijiet biex jirrifletti kif se jtejjeb aħjar is-sussidju għat-tariffi ta' l-ilma, li m'hemmx dubju huwa element ferm importanti kemm għas-settur ta' l-agro- industrija u kif ukoll għas-settur tal-produzzjoni tal-bhejjem u tat-tjur.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Grazzi.", "Issa skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l-oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, qegħdin niddiskutu llum il-voti tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "Kif jaf kulħadd, it-tliet pilastri ta' l-ekonomija ta' pajjiżna huma s-settur ta' l-agrikoltura, is-settur tal-manifattura u s-settur tat-turiżmu.", "Pero' diżgrazzjatament minn dak li qrajt u minn dak li stajt nara meta kont qed nipprepara ruħi għal dan id-diskors, nista' ngħid li l-ministeru għall-agrikoltura huwa dak il- ministeru li lilu jiġi allokati l-inqas fondi.", "Filwaqt li għall-ministeru għas-servizzi ekonomiċi u għall-ministeru għat-turiżmu jiġu allokati miljuni ta' liri, insibu li apparti allokazzjoni ta' Lm7 miljun li tmur għal spejjeż rikorrenti li jintnefqu f'salarji u fi spejjeż oħra li jiġu bżonn iid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-ministeru, jingħata Lm1 miljun biss għall-investimenti u għall-programmi ta' natura kapitali agrikola.", "Sinċerament ma kontx nippretendi li s-settur ta' l-agrikoltura, li jiddependi ħafna fuq ir-riżors naturali u r-riżors uman biex jipproduċi u jesporta l-prodotti tiegħu, jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-inqas budget.", "Sur President, ħafna drabi fil-Kumitat ta' Provvista nitkellmu fuq il- performance imma jien xtaqt nitkellem fuq l-ammont ta' fondi disponibbli għal dan il-ministeru, pero' qabel nibda nitkellem fuq dan is-suġġett irrid ngħid li ħafna drabi l-bidwi jiġi skoraġġit il-ħin kollu.", "L-erbgħa li aħna li llum qegħdin nagħmlu intervent fuq dan is-settur ġejjin minn kostitwenza mimlija bdiewa - qed nirriferi għall-Onor.", "Noel Farrugia, l- Onor. Ninu Zammit, l-Onor.", "Anton Refalo u jien - u għalhekk wieħed jista' jimmaġina li ħafna mill-ħbieb tagħna jkellmuna dwar il-biedja.", "Jien nisħaq li dan is-settur irid ikun megħjun minn kull gvern, a kwalunkwe kost.", "Il-bidwi fiex jista' jgħin lill-ekonomija ta' pajjiżna?", "Nafu li għandna sitwazzjoni fejn il-bdiewa full-time qegħdin jonqsu u b'xi mod qed jiżdiedu il-bdiewa part-time.", "Għaliex jeżisti dan il-fattur?", "Kif ġieli rrapporta l-Onor.", "Ċensu Galea, li wkoll kien ministru ta' l-agrikoltura, f'pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn ir-raba' huwa ta' ċertu daqs u mbagħad meta jmut is-sid, l-art terġa' tinqasam fi fractions żgħar bejn il- werrieta u allura ma jkunx faċli għal dak li jkun li jkollu l-qligħ tiegħu jekk jaħdem ir-raba' bħala full-timer u allura jirriduċi ruħu għal part- timer.", "Pero' minkejja li żdied in-numru ta' bdiewa part-time, xorta bqajna nipproduċu bis-sħiħ u huwa wkoll fattur pożittiv li l-art tagħna hija bnina ħafna, fis-sens li ma nirrikorrux għall-importazzjoni ta' affarijiet agrikoli imma nipproduċuhom aħna stess kemm, għalina l-Maltin u kif ukoll għan-numru kbir ta' turisti li jżuru pajjiżna.", "Ma rridux ninsew li matul is-sena jiġu madwar miljun turist f'pajjiżna u ħafna drabi dawn jieklu mhux minn dak li nimportaw imma minn dak li nipproduċu aħna stess.", "Għalhekk jien ninkoraġġixxi lill-bdiewa biex ikomplu jaħdmu r-raba' u nappella wkoll lill-gvern biex jalloka iktar fondi lil dan is-settur ħalli l-bdiewa jkunu jistgħu jaħdmu l-għelieqi tagħhom b'mod sostenibbli u aħna niffrankaw ħafna billi ma jkollniex nirrikorru għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli.", "Pero' l-bdiewa huma skoraġġiti minn diversi lati.", "Ħafna drabi jkollhom it-temp kontra tagħhom, li ċertament jaffettwa l- prodott u naturalment jaffettwa l-prezz tal-prodott.", "M'hemmx dubju li l- prezz huwa fattur importanti għax kulħadd jaf li għax-xogħol li jagħmlu u għat-tul ta' ħin li jaħdmu, bi tbatija kbira minn kmieni fil-għodu sa wara nżul ix-xemx, l-inqas li jitħallsu huma l-bdiewa.", "Sur President, irrid insemmi wkoll il-vantaġġi li jista' jkollna mill- produzzjoni ta' din l-industrija.", "Kif diġa' għidt, l-ewwelnett ikollok tnaqqis fl-importazzjoni ta' dawn il-prodotti u allura jonqsu ħafna l-flus li joħorġu mill-pajjiż għaliex inkunu qed nipproduċu l-prodott lokalment.", "Pero' l-produzzjoni mill-biedja għadha ftit wisq biex tipparaguna mas- setturi l-oħra bħala persentaġġ tal-GDP.", "Imma aħna nafu li nuqqas fil- produzzjoni agrikola, forsi minħabba temp ħażin jew xi ħaġa oħra, jaffettwalek l-għoli tal-ħajja.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l- istatistika li aħna nirċievu kull xahar mis-central office of statistics dwar l-għoli tal-ħajja jsib li ħafna drabi l-prodotti agrikoli huma t- termometru ta' l-għoli tal-ħajja.", "Jiena ma noqgħodx ngħid li l-affarijiet ta' lussu bħal ħwejjeġ, żraben, affarijiet ta' chinaware jew dekorazzjonijiet għad-dar jaffettwaw daqstant l-għoli tal-ħajja, imma huma l-affarijiet essenzjali, bħalma huwa l-ikel, li dak li jkun ma jistax jgħaddi mingħajru, li jaffettwaw l-għoli tal-ħajja.", "U se nagħti eżempju.", "Din is-sena kellna nuqqas ta' 0.5 miljun kilo fi prodotti agrikoli - m'iniex qed ngħid li huwa tort tal-bdiewa għaliex staġun min ieħor jagħmillek differenza kbira - fuq is-sena l-oħra iżda l-valur tal-prodott żdied b'8.6%.", "Dan x'ifisser?", "Qegħdin ngħidu li meta l-ammont ta' ħaxix li ttella' fil-pitkalija naqas b'0.5 miljun kilo, jiġifieri 23% anqas, il- valur tal-prodott żdied b'51%, bir-riżultat li fl-1998 l-average price ta' l-affarijiet kollha li nipproduċu kien ta' 23c7 per kilo mentri fl-1997 l- average price kien ta' 12c kull kilo.", "Għalhekk meta jkun hemm nuqqas fil- produzzjoni l-prezz jitla'.", "Minn dan naraw kemm huwa importanti li nżidu l- produzzjoni agrikola u għalhekk għandna nagħtu l-ikbar inkoraġġiment lill- bdiewa għaliex, kif diġa' għidt, bis-somma ta' inqas minn Lm1 miljun li qed jiġu vvotati għall-investiment f'dan is-settur ma jistax ikun li noħolmu li nkabbru l-prodott b'mod xjentifiku.", "Jien ngħid li għandna għalfejn nirringrazzjaw lill-Providenza li qed jirnexxilna nilqgħu għad-domanda tal- popolazzjoni Maltija, li llum tlaħħaq l-370,000 ruħ u għad-domanda ta' madwar miljun turist li jieklu minn dak li nipproduċu aħna.", "Sur President, jien ngħid li l-bdiewa huma l-anqas nies li jaqilgħu.", "Filwaqt li l-investitur fis-settur tal-manifattura jkollu garanzija ta' l- investiment li jagħmel, il-bidwi qatt m'għandu garanzija li almenu jifdi xi ftit kull sena minn dak li jkun investa, ngħidu aħna, f'xi biċċa makkinarju modern.", "Għalhekk hemm bżonn li l-bidwi jingħata iktar għajnuna.", "Per eżempju, dan l-aħħar kont qed nara l-quarterly review ta' September 1998 tas-Central Bank u ftakart li s-sena l-oħra l-parlament approva li l-Malta Development Corporation toħroġ garanzija ta' Lm21,000 lil small and medium size enterprises, guaranteeing up to 70% of the total outstanding loan balance due.", "Imma jien nistaqsi: Lill-bdiewa x'qegħdin nagħtuhom?", "Għalkemm fil-mission statement ta' l-1998 fi żmien Gvern Laburista u anke fl-estimi ta' din is-sena dawn l-affarijiet jiġu inkoraġġiti, imma fil- fatt m'aħna qed nagħmlu assolutament xejn biex ninkoraġġixxu lill-bdiewa biex huma jinvestu, anzi kultant iktar qegħdin niskoraġġuhom.", "Kulma hemm ivvotati bħala għajnuna għall-bdiewa huma biss Lm75,000.", "Imma x'tista' tagħmel b'din is-somma?", "Jien ġej minn lokal tal-bdiewa u għalhekk spiss niltaqa' magħhom u naf id-diffikultajiet li għandhom.", "Ma jistax ikun li s- settur tal-biedja ma jingħatax għajnuna xierqa bħalma jingħata lis-settur tal-manifattura.", "Dan l-aħħar il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Noel Farrugia staqsa lill-Ministru Tonio Borg dwar in-numru ta' bdiewa li applikaw għal serra.", "Din kienet mistoqsija interessanti ħafna u l-ministru qalilna li min-naħa tal-planning authority għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet fuq dawn il-proposti li ilhom li bdew xi xhur u kien hemm xi diffikultajiet żgħar fil-passat li diġa' ġew megħluba.", "Jien bħala membru tal-bord ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar nammetti li teżisti ħafna burokrazija, speċjalment fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serer u ġwiebi.", "Hawn Malta 60% ta' l- art tagħna hija bagħli u allura bilfors irridu nirrikorru għal xi sistema li tiggarantilek provvista kontinwa ta' ilma.", "Pero' jien ma nistax nifhem li biex tħaffer daqsxejn ta' bir jew ġiebja trid toqogħod tapplika għand l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fir-reviżjoni tal-pjan ta' struttura din għandna nneħħuha kompletament għaliex ma jistax ikun li biex tapplika biex tagħmel bir jew ġiebja trid iddum tistenna x-xhur u ġieli anke s-snin.", "Għandna problema oħra rigward is-serer.", "Huwa veru li ħafna drabi s- serer ma jkunux jaqblu ħafna ma' l-ambjent u allura jistgħu jkunu ta' ostaklu għal dik il-pjanura ambjentali pero' qed ikun hemm ħafna oġġezzjonijiet għas-serer.", "Malta hija kważi kollha water catchment area pero' qed jiġri li meta l-ilma tax-xita jew ċerta tisqija tgħaddi minn ġol- ħamrija, qed iġġorr magħha ċerti residues li qed imorru fil-pjan, minn fejn aħna ntellgħu l-ilma permezz tal-boreholes, bir-riżultat li dan jista' jkun kontaminat.", "Huwa veru li hawn bdiewa u raħħala irresponsabbli li r-residue ta' l-annimali li jkollhom jitfgħuh ġewwa l-widien u fl-għelieqi u dan, meta jinżel 'l isfel, ikun hemm ċertu metaboliżmu, li jitħallat anke b'mod kimiku ġewwa l-ħamrija u jista' jagħmel ħsara lill-aquifer.", "Jien nappella biex nimxu bl-iktar mod modern u rridu nifhmu li llum il-ġurnata iktar ssir ħsara meta jintefa' d-demel ġewwa l-għelieqi u mbagħad tagħmel ix-xita u dan jinżel 'l isfel milli ssir ħsara minn ġewwa s-serer.", "Illum is-serer jistgħu jiġu sealed minn taħt, ikollhom base tal-concrete biex it-tisqija ma tinzilx 'l isfel u l-ilma għat-tisqija jiġi contained.", "Imma fl- awtorita' ta' l-ippjanar donnu ħadd ma jrid jifhimha din il-ħaġa!", "Problema oħra li qed jiltaqgħu magħha dawk li jridu jibnu farms biex irabbu t-tiġieġ u l-fniek hija li meta l-applikazzjoni tagħhom tmur quddiem il-Water Services Corporation, lanqas biss jikkonsidrawha minħabba l-water catchment area u l-permess ma jinħarġilhomx.", "Għalhekk l-ebda persuna ma tista' tgħid li tixtieq karriera fil-biedja u li tkun a professional farmer minħabba d-diffikultajiet li tiltaqa' magħhom.", "Ma jistax ikun li l-bidwi jibqa' jiddependi ħafna mit-temp li jagħmel fejn ġieli minħabba maltemp jew riħ jinqeridlu kollox u għalhekk illum il- ġurnata proprju bis-serer nistgħu nipproduċu ċerti prodotti li l-iktar li nikkonsmaw, bħalma huwa, per eżempju, it-tadam.", "Jien m'iniex ngħid li l- patata għandha titkabbar fis-serer għaliex huwa impossibli, imma hemm ċerti prodotti li huma ta' konsum kbir li jistgħu jitkabbru fis-serer.", "Jiena wisq nibża' li ħafna drabi n-nuqqas ta' full-time farmers ġej minn nuqqas ta' inizjattiva li wieħed jista' jieħu u minħabba d-diffikultajiet li jista' jiltaqa' magħhom.", "Min-naħa l-oħra allaħares l-awtorita' ta' l- ippjanar kellha tagħti permessi għall-farms u għall-kmamar kollha li jitolbu l-bdiewa għax kieku jispiċċa l-environment kollu, jispiċċaw il- postijiet ta' rikreazzjoni u dawk il-postijiet ta' sbuħija naturali li għandna f'pajjiżna.", "Pero' jrid ikun hemm ċertu raġonament differenti.", "Għandna diffikultajiet oħra wkoll meta full-time farmer jintalab jagħmel environmental impact assessment mill-awtorita' dwar xi ħsara jista' jagħmel lill-ambjent, kif jista' jimmaniġġja l-ambjent eċċ, għaliex dan jinvolvi eluf ta' liri.", "Meta xi ħadd ikun irid jibni xi lukanda jew xi ħadd mis-settur tal-manifattura jkun irid jagħmel xi investiment, ukoll jintalab jagħmel environmental impact assessment li trid madwar Lm4,000 biex tagħmlu b'mod professjonali u biex taċċettah l-awtorita' ta' l- ippjanar, pero' investituri kbar m'humiex se jħossuh daqstant.", "Pero' m'huwiex possibbli għal dik il-persuna li trid tkun full-time farmer li toħroġ dawn il-flus kollha u għalhekk nifhem li kollox għandu jsir b'moderazzjoni xierqa.", "Sur President, fil-ftit ħin li fadalli nixtieq nitkellem dwar il-VAT.", "Jien naf li l-bdiewa qegħdin jistennew l-introduzzjoni ta' din it-taxxa għaliex kien hemm ħafna minnhom li ġew migdumin bis-sistema tas-CET, fejn ma kienx hemm is-sistema tar-refunds.", "Huwa veru li fil-mission statement tal-gvern preċedenti intqal xi ħaġa dwar xi tip ta' refunds, imma dan qatt ma sar.", "Jiena nappella ħafna lill-bdiewa biex jidħlu fis-sistema tal-VAT minħabba r-refunds.", "Jiena nappella lill-bdiewa biex ma jkunux boloh u ma jidħlux fis-sistema tal-VAT minħabba n-nuqqas tad-dħul u t-threshold li hemm dwar id-dħul tagħhom.", "Jiena nittama li jidħlu fis-sistema għax huma jistgħu jakkwistaw ħafna mir-refunds li jista' jkollhom.", "Jiena nassigurahom li l-VAT se tkun aktar ta' inkoraġġiment għalihom għax dawk l- ispejjeż kapitali li jagħmlu huma jkunu jistgħu jieħdu xi fondi minnhom.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-vantaġġi kbar li għandhom il-bdiewa mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk wieħed jaqra l-mission statements u diversi pubblikazzjonijiet li toħroġ l-Unjoni Ewropea jsib l-għajnuna li tingħata lill-bdiewa biex isiru jew jitranġaw it-toroq li jintużaw mill- bdiewa.", "Ħafna huma dawk il-bdiewa li jiġu għandna d-deputati, għand il- ministri - u naħseb li jmorru wkoll għand l-ex-Ministru Noel Farrugia - biex jitolbuna nirranġawlhom it-toroq li jużaw.", "Kultant ikollhom bżonn għajnuna biex ikollha sistema ta' water irrigation tajba jew ikunu jridu għodda moderna biex jimmodernizzaw il-farm u dawn l-affarijiet tista' tiggarantihomlhom l-Unjoni Ewropea, mhux biss meta nkunu full members tagħha imma fil-perjodu tal-pre-accession, billi tagħtihom fondi biżżejjed biex ikunu jistgħu jimmodernizzaw is-sistemi fil-farms tagħhom.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid hija dwar l-analisi.", "Jien nappella lill- ministru biex issir iktar analisi kemm fil-ħxejjex li nipproduċu kif ukoll fl-annimali għaliex din hija importanti ħafna.", "Jiena dejjem insistejt dwar il-bżonn ta' industrial chemists.", "Skond l-istatistika li ħarġet dan l-aħħar minn parliamentary question jirriżulta li għandna 23 spiżjar li huma unemployed u qed jirreġistraw għax-xogħol u għandna wkoll 70 spiżjara oħra li se joħorġu mill-universita' s-sena d-dieħla li lanqas se jkollhom fejn jaħdmu.", "Għandna bżonn ta' spiżjara fl-industrija b'mod speċjali fis-settur ta' l-agrikoltura għaliex ma jistax ikun li ma ssirx analisi tal-prodotti tal-bdiewa.", "L-Unjoni Ewropea tesiġi li jkun hemm garanzija li l-prodott ikun analizzat b'mod xjentifiku u nagħmel appell lill-ministru biex ninkoraġġixxu li jsiru dawn it-tip ta' courses fl- universita' u mhux kull min jilħaq spiżjar irid imur jaħdem bilfors fi spiżerija.", "Barra minn Malta jinkoraġixxu liż-żgħażagħ li jidħlu għal dawn it-tip ta' korsijiet u minn dawn il-jobs jistgħu jaqilgħu ħafna flus.", "Fil-mission statement li ppreżenta l-ministru ma' l-estimi tas-sena 1999 qed issir iktar enfasi fuq il-ħtieġa ta' riorganizzazzjoni mill-bdiewa, fid- dawl ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena nittama li l-mission statement jiġi mistħarreġ sewwa u jiġi implimentat pero' dan ma jistax jiġi implimentat kollu kif inhu minħabba n- nuqqas ta' fondi.", "Nittama li darba oħra ma jkollniex problemi ta' fondi ħalli nkunu nistgħu nimbuttaw lil dan is-settur dejjem aktar 'il quddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Chairman, nibda biex nirringrazzja lill-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra li ħadu sehem fid-diskussjoni ta' dalgħodu u nifraħ ukoll lil sieħbi, l-Onor.", "Michael Bonnici, li tkellem b'mod partikolarment tajjeb fuq il-planning authority.", "Dwar il-planning authority irrid ngħid li min-naħa tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd diġa' qegħdin nieħdu inizzjattiva sabiex ikollna kriterji stabiliti għal ħruġ ta' permess fl-oqsma tal-biedja u t-trobbija tal-bhejjem.", "Jien ilni 23 sena perit u naf kif ċerti nies jinqdew b'ħafna skużi biex wara li jibnu strutturi agrikoli, imbagħad ifittxu li jibdlu l-użu tagħhom.", "Allura fl- istudju li diġa' għaddej fil-ministeru għall-agrikoltura u sajd qegħdin naħsbu fuq liġi biex jispiċċaw dawk is-sitwazzjonijiet fejn bniedem, per eżempju, japplika biex jibni farm tat-tiġieġ jew tal-majjali, imbagħad wara erba' snin jew ħamsa l-istess persuna terġa' tapplika biex tagħmel change of use u nispiċċaw biex applikazzjoni għal farm tat-tiġieġ jew farm tal-majjali tiddawwar f'applikazzjoni għal sala tat-tiġijiet.", "Għalhekk li qed ngħid huwa li se nagħmlu kriterji ċari biex min ikun irid jibni f'area agrikola għal skop agrikolu jew għal skop ta' trobbija tal-bhejjem, ikun diffiċli għalih - biex ma ngħidx impossibbli - li jittanta jagħmel użu alternattiv mill-istess proprjeta'.", "L-Onor.", "Bonnici semma wkoll is-CET u l-VAT - nispera 'l quddiem ikolli l- ħin nitkellem fuqhom ukoll - u semma wkoll l-ispiżjara.", "Fil-fatt fil- ministeru qed isir restructuring biex nagħmlu użu aħjar mir-riżorsi umani available, b'tali mod illi nżidu l-effiċjenza f'kull livell biex forsi nibdew nittilgħu għal produzzjoni massima.", "Fl-istruttura l-ġdida tal- ministeru jien lest li ndaħħal nies gradwati, bħalma huma spiżjara, fejn dawn ukoll ikunu jistgħu jagħtu kontribut biex l-oqsma tal-biedja u s-sajd ikomplu jiġu żviluppati fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Issa rrid nirriferi għal dak li qal sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Jien sinċerament ngħid li ħadt gost nisimgħu jitkellem bil-kwiet matul is- siegħa li dam jitkellem pero' skantajt kif qgħadt issemmi l-bullying u x- shows.", "Safejn naf jiena meta konna fuq naħa opposta f'din il-Kamra kkoperajna kemm stajna ma' xulxin.", "Min-naħa tiegħi dejjem għamilt kritika kostruttiva u qatt ma qbadt ma' ħadd b'mod personali f'din il-Kamra.", "Niftakar li anke fuq il-kwestjoni tal-planning authority, kont għidtlu li hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa dwar il-permessi f'areas agrikoli u kont anke offrejtlu l-għajnuna tiegħi.", "Għalhekk skantajt kif beda jgħid li aħna niġu hawnhekk qisna xi bullies biex inbeżżgħu lil xi ħadd.", "Dan assolutament m'huwiex minnu.", "Dawn l-affarijet qatt m'għamilthom, la qed nagħmilhom issa u m'iniex se nagħmilhom fil-futur.", "Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Onor.", "Farrugia semma l-kwestjoni tal-poultry processors association.", "Jien ma nafx għaliex dawn jinsabu mħassba, kif qed jgħid l-Onor.", "Membru, għaliex assolutament m'hemm xejn fuq xiex għandhom ikunu mħassba.", "Jien ukoll nista' ngħid li ninsab imħasseb li forsi għada x-xemx ma titlax!", "Allura jekk ninsab imħasseb li għada x- xemx ma titlax, se noqgħod nikteb ittra lilek u ngħidlek biex niktbu ittra lis-Sinjur Alla ħalli jara s-sitwazzjoni!", "Safejn naf jien m'hemm xejn fuq xiex għandhom ikunu mħassba.", "(Interruzzjonijiet) Allura għax huma mħassba għandna għalfejn niġu hawnhekk u nagħmlu show - m'iniex qed ngħid li nagħmlu xi tip ta' bullying - qisha waqgħet xi satellita!", "Irrid ngħid li jien iltqajt ma' din l-assoċjazzjoni u ddiskutejna dawn l-affarijiet u ddiskutejna kif l-aħjar li nistgħu nkomplu nsaħħuhom.", "Dak li sar tajjeb mill-Onor.", "Farrugia m'iniex se mmaqdru, għaliex it-tajjeb jibqa' tajjeb bħal, per eżempju, il-kontroll li sar fuq il-farms tat-tiġieġ u fil- biċċeriji.", "Imma fejn huwa ħażin irrid ngħid li huwa ħażin u rridu niftakru li aħna qegħdin hawnhekk imħallsin minn flus il-poplu u d-dover tagħna huwa li naraw li flus il-poplu jintnefqu sewwa fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Dak huwa xogħolna.", "Illum l-Onor.", "Membru qiegħed fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni u jien qiegħed fuq in-naħa tal-gvern biex bl-għajnuna ta' sħabi nipprovaw immexxu l-industrija 'l quddiem bl-aktar mod smooth.", "Nifhem li huwa d-dover tiegħu li jikkritika fejn jara l-ħażin u jiġbdilna l-attenzjoni ħalli l-affarijiet isiru kif suppost, kemm-il darba ma jkunux qegħdin isiru kif suppost.", "Pero' lanqas nippretendi li għax tiġi l-poultry processors association u tgħid li hija mħassba - kieku ġara xi ħaġa ngħid li għandek mitt elf raġun - niġu hawnhekk u nagħmlu plejtu.", "Dan l-istess bħalma ġara qabel l-elezzjoni meta lil ċertu bdiewa mlewlhom rashom - m'iniex qed ngħid għall-Onor.", "Farrugia, għaliex lilu nafu, imma forsi xi ħaddieħor min-naħa tiegħu - li jekk jitla' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien se jagħlaq il-boreholes u ma jħallix lill- bdiewa jtellgħu l-ilma.", "Fil-fatt dawn bdew jagħmlu pressjoni u jiktbu ittri fil-gazzetti u saħansitra bdew jagħmlu anke xi petitions, pero' Gvern Nazzjonalista wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru ħalla l-użu ta' l- ilma tal-boreholes għall-bdiewa, għax nafu li l-ilma huwa r-ruħ tal- biedja.", "Qabel ma ngħaddi biex nagħmel daqsxejn ta' diskussjoni ġenerali fuq dawn l-oqsma, nixtieq ngħid xi ħaġa fuq dak li semma sieħbi dwar il-bord ta' l-MDP.", "Meta l-Onor.", "Farrugia daħal fil-ministeru kien hemm tnejn min-nies li wara ċertu żmien tneħħew u flokhom daħlu żewġ persuni oħra, li fl- opinjoni tal-ministru ta' dak inhar seta' jaħdem aħjar bihom.", "Ovvjament dawn l-affarijiet isiru kull meta jinbidel gvern u, peress li jien m'iniex speċjali iżjed mill-Onor.", "Membru, ikkopjajt il-pass tiegħu u wara li għaddew xahrejn jew xahrejn u nofs ħassejt il-ħtieġa li dawn iż-żewġ persuni li kienu diretturi tal-bord - u jien minn hawn nirringrazzjahom tax-xogħol li wettqu qabel - kellhom jinbidlu.", "L-Onor.", "Farrugia qal ukoll li fi żmienu kienet reġgħet bdiet l- esportazzjoni tal-basal pero' ta' min jinforma lill-pubbliku li din is- sena ma saret l-ebda esportazzjoni ta' basal.", "Jien informat ukoll li s- sena l-oħra kien hemm żewġ aġenti li kellhom jesportaw il-basal lejn l- Olanda pero' għal xi raġuni stramba wieħed minn dawn l-aġenti ma tħalliex jesporta l-prodott.", "Fid-diskors kollu li għamel l-Onor.", "Farrugia aċċenna fuq fuq għal żona ta' kummerċ ħieles - u anke semma ċifra li smajtha għall- ewwel darba dalgħodu - imma ma semma xejn fuq it-tariffi ta' l-ilma.", "Pero' fuq dawn l-affarijiet nitkellem iżjed 'il quddiem.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Anton Refalo, semma l-organic farming.", "Pero' rrid ngħid li meta nitkellmu fuq organic farming ma rridux noqogħdu nipprovaw nagħmluha ta' xi professuri u jidhirli li wasal iż-żmien li qabel ma nitkellmu naraw daqsxejn l-affarijiet kif għandhom isiru u nieħdu l- pariri ta' l-esperti.", "Fil-ministeru jien għandi n-nies u ovvjament nimxi fuq il-pariri tagħhom u nitkellem ma' ċerti nies ukoll.", "Issemmew diversi esperti li ġew minn Bari u minn Udine u nista' ngħid li jien iltqajt ma' dawn in-nies u flimkien iddiskutejna l-konċett ta' l-organic farming, xi trid biex ikollok organic farming, x'tip ta' ispettorat trid, x'tip ta' laboratorji trid u x'tip ta' training trid.", "Huwa faċli li ngħidu li rridu nagħmlu l-organic farming pero' qabel xejn irid ikollna l-istruttura jew il- back-up neċessarju biex dawn l-affarijiet ikunu jistgħu jsiru bis- serjeta', għax meta tiġi biex tesporta dan it-tip ta' prodott irid ikollok iċ-ċertifikat minn organizzazzjoni li tkun imwaqqfa apposta u kemm- il darba ma jkollokx dak iċ-ċertifikat ma tkunx tista' tesporta l-istess prodotti li tkun kabbart b'tant tbatija taħt it-titolu ta' organic products.", "L-Onor.", "Anton Refalo semma wkoll il-kwestjoni tad-dwieli u fil-fatt stennejt li kien se jsemmiha l-Onor.", "Farrugia.", "Jien naqbel mas-sistema tad-dwieli kif adottata mill-ministri ta' qabel - cioe' l-Perit Lawrence Gatt, l-Onor.", "Ċensu Galea u l-Onor.", "Noel Farrugia - u naqbel ukoll li għandna nagħtu spinta lill-produzzjoni ta' l-għenba Maltija għal diversi raġunijiet.", "Forsi tajjeb li wieħed jgħid li pajjiżna jdaħħal Lm1.4 miljun mill-esportazzjoni mhux ta' l-għenba iżda tal-patata pero' nimportaw b'madwar Lm2 miljun għeneb fis-sena, li parti minnu ovvjament imur għall- ikel u parti jispiċċa għall-għasir.", "Għalhekk napella lid-dipartiment kollu li rridu nagħtu spinta qawwija, spinta bi skola u bi ħsieb biex inżidu l-produzzjoni ta' l-għeneb.", "Dan jista' faċilment isir u nfakkar biss li missirijietna kienu jdawru l-ħitan tar-raba' tagħhom bid-dwieli b'tali mod li l-istess għeruq tagħhom ma kenux ikiddu lir-raba', jiġifieri fir-raba' kien ikun hemm spazju biżżejjed biex jitkabbru prodotti oħrajn bħal patata, basal u ħxejjex oħra.", "Fil-fatt kienu jrikkbu d-dwieli fuq il- ħitan tar-raba' ħalli jkunu maqtugħa minn ma' l-art u kien ikun hemm inqas tħassir ta' l-għenba.", "Għalhekk ngħid li ladarba nibdew ndawru l- ħitan tar-raba' bid-dwieli, jien konvint illi l-produzzjoni ta' l-għenba Maltija nagħtuha spinta 'il quddiem u b'hekk inkunu qegħdin ngħinu biex mhux biss ikollna kwantita' ikbar ta' għeneb għall-ikel imma iktar importanti minn hekk ikollna biżżejjed għeneb biżżejjed għall-għasir ta' l-imbejjed, għax kulħadd jaf li biex tesporta l-inbid irid ikollok it- tikketta fuq il-flixkun li l-għenba hija Maltija.", "Illum il-produtturi lokali ta' l-inbid organizzaw ruħhom sew b'teknoloġiji moderni u avvanzati u jien persważ li ladarba dawn ikollhom materja bl-abbundanza, pajjiżna jkun jista' jagħmel isem u jkun jista' jsib dik in-niċċa tant importanti fis-swieq barranin fil-qasam tat-tkabbir ta' l-għenba u fil-qasam tal- produzzjoni ta' l-inbid.", "Seħibna l-Onor.", "Anton Refalo semma wkoll il-problema ta' l-irziezet li m'humiex imqabbdin mas-sistema tad-drenaġġ u semma wkoll l-aquifer.", "Irrid ngħid li din il-problema ilha ġejja u saħansitra għandna rziezet lokalizzati f'postijiet fejn suppost qatt ma nħarġu permessi għall-bini ta' rziezet u dawn m'humiex imqabbdin mas-sistema tad-drenaġġ.", "Allura jkollok kontaminazzjoni ta' l-aquifer u l-gvern huwa mpenjat li jibda jaħdem bis-serjeta' fuq din il-problema għax din ma taffettwax biss lill- irziezet imma taffetwa lil kull Malti u Għawdxi.", "Niftakar li fl-1996, meta jien kont responsabbli mill-qasam ta' l-ilma, konna nieħdu 40% ta' l- ilma tax-xorb mill-aquifer.", "Sa Settembru li għadda konna qed nieħdu 50% mill-ilma tal-pjan u allura wieħed mill-ewwel jinduna li iżjed ma jkollok kontaminazzjoni ta' l-ilma tal-pjan, inqas tkun tista' ttella' ilma; u kemm- il darba ma jkunx jista jittella' ilma kemm suppost mill-pjan, dak l-ilma li ma jittellax trid tpatti għalih billi tipproduċi volum ikbar permezz ta' l-impjant tar-reverse osmosis.", "Issa aħna nafu li l-ilma tar-reverse osmosis jiġi għoli mhux ħażin, ħafna iktar mill-ilma li jittella' mill- aquifer, u allura kemm-il darba ma neħdux ħsieb biex nipproteġu l-ilma tal-pjan minn kontaminazzjoni li tkun ġejja mill-irziezet li ma jkunux imqabbdin mas-sistema tad-drenaġġ, dan ikun ifisser li l-poplu Malti u Għawdxi se jkollu jħallas flus f'iżjed taxxi biex nipproduċu l-istess volum ta' ilma bil-mezzi tar-reverse osmosis.", "Sur President, nerġa' ngħid li l-gvern preżenti miexi fuq programm biex din il-problema, li tinvolvi investiment qawwi, tiġi tackled bis-serjeta' ħalli tiġi eliminata fl-iqsar żmien possibbli.", "Pero' hawnhekk irrid ngħid illi l-gvern preċedenti Laburista ttraskura l-protezzjoni ta' l-aquifer.", "Irrid infakkar illi l-gvern preċedenti Nazzjonalista kellu programm li permezz tiegħu kienu se jinbnew tliet impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ.", "Jiddispjaċini ngħid li matul dawn l-aħħar sentejn il-proġett tefgħuh fuq l-ixkaffa u prattikament ma sar xejn fuqu.", "Dan il-proġett jinvolvi l- bini ta' tliet impjanti, fejn l-ewwel jinġabar l-ilma kollu tad-drenaġġ u jiġi msaffi, biex imbagħad ikun hemm distribuzzjoni ta' l-istess ilma msaffi b'sistema li tkun tiflaħ għall-pressa ta' l-ilma, ħalli b'hekk l- ilma jkun jista' jitwassal sa kull rokna tal-pajjiż, b'mod partikolari f'żoni agrikoli, u anke biex jintuża bħala second-class water f' areas industrijali.", "Sur President, jidhirli li missejt fuq fuq il-punti kollha li tqajmu u issa rrid ngħaddi biex nitkellem fuq il-politika tal-gvern fil-qasam tal-biedja u s-sajd għall-ħames snin li ġejjin.", "Għalkemm forsi ħafna nies ma tantx iqisu dawn l-oqsma bħala oqsma importanti għal pajjiżna, irrid ngħid li l-biedja u s-sajd huma importanti minn tliet aspetti.", "Ċertament li dawn l-oqsma huma importanti mil-lat soċjali, għax ovvjament in-nies iridu jieklu biex jgħixu.", "Huma importanti wkoll mil-lat ekonomiku, għax għandek in-nies li jaħdmu f'dawn is- setturi.", "Finalment huma importanti mil-lat ambjentali, għax kulħadd jaf li ż-żamma tar-raba' huwa mod kif l-ambjent iżżommu nadif u sabiħ, b'tali mod li jgħin oqsma oħra ta' l-ekonomija tal-pajjiż, bħalma huwa s-settur tat-turiżmu.", "Meta nsiefru barra mill-pajjiż kulħadd jieħu gost imur fil- kampanja u jsib areas nodfa pero' kultant ninsew li dik l-area tinżamm nadifa u kkultivata għax ikun hemm il-bdiewa fil-lokal li jkunu qed jieħdu ħsiebha.", "Aħna wkoll irridu nirringrazzjaw lill-bdiewa talli jieħdu ħsieb ir-raba' biex iżommu l-ambjent ta' pajjiżna sabiħ.", "L-Onor.", "Michael Bonnici rrifera għall-mission statement tal-ministeru li, kif għidt diversi drabi, jesiġi illi jkollna provvista bnina u varjata ta' prodotti ta' l-ikel bi prezzijiet raġonevoli, li jkun jista' jlaħħaq magħhom il-konsumatur, iżda wkoll bi qligħ xieraq u adegwat għall- produttur, jiġifieri għall-bidwi, għar-raħħal u għas-sajjied.", "Ovvjament dan kollu jrid isir b'mod li jitħalla impatt pożittiv fuq l-ambjent.", "Sur President, jiena konvint u fiduċjuż li dan il-bilanċ ta' provvista ta' prodotti bi prezz raġonevoli għall-konsumatur u bi qligħ adegwat għall- bdiewa, għas-sajjieda u għar-raħħala jista' faċilment jintlaħaq kemm-il darba jkun hemm il-fiduċja min-nies kollha involuti, jiġifieri kemm min- naħa tal-gvern, kemm min-naħa tal-produttur u kif ukoll min-naħa tal- konsumatur.", "Issemma ukoll il-kontribut li jipprovdu l-oqsma tal-biedja u s-sajd bħala persentaġġ tal-GDP nazzjonali.", "Irrid ngħid illi għad-disa' xhur li għaddew il-kontribut mill-biedja u s-sajd ma tantx kien għoli u fil-fatt jien informat li dan kien madwar 2.9%.", "Hawn ma tistax ma tgħidx li din iċ-ċifra hija markedly low u assolutament m'iniex konvint li d-dħul ta' prodotti agrikoli fil-pitkalija kien qed jiġi rreġistrat kif suppost.", "L-affarijiet ma kenux sejrin kif mixtieq mhux għax kien hemm tmexxija ħażina min-naħa ta' l-Onor.", "Noel Farrugia imma bil-kuntrarju dan ġara għaliex kellna politika li ma kenitx mibnija fuq pedamenti sodi.", "Pero' niġi għal dan iktar 'il quddiem.", "Wieħed mill-indikaturi li juru li l-qasam tal-biedja ma marx tajjeb fl- ewwel disa' xhur ta' din is-sena huwa li l-volum ta' bejgħ ta' ħxejjex u frott mill-pitkalija naqas.", "Irrid infakkar li l-ġimgħa l-oħra d-DOI ħareġ press release, fejn ġew ippubblikati ċerti ċifri u figuri, u l-Onor.", "Farrugia talabni biex naqra dik il-press release.", "Pero' dak il-ħin ma kellix ċans naħdimha għaliex ma kellix calculator miegħi imma meta ħadtha miegħi l-uffiċċju u ċċekkjajtha sibt li l-prezz medju tal-prodott kollu li daħal fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, meta mqabbel ma' l- istess disa' xhur tas-sena l-oħra, naqas minn 14c għal 12c1 din is-sena.", "Dan ifisser li l-average price tal-prodott kollu li daħal fil-pitkalija fl- ewwel disa' xhur ta' din is-sena, meta mqabbel ma' l-ewwel disa' xhur tas- sena l-oħra, naqas b'14% u allura l-bdiewa daħlu inqas flus għax-xogħol li pproduċew.", "Fattur ieħor li juri li dawn l-oqsma ma marrux tajjeb kif kien mixtieq - għax kulħadd jieħu pjaċir bil-ġid - kien il-fatt li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena l-qatla tal-majjal u taċ-ċanga naqset ukoll.", "Barra minn hekk, il-produzzjoni tal-bajd naqset konsiderevolment, il-bejgħ tat-tiġieġ naqas u l-unika żieda li kien hemm kienet fil-produzzjoni tal-ħalib.", "Ma rridux lanqas ninsew li konna għaddejjin minn żmien ta' inċertezza kbira, partikolarment fl-aħħar xhur ta' l-amministrazzjoni preċedenti, u l-ħafna kwestjonijiet li tqanqlu dwar ħofor u mhux ħofor tefgħu lill-pajjiż f'inċertezza kbira u kulħadd beża' jinvesti.", "Kien hemm ukoll il-fattur l-ieħor tad-dħul tat-taxxa tas-CET minflok il- VAT.", "Ma' dik il-bidla l-operaturi li jaħdmu fl-oqsma tal-biedja u s-sajd kellhom iħallsu t-taxxa ta' l- ETP ta' 5% fuq il-prodotti li jixtru.", "Jien ngħid illi bid-dħul mill-ġdid tal-VAT, il-qasam tal-biedja u s-sajd se jerġa' jieħu dak in-nifs meħtieġ.", "Mhux talli se tispiċċa t-taxxa ta' l-ETP ta' 5% fuq ix-xiri tal-prodotti kollha li jużaw il-bdiewa, is-sajjieda u r- raħħala, iżda se jibda jkun hemm ir-refunds tant neċessarji għal dawn l- operaturi, li wkoll m'humiex se jibqgħu jħallsu t-taxxa fuq is-servizzi, l- ETS, meta jitolbu s-servizzi ta' electrician, ta' plumber jew ta' bennej u servizzi oħra.", "Se tispiċċa wkoll dik il-ħafna burokrazija żejda ta' mili ta' karti billi joqogħdu jmorru fl-uffiċċju ta' l-extension services, barra li kultant jispiċċaw jibagħtu l-karti għandna biex jiġu eżentati mill-ħlas ta' ċertu taxxa, bħalma hija l-ETI.", "Sur President, raġuni oħra għaliex l-oqsma tal-biedja u s-sajd ma marrux tajjeb f'dawn l-aħħar disa' xhur, bħalma kien mixtieq, kienet l-iffriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd jaf li minħabba dan l-iffriżar sal-lum għadna qegħdin inbatu l- konsegwenzi u jiddispjaċini nara li pajjiżna kellu jgħaddi minn inkwiet kollu bla bżonn meta konna fuq quddiem nett biex nidħlu.", "Dan kollu minħabba politika żbaljata, bla bażi u bla sens.", "(Interruzzjonijiet) Dalgħodu jien ma interrompejt lil ħadd.", "Tant kienet żbaljata l-politika tal-Gvern Laburista meta ffriża l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u ħareġ bil-ħolma ta' twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles ...", "U hawn irid infakkar mhux x'qal l-Onor.", "Noel Farrugia - għax jien persważ li l-Onor.", "Membru jixtieq il-ġid ta' l-oqsma tal-biedja u sajd - imma x'qal il-kap tiegħu.", "Fil-fatt l-Onor.", "Alfred Sant qal illi ma riedx jidħol fl-Unjoni Ewropea għax inkella jkun marbut u għalhekk ried iwaqqaf żona ta' kummerċ ħieles.", "Meta ġie mistoqsi kif se jiġu affettwati l-oqsma tal-biedja u sajd bi twaqqif ta' zona ta' kummerċ ħieles, l-Onor.", "Alfred Sant irrisponda b'dan il-kliem:", "\"We wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs, our vegetables ...\"", "Jiġifieri qed jgħid li bit-twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles, addio l- protezzjoni għall-oqsma tal-biedja u s-sajd.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Zammit, indirizza lis-Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jien qed nikkwota mill-gazzetta \"The Times\" ta' l-Erbgħa, 29 ta' April ta' din is-sena.", "L-Onor.", "Alfred Sant qal b'mod speċifiku, iswed fuq l-abjad, li bit-twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles kienet se tispiċċa l-protezzjoni kollha lill-oqsma li jolqtu direttament lill-bdiewa, lis-sajjieda u lir-raħħala.", "Sur President, irrid ngħid li meta f'Settembru ta' din is-sena dħalt fil- ministeru, mill-ewwel ħassejt li għandha ssir restructuring minn fuq s'isfel.", "L-iskop tagħna huwa li nużaw ir-riżorsi umani kollha li hemm fil- ministeru bl-aħjar mod li nżidu l-effiċjenza u li tiġi eliminata l-ħela.", "Ċertament li rridu nagħtu training adegwat lil kull individwu li jaħdem fil- ministeru ta' l-agrikoltura u sajd, ħalli nkunu f'pożizzjoni li nilqgħu aħjar l-isfidi tal-futur.", "Irrid ngħid li aħna diġa' bdejna b'din l- istruttura u ġbarna l-information fuq kull ħaddiem li jaħdem fil-ministeru biex naraw x'inhuma l-kwalifiki u l-kwalitajiet li għandhom, l-istandard ta' edukazzjoni li għandhom, is-sengħa li għandhom u x-xogħol li attwalment qegħdin jagħmlu.", "Aħna rridu li bl-istruttura ġdida nieħdu l- aħjar minn kull individwu għax jiena fiduċjuż li kull ħaddiem li hemm fil- ministeru kapaċi jagħmel l-almu tiegħu biex flimkien inkomplu nibnu fuq dak li sibna u nkomplu nsiru iżjed effiċjenti għall-futur.", "Sur President, kif diġa' għidt, dan ir-retraining irid isir biex il- ministeru kollu jsir iżjed effiċjenti u jkun aktar preparat għall-isfidi li għandna quddiemna.", "Bħalma jaf kulħadd, il-politika tal-gvern preżenti hija li aħna nkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u dan ifisser li rridu nkunu ppreparati kif suppost - din m'hijiex xi ħaġa speċjali - bħalma huma ppreparati u bħalma fil-fatt jaħdmu nies oħra li jgħixu f'pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li bi sħubija fl-Unjoni l-oqsma tal-biedja u s- sajd se jibbenefikaw billi prinċipalment se jkollna ċ-ċans li nidħlu f'suq li huwa elf darba akbar mis-suq lokali.", "Barra minn hekk, l-operaturi li jaħdmu fil-biedja u s-sajd se jibbenefikaw minn fondi speċjali li tagħti l- Unjoni.", "Permezz ta' dawn il-fondi jkunu jistgħu jtejbu l-effiċjenza tagħhom b'tali mod illi jsiru iżjed kompetittivi billi jgħollu l-livell tal-produzzjoni u jtejbu l-kwalita' tal-prodotti biss ikunu f'pożizzjoni li jikkompetu ma' operaturi oħra Ewropej.", "Aħna se naħdmu biex il-bdiewa tagħna jkollhom l-stess opportunitajiet u jkunu fuq l-istess pjan daqs operaturi mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Irrid ngħid ukoll illi biex inkomplu nsaħħu dawn l-oqsma, barra li qegħdin nagħtu direzzjoni ġdida ta' politika estera, diġa' taffejna wħud mill-problemi li kien introduċa Gvern Laburista preċedenti.", "Hawnhekk irrid bilfors nagħmel riferenza - għax dalgħodu semmewli l-calculator - għat- tariffi katastrofiċi ta' l-ilma li kien ħareġ bihom il-Gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant fil-5 ta' Novembru tas-sena l-oħra.", "Bit-tariffi kif ħarġu fl- Avviż Legali Nru. 57 u l-Avviż Legali Nru. 58, sa qabel l-elezzjoni r-rata ta' xiri ta' ilma għar-raħħala kienet għadha bil-Lm1.10 kull metru kubu.", "Dan ifisser li, per eżempju - u konna aħna li qajjimna kuxjenza dwar dawn l- affarijiet - kont ta' l-ilma ta' sena li qabel kien jammonta bil-meter b'kollox għal Lm91.80 kien se jitla' għal Lm2,700 grazzi għall-miżuri li għoġbu jdaħħal l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dak ġenn!", "Kif tista' timmaġina li min kien qed iħallas Lm92 f'daqqa waħda tgħidlu li l-kont telagħlu Lm2,700!", "Kif tela' Gvern Nazzjonalista, reġa' studja l-affarijiet sewwa u ħareġ b'tariffa adegwata, ġusta u li m'hijiex tal-mistħija.", "Fil-fatt bit- tariffa l-ġdida li għamilna aħna, fejn qabel kont ta' l-ilma f'sena kien ikun ta' Lm92 issa se jitla' għal madwar Lm190, u allura l-kont il-ġdid se jkun 7% biss ta' kemm kien se jkun l-istess kont bit-tariffa inġusta, katastrofika u tal-mistħija li kien ħareġ biha l-gvern preċedenti.", "Sur President, kien hawn ħafna għajdut li kienet se tispiċċa r-refund tan- nofs bolla lill-bdiewa, lis-sajjieda u lir-raħħala pero' aħna diġa' ħadna l- miżuri kollha biex in-nofs bolla tibqa' tiġi mħallsa kif kienet titħallas qabel.", "Irrid ngħid ukoll illi l-ministeru se jibda diskussjonijiet sabiex il-biedja u s-sajd jidħlu taħt l-umbrella ta' l-Industrial Development Act u bis-saħħa ta' l-institute for the promotion of small enterprise, l-IPSE, il-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala, li huma kollha operaturi żgħar, se jkunu jistgħu jibdew igawdu mill-benefiċċji għal skop ta' restructuring u b'hekk allura għandhom itejbu l-effiċjenza tagħhom.", "Ovvjament, kif diġa' għidt, dan kollu qed isir fil-pjan tar- riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, dalgħodu ma kontx beħsiebni noqgħod nitkellem fuq l- esportazzjoni tal-patata u ta' ħxejjex oħra imma ladarba ssemmew ikolli nagħmel riferenza għalihom ukoll.", "Pero' se nsemmi ċerti affarijiet la biex inmaqdar, la biex nagħmilha tal-bully u lanqas biex nipprova ngħallem lil xi ħadd imma biex ma jerġgħux jirrepetu ruħhom fil-futur, la taħt Gvern Nazzjonalista u lanqas taħt Gvern Laburista, għax minn ġennati bħal dawn ibati il-biedwi, ir-raħħal u s-sajjied u magħhom ibati l-poplu kollu.", "Per eżempju, issemmiet l-esportazzjoni tal-ħaxix frisk.", "Irrid ngħid li meta kienet qiegħda ssir din l-esportazzjoni kien hemm nies li nformaw lill-ministeru illi l-affarijiet ma kenux qegħdin isiru kif suppost u minkejja dan ma tteħdux il-passi.", "Per eżempju, fir-rapport li sar f'Marzu ta' din is-sena minn min mar jiċċekkja - liema rapport naturalment kienu għaddewh lill-ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Noel Farrugia - intqal hekk:", "\"It was embarrasing to be present when the vendor was trained to convince a purchaser to purchase the squashed boxes.\"", "Il-prodott barra kien ġie mibgħut fil-kaxxi u sakemm dawn waslu għand tal- ħanut fis-suq fejn inbiegħu, dawn il-kaxxi kollha tgħaffġu bil-piż tagħhom stess.", "F'dan ir-rapport ikompli jintqal li:", "\"The white box ...\"", "- li kienet il-kaxxa li fiha kien qed jiġi esportat il-prodott lejn l- Ingilterra -", "\"... is a problem because it is not attractive but the problem here is the wrong image we are giving the Malta produce.\"", "Dan ifisser li għamilna reklam ħażin għall-prodott Malti.", "Fir-rapport jingħad ukoll li lanqas ittieħdu prekawzjonijiet biex jitneħħa d-dud, li kien parti mill-prodott li ġie esportat, u kien hemm weraq kollu toqob, mikul mill-bebbux.", "U nikkwota eżatt mir-rapport:", "\"The biggest problem which I saw here were the holes in the leaves left by the snails.", "Some holes were as large as a one pound coin.\"", "U minkejja dawn l-affarijiet kollha, bħala pajjiż bqajna nesportaw dan it- tip ta' ħmieġ li għamel diżunur lill-prodott lokali.", "Jiddispjaċini li qed insemmi dawn l-affarijiet imma ma rridx li fil-futur dawn jerġgħu jirrepetu ruħhom.", "Jien nifhem li l-ministru ta' qabli ma setax jagħmel kollox hu imma kont nippretendi li n-nies li kellu miegħu kienu rġiel biżżejjed biex jiġbduli l-attenzjoni u jieħdu azzjoni biex dawn l- affarijiet ma jsirux.", "Per eżempju, ir-rapport ikompli jgħid:", "\"These boxes are put on show for everyone to see.\"", "- ovvjament il-kaxxi jmorru bl-ajruplan ta' l-Air Malta u jittieħdu fis- suq -", "\"Ours ...\"", "- qed jirriferi għall-kaxxi ta' Malta -", "\"... is the only one without a design and the only one with a visible airways sticker.", "If we continue this way, we will soon become known as the Air Malta produce.\"", "Daqshekk waqqajnih għaż-żufjett il-prodott lokali Malti!", "Jiena se nagħmel minn kollox biex dawn l-affarijiet ma jsirux fil-futur u nispera li anke meta xi darba jkun hemm bidla fil-gvern u jerġa' jkollna amministrazzjoni Laburista, dawn l-affarijiet ma jerġgħux jirrepetu ruħhom għax b'hekk tbati l-industrija lokali u jbati l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Rigward l-esportazzjoni tal-patata rrid ngħid li fuq l-agreement illi kien hemm qabel għall-esportazzjoni ta' 6,000 tunnellata patata, aħna żidna 600 tunnella oħra, li tiġi żieda ta' 10% fuq il-kwantita' mifthiema mill- gvern preċedenti.", "Bi pjaċir nerġa' ngħid illi minkejja li noqogħdu nsemmu l-outright purchase, il-prezz medju għall-esportazzjoni ta' dawn l-extra 600 tunnellata patata huwa ta' madwar 16% ogħla mill-prezz medju ta' l- esportazzjoni tal-patata tat-tip alpha, kif miftiehem mill-gvern preċedenti.", "Dan qed ngħidu mhux biex noqgħod inqabbel jew noqgħod nitgħajjar imma qed ngħidu biex b'daqsxejn iżjed għaqal, bi ftit aktar entużjażmu u forsi b'iżjed koperazzjoni u b'aktar teamwork, anke bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra stess, inġibu l-aħjar prezz possibbli għall-prodott Malti ħalli b'hekk igawdi kulħadd, kemm il-bidwi u kif ukoll il-konsumatur Malti.", "Pero' rrid ngħid ukoll li l-kuntratt li sar mill-gvern preċedenti fuq l- esportazzjoni ta' 6,000 tunnellata patata tat-tip alpha kien fih ċerti affarijiet li bi ftit iżjed għaqal setgħu ġew evitati, għax permezz ta' dan il-kuntratt il-bidwi Malti se jmur batut iżjed milli kien imur fil- passat.", "Per eżempju, iddaħħlu spejjeż extra fejn jidħol il-ħatt tal- patata, l-ippakkjar, il-ħażna u l-promotion biex jinbiegħ l-istess prodott u ovvjament dawn l-ispejjeż iridu jinqatgħu mill-ħlas dovut lill-bidwi lokali.", "Meta allura wieħed jara li hemm aktar spejjeż involuti f'dak li huwa ppakkjar u f'dik li hija ħażna, ma naħsibx li jista' jiġi xi ħadd u jgħidilna li fuq l-ewwel kunsinna ta' patata mibgħuta l-Olanda nistgħu qatt inġibu prezz aħjar.", "Dak huwa ħolm ħelu!", "(Interruzzjonijiet) Meta inti għandek dawn l-additional costs, ma tista' qatt iġġib il-pożizzjoni li tixtieq, allavolja l-patata tkun bikrija u preżentabbli.", "Irrid ngħid ukoll illi l-prezz li ġie miftiehem għall-aħħar 1,000 tunnellata metrika hija ta' 18.05 guilders, prezz verament baxx.", "Jiddispjaċini ngħid li dan il-prezz għandu jħammar wiċċ - ma rridx ngħid wiċċ l-Onor.", "Noel Farrugia - l-individwu li fl-aħħar mill-aħħar għamel diskussjonijiet biex seta' jintlaħaq l-istess ftehim.", "Jiena ovvjament ma rridx ngħid li dan kien l-Onor.", "Noel Farrugia għax il-ministru kellu l- esperti miegħu li kienu mdaħħlin fl-operat kollu u fuq il-mod kollu kif sar il-ftehim fuq l-esportazzjoni tat-tip ta' patata alpha.", "Per eżempju, nista' ngħid ukoll li f'dan l-aħħar kuntratt ta' l-esportazzjoni tal-patata alpha, seta' wkoll ġie miftiehem b'mod kif seta' jiġi mħeġġeġ ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Zammit, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "L- Onor. Bartolo jżomm l-ordni, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Biex inkompli fuq din tal-kuntratt, nista' ngħid li dan il-kuntratt li se jorbot lill-bidwi Malti għat-tliet snin li ġejjin seta' faċilment ġie magħmul b'mod iżjed effiċjenti u b'mod iżjed professjonali.", "Rigward il-pitkalija l-ħsieb tagħna huwa li hawnhekk ukoll nagħmlu rivoluzzjoni żgħira fil-mod kif isir l-operat tax-xogħol.", "Aħna l- ħsieb tagħna huwa li s-sena d-dieħla ndaħħlu l-bar coding, jiġifieri kull kaxxa ħaxix jew frott lli tiddaħħal fil-pitkalija ikollha l-isem ta' min daħħalha, il-grading tal-prodott, il-prezz tal-bejgħ, il-commission tal- pitkal u naturalment is-sehem tal-bidwi u b'hekk allura nkunu nafu kemm verament il-qasam tal-biedja u sajd ikun qed jikkontribwixxi għall-GDP.", "Sinċerament nemmen li l-produzzjoni tal-biedja f'pajjiżna tammonta għal ħafna aktar minn dak dikjarat u permezz ta' din is-sistema jiena persważ illi l-operat kollu tal-pitkalija jsir b'mod iżjed ġust u effiċjenti.", "Barra minn hekk irridu nagħtu spinta biex ikollna provvista ta' ilma adegwata għall-irrigazzjoni.", "Irrid ngħid illi minkejja l-ħafna ftaħir li smajna tul dawn l-aħħar 22 xahar, li l-ammont ta' ilma msaffi permezz ta' l- impjant tat-tisfija tad-drenaġġ kellu jiżdied minn 7,000 għal 17,000 metru kubu, aħna sibna li kollox kien għadu f'livell ta' ħolm.", "Il-verita' hi li mill-impjant ta' Sant'Antnin mhux qed ikollna ilma biżżejjed minħabba diversi problemi ta' traskuraġni fuq il-pompi, fuq il-mod kif l-ilma tad- drenaġġ jasal għat-tisfija u ħafna problema oħra.", "Għalhekk hawnhekk il- gvern se jkollu jagħmel sforz akbar biex jara li jiżdied b'mod sostanzjali l-volum ta' ilma li nipprovdu għat-tisqija, ħalli nkunu nistgħu nilħqu areas sħaħ li s'issa għadhom mhumiex irrigati.", "Allura se nerġgħu mmorru lura għall-proġett li kien diġa' beda jippjana l-Gvern Nazzjonalista qabel l-1996 meta kellna l-ħsieb li nagħmlu tliet impjanti tat-tisfija tad- drenaġġ.", "Hawn fejn tidħol il-politika barranija u fejn stajna ggwadanjana ħafna mill-Unjoni Ewropea.", "Nafu li fil-qasam tal-biedja, permezz tal- common agricultural policy, l-Unjoni tagħti fondi biex isiru proġetti ta' din in-natura, proġetti ambjentali, u bi proġett bħal dan nistgħu faċilment - stajna u għad għandna ċ-ċans - nieħdu għajnuna sostanzjali.", "L-istatistika turi li f'pajjiżna l-bdiewa kuljum jieħdu mat-tliet miljuni sa erba' miljun gallun ilma kuljum mill-aquifer.", "Kemm-il darba nissostitwixxu l-ilma li qed jittella' mill-aquifer b'ilma msaffi mid- drenaġġ, aħna nkunu nistgħu nirridimensjanaw il-volum ta' ilma li jiġi extracted mill-aquifer accordingly.", "Una volta neliminaw l-ippumpjar extra ta' madwar tliet miljun u erba' miljun gallun ilma, lill-Kaxxa ta' Malta nkunu qegħdin niffrankawlha madwar Lm3 miljun fis-sena, għax daqshekk trid biex tipproduċi dak il-volum ta' ilma.", "Dan huwa l-mod globali kif irridu nieħdu ħsieb is-cycle kollu ta' l-ilma, li nutilizzawh u nagħmlu l-iżjed użu tajjeb minnu għall-ġid tal-pajjiż kollu.", "Mr Chairman, nixtieq li għandi iżjed ċans biex nispjega d-diversi oqsma li jaqgħu taħt dan il-ministeru pero' rrid insemmi daqsxejn ukoll il-mod kif, per eżempju, matul l-aħħar sena ma tantx sar asfaltar jew concreting ta' areas rurali.", "Jiena naf illi l-Onor.", "Noel Farrugia ma kellux il-fondi neċessarji biex jagħmel toroq rurali, imma rrid ngħid ukoll li waqt li fix- xahar ta' qabel l-elezzjoni l-asphalting ta' toroq rurali ngħata spinta, il- ħsieb tagħna huwa illi għas-sena d-dieħla wkoll, bl-ammont li għandna vvotat għal dan l-iskop nagħmlu l-ammont massimu ta' concreting ta' toroq rurali.", "Rigward in-naħal irrid ngħid fuq fuq illi hawnhekk ukoll kellna sitwazzjoni fejn kellna l-mard f'din l-industrija - mhux qed nirriferi għal dawn it-22 xahar - u għalhekk mill-ewwel ħadna l-briga li l-ewwel nagħmlu depopulation u mbagħad nagħmlu repopulation b'irġejjen ġodda, ħalli b'hekk din l-industrija nerġgħu nqajmuha u nagħtuha l-ħajja.", "Irrid ngħid li hawnhekk għandna l-għajnuna ta' esperti mill-FAO ukoll, u bl-għajnuna ta' esperti barranin u bl-għajnuna ta' persuna f'Malta ntiża f'dan il-mestier qegħdin naraw riżultati inkoraġġanti għax f'dawn l-aħħar għaxar ġimgħat diġa' faqqsu biżżejjed irġejjen biex inkunu nistgħu nintefgħu b'ruħna u ġisimna għal din il-biċċa xogħol iebsa.", "Dan l-eżerċizzju bilfors irid isir għax barra milli n-naħal jagħtuk l-għasel, kulħadd jaf li l-iskop prinċipali tan-naħa huwa li jdakkar.", "Rigward iċ-ċentru tal-micro propagation irrid ngħid illi hawnhekk se nkomplu mexjin fuq il-politika li kienet qed tiġi adottata qabel, jiġifieri kemm fi żmien Gvern Nazzjonalista kemm ukoll fi żmien il-gvern preċedenti, u se nkomplu nagħmlu l-almu tagħna biex anke f'dan għallinqas aħna nkomplu nżidu l-effiċjenza taċ-ċentru, kif ukoll il-produzzjoni mill-istess ċentru.", "Rigward il-proġett ta' Wied il-Qlejgħa rrid ngħid li anke hawnhekk se nkomplu mexjin bix-xogħol kif kien għaddej u rrid ngħid ukoll li l-Gvern Taljan għadu kemm approva l-proġett.", "Dan jikkonferma li x-xogħol fuq Wied il-Qlejgħa se jitkompla hekk kif dan jasal ħdejn iċ-Chadwick Lakes.", "Rigward l-Għammieri rrid ngħid li anke hawnhekk f'dan l-experimental farm sibna telqa ġenerali u ddeċidejna li nagħtu injection kif jixraq ħalli anke dan il-farm nerġgħu ntellgħuh għal-livell li jixraqlu.", "Per eżempju, se jsir concreting tat-toroq kollha li hemm fl-Għammieri u l-mod kif jitmexxa dan l-istess farm se nimmodifikawh.", "Żgur li spiċċa ż-żmien li toqgħod iżżomm mal-50, 60, 70 baqra fil-post.", "Jekk trid iżżomm baqar iżżommhom għall-użu esperimentali u żżomm ħamsa, sitta jew sebgħa u ma noqogħdux indaħħlu lill-pajjiż fi spejjeż żejda.", "Issemmiet ukoll dalgħodu l-fabbrika li kienet magħrufa qabel ta' l-MMU imma llum nsibuha bħala d-dairy factory.", "Naħseb li għadda żmien biżejjed minn meta bdejna ngħidu li rridu nibnu fabbrika ġdida tal-ħalib u issa rridu b'mod prattiku naqbdu l-għoġol minn qrunu u din l-imbierka fabbrika nibnuha.", "Jiena rajt il-files kollha li kien hemm qabel, rajt id-diversi sites li kien hemm qabel, ġew identifikati sites ġodda wkoll fejn din tista' tinbena u qabbadt grupp ta' nies mill-ministeru jagħmluli re- evaluation tas-sites kollha li kienu ġew identifikati qabel u jagħmluli wkoll evaluation ta' dawk is-sites ġodda li ġew identifikati dan l-aħħar.", "Irrid ngħid illi meta tiġi għall-bini ta' fabbrika ta' dan it-tip għandek ċerti parametri li trid tosservahom, trid timxi magħhom u trid toqgħod attent li l-fabbrika kemm jista' jkun tinbena f'post li jkun fiċ-ċentru tal- post fejn għandek l-iżjed industrija tat-trobbija tal-bhejjem.", "Din il- fabbrika trid tinbena wkoll f'post fejn l-inqas li tista' tikkontaminalek l- arja.", "Irid ikun post fejn toroq jagħtuk ċans ta' aċċess adegwat għat- traffiku.", "Dan il-post irid ikun lokalizzat fejn is-servizz ta' l-ilma jkun fi kwantita', is-servizz ta' elettriku ikun b'vultaġġ tajjeb kif ukoll is- servizz tad-drenaġġ ikun adegwat.", "Jiena konvint li anke mis-sites ġodda li ġew identifikati, hemm grupp ta' nies, hemm kumitat apposta li qed jaħdem fuq din u nispera li fil-ġimgħat li ġejjin il-kabinett jiġi ppreżentat b'rapport ta' fejn hu l-aħjar site ħalli minn hemmhekk, jekk Alla jrid, inkomplu mexjin ħalli matul din il-leġislatura bl-għajnuna ta' kulħadd - jiġifieri bl-għajnuna tar-raħħala, bl-għajnuna tal-KPH, bl-għajnuna tal- MDP, ilkoll flimkien bħala team - tinbena din il-fabbrika ta' l-MDP, ħalli r-raħħala jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dħul aħjar waqt li l-konsumatur jkollu varjeta' akbar ta' prodotti.", "Rigward il-laboratorji in ġenerali rrid ngħid li anke hawnhekk qegħdin nagħmlu upgrading ta' l-apparat li għandna fil-laboratorji kollha, bħalma qiegħed issir upgrading ta' l-extension service.", "Per eżempju, fl-extension service rridu naslu li ssir GIS, jiġifieri geographic information system jew survey, ħalli nkunu nafu kull rokna raba' xi kwalita' ta' ħamrija għandha, kemm hija umduża, xi kwalita' ta' ilma għandna bżonn biex ittella' ċertu prodotti, ħalli b'hekk nutilizzaw areas raba' to the maximum u nkunu nistgħu nieħdu l-akbar ammont ta' produzzjoni mill-istess raba' li għandna.", "Mr Chairman, irrid ngħid xi ħaġa dwar is-sajd.", "Fuq is-sjaf ukoll qiegħda ssir struttura fil-ministeru għax jiddispjaċini ngħid - u naħseb li l-Onor.", "Noel Farrugia jikkonfermah dan - li kien hemm żmien fejn kien naqas l-ingaġġ ta' fisheries officers addestrati kif suppost.", "Issa permezz ta' training institute li qed jiġi mwaqqaf fil-ministeru, irid isir re-training tan-nies ħalli jkollna nies trained biżżejjed ta' ċertu livell biex nilħqu l-isfidi tal-futur.", "Irrid ngħid li bħala ministeru bqajna nieħdu sehem f'fora internazzjonali.", "Dalgħodu ssemma' l-GFCM, il-general fisheries council għall-Mediterran, u naf li dan il-kumitat jaħdem ħafna.", "Bis-saħħa tiegħu jista' jsir kontroll aħjar u monitoring aħjar ta' l-ammont ta' l- istock kollu ta' ħut fil-Mediterran - għandek ukoll il-Co-Op Med, li hija organizzazzjoni li taħdem taħt l-umbrella ta' l-FAO - u nista' ngħid li l- ministeru wkoll qed jagħti sehmu biex jgħin biex tinġabar id-data.", "Rigward is-sezzjoni ta' l-akwakultura rrid ngħid li hawnhekk qegħdin isiru t-tentattivi kollha biex din ukoll terġa' tinbena kif jixirqilha.", "Biss ma naħsibx li għadu ż-żmien li din tkompli tikkompeti b'mod kummerċjali imma dan iċ-ċentru għandu jkun ċentru ta' research and development, kif ukoll ċentru li jagħti support lill-farms eżistenti ta' l- akwakultura.", "Ovvjament bħala gvern irridu li fil-futur immedjat ninsistu u naħdmu biex tispiċċa t-taxxa ta' 15%, li huma suġġetti għaliha kull min jesporta l-ħut barra minn xtutna, kemm dawk tal-fishfarming kif ukoll dawk is-sajjieda l-oħra li jaqbdu l-ħut mill-baħar ta' madwarna.", "Il-gvern preżenti se jagħmel l-almu tiegħu kollu biex din it-taxxa ta' 15% ittir għal kollox, bħalma kien ġara fil-każ ta' l-esportazzjoni tal-patata.", "Mr Chairman, nagħlaq billi bħalma għidt fil-bidunett, nerġa' nikkonferma li l-ministeru se jaħdem biex jaqdi l-missjoni tiegħu, jiġifieri li pajjiżna jiġi fornut b'varjeta' ta' prodotti bnini ta' l-ikel bi prezz raġonevoli imma b'tali mod li jħalli qligħ ġust u adegwat lil min ikabbar il-prodott.", "Fl-istess ħin irrid nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jagħmlu parti mill-ministeru u lil dawn il-ħaddiema ngħidilhom illi flimkien bħala team għandna nippreparaw rwieħna tajjeb u naħdmu maqgħudin ħalli ngħollu l-effiċjenza all round.", "Jekk naħdmu maqgħudin bħala team inkunu nistgħu nkomplu nirranġaw u ntejbu dawn l-oqsma tal-biedja u s-sajd għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 52 imressqa mill-Onor.", "Noel Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "23", "FAVUR: 30", "L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "KONTRA 35", "L-Onor. |Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace | |Michael |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-voti tal- Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 52 - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,499,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 52 - Ministeru għall- Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998, din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "24 FAVUR: 35", "L-Onor. |Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace | |Michael |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen|Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles| |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian| |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 52 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT XI - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 985,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI - Ministeru għall- Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XI għaddiet.", "Fin-12.39 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 52 u XI kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Nitlob lill-Ministru tal- Politika Soċjali biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għas-2.00 p.m.tal-lum b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998, il-Kamra hija aġġornata għal-lum it-Tlieta, 15 ta' Diċembru, 1998 fis- 2.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Fin-12.41 pm. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BIEDJA U SAJD - TISĦIĦ FIL-KOPERAZZJONI EKONOMIKA", "1798.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 304, il-Ministru qed jikkonferma li m'huwiex interessat li jirrikonoxxi l-Protocol bejn Malta u l-Libja għall-oqsma tal-Biedja u Sajd li sar f'Ġunju ta' l-1997 bejn iż-żewġ pajjiżi li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk iva, għaliex?", "Jekk le, jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija oriġinali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 304.", "Barra minnhekk, ir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 304 bl-ebda mod ma tfisser jew tindika dak li żbaljatament qed jipprova jinsinwa l-Onor.", "Interpellant.", "AGRI ECOLOGICAL SURVEY", "1801.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm ta' xogħol fuq l-Agri ecological survey għal matul it-12-il xahar li ġejjin?", "Minn huma l- uffiċjal/uffiċjali responsabbli minn dan is-survey u x'valur għandu għall- bdiewa Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fl-ambitu ta' l-istħarriġ agro-ekoloġiku, ix-xogħol ta' ġbir ta' kampjuni tal-ħamrija u analisi ġewwa l-laboratorju se jibqa' sejjer sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Meta jintemm ix-xogħol ta' analisi fil- laboratorju, l-interpretazzjoni ta' l-informazzjoni miġbura ssir bl- għajnuna ta' programmi tal-kompjuter li ġew żviluppati għal dan il-għan.", "F'dan ir-rigward qed tinbena database li tiġbor fiha l-informazzjoni dwar ir-raba' u l-kwalita' tal-ħamrija.", "Għal dan il-proġett intgħażlet il-medda ta' art li tinkludi l-Imġarr, iż- Żebbiegħ u Binġemma għax f'dawn l-inħawi wieħed isib art agrikola għammiela ħafna u konċentrazzjoni ta' raba' saqwi b'tip ta' produzzjoni differenti - serer, siġar tal-frott irqiq, dwieli, frott tas-sajf, u ħxejjex tal-borma.", "L-għan kien li din iż-żona sservi bħala eżerċizzju biex kull min huwa nvolut f'dan l-istħarriġ jidra l-metadoloġija li qed tintuża, madankollu huwa maħsub li l-proġett ikompli jespandi sabiex jinkludi l-art agrikola kollha ta' Malta u Għawdex.", "L-analisi tar-riżultati li joħorġu minn dan l-istħarriġ fuq din iż-żona pilota se tintuża biex l-istħarriġ agro-ekoloġiku jkompli billi tiġi identifikata zona oħra, probabbilment din tkun żona li toffri sitwazzjoni partikolari (eżempju ż-żona ta' Ħaż-Żabbar li tissaqqa bl-ilma riċiklat ta' Sant'Antnin).", "Barra minn hekk hemm ippjanat li jiżdiedu layers ta' informazzjoni oħra bħalma huma climatic data u soil data permezz ta' field observations.", "Flimkien mal-kwalita' kimika tal-ħamrija, dawn il-layers ta' l-informazzjoni jistgħu jiġu eventwalment inkorporati f'sistema ta' Geographic Information System.", "L-istħarriġ agro-ekoloġiku qed jiġi kkordinat mill-uffiċjal inkarigat mill-laboratorju tal-Kimika Agrarja bl-għajnuna ta' l-uffiċjali ta' l- Extension Service Office tal-Mosta.", "L-informazzjoni li tinġabar tinkludi dettalji dwar l-ambjent ta' l-għelieqi, il-varjetarjiet ta' l-uċuħ, ir- rotazzjoni, l-użu ta' fertilizzanti, bexx u kimiċi oħra li jaffettwaw il- produzzjoni.", "B'hekk kull bidwi jkollu aċċess għall-informazzjoni li tkun tista' tiġi aġġornata kull tant żmien.", "Il-bidwi jkun jista' ikun jaf liema tip ta' wiċċ jaqbillu jkabbar minn sena għal oħra biex jevita l-mard u jkollu produzzjoni tajba.", "MARSA RACING CLUB", "1894.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 838 dwar in-nuqqas ta' tagħrif mogħti għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 215, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija?", "Għaliex tħalla barra l-ammont indikat minni ta' nuqqas ta' ħlas ta' kera?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema snin kien chairman tal-Marsa Racing Club s- Sur Paul Midolo u peress illi qal li meta ma tħallsitx il-kera dovuta mill- gvern ma kienx chairman is-Sur Midolo, jista' l-Ministru jgħid min kien iċ- chairman?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħlas tal-kera dovuta lill-Gvern ilu ma jsir mill-1987.", "Iċ-Chairman tal-Club bejn l-1987 u l-1990 kien is-Sur Alfred Sant Fournier u s-Sur Paul Midolo kien Chairman bejn l-1990 u l- 1996.", "Ta' min jinnota li l-ħlas tal-kera ma sarx lanqas bejn l-1996 u l- 1998 meta kien Chairman is-Sur George Borg Cardona li kien ġie maħtur mill- Onor. Inerpellant.", "MARSA RACING CLUB", "1895.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 837, jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ftehim milħuq bejn il-kumitat u l-membri (sidien u ġerrejja) tal-Marsa Racing Club?", "Dawn ta' l-aħħar intalbu xi kontribut finanzjarju biex isiru x-xogħlijiet indikati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol ta'l-upgrading tal-korsa sar wara ftehim li ntlaħaq fil-Kumitat Eżekuttiv iżda dejjem kien hemm qbil bejn il-Kumitat u s-sidien li kienu jinżammu infurmati permezz ta' laqgħat li kienu jissejħu apposta.", "Ma kien hemm ebda kontribut finanzjarju dirett mis-sidien lejn dan il-proġett.", "EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA/INSTRUCTORS", "1980.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema/instructors tal-Gvern li ġew trasferiti biex jaħdmu f'segretarjati tal-ministeri u segretarji parlamentari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba diġa' ingħatat f'Mistoqsija oħra.", "DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR", "1981.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba tiegħi mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 985 dwar il-każijiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tal- Konsumatur, jista' l-Ministru jgħid: (a) x'kienu l-116-il każ mit-total ta' 669 li kien hemm fl-1998 li ma joħroġx fil-breakdown mogħti, ladarba ma kenux ġustifikati u lanqas milqugħa; u (b) jista' jwieġeb il-parti tal- mistoqsija: \"X'passi ttieħdu kontra dawk li kisru l-liġi?\"", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-breakdown mogħti għall-mistoqsija parlamentari numru 985, fil-fatt ma joħroġx l-ammont ta' 216-il każ.", "Jiena nfurmat li 110 każi għadhom qed jiġu ttrattati mit-Tribunal għall- Affarijiet tal-Konsumatur u l-106 każi l-oħra għadhom qed jiġu investigati mid-Dipartiment.", "Id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandu l-funzjoni ta' medjazzjoni u għalhekk hija l-policy ta' l-istess dipartiment bħalma hija l- prattika fl-Ewropa, li jeduka kemm lill-kummerċjant kif ukoll lill- konsumatur.", "Jittieħdu passi legali kontra l-kummerċjant kemm il-darba dan ma jirregolax ruħu wara li d-dipartiment ikun ġibidlu l-attenzjoni għall- irregolarita'.", "Din hija l-policy imħaddma fl-Ewropa.", "Fil-fatt l-Ombudsman tal-Konsumatur ta' l-Isvezja, waqt żjara f'Ġunju ta' l-1997 fuq stedina tal-Ministeru tal- Finanzi, ikkonferma li huwa jopera fuq il-linji adottati f'pajjiżna.", "PORTIJIET - ĦADDIEMA", "2097.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li fir-rigward tal-ħaddiema tal-port, magħrufin bħala \"tal-guy\", hux se jkun permess illi l-ulied subien jieħdu l-post tax-xogħol li wirtu mingħand il-parentela tagħhom, minkejja li meta seħħ il-wirt kienu għadhom taħt l-eta' iżda llum il-ġurnata laħqu l-eta' maġġorenni?", "Jista' l-Ministru jispjega l-policy tal-gvern għal dawn il-ħaddiema tax-xatt?", "Is-sistema tal-wirt tal-post tax-xogħol se tibqa'?", "Jekk fl-affermattiv, kif?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li skond ir-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħaddiema tal-Port, waħda mill-kundizzjonijiet mitluba sabiex iben ta`ħaddiem tal-port ikun eliġibli biex jimla il-vakanza ta` meta jirtira l- missier hi li fid-data ta` l-irtirar tal-missier irid ikollu `l fuq minn 18 il- sena.", "Minkejja dan, ir-Regolamenti jipprovdu wkoll li iben ta` ħaddiem tal-port li jkun taħt it-18 il-sena iżda akbar minn 16 il-sena fiż-żmien li fiħ il- missier imut jew jirtira jista` jirreġistra bħala Ħaddiem prospettiv fi żmien xahar mill-mewt jew irtirar mix-xogħol tal-missier.", "L-iben minuri jikkwalifika għar-reġistrazzjoni ta` ħaddiem tal-Port meta jagħlaq 18-il sena u jkun jissodisfa l-kundizjonijiet għall-mili ta` vakanza ta` ħaddiem tal-port.", "Ir-Regolamenti ta` l-1993 jistabbilixxu li d-dritt tal-wirt ma jibqax jiġi applikat għal dawk il-ħaddiema li ġew reġistrati bħala ħaddiema tal- port wara t-23 ta` Ottubru 1992.", "PRODOTTI - ŻIEDA FIL-PREZZIJIET", "2291.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-aħħar diskors tal-Budget moqri mill-Onor.", "John Dalli, jista' l-Ministru jiggarantixxi li matul is-sena li ġejja ma joħorġux legal notices li bihom jgħolew xi oġġetti u b'hekk tgħola l-ħajja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li la jiena u lanqas l-ebda Ministru ieħor ma' jista' jiggarantixxi dak li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.", "Jiena ċert li lanqas fl-amministrazzjoni preċedenti ma setgħet tingħata tali garanzija.", "ĦADDIEMA IMPRESSED", "2535.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 1029?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.", "KERĊEM - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "2536.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal it-tħaffir għaż-żejt f'Kerċem u x'inhuma l-indikazzjonijiet mogħtija mill-esperti kemm tal-gvern u kemm tal- Kumpannija Saipem?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li t-tħaffir tal-bir f'Kerċem wasal fond ta' madwar 7000m.", "L-indikazzjonijiet mogħtija mill-esperti kienu u għadhom inkoraġġanti u għaldaqstant, jekk ma jinqalgħux diffikultajiet jew ċirkustanzi mhux mistennija, il-bir ser jiġi ttestjat fil-ġimgħat li ġejjin.", "Wara li jitlestew dawn it-testijiet, inkunu nafu aħjar jekk il-bir għandux potenzjal kummerċjali jew le.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POSTIJIET", "2537.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid-29 ta' Ottubru, 1998 sad-9 ta' Diċembru, 1998?", "Jista' l- Ministru jgħid mil-liema lokalitajiet ġew allokati dawn il-postijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid f'numri, mil-liema lokalitajiet huma dawk li gawdew mill-allokazzjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi mid-29 ta' Ottubru sad-9 ta' Diċembru 1998 ġew allokati 33 post.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-postijiet kif ġew imqassma.", "EXCHANGE BUREAUX", "2538.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati f'Malta u f'Għawdex Exchange Bureaux?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti neċessarji biex tinfetaħ Exchange Bureaux?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma konformi fil-ħlas tal-liċenzji meħtieġa?", "Jekk jirriżulta li numru minnhom mhux konformi, x'inhu jagħmel il-gvern biex dawn jikkonformaw?", "Kemm hija l-miżata ta' liċenzja biex tinfetaħ Exchange Bureaux?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "PEMBROKE - SCIENCE CENTRE - TITJIB", "2551.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-pjanijiet għat-titjib tas-Science Centre f'Pembroke li kienu nbdew fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn naħħa tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni tħejjew:", "1. pjanti ta' rehabilitazzjoni ta' bżonn immedjat", "2. pjanti ta' rehabilitazzjoni ta' xejra \"long term\"", "3. lista ta' prioritajiet", "Dawn ġew mgħoddija lill-awtoritajiet konċernati.", "Inżammu diversi laqgħat bħala tħejjija għal pjan strutturat.", "SKEJJEL - MTARFA - MANUTENZJONI", "2552.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskola primarja ta' l-Imtarfa biex din tkun tista' tilqa' in-numru dejjem jikber ta' tfal f'din il-lokalita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Iskola Primarja ta' l-Imtarfa hija waħda mill-iskejjel li jipparteċipaw fl-iskema ta' koperazzjoni bejn id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Kunsilli Lokali.", "Għalhekk il-manutenzjoni meħtieġa f'din l-iskola ser jitkomplew matul is-sena 1999.", "KORDIN - KUMPLESS VOKAZZJONALI", "2553.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet hemm maħsuba għall-kumpless vokazzjonali ta' Korradino barra minn dawk tas-servizzi infrastrutturali bl- ispiża ta' Lm149,995 li sejħa għall-offerti għalihom kienet ħarġet fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista li permezz tagħhom qed jitwasslu s-servizzi adegwati wara l-bieb ta' kull blokk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa tħabbar, waqqafna Steering Committee li ser jieħu ħsieb jiggwida programm sħiħ ta' ħidma li għandu jwassal għall-ftuħ ta' Istitut għall-Arti, Xjenzi Applikati u Teknoloġija.", "Wieħed mit-termini ta' riferenza huwa propju li jara x'inhuma l-faċilitajiet meħtieġa.", "Il- kumitat għadu kif beda x-xogħol tiegħu, u qiegħed isir studju biex jistabbilixxi l-prioritajiet tax-xogħlijiet li hemm bżonn.", "SKEJJEL - LIĊEO ĠUŻEPPI DESPOTT", "2554.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir is-sejħa pubblika għall-comprehensive architectural services biex ikun implimentat id-development brief validu magħmul mill-periti Joseph Falzon u Joseph Spiteri li anke l- amministrazzjoni u l-għalliema ta' l-iskola qablu miegħu fir-rigward tal- Liċeo Ġużeppi Despott fil-Verdala, Kottonera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tikkonsidra l- materja.", "SKEJJEL - MĠARR - SKOLA PRIMARJA", "2555.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' l- Imġarr (Malta)?", "Jista' jgħid x'hemm ippjanat li jitwettaq mill-proġett tul l-1999 bit-Lm80,000 li se jintnefqu fuqu?", "Meta hu maħsub li jitlesta l- proġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s'issa l-kuntrattur ħammel u naddaf l-art in kwestjoni.", "Tul l-1999 hu ppjanat li titlesta l-play area l-ġdida flimkien mal-blokka tal-klassijiet il-ġodda.", "Il-proġett hu maħsub li jitlesta fit-tmiem ta' l-2000.", "SKEJJEL - SAN PAWL IL-BAĦAR", "2556.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar?", "Ix-xogħol waqa' lura skond l-iskeda tax-xogħol kif ippjanat?", "Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu?", "Se jsiru aktar sforzi mad-Dipartiment tad-Drenaġġ biex tissolva l-problema kbira tar-riħa li toħroġ mill-pumping station li hemm eżatt ħdejn l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat lil l-estensjoni ta' l-iskola hija fi stadju avanzat filwaqt li t-tiġdid ta' l-ewwel sular ta' l-eżisenti huwa kompletament lest.", "Ix-xogħol ma waqax lura skond l-iskeda kif ippjanat filwaqt li l-proġett ikun lest kollu sa l-aħħar ta' Awissu 1999.", "Rigward il-problema l-kbira tar-riħa li toħroġ mill-pumping station tad- drenaġġ li hemm eżatt ħdejn l-iskola jrid jingħad li d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni ilha tikteb kontinwament minn Diċembru ta' l-1996 lid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet li taħtu jaqa' d-Dipartiment tad- Drenaġġ biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa li sfortunatament sal-lum għadhom ma nbdewx.", "Ser inkomli ninsisti għal soluzzjoni.", "FORZI ARMATI - IMPJEGATI", "2584.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li se jiddaħħlu fil-Forzi Armati s-sena d-dieħla in vista ta' risposta parlamentari li diġa' ngħatat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: F'dan l-istadju huwa ppjanat li jiġu reklutati madwar mitt suldat fl-1999.", "BARRANIN - WORK PERMIT", "2585.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li għandhom il-work permit illum?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu hawn dawn il- persuni u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li skond il-lista uffiċjali li ġiet ippubblikata fis-7 ta' Diċembru, 1998, kien hemm 2241 persuna barranija li kellhom permess biex jaħdmu Malta, liema lista ma tinkludix l-ismijiet ta' dawk il-persuni li l-permess tagħhom ikun validu għal anqas minn xahar.", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika dwar kemm dawn il-persuni ilhom f'Malta.", "Madwar 850 applikazzjonijiet pendenti qed jiġu pproċessati.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "2586.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom kienet involuta vejikola tal-pulizija din is-sena?", "Kemm kienet l-ispiża totali biex dawn ġew irranġati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kien hemm 52 vettura tal-pulizija li ġarbu ħsarat b'riżultat ta' inċidenti tat-traffiku.", "L-ispiża totali sabiex jiġu rranġati dawn il-vetturi hija stmata li tammonta għal Lm6,245.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - AMBULANZI", "2587.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ambulanzi li kienu nvoluti f'xi inċident tat-traffiku din is-sena u kemm kienet l-ispiża biex dawn ġew irranġati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kien hemm erba ambulanzi li kienu nvoluti f'xi incident tat-traffiku din is-sena.", "Wahda minnhom ma kellha ebda hsara.", "L- istima ghat-tiswija tat-tlieta l-ohra hi ta' LM135, Lm49.50 u Lm10 rispettivament.", "SAĦĦA - MOBILE BLOOD DONORS UNIT", "2588.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm tiswa kuljum biex tinżamm u titħaddem il-mobile blood donors unit?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Biex topera il-Mobile Unit tad-Dipartiment tat- Trasfuzzjoni tad-demm hemm bzonn ta' sitta min-nies: Tabib, SRN, SEN, Health Assistant/Nursing Aid, Hospital Auxiliary u x-xufier.", "Il-Unit tad-Demm tahdem mit-Tnejn sal-Hadd u gurnata minnhom ma tohrogx.", "Tkun miftuha bejn it-tmienja ta' filghodu u s-siegha u nofs ta' wara nofs in-nhar.", "Il-paga medja ta' kull persuna fuq il-Mobile Unit kull jum hija kif gej:-", "- Tabib LM17.85 [din tinkludi Hdud ua day allowance]", "- SRN LM19.00 [din tinkludi allowances u premiums]", "- SEN LM15.50 [din tinkludi allowances u premiums]", "- H/Asst LM11.96 [din tinkludi allowances]", "- Hosp Aux LM11.09 [din tinkludi overtime tal-Hadd]", "- *Driver LM20.60 [din tinkludi overtime matul il-gimgha u l-Hadd]", "- Boroz ta' demm u l-iprocessar LM17.00 -------------", "Total LM113", "Ma dawn iridu jizdiedu spejjez ta' insurance, licenzja, petrol u maintenance.", "* Billi hemm xufier wiehed biss, jsir ammont konsiderevoli ta' overtime.", "Il-possibilita li jizdiedu izjed xufiera diga giet accettata bhala principju u qieghed isir dak kollu possibbli biex dan jitwettaq.", "STITUTI RELIĠJUŻI", "2589.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li qegħdin jgħixu ġewwa xi istitut reliġuż illum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.", "LAQGĦAT MA' L-EX DEPUTAT DOM MINTOFF", "2595.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 1031 u t-tweġiba li ta l-Ministru, jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi d-domanda skond ma jippermettu l-proċeduri u r-regoli tal-Kamra?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Peress li l-proċedura u r-regoli tal-Kamra ma jippermettux l-interpellanza kif magħmula, fid-domanda parlamentari 1031, ma għandi xejn x'inżid mar-risposta gja magħmula.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "2603.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jirreġistraw bħalissa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Settembru 1998 kien ta' 7,184.", "KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA", "2604.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn hemm vakanzi ta' kunsilliera fil-kunsilli lokali f'Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li sal-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru 1998 f'Malta kien hawn vakanza waħda ta' kunsillier, fil-Kunsill Lokali ta' Lija.", "F'Għawdex kien hemm oħra, fil-Kunsill Lokali ta' Sannat.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - MEDIĊINI OUT OF STOCK", "2605.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli \"special items\" li huma out of stock bħalissa fl-ispiżeriji taċ-ċentri tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hemm l-ebda pillola \"special\" li hija out of stock fl-ispizeriji tac-centri tas-sahha llum.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - INJECTIONS KONTRA L-INFLUWENZA", "2606.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ittieħdu injections kontra l-influwenza fiċ-ċentri tas- saħħa għal din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' tilqim kontra l-influwenza li ttiehdu fic-Centri tas-Sahha, inkluz Ghawdex, kien ta' 13,875.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - TLUQ MILL-ISKOLA QABEL IS-16-IL SENA", "2607.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena talbu lid-dipartment permess biex jispiċċaw mill-iskola għax sabu xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KAROZZI TAL-KIRI", "2608.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1897, jista' l- Ministru jirrispondi l-parti li tikkonċerna lid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ebda dipartiment ma kellu karozzi tal-kiri għall-użu tiegħu.", "SIGURTA' SOĊJALI - PERSUNI SEPARATI - MANTENIMENT", "2616.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija li għamiltlu waqt id-diskussjoni dwar il-voti li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu, jiġifieri x'jiġri minn persuni separati li jkollhom digriet mill-Qorti għal manteniment, iżda l-ex raġel ma jagħtihomx dan il- manteniment, dawn se jkunu ntitolati għaż-żieda fl-entitlement fuq it-taxxa tad-dħul?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet imwieġba fid-diskors ta' l-għeluq waqt id-diskuzzjoni tal-vot ta' dan il- Ministeru.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant trid aktar informazzjoni allura hi ġentilment mitluba tirreferi d-domanda lill-Ministru responsabbli mid- Dipartiment tax-Taxxi Interni.", "SAĦĦA - APPUNTAMENT BIEX ISIRU BRACES", "2618.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li biex speċjalista dentali tara pazjent biex jagħmel il-braces ġie mogħti appuntament minn Ottubru, 1998 sa Settembru, 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-ragunijiet ghaliex l-ispecjalista inkarigat mill-Orthodontics idum kwazi sena biex jara l-pazjenti referiti lilu huma:", "[1] Dan l-ispecjalista qieghed fuq parental leave; izda joffri s-servizzi tieghu darba fil-gimgha.", "F'gimgha wahda jara kazijiet godda, waqt li l- gimgha ta' wara jaghmel operazzjonijiet u reviews.", "[2] Il-konkorrenza ghal din il-klinika hija kbira (45 pazjent kull darba).", "[3] Id-Dipartiment tas-Sahha ilu li ha hsieb din is-sitwazzjoni.", "Filfatt waqt li l-post-Senior Registrar fl-ispecjalita ghadu vojt – hemm dentista li qieghed jistudja barra biex jispecjalizza fl-Orthodontics (meghjun) bi study leave minghajr paga mid-Divizjoni tas-Sahha.", "Dan mistenni li jiggradwa fi zmien sentejn.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TOBBA", "2619.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Gvern dwar il-bżonn ta' aktar tobba fil-Health Centres waqt il-ħin taċ-ċertifikati tal-mard u r-riċetti tal- mediċini b'xejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tqassim tat-tobba fic-Centri tas-Sahha jsir skond ir-rizorsi umani disponibbli.", "Il-problema ta' nuqqas ta' tobba Centri tas-Sahha hija wahda li ilha ghaddejja ghal zmien twil u d-Dipartiment tas- Sahha qed jaghmel minn kollox biex jingagga tobba godda kemm fuq bazi full time kif ukoll part tim", "QORMI - TRIQ IL-ĠDIDA", "2620.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, f'Ħal Qormi li hija ta' periklu kemm għal min joqgħod fiha kif ukoll għal min jgħaddi minnha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-parti ġa miftuħa ta` Triq il- Ġdida fi triq il-Ħelsien hija diġa asfaltata u għalhekk ix-xogħol fiha irid isir mill-Kunsill Lokali.", "Il-parti tat-triq li għadha mhix miftuħa għax fiha għad m`hemmx żvilupp tinfetaħ aktar il quddiem meta jitlesta l-bini fiha, flimkien mas-servizzi neċessarji.", "STA.", "VENERA - TRIQ L-GĦOLJA", "2621.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf il-parti tat- triq ħdejn Entrance of Block F, fi Triq l-Għolja, Sta.", "Venera li qisha maqjel?", "Meta din it-triq se tiġi asfaltata kollha għaliex sa llum nofsha hija asfaltata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant hi mitluba tirreferi l-ewwel parti tal- mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat peress li d- Dipartiment tat-Toroq mhux responsabli mit-tindif ta` l-iskart.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li din it-triq qiegħda nkluża biex tiġi asfaltata max-xogħol li ser isir fit-toroq ma ġenb Psaila Street bi preparament għax-xogħol ta` l-Upgrading ta` Psaila Street.", "QORMI - TAL-BLAT II - QASAM TAD-DJAR", "2622.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq it- toroq fil-Housing Estate f'Tal-Blat II, f'Ħal Qormi li huma ta' periklu kemm għar-residenti, għal pedestrians kif ukoll għal vetturi li jgħaddu minnhom, minħabba l-istat diżastruż li jinsabu fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huma asfaltati u għalhekk ix-xogħol fihom irid isir mill- Kunsill Lokali.", "MALTACOM - QTUGĦ TA' LINJI", "2633.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal- lum inqatgħu linji tat-telephone lil konsumaturi għax ma ħallsux il-kont tat-telephone?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat."]} {"filename": "20001031_414d_par.doc", "date": "2000-10-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 414 It-Tlieta, 31 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 414", "It-Tlieta, 31 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "414", "It-Tlieta, 31 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 440", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 440", "TQEGĦID TA' KARTI 444", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET", "ELETTRONIĊI (IT-TIENI QARI)", "ELECTRONIC COMMERCE BILL (SECOND READING) 445", "AĠĠORNAMENT 464", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 469", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru. 413 li saret fil-31 t'Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - ASPIRIN", "19960.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-pilloli Aspirin enteric-coated tabs u l-pilloli Zocor 20mg humiex out of stock?", "Jekk fl- affermattiv, x'passi qiegħed jieħu l-gvern?", "Jekk le, meta kienu out of stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Sur President, jien informat li l-pilloli Aspirin 75mg enteric-coated tabs ma kenux out of stock mill- ewwel ġimgħa t'Awissu sa l-14 ta' Ottubru ta' din is-sena mill-ispiżerija ta' l-isptar.", "Il-pilloli Zocor 10mg kienu nieqsa mill-ispiżerija ta' l-isptar bejn it- 12 u l-20 ta' Lulju ta' din is-sena.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Ministru għandu ħjiel ta' kemm hemm mediċini li bħalissa jinsabu out of stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament id-dipartiment tas-saħħa jżomm statistika tal-konsum u jallaċċjaha wkoll ma' meta joħorġu t-tenders biex jiżgura li jkun hemm dejjem supply ta' pilloli skond il-bżonn.", "Ta' min jgħid li dan huwa eżerċizzju kontinwu minħabba l-fatt li ħafna drabi meta jingħata tender, dan jingħata fuq medda ta' tliet snin u allura jekk titfaċċa fis- suq pillola ġdida biex tieħu post xi pillola oħra li kienet hemmhekk qabel, wieħed ikun irid jagħmel ċerti adjustments għaż-żieda ta' din il-pillola l- ġdida.", "Ovvjament dan ikun ifisser li l-konsum tal-pillola l-antika jonqos.", "Irrid ngħid lill-Onor.", "Interpellant ukoll li tinżamm statistika dwar kemm hemm mediċini u x'tip ta' mediċini hemm neqsin.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra rrispondejt domanda parlamentari fuq xi mediċini li kienu neqsin mill- Isptar Boffa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Meta l-weekend li għadda mort inżur ħabib tiegħi fl- Isptar San Luqa ltqajt ma' kostitwent li qalli li tneħħietlu xi glandola minn griżmejh u dan qalli wkoll li l-pilloli li kien jeħtieġ jieħu kienu ilhom out of stock madwar xahrejn.", "Ma nafx nagħtik iktar dettalji f'dan ir- rigward għax ma komplejtx insegwi dan il-każ.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, ċertament m'iniex qed ngħid li ma jkunx hemm instances meta l-pilloli jkunu out of stock.", "(Interruzzjonijiet) Kif diġa' kelli l-opportunita` ngħid, jekk ċerti tip ta' pilloli jkunux out of stock jew le jiddependi minn ħafna affarijiet.", "Per eżempju, ikun hemm każi fejn minkejja li t-tenderer jintrabat li jissupplixxi lid-dipartiment tas- saħħa bi provvista għal żmien tliet snin, jekk għal xi raġuni jew oħra t- tender tiġi abbandunata, il-konsegwenza tkun li d-dipartiment jinqabad b'xejn..", "Għandek ukoll mediċini li ma jinxtrawx bil-kwantita` imma jinxtraw skond il-bżonn ta' kull pazjent individwali.", "Pero` jekk il-kollega tiegħi għandu f'moħħu xi isem ta' xi mediċina partikolari, jien inkun nista' nagħmel il-verifiki neċessarji u nagħtih risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'każ li jirriżulta li jkun hemm bżonn ta' kwantita' ikbar ta' pilloli minn dik li tkun tidher fit-tender documents, x'jiġri?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Attwalment meta jingħata tender għal tliet snin tingħata għal kwantita` speċifika u, biex niffrankaw li jkollna overstocking, waħda mill-klawsoli li jkun hemm fit-tender documents tkun tgħid li ammont minn dan it-total għandu jiġi pprovdut lill-isptar fuq perijodu ta' tliet xhur.", "Ovvjament it-tenderer ikun jaf li huwa marbut għal tliet snin, jiġifieri jkun diġa' għamel l-arranġamenti mal- manufacturers biex ikollu dak is-supply għal tliet snin.", "Jekk naraw li l-konsum ta' xi tip ta' pilloli jkun qiegħed jiżdied, minkejja li t-tenderer normalment jissupplixxilek ċertu ammont ta' pilloli kull tliet xhur, aħna nkunu nistgħu nagħmlu talba għal din il-provvista f'data iktar kmieni.", "Ġieli jkun hemm ukoll każi fejn minħabba li xi drabi jkun hemm żmien fejn it-tobba jippreskrivu ċertu tip ta' mediċina iktar minn oħrajn - għax t-tobba wkoll jimxu bil-moda f'dik li hi għażla ta' mediċini - issir ordni għal kwota ikbar minn dik li oriġinarjament inkunu miftehmin fuqha.", "Jien naħseb li f'dawk li huma tenders, l-iktar ħaġa li ttellef hija meta xi tenderer li ma jirbaħx l-offerta jogħġbu jiftaħlek kawża, bil- konsegwenza li jitfagħlek il-proċess kollu lura.", "Tant hu hekk li ġieli jkun hemm każi fejn ċerti mediċini jkollhom jinxtraw by direct order biex tiġi żgurata s-supply.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-gvern għadux jagħmel parallel trading meta jiġi biex jakkwista l-mediċini?", "Qed ngħid dan għax niftakar li meta kont ministru tal-kummerċ u kont ikkummissjonajt studju dwar il-parallel trading, minħabba li kien hemm oġġezzjoni min-naħa tal-kamra tal-kummerċ għal dan it-tip ta' negozju, waħda mill-affarijiet li rriżultat b'mod ċar hija li meta jiġi għall-procurement tal-mediċini, f'ċerti ċirkostanzi l-medical stores jixtru mingħand parallel traders iktar milli jixtru mingħand is-suppliers akkreditati.", "X'inhi l-pożizzjoni fil- preżent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pożizzjoni hi li mit-2 ta' Frar tas-sena l-oħra, kulmin jissupplixxi mediċini lill-gvern qed jiġi mitlub jipprovdi certificate of pharmaceutical product, peress li m'huwiex faċli li l- parallel traders jew il-parallel importers jakkwistaw is-CPP.", "Safejn naf jien il-bulk tal-mediċini jinxtraw mingħand aġenti rikonoxxuti, jiġifieri minn fabbriki barranin, għaliex huwa iktar faċli li dawn jakkwistaw is-CPP kif rikjest bil-liġi.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA – SELF-REFERRALS", "20457.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk żdiedux is- sefl-referrals minn mindu kellhom jitnaqqsu l-ħinijiet tal-ftuħ ta' xi ċentri tas-saħħa minħabba nuqqas ta' tobba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li r-records fir-reġistru tal-pazjenti li jattendu d-dipartiment ta' l-emerġenza ma jiddistingwux bejn każi referred u każi self-referred, huwa impossibli li toħroġ statistika fi żmien qasir biex tistabilixxi jekk żdiedux il-każi self-referred minn mindu tnaqqsu l- ħinijiet tal-ftuħ ta' xi ċentri tas-saħħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Peress li għal dawn l-aħħar 15-il sena l-average rate ta' pazjenti li rrikorrew fid-dipartiment ta' l-emerġenza huwa ta' ftit iktar minn 100,000 persuna – m'hemmx dubju li ħafna nies qed jabbużaw mid- dipartiment ta' l-emerġenza - u billi dan in-numru huwa esaġerat nixtieq inkun naf jekk hijiex qed tittieħed xi inizjattiva mid-dipartiment tas- saħħa biex nipprovaw nedukaw lin-nies dwar meta għandhom jirrikorru fid- dipartiment ta' l-emerġenza u meta m'għandhomx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament jeħtieġ li ssir kampanja edukattiva ħalli nagħmlu lin-nies aware ta' meta għandhom jirrikorru fid-dipartiment ta' l- emerġenza u meta m'għandhomx.", "Nispera li ma ndumux ma nibdew nimplimentaw sistema fejn kull pazjent riferut fid-dipartiment ta' l-emerġenza jgħaddi minn proċess ta' triage, fejn l-emerġenza tal-każ tiġi stabilita skond it- ticket of admission li l-pazjent jingħatalu.", "Ovvjament dawk li jkunu każi ta' urġenza jiġu eżaminati u assessed mill-ewwel, filwaqt li każi oħra li ma jkunux daqstant urġenti jkollhom jistennew għal xi sagħtejn jew tlieta.", "Biss jien naħseb li jsiru kemm isiru kampanji edukattivi, huwa meta wieħed jirrikorri l-emerġenza u jgħidulu li se jkollu jistenna għal tliet sigħat sħaħ biex jinqeda li jitgħallem ma jaqbadx u jirrikorri l-emerġenza mal- ewwel imma jipprova jsib alternattivi oħra.", "Sur President, aħna qed naħsbu fuq riforma ġdida, jiġifieri li jkun hemm kollegament bejn iċ-ċentri tas-saħħa u l-emerġenza ta' l-isptar, ħalli jekk ħaġa tkun tista' tiġi ttrattata faċilment fiċ-ċentri tas-saħħa, ma tiġix ittrattata fid-dipartiment ta' l-emerġenza.", "Sabiex naqtgħu l-abbuż li pazjent imur f'xi wieħed miċ-ċentri tas-saħħa u jgħid lit-tobba t'hemmhekk li huwa ġie riferut hemmhekk mill-isptar mingħajr ma dan ikun minnu, dawk il-pazjenti li jintbagħtu ġo xi health centre minn San Luqa se jibdew jingħataw biljett iffirmat bil-ħin u l-ġurnata li fihom il-pazjent ikun irrikorra d-dipartiment ta' l-emerġenza.", "AMBJENT - HOSPITALITY", "19895.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot tal-estimi ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni) f'isem il- Ministru għall-Ambjent: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul il- perijodu msemmi, l-ispiża kienet ta' 67.45% tal-vot allokat għal hospitality.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li flok ta l-ammont kif kellu jingħata, ingħata persentaġġ tal-vot allokat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien naħseb li faċli ħafna li ssib kemm hu l-ammont.", "Per eżempju, 67.5% ta' Lm10,000 huwa Lm6,750!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li meta kont ministru jien kont ġejt mitlub mill-Avukat Joe Cassar għall-oppożizzjoni Nazzjonalista biex nagħti breakdown ta' dawn il-voti, u l-Onor.", "Ċensu Galea, li kien preżenti, kien qabel li kellha tingħata dik it-tip t'informazzjoni, jista' l-Ministru jagħtini breakdown ta' dawn il-voti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Apparti li assolutament dan l-inċident li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Mizzi ma niftakrux, nista' ngħidlu li fil-file m'għandix l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Ministru nfakkru li meta lill-Avukat Cassar fl- okkażjoni li semmejt ma tajtux il-breakdown li kien talabni, hu kien qabad u għajjat quorum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-unika darba li jien sejjaħt quorum waqt il-question time niftakru ċar ħafna.", "Fil-fatt jien dakinhar kont sejjaħt quorum għaliex il-ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Joe Mizzi, kien qażżeż din il-Kamra bl-insulti li kien beda jgħaddi lil membru parlamentari partikolari, li dejjem kien ikun preżenti għas-seduta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk il-Ministru jħoss li jien qażżist din il-Kamra, nista' ngħidlu li hu u l-partit tiegħu qażżu lil Malta kollha bil-mod kif qed jimxu!", "Dakinhar l-Onor.", "Censu Galea kien talab breakdown tal-voti allokati għall-estimi ġenerali u jien kont spjegajtlu kif kienu mqassmin eżatt l-ispejjeż mingħajr ma qgħadt insemmi persentaġġi.", "Issa qed nitlob lill-Ministru biex jagħti xi breakdown dwar x'kien il-vot allokat għall- ospitalita`.", "MR SPEAKER: Naħseb li r-risposta diġa' ngħatat.", "Ma nafx jekk il- Ministru jridx iżid xi ħaġa mar-risposta li ta.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn xi nżid, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ġaladarba qed jissemmew is-sejħiet għal quorum, nistgħu nkunu nafu kemm-il quorum kien issejjaħ mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista fit-Tmien Leġislatura?", "Jista' jgħidilna jekk kienx hemm 150 talba, kif fil-fatt kellna f'dawn l-aħħar sentejn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ir-records ta' din il-Kamra juru b'mod ċar li qabel ma kenux jissejħu dawn it-tip ta' quorums vessatorji li qed ikollna llum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, l-Onor.", "Cuschieri għamel mistoqsija parlamentari biex ikun jaf kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l- estimi ġenerali.", "Issa jien naf kemm jiġu 67% ta' Lm10,000 - s'hemmhekk nasal! - pero` meta wieħed jistaqsi kemm intnefqu flus ikun qed jippretendi ċ-ċifra u mhux il-persentaġġ, ħaġa sempliċi ħafna.", "Inti meta tmur tixtri lil tal-ħanut ma tgħidlux: Isma', x'persentaġġ tal-flus li għandi se titlobni?", "Madanakollu l-Ministru u sħabu għażlu li ma jagħtux din iċ-ċifra.", "Allura jista' l-Ministru jgħidilna jekk din hijiex xi direttiva oħra biex minflok ma jirrispondu l-interpellanzi b'mod dirett, jaraw kif jaħarbu milli jirrispondu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien persważ li kull membru għandu kopja ta' l-estimi li ġew approvati fil-budget tas-sena li għaddiet u ovvjament meta tingħata rata perċentwali, ikun qed jingħata wkoll l-ammont li attwalment ikun ġie minfuq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi l-flus allokati għall-hospitality huma indikati fl-estimi ġenerali, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn inqabżux?", "Jista' jagħti wkoll breakdown ta' kemm intnefqu flus f'hospitality fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ġaladarba l-ispiża f'hospitality kienet ta' 67.5% ta' dak provdut, huwa ovvju li għad fadal 32.5% x'jintefqu!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru ma jaħsibx li l-membri parlamentari ta' din il-Kamra diġa' għandhom xogħol biżżejjed ġaladarba l-parlament qed jiltaqa' tmien darbiet fil-ġimgħa biex joqogħdu jaqilbu l-persentaġġi f'ċifri assoluti?", "Jaqaw se tkun xi regola ġenerali li minflok ma jingħataw ċifri, jingħataw persentaġġi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, rigward id-domanda li għamilli l-Onor.", "Mario Galea, hawnhekk m'għandix breakdown ta' kemm intnefqu flus f'hospitality fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Rigward id-domanda ta' l-Onor.", "Abela, ma naħsibx li għandi iktar x'inżid f'dan ir-rigward.", "AGRIKOLTURA U SAJD - HOSPITALITY", "19896.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-estimi ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 t'Ottubru, 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li matul il-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant, l- ispiża f'hospitality kienet ta' 84.6% tal-vot allokat għall-hospitality.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' familji b'ġenitur wieħed li rċevew allowance tat- tfal matul is-snin 1996 - 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20398.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 223 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar provdituri ta' servizzi għall-internet u data networks oħra;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 224 ta' l-2000 - data tal-bidu fis-seħħ tar- regolamenti ta' l-2000 dwar kwalifiki professjonali u vokazzjonali ta' Malta; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 219 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar eżenzjonijiet ġenerali għal ftehim ta' distribuzzjoni esklużiv;", "Avviż Legali Nru 220 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar eżenzjonijiet ġenerali għal ftehim ta' xiri esklużiv;", "Avviż Legali Nru 221 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti għal kategoriji ta' franchise agreements; u", "Avviż Legali Nru 222 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar eżenzjonijiet ġenerali għal ftehim ta' xiri esklużiv dwar birra u xorb.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI", "ELECTRONIC COMMERCE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mil-31 ta' Ottubru, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession of the House.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-oppożizzjoni qed issostni li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa importanti sabiex pajjiżna jkompli jindirizza l-bżonn li s-soċjeta` tagħna tirrikjedi ħalli dejjem issaħħaħ l- istrutturi tagħha bil-għan li ma tiġix żvantaġġjata f'dan il-qasam.", "Madanakollu matul dawn l-aħħar sentejn il-gvern preżenti wera nuqqas ta' pprogrammar f'dan il-qasam u n-nies li għandhom ikunu orjentati biex jilqgħu l-isfidi li għandna quddiemna ftit li xejn qed jingħataw support.", "Kif jaf kulħadd, pajjiżna jimporta ħafna prodotti.", "Dan huwa tajjeb, pero` xi drabi dan jaf joħloq ċerti problemi lis-self-employed iż-żgħar ukoll.", "Per eżempju, jien nixtieq li matul il-winding-up tiegħu l-ministru jgħidilna x'sar mill-IPSE matul dawn l-aħħar sentejn minħabba l-iżvilupp kontinwu li qed isir fl-użu ta' l-elettronika, tal-kummerċ, tal- komunikazzjoni u tat-transizzjonijiet elettroniċi.", "Nixtieq li l-ministru jgħidilna wkoll jekk kemm-il darba s-self-employed se jintlaqtu ħażin, ikollhomx xi tip ta' għajnuna biex huma jkunu jistgħu jorganizzaw u jinvestu b'mod li tabilħaqq ikun irendi.", "L-importanza li n-negozjant iż- żgħir jiġi mogħti din it-tip ta' għajnuna ma tinħassx biss għaliex pajjiżna għaddej minn żviluppi kontinwi, mhux biss għaliex Malta għandha l- limitazzjonijiet tagħha u allura iktar min pajjiżi oħra, jinteressaha li timporta minn pajjiżi oħra, inkluż mingħand dawk ġirien, imma wkoll għaliex hemm bżonn li l-impjiegi ta' pajjiżna jiġu sostnuti.", "Fil-fatt diġa' kien hemm diversi kelliema li għamlu riferenza għan-nuqqas ta' diskussjoni li teżisti fil-pajjiż f'dan ir-rigward.", "Kif qal il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar il-qasam ta' l- edukazzjoni, il-gvern m'huwiex qed iservi ta' għajnuna sabiex fl-iskejjel tagħna jiddaħħlu sistemi moderni bil-għan li norjentaw lit-tfal tagħna min eta` bikrija favur is-sistemi ta' kompjuterizzazzjoni.", "Hemm bżonn ukoll li jsiru ċerti diskussjonijiet bejn it-tfal, il-ġenituri u l-edukaturi tagħhom dwar il-bidliet li qed isiru fil-qasam tal-kummerċ elettroniku kif ukoll tingħata preparazzjoni edukattiva fl-iskejjel sekondarji tagħna f'dan ir- rigward.", "Minħabba d-deficit li għandu l-gvern, qed ikollhom jiddaħħlu dejjem iktar taxxi u m'għandniex xi ngħidu, dan jeffettwa l-mod ta' kif in- negozjanti tagħna jorganizzaw irwieħhom biex jilqgħu ruħhom għal dawn l- isfidi.", "Jagħmel ħafna sens li l-gvern jiċċara l-pożizzjoni tan-negozjanti ż-żgħar, li minbarra li kif kont qed nispjega, għandhom quddiemhom kompetizzjoni lokali ...", "Riċentement il-Maltapost ipprovat tissieħeb ma' xi kumpanniji interessati sabiex flimkien magħhom tkompli tagħmel ċertu żvilupp f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istationeries li hemm fl-uffiċini tal-posta.", "Naturalment dan ikompli joħloq iktar kompetizzjoni, u minħabba d-daqs ta' l-ekonomija tagħna m'huwiex daqstant possibbli li n-negozjant iż- żgħir ilaħħaq ma' dawn it-tip ta' sfidi.", "Għalhekk jeħtieġ li permezz ta' dawn il-programmi u d-diskussjonijiet edukattivi nqanqlu l-iżvilupp li qed iġibu magħhom dawn it-tip ta' sfidi.", "B'dan il-mod il-ħaddiema u n- negozjanti ż-żgħar jibqagħlhom mod kif isostnu l-għajxien tagħhom.", "Mid-distrett li ġej minnu jien hemm ħafna self-employed żgħar, u nista' ngħid li ħafna minnhom ma jafux kif se jorganizzaw lilhom infushom biex ikomplu isostnu l-għajxien tagħhom.", "Biex tkompli tagħqad, il-gvern qed juri nuqqas ta' determinazzjoni u ta' ħeġġa f'dan ir-rigward.", "Kif jafu ħafna minna, pajjiżi barranin jorganizzaw diversi laqgħat, diskussjonijiet, programmi edukattivi, taħriġ u courses dwar l-agri-turiżmu, dwar l-eco- tourism u dwar l-iżvilupp rurali biex ikun hemm żamma kontinwa tal-ħarsien ta' l-ambjent u tat-tradizzjonijiet li jeżistu fil-qasam tal-biedja.", "Kuntrarjament għal dan, il-qasam agrikolu ta' pajjiżna għadu ma bediex jirranka.", "Meta din in-naħa kienet fil-gvern, hija kienet ipprovat tniedi ċerti inizjattivi f'dan ir-rigward, fosthom billi pprovat tippromwovi ċerti żoni bħala agri-turistiċi, bħal meta, per eżempju, żviluppat il-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa.", "Ta' min jgħid ukoll li fi żmien l- amministrazzjoni Laburista, il-bdiewa żgħażagħ bdew jintegraw ukoll fil- biedja xjentifika u organika għax filwaqt illi jeżistu numru ta' diffikultajiet biex il-biedja tal-lum tkun kompetittiva, huwa importanti li l-ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam ma jitilfux l-għajxien tagħhom għax b'hekk inkunu qed nitilfu parti mit-tradizzjoni u mill-kultura ta' pajjiżna.", "Kif għedt diġa', sal-lum jiddispjaċini ngħid li hemm nuqqas ta' rieda f'dik li hi preparazzjoni lis-sajjieda u lill-bdiewa biex dawn ikunu mogħtija l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-assistenza biex jifhmu eżattament x'inhuma dawn il-bidliet li qed jirriżultaw illum.", "Donnu li f'pajjiżna din id-diskussjoni għadha ma ngranatx biżżejjed.", "Per eżempju, jien jiddispjaċini meta naqra fuq il-gazzetta li ċerti familji Maltin u Għawdxin li jiġġeneraw in-negozju tagħhom mix-xogħol li jagħmlu huma stess, filwaqt li pproġettaw li se jdaħħlu ċertu ammont mill-attivita` li għandhom, illum diġa' għandhom ċerti problemi mal-banek għax irriżulta li m'huwiex daqstant flessibli li jilħqu t-targets tagħhom.", "Naturalment dan ma jfissirx li dan kollu ġej biss min slowdown ekonomiku imma ġej ukoll mill-bidliet globali u reġjonali li qed niffaċċjaw fil-ħajja ta' kuljum.", "Għalkemm l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jgħin sabiex isiru l-bidliet meħtieġa ħalli dan it-tip ta' kummerċ ikun illeġislat bl-iktar mod flessibli għal dik li hi amministrazzjoni u strateġija tal-pajjiż, imbagħad fejn tidħol l- istrateġija tal-mod ta' kif se nambjentaw iktar taħriġ u iktar edukazzjoni l-gvern għadu xott wisq.", "Jeħtieġ nagħrfu li dan huwa bżonn, u huwa inutli li ma nirrikonoxxux dan il-fattur għax fl-aħħar mill-aħħar irid ikollna l-ikbar responsabbilta` li l-liġijiet li qed infasslu jmexxu lill-poplu tagħna 'l quddiem.", "Nispera li matul il-winding up tiegħu, il-ministru jispjega x'diskussjonijiet għamel il-ministeru tiegħu ma' l-IPSE biex din ikollha pjan ta' kif se tgħin lin- negozjanti ż-żgħar tagħna biex jippreparaw ruħhom għal dawn it-tip ta' sfidi.", "Min-naħa l-oħra jien nispera wkoll li l-poplu jisma' minn din il- Kamra kif qed jiġu ppreparati l-iskejjel ta' l-istat u dawk privati biex jilqgħu għal dawn it-tip ta' sfidi u bidliet.", "Fl-opinjoni tiegħi, anke l- korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għandha rwol importanti x'tagħti f'dan ir- rigward, u dan billi ma tħarriġx biss lil dawk li jkunu qed jirreġistraw imma wkoll lil min għandu bżonn jaġġorna ruħu b'ċertu knowledge.", "Hemm bżonn nirrikonoxxu li r-Repubblika ta' pajjiżna hija mwaqqfa fuq ix- xogħol, u allura rridu nifhmu li l-bidliet li nagħmlu jridu dejjem joħolqu l-ispazju u jinċentivaw id-dritt tal-għajxien tal-poplu tagħna.", "Naturalment ċerti żviluppi mhux biss se joħolqu diffikultajiet mil-lat leġislattiv, mil- lat ta' taxxa jew mil-lat ta' kummerċ imma anke mil-lat soċjali.", "Terġa' aħna żgħar u għalhekk ma nistgħux nippermettu li nagħmlu ċerti spejjeż għax ara l-pajjiżi l-kbar; dawn jinvestu miljuni ta' liri sabiex jipproteġu liċ- ċittadini tagħhom minn dawn il-bidliet.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li l-gvern Malti jinsab fi żvantaġġ għax għandu bżonn ħafna finanzjament biex jorganizza programmi edukattivi ta' taħriġ ħalli jkollna iktar sigurta` fin- negozju tas-self-employed iż-żgħar.", "Mr Speaker, jien ma rridx inbeżża', anzi ngħid li hemm bżonn nifhmu li aħna lkoll għandna l-obbligu li nagħmlu dawk il-bidliet li minbarra li jġibuna parti mid-dinja moderna, fl-istess ħin jiggarantulna support kemm f'dik li hija attivita` kif ukoll fid-dinja tax-xogħol tagħna.", "Jien naf li hemm ċerti Maltin li huma kapaċi u mustaċċuni biżżejjed li ma jsibux problemi biex ikattru l-kummerċ tagħhom barra minn xtutna, pero` mbagħad min-naħa l-oħra rridu naraw li noħolqu bilanċ għax jista' jkun hemm ħaddiema oħra li b'dawn il-bidliet isibu ruħhom fi żvantaġġ.", "Per eżempju, għadu m'hux daqstant magħruf il-mod teknoloġiku u elettroniku li bih iridu jħejju s-sajjieda tagħna.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għan-negozjanti ż- żgħar.", "Daqskemm aħna għandna l-obbligu li nwettqu l-bidliet meħtieġa biex pajjiżna jkun konformi ma' pajjiżi oħra, daqstant ieħor għandna l-obbligu li naraw fejn dawn il-bidliet se jeffettwawna ħażin.", "Jekk nagħmlu dan, inkunu nistgħu nistabilixxu mod kif aħna, bħala deputati tal-poplu, nikkomunikaw dwar dawn il-bidliet, liema bidliet huma marbuta mal-progress kontinwu li qed isir madwarna.", "Filwaqt li l-gvern, biex jindirizza d- deficit tiegħu, qiegħed dejjem jara kif jista' jiġbor iktar taxxi minn fuq il-poplu u kif jista' jnaqqar iktar is-servizzi soċjali, is-self-employed iż-żgħar m'humiex qed jiġu jħabbtu l-bibien tagħna biex insibulhom ix- xogħol imma qed ikunu huma stess li jieħdu l-inizjattiva u r-riskju li jagħmlu ċerti commitments mal-banek.", "Mr Speaker, jekk kemm-il darba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, irridu naċċettaw li mhux biss se jkollna r-responsabbilta` ta' border inspection point għall-Ewropa imma wkoll li nakkomodaw l-interessi tal-pajjiżi mseħbin fl-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament dan jinvolvi lill-gvern f'iktar spejjeż.", "Fil- winding-up tiegħu l-ministru għandu jispjega l-bidliet li jkunu għaddejjin biex in-negozjanti ż-żgħar u l-ħaddiema tagħna jkunu konxji ta' dawn il- bidliet.", "Hemm bżonn ukoll li l-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ tifhem li l-kumpanniji żgħar għandhom jingħataw ċertu tagħrif u taħriġ f'dan ir- rigward.", "Waħda mill-affarijiet li kont qed nesplora dan l-aħħar hija l- kwestjoni tal-cargo.", "Mr Speaker, minkejja li aħna qlibna minn sistema manwali għal sistema komputerizzata, sfortunatament il-cargo iktar qed idum biex jiġi released minn Ħal Luqa.", "Airports internazzjonali oħra rnexxielhom jagħmlu din il- bidla, pero` għal xi raġuni jew oħra aħna qed inkunu iktar slow.", "Qed nagħti dawn l-ispjegazzjonijiet għax inħoss li l-poplu Malti u Għawdxi m'huwiex daqstant informat bil-liġijiet li qed nilleġislaw f'pajjiżna u bit- tibdil li dan qed iġib miegħu.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u nitolbok tikkonkludi d- diskors tiegħek.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien nikkonkludi dan id-diskors billi nawgura li iktar nies isiru konxji tal-bidliet li hemm bżonn isiru għall-ġid tas- soċjeta` Maltija u Għawdxija.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, kemm hu sabiħ il-progress!", "Naħseb li jekk hemm xi ħaġa li rridu nenfasizzaw waqt li qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi, din hija l-qabża kbira ta' kwalita` li għamel dan il-pajjiż matul dawn l-aħħar snin.", "Il-membri tan-naħa l-oħra qed jidħku, pero` jien nixtieq infakkar li, per eżempju, 13-il sena ilu li jkollok computer f'dan il-pajjiż kien illegali u biex timportah kien ikollok tiffirma dikjarazzjoni li m'inti qed tkeċċi lill-ebda persuna li taħdem miegħek.", "Hija xi ħaġa ta' l-għaġeb li wara biss 13-il sena, f'dan il-parlament qed nilleġislaw biex inkunu nistgħu nagħmlu kuntratti u transactions mal-gvern f'forma elettronika, u naħseb li dan kien pass kbir 'il quddiem ta' kwalita`.", "Ovvjament xejn ma jsir bix-xejn, u dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jista' jiġi implimentat biss għaliex fil-bidu tas-snin disgħin kellna gvern b'viżjoni serja li investa bil-qawwa kollha fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet.", "Ta' min ifakkar ukoll li sa 13-il sena ilu konna għadna ninqdew b'sistema ta' telephones li kienet ġiet imwarrba fl- Uganda imma l-gvern Laburista ta' qabel l-1986 kien tal-fehma li dik is- sistema kienet tajba għal pajjiżna.", "Daqshekk kien jistmah lil pajjiżna dak il-gvern!", "Illum qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li bażikament il-qafas tiegħu huwa li jirrikonoxxi l-importanza ta' l-informatika għall-futur ekonomiku u l-prosperita` soċjali ta' Malta.", "Dan il-pajjiż irid ikun parti mid-dinja moderna tal-lum, u għalhekk bdejt id-diskors tiegħi billi għedt: Kemm hu sabiħ il-progress!", "Tifhimha li min kien imdorri fil-medjokrita` l-progress jarah sabiħ.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu jiffaċilita iktar l-użu tal-kummerċ, tal-komunikazzjonijiet u t-tat-tranżazzjonijiet elettroniċi, għandu jippromwovi fiduċja fl-użu tal-kummerċ, tal- komunikazzjonijiet, tat-tranżazzjonijiet elettroniċi u għandu jagħmilha ħafna iktar faċli għas-settur kummerċjali li fir-relazzjonijiet tiegħu mal- gvern juża komunikazzjonijiet elettroniċi.", "Naħseb li jekk inżommu f'moħħna dawn it-tliet punti nkunu nistgħu napprezzaw ħafna iktar ir-raison d'être ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Aħna rridu li pajjiżna jkun pajjiż modern mhux bir-rettorika imma bil- fatti, u għalhekk f'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa li dan l-abbozz ta' liġi se jintroduċi jew jemenda b'mod radikali ħafna.", "Fil-fatt permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, il-Kodiċi Kriminali se jiġi emendat b'mod drastiku għax fih se jiġi introdott subtitle ġdid imsejjaħ \"Fuq l-użu mhux kif dovut tal-computer\".", "Għal min jinteressah, dan is-subtitle se jidħol taħt il-kappa tad-delitti kontra l-proprjeta` u kontra s-sigurta` pubblika u f'dan l-abbozz ta' liġi se naraw kif il-leġislatur jixtieq li l-Kodiċi Kriminali jiġi emendat b'tali mod li jkun jirrispekkja r-realtajiet ta' pajjiż modern, u allura, ta' realtajiet moderni.", "Dari l-Latini kienu jgħidu \"facta lex inventa fraus\", jiġifieri hekk kif tiġi mfassla liġi, il-bniedem isib loophole kif jabbuża minn dik il-liġi.", "Jien naħseb li huwa xieraq li l-leġislatur jimxi pass pass ma' l-iżviluppi li qed iseħħu fid-dinja tal-lum.", "Huwa kunċett ġdid ukoll li se ndaħħlu r-reat ta' hacking, jiġifieri li wieħed jintroduċi virus fis-sistema tal-computer u affarijiet simili.", "Jien persważ illi li kieku kelli nitkellem b'mod dettaljat fuq dan il-qasam kont indum nitkellem is-sigħat għax il-klawsoli li hawn fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jixprunaw dibattitu legali interessanti ħafna, pero` għalissa se nibda biex nitkellem fuq l-ewwel bidla importanti.", "Klawsola 30 ta' dan l-abbozz ta' liġi qed iżżid subparagrafu (1) ta' paragrafu (B) t'artiklu 337, li jitkellem dwar il-computer misuse, u qed iżżid ukoll subparagrafu (1) ta' paragrafu (C) t'artiklu 337, li għandha bħala marginal note \"unlawful access to, or use of, information\".", "Subparagrafu (D) ta' paragrafu 337 kif propost fi klawsola 30 jgħid li:", "\"Kull persuna li mingħajr awtorizzazzjoni tagħmel xi wieħed minn dawn l-attijiet li ġejjin tkun ħatja ta' reat kontra dan l-artikolu -", "(a) timmodifika tagħmir jew provvisti tal-computer li jintużaw jew li huma maħsubin li jintużaw f'xi computer, sistema ta' computer jew computer network;", "(b) tieħu pussess ta', tagħmel ħsara fi jew teqred xi computer, sistema ta' computer, computer network, jew provvisti ta' computer li jintużaw jew huma maħsubin li jintużaw f'xi computer, sistema ta' computer jew computer network jew tħassar it-tħaddim ta' xi wieħed minnhom.\".", "Jien naħseb li sal-lum kulħadd sema' bil-kelma \"virus\" fil-qasam tal- computer għax din hija kelma li llum hija wżata regolament.", "Huwa biżżejjed li niftakru fl-hekk imsejjaħ \"Chernobyl virus\".", "Dawn it-tip ta' viruses jiġu mpoġġija fuq is-sistemi ta' l-internet minn nies ...", "M'iniex se ngħid li dawn huma nies li m'għandhomx x'jagħmlu għax huma jagħmlu s-sigħat biex jidħlu fis-sistema elettronika, pero` dak it-tbagħbis joħloq dannu - li ħafna drabi jkun jammonta għal biljuni kbar ta' liri - anke f'sistemi ta' computers ta' pajjiżi oħra li jkunu ferm 'il bogħod minn fejn dak li jkun ikun qed jopera.", "Subparagrafi (f) u (ġ) ta' subartiklu (1) ta' paragrafu (Ċ) t'artiklu 337 jgħidu hekk:", "\"(f) tieħu pussess ta' xi data, software jew l-integrita` jew affidabilita` ta' xi data;", "(ġ) tistalla, tneħħi, tbiddel, tikkanċella, teqred, tvarja jew iżżid ma' xi data, software jew dokumentazzjoni ta' appoġġ;\".", "Il-computer wizards jafu jidħlu fis-sistemi ta' l-internet u jikkaġunaw dannu kbir f'sistemi kbar tal-computers.", "Biżżejjed ngħid li dawn in-nies irnexxielhom joħolqu virus fil-computers tan-Nusdaq u tal-Pentagon, u dawn huma r-realtajiet li rridu niġġieldu llum.", "Min-naħa l-oħra, paragrafi (ħ), (i) u (j) ta' subartiklu (1) ta' paragrafu (Ċ) t'artiklu 337 jgħidu li persuna li mingħajr awtorizzazzjoni tagħmel xi wieħed minn dawn l-attijiet li ġejjin tkun ħatja ta' reat kontra dan l-artiklu:", "\"(ħ) tiżvela xi password jew kull mod ieħor ta' dħul, kodiċi ta' dħul jew xi tagħrif ieħor dwar kif isir id-dħul lil xi persuna mhux awtorizzata;\"", "- din hija self-explanatory -", "\"(i) tuża l-kodiċi ta' dħul, password, isem l-utent, indirizz postali elettroniku jew xi mezz ieħor ta' dħul jew informazzjoni ta' identifikazzjoni ta' xi persuna oħra f'computer;", "(j) tikxef xi data, software jew dokumentazzjoni ta' appoġġ kemm-il darba dan ma jkunx meħtieġ fil-qadi ta' dmirijietha jew b'xi liġi oħra.\".", "Subartiklu (4) ta' paragrafu (C) t'artiklu 337 huwa interessanti ħafna u jgħid hekk:", "\"Għall-għanijiet tal-paragrafu (f) tas-subartikolu (1) ta' dan l- artikolu, persuna li minħabba li jkollha fil-kustodja tagħha jew taħt il-kontroll tagħha xi data, computer software jew dokumentazzjoni ta' appoġġ li ma tkunx awtorizzata li jkollha, għandha titqies bħala li tkun ħadithom fil-pussess tagħha.\".", "Fi kliem ieħor, hawnhekk il-leġislatur qed jgħid li anke jekk s-software jew id-data ġiet taħt il-kontroll tiegħek, pero` mhux neċessarjament fil- pussess tiegħek - mela hawnhekk għandna distinzjoni bejn \"kontroll\" u \"pussess\" - inti xorta waħda qed tikser il-liġi.", "Dan huwa konċett importanti u huwa simili għall-bażi legali tas-serq.", "Xi rrid ngħid b'dan?", "Per eżempju, jekk jien nisraq oġġett minn dar \"A\" u sakemm inkun qed nieħu dan l-oġġett fid-dar \"C\" nilħaq ninqabad f'dar \"B\", jien xorta waħda niġi meqjus li sraqt, allavolja nkun għadni ma ħadtux f'dar \"C\".", "Paragrafu (D) t'artiklu 337 huwa interessanti u qed jitkellem fuq forma oħra ta' hacking.", "Il-kelma \"hacking\" mhux neċessarjament tfisser li wieħed jidħol f'sistema ta' software imma jista' wkoll jimmodifika computer equipment li jkun jintuża f'xi sistema ta' computer.", "Fost affarijiet oħrajn, dan il-paragrafu jgħidilna li kwalunkwe persuna li:", "\"tieħu pussess ta', tagħmel ħsara fi jew teqred xi computer, sistema ta' computer, computer network, jew provvisti ta' computer li jintużaw jew huma maħsubin li jintużaw f'xi computer, sistema ta' computer jew computer network jew tħassar it-tħaddim ta' xi wieħed minnhom.\",", "tkun qed tikkommetti reat ta' hacking.", "Paragrafu ieħor li fil-fehma tiegħi huwa interessanti ħafna għax juri b'liema serjeta` l-leġislatur jara dawn ir-reati huwa dak ta' meta reat isir barra minn Malta.", "Fil-fatt paragrafu (E) t'artiklu 337 jgħidilna li jekk, per eżempju, ikun hemm Malti li jikkommetti reat ta' dan it-tip fl-Ingilterra, bħala linja ġenerali huwa ma jistax jitressaq quddiem qorti Maltija sakemm ma jkunx ikkommetta dan ir-reat kontra ċittadin Malti ieħor.", "Fi kliem ieħor, jekk jien insawwat Malti ieħor f'Londra, f'Pariġi jew f'Tokyo, xorta waħda nista' nitressaq quddiem il-qrati Maltin, pero` jekk inweġġa' persuna mhux Maltija f'post barra minn Malta ma nistax nitressaq quddiem il-qrati Maltin.", "Dan il-prinċipju jistabilixxih ukoll artiklu 5 tal-Kodiċi Kriminali, bl-eċċezzjoni li f'artiklu 5 tal-Kodiċi Kriminali, kwalunkwe persuna li tkun għamlet reat billi qegħdet xi splussiv, xi bombi jew inkella għamlet xi ħaġa li biha setgħet tipperikola l-ħajja tan-nies, anke jekk dan ir-reat ma jkunx sar f'Malta, il-qrati Maltin xorta waħda għandhom ġurisdizzjoni x'iwettqu.", "Dan jagħmel ħafna sens għax jekk Malti jkollu aċċess għal network ta' computer li jkun qiegħed barra minn Malta, u dan jidħol f'dik is-sistema u jikkaġuna dannu, huwa xorta waħda għandu jidher quddiem il-qrati tagħna.", "Mr Speaker, meta niġu għall-pieni naraw li dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li kulmin jikser xi waħda minn dawk ir-reati li għadni kemm semmejt, huwa jrid jeħel mhux iktar minn Lm10,000 jew priġunerija għal żmien ta' mhux iktar minn erba' snin jew it-tnejn flimkien.", "Madanakollu jekk dak l- għemil ikun ta' ħsara għal xi attivita` tal-gvern jew b'dak l-għemil il- gvern jiġi interrott, il-piena tiħrax billi tiżdied b'sa Lm50,000, b'għaxar snin priġunerija jew it-tnejn flimkien.", "Hawnhekk qed naraw b'liema serjeta` l-leġislatur qed jipproteġi s-sigurta` tal-gvern.", "Ma rridux ninsew li llum huma l-computers li jikkontrollaw l-għoti tal-pensjonijiet, iċ-children allowance u tant affarijiet oħra, u għalhekk jekk wieħed jikkaġuna ħsara f'dik is-sistema tal-computer, bażikament ikun qed jikkaġuna chaos sħiħ u l-Bambin biss ikun kif din il-ħsara tkun tista' tissewwa.", "Fatt interessanti wkoll huwa li dan l-abbozz ta' liġi qed jgħidilna li l-piena għandha tiħrax ukoll meta r-reat isir minn impjegat bi preġudizzju għall-prinċipal tiegħu,", "Subartiklu (4) ta' paragrafu (F) t'artiklu 337 huwa verament interessanti.", "Fost affarijiet oħrajn, dan is-subartiklu qed jgħid li l- atti preparatorji huma biżżejjed biex jikkostitwixxu reat u li persuna li tipproduċi materjal jew tagħmel xi att ieħor preparatorju, tkun ħatja ta' reat.", "Għalfejn hemm bżonn li nagħmlu enfasi fuq l-importanza ta' l-atti preparatorji?", "Għax f'dan il-każ għandna eċċezzjoni għal dak li jiġri s- soltu fil-kamp kriminali.", "Dawn huma atti ta' natura kriminali u għalhekk ikun tajjeb jekk nispjegaw kemm il-leġislatur irid joqgħod attent li ma jħallix loopholes miftuħa għall-abbuż.", "Skond il-qrati Maltin, liema qrati jsegwu t-tagħlim tal-qrati kriminali Taljani, hemm tliet stadji li wieħed irid jgħaddi minnhom biex jikkommetti reat; l-ewwel għandek l-istadju tal- ħsieb, li minnu nnifsu m'huwiex punibbli, imbagħad għandek l-istadju preparatorju - per eżempju, bħal meta wieħed imur jixtri l-għodda li biha jkun se jisraq jew jixtri l-arma li biha jkun se joqtol - u fl-aħħarnett għandek l-istadju ta' l-eżekuzzjoni.", "Normalment skond il-qrati tagħna u dawk Taljani, meta wieħed jasal fl-istadju li jottjeni l-għodda meħtieġa biex imur jisraq bihom ma jistax ikun ħati ta' delitt ikkonsmat imma se mai, ikun ħati biss t'attentat ta' delitt.", "Madanakollu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jagħmel eċċezzjoni għax hawnhekk il- leġislatur qed jgħidilna li meta wieħed ikun għadu fit-tieni stadju jiġi meqjus bħala li kkonsma r-reat, allavolja sa dak il-ħin wieħed ikun għadu ma wettaqx ir-reat.", "Fi kliem ieħor, jekk inti ma jirnexxielekx tilħaq l- għanijiet tiegħek, pero` tkun qed tipprova tasal għalihom, għal-leġislatur huwa biżżejjed biex iqis dak ir-reat bħala li hu kkonsmat.", "Subartiklu (5) ta' paragrafu (F) t'artiklu 337 jitkellem fuq il-kompliċi.", "Fil-fatt dan is-subartiklu jgħid eżattament dak li tgħid il-Kodiċi Kriminali, ċioe` li persuna li tkun kompliċi fl-għemil ta' reat, teħel l- istess pieni għal dak li hemm maħsuba għal min jikkommetti r-reat.", "Subartiklu (6) ta' paragrafu (F) t'artiklu 337 jitkellem dwar l-oneru tal- prova.", "Aħna ngħidu li l-oneru tal-prova is incumbent fuq min jallega.", "Hawnhekk il-leġislatur qiegħed jirrikonoxxi dan il-prinċipju, pero` b'mod iktar irfinut u iktar sottili.", "Per eżempju, jekk jien inwaħħal fik li inti sraqt u dak il-ħin inti tgħidli li ma kontx hemmhekk, issa sta għalik li tipprovdi alibi biex tipprova li ma kontx hemmhekk u li dak il-ħin tar-reat kont f'post ieħor.", "F'dan l-abbozz ta' liġi l-leġislatur qed jgħidilna li l-prosekuzzjoni ma tkunx meħtieġa li ġġib provi biex twaqqa' l-effett ta' xi awtorizzazzjoni għaliex l-oneru li tinġieb prova dwar l-awtorizzazzjoni jkun incumbent fuq il-persuna li tkun qed tallega li għandha dik l-awtorizzazzjoni.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jolqot lil kulmin b'xi mod jipprova jagħmel xi ħaġa mingħajr ma jkollu l-awtorita` li jagħmel dan, bħal meta wieħed jipprova jagħmel hacking jew juża firma ta' xi ħadd meta ma jkunx awtorizzat.", "Jekk jien, bħala difiża, ngħid li jien kont awtorizzat li nagħmel dan, imbagħad sta għalija li nipprova.", "Madanakollu hawnhekk il-leġislatur qed jgħidilna li m'huwiex biżżejjed li nipprova li m'iniex ħatja, lanqas jekk nieħu ġurament f'dan ir-rigward.", "Għalhekk m'huwiex daqstant faċli li wieħed jgħid li hu kien awtorizzat li jidħol f'dik is-sistema għax kien jaħdem hemm, għax kien jaf lill-imgħallem jew inkella għax kien impjegat tal-gvern.", "Ovvjament dan juri ċerta serjeta` wkoll.", "Mr Speaker, kif għedt diġa', huwa sabiħ il-progress, pero` l-progress trid tissalvagwardjah.", "Jien nistaqsi: X'jiswa l-progress jekk imbagħad issib lil min iġib il-progress fix-xejn billi jwettaq xi ħaġa kriminali b'dannu kbir għas-soċjeta`?", "Ikun tajjeb jekk nirrikonoxxu li dan il-gvern qed jagħmel passi kbar 'il quddiem fil-qasam ta' l-informatika.", "Fil-fatt meta ftit tal-ġranet ilu kien hawn f'Malta delegazzjoni mill-kumitat tar- reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea - għax għal min ma jafx l-Unjoni Ewropea għandha kumitat li jieħu ħsieb il-bżonnijiet ta' reġjuni partikolari b'mod dettaljat - dawn baqgħu impressjonati bis-sistemi avvanzati, kompjuterizzati u elettroniċi li l-ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali qed iwettaq f'dak li hu inforzar tal-liġijiet.", "Il-fatt li llum il-proċess kollu tal-gwardjani lokali huwa kompjuterizzat, minn x'ħin tikkommetti r- reat u allura toħroġ iċ-ċitazzjoni sa x'ħin tidher quddiem it-tribunal, huwa l-għira ta' pajjiżi ħafna ikbar minna, u f'dan il-każ għandna biex niftaħru.", "Iva, huwa sabiħ il-progress u għandna biex niftaħru li dan il- gvern m'huwiex xħiħ jew qammiel f'dak li huwa investiment fl-informatika.", "M'hijiex ċajta li blata ta' kważi Lm0.5 miljun ruħ għandha sistemi ta' l- informatika li huma l-għira ta' pajjiżi għaxar jew 20 darba iktar minna.", "Ftit tal-minuti ilu l-membri tan-naħa l-oħra bdew jidħku għax semmejt il- progress, pero` hija l-verita`.", "Aħna rnexxielna nagħmlu lil dan il-pajjiż modern, allavolja kien hawn min xtaq li l-pajjiż jibqa' lura u beda jbeżża' bil-babaw.", "Biżżejjed ngħid li sa ftit snin ilu f'pajjiżna kien hawn prim ministru Laburista li qalilna li jekk nilliberalizzaw iċ-ċikkulati se jiżdied il-qgħad.", "Din kienet il-mentalita` miskina u dilettanteska li kellna f'dan il-pajjiż sa l-1986.", "M'iniex qed ngħid li aħna rnexxielna nagħmlu dan kollu bla tbatija, pero` rnexxielna nimxu u wrejna lill-poplu li ż-żmien tana raġun.", "Huwa faċli li tikkritika u li topponi.", "Kemm trid iktar għaqal, maturita` u għerf meta waqt li topponi, tissuġġerixxi wkoll!", "Mr Speaker, biex nikkonkludi dan id-diskors irrid ngħid li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa vetrina tal-moderniżmu f'dan il-pajjiż.", "Biżżejjed insemmi li b'dan l-abbozz ta' liġi aħna se nkunu nistgħu anke nibdew nagħmlu l-kuntratti f'forma elettronika.", "Jien dejjem ngħid li fil- ħajja għalkemm biex tagħmel il-progress trid tħares 'il quddiem, biex tara fejn wasalt trid tħares lura.", "Huwa biss b'dan il-mod li inti tista' tapprezza l-progress li tkun għamilt.", "Huwa faċli li tgħid li din is-sena aħna investejna tant miljuni fil-qasam ta' l-informatika jew li llum għandna 4,000 computer fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat, pero` ma tridx tinsa lanqas li sa 13-il sena ilu kien reat li timporta computer dment li ma tiffirmax dikjarazzjoni li ma tkun se tkeċċi lil ħadd mill- impjegati tiegħek.", "X'qabża kbira għamilna 'l quddiem minn 13-il sena 'l hawn!", "Fil-fatt jekk hemm xi ħaġa li dan il-gvern għandu biex jiftaħar, din hija l-bidla li ġab fil-mentalita` kulturali.", "Bla ebda dubju li b'dawn il- passi li qed nagħmlu, Malta t'għada se tkun ħafna aħjar minn Malta tal- bieraħ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, meta niġu biex niddiskutu l-kummerċ elettroniku, ikun tajjeb li nħarsu lejn id-diversi aspetti tiegħu.", "L-ewwel m'għandna nagħmlu huwa li nħarsu lejn is-sinifikat tal-kummerċ elettroniku, inħarsu lejn l-impatt tiegħu, nanalizzaw u niżnu l-isfidi u l- opportunitajiet li l-kummerċ elettroniku jipprovdi lis-soċjeta` in ġenerali u l-aċċess li għandna għalih, naraw jekk dan it-tip ta' kummerċ huwiex qed iservi ta' xkiel għal dawk in-nies li għadhom lura fl-addozzjoni tagħhom għall-informatika, naraw jekk hemmx il-ħtieġa ta' bidla fil-mentalita` li wieħed jaddatta għal dawn iċ-ċirkostanzi ġodda, naraw jekk hemmx il-ħtieġa li jkun hemm dak li l-Ingliżi jsejħu \"a culture change\", naraw jekk hemmx il-bżonn li negħlbu kwalunkwe reżistenza li għad hemm għall-informatika fil- pajjiż kif ukoll naraw li naddattaw il-bżonn anke għal dawk ir-realtajiet ġodda hekk kif qed jiżviluppaw.", "Ma rridx ninstema' bombastiku fi kliemi, imma jekk aħna nagħmlu għamad m'għajnejna għal dan l-iżvilupp, inkunu qegħdin naqtgħu lilna nfusna 'l barra minn rivoluzzjoni li għadha titwettaq, mhux fuq skala nazzjonali, mhux fuq skala reġjonali, mhux fuq skala ta' xi blokk jew ieħor kummerċjali, imma fuq skala purament globali.", "Jien ma naħsibx li l- globalizzazzjoni - u nagħmlu tajjeb li nikkritikaw anke l-aspetti tagħha għaliex ma tistax titkellem fuq il-globalizzazzjoni mingħajr ma tara l- impatt soċjali tagħha - kienet tirranka kif irrankat f'dawn l-aħħar snin li kieku ma kienx hemm l-iżviluppi li qed iseħħu jum wara l-ieħor fil-qasam ta' l-informatika.", "Jien ma ħaristx biss lejn dan l-abbozz ta' liġi imma ħarist ukoll lejn il-white paper li kien ippubblika l-gvern, u filwaqt li fil-prinċipju naqbel li għandu jkun hemm qafas regolatorju għall-e- commerce, ma naqbilx li dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq quddiem dan l- abbozz ta' liġi b'din l-għaġġla kollha, bħala parti minn raft ta' leġislazzjoni marbuta mal-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta nhar il-Ħadd il-Prim Ministru tkellem ġoż-Żejtun, huwa qal li ma jistax jifhem kif aħna nitkellmu kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea u mbagħad meta l-gvern iressaq ċerti abbozzi ta' liġijiet f'dan il-parlament biex ikun konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, aħna ngħidu li naqblu magħhom.", "Jien naħseb li issa l-Prim Ministru m'għandux isawwatna għax qed inkunu kostruttivi.", "Kien ħaqqna s-swat li kieku aħna, minħabba li aħna kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ngħidu \"le\" għal kwalunkwe abbozz ta' liġi li jersaq quddiem dan il-parlament.", "Imma l-oppożizzjoni hija ferm iktar matura minn hekk u taf tiddistingwi bejn abbozz ta' liġi li jaqta' l-istate aids, l-għajnuna u s-sussidji tat-tarznari u bejn abbozz ta' liġi li jagħti qafas regolatorju għall-informatika, isaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur fil-pajjiż u jagħti drittijiet ġodda fil-qasam tal- proprjeta` intellettwali.", "Allaħares aħna nkunu fondamentalment kontra abbozzi ta' liġijiet bħal dawn sempliċement għax ma naqblux mal-gvern dwar liema triq għandna nieħdu fil-mixja tagħna lejn ir-relazzjonijiet futuri ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk filwaqt li jien ngħid li huwa tajjeb li din il-Kamra tilleġisla fuq dan is-suġġett, ma naqbilx li hawnhekk ikollna abbozz ta' liġi li fi kliem il-white paper stess - u hawn qed nipprova nkun testwali kemm jista' jkun - hija skond id-direttivi ta' l-electronic signatures ta' l-Unjoni Ewropea u skond id-direttiva proposta ta' l- electronic commerce ta' l-EU.", "Jien ngħid li stajna tajna ħarsa ferm aktar wiesgħa, u dan għedtu anke l-ġimgħa li għaddiet meta konna qed niddiskutu l- general product safety.", "Jekk inħarsu lejn id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, insibu li filwaqt li din ġiet approvata mill-Unjoni Ewropea f'Mejju ta' din is-sena, mistennija li tiġi implimentata sa Novembru tas-sena d-dieħla.", "L-għan tagħha huwa li tiżgura li jkun hemm armonizzazzjoni mifruxa kemm jista' jkun mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk li jissejħu \"information society services\", u dan japplika għaż-żewġ tipi ta' negozji kummerċjali jew elettroniku li jista' jsir, kemm dak li jissejjaħ business to business kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam ma' business to consumer, jiġifieri relazzjoni bejn negozjant jew kumpannija u l-konsumatur innifsu.", "Ma rridux ninjoraw lanqas dak li għandu x'jaqsam ma' e-commerce fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għaliex f'dan il-qasam dan ikun ifisser li l- provider ikollu l-liberta` li jipprovdi s-servizzi tiegħu kollha fl-Unjoni Ewropea sakemm hu jaderixxi mal-liġijiet ta' l-istat fejn ikun ġie stabilit.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi jkun legalment irrilevanti fejn ikun situated il-website jew jekk is-servizzi jkunux jistgħu jiġu accessed f'pajjiż jew ieħor.", "Mr Speaker, din id-direttiva tieħu perspettiva differenti mis-single market directive dwar is-servizzi finanzjarji għaliex fl-imgħoddi l- kummissjoni Ewropea kienet iddeċidiet li sabiex tiddetermina liema liġi ta' l-istat tapplika, kien meħtieġ li jiġi deċiż fejn tiżvolġi dik li tissejjaħ il-characteristic performance of services.", "Aspett ieħor importanti tad- direttiva ...", "U qed ngħid \"importanti\" għax la għandek liġi bbażata fuq id- direttiva, inti ma tistax iċċekken l-importanza tad-direttiva.", "Issa nispera li ma jkunx hawn min jikkwotani li jien qed naqbel mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li wieħed irid jara l-aspetti rilevanti ta' din id-direttiva.", "Tissemma ħafna l-frażi \"commercial communication\".", "Jien ngħid li l-frażi \"commercial communication\" għandha definizzjoni wiesgħa ħafna u tinkludi virtwalment kull komunikazzjoni ddisinjata biex tippromwovi direttament jew anke indirettament goods, services jew anke l- image t'organizzazzjoni li qed tfittex attivita` kummerċjali.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn fil-firxa ta' l-internet qed nidħlu anke fuq id- drittijiet li għandu saħansitra impjegat fuq il-post tax-xogħol tiegħu, u dan meta sa ftit ilu konna nisimgħu fuq il-passi li jittieħdu kontra ħaddiem ta' azjenda għaliex dan ikun qed juża l-internet facilities tal- kumpannija biex jibgħat e-mails personali.", "Fil-Ġermanja din is-sistema nqalbet rasha 'l isfel u llum fil-Ġermanja qegħdin saħansitra jikkonsidraw li sakemm l-e-mail li tintbagħat ma tkunx tmur kontra l-interessi tal- kumpannija, il-ħaddiem ikollu saħansitra d-dritt li jibgħatha.", "M'iniex qed ngħid li din il-liġi se tiġi leġislata, imma jien qed ngħid dan biex nuri kif il-prinċipji bażiċi qegħdin jiġu revolutionised minn jum għall-ieħor f'dan il-qasam tant dinamiku.", "Biss jien naħseb li jekk se nħarsu lejn il-breakthroughs fil-qasam ta' l- e-commerce, jien ngħid li l-iktar breakthrough li kien hemm importanti dan l-aħħar, għallinqas milli naf jien, kien meta f'Lulju li għadda l-president Amerikan Clinton iffirma liġi li permezz tagħha n-negozji jew il- konsumaturi jkunu jistgħu jidħlu f'arranġamenti legali li jkunu jorbtu b'mezzi elettroniċi minflok b'firem miktuba.", "Bla dubju ta' xejn, dan żied il-ħeffa li biha se jimxi l-iżvilupp ta' l-e-business 'il quddiem.", "Naħseb li minn dan kollu toħroġ ir-realizzazzjoni li għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu fl-informatika, ma nistgħux nibqgħu nistrieħu fuq il-liġijiet tradizzjonali tagħna.", "Bla dubju ta' xejn, din il-leġislazzjoni tal-lum mhux biss tirregola s-settur privat iżda tirregola wkoll l-amministrazzjoni pubblika.", "Il-bieraħ il-ministru kien daqsxejn kritiku fuq il-mod kif is- settur kummerċjali Malti qed jaddatta għall-e-commerce u wera x-xewqa tiegħu li jkun hemm impenn aktar qawwi.", "Huwa veru li dan il-gvern qed jonfoq miljuni ta' liri fl-informatika, pero` jien ngħid li jekk se nitkellmu fuq l-informatika hemm bżonn li jinbidlu ċerti prijoritajiet ukoll.", "Per eżempju, illum l-awditur għadu kif ippreżentalna rapport li għadu kif ħejja dwar il-performance audit tal-VAT department - li huwa wieħed mill-iktar dipartimenti importanti - u waħda mill-ewwel osservazzjonijiet li għamel l-awditur hija li the use of information technology in risk assessment is still minimal, jiġifieri filwaqt li huwa tajjeb li l-gvern jifrex l-informatika kemm jista' jkun, jien nippretendi li meta jiżen ir-risk assessments f'dipartiment daqshekk importanti bħalma hu dak tal-VAT, il-gvern tal-ġurnata żgur iħammarlu wiċċu rapport bħal dak li jgħid li l-użu ta' l-informatika f'dan id-dipartiment jew f'din is- section partikolari huwa wieħed minimu.", "Naħseb li ta' min jittratta wkoll aspett ieħor interessanti li qam fil- kontest ta' kif qed jiżvolġi d-dibattitu fuq dan is-suġġett anke f'pajjiżi oħra, u dan huwa fil-mod ta' kif isir il-policing ta' l-e-business.", "Hawnhekk jien ma rridx infisser li għandna noqogħdu ngħassu għal kull biċċa tranżazzjoni ta' e-business li ssir, bħall-pulizija jew bħall-gwardjani lokali.", "Imma fl-Irlanda, meta ġew biex jgħaddu l-liġi dwar il-kummerċ elettroniku, huma rraġunaw li ġaladarba l-Irlandiżi riedu li jagħmlu minn pajjiżhom hub għall-electronic commerce u allura għandu jkun hemm leġislazzjoni f'dan ir-rigward, din il-leġislazzjoni m'għandhiex tkun eżawrenti ħafna għaliex beżgħu li din tista' toħloq burokrazija ġdida u bir- red tape tagħha tista' xxekkel minflok ma tinkoraġġixxi t-tkattir ta' l-e- commerce.", "Issa jien naf li l-gvern, bħall-oppożizzjoni, jixtieq li dan l- abbozz ta' liġi, apparti milli jipprovdi qafas regolatorju, jipprovdi stimolu għas-soċjeta` Maltija in ġenerali, b'mod partikolari għall-qasam kummerċjali Malti, biex jibda jagħmel iktar rikors għall-e-commerce.", "Jien ngħid li anke jekk in-negozjant Malti għadu daqsxejn konservattiv fl-ideat tiegħu, bilfors ikollu jaddatta għal dawn l-affarijiet għax jekk ma jaddattax hu, jadattawh is-suppliers barranin li jkun qed jagħmel in- negozju magħhom.", "Mr Speaker, jien ngħid li jekk niġu f'sitwazzjoni fejn in-negozju jkollu website, dan mhux neċessarjament se jiggarantixxi lin-negozjant bejgħ għall- prodotti tiegħu, iżda min-naħa l-oħra jekk hu ma jkollux website, dan jiggarantilu li jibda jiġi maqbuż mix-xerrejja li jużaw is-servizzi ta' l- internet regolarment.", "Fil-fehma tiegħi, l-internet għandu jitqies bħala mezz biex jittejjeb il-customer service u mhux kemm kemm jagħti spinta lill- bejgħ.", "Illum qed ngħixu f'era fejn il-fruntieri nazzjonali fil-qasam tal- kummerċ m'għadhomx jgħoddu, u dan irrispettivament minn jekk jappartjenux għal blokk bħalma hi l-Unjoni Ewropea jew jekk nappartjenux għal blokk bħal ma hi n-NAFTA.", "Din hija xi ħaġa li mhux biss tmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali imma tmur lil hinn anke mill-fruntieri tal-blokki nfushom.", "Dan huwa l-famuż rilaxx globali li ħafna jitkellmu dwaru u li llum qed narawh iseħħ u jaħdem fil-prattika.", "Madanakollu xorta waħda għad hemm ċerta reżistenza minn dawk li huma mdorrijin bir-retailing tradizzjonali kontra dan it-tip ta' kummerċ, u hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal Malta biss imma anke għal pajjiżi oħrajn.", "Inti meta tixtri fuq l-internet tkun trid veru serħan il-moħħ li se jkollok attenzjoni għall-customer service problems tiegħek kif ukoll li tista' tagħmel ċertu returns ta' l-oġġetti li tkun ordnajt.", "Fil-fatt bħalissa fil-media internazzjonali hemm polemika sħiħa dwar jekk l-internet irrivoluzzjonax il-ħajja tagħna daqskemm jgħidu jew le.", "Jien naħseb li min jipprova jċekken din ir-rivoluzzjoni, ikun qed jingħalaq fih innifsu u anke jaqta' lilu nnifsu mir-realta`.", "Min-naħa l-oħra, jien naqbel li hemm ċerta media li r-rivoluzzjoni teknoloġika tagħha ġiet xi ftit over-hyped għall-interessi tagħha stess u ma ġietx mifhuma minn kulħadd kif suppost.", "Dan l-aħħar ilqajt ma' xi ħadd li qalli li l-e-commerce huwa biss sistema ta' mail order glorifikata.", "Jien ma naqbilx ma' din id-definizzjoni u naħseb li min jirraġuna b'dan il- mod ma jkunx fehem x'inhu l-electronic commerce.", "Min huwa stuż biżżejjed fin-negozju jrid ikun kapaċi juża t-teknoloġija ġdida l-ewwelnett biex iżid il-cutting edge tiegħu fin-negozju u t-tieni nett biex ipoġġi lilu nnifsu f'vantaġġ fis-suq, kemm f'dak domestiku kif ukoll f'dak globali u internazzjonali.", "Ħafna jemmnu li għalkemm l-Ewropej damu xi ftit ma stenbħu għal dak li huwa e-commerce - u dan mhux qed ngħidu jien imma qalu l-kummissarju responsabbli għall-enterprise ftit ilu meta kien qed jitkellem fuq dawn l-affarijiet - xorta waħda għandhom ċans jieħdu vantaġġ f'dak li qed jissejjaħ \"second-generation e-commerce\", jiġifieri l-mobiling commerce, u fil-fatt hemm saħansitra indikazzjonijiet li l-Ewropa tista' tavvanza iktar mill-Istati Uniti f'dan il-qasam jekk tibqa' miexja b'ċertu ritmu ta' żvilupp f'dan is-settur partikolari.", "Jien ngħid li aħna, irrispettivament minn jekk nagħżlux li nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew le, għandna nfittxu li nħaddnu din it-teknoloġija l-ġdida wkoll ħalli b'hekk inkunu l-pijunieri ġodda anke f'dan is-settur tant importanti.", "X'kien qed ixekkel lill-pajjiżi bħall-Unjoni Ewropea sal-lum f'dan is-settur?", "Huwa l- qafas regolatorju li kien hemm u li ħafna kienu jsejħulu \"a nightmare\" għaliex kien kumpless ħafna u kien qed jitfa' ftit lura l-mixja tal- progress f'dan is-settur importanti.", "Issa ħalli niġu biex nitkellmu fuq in-nies li se jibbenefikaw minn dan it- tip ta' kummerċ.", "Jien ngħid li kulħadd se jibbenefika minn dan it-tip ta' kummerċ.", "Forsi hawnhekk qed niġġeneralizza, imma jagħmel ħażin min jgħid li din hija xi ħaġa li se jgawdi minnha n-negozjant il-kbir biss.", "Jien ngħid li l-kumpanniji ż-żgħar, li forsi fihom infushom għandhom flessibbilta` ikbar mill-kumpanniji l-kbar, għandhom jaddattaw ruħhom għall- e-commerce iktar għaliex għandhom iktar flessibbilta` milli għandu min huwa ikbar minnhom, u għalhekk jien naħseb li jistgħu jibdew jieħdu ċerti deċiżjonijiet mgħaġġla iktar minn qabel, jagħmlu ċerti inizjattivi iktar kreattivi milli ħadu qabel u joperaw b'aktar ħeffa f'suq li kulma jmur qed isir iktar kompetittiv għal kull wieħed u waħda minna.", "Jien persważ li sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo diġa' mess dan is-suġġett, imma huwa importanti li fuq livell edukattiv mhux biss inkabbru l-penetrazzjoni ta' l- internet fl-iskejjel Maltin u Għawdxin imma anke fiċ-ċentri edukattivi u fiċ-ċentri ta' taħriġ.", "Dan l-aħħar sar studju interessanti minn Goldman Sachs, mil-liema studju rriżulta li l-business to business e-commerce mhux biss jinvolvi cost saving sostanzjali għal min qiegħed fin-negozju imma jista' jikkontribwixxi b'mod dirett saħansitra għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll irażżan ċertu inflazzjoni fil-prezzijiet fil-pajjiżi li jkunu kapaċi jużawh estensivament.", "Jien naħseb li dawn iż-żewġ fatturi ġodda, ċioe` li l-e-commerce ikabbar it-tkabbir ekonomiku u anke jkollu impatt kontra l- inflazzjoni huma żewġ fatturi li għandna nistudjawhom u ngħarbluhom fil- ġejjieni.", "Sal-lum naħseb li dak li żamm lill-Ewropa lura bħala suq segmentat iżżejjed huwa li minkejja li l-Ewropa suppost miexja lejn suq waħdieni, fiha hemm lingwi differenti, kulturi differenti u hemm ukoll qafas legali li xi kultant f'dawn l-oqsma jvarja minn pajjiż għall-ieħor.", "Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll id-differenzi li għadhom jipprevalu minkejja kollox fis-sistema tal-ħlas tad-dwana, f'liġijiet tal-kuntratti kif ukoll f'dawk li huma prattiċi bankarji.", "Jien nemmen b'ċertu konvinzjoni li l-ismall and medium enterprises għandhom jibbenefikaw bil-kbir fl-e-commerce għaliex kif għedt iktar kmieni, dan jista' jwassal għal customer service aħjar, għal bdil ta' informazzjoni ikbar mal-klijenti, għal customer loyalty - u l-customer loyalty hija importanti meta inti għandek din il-kompetizzjoni kollha - u anke għal kompetizzjoni ikbar fis-suq.", "Biss kif għedt iktar kmieni meta tkellimt fuq l-Irlanda, huwa importanti li ma jkunx hemm regoli jew red tape li jżommu lura l-iżvilupp ta' dan il-business għax inkella jkollna iktar nies li jitgerrxu minflok nies li jiġu inkoraġġuti li jħaddnuh, kif jien nappella lil kull wieħed u waħda minna biex jagħmel.", "Per eżempju, hemm bżonn li tingħalaq il-qasma bejn fehma aħjar ta' l-isfidi teknoloġiċi u l-aspirazzjonijiet regolatorji li jista' jkollu kwalunkwe gvern tal- ġurnata, u jekk l-Ewropa tirrikorri għall-overregulation, dak li qed ngħid għal Malta jkun japplika għall-Ewropa wkoll, jiġifieri dan jolqot ħażin ir- rata tat-tkabbir ta' l-e-business fl-Ewropa in ġenerali.", "Jekk jiġri dan ilkoll nafu xi tkun il-konsegwenza; li nkunu qed nagħtu vantaġġ kompetittiv ikbar lil min diġa' huwa b'saħħtu, bħalma huma l-kumpanniji Amerikani.", "Matul din is-sena l-Ewropa se tkun għaddiet xi seba' liġijiet li jolqtu lil dan is-settur, u jien ngħid li hemm il-periklu li l-Ewropa se jkollha overregulation fuq dan is-settur.", "Dan ngħidu l-iktar meta wieħed jikkontrastja bil-kbir ma' l-attitudni iktar laxka u iktar liberali li hemm fuq in-naħa l-oħra ta' l-Atlantiku.", "Ma rridx niġi miżinterpretat li qed nitkellem kontra l-qafas regolatorju ta' l-e-commerce, imma ngħid biss li huwa importanti li nirreżistu milli fil-pajjiż tiġi introdotta ċerta attitudni u ċertu red tape.", "Per eżempju, Mr Speaker, wieħed mit-tiri li narah jagħmel sens fl-Unjoni Ewropea - għax jien ma narax kollox iswed jew kollox abjad - huwa li eventwalment dawn beħsiebhom idaħħlu sistema ta' benchmarking fost il- pajjiżi tagħhom biex jaraw xi progress ikunu qed jagħmlu fil-promozzjoni ta' l-e-commerce.", "Jien nemmen ħafna fil-benchmarking, fi kwalunkwe qasam, u għalhekk qed inqis dan il-fattur bħala wieħed pożittiv.", "Min-naħa l-oħra bħalissa fl-Ewropa teżisti biża' kbira li l-qrati Ewropej jistgħu jiġu invaduti minn sensiela ta' small claim cases minħabba problemi ġodda li jistgħu jinbtu minħabba l-e-commerce.", "Dan huwa qasam li għandu l-qasam tal- consumer protection, għandu l-qasam tal-protezzjoni legali u infrastrutturali tiegħu, għandu l-qasam tal-business advertising u marketing practices, għandu d-dispute resolution and redress u għandu wkoll diversi aspetti legali oħrajn li jien persważ li l-Ministru mhux biss huwa familjari magħhom iktar minni imma forsi huwa ferm iktar kompetenti minni biex jitkellem dwarhom bħala bniedem bi professjoni legali u anke bħala ministru responsabbli mill-ġustizzja.", "Il-gvernijiet - issa hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal Malta biss imma qed nitkellem fuq livell ġenerali - is-setturi kummerċjali u l-għaqdiet tal-konsumatur għandhom jaħdmu id f'id biex jedukaw lill-konsumatur dwar l-e-commerce, u jagħmel ħażin min jipprova jnissel beżgħat ġodda billi joqgħod jgħid li dak li jkun jista' jsibha diffiċli biex jaddatta.", "Jekk noqogħdu nġibu dawn it-tip t'argumenti niġu mifhuma li aħna kontra l-progress u jekk jiġri dan, nispiċċaw li nkunu qed inxekklu l-progress f'pajjiżna minflok ma nkunu qed ninkoraġġuh biex jiżviluppa.", "Madanakollu fl-istess ħin jien ngħid li nagħmlu ħażin jekk inħarsu lejn il-pożittiv biss ta' dan l-abbozz ta' liġi u ma narawx id-diffikultajiet li jistgħu jiffaċċjaw ċerti negozji żgħar, dawk li għadhom marbutin mal- prattiċi tradizzjonali u li huwa diffiċli għalihom li jaqilbu għal ċerti prattiċi moderni mil-lejl għan-nhar.", "Għalhekk huwa importanti li jekk se nagħmlu regoli, dawn ir-regoli jkunu mfasslin skond il-ħteġijiet u skond iċ- ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Madanakollu huwa importanti iktar minn kollox li wara li din id-diskussjoni tingħalaq u ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi, ma nieqfux hemmhekk.", "Jien ngħid li huwa importanti li dan l-abbozz ta' liġi jiġi mfisser lill-poplu tajjeb ħalli jkun customer-friendly u operator- friendly kemm jista' jkun.", "Jien nixtieq nappella lill-ministru biex meta jkun qed jagħmel il-winding-up, jgħidilna kemm saru laqgħat ta' informazzjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi u x'tip ta' konsultazzjonijiet saru mal-korpi kostitwiti għax jien persważ li l-korpi kostitwiti għandhom l-interest groups tagħhom fuq dan is-settur partikolari u huwa importanti li anke għall-gvern innifsu, biex iħaddem dan l-abbozz ta' liġi b'mod effettiv, ikollu lil kulħadd jaqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-gvern waħdu ma jistax jattwa leġislazzjoni sempliċement għax tkun għaddiet b'ċerta ħeffa minn din il-Kamra, u jien ngħid li din hija l-isfida li għandu kulmin qiegħed jilleġisla dwar dan is-suġġett.", "Il-bieraħ fl-introduzzjoni tiegħu, il-ministru pprova jikkwantifika xi ftit l-impatt ta' l-e-commerce.", "Waħda mill-affarijiet li nstabet - jien għandi ċerti figuri hawnhekk, pero` tibda tidħol f'diffikulta` liema huma l- figuri korretti, u hawnhekk irrid ngħid li din m'hijiex kwestjoni ta' jekk għandux raġun il-gvern jew l-oppożizzjoni - hija li xi kultant l-e-commerce mhux biss huwa diffiċli li tiddefinih b'mod xjentifiku imma li huwa diffiċli ħafna li tikkwantifikah, iżjed u iżjed f'termini ta' business transactions.", "Madanakollu dan xorta waħda ma jċekkinx l-importanza tiegħu.", "Li huwa ċert huwa li huwa stmat li sas-sena 2003, l-e-commerce ikun laħaq $1 trillion Amerikani.", "Għalhekk huwa importanti li mhux biss inżidu l- computer literacy taċ-ċittadini ż-żgħar fl-iskejjel tagħna imma anke ta' min qiegħed fin-negozju.", "Anke min għandu ċerta eta`, m'għandux jibża' jaddatta ruħu għal sistemi ġodda.", "Jien ngħid li where there is a will there is a way u kif ċerti nies, anke ta' eta' anzjana, irnexxielhom jaddattaw irwieħhom għall-computer, ħadd fin-negozju, kbir jew żgħir, m'għandu jirreżisti dawn il-bidliet tant neċessarji.", "Hawnhekk se nsemmi pajjiż li huwa overregulated, pero` għalkemm żort diversi pajjiżi, wieħed mill-iktar pajjiżi li impressjonani kien Singapore.", "Forsi huwa diffiċli li wieħed japplika dak li qed isir f'Singapore f'Malta, jiġifieri f'kuntest Mediterranju, għaliex mhux biss il-klima imma anke l-mentalita` tan-nies hija differenti.", "Madanakollu jien nammira ħafna l-mod kif dawn they went out of their way biex inisslu kultura favur it- tixrid ta' l-informazzjoni elettronika.", "X'għamlu dawn?", "L-ewwelnett għamlu a national computerisation initiative, imbagħad bejn l-1986 u l-1990 għamlu a national information technology plan, fl-1991 introduċew IT2000 plan biex itejbu l-kontenut tal-computerisation u l-high-tech communication services fil-pajjiż u llum irnexxielhom saħansitra jiżviluppaw lil pajjiżhom f'international centre for electronic commerce.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li aħna se nkunu kapaċi nagħmlu dak li għamlet Singapore - għalkemm jien persważ li l-ministru personalment jemmen ħafna b'ċertu konvinzjoni fuq il-ħtieġa ta' e-government, ta' e-commerce u t'affarijiet oħrajn bħal dawn - imma qed insemmi lil Singapore biex nipprova nuri kemm hu importanti li nkunu kapaċi nagħmlu lil pajjiżna hub għal dan it-tip ta' kummerċ.", "Jien ngħid li jekk irridu, aħna għandna l-literacy neċessarja biex nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Forsi huwa veru li qegħdin daqsxejn lura f'dak li huwa livell edukattiv, imma naħseb li b'iktar impenn għandna naslu, u jien ngħid li għandna nħarsu lejn dan l-orizzont għaliex dan huwa orizzont li kapaċi nilħquh mingħajr il-bżonn li jkollna materja prima.", "Dan m'huwiex orizzont fejn l-unika materja li għandek bżonn huma r-riżorsi umani, għalkemm tul is-snin ir-riżorsi umani f'Malta dejjem urew li huma kapaċi jaddattaw għall-isfidi, għall-opportunitajiet u anke għaċ- ċirkostanzi ġodda hekk kif ikunu qegħdin jiżviluppaw.", "L-isfida li għandna quddiemna hija proprju din; kemm se nkunu ħfief biex naddattaw għall- opportunitajiet li qegħdin jinfirxu quddiemna, u din hija xi ħaġa importanti jekk aħna rridu verament li nsiru parti mill-ekonomija diġitali li qed tiżviluppa għax wara kollox fiha nnifisha l-e-commerce hija attivita` globali.", "Illum resqin lejn sitwazzjoni fejn id-destin ta' ħafna kumpanniji kbar u żgħar jiddependi fuq kemm ikollhom ħeffa biex jisfruttaw it-teknoloġiji u l- opportunitajiet ta' l-e-commerce.", "Illum l-internet qed ibiddel ir-regoli dwar kif kumpanniji jimmaniġġjaw il-bejgħ tagħhom, is-servizz tagħhom u anke l-operazzjonijiet tad-distribuzzjoni tagħhom.", "L-internet qed jipprovdi opportunitajiet ġodda għal negozji ta' kull tip u ta' kull xejra biex jilħqu klijenti ġodda kif ukoll biex jersqu eqreb lejn klijenti eżistenti u anke lejn sħab ġodda fin-negozju.", "L-internet tant għandu global reach li ħafna drabi ċerti kumpanniji li kienu jistrieħu fuq il- middlemen lanqas se jibqa' jkollhom bżonnhom, u dan qed ngħidu biex nuri li kif għandek aspetti pożittivi ħafna, se jkollok anke lil min jintlaqat ħażin.", "Biżżejjed ngħid li ħafna middle-men se jispiċċaw imutu mewta naturali jew inkella jinbelgħu minn min huwa b'saħħtu iktar minnhom, u għalhekk ma rridux nagħtu l-impressjoni li l-internet revolution tipproduċi frott biss.", "Ma rridx niġi miżinterpretat.", "Naħseb diġa' tkellimt biżżejjed fuq l-għadd kbir ta' vantaġġi li hemm jekk inħaddnu din it-tip ta' teknoloġija, pero` nkun qed nonqos jekk inħallu l-affarijiet pożittivi jegħlbu l-ħtieġa li nsemmu anke ċerti żvantaġġi u ċerti impatti negattivi li dawn jistgħu jkollhom fuq is-soċjeta` in ġenerali, b'mod partikolari fuq ċerti aspetti jew setturi tan-negozju f'pajjiżna.", "Jien ngħid li l-kumpanniji l-kbar jaf ikollhom sfidi ikbar fl-e-commerce miż-żgħar proprju għal dak li semmejt aktar kmieni, jiġifieri li ħafna drabi negozju kbir ikollu ċertu business infrastructure li jkun kumpless iktar minn dak ta' kumpannija żgħira u b'hekk dan ikun inqas flessibbli biex jadatta ruħu u jintroduċi ċerti bidliet minn kumpannija żgħira.", "Per eżempju, jien nista' nsemmi lil diversi kumpanniji Maltin, anke fil-qasam tal-manifattura, li għalkemm illum forsi l-marketing manager jew il- managing director tagħhom għandu l-internet, damu biex jaddattaw għaċ- ċirkostanzi mentri mbagħad issib small traders jew importers li joperaw b'azjenda ta' tlieta min-nies li ilhom għaddejjin bl-internet erba' jew ħames snin.", "Dan li qed ngħid huwa realta` mingħajr ma noqgħod ninsulenta lill-ebda settur tas-soċjeta` jew lil xi settur tal-qasam industrijali jew kummerċjali ta' pajjiżna.", "Dan l-aħħar kelli l-opportunita` li nitkellem ma' nies li huma ntiżi f'dan is-settur u dawn qaluli li l-mod kif ġiet stimulata r-rivoluzzjoni ta' l-internet u ta' l-e-commerce - u dan japplika anke għal pajjiżna - hija xi ħaġa fenomenali.", "Jien m'iniex se nsemmi ditti b'isimhom, pero` naħseb li ma nkun qed nagħmel l-ebda reklam meta nsemmi l-Amazon għax din hija ditta stabilita mad-dinja kollha.", "Apparti li ditti bħal dawn illum spiċċaw biex taw daqqa ta' ħarta kbira lil-librara tradizzjonali fil-pajjiż, jew fil-pajjiżi kollha in ġenerali, dawn daħħlu ċerti konċetti li llum qed narawhom japplikaw għall-e-commerce in ġenerali, u fil-fatt jien għalhekk qed insemmihom.", "X'inhuma dawn il-kunċetti?", "L-ewwelnett daħħlu l-prinċipju li inti tista' tbigħ bi prezz iktar baxx milli normalment issib fis-suq, it- tieni nett daħħlu l-prinċipju li inti jkollok għażla iktar wiesgħa milli normalment issib fis-suq, it-tielet nett daħħlu l-prinċipju li jkollok dettall u attenzjoni akbar għall-customer service milli seta' kien hemm qabel u daħħlu wkoll l-idea li inti jkollok rakkmandazzjonijiet personali dwar x'tista' tixtri għax minn dak li tixtri inti, huma jiżvolġu patterns dwar x'jaħsbu li inti tkun tista' tixtri jew tixtieq tixtri anke fil- ġejjieni.", "Għalhekk jiena ngħid li huwa importanti li dawn il-fatturi jħaddmuhom il-businessmen Maltin fis-settur tagħhom, mhux biss meta jiġu biex jagħmlu business to business imma anke dak li jissejjaħ business to customer.", "Min-naħa l-oħra rridu nammettu li anke kumpanniji bħal-Amazon sabu diffikultajiet, u min isegwi dak li qed jiġri f'dan il-qasam isib li per eżempju, dan l-aħħar id-ditta Amazon iddeċidiet li l-pricing tagħha kien baxx wisq u li għalhekk kellu jiġi rivedut għax kien qed jeffetwalhom b'mod negattiv anke l-bottom line tagħhom.", "Jien ngħid li huwa importanti li nħarsu lejn dan l-ispirtu kompetittiv u ma nistgħux naffordjaw li nagħtuh il-ġenb.", "Jien m'iniex xi wieħed futurista jew xi wieħed li nħobb inbassar, imma naħseb li nkun qed inbassar tajjeb jekk ngħid li niddubita jekk għaxar snin oħra huwiex se jkollna internet companies.", "Xi rrid ngħid b'dan?", "Jien naħseb li sa għaxar snin oħra minflok m'hu se jkollok an internet company in isolation, il-maġġoranza tal-kumpanniji se jkunu saru internet companies għax it-teknoloġija tkun ġiet ingrained f'kulma jagħmlu.", "Jien naħseb li billi nbassar li dan se jsir f'għaxar snin ma nkunx qed ngħaġġel ħafna fit- tbassir tiegħi għaliex, per eżempju, sa l-1991 l-e-commerce bilkemm kien jeżisti, jiġifieri jista' jkun li dak li qed ngħid jien jieħu għaxar snin, jista' jieħu ferm anqas biex jiżviluppa, saħansitra anke f'pajjiżna stess.", "Jien naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed isemmi li fl-aspett tekniku, hemm tliet oqsma ewlenin fejn il-gvernijiet Ewropej u dawk Amerikani għandhom approaches differenti minn xulxin, kemm fil-mod kif jittrattaw it-trade flows, kemm fil-mod kif jersqu lejn it-tax regimes tagħhom kif ukoll fil- mod kif jipproteġu d-data personali.", "Għalkemm l-attivita` ekonomika via l- internet, inkluża l-e-commerce, hija globali, wieħed ma jridx jinsa li l- ġurisdizzjoni tal-gvernijiet tibqa' waħda nazzjonali u għaldaqstant kultant twassal għal ċertu element ta' overlap.", "Wieħed irid jara, per eżempju, kif in-negozju fis-suq ta' l-internet għandu jibda jiġi trattat fil-kontest tal- world trade organisation.", "Id-WTO ta' spiss tissemma, u jekk mhux diġa' ssemmiet minn kelliema oħra jkun tajjeb li nittrattaw dan l-aspett ħalli naraw kif dan se jħalli impact fuq id-WTO.", "Per eżempju, ikun interessanti jekk inkunu nafu jekk għandhomx jiġu intaxxati t-tranżazzjonijiet ta' l-e- commerce, u jkun tajjeb jekk fil-winding-up il-ministru jgħidilna x'inhuwa t-thinking tal-gvern Malti f'dan ir-rigward.", "Ikun interessanti wkoll jekk inkunu nafu kif wieħed għandu jindirizza s-social concerns li jqajjem l-e- commerce, l-iktar fejn tidħol data personali.", "Jien niftakar li meta kont attendejt il-ministerial meeting tad-WTO ta' Geneva fl-1998, il-membri tad- WTO kienu qablu li għandu jkun hemm żmien ta' nifs temporanju dwar il- customs duties fuq prodotti delivered over the internet, u r-raġuni prinċipali għal dan kienet li huwa diffiċli biex wieħed jiddistingwi bejn delivery fiżiku u delivery elettroniku ta' prodotti mixtrija minn fuq l- internet jew inkella bejn a good u a service.", "Biex nagħti eżempju, prodotti mixtrija elettronikament imma delivered fiżikament mingħand l-Amazon jew mingħand W.H. Smith, biex ma nsemmix lil Amazon biss, jitwasslulek bi dħul prima facie u dawn ikunu soġġetti għar- regoli eżistenti tad-WTO.", "Min-naħa l-oħra, jekk inti tniżżel ċertu scans elettronikament, din tista' tiġi interpretata bħala servizz.", "Illum hemm min qed jistaqsi saħansitra x'jiġri fil-każ ta' software li jiġi downloaded mill-internet.", "Dan ikun good jew ikun service?", "Taħt liema provvediment għandhom jaqgħu dawn l-affarijiet?", "Illum il-mira tal-pajjiżi industrijalizzati hija li jużaw l-e-commerce biex iħaffu l-proċess ta' liberalizzazzjoni fil-kummerċ dinji.", "Idealment il-pajjiżi membri tad-WTO jixtiequ jagħmlu permanenti u anke binding il-prattika li ma jiġux imposti dazji fuq prodotti li huma digitized.", "Huwa veru li l-e-commerce għadu fl- infanzja tiegħu, iżda min-naħa l-oħra qed jevolvi pass mgħaġġel sew.", "Madanakollu jien xorta waħda nħoss li għadu prematur li at this stage wieħed jiddeċiedi jekk id-digital products delivered minn fuq l-internet għandhomx jaqgħu taħt klassifikazzjonijiet tradizzjonali ta' goods and services.", "Fejn għad hemm ċerta konfużjoni dwar l-applikazzjoni ta' ftehim simili, jien naħseb li għandha tipprevali l-interpetazzjoni liberali, pero` hawnhekk qed nagħti strettament a view point personali u mhux neċessarjament qed nitkellem fuq xi pożizzjoni riġida min-naħa tagħna bħala oppożizzjoni.", "Mr Speaker, jekk ninsab aġġornat tajjeb filwaqt li l-Unjoni Ewropea qed tinsisti li kull delivery elettronika għandha tiġi meqjusa bħala servizz, l- Istati Uniti qiegħda tipproponi li għandu jkun hemm working group bla poteri li jinnegozja fi ħdan il-kunsill ġenerali tad-WTO.", "Min-naħa tagħha l-Unjoni Ewropea tixtieq li jkun hemm programm ta' ħidma iktar estensiv li jittratta wkoll l-authentication, il-kuntratti, il-privatezza, il-ħarsien tal-konsumatur kif ukoll il-kontenut.", "Wieħed ma jistax jaħrab minn dan il- fenomenu ġdid għax dan huwa parti mill-ekonomija ġdida.", "Huwa inutli li nitkellmu fuq il-famuża new economy u ma nitkellmux fuq l-impatt ta' dak li qed niddiskutu proprju llum.", "Fl-Istati Uniti, fejn l-e-commerce għandu l- akbar hold, l-information technology sector jikkontribwixxi mat-8% ta' l- ekonomija tal-pajjiż kollu.", "F'dawn l-aħħar erba' snin l-output ta' industriji relatati ma' l-IT fl-Amerka kkontribwixxa għal iktar minn terz tat-tkabbir fir-real output ta' l-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Għalfejn qed insemmih dan; biex naqilbu għall-Amerikani?", "M'iniex daqshekk żbilanċjat fil-fehmiet tiegħi; ma narax daqshekk kbir, pero` naħseb li jkun tajjeb jekk nirrikonoxxu l-impatt li dan l-iżvilupp qed ikollu fuq l- iżvilupp ekonomiku ta' dan il-pajjiż industrijalizzat.", "Jien naħseb li ma jagħmilx ħażin pajjiżna li fiċ-ċokon tiegħu, jipprova jikkopja t-tajjeb ta' ħaddieħor.", "Fil-fatt għalhekk semmejt lill-Istati Uniti u lil Singapore.", "M'iniex qed ngħid li jien nemmen li Malta se ssir l-Istati Uniti ta' l-e- commerce u lanqas qed ngħid li jien nippretendi li Malta għandha ssir is- Singapore ta' l-e-commerce, imma jkun tajjeb jekk inħarsu lejn il- kwalitajiet ta' dawn il-pajjiżi u naraw x'nistgħu naddattaw, dejjem skond iċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Kif semmejt iktar kmieni, l-iżball li nistgħu nagħmlu huwa li ningħalqu f'xi cocoon li tiżolana mill-kumplament tad-dinja, u għalhekk ikun importanti li nilqgħu kemm għall-impatt ta' dan li qed niddiskutu kif ukoll għall-policy challenges li joffri l-e-commerce in ġenerali.", "Dan huwa settur li espanda sostanzjalment f'dawn l-aħħar ħames snin u li mistenni jikber b'rata ikbar fil-ġejjieni qarib.", "Irridu naraw l-impatti tiegħu fuq żewġ livelli; il-business to business u anke l-qasam ta' business to consumer.", "Kif għedt diġa', sa l-1991 kien hemm inqas minn 3 miljun ruħ fid- dinja li kienu jużaw l-internet, u dakinhar l-e-commerce kien għadu ineżistenti.", "Sa l-1999 l-users ta' l-internet telgħu għal 250 miljun, bi kwart minnhom jixtru on-line minn sites ta' kummerċ elettroniku.", "Dan qed ngħidu biex nuri l-qabża enormi li saret mhux f'20 sena, mhux fi 30 sena, imma f'sempliċi disa' snin.", "Sal-lum, kif għedt iktar kmieni, għad hemm min qed isibha diffiċli biex jiddefinixxi speċifikament x'inhu l-e-commerce, imma dan huwa fenomenu u huwa importanti li nħaddnuh għaliex illum qiegħed magħna u ma nistgħux ngħaddsu rasna fir-ramel u naħarbu minnu, qisu xi mostru li qed nibżgħu minnu.", "Huwa veru li l-iktar internet hosts jeżistu fil-pajjiżi industrijalizzati li jinsabu fl-OECD, huwa veru li l-pajjiżi Nordiċi għandhom propensita` iktar milli għandhom il-pajjiżi Mediterranji, imma mbagħad hemm aspett ieħor li għandu jagħtina l-vantaġġ fuq il-pajjiżi l-oħrajn.", "Aħna nazzjon English-speaking u ħafna sabu li d-densita` ta' l-e- commerce ma tinfirixx biss skond il-popolazzjoni imma tinfirex ħafna fejn hemm popolazzjoniijiet li huma English-speaking, u għalhekk jien ngħid li dan huwa vantaġġ naturali li għandu jagħtina l-edge fuq ċerti pajjiżi ġirien tagħna.", "Wieħed mill-kummenti konklużivi tiegħi huwa li s-soċjeta` Maltija m'għandhiex tibża' mill-on-line purchases.", "Veru li għad hemm min jibża' mill-aspett ta' sigurezza u veru wkoll li għad hemm min jibża' mill-aspett ta' frodi jew ta' hacking.", "Fil-fatt illum il-hacking rajnieh isir anke f'kumpanniji bħall-Microsoft proprju sal-ġimgħa li għaddiet, imma jien ngħid li kulma jmur iktar qed jiżviluppaw sistemi sofistikati - u hawn qed nitkellem fuq linji ġenerali - biex ċerti beżgħat li kienu jeżistu fuq l- aspett tas-sigurta` fit-tranżazzjonijiet kummerċjali jiġu megħluba kemm jista' jkun.", "Nixtieq nagħti statistika biex nuri kemm m'għandniex naqtgħu qalbna minn dak li qed jiġri madwarna.", "Madwarna hemm ċerti pajjiżi li anke a paragun ta' dak li qed nagħmlu aħna, għadhom iktar lura minna.", "Per eżempju, filwaqt li fl-Istati Uniti hemm 42% tas-soċjeta` li huma internet users u 26% li huma e-commerce users, fl-Italja per eżempju, minkejja r- reklami kollha li naraw fuq l-internet services fuq il-media Taljani, għandek 18% biss li huma internet users u 5% biss li huma e-commerce users, jiġifieri ma naħsbux illi aħna fiċ-ċokon tagħna qegħdin daqshekk lura iktar minn ħaddieħor, anzi jien ngħid li minkejja ċ-ċokon tagħna u minkejja t- tisħiħ li hemm bżonn isir fil-qasam edukattiv, kif semmew tant tajjeb sħabi fl-interventi li għamlu qabli - issa qed nitkellem anke fuq il-livell tas- settur privat - qegħdin navvanzaw tajjeb.", "Fl-aħħar mill-aħħar jien ngħid li l-e-commerce għandha twassal għal għażliet iktar wiesa'.", "Veru li għandha twassal għal ċertu direct marketing li jkun kummerċjalizzat iżżejjed u dak li jissejjaħ anke mass customisation tal-prodotti, imma jien ngħid li l-e-commerce u t-teknoloġija ta' l- internet għandha twassal biex titjieb il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pajjiż u ċ-ċittadini nfushom.", "Għandha tgħin ukoll, per eżempju, biex jissaħħu l-awtoritajiet tat-taxxa u anke t-taxpayers infushom.", "Jien nħeġġeġ lill-awtoritajiet, anke fil-qasam tal-finanzi, biex jaħsbu serjament f'dan il-qasam, jekk mhux diġa' qed jaħsbu, għaliex jien nemmen li huwa importanti ħafna li jkun hemm tixrid ta' informazzjoni two-way, anke fis-settur fiskali u fis-settur ta' tassazzjoni ġewwa pajjiżna.", "Fl-aħħarnett hemm il-kwestjoni ta' l-impatt fuq is-settur ta' l-impjiegi.", "Iva, kif semmejt aktar kmieni se jkun hemm min jivvantaġġja u se jkun hemm min jiżvantaġġja.", "Se jkun hemm openings ġodda għal min għandu l-IT skills, se jkun hemm openings ġodda għal min huwa kapaċi jipprogramma fis-software u mbagħad min-naħa l-oħra, min huwa salesman bl-iskills tradizzjonali, jista' jibda jsib ċerti bibien magħluqin għalih.", "Madanakollu jien ngħid li kif pajjiżna qatt ma beża' mill-progress, daqstant ieħor m'għandniex nibżgħu mill-isfidi li jipprovdielna l-kummerċ elettroniku u għalhekk inħeġġeġ li għandna nagħtu l-inizjattivi kollha neċessarji kemm fuq livell ta' gvern, kemm fuq livell privat, kemm fuq livell kummerċjali kif ukoll fuq livell tal-konsumatur.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, wieħed mill-punti li għamel l-Onor.", "Leo Brincat u li laqatni huwa dak ta' meta qal li għalkemm huwa m'huwiex futurista, il-Bambin biss jaf x'tibdil jista' jkun hawn fil-qasam ta' l-elettronika sa għaxar snin oħra.", "Huwa biżżejjed li wieħed iħares lura biex jiftakar li sa 13-il sena ilu, kif qal tajjeb sieħbi l-Onor.", "Jason Azzopardi, computer kien kważi jiġi miżmum milli jidħol f'pajjiżna.", "Għaldaqstant ikolli ngħid li jien naqbel ħafna ma' dak li kien qed jgħid seħibna l-Onor.", "Brincat, jiġifieri li l-gvern mhux biss għandu jkun kapaċi li jipprovdi lil pajjiżna liġi li tirregola kif isir in- negozju bi proċeduri ġodda, bħal per eżempju, bl-e-commerce, imma għandu jara wkoll li jipprovdi leġislazzjoni flessibbli.", "Ġaladarba qed insemmi l-leġislazzjoni, ma nixtieqx nonqos milli nikkumplimenta lil-leġislatur li ppilota dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Meta wieħed iħares lejn dan l-abbozz ta' liġi jinduna li l- gvern qiegħed jirrispondi għar-realta` billi qed iressaq abbozz ta' liġi flessibbli li qed jirregola l-kummerċ elettroniku.", "Kif spjega tajjeb l- Onor. Gatt fil-ftuħ ta' dan id-dibattitu, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex biss qed iġibna konformi ma' l-Unjoni Ewropea imma qiegħed ukoll iġibna konformi mal-ħteġijiet tas-suq.", "Il-gvern preżenti m'huwiex qiegħed f'ġirja għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea imma qiegħed f'ġirja biex jara li l-iżvilupp kummerċjali ma jkun imfixkel bl-ebda mod possibbli.", "Jien naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Brincat - fil-fatt id- diskors ta' l-Onor.", "Membru kien wieħed ottimist ħafna - jiġifieri li bħala gvern qed noħolqu l-qafas u l-istruttura li fiha se jkun qed jaħdem in- negozju.", "Jidher ċar li l-gvern qiegħed jagħmel il-homework tiegħu sew f'dan il-qasam, pero` issa ejjew naraw li ma jkunx hemm min jgħid lil min b'xi mod jew ieħor huwa involut fis-settur kummerċjali biex jistenna li jkun dejjem il-gvern li jagħmel l-ewwel pass.", "Il-gvern, permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi, qiegħed joħloq struttura li ma xxekkilx, anzi din qed tara li min irid jaħdem fis-sistema ta' kummerċ bil-metodu elettroniku jagħraf x'inhu d-dmir tiegħu u ma jaqax lura u jitlef il-kompetittivita` tiegħu mal- kompetituri tiegħu li jinsabu barra minn xtutna.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, il-gvern qed iwassal messaġġ lis-settur kummerċjali u qed jgħidlu li huwa m'hux se jippermetti li jaqa' lura.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed niltaqgħu spiss mal-kelma \"kuntratt\".", "Ejjew ma naħsbux li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi kuntratt li jista' jsir biss fil-preżenza ta' xi nutar jew ta' xi avukat.", "Illum il-kuntratt jista' jsir bi proċess elettroniku.", "Fil-fatt diġa' qed isiru diversi ordnijiet permezz ta' l-internet jew ta' l-e-mail.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jiddefendi lil min irid jagħmel kummerċ elettroniku tajjeb minn min irid jipprova jqarraq.", "Irrid ngħid ukoll li jkun ħażin min jaħseb li għax hu għandu negozju żgħir, allura huwa m'għandux għalfejn iħabbel moħħu dwar l-e-commerce u li jista' jgħaddi mingħajr dan l-iżvilupp il-ġdid.", "Aħna rridu naraw li kull negozju jagħraf il-possibbiltajiet u l-opportunitajiet li l-e-commerce jista' joffrilu.", "Huwa veru li l-e-commerce jirrikjedi spiża għas-sidien tal- ħwienet, speċjalment għas-sidien tal-ħwienet iż-żgħar, pero` huwa għandu jara dan il-qasam importanti daqskemm huma importanti l-ixkaffi u l- impjegati li għandu jaħdmu fil-ħanut tiegħu.", "Biżżejjed ngħid li llum permezz tal-website, sid ta' ħanut ikun jista' jara xi prodotti hemm għall- bejgħ mill-kumdita` ta' daru.", "Sur President, min se jeskludi lilu nnifsu minn dan it-tip ta' żvilupp se jkun qed jeskludi lin-negozju tiegħu mill-kummerċ.", "Kif għedt iktar kmieni, min qiegħed fin-negozju u jrid jikkompeti m'għandux jistenna li jkun il- gvern li jagħmel l-ewwel pass.", "Min iħalli lilu nnifsu jaqa' lura mill- għoti ta' servizz effiċjenti u ta' kwalita` se jitlef postu fis-suq.", "Hawnhekk, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, il-gvern qed joffri l-istruttura u l-għodda għal kulmin irid jaħdem f'dan il-qasam.", "Naħseb li kulħadd jiftakar li sa ftit snin ilu biex jaħrat, il-bidwi kien ikollu joqgħod wara l-moħriet jidderieġi l-moħriet u l-bhima.", "Maż-żmien il- mutur tal-ħart ħa post il-moħriet u l-bhima, allavolja biex din l-għodda l- ġdida ġiet aċċettata ma kenitx xi ħaġa faċli.", "Fil-fatt jien ma neskludix li biex ġiet aċċettata din l-għodda, il-gvern kien beda jagħti l-muturi tal- ħart b'xejn.", "Madanakollu ma nistgħux nibqgħu naddottaw dawk is-sistemi u għax meta ġew ivvintati l-muturi tal-ħart kellna gvernijiet li kienu jagħtu l-muturi tal-ħart b'xejn, nibqgħu nippretendu l-istess.", "Sur President, huwa sinjal pożittiv ħafna li l-ministru qiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra white paper rigward l-e-government.", "Permezz ta' din il- white paper il-gvern qed juri li huwa qed jaqbel li s-servizzi li jiġu offruti liċ-ċittadin għandhom ikunu iktar effiċjenti.", "Madanakollu m'huwiex biżżejjed li jkollna gvern li jkun qed jimpenja ruħu biex isir e-government u lanqas m'huwa biżżejjed li jkollna xi imprenditur li jimpenja ruħu biex jispeċjalizza jew jinvesti fl-e-commerce, imma dan l-imprenditur għandu jkollu l-qafas u l-istruttura kollha tan-negozju tiegħu li taċċetta l- konċett ta' l-e-commerce.", "Issa nixtieq niġi biex ngħid xi ħaġa dwar l-e-banking.", "Illum qed naraw ħafna banek jiġu embellished, u dan minkejja li kienu moderni biżżejjed biex jissodisfaw il-ħteġijiet tal-klijenti tagħhom.", "Madanakollu huma qed jagħmlu dan biex jispeċjalizzaw dejjem iktar f'servizz li huwa konċernat ma' l-e-banking.", "Illum irridu nippreparaw irwieħna anke għal dawk il- bidliet li sal-lum m'aħniex nipprevedu.", "Kif qed naraw, illum il-banek tagħna qed jirnexxielhom jagħtu servizz lill-klijenti tagħhom 24 siegħa kuljum, u dan sabiex kemm jista' jkun inaqqsu l-queues mill-branches tagħhom.", "Fi kliem ieħor, illum il-banek qed jgħidu lill-klijenti tagħhom biex imorru fil-branch biss jekk ikunu jridu jitkellmu personalment ma' l- istaff minħabba, per eżempju, xi loan li jkunu se jieħdu, pero` biex sempliċement wieħed jagħmel bank draft, cheque jew xi tranżazzjoni, dak li jkun jista' jagħmel dan permezz tal-computer li għandu d-dar tiegħu stess.", "Jien ngħid li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jippreżenta era ġdida għax permezz tiegħu biex tnejn min-nies jikkomunikaw ma' xulxin m'għandhomx għalfejn ikunu f'uffiċċju wieħed jew jużaw il-pinna u l-karta imma jistgħu jikkomunikaw permezz ta' sistema elettronika, li jista' jkun il-computer u jista' jkun ukoll il-mobile.", "Sur President, matul dan id-dibattitu ntqal ħafna rigward x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex jara kif nistgħu nagħmlu użu mill-e-commerce anke fis- settur kummerċjali.", "Hawnhekk se nikkwota l-pjan ta' ħidma li għamilt għas- sena li ġejja f'dak li għandu x'jaqsam ma' e-commerce:", "\"F'dan iż-żmien ta' bidliet kontinwi rridu nagħżlu l-ġejjieni tagħna, il-ġejjieni ta' kull negozju.", "Irridu noqogħdu attenti minn dawk li jistgħu jkunu innovattivi iżjed minna u li minn pajjiżhom iħajru lill- poplu tagħna jixtru mingħandhom.\"", "- qiegħed nirriferi għall-esperjenza ġdida ta' ħanut fuq l-internet -", "\"Għal din ir-raġuni qiegħda tkun organizzata ħidma permezz ta' task force li se tkun qiegħda tħares lejn kif qiegħed jiżviluppa l-e- commerce f'pajjiżna b'riferenza għan-negozji ż-żgħar.", "Ix-xogħol ta' din it-task force hu li jwassal l-użu ta' din l-għodda ġdida fil- kummerċ fl-iktar numru ta' negozji\".", "Ta' min jgħid li din il-ħidma qed titwettaq permezz ta' l-ismall business efficiency unit u qiegħda tiġi kkoordinata flimkien mal-GRTU, ma' l-FOI u maċ-chamber of commerce.", "Ta' min jgħid ukoll li l-ġimgħa li ġejja se nkunu qegħdin inniedu website ġdida ta' l-ismall business efficiency unit fil-commerce division u se nagħtu għarfien nazzjonali lit-terms of reference tat-task force li semmejt meta kont qed nikkwota, liema task force diġa' qiegħed jaħdem.", "Permezz ta' l-ismall business efficiency unit aħna qed ikollna konsultazzjoni kontinwa ma' l-għaqdiet kollha tan-negozju u ma' għadd kbir ta' kooperativi, irrispettivament minn fejn huma ġejjin u x'setturi qegħdin jirrappreżentaw.", "L-impenn ta' dan il-gvern huwa li jiggarantixxi li ħadd ma jkun eskluż mill-opportunita` li l-iżvilupp xjentifiku u kummerċjali jista' joffrilu.", "Irridu nkunu kompetittivi, u jekk irridu nkunu kompetittivi rridu inkunu wkoll innovattivi.", "Madanakollu aħna nistgħu nkunu innovattivi biss jekk kemm-il darba ninsabu lesti li nipprovaw metodi ġodda kif nagħmlu n- negozju.", "Sur President, matul dan id-dibattitu ssemma diversi drabi li s-settur tan-negozju ż-żgħir huwa ffaċċjat minn inċertezzi.", "Iva, fiż-żmenijiet li għaddew is-settur tan-negozju ż-żgħir kien iffaċċjat minn inċertezza politika l-għaliex il-politika tal-gvern ta' dak iż-żmien ma kellhiex direzzjoni u għalhekk is-settur tan-negozju għaraf li l-gvern tal-ġurnata ma kien qed joffrilu l-ebda direzzjoni.", "Fil-fatt dak iż-żmien il-liċenzji tan-negozju maħruġa mill-pulizija kienu dejjem qed jonqsu.", "Ara llum in- numru ta' self-employed li huma involuti fir-retail u l-wholesale reġa' qiegħed dejjem jiżdied.", "Dan hu pajjiż li għandu l-opportunitajiet tiegħu, pero` huwa pajjiż li għandu l-isfidi tiegħu wkoll, u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed iġib lis-settur tan-negozju l-isfidi li kull proċess ta' bidla jġib miegħu.", "Kif għedt diġa', il-gvern diġa' għamel il- homework tiegħu u issa jmiss lis-settur kummerċjali li jirrispondi.", "Il-gvern għandu wkoll l-obbligu li jsaħħaħ il-kompetittivita`.", "Fil-fatt illum il-kummerċ elettroniku qiegħed iqarreb lil ħafna iktar negozji lejn xulxin, u għalhekk hawn il-kompetittivita`.", "Aħna m'aħniex xi gvern maqtugħ mir-realtajiet tas-settur kummerċjali u nagħrfu li llum mhux talli għal kull għadma hawn 100 kelb imma talli għal 100 kelb m'hawnx għadma waħda.", "Aħna nagħrfu r-realtajiet tas-suq u għalhekk qed ngħinu lis-settur kummerċjali jsaħħaħ il-kompetittivita` tiegħu billi qed noffrulu struttura tajba.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi sar ukoll bil-għan li joħloq ix- xogħol u biex jgħin lil kulmin qiegħed fin-negozju biex jibqa' kompetittiv ma' negozji oħra.", "Madanakollu l-isfidi li għandna quddiemna tant huma kbar li nagħmlu x'nagħmlu nistgħu ngħidu li għadna lanqas bdejna.", "Biżżejjed ngħid li t-tibdil xjentifiku tant qed ikun vast li tipprova kemm tipprova kważi tasal biex taqta' qalbek, pero` aħna m'aħniex se naqtgħu qalbna, anzi se nipprovaw nakkwistaw kemm jista' jkun opportunitajiet f'dan il-qasam.", "Sal-lum dejjem kien hawn il-mentalita` li jekk servizz jiġi pprovdut lill- attivita` kummerċjali, dan ikun ogħla minn dak residenzjali, pero` issa jien naħseb li wasal iż-żmien li din il-mentalita` tinbidel.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jimtela l-vojt ta' struttura legali.", "Kif qed naraw, l-ewwel pass fid-direzzjoni t- tajba qiegħed isir u issa li jonqos huwa li kull wieħed u waħda minna nagħtu sehemna sabiex naraw lis-settur kummerċjali tagħna javvanza billi juża kull proċess innovattiv li jista' juża.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 1 ta' Novembru 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nippreżentalek petizzjoni għan-nom ta' diversi residenti li joqogħdu l-Mosta, fi Triq l-Għollieq, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni u Triq il-Kostituzzjoni, minħabba inkonvenjent li qed jinħoloq b'mod regolari fis-sigħat bikrin ta' filgħodu minn supermarket ġewwa l-Mosta, fejn l-impjegati m'humiex qed josservaw il-ħinijiet u r-regolamenti l-oħra tal-pulizija - dan ovvjament mhux tort tal-ħaddiema imma tort ta' min jimpjegahom - u qegħdin joħolqu ħafna inkonvenjent lir-residenti ta' dik l-akkwata.", "F'dan il-kuntest nista' ngħid li diġa' għaddiet korrispondenza bejn ir- residenti u l-kunsill lokali tal-Mosta, il-kummissarju tal-pulizija, l- ombudsman u l-awtorita' ta' l-ippjanar, iżda sfortunatament sal-lum għadhom ma tteħdux il-passi meħtieġa.", "Mr Speaker, formalment nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra rapport dettaljat flimkien ma' petizzjoni li ffirmaw ir-residenti, fejn qed jitolbu biex tittieħed azzjoni mill-aktar fis possibbli.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex din id-dokumentazzjoni titqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, riċentement kelli l-opportunita' li nieħu sehem f'seminar dwar opportunitajiet ta' xogħol, ngħid għalija suġġett ta' portata nazzjonali.", "Tradizzjonalment hawn Malta dejjem ikklassifikajna x-xogħol fi tliet branki, jiġifieri l-manifattura, it-turiżmu u servizzi oħrajn.", "Jidher ċar li m'huwiex daqshekk faċli li tikkrea opportunitajiet ta' xogħol fil- manifattura.", "Kif nafu tajjeb, l-uniċi żewġ ażjendi li jikkomparaw ma' azjendi barranin fid-daqs u bħala numru ta' mpjegati huma d-Drydocks u x- Shipbuilding, kif ukoll l-ST Microelectronics, dik li qabel kienet l-SGS.", "Imbagħad insibu madwar nofs tużżana azjendi oħra bħad-Dowty, il- Brandstatter u oħrajn li jimpjegaw numru konsiderevoli ta' ħaddiema, iżda l- biċċa l-kbira ta' dawn l-azjendi huma intrapriżi ta' daqs medju jew żgħir.", "Diġa' għedt li huwa diffiċli immens biex jiġu kkreati mpjegi fil- manifattura, u biex wieħed ikun jaf kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa kulma għandu jagħmel hu li jistaqsi lil dawk l-ommijiet u missirijiet li uliedhom qed ifittxu job.", "Jien niddejjaq ninstema qisni qed nagħti xi malawgurju, imma li nirrivitalizzaw dan is-settur saret emerġenza.", "M'hemmx dubju li dan minn dejjem kien settur iebes u nista' ngħid li meta kont ministru l-ewwel għan li kelli kien li nikkonsolidaw dak li diġa' kellna u fl-istess ħin nattiraw industriji ġodda.", "Kien ovvju li kien hemm bżonn ta' inizjattivi ġodda sabiex wieħed ikun jista' jġib aktar manifattura fil-pajjiż.", "Ta' min jgħid li aħna pajjiż demokratiku, għandna workforce ta' min jafdaha u jiftaħar biha u fi żmienna kellna wkoll l- inċentiv tat-taxxa, iżda li ma kienx qiegħed jiġi rrealizzat kien il-fatt li ma konniex magħrufa ħafna għal dak li stajna noffru.", "Dan għax qabel minflok tintuża strateġija speċifika biex tiġi attirata industrija ġdida, kien ikun hemm market bombing immirat lejn kullimkien u fejn laqat laqat.", "Iva, nista' nikkonferma li fi żmieni ħadna inizjattivi ġodda u għalkemm f'sentejn kien diffiċli li tbiddel ċerti rotot li kienu diġa' nqabdu, dawk l-inizzjattivi kienu bdew iħallu l-frott.", "Mr Speaker, it-tieni qasam b'opportunitajiet ta' ħolqien ta' mpjiegi huwa t-turiżmu.", "Illum it-turiżmu sar parti mill-ħajja tal-pajjiż għax qegħdin nattiraw aktar minn miljun ruħ fis-sena.", "Ċertament għandna proporzjon li hu sostanzjali meta tikkomparah mad-daqs tal-pajjiż kif ukoll mal- popolazzjoni, iżda jidher ċar li hemm bżonn li nindunaw li ma nistgħu nieħdu xejn for granted.", "Ma jfissirx li għax illum għandna industrija li qed tiffjorixxi din it-trend se tibqa' għaddejja.", "Naqblu li għal dawn l- aħħar għaxra, ħmistax il-sena l-industrija tat-turiżmu dejjem kibret u tkattret, iżda jekk inħarsu lejn statistika riċenti nintebħu kemm irid isir ħafna aktar xogħol min-naħa tagħna lkoll.", "Il-verita' hi l-kompetizzjoni ma nsibuhiex biss fil-manifattura imma anke fit-turiżmu, kompetizzjoni ħarxa.", "Irridu napprezzaw li l-pajjiż għandu ħafna x'joffri imma l-ewwel u qabel kollox irridu naraw x'irridu nirranġaw.", "Per eżempju, aspett importanti ħafna fit-turiżmu hu l-ambjent.", "Jekk trid tkattar it-turiżmu u fl-istess ħin għandek ambjent li mhux denju tal-post u tat-tip ta' turist li qed tipprova tattira, ser ikollok problema.", "L- ambjent għandu jkun prijorita' jekk irridu nżidu t-turiżmu.", "M'inix ser noqgħod nidħol f'ħafna dettalji u nsemmi l-Magħtab, it-toroq u postijiet oħra.", "Kulħadd jaf fejn qegħdin il-djgħufijiet tagħna.", "Għandek ukoll il- qasam tal-cruise liners.", "Irridu niddistingwu bejn meta jidħol xi cruise liner fil-port, għal meta Malta tkun hub għal cruise liners, bil-vapur jibda u jispiċċa l-vjaġġ tiegħu f'pajjiżna.", "Il-qligħ veru mill-cruise liners ikun jekk Malta ssir hub tal-cruise liners u nawgura li l-pjan tant tajjeb u neċessarju li jkollna dan il-hub jibda jitwettaq u ma jibqax kollox f'livell ta' diskussjoni.", "Mr Speaker, hemm ukoll il-qasam tas-servizzi.", "Hawnhekk ħafna drabi jissemmew il-monopolji u l-liberalizzazzjoni.", "Ħafna mill-oqsma li jidħlu taħt dan il-qasam illum għadhom qed igawdu ċertu monopolju.", "Per eżempju, aħna nafu li f'pajjiżna l-entitajiet li jipprovdu l-ilma u d-dawl għad għandhom il-monopolju, pero' nafu ukoll li f'dawn l-oqsma hemm numru kbir ta' mpjegati.", "Dawn l-impjegati jkollhom theddida għal xogħolhom jekk dawn iż-żewġ korporazzjonijiet - qed ngħid għall-Enemalta u l-water services corporation - jinfetħu għal kompetizzjoni.", "Veru li l-liberalizzazzjoni ġġib magħha opportunitajiet ġodda, għax jekk ikollok kompetizzjoni jkollok iżjed kumpanniji li qed jikkompetu fl-istess qasam u allura jiġu kkreati postijiet ġodda ta' xogħol.", "Imma min-naħa l-oħra l-entitajiet li jipprovdu dawn is-servizzi taħt sistema monopolistika ser isibuha diffiċli biex jikkompetu meta kollha kemm aħna nafu li dawn ġew mgħobbija b'ħafna mpjegati.", "L-impjegati li jiġu l-aktar affettwati huma l-irġiel aktar milli n-nisa, u l-aktar l-irġiel li huma fl-eta' tan-nofs, eta' diffiċli li fiha terġa' ssib impjieg u li tiġi retrained għaliex il-ħaddiem ikun għamel ħajtu jispeċjalizza fuq ix-xogħol li jkun tgħallem.", "M'hemmx dubju li din hi sfida enormi għax faċli titkellem fuq opportunitajiet ġodda fil-qasam tat-telecommunications u postijiet oħra, imma hu aktar diffiċli biex tilqa' għall-effett ta' dan.", "Mr Speaker, biex il-gvern jilqa' għal dawn l-isfidi jrid ikun hemm direzzjoni waħda.", "L-isfidi huma kbar wisq biex il-gvern tal-ġurnata jaħseb li jista' jiffaċċja sitwazzjoni bħal din waħdu.", "Il-gvern ma jistax jimxi waħdu mingħajr ma jkollu consensus - m'iniex qed ngħid f'sens politiku imma f'sens industrijali - u ma jistax jasal fejn irid jasal mingħajr il- koperazzjoni, anzi l-għajnuna attiva tal-unions il-kbar, partikolarment tal-GWU.", "Kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed biex l-isfida li għandna quddiemna tingħeleb.", "Jiena nawgura li l-gvern jirrealizza dan għax biex il- bidliet iseħħu jrid ikun hemm l-għaqal u mhux għax jien għandi s-saħħa allura nagħmel dak li rrid.", "L-għaqal jitlob li nfittxu consensus.", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, diġa' kelli l-okkażjoni nitkellem dwar il-każ ta' Merton Camilleri, tifel li qalulu biex jispiċċa mill- Kulleġġ Santu Wistin għaliex m'għaddiex mill-eżamijiet ta' l-aħħar tas- sena.", "Jien inħoss li aħna d-deputati għandna nirriflettu dwar dan il-każ għaliex dan jista' jkollu konsegwenzi edukattivi u soċjali kbar.", "Għandna nieħdu dan l-inċident biex nitgħallmu kif dan il-qasam għandu jitmexxa aħjar fejn jidħlu l-iskejjel tal-knisja.", "Nagħmilha ċara wkoll li m'għandi l-ebda skop li b'xi mod jew ieħor nitfa' xi dawl ikrah fuq il-Kulleġġ Santu Wistin.", "Dan il-kulleġġ nafu jitmexxa u naf xi sforzi saru f'dawn l-aħħar snin biex l-affarijiet jitjiebu.", "Għalhekk qed nagħmilha ċara li qed nieħu dan il-każ biex nitgħallmu u nirriflettu fuqu.", "Mr Speaker, insibni kważi fi qbil sħiħ ma' dak li ntqal s'issa fuq dan il- każ fil-ġurnal kattoliku \"Il-Ġens\".", "Nikkwota mill-editorjal ta' l-20 ta' Ottubru, anke biex nispjega dan il-każ.", "\"Il-Ġens\" kiteb hekk:", "\"Il-każ tat-tfajjel Merton Camilleri joħroġ fil-beraħ is-sitwazzjoni li teżisti fl-iskejjel tal-knisja.", "X'għandu jsir meta jkun hemm każi ta' tfal li ma jlaħħqux intellettwalment ma' sħabhom?\"", "Qed nagħmel dan il-punt għax jien personalment interpellajt lill-Ministru Louis Galea dwar fejn waslu l-konsiderazzjonijiet ta' l-awtoritajiet edukattivi fuq il-każ u fir-risposta tiegħu l-ministru qalli li hu nformat li l-każ imsemmi minni \"mhuwiex każ ta' special needs\".", "Sur President, jiena meta tkellimt fil-parlament qgħadt attent kif nitkellem u dejjem bnejt il-każ ta' dan it-tfajjel fuq il-fatt li mhux sew li tifel li ma jkunx għadda mill-eżamijiet fl-iskejjel tal-knisja jiġi \"asked to leave\".", "Dan hu l-kliem preċiż li wżaw fuq iċ-ċertifikat tiegħu fl-aħħar tas-sena; jiġifieri qalulu biex jitlaq mill-iskola.", "Jien għedt li mhux aċċettabbli li l-iskejjel tal-knisja jgħidu lit-tfal biex jitilqu mill-iskola għax ma jkunux għaddew mill-eżamijiet għal darba, tnejn.", "Jien għamilt il-punt li l-iskejjel tal-knisja m'għandhomx jitħallew jimxu b'dan il-mod.", "Jien qatt ma għedt li Merton huwa tfajjel bi special needs.", "Għedt ukoll li l-fondi pubbliċi li jinġabru mit-taxxi taċ-ċittadini u li l- gvern jgħaddi lill-iskejjel tal-knisja issa qed jaqbżu s-Lm7 miljun fis- sena u mhux sew li l-iskejjel tal-knisja jaqbdu lit-tfal li ma jgħaddux mill-eżamijiet u jitfgħuhom fi skejjel tal-gvern.", "Dan insostnih kemm għal raġunijiet ta' valuri reliġjużi u nsara, kif ukoll għal raġunijiet ta' valuri edukattivi u soċjali.", "Mhux sew li l-iskejjel tal-knisja jfarfru u jeħilsu mir-responsabbilta' li jedukaw, anke għaliex naħseb li għandha tkun parti mill-missjoni edukattiva u nisranija tagħhom li jedukaw tipi diversi ta' tfal.", "Jien nawgura u nixtieq li l-iskejjel tal-knisja jsiru inklussivi u li fihom imorru iżjed tfal bi bżonnijiet speċjali biex huma wkoll jieħdu fuqhom ir-responsabbilta' kif qed jieħdu l-iskejjel tal-gvern.", "Jien ma għandix għalfejn infakkar li f'pajjiżna huma l-iskejjel tal-gvern li għandhom l-akbar sfida, l-akbar diffikultajiet u l-akbar problemi għaliex m'għandhomx il-proċess li bih jagħżlu l-aħjar tfal, m'għandhomx xi proċess li bih iħallu barra tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Huma l-iskejjel ta' l-Istat li għandhom l-akbar sfidi u diffikultajiet biex jgħallmu tfal li anke jkunu ġejjin minn sitwazzjonjiet żvantaġġjati, u allura lanqas hu ġust li l-iskejjel ta' l-Istat jiġu mkejjla għas-suċċess tagħhom ma' l- iskejjel privati u dawk tal-knisja.", "Dawn ta' l-aħħar jagħżlu l-aħjar tfal imbagħad itaptpu fuq spallejhom għax it-tfal ikunu ġabu l-aħjar riżultati.", "Qed ngħid dan anke biex insellem lil dawk li jaħdmu fl-iskejjel ta' l- Istat, għax hemmhekk imorru żewġ terzi tat-tfal Maltin u Għawdxin, u fil-każ ta' l-Għawdxin hemm iżjed għaliex is-settur privat hemmhekk huwa kważi ineżistenti u allura rridu naħdmu biex intejbu s-sitwazzjoni.", "Imma lura għall-każ ta' Merton Camilleri, Sur President.", "L-editorjal ta' \"Il-Ġens\" ukoll għamel il-punt - ħa nieħdu l-ewwel problema - dwar x'jista' jsir biex tfal li jeħlu għal darba, tnejn mill- eżamijiet annwali ma jispiċċawx mitfgħuha 'l barra.", "\"Il-Ġens\" qal, u hawnhekk naqbel miegħu mija fil-mija, li:", "\"....", "Waqt li nsostnu li m'għandu jkun hemm qatt kompromess mal-livell akkademiku, irridu niżguraw li dawn it-tfal ma jħossuhomx imwarrba jew agħar minn hekk imkeċċija.", "Ilkoll nafu l-ħsara psikoloġika u soċjali li tista' ssir f'każi bħal dawn.", "Għalhekk insostnu li xejn ma jista' jiġġustifika t-tkeċċija ta' tifel sempliċement għax hu batut.", "Dan imur kontra l-istess spirtu tal-Vanġelu u l-għażliet ta' Kristu nnifsu.\"", "Hu interessanti li mbagħad \"Il-Ġens\" għalaq l-editorjal tiegħu b'dan il- mod:", "\"Hu providenzjali li dan l-editorjal qed jinkiteb fl-istess żmien li superjuri maġġuri reliġjużi qed jinġabru għal weekend sħiħ ma' l- isqfijiet biex jirriflettu dwar il-missjoni ta' l-iskejjel tal- knisja.\"", "Jien hawnhekk nistaqsi lill-awtoritajiet tal-knisja u lil dawk li jmexxu l- iskejjel tal-knisja x'iddiskutew f'Ottubru dwar il-missjoni ta' l-iskejjel tal-knisja.", "X'inhuma l-mistoqsijiet li qanqlu?", "X'inhuma t-tweġibiet li taw?", "Ċertament li t-tweġibiet li jagħtu bilfors li jkollhom importanza mhux biss għal dawk it-tfal li huma fl-iskejjel tal-knisja iżda għas- sistema edukattiva kollha kemm hi.", "Qed ngħid hekk għaliex fit-tweġiba li tani l-Ministru Louis Galea dwar x'se jagħmel biex dan il-każ ma jerġax jirrepeti ruħu - u kelli anke ċ-ċans fil-ħin tal-mistoqsijiet li nagħmel mistoqsijiet supplimentari fuq dan - qalli hekk:", "\"Se nwaqqaf working group biex jistħarreġ sitwazzjonjiet bħal dawn u jagħmel rakkmandazzjonijiet għal policy li għandha tiġi segwita f'każi bħal dawn.\"", "Jiena qed nassumi li s'intendi f'dan il-working group se jkun hemm rappreżentanza mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u se jkun hemm ukoll rappreżentanza mis-settur ta' l-iskejjel tal-knisja.", "Għandi nifhem li dawk li jmexxu l-iskejjel tal-knisja qajmu dan il-każ għax iridu jwieġbu għall-mistoqsija ta' x'jagħmlu meta jkollhom tfal li ma jgħaddux mill- eżami u x'se jiġri minnhom.", "Hu tajjeb li jkun hemm riflessjoni fuq dan il- każ biex nitgħallmu minnu għal każi oħrajn.", "Għalhekk jien staqsejt dwar x'ġie deċiż fil-laqgħat li saru bejn is-superjuri maġġuri reliġjużi u l- isqfijiet biex jirriflettu dwar il-missjoni ta' l-iskejjel tal-knisja.", "Ċertament li l-futur ta' l-iskejjel tal-knisja jrid jiġi diskuss mhux biss biex jirrifletti fuq każ bħal dan imma anke biex jirrifletti fuq tweġiba li ngħatajt jien il-bieraħ.", "Jien staqsejt hekk:", "\"Jista' jinvestiga rapporti li hemm skejjel tal-knisja li qed idaħħlu tfal bla polza jew bla common entrance examination għax idaħħluhom fil-klassijiet 2 sa 6 fil-primarja u forms 2 sa 5 fis-sekondarja?\"", "Aħna nafu li biex tidħol fi skola sekondarja tal-knisja trid tagħmel eżami u dawk li jidħlu fl-iskejjel primarji jitilgħu bix-xorti, pero' nafu li matul is-snin kien hemm tfal li daħlu - u għadhom jidħlu - mhux fl-ewwel sena imma fit-tieni sena tal-primarja.", "Nafu wkoll li hemm tfal li jidħlu mhux fl-ewwel sena imma fit-tieni sena tas-sekondarja.", "Issa l-ministru ta' l-edukazzjoni weġibni hekk:", "\"Ġejt informat mis-segretarjat tal-knisja dwar l-edukazzjoni li jekk ikun hemm postijiet vakanti fil-klassijiet tat-tfal fl-iskejjel tal- knisja, kemm dawk li jitilgħu bil-polza fil-klassijiet primarji kif ukoll dawk fis-sekondarja mill-form 2 sal-form 5, il-postijiet vojta jistgħu jintlew għad-diskrezzjoni ta' l-istess kap ta' l-iskola konċernata.\"", "Dan ifisser li m'hemmx poloz u eżamijiet biex tifel jew tifla tidħol fit- tieni sena tal-primarja, jew tifel jew tifla jidħol fit-tieni sena ta' l- iskola sekondarja imma jiddeċiedi l-kap ta' l-iskola.", "Ngħid għalija din is- sitwazzjoni mhijiex aċċettabbli u nitlob lill-ministru biex jikkonsidra li jwessa' t-terms of reference tal-working group li se jiddiskuti l-każ ta' x'jiġri minn dawk it-tfal li jeħlu mill-eżamijiet, sabiex jiddiskuti wkoll kif jidħlu tfal fl-iskejjel tal-knisja mit-tieni sena 'l fuq, kemm ta' l- iskejjel primarji kif ukoll dawk sekondarji.", "Jien nistaqsi: Kemm hu aċċettabbli li tkun fid-diskrezzjoni tal-kap ta' l-iskola kif jidħlu t- tfal?", "X'inhuma l-kriterji?", "Għaliex dejjem nispiċċaw li min għandu l- kuntatti jidħol u min m'għandux jibqa' barra?", "Fl-idea tiegħi u ta' ħafna dan la hu sew u lanqas ġust.", "Nafu xi pressjoni jkun hemm għall-polza, fejn għal kull post ikun hemm ħafna applikanti kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskejjel primarji kif ukoll dawk sekondarji.", "Naħseb li hu tajjeb li l-knisja tirrifletti anke fuq dawn l-affarijiet.", "Il-knisja għandha bżonn tirrifletti fuq il-futur ta' l-iskejjel tagħha, anke minħabba li l-futur se jkun aktar lajk u aktar sekulari.", "L-ordnijiet reliġjużi jafu li għandhom il-vokazzjonijiet dejjem jonqsu u għalhekk tajjeb li jistaqsu x'karatteristika partikolari se jkollhom l-iskejjel tal- knisja fil-futur, ħames snin, għaxar snin, ħmistax, għoxrin sena oħra, meta l-vokazzjonijiet reliġjużi huma mistennija li jkomplu jonqsu.", "X'se jkun jiddistingwihom mill-iskejjel l-oħrajn ta' l-Istat u mill-iskejjel privati?", "X'se tkun il-kariżma partikolari tagħhom?", "X'se tkun l-identita' ta' l- iskejjel tal-knisja meta l-preżenza reliġjuża fihom tidher li se tkompli tonqos f'futur aktar sekulari u lajk?", "Dawn huma mistoqsijiet li qed iqumu mhux biss f'Malta imma f'pajjiżi oħra u qed insemmihom għax din hi xi ħaġa li f'Malta għadha ma ġietx diskussa, għax forsi hawn min ma jaqbillux jiddiskutiha.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu fid-dawl li l-Konferenza Episkopali Ewropea tinsab inkwetata ħafna li fil-Karta tad-Drittijiet ta' l-Unjoni Ewopea ma daħħlitx proposta li għamlet il-Konferenza ta' l-Isqfijiet Ewropej tal- pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn talbu li f'artiklu 10 tal-Karta tad- Drittijiet jidħol id-dritt li l-knisja tmexxi l-iskejjel tagħha.", "Nafu li din il-proposta ma ġietx aċċettata, pero' f'pajjiżna dawn l-affarijiet ma jissemmewx.", "Qed insemmiha biss għax naħseb li l-knisja għandu jkollha l- kuraġġ li tittratta din il-kwestjoni f'xenarju fejn il-vokazzjonjiet reliġjużi qed ikomplu jonqsu u fejn il-preżenza reliġjuża fl-iskejjel tal- knisja hi mistennija li tkompli tonqos.", "Naħseb li huwa tajjeb li l-knisja tħares lejn il-futur u tistaqsi x'identita' partikolari se tiżviluppa għall- iskejjel tagħha, anke fid-dawl ta' l-iżvilupp li lkoll nixtiequ f'pajjiżna, jiġifieri sistema edukattiva li tkun aktar umana u effiċjenti u li tgħin aktar biex it-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jgħixu u jaħdmu fis-seklu 21 f'ekonomija aktar avvanzata u f'soċjeta' aktar demokratika.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada l-Erbgħa, l-1 ta' Novembru 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAĦĦA - HOSPITALITY", "19897.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul il- perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant, l-ispiża f'hospitality kienet ta` 58% tal-vot allokat għal hospitality.", "INTERN - HOSPITALITY", "19899.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perijodu msemmi, l-ispiża f`hospitality kienet ta` 47.04% tal-vot allokat għal hospitality.", "AFFARIJIET BARRANIN - HOSPITALITY", "19900.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?", "ONOR.", "JOE BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perijodu msemmi, l-ispiża f'hospitality tal-Ministeru u ta' l-ambaxxati kollha kienet ta' 74.16% tal-vot allokat għal hospitality.", "EDUKAZZJONI - HOSPITALITY", "19902.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l- Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul il-perijodu msemmi, l-ispiża f'hospitality kienet ta' 68.3% tal-vot allokat għal hospitality.", "VAT REGISTERED", "20396.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari nru.", "14864", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sat-18 ta' Ottubru 2000, in-numru ta' persuni attivi reġistrati taħt Att ta' l-1998 dwar it- Taxxa fuq il-Valur Miżjud kien ta' 45,317", "PA- PROĠETT", "20397.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari nru.", "14862 għal perijodu ta' bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha tliet applikazzjonijiet pendenti għal proġetti fl-akwakultura, u oħra għal rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni oriġinali.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDREN ALLOWANCE", "20398.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' familji romol u single parents li rċevew il-benefiċċju taċ- children allowance matul dawn l-aħħar ħames snin f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "IMTARFA - ISOLATION HOSPITAL", "20400.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt ilu f'idejn l-awtorita' tad-djar il-bini ta' l-isolation hospital fl-Imtarfa?", "Kemm saritlu ħsara kawża ta' vandaliżmu dan il-bini?", "Għaliex il-gvern mhux f'pożizzjoni li jaċċetta li dan il-bini jiġi żviluppat mit-Torball blind ass. sabiex tiżviluppa ċentru modern għall-għomja li permezz tiegħu jiżdiedu l-opportunitajiet rikreattivi, edukattivi u soċjali għall-għomja Maltin bil-għan li dawn il-persuni jintegraw aktar fis-soċjeta'?", "Jista' jara li ssir xi ħaġa mill-aktar fis sabiex dan il-bini jiġi żviluppat għall-ġid tal-persuni għomja u sabiex ikun wieħed mill-aktar ċentri popolari fil-belt ġdida ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-fond li rrifera għalih l- Onor. Interpellant għadda f'idejn l-Awtorita' tad-Djar fis-16 ta' Ġunju 2000, permezz ta' Avviż Legali Nru. 109 ta' l-2000.", "Minn rapport tal-pulizija jirriżulta li sar att vandalu f'dan il-fond fl- 10 ta' Settembru 1999 meta l-fond ma kienx f'idejn l-Awtorita' tad-Djar.", "Il-maġistrat ta' l-għassa ġie nformat bil-każ.", "Ninsab informat ukoll li biex tissewwa l-ħsara l-ispiża tammonta għal aktar minn Lm10,000.", "Rigward il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "9641 fl-1 ta' Novembru 1999, f'Seduta Nru. 168.", "IMTARFA - BFBS", "20403.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu f'idejn l-Awtorita' tad-Djar il-bini ta' l-BFBS fl-Imtarfa?", "Kemm saritlu ħsara kawża ta' vandaliżmu dan il-bini minn mindu ilu li għadda lill-awtorita'?", "X'inhuwa maħsub li jsir b'dan il-bini għall-futur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-bini li rrifera għalih l- Onor. Interpellant ilu f'idejn l-awtorita' tad-djar mill-1990.", "Dan il-bini ser jitwaqqa' biex jinbnew postijiet residenzjali ġodda.", "Fil-preżent l-awtorita' tad-djar għandha applikazzjoni pendenti ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar għall-iżvilupp ta' din l-area.", "PENSJONIJIET - AWTRALJANI / KANADIZI", "20434.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna mistoqsija parlamentari nru.", "14860 sa Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Jannar ta' din is-sena sa l-aħħar ta' Settembru, in-numru ta' applikazzjonijiet li rċieva d-dipartiment tas-sigurta' soċjali mill-Maltin jew l-Għawdxin għal pensjonijiet Awstraljani kien ta' 231, filwaqt li dawk għal pensjonijiet Kanadiżi kien ta' 49.", "SKEJJEL - EMVIN CREMONA ART DESIGN CENTRE", "20621.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew xi wieħed mill-korsijiet f''Emvin Cremona art design centre?", "Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors?", "Kemm ġew aċċettati f'kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall- kors li jsir fiċ-ċentru ta' disinn u arti Emvin Cremona, hu ta' 31 li minnhom 25 bdew il-kors.", "L-istudenti li ma ntgħażlux f'dan il-kors daħlu għall-kors tat-tieni jew it-tielet għażla tagħhom fejn dan kien possibbli.", "Id-dipartiment ma jilqax applikazzjonijiet ta' studenti li mhumiex eliġibbli.", "Dawn l-istudenti jingħataw parir mingħand il-guidance teachers kif jistgħu jkomplu bl-istudju tagħhom.", "Dan is-servizz jingħata fuq il- post fejn jintlaqgħu l-applikazzjonijiet.", "Għaldaqstant dawk li applikaw kienu kollha eliġibbli.", "SKEJJEL - SCHOOL FOR SECRETARIAL STUDIES", "20624.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew xi wieħed mill-korsijiet ta' Sir Hannibal Scicluna school for secretarial studies?Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors?", "Kemm ġew aċċettati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għas- secretarial course hu ta' 75 li kollha ġew aċċettati.", "L-għadd ta' studenti li applikaw għall-insurance course hu ta' 80 li minnhom 25 bdew il-kors.", "L-istudenti li ma ntgħażlux f'dan il-kors daħlu għall-kors tat-tieni jew it-tielet għażla tagħhom, fejn dan kien possibbli.", "Id-dipartiment ma jilqax applikazzjonijiet ta' studenti li mhumiex eliġibbli.", "Dawn l-istudenti jingħataw parir mingħand il-guidance teachers kif jistgħu jkomplu bl-istudju tagħhom.", "Dan is-servizz jingħata fuq il- post fejn jintlaqgħu l-applikazzjonijiet.", "Għaldaqstant dawk li applikaw kienu kollha eliġibbli.", "SKEJJEL - MSIDA - PRE-SCHOOL EDUCATION CENTRE", "20626.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew xi wieħed mill-korsijiet tal- pre-school education centre, Msida ?", "Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors?", "Kemm ġew aċċettati f'kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall- kors li jsir fil-pre school education hu ta' 71 li minnhom 29 bdew il-kors.", "L-istudenti li ma ntgħażlux f'dan il-kors daħlu għall-kors tat-tieni u t- tielet għażla tagħhom, fejn dan kien possibli.", "Id-dipartiment ma jilqax applikazzjonijiet ta' studenti li mhumiex eliġibbli.", "Dawn l-istudenti jingħataw parir mingħand il-guidance teachers kif jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom.", "Dan is-servizz jingħata fuq il- post fejn jintlaqgħu l-applikazzjonijiet.", "Għaldaqstant dawk li applikaw kienu kollha eliġibbli.", "SKEJJEL - SKOLA NAWTIKA", "20628.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew xi wieħed mill- korsijiet ta l-iskola nawtika?", "Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors?", "Kemm ġew aċċettati f'kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall- kors li jsir fl-iskola nawtika hu ta' 20.", "Kollha ġew aċċettati għall-kors.", "SKEJJEL - KULLEĠĠ MADRE TEREŻA", "20629.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew xi wieħed mill-korsijiet organizzati fil-kulleġġ Madre Tereża ?", "Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors?", "Kemm ġew aċċettati f'kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall- kors li jsir fil-kulleġġ Madre Tereża hu ta' 153.", "Kollha ġew aċċettati.", "SKEJJEL - HAIRDRESSING AND BEAUTY THERAPY", "20631.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew xi wieħed mill-korsijiet organizzati fl-iskola Carmen Carbonaro hairdressing and beauty therapy?", "Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors?", "Kemm ġew aċċettati f'kull kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall- kors fil-hairdressing hu ta' 179 li minnhom 66 bdew il-kors.", "L-għadd ta' studenti li applikaw għall-beauty therapy hu ta' 14.", "Kollha ġew aċċettati għall-kors.", "L-istudenti li ma ntgħażlux f'dan il-kors, daħlu għall-kors tat-tieni jew it-tielet għażla tagħhom, fejn kien possibbli.", "Id-dipartiment ma jilqax applikazzjonijiet ta' studenti li mhumiex eliġibbli.", "Dawn l-istudenti jingħataw parir mingħand il-guidance teacher kif jistgħu jkomplu bl-istudju tagħhom.", "Dan is-servizz jingħata fuq il- post fejn jintlaqgħu l-applikazzjonijiet.", "Għaldaqstant dawk li applikaw kienu kollha eliġibbli.", "TASSAZZJONI DOPPJA", "20649.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid ma' liema pajjiżi jinsabu għaddejjin it-taħdidiet bħalissa dwar ftehim prospettiv dwar it-tassazzjoni doppja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-lista tal- pajjiżi hija kif ġej:", "|Pajjiż |Data meta bdew | | |it-taħdidiet | |Estonia |Jannar 2000 | |Jordan |April 2000 | |Kuwait |Jannar 1994 | |Lithuania |Jannar 2000 | |Marokk |Settembru 1999 | |Portugal |Lulju 2000 | |Russja |Frar 2000 | |Singapore |Ottubru 2000 | |Thailand |Ġunju 1998 | |Turkija |Mejju 1997 | |Ukraina |Settembru 1997 |", "KRIMINALITA' ORGANIZZATA", "20650.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid ma' liema pajjiżi hemm ftehim u/jew qed jiġi negozjat ftehim fuq il-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' narkotiċi u l-kriminalita' organizzata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.Interpellant kif ġej : -", "Pajjiżi li magħhom Malta iffirmat ftehim fuq il-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta` narkotiċi u l-kriminalita` organizzata:", "|Eġittu |Franza |Italja | |Libja |Russja* |Spanja | |Iżrael |Ċipru |Turkija | |Ungerija |Repubblika | | | |Slovakka | |", "Pajjiżi li magħhom Malta qed tinnegozja ftehim simili:", "|Bulgarija|Kanada |Repubblika | | | |Ċeka | |Messiku |Rumanija |Ukrajina | |USA |Marokk |Ġordan | |Tuneżija |Afrika |Ċina | | |t`Isfel | | |Indja |Albanija |Danimarka | |Greċja |Irlanda |Latvja | |Portugal |Renju Unit |Slovenja | |Svezja |Belgium | |", "*Filwaqt li diġa` jeżisti ftehim formali dwar il-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta` narkotiċi, qed isiru negozjati biex dan il-ftehim jiġi aġġornat biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-ġlieda kontra l-kriminalita` organizzata, inkluż il-ħasil ta` flus.", "PROTEZZJONI REĊIPROKA - INVESTIMENTI", "20651.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid ma' liema pajjiżi jinsabu għaddejjin, jew mistennija jibdew isiru, taħdidiet dwar ftehim prospettiv fuq il-protezzjoni reċiproka ta' l- investimenti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qed isiru negozjati mal-pajjizi li lista tagħhom tidher hawn taħt:", "Afrika t'Isfel Albanija Awstrija Belarus Cipru Danimarka Estonja Gordan Italja Izrael Kazakstan Korea t'Isfel Kroazja Kuba Latvja Litwanja Malasja Marokk Polonja Portugal Renju ta' l-Għarabja Sawdija Repubblika Ceka Rumanija Russja Slovenja Sirja Turkija Ungerija Ukranja Hemm negozjati għadhom fil-bidu u oħrajn huma fi stadju avanzat.", "TAĦDIDIET - RUSSJA", "20652.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-taħdidiet li saru biex jitwaqqaf grupp ta' ħidma Russu-Malti sabiex jiġu evalwati sew il-problemi reali li qed ixekklu l-kummerċ u l-investiment kif ukoll sabiex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi biex titkattar l-kunfidenza fis-suq Russu?", "ONOR.", "JOE BORG: Dan il-grupp twaqqaf bħala riżultat tal-laqgħa li saret bejn il-Ministru Joe Borg u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Russu f'Ġunju li għadda.", "Riċentement saret proposta formali lill-awtoritajiet Russi sabiex dan il- grupp iżomm l-ewwel laqgħa tiegħu mingħajr dewmien.", "FREE TRADE AGREEMENT", "20653.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi pajjiżi li għamlu proposti lill-Gvern Malti sabiex isir free trade agreement magħhom?", "Jekk iva, liema huma u x'kien l-eżitu ta' dawn it-talbiet?", "ONOR.", "JOE BORG: It-Tuneżija, l-Eġittu u t-Turkija wrew interess fil- possibbilta' li jsir free trade agreement\" ma' Malta.", "Dawn it-talbiet qegħdin jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti.", "FORUM MEDITERRANJU TAL-PUNET", "20654.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti li jerġa' jibda jiltaqa' il- forum Mediterranju tal-Punent (5+5)?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Ministeru qiegħed f'kuntatt ma' pajjiżi ġirien bil- ħsieb li l-western Mediterranean forum (5+5) jerġa' jibda jiltaqa', possibilment minn kmieni s-sena d-dieħla.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "20728.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li ġew mgħallma lill-istudenti tal- junior college fuq bażi ta' ħames snin jiġifieri, mill-1995 sas-sena 2000, sena b'sena?", "Kemm kien hemm studenti li għażlu kull suġġett fuq bażi taż-żewġ sorsi differenti?", "Kemm kien hemm studenti li attendew għalihom f'dawn il-ħames snin?", "Kemm kien hemm tfajliet u kemm kien hemm ġuvintur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-suġġetti li ġew mgħallma lill-istudenti tal-junior college kienu dawn:", "1995", "Accounts, applied mathematics, art, biology, chemistry, computing, engineering drawing/graphical communication, English, economics, environmental science, French, geography, German, history, home economics and human ecology, information technology, Italian, Maltese, marketing, music, philosophy, physics, pure mathematics, religion, Sociology, Spanish u systems of knowledge.", "Fis-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000 baqgħu l-istess.", "Statistika ta' kemm kienu l-istudenti li għażlu kull suġġett skond livell avvanzat u livell intermedju maqsumin bejn ġuvintur u tfajliet f'dawn il- ħames snin ta' l-aħħar ser ngħaddiha lill-Onor.", "Membru.", "POWER STATION - TRAB ISWED", "20729.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarx analisi fuq is-saħħa tal-poplu, speċjalment fuq dik il-parti fejn qed ikunu affettwati bit-trab iswed kkaġunat mil-power station?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-ambjent ma jaqax taħt il-kompetenza tad- dipartiment tas-saħħa u peress li qatt ma ntalab jagħmel dan it-tip ta` rapport sal-lum ma sar l-ebda analiżi fuq l-effett ta` trab iswed ikkaġunat mill-power station fuq is-saħħa tan-nies mid-diviżjoni tas-saħħa.", "TARXIEN - TOROQ -", "20730.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: In vista tar-risposta mogħtija lili fl-interpellenza numru 18840 dwar l-asfaltar tat-toroq f'Ħal Tarxien ħdejn Triq tal-Barrani, jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jispjega fiex wasal il-proċess għal ħruġ ta' offerti għal xogħlijiet fi Triq il-Kejka u Triq Ċikku Saliba (Tarxien) u għal kostruzzjoni tal-culvert?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol fi Triq il-Kejka u Triq Ċikku Saliba qiegħed għaddej ma' xogħlijiet ġodda li qed isiru fit-toroq fil-lokal.", "Fi Triq il Kejka u Triq Ċikku Saliba mhux ser isiru culverts fihom, iżda dawn ser jinbnew f'Xintill Street u Sisters Street.", "COMMON DATA BASE", "20733.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid min huma d-dipartimenti li jikkontribwixxu d-data għall- common data base tal-Gvern?", "Min huwa l-kap tad-dipartiment li taħtu taqa' l-common data base tal- Gvern?", "X'tip ta' informazzjoni tinġabar f'din il-common data base tal-Gvern?", "Min huma l-persuni u d-dipartimenti li għandhom aċċess għal din id- database u x'tip ta' informazzjoni jistgħu jieħdu minnha?", "Jikkonferma li l-Ministru li għamel użu minn din id-data base biex jibgħat iċ-ċirkolari lil dawk kollha li ffirmaw il-petizzjoni tal-GWU?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li d-dipartimenti li jikkontribwixxu d- data għall-common data base tal-Gvern huma r-reġistru pubbliku (Malta u Għawdex) u d-dipartiment tal-kunsilli lokali kif ukoll il-kummissjoni elettorali u l-awtorita` ta` l-ippjanar.", "Il-common data base taqa` taħt ir-responsabbilta` tad-dipartiment tar- reġistrazzjoni ċivili fi ħdan id-deskasteru tiegħi.", "Il-kap ta` dan id- dipartiment huwa id-direttur tar-reġistrazzjoni ċivili.", "S`issa f`din il-common database tinġabar informazzjoni dwar persuni u indirizzi.", "Bħalissa hemm 52 dipartiment tal-gvern, bi 891 persuna li għandhom il- permessi meħtieġa biex ikollhom aċċess għal din il-common database.", "L- informazzjoni li jistgħu jaraw hija dik imsemmija hawn fuq.", "Il-ministeru ta` l-intern ma bagħat l-ebda ċirkolari lil dawk li ffirmaw il-petizzjoni tal-GWU.", "COMMON DATA BASE", "20734.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-dipartimenti li jikkontribwixxu d-data għall-common data base tal-gvern?", "Min huwa l-kap tad-dipartiment li taħtu taqa' l-common data base tal- gvern?", "X'tip ta' informazzjoni tinġabar fiha?", "Min huma l-persuni u d-dipartimenti li għandhom aċċess għal din id- database u x'tip ta' informazzjoni jistgħu jieħdu minnha?", "Jikkonferma l-Prim Ministru li għamel użu minn din id-data base biex jibgħat iċ-ċirkolari lil dawk kollha li ffirmaw il-petizzjoni tal-GWU?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel l-ewwel erba' mistoqsijiet lill-ministru ta' l-intern.", "It-tweġiba għall-aħħar mistoqsija hi fin-negattiv.", "EUREKA SERVICES LTD", "20735.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-kuntratt li l-gvern iffirma ma' l-Eureka Services Ltd ġiex imġedded peress li ħafna minn dak li hemm fil-kuntratt għadu ma ġiex onorat?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mgħarraf illi skond kif stipulat fil-paragrafu 21 (m) il-perijodu transitorju ġie mtawwal fuq talba tal-gvern bi qbil mal-kumpanija u għalhekk jirriżulta li l-mistoqsija hija prematura, apparti l-fatt li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel asserzjoni ġenerali bla ma jkun speċifiku.", "REĠISTRU PUBBLIKU - EUREKA SERVICES LTD", "20736.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-iskrivani li hemm fir-reġistru pubbliku f'isem l- Eureka Services Ltd humiex qegħdin jagħtu riċevuta fiskali tal-VAT minflok timbru fuq riċevuta li juri li sar il-ħlas?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant jaf li bejn Ottubru u Frar/Marzu ta` din is-sena ma kien hemm ebda involviment min-naħa tad-dipartiment tar- reġistru pubbliku.", "Wara Marzu l-ftehim daħal fit-tieni fażi u issa r- riċerki qegħdin jiġu ordnati u jinġabru direttament mid-dipartiment.", "Fi ftit ġimgħat oħra, il-ftehim ser jgħaddi għat-tielet fażi fejn il-gvern jibda joħroġ ir-riċerki b`mod uffiċjali.", "Il-kumpanija tibqa` tħallas il- VAT iżda l-ħlasijiet lid-dipartiment jibqgħu VAT neutral.", "Fil-fatt dwar din it-tielet fażi, id-direttur ġenerali diġa` talab il- parir tad-dipartiment tal-VAT u s-servizz li l-kumpanija qed tagħti u ser tibqa` tagħti lill-gvern huma suxxettibli għall-ħlas tal-VAT.", "Il-klijenti ma jħallsux VAT.", "Iżda d-dipartiment irid jirkupra l-ispejjeż kollha.", "L- uniku eċċezzjoni ser tkun ir-riċerka tat-testmenti pubbliċi - hemm mhux ser ikun hemm ħlas tal-VAT għax il-kumpanija, bħala parti mill-pakkett tal- ftehim, intrabtet li toffri dan is-servizz lill-gvern, bla ħlas.", "Tajjeb li nieħu din l-okkażjoni sabiex infakkar lill-Onor.", "Interpellant li, wara żmien twil li l-gvern ma kien qiegħed idaħħal xejn mir-riċerki ħlief ħlas tal-VAT u CET fuq riċerki li kienu jsiru mill-kumpanija imsemmija fil-mistoqsija, din is-sena l-ħlas ta` VAT għar-riċerki żdied għal madwar Lm12,000 kull tliet xhur.", "Għalhekk, filwaqt li nieħu gost ninnota l-interess li qed juri l-Onor.", "Interpellant fil-ġbir tat-taxxi, kont napprezza iktar kieku dan l-interess esprimih fi żmien meta kienet topera sistema qabel Ottubru 1999, meta kienu jsiru riċerki minn persuni privati u ħlas ta` VAT ma kien isir xejn.", "Din l-evazzjoni issa ġiet kontrollata bis-sistema ġdida ta` riċerki li dan il-gvern introduċa.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET", "20737.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li l-eżamijiet ta' l-O Level tal-London ma jkollhomx is-suġġetti jikklexxjaw ma' ġranet ta' l- eżamijiet tal-Matsec b'tali mod li l-istudenti li jkunu se joqogħdu għall- eżamijiet ta' l-O levels ma jkunux jistgħu joqgħodu għall-eżamijiet fl- istess suġġett taż-żewġ universitajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-timetable ta' l-eżamijiet tal-Matsec u tal-bord ta' Londra jsiru mill-bord rispettiv u ndipendenti minn xulxin.", "Minħabba l-fatt li studenti differenti jkollhom għażliet differenti ta' suġġetti u minħabba li l-Matsec u l-bordijiet Ingliżi joffru prattikament l- istess suġġetti fl-istess perijodu ta' żmien, huwa impossibbli li ma jkunx hemm clashes li jistgħu jaffettwaw student u mhux ieħor.", "Bħal fi snin ta' qabel, u parattika li tintuża minn kull bord ta' eżamijiet, darba li tkun pubblikata timetable ma tkunx tista' tinbidel.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - GĦALLIEMA", "20739.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm għad baqa' għalliema neqsin fl-iskola post sekondarja Sir Mikelang Refalo, Rabat, Għawdex?", "Tista' tgħid x'inhuma s-suġġetti li għalihom l-istudenti għadhom mingħajr għalliema?", "Għal liema raġuni l- vakanzi li jeżistu f'dawn is-suġġetti għadhom ma mtlewx?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li s-suġġetti li għalihom l­istudenti ta' l­iskola post­sekondarja Sir M A Refalo għadhom mingħajr għalliema huma l­Bioloġija, Soċjoloġija, Pure Maths u Ekonomija.", "Qiegħed isir kull sforz biex jinstabu għalliema kwalifikati f'dawn is­suġġetti.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - LEZZJONIJIET", "20740.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni illi l-lezzjonijet għall-istudenti fl-iskola post sekondarja Sir Mikelanġ Refalo, Għawdex, bdew ġimgħa tard?", "Tista' tgħid jekk fi skejjel simili f'Malta ġarax l-istess?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li l-lezzjonijiet għall- istudenti tat-tieni sena fl-iskola Post-Sekondarja Sir M.A. Refalo bdew kif suppost fil-25 ta' Settembru.", "Il-lezzjonijiet għall-istudenti ta' l-ewwel sena bdew fid-9 t'Ottubru wara t-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet għad- dħul f'din il-klassi li għalqet nhar l-Erbgħa 4 t'Ottubru.", "Ninsab infurmata li f'Malta wkoll l-istudenti ta' l-ewwel sena bdew fl-istess jum.", "SKOLA SEKONDARJA AGUIS DE SOLDARIS - REFURBISHMENT", "20742.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress illi fir-rapport ta' ħidma għas-sena li għaddiet, kif ippubblikat mill-Ministru dwar il-Ministeru tagħha, hemm indikat li sar xi xogħol ta' refurbishment fl-Iskola Sekondarja Aguis De Soldaris, tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?", "Min ħadem u kemm ġie jiswa flus dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ir-rapport tas-sena ħidma tal-Ministeru jgħid li fl-iskola msemmija: \"sar tibdil sħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal- gass fil-Laboratorji tax-Xjenza, sistema li qabel kienet waħda kemmxejn perikoluża speċjalment għall-użu ta' l-istess studenti ta' l-iskola waqt il- lezzjonijiet prattiċi\".", "Jiena nfurmata li dalwaqt ser jibda' r-refurbishment tal-faċilitajiet sanitarji b'din l-iskola u diġa' inħarġu l-offerti li qegħdin jiġu aġġudikati.", "SKEJJEL - SIR MIKELANĠ REFALO - RABAT", "20743.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid meta beda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-laboratorji l- ġodda fl-Iskola Sir Mikelanġ Refalo, ir-Rabat, Għawdex?", "Kemm kienu vvutati flus sena b'sena minn meta beda x-xogħol sal-lum?", "Kemm kienu l-fees professjonali li tħallas għal dan il-proġett?", "Kemm tħallsu flus sa issa lill-kuntrattur?", "Għal-liema raġuni l-istudenti għadhom ma bdewx jużaw il-laboratorji kollha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li l-ittra ta' aċċettazzjoni għax-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-laboratorji l-ġodda fl-Iskola Sir Mikelanġ Refalo ħarġet f'Ottubru 1998.", "L-ispejjes għal dawn il-laboratorji tħallsu mill-vot kapitali allokat lit-Taqsima ta' l-Edukazzjoni tal- Ministeru għal Għawdex.", "Il-fees professjonali li tħallsu għal dan il-proġett jammontaw għal Lm5,510.76.", "Sa issa tħallset is-somma ta' Lm159,450.33,0 lill-kuntratturi involuti f'dan il-proġett.", "Sa tmiem din il-ġimgħa il-laboratorji jkunu qegħdin jintużaw kollha.", "Ma bdewx jintużaw kollha f'daqqa peress li riedu jsiru xi testijiet lis- sistemi tad-dawl, ilma u gass biex jiġi żgurat li dawn is-sistemi jiffunzjonaw kif suppost.", "QALA - HOSTEL", "20745.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Billi ġie mħabbar li fil-hostel tal-Qala kienu ser isiru xi xogħlijiet, tista' l- Ministru tgħid meta se jibdew ?", "X'somma ta' flus hemm ivvotata għal dan il-proġett?", "Saret applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir?", "Bħalissa min hu responsabbli għat-tmexxija ta' din il-hostel?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Ġunju ta' din is-sena l-Hostel tal-Qala għadda taħt ir-responsabbilta ta' l-ITS (Għawdex) bil-għan li 'l quddiem ikun jista' jintuża għal parti mit-taħriġ relatat mal-korsijiet offruti mill-istess skola.", "Bħalissa qegħdin isiru xogħolijiet ta' refurbishment ġenerali li ma jinħteġux permessi mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-ufffiċċjal inkarigat mil-ITS (Qala) huwa responsabbli għat-tmexxija tal- hostel.", "CRUISE LINER PASSENGER TERMINAL", "20746.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li in- negozjati waslu fi stadju avvanzat.", "CONNECTIONS", "20747.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett Connections?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-Bord tar- Rikomandazzjoni qiegħed fi stadju finali tal-valutazzjoni tas- sottomisjonijiet tal-consortia li gew 'short listed', partikularment in vista tad-'development brief' kif ippublikat mill-Awtorita tal-Ippjanar.", "Dan il-Bord mistenni jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin.", "XOGĦOLIJIET - AUBERGE D'ITALIE", "20748.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta' x-xogħol f'Auberge D'Italie li issa ilu għaddej aktar minn tliet snin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-proġett ta' restawr ta' l-Auberge D'Italie jinvolvi diversi xogħlijiet li għandhom jiġu konklużi din is-sena.", "Minħabba illi daħħlet liġi ġdida li tirriggwardja l- aċċessibilita' ta' postijiet pubbliċi jrid isir lift illi jilħaq is-sulari prinċipali tal-bini.", "Il-permessi meħtieġa għal dan il-lift għad iridu joħorġu mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "Xogħol ta' restawr fuq tnejn mill-faċċati ta' barra u wahda mill-faċċati tal-bitħa iridu jsiru s-sena d-dieħla.", "SANTA VENERA - PSAILA STREET TRAFFIC ISLAND", "20750.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jiġi verifikat id-disinn tat- traffic island li hemm fit-tarf ta' Psaila Street, Santa Venera li tagħti għal fuq il-bridge peress li mhux possibbli għal vetturi kbar li jkunu telgħin mit-telgħa li tagħti mit-triq ta' taħt fid-direzzjoni ta' l-Imsida li jduru għal Psaila Street?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-punt imqajjem mill-Onor.", "Interpellant diġa ġie nnotat, u d-Dipartiment tat-Toroq diġa għamel il- modifakazzjonijiet meħtieġa fid-disinn biex il-kurva titranġa.", "MIŻBLA TAL-MAGĦTAB", "20751.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-somma ta' flus dovuta lill-gvern minn dawk li jidħlu jitfgħu l-iskart fil-miżbla tal-Magħtab?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li s-somma ta' flus dovuta lill-Gvern minn dawk li jidħlu jitgħfu l-iskart fil-miżbla tal-Magħtab hija ta' Lm782,072.47.", "MANIĠĠAR TA' L-ISKART - SPIŻA", "20753.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża tal-gvern sabiex jiġi mmaniġġat l-iskart kollu li nipproduċu f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ispiża biex jiġi maniġġjat l-iskart kollu ta' Malta matul is-sena 1999 kienet għal madwar Lm1,550,000.", "Rigward l-ispiża dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart f'Għawdex nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ LA SENGLE", "20768.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara hux possibbli li trejqa antika u qasira ta' ftit metri li hemm parallel ma' Triq La Sengle, Wied il-Għajn, u li fl-antik kienet tintuża bħala t-triq prinċipali, minflok it-triq eżistenti, tingħata ftit tarmac jew ta' lanqas ftit concrete għax hi ferm imħarrbta?", "Billi din it-trejqa tant hi qasira u dejqa u tinsab separata biss mit-triq prinċipali bi traffic island, possibbli li d-dipartiment tat-toroq jara li din issir mingħajr ma jirriferiha lura lil kunsill lokali għax hemm residenti li għandhom il-bibien tagħhom jagħtu għal din it-trejqa u jużaw din it-trejqa ta' spiss u ilhom ħafna jitħabbtu biex din tiġi rranġata ftit għax qatt ma saret u fiha biss irqajja ta' concrete li jingħata mir- residenti?", "Jista' d-dipartiment konċernat jinnota li minn din it-trejqa jgħaddi l-wied ta' l-ilma li mbagħad jagħti għal ġol-kulvert li hemm fit-tarf tagħha u allura forsi tista' tingħata xi ftit concrete qabel ma tidħol sew ix-xitwa?", "Billi din hi trejqa ferm qasira u dejqa possibbli li din issir fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant biex ikun stabbilit x'hemm bżonn li jsir."]} {"filename": "20001108_421d_par.doc", "date": "2000-11-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 421 L-Erbgħa, 8 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 421", "L-Erbgħa, 8 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "421", "L-Erbgħa, 8 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 5", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA TAD-DATA (IT-TIENI QARI)", "DATA PROTECTION BILL (SECOND READING) 5", "AĠĠORNAMENT 21", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 26", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 420 li saret fit-8 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "CHILDREN ALLOWANCE", "20677.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-talba għall- benefiċċju taċ-children allowance - qed nibgħat id-dettalji separatament - tiġi approvata?", "Jista' jinformani x'diffikulta' hemm biex tintlaqa' din it- talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjon): Peress li l-mistoqsija tikkonċerna l-benefiċċju taċ-children allowance, jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li s-sistema ta' means-testing tiġi riveduta?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma nistax ngħid li hemm xi ħsieb partikolari biex din is-sistema tiġi riveduta, pero' naturalment l-options dejjem jibqgħu miftuħin u wieħed jieħu deċiżjoni skond iċ-ċirkostanzi li jiżviluppaw.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux li fil-kuntest tal-mod kif il-gvern qiegħed idaħħal sistemi aktar qawwija li bihom ikejjel id-dħul u l-ħruġ ta' kull individwu, u anke fil-kuntest tal-mod kif dan il-kontroll qed jiġi eżerċitat, li wasal iż-żmien li nerġgħu nikkonsidraw is-sistema li biha qed tiġi amministrata ċ-children allowance?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma naħsibx li nistgħu ngħidu li l- gvern qed idaħħal xi metodu ġdid ta' kif inkejlu d-dħul ta' l-individwi iżda li qed nagħmlu hu li naċċertaw ruħna li dan isir b'mod korrett.", "Il- verifiki li qegħdin isiru huma riżultat tal-fatt li d-dipartiment għandu l- provi li saru dikjarazzjonijiet ħżiena, biex ma ngħidx foloz.", "Kull verifika qed tkun ħafna aktar b'saħħitha u serja minn qatt qabel, anke għaliex l-għodda li llum l-gvern għandu f'idejh, b'mod partikolari l- għodda ta' l-informatika, tippermettilna nagħmlu dawn il-verifiki.", "Ċertament li ma biddilna l-ebda kejl.", "Li qegħdin nagħmlu hu li nivverifikaw li d-dikjarazzjonijiet li jsiru jkunu korretti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jasal biex jammetti l-Viċi Prim Ministru li għal numru ta' snin dan it-tip ta' kejl ma kienx isir u fil-fatt ħafna familji draw idaħħlu ċertu ammont ta' benefiċċju?", "Jaċċetta li d-dħul tal- means-testing, aktar u aktar kif ġiet implimentata s-sistema, naqqas l- orizzonti ta' ħafna nies bir-riżultat li żdiedu l-problemi?", "Allura ma jaħsibx li fil-kuntest fejn il-gvern qed jipprova jimplimenta b'ċerta rigorosita' l-kriterji tat-tmexxija tas-sistema soċjali u tas-sistema tat- taxxa, il-means-testing qed joħloq aktar problemi u allura għandu jkun hemm konsiderazzjoni mill-ġdid f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, hemm żewġ issues li għandna bżonn inżommuhom separati kompletament minn xulxin.", "L-ewwelnett ladarba għandna liġi li tobbligana niddikjaraw id-dħul - u mbagħad skond dik id- dikjarazzjoni jiġi stabilit min għandu dritt jew le li jieħu l-benefiċċju - dik il-liġi għandna ninforzawha.", "Jekk stajna daħħalna xi kultura li inti tista' taħbi ċertu dħul ieħor avolja l-liġi tgħidlek biex tiddikjara l- ammont kollu li ddaħħal, dak m'huwiex sew.", "Jien nittama li lkoll kemm aħna naqblu dwar dan, aktar u aktar għax illum hemm mezz kif tikkalkola jekk dak l-individwu huwiex intitolat li jieħu dak il-benefiċċju.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Filwaqt li benefiċċji oħrajn m'humiex relatati biss mad-dħul imma huma relatati wkoll ma' capital assets - jiġifieri dwar kemm għandek depożiti l- bank u kemm għandek proprjeta' - iċ-children allowance hija relatata biss mad-dħul.", "U f'pajjiżna m'huwiex aċċettabbli li jkollna persentaġġ daqshekk qawwi ta' persuni - wieħed minn kull erbgħa - li ma jiddikjarawx id-dħul kollu tagħhom.", "Naturalment dan jista' jkun ammont baxx pero' jista' jkun ukoll għoli ħafna.", "Allura l-ewwel miżura għandha tkun li kulħadd isegwi dawn il-kriterji għax m'aħna beħsiebna nħallu lil ħadd li jiskappa minn dawn ir-regoli.", "Issa jekk għandniex ngħollu s-ceiling hija kwestjoni kompletament separata.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, ma nafx fhimtux sew lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qal li rridu nbidlu l-bands taċ-children allowance, pero' aħjar inħalli lilu biex jispjega dan il-punt.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, hawnhekk qed nitkellmu fuq żewġ fenomeni f'dak li għandu x'jaqsam maċ-children allowance.", "L-ewwel fenomenu jikkonsisti fil-kalkolu tad-dħul tiegħek vis-a-vis iċ-children allowance, fejn hemm l-element ta' overtime.", "(Interruzzjonijiet) Jekk bniedem għal ċertu sena ma jkunx qed jagħmel overtime, il-benefiċċju li se jingħata se jiġi kkalkolat fuq is-sena ta' qabel meta kien għamel l-overtime.", "Peress li l-gvern qiegħed jimplimenta sistemi aktar riġorusi ta' kif jikkontrolla d-dħul u kif jikkontrolla t-taxxi li qed jitħallsu, ma jaħsibx li wasal iż- żmien li naraw jekk is-sistema tal-means-testing tagħmilx aktar sens?", "Infakkru li storikament il-means-testing daħal fi żmien meta ma kienx hemm din ir-rigorosita fil-kontrolli fuq id-dħul u l-ħruġ, u llum din is- sistema qed tippenalizza ħafna familji ta' dħul medju u dħul baxx.", "Filwaqt li għandu jkun hemm rigorisita' fil-kontrolli fuq dħul u ħruġ għall- finijiet ta' taxxa, ma jaħsibx li dak li ġie mplimentat bħala means-testing fuq iċ-children allowance għandu jiġi abbolit u ċ-children allowace tibda tkun għal kulħadd l-istess?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, hemm differenza fundamentali fil-kunċetti.", "Aħna m'aħniex qegħdin indaħħlu rigorosita' fuq il-kontrolli ta' dħul u ħruġ imma qed indaħħlu rigorosita' fuq l-onesta'.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti obbligat li tiddikjara d-dħul tiegħek u l-Istat se jħallsek skond dik id-dikjarazzjoni li inti tkun għamilt, fid-dikjarazzjoni tiegħek għandek tkun onest.", "Jiena ma naċċettax li niddefinixxu l-eżerċizzju li qegħdin nagħmlu bħalissa bħala wieħed ta' rigorosita' fid-dħul u l-ħruġ tat-taxxi tal-gvern għax assolutament m'huwiex hekk.", "L-eżerċizzju huwa li kull persuna tkun onesta u korretta fid-dikjarazzjoni tad-dħul biex min ħaqqu jieħu u min ma ħaqqux ma jeħux.", "Dik hija l-kwestjoni kollha u fl-opinjoni tiegħi hekk għandna nibqgħu nagħmlu.", "Ħalli nara jekk għallinqas qbadtx ftit mill-punti li kien qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, Sur Presdident.", "Bħalissa qegħdin naraw jekk nistgħux intejbu l-effiċjenza tas-sistema li aħna għandna fir-rigward taċ-children allowance.", "Kulmin ikun irid japplika għaċ-children allowance għandu ċans sa April biex jagħmel dan - fil-fatt id- diffikulta' li nqalgħet fil-mistoqsija kienet dwar persuna li applikat xi erba' ġimgħat ilu - u mbagħad bejn April u Ġunju jibda l-proċess biex jiġu analizzati madwar 45,000 applikazzjoni sena wara l-oħra.", "Aħna qegħdin nistudjaw il-possibbilta' li nissimplifikaw il-proċess ħafna iżjed, nallaċċjaw direttament mad-dipartiment tat-taxxi interni b'sistema komputerizzata, lill-individwu niffrankawlu l-battikata li joqgħod jiġi bil- formola ta' l-income tax u minbarra hekk niffrankaw numru ta' sigħat ta' overtime.", "Jekk din se nkunu nistgħu nimplimentawha, se jkollna l-vantaġġ li nibdlu d-data tal-pagament u jekk iċ-children allowance li tingħata se tkun ibbażata fuq id-dikjarazzjoni tas-sena ta' qabel, hemm il-possibbilta' teknika illi nġibu dan il-ħlas aktar viċin is-sena partikolari tad-dħul li jkun qed jiġi ddikjarat.", "U allura jista' jkun li d-diffikulta' li qed iqanqal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - fis-sens li s-sena li għaddiet seta' kellek dħul baxx mill-overtime u din is-sena seta' kien għoli jew bil- kontra - mhux insolvuha kompletament imma ntaffuha billi ndaħħlu iżjed effiċjenza.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, lili ma jinteressawnix il- kapitalisti l-kbar imma jinteressawni familji ta' ħaddiema li f'sena minnhom jista' jkollhom dħul kbir mill-overtime u sena wara dak is-sors ikun għosfor.", "Issa x'qed jiġri f'dan il-kuntest?", "Jien wisq nibża' li l- Viċi Prim Ministru jinsab maqtugħ mir-realta'.", "Jekk is-sena li għaddiet l-overtime żdied u din is-sena naqas, lil dawn il-familji bi dħul baxx se titnaqqsilhom iċ-children allowance din is-sena.", "Jiġifieri fl-istess sena li qed jitnaqqsilhom id-dħul, qed titnaqqsilhom ukoll iċ-children allowance Dik hi l-problema kollha.", "Jekk is-sena li għaddiet id-dħul mill-overtime kien qawwi, bid-dħul li se tiddikjara dik il- familja bilfors li se tonqsilha ċ-children allowance.", "Mhux ovvja din!", "Mela din is-sena naqsilha l-overtime u naqsilha wkoll iċ-children allowance.", "Din hi l-problema u dan huwa l-punt kollu!", "Mr Speaker, aħna ma nistgħux nikkritikaw lill-gvern li daħħal aktar rigorosita' fil-ġbir u fid-dikjarazzjoni tat-taxxi, imma f'dan it-tip ta' kuntest jagħmel aktar sens li wieħed jara jekk iċ-children allowance għandhiex tibqa' means-tested jew le.", "Il-maġġor parti taċ-children allowance tħalli impatt fuq familji bi dħul żgħir u dħul medju u mhux fuq familji ta' kapitalisti.", "Familji ta' kapitalisti m'għandhomx bżonn iċ- children allowance u allura m'għandhiex x'taqsam magħhom din il-problema.", "Jekk irid, il-Viċi Prim Ministru jista' jagħmel capping biex min għandu dħul ta' aktar minn Lm12,000 ma jeħux iċ-children allowance.", "Imma mbagħad irridu nifhmu mill-ġdid li kulmin għandu inqas minn dak il-capping, fil- kuntest tar-rigorosita' li qed tiddaħħal dwar dħul u ħruġ minn familji żgħar, il-mod kif qed isir il-means-testing irid jiġi rivedut.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jiena ma naqbilx u se nerġa' nispjega għaliex.", "L-ewwelnett ejja npoġġu l-istorja preċiż kif inhi.", "Meta fl-1995 daħal il-means-testing fis-sistema taċ-children allowance ġraw żewġ affarijiet importanti.", "L-ewwelnett ġiet riveduta 'l fuq b'mod sostanzjali r- rata ta' l-allowance għal dawk bl-inqas dħul - meta ngħid \"ġiet riveduta 'l fuq\" inkun qed infisser li l-ammont għal dawk fl-inqas livell irdoppja - u fil-verita' ma' l-introduzzjoni tal-means test dawk bl-inqas dħul marru verament tajjeb.", "Imbagħad ma' l-introduzzjoni tal-means test kien hemm marbuta r-reviżjoni li saret fis-sistema tat-taxxa tad-dħul.", "Bir-reviżjonijiet li saru, min kellu dħul li jaqbeż il-Lm5,000, Lm6,000, Lm7,000 dakinhar tilef parti miċ-children allowance jew iċ-children allowance kollha, pero' kien iggwadanja ammont sostanzjali billi ffranka t- taxxa ta' l-income tax li qabel kien ikollu jħallas.", "Fil-fatt kien hemm min tilef Lm200 jew Lm300 f'children allowance, pero' imbagħad iffranka madwar Lm700 f'income tax.", "Din kienet l-istorja ta' l-1995.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Id-differenzi u l-bidliet kollha li qed isemmi l-Viċi Prim Ministru saru wkoll fil-kuntest tad-dħul tal-VAT; jiġifieri din ta' l- income tax m'għandhiex x'taqsam ma' dak li qed ngħidu.", "Fl-1995 daħlet il- VAT u biex jikkompensa għad-dħul tal-VAT il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż- żmien naqqas l-income tax.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, m'hu veru xejn.", "Mela l-Kap ta' l-Oppożizzjoni nesa' illi meta daħlet il-VAT kienet saret rivoluzzjoni sħiħa f'dak li għandu x'jaqsam mad-dazju tad-dwana!", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri m'għandu x'jaqsam xejn!", "Dak iż-żmien il-gvern kien tilef dħul ta' kważi Lm50 miljun jew Lm60 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Imma skużi, minn fost l- Onor. Membri ta' din il-Kamra mingħandek din żgur ma nistax naċċettaha!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf li meta daħlet il-VAT dak iż-żmien kienet tneħħiet sistema oħra li kienet qed tirrendi lill-gvern dħul garantit ta' Lm50 miljun!", "Bir-rispett kollu ma naqbel assolutament xejn u naħseb li jkun aħjar jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjon jerġa' jaqra d-debates ta' dak iż- żmien.", "Hemm bżonn li jiffriska daqsxejn il-memorja għax qed iħawwad il- bejgħa!", "(Interruzzjonijiet)", "L-akbar kritika li wieħed seta' jagħmel għas-sistema tal-means test fil- passat - u rrid nammetti li ġieli għamiltha jien - kienet li m'għandekx għalfejn tagħmel means test ladarba m'għandekx mezz kif tikkontrolla s- sitwazzjoni.", "Mhux sew li jkun hemm min qiegħed maqbud fi straitjacket ma jistax jiċċaqlaq u allura jkollu jitlef il-benefiċċju, u mbagħad ikun hemm min jista' jilgħab kemm irid u kemm jogħġbu u jisgiċċalek minn hemm u jiġi ntitolat.", "Dan kien l-argument kontra l-means-testing u kien l-argument li dawk li jridu jneħħu l-means-testing dejjem ġabu.", "Il-verita' hi li llum li għandna sistemi ħafna aktar effettivi f'dak li għandu l-kontroll, jiġġustifika l-means-testing.", "Għaliex?", "Għax huwa riga tajba ħafna biex twettaq prinċipji ta' ġustizzja soċjali billi lil min għandu l-inqas dħul tgħinu l-aktar u lil min għandu dħul għoli xorta tgħinu imma tgħinu inqas.", "U l-bands li għandna fiċ-children allowance jagħtu proprju dan il-vantaġġ.", "Dawk li għandhom dħul baxx nistgħu nagħtuhom children allowance għolja u fil-każ dawk li d-dħul tagħhom imbagħad jogħla u jilħaq is-Lm7,000, Lm8,000, Lm9,000 jew l-Lm10,000 fis-sena, iċ-children allowance għandha tibqa' titbaxxa sakemm tintilef kompletament jekk id-dħul jaqbeż l- Lm10,000.", "Naħseb li dan il-kejl jirrispetta l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali sal-massimu possibbli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għas-sena 1999- 2000;", "Estimi tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għas-sena 2000/2001; u", "Report and financial statements tal-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport maħruġ mill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar il- progress ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea; u", "Enlargement strategy paper: report on progress towards accession by each of the candidate countries.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA TAD-DATA", "DATA PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-8 ta' Novembru, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-aħħar darba kont qed insemmi r- raġunijiet li għalihom l-oppożizzjoni hija kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Kont qed nispjega wkoll kif filwaqt li għal dik li hija konfidenzjalita` u privatezza, l-Unjoni Ewropea qed torbot lill-uffiċjali li jkunu responsabbli għal xi forma ta' data anke għal perijodu wara li jtemmu l- impjieg tagħhom, f'dan il-każ il-gvern qed jorbot biss lill-uffiċjali sakemm ikunu għadhom fl-impjieg.", "M'hemmx dubju li ċirkostanzi bħal dawn iqanqlu numru ta' mistoqsijiet min- naħa tagħna, liema mistoqsijiet huma anke relatati ma' dak li rriżulta riċentement min-naħa tal-gvern meta wara li l-GWU ressqet petizzjoni, ċerta informazzjoni dwar min kienu l-firmatarji ta' din il-petizzjoni nħarġet biss fi ftit sigħat.", "Dan wera b'mod ċar li meta jrid il-gvern jaf jagħmel użu minn ċertu tagħrif li jkollu.", "Ta' min jgħid li dan il-fatt ġie kkritikat saħansitra minn gazzetti bl-Ingliż li żgur li m'għandhomx tendenzi xellugin jew Laburisti.", "Issa nimmaġinaw li kieku din is- sitwazzjoni ma tiżviluppax biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istat imma anke fis-settur privat.", "Immaġinaw, per eżempju, li jkun hemm kumpanniji li jimpjegaw magħhom persuni li jkunu telqu minn xi mpjieg ieħor fejn seta' kellhom aċċess għal xi data.", "F'dak il-każ dawn il-persuni m'humiex marbuta li jżommu l-konfidenzjalita`.", "Fil-fatt huwa fuq affarijiet bħal dawn li l- oppożizzjoni għandha ċerti riżervi fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, għax f'dan il-każ ma nsibu xejn li jasal biex jikkonvinċi lill- oppożizzjoni li se jkun hemm il-privatezza u l-integrita` personali taċ- ċittadini tagħna.", "Huwa veru li f'dan il-qasam għadna fil-bidu u li għad fadlilna nakkwistaw esperjenza mhux ħażin biex inkunu nistgħu nipprovdu tabilħaqq il-privatezza lill-individwu, pero` huwa importanti li nidentifikaw ċerti difetti mill-ewwel.", "Smajna lill-kelliema tan-naħa l-oħra jgħidulna li l-gvern għamel diversi riċerki u segwa numru ta' liġijiet ta' pajjiżi oħra fuq dan il-qasam, pero` l-gvern għandu jkun jaf ukoll li fl-Ewropa stess jeżistu pajjiżi fejn ċerta data mhux biss hija aċċessibbli għall-ħaddiema imma anke għall-istudenti li jkunu qegħdin jitħarrġu fl-iskejjel naħseb li l-gvern għandu jifhem li f'pajjiżna jeħtieġ li ċerta data tinżamm mistura iktar minn pajjiżi oħra għax, kif jgħidu, Malta żgħira u n-nies magħrufa.", "L-oppożizzjoni tħoss li għandha tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi għax fl-opinjoni tagħha, ikun aħjar li nippilotaw liġijiet li jiksbu l-fiduċja tal-poplu milli nippilotaw liġijiet li minnhom infushom iqajmu ċerti suspetti fost il-poplu.", "Sfortunatament qabel ma tfassal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, ftit li xejn kien hemm diskussjoni fil-pubbliku dwaru, u dan meta finalment aħna nirrappreżentaw lill-poplu.", "Per eżempju, fost il-kummenti li għamlet \"The Malta Independent\" rigward il-petizzjoni li semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi, hemm li hija xi ħaġa ta' l-iskantament li sa t-Tnejn ta' wara li saret il-petizzjoni, jiġifieri f'inqas minn 24 siegħa, il-gvern kien identifika iktar minn 70,000 firma u kien kapaċi jasal ukoll għal ċerti konklużjonijiet.", "Fil-fatt wieħed xejn ma jrid jiskanta jekk jirriżulta wkoll li x'imkien fl-istruttura ta' l- amministrazzjoni tal-gvern hemm imniżżla fuq il-computer il-lista taċ- ċittadini Maltin u residenti barranin li ffirmaw din il-petizzjoni, u m'hijiex ħaġa kbira li ħdejn kull isem hemm kopja tar-ritratt ta' dawn iċ- ċittadini.", "Affarijiet bħal dawn jikkonfermaw kemm għandu raġun il-poplu Malti u Għawdxi li qed jaħseb li b'dan l-abbozz ta' liġi, il-privatezza personali tiegħu se tiġi mċajpra, anke in vista tal-fatt li ġaladarba l- awtorita` se tkun taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministru, din l- awtorita` se sservi bħala għodda biex tiġi sfruttata skond kif jidhirlu l- ministru jew il-gvern tal-ġurnata.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq fi żmien fejn il-pajjiż jinsab għaddej minn diversi problemi li n-naħa tal-gvern qiegħda tiskarta milli tiddiskuti.", "Per eżempju, hawnhekk ta' min isemmi ċ-children allowance, li kemm jien kif ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħadna l- okkażjoni li nitkellmu fuqha fil-ħin tal-mistoqsijiet din il-ġimgħa.", "Għaliex qed insemmi ċ-children allowance?", "Għax jirriżulta li minkejja li l- ħajja kompliet togħla matul dawn l-aħħar ħames snin, u minkejja li lill- familji komplew jiżdidulhom l-ispejjeż, mhux biss biex jaraw li wliedhom ikollhom għajxien diċenti imma anke biex jintegrawhom fl-opportunitajiet moderni li qed iġibu magħhom iż-żmenijiet tal-lum - u hawn ta' min isemmi li l-oqsma ta' l-informatika, tal-komputerizzazzjoni u tax-xjenza mponew spejjeż straordinarji fil-budget tal-familji - bejn l-1995 u din is-sena l- gvern tellef dan il-benefiċċju lil iktar minn 11,000 familja.", "Mr Speaker, hija ħasra li l-gvern ma jridx li għal dan il-qasam titwaqqaf awtorita` indipendenti imma jrid li din l-awtorita` tkun taqa' taħt ir- responsabbilta` tal-ministru.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid dan minħabba l-ministru tal-ġurnata imma qed ngħid għal kull ministru li għada pitgħada jista' jkollu r-responsabbilta` ta' dan il-ministeru.", "Fi kliem ieħor, aħna m'aħniex qed nagħmlu l-kritika tagħna għall-ministru partikolari li hemm illum imma qed nagħmlu din il-kritika għax inħossu li minħabba s- sensittivita` li jista' jkollhom ħwejjeġ ta' din in-natura, minflok m'hu se nirrimedjaw għal ċerti problemi soċjali li għandna fis-soċjeta` tagħna llum, se nkunu qed noħolqu oħrajn ġodda.", "Ta' min jgħid ukoll li ġaladarba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, hija tkun obbligata li tagħti ċertu tagħrif.", "M'hemmx dubju li dawn l-osservazzjonijiet li għadni kif għamilt ikomplu jsaħħu l-fehma tagħna, bħala oppożizzjoni, li nivvotaw kontra dan l- abbozz ta' liġi.", "Biex il-gvern iżomm iktar bilanċ fil-preżentazzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi, huwa kellu jara li s-soċjeta` tagħna tkun qed tifhem, tirrikonoxxi u tiffamiljarizza ruħha mal-passi li huwa jkun qed jieħu.", "L-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin b'hekk biss setgħu jiġu salvagwardati.", "Mr Speaker, jien ma baqagħlix ħafna iktar xi ngħid, pero` qabel ma nagħlaq dan id-diskors irrid insemmi li sfortunatament l-abbozzi ta' liġi li qed iressaq il-gvern preżenti iktar qed iressaqhom sabiex jindirizzaw l- aġenda tiegħu li jara lil Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea milli sabiex jindirizzaw l-interessi soċjali ta' pajjiżna.", "Aħna nafu li llum jeżistu numru ta' sitwazzjonijiet diffiċli f'pajjiżna għax kemm il-gvern kif ukoll il-poplu Malti u Għawdxi qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż.", "Huwa biżżejjed li nsemmi mil-liema sagrifiċċji qed ikollu jgħaddi l-poplu biex iħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u kemm qed isibha diffiċli biex ikompli jgawdu mis-servizzi ta' saħħa b'xejn.", "Bla dubju ta' xejn jeħtieġ li l-gvern jagħmel aġenda li jiddiskuti dawn l-affarijiet mal-poplu, għax wara kollox il-poplu minn dan jinteressah.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett irrid ngħid li aħna, bħala deputati tal-Kamra, għandna żewġ responsabbiltajiet; li nikkontribwixxu għal diskussjoni sana fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u li fl-istess ħin inżommu saqajna ma' l- art u naraw fejn qed iħabbat il-polz tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Fl- aħħar mill-aħħar dan l-abbozz ta' liġi ma jinteressahomx daqskemm jinteressahom li jgħixu ħajja diċenti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, qed nieħu pjaċir li qed ningħata l- opportunita` li nitkellem fuq suġġett tant importanti għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u individwali ta' pajjiżna, l-iktar meta qed nara li pajjiżna, permezz tal-Partit Nazzjonalista, qed jagħmel attentati serji biex jintegra ruħu f'dak li qed jiġri fid-dinja tal-lum.", "Illum it- teknoloġija ta' l-informatika qiegħda fuq fomm kulħadd, anke fuq fomm dawk li jgħixu f'pajjiżi inqas żviluppati għaliex minn din it-tip ta' teknoloġija qed joħroġ ġid li għandu jqarreb lil kulħadd.", "Jien naħseb li jekk hemm xi ħaġa li wieħed jista' jagħmel riflessjoni dwarha f'dan il- qasam, din hija li s-sezzjonijiet inqas vantaġġjati tas-soċjetajiet għandu jkollhom il-mezzi sabiex jilħqu lil dawk li qegħdin litteralment jiġru 'l quddiem.", "Ngħid għalija l-oppożizzjoni qed tiżbalja li teħodha kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Nifhem li jista' jkollha xi riservi fuq ċerti aspetti, pero' min- naħa l-oħra ma nistax nifhem kif tista' tkun kontra li pajjiżna jkollu liġi fuq data protection.", "L-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa sabiex jipprovdi dwar il- protezzjoni ta' individwi kontra l-ksur tal-privatezza u l-integrita` personali tagħhom bl-ipproċessar ta' data personali.\"", "Kif qed naraw, hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet li jolqtu lili u lil kull persuna li tgħix f'dan il-pajjiż u ma narax għalfejn sħabna tan-naħa l- oħra kellhom isemmu \"froġa maħruqa\" u \"xi ħaġa nejja\".", "Forsi ma jafux li l- Malti jgħid: Jew nejja jew maħruqa!", "Dawn l-aġġettivi żgur ma jagħmlux ġid, bħalma ma tagħmilx ġid l-impressjoni li qed tagħti l-oppożizzjoni fejn qed tagħti lil dak li jkun x'jifhem li l-gvern qed iressaq dawn l-abbozzi ta' liġi biex inkunu nistgħu nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Żgur li ma nistgħux nitilfu l-perspettiva kollha u ngħidu li aħna kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Ta' min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa parti minn serje t'abbozzi ta' liġi li għandhom x'jaqsmu ma' l-information technology u li huma ta' importanza kbira.", "Fil-fatt diġa' għaddejna l-abbozz ta' liġi dwar l-e- commerce u issa għad fadal li ngħaddu abbozz ta' liġi ieħor dwar il- computer misuse.", "Naħseb li b'hekk inkunu qed nagħmlu dak li huwa meħtieġ fil-qafas legali ta' dan il-qasam.", "Jien smajt l-interventi kollha li saru fuq dan il-qasam s'issa u nista' ngħid bla tlaqliq li l-membri ta' l- oppożizzjoni ma ġabu l-ebda argument li jiġġustifikahom biex ikunu kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jagħti din id- definizzjoni għal \"kontrollur\":", "\"... \"kontrollur\" tfisser persuna li waħedha jew solidalment ma' oħrajn tistabbilixxi l-għanijiet u l-mezzi ta' l-ipproċessar ta' data personali;\",", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nobbligaw lil dik il-persuna li tuża dik l- informazzjoni biex tgħid għal xiex qed tuża l-informazzjoni, tirreġistra l- użu tagħha u b'hekk allura din se tkun liġi favur iċ-ċittadin.", "Konna nisimgħuha tant il-kelma \"ċittadin\" sa ftit snin ilu!", "U din se tkun verament liġi favur iċ-ċittadin.", "Jekk dan l-abbozz ta' liġi għandu xi nuqqasijiet jew jista' jitjieb b'xi mod, jien nippretendi li bil- kooperazzjoni tal-membri kollha ta' din il-Kamra dawn in-nuqqasijiet ikunu jistgħu jiġu ttekiljati fl-istadju ta' kumitat.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li f'dan il-qasam hemm rata mgħaġġla ħafna ta' tibdil u ta' progress, u hawn m'iniex qed nirriferi biss għat-teknoloġija imma anke għall-użu u l-ipproċessar ta' l-informazzjoni.", "Għalkemm issa għaddew 16-il sena mill-1984 'l hawn, f'ċerti diskorsi qed toħroġ l-idea tal-big brother tal-famuż George Orwell, li jaf kollox fuq kulħadd.", "Imma ngħid jien, mhux diġa' teżisti informazzjoni fuq kull individwu f'dan il- pajjiż għal dak li għandu x'jaqsam m'affarijiet ċivili, ta' saħħa, ta' housing u m'affarijiet oħra bħal dawn?", "Dan l-abbozz ta' liġi qed idaħħal iktar regolamentazzjoni, qed idaħħal iktar obbligi ta' min ikollu f'idejh din id-data u qed iħares id-drittijiet taċ-ċittadini.", "Dan huwa avvanz kbir 'il quddiem u għalhekk aħna sejrin nivvotaw favur din il-leġislazzjoni.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nieħdu l-frott ta' dak li jkun seħħ fid-dinja xi 50 sena jew 20 sena qabel.", "Per eżempju, ma nistgħux ninsew li ż-żgħażagħ tal-lum ġew imċaħħda milli jidħlu fl-era tal-computer minħabba l-policies żbaljati ta' gvernijiet preċedenti Laburisti, imma ż-żmenijiet tal-lum ma jippermettux li aħna ma jkollniex l-aħjar teknoloġiji u leġislazzjonijiet fl-iqsar żmien possibbli.", "Kulħadd jaf kemm jgħaddi malajr iż-żmien u aħna ma naffordjaw nitilfu l- ebda ħin jekk irridu nipparteċipaw f'din il-kompetizzjoni kbira li teżisti madwarna.", "Li kien għalija, dan l-abbozz ta' liġi diġa' għadda u qiegħed jifforma parti mill-qafas legali ta' pajjiżna għaliex pajjiżi oħrajn li huma żviluppati iktar minna diġa' għamlu dawn il-passi.", "L-importanti huwa li jkun hemm bilanċ bejn id-dritt tal-privatezza ta' l-individwu u l- interess komuni.", "Mr Speaker, permezz tad-data li tinġabar fuq il-persuni, il-pajjiż ikun jista' jiġi managed aħjar, pero` din id-data m'għandhiex tkun ibbażata fuq x'qal wieħed jew x'qal l-ieħor imma fuq l-evidenza.", "Ovvjament jekk wieħed ma jkollux informazzjoni tajba ma jkunx jista' jieħu deċiżjonijiet tajbin u lanqas ikun jista' juża r-riżorsi li għandu b'mod tajjeb.", "Id-deċiżjonijiet li jieħdu l-policy makers, il-leġislaturi u dawk kollha li jieħdu d- deċiżjonijiet jistgħu jfissru telf ta' flus għall-pajjiż u jistgħu jfissru wkoll opportunity costs u għalhekk huwa importanti li d-dipartimenti tal- gvern jaqsmu l-informazzjoni li jkollhom bejniethom.", "Kif għedt diġa', dan l-abbozz ta' liġi qed jgħidilna li l-controller must prevent undue infringement of privacy.", "Jien għandi ftit esperjenza ta' undue infringement of privacy għax wieħed mill-obbligi li kelli meta kont inkarigat minn San Vinċenz de Paule kien proprju dak li nżomm il-privatezza ta' l-individwu.", "Kull informazzjoni li konna nakkwistaw, dejjem konna nużawha fl-interess tal-pazjenti, u dan l-abbozz ta' liġi qiegħed isaħħaħ dan il-proċess.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif l-oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, li jogħġobni wkoll f'dan l-abbozz ta' liġi huwa li qed jobbliga lill-kontrollur biex jagħti rendikont ta' l-informazzjoni li jkun ġabar.", "Din hija xi ħaġa importanti għaliex jista' jkun li persuna tabbuża mill-informazzjoni li jkollha u allura jinħoloq sens ta' nuqqas ta' fiduċja meta wieħed jagħti l-informazzjoni.", "Bħalma wieħed jista' jimmaġina, meta tintilef il-fiduċja n-nies jew jibdew jivvintaw l-informazzjoni jew inkella jibdew jipprovaw jaħarbu milli jagħtu l-informazzjoni, u jekk din tkun ta' natura finanzjarja se tbati l-Kaxxa ta' Malta.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li kull meta tintalab xi tip ta' informazzjoni, l-individwu jħossu secure, u jien ngħid li l-poplu Malti għandu jħossu iktar secure bid-Data Protection Act għax permezz ta' dan l-att id-drittijiet ta' l-individwu żgur li se jiġu mħarsa.", "It-teknoloġija li għandna llum hija xi ħaġa fenomenali u dak li qed isir illum permezz tal-computer żgur li ma setax jimmaġinah il-bniedem qabel ma bdiet din l-era.", "Madanakollu dik li l-gvern u aġenziji oħrajn ikollhom ċerta informazzjoni fuq iċ-ċittadini hija xi ħaġa antika ħafna u żgur li hawnhekk m'aħna qed niffaċċjaw l-ebda issue ġdida.", "Jien ninsab inkwetat xi ftit bl-argumenti li qed iġibu l-kelliema ta' l- oppożizzjoni fejn qegħdin ipoġġu n-nuqqas ta' computer literacy li għandna f'pajjiżna bħala ġustifikazzjoni biex nibqgħu fejn aħna jew biex ma nimxux 'il quddiem.", "Jien naħseb li hija responsabbilta` tal-gvern u ta' dan il- parlament li jnaqqas il-gap ta' bejn dawk li huma kapaċi u dawk li m'humiex u m'hemm l-ebda sinjal t'arroganza partikolari li ngħaddu liġi li għandu bżonn tant il-pajjiż biex nimxu 'l quddiem.", "Billi ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'aħna se nagħmlu xejn biex nittraskuraw lil dawk li għalihom dan id-diskors ma jfisser assolutament xejn għaliex għadhom ma bdewx jgħixu fl-era tal-computer.", "Mr Speaker, l-ewwel it-theddida tal-computer intużat b'mod politiku billi ntqal li l-computer se jtellef il-jobs u issa qed tintuża mod ieħor billi qed ibeżżgħu lin-nies li se jkunu jafu kollox fuqhom.", "Min m'għandux il- faħam miblul m'għandux għalfejn jibża'.", "Dan l-abbozz ta' liġi m'hu qed idaħħal xejn iktar milli diġa' jeżisti fil-pajjiż u kulma qed jagħmel huwa li jtejjeb l-operat tal-gvern u tad-dipartimenti filwaqt li qed jagħtihom qafas li bih ikunu jistgħu jaħdmu iktar.", "Fl-Istati Uniti ta' l-Amerka min ma jimxix eżattament mal-liġi jiddaħħal il-qorti.", "Fil-fatt ħafna drabi dawn jispiċċaw telgħin u neżlin il-qorti, u dan itellef ħafna mill-fiduċja li teżisti bejn dak li jkun qed jipprovdi s-servizz u dak li jieħu s- servizz.", "M'hemmx għalfejn ngħid li dan idaħħal ukoll lill-konsumatur fi spiża kbira.", "Issa hawnhekk jien bl-ebda mod ma jien qed ngħid li l- affarijiet għandhom jitgħattew, pero` żgur li dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi li dak li jkun qed juża l-informazzjoni jkun protett u jekk jimxi kif għandu jimxi mal-liġi, ma jkunx imfittex.", "Jien inħoss li għandna ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum qabel għada.", "Kif għedt iktar kmieni, la naslu fl-istadju ta' kumitat inkunu nistgħu ntejbu iktar il-kontenut ta' dan l-abbozz ta' liġi biex tabilħaqq ikollna an information society.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, jien segwejt b'attenzjoni kbira kemm id- diskors li għadu kemm għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Francis Agius, kemm id-diskors li għamel dalgħodu l-Onor.", "Michael Frendo, kemm id-diskors ta' introduzzjoni li għamel il-Ministru Austin Gatt kif ukoll id-diskors ta' l- Onor. Michael Asciak, u nnotajt li matul id-diskorsi tagħhom dawn l-erbgħa li huma qalulna li hija ħasra li l-oppożizzjoni Laburista se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi għax dejjem nistgħu nipprovaw intejbuh.", "Żgur li bħala avukat ma nistax ninjora aspett kardinali ta' dan l-abbozz ta' liġi, ċioe' l-awtonomija tal-persuna li se tiġi nnominata sabiex tissorvelja t- tħaddim ta' dan l-abbozz ta' liġi, li eventwalment se jsir liġi.", "Fil-fatt din hija waħda mir-raġunijiet li għaliha l-oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, minkejja l-istediniet benevoli min-naħa tal-kelliema tal- gvern sabiex aħna nivvotaw favur dan l-abbozz ta' liġi, s'issa ħadd min- naħa tal-gvern ma kellu l-ħila jew il-kuraġġ li almenu jagħti ġudizzju u jesprimi opinjoni dwar ir-raġuni li għaliha aħna qegħdin noġġezzjonaw għall- mod kif qed jitressaq dan l-abbozz ta' liġi.", "Lill-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali ma nlumux li m'għamilx dan għaliex wara kollox kien hu li introduċa dan il-Bill u forsi għad ma kellux l-opportunita` li jgħidilna fejn ma jaqbilx ma' l-oġġezzjoni prinċipali li qegħdin nagħmlu.", "Pero`, kif għedt diġa', minbarra l-Onor.", "Austin Gatt tkellmu tliet deputati oħra - l- Onor. Asciak, l-Onor.", "Frendo u l-Onor.", "Agius - u s'issa ħadd minnhom ma qalilna li qed ngħidu ereżija jew għalfejn huma qed jaqblu li l-prim ministru, permezz tal-ministru tal-ġustizzja, irid li l-persuna li tissorvelja din il-liġi ma tkunx persuna indipendenti imma persuna nominata mill-ministru.", "S'issa kulma għamlu biss il-kelliema tan-naħa l-oħra huwa li stednuna nivvotaw favur dan l-abbozz ta' liġi, pero` ħadd minnhom ma qalilna għalfejn għandna nivvotaw favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Joqogħdu jikkwotawlna l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, li huma nobbli u li hemm qbil fuqhom, pero` jieqfu hemmhekk.", "Kif jgħid il-Malti, il-ħuta minn rasha tinten u f'dan il-każ qed ngħidu li l-persuna li se tħaddem dan l-abbozz ta' liġi m'hijiex awtonoma.", "Naturalment saret id- dikjarazzjoni li din il-persuna se taġixxi b'mod awtonomu, pero` s'hemmhekk wasalna.", "Il-bieraħ il-Ministru Gatt qalilna: Għax aħna segwejna l-mudell Svediż.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan il-mudell iktar jixbah lill-mudell Ġermaniż, u l- Ġermaniżi kienu għaddew minn diversi problemi f'dan ir-rigward.", "Jien qed nittama li eventwalment, meta forsi jintervjeni xi deputat ieħor min-naħa l- oħra tal-Kamra, jgħidilna għalfejn m'humiex qed jaqblu ma' l-oppożizzjoni li l-persuna li tħaddem dan l-abbozz ta' liġi m'għandhiex tkun persuna nominata mill-gvern imma għandha tkun persuna nominata mill-parlament, bħalma huwa, per eżempju, l-ombudsman.", "S'issa dan ħadd ma qalulna.", "Qalulna ħafna kliem sabiħ dwar it-teknoloġija, l-iżviluppi li qed isiru, l- innovazzjonijiet ta' l-era moderna u kemm hemm bżonn li jkun hemm data protection, pero` kif għedt diġa', s'issa s'hemmhekk wasalna.", "Nixtieq ukoll nesprimi d-dispjaċir u d-diżapprovazzjoni tiegħi għall-fatt li dan l- abbozz ta' liġi mhux qed iressqu l-ministru ta' l-intern.", "Issa jien m'iniex qed ngħid dan b'nuqqas ta' rispett lejn il-ministru tal- ġustizzja, li jien ninsab persważ li huwa abbli li jmexxi u jippilota dan l- abbozz ta' liġi, pero` qui si tratta dwar affarijiet li jolqtu s-sigurta` mill-iktar intima.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss dwar is-sigurta` interna, li hija d-dominju tal-ministeru ta' l-intern - u hekk għandu jkun - imma qed nitkellmu dwar tip ta' sigurta` ħafna iktar intima u personali mis-sigurta` interna.", "Meta nitkellmu dwar is-sigurta` interna aħna nitkellmu dwar il-pulizija, nitkellmu dwar il-faċilita` korrettiva ta' Kordin ...", "Pero` mbagħad hemm ukoll l-informazzjoni personali ta' l- individwu, u l-oppożizzjoni tħoss li din hija xi ħaġa li għandu jħarisha u jissorveljaha l-ministru ta' l-intern.", "Pero` hawnhekk għandna pot-pourri ta' ministri għax għandna lill-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali li qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi fuq livell parlamentari - issa hawn ta' min jgħid li jekk wieħed jara kif dan l-abbozz ta' liġi huwa mħaddem f'pajjiżi Ewropej, lill-ministru ta' l-intern issibu omnipresente, u dan huwa gvern li jrid jimbotta lil Malta lejn l-Unjoni Ewropea! - għandna lill-ministru tat-telekomunikazzjoni - eventwalment se jkun hu li se jaħtar lil dik il- persuna li se tmexxi u tissorvelja t-tħaddim ta' dan l-abbozz ta' liġi - u għandna wkoll lill-ministru ta' l-intern, li hawnhekk m'hu qed jiffigura proprju mkien.", "S'issa l-ministru responsabbli mit-telekomunikazzjoni għadu ma ntervjeniex, pero` jekk se jintervjeni jien nispera li jgħidilna jekk jaqbilx li għandu jkun hu li jaħtar lil dik il-persuna li se tmexxi u tissorvelja t-tħaddim ta' dan l-abbozz ta' liġi, u jkun interessanti jekk jgħidilna wkoll għalfejn għandu jkun hu.", "Issa hawnhekk naturalment m'iniex qed nirriferi għall-ministru li huwa responsabbli mit-telekomunikazzjoni personali imma qed nitkellem fuq il-kariga li huwa għandu.", "Qabel ma nidħol f'iktar dettall, f'dawn il-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq ngħid li hija ħasra li dan il-parlament qiegħed jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi qabel ma pprova jħares lejn il- Kostituzzjoni ta' Malta.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax għalkemm artiklu 32 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jitkellem dwar \"the respect for the private and family life\" ta' l-individwu, sfortunatament dak id-dritt m'huwiex inforzabbli taħt artiklu 47.", "Jeżistu drittijiet tal-bniedem li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta` personali tiegħu u li huma inforzabbli, bħal per eżempju d-dritt li ma jiġix arrestat arbitrarjament jew id-dritt tal- protezzjoni tiegħu mis-search and seizure, pero` għalkemm il-privatezza ġenerali tiegħu u r-rispett lejn il-ħajja privata tiegħu qegħdin imsemmija taħt artiklu 32, meta mbagħad naraw x'inhuma d-drittijiet fundamentali tal- bniedem waħda waħda taħt il-Kostituzzjoni tagħna, nirrealizzaw li taħt artiklu 47 dak id-dritt ta' rispett lejn il-ħajja privata tiegħu m'huwiex inforzabbli, u allura nistgħu ngħidu li dan huwa dritt li qatt ma kien.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax ovvjament huwa tajjeb li wieħed jgħid li għandu dritt, pero` fil-verita` biex wieħed ikollu dritt, dan irid ikun inforzabbli u jrid ikun hemm rimedju għalih quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti.", "Din dejjem kienet is-sitwazzjoni.", "Issa hawnhekk ta' min ifakkar li fl-1987 iż-żewġ partiti politiċi ewlenin, fil-manifesti elettorali tagħhom kienu qalu li se jagħmlu liġi dwar id-data protection, jiġifieri din ilha ġejja minn dak iż-żmien.", "Anzi l-Partit Nazzjonalista kien mar oltre minn hekk għax kien wiegħed saħansitra li se jsaħħaħ il-Kostituzzjoni ta' Malta anke f'dan ir-rigward, ħaġa li sfortunatament baqgħet ma saritx.", "Li kieku ma kienx għal artiklu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, kieku l-kunċett tal- ħajja privata ta' l-individwu m'huwiex inforzabbli.", "Almenu taħt artiklu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dak id-dritt huwa inforzabbli, pero` taħt il-Kostituzzjoni ta' Malta m'huwiex inforzabbli, u aħna m'għandniex nistrieħu biss fuq artiklu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għax minkejja li napplikawha, xorta waħda jibqa' l-fatt li l-Konvenzjoni Ewropea m'hijiex parti mill-Kostituzzjoni ta' Malta, jiġifieri jekk 'il quddiem dan il-parlament, Allaħares qatt, jiddeċiedi li m'għandniex nibqgħu naderixxu din il-konvenzjoni, allura aħna naqgħu awtomatikament fuq il-Kostituzzjoni ta' Malta, u l-Kostituzzjoni li għandna ma tinforzax id-dritt tal-ħajja privata ta' l-individwu.", "Kien ikun tajjeb li kieku dan id-dritt elevajnieh għal dritt kostituzzjonali inforzabbli taħt artiklu 47 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, pero` din hija xi ħaġa li sal-ġurnata tal-lum għadha ma tapplikax.", "Per eżempju, l-Awstrija u Spanja - żewġ pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea u żewġ pajjiżi li jirrispettaw u jħaddmu l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem - fil-kostituzzjoni tagħhom elevaw id-data protection bħala dritt fundamentali inforzabbli, u hemm pajjiżi oħrajn fl-Ewropa u fl-Unjoni Ewropea li elevaw dan id-dritt ta' protezzjoni fil-kostituzzjoni tagħhom, jiġifieri din saret parti mill-kostituzzjoni tagħhom.", "Wieħed jista' jirraġuna li, per eżempju, artiklu 41 jitkellem dwar information privacy, pero` artiklu 41 jitkellem dwar id-dritt li inti tikkomunika ideat, jiġifieri li għandek id-dritt li tgħaddi informazzjoni.", "Fi kliem ieħor, f'artiklu 41 hemm element pożittiv u mhux element negattiv fis-sens li qed nipprovaw nipproteġu.", "F'artiklu 41 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jissemma d-dritt li inti tkun tista' tikkomunika ideat, pero` ma jissemmiex speċifikatament id-dritt li inti ma tgħaddix jew ma tikkomunikax ideat, jiġifieri għalkemm id-dritt li inti tikkomunika ideat huwa inforzabbli, m'huwiex inforzabbli d-dritt li inti ma tikkomunikax ideat, ħsebijiet jew informazzjoni.", "Kif għedt diġa', hemm pajjiżi Ewropej li elevaw id-dritt ta' data protection anke fuq livell kostituzzjonali, u din hija xi ħaġa sabiħa.", "Sfortunatament hawn Malta din għadna m'għamilnihiex, pero` forsi 'l quddiem dan il-parlament ikollu l-okkażjoni li jħares lejha mill-punto di vista kostituzzjonali.", "Mr Speaker, jien bdejt id-diskors tiegħi billi bħall-kelliema li diġa' għamlu l-intervent tagħhom min-naħa ta' l-oppożizzjoni, ikkritikajt il-mod kif dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jiġi mħaddem.", "Taħt klawsola 36 jidher ċar li l-persuna jew l-awtorita` kompetenti, m'hijiex se tkun indipendenti.", "Għaliex?", "Ħalli nikkwotaha:", "\"L-awtorita` kompetenti għandha tkun il-persuna li tiġi nominata b'ordni tal-Ministru biex tkun l-awtorita` kompetenti għall-finijiet ta' dan l-Att;\",", "punto e basta.", "Biex aħna nkunu moħħna mistrieħ f'dan il-parlament li l- affarijiet se jimxu b'mod trasparenti u b'mod kontabbli, m'għandux ikun il- ministru li jaqbad u jinnomina kif ġie ġie.", "Mr Speaker, għall-ħabta ta' l-1991 il-gvern Nazzjonalista kien innomina persuna sabiex tagħti konsulenza fuq il-computers u fuq l-information technology.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li l-bniedem li ġie nominat kien għamel xi żmien fil-kariga ta' chairman ta' l-MSU, dik li llum qed isejħulha l-MITTS.", "Dak iż-żmien Malta kienet għadha pijuniera f'dan il- qasam u għalhekk dan l-individwu kien inkarigat sabiex ikun hu li jintroduċi dan il-konċett innovattiv ġewwa pajjiżna.", "Pero` mill- informazzjoni li għandi dan l-individwu xtaq li jdaħħal proġett minn tiegħu li kellu x'jaqsam mad-data-sharing.", "Issa għal min ma jafx, id-data-sharing huwa konċett li jmur kontra l-kunċett tad- data protection għax inti kif tista' titkellem dwar data protection jekk tkun moħħok biex toħloq proġetti li għandhom x'jaqsmu mad-data-sharing?", "Per eżempju, l-income tax hija xi ħaġa personali u ma jistax ikun li toqgħod tgħaddi l-informazzjoni fuq it-taxxa jew id-dħul ta' xi persuna bl- addoċċ, mingħajr ma jkun hemm is-safeguards u l-ilqugħ legali neċessarju.", "Imma issa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Dan l-individwu kellu pjan li jagħmel proġett dwar id-data sharing, u fil-fatt dan kien ġie inkarigat sabiex jagħmel an information system strategic plan tal-gvern.", "Ta' min jgħid li l-MSU kienet qabbdet ukoll lil persuna oħra sabiex din tagħmel policy paper lill-gvern Nazzjonalista dwar id-data sharing, pero` din il-persuna, li ġiet mill-Kanada, ma rnexxilhiex tagħti whitewashing lil din il-white paper li saret lill-kabinett, u dan proprju minħabba li kien hemm ċerti diverġenzi u tħassib dwar il-kunċett tad-data-sharing.", "Illum din il-persuna qiegħda designate chairman tad-direttorat tat- telecommunications authority, u aħna nafu li l-ministru li se jkun responsabbli li jaħtar lil din il-persuna biex tissorvelja t-tħaddim ta' din il-liġi huwa l-ministru responsabbli mill-komunikazzjoni.", "Fil-fatt jien xejn ma nissorprendi ruħi - u din ngħidha b'ċerta trankwilita` - jekk eventwalment il-ministru jaħtar lilu stess jew liċ-chairman tal- communications authority sabiex jieħu ħsieb it-tħaddim ta' din il-liġi, pero` Allaħares isir hekk.", "Jien ma rridx noqgħod insemmi ismijiet imma naturalment għal min jifhem u għal min qed jismagħni bħalissa u għandu x'jaqsam ma' l-oqsma tal- komunikazzjoni jew mal-MITTS jaf għal min qiegħed nirriferi.", "Kulħadd jaf - għax jien għandi għejun ta' informazzjoni u l-informazzjoni li jkolli ma tiġix minn sors wieħed biss - li din il-persuna kienet iktar moħħha fid- data-sharing milli f'xi forma ta' data protection, jiġifieri issa minbarra li se jkollna persuna nominata direttament mill-ministru, se jkollna persuna li m'hijiex responsabbli lejn il-parlament u lanqas m'hija obbligata li tirrapporta lill-parlament, bħalma huwa l-ombudsman.", "Fi kliem ieħor, se jkollna persuna li dejjem ħadmet biex f'pajjiżna jkollna data- sharing u mhux data protection.", "Dawn huma affarijiet tat-twerwir, l-iktar għaliex dan l-abbozz ta' liġi huwa anathema għal kwalunkwe liġi simili li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Li forsi għadu ma jafx il-ministru jew il-gvern huwa li iktar kmieni din is-sena - jidhirli fit-2 ta' Ġunju, 2000 - fl-additional protocol, li għadu kif ġie approvat mill-Kunsill ta' l-Ewropa fit-2 ta' Ġunju tas-sena, 2000, il-kumitat konsultattiv dwar id-data protection avża li d-data protection authorities għandhom ikunu totalment indipendenti.", "Issa dan il-gvern qiegħed jgħaddi liġi li kif qiegħed jipproponiha hija anatema għal dak li proprju ġie annunċjat permezz tal-consultative committee tal-konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Jien niskanta kif filwaqt li l-gvern li qed imexxi lil pajjiżna lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u allura suppost għandu rispett sħiħ lejn il-konvenzjonijiet u d-direttivi kollha li ħarġu mill-Kunsill ta' l-Ewropa, proprju tliet xhur wara qed jgħaddi liġi li tmur proprju kontra dak li qed jgħidilna l-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Mela l-Unjoni Ewropea miexja lejn iktar indipendenza f'dak li għandu x'jaqsam mas- sorveljanza ta' dan l-abbozz ta' liġi u mbagħad ikollna lil dan il-gvern li qed iressaq liġi u jgħidilna: Jien ma jinteressanix minn dak li hu għaddej fil-Kunsill ta' l-Ewropa, jien ma jinteressanix minn dak li hu għaddej fl- Unjoni Ewropea imma jinteressani biss li nissieħeb fl-Unjoni Ewropea u mbagħad f'Malta nagħmel dak li jogħġob lili, nagħmel affarijiet li jmorru kontra l-ispirtu tal-konvenzjonijiet Ewropej.", "Imbagħad jiġu tan-naħa l- oħra u jistaqsuna: Kif se tivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi?", "Jekk il- gvern Nazzjonalista qiegħed jippreżentalna abbozz ta' liġi li assolutament m'għandu l-ebda riħa ta' demokrazija jew ta' trasparenza!", "Jien nixtieq li jkun hemm xi ħadd min-naħa l-oħra li jispjegalna għalfejn qed jgħidu li aħna qed ngħidu ereżija.", "Jekk aħna qed ngħidu ereżija, allura l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea qed jgħidu ereżija wkoll.", "Imma s'issa min-naħa tal-gvern Nazzjonalista ma kellna xejn ħlief kwiet u silenzju assolut.", "Issa jien nittama li ma jkollux għalfejn ikun il-Ministru Austin Gatt li fil-winding-up jgħidilna...", "Għalkemm wieħed jittama li sakemm jingħalaq dan id-debate jew il-Ministru Gatt jew xi ħaddieħor jgħidilna għalfejn iħossu li dan l-abbozz ta' liġi għandu jgħaddi mill-istadju tat-tieni qari.", "Jien nistenna li meta l-ministru jiġi biex jagħmel il-winding-up jagħmel aċċenn għal dan, imma sadanittant possibbli li m'hu se jintervjeni ħadd aktar min- naħa tal-gvern biex jgħidilna x'ideat għandhom u jekk l-ideat tagħhom humiex fossilizzati għall-mod kif qed jiġi ppreżentat dan l-abbozz ta' liġi?", "Ara r-riżervi tagħna huma kredibbli, konkreti u jagħmlu sens kemm legalment kif ukoll politikament.", "Issa jien nittama li ma nitkellmux dwar data protection biss meta ngħaddu l-liġijiet mill-parlament, għax dak li ngħidu f'dan il-parlament mod u mbagħad xi jsir fil-prattika mod ieħor.", "Jekk inħarsu lejn il-qasam ta' l-intern, jiddispjaċini ngħid li l- amministrazzjoni tal-ħabs uriet diversi drabi li hi m'għandha l-ebda rispett lejn il-privatezza ta' informazzjoni dwar il-priġunieri.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif meta avukat jippreżenta talba għan- nom ta' klijent lill-ogħla uffiċjal tal-ħabs, din tispiċċa tidher fuq l- ewwel faċċata tal-gazzetti Nazzjonalisti?", "Imma dawn x'kummiedji huma?", "Dan huwa r-rispett lejn il-protezzjoni?!", "Dan huwa r-rispett lejn il- privatezza?!", "U mbagħad xi ngħidu għar-recordings oxxeni u illegali ta' telefonati li jsiru fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin?!", "Jien dan diġa' ktibt dwaru fuq il-gazzetti, u llum qed ngħidha f'dan il-parlament ukoll.", "Ta' min jgħid ukoll li jiġu rrekordjati saħansitra telefonati li jkunu qed isiru bejn klijent u l-avukat tiegħu, u dan meta s-Security Services Act jgħidilna li huwa pprojbit li jsir dan.", "Ara fejn wasalna f'dan il-pajjiż!", "Dan jien ma ngħidlu xejn għajr faxxiżmu.", "Madanakollu l-ikbar oxxenita` hija li dawn it-telefonati ma jiġux recorded bħala parti minn investigazzjoni kriminali li allura għandha tingħata lill-pulizija biex jekk iridu jinvestigaw imma addirittura l- pulizija, minflok ma jkun il-kummissarju tal-pulizija, ikun l-editur ta' xi ġurnal Nazzjonalista li għandu l-familja fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin - insomma, \"kellu l-familja\" u mhux \"għandu l-familja\" għax issa mhux hu għadu hemm - u biex jagħti palata lil dawn l-affarijiet bl-iktar mod mhux etiku jġib dawn l-affarijiet fuq il-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista.", "S'issa qatt ma ġabu dawn l-affarijiet ġurnali oħrajn, lanqas dawk li jappoġġjaw lill-gvern Nazzjonalista, imma s'issa ġabu dawn l- affarijiet biss iż-żewġ ġurnali tal-partit Nazzjonalista; li wieħed minnhom joħroġ kuljum u l-ieħor jidher darba fil-ġimgħa.", "Dawn huma oxxenitajiet!", "Dan huwa faxxiżmu, Mr Speaker!", "Ara fejn wasalna!", "Fl-ewwel sena tal- millennju l-ġdid, dan il-pajjiż għandu gvern li filwaqt li qed jiftaħar li qed jgħaddi liġi dwar id-data protection ...", "Dażgur, għax hawnhekk, fil- parlament, noqogħdu niftaħru kemm qed nipproteġu data, imma fil-prattika x'qed jiġri?", "Minkejja li qed ikun hawn min huwa mgħobbi b'karigi ta' sigurta` importanti fil-pajjiż, mhux biss qed jaħarbu l-priġunieri mill- faċilita` korrettiva ta' Kordin imma qed taħrab ukoll l-informazzjoni.", "Kieku almenu din l-informazzjoni li qed taħrab, qed taħrab għand il- pulizija fiha u ma fihiex, imma din l-informazzjoni qed taħrab għand il- ġurnali.", "Mr Speaker, subklawsola (2) ta' klawsola 6 tgħid hekk:", "\"Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu l- awtorita` kompetenti għandha tinkoraġġixxi l-abbozzar ta' kodiċi ta' kondotta adattat li jkun japplika għall-ġurnalisti u għall-medja biex jiġi regolat l-ipproċessar ta' xi data personali u l-kodiċi ta' kondotta għandu jipprovdi miżuri u proċeduri adattati biex jipproteġu s-suġġett ta' data, fil-qies tax-xorta tad-data.\".", "Jien ngħid li dawn il-gwidi u l-kodiċi ta' etika għandhom jagħmluhom mill- iktar fis possibbli, u għandhom jibagħtuhom l-ewwel fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Hija ħasra li dan l-abbozz ta' liġi ma sarx qabel; meta d-direttur tal-ħabs iddeċieda li mhux biss jikser ir-regolamenti tal- ħabs imma anke li jikser il-Kostituzzjoni ta' Malta u jgħaddi informazzjoni lill-ġurnali.", "Dan minbarra t-telephone tappings li jsiru mhux biss minn nies li jkunu hemm ġew għal skopijiet ta' sigurta` imma anke bejn avukati u klijenti.", "Fil-fatt jien naf ħafna avukati li jippreferu jmorru fil- faċilita` korrettiva ta' Kordin biex ikellmu lill-klijenti tagħhom minħabba li m'għadx baqagħlhom iktar fiduċja fil-kuntatt telefoniku mal-klijenti tagħhom.", "Mr Speaker, qed isirli l-ħin u se jkolli nikkonkludi dan id-diskors qabel ma' taqa' l-giljottina tal-gvern Nazzjonalista fuq rasi.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nawgura li nħarsu lejn l-istrument kostituzzjonali tagħna għax inħoss li m'huwiex suffiċjenti f'dak li jirrigwarda mal-proċess ġenerali u nittama li finalment fl-interventi li jmiss id-deputati Nazzjonalisti jitkellmu u jgħidulna għaliex jaħsbu li jkun sewwa li l-persuna li se jkun inkarigat mis-sorveljanza ta' din il- liġi għandha tkun nominata mill-ministru responsabbli mill-komunikazzjoni.", "It-tama tagħna hija li l-gvern Nazzjonalista jirtira dan l-abbozz ta' liġi għaliex dan imur kontra d-demokrazija.", "MR SPEAKER: Onor. Gulia, skadielek il-ħin u biex tkompli bl-intervent tiegħek għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Gulia jkompli bl-intervent tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, bħala protesta għall-fatt li l-Onor.", "Gulia m'hux qed jitħalla jitkellem, insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fit-8.06 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOE SAMMUT: Mr Speaker, is-suġġett li għandna quddiemna huwa ta' importanza u fl-opinjoni tiegħi, jolqot lil kulħadd.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jikkonċerna d-data, u l-kelma \"data\" hija dik l- informazzjoni li kif jgħid l-Att stess, hija sempliċi u sensittiva.", "Dan l- abbozz ta' liġi qiegħed jirrikonoxxi li hemm ċerta informazzjoni li tant hija importanti li allura din tkun trid tiġi protetta, u fil-fatt dan l- abbozz ta' liġi qiegħed jara b'diversi modi kif din l-informazzjoni għandha tiġi protetta.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li l-protezzjoni li dan l- abbozz ta' liġi qiegħed joffri għal din id-data hija fqira wisq u naħseb li għandha ssir reviżjoni f'dan ir-rigward.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jibda biex jiddefinixxi l-frażi \"data personali\" u l-frażi \"data personali sensittivi\".", "Fil-fatt hawnhekk qed ngħidu li \"data personali\" hija dik id-data li tiddistingwi persuna minn oħra, filwaqt li \"data personali sensittivi\" hija dik id-data li mhux talli tindika dik il-persuna min hi imma talli tidħol f'ħafna iktar dettalji.", "Hawnhekk irrid nagħmel enfasi fuq il-fatt li donnu dan l-abbozz ta' liġi jinjora kompletament l-eżistenza ta' persuna ġuridika.", "L-ewwelnett \"persuna ġuridika\" x'inhi?", "\"Persuna ġuridika\" hija soċjeta` kummerċjali li titwaqqaf skond il-liġi.", "Ta' min jgħid li ġaladarba din is- soċjeta` tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi u tiġi identifikabbli, ikollha l- karatteristiċi tagħha għax fil-memorandum and articles tagħha tindika x'se tkun l-attivita` kummerċjali tagħha.", "Għal xi raġuni jew oħra f'dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'għandna l-ebda definizzjoni ta' \"persuna ġuridika\".", "Wieħed jistaqsi għalfejn qegħda tiġi eskluża din it- tip ta' persuna.", "Huwa l-iskop ta' l-amministrazzjoni li fil-każ ta' kumpannija ma jkunx hemm protezzjoni u li dawn ikunu skoperti għall- iskrutinju ta' kulħadd bl-iktar mod miftuħ?", "Jien naħseb li m'għandux ikun il-każ għax persuna ġuridika hija mezz li tiġġenera l-ekonomija u hija wkoll sensittiva għax fuqha hija bbażata l-kompetizzjoni.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hija interessanti wkoll l-ammissjoni personali u sensittiva li qiegħda tiġi f'idejn il-pubbliku in ġenerali.", "Fi kliem ieħor, fl-aħħar qed nirrikonoxxu l-fatt li l-informazzjoni fuq l-individwi tista' tinkiseb faċilment u tintuża minn diversi persuni.", "Jista' jkun hemm persuni li jużaw din l-informazzjoni għal skopijiet tajba, bħall- organizzazzjonijiet filantropiċi u politiċi, u jista' jkun hemm persuni li jużawha b'mod ħażin, pero` l-iktar ħaġa importanti hu li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jirrikonoxxi l-fatt li wasal iż-żmien li din l-informazzjoni tiġi protetta.", "Illum qed ngħixu fi żmien ta' teknoloġija vasta - fil-fatt jien naħseb li lanqas il-bniedem stess ma jaf kemm hi vasta t-teknoloġija u kemm hemm mezzi biex informazzjoni fuq kwalunkwe persuna tiġi maħżuna u applikata - u qed jiġi rikonoxxut il-fatt li hemm riskju li ċ-ċittadin irid jiġi protett minnu.", "Madanakollu hawnhekk jidħol punt importanti u sa ċertu punt filosofiku; li huwa sakemm din il- privatezza għandha tiġi protetta u sa liema punt din il-privatezza għandha tiġi mistura.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi, permezz ta' subklawsola (2) ta' klawsola 6, qiegħed jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' kodiċi ta' etika.", "Huma ħafna dawk li jħarsu b'ċertu mod lejn il-media għax illum il-ġurnata l- media m'hijiex daqshekk maħbuba daqs kemm setgħet kienet fil-passat.", "Fil- passat kulħadd kien imur għand il-barbier biex jisma' l-affarijiet għax kuntrarjament għal-lum, dak iż-żmien il-mezzi teknoloġiċi ma tantx kienu avvanzati u disponibbli.", "Illum il-mezzi tal-media rnexxielhom jirriduċu d- dinja f'villaġġ globali.", "Illum m'għadniex nitkellmu fuq il-globu bħala xi ħaġa kbira u nitkellmu dwar id-dinja bħallikieku dan kien xi villaġġ.", "Per eżempju, bħalissa aħna qed niġu informati fuq sa l-inqas dettall dwar l- elezzjoni li qed issir fl-Amerka.", "Imma sfortunatament daqskemm il-media tista' twassal affarijiet tajba, daqstant ieħor tista' twassal affarijiet ħżiena.", "Per eżempju, minħabba l-famużi paparazzi kellna anke l-imwiet ta' ċerti dinjitarji, bħalma ġara fil-każ ta' Lady Diana, u dan iwassalni biex nagħmel punt ieħor.", "Kemm hu permessibbli li jsiru investigazzjonijiet u minn min?", "Liema għandu jkun il-punt ta' ġbir ta' data fuq dawn il-persuni?", "Aħna nafu li l-paparazzi mhux talli jiġbru informazzjoni għal skopijiet tajba imma wkoll għal skopijiet ta' flus.", "Huwa importanti li ssir din l- enfasi fuq il-ġurnaliżmu għax filwaqt li fil-passat kellna l-istrutturi li kienu jissalvagwardjaw id-demokrazija ta' l-istat b'saħħithom, illum il- media hija meqjusa bħala fonti importanti għax l-istess salvagwardja tad- demokrazija ta' l-istat twassal dak li l-gvern tal-mument ikun qed jagħmel u tesponi għemilu għall-pubbliku.", "Huwa l-kodiċi ta' etika li jrid jissalvagwardja l-mod kif l-informazzjoni tiġi mgħoddija minn pajjiż għall-ieħor.", "Fil-fatt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem fuq kif għandha tiġi mgħoddija din l- informazzjoni, pero` huwa importanti ħafna li dan il-kodiċi ta' etika jiġi mfassal mill-iktar fis possibbli u jkun hemm min hu inkarigat li jagħmel is- superviżjoni u jara li l-mezzi tal-media jimxu ma' dawn il-kodiċi ta' etika.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għas-sempliċi raġuni li l-l- mezzi li hawn biex il-media tiġi trasmessa minn pajjiż għall-ieħor huma rapidi ħafna u l-effett li jistgħu jħallu fuq persuni partikolari jista' jkun ta' detriment u ta' ħsara irreparabbli.", "Mr Speaker, hawnhekk jidħol kunċett ieħor, dak tal-ġbir ta' informazzjoni sensittiva fuq persuni għall-użu ta' l-istat.", "Hawnhekk qed nagħmel riferenza għall-mod ta' kif is-soċjeta' tagħna evolviet illum fejn minflok nies individwali jgħixu ġewwa l-għerien, illum għandna soċjeta` komplessa u wiesgħa ħafna.", "Kif nafu, illum is-soċjeta` trid bilfors tiġi mmexxija minn gvern li jara kif jagħmel biex imexxi liċ-ċittadini tiegħu 'l quddiem.", "Fil- fatt waħda mill-funzjonijiet diretti ta' kull gvern hija li jara li l-ġid komuni tal-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Ovvjament biex dan jintlaħaq, il-gvern tal-mument jiddedika ħafna flus biex jgħin lil min ikun batut.", "Huwa biżżejjed li nsemmu ċ-children allowances, il-pensjonijiet u d-diversi għajnuniet oħra li jagħti l-gvern, fosthom fil-qasam tal-housing.", "Huwa importanti ħafna li l-informazzjoni sensittiva ma tiġix trasmessa lil persuni li jistgħu jużaw din l-informazzjoni għal skopijiet illeċiti.", "Ejjew nieħdu eżempju ta' dan billi nsemmi l-qasam tal-housing.", "Il-qasam tal-housing jinkorpora fih innifsu qasam importanti għax ovvjament kulħadd irid saqaf fuq rasu, pero` iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar il-problemi tal-housing qed jikbru.", "L-amministrazzjonijiet li mexxew lill- pajjiż dejjem raw kif iqassmu l-istock tad-djar li kellhom lill-iktar nies fil-bżonn.", "Sabiex dan il-għan jintlaħaq inbdiet is-sistema tal-punti fejn wieħed jakkwista proprjeta` tal-gvern skond kemm ikun ġab punti, jiġifieri skond kemm kien kbir il-bżonn tiegħu li jkollu akkomodazzjoni.", "Ta' min isemmi wkoll li l-gvernijiet li kellna f'dawn l-aħħar snin fetħu wkoll skemi ta' sussidju fuq ċertu maintenance tad-dar.", "Ovvjament kemm l- awtorita` tad-djar, kemm id-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni kif ukoll id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jitolbu ċerta informazzjoni lil min ikun qed jitlob l-għajnuna, mhux biss informazzjoni sempliċi, bħalma huma l-particulars tiegħu imma anke data sensittiva bħal, per eżempju, x'inhu d-dħul tiegħu, x'inhuma l-assi tiegħu jew jekk għandux proprjetajiet f'ismu.", "Naturalment dawn l-entitajiet jagħmlu hekk għax huwa minn din l-informazzjoni li mbagħad tkun trid tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-applikant ħaqqux jingħata xi forma ta' għajnuna mill-gvern jew le.", "Mr Speaker, sfortunatament is-soċjeta` tagħna għadha lura fuq dan it-tip ta' ġbir ta' informazzjoni.", "Matul il-21 xahar li l-amministrazzjoni Laburista kienet fil-gvern kienet inbdiet kampanja sabiex tiġi identifikata l-art li għandu l-gvern, is-siti li jappartjenu lill-joint office, il- postijiet vojta u dawk il-postijiet li għalkemm qed isir użu minnhom, jinsabu fi stat ħażin.", "Illum il-ġurnata, sentejn wara dak il-perijodu li semmejt, mir-rapporti li ġew sottomessi jidher b'mod ċar li din l- informazzjoni għadha m'hijiex disponibbli, u dan minkejja li saru ħafna diskorsi li qegħdin jiġu mwaqqfa ħafna gruppi u organizzazzjonijiet biex jevalwaw dan il-qasam.", "Hija ħasra li f'pajjiżna, li kulma fih huwa 50 mil kwadru, għandna iktar minn 20,000 proprjeta` vojta li ma nafux ta' min hi.", "Minkejja li għandna dipartiment li issa ilu żmien li beda jiffunzjona, sal- ġurnata tal-lum ftit li xejn sar progress u f'dak li huwa insinwar, għadna bis-sistema antika li ma tidentifikax l-art per se imma hija marbuta mal- persuna, ħaġa li ma tistax tkun ta' għajnuna għal min qed jagħmel ir- riċerka għax ma tindikax il-persuna min hi.", "Minkejja li llum qed ngħixu fi żmien tant sofistikat fejn tista' tiġi pprovduta d-data kollha neċessarja, għadna qed niġu mċaħħda minn informazzjoni daqstant sensittiva.", "Wara kollox l-iskop tal-housing huwa proprju li jkollna housing stock u li nkunu nafu fejn qegħdin l-artijiet disponibbli, xi ħaġa li sal-lum għad m'għandniex.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar is-sistema tal-punti.", "Illum il-ġurnata hija xi ħaġa faċli li jiġu wżati mezzi elettroniċi li janalizzaw min għandu jiġu l-ewwel jew le, pero` s-sistemi għadhom sal-lum m'humiex amalgamati.", "Anke bħala dħul, għalkemm issir is-sottomissjoni tat-taxxi, tintbagħat applikazzjoni kultant żmien sabiex min kien diġa' applika għall- akkomodazzjoni soċjali jew għall-housing jerġa' jgħid il-pożizzjoni tiegħu x'inhi.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa nuqqas ta' organizzazzjoni min-naħa tad-dipartiment konċernat.", "Illum il-ġurnata dawn jistgħu faċilment jiġu mdaħħla f'computer u jiġu riveduti ma' dawk in-nies li jkunu, jew ġew mogħtija l-akkomodazzjoni soċjali, jew ġew mogħtija propjeta` min-naħa ta' l-awtorita` tad-djar, jew inkella jkunu rreġistraw proprjeta` f'isimhom personali mar-reġistru ta' l-insinwa.", "Din hija ħaġa nġusta għaliex ħafna minn dawn it-tip ta' nies li jkunu fil-bżonn ta' akkomodazzjoni soċjali ma jkollhomx il-fakulta` li jaqraw u jiktbu, bil-konsegwenza li jkollhom rashom mistrieħa li huma applikati u meta jirċievu xi dokument jistmawħ bħala xi waħda mill-ittri jew karti li jirċievu forsi għal mezzi anke politiċi, u jinjorawha.", "Konsegwenza t'hekk dawn jitilfu d-dritt tagħhom għall-għajnuna u jitpoġġew fil-ġenb tas-soċjeta`, bir-riżultat li l-ferita, minflok ma nagħlquha nkomplu nkabbruha.", "Ħalli issa nitkellem dwar il- protezzjoni li jagħti dan l-att li hija aspett ieħor ta' dan l-abbozz u li huwa kopert bi klawsola 9, subklawsola 12(2) u subklawsola 28(1).", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi jgħid li biex tinaġabar ċerta data, partikolarment dik sensittiva, irid ikun hemm il-kunsens, pero` hemm diversi instances meta l-kunsens m'huwiex rikjest, b'mod partikolari fejn jidħol l-interess pubbliku.", "Jien nammetti li dan huwa punt sensittiv minnu nnifsu, pero` huwa wkoll suġġettiv għaliex l-interess pubbliku jvarja minn soċjeta` għal oħra, minn demokrazija għal oħra, minn parlament għal ieħor; dak li huwa fl-interess pubbliku ta' dan il-parlament ma jfissirx li jkun fl-interess pubbliku ta' parlamenti oħra.", "Minħabba f'hekk nemmen li meta qed inħallu dan taħt l-umbrella ta' \"interess pubbliku\" inkunu qegħdin nagħtu poteri assoluti f'idejn persuni meta dak li jkunu qegħdin jindagaw jista' faċilment jiġi wżat għal skopijiet ulterjuri.", "Għalhekk naħseb li huwa perikoluż ħafna li din il-protezzjoni tibqa' daqshekk ampja.", "U nidħol issa fuq il-kwestjoni tal-kunsens u se nagħti l-eżempju tal-banek.", "Fil-professjoni tagħna aħna niltaqgħu ma' diversi nies li jirċievu ittri minn barra dwar il-flus li jkollhom barra l-pajjiż.", "Issa dan l-abbozz huwa identiku għal liġijiet oħra li nsibu fuq il-kontinent, u qiegħed jgħaddi b'ħafna għaġġla, bħalma għaddew diversi liġijiet oħra, biex nintgħoġbu u nidhru li aħna bħal sħabna fuq il-kontinent Ewropew.", "Barra minn hekk illum il-ġurnata, wieħed mill-banek ewlenin tagħna, qed nirriferi għall-HSBC, huwa barrani u qiegħed japplika policies barranin.", "U waħda mill-affarijiet li niltaqgħu magħha fil-każ ta' banek barranin hija li qegħdin jibagħtu kundizzjonijiet ġodda lill-klijenti tagħhom fejn qegħdin jgħidulhom li l- bank qed jirriżerva d-dritt li l-informazzjoni li jżomm hu fuq il-klijent - fl-opinjoni tiegħi l-banek għandhom informazzjoni iktar milli sensittiva għax jafu mill-A saż-Z kull ċittadin li hu klijent tagħhom f'liema pożizzjoni jinstab - ma tintużax biss mill-istess bank imma jista' jgħaddiha wkoll liċ-ċentru tiegħu, li jinsab barra minn pajjiżna.", "Dawn il- banek qegħdin jgħidu wkoll lill-klijent tagħhom li jistgħu anke jgħaddu din din l-informazzjoni lil xi bank ieħor li jkun beħsiebu jixtri lill-istess bank u anke lil banek oħra barranin li jistgħu jitolbu, taħt arranġamenti li għandhom, dik l-informazzjoni.", "Naħseb li dan huwa abbuż serju fis-sens li kwalunkwe klijent mal-bank, speċjalment jekk ikun mgħobbi b'xi piż warrab wiċċek, ma jistax jirrifjuta.", "Allura hawnhekk il-kwestjoni tal- kunsens tas-suġġett ta' dik id-data hija xi ħaġa li kważi qed tidħak bl- istess ċittadin u m'hija protezzjoni xejn għaliex kif qegħdin nieħdu minn dan l-eżempju tal-banek, tista' tiġi faċilment imneħħija min-nofs u l- informazzjoni kollha li tkun daqshekk sensittiva tispiċċa f'idejn barranin.", "Riċentement, meta kellna l-bidla mill-Mid-Med għall-HSBC, ġew mibgħuta diversi ittri li jissuġġerixxu investimenti fin-Niġerja u postijiet oħra, fosthom il-Panama.", "Dawn l-ittri ma ntbagħtux lil kulħadd imma ntbagħtu lil dawk in-nies partikolari li għandhom ċerta saħħa finanzjarja jew li hemm il- possibbilta` ta' saħħa finanzjarja.", "U allura wieħed hawnhekk jistaqsi kemm huwa protett iċ-ċittadin - din l-informazzjoni bilfors ħarġet minn xi istituzzjoni - u kemm huwa veru li din l-informazzjoni qiegħda tiġi miżmuma sigrieta.", "Dawn l-ittri huma ntiżi biss biex jingannaw u nemmen li għandha ssir investigazzjoni ferm serja u dettaljata għaliex huma ħafna dawk li qegħdin jingidmu minn dawn it-tip ta' offerti ta' negozju.", "Sur President, jien wasalt fl-aħħar tad-diskors tiegħi u biex nagħmel riassunt ta' dawk il-punti saljenti li għedt.", "Nemmen li din hija liġi b'intenzjoni tajba, pero` ir-riżultat tagħha ma jwassalx għal dak li wieħed jixtieq għaliex il-mod kif qiegħda tiġi proposta l-liġi, b'mod partikolari klawsola 5 tagħha li tagħmilha ċara li dan l-att ma japplikax għall- iproċessar ta' data personali meta dak l-iproċessar ikun qed isir minn persuna naturali filwaqt li tkun qiegħda twettaq attivita` għal kollox personali, għalija huwa introduzzjoni ta' wieħed mill-akbar abbużi li jista' jwassal għal inkwiet għal ħafna persuni.", "F'Malta m'għandniex liġi li tagħti l-fakulta` li individwu jmur jerfa' salib individwu ieħor; il- pulizija biss għandha l-poter li tinvestiga.", "F'din il-klawsola, qegħdin indirettament nagħtu l-poter lil ċittadini - li jistgħu jkunu ċittadini tajba imma jistgħu jkunu wkoll ċittadini b'background ħażin - li jindagaw u jidħlu fuq il-ħajja personali ta' ċittadini oħra.", "Dawn ikunu qegħdin jagħmlu twettieq ta' attivita` għal kollox personali, ikunu qegħdin jaqilgħu x'jieklu minn din l-istess attivita` u jkunu qegħdin jesponu lil dawk il-povri vittmi - jistgħu jkunu nies li qed jgħixu ħajja purament privata u personali - biex jiġu ndagati min-nies oħra għall-iskopijiet tagħhom.", "Dan m'huwiex sew għaliex kulħadd għandu dritt għall-privatezza, u kif għedt aktar kmieni, hawnhekk qabel jittieħed kwalunkwe pass għandha ssir id- distinzjoni bejn iż-żewġ punti li fl-opinjoni tiegħi huma importanti ħafna, meta ċittadin jista' jiġi nvestigat u meta m'għandhiex issir investigazzjoni ħlief għal ċerti korpi speċjali tal-pajjiż li huwa importanti li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol għas-sigurta` ta' l-istess pajjiż.", "U d-distinzjoni li għandha ssir m'għandhiex tirrigwarda sempliċiment x'tip ta' data tinġabar imma anke min għandu jiġborha.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, qabel ma ngħaddi biex niddibatti l- liġi proprja xtaqt nagħmel żewġ osservazzjonijiet u se nuri r-rilevanza tagħhom ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Ftit taż-żmien ilu l-Ewropa ċċelebrat il-50 sena mit-twaqqif tal- konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem.", "Għalkemm hemm il- Kostituzzjoni li tiggarantixxi d-dritt għall-privatezza u hemm ukoll l- istess konvenzjoni Ewropea li tagħmel enforceable dan id-dritt, xorta waħda m'huwiex biżżejjed.", "Proprju f'Settembru li għadda ġie ntavolat l-hekk imsejjaħ charter ta' l-Ewropa dwar id-drittijiet tal-bniedem u meta wieħed iħares lejn dan iċ-charter, lejn il-Kostituzzjoni tagħna u lejn il- Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jara distinzjoni ċara dwar dan il-kunċett.", "Jiena diħa` kelli okkażjoni nikteb dwar dan u kkritikajt il-fatt li l- Ewropa għamlet charter, għaliex la diġa` hemm konvenzjoni, li missu sar kien li ġiet updated dik l-istess konvenzjoni.", "F'dan iċ-charter hemm aġġornament ta' dawk li huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u hemm klawsola li se tibda tiggarantixxi, mhux b'mod ġenerali, the right to privacy għaliex meta ġie endorsed dan id-dritt ma kienx hawn computers fejn id-data tista' tiġi stored b'mod elettroniku.", "Minn dejjem kien hawn data li kienet tiġi stored u kien hawn pajjiżi li kienu esperti fil-mod kif iżommu d-data fuq kulħadd, pero` meta t-teknoloġija avvanzat f'ċertu livell, id-data fuq kulħadd saret wisq aktar aċċessibbli.", "Issa l-big brother jista' jkun jaf kollox fuq kulħadd; kulma jrid jagħmel huwa li jagħfas buttuna fuq il-keyboard.", "Nistgħu ngħidu li anke l-partiti politiċi għandhom ċerta informazzjoni fuq ċerti nies uli hija readily available, pero` din m'hijiex tip ta' data li qiegħda tiġi protetta hawnhekk, jiġifieri x'tip ta' mard għandu dak li jkun, eċċ, eċċ. Li qed ngħid jien huwa li minħabba dan l-iżvilupp, il- protezzjoni għal individwu kontra l-ksur tal-privatezza u l-integrita` personali tiegħu bil-proċessar ta' data personali, ma kenitx koperta biżżejjed b'dak li kien hemm fil-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal- bniedem fejn titkellem dwar the right to privacy.", "Jekk wieħed iħares lejn x'inhuma l-updates fiċ-charter il-ġdid għal dak li jirrigwarda human rights, mal-ewwel jinduna li waħda minnhom hija marbuta ma' dan l-iżvilupp teknoloġiku.", "U kien hemm bżonn li ssir din il-klawsola ad hoc, liema klawsola la nsibuha fil-Kostituzzjoni tagħna, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Guvin Gulia, u għalkemm insibuha b'mod ġenerali fil- konvenzjoni Ewropea, m'hijiex deskritta tajjeb biżżejjed.", "Il-Partit Laburista jemmen li wasal iż-żmien li f'pajjiżna jkollna leġiżlazzjoni idonea u studjata biex dan id-dritt, li s'issa lanqas huwa dritt għaliex iċ-charter huwa biss draft u m'huwiex enforzat għaliex m'hemmx qorti biex tenforzah ...", "Għaliex dan m'huwiex bħall-European convention fejn hemm il-qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.", "Dan iċ- charter ħadd għadu ma jista' jimplimentah u lanqas biss nafu jekk huwiex se jaqa' taħt il-courts of justice ta' l-Ewropa jew taħt il-ġurisdizzjoni tal- qorti l-oħra li diġa` hija stabilita.", "Uħud mill-pajjiżi Ewropej, u anke fid-dinja kollha, diġa` għandhom leġislazzjoni simili u naħseb li huwa importanti li f'Malta wkoll ikollna din it-tip ta' leġislazzjoni għaliex huwa perikoluż ħafna li ma jkollokx leġislazzjoni ta' dan it-tip.", "Fil-fatt il-Partit Laburista jagħti importanza kibra lil dan il-kunċett għaliex the right to privacy hija ħaġa mill-iktar importanti u li mingħajrha wieħed kważi jitlef il-liberta` tiegħu.", "Illum il-bniedem għamel akkwisti kbar f'dik li hija liberta` u strutturi ta' kontrolli fil-pajjiż biex ma jkunx hemm sistema ta' dittatorjat u ħakma fuq iċ-ċittadini, pero` min-naħa l-oħra, din l-isplużjoni fit-teknoloġija tista' tikkrea stat ta' fatt fejn nerġgħu niġu maħkuma.", "Għaliex jekk wieħed joqgħod janalizza sew jara li min għandu l-intelliġenza u min għandu t-tagħrif fuq in-nies, u min ikun jaf kollox fuq kulħadd, jikkontrolla kollox.", "Għalhekk din il-liġi aħna nagħtuha importanza kbira.", "Aħna ma naqblux mal-mod kif inhi miktuba l-liġi - illum mhux se jkolli ċans nagħmel apprezzament tal-klawsoli kollha li ma naqbilx magħhom, pero` inkun nista' nagħmel dan darb'oħra - u se nivvutaw kontriha għal raġuni partikolari li se nispjegaha.", "Mr Speaker, il-kontroll dwar kif tiġi proċessata d-data eċċ, se tkun vestita f'awtorita`, jiġifieri f'persuna, \"designated by order of the Minister\", u din l-awtorita` se teżerċita l-kompetenza u l-poteri tagħha b'mod indipendenti u awtonomu.", "Huwa faċli li tgħid hekk, pero` aħna nafu, u kulħadd jaf, li biex persuna tkun tista' tiffunzjona b'mod indipendenti jrid ikollha ċerti garanziji legali.", "Hemm ċerti awtoritajiet li naqblu li m'għandhomx ikollhom dik l-awtonomija għaliex huma parti mill- amministrazzjoni ġenerali tal-gvern, pero` imbagħad hemm ċerti awtoritajiet oħra bħal, per eżempju, l-ombudsman, il-planning authority u l-awditur ġenerali li jekk ma jkunux indipendenti, ma jiffunzjonawx.", "Inutli li bniedem tgħidlu biex jiddeċiedi b'mod indipendenti, imbagħad jappuntah u jkeċċih il-gvern!", "Għalhekk wieħed irid janalizza din il-liġi fl-isfond ta' jekk huwiex importanti li din il-persuna tkun indipendenti għal dak li jikkonċerna din it-tip ta' protezzjoni minn data personali.", "Il-Partit Laburista jemmen li ma jistax ikollok każ aktar klassiku u bażilari minn dan biex ikollok awtorita` tabilħaqq indipendenti.", "Meta wieħed joqgħod jaħseb ftit minn xiex l-aktar li għandu bżonn jipproteġi ruħu ċ-ċittadin f'din il-materja jsib li huwa għandu jiġi protett l-aktar mill-gvern għaliex il-gvern jikkontrolla l-amministrazzjoni tal-pajjiż fl-istrati differenti, u barra minn hekk huwa qiegħed hemmhekk għaliex jiġi elett mill- poplu u jista' anke jabbuża meta jkun il-waqt mill-informazzjoni li jkollu biex jimplimenta riformi kosmetiċi, per eżempju, qabel elezzjoni, biex jirbaħ il-voti.", "Meta wieħed jara dan kollu, jibda jaħseb ħażin.", "Mr Speaker, din hija liġi f'waqtha li fiha - nispera li jkolli l- opportunita` nidħol aktar fis-sustanza tagħha - fiha ħafna tajjeb - biex ma niġix ikkritikat li jiena qed inkun negattiv biss - pero` li meta wieħed jaraha sewwa ...", "Per eżempju, punt li huwa trattat ħafna bis-serjetaie huwa fejn jidħol l-abbuż, liema reat jista' jġib miegħu piena sa sitt xhur ħabs u anke multi li jammontaw għal eluf ta' liri.", "Jiġifieri min jabbuża u jidħol fil-privatezza ta' xi ħadd illegalment billi jiġbor ċerta informazzjoni personali fuqu, se jkun ippenalizzat bl-aktar mod aħrax.", "Jien naqbel ma' dan u għalhekk għedt li l-liġi fiha ħafna aspetti pożittivi, pero` meta wieħed janalizzaha sewwa jsib li l-qofol tal- problema hi li se jkollok awtorita` li fl-opinjoni tagħna se tkun monka għaliex mhux se jkollha l-indipendenza tagħha entrenched.", "U huwa għalhekk li l-Partit Laburista se jivvota kontra tagħha.", "Aħna nemmnu li persuna bħal din għandha jew tintgħażel bi qbil bejn iż-żewġ naħat bħalma jsir fil- kariga ta' l-awditur ġenerali jew inkella tkun persuna li bejnietna nqqblu li nagħtuha ċerta sigurta` fil-pożizzjoni tagħha fejn il-ministru u l-gvern ma jkunux jistgħu jaqbdu u jitterminawlha l-impjieg tagħha, jiġifieri ikollha security of tenure.", "Jekk il-gvern jagħmel emendi f'dan is-sens, wieħed ikun jista' jiddiskuti bi qbil fuqha, imma sa issa dik hija l- pożizzjoni tagħna.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippremettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, qabel ma nressaq l-aġġornament xtaqt li bil-permess tal-Kamra nressaq mozzjoni verbali għas-sostituzzjoni temporanja ta' membri fuq il-Malta - EU joint parliamentary committee.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi li għal-laqgħa li jmiss tal- Malta-EU joint parlamentary committee li se ssir bejn l-14 u s-17 ta' Novembru li ġej, minflok l-Onor.", "John Dalli jiġi nnominat l-Onor.", "Tonio Borg, minflok l-Onor.", "Josef Bonnici jiġi nnominat l-Onor.", "George Hyzler u minflok l-Onor.", "Anthony Abela jiġi nnominat l-Onor.", "Michael Asciak.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Novembru, 2000 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq li għal ftit minuti nitkellem fuq anniversarju importanti li seħħ nhar is-Sibt li għadda.", "Qed nirriferi għall-fatt li l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għalqet ħamsin sena.", "F'Ruma saret ċelebrazzjoni biex tikkommemora din il- konvenzjoni, li għaliha attenda l-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali, l- Onor. Austin Gatt.", "Nixtieq insemmi din il-konvenzjoni Ewropea għaliex illum, ħamsin sena wara li ġiet iffirmata, l-affarijiet fl-Ewropa ssetiljaw.", "Illum kważi kważi din il-konvenzjoni neħduha for granted.", "Ħadd fi kwalunkwe pajjiż membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa, inkluż pajjiżna, partikolarment il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, ma tgħaddilu minn moħħu llum li ma jaċċettax il- provvedimenti tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Din il- konvenzjoni kienet landmark fid-drittijiet fundamentali għax stabiliet benchmark dinji li ħalla ħafna frott.", "Illum pajjiżna mhux biss iffirma din il-konvenzjoni imma wkoll inkorporaha fil-liġijiet tiegħu, bħalma għadhom kif għamlu fir-Renju Unit u bħalma għamlu ħafna pajjiżi oħra.", "Il-provvedimenti tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem wasslu għal ħafna benchmarks importanti fil-landscape Ewropea.", "Jiena mhux se noqgħod nidħol fil-klawsoli speċifiċi li fiha din il-konvenzjoni importanti imma ħassejt li kelli nsemmiha għax pajjiżna wkoll għadda minn perjodu, mhux tant 'il bogħod, meta sfortunatament il-provvedimenti tagħha kienu jiġu miksura ripetutament.", "Illum ħadd ma għadu jaħseb biex jikser dawn il-provvedimenti, kemm għax jagħmlu parti mill-liġi Maltija kif ukoll għax huma parti mill-maturazzjoni tal-poplu Malti u tal-landscape politika taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dan huwa sinjal tajjeb ħafna għax juri li din il- konvenzjoni ħalliet il-marka tagħha fuq il-poplu u fuq il-landscape legali u politiku Malti.", "Illum, minħabba li d-dinja qed tinbidel, qed jiżdiedu ħafna drittijiet oħra fundamentali ma' din il-konvenzjoni.", "Per eżempju, is-Sibt infetaħ għall-iffirmar it-tnax-il protokoll ta' din il-konvenzjoni.", "Dan jirrigwarda ċerti tipi ta' diskriminazzjoni li l- artiklu tal-konvenzjoni oriġinali ma kienx ikopri biżżejjed.", "Ma' dan il- protokoll u bħala addenda għal din il-konvenzjoni Ewropea hemm konvenzjoni oħra li timxi id f'id magħha.", "Din hi l-konvenzjoni tal-bioetika li tittratta kwistjonijiet tal-mediċina u tal-bioloġija.", "Din il-konvenzjoni tagħmel benchmark importanti f'ħafna mill-aspetti li jirrigwardaw problemi tal-ġenetika, ta' transplant u ta' riċerka xjentifika fil-bioloġija u fil- mediċina.", "Jien għedt kemm-il darba li pajjiżna jeħtieġ li jiffirma din il- konvenzjoni għaliex jiena konvint li għall-ewwel ħamsin sena ta' dan is- seklu ġdid, jekk mhux għas-seklu kollu, il-problemi tal-bio-teknoloġija u l- problemi tat-tħaris tad-dritt tal-ħajja mit-tnissil sal-mewt, se tkun it- threshold ġdida li l-bniedem se jħabbat wiċċu magħha.", "Huwa importanti li kwalunkwe policy maker u kwalunkwe law maker għandu jinkorpora din il-konvenzjoni dwar il-bioetika flimkien mal-European Convention of Human Rights, għaliex tirrappreżenta l-isfidi l-ġodda fil- bioteknoloġija.", "Jiena mhux se noqgħod nispjega hawn x'inhuma dawn l- isfidi, pero' huma sfidi kbar li l-umanita' trid tħabbat wiċċha magħhom.", "Huma sfidi li fl-aħħar mill-aħħar trid tkun id-dinjita' umana li tħarishom.", "L-ebda xjenza m'hi se tgħidlek x'tagħmel jew x'ma tagħmilx imma hi d- dinjita' tal-persuna umana li għandha tiddetermina x'għandu jsir.", "Il- konvenzjoni dwar il-bioetika tagħmel ħafna mileage f'din l-aspettattiva għalhekk naħseb li jkun bidu tajjeb li din il-konvenzjoni tkun inkorporata wkoll fil-liġijiet tagħna.", "Dan żgur ma jkunx it-tmiem, għaliex anki fil- bioethic convention qegħdin dejjem jiżdiedu l-protokolli u issa wkoll se jiżdied il-protokoll fuq it-transplantazzjoni ta' l-organi umani minn bniedem għall-ieħor, qasam fejn jistgħu jsiru ħafna abbużi.", "Illum qegħdin insibu ukoll li l-Unjoni Ewropea qiegħda tnissel ic- charter tagħha dwar fundamental rights bħala benchmark tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-benchmark jirriżulta kemm mill-case law tal-pajjiżi membri, kemm mill-case law tal- qorti Ewropea ta' Strasbourg, kif ukoll minn ċerti punti essenzjali meħudin mill-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.", "Ħafna nies qegħdin jistaqsu għaliex se jkollna żewġt iqrati.", "Dan għax jekk ic-charter of fundamental rights tiġi aċċettata mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, din issir kompetenza.", "Id-drittijiet tal-bniedem s'issa kienu kompetenza purament ta' Strasbourg imma issa, jekk l-Unjoni Ewropea taċċetta dan iċ- charter, il-qorti ta' l-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu se tingħata l- kompetenza bħala entita' legali.", "Il-mistoqsija kbira dejjem kienet li billi se noħolqu żewġt iqrati jista' jkun hemm konflitt u allura b'hekk qisek se jkollok żewġ benchmarks differenti.", "Din il-pożizzjoni fiha ħafna x'tixtarr, pero' jien xorta favur li l-Unjoni Ewropea toħroġ dan ic-charter fundamentali, għaliex b'dan tistabbilixxi l-impenn tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem.", "Jiena wieħed minn dawk li ngħid li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex tieqaf hemm.", "S'issa kif inhuma t-trattati ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment it-Trattat ta' Maastricht, ma jagħtux dritt lill-Unjoni Ewropea, bħala unjoni u bħala entita' legali, li tiffirma l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem ta' Strasbourg.", "Inħoss, bħalma jħossu ħafna nies, li għandhom isiru emendi fit-Trattat ta' Maastricht li jippermettu lill-Unjoni Ewropea mhux biss li ddaħħal ic-charter on fundamental human rights li beħsiebha tagħmel imma wkoll li bħala Unjoni Ewropea tiffirma l-konvenzjoni biex il- fatt ikun iktar komplut u ma jkunx hemm duplication of effort u case law separata.", "L-Unjoni Ewropea jeħtiġilha li tbiddel it-trattati ta' Maastricht u ta' Amsterdam, biex tkun tista' tiffirma l-European Convention on Human Rights ta' Strasbourg u b'dak il-mod jiġi evitat dan il-konflitt potenzjali li jista' jinħoloq.", "Biex inkunu saqajna ma' l-art, tajjeb ngħidu li l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea individwalment diġa' ffirmaw u rratifikaw il-European Convention on Human Rights ta' Strasbourg.", "Jista' jkun hemm soluzzjonijiet oħra, bħall-fatt li jekk tinqala' xi problema f'xi każ fil-Qorti ta' Lussemburgu, din dejjem tista' tħares lejn il-case law u l-preċedenti tal-Qorti ta' Strasbourg u timxi fuqha.", "Inħoss li l-ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa kif ukoll il-ministri ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jinsistu li l-Unjoni Ewropea taċċedi wkoll għall- konvenzjoni ta' Strasbourg.", "Naqbel ukoll li l-Unjoni Ewropea taċċetta jew toħroġ b'dan ic-charter on fundamental rights għaliex inħoss li ċ-ċittadin Ewropew, anki fir-relazzjoni tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea u mal-Kummisjoni Ewropea, għandu jkun iktar protett fid-dealings li jkollu ta' kuljum.", "Ma naħsibx li għandek x'titlef fil-fatt li jkun hemm żewġ charters, basta wieħed jimxi fuq caselaw li hi diġa' stabbilita', iktar u iktar jekk l- Unjoni Ewropea taċċedi għall-European convention on Human Rights ta' Strasbourg.", "Għalija dan il-punt hu importanti ħafna, għax naħseb li b'dan l-mod iċ-ċittadin Ewropew, inkluż dak ta' Malta bħala applikant għas- sħubija sħiħa ta' l-Unjoni Ewropea, ikollhom drittijiet fundamentali iktar sikuri milli għandhom illum.", "Mr. Speaker, m'huwiex il-ħsieb tiegħi li nitkellem fit-tul fuq din iċ- charter, imma xtaqt inqajjem f'dan il-parlament il-fatt li minn ħamsin sena 'l hawn, kemm ilha taħdem il-European Convention on Human Rights ta' Strasbourg, il-bniedem ingħata dinjita' u ġieħ ikbar.", "Għall-ewwel darba fl- Ewropa, per eżempju, rajna li tneħħiet id-death penalty.", "Għall-ewwel darba rajna wkoll li fl-Ewropa kollha verament hawn djalogu u rispett iktar milli kien hawn qatt qabel.", "Dan minkejja li għad hemm problemi li qegħdin jiġu ndirizzati, bħall-problemi tal-minoranzi, ir-razziżmu u s-sessiżmu.", "Niftakru wkoll li fl-aħħar ħamsin sena, l-istorja Ewropea nbniet fuq l- isforzi u fuq it-tbatijiet u l-ħruxijiet ta' dawk li sofrew l-aħħar gwerra dinjija fejn il-poplu tagħna ta sehem importanti kbir biex jikseb u jżomm id-dinjita' umana fil-quċċata ta' l-istorja Ewropea.", "Il-poplu tagħna ta s- sehem tiegħu biex jiġi stabbilit dan il-common standard.", "Bid-dmija li xerrdu missirijietna u b'ħidmiethom ipproduċejna Ewropa wara l-1945 fejn fiha ma kienx hemm gwerer.", "Mr. Speaker, irrid nisħaq li rnexxielna noħolqu l-paċi għax qed tiġi rispettata d-dinjita' umana, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l- iżvilupp veru tal-bniedem.", "Il-paċi tiġi għax tirrispetta l-opinjoni ta' ħaddieħor, għax tpoġġi u titkellem ma' ħaddieħor, għax tfittex l-iżvilupp komuni u għax inti flimkien ma' ħaddieħor b'mod komun tfittex il-ġid komuni tal-komunita' kollha.", "Dan isir mhux billi wieħed jipprova jinforza l- opinjoni tiegħu fuq ħaddieħor imma billi wieħed ipoġġi bilqegħda ma' ħaddieħor madwar mejda, jiddiskuti u jimxi 'l quddiem.", "Dan kien xi ħaġa rari f'nofs is-seklu li għadda imma issa saret ħaġa komuni.", "Mr. Speaker, il-poplu Malti għandu jiftaħ għajnejh fuq il-kwestjoni ta' l- Unjoni Ewropea.", "Missirijietna wara l-gwerra li għaddiet poġġew madwar mejda u fasslu sett ta' drittijiet, fasslu l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-metodi kif għandhom jimxu f'relazzjoni ma' xulxin biex isolvu l-problemi madwar mejda.", "L-Unjoni Ewropea wkoll kellha parti kbira f'din il-biċċa xogħol billi kkreat żona ta' paċi għall-ħamsin sena li għaddew bejn numru ta' stati li dejjem kienu jiġġieldu kontra xulxin.", "Malta, peress li hi favur il-paċi u l-iżvilupp, trid tagħmel u tagħti sehem ikbar minn dak li tat s'issa billi tpoġġi madwar mejda u titkellem mas-sieħba Ewropej mhux biss fuq il- business, l-ekonomija, u d-drittijiet soċjali imma anki fuq id-drittijiet fundamentali.", "Il-poplu Malti m'għandux jibża' mill-Unjoni Ewropea - u dan minkejja li hawn min qed jipprova jbeżżgħu b'ħafna affarijiet li fil-fatt mhumiex minnhom - l-istess bħalma ma beżax mill-Kunsill ta' l-Ewropa u minn għaqdiet oħra bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Commonwealth.", "Il-poplu Malti għandu jżomm f'moħħu li m'għandux x'jitlef milli jkun bilqegħda madwar mejda jiddiskuti l-problemi tiegħu ma' pajjiżi oħra li wkoll għandhom problemi simili.", "Fuq kollox bid-deċiżjoni tagħhom dawn se jaffetwaw dak li nagħmlu aħna.", "Il-poplu Malti għandu biss x'jirbaħ minn dan.", "Il-poplu Malti hu poplu żgħir imma kbir fil-qalb, għandu l-fakulta' li jpoġġi u jiddiskuti l-politika u l-progress ta' pajjiżu flimkien, b'mod komunali.", "Dan qed ngħidu għaliex id-drittijiet trid tarahom b'mod komunali wkoll.", "Hemm ftit li huma fundamentali ta' l-individwi imma huma espressi b'mod komplet u b'mod adegwat meta wieħed jara d-drittijiet ta' nies oħra wkoll.", "Dr. Ċensu Tabone, meta kien membru ta' dan il-parlament, kien qal li d- drittijiet ta' persuna jispiċċaw meta jibdew id-drittijiet ta' persuna oħra.", "Naħseb li dan il-punt tajjeb li wieħed ifakkru.", "Il-poplu Malti jeħtieġ li jifhem li b'dawn l-għaqdiet nazzjonali, pajjiż dejjem għandu x'jirbaħ u mhux x'jitlef.", "Pajjiż dejjem jitlef meta jinqata' għal rasu u meta jaħseb li l-pajjiż tiegħu jispiċċa fejn jibdew il-borduri ta' pajjiż ieħor, fil-każ tagħna fl-ibħra ta' madwarna.", "Jekk aħna ninqatgħu inkunu qisna qegħdin indeffsu rasna taħt ir-ramel u ngħidu li aħna qegħdin tajjeb f'dan il-pajjiż u d-dinja ħalliha taħdem u tiġġieled għal rasha.", "Qisna nkunu qed ngħidu li aħna m'aħniex interessati fuq x'qed jiġri fid-dinja imma jinteressana biss f'dak li hawn f'dawn il-133 mil kwadru li nsejħulu pajjiżna.", "Naħseb li dan hu l-ikbar żball li wieħed jista' jagħmel għaliex dak li jsir f'pajjiżi oħra madwarna żgur li se jolqotna.", "Jekk ma jolqotniex immedjatament forsi jolqotna sitt xhur jew sena wara.", "Huwa importanti li mhux noqogħdu nirċievu dak li jiddeċiedi ħaddieħor imma li jkollna l-fakulta' - speċjalment issa li l-Unjoni Ewropea miexja biex tistabbilixxi iktar l-aspett politiku tagħha u l-aspett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem - li jkollna sehem mill-frott u mill-ġid li jista' joħroġ minn din it-tip ta' sħubija u mill-fatt li pajjiżna ma jkunx qiegħed jirċievi d-deċiżjoni ta' ħaddieħor.", "Pajjiżna ma jkunx qiegħed jiġi rrikattat mid-deċiżjoni ta' ħaddieħor, għax dawn il-pajjiżi mhux se joqogħdu jaraw l-interess tiegħek.", "Dawn jaraw l-interessi tagħhom u jekk ma tkunx fuq il-mejda magħhom jaqbdu u jiddeċiedu.", "B'hekk pajjiżna jkun qiegħed jieħu sehem fid-deċiżjoni.", "Fl-antik kienu jgħidu li r-raġel hu l- kap tal-familja, imma llum ħadd b'rasu fuq għonqu ma jgħid li r-raġel hu l- kap tal-familja.", "Illum ovvjament il-familja hi l-iżgħar komunita', b'mod sussidjarju, u biex l-affarijiet bejn raġel u mara jaħdmu sew iridu jiġu diskussi.", "Din hi forsi l-kawża ta' ħafna problemi matrimonjali li għandna.", "Persuna trid tifhem lill-oħra u d-deċiżjoni tittieħed bejn iż-żewġ persuni jew anke flimkien mat-tfal jekk dawn ikunu kbar biżżejjed.", "Dan l-aspett komunitarju jgħodd għal dik li hija politika ekonomika u politika soċjali tagħna vis-a- vis l-Unjoni Ewropea.", "Aħna rridu li nkunu madwar mejda niddiskutu magħhom biex fejn naħsbu li jaqblilna ngħidu li naqblu u fejn naħsbu li ma jaqblilniex ngħidu li ma naqblux, fejn naħsbu li nistgħu nagħmlu arranġamentispeċjali, dawk li ngħidulhom derogi jew eċċezzjonijiet, nagħmluhom, pero' d-drittijiet tagħna żgur li se nirbħuhom iktar meta nipparteċipaw.", "Dan jeħtieġ li jifhmu kulħadd.", "Il-Partit Nazzjonalista fehmu, u m'għandix dubju li ħafna mill-Partit Laburista fehmuh ukoll, imma hemm bżonn li jifhmu wkoll il-poplu Malti.", "Hemm bżonn li jifhmu wkoll il-Partit Laburista għax billi tinqata' għal rasek minn dak li qed jiġri madwarek m'intix se ġġib il-poplu tiegħek 'il quddiem.", "M'intix se tikseb l-aħjar kundizzjonijiet għall-poplu tiegħek.", "M'intix se tirbaħ dak li m'għandekx.", "Pjuttost għandek x'titlef għaliex naħseb li din hi lezzjoni li kellna nitgħallmu.", "Fis-snin meta konna nqtajna minn mal-mainstream Ewropea naħseb li l-image tal-poplu tagħna bata.", "Nafu li fis-sentejn li kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern, fejn waqqaf dan il-proċess mid-direzzjoni li kien fiha, il-pajjiż immedjatament tilef il-fiduċja u stagħġna għaliex ma kienx jaf fejn sejjer, ma kellux l- opportunitajiet u ma kellux il-bażi li jibni l-politika nazzjonali tiegħu flimkien ma' dawk li qed iwettquha fl-Ewropa.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Novembru 2000, fid- 9.00a.m bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ATT DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTAZZJONI TAS-SAJD", "20678.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi dik il-leġislazzjoni sussidjarja li se tiġi adottata skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd li se ddaħħal l-aspetti kollha ta' l-acquis?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li dawn huma regolamenti li jħarsu r-reġistrazzjoni tal-bastimenti, il-qisien tal-ħut kummerċjabbli, l-apparat tas-sajd u xi sajd partikolari, bħalma hu t-tonn u l-lampuki, kif ukoll is-sistema tal-bejgħ.", "Dawn ir-regolamenti ser ikunu tiġdid tar-regolamenti eżistenti.", "EU - ĦUT FRISK U TAL-FRIŻA", "20679.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex inġustizzja mas-sajjieda u mal- produtturi Maltin li waqt li ħut frisk u tal-friża mportat f'Malta ma jħallas ebda dazju, tariffi, jew VAT, prodotti tal-ħut Maltin esportati lejn l-Unjoni Ewropea jħallsu 15% dazju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru: 20676, u cioe infakkar lill-Onor.", "Interpellant li dan, kif spjegajna kemm-il darba, huwa riżultat tal-fatt li Malta ffriżat l-applikazzjoni tagħha fl-1996 u għalhekk il-proposta tal- Kummissjoni li kien iwassal għat tariffa 0% wara tliet snin waqaf ukoll.", "Il-pajjizi l-oħra li ma jħallsux tariffi għandhom xi arrangamenti ma' l- Ewropa li jinkorporaw dawn il-prodotti.", "Il-ħut prodott fl-akwakultura tagħna jħallas it-tariffa ta' 15% meta dan il-prodott jiġi esportat fl- Ewropa għaliex l-amministrazzjoni preċedenti ffriżat l-applikazzjoni ta' Malta sabiex issir membru fl-Unjoni Ewropea.", "Nispera li l-Onor.", "Interpellant ma hux qed jissuġġerixxi li ndaħħlu dazju fuq din l-importazzjoni liema dazju jispiċċa jrid jitħallas mill-konsumatur Malti.", "SAJJIEDA - LIĊENZJI", "20680.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex huwa fl-interess ta' Malta u s- sajjieda Maltin li mill-aħħar ta' din i-sena, l-Unjoni Ewropea se tingħata tagħrif, fost l-oħrajn, dwar liċenzji tas-sajjieda, iż-żamma ta' reġistru ta' bastimenti tas-sajd, u s-sottomissjonijiet ta' l-informazzjoni lil Eurostat minn Malta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant illi dawn m'humiex xi ċifri siġrieti iżda huma l-istess ċifri u statistiċi li jintbgħatu kull sena lill-istituzzjonijiet internazzjonali oħra, bħalma hi l-FAO.", "Bis- saħħa tal-FAO, il-Copemed għamlet survey tal-qxur/bastimenti tas-sajjieda kollha f'pajjiżna.", "Dan l-iskambju ta' informazzjoni huwa importanti jekk irridu nibqgħu nippartecipaw f'fora internazzjonali ta' diskussjoni fuq materji li jikkonċernaw anke lil pajjiżna fl-oqsma tal-ħut", "NPAA - MONITORING", "20681.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabbiltajiet ġodda ta' monitoring u kontroll msemmija f'paġna 129 ta' l-NPAA li se jkollhom l- uffiċjali tas-sajd?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan ix-xogħol jinkludi spezzjonijiet fuq bastimenti, ħut, tagħmir tal-qbid u swieq, liema xogħol diġa' suppost qiegħed isir.", "EU - PRODUCERS ORGANISATIONS", "20682.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk magħrufa bħala producers organisations jistgħux jirrifjutaw membri li ma jkunux ċittadini Maltin imma li jkunu ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jekk Malta tkun membru ta' l- UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Producers' organizations ma jkunux jistgħu jirrifjutaw bħala membri dawk li jkunu qed ikabbru l-prodott tagħom fil- gżejjer Maltin.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "20924.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata post fejn tgħix minħabba li m'għandhiex post fejn toqgħod u bosta drabi, minħabba ċirkostanzi varji, spiċċat barra minn fejn kienet qed tgħix?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ qiegħed ikun investigat."]} {"filename": "20001025_408d_par.doc", "date": "2000-10-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 408 L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 408", "L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "408", "L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 263", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 263", "TQEGĦID TA' KARTI 266", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA`", "FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL(KUMITAT)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 266", "AĠĠORNAMENT 290", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 296", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 407 li saret fil-25 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "20001.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-azjendi li qed jikkonformaw mal-liġi li tesiġi li 2% tal-workforce ikunu persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-azjendi li jimpjegaw iżjed minn 25 persuna u qed jikkonformaw mal-liġi li tesiġi li 2% tal-workforce ikunu persuni b'diżabilita'.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Meta l-Viċi Prim Ministru jgħid \"azjendi\", ikun qed jirriferi għal azjendi pubbliċi jew anke għal azjendi privati?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-lista tinkludi kemm azjendi pubbliċi kif ukoll privati.", "Fost dawn hemm id-dipartimenti tal-kultura, ta' l-economic affairs, ta' l-industrija, tal-lands, il-Malta Dairy Products, il- Maltacom u l-Maltapost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR LEO BRINCAT: X'qed isir min-naħa ta' l-awtoritajiet biex jiżguraw li għallinqas l-azjendi pubbliċi jagħtu eżempju lil ħaddieħor u jekk jista' jkun kollha jkunu qed jikkonformaw?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment tax-xogħol jagħmel verifiki biex jara li dawk l-azjendi li għandhom iżjed minn 20 impjegat, jimxu mal-liġi ta' l-1969 li tistabilixxi li 2% tal-workforce jridu jkunu persuni b'diżabilita'.", "Pero' ħalli nispjega daqsxejn.", "Minn mindu għaddiet din il-liġi ta' l-1969, id-diffikulta' dejjem kienet li din ma tispeċifikax il-grad jew it-tip ta' diżabilita', u allura persuna li tkun iċċertifikata li għandha daharha juġagħha jew li tbati minn kondizzjoni tal-qalb, hi teknikament kkonsidrata bħala parti minn dik it- 2%.", "Oriġinarjament l-intenzjoni tal-leġislatur kienet illi 2% tkun ring- fenced għal ċertu tip ta' persuni b'diżabilita', pero' sal-lum dan qatt ma sar.", "Il-lista ta' l-azjendi li qed jissodisfaw il-liġi ta' l-1969 hija korretta pero' mhux fit-termini ta' persuni b'diżabilita' kif deskritti fl- Att dwar is-Sigurta' Soċjali, fejn għandek definizzjoni ħafna aktar ristretta.", "Meta konna qegħdin niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l- opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita', kien hemm mument fejn ħsibna biex din il-liġi tħassar il-liġi ta' l-1969 u l-approach ikun kompletament differenti.", "Wara diskussjonijiet twal, li tkomplew anke fi żmien l-amministrazzjoni Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998, ittieħdet id- deċiżjoni li għalissa li l-liġi ta' l-1969 tibqa' on the statute books, tibqa' tiġi implimentata, tgħaddi l-liġi dwar il-persuni b'diżabilita' u 'l quddiem jew nintegrawhom flimkien jew naġġornaw il-liġi ta' l-1969.", "Din hija deċiżjoni li għad irridu naslu għaliha pero' m'hemmx għalfejn ngħaġġlu għax ma rridux nispiċċaw biex mingħalina nkunu qed nagħmlu xi ħaġa tajba u fil-fatt inkunu qed nagħmlu xi ħaġa negattiva.", "Din il-liġi għandna nittrattawha bil-prudenza għax għandha t-tajjeb tagħha u għandha wkoll id- difetti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, hemm xi mezz kif wieħed jikkonferma li dawn l-azjendi verament għandhom 2% tal-workforce b'diżabilita'?", "Per eżempju, meta kont responsabbli jien mill-Maltacom, minbarra li kien hemm inqas minn 2% b'diżabilita', kien hemm persuna partikolari bi problemi tal-qalb li tkeċċiet mill-post u ntbagħtet lura minn fejn ġiet peress li kienet seconded.", "Tajjeb li nivverifikawhom dawn l-affarijiet.", "Lill-Viċi Prim Ministru, jekk irid, nista' nagħtih l-informazzjoni kollha tal-każ.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nitolbu biex jivverifika għax mhux sew li dawn il-persuni daqqa jkunu kkonsidrati li għandhom diżabilita' u daqqa ma jkunux.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naturalment naqbel li għandhom isiru l-verifiki biex tkun taf jekk dik l-azjenda partikolari tkunx verament qed tissodisfa l-liġi.", "Fil-fatt isiru verifiki biċ-ċertifikati mediċi imma, kif diġa' spjegajt, il-liġi ta' l-1969 hija miftuħa ħafna fid-definizzjoni ta' diżabilita', għal kuntrarju tal-liġi dwar is-sigurta' soċjali li hija ħafna iżjed ristretta u tistabilixxi min għandu dritt għall-pensjoni ta' diżabilita'.", "Dan huwa punt dibattibbli ħafna u l-opinjonijiet huma differenti.", "F'pajjiżna 10% tal-popolazzjoni għandha xi forma ta' diżabilita' - bejn diżabilita' serja u diżabilita' inqas serja - u dan huwa bejn wieħed u ieħor il-perċentwali Ewropew.", "Meta dan jitqabbel mal- perċentwali Amerikan, li huwa ta' 20% jew 21%, issib li hemm differenza kbira għax fil-kategorija ta' persuni b'diżabilita' l-Amerikani jinkludu wkoll dawk in-nies li jbatu b'kondizzjoni tal-qalb, nies li jbatu bl-asthma u nies li għandhom problema tad-droga, allura f'dak il-każ m'intix qed tqabbel like with like.", "Ma nafx id-dettalji tal-każ partikolari li semma l-Onor.", "Membru u għalhekk nitolbu jgħaddili l-informazzjoni, anke konfidenzjalment - jista' jkun li l-persuna involuta tkun ingħatat struzzjonijiet biex tmur lura fuq il-post tax-xogħol għar-raġuni li m'għandha x'taqsam xejn mad-diżabilita' tagħha - biex inkun nista' nivverifika.", "Jiena naqbel li m'għandniex noqogħdu fuq statement ta' employer, ikun min ikun, li jgħid li għandu it- 2% tal-workforce li huma persuni b'diżabilita' mingħajr ma nivverifikaw.", "Jekk lili ssirli mistoqsija speċifika nkun nista' anke nġib il-proċedura speċifika.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR SILVIO PARNIS: Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li Dar il-Wens, f'Raħal Ġdid, talbu biex jingħataw aktar kumpens għax minħabba problemi finanzjarji ma jistgħux ilaħħqu u mhux l-ewwel darba li kellhom jitolbu l- għajnuna jew tal-pubbliku jew tal-kunsilli biex jirranġaw il-post?", "Fiex waslu d-diskussjonijiet biex karozzi tal-linja jibda jkollhom aċċess għal persuni b'diżabilita' peress li dawn ilhom għaddejjin żmien twil?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena m'għandix informazzjoni li Dar il-Wens talbet għal iżjed għajnuna milli qiegħda diġa' tingħata - fil-fatt l- għajnuna tlaħħaq l-eluf ta' liri kull sena - minħabba xi forma ta' diffikulta' finanzjarja.", "Mill-informazzjoni li għandi Dar il-Wens qed tinvesti fi proġett ieħor li jtejjeb u jespandi s-servizz.", "Fil-fatt irnexxielha tilħaq l-għan li kienet stabiliet fil-bidunett u għamlet pass pożittiv immens fejn persuni b'diżabilita' - normalment dawn kienu jiffaċċjaw il-periklu li jiġu istituzzjonalizzati - issa għandhom iċ-ċans jgħixu għal numru ta' snin f'komunita'.", "Mhux talli hekk, talli bit-taħriġ u l-investiment li għamel l-istaff ta' din id-dar stess, tnejn jew tlieta minn dawn ir-residenti rnexxielhom imorru f'appartament biex jgħixu ħajja indipendenti, naturalment bl-appoġġ u bis-servizzi tal-komunita'.", "Jiena ninkoraġixxi lil min qed jieħu dawn l-inizjattivi biex ikompli miexi f'din it-triq.", "Lili jirriżultali li fl-aħħar ta' kull sena finanzjarja Dar il-Wens tkun kopriet l-ispejjeż rikorrenti kollha u finalment anke jibqgħalha finanzi b'tali mod u manjiera li jirnexxielha ġġemma ammont ta' flus li jippermettulha tidħol f'investiment ġdid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR SILVIO PARNIS: Mr Speaker, xtaqt li l-Viċi Prim Ministru jweġibni għal mistoqsija li kont għamiltlu ftit ilu, cioe' jekk Dar il-Wens hijiex se tingħata aktar għajnuna.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Naturalment kull NGO, inkluż Dar il-Wens, tagħmel talbiet għal aktar finanzjament minn dak li tkun ingħatat kull sena - dan l- aħħar tajt id-dettalji kollha tal-finanzjamenti li tajnihom - u nista' ngħid li din is-sena talbu miljuni ta' liri.", "Naturalment il-gvern ma jistax iqassam dawn il-flus kollha għalkemm qiegħed jipprova jtejjeb u jżid l-għajnuna finanzjarja li jagħti.", "Kull organizzazzjoni titlob għal iżjed finanzi pero' dan ma jfissirx li Dar il-Wens tinsab f'xi diffikulta' finanzjarja.", "Mhux talli Dar il-Wens m'għandhiex diffikultajiet finanzjarji, talli mill-flus li aħna għaddejnilha u mill-flus li hi stess tiġġenera, irnexxielha ġġemma somma flus li bis-saħħa tagħha se tkun tista' tidħol f'investiment kapitali ġdid.", "Jien ninkoraġġihom biex jibqgħu sejrin f'din it-triq għax qed jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna.", "Dwar il-karozzi tal-linja, aħna nsegwu l-iżviluppi li jsiru b'mod internazzjonali.", "Wieħed irid jifhem li din hija sfida teknoloġika li pajjiżi differenti ilhom jiffaċċjaw u m'hijiex faċli li wieħed isolviha.", "Matul dawn l-aħħar snin saru żviluppi teknoloġiċi anke fil-mod ta' kif qed jinbnew il-karozzi tal-linja biex ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita', speċjalment għal min juża s-siġġu tar-roti.", "Wasal iż-żmien li l-flotta tal-karozzi tal-linja nġibuha skond kif tixraq lil pajjiżna.", "Naturalment biex intejbu dan is-servizz irridu nidħlu fi spiża u investiment kbir u allura rridu nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet possibbli.", "Irrid nenfasizza li l-ġid li joħroġ mill-fatt li aħna nużaw politika ta' aċċessibilita' jitgawda minn settur ħafna ikbar ta' nies, bħal nies anzjani li jkunu jridu jużaw it-trasport pubbliku, omm b'tarbija, omm li tkun qed iġġorr pushchair, mara mgħobbija bix-xirja jew ħaddiem li jkun mgħobbi b'xi ħaġa.", "Il-punt tiegħi hu li meta pajjiżna jinvesti f'iktar aċċessibilita' ikun qiegħed jinvesti mhux biex sempliċement min qed juża s-siġġu tar-roti jagħmel użu minn dak is-servizz imma biex jagħmel l-aċċess aktar faċli għal settur ħafna ikbar ta' nies.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar li sar miċ-chief executive tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20485; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Enforcement orders maħruġa mill-awtorita' ta' l-ippjanar fuq abbuzi ta' reklamazzjoni ta' art xagħri, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20488.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mill-25 ta' Ottubru, 2000)", "Klawsola 9 - Funzjonijiet ta' l-Awtorita`.", "Clause 9 - Functions of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Konna wasalna f'klawsola 9.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Qed nassumi li dan il-punt li se nsemmi għadu ma tqajjimx.", "Jekk tqajjem, jekk jogħġbok indikali.", "Qed nirriferi għal paragrafu (e) ta' subklawsola 9 (2) fejn qed jingħad:", "\".... tħejji regolamenti jew kodiċi ta' prattika meħtieġa biex jinġieb 'il quddiem u jiġi mantenut u protett livell għoli ta' saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol:", "Iżda l-awtorita` tista', għal dan il-għan, tinnomina kumitati u sottokumitati ....\".", "Hawnhekk qed nagħmluha tassattiva li ċ-chairperson ta' dan il-kumitat ikun l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni.", "Jien ma nistax nifhem x'inhi r-raġuni għaliex evidentement jekk se jkun hu ċ-chairperson, se jkun hu li se jikkanalizza x-xogħol li għaddej.", "U dan huwa persuna waħda u evidentement għandu limitazzjoni fuq kemm jista' jieħu tasks ta' dan it-tip.", "Jiġifieri permezz ta' dan il-mekkaniżmu aħna qisna qegħdin nagħmlu limitazzjoni fuq in-numru ta' kumitati li jikkonsidraw xogħol li għandu x'jaqsam ma' kodiċi ta' prattika.", "Jien ma nistax nifhem ir-raġuni għaliex qed naħdmu bil-mod li tassattivament inpoġġu l-eżekuttiv ewlieni biex imexxi bħala chairperson u se tillimita numru ta' kumitati u sottokumitati.", "Hemm xi raġuni għal dan?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ir-raġuni ewlenija - u dan qed ngħidu frott id-diskussjonijiet li kelli anke ma' min ħadem mal-kummissjoni matul dawn l-aħħar sitt snin - hija li l-ewwelnett inti jrid ikollok bilfors lil xi ħadd li għandu kuntatt kontinwu on a day-to-day basis mar- realta' fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Sal-lum għandna l-persuna nnominata mid-direttur tax-xogħol li huwa responsabbli mill-unit tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol - dan se jkun membru fuq il-kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol - u nafu li t-tfassil tar-regolamenti ġodda u ta' kodiċi ta' prattika jsiru mill-istess kummissjoni u jiġu approvati mill- awtorita`.", "Jiġifieri bil-kumitati u s-sottokumitati b'kollox, finalment hija l-awtorita` li tapprova r-regolamenti.", "Mela din il-klawsola qed titfa' r-responsabbilta` fuq l-awtorita`.", "Iżda f'każ li l-awtorita` tiddeċiedi għal xi sett ta' regolamenti partikolari, tkun trid tinnomina kumitat ta' esperti li jkun magħmul b'nies li m'humiex membri ta' l- awtorita`imma li jkollhom link bejnhom u bejn l-awtorita`.", "U huwa ovvju li dan il-link irid ikun iċ-chief executive, l-iktar persuna li għandha għarfien u informazzjoni ta' x'qed jiġri fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta`.", "Forsi l-argument ikun jekk hemmx bżonn li dan ikun chairperson, pero` jien naħseb li m'hemmx xi prinċipju kardinali li jgħid li dan bilfors trid tagħmlu chairperson.", "Jien naħseb li l-prinċipju kardinali jrid ikun li hemm bżonn li jkun membru fuq dak il-kumitat imma mhux neċessarjament irid ikun chairperson.", "Il-vantaġġ li tagħmlu chairperson ta' kumitat jew ta' sottokumitat huwa li din il-persuna jkollha l-viżjoni tal-qasam kollu taħt idejha u allura hemm ċans li jkollok informazzjoni aktar up-to-date, l- affarijiet isiru aktar malajr, u aktar għandek ċans li l-parti eżekuttiva li qiegħda hemm tgħin lil dak il-kumitat jiffunzjona.", "Jien naħseb li pjuttost hija raġuni ta' prattiċita` iktar minn xi prinċipju kardinali li bilfors il-kumitat għandu jkun chaired miċ-CEO.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, il-punt li qed inqajjem jien huwa preċiżament fuq kwestjoni ta' prattiċita`.", "Jekk qegħdin ngħidu li biex ix-xogħol jimxi 'l quddiem l-awtorita` tista' twaqqaf kumitati u sottokumitati biex jagħmlu l-kodiċi, rather milli tkun l-awtorita` nnifisha li tagħmel kull kodiċi u telenka kull kodiċi, eċċ., imbagħad fl-istess ħin qegħdin ngħidu li kull kumitat u kull sottokumitat irid ikollu l-istess chairperson, namely ċ- chief executive, li hu persuna li jista' jkollha limitazzjoni fuq kemm tista' tassumi dan it-tip ta' xogħol, allura awtomatikament qegħdin indaħħlu mill-ġdid mekkaniżmu li se jillimita kemm jista' jkun hemm kumitati u sottokumitati.", "Li jkun membru tagħhom ex officio tinftiehem għaliex m'hemmx għalfejn jattendi u jkun qed imexxi hu, imma li ngħidu li nagħmlu chairperson lilu f'kull każ ma tagħmilx sens fl-opinjoni tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-punt huwa validu.", "Il-verita` hija li ladarba l-awtorita` finalment se tkun hi bir-responsabbilta` finali li tħejji, tapprova regolamenti u kodiċi ta' prattika, eċċ., u tista' tqabbad kumitati tekniċi, jien naħseb li nistgħu nilqgħu s-suġġeriment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li allura jrendi aktar faċli u iktar flessibbli l-proċedura u neliminaw kompletament il-frażi li ċ-chairperson tagħhom ikun l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni.", "Kont qed nikkonsidra li nniżżel hemmhekk li ċ-CEO ikun membru ex officio pero` anke dik naħsbu li m'hemmx għalfejn nagħmluha hawnhekk, aħjar inħallu f'idejn l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Se nqajjem punt ieħor.", "Paragrafu (i) ta' subklawsola 9 (2) jgħid li:", "\".... iżomm reġistri ta' impjant, stallazzjonijiet, apparat, makkinarju, oġġetti sustanzi jew kimiċi mportati u maħsuba għall-użu waqt ix-xogħol, kif jidhrilha li jkun meħtieġ;\".", "Xi tfisser din?", "Qegħdin ngħidu li f'kull post tax-xogħol l-awtorita` se żżomm record ta' l-impjanti?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett hemmhekk irridu nagħmlu emenda biex nikkoreġu l-kelma \"iżomm\" li trid tiġi \"iżżomm\".", "Issa rigward it-tifsira ta' dan il-paragrafu rrid ngħid li ċerta kimika, sustanzi u tip ta' makkinarju li jkun qed jiġi importat u wżat fuq il-post tax-xogħol bilfors ikollok tirreġistrah u żżomm nota għand min qiegħed.", "Nerġa' ngħid li tista' tkun makna jew xi ħaġa oħra li għal raġunijiet ta' saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol u anke traceability u accountability ikun importanti li l-awtorita` jkollha reġistrata li ġie importat dak l-equipment u għand min qiegħed u fejn qiegħed jintuża.", "Għalhekk hemm \"kif jidhrilha li jkun meħtieġ\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nifhmu x'qed ngħidu hawnhekk.", "L-awtorita` se tkun qed iżżomm reġistri fir-rigward ta' postijiet tax-xogħol, pubbliċi jew privati, imma hemm xi terminu ta' żmien, jew inkella din bla terminu ta' żmien?", "Il-kriterju taż-żmien jaqa' taħt \"kif jidhrilha li jkun meħtieġ\"?", "U l-kelma \"importati\" qed tirriferi għal impjanti, stallazzjonijiet, apparat, eċċ., jew sempliċement għal oġġetti, sustanzi jew kimiċi importati?", "Jekk qed tirriferi għal kollox, allura għaliex dawk importati biss?", "Mela ma jistax ikun hawn kimika maħduma f'Malta li trid tiġi wkoll reġistrata?", "Din id-diċitura qiegħda tħalli kollox miftuħ u m'iniex qed nifhem eżattament għalxiex qed timmira.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Pirm Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se jkolli nieħu parir mingħand it-tekniċi, pero` definitely hawnhekk qegħdin nitkellmu mhux biss fuq kimika imma anke fuq impjant, stallazzjonijiet, apparat, makkinarju, oġġetti, eċċ. Ngħid għalija l-kelma \"importati\" tapplika għal-lista sħiħa, almenu l-wording hekk qiegħed.", "(Interruzzjonijiet)", "Id-diffikulta` li qed iqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija fis-sens li jista' jkun hemm kimika perikoluża li tkun maħduma Malta u mhux biss dik importata.", "(Interruzzjonijiet) It-tekniċi qed jgħiduli li fil-fatt diġa` jeżistu dawn it-tip ta' reġistri.", "Jiġifieri diġa` hija s-sistema tad- dipartiment u tal-units responsabbli mis-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax- xogħol li jżommu dawn ir-reġistri ta' dawn l-impjanti, kimiċi, eċċ.", "It-tekniċi qegħdin jgħiduli wkoll li din m'għandhiex tkun limitata għal dak li huwa importat imma se tkun tapplika wkoll għal dak li huwa manifatturat f'Malta, u allura qed tiġi ppreparata emenda biex inneħħu l- kelma \"mportati\" u hekk inkunu koprejna kollox.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Meta qed tgħid \"iżżomm reġistri ta' impjant, stallazzjonijiet\" eċċ., qed tirriferi għal dawk li jkunu qegħdin fil-fatt użati fil-fabbriki u f'postijiet tax-xogħol, jew inkella li jkunu importati u qegħdin għand l-aġent u m'humiex imqassmin?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, kif qed nifhem il-klawsola jien, din tirriferi anke għal meta jkunu għand l-aġent.", "Fil-fatt qiegħda tgħid \"importati u maħsuba għall-użu waqt ix-xogħol\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma jistgħu jkunu stored.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Forsi fit-test Ingliż qegħdin aktar eżatt għaliex qed ngħidu \"and intended for use at work\", jiġifieri anke meta jkunu stored.", "Ħalli nassumu li jkollok makna li fiha nnifsha tkun perikoluża pero` tkun qiegħda għand l-aġent u għadha m'hijiex delivered, jew inkella qiegħda għall-bejgħ u għadha ma nxtratx.", "Il-fatt li l-awtorita` jkun dehrilha li dik il-makna taqa' f'kategorija li għandha tiġi reġistrata, allura tiġi reġistrata, anke jekk m'hijiex qiegħda fuq il-post tax-xogħol u m'hijiex qed tintuża.", "Tiġi reġistrata li qiegħda għand it-tali individwu u li dik il-makna tagħmel it-tali affarijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-idea tiegħi, jekk irriduha tkopri oġġetti li jkunu stored irridu nibdlu l-wording.", "Apparti minn hekk, se jinżamm inventarju ta' kull apparat, impjant u stallazzjoni li hemm f'kull fabbrika?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett għall-iskop tagħna huwa irrilevanti jekk l-apparat jew il-kimika humiex qegħdin għand l-aġent jew humiex jintużaw fuq il-post tax-xogħol.", "Dak li huwa rilevanti f'din il-klawsola huma l-kliem \"kif jidhrilha li jkun meħtieġ\".", "Jiġifieri hawnhekk l- awtorita` m'hijiex beħsiebha tagħmel inventarju tal-makkinarju kollu li jkun daħal Malta.", "Hija l-awtorita` li tiddeċiedi liema tip ta' makkinarju jew oġġetti jew kimika jkun jidhrilha li jkun neċessarju li f'pajjiżna jkunu rreġistrati.", "U naturalment il-kriterju ta' l-awtorita` huwa dak tas- saħħa u s-sigurta`, jiġifieri qiegħda tirriferi għal dawk l-affarijiet fejn ikun hemm periklu għas-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema li jkunu qed joperaw u allura mhux se jkun kollox.", "Dan m'huwiex inventarju ta' kulma jeżisti fil-pajjiż imma ta' dawk l-affarijiet li l-awtorita` fid-deċiżjoni tagħha jkun jidhrilha xieraq li żżomm reġistru tagħhom.", "Nerġa' nirrepeti li din m'hijiex xi ħaġa ġdida imma fil-fatt hekk qed isir u ilu jsir għal numru ta' snin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma jista' l-ministru jilluminana jekk aħniex qed nitkellmu fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-saħħa u s-sigurta` fuq il- post tax-xogħol?", "Għaliex strettament anke sellum għandu x'jaqsam mas- sigurta` fuq il-post tax-xogħol għax jekk dan ma jkunx ta' ċerta kwalita`, jitla' fuqu ħaddiem u jasal sa nofsu għaliex jinqasam bih!", "Naf li qed nirredikolaha l-ħaġa imma qed ngħid hekk biex nifhmu x'aħna ngħidu.", "Fejn se taqta' linja liema huma dawk l-affarijiet li l-awtorita` għandha żżomm rekord tagħhom u liema huma dawk li ma żżommx rekord tagħhom.", "Per eżempju, dawk il-fabbriki li kienu jagħmlu l-ġlud kellhom bħal washing machine kbira li kienu jaħslu l-ġlud fiha.", "Issa din fiha nnifisha m'hijiex perikoluża, sakemm dak li jkun ma jiftaħhiex u jittawwal fiha, għaliex imbagħad tiġi overcome by the fumes.", "Anke sempliċement lupa hija perikoluża, anzi hija l-aktar ħaġa perikoluża li hawn - ma naħsibx li hawn mastrudaxxa wieħed li jista' jgħid li xi darba ma ħaditlux idu - imma ma naħsibx li se nżommu rekord ta' kull lupa li hawn!", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kunċett hu li nħallu fid-diskrezzjoni ta' l- awtorita` u għalhekk hawn il-kliem \"kif jidhrilha li jkun meħtieġ\".", "Aħna nistgħu nagħmlu parametri u ngħidu meta \"din\" il-makna ma jkunx fiha \"hekk\" jew ikun fiha \"hekk\", jew \"din\" il-kimika jew l-\"oħra\", imma jekk nagħmlu hekk ma nispiċċaw qatt.", "L-awtorita` għandha r-responsabbilta` li tpoġġi fuqha l-liġi stess, trid tieħu deċiżjonijiet li huma sensibbli, \"kif jidhrilha li jkun meħtieġ\", u trid tkun accountable biex tgħid għaliex huwa meħtieġ li jkun imniżżel fuq ir-reġistru.", "Hawnhekk li qed nitkellmu fuqu huwa ż-żamma ta' reġistru, u r-raġuni hija biex jekk jinqala' inċident ikun jista' jkun stabilit min huwa responsabbli.", "Din hija parti mill-audit trail li tgħin lill-awtorita` tikkontrolla u preferibbilment anke tagħmel programm ta' prevenzjoni u allura jekk hi tkun taf fejn u għand min qiegħda ċerta kimika perikoluża, tieħu azzjoni neċessarja.", "Hawn kulma qed ngħidu hu li l-awtorita` għandha funzjoni li żżomm dan ir-reġistru u qegħdin nagħtuha biċċa informazzjoni oħra li tista' tkun utli ħafna għaliha, sija fil-ħidma dwar prevenzjoni kif ukoll fil- ħidma dwar accountability, f'każ li jinqala' xi ħaġa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Huwa proprju minħabba l-kwestjoni ta' l- accountability li qed inqajjem dan il-punt.", "F'każ li bniedem iweġġa' kawża li makna ma jkollhiex ilqugħ u f'każ li l-awtorita` meta tmur tfittex issib li għal dik il-makna ma kienx hemm għalfejn tagħmel inventarju, għaliex m'hijiex kimika tossika, hi x'responsabbilta` se ġġorr?", "Mela hawn xi ħadd li jista' jiddefinixxi biex tista' tkorri?", "Kieku din il-klawsola kellha tapplika għad-djar, l-awtorita` tkun trid iżżomm record ta' kull ħadida tal- mgħoddija, washing machine u fan li hawn għaliex dawn kollha jistgħu jkunu perikolużi!", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex nirredikola l-affarijiet imma biex ma nagħmlux affarijiet fil-liġi li tant huma wesgħin li jkunu impossibbli li jitwettqu.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien hawnhekk fejn ma naqbilx ma' l-Onor.", "Vella għax hawn qegħdin inħalluha fid-diskrezzjoni ta' l-awtorita`.", "Issa tista' tgħidli li din id-diskrezzjoni m'għandniex inħalluha awtorita`, pero` jien inħoss li għandi nobbligaha tagħmel xi ħaġa li sal-lum kien qed jagħmilha d-dipartiment.", "Permezz ta' din il-klawsola l-awtorita` se jkollha l- obbligu li żżomm reġistru dwar dawk l-items partikolari li hi jkun jidhrilha meħtieġ li jkollha record dwarhom.", "Issa hawnhekk jien għandi naħseb li qegħdin nittrattaw ma' nies li għandhom ftit sens komun.", "Jiġifieri jekk lili l-awtorita` tgħidli li se nibdew nirreġistraw il-ħdejjed tal-mgħoddija - biex nesaġera anke jien - ngħidilha: Mela morna!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien ngħidlek li f'Malta aktar imutu b'xokk elettriku milli b'kimika tossika.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-liġi hawn miktub \"kif jidhrilha li jkun meħtieġ\", u jien u kulmin għandu ftit sens f'rasu se jistaqsi lill- awtorita` għalfejn ikun dehrilha li għandha tirreġistra ċertu oġġett.", "Jien naħseb li qegħdin naqblu fuq l-iskop.", "L-unika differenza li hemm bejnietna hija jekk inħalluhiex wiesgħa fid-diskrezzjoni ta' l-awtorita` jew jekk nagħmlux xi forma ta' parametru.", "Il-pożizzjoni tiegħi hija li la qegħdin nitfgħu obbligu fuq l-awtorita`, m'għandniex lilha inxekkluha b'mod jew ieħor.", "Jien nista' nemenda l-klawsola u nġibha tgħid li l-awtorita` għandha żżomm reġistru dwar il-kimika tossika, imma jekk ikun hemm makna partikolari li għandha perikli partikolari li l-awtorita` jidhrilha li għandha tirreġistraha, għaliex minn hawn għandna nagħmlu limitu u ngħidu \"le\"?", "Għaliex m'għandniex minn hawnhekk nagħtu fiduċja lin-nies ta' l- awtorita` li bis-sens komun jiddeċiedu x'inhuma dawk l-affarijiet li jistgħu jkunu ta' periklu u allura jinżamm reġistru tagħhom?", "Jien naħseb li hiha ħaġa pożittiva li ngħidu lill-awtorita` biex terfa' r-responsabbilta` tad-deċiżjonijiet u ta' dak li tikkonsidra meħtieġ li jkun hemm reġistru dwaru u li aħna nobbligawha tagħmel dan.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Id-diffikulta` li qed nara jien fuq din is- subklawsola hija li din hija pjuttost vaga.", "Jien naħseb li nistgħu nagħmlu ċerti parametri u fl-istess ħin inħallu loophole għall-awtorita` biex aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar tkun tista' tfassal parametri ġodda.", "Jekk ma jsirx hekk, l-awtorita` se jkollha bżonn ta' patafjun ta' personnel biex tkun tista' tissorvelja kull industrija partikolari, one by one.", "Jekk min- naħa l-oħra nippruvaw noħolqu xi forma ta' kategoriji u naqsmuhom, per eżempju, f'industrija tal-bini, industrija tal-kimika, industrija tal- makkinarju eċċ, b'kull kategorija jkollha l-parametri għaliha, naħseb li jkollna guidelines aktar stabiliti fuq xiex l-awtorita` tista' taħdem.", "Fl- istess ħin nistgħu nħallu tieqa miftuħa lill-awtorita` li tistabilixxi hi liema huma l-kategoriji.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, waqt li kont qiegħda naqra din il- klawsola bdejt nosserva li għalkemm hawnhekk qegħdin ngħaddu ħafna obbligi fuq l-awtorita`, m'aħna qegħdin nimponu xejn f'dak li jirrigwarda prevenzjoni.", "Jien naħseb li l-awtorita` l-ewwel u qabel kollox għandha tavża lil kull post tax-xogħol bit-tibdil li se jkun hemm bżonn isir malli tgħaddi din il-liġi.", "Barra minn hekk, inħoss li l-awtorita` għandha tkompli għaddejja l-ħin kollu bit-tagħlim dwar kif il-ħaddiema għandhom inaqqsu r-riskju li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol.", "Jidhirli wkoll li hawnhekk għandha funzjoni wkoll il-planning authority li għandha tara li meta tkun se tinbena xi fabbrika jew post ieħor fejn se jkun hemm massa kbira ta' nies f'daqqa, ikun hemm aktar minn post wieħed minn fejn dawn ikunu jistgħu joħorġu f'każ ta' inċident.", "Inħoss ukoll li għandu jkun hemm inspectors li x-xogħol tagħhom ikun li jaraw jekk tkunx qed tiġi osservata l-liġi biex mhux l-ewwel nistennew li jiġri inċident imbagħad l-awtorita` tieħu azzjoni wara.", "Jien naħseb li l- awtorita`, apparti mill-funzjoni li teduka lill-ħaddiema biex jagħrfu jevitaw il-periklu - u jien naqbel ħafna ma' l-Onor.", "George Vella, fejn qal li jekk taqbad issemmi x'jista' jkun dak l-oġġett jew oġġetti li tista' tweġġa' bihom ma tispiċċa qatt - għandu jkollha wkoll il-funzjoni li tara li jkun hemm osservanza tal-liġi biex kemm jista' jkun jonqsu l-inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naqbel ma' l-Onor.", "Law li l-aspett tal-prevenzjoni huwa importanti u naħseb li din il-klawsola toħroġ dan b'mod qawwi u ċar.", "Fil-fatt l-obbligi kollha li hawn f'din il-klawsola huma kollha mmirati biex proprju jkun hemm prevenzjoni.", "Din il-klawsola tifta' l-obbligu fuq l-awtorita` li tosserva l-leġislazzjoni, tħejji r- regoli jew kodiċi ta' prattika, iġġib 'il quddiem u tkattar l-informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u ġġib 'il quddiem it- tagħlim u t-taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Jiġifieri kważi aktar hawn prevenzjoni milli ħaġa oħra.", "Issa jien għadni ftit preokkupat u qed nipprova nsib soluzzjoni għall- punt li qed jitqajjem mill-Onor.", "Vella, pero` sinċerament għadni ma nistax nifformula f'moħħi xi soluzzjoni li tista' ġġib viċin il-likk, kif jixtiequ l-ħbieb tiegħi tan-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Minn banda nibża' li jekk nagħmel parametri nkun qed inxekkel lill-awtorita`, u mill-banda l- oħra s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Chircop li nagħmlu parametri imma xorta nħallu spazju fejn l-awtorita` tkun tista' tagħmel deċiżjonijiet differenti mill-parametri li nkunu qed nagħmlu hawn ...", "(Interruzzjonijiet) Forsi nista' nikkonsulta ftit ma' l-esperti.", "(Interruzzjonijiet)", "Fil-fatt qed jissuġġeru li nistgħu nbiddlu din il-parti u nagħmluha tgħid hekk:", "\"... iżżomm reġistri ta' impjant, stallazzjonijet, apparat, makkinarju, oġġetti, sustanza jew kimiċi maħsuba għall-użu waqt ix- xogħol li fl-opinjoni ta' l-awtorita` joħolqu theddida serja għas- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.\"", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Veru li jkun aħjar jekk jiddaħħal il-kunċett ta' theddida serja imma xorta se tibqa' wiesgħa, fis-sens li se tinkludi impjanti u stallazzjonijiet, pero` jekk imbagħad xi ħadd imur jilmenta li jkun laqqat infezzjoni mill-air-conditioning jgħidulu li din ma taqax taħt dawk il-parametri.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, naħseb li din in-naħa taqbel ma' l- emenda kif ġiet proposta u forsi nista' ngħaddi għal punt ieħor li għandi diffikulta` dwaru u li jikkonċerna paragrafu (d) li jgħid hekk:", "\".... tissorvelja l-osservanza ta' leġislazzjoni rilevanti dwar is- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u tieħu azzjoni eżekuttiva;\".", "Hawnhekk issa deħlin fuq ir-rwol ta' l-enforcement ta' l-awtorita', pero` nixtieq li l-Onor.", "Gonzi jispjega ftit kif l-awtorita` fil-fatt se tieħu dik l-azzjoni u x'normi se tuża biex dik l-azzjoni eżekuttiva tiġi eżegwita.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett irridu niftakru li l-awtorita` se tieħu f'idejha l-funzjoni kollha li sal-lum qed issir mid-dipartiment, jiġifieri l-parti eżekuttiva li għandna llum fi ħdan id-dipartiment tar- relazzonijiet industrijali bl-ispetturi kollha u bil-poteri kollha li għandhom li joħorġu mill-Att ta' l-1994.", "Dak id-dipartiment issa se jispiċċa u se jiġi assorbit kompletament mill-awtorita` u għalhekk diġa` għandna benchmark.", "Pero` qegħdin ngħidu li dan m'huwiex biżżejjed u rridu ntejbuh u nkabbruh.", "Aktar 'il quddiem fil-liġi hemm klawsoli li jidħlu aktar fid-dettal ta' din il-parti eżekuttiva u jitkellmu dwar il-poteri li għandhom l-ispetturi, safejn jistgħu jaslu, x'pieni hemm u kif isir l- enforcement.", "Li hu importanti f'dan l-istadju tad-diskussjoni - ma ninsewx li din hija klawsola li titkellem dwar il-funzjonijiet ta' l-awtorita` - huwa li qegħdin ngħidu li mill-mument li d-dipartiment u l-kummissjoni għall- promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol jispiċċaw u jiġu amalgamati taħt l-awtorita`, l-istess awtorita` se jkollha r- responsabilita` nazzjonali li tara li jkun hemm osservanza tal- leġislazzjoni rilevanti dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u li tieħu azzjoni eżekuttiva.", "Dan jagħtiha l-poter li tieħu passi legali tinforza l-liġi, pero` dwar dan il-punt hemm klawsoli importanti iktar 'il quddiem fil-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jaħsibx allura l-Viċi Prim Ministru li forsi fl- aħħar ta' din is-subklawsola nistgħu nżidu l-kliem \"u tieħu azzjoni eżekuttiva kif hemm f'artikli sussegwenti.\"?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Forsi t-training tiegħi ta' avukat iġegħelni noqgħod lura milli nagħmel xi ħaġa daqshekk ristretta li ma jmurx ikun hemm xi ħaġa li ma tkunx daqshekk spelt out jew ma tkunx koperta b'regolament u jkun hemm ħafna komplikazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Ħalli mmur għal paragrafu (h).", "Dalgħodu ġbidna l- attenzjoni għall-fatt li f'dan il-paragrafu hemm riferenza għall-fatt li l- awtorita` tista' titlob data u informazzjoni minn kull dipartiment tal- gvern, aġenzija jew korporazzjoni dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam mas- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u li din id-data jew informazzjoni għandha tingħata minnufih, pero` ma tagħmilx riferenza għall- ażjendi privati.", "Il-Viċi Prim Ministru qalilna li kellu jressaq xi emenda għal dan.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, fi klawsola preċedenti konna ressaqna emenda fejn għamilniha ċara li din il-liġi tapplika kemm għas- settur pubbliku kif ukoll għas-settur privat u allura jekk naqtgħu kompletament minn hawnhekk ir-riferenza għad-dipartimenti tal-gvern, aġenziji jew korporazzjonijiet, din tiġi tapplika kemm għall-privat kif ukoll għall-pubbliku.", "Jiġifieri dan il-paragrafu jiġi jgħid hekk:", "\"Iżda l-awtorita` tista' titlob data u informazzjoni dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u din id-data jew informazzjoni għandha tingħata minnufih iżda wkoll kull data jew informazzjoni bħal din titqies li tkun ingħatat jew ġiet riċevuta taħt l-obbligu tal-kunfidenzjalita`.\"", "Hekk tkun ċara anke għaliex diġa` għamilna emenda li tgħid li l-liġi tapplika għaż-żewġ setturi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien se mmur għal paragrafu (j) fejn qed jingħad hekk li l-awtorita` se jkollha l-obbligu li:", "\"..... tagħmel kull investigazzjoni fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, inkluża, iżda mhux limitata għal, l-investigazzjoni ta' xi inċident, korriment, mard jew mewt li jiġru bħala riżultat jew minħabba xi ħaġa konnessa max-xogħol kif ukoll investigazzjoni biex jiġi stabbilit il-livell ta' saħħa u ta' sigurta` fuq il-post tax-xogħol.\"", "Allura issa qed ngħidu li l-awtorita` se tibda tinvestiga l-postijiet tax- xogħol kollha u tagħtihom ċertifikat li dawn huma safe, jew inkella tara fejn tista' ssib postijiet fejn m'hemmx dawl jew ventilazzjoni biżżejjed, fejn it-temperatura m'hijiex dik li suppost tkun, fejn l-imwejjed huma għoljin jew inkella s-siġġijiet huma baxxi?", "Jien nistenna li la l- ħaddiema jkunu jafu li hemm din l-awtorita` allura se jitolbu - u jien ngħid bi dritt - li l-post tax-xogħol tagħhom ikun certified li huwa mingħajr ebda theddida għas-saħħa u s-sigurta` tagħhom.", "Imbagħad l-istess paragrafu jkompli jgħid:", "\".... inkluża, iżda mhux limitata għal, l-investigazzjoni ta' xi inċident, korriment, mard jew mewt li jiġru bħala riżultat jew minħabba xi ħaġa konnessa max-xogħol\".", "Issa jien anke hawnhekk ngħid li l-awtorita` irid ikollha biżibilju ta' mpjegati biex imorru fuq il-postijiet tax-xogħol u jagħmlu l-analisi u l- inkjesti - fil-fatt din inkjesta tkun - biex jaraw x'ġab jew qed iġib, per eżempju, korriment ripetut f'ċerti postijiet.", "Imbagħad inkomplu ngħidu:", "\" ... kif ukoll investigazzjoni biex jiġi stabbilit il-livell ta' saħħa u ta' sigurta` fuq il-post tax-xogħol\"", "Jiġifieri issa għandna l-enforcement flimkien ma' l-investigazzjoni u ċ- ċertifikazzjoni ta' l-istat ta' l-ambjent fl-uffiċini u fil-fabbriki biex tassigura li m'humiex ta' theddida għas-saħħa tal-ħaddiema.", "Issa jien naħseb li meta qed nagħmlu translation bil-Malti ta' \"occupational health and safety\" m'aħniex qed insibu l-kliem tajjeb għaliex aħna li rridu nagħmlu huwa li naraw li l-ambjent tax-xogħol ma jkunx ta' theddida għas-saħħa - m'iniex se nidħol f'din il-kwestjoni għaliex imbagħad inkunu nistgħu niftħu l-liġi mill-ġdid u la ma kontx mill-bidu m'iniex se nidħol fiha issa - għaliex ġo fabbrika m'għandek ebda livell ta' saħħa u sigurta` imma għandek ambjent li jista' jimpinġi fuq is-saħħa tal-ħaddiema.", "Kieku kelli nkun f'fabbrika u nisma' li saret din il-liġi, mill-għada nitlob biex xi ħadd jiċċertifikali li qed naħdem f'ambjent li mhux qed jagħmilli ħsara għal saħħti.", "U dan jien nippretendi li jsir mill-awtorita` għaliex hawnhekk m'aħniex ngħidu li se tagħmel investigazzjonijiet f'dawk il-fabbriki li jkollha rapporti minnhom jew f'dawk il-fabbriki li jsiru l- korrimenti fihom jew f'dik il-fabbrika li minnha jirriżulta l-mard, imma qed tgħid li tagħmel kull investigazzjoni fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-saħħa u s-sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol kollha; mid-drydocks, għall-uffiċċji tal-gvern, għall-iskrivani tal-parlament, għal dak li jaħdem fil-fabbrika ta' l-injam.", "Forsi jkun hawn min jgħidli li dawn suppost li qed isiru diġa` imma meta nagħmlu l-liġijiet - din għedtha f'okkażjonijiet oħra - suppost inkunu qed nagħmluhom biex nirranġaw dak li hemm.", "Issa jekk se nerġgħu nagħmlu awtoritajiet biex dawn jerġgħu jsiru dipartimenti tal-gvern li ma jiffunzjonawx ....", "Jien, mill-esperjenza tiegħi ta' snin twal bħala tabib ta' l-industrija nista' ngħid li trid tibki biex jiġi inspector mil-labour office biex jagħmillek ċertifikat jew jagħti opinjoni dwar xi ħaġa.", "Ġieli fabbrika damet magħluqa għal sigħat twal fuq xi ħaġa li l-ħaddiema jkunu rrapportaw u ma jiġi ħadd, mhux għaliex ikun hemm nuqqas ta' ħeġġa min-naħa ta' l-impjegat imma għaliex ma hemmx personnel biżżejjed biex jieħdu deċiżjonijiet finali u jagħtu ċertifikati.", "Jien ngħid li dan li hawn fil-liġi huwa kollu tajjeb imma qed inkunu wesgħin wisq; filli enforcement mill-inqas għaliex nafu taħt liema kondizzjonijiet jaħdmu ċerti ħaddiema tagħna - jien nara ħaddiema mdendlin fuq biċċa fallakka mingħajr ebda ċinturin jew safety helmet u ħadd ma jwaqqafhom jew jgħidilhom biex jinżlu minn hemm - u filli se nippretendu li jkun hawn din is-sigurta` kollha.", "Jien naħseb li aħjar l-affarijiet nagħmluhom pass pass, bil-mod il-mod, u nkunu ċerti li dak li qed nagħmlu se jitwettaq milli nagħmlu awtorita` biex bħal speċi l-gvern ifarfar.", "Niftakru x'għamilna b'awtoritajiet oħra, fosthom l-awtorita` ta' l- ippjanar li tajniha bl-intenzjonijiet tajbin kollha l-fakultajiet kollha biex imbagħad ħarbet minn idejn kulħadd u issa se nerġgħu niġu lura nikkontrollawha.", "Għalhekk jien nemmen li l-gvern xorta jrid jibqa' responsabbli minn awtoritajiet bħal dawn u dan jagħmlu billi l-poteri li jagħtihom ikunu contained b'tali mod li nafu li se jitwettqu għaliex b'hekk biss nistgħu nżommuhom responsabbli.", "Ma nistax nagħti lill-awtorita` l- parametri li tista' tagħmel kollox fid-dinja meta naf li strettament m'hijiex se tagħmel kollox imma jekk se niġi attakkat se nwaħħal fiha!", "Jien nixtieq li dawn il-fakultajiet estiżi u esaġerati jiġu spjegati mill- ministru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Aktar rimarki?", "L- Onor. Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, jien ukoll xtaqt nagħmel enfasi fuq dan li qed jgħid l-Onor.", "George Vella u xtaqt nistaqsi jekk attwalment sarx xi feasibility study dwar kif mat-twaqqif ta' din l- awtorita` se nipproċedu, jiġifieri jekk hux se jkun hemm programm jew inkella jekk humiex se jinbdew ċerti industriji qabel oħrajn għaliex joffru iktar high-risk minn industriji oħra.", "Nixtieq inkun naf jekk dan il- feasibility study sarx, fis-sens ta' kif ċerti funzjonijiet ta' l-awtorita` se jiġu mwettqa.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq oċean ta' ħidma li trid twettaq din l-awtorita` u allura bilfors li rridu nitilqu minn punt ta' xi ħaġa ċara f'moħħna, għaliex inkella jiġri bħalma qal dalgħodu l-Viċi Prim Ministru stess, li ntellgħu ċerta aspettattiva fin-nies imma fil-fatt imbagħad meta niġu għall-prattiċita` nsibu li we fall short mit-targets tagħna.", "Sur President, hawnhekk irrid nerġa' nqalqal il-punt ta' l-uffiċjal għas- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol li se jiġi elett mill-ħaddiema.", "Dalgħodu jien għamilt enfasi fuq il-fatt li lil dan l-uffiċjal għandna nagħtuh aktar setgħat bil-liġi ħalli l-employer iħares lejh mhux biss bħala l-persuna li qed tirrappreżenta l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol imma bħala l-link uffiċjali ma' l-awtorita`.", "Jien naħseb li f'dan is-sens dan l-uffiċjal jista' jkun importanti ħafna biex jiġi mħaffef ċertu xogħol prelimenari li jrid isir.", "M'iniex qed ngħid l-uffiċjal għas-saħħa u s- sigurta` maħtur mill-ħaddiema se jkun il-persuna adatta li fuqha se nitfgħu r-responsabbilta` biex tagħmel ċertu xogħol speċjalizzat imma almenu wieħed jista' jħares lejha ....", "Aħna nafu li anke jekk l-awtorita' f'daqqa waħda timpjega biżibilju ta' spetturi xorta m'hijiex se tlaħħaq mal-ħidma primarja li trid issir at this point in time meta nafu, kif qal tajjeb l-Onor.", "Vella, li għad għandna postijiet tax-xogħol li kważi kważi lanqas il-bażiku għad m'għandhom.", "Allura naħseb li hawnhekk tidħol ukoll l-importanza ta' din il-persuna li se tkun qiegħda fuq ix-shop floor, il-persuna li jien nibqa' nara li għandha jkollha funzjoni aktar b'saħħitha bil-liġi ħalli l-employer jagħtiha l-importanza kollha meħtieġa u tkun il-link uffiċjali li tkun tista' tgħin dan il-proċess preliminari ta' evalwazzjoni tal-postijiet tax- xogħol tagħna skond programm li jkun maħsub u realistiku.", "Hemmhekk inkunu qed inserrħu rasna li m'aħniex qed nagħtu l-impressjoni li qed nagħmlu xi ġgant u fil-fatt ikollna midget in terms ta' l-outcome of results.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, jien naħseb li biex paragrafu (j) jiġi jinftiehem aħjar għandu jiġi jaqra hekk:", "\"L-awtorita` tagħmel kull investigazzjoni li għandha x'taqsam ma' saħħa u sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol ....\",", "imbagħad naqbdu l-aħħar tliet linji u ngħidu li:", "\".... għandha wkoll id-dmir li tiżgura li tiġi enforzata xi dispożizzjoni ta' dan l-Att\".", "Imbagħad rigward it-tieni paragrafu li jgħid:", "\"Iżda l-awtorita` tista' tinnomina persuna mill-uffiċjali tagħha jew mod ieħor biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet, u fit-twettiq ta' biċċa xogħol bħal din; din il-persuna tingħatalha s-setgħa li tingħata lil xi uffiċjal skond dan l-Att...\",", "xtaqt nistaqsi min se jkun responsabbli biex jagħżel l-uffiċjal u liema kriterji se nużaw biex nagħżlu lil ċertu uffiċjal u mhux uffiċjal ieħor.", "Jien naħseb li jekk m'aħniex se niddefinixxu se nkunu qed nagħtu lok għal abbuż li, per eżempju, biex tinvestiga azjenda partikolari tqabbad lil Mr \"X\" u biex tinvestiga azjenda oħra tqabbad lil Mr \"Y\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, għal dak li jirrigwarda dak li qalet l-Onor.", "Coleiro, nixtieq ngħid li kull employer għandu l-obbligu li jħares il-minimum health and safety requirements li ġew ippubblikati f'April li għadda.", "Anke għal dak li qal l-Onor.", "Vella, nixtieq ngħid li r-regoli huma diġa` ppubblikati u hemm regoli li jgħidu eżatt x'għandu jiġi osservat mill- ispettur li jmur jinvestiga xi post tax-xogħol.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, filwaqt li għadni qed nistenna lill- Viċi Prim Ministru jirrispondi x'jiġri jekk kulħadd jippretendi ċertifikat ta' ambjent aħjar fuq il-post tax-xogħol, xtaqt norbot ma' dak li qed jingħad dwar in-nomina ta' \"persuna mill-uffiċjali tagħha jew mod ieħor\".", "Jien nissuġġerixxi li biex ma nħalluhiex fl-ajru u ngħidu \"mod ieħor\" indaħħlu xi definizzjoni fejn ngħidu li dawn għandhom ikunu dawk in-nies li qegħdin fir-reġistru li huma kompetenti - hemm min jifhem fid-dwal, hemm min jifhem fil-fumes u hemm min jifhem f'affarijiet oħra - u li hemm riferenza għalihom f'paragrafu (l).", "Jekk inħalluha kif inhi \"mod ieħor\" dak li jkun jista' jqabbad lil Peppi u jgħidlu biex imur jinvestiga it-tali każ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fuq dan il-punt naħseb li jaqbel li nikkonsulta ftit ma' l-esperti imma qabel se mmur lura għall-punti li tqajmu dwar il- kwestjoni li l-awtorita` tista' tagħmel investigazzjoni.", "L-ewwelnett biex l-affarijiet ikunu ċari rrid ngħid li dan id-dmir illum diġa` jeżisti fuq id-direttur tax-xogħol u huwa spelt out bl-istess wording fil-liġi ta' l- 1994.", "(Interruzzjonijiet) Imma wieħed mill-punti li qajjimna fl-istadju tat-tieni qari kien proprju dak li fadlilna baħar x'ngħumu fejn tidħol is- saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u biex naslu rridu nagħmlu bidla fil-kultura.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma ngħidx li ma bdejnix għaliex inkella nkunu qegħdin niżvalutaw xogħol li sar fi snin l-imgħoddija li għandu valur.", "Dan l-aħħar irrispondejt mistoqsija parlamentari dwar kemm saru spezzjonijiet u x'miżuri ttieħdu mid-dipartiment u jien stess skantajt li f'sena waħda saru madwar 790 spezzjoni.", "Jien ma jkollix id-dettalji ta' dawn l-ispezzjonijiet kollha imma naf b'xi dettalji ta' każ waħdiet li aktar iġegħluni ngħid li huwa importanti li din il-klawsola tkun miktuba b'din il-mod.", "Ġieli jkun hemm rapport konfidenzjali jew anonimu li jkun daħal fid-dipartiment li jkun jindika li f'post tax-xogħol partikolari jkun hemm livell ta' ħoss qawwi wisq li qed jikkrea problema fis-smigħ ta' l- individwi.", "Issa aħna bħala leġislaturi rridu nagħtu l-poter lill-awtorita` biex tkun tista' ssir investigazzjoni, u din l-investigazzjoni ma ssirx meta jkun ovvju li qed ikun hemm il-ħsara imma ssir meta jkun hemm suspett jew indikazzjoni li jista' jkun li l-ħaddiema huma esposti għal dik il- ħsara.", "Jien ma naqbilx li jmur xi ħadd jitlob xi ċertifikat lill-awtorita` li jgħid li dak it-tali post tax-xogħol huwa ħieles minn kull periklu u jilħaq xi livelli ta' saħħa u sigurta` biċ-ċertifikat.", "Aħna hawnhekk m'aħniex qed ngħidu li l-awtorita` għandha tiċċertifika li xi post huwa ħieles minn kull periklu.", "Il-funzjoni ta' l-awtorita` m'hijiex li tiċċertifika imma li tara li r-regolamenti li għandna f'pajjiżna jiġu segwiti u min ma jsegwix dawk ir-regolamenti allura jerfa' r-responsabbilta` u jħallas dak li għandu jħallas talli ma segwihomx, ġraw jew ma ġrawx inċidenti.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq liġi li s-snien tagħha, jigdmu biss meta jkun jweġġa' xi ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Le, anzi qed ngħid bil- kontra.", "Jien qed ngħid li din il-liġi qed tagħti lill-awtorita` s-snien biex tigdem qabel ma jinqala' l-inċident.", "Issa hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar paragrafu (j) ta' din il-klawsola u l-Onor.", "Chircop issuġġerixxa li nagħmlu biss \"sigurta` u saħħa fuq il-post tax-xogħol\" u nelimaw il-bqija tal-paragrafu.", "Jien nista' nagħmel hekk, pero` b'hekk inkunu neħħejna l-parametri kollha u jien naħseb li m'hemm xejn li wieħed għandu jiddejjaq minnu f'dan il-paragrafu.", "Kulma qed nagħmlu huwa li qed nitfgħu r-responsabbilita` fuq l-awtorita` u qed nagħtuha l-poter li tagħmel l-investigazzjonijiet.", "Wara kollox aħna rridu awtorita` li tkun effettiva fl-aspett ta' prevenzjoni u naħseb li l- awtorita` jkollha dan l-aspett anke fir-rigward ta' prevenzjoni huwa kruċjali.", "Ovvjament ir-responsabbilta` ta' l-awtorita` tkun ta' investigazzjoni dettaljata u tkun ħafna ikbar meta jkun qed jirriżulta xi inċident jew inkella xi mard b'riżultat ta' kundizzjonijiet ta' xogħol jew ta' nuqqas ta' tħaris ta' regolamenti stabbiliti.", "Dan il-paragrafu jgħid proprju dan u ma naħsibx li għandna nneħħuhom.", "Jiġifieri jien naħseb li huwa importanti li ngħidu \"mhux limitata għal, l- investigazzjoni ta' xi mard, inċident, korriment, mard jew mewt li jiġru bħala riżultat jew minħabba xi ħaġa konnessa max-xogħol\" għaliex inkella wisq nibża' li tiġi nterpretata li l-ewwel irid isir l-inċident imbagħad tinvestiga l-awtorita`.", "Jien ngħid li l-mira tagħna hija l-prevenzjoni u allura jien naħseb li l-intenzjoni tagħna bħala leġislaturi trid tkun li nagħtu lill-awtorita` l-fakulta` li tinvestiga u tieħu l-passi minn qabel ma jsiru l-inċidenti proprju biex jiġu evitati.", "Dak li qed ngħidu u naħseb li fuq dan qed naqblu.", "(Interruzzjonijiet) M'intix qed taqbel, Onor. Vella?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien naħseb li l-istess Viċi Prim Ministru qiegħed jikkontradixxi lilu innifsu.", "Jien fil-bidu staqsejt jekk din l-awtorita` hijiex se tagħmel a clean bill of health lil kull uffiċċju u lil kull fabbrika, kif nippretendi li għandu dritt jitlob kull ħaddiem hekk kif tiġi fis-seħħ din il-liġi.", "Issa jekk kemm-il darba l-Onor.", "Gonzi huwa kuntent li jkollu 790 spezzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol fis-sena minn ma nafx kemm-il spettur, allura huwa mod ieħor.", "Issa jien hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq fabbriki bħall-ST Microelectronics, għaliex dawk huma stess għandhom l-interess li jaraw li l-affarijiet ikunu tajbin u naf li huma għajjurin għal ċertu livell ta' saħħa u sigurta`, imma qed nirriferi għal fabbriki li jħaddmu ħames jew sitt mastrudaxxi, għal min jaħdem fil-barrieri, għal min jaħdem fil-kalkara tal-ġir, għal min jaħdem fuq xi crane f'xi yard fejn ikun hemm heavy equipment u postijiet oħra bħal dawn.", "Ma ninsewx li fl-1998 aħna konna ntroduċejna l-environmental audit scheme li kienet skema volontarja li ndustrijalisti ddeċidew li jimplimentaw huma stess għaliex kienu konxju mis-saħħa tal-ħaddiema tagħhom u għaliex kienu jafu li jekk ikollhom ambjent sigur se jkollhom produttivita` aħjar, apparti mill-fatt li l-prodott ikun jista' jġorr ukoll iċ-ċertifikat li ħareġ minn fabbrika li hija parti mill-EMAS.", "Jien jiddispjaċini ngħid li jekk il-Viċi Prim Ministru huwa kuntent b'average ta' żewġ inspections kuljum f'pajjiż bħal dan ...", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk jien għedt li ma rridux li din l-awtorita` tkun bħal dipartiment tal-gvern ieħor għaliex dipartiment ieħor ma ddeliverjax u nafx x'qed ngħid.", "Meta kien isir xi complaint f'xi fabbrika li kont naħdem fiha jien u jiġi xi inspector, dan kien idur dawra mal-fabbrika, jitla' l-uffiċċju u joħroġ minn hemmhekk b'xi pakkett f'idejh u jitlaq 'il barra.", "U dan qed ngħidu b'responsabbilta` għaliex naf x'qed ngħid.", "Jien qed ngħid li m'għandniex nagħmlu awtorita` biex imbagħad nirriduċuha għal dipartiment tal-gvern imma għandna nagħmlu awtorita` li tibda tiċċertifika l-postijiet bħala li għandhom ambjent tiegħu tajjeb għax-xogħol.", "M'iniex qed ngħid li tagħti ċertifikat li m'humiex se jimirdu jew ikorru nies fih għaliex dan ħadd ma jista' jgħidu, imma tagħmel l-inspections biex tara l-kondizzjonijiet li jaħdmu fihom il-ħaddiema.", "Jien nista' ngħid li kellna każi fejn f'ċerta fabbrika tat-tessuti l- ħaddiema kollha bdew jispiċċaw bi qtugħ ta' nifs u bis-sogħla għaliex il- fannijiet kienu kollha mimlija fluff u huma u jduru ma kienu qed jarmu l- ebda arja.", "Dawn il-ħaddiema rrapportaw, imma x'ġara?", "Ġie l-inspector u għamel dak li għedt jien, imbagħad il-manager innota min kien irrapporta u tefgħu 'l barra.", "Dan jiġri iktar f'fabbriki żgħir milli f'fabbriki kbar għaliex jekk inti għandek mastrudaxxa jew mekkanik jew għandu żewġt itfal miegħu li għadhom kemm bdew jaħdmu u dawn joqogħdu jgergru li m'għandhomx \"hekk\" u \"hekk\" dan se jaqbad u jqalfathom 'il barra.", "Kulħadd jaf li jkun hawn każi ta' korriment ma jiġux irrapportati għaliex l-imgħallem jgħid lill-ħaddiem li jkun korra li jkun tort tiegħu u li jekk jirrapporta jitfgħu 'il barra.", "Mela ejjew inkunu saqajna ma' l-art.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li huwa ħażin u għalhekk qed ngħid li din l- awtorita` għandha jkollha sistema kif tissorvelja u tagħmel spezzjonijiet il-ħin kollu ħalli tassigura li l-postijiet tax-xogħol huma safe!", "Irid isir bħalma per eżempju jsir fit-tarzna fejn qabel ma l-ħaddiema jibdew jaħdmu fuq tanker jaraw jekk huwiex gas-free mhux l-ewwel jisplodi mbagħad tara jekk hemmx gass.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux hekk qed jgħid dan il- paragrafu.", "(Interruzzjonijiet) Anzi int qed tgħid li m'għandux jagħmel hekk u għalhekk għedt li qed tikkontradixxi lilek innifsek!", "(Interruzzjonijiet)", "Kemm tara ħwienet ta' sprayers li jaħdmu bil-bieb magħluq biex ma toħroġx ir-riħa barra u min jibqa' ġewwa jibla' kemm jiflaħ?", "Allura lil dawn l- inspector ma jarahomx?", "Irid imur jirrapporta l-ħaddiem li jkun marad bil- pulmum biex imur jagħmillu inspection?", "Li għandu jsir huwa li qabel ma jingħata permess imur l-inspector fuq il-post u jara jekk huwiex safe għas- saħħa tal-ħaddiem.", "Jien qed ngħid li lill-awtorita` għandna ngħabbuha b'din ir-respnsabbilta` u mhux inħalluha libera li tagħmel l- investigazzjoni meta trid hi; l-investigazzjoni trid tagħmilha biex tiċċertifika li post tax-xogħol huwa safe għas-saħħa tal-ħaddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-ewwelnett hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar prinċipju fundamentali li għamilnih iktar kmieni f'dan id- dibattitu u nerġa' nagħmlu issa.", "Il-prinċipju fundamentali huwa li r- responsabbilta` għal dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta` u s-saħħa fuq il- post tax-xogħol huwa in parti fuq min iħaddem u in parti fuq il-ħaddiem, u r-responsabbilta` hija għall-post tax-xogħol u anke għall-mod kif jistgħu jiġu nfluwenzati terzi persuni.", "Il-prinċipju fundamentali huwa li taħt ebda ċirkostanza m'għandha l-awtorita` tieħu fuq spallejha responsabbiltajiet li huma ta' l-employer jew tal-ħaddiem.", "M'hijiex il- funzjoni ta' l-awtorita` u m'għandhiex tkun il-funzjoni ta' l-awtorita` li tagħti xi ċertifikat lil xi employer dwar il-post tax-xogħol tiegħu.", "Il- liġi tpoġġi obbligi fuq spallejn l-employer u fuq spallejn il-ħaddiem u hemm sets ta' regolamenti li jistabbilixxu x'inhuma dawn l-obbligi u kulħadd huwa tenut li jsegwihom.", "Issa dan id-dibattitu qam dwar paragrafu (j) ta' din il-klawsola li qed tagħti l-fakulta` lill-awtorita` li tagħmel kull investigazzjoni li jidhrilha xierqa dejjem naturalment marbuta mal-kwestjoni tas-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Issa jien naħseb li fuq dan m'għandniex għalfejn nargumentaw għaliex qed naqblu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Aħna qegħdin naqblu mija fil-mija dwar dan u konvint li ż-żewġ naħat għandna l-ikbar interess li naraw li l-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna jkollhom il-massimu ta' sigurta` u jkunu joffru l-aħjar ambjent għas-saħħa.", "Jien li għadni qed nistaqsi huwa f'liema stadju se tidħol l-awtorita` biex tassigura lill-ħaddiem li l-post li qed jaħdem fih huwa safe għal saħħtu?", "Meta jibdew is-sintomi jew bil-quddiem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bil-quddiem.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma inti għedtli li le!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, anzi l-iskop tagħna huwa l-prevenzjoni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma f'liema stadju se niċċertifikaw li l-post huwa safe għas-saħħa u s-sigurta`?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma din m'hijiex kwestjoni li tiċċertifika.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Allura l-ħaddiem kif se jkun protett?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela ħalli nipprova nkun ċar sal-massimu possibbli għaliex naħseb li m'aħniex niftehmu.", "L-awtorita` għandha l-fakulta` li tagħmel investigazzjoni fuq post tax-xogħol jekk għal kwalunkwe raġuni jkollha informazzjoni jew suspett li f'dak il-post tax-xogħol ...", "(Interruzzjonijiet) Imma aħna qed naraw x'jgħid il-paragrafu u mhux x'naħseb jien jew x'taħseb int!", "Il-klawsola qiegħda tgħid li l-awtorita` għandha dritt tagħmel investigazzjoni fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol u mhux wara jew qabel ma jinqala' inċident, jew wara jew qabel ma tirċievi l-informazzjoni, imma meta hi jidhrilha li għandha tagħmel hekk.", "Issa paragrafu (j) ma jeqafx hemm imma jmur pass aktar 'il quddiem u bl- aktar mod kategoriku jgħid: \"Iżda mhux limitata għal, l-investigazzjoni ta' xi inċident, korriment, mard jew mewt li jiġru bħala riżultat jew minħabba xi ħaġa konnessa max-xogħol, kif ukoll investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit il-livell ta' saħħa u ta' sigurta` fuq il-postijiet tax-xogħol li jkun hemm f'xi post tax-xogħol, u dmir ta' l-awtorita` biex tiżgura li tiġi inforzata xi disposizzjoni ta' dan l-Att ma għandux ikun raġuni biex iwaqqaf lill-awtorita` milli tagħmel dawn l-investigazzjonijiet:\".\"", "Jiġifieri ma jistax xi ħadd jgħid lill-awtorita` biex ma tidħolx f'xi post tax-xogħol għaliex hu jkun qed isegwi l-liġi.", "L-awtorita` għandha d-dmir li tara li l-affarijiet qed isiru sew u li fil-fatt is-saħħa u s-sigurta` tal-ħaddiema qed jiġu protetti fit-termini tal-liġijiet li għandna fil- pajjiż.", "Issa jien għadni ma nistax nifhem fejn hi d-diffikulta` għaliex il- liġi qed tgħid ċar li l-awtorita` għandha taħdem u tinvestiga kemm trid ħalli kemm jista' jkun jiġu evitati inċidenti.", "Issa ħalli nitkellem dwar il-punt l-ieħor li qam aktar kmieni f'dan l- iskambju ta' opinjonijiet.", "Il-proviso ta' paragrafu (j) jgħid:", "\"Iżda l-awtorita` tista' tinnomina persuna mill-uffiċjali tagħha jew mod ieħor biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet ...\",", "u l-Onor.", "George Vella issuġġerixxa li norbtu dan ma' paragrafu (l), fejn qed ngħidu li l-awtorita` trid iżżomm reġistri ta' persuni li huma kompetenti biex jagħtu pariri fuq ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Jien tkellimt ftit dwar dan ma' l- esperti u r-rakkmandazzjoni hija li ma nagħmlux dan u se nispjega għalfejn.", "Huwa tajjeb li jkun hemm reġistru ta' esperti f'oqsma differenti u l- awtorita` se jkollha bżonn li tagħmel użu minn dawn l-esperti skond il- bżonnijiet li jistgħu jinqalgħu, pero` jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l- awtorita` jkollha bżonn, per eżempju, parir ta' tabib.", "Dan ma tistax tgħidlu espert għaliex l-awtorita`...", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun li jkollha bżonn tabib biex jiċċekkja l-widnejn jew l-għajnejn!", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hijiex kwestjoni ta' abbuż.", "Ejjew nifhmu għal darb'oħra x'qed ngħidu.", "Paragrafu (j) qed jgħid li l-awtorita` tista' tinnomina persuna mill- uffiċjali tagħha jew mod ieħor biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet, mhux biex jagħmlu l-investigazzjoni.", "Issa din il-persuna tista' tkun tabib, tista' tkun xi ħadd li jifhem fis-software tal-computers jew aġent jew importatur ta' ċerti affarijiet.", "Jiġifieri l-oppożizzjoni qed tgħidli li għandi nikteb dan il-paragrafu biex l-awtorita` ma tkunx tista' tagħmel dan?", "(Interruzzjonijiet) Fil-każ għiduli x'qed tissuġġerixxu ħalli nimxu.", "Jien kulma rrid huwa li jekk l-awtorita` ikollha bżonn ta' parir ta' xi ħadd espert jew ta' xi ħadd li m'huwiex espert tkun tista' tieħu dik l- għajnuna.", "It's as simple as that.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien tiskantani l-kapaċita` li għandu l-kollega tiegħi li l-affarijiet jaqlibhom rashom 'l isfel u jipprova jirredikolahom!", "Issa ħalli nitkellmu ċar, billi taqbad general practitioner li ma jkun jifhem xejn imma hu membru tal-partit ...", "Jiena nifhem kieku tgħidli li fuq ir-reġistru jitniżżlu l-konsulenti li hemm ġewwa San Luqa, apparti oħrajn, imma mhux inħalluha \"jew mod ieħor\" x'inhu!", "Dan il-\"mod ieħor\" min hu!", "Aħna fil-kwestjoni ta' l-aviation medicine, il-konsulenti kollha ta' l-isptar huma parti mill-bord potenzjali ta' eżami ta' l-individwu li qed japplika.", "Għaliex l-awtorita` jista' jkun li jkollha bżonn ta' rapport fuq l-intern, fuq il-qalb, fuq l-għajnejn jew fuq il-widnejn, imma mhux ngħidu \"mod ieħor\"!", "Min huma n-nies kompetenti \"mod ieħor\"?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma, Onor. Vella, agħmilli proposta konkreta.", "Allura inti qed tgħidli li fir-reġistru aħna rridu nniżżlu t-tobba kolha, il-periti kollha, il-general practioners kollha!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien m'iniex qed ngħidlek hekk.", "Lanqas il-planning authority m'għandha hekk għaliex ukoll ristretti.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Allura jekk l-awtorita` tiġi f'sitwazzjoni fejn ikollha bżonn parir ta' inġinier li jifhem fl-airconditioning, għaliex dan ma jkunx imniżżel fir-reġistru ma jistax jagħti parir?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mela ma jistax!", "Imma allura trid iżżomm ir-reġistru up-to-date kemm jista' jkun u tniżżel fih nies li huma kkwalifikati f'ċerti dixxiplini.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma allura dan ifisser li aħna fir-reġistru rridu nniżżlu l-inġiniera kollha ta' l-air-conditioning!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, ikollok erbgħa magħżulin għall-kompetenza u l- integrita` tagħhom u tkun funzjoni ta' l-awtorita` li tiddeċiedi f'ċerti kapaċitajiet min ikunu l-esperti u mhux ikun Ċikku l-poplu kollu.", "Nafu li dawn huma affarijiet li jistgħu jinvolvu mijiet u eluf kbar ta' liri.", "Jekk se jkollok rapporti li bihom se jkollok compensation jew għeluq ta' fabbrika jew tibdil ta' makkinarju li jinvolvi mijiet u eluf kbar ta' liri, apparti mill-fatt li jista' jkollok ukoll waqfien mix-xogħol għal ċertu żmien, nafu x'jiġri, l-ewwel nagħlqu għajn waħda imbagħad nagħlqu l-oħra.", "Dan rajnih isir fl-awtorita` ta' l-ippjanar; rapport ikun negattiv totalment imbagħad iqabbdu \"espert\" li jkollu interess - u llum nafu kemm kellu interess pero` m'iniex se nsemmi l-każ - li jagħmel rapport fejn jaqleb kollox rasu 'l isfel u jgħid li kollox sew u mbagħad ngħidu li \"dak\" u mhux l-\"ieħor\".", "Kif jista' jkun!", "Jekk aħna se nerġgħu nidħlu għall-istess ħaġa se noħolqu mostru ieħor bil- ftuħ ta' l-abbużi kollha li jista' jkun hemm imbagħad min ikollu raġun nagħtuhulu u jekk ma jkollniex aptit ma nagħtuhulux u nibdew b'dawn il- ħafna fares.", "Jien assolutament ma naqbel xejn ma' dan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, id-diffikulta` li nqalgħet hija minħabba li din il-klawsola hija mħawda u ma tinftiehemx, jgħid x'jgħid il- Viċi Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Issa ma noqogħdux nidħku u ngħidu għax avukati u mhux avukati.", "Aħna tobba u nipprovaw nissimplifikaw kemm jista' jkun l-affarijiet ħalli nkunu effiċjenti, Onor. Gonzi.", "Milli nista' nifhem jien hemm żewġ affarijiet importanti f'dan il- paragrafu.", "L-ewwelnett qiegħed jagħmel riferenza għall-poter ta' investigazzjoni li għandu jkollha l-awtorità u t-tieni nett il-poter li din l-awtorità għandu jkollha biex tinforza.", "Issa dħalna iktar fid-dettall dwar meta għandu jkollha l-poter li tinvestiga, jekk hux qabel jinqala' l- inċident bħala mod ta' prevenzjoni, jekk hux wara, jew jekk hux kontinwament.", "Naturalment iż-żewġ naħat qegħdin ngħidu li kontinwament, kemm bħala prevenzjoni u kemm wara, wisq iktar wara.", "Però sfortunatament dan il-paragrafu ma jinftehimx, partikolarment bil-proviso li:", "\" ... l-awtorita' tista' tinnomina persuna mill-uffiċjali tagħha jew mod ieħor.\"", "Din il-frażi ''jew mod ieħor'' tant hija vaga li tista' tagħti lok għal rampant abuse, kif qal l-Onor.", "Vella.", "Iktar u iktar meta mbagħad għandna paragrafu (l) li qed jgħid li l- awtorità għandha żżomm:", "\"reġistri ta' persuni li huma kompetenti biex jagħtu pariri fuq ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u mas-sigurtà fuq il-post tax- xogħol.\"", "Għandna għalfejn nikkomplikaw l-affarijiet b'dan il-mod u manjiera meta fil- liġi stess hemm klawsola (l) li hija tajba.", "Ejja nissimplifikaw paragrafu (j) ħalli b'hekk inkunu nistgħu nħaddmu l-liġi aħjar bla ma noħolqu aħna stess lok għal abbuż, xejn iżjed u xejn inqas.", "Tkun qed tagħti lok għal abbuż kbir meta tagħmel lil Ċikku l-poplu bħala espert, u fl-aħħar mill- aħħar dan m'hu se jirrifletti tajjeb la fuq din il-liġi, la fuq min iħaddem, la fuq l-istess ħaddiema tax-xogħol u wisq u wisq inqas fuq min qiegħed jippilota din il-liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien ukoll ridt niġbed l-attenzjoni għall- periklu li għandu dan il-paragrafu partikolari dwar l-idea ta' farming-out, biex jinstabu nies kompetenti jew speċjalizzati f'dan il-qasam.", "Il-punt tal-periklu huwa ċar u mhux se nerġa' nirripeti dak li qalu l-Onor.", "Vella u l-Onor.", "Chircop.", "Fil-fatt nixtieq nagħmel enfasi fuq punt li għamel l- Onor. George Vella dwar l-integrità.", "Naqbel li jrid ikun hemm integrità, però magħha jien xtaqt inżid l-ispeċjalizzazzjoni wkoll.", "L-awtorità ma tridx tfittex biss is-servizz ta' tabib u tara li dan ikun persuna ta' integrità - dak importantissimu wkoll - imma importanti wkoll li dak it- tabib ikun imħarreġ f'dan il-qasam.", "Min ikun general practitioner ma jfissirx li bilfors jifhem fl-occupational hazards.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun professur li ma jkunx jifhem f'dan il-qasam, kif qed jgħid l- Onor. Jean Pierre Farrugia.", "Mr Speaker, jien nista' nsemmi ħafna każi ta' occupational hazards u riċentement sirt naf b'każ ta' tfajla li taħdem ġo fabbrika fejn jintuża ċertu drapp li minħabba r-residue tiegħu, din imtliet b'allerġija kbira.", "U Alla jbierek it-tabib tal-fabbrika qed jgħid li qed tgħid il-ħmerijiet u allura din spiċċat barra mix-xogħol.", "Bħal dan il-każ hemm elf każ ieħor.", "Hawn tfajliet li jkollhom ċerti diffikultajiet menstruwali li jispiċċaw bi problemi kbar għax ma jemmnuhomx.", "Barra minn Malta każi bħal dawn huma part and parcel f'dan il-kunċett tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol.", "Mr Speaker, hawnhekk qed nikkonċedu lill-awtorità li tagħmel farming-out għal servizz ta' tabib li mhux biss għandu jkollu integrità imma għandu jkun imħarreġ f'dan il-qasam.", "Jiena nisħaq ħafna fuq dan għaliex xbajna ndaħħku lin-nies bina li kull darba jkollna nies tajbin u għax jinbidel il- gvern dawn jispiċċaw mill-kariga tagħhom.", "Filli jkunu esperti u f'daqqa waħda jispiċċaw f'rokna u Alla jbierek jispiċċalhom l-expertise tagħhom mil- lum għal għada!", "Dawn l-affarijiet nafu li jiġru; mhux aħna biss nafu li jiġru imma jaf il-poplu kollu.", "Jiġifieri l-kwestjoni ta' l-integrità trid tkun il-ħin kollu quddiem għajnejna, imma magħha jrid ikun hemm l- ispeċjalizzazzjoni.", "Ma nistgħux nibqgħu pajjiż ta' jack of all trades.", "Ma jfissirx li kull tabib li jiggradwa MD jifhem fl-occupational hazards!", "Irid ikun tabib li jispeċjalizza f'dak il-qasam ħalli naqtgħu darba għal dejjem ċerti tbatijiet reali li ħafna ħaddiema jsofru fuq il-post tax- xogħol.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonniċi.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, naħseb li qegħdin ngħidu l-istess ħaġa però qegħdin daqsxejn konfużi.", "Jekk wieħed jara subartiklu (2) ta' artiklu 4 ta' l-Att VII ta' 1994 isib li waħda mill-funzjonijiet tal- kummissjoni - dawn issa qed jiġu ttrasferiti lill-awtorità - tgħid hekk:", "\"Il-kummissjoni għandha tifformola u tippubblika kodiċi ta' prattika li jimmira biex fil-postijiet tax-xogħol, meqjusa skond kategoriji, ikun hemm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà.\"", "Funzjoni oħra tal-kummissjoni li nsibu f'subartiklu (5) ta' l-istess artiklu tgħid hekk:", "\"Il-kummissjoni għandha tippromwovi r-riċerka xjentifika li twassal għal mezzi aħjar ta' prevenzjoni ta' mard, korriment jew mewt marbuta max-xogħol.\"", "Issa paragrafu (k) ta' klawsola 4 ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna tgħid li l-awtorità għandha:", "\"iġġib 'il quddiem u twettaq riċerka xjentifika immirata lejn metodi aħjar biex jiġu evitati mard, korrimenti jew mewt fuq il-post tax- xogħol.\"", "Issa l-awtorità mhijiex komposta biss minn nies kollha esperti u allura trid tirrikorri għal ħaddieħor.", "Il-minimum health and safety requirements jien naqsamhom fi tnejn.", "Hemm fejn jidħol l-ispettorat biss, jiġifieri l- ispettur tal-health and safety, imma fejn tidħol materja oħra bħal stabilità ta' bini ma jistax imur jiċċekkjaha xi ħadd mill-bord ta' l- awtorità.", "F'dak il-każ irid jidħol il-perit.", "Jekk ikun każ fejn tidħol kimika għandek bżonn analista jew spiżjar.", "Jista' jkollok bżonn, kif għedt inti, electrical engineer jew mechanical engineer.", "Allura dawn il-membri bilfors trid taqsamhom.", "Għalhekk paragrafu (j) qed jgħid:", "'' ... biex jiġi stabbilit il-livell ta' saħħa u ta' sigurtà fuq il- postijiet tax-xogħol, u d-dmir ta' l-awtorità biex tiżgura li tiġi inforzata xi dispożizzjoni ta' dan l-Att ma għandux ikun raġuni biex iwaqqaf l-awtorità milli tagħmel dawn l-investigazzjonijiet ... ''", "Jiġifieri qegħdin ngħidu l-istess ħaġa.", "Min ikun interessat li jagħti pariri f'ċerti oqsma f'każ ta' perizja, irid iniżżel ismu f'reġistri li żżomm apposta l-awtorità.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli nipprova nressaq emenda biex naslu għal xi forma ta' kompromess għax l-intenzjoni hija tajba miż-żewġ naħat u jiena nixtieq nipprova nsib soluzzjoni li tindirizza l-punti taż-żewġ naħat, mingħajr ma ndgħajjef jew nillimita l-options li l-awtorità jista' jkollha.", "Hemm żewġ issues kardinali f'din il-klawsola.", "L-ewwelnett nixtieq li lill- awtorità nagħtuha l-flessibilità u mhux nillimitawha.", "Fil-maġġor parti tal- każi l-awtorità se jkollha bżonn esperti u konsulenti esperti f'oqsma partikolari.", "Però nara sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ma jkollhiex bżonn espert imma jkollha bżonn GP, per eżempju, biex jittestja s-smigħ ta' grupp ta' ħaddiema.", "(Interuzzjonijiet) Kollox sew, ejja ngħidu perit, li forsi huwa eżempju iktar prattiku.", "Dan il-perit m'hemmx għalfejn ikun espert fl-istructural engineering, m'hemmx għalfejn ikun espert fil-konkos imma sempliċi perit.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit, ifhmuni daqsxejn ħalli tifhmu fejn qiegħda d-diffikultà għax inkella jista' jkun li b'intenzjoni tajba noħolqu problema għall-awtorità.", "Din l-awtorità jista' jkollha bżonn parir sempliċi ta' perit bħall-oħrajn.", "Għandha għalfejn tħallas biex iġġib perit espert jekk għal dik l-issue partikolari jkun biżżejjed parir ta' perit?", "Għandna nisforzaw lill-awtorità ġġib bilfors dejjem esperti fejn m'hemmx bżonn esperti?", "Dan li qed ngħid.", "Fejn hu possibbli lill-awtorità ma npoġġulhiex xkiel fl-operazzjoni tagħha.", "Fil-biċċa l-kbira tal-każi jien naħseb li l-awtorità jkollha bżonn l-esperti, però se jkun hemm każi - u ħafna drabi jkunu urġenti - fejn ma jkollhiex bżonn l-expertise imma jkollha bżonn xi ħadd li jifhem fis-suġġett partikolari.", "Allura xtaqt inħalli dik il-flessibilità mingħajr ma nidħlu fil-periklu li semma l-Onor.", "Vella.", "It-tieni nett, kif qed jgħiduli l-esperti li għaddew minn dawn l- esperjenzi, meta tkun qed issir investigazzjoni, kien hemm sitwazzjonijiet fejn l-inspector kien jieħu miegħu lil xi ħadd biex jara t-teknika, seta' kien engineer, seta' kien perit, seta' kien tabib, seta' kien konsulent, hu x'inhu.", "Allura kien hemm min oġġezzjona li skond il-liġi l-inspector biss għandu l-poter li jista' jidħol però l-konsulent le.", "Allura aħna rridu nkopru l-fakultà li l-ispettur, li jkun qed jagħmel l-investigazzjoni f'isem l-awtorità, ikun jista' jdaħħal miegħu lil min għandu bżonn biex jagħtih il-parir fuq il-post tax-xogħol.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti li nolqtu dawn iż-żewġ għanijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa l-proviso li għandna llum jgħid:", "\"Iżda l-awtorità tista' tinnomina persuna mill-uffiċjali tagħha jew mod ieħor biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet, u fit-twettiq ta' biċċa xogħol bħal din, din il-persuna tingħatalha s-setgħa li tingħata lil xi uffiċjal skond dan l-Att, kif stabbilita fl-ittra tal-ħatra ta' dik il-persuna.\"", "Jiġifieri hemmhekk l-intenzjoni hija li meta tintgħażel dik il-persuna, din ikollha l-poteri daqs l-uffiċjal l-ieħor.", "Issa jien se nipproponi din l- alternattiva bħala first draft: Se naqta' barra dak li hemm miktub u l- proviso jiġi jinqara hekk:", "\"Iżda l-awtorità tista' tinnomina persuni kompetenti biex jgħinuha fl- investigazzjonijiet u biex jakkumpanjaw lill-uffiċjali ta' l-awtorità waqt xi investigazzjoni.\"", "Hekk qed nipprova nolqot żewġ għasafar, l-ewwelnett għax permezz tal-kliem \"persuni kompetenti\" qed indaħħal il-kriterju tal-kompetenza li sal-lum m'huwiex qiegħed hemm, però qed inkopri t-tieni punt li xtaqt inkopri meta qed ngħid li huma jistgħu jakkumpanjaw lill-uffiċjali ta' l-awtorita' - ma jistgħux imorru għal rashom - waqt investigazzjoni li tkun qed issir mill- awtorità.", "Mhijiex perfetta imma naħseb li tersaq viċin il-pożizzjoni taż-żewġ naħat biex inkunu nistgħu nagħmlu progress fuq din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR GEORGE VELLA: Hekk qed toqrob ftit għaliex qed issemmi persuna kompetenti.", "Jien ngħid li jekk qed tuża l-istess kelma għallinqas se niġu marbutin ma' dak li hemm f'paragrafu (l) li jitkellem fuq \"reġistri ta' persuni li huma kompetenti\" u mbagħad fil-proviso ikompli jgħid:", "\"Iżda l-awtorità tista' tistabbilixxi l-kwalifiki minimi meħtieġa qabel ma l-isem ta' persuna jiġi mniżżel fir-reġistru.\"", "Ngħid għalija kieku nista' naqbad dawn u npoġġihom qabel il-kwestjoni li l- awtorità tista' tinnomina persuni kompetenti li huma uffiċjali jew mod ieħor, apparti li ma naqbilx miegħek li l-espert irid ikun xi ħadd b'xi kwalifika.", "Meta darba jien kont involut fi kwestjoni u l-qorti nnominat espert, għal dak il-każ partikolari kellha bżonn xi ħadd li jifhem fit-tiswija tal- punctures.", "Jiġifieri dan kien innominat mill-qorti għaliex kellu esperjenza kbira f'dak il-qasam u kellu integrità, u kulħadd qabel li hu raġel serju u ta' l-affari tiegħu biex jagħti opinjoni.", "Dan hu l- importanti, u din hi r-raġuni għaliex qed ngħid li ma norbtuhiex mal- kwalifiki minimi li trid tistabilixxi l-awtorità biex isem xi ħadd jitniżżel fir-reġistru, ħalli anke l-lista tan-nies li jkunu mniżżlin fir- reġistru, minnha nnifisha tagħti ċertu sens ta' sigurtà.", "Allura wieħed ikollu rasu mistrieħa li dak it-tali speċjalista, it-tali espert, tabib, jew xi ħadd ieħor f'dik il-lista huwa bniedem serju, bniedem integru u mhux jiġi nnominat wara li jiġri inċident.", "Għax imbagħad wieħed jista' jgħid: Dan x'daħal fl-istorja, għaliex ġie dan u mhux dak li hemm fil-lista preparata u maqbula bil-quddiem?", "Per eżempju, jekk insemmu s-saħħa jien naqbel miegħek li mhux se nsemmu l- ispecialities u s-subspecialities kollha li hemm illum, speċjalment fil- kamp mediku.", "F'dak il-każ ngħidu li għandu jkun konsulent impjegat mal- gvern ħalli ma ndaħħlux l-interessi barranin, jew l-interess ta' xi ħadd li jaf ikollu xi konnessjoni ma' min qed jinvestiga dan il-każ.", "Allura ngħidu li l-konsulenti li qegħdin fl-impjieg tal-gvern awtomatikament jistgħu jiġu mgħajta biex jagħtu l-pariri waqt l-investigazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jien naħseb li l-emenda li ressaq il-Viċi Prim Ministru nistgħu nkomplu ntejbuha xi ftit billi ngħidu li l-awtorità tista' tinnomina nies kompetenti li preferibbilment ikunu mil-lista tar-reġistri li hemm riferenza għalihom iktar 'l isfel fil-paragrafu (l).", "Jiena nista' nifhem l-umur ta' l-Onor.", "Gonzi li din il-lista ma tistax tkun exhaustive għax umanament impossibbli.", "Ħalli mbagħad immorru għal persuna oħra, jekk ma nsibux nies li huma kompetenti minn dik il-lista, għax ikollna bżonn xi subspeciality, kif ta l-eżempju l-Onor.", "Vella.", "(Interruzzjonijiet)", "First and foremost, bħala sens ta' prijorità, l-awtorità għandha tagħżel persuna mir-reġistru, iżda jekk ma ssibx minn dik il-lista tingħata l- fakultà li tqabbad persuna oħra.", "Naturalment il-persuna li tiġi magħżula tingħata l-fakultà li jkollha l-istess setgħat li din il-liġi qed tagħti lill-uffiċjali ta' l-istess awtorità.", "Jiġifieri hemmhekk nista' nifhem id- diffikultajiet li ġieli jinqalgħu meta jmur inspector u l-individwu ma jħallix lill-konsulent jidħol.", "Kif inhi l-liġi bħalissa għandu d-dritt jagħmel hekk.", "Imma din il-liġi qed tagħti s-setgħa li dak l-espert li jkun ġie magħżul, preferibbilment minn dak ir-reġistru, ikollu l-istess setgħat li għandu l-inspector.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Frankament ma nafx kemm torbot il-kelma \"preferibbilment\", imma apparti minn dan, hawnhekk qed nitkellmu fuq mard ukoll u mhux biss fuq inċidenti.", "Jiena nifhem li jista' jkollok raġunijiet li tkun trid tfittex kawża oġġettiva, allura hemmhekk iktar ma bniedem ikun kwalifikat u espert iktar aħjar.", "Imma jista' jkollok problemi soġġettivi, jiġifieri problemi marbutin ma' l-istorja medika tal-ħaddiem.", "Għaldaqstant hemmhekk jista' jkollok bżonn bniedem inqas espert li jkun jaf l-istorja medika ta' dak il-ħaddiem partikolari.", "Per eżempju, f'każ li jkun hemm exposure għal ċertu carcinogens, jekk it-tabib personali ta' l-individwu jkun jaf l-istorja kollha, f'dak il-każ l-espert m'għandux għalfejn ikun kwalifikat iktar għax il-każ huwa soġġettiv iktar milli oġġettiv.", "Ghalhekk l-argument tal-Viċi Prim Ministru huwa validu għaliex ma tridx torbot u tirrestrinġi żżejjed minħabba li hemm każijiet fejn jaqbillek ikollok iktar oġettività u iktar expertise, imma hemm każi fejn irid ikollok every day experience ta' dak il-każ jew dik il-persuna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA: M'għandi l-ebda ħsieb li noqgħod niftaħ dibattitu fuq livell mediku, però naħseb li ma jagħmilx sens dak li qed jgħid il- kollega għaliex jekk se tagħmel investigazzjoni żgur li m'intix se tpoġġi bħala persuna biex jiddeċiedi lil xi ħadd li hu interessat, bħat-tabib tal- pazjent.", "It-tabib tal-pazjent jiġi mgħajjat biex jagħti l-informazzjoni li għandu jew inkella biex jixhed quddiem il-bord ta' l-investigazzjoni li jkun magħmul minn konsulent jew inkella nies speċjalizzati li jkunu kwalifikati.", "Naqbel miegħek li t-tabib ta' l-individwu jista' jiġi mgħajjat biex jagħti l-informazzjoni, imma mhux ikun hu li jiddeċiedi bħala membru tal-bord ta' l-investigazzjoni.", "Altru li m'għandux ikun hekk!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Paragrafu (l) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 9 jgħid li l-awtorità għandha:", "\".... iżżomm reġistri ta' persuni li huma kompetenti biex jagħtu pariri fuq ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u mas-sigurtà fuq il- post tax-xogħol.", "Iżda l-awtorità tista' tistabbilixxi l-kwalifiki minimi meħtieġa qabel ma l-isem ta' persuna jiġi mniżżel fir-reġistru.\"", "Imma inti m'għandekx teskludi min jista' jagħti parir.", "Inti semmejt każ vera klassiku ta' bniedem li jagħmel l-iktar ħaġa ordinarja u komuni imma li ħafna minna hawn ġew ma nafux dwarha.", "Allura ma tista' teskludi lil ħadd.", "U dan hu l-punt għax is-suġġett li qed nittrattaw tant huwa wide - u din li għandna quddiemna hija an enabling law u nafu li se jkun hemm regolamenti iktar speċifiċi fuq oqsma differenti - li huwa importanti li ma tagħlaqx bibien.", "Għax jista' jkollok bżonn ħafna nies minn oqsma differenti u fl-opinjoni tiegħi, jista' jkun hemm każi fejn tabb tal-familja jista' jagħti informazzjoni iktar minn kwalunkwe espert mediku ieħor.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Biex nagħmlu progress se nieħu s-suġġeriment ta' l- Onor. Chircop u nbiddel daqsxejn dak li qrajt l-ewwel u l-emenda issa tiġi taqra hekk:", "\"Iżda l-awtorità tista' tinnomina persuni kompetenti li, safejn ikun possibbli, jintgħażlu mir-reġistru msemmi fil-paragrafu (l) ta' dan is- subartikolu biex jgħinuha fl-investigazzjoni u biex jakkumpanjaw lill- uffiċjali tagħha waqt xi investigazzjoni.\"", "Nistgħu nimxu?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR KARL CHIRCOP: Issa rfinajna l-proviso ta' paragrafu (l) imma xorta għad għandi d-dubji fuq paragrafu (j) għax naħseb li għadu ma jinftehimx.", "Aħjar inħalluh sempliċi u nagħmlu wording ġdid, jekk inhu possibbli.", "Kif għedt diġà, jien nippreferi li kieku jiġi jaqra fis-sens li l- awtorità \"tagħmel kull investigazzjoni fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-saħħa u mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.\"", "Hawnhekk m'aħniex nispeċifikaw, Onor. Gonzi jekk aħniex nitkellmu minn aspett preventiv jew minn aspett reattiv.", "Inti ġibtli d-diffikultà li jekk nagħmluha hekk inkunu qed innaqqsulha l-importanza tal-prevenzjoni.", "Jekk aħna sempliċement ngħidu li l-awtorità għandha d-dritt li tagħmel kwalunkwe investigazzjoni meħtieġa fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-saħħa u s- sigurtà fuq il-post tax-xogħol, dik tkun a blanket statement imma tkun tista' tapplikaha anke mill-aspett preventiv.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li l-awtorità għandu jkollha l-jedd li tagħmel investigazzjoni fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-saħħa u mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kemm mill-aspett preventiv kif ukoll mill-aspett reattiv.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Sur President, jien ma naqbilx li hija vaga.", "Fl- opinjoni tiegħi huwa ċara daqs il-kristall li l-mod kif inhi miktuba tkopri l-investigazzjonijiet, ikunu x'ikunu r-raġunijiet.", "Anzi tagħmilha ċara bl- iktar mod qawwi għax tgħid:", "\"Iżda mhux limitata għall-investigazzjoni ta' xi inċident, korriment, mard jew mewt li jiġru bħala riżultat jew minħabba xi ħaġa konnessa max-xogħol.\"", "Jien m'għandix problemi li ntejjeb fejn nista', imma din hija ċara u ma narax raġuni għala għandna nbiddlu dak li huwa ċar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Issa għandi mistoqsija fuq subklawsola (3) li tgħid hekk:", "\"L-awtorità għandha tieħu taħt idejha, tikkonsolida u kif ikun meħtieġ, tkattar l-ispettorat u l-funzjonijiet ta' l-infurzar u s- servizzi dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol li jkunu operati mill-gvern minnufih qabel id-data li fiha jiġi fis-seħħ artikolu 8\".", "Artikolu 8 huwa dik il-klawsola li qed tistabilixxi kif għandu jiġi fformat u kompost il-bord ta' l-awtorità.", "X'sar s'issa biex ikun esegwit dak kollu li hawn miktub f'din is-subklawsola?", "Hawnhekk qed jgħidlek, per eżempju, li l-ispettorat se jitkattar.", "Fil-fatt għandna tant spetturi u aħna qegħdin ngħidu li rridu nżiduhom!", "Ittieħdu passi biex fil-fatt inkunu kapaċi inkabbru n-numru ta' dawn l-inspectors malajr kemm jista' jkun?", "Din hija d-domanda tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naturalment din hija il-klawsola transitorja, to bridge the gap, bejn il-mument fejn prattikament id- dipartiment jieqaf u jgħaddi r-responsabbiltà kollha f'idejn l-awtorità.", "Ir-risposta preċiża għal dak li qed jgħid l-Onor Chircop hija li iva, ittieħdu passi.", "Infatti hemm grupp ta' nies illi ntbagħtu diġà għal kors ta' diploma l-università.", "Immedjatament malli titwaqqaf l-awtorità hemm il- ħsieb li jkun hemm proċess ukoll ta' recruitment.", "Irrid nirripeti xi ħaġa li għedt diġà.", "Meta ġibna l-espert mill-ILO qalilna li l-benchmark hija li trid one inspector per seven thousand workers.", "Naturalment dawn huma spetturi uffiċjali ta' l-awtorità, jiġifieri ma jinkludix l-esperti u konsulenti li inti tkun trid tingaġġa għall-każi partikolari, imma dawn huma inspectors full-time, trained għal dan l-iskop.", "Fil-fatt fil-pjani tagħna, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' finanzjament għall-awtorità għas-sena d-dieħla, il- kalkolu tagħna huwa li nkopru spiża rikorrenti li tara ż-żieda fin-numru ta' l-ispettorat li jitla' f'dan il-livell.", "Dan huwa benchmark u mhux vanġelu.", "Jiġifieri aħna rridu naraw kif nimxu fuq l-esperjenza, però dik hi l-indikazzjoni.", "U l-estimi tagħna għall-finanzjarjament li se jkollha bżonn l-awtorita' s-sena d-dieħla huwa kkalkolat fuq dan il-benchmark.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ministru, bir-rispett kollu, jien lanqas immur għall- ammont ta' spetturi.", "Kemm hemm bħalissa bejn wieħed u ieħor?", "(Interruzzjonijiet) Jekk hemm tnax, mela ejja nassumu li jekk se nirdoppjawhom ikollna d-doppju li għandna bħala effiċjenza.", "Mela rridu 200 għax jekk kemm-il darba nirdoppjaw l-effiċjenza li għandna, flok 12 nagħmluhom 24, jiena ngħid li żgur inkunu għadna 'l bogħod!", "Irridu li jkun hemm mal-200 għaliex, bir-rispett kollu, bħalissa m'għandniex spettorat effettiv fuq il-postijiet tax-xogħol sal-ġurnata mqaddsa tal-lum.", "U naf x'qed ngħid!", "(Interruzzjonijiet) Din mhix kwestjoni ta' numri, imma ta' kapaċità u ta' commitment.", "Who's going to police the policemen?", "Min se jkun issa spettur fuq l-ispetturi?", "Għax nerġa' ngħid li meta tgħid li dawn is-17 jew it-12-il spettur għamlu 777 spezzjoni f'sena, jien ngħidlek li dawk misshom għamluhom f'ġimgħa.", "Għax inti ma tmurx toqgħod taqbad tifli kulma hemm ġo fabbrika jew ħanut tax-xogħol jew post tax-xogħol.", "L-ewwelnett taf li hemm l-effett tad-deterrent jekk se tmur hemmhekk, kif qegħdin jagħmlu l-gwardjani tal-kunsilli lokali.", "Issa, jekk jien illum immur ġo ħanut tax-xogħol żgħir, ġo barriera, fuq post tal-bini u nara l- oxxenitajiet li għaddejjin kontinwament, ngħid: Dawn l-inspectors fejn huma!", "L-effett tagħhom fejn hu qiegħed?", "Jekk se nirdoppjaw dan l-effett u dan ir-riżultat m'aħna se naslu mkien jekk se nibqgħu bl-istess kwalitajiet ta' inspectors.", "Għalhekk hawn qed nagħmel enfasi li mhux in-numru huwa importanti, imma x'se jiġri u kif se nkunu ċerti li din l-awtorità mhux se ssirdipartiment tal-gvern ieħor.", "Nerġa' nirrepeti li aħna nibżgħu li jerġa' jkollok l-istess laxkezza u l- istess laissez-faire li għandek illum.", "Mur ġo barriera fiż-Żurrieq u għidli humiex qegħdin jiksru miljuni ta' regolamenti tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol!", "Mur għand mechanic u għidli jekk hux qed jikser eluf ta' regolamenti rigward saħħtu u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Allura l-inspectors fejn huma llum?", "X'inhu l-effett tagħhom dawn?", "Jien qed nappella għax irrid li jkollna l-affarijiet sew u kif għandhom ikunu.", "Inutili ngħidu li se nagħmlu għoxrin.", "Jekk se jkollna l-istess stoffa u l- istess materjal ta' l-inspectors li għandna llum, bir-riżultati li għandhom we are not going to get anywhere.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Nixtieq li l-Viċi Prim Ministru jelabora ftit fuq subklawsola (5) li taqra hekk:", "''L-awtorità tista' wkoll tintrabat li twettaq xi attività oħra li jidrilha li tkun neċessarja jew spedjenti għall-funzjonijiet u l-għanijiet tagħha skond dan l-Att.\"", "Jista' forsi jilluminana ftit għalxiex qed jalludi hawnhekk?", "X'attivitajiet huma dawn?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nista' nagħtik lista ta' eżempji.", "Esperjenza pożittiva ħafna li kellna matul din is-sena kienet li l-kummissjoni għall- promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ingħaqdet mal- unions u anke mal-korpi kostitwiti u flimkien għamlu publicity campaign b'dawk it-tabelli l-kbar, bit-tavluni ......", "Dik kienet attivita' ta' promozzjoni f'dan is-sens.", "Subklawsola (6) tgħid:", "\"L-awtorita' tista', bl-approvazzjoni tal-ministru, taġixxi bħala aġent jew b'mod ieħor għan-nom ta' persuni oħra dwar kull ħaġa li għanndha x'taqsam mas-saħħa u mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.\"", "Per eżempju, hemm inizjattivi ppjanati u li qegħdin jittieħdu ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom il-British safety council.", "Ġiet hawn Malta din is-sena u organizzajna konferenza.", "Jekk m'iniex sejjer żball, it-tarzna qabbdet lill-istess kunsill biex jagħmlu survey report ta' ċert aspetti li għandhom x'jaqsmu mat-tarzna.", "Jiġifieri qegħdin naraw li jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-awtorità stess tiffunzjona ta' aġent ta' dawn il-korpi.", "Naturalment dan tista' tagħmlu biss bl- approvazzjoni tal-ministru.", "Imma dan hu l-iskop.", "Jista' jkollok organizzazzzjoni internazzjonali tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol li bażikament ikun tajjeb li hawn Malta jkollok l-awtorita' li tirrappreżentaha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Chairman, intqal li f'pajjiżna hawn kważi 142,000 gainfully occupied.", "Però iktar min-numru ta' mpjegati, tajjeb li wieħed jara wkoll in-numru ta' postijiet tax-xogħol.", "Jekk għandek 500 impjegat f'post tax-xogħol wieħed, ix-xogħol jista' jsir minn complement inqas ta' spetturi milli jekk dawn ikunu ħafna self-employed mifruxin f'postijiet differenti.", "Jiġifieri naħseb li din wieħed irid jikkonsidraha.", "Qabel ma wieħed jaqbad u jfajjar in-numri, apparti li jrid jara kemm hemm nies impjegati, irid jara wkoll in-numru ta' postijiet ta' xogħol differenti.", "U ovvjament wieħed irid jara kemm hemm fil-high-risk categories, per eżempju, fil-construction iktar milli jkun hemm fil-lower- risk categories.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Se nkompli xi ħaġa ma' dak li qal l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, li ta l-eżempju ta' kumpannija li għandha 500 ruħ.", "Aħna nafu li 98% tal-kumpanniji Maltin huma kkonsidrati bħala small businesses, b'żewġ terzi minnhom jimpjegaw inqas minn ħames persuni.", "U ħafna minnhom huma family businesses li lanqas huma unionised, aħseb u ara kemm se jkollhom mentalità ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Dak li rridu nenfasizzaw aħna wkoll.", "Allura xorta rridu ċertu ammont ta' spetturi iktar milli fil-fatt diġà hemm.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien xtaqt nagħmel mistoqsija oħra fuq subklawsola (4), fejn għandek riferenza għal \"organizzazzjoni oħra\".", "Hawnhekk ir- riferenza qed issir għall-unions u għaqdiet ta' min iħaddem?", "Jekk inhu hekk, filwaqt li tibqa' \"organizzazzjoni oħra\", jaħseb li hemm bżonn tiġi spelt out biex wieħed jagħmel enfasi li l-awtorità għandha tistabilixxi koperazzjoni man-nies li huma direttament interessati biex jirrappreżentaw il-ħaddiema, kif ukoll lill-employers?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qegħdin rappreżentati fuq l-awtorità.", "(Interruzzjonijiet) ONOR.", "CARMELO ABELA: Jekk niftakar tajjeb se jkun hemm żewġ membri nominati mill-ministru biex jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema u żewġ membri li jirrappreżentaw l-interessi ta' min iħaddem fuq l-awtorità.", "Imma unions hemm iktar minn tnejn.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: \"Organizzazzjoni oħra\" tfisser organizzazzjonijiet oħra u allura tinkludi unions.", "We don't need to spell it out, inkella nkunu qed niżvalutaw il-fatti li huma parti mill-awtorità stess.", "Issa, Sur President, se nressaq l-emendi li diġa' qbilna fuqhom u nitlob lill-Onor.", "Membri jsegwuni ħalli nkunu ċerti li koprejna l-punti kollha.", "Għalhekk nipproponi:", "\"K\" F'subklawsola (2) (i) ta' klawsola 9, il-kelma \"mportati\" għandha titħassar.", "\"K\" In subclause (2) (i) of clause 9, the word \"imported\" shall be deleted.", "\"L\" F'subklawsola (2) (e) ta' klawsola 9, il-kliem \"li ċ-chairperson tagħhom ikun l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni\" għandhom jitħassru.", "\"L\" In subclause (2) (e) of clause 9, the words \"which shall be chaired by the chief executive\" shall be deleted.", "\"M\" F'subklawsola (2) (h) ta' klawsola 9, fit-tieni proviso, il-kliem \"minn kull dipartiment tal-gvern, aġenzija jew korporazzjoni\" għandhom jitħassru.", "\"M\" In subclause (2) (h) of clause 9, in the second proviso, the words \"from any government department, agency or corporation\" shall be deleted.", "U r-raba' emenda li tgħid hekk:", "\"N\" F'subklawsola (2) (j) ta' klawsola 9, ħassar il-paragrafu li jibda bil-kliem \"Iżda l-awtorita' tista' tinnomina\" u ssostitwiha b'dan li ġej:", "\"Iżda l-awtorita' tista' tinnomina persuni kompetenti li safejn ikun possibbli intgħażlu minn reġistru msemmi fis-sub-paragrafu (l) ta' dan is- subartikolu biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet u biex jakkumpanjaw lill- uffiċjali tagħha waqt xi investigazzjoni.\".", "\"N\" In subclause (2) (j) of clause 9 substitute the proviso with the following:", "\"Provided that the authority may appoint competent persons as far as possible from the register mentioned in sub-paragraph (l) of this subsection to assist it in any investigations and to accompany its officials during an investigation.\".", "\"O\"(a) F'subklawsola (2) (i) ta' klawsola 9, minnufih wara l-kliem \"ix- xogħol\" għandhom jidħlu l-kliem \"li fl-opinjoni ta' l-awtorita' joħolqu theddida serja għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol\"; u", "(b) F'subklawsola (2) (i) il-kliem \"jidhrilha li jkun meħtieġ\" għandhom jitħassru.", "\"O\"(a) In subclause (2) (i), immediately after the words \"at work\", there shall be included the words \"which in the opinion of the authority provide a serious occupational health and safety risk\"; and", "(b) In subclause (2) (i) the words \"as it may deem appropriate\" shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela se ngħaddi biex inpoġġi l-mistoqsija fuq l-emendi mressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru u nibda bl-emenda \"J\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"K\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"L\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"M\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"N\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"O\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"O\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 9, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Tmexxija ta' l-affarijiet ta' l-Awtorita`.", "Clause 10 - Conduct of the affairs of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola titkellem dwar it- tmexxija ta' l-affarijiet ta' l-awtorita` u titkellem ukoll dwar il-parti eżekuttiva.", "Wieħed mill-ewwel jinnota li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l- uffiċjal eżekuttiv ta' din l-awtorita` u qegħdin nispjegaw il-funzjoni ta' l-uffiċjal eżekuttiv u r-responsabbilta` tiegħu.", "Fost affarijiet oħra hu jrid ikun li finalment jara li jitwettqu d-deċiżjonijiet li jkunu qegħdin jittieħdu mil-livell ta' l-awtorita`, li jara u jieħu ħsieb il-parti amministrattiva u l-organizzazzjoni ta' l-awtorita` u li jkollu kontroll amministrattiv ta' l-uffiċjali.", "Nista' nressaq l-emenda li għandi għal din il-klawsola imbagħad inkomplu niddiskutuha f'seduta oħra.", "Fil-fatt l-emenda li se nipproponi tgħid hekk:", "\"P\"Fil-proviso għal subklawsola (2) ta' klawsola 10:", "(a) minflok il-kliem \"il-bord\" u \"għandu jaħtar\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-awtorita'\" u \"għandha taħtar\"; u", "(b) il-kliem\", u din il-ħatra temporanja għandha tiġi notifikata fil- Gazzetta\" għandhom jitħassru.", "\"P\"In the proviso to subclause (2) of clause 10:-", "(a) for the word \"board\" there shall be substituted the word \"authority\"; and", "(b) the words\", and such temporary appointment shall be notified in the Gazzette\" shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Għalissa nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "Jiġifieri s-seduta tal-ġimgħa filgħodu nkunu qegħdin nittrattaw l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, se nieħu ftit minuti mill-ħin ta' sħabi u ta' dan nirringrazzjahom għax ma nistax inħalli ċerti kummenti jgħaddu bla ma noġġezzjona bil-qawwa kollha għall-kummenti li għamel il-Viċi Prim Ministru dalgħodu rigward sejħiet għal quorum minn din in-naħa.", "Noġġezzjona bil-qawwa kollha kemm għall-kontenut u kemm għat-ton li bih tkellem l-Onor.", "Gonzi.", "Jien ma rridx ninsa li dan hu l-bniedem li f'għajnejh din in-naħa hi mimlija \"fliexken vojta\", pero' jiżbalja jekk jaħseb li hawnhekk se jitkellem b'xi ton ta' surmast u jhedded bit-ton li tkellem bih dalgħodu, qisu hawnhekk hawn nies li huma inqas minn dawk tan- naħa l-oħra!", "Dalgħodu l-Viċi Prim Ministru għamel plejtu sħiħ minħabba li l- oppożizzjoni regolarment qed tgħajjat quorum, kif fuq kollox jippermettu l- istanding orders.", "Niskanta u niskandalizza ruħi meta nara li min kien jagħmel dawn l-istess affarijiet, għalih kien tajjeb meta kien fuq din in- naħa dak iż-żmien imma llum għax qiegħed fuq in-naħa l-oħra u qiegħed at the receiving end sar ħażin.", "L-Onor.", "Gonzi kellu bżonn jifhem li din l-awra ta' tjubija u ta' pontifikalita' li kulma jgħid hu qisu nieżel mis-sema ma tapplikax hawn ġew!", "Jekk aħna demokratiċi rridu nemmnu li hawn ġew kulħadd għandu drittijiet indaqs.", "Ir-regolamenti li nimxu bihom japplikaw għaż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Dawn se nibqgħu nużawhom meta jkollna bżonn u skond il-bżonn li jkollna, minkejja t-theddid ta' l-Onor.", "Gonzi li jieħu xi miżuri.", "Jekk irid jieħu l-miżuri li qal li se jieħu, jiena ngħidlu minn issa biex jeħodhom u ma jħabbilx rasu, għax lesti li skond kif idoqq hu niżfnu aħna, Imma dak mhux ton li tkellem bih dalgħodu, qisu qed jipprova jagħlqilna ħalqna!", "Hawnhekk diġa' qed juża s-sistema ta' l-erbgħin minuta - u din aċċettajniha għax qiegħda fl-istanding orders - imma li mbagħad tipprova ddaħħak in-nies u tgħid li ma nistgħux ngħajtu quorum, u iktar u iktar jipprova jagħti l-impressjoni li kien hawn ħdax minn din in-naħa li fl-ebda ħin ma kienu preżenti fis-sala, huwa wisq.", "Kieku kompla jgħid li kien hemm ukoll tnax min-naħa tagħhom li fl-ebda ħin ma kienu fis-sala għallinqas kien ikun onest.", "L-Onor.", "Gonzi jaf li qed ikisser is-sistema parlamentari bl-ammont enormi ta' seduti li qed jagħmel, fejn irrenda l- kulħadd full-timer hawnhekk għaliex irid ikun hawn il-ħin kollu.", "Dan qed jagħmlu għax tan-naħa l-oħra għandhom il-fissazzjoni li jridu jgħaddu dawn il-liġijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea - biex ilaħħqu mat-timeframe ivvintat minnhom - għax qegħdin jhewdnu li sa ċertu żmien iridu jgħadduhom kollha.", "Dan il-parlament ġabu makna u tana żewġ options: jew ma nagħtux kas x'inhu għaddej, infarfru mir-responsabilita' bħala oppożizzjoni u nħallu dawn il-liġijiet kollha għaddejjin, għax il-gvern hekk irid ħalli jogħġob lil Brussels, inkella jekk nagħmlu d-doveri tagħna, kif qed tipprova tagħmel mill-aħjar li tista' l-oppożizzjoni, irridu naraw dawn il- liġijiet u ngħarbluhom għax dawn se jkunu liġijiet li jorbtu fuq il-poplu tagħna.", "Meta dan il-parlament ma jkunx qed jiffunzjona u meta l-gvern iżomm il- parlament għaddej filgħodu u filgħaxija għal ġimgħa sħiħa u n-nies tiegħu ma jkunux hawn, hu d-dover tagħna li ngħajtu quorum.", "U se nibqgħu ngħajtuh ħalli n-nies tagħhom ikunu hawn ukoll, ħalli jkunu jafu x'inhu għaddej f'dan il-parlament, mhux nitkellmu l-biċċa l-kbira minn din in-naħa u min-naħa l-oħra ma jitkellmux.", "Nerġa' ntenni li aħna mexjin mar- regolamenti u jekk l-Onor.", "Gonzi jrid iwettaq it-theddid tiegħu jista' jwettqu, imbagħad naraw!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, qabel ma nibda l-intervent tiegħi illejla xtaqt niġbed l-attenzjoni tiegħek għat-tip ta' tweġibiet li qegħdin ningħataw għal mistoqsijiet parlamentari.", "Illum kelli interpellanza - numru 20483 - fejn tlabt lill-ministru ta' l-intern biex ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tas-survey dwar public awareness li kkummissjonat l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Din kienet follow-up għal mistoqsija oħra li kont għamilt qabel.", "Fir-risposta tiegħu, il-ministru fi ftit kliem qalli li r-rapport qiegħed għall-bejgħ!", "Jien naf li dan l-istudju qiegħed għall- bejgħ imma nħoss li mhux sewwa li f'dan il-parlament niġu ttrattati b'dan il-mod.", "Nippretendi li bħala membru parlamentari għandu jkolli aċċess għal dan id-dokument pubbliku - ikkummissjonat minn awtorita' parastatali u ffinanzjat minn fondi pubbliċi - u ħadd m'għandu jażżarda jgħidli biex immur nixtrih.", "Mr. Speaker, inħoss li għandek tħares lejn dawn l-affarijiet u tieħu l-azzjoni li jidhirlek xierqa f'dan ir-rigward.", "Nixtieq ukoll nirriferi għal domanda parlamentari 20489 li ngħatajt risposta għaliha llejla mill-istess ministru ta' l-intern, fejn min ta din l-informazzjoni lill-ministru tahielu żbaljata.", "Din id-domanda tirrigwarda environment impact assessment li kien sar fuq proġett partikolari ġewwa l- Magħtab.", "Fir-risposta l-ministru qal li l-konsulenti li ġew imqabbda biex jagħmlu dan l-istudju ma kenux approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar u mid-dipartiment għall-protezzjoni ta' l-ambjent.", "Issa l-konsulenti li għamlu dan l-istudju partikulari kienu l-Malta university services u jien ċert li l-MUS huma approvati u naħseb li min ta l-informazzjoni lill- ministru - ma naħsibx li hu jaf il-każ - tahielu żbaljata.", "Mr. Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni wkoll għal dan biex tieħu azzjoni f'dan il- każ partikolari għax din it-tip ta' informazzjoni li ningħataw fit- tweġibiet hi mill-iktar misleading.", "Nittama li ma jkollniex każi oħra bħal dawn.", "Xtaqt issa nitkellem dwar dak li qal l-Onor.", "Edwin Vassallo iktar kmieni din il-ġimgħa, meta rrisponda xi partijiet minn diskors li kont għamilt jien f'din il-Kamra fuq il-proġett tal-pjazza tal-Mosta u fuq is-sistema tat-traffiku.", "Jien kont tkellimt dwar proġett li hu maħsub li jiġi implimentat mill-kunsill lokali tal-Mosta, issa li proprju waslu l- elezzjonijiet tal-kunsilli.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru fakkarni - ħaseb li kont insejt - li hu kien jifforma parti minn dak il-kunsill lokali infami li kien daħħal din is-sistema tat-traffiku li biha qered in- negozju kollu ġewwa l-pjazza tal-Mosta.", "It-tieni nett fakkarni li dawn ix- xogħlijiet li fl-1994/1995 kienu saru mill-kunsill lokali flimkien mal- gvern ċentrali, kellhom ikunu ta' natura temporanja.", "Għaddew sitt snin - anzi seba' snin - u t-temporanju naħseb li sar permanenti għax hemm kien u hemm għadu!", "Imma fuq din il-kwestjoni xtaqt nirrispondi żewġ punti oħrajn li qajjem is-segretarju parlamentari.", "L-ewwelnett irrid infakkar li t-tibdil fit-traffic flow ġewwa l-Mosta - qabel kont tidħol minn Eucharistic Congress Road u kont tiġi quddiem il- pjazza tal-Mosta, imbagħad kont tibqa' tiela' lejn San Pawl il-Baħar - kien sar mill-kunsill Nazzjonalista tal-Mosta flimkien mal-gvern ċentrali Nazzjonalista, tibdil li qajjem furur kbir ġewwa, l-iktar mis-settur kummerċjali.", "Peress li t-traffiku nqata' miċ-ċentru tal-Mosta, is-sidien tal-ħwienet korrettement ħassew li dan kien se jaffettwa b'mod ħażin in- negozju tagħhom, kif fil-fatt ġara.", "L-Onor.", "Vassallo jafu dan għax għandu konnessjonijiet ma' ħanut partikolari li hemm fil-pjazza tal-Mosta u allura ma nistax nifhem kif qed jargumenta mod ieħor.", "Apparti minn hekk, issa qed jgħid li dik kienet miżura temporanja, meta nafu li meta tagħmel miżura temporanja għal seba' snin sħaħ, fejn jidħlu l- ħwienet, lil tal-ħanut tkun qtiltlu n-negozju.", "Anki kieku stess terġa' ġġib is-sistema tat-traffiku għal dak li kienet qabel, in-negozju żgur li mhux se jerġa' lura għal dak li kien.", "Għaldaqstant inħeġġeġ biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema.", "Fil-fatt il-gvern Laburista kien sab soluzzjoni għall-problema tat-traffiku permezz ta' sistema ta' traffic lights.", "L-Onor.", "Vassallo huwa kontra din is-sistema għax qal li b'din is- sistema l-karozzi jitfgħu ħafna exhaust li jniġġes l-arja.", "Dan l-argument ma nistax nifhmu għax kieku ħadd ma juża t-traffic lights fl-ibliet ta' Roma, Milan, Pariġi u Londra biex jikkontrolla t-traffiku!", "Għalhekk din l- idea li ma jridx juża t-traffic lights għax dawn iniġġsu l-arja ma nafx minn fejn ġabha u kif ivvintaha.", "Biex tinstab soluzzjoni permanenti għall-problema tat-traffiku ġewwa l- pjazza tal-Mosta trid tinfetaħ Triq il-Ħtajriet, pero' din it-triq hi diffiċli li tinfetaħ minħabba li l-awtorita' ta' l-ippjanar trid toħroġ permess partikolari.", "Il-gvern Laburista ma setax jistenna dan it-tul ta' żmien kollu biex l-awtorita' ta' l-ippjanar tiddeċiedi u tagħmel scheme għal din it-triq biex tissolva problema li kienet inħolqot mill-gvern Nazzjonalista ta' qabel.", "Għalhekk konna ħadna l-miżuri ħalli kemm jista' jkun malajr din il-problema tissolva.", "Nittama li tinstab soluzzjoni li tkun tagħmel sens għax żgur li ma jagħmilx sens li Eucharistic Congress Road tintuża biex toħroġ mill-Mosta.", "Dan hu kontra kull prinċipju ta' town planning.", "Il-pjazza tal-Mosta hi ddisinjata fuq stil Barokk, jiġifieri int u dieħel il-Mosta minn Eucharistic Congress Road u hekk kif toħroġ minnha u tasal fil-pjazza, tara fetħa kbira quddiemek.", "Dan hu aspett u prinċipju ta' town planning Barokk, iżda f'Malta Alla jbierek qbadna u qlibna kollox kontra kull prinċipju ta' town planning u għamilna dak li dehrilna li kellna nagħmlu, mingħalina li aħna bravi ħafna!", "Nerġa' nappella biex mill-iktar fis it-traffiku ta' ġewwa l-Mosta jerġa' jiġi rranaġat bħalma kien qabel, jiġifieri li jibda dieħel minn Eucharistic Congress Road.", "Issa xtaqt nieħu ftit ħin biex nitkellem dwar proġett ieħor li kien maħsub minn gvern Laburista u li effettivament illum qed jiġi implimentat b'mod differenti u fuq skali differenti minn dak li kien maħsub qabel.", "Qed nirriferi fuq il-proġett li kellu jsir f'Għar Lapsi, in-naħa ta' Siġġiewi.", "Il-bajja ġewwa Għar Lapsi hi mfittxija ħafna kemm min-nies li joqogħdu fin- naħat tas-Siġġiewi kif ukoll mill-Maltin kollha, pero' hi bajja li ma kienet toffri l-ebda faċilitajiet lill-pubbliku.", "Meta konna fil-gvern ħassejna li bħalma għamilna f'bajjiet oħrajn, fejn ridna niżviluppawhom u nipprovdu faċilitajiet lill-pubbliku, biex b'hekk dawn il-bajjiet isiru iktar attraenti, xtaqna ukoll nagħmlu dan it-tip ta' żvilupp u embellishment ġewwa l-bajja ta' Għar Lapsi.", "Il-proġett kien jikkonsisti f'area ta' parkeġġ ta' ċertu daqs, konna ħsibna biex intejbu l-faċilitajiet pubbliċi u biex intejbu l-aċċess għall-baħar.", "L-ex-deputat Laburista Bertu Pace, li hu mis-Siġġiewi, kien insista ħafna biex dan il-proġett jiġi ddisinjat u jimxi 'l quddiem.", "Fil-fatt kienet intefgħet applikazzjoni u l- awtorita' ta' l-ippjanar approvatha b'mod li parti mix-xogħol ta' embellishment kellu jsir minn ċertu Manwel Baldacchino, li kien se jagħmel ukoll id-dawl għall-area tal-parkeġġ.", "F'Settembru ta' l-1998 inbidel il-gvern u l-proġett għal ċertu żmien kien waqaf, iżda dan l-aħħar għax fis-Siġġiewi wkoll se jkollna l-elezzjoni għall-kunsill lokali, in-Nazzjonalisti tathom ferneżija kif se jkomplu b'dan il-proġett ta' Għar Lapsi.", "Imma meta wieħed jara x-xogħlijiet li qed isiru issa għal dak li kien hemm qabel, malajr jinduna li l-iskala u d- daqs tal-proġett iċċekknu ħafna.", "Meta ġie ndagat għaliex il-proġett iċċekken - ngħidu aħna l-area tal-parkeġġ minn madwar mitt karozza niżlet għal area ta' parkeġġ ta' erbgħin karozza - ir-risposta kienet li parti mill-art li fuqha kien se jsir il-proġett qabel kienet tappartjeni lill- privat.", "Imma aħna nafu li meta jsiru xogħlijiet u proġetti fuq areas li huma tal-privat pero' li huma maħsuba għal skop pubbliku, issir l- espropjazzjoni.", "F'dan il-każ jidher ċar li minħabba ta' min hi l-art, il- gvern Nazzjonalista ma riedx jesproprijaha biex permezz ta' hekk igawdi xi wieħed mill-bażużli tal-Partit Nazzjonalista.", "B'hekk il-proġett spiċċa biex iċċekken b'tali mod li llum lanqas biss għadu jagħmel sens.", "Dan qed ngħidu għax ġewwa s-Siġġiewi għaddejja xniegħa li l-proġett li qed isir bħalissa mill-kunsill u mill-gvern ċentrali huwa l-istess proġett li kien ippjanat qabel minn gvern Laburista.", "Jien niċħad bil-qawwa kollha li dan huwa l-istess proġett.", "Il-proġett li kien ippjanat minn gvern Labutrista kien proġett maħsub b'ħafna iktar preċiżjoni, kellu l-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, kien fuq skala ħafna ikbar u kien se jipprovdi ħafna iktar faċilitajiet milli qed jipprovdi dan il-proġett.", "Jien niddubita kemm ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa huma koperti bil- permessi meħtieġa u nittama li l-awtorita' ta' l-ippjanar tindaga fuq dan il-każ.", "Jiddispjaċini li l-affarijiet saru b'dan il-mod meta kollox kien maħsub kif għandu jsir u l-permessi kienu ħarġu, biex imbagħad f'daqqa waħda bdilna l-iskala tax-xogħol u d-daqs tal-proġett ħalli nakkomodaw xi partitarju.", "Dan ma jagħmilx sens għax fl-aħħar mill-aħħar l-interess pubbliku żgur li għandu jiġi qabel l-interess ta' kwalunkwe individwu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, ftit ilu ilu ġbidt l-attenzjoni għall-fatt li l-kunsilli u l-kunsilliera għandhom responsabilita' lejn il- poplu li jeleġġihom u li fl-għoti tat-tenders iridu jiġġustifikaw b'mod serju u xieraq kif tintgħażel offerta minn oħra.", "Sostnejt li mhux neċessarjament li l-irħas offerta tkun l-aħjar għażla u ċertament il- kunsill għandu jkollu l-faċilita' u d-dritt li jagħżel tender li mhux neċessarjament tkun l-irħas offerta.", "Għedt ukoll li fiċ-ċirkostanzi u fl- eżerċizzju ta' dan id-dritt huwa importanti li l-kunsill jiġġustifika l- għażla tiegħu, kemm jekk jagħżel l-irħas offerta kif ukoll jekk jagħżel l- offerta li ma tkunx l-irħas.", "Il-kunsill irid jissostanzja l-għażla tiegħu billi jkollu konsultazzjoni teknika u informazzjoni oġġettiva, assessment oġġettiv u xjentifiku li bih jasal għal l-għażla li jrid jagħmel.", "Dan irid isir bl-iktar mod trasparenti għax ix-xogħol tal-kunsilli hu accountable.", "Dan l-obbligu joħroġ mill-fatt li l-membri tal-kunsill huma uffiċċjali pubbliċi, u din jeħtieġ li jifhmuha.", "Huma rappreżentanti tal-poplu, minkejja l-awtonomija li għandhom, pero' jaħdmu f'sistema amministrattiva li trid tkun trasparenti.", "Il-kunsilli ilhom seba' snin - bdew mill-1993 - u rridu ninsistu li dan il-kunċett ta' trasparenza u accountability għandu jidħol f'livell lokali, meta min-naħa tal-gvern ċentrali qed isir minn kollox biex nintroduċu dawn il-prinċipji.", "Sur President, għax tkellimt b'dan il-mod kien hemm kunsillier min- Naxxar - skond kif irrapportawli, għax jien ma smajtux fuq ir-radju - li għamel plejtu sħiħ dwar dawn il-kummenti, peress li waqt id-diskors tiegħi aċċennajt għal xi tenders li ngħataw mill-kunsill tan-Naxxar.", "Meta jien ħadt dak l-aġġornament ridt ngħaddi dawn iż-żewġ messaġġi u xejn aktar, iżda minn dak iż-żmien 'il hawn nista' ngħid li ġbart xi informazzjoni li tajjeb li wieħed jelenkaha iktar fid-dettall għax il-kunsill tan-Naxxar għandu ħafna x'jispjega.", "L-ewwel waħda hi l-għażla li saret riċentement dwar it-tindif fejn, wara li l-kunsill tan-Naxxar kien ilu jaħdem bil- koperattiva ndafa pubblika għal snin sħaħ, saret tender skond il-proċedura stabilita u ntgħażlet l-ogħla offerta tan-northern cleaning co-op.", "Din l- offerta kienet ogħla b'Lm2,000 - allura jispiċċaw Lm6,000 ogħla fuq tliet snin - u wieħed jista' jinnota li fil-breakdown tas-servizzi addizzjonali, għall-ġbir ta household jew commercial refuse fil-Ħdud u l-festi, l-offerta tal-koperattiva ndafa pubblika kienet Lm7.86 orħos kull nhar ta' Ħadd u kull festa pubblika; u daqstant ieħor il-bulky refuse kienet 50c irħas mill- offerta magħżula, għalkemm nifhem li seta' kien hemm aspetti oħra fejn il- koperattiva magħżula setgħet kienet iktar favorevoli.", "Imma jekk wieħed iħares lejn il-bulky refuse, li ħafna drabi jaffettwa lill-households u lill-individwi, ċertament mhux biss il-punt li dawn huma fondi pubbliċi imma anke l-fatt li l-households se jkunu affettwati, dawn l-affarijiet jirrikjedu spjegazzjoni ċara abbażi tal-prinċipji li semmejt fil-bidu.", "Dan qed jingħad minħabba li l-minuti tal-kunsill juru li meta kienu qegħdin jitkellmu biex jagħżlu koperattiva minn oħra, intqal hekk:", "\"Il-Viċi Sindku tan-Naxxar informa lill-kunsill li kien kiseb tagħrif mis-Sindku ta' San Pawl il-Baħar fejn informah li l-problema kienet tinsab fil-kuntrattur imqabbad mill-kummerċjanti, filwaqt li man- northern cleaning co-operative ma kienx hemm problemi.\"", "Mela s-Sindku ta' San Pawl il-Baħar qal lill-Viċi Sindku tan-Naxxar li n- northern cleaning kienet iktar effiċjenti mill-koperativa ndafa pubblika.", "Meta wieħed jikkonsidra li s-sena ta' qabel l-kunsill ta' San Pawl il- Baħar kien wieħed mill-kunsilli li ta offerta lin-northern cleaning b'Lm20,000 iktar, kif jista' s-Sindku ta' San Pawl il-Baħar ma jirrakkomandax l-istess koperattiva!", "Mela issa wasalna biex l-għażliet isiru abbażi tar-rakkomandazzjoni ta' dak u ta' l-ieħor!", "Fejn hi l- evalwazzjoni teknika!", "Kieku hawnhekk kellek xi rapporti li l-koperattiva ta' qabel kienet għamlet xogħol ħażin, li n-nies kienet qed tgerger kontra tagħha jew li l- kunsill kellu ħafna complaints kontra tagħha, kieku nifhimha din l-għażla.", "Imma effettivament mill-fatti tax-xogħol li l-koperattiva kienet għamlet fis-snin ta' qabel, jirriżulta li l-kunsill tan-Naxxar qatt ma kien għamel complaint.", "Dan jirriżulta wkoll minn ittra li l-avukati tal- koperattiva kienu bagħtu lill-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali fil-5 ta' Ottubru, fejn jingħad li l-koperattiva qatt ma ġie ssolevat lilha, fix- xogħol tas-snin ta' qabel, li effettivament għamlet xogħol ħażin.", "Dawn il- fatti li kkwotajt huma fatti mill-minuti tal-kunsill u minn dak li ġara.", "Għalhekk ċertament jirriżulta li l-għażla ma kenitx ibbażata fuq kriterji oġġettivi, fuq assessment xjentifiku u fuq esperjenza reali, imma sempliċement għax xi ħadd ta l-opinjoni tiegħu u dan ix-xi ħadd kien l- istess bniedem li kien involut f'għażla ta' tender li kienet iktar għolja s- sena ta' qabel.", "Barra minn hekk - u nsemmih għax kien il-Viċi Sindku Angelito Sciberras li qaluli li għamel plejtu sħiħ fuq ir-radju - l-istess kunsill tan-Naxxar fis-16 ta' Ottubru ta' din is-sena, inħareġ kontra tiegħu mandat ta' inibizzjoni biex ma jagħtix tender dwar ir-resurfacing, u fost affarijiet oħra - u ma rridx nidħol fil-mertu - apparentement l-istess kunsill qal li l-kumpannija ġiet skartata għax kellu rapporti li din kellha ħafna nkwiet mal-kunsilli.", "Mhux qed niddefendi la lil wieħed u lanqas lill-ieħor - nerġa' ngħid li mhux neċessarjament li l-irħas offerta tkun l-aħjar offerta - pero' nibqa' nsostni li din it-tip ta' evalwazzjoni mhix evalwazzjoni oġġettiva li fuqha għandhom isiru l-għażliet.", "Għalhekk l-opinjoni tan-nies qed tkun li l-kunsilli qegħdin jaħlu u jużaw ħażin il-fondi pubbliċi meta dawn huma tant limitati.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix it-tender li semmejt diġa', li r-reġjun tal- Mellieħa, l-Imdina, l-Imġarr, ir-Rabat u San Pawl il-Baħar kienu għażlu dwar it-tindif is-sena li għaddiet u li reġgħet ġiet imġedda din is-sena.", "Hawnhekk id-differenza bejn il-koperattiva ndafa pubblika u t-tender magħżula kienet ta' madwar Lm20,000 iktar fis-sena.", "Għalhekk fuq perijodu ta' tliet snin dan se jkun ifisser li dawn il-kunsilli se jkunu ħarġu Lm60,000 iktar.", "Hawnhekk bilfors li tidħol il-mistoqsija għax dawn huma tnejn mill-offerti li saru, pero' mhux qed neskludi li jista' jkun hemm ukoll każi oħra f'kunsilli oħrajn.", "Jien identifikajt dawk li nġiebu għall- attenzjoni tiegħi, u anke sabiex insostni l-argument tiegħi li fil- kunsilli lokali għandu jkun hemm value for money u li l-kunsilliera huma responsabbli li jiġġustifikaw in-nefqa għax il-flus allokati lilhom huma flus it-taxpayer.", "Għalhekk il-kunsilli huma responsabbli li jagħtu rendikont ta' kif qed jintefqu l-flus u kif dawn qed jagħtu l-aħjar riżultat.", "Ningħaqad mal-messaġġ ta' sieħbi, fejn qegħdin naraw li għax issa qegħdin joqorbu l-elezzjonijiet, ċerti kunsilli li ħallew ċerti proġetti fuq l-ixkaffa issa qed jippruvaw jattwawhom u ħafna drabi jmorru oltre l- flus li għandhom allokati.", "Il-kunsilli jridu jiftakru li skond il-liġi ma jistgħux jonfqu iktar mill-fondi li għandhom allokati u ma jistgħux jorbtu u jsammru lill-kunsilli li jkunu eletti wara, b'mod li dawn ma jkunux jistgħu jaqdu l-programm tagħhom li fuqu jkun għażilhom il-poplu f'għażla demokratika.", "Dan qed jingħad għax dawk il-kunsilli that overshoot their budget - minħabba li jibdew xogħol fl-aħħar mumenti, ħafna drabi bil- għaġġla u mhux ippjanat sew, li allura jirriżulta f'xogħol ta' kafkaf - għadhom jinżammu responsabbli.", "Dawn għandhom l-obbligu li josservaw ir- regolamenti u jħarsu l-liġijiet u jagħtu rendikont lill-poplu.", "Dan huwa l-messaġġ tiegħi, messaġġ pożittiv fis-sens li dan il-pajjiż irid jara li kemm fuq livell ċentrali kif ukoll fuq livell lokali, flus il- poplu jridu jintnefqu bil-galbu u bit-trasparenza, u dak li jintnefaq irid ikollu l-valur għall-flus ġustifikat li jirrifletti billi l-livell tal- ħajja taċ-ċittadin jogħla u jkun aħjar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru 2000, fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KONSUMATUR - ĦADDIEMA ĠODDA", "19394.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad- Dipartiment tal-Konsumatur mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu ndikat ġew impjegati tliet ħaddiema ġodda mad-dipartiment għall-affarijiet tal- konsumatur.", "Tnejn minn dawn l-impjegati ġew ingaġġati wara li kien hemm sejħa għall-applikazzjonijiet, filwaqt li l-ieħor mar jaħdem fid- dipartiment minn dipartiment ieħor.", "KUMMERĊ - ĦADDIEMA ĠODDA", "19396.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad- dipartiment tal-kummerċ mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġet sejħa għall- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr ma ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l- impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul il-perijodu ndikat mill- Onor. Interpellant, ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment tal- kummerċ.", "STATISTIKA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19397.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad- dipartiment ta' l-istatistika mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġet sejħa għall- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr ma ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MALTACOM - TRANSFERS", "19400.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Maltacom?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza, kien hemm ċaqlieq ta' 148 ħaddiem minn sezzjoni għal oħra tal-Maltacom.", "Wieħed jifhem li f'azjenda ta' dan it-tip iċ-ċaqliqiet huma meħtieġa sabiex ix-xogħol jibqa' għaddej b'mod effiċjenti.", "Dawn it- trasferimenti kollha saru minħabba l-esiġenzi tal-kumpanija u għal dan il- għan mhux eskluż li jsiru fil-futur.", "AIR MALTA - TRANSFERS", "19402.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Air Malta?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul il-perijodu ndikat saru sitt trasferimenti ta' staff bejn dipartiment u ieħor ta' l-Air Malta.", "Dawn it-trasferimenti, li huma parti integrali mill-amministrazzjoni ta' l- azjenda, saru kif naturalment ser jibqgħu jsiru biex jinqdew aħjar l- esiġenzi tal-kumpanija.", "MDC - TRANSFERS", "19404.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-MDC?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul il- perijodu ndikat minnu ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fil-korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Malta.", "Fil-futur mhux eskluż li jsiru trasferimenti jekk dan ikun fl-interess tal-korporazzjoni.", "SPTAR SAN LUQA - FOOD POISONING", "20214.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' food poisoning, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "X'passi ttieħdu mid-dipartiment tas-saħħa dwar dawn il-każi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-hospital activity analysis jirriżulta li minn Jannar sa Awissu 2000 ġew ammessi ħames każi ta' food poisoning.", "Dawn kienu imqassmin hekk: żewġ każi ġew klassifikati bħala food poisoning mhux speċifikat (ICD-10 Code: T62.5) u tliet każi ta' Salmonella food poisoning (ICD-10 Code: A02).", "DJAR - LIFTS", "20215.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim-Ministru jikkunsidra li jivvota l-flus fl-estimi tal-budget tas-sena 2001 sabiex isiru lifts fil-qasam tad- djar Ta' Mlit il-Mosta, peress li l-eta' tal-familji residenti qed dejjem tikber u dan il-fatt qed joħloq aktar il-bżonn ta' dan is-servizz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-iskema dwar stallazzjoni ta' lifts kopriet il- lokalitajiet tal-Kottonera, Kalkara, Valletta u Furjana u dawk il-blokki proprjeta' tal-gvern fil-lokalitajiet kollha f'Malta u Għawdex, li fihom jgħixu persuni bi problemi ta' mobilita'.", "Hemm ħsieb li din l-iskema tiġi estiża għal lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex.", "L-allokazzjoni ta' fondi għal dan l-iskop tiddependi mir-riżorsi disponibbli, fid-dawl ta' prioritajiet oħra.", "SPTAR SAN LUQA - NIES BI PROBLEMI TA' 'XORB", "20216.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa kawża ta' xorb eċċessiv, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "X'eta' kellhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li minn tagħrif miġbur permezz tas- sistema tal-hospital activity analysis jirriżulta li minn Jannar sa Awissu, 2000 ġew ammessi 37 każ minħabba xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa.", "Il- każi jitqassmu fi tliet kategoriji.", "*Kategorija A: sindromu ta' dipendenza fuq l-alcohol (ICD-10 code F10.2)", "*Kategorija B: intossikazzjoni kkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0)", "*Kategorija C: mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)", "Kategorija A", "| Eta' | Numru | | 10-19 | 1 | | 20-29 | 2 | | 30-39 | 5 | | 40-49 | 5 | | 50-59 | 4 | | Total | 17 |", "Kategorija B", "| Eta' | Numru | | 10-19 | 6 | | 20-29 | 1 | | 40-49 | 1 | | 50-59 | 1 | | 60-69 | 2 | | 80-89 | 1 | |Mhux | 1 | |speċifikat | | | Total | 13 |", "Kategorija C", "| Eta'| Numru | | 40-49| 3 | | 50-59| 3 | | 70-79| 1 | | Total| 7 |", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "20217.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni li tneħħewlhom xi forma ta' benefiċċji soċjali, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "X'tip ta' benefiċċji kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "18047.", "DJAR - LIFTS", "20218.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim-Ministru jikkunsidra li jivvota l-flus fl-estimi tal-budget tas-sena 2001 sabiex isiru lifts fil-qasam tad- djar Ta' Panellu l-Mellieħa, peress li l-eta' tal-familji residenti qed dejjem tikber, liema fatt qed joħloq aktar il-bżonn ta' dan is-servizz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20215 f'din l-istess seduta.", "ENEMALTA - RABAT - GĦAJN QAJJED", "20219.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni Enemalta ddaħħal fl-estimi tagħha għall-budget għas-sena 2001, sistema ta' dawl aktar adegwat għal qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, Rabat u Vjal il-Ħaddiem sabiex dawn l- inħawi jkunu mdawwla aħjar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li t-talba biex jiżdied id-dawl fit- toroq imsemmija qed jiġu kkonsidrati flimkien ma' talbiet oħra.", "PULIZIJA - ĦAMRUN - GĦASSA", "20450.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa hemm spettur wieħed stazzjonat fl-għassa tal-Ħamrun u li dan mhux biżżejjed għal kobor tal-post, meta f'postijiet bħal Tas-Sliema u l-Belt Valletta hemm tliet spetturi?", "Għaliex ma jiġix assenjat spettur ieħor il-Ħamrun?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-Ħamrun fil-preżent hemm spettur wieħed, pero` qiegħed isir eżerċizzju sabiex il-fizzjali fid-distretti jiġu re-assenjati.", "SKEJJEL - SKOLA MIKELANG SAPIANO", "20458.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Iskola Mikelang Sapiano m'hemmx għalliem tal-matematika fil-kors tal-computer aided engineering?", "Meta hemm ħsieb li dan l-għalliem jinstab?", "Minbarra l-kors imsemmi, fl-liema kors ieħor hemm nuqqas ta' għalliema f'din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano m'hemm ebda għalliem tal-matematika nieqes fil-kors tal-computer aided engineering.", "Madanakollu għad hemm xi nuqqas ta' għalliema fi ħdan dan l-istitut kif se nsemmi:", "|Suġġett | Numru | | |ta' | | |lezzjonijiet | |pneumatics & | 6 | |hydrolics | | |microelectronics | 4 | |implimenting | 2 | |engineering | | |design | | |safety | 5 |", "SKEJJEL - TEACHING LOAD", "20459.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'policy teżisti dwar teaching loads ta' l- għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Hemm xi numru ta' lezzjonijiet massimi għal suġġetti differenti fil-ġimgħa fl-iskejjel sekondarji?", "Kemm huwa t- teaching load fil-ġimgħa għall-għalliema tal-lingwi u dawk tax-xjenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-suġġett li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant hu regolat bil-ftehim kollettiv relattiv.", "MARSA - KUMPLESS SPORTIV", "20460.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif jitmexxa l-kumpless sportiv tal-Marsa?", "X'sistema tintuża għall-użu tal-faċilitajiet tal-football, rugby, volleyball, etc.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li teżisti sistema ta' booking bi ħlas għal faċilitajiet tal-kumpless sportiv tal-Marsa.", "Dawn il-bookings isiru għand l-uffiċjali tad-dipartiment taż-żgħażagħ u sport li jinsabu fil-kumpless sportiv tal-Marsa.", "MARSA - KUMPLESS SPORTIV", "20462.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sistema teżisti biex it-track ta' l-atletika fil- Marsa tintuża kemm minn għaqdiet u kemm minn individwi?", "Hemm xi sistema ta' booking?", "Jaf il-Ministru li kemm-il darba jkun hemm konfużjoni sħiħa għaliex jidher li m'hemm l-ebda organizzazzjoni dwar kif jintuża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm sistema ta' booking għal użu ta' l- athletics track tal-Marsa, partikolarment għal skejjel li jużaw it-track filgħodu.", "Dawn il-bookings isiru għand l-uffiċjali tad-dipartiment taż- żgħażagħ u sport li jinsabu fil-kumpless sportiv tal-Marsa.", "Meta ma jkunx hemm bookings għall-attivitajiet partikolari, it-track tkun miftuħa għall-użu tal-pubbliku.", "DETOX CENTRE", "20466.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, matul din is- sena s'issa, kemm-il persuna wżat is-servizzi taċ-ċentru Detox?", "Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa?", "Kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija?", "Kemm-il persuna attendiet għall-ewwel darba?", "Liema kienet l-iżgħar u l- akbar eta' tal-persuni li attendew id-Detox din is-sena?", "Il-figuri totali ta' din is-sena kif jikkomparaw ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2000 - 1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru - 819-il persuna wżaT iċ-ċentru tad-Detox.", "Minn dawn, 701 kienu rġiel filwaqt li 118 kienu nisa.", "Kien hemm 717 li kienu ta' nazzjonalita' Maltija, filwaqt li 102 kienu ta' nazzjonalita' barranija.", "140 persuna għamlu użu għall-ewwel darba minn dan is-servizz.", "L-iżgħar persuna li attendiet kellha 16-il sena, waqt li l-akbar persuna li għamlet użu minn dan is-servizz kellha 59 sena.", "Fl-istess perijodu tas-sena l-oħra - Jannar u Settembru 1999 - in-numru ta' persuni li għamlu użu miċ-ċentru tad-Detox kien ta' 741.", "Dan ifisser li meta mqabbel ma' l-istess perijodu ta' din is-sena, fis-sena 2000, kien hemm żieda ta' 78 persuna li għamlu użu miċ-ċentru tad-Detox.", "AMBJENT - PUBLIC AWARENESS", "20483.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "20053, jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: M`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20053.", "PA - COAST ROAD - BINI STORIKU", "20484.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u l-pjanti approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar (PA1157/98) imsemmija fir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "19948?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-aċċess għal din l-informazzjoni hu stabilit bil- metodu esklussiv indikat fl-Att I ta` l-1992.", "WSC - CHIEF EXECUTIVE", "20485.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "20190?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "WSC - KONTIJIET", "20486.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "20188?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - ENFORCEMENT ORDER", "20488.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement order ħarġet mill-awtorita' ta' l-ippjanar sal-lum li tirrigwarda reklamazzjoni abużiva ta' art xagħri għal raba'?", "F'liema lokalitajiet inħarġu l-enforcement orders?", "Kemm minn dawn l-enforcement orders ġew esegwiti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-awtorita` ta` l-ippjanar ħarġet 19-enforcement order fuq abbużi ta` reklamazzjoni ta` art xagħri.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub mill- Onor. Interpellant.", "Il-każi ndikati għadhom pendenti.", "PA - MAGĦTAB ENVINONEMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "20489.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "20105, jista' l- Ministru jivverifika l-applikazzjoni ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar, PA 605/95?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li r-rapport dwar applikazzjoni PA 605/95 ikun konkluż din il-ġimgħa u wara jiġi riferut għal deċiżjoni.", "Ta` min isemmi li t-terms of reference għal environmental planning statement kienu ngħataw lill-applikant f`Jannar ta` l-1997.", "Dan l-EPS kien sottomess f`Awissu ta` l-1999, minkejja li l-konsulenti ma kenux approvati mill-awtorita` u mid-dipartiment għall-protezzjoni ta` l-ambjent (EPD)."]} {"filename": "20021203_825d_par.doc", "date": "2002-12-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 825 It-Tlieta, 3 ta' Diċembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 825", "It-Tlieta, 3 ta' Diċembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "825", "It-Tlieta, 3 ta' Diċembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 180", "INFORMAZZJONI 180", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 180", "TQEGĦID TA' KARTI 185", "MOZZJONIJIET 186", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L- IPPJANAR", "GĦAS-SENA 2002-2003 186", "AĠĠORNAMENT 212", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 216", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 824 li saret fit-3 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet kopja tal-performance audit ta' l-ischool information system u se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-performance audit ta' l-ischool information system fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, datat Diċembru 2002, imħejji mill- awditur ġenerali.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI FI STAT TA' KOMA IRRIVERSIBBLI", "37141.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra mill- 1990 sa l-2002 kemm kien hemm u kemm hemm illum persuni li qegħdin fi stat ta' koma irriversibbli rikoverati fl-Isptar San Luqa u huwiex possibli li dawn jiġu indikati sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent) (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal- hospital activity analysis, jirriżulta li n-numru ta' persuni li ġew rikoverati fl-isptar San Luqa minħabba f'koma mhux speċifikata, jidhru hawn taħt.", "Fis-sistema tal-hospital activity analysis nużaw l-ICD-9 u l-ICD-10, international statistical classification of diseases and related health problems, li fiha m'hemmx distinzjoni bejn koma irriversibbli u koma mhux speċifikata (ICD-9 code 7800, ICD-10 code R4012).", "Għalhekk in-numri fit- tabella hawn taħt jinkludu t-tipi kollha ta' koma jew ta' telf tas-sensi (unconsciousness), u wieħed ma jistax jiddistingwi jekk il-kundizzjoni kenitx irriversibbli jew le.", "L-informazzjoni qabel l-1993 ma kenitx tinġabar. | | | | | | | | | |SENA |NUMRU TA' PERSUNI | | |LI | | |DDAĦLU L-ISPTAR | | |B'KOMA (MHUX | | |SPEĊIFIKATA) | |1993 |47 | |1994 |64 | |1995 |112 | |1996 |85 | |1997 |97 | |1998 |151 | |1999 |151 | |2000 |136 | |2001 |130 | |2002 |85 | |(Jan-Sep| | |) | |", "In-numru ta' pazjenti f'koma rriversibbli illum huwa zgħir u faċilment identifikabbli.", "Għaldaqstant ma nħoss li għandi nagħti aktar dettalji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, xtaqt li kieku kien hawn preżenti l- ministru tas-saħħa peress li hemm ħafna x'wieħed jgħid u x'jirrispondi dwar is-sitwazzjoni ġewwa l-isptar San Luqa.", "Biżżejjed ngħid li min imur biex jinqeda ġewwa l-emerġenza, għandu sitt siegħat jew aktar, jistenna biex jingħata t-trattament meħtieġ.", "Kieku din tiġri rarament, wieħed jaċċettaha, imma li tiġri ta' spiss, biex ma ngħidx ta' kuljum, m'hijiex aċċettabbli, speċjalment wara d-deċiżjoni li ħa l-ministru li jaqbad u jagħlaq il-polikliniċi lokali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, għalkemm aktar dettalji jkun jista' jagħtihomlu l-ministru tas-saħħa, wieħed irid japprezza li dan id- dipartiment qiegħed hemmhekk għal każijiet ta' emerġenza.", "Jiena naf – għax bħall-Onor.", "Cuschieri noħroġ għall-elezzjonijiet u niltaqa' mal-kostitwenti tiegħi – b'nies li jmorru l-emerġenza għax verament ikollhom każ urġenti u naf b'oħrajn li jmorru anke biex sempliċement jingħataw pilloli għall-kura ta' l-ażżma.", "Naħseb li dan m'huwiex sew.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika tan-numru ta' persuni li jirrikorru fl-emerġenza ġewwa l-isptar, isib li jew il-poplu huwa verament marradi, jew inkella qed jabbuża minn din is-sistema, bil-konsegwenza li jbatu dawk li verament għandhom bżonn ta' kura urġenti.", "Irridu noqogħdu attenti kif nitkellmu għax il-persuni li jmorru l-emerġenza ma jiġux moqdija on a first come, first served, basis.", "Jiena ġieli ħadt xi membri tal-familja tiegħi ġewwa l-emerġenzja u naf li teżisti ċerta ordni ta' prijorita'.", "Ħafna drabi l-assessment isir dak il-ħin stess u ġieli jirriżulta li verament ikun hemm nies li jistennew.", "Il-kwestjoni ta' kemm wieħed għandu jdum jistenna hija f'idejn l- amministrazzjoni ta' l-isptar, pero' irridu noqogħdu attenti – għax anke jiena ġieli jkolli lmenti bħal dawn – li ma nieħdux l-idea li għax persuna tkun ilha tistenna, għandha bilfors tingħata l-kura qabel dik li tkun għadha kif waslet, għax dan jiddependi mit-tip ta' inċident li minħabba fih dik il-persuna tkun marret l-emerġenza.", "Ġaladarba qegħdin nitkellmu fuq dan is-suġġett, għalkemm issib min jikkummenta dwar dewmien, wieħed irid ifaħħar lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu f'dan id-dipartiment taħt ċirkostanzi ta' pressjoni, speċjalment f'dawn iż-żmenijiet ta' festi, u ħafna drabi anke jagħmlu iżjed milli jirrikjedi x-xogħol tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, m'għandix dubju mill-isforz li jagħmlu l-ħaddiema ta' l-emerġenza, speċjalment issa li waqa' aktar load fuqhom.", "Il-ministru qal li kulħadd jaħseb li l-każ tiegħu huwa ta' emerġenza.", "Jiena lanqas nagħti tort lil dawk il-pazjenti li jirrikorru fl- emerġenza ladarba l-polikliniċi qed ikunu magħluqin.", "U hawn hija l-load.", "Imbagħad ikun hemm ukoll każijiet li għalkemm ma jkunux ta' emerġenza, il- persuni jkunu qegħdin isofru u xorta jkollhom jistennew is-siegħat qabel ma jingħataw il-kura li jkollhom bżonn.", "Din ta' sikwit qed tiġri.", "MR SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok għamel id-domanda.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, qed ikollna wkoll ħafna lmenti dwar ċertu ħmieġ li qed ikun hemm fil-wards ġewwa l-isptar San Luqa.", "Peress li l-gvern issa għadda r-responsabbilta' ta' l-indafa f'diversi wards lil kumpannija privata, jista' il-Ministru jgħidilna x'sorveljanza qed issir f'dan ir-rigward u minn min qed issir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-fatt li llum ċerti polikliniċi m'għadhomx jinfetħu, ma jfissirx li għandu jkun hemm żieda fid-dipartiment ta' l-emerġenza ġewwa l-isptar u ma naħsibx li hemm xi prova ta' dan.", "Jekk persuna s-soltu tinqeda f'poliklinika fir-raħal tagħha, u din bħalissa tinstab magħluqa, għandha tmur fl-eqreb poliklinika li tkun miftuħa u mhux tirrikorri fl-emerġenza.", "Il-prattika li tintuża ġewwa l-isptar San Luqa - bħal f'kull sptar ieħor f'Malta kif ukoll barra minn Malta - hi li jiġu klassifikati l-emerġenzi u mhux skond min jasal l-ewwel.", "Ħafna nies idumu jistennew fl-emerġenza għax skond l-opinjoni tal-persuni li jifhmu, il-każ tagħhom ma jkunx urġenti daqs oħrajn li jkollhom aktar prijorita' skond il-każ tagħhom.", "Jien ma nistax nagħti informazzjoni speċifika dwar dak li qed jitlob l- Onor. Interpellant fir-rigward ta' l-indafa ġewwa l-isptar.", "Għalkemm l- isptar huwa enormi, ma nieħux l-impressjoni li huwa maħmuġ.", "Dan jiddependi wkoll għal liema parti ta' l-isptar wieħed ikun qed jirriferi għax huwa ovvju li dik il-parti l-antika, m'hijiex sabiħa daqs dik il-parti li ġiet refurbished.", "Meta jiena mmur nżur lil xi ħadd, ma nieħux l-impressjoni li hemm xi telqa jew ħmieġ, anzi pjuttost minkejja li dan huwa l-uniku sptar f'Malta, li fih l-akbar ammont ta' pazjenti u ammont kbir ta' viżitaturi, tieħu l- impressjoni li huwa sptar normali.", "Ma ninsewx li dan huwa post pubbliku, miftuħ għal kulħadd u allura tistenna li jitħammeġ, pero' naf li jingħata attenzjoni partikolari għall-indafa minħabba l-fatt li huwa sptar.", "Irrid inżid ngħid li partijiet minn dan l-isptar jiġi mnaddaf mill-ħaddiema tal- gvern.", "M'għandix informazzjoni dwar it-tip ta' sorveljanza li ssir u jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-Ministru donnu qiegħed jiddiversifika l-emerġenzi minn każ għal ieħor, jista' jgħidilna huwiex aċċettabbli li bniedem idum tmien siegħat jistenna fl-emerġenza – naf b'każ simili - u mbagħad jirriżulta li jkollu l-lewkimja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, la l-Onor.", "Interpellant m'hu tabib u lanqas jiena pero' naf li s-serjeta' tal-marda mhux neċessarjament għandha x'taqsam ma' l-emerġenza.", "Każ ta' xi ħadd li jikser idu, per eżempju, meta kkomparat ma' mard ieħor, m'huwiex serju, imma xorta waħda f'dak il-mument ikun ta' emerġenza.", "Jista' jkun li f'ċerti każijiet tal-marda li semma' l- Onor. Interpellant, hija emerġenza u f'oħrajn m'hijiex.", "Naħseb huwa diffiċli li kemm hu kif ukoll jien, niġġudikaw fl-ajru x'inhi emerġenza.", "Allaħares kulma huwa serju, huwa emerġenza!", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant irid jiddistingwi bejn dak li huwa emerġenza.", "Persuna jista' ma jkollhiex marda serja jew inċident serju imma xorta waħda dak il-ħin stess ikollha bżonn rimedju, għax inkella s-sitwazzjoni tista' taggrava, u jista' jkollha marda serja imma f'dak il-mument ma jkunx ta' emerġenza.", "STATEMENTING MODERATING PANEL - CDAU", "36616.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'diffikultajiet qed jiltaqa' magħhom l-istatementing moderating panel mas-CDAU?", "X'qed isir biex dawn jingħelbu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru tat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni): Informat li l-unika diffikulta` hi li f'numru żgħir ta' każi, l-istatementing moderating panel ma jkollux rapporti riċenti mis-CDAU.", "L- SMP diġa` ddiskuta mas-CDAU kif tista` tingħeleb din id-diffikulta`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħidilna x'ġie diskuss biex tinstab din is-soluzzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, fil-file li għandi quddiemi m'għandix l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "STATEMENTING MODERATING PANEL - STUDENTI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "36617.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'parametri taw il- ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni lill-istatementing moderating panel meta jiġu biex jiddeċiedu x'tip ta' għajnuna jagħtu lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-parametri li l-ministeru u d-diviżjoni taw lill-SMP meta jiġu biex jiddeċiedu x'tip ta' għajnuna jagħtu lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel hija skond l-\"Inclusive Education Policy Regarding Students With a Disability\" ta' Lulju 2002 li tinkludi provvediment ta' għajnuniet diversi edukattivi u oħrajn.", "SPLD - BACKLOG", "36618.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'backlog ta' talbiet pendenti għall-għajnuna għandu l-SPLD tal-Furjana u x'riżorsi ta' nies għandu biex ilaħħaq max-xogħol li għandu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 36310 f'seduta 813.", "SPECIAL EDUCATIONAL NEEDS CO-ORDINATORS", "36619.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm special educational needs co-ordinators fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Il- pożizzjoni ta' SENCO ma teżistix fil-complement tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għadha qed tiddiskuti ma' awtoritajiet oħra biex jinħoloq il-grad ta' special educational needs co- ordinator.", "Fl-Universita` sar kors preliminari ta' taħriġ fejn ħadu sehem ħames għalliema.", "Skond standards Ewropej, il-grad ta' SENCO irid ikun għalliem kwalifikat bi kwalifiki propja fil-qasam ta' bżonnijiet edukattivi speċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm special educational needs co-ordinators fil-preżent u x'inhu l-istat tax-xogħol tagħhom sakemm jinħoloq grad għalihom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Bħalissa m'hawn ħadd maħtur bħala special educational needs co-ordinator u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għadha qed tiddiskuti ma' awtoritajiet oħra biex jinħoloq dan il-grad.", "Jirriżulta li fl-universita' sar kors preliminari ta' taħriġ u għalih ħadu sehem ħames għalliema.", "SAN ĠILJAN - TRIQ IL-MENSIJA", "36685.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex titwessa' Triq il-Mensija, San Ġiljan - f'dik il- parti ta' taħt il-pont reġjonali - għax kif inhi dejqa bħalissa żgur m'hijiex tajba għan-numru ta' nies li jużawha għax joqogħdu fl-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-awtorita' dwar it-trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu.", "Filwaqt li fil-preżent għaddej xogħol ieħor estensiv f'San Ġiljan, ix-xogħol biex titwessa' din it-triq isir skond il- prijoritajiet ta' dan il-programm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, sieħbi qed jirriferi għal triq li parti minnha ttieħdet mingħajr konsultazzjoni ta' xejn u s-sidien għadhom lanqas tħallsu għaliha u allura żdiedet fil-volum tan-nies kif ukoll tat- traffiku.", "Il-Ministru qal li dan ix-xogħol isir skond il-prijoritajiet tal- programm li għandu l-gvern.", "Ladarba sar dan kollu, ma jħossx li ta' lanqas din għandha tingħata prijorita' fuq oħrajn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ma fhimtx il-parti tad-domanda fejn l- Onor. Cuschieri qal li ttieħdet parti mill-art mingħand is-sidien mingħajr konsultazzjoni.", "Ħalli niftehmu.", "Jiġifieri l-Onor.", "Interpellent qed jgħid li kull darba li l-gvern jieħu art f'esproprjazzjoni, għandu jikkonsulta mas-sidien li jiġu esproprjati?", "Dan m'huwiex obbligu legali u manafx jekk fi żmien gvern Laburista kienux jikkonsultaw man-nies qabel ma kienu joħorġu possession and use fuq dik l- art.", "Fil-fatt għandna problema enormi fil-pajjiż minħabba li ħafna nies kienu ħadulhom proprjeta' li kienet tqum l-eluf kbar ta' liri u ħallsuhom bis-soldi u dan il-gvern ma ħariġx aktar possession and use.", "Għalhekk ikun aħjar jekk noqogħdu attenti x'ngħidu qabel ma nitfgħu ċerti botti.", "L-artijiet jiġu esproprjati fl-interess pubbliku.", "Anzi dan il-gvern biddel il-liġi biex jekk xi ħadd jidhirlu li dan ikun qed isir f'interess privat u mhux f'interess pubbliku, ikun jista' jagħmel kawża, u jekk jirriżulta li veru kien hemm l-interess privat, l-esproprjazzjoni ssir nulla.", "Qabel l- 1987, dan ma kienx possibbli għax skond il-liġi li kellna dak iż-żmien, jekk jesproprjawlek l-art, ma stajtx tipprova tattakka l-interess pubbliku.", "Issa dwar San Ġiljan l-impressjoni tiegħi hi li mhux talli mhux qed isiru xogħlijiet, talli tant qed isiru xogħlijiet, li issa beda t-tgergir li dawn qed joħolqu inkonvenjenza.", "Għalkemm jiena m'iniex minn San Ġiljan, bħall- Onor. Interpellant, ta' sikwit ngħaddi minn dawk l-inħawi.", "Kif qal il-ministru tat-trasport u komunikazzjoni, meta rrisponda għal domanda li saret fl-24 ta' Settembru mill-istess Onor. Interpellant, id- direttorat tat-toroq qiegħed jippjana biex joħroġ sejħa għal offerti – qed nirriferi għat-tarmac - għal dawn it-toroq: Construction of the junction layout ħdejn l-isptar Zammit Clapp fil-Kappara, Triq Dragonara, Triq il- Bajja ta' San Ġorġ, Triq San Ġorġ, Triq Wilġa, Triq Zammit, Bajja Balluta, Pjazza Spinola, Triq il-Foresta u Triq il-Mensija.", "Nispera li meta x-xogħol fuq dawn it-toroq kollha li semmejt ikun lest – fil-fatt diġa' ħarġu t-tenders għalihom – l-Onor.", "Interpellant ifaħħarna mbagħad.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, fid-dawl tal-kriżi ta' numru ta' klandestini li ġew Malta f'dawn l-aħħar xhur, jista' il-Ministru jgħid jekk il-pulizija u l-armata hijiex qed tagħmel ħidma preventiva u sorveljanza fuq il-baħar jew mill-ajru, anke minħabba ċerti allegazzjonijiet li wħud minn dawn il-klandestini setgħu twasslu f'pajjiżna fuq bastimenti u mbagħad tniżżlu fuq laneċ iżgħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, m'huwiex eskluż li seta' ġara hekk f'ċerti landings li saru.", "L-ewwelnett ladarba lanqas l-Italja - bis-sistema navali u bil-flotot kollha tagħha - ma rnexxilha tikkontrolla d-dħul f'pajjiżha ta' dawn 'l hekk imsejħa boat people, aħseb u ara aħna, bir-riżorsi limitati li għandna, kemm nistgħu nikkontrollaw din is-sitwazzjoni.", "Barra minn hekk din is-sitwazzjoni mhux dejjem tkun tista' tikkontrollaha, lanqas jekk tkun armat.", "Għax jekk tara dgħajsa qed tegħreq jew maqbuda fil- maltemp ma tistax tħalliha tegħreq.", "Aħna għandna ċerti obbligi internazzjonali lejn dawn in-nies u għalkemm nafu li nkunu se naggravaw ftit il-problema, għandna ngħinuhom u nġibuhom f'pajjiżna.", "Pero' jsiru patrols, b'mod partikolari f'ċerti ibħra, għax nafu li ħafna minn dawn jitilqu mil-Libja fid-direzzjoni lejn l-Italja.", "Tista' tgħid li dawn ħadd minnhom ma jkun jixtieq jiġi Malta u jiġu avżati minn qabel ma jidħlu fl-ibħra territorjali, li aħna ma naċċettawx immigrazzjoni illegali, li jekk jirnexxielhom jidħlu, ikunu qed jiksru l-liġi u se jinżammu f'detenzjoni u li m'għandhomx ċans jiġu meħlusa sakemm ma jkunux refuġjati jew ħaqqhom l-istatus umanitarju.", "Qed ngħid hekk għax faċli tgħid li l- gvern m'għandux jibgħat lura nies kontra r-rieda tagħhom, bħalma reġgħu qalu xi wħud fuq il-gazzetta tal-Ħadd li għadda.", "Tajjeb, mela dawn jiġu Malta kontra r-rieda tagħna imma mbagħad biex nibgħatuhom lura, jrid ikollna r-rieda tagħhom!", "Allaħares nagħmlu hekk.", "Issa waqt li l-gvern, aktar minn kull gvern ieħor qablu, jirrikonoxxi u jipproteġi d-drittijiet ta' dawn ir-refuġjati – billi lil dawk li huma ġenwini tahom id-dritt għax-xogħol, id-dritt għar-relief, id-dritt għal sptar b'xejn, id-dritt għal edukazzjoni b'xejn u d-dritt ta' dokument ta' l- ivvjaġġar – anke dawk li li jgawdu minn status umanitarju, ma jistax ikun li jimpjegahom jew jirrilaxxahom jekk ma jkollhomx il-protezzjoni skond il- liġi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar żidiet f'tariffi għal servizzi mogħtija minn dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni matul l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37207.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali( Mozzjonijiet.", "Il- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L- IPPJANAR GĦAS-SENA 2002-2003", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u infiq ta' l-awtorita` ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar għas- sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru ta' l-2002 sa 30 ta' Settembru 2003 skond l-Att ta' 1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "MR SPEAKER: Min jissekonda(", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema min-naħa tal-gvern u kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni u l-winding up għal gvern.", "Il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, qegħdin inressqu għall-ħames darba, jiena u sieħbi l-Onor.", "George Pullicino, għall-approvazzjoni l-estimi dwar l- Awtorita` li qabel kienet tissejjaħ l-awtorita` ta' l-ippjanar u issa qed tissejjaħ l-awtorita` dwar l-ambjent u l-ippjanar.", "L-estimi li għandna huma estimi għas-sena d-dieħla kif ukoll l-accounts tas-ena li għaddiet.", "Jekk inħarsu lejn il-ħidma tas-sena li għaddiet insibu li saret ħidma fi tliet oqsma prinċipali.", "L-ewwelnett saret ħidma biex insaħħu l-awtorita` bħala organizzazzjoni.", "Issa jiena qed noqgħod attent x'ngħid.", "Qed ngħid insaħħu lill-MEPA bħala organizzazjzoni għax l-ebda gvern, la dan u lanqas dak ta' qablu, m'huwa responsabbli hu għal kull deċiżjoni li tieħu l- awtorita` dwar permessi ta' l-iżvilupp, anzi l-iskop li għamilna l- awtorita` kien propju biex ma jibqax dan il-poter f'idejn l- amministrazzjoni jew f'idejn il-ministri iżda dan jiġi trasferit għal awtorita` li hija awtonoma.", "Dan ma jfissirx li dan il-parlament u anke l- gvern ma jarax li l-flus li qed jivvota għall-awtorita` jintefqu kif suppost u b'ċerta responsabbilita`, għax l-awtorita` fl-aħħar mill-aħħar tiddependi għall-finanzjament tagħha mill-erarju pubbliku.", "Jekk wieħed iħares lejn l-estimi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar isib li kull sena jkun hemm subvention daparti tal-gvern għax bid-dħul tagħha biss, l-awtorita` ma tfendix għall-ispiża tagħha.", "Issa din is-sena, kif se nispjega, iktar u iktar kien hemm bżonn fondi minħabba li saret l- amalgamazzjoni tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent mal-MEPA.", "Għaliex għamilniha din l-amalgamazzjoni( Għamilniha għax nemmnu li b'din l- amalgamazzjoni għandna aġenzija regolatriċi ta' l-ambjent li m'hijiex iktar parti minn dipartiment tal-gvern imma parti minn organizzazzjoni li għandha esperjenza dwar l-użu ta' l-art għal dawn l-aħħar għaxar snin u li bniet ċerta struttura partikolarment f'dik li hija enforcement.", "B'dan Aħna ħassejna li f'dan il-pajjiż żgħir ikun aħjar jekk naħdmu b'mod iktar ċentralizzat għar-rigward il-ħarsien ta' l-ambjent flok ikollna ħafna entitajiet li jieħdu ħsieb il-ħarsien ta' l-ambjent.", "Minkejja li għandu inqas nies, għax mhux kulmin kien fid-dipartiment mar ma' l-awtorita`, jiena nemmen li b'din l-amalgamazzjoni saħħaħna iktar l-organizzazzjoni u evitajna dupplikazzjoni ta' awtoritajiet.", "Mr Speaker, naħseb li nistgħu niftaħru li f'dawn l-aħħar erba' snin il- proċess ta' l-ippjanar sar iktar trasparenti, u dan bl-emendi tal-liġi li fil-fatt saru.", "Niftakru li kienet għaddiet liġi li meta wieħed jivvota fuq applikazzjoni għall-iżvilupp anke l-vot mill-bord ikun sigriet.", "Niftakru li kien hemm żmien meta perit biss seta' jara file ta' l-Awtorita`.", "Illum mhux biss kulħadd jista' jmur jara file ta' l-awtorita` fil-parametri tal-liġi, iżda dan jista' jagħmlu mill-kumdita` ta' daru peress li l-planning authority għandha l-aħjar website klassifikata fis-settur pubbliku.", "Illum mill-kumdita` ta' darek tista' tkun taf min għandu enforcement notice it- triq tiegħek u min applika għal permess.", "Jekk trid tkun taf bis-suġġett, per eżempju min bena swimming pool f'Ħal-Lija, inti tagħfas buttuna u tkun taf ir-raħal tiegħek min għandu permess għal dak l-iżvilupp partikolari, jiġifieri mhux qed nitkellmu biss għall-iżvilupp ġenerali.", "Dan bilfors għamel il-proċess iktar trasparenti u allura iktar kontroversjali, għax qabel kont tinduna li ħareġ permess meta jibdew jibnu, illum tkun taf minn qabel li hemm applikazzjoni għall-iżvilupp f'dak il-post u allura jibdew id- diskussjonijiet ta' min hu favur u min hu kontra.", "Dan huwa frott tal- proċess trasparenti li beda fl-1993 meta bdiet topera l-awtorita` u ssaħħaħ iktar bl-emendi reċenti u bil-mezzi moderni li qed jintużaw għal dan l- iskop.", "Meta nħarsu lejn is-sena li għaddiet bla dubju ta' xejn mil-lat prattiku, l- ikbar achievement ta' l-awtorita` kien li l-każijiet pendenti ta' l- awtorita` niżel għal-livell l-iktar baxx f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Fl- aħħar ta' Settembru, meta tagħlaq is-sena finanzjarja, dan kien 2,382.", "Din iċ-ċifra hija sinifikanti mhux biss għax qatt fl-istorja ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar ma kien hemm ċifra daqshekk baxxa.", "Il-Kamra tapprezza li din ma tistax tiġi zero, għax fil-mument li tgħid zero ukoll tidħol applikazzjoni, u jidhirli li jidħlu 700 applikazzjoni fix-xahar fl- awtorita` jiġifieri qatt ma tista' tirriduċiha għal żero u lanqas tista' inqas minn ċertu minimu.", "Din iċ-ċifra hija sinifikanti wkoll għax fi Frar ta' din is-sena sar audit tas-sistema kif tinżamm l-istatistika tal- każijiet u min għamel dan l-istudju skopra li kien hemm 800 każ bejn 1992 u 2002 li akkumulaw u li ma kinux jidhru fl-istatistika u allura l-awtorita`, biex turi l-verita` ta' l-istatistika, meta fl-auditing indunaw b'dan l- iżball, żidet mal-case load tagħha dawn it-800 każ li kienu akkumulaw matul is-snin.", "Minkejja li żidna 800 każ xorta waħda l-awtorita` rnexxielha tnaqqas il-case load tagħha għal 2,382.", "Dan huwa achievement iktar u iktar meta wieħed jikkonsidra li din is-sena komparat mas-sena li għaddiet inqatgħu 15% iktar każijiet.", "Din is-sena nqatgħu 8,175, u s-sena l-oħra nqatgħu 7,090.", "L-istess l-enforcement notices, ħarġu 1,000 enforcement notice.", "Meta wieħed iħares lejn ir-rapport ta' din is-sena jara li diversi każijiet fejn ġie stabbilit ksur tal-policies ta' l-awtorita`, ħafna kienu dawk li huma stess jagħmlu t-tibdiliet neċessarji biex ma jibqgħux fi stat ta' illegalita`.", "Naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva wkoll.", "Ħarġu wkoll kważi l-local plans kollha kif konna wegħdna li se nagħmlu.", "L-uniku local plan li għadu ma ħariġx għall-konsultazjzoni huwa dak tas-south pero` nittamaw li fil-bidu tas-sena d-dieħla dan joħroġ ukoll.", "Irrid ngħid li sar ħafna xogħol dwaru.", "Ippermettuli ngħid ukoll li d-dħul ta' l-awtorita` żdied ukoll minħabba li qatgħet iktar każijiet.", "Issa wieħed jistaqsi: Mela l-flus tikkreditawhom meta jinqata l-każ( Iva, fil-fatt hekk qiegħda s-sistema, fl-accounts jidhru bħala dħul il-flus li wieħed iħallas għal permess ta' l-Iżvilup.", "Minħabba f'hekk, iktar ma taqta' każijiet iktar ikun hemm dħul.", "Fil-fatt id-dħul mill-permessi ta' l-iżvilupp żdied għal ftit inqas minn Lm200,000 meta komparat mas-sena li għaddiet.", "Dan kien wieħed mill-fatturi li għen biex fl-aħħar tas-sena kien hemm surplus - naħseb wieħed mill-aħjar surpluses li kien hemm - ta ' Lm342,000 li din is-sena se jmur biex jissussidja u jiffinanzja d-deficit li nipprevedu għas-sena li għaddiet.", "Għaliex qegħdin nipprevedu deficit għas-sena li għaddiet( L-ewwelnett madwar 40 impjegat tad-dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent li qabel il- ħlasijet tagħhom kienu joħorġu mill-fond konsolidat, issa se joħorġu mill- fondi ta' l-awtorita`.", "Dawn huma 50 salarju li tagħhom mhux qed nieħdu xi dħul partikolari bħala awtorita`.", "Dawn is-salarji qabel kienu joħorġu mill- minsteru tar-riżorsi u infrastruttura u issa qed joħorġu direttament mill- awtorita`.", "Fl-istess ħin biex insaħħu dan id-direttorat ta' l-ambjent huwa previst li jiġu impjiegati persuni u anke jsiru ċerti studji fi ħdan li huma meħtieġa anke minħabba l-acquis ta' l-Unjoni Eworpea.", "Dan jispjega għaliex fil-fatt se jkun hemm dan id-deficit.", "Ħaġa oħra li qegħdin nipproponu għas-sena d-dieħla huwa li se jiżdied b'mod qawwi t-taħriġ.", "Minn Lm13,000 is-sena li għaddiet l-ispiża fit-taħriġ se tiżdied għal Lm85,000 din is-sena.", "Naħseb din is-sena rridu nkomplu bil- ħidma biex il-proċess tad-deċiżjonijiet ikun iktar trasparenti.", "Jiena dejjem ngħid Allaħares l-awtorita` kellha tkun popolari għax ifisser li kulħadd qed jagħmel li jrid.", "Mill-banda l-oħra trid toqgħod attenta li fil- policies li tagħmel lanqas ma jkun hemm tfixkil ta' l-iżvilupp.", "Aħna għalhekk dejjem nitkellmu fuq sustainable development.", "Żvilupp għandu jsir, pero` l-Iżvilup ma jistax isir akkost ta' kollox.", "Kieku kellna ngħidu li dejjem isir akkost ta' kollox, inkunu qegħdin neqirdu l-iżvilupp innifsu u l-industriji bħal dik tat-turiżmu.", "Din is-sena nkomplu bil-ħidma tagħna biex kif wegħdna jiġu approvati l- local plans kollha.", "Se nkomplu nsaħħu l-organizzazzjoni tal-MEPA u ta' l- enforcement u nkomplu, jekk inhu possibbli, innaqqsu l-każijiet pendenti.", "Dan seta' sar għax emendajna l-liġi biex issa għandna tliet kummissjonijiet li jiddeċiedu l-permessi u hemm żewġ bordijiet ta' l-appell.", "Qed nistudjaw ukoll il-possibbilta` li nagħmlu t-tielet bord ta' l-appell.", "Li hu importamti biex ma jkollniex konfużjoni huwa li ebda DCC ma jiddeċiedi l- istess suġġett jew l-istess tip ta' applikazzjoni imma jiddeċiedu applikazzjonijiet differenti.", "Dan ħalli ma jkollniex każi fejn jekk tmur quddiem DCC partikolari tiġi deċiża mod u jekk tmur quddiem DCC ieħor jiġi deċiż mod ieħor.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, kif qal il-kollega tiegħi, din hija sena fejn qegħdin inġibu għall-ewwel darba l-estimi mhux iktar ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar imma ta' l-awtorita` Maltija għall-ambjent u l- ippjanar.", "Għalfejn saret din l-amalgamazzjoni( Saret qabel xejn biex ir- riżorsi umani ta' dan il-pajjiż, li m'humiex ħafna - u meta joħorġu sejħiet għall-uffiċjali tinduna li m'humiex bil-mijiet dawn in-nies – ma jispiċċawx moħlija billi jiddupplikaw ix-xogħol.", "It-tieni raġuni hija li l-użu ta' l- art f'Malta għandu l-ikbar impatt fuq l-ambjent ta' dan il-pajjiż.", "Issa jekk dan il-pass ta' l-amalgamazzjoni għal dak li huwa ppjanar ta' l-użu ta' l-art u management ambjentali għamluh pajjiżi ħafna ikbar minna, li ovvjament l-art hija ħafna ikbar għalihom u l-impatt ta' l-użu ta' l-art huwa ħafna inqas minn tagħna, ara kemm kien hemm iktar sens li dan il-pass għamilnih qabel.", "Jiena ngħid li għall-grazzja t'Alla għallinqas għamilnih issa biex ikollna iktar kordinazzjoni.", "Din l-amalgamazzjoni saret ukoll għax għandu jkun hemm iktar infurzar tal- liġi ħafna iktar koordinat u naħseb li dan anke l-pubbliku inġenerali qed jibda japprezzah.", "X'inhi l-ironija tas-sitwazzjoni politika tagħna( Meta konna f'dan il-parlament u l-kollega tiegħi l-Ministru Francis Zammit Dimech kien qed iressaq 'il quddiem l-Att dwar il-ħarsien ta' l-ambjent li kien jaħseb għat-twaqqif ta' awtorita`, in-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet dejjem tikkritika u tgħid li qed inwaqqfu awtorita` oħra biex ikun hemm aktar jobs for the boys.", "Meta l-gvern iddeċieda jamalgama bdew jitkażaw.", "Issa jekk tara d-dokument li ħareġ il-partit Laburista dwar l-ambjent insibu f'paġna 8 dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Fl-istess waqt din l-attitudni irresponsabbli min-naħa ta' l- awtoritajiet wasslet biex ir-riżorsi umani li għandna fil-qasam ta' l- ambjent naħluhom fix-xejn.", "Ir-riżultat huwa framentazzjoni esaġerata.\"", "Mela tajjeb, meta kienu separati dawn qalulna li għamilna żball li ġibnihm flimkien, issa li ġibnihom flimkien qed jgħidu li hemm framentazzjoni.", "F'parti oħra ta' dan l-istess dokument jgħidu li tant hawn framentazzjoni li jekk jitilgħu huma fil-gvern jerġgħu jaqsmu kollox u jagmlu erba' dipartimenti.", "Jiena ngħid jekk il-framentazzjoni qiegħda llum li amalgamajna kollox, kemm tkun ikbar jekk qatt jitla' l-labour fil-gvern u jagħmilhom erba' dipartimenti!", "Ovvjament iridu jagħmlu hekk għax filwaqt Ii aħna kommesi li l-poter nifirxuh, tal-Labour huma rinomati li l-poter dejjem iriduh għalihom.", "Dawn għandhom kilba għal poter.", "Naħseb dik tibqa' r- raġuni prinċipali għalfejn il-labour irid jaqsam l-awtorita` f'erba' dipartimenti.", "Nafu x'kien jiġri fil-passat, imma aħjar ma nqajmux mejtin.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq x'ġara matul l-aħħar sena.", "Kif diġa` il- ministru dwar il-case load sar audit dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u nstab li kien hemm 800 każ li kienu akkumulaw matul is-snin.", "Minkejja dawk it-800 insibu li f'Mejju ta' din is-sena biss, jiġifieri f'xahar wieħed, għall-ewwel darba nqatgħu 1,047 applikazzjoni.", "Dan huwa record li qatt ma ġie stabbilit.", "Imbagħad lejn l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena ġie stabbilit record ieħor fejn in-numru ta' applikazjzonijiet pendenti naqas għal 2,382, l-inqas li qatt kien fl-istorja ta' l-awtorita`.", "Nirrepeti li dan minkejja li kien hemm 800 li nstab li ma kenux qegħdin jiġu accounted for.", "Din kumbinazzjoni?", "Le, mhux kumbinazzjoni, hija riżultat ta' politika għaqlija.", "X'għamilna?", "Waqqafna tliet kummissjonijiet li jiddeċiedu fuq il-permessi biex ma jkollniex iktar applikazzjonijiet li jkunu ġew proċessati u qegħdin jistennew biex imorru quddiem il-bord.", "L- awtorita` appuntat ukoll operations manager allura għal kull team u kull uffiċjal li jaraw l-applikazzjonijiet kien qed ikollhom mhux biss targets fix-xahar imma target kull ġimgħa jew target kuljum ta' kemm-il file irid effettivmaent imexxi 'l quddiem.", "Pass ieħor li għamilna - m'għamilnihx is-sena li għaddiet, imma s-sena ta' qabel - kien li iktar xogħlijiet ġew dikjarati li m'hemmx għalfejn tmur tagħmel applikazzjoni sħiħa għalihom imma tista' tmur tagħmilhom sempliċiment b'notifika.", "In-notifika m'għamilnihiex biss biex innaqqsu l- ammont ta' każijiet pendenti imma biex il-pubbliku inġenerali jonqoslu l- ammont ta' flus li jkun irid iħallas biex japplika.", "Il-bieraħ meta smajt lill-Kap ta' l-Oppożizjzoni jgħid li l-awtorita` żiedet il-ħlas għal min irid japplika għal satallita b'Lm10, f'qalbi għedtlu: Mela lanqas taf x'ġara( Mela ma tafx li biex tapplika għal satellita lanqas hemm ħlas( Ovvjament l-Onor.", "Alfred Sant dik ma semmihiex, imma tant kien mogħxi jaqra mingħalih minn taxxi li suppost għamilna aħna, li mbagħad lanqas dwar il-pożittiv ma ndenja ruħu jikkorreġi ruħu.", "Punt pożittiv ieħor kien li minkejja li fl-1 ta' Marzu daħlet is- sistema għax biddilna liġi ta' kif jiskatta l-proċess deemed approval, sal- lum għadu ma kienx hemm applikazzjoni waħda fejn xi ħadd jitlob li din tinħadem bis-sistema ta' deemed approval.", "Naħseb li dan huwa pass pożittiv.", "Il-Ministru Borg diġa` semma' li qed nikkonsidraw li nagħmlu bord ta' appell ieħor u fi ftit ġranet oħra nittamaw li naslu li niddiskutu ma' l- oppożizzjoni dwar il-ħatra ta' audit officer għall-awtorita`.", "Għalfejn audit officer?", "L-audit officer huwa ntiż biex apparti l-ombudsman, il- pubbliku inġenerali ikollu metodu ieħor iktar efikaċi jekk għandu complaint jew xi oġġezzjoni.", "B'dan il-mod ikun jista' jasal malajr kemm jista' jkun biex jieħu risposta fuq ilment li huwa jkollu.", "Dwar l-infurzar iċ-ċifri jitkellmu għalihom.", "Kompla l-programm qawwi ta' infuzar tal-liġi liema programm qatt ma kien hawn bħalu f'dan il-pajjiż.", "Jekk nikkomparaw x'ġara matul l-aħħar erba' snin ma' dak li ġara fi żmien is-sentejn tal-gvern tal-Labour insibu li għal kull 20 każ li aġixxiet l- awtorita` f'dawk is-sentejn, l-awtorita` f'dawn l-aħħar erba' snin aġixxiet fuq 100, jiġifieri r-ratio huwa ta' one is to five, u lanqas dik m'hija kumbinazzjoni.", "Meta l-Labour kien fil-gvern x'għamel( Dan qed ngħidu għax hawnhekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ qalilna li jrid idaħħal is- serjeta` fil-pajjiż.", "Idaħħal is-serjeta` meta fi żmienu kellu l-Ministru Charles Buhagiar jimpika mal-ministru kollega tiegħu George Vella u ma jagħtix il-makkinarju tal-public works lill-awtorita` ta' l-ippjanar biex imur iħott bini illegali?", "Dan huwa t-tip ta' ġlied li inti kellek fil- Kabinet tiegħek stess, li mbagħad ir-riżultati wasslu biex ma jkollniex serjeta` f'dan il-pajjiż għax kulħadd kien jagħlaq għajnejh għal dak li kien għaddej.", "Għamlu 22 xahar fil-gvern, u kulma għamlu kien li neħħew ftit tankijiet imsaddin 'l hemm u 'l hawn.", "Prosit!", "Tajjeb, pero' x'għamilna aħna fl-aħħar 22 xahar(", "L-awtorita` neħħiet minn dan il-pajjiż 20 scrapyard illegali, 12 minnhom f'Malta u tmienja ġewwa Għawdex.", "Illum tant jsiru azzjonijiet min-naħa ta' l-awtorita` li lanqas il-media lokali m'għadha tagħtihom pubbliċita`, u hekk għandu jkun.", "Din għandha tkun parti mill-ħajja ta' kuljum ta' dan il- pajjiż imma kemm hu faċli titkellem fuq l-infurzar tal-liġi meta tkun fl- oppożizzjoni!", "Il-kredibbilta` tirbaħha meta tkun fil-gvern u twettaqha bl- infurzar tal-liġi umhux titkellem u tispara fuqha meta tkun fl- oppożizzjoni.", "Faċli ħafna titkellem fl-oppożizzjoni, pero' x'kapaċi tagħmel fil-gvern, fejn inti tieħu l-azzjoni minkejja l-biża' li ċerti nies jeħduha kontrik għax ikunu kisru l-liġi u jippretendu li jibqgħu fuq il-liġi huma?", "Il-kredibbilta` tirbaħha wkoll billi tieħu azzjoni, per eżempju, kif ħadet l-awtorita` matul l-aħħar sena kontra d-dumping illegali ta' materjal ta' kostruzzjoni fil-kampanja Maltija.", "Tneħħa materjal minn Delimara, mill- Qrendi u mill-Baħrija inkluż twaqqgħu kmamar illegali.", "Dan sar permezz ta' eżerċizzju kordinat mal-pulizija, ma' l-armata u mal-public works biex ikun hemm sorveljar aħjar tal-postijet fejn jintefa' materjal illegali.", "Ma wasalniex, dażgur li ma wasalniex, u rridu nimxu ħafna iktar fuq dan il- punt, għax kultant jiġini suspett li hemm anke tfigħ b'mod sistematiku għax ma jistax ikun li tmur f'post tnaddaf il-materjal kollu li jkun hemm, titfa' l-ħamrija, tħawwel is-siġar u sa ġimgħa, ġimgħatejn wara jispiċċaw jinqalgħu s-siġar u jerġa' jintefa' l-materjal.", "Kultant nispera biss li f'dan il-pajjiż m'hawnx xi id moħbija li qed tagħmel l-affarijiet apposta.", "L-awtorita` kellha wkoll il-kuraġġ tieħu azzjoni fuq tal-barrieri.", "Kemm ilha din il-problema tal-barrieri( Hija problema li wkoll għadha magħna imma bdejna nattakkawha.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajiż din il-problema titħalla taħt it-tapit, kif ġara fi żmien l-oppożizzjoni meta kienet fil- gvern.", "Din kienet tħalliet taħt it-tapit qisha ma teżistix.", "Naddafna wkoll il-bajja ta' Imġarr ix-Xini.", "Aħna m'għamilniex kif għamlet l-oppożizzjoni għax il-kunsill lokali ta' Sannat kellu maġġoranza ta' kunsilliera Laburisti ma ħriġniex nikkundannawhom.", "Anzi bilkemm ma ċapċapnilhomx, għax hekk għamlet l-oppożizjzoni lill-kunsill lokali tas-Sannat wara l-ħniżrija li għamlu fil-bajja ta' Imġarr ix-Xini.", "Issa dak il-materjal li ntefa' f'dik il-bajja tneħħa kollu.", "Nixtieq insemmi wkoll il-pjani lokali.", "Ħarġu żewġ pjani lokali oħra matul l-aħħar sena, il-pjan lokali ta' Għawdex u l-pjan lokali taż-żona ċentrali ta' Malta.", "Sa Marzu tas-sena d-dieħla jitlesta wkoll il-pjan lokali għan- naħa t'isfel ta' Malta.", "Irrid ngħid li għaddejja reviżjoni fuq iż-żewġ pjani l-oħrajn li diġa` ħarġu li huwa l-pjan lokali tat-tramuntana tal- portijiet, dak li bl-Ingliż jissejjaħ north harbour local plan u dak li jissejjaħ in-north-west local pjan li jieħdok mill-inħawi tas-Siġġiewi għal San Pawl il-Baħar li fil-parti l-kbira tiegħu hija l-art agrikola li għandna f'pajjiżna.", "Kultant jiena ngħid li l-ikbar difett ta' l-Awtorita' huwa li jsir ħafna xogħol u ħafna drabi ma tiftaħarx u ma tmexxix 'il quddiem dak li jkun sar.", "Per eżempju saru ħafna development briefs, jiġifieri dokumenti li jagħtu indikazzjoni ta' kif jista' jsir l-iżvilupp f'dan il-pajjiż - mhux kif ma jistax isir l-iżvilupp imma ki għandu jsir - biex dak l-iżvilupp ikun jixraq lil dan il-pajjiż.", "Tħejja wkoll il-Marfa action plan, tħejja d- dokument għal dak li għandu x'jaqsam ma' siti industrijali għal workshop industry żgħar f'pajjiżna kif għandna bżonn.", "Sar id-development brief għax- xatt tal-Qawra biex jiġi protett dak ix-xatt u jsiru xogħlijiet kif suppost.", "Sar ukoll id-development brief tal-car park ta' Qui-Si-Sana.", "Għaliex id-development ta' Qui si Sana( Illum għad hemm problema kbira li l-area kummerċjali ta' Tas-Sliema tikkompara ma' tal-Belt pero' ħafna min- nies li jiġu jixtru minnha m'għandhomx fejn jipparkjaw.", "Dawn jipparkjaw fuq it-toroq fejn in-nies li joqogħdu fl-inħawi għandhom infern biex joħorġu minn djarhom jew jidħlu fi djarhom.", "Iż-żewġ car parks li hemm illum se jispiċċaw minn kif inhuma, se jsir underground car park u l-ispazju kollu ta' fuq jiġi ġnien sħiħ biex jitgawda min-nies mhux biss Slimiżi imma min- nies li jżuru tas-Sliema.", "Sar ukoll id-development brief tal-car park ta' l-ITS tan-naħa ta' wara ta' San Ġorġ biex jaqdi s-sezzjoni kummerċjali ta' Paceville u San Ġorġ u jnaqqas l-impatt negattiv tal-karozzi fuq Paceville, fuq ir-residenti ta' Paceville u fuq ir-residenti ta' Pembroke.", "Sar ukoll id-development brief ta' Pender Place.", "Dan kollu ma jsemmuhx.", "Dan kollu qisu ma sarx.", "Dan il-pajjiż hu pajjiż żgħir u pajjiż li jrid jippjana kull metru kwadru ta' art biex ma ngħidx jippjana kull metru kubu ta' volum ta' dan il- pajjiż, għax kwalunkwe impatt huwa impatt kbir fuq dan il-pajjiż.", "Xogħol ieħor li sar, dejjem fl-interess ta' l-ambjent kien xogħol fuq l-iskedar.", "Tkompla l-ħafna xogħol ta' skedar li tagħmel l-awtorita`.", "Is-sena li għaddiet, per eżempju, ġew skedati affarijiet li narawhom, per eżempju l- letter boxes ta' żmien l-Ingliżi, li kien hemm min se jibda jaqlagħhom u jikkummerċjalizzahom, it-telephone booths l-antiki u street furniture oħra ta' żmien l-Ingliżi.", "Irrid ngħid li l-Ingliżi forsi ndunw b'dak li għamlet l-awtorita` hawn Malta, għax xahar u nofs wara ttieħdet din l-istess azzjoni fir-Renju Unit biex jipproteġu street furniture bħal dan.", "Ħarġet ukoll ordni ta' konservazzjoni għall-bajja ta' Għajn Tuffieħa u ġie skedat ukoll Wied Blandun.", "Ġie skedat ukoll minn dak li fadal, għax sfortunatament fis-snin li għaddew kilna ħafna minnu, il-wied ta' Wied Għollieqa u kellna l-kuraġġ, minkejja li l-art hija tal-familja tad-deputat ta' din in-naħa l-Onor.", "Galea Pace, insalvaw il-wied tal-Kalkara.", "Hawn mhux qed nirreferi għall-art li minn dejjem kienet għal bini, inkluż kif kien indikat fil-pjan lokali li kellu quddiemu l-Onor.", "George Vella qabel l-elezzjoni ta' 1998 li baqa' ma ffirmahx għax kien qed jistenna l-elezzjoni.", "Dan ma ffirmahx mhux għax ma kienx qabel miegħu imma għax kellu dubji jekk il-parti li issa nqalgħet miż- żona tal-bini kellhiex tinqala' miż-żona tal-bini.", "Aħna kellna l-kuraġġ.", "Nistaqsi n-naħa l-oħra: Qatt kellhom pożizzjoni bħal din( Ma tarax!", "Niftakruhom l-istejjer ta' dan il-pajjiż.", "Niftakruhom l-istejjer ta' l- artijiet li nxtraw bis-soldi mbagħad isiru miljunarji.", "Ma kien hawn l-ebda deputat minn tagħhom li kellu l-istess art li ħarġet barra miż-żona ta' l- Iżviupp imbagħad minn fuq jipprovaw jagħmlu jew jieħdu gwadann politiku.", "Nixtieq insemmi l-iskema għal gallariji ta' l-injam fejn ingħataw Lm90,000.", "Irrid ngħid li 155 familja mill-Kottonera, mill-Belt u mill-Furjana gawdew minn din l-iskema.", "Dawn huma l-familji li għenihom biex jiġi protett il- patrimonju ta' gallariji ta' l-injam li wkoll hija parti mill-kultura Maltija.", "Jiena nista' nsemmi inizjattivi ambjentali oħra li qed jittieħdu flimkien ma' l-awtorita` tad-djar.", "Per eżempju qed nibnu l-ewwel bini li jiffranka l-enerġija f'dan il-pajjiż biex iservi ta' proġett pilota għal proġetti oħrajn.", "Ma rridux li dan ikun sempliċiment vetrina ta' darba, li jsir hemmhekk, u ngħidu li sar wieħed u nieqfu hemm, imma biex jgħin lil dan il-pajjiż u jgħin lin-nies li huma midħla ta' l-industrija tal- kostruzzjoni biex jaslu wkoll biex jimitaw dawn l-eżempju pożittivi ħalli għada pitgħada jkollna iktar bini li mhux biss jiffranka enerġija imma jiffranka l-ispiża għan-nies li jkunu jgħixu fih.", "Qed naslu wkoll biex intejbu l-industrija u nħajru l-industrija ta' pajjiżna tinvesti iktar biex tgħolli l-istandards.", "Kelli l-esperjenza, mort l-industrija Dowty flimkien ma' oħrajn, u hemmhekk tara l-investiment li għamlet din il-kumpannija f'wieħed minn ħames units li bnew ġewwa Ħal Far.", "Il-ħaddiema oriġinarjament ma ridux jitilqu minn Imrieħel u jmorru Ħal Far għax rawh 'il bogħod, pero' llum jinsabu kuntenti għax raw l-ambjent nadif u san li ġie kreat għalihom.", "Meta tistaqsihom jekk humiex lesti jerġgħu tmorru l-Imrieħel dawn jgħidulek: Ma tarax, issa ħallina hawnhekk, ara ma jaqlgħuniex minn hawnhekk!", "Dan hu l-mod meta nitkellmu fuq l-istandards jinbidlu.", "Ara l-oppożizjzoni, din tgħidilhom - u dan issibu miktub ukoll fid-dokument tagħhom – biex ma jħarsux lejn l- istandards Ewropej għax aħna nadottaw l-istandards tagħna.", "Ibeżżgħuhom li jekk jgħollu l-istandards tonqos il-kkompetittivita` ta' l-industrija lokali.", "Dan m'hu veru xejn!", "Waqt li qed idawwarni l-manager tad-Dowty qalli ċar u tond li b'dan l-investiment biex tejjbu l-ambjent ta' l- industrija tagħhom, l-ordnijiet f'ħames xhur irdoppjaw u mhux naqsu.", "Meta jkollok il-fabbrika tiegħek, l-industrija tiegħek iktar konxja ta' l- istandards ambjentali, tiżdied il-kompetittivita' tiegħek u mhux tonqos.", "M'għandniex nipprovaw inbeżżgħu lill-ħaddiema bil-babaw.", "Irrid ngħid li għalaqna l-kapitlu 22 dwar l-ambjent.", "Diffikultajiet kellna u ma kienx faċli biex nikkonkludu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalaqna wkoll fuq suġġett li dejjem kien sħun u għadu sħun li huwa dak tal-kaċċa u l-insib u ġibna ftehim li lanqas tan-naħa l-oħra ma kienu jimmaġinaw.", "Il-kelliema tan- naħa l-oħra kemm-il darba qalulhom biex jinsewha l-kaċċa fir-rebbiegħa.", "Aħna ġibna ftehim li filwaqt li jħares it-tradizzjoni tal-kaċċa u l-insib, qegħdin u se nkomplu ninsistu kif ilna ninsistu li l-kaċċa u l-insib f'dan il-pajjiż isir fil-parametri tal-legalita`.", "Wara kollox il-kaċċa u l-insib illegali l-ikbar ħsara li jagħmel mhux biss lill-għasafar, imma lill- kaċċaturi u nasaba serji ta' dan il-pajjiż u għalhekk huwa importanti li fuq l-infurzar nagħfsu u nibqgħu nagħfsu.", "Dan nagħmluh ħalli nipproteġu l- interessi tal-kaċċaturi u nassaba li huma serji.", "Min m'huwiex serju jagħmel ħsara lill-kaċċa u l-insib f'dan il-pajjiż.", "F'paġna 27 ta' dan id-dokument tal-Labour qalulna:", "\"Filwaqt li l-partit Laburista jjagħraf li hemm regolamenti ambjentali tajbin li joħorġu mill-Unjoni Eworpea, jagħraf ukoll li dawn mhux kollha jgħoddu għal Malta, għax in-natura ta' l-ambjent tagħna hija differenti mill-ambjent kontinentali tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.\".", "Bħal dak li qallu l-arja li nieħdu aħna qiegħda f'xi ċilindru, li l-arja li tkun fuq l-Italja ma tiġix Malta u li tagħna kollox differenti u kollox speċjali.", "Għandna leader ta' l-oppożizzjoni speċjali, għandna oppożizzjoni speċjali u għandna kollox speċjali.", "Jien nistaqsihom: Jekk l-istandards ambjentali li aħna aċċettajna li naħdmu fuqhom huma tajbin, kieku kienu qegħdin jinnegozjaw huma x'kienu jħallu barra minn dak li aħna aċċettajna?", "Kienu jħallu barra l-fatt li l- power station tal-Marsa għandha titjieb?", "Skond l-istandards ma nistgħux nibqgħu nużaw iż-żejt li qed nużaw u rridu nużaw il-low sulphur oil sabiex in-nies tal-Marsa, in-nies ta' Ħal Qormi, in-nies tal-Ħamrun, in-nies tal- Belt, in-nies tal-Furjana ikunu jistgħu jieħdu nifs diċenti.", "Għidulhom in- nies x'kontu tħallu barra kieku kontu qed tinnegozjaw intom?", "Mhux paroli hekk fl-arja!", "Paroli fl-arja jaf jagħmlu kulħadd.", "Jafu jagħmluh ħafna nies inkluż it-tfal.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li ma vvotajna xejn għall-ambjent.", "Imma dawn affarijiet inkredibbli.", "F'dan il-pajjiż għandna leader ta' l- oppożizzjoni li ma jirrealizzax li n-nefqa dwar l-ambjent m'għadhiex taħt xi dipartiment tal-gvern.", "In-nefqa dwar l-ambjent qiegħda taqa' taħt il- MEPA, din l-awtorita` ġdida.", "Jiena se nsemmilu wħud mill-voti għax forsi l- kap ta' l-oppożizzjoni ma ndunax.", "Dan tant kien mogħxi jieħu gost li qalulu li biex tapplika għas-satellita trid tħallas Lm10 li ma ndunax b'dan.", "Is-sena li ġejja se nagħmlu spiża ta' Lm1.5 miljun għall-programmi u inizjattivi favur is-saħħa ta' l-ambjent f'dan il-pajjiż.", "Għall-monitoring tal-kwalita` tal-baħar għal forom diversi ta' tinġis għas-sena li ġejja qed nivvotaw Lm110,000 u għall-monitoring u analiżi tal-kwalita` ta' l-arja għal diversi forom ta' tinġis, inkluż trab, se nivvotaw Lm0.5 miljun.", "Dawn jinkludu erba' apparati li jitwaħħlu f'post biex isir monitoring tal- livelli ta' l-arja f'postijiet strateġiċi fil-pajjiż.", "Dawn il-postijiet se jkunu tlieta f'Malta u wieħed f'Għawdex.", "Bħalissa fil-fatt għandna mobile unit wieħed għall-monitoring ta' l-arja f'dan il-pajjiż.", "Diġa` nxtara t- tieni mobile unit u dan se jibda jaħdem fi ftit tal-ġimgħat oħra.", "Għall-apparat u assessment dwar sustanzi kimiċi li hawn f'pajjiżna se nivvotaw Lm400,000.", "Għall-monitoring tan-nitrati li jinfiltra l-art u jinżel fl-ilma u taħt l-art se nivvotaw kważi Lm30,000.", "Se nivvotaw Lm20,000 għal apparat biex jibda jsir monitoraġġ tal-livell ta' ħsejjes f'lokalitajiet differenti tal-pajjiż.", "Barra minn dan kollu, l-iskema ta' għajnuna għar-restawr ta' elementi ta' bini bħal galleriji ta' l-injam se titla' għal Lm20,000.", "Mr Speaker, issa li semmejtlu dawn il-voti forsi jgħidilna li stajna nivvotaw iktar.", "Dażgur li stajna nivvotaw iktar.", "Ħalli ngħidlek kif stajna nivvotaw iktar.", "Kieku ma sarx dak li sar fil-promotions li ta l-Onor.", "Joe Mizzi meta kien il-ministru bla portafoll fil-Maltacom.", "Minn 82 persuna li marru quddiem il-bord ta' l-appell, 75 instab li kellhom raġun.", "Taf kemm qed iqum dan lill-pajjiż?", "Aktar minn Lm0.25 miljun fis-sena.", "Kieku inti m'għamiltx dawk l-affarijiet jew ma ħallejtx lil min kien qed jagħmel dawk l-affarijiet kieku fil-pajjiż kien ikollna Lm1.5 miljun fuq perijodu ta' ħames snin li nkunu nistgħu ninvestuhom fuq il-qasam ambjentali.", "Dan huwa l-mod kif intom tagħmlu l-affarijiet f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, dan kollu li semmejt ma jfissirx li wasalna, fadlilna triq twila.", "Dażgur li fadlilna triq twila.", "L-ambjent f'dan il-pajjiż jenħtieġ li jkollu iktar investiment.", "Se jkollna l-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dan il-pajjiż jagħżel it-triq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm diversi programmi ta' l-Unjoni Ewropea u dan mhux aħna ngħiduh, imma jgħiduh anke l- ambjentalisti u l-NGOs li diġa` qegħdin jaraw kif se jutilizzaw il-flus mill-Unjoni Ewropea.", "Mhux se nġibu l-flus kollha, mhux se nġibu l-flus kollha li għandna bżonn għall-investiment, irridu noħorġu anke aħna flus għalihom imma ta' min igħid li l-Unjoni Ewropea diġa` qed tgħinna fi flus għat-training tal-personnel ġdid tal-MEPA.", "Għal personnel ieħor l-Unjoni Ewropea se tagħtina iktar minn Lm0.25 miljun għat-taħriġ u hawn qed jiġu assimilati l-ħaddiema li ġew mid-dipartiment għal protezzjoni ta' l-ambjent għal mal-MEPA.", "Konna nafu li se jkollna problema, ġew ġew minn kulturi differenti ta' xogħol u ma kellniex dubju li se jkollna diffikultajiet imma qegħdin niddiskutu mal-UĦM u nittama li naslu biex nossolvolaw anke dawn il- problemi.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq it-tuna penning.", "X'għamilna fuq it-tuna penning( Il-MEPA għaddejja f'diskussjoni mal-Malta maritime authority u mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd biex il-farms tat-tuna fl-ibħra Maltin jitpoġġew f'żona waħda fejn jonqos l-impatt fuq l-ambjent.", "It- teknoloġiji li jintużaw f'dan il-qasam huma teknoloġiji li qegħdin isiru dejjem aħjar.", "Filwaqt li naraw li l-ekonomija Maltija tibqa' sostnuta bi flus ta' munita barranija, kif sostnewha dawn il-farms, irridu naraw li l- impatt ambjentali jkun ħafna inqas minn dak li għandna sal-lum.", "Kif naslu biex nagħmlu dan( Naslu biex nagħmlu dan anke billi l-awtorita` ddeċiediet li toħroġ tender għal monitoraġġ tal-fish farms kollha f'dan il-pajjiż.", "Hekk issir il-politika serja f'dan il-pajjiż.", "Hekk jittieħdu b'mod serju d- deċiżjonijiet f'dan il-pajjiż.", "Issa għal min irid jgħallimna kif tkun is-serjeta`, nixtieq infakkar li l- Onor. Joe Mizzi fuq deċiżjoni minnhom dwar it-tuna penning, is-sena li għaddiet meta konna hanwhekk niddiskutu l-estimi ta' l-awtorita`għamel nofs siegħa – u dan huwa mind boggling - jipprova jispjega għalfejn ivvota favur meta hu kien kontra.", "Dam nofs siegħa jġebbed 'l hemm u 'l hawn biex jipprova jispjegalna u ma rnexxilux.", "Kif tista' titwemmen li inti tkun kontra u tivvota favur?!", "Aħseb u ara x'tagħmel kieku veru tkun kontra.", "Dak huwa l-mod ta' kif isir is-serjeta` min-naħa tal-partit Laburista.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Alfred Sant qalilna li hemm bżonn li ndaħħlu s-serjeta` fil-pajjiż.", "Mela le, fejn inqasna aħna( Skond l-Onor.", "Joe Mizzi nqasna li dan il-pajjiż ma konniex lesti għat-trab mill-vulkan Etna.", "Skużana, Onor. Mizzi, issa meta jkollok xi skoperta ġdida dwar kif nilqgħu għat-trab mill- Etna għidilna.", "Fil-każ niffrankaw il-flus mill-Maltacom u minn hemm u minn hawn u ninvestu f'dan l-apparat fantaxjentifiku biex nilqgħu mit-trab ta' l- Etna.", "Fuq hekk akkuża lill-gvern Malti, li ma konniex lesti li nilqgħu għat-trab mill-Etna.", "Forsi nistgħu nagħmlu umbrella kbira fuq Malta kollha li tinfetaħ mill-Kalkara biex nilqgħu għat-trab mill-Etna!", "Imbagħad f'isem is-sejreta` ħareġ b'oħra l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Qalilna fuq ir- radjoattivita` tal-proġett tal-freeport ġewwa l-parametri tal-freeport.", "Ma nafx minn fejn bellgħuhielu din ta radjoattivita`.", "Ir-radjoattivita` forsi tissemma' fir-rapporti li hu għandu kopja tagħhom, għax tgħidx kemm iqalleb rapporti 'l hemm u 'l hawn.", "Li sar dwar dan il-proġett hija radjoattivita` naturali li tinsab fi stat normali fuq il-qoxra tad-dinja fit-tessuti tal-ħlejjaq kollha f'livelli baxxi ħafna.", "Jien narmi minnha din ir-radjoattivita`.", "L-Onor.", "Mizzi wkoll jarmi minnha.", "Il-mejda li qed inħabbat fuqha jien ukoll tarmi minn din ir- radjoattivita`.", "Issa din qed jgħid li toħroġ minn ġebla sedimentali li fiha jħaffru għaż-żejt.", "U l-livell tar-radjuattivita` ta' din il-ġebla sedimentali normalment ikun baxx kif hu baxx hawnhekk, imma biex l- awtorita` tassigura li kull radjoattivita` tiġi eskluża, għamlet kundizzjonijiet ibsin lil min se jġib il-materjal.", "Jien niskanta għalfejn f'dan il-pajjiż naħlu l-ħin, u aktar u aktar nipprovaw nallarmaw lin-nies fuq il-ħmerijiet.", "Kieku huma affarijiet serji ħalli nitkellmu fuq is-serjeta` imma fuq affarijiet bħal dawn, huwa inkredibbli kif ibellgħuhomlu u jiġi jirrepetihom hawn.", "Dan huwa l-istess tip ta' ġebel li ħaffer hu ġewwa Għawdex meta konna qed infittxu għaż-żejt.", "Allura dakinhar ma kienx radjuattiv?", "Fejn tefgħu l-Onor.", "Joe Mizzi meta kien jiġri ma' Malta u Għawdex kollu jgħid li se nsibu ż-żejt?", "Ħalliha li mbagħad ma sibnihx iż-żejt.", "Issa jien mhux qed ngħid li tort ta' l-Onor.", "Mizzi, ma nafx dakinhar sbruffatx l-Etna u għalqet it-toqba taż-żejt ta' Għawdex, imma għal xi raġuni ma sibnihx iż-żejt għaliex m'hemmx.", "U dak il- materjal mhux l-istess tip ta' materjal?", "X'għamilt bih dakinhar?", "Jew dak ma kellux radjoattivita`!", "Pero' issa ejja naqilbu għas-serjeta` vera.", "Mr Speaker, is-sena li għaddiet tlesta t-tieni rapport dwar l-istat ta' l- ambjent f'Malta.", "L-ewwel wieħed sar fi żmien l-Onor.", "George Vella meta hu kien ministru responsabbli mill-ambjent.", "X'inhi d-differenza bejn dawn iż- żewġ rapporti?", "Id-differenza hi li din id-darba l-Onor.", "Joe Mizzi ħareġ jikkritika dak ir-rapport.", "Issa aħna, biex inkun preċiż l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, meta kien għadu responsabbli hu, għażel l-istess nies li kien għażel l-Onor.", "George Vella biex jagħmlu dan ir-rapport, imma din id- darba l-Onor.", "Joe Mizzi ried jikkritika.", "Skużi, jekk inti ħriġt tikkritika, mela allura jew l-esperti, inkluż Prof. Victor Asciak li jikteb f'sezzjoni tagħkom huma inkompetenti jew inkella inkompetenti intom li għażiltu lil dawk in-nies.", "Jekk mhux waħda hija l-oħra, għax aħna ma għażilnihomx.", "Aħna żammejna l-istess team ta' esperti li kien għażel l- Onor. George Vella.", "Allura jew huma inkompetenti l-esperti jew hu inkompetenti min kien għażilhom.", "Imbagħad jagħmlu ħafna diskors sabiħ dwar l-edukazzjoni ambjentali.", "Jien ikolli opportunita` nitkellem nhar il-Ġimgħa fuq l-edukazzjoni ambjentali pero` f'dan il-każ huma joħolmu u aħna diġa` bdejna nwettqu dak li għadhom joħolmu huma.", "Mr Speaker, jiena tajt ħarsa lejn dak li sar, pero' ma nistax ngħid u qatt ma għidt - u min jafni, inkluż uffiċjali ta' l-awtorita`, jafu li ħafna drabi nikkritika lill-istess awtorita` għall-affarijiet li nkun nixtieq li tagħmilhom aħjar – li l-awtorita` timxi fuq ir-rubini.", "Din timxi fuq nies li għandhom kapaċitajiet li ħafna drabi jistgħu jtejbu fl-interess tal- pubbliku ta' dan il-pajjiż.", "Jien ukoll nibqa' kritiku tal-permessi li l- awtorita` jidhrilha li kellhom joħorġu u jien ma nkunx naqbel magħhom, permessi li l-awtorita` tkun ċaħdet u jien jidhirli li kellha toħroġ, imma aħna hekk nimxu, għalhekk waqqafna l-istituzzjonijiet u aħna rridu nsaħħu dawk l-istituzzjonijiet li kkreajna aħna biex anke meta ma nkunux aħna fil- poter dawk l-istituzzjonijiet ikunu b'saħħithom biżżejjed biex jilqgħu l- irwiefen li jiġu fuqhom.", "Per eżempju ħareġ permess ta' vending machine ix- xatt ta' Tas Sliema.", "Jien kritiku tiegħu, mela le, imma jien m'għandix poter inħassru dak il-permess.", "Ara l-kunsill lokali tajnihom il-poter li jagħmlu appell.", "Sfortunatament f'dan il-każ il-kunsill lokali m'għamilx appell.", "Jien mhux kritiku ta' l-attivita` li se ssir, imma kritiku ta' fejn inħareġ il-permess, u jkun hemm diversi minn dawn.", "Imma allura x'nagħmel jien?", "Naqbad u nibda nirrevoka l-permessi.", "Le, dak mhux il-mod kif isiru l-affarijiet bis-serjeta`.", "Mr. Speaker, qalulna li għall-problemi kollha għandhom is-sapjenza u s- soluzzjonijiet kollha fid-dokument li għamlu.", "Hekk qalilna l-Onor.", "Alfred Sant il-bieraħ.", "Għandhom dokument li bih se jsolvu l-problemi tal-pajjiż fil-qasam ambjentali.", "Jiena se nsemmi mhux x'ngħid jien imma x'qalet stqarrija mill-Malta institute of waste management.", "Dan l-aħħar jien u l- Onor. Francis Zammit Dimech kellna dibattitu fuq it-television u l-Onor.", "Joe Mizzi tgħidx kemm tkellem fuq x'qalu fuq id-dokument tal-Labour.", "Dan id- dokument jagħmel enfasi fuq l-inforzar tal-liġijiet – u min ma jaqbilx fuq dan? - pero` ma jsemmi xejn kif il-partit Laburista fil-gvern beħsiebu jtejjeb l-infurzar tal-liġijiet ambjentali.", "U din hi l-ikbar kritika lejn dan id-dokument.", "Ħalli naqra biċċa oħra.", "F'dan id-dokument jingħad li l- prinċipji huma sbieħ.", "Ma' dan jaqblu ħafna.", "Il-bravura hi kif dawn se jiġu implimentati, u minn partit li qed jimmira li jkun fil-gvern, f'dokument bħal dan wieħed jistenna li jkun hemm indikazzjoni aktar ċara dwar u mhux ħafna sħab fl-ajru.", "Hekk qalet il-Malta institute of waste management fuq dan id-dokument tal-Labour.", "Ara dan ma ġiex jgħidulna fuq it-televsion.", "Ma tarax!", "Għall-mistoqsijiet li għamlulu ma weġibx l-Onor.", "Joe Mizzi, għaddew issa kważi xahrejn u ma wieġeb xejn.", "Mr. Speaker, imbagħad f'dan id-dokument tafu fuq xiex jitkellmu aktar?", "Fuq it-trasparenza.", "Din hi-iktar ħaġa li mhux kapaċi li jipproduċi l-Labour, u din tkellmu fuqha hawnhekk.", "Issa waqt li jitkellem fuq it-trasparenza, ħalli naraw x'qed jagħmel fil-pajjiż l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dan qed idur fil- każini tagħhom kullimkien u jgħid lill-investituri: Agħtuni l- applikazzjonijet ħalli naraw x'xogħlijiet iridu jsiru.", "Il-Ħadd li għadda, per eżempju, qal li hemm bżonn ta' yacht marina ġewwa Għawdex.", "Dan ġietu f'moħħu li jrid jagħmlu dan il-yacht marina ġewwa Għawdex.", "Iddeċieda s- Sur Alfred Sant li hemm bżonn ta' yacht marina ġewwa Għawdex.", "Messhom jgħidilhom lill-Għawdxin fejn beħsiebu jagħmel il-yacht marina.", "Mr. Speaker, jiena nixtieq nerġa' nagħmel seba' mistoqsijiet li kont għamilt lill-Onor.", "Joe Mizzi u li baqa' ma weġibniex fuqhom fuq dawn il- proġetti li qed jitlob lill-investituri li jissottomettu l- applikazzjonijiet għalihom.", "Kemm irċevejtu sal-lum applikazzjonijiet minn dawn tal-proġetti?", "Min applika għal dawn il-proġetti?", "X'inhuma dawn il- proġetti?", "Fejn se jsiru dawn il-proġetti?", "Dawn se jingħataw xi vantaġġ fuq oħrajn?", "Dażgur li se jingħataw.", "Alfred Sant diġa` qal pubblikament li jaqbeż kull proċess ta' ippjanar f'dan il-pajjiż, jaqbad il-proġetti li jogħġbu lilu u bis-sapjenza kollha jġibu hawn fil-parlament.", "Addio proċess ta' l-ippjanar.", "Dawn se jiġu ppublikati qabel l-elezzjoni biex in-nies ikunu jafu fejn se jsiru l-proġetti?", "Jekk qatt titilgħu u tkunu fuq din in- naħa tal-parlament x'tiġu biex tapprovaw f'dan il-parlament?", "Imbagħad l- aħħar mistoqsija.", "Min se jevalwa l-impatt ambjentali ta' dawn il-proġetti?", "Meta jkun fil- bord u barra mill-bord l-Onor.", "Joe Mizzi jikkummenta fuq l-impatt ambjentali ta' proġetti li l-applikazzjonijiet għalihom lanqas biss ikunu ġew deċiżi fl-awtorita`.", "Imma dik hija l-etika tiegħu!", "Issa fuq il- kwestjoni ta' l-impatt ambjentali min se jiddeċiedi, Joe Mizzi?", "Min se jiddeċiedi, Alfred Sant?", "Se jsiru l-environmental impact assessments fuq l- applikazzjonijiet ta' dawn in-nies li jagħżlu li jmorru jagħtu l- applikazzjoni tagħhom lil Alfred Sant?", "Issa nispera li l-Onor.", "Joe Mizzi jirrispondini.", "Mhux lili, lili jista' jinjorani imma dawn huma l- mistoqsijiet li qed jagħmlu n-nies u n-nies jixirqilhom li jingħataw risposta.", "Biżżejjed għandna partit fl-oppożizzjoni li jinjora r-riżultat tar-referendum!", "Għallinqas ikollkom id-diċenza twieġbu għal dawn il- mistoqsijiet.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, naħseb li aħjar ikollu d-diċenza ma jigdibx.", "Ħalli nibda bl-ewwel waħda dwar il-promotions tal-Maltacom.", "Is- somma li semmejt int tal-promotions li ngħataw b'inġustizzja fil-Maltacom kienu ta' żmienkom.", "Lanqas taf?!", "Ta' żmienkom dawk!", "Dawk il-każi li qalu li seħħew fi żmienna għadhom lanqas biss bdew jinstemgħu.", "Allura jew m'intix informat jew qed tigdeb!", "Din smajtha mingħand ħaddieħor, imma ħallejthom jgħidu u mort niġbor l-informazzjoni.", "U għalhekk qed nitkellem bl-ikbar responsabbilta`.", "L-istess dwar l-institute of waste management.", "Imma possibbli ma tafx li tajt risposta fil-gazzetta tagħkom li kelli nibgħatha bl-avukat għax domtu tliet ġimgħat biex ġibtuha, u meta ġibtuha ħallejtu paragrafu barra!", "Ma tafux dan?", "Spjegajtilkom l-affarijiet sewwa, imma ma kellkomx il-guts iġġibu risposta tiegħi!", "Kelli nibgħatilkom l-avukat!", "Lanqas l-istazzjon tat-television tagħkom ma ġabha.", "Araw dawn ma qalhomx!", "Jien irrispondejt għal kulma għedtu intom u għal kulma qalu l-institute of waste management.", "Fir-rigward tal-kwestjoni tat-tuna penning qal li ma spjegajtx għaliex ridt nivvota kontra u vvotajt favur.", "Jekk hemm xi ħaġa li għamiltha u li tat riżultat hija proprju dik u nispjega għaliex.", "Jien tlabt biex toħroġ enforcement order għax kien hemm illegalita`.", "Meta rriżulta li kien hemm illegalità u ġejna fl-awtorita` ta' l-ippjanar biex niddiskutu, iċ-chairman qal li din l-applikazzjoni għal extension hija illegali.", "Imbagħad ġabha għall-vot meta ma kellux iġibha għall-vot, u tafu min ippropona li mhijiex illegali?", "L-Onor.", "Pullicino qatt ma jgħidha din.", "Kienet ir-rappreżentanta tal-gvern li qalet li mhix illegali.", "U tafu min issekondaha?", "Ir- rappreżentant tal-ministeru ta' l-ambjent!", "Araw x'mistħija!", "Dawk qalu li ma kienx hemm illegalita`.", "Mr Speaker, iċ-chairman ma kellux iġib dik l-applikazzjoni għall-vot għax kienet illegali, imma ċ-chairman flimkien mal-konfoffa l-oħra li jafu kif jagħtu l-permess bil-ħabi, minn hawn u minn hemm ġabha għall-vot u dakinhar għaddiet meta fil-fatt l-applikazzjoni kienet illegali.", "Jien qajjimt din il-kwestjoni għax meta ntqal li mhijiex illegali kien ifisser li hemm permess.", "U jien biex nuri li m'iniex baħnan, għedt liċ-chairman u lill- membri l-oħra - jistgħu jgħiduha huma, u jien nieħu l-ġurament li jien għedtha, għax ma kienx hemm il-press biex iġibuha - li jien għamilt li għamilt biex nuri l-isfiduċja li għandi fiċ-chairman u fir-rappreżentanti miġbuda mill-gvern u fir-rappreżentant tal-gvern għall-ħniżrija li biha aġixxa.", "Qed ngħid hekk għax wara rriżulta li kien hemm tbagħbis fl-environmental impact assessment.", "Kieku m'għamlux ċertu individwu ħaddieħor ma kienx jasal.", "Bilfors l-istess persuni jagħmluhom u kien hemm ċirku sħiħ fl- awtorita` ta' l-ippjanar.", "Għalhekk għamilt li għamilt u qed jinkixfu l- affarijiet kif se nispjega.", "Mr Speaker, bħalma kelli l-okkażjoni li ngħid fir-rapport ta' ħidma għas- sena li se tintemm, insostni li l-awtorita` ta' l-ippjanar – illum imsejħa l-MEPA – hija organizzazzjoni fejn l-abbużi li qed isiru ma jitwemmnux.", "Mhux minnu li l-awtorita` hija indipendenti mill-gvern, imma hija organizzazzjoni li taħbi filwaqt li tkopri l-abbużi u l-korruzzjoni fil- ħruġ ta' permessi ta' żvilupp u ta' bdil ta' skemi għall-ħbieb tal-qalba.", "Qabel għallinqas kien responsabbli l-ministru, imma issa m'hu responsabbli ħadd ħlief il-mostru, kif kien isejjaħ lill-awtorita` ta' l-ippjanar iċ- Ċumpaqq meta kien fil-parlament.", "Iktar u iktar meta l-abbużi u l- korruzzjoni fl-awtorita` saru tant lampanti li saħansitra tirrikatta b'abbużi sfrenati lil min jiqfilha.", "Tirrikatta billi tirrikkmanda lill- iżviluppaturi għand min għandhom imorru biex imexxu l-applikazzjoni, tirrikatta billi ddum biex tagħti permess għal art fabbrikabbli.", "Mr Speaker, qed isiru abbużi serji minn xi uffiċjali tad-direttorat.", "Dawn huma abbużi ta' natura kriminali, għax min ikun involut fil-korruzzjoni huwa kriminali u trid tittrattah ta' kriminal.", "Biex insostni dan li qed ngħid - u dan jafuh sew il-gvern Nazzjonalista, il-Ministru Tonio Borg, u kemm L-Onor.", "George Pullicino - jien se nsemmi numru ta' każi li juru x'qed jiġri f'din l-organizzazzjoni u min qiegħed jinqeda bl-ambjent bħala skuża biex il-ħbieb tal-klikka jerdgħu u jistagħnew.", "Studji ambjentali, EIS u oħrajn huma taxxa.", "M'iniex qed ngħid li m'għandhomx isiru dawn l-istudji imma hekk qed jiġri fl-awtorità ta' l- ippjanar.", "Dawn jintalbu speċifikament biex itawlu l-proċess ta' l- applikazzjoni jew biex itellfu ż-żmien biex applikazzjoni tiġi deċiża jew biex l-erba' ħbieb ta' l-environment management unit u l-manager tagħha, Adrian Mallia, jagħmlu l-flus.", "Fejn hemm il-veru bżonn ta' studju, dan ma jsirx.", "Dan juri li Adrian Mallia u uffiċjali oħra fit-taqsima responsabbli għall-EIS huma inkompetenti jew korrotti għall-aħħar.", "Jekk wieħed ma jqabbadx lil ċerti nies biex jagħmlu l-EISs m'għandux ċans għal xi permess.", "L-istess konsulenti, l-istess periti, u aktar minn hekk l- istess kuntratturi.", "U dawn l-istess nies jirrapportaw fuq l-istat ta' l- ambjent Malti.", "Meta tara dawn l-affarijiet bilfors ikollok tgħid xi ħmieġ u x'ipokrezija ta' gvern!", "Membru tal-bord li jaħdem fil-foundation for international studies huwa involut fl-EISs li kienu jeżistu qabel saret il- MEPA, fejn jittieħdu deċiżjonijiet u xorta ma jsir xejn.", "M'hemmx konflitt ta' interess.", "Xejn!", "L-istess xjenzati u nies tekniċi li jippreparaw l- EISs jaħdmu ma' l-ispekulaturi ta' l-art.", "U l-istess nies huma mħallsa biex jippreparaw rapporti dwar l-ambjent, bħal state of the environment report, is-subject plans u xogħol ieħor li jitħallsu għalih.", "Imma għan- Nazzjonalisti kollox tajjeb!", "Tista' tkun m'Alla u tista' tkun max-xitan fl- istess ħin sakemm ikun hemm il-flus involuti!", "U dawn qed ikunu mħallsa doppjament; imħallsa mill-ispekulaturi ta' l-art u mill-aġenzija li suppost qiegħda hemm biex tħares l-ambjent.", "Eżempju tipiku huwa l-każ tal-fish farming.", "U jien għamilt dak li għamilt biex joħorġu dawk il-ħniżrijiet!", "L-ewwel ġew imqabbda nies mill- universita` biex jagħmlu l-EISs għall-kuntratturi u jiddikjaraw li l-fish farm jew proġetti ta' akwakultura ma jagħmlux ħsara, u wara li kienu ilhom għaxar snin li ġew ippreżentati b'rapporti ta' kemm qed issir ħsara, dawn jammettu.", "X'se jiġri issa?", "Min se jħallas għall-ħsara li saret?", "Min se jieħu responsabbilta` għal din l-informazzjoni ħażina?", "Mhux l-istess nies kienu t-tekniċi li ċċertifikaw dan?!", "Fejn hi l- kredibilità ta' dawn in-nies?", "U jekk l-istess nies, bil-pinna tagħhom stess giddbu lilhom infushom fl-istate of the environment report, għaliex għadhom jaħdmu mal-MEPA u r-rapporti tagħhom iqisuhom Vanġelu?", "B'dan il- mod dawn ikkwalifikaw għall-M.Sc.?!", "U kemm ilha li bdiet l-EMU mill-1993 - fejn hemm min hu mħallas d-doppju ta' l-impjegati tas-servizz pubbliku - għadu ma sar l-ebda stħarriġ ta' l-ilma baħar qrib il-fish farms.", "Li kieku ma kienx għall-għaddasa privati kieku ma konna nkunu nafu xejn dwar dan.", "Mr Speaker, issa rrid nuri kemm mhux korrett dak li qal is-segretarju parlamentari dwar il-każ ta' l-applikazzjoni tal-Medserv u l-barriera tal- qawwi ġewwa l-Qala, Għawdex.", "Dan il-każ juri biċ-ċar l-abbużi serji fl- ipproċessar ta' l-applikazzjoni u l-aġenda veru tal-gvern fil-konfront ta' l-ambjent u l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Din hija l-applikazzjoni għall- permess numru 3552/02 biex Malta ssir miżbla għall-iskart tal-kumpanniji taż-żejt.", "Dan huwa kkonfermat bi stqarrija għall-istampa tal-MEPA, li rrifera għaliha s-segretarju parlamentari, li ħarġet fit-3 ta' Novembru ta' din is-sena.", "Din l-istess stqarrija tikkonferma li l-MEPA qiegħda taġixxi b'irresponsabbilta` u mhux qed tgħid il-verita`.", "Fl-istqarrija l-awtorita` tgħid: - se nikkwota u se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra wkoll -", "\"Ir-radjoattivita` li tissemma ...\"", "- din li se ngħid semmieha s-segretarju stess -", "\"... fir-rapporti li saru dwar dan il-proġett hija radjoattivita` naturali li tinsab fi stat normali fuq il-qoxra tad-dinja u fit- tessuti tal-ħlejjaq kollha, f'livelli baxxi ħafna u li mhux ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent.\"", "Jekk inhu hekk għaliex l-awtorita` ħasset il-ħtieġa li tagħmel kondizzjoni numru 4 tal-permess PA 3552/02 li tgħid:", "\"Each batch of cuttings shall be scanned for the radioactive material prior to shipment to Malta and the relevant certificates issued.\".", "Din se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-awtorita` għamlet din il- kondizzjoni għax taf tajjeb li l-materjal li jittella' minn dawn il- kumpanniji taż-żejt jista' jkun radjuattiv.", "Din hija prova ċara tar-riskju li l-istess awtorita` qiegħda tesponi lill-poplu Malti għalih, b'mod partikolari ċ-ċittadini li joqogħdu f'Birżebbuġa.", "Skond l-istess stqarrija ta' l-awtorita` - u se nikkwota – \"Il-ġebel se jkun iċċertifikat li huwa ħieles minn kull tniġġis qabel ma jinġieb Malta.", "Se jinġieb f'pajjiżna biex jitħallat mas-siment għall-produzzjoni ta' mass concrete u għall-użu tal-bini tat-toroq.\"", "Din hija ħrafa, jew aħjar skuża banali.", "Skond l-iżviluppatur l-impjant se jipproduċi xi 50 metru kubu fil- ġimgħa.", "Kemm-il triq se tibni b'din ir-rata?", "L-ammont ta' ġebel huwa tant redikolu li m'għandu l-ebda effett fuq ir-riżorsi minerali ta' Malta.", "Il-verita` hi li dan il-proġett huwa intiż biex isefter lill-kumpanniji taż- żejt billi jaċċetta l-iskart tagħhom fil-freeport.", "Dan l-iskart se jintuża fi blokok tal-concrete ta' metru kubu-il wieħed biex innaqqsu r-riskji ambjentali involuti.", "Fl-ittra tiegħu għall-awtorita` l-Prof.", "Alfred Vella qal: - dokument 12B paġna 3, u qed inpoġġih fuq il-mejda tal-Kamra wkoll -", "\"These quantities of zinc, chromium and lead are not sufficiently large to cause the product to pose significant environmental risk when in use for the indicated purposes.", "Moreover, if the consolidated solid obtained from the cuttings is incorporated in mass concrete (as aggregate) the rate of release of heavy metal species will be further reduced due to decreased contact with water with concomitant further lowering of the environmental risk.\".", "Tant hemm riskju serju u periklu fl-iskart li se jinġieb fil-freeport li l- awtorita` ħasset il-ħtieġa li, skond kondizzjoni 12 tal-permess, għal kull 400 tunnellata ta' skart ipproċessat fil-freeport isiru testijiet xjentifiċi.", "Din il-kondizzjoni tgħid:", "\"The treated material shall also be analysed for its composition and respective quantities of each material.", "This shall be done at every 400 tonnes of treated cuttings produced by the plant and submitted to the Malta Environment & Planning Authority.\".", "Mhux minnu li saru studju u riċerka fuq l-impatt ambjentali, Mr Speaker.", "Mhux minnu lanqas li saret konsultazzjoni ma' l-entitajiet konċernati biex jevalwaw l-impatt ambjentali kollu.", "Kondizzjoni numru 16 tal-permess tgħid:", "\"This permit is subject to clearance from the Malta freeport corporation, Malta Maritime Authority, Health Department and Malta Resources Authority.", "Before any works commence on site, applicant shall submit a copy of the clearance for the said development to the Malta Environment & Planning Authority.\".", "Mr Speaker, il-fatti huma li fl-aħħar ta' Ottubru l-awtorita` ta' l- ippjanar ħarġet permess lill-Medserv biex skart minn kumpanniji tat-tħaffir taż-żejt jinġieb fil-freeport.", "L-awtorita` tat dan il-permess mingħajr ebda studji ambjentali, mingħajr konsultazzjoni u b'irresponsabbilta` kbira.", "F'dokument 9(b) paġna 2 l-iżviluppatur għamilha ċara li b'dan l- iżvilupp il-kumpanniji taż-żejt ikollhom faċilita` biex l-iskart li huma jiġġenneraw jinġieb Malta biex inaqqsu u jeliminaw it-tniġġis tal-baħar.", "Mr Speaker, tant kemm dan il-materjal li jittella' minn dawn il-kumpanniji taż-żejt jista' jkun ta' periklu, dan se jinġieb Malta fi skips li mhux se jkunu mimlija iktar minn 70%.", "F'paġna 2 ta' dokument 13 li se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra jagħmilha ċara għaliex dawn l-iskips se jkunu mimlija hekk meta jsostni li:", "\"The skips will only be filled up to a maximum of 70% capacity to further reduce the risks of overspills during transportation.", "In case of accidental spillages into the sea the release of polutants would be at its worst.", "However given the fact of the small concentrations of heavy metals and oils and the small quantities of material being transported by every supply vessel, the environmental impact from such an accident would be negligable.\".", "L-awtorita` ta' l-ippjanar ħarġet il-permess 3552/02 b'irresponsabbilta` kbira, mingħajr ma saret konsultazzjoni u mingħajr ma sar assessment fuq l- impatt ambjentali u soċjali.", "Nerġa' nsostni li dan għandu jiġi rtirat minnufih.", "Mr Speaker, l-awtorita` ħarġet permess biex Malta ssir il-miżbla ta' l- iskart ta' kumpanniji taż-żejt barranin li qed joperaw fil-Mediterran.", "Filwaqt li qegħdin isostnu li se jimportaw xi 50 metru kubu biss fil- ġimgħa, dokumenti fuq l-iżvilupp propost juru li l-imsemmi żvilupp huwa għall-kapaċita` ta' bejn 800 u 1,000 metru kubu għal ġimgħa ta' 40 siegħa.", "Mr Speaker, dan ifisser li skond il-policy and design guidelines for environmental impact assessments dan l-iżvilupp jaqa' taħt klassifikazzjoni 2.7 li tirrikjedi environmental impact statement.", "Mhux talli ma sarx l-environmental impact assessment talli l-applikazzjoni imxiet b'ħeffa liema bħalha u ngħatat permess fi żmien tliet xhur!", "Mr Speaker, ingħatat permess fi żmien tliet xhur!", "Addio l-EISs u studji ambjentali, l-importanti li ħareġ il-permess ta' malajr biex kumpannija ddaħħal il-flus billi tbigħ lil Malta bħala miżbla għal kumpannija taż- żejt.", "U tajjeb li wieħed jiċċekkja min hemm wara din il-kumpannija ħalli naraw xi ħbieb tal-ħbieb se nsibu f'dawn il-kumpanniji!", "Mr Speaker, l-Onor.", "Pullicino semma l-kwestjoni tat-tħaffir għaż-żejt f'Għawdex ta' żmien gvern Laburista, imma l-gvern Nazzjonalista minflok ġab żejt ġab iż-żibel li jiġġenera t-tħaffir għaż-żejt.", "(Interruzzjonijiet) Meta aħna konna qed inħaffru għaż-żejt ġewwa Għawdex għedtu li m'hemmx żejt, u meta tlajtu intom infaqtu Lm8 miljun oħra mill-kaxxa ta' Malta għax għedtu li kien hemm iż-żejt, imbagħad ħarbilkom!", "U ta' min jistaqsi hawnhekk: Ħarbilkom jew tellaqtuh?", "Iż-żejt ma ġibtuhx, imma l-iskart taż- żejt ġibtuh issa!", "Ma tiftakarx li dak iż-żmien bdejtu tgħidulna li se nkissru l-ambjent?", "Fil- fatt konna aħna li għall-ewwel darba għamilna environmental impact assessment.", "Kemm ftaħartu u kemm ftaħret Giovanna Debono li bil-ħila tagħkom se ssibu ż-żejt!", "X'ġara?", "Issa rriżulta li intom giddibin, kif dejjem kontu, u mhux talli intom giddibin u telliftuna ż-żejt talli issa, bil-wiċċ tost kollu, qed iġġibulna ż-żibel li jiġi ġġenerat bit-tħaffir għaż-żejt.", "Kif diġà għedt, dan qed isir biex tagħmel il-flus kumpannija li persważ li fiha hemm il-ħbieb tal-ħbieb.", "F'Birżebbuġa se jitpoġġa skart li jista' jkun perikoluż u jagħmel impatt ambjentali irriversibbli, u dan il-post se jispiċċa l-vittma tal-kilba għall-flus ta' dawn il-ftit min-nies.", "Mr Speaker, dan l-iżvilupp kien jirrikjedi environmental impact assessment u skond il-proċedura dan kellu jittella' quddiem il-bord tal-MEPA biex tittieħed deċiżjoni.", "Minflok din l-applikazzjoni ħaduha quddiem id-DCC biex jingħata permess baxx baxx.", "U jien nistaqsi min ħa din id-deċiżjoni u għaliex.", "Jien nemmen li l-individwi nvoluti għandhom ikunu responsabbli u jgħidu għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni serja bħalma hi din.", "Nistaqsi wkoll: Għal min kienu ta' servizz dawn l-uffiċjali, għall-pubbliku jew għal din il-klikka?", "Żgur mhux għall-ambjent u għaċ-ċittadini!", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li min hu responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet abbuża mill-poter li tagħtih il-liġi u ħa deċiżjoni biex jesponi liċ- ċittadin għal riskju bla rażan.", "Meta raħħal ikun irid jibda jrabbi ftit bhejjem jitolbuh studji fuq studji, idum jistenna snin sħaħ u meta jingħata l-permess idamdmuh b'garanziji enormi.", "Imma l-Medserv mhux ċittadin komuni, mhux raħħal imma aġent ta' kumpannija fejn hemm ħbieb tal-ħbieb, li bil-permess li għandu ingħata liċenzja biex għall-kumdita` tiegħu jagħmel lil pajjiżna miżbla.", "Insemmi wkoll il-każ tal-barriera tal-qawwi fil-Qala, Għawdex.", "Taħsbu li hija xi ħaġa rari li l-applikazzjonijiet li għandhom bżonn environmental impact assessment ma jintalbux biex jagħmluh u baxx baxx l-applikazzjoni titħalla għand id-DCC?", "Dażgur li le!", "Kif jafu l-uffiċjali ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar li qegħdin hawn, xahar ilu jien tlabt lis-segretarju tal- bord tal-MEPA - li huwa ċ-chairman ukoll, għalkemm mhux uffiċjali, għax iċ- chairman tal-MEPA, Francis Tabone, huwa s-segretarju tal-bord - biex l- applikazzjoni li kienet se tittella' malajr biex tingħata permess mid-DCC, tittella' quddiem il-bord tal-MEPA.", "Jien għandi l-ittra li fiha tlabt biex din l-applikazzjoni titla' quddiem il-bord tal-MEPA, pero` għadni ma ħadt l-ebda risposta għaliha.", "Jien qed nirriferi għall-applikazzjoni numru 4727/99.", "Tajjeb ngħid li din l-applikazzjoni hija biex tingħata estensjoni ma' barriera tal-qawwi li hemm il-Qala, Għawdex.", "Se npoġġi fuq il-mejda tal- Kamra kopja tal-pjanta li għadddietli l-MEPA li turi l-parti tal-barrieri bil-permess ta' l-iżvilupp li kien se jingħata.", "Skond il-pjanta tal-MEPA l- applikant għandu numru ta' kostruzzjonijiet fil-barriera eżistenti bla permess, madwar 25 tomna ta' art mingħajr permess u għandu kważi 16-il tomna ta' materjal mitfugħ barra l-konfini eżistenti tal-barriera mingħajr permess.", "L-awtorita` mhux talli kienet se tissanzjona l-iżvilupp ta' iktar minn 2,000 tomna talli kienet se tagħti - u tidher li se tagħti - l-estensjoni ta' madwar 12-il tomna oħra.", "U dan kollu mingħajr ma sar ebda studju ambjentali.", "Tajjeb ngħid li din il-barriera qiegħda mal-kosta ta' Għawdex u l-awtorita` taf sew li l-irdim qiegħed imur anke fil-baħar.", "Din hija l- istess barriera li semma s-segretarju parlamentari li minnha nġab ir-ramel li ntefa' fi Mġarr ix-Xini.", "Dak il-famuż każ li l-awtorita` tant għamlet kjass fuqu!", "Imma is-segretarju parlamentari ma semmiex minn fejn ġie l- irdim ta' din il-barriera!", "Mr Speaker, x'wiċċ għandu d-direttorat li jagħti permess għall-barriera li qiegħda kważi kilometru mal-kosta mingħajr ma jsir ebda studju ambjentali skond l-istess policies ta' l-awtorita`!", "Hawnhekk tajjeb ngħid li skond paragrafu 5.1(b) tal-policies and design guidelines for environmental impact assessment, żviluppatur ikollu bżonn studju ambjentali meta jkun hemm: \"Development of a quarry and an extension to an existing quarry where the proposed area of new operations is 1 to 3 ha.\"", "Qed inpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-mejda tal-Kamra.", "Mela skond il-policies tal-MEPA kellu jsir environmental impact assessment dettaljat għall-applikazzjoni 4727/99 għaliex l-iżvilupp ikopri aktar minn 30 ettaru.", "Mhux talli m'hu se jsir ebda studju talli kien se jingħata u jidher li se jingħata permess għal żvilupp ta' aktar minn 52,000 metru kwadru ta' art b'sempliċi rakkmandazzjoni tad-direttorat ta' l-ippjanar.", "Issa jien nistaqsi min hu responsabbli ta' din id-deċiżjoni biex jiġi sanzjonat stupru u abbuż sfaċċat fuq l-ambjent naturali u kulturali ta' pajjiżna?", "Jekk wieħed jasal biex jiġġustifika żvilupp bħal dan ikun kompliċi tal- ħerba li qed issir.", "Biex tgħaqqad, mhu qed jintalab l-ebda studju jew analiżi dwar id-diżastru ambjentali li qed isir.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Irrid ngħid ukoll li minkejja li jien ktibt lill-MEPA dwar dan il-każ, ħlief risposta dwar il-pjanta ma ħadtx, jiġifieri sal-lum għadni ma nafx jekk min hu responsabbli huwiex se jittella' quddiem il- bord, u ħafna mill-mistoqsijiet li għamilt għadhom ma ngħatawx tweġiba.", "Fil-fatt fit-8 ta' Novembru jien ktibt ittra lill-bord fejn tlabt biex min hu responsabbli għal dan id-diżastru ambjentali jittella' quddiem il-bord u mbagħad għamilt ukoll mistoqsijiet oħra biex nara għaliex qed ikun hemm min qed jippermetti li jibqgħu jsiru dawn l-affarijiet, pero` kif għedt diġa`, sal-lum għadni ma ngħatajtx tweġiba.", "Ħalli nsemmi każ ieħor.", "Dan il-każ jikkonċerna l-family care supermarket li jinsab fi Triq tal-Labour ġewwa n-Naxxar, u każ bħal dan jagħti prova ta' kemm il-MEPA ma tittrattax lil kulħadd l-istess.", "Jien nistaqsi: Jekk dak li sar f'dan il-każ m'huwiex korruzzjoni, x'inhu?", "Fil-fatt ikun interessanti jekk ngħid li l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' dan is- supermarket, li għandu madwar tomna art, ġiet aċċettata u nħareġ il-permess fi ftit sigħat.", "Dan mhux każ li seħħ snin ilu, meta kien hemm il-PAPB tafux, imma seħħ proprju issa, meta suppost hemm it-trasparenza u meta suppost l-affarijiet mexjin sew!", "Il-MEPA sostniet bl-aktar mod pervers li jekk tgħaqqad erbat iħwienet flimkien biex tiftaħ supermarket m'għandekx bżonn permess għall-iżvilupp, u fil-fatt din l-awtorita` tat il-clearance tagħha fl-istess ġurnata li rċeviet il-pjanti għall-iżvilupp.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li l-uffiċjal tal-MEPA li huwa involut f'dan il-każ, il-general development officer Arthur Abela, diġa` kellu kwestjoni ma' l-union fuq każ ieħor ta' korruzzjoni li seħħ fi żmien l- amministrazzjoni Laburista u kien sospiż, imma somehow, għax dan l-uffiċjal huwa Nazzjonalist ferventi, ħallewh jaħdem mal-MEPA.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti li għandi dwar dan il-każ, fejn minn dawn id-dokumenti joħroġ ċar li l-mod kif imxew l-affarijiet f'dan il-każ huwa stramb għall-aħħar.", "Biżżejjed ngħid li f'dan il-każ, il-permess għall-iżvilupp ħareġ f'inqas minn tmien sigħat li tressqet l-applikazzjoni quddiem il-MEPA.", "Jekk il-MEPA tkun effiċjenti daqshekk fl-applikazzjonijiet kollha li jitressqu quddiemha, żgur li ma jsirx tgergir dwar dewmien żejjed fil-ħruġ ta' permessi!", "F'dan il-każ tant iddaħħlet il-korruzzjoni li filwaqt li normalment biex joħroġ permess għal żvilupp bħal dak - fejn fost affarijiet oħra jinvolvi saħansitra parking space għal iktar minn 75 karozza - l-applikant ikollu jħallas kontribuzzjoni ta' iktar minn Lm80,000, sid dan is-supermarket tafu kemm ħallas bħala kontribuzzjoni?", "Lm10 biss!", "Imbagħad għax mara anzjana tbiddel il-gallerija tagħha mill-injam għall-aluminium mingħajr permess, teħel multa ta' mijiet ta' liri!", "Dan qed ngħidu biex dak li jkun jara kemm il-MEPA timxi differenti ma' min hu dgħajjef u ma' min hu b'saħħtu!", "U mbagħad jgħidu li m'hemmx provi li l-MEPA ma tittrattax lil kulħadd l- istess!", "Din hija r-riforma li għamel il-gvern Nazzjonalista fil-MEPA skond il-wegħda elettorali ta' l-1998!", "Din hija r-realta` stramba u korrotta tal- MEPA!", "Hawnhekk se nsemmi każ ieħor, li diġa` semmieh is-segretarju parlamentari, li jikkonċerna l-ismall and medium enterprises fejn qed jipprovaw isibu post għal industriji żgħar.", "Ikun tajjeb li ngħid li dawn l-affarijiet saru biex isiru l-abbużi wkoll.", "Per eżempju, saret applikazzjoni - applikazzjoni numru 6185 ta' l-1998 - biex jinġieb permess għal żvilupp f'area li l-MEPA kienet oġġezzjonat li jsir żvilupp fiha, u fil-fatt rebħet l-appell li sar, imma minkejja dan, għax l-applikant huwa bażużlu Nazzjonalist, din l-istess area hija indikata li dan jista' jeħodha għax raw kif isibulu mod biex minflok mill-bieb jidħol mit-tieqa.", "Dawn huma l- ħneżrijiet li qed isiru fil-MEPA!", "Issa ħalli nsemmi r-raġuni vera għaliex l-awtorita` ta' l-ippjanar u d- dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent ġew merged flimkien, u nagħti prova ta' kemm dak li qalu huwa kollu gideb.", "Fil-fatt dan il-merger huwa żwieġ sforzat biex b'hekk titneħħa l-identita` tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent li kien waqqaf l-istess gvern Nazzjonalista wara liġi li għaddiet aktar minn għaxar snin ilu.", "M'huwiex minnu li l-għaqda bejn id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent u l-awtorita` ta' l-ippjanar saret minħabba l- Unjoni Ewropea, kif hawn min qed jgħid imma din saret biex jiġi fformat il- mostru li kien spjegah tajjeb iċ-Ċumpaqq u li ma kienx hemm bżonnu.", "Dan juri n-nuqqas ta' professjonalita` li jeżisti fil-ħarsien ta' l-ambjent u huwa prova ċara li min qed jagħmel dawn ir-rakkmandazzjonijiet qed jiddetta lill-Kabinett Nazzjonalista u qed jesponihom għar-redikolu.", "Għall- mument ħalli ninsew il-kritika ħarxa li qalgħu n-Nazzjonalisti mill- kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea talli ħadu dan il-pass, liema kritika ġiet fuqhom bħala sajjetta fil-bnazzi.", "In-Nazzjonalisti ilhom għal aktar minn sentejn u nofs iwiegħdu lil Brussels li se joħolqu entita` awtonoma fuq l- ambjent imma wara pressjoni qawwija li saret minn supporters Nazzjonalisti fl-awtorita` ta' l-ippjanar, inbidel kollox u f'daqqa waħda ħarġet fil- beraħ il-proposta tal-merger.", "Il-fatt li din id-deċiżjoni ttieħdet b'mod mgħaġġel ħafna huwa sinjal ċar tal-paniku li ħakem lill-gvern Nazzjonalista.", "Ikun tajjeb jekk wieħed ifakkar ukoll li fin-national plan for the adoption of the acquis il-gvern Nazzjonalista kien wiegħed li se jsaħħaħ id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent u mhux li se jgħaqqdu ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Lanqas meta ddiskutejna l-abbozz ta' liġi dwar l-ambjent u l-abbozz ta' liġi dwar l-awtorita` ta' l-ippjanar, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li se jkun hemm din il-merger.", "Inżid ngħid li l- uffiċjali tal-management efficiency unit, li kienu tħallsu eluf ta' liri mit-taxxi tal-poplu biex iservu bħala konsulenti tal-Prim Ministru, tawh il- parir li sa Diċembru, 2002 id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent kellu jissaħħaħ u li wieħed ried jara x'se jagħmel biex jispiċċa l-konflitt li kien jeżisti fix-xogħol li kien qed jagħmel id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent u fix-xogħol li kienet qed tagħmel l-awtorita` ta' l- ippjanar.", "Allura kif imbagħad f'daqqa waħda l-gvern ippropona li d- dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent u l-awtorita` ta' l-ippjanar jaħdmu flimkien taħt saqaf wieħed u jiġu kkontrollati mill-istess nies?!", "Hawhekk l-ipokresija toħroġ b'mod ċar.", "Jien nistaqsi: Min ta l-parir u l-ordni biex isir proprju l-kuntrarju ta' dak li ġie rrikkmandat?", "Il-partit Nazzjonalista għalhekk dejjem ifalli; għax m'għandux għal qalbu l-interess nazzjonali imma l-ewwel u qabel kollox għalih jiġu l-bżonnijiet tal-ħbieb tal-ħbieb.", "L-uffiċjali tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent għamlu snin sħaħ imċaħħda milli jieħdu promotion, u Alla jbierek, meta kienet tinġieb l- iskuża li m'hemmx flus biżżejjed, il-UĦM kienet tibqa' b'ħalqha magħluq.", "Ara għas-salarji u għal benefiċċji oħra lill-ħbieb tal-ħbieb fil-MEPA, f'dak il-każ kien hemm flus biżżejjed!", "Inkredibbli, Mr Speaker!", "Meta sar dan il-merger, jew aħjar meta r-responsabbilta` li kellu d- dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent ittieħdet mill-awtorita` ta' l- ippjanar, x'ġara?", "L-ex-impjegati tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent ġew imċanfra, immolestati, mhedda u x'naf jien filwaqt li x-xogħol li huma kienu ilhom jagħmlu għal snin twal, beda jsir mill-impjegati ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar, li minkejja li huma mħallsin iktar milli kienu mħallsa l-ex-impjegati tad-dipartiment ta' l-ambjent, xorta waħda ma waslu mkien.", "Ta' min jgħid ukoll li sadanittant il-liġi dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent u l-liġi dwar l-iżvilupp ta' l-ippjanar kienu għadhom ma ġewx amalgamati f'att wieħed u allura l-konfużjoni fil-MEPA aktar bdiet tikber.", "Biżżejjed ngħid li fil-bord tal-MEPA tista' tgħid li għad hemm l-istess nies li kien hemm fil-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, li l-maġġoranza tagħhom ġew appuntati politikament, u minkejja li fil-position paper il- gvern Nazzjonalista kien wiegħed li l-awtorita` li kien se jwaqqaf kienet se tkun awtonoma, il-MEPA hija ferm 'il bogħod mill-awtonomija li kien qed jippriedka li se jkun hemm il-gvern fl-awtorita` li kien se jwaqqaf, għax kull pass li jittieħed, irid jiġi approvat minn dawk appuntati politikament.", "Fil-fatt huwa għalhekk li l-gvern Nazzjonalista qala' ċanfira mill-Unjoni Ewropea.", "Issa l-gvern Nazzjonalista qed jistenna l- elezzjoni tgħaddi biex mingħalih jerġa` jmur għall-pjan oriġinali meta jkun fil-gvern, imma jien nista' naċċertah li se jkun gvern Laburista li jagħmel dan.", "Biex ikomplu jitfgħu l-melħ fuq il-ferita fil-MEPA ġie appuntat direttur li m'għandu esperjenza ta' xejn f'dan il-qasam, u dan minkejja li kien wieħed mir-rekwiżiti biex wieħed jiġi appuntat bħala direttur.", "Fil-fatt dan id- direttur m'għandu l-ebda kredenzjali ħlief għal kredenzjal wieħed; li kien kandidat Nazzjonalista.", "Din hija l-unika kwalifika li għandu dan id- direttur, u ta' dan sab ruħu ppremjat fuq is-siġġu tal-poter, b'salarju fenomenali mingħajr lanqas biss ma jaf x'għandu jagħmel ħlief li jhedded lil ta' taħtu, jittrattahom qisu skjavi u joħloq kaos sħiħ bid- diskriminazzjoni li jagħmel!", "Qalu li ġie magħżul hu sabiex fil-MEPA tinżamm id-dixxiplina, pero` l-verita` hi li kemm ilu direttur dan l- individwu, ħafna affarijiet marru lura jew waqfu, u dan apparti l- fissazzjoni tiegħu, li qabżet kull limitu!", "Biżżejjed insemmi li minkejja li f'Ottubru suppost kellu jibda twinning project, għalkemm issa wasalna f'Diċembru ma smajna xejn iktar dwar dan il-proġett, la mid-direttur u lanqas mill-awtorità.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-programmi ta' monitoring li kellhom isiru u tal-bio-diversità.", "Fuq il-proġetti dwar l- iskart, dwar il-GMOs, dwar l-ambjent marittimu u dwar il-kwalita` ta' l- arja ma nħareġ l-ebda rapport.", "Imbagħad xi ngħidu dwar ix-xiri ta' l- apparat?", "Per eżempju, dwar il-mobile unit il-ġdid li nista' ngħid huwa li lanqas l-iskeletru tiegħu għadu ma eżista s'issa mhux imbilli qal is- Segretarju Parlamentari.", "Sirt naf li biex tgħaxxaqha, id-direttur il-ġdid diġa` kellu nkwiet kważi ma' kulħadd, saħansitra mal-gvern innifsu għax dan kemm-il darba ġie kkwotat li qal li l-gvern ma wasalx.", "Per eżempju, fil- ġurnal \"Engineering Today\" dan id-direttur ġie kkwotat li qal - fil-fatt fl- aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal- Kamra, u hawnhekk se nikkwota bl-Ingliż biex ma niġix miżinterpretat - illi:", "\"Nothing had been done for the environment and so much was still to be done that he ...\",", "- hawnhekk id-dokument qed jirriferi għad-direttur -", "\"... felt a moral obbligation to join MEPA.\".", "Hawnhekk jien ngħid lid-direttur: Nirringrazzjak, Sur direttur, talli qed tiċċertifika li l-gvern Nazzjonalista tiegħek, li ilu fil-gvern sa mill- 1987 ħlief għal 22 xahar, m'għamel xejn f'dan il-qasam!", "Fil-fatt anke fir- rapport annwali tal-MEPA, id-direttur qal li hu wasal fil-MEPA meta x- xenarju kien diġà lest.", "Issa nispera li d-direttur ma jipprovax ifarfar ir- responsabbilta` tiegħu u jitfagħha fuq ħaddieħor!", "Id-direttur ġie kkwotat ukoll li qal illi l-programmi li jsiru, isiru għalxejn jekk ma jkunx hemm monitoring u inforzar tas-sistema, u jidher ċar li hemm ħafna xi jsir u li għadna lanqas biss bdejna.", "Mr Speaker, jien nistaqsi: Xi provi aktar għandu bżonn iċ-ċittadin meta lejliet l-elezzjoni, id-direttur tal-MEPA, li huwa ex-kandidat Nazzjonalista, qed jgħid li matul dawn l-aħħar snin ma sar xejn?", "Fil-fatt kienu ħafna dawk l-impjegati li għażlu li jitilqu mill-MEPA, u kien hemm ħafna oħrajn li nżammu hemm bħala priġunieri, qishom skjavi, jistennew lil ħaddieħor jeħdilhom xogħolhom.", "Issa jien ma nafx x'insult ikbar hemm milli jkun hemm rekluti ġodda li jkollhom paga aktar minnek u inti tiġi mhedded u ordnat biex tgħallem lil dawn ir-rekluti dak kollu li tkun taf!", "Quddiem dan kollu, il-UĦM xorta waħda baqgħet ħalqha magħluq u għamlet minn kollox biex tipprova ssalva wiċċ dan il-gvern diżonest minflok tipproteġi d- drittijiet tal-ħaddiema.", "Jien nistaqsi: Għaliex il-gvern Nazzjonalista ħa dan il-pass tal-merger; ried jaħbi xi ħaġa?", "Dażgur li ried jaħbi!", "Mr Speaker, huwa fatt magħruf li mill-1987 'l hawn il-gvern Nazzjonalista m'għamel xejn tanġibbli biex jipproteġi lill-ambjent għax huwa ossessjonat biss li jsieħeb lil pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Kulma għamlu n- Nazzjonalisti kienu rapporti fuq rapporti, studji fuq studji u wegħdiet fuq wegħdiet, li ġew miġbura f'dawk li huma jsejħulu bħala national position paper, allavolja l-pożizzjoni tixxengel 'l hinn u 'l hawn kull siegħa, imma nsomma!", "Biżżejjed ngħid li mill-1999 'l hawn l-NPAA inbidel mill-inqas 30 darba.", "Li riedu verament in-Nazzjonalisti kien li jibdlu l-uċuħ u jkollhom \"yes-men\", bħalma huma l-impjegati ta' l-MIC u d-direttur tal-MEPA.", "Ara mbagħad lill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea jgħidulha li mexjin u li kollox huwa finalizzat, u dan meta għandna provi li lanqas biss għadna bdejna.", "Hemm raġuni oħra wkoll għaliex in-Nazzjonalisti ddeċidew li jgħaqqdu d- dipartiment ta' l-ambjent u l-MEPA flimkien, u din ir-raġuni hija li riedu jaħbu l-fatti.", "Per eżempju, l-oppożizzjoni Laburista kienet ilha tgħid lill-gvern li l-baħar kien ikkontaminat u li ħafna nies, inklużi tfal, kienu qed ibatu minn infezzjonijiet ikkaġunati mill-pollution, pero` l- gvern baqa' jinsisti li meta jibgħat il-kampjuni lil kumpannija privata bl- isem qarrieqi ta' Malta national laboratory company limited, biex dak li jkun jieħu l-impressjoni li din hija kumpannija tal-gvern - u ta' min jgħid li din il-kumpannija hija mmexxija minn Nazzjonalist magħruf - ma jirriżulta xejn minn dan kollu.", "Din hi l-istess storja tal-Magħtab fejn minkejja li kemm l-esperti Maltin kif ukoll l-esperti li nġabu mill- Greenpeace qalu li hemm kontaminazzjoni, il-ministru baqa' jinsisti li hu jirriżultalu li fil-Magħtab m'hemmx kontaminazzjoni.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk min jieħu l-kampjuni biex joħroġ ir-riżultat jgħid x'inhu jiġri u jgħid li apparti s-salarji fenomenali u l-benefiċċji li jieħdu ċerti nies li huma midħla mal-gvern Nazzjonalista, filwaqt li żmien il-gvern Laburista l-analisi ta' kull kampjun ta' l-ilma baħar kienet issir b'xejn mil-laboratorju ta' Sant'Antnin jew mill-Evans Laboratory, illum li din l-analiżi qed issir mill-Malta national laboratory company limited kull kampjun qed iqum liċ- ċittadin 'il fuq minn Lm150.", "Mhux diżonesta` din?!", "Ikun tajjeb jekk insemmi wkoll li l-uniku stazzjon għall-kontroll ta' l-arja li għamlu n-Nazzjonalisti matul dawn l-aħħar erba' snin kien ġie ordnat fl-1997 mill-gvern Laburista, u biex ħadmuh kienu damu sentejn.", "Fil-fatt kemm ilhom fil-gvern matul dawn l-aħħar erba' snin tista' tgħid li ma ħadmu l-ebda stazzjon mobbli ieħor jew fiss.", "Issa jinsabu mifxulin u qed jaraw kif jagħmlu biex jipprovaw iħaddmu wieħed, u dan meta fin-national position paper kienu wegħdu li se jibda jaħdem sa l- aħħar tas-sena 2001, jiġifieri diġà ttardjaw b'sena.", "Il-gvern Nazzjonalista kien wiegħed ukoll li sa l-aħħar ta' din is-sena Malta kienet se tkun qed tobdi d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-kwalita` ta' l-arja.", "Dan xi jfisser, Mr Speaker?", "Dan ifisser li jrid ikun hemm mill-inqas ħames stazzjonijiet oħra, u hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li l-MEPA għadha lanqas biss ħarġet l-offerti għax-xiri tagħhom.", "Dan kollu qed isir minkejja li l-MEPA twaqqfet din is-sena stess u minkejja li issa għandna l- merger u għandna direttur ġdid.", "Imma din x'ipokresija hi?", "Liċ-chairman u lid-direttur tal-MEPA jien ngħidilhom: Fallejtu bil-kbir!", "Meta l- istazzjon kien immexxi mid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent, l- informazzjoni dwar il-kwalita` ta' arja kienet tiġi miġbura fl-istate of the environment report, liema rapport illum il-MEPA qiegħda tipprova tagħmlu tagħha.", "Allura jien nistaqsi liċ-chairman: Kemm-il ġurnata ħadem din is-sena dan l-istazzjon?", "Nispera li ningħata tweġiba għax issa dan l- istazzjon ilu iktar minn sitt xhur li tħalla jitmermer u ma saret ebda osservazzjoni.", "X'se jgħidulu lill-poplu?", "Għallinqas fil-passat kienu jidhru xi riżultati fuq il-website tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent pero` kemm ilha li twaqqfet il-MEPA, morna lura sew, anke f'dan il- qasam, u l-poplu tħalla fl-għama.", "Ara aħna wegħedna li nippubblikaw kull riżultat biex kulħadd ikun jaf x'inhi s-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Jekk wieħed jara l-istate of the environment report li ġie ppubblikat dan l- aħħar isib li matul dawn l-aħħar tliet snin il-gvern Nazzjonalista ...", "U l- gvern Nazzjonalista kien jaf li l-livell ta' carcinogenic benzene kien għoli, imma madanakollu la qatt ma qal dan u lanqas qatt ma ħa azzjoni.", "L- istess nistgħu ngħidu għall-Pm10, li kien 'il fuq mil-livell stipulat mill- World health organisation u mill-European Union.", "Issa hawn ta' min ifakkar ukoll li dawn kienu wegħduna li se jinvestigaw minn fejn ġej dan it-tniġġis imma minn dan kollu ma sar xejn.", "Kienu wegħduna wkoll li matul din is-sena t-tniġġis ta' l-arja kellu jonqos.", "Issa nispera li ċ-chairman tal-MEPA ma jipprovax ifarfar ir-responsabbilta` tiegħu minn fuq spallejh u jipprova jitfagħha fuq nies innoċenti.", "Diġa` saru żewġ investigazzjonijiet u ċ-chairman jaf li r-riżultati ta' dawn l- investigazzjonijiet juru b'mod ċar li fil-MEPA hemm taħwid u burokrazija li huma kawża ta' l-inkompetenza u tal-ġlied li nqala' bejn il-ħbieb Nazzjonalisti, speċjalment minn kemm ilu appuntat id-direttur il-ġdid.", "Fil- fatt iI-MEPA m'hijiex titkellem dwar dan kollu għax hija ma tistax tmur kontra n-Nazzjonalisti li għandhom ċertu saħħa.", "Fil-MEPA qed tirrenja inġustizzja kbira.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li dawk l-uffiċjali li huma onesti u li jagħmlu l-almu tagħhom huma mhedda l-ħin kollu, dawk ta' għajnejhom blu jagħmlu li jridu, jieħdu l-leave meta jridu u mas-2.00 p.m. jitilqu lejn id-dar jew inkella jmorru jagħmlu xi xogħol part-time, u dan bħala premju minħabba li jispjunaw, jissemmgħu u jigdbu fuq sħabhom tax- xogħol.", "Skond l-ombudsman stess, il-MEPA jistħoqqilha l-akbar academy award għall- inġustizzji li qed isiru hemmhekk.", "Matul dawn l-aħħar ġranet ġew ikellmuni diversi ħaddiema tal-MEPA ex-Nazzjonalisti, u dawn qaluli li għandhom seba' mitt sena sakemm jerġa` jitla' fil-gvern il-partit Laburista.", "Dan juri d- disperazzjoni li jinsabu fiha ħafna mill-ħaddiema tal-MEPA.", "Fil-MEPA jekk ma jkollokx parrinu tiġi msawwat filwaqt li jekk ikollok parrinu tagħmel li trid, speċjalment fil-mapping unit fejn hemm il-benniena ta' Matthew Gatt.", "Illum din hija abbandunata.", "Biżżejjed ngħid li minkejja li hu jaf li ħafna mill-ħaddiema qegħdin f'konflitt mal-kodiċi ta' l-etika tal-MEPA billi qed jagħmlu xogħol part-time bil-moħbi, m'hu qed jieħu l-ebda passi kontrihom sempliċement għaliex dawn huma Nazzjonalisti.", "Ara li kieku dawn ikunu Laburisti, jittieħdu l-passi kontrihom f'ħakka ta' għajn!", "Ta' min isemmi wkoll li fil-MEPA hemm min jitħallas doppju tax-xogħol li jagħmel.", "Per eżempju, l-impjegati ta' l-EMU u tad-direttorat ta' l-ippjanar jitħallsu kemm mill-MEPA kif ukoll mill-fondi li hemm fil-proġett \"CAMP\".", "L-information technology unit hija l-għanqbuta ta' spjunaġġ u l-id moħbija wara l-MEPA li biha l-workers' right for privacy u l-intellectual and human rights tagħhom ġew ridotti fix-xejn.", "Dan biex ma nsemmix ukoll l-e-mails li jiġu interċettati, mibdula, emendati u mgħoddija lil ħaddieħor.", "Nerġa` nenfasizza li l-merger bejn il-MEPA u d-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent saret biex titneħħa l-identita` tad-dipartiment darba għal dejjem, u dan meta minkejja r-riżorsi limitati li kellu dan id-dipartiment, kien qed jaqdi l-funzjoni tiegħu skond il-liġi.", "Mr Speaker, parti mir-raġuni għaliex il-gvern għaqqad lid-dipartiment għall- ħarsien ta' l-ambjent u lill-awtorita` ta' l-ippjanar flimkien m'hijiex l- Unjoni Ewropea imma huma l-istudji ambjentali li saru fuq l-isptar il-ġdid \"Mater Dei\".", "Hawnhekk se nirriferi għall-korrispondenza twila li bagħat id- direttur tad-dipartiment ta' l-ambjent lill-awtorita` ta' l-ippjanar fis-27 ta' Marzu, 2000 - fil-fatt fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed kopja ta' din il-korrispondenza fuq il-mejda tal-Kamra - fejn fiha stqarr li l- istudju fuq l-impatt ambjentali ta' l-isptar il-ġdid huwa inaċċettabbli.", "Madankollu skond l-awtorita` ta' l-ippjanar, id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent tawwal ilsienu meta stqarr li l-istudju ambjentali li sar iħalli impatt negattiv fuq l-isptar \"Mater Dei\".", "Fil-korrispondenza msemmija, id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent iċċita minn paġna 26 ta' l-environmental impact assessment u rrimarka li dan il-fatt huwa disturbanti.", "Fl-istess korrispondenza, id-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent qal - u hawnhekk se nikkwota - li:", "\"The comment of page 26 of the environment impact assessment, states that the new hospital project, especially its location and dimensions embodies all the negative aspects of local trends in development.\".", "Imbagħad ikompli jgħid:", "\"What the second objective of the structure plan aims to keep in check, is particulary disturbing.\".", "Sa dak iż-żmien l-environmental impact assessment kien responsabbli għalihom id-dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent.", "Il-konsulenti kienu japprovawhom huma.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar riedet li jkollha kontroll fuq min ikunu l-konsulenti u fuq il-konsultazzjonijiet magħhom biex jekk dawn ma jkunux lesti li jbiddlu l-opinjoni professjonali tagħhom, kif ġara f'dan il-każ, jitwarbu u ma jitħallewx jagħmlu dawn l-istudji.", "Din hija r- raġuni għaliex l-awtorita` ta` l-ippjanar saret MEPA u mhux dik li ta s- segretarju parlamentari.", "Sur President, is-segretarju parlamentari semma l-kaċċa.", "Tajjeb li ngħid li fil-MEPA hemm strateġiji oħra li qegħdin jinżammu moħbija għax għadhom konnessjoni ma' temi politiċi sensittivi.", "Għalhekk qegħdin jaraw li strateġiji bħal dawn ma joħorġux fil-beraħ, l-iżjed issa li riesqa l- elezzjoni.", "Dawn jirigwardaw it-tema tal-kaċċaturi.", "In-Nazzjonalisti qalu li jridu jħallu lir-rappreżentanti tal-kaċċaturi jieħdu sehem fin-negozjati li qed isiru ma` l-Unjoni, imma din kienet sempliċiment gimmick.", "Illum il- gvern reġa` ftaħar li ġab pakkett tajjeb minn Brussels, imma jaf li mhux qed jgħid il-verita`.", "Li mhux qiegħed jgħid huwa li hemm mezzi u metodi kif il-gvern Nazzjonalista, kieku jerġa` jitla` fil-gvern wara l-elezzjoni li ġejja, iwaqqaf il-kaċċa u l-insib.", "Tajjeb li ngħid li diġa' hemm pjan li l- gvern Nazzjonalista se jkollu jbaxxi rasu għal dak li qed tgħid Brussels.", "U x'inhu dan il-pjan?", "Hemm tliet elementi.", "Id-direttur ta' l-ambjent flimkien mal-ministru qed jaħdmu fuq dan li se nsemmi.", "Se jifirxu r-regoli tal-bird directive u jpoġġuhom f'liġijiet separati b'tali mod li min hu beċċen diffiċli jinduna bit-tibdil.", "Qegħdin ukoll jaraw il-postijiet skedati fejn l-aktar isiru kaċċa u nsib u filwaqt li n-nassaba u l- kaċċaturi jibqgħu jħallsu l-liċenzja xorta jonqsu l-postijiet fejn jistgħu jsiru l-kaċċa u l-insib.", "Għaliex?", "Għaliex il-heritage management qed jipprepara skema biex wara l-elezzjoni ma jkunx jista` jsir insib f'ċerti areas għaliex ikunu skedati.", "Għalhekk il-planning authority issa ħadet f'idejja l-permessi tal-kaċċa, għax dawn qed jiġu manipulati.", "Jien mhux qed ngħid li jien favur jew jien kontra l-kaċċa u l-insib, imma la s- segretarju parlametnari semma dawn l-affarijiet ikun tajjeb li wieħed jgħid il-verita`.", "Sur President, is-segretarju parlamentari semma wkoll it-trab li ġie mill- vulkan.", "Jiena kont diġa` tkellimt dwar din il-kwestjoni.", "Pero` hawnhekk irrid nerġa` nfakkar lis-segretarju parlamentari u lill-ministru fl-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent li għadda minn dan il-parlament is-sena li għaddiet.", "Skond dan l-att il-gvern qiegħed fl-obbligu li jimmaniġġja sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal emerġenza ambjentali.", "Dan ifisser li l-gvern għandu jkollu pjani ta' kontinġenza f'każ ta' bżonn.", "Jien kont urejtkom li hemm il-liġi u wrejtkom ukoll li m'hemm ħadd responsabbli biex jimxi skond dik il-liġi.", "Jiena ma kkritikajtx lill-gvern għax ġie t-trab hawnhekk.", "Jien għedt li jekk jistgħu jittieħdu prekawzjonijiet jittieħdu.", "M'għedtx li dan it-trab m'għandux jiġi fuq pajjiżna.", "Minflok qaluli grazzi, għax ġbidtilhom l-attenzjoni għax ħadd ma kien jaf x'għandu jagħmel u lil min għandu jikkuntatja biex jieħu parir, ħarġu jattakkawni fuq il-gazzetti tagħhom biex jipprovaw jiskreditawni.", "Din hija irresponsabbilta` grassa.", "Sur President, s-segretarju parlamentari semma wkoll l-applikazzjonijiet u qal li qatt ma kien hemm applikazzjonijiet pendenti inqas milli hemm illum.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li qatt ma ġew deċiżi applikazzjonijiet daqs meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista.", "Fil-fatt nista` ngħidlek li bejn l-1997 u l-1998 kienu ġew deċiżi 9,243 applikazzjoni.", "Kemm ġew deċiżi din is-sena?", "Din is-sena ġew deċiżi 8,175, u dan meta llum hemm tliet direttorati u mhux wieħed bħal meta kien hemm il-gvern Laburista.", "Imma dawn ma ssemmuhomx.", "U xi ngħidu għad- direct actions.", "Għax ma tgħidux li lill-ħbieb tal-ħbieb tissanzjonawlhom u ż-żgħir jibqa` jsaffar.", "Dak li jmisskom issemmu.", "Sur President, jekk tħares r-rekord ta' l-arroganza tal-MEPA u ta' dan il- gvern tara abbużi u korruzzjoni lampanti.", "Per eżempju, jekk wieħed imur il- Kottonera jista` jara l-qerda li qiegħda ssir bil-barka ta' l-esperti ħbieb tal-ħbieb tal-MEPA.", "Illum mhux il-Partit Laburista biss jikkonferma dan, imma anke l-istess Prim Ministru ta` dan il-gvern għajjien.", "Il-proġett tal- Kottonera huwa proġett spekulattiv fejn art pubblika ngħatat lill-privat għal żvilupp xejn aċċettabbli għall-ambjent.", "Kulħadd qal li dak l- iżvilupp huwa monstru imma safrattant hemm qiegħed, u bl-approvazzjoni tal- MEPA.", "Dan l-iżvilupp qed isir bla ebda studju ambjentali, ħlief l-imsejjaħ environmental impact assessment fuq il-marina.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l- infrastruttura tat-toroq u tad-drenaġġ ma tiflaħx għal dan l-iżvilupp spekulattiv.", "Sur President, biex inkompli fuq l-istess linja spekulattiva, il-ġrieden li gerrmu l-ekonomija biex itejbu l-qagħda finanzjarja tagħhom, issa tefgħu għajnejhom fuq Ħondoq ir-Rummien.", "Meta l-partit Laburista tkellem fuq il- yatch marina kulħadd kien qabeż.", "Issa dawn l-istess nies baqgħu siekta quddiem l-iżvilupp spekulattiv ta` Ħondoq ir-Rummien.", "In-nies tal-Qala, f'referendum ivvotaw kontra dan l-iżvilupp.", "Imma tajjeb li ngħid li l- lobbing fil-MEPA jindika li dan il-proġett għandu jingħata taħt forma jew oħra.", "Per eżempju, bħala estensjoni tal-barriera li hemm fl-inħawi bl- iskuża li għandhom bżonn materja prima u mbagħad wara t-tqattigħ ta' din il- materja prima jirrestawraw din il-barriera u jsir il-proġett li għalih in- nies tal-Qala qalu le, u qalu le bil-kbir.", "Dan huwa eżempju ieħor ta' spekulazzjoni bla rażan.", "Min dawn hemm kemm trid.", "Sur President, ta' min ukoll isemmi l-iżvilupp tal-Kalkara, liema żvilupp skond s-segretarju parlamentari salva l-wied.", "Il-wied aħna se nsalvawh għax se nwaqqfu kull tip ta` żvilupp.", "Meta kien hemm il-partit Laburista fil- gvern, iż-żgħażagħ Nazzjonalisti - probabbilment inti kont magħhom – qalu jekk dan il-wied jiġi żviluppat ikun sar skandlu.", "(Interruzzjonijiet) Inġiblek il-prova.", "Inġiblek il-ġurnal tagħkom u npoġġihulek fuq il-mejda tal-Kamra ħalli tara x'kienu qalu.", "Dawn kienu qali li hemm m'għandux isir żvilupp għax dak huwa l-uniku pulmun li hemm fil-Kalkara.", "In-Nazzjonalisti qaluh dan.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħidlek x'qalu ż-żgħażagħ tagħkom stess.", "Għaliex iridu jagħmluh dan l- iżvilupp?", "Dan l-iżvilupp iridu jagħmluh biex xi nies, fosthom nies fil- partit Nazzjonalista jsiru miljunarji għax art għammiela se ssir art fabbrikabbli biex art li kienet tiswa Lm5,000 it-tomna ġiet tiswa` Lm0.5 miljun.", "Dan huwa l-iżvilupp tal-Kalkara.", "Iridu jeqirdu wied biex il-ħbieb tal-klikka jerdgħu minn fuq l-ambjent bil-barka tal-MEPA.", "Is-segretarju parlamentari responsabbli mill-MEPA, George Pullicino, u d-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici li wkoll qiegħed fuq il-bord tal-MEPA kienu jafu li sħabhom għandhom interessi fl-artijiet ta' l-inħawi u 'l quddiem għad joħorġu affarijiet oħra.", "sħabhom għandhom interessi fl-artijiet ta' l-inħawi.", "Apparti minn dan 'il quddiem għad joħorġu affarijiet oħra.", "Allura x'inhi l-alternattivi għal dawn il-ħneżrijiet li qed isiru?", "L-alternattiva hi li gvern Laburista ġdid jerġa' jagħti saħħa lid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent u jagħmel ministeru speċifiku għalih u mhux jaqsmu biċċiet biex ma jħammarx wiċċ il- Ministru Francis Zammit Dimech għaliex falla totalment u jitfgħu fil- livell ta' segretarju parlamentari mingħajr esperjenza.", "L-awtorità għandha ssir accountable u l-uffiċjali f'kull livell, inkluż id- direttur ̧ iridu jġorru r-responsabbiltà ta' xogħolhom.", "Min abbuża jrid jirrispondi għall-aġir tiegħu u dan jinkludu lilek, Dr Cassar, lilek segretarju tal-bord u lilek Adrian Mallia.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: Accountability tfisser li jkollok membri tad-direttorat b'konflitti ta' interess bħal Adrian Mallia, bħas-Sur Chris Falzon u bħal membri oħrajn tal-MEPA li jinqdew bil-pożizzjoni uffiċjali tagħhom biex jagħmlu konsulenzi privati?", "Permessi bħal dawn ̧ bħal fil-każ tal-Medserv, għandhom jiġu rtirati u n-nies responsabli għal xi abbużi jiġu nvestigati u proċessati skond il-liġi, inkluż lilek Sur direttur, inkluż lilek Sur segretarju u nkluż lilek Adrian Mallia.", "M'hemmx ħniena għal min jabbuża b'mod speċjali għal min hu korrott.", "We mean business għax il-korruzzjoni rridu neqirduha bl-għeruq u x-xniexel.", "Ma jistax ikun li jkun hemm il- provi tal-korruzzjoni u l-affarijiet jibqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn.", "Issemmew ħafna affarijiet mis-segretarju parlamentari biex taparsi qed isiru ħafna affarijiet fil-qasam ta' l-ambjent.", "Meta konna qegħdin nitkellmu dwar ir-rapport tal-MEPA is-segretarju parlamentari għoġbu jirrispondi lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Pero' dawn tant ma jafux x'inhuma jagħmlu u tant tathom ferneżija bid-dokument li għamilna dwar l-ambjent li fih involvejna lil kulħadd, li min hemm fl-ogħla kariga ta' l-awtorità ta' l-ippjanar kien stqarr li l-oppożizzjoni għandha dokument dwar l-ambjent u l-gvern m'għandux strateġija dwar dan il-qasam ̧ għalkemm issa qed jipprovaw jagħmlu xi ħaġa.", "Fl-istess waqt li jgħidu li dan ir-rapport ma fih xejn jistaqsu kif se nagħmlu dawn l-affarijiet kollha u minn fejn se nġibu l-flus.", "Allura jekk dan ir-rapport ma fih xejn kif jiġu jistaqsu minn fejn se nġibu l-flus biex inwettqu l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, se nikkonkludi, Sur President.", "Jien m'għandix għalfejn nipprova nipperswadi lill-poplu Malti u Għawdxi kollu dwar x'inhu jiġri fil-MEPA u x'taħwid u korruzzjoni hemm.", "Per eżempju, lill-Isqof żgur mhux jien għedtlu biex joħroġ igħid li qed jimxu l-flus fil-MEPA.", "Pero' minkejja dan qisu mhu qed jiġri xejn.", "Imbagħad jiġi s-segretarju parlamentari jiftaħar li l-awtorità hija awtonoma u ma jindaħalx imma allaħares ngħid kemm hemm provi li jindaħal!", "U mhux iċ-chairman qiegħed hemm għalxejn, qisu pupu!", "Kemm hemm affarijiet!", "Din hija sitwazzjoni tal-mistħija u gvern Laburista ġdid żgur li mhux se jħalli dawn il- ħneżrijiet isiru, Sur President.", "Qabel nikkonkludi nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' stqarrija maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fit-3 ta' Novembru 2002, dwar \"Assigurazzjoni li mhux se jiġi trattat materjal perikoluż\";", "Kopja ta' korrispondenza mibgħuta mill-Awtorità ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fil-31 ta' Ottubru 2002 lill-Medserv dwar permess għal żvilupp ta' cutting treatment plant fil-Medserv Base Malta Freeport, Birzebbugia, flimkien ma' rapporti dwar l-istess żvilupp;", "Estratti mill-Policy and Design Guidance ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar environmental impact assessments, flimkien ma' pjanta ta' barriera fil-Qala, Għawdex;", "Kopja ta' korrispondenza ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar proprjeta` kummerċjali fi Triq in-Nissieġ, Naxxar;", "Kopja ta' ittra datata 27 ta' Marzu 2000 mibgħuta mid-Direttur fid- Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent lill-Awtorità ta' Malta dwar l- Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar estensjoni ta' l-isptar il-ġdid f'Tal- Qroqq, Msida; u", "Kopja ta' intervista mad-Direttur għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li deher fil-ħarġa ta' \"Engineering Today\" ta' Ottubru 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Sur President, bil-mod kif esprima ruħu l-Onor.", "Mizzi qisna qegħdin lejliet ir- rivoluzzjoni Franċiża fejn Madame Dufarge tgħidilna min se jaqta' ras min kieku kellu jkun hemm partit Laburista fil-gvern.", "Imn'Alla tkellem l-Onor.", "Mizzi għax ħadna ftit togħma qarsa ta' x'jiġri li kieku kellu jitla' fil- gvern il-partit tiegħu.", "Illum kulħadd sema' kif il-partit Laburista rappreżentat mill-Onor.", "Mizzi jittratta problemi ta' din is-serjetà.", "Dawn isemmu n-nies b'isimhom u jgħidulhom li se jkollhom jagħtu rendikont, qisu ġejja r-rivoluzzjoni u se jaqtgħu l-irjus tan-nies.", "Dan ma jagħmluhx f'dan il-kamp biss imma jagħmluh f'diversi kampijiet oħrajn.", "Id-diskors ta' l-Onor.", "Mizzi qisu l-vulkan ta' l-Etna li jiżbroffa 'l hawn u 'l hinn b'ħafna b'fixfixo' ta' ideat u allegazzjonijiet u b'ħafna akkużi li m'għandhux l-iċken prova ta' waħda minnhom.", "Ovvjament kieku kien hemm l- iċken prova aħna nieħdu l-passi kif dejjem nagħmlu.", "Per eżempju, darba minnhom kien qal li hemm il-korruzzjoni fl-alignment tat-telgħa tax- Xemxija.", "Fil-pront jien informajt lill-kummissjoni li tinvestiga l- korruzzjoni pero' din ħarġet rapport li ma kien hemm ebda ħjiel ta' xi korruzzjoni f'dan il-każ.", "(Interruzzjonijiet) L-aqwa li nkunu għedna xi ħaġa fuq xi ħadd u li nkunu ħammiġnih.", "Dan bħal meta ħolqu paniku billi qalu lin-nies li hemm xi periklu mill-irmied ta' l-Etna li jiżbroffa 100 mil 'il bogħod minn Malta.", "Jien ma nafx jekk nistgħux nieħdu xi prekawzjonijiet f'dan ir-rigward; forsi nistgħu nonfħu l-irmied li jkun ġej mill-Etna!", "Għas-saħħa pubblika ma kien hemm l-ebda theddida għax kieku konna nieħdu l-miżuri neċessarji.", "Jista' jkun li forsi kellna nqassmu l- maskri?!", "Lanqas Catania m'għamluha din.", "Li għamlu kien li hemmhekk qassmu l-ixkupi u l-maskri wara li l-Etna kien ilu jiżbroffa ħafna.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Mizzi jgħidilna li l-gvern kien passiv quddiem l-iżbroff ta' l- Etna li kien l-oġġett tar-redikolu tal-gazzetti kollha, ħlief naturalment tal-gazzetti \"It-Torċa\" u \"L-orizzont\".", "Pero' kulħadd tbissem u daħak b'dak li qal ix-shadow minister ta' l-ambjent tagħna.", "Dan semma ħafna taħwid.", "Per eżempju ̧ dan ħaseb li l-Medserv hija kumpannija privata.", "Il-Medserv mhijiex kumpannija privata imma kienet kumpannija tal-gvern u għadha tal-gvern.", "Din applikat għall-permess sabiex biċċiet ta' ġebel u blat li jintuża fit-tħaffir taż-żejt u li jkun diġà ġie ttrattat fuq l-oil rig, jiġi fil-Freeport, li hija żona industrijali ta' Malta u jitħallat mas-siment għall-produzzjoni tal-hard concrete.", "B'hekk innaqqsu d-domanda fuq il-barrieri li hawn f'Malta għall- produzzjoni tal-concrete.", "Din hija bbażata fuq rapporti ta' nies responsabbli bħalma huwa l-Profs.", "Alfred Vella.", "Jien naħseb li kultant l- Onor. Mizzi ma jkunx jifhem dak li hemm fir-rapport għax filwaqt li qed igħid x'periklu hemm minn din l-applikazzjoni fl-istess ħin jikkwota mir- rapporti li jgħidu li dan il-periklu huwa negliġibbli.", "Issa dan jew ma jafx xi tfisser il-kelma \"negliġibbli\" jew ma nafx għax dan ikun qed iwaqqa' t-teżi li jkun qiegħed jgħid dak il-ħin stess.", "Jien niżżilt 16- il punt u m'għandix ħin nirrispondi għalihom imma li jdejjaqni hu li lanqas feel ta' loġika m'hemm f'din il-kritika.", "L-istess, per eżempju, fuq is-supermarket tan-Naxxar.", "Jaf l-Onor.", "Mizzi li tant ma ħarġux permessi dwar dan l-istabbiliment kummerċjali li s-sid għamel kawża kontra l-awtorità ta' l-ippjanar għaliex din ma ħarġitlux il- permessi neċessarji?", "Jaf l-Onor.", "Mizzi li wieħed minn sħabu d-deputati staqsiena mistoqsija għaliex dan is-supermarket għadu ma bediex jopera?", "Mela dan ikkritika lill-awtorità għax din ħarġet xi permessi u fl-istess ħin ikolli domandi minn deputati tagħhom għaliex għadu ma bediex jopera s- supermarket ġewwa n-Naxxar.", "Allura dan lanqas konsultazzjoni ma' sħabu ma jagħmel qabel ma jagħmel ċerta kritika.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tat-tuna penning.", "Fil-fatt huwa diffiċli li wieħed jispjega l-pożizzjoni tiegħu għaliex kien ivvota iva meta kien kontra xi ħaġa.", "Niftakar li s-sena li għaddiet għamel xi nofs siegħa jispjegalna għalfejn ivvota iva meta ried jivvota le u kien semmielna xi fish farm partikolari.", "Però kien qalilna li kieku l-maġġoranza kienet tkun żgħira, kieku kien jivvota le.", "Jiġifieri jivvota iva jew le fuq it-tuna pennings skond x'tip ta' maġġoranza jkun hemm favur jew kontra applikazzjoni.", "Jiġifieri anke llum, wara sena erġajna nipprovaw niġġustifikaw għaliex fuq fish farm ivvota favur meta fil-fatt kien kontra l-proġett.", "Aħseb u ara kieku kien verament kontrieh x'kien jagħmel!", "Beda jikkritika wkoll lill-planning authority minħabba t-taħwid li hemm fil- mapping unit.", "Tista' tikkritika lill-planning authority fuq kollox!", "Anke jien ġieli nikkritikaha għax ħafna mid-deċiżjonijiet fuq proġetti individwali naqbel magħhom, imma oħrajn ma naqbilx magħhom.", "Jien qatt ma nesprimi ruħi qabel fuq proġetti individwali għax l-ewwelnett, bil-liġi kif inhi, hemm ċerti proġetti li jistgħu jispiċċaw quddiem l-iskrivanija tal- ministru, u jekk nesprimi ruħi qabel nista' nippreġudika l-pożizzjoni.", "Però żgurissimmu li ma tistax tikkritika lill-planning authority fuq il- mapping unit u l-website li saret mill-awtorità ta' l-ippjanar.", "Din hija state of the art li saret mingħajr ma nqabbdu konsulenti minn barra.", "Jiġifieri ma kien hemm l-ebda kontribut barrani, ħlief mill-ħaddiema tal- planning authority stess, sabiex saret din il-website.", "U permezz ta' din il-website illum wieħed jista' mill-kumdità ta' daru jniżżel il-mappa li hemm fil-mapping unit tal-planning authority.", "Tant hija tajba din is- sistema tal-mapep f'pajjiżna li l-periti u d-dipartimenti tal-gvern u l- lands department u l-joint office, u kull min għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' l-art jużaw proprju s-sistema tal-planning authority.", "Imma xorta waħda, jew biex nattakkaw in-nies u nsemmuhom b'isimhom, Ċikku, Sempronju u Tizju, jew inkella għax għandna skop ieħor, iktar milli nattakkaw għaliex l-oġġett huwa ħażin, nattakkaw għax għamlu xi ħadd li rridu nikkrittkawh.", "Mela allura bilfors l-oġġett huwa ħażin.", "L-Onor.", "Mizzi qal ukoll li l-planning authority qed tagħmel tapping ta' l-e- mail tan-nies.", "Anzi, dak inti trid tagħmlu għax hawnhekk għandi ittra ta' l-Onor.", "Joe Mizzi fejn qiegħed jitlob lill-awtorità ta' l-ippjanar li jara mhux biss e-mails li jibgħat mpjegat ta' l-awtorità lil impjegat ieħor, imma anke l-e-mails li jitħassru.", "Jiġifieri li jien nibgħat e-mail lil xi ħaddieħor fl-awtorità għax huma għandhom is-sistema tagħhom, mhux is- sistema tal-MITTS, u hu talab permess taċ-chairman - li naturalment ġie rifjutat fuq parir ta' l-avukat ta' l-awtorità stess u anke fuq parir ieħor ta' l-avukat ġenerali għax jien ridt nipproteġi anke s-sitwazzjoni tal- gvern - biex jara l-e-mails li tħassru.", "Peress li l-Onor.", "Mizzi huwa rappreżentant ta' l-oppożizzjoni fuq il-bord ta' l-awtorità, huwa qed jitlob li jara - u dan huwa kontenut f'ittra ta' l- 20 ta' Novembru - li jara e-mails li ġew imħassra min-network elettroniku ta' l-awtorità.", "Issa hawn ċerti nies li jħossuhom importanti billi jallegaw li qed jiġu tapped.", "Tnax-il sena ilu wkoll kien qalilna li anke t- telefon tiegħu ġie tapped.", "Imma meta fittixt xi provi kien hemm li ġie tapped skoprejna li ma kien hemm xejn, sempliċement tefagħha hekk!", "Però tħossok importanti meta tgħid li għandek it-telephone tapped.", "Issa qed jgħid li l-planning authority qed tagħmel tapping ta' l-e-mails.", "Qed jgħid hekk għax l-awtorità għandha l-management tas-sistema interna tagħha stess, u għandha dritt li tara li ma tiġix abbużata għal skopijiet li m'humiex dawk li wieħed jikkomunika bejn persuna u oħra.", "Fil-fatt kien hemm xi nies li abbużaw mis-sistema u ġew ammoniti u dixxiplinati bħala impjegati.", "Allura dan huwa tapping, però mbagħad li hu stess jitlob li jara e-mails imħassra bejn impjegat u ieħor, dak m'huwiex tapping?", "Issa niġi għall-kwestjoni ta' l-amalgamazzjoni tad-dipartiment ta' l- ambjent u l-MEPA.", "Sur President, il-fatt li jkollok ministru separat għall- ambjent ma jfissirx li bilfors irid ikollok dipartiment ta' l-ambjent.", "M'hu veru xejn.", "Iż-żewġ affarijiet m'humiex inkompatibbli.", "L- amalgamazzjoni tad-dipartiment ta' l-ambjent mal-MEPA sar biex jissaħaħ id- dipartiment ta' l-ambjent għax ikun qed jifforma parti minn organizzazzjoni waħda.", "Jagħmel sens li kull darba li jkun hemm xi environmental impact assessment, l-ewwel imur id-dipartiment ta' l-ambjent, u mbagħad jerġgħu jarawh id-dipartiment ta' l-ambjent għax diġà kellna dipartiment żgħir ta' l-ambjent ġol-MEPA stess!", "Dan pajjiż ta' 313-il kilometru kwadru, allura jagħmel sens li jkollna din id-dupplikazzjoni tar-riżorsi?", "Issa jekk hemm xi ħadd li m'għoġbux li mid- dipartiment ta' l-ambjent jassimila ruħu mal-planning authority għandu kull dritt li ma jmurx.", "Naturalment issa ma jipprettendix li jieħu l-istess benefiċċji bħal ħaddieħor.", "Qed noffrulu l-possibbiltà li jitlaq mid- dipartiment tal-gvern u jidħol impjegat mal-planning authority - jista' jirrifjuta li jagħmilha - u jekk jaċċetta li jagħmilha jiġi assimilat fil- kondizzjonijiet kollha bħall-impjegati tal-planning authority.", "F'dan il-proċess lanqas kellna bżonn in-nies kollha li kienu jaħdmu fid- dipartiment ta' l-ambjent, għax inkella tkun għamilt dupplikazzjoni xorta waħda.", "Jiġifieri jekk għandek messaġġier diġà qiegħed fil-planning authority noqgħod nieħu l-messaġġier tad-dipartiment tal-ħarsien ta' l- ambjent ukoll?", "Ma tagħmilx sens.", "Allura saret l-amalgamazzjoni, imma ma ġiex kulħadd mal-planning authority.", "Il-gvern għandu dritt jgħid li 40, 50 ruħ se jaħdmu mal-planning authority.", "Ħafna minnhom jagħżlu li jidħlu ma' l-awtorità ta' l-ippjanar u jsiru mpjegati tagħha u min ma jaċċettax jista' jkun seconded.", "Anzi l-liġi stess tagħti d-dritt lill-Prim Ministru jew lill-ministru li jindividwa lin-nies fiċ-Ċivil li jistgħu jmorru jaħdmu, mhux ma' kuntratturi, imma ma' korporazzjoni pubblika bħalma hija l-Malta environment and planning authority.", "Sur President, jien ma nistax nifhem għaliex l-Onor.", "Mizzi qal li minħabba l-amalgamazzjoni m'humiex isiru testijiet ta' l-arja.", "Dawn kienu Kordin u, safejn naf jien il-unit baqgħet Kordin ukoll.", "Jekk kienu jittestjaw l-arja qabel l-amalgamazzjoni naħseb għandhom jibqgħu jittestjaw l-arja wara l- amalgamazzjoni wkoll.", "Jekk l-equipment kien jaħdem qed nassumi li l- equipment baqa' jaħdem għall-ittestjar ta' l-ajru.", "Safejn naf jien hemm nies kompetenti li jagħmlu dan ix-xogħol, jiġifieri m'għandi l-ebda raġuni għaliex għandi nemmen l-allegazzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi li minħabba l- amalgamazzjoni m'għadhiex tiġi ttestjata l-arja.", "U safejn naf jien l-arja għadha tiġi ttestjata.", "Però nwiegħdu li niċċekkja jekk hix qed tiġi ttestjata u nistaqsi lin-nies li huma responsabli għal dan il-unit x'għandhom jgħidu għal din il-kritika li għamlilhom l-Onor.Mizzi.", "Hemm direttur u grupp ta' nies li jittestjaw l-arja li qed jiġu kkritikati u mgħajra li m'humiex qed jagħmlu xogħolhom.", "Jien naħseb li qed jagħmluh xogħolhom u l-amalgamazzjoni bl-ebda mod ma fixxklithom milli jkomplu jagħmlu x-xogħol tagħhom.", "Sur Presidenti, ma fhimtx lanqas l-allegazzjoni li saret dwar il-kaċċa u l- insib għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel ħaġa kont naħseb li l-għasafar huma annimali wkoll.", "Dan qed ngħidu għax lill-Onor.", "Mizzi nisimgħuh jitkellem ħafna dwar il-welfare ta' l-annimali u m'ilux hawnhekk kellna protesta biex isir enforcement tal-liġijiet dwar il-welfare ta' l-annimali.", "Jiġifieri naħseb li l-Onor.", "Mizzi jaqbel miegħi li l-liġijiet tal-pajjiż dwar kaċċa u nsib għandhom jiġu osservati u mhux liberalizzati.", "Però m'hu veru assolutament xejn li, kif qal hu, aħna se niskedaw l-areas biex jonqos l-insib.", "Kif dejjem għedna, se jiġu reġistrati l-inħawi ta' fejn isir l- insib u mhux l-area partikolari mill-pjanti.", "Jiġifieri meta tagħmel il- carnet de chasse illum diġà huwa obbligu legali li tgħid fejn hi l-area fejn hu l-mansab tiegħek.", "Nisperaw li nippubblikaw ir-regolamenti li jirriflettu eżatt dak li għedna li sejrin nagħmlu, imma mhux se jidħlu in vigore issa, ħlief it-twaqqif ta' l-Ornis committee.", "Naħseb l-Onor.", "Mizzi jaqbel mat-twaqqif ta' l-Ornis committee li fih se jkun hemm żewġ rapreżentanti ta' l-għaqdiet ta' l-ambjent u żewġ rappreżentanti ta' l-għaqdiet tal-kaċċa u n-nassaba, b'chairman indipendenti li se jħejju l-pjani għall-futur.", "F'dawn il-pjani tal-futur m'hemmx dawn l-affarijiet li semma l-Onor.", "Mizzi.", "L-ewwelnett għadu lanqas biss twaqqaf dan.", "Jiġifieri ma nistax nifhem kif nistgħu ngħidu mal-ewwel x'sejrin jagħmlu qabel ma għadu twaqqaf u għadhom lanqas intgħażlu n-nies.", "Dan il-kumitat se jagħmel studju, partikolarment fuq l-insib minħabba li aħna għedna li l-liċenzji tan-nassaba ma joħorġux ġodda wara l-31 ta' Lulju tat-2002.", "Però l-kaċċa fir-rebbiegħa xorta waħda se tibqa' fuq il-gamiem u s-summien kif fil-fatt hija fil-prattika, għax fir-realtà dak li jsir fil- kaċċa tar-rebbiegħa.", "Jiġifieri f'dak kollu li qal l-Onor.", "Mizzi m'hemmx l- iċken ħjiel ta' xi abbuż jew inkella ta' xi korruzzjoni, u li kieku kien hemm jien stess kont inressaqha, kif diġà għamilt, quddiem il-kummissjoni tal-korruzzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li meta xi ħadd jagħmel xi allegazzjoni ta' korruzzjoni u dik il-kummissjoni tgħid li m'hemmx dan il-ħjiel ta' korruzzjoni, dak li jkun irid jerfa' wkoll daqsxejn - daqsxejn taf! - ta' responsabbiltà politika wkoll.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni.", "Il- mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u infiq ta' l- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2002-2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra kienet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni.", "Il- mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u infiq ta' l- Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2002-2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "VOTAZZJONI NRU.", "367 FAVUR: 30", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA: 23", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jressaq l- aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 4 ta' Diċembru 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2003 (It-Tieni Jum Imħolli kollu għall-Gvern).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jekk hawn ħaġa li hija verament inkwetanti ġewwa pajjiżna, din hi s-sitwazzjoni li fiha qiegħed l-ambjent b'mod speċjali dawk l-attivitajiet li kontinwament qed iħammġu l-arja bid- dħaħen u gassijiet kif ukoll il-miżbliet ġewwa pajjiżna.", "Aħna t-tobba qed niltaqgħu ma' każijiet, aktar minn qatt qabel, li jirriflettu s-sitwazzjoni allarmanti tan-tniġġiż ta' l-ambjent ġewwa pajjiżna.", "Fil-fatt, dan ninnutawh meta nħarsu lejn in-numru ta' każijiet rigward problemi respiratorji ġewwa pajjiżna.", "Meta wieħed iqabbel is- sitwazzjoni tal-problemi respiratorji f'Malta ma barra, nsibu li aħna għandna rata għolja ta' mard li jinvolvu l-bronki – eżempju ta' dan hu l- asthma - hayfevers, u allerġiji relatati mas-sistema respiratorja.", "Jekk wieħed jara f'liema lokalitajiet hemm l-ogħla inċidenza ta' dawn it-tip ta' problemi, wieħed isib li dawn il-lokalitajiet għandhom erba' fatturi kardinali.", "Dawn l-erba' fatturi kardinali huma l-karozzi, ċ-ċmieni tal- power station, it-trab fin li jkun ġej minn barrieri u l-miżbliet u mill- istudji li saru, irriżulta li kull fejn hemm dawn il-fatturi, il-mard qiegħed jiżdied.", "Mingħajr il-bżonn li jsir l-ittestjar tal-kwalita` ta' l- arja, wieħed malajr jasal għall-konklużjoni li s-sitwazzjoni qed tiggrava meta jara l-prevalenza ta' dan it-tip ta' mard respiratorju.", "Issa se nagħti ħarsa għal dak li qed issir f'pajjiżna biex intejbu din is- sitwazzjoni u nibda bit-trasport pubbliku.", "Sur President, it-trasport pubbliku leaves much to be desired u dan qed jirrifletti ruħu fiż-żieda esaġerata ta' karozzi li jiġru fit-toroq b'mod speċjali fir-rush hours ta' bejn is-7:30 a.m. u d-9:00 a.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-6:00 p.m.", "F'dawn ir-rush hours, ikollok queue ta' karozzi - li qatt ma jispiċċa – li jkunu għaddejjin bil-mod u għalhekk l-emmissjoni tad-dħaħen jkunu kontinwi u iżjed intensi għax il-karozzi jkunu għaddejjin b'gears baxxi u hu fatt magħruf li meta karozza tkun għaddejja b'gears baxxi, din temmetti aktar dħaħen u aktar partiċelli żgħar speċjalment jekk il-vettura tkun ta' ċerta kobor bħal trakkijiet u karozzi tal-linja.", "Dan kollu jirriżulta min-nuqqas ta' effiċjenza fit-trasport pubbliku għaliex kieku dan jkun effiċjenti, kieku wieħed jagħżel lilu u mhux il- karozza privata tiegħu.", "Biżżejjed insemmi l-problema biex wieħed isib jipparkja u d-distanza li wieħed irid jagħmel min-naħa għall-oħra meta ħafna drabi, it-trasport pubbliku jwasslu aktar viċin ta' fejn irid imur.", "Jekk mhux se nieħdu passi konkreti fuq din il-problema, se jkollna ħafna problemi relatati ta' saħħa li fil-fatt diġa` qed jiżdiedu.", "Il-gvern x'inhu jagħmel f'dan ir-rigward?", "Tisma ħafna paroli imma fil-konkret ma ssir xejn sabiex in-nies jiġu aġevolati biex jużaw is-servizz pubbliku flok il- karozzi privati tagħhom.", "L-istess ħaġa fuq il-power station fejn kemm il- darba nisimgħu li l-gvern jgħid li jrid jikkontrolla l-partiċelli ż-żgħar u l-gassijiet li joħorġu miċ-ċmieni tal-power stations.", "Mhux l-ewwel darba li nisimgħu l-commitment li l-gvern irid jagħlaq il-power station tal-Marsa u meta din tismagħha, kważi jaqbdek id-daħk għax meta l-power station ta' Delimara waqfet, tal-Marsa ittripjat u spiċċajna b'żewġ power stations ma jaħdmux għal sigħat twal.", "Tista' timmaġina kemm hu kredibbli dan il-gvern meta jgħid li jekk il-power station tal-Marsa ma tkunx tista' tilħaq il- livelli li huma aċċettabli internazzjonalment, din tingħalaq.", "U minflokha x'se jsir?", "Meta waqfet il-power station tal-Marsa u bdiet taħdem biss tad- Delimara, ma' kienx hawn elettriku biex jissuplixxi kullimkien u kellha titħaddem tal-Marsa biex is-servizz ta' l-elettriku beda jingħata lil Malta u Għawdex kollu.", "Fuq il-miżbliet l-istess storja, Sur President.", "Ġibna esperti minn barra biex jagħmlu l-istudji - għax jekk id-dipartiment ta' l-ambjent m'għamel xejn, dan għamel patafjun studji - imma imbagħad, meta ġejna biex nikkonkrettiżaw dawk l-istudji, kull m'għamilna kien studju biex nikkonkrettiżaw l-istudji li konna għamilna qabel!", "Konkretament ma sar xejn!", "Sur President, jiena smajt kemm il-ministru Francis Zammit Dimech u kemm is- segretarju parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent jgħidu li l- miżbliet iridu jibqgħu jiffunzjonaw sa l-2004.", "Dan ifisser li jekk ikun hemm gvern Nazzjonalista, dawn il-miżbliet se jibqgħu hemmhekk.", "Jekk Allaħares qatt, Malta terġa ttella' l-partit Nazzjonalista fil-gvern, mhux il-miżbla tisparixxi imma t-taxxi tal-poplu sabiex inħallsu l-multi lill- Brussell talli l-miżbliet tal-Magħtab u ta' Qortin ikunu għadhom hemmhekk.", "Jiena, persważ li dan hu minnu għax ir-rata li s'issa imxejna biha, ma tawgura xejn tajjeb.", "Billi ġabu esperti minn barra biex kważi jgħidulna li fil-miżbla tal-Magħtab m'hemmx problemi tossiċi, ħadd mhux se jemmina din għax jekk nemmnu din, nibdew nemmnu f'kollox!", "L-istess problema anke fejn jidħol il-baħar ta' ħdejn il-miżbla tal-Magħtab fejn jridu jbellugħilna li l-metalli tqal ma jissipjawx sa ħdejn il-baħar.", "Ara kif jista' jkun dan meta l-istess miżbla waslet ħdejn il-baħar u kullma hemm li jaqsam il- miżbla mill-baħar huwa ftit metri li jinkludu l-wisa' tat-triq li issa ddejqet.", "Hu fatt tal-mistħija u kundanabbli li f'dawn l-aħħar 14-il sena ta' amministrazzjoni nazzjonalista, il-miżbla tal-Magħtab tkabbret billi saret espropjazzjoni ta' art viċina.", "Din il-miżbla kompliet tikber aktar minn dak il-limitu, għoliet 'il fuq u twessgħet il-base tagħha b'konsegwenza li llum il-ġurnata, l-miżbla qegħda ftit metri l-bogħod mill- baħar.", "Minkejja dan kollu, jiġi xi ħadd u jipprova jbellagħhielna li m'hemmx metalli tqal fil-baħar bħal ma jridu jbellgħuhielna li ma hemmx il- problema tad-diossina.", "Issa l-problema tad-diossina hija xi ħaġa gravi li ma taffetwax biss il-bniedem imma taffetwa l-ħamrija, it-tjur, l-annimali u kull ħaġa oħra.", "Jiena persważ li l-ministru, li qabel kien ta' l-ambjent, semma l-2004 għax dak iż-żmien, l-elezzjoni tkun għaddiet u din tkun wegħda oħra li l-partit Nazzjonalista jagħmel qabel l-elezzjoni u imbagħad ma jżommiex bħal ma għamel fuq wegħdiet oħrajn.", "Xebgħu iwegħdu lin-naħat tagħna, tat-12-il distreet, li din il-miżbla se jagħluqha fl-2004 pero` jiena persważ li din il-wegħda ma tinżammx għax m'hemmx impenn biex din titneħħa.", "Ara jekk jitla' l-partit Laburista, aħna nkunu diġa` committed għax konna diġa` qed nagħmlu l-preparamenti kollha – meta konna fil-gvern - u konna diġa` mexjin 'il quddiem imma malli tela' gvern Nazzjonalista, minflok kompla miexi fuq dak li għamilna aħna, qabad u rema kollox.", "Din ma ġratx biss fl-ambjent, ġrat ukoll fis-saħħa fejn aħna bdejna pataflun affarijiet u malli telgħu huma, intrema kollox għas-sempliċi raġuni li dawn kienu mibdija minn gvern Laburista.", "Il-pjanijiet qegħdin hemmhekk u diġa` qegħdin nagħmlu l-preparamenti biex kif inkunu fil-gvern fi ftit xhur oħra, mill-ewwel nibdew nibdlu dawn l- affarijiet f'pajjiżna għax bis-serjeta`, aħna nemmnu li hemm bżonn li dawn jinbidlu.", "Hemm bżonn li ssir evalwazzjoni tal-problema tat-trab fl-ambjent speċjalment fejn jidħlu l-barrieri.", "Hemmhekk għandna problema kbira li trid tiġi tackled bl-għan li nikkontrollaw dawn it-trabijiet għax diġa` għandna problema li l-ambjent tagħna ma tantx jara xita u allura t-trab fl-arja tagħna jiżdied faċilment.", "Biżżejjed wieħed iħares lejn kif titjieb il- viżibilita` meta jagħmlu xi jumejn xita biex jifhem il-problema tal- kontaminazzjoni ta' l-arja.", "Sur President, aħna se nkunu mpenjati li nbidlu dawn l-affarijiet, mhux għall-wiċċ l-UE imma għas-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin għax din tiġi qabel kull regolament jew direttiva ta' l-UE jew liġi internazzjonali.", "Kemm konna nisimgħu li se jittieħdu passi biex iċ-ċmieni tal-power station ma jkomplux jitfgħu ċertu partiċelli u gassijiet fl-arja?", "Mela waqt li l-gvern jonfoq mijiet ta' eluf ta' liri fil-karozzi għall-ministri u n-nies ta' ġewwa li jieħdu the job for the boys, dan m'għandux flus biex jagħmel filters għall- ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Qalilna li forsi jagħmlu waħda fl-2004 u waħda fl-2005.", "Hekk jistmaħ dan il-gvern lill-poplu Malti u Għawdxi?!", "Għall-partit Laburista, il-poplu Malti u Għawdxi u s-saħħa tiegħu jiġu l- ewwel u qabel kollox u aħna sejrin intejbu l-ambjent sabiex intejbu s-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin.", "X'jiswa li l-gvern jinvesti fl-isptarijiet meta l- istess gvern qed imarrad lill-poplu Malti u Għawdxi u mhux qed jieħu l- inizjattivi biex iwaqqaf dan?", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Grazzi, Sur President. nixtieq nieħu dawn il-ftit minuti biex l-ewwelnett nikkjarifika punt li fl-opinjoni tiegħi huwa skorrett minn fuq sa isfel, liema punt għamel aċċenn għalih l-Onor.", "Lawrence Gonzi fid-diskors tiegħu dwar ir-rapport tal-housing fejn il- Ministru Gonzi allega li jien għandi interess personali.", "Nammetti li m'hijiex ċara f'liema kuntest ġie allegat li għandi interess personali pero` milli qrajt, jista' jkun hemm wieħed minn erbgħa ta' fejn hu allega li għandi interess personali.", "Huwa kien qiegħed jirreferi għal parti fejn jien tkellimt dwar it-tender ta' Strada Sant Ursula, kantuniera ma' Triq il-Bjar, Valletta.", "U hemmhekk semmejt żewġ kumpanniji li kienu daħlu għal din it-tender, liema kumpanniji jisimhom Casbon Construction u Carnik Construction.", "L-Onor.", "Gonzi qal li jiena għandi interess, naf li għandi interess u qalli biex niddikjarah.", "Sur President, nixtieq nagħmilha ċara li fejn jidħlu l- kumpanniji Casbon Construction u Carnik Construction, jiena m'għandi l-ebda interess ta' l-ebda natura, la huma klijenti tiegħi u lanqas biss naf min huma.", "L-uniku interess li kelli huwa li nġib għall-attenzjoni ta' din il- Kamra li f'dik it-tender saru irregolaritajiet u l-affarijiet ma imxewx kif kellhom jimxu.", "Tender li kellu jiswa lill-pajjiż Lm400,000 ġie jiswa kważi Lm1 miljun.", "Jiena nibqa' ninsisti li hemmhekk għandhom jibqgħu jsiru l- investigazzjonijiet li għandhom jsiru dwar il-mod kif ħarġet il- kwotazzjoni.", "Issa jekk kien qed jirreferi għal kumpanniji oħra, jiena għandi interess f'kumpanniji oħra imma l-interess tiegħi m'huwiex personali.", "Huma kumpanniji li jiena ninsab appuntat bħala konsulent tagħhom fil-prattika tiegħi ta' kuljum u hemm kumpanniji oħra li apparti li jien konsulent tagħhom, jiena namministahom.", "Dak mhux interess personali imma x-xogħol tiegħi u naħseb li għandi kull dritt li nagħmlu bħal kwalunkwe professjonist ieħor pero` dak hu l-interess tiegħi.", "Jekk l-Onor.", "Gonzi għandu xi ħjiel ta' xi interess personali ieħor fejn tidħol dik it-tender, jiena nitolbu jpoġġi din l-informazzjoni fuq il- Mejda tal-Kamra u jekk irid, jieħu l-passi jew itini ċ-ċans li nirrispondi għal dawn l-allegazzjonijiet.", "L-importanti li din tiġi ċċarata għax tajjeb li l-affarijiet jkunu koretti.", "Waqt li semma dan kollu, daħlet fil-kwestjoni il-fatt li jien semmejt il- housing authority u Lorna Pavia u għalhekk, jiena għedt li s-sitwazzjoni mhux ċara.", "Għax filwaqt li l-Onor.", "Gonzi kien qed isemmi dawn iż-żewġ kumpanniji, dan daħħal il-kwestjoni ta' Lorna Pavia u ta' x'jifhem li jien għandi xi interess f'dan il-każ ukoll.", "Hawnhekk, jiena nassigura lill- Onor. Gonzi li jiena m'għandi ebda interess fejn jidħol il-każ ta' Lorna Pavia.", "Sur President, jiena m'għandi l-ebda interess personali meta nitkellem u nindirizza dan il-parlament.", "Il-kritika tiegħi kienet dwar il-mod ta' kif din il-persuna ġiet promossa f'perjodu qasir biex tieħu kariga daqshekk għolja u dan ġara meta kien hemm tant applikazzjonijiet li jinvolvu sew irġiel u sew nisa, għax kien hemm min anke ħaseb li jien għandi xi ħaġa kontra n-nisa u dan mhux minnu.", "Dik hi l-kritika tiegħi u mhux għax għandi interess li xi ħadd ieħor jieħu din il-pożizzjoni.", "L-uniku interess tiegħi hu li l-affariijet isiru b'mod sew u li forsi nissuġġerixxi kif dan għandu jsir.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jien nemmen li l- Ministru mhux omnipotenti u mhuwiex f'pożizzjoni li jara kollox u għalhekk naħseb li jkun sew li hawnhekk jiġu diskussi dawn l-affarijiet.", "Fir-rigward ta' Lorna Pavia, nerġa` ngħid li m'għandix interess fejn tidħol din il- persuna ħlief li ma naqbilx kif imxew l-affarijiet u sejjer inressaq punti oħrajn meta jkun il-mument opportun.", "Sur President, nixtieq nirrimarka xi ħaġa dwar il-ħlas tat-taxxi u l- interessi.", "Jiena naqbel mal-ministru tal-Finanzi meta qal li se jkun hemm miżuri biex jkun hemm xi tnaqqis fil-penali u naħseb li dan hu opportun.", "Naħseb li r-rata ta' imgħaxxijiet li qed tiġi inflitta, hija waħda eċċessiva u qegħda tiġi mqabbla kważi, kważi ma l-usura.", "L-ammont ta' penali li qed jirriżulta minħabba nuqqas ta' pagamenti fil-ħin huma eċċessiv u naħseb li flok ma l-gvern jinqeda bl-iskuża ta' l-interessi biex jiġbor aktar flus, dan għandu jieħu azzjoni diretta u fil-pront biex jinġabru dawn il-flus inkella niġu f'sitwazzjoni fejn persuna li trid tħallas Lm 3,000, tispiċċa trid tħallas Lm 5,000 oħra f'penali!", "Dawn huma affarijiet li naħseb li għandhom jiġu korretti u ma naħsibx li hu ġust li ċ- ċittadin Malti ġie suġġett għal dan it-tip ta' penali b' interessi daqshekk għoljin.", "Punt ieħor li xtaqt nitkellem dwaru hu l-miżbla ta' Fulija fejn qed nisimgħu ħafna diskors fuq il-miżbla tal-Magħtab bħalli kieku din kienet il- prijorita` assoluta ġo Malta, mhux għax m'hiex f'ċerti każi, pero` importanti li nifhmu li hemm din il-miżbla ta' Fulija li darba kienet wied u dan ifisser li meta l-ilma jgħaddi minn hemm, dan iġorr il-ħmieġ lejn il- baħar.", "Sa fejn naf jiena din il-miżbla m'għadhiex tintuża bħala miżbla per se pero` naf li għadu jidħol xi tip ta' materjal ġo fiha bil-konsegwenza li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar dan il-materjal qed imur lejn il-baħar.", "Wieħed jistenna li minn ġurnata għall-oħra, dan jispiċċa kollu fil-baħar b'konsegwenza li l-baħar ikompli jitniġġeż iżjed milli hu.", "Għal din ir- raġuni, jiena naħseb li ta min isiru studji fuq din il-miżbla u fuq x'intefa u x'qiegħed jintefa ġo fiha għax dak iż-żmien, ma kienx hemm kuxjenza dwar l-ambjent b'saħħitha daqs kemm hi llum, avolja jiena naħseb li għandna naħdmu biex din il-kuxjenza ambjentali insaħħuha iżjed.", "Barra min hekk, din l-area tinsab fi stat ta' abbandun u naħseb wasal iż- żmien li jibdew jitfasslu xi proġetti biex din tiġi riabilitata.", "Naf li hemm talba mill-għaqda tad-dilettanti ta' l-insib u l-kaċċa fiż-Żurrieq, li xtaqu jagħmlu range tal-plattini f'din l-area u naħseb li idejat bħal dawn għandhom jiġu nkorraġiti ħalli l-postijiet li huma mitluqin, jibdew jintużaw.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada l-Erbgħa, 4 ta' Diċembru, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - SAN ĠILJAN - TRIQ IL-MENSIJA", "36686.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-persuni, li isimhom qed jintbaghat separatament, li tteħditilhom biċċa art taħt il-pont reġjonali biex issir triq ta' aċċess pubbliku għar-residenti li joqogħdu fi blokk ġdid fl-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-dipartiment ta' l-artijiet qiegħed jiġbor ir-riċerki rilevanti biex jiġi legalment stabilit min huma s- sidien ta' l-art indikata biex ikun jista' jitħallas il-kumpens miftiehem.", "TURIŻMU - TARIFFI AMMINISTRATTIVI", "37205.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jgħid kemm żdiedu t-tariffi u l-fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizzazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002?", "Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA U SAJD - TARIFFI AMMINISTRATTIVI", "37206.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm żdiedu t-tariffi u l-fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizzazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002?", "Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li din is-sena ma kien hemm ebda żieda f'tariffi u fees amministrattivi f'diviżjonijiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi.", "Kien hemm xi żidiet fil-prezz ta' siġar tal- frott u taż-żebbuġ u tad-dwieli li se jinbigħu fil-ġimgħat li ġejjin.", "Din iż-żieda tvarja minn 5c għal 75c-il siġra.", "Kif forsi jaf l-Onor.", "Interpellant, dawn il-prezzijiet huma sussidjati u huma ferm orħos minn dawk mibjugħa kummerċjalment.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - TARIFFI AMMINISTRATTIVI", "37207.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm żdiedu t-tariffi u l-fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizzazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002?", "Kien hemm xi għoli fil- prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA - TARIFFI AMMINISTRATTIVI", "37208.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm żdiedu t-tariffi u l-fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizzazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002?", "Kien hemm xi għoli fil- prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kien hemm żidiet fit-tariffi għall-kors għall-bennejja fil-building industry consultative council u għal-liċenzja fis-settur tal-bunkering fl-awtorita' ta' Malta dwar ir-riżorsi.", "SAĦĦA - TARIFFI AMMINISTRATTIVI", "37209.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm żdiedu t-tariffi u l-fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizzazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002?", "Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni tas-saħħa biddlet it-tariffi u fees amministrattivi għal pazjenti barranin li jieħdu servizz fl-isptarijiet u kliniċi Maltin b'avviż legali 147 tas-sena 2002.", "Matul din is-sena ġiet introdotta fee ġdida ta' Lm1 per foodhandler registere.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - TARIFFI AMMINISTRATTIVI", "37210.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm żdiedu t-tariffi u l-fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizzazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002?", "Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizzazzjonijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li matul din is-sena kien hemm żewġ entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tal-ministeru tiegħi li żiedu t- tariffi amministrattivi.", "B'effett mit-2 ta' Jannar it-trade licensing services, li qabel kienu jiġu provduti mid-dipartiment tal-pulizija, bdew jingħataw mid-diviżjoni tal- forensika tal-Malta national laboratory company limited għall-ħlas ta' Lm5.75, VAT inkluża.", "B'seħħ mit-13 ta' Awissu kien hemm żieda fit-tariffi tal-pustaġġ, skond kif provdut f'avviż legali 229 ta' l-2002.", "QRATI - KAWŻI", "37272.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm hemm kawżi li ilhom għaddejjin għal għaxar snin jew aktar fil-prim'awla tal-qorti ċivili?", "Quddiem liema mħallfin qegħdin?", "Jista' jgħid kemm ilha l-aktar waħda?", "Għaliex każi quddiem din il-qorti ma jibdewx u jintemmu fi żmien raġunevoli u mhux wara seduti qosra jiġu differiti għal tlieta jew erba' xhur wara?", "X'qed isir biex ħafna minn dawn il-kawżi jitħaffu, speċjalment meta s- seduta ta' kull tliet xhur qed issir regolarment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦLAS TA' ARRETRATI", "37325.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw b'mod separat, ser tieħu l-arretrati li kienu dovuti lir-raġel tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li d-dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Aktar 'il quddiem id-dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - ALLOWANCE", "37330.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 37100, jista' il-Ministru jagħti l-persentaġġ ta' drainage allowance, kull xahar separatament, għal dawn l-aħħar erba' snin li ġie mħallas dan l- uffiċjal kif ġie mitlub fil-mistoqsija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-uffiċjal imsemmi tħallas dawn l-ammonti fi drainage allowance:", "|Xahar |1999 |2000 |2001 |2002 | | |Lm |Lm |Lm |Lm | |Jar |29.81 |71.06 |57.73 |64.71 | |Frar |34.78 |67.63 |94.86 |96.23 | |Marzu |25.32 |75.77 |94.86 |85.29 | |April |32.07 |68.55 |90.55 |61.23 | |Mejju |20.26 |72.16 |77.62 |74.36 | |Ġunju |90.05 |119.06|90.55 |87.48 | |Lulju |NIL |72.15 |77.65 |83.10 | |Awissu|138.74|72.16 |94.91 |NIL | |Settem|74.45 |72.16 |94.91 |NIL | |bru | | | | | |Ottubr|67.68 |64.94 |73.34 |262.43| |u | | | | | |Novemb|67.68 |68.55 |64.71 | | |ru | | | | | |Diċemb|58.80 |61.34 |77.65 | | |ru | | | | |", "BLATA L-BAJDA - XOGĦOL TA' LANDSCAPING", "37332.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' landscaping li qiegħed isir madwar il-monument ta' Spencer fil-Blata l-Bajda għandux bżonn permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar peress li jinvolvi bdil tas-siġar eżistenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi għal dak it-tip ta' xogħol li qiegħed isir madwar il-monument ta` Spencer il-Blata l-Bajda mhux meħtieġ permess min-naħa tal-MEPA.", "BUS SHELTERS", "37333.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabbilta` għal bus shelters f'toroq arterjali u distributorji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li r-responsabbilta` għal bus shelters ġiet devoluta lill-kunsilli lokali permezz ta' avviż legali 292 ta' l-2001.", "SPTAR SAN LUQA - PARKING AREA", "37336.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti saru dwar il-parking area li nbniet ħdejn l-isptar San Luqa, kemm għall-viżitaturi fl-isptar kif ukoll għall-istaff ta' l-isptar?", "Veru li din qed tiġi operata minn ditta privata?", "X'inhu l-ħlas li qed tirċievi din id-ditta?", "X'inhuma t-tariffi li qed iħallsu dawk li jipparkjaw f'din il-parking area?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-parking area li nbniet ħdejn l-isptar San Luqa għaddiet għand il-kunsill lokali tal-Pieta' b'kera mid-dipartiment ta' l- artijiet u l-operat tagħha qiegħed isir mill-kunsill.", "Peress li l-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita` legali distinta fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli."]} {"filename": "19990617_125d_par.doc", "date": "1999-06-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 125 Il-Ħamis, 17 ta' Ġunju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 125", "Il-Ħamis, 17 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "125", "Il-Ħamis, 17 ta' Ġunju, 1999", "WERREJ MINUTI 153", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 153", "TQEGĦID TA' KARTI 159", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FL-ISPEAKER U D-DEPUTY SPEAKER 160", "RULING TAS-SEDJA 186", "AĠĠORNAMENT 187", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 192", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 124 li saret fis-16 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI - ISTITUT VOKAZZJONALI", "7277.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' l-istitut vokazzjonali li mistenni jkun ta' alternattiva għall-universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Qed isir xogħol biex jitlesta rapport dwar it-twaqqif tal-kulleġġ Malti tat-teknoloġija, arti u xjenza applikata.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI INKLUSSIVA", "7278.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'politika għandu l-gvern dwar l-edukazzjoni inklussiva?", "Il-gvern se jżomm l-istreaming fid-diversi livelli ta' l- edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'dan l-istadju mhux kontemplat li jitwaqqaf l-istreaming b'riżultat tad-dħul ta' l-edukazzjoni inklussiva f'xi livell ta' l-edukazzjoni.", "SKEJJEL - KAPIJIET", "7291.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jimtlew il-postijiet vakanti ta' kapijiet f'għadd ġmielu ta' skejjel statali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa m'hemm ebda assistent kap jistenna li jilħaq kap għax mill-lista ta' applikanti li għaddew b'suċċess mill-aħħar sejħa għal applikazzjonijiet ġew appuntati kollha.", "Bħalissa hemm sejħa għal applikazzjoni għal kap ta' skola li għalqet fit- 28 ta' Mejju, 1999.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni ta' l- assistenti kapijiet hijiex eżawrita fl-iskejjel kollha?", "Żgur li m'hemmx aktar vacancies x'jimtlew?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, il-mistoqsija ma tfissirx hekk.", "Li qegħdin ngħidu hawn huwa li l-lista ġiet kollha eżawrita għax kulmin kien f'dik il-lista ġie appointed.", "Hemm numru ta' vacancies ta' kapijiet u assistenti kapijiet u fil-fatt ħarġu l-applikazzjonijiet biex dawn jimtlew.", "Applikazzjoni minnhom tikkonċerna assistenti kapijiet għall-iskejjel sekondarji u l-lista ġiet pubblika riċentement u dawn qed jiġu appuntati skond il-ħtieġa.", "Għandna wkoll lista ta' assistenti kapijiet tal-primarji.", "Kif kulħadd jaf, f'dan il-każ kellna problema minħabba li l-kriterji stabiliti mill- public service commission ma ġewx osservati.", "Minħabba f'hekk il-PSC annullat ir-riżultat u l-interviews qegħdin isiru.", "Għar-rigward ta' vacanies ta' kapijiet u vacancies oħra li se jinħolqu fix-xhur li ġejjin, ħarġet sejħa għal applications li għalqet fit-28 ta' Mejju.", "Nittama li nkunu nistgħu ninnominaw il-persuni meħtieġa għal vacancies li nħolqu, jekk in-numru ta' dawk li japplikaw u jgħaddu jkun biżżejjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fir-rigward ta' l-iskejjel primarji, peress li nqalgħet problema u reġa' beda kollox mill-ġdid, meta huwa stmat li jsiru l- eżamijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien informat li m'hijiex kwestjoni ta' eżamijiet imma kwestjoni ta' interviews.", "L-interviews bdew f'Mejju li għadda u għaddejjin b'ritmu konsistenti u huwa kkalkolat li jkunu saru kollha sa dan ix-xahar.", "Meta jsiru jintbagħat ir-rapport lill-PSC, jiġi ppubblikat ir-riżultat u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tagħżel skond il- ħtieġa.", "Meta ma jiddependix minni imma jiddependi mill-PSC.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Għallinqas il-Ministru jista' jaċċertana li sal- bidu tas-sena skolastika ġdida din il-problema tkun ġiet riżolta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'ċerta eżitazzjoni pero' naħseb li nista' ngħid iva.", "Jiena għandi interess kbir li s-sena skolastika tibda bil-complement meħtieġ ta' kapijiet, assistenti kapijiet u għalliema u m'hemmx dubju li d- diviżjoni diġa' qed taħdem fuq hekk.", "Jien personalment qed insegwi x- xogħol li qed isir biex dan nassigurah.", "SKEJJEL - FURTU SELVATICO", "7292.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jserraħ ras il-ġenituri ta' l-iskola tas-subien Furtu Selvatico dwar jekk din l-iskola hijiex se tagħlaq jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa ħadd ma tani parir biex din l-iskola tagħlaq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li f'risposta preċedenti ntqal li qed isir rapport fir-rigward ta' l-iskejjel ta' persuni b'diżabilita', jista' l- Ministru jgħid fiex wasal ir-rapport u x'inhu l-futur ta' l-iskola ta' l- Imsida?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, aħna dehrilna li għandna nagħtu ħarsa mill- ġdid lejn il-funzjoni, l-istrutturi, is-servizzi, il-faċilitajiet u l- metodu ta' tmexxija ta' l-iskejjel speċjali.", "Ir-raġuni hija li fid-dawl tal- politika ta' edukazzjoni inklussiva li qegħdin insegwu, in-numru ta' tfal fl-iskejjel speċjali bil-mod il-mod qed jispiċċa.", "Naturalment lit-tfal inqegħduhom fi skejjel normali wara li ssir analisi ta' kull każ u jiġi deċiż x'tip ta' appoġġ speċjali jkollu bżonn tifel jew tifla.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn fl-iskejjel speċjali għandna numru ta' studenti pero' m'hemmx intake ta' studenti ġodda.", "Evidentement min qed imexxi bilfors irid jgħid li jekk din it-trend se tkompli rridu naraw x'se nagħmlu bl-iskejjel speċjali.", "Ikun tajjeb li ninforma lill-Kamra, Sur President, li aħna ddeċidejna li min-naħa waħda jsir pjan ta' kif se nittrasferixxu studenti li għandhom diżabilita' severa mill-iskejjel speċjali għal ċentri ta' taħriġ għall- adulti jew inkella għal postijiet tax-xogħol.", "Għandna skejjel speċjali fejn għandna studenti li għandhom 18, 19, 20 jew 23 sena u dawn jinsabu mħalltin ma' tfal li għad għandhom 10 jew 11-il sena.", "Flimkien mal-ministru għall-politika soċjali ftehemna li għas-sena li ġejja naħdmu fuq pjan - u dawn huma kollha każi li ma tistax tittrattahom bħala grupp imma trid tagħmel dak li ngħidulu individual programme għal kull wieħed minnnhom - biex naraw fejn se nqiegħduhom.", "Nisperaw li sa Settembru tas-sena 2000 l- ispread ta' l-etajiet fl-iskejjel speċjali ssir ftit iktar raġonevoli milli hi llum.", "It-tieni ħaġa hi li, kif għidt, mhux qed ikollna intake ta' studenti ġodda mil-livell tal- kindergarten għall-primarji minħabba li qegħdin napplikaw politika ta' edukazzjoni inklussiva.", "Minħabba f'hekk qabbadna lil Dr Christopher Bezzina biex jeżamina dawn l-iskejjel speċjali.", "Dr Bezzina qed jiltaqa' mal-kapijiet, jiltaqa' ma' l-għalliema, jiltaqa' ma' l- impjegati li għandna f'dawn l-iskejjel, jara l-popolazzjoni ta' kull skola, jara l-catchment li jista' jkollha dik l-iskola u jara x'faċilitajiet toffri.", "Bħalissa qegħdin nistennew rapport dwar dawn il-faċilitajiet u kif irridu nużawhom.", "It-tendenza tidher li hi li dawn mhux se jibqgħu iktar skejjel speċjali imma jsiru ċentri ta' riżorsa, jiġifieri ċentri li fihom nistgħu nieħdu ħsieb - permezz ta' team multi-dixxiplinari - lil dawk l-istudenti li għandhom diżabilita' mill-iktar severa u x'aktarx multi-formi.", "Dawn bilfors irridu nieħdu ħsiebhom f'ambjent li jkun attrezzatissimu.", "Fl-istess ħin pero' jrid ikollna ċentru ta' riżorsa għaliex aħna fl-iskejjel normali se jkollna numru konsiderevoli ta' tfal li għandhom bżonnijiet speċjali u allura huwa importanti li jkollok ċentru li jmorru fih il-facilitators u l- għalliema biex ikunu jistgħu jisselfu jew jużaw apparat u jżommu ruħhom aġġornati.", "Fi kliem ieħor, dan ikun resource centre ta' riċerka, ta' għodda awdjo-viżiva u ta' affarijiet simili bħal dawn.", "Dwar dan jiena qed nagħti biss indikazzjoni għaliex naturalment aħna qabbadna lil Dr Christopher Bezzina, bniedem tal-fakulta' ta' l- edukazzjoni, li f'dan il-kamp mhux l-ewwel darba li għamel pjan ta' żvilupp u mhux l-ewwel darba li ta pariri.", "Meta jsir ir-rapport, il-kumitat ministerjali dwar l-edukazzjoni inklussiva jiddiskutih, jevalwah u jieħu d- deċiżjonijiet.", "Nispera li r-rapport ikun tlesta f'dawn ix-xahrejn li għandna quddiemna, inkunu ddiskutejnih u nkunu forsi wkoll wasalna biex naqblu fuq liema strateġija se nsegwu fiż-żmenijiet li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, dan ir-rapport jitlob li jkun hemm aktar ħin dedikat għall-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan l-eżerċizzju li qed nagħmlu ma jirrigwardax l- iskejjel kollha imma jirrigwarda biss is-settur li sal-lum kien kopert mill- iskejjel speċjali.", "F'dan il-każ qed nitkellmu fuq ħames skejjel f'Malta u skola oħra f'Għawdex.", "M'hemmx dubju li l-edukazzjoni fiżika u l-edukazzjoni personali u soċjali huma suġġetti li qed niddiskutuhom ħafna fil-ministeru u fid- diviżjoni.", "Qegħdin ninsistu li għandu jinstab l-ispazju għal dan is-suġġett imma naħseb li rridu nirrikonoxxu li mhux faċli ssib l-ispazju minħabba l- varjeta' ta' suġġetti, li numru minnhom huma suġġetti bażiċi.", "Barra minn hekk, il-ġurnata ta' l-iskola hi mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u hemm l- esiġenzi li jiġu deċiżi min-nies akkademiċi ta' kemm għandek bżonn sigħat għall-matematika, l-Ingliż, il-Malti, ix-xjenza u affarijiet bħal dawn.", "Irridu nsibu strateġiji differenti ta' kif l-edukazzjoni fiżika, personali u soċjali tkun tista' ssir b'iktar intensita' mingħajr ma nnaqqsu mill-importanza ta' suġġetti oħrajn li għall-iżvilupp intellettwali huma importanti wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: L-iskejjel speċjali se jibqgħu jintużaw għal persuni b'diżabilita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jgħid l-Ingliż, naħseb we shouldn't jump the gun.", "Qed isir rapport, qed jiġu eżaminati skola skola, qed jiġu eżaminati l- iskejjel bil-faċilitajiet partikolari li għandhom u wieħed ma jistax jiġġeneralizza.", "Per eżempju, l-iskola tal-Qrendi hija skola orjentata kollha kemm hi għal nies li għandhom xi diffikulta' fil-vista u hija mgħammra b'apparat sofistikat u speċjali għal dan l-iskop.", "Fl-opinjoni tiegħi wieħed għandu jistenna biex jara xi stampa tas-sitwazzjoni se jagħtina r-rapport.", "Jien mhux biss ma jkollix diffikulta' imma jkun dmir tiegħi li ninforma lil din il-Kamra fuq il-findings ta' dan ir-rapport.", "SKEJJEL - ASSISTENTI KAPIJIET", "7308.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma bediex jibgħat għall-kandidati għall-ħatra ta' assistenti kapijiet ta' l-iskejjel meta issa kważi ntemm ix- xahar ta' Mejju li fih kien intrabat li jibgħat għall-kandidati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nifhem li l-Onor. interpellant qed jirriferi għall- interviews li jridu jsiru għall-għażla ta' assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji.", "Jekk inhu hekk, jien informat li l-intervisti bdew - kif programmat - fix-xahar ta' Mejju, jiġifieri fil-31 ta' Mejju, 1999.", "Kif diġa' għedna, l-interviews mexjin b'ritmu konsistenti u l- informazzjoni li għandi hija li jkunu lesti dan ix-xahar.", "ITS - SKRIVANI", "7494.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skrivani fl-ITS li qegħdin b'kuntratt?", "Jista' jgħid meta ġew impjegati, mil-liema lokalita' huma u xi kwalifiki għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) (f'isem il-Ministru għat- Turiżmu): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jikkonferma jew le l-Ministru li ħaddiema ta' l- NTOM se jibdew jaħdmu bin-nofs ta' nhari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Aħjar issir domanda bil-miktub dwar dan lill-Ministru Refalo.", "PA - BINI TA' LUKANDI", "7640.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Għaliex fit-tweġiba li tajtni għall-mistoqsija parlamentari numru 6720 - dwar applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' lukandi ġodda - m'hemmx inkluża dik sottomessa minn Costa del Sol (PA 2551/94), meta l-istess applikazzjoni ssemmiet fi tweġiba li ngħatatli fil- 31 ta' Jannar, 1996 għall-mistoqsija parlamentari numru 30679?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-14 ta' Awissu, 1998 fuq rikonsiderazzjoni, il-bord tad-DCC irrifjuta l-applikazzjoni li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Għalhekk l-awtorita` ta' l- ippjanar ma setgħetx tibqa` tqis dik l-applikazzjoni bħala pendenti quddiemha wara l-imsemmija data.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li qed nitkellmu fuq l-awtorita' ta' l- ippjanar; u peress li għal mistoqsija preċedenti l-Ministru kien qalli li permess għall-proġett ta' landscaping tal-kunsill lokali ta' San Ġiljan kien wasal biex joħroġ; u peress li jien kont issuġġerejt li fejn jidħlu proġetti pubbliċi tal-kunsilli lokali dawn jingħataw prijorita' u ma jeħdux tul ta' żmien ta' tlieta jew erba' snin, bħal f'dan il-każ, jista' l- Ministru jgħidli fiex verament waslet l-applikazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nixtieq kieku kelli l-informazzjoni dwar dan il-permess speċifiku pero' m'għandix, Mr Speaker.", "Nassigura lill-Onor. interpellant li malli jagħmilli domanda bil-miktub inkun nista' nagħtih l-informazzjoni li jixtieq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-domanda supplimentari li għamilt, jiġifieri jekk il-kunsilli lokali jingħatawx prijorita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien informat li hemm nies li qegħdin fuq dawn il- proġetti imma naturalment kull proġett jitqies fuq il-merti tiegħu.", "Ikun hemm ċerti affarijiet li jistgħu jsiru malajr imma jkun hemm oħrajn iktar ambizzjużi li jkunu jridu iktar żmien.", "Ma tistax taqbad u taqta' riga waħda pero' meta jkun hemm proġetti ta' dan it-tip, partikolarment tal-kunsilli lokali, dawn jingħataw ċerta prijorita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-proġett li qed nirriferi għalih, Mr Speaker, huwa proġett ta' landscaping ta' playing field eżistenti, bankini u toroq.", "Jista' l-Ministru jgħidli xi prijorita' qiegħda tingħata meta fil-fatt dan il-permess ilu pendenti quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar għal aktar minn erba' snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nafx bid-diffikultajiet partikolari ta' dan il- proġett partikolari imma jista' jkun hemm xi tip ta' diffikulta'.", "Jekk jagħmilli domanda speċifika nkun nista' nwieġbu.", "OECD", "7641.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il- gvern qed jikkonsidra li Malta għandha ssir membru ta' l-organisation for economic co-operation and development?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Hemm diversi raġunijiet li għalihom Malta qed tikkonsidra li ssir membru ta' l-organisation for economic co-operation and development.", "Tlieta fost ir-raġunijiet ewlenin huma li :", "i) l-OECD hija organizzazzjoni li tipprovdi lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri forum fejn janalizzaw u jiddiskutu l-esperjenzi tagħhom fil-politika ekonomika u soċjali, u dan għandu jtejjeb it-tfassil tal-politika ekonomika ta' Malta;", "ii) l-OECD tesiġi sistema ta' statistika ekonomika komparabbli mill- pajjiżi membri fi ħdanha - fil-preżent jammontaw għal disgħa u għoxrin - u dan għandu jkun ta' vantaġġ kbir għal pajjiżna għaliex jipprovdi tqabbil dirett bejn diversi ċifri ta' l-istatistika ma dawk tal-pajjiżi ta' l-OECD; dan ifisser ukoll li kull tabella wżata mill-OECD tibda tinkludi wkoll lil Malta u b'hekk pajjizna jsir aktar magħruf internazzjonalment, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp ekonomiku; u", "iii) it-tielet raġuni prinċipali hija li l-OECD tipprovdi servizz ta' sistema ta' analisi ta' kull ekonomija fi ħdanha - country reports - u din l-analisi ssir b'mod indipendenti u tkun pubblikata internazzjonalment; tipprovdi tqabbil ta' l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżi li jinsabu fl- istadju ta' żvilupp ekonomiku simili għal tagħna; dan kollu għandu jsaħħah il-profil ekonomiku ta' pajjiżna mad-dinja fis-swieq internazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Prim Ministru jindika jekk Malta bdietx il- proċess ta' assoċjazzjoni jew sħubija ma' l-OECD?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, imma kien hemm kuntatti tul is-snin sa mill-1992 u kien hemm proposta li Malta tibda tipparteċipa f'xi kumitati, li wieħed minnhom kien tat-turiżmu.", "Proprju fl-aħħar żmenijiet - qed ngħid għall-perijodu tal-gvern ta' qabel fl-1997 - kien hemm ukoll il- possibbilta' li Malta tieħu parti fil-kumitat on education, employment and social affairs.", "Jiġifieri kuntatti kien hemm pero' dawn kollha kienu esplorattivi u qatt ma kien hemm domanda formali.", "Żmien ilu kien hemm ukoll espressa l-intenzjoni li fiż-żmien approprijat Malta tikkonsidra li ssir membru ta' l-OECD.", "PA - MINERALS SUBJECT PLAN", "7642.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ntgħażlet il-kumpannija Entec UK Ltd biex tfassal minerals subject plan tal-gżejjer Maltin għall-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Kien hemm kumpanniji oħra interessati biex ifasslu dan il-pjan?", "Min għamel l-għażla tal-kumpannija Entec UK Ltd?", "Kemm hu mistenni jqum ix-xogħol ta' din il-kumpannija għall-awtorita' ta' l-ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li s-sejħa għal tenders għall-minerals subject plan inħarġet f'Lulju ta' l-1998 u kien hemm 11-il kumpanija li wrew interess biex ifasslu dan il-pjan.", "Is-sottomissjonijiet kollha ġew eżaminati mill-awtorita` ta' l-ippjanar u r-rakkmandazzjoni ġiet riferuta lit-tender evaluation committee ta' l-istess awtorita`, kif ukoll lill- kumitat tal-kuntratti.", "L-evalwazzjoni tat-tender saret abbażi ta' kriterji pre-stabiliti li evalwaw is-sottomissjonijiet kollha mill-punto di vista ta' l-esperjenza tal-kumpaniji f'dan il-qasam, it-team ta' esperti li ġew identifikati biex jagħmlu dan ix-xogħol, jekk is-sottomissjoni kenitx konformi mat-tender document, it-tip ta' konsultazzjoni pubblika li kienu qed jipproponu, kif ukoll il-prezz ta' l-offerta.", "Ninsab informat ukoll li dan l-eżerċizzju ta' ranking wera li l-kumpanija Entec UK Ltd kienet tidher li hi l-aħjar kumpanija li setgħet tipprovdi dan ix-xogħol u li kienet il-kumpanija li ssottomettiet l-irħas offerta, li kienet tammonta għal £Stg43,795 jew Lm26,000.", "SNOOKER - APPOĠĠ FINANZJARJU", "7643.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-players lokali tas-snooker - Alex Borg u Ġużi Grech - jingħataw appoġġ finanzjarju bħalma jingħataw sportivi oħra, anke jekk dawn ta' l-aħħar ma jaqtgħux figura tajba f'kompetizzjonijiet internazzjonali bħalma jaqtgħu Borg u Grech?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Malta billiards and snooker association ibbenefikat minn għotjiet finanzjarji sostanzjali f'Awissu u Ottubru 1998 u Marzu 1999.", "Dawn l-għotjiet saru in konnessjoni ma' parteċipazzjoni f'tournaments internazzjonali barra minn Malta.", "Wieħed jassumi li l-isportivi li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant ibbenefikaw ukoll minn dawn l- għotjiet.", "Ta' min jgħid ukoll li meta s-segretarjat irċieva talbiet individwali għal għajnuna finanzjarja dawn ġew ikkonsidrati fuq il-meritu tagħhom, kif sar fil-każ tas-Sur Alex Borġ, li ħa għotja ta' Lm500 f'Settembru 1998.", "GĦADIRA - SERVIZZ TA' EMERĠENZA", "7644.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm damet ma waslet fuq il- post l-ambulanza msejħa fil-każ tat-turista Daniża li ntlaqtet minn jet- ski fl-Għadira fit-2 ta' Ġunju, 1999?", "Xi problemi sab l-istaff ta' l- ambulanza biex jasal ħdejn it-turista mejta?", "X'lezzjoni tista' tittieħed minn dan il-każ għal servizz aħjar f'emerġenza f'xi bajja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li fil-każ li għalih qed tirriferi d-domanda, daħlet sejħa għall-ambulanza fil-casualty fis-12.40 p.m. u l-ambulanza telqet mill- health centre tal-Mosta fis-12.45 p.m. L-ambulanza ma ltaqgħet ma' l-ebda problemi u l-vjaġġ ħa bejn 8 u 12-il minuta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr. Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport preliminari dwar lifts fi flats tal-gvern fil-Furjana u l-Belt Valletta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7834.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' SFIDUĊJA FL-ISPEAKER U D-DEPUTY SPEAKER", "MR SPEAKER: Peress li l-mozzjoni li tidher fuq l-aġenda tikkonċerna lili bħala Speaker u lid-Deputy Speaker, nemmen li jkun aħjar jekk jippresjedi xi ħaddieħor flokna.", "Qegħdin jgħiduli li hawn il-qbil li jippresjedi l- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, artiklu 15 ta' l- iStanding Orders jgħid li meta ma jkunx hemm l-iSpeaker jew id-Deputy Speaker biex imexxu x-xogħol tal-Kamra, irid ikun hemm Membru tal-Kamra li jiġi elett mill-Kamra biex imexxi s-seduta.", "Din mhijiex kwestjoni ta' qbil imma jrid jiġi elett Membru fil-bidu tas-seduta biex imexxi x-xogħol tal- Kamra.", "Min-naħa tagħna aħna m'aħniex se noġġezzjonaw għall-proposta li qed issir min-naħa tal-gvern għal min imexxi x-xogħol tal-Kamra llejla.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, formalment inressaq il-proposta f'isem in-naħa tal-gvern biex sal-ħin illi jittieħed il-vot, inkluż il-vot, din is-seduta tkun preseduta mill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jippresjedi s-seduta tal-lejla?.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (President tal-Kamra ad hoc): Grazzi.", "L- Onor. George Vella jekk jogħġbu jressaq il-mozzjoni kif tidher fuq l- aġenda.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, f'isem l-oppożizzjoni nressaq din il- mozzjoni:", "Illi din il-Kamra tar-Rappreżentanti m'għandhiex fiduċja fl-Onor.", "Anton Tabone, bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, u fl-Onor.", "Michael Bonnici, bħala Deputy Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, għaliex kemm ilhom fil-kariga rispettiva tagħhom, f'okkażjonijiet diversi ma wrewx l-imparzjalita' mistennija mill-kariga għolja tagħhom u minħabba nuqqas ta' konoxxenza tar-regoli tal-Kamra jew minħabba kunsiderazzjonijiet partiġġjani, ħadu deċiżjonijiet li la rrispettaw l- ispirtu u l-kelma ta' l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u wisq inqas ispiraw fiduċja fil-Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Illi din il-Kamra tikkundanna dan l-aġir u dan l-atteġġjament li ilu jiġi nnotat u kkritikat u b'mod partikolari tikkundanna d-deċiżjoni meħuda mid-Deputy Speaker - u sussegwentement korroborata u merfugħa mill-iSpeaker innifsu f'ittra li bagħat lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - dwar il-jum li għalih ġiet aġġornata l-Kamra tar-Rappreżentanti, wara li ma kienx hemm quorum fil-Parlament fis-seduta ta' filgħaxija tad-9 ta' Ġunju 1999, liema deċiżjoni tmur assolutament kontra l-iStanding Orders tal-Parlament.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nissekonda.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ma kontx nimmaġina li f'inqas minn ħames xhur - għada nkunu għalaqna ħames xhur - kien se jerġa' jkolli d- dispjaċir - għax din m'hijiex xi ħaġa sabiħa - li nerġa' nqum hawnhekk f'isem l-oppożizzjoni biex intenni dak li tennejt ħames xhur ilu meta ressaqna l-ewwel mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker ta' din il-Kamra, l- Onor. Anton Tabone.", "Jiena nista' ngħid illi din hija kontinwazzjoni ta' dik l-ewwel mozzjoni ta' sfiduċja, minkejja l-fatt illi ma ħadniex il-parir tal-kollega l-Onor.", "Gonzi li qalilna biex, bħalma ġieli ġara, nagħmlu l- punt u ma naslux għall-vot.", "Jiena ngħid li wasalna għall-vot, għedna li kellna ngħidu, imbottajna kemm stajna pero' l-bniedem li kien qed jiġi ċċensurat xorta ma biddilx l-aġir tiegħu.", "Dan qed ngħidu għaliex f'Jannar konna għamilna ħafna diskorsi sbieħ fuq id-demokrazija parlamentari, fuq ir- rispett lejn is-Sedja, fuq l-awtorita' tas-Sedja u fuq ir- responsabbiltajiet tas-Sedja pero' minkejja dan ma tbiddel assolutament xejn.", "Mhux talli hekk, talli over and above konna wkoll tajna sinjal ta' twissija lid-Deputy Speaker, l-Onor.", "Michael Bonnici, fuq ruling kontroversjali li kien ta fuq vot li ttieħed fuq klawsola meta konna qed niddiskutu l-liġi tal-VAT.", "Kulħadd jiftakar li l-Onor.", "Bonnici qaleb deċiżjoni li kien ħa qabel taħt l-istess ċirkostanzi, fejn darba kkwota l- kostituzzjoni mod u mbagħad ikkwota l-istess parti tal-kostituzzjoni mod ieħor.", "Din kienet twissija serja pero' sfortunatament ngħid li din ġralha bħall-ilma fuq dahar il-papri u baqgħet għaddejja.", "Minħabba f'hekk illum qegħdin norbtu kemm lill-iSpeaker kif ukoll lid-Deputy Speaker b'din il- mozzjoni.", "Lid-Deputy Speaker kellna ċans inwissuh u ma komplejniex biex nagħmlu mozzjoni ta' sfiduċja u lill-iSpeaker għamilnihielu diġa' u għidnilu x'naħsbu fuqu, pero' issa kellna okkażjoni fejn dawn it-tnejn flimkien refgħu r-responsabbilta' ta' deċiżjonijiet li jmorru għal kollox kontra l-ispirtu u l-kelma tar-regolamenti ta' din il-Kamra.", "Jiena ngħid li refgħuha u ħadu dik id-deċiżjoni għaliex kien fl-interess tan-naħa tal- gvern li dik id-deċiżjoni tittieħed bil-mod li ttieħdet.", "Sur President, jiena naraha ħaġa ironika li dan ġara proprju jumejn wara li l-Onor.", "Anton Tabone għamel diskors sabiħ quddiem il-monument tas-Sette Giugno.", "Dakinhar għamel eloġju u beda jgħid illi hemm bżonn li jkun hemm l- indipendenza tas-Sedja u hemm bżonn li jkun hemm aktar awtonomija u li s- Sedja tkun aktar rispettata.", "Imma jumejn biss wara, fl-opinjoni tiegħi u fl- opinjoni tal-membri ta' din in-naħa, għamel dak li kien fl-aħjar interess tan-naħa tal-gvern.", "Jiena ma rridx nirrepeti dak li għedna fid-dibattitu ta' Jannar għax dak kollu għadu jgħodd, aktar u aktar meta dakinhar in-naħa l-oħra qaltilna: Erba' xhur kulma ilu Speaker!", "Diġa' m'intomx lesti tittolleraw il-learning curve tiegħu, li jibda jirranġa bil-mod il-mod?", "Issa għaddew ħames xhur oħra u l-pattern ma tbiddilx.", "U aktar ma jgħaddi ż- żmien din in-naħa aktar qed tħoss li m'hijiex protetta mis-Sedja u aktar qed tħoss li s-Sedja m'hijiex qed tħaddem dik l-imparzjalita' u mhux qed tiġbed lejha dak ir-rispett illi jixraqlu b-uffiċċju ta' l-iSpeaker.", "Sur President, għalija jistgħu jidhru kemm iridu editorjali illi jgħidulna illi ma missniex nagħmlu mozzjonijiet bħal dawn.", "Stranament dawn l-editorjali użaw it-termini eżatti li uża l-Onor.", "Tonio Borg meta għalaq id-diskors tiegħu l-aħħar darba fuq il-frivolita' ta' dawn l-azzjonijiet.", "Jiena ma nafx min kiteb dan l-editorjal pero' dan qal li aħna konna ''frivoli''.", "Jiena ngħid li kien frivolu ż-żmien li ħlejna f'dak id- dibattitu għaliex dan ma wassal għal imkien.", "Ma rnexxilniex nimpressjonaw fuq l-iSpeaker u fuq il-kollega tiegħu d-Deputy Speaker li għandhom jippruvaw jiddistakkaw irwieħhom mill-politika partiġġjana u jibdew jassumu r-responsabbiltajiet li jpoġġi fuq spallejhom dak l-uffiċċju.", "Din hija xi ħaġa li żviluppat b'dispjaċir għal din in-naħa għaliex aħna qegħdin inħossu li l-iSpeaker m'huwiex qed jaġixxi ta' kontrapiż kontra l-arroganza tal- gvern illi telagħlu għal rasu l-fatt li għandu maġġoranza ta' ħamsa u qed jaħseb li jista' jibqa' għaddej qisu romblu minn fuq kulħadd.", "Sta għas- Sedja illi tkun counter-weight biex ma tħallix dak l-aġir iseħħ u biex ma tħallix id-demokrazija parlamentari tiġi ridotta għar-redikolu.", "Hawnhekk jien nista' nfakkar fid-diskorsi sbieħ dwar ir-rispett lejn id-demokrazija parlamentari li għamlu tan-naħa l-oħra f'Jannar meta ddibattejna din il- kwestjoni.", "Sur President, fir-risposta tiegħi jiena kont semmejt kif la l-passat u lanqas l-istorja ma jagħtu kredibilita' lin-naħa l-oħra għal dak li huwa rispett lejn id-demokrazija parlamentari.", "Dakinhar kont fakkart f'min kien telaq 'il barra mill-parlament u f'min kien ipprova jixtri membru ta' naħa oħra u semmejt il-konfoffi li għamlu biex ħadu membru min-naħa tagħna.", "Ma ġara xejn, dik hija storja!", "Imma mbagħad ma jistax ikun li l-oppożizzjoni tħoss li l-iSpeaker u d-Deputy Speaker - dawn suppost li jkunu imparzjali, iżommu l-bilanċ u jkunu l-fulkru ta' dan il-parlament - mhux qed ikunu ta' kontrapiż biex jirribattu l-arroganza tal-gvern.", "Dawn saru parti minn din l- arroganza u mhux talli m'humiex qed jipproteġu lill-oppożizzjoni, talli saru mażżra għall-oppożizzjoni Laburista.", "Lill-editur ta' \"The Times\" ngħidlu li d-deċiżjonijiet tagħhom huma frivoli u mhux il-mozzjoni.", "Dawk huma deċiżjonijiet frivoli għax imorru assolutament kontra kull raġuni u kull loġika.", "Sur President, l-Onor.", "Gonzi fid-dibattitu ta' l-aħħar darba - u m'hemmx dubju li l-ex-Speaker għandu ħafna influwenza fuq id-deċiżjonijiet tas- Sedja - qal affarijiet li japplikaw proprju għal-lum.", "Dakinhar l-Onor.", "Gonzi qal li għalina ma jeżistux ir-regolamenti tal-parlament.", "Qal ukoll li:", "''Hemm bżonn li xi ħadd jispjegali kif qed inressqu mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker għax fir-ruling tiegħu qed japplika regola li hija miktuba ċara daqs il-kristall, bil-Malti u bl-Ingliż.''.", "Dakinhar l-Onor.", "Gonzi kien qiegħed jagħmel sidru sur għall-iSpeaker u kien qed jiddefendi d-dritt tiegħu li jimxi ad litteram ma' klawsola 9, ħalli jiġġustifika għaliex kellu jibqa' għaddej id-dibattitu sad-9 p.m. Illum il- kollega tan-naħa l-oħra bl-ebda mod mhu qed japplika dak li qal dakinhar għax din id-darba r-regolamenti ma jridx jinterpretahom ad litteram.", "Illum artiklu 11(2) ma jgħodd xejn għalih u ovvjament l-iSpeaker irrifletta dan il-ħsieb tal-Partit Nazzjonalista fid-deċiżjoni li ħa.", "L-ewwel ħadha d- Deputy Speaker u mbagħad daħal biex jerfagħha l-iSpeaker.", "U għaliex refgħuha?", "Artiklu 11(2) jgħid:", "\"Jekk f'xi seduta tal-Kamra xi Membru li jkun preżenti jiġbed l- attenzjoni tal-persuna li tkun qed tippresjedi s-seduta dwar in-nuqqas ta' quorum, u wara intervall ta' ħames minuti l-persuna li tkun tippresjedi s-seduta tiżgura ruħha illi l-quorum tal-Kamra jkun għadu m'huwiex preżenti, il-Kamra tiġi aġġornata bla votazzjoni għall- ġurnata tas-seduta ta' wara.\"", "Issa l-Onor.", "Gonzi jgħallimna wkoll li artiklu 8 ta' l-iStanding Orders jgħid:", "\"Kemm-il darba l-Kamra ma tordnax xort'oħra, il-Kamra għandha tiltaqa' fil-5 p.m. ta' nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ħamis kull ġimgħa ħlief f'festi pubbliċi u f'dawk il-ġranet l-oħra ...\"", "Il-kollega tiegħi jaf li m'għandniex mozzjoni proċedurali f'din il- leġislatura li tirregola l- ġranet meta jiltaqa' l-parlament.", "Dawn huma l- istess Standing Orders li fid-dibattitu ta' l-aħħar darba l-kollega l-Onor.", "Gonzi kien qal li aħna abbandunajna.", "U jiena ngħidlu: Artiklu 11(2) qiegħed ċar kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż!", "Issa għaliex in-naħa tal- gvern ġiegħlet lill-iSpeaker u lid-Deputy Speaker jiddeċiedu li ma mmorrux għall-ġurnata li kien imiss, li skond l-iStanding Orders suppost li kienet il-Ħamis?", "Għax il-Ħamis kienet tkun private member's day u nafu li l-ewwel item fuq il-lista kienet il-mozzjoni ta' l-Onor.", "Membru tan-naħa tal-gvern, l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando, rigward is-simenterija u l-gvern ma riedx imiss magħha lanqas with a barge pole!", "Nafu li l-gvern ma riedx ikollu x'jaqsam ma' din il-kwestjoni peress li jinsabu maqsumin bejniethom fuqha u allura għamlu minn kollox biex iġiegħlu lid-Deputy Speaker jiddeċiedi li jaġġorna l-Kamra għat-Tnejn ta' wara.", "Issa meta ġara hekk, ovvjament xi ħadd jista' jgħid: Kif dejjem issibhom, Onor. Bonnici!", "Imma mbagħad daħħal sidru sur l-iSpeaker u qabel miegħu.", "Issa aħna rridu niftakru li fid-dibattitu ta' Jannar jiena kont għamilt appell miftuħ u sinċier li hemm bżonn nirrevedu l-iStanding Orders għaliex dawn għandhom toqob wesgħin daqs ma nafx xiex.", "L-iSpeaker lanqas biss indenja ruħu jsegwi ħlief fl-aħħar laqgħa tal-house business committee meta semma' xi ħaġa li hemm bżonn jitwaqqaf dan il-kumitat.", "Din hija l-ħeġġa, din hija l-importanza li jagħti lill-iStanding Orders!", "Dan huwa l-pjaċir li għandha s-Sedja ħalli tipprova tħalli xi ħaġa warajha qabel titlaq minn hemmhekk!", "Din hija l-letarġija li teżisti.", "Dan bħalma ġara l-aħħar darba meta kellna dibattitu li kien daħal fis-sitt siegħa tiegħu u l-iSpeaker lanqas kien għadu induna li hemm bżonn il-Messaġġ tal-President ħalli d- dibattitu jkompli!", "Dan id-dibattitu suppost kellu jibda mill-ġdid imma biex ma noqogħdux infettqu, aħna ta' din in-naħa għedna: Ħallih ikompli jagħżaq, ħalli jkompli jitniżżel mar-record li għandu!", "Issa mhux hekk biss imma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien kiteb u ġibed l- attenzjoni ta' l-iSpeaker li aħna ma nħossux illi għandu jkun hekk.", "Ġibidlu l-attenzjoni wkoll għal artiklu 11 (2) u artiklu 8 ta' l-iStanding Orders.", "L-inkompetenza jew l-arroganza ta' l-iSpeaker dehret mill-fatt li dan immiżinterpreta l-ittra biex jipprova jaħrab minn dak li kiteb il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Fl-aħħar parti ta' l-ittra l-Kap ta' l-Oppozizzjoni kien kiteb hekk:", "''Għalhekk permezz ta' din l-ittra, l-oppożizzjoni Laburista qed titolbok biex bħala materja ta' urġenza tieħu l-passi meħtieġa ħalli ssejjaħ il-Kamra għal laqgħa ta' għada l-Ħamis filgħaxija.''.", "Iżda x'għamel l-iSpeaker?", "Kieku ma kienx marbut bid-diktat tal-gvern li minn dik il-pożizzjoni ma jiċċaqlaqx, dan kien jgħajjat laqgħħa tal-house business committee u jiġi lura u jgħid: Isma', iddeċidejna b'dan il-mod.", "Imma mhux jiġi jgħid li hu ma jistax ibiddel deċiżjoni wara li tkun ħarġet!", "Dan seta' liberament għajjat laqgħa tal-house business committee imma ma riedx jaf - għax dan huwa parti mill-makkinarju tal-gvern u parti mill- arroganza kompleta tal-gvern - u njora kompletament lill-oppożizzjoni.", "B'insult l-iSpeaker irrisponda b'mod li juri li ma fehmx fejn kien l- aċċent ta' l-urġenza, jekk hux fuq it-tlaqqigħ tal-Kamra l-Ħamis jew inkella fuq il-kontenut ta' x'se jiġi diskuss il-Ħamis.", "X'irrid ngħid, Sur President?", "Hawnhekk lagħab bir-risposta tiegħu fejn qal lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni:", "''Iżda ma semmejtx ir-raġuni li fuqha hija bbażata din l-urġenza.''.", "X'urġenza?", "L-urġenza mhux fuq il-kontenut tad-dibattitu kienet imma fuq il- fatt li hu kellu jiddeċiedi malajr li jbiddel dik id-deċiżjoni żbaljata.", "Dan biex jinsulta lill-oppożizzjoni u biex jirbaħ ftit tal-ħin irrisponda b'dan il-mod insolenti, li aħna qisna qed nitolbu xi dibattitu fuq suġġett ta' urġenza.", "Din hija ittra miskina, ittra li ma tagħmel l-ebda ġieħ la lill-iSpeaker u lanqas lid-Deputy Speaker, li kitbuha u li refgħuha t- tnejn.", "Din l-ittra tikkonferma kemm din in-naħa qed tiġi ttrattata b'mod umiljanti min-naħa ta' l-iSpeaker.", "Dan m'għandux ikun u jekk kemm-il darba l-iSpeaker u d-Deputy Speaker iridu jakkwistaw rispett minn din in-naħa jridu jipprovaw jixegħlu xi ftit tama li huma qegħdin hemmhekk biex jipproteġu lin-nies tal-Kamra kollha u jridu jbiddlu triqathom.", "Sur President, sal-lum rajna sensiela sħiħa ta' attitudni li ma tbiddlet xejn u jiena għalhekk ma ħlejtx żmien noqgħod ngħid dak li għedna l-aħħar darba.", "Dak li għedt fil-mozzjoni ta' Jannar xejn ma nieħu lura minnu.", "Dan kollu għadu jgħodd u jorbot ma' tal-lum għaliex hija katina waħda.", "Jien jiddispjaċini meta nara din it-tip ta' arroganza u dan it-tip ta': U iva, x'jimpurtani!", "U jiddispjaċini mhux għall-oppożizzjoni jew għas-47% tal- poplu li nirrappreżentaw hawnhekk, imma jiddispjaċini għal din l- istituzzjoni li l-aħħar darba l-kollega tiegħi kellu eloġji kbar għaliha, fejn anke semma Speakers passati.", "Jiena ngħid li kull familja jkollha l- black sheep u s-sensiela mhux bilfors trid tibqa' għaddejja b'nies li għandhom ikunu rrispettati!", "F'dan il-każ qed nerġa' għat-tieni darba b'dispjaċir ngħid li l-iSpeaker ntgħażel min-naħa tal-gvern mingħajr ma ġiet ikkonsultata l-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Tabone ġie mwiegħed li kellu jkun Speaker mill-għada ta' l- elezzjoni ħalli jitħallsu d-djun.", "La kien hemm konsultazzjoni u la kien hemm ftehim; u addio d-diskorsi li rridu nkunu moderni u Ewropej u addio d- diskorsi dwar kemm iridu l-iSpeaker ikun rappreżentattiv jekk kemm-il darba ma titbiddilx is-sistema kif jiġi elett.", "Dawn qabdu persuna u poġġewha hemmhekk.", "Miegħu mbagħad ingarbuljaw lid-Deputy Speaker - dan għamel il- qassatat tiegħu wkoll - biex imbagħad noqogħdu ngħidu li rridu nirrispettaw lis-Sedja.", "Jien ngħid li biex tirrispetta lis-Sedja trid tkun hi li tirbaħ ir- rispett tiegħek u tibda bil-mod il-mod iġġiegħlek tirrispettaha, bil-mod kif taġixxi, billi turi imparzjalita', billi turi saġġezza, billi turi kapaċita', billi turi li taf l-iStandings Orders u billi taffronta sidirha li tista' tissalvagwarda r-regolamenti, kemm jekk huma tajbin kif ukoll jekk huma ħżiena jew antiki.", "Min jarmi l-iStanding Orders biex jagħmel dak li tkun qed tgħidlu n-naħa tal-gvern - ħalli jkun ċert li jibqa' jżomm relazzjonijiet tajbin - ma jistax jirbaħ ir-rispett ta' kulħadd.", "Kien hemm Speaker min-naħa l-oħra li kellu l-guts jieqaf.", "Dan hu raġel u għandu l- unur li jgħid li ħa stand pero' mbagħad nafu x'ġara.", "Il-Partit Nazzjonalista beżqu 'l barra lil dan u baqa' maqtugħ kompletament.", "Sur President, jekk kemm-il darba l-Onor.", "Anton Tabone u l-Onor.", "Michael Bonnici jridu bis-serjeta' jiġu rrispettati u meqjusa bħala denji ta' dak il-post, dawn iridu jaħdmu u jbiddlu l-manjiera tagħhom għaliex inkella se nibqgħu nsostnu ripetutament li din in-naħa m'għandhiex fiduċja fihom.", "Nirringrazzjak.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, din hija t-tieni mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker fi żmien relattivament qasir.", "Kellna oħra ftit xhur ilu, proprju fit-18 ta' Jannar, pero' din id-darba l-mozzjoni ta' sfiduċja hi wkoll kontra d-Deputy Speaker, l-Onor.", "Michael Bonnici.", "L-impressjoni li qed tagħti l-oppożizzjoni bl-aġir tagħha - u dan ma japplikax biss għal dawn il-mozzjonijiet - hi li trid timmina l-tmexxija u l-awtorita' ta' dan il-parlament.", "L-oppożizzjoni Laburista qed turi li hija oppożizzjoni impulsiva u bla paċenzja.", "Kull darba li ma taqbilx ma' xi ruling tas-Sedja tfajjar mozzjoni ta' sfiduċja.", "Din hija oppożizzjoni li qed tagħmel minn kollox biex tipprova tpinġi lilha nnifisha bħala vittma u oppożizzjoni li qed tipprova twassal il-messaġġ żbaljat li s-Sedja qed timxi b'mod parzjali u partiġġjan.", "F'dan il-kontest, Sur President, jien naħseb li huwa importanti li wieħed jerġa' jsemmi x'għamlet l-oppożizzjoni Laburista meta ma qablitx mar-ruling tas-Sedja fuq il-kwestjoni tal-present and voting.", "Dakinhar rajna lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni mitluf jgħajjar lid-Deputy Speaker bi kliem iebes bħal \"oxxen\".", "(Interruzzjonijiet) Sur President, nitolbok ma tħallihomx jibdew jinterrompu.", "Jiena qgħadt nisma' bil-paċenzja u ma nterrompejt lil ħadd.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, l-Onor.", "Galea għandu jippreċiża liema huwa l-kliem li qed jallega li kien oxxen.", "Jew isemmih jew jirtiraha din.", "Veru li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għajjar lid-Deputy Speaker imma kliem oxxen ma nafx li uża.", "Jekk użah, niċċalinġja lill-Onor.", "Galea isemmih issa inkella jirtira l-akkuża li għamel.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Dakinhar l-oppożizzjoni għajret lis-Sedja \"oxxena\".", "ONOR.", "GEORGE VELLA: X'inhu l-kliem oxxen li uża dakinhar?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-kelma \"oxxen\" intużat.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Hemm differenza enormi bejn li tgħajjar lis-Sedja li aġixxiet b'mod oxxen u li tgħid li ntużat il-kelma \"oxxen\" fil-konfront ta' deċiżjoni tas-Sedja.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Dakinhar, Sur President, mhux biss bdew jgħajru lis- Sedja imma xi wħud mill-Onor.", "Membri ta' l-oppożizzjoni dehru jiġru lejn is- Sedja jferfru jdejhom ma wiċċ id-Deputy Speaker.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Inżommu l-ordni, jekk jogħġbokom.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Hekk għamlu u naħseb li wrew biċ-ċar li m'għandhom l- ebda rispett lejn is-Sedja.", "Ejjew naraw x'ġara fid-9 ta' Ġunju, 1999.", "Dakinhar l-ewwel żewġ mistoqsijiet parlamentari kienu ta' l-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Silvio Parnis.", "Fil-ħin li ssejħu biex jagħmlu l- interpellanza tagħhom, l-Onor.", "Brincat u l-Onor.", "Parnis ma kenux fil-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek għaliex ma kontx hawn!", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "Onor. Galea, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Imma ma jibqgħux jinterrompuni!", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk jinterrompuk tiddefendik is-Sedja.", "Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "MARIO GALEA: It-tnejn ma kenux preżenti, Sur President, kemm l- Onor. Leo Brincat u kemm l-Onor.", "Silvio Parnis.", "Il-mistoqsijiet parlamentari saru mill-Onor.", "Joe Mizzi, li bħas-soltu kien hawn mill-bidu nett.", "Mhux darba jew darbtejn imma b'mod ripetut l-Onor.", "Mizzi jagħmel il- mistoqsijiet f'isem il-kollegi sħabu li ma jkunux preżenti.", "Imbagħad waslet it-tielet mistoqsija, li kienet ta' l-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "Għall-informazzjoni tal-Kamra l-Onor.", "Azzopardi u jien konna flimkien.", "Jien informajtu li ridt immur nieħu l-mobile phone għat-tiswija u tajtu ċ- ċwievet tal-kamra tiegħi, li qiegħda xi ħamsin tarġa fuq l-uffiċċju li jokkupa l-Prim Ministru.", "L-Onor.", "Azzopardi kien qiegħed fil-kamra tiegħi u dak il-ħin tal-mistoqsija inzerta nieżel minn hemm fuq.", "Issa kulħadd jaf li l-Onor.", "Azzopardi huwa persuna b'diżabilita' u kien nieżel dawk il-ħamsin tarġa biex jidħol jagħmel il-mistoqsija tiegħu.", "Ma rridx ngħid li l-Onor.", "Mizzi għamilha apposta imma dik hi l-verita'.", "Dan ma laħaqx daħal fil-Kamra u l-mistoqsija parlamentari tiegħu saret mill-Onor.", "Michael Refalo.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jien inkun hawn kuljum minn filgħodu, nidħol kważi l-ewwel wieħed u nitlaq l-aħħar wieħed wara li tispiċċa s- seduta.", "(Interruzzjonijiet) Il-mistoqsija tiegħu saret mill-Onor.", "Michael Refalo u l-Onor.", "Joe Mizzi deherlu li kellu jipprotesta.", "Sur President, l-iStanding Orders imkien ma jgħidu li ministru m'għandux dritt jagħmel mistoqsija f'isem backbencher - jiġifieri l-Onor.", "Mizzi ma kellux raġun - u kulħadd jaf li meta jissejjaħ id-deputat biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari li tkun fuq l-order paper, kulma jagħmel huwa li jaqra n-numru tal-mistoqsija.", "Il-Ministru Refalo kellu dritt jagħmel il-mistoqsija parlamentari f'isem l-Onor.", "Azzopardi.", "(Interruzzjonijiet) Iva, issa spjegali u noqgħod nisimgħek bil-kwiet imma tinterrompix!", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Onor. Galea, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Naħseb li għandi d-dritt nitkellem għax din mhix xi konċessjoni hawn ġew!", "Il-Ministru Refalo huwa deputat bħall-membri kollha u mkien fl-iStanding Orders m'hemm li ministru ma jistax jagħmel mistoqsija f'isem membru ieħor.", "Għax ra li ma kellux raġun, l-Onor.", "Joe Mizzi ddeċieda li jgħajjat quorum.", "(Interruzzjonijiet) Issa din tal-quorum hija arma li hija abbużata mill-oppożizzjoni biex jipprovaw jaħlu l-ħin tal-Kamra.", "Biżżejjed wieħed isemmi...(Interruzzjonijiet).", "Fl-istess ilma qegħdin!", "(Interruzzjonijiet) Għasafar tal-passa, daqqa hawn u daqqa m'aħniex hawn!", "Sur President, biżżejjed wieħed jgħid li waqt li l-liġi tal-VAT l- oppożizzjoni sejħet 16-il darba għal quorum u waqt il-liġi ta' l-awtorita' tat-turiżmu, li suppost ma kenitx kontroversjali, kien hawn 23 sejħa għal quorum.", "L-iktar interessanti hu l-fatt li waqt li l-oppożizzjoni b'mod ripetut issejjaħ għal quorum, ikollna seduti fejn ikun hemm 15-il deputat tan-naħa l-oħra assenti.", "Issa hawn kulħadd jaf li l-prassi hi li jekk inti tidħol nofs sekonda, turi wiċċek lill-Clerk of the House u titlaq 'il barra, tiġi rreġistrat bħala preżenti.", "Kien hawn seduta waħda fejn kien hawn ħamsa jew sitt għajtiet għal quorum u kien hemm 15-il deputat li lanqas kellhom id-diċenza jiġu jagħmlu present għal nofs sekonda u jitilqu 'l barra.", "Il-bieraħ filgħodu kien hawn madwar 14-il deputat Laburista assenti.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jiċċekkja jsib li minn din in-naħa ma jkunx hawn assenti.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor. kollegi tiegħi jkunu qed jaħdmu fl-uffiċini tagħhom.", "Kull darba li tan-naħa l-oħra għajtu għal quorum, dawn dejjem irnexxilhom jilħqu jinżlu mill-kamra tagħhom, ħlief għal darba waħda.", "Sur President, punt importanti li għandu jiġi ssollevat huwa li l- iStanding Orders bl-ebda mod ma jgħidu li quorum irid ikun kostitwit mill- membri tal-gvern biss.", "Fil-fatt fid-9 ta' Ġunju kellna farsa hawn ġew.", "Kellna tliet membri ta' l-oppożizzjoni jilagħbu noli, mistoħbija wara l- bieb tal-Kamra u ma joqogħdux hawn ġew biex ma jiġix kostitwit quorum!", "(Interruzzjonijiet) Dakinhar il-quorum issejjaħ żewġ minuti biss wara li kienet bdiet is-seduta u d-Deputy Speaker issospenda l-Kamra għal ħames minuti u wara li reġa' daħal u ra li ma kienx hawn quorum issospenda l- Kamra għat- Tnejn filgħaxija.", "L-Onor.", "Mizzi qam jipprotesta dak il-ħin u ried li l-Kamra tiġi aġġornata għall-għada l-Ħamis.", "Id-Deputy Speaker ma qabilx u kien se jissospendi biex jagħti ruling fuq talba ta' l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Mizzi on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Id-Deputy Speaker staqsa jekk kienx hawn permess u n- naħa tal-gvern ma tagħtux permess.", "Minħabba f'hekk aġġorna għat-Tnejn filgħaxija u s'intendi jien qgħadt għal dik id-deċiżjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ikompli l-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien informat li l-Onor.", "Mizzi tela' jisma' r- recording u jaf x'intqal dakinhar.", "(Interruzzjonijiet) Se naqra testwalment mit-transcript tad-debate ta' dakinhar.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: No cross debate, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Id-Deputy Speaker qal li kien lest li jikkonsidra u jagħti ruling, imma x'ġara?", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li dawn indunaw li jekk id-Deputy Speaker jissospendi biex jagħti ruling fuq l-oġġezzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi ....", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Mizzi on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' ngħid li jiena ma oġġezzjonajtx imma l- oġġezzjoni ġiet min-naħa tal-gvern u mhux min-naħa tiegħi.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jista' jkompli l-Onor.", "Galea", "ONOR.", "MARIO GALEA: L-Onor.", "Mizzi pprotesta u ried li l-Kamra tiġi aġġornata għall-Ħamis.", "Dakinhar naħseb li l-Onor.", "Mizzi kien jaf li kien hawn iċ-ċelebrazzjoni tar-ritorn mill-ġdid tal-Caravaggio u ħafna ministri u deputati kienu qegħdin San Gwann.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Onor. Mizzi, għamiltu l-point of order tiegħek.", "Issa biżżejjed, jekk jogħġbok.", "Onor. Galea, kompli.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Lili ma jdejqunix dawn l-interruzzjonijiet, komplu sejrin!", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Lilek jistgħu ma jdejqukx imma s-Sedja titlob l-ordni.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, dakinhar l-Onor.", "Carmelo Abela qal xi ħaġa lill-Onor.", "Mizzi u f'daqqa waħda l-whip ta' l-oppożizzjoni ma kompliex bl-oġġezzjoni tiegħu.", "Id-Deputy Speaker kien se jissospendi biex jagħti ruling - u naturalment sħabna tan-naħa l-oħra beżgħu li jekk jagħmel hekk jilħqu jaslu l-membri parlamentari tal-gvern - u mbagħad l-Onor.", "Mizzi qal li kien se joqgħod għal dik id-deċiżjoni.", "(Interruzzjonijiet) Issa jista' jiċħad kemm irid u jista' jiddispjaċih kemm irid li qal hekk imma din hija recorded fid-debate.", "Il-fatt li l-Onor.", "Mizzi ma baqax jinsisti fuq l- oġġezzjoni tiegħu jfisser li dak il-ħin kien hemm il-qbil tal-Kamra kollha li s-seduta kellha tiġi aġġornata għat-Tnejn filgħaxija.", "Apparti minn hekk, Sur President, biex nuri kemm kellu raġun id-Deputy Speaker ma jaġġornax għall-Ħamis, jiena se nsemmi x'ġara fil-house business committee tal-11 ta' Mejju, 1999.", "Dakinhar l-Onor.", "George Vella ġibed l- attenzjoni tal-kumitat u ta' l-iSpeaker - u kellu raġun jagħmel hekk - dwar il-bżonn li jitwaqqaf kumitat biex flimkien nirrevedu l-iStanding Orders.", "L- argument li ġab kien li kulħadd jaf li l-iStanding Orders jgħidu li suppost il-parlament jiltaqa' t-Tnejn u l-Ħamis imma mhux hekk isir.", "Dan huwa kliem l-Onor.", "George Vella.", "(Interruzzjonijiet) Qalha l-Onor.", "Vella stess.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt fl-aħħar house business committee l-iSpeaker talabna biex nagħmlu dan il-kumitat bl-iskop li nirrivedu l-iStanding Orders.", "Sur President, jiena għandi l-impressjoni li dak li naqblu dwaru fil-house business committee jgħodd għall-Kamra wkoll.", "Dak li ġie miftiehem fil-house business committee huwa li l-parlament jiltaqa' t- Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa.", "(Interruzzjonijiet).", "Imkien u fl-ebda mument il-gvern ma semma li jista' jiltaqa' l-Ħamis u allura ma kienx hemm ftehim li l-parlament jiltaqa' l-Ħamis.", "Issa minkejja li l-Onor.", "Mizzi ma baqax jinsisti fuq l-oġġezzjoni tiegħi u spiċċa biex jirtiraha - għax qal li kien se joqgħod għad-deċiżjoni tas-Sedja - filgħaxija l-Kap ta' l-Oppożizzjoni xorta waħda kiteb lill-iSpeaker.", "Din l-ittra m'hemmx għalfejn naqraha għaliex diġa' qiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra u kulħadd jaf x'fiha.", "L-Onor.", "Alfred Sant imkien ma qal li l-Onor.", "Mizzi ma baqagħx isostni l-argument tiegħu u minħabba f'hekk l-ittra tiegħu hija nulla u bla effett.", "Issa dakinhar il-Kamra kienet qed tiddiskuti xi ħaġa assolutament mhux kontroversjali - għax il-mozzjoni biex il-Kamra tipprovdi fondi speċjali għall-kunsilli lokali hija xi ħaġa li suppost jaqbel magħha kulħadd - dakinhar il-whip ta' l-oppożizzjoni għajjat quorum wara biss żewġ minuti li bdiet is-seduta.", "Min hawn toħroġ bl-aktar mod ċar l-inkonsistenza ta' l- oppożizzjoni.", "Normalment meta l-iSpeaker joħroġ ftit tard dawn iqajmu plejtu - forsi jkollhom raġun ukoll - għax ikun qed jittieħed mill-ħin tal- question time.", "M'ilux, Sur President, għaliex kien hawn problema teknika u s-seduta bdiet tard, riedu li l-ħin ma jintilifx mill-question time.", "Għamlu hekk għax kulħadd jaf li l-question time huwa primarjament għall-użu ta' l- oppożizzjoni.", "Imma meta għajtu quorum biex iħassru s-seduta kapriċċożament żewġ minuti wara li bdiet, dakinhar ġew jaqgħu u jqumu li kienu se jaħlu l- ħin tal-question time.", "Huwa għalhekk li aħna argumentajna li l-atteġġjament ta' l-oppożizzjoni kien pwerili.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "George Vella qed jgħid li l-Partit Nazzjonalista għamel hekk fit- 22 ta' Novembru ta' l-1997.", "Dakinhar l-Onor.", "Censu Galea kien għajjat quorum kmieni fis-seduta imma rridu nfakkru, Sur President, li ċ- ċirkostanzi kienu totalment differenti.", "(Interruzzjonijiet) Dakinhar kien hawn kriżi tad-demokrazija.", "Kellna gvern li b'mod ripetut kien qed isalva bil-vot ta' l-iSpeaker u kellna wkoll ġlied, daqqiet ta' ponn u tgħajjir bejn l-istess membri tan-naħa l-oħra.", "Din is-sitwazzjoni għall-grazzja ta' Alla ma teżistix illum u għalhekk kien ġustifikat li dakinhar l- oppożizzjoni tgħajjat għal quorum", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa dwar dak li ġara fit-22 ta' Novembru, 1997 fid-9.00 a.m. meta ssejjaħ quorum u l-Kamra kienet ġiet aġġornata.", "L- Onor. Joe Mizzi kien talab li s-seduta ssir dakinhar stess fis-2.00 p.m. u l-iSpeaker ma aċċettatx.", "Dakinhar, Mr Speaker, ħadd ma ressaq mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi ma qabilx imma dakinhar ma tressqitx mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker Din il-ħaġa turi l- inkonsistenza ta' l-oppożizzjoni Laburista.", "Kien hemm diversi rulings fejn l-oppożizzjoni Nazzjonalista kellha fejn tagħmel mozzjoni ta' ċensura fl- iSpeaker fi żmien il-gvern preċedenti imma din in-naħa dejjem uriet ir- rispett li jixraq lejn is-Sedja.", "Din hija d-differenza kruċjali.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem irraġuna li hu kien oppożizzjoni għall-gvern Laburista u mhux oppożizzjoni għas-Sedja.", "U dan hu l-iżball li qed tagħmel l- oppożizzjoni Laburista, li hi temmen li hi oppożizzjoni għas-Sedja u mhux oppożizzjoni għall-gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, l-aktar ħaġa pwerili huwa l-fatt li l-oppożizzjoni qed tagħmel vot ta' sfiduċja fid-Deputy Speaker ukoll.", "Fil-bidu ta' din il- leġislatura l-gvern għamel minn kollox biex id-Deputy Speaker jinħatar minn fost l-oppożizzjoni stess imma din ma aċċettatx.", "L-Onor.", "Michael Bonnici tant kien raġel li wara li l-oppożizzjoni talbet division għall-ħatra tiegħu, hu għamel dikjarazzjoni u qal li jekk xi darba l-oppożizzjoni tbiddel l-attitudni tagħha jkun lest li jirriżenja biex jinħatar Deputy Speaker ġdid minn fost l-oppożizzjoni.", "Sur President, illum jidher ċar li hemm dissent fost il-membri ta' l- oppożizzjoni fuq din id-deċiżjoni ta' Dr Sant.", "Ħalli nikkwota x'qal l-Onor.", "John Attard Montalto fit-2 ta' Mejju 1999 f'artiklu li kiteb fil-gazzetta \"It-Torċa\" bil-heading \"Ħsebijiet\".", "Dan qal hekk:", "''Issa wara l-esperjenza ta' l-aħħar tmien xhur, wieħed għandu jistaqsi jekk għandniex raġun nerġgħu nirriflettu fuq in-nomina ta' membru parlamentari Laburista għall-post ta' deputy speaker\".", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Ejjew nieħdu l-aħħar żewġ inċidenti partikolari li seħħew f'din il- leġislatura.", "Meta fil-parlament inqala' disgwid dwar ir-ruling tad- Deputy Speaker preżenti - li kellu x'jaqsam ma' l-interpretazzjoni ta' vot waqt id-dibattitu fuq il-VAT - probabbli li kieku kien hemm Deputy Speaker Laburista dak ir-ruling ma kienx jingħata kif ingħata.", "Ukoll, kieku dan l-aħħar kien hemm Deputy Speaker Laburista kien ikun hemm opportunita' akbar li t-talba tal-grupp parlamentari Laburista sabiex ilaqqa' l-parlament b'urġenza fir-recess dwar il-bejgħ ta' l- ishma tal-Mid-Med Bank kienet tintlaqa'.", "Hawnhekk l-Onor.", "Attard Montalto qed juri biċ-ċar li ma jaqbilx mad- deċiżjoni ta' l-Onor.", "Alfred Sant u qal li forsi jkun għaqli jekk jerġgħu jaħsbuha.", "Jiġifieri llum mhux il-gvern biss qed jgħid li għamlu żball li ma aċċettawx dik il-proposta imma anke deputat Laburista stess qed jgħid li ma kenitx deċiżjoni tajba.", "Dawn l-argumenti, Sur President, juru kemm għandna oppożizzjoni distruttiva.", "L-intenzjoni ewlenija tagħhom hi li jaħlu l-ħin tal-gvern.", "Hawn bilfors ikolli nfakkar li bejn l-1987 u l-1992 l- Avukat Karmenu Mifsud Bonnici wkoll kien mexxa oppożizzjoni distruttiva u meta waslet l-elezzjoni ta' l-1992 ġarrab telfa akbar milli kien ġarrab fl- 1987.", "Jien nagħlaq billi ngħid li dawn il-pantomini u t-teatrini li qed tagħmel l-oppożizzjoni, inkluż din il-mozzjoni ta' sfiduċja, huma biss strateġija biex tipprova taħbi u taljena lin-nies mill-inkwiet intern li għaddej minnu l-Partit Laburista taħt it-tmexxija ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "(Interruzzjonijiet) Din hija biss tattika ta' aljenazzjoni u huwa għalhekk li jien ngħid li din il-Kamra m'għandhiex tivvota favur din il-mozzjoni.", "Grazzi ħafna.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iva, Sur President, illum qed nitkellmu fuq mozzjoni ta' sfiduċja kemm fl-iSpeaker kif ukoll fid-Deputy Speaker, pero' li kieku kien possibbli din in-naħa tal-Kamra kienet tagħmel ukoll vot ta' sfiduċja fil-whip tan-naħa tal-gvern!", "(Interruzzjonijiet) Xorta se nibqgħu ħbieb pero' jkolli nistqarr li d-diskors li għamel il-ħabib tiegħi tan-naħa l- oħra jikkonferma kemm m'huwiex qed jaqdi dmirijietu sew bħala whip.", "Kien ikun aħjar kieku flok joqogħdu jġibu ħafna skużi sabiex jiġġustifikaw in- nuqqas tagħhom, ċertu diskors ma jgħiduhx.", "Apparti dan, Sur President, din il-mozzjoni li għandna quddiemna ġġiegħlna naħsbu ftit fuq x'għandu jkun ir-rwol ta' l-iSpeaker u tad-Deputy Speaker.", "Suppost hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li d-dmir ta' min jippresjedi huwa lejn il-parlament, jiġifieri lejn il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nasal biex ngħid ukoll li min jippresjedi qiegħed hemm b'mod partikolari sabiex jiddefendi u jħares id-drittijiet tal-minoranza.", "Fl-idea tiegħi dan huwa sens komun għaliex jista' jkollok gvern li għax ikollu maġġoranza - u ovvjament jekk il-maġġoranza tkun kbira, aktar ikun hemm dan il-periklu - jista' jibda jaħseb li kapaċi jgħaddi minn fuq ras kulħadd.", "Sfortunatament dan il-gvern diversi drabi għażel li jimxi b'dan il-mod u ħafna drabi wkoll kellha tkun il-pressjoni ta' l-oppożizzjoni flimkien ma' l-opinjoni pubblika biex il-gvern joqgħod pass lura.", "Sur President, kellna wkoll diversi statements li fihom ċertu ammont ta' arroganza u li jirriflettu nuqqas ta' rispett lejn l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, partikolarment tal-parlament.", "Fost dawn kien hemm anke statement fil-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.", "Minħabba din it-tip ta' arroganza, aktar u aktar tinħass il-ħtieġa li l-iSpeaker u d-Deputy Speaker iżommu r-riedni u l-bilanċ meħtieġ.", "Tajjeb illi wieħed jgħid ukoll, Sur President, li l-quorum huwa responsabbilta' tal-gvern li jifformah, allura bilfors toħroġ il-mistoqsija lejn minn hija l-lealta' ta' min ikun qiegħed jippresedi minħabba d-deċiżjonijiet żbaljati li jkunu ttieħdu.", "Sur President, kulħadd jaqbel li ilu li wasal iż-żmien li l-iStanding Orders jiġu emendati iżda sakemm jibqgħu hemm dawn huma validi u għandna nimxu magħhom.", "Sakemm ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra għandna nkunu konsistenti ma' l-istanding orders u mhux meta jaqblilna nirriferu għalihom u meta ma jaqblilniex qishom ma jeżistux u noqogħdu ngħidu li huma skaduti.", "Min jippresedi għandu jara li jkun id-difensur tagħhom kontinwament u mhux jara biss dak li jaqbel lill-gvern.", "Issa meta ma kienx hemm quorum, id-Deputy Speaker li ħa d-deċiżjoni u l-iSpeaker - li refa' fuq spallejh id-deċiżjoni - messhom imxew ma' l-iStanding Orders, anke' jekk dawn huma skaduti.", "Dawn ma kellhomx triq oħra ħlief li jaġġornaw għall-Ħamis.", "Sur President, min ikun qed jippresedi jrid jinsa' wkoll il- fehmiet politiċi tiegħu.", "Meta jkun fis-Sedja l-irwol tiegħu jinbidel.", "Is- siġġu ta' l-iSpeaker qiegħed fin-nofs bejn iż-żewġ naħat mhux għax ma kellhomx fejn ipoġġuh iżda sabiex min jokkupa din il-kariga jinqata' minn kull naħa tal-Kamra u jara l-affarijiet b'mod oġġettiv u b'nuċċali differenti.", "Nixtieq ngħid ukoll li hija ħaġa normali li l-oppożizzjoni ssejjaħ quorum.", "Dan huwa dritt tagħha u m'għandniex noqogħdu ngħidu li l-quorum jissejjaħ spiss u li aħna rridu naħlu l-ħin.", "Huwa d-dritt ta' l- oppożizzjoni li b'mod demokratiku tuża' l-armi li għandha skond l-iStanding Orders.", "Wieħed ma jistax joqgħod jgħid li l-oppożizzjoni ma jmesshiex toqgħod tuża dan id-dritt.", "Biżżejjed is-Sedja ħafna drabi mhijiex tħares biżżejjed l-interessi ta' l-oppożizzjoni.", "Isiru ħafna diskors illi l- oppożizzjoni ma turix rispett lejn is-Sedja.", "Dan m'hu veru xejn, anzi minn naħa tagħna aħna nixtiequ li s-Sedja jkollha r-rispett ta' kulħadd u mhux isservi ta' pupu f'idejn il-gvern.", "Huwa l-gvern li ma jirrispettax lis- Sedja għax lil din għamilha pupu u dan ifisser li l-gvern ukoll għandu jagħmel eżami tal-kuxjenza u jara kif qed jittratta lis-Sedja.", "Fil-preżent is-Sedja qed tiġi wżata mill-gvern sabiex jipprova jgħatti n-nuqqasijiet tiegħu bħala gvern u n-nuqqas ta' interess illi qed juri fil-parlament.", "Dan il-fatt jixhduh ukoll il-ftit diskorsi li jagħmlu l-membri min-naħa tal- gvern.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li r-rispett jinkiseb billi wieħed ikun imparzjali fid-deċiżjonijiet tiegħu.", "Ir-rispett trid taħdem għalih għax dan ma jiġix awtomatikament.", "Ma jiswa xejn illi ngħidu diskors sabiħ, bħal dak illi ntqal fl-okkażjoni tas-Sette Giugno, jekk imbagħad dak id-diskors ma jiġix imqiegħed fil-prattika.", "Ħaġa ta' l-iskantament, ma' l-ewwel opportunita' li nqalgħet il-miżien għal darb' oħra reġa' xaqleb lejn in- naħa tal-gvern u allura jidher ċar li s-Sedja fil-preżent qed tħares biss lejn l-interessi ta' naħa waħda tal-Kamra.", "Ġrajjiet bħal dawn ma jgħinux sabiex ikun hemm relazzjonijiet tajba bejn membri parlamentari.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jagħmel riferenza għad-diskors li għamel l-Onor.", "Anton Tabone fis-Sette Giugno.", "F'paġna 4 ta' dan id-diskors l-iSpeaker tkellem b'mod qawwi fuq is-sens ta' valuri.", "Huwa diskors sabiħ u kulħadd jaqbel miegħu pero' l-ġrajjiet illi jiġru f'din il-Kamra jnaqqsu dan l-ispirtu bejn il-membri.", "Aħna qegħdin hawnhekk għax tellagħna l-poplu u għax irridu naħdmu fl-interess ta' pajjiżna.", "Huwa veru li l-ideat u l-ħsebijiet tagħna huma differenti imma minkejja dan ir-relazzjonijiet bejnietna għandhom ikunu relazzjonijiet tajbin.", "L-istejjer li jinqalgħu f'dan il-parlament inaqqsu flok iżidu din ir-relazzjoni tajba.", "L-iSpeaker qal ukoll li l-parlament irid isir istituzzjoni indipendenti mill-amministrazzjoni tal-ġurnata.", "Issa dan kellu opportunita' sabiex juri li l-parlament mhuwiex pupu f'idejn il-gvern imma din tilifha.", "Jekk verament kien jemmen li l-parlament għandu jsir istituzzjoni indipendenti, allura kellu jieħu deċiżjonijiet li jirriflettu dik l-indipendenza u mhux iservi ta' pupu f'idejn il-gvern tal-ġurnata.", "L-iSpeaker Tabone fis- Sette Giugno għamel diskors li wieħed ta' min ifaħħru pero' meta niġu għall- prattika mbagħad insibu ħafna lakuni u ħafna diffikultajiet.", "Proprju lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu, l-iSpeaker qal illi jixtieq li r- responsabbilta' u l-piż li waqgħu fuqu f'Ottubru jibqa' jġorrhom b'umilta' u b'impenn sakemm jibqa' jokkupa din il-kariga.", "Jiena ngħid li barra li jġorr il-kariga li għandu b'umilta' u b'impenn jeħtieġ ukoll illi jaqdi l- funzjonijiet tiegħu ta' Speaker.", "Ovvjament dan għandu jgħodd ukoll għad- Deputy Speaker.", "Barra li jaqduhom b'umilta' u b'impenn, l-iSpeaker u d- Deputy Speaker iridu jaqdu dawn il-funzjonijiet b'imparzjalita', b'ġustizzja, b'osservanza tar-regolamenti u f'atmosfera ta' demokrazija parlamentari.Nirringrazzjak, Sur President.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Sur President, biex żgur inkun ikkwotajt l-editorjali ta' \"The Times\", jiena rrid ngħid li din il-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni hija \"a storm in a teacup\".", "Jekk l-aħħar darba l- mozzjoni kienet frivola, din tal-lum hija frivola doppjament.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-raġunament tal-membri li tkellmu, malajr jinduna li dan huwa bbażat fuq diversi premessi foloz.", "Ejjew naraw x'inhu l-argument ta' l- oppożizzjoni.", "Dawn qalu li s-Sedja hija parti mill-gvern u ma kkonsidrawx id-deċiżjoni tas-Sedja bħala deċiżjoni li jista' wieħed jaqbel jew ma jaqbilx magħha.", "Ikkonsidraw dik id-deċiżjoni bħala parti minn pjan djaboliku sabiex min ikun qed jippresjedi l-Kamra jiffavorixxi lill-gvern.", "Issa jiena ma nafx kif wieħed jista' joqgħod jagħmel pjan djaboliku bħal dan meta d-Deputy Speaker lanqas biss kien jaf li kien se jissejjaħ quorum u iktar u iktar lanqas seta jkun jaf li ma kienx se jkun hemm quorum lanqas meta jidħol lura fil-Kamra.", "Fejn ġie ffavorit il-gvern bir-ruling tad-Deputy Speaker?", "L-argument li ġabu hu li suppost il-Kamra aġġornat għall-Ħamis.", "Issa dan il- parlament ilu ma jiltaqa b'mod regolari l-Ħamis xi tlettax-il sena.", "Qalu wkoll li kieku ltaqa' l-Ħamis - kollox bil-kieku! - suppost li kellha tiġi diskussa private member's bill.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-iStanding Orders - anzi mhux qed nikkwotaw l-Erskine May kif kien isir fil-leġislatura l-oħra, għax dan imur kontra l-iStanding Orders! - dawn jgħidu li mhux kull Ħamis ikun dedikat għax-xogħol tal-membri privati.", "Skond l-iStanding Orders, Ħamis ikun għal private members u l-Ħamis ta' wara tiġi diskussa l-aġenda tal-gvern.", "Peress li fl-aħħar seduta li saret il-Ħamis il-Kamra ddiskutiet mozzjoni ta' l-oppożizzjoni, mela allura kieku l-Kamra ltaqgħet il-Ħamis li għadda kien jieħu preċedenza x-xogħol tal-gvern.", "Dan ifisser li konna nkomplu xorta waħda niddiskutu r- riżoluzzjoni tal-kunsill lokali.", "L-argument prinċipali ta' l-oppożizzjoni kien li s-Sedja, bi pjan djaboliku deċiż minn ħafna jiem qabel, ħadet din id-deċiżjoni apposta biex xi mozzjoni li għamel xi membru ta' din in-naħa ma tiġix diskussa.", "Sur President, l-aħħar darba nafu fuq xiex kienet il-mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker.", "Dan ma ħalliex nies jaqbżu hawnhekk biex isawtuna, jew inkella daħal fil-Kamra fis-6.30 p.m. biex jevita l-ħin tal-mistoqsijiet - hekk kien isir fi żmien l-amministrazzjoni Laburista tas-snin tmenin - imma għaliex il-parlament ma waqafx f'nofsinhar imma baqa' sejjer sad- 9.00 p.m. Dawn in-nies li llum qalu li hawn nuqqas ta' interess dakinhar ikkritikaw l-iSpeaker sal-punt li għamlu mozzjoni ta' sfiduċja għax flok qassar il-ħin tad-dibattitu żiedu.", "Veru ma tista' tirbaħ qatt ma din l- oppożizzjoni!", "Tiddeċiedi x'tiddeċiedi dejjem se taqla' mozzjoni ta' sfiduċja.", "Il-fatt hu li l-oppożizzjoni riedet mill-ewwel tgħid le.", "Din talbet division fuq in-nomina ta' l-iSpeaker - u naħseb li ilha ma tintalab division fl-ewwel seduta xi għoxrin sena - u talbet division oħra fuq in- nomina tad-Deputy Speaker.", "Jiġifieri mill-ewwel stajna naraw x'kien ġej min- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Dawn qalu li tagħna huwa gvern illeġittimu u allura opponew għan-nomina ta' l-iSpeaker, għad-Deputy Seaker u opponew ukoll għan-nomina ta' Deputy Chairman tal-kumitati.", "Għal snin twal, kienet min kienet l-amministrazzjoni, dawn il-karigi dejjem ġew eletti mingħajr sejħa għal division, anke jekk mhux bil-kunsens ta' l-oppożizzjoni.", "U x'kienet l-iskuża?", "Qalu li ma ġewx ikkonsultati fuq in-nomina ta' l-Onor.", "Anton Tabone.", "Issa ejja nkunu serji magħna nfusna.", "Fl-aħħar leġislattura jiena sirt naf li se tiġi nominata Speaker in-Nutar Myriam Spiteri Debono mill-gazzetta \"l-orizzont\".", "Jiġifieri ejja ma noqogħdux nilagħbuha ta' l-anġli u ngħidu li fi żmienkom l-iSpeaker saret b'konsultazzjoni ma' l-oppożizzjoni Nazzjonalista!", "(Interruzzjonijiet) Qabel ma ġie l-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien biex jiddiskuti magħkom fuq in-nomina ta' l-iSpeaker, f'\"l-orizzont\" kien diġa' tħabbar l- isem u ntqal li n-Nutar Spiteri Debono kienet se tkun l-ewwel mara li se tkun President tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed nikkritika dik l- għażla imma issa toqgħodx tgħidli li intom ivvotajtu kontra l-ħatra ta' l- Onor. Tabone għax ma saritx konsultazzjoni ħlief li l-Prim Ministru qalilkom li l-intenzjoni tal-gvern hija li jiġi nnominat Speaker Anton Tabone.", "Intom l-istess għamiltu jekk niġu f'dan. (interruzzjonijiet) Issa jekk għandniex naslu għaż-żmien illi nbiddlu kollox fl-elezzjoni ta' l- iSpeaker wieħed jara.", "Jekk se tagħmilha b'maġġoranza ta' żewġ terzi biex jitla' u ma jkunx hemm qbil x'nagħmlu, nibqgħu bla Speaker?", "Mingħajr ċerti uffiċjali oħra forsi wieħed jista' jgħaddi imma mingħajr Speaker wieħed ma jistax jgħaddi.", "Sur President, jiena nixtieq infakkar x'kien ġara l-aħħar darba li nqalgħet il-kwestjoni tal-quorum.", "Mhux se ngħid dan biex niddefendi l- passat tagħna imma saru ċerti allegazzjonijiet li rrid nirrispondihom.", "Safejn naf jien din tal-quorum fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari qamet darbtejn, waħda f'Diċembru ta' l-1997 waqt id-diskussjoni tal-budget u l- oħra bħal-lum ġimgħa.", "F'Diċembru ta' l-1997 din il-kwestjoni nqalgħet għaliex l-Onor.", "Ċensu Galea, dak iż-żmien whip, qam biex jagħmel domanda f'isem membru ieħor ta' l-oppożizzjoni u kien hemm xi ħadd min-naħa tal- gvern li qal: Ara, mela ma ġiex dak il-membru ta' l-oppożizzjoni biex jistaqsi d-domanda hu!", "Naturalment l-Onor Galea qal: Mela ħa naraw kemm hawn membri tal-gvern!", "U sejjaħ quorum.", "F'dak il-mument ma kienx hemm quorum.", "Issa dik kienet diskussjoni tal-budget, kien is-Sibt filgħodu u konna se niddiskutu l-ministeru tas-saħħa.", "Issa dik toħloq komplikazzjonijiet ħafna aktar ta' meta għandek terġa' tiltaqa' u kieku ridna nkunu kattivi, stajna nkunu kattivi.", "Tant hu hekk li dak il-ħin stess il-whip Joe Mizzi ġie jħabbat għax induna bil-problema li qamet, iktar u iktar meta dan xtaq li niltaqgħu fis-2.00 p.m. u l-iSpeaker ma aċċettatx.", "Minkejja dan kollu l-oppożizzjoni kienet aċċettat li ssib il-ħin biex issir is-seduta.", "Kieku riedet timxi bil-punt u l-virgola kienet tgħid li ġaladarba hemm il-mozzjoni proċedurali dwar il-budget, din is-seduta ssir wara l-programm tal-budget kollu.", "U naħseb dakinhar il-gvern kien ħa tagħlima għax imbagħad beda roster dwar min għandu jkun preżenti fil-Kamra.", "Imma l-Erbgħa li għaddew mhux hekk ġara.", "L-oppożizzjoni ma kenitx kuntenta li rebħet dik il-battalja żgħira.", "Dakinhar fis-Super 1 u fil-gazzetti kollha tgħidx kemm damu jgħidu li ma kienx hemm quorum.", "Insomma, ġara bħalma ġara meta kienu fil-gvern huma.", "Sur President, ħaġa li ma nistax nifhem jien hi kif dan ir-ruling tad- Deputy Speaker weħel bih l-iSpeaker ukoll.", "Issa fl-ittra li kiteb lill- Onor. Alfred Sant, kulma qal l-iSpeaker kien li hu ma kienx qed jippresjedi, id-deċiżjoni ħadha l-Onor.", "Michael Bonnici imma hu jqisha bħala deċiżjoni korretta.", "Qal ukoll li fi kwalunkwe każ issa ttieħdet deċiżjoni, l-aġġornament sar għat-Tnejn ta' wara u bħala Speaker m'għandu l- ebda poter bil-liġi jew bil-kostituzzjoni li jbiddel ruling ta' min kien qiegħed jaġixxi għan-nom tiegħu.", "Fil-fatt dak il-mument id-Deputy Speaker kien qisu l-iSpeaker Wara li ttieħdet dik id-deċiżjoni u wara li l-Onor.", "Mizzi ma qabilx magħha imma aċċettaha...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru m'huwiex korrett għax meta n-naħa tal-gvern ma tatx il-kunsens biex id-Deputy Speaker ikun jista' jidħol ġewwa biex jikkonsulta ruħu, jien imbagħad qgħadt għad-deċiżjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena mhux qed ngħidlek biex taqbel mar-ruling.", "Allura jekk jiena nitlef kawża nagħmel mozzjoni ta' sfiduċja fl-imħallef?", "(Interruzzjonijiet) Intom kontu tneħħu mħallfin waqt li jkunu qed jisimgħu l-kawżi!", "(Interruzzjonijiet) Imma aħna qatt qatt m'għamilniha din il-ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Imma dan huwa l-abc tad-demokrazija parlamentari.", "Mela nitkellmu favur meta r-rulings ikunu favur tagħna u nitkellmu kontra meta r-rulings ma jogħġbuniex!", "U kieku kienu xi rulings bħal dawk illi ngħataw fil-leġislatura l-oħra forsi kont nifhem.", "Intom qed twaqqgħu għaċ-ċajt il- kwestjoni ta' l-isfiduċja fl-iSpeaker.", "Bħall-istorja tal-lupu se jiġrilkom, għax lanqas ħadd m'hu se jemminkom iktar.", "Mela l-mozzjonijiet ta' sfiduċja fl-iSpeaker isiru hekk!", "Aħna qatt m'għamilna hekk.", "Fil-leġislatura l-oħra kien hemm ruling li addirittura kien jgħid li biex twaqqa' gvern trid mhux maġġoranza ta' wieħed imma maġġoranza ta' tlieta!", "Min tahom dawk ir-rulings?", "L-iSpeaker illi kien hemm fil-leġislatura l- oħra.", "Jiena kont ktibt kontra u tkellimt kontra dak ir-ruling imma qatt m'għaddieli minn moħħi li nressaq mozzjoni ta' sfiduċja.", "U dawn il- kwestjonijiet kienu ferm iktar importanti minn jekk niltaqgħux il-Ħamis jew jekk niltaqgħux it-Tnejn.", "Ruling ieħor li ngħata fil-leġislatura l-oħra kien dwar il-kwestjoni ta' min jista' jressaq mozzjoni bħala private member.", "Dakinhar il-kap ta' l- oppożizzjoni kien indispost u ngħata ruling li jrid jiġi hu personalment biex iressaq private members' motion meta l-iStanding Orders jgħidu ċar u tond li jista' jiġi delegat lil xi ħadd ieħor biex iressaq il-mozzjoni hu.", "Dakinhar ma ressaqna l-ebda mozzjoni ta' sfiduċja.", "Ipprotestajna u ħadna ċerti miżuri minħabba l-attitudni tal-gvern dakinhar pero' ma ressaqna l- ebda vot ta' sfiduċja.", "Jiġifieri kellna fejn inressqu voti ta' sfiduċja.", "Sur President, kważi kważi jiena ġejt akkużat b'konfoffa ma' \"The Times\" dwar kif jinkitbu l-editorjali.", "Jiena onorat li \"The Times\" ikkwotatni għax din saret gazzetta popolari ħafna, fejn anke' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni attwali u ex-ministri jiktbu fiha.", "Jiġifieri billi jikkwotaw lili fl- editorjal qiegħed f'kumpanija tajba.", "Imma din il-mozzjoni ta' sfiduċja hija agħar minn l-aħħar darba għax hi t-tieni waħda u allura hija frivola doppjament.", "Grazzi.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Grazzi, Sur President.", "Kif qal l-Onor.", "George Vella, jiena veru kont appellajt lill-oppożizzjoni biex jagħmlu l-punt u jieqfu hemm billi jirtiraw il-mozzjoni għaliex m'hemmx fuq xiex wieħed ikompli jargumenta.", "Jiena naħseb li fuq din il-mozzjoni jien għandi nirrepeti dak il-messaġġ u nagħmlu iktar b'saħħtu u se nispjega għaliex.", "Jiena segwejt b'attenzjoni l-ispjegazzjoni li ta l-Onor.", "Vella biex jiġġustifika l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-konfront ta' l-iSpeaker u tad- Deputy Speaker u ppruvajt anke nniżżel noti dwar il-motivazzjoni għalfejn din il-mozzjoni qegħda titressaq.", "Skond in-noti li ħadt jirriżultali li l- Onor. Vella qed jgħid li huma m'għandhomx fiduċja fl-iSpeaker u fid-Deputy Speaker għaliex kien fl-interess tan-naħa tal-gvern illi d-deċiżjoni tittieħed kif ittieħdet.", "Imbagħad l-Onor.", "Membru kompla jispjega li l- gvern ma qabillux illi l-Kamra tiltaqa' l-Ħamis għaliex kieku ltqajna l- Ħamis kien ikollna niddiskutu l-mozzjoni ppreżentata mill-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando li għandha x'taqsam ma' emenda fil-liġi tal-planning authority.", "Dan hu l-argument kollu.", "Issa jiena lill-Onor.", "George Vella ngħidlu li għandu żball.", "Li kieku ltqajna l-Ħamis dan il-parlament kien ikollu jkompli jiddiskuti r-riżoluzzjoni dwar il-fondi speċjali tal- kunsilli lokali.", "Skond l-informazzjoni li ngħatajt jiena, dan il-parlament iltaqa' l-Ħamis fis-Seduta Nru.50, fl-14 ta' Jannar illi għadda, meta ddiskutejna l-emenda fir-regolamenti dwar finanzi ġenerali.", "Imbagħad erġajna ltqajna l-Ħamis 21 ta' Jannar ta' l-1999 u ddiskutejna mozzjoni fil-konfront tar-rulings li kienu taw id-Deputy Speaker u l-Viċi President tal-kumitati dwar il- kwestjoni tal-present and voting.", "Dan ifisser li l-aħħar Ħamis illi ltqajna konna ddiskutejna xogħol privat u allura skond l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra jmiss li jekk niltaqgħu l-Ħamis niddiskutu xogħol tal- gvern.", "Mela jekk ir-raġuni għalfejn ġabu din il-mozzjoni quddiem din il- Kamra hija bbażata fuq il-fatt li l-oppożizzjoni ħasbet li kellna niddiskutu l-mozzjoni ta' l-Onor.", "Pullicino Orlando, jiena nitlob lill- oppożizzjoni biex jirtiraw din il-mozzjoni.", "Jekk jagħmlu hekk ikunu qed jagħmlu pjaċir lilhom infushom u jkunu qed jagħmlu pjaċir lil din l- istituzzjoni.", "Ladarba din il-mozzoni fil-konfront ta' l-iSpeaker u tad- Deputy Speaker hija mibnija fuq żball, allura s-serjeta' titlob illi wieħed jirikonoxxi l-iżball.", "L-Onor.", "Vella qal li kien hemm l-interess tan-naħa tal-gvern illi d- deċiżjoni tittieħed kif ittieħdet.", "Issa qed jirriżulta li ma kien hemm ebda interess għax, lanqas kieku ried, il-gvern ma setax jinfluwenza dik id- deċiżjoni għaliex il-Ħamis kien imiss li jsir xogħol tal-gvern.", "Li kieku d- Deputy Speaker aġġorna għall-Ħamis, kieku konna niltaqgħu u nkomplu niddiskutu l-vot tal-kunsilli lokali.", "Issa nispera li dan huwa ċar; u jekk dan huwa ċar, allura l-intervent li għamel l-Onor.", "Vella biex jipprova jispjega għaliex qed titressaq din il-mozzjoni kollu jispiċċa jsir duħħan.", "Sur President, nixtieq ngħid żewġ kelmiet mingħajr ma ntawwal wisq fuq il- kwestjoni tal-quorum.", "Din tal-quorum diġa' spegawha l-Onor.", "Mario Galea u l- Onor. Tonio Borg.", "Kemm ilna li bdejna din il-leġislatura, l-oppożizzjoni ma qagħdetx lura milli ssejjaħ għal quorum.", "Sejħet quorum f'diversi seduti, sejħet quorum fil-bidu tas-seduta, sejħet quorom f'nofs is-seduta u sejħet quorum ħames minuti qabel id-9.00 p.m. biex tipprova tilgħab il-logħba tal- qattus u tal-ġurdien biex forsi tagħti gambetta lill-gvern.", "Mela l- parlament spiċċa logħba?", "Kif qal l-Onor.", "Galea, f'żewġ liġijiet il-quorum issejjaħ 32 darba.", "Kull darba s-seduta tiġi sospiża għal ħames minuti u dan ifisser li ħlejna seduta u nofs b'dan il-logħob.", "U għal 32 darba rriżulta li l-gvern kellu quorum hawnhekk.", "Il-gvern kellu l-ministri hawnhekk, kellu d-deputati hawnhekk, ħa sehem fid-dibattiti, ta l-kontribut tiegħu u kien qiegħed hawn il-ħin kollu.", "Din in-naħa tal-Kamra qegħda taqdi d-dmirijiet tagħha, kif inhi mistennija li tagħmel fl-ogħla istituzzjoni ta' dan il- pajjiż.", "Issa ladarba l-gvern minn naħa tiegħu qiegħed jagħmel il-parti tiegħu, kif inhu tenut li jagħmel, din l-istituzzjoni tistenna li anke l- oppożizzjoni tagħmel il-parti tagħha.", "Sur President, fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, l-Onor.", "Mizzi qal illi ministru ma jistax jagħmel mistoqsija għan-nom ta' deputat.", "Min fejn ġabha din?", "Dażgur li ministru jista' jagħmel dan!", "Aħna nirrikonoxxu - u jiena l- ewwel wieħed illi nirrikonoxxi u miegħi din in-naħa kollha - li l-ħin tal- mistoqsijiet huwa ħin importanti, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal- mistoqsijiet supplimentari - tagħmel il-ħin tal-mistoqsijiet jew ma tagħmlux, tweġiba tingħata dejjem - għaliex huwa importanti li membru jkollu l-opportunita' li jagħmel mistoqsijiet mingħajr avviż.", "Issa din il- Kamra taf li dan il-parlament għamel snin twal jiltaqa' fis-6.30 p.m. Il- prattika f'dan il-parlament qabel kienet li l-Iskrivan tal-Kamra jistenna sakemm ikun hemm quorum qabel ma jsejjaħ lill-iSpeaker.", "Anke fiż-żmien illi jiena għamilt nippresjedi komplejna b'din id-drawwa.", "Minħabba f'hekk ma kienx jittieħed il-ħin tal-mistoqsijiet pero' tul iż-żmien din is-sistema' biddilniha għax irrikonoxxejna li kellna nagħmlu użu aħjar mill-ħin tal- mistoqsijiet.", "Aħna nafu li ġeneralment fil-ħin tal-mistoqsijiet isiru l- ewwel tliet mistoqsijiet jew erbgħa u jekk ministru jkollu interpellanza ma' l-ewwel ħamsa jew ma' l-ewwel għaxra, dan jiġi ppreparat hawnhekk biex iwieġeb anke għal mistoqsijiet supplimentari li ma jkollhom x'jaqsmu xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "Allura għalfejn qed nirriduċu l-ħin tal- mistoqsijiet anke għal din is-sitwazzjoni?", "Dan it-tip ta' logħob fl- opinjoni tiegħi ma jagħmel ġieh lil ħadd.", "Aħna sal-lum għandna regola - u din mhux miktuba mkien, ma tirriżulta mill-ebda iStanding Order - li fil- ħin tal-aġġornament kulħadd ikun jista' jagħmel l-intervent tiegħu bil- liberta' kollha.", "Allura għaliex għandna nipperikolaw dawn is- sitwazzjonijiet billi noqogħdu nużaw sejħa għal-quorum li fl-aħħar mill- aħħar hija miżura biex tfixkel il-parlament?", "Sur President, aħna nsegwu parlamenti oħrajn u nitgħallmu mill-eżempji tajbin ta' parlamenti oħrajn.", "Jiena qgħadt nara x'għamlu fil-House of Commons.", "Fil- Commons kellhom din ir-regola bħal tagħna imma ilhom mill- 1971 li neħħewha.", "Dawn mhux talli neħħewha talli issa għandhom regola li tgħid li fl-ebda ħin ma jista' jsir l-għadd tal-membri fil-Kamra.", "L-unika regola li fadlilhom fil-House of Commons hi li jekk tissejjaħ division u jkun hemm inqas minn erbgħin ruħ li jieħdu sehem fiha, allura dik il-liġi partikolari ma tiġix deċiża u tiġi posposta għas-seduta ta' wara.", "Jiena ngħid illi hemm sens anke għall-parlament tagħna li nneħħu din ir-regola.", "Aħna xi rridu?", "Mhux li l-parlament nagħmluh iktar effiċjenti?", "U x'għamilna flimkien fis-snin l-imgħoddija?", "Lil dan il-parlament tajnieh kumitati u tajnieh strutturi ġodda.", "Pero' ħalli niftehmu xi jfisser dan!", "Jiena tajt daqqa t'għajn lill-aġenda tal-bieraħ, Sur President.", "Din kienet tgħid li barra x-xogħol li konna qed niddiskutu fil-Kamra, kien se jiltaqa' wkoll il-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi, kien se jiltaqa' l-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin u kellu jiltaqa' l-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' l-abbozzi ta' liġi.", "Il-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali kien qed jiltaqa' l-bieraħ ukoll.", "Jekk tikkonsidra li kull wieħed minn dawn il-kumitati għandu seba' deputati, jirriżulta li għandek 32 deputat okkupati mhux f'din il-Kamra imma fil-kmamar tal-kumitati.", "U allura min jiġi hawn u jara kamra nofsha vojta jien ngħidlu: Skużi, b'liema dritt inti tiġi tikkritika lid-deputati taż-żewġ naħat għax il-bankijiet ikunu vojta?", "Il-bankijiet hawn ġew vojta pero' l-aġenda tal-bieraħ stess turi li kien hemm tliet kumitati għaddejjin.", "U allura aħna m'għandniex naħdmu biex dan il-parlament isir iktar effiċjenti u biex nagħmlu użu aħjar tar-riżorsa umana li għandna hawn ġew?", "Hemm xi ħaġa ħażina jekk hawnhekk naraw bankijiet vojta meta d- deputati jkunu qegħdin fil-kumitati tal-parlament?", "Aħna mhux għalhekk għamilnihom dawn il-kumitati?", "Sur President, naħseb li f'dawn iċ- ċirkostanzi u f'din is-sitwazzjoni li qegħdin fiha jkun għaqli li nirriflettu ftit fuq il-kwestjoni tal-quorum u dwar jekk għandniex inħalluha bħala xi logħba li tista' tintuża' biex tagħti l-gambetti 'l hawn u 'l hemm.", "Nixtieq ngħid żewġ kelmiet ukoll fuq din il-mozzjoni ta' sfiduċja fi tnejn min-nies.", "Din għalija hija stramberija.", "X'inhu l-argument kollu fil- konfront tad-Deputy Speaker?", "L-argument huwa għaliex qed jgħidu li d- Deputy Speaker messu aġġorna għall-Ħamis minflok li aġġorna għat-Tnejn.", "Issa l-punt kardinali huwa li fis-seduta ta' l-Erbgħa, meta qamet din il- kwestjoni kollha, l-Onor.", "Mizzi - u dan jirriżulta' mit-transcript - aċċetta d-deċiżjoni ta' min kien qed jippresjedi.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor Mizzi on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Gonzi ma kienx hawn dak il-ħin imma jiena kont qiegħed hawnhekk u nista' ngħidlu x'ġara.", "In-naħa tal-gvern ma aċċettatx li d-Deputy Speaker jidħol jikkonsulta ruħu imma minn dan ma nstema' xejn għax kien hemm il-microphone mitfi.", "Minħabba f'hekk jiena bilfors kelli noqgħod għal dik id-deċiżjoni.", "Anzi jiena għedt li xorta ma naqbilx mad-deċiżjoni pero din mhijiex imniżżla fit-transcript.", "(Interruzzjonijiet).", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ikompli l-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Anke' b'dan il-point of order, l-Onor.", "Mizzi qed iwaqqa' l-ġebla fuq saqajh.", "Dan il-point of order juri li qagħad għal dik id-deċiżjoni u jiena se nikkwota mit-transcript.", "Jekk hawn xi ħaġa ħażina fit-transcript, nitlob lill-Onor.", "Mizzi imur jgħid lill-Clerk jew inkella jmur jerġa' jiċċekkja t-tape recordings.", "Dan qal hekk:", "\"Mela ġaladarba diġa` ħadt id-deċiżjoni tiegħek m'hemmx għalfejn noqogħdu nistennewk tagħti ruling u jien se noqgħod għal din id- deċiżjoni.\"", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nistgħu niċċaraw - għal min qed jismagħna - li fit-transcript ikun hemm biss dak li jintqal fil- microphone?", "Naqblu li jekk il-microphone ikun mitfi ma jiġi rrekordjat xejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, naqblu.", "Fit-transcript hawn miktub dak li qal l-Onor.", "Mizzi u mhux x'għedt jien jew xi ħadd minn din naħa.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemmhekk hemm miktub dak li qal l-Onor Mizzi waqt illi kellu l-microphone mixgħul; dak li qal waqt illi kellu l-microphone mitfi mhux qiegħed miktub.", "Tajjeb illi ngħidu, for the record, illi hawn min jista' jagħti xhieda li l-Onor.", "Mizzi qal affarijiet oħra imma ma nstemax għax ma kellux il-microphone mixgħul.", "ONOR.", "MEMBRU: Anzi allajbierek, leħnu jwassal!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma ġara xejn.", "Hu x'inhu l-punt minn dik in-naħa, jibqa l-fatt li d-Deputy Speaker kien dispost li jissospendi s-seduta ħalli jagħti ruling, pero' mbagħad l-Onor.", "Mizzi ħa pożizzjoni u allura l-Onor.", "Bonnici aġġorna għat-Tnejn.", "L-argument kollu jieqaf hawn u allura l- mozzjoni ta' sfiduċja fil-konfront tad-Deputy Speaker ma tagħmilx sens għax l-Onor.", "Bonnici ta deċiżjoni u din ġiet aċċettata.", "Issa nixtieq nagħmel żewġ kelmiet fuq il-mozzjoni ta' sfiduċja fil- konfront ta' l-iSpeaker.", "Il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-konfront ta' l-Onor.", "Anton Tabone hija mibnija fuq argument żbaljat li għamel l-Onor.", "George Vella pero' hija mibnija wkoll fuq l-ittra li bagħat il-Kap ta' l- Oppożizzjoni lill-iSpeaker.", "L-aħħar paragrafu ta' din l-ittra datata 9 ta' Ġunju jgħid hekk:", "\"Ghalhekk, permezz ta' din l-ittra, l-Oppożizzjoni Laburista qed titolbok biex bħala materja ta' urġenza tieħu l-passi meħtieġa ħalli ssejjaħ il-Kamra għal laqgħa għada l-Ħamis filgħaxija biex tiddiskuti l-mozzjonijiet pendenti tal-membri privati.\"", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu li l-iSpeaker ma setax ilaqqa' l- parlament il-Ħamis biex jiddiskuti l-mozzjonijiet pendenti tal-membri privati.", "Anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel l-istess żball li għamel l- Onor. George Vella fl-argumentazzjoni tiegħu fil-bidu ta' din is-seduta.", "Kieku l-iSpeaker ordna li s-seduta ssir il-Ħamis kieku kien ikollu jsir xogħol tal-gvern.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ammettu li żbaljajtu, kulħadd jiżbalja!", "Hemm bżonn ta' daqsxejn umilta'.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-argument m'huwiex l-applikazzjoni ta' xi standing order partikolari.", "L-isfiduċja hija motivata, fis-sens li l-oppożizzjoni qed tgħid li l-iSpeaker u d-Deputy Speaker qegħdin f'xi konfoffa mal- gvern.", "X' fissazzjoni!", "Din hang-up li l-oppożizzjoni jaqblilha toħroġ malajr kemm jista' jkun minnha għax qed tkun inġusta magħha nnifisha u qed tkun inġusta wkoll mal-bqija tal-membri ta' din il-Kamra.", "Jiena ngħid li l-motivazzjoni kollha ta' din il-mozzjoni ta' sfiduċja fil- konfront ta' l-iSpeaker u fil-konfront tad-Deputy Speaker hija żbaljata u naħseb li kwestjonijiet ta' mozzjoni ta' sfiduċja għandna nagħmluhom b'ċerta serjeta'.", "La din kienet kwestjoni ta' ruling wieħed seta' jagħmel mozzjoni biex jikkontesta r-ruling, bħalma sar anke fil-passat.", "L- oppożizzjoni wżatu dan il-metodu pero' llum għażlet li tieħu dan il-pass u rrid nenfażizza li mozzjoni ta' sfiduċja fil-konfront ta' Speaker u Deputy Speaker hija xi ħaġa serja u m'għandhiex tintuża.", "La fl-istorja ta' dan il-parlament u lanqas fl-istorja ta' 700 sena fil-House of Commons qatt ma saret mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker u fid-Deputy Speaker f'daqqa bil- kumplikazzjonijiet li jkollna naraw min se jippresjedi u li noqogħdu naraw xi tgħid il-kostituzzjoni dwar dan.", "Din qatt ma saret fl-istorja mhux ta' pajjiżna biss imma anke ta' pajjiżi oħrajn.", "Allura jiena nagħlaq billi nagħmel l-istess appell bħalma għamilt id- darba l-oħra.", "Il-punt sar, l-argument sar, irriżulta li huwa mibni kollu fuq żball u allura din il-mozzjoni għandha tiġi rtirata.", "Jekk ma tiġix irtirata allura nieħdu vot u ma jkun ġara xejn.", "F'dak il-każ din il-Kamra tesprimi, għal darb'oħra, il-fiduċja sħiħa tagħha f'min qed jippresjedi għax dan qiegħed japplika r-regoli kif għandu japplikahom.", "Jiena nappella lill-Kamra biex jekk tiġi għal vot, din il-ozzjoni tiċħadha.", "Nirringrazzjak", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena niskanta kif l-Onor.", "Gonzi llum qed jikkwota ċerti affarijiet li meta kien Speaker hu - u anke meta kien fl- oppożizzjoni ftit ta' żmien ilu - kien jikkwotahom bil-kontra.", "Ħalli nibda l-ewwel biex ngħid x'ġara nhar l-Erbgħa.", "Dakinhar jiena ġejt hawnhekk biex nagħmel xogħli, saru l-ewwel żewġ mistoqsijiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni u t-tielet waħda kienet min-naħa tal-gvern.", "Meta ġejna għat-tielet mistoqsija li kienet tidher fuq l-order paper ma kien hawn l-ebda backbencher min-naħa tal-gvern biex iqum jagħmel id-domanda u qam l-Onor.", "Michael Refalo biex jagħmel il-mistoqsija hu f'isem l-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "Jien ġbidt l-attenzjoni li mhux sewwa li nirredikolaw il-parlament b'dan il-mod.", "Jiena m'għedtx li din il-ħaġa tmur kontra r-regolamenti imma għedt li m'għandhiex issir.", "L-Onor.", "Gonzi jħobb jikkwota l-Erskine May imma jiena mort fuq kotba oħra li ġew ikkwotati f'dan il-parlament ħa nara x'jgħidu.", "Jekk tmur għas- seventh edition tad-de Smith - Constitutional and Administrative Law - f'paġna 16 issib li:", "\"The political arm of the executive branch of government is recruited from and located within parliament and the cabinet is collectively responsible to parliament and the House of Commons in particular.\"", "Fl-istess paġna jgħid:", "\"The obligation of public unanimity flows from the doctrine of collective responsibility.\"", "X'jgħid dwar il-membri tal-kabinett?", "Ir-rabta li tiddistingwihom minn membri oħra tal-parlament hija r-responsabbilta' kollettiva li tgħaqqad u tiġbor flimkien dawk il-membri parlamentari li jifformaw il-kabinett.", "L- istess awtur jgħid li l-post fejn ministru jagħmel il-mistoqsijiet huwa l- kabinett u jkompli jgħid li l-prinċipju tar-responsabbilta' kollettiva jimmanifesta ruħu fl-unanimita' bejn il-membri ta' l-eżekuttiv fil-pubbliku dwar l-oqsma li jaqgħu taħt l-istess eżekuttiv.", "Ir-responsabbilta' kollettiva u l-unanimita' fil-publiku huma l-bażi wkoll ta' dak li dejjem aċċetta dan il-parlament - u parlamenti oħra b'sistema kostituzzjonali bħal tagħna - li ministru jista' jirrispondi għal u minflok ministru ieħor.", "Din tiġri spiss u din qiegħda fil-kostituzzjoni.", "Issa jien nixtieq nistaqsi: Fejn qatt rajna ministru jqum jagħmel mistoqsija għal xi membru ieħor li m'huwiex ministru?", "Semmili f'liema parlament.", "Meta membru ma jkunx preżenti u ssir mistoqsija, skond l-Erskine May l-iSpeaker irid jgħaddi għall-mistoqsija li jmiss imma mhux hekk jiġri.", "Għalhekk jien nistaqsi jekk dik kenitx injoranza li tħalliet issir jew inkompetenza grassa jew inkella partiġġjaniżmu.", "Nista' nfakkar x'kien ġara taħt l-amministrazzjoni Laburista meta l-Onor.", "Louis Buhagiar kien qam biex jagħmel mistoqsija f'isem ħaddieħor u dakinhar kien qam l-Onor.", "Tonio Borg u qal - u se nikkwota -:", "\"Membru ta' l-eżekuttiv jista' jagħmel domanda lill-eżekuttiv?\"", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Point of order, il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jien niftakru dan il-każ.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Tonio Borg, il-ministru ma jistaqsix lil ministru ieħor fuq l-operat tal-gvern.", "Fil-każ li kellna l-ġimgħa l-oħra ministru għamel domanda f'isem deputat.", "L-Onor.", "Mizzi għamel żmien ministru u jmissu jafu dan.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma dan mhuwiex point of order!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Point of explanation.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Aħjar titlob il-permess ħalli nimxu mar-regolamenti.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma ġara xejn, ibqa' għid il-ħmerijiet!", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Inżommu l-ordni.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Buhagiar kien aċċetta li ma jagħmilx il- mistoqsija.", "Imma ħalli nirriferih issa għal artiklu 79(2) tal- kostituzzjoni.", "Dan l-artiklu jgħid hekk:", "\"Il-kabinett ikollu d-direzzjoni ġenerali u l-kontroll tal-Gvern ta' Malta u jkun responsabbli kollettivament dwar hekk lejn il-parlament.\"", "Imkien ma jsemmi segretarji parlamentari.", "Skond artiku 88 tal- kostituzzjoni, segretarju parlamentari jista' jinħatar biex jgħin lill- ministru u l-Onor.", "Buhagiar seta' għamel mistoqsija imma għax nemmnu fir- responsabbilita' kollettiva dan m'għamilhiex.", "Mela ħalli nkompli ngħid x'ġara.", "Jien kont għedt li mhux sewwa li nirredikolaw l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż pero' l-Onor.", "Michael Refalo xorta baqa' jipprova jilgħabha tal- fidil u biex il-parlament ma jkomplix jiġi rredikolat jiena tlabt għall- quorum.", "Iva, jiena għedt lill-membri ta' din in-naħa biex imorru 'l barra mill-Kamra.", "Wara li għaddew il-ħames minuti reġa' daħal fil-Kamra d-Deputy Speaker, ma sabx quorum, għajjat l-ismijiet u aġġorna.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mario Galea ma kienx hawn, lanqas meta għoddhom!", "Issa tajjeb ngħid li meta jiena għajjat l-ewwel quorum, kien hemm biss ħames membri min- naħa tal-gvern.", "Wara li d-Deputy Speaker reġa' daħal u għal darb'oħra ma sabx quorum, qal li kellna naġġornaw għat-Tnejn u jien din ma qbiltx magħha din id- deċiżjoni.", "Wara li saru xi battibekki, l-Onor.", "Bonnici qal li bil-permess tal-Kamra kien lest imur jerġa' jikkonsidra d-deċiżjoni li ħa imma n-naħa tal-gvern oġġezzjonatlu.", "Minn dan ma nstema' xejn fil-microphone.", "Billi ma ngħatax il-permess, jiena min-naħa tiegħi għedt li dik hi d-deċiżjoni u allura noqgħod għaliha.", "Għedt ukoll li ma naqbilx mad-deċiżjoni pero' kienu laħqu tfew il-microphones.", "ONOR.", "MEMBRU: Hawn jien xhud.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ironija hi li waqt li konna qed niddiskutu l-mozzjoni ta' sfiduċja d-darba l-oħra, l-Onor.", "Gonzi kien qal li:", "\"Irrid ngħid ukoll li l-iSpeaker - mhux issa imma dejjem - meta jiġi biex jieħu deċiżjoni, għandu solljev li f'każ ta' diffikulta' hu jkollu l-istaff tal-parlament li għandhom l-esperjenza u jistgħu jagħtuh pariri f'ċirkostanzi fejn ikollu jagħti ruling jew fejn ikollu jieħu deċiżjoni...\".", "Jiġifieri huwa obbligu ta' l-iSpeaker li jirtira biex jieħu parir pero n- naħa tal-gvern dakinhar oġġezzjonat.", "Din hija l-ironija.", "(Interruzzjonijiet) Iva oġġezzjonaw, nista' ngħidlek jien b'ġurament.", "Naħlef li ma qablux.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Point of order, l-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hawnhekk irrid nirreġistra li mhux veru u ma jirriżulta minn imkien li saret xi oġġezzjoni min-naħa tal-gvern biex id- Deputy Speaker jissospendi s-seduta biex jirrikonsidra d-deċiżjoni tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inti ma kontx hawn imma nista' ngħidlek li saret oġġezzjoni.", "(Għajat)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ippermettili ħalli nagħmel il-point of order.", "L- oġġezzjoni ġiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni għax kieku ssospenda d-Deputy Speaker, kien jilħaq jifforma l-quorum.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Point of order, Sur President.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nistgħu nippreċiżaw li meta dawn il-fatti kienu qed jiġu diskussi, l-Onor.", "Gonzi ma kienx preżenti fil-Kamra?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma kienx preżenti, le.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nistgħu nippreċiżaw li fil-ħin li qamet din il-kwestjoni, kulma kien hawn fil-Kamra preżenti min-naħa ta' l- oppożizzjoni kien l-Onor.", "Mizzi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, dak il-ħin kelli iktar membri hawn.", "(Interruzzjonijiet) Mhu veru xejn.", "Inti taf fejn kienu!", "Mela hemm kienu u qed tikkonferma int stess.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'hu veru xejn li meta qamet din id-diskussjoni li qed nitkellmu dwarha kien hawn biss l-Onor.", "Mizzi fil-Kamra min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Kien hemm membri oħra ta' l-oppożizzjoni fil-Kamra.", "ONOR JOE MIZZI: Kienu ħdejn il-bieb imma l-Onor.", "Gonzi ma setax jarahom.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jiena għandi t-traskrizzjoni ta' l- ismijiet li ssejħu wieħed wieħed.", "L-uniku membru li jirriżulta li kien preżenti fil-Kamra min-naħa ta' l-oppożizzjoni kien l-Onor.", "Mizzi.", "Dan jirriżulta mit-transcript.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħala xhieda li mhumiex imniżżla fit-transcript kien hemm preżenti membri oħra ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħalli jkomplu jikkontradixxu lilhom infushom!", "L-Onor.", "Mario Galea qal li l-Onor.", "Carmelo Abela ġie jsefsifli f'widnejja.", "Ara x'vilta' li jiġu jgħidu dawn l-affarijiet!", "Qalha fuq Radio 101.", "Dik vilta'!", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk jogħġobkom, l-Onor.", "Membri huma mitluba li jżommu l-ordni.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mela biex inżommu l-ordni inti tħares lejn din in- naħa biss?", "U ħallina!", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Onor. Debono Grech, liż-żewġ naħat qed insikket.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mhux veru, mhux veru.", "Trid tgħidilna għamjin issa?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ikompli l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imbagħad bdew iġibu ħafna skużi għaliex il-gvern inqabad bla quorum.", "Bdew jgħidu li dakinhar marru għaċ-ċerimonja tal-wasla mill- Italja tal-Caravaggio.", "Jiġifieri l-ewwel il-Caravaggio u mhux il-parlament!", "Ara meta vvandalizzaw il-Caravaggio bis-sikkina u ħallew biss il-frame f'postu, ħadd minnhom ma mar!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Xi skużi oħrajn beda jġib l-Onor Mario Galea?", "Qal li l-Onor.", "Frederick Azzopardi għandu diżabilita' u allura jdum biex jinżel minn fuq.", "Issa l- Onor. Azzopardi dejjem ikun hawn qablu imma dakinhar ma tfaċċax.", "Dan għall-Onor Galea qatt m'hu miskin, dakinhar biss kien miskin!", "Kummiedji waħedkom!", "Huwa veru li l-Onor.", "Azzopardi normalment ikun fil-ħin imma dakinhar kien żvinturat.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm jaf iġib skużi l- Onor. Galea.", "Sur President, qalu wkoll li din tal-quorum kienet ġrat ukoll meta jiena kont whip tal-gvern u l-oppożizzjoni kienet għajtet ghal quorum fil-ħin tal- mistoqsijiet.", "Dawn qalu li ċ-ċirkostanzi dakinhar kienu aktar serji.", "Ħalli ngħid x'kienu ċ-ċirkostanzi.", "Kont qed nirrispondi l-mistoqsijiet jien u waħda minnhom kienet ta' l-Onor.", "Austin Gatt.", "Jien irrispondejt li dik l- interpellanza kienet tittratta kwestjoni ta' natura kummerċjali imma għedt ukoll li xorta waħda kont se ngħaddi l-informazzjoni, imma l-Onor.", "Ċensu Galea għoġbu jqajjem il-paroli u jiena għedtlu li min għamel il-mistoqsija ma setax kellu x'interess partikolari biex ikollu l-informazzjoni għax lanqas biss kien fil-Kamra!", "Dak il-ħin l-Onor.", "Galea sejjaħ għal quorum u wara li l-Kamra rriżumiet spiċċajna bil-membri neqsin.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa tajjeb li wieħed ikun jaf li wara dak l-inċident, il-parlament ikkummissjona lil xi ħadd indipendenti biex jara x'kien ġara u dan għamel rapport.", "(Interruzzjonijiet) Mir-rapport kien irriżulta li l-qanpiena ta' fejn kien hemm l-uffiċini ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo u l-Onor.", "Karmenu Vella ma ndaqqitx.", "U tafu minn fejn instabet maqtugħa?", "Mill-kamra ta' l- oppożizzjoni!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jiena nista' npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dak ir-rapport bħala evidenza.", "Intqal ukoll li f'dik l-okkażjoni li nqalgħet il-kwestjoni tal-quorum kont ipproponejt li niltaqgħu fis-2.00 p.m. Iva, dik il-proposta jien għamiltha għax kien hemm mozzjoni li tgħid li l-parlament jista' jiltaqa' fis-2.00 p.m. (Interruzzjonijiet) Iżda tajjeb li ngħid ukoll li l-gvern Nazzjonalista mhux darba nqabad bla quorum.", "Dan inqabad darbtejn oħra, inqabad fit-13 ta' Lulju u nqabad ukoll meta l-Onor.", "Gonzi kien Speaker.", "Dakinhar kien hemm mozzjoni li tgħid li l-parlament jista' jiltaqa' filgħodu u filgħaxija, u dakinhar l-Onor.", "Gonzi kien iddeċieda li jiltaqa' filgħaxija.", "Għalhekk jien issoponejt li ladarba l-Onor.", "Gonzi kien għamel hekk, allura aħna wkoll stajna niltaqgħu fis-2.00 p.m!", "Sur President, jiena se nerġa' nikkwota lill-Onor.", "Gonzi bħala Speaker biex nuri l-ipokrezija.", "Dan kien ta ruling fl-1988 fejn kien qal hekk:", "\"Ara, ħalli din il-kwestjoni naqtgħuha darba għal dejjem u l- pożizzjoni tkun cara daqs il-kristall - għax ma rrid nieħu lil ħadd b'sorpriża fuqha - jien jidhirli li skond Standing Order Nru. 8, jekk ikun hemm ħin stabilit fuq l- agenda, il-Kamra għandha tiltaqa' dak il- ħin.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh l-effetti wkoll ta' Standing Order Nru. 11, li jistipula li jekk ma jkunx hemm quorom fil-ħin stipulat is-Sedja għandha ħames minuti cans biex tara li jkun hemm dak il-quorum.", "Jekk dak il-quorum ma jkunx hemm, allura s-Sedja jkollha tieħu l-passi li hemm stipulati f'dak l-artiklu.", "Jiġifieri jien jidhirli li, as from today, biex l-affarijiet ikunu cari u biex inkun iktar car minn hekk, mis-seduta tal-lejla stess, jekk fl-agenda hemm miktub li s-seduta tal-parlament tibda fis-6.00 p.m., jien fis-6.00 p.m. inkun qiegħed fis-Sedja.", "Jiġifieri l-pożizzjoni hija cara daqs il-kristall u l-effetti issa jkunu skond dawk l-iStanding Orders. \"", "Għaliex lill-iSpeaker qatt ma ġbitlu l-attenzjoni tar-ruling li tajt inti?", "Għaliex m'għedtlux biex jibda fil-ħin?", "Fit-8 ta' Lulju ta' l-1997 l-Onor Gonzi ma kienx Speaker imma kien fl-oppożizzjoni.", "Dan kien qal hekk:", "\"Ippermettili ftit, Madam Speaker.", "Jien napprezza l-fatt li s- Sinjurija Tiegħek tistenna messaġġ dwar in-numru ta' membri preżenti fil-Kamra pero', bir-rispett kollu, fl-opinjoni tiegħi s-Sinjorija Tiegħek għandha tibda s-seduta fil-ħin stabilit mir-regolamenti, indipendentement minn jekk ikunx hawn quorum jew le.", "Issa r- regolamenti jgħidu li jekk ma jkunx hawn quorum u xi ħadd jiġbed l- attenzjoni għal dan, imbagħad l-iSpeaker tissospendi s-seduta għal ħames minuti u jekk jibqa' ma jkunx hawn quorum allura s-seduta tiġi aġġornata.", "Mela dan filli qed jgħid li hemm ir-regolamenti, imbagħad jiġi jgħid...", "(Interruzzjonijiet).", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ħa ngħid għaliex aħna ma jistax ikollna fiduċja fl-iSpeaker u fid-Deputy Speaker.", "Lill-Onor.", "Tabone konna ġbidnilu l-attenzjoni biex ikun fil-ħin għall-question time.", "Minkejja dan xorta bqajna nibdew is-seduta għaxar minuti wara.", "Minn fuq, jekk tipprova tiġġieled għad-dritt tiegħek dan jgħidlek li qed taħli l-ħin!", "(Interruzzjonijiet) Barra minn hekk, meta jsiru supplementary questions min- naħa ta' l-oppożizzjoni jgħidilna biex inżommu mas-suġġett u meta jagħmluhom in-naħa tal-gvern ma jgħidilhom xejn.", "(Interruzzjonijiet) Meta kelliem ta' l-oppożizzjoni jkun se jibda jitkellem, l-Onor.", "Michael Bonnici - meta jkun hu fis-sedja - mill-ewwel jiġbidlu l-attenzjoni biex iżomm mas- suġġett meta bilkemm ikun għadu beda l-intervent tiegħu l-kelliem.", "Imma lill-oppożizzjoni biss jgħid!", "Meta ġbidna l-attenzjoni li s-seduta għandha tispiċċa f'nofsinhar, l- iSpeaker qal li r-regolamenti jgħidu li s-seduta tintemm fid-9.00 p.m. - ara f'dak il-każ, ikkwotahom ir-regolamenti! - imma meta mbagħad darb' oħra konna għidnilu li s-seduta kellha tibqa' għaddejja sad-9.00 p.m., dan qal li kellha tispiċċa f'nofsinhar.", "Dawk huma id-deċiżjonijiet li għamel l- iSpeaker!", "Sur President, jiena nixtieq insemmi wkoll x'għamel l-Onor Michael Bonnici meta aħna konna fil-gvern u hu kien Deputy Speaker.", "Dan kien qal li l- membri li jkunu fil-Kamra jgħoddu u minħabba f'hekk kien ġab vot kontra tagħna.", "Meta mbagħad inqalbet il-folja u l-Partit Nazzjonalista tela' fil- gvern, dan għamel kontra!", "Anke issa, meta aħna għedna li għandna naġġornaw għall-Ħamis, dan qabad u ddeċieda għat-Tnejn!", "Sur President, biex in-naħa tal-gvern tkun aktar insolenti - bil- kompliċita' tas-Sedja - dan l-aħħar konna lħaqna bdejna sew id-diskussjoni fuq il-fondi speċjali tal-kunsilli lokali u mbagħad wara tressaq il-Messaġġ tal-President.", "Issa skond l-iStanding Orders, il-Messaġġ tal-President irid jasal fil-bidu tad-diskussjoni imma dawn insew iressquh.", "Dik hi l-vilta!", "Hekk jaħdmu l-affarijiet min-naħa tal-gvern.", "Dawn qabdu u baxx baxx ressqu l-Messaġġ tal-President mingħajr lanqas biss indenjaw ruħhom jitolbuna permess.", "Jien ġbidt l-attenzjoni u bil-vilta' kollha, minflok ma s-Sedja qalet li l-Messaġġ tal-President għandu jitressaq fil-bidu, qalet biss li \"il-punt ta' l-Onor.", "Mizzi huwa nnotat.\"", "X'jiġifieri din?", "Ara l- affarijiet kif isiru!", "Sur President, l-aħħar u l-isbaħ waħda li ġrat dakinhar stess kienet li l-Onor.", "Tony Abela ried jgħaddi minn fuq kulħadd - għax hekk jagħmlu n-naħa tal-gvern - u qabad u ressaq rapport ta' progress tal-kumitat għall- konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi li jippresjedi hu.", "Dan qabad u ressqu qisna ma neżistux hawnhekk u l-iSpeaker ikkollabora magħhom.", "Kif jista' jkun li aħna naċċettaw li jsiru dawn l-affarijiet?", "Dawn huma affarijiet serji li qegħdin jipperikolaw id-demokrazija.", "Dawn l-affarijiet juru sfaċċatament li s-Sedja hija kompliċi man-naħa tal-gvern.", "Tant qed isiru kummiedji li l-House of Commons issa se tibda tieħu pariri mingħand il- Kamra tar-Rappreżentanti ta' Malta meta jkollhom xi query fuq l-iStanding Orders!", "(Interruzzjonijiet) S'hemm wasaltu, anzi se tidħlu fil-Guinness Book of Records bħala l-aktar gvern li jġebbed l-iStanding Orders!", "Sur President, biex nagħlaq nerġa' niġbed l-attenzjoni li ma jistax ikun li fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż nagħtu eżempju ħażin lill-poplu Malti u Għawdxi.", "B'dan l-aġir qed inkissru d-demokrazija f'dan il-parlament u mhux insaħħuha.", "Nirringrazzjak.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minuta, ħalli nagħmnel il-point of order.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jgħoġobkom Onor.a Membri ONOR ALFRED SANT: Sur President, naħseb illi wieħed jifhem it-tattika tan-naħa tal-gvern li tipprova tibbanalizza s-suġġett.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat l-istrateġija dehret ċara.", "Meta aħna nipprotestaw fuq it-tmexxija ta' dan il-parlament, dawn dejjem jipprovaw jibbanalizzaw l-argument.", "U naħseb li huwa tajjeb li wieħed jirrifletti fuq dan il-punt.", "Min-naħa hemm it-tmexxija ta' dan il-parlament u naħseb illi min-naħa l-oħra hemm firxa iktar wiesa ta' x'inhu s-suġġett reali li qed nitkellmu dwaru llum.", "L- ewwelnett wieħed irid jara jekk id-diskussjoni dwar it-tmexxija ta' dan il- parlament hijiex waħda banali, pwerili, tat-tfal u frivola jew inkella hijiex diskussjoni importanti - dan is-suġġett mhux importanti biss għal dan il-parlament jew għalina li niltaqgħu hawn imma huwa importanti wkoll għall-pajjiż - imbagħad irridu nirriflettu wkoll fuq x'inhi r-riflessjoni ta' dawn l-argumenti fuq il-canvas nazzjonali.", "Jiena naħseb illi diġa' saru diskussjonijiet fid-dettall dwar l- implimentazzjoni tar-regolamenti ta' dan il-parlament u ma rridx intawwal fuqhom wisq - għax nixtieq nitkellem l-aktar fuq il-projection illi dawn jagħtu fuq il-canvas nazzjonali - imma lanqas irrid inħalli ċerti affarijiet għaddejjin.", "Ħa nibda bid-diskussjoni fuq x'inhu għaddej f'dan il- parlament għax ikun tajjeb li l-poplu jkun mgħarraf dwar dan.", "Għandna gvern illi għax għamel gerrymandering ċar tad-distretti elettorali qabel l- 1996 - u li baqgħu l-istess sa l-1998 bħala distretti - jinsab fil- pożizzjoni feliċi, skond hu, li għandu ħames siġġijiet minn fuq f'dan il- parlament u allura jista' jirrombla minn fuq kulħadd.", "Dik hi l-attitudni pero' minkejja dan xorta waħda tibqa' l-mistoqsija ta' l-implimentazzjoni tar-regolamenti.", "Jiena nfakkar illi kull parlament demokratiku qisu cockpit ta' ajruplan, ajruplan nazzjonali, għax dak li jkun għaddej fil-cockpit se jirrifletti ħafna fuq l-andament tal-pajjiż kollu kemm hu.", "Jekk f'dan il- cockpit ma jagħtux kas ta' x'inhuma l-affarijiet li se jżommu l-ajruplan stabbli, allura b'xi mod jew ieħor bilfors se jkollna riperkussjonijiet aktar wesgħin.", "Sur President, lili tiskantani l-amnesija tan-naħa tal-gvern li donnu jiskandalizza ruħu bit-tattika li normalment timxi biha oppożizzjoni f'pajjiż demokratiku.", "Issa ftit taż-żmien ilu dawn, bla skruplu ta' xejn, kienu għaddejjin b'tattiċi li huma ħafna iktar qawwija u ħafna iktar makakki minn dawk li qed nużaw aħna.", "Aħna bl-ebda mod m'aħna qed nipprovaw nisseduċu lil xi ħadd minn tagħhom u bl-ebda mod m'aħna qed nipprovaw nużaw xi forma ta' strateġija fuq is-senilita' jew fuq il-problemi mediċi li jista' jkollhom uħud mill-membri.", "Aħna qegħdin inżommu l-korrettezza fit- tattika tagħna u qed nużaw korrettezza b'ċertu mod illi dak illi nagħmlu jkun ċar u trasparenti.", "Aħna veru li nsejħu għal quorum - kulħadd jaf li nsejħu għal quorum - imma din hija xi ħaġa normali li għamluha huma wkoll u allura ma nistgħux nifhmu kif in-naħa tal-gvern qed jiskandalizzaw ruħhom li għamilniha.", "Sur President, jiena qgħadt attent għall-argumenti li ntużaw illejla minn naħa tal-gvern dwar l-iStanding Orders.", "Bl-ebda mod ma kien hemm xi riferenza ċara, serja jew studjata għall-fatt li jekk tapplika Standing Order 11(2) ma' Standing Order 8 - u dan għidnih fl-ittra li bgħatna lill- iSpeaker, li ktibtha jien stess - id-Deputy Speaker kellu jaġġorna l-Kamra għal Ħamis filgħaxija.", "Barra minn hekk, m'hemmx dubju li l-iSpeaker għandu l-fakulta' sħiħa li deċiżjoni bħal dik jibdilha.", "F'ittra pastaża li bagħatli dan qalli li ma jistax jibdel deċiżjoni diġa' meħuda.", "Dażgur li jista'!", "Deċiżjoni li tkun ħażina tista' tinbidel mill-iSpeaker.", "Hu għandu l- fakulta' kollha u għandu l-mekkaniżmu kollu biex jagħmel dan.", "Kieku ried, seta' sejjaħ laqgħa tal-House Business Committee u tkellem dwar il-problema imma m'għamel xejn minn dan.", "Aktar minn hekk, wara l-ittra li bgħattlu - naħseb li kienet ittra raġonevoli u ċivili - l-iSpeaker kellu l-indiċenza - issa l-Onor.", "Mario Galea jista' jgħid li qed inkun oxxenn għax qed nuża l-kelma \"indiċenza\" - li jaqleb l-argument tiegħi.", "Jien għedtlu li l-urġenza tad-deċiżjoni tiegħu toħroġ mill-fatt li l-Kamra ġiet aġġornata kontra l-iStanding Orders u din kienet ħaġa li kellha tiġi tissewwa.", "B'indiċenza sħiħa hu pprova jaqleb l- argument tiegħi ta' taħt fuq billi qal li l-proposti li kien hemm għad- diskussjoni bħala private member's bill ma kenux urġenti u li jiena ma tajt l-ebda raġuni għaliex għandhom ikunu urġenti.", "Jiena ngħid: B'liema arroganza Speaker jirrispondi b'dan il-mod mingħajr ebda provokazzjoni ta' xejn?", "Sur President, jiena ma stajtx ma nitkażax anke bl-argument ta' l-Onor.", "Gonzi, fejn qal li l-Ħamis kieku ma konniex nitkellmu dwar private member's bill imma kien ikollna nitkellmu dwar xogħol tal-gvern.", "L-Onor.", "Gonzi mid- dehra ma fehemx li la d-Deputy Speaker u lanqas l-iSpeaker ma kienu jafu b'din il-ħaġa, jekk veru huwa l-każ.", "Jekk taqra l-ittra ta' l-iSpeaker dan qal li jiena ma semmejtx x'inhi l-urġenza fil-private member's bill.", "Minn din l-argumentazzjoni kollha joħroġ ċar li kemm id-Deputy Speaker u kemm l- iSpeaker ma redux isejħu l-Kamra l-Ħamis għax il-konklużjoni tagħhom kienet illi l-Ħamis kien se jkun hemm diskussjoni tal-private member's bill, fosthom il-bill li għandu x'jaqsam mas-simenterija.", "Din ma redux jagħmluha mhux għax huma Speaker u Deputy Speaker imma għax huma parti mis-sistema tal-gvern.", "U hawnhekk issa nwessgħu l-argument.", "Sur President, hawnhekk m'għadniex nitkellmu dwar kif se nimplimentaw regolament 'l hawn jew regolament 'l hemm, jew jekk l-Onor.", "Mario Galea baqax rieqed u allura wasal tard u ma setax jieħu ħsieb l-affarijiet tiegħu.", "Mhux fuq hekk qed nitkellmu imma qed nitkellmu fuq il-mod kif dan il-parlament qiegħed taħt reġim li jipprova jistrumentalizza r- regolamentazzjoni tiegħu għall-finijiet tal-gvern u din il-ħaġa qed jagħmilha bl-aktar mod sfaċċat.", "Aħna pprotestajna kontra l-ħatra ta' l- iSpeaker l-ewwelnett minħabba ċ-ċirkostanzi politiċi ta' dak iż-żmien.", "Il- gvern messu appunta Speaker minn fost id-deputati Nazzjonalisti eletti ħalli għallinqas inaqqas l-iżbilanċ li daħħal il-gerrymandering ta' l-Onor.", "Fenech Adami.", "Imma mhux talli m'għamilx hekk talli bin-nomina ta' l-Onor.", "Tabone dan żied ma' l-iżbilanċ li diġa' kien hemm.", "It-tieni nett, minflok ikkonsulta kif konna ġejna kkonsultati fl-1992 fuq il-ħatra ta' l-iSpeaker Gonzi u kif konna kkonsultajna aħna fl-1996 fuq il-ħatra ta' l-iSpeaker Spiteri Debono, aħna sempliċement ġejna informati li ġie appuntat Tabone bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati.", "U aħna għedna li din il-ħaġa mhijiex aċċettabbli doppjament.", "Fil-prattika, minħabba d-deċiżjonijiet u l-aġir ta' l-iSpeaker Tabone, li kien parti mis-sistema tal-gvern f'dan il-parlament, irriżulta li din l- għażla ma kenitx aċċettabbli tripplament.", "Mhux aċċettabbli meta ġie appuntat, mhux aċċettabbli minħabba l-mod kif mexxa fil-lead-up għall-ewwel mozzjoni ta' sfiduċja li għamilnilu u mhux aċċettabbli ċertament fil-mod assolutament indekoruż li bih qed jimxi bħala speaker.", "Mela Speaker għandu jaqleb l-argument meta jiktiblu membru ta' din il-Kamra!", "Kieku kien ministru tal-gvern tistenna li b'mod politiku jaqilbu l-argument imma min- naħa ta' l-iSpeaker ma tistennihiex.", "Jiena ma nistennihiex u l-oppożizzjoni ma tistennihiex u għalhekk qed tressaq it-tieni mozzjoni ta' sfiduċja fl- iSpeaker Tabone.", "U l-ebda tip ta' appell - fl-opinjoni tiegħi appell finta - m'hu se jikkonvinċina nirtiraw din il-mozzjoni.", "L-istess vis-a-vis d-Deputy Speaker, li m'huwiex xi bniedem illi m'għandux moħħ.", "Dan kellu kull know-how biex jifhem x'jgħidu l-iStanding Orders, kellu wkoll il-preċedenti dwar kif għandu jimplimenta r-regolamenti ta' l-iStanding Orders għall-aġġornament tal-Kamra imma m'għamilx hekk.", "U joħroġ ċar li m'għamilx hekk biex jiddefendi l-pożizzjoni tal-gvern.", "U jgħid x'jgħid l-Onor.", "Gonzi, kemm l-Onor.", "Bonnici kif ukoll l-Onor.", "Tabone f'moħħhom kellhom il-punt li jekk jiltaqa' l-Ħamis, il-parlament kien ikollu jiddiskuti l-private member's bill.", "Sur President, dan kollu jirrifletti fuq l-andament ġenerali.", "Jekk parlament jitmexxa b'dan il-mod abbużiv u jekk ir-regolamenti ta' dan il-parlament jiġu mgħawġa skond l-okkorrenzi li jkollu quddiemu l- gvern - anke jekk il-performance parlamentari tal-gvern tkun nieqsa u huwa ċar li hija nieqsa u mitluqa - ir-riflessjoni ta' dan kollu se tmur anke fuq l-andament nazzjonali, fuq il-politika nazzjonali u fuq il-mod kif il- poplu jara x-xogħol tiegħu għaddej.", "Jekk il-parlament jidher mitluq u jidher għaddej b'mod abbużiv, sempliċement għaliex il-gvern għandu ħamsa minn fuq u għax għandu l-iSpeaker u d-Deputy Speaker f'idejh jista' jagħmel li jrid, x'tip ta' fiduċja jista' jkun hemm fil-politika f'dak li hu għaddej?", "U din hi r-riflessjoni importanti li toħroġ mid-diskussjoni dwar l- applikazzjoni tar-regolamenti li minn ħafna nies barra minn dan il-post - u forsi anke f'dan il-post - tista' tinħass twila, pedantika u rrilevanti.", "Il-poplu jrid illi t-tmexxija tal-parlament tkun trasparenti u serja.", "Il- poplu jifhem - u bir-raġun jifhem - li jekk il-parlament mhux qed jitmexxa b'mod trasparenti, allura fil-pajjiż in ġenerali l-affarijiet mhux se jkunu mexjin b'mod trasparenti.", "U naħseb illi tajjeb illi nqabblu dak li ġara taħt gvern Laburista ma' dak li qed jiġri taħt gvern Nazzjonalista.", "Wieħed jista' jsemmi patafjun ta' deċiżjonijiet li ttieħdu taħt gvern Laburista li marru kontra l-gvern Laburista.", "Jiena konvint illi kieku kien hemm l- iSpeaker Tabone fuq in-naħa tagħna qabel Settembru tas-sena li għaddiet, ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu min-naħa tas-Sedja kienu jkunu ħafna iktar pjaċevoli għall-gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Imma minn Ottubru tas- sena li għaddiet, bla ebda dubju ta' xejn, dan il-parlament qed jitmexxa mis-Sedja fuq kriterji li jaġevolaw lill-gvern.", "Din il-ħaġa ta' two weights and two measures qiegħda tirrifletti fuq il- pajjiż kollu kemm hu.", "It-tmexxija ta' din l-istituzzjoni qed tiddegrada ruħha b'mod konsistenti u din in-naħa tal-Kamra se tibqa' toġġezzjona għal ħaġa bħal din.", "Din in-naħa se tibqa' turi n-nuqqas ta' fiduċja fi tmexxija li twassal f'din id-direzzjoni aktar u aktar għax minħabba f'hekk id- drittijiet ta' l-oppożizzjoni mhux qed jiġu mħarsa.", "Kull darba li min-naħa ta' din il-Kamra nippruvaw niġbdu l-attenzjoni ta' dak li jkun għaddej niġu mżebilħa u dak li nkunu għidna jiġi mgħawweġ.", "Dan m'huwiex sew u ħaġa bħal din tirrifletti ruħha f'ċerti affarijiet li qed nisimgħu, mill-mod kif qed jitmexxew id-dipartimenti tal-gvern, kif qed jittieħdu ċerti deċiżjoniiet ekonomiċi u finanzjarji u kif qed jitmexxew anke ċerti affarijiet fil-qasam soċjali.", "Għal xi raġuni jew oħra ċerti deċiżjonijiet mhux qed jittieħdu b'mod trasparenti u huwa inutli li n-naħa l-oħra tistaqsi dwar x'inhi r-raġuni għal dan.", "Ir-raġuni hi li qed nerġgħu naqgħu lura f'partiġġjaniżmu sfrenat.", "Din hija t-tifsira ta' dak li qed jiġri hawnhekk kif rifless fuq il-canvas nazzjonali.", "Dan il-gvern qed jerġa' jdaħħal fil-pajjiż partiġġjaniżmu sfrenat f'ħafna oqsma ta' tmexxija, fejn għallinqas għal ċertu żmien kien daħal il-ħsieb li tajjeb li nieħdu nofs pass lura minn dan l-isfrenatezza partiġġjana li biha jitmexxa kull qasam tal-pajjiż.", "Hawnhekk nerġa' nsemmi l-eżempju tal-cockpit ta' l-aruplan nazzjonali.", "Ovvjament dak li qed jiġri hawn se jiġri mal-pajjiż kollu.", "U dan qiegħed jiġri mal-pajjiż kollu, Sur President.", "Minħabba f'hekk aħna ma nistgħux ma nagħmlux stand biex nuru li dak li qed jiġri hawnhekk qed jiġri minħabba l-maġġoranza ta' ħamsa li għandu l-gvern minħabba l-gerrymandering ta' Fenech Adami.", "Aħna qed nagħtu sinjal lill-pajjiż kollu li l-oppożizzjoni ma taqbilx ma' dak li huwa għaddej.", "Jistgħu jilagħbuha tan-nice kemm iridu, jistgħu jitbissmu kemm iridu, jistgħu jżommu u jilbsu ngwanti kemm iridu imma fir- realta' qegħdin jitgħawġu r-regolamenti f'dan il-parlament.", "Is-Sedja hija implikata f'dan kollu u dan qed jirrifletti ruħu fi kważi l-oqsma kollha tal-pajjiż.", "Regoli ta' fairness, ta' trasparenza u ta' fair play qed jiġu trasgressi u minħabba f'hekk l-oppożizzjoni beħsiebha tagħmel minn kollox biex tkompli tikkumbatti kontra dan in-nuqqas ta' diċenza, ta' trasparenza u ta' rispett għar-regoli tad-demokrazija.", "Minħabba f'hekk aħna qed insostnu l-mozzjoni ta' sfiduċja li qed nagħmlu fl-iSpeaker u fid-Deputy Speaker.", "Grazzi, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Se nerġa' nagħmel il-mistoqsija.", "Il- mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, qabel ma nipproċedu bid-division qed nitlob ruling dwar jekk l-Onor.", "Michael Bonnici jistax jivvota fuq din il- mozzjoni.", "Artiklu 89 ta' l-iStanding Orders jgħid hekk:", "\"Ebda membru ma jkollu dritt jivvota fil-Kamra jew f'Kumitat tal-Kamra kollha jew maħtur mill-Kamra dwar xi kwestjoni li fiha jkollu interess pekunjarju dirett\".", "Issa evidentement l-interess pekunjarju huwa marbut mal-ħatra tiegħu.", "Veru li t-tielet sotto-paragrafu ta' dan l-artiklu jgħid:", "\"Iżda kull membru jkollu dritt jivvota fuq kull kwestjoni dwar ħlasijiet personali jew allowance parlamentari li għalihom jista' jkollu dritt\".", "Jiena nirritjeni li dik ma tirriferix fuq bażi personali imma fuq bażi ta' policy.", "Jekk ikun hawn mozzjoni li żżid jew tnaqqas l-allowance tad-Deputy Speaker, dak li jkun jista' jivvota fuqha imma f'dan il-każ hija differenti.", "Nemmen li s-sotto paragrafu 89(1) għandu jwassal għal ruling li l-Onor.", "Bonnici ma jivvotax fuq il-mozzjoni.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta t-tweġiba mill-ewwel hu stess dwar kif għandu jingħata r-ruling għaliex l-istanding order hija ċara.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "(Għajjat) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ikollu jbiddel dak li qal, Sur President.", "Qed nitlob lis-Sedja tgħid lill-Onor.", "Gonzi jirtira dak li qal.", "Sur President, għandek deputat f'din il-Kamra li qiegħed jgħidlek kif għandek tagħti r-ruling u għandu jirtira dak li għadu kemm qal.", "Jekk irid jagħmel osservazzjoni għandu dritt jagħmel osservazzjoni imma m'għandux id-dritt illi jgħidlek kif għandek tagħti r-ruling tiegħek.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiena se niddeċiedi fuq din il-ħaġa u ħadd m'hu se jgħidli dwar kif għandi niddeċiedi.", "Jiena se nisma' liż-żewġ naħat tal-Kamra fuq dan il-punt, imbagħad nidħol niddelibera u niddeċiedi.", "Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-preċiżi kelmiet li għedt - u nerġa' nirrepetihom - huma li naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni diġa' ta indikazzjoni dwar kif għandu jingħata r-ruling għax hu stess qed jindika lis-Sedja li t-tielet paragrafu ta' Standing Order 89 jgħid li kull membru għandu dritt li jipparteċipa fil-votazzjoni.", "Dan mhux x'għedt jien imma x'qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "It-tieni ħaġa, jiena nfakkar li din il-mozzjoni li għandna quddiemna tittratta mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker u fid-Deputy Speaker u naħseb li l-Onor.", "Michael Bonnici - bħall-membri l-oħrajn kollha ta' din il-Kamra - għandu dritt jagħti l-vot tiegħu favur jew kontra din il-mozzjoni.", "(Għajjat)", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-mozzjoni hija indiviżibbli, m'hijiex mozzjoni li tista' taqsamha nofs u nofs.", "Din hija mozzjoni waħda u jekk se jkun qed jivvota favur din il-mozzjoni, l-Onor.", "Bonnici se jkun qed jivvota fuq fiduċja fih innifsu wkoll.", "Ma nistgħux f'daqqa waħda naqsmu l-affarijiet għax l-Onor.", "Gonzi jiddeċiedi hekk.", "Barra minn hekk, jiena rriferejt għat-tielet sotto-paragrafu apposta biex nipprevjeni xi argumenti li jistgħu jitqajmu.", "(Interruzzjonijiet) Jiena m'inix ċuċ, l-affarijiet nista' nqajjimhom ukoll!", "Dan igħid hekk:", "\"Iżda kull membru jkollu dritt jivvota fuq kull kwestjoni dwar ħlasijiet personali jew allowance parlamentari li għalihom jista' jkollu dritt.\"", "Xi tfisser din, Sur President?", "Tfisser li fl-ambitu ta' politika ġenerali li fuqha jista' jitkellem dan il-parlament, jekk qed nitkellmu fuq l- allowances ta' l-iSpeaker jew tad-Deputy Speaker b'mod ta' żieda jew tnaqqis u b'mod li m'huwiex riferibbli għall-persuna imma referibbli għal kulmin huwa appuntat għal dak il-post, mela iva l-Onor.", "Bonnici jista' jipparteċipa f'dik id-deċiżjoni.", "Imma meta qed nitkellmu dwar xi ħaġa li hija riferibbli personalment għalih, allura hemmhekk le għax b'mod mill- aktar ċar l-ewwel sotto-paragrafu ma jippermettilux li jivvota.", "Dan m'għandux interess pekunjarju fis-sens li se nżidu jew innaqqsu r-rata għal kulmin ikun Deputy Speaker mil-lum 'il quddiem imma qed nagħmlu dan vis-a- vis min qiegħed hemm bħalissa, li jekk ma jkollux il-fiduċja tal-Kamra se jitlef dak il-post.", "Issa naf li l-Onor.", "Bonnici mhux qed jgħix minn dan il-ħlas imma l-punt huwa li r-rotta hemm qiegħda.", "L-istanding orders huma l-istanding orders u peress li l-mozzjoni hi indiviżibbli qed nitlob ruling fuq dan il-punt.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Is-Sedja se tirtira ħalli tkun tista' tagħti r-ruling.", "Fid-9.26 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet fid-9.52 p.m.", "RULING TAS-SEDJA", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Membri joqogħdu bil-qiegħda jekk jogħġobhom.", "Wara li semgħet il-punt imqajjem mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u ċioe' li d-Deputat Michael Bonnici m'għandux jivvota fuq il-mozzjoni odjerna u dan abbażi ta' l-Ordni Permanenti Nru 89, is-Sedja ħadet in konsiderazzjoni:", "(i) li l-kelma \"pekunjarju\" tfisser ''interess ta' flus'', u l-istess sinifikat jingħata mid-dizzjunarju Ingliż, fis-sens ta': \"consisting of money\", \"entailing a money penalty\";", "(ii) li l-mozzjoni in kwestjoni m'għandha x'taqsam xejn ma' kwestjoni ta' interess monetarju ta' l-imsemmi Deputat; u", "(iii) il-prattika li ġiet segwita minn din il-Kamra, u ċioe' li fis- Seduta Nru 58 tad-19 ta' Ottubru 1992, f'mozzjoni ta' sfiduċja fil- ministru tal-finanzi dan ta l-vot; u kif ukoll fis-Seduta Nru 254 ta' l-21 ta' April 1994, f'mozzjoni ta' sfiduċja fil-ministru ta' l- intern u żvilupp soċjali, dan kien ivvota wkoll.", "Għaldaqstant is-Sedja tiddeċiedi li l-Onor Michael Bonnici għandu dritt jivvota.", "L-iSkrivan tal-Kamra, jekk jogħġbu, jaqra l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri.", "VOTAZZJONI NRU : 176", "FAVUR : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel| |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose'| |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion | |Charles |Charles | |Buhagiar Louis|Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio| |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph| |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo | |Joseph |Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu| |Joe | | |Farrugia | | |Angelo | |", "KONTRA: 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Asciak Michael|Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Jason | | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence| |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borg Joe |Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici| | |Carmelo | |Cristina |Mugliett | |Dolores |Jesmond | |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino | | |George | |Debono |Pullicino | |Giovanna |Orlando | | |Jeffrey | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin| |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael|Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR TONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Bil-permess tal-Kamra nixtieq nirrapporta li l- Abbozz ta' Liġi imsejjaħ ''Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l- Amministrazzjoni tat-Taxxa'' ġie mgħoddi b'emendi mill-kumitat permanenti għall-konsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Ġunju 1999, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – it- Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni dwar fondi għal ħtiġijiet speċjali lil kunsilli lokali - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji – it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta – it- Tielet Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, numru ta' ġimgħat ilu tkellimt f'dan il- parlament dwar miżuri ta' sigurta' li jridu jittieħdu minn dawk li joperaw xi tip ta' vettura bil-mutur fuq il-baħar.", "Issa li dħalna sew fis-sajf wieħed jista' jgħid li dak l-appell li kont għamilt bejn tlieta u erba' ġimgħat ilu sar iktar validu minħabba numru akbar ta' Maltin u barranin li jużaw il-ħin tad-divertiment tagħhom fuq il-baħar.", "Iktar ma jgħaddi ż- żmien iktar qed ikun hawn żieda fir-reġistrazzjoni ta' seacrafts u allura iktar qed ikun hemm iffullar fil-bajjiet.", "Wieħed jista' jgħid ukoll li iktar m'hu qed ikun hemm seacrafts, iktar qed ikun hemm rapporti ta' persuni li sfortunatament ma josservawx ir-regolamenti.", "Naturalment kulħadd għandu dritt li juża l-ħin liberu tiegħu biex jiddeverti billi juża dgħajsa, yacht jew biċċa oħra tal-baħar pero' huwa importanti li kulħadd jifhem l-ħtieġa li r-regolamenti qegħdin hemm biex jiġu osservati.", "Mr Speaker, riċentement twaqqaf il-Valletta cruising club li jieħu ħsieb diversi operaturi ta' bċejjeċ tal-baħar bil-mutur.", "In-numru ta' membri f'din l-assoċjazzjoni qed jikber sew - u nieħu pjaċir nara li n-numru żdied - imma iktar importanti minn hekk hu li din l-istess assoċjazzjoni tkun ukoll f'pożizzjoni li tinforma u teduka lill-membri tagħha dwar x'inhuma d- doveri u responsabbiltajiet tagħhom.", "Mhux biżżejjed illi xi ħadd jixtri dgħajsa jew speedboat u jiddeċiedi li jitlaq biha.", "Huwa importanti wkoll li dan jifhem li għandu responsabbiltajiet lejh innifsu u lejn dawk il-persuni li jkunu miegħu u għandu wkoll responsabbiltajiet lejn l-oħrajn li bħalu jkunu qegħdin jiddevertu fuq il-baħar.", "Iktar ma nidħlu fil-qalba tas-sajf iktar ikun hawn operaturi li jużaw il-crafts tagħhom biex iwasslu turisti u Maltin minn destinazzjoni għal oħra.", "Ħafna drabi n-nies li jsuqu dawn il- crafts ikunu mpjegati u huwa importanti li dawn jifhmu u jagħrfu li dawn mhux biss għandhom ir-responsabbilta' lejn dawk li jkunu magħhom imma għandhom ukoll responsabbilta' li josservaw ir-regoli tat-trasport.", "Meta inti għandek luzzu jew yacht jew xi biċċa oħra tal-baħar illi tkun qed tużaha biex iġġorr numru sostanzjali ta' persuni, trid tifhem illi r- responsabbiltajiet huma akbar u iktar serji.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm garanzija fi kwalunkwe ħin li qegħdin jittieħdu l-miżuri kollha f'dak li għandu x'jaqsam ma' safety.", "Huwa importanti li mhux biss is- sidien imma anke dawk li qed jaqilgħu l-għajxien tagħhom b'mod differenti f'dawn il-postijiet jaraw illi josservaw id-diversi regoli mposti kemm mill- maritime authority kif ukoll mill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku.", "Mr Speaker, id-direttorat responsabbli minn dan is-settur fil-maritime authority jirċievi rapporti ta' persuni li meta jiġu biex jorbtu mal-moll, dawn jippretendu li l-moll huwa tagħhom personali u jippretendu wkoll li jokkupawh minn filgħodu sa bil-lejl u minn bil-lejl sa filgħodu!", "L-appell tiegħi f'dan ir-rigward huwa li kull operatur, kemm jekk inhuwa kbir u kemm jekk huwa operatur żgħir, jibda japprezza li r-regoli li hemm in place qegħdin hemm biex jiġu osservati.", "Dawn ir-regoli mhux qegħdin hemm biex xi ħadd jieħu vantaġġ minnhom imma qegħdin hemm biex jiġu osservati minn kulħadd b'mod illi ma jinħolqux inċidenti bla bżonn.", "Sfortunatament minn żmien għal ieħor jinqalgħu inċidenti li ma jistax ikollna kontroll fuqhom, għalkemm id-dixxiplina u l-ħarsien tar-regolamenti jgħinu biex inaqqsu dawn it-tip ta' inċidenti.", "Hemm min jippretendi li t-tali faċilita' ta' berthing fit-tali bajja qiegħda hemmhekk biex jużaha hu u miskin int jekk tipprova tmur biex tużaha.", "Hemm bżonn illi l-operaturi ta' dawn il-biċċiet tal-baħar jifhmu illi filwaqt illi bi dritt jistgħu jgħidu illi qegħdin iħallsu għalihom, pero' xorta waħda għandhom id-dover li jaraw li d- drittijiet ta' l-oħrajn ma jiġux mittiefsa.", "F'dan ir-rigward ta' min igħid li f'diversi postijiet madwar il-gżira se jkunu mwaħħlin tabelli li jindikaw b'mod ċar x'inhuma l-kondizzjonijiet li bihom operaturi tal-baħar jistgħu jorbtu d-diversi bastimenti tagħhom.", "Huwa importanti ħafna li dawn ir-regoli jiġu osservati.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza wkoll għad-diversi persuni li l- craft tagħhom ma jħalluhiex fil-baħar il-ġimgħa kollha pero' jvarawha kull darba li jkunu se joħorġu fuq il-baħar.", "Dawn iġorru d-dgħajsa fuq karru li jkun marbut ma' wara tal-vettura li jkunu qegħdin isuqu fuq l-art.", "Ħafna drabi sidien li jvaraw il-bastiment tal-baħar iħallu l-karru marbut mal- karozza, b'konsegwenza li jkun ta' xkiel għat-traffiku.", "Jiena m'inix qed ngħid dan biex jibdew joħorġu ċ-ċitazzjonijiet jew biex isiru aktar rapporti imma huwa importanti li kulħadd jagħraf li filwaqt li wieħed għandu dritt jipparkja l-karru fejn isib il-wisa', hemm ukoll il-ħtieġa li l-karru jiġi pparkjat b'mod illi ma jkunx ta' xkiel għall-flow tat- traffiku.", "In-nuqqas ta' sigurta' tiġi kkawżata mill-ipparkjar bl-addoċċ ta' dawn il-karrijiet li fuqhom jinġarru l-opri tal-baħar.", "Problema oħra ta' nuqqas ta' sigurta' hija s-sewqan fit-toroq.", "Veru li matul il-ġimgħat li għaddew rajna diversi kampanji f'diversi lokalitajiet ta' pajjiżna imma dan waħdu mhux biżżejjed biex naraw kambjament fl- attitudni tas-sewwieqa.", "Naħseb li kull wieħed minna kontinwament jiltaqa' ma' sewwieqa li għalihom ir-regolamenti tat-traffiku qegħdin hemmhekk proprju għal xejn.", "Issib ħafna li jiksru dawn ir-regolamenti mingħajr ma jagħtu kas ta' l-effetti li jkun hemm.", "Huwa importanti ħafna li kull wieħed minna verament jara li r-regoli tat-traffiku jiġu osservati.", "Mhux qed nitkellem biss fuq toroq prinċipali.", "Lili saruli diversi mistoqsijiet parlamentari dwar x'miżuri jistgħu jittieħdu minn naħa tal-gvern biex jew isiru sleeping policemen jew inkella jsir xi mezz ieħor ta' kontroll tat- traffiku.", "Kultant jista' jkun hemm qbil illi jsiru aktar traffic-calming measures pero' wieħed irid jifhem li l-iktar ħaġa importanti li rridu nagħmlu hija li kull sewwieq josserva r-regoli tat-traffiku.", "Ir-regoli tat- traffiku ma jikkonsistux biss f'li wieħed isuq bl-40 mil fis-siegħa imma rridu nħarsu r-regoli kollha inkluż illi jekk għandek indikazzjoni li f'kantuniera suppost tieqaf, allura hemm għandek tara li tieqaf.", "Ejjew nammettu li ftit hemm aderenza għal din ir-regola.", "Mr Speaker, f'dan il-kuntest qegħdin nintroduċu t-traffic wardens li se nibdew naraw fid-diversi lokalitajiet ta' pajjiżna u permezz ta' dawn forsi nagħmlu xi naqra titjib.", "Wieħed irid japprezza li t-traffic warden, il- pulizija u kull persuna li b'xi mod tista' tkun parti mis-sistema ta' kontroll tat-traffiku m'humiex qegħdin hemmhekk biex tagħtu ċ- ċitazzjonijiet imma biex jedukaw kontinwament.", "Ikunu biss dawk li ma jridux josservaw ir-regoli li jittieħdu passi legali kontrihom.", "L-appell tiegħi huwa li rridu nagħrfu r-responsabbilta' tagħna lkoll, ibda minna li qegħdin f'din il-Kamra.", "Irridu naraw illi lkoll nikkontribwixxu biex is- sigurta' fit-toroq tiżdied u tħalli effett iktar pożittiv.", "Sewqan iktar bil- galbu jwassal għal inqas inċidenti, għal inqas imwiet u għal inqas persuni li jkollhom jgħixu l-kumplament ta' ħajjithom b'xi forma ta' diżabilita'.", "Wieħed irid japprezza li dawn it-tip ta' regolamenti qegħdin hemmhekk biex lilna jgħinuna nevitaw l-inċidenti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, illum xtaqt niffoka fuq punt verament interessanti.", "Qed nirriferi għad-dokumenti li aħna għandna bħala pajjiż ġewwa l-bibljoteka nazzjonali, illi għandha storja tassew interessanti.", "Wieħed irid jgħid illi meta ġew il-Kavallieri hawn Malta dawn ġabu magħhom ukoll minjiera ta' kotba u ta' informazzjoni.", "Minn dokumentazzjoni li għandna jidher li mill-1612 kien hawn diġa' librerija għad-dispożizzjoni tal-Kavallieri.", "F'ċertu mument il-Kavallieri bdew iħossu li l-pubbliku in ġenerali għandu jkollu librerija pubblika tiegħu li fiha seta' jikkonsulta ruħu.", "Dan il-proċess beda madwar l-1761 meta kien hemm ċertu Balliju li beda jaħseb għal librerija pubblika, u kien anke ta xi 4,300 ktieb minn tiegħu u ħareġ 7,000 skud minn butu biex bdew jinġabru dawn il-kotba.", "Iktar tard il-Kavallieri ġabru wkoll il-kotba tal-librerija tagħhom personali ma' dawn.", "Il-Gran Mastru De Rohan fl-1796 ħa deċiżjoni li jqabbad perit Franċiż biex jibni bibljoteka u din il-bibljoteka bdiet tinbena.", "Hija kważi ironija tal-ħajja li minkejja l-fatt li nġabret id-dokumentazzjoni prinċipali tal- Kavallieri ġewwa din il-bibljoteka din baqgħet ma nfetħitx sakemm ġew l- Ingliżi, li mbagħad fetħuha uffiċjalment fl-4 ta' Ġunju, 1812 dak iż-żmien bi 30,000 volum.", "Dan kien fenomenu għal dawk iż-żmenijiet u għandna wkoll rrapportat li diversi intellettwali fl-Ewropa ġew apposta hawn Malta - u forsi hawnhekk wieħed jista' jitkellem fuq l-ewwel turiżmu ta' kultura - biex jaraw id-dokumenti tal-Kavallieri ġewwa l-bibljoteka nazzjonali.", "Sur President, il-bibljoteka nazzjonali din is-sena għalqet 187 sena miftuħa għall-pubbliku Malti.", "F'din il-bibljoteka llum għandna minjiera kbira ta' informazzjoni u għandna minjiera kbira ta' kotba u dokumenti antiki li ġejjin minn żmien il-Kavallieri.", "Minħabba fit-trapass taż-żmien u minħabba n-nuqqas ta' kuranza min-naħa tal-gvern li jagħti prijorita' għall-preservazzjoni, sfortunatament għandna numru ta' kotba li qed jitmermru.", "Fuq dan il-punt xtaqt ngħid prosit lill-ministru ta' l- edukazzjoni, l-Onor.", "Louis Galea, illi forsi biex jiċċelebra dan l- anniversarju ħa ħsieb jagħmel strategy seminar on ''Libraries, the way forward'.", "F'dan is-seminar ġew diskussi b'mod dettaljat proġetti li jistgħu jsiru iktar 'il quddiem sabiex wieħed iħares lejn triq ġdida, sija lejn il- bibljoteka nazzjonali kif ukoll id-dokumentazzjoni kollha li aħna għandna.", "Wieħed mill-punti li għandna nindirizzaw hija li aħna bħala parlament nivvotaw iktar flus għall-bibljoteka nazzjonali.", "Il-post fih innifsu huwa post sabiħ u jimmerita li aħna nagħtuh importanza ta' post ta' esibizzjoni għall-kotba b'mod iktar professjonali.", "Importanti wkoll li dan il-post ikun reklamat.", "Jiena naf li fil-bibljoteka jsiru diversi wirjiet ta' kotba li l- pubbliku Malti ftit ikun jaf dwarhom.", "Jiena kelli x-xorti diversi drabi li nidħol fil-bibljoteka nazzjonali u nara l-esibizzjoni ta' dawn il-kotba u huwa verament interessanti li tara pjanti ta' bini antik fil-Belt, fil- Kottonera u fil-Furjana li ġejjin minn żmien il-Kavallieri.", "Interessanti wkoll hija d-dokumentazzjoni fuq l-istorja ta' ċerti Kavallieri.", "Per eżempju, ġietni f'moħħi d-dokumentazzjoni dwar kif jiġu ammessi ċerti kavallieri.", "Dan qiegħed għad-dispożizzjoni tagħna.", "Ċertament li għandna bżonn nivvotaw iktar flus kemm biex ikollna iktar nies kwalifikati li jkunu qegħdin fil-bibljoteka nazzjonali kif ukoll biex ikollna iktar nies.", "Sfortunatament wieħed irid jgħid illi tul dawn is-snin in-numru ta' ħaddiema fil-bibljoteka nazzjonali naqas.", "Illum irridu naħsbu biex ikollna iktar nies illi jaħdmu hemm ġew.", "Wieħed irid ukoll ifaħħar lill-book restoration laboratory mmexxi mis-Sur Schiro'.", "Din kull sena qed iżżid l-ammont ta' kotba u manuskritti li tirrestawra.", "Minn domanda parlamentari li jien għamilt lill-ministru ta' l- edukazzjoni jirriżulta li fl-aħħar sena li għaddiet kien hemm restawr ta' 35 ktieb u 24 manuskritt.", "Fl-1995 kien hemm 25 ktieb u 25 manuskritt li ġew restawrati.", "Dan ifisser illi l-book restoration laboratory qed jaħdem tajjeb u għandha bżonn numru ikbar ta' nies li jingħaqdu ma' din is- sezzjoni u hemm bżonn ta' iktar flus ivvotati minn dan il-parlament biex ikun hemm iktar restawr ta' kotba.", "Fil-fatt ma' din id-domanda parlamentari għamilt domanda oħra fejn staqsejt kemm hemm kotba li għandhom bżonn restawr u r-risposta kienet li l-kotba kollha li hemm fil-bibljoteka nazzjonali u li għadhom ma daruhomx b'xi mod jew ieħor għandhom bżonn xi restawr.", "Din hija sitwazzjoni pjuttost allarmanti.", "Żgur li m'għandniex nipperikolaw li nitilfu dan il-wirt kulturali kbir li ħallewlna missirijietna.", "Hemm bżonn illi dawn id-dokumenti nġibuhom iktar kemm għal għajnejn il-pubbliku Malti - biex dan japprezza x'għandu u x'mgħandux - kif ukoll għall-barranin li jiġu f'pajjiżna.", "Fuq dan nieħu l-ispunt biex ngħid li riċentement konna qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi għar-rigward testmenti sigrieti.", "Waqt id-diskussjoni rriżulta li għad hemm numru ta' testmenti antiki - uħud minnhom jingħad li huma ta' żmien il-kavallieri - li baqgħu ma nfetħux.", "Fil-liġi li qed tiġi diskussa se nawtorizzaw imħallef biex jiftaħ dawn it-testmenti u jara x'fihom u ma fihomx u mbagħad jibgħathom lir-reġistru pubbliku.", "Jiena xtaqt niġbed l-attenzjoni tal-pubbliku in ġenerali fuq il-valur storiku ta' dawn id-dokumenti.", "Minnhom wieħed ikun jista' jkollu parti oħra mill-ħajja soċjali tal-Kavallieri f'Malta.", "Quddiem dan kollu jiena nħoss li f'dan il-pajjiż aħna għandna ħafna u ħafna x'nagħtu.", "Irridu nieħdu ħsieb din id- dokumentazzjoni u dawn il-kotba kollha li qegħdin għad-dispożizzjoni tagħna.", "Dawn għandhom jiġu restawrati tajjeb u jiġu miżmuma f'post aħjar.", "Dan li qed ngħid ma japplikax biss għall-bibljoteka nazzjonali imma japplika wkoll għall-arkivji tagħna in ġenerali.", "L-arkivji tagħna huma mxerrdin f'diversi postijiet u dawn ukoll għandhom jinżammu f'post tajjeb u jkunu aċċessibbli għall-pubbliku in ġenerali.", "Jekk dan ma jsirx inkunu qegħdin inċaħħdu l-ġenerazzjonijiet li ġejjin minn wirt kbir.", "U jiena nenfasizza li dan m'għandux ikun.", "Aħna bħala pajjiż illum il-ġurnata għandna npoġġu bilqegħda u naraw kif nistgħu nħarsu dan il-patrimonju kollu.", "Wieħed ma jirrealizzax kemm għandna kwantita' kbira ta' kotba antiki.", "Uħud minnhom huma ta' l-ewwel edizzjoni u ma ssibx bħalhom fl- Ewropa.", "Dawn huma ta' valur illi qatt ma tista' tikkwantifikah.", "Għandna wkoll diversi knejjes li għandhom dokumenti antiki li m'humiex kollha aċċessibbli b'mod tajjeb għall-pubbliku in ġenerali.", "Jien ukoll irrid nagħti l-piż tiegħi biex dan ix-xogħol li qed isir mil-librara u min- nies ta' intelliġenza jiġi vvalorizzat iktar mill-pajjiż.", "Dan mhuwiex xogħol inutli li qed jagħmluh xi nies li m'għandhomx x'jagħmlu imma huwa xogħol li se jibqa' għal ġenerazzjonijiet futuri.", "Dan huwa xogħol li se jibqa' jiġbed nies ta' intelliġenza bejn pajjiżna biex jistudjaw, kif ukoll turisti li jiġu jaraw dokumenti li fortunatament aħna biss għandna bħalhom ġewwa l-Ewropa kollha.", "Wieħed irid ifaħħar ukoll il-mużew tal-kattidral li ħareġ ċerti dokumenti mużikali u ħa ħsieb jagħmel CD ta' din il-mużika.", "U l-kumment fl-Ewropa kien: Din il-mużika fejn instabet?", "Din instabet f'Malta li għandha arkivji enormi ta' dak li ħallewlna l-Kavallieri.", "L-Ewropa qiegħda kważi terġa' tiskopri lilha nnifisha permezz ta' ċerti dokumenti li għandna hawn Malta.", "Il-kavallieri kienu fil-maġġoranza tagħhom nies ta' kultura.", "Dawn kienu tfal u prinċpijiet ta' l-Ewropa li kienu jġibu magħhom kotba ta' diversi awturi.", "Għalhekk jekk aħna rridu nkunu soċjetà iktar demokratika, irridu nieħdu ħsieb li l-poplu tagħna jkun iktar mgħallem fuq il-bżonn tal-kultura għax mingħajr il-kultura l-bniedem ma jikbirx fih innifsu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Ġunju 1999, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-10.26 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE - ABBOZZ DWAR IL-POLITIKA INDUSTRIJALI", "7645.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jkun lest l- abbozz dwar il-politika industrijali tal-gvern biex jimtela n-nuqqas li hemm riferenza għalih fir-rapport aġġornat dwar l-applikazzjoni tal-gvern għal sħubija fl-UE?", "Min qed ifassal dan l-abbozz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7563.", "FIRE AND SAFETY - INGAĠĠ TA' NIES", "7756.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies fil-fire and safety mill-gvern mill- elezzjoni 'l hawn?", "Hemm xi ħsieb li jsir xi inġagg simili?", "Jekk iva, ta' kemm nies?", "F'liema gradi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li minn Settembru, 1998 'l hawn ġew ingaġġati mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien ta' 58 fil-grad ta' Assistance & Rescue Officers; dawn kollha ġew ingaġġati minn fost persuni li ġa` kienu impjegati tal-Gvern.", "Ninsab infurmat ukoll li preżentament 35 membri tal-Korp tal-Pulizija għaddejjin b'kors ta' taħriġ bil-għan li dawn jiġu trasferiti mad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Barra minn dawn, hemm 11-il membru tal- Korp tal-Pulizija oħra li qegħdin jistennew li jiġu trasferiti għad- dipartiment imsemmi u li jiġu appuntati Leading AROs.", "INTERNATIONAL CENTRE FOR INVESTMENT DISPUTES - APPLIKAZZJONIJIET", "7757.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Billi ġie rrapportat fil-media barranija li Malta qed tikkunsidra attivament sħubija fl-International Centre for Investment Disputes (ICSID) u/jew fin-New York Convention ta' l-1951 dwar l-għarfien u l-enforzar ta' foreign arbitration awards, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Issa li ċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ ffinalizza x- xogħol preparatorju kollu biex iċ-Ċentru jibda jopera, il-Gvern qed jikkonsidra li jaċċedi għal Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l- 1958 dwar l-Għarfien u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġi Barranin.", "Iżda jrid jagħmel dan b'żewġ riservi:", "(1) li l-provvedimenti tal-Konvenzjoni jkunu japplikaw biss għall-għarfien u eżekuzzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet arbitrali li jkunu saru fit- territorju ta' Stat Kontraenti (Contracting State) ieħor.", "(2) li l-Konvenzjoni tapplika biss fir-rigward ta' Malta għal dak il-ftehim arbitrali u d-deċiżjonijiet segwenti li jkunu ġew konklużi wara li Malta taċċedi għall-Konvenzjoni.", "Billi din il-Konvenzjoni tifforma parti bħala t-Tieni Skeda ta' l-Att Nru. II ta' 1996, dawn ir-riservi jridu l-ewwel jgħaddu mill-Parlament bħala emendi għal-liġi.", "L-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID) jaqa' taħt il-Konvenzjoni dwar l-Arranġamenti ta' Tilwim dwar l- Investimenti Bejn Stati u Ċittadini ta' Stati Oħrajn (Washington, 1965).", "Din il-Konvenzjoni hija wkoll parti mill-Att Nru. II ta' l-1996 (it-Tielet Skeda ta' l-Att).", "Din il-Konvenzjoni qed tiġi studjata sew bil-ħsieb li Malta tkun tista' taċċedi għaliha wkoll.", "STATI UNITI - DOUBLE TAXATION", "7758.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-possibbilta' ta' double taxation agreement ġdid ma' l-Istati Uniti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm żviluppi dwar il-possibilita` ta` Double Taxation Agreement ġdid ma` l-Istati Uniti.", "OECD - APPLIKAZZJONI", "7759.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni prospettiva ta' Malta fi ħdan l-OECD?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- Mistoqsija lill-Ministru responsabbli.", "BILATERAL INVESTMENT GUARANTEES", "7760.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista komprensiva ta' pajjiżi li magħhom għandna bilateral investment guarantees?", "Żdidu xi pajjiżi ġodda minn Settembru 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-pajjiżi li magħhom Malta għandha bilateral investment guarantee agreement huma dawn li ġejjin:", "Pajjiż Data ta` l-iffirmar tal-ftehim Data tar-ratifika", "Belġju 5 ta` Marzu 1987 15 ta` Ġunju 1993 Bulgarija 12 ta` Ġunju 1984 8 ta` Jannar 1985 Ġermanja 17 ta` Settembru 1974 14 ta` Diċembru 1975 Italja 28ta` Lulju 1967 15 ta` Ottubru 1973 Kuwajt 19 ta` April 1995 25 ta` Ġunju 1996 Olanda 10 ta` Settembru 1984 20 ta` Mejju 1985 Svizzera 20 ta` Jannar 1965 23 ta` Frar 1965 Renju Unit 4 ta` Ottubru 1986 Mhux Ratifikat Eġittu 20 ta` Frar 1999 Mhux Ratifikat", "MDC - FOREIGN INVESTMENTS", "7761.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-MDC tibda tiġbor u tippubblika data dwar major foreign investments on the basis of current values, kif jagħmlu pajjiżi oħrajn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL AIR GUNS", "7763.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi llum ħadd ma għandu permess to carry an airgun for sporting purposes u ma hawnx permess biex ranges ta' dan l-isport joperaw, jista' l-Ministru jispjega kif, filwaqt li fil-prattika kull Malti li jgħix Malta ma jistax jiprattika dan l-isport b'mod legali, il-Kumitat Olimpiku Malti bagħat għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar żewġ Maltin biex jirrappreżentaw lil Malta f'din id-dixxiplina sportiva li sal-lum f'Malta hija illegali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi konsultazzjoni bejnu u l-Kumitat Olimpiku Malti fuq din il-kwestjoni u jekk iva, jista' jispeċifika?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk waqt l-għażla ta' dawn il-kompetituri hemmx xi ksur tal-liġi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni kellhomx xi permess speċjali biex jittrenjaw fir-range tal-Bidnija u jekk le sarx ksur tal-liġi waqt it- training tagħhom?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba għall-ħruġ ta' permess tax-xogħol (work permit) għall-coach mit- turkmenistan li nġib apposta biex jittrenja lil dawn il-persuni?", "Jista' l- Ministru jispjega għaliex din il-persuna ngħatat permess biex tikkowċja sport li sal-lum għadu kontra l-liġi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il- pulizija tatx permess biex isir sparar ta' airguns fil-fiera ta' l-isports and leisure li saret fin-Naxxar, ġewwa l-iskola St Martins l-week-end li għadda u ġewwa l-lunapark tal-Blata l-Bajda?", "Jekk le, x'passi ħadet wara li kien hemm sparar kontra l-liġi f'dawn il-postijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex qed tinvestiga ritratt li deher f'\"The Times\" nhar it-Tnejn 7 ta' Ġunju fejn persuna qed tikser il-liġi billi tispara arma kontra l-liġi?", "X'passi ħa l-Ministru jew qed jieħu biex jassigura li fir-ranges li hawn u li minkejja li ilhom lesti tliet snin għad ma hemmx permessi biex jintużaw, biex ma jsir ebda sparar kontra l-liġi?", "Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq dan l-isport u meta l- gvern beħsiebu jagħti l-permessi meħtieġa biex il-Maltin ikunu jistgħu jużaw l-airgun for sporting purposes?", "Jista'l-Ministru jgħid fiex waslu d- diskussjonijiet bejn il-Ministeru u l-Pulizija biex joħorġu l-permessi ħalli r-ranges jintużaw?", "Hija proċedura normali li biex tittieħed deċiżjoni fuq sport illi huwa prattikat mad-dinja kollha fi tliet snin għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk permess to carry a firearm for sporting purposes jikkwalifikax lil dak li jkun biex juża airgun waqt xi forma ta' kaċċa?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din id-domanda ma messha qatt saret għaliex hi ksur ċar tal-Ordnijiet Permanenti.", "Ma jistax ikun li jsiru dstatax (19)-il domanda f'domanda waħda!", "Ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nwieġeb domandi dwar dan is-suġġett, meta jsiru skond l-Ordnijiet Permanenti.", "SAĦĦA - PAZJENTA MIBGĦUTA BARRA GĦALL-KURA", "7764.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7389, minħabba li l-istess Professur Francesco Muntoni li ġej Malta f'Novembru qiegħed jgħid li peress li l-pazjenta, li isimha qed jintbagħat separatament, għandha l-iscolosis għandu bżonn jaraha għallinqas darbtejn fis-sena u qiegħed isostni li jeħtieġ li din iżżomm l-appuntament li għandha f'Hammersmith Hospital f'Lulju li ġej ħalli mbagħad ikun jista' jerġa' jaraha erba' xhur wara, meta jiġi Malta, jista' l-Ministru jara li din il-pazjenta tintbagħat Londra għal dan l-appuntament ix-xahar id-dieħel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f`seduta oħra.", "TIĠIEĠ/BAJD - IMPORTAZZJONI", "7765.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'għamel il-gvern biex jiġbor mill-ħwienet Maltin tiġieġ u bajd li daħlu mill-Belġju kkontaminati ħalli ma jinxtrawx f'pajjiżna?", "X'miżuri ħa d-Dipartiment tas-Saħħa pubblika?", "Fejn tpoġġew dawk il- prodotti li nġabru?", "X'sar minnhom?", "X'follow-up qed isir biex jiġi aċċertat li ma fadalx prodotti għall-bejgħ?", "Kemm inġabru tiġieġ?", "Kemm inġabru bajd u prodotti oħrajn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f`seduta oħra.", "POSTA - ZABBAR", "7766.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm ħaddiema ġewwa l-uffiċċju tal-posta f'Ħaż-Żabbar?", "Jista' dan l-ammont jiżdied billi r-residenti tar-raħal tax-Xgħajra qed ikollhom il-posta tagħhom tasal tard?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bħalissa hemm 21 ħaddiem li qed jaqdu d-doveri tagħhom fl-Uffiċċju tal-Posta f'Ħaż-Żabbar.", "Il-Maltapost qed taħdem biex l-effiċjenza ġenerali u l-impenji li għandha jitjiebu skond l-iżvilupp ta' kull belt u raħal ta' pajjiżna.", "LAĦAM - IMPORTAZZJONI", "7767.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi kwantita' ta' laħam ġie mportat f'Malta fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skond il-pajjiż li minnu ġew importati?", "X'tip ta' laħam ġie importat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata aktar tard.", "XGĦAJRA: TRIQ IX-XATT - DRENAĠĠ", "7768.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex maħsub li tul dan is- sajf il-pompa tad-drenaġġ li hemm fir-raħal tax-Xgħajra fi Triq ix-Xatt hijiex se tiġi rranġata billi jidher ċar li qiegħda fi stat ħażin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-pumping station indikata hawn fuq mhix fi stat ħażin f'dak li għandu x'jaqsam ma' pompi.", "L- istat ħażin huwa f'dak li għandu x'jaqsam ma' struttura ta' bini fuq barra, u dan minħabba l-elementi, speċjalment il-baħar, li jaħkmu sew fuq din l- istruttura.", "Jista' jkun hemm ukoll xi problemi ta' tbattil ta' ħmieġ tal-majjali li xi drabi jispiċċa kollu fil-pumping station u jikkawża sadd fil-pompi, iżda dan ma jfissirx li l-pompi ma jaħdmux sew.", "L-istruttura ta' barra ser tiġi rranġata wara li jitlesta xogħol ieħor ta' priorita' akbar.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - BELT VALLETTA", "7769.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm appartamenti huma previsti li jinbnew fil-Belt Valletta tul din is-sena u s-sena d-dieħla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hu previst li jinbnew 24 appartament f'Old Wells Street/St Ursola Street u tmien appartamenti f'140 Merchants Street.", "FGURA/ZABBAR - DRENAĠĠ", "7770.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-fuitur qarib jibda x-xogħol ta' drenaġġ ġewwa l-Fgura u Ħaż-Żabbar?", "Jista' jiġi ndikat dan ix-xogħol fiex jikkonsisti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi t-tenders li ħarġu u li x-xogħol għar-rigward tagħhom se jsir aktar tard din is-sena huma kif ġej:", "|WD |Hompesch Road, Fgura | |810-98 | | |WD |N-S in Wistin Levanzin | |962-98 |Street, Fgura | |WD |Triq il-Merħba, Fgura | |675-82-1|(constr of cesspit and | | |main) | |WD |Triq J.G. Baldacchino, | |212-99 |Żabbar | |WD |Repair works at Triq | |872-92-3|in-Nissieġ, Żabbar | |WD |L-Imwieġel Area, Żabbar.| |827-98 | |", "KNISJA TAL-ĠIŻWITI - PITTURI", "7771.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma ż-żewġ pitturi mill- Knisja tal-Ġiżwiti li se jiġu restawrati ai termini ta' sejħa għall- offerti li qiegħda tidher preżentement fil-Gazzetta tal-Gvern bir-riferenza 41/99?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li dan hu parti mill- proġett ta' restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti tal-Valletta Rehabilitation Project.", "Iż-żewġ pitturi huma ta' l-ewwel kappella hekk kif tidħol mill- bieb prinċipali u jingħad li huma ta' Mattia Preti jew skola tiegħu.", "Waħda minn dawn il-lunettes għandha ħsara kbira filwaqt li l-oħra għandha bżonn restawr iżda m'għandhiex tiċrit.", "QORMI:TRIQ L-ISQOF SCICLUNA - ROAD HUMPS", "7778.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi tip ta' deterrent (bħal humps, eċċ.) fi Triq l-Isqof Scicluna, Ħal-Qormi, kontra sewqan eċċessiv?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Traffic Control Board approva it- tqegħid ta` żewġ road humps fil-lokalita`.", "Madankollu weħidhom dawn il- humps mhux se jikkontrollaw lil min jabbuża mir-regoli tat-traffiku u jiksirhom.", "QORMI - TRIQ KARDINAL SCICLUNA", "7779.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi tip ta' deterrent fi Triq Kardinal Sciberras, Ħal Qormi, kontra sewqan eċċessiv?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Se nitlob lid-Dipartiment tat-Toroq biex nara x`jista` jsir.", "ĦADDIEMA AWŻILJARI", "7780.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk l-impjegati li għadhom awżiljarji u li għadhom b'paga minima?", "Jista' jgħid hux qed jikkonsidra titjieb fil-paga u fil- kondizzjonijiet ta' dawn l-impjegati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nifhem li l-Onor.", "Membru qed tirreferi għal dak il- grupp ta' ex-impjegati ta' l-AWTS li għal numru ta' snin baqgħu mpjegati każwali tal-Gvern.", "Jien informat li l-pożizzjoni ta' dawn l-impjegati qed tiġi kkonsidrata bil-għan li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolarizzata.", "PREZZIJIET - ĠELAT TA' MALTA", "7781.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jaf il-Ministru li l-ġelat ta' Malta għola 5c?", "Jista' l- Ministru jgħid x'ikkaġuna din iż-żieda fil-prezz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jirriżultax li għola l-prezz tal-ġelat ta' Malta li jinbiegħ minn supermarkets jew ħwienet simili.", "Il-prezz tal-ġelat fix- xitwa kien qed jinbiegħ bil-prezz rakkomandat.", "Dan hu l-istess prezz li kien qed jinbiegħ is-sena l-oħra.", "PREZZIJIET - ĠELAT IMPORTAT", "7782.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġelat ta' barra għola fil- prezz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jimmonitorja l- prezzijiet tal-ġelati li huma meqjusa bħala market leaders.", "Waqt li marka ta' ġelat għoliet f'Marzu li għadda, ġelati ta' marki oħra m'għolewx.", "F'dan is-suq jidher li hawn kompetizzjoni b'varjeta kbira ta' kwalita ta' ġelati bi prezzijiet differenti.", "Iż-żidiet fil-prezz jistgħu ikunu kemm minħabba żidiet mill-manifattur, żieda fl-ispejjeż tat-trasport, kambju u anke spejjeż oħra ta' storage.", "POSTA - STOCK BOOKS", "7783.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien għandhom jinżammu l- istock books tal-bolli, postal stationery, u British postal orders fid- diversi fergħat tal-Posta f'Malta u f'Għawdex wara li dawn jimtlew?", "Wara dan il-perijodu, l-istess stock books għal kemm żmien għandhom jinżammu fl- Uffiċċju Ġenerali tal-Posta qabel dawn jiġu meqruda?", "Xi proċedura tintuża biex dawn l-istock books jiġu meqruda?", "Hemm xi ċirkolarijiet mill-Finanzi jew ministerjali u/jew dipartimentali li jirregolaw kif dawn l-istock books għandhom jiġu meqruda?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma u f'liema snin ħarġu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DELIMARA - POWER STATION", "7784.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min kien l-avukat li f'isem l- Enemalta nnegozja mal-Perit Dom Mintoff fil-kwestjoni dwar il-Power Station ta' Delimara?", "Kemm irċieva bħala ħlas dan l-avukat għas-servizzi f'din il-kwestjoni?", "Kemm kien il-kumpens miftiehem dwar din il-kwestjoni bejn l-Enemalta u l-Perit Dom Mintoff?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ANZJANI - DJAR MIKRIJA MILL-GVERN", "7785.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru issa jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 7610 u ċioe' jista' jgħid jekk f'każ ta' post mikri mill-gvern lill-anzjan jew anzjana li mbagħad jidħlu f'San Vinċenz de Paule, il-gvern għandux dritt li jieħdu lura?", "X'inhi l-policy?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-policy tad-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali hi li jieħu lura djar fejn jirriżulta li l-inkwilin ma jkunx għadu qiegħed jokkupa d-dar bħala residenza ordinarja tiegħu mingħajr raġuni valida.", "QORMI - TRIQ IL-ĦELSIEN", "7786.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi tip ta' deterrent fi Triq il-Ħelsien, Qormi kontra sewqan eċċessiv u bl-iskop li tkun faċli għan-nies biex jaqsmu din it-triq min-naħa għall-oħra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Traffic Control Board approva it- twaħħil ta` tlett tabelli jindikaw li vetturi ma jistgħux jinsaqu b`aktar minn 30kmph biex ma jkunx hemm sewqan eċċessiv.", "Naturalment, weħidhom, dawn it-tabelli mhux se jikkontrollaw is-sewqan ta` min ikun irid jikser ir- regolamenti.", "PROĊEDURA ĊIVILI", "7787.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jikkonsidra l-Ministru li tiġi emendata l-liġi tal-Proċedura Ċivili sabiex kwalunkwe prokura li ssir tkun trid tiġi insinwata fir- Reġistru Pubbliku għal aktar trasparenza u sigurta' għal xi kredituri potenzjali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar.", "VETTURI - TEST TAL-VRT", "7788.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi liċenzjati li jistgħu joffru t-testijiet ta' VRT fuq il-vetturi min Ottubru li ġej?", "Min huma dawn l-operaturi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s`issa għadu ma ġie lliċenzjat ebda operatur biex jagħmel testijiet tal-VRT.", "VETTURI", "7789.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hawn f'Malta u Għawdex li għandhom aktar minn 15-il sena u aktar minn 20 sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-karozzi rreġistrati f`Malta u Għawdex li għandhom `il fuq minn 15-il sena u aktar minn 20 sena huma kif ġej:", "`l fuq minn 15 `il sena 72,937 `l fuq minn 20 sena 52,271", "DROGA - RIABILITAZZJONI", "7790.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jsegwu l-programm ta' riabilitazzjoni mid-droga wara li ngħataw il-prison leave?", "F'liema ċentri qed isegwu dawn il-programmi?", "Meta kienet intużat għall-ewwel darba l- prison leave għal dan l-iskop?", "S'issa kemm ibbenefikaw individwi mill- għoti tal-prison leave?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent hemm 18-il priġunier li ngħataw il-prison leave biex jattendu programm ta' riabilitazzjoni mid- droga fl-Aġenzija tal-Caritas u dik ta' Sedqa.", "Ninsab informat ukoll li l-ewwel darba li kien ingħata l-prison leave għal dan l-iskop kien fit-23 ta' Ottubru, 1996, u minn din id-data s'issa, kien hemm 57 priġunier li bbenefikaw mill-għoti ta' prison leave għal dan l- iskop.", "REVERSE OSMOSIS - PREZZ TA' L-ILMA", "7791.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-prezz ta' l-ilma li jiġi prodott mir-reverse osmosis plants meta kalkulat b'kull metru kubu, liema prezz irid jitħallas mill-Gvern?", "X'inhu l-persentaġġ minn dan il-prezz li finalment jitħallas mill-konsumatur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ETC - NIES ILLITERATI", "7792.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, x'inhu l-persentaġġ li huma llitterati totalment?", "Minn dawn l-illitterati, kemm hemm li ilhom aktar minn sentejn, erba' snin u sitt snin ifittxu xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, 19% huma totalment illitterati.", "Dawn ilhom jirreġistraw hekk:-", "Minn 2 sa inqas minn 4 snin - 283 persuna Minn 4 sa inqas minn 6 snin - 146 persuna Minn 6 snin 'il fuq - 158 persuna", "SPTAR SAN LUQA - OUT PATIENTS - ĦADDIEMA", "7806.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-impjegati li jaħdmu fl-out patients ta' l- Isptar San Luqa jingħataw l-opportunita' li jaħdmu fuq bażi ta' roster, skond kif qed jaħdmu l-impjegati fl-out patients fl-Isptar Sir Paul Boffa skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7590?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f`seduta oħra.", "NAXXAR: VJAL IL-LABOUR - ĦAJT", "7807.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment ex-xogħlijiet jieħu l-passi neċessarji ħalli jissewwa l-ħajt li hemm imwaqqa' fit-telgħa ta' Vjal il-Labour, Naxxar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill- kunsill lokali interessat.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA PART-TIME", "7808.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l- għalliema part-time humiex intitolati għal bonus?", "Jekk fl-affermattiv, x'sistema tintuża?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Avviż Legali Nru. 61 tal-1996, ma jinkludix lill- bonus bħala wieħed mill-benefiċċji li għalihom huma ntitolati pro-rata l- ħaddiema li jaħdmu part-time.", "Madankollu, għalliema f'impjieg part-time mal-gvern jieħdu bonus pro- rata.", "GĦAWDEX - RAMLA L-ĦAMRA - GABBANI", "7809.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk hux minnu li l-gabbani li jarmaw għax-xhur tas-sajf fir- Ramla l-Ħamra, Għawdex din is-sena ma tħallewx jarmaw temporanjament it- tined li jservu ta' protezzjoni għall-klijenti mir-raġġi tax-xemx?", "Jekk fl- affermattiv, x'inhi r-raġuni li s-sidien tal-gabbani ma tħallewx jagħmlu dan?", "Hemm il-ħsieb li dawn is-sidien jingħataw il-permessi meħtieġa biex jarmaw dawn it-tined peress li dawn ma jintramawx għal gost iżda bħala protezzjoni kontra r-raġġi qawwija tax-xemx?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.", "CATAMARAN", "7810.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-catamaran inġab Għawdex u tħalla sorgut mal-moll bla ma qiegħed jintuża?", "Huwa minnu li l-catamaran ġarrab ħsarat meta dan kien qiegħed jinġarr fuq il-karru?", "Huwa minnu li se tinħareġ offerta biex dan il-catamaran jibda jitħaddem mill-privat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-catamaran inġab Għawdex wara li saritlu l-manutenzjoni ta' kull sena fil-Manoel Island Shipyard.", "Sadanittant, f'Għawdex qed jitkomplew xi manutenzjonijiet u surveys oħra li huma rikjesti mill-Classification Society.", "Il-catamaran ġarrab ħsarat minimi matul is-slipping fil-Manoel Island Shipyard, liema ħsarat ġew imsewwija u mħallsa mit-Tarzna stess.", "Dawn it- tiswijiet saru taħt is-superviżjoni tal-klassi.", "Fil-preżent m'hemm l-ebda pjanijiet sabiex il-catamaran jigi operat minn xi kumpannija privata.", "GĦAWDEX - RAMLA L-ĦAMRA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "7811.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li t-triq ta' wara l-għassa tal-pulizija fir-Ramla l-Ħamra hija tant imħarrbta li qed tkun ta' periklu għan-nies li jżuru din il-bajja, u l- istaġun tas-sajf diġa' beda, tista' l-Ministru tieħu l-passi kollha meħtieġa biex din it-triq tiġi rranġata bit-torba jew materjal ieħor li ma jkunx ta' ħsara għall-ambjent u l-inħawi tal-madwar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li t-triq imsemmija se tiġi rranġata.", "SPTAR MONTE CARMELI - WARD NO.", "8", "7812.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk Ward No. 8 Sptar Monte Carmeli hux se tiġi rranġata biex jiddaħħlu l-anzjani fiha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f`seduta oħra.", "SKEJJEL - STUDENTI B'ĊERTIFIKATI AKKADEMIĊI", "7821.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom ċertifikati akkademiċi fis-suġġetti ta' livell ordinarju maqsuma fi grupp (eż. 10% tat-tfal kellhom 4 \"O\" levels, 15% tat-tfal kellhom 6 \"O\" levels etc, etc) dawk it-tfal li spiċċaw mill-iskejjel rispettivi tagħhom ta' 16-il sena, sena b'sena għal dawn l- aħħar 5 snin?", "Matul dawn l-aħħar 20 sena, x'persentaġġ ta' tfal komplew għal edukazzjoni terzjarja kif maħruġa mill-istatistiċi edukattivi li jiġu ppubblikati kull sena?", "Tista' din l-informazzjoni tingħata sena b'sena u kemm minnhom kienu subien/bniet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CONTRACTING STATES - KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI", "7822.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Contracting States li jipprattikaw iż-żewġ konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu rispettivament ma' l-aspetti ċivili ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar.", "ATT TAL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI - PAJJIŻI BARRANIN", "7823.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar kwmm saru applikazzjonijiet minn pajjiżi barranin jistennew biex ikollhom l-Att tal- Konvenzjoni Internazzjonali għal sekwestru ta' minuri?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "KALKARA - VILLA PORTELLI", "7824.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-MDC ta' Villa Portelli fil-Kalkara hux se tiċċaqlaq minn hemmhekk?", "Jekk iva, x'se jsir mill-bini u lil min se jingħata?", "Għalfejn?", "Fejn se jmur l-istaff ta' l-MDC?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Malta Development Corporation ma ħadet ebda deċiżjoni f'dan is-sens.", "BIRGU - KUNVENT TAS-SORIJIET", "7825.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehim biex il-kunvent tas-sorijiet tal-Birgu jeħdux il-gvern?", "Jekk iva, x'se jsir mill-bini?", "Jista' jgħid jekk hux se jingħata lil xi ħadd?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li fil-Birgu hemm aktar minn kunvent wieħed tas- sorijiet, nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tindikali għal-liema kunvent qed tirriferi.", "MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI - PROGRAMM ELETTORALI NRU.", "75", "7827.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika jekk u meta se jwettaq il-wiegħda tiegħu fil- Programm Elettorali Nru. 75 paġna 11?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hija waħda mill-proposti li se naħdem fuqha is-sena d- dieħla.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TA' DJAR - XOGĦLIJIET PENDENTI", "7829.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm xogħlijiet approvati pendenti fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar: 1) b'kollox; 2) fil-Belt; 3) fil-Furjana; 4) sena b'sena skond id- data ta' l-applikazzjoni; u 5) kategorija b'kategorija?", "Kemm saru xogħlijiet din is-sena mill-istess dipartiment (1), (2), (3), (4) u (5)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xogħlijiet ta' tiswija f'bini tal-Gvern.", "Nifhem wkoll li qed jitlob informazzjoni dwar dawk it-talbiet li ġew approvati iżda li fuqhom ix- xogħlijiet s'issa għadhom ma sarux.", "Għalhekk in-numru ta' xogħolijiet approvati iżda li għad iridu jsiru huma dawn:", "l. Total fil-lokalitajiet kollha: 1,952 2.", "Total fil-Belt: 400 3.", "Total fil-Furjana: 68 4.", "Total sena b'sena: Pendenti mill-1992: 54 Pendenti mill-1993: 100 Pendenti mill-1994: 165 Pendenti mill-1995: 84 Pendenti mill-1996: 162 Pendenti mill-1997: 337 Pendenti mill-1998: 444 Pendenti mill-1999: 606", "Ta' min jinnota li prattikament ix-xogħolijiet li ilhom pendenti iktar minn sena kważi kollha jirriferu jew għal tikħil tal-faċċati jew għal tibjid ta' tronob komuni.", "Dawn ix-xogħlijiet għalkemm neċessarji mhumiex kkonsidrati ta' l-istess priorita' bħal eż. Fejn ikun hemm xogħol ta' periklu fuq soqfa jew ħsarat fis-sistemi komuni ta' drenaġġ.", "Ta' min isemmi li sal-lum in-numru totali ta' talbiet għal xogħlijiet mindu twaqqaf id-dipartiment lejn l-aħħar ta' l-1992 kien ta' 16,426.", "B'hekk in-numru ta' xogħlijiet approvati iżda għadhom ma sarux jirrapreżentaw biss madwar 10% tan-numru ta' talbiet totali.", "5.", "Total kategorija b'kategorija:", "Xogħlijiet li jridu jsiru bil-ħaddiema tad-dipartiment: l,313 Xogħlijiet li jridu jsiru minn kuntratturi: 383 Xogħlijiet li jridu jsiru minn dipartimenti oħra: 256", "In-numru ta' xogħlijiet li saru din is-sena sa l-aħħar ta' Mejju huma dawn:", "1.", "Total fil-lokalitajiet kollha: 854 2.", "Total fil-Belt: 116 3.", "Total fil-Furjana: 46 4.", "Xogħlijiet li saru fl-1999: 854 5.", "Total kategorija b'kategorija:", "Xogħlijiet li saru bil-ħaddiema tad-dipartiment 634 Xogħlijiet li saru minn kuntratturi: 104 Xogħlijiet li saru minn dipartimenti oħra: 116.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "7830.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija parlamentari numru 7361, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'jiġri mill-fond ta' l-applikant jekk jintgħażel biex: jikri jew jixtri post mill-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar ħarġa ta' postijiet għax-xiri, il- benefiċjarji li fid-data ta' l-applikazzjoni tagħhom kienu jokkupaw fond jobbligaw ruħhom li fi żmien stipulat fl-avviż jagħtu l-pussess vakant tal- fond lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jekk hemm ordni ta' rekwiżizzjoni jekk huma proprjeta' tal-Gvern jew mikrija mill-Gvern, ta' l- Awtorita' tad-Djar, ta' Korpi Parastatali, tal-Joint Office jew ta' xi awtorita' oħra, sabiex il-fond jiġi użat skond il-policy tad-Dipartiment, u huwa obbligat u jobbliga ruħu wkoll illi ma japplikax għad-dekontroll tal- fond minnu okkupat.", "F'każ illi xi benefiċjarju jonqos milli josserva dan l- obbligu l-att ta' l-allokazzjoni tiġi xolt ipso jure u l-benefiċjarju ma jkollu ebda dritt għal kumpens ta' benefikati li jkun għamel fil-fond u jkollu jirrifondi wkoll kull sussidju li jkun ħa taħt dan l-avviż jew mod ieħor in konnesjoni mal-fond in kwestjoni.", "F'każ illi benefiċjarju kien jipposjedi bi proprjeta' jew enfitewsi fond abitabbli iżda mhux adegwat għalih u għall-familja tiegħu, hu għandu jbiegħ il-fond tiegħu lil terzi għal skop ta' residenza fi żmien u skond kif jiġi approvat jew stabbilit mid-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali.", "Fil-każ ta' kiri, dan għad irid jiġi stabbilit fil-ħarġa li jmiss.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI MINIMA NAZZJONALI", "7831.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir reviżjoni tal-pensjoni minima nazzjonali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kemm-il darba l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għar-reviżjonijiet li jsiru kull sena fir-rati tal-pensjonijiet, nista' ninformah li bħalissa it-Taqsima tal-Pensjonijiet tad-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali għaddejja b'dan l-eżerċizzju ta' revizjonijiet.", "Fejn ikun hemm dritt għal xi żieda fil-pensjoni dawn qed jitħallsu minnufih.", "DJAR - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "7834.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema block ta' appartamenti tal-gvern fil-Belt u fil-Furjana ġew misjuba: adattati għall-introduzzjoni tal-lift; mhux adattati għall-introduzzjoni tal-lift?", "Tista' tingħata t-tweġiba f'kull każ?", "Liema kondizzjonijiet/mardiet li jaffettwaw il-mobilita' ta' l-inkwilini se jingħataw priorita' meta jiġu biex jibdew jiġu ntrodotti l-lifts?", "L-eta' se tingħata konsiderazzjoni?", "Se jiġu ppubblikati formoli speċifiċi rigward il-ftehim li hu mistenni li jkun hemm fost l-inkwilini ta' l-istess block?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-Belt Valletta saru spezzjonijiet fuq 37 Entratura li minnhom instab li seba' diġa' għandhom lift installat.", "F'sitt każi oħra il-lift jista' jiġi installat, f'19-il każ il-lift ma jistax jiġi nstallat u f'ħames każi oħra għad irid isiru aktar investigazzjonijiet.", "Fil-Furjana saru spezzjonijiet fuq 16-il Entratura li minnhom instab li tnejn diġa' għandhom il-lift installat.", "F'żewġ każi l-lift jista' jiġi nstallat, f'11-il każ il-lift ma jistax jiġi installat u f'każ wieħed iridu jsiru aktar investigazzjonijiet.", "Mhux il-postijiet kollha f'dawn il-lokalitajiet ġew investigati.", "Dettalji jidhru fuq dokumenti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkati A u B aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward każijiet li jaffettaw mobilita' kull każ jiġi mistħarreġ fuq il- merti tiegħu.", "Skond kondizzjoni ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema l-inkwilini/sidien li japplikaw jiddikjaraw li jridu jifformaw Assoċjazzjoni ta' Residenti tal- Blokk/Entratura.", "ARTIJIET - NISSAN HUTS", "7836.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm nissan huts fl-area magħrufa bħala l-foss ta' Notre Dame Bormla, limiti ta' Verdala?", "Min qed jokkupa dawn il-huts?", "Jista' l-Ministru jara li jkun hemm kontrolli fuq id-dħul bejn l-area fejn hemm dawn il-huts?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab informat li fil-foss magħruf bħala ta' San Klement u li jiġi taħt is-sur ta' Notre Dame, hemm għaxar huts.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FORZI ARMATI - SULDATI", "7837.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li ħadmu fl-off tagħhom sabiex jinġabar l- iskart waqt l-istrike humiex se jieħdu xi ħlas ta' dan ix-xogħol?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li l-istrajk tal-Ko-operativa ta' l- Indafa Pubblika ħoloq sitwazzjoni ta' emergenza, membri ta' l-Armata ssejħu biex jiġbru l-iskart.", "Minħabba f'hekk, suldati li kienu fil-ġurnata off tagħhom issejħu skond in-neċessita' li kien hemm.", "Ninsab informat li għalkemm f'każi ta' emergenza bħalma hu dan, is- suldati huma mistennija li bħal dejjem jagħtu sehemhom mingħajr ma jitħallsu żejjed, dawk is-suldati li ħadmu iżjed siegħat minn normal ta' 47 siegħa fil-ġimgħa se jingħataw time-off-in-lieu bħala rikompens.", "Irrid ngħid ukoll li s-suldati kollha li daħlu għal dan ix-xogħol il-Hadd 6 ta' Ġunju 1999, se jitħallsu paga doppja skond ir-Regolamenti tas-Servizz.", "FORZI ARMATI - GUNNER", "7838.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk gunner fil-Forzi Armati jistax ikun eliġibbli għal penz fuq bażi ta' seniority biss?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-Regolamenti tal-1970 dwar il-Forzi Armati ta' Malta (Nomini u Kondizzjonijiet tas-Servizz) (Forza Regulari) jistipulaw li l-promozzjonijiet tal-Gunners fl-Armata għandhom isiru fuq bażi ta' effiċjenza, anzjanita (seniority), kwalifiki u selezzjoni biex timtela' vakanza.", "BORMLA - GARDEN STRUCTURES - TINDIF", "7839.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsir xogħol ta' tindif u embellishing fuq in-numru ta' garden structures li hemm fil-Housing Esate ta' San Ġwann t'Għuxa, f'Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7723 (Seduta Nru. 121).", "ZABBAR - TRIQ PAPA ALESSANDRU", "7840.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li Triq Papa Alessandru, f'Ħaż Żabbar tingħata kisja tarmak peress li minkejja li ilha mimlija bid-djar numru ta' snin għadha qatt ma rat kisja tarmak?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol fi Triq Papa Alessandru jinsab imniżżel fil-lista ta` xogħlijiet li jridu jsiru f`zoni urbani li prioritajiet tagħhom qed jiġu kkonsidrati flimkien mall-kunsill lokali biex ix-xogħol ikun jista` jiġi mwettaq.", "ŻABBAR - TRIQ IL-BAĦRIJA", "7841.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Baħrija, f'Ħaż Żabbar tingħata kisja tarmak?", "Meta hemm il-ħsieb li x-xogħol fuq din it-triq isir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ż-żewġt partijiet ta` Triq il- Baħrija huma diġa' asfaltati u għalhekk il-kisi tagħhom bil-hot asfalt irid isir mill-kunsill.", "JOINT OFFICE - TRASFERIMENTI", "7862.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid u jikklassifika t-trasferimenti, mhux biss ta' proprjeta' imma wkoll ta' drittijiet, li saru mill-Joint Office matul l- 1995, l-1996, l-1997, u l-1998 u sal-31 ta' Mejju, 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Uffiċċju Konġunt għamel trasferimenti ta' proprjeta` u drittijiet kif jidher hawn taħt :", "|Sena |Bejgħ |Fidi |Fidi |Fidi | | |ta' |ta' |ta' |ta' | | |proprj|ċens |ċens |ċens | | |eta` |perpetw|perpetw|tempo| | | |urivedi|u mhux |ranju| | | |bbli |rivedib| | | | | |bli | | |1995 |xejn |xejn |xejn |17 | |1996 |1 |xejn |xejn |12 | |1997 |280 |5 |204 |21 | |1998 |63 |34 |55 |4 | |1999 |13 |57 |xejn |9 | |(sal-31 | | | | | |ta | | | | | |Mejju) | | | | | |TOTAL |357 |96 |259 |63 |", "FGURA - TRIQ CARMEL", "7863.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex it-talba għat-twessigħ ta' Carmel Str, Fgura (WD 2328/90) ma ġietx implimentata meta l-bini li jrid jitwaqqa' jinsab fi stat perikoluż strutturalment u ta' periklu kbir għal min bħalissa jokkupah?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dan il-proġett qed jitwettaq mill- Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, illum mill-Ministeru ta` l-Ambjent u l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat."]} {"filename": "20020416_723d_par.doc", "date": "2002-04-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 723 It-Tlieta, 16 ta' April, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 723", "It-Tlieta, 16 ta' April, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "723", "It-Tlieta, 16 ta' April, 2002", "WERREJ", "MINUTI 74", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 74", "TQEGĦID TA' KARTI 78", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 79", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI (IT-TIELET QARI)", "MALTA COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL (THIRD READING) 80", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (IT-TIELET QARI)", "CULTURAL HERITAGE BILL (THIRD READING) 80", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 81", "AĠĠORNAMENT 102", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 109", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 722 li saret fil-15 ta' April, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PURSEINERS", "31108.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sajjieda jew kumpanniji lokali li sottomettew talba lid-Dipartiment tas-Sajd sabiex ikolhom liċenzja għall-użu tax-xibka magħrufa bħala purseiners?", "Meta saru dawn it- talbiet u meta ġew approvati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 31106.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jekk qed nifhem sew, ma sarux talbiet u lanqas ġew approvati talbiet għal applikazzjonijiet biex jintużaw ix-xbieki magħrufa bħala purseiners fil-kosta tagħna hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien hawnhekk qed nagħmel riferenza għal mistoqsija 31106 li kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jinformani meta l-gvern għamel il-pożizzjoni uffiċjali dwar l-użu tal-purseiners lill-koperattivi tas-sajd lokali?\"", "U r-risposta kienet tgħid hekk:", "\"Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 31103.", "Inżid li d-dipartiment tas-sajd u l-akwakultura rċieva numru żgħir ta' talbiet mingħajd sajjieda Maltin u dawn ma ntlaqgħux.\"", "Issa d-domanda parlamentari numru 31103 kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jinformani x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-purseiners, jiġifieri x-xbieki ta' l-għażel tat-tonn użati mis- sajjieda tagħna?\"", "U r-risposta kienet tgħid hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent l-ebda sajjied Malti m'għandu liċenzja għall-purseiner tat-tonn.", "Fir-rigward tal- pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-purseiner, nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn biex jiggarantixxi l-għajxien tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.\"", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' l-istqarrijiet uffiċjali li saru dwar il-kwestjoni tal-protezzjoni tal-levy tal-biedja - kemm min-naħa tal- Ministru kif ukoll min-naħa tal-gvern - jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad jekk l-istrutturi li tapplika l-Unjoni Ewropea sabiex tipproteġi l- biedja tagħha, iġibux piżijiet fuq il-konsumaturi, fuq il-bdiewa u fuq is- settur tat-turiżmu lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, din hija mistoqsija dwar il-levies u nfakkar li d-domanda oriġinali kienet dwar il-purseiners, jiġifieri x- xbieki ta' l-għażel li jintużaw biex jinqabad it-tonn.", "Biex nerġa' nwieġeb għal darb'oħra dwar il-levies, irrid ngħid li l-Unjoni Ewropea għandha s-sistema tagħha biex bħal kull pajjiż jew bħal kull blokk, tipproteġi l-qasam agrikolu tagħha.", "Ovvjament ladarba aħna rridu ningħaqdu bi sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea u allura nidħlu f'dan il-club, irridu nadottaw l-istess sistema li jadotta hu.", "L-Unjoni Ewropea għandha diversi metodi kif tipproteġi s-settur agrikolu tagħha u ladarba aħna nkunu membri, il-biedja tagħna ovvjament se tkun ukoll protetta.", "Per eżempju, l-Unjoni Ewropea għandha s-sistema tat-tariff quotas, li l-Onor.", "Interpellant ġieli semma f'din il-Kamra u qal li hemm 87 minnhom, fosthom dik fuq l-importazzjoni taċ-ċanga.", "Jekk nieħdu l-high quality beef, li normalment jiġi mill-Arġentina, insibu li l-Arġentina għandha kwota ta' kemm tesporta minn din it-tip ta' ċanga lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, liema kwota hija ta' madwar 38,000 tunnellata u dan l- aħħar kien hemm talba biex din il-kwota tittella' għal 58,000 tunnellata.", "Dan ifisser li fuq l-ewwel ammont jew ma jkunx hemm tariffi jew inkella t- tariffi jkunu baxxi ħafna.", "Malli jinqabeż dan l-ammont, it-tariffa togħla drastikament.", "Aħna fil-preżent nimportaw ċerti prodotti mis-suq internazzjonali – għax hekk jaqblilna – u allura qed nagħmlu t-talba ta' l-ispecial supply measure, biex ċerti prodotti nkomplu nimportawhom minn dan is-suq ladarba nkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropa.", "Fil-fatt mhux pajjiżna biss jagħmel dawn it-tip ta' talbiet.", "Spanja u Portugall, per eżempju, ilhom mill-1986 membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea u kienu għamlu t-talba biex ikomplu jimportaw il-qamħirrun mis-suq internazzjonali u ngħataw il-faċilita` mill-istess Unjoni Ewropea li jimportaw madwar 2,500,000 ta' qamħirrun kull sena.", "Dan ilhom jagħmluh mill-1986 sal-lum.", "Aħna nimportaw madwar 50,000 tunnellata ta' qamħirrun fis-sena, jiġifieri 2% biss ta' dak li jimportaw Spanja u l-Portugall mis-suq internazzjonali u qegħdin ninnegozjaw biex dawk il-prodotti li ħistorikament konna nimportawhom minn swieq internazzjonali għax huma orħos, ningħataw l-istess faċilita` u nkomplu nimportawhom minn hemm bil-prezzijiet internazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed jikkonferma li l-prezzijiet huma għoljin u li l-gvern qed jinnegozja supply measures ħalli nevitaw li jsofri kemm il-konsumatur kif ukoll l-industrija ta' l-ikel, inkluż is- settur tat-turiżmu, jista' l-Ministru jgħid - kif wiegħed lil din il-Kamra – liema huma dawk is-87 prodotti li huma soġġetti għal dawn il-kontrolli, kemm ta' kwoti u tariffi kif ukoll dawk il-539 prodott li se jkunu marbuta ma' special safeguard?", "Ladarba l-Ministru jaf li l-Unjoni Ewropea tipproteġi u tapplika dawn l- għodod biex tipproteġi l-biedja tagħha ħalli ma jkunx hemm market penetration ta' prodotti li jġibu fix-xejn l-għajxien tal-bdiewa u ta' dan is-settur, jista' jinforma lill-Kamra għaliex filwaqt li l-gvern beda jneħħi l-protezzjoni tal-levy, m'għamilx dan il-market penetration?", "U jekk jirriżulta li għamel, jista' jpoġġi d-dokumentazzjoni relatata fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-oppożizzoni min-naħa tagħha tifhem dak li l-gvern qed jipprova jinnegozja bħala pakkett speċjali fil-każ taċ-ċirkostanzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena nikkonferma li fl-Unjoni Ewropea hemm prodotti li għandhom prezz għoli u hemm prodotti oħrajn li għandhom prezz baxx meta mqabblin mal-prezzijiet tagħna.", "Per eżempju l-Unjoni Ewropea tissussidja ħafna bil-goff il-produtturi tal-qmuħ u taz-zokkor.", "Infatti nisimgħu li aħna mhux se niggwadanjaw mill-ewwel kolonna tad-direct payments tal-common agricultural policy għax ma nkabbrux dawn il-prodotti.", "Allura l-verita` hi li dawk il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li jkabbru z- zokkor u l-qmuħ se jibbenefikaw bil-goff mill-first pillar.", "Minn dan il-fist pillar u cioe` d-direct payments lill-produtturi, għandek prattikament 90% tal-budget kollu tas-CAP li jmur għal dan l-iskop, jiġifieri għal ċerti prodotti bħalma huma l-qmuħ, it-tabakk u z-zokkor.", "Dawn huma ssussidjati u għandhom prezz għoli biex il-produtturi ta' dawn il- prodotti ikollhom income tajjeb.", "Imbagħad hemm prodotti oħrajn li l-prezz tagħhom, meta mqabbel ma' dak ta' pajjiżna, huwa baxx.", "Per eżempju, il-prezz ta' 100 kilo ħalib frisk ħiereġ mid-dairy meta mqabbel ma' dak ta' pajjiżna huwa irħas.", "Ir-raħħal Malti jitħallas madwar Euro 41 għal kull 100 kilo ta' ħalib filwaqt li fl-Ewropea il-prezz tal- ħalib huwa ta' madwar Euro 31 għal kull 100 kilo.", "Imma mbagħad għandek problema oħra.", "Biex iġġib dan il-ħalib minn barra trid tħallas it- transport cost u allura jiżdied bejn Euro 10 u Euro 11 kull 100 kilo u b'hekk il-prezz jiġi ndaqs.", "Pero` imbagħad hemm prodotti oħra li l-prezz tagħhom huwa inqas minn tagħna, bħall-majjal u t-tjur.", "Għalhekk il-gvern qiegħed jimxi fuq pjan li l-levy titnaqqas - għax eventwalment dawn iridu jitnaqqsu kullimkien u huwa inutli li noqogħdu nparlaw ġo din il-Kamra – u biex aħna niggarantixxu li r- raħħal ikun garantit income suffiċjenti, qegħdin indaħħlu dak il-kumpens li ħabbarna nhar is-Sibt.", "B'hekk niggarantixxu li r-raħħal tagħna jkompli jgawdi minn dħul xieraq u ġust.", "Ovvjament meta wieħed qiegħed iniżżel il-levy bil-mod il-mod ikun qiegħed jikkontrolla l-market penetration, jiġifieri meta jidħollok il-prodott minn barra.", "Allura sakemm inti tiġi f'fażi li tkun neħħejt il-levy bil-mod il- mod u niżżiltha sa ċertu ammont illi tkun qiegħed tikkontrolla l-market penetration, tkun qed tagħti n-nifs lill-istess settur biex dan ikun jista' jagħmel ir-ristrutturar neċessarju.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf liema huma dawk is-87 prodott li fuqhom hemm applikazzjoni ta' tariff quota fl-Unjoni Ewroepa, nappellalu biex iniżżilhom permezz ta' l-internet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiena ma nistax nifhem kif il-Ministru għadu kemm qal li l-prezz tal-majjal f'pajjiżna huwa ogħla, meta l-gvern għandu studju li juri li kemm il-prezz ta' l-għalf li jixtru l-produtturi tagħna huwa orħos minn dak li jixtru l-produtturi Irlandiżi u Taljani kif ukoll il-prezzijiet li jħallsu l-konsumaturi Irlandiżi u Taljani għal prodott li hu magħmul mill-majjal, huma ferm ogħla.", "Dan joħroġ mid- dokumenti li għandu l-gvern u li fuqhom qed jibbaża n-negozjati tiegħu.", "Allura l-prezz bħal min huwa baxx?", "Għall-konsumatur jew għall-bidwi?", "Jew il-prezz huwa baxx għall-bidwi u għoli għall-konsumatur?", "Jekk m'aħniex se niddefinixxu din il-problema se nibqgħu ngħidu affarijiet li dwarhom ma niftehmux.", "Il-Ministru lili wegħedni li se jgħarrafni liema huma s-87 prodott li l- Maltin u l-Għawdxin fl-industrija ta' l-ikel u s-settur tat-turiżmu jridu jirrispettaw.", "F'Malta għandna popolazzjoni ta' 380,000 u magħhom miljun turist li jiġu kull sena u allura rridu nifhmu x'qed nippruvaw ngħidu meta qed nitolbu lista ta' dawn il-prodotti.", "Hemm 87 prodott li se jkunu marbuta ma' kwota u tariffa u hemm 539 prodott li se jkunu marbuta ma' kontrolli magħrufa bħala special safeguards.", "Dawn se jaffettwaw 75% ta' l- importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li aħna ma nipproduċux lokalment imma nimportaw għax is-settur tagħna huwa limitat u żvantaġġat minħabba d-daqs ta' l-art, id-densita` tal-popolazzjoni u d-densita` tal-live stock u ta' dak kollu li jġib miegħu dan l-argument.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nibda bl-aħħar request ta' 539 special safeguards u 87 tariff quotas.", "Jiena nerġa' nirrepeti li dawn huma available permezz ta' l-internet anke mill-kumdita` tad-dar tiegħek stess.", "Jekk irid inġibomlu jiena stess.", "Issa rigward il-prezzijiet, ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant huwiex qed jgħid li l-prezz tal-ġwież fl-Irlanda u fl-Italja huwa ogħla minn ta' Malta.", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Ministru, l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ħalli nippreċiża x'għedt.", "Il-gvern għamel dak li ngħidulu \"processed product price comparison\" biex ikun jista' jifhem lilu nnifsu dwar dak li se jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea biex iġib l-aħjar pakkett għas-settur tal-biedja lokali.", "Issa f'dan l-eżerċizzju l-gvern Malti rriżultalu li meta tipparaguna l-prezz ta' l-għalf tar-raħħala tagħna u tal-produtturi tal-majjal issib li huwa bejn 30% u 52% orħos minn dak li jħallsu l-produtturi Taljani u Irlandiżi.", "Imbagħad irriżultalu l-istess, għall-prezz tal-konsumatur.", "Fl-Italja il-lukandiera u l-konsumaturi jixtru l-bacon bl-Lm4 kull kilo filwaqt li f'Malta jixtruh bil-Lm1.80 kull kilo.", "Issa ladarba jirriżulta dan, għaliex il-Ministru qed jgħid li l-prezzijiet tal-majjal f'pajjiżi barranin huma orħos?", "Dan hu l-argument tal-market penetration.", "L-analisi saret jew ma saritx?", "Jekk ma saritx, għalfejn ma saritx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiġifieri sewwa fhimt li l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li l-prezz tal-ġwież f'Malta huwa orħos minn dak ta' l-Irlanda u l- Italja.", "Dan huwa veru, minbarra li f'dawk il-pajjiżi mhux bilfors irabbu bis-sistema li nrabbu biha aħna.", "Jekk nieħdu prodott ieħor, bħad-dairy, din f'Malta titrabba b'għalf mod u barra għandek il-grazing grounds, tirgħa u titrabba mod ieħor.", "Pero' aħna għandna sistema li minkejja li jista' jkun li l-prezz tal-ġwież huwa orħos minn dak ta' barra, il-prezz tal- produzzjoni, kif ibigħu r-raħħal, huwa ogħla mill-prezz kif ibigħu r-raħħal f'diversi pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.", "Anke meta niġu biex nitkellmu dwar diversi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, wieħed jara li hemm differenza fil-prezz kif jinbiegħ il-majjal mir-raħħala u mill-produtturi.", "Per eżempju, il-prezz tal-majjal kif mibjugħ fil-Greċja huwa bil-bosta ogħla mill-prezz kif jinbiegħ f'pajjiżi oħrajn bħad- Denimarka.", "Pero` minkejja dan il-fatt imbagħad għandek il-prezz tal-majjal li minbarra li huwa orħos minn tagħna kif joħroġ mir-raħħal, hemm sistema li biha jiżdied il-valur minħabba l-mod li biha jiġi proċessat, il-profitt li jagħmel id-distributur u r-retailer, u allura meta dan il-prodott jinbiegħ lill-konsumatur f'dawn il-pajjiżi, issib li huwa ogħla minn tagħna.", "Pero` meta wieħed jagħmel l-eżerċizzju tal-market penetration irid jagħmel dan like with like, jiġifieri trid tikkompara r-raw material mar- raw material.", "Jekk nieħdu l-majjal trid tieħu l-prezz tal-majjal kif jitwassal għand il- processor.", "Jekk proċessur tal-majjal ikollu bħalissa jimporta tip ta' majjal mill-Greċja biex iġibu f'pajjiżna, kif ħareġ mill-biċċerija, jekk dan iżżidlu 10c per kilo bħala transportation cost, friża u affarijiet oħra, jiġi f'Malta bil-prezz ta' bejn 72c u 73c meta l-majjal ta' pajjiżna qiegħed bil-prezz ta' 82c.", "U allura biex tikkontrolla l-market penetration u biex tagħmel it-tneħħija gradwali tal-levy, trid teħodhom fuq perijodu, għandek il-parametri li tieħu l-cost difference - li huwa bejn 72c u 82c – u għandek il-parametru l-ieħor taż-żmien li fih tagħmel ir-restructuring u għandek il-parametru l- ieħor ukoll ta' jekk tagħmilx il-kumpens direttament ugwali għall-ammont, għall-perċentwali ta' kemm tneħħi l-levy.", "Jiġifieri f'din l-equation għandek tliet fatturi li wieħed jista' jutilizzahom biex joħroġ l-aħjar xenarju biex jiggarantixxi li l-penetration ta' dan il-prodott, jekk ikun hemm penetration wara kollox u jekk is-suq ...", "Għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq suq li huwa ħaj u m'aħniex qed nitkellmu fuq xi siġġu jew mejda.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li tista' tinqala' u li biha l-prezz jitla' jew jinżel.", "Fil-fatt hemm diversi fatturi li jiddeterminaw il-prezz tal-prodott.", "Per eżempju, meta kien hawn il-foot and mouth disease - għall-grazzja t'Alla f'pajjiżna ma kellniex din il-marda u lanqas kellna l-marda tal-BSE - in-nies intefgħet fuq il-majjal, il-produzzjoni li kellna f'pajjiżna ma bdietx tlaħħaq mad-domanda tal-poplu u allura kellu jiġi mportat f'pajjiżna ċertu ammont ta' majjal minn barra.", "Peress li fl-Ewropa kien hemm ċerti areas li kienu effettwati mill-istess marda tal-foot and mouth u allura me kienx qed ikun hemm esportazzjoni ta' l-istess majjal minn dak ir-reġjun jew pajjiż, il-prezz f'dawk il-pajjiżi l-oħra li kellhom produzzjoni normali, għola.", "Dan jirrifletti dejjem il-famuża rabta bejn id-demand u s- supply; la inti jkollok inqas materjal fis-supply, wieħed jistenna li l- prezz tiegħu jogħla.", "U f'dawk iż-żmenijiet meta kien qed jiġi mportat ammont ta' majjal f'pajjiżna, il-prezz tal-majjal għola u allura l-price difference bejn il- prodott tal-majjal importat f'pajjiżna u l-prezz tal-majjal ta' Malta kif imwassal għand il-konsumatur, kien prattikament ta' ftit ċenteżmi.", "Mr Speaker, allura hawnhekk qed ngħidu li jekk terġa' tieħu l-parametri li qed insemmi jiena u, per eżempju, tieħu l-prezz tal-majjal fil-Greċja għall- prezz tal-majjal f'Malta - aħna ħadna l-average għall-perijodu ta' bejn is- snin 1998, 1999 u 2000, jiġifieri dan huwa marbut ma' perijodu statiku – u dak il-livell jogħla jew jinżel, jeffettwa l-price difference.", "Skond il- price difference jiġi kkalkulat l-ammont ta' kumpens li jrid jitħallas.", "Ovvjament meta tiġi biex tikkwantifika eżatt il-prezz ta' sussidju li jrid jiġi mħallas mal-prezz tal-prodott ta' barra, trid iżżid miegħu l-prezz tat- trasport ħalli tkun taf eżattament id-differenza bejn il-prezz tal-majjal Malti mwassal għand il-proċessur u l-prezz tal-majjal li jkun importat.", "Imbagħad meta niġu għall-kwalita` kulħadd jaf li l-majjal ta' Malta huwa wieħed mill-aħjar li hawn fl-Ewropa.", "Pero` nerġa' ngħid li biex wieħed ikun jista' jiddetermina l-istruttura li trid ssir fis-sistema tas-settur partikolari kif ukoll biex jikkontrolla l- market penetration inti trid tagħmel din l-iskema li fiha tieħu l-price differential, tieħu into consideration l-ammont ta' sussidju li tista' tagħti ....", "Għax inti tneħħi 10% tal-levy u tnaqqas 10% tal-price difference, pero` tista' tneħħi 10% biex tagħti iżjed nifs, tagħti l- kumpens u ħadd m'hu sidek li tagħmel hekk.", "U allura b'dan il-mod wieħed jista' jikkontrolla l-operat tas-settur b'tali mod li jiggarantixxi li s- settur jingħata n-nifs neċessarju biex jagħmel ir-ristrutturar neċessarju kif ukoll jagħtih in-nifs biex ikun jista' jikkontrolla għal mument fil- futur meta jista' jkun hemm market penetration.", "Nerġa' ngħid li dawn l-affarijiet jiddependu minn ħafna fatturi u f'dawn is- setturi kollha jibqa' jsir ir-review, jiġifieri perjodikament dawn is- setturi jrid jerġa' jsirilhom l-istudju ħalli naraw l-affarijiet kif ikunu mexjin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-kwantita` u l-varjeta` ta' prodotti ta' l-ikel li nxtraw fid-djar ta' l-anzjani tal-Furjana u ta' l-Imtarfa matul l- 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 31109.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skeda ta' offerti li rċieva l-Malta EU Information Centre għall- produzzjoni ta' tliet minuti ta' informazzjoni għal fuq it- televiżjoni, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 32574 li ngħatat f'seduta numru 722 tal-15 ta' April 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien se nressaq każ ta' ksur ta' privileġġ kontra l-gazzetta \"The Malta Independent\" tas-16 ta' April għax skond subartiklu (k) ta' artiklu 11 ta' l-Ordinanza għall-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, Kap. 113, jingħad hekk:", "\"il-pubblikazzjoni volontarja jew bi traskuraġni ta' xi rapport falz jew mgħawweġ ta' xi dibattitu jew proċedimenti tal-Kamra jew ta' xi Kumitat tagħha. ̧ ....\"", "Dan ifisser li jekk ikun hemm xi rapportaġġ falz jew malintiż fil-gazzetta dan ikun ksur ta' privileġġ.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax il-bieraħ meta jien ressaqt każ ta' ksur ta' privileġġ u għamilt il- punti li kelli nagħmel għidt li fejn jidħol il-każ tal-mediċina u l- kwestjoni tat-tifla kien hemm gidba fir-rapport tal-gazzetta \"The Malta Independent\" li deher qabel.", "Kien hemm ukoll il-każ tal-Każin tal-Banda ta' San Ġużepp u dwar dan kien hemm gidba wkoll.", "Fil-fatt jien semmejt ukoll li fejn jissemma li taħt ir- ritratt tiegħi hemm allegazzjoni, jien ma semmejt l-ebda allegazzjoni jew tajt xi indikazzjoni ta' allegazzjonijiet.", "Jekk tara l-gazzetta \"The Malta Independent\" tal-lum issib il-heading \"Breach of privilege claim filed against TMID by Labour Whip\" li jgħid hekk:", "\"His complaint focused on one particular point, in which TMI said the Labour MP's daughter was forced onto medication ...\".", "Mela hija gidba li mhux veru punt wieħed.", "Jien semmejt dawk il-punti fejn jidħol tal-każin tal-banda u fejn tidħol il-kwestjoni l-oħra ta' l- allegazzjonijiet.", "U biex jipprova jagħmilha tal-ħelu f'paragrafu ieħor qal hekk:", "\"The paper wrote a 680 word report to bring to the public's attention what Mr Mizzi said.", "A misunderstanding of one part of his speech does not turn the reporting of that speech into a malicious report.\".", "Mela jien qed nuri bil-fatti li mhux każ wieħed hemm imma tlieta u l- bieraħ semmejthom speċifikament.", "Għaldaqstant qed inressaq dan il-każ ta' ksur ta' privileġġ u ̧ nerġa' ntenni, każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Fil-każ ta' ksur ta' privileġġ tal-bieraħ \"The Malta Independent\" iddikjarat li veru kelli raġun għax ġabet parti minnu diġà li kienet gidba jiġifieri ammettiet hi stess li gidbet u qed nerġa' nressaq każ ta' ksur ta' privileġġ ieħor illum kontra l-ġurnal \"The Malta Independent\" tal-lum fuq il-kwestjoni ta' dak li għadni kemm semmejt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tieħu konjizzjoni ta' dan u tagħti ruling iżjed tard.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "MALTA COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, jekk jogħġbu ̧ iressaq it- Tielet Qari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President ̧ nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, jekk jogħġbu, jipproponi t- Tielet Qari.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru tat-Turiżmu): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-15 ta' April ̧ 2002 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker ̧ l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed idaħħal l-ewwel tip ta' miżuri biex jikkonformana mal- konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa jiġifieri mas-Civil Law Convention on Corruption.", "Normalment konvenzjoni tkun tkopri general guidelines għax tkun drafted minn għadd ta' pajjiżi li r-realtajiet tagħhom ikunu jvarjaw minn wieħed għall-ieħor u għaldaqstant biex jintlaħaq kompromess wieħed irid imur fuq qafas komuni ġenerali biex b'xi mod kulħadd ikun jista' jaddatta ruħu għalih.", "Għalhekk ċertu dettall tar-realtajiet tal-pajjiż partikolari jrid jinħadem fil-parlament ta' dak il-pajjiż.", "Għaldaqstant huwa mportanti li mill-ewwel nitilqu fuq dan il-binarju ħalli l-poplu tagħna jifhem li minkejja li din hija liġi mportanti għax se tagħti kumpens lil min isofri minn danni ta' abbuż ta' korruzzjoni mill-aspett ċivili ̧ din mhijiex liġi li se ssolvilna l-problemi kollha u mhijiex qed tagħti l-għodda legali kollha biex dan l-abbuż li huwa abbuż serju, ikun jista' ̧ b'xi mod jew ieħor jiġi mwaqqaf ̧ imċekken u jekk jista' jkun ̧ meqrud.", "Għalhekk huwa mportanti ferm li dak li nkunu qed nagħmlu f'din il- Kamra jinftiehem tajjeb mill-poplu tagħna ħalli ma nagħtux l-impressjoni li qisu lħaqna l-quċċata.", "Mr Speaker ̧ din il-liġi hija qafas jiġifieri mhijiex liġi li hija dettaljata, mhijiex liġi li tirrappreżenta r-realtà sħiħa ta' pajjiżna, mhijiex liġi li qed tidħol fil-fond biżżejjed u hemm ħafna affarijiet nieqsa minnha imma almenu hemm pedament u bidu ta' xi ħaġa.", "Irridu nifhmu u nfiehmu li din il-liġi qed tħares lejn aspett wieħed u mhijex qed tkopri l-aspett tal-korruzzjoni fejn inti tfittex proċeduri legali kriminali imma qed tieħu biss l-aspett ċivili.", "Hemmhekk għandna qasam ieħor kbir u sħiħ li assolutament mhux qed jintmiss minn din il-liġi.", "Naturalment il-Kunsill ta' l-Ewropa mhux is-Civil Law Convention on Corruption biss għandha imma għandha wkoll il-Criminal Law Convention on Corruption u safejn naf jien dik m'aħniex konformi magħha u lanqas jidhirli li aħna signatories għaliha bħala pajjiż.", "Punt importanti ieħor li fil-fehma tiegħi qed jiddaħħal f'din il-liġi huwa l-konċett importanti u serju ħafna tal-whistle-blower jiġifieri ta' individwu jew individwi li għax il-kuxjenza tagħhom hija sana ̧ għaliex huma nies integri u onesti u għaliex huma ċittadini vera ta' pajjiżna, meta jaraw xi ħaġa li ma tkunx flokha, xi ħaġa li tkun qed tikser ir- regolamenti jew liġijiet li jkunu qed imorru oltre minn dak li huwa ġust, ikollhom il-kuraġġ u jiġbdu l-attenzjoni biex dak li jkun qed jiġri ma jibqax jiġri.", "Sal-lum dawn in-nies ma kienu protetti xejn u din il-liġi qed iddaħħal għall-ewwel darba dan il-konċett.", "Pero' rridu nifhmu wkoll li filwaqt li qed iddaħħal dan il-konċett importanti ħafna ̧ ma rridux naħsbu li b'daqshekk għandhom il-protezzjoni kollha.", "Minkejja li fl- Amerika hemm il-Whistle-Blowers Act hemm liġijiet oħra li jdaħħlu l- provvedimenti partikolari tal-whistle-blowing u aħna għandna din il-liġi li fetħet is-separju u nifhem jien li 'l quddiem irridu nħarsu biex inkomplu nsaħħu din is-setgħa legali jew din l-għodda legali biex tipproteġi lil dawn it-tip ta' nies.", "Jien nixtieq nitkellem fuq l-aspett preventiv għax liġi bħal din qed tagħtina r-rimedju li wara li tkun seħħet xi ħaġa, ikun hemm xi ħadd kuraġġuż u jitkellem, dan ikollu ċerta protezzjoni legali.", "Dan ifisser li dak li jkun bata minn xi abbuż ta' korruzzjoni jista' jiġi kkumpensat u dak li jkun wettaq il-korruzzjoni jrid jirrispondi għal għemilu.", "Pero' qabel naslu għal dik il-fażi li hija l-fażi aħħarija u l-miżura kurattiva ̧ hemm passi li aħna nistgħu nsaħħu, ħalli jekk jista' jkun ħadd ma jiġi fil- pożizzjoni fejn jaqa' vittma ta' l-abbuż tal-korruzzjoni.", "Barra minn hekk jista' jkollok min ̧ minħabba ċerti fatturi li jkunu jeżistu ̧ joħloq, jabbuża u jikkorrompi lil ħaddieħor.", "Fil-fehma tiegħi ̧ fejn għandek strutturi li ma jkunux trasparenti biżżejjed u ma jkunux aċċessibbli b'informazzjoni ħalli ċ-ċittadini kollha jkunu mgħarrfa biżżejjed fuq l-operat u fuq id-drittijiet tagħhom dwar kif jista' jkollhom aċċess għalihom eċċ. u fejn għandek strutturi ̧ dipartimenti ̧ aġenziji u entitajiet governattivi, u anke mhumiex ̧ li jkunu burokratiċi u jkollhom red tape żejjed, ikollok ingredjenti tajbin ħafna ħalli l-individwi jibqgħu miżmuma fid-dlam – naturalment tkun responsabbiltà tal-gvern jew ta' istituzzjoni partikolari jekk dawn ma jkunux qed igħaddu biżżejjed informazzjoni jew inkella jkollhom strutturi li jkollhom red tape żejjed - u allura hemmhekk ikun hemm min jista' jkollu interess li jabbuża ̧ joħloq sitwazzjoni ta' korruzzjoni u jġib lil ħaddieħor vittma.", "Jien nittama li jkolli l-ħin biex inkun nista' niżvolġi iżjed dak li qed ngħid imma waqt li kont qed inħejji għal din il-liġi ġie f'idejja dokument fuq governance u trasparenza tal-gvern Amerikan u tal-President James Madison u kien hemm kwotazzjoni li fil-fehma tiegħi, tirrelata tajjeb ħafna ma' dan li qed niddiskutu hawnhekk.", "Fl-1822 dan il-president kien qal hekk:", "\"A popular government without popular information or the means of acquiring it ̧ is but a prologue to a farce or a tragedy or perhaps both.", "Knowledge will forever govern ignorance and the people who mean to be their own governors must arm themselves with the power which knowledge gives.\".", "Mr Speaker, jien inħoss li din il-kwotazzjoni hija rilevanti għax nemmen li jekk il-poplu tagħna jkun mgħarraf biżżejjed u jkollu aċċessibiltà biżżejjed biex jagħraf id-drittijiet tiegħu u jkun jaf kif jista' jmur għalihom ̧ allura mbagħad inkunu qed noħolqu safeguards b'mod awtomatiku kontra min jista' jkun malinn u joħloq sitwazzjonijiet fejn jikkorrompi jew jixxaħħam biex iċ-ċittadin jieħu dak li huwa tiegħu bi dritt.", "Jista' jkun li fil-winding up il-ministru jgħid li llum qed nitkellmu fuq l- e-government li se jagħti aċċess aktar faċli għall-informazzjoni u għal dak li qed jiġri.", "Huwa veru li l-e-government jagħti aktar aċċess għal ċerti affarijiet imma rridu dejjem inżommu quddiem għajnejna li bl-e-government mhux kulħadd jista' jkollu aċċess għall-affarijiet.", "Aħna nafu bid- diffikultà reali ta' dan il-pajjiż fejn l-IT skills għadhom mhumiex daqshekk widespread fil-kategoriji kollha u fl-age groups kollha ta' pajjiżna u għaldaqstant l-e-government hija biss it-tip of the iceberg f'dak li huwa informazzjoni biżżejjed biex tippenetra l-kategoriji kollha taċ-ċittadini.", "Kif kont qed ngħid fil-bidu nett, peress li din il-liġi qed tikkonformana ma' konvenzjoni – kif għidt il-konvenzjoni tagħti qafas – din ma tidħolx f'dettalji ta' realtajiet ta' poplu.", "Allura jien ipprovajt infittex ftit aktar ħalli nara eżattament x'kien qed jipprova jwassal il-Kunsill ta' l- Ewropa b'dik il-konvenzjoni lill-parlamenti fi ħdanu.", "Fil-fatt sibt dokument ieħor li hija riżoluzzjoni ta' l-2000 bin-numru 1,214 tal-Kunsill ta' l-Ewropa li titkellem fuq ir-rwol tal-parlamenti fil-ġlieda kontra l- korruzzjoni.", "F'dan id-dokument li huwa interessanti ħafna u li mhuwiex twil hemm klawsola partikolari ̧ speċi ta' hit list jew benchmark ̧ biex kull parlament jara fejn qiegħed.", "Jien xtaqt niffoka ftit fuq dan ħalli nkunu nafu fejn qegħdin u fejn dan l-abbozz ta' liġi jista' jwassalna.", "Jien se nibda bl-ewwel parti li tgħid hekk:", "\"In order to fight corruption ̧ parliaments, in their capacity as a country's supreme political authority and instance of control, should, where applicable:", "a) ensure that state institutions, including parliaments themselves, are so transparent and accountable as to be able to withstand corruption or permit its exposure.", "Fil-fehma tiegħi din tgħaqqad mal-bżonn ta' trasparenza u kontabilità biex iċ-ċittadin ikun jaf eżattament x'qed jiġri għax meta inti tkun miftuħ għall-iskrutinju taċ-ċittadin, bilfors trid toqgħod aktar attent u trid tiddixxiplina lilek innifsek ̧ biex ngħid hekk.", "Issa hawnhekk nixtieq nistaqsi: L-istituzzjonijiet ta' l-Istat ̧ inkluż il-Parlament innifsu ̧ kemm huma trasparenti u accountable?", "Issa jien mhux se noqgħod insemmi affarijiet kbar imma se nsemmi affarijiet żgħar għax huwa fl-affarijiet iż- żgħar fejn tibda tinduna kemm l-istituzzjoni li tkun fiha tkun qed topera kif għandha topera.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi wkoll kemm, f'għajnejn il-poplu tagħna, l- Awtorità ta' l-Ippjanar hija trasparenti u accountable?", "Jien kemm-il darba nagħmel mistoqsijiet parlamentari li għandhom x'jaqsmu ma' din l- awtorità għax donnu li din hija awtonoma, indipendenti u above board.", "Fil- fatt illum stess kelli tweġiba għal mistoqsija parlamentari fuq każ partikolari fejn inħareġ permess mill-Awtorità ta' l-Ippjanar biex ikompli jogħla bini fil-core ta' Ħal Qormi fejn l-ebda bini mhu ogħla minn żewġ sulari fuq il-faċċata.", "Fuq dan il-bini diġà hemm kontroversja li qed tkun miġġielda bi proċeduri legali.", "Fil-fatt it-tweġiba tal-ministru għal din il-mistoqsija parlamentari hija li l-Awtorità ta' l-Ippjanar ma tidħolx fil- merti jekk ikunx hemm xi proċeduri fil-qorti u taqbad u toħroġ il- permessi.", "Pero' jien ma ngħidx hekk.", "Jien ngħid li l-awtorità tagħmel ħażin għax jekk ̧ per eżempju, hemm kontroversja għaddejja l-qorti fuq it- tieni sular, lanqas jagħmel sens li tagħti permess għat-tielet sular.", "Jekk il-qorti tiddeċiedi li t-tieni sular għandu jaqa' għax ma jkunx kif suppost allura x'jiġri mbagħad?", "Se twaqqa' t-tielet sular ukoll?", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq tifel ta' sentejn li qed jesperimenta u jibni bil- blocks imma qed nitkellmu fuq affarijiet tan-nies li meta tibda tarahom u tħares lejhom tibda tistaqsi x'sens komun hemm f'dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, l-Awtorità ta' l-Ippjanar kif tista' taspira fiduċja u perception tajba min-nies li dak li jkun ma jissuspettax li hemm korruzzjoni meta fil-qalba ta' raħal antik bħal Ħal Qormi, lil min tagħtih permess biex jagħmel gallarija ta' l-aluminium u lil ħaddieħor li japplika biex jagħmel l-istess ħaġa ma tagħtihx permess?", "Jien hawnhekk mhux se noqgħod ngħid li lil min tagħtu spiagga sħiħa minn ħalq iċ- ċittadini Maltin u lil ħaddieħor waqqgħetlu kamra ta' għaxar piedi b'għaxar piedi.", "Ovvjament ksur ta' liġi dejjem huwa ksur ta' liġi biex ma niġix interpretata ħażin imma xorta mhuwiex sew li jsiru dawn l-affarijiet.", "Sur President ̧ hawnhekk ġieli tistaqsi mistoqsija parlamentari u ma teħux tweġiba jew inkella joqgħodu jduru mal-lewża u tibda tistaqsi fejn qiegħda t-tweġiba.", "Per eżempju, il-bieraħ hawnhekk kellna farsa sħiħa għax jien għamilt mistoqsija parlamentari u t-tweġiba kienet fuq suġġett li ma kellu x'jaqsam xejn u aħna rridu bilfors noqgħodu nisimgħu.", "Imbagħad minn fuq ̧ għax tirrimarka, irridu nagħmluha tal-papa' u tal-mama' u kulħadd donnu jrid jibilgħek.", "Kultant meta nsemmu l-korruzzjoni, il-perception tkun fuq tixħim ta' eluf kbar ta' liri u tieqaf hemm imma jekk bis-serjetà qegħdin nikkonformaw, permezz ta' din il-liġi ̧ mas-Civil Law Convention on Corruption tal-Kunsill ta' l-Ewropa, l-korruzzjoni rridu niġġeldulha minn qabel billi jkollok it-trasparenza u tkun accountable.", "Per eżempju ̧ f'din fir-riżoluzzjoni numru 2,214 tas-sena 2 ̧000 hemm speċifikament ir- rwol tal-parlamenti biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni.", "Għalhekk naħseb li we fall short milli naslu għal din il-proposta tal- Kunsill ta' l-Ewropa.", "Imbagħad għandna paragrafu (b) li jgħid hekk:", "\"(b) Instil in their own ranks the notion that parliamentarians have a duty not only to obey the letter of the law but to set an example of incorruptibility to society as a whole by implementing and enforcing their own codes of conduct.\".", "Issa din trid tiġi minn kull wieħed u waħda minna hawn ġew għax hawnhekk tidħol il-kwestjoni tal-karattri individwali tagħna u kemm ikollok kuxjenza ttektek.", "Il-membru parlamentari mhux biss irid jobdi dak kollu li tgħid il- liġi imma għandu jagħti eżempju.", "Jien nemmen fiha din għax l-eżempju jkaxkar.", "Imbagħad għandna paragrafu (c ) li jgħid hekk:", "\"(c ) Introduce an annual system for the establishment of a declaration of financial interests by parliamentarians and their direct families.\".", "Din attwalment teżisti u nagħmluha jiġifieri almenu hawnhekk nolqtu l-ewwel waħda minn sensiela ta' statements jew proposti kif il-parlamenti, fil- prattika ̧ jistgħu jiġġieldu l-abbuż tal-korruzzjoni.", "Imbagħad għandna paragrafu (d) li jgħid hekk:", "\"(d) Create clear and fair legislation including efficient public supervision as regards the funding of political parties and election campaigns.", "The proper declaration of sources of income and of potential conflict of interest is particularly important.\".", "Issa aħna għandna liġi li tgħidilna kemm għandu jonfoq kull kandidat li joħroġ għall-elezzjoni imma niddubita kemm noqgħodu magħha.", "Jekk m'iniex sejjer żball ̧ kull kandidat li joħroġ għall-elezzjoni suppost jonfoq Lm300 f'dak li huwa campaigning personali imma naħseb li llum din it-tip ta' klawsola mhijiex reali.", "Għaldaqstant f'każijiet bħal dawn ikun tajjeb li nduru dawra ma' l-affarijiet ħalli nkunu aktar komdi li nkunu nistgħu verament noqgħodu to the letter, kif qed tgħid ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa, anke fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti.", "Sur President, f'pajjiżi barranin il-funding tal-partiti jkun ġej mill- Parlament skond is-saħħa tas-siġġijiet u tal-voti li jkollok eċċ. Diversi pajjiżi demokratiċi ta' l-Ewropa għandhom dawn it-tip ta' miżuri biex kemm jista' jkun ikun hemm trasparenza u accountability.", "Aħna żgur li ma nżommux lura minn dan għax il-funding tagħna huwa ċar.", "Il-prinċipju tagħna huwa li niġbru l-ftit mingħand il-ħafna ħalli meta jkollok is-setgħa ma jkun hemm ħadd li joqgħod iġebbdek minn imnieħrek u jkollok tagħmel affarijiet li jmorru mhux biss kontra prinċipji li jħaddan il-partit tiegħek stess imma aktar u aktar prinċipji li jmorru kontra l-interess taċ- ċittadini u ta' pajjiżna.", "Imbagħad għandna paragrafu (e) li jgħid hekk:", "\"(e) Safeguard the strength of civil liberties in particular press freedom and the ability of citizens to form associations for informing the public, including through Freedom of Information Act.\".", "Din hija interessanti għax ma nafx kemm se jkollna lil xi ħadd li se jkollu l-kuraġġ li jqum bil-wieqfa u jiddikjara l-iswed iswed u l-abjad abjad.", "Ħafna drabi lil dawn in-nies nagħmlulhom kruċjata.", "Per eżempju, ftit ilu kellna l-każ tas-Sur Gauci Borda li għax deherlu li għandu jiġbed l- attenzjoni għal ċerti affarijiet spiċċa biex deher quddiem kumitat permanenti ta' din il-Kamra.", "Għalhekk meta nressqu l-liġjiet irridu nkunu realistiċi u rridu nikkonsidraw x'inhuma r-realtajiet vera u jekk hux veru se nkunu mpenjati biex dak li nkunu qed nipproponu jitħaddem kif suppost.", "Per eżempju, f'pajjiżna m'għandniex għaqdiet tal-konsumaturi li għandhom snien biżżejjed bħal dawk ta' pajjiżi barranin.", "Fil-fatt l-għaqda tal-konsumaturi ta' l- Ingilterra għandha magazine li fih isemmu dawk il-prodotti li huma tajbin u durable u dawk il-prodotti li huma ħżiena.", "Aħna għandna provvedimenti fil-liġi imma għandna bżonn insaħħuhom dawn u għandna bżonn li nkunu aktar b'saħħitna.", "L-għaqdiet tal-konsumaturi jridu jkunu backed mill-parlament għax dawn mhumiex għaqdiet li jistgħu jagħmlu fund-raising activities billi jġibu sponsorships ta' ditti.", "Dan għaliex jekk se ssostnik it-tali ditta jista' jkun ifisser li dik id-ditta tkun qed tgħawweġ l-affarijiet u tista' tiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi u tgħidilhom biex ma jħarsux lejn it-tali ditta.", "Għalhekk nemmen li għandu jkun hemm funds pubbliċi u dan huwa bżonn.", "Qed insemmi l-għaqdiet tal- konsumaturi għax jien ikiddni l-fatt li f'pajjiżna m'għandniex forza magħquda tal-konsumaturi speċjalment illum meta nafu li biex tħaddem tajjeb il-competition policy ma jridx ikollok biss liberalizzazzjoni imma jrid ikollok konsumatur magħqud u b'saħħtu.", "Imbagħad għandek proposta oħra li tgħid hekk:", "\"(f) Protect the independence of the judiciary and the media.\".", "Aħna ġieli kellna każi fejn membri tal-ġudikatura li kienu qed jagħmlu xogħlhom spiċċaw jiġu kkritikati bl-addoċċ fil-media.", "Per eżempju, niftakar minn xiex għaddiet il-Maġistrat Hayman ftit tax-xhur ilu li b'kumbinazzjoni kienet il-maġistrat ta' l-għassa u spiċċat imċappsa mal- gazzetti.", "Niftakar ukoll lill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li ftit wara li laħqet kienet ġiet ikkritikata b'mod mill-aktar sessist u bla sens minħabba l-kwestjoni tas-sajjieda.", "Jista' jkun li dan ġara għax dawn inzertaw maġistrati nisa?", "Ma nafx.", "Għalhekk hawnhekk ikolli bilfors nistaqsi: Aħna kemm nipproteġu l- indipendenza tal-ġudikatura li aħna nemmnu f'dak li jkunu qed jagħmlu?", "Imbagħad hemm paragrafu ieħor li jgħid hekk:", "\"(g) Have all public expenditure, revenue collection and public procurement checked either by an independent auditing body or where necessary, for State security or other reasons, by a competent parliamentary instance.", "It is also important to check the system for vetting the activities and credibility of NGOs receiving government grants.\".", "Issa aħna għandna ftit safeguards.", "Hemm il-Public Accounts Committee, l- Awditur Ġenerali u ċerti entitajiet u korporazzjonijiet pubbliċi li niddiskutu l-estimi u l-infiq tagħhom hawnhekk.", "Pero' kultant jien nibda ninkwieta meta nara t-tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari li nkunu għamilna.", "Ovvjament dawn il-mistoqsijiet inkunu għamilnihom għax ikun hemm numru ta' ċittadini li jkunu qed jistaqsu xi affarijiet u mhux għall-kurżità.", "Aħna l-membri parlamentari għandna r- responsabbiltà li nagħmlu l-mistoqsijiet f'isem iċ-ċittadini għax wara kollox aħna l-vuċi tagħhom.", "Aħna għan-nies qegħdin hawn u mhux għalina nfusna.", "Meta jien għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Austin Gatt fuq biċċa xogħol li kienet qed issir f'Santa Venera - attwalment żewġ mistoqsijiet għamilt - fuq l-offerta li ħarġet hemmhekk ̧ kemm kienet tiswa eċċ. It-tweġiba kienet hekk:", "\"Bħalma taf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalità legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet ̧ esiġenzi u l- mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru li tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-kunsill tal-lokalità billi l- funzjoni li qed tirriferi għaliha fil-fatt hija waħda mir- responsabbiltà tal-kunsilli.\".", "Minn dan għaddew numru ta' ġimgħat għax l-ewwel għamilt mistoqsija parlamentari numru 26 ̧255 fejn irrispondewni li din ma ħarġitx mill- ministeru u mbagħad erġajt għamilt mistoqsija parlamentari numru 31,675.", "Għalhekk il-mistoqsija ngħatat lili fil-25 ta' Frar.", "Jien ktibt biex nistaqsi jiġifieri obdejt lill-ministru imma sal-lum għadni mingħajr risposta.", "Allura nistaqsi: Hemm accountability?", "Hawnhekk il-Ministru jista' jgħid li l-kunsilli lokali jagħmlu l-laqgħat tal-kunsilli u dawn huma pubbliċi.", "Pero' n-nies tmur hemmhekk biex tisma' u lanqas tista' tintervjeni.", "L-unika laqgħa tal-kunsilli lokali li naf li l-pubbliku jista' jintervjeni fiha hija dik li ssir darba f'sena fejn jingħata rendikont annwali.", "Fil- verità tisma' ħafna affarijiet oħrajn li huma għaddejjin fil-kunsilli lokali.", "Allura hawnhekk wieħed jistaqsi: Lejn min huma accountable dawn?", "L-accountability m'għandhiex tkun ta' darba f'sena imma għandha tkun b'mod regolari għax kultant tibda tisma' affarijiet u tibda tgħid li jista' jkun hemm xi verità fihom dawn.", "Imma kif se tinvestiga u min jinvestiga bis- serjetà?", "Jien irrid nagħmel enfasi fuq il-kliem \"bis-serjetà\" għax illum il-kunsilli lokali huma entità mhux biss legali statutorja distinta imma wkoll huma entitajiet politiċi.", "Għaldaqstant aħna li aħna nies tal- politika nafu li l-bias tagħna dejjem joħroġ.", "Allura lanqas jista' jkun li l-gvern tal-ġurnata huwa responsabbli mill-accountability ta' dawn il- kunsilli lokali għax jekk hemm kunsill lokali Laburista, jien se nħares lejh bi tbissima għax il-bias hemm qiegħed u forsi jekk ikun hemm kunsill lokali Nazzjonalista ma nitbissimx daqshekk malajr.", "Qed nitkellem b'dan il- mod ħalli kulħadd jifhem x'qed ngħid u ma noqgħodx nidħol f'dettalji ta' ċertu tip.", "Din l-istess proposta tal-Kunsill ta' l-Ewropa fir-riżoluzzjoni 1,214 tas- sena 2000 tkompli tisħaq fuq il-bżonn li jkun hemm sistema ta' vetting ta' l-attivitajiet u l-kredibilità ta' l-NGOs li jirċievu l-grants mingħand il- gvern.", "Jien ngħid li aħna għandna kultura ta' ġbir filantropiku – qed ngħid \"kultura\" għax il-qalb kbira tal-Maltin u ta' l-Għawdxin verament hija kbira ̧ ikunu xi jkunu ż-żmenijiet - għax meta jkun hemm talba għal ġbir ta' fondi dejjem ikun hemm konkorrenza.", "Jien ngħid li biex l-NGOs ikunu accountable u kredibbli, mhux biss meta jingħataw fondi governattivi imma anke meta jkun hemm ġbir ġenerali mingħand il-poplu ̧ jrid ikun hemm strutturi u sistemi biex naċċertaw irwieħna li l-affarijiet ikunu kif suppost.", "Jien ma rrid nitfa' l-ebda dell, biex ma ninftiehemx ħażin, imma jien dejjem nemmen li meta għandek regolamentazzjoni, żgur li għandek rasek mistrieħa, u għandek ċerti safeguards.", "Tista' tqatta' 20 sena timxi dritt imbagħad xi darba tiżloq.", "Allura meta tagħmel regolamentazzjoni u safeguards inti taċċerta ruħek li jekk jista' jkun ma tiżloq qatt.", "Dejjem nisimgħu kelliema ewlenin tal-gvern igħidu li se jkun hemm il-liġi li tirregola l-volontarjat eċċ. Sfortunatament fejn jidħlu l-għotjiet minn fondi pubbliċi m'hemmx perception li taspira fiduċja biżżejjed jew komda.", "Tisma' NGOs li jgħidulek: It-tali NGO hija ppreferuta mill-gvern imma aħna mhux ukoll qed nagħmlu ċertu xogħol!", "Dawn it-tip ta' kummenti iweġġgħuk u jġiegħluk taħseb u allura din it-tip ta' rakkmandazzjoni aktar u aktar tagħmel sens.", "Allura rridu nifhmu dejjem li din ir-riżoluzzjoni tal- Kunsill ta' l-Ewropa fis-sena 2000 saret proprju biex il-parlamenti jkollhom rwol effettiv biex jiġġieldu l-korruzzjoni.", "Kif għidt fil-bidu nett, ma rridux nagħtu l-impressjoni li permezz ta' din il-liġi se naslu fil-quċċata ta' l-affarijiet.", "Din il-liġi tagħti gwida u se tasal f'biċċa imma qed tħalli barra kompletament miżuri li jistgħu jittieħdu fil-proċeduri legali kriminali.", "Rakkmandazzjoni oħra f'din ir-riżoluzzjoni tgħid:", "\"Take special measures to protect the position and career prospects of whistle-blowers that is to say officials who unmask and report cases of corruption and establish, where this has not yet been done, a code of conduct for civil servants and public officials.\".", "Jien ngħid li huwa veru li din il-liġi qed iddaħħal dan il-konċett importanti għall-ewwel darba fil-liġi Maltija pero' trid tkun aktar imsaħħa.", "Fl-Amerika għandhom provvedimenti tal-whistle-blowing imma mbagħad għandhom il-Whistle-Blowers Act jiġifieri għandhom liġi speċifika fuq dak li għandu x'jaqsam ma' protezzjoni għall-whistle-blower.", "Jien nemmen li jekk irridu nħarsu bis-serjetà lejn dan it-tip ta' konċett ħalli nibnu kultura li tkun sana li tgħin biex negħlbu l-possibilità ta' korruzzjoni ̧ irridu nsaħħu aktar il-parti legali f'dan ir-rigward u ma nikkuntentawx biss bi provvediment żgħir li jagħti qafas li ma jidħolx f'ċertu tip ta' dettall.", "Proposta oħra hija:", "\"A legislation providing for adequate and precise sanctions against those who engage in corruption.\".", "Hawnhekk bilfors irrid nerġa' nagħmel enfasi kemm din il-liġi ma rridux inqisuha qisha l-ultimate f'dan il-qasam.", "Irrid infakkar fil-proposta tal- Partit Laburista li kienet parti mill-manifest elettorali ta' l-1996 u l- 1998 u li definittivament tkun waħda mill-proposti tagħna aktar 'il quddiem b'aktar dettall, li toħloq verament struttura li tiġġieled il-korruzzjoni anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' qasam kriminali.", "Nista' nsemmi wkoll il- proposta tas-super magistrate u l-proposta li tispiċċa kompletament il- preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni fil-kamp kriminali.", "Proposta oħra tgħid hekk:", "\"As far as possible, simplify regulations, permits, administrative procedures and the like since these open up possibilities to accept or receive bribes.\".", "Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li lili jinkwetawni ħafna hija li per eżempju s-social security act tagħna huwa kumpless u kumplikata.", "Barra minn hekk huwa wkoll diffiċli biex wieħed jinterpretah tajjeb.", "Qed ngħid dan għax dan huwa dipartiment li jaħdem ma' nies fil-bżonn, nies li ħafna drabi ma jkunux jafu kif jaċċessaw għad-drittijiet tagħhom u huma kompletament mitluqin f'idejn min se jinterpreta l-liġi.", "F'dan ir-rigward, anke l- Kunsill ta' l-Ewropa qiegħed jgħid ċar u tond li iktar ma jkun hemm regolamenti u liġijiet kumplikati, iktar tikber il-possibilita` ta' korruzzjoni.", "Imbagħad hemm riżoluzzjoni oħra li tgħid:", "\"resolutely fight organised crime, given its role as a primary vehicle for corruption\".", "Hawnhekk bilfors ikolli niftakar fl-istejjer ta' min ingħata l-go ahead, qisu ġie Malta fuq holiday, bħal Queiroz, li spiċċa telaq 'l hemm avolja żgur kien parti mill-organised crime.", "Irridu nkunu serji u mhux niġu hawn b'liġi u nagħtu l-impressjoni li qisna skoprejna l-Amerka u kollox se jiġi f'postu.", "Il-liġijiet huma biss gwida, huma l-għodda, imma jridu jkunu sostnuti bis-serjeta`, b'impenn serju li rridu naslu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, għal darba għandna quddiemna liġi li ma tantx hi twila, fil-fatt fiha biss żewġ jew tliet paġni, pero' fl-opinjoni tiegħi, għalkemm hija qasira, għandna ċertu sinifikat u hija liġi importanti.", "B'daqshekk ma nistax ngħid li hija liġi perfetta, għandha fiha ċerti aspetti li personalment ma naqbilx magħhom, pero' in ġenerali hija liġi pożittiva.", "F'dan id-diskors, se nibda billi nitratta ċerti aspetti tal-liġi nnifisha, imbagħad ngħaddi għal xi osservazzjonijiet ġenerali.", "Din il-liġi hija ntiża biex tagħti l-jedd liċ-ċittadin li meta jsofri konsegwenza ta' xi att ta' korruzzjoni magħmul prinċipalment mill-istat jew xi organu ta' l-istat jew xi entita` li taqa' taħt l-istat jew xi individwu li jaħdem ma' l- istat, ikollu d-dritt li jitlob kumpens quddiem il-qrati ta' pajjiżna.", "Dan huwa l-iskop ta' din il-liġi, skop sempliċi imma dirett.", "Jiena ngħid li huwa tajjeb li għandna din il-liġi, pero' naħseb li ċ-ċittadin minn dejjem kellu d-dritt li jaġixxi quddiem il-qrati minħabba xi att ta' korruzzjoni.", "Dan jixhduh il-klawsoli tal-kodiċi ċivili li jgħidu li kull min jikkawża danni lil xi ħadd, irid jirrispondi għalihom, jiġifieri d-dritt għar- risarġiment ta' danni kien diġa' jeżisti.", "Il-punt hu li konna qegħdin fi grey area u din il-liġi qiegħda tkompli ssaħħaħ dan id-dritt li fl-opinjoni tiegħi kien diġa' jeżisti.", "Sfortunatament, il-qrati Maltin dejjem juru ruħhom rilattanti meta jiġu biex jiddeċiedu dwar kwestjonijiet li b'mod dirett jew indirett, jikkoinvolvu l-id eżekuttiva ta' l-istat, il-gvern.", "Fl-1964 u qabel, mad- drittijiet tal-bniedem iddaħħal id-dritt li ċ-ċittadin ifittex lill-istat għal ksur tad-drittijiet fundamentali.", "Minbarra dan, illum ġie stabbilit illum li l-qrati wkoll għandhom poteri residwali biex jissindikaw l- amministrazzjoni.", "Dawn il-poteri mhux biss ġew affermati imma llum, anke l- liġi pożittiva tal-pajjiż tiddefinihom.", "Il-kritika tiegħi f'dan ir-rigward hija li mill-indipendenza 'l hawn, il-qrati tagħna damu wisq biex jasserixxu dan l-obbligu li jiddeċiedu favur iċ-ċittadin u kontra l-istat.", "Il-qrati ta' Malta għandhom tradizzjoni sabiħa, huma essenzjali, taw lok għad-demokrazija u għar-rule of law u għenu lil dan il-pajjiż biex ikun wieħed ċivilizzat.", "Matul is-snin, l-iktar nies għorrief fil-liġi li kien mħallfin u allura nisġu ġurisprudenza sabiħa ħafna fil-pajjiż.", "Barra minn hekk, is-sistema ġudizzjarja u dik legali jħabbtuha ma' dawk ta' pajjiżi ferm ikbar minn tagħna.", "Madankollu pero', meta l-qrati Maltin ġew biex jiddeċiedu dwar kwestjonijiet kontra l-istat, kif diġa' għedt, dejjem kienu relattanti.", "Għal dan hemm ħafna raġunijiet għaliex, pero' xorta naħseb li dan kien żball.", "Matul is-snin, din it-tendenza nbidlet u iktar ma għadda żmien.", "Jekk wieħed jara l-istatistika ta' sentenzi maqtugħa f'dawn l-aħħar 40 sena, jara li fi żmien is-snin sittin, sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin, ftit kienu jkunu s-sentenzi li jiddeċiedu kontra l-istat u favur iċ- ċittadin.", "Pero', iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar bdejna naraw sentenzi ta' din il-kwalita`.", "Issa il-leġislatur qed jiddeċiedi li b'mod pożittiv u ċar jgħid li ċ- ċittadini għandhom dritt ifittxu għad-danni jekk isir att ta' korruzzjoni fil-konfront tagħhom, li hija xi ħaġa tajba.", "Ovvjament, id f'id ma' din il- liġi qed isiru emendi fil-kodiċi penali, fejn qed jiddikjaraw l-att ta' korruzzjoni bħala reat kriminali.", "Jien nemmen li dawn iż-żewġ liġijiet għandhom iservu ta' deterrent biex dak li jkun ma jitħajjarx jagħmel att ta' korruzzjoni, għax tajjeb jew ħażin, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern, mhux kulħadd huwa onest f'din id-dinja.", "Il-bniedem għandu d-difetti tiegħu u xi kultant, nies miż-żewġ naħat iċedu għall-pressjoni u jikkommettu att ta' korruzzjoni.", "Pero' din il-liġi flimkien ma' dik fil-kamp kriminali għandhom iservu ta' deterrent.", "Huwa għalhekk li aħna bħala oppożizzjoni nieħdu gost b'liġi bħal din.", "Din il-liġi tagħti d-dritt lil min ikun sofra att ta' korruzzjoni li l- ewwel ifittex personalment lill-persuna li tkun għamlet dak l-att.", "Mela jekk l-att ta' korruzzjoni jsir minn ministru jew minn direttur ġenerali ta' dipartiment ministerjali jew minn xi chairman ta' kummissjoni, dan irid jirrispondi personalment.", "Għall-ewwel darba, meta jsir att minn xi ħadd li jkollu x'jaqsam ma' l-istat, minflok ma jirrispondi l-gvern biss għall- għemil ta' min huwa mpjegat miegħu, anke l-persuna responsabbli mill-att ta' korruzzjoni se tkun esposta għad-danni lill-individwi.", "Din hija xi ħaġa tajba għax tkompli ssaħħa l-aspetti ta' deterrent.", "Din il-liġi tagħti d-dritt ukoll li jekk il-vittma tal-korruzzjoni tfittex lil xi ħadd li ma jkollux flus biex iħallas, wara tkun tista' tfittex lill- gvern, dejjem jekk qabel tkun ġabet dan l-att għall-konoxxenza ta' l- awtoritajiet governattivi.", "Dwar dan jiena naqbel perfettament u m'għandi xejn xi nżid.", "Mr Speaker, klawsola fil-liġi li jien ma naqbilx magħha tgħid li min ikun koinvolt f'att ta' korruzzjoni, per eżempju min ikun xaħħam lil xi ħadd u xorta ma jkunx inqeda, jista' jagħmel kawża għad-danni kontra l-istat u kontra l-individwu.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Jekk persuna tkun imċappsa b'att ta' korruzzjoni, l-ebda parlament m'għandu jagħtiha d-dritt li titlob kumpens, għax hi stess tkun qed takkwerixxi ruħha għall-korruzzjoni u kieku sar dak li xtaqet, żgur li ma kinetx tfittex għad-danni.", "Għalhekk irid ikun hemm ukoll deterrent għal min ikun imħajjar iġiegħel lil xi ħadd jagħmel att ta' korruzzjoni.", "Jien ma naqbilx li l-liġi tagħti d-dritt lil min ikun ħallas xi bribe ta' flus bħala att ta' korruzzjoni u ma akkwistax dak li ried, biex ifittex għal flus li jkun ħallas.", "Jekk min għamel hekk kien lest li jċappas idejh ma' att ta' korruzzjoni, u minħabba hekk ħareġ il-flus, aħjar għalih!", "Ovvjament, min jirċievi dawk il-flus irid jirrispondi quddiem il-qorti kriminali, pero' min ikun ħallas il-flus biex isir att ta' korruzzjoni ma jistax jitqies bħala miskin.", "Fl-opinjoni tiegħi, min ixaħħam lil xi ħadd biex iwettaq att ta' korruzzjoni huwa korrott daqs min jirċievi dik il- bribe.", "Rigward il-kwestjoni tal-preskrizzjoni, l-Onor.", "Marie-Louise Coleiro qalet li huwa tajjeb li f'kawża ta' korruzzjoni ma jkunx hemm preskrizzjoni, lanqas jekk jgħaddu 30 sena.", "Din l-opinjoni smajtha minn diversi kelliema ta' din in-naħa tal-Kamra, u kważi kważi nista' ngħid li l-feeling ta' l- oppożizzjoni huwa dan.", "Pero' jien ma tantx naqbel, għas-sempliċi raġuni li l-ġustizzja trid issir, u fil-konfront ta' kulħadd.", "Meta jgħaddu snin twal, per eżempju iktar minn 10 snin, ikun diffiċli biex wieħed jipprova, anke għaliex jista' jkun li ċerti dokumenti jkunu spiċċaw.", "Huwa għalhekk li anke f'dan il-każ, irid ikun hemm preskrizzjoni.", "Li jista' jsir, u forsi hawnhekk nasal biex naqbel ma' l-Onor.", "Coleiro, huwa li l-perijodu ta' tliet snin minn meta wieħed jinduna, jinbidel għax huwa qasir wisq, peress li jista' jagħti l-każ li persuna tkun indunat bil-korruzzjoni u minħabba ċ- ċirkostanzi prevalenti f'dak iż-żmien, tkun beżgħet titkellem.", "Jien naħseb li dan il-perjodu għandu jitneħħa u tibqa' l-preskrizzjoni ta' 10 snin, li fuq kollox hija waħda mill-itwal preskrizzjonijiet, minħabba dawn iċ- ċirkostanzi li qiegħed insemmi.", "Aspett ieħor f'din il-liġi huwa dak tal-whistle blower, fejn il-persuna li tikxef il-korruzzjoni trid tingħata protezzjoni, għax ovvjament, jekk impjegat junior ma' ministeru jinduna li l-prinċipal jew il-ministru jkun qiegħed iwettaq atti ta' korruzzjoni, m'huwiex se jazzarda jikxef dak li jkun qed isir għax jibża' li jiġi vittimizzat.", "Għalhekk huwa tajjeb li din il-liġi tipproteġi lil min jirrapporta atti ta' korruzzjoni u tagħti d- dritt li jekk xi ħadd isofri att ta' diskriminazzjoni jew jiġi vittimizzat minħabba l-aġir tiegħu, jitlob għad-danni.", "Id-diffikulta` pero' li tqum f'dan l-istadju hija dwar x'tip ta' danni se jingħataw persuni bħal dawn.", "Jekk per eżempju bħala tpattija talli persuna tkun kixfet att taż korruzzjoni, tingħata trasfer għal xi dipartiment ieħor, ma titlifx flus imma ssofri biss inkonvenjent u dwejjaq, x'se jsir?", "Qed nistaqsi dan għax il-qrati Mlatin stabbilew li l-uniċi danni Ii jeżistu fil-pajjiż huma dawk materjali, jiġifieri telf ta' flus.", "Allura jekk persuna ssofri tbatija trawmatika imma mhux pekunjarja, ma tieħu xejn?", "X'inhi l-pożizzjoni legali f'dan ir-rigward?", "Jiena nissuġġerixxi lill- Ministru Gatt biex jikkwalifika dan l-aspett ta' din il-liġi u jgħid li d- danni jistgħu jkunu wkoll ta' natura morali, u jispeċifika ammont, għax jekk ma jkunx hemm danni materjali, il-persuna in kwestjoni m'hi se tingħata l-ebda rimborsament tal-preġudizzu li tkun sofriet.", "Mr Speaker, se ngħaddi issa biex nitkellem dwar xi aspetti ġenerali.", "Il- gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 ried jindirizzaha l-problema tal- korruzzjoni f'pajjiżna, filwaqt li jsaħħaħ l-istrutturi biex din tiġi kumbattuta, għax huwa inutli li jkun hemm il-liġi jekk ma jkunx hemm l- istrutturi.", "Dak iż-żmien, il-gvern Laburista kien ippropona li jkun hawn maġistrat inkwirenti speċjali, b'ċerti poteri li forsi ma jgawdux il- maġistrati l-oħra, biex ikun jista', b'mod ex officio, jinvestiga allegazzjonijiet ta' korruzzjoni.", "Dan il-maġistrat kien se jkollu budget għalih, pulizija ġudizzjarja li jaqgħu direttament taħtu, u kien se jiffunzjona b'dan il-mod.", "Jien naċċetta li forsi l-mod ta' kif kien propost l-abbozz ta' liġi li kien għamel il-gvern Laburista, kien jeħtieġlu li jiġi rivedut u li jinbidlulu ċerti aspetti.", "Niftakar li f'dak iż-żmien kont tkellimt u anke ktibt bosta artikli dwar dan.", "Pero` l-idea kienet tajba, u naħseb li l-partit Nazzjonalista fil-gvern żbalja meta ma kompliex fuq din il-linja, għax seta' faċilment introduċa abbozz ta' liġi simili.", "B'daqshekk ma rridx ngħid li l-partit Nazzjonalista m'għamilx sforz biex jegħleb il-korruzzjoni, għax fil-fatt kien waqqaf il-kummissjoni għall- investigazzjoni tal-korruzzjoni.", "Pero' aħna bħala partit u bħala oppożizzjoni ma naqblux mal-mod ta' kif inhu kompost dan it-tribunal u ta' kif jiffunzjona l-makkinarju tiegħu, u ċioe` b'mod mhux daqstant trasparenti.", "Kull min jiġi appuntat, iservi biss għal perjodu partikolari, u allura dan it-tribunal m'għandux dawk is-safeguards tal-qrati u m'huwiex parti mill-organu ġudizzjarju.", "Aħna ridna li kwestjonijiet bħal dawn jitmexxew mill-qrati nfushom, li għandhom tradizzjoni ta' sekli, mhux minn ntitajiet ġudizzjarju u kummissjonijiet, li m'għandhomx tradizzjoni.", "Huwa veru li ħafna drabi, iċ-chairman ta' dawn il-kummissjonijiet ikun ex- imħallef, pero' dan m'huwiex biżżejjed, u għalhekk aħna bħala oppożizzjoni ma naqblux mal-mod ta' tmexxija ta' din il-kummissjoni.", "Lanqas ma naqblu li meta ssir allegazzjoni serja ta' korruzzjoni, il-gvern jew il-ministru ta' dak il-ministeru fejn tkun saret il-korruzzjoni, jappunta hu stess persuna biex tmexxi inkjesta.", "Huwa veru li ħafna drabi jiġu appuntati membri tal-ġudikatura ta' ċertu kalibru, u minn hawnhekk tajjeb li ngħid li jien ma rridx nitfa xi dell ikrah jew nattakka xi chairman li mexxa xi inkjesta, imma anke jekk jiġi appuntat l-aqwa mħallef li jkun mexxa xogħlu bl-iktar mod preċiż, jekk dan ikun ġie appuntat mill- istess ministru li l-ministeru tiegħu jkun qiegħed suġġett għall- investigazzjoni, xorta jħalli suspett.", "Jien kont issuġġerejt anke lill-ex-President tar-Repubblika, Ugo Mifsud Bonnici, li kien qed iħejji dawn l-emendi għall-proċedura parlamentari, biex bħalma hemm f'pajjiżi oħra, f'Malta jkun hawn kumitat permanenti ġudizzjarju ta' dan il-parlament, biex il-parlament stess ikun jista' jinvestiga l-korruzzjoni, għax il-public accounts committee m'huwiex biżżejjed, peress li dan jaħdem l-iżjed fuq affarijiet ta' auditing tal- pajjiż.", "Minn riċerka li għamilt irriżulta li fl-Ingilterra, fl-Amerika, fl- Italja u f'kull pajjiż ieħor jeżisti dan il-kumitat, kompost minn membri taż-żewġ naħat tal-Kamra u chaired jew mill-iSpeaker jew mid-deputy speaker.", "L-Onor.", "Coleiro għamlet tajjeb li rriferiet għar-riżoluzzjoni tal- Kunsill ta' l-Ewropa li tissuġġerixxi li l-parlament, li huwa l-vuċi tal- poplu, ikollu hu stess il-poter u l-makkinarju biex jikkontrolla l- korruzzjoni fil-pajjiż.", "Jien naħseb li l-parlament bħala plenarju, m'huwiex effikaċi biżżejjed.", "Huwa veru li fil-parlament, il-ministri jirrispondu għad-domandi parlamentari li jsiru u l-gvern jirrispondi għall-kritika li ssir mill- oppożizzjoni u anke minn membri tiegħu stess.", "Matul iż-żmien, il-parlament żviluppa ħafna f'dan is-sens u ħafna mid-deputati parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra kellhom il-kuraġġ li jqajjmu kwestjonijiet jaħarqu ħafna, jiġifieri għalkemm aħna dejjem nikkritikaw lil dan il-parlament, naħseb li għad jgħaddi ż-żmien u l-parlament Malti jiġu ġudikat b'lat pożittiv, għax miż-żewġ naħat tal-Kamra kien hemm deputati li għad jibqgħu jissemmew għall- kuraġġ tagħhom.", "Pero' dan m'huwiex biżżejjed, u għalhekk nerġa' nirrakkomanda biex verament nikkumbattu l-korruzzjoni f'dan il-pajjiż.", "Jekk jitwaqqaf kumitat parlamentari ġudizzjarju, dan il-parlament ikollu l- għodda neċessarja biex hu stess jikkontrolla u jirrapporta lill-plenarju.", "Huwa veru li fis-snin 80 u 90 twaqqfu għall-ewwel darba l-kumitati tal- Kamra, li kienu essenzjali biex ix-xogħol tal-parlament jiġi faċilitat, pero' jien naħseb li għad jonqos dan il-kumitat.", "Issa pero' trid issir distinzjoni, għax teżisti lakuna bejn atti ta' korruzzjoni u att ta' inġustizzji.", "Att ta' amministrazzjoni ħażina, att ta' inġustizzja mhux bilfors isarraf f'korruzzjoni.", "F'pajjiżna hawn istituzzjonijiet permanenti li jagħtu d-dritt ta' rimedju lil ċittadin li jkun sofra inġustizzja min-naħa ta' l-istat minħabba amministrazzjoni ħażina, minħabba inġustizzja, li għadhom nieqsa.", "Iva, din il-problema qiegħda tinħass.", "F'pajjiżna m'hawnx qrati amministrattivi.", "Huwa veru li aħna mxejna mas-sistema Ingliża, fejn il-qrati ordinarji, matul iż-żmien, dejjem asserixxew iktar poteri biex jagħmluha ta' buffer bejn iċ- ċittadin komuni u l-istat, pero' għadna lura ħafna.", "Għalkemm f'pajjiżna bdejna din is-sistema malli bdewha l-Ingliżi, pero' l-Ingliżi żviluppawha iktar, tant Ii m'għandhomx bżonn ta' qrati amministrattivi.", "Sfortunatament, kif għedt iktar kmieni, l-imħallfin Maltin iħossu li l-qrati qegħdin hemm biex jiġġudikaw, il-gvern biex jamministra u l-parlament biex jilleġisla, u allura l-qrati m'għandhomx jindaħlu wisq fi kwestjonijiet ta' amministrazzjoni għax ikunu qed jużurpaw il-poter ta' l-istat.", "Pero' jien naħseb li din hija attitudni żbaljata.", "Fl-Ingilterra, din is-sistema ġiet imwessgħa imma f'Malta, ġiet limitata.", "Anke l-liġi kif inhi tillimita d-dritt tal-qrati li jissindikaw l- amministrazzjoni fuq dawn il-kunċetti.", "Il-partit Nazzjonalista ħass dan in- nuqqas, u għalhekk, meta fl-1987 tela' fil-gvern, waqqaf tribunal ad hoc, li kien chaired mill-ex-Prim Imħallef Said Pullicino, u li kien jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar inġustizzji lill-Prim Ministru.", "Pero' dan it- tribunal kien temporanju u ma kellux jordna kumpens.", "Fl-1996 imbagħad, meta l-partit Laburista tela' fil-gvern, ħa l-idea tal- gvern preċedenti u reġa' ġedded il-ħajja ta' dan it-tribunal, pero' li għamilna, kemm aħna kif ukoll il-gvern Nazzjonalista, għamilnih biex indaħħku lin-nies bina, għax il-gvern Nazzjonalista waqqaf tribunal biex jinvestiga kawżi li saru fi żmien l-amministrazzjoni Laburista u l-gvern Laburista waqqaf l-istess tribunal biex jinvestiga kawżi li saru fi żmien l- amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-korruzzjoni imma f'din il-liġi m'aħniex qed noffru rimedju għall-vittmi ta' atti ta' din ix-xorta.", "Il-maġġoranza assoluta ta' każi fejn persuna jkun ħaqqha kumpens ma jkunux atti ta' korruzzjoni, għax għall-grazzja t'Alla, dawn ikunu waħdiet, imma l-atti ta' inkejja u inġustizzji huma ħafna iktar spissi.", "Wara kollox, kulħadd huwa uman, u jekk direttur ikollu iktar grazzja ma' persuna milli ma persuna oħra, ovvjament se jakkomoda lil waħda iktar mill-oħra, u huwa f'każijiet bħal dawn fejn isiru l-inġustizzji fir-rigward ta' transfers, promotions eċċ.", "Jekk wieħed jara ftit kemm ingħataw sentenzi mit-tribunal ippresedut mill- Imħallef Farrugia Sacco kontra l-istat dwar inġustizzji, mhux korruzzjoni, isib pluralita`, u dan anke fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Minkejja dan, illum xorta għad fadal min igerger għax sofra minn xi att ta' inġustizzja, u jien bħala avukat spiss niġi mistoqsi dwar x'jista' wieħed jagħmel meta jsofri minn xi att ta' inġustizzja.", "Hawn Malta ma tantx hemm x'wieħed jista' jagħmel, għax jekk per eżempju jirrapporta lill-Ombudsman, dan xorta ma jistax jagħtih rimedju effikaċi għax għall-kuntrarju ta' l- ombudsmen f'pajjiżi oħra, m'għandux poteri eżekuttivi.", "F'pajjiżi oħra għandu.", "F'Malta, l-Ombudsman ma jistax jagħti kumpens lil xi vittma ta' xi att ta' inġustizzja, għax minbarra li m'għandux il-poter li jagħmel dan, hu stess jirrakkomanda lill-parlament biex ma jiżdiedulux il-poteri li għandu.", "Allura, li jista' jagħmel il-vittma ta' inġustizzja huwa li jiftaħ kawża, imma biex jagħmel dan irid jara jekk l-att kienx kontra l-kostituzzjoni jew kontra xi liġi.", "Barra minn hekk, meta wieħed jirrikorri għall-qorti, id- dritt tiegħu jkun limitat ħafna.", "Allura jien naħseb li wasal iż-żmien li jew inwessgħu b'liġi l-poteri tal- qrati ordinarji f'dan ir-rigward, xi ħaġa li missha saret mill-qrati stess, jew inkella nimxu fuq is-sistema li teżisti f'dan il-kontinent u nikkreaw tribunali amministrattivi li iżda jkunu ppreseduti minn imħallfin, mhux inwaqqfu bordijiet u nkomplu nispezzettaw lill-qrati.", "Fl-Italja kien hemm sistema ta' tribunali li issa ġew mgħaqqda flimkien u nħolqu l-qrati ordinarji.", "Huwa ħażin jekk f'Malta nkomplu nispezzettaw lill-qrati, għax se nispiċċaw biex inġibuhom fix-xejn.", "Għalhekk irridu jew nagħmlu sezzjoni ta' dritt amministrattiv fil-qrati jew inkella nwessgħu l-poteri tal-qrati tagħna, xi ħaġa li l-pajjiż tant għandu bżonnha li qiegħed jibki għaliha.", "Mr Speaker, f'dan l-intervent nixtieq nitkellem ukoll dwar il-vittmi ta' allegazzjonijiet malizzjużi u foloz.", "Fl-opinjoni tiegħi, min ikun vittma ta' tixrid ta' informazzjoni falza dwaru u ta' insinwazzjonijiet foloz u min jiġi mgħajjar b'atti ta' korruzzjoni li ma jkollux x'jaqsam magħhom, isofri preġudizzju ikbar minn dak li ssofri dik il-persuna li ssofri preġudizzju pekunjarju minħabba xi att ta' korruzzjoni.", "Sfortunatament aħna l-politiċi taż-żewġ naħat tal-Kamra, ħafna drabi nispiċċaw vittmi ta' insinwazzjonijiet foloz.", "Persuni li jkollhom uffiċju pubbliku jkunu fil- mira ta' l-attenzjoni u dwarhom isiru diversi allegazzjonijiet foloz.", "Ovvjament, dan jikkrea tensjoni u l-individwu nvolut jispiċċa jitkisser, mhux biss psikoloġikament imma anke fiżikament, mhux biss fir-rigward ta' karriera imma anke fil-familja tiegħu.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li aħna l-politiċi, minbarra li nissalvagwardjaw liċ-ċittadini, nissalvagwardjaw ukoll lilna nfusna u lil min jokkupa karigi importanti fil- pajjiż, għax inkella kulħadd se jibda jkun relattanti u ħadd ma jkun irid jidħol għal dawn il-karigi.", "Qed ngħid hekk għax s'issa m'hemmx deterrent kontra dan l-aġir.", "Jekk persuna tgħajjar persuna oħra bl-iktar mod vili, u tħammeġ lilha u lill-familja tagħha, il-kumpens li tordna l-qorti f'każ bħal dan ma jkunx ta' iktar minn Lm600.", "Għalhekk, bħalissa l-edituri tal- gazzetti lokali jaqblilhom iħammġu lill-politiċi jew lil xi ħadd b'kariga għolja, għax għalkemm jafu li fl-aħħar mill-aħħar se jkollhom iħallsu madwar Lm600 f'kumpens, min-naħa l-oħra se jbiegħu ħafna kopji tal-gazzetta tagħhom u allura, financially huwa worth it għalihom li jagħmlu xahar sħiħ iħammġu lil xi ħadd, ikissruh psikoloġikament u fiżikament, jisfrattawlu familja u jħammġuh għal għomru kollu, anke jekk il-każ jiġi cleared mill- qorti.", "Tant ma jiswa xejn l-ammont li l-qorti tiddeċiedi li jrid jitħallas f'kumpens f'każi bħal dawn, li skond il-Ministru Gatt, illum anke Lm5,000 ma saru jiswew xejn, għax kawżi li fihom ikun involut dan l-ammont waqgħu minn quddiem il-qrati superjuri għal quddiem il-qrati tal-maġistrati.", "F'pajjiżna, l-unika arma li tista' tipproteġi lil persuna milli tiġi mgħajjra u mħammġa, u ċioe` il-libell, spiċċa kawża sommarja quddiem maġistrat.", "Jiena naħseb li dan huwa ħażin.", "Jien persważ li anke l- Ministru jinsab konxju ta' dan il-fatt, għax nifhem li f'ċerti aspetti u riformi li qiegħed jagħmel, jinsab miexi tajjeb, avolja fir-rigward ta' riformi oħra, ikolli ngħid li ma naqbilx.", "Filwaqt li f'dak li qed jagħmel il-Ministru hemm ħafna tajjeb, min-naħa l-oħra hemm ħafna ħażin ukoll.", "Jien naħseb li m'huwiex sew li kawżi ta' libell jispiċċaw deċiżi sommarjament quddiem maġistrat.", "Lanqas ma naħseb li kumpens ta' Lm5,000 huwa biżżejjed għal min ikun tħammeġ u tkisser b'dan il-mod.", "Fl-opinjoni tiegħi, għalkemm irridu nwessgħu d-dritt ta' l-istampa, u iktar ma għadda żmien, iktar il-qrati Maltin wessgħu dan id-dritt, jekk imbagħad immorru oltre mill-fair comment u nibdew naraw deħlin il-malizzja u l- intenzjonijiet ħżiena, allura jrid ikun hemm deterrent b'saħħtu, anke mil- lat kriminali.", "S'issa, f'dan is-seklu, persuna waħda biss intbagħtet fil- ħabs minħabba libell.", "F'pajjiżi barranin, il-kawżi ta' libell jitqiesu bħala serjissimi, u l-akkużati, mil-lat kriminali jgħaddu minn u jistgħu jintbagħat għal żmien twil fil-ħabs, u mil-lat ċivili jkollhom iħallsu danni li jammontaw għal mijiet ta' eluf ta' liri, jekk mhux anke għal miljuni ta' liri.", "Anke fl-Ewropa l-kawżi ta' libell jitqiesu bħala importanti, mentri f'pajjiżna, kawża ta' libell m'hi xejn.", "Mr Speaker, m'iniex qed ngħid hekk biex niddispreġġja l-abbilta` tal- maġistrati Maltin, anzi, jien ngħid li dawn huma kompetenti daqs l- imħallfin, pero' l-fatt li l-kawżi ta' libell saru jiġu deċiżi mill-qrati inferjuri, fl-opinjoni tiegħi is sending the wrong message.", "Jien nissuġġerixxi bil-qawwa kollha li la qed nitkellmu dwar dawn l-affarijiet, nibbilanċjaw.", "Minn naħa waħda, bl-introduzzjoni ta' din il-liġi qegħdin nagħmlu pass 'il quddiem.", "Huwa veru li dejjem se jibqa' jkun hemm każijiet ta' korruzzjoni, imma għallinqas, issa, il-vittmi ta' dawn l-att se jkollhom id-dritt, miktub iswed fuq l-abjad, li jirrikorru quddiem il-qrati biex jitolbu kumpens.", "Kif diġa' għedt, sfortunatament, il-qrati Maltin huma relattanti ħafna f'dan ir-rigward, u iktar m'hemmx ġurisdizzjoni u kompetenza milli hemm.", "Allura huwa tajjeb li dan id-dritt qed jitniżżel iswed fuq l-abjad.", "Huwa tajjeb ukoll li l-liġi penali qed tiġi msaħħa biex jiġi kkreat deterrent penali.", "Pero' min-naħa l-oħra naħseb li huwa tajjeb ukoll li biex wieħed jikkontro-bilanċja, isib rimedju u deterrent effikaċi kontra min jabbuża mill-istampa u jinsulenta u jħammeġ lil xi persuna b'malizzja.", "Iva, jien naħseb li wasal iż-żmien li din il-kwestjoni tiġi riveduta.", "F'dan il-pajjiż, jekk ikun hemm xi suspett dwar xi ħadd, malajr kollox jisplodi fil-gazzetti qisu xejn m'hu xejn, qabel ma jkun beda xi proċess.", "Din il-kultura li tirrenja f'pajjiżna hija ħażina wisq.", "Ma nafx għaliex aħna donna nieħdu gost bid-dwejjaq ta' ħaddieħor.", "Jekk ikun konfermat li persuna wettqet att ta' korruzzjoni u tinstab ħatja, allura f'dak il-każ, mhux biss il-ġurnalisti imma anke aħna l-politiċi għandna d-dmir li nesponu dan il-każ.", "Huwa għalhekk li f'pajjiżna hawn stampa ħielsa, għax jekk din ma tesponix ċerti affarijiet, kollox jibqa' mistur u allura, min ikollu f'moħħu li jwettaq att ta' korruzzjoni, ma jaħsibhiex darbtejn biex jagħmel dan.", "Pero' again, nibqa' nenfasizzaha li m'huwiex sew li min jagħmel att ta' korruzzjoni kappriċċjożament, għax ikun irid ipattiha lil xi ħadd jew biex jiggwadanja xi ħaġa, kważi kważi ma jeħel xejn.", "Mr Speaker, jien naħseb li wasal ukoll iż-żmien li wieħed jikkonsidra bis- serjeta` li jagħti rimedji effiċaki lil min qed isofri minn inġustizzja.", "Minkejja li f'dan il-pajjiż ħloqna istituzzjonijiet biex iżommu t- trasparenza – u huwa unur li dwar dawn kien hawn il-qbil taż-żewġ naħat tal- Kamra – bħall-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali, jien ma naqbilx li per eżempju, istituzzjoni bħalma hi ta' l-Ombudsman, għandha tingħata permanenza billi f'dan l-istadju tiddaħħal fil-kostituzzjoni ta' pajjiżna, u r-raġuni hija sempliċi.", "L-istituzzjoni ta' l-Ombudsman hija relattivament ġdida f'dan il-pajjiż, u għalkemm miexja tajjeb, kif għedt iktar kmieni, wieħed għad irid jara jekk huwiex tajjeb li l-poteri eżekuttivi ta' din l-istituzzjoni jiżdiedu.", "M'huwiex sew li l-istituzzjoni kif inhi llum tintrabat fil-kostituzzjoni, u gvernijiet futuri ma jkunux jistgħu jirrivedu l-pożizzjoni ta' l-Ombusdman.", "Jiena naħseb li din l-istituzzjoni għandha tiġi eżaminata iktar fil-fond, għandha titħalla timmatura iktar, il-performance tagħha għandha tiġi analizzata fuq medda ta' ħafna iktar snin.", "Wara li imbagħad tkun ittieħdet din l-esperjenza kollha, wieħed ikun jista' jara jekk din għandhiex tiddaħħal fil-kostituzzjoni jew le.", "Bħal f'pajjiżi oħra, l-Ombudsman m'huwiex qiegħed hemm biex isolvi l- każijiet ta' inġustizzji u jagħti rimedju effettiv.", "Nerġa' ngħid li hemm bżonn li din l-istituzzjoni tiġi b'xi mod kumplimentata mill-istituzzjoni ġudizzjarja, fejn allura ċ-ċittadin, bi dritt ikun jista' imur quddiem istituzzjoni ġudizzjarja u jekk verament ikun sofra minn inġustizzja, jkollu d-dritt li jitlob kumpens.", "F'dan l-istadju rrid ngħid li lili jdejjaqni l-fatt li t-tribunal amministrattiv ippresedut mill-Imħallef Farrugia Sacco, persistentement ta ċerti deċiżjonijiet li jindikaw atti ta' diskriminazzjoni u ta' inġustizzji.", "Illum nista' ngħid li on the whole, il-gvern beda jaderixxi ruħu ma' dawn is-sentenzi, għax min kellu jieħu kumpens, transfer jew xi promotion, fil-fatt ħadhom.", "Pero' l-fatt stramb u inaċċettabbli huwa li minkejja li jkun hawn dawn l-att kollha ta' inġustizzji, ħadd ma jirrispondi għalihom, la politikament u lanqas dipartimentalment.", "F'dawk il-korpi jew dipartiment fejn ikun hemm pluralita` ta' każi ta' inġustizzji, kollox jibqa' miexi qisu xejn m'hu qed jiġri xejn.", "Fl- opinjoni tiegħi, dan huwa skandaluż.", "Bħala eżempju ta' dan li qed ngħid nista' nagħmel riferenza għall-armata.", "Jekk fir-rigward ta' l-armata, wieħed iħares ftit lejn l-istatistiċi jsib li s-sentenzi ta' inġustizzji sofferti bejn l-aħħar tas-snin 80 u l-bidu tas-snin 90, kontra l-armata jammontaw għal numru allarmanti.", "Jien naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu raġun meta qal li l-armata qiegħda hemm biex tassigura s-sigurta` fil-pajjiż, u allura ma tistax tiddgħajjef billi tiġi ddemoralizzata.", "Ma jistax ikun li sezzjoni ta' l-armata timxi 'l quddiem u tieħu l-promotions u s-sezzjonijiet l-oħrajn jibqgħu lura.", "Meta iktar kmieni tkellimt b'dan il-mod, l-armata weġbitni billi qaltli li fid-deċiżjonijiet tiegħu, it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l- inġustizzji qatt ma qal li kien hemm diskriminazzjoni politika.", "Għalkemm dan huwa veru, it-tribunal qal li kien hemm distinzjoni u diskriminazzjoni.", "Il-politika ma ssemmietx għax il-liġi li waqqfet lil dan it-tribunal titkellem fuq distinzjoni imma ma tikkwalifikax id-distinzjoni.", "Mela jekk persuna li hija fi grad inqas minn oħra tieħu promotion, tkun qed issir distinzjoni, u allura l-qorti m'għandhiex għalfejn tidħol f'dik il- kwestjoni.", "Pero' naħseb li politikament, hawnhekk wieħed għandu d-dritt u l-mezzi biex jivverifika.", "Jekk konsistentement ikun hemm ċerti persuni, noti għall-kulur politiku tagħhom, li jibqgħu lura, u persuni oħra ta' kulur politiku differenti li javvanzaw 'il quddiem, wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li iva, l-armata, fl-aħħar tas-snin 80 u fil-bidu tas- snin 90, kienet timxi b'diskriminazzjoni politika mill-iktar skandaluża.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, quddiemna għandna liġi li se tagħmel ċerti emendi fil-kodiċi ċivili li huma importanti, kemm fil-messaġġ politiku tagħhom kif ukoll f'dak soċjali.", "Xi kultant ngħid li huwa pjuttost tal-biki l-fatt li ċerti persuni, iktar isegwu meta okkażjonalment ikun hawn nuqqas ta' qbil f'din il-Kamra, milli meta tkun qed tiġi mgħoddija liġi bħal din, li dwarha hemm qbil taż-żewġ naħat, kemm fil- prinċipju kif ukoll fis-sustanza tagħha.", "Din il-liġi titratta tema mportanti ħafna f'pajjiż, u ċioe` l-korruzzjoni u min ikun affettwat b'atti ta' korruzzjoni, li allura jista' jfittex li ssir ġustizzja miegħu.", "Huwa proprju minħabba il-fatt li prattikament hawn qbil unanimu dwar din il- liġi, avolja minħabba dan il-qbil, m'hijiex tattira dik l-attenzjoni li tixirqilha.", "Il-korruzzjoni hija realta` fis-soċjetajiet kollha.", "Jekk wieħed iħares ftit lura jista' jara l-każijiet li ġraw fl-Italja bħal dak ta' De Pietro, il-mani pulite u dak kollu li rriżulta minn dak ir-riefnu li kien tqanqal ftit tas-snin ilu.", "Dan ma ġarax biss fl-Italja, imma anke f'pajjiżi oħra Ewropej seħħew każijiet ta' korruzzjoni fejn kienu anke nvoluti ċerti ministri.", "Jekk wieħed imbagħad imur oltre jsib li f'pajjiżi oħra fid-dinja, fejn hemm soċjetajiet li politikament m'humiex daqstant żviluppati, il- korruzzjoni hija rampanti, timmina lis-soċjeta`, lir-rule of law u lil kwalunkwe sens ta' ġustizzja.", "Għaldaqstant, kull inizjattiva li tittieħed biex il-korruzzjoni tiġi eliminata jew kotrollata, isservi ta' deterrent ħalli dak l-uffiċjal jew dik il-persuna responsabbli, f'pożizzjoni li tagħtiha l-awtorita` li tesegwixxi l-liġi, tagħti lil kulħadd dak li ħaqqu, bl-iktar mod ġust u skond ir-regoli.", "Allura iva, din il-liġi hija importanti ħafna għall-ġid tas-soċjeta` in ġenerali.", "Wieħed irid jieħu dawk il-miżuri amministrattivi u anke ġudizzjarji kollha neċessarji biex jikkontrolla u jnaffar lil min jitħajjar jirċievi xi flus jew benefiċċju ieħor biex jaqdi dmiru.", "Dawn huma kollha inizjattivi fid- direzzjoni t-tajba u huwa mportanti ħafna li inizjattivi bħal dawn, fil-każ ta' pajjiżna, jittieħdu bi qbil unanimu bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, għax b'hekk il-messaġġ ikun qiegħed jingħata bl-iktar mod ċar, kemm lil min jipprova tħajjar lil xi ħadd biex jgħawweġ l-affarijiet, kif ukoll lil min ikun f'responsabbilta` eżekuttiva, bħala uffiċjali pubbliku u anke bħala politiku, ħalli joqgħod lura u jiddeżisti kompletament milli jagħmel xi att ta' korruzzjoni.", "Bħalma kulħadd jaf, taħt il-kodiċi kriminali, f'atti ta' korruzzjoni għandha tidħol il-pulizija biex tinvestiga.", "Dan huwa aspett ieħor intiż biex iżomm u jrażżan il-korruzzjoni.", "Huwa tajjeb li f'dan l-istadju nagħmel riferenza għall-gvern Laburista ta' l-1996, li kien fittex li fir- rigward ta' l-istruttura fil-każ tal-maġistrat inkwirenti, ikun hemm il- qbil taż-żewġ naħat.", "In all fairness, fir-rigward ta' din il-liġi, kien hemm diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ovvjament kien hemm ċerti konsiderazzjonijiet oħra li wieħed ried jieħu, fejn l-iktar waħda mportanti kienet li għandu jkun hemm maġistrat inkwirenti b'poteri qawwijin ħafna fil-liġi u jkunhemm min li effettivament jara li dan l-istess maġistrat jesegwixxi d-dmirijiet tiegħu bl-iktar mod ġust.", "Pero` minkejja d-diffikultajiet li t-twaqqif ta' dawn l-istrutturi jikkreaw f'soċjetà demokratika – ovvjament f'soċjetà demokratika dejjem trid iżżomm quddiem għajnejk iċ-checks and balances; dan huwa l-prinċipju li jrid jissottolinea kwalunkwe struttura ̧ awtorità u poter eżekuttiv jew ġudizzjarju – naħseb li l-ħsieb wara dik l-inizjattiva kien fid-direzzjoni t-tajba għax jien ninsab konvint li l-impenn politiku ta' sħabi l-membri parlamentari huwa li jikkontribwixxi b'mod siewi lejn is-soċjetà.", "Dan qed ngħidu għax sfortunatament minħabba l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni jew inkella allegazzjonijiet oħrajn simili - dawn ma jsirux f'Malta biss imma jsiru mad-dinja kollha - f'għajnejn ħafna nies wieħed ikun jidher li x-xogħol pubbliku li jkun qed jagħmel ikun qed jagħmlu għall- interess personali tiegħu.", "Jien mhux qed ngħid li l-politiċi m'għandhomx nuqqasijiet imma l-esperjenza personali tiegħi f'dan il-parlament tikkonvinċini li minkejja li hawnhekk hawn membri parlamentari b'ideat u b'ideoloġiji differenti ̧ l-għan tagħhom huwa li jtejbu s-soċjetà u jagħmluha aħjar.", "Ovvjament wieħed jista' jieħu inizjattivi li mhux bilfors jirnexxu imma l-ħsieb wara dan ma jkunx l-interess personali imma jkun il-ġid komuni.", "Kultant jiġri li ċerta azzjoni tiġi perceived minħabba li ma tkunx maħduma u żviluppata tajjeb u ma tkunx saret b'mod trasparenti biżżejjed – dan ikun in-nuqqas ta' l-uffiċjal jew il-politiku konċernat – u allura l-messaġġ li jintbagħat fis-soċjetà jkun wieħed negattiv u li dak li jkun ikun qed jinqeda bl-istatus politiku u bil-poter eżekuttiv li jkollu għalih personali.", "Għalhekk huwa mportanti li jkun hemm l-istrutturi neċessarji – mhux strutturi amministrattivi jew strutturi li jistgħu jiġu influwenzati mill-istess politiku jew mill-istess persuna konċernata – li bis-saħħa li tagħtihom il-liġi jkollhom l-element ta' awtonomija.", "Sur President, hawnhekk mhux qed noħolqu xi tribunal amministrattiv biex min igħid li sofra minn att ta' korruzzjoni jirrikorri lejh imma qed nagħmlu tibdiliet fil-Kodiċi Ċivili u r-rikors ikun tramite l-qrati u tramite l-id indipendenti tal-ġudikatura.", "Għalhekk f'dan ir-rigward ngħid li kienet tajba l-idea li kienet inbdiet fl-1997 fejn ġiet proposta struttura b'maġistrat inkwerenti għax permezz tagħha jiġu limitati ċerti deċiżjonijiet li jkunu ġġudikati fil-gazzetti u fil-media għal skopijiet partiġġjani jew politiċi.", "Din l-istruttura li tiġi msaħħa b'liġi għal tapposta tkun tista' tieħu l-miżuri neċessarji bis-saħħa ta' l-indipendenza li tagħtiha l-liġi.", "Din hija tajba kemm għas-soċjetà għax ikollok lil xi ħadd li jkun qed igħasses ̧ fis-sens li jekk isib li xi ħadd qed jabbuża ̧ jikkontrollah, kif ukoll għax isservi ta' deterrent.", "Li hemm tajjeb ukoll huwa li min jiġi akkużat b'xi ħaġa jista' jagħmel rikors u b'hekk jista' jsalva r-reputazzjoni tiegħu.", "Sur President ̧ huwa tajjeb li hawnhekk wieħed iħares ftit lejn il-konċett ta' l-Ombudsman li issa ilu jeżisti f'pajjiżna għal diversi snin.", "Naħseb li wasal iż-żmien li r-rakkmandazzjonijiet li l-Ombudsman ikun qed jagħti bħala redress ma jibqgħux rakkmandazzjonijiet li jistgħu jiġu implimentati mill-istess Eżekuttiv fid-diskrezzjoni tiegħu.", "L-Ombudsman li huwa awtorità indipendenti appuntata minn dan il-parlament bi qbil taż-żewġ naħat u allura kulħadd iħares lejh bħala persuna indipendenti jittratta każijiet ta' persuni li jħossu li jkunu ntlaqtu ħażin u fost affarijiet oħra jittratta deċiżjonijiet ta' promotions ̧ deċiżjoni ta' għoti ta' ċerti permessi u deċiżjonijiet li jistgħu jkunu ġejjin minn awtorità amministrattiva.", "Jien naħseb li biex intejbu aktar id-dritt ta' l- individwu fejn wieħed jieħu dak li ħaqqu ̧ huwa mportanti li niżviluppaw aktar din l-istituzzjoni ̧ biex ngħidilha hekk ̧ b'mod u manjiera li d- deċiżjonijiet tagħha jiġu esegwiti għax fl-aħħar mill-aħħar ma jfisser xejn li inti tieħu raġun fuq xi ħaġa imma mbagħad min jagħtik ir-raġun ma jkollux dik l-awtorità li jinforza li inti tieħu r-redress.", "Fid-dawl ta' dan il-prinċipju din il-liġi tagħmel sens għax tagħti dritt lil min ikun bata minn att ta' korruzzjoni li jieħu l-passi u jfittex għad-danni kontra dik il-persuna li tkun għamlet l-att ta' korruzzjoni.", "Permezz ta' din il-liġi wieħed jista' jkollu redress u jfittex li jitħallas għad-danni li jkun sofra mingħand il-gvern jew mingħand awtorità mwaqqfa mill-gvern.", "Issa hawnhekk tqum il-mistoqsija: Għaliex dawk il-kumpanniji li huma limited liability companies tal-gvern li jista' jkollhom ċerta awtorità diskrezzjonali f'idejhom ̧ m'għandhomx jiġu mfittxija wkoll?", "Jien naħseb li dan għandu jiġi kkonsidrat ukoll u persuna li tkun sofriet xi danni għandu jkollha dritt għal rikors kontra l-kumpannija.", "Punt ieħor li nixtieq inqajjem huwa kif jiġi definit każ ta' korruzzjoni skond artiklu 1051A li huwa ġdid.", "Fil-verżjoni Ingliża nsibu li jekk ikun hemm min jirċievi ħlas jew prospett ta' ħlas biex igħawweġ id-dmirijiet tiegħu ħalli jagħti vantaġġ lil xi ħadd ikun qed jikkommetti att ta' korruzzjoni.", "Jista' jkun hemm min ̧ per eżempju ̧ ma jgħawwiġx id-dmirijiet tiegħu ̧ anzi jimxi by the book ̧ biex ngħid hekk, pero' dan jagħmel dak kollu neċessarju biex permess jew liċenzja ddum milli tinħareġ.", "Wieħed jifhem li jekk bniedem għandu bżonn permess jew liċenzja biex imexxi azjenda kummerċjali ̧ id-dewmien ifisser ħafna telf ta' flus.", "Mela jekk ikollna każ fejn ikun jidher biċ-ċar li l-uffiċjal konċernat juża burokrazija żejda, ikun ineffiċjenti ̧ negliġenti u jtawwal biex jagħti deċiżjoni pero' strettament ma jkun qed jikser l-ebda kelma ta' liġi ̧ effettivament dan id-dewmien ̧ dan ir-red tape żejjed u dan it-tqanżiħ burokratiku jista' jwassal biex persuna konċernata tħajru jħaffef l- affarijiet billi xxaħħmu u tagħtih il-flus.", "Jidher li dan il-fatt ̧ kif inhu nterpretat hawnhekk ̧ mhux neċessarjament jiġi deskritt bħala att ta' korruzzjoni.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jitkellimx xi ftit fuq il-kwestjoni ta' burokrazija żejda, red tape u dewmien li ħafna drabi jiġi eżerċitat f'xi dipartimenti tal-gvern u f'xi awtoritajiet jew korporazzjonijiet.", "Kultant wieħed idum jistenna risposta għal ċertu tul ta' żmien bla bżonn u donnu jkun qed jiġi njorat.", "Din il-burokrazija żejda qed tiswa lil pajjiż ħafna flus u dan qed ngħidu through first-hand experience.", "Jien għandi żewġ każijiet ta' persuni fejn wieħed minnhom talab trasferiment ta' liċenzja ta' pompa tal-petrol.", "Pero' minkejja li l-proċeduri ġew esegwiti u wara ħames ġimgħat intbagħtet ittra ta' acknowledgment, baqgħet ma ngħatatx risposta jekk kienx hemm progress jew le.", "Ir-riżultat ta' dak id- dewmien kien li kien hemm attività ekonomika li kienet qed tinżamm kappriċċożament minħabba l-fatt li min kien ġie appuntat f'awtorità baqa' indifferenti u ma riedx iċaqlaq l-affarijiet.", "Issa jien mhux qed nirriferi biss għall-Awtorità ta' l-Ippjanar – għalkemm hemmhekk id-dewmien biex jittieħdu d-deċiżjonijiet ibellaħ lin-nies – imma qed nirriferi wkoll għal entitajiet li għadhom kif twaqqfu issa.", "Hawnhekk nista' nsemmi ̧ per eżempju, r-Resources Authority fejn permess mitlub lilha għal trasferiment mingħajr diffikultà ta' xejn idum ġimgħat, biex ma ngħidx xhur.", "Dan id-dewmien qed ikollu impatt fuq l-attività ekonomika.", "Allura entità pubblika li tagħmel dawn l-affarijiet għax għandha l- monopolju ma tkunx qed tikkostitwixxi abbuż?", "Per eżempju ̧ jekk l- Enemalta, għal xi raġuni jew oħra ̧ taqta' s-servizz tad-dawl ̧ m'għandux ikollha d-diċenza li tiltaqa' ma' min ikun konċernat madwar mejda biex forsi wieħed isolvi l-problema?", "Iċ-ċittadin għandu dritt jiġi mgħajjat u mhux jiġi njorat kompletament aktar u aktar jekk ikun qed isofri xi danni u mbagħad ma jkollu l-ebda redress.", "Sfortunatament dawn l-affarijiet jiġru f'ħafna awtoritajiet.", "Issa dawn jew jiġru għal tapposta jew inkella jkollok nies magħżula li jmexxu dawn l- awtoritajiet li jibżgħu jieħdu deċiżjoni.", "Ovvjament wieħed ma jsirx bniedem kapaċi li jieħu d-deċiżjoni għax jiġi appuntat direttur jew uffiċjal eżekuttiv imma għax ikollu ċerta kapaċità u jkun kapaċi jħaffef ix-xogħol.", "Jekk aħna verament nemmnu li rridu nipproteġu l-konsumatur irridu naraw li dan ikun moqdi aktar malajr, aħjar u b'aktar effiċjenza għax bit-taxxi tiegħu dan qed iħallas għall-amministrazzjoni pubblika.", "Il-fatt li jkun hemm titjib u effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika jagħti kontribut qawwi lejn tisħiħ aħjar ekonomiku ta' pajjiżna.", "Punt ieħor li wieħed ikun irid jikkonsidra huwa subartiklu (7) ta' artiklu 1051A kif propost fi klawsola 2.", "Hawnhekk qed jingħad li jekk ikun ġie konkluż xi kuntratt mill-gvern jew minn xi korporazzjoni li effettivament wara jirriżulta li dak il-kuntratt ikun riżultat ta' att ta' korruzzjoni ̧ dak il-kuntratt jista' jiġi annullat.", "Il-prinċipju huwa tajjeb pero' huwa mportanti wkoll li wieħed jikkonsidra l-effett ta' dawk it-third parties li jkunu qed isofru danni minħabba li kuntratt simili jiġi annullat.", "Immaġina li tingħata tender u min jeħodha jibda jimplimentaha biex jagħmel ix-xogħol li jkun mitlub minnu.", "Ovvjament min ikun ħa t-tender jagħmel dak li jgħidulu subcontracting tax-xogħol li jkun ingħata.", "Issa llum it- tenders qed jiżviluppaw b'mod li min jeħodha jagħmel kollox hu, mid-design sa l-aħħar.", "Dan ifisser li se jkollok aktar terzi persuni li jkunu bona fide li ma jkunu involuti f'xejn imma sempliċement ikunu qed jikkompetu fid- dinja tas-suq ħieles u jieħdu subcontracting mingħand dak li jkun ħa t- tender.", "Jekk eventwalment jirriżulta li dik it-tender tkun ittieħdet bħala riżultat ta' att ta' korruzzjoni u allura dak il-kuntratt jiġi annullat ̧ x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawn it-terzi persuni?", "Kif qiegħda l-liġi dawn it-terzi persuni ma jidhirx li għandhom id-dritt li jfittxu għad-danni li jkunu sofrew.", "Naħseb li dan huwa punt li jkun tajjeb li jiġi kkonsidrat fi stadju ta' Kumitat għax huwa mportanti li f'każ li kuntratt jitħassar ̧ per eżempju, u allura terza persuna li tkun daħlet f'ċertu xogħol ikollha tieqaf f'daqqa, din għandu jkollha dritt li tfittex għad-danni għax tkun qed issofri minn att ta' korruzzjoni li jkun ġie kommess minn uffiċjal tal- gvern jew inkella ta' entità pubblika.", "Kien hawn ukoll diskussjoni dwar il-preskrizzjoni pero' dak huwa punt li wieħed għandu jikkonsidrah fit-tul.", "Pero' f'dak li għandu x'jaqsam ma' danni ċivili naħseb li jagħmel sens li jkollok limitazzjoni għax hawnhekk inti qed tagħti opportunità lil min sofra minħabba att ta' korruzzjoni u qed tgħidlu li għandu dritt li jkollu riżarċiment tad-danni.", "Issa jista' jkun li dan ma jkollux interess li jidħol il-qorti biex ifittex ir- riżarċiment għad-danni u allura ma nħossx li ż-żmien għandu jibqa' indefinit.", "Il-konsiderazzjoni għandha tkun jekk għandux ikun hemm żmien ta' tliet snin jew ftit aktar, per eżempju ̧ imma dik wieħed ikun jista' jikkonsidraha.", "Pero' huwa mportanti li l-metodu kif tindirizza dawn l- affarijiet isir bl-aktar mod ġust.", "Naħseb li l-element ta' preskrizzjoni f'azzjonijiet ċivili għandhom jibqgħu.", "Fi kwalunkwe azzjoni ċivili hemm l- element ta' preskrizzjoni u dak huwa l-prinċipju stabbilit u konfortat minn ġurisprudenza twila.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li wieħed għandu jżommha.", "Punt interessanti ieħor huwa dak dwar il-konċett tal-whistle-blower.", "F'pajjiżi barranin dan il-konċett qed jiżviluppa ħafna pero' mhux qed jiżviluppa biex ikollok lil xi ħadd jispjuna fuq xi ħaddieħor.", "Mhux dan huwa l-ħsieb.", "Il-ħsieb huwa li lil dawk l-uffiċjali li għandhom ċerta awtorità u li allura jkunu jafu x'qed jiġri minn ġewwa u forsi jħossu li huma m'għandhomx jiġu mġiegħlin li jibqgħu mexjin mal-kurrent jew inkella m'għandhomx jagħlqu għajnejhom għal ċerti affarijiet li jkunu qed isiru b'mod ħażin jew bħala riżultat ta' att ta' korruzzjoni ̧ issaħħilhom idejhom ħalli joħorġu fil-beraħ.", "B'hekk dawn ma jkunux jistgħu jiġu inkriminati f'affarijiet li jkunu qed jiġru u barra minn hekk dan huwa mezz ta' deterrent.", "Ovvjament kwalunkwe ħaġa tajba jkun fiha l-element negattiv.", "Il-whistle- blower mhuwiex dak il-bniedem li jaqbad u jagħmel dikjarazzjoni bl-addoċċ għax xi ħadd iħajru jħammeġ lil xi ħadd.", "Il-whistle-blower irid ikollu l- evidenza f'idejh u dak li jkun qed igħid irid isostnih.", "Din ir- responsabbiltà fuq il-persuna konċernata hija mportanti li tiġi żviluppata.", "Qed ngħid dan għax kollox jista' jiġri.", "Inti tista' tħajjar persuna – dawn l-affarijiet irridu nammettuhom – biex tivvinta xi ħaġa fuq xi ħadd.", "Għalhekk il-konċett li persuna jew uffiċjal jitkellem biex iwaqqaf xi ħaġa għax ikollu suspett ta' korruzzjoni naħseb li huwa mportanti li jiġi miftiehem tajjeb.", "Jien nixtieq nagħlaq fuq dan.", "Il-materja li qed tiġi diskussa hawnhekk hija materja importanti għall-ġid tal-pajjiż biex tkabbar il-fiduċja fl- istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Jidher ċar li ż-żewġ naħat qed jaqblu li dawn it-tip ta' prinċipji għandhom jiġu ntrodotti ̧ msaħħin u nforzati u dan huwa pass tajjeb li wieħed għandu jkompli jiżviluppah.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-korruzzjoni f'sistema politika tal-pajjiż teżisti għal ħafna raġunijiet u ma jkunx hemm fattur wieħed biss.", "Għalhekk il-korruzzjoni trid tiġġeldilha fuq ħafna livelli differenti.", "Parti mill- ġlieda trid issir permezz ta' din l-emenda li qed niddiskutu imma waħda mill-aktar affarijiet li naħseb li huwa mportanti li nifhmu hija li f'soċjetajiet żgħar bħala tagħna, l-inforzar tal-liġi, l-istituzzjonijiet ̧ ir-regoli u n-normi huma pjuttost dgħajfa u l-aktar affarijiet b'saħħithom huma r-relazzjonijiet personali.", "Allura waħda mill-akbar sfidi li għandu pajjiż ċkejken bħal tagħna hija li kemm jista' jkun ikollu sistema politika u amministrazzjoni pubblika nadifa li ma tkunx korrotta u li jkun hemm kultura politika li tiċħad il-korruzzjoni.", "Waħda mill-konklużjonijiet ta' riċerka soċjoloġika li saret– din hija xi ħaġa tal-waħx - hija li fi gżejjer u fi stati żgħar ma jeżistux liġijiet u istituzzjonijiet imma jeżistu relazzjonijiet personali.", "Forsi jkun hawn min igħid li din hija esaġerazzjoni kbira jew li din hija konklużjoni estrema imma naħseb li hemm ħafna u ħafna verità fiha.", "F'dawn il-pajjiżi jeżistu ħbiberiji, familji u lealtajiet u allura t-tentazzjoni hi li meta xi ħaġa tkun marret żmerċ ̧ mhux tirranġaha imma tgħattiha.", "Allura sitwazzjoni bħal din trid tiġġeldilha b'tibdil fil-liġijiet u b'istituzzjonijiet importanti, bħal mekkaniżmu li jinvestiga l-korruzzjoni bis-serjetà.", "Issa hawnhekk aħna diġà għandna problema kbira għaliex il- Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni mhijiex aċċettabbli għalina għax hija maħtura mill-gvern tal-ġurnata u hemm il-periklu kontinwu - li naħseb li f'dan il-każ ġrat – li tispiċċa kummissjoni li tittimbra l- kondotta tajba tal-gvern u mhux veru tinvestiga bis-serjetà.", "Għalhekk irridu naħsbu biex ikollna mekkaniżmu serju li jinvestiga l-korruzzjoni u li ma jħarisx lejn il-wiċċ tal-gvern tal-ġurnata, tal-maġġoranza, tal- ministru jew tal-prim ministru li jkun ħatar din il-kummissjoni.", "Sur President ̧ huwa tajjeb li hawnhekk qed indaħħlu l-idea tal-whistle- blower fejn inti tipproteġi lil min jikxef fejn tkun qed issir il- korruzzjoni għax nerġa' ngħid li t-tendenza f'pajjiżna hija li mhux taqbad lill-korrott imma taqbad lil min jikxef lill-korrott.", "Għalhekk huwa tajjeb li naħdmu f'dik id-direzzjoni.", "Huwa mportanti wkoll li jkun hemm bidla fil-moral ta' pajjiżna.", "Jien dejjem ngħidha din anke meta nkunu qed niddiskutu l-ħlas tat-taxxi.", "Kritika li nagħmel lill-Knisja Kattolika hija li għandha responsabbiltà għall-imġiba morali ta' pajjiżna.", "Per eżempju, lil wieħed Giżwita ħabib tiegħi ngħidlu li jekk il-Partit Nazzjonalista huwa korrott u ilu jeżisti 100 sena u jekk il-Partit Laburista huwa korrott u ilu jeżisti 80 sena u jwaħħlu fiż-żewġ partiti għall-korruzzjoni li hawn f'pajjiżna ̧ l- istituzzjoni tal-Knisja li ilha teżisti f'pajjiżna għal 2 ̧000 m'għandux ikollha daqsxejn responsabbiltà?", "Jien dejjem ngħid – din ngħidha b'dispjaċir u b'konvinzjoni – li l-konċett ta' dnub soċjali għall-Knisja Kattolika Maltija ma jeżistix.", "Isemmu s- sess ̧ id-dagħa u l-mod kif tilbes.", "Pero' fl-isfera privata hemm lista ta' dnubiet donnu li l-Kmandamenti jeżistu biss għal dik l-isfera u mhux għall- isfera pubblika wkoll.", "Jien ngħid illi kieku l-Maltin verament iħaddmu l- prinċipji Insara u Kattoliċi ̧ kieku f'pajjiżna, każi u skandli ta' korruzzjoni ma jiġrux daqskemm jiġru u bil-faċilità li jiġru.", "Nerġa' ngħid li sfortunatament l-iskartar minn fuq ix-xogħol, l-evażjoni tat-taxxa u l- korruzzjoni mhumiex fost id-dnubiet soċjali li l-Knisja titkellem dwarhom.", "Jien ma tantx smajt omeliji li jitkellmu fuq dawn is-suġġetti u naħseb li huwa ħażin li l-Knisja ma tużax l-awtorità morali tagħha biex titkellem ukoll fuq il-moralità fil-ħajja pubblika.", "Il-moralità ħalli tippriedkaha u tindirizzaha lilna u ħalli tkun iebsa magħna l-politiċi imma li teduka u trawwem liċ-ċittadini naħseb li hija parti mill-missjoni tagħha.", "Meta qed ngħid hekk bl-ebda mod mhu qed ngħid li mhijiex responsabbiltà tal-partiti politiċi, li wkoll, mal-partitarji tagħhom u maċ-ċittadini jagħmlu din it- tip ta' missjoni imma naħseb li l-Knisja Kattolika għandha tagħmel dan ukoll.", "Jien naħseb li l-partiti jridu jiċċaqilqu biex fil-kwestjoni tal- finanzjament nagħmlu pass 'il quddiem.", "Sakemm f'pajjiżna ma jidħolx l- obbligu li l-partiti politiċi jikxfu minn fejn iġibu l-flus tagħhom, dejjem se jibqa' jkun hemm is-suspett li l-partiti politiċi jinxtraw f'irkant li jsir bil-moħbi u wara l-kwinti fejn min iħallas l-iżjed ikun hemm is-skiet dwaru u jġibha żewġ u allura l-policy-making u d- deċiżjonijiet ma jitteħdux fil-parlament u fil-Kabinett imma jittieħdu fejn jinbidlu l-flus.", "Nerġa' ngħid li jinbidlu l-flus mhux għax bilfors ikun qed idaħħalhom fil-but il-ministru jew iċ-chairman tat-tali awtorità imma anke għax ikun hemm min iffinanzja partiti politiċi li mbagħad l-irċevuta tiegħu tissarraf f'deċiżjonijiet fil-ħajja pubblika u politka.", "Allura nerġa' ngħid li l-affarijiet li għandna bżonn jitolbu intervent ta' dan it-tip kif qed nagħmlu f'din il-liġi – hemm ukoll xi ħaġa li qiegħda fil-konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa imma mhux qiegħda f'din il-liġi – fejn inti għandek id-dnub tal-kummissjoni, id-dnub ta' min għamel il- korruzzjoni imma għandek ukoll id-dnub ta' min iħalliha ssir.", "Dik ukoll hija responsabbiltà gravi.", "Fil-konvenzjoni din tissemma pero' f'dan l- abbozz ta' liġi ma tissemmiex u aħna naħsbu li għandek tkun iebes kemm fuq min jagħmel il-korruzzjoni u anke fuq min ma jagħmel xejn biex iwaqqafha u biex iħalliha ssir.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa importanti.", "Naħseb li hemm mezzi importanti oħrajn li rridu naħsbu dwarhom.", "Irridu naħsbu fuq l-indafa fl-amministrazzjoni pubblika u l-indafa fil-ħajja pubblika li hija l-istituzzjoni ta' l-Awditur Nazzjonali.", "Aħna waqqafna Awditur li għandu ċerta responsabbiltà u awtorità morali minħabba li jinħatar b'żewġ terzi.", "Għandu wkoll aktar awtorità għax huwa uffiċjal tal- parlament aktar milli huwa uffiċjal tal-gvern tal-ġurnata.", "Jien nawgura li tinbena aktar il-kultura li dan ikollu l-awtonomija u l-kuraġġ li jinvestiga l-affarijiet bis-serjetà u li jidħol fil-fond tal-kwestjonijiet li mbagħad jittieħdu passi dwarhom.", "X'jiswa li għal sena wara sena jkollna rapporti ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur meta jgħidu li kull sena jintnefqu Lm6 miljun fuq it-trasport tal-gvern u jiġi indikat li hemm abbużi serji u anke korruzzjoni?", "Per eżempju ̧ kif tispjega li f'ministeri u f'dipartimenti – qed nitkellem minn esperjenza personali jiġifieri m'jien qed nattakka lil ħadd - ikun hemm karozzi li ma jintużawx imma jinkrew xorta waħda jew inkella jintużaw mhux għal xogħol imma għal affarijiet personali?", "Issa forsi jkun hawn min igħid li dawn huma affarijiet żgħar imma l- affarijiet iż-żgħar bil-mod il-mod jinbnew f'miljuni u aħna ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li diġà aħna mgħobbijin bit-taxxi rridu noħorġu Lm6 miljun fis-sena, li żgur għandna fejn nonfquhom.", "Probabbilment fuq it- trasport tal-gvern nonfqu aktar milli nonfqu biex nippromwovu lil pajjiżna u biex inġibu aktar turisti lejn pajjiżna – din hija xi ħaġa redikola – anke għax ikun hemm korruzzjoni fil-livell baxx ta' min jikri dawn il- karozzi li jkollu cut ta' Lm1 kuljum fuq kull karozza li jikri.", "Huwa mportanti li naħsbu fuq dawn l-affarijiet u nitkellmu ċar dwarhom għax inutli noqgħodu ngħidu fuq korruzzjoni u fuq kif dan il-pajjiż qed jonfoq iżjed milli jiflaħ.", "Imbagħad immorru fuq iċ-ċittadini u ngħidulhom biex iħallsu iżjed taxxi!", "Fl-opinjoni tiegħi, il-korruzzjoni hija kwestjoni ta' moralità u kwestjoni ekonomika.", "Fil-pajjiżi korrotti ċ-ċittadini jridu jġorru piż kbir għaliex xi ħadd irid iħallas għall-korruzzjoni u l-biċċa l-kbira jispiċċaw iħallsu għaliha ċ-ċittadini fit-taxxi tagħhom.", "Għalhekk jien ngħid li l- korruzzjoni rridu niġġeldulha jekk irridu li dan il-pajjiż ma jibqax jonfoq iżjed milli jiflaħ u ma jibqax jintaxxa lin-nies li jaħdmu u li jipproduċu bil-konsegwenza li qed nispiċċaw biex nistaġnaw l-ekonomija.", "Il-ġlieda biex insibu tarf il-korruzzjoni u niġġeldulha hija twila imma din mhijiex apoloġija biex ma neħdux passi, anzi jrid ikun hemm passi regolari.", "Għalhekk il-qafas li bih trid tiġġieled il-korruzzjoni jrid ikun fuq diversi livelli.", "Bil-mod il-mod din l-arkitettura qed nibnuha ̧ għalkemm għadna dgħajfin fil-mekkaniżmu li jinvestiga l-korruzzjoni.", "Il-fatt li se jidħol dan l-abbozz ta' liġi ̧ anke bin-nuqqasijiet tiegħu, huwa pass 'il quddiem imma mbagħad għandna nieqes il-Freedom of Information Act.", "Il- korruzzjoni għandha bżonn il-ħabi u d-dlam u wieħed mill-modi li bih tnaqqas u ttaffi l-korruzzjoni – jien bl-ebda mod mhu qed nimmaġina li xi darba tinħoloq xi sitwazzjoni fejn ma jibqax ikun hemm korruzzjoni; din tkun fuq xi pjaneta jew fuq xi univers ieħor – huwa li tagħmel istituzzjonijiet u mekkaniżmi u tieħu l-passi neċessarji.", "Din trid tagħmilha fil-livell li mhux tipprova tnaddaf il-froġa wara li tkun għamiltha imma jekk jista' jkun ma tħallix il-froġa ssir.", "Issa wieħed mill-modi biex ma tħallix il-froġa ssir hija li fejn qed jintnefqu l-flus ̧ ikollok sistema tajba ta' internal auditing, xi ħaġa li aħna neqsin minnha.", "Din hija xi ħaġa li nisimgħuha fir-rapporti ta' l- awditur sena wara sena u allura huwa mportanti li jkollna internal auditing.", "Huwa mportanti li naqbdu li xi ħaġa tkun sejra żmerċ meta tkun qed issir u mhux wara li tkun saret.", "Allura huwa mportanti li jkollna dan il-mekkaniżmu ta' internal auditing kullimkien.", "Jien naqbel li l- internal auditors m'għandhomx ikunu soġġetti għall-ministeru li fih jaħdmu għax inkella mhux se jkollok internal auditing onest imma se jkollok internal auditing ta' konvenjenza biex jogħġob lill-political master jew lis-servizz pubbliku.", "B'dispjaċir u b'awtokritika ngħid li d-dell tal- korruzzjoni fuq il-politiċi ilu hemm bħalma ilu hemm dak fil-livell tas- servizz pubbliku.", "Bħalissa qed niftakar xi ħaġa li sfortunatament ma tteħdux passi dwarha.", "Wara li twaqqfet il-Kummissjoni Permanenti Kontra l- Korruzzjoni, kien sar seminar f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi li fih l-Imħallef Victor Borg Costanzi kien tkellem man-nies taċ-Ċivil u kien għamel punt interessanti ħafna li mbagħad ma smajna xejn iżjed dwaru ̧ kif sfortunatament spiss jiġri f'pajjiżna.", "Dan qal li hemm bżonn li jsiru investigazzjonijiet biex jispjegaw kif ċerti nies taċ-Ċivil li għandhom ċertu income, għandhom lifestyle ħafna iżjed ogħla minn dak l-income.", "Kif tispjegaha din?", "Din it-tweġiba baqgħet ma waslet qatt.", "Fil-fehma tiegħi din hija mistoqsija tajba ħafna u li għandna nistaqsuha ħafna.", "Nerġa' ngħid li s-sistema ta' korruzzjoni trid li l-politiku u l- amministrazzjoni pubblika jħalluha ssir.", "Mhux l-ewwel darba li l- korruzzjoni tiġi kkonsagrata min-nies fil-professjonijiet, b'daqqa ta' pinna ta' nutar jew ta' avukat.", "Dan huwa tip ta' laundering bid- dokumenti.", "Għalhekk jien ngħid li l-kompliċità u x-xibka tal-korruzzjoni hija mifruxa fuq ħafna u ħafna oqsma u din trid tiġi attakkata f'livelli differenti.", "Sur President ̧ naħseb li l-idea tal-whistle-blowing ftit għadha daħlet fl- Ewropa.", "Ma rridux ninsew li x'laqqat wieħed mill-kompatrijotti tagħna li kien jaħdem ma' kumpannija tal-mediċini u kixef l-iskandlu ta' kif kumpannija tal-mediċini qed tispiċċa tagħmel ħsara fl-Iżvizzera minflok ma tagħmel ġid.", "Għax dan kixef dan kollu spiċċa mar il-ħabs.", "Sur President, il-whistle-blowing huwa tajjeb.", "Huwa tajjeb li tipproteġi lil min jikxef il-korruzzjoni imma mbagħad għandna bżonn il-Freedom of Information Act.", "Jekk iċ-ċittadini u n-nies ikollhom aċċess għal ċerti dokumenti jkun hemm ċans li l-korruzzjoni tonqos.", "Minkejja li għandna sistema fejn isiru ħafna inkjesti u rapporti ̧ ma jiġri xejn.", "L- istituzzjonijiet jabbużaw għax għandhom moħħhom mistrieħ li dak li għandhom fil-files u fir-rapporti tagħhom m'hemmx aċċess għalihom.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat jien kont qed insegwi l-każ ta' Lino Cauchi li reġa' qam f'ċerti ġurnali.", "L-inkjesta ilha li bdiet xi 13-il sena u diversi kollegi ̧ anke min-naħa tal-gvern, staqsew x'sar minnha pero' bir-rispett kollu, tweġiba u sodisfazzjon għadhom ma ngħatawx.", "Jien ngħid li sitwazzjoni bħal din mhijiex aċċettabbli.", "M'huwiex aċċettabbli li inkjesta ta' dan it-tip li ilha li bdiet 13-il sena, tibqa' ma toħroġx u tintuża l-arma – mhux l-ewwel darba li tintuża hawn Malta, għalkemm jintużaw kliem differenti – tal-kunfidenzjalità.", "Dan ifisser li l- affarijiet ma joħorġux minħabba l-konfidenzjalità li għandha t-tali istituzzjoni.", "Jien ngħid li dan mhuwiex aċċettabbli.", "Dawn it-tip ta' skużi u din it-tip ta' mġiba f'pajjiżna mhux qed igħinu biex jeqirdu l-korruzzjoni imma qed igħinu biex isaħħuha.", "Il-korruzzjoni mhijiex biss kwestjoni fejn xi ħadd igħaddi l-flus imma hija wkoll li għandek proċedura li għandha ssir b'ġustizzja u b'mod rett u ma ssirx.", "Għaliex ma ssirx?", "Kif ma jkunx hemm min hu accountable biex din issir?", "Nerġa' ngħid li s'issa ma naħsibx li kien hawn xi ħadd li kien sodisfatt bit-tweġibiet li ta l-Ministru tal- Ġustizzja nnifsu fuq dan il-każ.", "Dan it-tip ta' ħabi rridu negħlbuh u jekk mhux se jkollna Freedom of Information Act li tagħti liċ-ċittadini d-dritt li jkollhom aċċess għal informazzjoni importanti ta' dan it-tip, ikollna parti importanti nieqsa ħafna mill-arkitettura dwar il-ġlieda li għandha ssir kontra l-korruzzjoni.", "It-tentazzjoni tal-partiti politiċi li jużaw il-korruzzjoni bħala arma biex iħammġu lin-naħa l-oħra hija dejjem hemm u qiegħda f'kull sistema.", "Niftakar, per eżempju, li fl-aħħar kampanja elettorali ta' l-1998 kienet ċara li ġurnali bħall-\"People\" li kienu jxandru stejjer dwar diversi ex- ministri Laburisti, fosthom l-ex-ministru Freddie Portelli ̧ l-ex-ministru Joe Debono Grech u anke lili żeffnu fin-nofs ̧ qalu li saret il- korruzzjoni f'xi għoti ta' kuntratti jew xi ħaġa ta' dan it-tip.", "Imbagħad tgħaddi l-elezzjoni ̧ tkun għamiltilhom libell u lanqas biss jersqu biex jipprovaw il-każ.", "Bilkemm ma jċempillekx xi ħadd minnhom u jgħidlek li lanqas biss kien jaf x'kien qed jidher!", "Dan kollu għax ikun qed jidher f'kampanja elettorali.", "Imbagħad jeħlu – f'dan il-każ weħlu – u dan kollu jkun parti mill-kampanja elettorali li tkun qed issir biex tħammeġ u tiskredita lin-naħa l-oħra.", "Waħda mill-affarijiet li nsib interessanti u li ma kellix biżżejjed żmien biex nagħmel riċerka dwarha hija li fil-każ tas-sentenzi tal-libelli f'pajjiżna hawn rata ta' kambju.", "Il-biċċa l-kbira libell li jirbaħ ministru Laburista jsarraf inqas minn xi personalità Nazzjonalista.", "Din hija xi ħaġa interessanti u forsi jkun tajjeb li xi darba jkun hawn xi imħallfin jew xi maġistrati li jispjegawlna kif jiġu deċiżi ċerti każi ta' libelli.", "Huwa mportanti li nkunu nafu kif xi ħadd mill-qasam Nazzjonalista li jkollu kawża ta' libell – ma tkunx saret korruzzjoni imma jkun intefa' xi dubju fuq l-integrità tal-persuna – jispiċċa jieħu danni ta' xi Lm1, 000 u jien li ̧ per eżempju ̧ - biex ma nitkellimx fuq oħrajn – kont korrott għax qbadt u tajt xi kuntratt f'xi skola lil xi ħadd u l- maġistrat u l-imħallef igħid li ma ġie pprovat xejn għax lanqas biss telgħu jixhdu ̧ jien niswa xi Lm400.", "Fejn l-akkuża kienet aktar gravi u l- allegazzjoni kienet aktar gravi, jien niswa Lm400.", "Jien naħseb li f'din il-ħaġa anke l-qrati jridu jagħtu eżempju ta' rettezza.", "Naħseb li anke l-qrati jridu jkunu parti minn din is-sistema ta' indafa.", "Għalhekk l-imħallfin u l-maġistrati wkoll għandhom jiddikjaraw l-interessi tagħhom u għandu jkun hemm register of interests biex jagħtu eżempju tajjeb u jkunu parti minn dan il-mekkaniżmu kollu li jrid isir.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti jekk iridu jagħtu eżempju.", "Illum nafu ̧ aktar minn qatt qabel ̧ li jekk tkun politiku, qassis, imħallef jew professjonist m'għandek l-ebda stima jew rispett garantit minħabba l- pożizzjoni tiegħek.", "Dak ir-rispett u dik l-istima trid tirbaħhom mhux għax inti tokkupa ċerta pożizzjoni imma bl-imġiba u bl-impenn tiegħek.", "Sur President, jien dejjem ngħid illi kieku f'pajjiżna l-problema hi li hawn 65 politiku korrott ̧ għandek titfagħhom il-baħar u ssolvi l-problema.", "Imma dawk il-65 politiku korrott tellagħhom 200 ̧000 votant u l-kompliċità hi li sfortunatament hemm ħafna ċittadini li l-korruzzjoni ddejjaqhom biss meta ma jiggwadanjawx huma personali.", "Għalhekk huwa mportanti li jkollna bidla fil-liġijiet ̧ bidla fl-istituzzjonijiet, tisħiħ ta' ċerti mekkaniżmi u tisħiħ anke fil-moralità ta' kif ngħixu ma' xulxin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Onor. Bartolo, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, nibqa' in possession.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex f'isem il-Viċi Prim Ministru ̧ jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa ̧ 17 ta' April ̧ fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Kumitat; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "---------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru) – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Grazzi, Mr Speaker.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Pullicino pprova jirrispondi għall-kummenti li għamilt jien dwar artiklu li deher fil- gazzetta u minn hawn nirringrazzjah li meta għamel hekk ikkonferma kemm jiena m'inix giddieb.", "Qed ngħid hekk għax ikkonferma li hu bagħat għall- file mil-lands department.", "Huwa veru li hu jista' jibgħat għall-files, u fil-fatt jiena m'għedtx li ma għandux dritt jagħmel hekk imma għedt biss li bagħat għalih.", "Mr. Speaker, ghedt ukoll li anke l-artiklu kien banali - fil-fatt dan ikkonfermah hu stess - għax l-affarijiet li jidhru fih wieħed jista' jiġborhom mill-internet.", "L-Onor.", "Pullicino kkonferma wkoll dak li għedt jien dwar l-inġustizzja li saret fl-applikazzjoni meta l-planning authority riedu xi karti mill-catering u l-catering baqgħu jitolbuni ngħid min se jkun fit-take away.", "Issa jiena diġa' għedt li l-applikazzjoni tiegħi kienet għal change of use.", "Jiena ma tlabtx il-permess tal-pulizija biex niftaħ take-away imma applikajt għal change of use u allura ma kienx hemm għalfejn jibqgħu jinsistu.", "Kien hemm ukoll l-inġustizzja li kelli nagħti l- injection u l-pilloli lit-tifla meta ma kenitx se tkun hi fil-ħanut.", "Dawn huma affarijiet banali, ikkonfermahom il-bieraħ is-segretarju parlamentari bil-mod kif tkellem, u jiena nirringrazzjah talli għamel hekk.", "Ikkonferma u ċaħad fl-istess ħin billi qal li hu ma marx fl-uffiċċju ta' Cannataci biex jara l-files.", "Jien ma għedtx li mar fl-uffiċċju tiegħu imma għedt li mar il-lands department.", "Anzi jien hawnhekk se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri li fir-rigward tal-maħżen tal-festa, Cannataci pprova jagħmel vendikazzjoni minni.", "Wara li ġie ppubblikat dak l-artiklu ħdura biss kien hemm.", "Hawnhekk se nuri li d-direttur tal-kultura bagħat ittra lill-każin tal-banda San Ġużepp u f'din l-ittra hemm indikat li ingħatat kopja wkoll lil Dr J Cannataci, Bighi Restoration Institute.", "Dan jikkonferma iktar u iktar li Cannataci kien imdaħħal fil-biċċa xogħol.", "Dan ried jipprova jieħu l-maħżen tal-festa.", "Għandi wkoll dokumenti oħra mill- file tad-dipartiment ta' l-artijiet fejn dak iż-żmien kien hemm korrispondenza biex dan il-maħżen ikun jista' jgħaddi lill-ministru tal- kultura ħalli dan jew jikrih jew inkella jgħaddih għal xi ħaġa tal-kultura.", "Għalkemm m'hemmx imsemmi l-każin tal-banda San Ġużepp, ta' min igħid li dan il-każin kien konness direttament ma' dik il-kwestjoni.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Pullicino l-bieraħ ipprova jiddefendi wkoll lil Mark Cassar u ammetta li l-applikazzjoni tiegħu ilha tiela' u nieżla ħafna.", "Ried jipprova jinterpretaha li minħabba dan id-dewmien saret inġustizzja ma Cassar.", "Issa ta' min wieħed igħid li f'din l-applikazzjoni kien hemm kontradizzjonzijiet kbar.", "Per eżempju, għall-bidu, tas-sanita` qalu li hemm oġġezzjoni imbagħad din l-oġġezzjoni ma baqgħetx teżisti, jiġifieri l- affari kienet tinten.", "Imbagħad skoprejna li ġibna dokumenti - u mna'Alla kont jien li ressaqthom - li fihom jirriżulta li tas-sanita` kienu se joġġezzjonaw.", "Kien hemm ħafna minn dan il-logħob kollu!", "Dan ma qalux l- Onor. Pullicino.", "Per eżempju ma qalx li dan ilu jikser il-liġi mill-1999, għaliex ma jistax iżomm il-bowsers hemmhekk, u l-pulizija qatt ma ħadu passi.", "Sal-lum dan għadu jikser il-liġi.", "Il-pulizija taqa' taħt l-istess ministeru li huwa segretarju parlamentari miegħu hu.", "U din mhux ħmieġ, mhux korruzzjoni!", "Imbagħad ġie jipprova jgħid li dak mhux canvasser tiegħu.", "Iva, issa canvasser ta' sieħbu għax lilu telqu, imma tiegħu kien canvasser.", "Issa l-biċċa xogħol qed jipprova jitfagħha fuq sieħbu għaliex qal li jixrob ma' sieħbu.", "U għaliex qed jipprova jagħmel hekk?", "Għax hu kien dak li lili ġegħlni fl-awtorita` ta' l- ippjanar...", "U jiena kont poġġejt il-minuti ta' dik il-laqgħa, u kienet fil- gazzetta li dan ħebb għalija għaliex jien kont qed nagħmel xogħli għax hemm enforcement.", "L-applikazzjoni ma setgħetx timxi kif kienet.", "Qabel kien ġie miċħud il-permess għax il-membri rrealizzaw li veru kien hemm xi ħaġa tinten, għaliex filli tas-sanita` oġġezzjonaw u mbagħad ma oġġezzjonawx, imbagħad iġib id-dokumenti li dawn oġġezzjonaw.", "Dażgur li hemm il-ħmieġ.", "U l-Onor.", "Pullicino l-bieraħ ammetta wkoll li kien hu stess li kien applikalu fil-bidu.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemnux.", "Ma jitwemnux ukoll li l- ewwel kien qal li dan kien se jkun garage normali imbagħad qal li dan garage tal-bowsers.", "Kien hemm ħafna minn dan it-taħwid.", "Araw dan ma semmiehx il-bieraħ!", "L-Onor.", "Pullicino rreferi wkoll għal meta jien u l-bord – għaliex il-bord mar – morna għand l-Arċisqof.", "Qal li messni semmejtlu l-każ tat-tuna penning.", "Dażgur li semmejtu l-każ tat-tuna penning meta kont għand l- Arċisqof.", "U għedt bil-ħneżrija fejn ċ-chairman kellu obbligu bil-liġi li ma jistax iħalliha tiġi diskussa u jwaqqagħha, u mbagħad qal kien hemm minn sħabi fil-planning authority, li vvotaw kontra dakinhar.", "Dawn ma kenux jafu li legalment bilfors irid iwaqqaf u ma jiddiskutix.", "Jien kont ħadt stand li ħadt biex niġbed l-attenzjoni għall-ħmieġ li hemm fl-awtorita` ta' l- ippjanar.", "Kont semmejt ukoll il-każ tas-Solemar u semmejt il-każ tax- Xuereb.", "Tafu x'ma semmejtx għand l-Arċsqof jien?", "Id-dati meta se jagħmel l-inkjesta hu!", "Araw kemm jgħid li huwa trasparenti, jiena niċċalinġjah hawnhekk - u dan diġa` ċċalinġjajtu - biex jibda l-investigazzjoni minni.", "Jiena ngħidlu: Jekk inti m'għandekx ħmieġ, jekk inti qed tgħid li inti trasparenti u tagħmel l-affarijiet sew, qed niċċalinġjak biex tagħmel investigazzjoni fuq dawn it-tliet affarijiet, tat-tuna penning, tas-Solemar u ta' Xuereb.", "L-Onor.", "Pullicino għandu jagħmel investigazzjoni indipendenti u jaħtar ukoll rappreżentant miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Qed niċċalinġjah.", "X'għandek iżommok, agħmilhom ħalli nagħtihomlu d-dati lill-Arċisqof!", "Meta se tagħmilhom?", "Imbagħad ipprova jżeffen tas-Solemar u qal: Mhux diġa` nafu li l-bord ta' l- appell li kien ħatar il-gvern Laburista qal li dan ma tistax ma tagħtihx permess.", "Jien nerġa' ngħidlu: Tkomplix tigdeb, jien diġa` semmejtlek u għedtlek li int ma tista' tagħmel xejn u jien kont għedtlek li l-qorti ddeċidiet u qaltlek li fuq mandat li għamel l-iżviluppatur waqqagħhulu.", "Hawn se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-deċiżjoni tal-qorti fejn tgħid li billi jidher li l-bini li sar u qed isir mhux kopert mill-permess meħtieġ, tiċħad it-talba.", "Dan fl-10 ta' Marzu ta' l-2000.", "Mela allura seta' jwaqqgħalu, għax il-qorti qalet li m'hemmx permess.", "Se npoġġi fuq il- mejda tal-Kamra kopja ta' din id-deċiżjoni u ta' l-appell li ressaq l- iżviluppatur fejn joħroġ biċ-ċar dak li qed ngħid.", "Dawn huma l-flus li jimxu minn idejn għall-oħra.", "Allura l-ewwel ħaġa hi li riedni ngħid barra, x'riedni ngħid barra?", "Ikkonvinċi lill-poplu billi tiftah investigazzjoni.", "Dak li jrid il-poplu u mhux paroli fil-vot.", "Agħmel investigazzjonijiet indipendenti fuq il-każ li semmejt.", "Hemm ħafna każi imma jiena semmejt dawn il-każi.", "Agħmel rappreżentanza tal-parlamentari ħalli l-poplu jemmnek u jkun jaf fejn qiegħed.", "Mr Speaker, għax jiena semmejt il-kwestjoni li hija ġusta li jien ġiegħelt lil binti biex tieħu l-injection u l-pilloli meta ma kenitx se tkun fil- ħanut l-Onor.", "Pullicino qal li jiena għandi fissazzjoni f'moħħi li lili jippersegwitawni.", "Imma skużi, mela ma tiftakarx meta d-driver ta' ex- ministru, s-Sur Bonnici, u l-klikka tiegħu ipprovaw jitfgħuli l-bieb tad- dar ġewwa?", "Dawk ma semmihomx.", "Dawk ġraw bil-provi u kien hawn ksur ta' privileġġ fil-Kamra u kien hemm l-evidenza fl-għassa.", "Imma jien m'iniex nazzjonalist imma laburist allura dawk jinsihom.", "Nesa meta kienu qatgħuli l-linja tat-telephone mill-exchange.", "Dan bil-provi u hemm rapport.", "Dawk le, għalih jien nibki u nipprova nilgħabha tal-vittma.", "Imbagħad biex juri iktar kemm huwa veru li mhux ta' min jafdah u li huwa coward ma semma xejn dwar li semmejtlu ta' l-Onor.", "Giovanna Debono.", "Hu ma kkundannax l-aġir tagħha li għamlet żvilupp illegali f'wied ġewwa Għawdex u l-awtorita` ta' l-ippjanar kkundannatha u qalet ukoll li għandhom jittieħdu passi diretti ħalli jiġi mreġġa' kollox lura.", "Din tiġi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u tiftaħar li għamlet hekk kontra l-liġi u li għamlet sew.", "L-Onor.", "Pullicino sal-lum għad lanqas kellu l-guts jikkundanna dak l-aġir.", "U għedtlu darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet u xorta u għadu sal-lum juri li huwa coward .", "Din xi ħaġa tal- biża'.", "U dawn l-affarijiet x'ifissru?", "Dawn ifissru li wieħed għandu għalfejn jinkwieta.", "Meta jrid jikkundanna n-naħa ta' l-oppożizzjoni għal ħaġa żgħira kontra l-ambjent, għaliex hemm xi ħaġa illegali.", "Mr Speaker, l-illegalita`, tiġi minn fejn tiġi, ngħid li hija illegali u li ma naqbilx magħha, imma jkun hemm illegalita' min-naħa tal-gvern, u l-gvern ma jikkundannax, dik hija l-ipokrezija.", "Imma dan tista' tafdah!?", "Dan tista' temmnu!?", "Nerġa' niċċalinġjah biex jikkundanna dak l-aġir.", "Qed nagħtih iċ-ċans li jikkundanna.", "X'ġara iktar?", "Qal li jien qed qed nagħmel pjan biex meta nkun fil-gvern inkisser l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Imma skużi, li qed nagħmel huwa li qed noħroġ il-ħmieġ li hemm fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Jiena qed nagħmel dak li żgur li jagħmel ħaddieħor jekk għandu għajnejh f'wiċċu.", "Qed nipprova nkisser l-awtorita` ta' l-ippjanar b'vendikazzjoni għax qed ngħid il- verita`?", "L-Arċisqof, għaliex qal bħalma għedt jien, irid ikisser l- awtorita` ta' l-ippjanar?", "L-Onor.", "Tony Abela tan-naħa tal-gvern għaliex qal li hemm korruzzjoni fl-awtorita` ta' l-ippjanar allura qed ikisser l- awtorita` ta' l-ippjanar?", "Kulħadd jikteb fil-gazzetti dwar xi ħmieġ hemm fl- awtorita` ta' l-ippjanar u x'abbużi hemm fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Ħafna min-nies li jaħdmu fl-awtorita` ta' l-ippjanar jinsabu mdejqin u jkollhom jitilqu bil-ħmieġ li qed isir u bl-affarijiet li mhux qed isiru sewwa.", "Allura aħna ħżiena u l-Onor.", "Pullicino huwa t-tajjeb!?", "Tistgħu tifhmuhom dawn l-affarijiet?", "Allura jien inkisser.", "Tafu x'inkisser jien?", "Il- ħneżrijiet li jsiru fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Hemmhekk inneħħu l- burokrazija u l-abbużi.", "Inneħħu żgur dawk l-affarijiet u naraw li l- affarijiet isiru b'mod trasparenti, bis-serjeta` u jsiru sewwa.", "Dak żgur.", "Mr. Speaker, il-bieraħ, l-Onor.", "Pullicino pprova jiddefendi ruħu u kkonferma dak li għedt jien, imbagħad biex ikollu daqsxejn ta' forċina daħħal lill-Onor.", "Mugliet ukoll fin-nofs.", "Għaliex l-ieħor pupu, l-ieħor pappagall!", "L-ieħor diġa` għandu kwestjoni li għad trid tmur quddiem il- kummissjoni kontra l-korruzzjoni rigward dik il-biċċa xogħol tal- fasifikazzjoni tal-pjanti kontra l-avukat ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar li mbagħad ipprovaw jagħmlulu frame-up.", "Din l-istorja għadha għaddejja fil- qorti u għalhekk ma rridx insemmi aktar dwarha.", "L-Onor.", "Pullicino kkwotali wkoll minn file u qal li jien ipprovajt neħdilhom it-trasmitter tagħhom.", "Jien niċċalinġjah minn hawn li meta jrid nagħmlu dibattitu fuq it-television fuq dik il-kwestjoni tat-television tagħhom ħalli nurihom kemm huma giddibin.", "Niċċalinġjahom biex nagħmlu dan id-dibattitu biex nurihom bil-provi li kienu huma stess li għamlu l-istudji u li ma jistgħux jitrażmettu minn hemmhekk.", "Bil-ftaħir kollu tagħhom dawn lanqas kellhom id-diċenza li jtellgħuni xhud il-qorti fil-kawża.", "Nerġa' niċċalinġjahom biex nagħmlu dibattitu fuq stazzjon indipendenti fuq dik il- kwestjoni ħalli nuri l-ħmieġ tagħhom.", "Semma' wkoll il-file l-ieħor ta' Richard Cachia Caruana.", "L-istess.", "Mhux Zeppi l-Ħafi fil-qorti wera kemm m'huwiex kredibbli Richard Cachia Caruana!", "Dażgur li kelli raġun nagħmel hekk.", "Mela allura xi tridu ssemmu!", "Ħalli nkompli u issa, u mmur fuq il-bastun li pprova jagħtih lill-Onor.", "Mugliett.", "L-Onor.", "Mugliett qal u pprova jiftaħar li dan kien proġett ta' l-iskola u li jmissni nistħi jien għax forsi qed inġib eżempju għaliex kontra l- istructure plan għax outside development zone.", "Ngħidlu imissu jistħu hu.", "Perit ma jafx li kien hemm affarijiet oħra kontra l-liġi?", "Ma jafx li applikazzjoni tirrikjedi ċerti affarijiet biex titmexxa?", "Ma jafx li ma kenux - u jaf sew hu – skond il-liġi!?", "Kien hemm ċerti affarijiet mhux skond il-liġi u mhux l-outside development zone biss.", "Jaf li l-impact assessment kien juri preokkupazzjoni dwar l-ambjent?", "Imma kien hemmhekk u jien semmejtlu s-sistema faxxista mhux għax sempliċement kien preżenti...", "Hu jaf għaliex qabel telaq minn taħt l-ilsien qal - smajtu jien u semgħu ħaddieħor ukoll -: U, iva, jiġri x'jiġri se tgħaddi din.", "Mela lanqas kien hemm influwenza mill-gvern.", "Jiġri x'jiġri se tgħaddi din!", "U din mhux sistema faxxista!", "Onor. Mugliet taħseb li ma għandix widnejja biex nisma'?", "Nara ma tantx, imma widejn għandi biex nisma' u mhux jien biss smajt, għaliex kif għedt dik il-kelma tgħidx kemm kien hemm min ħares minn taħt.", "Jgħidu li jien nipprova nkisser il-planning authority.", "Tant hemm ħmieġ u skandli fl-awtorita` ta' l-ippjanar li fejn iridu lanqas jagħtu kas jew għax tkun nazzjonalist jew għax tkun b'saħħtek finanzjarjament jew għaliex tkun f'pożizzjoni b'saħħtek...", "Per eżempju, l-Onor.", "Mugliett u l-Onor.", "Pullicino tgħidx kemm ipprovaw jattakkaw lill-Partit Laburista meta kien fil-gvern għax qalu li meta għamel embellishment għamlu mingħajr permess.", "Dan hemm gidba għaliex tgħidx kemm kienu fixkluna l-awtorita` ta' l- ippjanar.", "Ara lilhom ma jfixkluhomx imma minkejja li ma jfixkluhomx f'San Ġiljan qed jagħmlu embellishment mingħajr permess u għada l-awtorita` ta' l- ippjanar nispera li tieħu passi u tiċċekkja dawn l-affarijiet li qed ngħid.", "Mur ara l-bini tal-flats li telgħin faċċata tal-Kalkara fil-proġett tal- Kottonera.", "Dawn telgħin kontra l-pjanti u kontra l-permess.", "Jiena nitlob lill-awtorita` ta' l-ippjanar ħalli tmur tiċċekkja u tikkonferma jekk inix qed nivvinta jew le.", "Mr Speaker, se jibqgħu sejrin hekk fl-awtorita` ta' l-ippjanar?", "Imorru jiċċekkjaw biex tgħid li hemm xi ħaġa irregolari u jgħidu li m'hemm xejn imbagħad wara li tibqa' tagħfas issib li hemm diskrepanza ta' sular.", "Għaliex?", "Għax ikun xi ħadd tal-qalba, għax ikun xi ħadd li jridu jipproteġuh.", "Hekk miexja l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Lil min iridu biss isallbu!", "Liż-żgħir ikissruh u l-kbir jirrenja.", "Għandek il-flus u mexxi.", "B'din is-sistema mexjin.", "U din hija taħt ir-responsabbilta` ta' l-Onor.", "Pullicino.", "Fejn jidħol l-ambjent hija xi ħaġa tal-biki.", "Dan fejn ikun id-distrett tiegħu jgħid: Iva, l-awtorita` ta' l-ippjanar hemmhekk mhux tajba, hemm kienet ħażin.", "Per eżempju, fil-każ tal-Kalkara l-awtorita` ta' l-ippjanar tagħmel l-affarijiet sew u għandha raġun imma fid-distrett tiegħu ma jkollhiex raġun.", "Imma x'kummiedji huma dawn!", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux.", "Jien nerġa' ntenni u ngħid: Iva, il-flus għaddejjin minn id għal oħra.", "Kulħadd għandu għajnejh f'wiċċu.", "Biex nagħlaq nappella lill-Onor.", "Pullicino biex jagħmilli pjaċir u jagħtini d-dati ta' l-investigazzjonijiet fuq tas-Solemar, tat-tuna penning u fuq ta' Xuereb ħalli meta nerġa' niltaqa' ma' l-Arċisqof nagħtihomlu u ngħidlu li se jsiru l-investigazzjonijiet.", "Dak nistenna mill-Onor.", "Pullicino jien, u mela jiġi jparla fil-vojt!", "Nerġa' nirringrazzjah ukoll li wera li jien għamilt l-affarijiet kif suppost, minkejja li għaddejt minn terturi u batiet ukoll il-familja tiegħi.", "U jagħmlu kemm jagħmlu jiena xorta waħda se nibqa' nattakka l-operat ħażin ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar, u nibqa' nsostni li wara dawn l-affarijiet hemm il-barka ta' l- Onor. Pullicino.", "Lill-Onor.", "Pullicino ngħidlu: Tinsiex li mill-1999 dak li kien canvasser tiegħek u l-pulizija qatt ma ħadu passi kontra tiegħu.", "Dak għadu sal-lum qed jikser il-liġi u inti qiegħed fil-ministeru li huwa responsabbli mill- intern.", "Inti kont taf biha u meta tkun qed issir korruzzjoni u inti taf biha u ma teħux passi inti korrott ukoll.", "Hekk qallek il-prim ministru tiegħek.", "Inti taf biha din, u din hija parti mill-korruzzjoni wkoll biex ikompli jagħmel ċertu xogħol meta mhux suppost jagħmlu u mhux suppost li iktar u iktar isir meta jkun ta' detriment għas-saħħa.", "Bil-barka tiegħek dan ix-xogħol qed isir u kemm-il darba ntalbu biex jittieħdu passi u min hu involut anke kien hemm min kiteb lilek.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nifhem li hemm xi dokumenti li jridu jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Deċiżjoni tal-Qorti Ċivili (Prim Awla) mogħtija fl-10 ta' Marzu 2000, dwar l-iżvilupp li sar fil-lukanda Solemar, flimkien ma' kopja ta' mandat ta' inibizzjoni dwar l-istess każ;", "Kopja ta' korrispondenza in konnessjoni ma' l-użu ta' Store H Bruno Stores, Kalkara.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, fil-ftit ħin li fadal xtaqt nagħmel ftit rimarki fuq x'ġara minn dakinhar li tkellimt hawnhekk – jiġifieri nhar it-Tlieta li għaddew - rigward is-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-imigranti illegali li eventwalment jispiċċaw ġewwa pajjiżna.", "Irrid ngħid li meta tkellimt it-Tlieta, minkejja li tkellimt b'ċertu animu u b'ċertu sentiment lejn dawn in-nies, ma kontx naf in-nofs ta' x'inhi fil- fatt is-sitwazzjoni.", "Jiddispjaċini ngħid li s-sitwazzjoni hija ħafna iktar agħar minn dik li mmaġinajt u li tkellimt fuqha nhar it-Tlieta.", "Dan qed ngħidu għaliex minn dakinhar ċempluli u kellmuni nies li kellhom kuntatt, li għandhom esperjenza u li kienu involuti f'dan il-qasam u li tawni ħafna iktar dettalji.", "B'dispjaċir ngħid li dawn urewni l-istampa b'mod aktar ċar u ta' min igħid li din hija stampa kerha u stampa li tnikket.", "Il-gazzetta \"The Times\" ta' nhar il-Ġimgħa ddedikat editorjal għal dan is- suġġett - u nirringrazzjaha għaliex b'hekk tqajjem l-attenzjoni pubblika - u qalet li m'hemm l-ebda raġuni għaliex m'għandniex nemmnu dak li qal it- Tabib Vella.", "Qalet ukoll li \" the authorities should immediately see how the situation could be improved\".", "Jiġifieri għandhom jaraw immedjatament kif jirranġaw is-sitwazzjoni.", "Għalqet billi qalet li l-kummenti li għamilt jien nhar it-Tlieta \"sent a shiver down the spine of all those who really care for these poor, unfortunate people\".", "Tefgħet tkexkixa ma' dahar dawk kollha li jimpurtahom li nies bħal dawn għandhom jiġu kkurati u mogħtija l- attenzjoni li jixirqilhom.", "Sur President, jien qed ngħid dan għaliex ir-reazzjoni li xtaqt bdiet, pero' ma komplietx.", "Għaddiet prattikament ġimgħa u ma smajna l-ebda dikjarazzjoni min-naħa tal-gvern, jew ta' awtoritajiet bħal dik tal- pulizija jew ta' l-armata.", "Irrid ngħid ukoll li minkejja li \"The Times\" għamlet dan l-editorjal, ma kienx hemm follow-up.", "Hawnhekk jiena nistaqsi x'inhu l-ġurnaliżmu investigattiv.", "Dan ifisser li trid tistenna l-istorja taqa' ġo ħalqet bħall-bajtra, jew tmur tfittex u tmur tistaqsi u tipprova toħroġ il-fatti?", "Sur President, jien dan qed ngħidu b'nota pożittiva għax irrid li s- sitwazzjoni tiġi mperrċa kemm hemm bżonn tkun imperrċa.", "Minn dakinhar ċerti dettalji li sirt naf huma iktar ta' tkexkix.", "Per eżempju ġewwa Ta' Kandja għandek l-irġiel segregati għalihom.", "Għandek ukoll nies li huma fl- aqwa ta' saħħithom bejn is-17 u t-30 sena li m'għandhom l-ebda mezz kif joħorġu jieħdu naqra arja ħlief 20 minuta kull wieħed grupp grupp żgħir u jerġgħu jingħalqu.", "Barra minn hekk appena jiftħu filgħodu jibdew jisimgħu l- isparar tat-training tal-pulizija.", "Immaġina dawn in-nies li ġejjin mill- pajjiżi b'ċerti problemi jisimgħu sparar ta' rifles ta' training.", "Irrid ngħid ukoll li l-affollament li qegħdin ġo fih la huwa tajjeb mil-lat ta' iġene, la mil-lat morali u lanqas mil-lat ta' privacy.", "Hemmhekk hemm sitwazzjoni fejn inti għandek 25 ruħ ġo kamra.", "Huwa veru li din hija kamra kbira, biex inkun onest, imma hemmhekk għandek iktar minn 50 ruħ li qegħdin hemmhekk litteralment ikkalzrati u neqsin mill-ikel.", "Lil dawn qed jagħtuhom ikel li jagħtu fuq l-ajruplani.", "Hemm irġiel m'għola hawn u ħafna minnhom qed ibatu.", "Jiena informat ukoll li dawn anke' tilfu l-piż.", "Dawn ma jagħmlu ebda training ħalli jżommu saħħithom f'posta.", "Biċċiet minnhom lanqas żraben m'għandhom u qegħdin f'sitwazzjoni fejn ngħidlek li anke l-lożor ta' taħthom jieħdu l-ġimgħat biex jitbiddlu.", "Mr. Speaker, dan qed ngħidu mill-informazzjoni li għandi u nixtieq li l- awtoritajiet igiddbu jew imeru għaliex b'hekk inserraħ rasi iktar.", "Dan qed ngħidu mhux biex nikkritika imma biex inqajjem kuxjenza.", "Lin-nies ma nistgħux nittrattawhom b'dan il-mod.", "Mr Speaker, biex ngħid kollox kont informat ukoll li f'Ħal Far kien hemm l- eċċezzjoni li parti minnhom tieħu ħsiebhom l-armata u parti minnhom tieħu ħsiebhom il-pulizija, u hawnhekk is-sitwazzjoni hija differenti.", "M'hijiex feliċi għall-aħħar imma għallinqas hija differenti.", "Hemmhekk għandek in- nisa u lit-tfal.", "Hemm min kien għadu kemm welled, hemm nisa tqal, hemm tfal ma' ommijiethom li veru mhux qegħdin fil-ġenna ta' l-art imma min-naħa ta' l-armata - u dan hawnhekk ngħidu biex anke nagħmel kuraġġ - r- relazzjonijiet ma' l-imigranti llegali huma tajbin.", "Dan jiġri għax forsi l- immigranti huma nisa, fis-sens li ma jkunx hemm dik it-theddida li se jaħarbulek.", "Meta jkollok l-irġiel trid iżżomm kemm kemm iktar sigurezza, pero' mill-banda l-oħra tista' tkun ferm u fl-istess ħin tkun qed tagħmel l- affarijiet sew.", "Is-sitwazzjoni ta' Ħal Far fejn hemm jieħdu ħsieb il-pulizija hija agħar minn dik il-parti li jieħdu ħsiebhom in-nies ta' l-armata.", "Il-pulizija li hemm ġo Ta' Kandja jidbiddlu, għandhom xogħol inkrepattiv u xogħol antipatiku imma dan m'għandux jirrifletti fuq il-mod kif dawn jittrattaw lil dawn in-nies miżmuma hemmhekk.", "L-istess informat li l-ikel f'Ħal Far huwa ħafna aħjar minn dak li hemm f'Ta' Kandja.", "Jiġifieri jekk irridu nirranġaw is-sitwazzjoni nistgħu nirranġawha.", "Jekk dawk li qegħdin miżmumin mill-pulizija huma agħar minn dawk li qed jieħdu ħsiebhom l-armata, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jitkellmu bejniethom u jikkoperaw flimkien ħalli jagħtuhom trattament aħjar.", "Mr. Speaker, jiena diġa' rrepetejt li konna nkunu ħafna aktar kwieti u kalmi u bla problemi kieku dawn in-nies ma spiċċawx fuq xtutna, imma aħna lanqas lil San Pawl ma keċċejna, u dan l-att baqa' mniżżel fl-atti ta' l- appostli.", "Ma nistgħux inċekku lil dawn li qegħdin jiġu fuq xtutna llum.", "Mhux qed nibagħtu għalihom, qed nagħmlu minn kollox biex ma jiġux, pero' lill-ministru ngħidlu biex ikun iktar lest biex jaċċetta din is- sitwazzjoni.", "M'għandniex nagħmlu kummenti - li mhux se ngħidhom hawn - li ma jirriflettu xejn tajjeb fuq kollega tiegħi, li safejn naf jien meta kien fil-Kunsill ta' l-Ewropa kien fuq kummissjoni li kienet iddur il-ħabsijiet ta' l-Ewropa biex tara li s-sitwazzjoni tal-miżmuma fil-ħabsijiet tkun skond in-normi tad-diċenza.", "Jiena kont qed nippretendi li jkun iktar ikkonċernat u kont nippretendi li jkollu iktar widnejh lesta biex jisma' l- problemi u lil min qiegħed jipprova jagħti daqqa t'id ħalli l-affarijiet jirranġaw.", "L-affarijiet li smajt nispera li m'humiex l-Onor.", "Tonio Borg li qalhom u li għamilhom.", "U nieqaf hawn għaliex jien mhux qiegħed hawn biex nikkritika lil sħabi fuq din il-kwestjoni, qiegħed hawn biex inqajjem kuxjenza pubblika fuq din il-kwestjoni mil-lat umanitarju u li bħala insara li lil dawn in-nies irridu nagħtuhom ir-rispett li ħaqqhom.", "Għallinqas għandna nagħtuhom il-minimu.", "Ma nistax nippretendi li raġel jorqod fis-sodda f'bunkers bil-lożor li ma jidbiddlu qatt, bl-irwejjaħ ta' kollox.", "Ma noqgħodx nagħmel iktar dettalji, Sur President, min qiegħed jismagħni jifhem.", "Ma jistax ikun.", "Dan għaliex qed ngħidu, Sur President?", "Jien naf li anke bħalissa din hija problema li qed tifni ħafna pajjiżi fil-Mediterran u naf li riċentement saru anke laqgħat tal-ministri ta' dawn il-pajjiżi Mediterranji dwar dan il- fenomenu.", "Ma nafx il-Ministru tagħna kienx qiegħed preżenti, pero' f'dawn il-laqgħat kienu qed jippruvaw jifformolaw policy biex inti jkollok trattament umanitarju, diċenti, aċċettabbli fid-dinja tal-lum lil dawn in- nies u biex jiġi stabbilit x'tagħmel bihom.", "U hawnhekk qed nistaqsi jien: Minn din il-problema l-gvern - għaliex la ma rrispondiex hekk taħseb - ma jimpurtahx?", "Jien m'iniex qed nitkellem hawnhekk għall-gost li nitkellem.", "Nitkellem għaliex hawn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż fejn jinstemgħu l- affarijiet suppost, imma bħalma għedt fil-bidu l-gvern lanqas biss indenja ruħu li jitkellem.", "Il-gvern xi proġetti għandu f'dan ir-rigward?", "X'se jagħmel bihom dawn in- nies?", "Jekk se jibqgħu hawnhekk tmien snin, għaxar snin dawn se jibqgħu kkalzrati hemmhekk ġewwa Ta' Kandja jorqdu ppakkjati ġol-kmamar u jieklu l- ikel ta' l-ajruplani?", "Xi' programm għandu għalihom dawn?", "X'se jagħmel bihom?", "L-għaqdiet volontarji l-NGOs x'rwol qed nagħtuhom, kemm qegħdin nikkoperaw magħhom, kemm qed iħalluhom jgħinuhom, kemm qed iħalluhom jagħtuhom dak li jagħmlu f'pajjiżi oħra?", "Ma nsemmix uħud partikolari, hawn ħafna f'dan il- pajjiż li jistgħu jagħtuhom għajnuna.", "Il-gvern x'relazzjoni qed jagħmel magħhom dawn?", "Il-pulizija kif qed jittrattawhom lil dawn in-nies?", "Ma nsemmix ta' Ħal Safi għax again, Ħal Safi hemm l-AFM.", "L-iktar il-problemi qegħdin ġewwa Ta' Kandja.", "U tinsiex qed nitkellmu fuq madwar 270 jew 280 immigranti illegali li qegħdin ġewwa pajjiżna.", "Mr Speaker, jien illum kont bil-ħsieb li niġi hawnhekk u bl-ebda ħsieb partiġġjan nissuġġerixxi li jkun hemm kummissjoni parlamentari li tinvestiga s-sitwazzjoni, tara x'qed jiġri, tara jekk dan hux konformi man- normi li qed jagħmlu pajjiżi u tissuġġerixxi x'għandu jsir pero' - u dan se ngħidu b'sodisfazzjon - proprju l-bieraħ ċempilli l-ombudsman, bniedem ta' l-affari tiegħu u bniedem responsabbli, li ħa l-interess fl-intervent li għamilt nhar it-Tlieta u ftehmna li għandna niltaqgħu ħalli niddiskutu dak li jaf hu u dak li naf jien.", "Dan wegħdni li hu lest li jagħmel investigazzjoni u eventwalment jagħmel rapport mhux biex nitfgħu l-ħtija fuq xi ħadd, mhux biex inħammġu lil xi ħadd imma ħalli nkunu qed nagħmlu l- affarijiet kif għandhom isiru, ħalli ma jkunx hemm iktar minn dawn in- nuqqasijiet li qed ikollna llum.", "M'għandux ikollna dawn it-tbajja fuq il- kuxjenza tagħna u m'għandux ikollna tbajja fuq il-famuża ospitalita' li għandu pajjiżna.", "Aħna nagħmlu minn kollox biex inbiegħu t-turiżmu, aħna magħrufin mill-atti ta' l-appostli li aħna hospitable, u dawn huma nies ukoll.", "Jien il-proposta li kont se nagħmel kienet li jkun hemm kummissjoni parlamentari biex tinvestiga biex joħorġu l-fatti ħalli nkunu nafu x'nistgħu nirranġaw u fejn ma nistgħux, x'nistgħu naffordjaw u x'ma nistgħux naffordjaw.", "J ekk immorru quddiem laqgħat internazzjonali rridu ngħidu x'inhija l-pressjoni fuq pajjiżna mill-ammont li għandna llum jew li jista' jkollna għada pitgħada.", "Dan mhux se taqbad u tarahom ġejjin bid- dgħajsa u tisparalhom jew tgħarraqhom.", "Lil dawn tajjeb jew ħażin trid taċċettahom u trid tagħtihom it-trattament li jixirqilhom.", "Kif kont qed ngħid, Sur President, jien u s-Sur Sammut l-ombudsman għandna niltaqgħu ħalli nitkellmu fuq din is-sitwazzjoni.", "Hu xtaq ikun jaf iktar u jien dak li se nkun naf se ngħidulu.", "Hu qalli wkoll li ċerti affarijiet li għedt nhar it-Tlieta kienu diġa' waslu b'xi mod jew ieħor għandu wkoll u se jagħmel bħalma diġa' għamel fejn beda inizjattivi biex jinvestiga ċerti affarijiet.", "Jiena niftakar bi pjaċir meta kien għamel rapport fuq is- sitwazzjoni fil-ward 10 ġo l-Isptar Mount Carmel.", "Ħadt gost meta ċempilli u qalli li huwa għandu l-intenzjoni li jibda b'investigazzjoni min-naħa tiegħu ħalli jara x'inhi s-sitwazzjoni.", "Jien nawgura li sakemm l-ombudsman imur biex jara s-sitwazzjoni, l- affarijiet i kunu rranġaw.", "Jien m'għandi l-ebda skop li ndendlu lil dak jew nakkużaw lill-ieħor, imma l-iskop huwa li s-sitwazzjoni titranġa.", "Jekk inkun naf li ma jsir xejn min-naħa tagħna bħala parlament jew bħala ombudsman u s-sitwazzjoni tkun irranġat jien inkun kuntent.", "Sur President, fil-kuxjenza jiena nħoss li għandi nkompli nsegwi x'inhu għaddej.", "Jiena se nibqa' nsegwi u jekk kemm-il darba nara li minkejja kollox u minkejja xi rapport li jista' jagħmel l-ombudsman il-gvern xorta ma jbiddilx is-sitwazzjoni, jien ma jibqgħalix alternattiva ħlief li nerġa' niġi hawnhekk u ninforma lill-poplu fuq x'inhu jiġri f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 17 ta' April, 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR TAL-ANZJANI - PRODOTTI TA' L-IKEL", "31109.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda lista tal- varjetajiet u l-kwantitajiet tal-prodotti ta' l-ikel li nxtraw fid-djar tal- anzjani ta' l-istat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l- informazzjoni mitluba dwar id-djar ta' l-anzjani tal-Furjana u l-Imtarfa.", "It-tlett idjar l-oħra ta' l-anzjani huma mmexxija minn kuntrattur privat.", "XBIEKI TAT-TONN", "31110.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet ta' l-ambjent lokali li ġew ikkunsiltati dwar l-użu tax-xbieki purseiners fil-kosta ta' Malta u fir-reġjun tal-Mediterran?", "X'inhija l-posizzjoni tagħhom u x'passi ħa l-gvern?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant li d-dipartiment tas- sajd u akwakultura għandu l-konsulenti tiegħu mpjegati fi ħdan id- dipartiment biex jagħtu l-pariri f'dan ir-rigward.", "FISH FARMS – TUNA PENNINGS", "31111.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl taż-żona ta' konservazzjoni tas-sajd li l-gvern irid jiżviluppa fil-kosta tas-sajd Maltija, jista' jinfurmani x'se tkun i- posizzjoni tal-fish farms ta' tuna pennings ta' madwar il-kosta li żviluppaw f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żona ta' konservazzjoni tinvolvi kontroll fuq l-isforz tas-sajd u l-qbid ta' ħut.", "Fish farming u tuna penning m'humiex parti mill-konsiderazzjonijiet li ttieħdu biex tkun iffissata z-zona.", "UNJONI EWROPEA – SUPPLY MEASURES/TARIFFS QUOTAS", "31112.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset supply measures u tariffs quotas li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-laqgħa tal-World Trade Organisation, li nżammet f'Doha matul Novembru li għadda, qatt ma kienet intiża biex il-pajjiżi jinnegozjaw individwalment xi dettal partikulari mill-obbligi u drittijiet tagħhom taht it-trattati preċedenti ta' l-istess organiżazzjoni.", "Il-laqgħa kienet intiża sabiex il-pajjiżi membri fl- organiżazzjoni jaqblu lkoll fuq il-bidu ta' sensiela (round) ġdida ta' diskussjonijiet bil-għan li titkattar il-liberaliżazzjoni fil-kummerċ dinji, inkluż dak fil-qasam agrikolu.", "Fil-fatt hekk ġara u l-istqarrija maqbula mill-pajjiżi kollha u maħruġa fi tmiem il-laqgħa ta' Doha tikkonferma dan b'mod l-aktar ċar.", "PITKALIJA ĊENTRALI", "31113.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li persuni qrib tiegħu għandhom aċċess għaċ-ċwievet ta' shed nru.", "3 fil-Pitkalija ċentrali meta suppost din il-propjeta hija ssiġillata u ma juża ħadd?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li shed 3 hi l-kumpless sħiħ li għandha l- kooperattiva ċentrali tal-ddiewa (F.C.C.S.) fil-Pitkalija ċentrali.", "Għaldaqstant nitlob l-Onor.", "Interpellant li jew jissostanzja l-allegazzjoni li qed jinsinwa f'din il-mistoqsija jew jirtiraha.", "ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TURISTIĊI – ASSENTEJIŻMU TAL-ISTUDENTI", "32578.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija nru.", "32286 u cioe, jista' jgħid x'inhi r-rata ta' assentejiżmu tal-istudenti tagħhom f'xi wieħed mill-korsijiet ta' l- istitut għall-istudji turistiċi?", "Jista' jagħti l-istatistika mitluba kors b'kors?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO:", "Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:", "|Kors |Assen|% |Nru |Medja| | |zi | |ta' |ta' | | |minn | |stude|kull | | |lezzj| |nti |stude| | |oniji| |invol|nt | | |et | |uti |invol| | |fl-ew| | |ut | | |wel | | |fl-ew| | |semes| | |wel | | |tru | | |semes| | | | | |tru | | |883 |26.96|120 |7 | |Food | |% | | | |Preparation| | | | | |& Service -| | | | | |Level 1 | | | | | |Hotel |262 |8.00%|14 |19 | |Services - | | | | | |Level 1 | | | | | |Food & |199 |6.08%|40 |5 | |Beverage | | | | | |Course | | | | | |Food |663 |20.24|132 |5 | |Preparation| |% | | | |Course | | | | | |Accommodati|530 |16.18|93 |6 | |on Services| |% | | | |Course | | | | | |Hotel |211 |6.44%|68 |3 | |Operations | | | | | |Course | | | | | |Travel |73 |2.23%|19 |4 | |Agency | | | | | |Course | | | | | |Tour |26 |0.79%|8 |3 | |Guiding | | | | | |Course | | | | | |Sports & |229 |6.99%|25 |9 | |Leisure | | | | | |Course | | | | | |Hospitality|199 |6.08%|61 |3 | |Management | | | | | |Diploma | | | | | |course | | | | |", "PENSJONI", "32580.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jibgħat għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha sentejn ma tingħata pensjoni?", "X'inhuma r-raġunijiet għal dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna ndikata mill- Onor. Interpellant ġie nvestigat mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Din il-persuna ġiet notifikata bil-posta biex tmur l-uffiċċju distrettwali tad- dipartiment biex ikellimha l-welfare officer.", "Jirriżulta li din il-persuna għadha ma marritx tkellem lill-welfare officer.", "VIDEO - HERITAGE IN STONE", "32581.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minħabba l-valur edukattiv u kulturali tal-video heritage in stone li jiċċelebra l-wirt storiku tagħna, jikkunsidra li d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni tħeġġeġ lill-iskejjel iressqu lill-istudenti tagħhom lejn il-wirt tagħna permezz ta' dan il-video?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux ċar għal liema video qegħda tirreferi din il- mistoqsija billi hemm diversi videos kummerċjali li jittrattaw dwar il-wirt fil-ġebel.", "Hija konswetudni li l-iskejjel infushom jixtru materjal kummerċjali bħal dan mill-vot allokat lilhom għal riżorsi.", "SERVIZZ PUBBLIKU – GRADES INDUSTRIJALI", "32598.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsijiet nri.", "27774 ( u cioe, jista' l- Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies fi grades industrijali mal-gvern u f'liema gradi minn Settembru 1998 sal-lum, sena b'sena, fis-servizz pubbliku kif ukoll f'entitajiet oħra bħal korporazzjonijiet u kumpanniji tal-gvern eċċ. entita', entita'?) u 28631 (u cioe b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?), jista' jagħti tweġiba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VETTURI SCRAPPED – NUMBER PLATES", "32599.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31851 dwar jekk jistax l-Ministru jgħid x'qed isir minn number plates tal-vetturi li jiġu scrapped?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-number plates tal-vetturi li jiġu scrapped jitqattgħu f'dik il-ġurnata li jiġu rritornati fid-direttorat.", "Dan, naturalment igħodd għal dawk il-każi fejn min jiskrappja vettura, jinforma lid-direttorat.", "PUBLIC WORKS – ROAD SECTION – SAFETY SHOES", "32600.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30870, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ngħatawx safety shoes l-impjegati tar- road section tal-public works li jinsabu stazzjonati l-Bombi, l-Furjana?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant tidher li qed tirreferi għall-unit għas-servizzi ta' tisbiħ.", "Ninsab infurmat li s-safety boots ma ngħatawx lill-ħaddiema kollha għaliex l-aġent kien qiegħed jistenna l-kunsinna minn barra.", "F'dawn il-ġranet il- kunsinna li għaliha kienet saret it-talba waslet u l-ħaddiema qegħdin jibdlu s-safety boots kif jesiġi l-istess Unit.", "TESTIJIET TA' L-ARJA - TRIQ IL-KANUN - QORMI", "32601.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarux testijiet ta' l-arja fi Triq il-Kanun, Ħal Qormi, biex jiġi stabbilit il-ħsara li qed issir lil saħħet in-nies minħabba d-dħaħen li ħerġin minn ċumnija ta' industrija li d- dettalji tagħha qed jidhru separatament u kunfidenzjalment?", "Jekk saru dawn it-testijiet x'irrżulta?", "Jekk ma sarux, x'se jagħmel id-dipartiment biex jiġi assigurat li ma ssirx aktar ħsara lill-ambjent u lil saħħet in-nies fl- area milquta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi uffiċjali mid-direttorat tal- protezzjoni ta` l-ambjent ippruvaw diversi drabi jagħmlu spezzjoni fil-post indikat mill-Onor.", "Membru, iżda din l-industrija ma setghatx tinstab.", "Infurmat ukoll illi filwaqt li dawn l-uffiċjali kienu qed ifittxu din l- industrija, f`din iż-żona ma nnutawx emissjonijiet eċċessivi kif hemm indikat fil-mistoqsija parlamentari.", "MCAST - GĦALLIEMA", "32602.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jaf il-Ministru li hemm għalliema fl-MCAST fil-matriculation course li ma jattendux regolarment u mbagħad isiru lezzjonijiet fil-break?", "X'qed jagħmel id-dipartiment biex din il-qagħda tiġi regolarizzata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema tal-matriculation course fl- MCAST jattendu b'mod regolari u jagħtu lezzjonijiet fil-break bħala miżura biex jiġu ikkumpensati clashes fit-timetable.", "Tajjeb ukoll li niġbdu l- attenzjoni, li bosta huma l-istudenti li jkunu jixtiequ li jsirulhom lezzjonijiet fil-break ħalli dawn ikunu jistgħu jitilqu qabel id-dar.", "Dan qatt ma ġie aċċetat mill-amministrazzjoni ta' l-Istitut anke jekk kien hemm ħafna pressjoni biex iseħħ dan kemm minn studenti, kif ukoll minn għalliema u xi kultant minn ġenituri.", "PLANNING AUTHORITY", "32603.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hiex normali li l-planning authority toħroġ permess għal estenzjoni ta' bini fuq bini eżistenti, meta l-bini eżistenti jkun iċ-ċentru ta' kontroversja u jkun hemm proċeduri dwaru għaddejjin fil-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta tagħti permess, l-awtorita` ta` l-ippjanar ma tidħolx fil-mertu ta` jekk hemmx xi proċeduri fil-qorti dwar is-sit li dwaru qed jinħareġ il-permess, sakemm il-każ fil-qorti ma jirrigwardax aspetti ta` ippjanar.", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "32666.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barijiet, nightclubs, discos u postijet oħra ta' divertiment a f'Paceville b f'Wied il-Għajn c f'Buġibba", "li huma liċenzjati skond il-liġi?", "Kemm hemm stabbilimenti li għad m'għandhomx permess iżda jiftħu xorta waħda?", "Għaliex qed jinħalla li jsir dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "Paceville 261 Wied il-Għajn 28 Buġibba 413", "Infurmat ukoll illi dawn huma kollha koperti b`liċenzja tal-pulizija.", "PULIZIJA", "32667.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar sal-lum kemm il-persuna taħt l- eta' nqabdet f'xi post ta' divertiment?", "X'passi ttieħdu kontra is-sidien jew dawk li jmexxu l-post?", "Il-pulizija għanda poteri li tagħlaq post ta' divertiment fejn jinstabu żgħażagħ taħt is-sittax (16) il-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-5 ta` April 2002, kien hemm 49 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdu f`postijiet ta` divertiment.", "B`riżultat ta` dan, il-pulizija ħadet passi quddiem il-qorti kontra s-sidien ta` dawn l-istabbilimenti.", "Infurmat ukoll illi r- regolamenti biex jinżamm il-bon ordni f`lokalitajiet ta` divertiment jipprovdu għas-sospensjoni tal-liċenzja li tiġi ordnata mill-qorti fil-każ li l-akkużat ikun reċidiv.", "PULIZIJA", "32668.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta żagħżugħ jinqabad f'post ta' divertiment u dan ikollu taħt is-sittax (16) il-sena jittieħdu xi passi kontrih fil-qorti tal-minorenni?", "Il-pulizija tipproċedi b'mod kontra dawn iż-żgħażagħ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi f`każijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant il-pulizija tipproċedi quddiem il-qorti kontra s-sid, kif hemm provdut fir-regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` bon ordni f`lokalitajiet ta` divertiment.", "TAQSIMA MEDIKA - VAKANZI", "32671.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid bħalissa kemm vakanzi ta' `hemm fit-taqsima medika t'Għawdex?", "Kemm ila kull vakanza?", "Għaliex ma intlewx dawn il-vakanzi?", "Tapprezza xi tbatija inħolqot għal dawk li kien ħaqqhom jimlew dawn il- postijiet speċjalment dawk minn Għawdex li kien hemm min saħansitra kellu jirriżenja dan il-grad biex jerġa jmur ħdejn il-familja?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Fit-taqsima medika f'Għawdex bħalissa hemm dawn il- vakanzi :", "Konsulent fil-psikjatrija Senior registrar fl-anestesija Senior registrar fir-radjoloġija 3 medical officers", "Fil-kas tal-konsulent fil-psikjatrija u senior registrar fl-anestesija ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet u bħalissa l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu pproċessati filwaqt li saret talba biex toħroġ sejħa għall- applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' medical officer.", "Fil-kas tas- senior registrar fir-radjoloġija, minkejja li s-sejħa għall- applikazzjonijiet saret kemm il-darba ma kienx hemm applikazzjonijiet.", "Ma jirriżultax li kien hemm xi individwi li kellhom jirriżenjaw mill-grad għar-raġunijiet li ta l-Onor.", "Interpellant.", "GĦALLIEMA TA' L-ISTORJA TA' MALTA", "32672.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Minkejja d-diversi mistoqsijiet li għamilt speċjalment dawk nri: 28719 u 30191 dwar is-suġġett tal-għalliema tal-istorja ta' Malta, jista' l- Ministru jgħid x'sar għaliex skond ġenituri li kellmuni dan kien għadu jgħallem is-suġġett sal-aħħar tat-term li għadu kemm spiċċa?", "Ma jaħsibx li għadda biżżejjed żmien b'din l-iskola tikser l-att tal-iskola?", "Jista' jgħid kemm l-istudent qagħad u għadda minn dan is-suġġett li kienu tressqu minn din l-iskola fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kwistjoni tat-tagħlim ta' l-Istorja ta' Malta fil-Kulleġġ li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, għandha żewġ aspetti:", "a) it-tagħlim qed isir bil-lingwa Ingliża", "b) l-għalliem konċernat kien oriġinarjament approvat sabiex jgħallem il- ġografija.", "Mal-ġografija, qed jgħallem ukoll l-istorja ta' Malta i.e. suġġġett li għalih qatt ma' ntalab l-approvazzjoi mid-diviżjoni.", "Il-kap tal-kulleġġ imsemmi ikkontesta ż-żewġ aspetti.", "Huwa ddikjara li l- kulleġġ tiegħu kien qed jeżerċita d-dritt li skola għandha li \"tiżviluppa strateġija lingwistika li tirrifletti l-bżonnijiet lingwistiċi partikolari ta' l-istudenti tagħha\", skond il-kurrikulu Minimu Nazzjonali li ġie promulgat f'Ottubru 2001.", "Huwa jindika wkoll il-mistoqsijiet dwar l- istorja ta' Malta bħala parti mill-eżami SEC tas-suġġett environmental studies jistgħu jitwieġbu bl-Ingiż.", "Dinl-asserzjoni ġiet konfermata mill- bord tal-MATSEC.", "Dwar it-tieni aspett, il-kap ta' l-iskola indika li l-għalliem konċernat huwa ta' dixxendenza Maltija u huwa kkwalifikat bħala għalliem mill- universita` ta' Cambridge.", "Skond il-kap ta' l-iskola, hu qed jgħallem l- istorja ta' Malta flimkien mal-lezzjonijiet fil-ġografija, b'entużjażmu u b'mod effettiv.", "Il-Kap ta' l-Iskola wera li dan l-għalliem jista' jersaq għall-eżami \"A\" level tal-MATSEC fl-Istorja ta' Malta sabiex juri l- kompetenza fis-suġġett, jekk dan ikun meħtieġ.", "Il-Kap ta' l-Iskola wera kemm ikun detriment jekk l-għalliem ta' l-Istorja ta' Malta jinbidel f'nofs is-sena.", "Mill-fatti sottomessi ma' rriżultax f'dan l-istadju li d-diviżjoni ta' l- edukazzjoni kellha timponi rimedi immedjati.", "Dwar it-tielet mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru, l-istess kap ta' skola informa lid-diviżjoni illi f'dan l-aħħar ħames snin ebda student fil- kulleġġ imsemmi ma resaq għall-eżami fl-istorja ta' Malta MATSEC \"O\"lLevel.", "PULIZIJA", "32673.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid bħala l-ministru responsabbli mis-sigurta' fit-toroq u allura anke f'lokalitajiet fejn hemm postijiet ta' divertiment, beħsiebu jieħu xi passi biex jsaħħaħ idejn il-pulizija fil-ġlieda biex iż- żgħażagħ tagħna ma jitħallewx jiġu sfruttati minn dawk li jiksru l-liġi billi jdaħħluhom fejn il-liġi ma tippermettix?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-regolamenti dwar iż-żamma ta` bon ordni f`lokalitajiet ta` divertiment, introdotti minni fl-1995 u emendati minn żmien għal żmien skond il-ħtieġa, għandhom bħala skop ewlieni li tiġi msaħħa idejn il-pulizija fil-ġlieda biex iż-żgħażagħ tagħna ma jitħallewx jiġu sfruttati minn dawk li jiksru l-liġi billi jdaħħluhom fejn il-liġi ma tippermettix.", "SKOLA PRIMARJA TAL-BELT – FACILITATOR", "32696.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jingħata fil-klassi, t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament fl-iskola primarja tal-Belt?", "Qiegħed jinżamm fil-klassi?", "Min qed ikollu miegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan it-tifel li għandu bżonnijiet speċjali ġie assenjat facilitator minn meta beda jattendi fil-kindergarten.", "Issa li qiegħed year 1, il-facilitator tkun preżenti miegħu fil-klassi l- ħin kollu u tgħinu f'xogħol addattat għalih ippreparat mill-għalliema fil- klassi.", "Fejn hu possibbli għat-tifel huwa jagħmel l-istess xogħol bħat- tfal l-oħra tal-klassi.", "It-tifel jinħareġ mill-klassi biex jagħmel xogħol fil-computer room li tintuża biss mit-tfal bi bżonnijiet speċjali u biex jattendi għal ħin stipulat fil-playroom għal programm imħejji apposta għalih.", "Darba kull ħmistax-il ġurnata it-tifel jattendi ma' tfal oħra bi bżonnijiet speċjali fir-razzett tal-ħbiberija.", "Fil-playroom u fil-computer room ikun mal-facilitator li hija assenjata mieħgu għall-ħin kollu.", "Fil-klassi jkun mal-facilitator u l-għalliema fil- waqt li fir-razzett tal-ħbiberija minn barra l-facilitator tiegħu, ikun hemm facilitators oħra kif ukoll personnel tar-razzett.", "SKOLA SEKONDARJA – B'KARA - GĦALLIEMA TAL-MATEMATIKA", "32697.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jinstabu għalliema għall-form II tas-sekondarji tas-subien ta' Birkirkara fil-qasam tal-matematika għax ilhom żmien twil bla għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li instabet soluzzjoni għall-problema imsemmija.", "Qed jingħataw lezzjonijiet tal-matematika lill-iskola kollha.", "ĦABS - SERVANT KEY", "32698.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-inkjesta dwar l-għibien ta' servant key mill-ħabs?", "Min mexxa din l-inkjesta?", "Kemm dehru persuni?", "F'hiex waslet l-inkjesta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni dwar l-għibien tas-servant key ġiet imexxija mid-direttur tal-Ħabs.", "B`riżultat ta` din l- investigazzjoni inbdew proċeduri dixxiplinari kontra żewġ uffiċjali, liema proċeduri għadhom mhux konklużi.", "ENEMALTA – TRIQ IL-MAGĦSAR - ŻABBAR", "32724.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt lill-istess Ministru, jista' jgħid jekk sarx xi ħaġa fir-rigward tal-ilmenti li qed ikun hemm minn residenti fi Triq il-Magħsar Żabbar u dan minħabba li ċerti appliances mhux qed jixgħelu minħabba kurrent elettriku baxx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li x-xogħol meħtieġ biex tissaħħaħ is- sistema ta' vultaġġ baxx fit-triq imsemmija fil-fatt sar.", "ENEMALTA – TRIQ GĦAJN DWIELI - PAOLA", "32725.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jitneħħa l-arblu tad-dawl u minfloku titpoġġa bracket ħdejn 181, Triq Għajn Dwieli, Paola?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "SKOLA PRIMARJA TA' BORMLA - GROUND", "32726.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "32300, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ilment kienx segwit u jekk fl-affermattiv x'kien l-eżitu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tagħmel pressjoni mad-dipartiment tar-riżorsi u infrastruttura biex jitwettaq ix- xogħol kollu meħtieġ f'dan il-ground.", "F'din l-art, tħaffret ħofra biex tkun tista' ssir kamra taħt l-art li kellha sservi bħala switch room.", "Din kienet tħalliet abbandunata.", "Fil-preżent, bħala parti mill-proġett ta' Bormla, il-ministeru tar-riżorsi u infrastruttura qed jagħmel il- preparamenti kollha meħtieġa biex taħt din l-art ikun żviluppat car park.", "SKOLA PRIMARJA TA' BORMLA - GROUND", "32729.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir mill-ground li hemm quddiem il-ground tal-iskola primarja ta' Bormla?", "X'inhi l-possibilita li l- parti li tkissret minnu terġa tinġieb għall-istat oriġinali peress li dan kien post frekwentat ħafna miż-żagħżagħ u b'dak li sar ma jistgħux jagħmlu użu minnu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-area ta' taħt il-ground li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija ntiża biex isir multi- storey car park biex iservi l-ħtiġijiet tal-Kottonera minħabba l-iżvilupp li qed isir fuq il-Waterfront.", "Hija l-idea wkoll illi l-ground tal-football jibqa' u jiġi nkorporat fis-sular ta' fuq tal-car park.", "Rigward it-tiswijiet imsemmija, tlabt lit-taqsima tax-xogħlijiet jekk jistgħux isiru dawk it-tiswijiet meħtieġa, iżda peress li hu maħsub illi x- xogħol fuq il-car park jibda kemm jista' jkun malajr, jista' ma jkunx għaqli li wieħed jonfoq xi somma sostanzjali fuq dawn it-tiswijiet.", "ENEMALTA - HUBBARD FLAT - BORMLA", "32735.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tibdil tal-wire tad-dawl li kellu jsir fi Blokk XI Hubbard Flat Borlma sarx, meta din it-talba ilha li saret aktar minn sena ilu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din it-talba ġiet riferita lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "HOUSING", "32755.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli l-persuna taħt indikata jkollu l-kera mdawra fuqu wara li mietet ommu f'Awissu 1999 u li bħala ġuvni dejjem baqa' joqgħod fl-istess fond?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "FLORIANA - EMBELLISHMENT", "32757.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-embellishment li sewa mal-Lm 150,000 f'Ġnien Re Ġorġ V fil-Floriana li ġie inawgurat minnek il- bieraħ, jista' d-dipartiment jittraferixxi persuna biex jieħu ħsieb li dan ix-xogħol ma jisfax il-mira ta' vandali matul il-ġimgħa kollha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31692 (seduta 702).", "HOMPESCH ROAD – FGURA - NEFQA", "32765.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq Triq Hompesch Fgura sal-ġurnata tal-lum, x'xogħol sar u x'jonqos li jsir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari Nru. 32708, jien infurmat li x-xogħol li sar s'issa huwa ta' road construction sa livell ta' base course, storm water culvert, xogħol ta' dranaġġ u xogħol ta' l-ilma.", "Jonqos isir l-aħħar kisi ta' tarmac sa kantuniera ma' Triq Carmel.", "Minn kantuniera ma Triq Carmel sal- mina ta' Ħompesch għadu ser jibda x-xogħol.", "TRIQ GUZEPPI DECELIS – BIRGU - NEFQA", "32766.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq Triq Guzeppi Decelis Birgu sal-gurnata tal-lum u x-xogħol lisar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħlijiet li saru fi Triq Ġużeppi Decelis kienu ta' road works u ta' water services u dawn jammontaw għal Lm10,073.62.", "KOTTONERA - KUMPLESS SPORTIV - NEFQA", "32767.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flus intefqu sa issa fuq il-kumpless sportiv ġewwa l-kottonera u jistax jiġi elenkat dan ix- xogħol f'hiex jikkonsisti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s'issa intefqu Lm697,314 għal xogħol fuq il- proġett tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.", "Ix-xogħol li sar jinkludi xogħol ta' skavar, xogħol ta' kostruzzjoni u bini ta' substation.", "L-ispiża tkopri wkoll ħlasijiet lill-awtorita` ta' l-ippjanar, overtime lill- ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet u xogħlijiet oħra anċillari.", "PLANNING AUTHORITY", "32769.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni numru PA/0979/01 quddiem l-PA wara li din ġiet rifjutata u sar appell?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA979/01 ġiet rifjutata mill-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp fl-4 ta' Ġunju, 2001, u li wara ġie sottomess appell mill-istess rifjut bin-numru PAB/218/01, il-każ ġie diferit għal deċiżjoni fit-12 t'Ottubru, 2001.", "DJUN", "32776.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija nru.", "32646 u cioe, jista' jgħid x'inhuma id- djun mid-dipartimenti kollha u korpi parastatali, primarjament:", "1) mid-dipartiment tal-artijiet dwar kumpens fuq art rekwiżizzjonata?", "2) mid-dipartiment tax-xogħlijiet dwar ħlas dovut lill-kuntratturi?", "3) mid-dipartiment tas-saħħa dwar ħlas dovut lill-kuntratturi li jissuplixxu mediċini, tgħamir u provvisti oħra?", "4) mil-Malta Drydocks, Marsa Shipbuilding Company, Enemalta, Sea Malta, Gozo Channel u kumpaniji parastatali oħrajn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZI TA' TOBBA BARRANIN - NEFQA", "32779.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għas-servizzi ta' tobba barranin matul is-sena 2001 kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-ministru tas-saħħa.", "OFFICIAL CARS", "32780.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid iċ-ċirkulari dwar purchase and use of official cars (MFC 5/98) MF 346/97/3 għadha fis-seħħ?", "Jekk iva, billi l-max retail price u max cc capacity ta' karozza ta' permanent secretary kellha tkun ta' Lm10,000 (1800 cc) kif jista' wieħed jispjega li s-segretarju permanenti fil-ministeru tal-biedja u sajd akkwista karozza Honda Accord 2.01 Vtec Se Executive 4 door ta' Lm14,900?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20020528_746d_par.doc", "date": "2002-05-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 746 It-Tlieta, 28 ta' Mejju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 746", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "746", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 220", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 220", "TQEGĦID TA' KARTI 220", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA (KUMITAT)", "THE ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION OF OFFICE) (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 226", "AĠĠORNAMENT 262", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 269 MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 745 li saret fit-28 ta' Mejju 2002, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IMPORTAZZJONI TA' BASAL", "32162.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari 30844 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-basal li daħħlet f'Malta s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy jew bil-ħlas tal- levy?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Matul l-aħħar ħames snin, skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, il-kwantita' ta' basal importata u l-valur relattiv kienet kif ġej:", "|SENA |KWANTITA'|VALUR CIF | |1997 |43,863 |Lm 32,813 | | |kilo | | |1998 | | | | |48,576 |45,008 | |1999 | | 41,889| | |42,700 | | |2000 | | 36,705| | |33,648 | | |2001 | | 39,793| | |42,582 | |", "Ebda konsinja ma kienet eżentata mill-ħlas tal-levy matul is-snin indikati.", "IMPORTAZZJONI TA' KARROTTI", "32165.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari 30842 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-karrotti li daħħlet matul is-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy jew bil-ħlas tal- levy?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul l-aħħar ħames snin, skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, il-kwantita' ta' karrotti importata u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet kif ġej:", "|SENA |KWANTITA'|VALUR |KWANTITA'| | | |CIF |EŻENTATA | |1997 |37,146 |Lm |xejn | | |kilo |5,800 | | |1998 | 26,367 | |xejn | | | |4,445 | | |1999 | 89,323 | |xejn | | | |10,916 | | |2000 | 59,150 | |10,000 | | | |7,561 |kilo | |2001 | 18,244 | | 6,000 | | | |13,447 | |", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM TAD-DUNDJAN", "32195.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwiġeb domanda parlamentari 30852 u jgħid kemm kienet l-importazzjoni ta' laħam tad- dundjan li daħlet f'Malta s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy jew bil- ħlas tal-levy?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul is-sena 2000, fix-xahar ta' Novembru ġew importati 47,256 kilo ta' laħam tad-dundjan għall-valur ta' Lm38,712.", "Matul dan il-perjodu ir-rata ta' imposta kienet imnaqqsa minn 80c għal 40c kull kilo u għaldaqstant l-ammont ta' levy li kienet eżentata matul dan ix- xahar kienet tammonta għal Lm18,902.", "Fix-xahar ta' Diċembru ta' l-istess sena ma ġie importat l-ebda laħam tad- dundjan.", "Iċ-ċifri matul l-istess perjodu għas-sena 2001 għadhom ma ġewx ippubblikati.", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM TAĊ-ĊANGA", "32196.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari 30847 u jgħid kemm daħal f'Malta laħam taċ-ċanga s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy jew bil-ħlas tal-levy?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul l-aħħar ħames snin, skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, il-kwantita' ta' laħam taċ-ċanga importata u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet kif ġej:", "|SENA |KWANTITA'|VALUR CIF|KWANTITA| | | | |' | | | | |EŻENTATA| |1997 |6,215,507|Lm5,885,5| | | |kilo |63 |xejn | |1998 |6,987,229| | 600 | | | |7,153,476|kilo | |1999 |6,935,810| | 28,000 | | | |7,875,498| | |2000 |6,263,786| | 32,000 | | | |7,644,297| | |2001 |3,411,534| | 31,180 | | | |4,872,678| |", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM TAT-TIĠIEĠ", "32197.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari 30850 u jgħid kemm daħal f'Malta laħam tat-tiġieġ is-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy jew bil-ħlas tal-levy?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul l-aħħar ħames snin, skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, il-kwantita' ta' laħam tat-tiġieġ importat u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy fuq partijiet tat-tiġieġ kienet kif ġej:", "|SENA |TOTAL |VALUR |KWANTITA| | | |CIF |` | | | | |EŻENTATA| |1997 |163,934|Lm106,01|xejn | | |kilo |4 | | |1998 | | |10,761 | | |86,993 |56,408 |kilo | |1999 | | | 5,534 | | |81,417 |48,721 | | |2000 |144,836| | 208| | | |134,158 | | |2001 | | | 1,775 | | |24,557 |24,547 | |", "IMPORTAZZJONI TA' ĦAWĦ U FRAWLI", "32299.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħawħ u frawli f'Malta s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy jew bil-ħlas tal- levy?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul l-aħħar ħames snin, skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, il-kwantita' importata ta' ħawħ u frawli u l- valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet kif ġej:", "|SENA |ĦAWĦ |VALUR |KWANTITA'| | |FRISK |CIF |EŻENTATA | |1997 |33,157 |Lm |72,720 | | |kilo |20,890 |kilo | |1998 | 44,718 | |xejn | | | |24,725 | | |1999 | 79,820 | | 18,382 | | | |30,499 | | |2000 | 36,681 | |101,928 | | | |16,105 | | |2001 |100,301 | |101,752 | | | |44,444 | |", "Il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet għal ħawħ ibbottiljat.", "|SENA |FRAWLI |VALUR C.I.F. | |1997 | 1,194 |2,993 | |1998 | 390 | 675 | |1999 | 2,299 |2,835 | |2000 |16,223 |6,938 | |2001 | 529 |1,869 |", "Ma kien hemm l-ebda konsenja ta' frawli li kienet eżentata mill-ħlas tal- levy matul is-snin imsemmija.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, issemmew ħafna prodotti li jiġu importati u nafu li biex dawn jibqgħu tajbin għal ċertu żmien ikollhom magħhom ċerti preservatives.", "Peress li nafu kemm hu importanti li l-frott li nieklu jkun ħieles minn kull tip ta' preservative, x'inhu jsir min-naħa ta' l-amministrazzjoni biex nagħtu spinta 'l quddiem lill-prodotti tagħna, aktar friski u ħielsa mill-preservatives, u biex nikkontrollaw ukoll it-tip ta' bexx li jintuża?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment jekk wieħed ikun irid aktar dettalji dwar prodotti agrikoli tajjeb li jistaqsi lill-ministeru għall-agrikoltura u sajd, pero' tajjeb li ngħid li l-istandards authority ta' Malta qed tistabilixxi livelli fuq diversi aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel u tara li jkun hemm l-ispecifications neċessarji fil-preservatives u affarijiet oħra li jista' jkun hemm mal-prodott.", "Dan qed isir ukoll bl- għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea li għenet biex tiffinanzja t-twaqqif ta' laboratorju, li allura huwa parti mill-proċess fejn irridu nagħmlu upgrading inġenerali tas-sistema ta' importazzjoni u monitoring kemm ta' dawk il-prodotti li jiġu importati kif ukoll ta' dawk li jiġu manifatturati.", "Jiġifieri dan kollu qed isir permezz tat-tisħiħ ta' istituzzjonijiet bħall-istandards authority, in-national lab u awtoritajiet oħra tas-saħħa li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Illum nafu li l-frott u l-ħxejjex huma l-aħjar dieta għall-bniedem għax anke jnaqqsu mir-riskju tal-kanċer.", "X'inhu jsir biex nippromwovu l-konsum ta' prodotti friski u prodotti ħielsa minn preservatives ?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Naħseb li l-kollega tiegħi huwa konxju mill-kampanja edukattiva on-going li ssir mill-health promotion unit, partikolarment \"Kul Ħamsa Kuljum\", li ngħatat pubbliċita' u kienet immirata speċifikament biex tħajjar aktar Maltin imorru lura għad-dieta Mediterranja, li tikkonsisti primarjament f'ikel frisk ibbażat fuq ħxejjex u ħut, liema prodotti nsibuhom f'Malta b'faċilita' relattiva.", "Naħseb illi aktar milli kampanji edukattivi, wieħed irid isemmi l-kunċett ta' responsabbilta' intersettorjali.", "Illum qed jevolvi aktar il-kunċett li s-saħħa tal-poplu m'hijiex biss responsabbilta' tal-ministeru tas-saħħa imma ta' kull dipartiment ieħor.", "Per eżempju, id-diviżjoni ta' l- agrikoltura minbarra li tippromwovi ikel aktar bnin u frisk, tħajjar u tagħmel il-prodotti aktar available għall-konsumatur.", "Għax ovvjament inutli tħajjar lin-nies biex jieklu iżjed ħaxix u jieklu frott ta' ċerta kwalita' jekk imbagħad dawn ma ssibhomx fl-abbundanza, kif qed jgħid il- kollega tiegħi.", "Min-naħa l-oħra naħseb li huwa stabilit fost il-poplu tagħna li l-prodotti lokali huma aktar friski, u allura l-freskezza tiġi awtomatikament abbinata mal-kunċett illi l-prodott ikun iżjed bnin.", "Forsi għadha ma qabdietx biżżejjed il-karatteristika li neżaminaw il-valuri kalorifiċi tal-ħxejjex u tal-prodotti li nipprovdu.", "Tant hu hekk li sfortunatament, minkejja l- kampanji kollha li nagħmlu, għad għandna persentaġġ tal-poplu Malti li huwa overweight.", "U d-dieta Mediterranja tippromwovi dieta tajba u tmur 'il bogħod ħafna biex tilħaq dawn l-għanjiet.", "Il-kampanji li qegħdin nagħmlu huma mmirati għall-iċken etajiet għax aħna nemmnu f'żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett li bniedem m'għandekx tħallih jidra dieta ħażina biex imbagħad tipprova tikkonvinċih jaqleb għal dieta tajba - jiġifieri għandu jkun mill-ewwel konxju ta' l-effett ta' l-ikel li għandu fuq saħħtu - u t-tieni li dawn ikollhom influwenza kbira fuq il-membri l- oħra tal-familja.", "Din bdejna narawha meta għamilna l-kampanja ta' ''healthy breakfast''.", "Fil-fatt tibda tinnota li t-tfal stess jibdew jirrifjutaw li l-ġenituri tagħhom jagħtuhom ċerti affarijiet għall- breakfast u jkunu jridu aktar ħxejjex u frott frisk.", "Rigward il-bexx imxejna 'l quddiem, Sur President.", "Illum ċertu bexx li huwa ddikjarat li hu perikoluż u karsinoġeniku diġa` nqata' mill-gżejjer Maltin.", "Għadna kemm ressaqna legal notice li se tagħti poter lid-diviżjoni tas-saħħa, speċjalment permezz tal-food authority, li tibda tagħmel testijiet speċifiċi fuq il-ħaxix u l-frott prodott Malti li sal-lum ma konniex għadna qegħdin nagħmlu.", "Dan kollu juri l-impenn li mexjin lejn il- kunċett li qed isemmi l-kollega tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Filwaqt li naqbel ma' dak kollu li għadu kif qal il- Ministru, ma jaħsibx li hija ironija - irrid nagħmilha ċara li dan la hu tort tal-Ministru u lanqas għandha tiġi mingħandu l-inizjattiva – li filwaqt li d-diviżjoni tas-saħħa dejjem tgħid kemm hu importanti li jkollna a healthy diet, l-istaff fl-isptarijiet tagħna għall-breakfast għadhom jingħataw affarijiet li huma very unhealthy bħal chips, bajd moqli, luncheon meat u ġobon?", "Ma jaħsibx il-Ministru li ta' lanqas l-istparijiet għandhom jibdew huma jagħtu l-eżempju u jaraw li ma joħroġx ikel li ma jkunx healthy ?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kienu diġa' qegħdin isiru diskussjonijiet bejn rappreżentanti ta' l-istaff u Dr. Cachia, id-direttur ta' l-isptarijiet, biex jaqblu dwar menu aktar healthy biex dak li nippriedkaw, inwettquh fil- verita'.", "Imma naħseb li għad baqgħalna ħafna x'nimxu, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' ikel tal-pazjenti, pero' irridu niftakru wkoll li ġie deċiż li fl-isptar il-ġdid mhux se jkun hemm kċina.", "Fil-fatt se jkun hemm il-faċilita' li l-pazjent ikun jista' jagħżel il-menu tiegħu minn ġimgħa qabel u se jkun hemm madwar 24 menu differenti li jinbidlu kull tant żmien.", "Dan kollu juri li mexjin fit-triq it-tajba.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - TINDIF", "33641.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara li ssir tindifa ġenerali ġewwa ċ- ċimiterju ta' l- Addolorata u jara li l-viti ta' l-ilma fl-istess ċimiterju jibdew jiffunzjonaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li t-tindif ġewwa ċ-ċimiterju ta` l- Addolorata jsir fuq bażi regolari minn tmien ħaddiema tad-dipartiment tas- saħħa pubblika tat-taqsima ta` l-Addolorata stess.", "Biex ix-xogħol ikun faċilitat aktar u jintlaħaq aktar malajr, peress li s-sit ta` l-Addolorata huwa kbir, id-dipartiment investa f'żewġ vannijiet żgħar kif ukoll f'dumper.", "Informat li l-viti ta' l-ilma li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant kollha jaħdmu.", "Żewġ viti u pipe li kienu jqattru ssewwew mit-taqsima tal- manutenzjoni ta` l-istess dipartiment.", "Jekk min-naħa l-oħra l-Onor Interpellant qiegħed jirriferi għall-vit ta` wara l-bieb prinċipali taċ- ċimiterju, informat li tali vit ġie magħluq intenzjonalment peress li l-użu tiegħu kien qiegħed jiġi abbużat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Dalgħodu b'kumbinazzjoni għamilt domanda fuq iċ- ċimiterju ta' l-Addolorata u, mit-tweġiba li qed jagħti llejla l-Ministru, qed nifhem li hemm il-ħtieġa li t-tindif ġewwa ċ-ċimiterju ta' l-Addolorata jkun ħafna aħjar milli hu llum.", "Peress li hemm bżonn li jsir springcleaning u naqra house-keeping sewwa, ma jidhirlux il-Ministru li jista' jkun il-każ li tmien ħaddiema m'humiex biżżejjed għal dan il-għan?", "Jikkonsidra li jżid in-numru tagħhom jew inkella li dawn ikollhom jagħmlu pjan ta' tindif aħjar milli għandhom fil-preżent?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandix dubju li jekk it-tindif isir regolari, tmienja min-nies għadhom ikunu biżżejjed.", "Naħseb li hija aktar kwestjoni ta' kif jiġi ġestit ix-xogħol.", "Fil-fatt diġa' ħadna l-passi meħtieġa biex il-health inspector li hemm in charge mit-tindif taċ-ċimiterju ta' l- Addolorata jibda bħala rutina joħroġ pjan ta' kif dawn in-nies għandhom jitħaddmu biex niżguraw li t-tindif isir maċ-ċimiterju kollu.", "Pero' wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-kobor ta' dan iċ-ċimiterju, wieħed mill- akbar li hawn fl-Ewropa.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm xi ħsieb li jiżdiedu l-oqbra jew li bil-maqlub f'pajjiżna tibda ssir il-kremazzjoni?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din id-domanda saret filgħodu u rrispondejtha b'mod estensiv u għedt li qed jitħejja masterplan għat-tkabbir taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata, aktar u aktar meta ninsabu konxji mill-fatt li hemm madwar 2000 applikazzjoni għal oqbra ġodda.", "Fil-masterplan hemm ukoll maħsub biex fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata jkun hemm area li tkun earmarked biex fiha jsir krematorju.", "Qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni, kellna diversi rappreżentazzjonijiet u anke ksibna l- approvazzjoni tal-Kurja ta' Malta biex niżguraw li dan ma jmurx kontra t- twemmin reliġjuż.", "Kien hemm interess minn tliet kumpanniji li wrew ix- xewqa li jagħmlu dan il-krematorju għalkemm ġie spjegat lilhom li aħjar jagħmlu feasibility study għal ħafna raġunijiet.", "Għax ma rridux ninsew li aħna nassoċjaw il-kremazzjoni jew il-ħruq mal- kastig u meta tħares lejn dawk il-postijiet li ppruvaw jagħmlu krematorji fejn hemm ir-reliġjon kattolika, bħall-Irlanda u l-Italja, issib li l-persentaġġ ivarja imma żgur huwa baxx għax huwa fil-medja ta' bejn 2% u 5%.", "Barra minn hekk, meta inti tagħmel krematorju, l-ispejjeż se jkunu over and above dak li jintefaq diġa' f'funeral normali, li huma diġa' spejjeż konsiderevoli.", "U apparti dan, huwa fatt li l-krematorju l-aktar li jikkonsma enerġija mhux biex jiġu treated l-fdalijiet umani imma biex il- krematorju żżommu f'dik it-temperatura l-ġimgħa kollha.", "U allura jekk inti ma jkollokx turnover biżżejjed, diffiċli ħafna biex dan ikun feasible.", "Effetivament it-tliet kumpanniji li kienu interessati jagħmlu dan it-tip ta' feasibility study ma smajna xejn aktar mingħandhom.", "Biss xorta waħda l- post se jkun earmarked biex min jitħajjar jagħmel dan ix-xogħol ikun jista' jagħmlu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Għalkemm kif qal il-Ministru, il-kremazzjoni tinvolvi spejjeż fenomenali u allura huwa diffiċli li jsir krematorju f'Għawdex, sar xi studju f'dan is-sens fejn jikkonċerna lill-Għawdxin?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Aħna qegħdin nitkellmu dwar feasibility study għal krematorju f'Malta.", "Dawn l-istudji kellhom isiru minn tliet kumpanniji li wrew l-intenzjoni li jidħlu għal dan il-proġett iżda t-tlieta qatgħu qalbhom għax l-ispejjeż ma jirrendux il-proġett viabbli.", "Issa jekk m'huwiex viabbli għal Malta, iktar u iktar naħseb li mhux se jkun viabbli għal Għawdex, għalkemm hawn il-Ministru għal Għawdex in persona u forsi tixtieq iżżid xi ħaġa ma' dak li qed ngħid jien.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Naħseb li teżisti policy waħda għal Malta u Għawdex, imma nista' ngħid li fil-każ taċ-ċimiterju tar- Rabat ħareġ il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex inżidu aktar minn 300 qabar ġdid.", "Fil-fatt ħierġa t-tender biex ikun jista' jibda ix- xogħol li ilu mistenni biex jaqdi tajjeb id-domanda li hemm.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tista' l-Ministru tgħidilna x'inhi l-pożizzjoni dwar il- Wied ta' San Blas u x'sar minn dakinhar li jien irriferejtha għad-dokument li jien kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra dwar l-enforcement u d-direct action li kien hemm u x'passi ttieħdu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Issaponejt li l-Onor.", "Mizzi kien se jagħmel din id-domanda għax malli għedt li ħareġ il-permess ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar għal oqbra ġodda, immaġinajt li hemm se jmur b'moħħu għax ilu mill- bidu ta' din il-leġislatura jsus fuqha.", "Iva, Sur President, aħna tkellimna ma' perit u se jieħu ħsieb hu biex jara l-ħteġijiet li hemm ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Tista' il-Ministru tgħid jekk dan il-perit huwiex impjegat mad-dipartiment u jekk bdewx isiru it-taħdidiet ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex jitranġaw l-affarijiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Teżisti proċedura li meta l-ministeru ikun irid jirregolarizza l-pożizzjoni jew japplika għal permess ġdid – kull ministeru fil-fatt jagħmel hekk - jikkummissjona perit.", "Fil-każ tagħna, peress li m'għandniex perit engaged direttament mal-ministeru jew ma' xi dipartiment - u kemm-il darba ħriġna applikazzjoni biex ningaġġaw perit li jkun mad- dipartiment tax-xogħlijiet, pero' sfortunatament ħadd ma applika – bilfors ikollna nressqu t-talba quddiem perit privat.", "Dan il-perit bħalissa qiegħed jaħdem ħalli jissottometti applikazzjoni biex wieħed ikun jista' jirregolarizza l-pożizzjoni skond id-deċiżjoni li tieħu l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar issue tant għal qalb l-Onor.", "Mizzi!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Forsi għalija hija għal qalbi imma għall-Ministru m'hijiex għal qalbha!", "Biss ngħid is-sewwa, jien għadni ma nistax nifhem x'applikazzjoni trid tagħmel meta hemm direct action.", "Jekk din qiegħda fil-liġi l-ġdida dwar il-planning authority nixtieq li l-Ministru tilluminani u tgħidli fejn qiegħda!", "Il-Ministru taf li fuq direct action ma tistax tapplika biex tneħħiha.", "Allura la kien hemm din id-direct action għax proprju hemm ksur ta' l-liġi - u taf il-Ministru li jien ili nitkellem dwar dan mill-bidu tal- leġislatura, kif qalet hi stess - ma jidhrilhiex li jew għandhom jiġu rregolarizzati l-affarijiet - u dan ma jistax ikun għax ix-xogħol li sar imur kontra l-policy, din ċara - jew għallinqas ikun hemm ftehim ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar biex dik il-ħsara li saret titreġġa' lura?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Aħna mexjin fuq il-pariri li ġejna mogħtija.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ladarba qed insemmu Għawdex, tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjani għat-terminal ta' l-Imġarr u jekk ħarġux il-permessi meħtieġa?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nista' ngħid li l-permessi dwar it-terminal ta' l- Imġarr ħarġu u fil-ġimgħat li ġejjin għandu jibda x-xogħol.", "Din hija deċiżjoni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar b'konsultazzjoni mal-maritime authority.", "Jien kelli diversi laqgħat ma' l-istess uffiċjali tal-maritime authority u bħala ministeru għal Għawdex, ħriġna b'suġġerimenti oħrajn biex anke jiġu studjati għal quddiem.", "Fil-fatt tkellimna dwar il-parti ta' ġewwa, Taż- Żewwieqa, fejn beħsiebna nagħmlu ġnien għax irridu noħolqu post alternattiv għall-Għawdxin li issa ħaduha drawwa jinżlu x-xatt u jqattgħu ħin fil-Port ta' l-Imġarr bħala parti mir-rikreazzjoni tagħhom, kemm waqt li jkun qiegħed għaddej ix-xogħol fil-port kif ukoll għal quddiem.", "Il-maritime authority qablet magħna li l-parti ta' ġewwa taż-Żewwieqa – qed nirriferi għall-parti mill-uffiċċju tal-maritime authority 'l ġewwa, fejn llum hija wasteland - niżviluppawha f'post fejn ikun hemm landscaping tajjeb u anke jkun hemm post għall-parking u fejn wieħed jista' joqgħod mal- familja tiegħu jara l-attivita' tal-vapuri u tan-nies.", "Tkellimna wkoll mal-maritime authority dwar camping site viċin il-Port ta' l-Imġarr u bi ftehim bejn il-ministeru għal Għawdex u l-maritime authority, qegħdin naħdmu fuq dawn iż-żewġ inizjattivi li bdejna d-diskussjonijiet dwarhom, qbilna fil-prinċipju u ovvjament għad iridu jiġu sottomessi l- applikazzjonijiet.", "Dawn ix-xogħlijiet se jsiru flimkien max-xogħlijiet l- oħra li se jsiru fil-Port ta' l-Imġarr bħala terminal.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' anzjani li neħħew is-servizz tat-telecare, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33649;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 118 ta' l-2002 - direttiva mill-ministeru tal- finanzi għall-ħruġ ta' ammont li ma jeċċedix Lm10 miljun 5.6% stock tal-Gvern ta' Malta 2007 (It-tielet ħruġ) fungibility issue;", "u f'ismi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 116 ta' l-2002 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 dwar il-Privattivi Industrijali;", "Avviż Legali Nru 117 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 dwar il- privattivi;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA", "THE ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION OF OFFICE) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-28 ta' Mejju, 2002)", "Klawsola 6 – Emenda ta' l-artikolu 3 ta' l-Ordinanza (Kont.)", "Clause 6 – Amendment of the Article 3 of the Ordinance (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, fis-seduta ta' dalgħodu l-Ministru qal li għalissa żgur li mhux se jkun hemm il-ħtieġa ta' bord ta' tmexxija biex jara kif se jimxu dawn l-aġenziji.", "Fir-rigward ta' dan il-bord, xtaqt nistaqsi lill-Ministru dwar kif inhu indikat f'paragrafu (a) ta' subklawsola (10) ta' klawsola 6, fejn qed jingħad hekk:", "\"...mal-Ministru responsabbli għall-aġenzija,...\",", "- li nifhem li jkun il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali –", "\"...Bord ta' Tmexxija li jkun magħmul mill-Kap ta' l-aġenzija bħala president u mhux inqas minn żewġ, iżda mhux iżjed minn erba', membri hekk kif il-Ministru responsabbli għall-aġenzija jista' b'ordni jistabbilixxi u jaħtar.\".", "Il-Ministru dalgħodu qal li kull fejn hemm dawn l-aġenziji, qed ikunu mfasslin dawn it-tip ta' paragrafi.", "Fil-kompożizzjoni tal-bord ta' tmexxija, f'dak li għandu x'jaqsam ma' aġenziji, kull membru li jkun se jkun maħtur mill-istess ministru in charge, mid-dekasteru tiegħu, jew ikun hemm mixed appointments?", "Qed nistaqsi dan għaliex ejjew ngħidu li jkun hemm erba' membri f'dan il-bord li jkun kollha maħtura mill-ministru...", "(Interruzzjonijiet) Il-minimu huwa tnejn, jistgħu jkunu sa erbgħa.", "Jien irrid inkun naf mingħand il-Ministru jekk din hijiex il-proċedura li wieħed għandu jimxi fuqha f'każ li jkun hawn dawn l-aġenziji, li żgur se jkun hawn.", "Għalissa qed jingħad li m'hemmx bżonn li jkun hemm bord ta' tmexxija, pero' ovvjament, fil-futur jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Ministru qal li għandu persuna effiċjenti, u iva, jien nista' nikkonferma dan, biss ma jarax li jista' jista' jkun hemm kunflitt?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien nifhem il-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Farrugia, pero' rridu naraw minn fejn qed nitilqu.", "L-ewwelnett, dan il-format huwa applikabbli għal kull aġenzija oħra li se titwaqqaf.", "Qegħdin nitilqu mill- punt fejn dawn il-bodies m'humiex aġenziji imma qegħdin taħt il-kontroll dirett tal-ministru biss, jiġifieri jekk bħala eżempju nirriferu għall- Appoġġ, nistgħu ngħidu li din hija aġenzija mhux uffiċjali, imma fir- realta, iċ-chief executive tagħha jiġi appuntat mill-Ministru u jekk fiha bord tad-diretturi, dan ukoll jiġi appuntat mill-Ministru u llum huwa totalment fil-kontroll dirett tal-Ministru.", "Illum qegħdin ngħidu li l- Appoġġ hija \"aġenzija\", għax m'hemmx struttura legali fiha, bħala responsabbilta` taqa' direttament taħt il-Ministru u taħt il-permanent secretary tiegħu, u n-nies fiha huma kollha appuntati mill-Ministru.", "Għedna l-ewwel pass irid ikun li dak li diġa' jeżisti jingħata xi forma legali, u għalhekk għedna li b'mod ġenerali, l-appointments isiru mill-Ministru.", "'Il quddiem naħseb li jistgħu jiżviluppaw metodi differenti, pero' jidhrilna li bħala l-ewwel pass lejn it-twaqqif ta' l-aġenziji, ikun aħjar li kemm jista' jkun nibqgħu viċin tar-realtajiet tal-lum, u għalhekk għalissa s- suġġerimenti huma dawn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Pero' ejjew ngħidu li l-kap ta' l-aġenzija, għal xi raġuni jkun in conflict mad-direttiva tal-bord, anke għaliex per eżempju fl- opinjoni tiegħu, id-deċiżjoni tal-bord ma tkunx f'armonija mat-tmexxija ta' l-aġenzija.", "Meta jiġri hekk, il-kap xorta jrid jimxi skond id- deċiżjonijiet tal-bord, jiġifieri aħna qed ngħidu li l-avukat ġenerali li għandu aġenzija taħtu, se jkollu direttiva mill-bord ta' tmexxija li tgħidlu x'għandu jagħmel, avolja jista' jkun Ii hu ma jkunx jaqbel.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' sfida....", "Pero' taħt paragrafu (ċ) ta' subklawsola (10) ta' klawsola 6 naqraw hekk:", "\"Fejn jeżisti Bord ta' Tmexxija, il-kap ta' l-aġenzija għandu, bla ħsara għal xi liġi għall-kuntrarju u għal kull direttiva maħruġa mill- Ministru tiegħu, jaġixxi skond id-direzzjoni ġenerali u l-kontroll ta' dak il-Bord.\".", "Prattikament hawnhekk qed jingħad li għalkemm jista' jkun hemm direttiva maħruġa mill-Ministru, dan dejjem irid joqgħod għad-direzzjoni tal-bord ta' tmexxija, li huwa kompost minn membri li kienu ġew appuntati minnu stess.", "Allura hawnhekk il-Ministru ma jarax li jista' jkun hemm xi ftit kunflitt?", "Ma rridux ninsew li dawn huma kollha standards li għalkemm s'issa għadhom m'humiex qed jiffunzjonaw, 'il quddiem jistgħu jkunu qegħdin hemm allura, xi darba se jinqalgħu dawn il-problemi ta' tħaddim.", "Minbarra dan hemm ukoll il-kwestjoni tal-Prim Ministru, fejn f'paragrafu (a) ta' subklawsola (11) ta' klawsola 6 qed jingħad li:", "\"Il-Prim Ministru jista' b'ordni jinkariga lil xi uffiċjal pubbliku biex jaqdi dmirijietu ma' xi waħda minn dawk l-aġenziji...\"", "Jekk qed nifhem tajjeb, dan jista' jsir minkejja li jista' jkun hemm min ma jaqbilx, li per eżempju l-avukat ġenerali ma jkunx irid lil uffiċjal partikolari f'ċerta aġenzija.", "Allura l-mistoqsija tiegħi f'dan l-istadju hija li ladarba sal-lum l-avukat ġenerali ma kienx ikollu dawn il-problemi, ladarba l-Prim Ministru qatt ma ta ordni biex per eżempju xi avukat...(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Imma għandu l-poter biex jagħmel dan.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma ejjew nagħmluha ċara.", "Il-prattika x'kienet?", "M'hemmx għalfejn insemmi lill-Prim Ministru preżenti.", "Jien ma nafx li fl- istorja ta' pajjiżna qatt kien hawn xi prim ministru li uża dan il-poter.", "Il-prim ministru għandu ħafna poteri.", "Anke taħt il-kodiċi kriminali, jista' per eżempju jordna lill-qorti ta' l-appell biex terġa' tara xi proċess partikolari.", "Dawn huma residual powers li qatt ma jintużaw, pero' huwa mportanti li jkunu hemm minħabba li jista' jkun hemm bżonn li xi każ partikolari jerġa' jinfetaħ.", "Iżda hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar employment.", "Il-Ministru jaħseb li llum, bil-mod ta' kif qed naraw lil dan il-pajjiż jiżviluppa.....", "Jien nemmen li fis-servizz pubbliku trid issir xi ħaġa.", "Kulħadd ipprova jagħmel dan, kemm gvern kif ukoll l-ieħor, imma xorta għad hemm il- problemi.", "Għalkemm nistgħu ma naqblux dwar il-modalitajiet, żgur li naqblu li hemm bżonn issir xi ħaġa.", "Jien nemmen li għandha ssir liġi li tirregola lis-servizz pubbliku ħalli jsir iktar effiċjenti, imma min-naħa l-oħra ma nemminx – u qed ngħid dan b'ċerta responsabbilta` politika – li kemm il- ministru kif ukoll il-prim ministru li jkun f'dan it-tip ta' uffiċini.....", "Ma rridux ninsew li hawnhekk qisna qed nipprivatizzaw.", "Il-kelma hija iebsa, imma biex nispjega aħjar, jekk dan li qed tgħid il-liġi se jsir kollu, fi żmien tlieta jew erba' snin, l-uffiċju ta' l-avukat ġenerali se jkun prattikament kompost minn ħafna avukati li nafuhom jaħdmu fil-privat.", "Jien naħseb Ii b'hekk, dan l-uffiċċju għandu jkun iktar effiċjenti għax ma jkunx doomed minn avukati \"civil service\".", "Imma ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar kieku naraw kif se nimxu bil-mod, imbagħad 'il quddiem nibdew naraw x'nistgħu nżidu ma din il-prattiċita` li qatt ma tħaddmet u li issa qed issir liġi?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Rigward it-tieni diffikulta` ta' l-Onor.", "Farrugia, u ċioe` dwar il-poter tal-prim ministru li jordna lil xi ħadd fis-servizz pubbliku biex iservi f'din l-aġenzija, kif diġa' għedt, dan il-poter jeżisti, imma m'huwiex prattikat vis-à-vis l-professjonisti.", "Jien ma naf bl-ebda prim ministru li ordna lil xi avukat li kien qiegħed f'xi dipartiment biex imur hemm, pero' dan il-poter huwa pprattikat f'livelli amministrattivi, fi transfers ta' ħaddiema, messaġġiera, typists, clerks eċċ. Dan il-poter huwa intiż għal hekk.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li l-korpi semi-public service li qed jinħolqu, bħal kummissjonijiet, aġenziji eċċ., qed jagħżlu the easy way out u qed jingaġġaw ħaddiema minn barra.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa ħażin.", "L-ewwel eżerċizzju li għandu jsir fuq livell amministrattiv huwa biex wieħed jara jekk jeżistux ħaddiema fil-public service li jistgħu jiġu detailed.", "Per eżempju għaliex l-avukat ġenerali m'għandux iżomm l-istaff klerikali u amministrattiv li għandu, avolja jsir aġenzija b'korp legali statutorju għal rasu?", "Jien m'iniex qed nara li dan il-poter se jintuża fil- konfront ta' avukati, jiġifieri l-bonsens li rrenja għal dawn l-aħħar 30 sena fil-prim ministri li kellna f'pajjiżna, nimmaġina li se jibqa' jirrenja għal 30 sena oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi pero', fil-livell amministrattiv dan il-poter għandu jintuża.", "Għaliex l-avukat ġenerali għandu jingaġġa clerk/typist minn barra, meta nistgħu nsibu lil xi ħadd b'dawk il-ħiliet minn ġewwa s-servizz ċivili?", "Jekk aħna ngħidu li l-gvern huwa over-staffed f'ċerti livell, jekk mhux kullimkien, għaliex m'għandniex innaqqsu dan l-over-staffing billi f'dawn l-aġenziji li qed jinħolqu nużaw lin-nies żejda li hemm?", "Huwa għalhekk li għandna bżonn ta' detailing, għax inkella, malli dawn l- aġenziji kollha jieħdu l-kapaċita` legali u statutorja tagħhom, kulħadd jibda jingaġġa minn barra.", "Dan li qed nagħmlu f'din il-klawsola huwa ntenzjonat biex jiżgura li fejn fis-servizz pubbliku hemm messaġġiera, drivers, minor staff jew anke ħaddiema f'ċerti livell klerikali li huma żejda, dawn jiġu detailed biex jaħdmu ma' l-aġenziji.", "Din hija l- intenzjoni u għalhekk naħseb li dan il-poter huwa bżonjuż.", "Rigward ir-relazzjoni, li hija realta`, bejn il-bord, l-avukat ġenerali u l- ministru, iva, jista' jkun hemm konflitt bejn l-avukat ġenerali bħala l-kap ta' l-aġenzija u l-bord li jiġi nominat, pero' dan diġa' rajnih jiġri f'diversi postijiet fejn hemm executive directors jew executive managers jaħdmu full-time ma' korporazzjoni li għandha wkoll bord.", "Kull fejn hemm persuna li mhux biss hija chairman tal-bord imma hija wkoll managing director, u l-bord ma jaqbilx magħha, iva, huwa possibbli li jinħoloq konflitt u jinqala' l-inkwiet.", "Din m'hijiex xi formola ġdida li qatt ma ġiet esperimentata.", "Forsi l-aħjar ħaġa hi li jkun hemm kap wieħed li ma jista' jiġġieled ma' ħadd ħlief miegħu nnifsu, imma min-naħa l-oħra jien ngħid li huwa tajjeb li jkun hemm sounding board għal dik il-persuna eżekuttiva.", "Ma rridux ninsew li f'każ li jinqala' konflitt, il-kostituzzjoni tirriserva lill-ministru l-general direction and control tad-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ministeru partikolari.", "Il-kostituzzjoni tgħid li l-ministru għandu r-responsabbilta` tal-general direction and control ta' kulma jaqa' taħtu.", "Għalhekk jidħlu imbagħad l-ordnijiet ministerjali, jiġifieri potenzjalment, konflitt bejn il-membri tal-management board u ċ-chief executive ta' dak il-bord iridu jiġu riżolti mill-ministru permezz tal- general direction and control.", "Din hija l-istruttura ta' kif wieħed irid jaħdem bħala interplay.", "Kif diġa' għedt, wieħed jista' jagħżel struttura totalment differenti, kif se nagħmlu aħna għall-ewwel, fejn se nibdew biċ-chief executive biss, l- avukat ġenerali u l-prosekutur ġenerali se jibqgħu hekk u m'hu se nagħmlu l- ebda bord.", "Iva, aħna se nibdew nimxu minn hemm, kif fuq kollox qegħdin nagħmlu llum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien qed nifhem li fil-bidu, se jkunu l-avukat ġenerali u l-prosekutur ġenerali li prattikament se jiġu assorbiti fl- aġenziji.", "Imbagħad ovvjament tinfetaħ il-call...", "Imma dawk li hemm mhux se jkunu....", "Fis-seduta ta' dalgħodu l-Ministru pprova jiċċara dan il-punt, pero' kulħadd għadu jixtieq ikun jaf dawn l-affarijiet bl-eżatt.", "Minkejja li mxejna ftit fid-diskussjoni dwar din il-klawsola, il-punt kardinali jibqa' li xorta se jkun hemm żewġ kapijiet f'kap wieħed, għax l-avukat ġenerali huwa rikonoxxut mill-kostituzzjoni.", "Induru kemm induru ma' dan il- fatt, il-verita` li l-kostituzzjoni titkellem dwar l-avukat ġenerali u dwar id-dmirijiet tiegħu.", "Anke d-deputat avukat ġenerali huwa msemmi fil- kostituzzjoni, preċiżament f'kap.", "90.", "Meta konna qed niddiskutu klawsola 5, aħna għedna li l-poteri li tagħti l- kostituzzjoni lill-persuna ta' l-avukat ġenerali huma li jwaqqaf proċeduri eċċ. Il-Ministru qal li l-avukat ġenerali jista' jiddelega dawn il-poteri.", "Naqblu jew ma naqblux, hekk qed jgħid, imma jien qed nifhem differenti, u hawn ħafna li jaqblu miegħi.", "Waħda mri-raġunijiet għaliex wieħed jasal biex jgħid li ma jagħmilx sens li l-kostituzzjoni tiġi interpretata b'mod differenti hija propru minħabba l-emendi li saru fil-kostituzzjoni dwar l- uffiċju ta' l-awditur ġenerali.", "L-awditur ġenerali huwa persuna b'kariga kostituzzjonali, maħtur mill-parlament.", "Il-fatt li d-deputat awditur ġenerali jista' jattwa l-poteri li għandu l-awditur ġenerali huwa mniżżel f'artiklu 108 tal-Kostituzzjoni:", "\"Għandu jkun hemm ukoll deputat awditur ġenerali li l-kariga tiegħu tkun kariga pubblika u li jkollu dawk il-funzjonijiet li l-awditur ġenerali jista' minn żmien għal żmien lilu jiddelega ...\".", "Fil-każ ta' l-awditur ġenerali, il-kostituzzjoni tgħid li trid li dan jiddelega l-poteri tiegħu lid-deputat awditur ġenerali, imma fir-rigward ta' l-avukat ġenerali ma tgħid xejn.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Lanqas hemm kariga kostituzzjonali.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma fil-każ ta' l-awditur ġenerali, il-kariga qiegħda hemm u hija rikonoxxuta mill-Kostituzzjoni, għax l-awditur ġenerali jinħatar bi proċedura kostituzzjonali.", "Ovvjament il-Ministru m'huwiex jaqbel miegħi għax qed jgħid li l-kap.", "90 jgħid li l-uffiċjali \"jistgħu jeżerċitaw u jesegwixxu dawk is-setgħat, funzjonijiet u dmirijiet kollha delegati u mogħtija lilhom mill-avukat ġenerali\".", "Imma dan ma jistax isir meta ċerti poteri jrid jagħtihom l- avukat ġenerali personalment.", "Issa se jinħolqu żewġ aġenziji u allura se jkun hemm żewġ kapijiet li biex jiddeċiedu dwar ċerti affarijiet, għandhom bżonn l-għajnuna ta' xulxin.", "Għalkemm il-Ministru ma solviex din il- problema b'mod kostituzzjonali, xorta baqa' għaddej amministrattivament għax qed jgħid li dan jista' jsir taħt kap.", "90.", "Għalija jista' jagħmel Ii jrid, pero' ma nistax ma navżahx bil-problemi kostituzzjonali kbar li se jinqalgħu.", "Il-prosekutur ġenerali se jkun qiegħed hemm biex sempliċiment ikollu kariga, imma m'hu se jkun hemm l-ebda elevazzjoni kostituzzjonali.", "Subklawsola (7) ta' klawsola 6 tgħid li:", "\"L-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali u l-Uffiċju tal-Prosekutur Ġenerali għandhom, bħala aġenziji tal-gvern, rispettivament ikollhom bħala kap lill-Avukat Ġenerali u lill-Prosekutur Ġenerali u għandhom rispettivament ikunu l-mezz li bih l-Avukat Ġenerali u l-Prosekutur Ġenerali jwettqu l-funzjonijiet tagħhom skond il-liġi.\"", "Il-prosekutur ġenerali, constitutionally speaking, jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu mingħajr l-avukat ġenerali, għax ladarba il-kostituzzjoni ma tgħidx li d-deputat avukat ġenerali jista' jeżerċita dawk il-poteri delegati lilu, dawk il-poteri li huma personalissimi, bħal per eżempju l-bidu ta' proċedura kontra xi ħadd taħt ċertu att, irid isir bil-firma ta' l-avukat ġenerali.", "Allura l-kap tal-prosekuzzjoni x'se jagħmel kull darba li jiġi ffaċċjat b'sitwazzjoni bħal din?", "Se joqgħod kull darba jirrikorri għand il- kap l-ieħor?", "U min-naħa l-oħra, l-avukat ġenerali se jkollu jidħol fix- xogħol tal-kap ta' aġenzija oħra?", "Jien naf li l-Ministru m'huwiex jaqbel ma' dan, jiġifieri naf li m'iniex se nikkonvinċih, pero' ma nistax ma nwissix li se jinqalgħu problemi kostituzzjonali.", "Mr Chairman, kull fejn il-Kostituzzjoni ta' Malta trid li ċerti poteri jiġu delegati lil persuna oħra, tgħid dan b'mod ċar.", "Allura fir-rigward ta' l- awditur ġenerali ma kellniex għalfejn ngħidu li dan jista' jiddelega l- poteri tiegħu lid-deputat awditur ġenerali, għax dan kien diġa' mniżżel fil- Kostituzzjoni.", "Kif diġa' għedt, għalkemm l-avukat ġenerali u l-prosekutur ġenerali se jkunu kapijiet ta' aġenziji, wieħed kull darba jrid jirrikorri għall-ieħor biex jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Allura jien nara li dan huwa xenarju mibni għal ta' l-apposta biex ikunu jistgħu jinħolqu dawn l-aġenziji.", "Sur President, irrid nistaqsi wkoll dwar paragrafu (ċ) ta' subklawsola (11) ta' klawsola 6, li titkellem dwar meta uffiċjal pubbliku jintbagħat jaqdi dmiru f'aġenzija.", "Hawnhekk qed jingħad li:", "\"... jkun taħt l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-kap ta' l-aġenzija, iżda għandu xort'oħra jibqa', u jżomm id-drittijiet u d-dmirijiet kollha bħala uffiċjal pubbliku ...\".", "Għalkemm qed nifhem li dan qed jingħad fir-rigward ta' skali ta' promozzjonijiet, applikazzjoni ta' promozzjonijiet eċċ., nixtieq li l- Ministru jagħti spjega dwar l-istima ta' l-emolumenti pensjonabbli f'dan il- kuntest.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif ġie spjegat lili, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar il-pensjoni tan-national insurance imma dwar government service pensions, jiġifieri dwar ftit ħaddiema li ġew ingaġġati mal-gvern qabel l- 1979 u allura għadha tapplika għalihom din it-tip ta' pensjoni.", "Issa peress li normalment, il-benefiċċji li jitħallsu mill-korporazzjonijiet, mill- kummissjonijiet u mill-aġenziji huma ogħla mill-pagi li ta-gvern, għall- iskopijiet tal-pensjoni tas-servizz, li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħda tinqata', ma tittieħed ebda konsiderazzjoni ta' allowances, bonuses jew gratuities oħra li tkun qed tħallas dik l-aġenzija b'eċċess tal-paga li", "kienet titħallas il-persuna konċernata kieku baqgħet public officer.", "Ovvjament, din il-klawsola, kif diġa' għedt, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħda tapplika għal ħafna inqas nies.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-proviso ta' paragrafu (ċ) ta' subklawsola (11) ta' klawsola 6 jgħid li:", "\"Dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet m'għandhomx jitqiesu li jkunu inqas favorevoli sempliċement għaliex ma jkunux f'kull rigward identiċi ...\".", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bilfors, għax principal mal-gvern li għandu salarju ta' Lm6,500 fis-sena ma jistax jintbagħat jaħdem bħala clerk/typist ma' l- aġenzija, b'salarju ta' Lm4,500 fis-sena.", "Ovvjament, dan ma jkunx fair, u allura dan il-proviso qed jipproteġi lill-ħaddiem biex jekk jiġi detailed mill-Prim Ministru, il-liġi tara li l-kundizzjonijiet tiegħu ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li kien qed igawdi mas-servizz ċivili.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"D\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Emenda ta' l-artikolu 4 ta' l-Ordinanza.", "Clause 7 – Amendment of article 4 of the Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"E\" Fit-test Ingliż ta' klawsola 7, minflok il-kelma \"Advocate\" kull fejn tinstab, għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"E\" In the English text of clause 7, for the word \"Advocate\" wherever it appears, there shall be substituted the word \"Attorney\".", "Prattikament, din l-emenda hija konsegwenzjali għal dak li sar fi klawsola 6.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"E\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Emenda tal-Kostituzzjoni", "Clause 8 – Amendment of the Constitution.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"F\" Klawsola 8 għandha tiġi mħassra.", "\"F\" Clause 8 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con u klawsola 8 ġiet imħassra.", "Klawsola 9 – Emenda ta' l-artikolu 91 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 9 – Amendment of article 91 of the Constitution.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"G\" Klawsola 9 għandha tiġi mħassra.", "\"G\" Clause 9 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con u klawsola 9 ġiet imħassra.", "Klawsola 10 – Emenda ta' l-artikolu 100 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 10 – Amendment of article 100 of the Constitution", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"H\" Klawsola 10 għandha tiġi mħassra.", "\"H\" Clause 10 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"H\" għaddiet nem. con u klawsola 10 ġiet imħassra.", "Klawsola 11 – Emenda ta' l-artikolu 101A tal-Kostituzzjoni.", "Clause 11 – Amendment of article 101A of the Constitution", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"I\" Klawsola 11 għandha tiġi mħassra.", "\"I\" Clause 11 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con u klawsola 11 ġiet imħassra.", "Klawsola 12 – Emendi konsegwenzjali għal diversi Liġijiet.", "Clause 12 – Consequential amendment to various Laws.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'din ir-raba' parti ta' dan l-abbozz ta' liġi se nkunu qegħdin nemendaw diversi liġijiet differenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri hawnhekk se nidħlu fis-sensila ta' emendi tal-kodiċi kriminali, ta' l-att notarili eċċ.?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, fil-fatt irrid ngħid li kien sar eżerċizzju ta' scanning tal-liġijiet kollha biex in-nomenklatura ta' \"attorney general\" tinbidel għal \"advocate general\" filwaqt li jiżdied il-prosekutur ġenerali.", "Peress li issa reġa' nbidel kollox, qegħdin nagħmlu emenda biex kull fejn hemm \"advocate general\" tiġi replaced b'\"attorney general\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 12 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 – Emenda tal-Kodiċi Kriminali.", "Clause 13 – Amendment of the Criminal Code.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"J\" Minflok klawsola 13 għandu jidħol dan li ġej:-", "\"Emenda tal-Kodiċi Kriminali, Kap. 9.", "Il-Kodiċi Kriminali għandu jiġi emendat kif ġej:", "a) minflok il-kliem \"Avukat Ġenerali\" kull fejn jinstabu f'artikolu 93 tiegħu, inkluż fin-nota marġinali għalih, għandhom jidħlu l-kliem \"Avukat Ġenerali, il-Prosekutur Ġenerali\";", "b) fin-nota marġinali għal artikolu 94 tiegħu, minflok il-kliem \"Avukat Ġenerali\" għandhom jidħlu l-kliem \"Avukat Ġenerali, il-Prosekutur Ġenerali\"; u", "c) f'subartikolu (3) ta' artikolu 516 tiegħu, minflok il-kliem \"l-Avukat Ġenerali\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Avukat Ġenerali, il-Prosekutur Ġenerali\".\".", "\"J\" For clause 13 there shall be substituted the following:-", "\"Amendment of the Criminal Code, Cap.", "9.", "13.", "The Criminal Code shall be amended as follows: a) for the words \"Attorney General\" wherever they appear in article 93 thereof, including the marginal note thereto, there shall be substituted the words \"Attorney General, the Prosecutor General\";", "b) for the words \"Attorney General\" in the marginal note to article 94 thereto, there shall be substituted the words \"Attorney General, the Prosecutor General\"; and", "c) in subarticle (3) of article 516 thereof, for the words \"the Attorney General\" there shall be substituted the words \"the Attorney General, the Prosecutor General\".\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Bħala punt ta' kjarifika u anke bħala punt kostituzzjonali, irrid ngħid li artiklu 93 tal-Kodiċi Kriminali jitratta dawk il-karigi Ii huma indikati fil-Kostituzzjoni, inkluża l-kariga ta' ġurat, għax għal ċertu żmien , ġurat ikun imħallef fil-qorti.", "Artiklu 516 min-naħa l-oħra jitkellem sempliċiment dwar l-ilsien tal-qrati.", "L-artiklu 93 kien ġie emendat wara li fl-1974 kien sar tibdil kostituzzjonali.", "Li rrid nikkummenta fir-rigward ta' din l-emenda huwa dwar il-fatt li peress li qed jiddaħħal ukoll il-prosekutur ġenerali, li se jkun kap ta' aġenzija, biex anke hu jkollu protezzjoni kontra inġurja jew theddid, jien jidhirli li allura anke min se jaħdem miegħu għandu jkollu dn il-protezzjoni.", "Jiena naf li l-Ministru se jirrispondi billi jgħid li hemm artiklu ieħor li japplika għal kulħadd, u barra minn hekk ma rridx ninftiehem bħala li ma naqbilx li l-prosekutur ġenerali għandu jiġi protett, anzi jien ngħid li kulħadd għandu jiġi protett minn inġurja jew theddid, għax mingħajr protezzjoni ħadd ma jista' jagħmel xogħol tajjeb.", "Allura l-Ministru qiegħed iressaq din l-emenda, li permezz tagħha qed itella' lill-prosekutur ġenerali fil-livell ta' l-avukat ġenerali, biex lill-prosekutur ġenerali jagħtih iktar protezzjoni?", "Allura la l-Ministru jħoss li hekk għandu jsir, ma jidhirlux li għandha ssir xi ħaġa biex ikunu protetti wkoll l-aġenziji u kull min jaħdem fihom, bħal dawk li jieħdu deċiżjonijiet, jipprosekwixxu fil-qrati eċċ.?", "Ejjew nammettu li f'ħafna mid-drabi, il-prosekutur ġenerali m'huwiex se jkun hu li joqgħod imur jagħmel il-ġurijiet, imma se jqabbad lin-nies ta' taħtu, u ġeneralment, the people who are literally facing the threats huma dawk li jidhru.", "Min-naħa l-oħra, billi qed ngħid dan ma rridx infisser li l-avukat ġenerali u d-deputat avukat ġenerali qatt ma għamlu prosekuzzjonijiet, anzi nista' ngħid li mhux darba jew tnejn sar dan.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan qed isir għax kif għedt diversi drabi fid- dibattitu li kellna, il-gvern qiegħed jara l-pożizzjoni tal-prosekutur ġenerali bħala ekwivalenti għal dik ta' l-avukat ġenerali, u allura dehrilna li f'artiklu bħal dan li jitkellem dwar l-imħallfin, l-avukat ġenerali u l-ġurati, jixraq li wieħed idaħħal il-prosekutur ġenerali.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Farrugia, illum l-avukat ġenerali, minkejja li ma jagħmilx prosekuzzjonijiet ta' ġurijiet, xorta għandu din il-protezzjoni.", "Il-prosekuturi attwali li huma l-uffiċjali ta' l-avukat ġenerali għandhom mhux biss il-protezzjoni ġenerali li hemm fil-kodiċi kriminali kontra min jiġi mhedded, imma anke l-protezzjoni speċjali bħala uffiċjali tal-qorti.", "Kif jaf sew l-Onor.", "Farrugia, theddida lil marixxal tal-qorti, lil deputat reġistratur u lil avukat eżerċenti fil-qorti hija trattata fil-liġi kriminali ta' pajjiżna bħala iktar serja minn theddida normali.", "Minbarra li diġa' hemm dik il-protezzjoni, hemm imbagħad dan l-artiklu 93 li qiegħed jipproteġi b'mod partikolari li ċerti kategoriji ta' nies.", "Aħna dehrilna li peress li issa l-funzjoni ċivili kriminali ta' l-avukat ġenerali qed tiġi mifruda, dak li se jassumi l-funzjoni kriminali minfloku ħaqqu l- istess tip ta' protezzjoni li sal-lum kienet tiġi mogħtija lil persuna waħda li taqdi ż-żewġ rwoli.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"J\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 13 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 – Emenda tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Clause 14 – Amendment of the Code of Organization and Civil Procedure.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, se nressaq din l-emenda:", "\"K\" Klawsola 14 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) il-paragrafu (b) tagħha għandu jiġi mħassar, u l-paragrafi (c) u (d) tagħha għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala paragrafi (b) u (c) rispettivament; u", "b) fit-test Ingliż tagħha minflok il-kelma \"Advocate\" kull fejn tinstab, għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"K\" Clause 14 shall be amended as follows:-", "a) paragraph (b) thereof shall be deleted, and paragraphs (c) and (d) thereof shall be renumbered as paragraphs (b) and (c) respectively; and", "b) in the English text thereof, for the word \"Advocate\" wherever it appears there shall be substituted the word \"Attorney\".", "Hawnhekk, Mr Chairman, qegħdin nemendaw il-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili.", "L-iskop ta' din l-emenda huwa li l-kliem jitħalla kif inhu, jiġifieri attorney general se jibqa' attorney general, u allura l- effett li hemm huwa fejn iddaħħlet l-kelma \"prosekutur ġenerali\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Allura fil-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili, fejn se jidħol ir-rwol tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: F'artiklu 786.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Hemm il-bord tar-rules of court ....", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hawnhekk hawn qbil mal-ġudikatura li hemm żewġ bordijiet tar-rules of court differenti, wieħed taħt il-kodiċi kriminali u ieħor taħt il-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili.", "Il-qbil hu li dawn iż-żewġ bordijiet jiġu amalgamati u jkun hemm bord wieħed kemm għall- qrati ċivili kif ukoll għall-qrati kriminali.", "Allura l-emenda se tikkomprendi li fin-nomini ta' l-imħallfin li jridu jsiru jrid ikun hemm rappreżentanza minn imħallfin li ġejjin mill-qorti kriminali wkoll, jiġifieri wieħed mill-imħallfin li jiġi nominat irid ikun sedenti fil-qorti kriminali.", "Allura l-prosekutur ġenerali, li se jkollu din il-funzjoni kriminali, se jiddaħħal ukoll fir-rule-making board.", "Ovvjament, l-uniċi tnejn li nistgħu ngħidu li jirrappreżentaw lill-gvern fir-rule-making board huma l-prosekutur ġenerali u l-avukat ġenerali.", "Imbagħad hemm il-Prim Imħallef u żewġ maġistrati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien mhux għal dak il-punt qed nirriferi.", "Dan il- ftehim ma nafx bih.", "Jekk kien hemm xi ftehim, dan sar bejn il-Ministru u l- ġudikatura, mhux miegħi.", "Qabel kien ikun hemm żewġ bordijiet, wieħed għar-rules of courts ...", "Kif jaf il-Ministru, ġieli qamu kwestjonijiet kbar.", "Saħansitra kien hemm kawża kostituzzjonali li kienet titratta r-rules of court.", "Sakemm kien hemm l-artiklu 29, kien hemm biss żewġ imħallfin u maġistrat, maħtura mill-President ta' Malta, l-avukat ġenerali maħtur mill-President tal-Kamra ta' l-Avukati u l-Prim Imħallef jippresjedi, li jkollu l-casting vote.", "Issa se jkun hemm żewġ imħallfin, maġistrat ....", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, bl-emenda li se nressqu għas-COCP se jkun hemm żewġ maġistrati.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Dik kienet il-preokkupazzjoni tiegħi.", "Jiġifieri l- bilanċ se jkun hemm.", "L-artiklu l-ieħor li wkoll għandu x'jaqsam mal-prosekutur ġenerali huwa l- artiklu 786, fejn f'subartiklu (2) jgħid hekk:", "\"Lanqas tista' tingħata din l-eċċezzjoni kontra l-Avukat Ġenerali fil- każijiet li fihom huwa awtorizzat b'mod speċjali mil-liġi li jidher, jew meta huwa awtorizzat mill-awtorita' kompetenti li jidher f'kawżi li jinteressaw l-ordni pubbliku, u sa fejn għandu x'jaqsam l-interess pubbliku.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"K\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 14 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 14, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 – Emenda tal-Kodiċi tal-Kummerċ.", "Clause 15 – Amendment of the Commercial Code.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"L\" Fit-test Ingliż ta' klawsola 15 minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"L\" In the English text of clause 15 for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\"", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"L\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 15 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 15, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 – Emenda tal-Kodiċi Ċivili.", "Clause 16 – Amendment of the Civil Code.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, se nressaq din l-emenda:", "\"M\" Fit-test Ingliż ta' klawsola 16 minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"M\" In the English text of clause 16 for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"M\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Projbizzjoni ta' Esportazzjoni ta' xi Oġġetti.", "Clause 17 – Amendment of the Exportation of Certain Articles (Prohibition) Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, se nressaq din l-emenda:", "\"N\" Klawsola 17 għandha tiġi mħassra.", "\"N\" Clause 17 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"N\" għaddiet u klawsola 17 ġiet imħassra.", "Klawsola 18 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar l-Importazzjoni, Magazzinaġġ u Bejgħ ta' Pitrolju.", "Clause 18 – Amendment of the Petroleum (Importation, Storage and Sale) Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, se nressaq din l-emenda:", "\"O\" Klawsola 18 għandha tiġi mħassra.", "\"O\" Clause 18 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"O\" għaddiet u klawsola 18 ġiet imħassra.", "Klawsola 19 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l-Ħaddiema l-Fidda (Arġentiera)", "Clause 19 – Amendment of the Goldsmiths and Silversmiths Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, se nressaq din l-emenda:", "\"P\" Klawsola 19 għandha tiġi mħassra.", "\"P\" Clause 19 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"P\" għaddiet u klawsola 19 ġiet imħassra.", "Klawsola 20 – Emenda ta' l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili.", "Clause 20 – Amendment of the Notarial Profession and Notarial Archives Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"Q\" Minflok klawsola 20 għandu jidħol dan li ġej:", "\"Emenda ta' l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, Kap. 55.", "20.", "Minflok il-kliem \"Avukat Ġenerali\" f'artikolu 13 ta' l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili għandhom jidħlu l-kliem \"Prosekutur Ġenerali\" u minflok il-kliem \"Avukat Ġenerali\" f'artikoli 112, 115 u 125 ta' l-istess Att għandhom jidħlu l-kliem \"Avukat Ġenerali li jaġixxi skond il- ġudizzju individwali tiegħu nnifsu\".\".", "\"Q\" For clause 20 there shall be substituted the following:", "\"Amendment to the Notarial Profession and Notarial Archives Act, Cap.", "55.", "20.", "For the words \"Attorney General\" in article 13 of the Notarial Profession and Notarial Archives Act, there shall be substituted the words \"Prosecutor General\" and for the words \"Attorney General\" in articles 112, 115 and 125 of the same Act there shall be substituted the words \"Attorney General acting in his own individual judgement\".\".", "Il-funzjoni ta' att kważi kriminali issa ġiet delegata lill-prosekutur ġenerali biex jaġixxi fuqha hu, filwaqt li l-partijiet l-oħra fejn l-avukat ġenerali jista' jirrikorri fil-qorti, li dejjem ġew eżerċitati mill-avukat ġenerali fil-ġudizzju individwali tiegħu, baqgħu f'idejh, pero' qed ngħidu li jiġu exercised in his own individual judgement, jiġifieri jekk l-avukat ġenerali juża l-poteri li għandu taħt l-att notarili, ma jkun taħt id- direzzjoni ta' ħadd.", "Jidhrilna li peress li qegħdin nitkellmu dwar atti notarili, m'għandux ikun hemm direzzjoni politika lill-avukat ġenerali dwar kif dan għandu jaġixxi.", "Riċentement kellna każi fejn l-avukat ġenerali kellu jaġixxi u aġixxa b'mod totalment indipendenti.", "Naħseb li huwa b'dan il-mod li għandu jibqa' miexi u allura l-emenda qed tasserixxi dan il-poter li fil-prattika dejjem kien jeżisti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: L-artiklu 13 jispjega dwar meta jkun hemm nutar li jiġi nġurjat imbagħad isib reżistenza fl-eżerċizzju tal-proċeduri li għanhom isiru mill-pulizija.", "Issa, f'din it-tip ta' challenge li hemm fil- kodiċi kriminali, se jidħol il-prosekutur ġenerali.", "Ovvjament wieħed bilfors ikollu jemenda, imma again, hawnhekk qed nara diffikulta` għax ladarba dan huwa dejjem vestit fl-avukat ġenerali, il-prosekutur ġenerali irid joqgħod iħares lejh u jistaqsih x'għandu jagħmel.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm distinzjoni.", "Minbarra l-kwestjoni tad-delega li dwarha m'aħniex qed naqblu, għax jien qed ngħid li la hemm delega, il- prosekutur ġenerali m'għandux għalfejn iħares lejn l-avukat ġenerali, il- prosekutur ġenerali jrid iħares lejn l-avukat ġenerali fejn il-liġi tagħti l-poter lil dan ta' l-aħħar, imma jekk liġi ġdida se tagħti poter lill- prosekutur ġenerali, ma jkollu għalfejn iħares lejn ħadd.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma dak kollu li hu vestit fl-avukat ġenerali se jibqa' tiegħu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bilfors irid isir hekk.", "Jien qed ngħid għal liġijiet u għal funzjonijiet futuri, per eżempju taħt il-finance intelligence unit, fejn hemm ir-rwol ta' l-avukat ġenerali li jappunta persuna, fejn m'għandux x'jaqsam ma' prosekuzzjonijiet.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Pero' ma nistax nifhem l-emenda li saret għall- artiklu 112, li jitratta s-sorveljanza fuq in-nutara, għall-artiklu 115 li jitratta l-ispezzjoni ta' min jingħata avviż qabel u għall-artiklu 125, li jitkellem dwar il-kwerela għal kontravvenzjoni ta' nutar jew arkivist.", "Jekk kemm-il darba dejjem kien l-avukat ġenerali, ma narax għalfejn għandu jiddaħħal il-kliem \"Avukat Ġenerali li jaġixxi skond il-ġudizzju individwali tiegħu\".", "Mhux bilfors?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le mhux bilfors.", "L-artiklu 91 tal-kostituzzjoni jgħid li meta xi liġi tagħti l-poter lill-avukat ġenerali biex jeżerċita xi poter fil-ġudizzju individwali tiegħu, allura l-eżerċizzju ta' dak il-poter m'huwa suġġett għall-kontroll ta' ħadd.", "Hemm interpretazzjoni li tgħid li jekk f'xi liġi ma jintqalx li l-avukat ġenerali jeżerċita dak il-poter fid- diskrezzjoni individwali tiegħu, allura t-termini tal-kostituzzjoni ma japplikawx.", "Issa jista' jkun li din l-interpretazzjoni hija kemmxejn miġbuda, pero' l-artiklu 91 huwa ċar għax jgħid li kull meta l-liġi tagħti d-dritt lill-avukat ġenerali li jeżerċita poter fil-kapaċita` individwali tiegħu, allura....", "Imbagħad, interpretazzjoni stretta ta' avukati tal-punt, li l-ħabib tiegħi jaf daqsi li jeżistu, tista' tkun li jekk il-liġi ma tgħidx \"in his individual capacity\", allura l-avukat ġenerali jkun soġġett għad-direzzjoni.", "L-avukat ġenerali deherlu u ħa l-kompitu li jestrapola minn dawn il- liġijiet l-iktar poteri fejn verament għandu jaġixxi fil-kapaċita` individwali tiegħu, bħal fir-rigward tas-sorveljanza tan-nutara.", "Allura din qed tiġi miżjuda to make what is probably sure, doubly sure, biex ma jkunx hemm diffikultajiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Q\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 20 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 20, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil- Prostituzzjoni.", "Clause 21 – Amendment of the White Slave Traffic (Suppression), Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"R\" Klawsola 21 għandha tiġi mħassra.", "\"R\" Clause 21 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"R\" għaddiet u klawsola 21 ġiet imħassra.", "Klawsola 22 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament.", "Clause 22 – Amendment of the Commissioners for Oaths Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"S\" Paragrafu (b) ta' klawsola 22 għandu jiġi mħassar, paragrafu (c) tagħha għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala paragrafu (b), u fit-test Ingliż ta' paragrafu (b) kif enumerat mill-ġdid, minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"S\" Paragraph (b) of clause 22 shall be deleted, paragraph (c) thereof shall be renumbered as paragraph (b) and in the English text of paragraph (b) as renumbered, for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"S\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi.", "Clause 23 – Amendment of the Land Acquisition (Public Pruposes) Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"T\" Klawsola 23 għandha tiġi mħassra.", "\"T\" Clause 23 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"T\" għaddiet u klawsola 23 ġiet imħassra.", "Klawsola 24 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "Clause 24 – Amendment of the Pensions Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"U\" Fit-test Ingliż ta' klawsola 24, minflok il-kelma \"Advocate\" kull fejn tinstab, għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"U\" In the English text of clause 24 for the word \"Advocate\" wherever it appears, there shall be substituted the word \"Attorney\".", "Prattikament hawnhekk qegħdin nemendaw l-Ordinanza dwar il-pensjonijiet u qed inpoġġu fuq l-istess livell ta' imħallef lill-avukat ġenerali, lill- prosekutur ġenerali u lill-maġistrati, jiġifieri qegħdin biss nekwiparaw.", "(Interruzzjonijiet)", "Din hija l-Ordinanza dwar il-pensjonijiet, kap.", "93.", "Illum l-Ordinanza tipprovdi eċċezzjoni għall-imħallfin li jirtiraw fl-eta' ta' 61.", "Hawnhekk qed nekwiparaw lill-avukat ġenerali, lill-prosekutur ġenerali u lill- maġistrati.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imħallef jista' jibqa' jaħdem sa l-eta` 65 sena.", "Issa se jkunu jistgħu jagħmlu dan l-avukat ġenerali ...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Żgur li qed nekwiparaw l-avukat ġenerali, il- prosekutur ġenerali u l-maġistrati ma' l-imħallfin.", "Sfortunatament fil- volum li ngħatajt m'hawnx ix-schedules.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma l-Ministru mhux diġa' rtira l-emenda...?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għalhekk qed nara x'jgħid subartiklu (1) ta' artiklu 9, imma biex ngħid il-verita`, ma nista' nsib xejn.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Naħseb li jekk din ġiet irtirata, ma tistax tiddaħħal hawnhekk.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, nipproponi li din il-klawsola tiġi posposta sakemm nikkonsulta ruħi ma' l-advisors.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 25 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Clause 25 – Amendment of the Department of Health (Constitution) Ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"V\" Klawsola 25 għandha tiġi mħassra.", "\"V\" Clause 25 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"V\" għaddiet u klawsola 25 ġiet imħassra.", "Klawsola 26 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Clause 26 – Amendment of the Dangerous Drugs ordinance.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"W\" Klawsola 26 għandha tiġi mħassra.", "\"W\" Clause 26 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"W\" għaddiet u klawsola 26 ġiet imħassra.", "Klawsola 27 – Emenda ta' l-Att dwar l-Istampar mill-Ġdid ta' Liġijiet Eżistenti.", "Clause 27 – Amendment of the Existing Laws (Reprint) Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"X\" Klawsola 27 għandha tiġi mħassra.", "\"X\" Clause 27 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"X\" għaddiet u klawsola 27 ġiet imħassra.", "Klawsola 28 – Emenda ta' l-Att dwar is-Salarji tal-President ta' Malta u ta' Uffiċjali oħra.", "Clause 28 – Amendment of the President of Malta and other Officers (Salaries) Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"Y\" Fit-test Ingliż ta' klawsola 28 minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"Y\" In the English text of clause 28 for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri hawnhekk qed titressaq emenda biex Il- prosekutur ġenerali jitla' fis-salarju għal dak ta' avukat ġenerali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex il-prosekutur ġenerali jiġi fl-istess livell ta' l-avukat ġenerali, imma l-kwestjoni hawnhekk hija amministrattiva u mhux kwestjoni ta' poteri.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma qegħdin nitkellmu dwar is-salarju?", "L-avukat ġenerali u l-prosekutur ġenerali se jkollhom l-istess salarju?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, dik hija l-intenzjoni, imma se jkollhom l-istess salarju amministrattivament, mhux minħabba l-liġi, għax il-liġi kulma tgħid huwa li kull sena jrid jiġu ppubblikati s-salarji tal-president, ta' l- imħallfin eċċ.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Y\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 28 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 28, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Emenda ta' l-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba'.", "Clause 29 – Amendment of the Agricultural Leases (Reletting) Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"Z\" Klawsola 29 għandha tiġi mħassra.", "\"Z\" Clause 29 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Z\" għaddiet u klawsola 29 kienet imħassra.", "Klawsola 30 – Emenda ta' l-Att dwar il-Manumorta.", "Clause 30 – Amendment of Mortmain Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AA\" Klawsola 30 għandha tiġi mħassra.", "\"AA\" Clause 30 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AA\" għaddiet u klawsola 30 ġiet imħassra.", "Klawsola 31 – Emenda ta' l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta.", "Clause 31 – Amendment of Central Bank of Malta Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AB\" Klawsola 31 għandha tiġi mħassra.", "\"AB\" Clause 31 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AB\" għaddiet u klawsola 31 ġiet imħassra.", "Klawsola 32 – Emenda ta' l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru).", "Clause 32 – Amendment of the Civil Aviation (Air Operators' Certificates) Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AC\" Klawsola 32 għandha tiġi mħassra.", "\"AC\" Clause 32 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AC\" għaddiet u klawsola 32 ġiet imħassra.", "Klawsola 33 – Emenda ta' l-Att dwar ir-Referendi.", "Clause 33 – Amendment of the Referenda Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AD\" Klawsola 33 għandha tiġi mħassra.", "\"AD\" Clause 33 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AD\" għaddiet u klawsola 33 ġiet imħassra.", "Klawsola 34 – Emenda ta' l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta` Immobbli minn Persuni mhux residenti.", "Clause 24 – Amendment of the Immovable Property (Acquisition by Non- Residents) Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AE\" Klawsola 34 għandha tiġi mħassra.", "\"AE\" Clause 34 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AE\" għaddiet u klawsola 34 ġiet imħassra.", "Klawsola 35 – Emenda ta' l-Att dwar l-Istampa.", "Clause 35 – Amendment of the Press Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AF\" Klawsola 35 għandha tiġi mħassra.", "\"AF\" Clause 35 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AF\" għaddiet u klawsola 35 ġiet imħassra.", "Klawsola 36 – Emenda ta' l-Att dwar il-Ħabs.", "Clause 36 – Amendment of Prisons Act..", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AG\" Fit-test Ingliż ta' klawsola 36 minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"AG\" In the English text of clause 36 for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\".", "Din hi emenda għall-att dwar il-ħabs.", "Il-klawsola speċifika hija għal dawk il-persuni li m'għandhomx bżonn permezz biex jagħmlu vista fil-ħabs, fejn qed inżidu lill-prosekutur ġenerali ma' l-avukat ġenerali, l-imħallfin, il- maġistrati eċċ.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AG\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 36 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 36, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 – Emenda ta' l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali.", "Clause 37 – Amendment of the Industrial Relations Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AH\" Klawsola 37 għandha tiġi mħassra.", "\"AH\" Clause 37 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AH\" għaddiet u klawsola 37 ġiet imħassra.", "Klawsola 38 – Emenda ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' l-Artijiet tal- Gvern.", "Clause 38 – Amendment of the Disposal of Government Land Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AI\" Fit-test Ingliż tal-klawsola 38, minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"AI\" In the English text of clause 38, for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AI\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 38 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 38, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 – Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "Clause 24 – Amendment of the Pensions Ordinance.", "(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Artiklu 9 ta' l-Ordinanza jgħid hekk:", "\"Il-President ta' Malta jista' jobbliga lil kull uffiċjal, minbarra mħallef, li jirtira mis-servizz ta' Malta f'kull żmien wara li jagħlaq l-eta` ta' 60 sena jew f'każijiet speċjali, f'kull żmien wara li jagħlaq l-eta` ta' 50 sena, imma l-irtirar mis-servizz hu obbligatorju għal kull uffiċjal malli jagħlaq l-eta` ta' 65 sena, iżda: uffiċjal li jkollu servizz ieħor pubbliku minbarra mħallef, Avukat Ġenerali jew Maġistrat, jista' jiġi mill-President ta' Malta mġiegħel jirtira f'kull żmien wara li jagħlaq l-eta` ta' 55 sena.\".", "F'subartiklu (1) ta' klawsola 24 qed jingħad li kulfejn hemm \"minbarra mħallef\" għandu jidħol il-kliem \"minbarra mħallef jew l-Avukat ġenerali jew il-Prosekutur Ġenerali jew maġistrat\".", "Allura artiklu 9 ta' l-Ordinanza se jiġi jaqra hekk:", "\"Il-President ta' Malta jista' jobbliga lil kull uffiċjal, minbarra mħallef jew l-Avukat ġenerali jew il-Prosekutur Ġenerali jew maġistrat, li jirtira mis-servizz ta' Malta f'kull żmien wara li jagħlaq l-eta` ta' 60 sena ...\".", "L-eżenzjoni mill-ordinarjeta` li l-President ta' Malta jordna lil kull uffiċjal biex jirtira ta' l-eta` ta' 50 sena jew wara li jagħlaq l-eta` ta' 60 sena, qed tiġi estiża.", "Dan huwa l-effett ta' din l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"U\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 24 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 24, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 39 – Emenda ta' l-Att dwar l-Inkjesti.", "Clause 39 – Amendment of the Inquiries Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda: \"AJ\" Klawsola 39 għandha tiġi mħassra.", "\"AJ\" Clause 39 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AJ\" għaddiet u klawsola 39 ġiet imħassra.", "Klawsola 40 – Emenda ta' l-Att li jħassar l-Ordinanza dwar il-Ħsarat tal- Gwerra.", "Clause 40 – Amendment of War Damage (Repeal) Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AK\" Klawsola 40 għandha tiġi mħassra.", "\"AK\" Clause 40 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AK\" għaddiet u klawsola 40 ġiet imħassra.", "Klawsola 41 – Emenda ta' l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja.", "Clause 41 – Amendment of Commissioners for Justice Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AL\" Klawsola 41 għandha tiġi mħassra.", "\"AL\" Clause 41 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AL\" għaddiet u klawsola 41 ġiet imħassra.", "Klawsola 42 – Emenda ta' l-Att dwar il-kuratur Pubbliku.", "Clause 42 – Amendment of Public Curator Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AM\" Klawsola 42 għandha tiġi mħassra.", "\"AM\" Clause 42 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AM\" għaddiet u klawsola 42 ġiet imħassra.", "Klawsola 43 – Emenda ta' l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali.", "Clause 43 – Amendment of the Social Security Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AN\" Klawsola 43 għandha tiġi mħassra.", "\"AN\" Clause 43 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AN\" għaddiet u klawsola 43 ġiet imħassra.", "Klawsola 44 – Emenda ta' l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea.", "Clause 44 – Amendment of the European Conventions Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AO\" Klawsola 44 għandha tiġi mħassra.", "\"AO\" Clause 44 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AO\" għaddiet u klawsola 44 ġiet imħassra.", "Klawsola 45 – Emenda ta' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "Clause 45 – Amendment of the Industrial Development Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AP\" Klawsola 45 għandha tiġi mħassra.", "\"AP\" Clause 45 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AP\" għaddiet u klawsola 45 ġiet imħassra.", "Klawsola 46 – Emenda taż l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l- Korruzzjoni.", "Clause 46 – Amendment of Permanent Commission against Corruption Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AQ\" Klawsola 46 għandha tiġi mħassra.", "\"AQ\" Clause 46 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AQ\" għaddiet u klawsola 46 ġiet imħassra.", "Klawsola 47 – Emenda ta' l-Att dwar it-Trusts.", "Clause 47 – Amendment of the Trusts Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AR\" Klawsola 47 għandha tiġi mħassra.", "\"AR\" Clause 47 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AR\" għaddiet u klawsola 47 ġiet imħassra.", "Klawsola 48 – Tħassir ta' l-artikolu 28 ta' l-Att dwar Awtorita` dwar it- Trasport Pubbliku.", "Clause 48 – Deletion of article 28 of the Public Transport Authority Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AS\" Klawsola 48 għandha tiġi mħassra.", "\"AS\" Clause 48 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AS\" għaddiet u klawsola 48 ġiet imħassra.", "Klawsola 49 – Emenda ta' l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ.", "Clause 49 – Amendment of Employment and Training Services Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AT\" Klawsola 49 għandha tiġi mħassra.", "\"AT\" Clause 49 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AT\" għaddiet u klawsola 49 ġiet imħassra.", "Klawsola 50 – Emenda ta' l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "Clause 50 – Amendment of the General Elections Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AU\" Klawsola 50 għandha tiġi mħassra.", "\"AU\" Clause 50 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AU\" għaddiet u klawsola 50 ġiet imħassra.", "Klawsola 51 – Emenda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "Clause 51 – Amendment of the Local Councils Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AV\" Klawsola 51 għandha tiġi mħassra.", "\"AV\" Clause 51 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AV\" għaddiet u klawsola 51 ġiet imħassra.", "Klawsola 52 – Emenda ta' l-Att dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja.", "Clause 52 – Amendment of Commission for the Administration of Justice Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AW\" Klawsola 52 għandha tiġi mħassra.", "\"AW\" Clause 52 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AW\" għaddiet u klawsola 52 ġiet imħassra.", "Klawsola 53 – Emenda ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Clause 53 – Amendment of the Consumer Affairs Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AX\" Klawsola 53 għandha tiġi mħassra.", "\"AX\" Clause 53 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AX\" għaddiet u klawsola 53 ġiet imħassra.", "Klawsola 54 – Emenda ta' l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar.", "Clause 54 – Amendment of the Small Claims Tribunal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AY\" Klawsola 54 għandha tiġi mħassra.", "\"AY\" Clause 54 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AY\" għaddiet u klawsola 54 ġiet imħassra.", "Klawsola 55 – Emenda ta' l-Att dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Stralċ).", "Clause 55 – Amendment of Controlled Companies (Procedure for Liquidation) Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"AZ\" Klawsola 55 għandha tiġi mħassra.", "\"AZ\" Clause 55 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"AZ\" għaddiet u klawsola 55 ġiet imħassra.", "Klawsola 56 – Emenda ta' l-Att dwar il-Kumpanniji.", "Clause 56 – Amendment of the Companies Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"BA\" Klawsola 56 għandha tiġi mħassra.", "\"BA\" Clause 56 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BA\" għaddiet u klawsola 56 ġiet imħassra.", "Klawsola 57 – Emenda ta' l-Att dwar l-Arbitraġġ.", "Clause 57 – Amendment of the Arbitration Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"BB\" Klawsola 57 għandha tiġi mħassra.", "\"BB\" Clause 57 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BB\" għaddiet u klawsola 57 ġiet imħassra.", "Klawsola 58 – Emenda ta' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud.", "Clause 58 – Amendment of the Value Added Tax.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"BC\" Fit-test Ingliż ta' klawsola 58 minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"BC\" In the English text of clause 58 for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BC\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 58 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 58, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 59 – Emenda ta' l-Att dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji).", "Clause 59 – Amendment of the Notarial Acts (Temporary Provisions) Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"BD\" Klawsola 59 għandha tiġi mħassra.", "\"BD\" Clause 59 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BD\" għaddiet u klawsola 59 ġiet imħassra.", "Klawsola 60 – Emenda ta' l-Att ta' l-2000 dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur.", "Clause 60 – Amendment of the Copyright Act, 2000.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"BE\" Klawsola 60 għandha tiġi mħassra.", "\"BE\" Clause 60 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BE\" għaddiet u klawsola 60 ġiet imħassra.", "Klawsola 61 – Emenda ġenerali.", "Clause 61 – General Amendment.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"BF\" Minflok il-klawsola 61 għandu jidħol li ġej:-", "\"Emenda Ġenerali.", "61.", "(1) Minflok il-kliem \"Avukat Ġenerali\" kull fejn jinsabu f'kull liġi minbarra l-artikoli (jew partijiet minn xi liġi jissejħu kif jissejħu) elenkati fis-subartikolu (2), għandhom jidħlu l-kliem \"Prosekutur Ġenerali\".", "(2) L-artikoli ta' liġi msemmija fis-subartikolu (1) huma dawk emendati bl-artikoli preċedenti ta' dan l-Att u dawn li ġejjin:", "(i) l-artikoli 91 u 101A tal-Kostituzzjoni;", "(ii) l-artikoli 77, 181B, 436, 437, 440(1), 441, 443(1), 445(1), 446, 447, 461, 462 u l-Formula Nru 18 li tinstab fl- Iskeda B tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12;", "(iii) l-artikolu 4 ta' l-Ordinanza dwar il-Projbizzjoni ta' Esportazzjoni ta' xi Oġġetti, Kap. 24;", "(iv) l-artikolu 9 ta' l-Ordinanza dwar l-Importazzjoni Magazzinaġġ u Bejgħ ta' Pitrolju, Kap. 25;", "(v) l-artikolu 18 ta' l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema d-Deheb u l- Ħaddiema l-Fidda, Kap. 46;", "(vi) l-artikoli 10, 89, 90, 100, 111, 144 u 150 ta' l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, Kap. 55;", "(vii) l-artikolu 6(2) ta' l-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni, Kap. 63;", "(viii) l-artikolu 3 ta' l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament, Kap. 79;", "(ix) l-artikolu 24 ta' l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, Kap. 88;", "(x) l-artikolu 7(2)(b) ta' l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tal-Dipartiment tas-Saħħa, Kap. 94;", "(xi) l-artikolu 2 ta' l-Att dwar l-Istampar mill-Ġdid ta' Liġijiet Eżistenti, Kap. 180;", "(xii) l-artikolu 5(6) ta' l-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba', Kap. 199;", "(xiii) l-Att dwar il-Manumorta, Kap. 201 (l-artikoli kollha kull fejn jinstabu);", "(xiv) l-artikoli 37(7) u 38(2) ta' l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta, Kap. 204;", "(xv) l-artikolu 9(5) ta' l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru), Kap. 218; (xvi) l-artikolu 32D(1) ta' l-Att dwar ir-Referendi, Kap. 327;", "(xvii) l-artikolu 6(3) ta' l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli minn Persuni mhux Residenti, Kap. 246;", "(xviii) l-artikolu 37 ta' l-Att dwar l-Istampa, Kap. 248;", "(xix) l-artikolu 29(3) ta' l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 266;", "(xx) l-artikolu 5(2) ta' l-Att dwar l-Inkjesti, Kap. 273;", "(xxi) l-artikoli 5(2)(a) u (3) ta' l-Att li jħassar l-Ordinanza dwar il-Ħsarat ta' Gwerra, Kap. 289;", "(xxii) l-artikolu 4(9) ta' l-Att dwar il-Kummissarju għall- Ġustizzja, Kap. 291;", "(xxiii) l-artikolu 2(5) ta' l-Att dwar il-Kuratur Pubbliku, Kap. 299;", "(xxiv) l-artikolu 107(2) ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, Kap. 318;", "(xxv) l-artikolu 6(1) ta' l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap. 319;", "(xxvi) l-artikoli 28(3) u 33(1)(a) ta' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325;", "(xxvii) l-artikolu 14(2) ta' l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, Kap. 326;", "(xxviii) l-artikoli 18(3) u 37(3) ta' l-Att dwar it-Trusts, Kap. 331;", "(xxix) l-artikolu 3(4) ta' l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343;", "(xxx) l-artikolu 8 ta' l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354;", "(xxxi) l-artikolu 4 ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Kap. 363;", "(xxxii) l-artikolu 3(2)(a)(ii) ta' l-Att dwar Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, Kap. 369;", "(xxxiii) l-artikolu 19 ta' l-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur, Kap. 378;", "(xxxiv) l-artikolu 6 ta' l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar, Kap. 380;", "(xxxv) l-artikolu 7(2) ta' l-Att dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Stralċ), Kap 383;", "(xxxvi) l-artikoli 260, 320 u 411 ta' l-Att dwar il-Kumpanniji, Kap. 386;", "(xxxvii) l-artikolu 4(3) ta' l-Att dwar l-Arbitraġġ, Kap. 387;", "(xxxviii) l-artikolu 3(4)(c) ta' l-Att dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji), Kap. 408;", "(xxxix) l-artikolu 45(5) ta' l-Att dwar id-Drittijiet ta' l- Awtur, Kap. 415;", "(xl) l-artikolu 10(4) ta' l-Att dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi, Kap. 430; u", "(xli) l-artikolu 19(5) ta' l-Att dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riżervazzjoni Komputerizzata.\".", "\"BF\" For clause 61, there shall be substituted the following:", "\"General Amendment.", "61.", "(1) For the words \"Attorney General\" wherever they appear in any law other than in the articles of law (or parts of law however called) listed in subarticle (2), there shall be substituted the words \"Prosecutor General\".", "(2) The articles of law referred to in subarticle (1) are those amended by the foregoing articles of this Act and the following:", "i) articles 91 and 101A of the Constitution;", "ii) articles 77, 181B, 436, 437, 440(1), 441, 443(1), 445(1), 446, 447, 461, 462 and Form No 18 contained in Schedule B of the Code of Organisation and Civil Procedure, Cap 12;", "iii) article 4 of the Exportation of Certain Articles (Prohibition) Ordinance, Cap 24;", "iv) Article 9 of the Petroleum (Importation, Storage and Sale) Ordinance, Cap 25;", "v) article 18 of the Goldsmiths and Silversmiths Ordinance, Cap 46;", "vi) articles 10, 89, 90, 100, 111, 114 and 150 of the Notarial Profession and Notarial Archives Act, Cap.", "55;", "vii) article 6(2) of the White Slave Traffic (Suppression) Ordinance, Cap 63;", "viii) article 3 of the Commissioners for Oaths Ordinance, Cap.", "79;", "ix) article 24 of the Land Acquisition (Public Purposes) Ordinance, Cap.", "88;", "x) article 7(2)(b) of the Department of Health (Constitution) Ordinance, Cap 94;", "xi) article 2 of the Existing Laws (Reprint) Act, Cap.", "180;", "xii) article 5(6) of the Agricultural Leases (Reletting) Act, Cap.", "199;", "xiii) the Mortmain Act, Cap 201, (all articles wherever they appear);", "xiv) articles 37(7) and 38(2) of the Central Bank of Malta Act, Cap.", "204;", "xv) article 9(5) of the Civil Aviation (Air Operators' Certificates) Act, Cap.", "218;", "xvi) article 32D(1) of the Referenda Act, Cap 237;", "xvii) article 6(3) of the Immovable Property (Acquisition by non- Residents) Act, Cap.", "246;", "xviii) article 37 of the Press Act, Cap.", "248;", "xix) article 29(3) of the Industrial Relations Act, Cap.", "266;", "xx) article 5(2) of the Inquiries Act, Cap.", "273;", "xxi) articles 5(2)(a) and (3) of the War Damage (Repeal) Act, Cap.", "289;", "xxii) article 4(9) of the Commissioners for Justice Act, Cap.", "291;", "xxiii) article 2(5) of the Public Curator Act, Cap.", "299;", "xxiv) article 107(2) of the Social Security Act, Cap.", "318;", "xxv) article 6(1) of the European Conventions Act, Cap.", "319;", "xxvi) article 28(3) and 33(1)(a) of the Industrial Development Act, Cap.", "325;", "xxvii) article 14(2) of the Permanent Commission against Corruption Act, Cap.", "326;", "xxviii) article 18(3) and article 37(3) of the Trusts Act, Cap.", "331;", "xxix) article 3(4) of the Employment and Training Services Act, Cap.", "343;", "xxx) article 8 of the General Elections Act, Cap.", "354;", "xxxi) article 4 of the Local Councils Act, Cap.", "363;", "xxxii) article 3(2)(a)(ii) of the Commission for the Administration of Justice Act, Cap.", "269;", "xxxiii) article 19 of the Consumers Affairs Act, Cap.", "379;", "xxxiv) article 6 of the Small Claims Tribunal Act, Cap.", "380;", "xxxv) article 7(2) of the Controlled Companies (Procedure for Liquidation) Act, Cap.", "383;", "xxxvi) articles 260, 320 and 411 of the Companies Act, Cap.", "387; xxxvii) article 4(3) of the Arbitration Act, Cap.", "387;", "xxxviii) article 3(4)(c) of the Notarial Acts (Temporary Provisions) Act, Cap.", "408;", "xxxix) article 45(5) of the Copyright Act, Cap.", "415;", "xl) article 10(4) of the Pesticides Act, Cap.", "430; and", "xli) article 19(5) of the Code of Conduct for Computerised Reservations Systems Act, Cap.", "434.\".", "L-iskop ta' din l-emenda huwa li peress li issa għamilna scan tal-liġijiet kollha fejn tissemma' l-kelma \"attorney general\", ħriġna kull fejn xi liġi ssemmi lill-attorney general, inżammet ovvjament għall-attorney general - fil-fatt għalhekk ir-riferenza għall-poteri kostituzzjonali li għandu l- attorney general - pero' fejn l-attorney general kellu funzjonijiet fil- qasam kriminali, u allura m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-istituzzjoni ta' proċeduri kriminali jew nulle prosequi, issa se jidħol il-prosekutur ġenerali minfloku.", "Dan huwa l-iskop ta' din l-emenda voluminuża.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien ma naħsibx li hawnhekk ninsabu korretti.", "Aħna qed ngħidu li", "minflok il-kliem \"avukat ġenerali\", kull fejn jinstabu f'kull liġi, minbarra l-artikoli jew partijiet minn xi liġi, jissejħu kif jissejħu, elenkati fis-subartiklu 2, għandhom jidħlu ...", "Jiġifieri fejn hemm dawn l- artikli li semmejna, dan ma jidħolx.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, se jibqa' attorney general.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mela jekk nieħdu bħala eżempju lis-Central Bank Act, jekk l-avukat ġenerali jiddeċiedi li jibdel il-proċedura, irid ikun hu li jagħmel dan, u l-istess fir-rigward ta' l-Att dwar ir-Referendi.", "Hawnhekk hawn iktar minn 40 liġi, jiġifieri prattikament, kollox se jibqa' kif inhu ħlief li issa, fil-liġijiet il-ġodda...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: ...ikun hemm il-prosekutur ġenerali.", "Fil-fatt, anke jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn it-titoli tal-liġi, kważi mill-ewwel jittendi li dawn il-liġijiet fejn se jibqa' attorney general u m'huwiex se jidħol il-prosekutur ġenerali huma kollha liġijiet fil-kamp amministrattiv jew ċivili, bħall-Importation and Storage Ordinance, il-Goldsmiths and Silversmiths Ordinance, in-Notarial Profession and Notarial Archives Act, il-Land Acquisition Ordinance, id-Department of Health Ordinance.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma fil-liġijiet li hemm sal-lum hemm l-attorney general.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, bħal fil-każ tal-Finance Intelligence Act.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri prattikament kollox se jibqa' kif inhu.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BF\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 61 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 61, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 62 – Disposizzjoni transitorja.", "Clause 62 – Transitory provision.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"BG\" Fit-test Ingliż ta' klawsola 62 minflok il-kelma \"Advocate\" kull fejn tinstab, għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"BG\" In the English text of clause 62 for the word \"Advocate\" wherever it appears, there shall be substituted the word \"Attorney\".", "Din hija provision transitorja biex issalva dak kollu li sar mill-avukat ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jekk qed nifhem tajjeb, hawnhekk qegħdin ngħidu li dak li jsir mill-avukat ġenerali se jibqa' jsir minnu, jiġifieri minkejja li qed jingħad li se jkun l-avukat ġenerali jew il-prosekutur ġenerali skond il-każ, m'hu se jkun hemm ebda każ.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, imma dejjem tidħol provision transitorja biex tgħid jekk il-prosekutur ġenerali huwiex se jieħu l-funzjonijiet ta' l- avukat ġenerali.", "Dak li sar mill-avukat ġenerali huwa validu ....", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: .... for whatever that can mean.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"BG\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 62 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 62, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 – Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 – Short title and commencement.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, għal din il-klawsola se nressaq din l- emenda:", "\"BH\" Minflok il-kliem \"2001\" fi klawsola 1 għandhom jidħlu l-kliem \"2002\".", "\"BH\" For the words \"2001\" in clause 1 there shall be substituted the words \"2002\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"BH\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal- Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fit-8.06 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "Fit-8.07 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet għaxar minuti wara.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA", "EUROPEAN CONVENTION (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap. 319\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, bi pjaċir qed inressaq dan l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea li jkompli mal- kullana ta' liġijiet li jagħmlu parti intrinsika mil-liġijiet ta' pajjiża.", "Kif indubjament taf din il-Kamra, fl-1988 dan il-Parlament kien għamel il- konvenzjoni Ewropea bħala parti mil-liġijiet tagħna.", "Malli saret indipendenti Malta saret membru tal-Kunsill ta' l-Ewropea, però dan il- gvern ried juri bil-fatti, mhux biss bħala att simboliku, li pajjiżna huwa mibni fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u ma riedx li jibqa' marbut biss fuq bażi lokali mad-drittijiet fundamentali msemmija fil- Kostituzzjoni tagħna.", "Sur President, aħna dehrilna li bħala parti essenzjali mill-Ewropa, bħala membri tal-Kunsill ta' l-Ewropea mindu sirna indipendenti kien essenzjali wkoll li l-karta tad-drittijiet fundamentali msemmija fil-konvenzjoni Ewropea jsiru parti mil-liġijiet tagħna.", "Kien importanti wkoll għax filwaqt li wħud mid-drittijiet imsemmijin fil-Konvenzjoni Ewropea huma ekwivalenti għad-drittijiet fundamentali li għandna fil-Kostituzzjoni tagħna, m'humiex għal kollox l-istess, anzi hemm numru ta' drittijiet fil- karta tal-konvenzjoni Ewropea li m'humiex imsemmijin fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Fi kliem ieħor b'Att ta' dan il-parlament, meta l-konvenzjoni Ewropea saret parti mil-liġijiet ta' pajjiżna, aħna ridna nasserixxu li pajjiżna, bħala pajjiż intrinsikament Ewropew, ried ikollu wkoll bħala parti mil-liġijiet ta' pajjiżu d-drittijiet fundamentali li jaqblu fuqhom il-pajjiżi Ewropej.", "Meta qed nitkellem fuq il-pajjiżi Ewropej f'dan il-każ m'iniex qed nitkellem fuq il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, imma qed nitkellem fuq il-pajjiżi membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li llum prattikament jikkomprendu l-pajjiżi ħielsa kollha tal-Kontinent Ewropew.", "Meta pajjiżna ffirma l-karta tal-konvenzjoni Ewropea u sussegwentement saret parti mil-leġislazzjoni ta' pajjiżna, aħna tajna dritt lil kull ċittadin Malti li jieħu azzjoni fuq il-bażi tad-drittijiet fundamentali hemmhekk indikati.", "Din l-azzjoni tista' tittieħed mhux biss fil-konfront tal-gvern Malti hawn Malta, però dak id-dritt ikompli jestendi bħala dritt ta' appell, wara li jeħles ir-rimedji kollha lokali, għall-qorti internazzjonali ta' Strasbourg.", "Huwa dritt li ġie wżat minn diversi ċittadini Maltin fil-konfront tal-gvern Malti u huwa l-garanzija li pajjiżna jpoġġi quddiem id-dinja kollha li l-eżerċizzju tal-poter f'Malta m'huwiex eżerċizzju diskrezzjonali, imma huwa eżerċizzju ta' poter fi ħdan il-liġijiet.", "Irrid ngħid li l-gvernijiet Maltin għandhom tradizzjoni qawwija ta' demokrazija.", "Minkejja li dan il-Parlament forsi mhux dejjem jagħti l-aħjar eżempji ta' kif nipprattikaw id-demokrazija, irridu ngħidu li pajjiżna minn dejjem kellu karta tad-drittijiet u għandu storja ċentenarja fejn il-Malti, anke fi żmien il-ħakkiem kolonjali, qabel l-Imperu Ingliż, minn dejjem iġġieled għad-drittijiet tal-ġens Malti.", "L-istorja tal-karti tad- drittijiet fundamentali jmorru lura għal żmien Monroy, meta l-poplu Malti permezz tar-Re Alfonzu għamel l-ewwel Magna Carta tad-drittijiet tiegħu.", "Minn hemm 'il quddiem, matul is-sekli kien hemm diversi okkażjonijiet fejn missirijietna kienu qegħdin f'ċirkostanzi fejn kellhom jirrepetu l-istess ħaġa.", "Din hija espressjoni ta' nazzjonalità qawwija li ġejja minn żmien twil 'il bogħod u għall-grazzja t'Alla għadha teżisti sal-lum.", "Id- drittijiet fundamentali tal-bniedem huma xi ħaġa li hija evoluzzjoni politika pjuttost riċenti.", "Ċertament għall-oriġini wieħed irid imur lura għall-karta ta' l- indipendenza ta' l-Amerika fejn il-kostituzzjoni Amerikana li saret meta l- istati Amerikani ġġieldu għall-indipendenza tagħhom mill-Imperu Ingliż kienet probabbilment l-ewwel asserzjoni bil-kitba tad-drittijiet fundamentali ta' ċittadini ta' stat ġdid.", "Dan il-konċett ingħata spinta fir-Rivoluzzjoni Franċiża li spiċċat kif spiċċat, però wieħed joriġina l- bażi filosofika anke ta' l-espressjoni Amerikana tal-karta tad-drittijiet fundamentali mill-ħassieba li kienu parti essenzjali tal-bidu tar- Rivoluzzjoni Franċiża tas-seklu tmintax.", "Wara dawn l-asserzjonijiet tas- seklu tmintax xorta waħda segwew perijodi fejn il-monarkiji ta' dak iż- żmien reġgħu ħadu s-sopravvent.", "Waqt li espressjonijiet ta' dawk il-ħsebijiet baqgħu għaddejjin anke fis- seklu dsatax, dan is-seklu ċertament kien karatterizzat lejn organizzazzjoni ta' gvern fuq il-bażi ta' monarkija u mhux fuq il-bażi ta' repubblika.", "Il-bażi tal-monarkiji dejjem kienet organizzazzjoni ntiża li żżomm il-poter f'idejn il-ftit.", "U waqt li s-seklu dsatax ċertament huwa karatterizzat minn movimenti qawwija liberali, kienu movimenti li kienu qed jiġġieldu kontra tradizzjoni kbira u sekolari, allura ma kienx faċli li jieħdu s-sopravvent.", "Kien biss fil-bidu tas-seklu għoxrin li bdejna naraw it-tibdiliet, wara l- unifikazzjoni ta' l-Italja u sa ċertu punt wara l-unifikazzjoni Ġermaniża, wara t-tibdil li sar fl-aħħar tas-seklu dsatax fi Franza u movimenti oħra simili f'pajjiżi oħra.", "Fil-fatt il-bidu tas-seklu għoxrin ra żewġ espressjonijiet kontradittorji; ra l-espressjoni tal-komuniżmu li beda jieħu s-sopravvent u hemmhekk kien hemm iċ-ċaħda tad-drittijiet fundamentali, l-espressjoni tal-faxxiżmu li kienet ċaħda ta' dawk id- drittijiet ekwivalenti għall-komuniżmu, però fl-istess perijodu rajna l- bidu ta' moviment qawwi għall-asserzjoni tad-drittijiet fundamentali speċjalment fil-pajjiżi tal-core Ewropew.", "Din il-ġlieda kkonkretizzat ruħha wara t-Tieni Gwerra Dinjija fejn rajna, bis-saħħa ta' ħafna mill- ħassieba li tradizzjonalment immilitaw fil-partiti demokristjani, il-ħtieġa li d-drittijiet fundamentali ssir konċett applikabbli fl-Ewropa kollha.", "Il-ħolqien tal-Kunsill ta' l-Ewropa kien espressjoni ta' din ir-realtà, tax- xewqa li l-Ewropa jibda jkollha vuċi unitarja, li l-Ewropa tibda tasserixxi d-drittijiet fundamentali kontra t-tendenza dittatorjali li kienet ġiet espressa f'dawk iż-żmenijiet.", "Allura l-karta tal-konvenzjoni Ewropea ma tistax ma tintrabatx max-xewqa ta' paċi li ġiet espressa minn diversi leaders Ewropej immedjatament wara t-Tieni Gwerra Dinjija.", "Ftit jagħmel differenza jekk kenux komunisti jew faxxisti għal dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-poplu.", "Kien hemm xewqa li jkun hemm apparat legali, protezzjoni legali qawwija li mhux biss tkun nazzjonali imma tkun fuq livell Ewropew li tipproteġi liċ-ċittadin, li tagħtih bil-miktub id- drittijiet u tagħtih il-faċilità biex jipproteġihom.", "Minn mindu saret il-konvenzjoni Ewropea sal-lum l-istorja tat ir-raġun lil dawn il-ħassieba, lil dawn in-nies kuraġġużi li immedjatament wara l-ħerba tat-Tieni Gwerra Dinjija kellhom il-kuraġġ, il-volontà u l-perseveranza - għax din hija importanti - li mhux biss jikkonċepixxu l-konvenzjoni Ewropea, però jattwawha, jipproteġuha, isaħħuha u jagħtu liċ-ċittadini tal- pajjiżi membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa mezz effettiv sopranazionale li jipproteġihom.", "Qed nagħmel l-enfasi fuq il-kelma \"sopranazionale\" għax ir- realtà hija li ebda gvern ta' ebda pajjiż demokratiku ma jħobb jitlef kawżi quddiem it-tribunal internazzjonali li ġie mwaqqaf taħt il-konvenzjoni Ewropea.", "Il-fatt li jeżisti dan it-tribunal u l-fatt li huwa rispettat ħafna u l-fatt li l-kundanni ta' dan it-tribunal huma effettivi ħafna jsaħħaħ l-eżistenza ta' dawk id-drittijiet.", "Malta tipparteċipa wkoll bil-preżenza ta' imħallef f'din il-qorti.", "Illum pajjiżna huwa rappreżentat mill-Imħallef Giovanni Bonello li minn hawnhekk insellimlu.", "Vanni, kif nafuh ilkol, kien partner tal-papà tiegħi u sussegwentement sirt partner jien fiil-firm meta kien għadu hemmhekk hu.", "Niftaħar li hu ħabib kbir tiegħi u ċertament li l-bżulija tiegħu, in- knowledge tal-liġi li għandu u l-imħabba li għandu lejn id-drittijiet kostituzzjonali li tant iddefenda hawn Malta, għamluh wieħed mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa, avukati kostituzzjonali li qatt kellna f'pajjiżna.", "Huwa għamel isem għalih u għal pajjiżna fil-kamp kostituzzjonali.", "Ċertament li dawn id-doni kollha llum qed iġibu ġieħ lil pajjiżna fil-qorti internazzjonali fejn qed jeżerċita.", "Sur President, kont qed ngħid li malli pajjiżna daħal membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa ffirma l-konvenzjoni Ewropea u mbagħad kellu jkun gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista li fl-1988 daħħal bħala liġi f'Malta l- konvenzjoni Ewropea.", "Għalhekk illum il-konvenzjoni Ewropea mhux biss hija konvenzjoni internazzjonali ffirmata minn pajjiżna, imma hija parti essenzjali mil-liġijiet tal-pajjiż - hija chapter 319 - u din in-naħa għandha tkun kburija b'dan.", "Sur President, qed inressqu din l-emenda għax il-Kunsill ta' l-Ewropa qatt ma kellu l-intenzjoni li l-karta tal-konvenzjoni Ewropea - li twaqqfet bit- Tattat ta' Ruma ffirmat fl-1950 - ssir darba u tibqa' hemmhekk.", "Fir-realtà kull kostituzzjoni tajba li tirrifletti l-ħteġijiet tas-soċjetà trid tkun dinamika.", "Ebda konvenzjoni li hija statika, li nkitbet darba u ma titbiddel qatt ma taqdi l-ħteġijiet tas-soċjetà għax il-pressures soċjali jitbiddlu.", "Id-drittijiet huma evoluzzjoni ta' ħsebijiet u ħteġijiet tas- soċjetà, allura kull kostituzzjoni worth its name, kif jgħidu l-Ingliżi, trid tkun dinamika biżżejjed biex waqt li forsi ma tkunx fl-avangwardja tat- tibdil, jiġifieri tantiċipa t-tibdil, tkun kapaċi biżżejjed biex tirreaġixxi għall-bżonnijiet soċjali, billi meta jkun hemm consensus soċjali fuq xi ħaġa d-drittijiet li tipproteġi jitbiddlu u jissaħħu.", "Fil-fatt jekk nieħdu l-konvenzjoni Amerikana nsibu li saru diversi emendi għaliha kif saru diversi emendi anke għall-Kostituzzjoni Maltija.", "Dan huwa tajjeb għax pajjiż ma jiqafx, imma jipprogredixxi u jitbiddel u l- Kostituzzjoni tal-pajjiż trid tirrifletti l-valuri essenzjali ta' dak il- pajjiż.", "Allura jeħtieġ li jkollna kostituzzjonijiet dinamiċi anke fejn jidħlu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Id-drittijiet fundamentali tal-bniedem essenzjalment huma l-protezzjoni ta' dak li soċjetà partikolari tħoss li huwa l-iktar għażiż għall-bniedem.", "Il-kostituzzjonijiet m'humiex kollha l-istess.", "Il-Kostituzzjoni Amerikana m'hijiex bħall-Kostituzzjoni Franċiża, u l-Kostituzzjoni Franċiża m'hijiex bħal dik Taljana.", "Id-drittijiet fundamentali protetti Malta m'humiex l- istess drittijiet fundamentali protetti fl-Italja, fi Spanja jew fi Franza, kif dawk Franċiżi m'humiex l-istess bħal dawk Svediżi jew Fillandiżi.", "Hemm drittijiet li huma komuni bħad-dritt ta' l-assoċjazzjoni, id-dritt li tagħmel strike, id-dritt għall-freedom of expression, id-dritt tal- komunikazzjoni, li huma kollha drittijiet li fl-essenzjal tagħhom kull kostituzzjoni tipproteġi għax ovvjament huma konċetti li jmorru lil hemm mill-aspett nazzjonali.", "Però mbagħad id-dettalji tal-kostituzzjoni, kif ukoll xi drittijiet partikolari, jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor.", "Allura min iffirma l-konvenzjoni Ewropea f'Novembru ta' l-1950 f'Ruma diġà kellu l-konċett li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar wieħed irid jevolvi l- karta tal-konvenzjoni Ewropea.", "Fil-fatt mill-1950 'l hawn saru seba' sets ta' emendi.", "Kull emenda tissejjaħ protocol u huwa żieda mal-konvenzjoni oriġinali.", "L-ewwel protokoll sar f'Marzu ta' l-1952 u ġie ffirmat f'Pariġi.", "It-tieni protokoll, jiġifieri t-tieni emenda għall-konvenzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fl-1950, sar f'Mejju ta' l-1963 fi Strasbourg.", "It-tielet, ir- raba' u l-ħames protokolli saru f'Settembru ta' l-1963 fi Strasbourg u l- ħames protokoll imbagħad reġa' ġie emendat fl-1966, fl-1983 u fl-1984.", "Sur President, qed ngħid dan biex nagħmilha ċara li l-Kunsill ta' l-Ewropa mhux qed iħares u qatt ma ħares lejn il-konvenzjoni bħala xi ħaġa li għandha tieqaf, imma hija xi ħaġa dinamika importanti għall-Ewropa, hija xi ħaġa li ssegwi l-bżonnijiet taż-żmenijiet.", "U għalhekk hija konvenzjoni qawwija u importanti.", "Meta pajjiżna ffirma l-konvenzjoni Ewropea, bħalma jagħti d-dritt internazzjonali, waqt li ffirmajna l-konvenzjoni u sussegwentement iffirmajna wħud mill-protokolli li saru ma' l-Att, pajjiżna qatt ma ffirma tliet protokolli minnhom.", "Dawn kienu r-raba' protokoll, is- sitt protokoll u s-seba' protokoll.", "Ir-raba' protokoll tal-konvenzjoni Ewropea kien sar f'Settembru ta' l-1963, is-sitt protokoll kien sar f'April ta' l-1983 u s-seba' protokoll sar f'Novembru ta' l-1984.", "Dawn it-tliet protokolli ma ffirmajnihomx għax in parti kien hemm problema ta' inkompatibilità mal-liġijiet tagħna, u in parti għax kien hemm ħtieġa ta' leġislazzjoni.", "Dan il-gvern, li kien il-gvern li ressaq l-Att dwar il- Konvenzjoni Ewropea fl-1988 f'dan il-Parlament u għamilha bħala parti mil- liġijiet tagħna, ma jadottax is-sistema bħalma jadottaw diversi pajjiżi, bħall-Italja li tiffirma diversi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali u tirratifikahom, però ma tbiddilx l-ordinament intern tagħha.", "Allura jkun hemm konflitt bejn l-obbligi internazzjonali tagħha u l-liġijiet interni tagħha.", "Hemm diversi pajjiżi li jagħmlu l-istess.", "Iżda fejn isir hekk ikun hemm klawsola fejn jgħidu li dawn id-drittijiet li huma magħmula b'liġi lokali huma soġġetti għall-international agreements li jsiru mill- pajjiż.", "Allura fil-każ li jkun hemm inkompatibilità bejn konvenzjoni u liġi lokali tirbaħ il-konvenzjoni.", "Dan il-gvern qatt ma lleġisla b'dan il-mod.", "Aħna jidhrilna li l-metodu tagħna għandu jkun ta' leġislazzjoni diretta.", "Allura ħafna drabi l-ewwel inlestu l-leġislazzjoni, biex inġibu l-leġislazzjoni lokali in line mad- drittijiet u obbligazzjonijiet li nkunu se nassumu, u ladarba nkunu għaddejna dawk il-liġijiet inkunu lesti biex niffirmaw il-konvenzjoni partikolari.", "Ir-raba' protokoll, is-sitt u s-seba' protokoll ma kenux ġew iffirmati għax kien hemm inkompatibilità f'żewġ każi u fil-każ l-ieħor kellna bżonn leġislazzjoni.", "Illum qed inressqu din l-emenda għal-liġi tagħna għax issa se niġu in line mar-raba', is-sitt u s-seba' protokoll tal-konvenzjoni Ewropea u malli tgħaddi din il-liġi Malta tista' tirratifika dawn it-tliet protokolli li għad baqa'.", "Allura pajjiżna mhux biss ikun firmatarju tal- konvenzjoni Ewropea – u l-konvenzjoni Ewropea hi parti mil-liġijiet tagħna – imma jkun irratifika l-protokolli kollha li għandha l-konvenzjoni Ewropea u dawn ikunu saru parti mil-leġislazzjoni Maltija.", "Ħalli ngħid x'inhuma dawn it-tliet protokolli.", "Ir-raba' protokoll għandu erba' artikoli partikolari.", "L-ewwel artikolu huwa projbizzjoni tal- priġunerija minħabba dejn.", "Fil-passat fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili kien hemm il-possibbiltà li jekk xi ħadd għandu jagħti l- flus tista' tarrestah.", "Dak id-dritt ilu li tneħħa mil-leġislazzjoni ta' pajjiżna u m'għadx hemm il-possibbiltà li jekk xi ħadd jikser xi obbligazzjoni kuntrattwali jmur il-ħabs.", "Għalhekk qegħdin in line ma' din il-parti tal-protokoll.", "It-tieni artikolu tar-raba' protokoll jittratta l-libertà tal-moviment fil- pajjiż partikolari.", "Dan huwa artikolu twil u se ngħid x'fih fil-qosor.", "Prattikament hawnhekk jingħad li f'territorju partikolari għandu jkun hemm il-libertà sħiħa tal-moviment, li wieħed jistabbilixxi fejn irid ir- residenza tiegħu, li wieħed jista' jitlaq minn dak il-pajjiż meta u kif irid u li m'għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-libertà tal- moviment għajr għal ċerti ċirkostanzi partikolari.", "Again, hawnhekk qatt ma kien hemm problema f'dan is-sens fil-każ ta' pajjiżna.", "It-tielet artikolu tar-raba' protokoll jirrigwardja l-projbizzjoni tat- tkeċċija taċ-ċittadini, jiġifieri jagħmilha illegali li xi pajjiż ikeċċi ċittadin tiegħu stess.", "Again hawnhekk ma kellniex diffikultà.", "Id- diffikultà kienet fl-artikolu 4 tar-raba' protokoll li jirrigwardja l- projbizzjoni tat-tkeċċija kollettiva ta' frustieri.", "Bl-emendi riċenti li ressaq il-Ministru ta' l-Intern għall-Immigration Act, li jittratta kif jiġu ttrattati persuni li jidħlu b'mod illegali f'pajjiżna, waqgħet kull inkompatibilità li seta' kellna fil-liġi rigward ir-raba' protokoll.", "Allura l-liġijiet tagħna llum huma kollha in line mar-raba' protokoll u nistgħu liberament niffirmawh.", "Is-sitt protokoll għandu żewġ artikoli li ġejna in line magħhom xi snin ilu wkoll.", "L-ewwel artikolu huwa l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt li fil-każ tagħna hija abolita, u t-tieni huwa r-regolamentazzjoni tal-piena tal-mewt fi żmien il-gwerra.", "Dan l-artikolu tal-konvenzjoni Ewropea jgħid li stat jista' jipprovdi fil-liġi tiegħu li jkun hemm il-piena tal-mewt dwar dawk l- attijiet li jsiru fi żmien il-gwerra jew ta' theddida imminenti tal-gwerra.", "Fil-każ tal-liġi Maltija dan m'huwiex minnu għax aħna fl-ebda ċirkostanza m'għandna l-piena tal-mewt, allura l-liġijiet tagħna huma in line għal kollox mas-sitt protokoll.", "Fil-verità l-iktar li kien qed iżommna lura huwa każ partikolari li jaqa' taħt is-seba' protokoll li għandu ħames artikoli.", "L-artikolu 3 biss kien qed jippreżentalna problema u dan se nħallih għall-aħħar.", "Artikolu 1 jittratta dwar ċerti salvagwardji proċedurali li kull pajjiż irid ikollu meta jiġi għat-tkeċċija ta' frustier.", "Artikolu 1 jgħid li:", "\"Frustier li jkun b'mod leġittimu residenti fit-territorju ta' xi Stat ma għandux jiġi mkeċċi minn dak l-Istat ħlief b'konsegwenza ta' xi deċiżjoni magħmula skond il-liġi u għandu jkun permess:", "a. li jippreżenta r-raġunijiet tiegħu għaliex ma għandux jitkeċċa.", "b. li jkollu l-każ tiegħu rivedut, u", "c. li jkun rappreżentat għal dawn ir-raġunijiet quddiem l- awtorità kompetenti jew xi persuna jew persuni li jiġu msemmija minn dik l-awtorità.", "2.", "Frustier jista' jiġi mkeċċi qabel ma jwettaq id-drittijiet tiegħu taħt paragrafu 1a, b u ċ ta' dan l-artikolu, meta dik it-tkeċċija tkun meħtieġa fl-interess ta' l-ordni pubbliku jew tkun imsejsa fuq raġunijiet ta' sigurtà nazzjonali.\"", "Aħna ma kellna ebda diffikultà fuq dan l-artikolu għaliex id-due process of law f'pajjiżna huwa garantit lil kull min huwa preżenti f'Malta, mhux biss lill-frustieri li huma residenti fil-pajjiż.", "Fil-każ tagħna anke immigrant illegali jrid jgħaddi minn proċess ta' qorti, aħseb u ara persuna li hija residenti bil-permess f'Malta.", "Allura f'dan il-każ ma kien hemm ebda diffikultà biex Malta tkun konformi ma' dan l-artikolu.", "It-tieni artikolu tas-seba' protokoll kien jistabbilixxi li kull pajjiż irid jiggarantixxi d-dritt ta' appell f'materji kriminali.", "Fil-fatt il- Kostituzzjoni tagħna mhux biss tiggarantixxi d-dritt ta' appell f'materji kriminali, imma tiggarantixxi d-dritt ta' appell anke fil-qasam ċivili.", "Dan dejjem għamlitu minn mindu kellna l-Kostituzzjoni ta' l-1964, u allura ma kien hemm ebda diffikultà biex naderixxu għal artikolu 2 tas-seba' protokoll.", "L-artikolu 4 tas-seba' protokoll huwa d-dritt li persuna ma tiġix ipproċessata jew ikkastigata darbtejn.", "Jiġifieri jekk persuna tingħata akkuża kriminali u dik finalment tiġi deċiża, liberata jew misjuba ħatja, dik il-persuna ma tistax tiġi proċessata għat-tieni darba għal dak ir-reat, anke jekk jinstabu provi ġodda, anke jekk jinstab li sar żball.", "Taħt kull ċirkostanza jibqa' japplika l-prinċipju li ma terġax tiġi pproċessat għall- istess reat.", "Dan huwa prinċipju li daħal fil-liġijiet tagħna minn mindu saret il-proċedura kriminali taħt il-gvern kolonjali.", "Ġie riaffermat għal darba oħra fil-Kostituzzjoni ta' l-1964, u allura anke taħt dan l-artikolu qatt ma kellna diffikultà biex naderixxu għas-seba' protokoll.", "Il-ħames u l-aħħar artikolu tas-seba' protokoll jistabbilixxi l-egwaljanza bejn il-konjuġi.", "Emendi li kienu saru fl-1989 għall-Kodiċi Ċivili stabbilixxew din l-egwaljanza, allura mill-1989 'l hawn konna konformi ma' dan l-artikolu tas-seba' protokoll.", "L-unika diffikultà li kien għad baqa' biex naderixxu għal dan il-protokoll kien l-artikolu 3 li jistabbilixxi li għandu jingħata kumpens għal meta persuna tinstab ħatja kriminalment, però miċ-ċirkostanzi kollha jirriżulta li kien hemm xi nuqqasijiet fil-proċess.", "Ħalli naqra n-nota ta' spjegazzjoni li għandi biex kulħadd ikun ċar dwar xi jfisser dan id-dritt.", "Meta persuna tkun instabet ħatja ta' reat kriminali b'deċiżjoni finali – mela qed nitkellmu fuq reat fil-qorti kriminali, mhux fil-qorti ċivili, u b'deċiżjoni finali tkun instabet ħatja, mhux ġiet liberata – u s-sejbien tal-ħtija jkun ġie rivertit jew tkun ingħatat il-maħfra minħabba li xi fatt ġdid, jew li jkun għadu kemm ġie mikxuf, ikun juri konklużivament li kien hemm nuqqas ta' ġustizzja magħmula mill-qorti, il-persuna li tkun ġarrbet il-piena bħala riżultat ta' dak is-sejbien ta' ħtija għandha tingħata kumpens skond il-liġi jew il-prattika ta' l-istat in kwestjoni, kemm-il darba ma tinġiebx prova li n-nuqqas ta' żvelar tal-fatt mhux konoxxut fil- ħin ikun għal kollox jew parti minnu attribwibbli għal dik l-istess persuna.", "Tajjeb li kull min qed jismagħna u kull min se jikteb fuq dan id-dibattitu li qed nagħmlu jifhem sew x'qegħdin nagħmlu biex ma mmorrux niġru ngħidu li kull min se jiġi liberat minn ġuri għandu dritt għal kumpens.", "Hawn qegħdin ngħidu li jekk persuna tkun għaddiet akkuża ta' reat kriminali – jista' jkun ġuri u jista' ma jkunx ġuri – u tkun instabet ħatja - dan l-artikolu ma japplikax jekk tiġi liberata– u wara li nstabet ħatja jirriżulta li ma ġiex żvelat fatt li tant kien qawwi li jipprova b'mod konklużiv li dik il- persuna kieku kienet tinstab mhux ħatja, allura għandha dritt għar- riżarċiment.", "Dan l-artikolu qatt ma kien jeżisti fil-liġijiet tagħna, allura f'din il-liġi qed indaħħlu artikolu partikolari fejn l-ewwel jagħti dan id-dritt u mbagħad jistabbilixxi l-kriterji tal-kumpens.", "Fil-fatt jekk wieħed jaqra t-test tal-liġi tagħna jsib li l-ewwelnett qed nagħtu d-dritt għal kumpens lill-persuna li nstabet ħatja ta' reat kriminali, li wara jiġi żvelat fatt li jipprova konklużivament li dak is- sejbien ta' ħtija sar fuq bażi ta' nuqqas ta' fatti kollha li kien hemm eżistenti.", "Imbagħad ngħidu li l-ogħla kumpens li jitħallas, taħt artikolu 3 tas-seba' protokoll li hemm mal-konvenzjoni Ewropea, għandu jkun ta' Lm10,000.", "Dak il-kumpens għandu jkun stabbilit permezz ta' ftehim bejn il- parti li tkun qed titlob dak il-kumpens u l-gvern jew, jekk ma jkunx hemm ftehim, mill-Qorti Ċivili Prim'Awla, wara li jsir rikors minn min ikun qed jitlob il-kumpens.", "Dan għandu jsir fi żmien sitt xhur mid-data meta s- sejbien ta' ħtija ta' dik il-persuna jkun ġie rivertit, jew meta dik il- persuna tkun ingħatatilha l-maħfra.", "Sur President, hawnhekk is-sekwenza trid tkun din: Persuna tiġi akkużata b'reat kriminali, dik il-persuna tinstab ħatja, wara li tinstab ħatja jiġi żvelat fatt, jew fatti, li tant ikun qawwi li jista' jiġi pprovat konklużivament li dak is-sejbien ta' ħtija kien magħmul fuq bażi żbaljata.", "Allura dik il-persuna jew tingħata l-maħfra presidenzjali minħabba f'hekk jew inkella dik il-conviction tiġi reversed bil-proċeduri li għandna internament.", "Meta jissussistu dawn il-fatti kollha dik il-persuna tkun tista' titlob kumpens mingħand il-gvern, liema kumpens ma jistax jeċċedi l- Lm10,000.", "L-ammont ta' kumpens jiġi negozjat bejn il-gvern u dik il-parti jew inkella, jekk ma jkunx hemm qbil, dik il-persuna fi żmien sitt xhur minn mindu dik is-sentenza tiġi reversed jew ikun hemm maħfra presidenzjali, tista' tmur quddiem il-qorti biex tieħu l-kumpens.", "Prattikament din hija l-emenda li qed nagħmlu fil-liġi.", "Din hija liġi qasira ħafna għax il-parti l-kbira tagħha huma l-artikoli tar-raba', is- sitt u s-seba' protokoll li qed nirriproduċuhom hawnhekk, però l-emenda sostanzjali li qed issir fil-liġi hija li nistabbilixxu dan id-dritt.", "Irrid ngħid b'sodisfazzjon li dan qed jiżdied mal-kullana ta' drittijiet li dan il-gvern jiftaħar li ta liċ-ċittadini Maltin, ikompli jibni fuq il- ħsieb li dejjem kellu dan il-gvern, li l-gvern qiegħed hemmhekk biex iservi lill-poplu tiegħu.", "Il-gvern qiegħed hemmhekk biex jirrispondi għal dak li jagħmel.", "U waqt li sfortunatament f'dan il-pajjiż dejjem nitilqu bil- premessa li min hu fil-gvern, min hu fl-ogħla postijiet tas-Servizz Pubbliku u min irid jieħu d-deċiżjonijiet ma jimxix b'mod ġenwin, ir-realtà hi mod ieħor.", "Dan ma jfissirx li ma jsirux żbalji, li kultant forsi jkunu voluti, però ħafna drabi jkunu sempliċement żbalji aċċidentali.", "Mr Speaker, hawnhekk qed inkomplu nibnu d-drittijiet taċ-ċittadini Maltin tagħna.", "Qed nagħtu l-possibbiltà li f'każ ta' żball wieħed ikun jista' b'xi mod jiġi kkumpensat.", "Jien naħseb li żball serju f'dan il-qasam ftit drabi tista' tikkumpensa għalih.", "Jekk is-sejbien ta' ħtija fil-qasam kriminali jwassal għall-ħabs u wieħed jgħaddi żmien il-ħabs, il-flus ma tantx se jtaffu dik it-tbatija.", "Però almenu qed nagħmlu ġest li jrid jagħti sinjal ieħor li din in-naħa temmen profondament fid-drittijiet taċ- ċittadini.", "Temmen profondament mhux biss billi tagħmel liġijiet, iżda għaliex tagħmel minn kollox biex tirrispetta dawk id-drittijiet u wettqet sensila ta' inizjattivi li saħħew id iċ-ċittadin kontra l-istat.", "Fost dawn insibu l-Att dwar il-Kummissjoni ta' l-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li sar fil-bidu nett, l-Att dwar l-Ombudsman, l-Att li bih waqqafna l-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali, l-Att dwar il-Kunsilli Lokali li daħħalniehom anke bħala parti mill-Kostituzzjoni.", "Din hija nisġa sħiħa li riedet twassal biex il-poter ċentralizzat jinfirex, għax parti essenzjali mill-istrateġija biex ma jkunx hemm l-abbuż tal-poter hija li tifrex dak il-poter.", "Aħna naqqasna d-dipendenza taċ-ċittadin fuq il- permessi, fuq iċ-ċertifikati u fuq il-pjaċiri, meta inti kont trid titlob lil xi ministru għal xi telephone jew għal xi televiżjoni, meta kont trid titlob lil xi ministru għal xi liċenzja ta' l-importazzjoni.", "Il-fatt li kien dan il-gvern li żarma din il-ġerarkija kollha, li neħħa l- poter minn idejh biex iferrxu, huma sinjali konkreti ta' kif jaħseb dan il- gvern, huma sinjali konkreti ta' mixja lejn iktar demokrazija, lejn iktar poter f'idejn iċ-ċittadini Maltin u inqas poter f'idejn il-gvern.", "F'din il- kullana ta' inizjattivi jien inpoġġi l-aħħar inizjattiva li sejra tippermetti li pajjiżna fl-aħħar mhux biss ikun irratifika l-konvenzjoni Ewropea u erbgħa mill-protokolli tagħha, però sejrin ukoll nirratifikaw it- tliet protokolli li baqa'.", "Allura pajjiżna jkun firmatarju u jkun irratifika kemm il-konvenzjoni Ewropea kif ukoll is-seba' protokolli li saru taħtha, kif ukoll għamel l-istess konvenzjoni u protokolli parti mil- leġislazzjoni lokali.", "Grazzi ħafna.", "Fid-9.00 p.m id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2002 fis-6:00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, kontra qalbi jkolli ngħid li fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż qed jiġru affarijiet li ma nafx jekk insejħilhomx tal-ġenn, tal-biki jew tad-daħk.", "Ma nafx x'tista` ssejħilhom imma żgur li jaqgħu taħt waħda minn dawn it-tliet fatturi.", "Għaliex Qed ngħid hekk?", "Hawnhekk aħna għandna r-regolamenti, l-istanding orders, biex nimxu magħhom u biex min imexxi l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż jimxi magħhom ukoll biex ikun imparzjali.", "Imma sfortunatament f'din l-ogħla istituzzjoni qegħdin naraw affarijiet li jindikaw biċ-ċar li qed issir diskriminazzjoni kbira kontra l-partit laburista.", "Għalhekk ikollha raġun din in-naħa meta turi li għandha sfiduċja f'min qed imexxi l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Għaliex qed isir dan wieħed għad irid jaraha.", "Irid jara jekk min qed imexxi għandux ħdura kbira kontra l-partit laburista fl-opożizzjoni.", "Irid jara jekk hux qed jibża` min xi ħadd tan-naħa tal-gvern għax forsi se joħroġ għall-elezzjoni li jmiss.", "Irridu nraw sew x'inhi r-raġuni.", "Mhux imbilli noqogħdu ndoqqu t-trombi u nipprovaw niftaħru taparsi rridu nirranġaw l- affarijiet.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Sur President, jiena ressaqt ħafna każi ta` ksur ta` privileġġ u fl- opinjoni tiegħi kienu każi ta` ksur ta` privileġġ għax kieku ma kontx inressaqhom.", "Kważi fil-każi kollha li jiena ressaqt dejjem kkwotajt mill- istanding orders, imma f'wieħed minnhom, dak li ressaqt fl-20 ta` Mejju ma kwotajtx l-istanding orders u l-iSpeaker kien ta` ruling fis-seduta numru 741 tat-22 ta` Mejju fejn qal li anke fid-dawl tal-fatt li ma ġiex speċifikat taħt liema artiklu qed jitqajjem il-każ in kwestjoni dan il-ksur ta` privileġġ ma jistax jiġi aċċettat.", "Jekk qatt ma kellu raġun, dik id- darba l-iSpeaker kellu raġun għax veru jekk inti ma tispeċifkax taħt liema artiklu qed tqajjem il-ksur ta` privileġġ ma tkunx qed timxi skond l- istanding orders u allura ma jikkwalifikax.", "Pero` kemm ili f'dan il- Parlament dan l-iSpeaker lili għoġbu jgħidha din.", "Ara meta fit-2 ta` Lulju tas-sena l-oħra ressaq ksur ta` privileġġ l-Onor.", "Michael Bonnici ma qallux li mhux qed jispeċifika taħt liema artiklu ta` l-istanding orders qed jitqajjem il-każ, u se nikkwota eżatt kif ressqu.", "Dan kien qal hekk:", "\"Mr Speaker, nixtieq inqajjem ksur ta' privileġġ kontra l-editur u l- istampatur ta` The Malta Indipendent u kontra s-Sur John Zammit tal- Malta Divorce Movement għal mod kif ġiet ippubblikata ittra bi kliem dispreġjattiv għall-aħħar kontra tiegħi meta jien tkellimt kontra l- abort il-ġimgħa li għaddiet.", "Inħoss li din hija responsabbilita` li għandi nġorrha bħala nisrani.", "Bħala politiku li nemmen fil-valuri kristjani nħoss li għandi ngħid dak li għandi ngħid ġewwa dan il- Parlament mingħajr ebda mistħija u mingħajr ħadd ma jgħajjarni f'din il-gazzetta.", "Għalhekk qed inressaq dan il-krus ta` privileġġ kontra dawn it-tlieta min-nies u kull min seta` ippupplika dan ir-rapport.", "Mr Speaker, nitolbok li tinvestiga dan il-każ.", "Hawnhekk l-Onor.", "Bonnici mhux qed jispeċifika taħt liema artiklu ta` l- istanding orders qiegħed iressaq dan il-ksur ta` privileġġ.", "Imma x'kien ir- ruling li ta l-iSpeaker?", "Ir-ruling kien dan:-", "\"B'riferenza għall-każ ta` ksur ta` privileġġ imqajjem mill-Onor.", "Michael Bonnici fis-seduta ta` nhar it-Tnejn, 2 ta` Lulju 2001, is- Sedja eżaminat l-ittra ppubblikata fil-ħarġa tal-gazzetta \"The Malta Independent\" ta` l-istess ġurnata bit-titlu \"MP's irresponsibility\".", "Fir-rigward tal-kliem użat fl-ittra msemmija, is-Sedja jidhrilha illi hemm prima facie ksur ta` privileġġ in kwantu għat-ton dispreġjattiv użat fil-konfront ta` l-Onor.", "Michael Bonnici, u dan skond l-artiklu 11 subinċiż (4) paragrafu (j) ta` l-Ordinanza dwar is-Setgħat u l- Privileġġi tal-Kamra tad-Deputati.\".", "Mela l-każ imressaq mill-Onor.", "Bonnici, skond id-deċiżjoni li ta l-iSpeaker fit-22 ta` Mejju, m'mhuwiex skond l-istanding orders għax fih ma speċifikax taħt liema artiklu kien qed iqajjem il-ksur ta` privileġġ.", "Allura dan huwa null.", "Is-sabiħa hi li dan il-każ qiegħed quddiem il-kumitat tal-privileġġi u dan huwa illegali għax il-każ li ressaq m'huwiex skond l-istanding orders.", "Jiena naf li kien hemm min għamel staqsa fuq liema standing orders tressaq dan il-każ quddiem dan il-kumitat.", "Sur President, mela il-ksur ta` privileġġ li ressaqt jiena ma ġiex aċċettat għax ma speċifikajtx taħt liema artiklu ta` l-istanding order ressaqtu, imma dak li ressaq l-Onor.", "Bonnici, għad dak huwa tal-partit nazzjonalista, jiġi aċċettat allavolja bħali ma speċifikax taħt liema artiklu ta` l- istanding orders kien qed iressqu.", "Mhux dak biss kien hemm krus ta` privileġġ ieħor imressaq mill-Onor.", "Fenech Adami, u se nikkwota x'kien qal.", "Il-Prim Ministru kien qal hekk:", "\"Mr Speaker, kif taf il-Kamra, nhar l-Erbgħa li għaddew għamilt stqarrija dwar ir-riżenja ta' erba' membri tal-kummissjoni elettorali.", "Issa fis-7 ta' Ġunju, skond rapport li smajt jiena stess fuq One News radio fis-5.45 p.m. u skond rapport fuq One News television tas-7.30 p.m., ġie rrapportat li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li jiena għajjart lill-ex membri tal-kummissjoni elettorali \"paljazzi\".", "Din gidba għax jien fl-ebda ħin ma użajt din il-kelma.", "Min uża din il- kelma mmiżinterpretani apposta u għalhekk jidhirli li hemm każ ta' ksur ta' privileġġ kommess fil-konfront tiegħi bħala deputat ta' din il-Kamra mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu - kif irrapportat fin-news fuq it-television u fuq ir-radio - u wkoll ksur ta' privileġġ mir-radio u mit-television li semmejt.", "Mela hawnhekk il-Prim Ministru qiegħed iressaq ksur ta` privileġġ u l- istess bħali ma speċifikax taħt liema artiklu ta` l-istanding orders ressaq dan il-ksur ta` privileġġ.", "Ir-ruling li ta l-\"indipendenti\" Mr Speaker fuq dan il-każ jgħid hekk:", "\"B'riferenza għall-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2001, is-Sedja eżaminat it-transcript mhux uffiċjali ta' l-istqarrija li l-Prim Ministru għamel fis-seduta tas-6 ta' Ġunju 2001, flimkien ma' recording ta' l-aħbarijiet li xxandru fuq Radju Super One u One News – Television, fis-7 ta' Ġunju 2001.", "Fil-konfront tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma jirriżultax li hemm prima facie każ ta' ksur ta' privileġġ.", "Fil-konfront ta' One News - Radio u One News – Television, jirriżulta li hemm biss prima facie ksur ta' privileġġ inkwantu li dawn użaw il- kelma ''paljazzi'' fir-rapport tagħhom b'riferenza għal dak li kien qal il-Prim Ministru dwar l-erba' kummissarji elettorali li rriżenjaw mill-kummissjoni elettorali, kliem li ma ntużax mill-Prim Ministru fl- istqarrija li għamel fis-seduta parlamentari tas-6 ta' Ġunju, u dan skond kif maħsub fis-subartikli (j) u (k) ta' artiklu 11 (4) ta' Kapitlu 113 tal-Liġijiet ta' Malta.\".", "Mela l-Prim Ministru ma speċifkax u Alla jbierek l-iSpeaker aċċetta dan il- ksru ta` privileġġ.", "Mela s'issa aċċetta ta` l-Onor.", "Bonnici u tal-Prim Ministru għax nazzjonalisti, imma li jsiru min-naħa tagħna ma jiġux aċċettati.", "Sur President, kien hemm każ ieħor ta` ksur ta` privileġġ li kien imqajjem mill-Onor.", "Hyzler.", "Dan kien dwar l-ittra mibgħuta mis-Sur Edward Gauci Borda, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd li nbagħtet, liċ-chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fil-5 ta` Lulju, 2001.", "Fil-ksur ta' privileġġ li qajjem l-Onor.", "Hyżler dan kien ġie akkużat li għamel ċerti allegazzjoni fil-konfront ta` l-Onor.", "George Pullicino u fil-konfront ta` l-Onor.", "Hyzler dwar l-operat tagħhom fil-PAC.", "Fil-fatt il- ksur ta` privileġġ li kien tqajjem kien jgħid hekk: \"Mr Speaker, xtaqt inġib għal attenzjoni tas-Sedja l-kontenut ta' ittra li ġiet ċirkolata llum lill-membri tal-PAC, datata 5 ta' Lulju, naturalment ta' din is-sena, iffirmata mis-Segretarju Permanenti s-Sur Edward Gauci Borda, segretarju permanenti fil-ministeru ta'l- Agrikoltura u Sajd li qed tagħmel ċerti allegazzjonijiet fil-konfront ta' l-Onor.", "George Pullicino u fil-konfront tiegħi dwar l-operat tagħna fil-PAC, kif ukoll dwar il-mod kif qed jimxi l-PAC innifsu.", "Qed inġib din il-korrispondenza għal konjizzjoni tas-Sedja, probabbli ksur ta' privileġġ ....\",", "- jiġifieri kien għadu lanqas jaf jekk hux se jressaq ksur ta` privileġġ -", "\".... għaliex għadha kif ġiet notifikata lilna issa stess u din hija l- ewwel opportunita' li stajna nressquha.", "L-allegazzjonijiet huma serji, fl-opinjoni tagħna, huma allegazzjonijiet li jimminaw l-operat tagħna f'dan il-kumitat, huma allegazzjonijiet li kemm-il darba huma serji u huma pprovati frankament naħseb li anke titfa' ċertu piż fuqna li naħseb li m'għandux jgħaddi mingħajr ma għandu jiġi mitqies mill-Kamra stess.", "Dan qed nagħmluh b'ċerta responsabbilta' u nitlob lis-Sedja biex tinvestiga.\".", "Imbagħad qam l-Onor.", "George Pullicino u qal hekk:-", "\"Mr Speaker, nassoċja ruħi totalment ma' dak li għadu kemm qal il- kollega tiegħi, l-Onor.", "George Hyzler, u nitlob lilek biex tinvestiga l-kontenut ta' din l-ittra sabiex tara jekk hemmx ksur ta' privileġġ fil-konfront tagħna u fil-konfront ukoll ta' l-operat tal-PAC.\".", "Hawnhekk l-iSpeaker qabeż u qal hekk:", "\"Nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk dan huwiex qed jagħmel dikjarazzjoni ta' l-ilment jew oltre minnhekk.\".", "Jiġifieri anke l-iSpeaker, ma kienx jaf jekk hux qed iqajjem ksur ta` privileġġ għax induna li dak ma kienx qed jitressaq skond l-istanding orders.", "Mela hawnhekk jidher ċar li f'dan il-ksur ta` privileġġ ma ġiex speċifikat taħt liema artiklu ta` l-istanding orders dan qed jitressaq.", "Imma xorta waħda l-ispeaker aċċettah u fit-13 ta` Lulju, 2001 ta r-ruling tiegħu.", "Dan ir-ruling kien jgħid hekk:-", "\"B'rifirenza għall-każ ta` ksur ta` privileġġ imqajjem mis-Segretarji Parlamentari l-Onor.", "George Hyzler u l-Onor.", "George Pullicino fis- seduta numru 576 ta` nhar it-Tlieta, 10 ta` Lulju 2001, is-Sedja eżaminat l-ittra mibgħuta mis-Sur Edward Gauci Borda, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd, liċ-Chairman tal- Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fil-5 ta` Lulju 2001 u li sussegewentement, ġiet ċirkolata lill-membri ta` l-istess kumitat.", "Is-Sedja jidhrilha illi hemm prima facie ksur ta` privileġġ mis-Sur Gauci Borda fil-konfront taż-żewġ Segretarji Parlamentari inkwantu tal- kliem użat fl-ittra msemmija.\".", "Jidher ċar li l-iSpeaker għoġbu jilqa` dan il-ksur ta` privileġġ ukoll allavolja m'hemmx speċifikat fuq liema artiklu ta` l-istanding orders tressaq dan il-ksur ta` privileġġ.", "Allura jidher ċar li dan ġie aċċettat għax is-segretarji parlamentari huma Nazzjonalisti.", "Dawn ħneżrijiet li qed isiru fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u hemm oħrajn.", "Per eżempju, il-mod vag ta` kif qed jiġu mwieġba l-mistoqsijet parlamentari li nagħmlu aħna biex b'hekk ma ningħatawx informazzjoni.", "Imbagħad meta niġġieldu għad- drittijiet tagħna, u dan dejjem nagħmluh b'mod li jkun skond l-istanding orders, tan-naħa l-oħra jgħidulna li qed nagħmlu dan biex nostakolaw.", "Sur President, ħalli nkompli nsemmi l-ħneżrijiet li qed isiru hawn ġew għax il-poplu għandu dritt ikun jaf.", "Fi żmiem meta l-partit laburista kien fil- gvern, eżattament fl-14 ta` Lulju,1998 meta konna qed niddiskutu l-liġi dwar l-awtorita` tat-turiżmu u tpoġġiet il-mistoqsija fuq klawsola ta` din il-liġi l-Onor.", "Michael Bonnici, dak iż-żmien chairman tal-kumitati, qal li l-maġġoranza tal-voti li jkun hemm fil-Kamra jgħoddu.", "Dakinhar kienu iktar dawk kontra li tgħaddi l-klawsola għax l-Onor.", "Mintoff kien qal le ukoll.", "Ara imbagħad meta nbidel il-gvern u fid-19 ta` Diċembru, 1998 inqala' l- istess każ, jiena ġbidt l-attenzjoni tal-president li aħna konna qegħdin iktar fil-Kamra u allura m'għandhiex tgħaddi l-proposta tal-gvern.", "Imma dakinhar ma ġarax hekk.", "Ma qalx li l-maġġoranza tal-voti li jkun hemm fil- Kamra jgħoddu, imma dawwarha mod ieħor.", "Hawnhekk irrid infakkar li meta kien hemm il-partit laburista l-acting chairman tal-kumitati li ħa dik id- deċiżjoni kien nazzjonalist.", "Imbagħad meta inbidel il-gvern u tela` l- partit nazzjonalista, iċ-chairman li kien qed imexxi kien nazzjonalist ukoll.", "Jiġifieri ħadd ma jista` jgħid li laburist iddeċieda mod u nazzjonalist iddeċieda mod ieħor.", "Fiż-żewġ każi kien qed imexxi chairman Nazzjonalist u ħa deċiżjoni differenti, skond kif qabillu.", "Forsi wieħed jgħidli għalfejn qed titkellem b'dan il-mod.", "Nitkellem b'dan il-mod għax hawnhekk l-affarijiet dejjem isiru skond kif jaqbel in-Nazzjonalisti.", "Meta aħna konna fil-gvern, b'mod speċjali fil-leġislatura li għaddiet, ipprovajna ndaħħlu fil-pajjiż il- mentali li kulħadd għandu jkun ugwali.", "Imma minn mindu waqa` l-partit laburista mill-gvern jiddispjaċini ngħid li daħlet il-firda, u l-firda daħlet sew.", "Sur President , nixtieq issa nirreferi għal kwestjoni li qamet il-ġimgħa l- oħra meta kienet qed titressaq il-petizzjoni dwar il-moħqrija ta` l- annimali.", "Tajjeb li ngħid li ovvjament jiena kontra l-moħqrija ta` l- annimali, u bil-provi.", "M'għandix għalfejn noqgħod indoqq it-trombi.", "Jekk ikun hawn xi ħadd li jrid il-provi nurih f'passi kont ħadt jien meta xi ħadd kien qed jaħqar l-annimali.", "Jiena bil-fatti nagħmilhom l-affarijiet u mhux bil-paroli, noqgħod niġi hawn u ngħid kontra l-moħqrija ta` l-annimali biex nidher.", "Imma apparti dan.", "Meta dakinhar kienet se titresaq il- petizzjoni Mr Speaker għajjat lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, meta skond l- istanding orders ma tistax tgħajjat persuna jekk ma tkunx hawn.", "Jiġifieri mill-ewwel tinduna kemm is-Sedja qed timxi b'mod parzjali, taf li mhux qiegħed hawn u qed tgħajjat lilu allavolja l-petizzjoni kienet se tiġi mressqa jointly mill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia u mill-Onor.", "Chris Cardona.", "Imbagħad il-petizzjoni tressqet mill-Onor.", "Chris Cardona.", "Imma l-proċedura jgħidu li trid tinforma lill-iSpeaker minn qabel min se jressaq il- petizzjoni u min iressaqha jqum u jgħid x'għandu jgħid fil-petizzjoni.", "Imma x'ġara?", "Qam l-Onor.", "Refalo, il-Ministru għat-Turiżmu, u qal: Peress li għal xi raġuni l-Onor.", "Farrugia m'huwiex qiegħed hawn jiena ninpenja ruħi li nressaq ukoll din il-petizzjoni biex tingħata l-akbar konsiderazzjoni.", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Issa hekk se nispiċċaw!", "Kulmin ifettillu jaqbad u jqum jagħmel petizzjoni!", "Issa ma ninsewx li meta ġieli ressaqt xi petizzjoni jiena bil-kemm jagħtini minuta, aħseb u ara kemm se jagħtini ċans ngħid lil sieħbi jidħol miegħi ukoll jekk ma nkunx informajtu qabel.", "Imbagħad jiena qomt biex nuri li dak li qed isir m'huwiex skond l-istanding orders u għedt li mhux sew li jsiru dawn l-affarijiet.", "Imma dan għamiltu bl- ebda disprezz lejn il-petizzjoni kontra l-moħqrija ta` l-annimali.", "Jiena għedt lill-iSpeaker li la l-petizzjoni kienet se titressaq jointly bejn iż- żewġ membri miż-żewġ naħat tal-Kamra, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia kellu jkun responsabbli u jkun preżenti għax il-mod kif kienet qed titressaq il- petizzjoni ma kienx skond l-istanding orders.", "L-affarijiet hekk isiru.", "Dejjem hekk saru.", "Meta kien hemm xi ħaġa li se titressaq bejn iż-żewġ naħat dejjem kienu jkunu hawn dawk li se jressquha.", "X'ġara imbagħad?", "Qam l- Onor. Mario Galea u qal hekk:", "\"For the record, jiena kkuntattjat lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "Dan inqabad fuq vista.", "Kulħadd jaf li huwa tabib u għalhekk ma setax jiġi.", "U naħseb li huwa inġust li ngħajru lil xi ħadd irresponsabbli meta dan huwa tabib u bħalissa qiegħed fuq vista medika.\".", "Imbagħad daħal l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia u qal hekk:", "\"L-unika ħaġa li ridt ngħid hi li peress li l-Belt hawn il-festa ta` Santa Rita ma stajtx ngħaddi minn Triq l-Ifran ...\".", "X'ħin smajt dan jien ressaqt ksur ta` privileġġ għax ħassejt li kien hemm xi ħaġa li ma treġix.", "Kien hemm xi ħaġa li trid issejħilha gidba u għalhekk ressaqtu l-ksur ta` privileġġ.", "Dan kompla kkonfermah l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia meta kompla jgħid hekk:-", "\"... u ma stajtx nasal fil-ħin proprju minħabba d-devozzjoni kbira li Santa Rita għandha ġewwa l-Belt.", "Imma anke dawn l-affarijiet nużaw ġo din il-Kamra.\".", "Jiena naħseb li kien qed jgħid għalih stess meta qal \"imma anke dawn l- affarijiet nużaw ġo din il-Kamra\".", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax l-Onor.", "Mario Galea qal li ċempillu u qallu li għandu vista medika u hu qal li kien qiegħed fit-triq u nqabad wara l-purċissjoni.", "Is-sabiħa hi li ma setax jgħid li f'dak il-ħin f'dik il-ġurnata ma kienx jaf li t-triq se tkun magħluqa għax f'ċirkolari li bagħat il-Clerk of the House datata 16 ta` Mejju 2002 ....", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, għandi point of order.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea, point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, jiena m'għandiex aptit noqgħod nidħol f'polemiċi, imma jimporta l-Onor. kollega jinnota li l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia f'ħin minnhom qal ukoll ....", "(Interuzzjonijiet) Qed jimmislijda lill-Kamra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan mhux point of order.", "Ħallini ħalli nkompli jiena.", "Sur President, qed nitolbok tkun daqsxejn bilanċjat illum.", "Dan mhux point of order.", "THE DEPUTY SPEAKER: Imma int se tgħidli jekk hux point of order jew le?", "Kompli Onor. Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Kont qiegħed ngħid li l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia fil-kumment tiegħu – u dan qiegħed recorded – qal li dak il-ħin qiegħed vista wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili daqsxejn, jekk jogħġbok, imbagħad tiddeċiedi s-Sedja jekk hux point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, ma nippermettilekx.", "Is-sabiħa hi li l-Onor.", "Frederick Azzopardi beda jpoġġi jdejh quddiem ħalqu biex jgħidlu jgħid li kellu vista.", "Dawn affarijiet tal-biki, tal-ġenn jew tad-daħk.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Mizzi għax jekk iqajjem point of order jiena rrid nisimgħu.", "X'inhu l-point of order, Onor Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: L-ewwelnett is-Sedja m'għandhiex tittollera lill-Onor.", "Mizzi li ma jħallinix nitkellem u t-tieni nett jiena qed ngħid li l-Onor.", "Farrugia qal – u dan huwa on tape – li hu kien qiegħed vista u għall- informazzjoni ta` l-Onor.", "Mizzi sas-5:55 p.m. kien għadu qiegħed għand pazjenta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din hija gidba oħra u mhux se nressaq ksur ta` privileġġ għax naf li s-Sedja m'hijiex imparzjali.", "Li nista`ngħid hu li l- Onor. Farrugia qal: Tabib, ma jkollux visti.", "Nerġa` ngħid li l-Onor.", "Farrugia qal li ma ġiex fil-ħin għax inqabad wara l-purċissjoni ta` Santa Rita.", "Imma s-sabiħa hi li ma kellux għalfejn jinqabad wara l-purċissjoni għax hu kellu ċirkolari li kienet mibgħuta lill-membri kollha fis-16 ta` Mejju li kienet tgħid li se jkun hemm arrnaġamenti dwar it-traffiku fil- Belt Valletta minħabba l-festa ta` Santa Rita u kien hemm minn fejn għandna ngħaddu, u din iċ-ċirkolari se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sur President, l-għada ġie l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia li tkellem fl- aġġornament u għoġbu jsemmi dan il-każ u qal hekk:-", "\"Nagħlaq billi ngħid li jekk wieħed iħares lejn dak li ġara l-bieraħ f'din il-Kamra, wieħed jiskanta kif anke f'qasam fejn żgur li hemm qbil dwaru bejn iż-żewġ naħat u f'ċirkostanza fejn kien hemm qbil bejni u bejn l-Onor.", "Chris Cardona sabiex l-petizzjoni jressaqha f'ismi wkoll imma jitkellem hu biss u jiena nieħu l-aġġornament tal- lum, xorta waħda nsibu l-old guard tal-partit Laburista li ma jħallix din it-tip ta' għaqda sseħħ u jiena jiddispjaċini ħafna nara dawn l- affarijiet għax dawn it-tip ta' affarijiet iwasslu biex – anke f'pajjiżi barranin – ikun hawn nuqqas ta' fiduċja fis-sistema politika u fil-politiċi u għalhekk jinħolqu gruppi bħal NoGlobal fejn meta l- NGOs u l-media jipprovaw jersqu lejn il-politiċi sabiex jaħdmu flimkien, jsibu xi persuna bħall-Onor.", "Joe Mizzi fejn dan ma jħallix demm ġdid bħall-Onor.", "Cardona u lili naħdmu u nipprovaw naraw fejn nistgħu naqblu sabiex pajjiżna jibqa' jimxi 'l quddiem.\".", "Mela sew għax jiena ma nħallix min ikasbarna u min jagħmel li jrid bl- istanding, orders u jibqa` għaddej, biex nipproteġi d-drittijiet tagħna jiġi jgħidli old labour.", "Anzi qed jammetti li għandna new blood, imma jekk tiġġieled għad-drittijiet tiegħek jgħidlek old labour.", "Ara lilhom jiena ngħidilhom the same PN, jiddelettaw bil-ġuramenti foloz bħal ta` Terinu.", "The same għadkom.", "Ġuramenti foloz u gideb bħalma għamiltu f'dan il-każ.", "Issa anke l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia qed jgħid li ma kellux jiġi fis-6.00 p.m., imma kellu jitkellem fl-aġġornament.", "Nerġa` ngħid dawn affarijiet tal- biki, tal-ġenn jew tad-daħk.", "Imma biex inkomplu nħawdu l-borma u nipprovaw ngħinu lil min ipprova jivvinta u jigdeb f'dan il-Parlament l-iSpeaker, għax partiġġjan tal-partit nazzjonalista, fir-ruling li ta in konnessjoni mal-ksur ta` privileġġ li qajjimt jien dwar dan il-każ f'parti minnu qal hekk:", "\"Jirriżulta wkoll li l-Onor Farrugia kompla jispjega li hu u ġej sab it-traffiku u għalhekk ma laħaqx wasal fil-ħin.\".", "Jekk tara x'qal l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia ssib li dan qatt ma semma t- traffiku.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Sur President, issa jasal is-Sette Giugno, jiġi l-iSpeaker jiftaħar u jgħid biex ikun hemm l-għaqda fil-Parlament biex nagħtuh id-dinjita` li tixraqlu um li se nirranġaw l-istanding orders.", "U jiena ngħid: Billi nirranġaw l- istanding orders, jekk inti inti tkun żbilanċjat u tara kulur wieħed jista` jkun li l-istanding orders se tużahom tajjeb billi nibdluhom, jekk inti trid tużahom ħażin?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, ma jistax ikun li ma niġbidlekx l- attenzjoni għax qed tuża kliem dispreġjattiv Kontra s-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena qed ngħid l-opinjoni tiegħi.", "M'għandix dritt?", "THE DEPUTY SPEAKER: Għandek dritt tesprimi l-opinjoni tiegħek, imma qed tuża kliem dispreġjattiv kontra s-Sedja.", "Il-kritika għandha ssir imma ma nħossx li għandu jintuża dan id-diskors.", "Inħoss li għandi niġbed l- attenzjoni tiegħek biex tkun moderat f'dak li tkun qed tgħid.", "Dik hija l- edukazzjoni u wieħed għandu jirrispetta l-kariga ta` kull persuna li jkun hawn hawn ġew, kemm membru, kemm ministru kif ukoll is-Sedja.", "Tista` tkompli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, l-istanding orders qishom lastiku saru.", "Meta tkun kontra l-partit laburista jgħidu skond l-istanding orders u meta tkun favur il-partit nazzjonalista jekk jaqblilna ngħidu skond l-istanding orders ngħidu skond l-istanding orders u jekk jaqblilna ngħidu skond il- prassi ngħidu skond il-prassi.", "Hekk kien ġara darba meta kien hawn kwestjoni dwar x'ħin kellha tispiċċa s-seduta.", "Darba qal li għandha tisċiċċa f'nofs inhar imbagħad darb'oħra qal li għandha tispiċċa fid-9.00 p.m. Għalhekk qed ngħid li l-istanding orders saru bħal lastiku.", "Sur President, la qegħdin nitkellmu fuq l-istanding orders irrid ngħid li l- iSpeaker ma għamilx sew li mingħajr ma kkonsulta ma` l-oppożizzjoni qabbad lill-Dr Ugo Mifsud Bonnici biex jagħmillu draft ta` l-istanding orders.", "Kulħadd jaf kemm hu bilanċjat dak!", "Kif jista` jkun li nimu b'dan il-mod.", "Taqbad u tqabbad persuna biex tagħmillek draft ta` l-istanding orders u ma tikkonsultax ma` l-oppożizzjoni biex tara taqbilx jew jekk tridx tinnomina xi persuna oħra biex forsi naslu li jkun hemm consensus li nibdlu l- istanding orders, fejn hemm bżonn jinbidlu.", "Sur President, dawn huma ħneżrijiet li qed isiru fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż.", "Nerġa` intenni meta l-Onor.", "Farrugia qed jgħid li aħna għandna new labour blood ikun qed tammetti li għandna parti tajba żgur fil-partit tagħna, u meta lili jgħidli old labour ikun qed jgħidli dan għax jiena niġġieled għad-drittijiet tiegħi skond l-istanding orders.", "Ara int, nerġa` ngħidlek, għadek the same PN għax għadek temmen bil-ġuramenti foloz.", "B'dik l-attitudni mexjin l-affarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikkonkludi Onor. Mizzi, għax sar il-ħin.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond dan l-arloġġ jiena għad fadalli żewġ minuti, imma inti s-Sedja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond dan l-arloġġ li għandi quddiemi, sar il-ħin.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inti s-soltu tgħidli skond dan l-arloġġ.", "Imma ma jimportax.", "Naf li inti ħerqan ħafna biex tismagħni u se jkolli nagħlaq!", "Tista` tiġi hawnhekk u tara li skond dan l-arloġġ baqagħli żewġ minuti.", "Daqshekk int bilanċjat!", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa 29 ta` Mejju, 2002 fis-6:00 p.m. bll-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WIED IL-GĦAJN – SERVIZZ TA' DAWL", "33643.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara x'sar mill-applikazzjoni tas-servizz ta' dawl ta' persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applika madwar tliet xhur ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor. interpellant ġiet riferuta lill- korporazzjoni enemalta biex tittieħed l-azzjoni relattiva.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - KARTA ROŻA", "33646.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqgħatitilhom il-karta r-roża matul l-2002?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. interpellant li l-karta r-roża tingħata biss wara li wieħed japplika għaliha u jissodisfa test tal-mezzi.", "Din il-karta roża tingħata għal żmien stipulat.", "Biex tiġġedded irid ikun hemm talba oħra mill-ġdid.", "Minħabba dan, karta roża li tingħata, sakemm ma jiġix pruvat li ngħatat fuq dikjarazzjoni falza, ma tinqatgħax u tibqa' valida għaż-żmien stipulat li għalih tkun inħarġet.", "Ġejt informat li minn Jannar sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena saru 3,631 talba għal karta roża li minnhom 102 biss ġew rifjutati minħabba li ma ssodisfawx it-test tal-mezzi.", "SIGURTA' SOĊJALI – BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "33647.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' żagħżugħ li qiegħed jistenna benefiċċju tas-sigurta' soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. interpellant li l-persuna ndikata minnu se tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "33648.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-pjani ta' asfaltar ta' toroq li jaqgħu taħt il-gvern ċentrali, lokal lokal u meta se ssir bi prijorita`?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għat-toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-kunsill lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb fit-toroq u għalhekk il-prijoritajiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skond kif ikun il-bżonn.", "Għalhekk mhux possibbli li jingħataw ismijiet tat- toroq kif mitlub mill-Onor. interpellant.", "TELECARE", "33649.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li neħħew is-servizz tat-telecare fis-sena bejn l-1996 u l-2002, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "33664.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar mill-aħħar min hu accountable biex iwieġeb għan-nuqqasijiet serji li ġraw fl-eżamijiet tal-MATSEC f'suġġetti differenmti fil-livelli sec, intermediate u avanzat fis-sessjoni kurrenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-karta ta' l-eżami ta' kull suġġett hija responsabbilta` taċ-chairperson tal-paper setters' panel.", "Kemm iċ- chairperson kif ukoll il-membri tal-panel jingħażlu mill-bord tal-MATSEC u isimhom jitressaq għall-approvazzjoni tas-Senat.", "Meta jirriżulta li jkun hemm xi nuqqas serju f'xi karta, il-bord tal-MATSEC jieħu ħsieb biex jingħata rimedju xieraq sabiex l-istudenti ma jiġux ippenalizzati.", "SAĦĦA – PROBLEMI TA' ĦXUNA", "33665.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'passi se jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa b'ko- ordinazzjoni ma' dawk edukattivi fid-dawl ta' l-istħarriġ li sar mill- għaqda dinjija tas-saħħa fejn irriżulta li hemm problemi ta' ħxuna fost it- tfal Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-problema ta` ħxuna fil-fatt hija problema ta` tliet kwarti mill-Maltin.", "Għaldaqstant, din il-problema tinsab fit-tfal kif ukoll fl-adoloxxenti.", "Qabel ma tiġi mfassla strateġija ta` azzjoni, trid issir verifikazzjoni xjentifika tas-sitwazzjoni nazzjonali f'dan ir- rigward.", "Id-diviżjoni tas-saħħa se tikkonsulta ma` esperti barranin li għandhom esperjenza f'dan il-qasam, bħalma qed isir f'pajjiżi Ewropej u l- Canada, biex taffronta din l-problema fuq livell nazzjonali.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "33688.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' issa l- Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 33468 u ċioe' jista' jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema fil-ministeri, dipartimenti, fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern u ċivil, bħal sptarijiet u skejjel, li mis-sena 1998 ingħataw allowances għal pożizzjonijiet ġodda li huma ogħla mis-substantive grade tagħhom?", "Jista' jgħid kemm għola gradi non-substantive kull ħaddiem f'kull każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor. interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA` - PROF.", "EA MALLIA", "33691.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ittra ta' Prof. EA Mallia, mibgħuta lill- President Dr A Camilleri bid-data tat-8 ta' Mejju 2002, ġietx diskussa fil- kunsill ta' l-Universita`?", "Jista' jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dwarha?", "Fil-każ, x'deċiżjonijiet ittieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "33692.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 33467 u ċioe' jista' jgħid x'xogħol għaddej bħalissa ta' : 1) manutenzjoni; u 2) bini; fl-iskejjel?", "F'kull każ, f'liema skejjel u x'inhi l-istima tax-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li d-direttur konċernat jinsab imsiefer u l- informazzjoni miksuba għadha ma ġietx verifikata, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA` - PROMOTIONS BOARD", "33694.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sodisfazzjon b'mod ta' rapporti serji u dokumentati ngħataw il-membri tal-kunsill ta' l-Universita` dwar id- deċiżjonijiet tal-promotions board fl-għażla tal-ħatriet fis-sejħa li ħarġet għal staff akkademiku fl-1998?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn ir- rapporti dokumentati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "VAPURI TAT-TURISTI", "33710.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kazijiet fejn vapuri tat-turisti kellhom iħassru il-waqfa tagħhom hawn Malta għaliex ma kienx hemm fejn isorġu minħabba il-preżenza ta' vapuri tal-gwerra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li qatt ma rriżulta li vapuri tat- turisti kellhom iħassru l-waqfa tagħhom hawn Malta minħabba l-preżenza ta' vapuri tal-gwerra.", "PULIZIJA – ARMI LIĊENZJATI", "33712.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn armi liċenzjati tat-tip: xwabel, skieken, lanez, crossbows, bajonetti, anti tank weapons, mortars, decommissioned hand grenades, Bazooka's, Piats, Panzerfausts, eċċ shells jew bombi, dejjem jekk dawn l-armi jirrikjedu liċenzji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mill-armi msemmija mill-Onor. interpellant, fis-sistema komputerizzata miżmuma mill-pulizija jidhru li hawn reġistrati dawn l-armi:", "Xwabel 1,455 Skieken 220 Lanez 11 Crossbows 31 Bajonetti 1,474 Mortars 2", "WIED IL-GĦAJN – GĦASSA TAL-PULIZIJA", "33754.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ għassa tal-pulizija f'Wied il-Għajn?", "Jekk iva, fejn hemm il-ħsieb li tinfetaħ din l-għassa biex ikun assigurat li din tkun fiċ-ċentru u aċċessibbli?", "Il-korp tal- pulizija għandu proprjeta' f'Wied il-Għajn fejn jista' jiftaħ din l-għassa jew għad irid jixtri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi qed ikun mistħarreġ il-ħsieb illi l- gassa tal-pulizija f`Wied il-Għajn tkun traslokata għal post ieħor."]} {"filename": "19941128_350d_par.doc", "date": "1994-11-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 350 It-Tnejn, 28 ta' Novembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 350", "It-Tnejn, 28 ta' Novembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 359", "It-Tnejn, 28 ta' Novembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 447", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 447", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 452", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1994/95 TAL- KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ 452", "AĠĠORNAMENT 477", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 483", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- ismijiet ta' l-Onor.", "Louis Buhagiar u l-Onor.", "Reno Calleja għandhom jinqatgħu mil-lista ta' ismijiet ta' l-Onor.", "Membri indikati bħala assenti fil-Minuti.", "Jistgħu issa l-Minuti jiġu konfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 349 li saret fit-28 ta' Novembru, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GĦOLI TAL-ĦAJJA - PREZZIJIET", "22498.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: X'tagħrif għandu l-Ministeru dwar kif iċċaqilqu l- prezzijiet ta' dawn l-oġġetti f'Jannar, Marzu, Ġunju u Settembru 1994:- mediċini; prodotti ta' l-ikel; ħwejjeġ u żraben?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, l- Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika jagħmel monitoring taċ-ċaqliq fil- prezzijiet ta' l-oġġetti kollha ta' konsum kif ukoll ta' servizzi li mbagħad jiġi rifless fl-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut li jkun ippubblikat kull xahar.", "Fil-każ tal-mediċini jinġabru kull xahar minn seba' lokalitajiet maġġuri seba' prezzijiet ta' numru ta' mediċini stabbiliti mir-Retail Price Management Board bħala l-aktar rappreżentattivi; fil-każ ta' ħwejjeġ ta' l- ikel jinġabru kull xahar 42 prezz ta' 168 oġġett; ħxejjex u frott frisk jinxtraw tlett darbiet fix-xahar u b'kollox isiru 42 xirja tagħhom u fil- każ ta' ħwejjeġ u żraben jinġabru 16-il prezz, erba' darbiet fis-sena.", "Kull settur jinħadem indiċi għalih li minnhom wara jinħadem indiċi globali.", "Il-prezzijiet kollha kif ukoll ix-xogħol kollu li jsir fuqhom għall-iskop ta' l-indiċi jitqiegħdu quddiem ir-Retail Price Index Management Board li hu magħmul mis-sieħba soċjali, biex dawn jiddiskutuhom qabel ma japprovaw l-indiċi.", "Kull membru tal-Board hu mistieden biex f'kull ħin iżur il-ħidma li tkun qed issir fuq l-indiċi.", "Dan kollu għandu jassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għandu tagħrif biżżejjed dwar kif iċċaqilqu l-prezzijiet ta' l-oġġetti msemmija minnu, mhux fl-erba' xhur biss kif qal hu, imma xahar b'xahar matul is- sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Rigward is-servizz tat-teletext mill-PBS li qed juri l- prezz ta' ċerti mediċini, dawn il-prezzijiet se jkunu stabbli għal xi xhur jew jistgħu jvarjaw mil-lum għal għada?", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn il-prezzijiet jibqgħu stabbli sakemm ma jkunx hemm xi tibdil.", "Il-prezz ikun il-prezz tal-ġurnata u jekk ikun hemm xi tibdil fil-prezzijiet isir it-tibdil neċessarju fil-lista.", "Pero' aħna ma nistgħux ngħidu li t-tali prezzijiet se jibqgħu stabbli - biex inġib eżempju - għall-ħames xhur li ġejjin imma nistgħu ngħidu biss b'liema prezz se jinbiegħu llum.", "Aħna qed naħdmu biex din il-lista tkopri ħafna iktar prodotti li ma jkunux jinkludu mediċini biss imma jidħlu wkoll fil-lista prodotti ta' ikel u ta' affarijiet oħra.", "Naturalment l-oġġettiv tagħna hu li ma jkunx hemm tibdil erratiku f'dawn l-affarijiet u li tibqa' ċerta stabbilita' fil-prezzijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura jekk per eżempju l-prezz ta' ċerta mediċina llum hu Lm1 u għada jogħla b'10ċ, it-teletext se juri din il-varjazzjoni?", "Jien inħoss li għandu jkun hemm xi tip ta' indikazzjoni ħalli min hu interessat ikun jaf jekk il-prodott għoliex verament.", "Jekk din is-sistema ma teżistix, jista' l-Ministru jieħu l-mistoqsija tiegħi bħala suġġeriment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien qed nilqa' dan is-suġġeriment biex naraw kif wieħed jista' jindika bidla fil-prezz, imqar għal xi jiem.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt aħna qed naħsbu kif nistgħu nwettqu s- suġġeriment tiegħek.", "Hemm metodu biex ikunu jistgħu jsiru dawn l- affarijiet u għalhekk issa se naraw ikunx għaqli li nagħmlu hekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jista' l-Ministru jikkummenta fuq id-differenzi kbar - jien iddubbajt lista - li hemm f'ċerti prezzijiet tal-mediċini, bħalma qed jgħidu l-ispiżjara stess?", "Inti taf li mhux kulħadd għandu t-teletext u barra minn hekk, min għandu t-teletext ma jistax joqgħod jiftakar jew jikkopja l-prezzijiet kollha.", "Aħna dejjem għidna li l-prezzijiet tal- mediċini għolew b'mod tremend.", "Il-mediċini qed jinbiegħu ferm iktar milli suppost jinbiegħu f'ċerti pajjiżi fil-kontinent.", "GĦalfejn il-Ministeru qiegħed jistenna li n-nies jindunaw b'dawn id-differenzi fil-prezzijiet u jmorru jgħidu b'dan lill-ispiżjar qabel ma tittieħed xi azzjoni?", "Suppost fil-Ministeru hemm inspectors apposta biex jiċċekkjaw il-prezzijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Rigward l-ewwel mistoqsija, nista' ngħid lill-Onor.", "Interpellant li fil-weekend kelli diversi laqgħat ma' l-importaturi, mal- farmaċisti u mat-tnejn flimkien għax is-sistema tat-teletext diġa' bdiet taħdem.", "It-teletext qed twassal il-messaġġ lin-nies tal-kummerċ li se jkun hemm din l-informazzjoni available b'mod prattiku.", "Kieku t-teletext għamilnieha available permezz ta' l-istampar ma konna naslu mkien.", "Fil-fatt jien u ġej hawnhekk il-lejla, f'wieħed mill-istazzjonijiet tar- radio smajt lil xi ħadd jgħid li jien f'laqgħa li kienet organizzata mil- Labour Party Club ta' GĦawdex - infatti kien hemm l-Onor.", "Lino Spiteri preżenti - kont wegħedt li se nibda nippubblika kotba bl-indiċi tal- prezzijiet.", "Jien qatt ma wegħedt dan għax diġa' kont naf x'se nagħmel.", "M'huwiex prattiku li jiġi ppubblikat ktieb bil-prezzijiet għax qatt ma tista' żżommhom updated mentri l-prezzijiet li qed jidhru fit-teletext huma l-prezzijiet li suppost għandhom jinbiegħu bihom il-prodotti.", "Veru li fit- teletext qed jidhru oġġetti li l-importaturi u l-farmaċisti qed jgħidu li qed jinbiegħu bi prezz ħafna iktar għoli.", "Infatti lil xi wħud tlabthom biex jagħtuni l-costings tagħhom mill-ġdid u vera kien hemm xi differenzi sostanzjali.", "Pero' l-problema m'hijiex kbira għax m'hemmx numru kbir ta' prodotti li jinbiegħu b'daqstant differenza fil-prezz.", "Il-poplu Malti għandu jkun jaf li l-prezzijiet li qegħdin jidhru fit- teletext huma l-prezzijiet li spiżjara għandhom jiċċarġjaw.", "Fil-fatt matul il-laqgħat li kelli, bejniethom kien hemm diskussjoni fuq min se jagħmel tajjeb, imma dik inħalliha f'idejn il-kummerċjant.", "Il-konsumatur għandu l- prezz u dak se jkun il-prezz li jrid jixtri bih.", "Għażilna t-teletext għas- sempliċi raġuni biex in-nies ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jiftakkru eluf ta' prezzijiet - jien żgur ma niftakarx dawk il-prezzijiet kollha, lanqas jekk tagħtini għaxar prezzijiet ma niftakarhom!", "It-teletext huwa mezz modern u effikaċi li fl-aqsar żmien tkun tista' ssib l-informazzjoni li trid għaliex l-informazzjoni hija indexed u user friendly.", "Jiġifieri meta wieħed irid ifittex isem ta' prodott speċifiku jista' jagħmel dan billi jmur direttament fuq paġni differenti fit-teletext u m'hemmx għalfejn joqgħod jistenna l-paġni jinqalbu waħedhom.", "M'hemmx kwestjoni fejn wieħed irid jiftakar; il-konsumatur m'għandu għalfejn jiftakar xejn, iżda jfittex il-prezz qabel imur jixtri, dejjem jekk ikun interessat li jagħmel hekk.", "Għall-mistoqsija tiegħek jekk nistenniex li l-konsumatur imur hu għand tal-ħanut u jgħidlu li prodott tiegħu huwa aktar għoli milli suppost, iva.", "F'ħin minnhom għidt pubblikament li rridu nbiddlu l-kultura minn poplu li jgerger għal poplu li jieħu azzjoni.", "U qegħdin ngħidu li huwa fl-interess tagħna lkoll bħala pajjiż li l-poplu jibda jieħu azzjoni; il-konsumatur mar- retailer u r-retailer ma' l-importatur - għax ir-retailer huwa wkoll konsumatur fis-sens li qed jixtri mingħand importatur jew manifattur biex jerġa' jbigħ.", "Din hija t-tip ta' pressjoni li rridu nżommu biex kollha flimkien nieħdu azzjoni ħalli ma jsirux abbużi fil-prezzijiet.", "Dan ma jfissirx li se nabbdikaw ir-responsabilita' li aħna stess imbagħad neżerċitaw kontrolli għax aħna se jkollna nies li jagħmlu audits u l- eżerċizzju tal-kontroll meħtieġ.", "Li se naqilbu hija l-enfasi; at the retail outlets mhux se jsir kontroll daqs kemm kien isir qabel għax aħna naħsbu - anke mill-esperjenza li ksibna dan l-aħħar - u naraw li ħafna drabi l-abbużi jsiru at the import stage.", "Allura l-enfasi tal-kontroll se nipprovaw nagħmluha b' audits at the import stage.", "Naturalment fejn jirriżultalna li qed isir abbuż at the retail stage - għax imbagħad l- informazzjoni tiġi li qed isir abbuż f'dak l-istadju - wieħed jieħu azzjoni hemmhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Allura inti qed tistenna li ċ-ċittadin jagħmel rapporti lid-dipartiment relevanti?", "Inutli li dan jagħmel complaint lill- ispiżjar - ir-retail outlet - għax dan jirrispondih li xtrah b'dak il-prezz u hekk ġie mitlub biex ibiegħu.", "Fejn taħseb li ċ-ċittadin għandu jagħmel il-complaint tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ġew imħabbra numri ta' telephones fejn wieħed jista' jagħmel il-complaint tiegħu u jien nista' ngħidlu li qed inżommu records tagħhom; diġa' daħlu xi complaints u fil-fatt sakemm ġejt hawnhekk illejla kellna elenkati 52 complaint differenti li wieħed issa jrid jara kemm ma' l- importatur kif ukoll mar-retailer fejn huma l-problemi sabiex inkunu nistgħu nieħdu l-azzjoni meħtieġa.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm qamet l-ispiża biex għamel dawn il-prezzijiet fuq it-teletext?", "Saritlek xi domanda biex il- profitt totali fuq il-mediċini, kemm ta' l-importatur kif ukoll ta' l- ispiżjar, jitla' minn ċertu persentaġġ għal persentaġġ ieħor?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, fil-fatt waħda mill-affarijiet li ilna niddiskutu hi li nneħħu l-prattiċi ħżiena li għad għandna minn żmien il-price freeze - daħlu ħafna prattiċi ħżiena fis-suq.", "Per eżempju, kienu jiġu mportati ċerti prodotti bi prezz li fuqu mbagħad bdew isiru costings b'ċerti profit margins, imbagħad jidħlu ammonti sostanzjali ta' prodotti b'xejn jew inkella samples u affarijiet oħra.", "Allura bdiet tidħol il-prattika li f'dan is-suq, għalkemm tagħmel costings tal-prezz skond kif jidher fl- invoice - mhux se noqgħod ngħid li dak il-prezz huwa ħażin - fl-istess ħin tagħti ħafna affarijiet b'xejn minn taħt il-counter li jżidu l-profit margins.", "Jien qed ngħid li dawn il-ħafna bonuses u distortions m'għandhomx ikunu, imma għandhom jirriflettu ruħhom fil-prezz lill-konsumatur.", "Allura rridu nagħmlu sistema li biha naqtgħu d-drawwa li nqassmu affarijiet b'xejn u nagħmlu profit margins li huma diċenti.", "B'hekk dak li jkun ikun jista' jagħmel il-marketing tiegħu kif suppost u jħalli profitti diċenti kemm għal min jimporta kif ukoll għal min ibigħ, filwaqt li nkunu nafu aktar fejn qegħdin.", "Aħna taparsi nagħmlu kalkoli u costings kull meta jidħlu l- affarijiet, imbagħad naraw li dawn huma bbażati fuq ċifri fażulli, għax huma bbażati fuq nofs il-konsenji li jidħlu matul is-sena.", "L-affarijiet ma tirċevihomx f'invoice waħda, imma tista' tirċievi invoices regolari imbagħad tirċievi container ta' mediċini b'xejn biex jikkompensak għal dak li tkun irċevejt qabel.", "Jiġifieri finalment aħna qegħdin ngħidu li aħjar inbiddlu s-sistema mill-qiegħ, naraw li l-affarijiet isiru kif suppost u nagħmlu l-istandards proprji li għandu jkollna fil-pajjiż ħalli kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.", "B'dan il-mod nispera li jkollna ċerta stabilita' fil-prezzijiet, ħalli mbagħad kull meta tiċċaqlaq il-munita kontra l- importatur ma jkollux għalfejn ibiddel il-prezz bi ftit ċenteżmi, għax inkella jistgħu jiġu l-abbużi.", "Naturalment meta l-munita tinbidel kontrih jew favuru, il-prezz ma jiġix aġġustat 'l isfel għax jgħidlek li għandu l- istocks.", "Fil-prattika dawn huma l-problemi li jsib min jipprova jagħmel xi tip ta' kontroll, anke fis-sens li jżomm daqsxejn ir-riedni biex l-affarijiet isiru sew minħabba l-problemi prattiċi li dejjem iħabbat wiċċu magħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, wieħed mill-fatturi li jistaqsu l- medical representatives hu l-prezz tal-prodott, speċjalment meta jiġi launched għall-ewwel darba.", "Jien naħseb li l-prezz tal-prodott li tabib jikteb lill-klijent huwa mportanti.", "Ma jaħsibx il-Ministru li kien ikun għaqli kieku l-lista tal-prezzijiet li ġiet ippubblikata kellha tintbagħat lit-tobba?", "GĦallinqas ikunu jafu x'qed jiktbu u jkunu jistgħu jiggwidaw lill-pazjent jekk dan jistaqsihom kemm jiswa l-prodott li jkunu qed jippreskrivu.", "Wara kollox it-tabib se jikteb il-biċċa l-kbira tal- mediċini.", "Dawk li jingħataw across the counter huma ħaġa oħra, imma tabib għandu jkun jaf kemm tiswa l-mediċina li jagħti għax ħafna drabi l-pazjenti jistaqsuna u ma nkunux nafu nirrisponduhom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Vella żgur li jifhimni jekk ngħidlu li meta tagħmel sistema, daqskemm trid taħseb biex tkun sistema li kemm jista' jkun taqdi l-bżonnijiet u l-oġġettivi li tkun għamiltha għalihom, trid tkun ukoll sistema li tista' tmantniha b'mod prattiku għal tul ta' żmien sabiex tibqa' tilħaq dawn l-oġġettivi.", "Il-problema hi - għalhekk ġejna bl-idea tat-teletext - li meta tipprova tagħmel din it-tip ta' sistema fuq printed format, ikollok problemi prattiċi kbar biex iżżommha.", "Immaġina li għal kull prodott ġdid li joħroġ, trid tibgħat informazzjoni biex iżżommhom aġġornati; jiġifieri l-maintenance ta' dawn is-sistemi tista' tkun tqila u għalhekk għażilna s-sistema l-oħra.", "Naturalment xorta tista' titlob tagħrif dwar il-prezzijiet tal-mediċina mingħand medical representative, għax it-tabib xorta jingħata din l-informazzjoni.", "Li nistgħu nagħmlu hu li naraw kif nirranġaw biex it-tobba - I am very open li nagħmilha; nassumi li ħafna minnhom għandhom computer - nagħtuhom diskettes fejn ikollhom informazzjoni dwar dawn il-prezzijiet, pero' jridu jittieħdu fil-kontest ta' kif isiru l-affarijiet.", "Jien nieħu gost li l-Onor.", "Vella qed jgħidli li tabib joqgħod attent x'jippreskrivi lill-pazjenti tiegħu, għax fil-fatt - jien m'inix tabib u rrid noqgħod attent x'ngħid - wieħed jisma' li jiġu prescribed ħafna tipi ta' mediċini, waħda sostitut ta' l-oħra, u skond kif wieħed jista' jifhem ċertu prodott ikun jiswa iktar minn ieħor.", "Naturalment dan m'għandux isir, anzi nerġa' ngħid li nieħu gost nisma' lill- Onor. Vella jgħid li t-tabib huwa nteressat fil-prezz tal-mediċina, biex meta jippreskrivi riċetti ta' mediċini ma jgħabbix lill-pazjenti tiegħu bi spejjeż żejda.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xorta nixtieq risposta definittiva mingħand il-Ministru dwar jekk jidhirlux li għandu jibgħat l-updating ta' kif inhuma l-prezzijiet bħalissa.", "Ma naħsibx li l-updating huwa daqshekk diffiċli, għax jekk kull ġimgħa tirċievi updates mill-Komunita' Ewropea ...", "Naf li hawn Malta m'aħniex hekk, imma jien lanqas irrid li naslu fi stat li biex tkun taf it-telephone numbers il-ġodda ta' l-isptar trid taqtagħhom minn gazzetta, għax id-Dipartiment tas-Sanita' lanqas kellu d-diċenza jibgħat ċirkolari lit-tobba biex jinformahom b'dan.", "Jien nippretendi li għandha tingħata lista, imbagħad forsi kull ġimagħtejn tintbagħat update jew kif semma' l-Onor.", "Dalli jagħtuna diskette li nkun nista' ndaħħalha fil- computer tiegħi u noħroġ printout tagħha.", "Jien għandi computer fil-clinic, għalhekk biex ikolli din ir-referenza nista' noħroġ printout biex tkun dejjem fuqi.", "Naħseb li jkun prattiku jekk ikollna kopja kull wieħed ħalli għallinqas nimxu fuqha, imbagħad ovvjament wieħed irid jagħmel allowance għall-varjazzjonijiet, imma nista' ngħid li l-biċċa l-kbira tal-mediċini li huma stabbiliti għandhom prezz bejn wieħed u ieħor stabbli; imbagħad dawk li jvarjaw għandna nkunu nformati bihom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien se nieħu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Vella u jekk hemm bżonn nitkellem miegħu u ma' tobba oħra ħalli naraw x'jista' jsir biex wieħed jiddissemina din l-informazzjoni b'mod prattiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Xtaqt inżid xi ħaġa ma' dak li qal l-Onor.", "Vella.", "Hemm bżonn li nedukaw speċjalment lit-tobba ż-żgħar li ħafna drabi jiġu mdawrin bil-medical representatives u meta jmorru jarawhom fil-health centres dawn joffrulhom il-commission jew jagħtuhom xi affarijiet.", "Kif qal l-Onor.", "Vella, meta jiġi representative bi preparat ġdid li jkun daħal fis- suq, jien nistaqsih kemm jiġi għall-pazjent u nniżżel il-prezz fuq il-kaxxa li jagħtini.", "Il-maġġoranza tat-tobba ż-żgħar jippreskrivu antibiotics li jqumu immens u jien naħseb li jistgħu jippreskrivu xi ħaġa li ma tqumx daqshekk as a first line treatment.", "GĦalfejn jibdew bil-kbir u riċetta tiġi tiswa lill-pazjent xi Lm15?", "Lil dawn it-tobba għandna nedukawhom kif jippreskrivu l-mediċini.", "Minn meta konna tobba żgħar kienu jgħallmuna li biex niddefendu l-mard li jkollhom il-pazjenti, l-ewwel għandna nibdew bl- affarijiet sempliċi u l-affarijiet l-oħra għandna nħalluhom għal iktar tard.", "GĦalhekk tkun ħaġa tajba jekk lit-tobba tibda tintbagħtilhom kopja tal-lista kull meta tiġi aġġornata.", "Fil-weekend jien smajt lill-Onor.", "Josef Bonnici jitkellem fuq stazzjon tar-radio u għamel enfasi kbira fuq is-samples.", "Jien ma nafx x'tafu fuq is- samples, imma personalment ma naqbilx li jibdew jingħataw samples jew xi forma ta' bonus meta persuna tbiegħ ċertu ammont ta' prodotti.", "Jien lanqas ma naqbel li t-tobba għandhom jingħataw samples minħabba li jkunu biegħu ċertu ammont.", "Imma s-samples fihom valur kbir u għalhekk ma għandniex naqtgħuhom għal kollox għax qabel ma noħorġu preparat fuq il-market reach, irid ikollna hands-on experience fuqu.", "Jien bl-ebda mod m'hu se nbiegħ dan il-preparat lill-pazjent, imma nkun irrid nipprovah fuq - biex inġib eżempju - sitt pazjenti wara li ninformahom li jien ma naf xejn fuq il- preparat li nkun tajthom.", "B'dan il-mod biss jien inkun nista' niġbor l- esperjenza fuq dan il-prodott.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Rigward l-ewwel kumment li għamel l-Onor.", "Grech, jien nixtieq inwieġeb li għandu jkun hemm edukazzjoni fis-sens ta' valuri.", "GĦalhekk m'huwiex biżżejjed li wieħed ikun jaf il-prezz ta' xi oġġett, imma jrid ikun jaf ukoll liema huma l-prodotti fis-suq li jiddistingwu wieħed minn ieħor.", "It-tabib irid ikollu r-rieda li jippreskrivi xi ħaġa li tkun effettiva - din hi l-iktar ħaġa importanti - imma jrid joqgħod attent biex ma jagħfasx iżżejjed fuq in-nies.", "(Interruzzjonijiet)", "Rigward it-tieni punt tiegħu, dak tas-samples, jien naqbel ma' l-Onor.", "Grech perfettament.", "Is-samples għandhom ċertu valur fis-suq u meta tkellimna ma' l-aġenti u ma' l-importaturi tal-mediċina ma ħadniex il- pożizzjoni li s-samples għandhom jinqatgħu, ladarba dawn ikunu vera samples u jkollhom is-sample sizes.", "Qed ngħid dan għax ġieli jidħlu mediċini li jkunu taparsi samples u mbagħad jinbiegħu fl-ispiżeriji.", "Imma nerġa' ngħid li jien naqbel ma' l-Onor.", "Grech li s-samples għandhom ċertu valur fis-suq.", "GĦalhekk aħna rridu nkunu kemm realistiċi kif ukoll prattiċi u ma għandniex naqtgħu s-samples kollha.", "Ċertu numru ta' free items ukoll għandhom valur għax bihom dawn ikunu jistgħu jagħmlu marketing ta' xi prodotti.", "Il-pożizzjoni li ħadna aħna hija din.", "Sakemm l-affarijiet ikunu within limits, aħna ma niddejqux.", "Aħna rridu sistema tajba li taħdem u ma jkollniex għalfejn noqogħdu nfittxu kif se nduru madwarha u jkollna xi erba' cowboys li jirdoppjaw il-prezz għax l-invoice turi hekk, imma fil- fatt ikunu rċevew xi żewġ containers qabel taparsi b'affarijiet b'xejn.", "Dan hu li qed nipprovaw nagħmlu f'dan is-settur.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' specimen \"Performance Agreement\" ta' diretturi fil-Ministeru tal-Finanzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22948.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Sehem tal-ġenituri fl-elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiċi li saru f'Ottubru 1994, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22555.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI 1994/95 TAL- KORPORAZZJONI TAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ", "Ikompli mit-28 ta' Novembru, 1994.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-Seduta ta' dalgħodu, il-ħin disponibbli għal din id-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "Nixtieq infakkarkom ukoll illi jekk tissejjaħ division, din tittieħed wara ħames minuti.", "L-Onor.", "Cassar huwa in possession.", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, dalgħodu kont qed infisser il-kultura ta' taħriġ li qed tiżviluppa f'dan il-pajjiż u tajt ukoll il-qagħda tax-xogħol.", "Diġa' tajt spjega dettaljata dwar kemm għandna nies jaħdmu, fiex jaħdmu u kemm huma l-persentaġġi, għalhekk illejla mhux se ntawwal ħafna biex nagħti ċans lil sħabi taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Din is-sena se nagħmlu award biex nuru l-interess tagħna fid-dinjita' tal- ħaddiem.", "Din l-award se tissejjaħ \"Quality in People\" u qiegħda ssir biex tħajjar ażjendi jaraw kif jistgħu jiżviluppaw il-ħaddiema tagħhom u biex huma stess jagħmlulhom kuraġġ u jħarrġuhom jiżviluppaw ir-riżorsi tagħhom fl-oqsma pubbliċi kif ukoll f'dawk privati.", "Il-pajjiż permezz ta' għotja jkun jaf liema organizzazzjonijiet żviluppaw livelli nazzjonali tagħhom, u azjenda tkun tista' ġġib din l-award fil-logo tagħha għal ċertu żmien.", "Il- ħaddiema huma ċ-ċavetta tas-suċċess ta' kull ħidma, u għalhekk qed nagħmlu dan.", "Bl-iżvilupp tal-ħaddiem innifsu u ta' dak li jagħti, u bil-ħolqien ta' ambjent aħjar fejn jista' jiżviluppa t-talenti tiegħu, il-ħaddiem jista' jikseb sodisfazzjon għalih innifsu.", "Dan juri l-interess li dejjem qed jiżdied fil-ħaddiem u fil-ħidma tiegħu.", "Mr Speaker, issa rrid ngħid xi ħaġa rigward l-inforzar tal-liġi.", "Ħafna drabi ssir kritika fuq dan il-punt imma huwa żgur li l-inforzar irid isir, għax biżżejjed ngħid li kull bniedem li qed jingħata taħriġ mill-ETC f'xi kors partikolari, lill-Korporazzjoni qed iqumilha Lm97; biex tagħmel placement qed tonfoq Lm360, u biex tagħmel placement mill-Job Centre qed tonfoq Lm34.", "GĦalhekk min jikser il-liġi u min jabbuża, qed iġiegħel lill- Istat jonfoq dawn il-flus għal xejn u, kif jgħid il-qawl Malti, qed jisraq il-ħobż minn ħalq ħaddieħor.", "Dan mhux sew, għax min jabbuża, min jirreġistra meta fil-fatt diġa' għandu x-xogħol, u min jimpjega tfal taħt l- eta' jew barranin u jisfruttahom, qed jieħu dawn il-flus mit-taxxi, flus li l-Gvern jista' jużahom biex jipprovdi affarijijiet oħra.", "Dalgħodu xi ħadd semma d-database.", "Irrid ngħidlu li diġa' għandna database tad-diversi xogħlijiet li bniedem ikun għamel matul ħajtu u biha qed niffrankaw il-flus għax illum nistgħu nirreferu għaliha u mhux noqogħdu fuq informazzjoni li ma tkunx għandna.", "Kull min jitlob ix-xogħol, irid jagħmel hekk bis-serjeta' billi jirreġistra, mhux biex jitlef jitlef jew jgħaddi ż-żmien, imma biex verament isib xogħol u jkun jista' jagħti kontribut għalih innifsu, għall-familja u għas-soċjeta'.", "Irrid nagħmilha ċara li jkollna naqtgħu mir-Reġistru lil kull min jirrifjuta li jmur għal intervista, lil min ma jridx xogħol ħlief mal-Gvern, lil min waqt l- intervista jagħmel kulma jista' biex jgħaddi ż-żmien u jwaqqa' kollox għaċ- ċajt, lil dawk il-persuni li jirrifjutaw offerta ta' xogħol bħal jew viċin ta' dak li qed jitolbu u lil persuni li jirrifjutaw li jattendu programmi organizzati għalihom.", "Barra minn hekk mhux qed inħallu jirreġistraw persuni li għandhom liċenzja speċjali, per eżempju għas-sewqan ta' coaches, minibuses, liċenzji ta' ħwienet, eċċ., għax ma jistax ikun li waqt li dawn il-liċenzji ma jkunux sospiżi, dak li jkun joqgħod jirreġistra għax-xogħol.", "GĦamilna 3,336 spezzjoni fi stabbilimenti biex naraw li kulħadd qed ikun konformi mal-liġi - mhux mal-kondizzjonijiet tax-xogħol għax dawk jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Labour Office - u sibna 1,394 każ ta' ksur tal- liġi, li 362 minnhom ittieħdu l-Qorti.", "Minn dawn instemgħu 197 każ u 78 persuna nstabu ħatja ta' ksur tal-liġi.", "Kien hemm 856 persuna li nqatgħu mir-Reġistru; 363 minnhom appellaw quddiem in-National Employment Authority, li hija awtorita' indipendenti.", "Fil-fatt quddiem din l- Awtorita' b'kollox instemgħu 609 każi ta' appell, li minnhom l-Awtorita' laqgħet 221 każ appell, fosthom 93 rigward qtugħ mir-Reġistru.", "Skond Avviż Legali Nru. 110, li għaddejna s-sena l-oħra, min iħaddem nies part-time jew full-time, b'kuntratt definit jew indefinit, irid jinnotifka lill-Korporazzjoni bl-impieg minn dik inhar stess.", "Ħafna nies kienu jibdew jaħdmu u ma jinnotifikawx lill-Korporazzjoni, u għalhekk obbligajna lill- employer li jrid jinnotifika bl-impieg mill-ewwel ġurnata.", "Hekk ukoll kull persuna li hija self-employed trid tinnotifika lill-Korporazzjoni minn dak inhar stess li tibda dik l-attivita', kif irid javża anke min qed jagħmel xogħol bi prova.", "Mill-esperjenza ndunajna li l-iskuża tas-soltu hija li wieħed ma nnotifikax li beda jaħdem għax beda bi prova.", "Għalhekk b'dan l- Avviż Legali imponejna dan l-obbligu tan-notifika anke fuq min ikun qed jagħmel xogħol bi prova.", "Fil-Liġi hemm il-preżunzjoni li min jagħmel xogħol f'fabbrika, uffiċċju, ħanut jew post ieħor li fih ikun impjegat, jidher li hu impjegat u li qed jaħdem għal rasu.", "Jiġifieri ħadd ma jista' jġib l-iskuża li mhux qed jagħmel dak ix-xogħol.", "Il-pieni għal dawn ir- reati huma ta' bejn Lm50 u Lm500 u jista' jkun hemm anke s-sospensjoni jew tħassir ta' liċenzja.", "Min jikkonforma ruħu mill-ewwel mal-Liġi, jista' jħallas Lm25, basta jirregola l-pożizzjoni tiegħu fi żmien 15-il ġurnata.", "Il-peini huma akbar għal min iħaddem tfal jew barranin li m'għandhomx permess li jaħdmu, u f'dan il-każ il-pieni huma ta' bejn Lm500 u Lm1,000, kif ukoll it-tħassir jew sospensjoni tal-liċenzja, u f'dawn il-każijiet l- artiklu 9 ta' l-Att XII ta' l-1959 ma tistax tiġi applikata.", "Għamilna dawn il-pieni ebsin, għax ma jistax ikun li jkun hawn min jibqa' jabbuża mil- liġi.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa rigward l-ispejjeż tal-Korporazzjoni.", "L-istaff tal- Korporazzjoni baqa', bejn wieħed u ieħor, l-istess u qed jintnefaq inqas mill-ammont kollu vvotat.", "L-ETC ħadet f'idejha l-iskema ta' l-ESTS u peress li dalwaqt jintemm il-collective agreement, ikollna noħorġu iktar flus għall-ħaddiema.", "Lil min qed jirreġistra u mhux qed jirċievi benefiċċji soċjali qed nagħtuih Lm7.50 fil-ġimgħa, lil min hu bla impieg u qed jieħu l-benefiċċji soċjali u m'għandux bżonn għajnuna mill- Korporazzjoni.", "Barra minn hekk, minn mindu ftaħna t-Trade Skills Centre f'Ħal Far, qed niffrankaw il-ħlas għall-użu ta' postijiet oħra.", "Dan kollu juri li għalkemm l-ispejjeż qed jonqsu minn sena għal sena - ngħidu aħna, fi spejjeż amministrattivi, barra staff costs u marketing, minflok Lm200,000 fil-fatt infaqna Lm160,000, u ffrankajna Lm14,000 fi transport costs - il-Korporazzjoni miexja 'l quddiem u qed tagħti servizz aħjar; qed issib impiegi għal aktar nies, qed tħarreġ iktar nies; qed tagħmel li tista' biex tagħti servizz personalizzat u tibni kultura ta' taħriġ - għax l-edukazzjoni u t-tagħlim huma essenzjali għall-ħajja tal-lum, f'ekonomija li qed tinbidel minn ġurnata għall-oħra - u nittama li tkompli sejra b'dan il-proċess għall-benefiċċju ta' kull Malti u GĦawdxi.", "GĦalhekk nixtieq nirringrazzja lill-Korporazzjoni għas-servizz kbir li qed tagħti lis- soċjeta'.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Manuel Borda.", "ONOR.", "MANUEL BORDA: Mr Speaker, jiena nsostni li l-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ hija barka għall-pajjiż għal diversi raġunijiet.", "Fost affarijiet il-Korporazzjoni hija importanti biex ninqatgħu mis-sistemi tal- passat; għandha funzjonijiet oħra barra dawk li kien jagħmel il-Labour Office; tagħmel tajjeb għall-bidla fir-ristrutturazzjoni ta' l-ekonomija nazzjonali biex tipproġetta għall-futur, u hija flessibbli biex tkun tista' tindirizza ruħha lejn il-problemi li jkun għaddej minnhom il-pajjiż f'dan il-qasam.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira fuq dawn is-sitt punti.", "L-ewwelnett il-Korporazzjoni trid tinqata' mill-proċeduri u s-sistemi tal- passat.", "Aħna nafu li l-Labour Office kien mad-Dipartiment ta' l- Immigrazzjoni u żgur li l-pajjiż ma tantx għandu memorji sbieħ tagħhom, għax ifakkruna fi żmien meta l-pajjiż kien batut u ma tantx kien hawn xogħol, bil-konsegwenza li ħafna nies kellhom jemigraw.", "Pero' iktar importanti minn hekk, hu l-fatt li aħna kellna suq nazzjonali li kien iħares l-iktar lejn Malta.", "Pajjiżna għandu suq żgħir ħafna u dak iż-żmien ma kienx hawn mekkaniżmu biex inkunu nistgħu nutilizzaw u nespandu l- ekonomija tagħna u għalhekk ma tantx kellna opportunitajiet ta' impjiegi.", "Apparti dan, ħaġa oħra li tfakkarna fil-passat hija li qabel aħna konna niddependu minn ħaddieħor.", "Ovvjament ħaddieħor kien ifittex l-interessi ta' pajjiżu qabel ma jfittex l-interessi tagħna - fis-sens li kien jara li pajjiżu jkun moqdi aħjar - u għalhekk ma kellux interess li jikkoltiva r- riżorsi umani tagħna jew li jara kif aħna stajna nużaw it-talenti tagħna.", "Dan kollu ġara minħabba li ma kellniex rajna f'idejna.", "Jien nixtieq nikkonkludi fuq dan il-punt billi ngħid li l-Korporazzjoni hija barka għax inqatgħet kompletament minn kull irbit li kellna fil-passat u b'hekk tista' tħares 'il quddiem.", "Minħabba li issa pajjiżna hu indipendenti, pajjiżna ma għadux jaħdem bl-istess sistema li kien jaħdem biha l-Labour Office, jiġifieri li tilqa' n-nies li jkunu jridu jirreġistraw għax-xogħol.", "Ta' min isemmi li l-Labour Office rari kien isibilhom xogħol lil dawn in-nies għax iktar kien qisu uffiċju ta' nutar li jirrekordja lil dawk in-nies li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "L- ETC qed tidħol iktar fid-dettal għax mhux biss qed tiffamiljarizza ruħha ma' dawk in-nies li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol imma qiegħda wkoll tħarriġhom u fl-istess ħin tara x'postijiet ta' xogħol hemm available biex tkun tista' tqabbel id-domanda man-nies mal-ħteġijiet.", "Oltre dan, il- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandha f'idejha informazzjoni biex tkun taf kif ikun qed jikber is-suq minn żmien għal żmien.", "Din il-Korporazzjoni għandha l-interess li tara kif inhi sejra l-ekonomija f'pajjiżna u kif qed imorru ċerti kumpanniji għax minbarra li tieħu ħsieb lil dawk in-nies li jkunu qed ifittxu x-xogħol, din tieħu ħsieb ukoll li toħloq liasion ma' l- entrepreneurs u ma' l-industriji tal-manifattura - issa anke ma' l- industrija tas-servizzi - biex ikollha apprezzament tal-labour market.", "B'dan il-mod il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tkun f'pożizzjoni fejn tkun tista' tanalizza aħjar is-suq Malti għax tkun taf liema huma dawk l- industriji li l-iktar jistgħu jespandu u tkun taf ukoll liema huma dawk li minħabba t-tibdil fl-ekonomija nazzjonali, ikunu qed inaqqsu ċerti impjiegi, bħalma huma dawk tat-textiles u taż-żraben.", "GĦalhekk minħabba li jkun qed ikun hemm tibdil fis-suq, huwa importanti li din il-Korporazzjoni tkun taf b'dan it-tibdil biex tantiċipa dawn in-nuqqasijiet biex ikollha żmien tħarreġ in-nies sabiex meta jasal il-waqt timpjegahom.", "Nemmen ukoll li hija barka li l-Korporazzjoni ġiet fiż-żmien li ġiet, għax infilsat mat- tibdil radikali li qed isir fl-ekonomija nazzjonali ta' pajjiżna, li hu kollu dovut għall-politika ġdida li tat lok għall-espansjoni u għal opportunitajiet oħra fis-suq.", "Peress li aħna export oriented qed nenfasizzaw aktar fuq is-servizzi, il-finanzi u t-turiżmu, allura għandna skop li fl-ekonomija nazzjonali jkollna espansjoni kbira, pero' qed jiġri li m'aħniex insibu nies adattati biżżejjed biex ilaħħqu ma' din id-domanda.", "Allura huwa importanti li l-Korporazzjoni tidħol f'din il-linja sabiex tħejji lil dawn in-nies u tpoġġihom f'setturi diversi li jkunu utli għall- ekonomija tagħna.", "Mr Speaker, jien nemmen li hawnhekk għandna problema u għalhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Korporazzjoni u tal-Ministru sabiex jiffokaw l- attenzjoni tagħhom fuq areas li għandhom iktar qgħad minn areas oħra.", "Jien rajt l-aħħar lista tal-qgħad li nġabret fit-28 ta' Ottubru ta' din is- sena u sibt li għandna ħames postijiet fejn jidher li n-numru tal-qgħad huwa għoli.", "Per eżempju, f'Birkirkara nsibu 315, f'Bormla nsibu 437, f'Ħal Qormi nsibu 316, f'Ħaż-Żabbar insibu 380 u Victoria GĦawdex insibu 359.", "Dawn in-numri jidhru li huma kbar, pero' jien mort iktar 'il bogħod minn hekk, għaliex għalkemm Bormla nsibu ftit aktar minn Ħaż-Żabbar, realment f'Bormla hemm il-fenomenu li n-nies qed jonqsu.", "Jien rajt kif inhi l- popolazzjoni tal-lum u sibt li filwaqt li f'Ħaż Żabbar hemm 380 ruħ qegħda, u a paragun tal-popolazzjoni li f'Ħaż-Żabbar dejjem qed tikber, il-qgħad huwa ta' 2.66%.", "Mill-1970 sa l-1993 il-popolazzjoni ta' Ħaz-Zabbar kibret bi kważi 4,000 ruħ filwaqt li l-popolazzjoni ta' Bormla naqset b'1,300 f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Allura ġara li f'Bormla, a proporzjon mal- popolazzjoni, hemm qagħad ta' 5.42%, li hija rata qawwija.", "Il- Korporazzjoni taf li għandha areas partikolari ta' qgħad.", "GĦal xiex huwa dovut dan il-qagħad konċentrat, minħabba nuqqas ta' l-iskills li hemm, minħabba ta' l-edukazzjoni, minħabba l-kultura li forsi hemm tendenza li jiddependu aktar mis-servizzi soċjali, minħabba li m'hemmx industriji biżżejjed jew minħabba li m'hemmx mobbilta' ta' xogħol?", "Kif tispjega l- fatt li hawn domanda għax-xogħol u mbagħad f'ċerti lokalitajiet issib konċentrazzjoni fejn dan il-qgħad ikun ogħla.", "Allura nemmen li l- Korporazzjoni għandha tiffoka aktar attenzjoni fuq Bormla, f'dan il-każ, u tistudja għaliex m'hemmx dik il-labour mobility li hemm f'postijiet oħra.", "Jiena nemmen li meta inti tiffoka l-attenzjoni tiegħek fuq area partikolari għax tkun taf li teżisti problema aktar minn postijiet oħra, hemm probabbilta' kbira li tagħmel il-ġid.", "Huwa importanti li l- Korporazzjoni tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, punt ieħor li rrid insemmi wkoll huwa dwar il-problema ta' nies li għandhom aktar minn 45 sena u li ilhom qegħda għal żmien twil.", "Dawn isibu diffikulta kbira biex jaħdmu.", "Dan qed jiġri għax qed naċċettaw is-sitwazzjoni kif inhi u qed inraqqu skond iċ-ċirkostanzi.", "Il- Korporazzjoni għandha tidħol f'dan il-qasam b'mod assolut fis-sens li għandu jsir restructuring ta' l-employment.", "Jiena ma nistax nifhem kif żagħżugħ ta' 20 jew 25 sena għandu jiġi impegat bħala messaġġier, bħala cleaner jew bħala operator meta dan jista' faċilment jitgħallem sengħa u jkun jaqbel lilu personalment għax ikun jista' jaqla' iktar flus mentri l- ieħor, peress li huwa kbir u forsi ikun iktar diffiċli li jitgħallem, ikun f'pożizzjoni li jagħmel dan ix-xogħol hu u jkun kuntent.", "Mr Speaker, il-Korporazzjoni qiegħda f'pożizzjoni li tipproġetta għall- futur u dan tagħmlu billi tidħol f'liaison ma' l-MDC per eżempju, maċ- Chamber of Commerce, mal-Federation of Industry.", "Huwa importanti wkoll li tagħmel liaison mat-trade schools, ma' l-Universita' u anke mal-policies tal-Gvern.", "B'dan il-mod tkun qed tħejji liż-żgħażagħ u tkun taf ukoll fejn qegħdin l-opportunitajiet u sservi ta' channel ħalli tagħmel matching tad- demand mas-supply u tagħmel ukoll l-aħjar użu mir-riżorsi umani li għandna.", "Dan tista' tagħmlu għaliex peress li hija korporazzjoni u m'hux dipartiment tal-Gvern, qiegħda teħles ħafna mill-burokrazija li teżisti fid- dipartimenti tal-Gvern u hija wkoll aktar flessibbli.", "L-ETC għamlet ukoll ħafna skemi.", "Is-Segretarju Parlamentari Joe Cassar semma l-\"Quality in People Award\" li hija tajba ħafna pero' għalija l- Korporazzjoni hija utli l-aktar fis-servizz li qed tagħti mill-Job Centres.", "Il-Korporazzjoni qiegħda tagħmel użu kbir mill-kunsilli lokali u qiegħda tinqeda wkoll bis-sistemi moderni tal-computers.", "Fil-fatt qegħda tagħmel databases għall-job seekers u beħsiebha tidħol fil-job vacancy database li hija mportanti sabiex tkun aktar f'pożizzjoni li tagħmel il-matching.", "Hija importanti wkoll l-informazzjoni li qiegħda tagħti sabiex in-nies li qegħdin ifittxu x-xogħol ikunu armati b'hunting skills u anke b'teknika li jistgħu jużaw sabiex isibu x-xogħol.", "Importanti ħafna wkoll huma l-\"Back to Work Programme\", il-\"Job Motivation\" u l-\"On-Line Training Scheme\" li qegħda ssir b'kordinazzjoni ma' l-Universita'.", "Mr Speaker, jien nemmen li l-Korporazzjoni verament hija barka u ġiet fil- ħin propizju minħabba l-politika tal-Gvern li qiegħed jespandi ħafna l- ekonomija, qed joħloq mobility ta' xogħol u ħafna opportunitajiet u allura huwa importanti li ż-żgħażagħ tagħna jkunu mħarrġin tajjeb biex l-isfidi li għandna quddiemna nkunu f'pożizzjoni li nisfruttawhom mill-aħjar li nistgħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu l-Estimi ta' l-Employment and Training Corporation.", "Din il-Korporazzjoni għandna responsabbilta' kbira fil-pajjiż għaliex hija responsabbli mill-iżvilupp tar-riżorsi umani ta' pajjiżna u hi responsabbli wkoll sabiex tagħmel upgrading ta' dan ir-riżors kontinwu għal sitwazzjoni li dejjem qiegħda tinbidel.", "GĦalhekk jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l-Annual Report ma jistax jimpressjonax ruħu bil-progress li sar f'dan il-qasam f'dawn l- aħħar seba' snin.", "Ħaġa li laqtitni hekk kif ħarist lejn dan ir-Rapport kienet li għalkemm kien hawn riċessjoni fid-dinja kollha, iċ-ċifra tal- qgħad f'pajjiżna laħħqet livell ta' 4,900 ruħ li hija 3.9% tal-labour force.", "Meta wieħed iqabbel din iċ-ċifra maċ-ċifri tal-passat - partikolarment ma' dik ta' l-1985, fi żmien Gvern Laburista, meta sempliċement kellna Labour Office kif kien stabbilit taħt gvernijiet ta' qabel u meta kienet ġiet reġistrata l-ogħla figura ta' qgħad ta' 'l fuq minn 10,000 ruħ - insibu li fl-1985 il-qgħad kien tela' għal 8.2% tal- labour force.", "Din hija waħda mill-ogħla figuri li qatt kien hawn.", "Din kienet komparabbli mal-figuri tal-qgħad li kienu jeżistu fis-sittinijiet meta kien hawn ir-rundown tas-Servizzi Ingliżi.", "Figura oħra li tiġbidlek l- attenzjoni meta tkun qed taqra dan ir-Rapport hija n-numru ta' placements, jiġifieri kemm l-ETC rnexxielha ssib jobs lil dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Hawnhekk naraw li s-sena li għaddiet, bejn wieħed u ieħor, kien hemm 2,500 placement, żieda ta' kważi 50% fuq in-numru tas-sena l-oħra.", "Anke fir-rigward ta' Għawdex naraw li qed tingħata l-attenzjoni u qiegħed isir żvilupp.", "Barra li l-qgħad f'Għawdex niżel minn 640 persuna għal ftit iktar minn 500, differenza ta' 20%, naraw li l-Korporazzjoni għandha pjan illi f'Għawdex fix-xhur li ġejjin tiftaħ Job Centre - fil-fatt il-kollega tiegħi minn Għawdex qed jgħidli li diġa' nfetaħ.", "L-iskop huwa li aħna nagħtu l-istess opportunitajiet lill-Għawdxin li qegħdin jieħdu l-Maltin hawn Malta.", "Pero' il-ħaġa li l-iżjed tolqotni f'din il-Korporazzjoni - ħaġa li ma kenitx teżisti qabel - hija illi s-sinsla ta' din l-organizzazzjoni tinbena fuq it-taħriġ tal-ħaddiema tagħna.", "Illum spiċċat is-sistema ta' qabel fejn kont sempliċement tmur tirreġistra għax-xogħol u bħala stat ta' fatt kont tibqa' marbut b'dik ir-reġistrazzjoni ta' labourer jew driver għal kumplament ta' ħajtek.", "Illum qegħdin ngħixu fi żmenijiet dinamiċi, iċ- ċirkostanzi qed jitbiddlu b'mod imgħaġġel - kif qalu kelliema oħra dalgħodu d-dinamiżmu tal-job market qiegħed dejjem iktar jgħaġġel - u għalhekk din il-Korporazzjoni ħadet ir-responsabilita' biex tħarreġ lill- ħaddiema fl-iskills li diġa' għandhom u lil dawk il-ħaddiema li s-sengħa tagħhom għadda żmienha u m'għadx hawn il-labour demand għaliha jagħtihom re- training biex ikunu jistgħu jimlew il-vakanzi li hemm fis-suq.", "Mr Speaker, illum għandna suq li dejjem qed jevolvi iktar minn produzzjoni diretta lejn is-servizzi, suq illi fl-1987 kellu 35% ta' l- employment share kollu u llum insibu li dan tela' għal 40%.", "Jiġifieri s- suq tas-servizzi f'Malta dejjem qed iżid fl-importanza tiegħu u għalhekk irrdu nimlew il-postijiet battala li jeżistu.", "Dan it-taħriġ li l- Korporazzjoni tagħti jsir bil-koperazzjoni ta' l-employers u huwa dipendenti wkoll fuq il-labour market demand.", "Jiġifieri l-Korporazzjoni tistudja x'inhuma l-bżonnijiet li hemm fis-suq u tiżviluppa t-taħriġ skond dan il-bżonn.", "Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandha żewġ tipi ta' korsijiet, għandha t-trade courses u għandha in-non-trade courses.", "Jekk wieħed iħares lejn paġna 14 u paġna 15 tar-Rapport Annwali jsib lista taż-żewġ tipi ta' korsijiet li m'iniex se noqgħod nidħol fihom.", "Nixtieq ngħid illi fl-1990 meta l-Korporazzjoni kienet għadha fil-bidu tagħha, f'dawn iż-żewġ korsijiet kien hemm mħarrrġa 260 ruħ.", "Illum nieħu ġost nara illi din il- figura telgħet għal 2,800, li hija żieda qawwija ferm ta' 1000%.", "Din hija qabża kbira li turi l-impenn serju ta' din il-Korporazzjoni fir-rigward tat- tħejijja tal-ħaddiema tagħna.", "Din il-Korporazzjoni hija wkoll responsabbli biex tħaddem l-iskema ta' l- apprentistat, tant li se tidħol totalment responsabbli għall-iskema tat- TAS, l-iskema ta' l-ESTS u l-iskema tal-PAS.", "Din hija ħaġa li jiena naqbel maħgha ħalli kollox ikun ċentralizzat.", "Insibu wkoll dik li tissejjaħ l- Employment Training Placement Scheme (ETPS).", "Din hija skema ta' taħriġ li jingħata lill-ħaddiema mill-employer li jkun jixtieq jimpjegahom għal ċertu xogħol partikolari - jiġifieri l-employer jkollu l-ħaddiema u jħarriġhom hu.", "F'din l-iskema, fejn b'kordinazzjoni ma' l-ETC l-employer ikun ha lil dawn il-persuni biex iħarriġhom, nsibu li din is-sena hemm 356 ruħ.", "Skema oħra li nsibu hija t-Training Grant Scheme.", "L-idea wara din l- iskema hija illi l-iskills tal-ħaddiema kollha minn fuq s'isfel li jeżistu f'ċerti entitajiet kummerċjali jiġu upgraded.", "Il-Gvern kien daħħal din l- iskema biex jgħin lill-employer jgħolli l-livell tat-taħriġ tal-ħaddiema tiegħu.", "Fil-fatt fl-1993, il-Korporazzjoni tat b'kollox Lm700,000 fi grants taħt din l-iskema waqt illi sa Settembru li għadda, meta ħareġ dan ir-Rapport, kienet tat Lm300,000 fi grants għal 3,300 trainee f'120 azjenda.", "Minbarra li juri l-impenn serju li qed tieħu l-Korporazzjoni f'dan it-training, dan iwassal lil wieħed biex jistaqsi jekk illum għadux neċessarju li l-Gvern jgħaddi lill-Korporazzjoni dawn l-ammonti kbar ta' flus biex jibqgħu jiġu żviluppati dawn l-iskills tal-ħaddiema meta huwa fl- interess ta' l-azjendi nfushom li jagħmlu dan it-tip ta' training, mingħajr ma jkollhom il-grants tal-Gvern.", "Proġett ieħor li għandha l-ETC huwa li jibdew joħorġu liċenzji għal aġenziji privati ta' l-impieg.", "Naħseb li huwa konċett tajjeb fl-essenza tiegħu biex ma jaqax kollox fuq il-korporazzjonijiet parastatali u tal- Gvern.", "Ovvjament huwa konċett li jrid jiġi żviluppat iktar, pero' l-ETC qed tagħmel il-homework tagħha biex joħorġu dawn il-liċenzji għal aġenziji privati ħalli x-xogħol ma jkunx kollu fuq dahar il-Gvern.", "Proġett ieħor li qed tieħu f'idejha l-ETC li rrid infaħħarha tiegħu - kif semma l-Onor.", "Manuel Borda - huwa l-Human Resource Quality Commitment, il-Quality in People Award.", "Dan huwa award li tixtieq tagħti l-ETC biex turi illi r-riżors uman f'ċerta kumpannija jkun laħaq ċerta kwalita'.", "L- ETC dan l-award se tikkonsidrah fuq erba' punti li huma organizzazzjoni, recruitment, training u performance.", "Hawnhekk qed jidħol il-konċett ta' standard li huwa konċett importanti ħafna f'pajjiżna.", "Jekk irridu nikkompetu mal-kumplament tad-dinja hemm bżonn inqumu fuq saqajna fuq dawn l-affarijiet.", "Kwalunkwe kumpannija u azjenda li tkun laħqet dan l- istandard li qed tistabbilixxi l-Korporazzjoni tiġi ppreżentata b'dan l- award u tkun tista' tużah fil-logo tagħha.", "Jien naħseb li din hija inizjattiva tajba ħafna għaliex aħna nixtiequ li f'dan il-pajjiż nibdew nilħqu ċerti standards, kemm ta' produzzjoni kif ukoll ta' human resource li jeżistu f'pajjiżi oħra Ewropej.", "Għalhekk, Mr Speaker, nagħlaq billi nfaħħar ix-xogħol tal-Korporazzjoni u ninkoraġġixxiha biex f'dan is-servizz tat-training tkompli tagħfas u toħloq aktar korsijiet ħalli lill-ħaddiema tagħna nkunu nistgħu ngħollulhom dejjem l-iskills u t-tip ta' xogħol li jkunu jistgħu jagħmlu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Philip Muscat.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq ngħid xi ħaġa fuq dak li qal il-kelliem ta' qabli rigward ir-record ta' l-unemployment.", "Huwa tajjeb li nfakkru li r-record ta' l-unemployment u ta' l-emigrazzjoni ma twaqqafx fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin, imma fis-snin sittin meta fl- Ewropa kien hemm full employment.", "Jien niftakar qisu l-bieraħ li f'Luxembourg, li huwa pajjiż, bejn wieħed u ieħor, daqs tagħna, kellhom biss ħamsa min-nies jirreġistraw, meta f'Malta kien hawn xi 14,000 ruħ jirreġistraw u xi 20,000 telqu lejn l-Awstralja.", "Dak huwa r-record tal- Gvern Nazzjonalista dwar l-unemployment u l-emigrazzjoni.", "Fis-snin sebgħin u fis-snin tmenin meta fid-dinja kien hawn il-kriżi taż-żejt ...", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejtekx, imbagħad irrispondi wara.", "Dak iż-żmien fil-pajjiżi ta' l-Ewropa kien hemm unemployment u recession, u b'danakollu aħna rnexxielna nnaqqsu n-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw.", "Aħna ridna li, minkejja l-ostakoli li kellna minħabba propaganda kontra l-Gvern Laburista li bdiet tinxtered kemm barra minn Malta kif ukoll f'Malta, nikkontjenu n-numru ta' nies qegħda, kif fil-fatt irnexxielna sa ċertu punt.", "Pero', barra minn hekk, twaqqaf ukoll il- pedament ta' l-Extended Skill Training Scheme, apprenticeship schemes u istituti tekniċi, inkluż il-Fellenberg, li kien iħares lejn l-iżviulpp fit- teknoloġija, speċjalment fl-elettronika.", "B'hekk twaqqaf il-pedament ta' l- edukazzjoni u t-taħriġ għaż-żgħażagħ biex jieħdu posthom fid-dinja tax- xogħol.", "L-ambjent li jeżisti llum huwa tajjeb minn kull lat għall-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk illum hawn full employment, dan hu bbażat fuq it-turiżmu tal-massa, fejn kollox jgħaddi u fejn ħafna nies mhux talli ma jkunux trained, talli jkunu part-timers ġejjin minn setturi differenti.", "Qed jiġi ammess mill-Gvern stess li f'idversi postijiet għandna konsumiżmu spjetat, li ħoloq ħafna mpiegi fis-settur tar- retail, tal-kummerċ u dak assoċjat ma' ħwienet u mas-self-employed.", "Naturalment, minħabba l-policy tal-Gvern li tinkoraġġixxi l-konsumiżmu, kien hawn iktar employment fis-settur privat.", "Jekk naraw il-figuri indikati fir-Rapport ta' l-ETC, insibu li minn 2,478 persuni li sabu impieg, 84% kienu fis-settur privat.", "Dan ifisser li ħafna mpiegi huma relatati mal-kummerċ u t-turiżmu.", "Jien xtaqt risposta iktar dettaljata biex inkun naf f'liema setturi qed jaħdmu dawn il-ħaddiem u għalhekk għamilt domanda lill-Ministru konċernat.", "L-għadd totali ta' persuni mpjegati mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-1993/94 kien ta' 2,478, li minnhom 2,085 kienu fis-settur privat.", "Ir-risposta li ngħatajt kienet li dawn huma mqassmin bħala skrivani, fl-industrija tas-servizzi, fl- artiġġjanat u snajja', imbagħad hemm uħud minnhom operaturi ta' makni, xufiera u snajja' bażiċi.", "Pero' meta tlabt biex inkun naf fejn qegħdin eżattament, ir-risposta li ngħatajt kienet li m'hijiex il-politika tal- Korporazzjoni li tagħti tagħrif dwar ditti jew kumpanniji privati.", "Għaliex le?", "Fir-risposta li kelli dwar l-impjegati li ġew placed fid-dipartimenti tal-Gvern u korpi parastatali, il-Ministru tani d-dettalji.", "Allura dwar dawn għaliex ma tanix dettalji?", "Jekk il-Ministru ma riedx jagħtini din l- informazzjoni fil-pubbliku seta' jagħtini risposta privatament bħala rappreżentant f'dan il-Parlament u l-Oppożizzjoni kienet tkun inqas żvantaġġjata biex tagħmel il-kritika tagħha fuq din il-Korporazzjoni.", "Għalfejn dan in-nuqqas ta' trasparenza?", "X'hemm ħażin li wieħed ikun jaf fejn marru l-impiegi fil-privat?", "(Interruzzjonijiet) Ma stajtx tajtni l- informazzjoni privatament?", "Waħda mill-problemi li għandha din il-Korporazzjoni hija fejn tidħol ir- relevanza bejn trained and skilled workers u l-labour market demand.", "Jiena għaddejt minn din l-esperjenza u ma ngħidx li hija xi ħaġa ħafifa, anzi hija diffiċli ħafna.", "Nammetti li tirrikjedi dixxiplina fuq min qed jirreġistra u anke fuq min jimpjega.", "Pero' nħoss li hemm ħafna x'jista' jsir u se nipprova nagħmel kritika kostruttiva.", "Il-Gvern jista', per eżempju, jippjana ħafna minn qabel il-labour market needs u jara x'inhu t- trend, jekk hux fis-settur tal-manifattura jew tas-servizzi.", "Ħalli nieħu każ sempliċi li jinkludi maintenance ta' imported goods u ta' manufactured goods.", "Hemm koperazzjoni bejn l-Employment and Training Corporation u min qed jimporta prodotti?", "Fi żmienna hawn Malta konna ġibna ditta, l-NCR, li fil-pakkett ta' kondizzjonijiet li kellha, kellha wkoll l-inkarigu li tħarreġ nies, permezz ta' in-house training, fuq il-hardware kollu li kien jintuża mill-pajjiżi tal-Mediterran ...", "(Interruzzjoni-jiet) Iva, falliet, imma m'huwiex tort tagħna li falliet!", "Il-fatt li jkun hemm sistemi bħal dawn li mbagħad ma jitkomplewx fuq linji oħra li iktar għandna kontroll fuqhom ...", "Kemm ikun iktar interessanti kieku dawk kollha li jesportaw il- prodotti tagħhom, bħal karozzi, white goods, hi-fis, eċċ., jikkoperaw ma' l-ETC biex ma jkollhiex bżonn tħarreġ hi lit-trainers, imma jkun hawn nies abbli u ta' ċerta esperjenza fil-linja tagħhom ħalli jittrejnjaw technicians u ħaddiema skilled fil-maintenance u fl-after sales service ħalli pajjiżna jkun equipped b'nies li llum qed jinħass ħafna l-bżonn tagħhom?", "Dan żgur li ma jagħmilx ħlief ġid u żgur li ma jagħmel ħsara lil ħadd.", "Qiegħed ninnota wkoll li minn direct production employment morna fuq market servicing.", "Dan jerġa' jeħodni għal dak li għidt qabel fuq il- konsumiżmu, jiġifieri l-fatt li dawk il-35% jew 40% marru fuq market servicing huwa dovut għall-konsumiżmu, għat-turiżmu u dawn l-affarijiet.", "Ħalli naraw jekk dan it-trend ikomplix.", "Fil-public sector employment imbagħad naraw bidla ta' 3% mill-1987 sa l-1994.", "Pero' hemm ħafna korporazzjonijiet, awtoritajiet, security groups, bħall-Group 4 Securitas u affarijiet simili li ħoloq dan il-Gvern .....", "Jekk inħarsu lejn in-nies li jmexxu l-ETC, li kważi kollha huma political appointees - u dan deher mir- Rapport li għandna quddiemna - u naraw kif saru l-placements wara l-kwinti ta' l-ETC sabiex dawn in-nies marru jaħdmu f'diversi setturi li taparsi huma barra mill-Gvern u barra mill-korpi parastatali, jien ċert - għaliex għandi ħafna eżempji - li dawn ingħataw job skond il-kulur politiku tagħhom.", "Imbagħad insibu li qiegħed jinħass shortage of occupations, u dan narawh kullimkien.", "Huwa veru li l-ETC għandha training courses u huwa veru li ħafna mill-korsijiet tagħha huma superfiċjali, għax jingħata training lil nies li huma illitterati u neqsin minn kwalunkwe sengħa.", "Nafu wkoll li l- Korporazzjoni qed tieħu ħsieb il-problema ta' long-term unemployment, u jien nammetti li m'hix ħaġa faċli li ssolvi din il-problema.", "Pero' l-aktar li jinkwetani hu li persentaġġ għoli ta' dawk li huma qegħda, 62%, huma persuni bejn is-16-il sena u 39 sena li huma kapaċi jaħdmu, imma għal xi raġuni jew oħra mhux qed jiġu assorbiti fid-dinja tax-xogħol tal-lum.", "U dan meta niftaħru li hawn full employment!", "Hawn qed insemmu żgħażagħ ta' 'l fuq minn 16-il sena li llum nafu kemm huma soġġetti għall-vizzji kriminali u għad-drogi.", "Jien naħseb li dan ikabbar ir-responsabilita' ta' l-Employment and Training Corporation.", "Mr Speaker, insibu wkoll li m'hemmx relazzjoni bejn l-occupational preferences, jiġifieri dawk il-jobs li qed jirreġistraw għalihom, u l- jobs li l-labour market għandu bżonn; għadna 'l bogħod biex dawn naslu li nqabbluhom ma' xulxin.", "Nerġa' ngħid, jien nammetti li mhux faċli li tiffittja kollox eżatt, anzi nista' ngħid li hija xi ħaġa diffiċli ħafna, u din nista' ngħidha għax jien stess għaddejt minn din l-esperjenza.", "Pero' jekk il-planning isir fit-tul u mhux biċċiet, biċċiet, l-affarijiet isiru iktar faċli.", "Veru li l-ETC għamlet classification ta' dawk li qed jitilfu l- job tagħhom, dawk li, għal raġuni jew oħra, telqu mill-job tagħhom, dawk li jridu jerġgħu jidħlu jaħdmu, dawk li huma first job seekers u dawk li jridu jtejbu l-job tagħhom.", "Pero' jekk inħarsu lejn x'inhu għaddej fil- pajjiż, insibu li m'hemmx kordinazzjoni bejn il-parti fejn tidħol l- edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol.", "GĦalkemm qed isiru attempts, xorta waħda donnu jidher li qed bil-mod il-mod qed jinqatgħu minn xulxin.", "Dażgur li għandu jkun hemm relazzjoni bejn dawn iż-żewġ affarijiet.", "Pero' rridu nħarsu wkoll lejn ir-responsabilitajiet ta' l-edukaturi, mill-Universita' 'l isfel, irridu naraw li l-kwalita' ta' studenti li joħorġu tkun tajba - mhux moħħna biss fin-numri - u rridu naraw li l-istudenti li joħorġu mill- Universita' u mill-istituti tekniċi jkunu jiffittjaw mal-bżonnijiet tas- suq tax-xogħol.", "Dalgħodu smajt lill-Ministru jgħid li qed jikkonsidraw li jbiddlu s-sistema ta' l-eżamijiet tas-City and Guilds.", "Dawn l-eżamijiet isiru mill-Ingilterra bi programm u curriculum antik u għalhekk ikun tajjeb li nbiddlu s-sistema, biex il-curriculum speċjalment f'suġġetti ta' l-Universita', ta' l-istituti tekniċi u tat-trade schools, jibda jsir minna l-Maltin ħalli naraw x'inhuna dawk id-dixxiplini li aħna jidhrilna li huma l-iktar relevanti għal pajjiżna.", "M'għandniex nibqgħu mexjin fuq eżamijiet u ċertifikati ta' pajjiżi oħra, li żgur m'għadhomx relevanti għad- dinja tal-lum għaliex aħna m'għadniex kolonja u għaliex apparti l-basic sciences u l-basic knowledge tagħhom - li naturalment jibqa' l-istess għad- dinja kollha - l-applikazzjoni tagħhom trid tkun direttament f'idejn l- awtoritajiet Maltin.", "Allura għandek bażi li tgħodd għal kulħadd - ma jidhirlix li din għandha tvarja - imma mbagħad irridu nagħmlu enfasi fuq l- applikazzjoni ta' dak it-tagħlim għan-neċessitajiet tal-lum fil- manufacturing enterprises, services u kollox.", "Hawn ħafna xogħol xi jsir f'dan ir-rigward, għaliex il-bżonnijiet ta' pajjiżna nbidlu totalment, u bilfors li jinbidlu minn sena għall-oħra u minn gvern għall-ieħor.", "Il- bidliet li saru f'pajjiżna f'dawn l-aħħar 20 sena żgur li jirrikjedu li aħna nimxu quddiem dak l-iżvilupp ekonomiku u industrijali ta' pajjiżna u mhux warajh, ħalli nkunu nafu eżatt kif għandna nippjanaw bil-quddiem u mhux biċċa biċċa.", "Ma nagħmlux bħal meta bdejna nħaffru t-toroq u nħarbtuhom għax ridna ngħaddu l-ilma, id-dawl u l-cables mingħajr programm ta' xejn, biex spiċċajna bit-toroq kollha mfarrkin kollha.", "Nispera li f'dan is-settur ma jiġrilniex bħalma ġralna fl-infrastruttura.", "Huwa importanti ħafna li l-ETC tagħmel monitoring b'nies responsabbli, għax jekk ma jkollokx dan fi kwalunkwe training, kemm tal-privat u anke tal- Gvern, ma jkun jiswa għalxejn; ikunu flus moħlijin jekk min ikun qed jagħmel il-monitoring ma jkunx responsabbli u trained tajjeb.", "GĦadna qed naħsbu biex nagħtu training lit-trainers meta għandna programm sħiħ u budget ta' Korporazzjoni sħiħa li suppost immedjatament taġevola lil dawk li qed jirreġistraw jew m'humiex qed jiffittjaw fis-suq tax-xogħol mill- aktar fis?!", "Din hija l-isbaħ kummiedja li qed naraw illum, li intom qegħdin f'sitwazzjoni li neqsin min-knowhow neċessarju biex jkollkom trainers tajbin li ġejjin mill-postijiet tax-xogħol.", "Meta aħna konna se noħolqu t-trade schools u l-Extended Skill Training Scheme, ġibna nies mid- Dockyard u minn postijiet oħra li kellhom esperjenza fil-qasam tat- teknoloġija, bħalma huma Telemalta u Enemalta.", "Dawn kienu l-pijunieri tat- trade schools u tat-technical institutes, għax dak iż-żmien pajjiżna ried li nimxu b'pass mgħaġġel ħalli nkunu nistgħu nindustrijalizzawh.", "Aħna ma ridniex li pajjiżna jservi bħala importatur biss, jiġifieri li jixtri l- prodotti u x-xogħol ta' ħaddieħor, filwaqt li lill-ħaddiema tiegħu iħallihom qegħda, bla ma jagħmlu xejn ħlief li jaħdmu fuq is-servizzi, ibigħu u jixtru.", "Dan aħna ma ridniehx.", "Sfortunatament issa erġajna waqajna fl-istess ħofra.", "Jgħidu x'jgħidu l-Membri tan-naħa tal-Gvern, jien konvint minn dan li qed ngħid, għax il-fatti hekk juru.", "Iktar ma jgħaddi ż- żmien, iktar qed nitilfu l-inċentiv għall-industrija Maltija biex tkabbar l- investiment tagħha, speċjalment fiċ-ċiklu li deħlin fih, fejn irridu nlaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja u nżidu l-pagi.", "B'dan il-mod se niżvantaġġjaw il-kompetittivita' ta' l-industrija Maltija.", "Nixtieq nitkellem ftit ukoll fuq iċ-ċertifikati ta' dawk li jkunu ħadu t- training mingħand l-ETC.", "Issa qed jingħad li rridu nbiddlu c-City and Guilds Certificates u minflokhom nagħmlu programm li jibda mill-qiegħ, jiġifieri mit-trade schools.", "Aħna nafu li biex nedukaw u nħarrġu liż- żgħażagħ, rridu nagħtuhom training ta' bejn ħames u seba' snin.", "La qed isemmi dawn l-affarijiet, il-Gvern jidher li għadu m'huwiex attrezzat biex ikun jista' jippjana l-edukazzjoni ta' min irid jidħol fit-trade schools, fit-technical institutes u iktar u iktar fl-Universita'.", "M'hemmx relevanza għall-bżonnijiet li għandna llum.", "Illum jeżisti splintered planning għax l- affarijiet qed isiru qishom jigsaw puzzle, meta jfettlilna nagħmlu xi ħaġa u meta jfettlilna nagħmlu xi ħaġa oħra.", "Din il-konfużjoni kollha qed tinħoloq għax m'hemmx pjan sod u serju għall-futur.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq in-nies li huma żvantaġġjati f'pajjiżna.", "Dalgħodu l-Ministru tkellem fuq dan is-suġġett ukoll u jien naqbel miegħu fejn qal li aħna ma għandniex niddependu mill-Eden Foundation fejn jidħlu persuni b'diżabilita'.", "Din l-inizjattiva għandha teħodha l-ETC għax hija din il-Korporazzjoni li tkun taf liema huma dawk in-nies dedikati ħalli jkun hemm voluntary bodies oħrajn.", "Din m'hix faċli.", "Meta konna fil-gvern jiena niftakar li konna ġibna grupp ta' persuni b'diżabilita' u numru ta' ġenituri - dan qed jiġri wkoll f'pajjiżna llum - li kellhom tfal b'diżabilita', u bl-għajnuna tal-Gvern u ta' l-intrapriża privata ħolqu fabbriki li kważi jħaddmu persuni b'diżabilita' biss.", "Tmenin fil-mija tal- ħaddiema ta' dawn il-fabbriki fl-Isvezja huma persuni b'xi diżabilita' u meta kienu hawn anke wrewna l-prodotti tagħhom magħmulin kollha bl-idejn.", "Jiena issa nistaqsi jekk il-Gvern - u mhux Ministru wieħed - għandux f'moħħu li jaħdem biex jinkoraġġixxi fabbriki li jieħdu ħsieb it-tfal u żgħażagħ żvantaġġjati li sal-bieraħ kellhom biss ix-sheltered workshops.", "Aħna nafu li hemm il-volonta' ta' ħafna nies li għandhom uliedhom b'xi diżabilita' jew inkella huma stess huma persuni b'diżabilita', għax minn fost dawn in-nies hemm min huwa tassew intelliġenti.", "Dan ix-xogħol f'pajjiżna ilu li nbeda, bħal fil-każ ta' l-għomja li jagħmlu x-xogħol tal- qasab u persuni oħra li jagħmlu xogħol ta' pittura.", "Pero' kemm il-Gvern kif ukoll l-ETC jridu jaħsbu biex bil-koperazzjoni ta' kulħadd ma jkunx hemm piż tqil ħafna fuq grupp ta' nies li jiddependu minn fund raising activities u attivitajiet oħra simili.", "Irid ikun hemm xogħol determinat biex f'pajjiżna jkun hawn dawn l-istituzzjonijiet ħalli l-persuni b'diżabilita' jkollhom verament fejn jedhew u jaqilgħu x'jieklu b'mod indipendenti fis-soċjeta'.", "Irrid nitkellem ukoll fuq dawk il-persuni li f'xi żmien kienu dipendenti fuq id-droga jew kienu attendew il-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "Jiena nixtieq inkun naf jekk lil dawn in-nies hux veru rridu ngħinuhom jew jekk hux qed nagħmlu biss cosmetic touches billi noqogħdu nużaw kliem bħal 'corrective facilities'.", "Dan qed ngħidu għaliex aħna nafu li min imur f'Kordin, minflok imur għall-aħjar jispiċċa jmur għall-agħar.", "Hemm bżonn li l-ETC tidħol fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin minn qabel u mhux tibda taħdem wara li l-priġunieri joħorġu minn hemm.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed ngħid li mhux qed isir hekk, imma qed ngħid x'għandu jsir aktar.", "Għandu jsir xogħol b'intensita' kbira ħalli ma jibqax jiġri li min imur il- ħabs darba jirrovina ruħu u jispiċċa jerġa' jidħol hemm ġew.", "Aħna dak ma rriduhx u għalhekk irridu naraw permezz ta' statistika jew riċerka kemm qed ikunu effettivi l-korsijiet li intom qed tgħidu li qed tagħmlu fil-ħabs u x'qiegħed jiġri minn dawk li joħorġu minn Kordin u jipprovaw isibu mpieg.", "Lili l-figuri ma jimpressjonawnix għaliex jiena rrid nara li dik il-persuna li tkun ħadet it-taħriġ u ħarġet minn hemm tibqa' miexja 'l quddiem u mhux terġa' taqbad il-ħajja li kienet fiha qabel.", "Għandu jkun hemm follow-up ta' dawk li jkunu ngħataw it-taħriġ u li suppost ikkorreġejniehom, għaliex wara kollox dak kien l-iskop li għalih bdejna nsejħu l-ħabs Ċentru Korrettiv.", "Jekk ma nagħmlux hekk, jibqa' jkollna l-istraġi li hemm bħalissa, b'dawk il-persuni drogati u bin-nies li jidħlu hemm isiru agħar minflok aħjar.", "L-ETC tixtieq li jkollha riżultati aħjar u fl-istess ħin tkun cost effective.", "Jiena rajt il-budgeting ta' din il-Korporazzjoni u sibt overestimates kbar.", "Kif jidher mill-estimi tas-sena l-oħra, ħafna mill- flus ivvotati ma ntnefqux, tant li kien hemm ċerti voti li lanqas biss intnefaq 50% minnhom.", "Dan li qed ngħid ma japplikax għall-vot allokat għall-għamara, għaliex f'dan il-każ il-vot intefaq kollu.", "Hemm fondi li għalkemm ġew ivvotati baqgħu ma ġewx minfuqa, u dan huwa ħażin għaliex jekk inti għandek programm serju u taf li għandek vot ta' sena, dawk il-flus għandek tutilizzahom għaliex iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd.", "Jekk inti taf li l-bżonnijiet li hemm quddiemek huma urġenti, dak li għandu jsir għandek tagħmlu.", "Hawnhekk m'iniex qed nikkritika l-fatt li ntnefqu l- flus fuq l-għamara.", "Jiena qiegħed ngħid li kieku qabżu l-budget li vvotajna, kien ikun aħjar għaliex kien ifisser li huma tant ħadmu u tant ippjanaw tajjeb, li kellhom bżonn iżjed flus milli vvotajnielhom.", "Il-pubbliċita' li rnexxielha tagħmel l-ETC permezz tar-radju, tat- televiżjoni, tal-gazzetti u ta' brochures lussużi, hija xi ħaġa tajba li żgur li aħna qatt ma konna kapaċi nagħmlu.", "Dawn l-affarijiet aħna qatt ma konna kapaċi nagħmluhom u ngħiru għall-mod kif jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Nerġa' ngħid li dan huwa tajjeb għaliex b'hekk il-poplu tagħna jkun jaf x'qed jiġri.", "(Interruzzjonijiet) Qiegħed nirreferi għall-materjal li ppubblikat l-ETC matul din l-aħħar sena ħalli l-poplu jkun aware minn dak li qed isir għal adulti li qed ifittxu x-xogħol jew inkella dawk li jispiċċaw mix-xogħol u jridu xogħol ieħor, u wisq iktar għal dawk li għadhom qegħdin jieħdu t-taħriġ tagħhom.", "Dan huwa tajjeb u nista' ngħid illi l-guidance centres li twaqqfu fi żmienna għad għandhom utilita' kbira u jridu jkomplu jkollhom utilita' kbira.", "Li rridu naraw li jkollna huma - u dan huwa ċ-challenge tal-pajjiż - nies ittrejnjati biżżejjed biex il-manufactured goods li nimportaw f'pajjiżna jkunu assigurati minn after sales service tajjeb għall-konsumaturi kollha, u aħna lkoll konsumaturi.", "U jien nistaqsi lill-kuxjenza ta' kull wieħed li hawn hawn ġew, jekk illum dan is-servizz hux tajjeb.", "Illum li għandna kwanita' kbira ta' computers, hi-fis, televisions, radios, white goods u karozzi għandna naraw ftit jekk aħniex sodisfatti bil-livell tekniku ta' high technology meta niġu għal maintenance u after sales service.", "Pajjiżna suppost li għandu nies kwalifikati ħalli jkollna servizz tajjeb u utli f'kull qasam.", "Jien nawgura lill-uffiċjali ta' l-ETC li għandhom biċċa xogħol diffiċli, li jinsew li huma political appointees u jiftakru li qed jaħdmu għall-poplu Malti kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jien ma kontx se nitkellem, imma ħadt pjaċir nisma' lill-kelliema taż-żewġ naħat jitkellmu, għax stħajjiltni qiegħed nara d-dar sabiħa maqtugħa mill-art li darba rajt meta kont l-Amerika jew ir-Russja.", "F'din id-dar kien hemm ħafna għamara u affarijiet sbieħ u biex tidħol ġo fiha kien hemm lift ma' l-art.", "Illum hawnhekk stħajjiltni qed nara din id-dar, għax smajt kelliema jitkellmu l- aktar fuq il-ħandikappati u d-dinja tax-xogħol u ħadt pjaċir li dan id- diskors sar minn kelliema li m'għandhomx wisq eta'.", "Imma dawn donnhom ħasbu li l-kwestjoni tal-ħandikappati bdiet f'Mejju ta' l-1987, mingħajr lanqas biss kien hemm pedamenti.", "Jien liż-żgħar ngħidilhom biex ifittxu fid-debates ta' l-1971, meta l-Partit Laburista kien għadu kif tela' fil- gvern, ħalli jaraw x'intqal dak inhar meta għall-ewwel darba l-General Workers' Union u l-Partit Laburista għamlu l-liġijiet favur il- ħandikappati.", "Dak inhar bdejna ngħinu lill-familji tagħhom u għidnielhom biex joħorġuhom minn taħt it-taraġ, ħalli ma jitħallewx iktar magħluqin.", "L- ewwel darba li kulħadd induna li dawn huma ħolqien t'Alla kien fl-1971 u dak inhar lill-Gvern Laburista kienu qalulu - ħalli nfakkarhom liż-żgħar x'kien il-kliem preċiż - li dawn huma flus fil-ħela.", "Dan tistgħu ssibuh fid-debates ta' l-1971.", "Intom sa l-1969 m'għamiltu xejn.", "Fiż-żmenijiet meta l-Gvern Laburista ried jagħmel affarijiet biex jgħin lill-handicapped, intom kontu tivvotaw kontra u llum qed nieħu pjaċir li dak li sar f'dan il- qasam baqa' waħda mill-kolonni tas-servizzi soċjali li għamel il-Parit Laburista.", "Il-Partit Laburista huwa kburi li intom qed taqblu magħna u mhux aħna qed naqblu magħkom, għax aħna konna l-ewwel li għarafna x'għandu bżonn il-handicapped.", "Tiġix tgħidli li l-Gvern Nazzjonalista għamel il- liġi biex kull azjenda timpjega persentaġġ ta' persuni handicapped.", "Dak inhar intom lill-handicapped kontu taħsbuhom disabled u ħadd ma kien jgħinhom, għax minkejja l-liġi li kontu għamiltu, ir-realta' kienet li lil dawn in-nies ħadd ma ried iħaddimhom.", "Imma l-ETC mhux dan biss trid tagħmel.", "Lil dawk li kienu orfni min kien jgħallimhom?", "Fl-antik ħadd ma kien jaħseb fihom biex jgħallimhom ħlief Vincenzo Bugeja, li ħass li ried iwaqqaf żewġ istituti minn flusu.", "Dak tas-subien kien fejn illum hemm iċ- ċentru għall-għomja u kien magħruf bħala r-Riformatorju jew is-Salvatur, u dak tat-tfajliet kien fejn fil-gwerra kien hemm id-depot.", "Kien Vincenzo Bugeja li ħaseb f'din il-kategorija ta' wlied il-ħaddiema biex jibda jgħallimhom u meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern, lil dawk l-orfni li kien hemm fl-Istitut ta' San Ġużepp u fl-Istitut ta' Ċini, ħariġhom minn hemm, ħadhom fl-iskejjel ta' l-Istat, beda jgħallimhom u tahom l-istess drittijiet li kellhom tfal oħra li kellhom il-ġenituri jieħdu ħsiebhom.", "Qabel, dawn it-tfal ma kenux jitħalltu mat-tfal ta' skejjel oħra.", "Wara li kienet saret pressjoni mill-gvernijiet tal-ħaddiema, anke l-kulleġġi bdew jieħdu lil dawn it-tfal u wħud minnhom kienu intelliġenti.", "Fil-fatt hemm min fl-antik kien fl-Istitut ta' San Ġużepp u llum huwa f'kariga għolja mal- Gvern.", "F'dawn l-istituti kien hemm nies li ħadmu biex jgħallmu lil dawn l- orfni, pero' kienu jaslu biss sa ċertu livell fit-tagħlim tagħhom.", "Dawn huma l-fatti.", "Jiena smajt ħafna dwar kemm għamlet l-ETC.", "Irrid ngħid li ma naqbilx ma' dawk li jirreġistraw u jieħdu l-benefiċċju tad-diżimpieg, imma mbagħad m'għandniex immorru minn estrem għal ieħor.", "Ħadt pjaċir nisma' kemm lill- kollega tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo, kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari jgħidu li l-ETC bagħtet għal dawk li qed jirreġistraw biex jibdew imorru l-iskola.", "Din kienet miżura tajba!", "Imma mbagħad hija tad- daħk li tara bniedem ta' 60 jew 61 sena - li jkun baqagħlu biss xi sitt xhur jirreġistra - fil-għodu sejjer l-iskola bil-bagalja.", "Ma ngħidx li dan m'għandux jitgħallem, imma mhux tibgħatu l-iskola u tgħidlu li jekk ma jmurx taqtgħu mir-Reġistru.", "Lil min trid tgħallem ma tgħidlux dawn l- affarijiet.", "Lit-tfal tgħidilhom li jekk ma jistudjawx ma jarawx television.", "Mela l-iskola titgħallimha għax tieħu r-relief jew biex tieħu s-social service?", "Lil dak li jkurn trid iddaħħallu f'moħħu li se tgħallmu jaqra u jikteb għax hija xi ħaġa tajba għalih.", "Imma mhux tgħidlu li se taqtagħlu s-social service jekk ma jmurx.", "Is-Segretarju Parlamentari Cassar semma l-Bord ta' l-Appella ta' l- Awtorita' Nazzjonali ta' l-Impiegii.", "Jiena kelli tliet każi quddiem il- Bord; jgħidulek li jkollok raġun imma ma jistgħu jagħmlulek xejn.", "Wieħed mill-każi kien ta' wieħed li żżewweġ, bidel l-ID card u ma avżahomx u għalhekk l-ittra tal-Bord flok marret għandu marret għand ommu u din tathielu jumejn wara.", "Meta applika qalulu li kellu raġun, l-inspectors marru għandu xi seba' darbiet, sabuh id-dar u baqgħu jgħidulu li għandu raġun, imma la kien applika tard ma setgħu jagħmlu xejn.", "Ħalli nsemmi każ ieħor ta' bniedem kien qiegħed miegħi l-Blata l-Bajda nistennew biex nirkbu l-karozza tal-linja.", "Għadda wieħed jafna b'vann u rikkibna.", "L-għada qalulu li kienu se jaqtgħuh għax rawh nieżel minn ġo vann u ħasbuh li kien ġej mix-xogħol.", "Għax ma qatgħux lili wkoll mix-xogħol, għax anke jien kont nieżel mill-vann?!", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek kemm għandkom affarijiet tajbin fejn tidħol ir-reġistrazzjoni.", "Peress li ili ma nirreġistra mill-1990, irċevejt karta fejn qaluli li jekk ma mmurx nirreġistra se jaqtgħuli r-relief li għadha mniżżla fuq fejn kont noqgħod qabel.", "Dawn huma affarijiet tad-daħk!", "Issa jien qed insemmi l-każ tiegħi biss; min jaf kemm ħarġu karti bħalha!", "GĦalhekk għidt li l-affarijiet sbieħ irid ikollhom il-pedamenti.", "Mela kieku ma kienx hemm il-pedament, il- Gvern preżenti wasal sa fejn wasal?", "Ngħidu li l-pensjonijiet huma sbieħ u niftaħru kemm qed jiżdiedu, imma dawn fl-1947 bdew.", "Dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kien ivvota kontra għax kien jgħid li x-xjuħ se jmorru jixorbuhom inbid, bl-istess raġunar li kien juża kontra t-taxxa ta' l- income li kien jgħid li din se tkun serq.", "Serq ġejja llum!", "GĦaliex?", "Lili, lil kull wieħed li hawn hawn ġew u lill-ħaddiema li jaħdmu fil-fabbriki u kullimkien, għax aħna onesti, jaqtgħulna l-income tax mill-paga, imma llum lil min seraq lill-poplu Malti billi ma ħallasx income tax, skond il- Budget, il-Gvern qed jgħid li se jaħfirlu.", "Il-Gvern qed jgħid li dawk il- flus li kellhom jagħtu, jagħtuhomlu minn ċerta data, jeħlu ċertu ammont u l-bqija se jaħfirhomlom.", "Allura lilna għaliex ma qalulniex l-istess?", "Messhom qalulna: \"GĦax kont iblah u ħallast?", "Kieku hekk kont nagħmillek ukoll.\"!", "Mr Speaker, hawnhekk qed ngħidu kemm sar xogħol mill-ETC.", "Il-Gvern Laburista, allavolja ma kenitx teżisti l-ETC, irnexxielu jħarreġ pilots ta' Air Malta.", "Mhux Gvern Laburista għamilhom dawn?", "Tiftakru kemm għajjartuna dak iż-żmien li dawk l-ajruplani huma għasafar taċ-ċomb u li l-linja ta' l- ajru Pakistana li konna ftehemna magħha ma kenitx tajba għax il-BA biss kienet tajba.", "Tant kienet tajba l-BA li meta tlajtu intom fil-gvern telqet minn Malta.", "Mur ġibek kont tgħid lil ulied il-ħaddiema qabel l-1971, li għad irid ikun hawn Maltin li huma pilots jew kaptani ta' vapur!", "Lanqas biss kienu jeżistu dawn l-affarijiet.", "Darba l-Partit Nazzjonalista kien ġab lil Air Melita; kien hemm partita nies telqu mix-xogħol biex marru jaħdmu magħha, falliet, serqet kemm setgħet flus u telqet minn Malta.", "Qabel kulma kien hawn kien in-National Bank of Malta u l-Barclays u dawn kienu jimpjegaw in-nies skond il-bandiera politika.", "Illum il-polu Malti għandu nies jaħdmu fuq ir-rigs mingħajr ma kien hemm għalfejn tindaħal l- ETC, sempliċement għax il-ħaddiem Malti huwa intelliġenti.", "Dawn tgħallmu biex ikunu kapaċi jmorru jaħdmu fuq ir-rigs, imma llum meta dawn in-nies imorru jirreġistraw għal xogħol fuq l-oil rigs, bħala tool pushers, rig managers, kokijiet - il-kokijiet ta' fuq ir-rigs huma differenti ħafna mill-kokijiet li jaħdmu fuq l-art - jew inkella bħala rig mechanics, l-ETC tibgħat għalihom u tgħidilhom li jiddispjaċiha, imma se jkollha taqtagħhom mir-Reġistru għax m'hemmx xogħol ta' dak it-tip għalihom.", "Jiġifieri dan ikun tgħallem sengħa u mbagħad l-ETC tgħidlu li dak ma jiswiex, meta dawn in-nies huma tant imfittxijin!", "Għandna l-Medserv li baqgħet bl-istess nies ...", "X'se tgħallmu lil dak li jkun tool pusher, li xogħlu huwa li meta r-rig ikun qed iħaffer, ikollu r-responsabbilta' li jagħżel l-għodod waqt li jkun nieżel ir-rig?", "Per eżempju, ix-xogħol ta' rig mechanic - mhux qed nitkellem fuq mechanic ta' karozza jew vapur - m'hux li jirranġa r-rig, imma li skond kemm ikun nieżel it-tħaffir, ikun jaf xi kwalita' ta' cement irid juża għax jekk isir blow-up jew cave-in f'ħakka t'għajn, irid jibdel il-kwalita' ta' cement li jkun qed juża.", "Allura lil dan tgħidlu li m'għandekx bżonnu u tibagħtu jitgħallem xi ħaġa oħra, ngħidu aħna, electrician?", "Kif jista' jkun meta dawn in-nies hawn bżonnhom!", "Jien smajt xi ħaġa oħra hawnhekk.", "Qalu li l-bordijiet huma tajbin u m'hemmx politika fihom.", "Jien kelli ħabib mill-Belt li applika u bagħtu għalih biex jaħdem il-Freeport bħala crane operator għax għandu ċ- ċertifikat ta' course ta' tliet xhur barra minn Malta.", "Meta mar għall- interview tawh prosit għax kellu ċ-ċertifikati li riedu huma.", "X'ħin kien ħiereġ mill-bieb, il-watchman qallu: \"Illum ġejt, imma għada ma tiġix hawnhekk għax int Laburist u ma tidħolx hawn ġew\".", "Jekk irid il-Ministru, nista' nagħtih ismu, inlaqqgħu ma' din il-persuna u jara jekk hux veru.", "Fil-fatt ma daħalx jaħdem il-Freeport u daħħlu wieħed li lanqas jaf jekk il- crane fihx winch 'l hemm jew 'l hawn, imma kellu kulur politiku differenti.", "Dan taf bih l-ETC jew le?", "L-ETC bagħtet għal dan l-individwu u riedet taqtgħu mir-Reġistru għaliex xogħol kif ried hu m'hawnx available.", "Dan bagħtuh għax-xogħol huma u mbagħad riedu jaqtgħuh.", "Kieku dan l-individwu m'għamilx ħiltu u mar jipprova jerġa' jsib xogħol fuq ir-rigs, kieku l-ETC kienet tiġi taqa' u tqum u taqtgħu mir-Reġistru.", "Jiġifieri dan il-ftaħir kollu bil-Bord ta' l-Appell u bit-tnaqqis fir-rata ta' l-unemployment, huwa kollu diskors fl-arja.", "Dawn huma kollha affarijiet sbieħ, imma l-ħaddiem irid imiss ir-riżultati b'idejh, għax min qed jgħix f'dawn l-affarijiet qed iħosshom.", "Kif għidt fil-bidu, jien ma naqbilx ma' dawk li qegħdin jieħdu l- unemployment benefit meta jifilħu jaħdmu u hawn xogħol għalihom.", "U huwa faċli li taqbadhom.", "L-ewwelnett ma tridx toqgħod tħares lejn il-kulur politiku u ħadd m'hu se jikkonvinċini li mhux qed isir hekk.", "Imbagħad jekk inti tara wieħed li qed jgħix bir-relief ġej jirreġistra b'Mercedes, tista' taħseb li żewġ alternattivi għandu għall-mod kif iġib il-flus, jew mill- kuntrabandu jew mid-droga, għax lanqas jekk tkun taħdem ma tista' tixtri mercedes ta' Lm40,000!", "Xi ħadd hekk imur jirreġistra u qisu ma ġara xejn.", "Imbagħad wieħed onest, għax l-ETC tkun trid taqbad miegħu jew għax ikun hemm rapport dwaru, mingħajr ma jiġi verifikat dan ir-rapport, l-ETC taqbad u taqtgħu mir-Reġistru.", "Issa niġu għall-istudenti ta' l-ESTS li waslu biex jispiċċaw il-kors tagħhom.", "Fi żmien Gvern Laburista, lil dawn l-istudenti kien jinstabilhom ix-xogħol minn qabel.", "Issa llum ħafna minn dawn l-istudenti se jispiċċaw fis-16 ta' Diċembru u qalulhom li se jagħtuhom ċertifikat.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm xi 16-il student li bagħtuhom jagħmlu l-qsari tal- fuħħar.", "Allura dawn kollha se joħorġu jagħmlu l-qsari!?", "Waqt li kienu qed jagħmlu l-kors ħadd ma mar jistaqsihom jekk hux se jkomplu jagħmlu qsari biss!", "Imbagħad fl-aħħar erbat ijiem bagħtuhom jagħmlu xogħol ta' skrivan u kollox baqa' għaddej.", "Jiena naħseb li l-Ministru, li għandu l-edukazzjoni ta' wlied il-poplu għal qalbu, ma jafx b'dawn l-affarijiet.", "J'Alla dan li qiegħed ngħid jiena m'hux minnu, imma jekk il-Ministru jmur jiċċekkja dawn l-affarijiet se jsib li dan huwa minnu.", "Per eżempju, jiena naf b'familja f'Birkirkara li tieħu ħsieb tfal li ommhom u missierhom ma jagħtux kashom; ommhom titlaqhom jiġru barra wara li jiġu mill-iskola u ġieli lanqas biss jitimgħuhom.", "Allura din il-familja tiġbor lil dawn it-tfal, tgħallimhom l- iskola, fejn tista' tiddobbalhom xi ħwejjeġ, tgħinhom jagħmlu l-homework u tgħinhom anke biex isibu x-xogħol.", "Imma meta din il-kwalita' ta' tfal imorru jfittxu job, isibu ħafna diffikultajiet minħabba l-background tagħhom.", "Dan mhux sewwa.", "Lil dawn in-nies għandna ngħinuhom.", "Inutli li noqogħdu ngħidu kemm ivvotajna flus għall-ETC, kemm għamilna uffiċini sbieħ u kemm sibna jobs.", "Qisu meta kien hemm il-Labour Office ma kenux jinstabu jobs.", "Mela ma kienx isib jobs il-Labour Office!", "Mela nsejna x'kienu jagħmlu l-gvernijiet ta' qabel?", "Jien mhux se noqgħod niddistingwi bejn gvern u ieħor, imma żgur li l-Labour Office għamlu xogħlu.", "Issa se ngħid xi ħaġa rigward il-baħħara.", "Kemm għandna baħħara bil-ktieb tal-baħar, jirreġistraw biex jaħdmu fuq il-baħar u ma nsibulhomx xogħol!", "Għaliex ma ngħidux liż-żgħażagħ biex ma jitħarrġux għal baħħara għax m'hawnx xogħol għalihom?", "Dalgħodu kien hawn kollega tiegħi li qal li fis- sittinijiet ma kienx rajna f'idejna u emigraw ħafna nies.", "Imma fl-1964, skond tan-naħa l-oħra, rajna ma kienx f'idejna?", "Jiena sa l-1967 kont naħdem ix-xatt u niftakar ministri Nazzjonalisti jwasslu lill-emigranti bil- banda.", "U dak inhar l-emigranti ma kenux jitilqu għax ma jkunux sabu xogħol, imma għax keċċewhom minn hawnhekk.", "Dan sar għax hekk kien jaqbel li jsir dak iż-żmien.", "Jekk tfittex fuqhom issib li fil-maġġoranza tagħhom kienu kollha kulur wieħed.", "Fil-fatt għalhekk seħibna qal li jistħi minn dawk l-affarijiet.", "Mela ma tistħix meta tiftakar li taħt Gvernijiet Nazzjonalisti minn Malta telqu 'l fuq minn 50,000 ruħ!", "Imissu jistħi għax seta' jagħmel ċerti affarijiet dak iż-żmien!", "Imma dak iż-żmien kien hemm l-interess li nitfgħu n-nies 'il barra.", "U ma jiġix jgħidilna li kien hawn ir-run-down, għax fl-1971 kien hawn ir-run-down tas-Servizzi u meta l-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien sab li l-bażijiet qed jagħlqu kollha, irranġa biex min ma riedx isiefer ma jsifirx.", "Dak iż-żmien korpi kien hawn għal wieħed, tnejn, tlieta, u ħafna min-nies sabu jaħdmu u anke tgħallmu snajja' ġodda.", "Min ma tgħallimx għax ma riedx jitgħallem.", "Kif qal sieħbi, illum ivvintajna korpi mod ieħor u naħseb li kull wieħed li hawn hawn ġew lest li jagħmel xi ħaġa bħal din ...", "Jekk tagħtini kumpannija u tgħidli biex nimpjega n-nies mingħajr ktieb tax-xogħol, nagħmilha basta tiggarantili li se tagħtini l-kuntratt tat-tindif ta' l-isptar u li fi żmien ġimgħa se nieħu wkoll il-kuntratt ta' l-airport.", "Jekk tagħtini kuntratt ħalli nagħmillek kumpannija ta' l-assigurazzjoni, għada minflok Group 4 nagħmel Group 7, pero' jrid ikolli l-garanzija tal-kuntratti bħalma kellhom dawk li waqqfu dawn il-kumpanniji.", "Jekk trid, għada tista' tagħtini kumpannija u jkolli kuntratt għat-tindif ta' l-iskejjel, pero' toqgħodx tiġi tissikkani bħalma ma ssikkajtx lil dawk ta' l-isptar li jaħdmu bil-ktieb tax-xogħol u fejn hemm jaħdmu tfal taħt l-eta'.", "Issa billi l-Ministru se joqgħod jgħid li dan m'hux veru u joqgħod iġibli l-figuri!", "Il-bniedem tat-triq mhux figuri u persentaġġi jrid, imma jrid il-fatti f'idejh.", "Taħt gvernijiet Laburisti saru kumpanniji li ħaddmu n-nies!", "Kien hemm kumpanniji li rnexxew u kien hemm kumpanniji li ma rnexxewx.", "Per eżempju, aħna ġibna l- SGS li sal-lum għadkom tiftaħru li qed tespandi.", "Għalkemm ma konniex fil- gvern, bis-saħħa ta' l-Onor.", "Dom Mintoff qabel l-1962 kienet ġiet id-Dowty li għadha hemm sal-lum.", "Dawn huma kollha kumpanniji kbar.", "Aħna mhux qed insemmu kumpanniji li wara erbat ijiem fallew, għalkemm kellna min falla wkoll.", "Aħna mhux se noqogħdu nistħu ngħidu li kien hemm min falla, imma ta' min jgħid ukoll li għalkemm illum għandna l-high-tech u affarijiet oħra, s'issa għadkom ma ġibtu l-ebda kumpannija li ħaddmet in-nies.", "Intom dejjem issemmu n-nies li mpjegajna mal-Gvern.", "Mela intom ma impjegajtux nies mal-Gvern?!", "Intom illum qed tgħidu li qed tħaddmu n-nies mal- kumpanniji parastatali, mal-bordijiet u mal-korporazzjonijiet, jiġifieri minflok għidu li qed jaħdmu mal-Gvern, tgħidu li qed jaħdmu ma' korporazzjoni.", "Kellna l-blue-eyed boys u vvintajna d-diretturi.", "Jien fuq l-ebda bord għadni ma rajt diretturi li għandhom tendenzi kontra t-twemmin tal-Gvern preżenti.", "Dawn huma magħżulin għax kif kien qal is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Dr Austin Gatt, dawn għandhom ikunu Nazzjonalisti, fi kliem ieħor nies li jridu jmexxu l-politika Nazzjonalista!", "Hekk sar fil-bordijiet; fl-ebda bord m'hemm chairman li ma jaqbilx magħkom.", "Hemm wieħed li intom tajtuh iċ-ċans - u 'l quddiem jekk tisfidawni nsemmih għax baqa' jgħinkom sa l-aħħar - ...", "Rigward il-Bord tad-Diretturi ta' l-ETC rrid ngħid li l-Gvern huwa moħbi wara paraventu ieħor, bħalma jinħeba wara l-paraventi l-oħra kollha.", "Għalkemm dan il- Gvern wiegħed ċerti affarijiet, minn dan kollu ma sar xejn, għaliex l- ewwel ma tara l-ETC u l-bordijiet u l-kumpanniji parastatali kollha huwa l- kulur ta' dak li jkun.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, jien ċert li din il- Korporazzjoni għandha rwol sinifikattiv xi twettaq fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jien nemmen li din il-Korporazzjoni verament hemm bżonnha f'ekonomija li kontinwament qed tiġi esposta għall-forzi tas-suq ħieles.", "Dan is-suq ħoloq is-suq tax-xogħol li għandu l-ineffiċjenzi tiegħu f'dak li huwa mod kif jintlaħaq ekwilibriju, speċjalment f'dinja ta' teknoloġija moderna; qisu ħoloq b]al xokk teknoloġiku lil dawk illitterati.", "Illum id- dinja għandha sistemi ġodda u qed tinbidel kuljum b'dinamiċita' partikolari.", "Il-konċett ta' l-effiċjenza - biex inkunu aktar kompetittivi u nżommu fil-wiċċ - wassal lil bosta industriji tagħna biex jikkonsidraw li jnaqqsu l-ħaddiema li ma setgħux ikunu produttivi.", "Illum l-ambjent il-ġdid iwiegħed suċċessi u remunerazzjoni jekk tipproduċi b'mod professjonali.", "Dan huwa verament allarmanti, aktar u aktar meta nqisu li t-tendenza tan- numru tal-ħaddiema redundant huwa ta' eta' medja.", "Hu diffiċli li nies ta' din l-eta' jinstabilhom xogħol ġdid meta jitilfu l-job li jkollhom.", "Fil- fatt jekk naraw ir-Rapport Annwali ta' l-ETC għall-1993/1994, mill-ewwel nintebħu li l-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa inqas minn dak fost l-irġiel li għandhom bejn 30 u 39 sena.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika li joħroġ il-Gvern stess dwar il-qgħad u l-vacancies li hawn, jitħawwad għax filwaqt li jidher li hawn numru ta' vacancies 'l hawn u 'l hinn, għalkemm l- ETC qed tipprova tagħti l-impressjoni li qiegħda tagħmel xi ħaġa, il-livell tal-qgħad baqa' l-istess.", "Jekk nidħlu iktar fil-fond u naraw għaliex hawn dawn id-diskrepanzi, insibu li fir-realta' ftit li xejn hemm relazzjoni bejn l-opportunitajiet ġodda li qed jinħolqu fis-suq tax-xogħol u l- occupational preferences ta' dawk li huma bla xogħol.", "Tul dawn l-aħħar snin wieħed seta' jinduna b'shift f'dak li hu employment share.", "Jidher li bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur ta' servizzi ta' marketing, l- aktar li nibtu opportunitajiet ta' xogħol kien fis-settur tas-servizzi u f'jobs klerikali.", "Mill-banda l-oħra donnu jidher li n-nies qegħdin jippreferu iktar xogħol relatat mal-kostruzzjoni u mal-manifattura.", "GĦalhekk meta niġu f'dawn is-sitwazzjonijiet, iktar ikompli jikber il-bżonn ta' strument li jħaffef il-proċess ta' tqabbil ta' riżorsi umani mal- bżonnijiet ta' l-ekonomija, għax kull żvilupp ekonomiku jiddependi ħafna fuq il-kwalita' tar-riżorsi umani tal-pajjiż.", "Diżgrazzjatament, dan hu l- uniku riżors li għandna, u għandna għaliex tassew niftaħru bih f'pajjiżna.", "GĦalhekk fil-programm tagħha l-Korporazzjoni għandha tara li jkun hemm l- aqwa riżorsi available filwaqt li tipprova ttejjeb ir-riżorsi li għandna.", "Aħna rridu naraw jekk hux qed jintlaħqu l-għanijiet li oriġinarjament il- Korporazzjoni twaqqfet għalihom.", "Li jidher ċar hu li l-attitudni tal- Korporazzjoni iktar qed tkun ta' sfida, speċjalment ma' dawk li meta jkollhom diversi opportunitajiet fis-suq tax-xogħol ikunu riġidi fil- preferenzi tax-xogħol tagħhom.", "Jekk naraw l-expenditure analysis għal din is-sena, li jinkludi l- ispejjeż ta' l-istaff u s-salarju ta' trainees, insibu li l-costs għall- operational programmes jidhru għoljin iżżejjed.", "GĦalhekk naħseb li f'dan il-kontest ikun aħjar jekk nagħmlu cost benefit analysis ta' dawn it- training programmes.", "Dan il-proċess jista' jidher diffiċli għax irridu nikkwantifikaw f'termini ta' flus dak li l-ħaddiema jkunu qed jiggwadanjaw minn dan it-taħriġ.", "(Interruzzjonijiet) Naf li dan intom diġa' għamiltuh, imma l-punt tiegħi hu li f'dan il-cost benefit analysis li sar, minn termini kwantitattivi rridu nimxu għal termini kwalitattivi.", "Jien qed ngħid li t-taħriġ għandu jibqa' investiment fin-nies sabiex inħajruhom jagħtu aktar u jkollhom saħħa jużaw dawk li huma l-potenzjali u l- abbiltajiet tagħhom.", "GĦalhekk huwa meħtieġ l-ippjanar; għalhekk aktar minn strutturi ġodda rridu attitudnijiet ġodda, irridu nies aktar imħarrġa, irridu nies li jistgħu jirrispondu u li jkun hemm metodi kif nimmodifikaw it-taħriġ u l-iskills tal-ħaddiema b'metodi li jkunu self-instructive sabiex nakkwistaw riżultati effettivi fid-dinja tax-xogħol.", "Dan irid isir, u jekk diġa' saret xi ħaġa f'dan is-sens, irridu nkomplu nsaħħuha.", "Huwa importanti wkoll li jkollna a proper job analysis.", "Il-human resource planning irid tkun l-ewwel fuq l-agenda tal-Korporazzjoni.", "B'hekk inkunu qegħdin nagħmlu matching tas-supply tal-ħaddiema mad-domanda għalihom.", "Il-Korporazzjoni għandu jkollha proċedura sistematika ta' ġbir u ta' record ta' informazzjoni dwar l-impiegi għand il-Korporazzjoni, u l- għan ta' dan għandu jkun li persuna tkun tista' tibda taħdem hekk kif jintemm dan il-programm.", "Iżda dejjem jibqa' d-diffikulta' dwar kif dawn se jittrasformaw it-taħriġ fil-prattika immedjatament.", "Fil-fatt kif inkiteb minn Blowitt fil-ktieb tiegħu fuq dan is-suġġett:", "\"However effective the training, the knowledge and skills acquired may be quickly dissipated unless they are immediately used.\".", "Dan iwassalni biex ninsisti li l-Korporazzjoni tara li jkun hemm sforz kollettiv bejn l-industrija, il-managers u l-esperti għall-counselling fejn jidħlu l-counselling u korsijiet ta' taħriġ.", "Il-Korporazzjoni għandha tara li twassal messaġġ lil dawk bla xogħol, jiġifieri bażikament il-ħtieġa ta' filosofija ta' training pożittiv, għaliex qed ngħixu f'dinja fejn jista' jkun hemm l-iskills, imma dawn ma jkunux qed jiġu wżati tajjeb, l-aktar meta l-forzi demografiċi jinstigaw u jirrestrinġu liż-żgħażagħ f'dinja ta' xogħol ....", "Il-Korporazzjoni ma tridx tħares biss lejn il-bżonnijiet ta' l- industrija, imma trid tikkonsidra s-set-up psikoloġiku ta' dawk bla xogħol.", "Barra minn hekk irridu naraw li l-Korporazzjoni ddaħħal il-mentalita' li l- ebda xogħol m'hu permanenti.", "Wieħed irid jifhem li inti trid tkun kapaċi biex f'dinja li qiegħda tinbidel, l-iskills tiegħek ikunu jistgħu jgħinuk għall-isfidi ta' għada.", "Il-Korporazzjoni trid tħarreġ tassew lil dawk bla xogħol biex joqogħdu għal servizz ta' counselling li jħejjihom għal dak li jkun mistenni minnhom fuq il-post tax-xogħol.", "Dan inaqqas il-livell ta' over-expectancy li ċerti parteċipanti għandu mnejn ikollhom.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq it-taħriġ.", "Kull programm ta' taħriġ għandu jkun disinjat fuq livell individwali li jolqot lill-individwu u mhux b'mod kollettiv.", "Il- metodu ta' taħriġ irid jevolvi kontinwament u anke jibidel kompletament, jekk ikun hemm bżonn.", "Mill-feedback li jkun hemm wieħed irid jara wkoll il- bidliet li jkun hemm bżonn f'dan il-programm.", "Il-Korporazzjoni jrid ikollha wkoll kuxjenza soċjali, għax m'huwiex aċċettabbli li jkun hemm nisa ta' rġiel bla xogħol li jagħmlu talbiet lid-Dipartiment ta-Sigurta' Soċjali għal għajnuna għall-manteniment ta' wliedhom u dawn it-talbiet ma jiġux milqugħa minħabba li r-raġel tagħhom ikunu ġie msejjaħ biex imur l-ETC u dan ma jkunx irċieva l-ittra.", "Ġieli kien hemm każijiet fejn wieħed ikun għamel affidavit li veru ma rċeviex l-ittra, u dawn qalulu li ma jinteressahomx u bagħtuh 'il barra.", "Huwa importanti li t-taħriġ isir b'mod effettiv u jkun ukoll flessibbli, għaliex nemmnu li l-ħaddiem għandu jiġi verament l-ewwel.", "L-aħjar metodu biex naraw kemm hi effettiva l-ETC hu billi nagħmlu forma ta' follow-up ta' dak li jkun ġara lill-parteċipant wara li jkun daħal fil- post tax-xogħol.", "Forsi jkun tajjeb li l-Korporazzjoni tevolvi dejjem aktar rapport tajjeb ma' l-employers il-ġodda ta' dawn in-nies ħalli jkun hemm feedback dwar areas li jkunu jistgħu jiġu inklużi jew imtejba fi programmi ta' taħriġ għall-futur.", "Dan għandu jsir fuq bażi kontinwa għall-aħjar riżultati.", "Dan hu l-awgurju tiegħi lill-ETC għas-sena li ġejja, għax lejn dan irridu nersqu; dan hu li tixtieq l-Oppożizzjoni Laburista.", "Nixtieq ukoll li l-ETC jkollha l-opportunita' li tħares lejn numru ta' konvenzjonijiet li wħud minnhom diġa' ġew ratifikati u li huma parti mis- sistema tagħna jew inkella huma riflessi fil-leġislazzjoni ta' pajjiżna.", "Hemm numru ta' konvenzjonijiet maħruġa mill-International Labour Organisation tal-United Nations, li hija waħda mill-aġenziji speċjalizzati tal-Ġnus Magħquda.", "Fost dawn hemm il-Convention Concerning Employment Promotion and Protection against Unemployment.", "Din fiha sections li huma importanti ħafna, anke issa li qed jingħad li se jkun hemm bidliet fil-Liġi Industrijali, speċjalment fil-Conditions of Employment (Regulations) Act ta' l-1952, sussegwentament emendata b'liġijiet oħrajn.", "Jekk aħna se nibdlu din il-Liġi, ikun tajjeb li jkollna knowledge tal-Konvenzjonijiet li jeżistu biex min ikun qed jiddraftja l-liġi jkun jaf bihom.", "Fil-Convention Concerning Employment Promotion and Protection against Unemployment insibu l-Women Convention Revised li saret fl-1948, imbagħad fl-1990 sar il-protokoll li kien jittratta x-xogħol bil-lejl min-nisa.", "L- istess ngħid għall-Convention Concerning Vocational Rehabilitation and Employment of Disabled Persons li għandha r-rakkommandazzjoni ta' l-istess ILO u li titkellem fuq conditions in hotels, restaurants and similar establishments.", "Huwa importanti li la qed nitkellmu fuq dawn il-postijiet tax-xogħol, inħarsu aktar lejn l-element ta' enforcement.", "Is-sena li għaddiet kelli okkażjoni li nitkellem dwar l-ETC u kont għidt li jien naħseb li s-Safety Unit tista' taħdem flimkien ma' oqsma oħra li diġa' għandna, ħalli l-ħaddiem ikun kemm jista' jkun protett fuq il-post tax-xogħol, speċjalment fir-restaurants u establishments simili, apparti problemi sanitarji, probelmi ta' ħsejjes u kwestjonijiet bħal dawn.", "L-ILO tagħmel ukoll rakkommandazzjoni dwar employment policy u hemm konvenzjoni oħra dwar ix-xogħol bil-lejl.", "Jien naħseb li dawn huma kollha punti importanti meta qed nitkellmu dwar Korporazzjoni li hija forward looking, Korporazzjoni li trid li jkun hawn tibdil fil-liġijiet eżistenti biex jirriflettu l-bżonnijiet tal-lum.", "Pero' mhux biżżejjed li jsiru l- liġijiet biss.", "Ikun interessanti li naraw kif ħadna azzjoni kontra l- impjegati li jaħdmu b'mod irregolari.", "Nixtieq insemmi lil ex-drug addicts li jkunu segwew programm ta' riabilitazzjoni u rriformaw ruħhom u mbagħad ikunu jridu jerġgħu jintegraw fis-soċjeta'.", "L-ETC qiegħda tħoss li t-training li qed jingħata lil dawn in-nies huwa adegwat u li qed tagħmel dak kollu possibbli biex tipprovdilhom ix-xogħol ħalli ma jerġgħux jaqgħu f'dak il-vizzju?", "It- trade schools x'sehem qed ikollhom?", "Lid-disabled kif qed nipprovaw nintegrawhom b'mod serju?", "Il-Job Centre kif qed jaħdem?", "L-ilmenti li ġieli jidhru f'\"The Times\", li l-Job Centre mhux qed iwettaq ix-xogħol tiegħu, huma minnhom?", "M'hux fair li dan iċ-ċentru mhux qed iwettaq ix- xogħol tiegħu sewwa.", "X'inhi l-pożizzjoni dwar il-Job Centre?", "Veru li trid iddum tistenna sakemm il-problema tiegħek tiġi trattata mill-Job Centre?", "Per eżempju, kif jistgħu jeffettwaw id-dinja tax-xogħol l-emigranti li jiġu lura Malta?", "Darba kont ktibt artiklu, mingħalija f'\"It-Torċa\", dwar child abuse connected with child labour.", "Kemm hu n-numru ta' dawn it- tfal?", "Veru li hawn tfal ta' 14-il sena li qed jaħdmu?", "Li student li jkollu 15-il sena u tmien xhur ma jkunx irid jibqa' l-iskola, u jmur jaħdem, nifhimha imma li studenti ta' 14-il sena jmorru jaħdmu flok li jmorru l-iskola ma nifhimhiex u ma naċċettahiex.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx huwiex veru u ma nafx x'inhi l-policy tagħkom.", "X'inhi l-pożizzjoni ta' l-ETC f'dan ir-rigward?", "Kemm-il darba jiġu nies għandna u jistaqsuna x'qed jagħmel il-Gvern.", "GĦalhekk jien naħseb li l-Korporazzjoni għandha sfidi ġodda quddiemha u għandha tipprova tara - din issemmiet diversi drabi mill-Oppożizzjoni Laburista - kif tagħmel biex ikun hemm aktar kordinazzjoni bejn it-taħriġ u l-aspett tad-dinja tax-xogħol ħalli ngħollu l-livell tal-ħaddiem Malti u nagħtuh dak li jixraqlu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li fadal huwa kollu għad-dispożizzjoni tal- Gvern.", "Nistieden lill-Ministru Falzon jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Mr Speaker, irrid ngħid li b'kuntrast ma' dak li ġara dalgħodu, il-kelliema ta' l-Oppożizzjoni illejla, b'eċċezzjoni ta' l-aħħar kelliem, jiġifieri l- Onor. Schembri Adami li tkellem by and large b'mod pożittiv, ipprovaw jieħdu tack partiġġjan f'ħaġa li ma kienx hemm għalfejn.", "Jien naħseb li dan huwa riflessjoni tal-fatt li l-Onor.", "Bartolo u l-Onor.", "Schembri Adami huma ta' ġenerazzjoni differenti mill-Onor.", "Philip Muscat u l-Onor.", "Debono Grech għax fil-fatt dawn ta' l-aħħar tkellmu b'mod partiġġjan.", "Tkellmu fuq x'kien jiġri fil-passat u fakkruna li meta twaqqfet l-ETC kienu qalu li jekk il-Partit tagħhom jitla' fil-gvern ineħħuha.", "Jien ma rridx noqgħod ninħela fir-risposti għal dak li ntqal għaliex jidhirli li jkun aktar ta' ġid li fil-ftit minuti li għandi nitkellem fuq il-kritika li saret b'mod kostruttiv.", "L-ewwelnett jien niċħad l-akkuża ta' partiġġjaniżmu fl-ETC.", "Dan assolutament ma jirriżulta minn imkien u dawn huma akkużi li m'humiex ġustifikati.", "Nista' ngħid li din is-sena jien personalment ħadt il-briga li nappunta direttur li kulħadd jaf u li ġie appuntat on his own merits u li m'hu qed jirrappreżenta lil ħadd - pero' kulħadd jaf ukoll li dan huwa uffiċjal għoli tal-GWU u għaldaqstant kulħadd jaf x'kulur hu.", "Dan appuntajnih għall-kapaċitajiet tiegħu u m'hux għax hu uffiċjal għoli tal- GWU.", "Jiġifieri, jekk hemm bżonn prova, minn dan jidher li mhux veru li mxejna b'mod partiġġjan, u jiddispjaċini li l-Onor.", "Philip Muscat u l- Onor. Debono Grech ipprovaw jgħidu dawn l-affarijiet.", "Żgur li m'huwiex fair ukoll li l-Onor.", "Philip Muscat jgħid li peress li qegħdin nerġgħu nagħfsu fuq is-servizzi u peress li l-impiegi fis-settur ta' l-industrija stabbilizzaw ruħhom, allura erġajna waqajna fl-istess ħofra.", "Jiena nistaqsi: Liema ħofra hi li waqajna fiha?", "Jien ħsibt li kien qed jitkellem fuq il-ħofra li kien hemm meta ma kienx hawn l-ETC, jew fuq l- affarijiet li għamlu meta ma kienx hawn l-ETC li rrefera għalihom l-Onor.", "Debono Grech, jiġifieri l-ħofra tal-korpi tax-xogħol bħall-Korp ta' l- Emerġenza, il-Korp tal-Pijunieri, Dirgħajn il-Maltin, Iżra' u Rabbi u l- Korp tad-Dejma - korp li bejn l-1981 u l-1986 biss biss saru għaxar sejħiet għall-ingaġġ għaliha.", "Din hija l-ħofra li ħriġna minnha fil-qasam ta' l-impiegi u jkun żball, anke għall-Oppożizzjoni, li noqogħdu nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Nerġa' ngħid, jien m'iniex se noqgħod ninħela jew nitgħajjar fuq dak li kienu jagħmlu fi żmienhom biex nirrispondi lill-Onor.", "Debono Grech u lill-Onor.", "Philip Muscat għaliex jidhirli li rridu nħarsu 'l quddiem u mhux nibqgħu nħarsu lura.", "Huwa veru li għandna l-problema ta' l-edukazzjoni.", "L-Onor.", "Philip Muscat xebbaħ il-kwestjoni ta' l-impiegi mat-toroq u qal li għamilna t-toroq u mbagħad ħarbatinhom.", "Jien ma nafx jekk meta qal li hemm nies ta' bejn il- 25 u d-39 sena li ma nistgħux nimjegawhom, indunax li ħafna minnhom huma nies li kienu jmorru l-iskola meta kien Ministru ta' l-Edukazzjoni hu!", "Imma ma jaqbilx li noqogħdu nitgħajru u m'iniex se nkompli nitgħajjar.", "GĦalhekk se nipprova nitkellem bis-serjeta' fuq affarijiet li huwa importanti li jingħadu hawnhekk.", "Kemm minn din in-naħa kif ukoll min-naħa l-oħra saret enfasi - u issa qed nirreferi għal min għamel enfasi b'mod pożittiv u mhux b'mod negattiv - fuq il-kwestjoni ta' dawk in-nies li għandhom bżonnijiet speċjali.", "Dalgħodu fl-introduzzjoni tiegħi għidt li l- ETC għandha sezzjoni għall-persuni bi bżonnijiet speċjali - huwa diffiċli timpjega lil dawn in-nies minħabba l-bżonnijiet li għandom - imma din is- sezzjoni ma tikkonsidrax biss persuni b'diżabilita', iżda tikkonsidra wkoll ex-drug addicts u ex-convicts - u mingħalija l-Onor.", "Joe Cassar semma li din is-sezzjoni torganizza courses tal-computers għal ħabsin, biex meta joħorġu mill-ħabs ikollhom skills sabiex tagħmililhom aktar faċli li jsibu job.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Evarist Bartolo hemm problema meta tiġi biex timpjega lil dawn in-nies, għax għalkemm aħna nippriedkaw is-solidarjeta', fil-prattika hija diffiċli u meta tiġi biex timpjegahom dejjem issib ħitan għoljin ma' wiċċek.", "Huwa ta' sodisfazzjon għalina li l-ETC qed tipprova tagħmel placements għalkemm forsi ma jirnexxilhiex daqs kemm wieħed jixtieq.", "S'issa r-role ta' l-ETC f'dak li għandu x'jaqsam persuni b'diżabilita' kien limitat, imma lanqas m'hu fair li ngħidu li kulma għamlet hija farming out tax-xogħol lill-Eden Foundation.", "L-ETC iddeċidiet li tikkopera mal- Fondazzjoni u naħseb li kienet deċiżjoni tajba għax l-Eden Foundation mhux biss għandha nies volontiera u nies lesti biex jaħdmu għal dik il-kawża, imma għandha nies bil-kapaċitajiet neċessarji.", "In-nies li għandhom ċerti kapaċitajiet fil-pajjiż ma ssibhomx fit-triq kif ġib u laħaq u kif diġa' għidt dalgħodu u nerġa' ngħidha issa, fil-pajjiż ma naffordjawx li jkollna duplikazzjoni tas-servizzi.", "Jekk hemm organizzazzjonijiet volontiera mhux tal-gvern li qed jagħtu ċerti servizzi u li għandhom ċerti kapaċitajiet, m'hemm xejn ħażin li l-ETC tikkordina magħhom u tisussidjahom biex tilħaq l-iskop tagħha.", "Dan żgur m'huwiex farming out u żgur m'huwiex każ fejn l- ETC farfret mir-responsabilitajiet li għandha li tieħu ħsieb il-persuni b'diżabilita'.", "Nista' ngħid li din is-sena l-ETC irnexxielha tagħmel 32 direct placement ta' persuni b'diżabilita', 4 permezz ta' l-Employment Training Placement Scheme - jiġifieri skema fejn l-on the job training ikun issussidjat - u 13 permezz ta' l-on-line scheme jiġifieri skema ta' taħriġ li jwassal għal job.", "Apparti minn hekk, l-ETC ħarrġet 12-il persuna b'diżabilita' fil-literacy and numeracy course u 12-il persuna oħra b'diżabilita' f'korsijiet oħrajn.", "Dan ix-xogħol kollu li qed insemmi huwa apparti s-sussidju li l-ETC tagħti lill-Eden Foundation, apparti t-taħriġ lil dawk l-għaxar min-nies li nstabilhom job u hemm numru ieħor li bħalissa qed jitħarrġu u nisperaw li jinstabilhom job.", "Wieħed irid jifhem li ħafna drabi huwa diffiċli li ddaħħal persuni b'diżabilita' fi programm ta' taħriġ partikolari għax dawn sfortunatament għandhom nuqqas ta' basic skills.", "Normalment meta ddaħħal bniedem f'ċertu programm biex tgħallmu, per eżempju l-computer, irid ikun jaf jikteb u jaqra, jiġifieri diġa' jrid ikollu basic skills, imma fil-każ ta' persuni b'diżabilita' sfortunatament - biex inkun qed ngħid kollox jista' jkun li ma' jkunx tort tagħhom, imma tas-sistema - dawn ma jkollhomx il-basic skills u allura jkun diffiċli tagħtihom programm ta' taħriġ.", "Ħafna mill-programmi ta' taħriġ jippreżupponi li min se jiġi mħarreġ diġa' għandu dawn il-basic skills.", "Sadanitant l-ETC ħarrġet numru ta' job coaches.", "X'inhuma dawn il-job coaches?", "Kull kumpannija li timpjega persuni b'diżabilita' trid tpoġġi persuna oħra, job coach, biex tagħmel monitoring ta' dawn in-nies u tkompli tgħinhom jaddataw ruħhom għal job tagħhom.", "L-ETC qiegħda tagħmel dan ix- xogħol billi tħarreġ nies li jkunu job coachs f'dawn il-kumpanniji.", "Mhux hekk biss, imma l-ETC qed toffri li tassisti u tgħin finanzjarament l- ażjendi li għandhom bżonn jagħmlu xi bidliet strutturali jew jixtru equipment partikolari biex ikunu jistgħu jimpjegaw persuni b'diżabilita'.", "Se nagħti eżempju sempliċi biex kulħadd jifhimni.", "Jekk per eżempju uffiċċju f'kumpannija, ħanut jew fabbrika jkunu jridu jagħmlu bidliet strutturali billi titpoġġa rampa sabiex persuna b'diżabilita' jkollha aċċess, l-ETC qed toffri li tgħin finanzjarjament lil dawk l-azjendi jagħmlu dawn it-bidliet neċessarji ħalli jkunu jistgħu jiġu impjegati persuni b'diżabilita'.", "Altru tajna ftit sussidju lill-Eden Foundation biex iħarrġu għaxar min-nies u farfarna r-responsabilita' minn fuq spallejna!", "Din hi l-verita' Mr Speaker, u nixtieq ngħid li l-ETC qed tipprova wkoll tgħin fit-trasport tan-nies b'diżabilita'.", "Irridu naraw u nistudjaw b'mod iktar mill-viċin ir-reazzjoni ta' min jimpjega għall-prospett ta' l-impieg ta' persuna b'diżabilita'.", "Meta l-Gvern Nazzjonalista tela' fil-Gvern fl- 1987, fil-Labour Office kien hemm records li ma kenux up to-date.", "Per eżempju fir-Reġistru kienu jidhru 4,800 persuni b'diżabilita' u meta dawn ġew iċċekkjati - damu sentejn jiċċekkjawhom - nstab li minn dawn kien hemm min miet, min siefer u min kien irtira bil-pensjoni.", "Dan ir-Reġistru ma kien up to-date xejn u nħela ħafna żmien sakemm ir-records ġew up-dated; saħansitra kellhom jibgħatu għan-nies.", "Din l-istorja sirt naf biha wara li għamilli mistoqsija parlamentari l-Onor.", "Sandro Schembri Adami u qaluli x'kien ġara eżattament.", "Irrid ngħid li everybody's goodwill mhux biżżejjed.", "Jien ma niddubitax mill-goodwill tal-Gvern Laburista vis-a-vis in-nies b'diżabilita', imma l-verita' hi, li hu meħtieġ li jkollok l- informazzjoni f'idejk, ħaġa li ma kenitx teżisti qabel.", "Mr Speaker, dalgħodu kien hemm referenza mill-Onor.", "Evarist Bartolo għax- sheltered workshops.", "S'issa dawn huma r-responsabilita' tal-Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "Bħalissa dan il-Ministeru qed iniedi politika ġdida tas-social welfare; politika ġdida u riveduta u li ġiet diskussa u approvata mill-Kabinett u hemm diversi programmi dwarha.", "Saret refereza għaliha anke fid-Diskors tal-Budget u waħda mill-affarijiet li rridu ngħidu hi - u li jien wieħed minn dawk li nemmen, naħseb li l-Ministru Galea jaqbel miegħi wkoll - li l-ETC b'xi mod jew ieħor trid tinvolvi ruħha iktar f'dak li qed isir f'dawn ix-sheltered workshops.", "Jien nikkondividi ħafna ma' l-opinjoni ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo fuq is-sitwazzjoni ta' dawn il- workshops.", "Sfortunatament f'dawn il-workshops jgħallmu l-istess affarijiet, irrispettivament mill-kapaċita' mentali tan-nies li jmorru hemmhekk.", "Biex inkun onest, hemm nies li għalihom ma jafux jagħmlu iktar minn hekk, imma hemm ħafna oħrajn li għalkemm għandhom diżabiltia' ma jfissirx li m'għandhomx il-kapaċita' li jħaddmu moħħhom biex jagħmlu xogħol ħafna iktar interessanti minn dak ix-xogħol boring li kultant jingħata f'dawn il-workshops.", "Pero' żgur li hemm bżonn li jsir re-thinking fuq dawn il-workshops.", "Bilfors li l-Ministeru tiegħi u dak ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali jridu jikkordinaw flimkien kemm għar-rigward ta' din il-politika ġdida li qed iniedi l-Ministeru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali, kif ukoll f'oqsma oħra tal-welfare.", "Fil-kwestjoni tax-sheltered workshops hemm bżonn li b'xi mod jew ieħor l-ETC tinvolvi ruħha ħalli dawn in-nies verament nipprovdulhom job li jagħtihom sodisfazzjon.", "Anke dawn in-nies iridu jieħdu sodifazzjoni mill-job tagħhom.", "Sfortunatament fid-Department of Labour hemm uffiċċju magħruf bħala Disablement Resettlement Office li qisu xi kultant jaħdem għal rasu mill-ETC.", "Irridu nkomplu nimxu u naħdmu f'dan il-qasam biex insibu l-impieg lill-persuni b'diżabilita'.", "Fl-1969 kienet saret liġi li timponi lil kull employer jimpjega 2% tal-work force tiegħu nies b'diżabilita'.", "Sfortunatament mhux kulħadd jimxi ma' din il- liġi u għalhekk irridu bis-serjeta' naħdmu u nagħmlu l-almu tagħna biex dan isir possibbli.", "Pero' jrid isir ukoll ħafna xogħol kemm min-naħa ta' l-ETC kif ukoll min-naħa tagħna biex lill-employers nipperswaduhom li jimpjegaw nies b'diżabilita' mhux biex għall-ġurament josservaw il-liġi, imma għaliex huwa fl-interess tagħhom.", "Tqajmet ukoll il-kwestjoni ta' l-apprentices.", "Mingħalija kien l-Onor.", "Joe Debono Grech li qal li ta' l-ESTS issa se jingħataw ċertifikat biss.", "Fil-fatt dalgħodu għidt illi l-konċett m'għadux li wieħed jidħol fl-ESTS biex jidħol mal-Gvern.", "Biex nuri li d-deċiżjoni tal-Gvern ilha li ttieħdet u mhux issa, tliet snin ilu meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' dawk li se jispiċċaw mill-ESTS illum, kien hemm ċar fil-call for applications illi min se japplika biex jidħol fl-ESTS m'għandux garanzija li se jiġi impjegat minn min jisponsorjah.", "Wara li jlestu l-kors u jieħdu ċ-ċertifikat fid-diversi snajja', bħalma huma plumbing, auto-technician jew panel beating, jekk il-Gvern ikollu bżonn ħaddiema b'dawn is-snajja', jagħmel call for applications u kollox isir bil-mod normali.", "Kellna anke problemi legali mal-Public Service Commission fuq kif kienu qed jiġu mpjegati dawn in-nies għax wara li jispiċċaw l-apprendistat, kienu awtomatikament jidħlu mal-Gvern.", "Kif kienet is-sitwazzjoni qabel, sa ċertu punt kien hemm a roundabout manner how to by-pass il-mod kif wieħed jidħol mal-Gvern.", "Apparti minn dak l-argument legalistiku, aħna ridna nagħtu l- ispinta lill-idea li l-Gvern jittrejnja lil xi ħadd mhux biex iiħaddmu miegħu, imma biex jiġi kkwalifikat ħalli jkun jista' jsib jaħdem.", "Fil-fatt mhux il-każ li ma jinbediex il-kors għax ma jinstabux sponsors għax safejn naf jien sibna sponsors għal kulħadd u l-Gvern b'xi mod jew ieħor jagħmel sponsorship anke għal dawk li ma jinstabilhomx sponsor, pero' qed jiġri li peress li għadna bil-kultura li wieħed jidħol fl-ESTS biex jieħu job mal- Gvern, qed ikollna studenti li japplikaw għall-ESTS u ma jkunux iridu jmorru f'isponsorship mal-privat.", "Aħna se ndaħħlu mal-Gvern, pero' l- enfasi tagħna huwa li jinstab xogħol mal-privat.", "Jien spjegajt - u qalha fid-diskors tal-Budget il-Ministru tal-Finanzi u anke għidtha dalgħodu - għaliex għandna nagħfsu fuq l-impiegi mas-settur privat.", "Jekk għandna min fis-settur privat irid idaħħal apprentisti, aħna ma nistgħux nifhmu għaliex qed jiġri hekk li jkun hemm każi fejn peress li l-private employer jingħata ċ-ċans li jara u jkollu l-għażla ta' l-appretentisti, għalkemm l-ETC tibgħat lill-istudenti għall-interview mal-private employer, dawn ġieli ma jmorrux.", "U dan qed jiġri għax l-istudenti ta' l-ESTS qed jipprovaw jirreżistu milli jkollhom sponsorship privat minħabba li għadhom marbutin bil-kultura li bilfors iridu jidħlu apprentisti ma' dipartiment tal-Gvern.", "Pero' m'huwiex il-każ li għax l-istudenti qegħdin jirreżistu milli jieħdu sponsorship privat u minħabba li aħna qed nimbottawhom biex jieħdu dawn l- isponsorships, noqogħdu ngħidu li jekk ma nsibux sponsors, dawn l-istudenti mhux se jibdew il-kors.", "Issemma wkoll il-każ ta' l-Art and Design Centre.", "Fil-fatt f'dan iċ- Ċentru hemm shortage ta' żewġ sponsors biss.", "GĦalhekk l-Art and Design Centre qiegħed f'sitwazzjoni fejn in-numru ta' sponsors huwa inqas min- numru ta' l-istudenti.", "Pero' b'xi mod jew ieħor dawn il-problemi se nsolvuhom għax se nieħdu l-passi meħtieġa biex lil dawn l-istudenti nsibulhom fejn jidħlu.", "Dalgħodu ssemma wkoll li hu importanti li aħna jkollna approach pro- active minflok re-active.", "Fil-fatt l-ETC hekk tkun qed tagħmel permezz tal- Quality in People Award.", "Naħseb li dan hu l-aktar eżempju ta' azzjoni pro- attiva li l-ETC tista' tagħmel.", "Ir-rwol ta' l-ETC ma għadux biss li tipprovdi impieg lil min ma għandux, iżda li tagħti training lil min jixtieq ibiddel il-job tiegħu.", "Il- Korporazzjoni qiegħda tinduċi lill-employers li jagħmlu good employment practices biex joħolqu atmosfera u klima tajba fuq il-post tax-xogħol ħalli b'hekk il-ħaddiem iħossu stmat u jkollu d-dinjita' tiegħu u għalhekk ġiet introdotta l-Quality in People Award.", "Waħda mill-affarijiet li qed tagħmel l-ETC u li ħadd ma tkellem fuqha hija li l-ETC, kontra kull prassi oħra, meta ppubblikat l-Estimi żiedet paġna oħra fejn uriet il-priorities for this operational year.", "GĦalhekk l- ETC ħadet l-intrigu li fil-paġna ta' qabel ma ppubblikat in-numri ta' l- estimi semmiet x'inhuma l-priorities għal din is-sena li ġejja.", "Milli nista' naħseb dawn ħadd ma qrahom għaliex ħadd ma kkritikahom!", "Jekk wieħed jaqra l-priorities u jara daqsxejn l-operational objectives tagħha jinduna kemm fil-fatt l-ETC hija pro-active u mhux re-active.", "Jiena qed ngħid hekk mhux għax il-buzz word hija \"pro-active\" imma għaliex l-ETC veru hija pro- active.", "Waħda mill-affarijiet li qed tissemma hija li hemm bżonn li l- istatistics unit tagħha - unit li bħalissa qed tipproduċi l-istatistika ta' kemm saru placements eċċ. - titrasformah u tagħmlu research unit biex tara x'inhuma l-indikazzjonijiet tal-job market għall-futur.", "Din għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "Hawnhekk wieħed jista' jara li ħafna mill-problemi li ssemmew waqt din id-diskussjoni, ġabithom għall-attenzjoni tal-Kamra, l-istess ETC fir-Rapport tagħha u fil- priorities li ddikjarat li se tagħmel għas-sena d-dieħla.", "Kulħadd jaf li ETC stess ġabet to the forefront il-fatt illi hemm bżonn li jkun hemm flessibilita' tal-work force.", "Kulħadd jaf - u mhux l-Onor.", "Evarist Bartolo biss qalha, imma anke ċ-Chairman ta' ETC qalha fil-pubbliku - illi għandna bżonn nagħmlu training li hu relevanti mal-bżonnijiet ta' Malta.", "Jekk niftakar sew l-Onor.", "Bartolo qal illi dan it-training irid ikun relatat mal-bżonnijiet ta' Malta.", "Dan diġa' għidnih u aħna naqblu miegħu għalkemm dan huwa xi ftit kuntrarju għal dak li qal l-Onor.", "Philip Muscat fejn qal - jekk fhimtu sew - li kienu ġabu fabbrika u trainers minn barra.", "Dan huwa bil-maqlub ta' dan il-konċett u m'hemm xejn ħażin li għandna nibqgħu nittrenjaw trainers.", "Il-konċett tat-training, bħall- konċett ta' l-edukazzjoni, huwa xi ħaġa dinamika.", "Per eżempju, allaħares ngħidu li għax għandna teachers biżżejjed ma nibqgħux nitrejnjaw teachers!", "Nirranġaw ruħhna jekk nagħmlu hekk!", "Allaħares ngħidu li għax issa għandna min iħarreġ ma nitrejnjawx iżjed lil min iħarreġ.", "Jiddispjaċini ngħid li ma nafx kif jiġi l-Onor.", "Philip Muscat u jipprova jirredikola l-idea li aħna - mhux aħna, l-ETC imma bħalissa qed nidentifika ruħi ma' l-ETC għax wara kollox jien il-Ministru responsabbli minnha - qegħdin nenfasizzaw il- bżonn li nħarrġu proprju n-nies biex ikunu jafu kif jitrejnjaw lil ħaddieħor.", "Ovvajment hemm problemi kbar.", "Hemm problemi ta' edukazzjoni għax donnu hemm ċerti nies li jekk ma jirnexxielhomx jitgħallmu jiktbu u jaqraw, jimmissjaw il-bus għal dejjem - kif jgħidu l-Ingliżi \"they miss the bus\".", "Veru li dan il-fatt jeżisti u rridu naraw is-sistema ta' l- edukazzjoni tagħna.", "Din hija waħda mill-problemi kbar għax ma jistax ikun li jkollna nies unskilled fil-pajjiż.", "Kif għidt dalgħodu stess ir-riċerka tindika li sa sitt snin oħra, 80% ta' l-impjegati Maltin iridu jkunu skilled.", "Jiġifieri ma nistgħux naffordjaw illi noħolqu numru ta' nies li jiena sejjaħtilhom emarġinati u li xi ħadd sejħilhom underclass.", "Ma nistgħux naffordjaw li f'Malta jkollna numru minn dawn in-nies li marru l- iskola u ma rnexxilhomx jitgħallmu, jew biex inkun aktar onest, fil-każ tagħhom is-sistema ta' edukazzjoni tagħna did not deliver.", "Ma nistgħux naffordjaw li jsiru dawn l-affarijiet u għandna ngħafsu fuqhom.", "Din m'hijiex il-briga ta' l-ETC imma tad-Dipartiment li jiena wkoll responsabbli għalih u forsi jkollna żmien nitkellmu dwar dan aktar 'il quddiem.", "Issemmew ukoll it-training courses.", "Sfortunatament fil-gazzetti naraw li hawn ħafna nies li qed jagħmlu training courses.", "Bħalissa hawn daqsxejn ta' ġungla, kulħadd joħroġ advert, tħallas so much u tmur tagħmel training course.", "S'issa m'għandniex regolamenti li jirregolaw dawn it-training courses biex naraw li min jagħmilhom ikollu bżonn ta' liċenzja u biex naraw li dawn il-courses ikunu ta' ċertu livell u biex min ikun qed jagħmilhom ma jkunx qed jieħu l-flus ta' xejn u jagħti ċertifikat fażull.", "In-nies għandhom l-għatx għat-tagħlim u tiskanta kemm imorru meta jaraw xi riklam, allura hemm bżonn li 'l quddiem naħsbu biex b'xi mod jew ieħor nibdew indaħħlu regolamenti ħalli nirregolamentaw it-training courses.", "Ħaġa oħra li naħsbu li għandha ssir hija l-kwestjoni dwar l-employment agencies.", "Fl-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ hemm parti minnu li ssemmi l-possibilta' li jkun hemm liċenzji ta' private employment agencies.", "S'issa din il-parti tal-liġi m'hijiex in vigore u wieħed irid jara x'inhi s-sitwazzjoni llum.", "Nerġa' ngħid li fil-gazzetta naraw ħafna riklami ta' nies li jkunu qed jagħmlu domanda għal impjegati li ma jkunux direct employers huma imma jkunu qed jagħmluha ta' ħuttaba.", "Biċċiet minnhom huma konsulenti u oħrajn lanqas huma konsulenti.", "Illum m'hemmx regolamenti li jiregolarizzaw dawn l-affarijiet u rridu naħsbu biex nagħmluhom.", "Fl- opinjoni tiegħi - għadni ma ħadtx l-parir ta' sħabi - din il-mansjoni m'għandhiex tkun f'idejn l-ETC imma f'idejn il-Labour Office għax sa ċertu punt dawn se jagħmlu ċertu xogħol li qed tagħmlu wkoll l-ETC.", "Irridu naraw li tkun illegali li xi ħadd jiċċarġja xi ħaġa lill-employee talli jkun sablu job.", "Ġieli tara riklam fejn ikunu qed ifittxu xi skrivani u fil- fatt min jagħmel ir-riklam mhux veru jkollu vacancy ta' skrivan imma jkun qed jagħmel dak ir-riklam biex jibni database tan-nies li qed ifittxu xogħol ta' skrivani.", "Sfortunatament dan illum mhux regolamentat u allura din hija waħda mill-affarijiet li rridu naħsbu għaliha.", "F'dan il-qasam ta' l-impiegi u taħriġ irridu naħsbu għal regolamentazzjoni ta' min qed jagħmel xogħol li qed tagħmel l-ETC b'mod privat għaliex jekk se nħallu dan jiġri bla ebda regolamentazzjoni - jien ma rridx nagħmel affarijiet biex nagħmel l-affarijiet diffiċli - jistgħu isiru ċerti abbużi.", "Bħala eżempju nista' nsemmi każ fejn wieħed japplika għaliex jaħseb li hemm impieg filwaqt li min ikun għamel ir-reklam ma jkollu l-ebda job x'joffri, imma sempliċement ikollu bżonn jibni database biex jara min hawn li qed ifittex dak it-tip ta' impieg u biex meta mbagħad tiġi l-okkażjoni jmur fuq din id-database.", "Dan huwa eżempju li nafu li qiegħed jiġri u li jew m'għandux jitħalla jkompli jew inkella dak li jkun għandu jiġi mġiegħel jiddikjara jekk għandux impieg x'joffri jew jekk hux qed jagħmel hekk għal xi skop ieħor.", "L-Onor.", "Philip Muscat qal li l-ETC nefqet anqas minn dak li kien previst u allura dan huwa sinjal ħażin.", "Meta kont fil-Ministeru l-ieħor kienu jgħajjruni li kont nonfoq aktar milli kien previst u issa qed jgħajjruni talli ma nfaqtx daqskemm kien previst - jiġifieri naqlagħha dejjem!", "Nispera li meta ma jkollniex cost overruns ma jiġux jgħajjruna li qed nagħmlu l-affarijiet ħżiena, għaliex jiena naħseb li mil-lat tal-mod kif qed tonfoq il-flus l-ETC qed isir xogħol tajjeb ħafna.", "Jiena għidt li s- sena d-dieħla se nżidu l-attivitajiet, se nagħmlu iktar xogħol u għandna prijoritajiet oħra, pero' jekk tħarsu lejn il-budget għandkom issibu li m'aħniex se nonfqu iktar flus u allura l-ETC għas-sena d-dieħla qed twegħdna li se tagħtina more value for money.", "Hawnhekk irrid ngħid li ftit taż-żmien ilu l-ETC kkommissjonat lill-Prof.", "Edward Scicluna biex jagħmel rapport fuq jekk jistax jitkejjel il-cost effectiveness tax-xogħol, jiġifieri l-unit cost ta' l-output, tal-Korporazzjoni.", "Dan ir-rapport se jiġi ppubblikat dalwaqt imma kif qiegħed hawn nitlob il-permess biex inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Measuring Unit Cost of ETC Output preparat mill-Prof Edward Scicluna.", "M'iniex se noqgħod ngħid x'għamel u kif studja l-każ min kiteb ir-rapport pero' ngħid li hija problema kbira biex wieħed ikejjel ix-xogħol ta' l-ETC.", "Jekk f'dan ir-rapport wieħed jara l-unit cost isib li fl-employment service huwa kkalkolat li l-ETC tonfoq Lm360 għal kull placement li tagħmel waqt li fil-Job Centre kull placement jiswa lill-ETC madwar Lm34.", "Fil-każ ta' l-Employment Training Placement Scheme dan jiswilha madwar Lm420, pero' wieħed irid jifhem li Lm 85 minnhom huma spejjeż ta' amministrazzjoni u Lm340 huma sussidju.", "Għal kull bniedem li jieħu t-taħriġ fit-training centre, lill-ETC jiswilha madwar Lm95.", "L-istess nistgħu ngħidu fil-każ tal- TAS, ta' l-ESTS, tal-PAS u ta' l-IDA.", "Huwa interessanti li wieħed isemmi kemm qed jiswilha l-law enforcement.", "Kien hemm 3,087 spezzjoni, li 1,401 minnhom irriżultaw f'infringement u dan ifisser li biex tmexxi l-law enforcement section u tħallas in-nies, l-ETC qed tonfoq LM153,507.", "Kull reported infringement qed jiġi jiswa lill-poplu Lm110 - wara kollox dawn huma flus il-poplu.", "Il-Gvern qiegħed jonfoq Lm360 biex isib impieg lil xi ħadd jew inkella Lm110 biex jaqbad diversi infringements; jista' jkun infringement ta' xi ħadd li qed jieħu l-unemployment benefit meta ma ħaqqux u allura s-somma ta' Lm110 li l-ETC qed tonfoq huma żgur cost effective; jista' jkun ukoll infringement ta' xi ħadd taħt l-eta' li nqabad jaħdem u jista' jkun ta' kwalita' oħra, pero' meta wieħed iħares lejn din is- sitwazzjoni ma jistax ma jaqbilx mal-konklużjoni ta' dan ir-Rapport li at the end of the day l-ETC qed tiġġustifika l-eżistenza tagħha.", "Il-unit cost of output ta' l-ETC huwa wieħed raġonevoli u jagħmel sens u allura huwa wieħed li jiġġustifikaha u naħseb li dan huwa l-aktar punt importanti li wieħed irid jagħmel meta jitkellem fuq l-ETC.", "Mr Speaker, naħseb li d-dibattitu tal-lum kien wieħed tassew interessanti u li bejn wieħed u ieħor tkellimna b'mod miftuħ dwar l-irwol ta' l-ETC f'settur daqstant importanti, dak ta' l-impiegi f'pajjiżna, u ma jibqagħli l-ebda dubju li minkejja l-problemi li bilfors tiltaqa' magħhom, il- Korporazzjoni qegħda tagħmel a good job.", "Jiena jiddispjaċini li jingħadu ċerti akkużi li fl-opinjoni tiegħi huma inġusti.", "M'iniex qed ngħid li ċerta kritika mhijiex tajba imma ċerti akkużi li fl-opinjoni tiegħi kienu inġusti saru wkoll u l-iktar waħda li dejqitni kienet proprju li l-qtugħ tan-nies mir-Reġistru qed isir b'mod arbitrarju.", "Jiena nerġa' nsostni li dan m'hu arbitrarju xejn.", "L-ETC spjegat bl-aktar mod ċar fejn u kif isir dan il-qtugħ u m'għandi l-ebda dubju li meta xi nies inqatgħu mir-Reġistru, ir-raġuni kienet waħda ġustifikata.", "Dawn in-nies ikunu jew irrifjutaw li jmorru għal jobs jew iddikjaraw minn qabel li ma jridu jaħdmu imkien ħlief mal-Gvern jew inkella jridu jaħdmu bħala self employed, bħal per eżempju jaħdmu bħala bajjada u jippretendu li jinstabilhom xogħol fejn imorru jbajdu.", "Ovvjament ma jistax ikun li nittolleraw nies li jgħidu li jridu jaħdmu ta' bajjada self employed u jekk ma jinstabilhomx xogħol bħala bajjada jippretendu li jirreġistraw u jekk imbagħad jintbagħtu ma' xi kuntrattur ma jkunux iridu jmorru għax iridu jaħdmu għal rashom.", "Ma jistax ikun li nittolleraw nies li jmorru għal interview u jġibu ruħhom b'tali mod sabiex apposta ma jeħdux il-job jew nies li b'mod mhux raġonevoli jirrifjutaw l-offerti jew inkella jirrifjutaw li jiġu ttrenjati.", "Irrid ngħid ukoll li dawk in-nies li tlabnihom imorru għal kors fil- literacy u fin-numeracy wara li kienu ddikjaraw li ma jafux jiktbu u jaqraw, u irrifjutaw li jagħmlu dan, ma nqatgħux mir-Reġistru.", "Dak l- eżerċizzju ma kienx eżerċizzju ta' training, iżda eżerċizzju ta' edukazzjoni.", "Jiġifieri dawk in-nies li ddikjaraw li huma illiterate u m'għandhomx numeracy skills u għamilnilhom korsijiet u rrifjutaw li jmorru għalihom, xorta waħda ma nqatgħux mir-Reġistru.", "Naħseb li huwa nġust il-kumment li sar li l-ETC qiegħda tagħmel kollox b'mod arbitrarju.", "Sakemm l-ETC ikollha politika u din il-politika tapplikaha għal kulħadd xorta - nerġa' nenfasizza li qiegħda tapplikaha għal kulħadd xorta ...", "Jiena m'għandi l-ebda dubju li fl-operat tagħha l- ETC żgur ma ddaħħalx kuluri politiċi kuntrarjament għal dak li pprovaw jimplikaw xi żewġ kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "M'għandi l-ebda dubju minn dan u sakemm tagħmel parametri li huma raġonevoli, li huma ġustifikati u li jaqbel magħhom kulħadd, il-Korporazzjoni m'għandhiex għalfejn tibża' li tagħmel id-doveri tagħha u taqta' mir-Reġistru lil kull min qiegħed jirreġistra għax-xogħol mingħajr ġustifikazzjoni.", "Mr Speaker, jiena m'għandiex xi ngħid aktar fuq din il-Mozzjoni; nirringrazzja lil kull min ħa parti f'din id-diskussjoni u nirringrazzja wkoll il-Membri ta' l-Oppożizzjoni li mir-rimarki tagħhom tawni ċ-ċans li nirribatti u nispjega b'mod aktar ċar dawk l-affarijiet li forsi ma tantx kienu daqshekk ċari għal kulħadd.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Estimi ta' Nfiq tal- Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1994 sat-30 ta' Settembru 1995 skond l-Att XXVIII ta' l-1990 dwar is- Servizzi ta' Impieg u Taħriġ jiġu approvati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRI: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-ftehim milħuq fis-seduta ta' dalgħodu.", "Billi ntalbet votazzjoni, fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.05 p.m.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1994 sat-30 ta' Settembru, 1995 skond l-Att XXVIII ta' l-1990 dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ ikunu approvati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRI: Division.", "MR SPEAKER: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "245", "FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri Louis |Psaila Savona | | |Joseph | |Dalli John |Refalo Louis | |Debono Giovanna |Refalo Michael | | |Angelo | |Deguara Louis |Rizzo Naudi | | |John | |De Marco Guido |Spiteri Carm | | |Lino | |Falzon Michael |Tabone Anton | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Stanley | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Ċensu | |", "KONTRA : 31", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Micallef Freddie | |Attard Montalto |Mifsud Bonnici | |John |Karmenu | |Bartolo Evarist |Mintoff Dom | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Joseph |Moran Vincent C. | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar Charles|Nicholl Tony | |Buhagiar Louis |Portelli Alfred | |Calleja Reno |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Debono Grech Joe|Sant Salvu | |Farrugia Michael|Schembri Adami | | |Sandro | |Farrugia Noel |Spiteri Lino | |Gatt George |Vella George | |Grech Edwin S. |Vella Karmenu | |Mangion Charles | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 29 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru,1994 sat-30 ta' Settembru, 1995.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kompetizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Speaker, illejla xtaqt nagħmel ftit kummenti dwar il-mod kif irrispondieni l-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali meta weġibni għal domanda li għamilt il-ġimgħa l-oħra.", "Jien għamilt domanda li kienet tikkonċerna pazjent - ma semmejtx ismu - fejn tajt l- informazzjoni li kelli fuqu.", "Dan il-pazjent li kien ilu 20 ġurnata l- isptar, wara li daħal bħala b'emerġenza, sarulu ħafna testijiet u kien għadu qed jistenna lill-konsulent biex jarah.", "Huwa kien muġugħ u, skond informazzjoni li għandi, kellu bżonn operazzjoni.", "Jien jiddispjaċini għall- mod kif irrispondieni l-Ministru meta qal: \"GĦandi nifhem li wara li jara l- verżjoni li għandi, l-Onor.", "Interpellant ikun raġel biżżejjed u jirtira l- allegazzjonijiet li għamel.\".", "Mr Speaker, jien ma se nirtira xejn għax l- informazzjoni li kelli kienet tajba u kien hemm biss differenza għaliex fl- aħħar minuta qabel ma ġie discharged, wara 20 ġurnata l-isptar, dan il- konsulent mar jarah u minflok ma tah appuntament biex joperah, tah appuntament biex jerġa' jarah fl-Out-Patients xi ġranet wara.", "Issa għandi nifhem li l-pazjent irid jerġa' jmur biex jingħata appuntament għall- operazzjoni.", "Dan huwa kollu dewmien żejjed u allura kelli raġun nagħmel id- domanda kif għamiltha.", "Dawn ma kenux allegazzjonijiet, imma kienu l-fatt fatti kif ġraw.", "Irrid ngħid ukoll li l-istess Ministru qed jirrifjuta, jew isibha bi tqila, li jirrispondi d-domandi parlamentari li qed nagħmel.", "Illum, per eżempju, għamilt erba' domandi lill-istess Ministru u għal kull waħda rrispondieni li tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "Dan ifisser li jien qed nagħmel ix-xogħol għalxejn.", "Mr Speaker, naf li bħal issa l-iskeda tal- Parlament hi mimlija sew, pero' d-dover tagħna xorta rridu nagħmluh billi nistaqsu d-domandi, għalkemm l-informazzjoni li nitolbu mhux qed tingħata.", "Nispera li sakemm jieqaf il-Parlament ikollna risposta għal dawn il- mistoqsijiet.", "Punt ieħor li rrid nagħmel hu dwar is-sistema ta' l-appuntamenti fl- Isptar San Luqa kemm għall-Out-Patients, kif ukoll għall-operazzjonijiet.", "Qed ikun hemm dewmien kbir biex pazjent jingħata appuntament, imbagħad meta dan imur għall-ewwel vista, jispiċċa jarah min ikun hemm.", "Jien għandi nifhem li meta pazjent ikollu appuntament biex jarah speċjalista, dan għandu jkun il-konsulent ma' min għamel appuntament biex jarah.", "Ħafna drabi dan l-appuntament isir mit-tabib tal-pazjent stess li jagħżel liema konsulent jixtieq li jarah.", "Imbagħad meta l-pazjent imur l-isptar, ħafna drabi jarah xi wieħed mill-juniors, u allura ma titteħidx deċiżjoni, imma jsiru pataflun ta' investigazzjonijiet u jagħmlulu appuntament biex jerġgħu jarawh ġimgħat wara.", "Meta qajjimna din il-kwestjoni, li hi ilment komuni ħafna, qalulna li qed inxewxu.", "Jien jidhirli li għandu jkun hemm bidla sostanzjali fil-policy ta' dawn l-appuntamenti.", "L-ewwel darba li l-pazjent imur fl-Isptar San Luqa għandu jarah konsulent, għax għalhekk ikun intbagħat hemm, biex issirlu konsulta.", "Il-definizzjoni ta' \"konsulta\" hija li pazjent jiġi nvistat minn konsulent.", "Jiena nifhem li ma tistax issir deċiżjoni wara vista waħda, imma ladarba l-konsulent jordna li jsiru xi investigazzjonijiet - fil-maġġor parti tagħhom ikunu lesti mill-inqas f'ġimgħatejn sakemm ma tkunx intalbet xi investigazzjoni li tieħu ż-żmien - l-appuntament lill-pazjent għandu jingħata mill-ewwel u mhux jerġa' jintbagħat l-isptar biex isirlu appuntament.", "Qabel ma l-pazjent joħroġ minn dik il-clinic, il-konsulent għandu jiddeċiedi ż-żmien, ngħidu aħna ġimgħatejn wara, meta jkun irid jerġa' jarah biex jagħmel id-djanjożi finali.", "Jekk irridu nikkopjaw pajjiżi oħra biex forsi xi darba nilħqu l- livell tagħhom, għandha ssir sistema fejn dawn l-affarijiet isiru bl- attenzjoni kollha, anke meta jsiru l-appuntamenti għal operazzjonijiet.", "Illum meta konsulent jiddeċiedi li pazjent għandu bżonn ta' operazzjoni, jgħidlu li se jibgħat għalih, imma l-pazjent ma jkunx jaf meta se jibgħat għalih u allura ma jkunx jista' jagħmel arranġamenti dwar meta jkun l-aħjar żmien li jieħu s-sick leave u affarijiet bħal dawn.", "Dan m'huwiex kompletament tort tal-konsulent imma tas-sistema, għax hemm ħafna konsulenti li kollha jridu jaħdmu fil-għodu.", "Per eżempju, fl-Ortopedija qed jiġi impjegat konsulent biex jagħmel lista ta' operazzjonijiet darba fil-ġimgħa.", "Qabel kien ikun hemm xi żewġ listi jew tlieta ta' operazzjonijiet.", "Ħafna każijiet fuq dik il-lista bilfors ikunu jridu jsiru dik il-ġimgħa stess, għax ikunu daħlu bħala emerġenza, u peress li dawn jieħdu dawn se jeħdulu ħafna ħin, il-konsulent jispiċċa ma jsibx ħin biex jittratta l-cold cases.", "Allura hija s-sistema li hija ħażina.", "Għandna nsibu sistema li jibbenefika minnha l-pazjent.", "Hemm ħafna konsulenti li huma tajbin ħafna, li jaħdmu bis-serjeta' u li huma kuxjenzjużi.", "Jien ma jidhirlix li għandu jiddeċiedi l-konsulent dwar l-appuntament għal operazzjoni, imma għandu jkun hemm policy mid-Dipartiment tas-Saħħa f'dan ir-rigward.", "Meta l-konsulent jinvista lill-pazjent u jgħidlu li għandu bżonn ta' operazzjoni, għandu jkun f'pożizzjoni li jagħtih data għal dik l- operazzjoni, anke xahrejn wara, sakemm l-operazzjoni ma tkunx ta' ċertu emerġenza u allura tkun trid issir qabel.", "Dan hemm bżonn li jsir bis- serjeta', qabel ma nibdew nitkellmu fuq affarijiet oħra.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa dwar is-seminar li organizzat il- Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara l-ġimgħa l-oħra.", "Jien xtaqt nattendi għal dan is-seminar, imma minħabba l-iskeda tas-seduti tal-Parlament li għandna bħalissa, kienet xi ħaġa impossibbli.", "Is-suġġett ta' dan is-seminar kien \"Il-Mara Maltija u Saħħitha\" u l-iskop li għalih ġie organizzat kien biex il-kelliema, u n-nisa stess li kienu preżenti jkunu jistgħu jressqu proposti lill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex jiġu konsidrati fit-tfassil ta' policies u strateġija dwar is-saħħa tan-nisa.", "Issemma kemm hu komuni l-kanċer tas-sider li għandu rata ta' mortalita' qawwija fost in-nisa f'pajjiżna u ntwera biċ-ċar li hemm bżonn li jinstab xi mod kif isir l-iscreening għall-kanċer tas-sider.", "Wieħed mill-kelliema kien id-Direttur tad-Dipartiment tas-Saħħa li hu responsabbli għall-policy u l-ippjanar.", "Dan il-kelliem qal li l-mass screening għall-kanċer tas- sider m'hux prijorita' għall-Gvern.", "Jien ma nistax insegwi l-loġika li mexa biha dan id-Direttur fejn qal kif għandu jsir l-ippjanar u li għandu jsir b'mod xjentifiku u loġiku.", "Il-konklużjonijiet tiegħu kienu li jidhirlu li mass screening tal-kanċer tas-sider, li huwa komuni u li għandu rata qawwija ta' mortalita' f'pajjiżna, m'għandux prijorita'.", "Jiena nemmen li meta Gvern ikun iffaċċjat b'ħafna problemi għandu jkollu policy ta' prijorita', imma nispera li din il-prijorita' ma tkunx iddettata minn proġetti partiġġjani.", "Il-prijorita' tinbena fuq il-problemi mediċi reali li jeżistu.", "F'dan is-seminar kulħadd qabel dwar kemm dan il-kanċer hu komuni u kemm għandu rata ta' mortalita' għolja.", "Imma dan minflok itellgħuh fil- prijorita', qegħdin iniżżluh!", "Waħda mir-raġunijiet li semma dan id- Direttur hi li jkun aktar utli għall-Gvern li jagħmel proġetti oħra li permezz tagħhom jista' jsalva ħafna nies, minflok dan l-iscreening li bih issalva sitta jew seba' nisa fis-sena.", "Jien ma naħsibx li dan huwa raġunar loġiku u lanqas huwa raġunar uman.", "Jekk nieħdu l-marda ta' l-AIDS, nistgħu ngħidu li veru li għandna biss ftit każijiet ta' AIDS, pero' qed intellgħu programm edukattiv biex innaqqsu l-inċidenza ta' din il-marda u, fejn nistgħu, qed nagħmlu programm ta' kura wkoll.", "Kif nistgħu ngħidu li għax imutu biss sitta jew sebgħa ...", "Fuq kollox dawn il-figuri lanqas huma mibnija fuq xi studju xjentifiku u jien naqbel li għandu jsir studju xjentifiku.", "Kelliem ieħor f'dan is-seminar kien id-direttur li għandu x'jaqsam mar-riċerka.", "Fil-fatt dan qal kemm hemm bżonn ta' riċerka fil- qasam tas-saħħa.", "(Interruzzjonijiet) Le, għandek tort u ħallini nitkellem biex ma nitlifx żmien; meta jkollok iċ-ċans titkellem, weġibni.", "Per eżempju, biex jien nibgħat pazjenta għal mammografija, irrid l-ewwel nirreferiha lil konsulent ieħor!", "Issa jien m'għandix esperjenza biżżejjed biex ikolli l-possibilita' li jekk ikolli xi suspett, nibgħat pazjenta għal dan it-test?", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li jistgħu; imorru jagħmluh privat u jħallsu Lm30 kull darba.", "Pero' meta qed nitkellmu fuq screening għall-cancer tas-sider, almenu rridu nibdew bil-prevenzjoni.", "Dan id- Direttur għamel referenza għall-prevenzjoni.", "Imma fejn hi l-prevenzjoni?", "GĦax sempliċement qed ngħallmu lin-nisa li għandhom jeżaminaw sidirhom?", "Jien, li għandi 30 sena esperjenza, ukoll insibha diffiċli li neżamina u nkun korrett fl-eżami tiegħi fil-konfront ta' ċerti nisa.", "Fi żmien Gvern Laburista almenu kien hawn clinics fiċ-ċentri tas-saħħa, magħrufin bħala Family Health Clinics - dawn il-clinics il-Gvern preżenti ma kienx ħalliehom joperaw aktar.", "Waħda mill-funzjonijiet li kellhom kienet proprju l-breast screening.", "Forsi veru ma kienx isir b'metodi sofistikati, bħalma hija l-mammografija, imma almenu konna nagħmlu forma ta' eżami.", "Il- Ministru qalli li llum dan l-iscreening qed isir fil-clinics tal- ġinekoloġija.", "Mhux veru, ma jsir xejn!", "Li jsir hu biss test preventiv, li huwa s-smear test, jiġifieri test għall-cancer ta' l-għonq ta' l-utru, screening li kien daħħlu l-Partit Laburista.", "Dan għadu jsir u nieħu gost li għadu jsir.", "Allura minn dak iż-żmien 'l hawn ma kellniex indaħħlu xi metodu ta' screening ieħor?", "Illum huwa pprovat li l-mammografija għandha post fit-trattament tal-cancer tas-sider.", "Qabel ma jitkellem b'dan il-mod, dan id-Direttur kellu jagħmel studju ta' x'inhi l-inċidenza ta' dan il- kanċer u r-rata ta' mortalita' li għandu.", "Jien darba kont staqsejt lill- Ministru biex jgħidilna x'inhi r-rata ta' mortalita' ta' dan il-cancer li qed jeqred ħafna nisa f'eta' żgħira, ħafna drabi jkollhom biss 35, 40 jew 45 sena.", "Allura lil dawn in-nisa ma nagħtux kashom?", "Kif nistgħu ngħidu li dan l-iscreening m'għandux prijorita'?", "Jien ma nistax nifhem din il- loġika.", "Fejn qed isir screening ta' l-għonq ta' l-ultru permezz ta' pep smear, test, għandu jsir ukoll eżami tas-sider.", "B'hekk meta tabib ikollu l-anqas suspett f'xi għoqda li jkun hemm, jkun jista' jirreferi l-pazjent għall-eżami tal-mammography.", "L'unika screening li qed isir fiċ-Ċentru tas- Saħħa huwa għal cancer ta' l-għonq ta' l-utru permess tal-pep smear.", "Mill- bqija ma jsir xejn aktar ta' prevenzjoni jew ta' promozzjoni tas-saħħa għal mrd ieħor ta' cancer fin-nisa.", "F'dan is-seminar tkellmet ukoll esperta mid-Dipartiment li aċċenat fuq il-promozzjoni tas-saħħa.", "Issemmiet l-importanza ta' screening programmes fit-tfal.", "Qed nieħu gost li hawn Malta jsiru dawn l-screening programmes fit-tfal biex forsi jinqabad xi każ, tnejn jew tlieta fis-sena, bi problemi serji.", "Dan m'għandux x'jaqsam ma' mard tal-cancer, imma f'ħafna tipi ta' mard, ikun tajjeb li każ jinqabad kmieni kemm jista' jkun.", "Allura każ ta' cancer f'mara ta' 40 sena b'erbat itfal, tarmih \"hekk\", għax m'hemmx prijorita'!", "Jien din ma nistax nifhimha.", "Jien għidt li din qalha d- Direttur li huwa in charge mill-Policies u l-Ippjanar tas-Saħħa.", "Qed nikkwota minn \"L-Orizzont\" għax din hija l-unika gazzetta li rrapportat dan is-seminar; kieku ġie rapportat f'\"The Times\" jew f'\"In-Nazzjon\" kont nikkwota lilhom, imma dawn ma tawhx importanza.", "Nixtieqkom taqraw dan ir- rapport għax il-punti li ħarġu minn dan is-seminar huma importanti ħafna.", "Jien nispiċċa biex ngħid li tassew għandna bżonn ta' riċerka.", "Id- Direttur ta' l-Informatika, li huwa bniedem li għandi rispett kbir lejh, jagħmel dan ix-xogħol waħdu, imma waħdu żgur li ma jistax jagħmel riċerka profonda.", "GĦandna bżonn li nibdew bi studji retrospettivi biex nagħrfu l- problemi tagħna minn materjal li nġabar fil-passat.", "Eżerċizzju bħal dan huwa importanit ħafna għax bihom inkunu nistgħu nagħrfu l-problemi mediċi serji fil-popolazzjoni tagħna u b'hekk inkunu f'pożizzjoni li niddeċiedu fuq prijoritajiet.", "Żgur li l-prijorita' tagħna f'dan il-qasam ma kenitx li nibnu sptar ġdid li se jqum Lm50 miljun jew aktar, meta kellna sptar li kien adegwat.", "Veru li kellu bżonn ta' refurbishment, imma kien adegwat.", "Jien naħseb li huwa iktar importanti li nagħmlu mass screening tal-cancer tas-sider minflok nibnu sptar ġdid.", "L-ebda studju ma wrina biċ-ċar li dan kien hemm bżonnu.", "Ma kienx hemm xi alternattiva oħra?", "Ż+gur li ma kienx hemm prijorita' għal din in-nefqa kapitali kbira.", "Jien nixtieq inkun naf kif id-Dipartiment tas-Saħħa wasal għall- konklużjoni li mass screening tal-cancer tas-sider tal-mara għandu prijorita' baxxa.", "Il-poplu jrid ikun jaf kif id-Dipartiment wasal għal din id-deċiżjoni.", "Jekk il-Gvern jgħidilna li kien ġie kkalkolat li programm ta' mass screening tal-cancer tas-sider iqum 'l fuq minn Lm50 miljun - kemm se jqum l-isptar il-ġdid - allura wieħed jista' jifhem.", "Jekk inhu hekk, allura għandna nagħmlu iktar enfasi fuq il-prevenzjoni billi, per eżempju, isir eżami manwali fil-clinics tagħna.", "Dan illum mhux qed isir.", "M'hux biżżejjed li ngħidu lin-nisa biex jeżaminaw sidirhom.", "Barra minn hekk, ma jridx ikun hemm direttur wieħed biss biex jagħmel ir-riċerka, imma jrid ikun megħjun minn konsulenti, minn professuri u minn nies li jaħdmu fl-isptar u fid-dipartimenti kollha li jinteressaw ruħhom f'dawn l- istudji.", "Qabel ma nibdew ngħidu li rridu nagħmlu l-isptarijiet tagħna ċentru par excellence fil-Mediterran, għandna ninżlu għal-livell tagħna ħalli nibdew naraw liema huma l-aktar problemi mediċi serji fil- popolazzjoni tagħna, biex nittakiljawhom issa, u mhux għada jew pitgħada.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, jien nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il- bżonnijiet kbar li għandna fl-irħula tat-Tielet Distrett elettorali, jiġifieri Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn, Marsaxlokk u ż-Żejtun.", "Nibda biex ngħid li Ħaż-Żabbar huwa raħal li qiegħed jikber ħafna, kemm fil- popolazzjoni kif ukoll fl-ammont ta' bini.", "Għalhekk nappella lill- awtoritajiet governattivi, speċjalment lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, sabiex tara li l-ippjanar fir-raħal ta' Ħaż-Żabbar isir kif inhu xieraq, għaliex se jiġri li Ħaż-Żabbar se jingħaqad ma' l-irħula kollha ta' madwaru, u mhux sewwa li ma jibqax jeżisti l-karattru ta' Ħaż-Żabbar.", "Bħala Membru Parlamentari minn Ħaż-Żabbar, ressaqt numru kbir ta' talbiet fil-Parlament, uħud minnhom għamilthom apposta bil-miktub, dwar il- ħteġijiet ta' dawk l-inħawi.", "Iżda jiddispjaċini ngħid li Ħaż-Żabbar għad għandu toroq, per eżempju, li huma fi stat ħażin ħafna.", "Minkejja l- protesti li għamilna f'Ħaż-Żabbar u minkejja d-diskorsi li saru fil- Parlament, għad baqa' areas sħaħ bil-problemi.", "Per eżempju, fl-area magħrufa bħala Tal-Ħofra, ir-residenti għadhom mingħajr is-servizz tad- drenaġġ u mingħajr asfaltar ta' toroq, u dan minkejja li ilhom xi ħames snin, seba' snin jew anke għaxar snin li ħallsu l-kontribuzzjonijiet tat- toroq.", "Għad hemm inħawi li huma bla dawl u għad hemm ukoll diversi toroq li jimtlew bl-għadajjar.", "Per eżempju, area li għamilt għadd kbir ta' mistoqsijiet fuqha u tkellimt kemm-il darba dwarha, hija l-area ta' wara l- iskola ta' Ħaż-Żabbar minn fejn jgħaddi ħafna ilma.", "Qed nirreferi għal Triq Santa Tereża, School Street, Triq Felice u Carmel Street.", "Tajjeb li nfakkar li meta taħt Gvern Laburista beda tiela' l-bini n-naħa ta' wara l-iskola, il-Gvern kien asfalta dawn it-toroq u għadda s-servizzi neċessarji, bħal dawk tad-drenaġġ u ta' l-ilma.", "Issa ġara li fi Triq l- Iskola, bejn Triq Santa Tereża, Carmel Street u Triq il-Qalb Imqaddsa, meta tagħmel ix-xita u jgħaddi l-wied - għax bħalma ngħidu l-wied imur għan- niżla u minn hemm irid jgħaddi biex jaqbad it-triq għal Wied il-GĦajn - sa wara jumejn li tkun waqfet ix-xita, ikun għad baqa' ħafna għadajjar kbar.", "Mhux sewwa li wara li niġbdu l-attenzjoni tal-Ministri konċernati permezz ta' mistoqsijiet parlamentari li nagħmlu, iwieġbu li din it-triq trid terġa' ssir mill-ġdid, qishom qatgħu qalbhom li jsibu xi soluzzjoni temporanja għal din il-problema.", "Mr Speaker l-iżball sar meta l-Gvern Nazzjonalista minflok ma għamel livellar sewwa fi School Street, għaġġel - għax kienet ġejja l-elezzjoni - u fittex ta t-tarmac fuq l-asfalt li kien hemm.", "Il-Gvern Nazzjonalista ma ħax ħsieb li jara li l-kuntrattur jagħmel xogħol sew u jinvella t-triq sabiex ma jinġabrux għadajjar wara li tagħmel ix-xita.", "Jeħtieġ li l-Gvern jagħmel sorveljanza sewwa fuq ix-xogħol li jsir mill-kuntratturi għaliex mhux sewwa li n-nies iħallsu dawn it-taxxi kollha biex imbagħad jibqgħu b'għadajjar kbar ta' l-ilma wara l-bibien tagħhom.", "Jekk wieħed iħares lejn in-naħa tal-Housing Estate ta' Ħaż-Żabbar jara li kull meta tagħmel ix-xita jinstadd il-culvert li hemm f'dik it-triq magħrufa bħala triq iċ-Ċawsli - bejn il-Mina ta' Hompesch u l-mitħa - tant li ma jkunux jistgħu jgħaddu karozzi minħabba l-ilma li jkun hemm.", "Nappella lid-dipartiment konċernat sabiex jipprova jsib rimedju għal din is- sitwazzjoni.", "Ħaġa oħra li ili nitlob għaliha fir-rigward ta' din l-istess triq - triq iċ-Ċawsli - hija li jkun hemm dawl adegwat.", "Hemmhekk hemm il- btieħi tan-nies tal-Qasam tad-Djar.", "Sal-lum din it-triq għadha fid-dlam.", "Mr Speaker f'dan il-Parlament tlabt diversi drabi sabiex neħilsu mill- periklu li jeżisti fi Triq il-Mina ta' Hompesch li tagħti għall-Housing Estate ta' Ħaż-Żabbar billi tinstab xi soluzzjoni għat-traffiku.", "Minkejja s-suġġerimenti li għamilna, sal-lum għadna 'l bogħod.", "Tlabt li jsiru traffic lights sabiex il-pedestrians ikunu jistgħu jaqsmu mingħajr periklu f'dawk l-inħawi daqstant traffikużi.", "Triq il-Qalb Imqaddsa ġewwa Ħaż-Żabbar hija triq illi tagħlaq - fejn hemm id-dar Nru. 1 - u għalhekk ir-residenti t'hemmhekk ikollhom periklu kbir minħabba l-ilma li jkun irid jgħaddi u ma jsibx minn fejn.", "Biex tgħin kienet saret katusa waħda biss.", "Jiena kont issuġġerejt li jinstab rimedju għal dan l-inkonvenjent.", "Nissuġġerixxi li flok katusa waħda jsiru żewġ katusi oħra bħala li jkunu biżżejjed biex isolvu din il-problema almenu temporanjament, sakemm tinfetaħ it-triq.", "Jeħtieġ ukoll li jsir studju sabiex it-traffiku ġewwa Ħaż-Żabbar jiġi mqassam aħjar peress illi t-traffiku kollu tax-Xgħajra u ħafna mit-traffiku ta' Wied il-Għajn, minkejja li fi żmien Gvern Laburista kienet saret it- triq il-ġdida, xorta waħda qiegħed jgħaddi minn Ħaż Żabbar u jaqbad it- triq il-qadima ta' Wied il-Għajn.", "Għalhekk nappella lill-awtoritajiet sabiex jieħdu ħsieb li t-triq l-antika ta' Wied il-Għajn tiġi rranġata b'mod illi ma jibqgħux jinġabru dawk l-għadajjar kbar li minħabba fihom ikun hemm ħafna karozzi weqfin kull meta tagħmel ix-xita.", "Nixtieq nistaqsi wkoll - u jien għamilt mistoqsijiet parlamentari dwar dan - għaliex Sqaq l-Għargħar ġewwa Wied il-Għajn fir-Reġistru Elettorali spiċċa ma' Ħaż-Żabbar.", "Meta kont staqsejt lill-Prim Ministru dwar dan, kien qalli li Sqaq l-Għargħar fir-Reġistru Elettorali li għadu kif ħareġ jidher f'paġna 16 minħabba li għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma baqax jagħmel parti mil-lokalita' ta' Wied il-Għajn iżda sar parti minn Ħaż- Żabbar.", "Il-Prim Ministru qalli wkoll li l-irħula m'għadhomx fl-ordni li kienu qabel, peress li r-Reġistru Elettorali ta' Ottubru 1994, mexa skond l- ordni stabbilita fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali.", "Ma jaħsibx il-Prim Ministru li se jkun hemm it-taħwid meta niġu għall-elezzjonijiet ġenerali, minħabba illi ċerti toroq u ċerti sqaqien qed jispiċċaw fi rħula oħra.", "Per eżempju Sqaq l-Għargħar, għalkemm xorta waħda baqa' fit-Tielet Distrett, jinsab f'Wied il-Għajn u safejn naf jien ma mexiex u mar joqgħod f'Ħaż-Żabbar!", "Allura għall-finijiet ta' l-elezzjonijiet ġenerali, liema liġi se tipprevali, dik tal-Kunsilli Lokali jew dik ta' l-Elezzjonijiet Ġenerali?", "MR SPEAKER: Onorevoli, ikkonkludi, jekk jogħbok.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jiena nixtieq nikkonkludi billi nġib għall- attenzjoni anke tal-Prim Ministru, il-mod diskriminatorju li bih qed timxi l-Pulizja ma' ċerta Ċensina Pulis minn Ħaż Żabbar, li tkun qed tbigħ il- fjuri f'Putirjal.", "Ftit taż-żmien ilu din saħansitra ġiet arrestata u maqfula f'ċella fid-Depot tal-Pulizija għal sigħat twal.", "Meta kont għamilt mistoqsijiet supplimentari dwar dan waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, il- Ministru Zammit Dimech ma kienx weġibni għax qalli li dak li kont staqsejt ma kienx relevanti għas-suġġett tal-mistoqsija oriġinali li kienet saret.", "Għalhekk qed nieħu din l-opportunita' biex nerġa' ngħid dak li kont għidt dak inhar fil-ħin tal-mistoqsijet ħalli forsi l-Ministru jweġbni għall- mistoqsija li kont għamiltu fis-seduta numru 324 tat-12 ta' Ottubru, 1994, fejn kont staqsejt hekk:", "\"Għaliex f'Putirjal il-Pulizija timmira biss għal waħda jisimha Ċensina Pulis li tbigħ il-fjuri, u saħansitra dan l-aħħar ġiet arrestata u maqfula f'ċella d-Depot fil-Furjana għal sigħat twal?", "Taf li pulizija wasal biex qalilha li aħjar iġibu Nazzjonalista minflok li jħallu lilha, li hi Laburista?", "Taf li lil din arrestawha kemm-il darba u minkejja li jkun hemm għadd ta' bejjiegħa, il-pulizija jarrestaw lilha biss?", "Taf li din kellha tagħmel ċertifikat mediku?", "GĦaliex qed ikun hemm din id-diskriminazzjoni daqshekk sfaċċata ġo Putirjal?", "Hemmhekk mhux bejjiegħ wieħed ikun hemm u Malta żgħira u l- kulur ta' kull persuna huwa magħruf.", "Allura anke llum hawn pulizija li għandhom din l-arja kollha li saħansitra wieħed wasal biex jgħid hekk!\".", "Dan qiegħed ngħidu sabiex forsi nieħu risposta mingħand il-Ministru konċernat dwar għaliex qiegħda ssir din id-diskriminazzjoni sfaċċata kontra din il-persuna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 29 ta' Novembru, fid-9.00 a. m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAWDEX: SKOLA AGIUS DE SOLDANIS", "22506.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa u ta' liema suġġetti fl-Iskola Agius de Soldanis tar-Rabat, Għawdex?", "Meta se jintbagħtu għalliema biex jgħallmu l-Business Studies lill-Form IV u V?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li bħalissa m'hemmx għalliema nieqsa fl-iskola Agius de Soldanis, fir-Rabat, Għawdex.", "MELLIEĦA : TRIQ L-IŻBARK - ŻWIEMEL FL-ABITAT BLA PERMESS", "22554.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Id-Dipartiment tas-Sanita' u l-Pulizija kellhom rapport ta' ilmenti minn residenti fi Triq l-Iżbark tal-Franċiżi fil-Mellieħa, li fl-abitat fil-bitħa ta' wara ta' dar qed jinżammu żewġ żwiemel?", "Hemm permessi biex dawn iż-żwiemel jinżammu fl-abitat?", "X'passi ttieħdu dwar l-ilmenti ta' dawn ir-residenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qabel ma saret din il-mistoqsija parlamentari ma kienx hemm ilmenti oħra li wasslu lill-Pulizija.", "Il- Pulizija ma toħroġx permessi biex jinżammu żwiemel fl-abitat.", "Il-Pulizija madanakollu qed tistħarreġ dan l-ilment flimkien ma' Awtoritajiet Sanitarji.", "SKEJJEL - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "22555.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jagħti rendikont skola, skola ta' kull lokalita' ta' Malta u Għawdex, kemm ġenituri ħadu sehem fl-elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiċi fl-aħħar jiem ta' Ottubru, 1994?", "Fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji?", "F'kull każ x'perċentwali huma dawk li fil-fatt ivvutaw ma kemm kellhom id- dritt li jivvotaw?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-istatistika li talab l-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Inżid ngħid li din l-istatistika turi li l-kampanja ta' informazzjoni li wettqu l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani u d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni rnexxiet għax din is-sena kellna għadd akbar ta' elezzjonijiet fl-iskejjel, li allura jfisser li aktar ġenituri u għalliema fehmu l-ħtieġa li jipparteċipaw fit-tmexxija ta' l-iskejjel.", "B'danakollu għad fadal ħafna xogħol xi jsir biex naslu għall-għan finali li kull skola jkollha l-Kunsill Skolastiku mtella' b'elezzjoni u li l-akbar maġġoranza ta' ġenituri u għalliema jipparteċipaw fl-elezzjoni.", "Għaldaqstant, il-Ministeru u d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni se jkomplu bil- kampanja ta' informazzjoni u wkoll se jitolbu l-kooperazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi stess biex huma wkoll jipparteċipaw f'din il-kampanja.", "Din il- ġimgħa stess qed isiru laqgħat għall-Kunsilli Skolastiċi u dan is-suġġett se jitqajjem biex jiġi diskuss u jiġu suġġeriti miżuri ġodda għal akbar parteċipazzjoni.", "Fl-iskejjel li mhux imniżżla f'din l-istatistika, jew ma kienx hemm elezzjoni għax kien hemm nominazzjonijiet daqs il-postijiet fil-Kunsill jew għad m'hemmx Kunsill.", "SKEJJEL - ĊIRKOLARIJIET", "22556.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Hemm tfal li ġejjin minn-żwieġ imħallat fejn persuna Maltija tkun miżżewġa persuna barranija?", "Jistgħu jittieħdu passi biex f'dawn il-każijiet iċ-ċirkolarijiet li jinħtieġu mill-iskola ikunu bil-Malti u bl-Ingliż biex dak il-ġenitur li jkun jifhem bl-Ingliż ikun jista' jsegwi l-edukazzjoni ta' wliedu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fl-iskejjel statali hemm ħafna tfal li għandhom wieħed mill-ġenituri ta' nazzjonalita' barranija.", "Ma naħsibx li wieħed jista' joħroġ ċirkolarijiet bl-ilsna kollha tal-ġenituri barranin li jibagħtu t-tfal fl-iskejjel tal-Gvern.", "Wara kollox, l-Onor.", "Interpellant qiegħed jitkellem dwar koppji li persuna waħda minnhom hija Maltija u li allura ċ-ċirkolarijiet tista' tifhimhom faċilment.", "BURMARRAD - XIRI TA' OQBRA", "22557.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hemm persuni li applikaw biex jixtru qabar fiċ- ċimiterju ta' Burmarrad?", "Meta se jibda l-bejgħ ta' l-oqbra?", "X'qiegħed iżomm li jibda dan il-bejgħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm 167 applikazzjoni biex jinxtraw oqbra fiċ- Ċimiterju ta' Burmarrad, San Pawl il-Baħar.", "Il-bejgħ ta' dawn l-oqbra jibda meta l-proċeduri kollha ta' l-akkwist ta' l-art u tal-bejgħ ta' l-oqbra jiġu ffinalizzati.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "22678.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li pazjent minn Tas- Sliema (CS) ID 723760 ilu jistenna biex issirlu operazzjoni ta' Arthroscopy aktar minn sena?", "Fuq kollox lanqas ġie mogħti data ta' l-operazzjoni.", "Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex għandu jkun hemm dan id-dewmien ta' żmien u jirrimedja s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TAL-KIRURĠIJA - OPERAZZJONIJIET", "22679.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fid-dettal x'inhi l-proċedura wżata fid- Dipartiment tal-Kirurġija meta pazjenti li għandhom bżonn ta' operazzjoni u jitpoġġew fuq il-waiting list?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - SEZZJONI TA' L-ORTOPEDIJA - OPERAZZJONIJIET", "22680.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-pazjenti fis-Sezzjoni ta' l-Ortopedija fl-Isptar San Luqa li qed jistennew biex issirilhom l- intervent ta' \"Arthroscopy\" taħt id-diversi Konsulenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - SEZZJONI TA' L-ORTOPEDIJA - OPERAZZJONIJIET", "22681.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-lista ta' operazzjonijiet fis-Sezzjoni ta' l-Ortopedija fl-Isptar San Luqa li qegħdin fuq l-waiting list u bid-dati ta' meta se jsiru dawn l-operazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - MAĦFRA PRESIDENZJALI", "22682.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Ma jidhirlux il- Prim Ministru li fil-futur meta jkun hemm talba/rakkommandazzjoni għal maħfra presidenzjali li tiġi aċċettata, din għandha tiġi ppubblikata fil- Gazzetta tal-Gvern u r-raġunijiet fuqxiex tkun saret it-talba jkunu magħrufa wkoll?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naqbilx mas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru għaliex dan jista' imur kontra n-natura stess tal-Proregattiva tal-Maħfra li tispetta lill-Kap ta' l-Istat.", "FRANCESCO DE ASSIS QUEIROZ", "22683.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Minħabba l- kundanna pubblika li ġabet il-maħfra Presidenzjali tat-traffikant tad-drogi Brażiljan u billi d-deċiżjoni għal din ir-rakkommandazzjoni għal din il- maħfra saret fuq id-diskrezzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja biss, ma jidhirlux l-Prim Ministru li fil-futur rakkommandazzjoni serja u delikata bħal din għandha tiġi skrutinjata mill-Kabinett tal-Ministri u awtoritajiet għolja oħra biex ikun hemm trasparenza assoluta u jitnaqqas ir-riskju ta' xi abbuż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nhar il-Ħamis, 6 ta' Ottubru, 1994 il-Parlament approva riżoluzzjoni li kienet tgħid li l-maħfra Presidenzjali ma tingħatax, ħlief f'ċirkostanzi għal kollox speċjali, f'każi ta' kundanni għal reati konnessi mat-traffikar tad-droga.", "Il-Kabinett ħa nota kif xieraq ta' din r-riżoluzzjoni u għalhekk każijiet simili għandhom jiġu riferiti mill-Ministru responsabbli mill-Kabinett.", "QRATI - PERSUNI AKKUŻATI B'XI ATTENTAT TA' QTIL", "22792.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi f'dawn l-aħħar għaxar snin ta' nies li kienu akkużati b'attentat ta' qtil sena b'sena?", "Kemm minn dawn marru għal ġuri u kemm minnhom ġew deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati?", "Kemm minnhom għaddew ġuri u min kienu l-Imħallfin f'kull każ li ppresidew il-ġuri?", "Liema kienu s-sentenzi li ngħataw f'kull każ?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-informazzjoni mitluba jekk possibbli tinġabar billi hija biċċa xogħol kbira sejra tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - IMPIEG TA' UFFIĊJALI GĦAR-RELAZZJONI PUBBLIĊI", "22793.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kif ġie mpjegat l-PRO tal-Ministeru?", "Ħarġet xi sejħa għall-applikazzjoni?", "Jekk iva, min intagħżel?", "Meta beda l-impieg tiegħu l- PRO?", "X'salarju għandu dan il-PRO fis-sena?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-Public Relations Officer tiegħi ġie mpjegat b'effett mill-14 ta' April, 1992 b'kuntratt ta' sena, liema kuntratt jista' jiġi mġedded minn sena għal sena, u jitħallas salarju ta' Lm4,209 fis-sena.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - UFFIĊJAL GĦAR-RELAZZJONIJIET PUBBLIĊI", "22794.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Il- Ministeru tiegħek impjega xi PRO?", "Min hu?", "Ħarġet xi sejħa fil-gazzetta tal-Gvern għal dan l-impieg?", "Jekk iva, min intagħżel?", "Fuq liema kriterji intagħżlet il-persuna?", "X'salarju għandu dan il-PRO?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba hi fin-negattiv.", "MINISTERU TA' L-INTERN U ŻVILUPP SOĊJALI - UFFIĊJAL GĦAR-RELAZZJONIJIET PUBBLIĊI", "22796.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Il-Ministeru tiegħek impjega xi PRO jew press attache?", "Jekk iva, kemm ilu li sar dan?", "Min hu dan il-persuna li għandu din il-kariga?", "Ħarġet xi sejħa għall-applikazzjonijiet biex din il-persuna ġiet impjegata?", "X'salarju għandu dan l-uffiċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Ministeru tiegħi għadu bla Public Relations Officer.", "VAPURI - VAPURI REĠISTRATI MALTA", "22831.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22074 u ċioe' jista' jgħid kemm kienu l-każi ta' vapuri li jġibu l-bandiera Maltija li ġew fl-inkwiet f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Jista' jinkludi u jagħtini l-isem tal-vapuri bil-bandiera Maltija li għerqu sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jagħtini lista dettaljata tal-vapuri li kienu jġibu l-bandiera Maltija li kienu nvoluti f'inkwiet ma' l-awtoritajiet, jew minħabba ġarr ta' armi jew għax inqabdu jiksru s-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda jew għax kienu se jkunu nvoluti f'ġarr ta' passiġġieri minn Cuba jew f'kull inċident ieħor?", "Jista' jagħtini dettalji meta nqalgħu dawn l-inċidenti?", "X'inhuma l-passi li jieħu l-Ministeru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija meta jinqalgħu dawn l-inċidenti li jagħtu isem ħażin ħafna lil Malta?", "Kemm qiegħed jagħmel xogħlu sewwa l-ispettorat imwaqqaf mill-Awtorita' Marittima biex ma jħallix vapuri difettużi jtajjru l-bandiera Maltija?", "Kif jispjega l-fatt li f'dawn l-aħħar ġranet reġa' kien hemm vapur Amazon, reġistrat Malta li kellu l-inkwiet fil-Greċja?", "Veru li ebda vapur reġistrat Malta m'hu qed jitħalla jidħol fl-ibħra Amerikani minħabba l-fama ħażina li għandha Malta li hija pajjiż laxk fejn tidħol l-għoti tal-bandiera tagħha biex dawn il-vapuri jkunu jistgħu jbaħħru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Awtoritajiet Maltin, bħal kull Amministrazzjoni Marittima oħra, minn żmien għal żmien jirċievu nformazzjoni relatata mat-tbaħħir kummerċjali ta' bastimenti reġistrati magħhom.", "Minn rapporti ppreparti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, il-vapuri bil-bandiera Maltija li għerqu f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena kienu dawn:", "|1990 |Scantrader | | |Corazon | |1991 |Fairwind | | |Choba | | |Erato | | |Lina | |1992 |Katina P | | |Atlantic | | |Express | |1993 |Marco Polo | | |Nagos | | |Anderson | | |Grape One | |1994 |Cosmas A | | |Christinaki | | |Saray Star | | |Tamber River | | |Thanassis A |", "Dwar s-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda s'issa l-uniku każ li nżamm vapur fuq ksur ta' sanzjonijiet kien l-\"Jadran Express\".", "Il-proċeduri fuq dan il- każ għadhom għaddejjin fil-Qrati Taljani.", "Dwar l-inċident f'Kuba, fil-każ tal-\"Jussara\", il-bastiment kien ġie maħtuf illegalment minn ċittadini Kubani bil-għan li dawn jaħarbu minn Kuba.", "Fil-fatt wara li ntervenew l-Awtoritajiet Kubani, il-vapur tħalla jsalpa.", "L-Awtoritajiet Maltin jinvestigaw rapporti fuq bastimenti Maltin li jsiru minn diversi bnadi u fejn jirriżulta ksur tal-liġi jittieħdu l-passi kollha meħtieġa inkluż il-kanċellament skond il-liġi tal-vapur mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti.", "Skond l-Artiklu 29 ta' l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili l-Ministru jista' wkoll jordna l-għeluq tar-Registru tal-bastimenti Malti fost oħrajn fl-interess Nazzjonali u fl-interess tas-\"shipping Malti\".", "Dan il-provvediment fil-fatt intuża meta kien hemm bżonn.", "Minn mindu twaqqaf l-Ispettorat ta' l-Awtorita' Marittima f'Mejju 1993 ġew spezzjonati 373 bastiment Malti li b'kollox jagħmlu bejn wieħed u ieħor sitt miljun tunnellata gross.", "Fejn instabu bastimenti li kellhom xi deffiċjenzi, dawn ma tħallewx ikomplu jbaħħru sakemm ġie assigurat li m'hemmx periklu għas-sigurta' tal-ħajja u n-navigazzjoni fuq il-baħar.", "Meta l-operatur ta' xi bastiment ma jagħmilx dak li għandu jagħmel dwar xi deffiċjenzi rapportati, l-Awtoritajiet Maltin jieħdu l-passi meħtieġa.", "Nista' ngħid li kien hemm ukoll każi fejn xi sidien ta' vapuri ddeċidew li jikkanċellaw mir-Reġistru Malti minn jeddhom wara li twaqqfu milli jkomplu jbaħħru mid-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta.", "Il-vapur Amazon Venture kien biss involut f'inċident żgħir ħafna waqt li kien qed jitrakka f'istallazzjoni taż-żejt fil-Greċja.", "F'dan l-inċident il- bastiment għamel kuntatt ma' \"dolphin\" li kkawża tiċrita (crack) żgħira ta' madwar ċentimetru b'għaxar ċentimetri u li minħabba fiha inxterdet kwantita' żgħira ta' żejt fil-port fejn kien qed jitrakka l-vapur.", "Inċidenti simili li għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjonijiet normali tal- vapur jiġru ta' kuljum fil-qasam tat-tbaħħir tal-bastimenti merkantili u l- inċident ta' l-\"Amazon Venture\" żgur ma jistax jiġi kkonsidrat wieħed ta'natura gravi.", "Il-vapuri Maltin jistgħu jidħlu fl-ibħra u portijiet Amerikani bħal bastimenti ta' nazzjonalitajiet oħra.", "L-Onor.", "Interpellant jieħu nota wkoll li Malta llum għandha reġistrati magħha vapuri li globalment jirrapreżentaw tunellaġġ ta' aktar minn 16-il miljun, u tokkupa l-pożizzjoni ta' l-għaxar bandiera marittima fid-dinja.", "QRATI - KAWŻA KONTRA BEJJIEGĦ TAD-DEHEB F'MALTA", "22832.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kif baqgħet il-kawża ċivili li saret kontra bejjiegħ tad- deheb f'Malta liema kawża saret minn National Trust ta' l-Ingilterra biex jiġu akkwistati lura oġġetti tal-fidda li nsterqu minn Tatton l-Ingilterra u nstabu għand bejjiegħ tad-deheb f'Malta?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jista' l-Onor.Membru jagħti aktar dettalji li bihom tkun tista' tiġi ddentifikata l-kawża in kwestjoni bħalma huma l-ismijiet tal-partijiet fil-kawża jew in-numru taċ-ċitazzjoni?.", "MINISTERU TAL-FINANZI - APPLIKAZZJONIJIET MIĊĦUDA", "22944.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġew miċħuda applikazzjonijiet fil-Ministeru tiegħu skond MPO Circular BIII No. 6/94?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.Interpellant li ma ġiet miċħudha l- ebda applikazzjoni li saret skond \"MPO Circular BIII No / 6/94 fil- Ministeru tal-Finanzi.", "DIPARTIMENT TAT-TEŻOR - DIRECT ORDERS", "22945.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jelenka lista tad-direct orders approvati mill-Ministeru tiegħu tul l-1993 u sal-31 ta' Ottubru, 1994 u jagħti f'kull każ l-isem tad- dipartiment, l-isem tal-kuntrattur, il-valuri rispettivi, l-oġġetti mixtrija u min iffirma l-approval li nħarġet f'kull każ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - ĦLAS TA' INCOME SUPPLEMENT LILL-IMPJEGAT", "22946.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex impjegati fil-Ministeru tiegħu dam sitt xhur biex jitħallas l-income supplement li kellu jieħu f'Marzu li għadda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux minnu li l- impjegat li qed jirreferi għalih, tħallas l-\"income supplement\" sitt xhur wara.", "Ninsab informat li l-pagament sar f'Awissu.", "Dan minħabba l-fatt li l-individwu kien ġie trasferit fuq \"paylist\" oħra għax kien qiegħed, bħala paga, jsegwi kors fl-Universita' u jitħallas l-istipendju ta' studenti.", "MINISTERU TAL-FINANZI - SAHRA LILL-IMPJEGATI", "22947.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jintużaw biex jingħataw l-overtime l- impjegati fil-Ministeru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-impjegati fil- Ministeru tal-Finanzi \"overtime\" skond il-bzonn u n-natura tax-xogħol li jkun irid isir.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KUNTRATT TAX-XOGĦOL", "22948.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tas-sur Paul Vella, Director Corp. Services fil-Ministeru tal-Finanzi u tad- Director Gen. ta' l-istess Ministeru, is-Sur Joe Galea?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed nassumi li l-Onor Membru qed jirreferixxi għall-\"Performance Agreement\" li ż-żewġ uffiċjali msemmija, bħad-Diretturi l-oħra, iffirmaw meta ħadu l-kariga li jokkupaw bħalissa.", "Kopja ta' specimen \"Performance Agreement\" tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, iżda ma jidhirlix li jkun xieraq li nippubblika d-dettalji tal-ftehim ta' uffiċjali ndividwali.", "MINISTERU TAL-FINANZI - IMPJEGATI LI GĦANDHOM KAROZZA GĦAL UŻU PERSONALI", "22949.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jelenka lista ta' min fil-Ministeru tiegħu għandu karozza għall-użu personali u xi grad għandu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Ministeru tal- Finanzi dawn l-uffiċjali għandhom dritt għall-użu ta' karozza skond il- provvedimenti tal-\"Contract of Service\" tagħhom.", "|Segretarju |1 | |Permanenti | | |Diretturi Ġenerali|2 | |Diretturi |3 |", "BAĦRIJA - PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "22993.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 22802 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid għalkemm il-siegħa kienet sospiża il-provvista tad- dawl fil-Baħrija u l-Kunċizzjoni matul l-1 u l-15 ta' Novembru, 1994?", "X'ikkawża l-qtugħ tad-dawl u għaliex il-ħsarat mhux jiġu rimedjati fl- iqsar żmien sabiex ir-residenti ma jkomplux jiffaċċjaw dan l-inkonvenjent kollu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-provvista ta' l- elettriku bejn il-Baħrija u l-Kunċizzjoni ġiet interrotta bejn l-1 u l-15 ta' Novembru kif se ngħid:", "|DATA |MINN |SA |RAĠUNI | | | | | | |6/11/94|13.30|07.00 |Ħsara | | | |(7/11/94) |f'outdoor| | | | |terminal | | | | |box ta' | | | | |l-11kv | | | | | | |7/11/94|07.00|17.00 |\" | | | | | | |10/11/9|24.00|03.45 |Ħsara | |4 | |(11/11/94) | | | | | |instantan| | | | |ja | | | | |fil-linji| | | | |ta' l- | | | | |11 kV | | | | | | |11/11/9|23.00|03.30 |\" | |4 | |(12/11/94) | | | | | | | |15/11/9|17.00|19.00 |\" | |4 | | | |", "Meta jkun hemm ħsara ta' l-11kV, il-Korporazzjoni Enemalta dejjem tagħmel minn kollox biex il-ħsara tingħata prijorita'.", "Wieħed irid iqis iżda li meta l-ħsara tkun gravi bħal dik tas-6 u s-7 ta' Novembru, jew meta jkun il- maltemp u jkun hemm ħsarat f'diversi postijiet speċjalment fil-linji twal u esposti ma jkunx possibbli li l-ħsarat jissewwew malajr daqs kemm wieħed ikun jixtieq.", "Bħalissa qed isir xogħol ta' trinek fl-inħawi ta' Wied Rini biex jitpoġġa cable taħt l-art fid-direzzjoni ta' Wied il-Bużbież biex parti kritika ta' l-11kV issir taħt l-art ħalli jonqsu l-ħsarat meta jkun il-maltemp.", "MTARFA - TISWIJA TA' DJAR", "23040.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma f'numru dawk il-familji fl- Imtarfa li ressqu talbiet lill-Awtorita' tad-Djar sabiex din tirranġa xi forma ta' nkonvenzja kkawżata jew minħabba l-proġett ta' din il-belt il- ġdida jew minħabba l-istat ta' bini perikoluż bħal fil-każijiet tas-soqfa perikolużi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - PERSUNI DIABETIĊI", "23041.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid skond l-aħħar statistika ta' l- Awtorita' tas-Saħħa kemm huma f'numru dawk iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li jbatu bil-problema tad-diabete?", "Kemm minnhom huma taħt l-eta' ta' 16-il sena u kemm taħt it-12-il sena?", "X'għajnuna qed jagħti l-Gvern lil dawn iċ-ċittadini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI LI DAĦLU L-ISPTAR", "23042.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' ħabsin li ddaħħlu l-isptar matul din is-sena?", "X'kienet in-natura tal-mard u kemm minnhom jinsabu jieħdu l-kura regolarment?", "X'servizz qed ikun provdut biex tiġi mħarsa saħħithom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-ewwel ta' din is-sena sas-17 ta' Novembru 1994, kien hemm 1,204 viżita minn priġunieri lejn Servizzi tas-Saħħa barra mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "Ma jidhirlix li hi etika u li hu ta' interess partikolari għall-pubbliku l-informazzjoni mitluba dwar in-natura ta' mard.", "Il-ħabsin għandhom aċċess ta' kuljum għas-servizzi ta' tabib tal-Ħabs u jekk il-kondizzjoni tas-saħħa tal-priġunier tirrikjedi aktar attenzjoni jiġi riferut għall-faċilitajiet l-oħra tas-saħħa provduti mill-Istat barra l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "Il-ħabsin barranin huma provduti bl-istess livell u kwalita' ta' Servizzi tas-Saħħa bħal dawk tal-ħabsin Maltin.", "KORPORAZZJONI TA' L-ILMA - SPEJJER", "23043.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin kemm kienu dawk l-ispejjer ta' l-ilma naturali li ġew irrapportati li qed jirċievu ilma tad-drenaġġ?", "Mil-liema naħa ta' Malta u Għawdex saru dawn ir-rapporti?", "X'ikawża din il-kontaminazzjoni u x'sar mill-awtoritajiet biex din is- sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul dawn l-aħħar għaxar snin il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kellha ebda rapport ta' kontaminazzjoni bl-ilma tad-drenaġġ fi spejjer privati.", "Ġew irreġistrati tliet każijiet ta' kontaminazzjoni minn ilma tad-drenaġġ f'boreholes li jipproduċu ilma tax-xorb.", "Dawn kienu: f'Ħemsija Borehole limiti tar-Rabat, Farsina Borehole limiti ta' Ħal Qormi u ta' Sannat Road, Għawdex.", "Dawn il-każijiet ġew ikkawżati minn xita qawwija li fawwret id-drenaġġ fl- inħawi msemmija u kkontamina dawn il-boreholes.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet azzjoni immedjata.", "Il- produzzjoni minn dawn il-boreholes kienet ġiet sospiża minnufih u ġie implimentat eżerċizzju ta' washout sakemm l-ilma reġa' ssaffa u nstab li kien tajjeb għax-xorb.", "KORPORAZZJONI TA' L-ILMA - KONTAMINAZZJONI TA' ILMA", "23044.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin kemm saru \"washout\" mill-pumping stations ta' l-ilma minħabba kontaminazzjoni ta' l-ilma?", "Kemm kien il-volum ta' l-ilma li nħela kull sena minħabba din il- kontaminazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li matul dawn l-aħħar għaxar snin il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet diversi eżerċizzji ta' washouts minn pumping stations minħabba każijiet ta' kontaminazzjoni ta' l-ilma.", "Sabiex jiġi kalkolat kemm intuża ilma biex saru dawn l-eżerċizzji iridu jinġabru statistiċi antiki."]} {"filename": "20010620_557d_par.doc", "date": "2001-06-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 557 L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 557", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "557", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 656", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 656", "TQEGĦID TA' KARTI 660", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-CONDOMINIA (TIELET QARI) CONDOMINIUM (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 661 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTU ARTIJIET(TIELET QARI) 661 REVISION OF CERTAIN LAND BILL(THIRD READING) 661 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT(TIENI QARI) 662 ENVIRONMENT PROTECTION BILL(SECOND READING) 662", "AĠĠORNAMENT 683", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 686", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 556 li saret fd-19 ta' Ġunju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MEDIGRAIN - IMPJEGATI", "25835.", "L-ONOR NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mpjegati mal-kumpannija Medigrain?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li bħalissa l-kumpannija Medigrain timpjega 21 persuna.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'policy qed tapplika l- Medigrain fir-rigward tal-genetically modified organisms għal dak li għandu x'jaqsam ma l-importazzjoni ta' xgħir u qamħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Il-policy li timxi biha l-Medigrain f'dan ir-rigward ma nbidletx f'dawn l-aħħar snin.", "Il-Medigrain iġġib il-qamħ minn żewġ reġjuni differenti, bil-hard wheat jiġi importat mill-Amerika waqt li s- soft wheat jiġi mill-Ewropa.", "Fir-rigward tal-genetically modified products, safejn naf jien din m'hijiex xi ħaġa li tinvolvi b'mod partikolari l-qamħ u x-xgħir.", "Dawn il-GMOs m'għandhomx relevanza f'dan il-qasam u m'għandux ikun hemm tħassib.", "IMPORTAZZJONI TA' XGĦIR", "25836.", "L-ONOR NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie importat xgħir għall-annimali mill-ewwel tas-sena 2001 'il hawn?", "Minn liema pajjiżi ġie importat ix-xgħir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-kumpannija Medigrain importat 5,613-il tunnellata xgħir mill-Iskozja u 6,420 tunnellata mill-Ukrajna matul din is-sena.", "IMPORTAZZJONI TA' HARD U SOFT WHEAT", "25837.", "L-ONOR NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie importat hard u soft wheat separatament matul dawn l-aħħar tmien snin?", "Jista' jgħid kemm kien il-prezz medju għal dawn iż-żewġ tipi ta' qmuħ?", "Jista' jgħid b'liema ammonti jiġi mħallat dan il-qamħ biex isir dqiq u wara jingħata lill-furnara biex jaħdmuh f'ħobż Malti?", "Jista' jgħid jekk din it- taħlita ġietx mibdula f'dawn l-aħħar sentejn u, jekk fl-affermattiv, min ħa din d-deċiżjoni u x'kienet tfisser f'termini ta' flus?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel u fit-tieni parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, għalkemm jidher li fid- dokument li qed nirriferu għalih hemm miktub li l-qamħ jitħallat 70% hard u 30% soft meta safejn naf jiena din għandha tkun bil-maqlub, cioe` 70% soft u 30% hard.", "L-informazzjoni mitluba fir-raba' parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali u ċertament mhux fl-interess tal-Medigrain li din tiġi ppubblikata.", "IMPORTAZZJONI TA' SEMOLINA", "25838.", "L-ONOR NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm -il darba ġiet importata semolina matul dawn l-aħħar sentejn u minn liema pajjiż?", "Jista' jgħid meta kienet l-aħħar okkazjoni li ġiet importata semolina u ta' liema kwalita kienet?", "Jista' jgħid x'kienet il-ħtieġa li din is-semolina tiġi importata u fejn ġiet maħżuna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Skond statistika miżmuma mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, matul dawn l-aħħar sentejn is-semolina ġiet importata minn sitt pajjiżi, u cioe`:", "|Sena |Pajjiż | | | |Esportat|Kwanti| | |ur |ta | | | |f'Kg. | |1999 |Italja |2,629,| | | |706 | | |Greċja | | | | |820,08| | | |2 | | |Turkija | | | | |26,990| | |Franza | | | | |21,750| | |Spanja | | | | |21,000| | |Renju | | | |Unit |120 | |2000 |Italja |3,713,| | | |370 | | |Renju | | | |Unit |235 |", "Tajjeb jingħad li s-semolina hija importata mis-settur privat u għaldaqstant l-informazzjoni l-oħra mitluba m'hijiex għad-dispożizzjoni tal- gvern.", "MSIDA SEAFRONT – PA4395/99", "25844.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond numru 39, Msida Seafront, Msida għandux il- permessi meħtieġa tal-PA, tal-pulizija u ta' l-awtoritajiet l-oħra biex jopera?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu s'isssa minn kull entita` u x'passi ser jittieħdu fil-futur qarib biex dan l-abbuż ma jkomplix?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi fuq il- fond li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant kien inħareġ permess PA 4395/99 mill-awtorita` ta` l-ippjanar, liema permess ma jkopriex is-sit kollu iżda biss il-kamra tal-faċċata.", "Informat ukoll illi fuq dan is-sit inħareġ avviż ta' twettiq ECF 1352/98 li qiegħed fi stadju ta` appell.", "Hemm ukoll applikazzjoni PA 350/01 li hija pendenti.", "Min-naħa tal-pulizija, ninsab informat illi l-fond imsemmi huwa kopert b`liċenzja tan-negozju tal-pulizija li wkoll tkopri l-kamra tal-faċċata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri dan jista' jintuża bħala ħanut?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR TONIO BORG: Mil-liċenzja tan-negozju tal-pulizija jirriżulta li din ingħatat għall-bejgħ ta' ornamenti ta' l-injam, oġġetti taċ-ċeramika u tal- ħġieġ, household goods u loose furniture.", "SLIEMA PROMENADE – ĦLAS TA' OVERTIME", "25845.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-proġett tal-promenade f'Tas-Sliema ilhom xhur ma' jitħallsu ta' l-overtime?", "Jista' jgħid meta se jsir il-ħlas?", "ONOR LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li l-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-proġett tal-promenade ta' Tas-Sliema dejjem tħallsu ta' l-overtime fil-ħin.", "Ġara iżda li għal raġunijiet amministrattivi ma laħqux tħallsu għal April u Mejju.", "Il-ħlas għal dawn ix- xahrejn flimkien max-xahar ta' Ġunju ser isir f'Lulju.", "MALTAPOST – LIBERALIZZAZJONI TAL-POSTA", "26512.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-thejjija biex il-qasam tal-posta jiġi lliberalizzat?", "X'passi se jittieħdu biex il-posta tiġi lliberalizzata matul is-sentejn li ġejjin?", "X'effett se jħallu dawn il- passi fuq il-ħaddiema tal-Maltapost?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għad ma hemm l-ebda deċiżjoni dwar meta ser jiġi lliberalizzat il-qasam tal-posta.", "Fl-istess waqt il-Maltapost qed tkompli bil-ħidma tagħha sabiex tkompli żżid l-effiċjenza fl-operat, bl-azjenda titmexxa dejjem aktar fuq linji kummerċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Se nitkellem proprju fuq l-effiċjenza tal- Maltapost, Sur President.", "Il-bieraħ irċevejt stedina għall-attivita` li saret is-Sibt li għadda u dan ma ġarax lili biss għax naf li kien hemm każi oħra - anke membri tal-korp diplomatiku – fejn nies jew irċevew l-istedina tard jew baqgħu ma rċevewhiex.", "Ma nafx jekk il-Ministru huwiex informat li hemm dan it-tip ta' dewmien, li żgur ma jitfax dawl sabiħ fuq il-Maltapost.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Jiena m'għandi l-ebda informazzjoni fuq dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru għax ir-rapport li għandi jgħid li l-effiċjenza żdiedet u fejn qabel 60% tal-posta kienet tiġi delivered by the next day, din ir-rata issa telgħet għal madwar 80%.", "Naturalment jista' jkun hemm l- eċċezzjonijiet u kultant bir-raġun.", "Per eżempju, l-ittri tagħna l-membri parlamentari jdumu aktar biex jaslu għax jgħaddu minn ċertu screening li awtomatikament iwassal biex ittra minflok iddum ġurnata biex tasal, taf iddumlek jumejn u anke tlieta.", "Jiddispjaċini li fuq dan il-każ partikolari li qed isemmi l-Onor Bartolo m'għandix l-informazzjoni pero` jekk jagħtini d-dettalji, nagħmlu l- istħarriġ li hemm bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Jien ili xi 40 sena nirċievi l-posta, disa' snin minnhom bħala membru parlamentari, pero` ikolli nistqarr li fl-aħħar sena rajt deterjorazzjoni tas-servizz, apparti li fl-aħħar disa' snin dejjem kien hemm dan is-security check li qed jirriferu għalih il-Ministru.", "Nistiednu biex jinvestiga ftit id-dewmien konsistenti li qed ikollna fil- posta għax ma naħsibx li l-posta tiegħi biss qed tasal tard.", "Qed ngħid hekk għax fil-każ tiegħi, id-diriġenti tal-posta bagħtuli apoloġija għal dak li ġara u għallinqas jien irċevejtha l-istedina – veru ġimgħa u nofs wara imma almenu irċevejtha – filwaqt li fil-każ tal- Kummissarju Għoli Ingliż, safejn naf jien għadha lanqas biss waslitlu!", "L- istedina inkwestjoni kienet għal okkazjoni organizzata mill-Ambaxxata Taljana u naf ukoll li l-posta qed tinvestiga biex tara x'ġara u ma ġarax.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jiena ma rċevejt l-ebda complaint mingħand l-ebda kummissarju u l-ebda ambaxxata u normalment dawn ikunu l- iktar nies who come forward.", "Ma naqbel assolutament xejn li wieħed jiġġeneralizza – għax bil-mod kif l- Onor Bartolo qed jinkwadra l-mistoqsija tiegħu, donnu qed jgħid li s- servizz tal-posta mar għall-agħar – u kieku l-Onor.", "Membru għamilli din il- mistoqsija bil-miktub kont inkun nista` niġi hawn b'risposta dettaljata dwar il-każ.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu informazzjoni partikolari fuq il- każ nistgħu ninvestigaw, pero` m'hemmx dubju li l-operat inġenerali tal- Maltapost sar iżjed effiċjenti għalkemm eċċezzjonijiet issib dejjem.", "Per eżempju, dan l-aħħar ukoll kien hemm każ fil-gazzetti fejn xi ħadd kiteb li rċieva ittra mill-Ingilterra wara 40 sena, pero` lanqas naf kenitx ċajta jew le din!", "Wieħed irid joqgħod attent għall-mod kif ipoġġi l- affarijiet.", "Li nista' ngħid hu li jekk kien hemm xi problema f'dan il-każ partikolari, wieħed irid jinvestiga għaliex.", "Fil-każ tal-membri parlamentari tifhimha li s-security screening qiegħed idewwem il-posta.", "Dan hu servizz li ilu jsir u jekk wieħed irid jista' ma jitolbux u jkollu posta aktar effiċjenti, pero` imbagħad ma jistax igorr għax il-posta ddumlu meta jekk hemm proċess ieħor li l-istess posta trid tgħaddi minnu!", "Min-naħa l-oħra, jiena nwiegħed li nidħol f'dan il-każ li semma' l-Onor.", "Bartolo pero` ejja ma niġġeneralizzawx minħabba każ wieħed.", "For all I know, jista' jkun li l-inviti mpostawhom tard u mhux lakemm taqbad u twaħħal mill-ewwel fil-posta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Jiena nistieden lill-Ministru jiċċekkja mas-Sedja jekk kellhiex ilmenti konsistenti fuq id-dewmien tal-posta tal-membri parlamentari u nistaqsi wkoll lill-Ministru jekk huwiex informat li dan l- aħħar intbagħtet ittra anonima lil diversi personalitajiet għolja, li jinkludu Mons. Ariċisqof u l-kummissarju tal-pulizija, li fiha allegazzjonijiet serjissimi ta min jagħti kashom.", "Naf li ittri anonimi ma tantx jingħataw piż, pero' xorta naħseb li wieħed irid jidħol bis-serjeta` fuq dan il-każ.", "Jekk il-Ministru m'huwiex informat dwar dan nitolbu jġib l-informazzjoni meħtieġa, għaliex jekk l-allegazzjonijiet li hemm f'dik l-ittra jirriżultaw veri, il-konsegwenzi jafu jkunu serji ħafna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, ma nistax ngħid li din is-sena kien hemm xi lmenti dwar posta li damet għax ibqa fiż-żgur li jiena kont inkun l- ewwel wieħed li nirċievi dawn it-tip ta' ilmenti, keeping in mind is- sistema li mdorrijin biha fejn kulħadd imur għand il-ministru!", "Rigward l-ittra anonima li semma' l-Onor.", "Membru, jien nista' ngħid li ma rċevejt xejn iżda ma naħsibx li f'dan il-parlament għandna nispiċċaw niddibattu ittri anonimi u l-allegazzjonijiet li jkun fihom.", "Jiena din l- ittra anonima ma rajthiex, pero` nemmen li ittri anonimi għandhom jiġu shredded - żgur li mhux waħdi nemmen hekk - għax jekk xi ħadd irid jgħid xi ħaġa għandu jnniżżel ismu.", "Alla biss jaf kemm tista' ssir ħsara b'ittra anonima!", "Alla jħares nispiċċaw f'dan il-parlament nitkellmu fuq l- anonimita` u niddiskutu x'tgħid jew ma tgħidx dik l-ittra jew l-oħra!", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' ngħid li la rċevejtha u wisq anqas qrajtha.", "Il- policy tiegħi hi li nara li ittri simili jiġu shredded.", "Jekk hemm xi ħadd li għandu dubji dwar xi ħaġa serja, dan jista' dejjem jikteb lill-kummissarju tal-pulizija jew lill-avukat ġenerali.", "Hemm ħafna metodi tajbin kif wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu imma li tibgħat ittra anonima mhux wieħed minnhom.", "La Mons. Arċisqof u lanqas ħaddieħor ma rrifera lili fuq xi ittra anonima u jiena jidhirli li dawn it-tip ta' affarijiet għandhom jiġu mminimizzati u mhux jitqajmu fil-parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Nafu lkoll li l-Maltapost għandha ħsieb li tiżviluppa u tagħmel upgrading fil-fergħat tagħha, u dan meta ninsabu fi proċess ta' privatizzazzjoni ta' l-istess kumpannija.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li hu għaqli li l-Maltapost tinvesti b'dan il-mod meta eventwalment l-istess kumpannija se tiġi pprivatizzata u l-gvern se jbiegħ ix-shareholding tiegħu?", "Rigward id-dewmien fil-posta, jien niftakar żmien fejn kont nimposta ittra filgħodu u kienet tasal wara nofsinhar.", "Forsi tgħidli li kien lussu żejjed, ħalli ngħidu kollox, pero` l-effiċjenza hija sabiħa.", "Huwa fatt li meta kien hemm dipartiment jieħu ħsieb il-posta, dan it-tip ta' servizz kien jingħata mentri llum l-posta tirċeviha wara ġurnata, tnejn, anki tlieta.", "Dan ifisser li s-servizz mar lura minn meta l-posta saret kumpannija.", "Jista' il-Ministru jagħti r-raġunijiet għal dan għaliex jiena nemmen li l-posta saret kumpannija bl-għan li ttejjeb is-servizz.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Sur President, l-Onor.", "Cuschieri qisu qed jistaqsi għalfejn ma nwaqqfux l-upgrading fil-fergħat tal-posta ħalli l-ispejjeż ta' l-upgrading jeħilhom ħaddieħor.", "L-ewwelnett ngħidlu li l-proċess ta' upgrading irid jibqa' għaddej għax dan ukoll jista' jinfluwenza l- privatizzazzjoni, apparti li din hi attitudni xi ftit meskina.", "Assolutament ma naqbilx li għandna nżommu l-progress għaliex eventwalment jista' jkollna privatizzazzjoni parzjali jew żviluppi oħra f'dan il-qasam.", "Ir-refurbishment ma jsirx ta' xejn għax jekk tmur tara l-post offices qabel u wara li jsir ix-xogħol, tinduna li verament kien hemm bżonnu.", "Meta jiena ħadt over il-posta, il-persentaġġ ta' ittri li kienu jaslu the next day kien 50% u llum dan tela' għal 80%.", "Dan ifisser li aħna għollejna l-efficiency rating f'dan l-qasam b'60%, għalkemm xtaqt li kieku tejjibna l- performance 100%.", "Issa jekk wieħed irid same-day delivery, kif kien jiġri qabel, jiddependi ħafna f'liema ħin timposta l-ittra.", "Jekk ittra tiġi impostata kmieni hemm ċans tajjeb li tasal dik il-ġurnata stess.", "Il-verita` hija li llum hemm ċerti żviluppi li wasslu biex l-użu tal-posta m'għadux daqshekk intensiv kif kien għaxar snin ilu.", "Għax ejja nammettu li l-volum ukoll jagħmilha possibbli li tkun iktar effiċjenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport annwali ta' l-uffiċċju ta' l-ombudsman għas-sena 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-CONDOMINIA", "CONDOMINIUM (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Condominia, Kap. 398.''", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Comdominia, Kap. 398,'' ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTU ARTIJIET", "REVERION OF CERTAIN LANDS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-Restituzzjoni ta' Art Esproprjata bis-Saħħa ta' l-Att dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-Restituzzjoni ta' Art Esproprjata bis-saħħa ta' l-Att dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "ENVIRONMENT PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Ġunju, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, jekk wieħed iħares ftit lura għal dak li jirrigwarda leġislazzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, isib kif tul dawn l-aħħar snin tressqu diversi liġijiet quddiem il- parlament.", "Jekk tmur lura għall-1968 għandek issib il-Litter Act li jagħmilha unlawful li titfa` skart, żibel jew litter u dak iż-żmien kienu l- public health u l-pulizija li kellhom ir-responsabbilta' ta' enforcement.", "Jiena mhux l-ewwel darba li nistaqsi dwar kemm jitressqu nies il-qorti fuq tfigħ ta' litter u n-numri ta' dawn il-każi ma tantx jimpressjonak.", "Irrid ngħid ukoll li fl-1977 saret il-liġi dwar il-marine pollution li sal- lum għadha lanqas biss daħlet in vigore.", "Mill-1977 sa l-1991 kien hemm interruzzjoni pjuttost twila, imma mbagħad fl-1991 kellna l-Environment Protection Act – niftakar li kienet tressqet minn Dr. Ugo Mifsud Bonnici - liġi li żgur li għamlet qabżiet kbar 'il quddiem għal dak li jirrigwarda l- ambjent.", "Għall-ewwel darba bdejna nisimgħu bl-environment impact assessments u permezz ta' din il-liġi li qed insemmi anke twaqqfet l- authority of review.", "Fl-1991 kien twaqqaf ukoll l-environment protection department, li bla dubju ta' xejn għamel ħafna xogħol siewi tul dawn l- aħħar għaxar snin, dipartiment li żgur illi jenħtieġ aktar riżorsi sew umani kif ukoll finanzjarji.", "Imbagħad fl-1992 kellna d-Development Planning Act, segwita bit-twaqqif tal-planning authority.", "Minkejja l-progress f'dan il-qasam, kien mistenni li wieħed jipprova jtejjeb dawn il-liġijiet għaliex kien hemm ċerti nuqqasijiet sew rigward il-kwalita' ta' l-arja kif ukoll rigward l-immaniġġjar ta' l-iskart b'mod sostenibbli.", "Kien jenħtieġ li ċerti standards ambjentali jiġu mogħtija saħħa bil-liġi u fil-fatt jekk wieħed iħares lejn dan l-abbozz li qegħdin niddiskutu, f'taqsima V isib id-diversi dmirijiet u poteri tal-ministru.", "Fost l-oħrajn wieħed isib kif ċerti standards fejn tidħol il-kwalita' ta' l-arja, il- kwalita' ta' l-ilma, il-livelli tal-ħoss, is-sustanzi perikolużi u l- immaniġġjar ta' l-iskart, prinċipji li kienu pjuttost neqsin fil-liġi ta' l- 1991, f'din il-liġi li qed nipproponu jissemmew b'ċerta qawwa.", "Per eżempju, hawnhekk nitkellmu fuq regolamenti, direttivi, kodiċi ta' prattika għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Nitkellmu fuq l-ogħla kwantitajiet jew konċentrazzjoni ta' rimi jew emissions.", "Nitkellmu fuq il-prevenzjoni u l- kontroll integrat ta' tinġis, inkluż l-ogħla livelli permessi, b'espressjoni kwantittativa jew kwalittativa tar-rimi u l-emissions fl- ambjent ta' kull materjal, sustanza jew enerġija.", "Nitkellmu fuq kull tip ta' radjazzjoni li tagħmel parti mill-ispettru elettromanjetiku, kif ukoll kull vibrazzjoni u ħoss.", "Wieħed irid isemmi kif, per eżempju, dan il-gvern qed jagħti attenzjoni għal żewġ kwestjonijiet ambjentali meħtieġa li ma tantx kienu ssemmew fl- Environment Protection Act ta' l-1991.", "Qed nirriferi għall-kwalita' ta' l- ilma u l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Jekk wieħed jara l-position paper ta' l-inter-governmental conference fuq id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, isib li l-Gvern Malti talab perjodu transizzjonali ta' tliet snin sew rigward direttiva 98/83 ta' l-Unjoni - quality of water intended for human consumption - kif ukoll għal dak li jirrigwarda the establishment of the integrated solid waste management collection and disposal infrastructure.", "Intalab perjodu transizzjonali ta' tliet snin għaliex il-Gvern Malti jaf li dawn l-oqsma jistgħu jiġu rranġati permezz ta' l-istructural funds under objective one u permezz tal-cohesion funds li l-Unjoni Ewropea tagħmel available għal min ikun membru tagħha.", "Il-Gvern Malti - u qed nikkwota mill-istess position paper li kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra - qed jgħid ukoll li biex dan il-perjodu transizzjonali saħansitra jkun jista` jiqsar, il-gvern jippretendi li ningħataw pre-accession funds mill-Unjoni.", "Wieħed jittama li s-sitt pajjiżi applikanti li kienu minn ta' l-ewwel u s-sitt pajjiżi li applikaw wara jiġu meqjusa fuq il-merti tagħhom.", "Kif kien hemm uħud mill-pajjiżi ta' l-ewwel grupp li ħadu l-pre-accession funds, wieħed jippretendi li anki pajjiżna jkun jista' jieħu minn dawn il-pre-accession funds, dejjem fir- rigward tal-kwalita' ta' l-ilma u fir-rigward ta' l-immaniġġjar ta' l- iskart.", "Naturalment tajjeb li ngħaddu l-liġijiet minn dan il-parlament, pero' l- iktar l-importanti hu li wieħed ikun jista' jinfurzahom.", "Jien m'għandix dubju li anki din il-liġi li qegħdin niddiskutu għandha tiġi inforzata, anke jekk f'pajjiżna neqsin wisq minn riżorsi umani speċjaliżżati.", "Qed nirriferi għal dak li jirrigwarda l-ispettorat, jiġifieri spetturi li jistgħu jinfurzaw dawn id-diversi liġijiet.", "Huwa fatt, per eżempju, li min- naħa tal-pulizija jista' jsir ħafna iktar biex ikollna pulizija li tħares iktar l-ambjent.", "Fl-aħħar mill-aħħar jiddependi mill-pulizija biex tiġi nfurzata l-liġi.", "Jiena diġa' semmejt il-Litter Act ta' l-1967 imma żgur li hemm oħrajn.", "Tajjeb li wieħed jgħid li minn risposta għal mistoqsija parlamentari li għamilt fi Frar li għadda - u hawn infaħħar l-awtorita' ta' l-Ippjanar - jirriżulta li fl-awtorita' ta' l-ippjanar hemm 313-il impjegat, li minnhom 233 huma tekniċi.", "Dan ifisser li għandek 73% ta' l-impjegati ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar li huma tekniċi.", "Jiena m'għandix dubju li l- awtorita' ta' l-ippjanar li twaqqfet fl-1992 għenet mhux ftit fil-ħarsien ta' l-ambjent, ovvjament l-iktar f'dak li jirrigwarda land use and development.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar fl-aħħar tas-sena finanzjarja li għaddiet marret b'Lm39,000 biss minn taħt, dħul li primarjament jiġi minn fees u multi li jħallsu d-diversi applikanti.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-awtorita' ta' l-ippjanar tiddedika mal-Lm75,000 fis-sena għat-taħriġ tal-ħaddiema, u nikkwota: \"During the past twelve months, a number of planning authority staff have completed academic courses leading to a diploma in planning studies.", "Another course is for an undergraduate degree in environmental planning and masters in geographic information systems and environmental planning and management.", "In addition, a number of employees are reading for doctoral degrees overseas.''", "Il-punt hu li l-Universita' ta' Malta tipprovdi diversi degrees - per eżempju, hawn tissemma' masters in geographic information systems and environmental planning and management – u għandek ukoll diversi diploma courses u degree courses f'environmental planning.", "Dawn huma tajbin imma jiena naħseb li l-universita' tista' tagħmel ħafna iktar meta tqis – u għadna kif irċevejna l-annual report - li f'sena waħda l-universita' tirċievi kważi Lm10 miljun mill-gvern.", "Għalhekk nippretendi li bħalma l- universita' tul is-snin bdiet tiftaħ iktar korsijiet, bdiet tiġbed ħafna iktar persuni biex jagħmlu korsijiet u ppruvat tara x'kellha bżonn l- ekonomija ta' pajjiżna, hekk ukoll hu importanti li tara x'għandu bżonn l- ambjent u tara li ninvestu iktar f'dan il-qasam.", "Liġijiet għandna imma importanti li jkollna r-riżors uman li jinforza dawn il-liġijiet, Sur President.", "Meta tħares lejn din il-liġi ssib li issa għandek diversi strutturi.", "L- awtorita' se tkun il-mezz prinċipali li bih il-gvern jara li jiġu implimentati l-funzjonijiet taħt dan l-Att, funzjonijiet li wħud minnhom semmejthom qabel.", "L-ewwel u qabel kollox għandek l-awtorita'.", "Imbagħad għandek il-kummissjoni nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli, ippreseduta mill-prim ministru jew fl-assenza tiegħu mill-ministru għall-ambjent u magħmula fost l-oħrajn mill-ministri kollha ex ufficio jew xi rappreżentant tagħhom.", "Din il-kummissjoni għandha tgħin biex fost l-oħrajn tidentifika tendenzi li b'mod sinifikattiv jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp mhux sostenibbli u li ma jkunux jistgħu jittreġġgħu lura minħabba xi azzjoni kurrenti jew ippjanata u tirrakkomanda x'azzjoni għandha tittieħed biex treġġa' lura dawk it-tendenzi.", "Issa kif niddefinixxu ''sustainable development,'' Sur President?", "Skond Anthony Giddens,", "\"sustainable development has become the dominant concern of environmental groups and politicians of most persuasions.", "Brundtland provided a deceptively simple definition of sustainable development as the capability of the current generation to ensure that it meets the needs of the present without compromising the ability of future generations to meet their own needs.\"", "Dan hu l-importanti.", "Dan il-prinċipju fil-fatt huwa endorsed f'aġenda 21 tal-Ġnus Maqgħuda.", "Jagħmel ħafna sens li jkollok il-ministri kollha, immexxija mill-prim ministru, li jiggarantixxu li dak li hu meħtieġ illum ma jagħmilx ħsara għan-nies li qed jgħixu llum u lanqas ma jtellef fil-każ tal-ġenerazzjonijiet li telgħin.", "U ma ninsewx li minbarra l-awtorita' u l- kummissjoni nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli, hemm ukoll strutturi oħrajn.", "Fost l-oħrajn hemm il-fond dwar l-ambjent, li se niġi għalih aktar 'il quddiem.", "Imma l-ewwel irrid nirriferi għall-fatt li din l-awtorita', fost l-oħrajn, se jkollha r-responsabbilta' li toħroġ il-liċenzji għar- rigward tal-biodiversita', jiġifieri fejn tidħol l-importazzjoni jew l- esportazzjoni ta' l-ispeċi ta' flora u fauna.", "Għalhekk hawn jidħol il- passatemp tradizzjonali tal-kaċċa u l-insib, Sur President.", "Fir-rigward tal-maniġġ ta' l-iskart, għandek ukoll li l-liċenzji jridu jingħataw għal dak li jirrigwarda dak li wieħed jaħżen, jiġbor, jittrasferixxi, jirkupra, iġorr jew jimmaniġġja l-iskart.", "Dan ifisser li f'kull fażi ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart ikun jenħtieġ li jkunu mogħtija liċenzja.", "Imbagħad għar-rigward tal-kontroll tat-tinġis għandek li \"jarmi jew jikkaġuna jew jippermetti dik is-sustanza jew enerġija.\"", "Għandek ukoll dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati u għandek ukoll liċenzji f'dan il- qasam għal dak li jirrigwarda kummerċ kif ukoll maniġġjar ta' l-organiżmi ġenetikament modifikati.", "Il-pieni fir-rigward ta' ksur tal-liġi fir-rigward ta' l-awtorita', fl-opinjoni tiegħi huma tajbin u ebsin.", "Il-piena hi multa ta' mhux iktar minn Lm100,000 jew priġunerija għal żmien ta' mhux aktar minn sentejn.", "Fir-rigward tal-liċenzji, jiġifieri jekk wieħed jikser il- liċenzja, jagħmel sens li l-multa tkun inqas imma xorta trid tkun iebsa.", "Jekk wieħed jinqabad mingħajr liċenzja jew inkella jinqabad jikser il- kondizzjonijiet ta' din il-liċenzja jeħel multa ta' mhux iżjed minn Lm25, 000 jew priġunerija ta' mhux iżjed minn sitt xhur jew inkella t-tnejn.", "Jiena naħseb li l-pieni li huma msemmija f'dan l-Att huma deterrent qawwi u naħseb li bihom għandna naslu.", "Permezz tal-liġi hemm ukoll mezz ta' kif wieħed jikkordina x-xogħol ta' l- awtorita' li se titwaqqaf permezz ta' din il-liġi u l-awtorita' ta' l- ippjanar li ilha mwaqqfa mill-1992.", "Klawsola 12(2) tgħid li:", "\"Minkejja kull liġi oħra, meta area tkun ġiet iddikjarata bħala area protetta skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, ma jista' jingħata ebda permess għall-żvilupp mill-awtorita' ta' l-ippjanar, kemm-il darba l-awtorita' mwaqqfa b'din il-liġi ma tagħtix il-kunsens tagħha dwar dan.\"", "Dan hu importanti.", "Hawnhekk huwa ddikjarat ċar u tond li l-awtorita' mwaqqfa permezz ta' din il-liġi hi 'l fuq mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Imbagħad fil-klawsola ta' wara hemm spjegat kif applikant quddiem l- awtorita' li hi mwaqqfa permezz ta' din il-liġi, għandu xahar ċans sakemm l- awtorita' ta' l-ippjanar tagħmel l-istima ta' l-impatt fuq l-ambjent u tirrapporta lura lill-awtorita' mwaqqfa permezz ta' din il-liġi u mbagħad mill-ġdid lill-applikant.", "Il-fatt li l-awtorita' tuża l-makkinarju ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar jagħmel sens għaliex bla dubju l-awtorita' ta' l- ippjanar hi struttura organizzata li, kif għedt diġa', ir-riżorsi umani tagħha huma mħarrġa tajjeb.", "L-aħħar struttura li ssemmi l-liġi hi l-fond dwar l-ambjent.", "Dan il-fond mhux se jintuża biex jiffinanzja l-ispejjeż għat-tħaddim ta' l-awtorita' għax għall-ispejjeż tat-tħaddim ta' l-awtorita' se jkun hemm vot apposta.", "Minkejja dan, l-awtorita' tista' titlob ħlas mill-fond għal servizzi mogħtija minnha lil dan l-istess fond.", "Dan ifisser li l-awtorita' se jkollha wkoll il-funzjoni li permezz ta' l-ispetturi tagħha, tkun tista' tagħti servizz lil dan il-fond.", "Il-pieni li semmejt huma over and above multi oħra u danni oħra li wieħed jista' jsofri.", "Kulmin jikkaġuna danni lill-ambjent għandu mingħajr preġudizzju għal kull responsabbilta' oħra ċivili, jagħmel tajjeb għal dawk id-danni ma' kull persuna jew awtorita' li jkun reponsabbli li jħallas il-fond.", "Jiġifieri dan il-fond qed idaħħal il- kunċett tal-polluter pays.", "Fil-fatt il-liġi tipprovdi li jista' jkun hemm ukoll dawk li jissejħu penali ta' kompromess, jiġifieri li wieħed ikun jista' jagħżel li jħallas il-penali u l-każ tiegħu jieqaf hemm.", "Il-liġi tipprovdi kemm iridu jkunu dawn il-penali, imma importanti li wieħed jifhem li l-multi u d-danni li ssemmi din il-liġi huma mingħajr preġudizzju għall- poteri tal-pulizija, tal-kontrollur tad-dwana jew ta' kull awtorita' oħra taħt il-Kodiċi Kriminali, l-Ordinanza tad-Dwana jew kull liġi oħra.", "Dan ifisser li jekk bniedem jikser il-liġi, jiġi mħarrek mill-pulizija u mbagħad sta għall-qorti li ssibu ħati.", "Dan jista' jeħel danni mod, iżda l- kunċett tal-polluter pays ifisser li dan se jkollu jħallas id-danni lil dan il-fond provdut permezz ta' din il-liġi.", "Dawn se jkunu over and above id- danni li se jkollu jħallas għaliex il-qorti tkun sabitu ħati wara li jkun tressaq mill-pulizija.", "Naħseb li dan kollu juri li permezz ta' din il-liġi sar sforz kbir sabiex bid-diversi strutturi u penali li fiha, wieħed ikun jista' jiġi misjub ħati u allura jkollu jħallas.", "Il-kunċett tal-polluter pays żgur li se jservi ta' deterrent, l-istess bħalma se jservi wkoll ta' deterrent jekk wieħed jinqabad mingħajr liċenzja bid-diversi provvedimenti li semmejt, kif ukoll jekk jinqabad jikser xi kondizzjonijiet tal-liċenzja.", "Fattur ieħor importanti ta' din il-liġi huwa d-dritt għall-Informazzjoni.", "Fil-fatt klawsola 23 fost l-oħrajn tgħid li:", "\"Il-ministru jista', b'regolamenti taħt dan l-artiklu, jipprovdi li membri tal-pubbliku jew dawk il-kategoriji ta' persuni li jistgħu jiġu preskritti, ikollhom jedd jitolbu minn dawk id-dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, korporazzjonijiet pubbliċi jew persuni oħra, kif jista' jiġi preskritt, dik l-informazzjoni li jista' jkollhom fil-pussess tagħhom u li tkun tirrigwarda l-ambjent.\"", "Għalhekk permezz ta' din il-liġi, jekk jiena noqgħod il-Blata l-Bajda u allura viċin ħafna tal-power station tal-Marsa, m'hemmx għalfejn inkun membru parlamentari biex nitlob l-informazzjoni imma bħala membru tal- pubbliku wkoll għandi dritt nitlob għall-informazzjoni.", "Huwa minnu li llum il-websites tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent jagħtuk minn żmien għal żmien diversi ċifri u statistika dwar, per eżempju, diversi gassijiet li qegħdin iniġġsu l-arja, imma informazzjoni iktar dettaljata tkun tista' tingħata wkoll jekk il-pubbliku jitlobha.", "Jiena naħseb li wieħed irid jifhem li fil-qasam ta' l-ambjent għaddejna minn żmenijiet mhux biss f'Malta imma anki barra minn Malta, fejn jekk gvern iwissi forsi b'mod prematur dwar xi ħaġa, allura jakkużawh bi scaremongering.", "Jekk għall-kuntrarju, il-gvern jiddeċiedi bil-kontra u joqgħod pass lura u ma jwissix, allura jakkużawh b'cover-up.", "B'din il- miżura li l-liġi qed tipprovdi sabiex il-pubbliku jkollu dritt jitlob l- informazzjoni lid-diversi dipartimenti tal-gvern u awtoritajiet, għandna nissorvolaw din is-sitwazzjoni.", "Issa meta ngħidu awtoritajiet inkunu qed nirriferu għall-awtorita' marittima u meta ngħidu korporazzjonijiet inkunu qed nitkellmu dwar il-korporazzjoni Enemalta, minħabba t-tinġis tal-power stations, tinġis ta' l-arja mill-fuels – u d-diesel huwa agħar mill-petrol - u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fejn tidħol il-kwalita' ta' l-ilma.", "Jiena m'għandix dubju li anki hawn din il-liġi se tkun breakthrough enormi u dan l-artiklu 23 jien narah importanti ħafna.", "Mr Speaker, kemm ilni fil-parlament ma nafx kemm-il darba tkellimt dwar l- air pollution.", "Jien inzertajt persuna medika li naf kemm ħsara jagħmlu s- sustanzi tossiċi fl-arja u tajjeb li wieħed jara l-studji li saru mill- Enemalta, li sibt f'CD-ROM tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Wieħed isib li mill-1990 sa l-1997, il-carbon dioxide fl-arja żdied b'27% waqt li l-methane żdied bi 58%.", "Dawn it-tnejn żdiedu l-aktar minħabba ż- żieda fil-karozzi.", "In-nitrogen oxide żdied bi 68%, l-aktar minħabba ż- żieda fil-karozzi imma anki minħabba l-gas turbines ta' l-impjant tal-power station ta' Delimara.", "F'dak li hu carbon monoxide, fl-istess perjodu kien hemm żieda ta' 29%, mill-ġdid minħabba ż-żieda fil-karozzi.", "Mill-1990 sa l-1994 - għaliex f'dan il-każ hekk qiegħda, u mhux mill-Enemalta hi maħduma - is-sulphur dioxide żdied b'260%.", "Dan seħħ l-aktar minħabba ż- żieda fil-konsum ta' l-elettriku.", "Tajjeb ukoll li wieħed jgħid li kien hemm żewġ affarijiet li naqsu.", "Wieħed minnhom hu l-gass nitrous oxide li mill-1990 sa l-1997 naqas b'20%.", "Dan seħħ minħabba li bejn l-1990 u l-1997 beda jitnaqqas l-użu tal-faħam fil- power station tal-Marsa.", "Imbagħad għandek iċ-ċomb li mill-1990 sa l-1997 naqas b'14% minħabba li beda jiġi importat petrol bla ċomb Kien hemm anki ċerti miżuri li ġiegħlu lil dak li jkun jibda juża petrol bla ċomb.", "Illum il-karozzi ġodda li mhumiex diesel powered kollha jużaw petrol bla ċomb.", "Dan qed ngħidu biex nuri li meta l-gvern jieħu dawn il-miżuri, ir-riżultati jiġu.", "Dan kif issa jekk Alla jrid il-pajjiż qed jieħu l-miżuri mill-aħħar budget 'il hawn fil-qasam tal-kubrit, sulphur dioxide, li żdied fl-arja tul dawn l-aħħar snin.", "Nista' nsemmi wkoll l-ilma bl-ammonti ta' nitrates, chlorides u sodium li fih.", "Is-sodium chloride huwa melħ, is-salinita' fl-ilma, imma n-nitrates huma ogħla mill-livelli li jippreskrivu d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Rigward il-kwalita' ta' ilma, il-Gvern Malti talab perjodu transizzjonali u jekk Alla jrid ikun ukoll jista' juża l-fondi ta' l-Unjoni sabiex ikun jista' jieħu ħsieb jattakka din il-problema.", "Jiena noqgħod il-Blata l- Bajda, viċin il-power station tal-Marsa u peress li nzertajt tabib, naf persuni li batew b'dawn il-kondizzjonijiet li se nsemmi.", "Jiena stess barra li jien tabib għandi familja u għandi wkoll esperjenza ta' problemi.", "Nirriferi għall-istudju magħmul mill-Melissa medica foundation - the role of metals in auto-immunity and the link to neuroendocrinology – u se naqra parti mill-abstract u bil-permess tiegħek, Sur President, anke se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"This paper reviews the possible mechanisms which may play a role in metal induced auto-immunity with the emphasis of multiple sclerosis, rumatoid artrithis and amiotrophic lateral sclerosis.\"", "Dawn huma tliet kondizzjonijiet, fejn waħda hija nfjamazzjoni fil-ġogi minħabba auto-immune process u t-tnejn l-oħra huma d-deġenerazzjoni tan- nervituri.", "Jien naf kemm persuna tbati, mhux tant mortalita' biss imma anki morbidita' minħabba f'dawn il-kondizzjonijiet.", "Dan l-istudju jkompli jgħid li:", "\"We also discussed the role of inflammation-induced changes in the hypothalamus, pituitary adrenal - for short HPXs - as a possible explanation of fatigue, depression and other psychosomatic symptoms observed in these diseases\".", "Id-dipressjoni hi waħda mill-kondizzjonijiet li qed tolqot lil ħafna nies u bilfors li nieħu pjaċir nara din il-liġi titressaq quddiem il-parlament.", "Dan sabiex il-gvern ikollu aktar snien sabiex jonqos it-tinġis fid-diversi oqsma ta' l-ambjent u anke sabiex inkunu nistgħu ninfurzaw dawn il- provvedimenti.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Hawn il-permess biex id-dokument li rrifera għalih l-Onor.", "Membru jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Xi ħadd li bħalissa ma nistax niftakar ismu, jgħid kwotazzjoni famuża.", "Dan jgħid li jekk trid li xi ħaġa ma ssirx għamel kumitat!", "Wieħed jawgura li niżnu sewwa dan il-kliem biex mhux inwaqqfu kummissjoni jew nagħmlu awtorita' jew kumitat biex nagħtu lilna nfusna l- prosit li qed nagħmlu xi ħaġa, meta fil-fatt nafu li fl-aħħar mill-aħħar dak li nagħmlu jew ma nagħmlux jitkejjel bl-effett u bl-impatt fuq il-ħajja ta' kuljum u mhux bid-diskorsi li ngħidu lil xulxin hawn ġew jew bl- istrutturi li nwaqqfu.", "Wieħed bilfors irid jagħmel enfasi fuq il-fatt li fl-aħħar mill-aħħar, il-ħarsien ambjentali jitkejjel mhux bil-kliem jew bl- istrutturi imma b'kemm fil-fatt jirnexxielna nħarsu l-ambjent, li kif qal il-kollega ta' qabli, hu tant marbut mal-kwalita' ta' ħajjitna u ma' saħħitna, Sur President.", "Din in-naħa ċertament żgur mhux qed tagħmel kritika fuq l-iskop ta' dan l- abbozz tal-liġi - fuq dak hemm qbil totali li hu importanti, kruċjali u essenzjali għal ħajjitna u għal saħħitna li nħarsu l-ambjent b'kull mod – imma l-kritika tagħna hi dwar jekk dan hux l-aħjar mod kif għandna nipproċedu.", "Dan għaliex meta twaqqaf ħafna strutturi u soprastrutturi jkun hemm periklu kbir li r-riżorsi limitati li diġa' għandek jew parti sostanzjali minnhom, aktar milli jmorru fuq il-qasam li trid tintervjeni fuqu - jiġifieri l-qasam li trid tfejjaq, il-qasam li trid issewwi, il- qasam li trid tiżviluppa, f'dan il-każ qed nitkellmu fuq il-ħarsien ambjentali - jistgħu jeħlu fl-istrutturi nfushom li jkunu self-serving institutions.", "Aħna naħsbu li jkun iktar għaqli li l-gvern jagħmel auditing ta' l-istrutturi li diġa' jeżistu, jara kif se jġibhom jaħdmu aktar u kif jista' jikkordinahom aħjar.", "Diversi studjużi, fosthom Alfred Vella, Victor Axiaq, Edward Mallia u anki Patrick Schembri u oħrajn, analizzaw dan il-qasam u taw l-allarm dwar kemm l-ambjent ġie ddegradat fl-aħħar 40 sena.", "Aħna morna lura f'dan il- qasam meta fl-istess ħin konna qed nużaw ir-retorika ta' kemm sejrin 'il quddiem!", "Dan għaliex waħda mill-kontradizzjonijiet ta' din iċ-ċivilita' hi li, per eżempju, l-indiċi li nużaw biex naraw kemm sejrin 'il quddiem jew kemm sejrin ħażin - skond min ikun fil-gvern jew minn ikun fl-oppożizzjoni - neħduh fuq l-importazzjoni tal-karozzi.", "Min ikun fil-gvern juża l- importazzjoni tal-karozzi bħala indiċi ta' kemm sejrin 'il quddiem.", "Kultant fl-oppożizzjoni jkun hemm min jagħmel l-iżball li għax tkun waqgħet l-importazzjoni tal-karozzi, jgħid li l-pajjiż sejjer lura.", "Fil-fehma tiegħi, kemm jekk tiżdied kif ukoll jekk tonqos l-importazzjoni tal- karozzi, il-pajjiż ikun sejjer lura.", "Din il-gżira saret traffic island u tant aħna mimlijin b'karozzi, li dawn iddegradaw l-ambjent b'kull mod għal ħafna raġunijiet, Sur President.", "L-aktar ħaġa importanti li jgħidulna l-istudjużi hi sabiex naraw li l- istrutturi li hemm ikunu attrezzati tajjeb u jikkordinaw bejniethom.", "Diġa' għandna strutturi mingħajr ma hemm l-awtorita'.", "Wieħed jista' jagħmel il- punt li l-awtorita' se tikkordina aħjar l-istrutturi eżistenti għalkemm jien ma naħsibx li nistgħu nibnu dak l-argument.", "Hemm aktar bżonn li fl- istrutturi nfushom ikun hemm joint-up government u joint-up structures biex mhux noqogħdu nwaqqfu saff fuq saff ta' strutturi, xi ħaġa li iktar tbegħidna milli nintervjenu direttament fil-qasam fejn inkunu rridu nintervjenu.", "Allura l-kritika li qed nagħmlu hi li din l-awtorita' se tkun qed iżżid in-nefqa fl-istutturi u fis-soprastrutturi mingħajr ma jkollha neċessarjament l-effiċjenza jew mingħajr ma din iġġib il-kordinazzjoni tant mixtieqa.", "Imbagħad isir argument ieħor perikoluż, Sur President.", "Issemmiet ftit hawn ġew u tissemma wkoll meta ġieli nitkellmu f'okkażjonijiet fejn wieħed jiltaqa' u jiddiskuti, li aħna tant aħna poplu indixxiplinat u irresponsabbli, tant niksru liġijiet, tant ma rridux ninfurzaw il-liġijiet li hemm bżonn li jkollna lil xi ħadd li jiċċivilizzana hu.", "Bħalissa dan ix-xi ħadd s'intendi hu l-Unjoni Ewropea.", "Din ma tantx tingħad uffiċjalment għax ma tantx tinstema' sabiħ.", "Naf nies li jgħidu li hu veru li hemm żvantaġġi ekonomiċi u ċerti żvantaġġi oħra li wieħed jidħol fl-Unjoni, pero' fil-verita' dawn huma favur li nidħlu biex għallinqas jibda jitħares l-ambjent.", "Opinjoni bħal din turi kemm aħna patetiċi jew fqar, fis-sens li m'aħniex kapaċi niddixxiplinaw irwieħna u nirranġaw il-problemi tagħna nfusna waħedna, Sur President.", "Imbagħad hemm l-illużjoni perikoluża li naraw l-Unjoni Ewropea bħala xi fairy godmother, li l-ħażin kollu li nagħmlu fil-qasam ambjentali kapaċi tirranġahulna hi b'daqqa ta' bakketta maġika.", "Fil-fatt anki fl-Unjoni, fost il-pajjiżi li diġa' huma membri, hemm minnhom li jagħmlu dnubiet koroh ħafna fil-ħarsien ambjentali u anki fiċ-ċivilta' konsumista li ngħixu fiha.", "Wieħed jifhem kif hemm il-vantaġġ ta' livell ogħla ta' għixien, pero' fl-istess ħin is-sistema ekonomika fiha nnifisha - kif, per eżempju, ġew organizzati l-irziezet f'postijiet bħar-Renju Unit, fejn bl-għalf li taw lill-baqar spiċċaw biex ġabu l-marda kerha tal-BSE - fiha elementi li mhux biss iddegradaw l-ambjent imma anki ġabu problemi kbar u qed iġibu problemi kbar għal saħħet in-nies.", "Biżżejjed wieħed isemmi, kif anki dan l-aħħar qed joħroġ l-allarm mill- Istati Uniti dwar riċerka u studji li qed isiru fuq il-vitamina Ċ.", "Issa qed jgħidu li mill-istudji li saru s'issa jirriżulta li jekk tieħu ħafna vitamina Ċ, tista' tikkaġuna xi forma jew oħra ta' kanċer.", "Il-vitamina Ċ hawn min jeħodha bħala parti mid-dieta li jagħmel għaliex jaħseb li b'hekk jista' jikkumpensa għal dak li ma jiekolx jew li jiekol inqas.", "Dawn huma affarijiet li jaqtgħu minn żewġ naħat, parti mit-tlellix ta' kif suppost intejbu l-kwalita' tal-ħajja li mbagħad iżda jservu biex issir il-ħsara.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet biex ma jkollniex illużjonijiet li għaliex issir biċċa minn entita' ikbar minnek, dik l-entita' se tirranġalek l- affarijiet, Sur President.", "L-Unjoni Ewropea żgur li tindaħal biex tirranġa xi ħaġa li nistgħu nagħmlu aħna jew li ssir taħt l-awtorita' tagħna u li tista' tagħmel ħsara lilhom, bħal per eżempju, fil-każ tat-tinġis li seħħ mal-kosta Franċiża mill-vapur \"Erika\", li kien qed itajjar bandiera Maltija.", "F'dawk l-okkażjonijiet jiċċaqilqu għaliex hi ħaġa li nagħmlu aħna jew li għandha x'taqsam magħna u li tista' taffettwahom, iżda sinċerament il-problemi ambjentali li għandna f'pajjiżna u li qed nisimgħu dwarhom f'din il-Kamra dwar it-tinġis ta' l- arja, it-tinġis ta' l-ilma u t-tinġis tal-baħar, aħna rridu nkunu biex nirranġawhom.", "Ħalli jkollna l-għajnuna meħtieġa, ħalli jkollna l-għajnuna li hemm bżonn, imma anki fuq din ta' l-għajnuna ejja ma noqogħdux nagħmlu ħafna diskors fuq kemm se tiġi minn din l-għajnuna.", "Ħadd ma jista' jbassar kemm se tkun din l-għajnuna.", "Għadu kmieni wisq biex tbassar dan meta tara kif qed jiġi mfassal il-budget ta' l-Unjoni għal wara s-sena 2006.", "Apparti hekk, ta' min wieħed jgħid li mhux l-ewwel darba li f'pajjiżna waslu fondi anki għall-ħarsien ambjentali li jew infaqnihom ħażin jew ma nfaqnihom xejn.", "Bħalissa qed isir storbju b'eżerċizzju ieħor ta' PR għax fl-aħħar qed jitneħħew il-wires mit-toroq tal-Belt.", "Jekk m'inix sejjer żball tlifna diġa' xi Lm2 miljun li kienu ġew mill-Unjoni Ewropea, flus li kellhom jintefqu biex jitneħħew il-wires mill-Belt u ngħadduhom minn taħt l-art, imma dawn il-flus baqgħu ma ntefqux.", "Qabel wieħed joqgħod iwebbel lin-nies bil-fondi, l-ewwel irid jara kemm fil-fatt se jkunu dawn il-fondi u mbagħad ejja naraw il-ħila tagħna li nonfqu minn dawn il-fondi.", "Li noqogħdu ndaħħlu l-Unjoni Ewropea f'kollox fil-fehma tiegħi hija idea żbaljata.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li għandna bżonn ta' xi fairy godmother li ssolvilna l-problemi tagħna hija perikoluża.", "In-nuqqasijiet tagħna hemm qegħdin, u għandna nuqqasijiet serji imma dawn jittranġaw biss jekk aħna nirranġaw lilna nfusna.", "Sur President, jiena ma nafx jekk aħniex uniċi f'dan il- qasam fid-dinja għaliex kultant aħna uniċi f'affarijiet tajbin u kultant uniċi f'affarijiet ħżiena!", "Ikollok impjant bħal dak ta' Sant'Antnin li suppost qed iservi biex jgħinna nsolvu parti mill-problema ta' l-iskart, pero' dwar dan l-impjant jien informat b'mod differenti minn kif inhu informat il-ministru għall- ambjent.", "Qed ngħid hekk għax l-ewwel nagħmlu l-kompost fl-impjant ta' Sant'Antnin u mbagħad immorru narmuh fil-Magħtab.", "Jiena ma nafx jekk aħniex uniċi f'din il-ħaġa, fejn l-ewwel nipproċessaw parti mill-iskart u mbagħad dik il-parti ta' l-iskart li nipproċessaw narmuha fil-Magħtab!", "Il- bieraħ tlabt lill-ministru għall-ambjent jgħid għaliex kompost mill-impjant ta' Sant'Antnin qed jintefa' fil-Magħtab.", "Kemm qed jintefa' kompost fil- Magħtab kuljum staqsejtu.", "Mid-dehra, lill-ministru informawh li kompost mhux maħdum qed jintefa' fil-miżbla tal-Magħtab minħabba nuqqas ta' spazju fl-impjant ta' Sant'Antnin, madanakollu kompla jgħid il-ministru li l-ebda kompost ma ntefa' matul din is-sena.", "Jiena nitlob lill-ministru jiġbed widnejn minn ippreparalu din it-tweġiba u jitlob li jiċċekkjaw sewwa l- affarijiet qabel ma jagħtuh din it-tip ta' informazzjoni.", "Dan għaliex l- informazzjoni li għandi jien ġejja minn xi ħadd li jaf direttament x'qed jiġri fil-Magħtab.", "Hemmhekk dieħel il-kompost, qed jiġi mgħarbul fil-post u wieħed jista' jara l-għabra sewda.", "Jiena ngħaddi minn hemm kuljum u min jgħix f'dawk l-inħawi mhux jaraha biss jista' imma anki jxommha, Sur President.", "L-informazzjoni li għandi hi li minn hawn u ftit żmien ieħor - imma din hi informazzjoni li għandha bżonn tiġi vverifikata - anki l-kompost li hemm ippakkjat fl-impjant ta' Sant'Antnin se jibdew jeħduh lejn il-Magħtab għaliex m'hemmx aktar fejn ipoġġuh.", "Jekk se jiġri hekk, veru se nkunu uniċi li nagħmlu ġennati ta' dan it-tip!", "Issa jien informat li permezz ta' l-impjant ta' Sant'Antnin nistgħu nipproduċu ħafna iżjed kompost milli għandna bżonn.", "Iżda milli nista' nifhem, meta niġu biex nesportawh, il- prezz tal-kompost m'huwiex qed ikun kompetittiv meta tqabblu ma' ta' pajjiżi oħra li jipproduċu kompost fi kwantita' ħafna u ħafna iktar minna.", "Allura għandna l-problema ta' kif se niddisponu mill-kompost.", "Dawn huma affarijiet li hemm bżonn li nsolvuhom, kif naħseb li hemm bżonn li tiġi mmaniġġjata aħjar il-problema tal-muntanja kbira li għandna fil-Magħtab.", "Din hi problema kbira ħafna u kkomplikata.", "Imma anki sakemm insibu tarf ta' din il-problema, hemm bżonn li wieħed iħares sewwa dwar x'qed jiġri hemmhekk.", "Jiena għamilt diversi mistoqsijiet – naturalment il-ministru wieġeb fuq l- informazzjoni li tawh, f'dan il-każ il-ministru tas-saħħa u mhux il- ministru għall-ambjent – wara li ġejt informat li fil-Magħtab mhux l-ewwel darba li daħlu trakkijiet biex jarmu affarijiet tax-xorb u affarijiet ta' l- ikel, għaliex jew ikunu skaduti jew mhux suppost li jkunu fis-suq, u dawn il-prodotti jidħlu min-naħa u joħorġu min- naħa oħra.", "Wara li jien ġbidt l- attenzjoni, għallinqas aċċess minnhom, jiġifieri l-aċċess mhux uffiċjali, jidher li ngħalaq.", "Kien qed jiġri li jidħollok trakk min-naħa b'affarijiet li suppost se jarmi għaliex mhux tajbin għall-konsum, u mill-aċċess l- ieħor kien jidħol trakk ieħor u jieħu dak li suppost ikun intrema' u l- prodott mormi jerġa' jsib ruħu fis-suq!", "Dan mhux qed jiġri issa ħalli nagħmilha ċara imma dan hu dak li kien qed jiġri.", "(Interruzzjonijiet)", "Kieku qed jiġri issa kont ngħid li qed jiġri issa, anke għax ma ninsa qatt il-każ li kelli ma' individwu – kien anke ġie jaħbat għalija fiżikament, Alla jagħtih il-ġenna - minħabba li kelli informazzjoni li annimali mejta li kienu jintremew fil-Magħtab, kienu jmorru lura biex jiġu pproċessati u joħorġu bħala hamburgers u zalzett fis-suq lokali.", "Dawn huma affarijiet li rridu neħduhom ħafna bis-serjeta' għaliex qed nitkellmu fuq saħħitna.", "Biżżejjed wieħed iżur il-Magħtab jew l-inħawi fil-qrib biex jara xi problema kbira għandna hemmhekk!", "Fost id-djar u l-familji li nżur hemmhekk, ninnota konsistentement li f'kull dar li nidħol - m'inix bniedem mediku imma għajnejja u widnejja s'issa għadhom tajbin – nara nies b'irritazzjoni f'għajnejhom u nisma' lil min iqaħqaħ biex jikklerja griżmu.", "Dan kollu ġej mill-problema kbira tal-Magħtab li hi qribhom.", "Jien niftakar kemm il-gvern kien insista li l-Magħtab mhux vera qiegħda tagħmel ħsara lis- saħħa tal-bniedem.", "Niftakar ukoll meta tal-Greenpeace kienu ħarġu r- rapport tagħhom u wara kienu saru anki stqarrijiet uffiċjali li m'hemm l- ebda prova li l-Magħtab qed tagħmel ħsara lil saħħet -il bniedem.", "Dan l-aħħar staqsejt ukoll fil-parlament lill-ministru tas-saħħa biex jgħidilna xi studji saru fuq residenti li huma qrib tal-Magħtab biex wieħed ikun jista' jikkonkludi jekk issirx ħsara jew le lis-saħħa tal-bniedem.", "Jiena ħsibt li l-ministru kien se jġibli hawnhekk riżultati li juru li sar dan l-istudju u li sar f'dan iż-żmien fuq tant nies u li issa wieħed jista' jara b'għajnejh li ma saret ebda ħsara la lill-pulmuni, la lill-għajnejn, la lill-imnifsejn u lanqas lis-sistema respiratorja.", "Il-ministru tas-saħħa ġie lura u qal li ma saru l-ebda studji.", "Allura kif imbagħad niġu ngħidu li ma ssirx ħsara!", "Ma ssirx ħsara meta jgħidulek li f'dawk in-naħat lanqas fil-baħar ma jistgħu jgħumu u min kien imur għar-rizzi hemmhekk jgħidlek li dawn spiċċaw kompletament!", "Ir-rizzi huma fost l-aktar indikaturi ta' jekk baħar huwiex marid jew le.", "Kif nistgħu ngħidu li ma ssirx ħsara!", "Nies li jgħixu n-naħa tal-Qawra u Buġibba jkunu fgati meta r-riħ ikun jaqbel.", "Jiena ngħix is-Swieqi u meta r-riħ ikun jaqbel ukoll inkun fgat.", "Jiġifieri l-ħsara u t-tinġis li qed isir hemmhekk m'hijiex xi ħaġa lokalizzata, m'hijiex xi ħaġa tan-nies tal-post biss imma hi problema li importanti ħafna li nieħdu ħsiebha malajr kemm jista' jkun, Sur President.", "Nafu, u anki l-liġi titkellem dwar dan, li qed nitkellmu fuq ekosistema fejn kollox għandu x'jaqsam ma' kollox, kollox jaffettwa ħaġa lil oħra u allura importanti ħafna li nagħtu kas ta' din il-problema.", "Mhux l-ewwel darba li semmejtha u nerġa' nsemmiha.", "Skond studji li saru fuq problemi ta' l-asthma u problemi ta' mard respiratorju fuq it-tfal - insemmi l-proġett Isaac - dawk li huma fil-faxxa ta' bejn disgħa u tlettax-il sena li jbatu mill-asthma u mill-hayfever, mir-rhinitis u minn problemi oħra respiratorji, huma fost l-ogħla fid-dinja.", "Min jaf ir-realta' jaf kif dawn it-tfal huma kkundannati mhux biss li jbatu f'ħajjithom ta' kuljum, imma wkoll bil-medikazzjoni li jieħdu minħabba l-problemi respiratorji jispiċċaw biex ħafna drabi jkunu fil-klassi preżenti biss fiżikament għax fil-fatt ikunu storduti minħabba l-medikazzjoni li jkunu qed jieħdu.", "Inċidentalment dan l-aħħar, fuq il-problemi tal-hayfever li ġejja anki mit-tinġis ta' l- arja, għadha kemm ħarġet statistika mill-Ingilterra li tgħid li meta fl- arja jkun hemm pollen counts u dust particles aktar minn żmenijiet oħra, it- traffic accidents jiżdiedu b'xi 40% proprju minħabba li ħafna mis-sewwieqa li jkunu qed jieħdu din il-mediċina minħabba dawn il-problemi, tonqsilhom il-konċentrazzjoni.", "Meta ngħidu fuq il-bżonnijiet li għandna, aħna nitkejlu b'li jsir u b'li nagħmlu u mhux b'kemm ngħaddu liġijiet u kemm inwaqqfu strutturi ġodda.", "Fuq il-problema tal-karozzi, niftakar battuta ta' Prof. Vella meta kien qal li l-biologi kienu spjegawlu li l-pajsaġġ ta' Malta kien ħa daqqa ta' ħarta meta kienu ġew introdotti l-mogħoż għaliex kielu ħafna mill-ħaxix indiġenu li kienu sabu.", "Hu qal li l-verżjoni moderna tal-mogħoż huma l- karozzi li qed jieklu l-arja li għandna madwarna u li huma l-aktar li qed jagħmlu ħsara lil saħħitna.", "Huwa fatt li l-problema tal-karozzi għadha mhux qed tiġi ffaċċjata bis-serjeta'.", "L-abbundanza enormi ta' karozzi li għandna qed tbaxxi l-kwalita' tal-ħajja u sakemm ma nirranġawx it-trasport pubbliku b'mod serju m'aħniex se nsolvu din il-problema.", "Hija problema li qed toħloq mhux biss problema ta' tinġis fl-arja imma anki problema ta' nervi, problema ta' traffic jams u tant problemi oħra.", "Meta tkellimna fuq suġġett simili xi xhur ilu, kont għamilt appell li peress li kienet ġejja l-ġurnata li diversi bliet fl-Ewropa jagħmluha ħielsa mill-karozzi, norganizzaw aħna wkoll a car-free day.", "Din is-sena suppost li saret fil-Belt imma għandu jkun jirriżulta li dakinhar daħlu iktar karozzi mis-soltu!", "Din kienet volontarja u jekk m'iniex sejjer żball organizzaha l-kunsill lokali tal-Belt.", "Aħna l-Maltin għażżenin u jekk nistgħu mmorru bil-karozza sa' l-għatba!", "Anki dawk li jagħmlu l-ħarġa tal-Ħadd wara nofsinhar, il-ħarġa tagħhom tkun tikkonsisti li jduru bil- karozza u joqogħdu bilqiegħda jħarsu minn ġol-karozza 'l barra!", "Jiena sinċerament nixtieq li f'pajjiżna jsiru car-free days.", "Il-kunsilli lokali jistgħu jippruvaw jieħdu l-inizjattiva li fil-lokalita' tagħhom jgħidu li fit-tali ġurnata karozzi privati ma jintużawx.", "Forsi jkun hawn min jgħid li jien qiegħed nitlef il-ħin għax qed nissuġġerixxi xi ħaġa bħal din għax jgħidulek li f'Malta ma jsirux dawn l-affarijiet.", "Jekk wieħed jara x'qed jagħmlu l-kuġini tagħna ftit 'il bogħod minna - anki l-Isqallin jiġu akkużati li huma Mediterranji bħalna, indixxiplinati u li ma jagħtux kas dawn l-affarijiet - isib li l-Isqallin qegħdin jorganizzaw ġranet f'diversi bliet, fosthom Palermo, li fihom jgħidu li f'dik il- ġurnata m'għandhomx jintużaw karozzi privati imma jintużaw biss ir-roti u jintuża t-trasport pubbliku.", "Issa ta' min jgħid li l-problema tat-trasport pubbliku fi Sqallija hi daqs tagħna u anke agħar minn tagħna, u għalhekk id-dipendenza fuq il-karozza privata hemmhekk hija ikbar minn tagħna.", "Għal ħafna żmien, il-policy tat-trasport tal-gvernijiet Taljani, wieħed wara l- ieħor, kienet li kemm jista' jkun joħolqu suq għall-Fiat.", "Kienu ħadu gost li jaraw it-trasport privat jikber fuq it-trasport pubbliku.", "Anki llum qed jirnexxilhom jorganizzaw ġranet li fihom jgħidu li m'hemmx użu tat-trasport privat.", "In-nies hemmhekk qed jirbħu lura t-toroq, qed jirbħu lura l-pjazez u qed jirbħu lura l-gost li jistgħu jidħlu fil-belt ta' Palermo, biex inġib eżempju, u jippassiġġaw, jimmaġinaw u jaraw kemm jidhru sbieħ it-toroq, il- pjazez u l-bini mingħajr ma jkunu miżgħudin bil-karozzi.", "Jiena nawgura li jkollna r-rieda politika li naslu għal affarijiet bħal dawn għaliex ħafna drabi nsibuha tajba li ngħaddu liġi jew inwaqqfu struttura jew inwaqqfu awtorita' meta li rridu hu l-kuraġġ u r-rieda li nieħdu deċiżjoni.", "Nieħdu t-titjip, Sur President.", "Kemm snin ilna nisimgħu li għandna problema bit-titjip!", "Il-problema m'hijiex biss li r-rata ta' titjip hija għolja imma li għandna adoloxxenti, teenagers li qed jidħlu f'dan il-vizzju.", "Ma tantx qed nagħtuhom eżempju tajjeb!", "Kultant żmien veru li ssir kampanja.", "Jiena kont qed insemmi l- problema ta' l-asthma, tal-hayfever u r-rhinitis b'konnessjoni mal-karozzi, imma parti mill-problema naħseb li hi wkoll li t-tfal huma suġġetti għad- duħħan ġo postijiet magħluqin, għax it-tinġis intern jagħmel ħafna ħsara lit-tfal.", "Min jaf kemm nidħol fi djar fejn ikun hemm din il-problema!", "Għaliex qed inħallu jgħaddi tant żmien biex nilleġislaw u ninfurzaw bis- serjeta' il-liġijiet dwar it-titjip, li qed jagħmel ħsara kemm lil min għandu l-vizzju kif ukoll lil min jinzerta fil-viċinanza u allura jibla' d- duħħan xorta?", "Jiena nawgura li jkollna l-kuraġġ li dawn l-affarijiet nagħmluhom u nagħmluhom bis-serjeta', Sur President.", "Ftit xhur ilu kellna l-kontroversja fuq l-antennas tal-mobile phones - għalkemm issa tidher li mietet għal ftit din – u proprju fl-ewwel ġimgħa ta' dan ix-xahar, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro staqsiet lill-ministru dwar jekk jistax jispjega fuq liema studju mexa biex setgħu jitwaħħlu antennas tal-mobile phones fuq bjut ta' djar privati.", "L-Onor.", "Tonio Borġ irrifera għal ċirkolari li kienet ħarġet l-awtorita' tas-saħħa f'nofs Awissu li għadda, li kienet tinforma lill-awtorita' ta' l-ippjanar li:", "\"On the basis of the body of scientific knowledge available to date, the expert committee set up specifically to look into the subject concluded that exposure to the radio frequency fields from mobile phone based stations has no adverse health consequences as long as the international help based guidelines are strictly adhered to.\"", "Issa l-ewwelnett m'hemmx qbil fil-komunita' xjentifika fuq l-effett tal- mobile phone antennas fuq il-ħajja tan-nies.", "Hemm min jgħid li ma jikkaġunawx problemi - imbagħad issib li jkun xi konsulent ta' xi kumpannija kbira f'dan il-qasam li jkun qal hekk - imma studji oħra xjentifiċi juru li jikkaġunaw problemi u anke jikkaġunaw il-kanċer.", "Għaddiet kważi sena mir-rapport li kien sar u jien illum ngħid li dan ma sarx bis-serjeta`, anke fid-dawl ta' informazzjoni ġdida li ħierġa mill- Istati Uniti u li fiha hemm diversi kumpanniji tal-mobile phones imdaħħla.", "Qegħdin jgħidu li mhux l-antennas biss joħolqu l-problemi imma anki l-użu tal-mobile phone fih innifsu jekk nużawh fit-tul ma' rasna.", "Dawn qed jgħidu li dawk l-istudji issa bdew juru .....", "(Interuzzjonijiet) Iva, għadu kmieni wisq.", "Jekk irridu nkunu serji, irridu ngħidu li għadu kmieni wisq biex tistabilixxi b'ċertezza jekk teżistix problema jew le.", "Araw x'ġara fil- qasam ta' l-asbestos, fejn illum qed imutu nies bl-asbestos li kienu ħadmu 20, 25 jew 30 sena ilu.", "Meta fil-komunita' medika u xjentifika kien hemm min qajjem il-problema ta' l-asbestos, dak iż-żmien kienu qalulhom li qed jallarmaw lin-nies, li ma jafux u li m'għandhomx konklużjonijiet.", "Imma issa nafu bil-mard, bil-problemi u bl-imwiet li ġejjin f'dak il-qasam.", "Jiena sinċerament inħoss li f'dan il-każ għandna bżonn ta' monitoraġġ bis- serjeta', Sur President.", "Safejn naf jien, l-unika mobile phone antenna li qed tiġi mmonitorjata u studjata, hija dik li twaħħlet, flimkien ma' apparat ieħor ta' komunikazzjoni, fl-universita'.", "Naf li l-istaff ta' l-universita' kien oġġezzjona li jitwaħħal dak l-apparat.", "Kienu nkwetati fuq l-effett fuq saħħithom u aċċettew biss li l-apparat jitwaħħal wara li kellhom assigurazzjoni min-naħa tar-rettur, li l-universita' nnifisha, id- dipartiment, il-fakulta' tax-xjenza kienet se timmoniterja l-effett.", "Jiena wieħed minn dawk li qed nistenna bil-ħerqa biex nara x'se jkun ir-riżultat ta' l-istudju li se joħroġ mill-monitoraġġ li qed jsir hemmhekk.", "Jekk aħna verament interessati - u sew nagħmlu li nieħdu ħsieb is-saħħa ta' l- impjegati u ta' l-istudenti ta' l-universita' - dak li jgħodd għall- impjegati u l-istudenti ta' l-universita' għandu jgħodd ukoll għar- residenti kollha ta' Malta u Għawdex.", "Jiena ngħid li għandhom isiru studji wkoll fuq mobile phone antennas oħra biex naraw x'inhu l-effett fuq il- ħajja tan-nies.", "Ma jistax ikun li sempliċement ngħidu li m'hemmx problema, Sur President.", "Jiena wkoll ma nafx kemm-il darba tlabt informazzjoni rigward l-effett tal- fish farms fuq il-bajjiet iżda qatt ma ngħatajt sodisfazzjon.", "Staqsejt jekk sarux studji serji fuq l-effett tal-fish farms.", "Mhux qed ngħid għall- partijiet tal-baħar miftuħ, tal-fliegu, imma għall-ġewwa l-bajja nnifisha, fejn hemm il-magħluq.", "Veru li dan jiddependi skond xi trabbi u skond x'tagħtihom jieklu, imma min jogħdos ħdejn dawn il-fish farms jgħidlek li hemmhekk isib baħar imdardar tgħidx kemm u taħt ikun maħruq kollu.", "Dan hu li jgħidu n-nies li jogħddsu.", "Din il-problema studjawha wkoll f'pajjiżi oħra.", "Naf li f'Cagliari u anki f'xi partijiet ta' Sqallija studjaw dan l- effett.", "Jien informat ukoll li peress li jidher li dak li qed ikabbru l-fish farms m'huwiex kompetittiv, dawn issa se jaqilbu għat-tuna penning.", "Qed japplikaw lill-awtorita` ta' l-ippjanar biex dawk li kellhom fish farm - ma nafx jekk l-applikazzjonijiet humiex ħamsa jew sitta u lanqas ma naf jekk hux fl-istess post għaliex jista' jkun li joġġezzjonaw li jkunu fl-istess post - imorru għat-tuna penning.", "Issa ta' min jgħid li hemm kontroversja fuq l-effett tat-tuna penning.", "Hemm minn jgħid - u qed noqgħod fuq affarijiet li qrajt - li anki hemm nies ta' l-universita' li għamlu studji fuq dan il-qasam.", "Dawn jgħidu li tuna pen ta' ċertu daqs u ta' ċerta kwantita' ta' ħut tarmi raw sewage fil-baħar daqs komunita' ta' 7,000 persuna.", "Issa jekk se jkollna aktar minn dawn it-tuna pens u jekk dawn it- tuna pens aktarx se jkunu mimlijin bil-ħut, nafu x'se jkun l-effett fuq il- baħar, fuq il-kosta u fuq il-kwalita' ta' l-ilma?", "Ftit ilu ħarġet lista mill-awtorita' tas-saħħa li ħasditni, Sur President, lista li tirrigwarda l-postijiet kollha fejn ma nistgħux immorru ngħumu, u dan meta għadu kif se jibda l-istaġun tas-sajf.", "Hemm lista sħiħa, ma niftakarhomx bl-amment, imma jekk m'hinix sejjer żball hemm xi ħames postijiet f'Malta, hemm xi tliet postijiet Għawdex u anki l-Imnieri f'Kemmuna.", "(Interruzzjonijiet) Iva, minħabba l-outfall.", "Illum hemm karikatura ħelwa f'\"l-orizzont\" li tgħid li biex ngħumu dalwaqt ikollna nsiefru!", "(Interruzzjonijet) Jekk irridu nsiefru żgur li ma mmorrux fil- Mediterran!", "Dan minħabba li sfortunament it-traġedja ta' dan il-baħar hi li jinbidel bis-serjeta' darba kull tmenin sena.", "In-naħa ta' fuq u t'isfel tal-baħar Mediterran ġew degradati mhux biss bid-drenaġġ li għadu ħiereġ, mhux biss mill-abitanti tal-post imma anki minn konċentrazzjoni ta' miljuni kbar ta' turisti li jiġu f'dawn l-inħawi.", "Il-Mediterran hu ddegradat ukoll mill-petrokimika u mill-fabbriki tal-karti u fabbriki oħra li tant jipproduċu kimika, imbagħad ix-xmajjar iniżżluhom lejn il-Mediterran.", "Dawn huma kollha affarijiet li jagħmlulna ħafna u ħafna ħsara.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel - u anki din il-liġi tagħmel riferenza għalih – hu dwar kemm hu importanti li kull persuna, kull ċittadin jagħti sehmu f'din il-ħaġa.", "Hu importanti li kull ċittadin ikun informat fuq dawn l-affarijiet.", "Hu importanti li bħala parti mis-survival kit kulturali ta' kull wieħed u waħda minna għandu jkun hemm ċerta konoxxenza, ċertu tagħrif xjentifiku biex nifhmu dak li jkun qed jiġri u dak li jkun għaddej.", "Naħseb li hu importanti li bis-serjeta' nagħmlu sforz kbir biex inħajru aktar tfal u żgħażagħ jistudjaw is-suġġetti tax-xjenza.", "Hemm it-tendenza li t-tfal minn eta' kmieni jibżgħu jidħlu għall-istudji tax-xjenza.", "Hemm ukoll il- perċezzjoni żbaljata, anki għaliex tajnihilhom aħna, li x-xjenza hi għal nies strambi, għal nies li jilbsu l-ġagaga bajda, għal nies li jingħalqu ġewwa u ma jitħalltux ma' nies oħra.", "Għalhekk fost it-tfal u ż-żgħażagħ hu importanti li tinbidel id-dehra ta' l-istudji tax-xjenza u tax-xjenzati.", "Ma jawgurax tajjeb jekk naraw kemm kellna studenti sekondarji li temmew l- edukazzjoni sekondarja f'Mejju li għadda, mhux Mejju tas-sena 2001 imma tas-sena 2000.", "Dan għaliex minn 4,785 student huma biss 451 li ħarġu b'ċertifikat fil-chemistry, cioe` 9%.", "Fil-bioloġija kellna 10% u fil- fiżika morna aħjar għax kellna 40%.", "Jekk irridu li l-ġenerazzjonijiet li telgħin ikollhom konoxxenza xjentifika ta' x'qed jiġri, li hija ħaġa kruċjali, hemm bżonn li mill-primarja x-xjenza ssir parti integrali mill- kontenut edukattiv li qed jieħdu t-tfal minn eta' kmieni.", "Ix-xjenza trid tkun ippreżentata b'mod li tagħti gost.", "Iva, science can be fun.", "Mingħajr ma wieħed iwaqqaf b'xi mod jew ieħor il-kwalita' ta' dak li jiġi mgħallem, hemm bżonn li x-xjenza tidħol bħala parti integrali mill-edukazzjoni li qed jieħdu ż-żgħażagħ u t-tfal tagħna.", "Dan għaliex l-istrutturi huma importanti dejjem jekk ikunu strutturi li qed jaħdmu b'mod effettiv u mhux jitwaqqfu biex iservu biex taparsi qed nagħmlu xi ħaġa.", "Il-liġijiet huma importanti u l-infurzar hu importanti ħafna imma fl-aħħar mill-aħħar kollox jiddependi minn kemm iċ-ċittadini jkunu informati u kemm iċ-ċittadini jkunu lesti li jieħdu passi huma stess biex iħarsu saħħithom u l-kwalita' ta' ħajja li jgħixu.", "Biex jagħmlu hekk, l-informazzjoni kulturali u xjentifika tagħhom hi kruċjali u għalhekk hu importanti li nħajru kemm nistgħu tfal u żgħażagħ biex ikollhom din il-konoxxenza xjentifika.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Huwa ta' pjaċir għalija, Sur President, li għandi din l-opportunita' biex nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi li jittratta l- ambjent.", "Jiena nimmeravilja ruħi dwar kemm hemm affarijiet u areas li ż- żewġ naħat tal-Kamra naqblu fuqhom.", "Sa ċertu punt għandna mhux biss l- istess objettivi imma anki l-istess xewqat u f'ċerti ċirkostanzi naqblu wkoll fuq it-triq li rridu ngħaddu minnha sabiex naslu biex xi darba verament nibdew nieħdu ħsieb l-ambjent.", "Tista' tgħid li f'dawn l-aħħar 30,40 jew 50 sena, speċjalment fl-Ewropa, kibret ħafna t-trend favur l-ambjent, anki fil-qasam politiku, bil-famużi green parties.", "Għal diversi raġunijiet, f'pajjiżna mill-indipendenza 'l hawn, il-qasma politika bejn iż-żewġ partiti politiċi ftit ħalliet spazju għal rappreżentanza politika separata b'tema ewlenija l-ambjent, pero' żgur li l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista kellhom jaraw kif jidħlu f'dan il-qasam għaliex iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar wieħed beda jinnota r-rabta bejn l-iżvilupp, l-ambjent, is-saħħa tal-poplu u l-kwalita' tal-ħajja.", "Bilfors li dan il-vojt kellu jimtela' għaliex fin-natura ma jistax jeżisti vacuum, ma jistax jeżisti vojt u meta jkun hemm xi spazju dan jimtela'.", "F'pajjiżna kellna diversi pressure groups, forsi biċċa minnhom akkaniti, forsi biċċa minnhom b'mod iktar pulit u biċċa minnhom taħt kappa ta' għaqdiet volontarji li kkonċentraw l-attenzjoni tagħhom fuq issues speċifiċi ta' l-ambjent.", "L-ambjent ifisser ħafna affarijiet għal nies differenti, pero' żgur li din il-liġi li għandna quddiemna tkopri dak li almenu nafu llum.", "Qegħdin nitkellmu fuq liġi li tkopri dak li naħsbu li għandha tkopri, pero' jiena ċert li dan hu qasam li jitbiddel minn ġurnata għal oħra, qasam fejn ikun hemm żviluppi minn kull naħa.", "Diġa` ssemmew u se jkomplu jissemmew f'dan id-dibattitu ħafna eżempji differenti ta' kif dan il-qasam hu wieħed dinamiku għax il-bniedem kuljum isib xi ħaġa ġdida, ħafna drabi affarijiet li jxejnu dak li jkun intqal il-bieraħ.", "Għalhekk irridu naraw li l-liġi jkollha inbuilt fis-sistema provvedimenti li bihom tkun tista' tieħu ħsieb għal kwalunkwe l-eventwalita`.", "Dan bilfors għax l- iżvilupp teknoloġiku u l-invenzjonijiet ġodda se jħallu xi tip ta' impatt u kollha se jaffettwaw xi parti ta' l-ambjent.", "Għaddew għaxar snin minn meta ddiskutejna l-liġi ta' l-ambjent u jiena ċert li m'aħniex se niġu s-sena d- dieħla jew ta' wara u nerġgħu niddiskutuha, Sur President.", "B'mod ġenerali, irrid ngħid li kemm ilu jeżisti l-bniedem fid-dinja, żgur li daqskemm affettwa l-ambjent f'dawn l-aħħar snin – ħa ngħidu f'dawn l- aħħar mitt sena - ma affettwahx fil-millennia ta' qabel.", "Dan għaliex wara li bdiet ir-rivoluzzjoni industrijali, bil-mod il-mod il-bniedem beda juża materjal mill-qiegħ u jtellgħu f'wiċċ l-art u allura beda jaffettwa l-art, beda jaffettwa l-arja, jaffettwa l-baħar ta' madwarna u l-ħajja tagħna lkoll.", "Irridu nifhmu li n-natura għandha l-modi tagħha kif tadatta ruħha għal sitwazzjonijiet differenti.", "Bdil fil-klima kien hawn anki fl-antik, pero' ċerti kimiċi ġodda żgur li huma kompletament estranji għall-ambjent naturali.", "Fuq dan wieħed jista' jitkellem għal sigħat twal pero' l- importanti hu li nifhmu, almenu f'dan l-istadju, kemm il-bniedem idaħħal affarijiet fl-ambjent.", "Mhux qed ngħid biss għall-kimiċi imma anki għal attivitajiet oħra ta' xogħol u ta' rekreazzjoni li b'xi mod jew ieħor jaffettwaw l-ambjent, Sur President.", "Naħseb li l-ewwel punt importanti li nagħmlu hu jekk dan l-effett ħażin huwiex se jinħass in the long, medium or short run.", "Hu effett tajjeb, ħażin jew newtrali?", "Barra minn hekk, u dan importanti ħafna, huwa effett irriversibbli jew jista' jkun riversibbli?", "Dawn huma mistoqsijiet importanti ħafna meta niġu biex nikkonsidraw il-politika industrijali ta' pajjiżna.", "Jiena stajt faċilment niġi hawn u ngħid li fuq l-ambjent – ħalli ngħidha - kulmin jgħolli għabtu se jxomm riħa tinten!", "Iż-żewġ naħat irridu nammettu li fuq l-ambjent saru l-iżbalji, li biċċa minnhom setgħu ma sarux.", "Biċċa minnhom fl-opinjoni tiegħi ġraw minħabba li fiċ-ċirkostanzi ta' ċerti żmenijiet, biex ngħid hekk, ir-raġunament kien li l-ewwel il- pappa u mbagħad l-ambjent.", "Dan forsi kien żbaljat.", "L-ewwel priorita' kienet li naraw kif se nġibu x-xogħol lejn pajjiżna u kif se nindustrijalizzaw il-pajjiż.", "Konna nġibu t-turisti mingħajr ma nagħtu kas li dawn ikollhom il-bżonnijiet naturali tagħhom, iridu jieklu, iridu jixxemxu, iridu jimxu fit-toroq, iridu t-trasport u jridu ajruport ikbar.", "Dawn kollha huma affarijiet li jimpinġu fuq l-ambjent, imma l-kultura politika u d-deċizjonijiet f'dawk iż-żmenijiet kienu li l-ewwel għandna prioritajiet oħrajn, cioe' ix-xogħol u l-attivita' ekonomika.", "L-element ekonomiku rebaħ fuq l-element ambjentali, pero' forsi llum qed nindunaw li bdejna ngħarrqu dak kollu li għaddewielna missierijietna.", "Jekk inti tibni, tibni u tibni u x'ħin toħroġ mid-dar quddiem għajnejk tara xi ħaġa bajda, u x'ħin iddur il-kantuniera tara ħaġa bajda u x'ħin timxi żewġ mili tara xi ħaġa bajda, int xi kwalita' ta' ħajja għandek?", "Inti kif qiegħed tgħix?", "Qed tgħix ġo ġungla tal-konkrit jew ġo ġungla tal-ġebla tal-franka!", "Għalhekk li kemm il-poplu kif ukoll il-kuxjenza politika bdew iduru u jgħidu li hemm bżonn li wieħed jara x'se jagħmel fuq l-ambjent.", "Jien naħseb li hu ċiniżmu żejjed li tgħid li dan hu paroli u li dawn huma liġijiet li ma tistax tinfurzahom.", "Jien naħseb li dak hu qtigħ il-qalb li m'għandux ikun.", "Għandna nibdew nifhmu iktar kif aħna stess qed inbiddlu l- priorities tagħna.", "Illum fuq l-ambjent hawn atmosfera tajba u nistgħu ngħidu li l-opinjoni pubblika hi favur l-ambjent.", "Forsi għad hawn min jaraha bħala ħaġa vaga li tkun favur l-ambjent, pero' hawn aktar lesti li jistqarru li l-ambjent għandu jkun priorita', Sur Presidentu.", "Naturalment la darba ngħidu li l-ambjent huwa top priority, ma jista' jiġi xejn qablu u għaldaqstant it-temi ta' l-ambjent iridu jidħlu u jinfilzaw ruħhom fil-politika kollha, fis-setturi kollha.", "Ma nistgħux ngħidu li se jkollna dipartiment ta' l-ambjent u daqshekk, imma rridu naraw ukoll il- politika ta' l-ambjent fil-qasam tat-trasport, fil-qasam ta' l-agrikoltura, fil-qasam ta' l-industrija, fil-qasam tat-turiżmu, fl-oqsma kollha u fid- deċiżjonijiet kollha.", "Għalhekk din l-istruttura fil-fatt se jkollha bħala chairman lill-prim ministru.", "Hemm bżonn li naraw l-effett tad- deċiżjonijiet kollha, bħalma huma l-gender issues, fejn irridu naraw x'se jkun l-effett fuq il-mara f'kull liġi li ngħaddu.", "F'dan l-aspett ukoll irridu naraw x'se jkun l-effett fuq l-ambjent ta' kull deċiżjoni li tittieħed, Sur President.", "Konna qed ngħidu li fis-sittinijiet, fis-sebgħinijiet u fit-tmeninijiet il- priorita' tagħna kienet l-ekonomija u mhux l-ambjent, fatti dawn.", "Imma issa naħseb li wasal iż-żmien li ngħidu li fuq l-ambjent hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet, anki jekk dawn ekonomikament forsi ma jkunux jagħmlu sens għal kollox.", "Dan ifisser li jista' jkun li aħna nirrifjutaw ċertu tip ta' żvilupp u ċertu tip ta' industrija li ma tkunx taqbel għall- ħaddiema tagħna, sew għal saħħithom direttament u sew in the long run għal dik li hu taħsir u degredazzjoni ta' l-ambjent.", "Għalhekk irridu mmorru għal dik li tissejjaħ - semmejtha inti stess, Sur President – clean air technology u affarijiet bħal dawn.", "Irridu nieħdu ċerti deċiżjonijiet u naraw li nimplimentawhom.", "Irridu nirrikonoxxu li bħala mplimentazzjoni għandna liġijiet fuq l-ambjent li ilhom hemm - mhux se ngħid għal għexieren ta' snin imma żgur għal numru ta' snin - imma dawn la qed ikunu applikati, la nfurzati u lanqas monitored.", "Hemm ħafna eżempji fuqiex wieħed jista' jitkellem, imma forsi hawn l-importanti hu li llum hawn il-kultura politika li taċċetta li l-ambjent hu ta' priorita'.", "Sur President, kif taf int, il-liġi hi maqsuma fi ħdax-il parti u għalhekk wieħed jista' jifhem il-kumplessita' li tittratta għaliex tittratta ħafna oqsma differenti, pero' nixtieq b'mod partikolari nitkellem dwar x'nifhmu meta ngħidu żvilupp sostenibbli.", "Mhux kulħadd jaqbel eżattament x'jikkonstitwixxi żvilupp sostenibbli.", "Pajjiżna bla dubju ta' xejn huwa kollu meħud b'xi mod jew ieħor bl-attivita' tal-bniedem.", "Aħna m'għandha l- ebda parti li għadha fl-istat pristin, fl-istat primittiv, kif ħalaqha Alla.", "Pajjiżna huwa suġġett kompletament għall-attivita' tal-bniedem, sew jekk hi attivita' li hi mibnija, sew jekk hi art li qed tinħadem mill-bidwi u sew jekk hi art mitluqa u sew jekk hu l-baħar.", "Dan kollu hu meħud bl- attivita' tal-bniedem u allura inutli nippruvaw nimmaġinaw xi ġenna ta' l- art, fis-sens ta' kif kienet oriġinarjament.", "Jien inħoss li l-ewwelnett għandna nifhmu eżattament u għandu jkollna ċar f'moħħna x'inhi r-relazzjoni bejn l-impatt li tħalli l-attivita' tal-bniedem u l-effett fuq in-natura, Sur President.", "Per eżempju, dalgħodu ssemma' id-drenaġġ jew aħjar l-immaniġġjar tajjeb tiegħu, għax jekk jiġi ġestit b'mod żbaljat faċli jniġġes il-water-table u jniġġes il-baħar.", "Pero' fih innifsu wieħed irid jifhem li dan ukoll għandu l-lat pożittiv tiegħu għaliex kemm il-kompost u kemm id-drenaġġ huwa oġġett li bioloġikament nistgħu ndawruh fiċ-ċiklu tal-ħajja, għaliex huwa oġġett li ġej minn ħajja li tkun spiċċat, minn ħajja li tkun mietet.", "Hemm ċiklu, u jekk nifhmu dan il-proċess inkunu nistgħu nifhmu aktar li ċertu allarm nistgħu nikkontrollawh.", "Dan hu importanti ħafna, anki fil-parti tal-liġi li tirriferi għall-informazzjoni lill-pubbliku.", "Hemm bżonn li nagħmlu distinzjoni għax ċerti kimiċi, kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi, m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-sistema naturali li ngħixu fiha aħna, Sur President.", "Hawnhekk importanti ċ-ċifri li smajna dwar kemm nies jistudjaw il-chemistry u l-biology.", "M'inix se ngħid li kulħadd se jsir xjenzat imma hemm bżonn ħafna tagħlim fil-livell primarju.", "Jien inżid li mhux ix-xjenza biss hi importanti f'dan il-qasam imma wkoll il-ġeografija, suġġett mitluq għal kollox.", "Il-ġeografija tagħtik l-informazzjoni ta' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent u lill-istudent tagħmlu aktar konxju tiegħu.", "Imma ħalli ma niddevjax u nerġa' ngħid li l-punt hu li hemm ċerti kimiċi u sustanzi li m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-sistema naturali ta' kif jgħix il- bniedem, kif jgħix l-annimal u kif tgħix il-pjanta.", "Biex ngħidha ċara u tonda, warajhom dawn hemm interessi finanzjarji u interessi industrijali qawwija.", "Dawn ipoġġu perikli kbar għas-saħħa tal-bniedem għaliex waħda mit- temi l-kbar hi s-saħħa tal-bniedem.", "Dawn jinfirxu fl-ambjent u ma tistax issib kontroll tagħhom.", "Hu importanti li nifhmu wkoll l-ammont ta' dawn is-sustanzi li jkunu fl- ambjent, sew jekk ikunu fil-ħamrija, fil-mediċini li l-industrija kbira tal- mediċina tippompja fin-nies u sew jekk qegħdin fil-pestiċidi jew f'xi proċess industrijali.", "Biżżejjed wieħed jgħid li hu kkalkulat li mill-2,500 kimika li jeżistu fis-suq, 3% biss huma adequately tested u magħhom tista' iżżid 14% li għandhom basic test data.", "Mela b'kollox 17% biss mis-sustanzi kimiċi kollha li hawn fis-suq have somehow been tested.", "Mill-bqija la nafu l-effett tagħhom, la l-low dosage tagħhom u lanqas l-accumulative effect tagħhom.", "Dan għaliex tajjeb li wieħed jispjega li meta nitkellmu fuq it-tinġis ta' l-ambjent minn ċerti kimiċi, tidħol dik li tissejjaħ il-food chain jew il-food web, jiġifieri dik il-pjanta żgħira li bilkemm tidher li tiekol il-ħuta, imbagħad il-ħuta tittiekel minn ħuta ikbar minnha u din wara tispiċċa tittiekel mill-bniedem.", "Dan ikollu effett kumulattiv għax jidħol fit-tissues, fil-laħam ta' dak l-annimal.", "Meta jitla' aktar 'il fuq fil-food chain, dejjem jiżdied u dejjem jakkumula.", "Din rajniha, per eżempju, fl-avvelenament mill-merkurju u hemm ħafna u ħafna eżempji.", "Għalhekk irridu nifhmu li meta jkollna l-informazzjoni din irridu nużawha b'tali mod u manjiera li la nallarmaw, la nħallu biex ngħid hekk ċertu vojt ta' informazzjoni u fl-istess ħin inkunu konxji minn dak kollu li jista' joħloq dak it-tinġis.", "Waħda mid-differenzi kbar li teżisti fil-ħsieb u fil-kunċett politiku bejn l-Amerika u l-Unjoni Ewropea - jew il-pajjiżi li jappartjenu għall- kontinent Ewropew - hu li l-iktar ekonomija b'saħħitha fid-dinja għandha bħala l-priorita' tagħha l-ekonomija u mhux l-ambjent.", "Allura jekk hemm dubju mhux se jmur favur il-prekawzjoni, dak li jissejjaħ il-precautionary principle imma se jmur band'oħra.", "Fuq din m'hemmx qbil.", "Qed nitkellmu, per eżempju, fuq l-użu ta' l-ormoni fit-tkabbir tal-bhejjem għall-ikel.", "Id- differenza li teżisti bejn l-Amerika u l-Ewropa hi proprju li la m'hemmx consensus ta' x'inhu l-effett eżatt ta' dawn, allura l-Amerikani jibqgħu għaddejjin u l-Ewropej joqogħdu lura.", "Naturalment dan għandu prezz, bħal f'kull ħaġa oħra fuq l-ambjent, għaliex jistgħu jintilfu opportunitajiet ta' xogħol u opportunitajiet ta' investiment.", "L-Onor.", "Bartolo semma' l-antennas tal-mobile phones.", "Il-lat pożittiv hu li dan qed iġib lin-nies eqreb ta' xulxin u naturalment qed jitkattar in- negozju, imma huwa veru wkoll li jista' jkun hemm riskji li ma nistgħux nifhmuhom illum imma rridu naraw l-effett tagħhom ħamsa, għaxar snin oħra.", "Għalhekk hemm id-dritt għall-informazzjoni tal-pubbliku inġenerali u ta' kulmin għandu xi responsabbilta'.", "Sa l-inqas persuna, kulħadd għandu responsabbilta' fejn jidħol l-ambjent u kull persuna għandu jkollha l-aħħar informazzjoni.", "Għall-grazzja t'Alla llum għandna mezzi effiċjentissimi.", "Fil- fatt bl-internet għandna wkoll aċċess biex inġibu informazzjoni dwar kull suġġett u tajjeb li din il-liġi tipprovdi għar-right of information, kif hemm f'taqsima disgħa.", "Hemm bżonn li l-poplu jkollu l-informazzjoni kollha u hemm bżonn li din l-informazzjoni tkun bilanċjata.", "L-iżvilupp sostenibbli mhux biss trid tarah mil-lat propagandistiku imma iktar ma tidħol fil-fond, iktar tirrealizza kemm hu ta' utilita', anki mil-lat finanzjarju.", "Għaliex qed ngħid dan, Sur President?", "Il-bieraħ stess jew xi jumejn ilu kont qed nara programm fuq it-television fejn fl-Awstralja qed jużaw sistema ta' energy-saving li tikkonsisti f'dgħajsa li taħdem bis-solar panels, jiġifieri l-applikazzjoni tagħha nistgħu narawha anki fil-mezzi ta' trasport.", "Dik hi xi ħaġa li ġejja mill- enerġija tax-xemx li bħala dinja aħna nużaw farka minnha, perċentwali żgħira ħafna.", "Anki f'dan il-parlament ilna ngħidu fuq kemm hu bżonjuż li nużaw iktar sorsi minn dan il-lat.", "Naf li anki mill-mistoqsijiet parlamentari li jsiru minn żmien għal żmien hemm interess f'dan il-qasam.", "Naħseb li pajjiżna għandu dan ir-riżors u mhux ngħidu biss li m'għandna l- ebda riżors.", "Jiena żort diversi pajjiżi bħal tagħna, bl-istess klima, bl- istess problemi u bl-istess attitudnijiet li għandhom in-nies tagħna.", "Veru li wħud minnhom huma wkoll sa ċertu punt negattivi, pero' jagħmlu ħafna użu aħjar minn dan ir-riżors li jiġihom b'xejn, partikolarment fil-każ ta' Ċipru, fil-każ tal-Greċja u fil-każ ta' Iżrael.", "Naħseb li f'dan il-qasam hu importanti ħafna li nibdew nagħmlu xi ħaġa bis- serjeta', nagħmlu xi ħaġa li mhux biss tiffrankalna l-flus imma li in the long term tnaqqas il-problema maġġura tat-tinġis ta' l-arja u l-problema tal-global warming li qed tinkwieta lid-dinja, u lilna għandha għax tinkwetana b'mod partikolari.", "Huwa stmat li t-temperatura tad-dinja qiegħda dejjem togħla u allura l-livell tal-baħar qiegħed dejjem tiela bl- effett globali fuq il-klima.", "Din mhix xi ħaġa taċ-ċajt.", "Veru li pajjiżna hu qatra f'nofs baħar magħluq, pero' aħna nistgħu nikkontribwixxu b'diversi modi, anki b'mod ta' riċerka għal dak it-tibdil li qiegħed iseħħ - mhux li jista' jseħħ imma li qed iseħħ - anki f'fora internazzjonali.", "Jiena membru fil-kumitat li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet ta' l-ambjent u l-agrikoltura fil-Kunsill ta' l-Ewropa u nisma' u nitgħallem ħafna dwar il-concerns li hawn ma' kullimkien fuq dawn il-problemi li jolqtu direttament l-ambjent.", "Dan juri li meta nitkellmu fuq l-ambjent m'aħniex qed nitkellmu fuq il-ġenerazzjoni tal-lum.", "Forsi ħafna jgħidu li hi preżunzjoni żejda li nħarsu mhux lejn it-tfal tagħna imma lejn it-tfal tat- tfal.", "Iva, jekk għandna knowledge u jekk għandna intwizzjoni għandna naħsbu fit-tul.", "Dan hu l-gut feeling, biex ngħid hekk, xi ħaġa li qed tħossha imma m'għandekx il-provi f'idejk.", "Tħoss li hawnhekk qed issir xi ħaġa li qed tagħmel ħsara lill-ambjent.", "Jiena naqbel li għal dawn l- affarijiet hemm bżonn li nieħdu prekawzjoni issa fuqhom u mhux meta jkun tard wisq.", "L-effett tal-klima mhux biss li tagħmel inqas xita u allura jinfirex id-deżert, kif qed jiġri madwar il-kosta Mediterranja.", "Proprju għadna kif konna għal konferenza fejn tista' tgħid li ltaqgħu l-pajjiżi kollha taż-żewġ naħat tal-Mediterran.", "Il-problema ta' l-ilma hi waħda mill- ikbar problemi li jolqtu l-ambjent Mediterranju.", "Nistgħu naraw ukoll, għandna prova anki hawn Malta, li l-fauna u l-flora fil-Mediterran qiegħda tispiċċa għax tinsab mhedda serjament mhux biss fuq l-art imma anki fil- baħar.", "Hu tajjeb li nitkellmu fuq il-problemi li jġib miegħu l-fish farming u li jġib miegħu t-tuna penning.", "Fuq stazzjon lokali televiżiv, programm verament interessanti, iġiblek qiegħ il-baħar u għal min m'għandux il- possibbilta' li jinżel jgħozz jista' jara ċimiterju.", "Nistgħu liberament ngħidu li l-Mediterran huwa baħar ċimiterju u hemm ħafna x'wieħed irid jagħmel sabiex dan il-baħar jerġa' jieħu xi forma ta' ħajja.", "Fis-sistema ta' l-ambjent għandek ċiklu sħiħ, ħaġa tiddependi minn oħra.", "Jekk tneħħi l-ossiġnu, allura se toħloq multiplikazzjoni ta' ċerti organiżmi, anki ta' ċerti mikrobi, li fil-baħar jikkaġunaw problemi kbar għax ċerti speċi ta' ħut jispiċċaw ukoll.", "Effett ieħor tat-tinġis hu l-ożonu.", "L-ożonu hu ossiġnu - fil-kimika l- ossiġnu huwa 02, filwaqt li l-ożonu huwa 03 – u rridu nifhmu li fis-sistema ambjentali jkollok bidliet żgħar, imma bidla żgħira f'ċerta parti tas- sistema biokimika tagħna taf tgħidlek li dik mara u l-ieħor raġel.", "Dawn huma differenzi żgħar imma li jħallu effett tremend.", "L-ożonu fis-saff t'isfel ta' l-atmosfera jaf jagħmel ħafna ħsara meta jkun f'livelli għoljin u jaf joħloq problemi fis-sistema respiratorja, fl-imnifsejn u problemi mediċi oħra.", "Iktar 'il fuq, kważi fis-saff ta' fuq nett ta' l-atmosfera, l- ożonu għandu effett protettiv għad-dinja tagħna.", "Kważi kważi sa ftit għexieren ta' snin ilu, il-bniedem ma kellux informazzjoni biżżejjed fuq dawn l-affarijiet.", "Illum għandu l-informazzjoni u la għandu din l- informazzjoni għandu r-responsabbilta' li jara kif se jirranġa s- sitwazzjoni, Sur President.", "Il-livelli għoljin ta' l-ożonu fl-istratosfera qed jagħmlu effett ħażin enormi għax dan is-saff ta' protezzjoni dejjem jiċkien.", "Fil-fatt ix- xjenzati jsejħulha bħala toqba kbira li qed tħalli r-raġġi ħżiena tax-xemx jirfiltraw .", "Li kieku ma kienx hemm din it-toqba fl-ozonu, bi ħsara potenzjali kbira għall-ħajja fuq il- pjaneta tagħna ....", "Issa għaliex qed jiġri hekk?", "Dan qed jiġri bl- introduzzjoni ta' ċerti kimiċi li jitilgħu, kif ngħidu bil-Malti, sas-seba' sema u jagħmlu din il-ħsara kollha lill-ożonu u allura jneħħu dak l-effett protetiv għad-dinja tagħna.", "Is-sorsi minn fejn ġejja din il-kimika huwa s-suġġett ta' parti mill-legal notice li hija diġa' lesta u li tmur ma' dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddibattu.", "Pajjiżna forsi m'huwiex wieħed mill-iktar postijiet li jużaw din il-kimika, għalkemm jista' jkun il-każ ukoll, għaliex jekk ma jkollokx informazzjoni dettaljata ma tistax titħaddet b'ċertezza.", "Fuq l- ajruplani, per eżempju, għadhom jużaw ċerta kimika li tagħmel ħafna ħsara lill-ożonu, imma din hi ħafna effettiva biex tikkumbatti n-nirien u fuq l- ajruplani s-safety żgur li jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Peress li għadhom ma sabux replacement għal din il-kimika, allura jkun hemm okkażjonijiet fejn din tista' tibqa' tintuża.", "Problemi oħra huma l-iżvilupp sostenibbli u problemi oħrajn relatati huma t- tibdil li qed isir fid-demografija, it-tibdil li qed isir partikolarment f'ċerti pajjiżi żviluppati fejn naqset ħafna l-fertilita' u min-naħa l-oħra żdiedu l-anzjani għax żdiedet il-life expectancy.", "Għalhekk ukoll li żdied l-użu ta' l-enerġija meta taħdimha per capita.", "Naħseb li rridu nħarsu anki lejn il-bniedem bħala dak li jikkonsma ħafna enerġija iktar ma jkun qed jgħix kwalita' għolja ta' ħajja.", "Għandu raġun l-Onor.", "Bartolo jgħid li maħniex inkejlu sew il-livell ta' l-għixien tagħna għax mhux billi nħarsu lejn il-karozzi li hemm fit-triq u lanqas ma trid tkejjel bil-flus.", "Dan it-tip ta' kejl mhux vera juri kemm dak il-bniedem qiegħed igħix b'saħħtu u kemm jista' jgawdi l-ambjent li qed igħix fih.", "Nistaqsi jien: Jekk pajjiż għandu income per capita ta' US3,500 u l-ieħor għandu US11,000, allura n-nies fil-pajjiż b'higher income per capita qegħdin bilfors jgħixu aħjar?", "Fil-fatt hemm dibattitu sħiħ ta' kif wieħed għandu jħares lejn il-kejl ta' kif tqabbel pajjiżi ma' ieħor fejn jidħol il-livell ta' l- għixien.", "Dan għaliex il-ħajja mhix biss kemm taqla' flus imma jekk għandekx il-faċilita` li dawk il-flus tgawdihom f'ambjent li jkun jixraq lilek bħala persuna umana u lill-familja tiegħek.", "Semmejt it-tinġis ta' l- arja, Sur President.", "Jiena naċċetta ċerta kritika, speċjalment fejn wieħed jgħid li hemm bżonn li ngħaġġlu, li nħaffu, jekk nafu li hemm sors ta' tinġis ta' l-arja, jiġifieri t-trab iswed fuq in-naħiet tagħna.", "(Interuzzjonijiet) Iva, għandek raġun għax Malta u Għawdex huma kollha tagħna u terġa' m'hemmx tagħna u tagħhom.", "Żgur mhux ta' Malta biss għax l-ambjent, il-klima u t- tinġis jiġu mill-bogħod.", "It-tinġis jista' jiġi mill-bogħod ħafna.", "Niftakru l-inċident ta' Chernobyl - dak iż-żmien kienet għadha r-Russja imma llum l-Ukrajna – u nafu bil-problemi ambjentali fl-Ewropa tal-Lvant li jaffettwaw lilna wkoll.", "Għaliex id-daħna titla' 'l fuq skond ir-riħ.", "Meta kien hemm l-inċident ta' Chernobyl, jien kont qed ngħix barra l-pajjiż u x- xita li niżlet bir-radioactive waste waqgħet fuq l-art li minnha kienu qed jieklu n-nagħaġ, li jien imbagħad kont immur nixrob il-ħalib tagħhom.", "Allura fid-dinja ma tistax toqgħod tgħid għaliex qegħdin Malta u mingħalina s-sema se taqbeż għalina għax aħna speċjali.", "Jien nerġa` ngħid li bl-argumenti li qed inġibu f'din il-Kamra, iktar hemm x'jgħaqqadna milli x'jifridna.", "Ejja ngħidu li partit għandu policy li jidħol u partit għandu policy li ma jidħolx fl-Unjoni Ewropea, imma ejja nirrikonoxxu li d-dinja li qed ngħixu fiha hi dinja waħda.", "Din hi l- verita` l-kbira li hemm bżonn nifhmu.", "Jekk nifhmu u naqblu fuq dawn l- affarijiet, ejja nirratifikaw il-protocols internazzjonali u ngħidu iva għal ħafna affarijiet.", "Dawn huma l-liġijiet li qed nagħmlu.", "Veru li l- liġijiet li qed nagħmlu huma kkopjati imma din mhix xi ħaġa tal-mistħija.", "Aħna lanqas għandna r-riżorsi li nidħlu f'dawn l-affarijiet u b'daqshekk m'hemmx mistħija.", "Anzi qed nerfgħu d-dover internazzjonali għall-ġid tagħna u mhux biex inpaxxu lil ħaddieħor u nagħmlulu xi pjaċir.", "L- obbligazzjonijiet tagħna huma bħal dawk ta' pajjiżi oħrajn.", "Aħna rridu nikkontribwixxu għal dan l-iskambju ta' informazzjoni għaliex nistgħu u għandna d-dover li nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna anke f'dan il- qasam, sew bħala monitoraġġ u anki minħabba li aħna pajjiż żgħir.", "Jista' jkun ukoll li jkun hemm ċerti prattiċi li jiġuni f'moħħi li rridu noqogħdu attenti ħafna għalihom, fosthom l-introduzzjoni ta' ċerti kimiċi jew mediċini.", "Aħna m'għandniex il-mezzi sabiex nittestjawhom aħna stess u allura rridu nistrieħu fuq pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti biex ma nservux ta' dumping ground għal wastes ta' ħaddieħor.", "Ċertament li f'dan il-qasam żgur li għandna r-rieda politika sabiex nikkumbattu dan.", "Xtaqt li kelli ħin aktar, Sur President, imma l-ħin qed jagħfas u se ngħid xi ħaġa żgħira fuq il-genetically modified organisims.", "Għalkemm ħafna forsi jaħsbu li din hija xi ħaġa ġdida, il-bniedem ilu jbagħbas - biex nuża kelma li jifhimha kulħadd - man-natura b'ħafna modi u partikolarment anki f'dak li għandu x'jaqsam mal-wirt ġenetiku tal-pjanti u ta' l-annimali.", "Qed naraw li din l-importanza mhix misplaced imma hi importanza kbira li se taffettwa wkoll l-biodiversita' u l-ħajja nnifisha, għall-mod kif jiġu pproliferati dawn il-GMOs.", "Hawnhekk naraw id-differenza anki fil-ħsieb politiku, biex ngħid hekk, bejn in-naħa Amerikana u n-naħa Ewropea.", "L-Ewropej jimxu iktar fuq il-precautionary principle, filwaqt li l-Amerika jargumentaw li rridu nitimgħu lin-nies.", "Issa naraw kemm qed imorru biex jitimgħu lin-nies dawn is-sejbiet fejn il-qamħ jikber bla mard, eċċ, eċċ.!", "M'għandix ħin noqgħod nidħol fiha pero' argument interessanti, Sur President.", "Nagħlaq billi nawgura li jkun hawn diskussjoni iktar ampja fuq dan is- suġġett għax jien inħoss li fuq l-ambjent, minkejja li jista' jkun hemm kontroversja fuq dak il-wied, fuq dik il-ħaġa jew oħra, jiena nemmen li dan għandu jkun platform ta' qbil u mhux platform ta' nuqqas ta' qbil.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Micheal Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, bla dubju ta' xejn l-abbozz li għandna quddiemna hu abbozz ta' ċerta importanza.", "Il-liġijiet kollha li jiġu ppreżentanti u diskussi f'din il-Kamra huma ta' importanza, imma fl- opinjoni tiegħi - forsi wkoll għaliex dan hu suġġett għal qalbi - dan l- abbozz hu ta' ċerta importanza kbira u għalhekk jiddispjaċini nara li l- ministru mhux qiegħed preżenti.", "Jien xtaqtu li qiegħed fil-Kamra għaliex kull membru għandu l-punti validi tiegħu xi jressaq.", "Ġeneralment l-istil ta' kif nitkellem, għaliex jien maħluq minni hekk, forsi xi ftit jew wisq ikun xi naqra aggressiv, imma kemm jista' jkun fuq dan l-abbozz illum se nitkellem bil-kalma u bil-kwiet, anke jekk naf li jekk inbiddel it-ton u nkun naqra aggressiv nista` forsi nqajjem lill-gvern mir-raqda li jinsab fiha fejn jidħol l-ambjent.", "Jiena nemmen li l-ambjent hu ta' priorita' u għandu jitqies ta' priorita' mhux f'pajjiżna biss imma anki 'l hinn minn xtutna.", "L-ambjent hu suġġett vast u jolqot lil kull bniedem.", "L-ambjent jaffettwana lkoll, jaffettwa lilna li llum ninsabu ngħixu fuq din il-gżira u fuq din il-pjaneta u jaffettwa ġenerazzjonijiet futuri li se jkunu qed jgħixu warajna.", "L- ambjent hu importanti minn kull lat għaliex jiggarantilek li jkollok poplu aktar b'saħħtu, dment li tkun gvern u poplu responsabbli, għaliex il-gvern waħdu ma jagħmel xejn jekk ma jkollux lill-poplu warajh.", "Ikollok inqas mard u jiggarantilek ukoll arja iktar nadifa, jiggarantilek baħar aktar nadif, mhux sfortunatament kif għandna fil-Mediterran u anki madwar ix-xtut ta' pajjiżna.", "Hu importanti wkoll sabiex ikollok iktar ilma nadif.", "Semmejt dawn il-ħames punti partikolari minħabba li jekk ma jkollokx arja nadifa ma jkunx jista' jkollok ilma nadif.", "Jekk ma jkollokx arja nadifa, ma jistax ikollok baħar nadif.", "Jekk ma jkollokx arja nadifa, ma jistax ikollok poplu b'saħħtu.", "Jekk ma jkollokx ilma ta' kwalita' tajba, ilma ta' kwalita' aħjar, ma jistax ikollok poplu b'saħħtu.", "Dawn qed insemmihom għaliex il-ħajja prattikament hi bbażata fuq l-ilma u fuq l-arja u mbagħad mill-ilma u mill-arja tiġbor il-kumplament tal-ħajja, ta' kulma hu ħaj fid- dinja, ibda mill-bniedem u spiċċa f'kull speċi t'annimal u ħxejjex.", "F'pajjiżna nqasna għal snin twal u lanqas għadna bdejna biex dan inkunu qed nagħtuh l-attenzjoni, Sur President.", "Ma naħsibx li hu biżżejjed li jiġi l-gvern Nazzjonalista f'din il-Kamra u jippreżenta abbozz ta' liġi, anzi nasal biex ngħid li din il-mossa min-naħa tal-gvern tinkwetani għaliex jekk tħares fil-passat riċenti tal-Partit Nazzjonalista li ilu fil-poter għal kważi dawn l-aħħar tlettax-il sena, il- gvern fl-1987 kien tela' b'wegħda - hawnhekk quddiemi għandi kopja tagħha - li malli jitla' fil-gvern wiċċ pajjiżna jerġa' jwarrad bis-sbuħija.", "Dan qed nitkellmu 14-il sena ilu!", "Issa meta ngħidu li jwarrad bis-sbuħija, bla dubju ta' xejn inkunu qed ninkorporaw l-ambjent ta' madwarna suppost, il-kampanja, il-widien u l-ambjent li ngħixu fih fl-ibliet u irħula tagħna.", "Issa jekk wieħed idur dawra u jara x'sar matul dawn l-aħħar erbatax-il sena f'dan ir-rigward, isib li sfortunatament mhux morna 'l quddiem imma morna lura mhux ftit.", "U morna lura minkejja li nvestejna bil-kbir u waqqafna awtoritajiet li suppost kellhom ikunu responsabbli li jaraw li l- kampanja, il-widien u l-ambjent li ngħixu fih fl-ibliet u fl-irħula, ikun iktar organizzat, nadif u protett.", "Din hi sfortuna għaliex li tinvesti u flok suċċess ikollok disfatta hi ħasra jew inkella nuqqas ta' kompetenza.", "Meta inti tkun għamilt xi ħaġa li nvestejt fiha u ma rnexxelekx, dak ikun falliment.", "Għaliex irridu naraw mhux illum imma rridu naraw b'lura kemm konna sodi, kemm kellna gvern li kien kapaċi jieħu deċiżjoni li min jagħmel ħsara lill-ambjent iħallas iebes għall-ħsara li jkun wettaq.", "Safejn naf jien, ftit huma l-liġijiet ebsin.", "L-okkażjonijiet fejn ittieħdu passi ebsin għal min għamel ħsara lill-ambjent kważi huma nil.", "Irridu niftakru li l-ambjent mhux tiegħi, mhux tagħna, mhux ta' dawn il- ħamsa u sittin ruħ li ninsabu hawnhekk fil-Kamra tar-Rappreżentanti.", "L- ambjent mhux tal-poplu Malti u lanqas m'hu tagħna għaliex aħna nagħmlu parti mill-pjaneta.", "L-ambjent huwa importanti għal pjaneta kollha.", "Allura la aħna fid-dover li nikkontribwixxu u li naraw li l-ambjent inżommuh fi stat tajjeb, mhuwiex għalina biss, mhuwiex għaliex huwa tagħna wkoll, mhuwiex għaliex huwa tal-poplu tagħna wkoll imma għaliex l-ambjent huwa tal- ġenerazzjoni preżenti u tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Irridu niggarantixxu li fil-futur inkunu responsabbli biżżejjed li nħallu lil ta' warajna ambjent aktar nadif u aktar organizzat, ambjent aktar protett u ambjent li jiggarantixxi saħħa aħjar.", "Naħseb ukoll li matul is-snin konna neqsin - u din naħseb li għandha tibda mill-iskejjel - mill-impenn li l-poplu tagħna jiġi edukat dwar l-importanza li l-ambjent f'pajjiżna jkun aktar protett u nadif.", "Jien naħseb li f'dan ir-rigward inqasna bil-kbir u aktar milli nqasna bil-kbir biex ikollna poplu aktar edukat - għax nemmen li din il-kampanja kellha tibda mill- iskejjel - inqasna aktar li jkollna poplu dixxiplinat fejn jidħol l- ambjent.", "Taxxi għamel u flus qed jiġbor dan il-gvern għax jingħad li saru madwar 300 taxxa matul dawn is-sentejn u nofs bl-income tax, il-bolla, il- liċenzji tas-sewqan u mitt ħaġ'oħra.", "Jien xi kultant nibda nistaqsi: Allura l-gvern ma jħossx li iktar milli jintaxxa, iktar għandu jimponi multi għal min jiżbalja?", "Jiena nemmen li l-ewwel li għandu jħallas huwa min jikkommetti żbalji determinanti li jaffettwaw lill-pajjiż mhux biss mill-lat ekonomiku imma wkoll mill-lat ambjentali.", "Dan għaliex il-lat ambjentali jorbot miegħu l-ekonomija tal-pajjiż.", "Irridu nkunu aktar attenti sabiex naraw li ħadd ma jabbuża, Sur President.", "Ma jistax ikun li jkollok awtoritajiet li huma mħallsin bl-eluf tal-liri - hawnhekk qed nipproponu li ndaħħlu awtorita' jew korp ieħor li suppost se jkun qiegħed iħares l-ambjent - biex imbagħad fl-istess ħin m'għandekx min jinforza b'ċerta saħħa, b'sens ta' ugwaljanza, b'sens ta' ġustizzja fil- konfront ta' kulmin jabbuża fil-qasam ta' l-ambjent.", "F'dan is-suġġett ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn l-uċuħ, anzi għandhom jittieħdu passi kontra kulmin jabbuża mill-ambjent.", "Għandhom jittieħdu passi kontra kulmin jikkommetti kontravenzjoni li tagħmel ħsara lil ambjent.", "Min jagħmel ħsara lill-ambjent ma jkunx qed jagħmel ħsara lill-gvern tal-ġurnata, lill- Oppożizzjoni jew lilu nnifsu biss imma jkun qed jagħmel ħsara lill-wirt ta' pajjiżu.", "L-ambjent hu wirt tagħna u rridu ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna aħjar milli sibnieh aħna, aħjar milli qed inżommuh aħna.", "U hemm ħafna modi kif ikun aħjar milli jinsab illum, Sur President.", "Irridu naraw ukoll li jiġi mrażżan l-egoiżmu u n-nuqqas ta' responsabbilta' u t-traskuraġni li jeżistu fost il-ftit u dan għall-ġid ta' kulħadd, għall- ġid tal-pajjiż u għall-ġid ta' l-ambjent ta' madwarna.", "Finalment ir- responsabbilta' taqa' fuq l-ispalla tar-rappreżentanti tal-poplu, b'mod partikolari tal-ministru responsabbli.", "Ma nistgħux naċċettaw li jkompli jkollna min għall-egoiżmu tiegħu, għan-nuqqas ta' responsabbilta' tiegħu u t-traskuraġni tiegħu, jgħaffeġ u jibqa` għaddej biex imbagħad jispiċċa jbati kulħadd.", "Irridu naraw li dan ma jkomplix jitwettaq.", "Mhux bil-paroli u bir-rapporti, mhux bil-kliem frivolu jew bil-ftaħir żejjed u bid-daqq ta' trombi imma b'mod konkret u bil-fatti.", "Irridu nuru li kapaċi nieħdu deċiżjonijiet li kapaċi jieħdu pajjiżi akbar minna.", "Jiena niskanta kif niġu f'din il-Kamra u ngħidu li biex nameljoraw il-qasam ambjentali, bilfors irridu nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Għalija dan hu argument bażwi u nsult għall-poplu Malti nnifsu.", "Dan għaliex pajjiżna mill-indipendenza 'l hawn għamel progress immens f'diversi oqsma.", "Konna kapaċi bħala pajjiż nibnu diversi oqsma u ħsadna dak li żrajna.", "Fejn bnejna tajjeb ħsadna qamħ tajjeb u qtajna frott tajjeb.", "Fejn bnejna ħażin, ħadna r-riżultat ta' dak li ddeċidejna fuqu ħażin jew għamilnih ħażin u għalhekk ma nafx għalfejn ngħidu li jekk irridu ntejbu l-affarijiet m'għandniex triq oħra ħlief li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Jien mort f'pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea, bħal per eżempju, pajjiżi ex-komunisti ta' l-Ewropa tal-Lvant u riċentement anke żort l- Awstralja.", "Dawn m'humiex fl-Unjoni Ewropea!", "L-Amerika m'hijiex fl-Unjoni Ewropea!", "L-Asja lanqas!", "Dawn bħala pajjiżi individwali kapaċi wkoll li jżommu u jipproteġu l-ambjent u ma narax għaliex aħna bħala poplu m'aħniex kapaċi nipproteġu l-ambjent.", "Tkun tiddependi f'kollox mill-Unjoni Ewropea, anki f'dan il-qasam bilfors niddependu mill-Unjoni Ewropea, x'assurdita din!", "Kulħadd jafhom il-policies ta' l-Unjoni Ewropea.", "Illum b'faċilita' tista' tmur fuq l-internet u tniżżel ir-rapporti sabiex tkun taf x'inhi l- linja gwida ta' l-Unjoni Ewropea fejn jidħol l-ambjent.", "Ħafna milli jagħmlu – u miniex nesaġera - stajna attwajnieh mingħajr il-bżonn u l- ħtieġa li noqogħdu nistennew u nġibu l-iskuża għall-gwadann politiku.", "Għalija dan hu gwadann partiġġjan u ejja ma nkomplux nippruvaw inbellgħu r- ross bil-labra, għaliex issa erbat ijiem oħra se nibdew ngħidu li anki biex tieħu n-nifs u biex tiekol trid tissieħeb fl-Unjoni Ewropea!", "Anki f'dan il- qasam, tisma, tanalizza u tasal għall-konklużjonijiet tiegħek u temmen jekk trid imbagħad, Sur President.", "Naħseb li hu wkoll importanti li ninkludu l-ambjent f'kull qasam – għalkemm nibża' li qegħdin tard f'dan ir-rigward - f'kull deċiżjoni li tittieħed.", "Bħalma llum għandek l-awtorita' ta' l-ippjanar li għandha kontroll assolut ta' l-iżvilupp u tista' tgħid ukoll li llum hi kważi l-korp ewlieni li suppost tipproteġi jew tiddefendi l-ambjent u siti li huma ambjentali, jien nemmen li bħalma llum kulmin japplika biex jagħmel żvilupp kull darba tittieħed in konsiderazzjoni l-aċċessibbilta' għall-persuni b'diżabilita', nemmen li wasal iż-żmien li anki f'kull deċiżjoni li tittieħed, f'kull qasam, f'kull entita', għandu jittieħed dejjem in konsiderazzjoni l-impatt ambjentali li dan jista' jħalli.", "Jien nemmen li sal-lum dan ukoll għadna m'għamilnihx meta stajna għamilnieh.", "Qed nitkellmu fuq gvernijiet moderni, fuq gvernijiet li jiftaħru u jwiegħdu li kellhom iwarrdu wiċċ pajjiżna bis- sħubija, imbagħad jgħaddu 14-il sena u tmur tfittex u prattikament flok issib li mxejna 'l quddiem, issib li morna lura u hemmhekk tibda tinkwieta.", "Jekk mhux se nkunu kapaċi li nieħdu d-deċiżjonijiet bil-fatti, mingħajr ma nħarsu lejn l-uċuħ, se nkomplu mexjin fit-triq tal-falliment.", "L-ambjent mhux ta' gvern jew ta' ieħor, jew ta' oppożizzjoni jew oħra, jew ta' individwu jew ta' ieħor imma ta' kulħadd.", "Jiena għedt li f'kull qasam u f'kull deċiżjoni għandu jittieħed in kunsiderazzjoni l-qasam ambjentali u l- effett ambjentali li jista' jħalli.", "Din għandha tkun il-bażi tal-futur jekk nemmnu li verament irridu nissalvagwardaw l-ambjent.", "Ejja ngħidu li dan hu importanti u li forsi hawnhekk ma kienx hawn biżżejjed rieda sabiex jittieħdu l-prekawżjonijiet.", "Hu importanti li tieħu l-prekawzjonijiet minn qabel u mhux imbagħad tispiċċa, kif ġejna f'sitwazzjoni issa, li trid tirranġa l-ħsara li tkun saret.", "Illum nitkellmu fuq siti li aħna l- politiċi konna ħadna d-deċiżjonijiet fuqhom - issa liema gvern ħa d- deċiżjonijiet biex jibda jsir ix-xogħol hu irrilevanti - u llum huma l- istess politiċi li qed jaraw kif dik id-deċiżjoni li ttieħdet u li serviet ta' ħsara trid tittranġa.", "Bħala eżempju nsemmi l-problema kbira u mmensa tal-miżbla tal-Magħtab, li hemm min isejħilha time bomb!", "Il-kwestjoni tal-miżbla tal-Magħtab hi prova li ma kienx hemm rieda u ma kienx hemm il-kapaċita' u l-kompetenza biex jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Smajna fuq li smajna, smajna mingħand il-poplu, smajna mingħand il- politiċi, smajna mingħand l-esperti u minn min għandu għal qalbu l-ambjent.", "Nafu xi ħsara u x' kontaminazzjoni ta' l-arja u l-baħar qed tagħmel.", "Nafu xi ħsara kbira qed tagħmel lis-saħħa tan-nies.", "Nafu xi ħsara kbira qed tagħmel mhux lin-nies li jgħaddu minn hemmhekk biss imma anki għan-nies ta' l-akkwata u 'l hinn mill-akkwata.", "Nafu li l-effett ta' l-irwejjaħ tagħha jġib mard verament ikrah.", "Nafu li din il-miżbla tinsab fil-viċinanzi ta' żona li tilqa' 40% tat-turisti li jiġu f'pajjiżna u li meta jinzerta riħ 'l hemm l-irwejjaħ ikunu insapportabbli.", "Minkejja li nitkellmu dwarha kuljum, sal-lum il-ġurnata b'mod konkret ma sar xejn biex ikun hemm strateġija biex jittieħdu passi biex din il-muntanja ma tibqax tikber.", "L-effett tal-kruha ta' din il-muntanja mhux qiegħed fid-dehra tagħha biss.", "Kellu jkun gvern Laburista li wara kważi għaxar snin ta' gvern Nazzjonalista, immedjatament malli ħadna l-gvern f'idejna, beda jara kif din il-problema tista' tiġi solvuta u ħadna l-ewwel passi.", "Irridu nirrikonoxxu li dawk il-passi ma kenux biżżejjed għaliex iż-żmien kien limitat.", "Imma minkejja li ma kellniex żmien biżżejjed urejna li konna qegħdin fid-direzzjoni li nsolvu dik il-problema.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn mhux se ngħid li ma sar xejn, imma kważi ma sar xejn.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, nitolbok tieqaf ħawn għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent - it-Tieni Qari (Kontinwazzjoni);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - it-Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-Qagħda fil-Pajjiż - (Kontinwazzjoni) ---------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni t'Art tal-Gvern - Kumitat Permamenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistema ta' riservazzjoni kompjuterizzata - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperattivi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia,.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel riferenza għal dak li spjega l-ministru għall-agrikoltura u sajd biex iwieġeb għad-diskors li għamel il-kap ta' l-oppożizzjoni rigward is-sitwazzjoni kritika u l-futur inċert li qed jiffaċċjaw iI-koperattivi, partikolarment dawk tas-settur tal- biedja, bl-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li bil- politika ta' Svizzera fil-Mediterran, pajjiżna jkun kapaċi jibqa` jsostni politika prottetiva għas-settur tal-biedja u allura nistgħu ngħidu li d- dikjarazzjonijiet tal-ministru mhumiex korretti.", "Jekk il-ministru qed jirriferi għall-agreement tal-horizon 2010 tad-WTO, dan għandu bħala bażi l- ispecial safeguard provisions u d-domestic support measures, li jinkludu dazji addizjonali ta' protezzjoni għall-biedja f'ċirkostanzi bħal dawk tal- gżejjer tagħna.", "Issa l-ministru jaf bħali li matul dawn l-aħħar 30 sena dejjem kellna l- protezzjoni għas-settur tal-biedja, liema protezzjoni taħt il-qafas tal- politika Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran tista` tibqa` tkun sostenibbli.", "Barra minn hekk, aħna konna kapaċi ngħollu l-kwalita tal- laħam tal-majjal u konna kapaċi nsostnu ekonomija viabbli kemm fl-interess tal-produtturi kif ukoll fl-interess tal-konsumatur, u dan bil-provi.", "Il- prezz tagħna tal-majjal huwa ta' madwar 82c il-kilo waqt li l-prezz għall- konsumatur – qed ngħid qabel ma feġġet il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u l-marda tal-BSE – huwa Lm 1.40 il-kilo.", "Issa fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea nsibu li l-prezz għall-produtturi hu fil-livell ta' bejn 55c u 65c u għall-konsumatur mhux anqas minn Lm 2.80 u f'ċerti pajjizi anke 'l-fuq minn Lm5 il-kilo, u dawn il-pajjiżi wkoll għandhom levies biex jipproteġu l-industrija tagħhom.", "Dan ifisser li biex huma jipproteġu l-industrja tagħhom, aħna minn Malta ma nistgħux nesportaw il-majjal lejhom.", "Dawn il- fatti wkoll jagħmlu lil pajjiżna konformi ma dak li tixtieq id-WTO.", "Qed ngħid dan għaliex dwar dan is-suġġett m'għandniex nibqgħu nilagħbu bil- kliem għax wara kollox minn dan il-qasam tiddependi l-provvista ta' l-ikel tal-Maltin u l-Għawdxin u tal-miljun turist li jiġu jżuruna, Sur President.", "Jien irrid infakkar ukoll lill-Onor.", "John Dalli li ftit tax-xhur ilu f'dan il-parlament għaddejna l-liġi biex permezz tagħha l-gvern ikollu l-poter li jintaxxa, jagħmel dazji, jagħmel tariffi addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-ikel li jkunu ġejjn minn barra l-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Din il-ħaġa diġa` ġrat fil-każ ta' prodott partikolari, fejn it-taxxa għoliet b'medja ta' 580%.", "Meta jiena tlabt għall-garanzija li dan it-tip ta' dazju mhux se jinfirex fuq prodotti oħra, il-ministru qal li ma jistax jagħti garanzija u qal ukoll li m'huwiex f'pożizzjoni lanqas li jikkonferma li mhux se jifrex dawn id-dazji fuq prodotti oħra.", "Għalhekk jien nitlob lill-ministru jispjega għaliex filwaqt li jaf li jrid iżarma l- levies, qabad u għamel dazji fuq il-corned beef meta aħna lokalment dan lanqas biss nipproduċuh.", "Min huwa kompetenti jidħak meta jisma` dawn l- affarijiet.", "Mela qed nagħfsu lill-bdiewa, ir-raħħala u l-industrija ta' l- ipproċessar, biex imbagħad diġa' bdejna ndaħħlu levies biex nipproteġu industrja li aħna m'għandniex!", "Sur President, nixtieq nagħmel ukoll punt dwar ir-restructuring.", "Il- ministru għoġbu jgħid li l-gvern tiegħu jrid jagħmel restructuring fil- qasam agrikolu.", "Imma aħna x'restructuring irridu nagħmlu fil-biedja bid- densita tal-popolazzjoni tagħna u bid-daqs tagħna!", "Meta niġu biex nitkellmu fuq ir-restructuring irridu nitkellmu b'saqajna fl-art.", "Aħna għandna daqs żgħir li joħloq problemi għal dak li huwa waste management għas-settur tal-biedja u problemi f'dik li hija densita' tal-popolazzjoni.", "Ejja ma noqogħdux nitkellmu b'mod vag, qisna ċenturjuni, biex taparsi kkritikajna lill-kap ta' l-oppożizzjoni jew il-politika Laburista li qed timmira li tkompli tipproteġi l-industrija ta' l-ipproċessar u l-mijiet ta' ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur.", "B'dan il-mod aħna nkunu qedgħin inħarsu l-provvista ta' l-ikel tal-Maltin, sija f'dak li kapaċi jipproduċu l- bdiewa tagħna u l-qabda tal-ħut li kapaċi jaqbdu s-sajjieda tagħna, kemm f'dawk li huma standards kif ukoll f'dawk li huma prezzijiet.", "Dawn huma affarijiet li bilfors aħna rridu nkunu aġġornati dwarhom b'mod korrett għaliex nerġa' ngħid minnhom jiddependi s-sors ta' l-ikel tal-Maltin u l- Għawdxin u tal-miljun turist li jiġu jżuruna.", "Issa fil-ftit minuti li fadalli xtaqt nagħmel referenza wkoll għas-sitwazzjoni tas-sajd, Sur President.", "Qabel ma seħħ l-inċident bejn is-sajjieda Maltin u Għawdxin u dawk ta' pajjiżi oħra, partikolarment dawk li kienu qed jistadu fl-ibħra taħt l-isem tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, kont ktibt lid-direttur tas-sajd u kont anke ġbidt l-attenzjoni tal-ministru dwar l-inkwiet li qed jiffaċċjaw sajjieda Maltin u Għawdxin meta joħorġu jistadu fl-ibħra internazzjonali.", "Wara saret din il-protesta u sal-lum jien għadni qed nistenna lid-direttur tas-sajd u lill-ministru jweġbuni u jaġġornawni dwar dan il-każ.", "Jien sal- lum għadni ma naf xejn u dan meta qed tiġi mhedda waħda mill-ikbar opportunitajiet illi għandu s-sajjied Malti u Għawdxi, jiġifieri s-sajda tat-tonn.", "Jien kont nistenna li min jiftaħar kemm jaf u kemm hu kapaċi, kellu jsib il-ħin u jispjegali aktar dwar din is-sitwazzjoni.", "Pero' minn dan kollu ma sar xejn u allura aħna, Sur President, bilfors min-naħa tagħna jkollna raġun ngħidu illi dan huwa gvern bla ħeġġa, li m'huwiex jifhem l- obbligi tiegħu li jmexxi 'l quddiem għall-ġid komuni tal-Maltin u l- Għawdxin kollha.", "Sur President, dan kollu li semmejt huwa konferma ta' l-għaqal ta' l- oppożizzjoni Laburista li fis-snin li ġejjn trid tmexxi 'l quddiem il- politika ta' Svizzera fil-Mediterran, li hija mfassla sabiex iżżomm il- bilanċ li jridu n-nies tax-xogħol f`pajjiżna, il-bilanċ li jeħtieġ il- kummerċ f'pajjiżna u l-bilanċ biex aħna nkomplu ngħollu l-livell ta' l- għajxien tagħna mingħajr ebda ħela u mingħajr ma nikkawżaw telf ta' impjiegi, partikolarment fis-settur tal-biedja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Joseph Cuschieri", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, l-ewwel li xtaqt nitkellem huwa dwar problema li jiltaqgħu magħha diversi ġenituri u individwi.", "Minn statistika li teżisti, nafu li n-numru ta' persuni li jsiefru fuq kura medika huwa relattivament baxx u dan ilaħħaq madwar 2,000 jew 3,000 fis-sena.", "Forsi llum m'għadhomx jintbagħtu aktar eluf barra minn Malta għall-kura grazzi għall-progress li sar fl-isptarijiet tagħna stess, imma hawnhekk irrid ngħid li niltaqa' ma' sitwazzjonijiet - u naħseb anki sħabi miż-żewġ naħat - fejn persuni li jkunu se jmorru għall-kura barra minn Malta, qatt ma jkunu akkompanjati minn xi ħadd tal-familja tagħhom u dan anki fejn jirrigwarda tfal.", "Aħna niddedikaw ħafna flus fuq affarijiet oħra kapriċjużi, bħal per eżempju riċevimenti u mobile phones għas-segretarji ta' madwarna, u jiena naħseb li wasal iż-żmien li naraw kif noħolqu skema fejn ġenituri li uliedhom ikunu se jiġu msiefra barra minn Malta, jiġu pprovduti b'biljett ta' akkompjament.", "Forsi din il-ħaġa tista' ssir permezz ta' means test biex wieħed jara d-dħul tal-persuna.", "Titħassarhom lil dawn in-nies li ġieli jċemplulek biex tara kif tirranġalhom għal ticket.", "Kif jafu l-membri parlamentari sħabi - forsi l-pubbliku min qed jismagħna ma tantx jaf - aħna għandna erba` free tickets fis-sena.", "Jien prattikament lanqas biss nużahom għax nispiċċa nagħtihom kollha f'dan ir-rigward.", "Ngħid ukoll li diversi drabi sibt ukoll li għajnuna tal-ministru responsabbli f'dan ir-rigward, jiġifieri l-ministru għas-servizzi ekonomiċi, imma naħseb li ma għandniex noqogħdu nkomplu mexjin bis-sistema li dawn in-nies għandhom jiddependu fuq il-karita'.", "Jien naħseb li dawn in-nies għandu jkollhom skema speċifika, speċjalment meta jkunu sejrin it-tfal, biex għallinqas ikun hemm magħhom wieħed adult.", "Tista` tgħidli lili kif tifel ta' ħamsa, sitta jew seba' snin se jitla' waħdu barra l-pajjiż?", "F'każi bħal dawn il-ġenituri nfushom anki lesti li jissallbu u jmorru jiddejnu biex jakkompanjaw lil uliedhom.", "Jiena naħseb li dan m'huwiex punt kontroversjali iżda punt li kulħadd jaqbel dwaru u kollha kemm aħna għandna nuru x-xewqa tagħna illi f'dan ir-rigward tinħoloq skema.", "Dan mhux qed ngħidu biex ma nagħtux il-biljetti tagħna - jien nieħu pjaċir nagħtihom - imma b'liema dritt inġib kostitwent jiddependi fuqi jiena?", "Jiena kważi nistħi minn dawn in-nies, apparti li nitħassarhom.", "Għaliex dan għandu jiġi joqgħod jittallab għandi?", "Dment li din l-iskema ma ssirx, xorta min jitlobni se nibqa nagħtih mill-ftit li nista' noffri, iżda nispera li dan is- suġġeriment li qed nagħmel ta' l-inqas ma jaqax fuq widnejn torox.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi, Mr Speaker, kont diġa' qajjimtu meta konna qed niddibattu l-liġi dwar il-koperattivi.", "Kont semmejt każ fejn Lm10,000 kienu għaddew għand koperattiva mmexxija minn Joe Saliba, illum segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.", "Jiena kont għamilt diversi mistoqsijiet u xtaqt lil ministru jwieġeb dwar l-investigazzjonijiet li kien nbdew mill- board tal-koperattivi fi żmien gvern Laburista.", "Dawn l-investigazzjonijiet ma ġewx mitmuma minħabba l-elezzjoni bikrija ta' Settembru 1998 u jiena tlabt lil ministru biex ta' l-inqas jgħidilna jekk dawn l- investigazzjonijiet tkomplewx u jekk tkomplew x'irriżulta u jekk ma tkomplewx għaliex ma tkomplewx.", "Sal-lum għaddew 'il fuq minn ġimgħa u la ministru u lanqas is-segretarju ġenerali għadhom ma taw l-ebda tweġiba.", "Jekk m'hemm xejn ħażin u jekk m'hemmx xi ħadd li qed jipprova jaħbi, ta' l- inqas xi ħadd minnhom kellu jagħti spjegazzjoni.", "Naħseb l-iktar wieħed li qiegħed f'dover li jagħti spjegazzjoni huwa l-ministru responsabli mill- koperattivi, jiġifieri l-viċi prim ministru.", "Imma .issa ngħaddu għal punt ieħor, Sur President.", "Ftit ġimgħat ilu jien għedt li kienet waslitli informazzjoni li ċerti promozzjonijiet fl-armata ġew imwaqqfa minħabba li kien hemm persuna li kienet qed tagħmel pressjoni għax qalet li jekk ma teħux il-promozzjoni hi, ma jeħodha ħadd.", "U l-informazzjoni li kelli jien hi li l-proċess kollu tal- promozzjonijiet kien lest, intbagħat l-uffiċju tal-prim ministru iżda minn hemmhekk dan il-proċess ma baqax jiġi segwit.", "Saret mistoqsija parlamentari u tlabt spjegazzjoni, pero' fl-opinjoni tiegħi r-risposta għaliha xejn m'hi sodisfaċenti.", "Jien nixtieq nara għaliex il- promozzjonijiet fl-armata ġew imwaqqfa b'dan il-mod.", "Jekk hu veru illi l- promozzjonijiet fl-armata qed jinżammu minħabba persuna waħda, jiena ngħid li din hija inġustizzja fil-konfront tas-suldati kollha illi huma intitolati għal promozzjoni.", "Qed nistaqsi dan għaliex nixtieq ukoll illi ta' l-inqas is-suldati li jaħdmu b'tant sagrifiċċju, jingħataw spjegazzjoni.", "L-ispjegazzjoni mhux lili trid tingħata imma lil dawn in- nies.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq ċerti sitwazzjonijiet fl-area ta' San Giljan, Sur President.", "Kulmin bħalissa jgħaddi mad-dawra tal-baħar f'San Ġiljan, jista` jara li fil-promenade ta' San Giljan qed isir xogħol infrastrutturali bħalma sar fi żmien gvern Laburista f'Buġibba, Marsaxlokk, Wied il-Għajn, ix-Xlendi, Marsalforn u postijiet oħra.", "Gvern Nazzjonalista f'sentejn u nofs beda minn fejn il-fortizza u wasal sa ħdejn it-torri.", "Issa din is-sena beda minn ħdejn it-torri u se jkompli sa San Ġiljan.", "Għandna minn ħdejn it-torri sa ħdejn il-Balluta prattikament lest, well and good, anke jekk ix-xogħol dam sena sħiħa biex sar.", "Imma dan kollu qlajnieh issa li dieħel l-istaġun tas- sajf, issa li wasalna fiż-żmien li jibdew ġejjin it-turisti?", "Jiena naqbel illi għandu jsir l-iżvilupp f'dik l-area imma mhux isir issa li deħlin fl- istaġun tas-sajf.", "Issa ta' min jgħid li dan kollu qed isir meta għandna l-ministru tat- turiżmu li ġie jiftaħar li fix-xhur tas-sajf f'żoni turistiċi m'għandux isir xogħol ta' kostruzzjoni biex ma jkunx hemm inkonvenjenzi.", "Jiena naħseb li x-xogħol għandu jsir b'mod aktar mgħaġġel ħalli nilħqu nlestuh sakemm jidħol l-istaġun sajfi.", "Għallinqas għandna nieħdu tagħlima biex żbalji bħal dawn ma jerġgħux jiġu repetuti.", "Grazzi.", "Mr Speaker: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla 24 ta' Ġunju 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ŻEJTUN - ISTITUT PAOLO FREIRE", "26513.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid b'liema mod il- ministeru qed jgħin lill-istitut Paolo Freire fiż-Żejtun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ministeru qed jgħin lill-istitut Paolo Freire tal- Ġiżwiti b'dan il-mod.", "Fit-18 ta' Ottubru 2000 ġie ffirmat ftehim bejn l-ETC, il-literacy unit ta' l-universita` u l-istitut sabiex isir programm ta' literacy for employment.", "Permezz ta' dan il-programm, numru ta' nies qegħda qed jingħataw taħriġ biex jegħlbu l-problema ta' l-illitteriżmu.", "Dan it-taħriġ jikkonsisti f'xogħol intensiv individwalizzat f'sezzjonijiet ta' sagħtejn- il waħda, tliet darbiet fil-ġimgħa.", "Minbarra l-esperti u l- professjonisti li jagħtu sehemhom f'dan il-programm, hemm numru kbir ta' voluntieri li jippermettu li kull persuna tingħata attenzjoni fuq bażi individwali.", "Barra minn hekk, matul is-sena 2000 l-istitut ingħata Lm5000 mill-ministeru fuq rakkmandazzjoni ta' l-NGO project selection committee.", "L-istitut jaħdem qrib ħafna ta' l-aġenzija \"appoġġ\", b'mod partikolari mas- social workers ta' l-aġenzija li huma involuti f'ħidma fil-komunita` fil- Kottonera.", "Din il-kollaborazzjoni tinkludi taħriġ għall-voluntiera u l- istaff ta' l-istitut", "MCAST", "26514.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jikkonferma li hemm ħsieb li biex imexxi l-istitut tat- teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni ta' l-MCAST, se tiġi avviċinata persuna li se tiġi offruta offruta salarju ta' Lm 21,000 u li se tiġi rreklutata permezz tal-Maltacom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx fl-uffiċċju tiegħi, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN - ISTITUT PAOLO FREIRE", "26515.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna qed jingħata l-istitut Paolo Freire taż- Żejtun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Issa li twaqqfet il-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi, il-ministeru se jkun jista' jwettaq il-wegħda li kien għamel lill-istitut Paolo Freire li permezz tal-programm \"ħilti\", jagħti għajnuna f'forma ta' taħriġ lill-istaff ta' l-istitut.", "Barra minn hekk, il- fondazzjoni se tkun tista' tikkonsidra talba għall-għajnuna mressqa mill- istitut b'mod li jsir ftehim li permezz tiegħu jinxtara mingħandu servizz li jkun kompatibbli ma' aspetti tal-programm \"ħilti\".", "MAGĦTAB – IĠJENE", "26516.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'faċilitajiet jeżistu fil-Magħtab biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jieħdu ħsieb l-iġjene u s-saħħa tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-faċilita` ta' shower teżisti għall-ħaddiema li jaħdmu fil-miżbla tal-Magħtab.", "Dawn jingħataw sapun għall-użu personali tagħhom.", "MAGĦTAB – SAĦĦET IL-ĦADDIEM", "26517.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex tiġi ċċekkjata b'mod regolari s- saħħa tal-ħaddiema li jaħdmu l-Magħtab, peress li dawn jiġu f'kuntatt kontinwu mat-tinġis?", "Lill-ħaddiema kemm isirulhom eżamijiet mediċi b'mod regolari?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ħaddiema li jaħdmu fil- miżbla tal-Magħtab huma mlaqqma kontra t-tetanus, it-typhus u l-hepatitis B. Eżamijiet mediċi jsiru kull meta jkun hemm il-bżonn.", "Se jittieħdu passi biex il-ħaddiema jerġgħu jiġu eżaminati medikament.", "------------------------------"]} {"filename": "20020515_737d_par.doc", "date": "2002-05-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 737 L-Erbgħa, 15 ta' Mejju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 737", "L-Erbgħa, 15 ta' Mejju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "737", "L-Erbgħa, 15 ta' Mejju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 705", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 705", "TQEGĦID TA' KARTI 711", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (IT-TIENI QARI)", "EMPLOYMENT AND INDUSTRIAL RELATIONS BILL (SECOND READING) 711", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA (KUMITAT)", "THE ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION OF", "OFFICE) (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 717", "AĠĠORNAMENT 739", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 736 li saret fil-15 ta' Mejju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZ VETERINARJU - PROCESSED PRODUCTS PRICE COMPARISON", "31629.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kumpannija għamlet il-processed products price comparison li għamel id-dipartiment tas-servizz veterinarju?", "Meta sar dan ir-rapport?", "Meta tlesta u kemm sewa'?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sar studju dwar is-sectorial analysis of the Maltese beef and pork industry - tlesta fis-7 ta' Settembru, 2000 - mill-economic and management consultancy services Ltd li ġie jiswa Lm7,475.", "Għal raġunijiet ta' konfidenzjalita' għar-rigward ta' l-informazzjoni li taw dawk konċernati, ma nħossx li hu moralment ġustifikat li nippubblikaw ir-rapport.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kif jispjega l-fatt li fl-istess nifs li qed jintqal li l-levies ta' protezzjoni fuq prodotti tal-biedja se jitneħħew gradwalment mill-1 ta' Lulju li ġej, il-gvern beda jeżenta mid-dazju prodotti magħmula mil-laħam tal-majjal li l-industrija lokali tipproċessa lokalment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ma nistax nifhem eżattament x'inhi d- domanda ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Irridu nifhmu li għal kull settur partikolari tal-biedja jeżisti pjan u hemm propost li l-proċess gradwali tat-tneħħija tal-levies fuq il-laħam tal-majjal se jibda bejn l-1 ta' Lulju u l-aħħar ta' Diċembru ta' din is-sena.", "Meta bejn l-1993 u l-1994 ġie ppreparat programm ta' levies, kienu ġew stabiliti l-livelli u allura kilo laħam tal-majjal li jqum 80c - kif jipproduċieh ir-raħħal u kif joħroġ mill-biċċerija - kellna nagħmlulu levy ta' importazzjoni ekwivalenti għall-prezz tal-produzzjoni lokali, fis-sens li jekk il-majjal jinbiegħ mill-KIM 80c kull kilo, il-levy fuqu tkun ta' 80c.", "Issa jekk il-levy imqar tneħħi nofsha, xorta jibqagħlek imposta ta' 40c.", "Allura jekk ngħidu li l-majjal mill-Greċja jasal Malta 70c CIF - kif kienet il-pożizzjoni sa ħmistax ilu - u miegħu dan iżżidlu nofs il-levy li qegħdin nikkalkulaw, il-prezz jiġik Lm1.10 kull kilo, jiġifieri ogħla minn dak ta' Malta u allura ma jkunx jaqbillek li timportah minn barra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien napprezza dak li qed jispjega l-Ministru pero' il-mistoqsija tiegħi m'hijiex din.", "Filwaqt li qegħdin ngħidu lill-poplu, lill-industrijalisti u lill-importaturi li li se nibdew neżentaw gradwalment b'10% jew 20% ċerti prodotti, jirriżulta li minn dan ix-xahar l- eżenzjoni fuq ċerti prodotti illi nipproduċu lokalment qed tkun ta' 100%.", "(Interruzzjonijiet) Dan kollu joħroġ mill-Gazzetta tal-Gvern ta' l-10 ta' Mejju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nistax nifhem għalxiex qed jirriferi meta l- prodotti li nipproduċu lokalment m'hemmx levy fuqhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-Gazzetta tal-Gvern hemm il-ġambunella, il- mortadella u s-sausages u dawn kollha nipproduċuhom lokalment.", "Dawn huma eżentati.", "Jekk se noqogħdu nkissru s-settur mingħajr ma niċċaraw l- affarijiet, jew jekk se noqogħdu ngħidu li se neżentaw gradwalment u mbagħad neżentaw kollox f'daqqa .......", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Imma allura inti hawnhekk mhux qed tirriferi għad- dismantling tal-levies imma għall-exemption mil-levies, u hemm naqra ta' qabża bejn waħda u oħra.", "Qisek qed tagħmel comparison bejn qanpiena tal- knisja u qanpiena tal-bieb ta' barra!", "(Interruzzjonijiet)", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li meta hu kien ministru u kien responsabbli minn dan is-settur, id-direttur ta' l-agrikoltura kien itellagħlu kull tant żmien lista ta' prodotti li fuqhom tintalab exemption.", "Dawn ikunu prodotti li ma jsirux Malta u mbagħad id-direttur tal-biedja jipproponi li l-applikazzjoni - through il-ministru li jrid jinizjalaha - tmur għand il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi biex tingħata l-exemption.", "Għal dawn qegħdin ngħidu aħna u minnhom hemm ruxmata ta' prodotti, bħall- mortadella.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, onestament ma nafx għalfejn din il-burokrazija kollha li l- ewwel noqogħdu ngħidu li fuq dawn il-prodotti hemm levy imma mbagħad għax ma jsirux Malta nitolbu exemption.", "(Interruzzjonijiet) Le, jekk nipproduċuhom ma jistax ikun li tintalab exemption.", "Jekk hemm prodott li aħna ma nipproduċux u xi ħadd irid jimportah minn barra, jekk tagħmillu levy tkun qed tgħolli l-ħajja bla bżonn u ma tkunx qed tikkompeti mal- produzzjoni lokali.", "Din hija l-istorja u dan li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant assolutament m'għandux x'jaqsam mad-dismantling tal-levies.", "L-Onor.", "Farrugia qed jitkellem fuq prodotti li jiġu importati, prodotti li ma jsirux lokalment, u allura ssir talba mill-importatur lid-direttura ta' l-agrikoltura, din tiġi vverifikata mill-esperti tad-dipartiment, dawn jagħmlu r-rakkmandazzjoni lill-ministru tagħhom, il-ministru jiffirmaha, din tgħaddi għand il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi u finalment tingħata eżenzjoni mill-ħlas tal-levy.", "Pero' nerġa' ngħid li dan isir fuq prodotti li ma jsirux Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, waqt li lest li nieħu l-kelma tal- Ministru, jekk kemm-il darba jirriżulta li dawn il-prodotti qed jipproduċuhom lokalment tiġi rtirata l-eżenzjoni?", "Hekk qegħdin ngħidu?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi dubju dwar xi prodott nitolbu jgħidli l-isem tiegħu, imbagħad nivverifika u jekk ħarġet exemption nara għalfejn inħarġet.", "L-affarijiet dejjem hekk saru kemm illum kif ukoll meta l-Onor.", "Farrugia kien hu ministru responsabbli minn dan is- settur.", "Pero' nista' niggarantilu li kull direttur jagħmel ix-xogħol tiegħu bil-galbu - anke fi żmienu - u l-istess diretturi li kienu jaħdmu taħt l-Onor.", "Farrugia qegħdin jaħdmu miegħi llum.", "Qabel xejn dawn jafu li dan is-suġġett huwa delikat għall-aħħar u joqogħdu bil-lenti.", "F'każ li mbagħad tinqabeż xi ħaġa, il-ħlas tal-levy tintalab wara - u kien hemm okkażjonijiet fil-passat meta minħabba xi raġunijiet partikolari ġara proprju hekk - imma ejja nammettu li fuq dawn l-affarijiet hemm burokrazija sħiħa.", "Per eżempju, hemm ċerti exemptions fuq id-daqs tal-container, fis-sens li jekk prodott ikun kontenut f'bott ta' 150 cc dak tħallaslu l-levy, waqt li jekk jidħol f'landa ta' tliet galluni jew erba' galluni ma tħallasx levy.", "Jiġifieri għal kull prodott u għal kull size għandek storja.", "U meta persuna titlob l-eżenzjoni mil-levy, dawn id-dettalji kollu jiġu ċċekkjati rigorożament ħalli nassiguraw li l-ebda prodott li jiddaħħal ma jingħata eżenzjoni mil-levy biex ikun jista' jikkompeti ma' prodott magħmul lokalment.", "SERVIZZ VETERINARJU - PROCESSED PRODUCTS PRICE COMPARISON", "31630.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani jekk ġiex analizzat l-impatt ta' kif il- processed products price comparison li għamel id-dipartiment tas-servizz veterinarju se jaffettwa l-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet ta' l-ikel, peress li jirriżulta min dan ir-rapport li se togħla kemm-il materja prima ta' l-għalf tat-tjur u l-bhejjem u l- prodotti ta' l-ikel iproċessati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li kull studju li jsir hu relatat man-negozjati li se jsiru u nassigurah li qiegħed isir minn kollox biex il-ħajja mhux togħla izda torħos.", "KORDIN - FAĊILITA' KORRETTIVA - SERVIZZ TA' TABIB", "31631.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi f'Jannar u Frar fejn persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs, talbu għas-servizz tat-tabib jew għall- assistenza medika u dawn ingħatawlhom?", "Kemm ma ngħatawlhomx?", "Fil-każ li ma ngħatawlhomx, x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi matul ix-xhur taċ Jannar u Frar tas-sena 2002 kien hemm 744 talba minn priġunieri biex jaraw tabib.", "It-talbiet kollha ġew milqugħa.", "Minn dawn kien hemm 78 li wara li kitbu għat-tabib, meta issejħu biex jiġu eżaminati medikament irrifjutaw.", "Informat ukoll illi fl-istess perijodu kien hemm ukoll 122 talba taċ urġenza wara l-ħin normali tal-clinic.", "Dawn it-talbiet kollha ġew milqugħa.", "GĦAMMIERI - ART MIŻRUGHA", "31636.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'art fl-Għammieri, li ftit tal- ġimgħat ilu nżera' fiha l-qamħ, issa sar arranġament sabiex persuna partikolari li m'hijiex impjegata mad-dipartiment qed titħalla tiżra' ż- żriegħ tal-patata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiddispjaċini imma l-informazzjoni li ngħata l-Onor.", "Interpellant hi żbaljata għax l-ebda persuna privata ma żergħet patata f'xi art tal-gvern fl-Għammieri u wisq anqas f'xi art miżrugħa bil-qamħ.", "SANTA LUCIA - TRIQ IL-PRINJOLI", "31637.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li jkunu kkordinati aħjar ix- xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli f'Santa Lucija sabiex l-immaniġjar ta' l- ilma li jinżel f'Wied Garnaw ikun riabilitat bl-aktar mod sostenibbli u li jsebbaħ dawn l-inħawi tal-pajsaġġ tal-gżejjer tagħha?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "UE - SPECIAL SUPPLY MEASURES", "31638.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-industrijalisti li jimportaw il-materja prima ta' l-ikel ma ġewx informati li s-supply measures li l- gvern qed jinnegozja ma' l-UE ikopru biss kalkolu ta' kwantita' ta' l- importazzjoni attwali tat-tali prodott biss?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Tajjeb jingħad li fil-kuntest tan-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-kapitlu ta' l- agrikoltura, il-Gvern Malti fetaħ diskussjoni dwar special supply measures fuq numru ta' prodotti speċifiċi.", "Fil-fatt, tagħrif dwar dawn il-prodotti u dwar il-pożizzjoni ta' Malta fuq dan is-suġġett kienet ġiet ikkomunikata kemm lill-federazzjoni ta' l-industriji kif ukoll lill-kamra tal-kummerċ żmien ilu.", "Tajjeb jingħad ukoll li saru diskussjonijiet mas-SIMS kif ukoll fil-MEUSAC fejn l-industrijalisti kienu preżenti.", "ENEMALTA - PRICECLUB - SWATAR", "33325.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpless tal- priceclub fis-Swatar għadu jingħata s-servizz ta' l-elettriku mill-Enemalta meta l-istabiliment ta' Raħal Ġdid, li kien għand din il-kumpannija, inqatagħlu s-servizz minħabba kontijiet pendenti li l-kumpannija priceclub għandha ma' l-Enemalta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta qatgħetx is-servizz ta' l-elettriku ta' l-abitazzjoni personali tas-sidien u d-diretturi tal-kumpannija priceclub meta dawn naqsu milli jħallsu lill-Enemalta dak li hu dovut lilha?", "Jista' jgħid jekk is-sena l-oħra l-Enemalta qatgħetx il-provvista ta' l- elettriku lis-supermarket priceclub ta' Luqa Road, Paola, minħabba kontijiet pendenti?", "Jista' jgħid jekk ingħata s-servizz lura, kienx għax sar il-ħlas dovut lill-Enemalta?", "Jekk le, jista' jgħid min ta l-ordni biex tingħata l-provvista, jekk ingħatat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-korporazzjoni Enemalta ma tistax tieħu l-passi neċessarji biex taqta' l-provvista ta' l-elettriku lill- istabiliment tal-priceclub li jinsab fis-Swatar peress li s-substation li jissupplixxi l-elettriku lill-istabiliment jinstab mibni proprju fl-istess stabiliment u minħabba proċeduri legali m'huwiex possibbli li l-impjegati tal-korporazzjoni jidħlu fil-post biex tiġi sospiża l-provvista.", "Tajjeb jingħad li l-korporazzjoni rat jekk tistax tissospendi l-provvista minn ring fil-viċinanza tas-substation, pero' irriżulta li jekk dan isir is- sistema ta' l-elettriku għall-konsumaturi l-oħra jonqsilha ħafna mir- reliability tagħha u għalhekk mhux ġust li jbatu terzi persuni intortament.", "Madanakollu l-korporazzjoni xorta waħda għadha qed tagħmel sforzi biex il- kurrent jiġi sospiż.", "Il-liġi ma tippermettix li jinqata' l-kurrent elettriku domestiku tad- diretturi fuq dejn ta' entita' oħra meta quddiem il-liġi dawn huma żewġ elementi separati.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Membru li ma jkunx prudenti li jingħata tagħrif kummerċjali dwar klienti tal- korporazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Il-Ministru qed jgħid li ma jistax jagħti informazzjoni minħabba li din hija informazzjoni kummerċjali.", "Jista' jgħid jekk is-sena l-oħra kienx hemm każ fejn l-istess stabiliment inqatagħlu s- servizz ta' l-elettriku mill-Enemalta u wara ftit reġa' ingħatalu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li s-sena l-oħra kien hemm ħafna xnigħat li l-priceclub kien f'diffikultajiet, l-Enemalta ħadet il-passi mill-ewwel biex tiżgura li titħallas għas-servizzi li tat u għalhekk kien hemm sospensjoni ta' l-elettriku għal aktar minn darba fuq il-premises tal- priceclub.", "Sussegwentement intlaħaq qbil dwar il-pagamenti u meta l- kontijiet pendenti kienu ġew settled, reġa' kien hemm reconnection.", "Peroċ wara xi xhur irriżulta li l-kumpannija kienet reġgħet waqgħet lura - naturalment mhux bl-ammonti dovuti fil-bidu, li kienu ammonti sostanzjali - u reġgħu bdew il-proċeduri biex l-Enemalta tirkupra flusha.", "Sadanittant kulħadd jiftakar illi kien hemm tentattivi minn kull naħa biex tinstab soluzzjoni għall-priceclub, kumpannija li kienet timpjega madwar 400 ruħ, u f'dik il-fażi nħass li jekk wieħed jaqta' id-dawl ikun qed jisforza l-għeluq permanenti ta' dik il-kumpannija.", "U allura l-prudenza kienet titlob li l-Enemalta tieħu l-passi kollha, peroċ passi li ma jkunux iwasslu għal sitwazzjoni fejn tkun hi li tkun ikkaġunat l-għeluq tal- priceclub, naturalment sakemm kien għad hemm tentattiv għaddej illi tinstab soluzzjoni.", "Meta finalment dan l-istabiliment falla, l-Enemalta ħadet il-passi normali biex tirkupra dak li huwa dovut lilha u f'diversi każi qatgħet id-dawl meta kien ċar li ma kienx hemm mod ieħor kif wieħed għandu jimxi.", "Dak iż-żmien ma kienx hemm permess biex wieħed seta' jidħol fil-bini tas-Swatar u dan wassal għal ċerta diffikulta' biex hemmhekk jinqata' id-dawl mingħajr ma ssir ħsara lil ħaddieħor li intortament jispiċċa jbati b'riżultat ta' dak il-qtugħ.", "Bħalissa qegħdin isiru t-tentattivi biex din is-sitwazzjoni tkun tista' tiġi riżolta għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li s-sena l-oħra kien hemm perjodu fejn is-sidien tal-priceclub ma ħallsux il-kontijiet dovuti lill-Enemalta u xorta waħda ngħataw is-servizz ta' l-elettriku?", "U dan apparti li jien għandi informazzjoni li meta xi ħadd ikollu substation, dak li jkun jista' jġib iċ-ċwievet mingħand il-pulizija u bi dritt jidħol u jaqta' il-provvista ta' l-elettriku.", "Fil-fatt kien hemm każi fejn ġara hekk avolja kien hemm kwestjonijiet legali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Skond l-informazzjoni li għandi jien, il-proċeduri legali li hemm għaddejjin ma ppermettewx li dan iseħħ, anke fil-kuntest li hemm xi prodotti li jistgħu jispiċċaw għax jiddependu mill-provvista tad- dawl.", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta dawn l- affarijiet għax jien ġejt assigurat mill-korporazzjoni Enemalta li l- avukati tagħha qed jagħmlu minn kollox biex jippruvaw jaslu għal soluzzjoni.", "Jiena ċert li kieku kien hemm mod kif wieħed kien jasal biex jaqta' id-dawl għax ma tħallasx il-kont - kif l-Onor.", "Interpellant qiegħda tintima li għandu jsir - dan kien iseħħ, imma l-proċeduri legali wasslu biex din l-azzjoni titwaqqaf.", "Naturalment we are ruled by the law u għalkemm forsi kultant wieħed ma jkunx jaqbel mad-deċiżjonijiet li jittieħdu, m'huwiex lok li korporazzjoni bħall-Enemalta tmur kontra l-liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li m'huwiex skond in- norma li l-Enemalta setgħet tieħu ċ-ċwievet tas-substation u flimkien mal- pulizija tidħol f'dan l-istabiliment u taqta' l-provvista ta' l-elettriku.", "Infakkar ukoll lill-Ministru li t-tieni parti tal-mistoqsija kienet qed tirriferi għas-sidien u d-diretturi u mhux għad-diretturi biss.", "Sur President, lili ġie jkellimni sid ta' grocer żgħir fiż-Żejtun u qalli li meta hu ma ħallasx il-kont ta' l-elettriku tal-ħanut, l-Enemalta qatgħetlu l-elettriku tad-dar fejn joqgħod.", "Imma issa għadu kemm intqal li ma jistgħux jaqtgħu d-dawl tad-diretturi għax ikunu qed jidħlu fuq entita' oħra.", "Peress li dawn huma the personal owners, bħal dak l-owner tal-grocer fiż-Żejtun li semmejt, għaliex ma tapplikax l-istess ħaġa fil-każ tas- sidien illi ma ħallsux il-kontijiet kollha ta' l-Enemalta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirrimarka li wara li nqum nirrispondi, l-Onor.", "Interpellant qiegħda kull darba tagħti l- interpretazzjoni tagħha ta' dak li nkun għedt jien.", "Naturalment hemm differenza għax kultant wieħed ipoġġi ċertu kliem ...", "(Interruzzjonijiet) Jien nuża kliem meqjus u meta xi ħadd ieħor iqum biex jagħmel mistoqsija u minflok joħroġ jinterpreta dak li nkun għedt jiena, dik l-interpretazzjoni jien ma noqgħodx fuqha imma noqgħod biss fuq dak li nkun għedt jiena.", "Jiena hawnhekk m'iniex qiegħed biex il-kliem tiegħi jiġi b'xi mod interpretat.", "(Interruzzjonijiet) Jien ir-risposta tiegħi tajtha qabel ma l-Onor.", "Membru tat l-interpretazzjoni tagħha u noqgħod fuq dak li għedt jien.", "Dwar dak li qed tgħid l-Onor.", "Interpellant, jekk dak li jkun għandu grocer trid tara b'liema mod qiegħed inkorporat dak il-grocer.", "Għax jekk inhu inkorporat bħala business separat u allura qiegħed bħala limited liability, dak mod ieħor u hawnhekk hekk qegħdin ngħidu fuq id-diretturi.", "Jekk m'huwiex limited liability pero' huwa każ illi rreġistrah f'ismu u qed imexxi l-kummerċ f'ismu, allura l-meter huwa rreġistrat fuq dak l-individwu u dak l-individwu huwa ħaġa differenti mis-sistema tal-limited liability.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant tkun aktar speċifika, wieħed ikun jista' jsegwi aħjar.", "Hawn tajjeb ngħid li l-korporazzjoni Enemalta qiegħda tittratta wkoll każi fejn ma jkunux tħallsu l-kontijiet tad-dawl fuq ċerti siti li b'xi mod jgħaddu għand ħaddieħor u dawn ta' l-aħħar jippretendu li d-dawl jerġa' jingħata lilhom qisu ma kien xejn.", "Din toħloq problema u allura wieħed irid isib mod kif jista' jnaqqas dan l-abbuż, għax dan huwa abbuż.", "Il-bord ta' l-Enemalta qed jikkonsidra li meta jiġru każi bħal dawn, l- ewwelnett ma terġax tirrinstalla d-dawl once li jkun ġie maqtugħ imma tibdel is-servizz.", "Jiġifieri dak il-meter li ma jkunx tħallas ikollu jinqala' u l-konsumatur ikollu qisu jħallas għal servizz ġdid biex nevitaw il-problema li rridu nammettu kultant tinqala'.", "Għax ġieli jkollok premises kummerċjali, itellagħlek xi kont kbir, jibdel l-idejn u qisu ma ġara xejn, u mbagħad trid terġa' tagħti d-dawl u tibqa' għaddej bil- kontijiet meta fuq l-istess premises is-servizz li jkun qed jingħata kien veru simili ta' qabel, għax jekk kienu qed jinbiegħu oġġetti ta' supermarket jew ta' grocer qed jerġgħu jinbiegħu oġġetti ta' supermarket jew ta' grocer, pero' issa mhux mingħand l-istess kumpannija imma mingħand kumpannija oħra.", "Naturalment dan it-tip ta' logħob ma jagħmilx sens.", "It-tieni ħaġa li qed tipprova tagħmel l-Enemalta hi li f'dawn il-każi, speċjalment ta' premises kummerċjali, il-korporazzjoni titlob bil-quddiem deposit li jkun ikopri għallinqas cycle wieħed biex hi ma tinqabadx f'din is-sitwazzjoni.", "Għax finalment m'huwiex ġust li wieħed iħalli cycle wara l- ieħor, jinqatagħlu d-dawl, is-sid ta' dak l-istabiliment jinbidel u trid terġa' tagħti d-dawl fuq l-istess meter.", "Jien jidhirli li din il-proċedura għandha twassal għal sitwazzjoni aktar regolata u jkun għas-sodisfazzjon ta' kulħadd li niżguraw li l-poplu Malti ma jiġix ingannat minn min ikun irid jinganna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hekk koprejna l-mistoqsijiet kollha li jidhru fuq l- order paper.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 111 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir-regolamenti dwar skemi ta' investiment kollettiv (income minn investiment); u", "Avviż Legali Nru 112 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 dwar l-avviż ta' oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "EMPLOYMENT AND INDUSTRIAL RELATIONS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Mejju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru huwa in possession of the House u għalhekk nitolbu biex, jekk jogħġbu, ikompli bil-winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, meta dalgħodu kont qed nagħmel l-introduzzjoni għal dan il-winding up, kont qed ngħid li effettivament, li kieku kelli nagħsar il-kritika li saret min-naħa ta' l-oppożizzjoni waqt id-dibattitu li sar fl- istadju tat-Tieni Qari, kont naqsam din il-kritika fi tliet punti.", "L-ewwel punt huwa dak li għamlet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro meta kienet qed twieġeb għall-introduzzjoni li għamilt jien għal dan l-abbozz ta' liġi fejn għamlet il-kritika li dan l-abbozz ta' liġi ressaqnieh wara li ilna 12- il sena fil-gvern - u m'għedtx \"14-il sena\", kif qalet hi, għax matul sentejn minnhom kien hemm fil-gvern il-partit Laburista.", "Jien nirrispondi din il-kritika billi ngħid li l-gvern Nazzjonalista, mill-1987 'l hawn, kien imħabbat ħafna biex iġib lil dan il-pajjiż fuq saqajh.", "Irrid ngħid ukoll illi kieku fassalt dan l-abbozz ta' liġi fl-1987, kif qaltli li kelli nagħmel l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, kont insib problema biex nirregola l- korpi li writna minn żmien il-gvernijiet Laburisti, fosthom il-korp ta' Dirgħajn il-Maltin u l-korp tal-Pijunieri.", "Għaliex?", "Għax kont insibha bi tqila biex indaħħal fil-liġi artikli li jgħidu li min jaħdem f'dawn il- korpi ma jistax ikun membru f'union u huwa soġġett għad-dixxiplina militari.", "Immaġinaw il-problemi kbar li kienu jinqalgħu kieku fassalna dan l-abbozz ta' liġi fl-1987 u mhux illum, wara li l-pajjiż irnexxielu jinbidel mill-għeruq tiegħu matul dawn l-aħħar 14-il sena!", "Irrid ngħid ukoll li x-xogħol li sar matul dawn l-aħħar 14-il sena biex dan il-pajjiż jiġi fuq saqajh u jinbidel mill-għeruq kien kbir ħafna, u naħseb li hija kritika mill-iktar inġusta u skorretta li wieħed jgħid li kellhom jgħaddu 14-il sena biex inressqu dan l-abbozz ta' liġi quddiem il- Parlament, bħallikieku matul dawn l-aħħar 14-il sena aħna bqajna b'idejna fuq żaqqna u bħallikieku matul dan il-perijodu ma sar xejn għall-qasam ta' l-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali.", "Illum aħna nistgħu nitkellmu fuq id-drittijiet ġodda tal-ħaddiema biss għaliex l-ambjent ekonomiku preżenti jippermettielna li nagħmlu dan il-pass importanti 'l quddiem.", "Immaġinaw li kieku matul dawn l-aħħar 14-il sena - li 12-il sena minnhom kienu mmexxija minn gvern Nazzjonalista - ma sarx l-investiment li pajjiżna kellu bżonn fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-enerġija f'pajjiżna, fosthom permezz ta' power station ġdida!", "Immaġinaw li kieku matul dawn l-aħħar 14- il sena ma sarx l-investiment li pajjiżna kellu bżonn fil-qasam tal- produzzjoni ta' l-ilma!", "Immaġinaw li kieku matul dawn l-aħħar 14-il sena ma sarx airport ġdid li llum, għall-grazzja t'Alla, jista' jiġi pprivatizzat biex iġib iktar ġid għal pajjiżna!", "Immaġinaw li kieku matul it-12-il sena li l-partit Nazzjonalista għamel fil-gvern ma nvestiex miljuni kbar ta' liri biex f'pajjiżna jkollna sistema ta' telekomunikazzjoni ġdida!", "Immaġinaw li kieku ma sarux dawn l-affarijiet u tant affarijiet oħrajn, li fetħu opportunitajiet ġodda ta' xogħol fis- setturi differenti li għandna fil-pajjiż u li bis-saħħa tagħhom is-settur privat żviluppa u ħoloq eluf kbar ta' postijiet tax-xogħol!", "Għalhekk din il-kritika li għamlet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro kienet inġusta totalment.", "Kien hawn min qalli li donnha x-xemx telgħet minn mindu ppreżentajt dan l- abbozz ta' liġi jien.", "Fil-fatt jien stess għedt li m'huwiex hekk meta kont qed nintroduċi dan l-abbozz ta' liġi, u fil-white paper hemm miktub ċar u tond li dan l-abbozz ta' liġi huwa biss parti minn proċess sħiħ ta' żvilupp, b'liema proċess, għall-grazzja t'Alla, illum pajjiżna wasal biex jieħu pass importanti li f'pajjiżna ilna niddiskutuh għal diversi snin.", "Biex nirrispondi għall-kritika ta' kemm domna biex ressaqna dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-Parlament, irrid nagħmilha ċara wkoll li l-proposti waslu għandi mingħand il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali f'Mejju tas-sena 2000.", "Għalkemm id-diskussjoni nazzjonali dwar din l-issue kienet ilha għaddejja għal diversi snin, anke permezz ta' seminars, il- proposti ta' l-imsieħba soċjali waslu għandi uffiċjalment f'Mejju tas-sena 2000, u f'Diċembru tas-sena 2001 jien ippubblikajt il-white paper.", "Fi kliem ieħor jien, f'isem il-gvern li nifforma parti minnu, ħadt 20 xahar biex nagħrbel il-proposti li kelli f'idejja, inqabbilhom mal- konvenzjonijiet internazzjonali li Malta diġa' hija membru tagħhom u nġibhom in line mal-wegħdi li għamel il-partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu.", "Għalhekk nista' ngħid li jien ittraduċejt il-proposti li wasluli fi proposta leġislattiva - liema proposta leġislattiva ma kenitx tikkonsisti biss f'abbozz ta' liġi imma wkoll f'avviż legali - f'20 xahar.", "Il-partit Laburista għamel fil-gvern 22 xahar, imma l-gvern li nifforma parti minnu jien, f'perijodu ta' 20 xahar irnexxielu jittraduċi proposti konkreti mill-imsieħba soċjali fi proposta leġislattiva li issa qed tiġi diskussa f'dan il-Parlament.", "Għalhekk lil min jakkuża lil din in-naħa tal- Kamra li damet 20 xahar biex tressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem il- Parlament, jien nirrispondih billi ngħidlu: Il-partit Laburista għamel 22 xahar fil-gvern u minn dan kollu m'għamel assolutament xejn!", "Fil-fatt, biex inkun preċiż, matul it-22 xahar li l-partit Laburista għamel fil- gvern, ma sar xejn ħlief seminar, li ta' min jgħid illi dan is-seminar kien ripetizzjoni ta' seminar ieħor li kien sar fl-1994.", "Għalhekk il-kritika li saret li l-gvern Nazzjonalista dam ma ressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-Parlament iktar u iktar m'hijiex ġusta.", "Apparti minn hekk, Mr Speaker, nixtieq nenfasizza li dan l-abbozz ta' liġi huwa riżultat ta' konsultazzjoni mill-iktar wiesgħa u mill-iktar fonda li l- liġi Maltija qatt kellha fl-istorja tagħha.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax, per eżempju, wieħed kif jista' jispjega l-fatt li wara li nġabru s- suġġerimenti u l-opinjonijiet li saru mill-imsieħba soċjali kollha f'white paper, din il-white paper ġiet ippubblikata, ingħata perijodu ta' xahrejn biex kulmin irid, jirreaġixxi għal din il-white paper u rrispondew għaliha 33 organizzazzjoni, assoċjazzjoni, union u employer?", "Naturalment dan apparti l-e-mails li ntbagħtu biex dak li jkun, juri r-reazzjonijiet tiegħu dwar din il-white paper, u apparti l-fatt li, kif diġa' għedt fl- introduzzjoni tiegħi għal dan l-abbozz ta' liġi, il-500 kopja li stampajna ta' din il-white paper, inħatfu fl-ewwel tlett ijiem u ġew downloaded iktar minn 5,000 kopja tagħha mill-website tagħna.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi huwa riżultat ta' konsultazzjoni mill-iktar wiesgħa u fonda li pparteċipa fiha kulħadd, ħlief il-partit Laburista, u nerġa' nirripeti għal darba, darbtejn, tlieta, illi li niġi hawnhekk u nisma' t-tip ta' kritika li smajt matul dan id-dibattitu min-naħa ta' l-oppożizzjoni, li hi stess għażlet li ma tikkummenta xejn, lanqas wara l-pubblikazzjoni tal-white paper ...", "Hawnhekk irrid infakkar lill-Kamra li l-oppożizzjoni diġà vvotat kontra tagħha għax meta jien ressaqt l-Ewwel Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi - dan kien tlett ijiem qabel is-seduta li saret lejlet l-1 ta' Mejju - kien hemm il-vot tal-le ta' l- oppożizzjoni.", "Issa se jkun hemm il-vot tal-le wkoll għat-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "L-ispjegazzjoni ta' din il-kontradizzjoni storika tal-Partit Laburista għal dan l-abbozz ta' liġi ma ħarġitx f'dan id- dibattitu, anzi nirrepeti dak li għidt dalgħodu li joħroġ bl-aktar mod ċar li l-partit Laburista m'għandux il-kuraġġ morali li ħaġa tajba jgħidilha tajba imma jara kif jagħmel biex ħaġa tajba jgħawwiġha u jdawwarha b'tali mod u manjiera li jispiċċa jgħid li hija ħażina u allura jivvota kontra tagħha.", "Jien dan ir-raġunament ma nistax nifhmu u din il-kritika nirribattiha bl-aktar mod qawwi.", "It-tieni kritika li saret fil-konfront ta' din il-liġi nġabret fl-intervent li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fis-seduta ta' dalgħodu.", "Jien anke hawnhekk immeraviljajat ruħi to the extent li se nasal biex nagħmel statement.", "Jien nissuspetta bil-qawwi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma qarax il-liġi bħalma ma qarax il-white paper jiġifieri ma jafx x'kontenut fihom dawn.", "Dan huwa suspett għax ma jkunx ġust li nagħmel statement imma ma nistax nifhem kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni wasal biex igħid li din il- liġi ma tirrappreżentax viżjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp soċjali.", "Ma tirrappreżentax viżjoni fl-iżvilupp soċjali!", "Minn fejn ħariġha din meta prattikament din il-liġi tirrispondi għall-isfidi ewlenin li ġew identifikati minn esperti Maltin u barranin - dawn huma l-isfidi ewelenin ta' l-ekonomija u tas-soċjetà Maltija tal-lum u l-isfidi li se jkollna fis-snin li ġejjin - u tirrispondi wkoll, bl-aktar mod konkret u qawwi, miżuri li tista' tispeċifikahom waħda waħda?", "Din il-liġi qed tintroduċi 23 miżura ġdida proprju biex twieġeb għall-isfidi li ġew identifikati li għandu pajjiżna llum.", "Għandi għalfejn nirrepeti dak li għedt fl-introduzzjoni tiegħi għal din il-liġi?", "Donnu li f'dan il- Parlament nitkellem ma' siġġijiet vojta.", "L-interventi ta' back benchers oħrajn nieħu nota tagħhom u jekk inkun nista', nirrispondi imma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u nagħti valur lill-intervent tiegħu.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni hawnhekk u jgħidli li din il-liġi ma tirrappreżenta - se nuża l-kliem tiegħu - ebda viżjoni dwar ir-ristrutturar.", "M'hu qed nirrappreżentaw ebda viżjoni dwar ir-ristrutturar bl-introduzzjoni tal-miżuri li qed nagħmlu!", "Kif jista' jkun li jingħad dan meta nafu li fil-proċess ta' ristrutturar illum l-ekonomija Maltija li żviluppat u qed timmodernizza lilha nnifisha ̧ qed iddaħħal sistemi ġodda hi stess li jinkludu l-parental leave ̧ ir- reduced hours u aktar xogħol lejn il-qasam tal-part-time?", "Din il-liġi tipprovdi dawn il-protezzjonijiet inkluż il-protezzjoni li l- ħaddiema barranin li jkunu qed jaħdmu b'mod legali ̧ ma tistax issir diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom; li ma jistax ikun hemm forma ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u li m'għandux ikun hemm fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn il-miżuri kollha li jinkludu li employer li jkun qed joffri opportunitajiet jew ta' żvilupp ta' karriera jew ta' investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema tiegħu ̧ se jkun obbligat, permezz ta' din il-liġi ̧ li joffri dawk l-opportunitajiet ̧ inkluż ta' taħriġ, lill-ħaddiema kollha inkluż dawk li qed jaħdmu b'kuntratt definit u b'kuntratt part-time.", "Allura dawn mhumiex tweġiba konkreta għall-isfidi li għandu pajjiżna llum fil-proċess ta' l-immodernizzar li għaddej minnu f'dan il-kontest globalizzat li qed niffaċċjaw!", "Issa nixtieq infakkar x'għidt jien fl-introduzzjoni tiegħi.", "Donnu li malli ssemmi l-Unjoni Ewropea ̧ tkun qed ittektek xi darsa tal-membri ta' l- oppożizzjoni.", "Din hija xi ħaġa ta' l-għaġeb!", "Jien infakkar li f'Ottubru li għadda ġie ppubblikat rapport li aħna sejjaħnielu l-joint assessment paper.", "Dan ir-rapport sar minn esperti Maltin flimkien ma' esperti mill- Unjoni Ewropea biex flimkien jagħmlu analiżi tas-suq tax-xogħol, tar- realtajiet tax-xogħol u tar-realtajiet soċjali f'pajjiżna u nidentifikaw x'inhuma l-isfidi ewlenin tal-lum u x'inhuma l-isfidi li se jkollna fis- snin li ġejjin.", "Jien dawn elenkajthom fl-introduzzjoni tiegħi u għidt li hemm bżonn li nirrikonoxxu li ndaħħlu kultura ta' żieda fil-flessibilità tagħna biex inkunu nistgħu ntejbu l-kompetittività.", "Il-flessibilità ma ġġibhiex bil-paroli imma ġġibha billi tinvesti fit-taħriġ, billi tinkoraġġixxi u fejn hemm bżonn tobbliga lill-employers biex jekk se jħarrġu lill-ħaddiema tagħhom, l-opportunitajiet tat-taħriġ jiftħuhom għall-ħaddiema kollha li jkunu qed jaħdmu magħhom inkluż il-part-timers u dawk li qed jaħdmu b'kuntratt definit.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq il-bżonn ta' investiment akbar fit-taħriġ tar- riżorsi umani.", "Anke hawnhekk, il-parti tat-taħriġ hija koperta f'diversi klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Nerġa' ntenni li nissuspetta li ħafna mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni li ntervjenew fid-dibattitu ta' dan l- abbozz ta' liġi jew ma qrawx il-liġi jew ma fehmux il-kontenut tagħha.", "Jien kelli nintervjeni tlieta, erbgħa u ħames darbiet biex nagħmel xi korrezzjonijiet u kieku bqajt sejjer hekk kien ikolli nintervjeni l-ħin kollu.", "Jien intervjenejt bil-permess li ngħatali kull darba mill-kelliem tan-naħa l-oħra peroċ kull darba kelli nikkoreġi affarijiet li ġġib għajnejk wara widnejk meta tismagħhom.", "Per eżempju ̧ kelliem minnhom qal li din il-liġi qed tintroduċi r-refrigeration bħala essential service.", "Kelliem ieħor qal li l-ETC qed taqta' n-nies u m'hemmx dritt ta' appell.", "Jien inġib għajnejja wara widnejja meta nisma' dawn l-affarijiet u ngħid: Imma nafu fuqhiex qed nitkellmu!", "Jien ma nixtieqx intawwal fuq dan il- punt għax dalwaqt isir il-ħin.", "Sfida oħra li din il-joint assessment paper indikat hija l-bżonn li f'pajjiżna nenfasizzaw ħafna iżjed il-qasam vokazzjonali.", "Kif għidt fl- introduzzjoni tiegħi ̧ wieħed ma jridx jara din il-liġi waħedha imma jrid jaraha bħala parti minn mużajk li tagħti stampa ħafna aktar sħiħa ta' l- istrateġija tal-gvern f'dan il-qasam.", "Ma tistax tara din il-liġi mingħajr ma żżomm quddiem għajnejk l-inizjattivi li ħa l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor.", "Louis Galea, bit-twaqqif tal-kulleġġ vokazzjonali.", "Aħna t-tnejn ħadna inizjattivi oħrajn ukoll biex inwaqqfu l-kunsill li jiċċertifika ċ- ċertifikazzjoni vokazzjonali f'pajjiżna ̧ dawk li jissejħu l-NVQs.", "Nixtieq insemmi wkoll l-investiment qawwi li qed jagħmel dan il-gvern bi flus record li qed jivvota lill-ETC.", "Din qatt ma saret kemm ilha mwaqqfa l-ETC.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar l-ETC ingħatat id-doppju ta' dak li kienet tingħata fis-snin ta' qabel.", "Sur President, kienu rrikkmandawlna li nattakkaw l-abbużi soċjali biex noħorġu l-hidden unemployment fil-beraħ għax b'hekk inti tkun tista' tipproteġi lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax- xogħol, xi ħaġa li għamilna f'dawn l-aħħar sentejn.", "Rajna li l-ETC tirfina l-ħidma tagħha fil-qasam sħiħ tad-dinja tax-xogħol ħalli tgħin lil dawk li qed ifittxu x-xogħol isibu xogħol li jkun addattat għalihom kemm jista' jkun malajr.", "Waħda mill-funzjonijiet ta' l-ETC hija li tħarreġ lil dawn l- individwi u tidentifika x'inhuma l-kapaċitajiet tagħhom ħalli żżidhomlhom.", "Naturalment hemm imbagħad l-isfida l-oħra tal-bżonn taż-żieda tal- parteċipazzjoni tal-ħaddiema kollha Maltin, kemm irġiel kif ukoll nisa, pero' b'mod partikolari kellna l-isfida li nżidu r-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa Maltin fil-ħolqien tal-ġid għal pajjiżna.", "Anke hawnhekk ̧ din il- liġi tirrispondi għal din l-isfida b'miżuri konkreti.", "Allura kif jiġi l- Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħid li din hija liġi bla viżjoni!", "Liġi bla viżjoni għax hu ma qrahiex u għax lanqas jaf x'fiha!", "Anke fl-intervent tiegħu, l-aktar kritika inġusta u skandaluża kienet meta qal li din il- liġi hija neo-liberali.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni joħroġ b'dawn il-frażijiet u b'dawn l-aġġettivi bl-irħis imbagħad meta tfittex ma ssib assolutament xejn jew inkella ssib li huma aġġettivi mixħutin bl-addoċċ.", "Per eżempju, dan qal li din il-liġi hija neo-liberali.", "Issa ftit qabel ma dħalt f'din il-Kamra sibt li kienet saret konferenza ntitolata: \"A short history of neo-liberalism - 20 years of elite economics and emerging opportunities for structural change.\"", "Din wieħed jista' jsibha fuq l-internet.", "Per eżempju, f'intervent li kien sar fil-Conference on Economic Sovereignty in a Globalising World f'Bangkok, fl- 24 ta' Marzu ta' l-1999, ingħatat din id-definizzjoni tan-neo-liberaliżmu:", "\"The whole point of neo-liberalism is that the market's mechanism should be allowed to direct the fate of human beings.\".", "Il-punt kollu tan-neo-liberaliżmu huwa li s-suq jiddetermina hu d-destin tal-bniedem.", "Issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed igħid li din il-liġi qed tagħti l-poter lis-suq biex jiddetermina hu d-destin tal-Maltin li qed jaħdmu fid-dinja tax-xogħol.", "Jista' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħidli minn fejn ġabha din?", "Dan kif jista' jagħmel din l-akkuża jekk f'din il-liġi qed indaħħlu l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ̧ il- leave għall-ġenituri ̧ il-leave urġenti minħabba bżonnijiet familjari, iż- żieda fil-protezzjoni tal-paga privileġġjata tal-ħaddiema, it-twaqqif tal- Fond ta' Garanzija ̧ il-protezzjoni għal min jaħdem b'sigħat imnaqqsa, il- protezzjoni għall-part-timers, protezzjoni akbar għal min jaħdem b'kuntratt fiss, protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni ̧ protezzjoni kontra l-fastidju sesswali ̧ protezzjoni għall-ħaddiema barranin, protezzjoni kontra d- diskriminazzjoni, drittijiet akbar għal informazzjoni għall-ħaddiema ̧ protezzjoni akbar f'każijiet ta' tkeċċija ̧ protezzjoni f'każ ta' sensji kollettivi ̧ protezzjoni f'każ ta' mergers ta' negozji lill-ħaddiema, protezzjoni f'każ ta' trasferiment ta' negozji, poteri akbar lit-tribunal industrijali ̧ dritt ta' appell mid-deċiżjonijiet tat-tribunal industrijali fuq punti ta' liġi, funzjoni ġdida u aktar wiesgħa lil-Labour Board, sistema aktar effiċjenti ta' konċiljazzjoni, dritt ġdid mogħti lill- ħaddiema li jaħdmu f'servizzi essenzjali biex ikunu jistgħu jieħdu t-tilwim tagħhom quddiem it-tribunal industrijali u possibilità ta' estensjoni ta' dawn id-drittijiet kollha lill-ħaddiema kollha tal-gvern?", "Allura jista' l- Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħidli x'hawn hawnhekk li qed jagħti d-dritt li s- suq jiddetermina d-destin tal-ħaddiema Maltin li huwa qed jiddeskrivi bħala neo-liberali?", "Jien nirrispondih u ngħidlu li la għamel dak l-aġġettiv lanqas biss qara l-liġi, ma jafx x'fiha u issa se jivvota kontra tagħha mingħajr mhu qed jirrealizza l-mument storiku li din il-liġi qed tirrappreżenta li huwa frott ta' ħidma li saret għal snin twal minn gvernijiet differenti u minn ministri differenti ̧ li ma ddejjaqtx nirrikonoxxihom.", "Fl-introduzzjoni tiegħi għall-white paper jien irrikonoxxejt li qed nibnu fuq dak li sar fil-passat imma mhux tiġi hawnhekk u taqleb id-dinja ta' taħt fuq!", "L-oppożizzjoni l-abjad qed tgħidlu iswed u l-iswed qed tgħidlu abjad!", "Ma nistax nifhem jien!", "Sur President, din hija liġi li tirrappreżenta dawk il-valuri li aħna nemmnu fihom; il-valuri demokristjani ̧ il-valuri li jorbtu madwar il- familja u l-valuri li jemmnu li l-qasam soċjali f'pajjiżna jista' jiżviluppa hu u miegħu tiżviluppa l-ekonomija u viċeversa.", "L-ekonomija tiżviluppa jekk magħha jiżviluppa l-qasam soċjali.", "It-tielet punt ta' kritika li sar min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma kienx xi punt ewlieni u ma kienx hemm xi interventi fuqu imma ssemma.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-kwestjoni tas-servizzi essenzjali u jien ġibt miegħi ktieb ippubblikat mill-International Labour Office minn Geneva li jismu \"Freedom of Association\".", "Dan huwa l-fourth revised edition, jiġifieri l-aktar edizzjoni riċenti li għandi ta' dan id-dokument.", "Dan huwa ktieb voluminuż ħafna li jiġbor fih il-prinċipji kollha li l-ILO temmen fihom.", "Jien se naqra minn paragrafu 544 ta' dan id-dokument li jgħid hekk:", "\"The following may be considered to be essential services: The hospital sector, electricity services ̧ water supply services, the telephone service ̧ air traffic control.\".", "Jekk taqta' barra t-telephone service - fil-lista dan mhuwiex inkluż bħala essential service - issib li d-dokument ta' l-ILO stess qed jagħmel lista ta' l-istess setturi li aħna ndikajna f'din il-liġi bħala servizzi essenzjali.", "Pero' mhuwiex dan il-punt importanti.", "Hawnhekk qed nagħtu dritt ġdid ̧ li sal-lum ma eżistiex ̧ li l-ħaddiema li jagħtu servizz essenzjali għall-ġid tal-pajjiż ̧ qed jagħtu servizz li l-pajjiż ma jistax igħaddi mingħajru u allura s-servizz irid ikun garantit.", "Aħna għandna airport wieħed u għandna pajjiż li jiddependi fuq il-produzzjoni ta' l- ilma u fuq il-produzzjoni ta' l-elettriku.", "Kollox jiddependi fuq dawn l- affarijiet u allura dawn is-servizzi huma essenzjali ħafna.", "Għalhekk għall- ġid komuni ma nistgħux nipperikolaw dawn is-servizzi.", "Allura ħaddiema li jagħtu dawn is-servizzi ma jistgħux jikkreaw sitwazzjoni fejn dawn is- servizzi jieqfu għax ikollna kriżi nazzjonali u l-ġid komuni jirbaħ.", "Irrid ngħid li fuq suġġerimenti li għamluli l-unions instabet soluzzjoni għal dawn il-ħaddiema.", "Bħalma taf il-Kamra ̧ qed nintroduċu d-dritt li jekk dawn il-ħaddiema jkollhom tilwima fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom ̧ issa jistgħu jirriferu din it-tilwima lit-tribunal industrijali.", "Qed napprezzaw xi tfisser din?", "Din tfisser li l-gvern qed jitlaq minn idejh il-poter finali tad-deċiżjoni f'każijiet bħal dawn u jħalli f'idejn tribunal indipendenti ̧ li għandu track record pożittiv fuq numru ta' snin, biex f'każ li dawn il- ħaddiema jkollhom tilwima industrijali dwar il-kondizzjonijiet tagħhom ̧ huma ma jibqgħux mingħajr soluzzjoni imma għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna qed nagħtuhom il-makkinarju biex it-tilwima tagħhom tiġi riżolta b'mod ta' arbitraġġ u b'mod li d-deċiżjoni tittieħed b'mod indipendenti.", "Sur President, minkejja li hemm ħafna aktar xi tgħid, jien se jkolli nagħlaq għax għaddieli l-ħin.", "Pero' qabel nagħlaq nixtieq ngħid li għandna nkunu kburin b'din il-liġi u m'għandna ndgħajfu xejn mit-tajjeb kollu li sar fis-snin l-imgħoddija.", "Din il-liġi hija frott ta' l-input ta' l-imsieħba soċjali kollha f'pajjiżna u ta' l-organizzazzjonijiet li għandhom il-ġid ta' pajjiżna għal qalbhom.", "Din il-liġi jistħoqqilha mhux biss l-appoġġ ta' din il-Kamra imma jistħoqqilha l-appoġġ tal-pajjiż kollu kemm hu; tal-ħaddiema tagħna, ta' min iħaddem u tal-korpi kostitwiti kollha.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear ̧ hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jikkonsolida ̧ b'emendi ̧ l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg (Kap. 135) u l-Att dwar ir- Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 266)\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker ̧ nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni ̧ il-Kamra ġiet sospiża fis-6.58 p.m. u rriżumiet fis-7.18 p.m.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 354 FAVUR: 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA: 27", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo | | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Buhagiar Louis |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Cilia Joe |Parnis Silvio | |Coleiro Marie |Refalo Anton | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sammut Joseph | |Dalli Helena |Sant Alfred | |Debono Grech Joe |Vassallo Adrian | |Farrugia Angelo |Vella George | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA", "THE ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION OF OFFICE) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika, Kap. 90", "Clause 2 - Amendment of the Attorney General and Counsel for the Republic (Costitution of Office) Ordinance, Cap.", "90.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Ġustizzja.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Chairman, din il-klawsola kulma tagħmel hu li temenda din il-parti ta' l- Att dwar l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tar-Repubblika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, kif diġa' semmejt fit-tieni qari, min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma naqblux ma' dan l-abbozz.", "Jien kont qed nistenna li dan jiskreppjah u nagħmlu xi ħaġa differenti imma l-Ministru baqa' għaddej bih.", "Hawnhekk jidher li l-ministru jrid jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' l-Avukat Ġenerali.", "Fit-tieni qari min- naħa tagħna għamilniha ċara ħafna li kif inhu ntavolat l-abbozz ma kienx qed jirrifletti xi ħaġa li kienet riżultat ta' diskussjoni matura bejn il- partijiet kollha.", "Jien nistaqsi lill-ministru x'inhuwa l-iskop li jibqa' għaddej meta jaf li hemm xi emendi kostituzzjonali li biex jgħaddu jrid ikollu d-due terzi ta' dan il-parlament.", "Jien qed nistieden lill-Ministru fl-interess ta' kulħadd - u jien naħseb anke fl-interess ta' l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika - biex iwaqqaf dan l-abbozz u ma jkomplix jiddiskutih f'dan l-istadju ta' kumitat.", "Jien naħseb li għandu interess - u nemmen li għandu interess - li jiddiskuti ma' l-oppożizzjoni u mhux sempliċement nibagħtlu karta u jweġibni.", "Qed ngħid dan għax huwa inutli li tgħaddi dan l-abbozz minn stadju ta' kumitat imbagħad il-gvern jispiċċa ma jistax jattwa l-liġi qabel ma jerġa' jiġi fil-Kamra u fit-third reading ikollu l-approvazzjoni ta' żewġ terzi mill-membri minħabba r-requirements li hemm fil-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Qed nitkellem issa - u dan kollu qed ngħidu bl-akbar sinċerita' - għaliex dan l-abbozz irid jibdel il-kostituzzjoni ta' l-istess kariga ta' l-avukat ġenerali u dik ta' l-avukat tar-repubblika.", "M'hemmx dubju li bejn il-gvern u l-oppożizzjoni żgur ma saru l-ebda tip ta' konsultazzjonijiet u l-uniku ħaġa li għamel il-ministru wara t-tieni qari kien li kitibli ittra - lili kitibha - fejn qalli \"għandek sa Marzu jew sa April u ara daqsxejn inti x'emendi tixtieq tressaq imbagħad naraw flimkien ...\"", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx kif kitibha eżatt, imma ovvjament qiegħda fil-file.", "Mhux hekk ix- xogħol.", "Aħna għamilniha ċara li din il-liġi hija ħażina mill-bidu sa l- aħħar.", "Ir-raġunijiet tagħna tajnihom u spjegajnihom u inutli nerġa' noqgħod nidħol fihom.", "Jien nista' nerġa' nidħol fuq il-punti kollha għaliex l-oppożizzjoni ma taqbilx ma' dan l-abbozz, fosthom li qed nemendaw il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Għedna wkoll li hemm affarijiet fil-liġi li qed jibdlu b'mod radikali sistema li pajjiżna dejjem mexa biha.", "Qabel taqbad u tibdel dan kollu trid tara kemm il-pajjiż hu ppreparat għalihom.", "Hemm affarijiet oħra li jien lest li nerġa' nidħol fihom bil-mod u bid- dettall kollu, pero' at this stage, b'mod pulit qed nistieden lill-Ministru biex ma jkomplix jiddiskuti dan l-Abbozz u dan fl-interess tal-poplu Malti in ġenerali, fl-interess ta' l-istess uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, fl- interess tal-gvern stess.", "Primarjament waħda mill-affarijiet li jrid jagħmel il-gvern f'dan l-abbozz hi li jwaqqaf kariga kostituzzjonali oħra ta' prosekutur ġenerali, at par ma' l-avukat tar-Repubblika.", "All well and good peroċ hemm bżonn li nieqfu niddiskutu din il-liġi għax trid issir overhaul tagħha from \"a\" to \"z\".", "Qegħdin f'dan l-istadju u jiena nappella biex ma nkomplux naħlu iktar ħin ta' xulxin.", "Jekk inkomplu niddiskutuha litteralment inkunu qed naħlu l-ħin ta' xulxin meta taf li se terġa' teħel.", "Il-Ministru għandu kull dritt jibqa' għaddej xorta, peroċ jaf ukoll li se jeħel u jiena ma nixtieqx li dan isir.", "Qed nagħmel dan l-appell issa se mai anke għall-prudenza parlamentari.", "Fuq kollox meta jkun hemm maturitaċ f'dibattitu serju f'dan il-parlament...(Interruzzjonijiet) L-oppożizzjoni qiegħda tagħmel il- kritika tagħha b'mod kostruttiv fil-konfront ta' l-abbozz kif ġie preżentat.", "Meta jkun hemm it-tentattiv li nemendaw il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, il- prassi - u dejjem hekk kienet - fl-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż dejjem kienet li jkun hemm konsultazzjoni serja bejn gvern u oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Il-gvern jagħmel l-agenda parlamentari li jidhirlu u jpoġġiha fil-Kumitat biex nibqgħu għaddejjin.", "Jiena b'responsabbiltaċ u ovvjament bi ftehim ma' sħabi hawnhekk mill-oppożizzjoni f'dan l-istadju nitlob lill-ministru jikkonsidra bis-serjetaċ li jieqaf milli jkompli d- diskussjoni, u jsir eżerċizju serju ta' konsultazzjoni bejn gvern u oppożizzjoni flimkien.", "Issa mhux qegħdin nitkellmu biss fuq l-ordinanza li darba kienet kapitlu 90, imma qegħdin immissu l-Kostituzzjoni miktuba ta' pajjiżna u allura at this stage, mingħajr ma nkompli niftaħ, bil-prudenza kollha nitlob lill-Ministru jikkonsidra li jwaqqaf id-diskussjoni ta' dan il-Kumitat biex flimkien, fl-interess nazzjonali - u nemmen li l-Ministru jaġixxi fl-interess nazzjonali - naraw kif għandna nfassluh mill-ġdid.", "Grazzi.", "Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, ngħid minn qabel li m'iniex beħsiebni noqgħod nidħol f'kontroversji dwar x'missu sar, kif sar u ma sarx u wisq inqas li nagħmel diskorsi twal.", "Il-pożizzjoni tal-gvern hija sempliċi, u jiena se ngħid il-fatti imbagħad kulħadd jiġġudika fuq il-fatt.", "Ma niġġudikawx lilna nfusna.", "Il-gvern ippubblika abbozz u dam xahrejn biex ġabu għat-tieni qari.", "F'dawk ix-xahrejn l-oppożizzjoni la uffiċjalment u lanqas mhux uffiċjalment ma lissnet li hemm problema jew diffikultajiet dwar dak l-abbozz.", "L-oppożizzjoni ma qalet xejn li b'xi mod setgħet ġiegħlet lill-gvern jaħseb li se jkun hemm oppożizzjoni fuq dan l-abbozz, li prattikament huwa wieħed tekniku.", "Issa ejja ninsew dan il-fatt ukoll u ngħidu li s-sinjali forsi ma fehmnihomx, biex nagħti the benefit of the doubt.", "Meta ġejna hawnhekk u għamilna t-tieni qari l-kritika ta' l-oppożizzjoni kienet ċara, u billi din in-naħa m'għandha ebda problema li tiddiskuti ma' l-oppożizzjoni kull ħaġa li tkun, malli kkonkludejna dak id-dibattitu, fis-27 ta' Frar jiena ktibt ittra lill-Onor.", "Farrugia - u ktibt lilu għax hu l-kelliem ta' l- oppożizzjoni fuq il-ġustizzja, u naħseb li kont korrett li nikteb lilu - li se npoġġi kopja tagħha fuq il-mejda tal-Kamra.", "It-titlu ta' l-ittra kien \"Liġi dwar l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali\" u tgħid hekk", "\"Kif għedt meta kont qed nagħlaq it-tieni qari fuq il-liġi fuq imsemmija, il-gvern dispost li jiltaqa' ma' l-opożizzjoni biex jiddiskuti diffikultajiet u suġġerimenti li l-oppożizzjoni jista' jkollha dwar l-Abbozz.\"", "F'din l-ittra mhux qed ngħidlu niltaqgħu jiena u hu, qed ngħidlu li l-gvern m'għandu ebda diffikultaċ li jiltaqa' ma' l-oppożizzjoni.", "L-ittra tkompli tgħid hekk:", "\"Kien fil-fatt għalhekk li tħallew jgħaddu xahrejn bejn il- pubblikazzjoni u l-bidu tad-dibattitu fil-Parlament.\"", "Fl-aħħar paragrafu ngħid hekk:", "\"Kemm-il darba taqbel li niltaqgħu, jien dispost li nibdew immedjatament bil-għan li nikkonkludu sa l-aħħar ta' Marzu.\"", "Hawnhekk tajt ċans għal xahar diskussjonjiet biex nikkonkludu.", "Stajna ntawlu anke aktar pero' jiena dehrli li xahar diskussjonijiet kien ikun biżżejjed.", "Imbagħad l-ittra tkompli hekk:", "\"Min-naħa tal-gvern jien inkun akkompanjat mill-avukat ġenerali u mid- deputat avukat ġenerali.\".", "Lil dawn indikajthom bħala ż-żewġ nies tekniċi li ħadmu fuq din il-liġi, u informajtu b'dan biex ikun jaf li jien mhux ġej waħdi u biex iġib miegħu lil min jidhirlu hu.", "Din l-ittra marret fis-27 ta' Frar.", "Illum qegħdin fil- 15 ta' Mejju u lanqas risposta ma rċevejt għal din l-ittra, stajt tfajtha f'nofs ta' triq, stajt għamiltha ajruplan u tfajthielek Mr Chairman, għax daqshekk kelli risposta.", "Issa minkejja dan kollu llum niġi hawn u nisma' l- oppożizzjoni tgħid dak li qalet.", "Issa hawnhekk lanqas kien ċar l-Onor.", "Farrugia jekk riedx jiddiskuti jew le.", "Lanqas kien ċar jekk iridx diskussjonijeit formali jew le u lanqas kien ċar dwar x'timeframe se nagħmlu.", "Sur President, il-gvern m'hux dispost li jieqaf fuq din il-liġi.", "Il-gvern huwa konxju tal-bżonn kbir li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali nirriformawh fl-istrutturi tiegħu biex ikun kapaċi jattira mhux biss in-numru bżonnjuż ta' avukati - u m'iniex se nkompli d-diskors kollu li għamnit fit-tieni qari - peroċ li jattira l-aħjar avukati.", "Jekk mhux se jkollna l-kuraġġ li nagħmlu riforma dan mhux se jkun possibbli u d-difikultajiet li kull gvern iltaqa' magħhom f'dan l-uffiċċju se jibqa' jiltaqa' magħhom.", "Dawn id- diffikultajiet ma jirriżultawx minħabba n-nuqqas ta' intelliġenza jew impenn ta' min hemm, imma minħabba l-fatt li l-istrutturi kif inhuma llum ma jattirawx lejna n-numru biżżejjed ta' avukati.", "Jiena jiddispjaċini li fi tliet xhur lanqas kelli dell ta' risposta imbagħad niġu hawn ngħajtu għaż-żmien ta' diskussjoni.", "Bir-rispett kollu din ilha t-tieni item fuq l-agenda ta' dan il-Parlament għal ġimgħat sħaħ u allura l-intenzjoni tal-gvern li jimxi kienet ċara.", "Fuq dan kollu jiddispjaċini u jiena ma nistax naċċettaha.", "Il-gvern huwa konxju mid- diffikultaċ ta' l-emendi kostituzzjonali li jridu żewġ terzi nassigura l- kollega tiegħi li nafu li dak huwa ostaklu għall-emendi li jridu jsiru, peroċ nfakkar lill-kollega tiegħi - u forsi ma jiftakarx jew nesa jew ma kienx attent dak il-ħin - li jiena fit-tieni qari għedt li jekk l-emendi li qed nagħmlu huma emendi tekniċi", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, ngħid minn qabel li m'iniex beħsiebni noqgħod nidħol f'kontroversji dwar x'missu sar, kif sar u ma sarx u wisq inqas li nagħmel diskorsi twal.", "Il-pożizzjoni tal-gvern hija sempliċi, u jiena se ngħid il-fatti imbagħad kulħadd jiġġudika fuq il-fatt.", "Ma niġġudikawx lilna nfusna.", "Il-gvern ippubblika abbozz u dam xahrejn biex ġabu għat-tieni qari.", "F'dawk ix-xahrejn l-oppożizzjoni la uffiċjalment u lanqas mhux uffiċjalment ma lissnet li hemm problema jew diffikultajiet dwar dak l-abbozz.", "L-oppożizzjoni ma qalet xejn li b'xi mod setgħet ġiegħlet lill-gvern jaħseb li se jkun hemm oppożizzjoni fuq dan l-abbozz, li prattikament huwa wieħed tekniku.", "Issa ejja ninsew dan il-fatt ukoll u ngħidu li s-sinjali forsi ma fehmnihomx, biex nagħti the benefit of the doubt.", "Meta ġejna hawnhekk u għamilna t-tieni qari l-kritika ta' l-oppożizzjoni kienet ċara, u billi din in-naħa m'għandha ebda problema li tiddiskuti ma' l-oppożizzjoni kull ħaġa li tkun, malli kkonkludejna dak id-dibattitu, fis-27 ta' Frar jiena ktibt ittra lill-Onor.", "Farrugia - u ktibt lilu għax hu l-kelliem ta' l- oppożizzjoni fuq il-ġustizzja, u naħseb li kont korrett li nikteb lilu - li se npoġġi kopja tagħha fuq il-mejda tal-Kamra.", "It-titlu ta' l-ittra kien \"Liġi dwar l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali\" u tgħid hekk", "\"Kif għedt meta kont qed nagħlaq it-tieni qari fuq il-liġi fuq imsemmija, il-gvern dispost li jiltaqa' ma' l-opożizzjoni biex jiddiskuti diffikultajiet u suġġerimenti li l-oppożizzjoni jista' jkollha dwar l-Abbozz.\"", "F'din l-ittra mhux qed ngħidlu niltaqgħu jiena u hu, qed ngħidlu li l-gvern m'għandu ebda diffikultaċ li jiltaqa' ma' l-oppożizzjoni.", "L-ittra tkompli tgħid hekk:", "\"Kien fil-fatt għalhekk li tħallew jgħaddu xahrejn bejn il- pubblikazzjoni u l-bidu tad-dibattitu fil-Parlament.\"", "Fl-aħħar paragrafu ngħid hekk:", "\"Kemm-il darba taqbel li niltaqgħu, jien dispost li nibdew immedjatament bil-għan li nikkonkludu sa l-aħħar ta' Marzu.\"", "Hawnhekk tajt ċans għal xahar diskussjonjiet biex nikkonkludu.", "Stajna ntawlu anke aktar pero' jiena dehrli li xahar diskussjonijiet kien ikun biżżejjed.", "Imbagħad l-ittra tkompli hekk:", "\"Min-naħa tal-gvern jien inkun akkompanjat mill-avukat ġenerali u mid- deputat avukat ġenerali.\".", "Lil dawn indikajthom bħala ż-żewġ nies tekniċi li ħadmu fuq din il-liġi, u informajtu b'dan biex ikun jaf li jien mhux ġej waħdi u biex iġib miegħu lil min jidhirlu hu.", "Din l-ittra marret fis-27 ta' Frar.", "Illum qegħdin fil- 15 ta' Mejju u lanqas risposta ma rċevejt għal din l-ittra, stajt tfajtha f'nofs ta' triq, stajt għamiltha ajruplan u tfajthielek Mr Chairman, għax daqshekk kelli risposta.", "Issa minkejja dan kollu llum niġi hawn u nisma' l- oppożizzjoni tgħid dak li qalet.", "Issa hawnhekk lanqas kien ċar l-Onor.", "Farrugia jekk riedx jiddiskuti jew le.", "Lanqas kien ċar jekk iridx diskussjonijeit formali jew le u lanqas kien ċar dwar x'timeframe se nagħmlu.", "Sur President, il-gvern m'hux dispost li jieqaf fuq din il-liġi.", "Il-gvern huwa konxju tal-bżonn kbir li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali nirriformawh fl-istrutturi tiegħu biex ikun kapaċi jattira mhux biss in-numru bżonnjuż ta' avukati - u m'iniex se nkompli d-diskors kollu li għamnit fit-tieni qari - peroċ li jattira l-aħjar avukati.", "Jekk mhux se jkollna l-kuraġġ li nagħmlu riforma dan mhux se jkun possibbli u d-difikultajiet li kull gvern iltaqa' magħhom f'dan l-uffiċċju se jibqa' jiltaqa' magħhom.", "Dawn id- diffikultajiet ma jirriżultawx minħabba n-nuqqas ta' intelliġenza jew impenn ta' min hemm, imma minħabba l-fatt li l-istrutturi kif inhuma llum ma jattirawx lejna n-numru biżżejjed ta' avukati.", "Jiena jiddispjaċini li fi tliet xhur lanqas kelli dell ta' risposta imbagħad niġu hawn ngħajtu għaż-żmien ta' diskussjoni.", "Bir-rispett kollu din ilha t-tieni item fuq l-agenda ta' dan il-Parlament għal ġimgħat sħaħ u allura l-intenzjoni tal-gvern li jimxi kienet ċara.", "Fuq dan kollu jiddispjaċini u jiena ma nistax naċċettaha.", "Il-gvern huwa konxju mid- diffikultaċ ta' l-emendi kostituzzjonali li jridu żewġ terzi nassigura l- kollega tiegħi li nafu li dak huwa ostaklu għall-emendi li jridu jsiru, peroċ nfakkar lill-kollega tiegħi - u forsi ma jiftakarx jew nesa jew ma kienx attent dak il-ħin - li jiena fit-tieni qari għedt li jekk l-emendi li qed nagħmlu huma emendi tekniċi stajna nagħmluhom mingħajr ma nagħmlu emendi għall-Kostituzzjoni billi nbiddlu l-ordinanza dwar l-avukat ġenerali.", "Għamilnihom fil-Kostituzzjoni għaliex ridna nagħtu ċertu status lill-kariga ġdida u xejn iktar, u konna lesti li jekk hemm oppożizzjoni għall-fatt li nidħlu fil-Kostituzzjoni nirtiraw dawk l-emendi u nimxu biss fuq il-parti li tirtira l-liġi ordinarja.", "Jien fil-fażi ta' dan il-kumitat allura se naġixxi fuq il-bażi ta' dak li kont ħabbart fit-tieni qari u se nressaq numru ta' emendi għal kull klawsola biex nevita l-bżonn li jkun hemm bżonn ta' vot ta' due terzi fi stadju konklussiv.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, il-Ministru qed jgħid li kitibli u ma rrispondejtux.", "L-ewwel ħaġa hawnhekk f'dan il-parlament niġu u nitkellmu.", "Jien ma mmurx x'imkien ieħor biex inwassal xi ħaġa imma niġi f'dan il- parlament.", "Naċċerta lill-Ministru li jiena kkonsultajt mal-grupp parlamentari fuq dik l-ittra li kitibli u l-pożizzjoni kienet dak li għedna aħna fis-second reading.", "Issa l-ministru qisu qed jgħid li jiġi jaqa' u jqum minna għax minkejja l-problema kostituzzjonali, mil-lat tekniku xorta jrid jasal jista' jirranġa mod ieħor.", "Hekk qed jgħid.", "Dak jagħmel li jrid.", "Wasal anke f'abbozzi tiegħu li ġew ippreżentati f'dan il-parlament mingħajr diċenza parlamentari li aħna nkunu notifikati imqar ġimgħa qabel u nġibuha hawnhekk għad-diskussjoni.", "Jekk dan huwa l-istil, dak iżommu għalih.", "Sur President, fis-second reading aħna mill-ewwel għamilna l-pożizzjoni tagħna ċara.", "Mill-ewwel għedna li ma naqblux għal diversi raġunijiet li diġaċ semmejt jien.", "L-agħar waħda hi li se mmissu l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Kull meta mmissu l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna dejjem kien hemm qbil bejn iż-żewġ partiti.", "Issa jekk irid jagħmel storja parlamentari oħra li s'issa ma kellniex, ma nafx.", "Bit-tajjeb u l-ħażin, kull meta kien propost li mmissu l-Kostituzzjoni dejjem kien hemm qbil bejn iż-żewġ partiti.", "Dan il-qbil daqqa kien unanimu u kultant kważi, imma dejjem kien hemm qbil.", "Issa jekk hu qed jgħid li se jagħmel xi emendi biex l- affarijiet jimplimentahom b'mod tekniku, dak affari tiegħu.", "Jien nifhem li l-gvern jista' jieħu din it-tip ta' triq arroganti.", "Il-ministru qal li hu kitibli u jien ma ktibtlux.", "Mela jien għandi xi dover li niktiblu!", "Dik kienet deċiżjoni tiegħu unilaterali fejn iddeċieda li l- konsultazzjoni tfisser li jikteb lix-shadow minister.", "Il-konsultazzjoni ssir billi jsiru l-kumitati u jiddiskutu l-partijiet bejniethom.", "Għalhekk il-partijiet jiltaqgħu.", "Issa jekk wasalna wkoll f'dawn l-abbissi f'dan il- parlament minn dan il-gvern Nazzjonalista...", "Sur President, nerġa' ngħid li aħna f'dan il-parlament fis-second reading konna għamilniha ċara daqs il-kristall.", "Konna għedna stop this bill biex imbagħad nitkellmu dwaru.", "Wieħed ikun qed jiġġennen jekk jiġi hawn biex imiss il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna meta qabel ma jkunx ra xi tkun ir- reazzjoni tal-partit fl-oppożizzjoni meta għandu bżonn il-green light tiegħu.", "Issa jekk il-ministru jidhirlu li he can also do without this green light, affari tiegħu, il-messaġġi qed jintbagħtu lill-poplu Malti.", "Jiena nistaqsi x'inhi din l-ossessjoni u l-ġenn u l-għaġġla.", "Huwa veru li hemm problema fl-office of attorney, u fl-introduzzjoni tiegħi stess għedt li jrid isir xi ħaġa f'dan l-uffiċċju.", "Aħna konna qed naraw li għandha ssir xi ħaġa biex tattira avukati ta' ċertu standing, imma mhux b'dawn ir- riformi li qed jipproponi.", "Qed jgħid li kiteb ittra u bagħtha lili, li kien ċert li waslet għandi u li jien ma ktibtlux.", "Ovvjament jien mort biha għand sħabi.", "Jiena għandi obbligu u responsabbilta' li meta nirċievi xi ħaġa mingħand tan-naħa l-oħra ninforma lill-parlamentari sħabi u niddiskutu dak kollu li jkun hemm.", "Mr Chairman, qal ukoll li meta ppreżenta l-abbozz għaddew xahrejn u f'dawn ix-xahrejn ma kien hemm reazzjoni ta' xejn.", "Dan tafu x'għamel meta poġġa l- abbozz?", "Mar jiġri jagħmel konferenza - ħalli infakkru lill-poplu Malti għaliex tajjeb li kulħadd ikun jaf x'qed isir f'dan il-parlament - u qal li qed nieħdu passi biex fl-uffiċċju ta' l-avukat issir riforma u li din ġiet imfassla u approvata.", "Din hija l-arroganza tal-Ministru Gatt.", "Fejn ġiet approvata din?", "Mela l-affarijiet mhux minn hawn jiġu approvati!?", "U meta ġejna għad-diskussjoni din il-ħaġa għamilniha ċara.", "Issa bl-ittri rridu nagħmlu l-affarijiet ċari?", "Jien l-obbligi tiegħi qegħdin fil- parlament u mhux li nikkomunika bl-ittri.", "Issa jekk irid jikteb l-ittri jikteb kemm irid hu.", "Jekk huwa jidhirlu li b'dak il-metodu jista' jiżvesta ċerti affarijiet biex jitfagħhom fuqna sejjer żball għaliex ix-xogħol parlamentari mhux hekk isir.", "Jekk irid ibiddel l-istil dik affari tiegħu.", "Fl-ittra qal ukoll li miegħu kien se jġib lill-AG u d-deputy attorney general.", "Dawn huma l-istess nies li qed niddiskutu f'din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx lil min se jagħmlu, forsi se jagħmlu xi ħaddieħor.", "Hekk isiru l-affarijiet?", "Jekk imbagħad iddraftjawh huma, hu jaf għalfejn ħass il-ħtieġa li jħallih ukoll għalihom, imma lili kif iddaħħalni f'dawn l-affarijiet?", "Jien hawnhekk għandi responsabbiltaċ min- naħa ta' l-oppożizzjoni li dak li qed niddiskutu hawn jilħaq il-maturitaċ politika.", "Dan għandu jsir fl-interess nazzjonali.", "Sur President, hawnhekk qegħdin immissu wieħed mill-pilastri.", "Meta niddiskuti l-qorti, il-leġislattiv u l-eżekuttiv, in between qed nara l- uffiċċju ta' l-AG.", "Allura dawn se nispiċċaw niddiskutuhom bl-ittri!", "Bir- rispett kollu, kif tiġi tgħid bl-ardir kollu li din hija mfassla u approvata mill-partijiet?", "Min?", "Mela billi kitibilek wieħed jew tnejn mill-AG u forsi anke l-AG innifsu u xi ħaddieħor ifisser li dan l-abbozz ġie approvat?", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, ......", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sekonda waħda.", "Approvata mill-Kabinett.", "Mela press conference mhux wara l-Kabinett nagħmluha!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mela jgħid li mill-Kabinett.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mela ma tafx!", "Kif nista' mmur ngħid li hija approvata mill-parlament meta lanqas għadni ppubblikajtha?!", "THE CHAIRMAN: Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mela mill-kabinett.", "Naħseb kollha ħadu parti mill- Kabinett, il-ministru tal-biedja u l-oħrajn kollha.", "Imma skużi l-affarijiet jiġu approvati mill-parlament u mhux mill-Kabinett.", "(Interruzzjonijiet) Imma allura kif tiġi tgħid diġaċ ġiet approvata?!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman il-pożizzjoni hi li aħna l-messaġġ tagħna fit-tieni qari kien very clear.", "Il-ministru jaf li dak li se jbiddel qiegħed imdaħħal fil- Kostituzzjoni ta' pajjiżna, jiġifieri fejn hemm it-tifsira ta' avukat ġenerali.", "Qed nagħmel riferenza għall-artiklu 66 tal-Kostituzzjoni miktuba ta' pajjiżna - u ngħid \"miktuba\" għaliex aħna wieħed minn dawk il-pajjiż li għandna kostituzzjoni miktuba - u allura dan kollu rridu nagħmluh ċar fl- ogħla liġi tal-pajjiż.", "Il-kostituzzjoni hija l-liġi suprema ta' pajjiżna, qiegħda f'idejn il-qorti kostituzzjonali u dan dejjem kien bi ftehim bejn iż-żewġ partiti l-kbar f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Aqbad l-istorja kollha u ara kif żviluppat il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Ibda mill- Kostituzzjoni ta' l-indipendenza ta' l-1964 sa l-aħħar emendi kostituzzjonali li saru fi tmenijiet.", "L-istorja politika ta' pajjiżna turi li kull meta missejna l-Kostituzzjoni dejjem ftehmna, u din hija s-serjeta' u maturita' politika.", "L-oppożizzjoni temmen li hekk għandu jkun il-proċess ta' żvilupp kostituzzjonali ta' pajjiżna, iktar u iktar fuq xi ħaġa importanti ħafna bħalma hu l-uffiċċju ta' l-avukat tar-Repubblika.", "Hawn mhux min huwa iktar b'saħħtu għaliex għandu l-maġġoranza!", "Hekk se nimxu?", "Hawnwhekk irridu nuru maturita' politika.", "Jista' jkollok diviżjoni fil-ħsieb, pero' naslu biex naqblu fuq ċerti affarijiet.", "Mr. Chairman, f'dan l-abbozz hawn diversi riferenzi għall-Kostituzzjoni.", "Allura l-Ministru se jirtira kull klawsola fejn tissemma' l-Kostituzzjoni!", "Hawnhekk se nispiċċaw fi stat li minn dan l-abbozz se jittajjru ħafna artikli.", "Issda ma nafx jekk il-ministru jridx li jibqa' għaddej.", "Li naf hu li jiena nemmen li dak li dejjem għamilna flimkien matul is-snin għandna nibqgħu nagħmluh flimkien.", "Aħna nistgħu niftaħru li ż-żewġ partiti bdew affarijiet flimkien li għadhom miktubin bi kliem tad-deheb fil- Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Huma affarijiet li jirriflettu l-interess nazzjonali u jien naħseb li anke f'din l-okkażjoni għandu jsir hekk.", "Jiena ngħid li għandu jirbaħ is-sens komun hawn ukoll.", "Jien naħseb li dan il- parlament m'għandux jiġi ddettat bl-arroganza imma għandu jiġi dettat il- ħsieb u l-interess komuni li flimkien nagħmlu xi ħaġa li tagħmel sens.", "Jien nemmen - bħalma nemmnu aħna kollha ta' l-oppożizzjoni - li fl-uffiċċju ta' l-AG irid isir xi ħaġa, imma mhux b'dan il-istil.", "(Interruzzjonijiet) Kif?", "Tliet xhur! allura tliet xhur, so what.", "Intom fejn suppost kellkom tgħaġġlu ma ġrejtux, u fejn m'għandkomx l-għaġġla tridu tiġru.", "L-affarijiet mhux hekk isiru.", "Għaliex din l-għaġġla kollha?", "Mr. Chairman, jiena nistaqsi: Meta l-ministru kellu din il-kritika min-naħa ta' l-oppożizzjoni, il-kwestjoni reġa' qajjimha quddiem il-Kabinett?", "(Interruzzjonijiet) Ma tantx hawn membri tal-Kabinett jisimgħuna, inzertajt qiegħed waħdek hawn.", "Din l-oppożizzjoni għal dan l-abbozz spjegajtha in detail fil-Kabinett.", "Aħna għamilniha ċara li we are not going along miegħek f'dan l-abbozz għal diversi raġunijiet, inklużi raġunijiet kostituzzjonali.", "Il-Kabinett reġa' ta l-go-ahead lill-ministru?", "Jekk inhu hekk, allura l- ministru m'għandux tort, anzi qiegħed f'sitwazzjoni imbarazzanti ma' sħabu.", "Jiena ngħidlek \"Ibqa' għaddej kif tista', affari tiegħek, pero' aħna nimxu kif għandna nimxu\".", "(Interruzzjonijiet)", "Jien nista' ngħid li l-oppożizzjoni hawnhekk b'mod kostruttiv wissiet lill- gvern biex ma jkomplix għaddej b'dan l-abbozz.", "Issa mhux jiġi jgħid għaliex bagħat ittra.", "Dan huwa abbozz li ma jagħmilx ġieh kif inhu.", "Huwa abbozz li jweġġa' lill-istess intelliġenza ta' min qed jaħdem ġo l-uffiċċju ta' l- avukat tar-repubblika.", "U min għandu għall-qalbu l-avukatura li jemmen u m'għandux ikun hemm konflitt minn imkien, naħseb li jaf li huwa abbozz li ma tistax tibqa' miexi bih.", "Għalhekk Jiena nerġa' nistieden lill-Ministru biex jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu issa fid-dawl tar-risposta li tajtu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħidli li ma jħossx li għandu jikkonsulta mal-ministri sħabu?", "(Interruzzjonijiet) Biex inkun naf kif għandi nirregola ruħi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Farrugia m'għandux jaħseb li se naqa' fit- trappola li noqgħod nirrispondi biex intawwlu d-diskorsi.", "Dan kien it- tieni intervent ta' l-Onor.", "Farrugia li ma kellu x'jaqsam xejn mat-tieni klawsola.", "Dam jitkellem 22 minuta u ma żied xejn la ma' dak li ntqal fis- second reading u lanqas ma' dak li għedna issa.", "Jien m'għandi ebda ħajra u ebda intenzjoni nidħol fit-trappola li llum ma naħdmux, kif jidher li jrid jagħmel l-Onor.", "Farrugia permezz ta' ħafna diskors.", "(Interruzzjonijiet) L- obbligi tiegħi jien inwettaqhom bis-sħiħ mill-bidu sa l-aħħar u ma nagħtix ġustifikazzjoni lill-Onor.", "Farrugia.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk irid lill-Onor.", "Abela jindaħallu u jagħmillu feles, jitkellem issa fil-kumitat.", "Il-pożizzjonijiet huma ċari tat-tnejn, issa se nibda noġġezzjona jekk ma nżommux mar-regoli tal-kumitat.", "Dan huwa kumitat u qed nitkellmu fuq klawsola 2.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, m'hemmx għalfejn noqgħod inservi ta' feles ta' ħadd, pero' l-kummenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni li espona tajjeb l-Onor.", "Anġlu Farrugia huma ċari.", "Qed nistiednu lill-gvern biex f'ġieħ is-sewwa jikkonsidra mill-ġdid dan l-abbozz.", "Issa jekk il-Ministru ma jħossx il-ħtieġa li jikkonsulta u se jibqa' għaddej, il-pożizzjoni tagħna jafha.", "Dan mhux qed nagħmluh biex naħlu l-ħin.", "Aħna m'għandna l- ebda intenzjoni li naħlu l-ħin, imma ġaladarba se tintmess il-Kostituzzjoni nemmnu li l-affarijiet kellhom isiru b'mod iktar differenti.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-Ministru m'għandux għalfejn joqgħod jispjegali kif għandi nimxi f'dan il-Kumitat, naħseb li x-xogħol tiegħi nafu tajjeb u qed nagħmlu b'ċerta responsabbilitaċ.", "Il-ministru dehrlu li m'għadux iwieġeb id-domandi li staqsejtu, allura għandi kull dritt li nibqa' nistaqsih f'dan il-Kumitat u ngħidlu li għandna abbozz li jitkellem fuq diversi emendi kemm għall-Ordinanza ta' l-Avukat Ġenerali u wkoll għal Kostituzzjoni ta' pajjiżna, u fejn qed nitkellmu fuq il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna jaf li għandu jikkonsulta ma' l-oppożizzjoni imma mhux b'ittra.", "THE CHAIRMAN: Point of order, il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, jiena diġaċ ddikjarajt li qed nirtiraw l- emendi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-Kostituzzjoni.", "Dan ifisser li minn issa, kull riferenza għall-Kostituzzjoni hija out of order.", "Jekk jagħtina l- buona grazia tiegħu, minflok noqogħdu nagħmlu diskorsi kieku forsi diġaċ wasalna fihom u rtirajthom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARUGIA: Mela jien qed neħodha li l-Ministru wara s-second reading ikkonsulta mal-Kabinett.", "Il-ministru qal li meta mar fil-press conference ikkonsulta mal-Kabinett għax kollox kien approvat inkluż l- emendi li ressaq għall-Kostituzzjoni.", "Issa wara l-oppożizzjoni li kellu fis- second reading, il-gvern iddeċieda li fejn tidħol il-Kostituzzjoni, ladarba ma kkonsultax ma' l-oppożizzjoni, jagħmel emendi biex biex jirtira l- artikli li għandhom x'jaqsmu mal-Kostituzzjoni.", "Hekk qed neħodha.", "(Interruzzjonijiet) Biex inkun naf kif qed naħdmu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki(", "ONOR.", "AUSTIN GATT: No remarks.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jekk se jibda jirrispondi permezz ta' \"no remarks\" ma ġara xejn, nibqgħu nagħmlu d-domandi u l-Ministru jgħid no further remarks.", "Dan kollu se jitniżżel fl-istorja tal-parlament bħala mod kif għandu jwieġeb ministru fil-parlament lil membri li huma eletti mill-poplu.", "(Interruzzjonijiet) Inti oqgħod hemm!", "Int se titkellem(", "THE CHAIRMAN: Point of order l-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Chairman, l-ewwelnett l-Onor.", "Farrugia għandu jkollu rispett lejn il-kollegi tiegħu.", "Jien għandi dritt nitkellem daqsu.", "Jien kulma għedt off microphone kien li anzi aħna m'aħniex nirrispondu permezz ta' \"mhux fl-interess tal-poplu\" kif kienet twieġeb in-naħa l-oħra meta kienet fil-gvern.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, lanqas hemm għalfejn inwieġbu.", "Jista' l-ministru jispjegalna għaliex qed jagħmel dan l-artiklu 2?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Farrugia verament għandu bżonn spjegazzjoni għal dik, naħseb se jkolli nibda niddubita f'min tah il- warrant ta' avukat.", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom ma nkunux personali.", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ma nafx il-Ministu Gatt x'ċertifikati għandu fuq il- warrant imma jiena wieħed minn dawk li għallinqas qed inkun responsabbli mill-warrant li għandi.", "Jien qed nistaqsih għaliex qed tiġi emendata l- Ordinanza dwar il-kostituzzjoni ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Jispjegaha biex tiġi recorded f'dan il-Kumitat.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Naħseb kieku niftehmu t-tnejn, kulħadd imur jara l- football illejla.", "Aħjar milli noqogħdu naħlu ż-żmien ta' kulħadd.", "Se nitilfu l-ewwel half hawnhekk.", "Dan li se jiġri!", "Biex veru ngħaddu ż-żmien b'xulxin qegħdin hawn ġew.", "Qed nemendaw l-ordinanza għax hija din l- ordinanza li twaqqaf l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u tirregolah.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki( (Onor. membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur( (Onor. membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex isir parti mill-abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Sostituzzjoni tat-titolu ta' l-Ordinanza", "Clause 3 - Substitution of the title of the Ordinance", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda \"A\":", "\"A\" Fit-test Ingliż tal-klawsola 3, minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"A\" In the English text of clause 3, for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\".", "Nista' nżid li r-raġuni hija konsegwenzjali għal dak għedna fejn se nirtiraw l-emendi li għandhom x'jaqsmu mal-Kostituzzjoni u allura d- diċitura se tibqa' l-istess kif inhi llum.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, dan il-bunch ta' emendi qed neħodhom issa.", "Qed ngħid hekk biex kulħadd ikun jaf li qed neħodhom issa u allura trid tagħtini ftit żmien ħalli nara l-emendi waħda waħda.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, l-emendi qed nagħtihomlu issa kif normalment isir meta jiġu preżentati.", "Kieku l-oppożizzjoni kellha d-diċenza li fi tliet xhur tibagħtli risposta għall-ittra - kieku ministru ma jirrispondix għal xi ħaġa fi tliet xhur nibdew ngħidu x'arroganza - u kienu interessati fl-emendi kont nibagħtilhom l-emendi wkoll.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Id-diċenza hija li l-emendi ma jsirux billi tibgħat ittra.", "Id-diċenza titlob li meta ...", "THE CHAIRMAN: Point of order il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fl-ittra ma ntbagħtux emendi imma kien hemm miktub li aħna disposti niltaqgħu ma' l-oppożizzjoni biex niddiskutu l-emendi.", "Kienet invit biex niltaqgħu imma min-naħa l-oħra la iva u lanqas le.", "Issa jekk dik hijiex diċenza jew le...", "(Interruzzjonijiet) Inti tgħid li hija diċenza li ma tirrispondix jien ngħid li li huwa indeċenti li ma tirrispondix.", "Ma naqblux bejnitna.", "Fil-każ jiġġudikaw in-nies fuq il- fatti.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Id-deċenza kienet titlob li l-ministru jirtira dan l-abbozz wara li ntweriet b'mod ċar il-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni.", "Issa dan l-abbozz kellu oppożizzjoni mhux min-naħa tagħna biss imma minn ħafna quarters, peroċ dan ried jibqa' għaddej.", "Dik hi d-deċenza peroċ ad ogni caso, llum nafu l-istil ta' dan il-partit li jrid jibqa' għaddej qisu gaffa u ta' dan ovvjament il-poplu Malti jiġġudika meta jasal il-mument.", "Flok il-kelma advocate se tidħol il-kelma attorney.", "Jista' jekk jogħġbu l- Ministru jispjega r-raġunijiet wara dan it-tibdil?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din diġa' spjegajtha.", "Qabel kien hemm l-idea li l- attorney general jibda jissejjaħ advocate general u din issa se tiġi ritirata.", "Minħabba li mhux se nagħmlu emendi kostituzzjonali se jibqa' kollox kif inhu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri inti qed tgħid li fejn għandek advocate general tiġi attorney general.", "Ovvjament qed iddaħħal prosecutor general li m'hemmx illum.", "Ladarba issa dħalna niddiskutu l-uffiċċji ta' l-advocate general u l-prosekutur ġenerali, fuq liema raġunijiet dehrlu li f'dan il- pajjiż għandu jkollna żewġ uffiċini distinti, jiġifieri jkollok advocate general u prosecutor general?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwel ħaġa rrid ngħid li billi qed nirtiraw l- emendi kostituzzjonali, l-uffiċċju se jibqa' wieħed.", "Il-prosekutur ġenerali se jaħdem taħt id-direzzjoni ta' l-attorney general.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ħalli nara inix qed nifhem tajjeb lill-Ministru.", "Il-prosekutur ġenerali se jkun supervised mill-attorney general.", "Allura dan se jkun skala fuqu?", "Se jkunu on equal nomenclature?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Kostituzzjoni tassenja lill-attorney general ċerti doveri.", "Dawk id-doveri se jibqgħu fl-attorney general.", "Għalkemm il- prosekutr ġenerali se jkun qed jaħdem fl-uffiċċju ta' l-attorney general, u għal dawk id-doveri kostituzzjonali jrid bilfors jirrispondi lill-attorney general amministrattivament, ma jfissirx li wieħed jista' jaħseb ir- relazzjoni amministrattiva ma tiġix fi skali tradizzjonali li għandu ċ- ċivil.", "Dik hija idea totalment sorpassata.", "Il-prosekutur ġenerali se jirrispondi lill-attorney general għall-obbligi li jeżistu fil-liġi u hemmhekk jaġixxi skond il-parir li jagħti l-attorney general u mbagħad għandu funzjonijiet ħafna iktar wiesgħa amministrattivi.", "Insemmi biss, per eżempju, ir-rappreżentanza ta' pajjiżna fuq konvenzjonijiet u trattati fil- kamp kriminali.", "Fl-opinjoni tiegħi - din hija opinjoni u mhux qed ngħid li hu bħala fatt - għandhom ikunu ekwivalenti bħala pożizzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Permezz ta' dawn l-emendi se joħloq żewġ uffiċini li se jitpoġġew on the same wavelength.", "Meta taqra l-liġi fil-fatt issib li - issa erħilha li qed tirtirahom l-emendi kostituzzjonali - kif kienu, l- prosekutur ġenerali kien ġej bl-istess salarju u bl-istess saħħa kostituzzjonali pero' llum dawk qed jirtirahom.", "Issa l-fatt li se jinħoloq xorta, id-deċiżjonijiet li jista' jieħu prosekutur ġenerali jistgħu b'xi mod għal xi raġuni jiġu mdawwra mill-attorney general?", "X'jiġri meta l- prosekuzzjoni tgħid iva u l-AG jidhirlu li mis-supervision li għamel li m'għandux imexxi f'dan il-każ.", "Who is going to decide?", "Jiġifieri hawnhekk l-AG wkoll se jiddeċiedi?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, il-pożizzjoni legali se tibqa' l-istess kif inhi llum.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri qed noħolqu dan l-uffiċċju ta' prosekutur ġenerali mingħajr m'hu se jkollu dik is-saħħa legali li wieħed kien qed jistenna meta oriġinarjament ġie ppreżentajt dan l-abbozz.", "Jiġifieri dan l- uffiċċju qiegħed daqsxejn zopp.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien personalment kont nippreferi u għadni nemmen li l- aħjar soluzzjoni hija li jkollok uffiċċju separat tal-prosekutur ġenerali.", "Issa jekk l-oppożizzjoni m'hijiex lesta li tagħmilha, jkollna mmorru to the second best position imma xorta waħda nistgħu naħdmu b'mod effettiv ħafna.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Artiklu 3 qed jagħmilha ċara li se jkun hemm żewġ uffiċini, cioeċ żewġ karigi f'dan l-uffiċċju, l-advocate general u l- prosekutur ġenerali.", "Nafu li fejn qed nitkellmu advocate general qed nitkellmu fuq dak li fil-Kostituzzjoni nsibuh bħala l-attorney general li huwa ċar u huwa artikolat tajjeb f'artiklu 66 tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Issa meta ppreżenta l-abbozz fil-bidu, l-ministru żgur li ma kienx għadu bagħat ittri...(Interruzzjonijiet) Imma dik hija xi ħaġa li diġaċ għaddejna minnha u ġiet spjegata.", "Illum ladarba hawn din il-problema li jekk jien se noħloq xi ħaġa f'dan il-pajjiż li tagħmel sens, għaliex kollox hu marbut ma' xi ħaġa li hija ben definita f'liġi li hija l-iktar liġi għolja tal-pajjiż.", "Il-karigi ta' imħallef, maġistrat jew l-attorney general, jieħdu s-saħħa u l-indipendenza tagħhom mis-saħħa kostituzzjonali.", "Per eżempju l-uffiċċju ta' l-attorney general igawdi saħħa kostituzzjonali li biex inti tkun tista' tneħħih ovvjament irid ikun hemm raġunijiet serji u li trid ukoll id-due terzi ta' din il-Kamra.", "Issa inti se toħloq uffiċċju ta' prosekutur ġenerali mingħajr saħħa ta' xejn.", "Qed tpoġġi administrative prosecutor general taħt l-Ordinanza sempliċement għaliex trid tpoġġih hemm.", "Dan mhux se jgawdi verament l-indipendenza ta' l- uffiċċju tiegħu li wieħed jistenna f'kariga għolja bħal dik.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qal li issa se jiġu rtirati l-klawsoli li jitkellmu dwar il-Kostituzzjoni minħabba li l-oppożizzjoni ma taqbilx.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija l-pożizzjoni tagħkom.", "Jiena ma naqbilx magħha din l-attitudni.", "Issa qed tgħid li se toħloq uffiċċju tal- prosekutur ġenerali taħt din l-Ordinanza.", "Naħseb li issa qed nispjegahom tajjeb l-uffiċini hux hekk?", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li min tani l- warrant kien jaf li studjathom dawn.", "Dan se jkun imdaħħal sempliċement b'mod amministrattiv.", "Lil dan se nagħtuh inkarigu bħala prosekutur ġenerali tal-pajjiż tagħna bid-doveri kollha li huma mistennija minn prosekutur ġenerali, pero' ċertament m'huwiex se jkun protett b'dak li wieħed jistenna mill-ogħla liġi tal-pajjiż, li hi l- Kostituzzjoni.", "Jiġifieri għandek kariga zoppa li poġġejtha for nothing għaliex se jkollok il-problemi.", "Jekk 'il quddiem jiġi challenged, dan jista' jiċċaqlaq 'l hawn jew 'l hemm għaliex il-pożizzjoni tiegħu m'hijiex protetta bil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna bħalma hija protetti karigi oħra bħalma hi ta' l-istess advocate general li issa se jibqa' attorney general.", "Il-ministru jaħseb li billi noħolqu dan l-uffiċċju se naslu x'imkien?", "Il- ministru ma jarax li 'l quddiem jistgħu jinqalgħu l-problemi minħabba l- indipendenza ta' l-uffiċċju ta' prosekutur ġenerali?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Diġa' spjegajt li l-prosekutur ġenerali mhux se jkollu obbligi kostituzzjonali jew poteri deċiżjonali rigward prosekuzzjonijiet, repożitarji, eċċ., Ir-repożitarju ta' dawk l-obbligi hu u jibqa' ta' l-attorney general.", "Dan kif m'għandux obbligi kostituzzjonali, m'għandux ukoll bżonn ta' l-indipendenza tal-ġudizzju jew garanzija ta' l-indipendenza tal-ġudizzju li għandu l-attorney general.", "Għaliex?", "Għaliex il-ġudizzju se jibqa' jagħmlu l-attorney general u l- garanzija allura trid tibqa' vis-à-vis l-attorney general.", "Il-mudell li ġie addottat huwa mudell li kien ġie studjat qabel ma għamilna l-ewwel emendi wkoll għaliex huwa mudell ipprattikat f'diversi pajjiżi.", "Ċipru għandu l-istess pożizzjoni tagħna.", "Għandhom sitwazzjoni ta' struttura ta' l-attorney general li tixbaħ lil tagħna u prattikament waqajna għall- mudell Ċiprijott.", "Director of public prosecutions jaħdem fl-uffiċċju ta' l- attorney general, ir-responsabbilta' deċiżjonali fil-prosekuzzjonijiet kriminali, eċċ tibqa' fl-attorney general, peroċ amministrattivament ir-ram kriminali f'dak l-uffiċċju iħaddmu uffiċċju li huwa mmexxi minn director of public prosecution.", "Dan huwa mudell pruvat kontra mudell ta' pajjiżi oħra fejn isseparaw li kien l-ewwel mudell li ppreparajna.", "Ma nistax nargumenta li d-direttur tal-prosekuzzjonijiet pubbliċi se jkollu poter deċiżjonali u li dak il-poter deċiżjonali jrid jiġi protett u garantit l-indipendenza fid-due terzi tal-Kostituzzjoni.", "L-oppożizzjoni qalet li m'hijiex se tivvota għal dan il-mudell.", "Jien ma rridx nerġa' nidħol hemmhekk.", "Mhux veru.", "Il-prosecutor general mhux se jkollu poteri deċiżjonali li jipprosekwixxi o meno lil xi ħadd.", "Dawk se jibqgħu poteri riservati lill-attorney general kif hemm fil-Kostituzzjoni llum.", "Aħna mhux se mmissu kelma mill-Kostituzzjoni tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Il-Ministru mhux se jmiss il-Kostituzzjoni, all right, imma dan il-mudell li jirriżulta minn din id-deċiżjoni li ma jmissx il-Kostituzzjoni ħadu minn xi mudell ieħor, per eżempju, mill-mudell Ingliż?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwel ħaġa huwa mudell li diġa' għandna.", "Huwa mudell li jekk irridu nkunu b'saqajna ma' l-art, nafu li hekk qed jitħaddem.", "Hekk hi r-realta' tal-lum, għaliex id-deputy attorney general hekk jaħdem.", "Ħafna minn dak li għandu x'jaqsam ma' l-aspett kriminali ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jsir mid-deputy attorney general - u din nafuha t-tnejn li aħna - pero' jsir taħt ir-responsabbilta' ta' l-attorney general.", "Issa qed ngħidu li mhux se jkun hemm deputy attorney general għal dawn l- affarijiet pero' se nsemmuh prosekutur ġenerali.", "Il-mudell preċiż, jekk trid tqabblu preċiż, huwa l-mudell ta' Ċipru.", "Ċipru jaħdmu b'sistema li ġejja mill-Ingilterra wkoll at the end of the day.", "L- Ingilterra għandhom is-solicitor general u għandhom id-director of public prosecution.", "Dawn żviluppaw b'mod differenti pero' hemmhekk ir-raġunijiet huma wkoll differenti għaliex imbagħad fuq livell iktar baxx għandhom anke director of public prosecutions oħra differenti.", "Dan għandu żewġ merti f'dan it-tip ta' mudell għaliex ġie kkonsidrat ukoll fil-bidu u għedna le, li aħna nixtiequ mmorru għal-linja l-oħra għax l- ewwelnett huwa viċin tar-realta' li tiġri llum ...", "Għaliex prattikament li qed ngħidu t-titolu \"deputy attorney general\" jitbiddel għal prosecutor general u nibqgħu bir-realta' li għandna llum.", "It-tieni nett huwa mudell li ħadem tajjeb ukoll f'Ċipru, jekk irridu nqabbluha ma' Ċipru.", "Peroċ r- realtaċ hi li aħjar inqabbluha mar-realta' li għandna hawn illum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien qed nistaqsi għaliex jekk tieħu l-mudell Ingliż żgur li ma jiffittjax għal dan il-mudell.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dażgur li le.", "ONOR.", "ANGLU FARRUIGA: Jiġifieri naqblu fuqha din?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Assolutament.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien niftakar way back fl-1994 kont ktibt xi ħaġa fuq id-DPP Ingliż ...", "(Interruzzjonijiet) Biss jekk qed nieħdu l-mudell Ċipriott il-kostituzzjoni ta' Ċipru fejn għandhom x'jaqsmu l-uffiċċju ta' l- AG ....", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal tagħna.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien naf li bħal tagħna, imma huma għamlu emendi Kostituzzjonali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Kostituzzjoni bħal tagħna.", "Żviluppa prattikament l- attorney general.", "Li hemm biss f'Ċipru hu li minflok għandhom it-titlu \"deputy attorney general\" li għandna aħna, għandhom director of public prosecutions.", "Fir-realta' kulma qed jiġri hawn issa b'dawn l-emendi huwa li t-titlu ta' \"deputy attorney general\", li nafu jien u int u jaf kull avukat, huwa l-persuna responsabbli għar-ram kriminali ta' l-attorney general se jibda jissejjaħ prosecutor general.", "Din fis-sustanza kif ġej il- mudell tagħna.", "M'aħna se nbiddlu xejn mill-mudell preżenti tagħna ħlief li nbiddlu t-titlu tad-deputy attorney general.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Chairman, biex inkunu qed nagħmluha ċara, hawnhekk mhux qed ngħidu li l-uffiċċju ta' l-AG u l-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali huma uffiċċini separati?", "Għaliex it-triangolu se jibqa' dejjem l- attorney general.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Yes.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien qed nifhem ukoll li għalkemm qed tinħoloq, biex ngħid hekk, il-kariga li diġa' kien hemm...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed jinbidel titolu biss.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Se nneħħu d-deputy attorney general u se npoġġu \"prosecutor general\".", "Hekk qed nifhimha.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Allura jekk qed niżmantellaw l-isem ta' deputy attorney general u se npoġġu \"prosecutor general\", min kien ....", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Forsi tajjeb li ngħid ukoll li uffiċjalment il-kariga ta' deputy attorney general ilha li spiċċat is-snin.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Fil-fatt hekk hu, peroċ fl-istaff list li baqa' joħroġ il-gvern sa proprju riċenti kienet għadha hemm.", "La issa se tiġi dismantled il-kariga u se tagħtiha libsa ġdida, dak li kien jagħmel id- deputy attorney general barra fil-kamp kriminali u prosekuzzjonijiet m'huwiex se jkompli jagħmilhom il-prosekutur ġenerali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-deputy attorney general huwa Dr Silvio Camilleri.", "Dan kien jagħmel xi ħaġa żgħira li ma kellhiex x'taqsam mal-kriminali, peroċ xi ħaġa żgħira ħafna.", "Billi se nibqgħu uffiċċju wieħed, il- flessibbiltaċ trid tibqa' dejjem amministrattiva, jiġifieri m'hu se nbiddlu xejn milli hemm illum.", "Illum għalkemm id-deputy attorney general suppost li jkun id-deputy ta' l-attorney general f'kollox, fir-realtaċ ma jiġrix hekk.", "Fir-realtaċ d-deputy attorney general għandu l-qasam kriminali u kultant jaġixxi ta' attorney general f'emerġenza meta ma jkunx hawn l- attorney general.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri dan mhux se jibqa' jagħmel anke dik ix- xi ħaġa żgħira li kien jagħmel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-realtaċ u l-loġika tgħidlek li l-attorney general fil-funzjoni ċivili tiegħu għandu jkollu sostituti f'dawk il-kampi ċivili u mhux tuża lil xi ħadd li qed jgħaddi ħajtu jispeċjalizza fil-kriminal u f'daqqa waħda taqbdu fuq iċ-ċivil.", "Illum l-attorney general - bir-rispett kollu li qiegħed hawnhekk - ċertament huwa speċjalist fil-kamp ċivili u kummerċjali peroċ jekk tgħidlu biex imur jagħmel ġuri niddubita kemm jaqbad u jagħmlu malajr, għax ilu li nqata' mill-ġurijiet.", "Illum id-dinja saret kumplikata ħafna fil-qasam legali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Dan l-uffiċċju se jiġi prosecutor general allura mhux se jibqa' deputy attorney general.", "L-assistent attorney general ukoll se nibdluhom kollha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-oħra liema?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Per eżempju, għandek xi tliet assistenti attorney general.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, wieħed issa jrid jidħol fl-istrutturi kollha ta' isfel.", "Dawn diġa' hemm ħsieb kif iridu jsiru.", "Iridu jsiru diskussjonijiet ma' l-istaff kollu biex ngħidulhom il-gvern x'qed jaħseb peroċ l- istruttura trid issir ħafna iktar flessibbli.", "Il-parti essenzjali ta' din ir-riforma hija li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali ma jistax jissaħħaħ jekk nibqgħu bin-nomenklaturi u strutturi antiki taċ-ċivil għax dan li qed jorbotna ħażin illum.", "Jiġifieri rridu niftiehmu struttura li hija flessibbli biżżejjed u ma noqogħdux norbtu mat-titolu imma norbtu l-ewwel ħaġa mas-sustanza tal-kuntratt li wieħed joffri lil avukat tajjeb u t-tieni ma' l-opportunitaċ li wieħed javanza internament.", "Illum is-sitwazzjoni hija magħluqa għal kollox għax m'għandekx fejn tiċċaqlaq.", "Avukat tajjeb jekk trid iżżommu trid toffrilu mhux biss a market price attraenti biex jiġi imma trid toffrilu opportunitaċ li javvanza along the years u mhux jieqaf wara ċertu żmien minħabba li l-istruttura taċ-ċivil timblukkah.", "Din hija l-vera trick, il-veru suċċess tar-riforma mhux il-liġi.", "Imma nsibu l-metodu amministrattiv kif inkunu kapaċi nirreklutaw lil min hu ħiereġ mill-universitaċ, tgħallmu u żżommu miegħek almenu għal 15-il sena.", "Imma dawn huma r-realtajiet li rridu niffaċċjaw.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, imma jekk din biss kienet ir-raġuni ma kienx hemm għalfejn tagħmel dan l-abbozz.", "Il-ministru qed igħid li biex bniedem tagħtih l-inċentiv li jkompli trid toħloqlu struttura differenti.", "Possibbli dan ma setax jinżamm kuntent bl-istrutturi kif kienu qabel?", "Hawnhekk mhux qed ngħid għal Dr Silvio Camilleri għax jien lil Dr Camilleri nafu u dejjem ħadem b'mod korrett u ibqa' ċert li x-xogħol tiegħu jagħmlu bħalma jagħmlu l-AG.", "Jien qed ngħid li l-fatt li issa se nagħmluh prosecutor general dan se jkollu xi inċentiv differenti milli meta kien deputy attorney general.", "(Interruzzjonijiet) Minħabba l-paga qed tgħid?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din mhux kwestjoni ta' inċentiv jew le.", "Hawnhekk qed nipprovaw nirriflettu l-ħsieb ta' neċessitaċ ġdida, li għalkemm ikollok titular wieħed - li hu l-attorney general la ġejna f'dawn iċ-ċirkostanzi - irid jinqasam fiż-żewġ rami, ir-ram tal-prosekuzzjonijiet u r-ram ċivili u kummerċjali.", "Dan li jistabilixxi t-titolu ta' prosekutur ġenerali.", "Dan huwa importanti għaliex inti il-prinċipju hu li għalkemm għandek uffiċċju wieħed, trid tistruttura fuq żewġ naħat.", "Hekk hi r-realtaċ u l-prattika fil-veritaċ.", "Jiġifieri dan il-valur li jagħmel it-titolu li fl-aħħar mill- aħħar naħseb...", "(Interruzzjonijiet) Veru li tgħidli min se jiekol bit- titoli?", "Ma tiekolx imma jagħmel differenza anke internazzjonalment bejn titolu ta' deputy attorney general u titolu ta' prosecutor general jew director of public prosecutions.", "Tgħidli li dawn huma kollha ħmerijiet.", "Jien ngħid li ħmerijiet, peroċ barra minn Malta biex tippreżenta ruħek, biex tgħid inti x'int jagħmel differenza.", "U anke din l-istruttura trid tagħmilha wkoll.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Fil-kamp internazzjonali naħseb li deputy attorney general hija pożizzjoni quite prestigious.", "Ma tgħidx senior counsel imma deputy attorney general.", "Il-ministru jista' jkollu raġun fiha din, imma fir-realtaċ x'kien qed jiġri fl-AG?", "Il-ministru qed jgħid li għandu jkun hemm żewġ ramijiet, wieħed jieħu ħsieb iċ-ċivil u l-kummerċ u l-ieħor jieħu ħsieb il-kriminal u l-prosekuzzjonijiet.", "Tul is-snin dejjem hekk inqasam ix- xogħol fl-AG.", "Nafu li per eżempju - u ma fiha xejn li nsemmuh hawnhekk, għax huwa bniedem ta' l-affari tiegħu - Dr Peter Grech qatt ma ħadem kriminal.", "Jekk ħadem ma nafx, imma jidhirli li dejjem fiċ-ċivil ħadem.", "Imbagħad għandek lil Dr Barbara jew Dr Mark Said li prattikament dejjem ħadmu fil-kriminal.", "Jiġifieri dejjem kien hemm dawn il-blokki within the AG office li jmexxu x-xogħol skond l-area li jispeċjalizzaw fiha.", "Il-ministru semma' l-kamp internazzjonali.", "Jien mhux wieħed li nsiefer ħafna u ovvjament il-ministru tkun fuq dan ix-xogħol, imma anke hawn, jiena nħoss li ma fiha xejn billi inti ma tkunx prosecutor general per se.", "Jien naf ħafna mill-AG li jsiefru fuq xogħol 'l hemm u 'l hawn.", "M'hemmx għalfejn nagħmlu lil kulħadd prosekutur ġenerali jew kulħadd AG biex ikun jista' jidher aħjar fil-livell internazzjonali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien qed ngħid li huwa solitu li fil-kamp internazzjonali jekk hemm nomenklatura li tintgħażel għall-kap tas-sezzjoni kriminali hija jew director of public prosecution jew prosecutor general u żgur li mhux deputy attorney general.", "Dik qatt ma tiltaqa' magħha, imkien.", "Illum il-kelma deputy spiċċat minn kullimkien.", "Spiċċat anke internament fiċ-ċivil f'Malta għaliex l-idea ta' deputy kienet li dan ikun is-suċċessur awtomatiku.", "Issa la m'għandniex uffiċjalment, lanqas Dr Camilleri m'hu deputy attorney general officially bħala grade għaliex ma jeżistix il-grade allura rridu nagħtuh titolu u għażilna t-titolu prosecutor general.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Peroċ Dr Camilleri ma kienx deputy attorney general pero' jien ċert li jaf li huwa d-deputy ta' l-attorney general.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk tara l-lista li tiġi ppubblikata fl-aħħar tal- budget ma ssibx deputy attorney general.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma fl-istaff list toħroġ.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Fl-istaff list taċ-ċivil qed jagħtuh l-iskala.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jagħtuh l-iskala officer in grade.", "Xi ħaġa qiegħed, peroċ mhux deputy attorney general.", "Din m'għadek issibha mkien.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jidhirli li f'xi staff list kienet.", "Ma nafx jekk hux ta' l-aħħar.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Staff list ili ma nara, imma fl-aħħar tal-budget fejn ikun hemm....", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: F'tal-budget ma tidhirx.", "Jien qed ngħid l-istaff list li toħroġ għall-ħaddiema tal-gvern.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dawk ma rajthomx, ma nistax ngħid.", "ONOR.", "ANĠLU FARUGIA: Ir-raġunament tal-ministru dwar id-deputy jagħmel sens pero' f'ċerti oqsma ma tistax tneħħi d-deputy.", "Per eżempju jiena ma nistax nimaġina kif fil-korp tal-pulizija ma jkollokx kummissarju u deputat kummissarju għax hija ħaġa awtomatika li jrid ikollu deputy.", "Rigward l- organizzazzjoni ta' l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika għandna sistema li kienu daħħluhielna l-Ingliżi.", "Jiena ċert li din il-ħaġa l-ministru daħal fiha storikament.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk tmur lura le.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: L-ewwel kellhom lieutenant attorney general.", "Daħħlu dan il-konċett għax ovvjament fil-kolonji l-ewwel ikollhom dak li jirrappreżenta l-AG bħala head mill-Ingilterra, peroċ mbagħad anke d-deputy attorney general introduċuhulna l-Ingliżi.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peroċ iktar tard isseparaw il-funzjoni ta' l-attorney general mill-public prosecution u kien hawn director of public prosecution.", "Kien fil-gvern ta' Strickland li reġgħu ngħaqdu, jiġifieri kważi kważi we took both rules.", "L-ewwel bdejna b'mod, imbagħad espandejna u issa erġajna ngħalaqna.", "Issa wasalna biex nerġgħu nespandu.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Hekk hu peroċ kien hemm raġuni storika għalfejn kien ġara hekk.", "ONRO.", "AUSTIN GATT: Naħseb politika.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Politika.", "Jekk tara t-trials li kien hemm qabel ma ngħaqdu, qabel kien hemm Strickland, tkun taf għalfejn ingħaqdu, jiġifieri kien hemm raġuni storika.", "Mhux se noqogħdu nidħlu fuq min kien jilbes il- fardal u min ma kienx jilbes il-fardal dak iż-żmien, għax mhux sew li nqajmu l-iskeletri ta' ħafna snin ilu, peroċ l-veritaċ hija li jiena rrid inkun ċert minn dan ir-reading ta' artiklu 3.", "Hawnhekk qed ngħidu li għandna l-uffiċċju ta' l-AG u uffiċċju tal-prosekutur ġenerali.", "Kif tinqara f'dan l-artiklu tieħu l-impressjoni - u għalhekk f'dan il-Kumitat irrid noħroġha ċara - li huma żewġ karigi li qegħdin fl-istess livell peroċ fil- fatt minn dan il-kumitat qed jirriżulta li kollox se' jibqa' kif kien qabel u sempliċiment qed iwaħħlu label differenti biex ikollu libsa forsi ġdida u biex kulħadd ikun jaf li min se jokkupa l-kariga ta' prosekutur ġenerali se jkun inkarigat b'mod amministrattiv li tieħu ħsieb il-prosekuzzjonjiet kollha f'pajjiżna.", "Meta niġu għal financing irid iħares 'il fuq biex jara x'se jgħidlu l-AG.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Preċiż, nikkonferma.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Peroċ l-artiklu qiegħed miftuħ ukoll.", "Hawnhekk jingħad:", "\"and to provide for matters consequential and incidental ...\"", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din hija diċitura normali.", "Dan mhux titolu.", "M'hemm ebda valur legali f'dan il-kliem.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien qed nistaqsih ir-raġuni għaliex qiegħed hemmhekk.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għax hekk għoġbu jagħmilha Dr borg Barthet.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki( (Onor. membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex isir parti mill- abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 1 ta' l-Ordinanza", "Clause 4 - Amendment of article 1 of the Ordinance", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Fit-test Ingliż tal-klawsola 4, minflok il-kelma \"Advocate\" għandha tidħol il-kelma \"Attorney\".", "\"B\" In the English text of clause 4, for the word \"Advocate\" there shall be substituted the word \"Attorney\".", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-artiklu 1 ta' l-Ordinanza li huwa t-titolu ta' l-Att.", "Ir-raġunijiet kollha li semmejna għal klawsola 3 japplikaw għal hawnhekk ukoll.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki( L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, apparti l-emenda li għaddieli l- Ministru, hemm xi emnda oħra(", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le.", "Għandek żball fit-typing.", "Mhux clause 3 trid tiġi imma clause 4.", "Fit-titolu fuq qiegħed tajjeb, peroċ fit-test għandek \"fit-test Ingliż ta' klawsola 3\" mentri dik trid tiġi \"fit-test Ingliż ta' klawsola 4\".", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Din hija l-istess ħaġa per konsegwenza ta' l-oħra.", "M'għandniex rimarki fuqha.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( (Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex isir parti mill- abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Sostituzzjoni ta' l-artiklu 2 ta' l-Ordinanza", "Clause 5 - Substitution of article 2 of the Ordinance", "THE CHAIRMAN: Rimarki.", "Il-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"C\" Minflok il-klawsola 5 għandha tidħol il-klawsola li ġejja:", "\"Sostituzzjoni ta' l-artikolu 2 ta' l-Ordinanza.", "5.", "Minflok l-artikolu 2 ta' l-Ordinanza għandu jidħol dan li ġej:", "\"Avukat Ġenerali u Prosekutur Ġenerali.", "2.", "(1) L-Avukat Ġenerali jkun il-konsulent legali ewlieni tal-Gvern u għandu jkollu r-rappreżentanza ġudizzjarja tal-Gvern f'attijiet u azzjonijiet ġudizzjarji fejn il-liġi ma tkunx tipprovdi li dik ir- rappreżentanza tkun tvesti f'xi persuna jew awtorita' oħra.", "Meta l- Avukat Ġenerali jkollu jaġixxi jew jeżerċita xi poter taħt xi liġi skond il-ġudizzju individwali tiegħu, huwa ma jkunx suġġett għall-ebda ordni jew kontroll ta' xi persuna jew awtorita' oħra.", "(2) L-Avukat Ġenerali jeżerċita l-poteri tiegħu biex jistitwixxi, imexxi jew iwaqqaf proċeduri kriminali permezz tal-Prosekutur Ġenerali li għandu jkun l-uffiċjal tal-prosekuzzjoni ewlieni f'Malta u li jkollu dawk il-poteri f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri kriminali li jista' jiġi provdut dwarhom bil-liġi minn żmien għal żmien; fl- eżerċizzju tal-poteri tiegħu, il-Prosekutur Ġenerali jaġixxi taħt id- direzzjoni ġenerali ta' l-Avukat Ġenerali u ma jkunx suġġett għall- ebda ordni jew kontroll ta' xi persuna jew awtorita' oħra ħlief l- Avukat Ġenerali.", "(3) L-uffiċjali ta' l-Avukat Ġenerali u tal-Prosekutur Ġenerali għandhom, meta jaġixxu taħt id-direzzjoni ta' l-Avukat Ġenerali jew tal-Prosekutur Ġenerali, skond il-każ, f'kull ħaġa li fiha l-Avukat Ġenerali jew il-Prosekutur Ġenerali jkollhom jaġixxu skond il-ġudizzju individwali tagħhom, ikollhom l-istess protezzjoni skond il-liġi daqs li kieku l-att magħmul jew mhux magħmul kien att ta' l-Avukat Ġenerali jew tal-Prosekutur Ġenerali.\".\".", "\"C\" Clause 5 shall be substituted by the following:", "\"Substitution of article 2 of the Ordinance.", "5.", "For article 2 of the Ordinance, there shall be substituted the following:", "\"Attorney General and Prosecutor General.", "2.", "(1) The Attorney General shall be the chief legal advisor to the Government and shall have the judicial representation of the Government in judicial acts and actions where the law does not provide that such representation shall vest in some other person or authority.", "Where under any law the Attorney General is to act or exercise any power on his individual judgement he shall not be subject to the direction or control of any other person or authority.", "(2) The Attorney General shall exercise his powers to institute, undertake or discontinue criminal proceedings through the Prosecutor General who shall be the chief prosecuting officer in Malta having such powers in connection with criminal proceedings as may from time to time be by law provided; in the exercise of his powers, the Prosecutor General shall act under the general direction of the Attorney General and shall not be subject to any direction or control of any other person or authority, save the Attorney General.", "(3) The officers of the Attorney General and of the Prosecutor General shall when acting under the direction of the Attorney General or of the Prosecutor General, as the case may be, in anything in which the Attorney General or the Prosecutor General are to act in their own individual judgement, shall have the same protection at law as if the action done or omitted to be done were an act of the Attorney General or of the Prosecutor General.\".\".", "Dan l-artiklu l-ewwelnett jirripproduċi stat ta' fatt li diġaċ jeżisti permezz tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fejn l-avukat ġenerali huwa l-persuna li tirrappreżenta l-gvern f'azzjonijiet ċivili.", "Hawnhekk qed nieħdu l-opportunitaċ biex ngħidu li huwa kif inhu fil-fatt il- konsulent legali ewlieni tal-gvern.", "Qed nużaw il-kelma ewlieni għax m'huwiex l-uniku.", "Il-gvern ovvjament ikollu dritt jikkonsulta ma' min irid.", "Fit-tieni parti qegħdin nagħmlu r-rabta biex nagħmlu iktar ċar dak li konna qegħdin niddiskutu ma' l-Onor.", "Farrugia rigward ir-relazzjoni bejn prosekutur ġenerali u l-avukat ġenerali.", "Qed nagħmluha ċara li l-avukat ġenerali qed iżomm il-poteri kollha kif inhu rikjest mill-Kostituzzjoni peroċ fejn jidħlu proċeduri kriminali jaġixxi permezz tal-prosekutur ġenerali li iktar 'il quddiem ngħidu li se jaġixxi taħt id-direzzjoni ġenerali ta' l-avukat ġenerali.", "Se nipprova nispjega l-pożizzjoni li ċertament hija prattikanti fil-qasam kriminali.", "Kulħadd jaf li l-persuna prinċipali li tiġi kkonsultata kemm fuq il-prosekuzzjoni, kemm id-difiża li għandha x'taqsam mal-kamp kriminali hija d-deputy attorney general.", "Jekk hemm diffikultaċ, huwa d-deputy attorney general li jagħti d-direzzjoni u ħadd ma jmur ikellem direttament lill-attorney general jew rarament wieħed jitkellem ma' l- attorney general fuq il-qasam kriminali qabel ma jkun tkellem mad-deputy attorney general.", "Fejn hemm bżonn id-deputy attorney general jew jagħti direzzjoni hu jew inkella jirriferi għal deċiżjoni finali lill-attorney general.", "Prattikament hawnhekk qed nagħmlu dak l-inness li m'huwiex miktub illum pero' hawnhekk issa qed niktbuh ladarba stabbilejnih fl-uffiċċju tal- prosekutur ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Chairman, qed issir din l-emenda ovvjament għaliex issa ġie irtirat dak li kien se jsir fil-Kostituzzjoni.", "Kieku baqgħet kif kienet dak li kien jagħmel il-prosekutur ġenerali ma jistax jindaħallu fih l-attorney general.", "Jien li nixtieq nistaqsi lill-ministru dwar il-kwestjoni li r- rappreżentanza ġudizzjarja tal-gvern tkun fuq l-avukat ġenerali.", "Aħna dejjem insistejna fuq din il-ħaġa.", "Jew inkella għaliex hemm indikat l- azzjonijiet ġudizzjarji fejn il-liġi ma tkunx tipprovdi li dik ir- rappreżentanza tkun tvesti f'xi persuna jew xi awtorita' oħra...", "Hawnhekk dejjem jekk għandek, per eżempju, planning authority, allura l-uffiċċju taċ- chairman jieħu ġudizzjarju ...", "F'dak is-sens qed neħodha, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk niftakar sew - pero' mill-memorja qed nipprova nikkwota u mhux l-attorney general - mingħalija f'section tas-COCP li jipprovdi r-rappreżentanza ġudizzjarja hemm xi eċċezzjonijiet fejn ma jiġix imħarrek l-attorney general imma jrid jiġi mħarrek il-prim ministru.", "Jiġifieri hemm xi eċċezzjoni.", "Ma nafx jekk hux is-COCP, bl-amment ma niftakarx, pero' ħlief dawk huma l-istatutory models li qed issemmi int.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Per eżempju, meta inti tagħmel kawża kontra l- appointment tal-permanent secretary.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Xi ħaġa hekk iva.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Ma tistax tagħmel kontra l-AG imma tagħmilha kontra ...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għal dawk il-każijiet iva.", "Ovvjament fejn inti għandek liġi speċifika għall-per eżempju l-Malta Communications Authority, allura dik tagħti l-legal representation f'idejn iċ-chairman tal-Malta Communications Authority.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi xi ħaġa oħra lill-Ministru.", "Taħt klawsola 5 qed nagħmlu distinzjoni netta u ċara li l-prosekutur ġenerali se jkun il-persuna li se tmexxi l-prosekuzzjonijiet ewlenin f'Malta u se jkollu wkoll il-poteri li għandhom x'jaqsmu ma' proċeduri kriminali.", "Meta jibdew il-poteri?", "Da se jkollu l-poter li jwaqqaf lill-pulizija milli tipprosegwixxi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-terminu li qed nużaw, jiġifieri l-uffiċjal tal- prosekuzzjoni ewlieni ma jirriferix għall-poteri.", "Fil-fatt jekk taraha fl- Ingliż, issibha \"the chief prosecuting officer\".", "Issa the chief prosecuting officer huwa l-ogħla prosekutur.", "Jiġifieri jekk naqbdu t- termini ta' qabel, counsel, senior counsel eċċ, jiġifieri l-ogħla kariga ta' prosekuzzjoni.", "Bil-liġi kif inhi llum m'hu qed innaqqsu xejn mill- poteri deċiżjonali li għandu l-kummissarju tal-pulizija li jista' jiddeċiedi awtonomament mingħajr mna joqgħod jagħmel riferenza lill- attorney general dwar jekk għandux jipprosekwixxi jew le.", "M'hu qed inbiddlu s-sitwazzjoni xejn.", "Li qed ngħidu hawn biss huwa li jekk il-liġi titbiddel u l-prosecutor general li jingħata poteri li llum ma jeżistux biex jiddeċiedi hu, allura jeżerċitahom kif qed tgħid il-liġi.", "Jekk le jibqa' jirriferi kollox lill- attorney general.", "Pero' bis-sitwazzjoni llum m'hu qed inbiddlu xejn mill- istat tal-liġi llum.", "Parti mill-onus tar-responsabbilta' tad-diskrezzjoni għall-prosekuzzjoni llum hija f'idejn il-kummissarju tal-pulizija u se tibqa' u l-parti l-oħra hija f'idejn l-attorney general u se tibqa'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Kollox sew.", "Qabel ma kellniex definizzjoni.", "Illum qed indaħħlu definizzjoni jew donnu qed jidher li qed nippruvaw nispjegaw x'funzjoni se jkollu.", "Qabel kien hemm l-uffiċċju ta' l-AG, issa mbagħad taħtu min hu hekk u min hekk, pero' żgur li x'jagħmel l-AG, dak tgħidulna l- Kostituzzjoni ta' pajjiżna u l-ordinanza kif kienet qabel taħt Kap. 90.", "Jien allura qed nifhem li b'din l-emenda li l-prosekutur ġenerali għalkemm se jkun qed jaġixxi finalment taħt id-direzzjoni ġenerali ta' l-avukat ġenerali, pero' hu se jkun iċ-chief prosecutor u se jkun inkarigat minn ċerti affarijiet.", "Jekk tieħu t-test Ingliż issib li", "\"The Attorney General shall exercise his powers to institute, undertake or discontinue ...\"", "Ta' min igħid li dik ma kellhiex għalfejn issir għaliex dik dejjem kienet hemm fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, u allura qed nagħmlu repetition ta' xi ħaġa li diġa' qiegħda hemm.", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"... criminal proceedings through the Prosecutor General who shall be the chief prosecuting officer ...\"", "Kif qed naqraha jien mela l-prosecuting officer jista' hu wkoll, taħt id- direzzjoni ta' l-AG, institute undertake or discontinue, u ma naħsibx li għandha tkun hekk.", "Issa għaliex qed ngħid dan, Mr Chairman?", "Għaliex kif qal tajjeb il-ministru, qabel ma għamilt intervent jien, jekk kemm-il darba l-pulizija tkun qiegħda tinvestiga u tiddeċiedi li tmexxi kontra xi ħadd, sal-lum ma kienx rikjest jew mistenni li tikkonsulta l-attorney general jew issa wkoll il-prosekutur ġenerali biex dan jgħid iva jew le biex tmexxi.", "Għaliex?", "Għaliex ma kienx hemm il-ħtieġa ladarba ma ssirx referenda.", "Sal- lum donnu dik kienet il-customary position tal-proċeduri kriminali fil- pajjiż tagħna.", "U dan qed ngħidu għaliex fil-maġġoranza assoluta tal-każi l- pulizija tmexxi meta l-uffiċċju ta' l-AG lanqas ikun jaf jekk tmexxix jew le, u l-każ ikun diġa' beda fil-qorti.", "Din hija osservazzjoni importanti għaliex issa qed ikollna definizzjoni tad- distribuzzjoni tal-poteri.", "Jien m'għandix quddiemi l-Ordinanza kif kienet, u jekk ikollna kopja jkun aħjar biex inkunu nistgħu nqabblu u nagħmlu l- argumenti tagħna aħjar.", "u b'iktar anoloġija u b'iktar kritika oġġettiva.", "Jien qed naqraha hekk u għalhekk xtaqt li l-Ministru jispjega dan il-fatt.", "L-emendi reġgħu nkitbu per konsegwenza li rtira t-tibdiliet kostituzzjonali allura rridu narawhom sew biex naraw li qed jiġi rifless dak li qegħdin ngħidu.", "It-test Malti qed jgħid ukoll li:", "\"L-Avukat Ġenerali jeżerċita l-poteri tiegħu biex jistitwixxi, imexxi jew iwaqqaf proċeduri kriminali permezz tal-Prosekutur Ġenerali li għandu jkun l-uffiċjal tal-prosekuzzjoni ewlieni...\"", "Mela sakemm l-AG ma jgħidlux mod ieħor, l-istess prosekutur ġenerali jista' hu, kif qed nara hawnhekk, jiddeċiedi jmexxix jew iwaqqaf.", "Kif inhu miktub dan l-artiklu jidher li m'huwiex feliċi.", "Hawnhekk qed indaħħlu dan l- artiklu minflok artiklu 2 ta' l-Ordinanza.", "Jien għandi l-Ordinanza hawnhekk....", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk tippermettili, biex forsi niggwida ftit.", "Permezz ta' l-Ordinanza, l-attorney general għandu l-poter li jiddelega l- funzjoni tiegħu kollha.", "Dik id-delega tradizzjonalment ilha sseħħ.", "Fil- prattika llum huwa bis-saħħa ta' dik id-delega li d-deċiżjonijiet biex jiġu istitwiti u jitmexxew proċeduri legali - għax it-twaqqif hija differenti minħabba n-nulle prosequi li trid tikteb - jittieħdu mid-deputy attorney general.", "Ovvjament ikun hemm każijiet fejn id-deputy attorney general jidhirlu jikkonsulta lill-attorney general, peroċ fil-prattika - u dan ilu jsir is-snin - meta jkun hemm każ konkluż jew tramite inkjesta jew wara kompilazzjoni biex joħorġu l-artikli, jew il-pulizija għandha xi dubbji, huwa d-deputy attorney general bis-saħħa tad-delega li hemm fil-liġi llum li jieħu d-deċiżjoni.", "Fejn jirrigwarda każijiet komplikati ovvjament jeħodha fuqu li jikkonsulta lill-attorney general mhux biss issa f'dawn iż- żmenijiet peroċ anke taħt attorney generals oħra preċedenti.", "Fil-każ ta' twaqqif ta' proċeduri allura titkellem mod ieħor, għax hemmhekk l-attorney general, fin-nulle prosequi jrid jidħol fiha bilfors.", "Ma jistax jagħmilha mod ieħor u jrid jiffirma.", "Dan l-artiklu jirrifletti dak li fir-realtaċ qed jiġri llum jiġri anzi fl- opinjoni tiegħi qed inkunu ħafna aħjar milli qegħdin illum għax rigward delega, llum il-ħaġa hija ftit nebuluża.", "Nebuluża mhux fis-sens ma tridx il- poter tad-delega imma m'hemm ebda uffiċjalitaċ li turi din id-delega.", "Jiġifieri qed insegwu dak li fir-realtaċ ilu jiġri minn żmien żemżem fl- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Naqbel u ma naqbilx fis-sens kif saru l-affairjiet.", "L-artiklu 2 ta' l-ordinanza jgħid - issa l-ordinanza tmur lura għat- tletinijiet jiġifieri qed nitkellmu fi żmien Strickland - li għandu jkun hemm uffiċjal li jissejjaħ avukat ġenerali.", "Mela qed nitkellmu fuq persuna waħda li jkollha s-setgħat, id-dmirijiet u l-funzjonijiet kollha li s-saħħa tal-liġi, anke kostituzzjonali...", "(Interruzzjonijiet) Iva, dawn kollha huma mgħotija lill-uffiċjal imsejjaħ avukat irjali...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Treasury solicitor.", "Dan għadu jeżisti l-Inghilterra.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: S'hemm kien jitkellem l-artiklu.", "Dan tinterpretah kif tinterpretah huwa ċar u limitat.", "Illum il-ministru wessa' dan l- artiklu u allura bilfors id-domandi jiġu waħda wara l-oħra.", "Qed nistaqsi dawn id-domandi biex inkunu ċari f'dan il-Kumitat.", "Id-drafting ta' l- emenda m'inix qed naraha li tirrifletti dak li fil-fatt huwa rifless kemm fl-Ordinanza u iktar u iktar fil-Kostituzzjoni.", "L-ewwelnett nafu li għalkemm ix-xogħol tradizzjonalment dejjem tagħmlu l-istess persuna, pero' l-AG ma jistax, u huwa impossibbli li jagħmel kollox fiżikament waħdu.", "Dan ifisser li jrid bilfors jiddelega x-xogħol, imm jista' jiddelega sa ċertu punt.", "L-uffiċċju ta' l-AG huwa magħmul minn ħafna avukati, j'Alla jkun hemm iktar ħalli jsir iktar xogħol, imma mhux dan il-punt tiegħi.", "Kif inhu miktub l-artiklu - u dejjem qed nitkellem dwar klawsola 5 li tissostitwixxi l-artiklu 2 - l-eżerċizzju tal-poteri...", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek x'inhuma.", "(Interruzzjonijiet) Għax anke hawn ma jitkellimx fuqhom, il-Kostituzzjoni tgħid xi ħaġa, pero' lanqas titkellem ħafna, jiġifieri jekk taraha m'hijiex fejn wieħed jista' jgħid fejn għandek twaqqaf.", "Dan l-aħħar kellimt student tal-liġi - ovvjament dawn ikollhom iċ- ċans li jistudjaw u jidħlu in depth - dwar il-konċett ta' twaqqif ta' proceedings kif daħal f'pajjiżna.", "Tradizzjonalment dan huwa poter li huwa misjub fi ftit pajjiżi.", "Per eżempju fl-Ewropa joqogħdu lura ħafna meta jiġu biex jagħtu dawn il-poteri.", "Dan l-istudent li qiegħed fil-kors tal-liġi, wasal biex jagħmel it-teżi, u kif kulħadd jaf, wieħed jipprova jagħżel suġġett ġdid.", "Kulħadd jaf kemm kitbu fuq kull kamp, u llum wieħed isib problema biex jagħżel suġġett imma l-liġi tant hija sabiħa li dejjem tista' tiskopri suġġett u tiftaħ.", "Mela, il-poter li twaqqaf proceedings huwa poter enormi u b'saħħtu immens u dajn il-poter jingħata biss lil persuna waħda fil-pajjiż, li hu l-attorney general.", "Kulħadd jaqbel li jkun hemm raġunijiet fejn ċerti proċeduri għandhom jitwaqqfu.", "Jista' jkollok każi fejn tkun diġaċ bdiet bil- proċedura, u during the course tal-proċedura l-AG jiskopri li jkun hemm a gross miscarriage of justice u allura bilfors ikun irid jagħti rimedju.", "Mr Chairman, jien m'iniex qed ngħid li m'għandux ikun hemm dan il-poter.", "Fil- fatt il-Kostituzzjoni titkellem fuqu.", "Issa l-ħsieb legali wara dan kollu x'inhu?", "Li dan huwa poter li daqskemm huwa importanti jrid jiġi suġġett ta' raġunijiet partikolarissimi, sitwazzjonijiet kultant diffiċilissimi, delikatissimi li peroċ jrid jeħodhom xi ħadd u dan ix-xi ħadd huwa l-AG li qiegħed hemm biex jaqdi dan id-dover.", "Issa jien qed naraha li dan il-poter li jwaqqaf proċeduri kriminali l-poter se jkun miftuh aktar minn dak li l- istess Kostituzzjoni qed tgħidilna.", "Għaliex?", "Inti meta titkellem fuq il- poteri ta' l-AG bilfors trid tara l-limitazzjonijiet ta' poteri li qegħdin fuq l-uffiċċju ta' l-AG kif joħorġu mill-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Issa fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna għandek ċar, bil-kitba, x'inhuma l- poteri.", "Hawn għandna espożizzjoni miktuba f'liġi li qed tissostitwixxi l- ordinanza, li l-attorney general jista' jeżerċita l-poteri tiegħu biex jistitwixxi ...", "Issa dik tafuha, għaliex ġieli l-istess liġi speċjali tagħti l-poter lill-AG jistitwixxi jew le.", "Per eżempju, taħt is-Central Bank Act, il-pulizija allavolja jkollha persuna li tkun kisret il-liġi tas- Central Bank bħal flus foloz u dawn l-affarijiet, trid bilfors is-senjatura bil-miktub mill-AG biex tmexxi.", "Mela hemmhekk għandek liġi speċjali li torbot lill-pulizija li ma tistax tmexxi jekk mhux bil-kunsens ta' l-AG.", "L- istess jista' jingħad rigward l-exchange control act, għalkemm illum ma tantx nużawha, u xi liġijiet oħra partikolari.", "Jiena nixtieq nistaqsi: Dan huwa poter li twaqqaf proċedura kriminali qabel ma tibda l-proċedura jew twaqqafha meta tkun bdiet il-proċedura?", "Ħafna ġuristi li jgħidu li trid toqgħod attent fejn tidħol u ma tidħolx.", "U dan huwa l-istudju ta' dan l- istudent.", "Ovvjament pleasure to come jekk tiġi ppubblikata din it-teżi f'dan ir-rigward.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kwestjoni tal-poteri ta' l-AG fir- rigward tad-deċiżjonijiet tiegħu tan-nulle prosequi, meta jeħodha u kif jeħodha.", "Kif inhu miktub subartiklu 2, il-prosekutur ġenerali wkoll - u dan m'għandux poteri kostituzzjonali għaliex ma jeżistix fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna ladarba l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna titkellem biss fuq l-AG - jista' jeżerċita l-poteri li jistitwixxi u jmexxi u jwaqqaf proċeduri kriminali.", "Hawnhekk I am questioning the constitutional validity ta' kif inhi miktuba din is-sub-klawsola.", "Ma nafx jekk intix tifhimni.", "Qed nipprova nkun kemm jista' jkun ċar.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-pożizzjoni legali llum hija li l-oneru tad- deċiżjoni għall-prosekuzzjoni u l-oneru għad-deċiżjoni tan-nulle prosequi kif qal sew l-Onor.", "Farrugia, bil-Kostituzzjoni titpoġġa fuq l-attorney general, peroċ artiklu 3 ta' l-ordinanza, chapter 90, istitwixxi - jien għandi l-verżjoni Ingliża - li jkun hemm an officer to be styled deputy attorney general and officers to be styled respectively assistants to the attorney general, senior counsel for the Republic and the counsel for the Republic who shall exercise and perform all such powers, functions and duties as may be delegated or assigned to them by the attorney general.", "Din il-klawsola dejjem ġiet interpretata li l-attorney general jista' jiddelegalhom il-poteri kollha tiegħu taħt kull liġi inkluż il- Kostituzzjoni.", "Fil-fatt dejjem hekk sar.", "Id-deċiżjonijiet dwar l- istituzzjoni ta' proċeduri li ġejja mill-Kostituzzjoni u li saret fl-1964, sal-lum iktar ittieħdu mid-deputy attorney general milli ttieħdu mill- attorney general.", "Dan dejjem sar bil-poter tad-delega u anke fil-każi tan- nulle prosequi.", "Ovvjament id-deputy attorney generals dejjem nassumi li kienu jafu meta għandhom jirriferu u jikkonsultaw ma' l-attorney general, u f'każi importanti kkonsultaw.", "Il-poter tad-delega eżistenti f'artiklu 3 ta' l-ordinanza dejjem ġie interpretat b'mod li jinkludi delega tal-poteri mogħtija lill-attorney general mill-Kostituzzjoni.", "Dan hu li qed nirriflettu hawnhekk, anzi hawnhekk qed ngħalqu, għaliex illum l-attorney general jista' jiddelega l- poter tal-prosekuzzjoni anke lill-council for the Republic li huwa a junior lawyer.", "(Interruzzjonijiet) Mingħalija ssir wara ħames snin.", "Hawnhekk qed nillimitawh u qed ngħidu li dak jista' jagħtih biss lil prosekutur ġenerali u allura qed ngħalqu mill-pożizzjoni tal-lum.", "Napprezza l-argument li għamel estrapolat mit-teżi.", "Naħseb ovvjament l- Onor. Farrugia huwa tutor ta' dan l-istudent.", "Huwa suġġett interessanti ħafna li wieħed jista' jiżviluppa iktar 'il quddiem.", "Irrid ngħid li aħna m'aħniex fuq l-istess livell ta' sistemi oħra Ewropew għaliex fil-kriminal aħna għandna s-sistema anglosassona u allura nirriflettu dak li jeżisti l-Ingilterra, dak li jeżisti l-Iskozja, dak li jeżisti Wales u jeżisti l-Irlanda wkoll.", "Mingħalija li jeżisti l-Kanada wkoll u sa ċertu punt kien jeżisti l-Awstralja, pero m'inix ċert fuq l- Awstralja.", "Din hija bażikament id-differenza li qed nagħmlu llum, peroċ biex niġi għal din il-klawsola, hawnhekk prattikament qed ngħalqu l- pożizzjoni li għandna llum u qed nistabilixxu l-prosekutur ġenerali bħala, biex ngħid hekk, l-unika persuna li għandha d-delega mill-attorney general fuq dawn il-poteri.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.20 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex f'isem il-Viċi Prim Ministru jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar t-Tnejn , 20 ta' Mejju 2002, fis-6.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola Fondi Speċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, illum kien hemm eżami tal-Franċiż tal-Matsec u għal darba oħra kien hemm żball jew żbalji oħrajn fil-karti ta' l-eżami.", "Fil-fatt l-istudenti li għamlu l-eżami illum ġew informati bl- iżball li kien hemm fil-karta - li diġà hija xi ħaġa gravi minnha nnifisha - u ġew mitluba jiffirmaw li ġew mgħarrfa bl-iżball u li jafu bil- korrezzjoni.", "Dan mhuwiex l-ewwel każ, diġà kellna mill-inqas żewġ każi oħra fil-karta tas-Sec ta' l-accounts, kif ukoll fil-karta tas-Sec tal- lingwa Ingliża paper A. Naturalment din mhijiex serjetà ta' kif jimxu l- affarijiet fil-qasam ta' l-eżamijiet f'pajjiżna.", "Tajjeb li nfakkru ftit meta fi żmien Gvern Laburista kien sar żball ta' cut and paste, u dan il-każ uniku ġie ammess u saru l-emendi neċċessarji.", "Dak iż-żmien Frank Portelli li kien il-President tal-Kunsill tal-Partit Nazzjonalista kien ħareġ b'ħanġra daqsxiex, flimkien ma' numru ta' persuni oħrajn li bdew idoqqu l-istess qanpiena, u talab għar-riżenja tal-ministru ta' dak iż-żmien l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Wieħed irid jara x'passi se jittieħdu wara dawn l-oxxenitajiet li rrepetew ruħhom mhux darba, tnejn, imma mill-inqas tliet darbiet.", "F'mistoqsijiet parlamentari li għamilt anke l-Ministru ta' l-Edukazzjoni qabel perfettament miegħi li mhux aċċettabbli li jkun hemm żbalji sempliċi bħal dawk indikati f'karta tal-eżami tas-Sec.", "F'mistoqsija parlamentari 33,210 il-Ministru Galea kompla jgħid: \"Minn verifiki li għamilt mal-bord tal-Matsec irriżżultali li l-bord inkariga persuna ta' esperjenza biex jiġi assigurat li l-karta ma jkunx fiha żbalji.", "Il-bord qiegħed jikkonsidra passi bħala sodisfazzjon għal dawn in- nuqqasijiet.\"", "Imbagħad wieħed jara x'se jkunu dawn il-passi.", "Illum ġustament ikolli nistaqsi fejn hu Frank Portelli u l-persuni l-oħra li appoġġjaw lil Frank Portelli fl-argumenti tiegħu biex wara dawn l- oxxenitajiet li rreppetew ruħhom għal darba, darbtejn, tlieta?", "Illum qed jitolbu l-istess affarijiet li kienu talbu dakinhar?", "Tajjeb li jirrispondi ftit għal dawn l-affarijiet kemm il-Ministru, kif ukoll ir-rettur ta' l- università, għax fl-aħħar mill-aħħar huwa wkoll responsabbli minn dak li qed jiġri f'dawn il-karti ta' l-eżamijiet.", "Sur President, minkejja li fl-università ta' Malta għandna aktar professuri milli siġar, nibqgħu b'dawn l-oxxenitajiet li qed ikollna f'dawn l- eżamijiet.", "Mhux hekk biss, anke meta jkun hemm xi invigilator li jinduna minn qabel b'xi żball, l-istruzzjonijiet li għandhom - li ma naħsibx li huma uffiċjali, ma nafx - huma li sakemm ma jkunx hemm xi ħadd ta' l- università li jinduna bl-iżball dawn l-invgiilators għandhom jibqgħu jinsistu ma' l-istudenti li m'hemm l-ebda żball fil-karta, biex l-iżball ikun doppju mbagħad.", "U jien nixtieq li l-persuni li fi żmien Gvern Laburista kellhom il-wiċċ li jitolbu r-riżenja ta' l-Onor.", "Bartolo minn ministru, illum tniggiżhom ftit il-kuxjenza u mqar joħorġu xi stqarrija żgħira f'xi rokna tal-gazzetti.", "Imma xejn, ipokrezija sfaċċata!", "Dan qed jiġri fi żmien meta t-tariffi ta' l-eżamijiet għolew.", "Wieħed jippretendi li ladarba għolew it-tariffi għandha tiżdied is-serjetà u mhux tonqos.", "Imma f'dan il-pajjiż l-affarijiet isiru bil-maqlub.", "Dan bħalma l- poplu Malti qed jintalab iħallas aktar taxxi mill-gvern li wiegħed li se jnaqqas il-piż tat-taxxi, u talli qed inħallsu aktar taxxi qed nieħdu servizzi ta' kwalità aktar baxxa.", "Sur President, tajjeb li nirrispondu għal dawn l-affarijiet għax mhux biżżejjed li wieħed jippriedka.", "Huwa ħafna faċli li tippriedka u tagħmel kunsilli tal-Partit Nazzjonalista għall-futur ta' wliedna, għax jekk verament irridu nassiguraw futur għal uliedna l-iktar ħaġa li wieħed għandu jaħdem fuqha huwa s-settur ta' l-edukazzjoni.", "Jiddispjaċini li diskors isir kemm trid dwar kemm qed ninvestu fl-edukazzjoni, però r-realtà qed turina li m'hemmx riżultati, jew ir-riżultati m'humiex jidhru.", "Sur President, ħaġa oħra li xtaqt insemmi fil-ħin ta' l-aġġornament tiegħi hija dwar żvilupp fl-iskola ta' Wied il-Għajn.", "Il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn, is-sindku b'mod partikolari u l-kunsilliera Ursula Greenland bilfors kellhom jieħdu azzjoni, ġaladarba l-problema mhix qed tiġi ttekiljata.", "Ħalli ngħid għaliex mhix qed tiġi ttekiljata.", "F'Ottubru ta' l-1997 id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kienet għamlet rapport fuq l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn fejn qalet li din l-iskola issa saret żgħira wisq meta wieħed iqis li l-popolazzjoni dejjem qed tikber.", "U dan kien kważi ħames snin ilu.", "Dan l-istudju jsemmi diversi dettalji biex juri li m'hemmx biżejjed spazju għal tfal ta' tliet snin tal-kindergarten, m'hemmx ċerti kmamar li huma neċċessarji bħalma huma tax-xjenza, ta' l-arti u oħrajn, u lanqas hemm post fejn jilagħbu t-tfal.", "F'dan ir-rapport kienu għamlu ċerti rakkmandazzjonijiet u ġie mqabbad perit biex iħejji l-pjanti għall- estensjoni ta' l-iskola.", "F'Settembru ta' l-1998 id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni applikat għand l- Awtorità ta' l-Ippjanar għall-permess biex issir estensjoni ta' l-iskola ta' Wied il-Għajn skond il-proposti li ħejja l-perit.", "F'Novembru ta' l- 1998, l-istess perit bagħat memorandum lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, fejn spjega l-pjanti li kien ħejja wara l-istudji differenti li kienu saru u għamlu comparative studies minħabba li forsi kien hemm xi diffikultajiet min-naħa ta' l-Awtorità ta' l-Ippjanar fuq il-pjanta li kienet tressqet.", "Fi Frar tas-sena 2000 l-Awtorità ta' l-Ippjanar approvat il-pjanti kif imressqa mill-perit li ġie mqabbad biex jagħmel dan ix-xogħol.", "X'ġara, Sur President?", "F'Diċembru tas-sena 2000 it-task force li waqqafna b'tant pompa, jew aħjar il-Fondazzjoni Tommorow Schools, kitbet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni fejn qaltlu Ii kien hemm oġġezzjonijiet fuq il-pjanti proposti li għaddew mill-Awtorità ta' l-Ippjanar u qalet li hemm bżonn isiru ijed studji.", "U dan il-gvern huwa magħruf li jagħmel studju fuq studju, u jekk jispiċċa studju nagħmlu studju fuq l-istudju.", "Il-Fondazzjoni Tommorow Schools, li suppost taħdem b'mod aktar effiċjenti mid-diviżjoni u mid-dipartimenti, sabet l-oġġezzjonijiet u qalet li jeħtieġ nagħmlu studju biex tinstab soluzzjoni li tkun tgħodd għat-30 sena li ġejjin u iżjed, għax dak kien il- punt.", "F'Lulju tas-sena 2001, id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għamlet applikazzjoni oħra biex jinbnew xi tliet klassijiet oħra ma' din l-iskola minħabba li l- popolazzjoni ta' Wied il-Għajn qed tikber b'rata mgħaġġla, ħafna iktar mgħaġġla milli qed tikber il-popolazzjoni Maltija wkoll fl-istess ħin.", "Insomma biex naqtgħu l-istorja fil-qasir, wara rakkmandazzjoni li saret għal azzjoni urġenti, l-Awtorità ta' l-Ippjanar ovvjament irriferiet għall- applikazzjoni li kienet approvat qabel fejn qalet li kienet tajba u l- pjanti li kienu tressqu kienu tajbin biex jibda x-xogħol.", "Jiġifieri għaddew aktar minn sentejn minn meta l-Awtorità ta' l-Ippjanar kienet approvat l-ewwel pjanti li kienu tressqu u din insistiet li l- proġett propost fil-bidu kien tajjeb u seta' jsir.", "Iżda għaddew aktar minn sena minn mindu l-fondazzjoni Tommorow Schools qalet li l-proposti m'għandhomx jiġu mwettqa u ddeċidiet li tagħmel aktar studji.", "U qalet li se tistudja kif issib soluzzjoni li tgħodd għal 30 sena jew iżjed.", "Imma r- realtà hi li ninsabu erba' xhur biss 'il bogħod mill-bidu tas-sena skolastika ġdida, u t-tfal ta' Wied il-Għajn li suppost se jibdew il- kindergarten proprju minn hawn u erbaċ xhur oħra - erbaċ xhur oħra u mhux tletin sena oħra - m'hemmx post għalihom fl-iskola tar-raħal ta' Wied il- Għajn.", "Din hija r-realtà.", "Sur President, qed nipprovaw inwaqqfu fondazzjonijiet b'ħafna pompa - għax biex naraw kbir ħadd ma jirbħilna! - però r-realtà hi li m'hemmx post għat- tfal li erbaċ xhur oħra jridu jidħlu fil-kindergarten fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn, peress li ma saritx l-estensjoni permessa mill-Awtorità ta' l-Ippjanar.", "Din mhix serjetà!", "Din hija prova oħra għall-poplu Malti ta' kemm il-Gvern Nazzjonalista jparla ħafna, imma jwettaq ftit li xejn, u kemm huwa kapaċi jippriedka dwar il-futur ta' wlieda, imma meta naraw x'futur qed jiggarantixxi lil uliedna, nindunaw li l-futur huwa wieħed imċajpar, biex ngħid l-inqas.", "Għax jekk ma titteħidx azzjoni immedjata fuq l-edukazzjoni ta' wliedna, allura ma nafx x'inhu l-futur ta' wliedna.", "Il-partit Nazzjonalista żgur li ma jistax jiftaħar li ħaseb għall-futur ta' wliedna għax nafu xi sfreġju ħoloq fil-finanzi pubbliċi ta' pajjiżna bejn l- 1992 u l-1996.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn il-poplu Malti, u allura l-ulied li issa kibru, qed ikollu jħallas miljuni kbar ta' liri fis-sena biex jagħmel tajjeb għad-dejn enormi li kien għamel gvern Nazzjonalista.", "Jekk irid jittieħed bis-serjetà l-gvern għandu jieħu passi immedjati mingħajr il- pomposità ta' ħafna fondazzjonijiet li qed iwaqqaf biex taparsi qed jagħmel xi ħaġa.", "Il-gvern għandu jibda jaħdem b'mod konkret ġaladarba kien hemm l- approvazzjoni neċċessarja mill-awtorità ta' l-Ippjanar, flok joqgħod jara kbir u jippjana għal 30 sena oħra.", "Għax issa ġejna f'sitwazzjoni fejn erbaċ xhur oħra t-tfal tal-kindergarten mhux se jkollhom post fl-iskola ta' Wied il-Għajn.", "Sur President, nittama li xi ħadd jirrispondi u jerfaċ r-responsabbiltà dwar l-ewwel punt li semmejt fl-aġġornament tiegħi dwar l-eżamijiet tas- Sec, għax f'dan il-pajjiż inparlaw ħafna, imma l-accountability ħadd ma jerfagħha.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Grazzi, Sur President.", "Illum se nitkellem fuq suġġett li sfortunatament xejn m'huwa sabiħ, anzi huwa suġġett ikrah.", "Ma nistax ma nitkellimx dwar il-prostituzzjoni li qiegħda tikber kuljum, speċjalment fil-lokalità minn fejn niġi elett jien, jiġifieri ġewwa Ta' Xbiex u l-Gżira.", "F'dawn il-lokalitajiet, partikolarment in-naħa ta' isfel ta' Testaferrata Street u Enrico Mizzi Street, hemm blokk sħiħ fejn, bħalma f'Amsterdam il-prostituti jkunu qegħdin għall-wiri ġewwa l-vetrini, hemmhekk ikunu għall-wiri ġewwa t-twieqi ta' dawn il-flats u djar.", "St John of the Cross, Guzzeppe Cali Street, Sir Ugo Mifsud Street, Msida Road, kollha huma effettwati minn din il-problema, bħalma hu effettwat ukoll il- ġnien tal-Gżira.", "Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa issa sar venue famuż ħafna, fejn bil-lejl jinġabru ħafna omosesswali kemm Maltin u kemm barranin li joqgħodu jagħmlu l-affarijiet li għandhom jagħmlu fil-beraħ.", "Fortunatament ma tantx ikun hemm nies għaddejjin dak il-ħin, imma l-affarijiet isiru fil- beraħ.", "Sur President, hemm ukoll nies li sejrin tajjeb ħafna minn fuq dawn l- affarijiet.", "Uħud li jgħixu bir-relief jikru d-dar tagħhom matul il-ġurnata u hemm minn anke matul il-lejl, biex waqt li huma jkunu barra, id-djar tagħhom jintużaw għal dawn l-affarrijiet.", "Nista' ngħid li sfortunatament il-prostituzzjoni kważi kważi għaddejja fuq ritmu regolari, fuq roster ta' 24 hours.", "Barra prostituti li huma nisa, issa daħlet il-moda li jkun hemm anke rġiel u anke travestiti, kif ukoll numru ta' tfal li huma taħt l-età.", "M'għandniex xi ngħidu, ħadd ma jista' jgħid xejn jekk dawn l-affarijiet isiru wara l-bibien u t-twieqi magħluqa.", "Però sfortunatament qegħdin naraw ħafna lbies oxxen ta' kull kwalità immaġinabbli, ħafna tlajjar, fastidju, kemm lill-irġiel kif ukoll nisa li innoċentement ikunu għaddejjin mill- inħawi filgħaxija u anke bi nhar.", "Sur President, qed ikun hemm ħafna ġlied, storbju, tgħajjir kemm bejn in- nies involuti f'dan ix-xogħol, kif ukoll mal-passers-by.", "Dawn jaqbdu u jwaqqfu l-karrozzi, speċjalment f'kantunieri, u wieħed ikollu joqgħod jistenna sakemm jirranġaw jew ma jirranġawx u jitilqu.", "U Allaħares wieħed ipaqpaq għax malajr iduru għalih u jinqalgħu ħafna argumenti.", "Jiddispjaċini ngħid li jsiru anke atti oxxeni fil-pubbliku speċjalment fit- toroq li semmejt, fil-parapetti tan-nies, u anke ġewwa rampi ta' garaxxijiet ta' flats jew inkella ta' garaxxijiet li ma jkunux qegħdin jintużaw.", "Jiddispjaċini ngħid li f'dawn l-aħħar erbaċ xhur u nofs il- puluzija ressqu l-qorti 26 persuna biss minn dawn iż-żewġ lokalitajiet li semmejt jien.", "Jekk inti tmur bħalissa hemmhekk issib 26 persuna żgur.", "Jiġifieri jien ma nistax nifhem kif inġabru 26 persuna biss!", "Veru li hemm problemi u mhux daqshekk sempliċi biex il-pulizija tieħu azzjoni, imma fl- opinjoni ta' ħafna residenti ċertament m'huwiex isir biżejjed.", "Sur President, se nsemmi żewġ affarijiet li rajthom isiru b'għajnejja l- bieraħ stess.", "Mhux se nsemmi l-ħin biex ma ndaħħal lil ħadd fl-inkwiet.", "Rajt karozza tal-mobile -li għandi n-numru tagħha ħalli jekk il-ministru jrid ikun jaf x'inhu nagħtihulu wkoll - għaddejja minn hemm, ħarsu lejhom u baqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn.", "Nara karrozzi oħra tal-pulizija, din id-darba mhux tal-mobile imma tad-distretti, li jiġu bil-lejl, jieqfu ftit 'il bogħod minn fejn ikunu qegħdin isiru dawn l-attivitajiet, jixegħlu d- dawl ħalli kulħadd ikun jaf li ġejjin, jagħtu ċ-ċans biex jinħeba kulħadd, u mbagħad jitilgħu 'l fuq u ovvjament ma jsibu lil ħadd.", "Dawn huma affarijiet li narawhom kważi kuljum.", "Jiddispjaċini ngħid li l-fatt li ħafna minn dawn il-persuni li jittellgħu l-qorti huma riċedivi juri li l- pieni li qegħdin jingħataw m'huma iebsin xejn.", "Ħafna minnhom jaqilgħu mijiet ta' liri kuljum, u billi l-qorti twaħħalhom multa ta' Lm20, Lm30, Lm50, għalihom m'huma assolutament xejn għax jistgħu faċilment iħallsuhom.", "Imbagħad tgħaddi l-għada u terġa' ssibhom hemm.", "U kif jgħidu l-Ingliżi, the story goes on and on and on. Il-Kunsill Lokali tal-Gżira kif ukoll dak ta' Ta' Xbiex għamlu laqgħat mal-Ministru ta' l- Intern, ma' l-ex-kumissarju, ma' ruxxmata pulizija oħra tal-vice squad u, għalkemm m'iniex qed ngħid li ma sar xejn, però jekk sar saret qatra f'oċean f'dan il-qasam.", "Sur President, nerġa' ngħid li ħafna residenti huma ta' l-opinjoni li m'hu qed isir kważi xejn.", "Jekk din il-problema verament trid tittieħed bis- serjetà jeħtieġ li jkun hemm pulizija in plain clothes iduru l-lokalità, b'karozzi li ma jagħrafhomx kulħadd, għax illum kulħadd jagħrafhom il- karozzi tal-pulizija, anke dawk il-karozzi ċivili.", "Jiġu ħinijiet partikolari f'ċerti ġranet fejn ma tara lil ħadd, imbagħad jiġu ġranet fejn tara kważi kważi dak li trid.", "Ċertament li jkun hemm xi ħaġa għaddejja għax kieku kif f'ċertu ħin m'hemm ħadd u siegħa wara jkun hemm ħafna.", "Bilfors li jkun hemm xi ħaġa għaddejja!", "Jien naħseb li l-iktar ħaġa importanti hija li jkun hemm preżenza kontinwa ta' pulizija li verament tkun qiegħda ddur il-lokal u tagħmel xogħolha.", "Jekk iridu hemmhekk ikunu jistgħu jwaqqfu karozzi li jimblokkawlek it-triq, iwaqqfu karozzi li jipparkjaw fin-nofs tat-triq jew li jgħaddu wrong side.", "Kieku l-pulizija jiġu hemmhekk u jwaħħlu dawn iċ-ċitazzjonijiet kollha, kieku l-kaxxa ta' Malta faqagħha bil-liri l-gvern.", "Imma m'hu qed isir xejn.", "Hawn min qed jgħid li hemm bżonn ta' cameras li ovvjament ikunu mqiegħda f'postijiet fejn ma jidhrux, għax jekk jitqiegħdu f'postijiet fejn jidhru, ħames minuti wara li twaħħalhom ikunu diġaċ telqu fejn għandhom imorru.", "Sur President, din hija pjaga soċjali li diffiċli ħafna biex tikkontrollaha, imma ma jistax ikun li l-affarijiet jibqgħu sejrin hekk, fejn kulħadd jistaċ jarahom għad-detriment tar-residenti u għal dawk kollha li jkunu għaddejjin minn dawn l-inħawi.", "Hemm bżonn li ssir xi ħaġa.", "Bħalma jaf kulħadd min jagħmel dawn l-affarijiet fil-moħbi ta' daru, fil- privat ħadd ma jista' jagħmillu xejn, però ċertament li llum l-affarijiet m'humiex qed isiru b'dan il-mod, imma fil-miftuħ, fil-beraħ, 24 hours a day u jista' jarahom kulħadd.", "F'dik il-lokalità hemm ukoll ħafna businesses li ċertament mhumiex jarawhom sbieħ dawn l-affarijiet maġenbhom.", "Ħafna residenti jibżgħu jitkellmu fuq dawn l-affarijiet għax malajr isibu min itaptaphielhom.", "Kulħadd jiftakar x'ġara meta gazzetta li kienet toħroġ nhar ta' Ħadd - illum m'għadhiex toħroġ - kienet ħadet ritratti ta' dawn il-prostituti.", "Kien hemm erbaċ pimps li daħlu fil-premises tagħha u taw xebgħa lill-editur u kissrulhom xi apparat.", "M'għandniex xi ngħidu, dawn ittellgħu l-qorti u weħlu xi ħmerija.", "Sur President, jien nappella biex xi ħadd - naħseb li l- ministru semagħni - jieħu din il-problema bis-serjetà.", "Nerġa' ngħid, jekk iridu jagħmlu dawn l-affarijiet fil-magħluq, wara biebhom, ħadd m'hu se jgħid xejn.", "Dak jiġġudikah Alla meta jitlaq minn din id-dinja.", "Però la għadhom qegħdin jgħixu f'din id-dinja r-responsabbiltà ta' għemilhom taqaċ fuq il-korp tal-puluzija, u finalment anke fuq il-ministru ta' l-Intern.", "Nerġa' nappella f'isem in-nies ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet biex tibda ssir xi ħaġa bis-serjetà mill-aktar fis.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin b'dawn il-problemi!", "Nerġa' ngħid lil dawk in-nies kollha li qegħdin jisimgħuni llum biex jgħaddu minn hemm, u jekk jidhrilhom li m'għandix raġun jgħidu li m'għandix raġun.", "Però jien konvint li kif inhuma sejrin l- affarijiet illum, kulħadd jagħtini raġun fuq dak li qiegħed ngħid.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija li l-Kamra taġġorna għal nhar it- Tnejn, 20 ta' Mejju, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Fid-9:44 p.m. il-Kamra aġġornat wara li saret il-mistoqsija."]} {"filename": "19990222_066d_par.doc", "date": "1999-02-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 66 It-Tnejn, 22 ta' Frar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 66", "It-Tnejn, 22 ta' Frar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "66", "It-Tnejn, 22 ta' Frar, 1999", "WERREJ MINUTI 260", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 260", "TQEGĦID TA' KARTI 264", "MOZZJONIJIET MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1998/1999 265", "AĠĠORNAMENT 288", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 292", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hemm korrezzjonijiet għall-minuti?", "L- Onor. Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, fil-minuti jien imniżżel bħala assenti, pero' fil-fatt nhar l-Erbgħa attendejt għas- seduta.", "MR SPEAKER: Mela l-isem ta' l-Onor.", "Jesmond Mugliett għandu jinqata' mil- lista ta' Membri mniżżla bħala assenti.", "Il-minuti jistgħu issa jiġu konfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 65 li saret fis-17 ta' Frar 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL TARXIEN - TRIQ PIETRU CAGLIARDI - DAWL", "3232.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Pietru Cagliardi ħdejn il-ground ta' Tarxien Rainbows Football Club f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista', jekk jogħġbu, il- Ministru jgħidilna x'inhi l-qagħda attwali as of now dwar l-exposure ta' l- Enemalta għall-foreign loans jew borrowing, u kif din tista' tiġi affettwata minn rimarki differenti li jistgħu jsiru dwar il-credit rating ta' Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hemm differenza konsiderevoli bejn is-suġġett tal- bozoz u l-exposure ta' l-Enemalta għall-foreign loans.", "L-ewwelnett, kif jaf il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, f'Diċembru li għadda kien sar refinancing tal-loan li kellha l-Enemalta mas-Sumitomo Bank.", "Jien sibt ix-xogħol kollu lest għax kien ippreparat mill-amministrazzjoni preċedenti u għalkemm staqsejt xi ftit mistoqsijiet, jidher li kollox kien ġie mmaturat mas- Sumitomo Bank.", "Jekk m'iniex sejjer żball – għax iċ-ċifra eżatta ma niftakarhiex - il-loan hija ta' xi USD$120 miljun.", "Ladarba qed nitkellmu fuq l-exposure ta' l-Enemalta għall-foreign loans, l-uniku kumment li kont għamilt kien jekk din il-loan kellhiex tibqa' konċentrata f'dollari Amerikani.", "L-Enemalta ma taqlax flus minn barra l- pajjiż u peress li l-lira tagħna hija relatata mhux biss mad-dollaru Amerikan imma anke mal-Euro u ma' l-isterlina, fil-fehma tiegħi kien ikun aħjar kieku kien hemm mix ta' currencies.", "Jirriżulta wkoll li għalkemm l- Enemalta tixtri ż-żejt in US dollars, meta tiġi biex tbigħ ma tbigħx in US dollars, u allura naħseb li aktar jagħmel sens kieku 'l quddiem ikollna mixed currencies.", "Din is-sena l-Enemalta kellha tnaqqas id-dejn tagħha b'Lm2 miljun, u trid tibqa' tippjana biex kemm jista' jkun tnaqqas il-piż tad-dejn li għandha.", "Naturalment is-sena li għaddiet kien hemm daqsxejn żieda għaliex ċertu dħul mill-kontijiet ta' l-elettriku ma ġiex realizzat minħabba l-problemi li kien hemm fil-bdil tat-tariffi.", "Dan wassal ukoll biex għal ċertu żmien kien hemm iktar dejn mal-banek lokali.", "Nispera li kif is-sitwazzjoni tibda ġejja lura għan-normal - għaliex naturalment tieħu ż-żmien biex tiġi għan-normal - dan l-exposure li l-korporazzjoni żiedet mal-banek lokali minħabba n-nuqqas ta' dħul li kellha s-sena li għaddiet ikun jista' jitnaqqas.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jispjega l-fatt li ħafna mit-toroq bħalissa mhux qed ikollhom dawl mixgħul filgħaxija?", "Waħda mit-toroq li ripetutament f'dawn l-aħħar ħmistax-il ġurnata ma kellhiex dawl kienet Blue Grotto Avenue fiż-Żurrieq.", "Pero', apparti dik it- triq, dan l-aħħar kien hemm ħafna triqat oħra li ma kellhomx dawl elettriku.", "Hemm xi spjegazzjoni għal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Irridu noqogħdu attenti kif inpoġġu l-kliem, għaliex meta wieħed jgħid \"ħafna mit-toroq\" jista' jagħti l-impressjoni li numru kbir ta' toroq qed ikunu fid-dlam.", "Jien ukoll ġieli ninnota li jkun hemm xi toroq bla dawl u ħafna drabi nsib li l-kawża tkun li tkun inqalgħet xi ħsara u mbagħad għal xi raġuni jew oħra t-timer ma jkunx ġie aġġustat.", "Naturalment jista' jkun li xi triq tkun bla dawl għax tkun inqalgħet xi ħsara proprju dakinhar stess u allura ma jkunx possibbli li f'dik it-triq jinxtegħel id-dawl.", "Jien naħseb li nkunu f'pożizzjoni ferm aħjar kieku jkollna sistema li permezz tagħha f'ċerti ċirkostanzi tkun tista' tittrasferixxi l-load minn post għal ieħor.", "Illum jekk, per eżempju, ikun hemm ħsara fil-power station m'għandniex il-flessibbilta' li nittrasferixxu l-load mit-toroq għal ġewwa d-djar, minkejja li nafu li filwaqt li d-dawl fit-toroq huwa importanti ħafna, huwa ferm iktar importanti li d-djar ikollhom id-dawl.", "Fix-xitwa bix-xita u bl-umdita' jistgħu joħorġu problemi minħabb xi xogħol ta' tiswijiet li ma jkunx sar tajjeb biżżejjed.", "Ġieli jkun hemm problemi għax xi cable ikun qed jiqdiem u jkun wasal biex jiġi replaced.", "Allura għalkemm isewwuh temporanjament, is-soluzzjoni vera tkun li jinbidel il- cable, imma dan naturalment jieħu ċertu żmien sakemm titħaffer trinka, eċċ. Jiġifieri mhux dejjem tkun tista' ssir tiswija permanenti.", "Fil-fatt ġieli jkun hemm każijiet fejn nies iċempluli d-dar u jgħiduli li minkejja li l- ħaddiema ta' l-Enemalta marru diversi drabi jagħmlu xi tiswijiet fil-post, id-dawl xorta waħda baqa' jinqata'.", "Ir-raġuni ħafna drabi tkun li jkun hemm bżonn ta' bdil ta' cables, u x-xogħlijiet ta' tiswija jkunu qed isiru biss b'mod temporanju biex jaqdu l-bżonn taċ-ċittadini ta' dik it-triq sakemm ix-xogħol meħtieġ jiġi rostered in u jsir it-tibdil li jkun hemm bżonn isir.", "Sfortunatament is-sistema tagħna m'hijiex flessibbli biżżejjed biex mill-power station stess tkun tista' tixgħel u titfi skond il-bżonn.", "Huwa ppjanat li 'l quddiem ikun hemm iktar flessibbilta' fis-sistema b'investiment li għandu jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Ladarba qed nitkellmu fuq l-elettriku, jista' l- Ministru jieħu passi biex jitranġaw il-problemi ta' vultaġġ baxx li hemm f'partijiet mix-Xewkija, fosthom Triq Ċanga u Triq Ċini, u Triq Wied Simar fil-Qala għaliex qegħdin jikkawżaw ħsarat kbar lill-konsumatur?", "Jista' jagħti struzzjonijiet biex issir xi ħaġa fil-Qala qrib it-transformer li hemm f'Ta' Kassia li meta jġarrab xi ħsarat ikun hemm vultaġġ qawwi li jispiċċa jagħmel ħsarat kbar fl-apparat ta' l-elettriku tal-konsumaturi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, Mr Speaker, innotajt il-problemi li semma l- Onor. Interpellant u nitlob lill-Enemalta tindaga daqsxejn u tinformani jekk jistgħux jitranġaw il-problemi ta' vultaġġ baxx.", "Napprezza li sfortunatament dawn il-problemi għadhom jolqtu ċerti nħawi ta' pajjiżna u naturalment jikkaġunaw ċerti diffikultajiet.", "Nixtieq li 'l quddiem l- Enemalta tkun f'pożizzjoni li tiggarantixxi iktar is-servizzi tagħha anke meta tinqala' xi ħsara.", "Naf li hemm programm li permezz tiegħu l-Enemalta toffri xi kumpens meta jkun jidher ċar li l-ħsara ġrat minħabba problemi ta' vultaġġ għax id-drittijiet tal-konsumatur iridu jkunu mħarsa f'dawn is- sitwazzjonijiet.", "Pero' l-infrastruttura hija dik li hi u rridu nipprovaw intejbuha biex kemm jista' jkun dawn il-problemi ta' vultaġġ baxx li jiġru minħabba espansjoni mhux ippjanata biżżejjed, ma jibqgħux jaffettwaw ċerti nħawi taż-żewġ gżejjer tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, lill-Ministru tlabtu darbtejn, f'żewġ seduti separati, biex jintervjeni fuq il-problema tad-dawl fil- playing-field f'Ta' Ġiorni.", "Għalkemm fid-darbtejn talabni ngħaddilu nota, il-problema għadha hemm.", "Jista' l-ministru jara li ssir it-tiswija meħtieġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, fuq dan il-punt ir-risposta li għandi hija li wara li l-ħaddiema ta' l-Enemalta marru ħafna drabi jirranġaw il-ħsara li ssir minn vandaliżmu fuq bozoz f'dan il-ġnien f'Ta' Ġiorni, iddeċidiet li hemmhekk għandha ssir sistema ta' floodlighting għaliex is-sistema li kien hemm kienet qed tiġi abbużata ħafna.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-KNISJA - DAWL", "3233.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Knisja f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "Tajjeb li ninnota li fis-sena li għaddiet kien hemm 23 talba għal bozoz f'Ħal Tarxien u fl-aġenda tal-mistoqsijiet tal-lum qegħdin jidhru sitta minnhom.", "Matul is-sena li għaddiet saru biss tliet bozoz minn dawn it-23, jiġifieri baqa' ħafna talbiet pendenti.", "Sfortunatament il-bozoz ma jsirux mil-lum għal għada, minbarra l-fatt li jkun hemm limitazzjonijiet ta' budget.", "Pero' napprezza li f'ċerti rħula bħal Ħal Tarxien għad hemm domanda kbira mill-kunsilli lokali, u rridu nagħtu attenzjoni lil dawn il- postijiet li sfortunatament ma nqdewx is-sena li għaddiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tingħata prijorita' lil dawk il-postijiet fejn ilhom ix-xhur li twaħħlu arbli u l-lampa għadha ma twaħħlitx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din hija mistoqsija daqsxejn stramba għaliex jekk ikun twaħħal l-arblu u l-bozza ma twaħħlitx, allura l-arblu jkun twaħħal għalxejn.", "Jiġifieri m'hijiex kwestjoni ta' prijorita' imma kwestjoni li l- affarijiet isiru b'ċertu ppjanar u ħsieb, u mhux jitħalla ċertu xogħol pendenti kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "Jekk jindikali l-post li qed jirriferi għalih, inkun nista' niġbed l-attenzjoni ta' l-Enemalta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien se ngħaddilek l-informazzjoni, imma ma nistax ngħidlek issa għaliex mhux arblu wieħed biss hemm.", "Inġiblek lista tal- postijiet u meta titwaħħal il-lampa nerġgħu nsemmuha fil-Parlament.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, fuq il-kwestjoni tal-prijoritajiet fit- twaħħil tal-lampi, fejn qiegħed il-bottleneck?", "Il-bottleneck qiegħed in terms ta' riżorsi min-naħa ta' l-Enemalta, ta' flus riferibbli għall-bozoz u għall-lampi, ta' ħaddiema allokati għal dan ix-xogħol, jew huma bottlenecks oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kordinazzjoni bejn l-Enemalta u l- kunsilli lokali jew awtoritajiet oħra?", "Fejn qiegħed eżattament il- bottleneck?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif qed josserva tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, hemm bottleneck, anzi mhux wieħed hemm.", "L-ewwelnett irid ngħid li mill- ewwel diskussjonijiet li kelli f'Novembru li għadda, kien jidher li f'Malta kien hawn biss madwar erba' gangs bil-high-up b'xi 13 jew 15-il ħaddiem, li naħseb li mhumiex biżżejjed biex jibdlu l-bozoz.", "Dak huwa wieħed mill- bottlenecks li jeżistu.", "It-tieni nett hemm it-tendenza li, speċjalment fix- xitwa, meta jkun hemm aktar ħsarat fil-provvista tad-dawl, in-nies li jbiddlu l-bozoz u anke l-apparat li jintuża għal hekk, jittieħdu għal xogħlijiet oħra.", "Għalhekk issa se nagħtu l-possibbilta' lill-kunsilli lokali li jieħdu ħsieb huma tat-tibdil tal-bozoz a spejjeż ta' l-Enemalta, għaliex fil-fehma tiegħi l-Enemalta s'issa ma rnexxilhiex torganizza ruħha b'mod effiċjenti biżżejjed biex tagħmel dan.", "Barra minn hekk, jien naħseb li qed jinħoloq il-bżonn ta' ċertu xogħol minħabba l-kwalita' inferjuri tal-bozoz.", "Lili informawni li kultant jinxtraw bozoz li suppost ikollhom ċertu ħajja, imma jispiċċaw jinqatgħu fi żmien qasir waħda wara waħda.", "Ir-raġuni tkun li meta kultant tmur għall- irħas bozza u l-kwalita' tagħha ma tkunx tajba biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux il-kunsill lokali jixtrihom.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, il-kunsill lokali jista' joħroġ tenders separatament.", "Allura jekk l-Enemalta m'hijiex geared biex tagħti dan is- servizz, il-kunsilli lokali jistgħu jużaw ir-riżorsi tas-settur privat biex jibdlu l-bozoz a spejjeż ta' l-Enemalta, sakemm din il-korporazzjoni tkun f'pożizzjoni li tagħmel ix-xogħol hi.", "Il-verita' hija li dan is-servizz huwa essenzjali u jien stess nista' ngħid li s'issa kelli 120 domanda mill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra fuq problemi ta' bozoz.", "Għalhekk qed naraw li bis-serjeta' ssir xi ħaġa biex nipprovaw intejbu din is-sitwazzjoni.", "Rigward it-tip ta' bozoz li jinxtraw għandu jkun hemm sistema fejn titqies il-performance tagħhom ħalli għallinqas jinxtara prodott tajjeb u mhux nispiċċaw ikollna nagħmlu ħafna xogħol ta' tibdil ta' bozoz plus l-ispiża żejda ta' bozoz mhux tajbin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): F'isem il- Ministru għall-Politika Soċjali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 43 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien);", "Tagħrif dwar skemi maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar għal għajnuna finanzjarja għall-irranġar ta' periklu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4691.", "F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport dwar il-ħsarat fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq, datat 26 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4703.", "F'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ftehim iffirmat fit-22 ta' Mejju 1998 bejn il-gvern u s-sid tal-proprjeta' \"L-Għarix\" f'Delimara, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4474; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 42 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kaċċa;", "Tagħrif dwar computer scanners fil-Ministeru ta' l-Intern u d- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru ta' l-Intern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3564; u", "Kopja tal-kondizzjonijiet għall-permess għal rave party li kellu jsir fid-19 ta' Frar 1999, fi stabbiliment fil-limiti tar-Rabat, Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4222.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Exemption order skond subartikolu 12 (2) ta' l-Att dwar it-Taxxa ta' l- Income lil Saipem S.p.A.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 44 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi ta' Appoġġ għal Kumpaniji Kwalifikanti;", "Tagħrif dwar computer scanners fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tas-Servizzi Ekonomiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3565; u", "Tagħrif dwar attivitajiet industrijali amministrati mill-MDC, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4624.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX JIĠU APPROVATI L-ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L- ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1998/1999", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1998 sat- 30 ta' Settembru 1999 skond l-Att XXIII ta' l-1991 dwar il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Għandi nifhem li hawn qbil li d-diskussjoni fuq din il- mozzjoni tieħu żewġ seduti, bil-ħin jinqasam indaqs bejn in-naħa tal-gvern u n-naħa ta' l-Oppożizzjoni u l-winding up għan-naħa tal-gvern.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, Mr Speaker, u kemm jista' jkun il-kelliema jalternaw bejn naħa u oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, wasalna biex niddiskutu l-estimi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Din il-korporazzjoni s-sena l-oħra għaddiet minn trawma wara li l-gvern preċedenti fil-budget ta' Novembru 1997 ħareġ bi proposti għal tariffi ġodda li kienu nofshom nejja.", "Hawn min jgħid li kienu qassata u hawn min jgħid li kienu ereżija jew frott l- ebusija tar-ras.", "Kienu x'kienu, ma kenux adattati għal pajjiżna għaliex kienu biss frott ta' attentat ċar biex jagħmlu tajjeb għall-costs tal-Water Services Corporation permezz ta' żidiet radikali fit-tariffi li wasslu għal diffikultajiet kbar.", "Mr Speaker, ħalli nispjega daqsxejn x'kienu dawn it-tariffi li kien ipppropona l-Gvern Laburista u kif fil-fatt kellna eventwalment nirriveduhom f'Novembru li għadda wara sena ta' problemi għall- korporazzjoni kemm mil-lat ta' dħul, kif ukoll minħabba l-ħafna claims u counter claims li kien hemm.", "Qabel u wara l-elezzjoni ta' Settembru li għadda kien hemm diversi stqarrijiet dwar din il-kwestjoni.", "Per eżempju, fil-gazzetta \"l-orizzont\" ta' l-14 ta' Awissu - proprju lejliet Santa Marija, f'nofs is-sħana tal-kampanja elettorali - Dr Sant, dak iż-żmien Prim Ministru, ġie rrapportat li qal li wara l-elezzjoni kien se jagħmel inkjesta fuq kif ħarġu ċerti kontijiet għaliex inizjalment iż-żieda fit- tariffi kellha tkun ta' bejn 20% u 30%.", "Qal ukoll li l-Gvern Nazzjonalista kien daħħal sistema ta' l-informatika li kienet u għadha diżastruża.", "Wara l-elezzjoni reġa' qal li ż-żidiet fit-tariffi ta' l-ilma kellhom ikunu ta' bejn 20% u 30%, allavolja t-tariffi fil-kontijiet li laħqu ħarġu s-sena ta' qabel kienu ferm ogħla minn hekk.", "Ħalli nikkwota minn tabella li għandi f'idejja li turi x'kontijiet kienu qed joħorġu.", "Per eżempju, persuna waħedha li tikkonsma 20 gallun ilma kuljum, li huwa kkonsidrat bħala l-konsum normali ta' individwu, qabel kienet tħallas Lm7.49.", "Bit-tariffi l-ġodda, inkluż it-tariffa tad-drenaġġ, li kien ħareġ Dr Alfred Sant is-sena li għaddiet, il-kont li kienet se tħallas din il-persuna waħedha kien se jitla' għal Lm54.86, jiġifieri kien hemm żieda ta' 591%.", "Jiġifieri ż-żieda kienet massiċċa; minflok żieda ta' 20% jew 30%, kien hemm żieda enormi li wieħed bl-ebda mod ma jista' jgħid li kienet minħabba xi żball.", "Dan kien sempliċement nuqqas ta' attenzjoni min-naħa tal-gvern meta ddeċieda li jagħmel it-tariffi l-ġodda.", "Inkompli nagħti l-eżempji.", "Il-kont ta' familja ta' tnejn min-nies li kienet tħallas Lm12.28, bil-ħlas għad-drenaġġ inkluż, kien se jitla' għal Lm55, żieda ta' 349%.", "Familja ta' tlieta, b'konsum ta' 20 gallun ilma kull persuna kuljum, li kienet tħallas Lm16.62, kienet se tirċievi kont ta' Lm55.37.", "Jiġifieri kien se jkun hemm żieda ta' 233%.", "Bit-tariffi li kienu proposti, il-kont ta' familja ta' erbgħa min-nies minn Lm20.96 kien se jitla' għal Lm55.62, 112% iżjed; u familja ta' ħamsa minn Lm25 kienet se tibda tħallas Lm55, jiġifieri kien se jkollha żieda ta' 120%.", "Mela jekk hemm xi ħaġa li hija conspicuous f'dawn l-eżempji hija l-fatt li fl-ebda każ ma jirriżulta li kien hemm żidiet viċin l-20% u t-30% kif kien qal li kellhom ikunu ż-żidiet l-Onor.", "Sant.", "Mr Speaker, jien ma nistax nifhem kif wieħed jibqa' jsostni din it-tip ta' pożizzjoni għax żgur li mhux hekk saru l-affarijiet.", "Jien m'għamiltx inkjesti, pero' staqsejt lil diversi individwi x'ġara u ġejt informat li kienet ħarġu instructions li l-gvern ried jiġbor madwar Lm8 miljun iktar mill-WSC bit-tariffi l-ġodda tad-drenaġġ u ta' l-ilma.", "U nħadmet skema biex dawn jinġabru.", "Jien niftakar lill-Onor.", "Sant dak iż-żmien jgħid bl-iktar mod ċar li għall-ewwel l-affarijiet se jsiru hekk, imbagħad 'il quddiem, jekk jaraw li soċjalment ma jkunux tajbin jew ma jkunux ġusti, jimmodifikawhom.", "Ir-riżultat kien li kellna sena ta' taħdwid bil-konsegwenza li l-korporazzjoni ntefgħet f'diffikultajiet kbar minħabba l-fatt li kien hemm bidla wara bidla.", "Il- politiċi li kienu fil-gvern bdew iwaħħlu fil-korporazzjoni, meta fil-fatt ir-responsabbilta' kienet tan-nies li kienu ħarġu l-instructions biex il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma żżid id-dħul tagħha daqstant.", "Jekk kien hemm qasam fejn dehret ċar l-inkompetenza tal-gvern preċedenti, kien proprju dan il-qasam.", "Għaliex kif jista' wieħed jaċċetta żidiet fenominali bħal dawn li ħallew effett negattiv mhux biss fuq il-poplu tagħna, imma fuq l-ekonomija kollha.", "Għax irridu niftarku li anke l-industrija ntlaqtet minn żidiet esaġerati.", "Kien hemm każijiet fejn produtturi Maltin kienu se jsofru żieda ta' 'l fuq minn 1000% fis-sena.", "Jiġifieri filwaqt li kien qed isir ħafna kliem sabiħ dwar ristrutturazzjoni u protezzjoni lill-industrija tagħna, min-naħa l-oħra l-gvern kien qiegħed jagħti daqqa 'l isfel lis- settur ta' l-industrija b'mod li ħalla effett ħażin ferm fuq is-settur.", "L-istess jista' jingħad għal setturi oħra ta' l-ekonomija tagħna, per eżempju s-setturi li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu u ma' l-agrikoltura.", "Lis-settur ta' l-agrikoltura kienu litteralment se jifgawh għaliex it- tariffi ta' l-ilma minn 10ċ kull metru kubu kien propost li jitilgħu għal aktar minn minn Lm1.", "Għalhekk jidher li fejn jidħol is-settur ta' l- agrikoltura, li dejjem ġie kkonsidrat miż-żewġ naħat tal-Kamra bħala settur importanti, is-sitwazzjoni kienet ħarbet minn idejn il-gvern preċedenti.", "U ngħid \"ħarbet\" għaliex meta staqsejt lill-ex-ministru ta' l-agrikoltura: \"Kif ħallejt dawn ir-rati jgħaddu mill-Kabinett?\", qalli li xi darba kienu se jdaħħlu xi sistema ta' sussidju.", "Jiġifieri l-intenzjoni ma kenitx li r- rati jiġu rranġati imma li tingħata xi forma ta' sussidju, għalkemm qatt ma ġie spjegat kif dan kellu jsir.", "Dan kollu naturalment ħalla lis-settur ta' l-agrikoltura f'inċertezza kbira.", "Jien konvint li dan l-atteġġjament tal-gvern preċedenti kien wieħed mill- fatturi prinċipali li wasslu għat-telf kbir fir-ritmu ekonomiku li kellna s- sena li għaddiet, għaliex b'din l-inċertezza mhux biss ġew affettwati l- konsumaturi, imma ġie affettwat ukoll l-investiment.", "Anke l- industrijalisti barranin li kienu qed jinvestu hawnhekk bdew jaħsbuha għax ma kenux jafu kemm se jkunu r-rati peress li fl-1997 kien hemm tibdil fis- sistema ta' tassazzjoni u tibdil fir-rati tad-dawl u ta' l-ilma.", "Fil-fatt nafu li kellu jasal Novembru tas-sena li għaddiet biex ingħataw a fair deal.", "Mr Speaker, tajjeb li ngħid xi ħaġa fuq dan il-fair deal li l-gvern preżenti impenja ruħu biex jagħti mill-ewwel ġranet li tela fil-gvern wara li qabel l-elezzjoni kien wiegħed li jerġa' jirrevedi t-tariffi b'mod raġonevoli.", "Fil-fatt f'Novembru tas-sena li għaddiet ġew imħabbra t- tariffi tad-dawl u l-ilma kemm għall-konsumatur u kemm għall-industrija wara diskussjonijiet wiesgħa u wara li ntlaħaq consensus mad-diversi assoċjazzjonijiet, speċjalment fi ħdan il-kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku, u wara diskussjonijiet li saru separatament ma' l- assoċjazzjonijiet kollha involuti fl-ekonomija tagħna.", "Aħna naħsbu li s-soluzzjoni li ħriġna biha hija waħda li l-pajjiż jiflaħ għaliha.", "Kif se nispjega, hemm xi żidiet fit-tariffi, imma llum huma ħafna iktar maniġġabbli.", "Anke f'dak li jirrigwarda l-konsum ta' 20 gallun ilma kuljum għal kull persuna, ma nistax nifhem kif il-gvern preċedenti f'daqqa waħda ddeċieda li 20 gallun kienu wisq u naqqashom għal 18-il gallun kuljum, għax fil-fatt iktar ma jogħla l-istandard of living iktar jista' jogħla l-konsum.", "Aħna dehrilna li għandna nżommu l-konsum ta' 20 gallun ilma kuljum għal kull persuna għaliex dan l-ammont jirrifletti standard of living aħjar.", "Għalhekk one single person household li kienet tħallas Lm7.94 fuq konsum ta' 20 gallun ilma kuljum u spiċċat tħallas madwar Lm55 bit-tariffi tal-gvern preċedenti, bit-tariffi kif ġew riveduti f'Novembru li għadda se tħallas Lm17.45.", "Veru li fuq sena hemm żieda ta' madwar Lm10 meta mqabbel mal-kont li kienet tħallas oriġinarjament, jiġifieri inqas minn Lm1 fix-xahar, pero' żgur li t-tnaqqis mill-kont li kienet se tħallas taħt gvern preċedenti huwa massiċċ, madwar Lm1 fil-ġimgħa inqas mit-tariffi li kienu proposti.", "Jekk nieħdu household ta' żewġ persuni nsibu li bit-tariffi l-antiki ta' qabel Novembru 1997 din kienet tħallas Lm12.28.", "Bit-tariffi tal-gvern preċedenti din kienet se tħallas Lm55, filwaqt li bit-tariffi kif riveduti minn dan il-gvern il-kont se jinżel għal Lm22.89.", "Jiġifieri ż-żieda issa hija ta' madwar Lm11 fis-sena, li hija ferm inqas miż-żieda massiċċa li kienet qed tiġi proposta, li kienet ta' madwar Lm43 taħt is-sistema tal- gvern preċedenti.", "Jekk nieħdu household ta' tlieta li bit-tariffi ta' qabel Novembru ta' l- 1997 kienet tħallas Lm16.62 u bit-tariffi tal-gvern preċedenti kellha titfaċċja kont ta' Lm55, insibu li issa l-kont tagħha se jinżel għal Lm28, jiġifieri madwar Lm12 aktar milli kienet tħallas bit-tariffi l-antiki.", "Familja ta' erbgħa li kienet tħallas Lm20.96, bit-tariffi proposti kienet se tibda tħallas Lm55, u issa se tħallas madwar Lm33.78, jiġifieri żieda ta' Lm13 fuq dak li kienet tħallas qabel.", "Fil-każ ta' familja ta' ħamsa li kienet tħallas Lm25 u taħt is-sistema tal-gvern preċedenti kienet se tħallas Lm55.88, jiġifieri kienet se tiffaċċja żieda ta' Lm31, il-kont issa se jkun ta' Lm35 u allura ż-żieda fuq il-kont l-antik se tkun biss ta' madwar Lm10.", "Jekk wieħed iħares lejn it-tariffi l-ġodda li għamel dan il-gvern isib li fil-maġġor parti tal-każijiet iż-żieda fil-kontijiet imqabbla ma' dawk ta' qabel ma kien hemm Gvern Laburista hija ta' madwar Lm1 jew inqas fix-xahar, jiġifieri madwar Lm12 fis-sena.", "Min-naħa l-oħra ż-żidiet li kien impona l- gvern preċedenti, il-gvern b'kuxjenza soċjali, kienu ta' iktar minn Lm1 fil- ġimgħa fuq il-konsum ta' familji normali!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "George Vella qed jistaqsini dwar il-kuxjenza soċjali.", "Mr Speaker, jekk l- Onor. George Vella ried jagħmel eżami ta' kemm il-Gvern Laburista tassew kien tilef il-kuxjenza soċjali għaliex tilef il-bilanċ tas-sens komun, ir- raġuni u kull sens ta' oġġettivita', l-eżami jmissu għamlu wara l-aħħar elezzjoni.", "Iktar ma l-Onor.", "George Vella jdum ma jirrealizza kemm żbalja u li għandu piż xi jġorr għax lil pajjiżna tefgħu f'qagħda kerha ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Kompli, Onorevoli, u indirizza lis-Sedja.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom, żommi l-ordni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, ma naħsibx li huwa diskors adattat għal din il-Kamra li l-Onor.", "George Vella joqgħod jitkellem fuq ħdura u mhux ħdura.", "MR SPEAKER: Kompli, Onorevoli.", "Indirizza lis-Sedja u kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Vella għandu joqgħod attent kif ipoġġi d-diskors imma wara l-foul li għamlu ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk irrid inkun iebes, Mr Speaker, naf inkun iebes ukoll!", "Wara l-foul u d- diżastru li għamel il-gvern preċedenti jmisshom ħadu lezzjoni.", "Ma nippretendix li jiġi xi ħadd hawnhekk jitkellem fuq ħdura u mhux ħdura u dan kollu.", "Jien nippretendi li jgħidu bħalma qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni llum.", "Dan illum qed jgħid li ħa żball!", "Hu ried li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma żżid id-dħul tagħha bi Lm8 miljun u minflok spiċċa għamel disastru mill-korporazzjoni!", "Mr Speaker, dawn l-affarijiet forsi jweġġgħu għax il-ministri preċedenti, bir-responsabbilta' kollettiva, kollha għandhom piż xi jġorru.", "Wara kollox dan kien żball li l-poplu Malti kollu oġġezzjona għalih.", "Mhux talli hekk, talli kien hemm ukoll element ta' qerq fejn jidħlu t-tariffi tad-drenaġġ għaliex kienu qalu li din hija tariffa li l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel kien bil-ħsieb li jimponiha wara li kien daħal fi ftehim f'dan is-sens.", "Aħna mill-oppożizzjoni konna għedna diversi drabi li dan ma kienx veru u llum ipprovajnieh għaliex reġġajna lura din it-tariffa u qed nuru lill- poplu kemm kontu tigdbu meta kontu fil-gvern!", "Kontu qegħdin tipprovaw tgħaddu lill-poplu minn għajn il-labra, u prova ta' dan hija li aħna neħħejna din it-taxxa tad-drenaġġ.", "Ma kellniex bżonnha għax ma kien hemm l- ebda agreement li jimponiha fuq pajjiżna kif ipprovaw jgħidu meta kienu fil- gvern.", "Il-verita' hija li aħna mill-ewwel wettaqna dak li wegħedna u jidher li dan iweġġa' lil tan-naħa l-oħra.", "Pero' jekk ma titgħallmux mill- iżbalji li għamiltu se jkollkom tieħdu paċenzja u toqogħdu fuq dawk il- bankijiet għal ħafna iktar snin, Onorevoli Cuschieri.", "U meta nara hekk jiddispjaċini għaliex intom għandkom tkunu gvern alternattiv.", "Għalkemm nammetti li l-Onor.", "Cuschieri ma kienx parti mill-gvern preċedenti, xorta kien jagħtih support u f'Settembru li għadda vvota għall-gvern li kien għamel dawn it-tariffi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "Kompli Onorevoli Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bilfors iridu jġorru r-responsabbilta' ta' dak li għamlu.", "Dan kien aġir bla ħsieb u bla għaqal li juri inkompetenza kbira u l-inkapaċita' tal-gvern preċedenti li jikkonsidra l-iktar ħaġa elementari f'pajjiżna, kif se jaffettwa lill-konsumatur il-kont tad-dawl u ta' l-ilma.", "Minkejja l-għajta \"iċ-ċittadin l-ewwel\", iċ-ċittadin dejjem ġie l-aħħar!", "Għaliex l-iktar wieħed li kien batut sab ruħu mgħobbi bl-ogħla persentaġġ ta' żieda fil-kontijiet.", "Per eżempju, skond it-tabella li kont qed nikkwota minnha, il-kont ta' familja ta' wieħed kien se jiżdied b'seba' darbiet, l-iktar persentaġġ għoli li kien hemm miż-żidiet kollha.", "Issa aħna nafu li ħafna mill-familji ta' wieħed ikunu magħmula minn pensjonanti jew nies oħra li ma jaqilgħux dawk l-eluf biex ikunu jistgħu jaffordjaw żieda ta' Lm1 fil-ġimgħa jew iktar għall-kont tad-dawl u l-ilma.", "Għalhekk jien ngħid li din kienet irresponsabbilta' kbira min-naħa tal-Gvern Laburista u l-atteġġjament li qed nara s'issa juri inkapaċita' to come to terms u li jaċċettaw li għamlu froġa kbira jew qassata li tefgħethom mhux biss barra mill-gvern imma għal żmien twil fl-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, qabel ma ngħaddi biex nitkellem fuq ir-revenue, nitlob il- permess tal-Kamra sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din it-tabella li tagħti ċ-ċifri li qed insemmi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella komparattiva dwar it-tariffi ta' l-ilma.", "Ħalli naraw x'inhu l-effett tat-tibdil li qed nagħmlu.", "Jekk inħarsu lejn id-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nsibu li matul is-sena Ottubru 1996 - Settembru 1997, is-sena ta' qabel din l-esaġerazzjoni fit- tariffi, id-dħul tagħha kien ta' madwar Lm7.4 miljun.", "Skond l-estimi li ġew approvati madwar sena ilu, id-dħul tal-korporazzjoni wara r-reviżjoni tat-tariffi kellu jitla' għal Lm15.4 miljun, żieda ta' madwar Lm8 miljun fuq ir-revenue li kellha mit-tariffi l-qodma.", "U hawnhekk joħroġ il-qerq tal-gvern preċedenti għax filwaqt li llum qed nisimgħu li ż-żieda fil- kontijiet kellha tkun ta' 20% jew 30%, jirriżulta li ż-żieda fid-dħul hija ta' 100%.", "Dan juri bl-iktar mod ċar il-falliment tal-gvern preċedenti.", "Ma jistax ikun li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li dak iż-żmien kien prim ministru, kien ordna li t-tariffi jiżdiedu b'20% jew 30% għax skond l-estimi li ġew approvati mill-Kabinett u ovvjament mill-Parlament, jirriżulta li ż-żieda fid-dħul kienet id-doppju, żieda ta' 'l fuq minn 100%.", "Ma jagħmilx sens, la dak iż-żmien u lanqas illum, li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jibqa' jsostni l-istess ħaġa għax dawn mhumiex affarijiet fejn xi skrivan seta' ħa xi żball x'imkien u niżżel ċifra b'oħra.", "Dawn iċ-ċifri li għaddew mill- Kabinett u għaddew mill-iskrutinju tal-membri parlamentari tan-naħa tal- Gvern Laburista juru żidiet li huma way out u jesponu l-fatt li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien qiegħed iqarraq meta qal li ż-żidiet suppost li kellhom ikunu ta' 20% jew 30%!", "U naf x'jien ngħid, Mr Speaker, għax staqsejt.", "Kien l-ex-prim ministru Alfred Sant li ordna lill-WSC timponi ż-żieda ta' Lm8 miljun li qed tiġi riflessa hawnhekk.", "Dawn huma l-fatti u allura dan li qed jingħad mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa biss smoke-screen; qiegħed jipprova jiggranfa ma' kull ħaġa biex jipprova jispjega għaliex tilef l- elezzjoni.", "Jien bilfors irrid insemmi dawn l-affarijiet ħalli nkunu nafu fejn qegħdin.", "Illum il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jistax jibqa' jipprova jgħaddina biż-żmien.", "Aħjar jgħid li t-tort kien tiegħu għax kull darba li f'din il-Kamra jew barra jgħid li dan kien xi żball ta' xi ħadd ieħor, jien nibqa' ninnegah.", "Inti ordnajthom dawn iż-żidiet!", "U hekk jirriżulta anke mill-estimi li għaddew minn din il-Kamra.", "Jiġifieri d-dħul tal-WSC minn Lm7.4 miljun kien se jitla' għal Lm15.4 miljun u jekk tħares lejn il-profit and loss fl-estimi tal-korporazzjoni ssib li naturalment minħabba din iż- żieda l-gvern kien se jiffranka madwar Lm7 miljun jew Lm8 miljun f'sussidju.", "Is-sena li għaddiet, sfortunatament, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma ma kellhiex id-dħul normali tagħha u allura d-dħul globali tagħha kien ta' Lm9.6 miljun, waqt li għas-sena li qegħdin fiha huwa stmat li d-dħul se jkun ta' Lm9.9 miljun.", "Għalhekk jirriżulta li ż-żieda fid-dħul tal- korporazzjoni mit-tariffi l-ġodda, li għamilniehom b'kuxjenza soċjali, hija ta' madwar Lm2.3 miljun għas-sena li għaddiet u Lm2.6 miljun għal din is- sena.", "Din m'hix żieda żgħira u żgur li tgħin biex ittaffi mill-problema finanzjarja b'mod responsabbli, b'mod li jifilħu għalih kemm l-industrija tal-manifattura, kemm is-settur ta' l-agrikoltura, kemm is-settur tat- turiżmu kif ukoll il-mara tad-dar u l-poplu kollu.", "Din hija t-tip ta' żieda li qed nintroduċu; m'hijiex żieda żgħira, pero' ħdejn iċ-ċifri massiċċi li kien qiegħed jipproponi l-gvern preċedenti dawn huma ċifri ferm iktar responsabbli u raġunati.", "Jien nawgura li l-korporazzjoni tkompli żżid fl-effiċjenza tagħha biex inkomplu nnaqqsu l-piż minn fuq il-gvern.", "Anke hawnhekk irrid ngħid li l- atteġġjament ta' dan il-gvern hu differenti mill-atteġġjament maniġerjali, modern u effiċjenti tal-gvern preċedenti!", "Dan kien iħares lejn il-bottom line tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u jgħid: Din tinsab falluta, mela rridu nżidu d-dħul bi Lm8 miljun.", "Jien naħseb li kien jinsa li din hija koporazzjoni li għandha ċerti piżijiet u obbligi anke ta' natura soċjali.", "Barra minn hekk wieħed irid jikkonsidra li fl- infrastruttura, speċjalment dik li għandha x'taqsam mad-distribuzzjoni ta' l-ilma, għad hemm bżonn isir ċertu investiment li ma jsirx għal sena jew tnejn, imma ġieli jsir għal 30 jew 40 sena.", "Meta jkun qed isir xi pipeline kbir hekk tiġi kalkolata l-life span tiegħu.", "Issa li stabbilejna li r-revenue tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma huwa stmat li din is-sena jammonta għal Lm9.9 miljun, ħalli nħarsu wkoll lejn il-costs tagħha.", "Ovvjament peress li ħafna mill-ilma jiġi mill- ilma baħar dan jirrikjedi iktar konsum ta' l-elettriku għaliex il-proċess użat fir-reverse osmosis juża ħafna pompi biex l-ilma jitla' under pressure u jgħaddi minn filters speċjali li jissejħu \"membranes\" u b'hekk jissaffa mill-impurities li jkollu.", "Huwa kkalkolat li l-ispiża tal-konsum ta' l- elettriku għal din is-sena se tkun ta' madwar Lm4 miljun, waqt li l-ispiża ta' l-elettriku biex joperaw il-pompi ta' l-ilma ħalli dan jitqassam hija ta' madwar Lm176,000.", "B'kollox l-ispiża ta' l-elettriku għall-WSC se tammonta għal Lm4.2 miljun.", "Spiża oħra hija dik tal-wages and salaries li tista' tinqasam fi tliet kateogriji: l-ispiża tal-production li hija ta' madwar Lm0.5 miljun, l- ispiża tad-distribution li hija tamadwar Lm3.46 miljun - din l-iktar li tinvolvi spejjeż għax hija xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-infrastruttura ta' pajjiżna daqskemm huma t-toroq - u l-ispiża ta' l-administration li hija ta' madwar Lm2.49 miljun.", "B'kollox hemm Lm6.49 miljun bħala wages and salaries.", "L-ispiża totali biex tipproduċi u tqassam l-elettriku u l-wages and salaries tiġi madwar Lm10.7 miljun li bla dubju huma recurrent costs biex tipproduċi l-ilma u tħallas il-pagi, kemm ta' dawk li qed jaħdmu fid- distribution, waqt li d-dħul totali huwa ta' Lm9.9 miljun.", "Jiġifieri hemm telf relattivament żgħir ta' Lm800,000.", "Din hija s-sitwazzjoni llum.", "M'hemmx dubju li l-operations tal-Korporazzjoni jistgħu jitjiebu, u fil- fatt il-korporazzjoni qed tippjana biex il-konsum ta' l-elettriku jiġi ekonomizzat u l-overtime jintuża b'mod iktar għaqli ħalli tonqos l-ispiża kif hemm indikat ukoll fl-estimi.", "Imma bħala starting point irridu nifhmu li l-ispejjeż ta' l-elettriku u tal-pagi huma prattikament daqskemm il- Korporazzjoni ddaħħal mill-bejgħ ta' l-ilma bit-tariffi l-ġodda.", "X'inhuma l-ispejjeż l-oħra?", "Hemm diversi spejjeż oħra, fosthom l-ispiża fuq operations and maintenance tar-reverse osmosis plants, li tlaħħaq madwar Lm1.5 miljun; Lm2 miljun fuq depreciation on reverse osmosis plants; other distribution costs konnessi ma' repairs, maintenance and materials consumed li jlaħħqu madwar Lm1.2 miljun, u Lm0.5 miljun li jinkludu other depreciation.", "Dawn l-ispejjeż li qed insemmi diġa' jammontaw għal Lm5.3 miljun.", "Imbagħad hemm miscellaneous costs oħra li huma posta, printing, transport, telephones, rents u affarijiet oħra li kollha f'daqqa jlaħħqu Lm1.66 miljun.", "Naturalment imbagħad hemm l-ispiża ta' Lm2.475 miljun fis-sena li huma financial costs, peress li l-WSC għandha self mill-banek li ħafna drabi jkun għal seba' snin jew inqas.", "Il- costs kollha tal-korporazzjoni jiżdiedu b'madwar Lm10 miljun, pero' ħafna minnhom għandhom x'jaqsmu ma' l-infrastruttura bażika ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, il-gvern bir-responsabbilta' kollha qal li mhux se jħalli lill-korporazzjoni tegħreq weħidha.", "Irridu nifhmu li meta din kienet dipartiment tal-gvern il-piż kien iġorru l-gvern.", "Madankollu issa l-gvern xorta għandu r-responsabbilta' ta' ċerti costs fejn tidħol l- infrastruttura.", "Għalhekk qed jalloka madwar Lm10 miljun biex ikun jista' jagħmel tajjeb għal din l-ispiża.", "Parti oħra mill-ispiża tal-korporazzjoni hija l-investiment ġdid.", "Hawnhekk wieħed jista' jgħid: Imma l-kapital għal dan l-investiment m'għandhiex tiġbru l-korporazzjoni mit-tariffi li tagħmel?", "Idealment hekk għandu jsir, imma fil-prattika jkun ġenn li tipprova tgħabbi t-tariffi ta' l-ilma bil-costs tal-kapital ta' l-infrastruttura li biċċa minnu jista' jkun ippjanat għal 20, 30 jew 40 sena.", "Ikun ġenn jekk nirraġunaw li waqt li għandna nieħdu mill-budget tal-gvern biex issir triq, biex jitpoġġew pajpijiet taħt it-triq m'għandux x'jaqsam il-gvern.", "Kulħadd jikkritika lill-WSC fuq l-ineffiċjenza.", "Għalkemm nammetti li hemm ħafna xi jsir fil- korporazzjoni, naħseb li we've gone overboard meta l-gvern preċedenti kien qabad l-iskuża li l-korporazzjoni hija falluta u nefaħha b'mod li waqqagħha fl-assurdita'.", "Taħt capital expenditure din is-sena l-korporazzjoni se tissellef Lm4.8 miljun biex tagħmel pipe laying ġdid.", "Barra minn hekk, se jkun hemm spejjeż ta' Lm200,000 għal ground water development; Lm370,000 għar-repairs to reservoirs; Lm470,000 fuq distribution; Lm360,000 fuq telemetry, proġett li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, u affarijiet oħra.", "B'kollox l-ispiża kapitali se tlaħħaq Lm6.78 miljun.", "Ovvjament, biex tkun tista' tagħmel din l-ispiża l-korporazzjoni se jkollha tissellef.", "Issa effettivament din hija parti mill-investiment f'pajjiżna u meta l-gvern ikun qiegħed jinvesti fit-toroq, fil-bini ta' skejjel jew fil-bini ta' sptar ikollu jirrikorri għas-self.", "Kif għedt qabel, diġa' hemm schedule ta' annual repayments ta' dan is-self li qed isir mill-korporazzjoni.", "Il-financial costs u d-depreciation jammontaw għal Lm4.6 miljun.", "Jiġifieri mill-Lm10 miljun li l-gvern qed jagħti bħala subvention, madwar Lm4.6 miljun imorru biex iħallsu lura l-kapital li diġa' ġie investit jew inkella f'depreciation, biex jagħmel tajjeb għall-pagamenti tal-loans li saru.", "Allura wieħed jista' jgħid li nofs il-budget tal-korporazzjoni, madwar Lm10 miljun, bażikament huma recurrent costs, elettriku, pagi tal- ħaddiema, eċċ., imbagħad hemm madwar Lm10 miljun oħra li parti kbira minnhom huma għall-investiment.", "Ir-recurrent costs u r-revenue huma prattikament indaqs, imma l-kapital mhuwiex.", "Il-gvern qiegħed jagħti subvention biex ikun jista' jsir iktar investiment ħalli niżguraw li jkollna pajpijiet tajbin taħt it-toroq u b'hekk jonqsu l-leakages.", "Bilfors irid isir dan l-investiment biex jitnaqqsu l-costs of operation.", "Veru li l- korporazzjoni hija piż fuq il-gvern, imma ma jfissirx li għandna noħorġu nattakkawha li hi inkompetenti jew inkella nagħmlu tariffi li finalment jispiċċaw jifgaw l-ekonomija tagħna.", "Din mhijiex is-sistema li għandna nużaw u nafu li fil-fatt wasslet għal diffikultajiet kbar.", "Ma xtaqtx intawwal wisq, pero' naħseb li ta' min isemmi d-diversi pjanijiet li għandha l-korporazzjoni.", "MR SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Josef Bonnici jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant.", "M'iniex se ndum ħafna għaliex diġa' tkellimt fit-tul, imbagħad fil-winding up inkun nista' nespandi ftit ieħor.", "Mr Speaker, fil-korporazzjoni hemm pjanijiet biex isir assessment aħjar ta' dak li għandu x'jaqsam ma' costs of production u costs of distribution għax dik id-distinzjoni mhux dejjem kienet issir.", "Fil-fatt fl-estimi hemm ċaqliq f'ċerti kategoriji proprju minħabba l-eżerċizzju li qed isir biex il- costs jiġu identifikati aħjar.", "Din is-sena se jittieħdu diversi inizjattivi biex ikun hemm titjib fil- korporazzjoni.", "Per eżempju, jien informat li kien hemm an internal audit system li ma kenitx qed tiffunzjona sewwa.", "Hemm diversi affarijiet li qed jiġu mistħarrġa iktar fid-dettall, ngħidu aħna x'tip ta' consultancy agreements saru u jekk kellhomx il-permess tal-finanzi.", "Hemm ħafna dettalji bħal dawn li forsi nista' nidħol fihom aktar tard.", "Ċertament li l-iktar ħaġa li impressjonatni fil-WSC hija l-moral baxx li kien hemm wara sena ta' taħwid, kritika u bidliet.", "Il-working rules kienu qed jinbidlu minn ġimgħa għal ġimgħa bil-konsegwenza li l-moral ta' l- impjegati beda jitbaxxa, speċjalment għaliex meta bdew jiltaqgħu mad- diffikultajiet ma kien hemm ħadd li kien lest biex isolvihomlhom b'mod razzjonali.", "The easiest thing kienet li wieħed jikkritika lill-povri impjegati tal-korporazzjoni li kienu qed jipprovaw jagħmlu mill-aħjar li jistgħu f'sitwazzjoni fejn id-direzzjoni mill-ogħla persuna tal-gvern kienet ħażina.", "Id-direzzjoni ma jmisshiex kienet li d-dħul bilfors irid jiżdied bi Lm8 miljun mingħajr ma wieħed jara x'effett kien se jkollhom il- passi li kellhom jittieħdu għal dan il-għan.", "Il-gvern preċedenti, b'mod partikolari l-ex-prim ministru l-Onor.", "Alfred Sant, ma ħasibx f'dawn l- affarijiet jew, biex inkun ħanin, naħseb li m'għaddietlux minn moħħu.", "Pero' l-verita' hija li din id-direzzjoni kkaġunat diffikultajiet serji li mhux biss kienu parti mir-raġuni għat-telfa elettorali tal-Gvern Laburista imma wkoll ikkaġunat inċertezzi kbar li għadna nbatu minnhom sal-lum.", "Per eżempju, sfortunatament il-kontijiet baqgħalhom ftit biex joħorġu għalkemm kulħadd jaf li l-piż huwa ferm inqas.", "Imma għad irridu nistennew sa nofs Marzu jew l-aħħar ta' Marzu biex joħorġu l-kontijiet domestiċi.", "Il- kontijiet ta' l-industrija u tat-turiżmu fil-fatt qegħdin joħorġu.", "Mr Speaker, jien se nieqaf hawn.", "Forsi fil-winding up inkun nista' nagħti iktar dettalji dwar xi punti li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha ħsieb li tkompli tibni fuqhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, illum qegħdin nitkellmu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma għas-sena finanzjarja 1998/1999.", "M'hemmx dubju li l-qasam ta' l-ilma fil-pajjiż huwa importantissimu.", "Kulħadd jaf li l-ilma huwa l-bażi tal-ħajja.", "Mhux biss huwa essenzjali għall-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna, imma huwa essenzjali wkoll għall- iżvilupp nazzjonali.", "Kulħadd jaf li biex ikollna standard of living li jirrifletti t-trends tal-lum irid ikollna settur ta' l-ilma li tista' tiddependi fuqu.", "Bħalma għedna l-aħħar darba fuq il-korporazzjoni Enemalta, nistgħu ngħidu f'dan il-każ ukoll; is-settur industrijali u s- settur kummerċjali jiddependu ħafna fuq is-servizzi ta' l-ilma.", "Imbagħad għandna l-qasam agrikolu li għalkemm huwa settur żgħir, anke bħala persentaġġ tal-qasam industrijali kollu f'pajjiżna, huwa settur importanti li jiddependi ħafna fuq is-servizzi ta' l-ilma.", "F'pajjiżna l- ilma huwa riżors skars u biex nipproduċuh fil-kwantitajiet li jkollna bżonn jiġi jiswa spejjeż kbar.", "Jiġifieri l-poplu u l-gvern bilfors ikollhom jippompjaw flejjes kbar biex f'pajjiżna jkollna ammont biżżejjed ta' ilma li jissodisfa d-domanda tas-settur domestiku, industrijali, kummerċjali u agrikolu.", "Irridu jew ma rridux, dawn l-ispejjeż irridu nħallsuhom jew bħala tariffi jew bħala taxxi.", "Il-ministru tkellem ħafna dwar it-tariffi għalkemm dan is-settur huwa ħafna iżjed wiesa' minn hekk.", "Il-punt hu li minn hawn jew minn hemm, mill-but tal-lemin jew mill-but tax-xellug, f'forma ta' tariffi jew f'forma ta' taxxi, dawn il-flus iridu joħorġu minn but il-poplu Malti.", "Is-settur konness mas-servizz ta' l-ilma minn dejjem kien importanti f'dan il-pajjiż.", "Fil-fatt jekk tmur lura mijiet ta' snin issib li missirijietna fi żmien il-Kavallieri wkoll kienu jitkellmu dwar dan is- settur importanti u kienu saru ħafna xogħlijiet preċiżament biex jindirizzaw il-problema ta' l-ilma f'pajjiżna.", "Illum parti sostanzjali ta' l-ilma jiġi prodott fl-impjanti tar-reverse osmosis.", "Ta' min ifakkar lill- Kamra li s-settur tar-reverse osmosis jikkonsma madwar 20% tal-produzzjoni elettrika f'dan il-pajjiż.", "Mela s-settur ta' l-ilma huwa konness ukoll mas- settur ta' l-enerġija u anke l-ambjent.", "Għalhekk fil-mission statement tal- kumpannija tissemma wkoll l-importanza ta' l-ambjent f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, għedt dan kollu fl-introduzzjoni tiegħi biex kulħadd japprezza li l-pajjiż qed iħallas prezz għoli għall-ilma li jipproduċi.", "Irridu nifhmu li kemm jekk it-tariffi jkunu għolja u kemm jekk ikunu baxxi, il-poplu jrid ikun edukat tajjeb biex juża l-ilma b'mod tajjeb.", "Il-poplu jrid jifhem li mhux għax isib l-ilma fil-vit jista' jaħli u jużah b'mod ħażin.", "Hemm bżonn li tidħol politika ta' konservazzjoni.", "Korporazzjoni bħalma hija l-Water Services Corporation, trid u ma tridx, anke skond il- liġi stess, trid taħdem ukoll fuq bażi kummerċjali.", "Il-ministru qal li l- gvern, irid jew ma jridx, ikollu jgħaddi xi forma ta' subvention jew għajnuna lill-korporazzjoni, pero' skond il-liġi kif formulata fl-1991, din il-kumpannija trid taħdem b'mod kummerċjali u trid għallinqas tipprova tilħaq bilanċ f'dawk li huma finanzi.", "Ħalli nibda billi ngħid xi ħaġa dwar il-qagħda li kienet fiha din il- kumpannija meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern fl-1996, u x'passi kellu jieħu biex isaħħaħ din il-korporazzjoni li tipproduċi l-ilma li fuqu jiddependi s-settur domestiku, industrijali, kummerċjali u agrikolu.", "Meta tela' l-Gvern Laburista sab korporazzjoni li ma kellhiex flus biex tħallas lill-ħaddiema tagħha.", "Dan jafu kulħadd, speċjalment il-ministru, jekk kellu ż-żmien jindaga u jfittex fil-minuti tal-korporazzjoni.", "Preċiżament f'Lulju 1996 l-ex chairman tal-kumpannija, is-Sur Tancred Tabone, kien kiteb ċar u tond li jekk kien hemm xi flus fil-kexxun tal-korporazzjoni dawn kellhom imorru biex jitħallsu n-national security contributions tal- ħaddiema u mhux il-pagi.", "Dak kien l-istat li kienet tinsab fih il- korporazzjoni li wiret Gvern Laburista.", "Il-Gvern Laburista wiret korporazzjoni li ma setgħetx tagħti s-servizz lil 5,000 applikant li kienu ħallsu l-frontage contribution qabel l-1996 bit-tama li xi darba jkollhom is-servizz ta' l-ilma.", "M'aħniex nitkellmu fuq 10 jew 20, imma fuq 5,000 applikant li ħallsu l-kontribuzzjoni u s- servizz ta' l-ilma qatt ma twassal lilhom minħabba s-sitwazzjoni ħażina li kienet fiha l-korporazzjoni wara disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Hawnhekk ukoll tidħol il-kuxjenza soċjali.", "Għaliex għandek tiġbor il- frontage contribution ta' 5,000 applikant, u dawn il-flus tużahom x'imkien ieħor għax il-korporazzjoni hija falluta minflok li tagħti s-servizz essenzjali ta' l-ilma lil dawn l-applikanti?", "Kien hawn għadd ta' familji li bl-għaraq ta' ġbinhom bnew id-djar tagħhom u ħallsu l-frontage contribution biex jieħdu s-servizz ta' l-ilma, imma baqgħu ma ħaduhx taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista.", "U ta' min jgħid li l-biċċa l-kbira tal- membri li dakinhar kienu jifformaw parti mill-amministrazzjoni, illum qegħdin quddiemna jitkellmu fuq il-korporazzjoni b'mod li qishom qatt ma kellhom kuntatt magħha.", "Dawn huma l-istess nies li ħallew sitwazzjoni fejn koppji żgħar u anzjani li applikaw u ħallsu għas-servizz ta' l-ilma baqgħu qatt ma ħadu dan is-servizz għax għandna korporazzjoni falluta.", "Falluta mhux għax m'għandhiex flus - għax il-ministru qal li dak mhux importanti - imma falluta għaliex mhix kapaċi tagħti s-servizz li suppost tagħti skond il-liġi minħabba s-sitwazzjoni diżastruża li tinsab fiha.", "U s-sitwazzjoni kienet diżastruża mhux minħabba t-tariffi - issa t-tariffi niġi għalihom iżjed tard - imma għaliex kellna korporazzjoni falluta finanzjarjament, falluta fl-ideat u falluta fis-sens li lanqas biss kienet kapaċi tagħti servizz lil madwar 5,000 applikant li kienu diġa' ħallsu l-frontage contribution biex imbagħad dawk il-flus ġew użati għal skopijiet oħrajn.", "Taħt l-istess gvern li qed naraw quddiemna llum kellna korporazzjoni li kellha telf akkumulat ta' Lm14 miljun.", "Ħafna drabi dawn il-figuri għan- nies ma jfissru xejn, imma meta l-korporazzjoni kienet tmur għand il-banek Maltin biex tissellef, tant kienet f'sitwazzjoni ħażina li l-banek kienu miftehmin bejniethom biex ma jsellfuhiex.", "Għaliex fl-1996 din il- korporazzjoni ma kenitx kapaċi żżomm l-obbligi tagħha li tħallas lura d- dejn li kienet qed tissellef sena wara l-oħra.", "Din hija l-korporazzjoni li qegħdin nitkellmu fuqha llum, immexxija minn dawn in-nies li kienu fallewha mhux biss mil-lat finanzjarju, imma fallewha mill-ideat u mill-funzjoni tagħha skond il-liġi, jiġifieri li tipprovdi dan is-servizz essenzjali lill- poplu Malti.", "Mr Speaker, il-korporazzjoni li wiret Gvern Laburista ma kienet tista' tonora l-ebda obbligu li kellha, la l-obbligu lejn il-konsumaturi, la l- obbligi lejn il-banek li tissellef mingħandhom u lanqas l-obbligi mal- kuntratturi li kienet tqabbad biex jagħmlu x-xogħol.", "Kellna korporazzjoni li sena wara l-oħra kienet tistrieħ fuq il-gvern biex jippompjalha miljuni ta' miljuni ta' liri, u 'l quddiem ntkellem dwar l-importanza ta' dan il- punt fil-kontest preżenti tad-direzzjoni ta' Malta.", "Fl-1993 il-gvern ippompja Lm14.1 miljun lill-korporazzjoni; fl-1994 ippompjalha Lm10.5 miljun; fl-1995 għaddielha Lm13 miljun; fl-1996 Lm14 miljun; fl-1997 Lm14.76 miljun u fl-1998 il-gvern issussidja lill-korporazzjoni għas-somma ta' Lm13.5 miljun.", "Din kienet il-qagħda finanzjarja tal-korporazzjoni li wiret Gvern Laburista.", "Barra minn hekk, wiret sistema maniġerjali li kienet assolutament bla ideat u sitwazzjoni fejn il-ħaddiema kienu demoralizzati.", "Per eżempju, fl- 1996 il-billing department ma kienx kapaċi joħroġ kontijiet ta' l-ilma għal sena sħiħa.", "Jista' jkun li dan ġara għax kienet ġejja l-elezzjoni, imma probabbilment ir-raġuni kienet li s-sistema ta' l-informatika tal-WSC kemm dak iż-żmien, kemm fi żmien l-amministrazzjoni Laburista kif ukoll fil- preżent tant tinsab fi stat diżastruż li ma tistax toħroġ il-kontijiet.", "X'miżuri ħa Gvern Laburista meta sab din is-sitwazzjoni prekarja?", "L- ewwel ma għamel kien li pprova jinnegozja mal-banek biex dawn xi darba jerġgħu jibdew issellfu lill-korporazzjoni.", "Għax biex tiffinanzja l-infiq kapitali bilfors irid ikollok l-għajnuna tal-banek plus l-għajnuna tal- gvern.", "Wara diskussjonijiet twal, bl-għanuna tal-bord preċedenti - u għal dan ħaqqu prosit –il-gvern irnexxielu jġib lura l-għajnuna tal-banek li l- korporazzjoni kienet tilfet fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996 sforz l-inkompetenza u l-fatt li lanqas kienet tonora l- obbligi li kellha.", "Din il-ħidma rnexxiet u b'dawk il-flus beda jinvesti fi proġetti kapitali.", "Gvern Laburista ħadem ukoll biex jitnaqqsu l-ispejjeż rikorrenti tal-korporazzjoni u impenja ruħu biex titnaqqas il-ħela, tiżdied l-effiċjenza tal-korporazzjoni u jsiru ħlasijiet li kienu dovuti lill- korporazzjoni.", "Il-korporazzjoni reġgħet kisbet il-fiduċja tal-banek u l- bord maniġerjali tal-korporazzjoni rnexxielu jnaqqas l-ispejjeż rikorrenti, kif jidher mill-estimi li qegħdin niddiskutu llum, billi naqqas il-ħaddiema bil-proċess ta' natural wastage, naqqas l-operational expenditure minn Lm16 miljun għal Lm15.2 miljun u naqqas ukoll l-ispiża fuq dawl u ilma.", "Il-bord li għadu kif spiċċa għandu mertu kbir f'dan kollu għax ħadem bis-sħiħ fuq dawn il-miżuri ħalli l-korporazzjoni terġa' lura fuq saqajha.", "U din il- ħidma tat il-frott għax waqt li fis-sena finanzjarja 1995/96 it-telf tal- kumpannija kien ta' Lm2.2 miljun, fl-1996/97 it-telf niżel għal Lm483,000.", "Il-bord ħadem bla heda f'kull qasam tal-WSC.", "Ħadem, per eżempju, fuq is- sistema tad-distribuzzjoni li 'l quddiem nidħol aktar fid-dettall fuqha, ħadem fuq is-sistema tar-reverse osmosis plants, fuq is-sistema ta' l- aquifer, il-kontroll ta' l-ilma tax-xita u d-distribuzzjoni tas-second class water.", "Mr Speaker, ngħaddi biex nikkummenta fuq xi affarijiet iżjed tekniċi ħalli 'l quddiem nitkellem aktar fuq affarijiet topiċi.", "Jekk wieħed iħares lejn table 18 li tidher f'paġna 43 tar-rapport annwali jsib diskrepanza kbira.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi lill-ministru jekk din it-table hijiex audited, għax skond informazzjoni li għandi, din il-profit and loss account table li ġiet printed fir-rapport annwali tal-kumpannija ma tressqitx quddiem il-bord tal-kumpannija, ma ġietx soġġetta għal audit, u għalhekk tmur kontra l-liġi li waqqfet il-korporazzjoni.", "Il-liġi ta' l-1991 li waqqfet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tgħid speċifikatament li kull rapport finanzjarju jrid jgħaddi quddiem il-bord, jiġi audited, diskuss u approvat mill-bord.", "Skond l-informazzjoni li għandi jien din it- table mhijiex audited u lanqas hija approvata mill-bord u minkejja dan ġiet riprodotta hawnhekk fuq ir-rapport annwali.", "Apparti l-fatt li mhijiex audited u ma kenitx diskussa mill-bord, din it-table hija misleading assolutament minħabba li hemm diskrepanza kbira bejn din it-table tal- profit and loss account u l-estimi preżenti li qegħdin nitkellmu fuqhom illum.", "Għax dik it-table turi li fl-1997/98 kien se jkun hemm telf ta' Lm2,158,000 waqt li fl-estimi li qegħdin nitkellmu fuqhom illum jingħad li din is-sena se jkun hemm qliegħ ta' Lm4,102,000.", "Allura nistaqsi lill- ministru: Liema ċifra minnhom hija korretta u min hu responsabbli għall- fatt li l-profit and loss account tal-kumpannija deher fir-rapport annwali mingħajr ma ġie diskuss fil-bord?", "Xi ħadd irid jagħti spjegazzjoni ta' dan lil din il-Kamra għal dan, għax jekk wieħed ma jkunx attent, il-Kamra faċilment tiġi misled.", "Fil-fatt il-bord li għadu kif spiċċa rnexxielu jispiċċa s-sena finanzjarja li għalqet f'Settembru 1998 mhux b'telf imma bi qliegħ ta' Lm4,102,000 wara li b'diskussjoni mal-gvern irnexxielu jġib żieda ta' Lm3,500,000 fis-subvention.", "Dan huwa punt li nistenna li l- ministru jagħti spjegazzjoni dwaru u jara jekk xi ħadd ipprovax jimmiżlijdja lil din il-Kamra.", "Sur President, jekk wieħed irid jitkellem b'mod konkret u li jagħmel sens fuq il-qasam ta' l-ilma f'dan il-pajjiż bilfors irid jitkellem fuq l- integrated water resource management, jiġifieri l-użu, l-indukrar u l- produzzjoni ta' l-ilma kollu f'dan il-pajjiż.", "Tajjeb li wieħed jgħid li d- domanda għall-ilma f'dan il-pajjiż qiegħda bil-mod il-mod tonqos sena wara l-oħra minħabba miżuri li 'l quddiem se nitkellem fuqhom.", "Fil-fatt, skond ir-rapport annwali tal-korporazzjoni, bejn Awissu ta' l-1997 u Lulju 1998 id-domanda għall-ilma naqset għal 40.75 miljun metru kubu fis-sena, jiġifieri kien hemm tnaqqis ta' 12.3%.", "Dan it-tnaqqis fid-domanda għall- ilma wieħed irid jistudjah sew.", "Ma jfissirx li l-istandard of living tal- Maltin qed jonqos, anzi pjuttost il-kontra.", "L-istandard of living tal- Maltin qiegħed jogħla.", "Il-fatt li kien hemm tnaqqis fid-domanda għall-ilma jirrifletti tajjeb fuq il-korporazzjoni għaliex kulħadd jaf li l-biċċa l- kbira ta' l-ilma li kien qed jiġi prodott f'dan il-pajjiż kien jintilef.", "Fil-fatt jekk wieħed janalizza l-performance tal-korporazzjoni bejn l- 1987 u l-1996 mill-ewwel jinduna fejn kien qed imur l-investiment kapitali u x'kienet id-direzzjoni ta' Gvern Nazzjonalista.", "Qabel l-1996 il-Gvern Nazzjonalista ġab lill-korporazzjoni f'dik is-sitwazzjoni miskina li spjegajt proprju minħabba management ħażin.", "Kienu jaħsbu li l-unika soluzzjoni għall-problema ta' l-ilma f'dan il-pajjiż kienet sempliċement li sena wara l-oħra jiftħu impjanti ġodda ta' reverse osmosis u jżidu l- produzzjoni ta' l-ilma; mingħalihom li b'dik is-sistema biss tista' ssolvi l-problemi fil-qasam ta' l-ilma f'dan il-pajjiż.", "Jien fittixt id-diskorsi li kienu jsiru f'dan il-Parlament u sibt li min-naħa ta' l-oppożizzjoni ħafna drabi nġibdet l-attenzjoni tal-korporazzjoni li paripassu ma' sistemi effiċjenti ta' produzzjoni ta' l-ilma trid tassigura li l-ilma ma jinħeliex fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn dak li kien qed jiġri jsib li fl-1987 il- produzzjoni ta' l-ilma f'dan il-pajjiż kienet ta' 32.88 miljun metru kubu fis-sena, li minnhom 18.54 miljun metru kubu kienu jinħlew jew ma jsirx ħlas għalih.", "Sena wara l-oħra Gvern Nazzjonalista kien iżid l-impjanti tar- reverse osmosis u allura kienet tiżdied il-produzzjoni.", "Fl-1989 il- produzzjoni telgħet għal 36 miljun metru kubu, imma l-ħela żdiedet ukoll u telgħet għal 21 miljun metru kubu.", "Fl-1992 il-produzzjoni baqgħet tiżdied u laħħqet 47 miljun metru kubu fis-sena filwaqt li l-ħela baqgħet tiżdied ukoll u kienet tlaħħaq 27 miljun metru kubu.", "U bqajna sejrin hekk; iktar ma nipproduċu ilma, iżjed ikun hemm ħela fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Mela dak it-telf kollu li kienet qed iġġarrab il-korporazzjoni u dik is- sitwazzjoni falluta kienu riżultat ta' direzzjoni ħażina, riżultat ta' short-sightedness min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista li kien qiegħed imexxi l- korporazzjoni.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid, din il-korporazzjoni kienet qiegħda titmexxa b'mod żbaljat.", "Kienu jaħsbu li s-soluzzjoni tal-problemi f'dan il-qasam kienet biss li tiżdied il-produzzjoni permezz ta' reverse osmosis plants u għalhekk bnew ħafna minnhom, per eżempju f'Pembroke, iċ-Ċirkewwa u Tigne'.", "Pero' fl-istess ħin ma kkontrollawx is-sistema tad-distribuzzjoni, bir- riżultat li iżjed ma kien qed jiġi prodott, ilma iżjed beda jinħela fis- sistema tad-distribuzzjoni.", "U l-flus li konna nissellfu mill-banek u l- miljuni ta' liri li l-gvern kien qed jgħaddi lill-korporazzjoni kienu litteralment qed imorru down the drain għax l-ilma kien jinħela u joskula minħabba ħsarat fil-kanen.", "Ħafna mill-ilma li tant iqum flus biex jiġi prodott u li tant huwa riżors importanti f'dan il-pajjiż, kien qed jispiċċa jinħela minkejja li l-Oppożizzjoni Laburista ħafna drabi kienet tiġbed l- attenzjoni tal-gvern preċedenti dwar dan.", "Issa spiċċajna b'ħafna reverse osmosis plants li, kif spjegajt f'diskors ieħor f'din il-Kamra, qed jaħdmu at half throttle.", "Fil-fatt minn risposta għal mistoqsija parlamentari numru 1491 jirriżulta li l-impjant ta' Lapsi li kien twaqqaf minn Gvern Laburista ta' qabel l-1987, u li oriġinarjament kien jaħdem bi 12-il train, illum spiċċa jaħdem b'erbgħa biss.", "F'taċ-Ċirkewwa li twaqqaf minn Gvern Nazzjonalista u li suppost kellu ħames trains jipproduċu l-ilma, illum spiċċa bi tlieta biss jaħdmu.", "Jien personalment żort l-impjant ta' Pembroke u nista' ngħid li għalkemm hemm 12-il train, fil-preżent sitta minnhom biss qed jaħdmu.", "Fl-impjant tal-Marsa hemm żewġ trains li minnhom jaħdem wieħed biss, u fl-impjant ta' Tigne' hemm sitt trains u l-impjant jinsab wieqaf għal kollox, jiġifieri ma jipproduċis ilma għaliex m'hemmx bżonnu.", "Dan ifisser li minn total ta' 37 train qed jaħdmu biss 14, jiġifieri 38% biss tal-potenzjal kollu tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Dan kollu minħabba x-short-sightedness u l-ebusija tar-ras ta' Gvern Nazzjonalista li ma kellu l-ebda sens ta' direzzjoni f'dan il-qasam.", "Għal dawn ir-raġunijiet fl-1996 spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il- korporazzjoni, minkejja l-investimenti kbar kapitali li saru, ma kenitx kapaċi tagħti dan is-servizz essenzjali lil madwar 5,000 applikant f'dan il- pajjiż.", "Jekk dan mhux falliment ma nafx x'jsita' jissejjaħ falliment meta qed titkellem fuq korporazzjoni ta' din l-importanza fil-pajjiż.", "Mhux qed nitkellmu fuq xi żball fit-tariffi - u issa niġi għat-tariffi - imma fuq falliment ċar u ovvju għax il-korporazzjoni ma kenitx kapaċi tagħti lill- poplu Malti s-servizz li kienet rikjesta u mistennija li tagħti skond il- liġi.", "Mhux talli hekk, talli Gvern Nazzjonalista kellu pjanijiet li jwaqqaf iżjed reverse osmosis plants.", "Jekk wieħed iħares lejn l-annual report 1995/96 isib li kellhom il-ħsieb li jiftħu impjant ieħor f'Żonqor Point.", "Jiġifieri dawn kien moħħhom biss biex nagħmlu iżjed reverse osmosis plants ħalli tiżdied il-produzzjoni ta' l-ilma, mingħalihom li b'daqshekk se jsolvu l-problema ta' l-ilma fil-pajjiż.", "Imbagħad l-ilma kien jispiċċa jinħela u l-korporazzjoni tkompli tissellef mill-banek!", "Jiġifieri wara dak l-investiment ta' miljuni ta' liri, il-korporazzjoni baqgħet f'sitwazzjoni kerha fejn ma setgħetx tagħti s-servizz lil min kien jinħtieġu.", "Meta l-korporazzjoni waslet f'dan il-falliment kienet immexxija mill- istess nies li għandna quddiemna llum, u tajjeb ngħid li dak iż-żmien il- ministru responsabbli mill-kostruzzjoni, li taħtu kienet taqa' l-WSC, kien il-Perit Michael Falzon li llum huwa ċ-chairman tal-WSC.", "Jiġifieri l- istess nies li wasslu lill-korporazzjoni f'dik is-sitwazzjoni, illum qegħdin jerġgħu jmexxuha u m'għandix dubju li se jagħmlu l-istess żbalji, wara x-xogħol siewi li għamel Gvern Laburista tul sentejn sħaħ bl-għajnuna wkoll tal-bord il-ġdid.", "Lill-Onor.", "Bonnici li qed jitbissem ngħidlu li dwar it-tariffi nitkellem iżjed tard għax l-unika ħaġa li tinteressa lill-Ministru Bonnici fil-WSC huma t-tariffi u l-persentaġġi u mhux l-effiċjenza tal-korporazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jinteressah biss il-punt politiku li qed jimpressjona lin-nies bit-tariffi ta' Gvern Laburista.", "U fuq it-tariffi nitkellem iktar tard, ħalli naraw min għolla t-tariffi l-ewwel darba fl-1994 u min kien jgħid li kulħadd għandu ammont ta' ilma allokat għalih, imbagħad jekk jaqbeż dak il-livell irid iħallas il-kont kollu bit-tariffi kif jiġu jiswew lill-korporazzjoni.", "Imma dan niġi għalih iżjed tard.", "Tajjeb li nsemmi wkoll kif imxiet il-WSC, per eżempju, rigward l-impjant ta' Pembroke biex għamlu dawk it-12-il train.", "Dawn taparsi kienu ħarġu tender pubblika u trasparenti biex japplikaw kumpanniji li huma intiżi f'dan il-qasam u meta l-kumpanniji li kienu tefgħu t-tender marru jaraw il- post, sabu li diġa' kien hemm l-apparat tal-kumpannija Polymetrics.", "Allura dawk il-kumpanniji bir-raġun qalu: Dawn x'affarijiet huma; ħarġu t- tenders biex isir ix-xogħol, imma x-xogħol diġa' nbeda minn kumpannija li hija waħda minn fost dawk li ttenderjaw?!", "Għalhekk naħseb li tajjeb li l- ministru jispjega dawn l-iżbalji li saru minn sieħbu stess li kien responsabbli għal dan il-qasam fiż-żmien li qed insemmi jien.", "F'dan il-Parlament, sena wara l-oħra kien jiġi l-ministru jew is- segretarju parlamentari u jgħidilna li wara li għal ħafna snin il- management tar-reverse osomosis plants kien f'idejn il-kumpannija Polymetrics, kien wasal iż-żmien li l-gvern jieħdu f'idejh jibda jsir min- nies tagħna.", "Pero' kienet tgħaddi sena, sentejn, jibqgħu jgħidu l-istess affarijiet u ma jsir xejn.", "Dawn huma l-istess nies li llum qegħdin imexxu l-WSC.", "Dan sar biss minn Gvern Laburista u speċifikament l-ex-Ministru Charles Buhagiar, li minn hawnhekk nawguralu fejqan ta' malajr.", "Jiddispjaċini li mhux se jkun jista' jitkellem f'dan id-dibattitu dwar l- estimi tal-WSC għax naħseb li l-kontribuzzjoni tiegħu kienet tkun siewja ħafna biex joħroġ ċar kemm sar xogħol minnu u mill-bord li issa se jispiċċa biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni falluta tal-korporazzjoni.", "Nerġa' ngħid li kien Gvern Laburista li ħa d-deċiżjoni li l-impjanti tar- reverse osmosis jibdew jitmexxew mill-Maltin.", "Kien l-ex-Ministru Buhagiar li, flimkien mal-bord, iddeċieda li jieħu t-tmexxija tar-reverse osmosis plants minn idejn il-kumpannija Polymetrics biex jibdew jitmexxew b'iżjed effiċjenza.", "Jien minn hawnhekk irrid nifraħ lill-ħaddiema kollha, kemm tal- kuntrattur u kemm tal-korporazzjoni, għax dawn barra li qegħdin iżommu r- reverse osmosis plants jaħdmu, irnexxielhom ukoll jiffrankaw lill- korporazzjoni s-somma ta' Lm1.7 miljun.", "Ara l-Ministru preżenti t-tariffi biss isemmi; ma jsemmix kemm ħadem il-bord preċedenti taħt Gvern Laburista biex il-korporazzjoni jġibha fuq saqajha u jiffrankalha Lm1.7 miljun, piż li kieku jrid iġorru l-gvern jew il-konsumatur.", "U dawn il-flus ma kenux se jmorru fil-bwiet tal-Maltin, imma fi bwiet ta' kumpanniji barranin li kien ilhom snin twal jaħdmu hawn Malta u li, wara kollox, ikkontribwew b'mod pożittiv f'dan il-qasam.", "Barra minn hekk il-Gvern Nazzjonalista lanqas ma kien qed jagħmel ġustizzja soċjali, għax kien jgħaddi ż-żmien bil-poplu Malti u bl-istess korporazzjoni meta, minkejja dak li kien jgħid, qatt ma pprova jgħaddi dan is-settur lill-korporazzjoni kif għamel Gvern Laburista b'mod li, kif għedt, irnexxielu jiffranka lill-korporazzjoni s-somma ta' Lm1.7 miljun li kienu qegħdin jinsterqu minn ħalq iċ-ċittadini Maltin.", "Jien minn hawnhekk nixtieq nawgura lill-kumpannija sussidjarja tal-WSC, il-Mediterranean Desalination Services u ngħidilhom prosit tax-xogħol li qegħdin jagħmlu.", "Skond informazzjoni li għandi, din hija kumpannija mmexxija tajjeb u effiċjenti ħafna, tant li mhux biss qiegħda tagħti riżultati tajbin, iżda qed tħares aktar 'il bogħod ukoll billi qed tieħu kuntratti privati.", "Jien nawguralha li jkollha l-expertise biżżejjed biex jirnexxilha toħroġ anke 'l barra minn xtutna u tkun kapaċi tagħmel xogħol barra mill-pajjiż.", "Irridu niftakru li f'Malta għandna ċertu expertise f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema tal-produzzjoni ta' l-ilma, u madwar il-Mediterran hawn ħafna pajjiżi li m'għandhomx dan l-expertise.", "Għalhekk jien nawgura li din il-kumpannija tifrex il-ħidma tagħha anke barra minn xtutna.", "Mr Speaker, irrid nitkellem ukoll fuq l-aquifer, li huwa saff fil-blata ta' Malta fejn jinġema' ilma ġieri li jissoffa minn ġol-blat.", "Dan huwa sors ta' ilma importanti ħafna għall-WSC u l-korporazzjoni għandha r- responsabbilta' li tindokrah.", "Tajjeb li wieħed jgħid li mill-aquifer irnexxielna ntellgħu madwar 45% ta' l-ilma prodott f'pajjiżna.", "Per eżempju, fl-1997-98 mill-aquifer tellajna 20.2 miljun metru kubu ta' ilma li minnhom 2.2 miljun metru kubu ttellgħu minn Għawdex.", "Dan huwa sors importanti ħafna għal Għawdex għaliex hemmhekk m'hemmx reverse osmosis plants.", "Fil-fatt ma nafx jekk mill-impjant tar-reverse osmosis taċ- Ċirkewwa aħniex nippompjaw xi ilma għal Għawdex.", "Jekk le, allura nixtieq nistaqsi jekk jirriżultax li f'Għawdex qed jintuża biss ilma li ġej mill- aquifer.", "Għaliex ta' min jgħid li dan l-ilma jkollu konċentrazzjoni qawwija ta' calcium u allura jkun aktar hard.", "Jekk hu hekk, għandna naraw li din is-sitwazzjoni titranġa, għaliex l-Għawdxin għandhom jiggwadanjaw ukoll mill-blending li jsir ma' l-ilma prodott mir-reverse osmosis plants.", "L-esplojtazzjoni ta' l-ilma mill-aquifer jidher li bil-mod il-mod qiegħda tonqos.", "Din hija xi ħaġa tajba, għalkemm jidher li l-persentaġġ ta' l-ilma li jittella' mill-aquifer ikkomparat mat-total ta' ilma li nipproduċu sal- lum għadu l-istess.", "Jien informat li l-korporazzjoni qiegħda tagħmel studju biex issib x'inhu l-aħjar ammont ta' ilma li jittella' mill-aquifer biex jintlaħaq bilanċ bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-kwalita' ta' l- ilma li jiġi prodott.", "Forsi hawnhekk tajjeb li nispjega li l-WSC, għallinqas f'Malta għax f'Għawdex ma nafx, tħallat l-ilma prodott mir-reverse osmosis plants ma' l- ilma li jittella' mill-aquifer biex l-ilma li jmur għall-konsum ma jkunx hard iżżejjed.", "Għalhekk il-blending huwa importanti li jsir.", "F'dan il- proċess irid jintlaħaq bilanċ bejn il-kwalita' ta' l-ilma u l-ispejjeż li tħallas il-korporazzjoni għall-produzzjoni.", "Aħna nafu li l-ispejjeż biex jittella' l-ilma mill-aquifer m'humiex għoljin daqs l-ispejjeż għall- produzzjoni ta' l-ilma mir-reverse osmosis plants.", "Skond l-annual report tal-korporazzjoni, matul is-sena li għaddiet mill- aquifer sfortunatament tlifna 1.17 miljun metru kubu ta' ilma minħabba t- tinġiż.", "Ta' min jgħid li f'Malta l-korporazzjoni hija l-unika body li għandha r-responsabbilta' li tipproteġi l-aquifer.", "Pero' huwa importanti li l-poplu jiġi edukat dwar l-importanza ta' dan l-ilma.", "Huwa wkoll importanti li l-korporazzjoni tieħu l-passi kollha neċessarji biex tindokrah.", "Nafu kemm hu faċli li dan l-ilma jiġi kontaminat, u l- korporazzjoni taf minn fejn jista' jiġi kontaminat, għax fl-annual report stess ġew identifikati s-siti.", "Tal-Ħlas u Wied il-Kbir, f'Ħal Qormi huma l- aktar areas fejn tista' ssir kontaminazzjoni fl-aquifer mir-raħħala li jrabbu l-annimali hemmhekk.", "Fil-fatt kellna kontaminazzjoni ta' dan it-tip bil-konsegwenza li nħela 1.17 miljun metru kubu ta' ilma, li lill- korporazzjoni swielha s-somma sostanzjali ta' Lm381,000.", "Għalhekk il- korporazzjoni għandha timponi aktar kontroll fuq min jista' jikkontamina l- ilma ta' l-aquifer.", "Dan huwa sors ta' ġid komuni u rridu nassiguraw li ħadd ma jilgħab miegħu jew ipoġġih f'periklu.", "Nafu li hemm min jabbuża minn dan is-sors ta' ilma u jipprova jħaffer spieri kontra l-liġi.", "Dan xi kultant jista' jkun jagħmel ħsara iżjed milli jista' jimmaġina, kif rajna fil-każ ta' dik il-kontaminazzjoni li kien hemm f'Ta' Kandja f'Marzu li għadda, meta l-aquifer ġie kontaminat biż-żejt.", "Imn'Alla kienu l-ħaddiema tal-korporazzjoni li ndunaw b'dan il-periklu għall- aquifer u ħadu l-miżuri neċessarji fil-ħin.", "Fuq bażi nazzjonali għandna naraw x'effett negattiv jista' jkollhom fuq l- aquifer affarijiet oħra bħal miżbliet u landfills kbar kif ukoll il- pestiċidi u n-nitrati li jintużaw mill-bdiewa.", "Jien naħseb li l- korporazzjoni għandha żżomm kontroll fuq dawn il-fatturi.", "Jista' jkun li mil-lat kummerċjali l-korporazzjoni ma tqisx li jkun cost effective li toqgħod tidħol f'dawn id-dettalji, pero' dan tant huwa riżors importanti, li l-korporazzjoni bilfors trid tieħu dan il-qasam bis-serjeta'.", "Hawnhekk niġi għal punt importanti ieħor.", "Bħalma għedt fuq l-Enemalta, anke f'dan is-settur tal-produzzjoni ta' l-ilma, m'hemmx diviżjoni bejn dak li huwa r-regolatur u dak li huwa l-produttur.", "Il-WSC, għalkemm skond il- liġi suppost li tipproduċi u tqassam l-ilma lill-konsumatur, ftit li xejn għandha funzjoni ta' regolatur.", "Għalhekk, bħalma għamilt fil-każ ta' l- Enemalta, nipproponi li f'dan il-qasam ikollna body regolatorju li jkun indipendenti mill-WSC.", "Fost il-funzjonijiet li jkollu r-regolatur, għandu jieħu ħsieb l-aquifer u jara li ma jiġix kkontaminat; jara li ma jkunx hemm użu abbużiv ta' l-aquifer; jassigura li jsir użu tajjeb mill-ilma tax-xita u li nsalvaw kemm jista' jkun minnu.", "Minħabba li l-area mibnija tal- gżejjer tagħna kulma jmur qed tikber, bil-mod il-mod qiegħed jonqos ic- charging ta' l-aquifer, jiġifieri l-ilma fl-aquifer ma għadux qed jiġi miżjud bl-ilma tax-xita daqskemm kien qabel u ħafna mill-ilma tax-xita jispiċċa jinħela.", "Ta' min jgħid li parti mill-ħela hija dovuta wkoll għall- fatt li ftit huma n-nies li qegħdin jobdu l-liġi li f'kull dar għandu jkun hemm bir li fih jista' jiġi stored l-ilma.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli titk.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jinstema.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra li għoġobha testendili l-ħin.", "Kont qed nuri kemm dan huwa settur importanti fuq bażi nazzjonali.", "Għalhekk irridu nħarsu fit-tul u nindukraw l-aquifer, funzjoni li tkun tista' tiġi moqdija aħjar bis-sistema tar-regolatur li jkun distint u indipendenti mill-produttur, li hija l-WSC.", "Fl-opinjoni tiegħi, anke l- Awtorita' ta' l-Ippjanar trid tkun iżjed konxja ta' dan is-sors importanti ta' l-ilma u tindukrah b'kull mezz.", "Gvern Laburista, permezz tal-bord li għadu kif spiċċa, kien ħa miżuri biex jara li l-aquifer ma jiġix sfruttat b'mod illegali u kien ħa passi biex dawk in-nies li kellhom spieri li ma kienux skond il-liġi u allura kienu qed jisirqu l-ilma mill-aquifer, jirreġistraw l-ispieri tagħhom.", "Per eżempju, fl-1995 kien hemm 2,149 spiera reġistrati f'Malta.", "Wara li Gvern Laburista ħa miżuri biex l- ispieri kollha jiġu reġistrati billi ħareġ erba' avviżi legali, in-numru ta' spieri reġistrati tela' għal 4,610.", "Sfortunatament, kien hemm ħafna li injoraw id-direttivi tal-korporazzjoni u ma rreġistrawx l-ispieri tagħhom, għax jien konvint li kieku ġew reġistrati kollha, in-numru ta' spieri f'pajjiżna kien ikun ferm iktar minn 4,610.", "Pero' ċertament li dan kien pass importanti, biex għallinqas inkunu nafu min huma dawk in-nies li jużaw l-aquifer u b'hekk wieħed ikun jista' jżomm kuntatt magħhom u jedukahom dwar l-użu ta' dan is-sors ħalli forsi ma jsirux aktar żbalji bħal dak li sar fil-każ ta' Ta' Kandja fejn seta' kellna disażtru ekoloġiku kbir.", "L-ammont ta' ilma li jittella' minn dawn l-ispieri m'huwiex żgħir u matul is-sena ttella' madwar 3.65 miljun metru kubu ta' ilma.", "Mill- kalkolu li għamilt jirriżulta li minn dawn l-ispieri reġistrati jittella 18% ta' l-ilma kollu li jtella' l-gvern.", "Jiġifieri dan altru li huwa ammont sostanzjali u għalhekk qed nenfasizza l-ħtieġa ta' aktar kontroll f'dan il-qasam.", "Hawnhekk wieħed forsi jistaqsi: Imma dan l-ilma kollu li jittella' minn dawn l-ispieri għal xiex jintuża?", "L-aktar li jintuża hu għal skopijiet agrikoli, għalkemm hemm diversi nies li jtellgħu l-ilma mill-aquifer biex ibigħuh.", "Għalhekk naħseb li l-bord tal-korporazzjoni li għadu kif spiċċa għamel tajjeb li ħa f'idejh is-servizz tad-distribuzzjoni ta' l-ilma mill- ispieri.", "B'hekk jista' jkun hemm hemm kontroll aħjar jitnaqqas l-abbuż ta' l-użu ta' l-ilma li jittella' mill-aquifer għal skopijiet kummerċjali minflok għal użu agrikolu.", "Hawnhekk nixtieq nappella wkoll biex jieqaf l- użu ta' l-ilma mill-aquifer għall-irrigazzjoni u għal skopijiet agrikoli għandu jieqaf u jsir aktar użu minn treated water, ilma li jittieħed mid- drenaġġ u jissaffa.", "Il-Water Services Corporation taħt amministrazzjoni Laburista u taħt ir- responsabbilta' ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar ħadmet ukoll fuq l-istorm water master plan.", "Ix-xogħol fuq din is-sistema kien inbeda qabel, imma x- xogħol bis-serjeta' u b'mod komprensiv sar taħt l-amministrazzjoni Laburista.", "Illum ħafna xogħol jinsab fi stadju avvanzat, speċjalment f'Hal Qormi.", "Nafu li f'pajjiżna hawn diversi areas, fosthom il-Marsa, Valley Road fl-Imsida, u Burmarrad, fejn meta tagħmel xita bil-qliel jaqa' ħafna ilma, li apparti li jagħmel ħsara u xi kultant ikun ta' periklu għall-ħajja tan-nies, jispiċċa biex jintilef.", "Għalhekk il-gvern jagħmel tajjeb li jindirizza din il-problema.", "Jien naf li l-korporazzjoni dan il-qasam ma tqisux ta' importantza kbira minħabba li mil-lat kummerċjali ma tantx jagħmlilha differenza.", "Anzi l-korporazzjoni taf li xogħol f'dan il-qasam jinvolvi spejjeż li minnhom m'hi se tieħu xejn.", "Imma fuq bażi nazzjonali jrid ikun hemm xi ħadd li jieħu din il-problema bis-serjeta' biex jiġi kontrollat l-ilma ta' l-għargħar.", "Kultant il-flooding jiġri għax ħafna mill-widien, gandotti u passaġġi ta' l-ilma jiġu mblokkati minħabba l-iżvilupp li jsir.", "Il-Gvern Laburista kien daħal ħafna f'dan il-qasam u x-xogħol li qiegħed isir preżentement f'Ħal- Qormi, per eżempju, taffa ħafna l-problema f'din l-area ta' Ħal Qormi u l- Marsa.", "Nispera li l-gvern preżenti jagħmel l-istess sforz f'Valley Road l- Imsida, u anke f'Burmarrad biex l-ilma ta' l-għargħar minbarra li jiġi kontrollat biex ma jagħmilx ħsara lill-proprjeta', mhux biss biex ma jipperikolax il-ħajja taċ-ċittadini, ikun jista' jiġi wżat bħala second class water, jew inkella, jekk ikun tajjeb biżżejjed, biex jerġa' jiġi charged l-aquifer.", "Nixtieq nagħmel riferenza għal xi liġijiet antiki li saru minn missirijietna li għarfu l-importanza ta' l-ilma f'dan il-pajjiż.", "Waħda minn dawn il-liġijiet timponi li kull dar irid ikollha bir biex l-ilma tax- xita ma jinħeliex.", "Illum naħsbu li żviluppajna ħafna u li aħna bravi ħafna u allura dawn il-liġijiet essenzjali qed nittraskurawhom bil-konsegwenza li qed niffaċċjaw diversi problemi.", "Kieku matul is-snin kulħadd mexa skond il- liġi, ħafna mill-ilma tax-xita llum jiġi stored fil-bjar tad-djar jew fi ġwiebi u ġibjuni, skond kif tipprovdi l-liġi, u allura tiġi evitata ħafna mill-ħsara li ssir minħabba flooding.", "Parti wkoll mis-second class water jiġi mit-trattament tad-drenaġġ li jsir fl-impjant ta' Sant'Antnin.", "Bejn Awissu 1997 u Ġunju 1998 dan l- impjant ipproduċa madwar 1 miljun metru kubu ta' ilma trattat.", "F'dan ir- rigward għalkemm jidher li bdejna, xorta għadna lura ħafna.", "Huwa veru li qed nipproduċu ilma li huwa tajjeb kemm għall-użu agrikolu kif ukoll għall- użu industrijali - għax l-industrija tuża ħafna second class water - imma s- sistema tad-distribuzzjoni għadha primittiva.", "Jien informat li għadna b'open system, jiġifieri sistema ta' kanali miftuħin fejn kulħadd jieħu kemm irid, isodd kemm irid u jabbuża kemm irid b'mod li tista' tgħid li jieħdu minnu biss dawk il-ftit li jirnexxilhom jisirquh.", "Jien minn hawnhekk inħeġġeġ biex, jekk verament irridu nitkellmu fuq bażi integrata tas-sistema tal-management ta' l-ilma, niddiskutu dwar il-possibbilta' ta' iżjed impjanti minn dawn tar-riċiklaġġ għal produzzjoni akbar ta' l-ilma b'din is-sistema.", "Veru li dan il-metodu jista' jkun ta' inkonvenjent għalina, imma ċertament li jekk 'il quddiem irridu niżviluppaw il-qasam agrikolu, mingħajr ma nużaw iżjed ilma li qed jiswielna dawn il-flus kollha, bilfors li rridu nidħlu aktar f'dan il-qasam.", "Skond informazzjoni li għandi u skond l-avviż legali 121 ta' l-1997, il-korporazzjoni indaħlet ukoll għad-distribuzzjoni ta' dan is-second class water.", "Nerġa' nappella li hemm bżonn li nipproduċu iżjed treated water li jkun jista' jitqassam aħjar kemm lis-settur industrijali kif ukoll lis-settur agrikolu.", "B'hekk jintuża inqas ilma mill-aquifer u fl-istess ħin il-bdiewa jkunu jistgħu jipproduċi iżjed f'dawk li huma wċuħ tar-raba'.", "Gvern Laburista għamel passi ta' ġgant f'dik li hija sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma għax huwa importanti li jkollok sistema tajba.", "Il-Gvern Laburista għamel madwar 103 kilometri ta' mains ġodda matul is- sena li għaddiet.", "Wara ħafna snin ta' tlaqliq u wegħdiet il-main ta' Psaila Street, Birkirkara u Santa Venera nbeda u tlesta minn amministrazzjoni Laburista.", "Ir-rapport annwali ma jagħtix stampa ċara tax- xogħol kbir li sar f'dan il-qasam għaliex s'issa qatt ma sar xogħol fuq is- sistema tad-distribuzzjoni, daqskemm sar fit-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista.", "Dan għen biex jitnaqqsu l-leakages li minħabba fihom kien jintilef ħafna ilma li kien jiswielna d-deheb.", "Jiġifieri kellu jkun Gvern Laburista li jaħseb biex isewwi din is-sitwazzjoni.", "Kien ukoll Gvern Laburista li solva l-problema ta' dawk il-5,000 applikant li kien ilhom li ħallsu l-frontage contribution u li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kienu baqgħu jistennew xahar wara l-ieħor biex jingħataw is-servizz u qatt ma *waslilhom.", "Dik hija s-serjeta' li biha Gvern Laburista mexxa l-korporazzjoni li wiret falluta mill-ideat, falluta mill-funzjoni tagħha u falluta anke finanzjarjament.", "Wara li l- gvern irranġa mal-banek fuq bażi kapitali, kien kapaċi jidħol fuq is- sistema tad-distribuzzjoni u rranġaha mill-qiegħ nett.", "Tant hu hekk li l- backlog kollu ta' applikazzjonijiet għal servizzi ġodda spiċċa għal kollox.", "Illum nista' ngħid li l-produzzjoni ta' l-ilma li għandna hija biżżejjed u potenzjal tal-produzzjoni għandha iżjed minn biżżejjed.", "Għalhekk nawgura li l-korporazzjoni tikkonsidra kif nistgħu ntejbu iktar is- sistema tad-distribuzzjoni.", "Jien naf li skond l-annual report il- korporazzjoni hija aware mill-importanza tas-sistema tad-distribuzzjoni, u rrid nifirħilha tax-xogħol li għamlet biex iżżid il-kontroll fuq leakages u l-unaccounted for water.", "Pero' tajjeb ngħid li l-problema ta' telf ta' ilma kważi ġiet solvuta taħt amministrazzjoni Laburista.", "Fil-fatt il-persentaġġ ta' ilma li jintilef, l-unaccounted for water, minn 68% niżel għal 52% in absolute terms.", "Pero' f'dan il-kontest wieħed irid jitkellem dwar kemm-il metru kubu ta' ilma jinħela kull kilometru ta' distribuzzjoni kuljum.", "Waqt li fl- 1994, meta l-korporazzjoni kienet fil-furja li tagħmel iżjed impjanti ta' R.O's, kien ikun hemm telf ta' 18-il metru kubu kull kilometru ta' distribuzzjoni kuljum, fl-1998 dan l-ammont ta' ħela naqas għal 11-il metru kubu kull kilometru ta' distribuzzjoni kuljum.", "Jiġifieri minn dan il-lat kellna suċċess kbir, għax għallinqas it-telf ta' ilma li qed nipproduċu bi spejjeż kbar għall-poplu Malti, il-Gvern Laburista rnexxielu jikkontrollah.", "Nixtieq nifraħ ukoll lill-korporazzjoni li f'Għawdex irnexxielha tnaqqas l-unaccounted for water għal livell baxx ħafna, li jikkompara tajjeb ma' dak ta' l-aħjar fost ħafna pajjiżi.", "Jiġifieri f'dan ir-rigward għandna xempju fuq xiex nimxu, għax f'Għawdex li hija gżira żgħira, irnexxielhom jittekiljaw tajjeb ħafna s-sistema tad-distribuzzjoni.", "Jien nawgura li f'Malta nimxu bl-istess mod biex nilħqu l-istess livell li laħqu f'Għawdex ħalli għallinqas nipprovaw innaqqsu d-domanda għall-ilma li nipproduċu biex il-korporazzjoni ma tidħolx f'iżjed self u iżjed sovvenzjoni mingħand il- Gvern.", "Sfida oħra għall-korporazzjoni hija li ttejjeb il-kwalita' ta' l-ilma.", "Sfortunatament għadna lura milli jkollna kwalita' ta' ilma li tkun skond id- direttivi tal-WHO.", "Għadna 'l bogħod ħafna wkoll milli nilħqu l-livelli ta' chloride u nitrati li jissuġġerixxu l-WHO u l-Unjoni Ewropea.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra li wieħed mill-għanijiet ta' dan il-gvern huwa li xi darba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' l-Korporazzjoni għandha tipproduċi ilma ta' kwalita tajba mhux għax xi darba rridu ningħaqdu ma' l- Unjoni Ewropea, iżda għax hekk jixraq lill-poplu Malti.", "Il-poplu Malti jixraqlu li jkollu ilma tajjeb, li ma jkunx hard water, ilma li ma jkollux ħafna chloride u ħafna nitrati.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll li s-settur ta' l-agrikoltura ma jistax jimxi jekk ma jkollux provvista tajba ta' ilma ta' kwalita'.", "Jien naħseb li sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia 'l quddiem se jitkellem ukoll fuq dan is-suġġett peress li hemm rabta qawwija bejn is-settur agrikolu u s- settur ta' l-ilma.", "Sfortunatament hemm numru ta' bdiewa li jew jisirqu l- ilma b'mod dirett jew inkella jtellgħuh minn spieri illegali.", "Għall- maġġoranza tagħhom li ma jisirqux u jużaw l-ilma b'mod tajjeb, il-kontijiet li jkollhom iħallsu huma għoljin.", "Għalhekk hu importanti li l- korporazzjoni tgħin ukoll f'dan is-settur, billi tipproduċi iżjed ilma mill- impjanti tar-riċiklaġġ, bħal dak ta' Sant'Antnin, ħalli waqt li titnaqqas id-domanda ta' l-ilma li tipproduċi l-WSC bil-mezzi konvenzjonali, xorta waħda jkun hawn ilma biżżejjed għas-settur agrikolu.", "Pero' fuq dan inħalli għal sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia biex jelabora hu.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-billing section tal-korporazzjoni, is- sezzjoni li tiġbor ir-readings tal-meters kemm tad-dawl kif ukoll ta' l- ilma u hija subcontracted mill-Korporazzjoni Enemalta biex tgħaddilha r- readings tad-dawl.", "Is-sistema ta' l-informatika f'din is-sezzjoni kienet ġiet introdotta qabel l-1996 u, kif spjegajt fil-bidu, qabel l-1996 qatt ma ħadmet.", "Illum din is-sezzjoni għadha mhix qed tiffunzjona tajjeb u għalhekk il-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jdumu ma joħorġu.", "Il-Ministru Josef Bonnici pprova jqarraq meta lill-poplu pprova jbellagħhielu li l- unika problema li għandha l-billing section tal-WSC hija l-problema tad- database.", "Din hija farsa għax min jifhem fis-sistema ta' l-informatika jaf li d-database, jiġifieri l-ismijiet u l-indirizzi tal-konsumatur ikunu għalihom, waqt li r-readings u l-kalkoli tat-tariffi jkunu fuq programm differenti.", "Jiġifieri għalkemm il-gvern qed jipprova jbella' lill-poplu r- ross bil-labra, xorta se tibqa' l-problema tad-dewmien fil-kontijiet bħala riżultat tas-sitwazzjoni f'din is-sezzjoni u l-konsumatur se jħoss il-piż tal-kontijiet daqskemm kien se jħossu taħt Gvern Laburista.", "Nistennew u ż- żmien jagħtina risposta.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid li minkejja dak kollu li qal il-Ministru Josef Bonnici, jekk inħarsu lejn il-kwestjoni kollha tat-tariffi, insibu li kien fl-1994, fi żmien il-ministru sieħbu, li llum huwa ċ-chairman tal-WSC, li żdiedu t-tariffi tad-dawl u l-ilma b'mod esaġerat.", "Dak iż-żmien dik iż- żieda kienet qanqlet ħafna kritika min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista.", "L-ex-ministru Michael Falzon kien qal – dan huwa recorded anke fil- proċeduri ta' din il-Kamra - li dawk in-nies li jużaw ir-razzjon tagħhom ta' l-ilma jħallsu mod, iżda meta jaqbżu dak ir-razzjon iridu jħallsu b'mod kummerċjali.", "Jiġifieri dan huwa l-istess gvern li kkritika t-tariffi li daħħalna aħna, imma fl-1994 kien hu li għolliehom b'mod esaġerat.", "Ħalli nuri daqsxejn l-ipokresija ta' Gvern Nazzjonalista fil-kwestjoni tat-tariffi.", "L-intenzjoni tal-gvern m'hix li jġib lill-korporazzjoni 'l quddiem, m'hix li jkun hemm razzjonalizzazzjoni tas-servizz li tipprovdi l- korporazzjoni, imma li jirbaħ il-punt politiku.", "Għalhekk meta jiġi l- Ministru hawnhekk u jitkellem fuq il-WSC ma jkunx serju u minflok jittratta s-suġġett kif jixraqlu, jitkellem biss fuq it-tariffi.", "Jekk irid jitkellem fuq it-tariffi l-Ministru Josef Bonnici jmissu semma l-fatt li fit-30 ta' April ta' l-1996 l-Onor.", "Ninu Zammit, li dak iż-żmien kien segretarju parlamentari responsabbli minn dan is-settur, kien kiteb lill-Ministru tal-Finanzi u talbu biex jagħtih iżjed flus għall-WSC.", "Dakinhar il-Ministru John Dalli - dawn huma l-istess nies li għandna quddiemna llum – kien kitiblu lura u qallu li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż, il-Gvern Nazzjonalista ma setax jagħtih iżjed sovvenzjoni jew għajnuna u li jekk ried iżjed flus għall-korporazzjoni kellu jagħmel reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Dak li qallu l- Ministru tal-Finanzi lis-Segretarju Parlamentari Ninu Zammit.", "Hawn tidher l-ipokresija ta' Gvern Nazzjonalista!", "Intom stess dak iż-żmien tajtu direttivi biex jiżdiedu t-tariffi bħala l-unika soluzzjoni għall-qagħda tal- korporazzjoni, li tul id-disa' snin li għamiltu fil-gvern ġibtuha f'sitwazzjoni falluta.", "U llum jiġu jikkritikawna fuq it-tariffi tad-dawl u l-ilma!", "Mr Speaker, il-Ministru Josef Bonnici qed jitbissem.", "Dan huwa wieħed mill-ministri Nazzjonalisti li l-aktar li jistinkaw biex Malta tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea u mbagħad jiġi jitkellem fuq is-sovvenzjoni u t- tariffi.", "Lill-Ministru Bonnici ngħidlu biex iħares lejn paġna 13 tar- rapport li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa li għadda u jara daqsxejn x'tgħid l-Unjoni Ewropea fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "Din tgħid li biex jittieħed bis-serjeta', l-gvern ma għandux ikompli jissussidja lill-korporazzjoni u jitlef il-flus sena wara l-oħra.", "Dan jgħodd ukoll għall-Enemalta, il-Maltacom u l-Malta Drydocks.", "L-Unjoni Ewropea qed tgħid lill-gvern li waħda mill-problemi biex Malta tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea hija the lack of market based price policies u li biex ikun kredibbli u t-talba ta' Malta għas-sħubija tkun tista' timxi 'l quddiem trid tiżdied l-effiċjenza u jinqata' s-sussidju li l-gvern jagħti lil dawn il-korporazzjonijiet.", "Issa biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tqum fuq saqajha, bilfors li trid taħdem fuq bażi kummerċjali, kif suppost li taħdem skond il-liġi ta' l-1991.", "Din hija l-ipokresija ta' dan il-Gvern Nazzjonalista li fid-dawl ta' dan illum jiġi hawnhekk u jgħidilna li naqqas it-tariffi tad-dawl u l-ilma u l-gvern se jagħti iżjed sussidju lill-korporazzjoni biex tkun tista' żżomm fuq saqajha!", "Lill- Ministru ngħidlu li setgħu jnaqqsu t-tariffi preċiżament għaliex għadna m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kieku ma kenux ikunu jistgħu jnaqqsuhom għaliex skond it-termini ta' l-Unjoni Ewropea dik il-kumpannija ma jistax ikollha state subsidies.", "Din hija l-ipokresija ta' Gvern Nazzjonalista, li jiġi hawnhekk u jiftaħar li naqqas it-tariffi u li l- Gvern Laburista għamel żball.", "Jekk Gvern Laburista għamel xi żball dan kien li kien mgħaġġel wisq biex jirranġa s-sitwazzjoni diżastruża li fiha intom ħallejtu lil din il- korporazzjoni, kif spjegajt qabel.", "Dak hu l-uniku żball li għamel Gvern Laburista, li għaġġel ħafna, imma dan għamlu għall-ġid tal-poplu Malti, biex jirranġa s-sitwazzjoni diżastruża.", "Għax intom lanqas biss ħallejtu lill-korporazzjoni f'pożizzjoni li tista' taqdi l-funzjoni tagħha, meta ħallejtu 5,000 persuna jistennew is-servizz ta' l-ilma wara li kienu diġa' ħallsu l-frontage contribution skond il-liġi.", "Skond il-figuri li ta l-Ministru stess – u bil-permess tal-Kamra se npoġġi fuq il-Mejda dokument li jagħti tagħrif dwar it-tariffi tad-dawl u l- ilma - iż-żieda fit-tariffi għal persuna waħda hija ta' 21%, li hija żieda sostanzjali fuq it-tariffi ta' l-1996.", "Mela filwaqt li qabel l-aħħar elezzjoni, bħala election gimmick, dejjem taw l-impressjoni li dawn it- tariffi tad-dawl u l-ilma kienu se jħalluhom kif kienu qabel, illum dan id- dokument juri kemm qarrqu bin-nies meta kienu jgħidu dawk l-affarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex dan id-dokument jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li Gvern Laburista kien se jagħti sussidju fuq il-kontijiet lil madwar 13,000 persuna li kienu fuq is-sigurta' soċjali b'mod li ħafna minnhom kienu se jispiċċaw jirċievu kontijiet orħos milli kienu jirċevuhom qabel.", "Issa jien informat li dawn it-13,000 persuna se jirċievu kontijiet b'rati ħafna ogħla milli kienu se jirċievu taħtna bir-rati li ħallejna.", "Fuq dan nistenna risposta mill- Ministru jekk dawk it-13,000 persuna hux se jirċievu kontijiet b'rati ogħla jew orħos minn kemm kienu se jirċevuhom taħt amministrazzjoni Laburista.", "Mr Speaker, tajjeb li nsemmi wkoll li wara din l-ipokresija kollha, meta nitkellmu fuq it-tariffi u nipprovaw nirbħu biss il-punt politiku, inkunu qed ninsew il-problemi kbar li ħallew lill-korporazzjoni.", "Imma l-Gvern Nazzjonalista minn dak biss jimpurtah, mill-punt politiku tal-mument.", "Ħalliha li mbagħad nispiċċaw nirtu l-problemi sena wara l-oħra bħalma writniehom aħna fl-1996.", "Intom għal daqshekk tajbin, għall-punti politiċi biss; għall-effiċjenza u għas-serjeta' ma taslux, ikollu jasal Gvern Laburista.", "Ta' min jgħid ukoll li fit-tariffi l-ġodda li kien introduċa l-Gvern Laburista l-poplu kien ġie eżentat mis-service charge ta' Lm70.", "Dan il- ħlas issa se jerġa' jidħol.", "Fil-fatt skond dawn l-estimi, jekk m'iniex sejjer żball, il-korporazzjoni se ddaħħal madwar Lm150,000 bħala service charges.", "Jiġifieri l-konsumatur se jerġa' jkollu jibda jħallas service charge ta' Lm70 li bit-tariffi l-ġodda li kien introduċa Gvern Laburista kien ġie eżentat minnhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, għandek bżonn il-leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Kamra talli reġgħet estendietli l-ħin.", "Jien ma rridx intawwal, pero' naħseb li jkun tajjeb li nitkellem ukoll dwar il-customer care u kemm Gvern Laburista u l-bord li għadu kemm spiċċa ħadmu biex itejbu l-image tal-korporazzjoni mal-konsumatur.", "Bħala parti mix-xogħol li għamel dan il-bord, twaqqaf customer care service f'Bieb il-Belt, li beda jiltaqa' ma' iżjed konsumaturi biex jipprova jilħaq il-problemi tagħhom.", "Il-korporazzjoni introduċiet is-servizz fuq il- freephone number 157 biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jċemplu u jinqdew iżjed malajr dwar problemi tekniċi, bħal qtugħ fil-provvista ta' l-ilma.", "Imbagħad għal dawk li huma problemi konnessi ma' kontijiet tad-dawl u l- ilma, ġie introdott is-servizz fuq in-numru tat-telephone 140 li kien qed jaħdem tajjeb.", "B'hekk għallinqas ittejjeb il-kuntatt bejn il-korporazzjoni u l-konsumatur.", "Huwa importanti li dan il-kuntatt ikompli jiżdied, biex mhux biss jintlaħqu l-bżonnijiet tal-konsumatur imma fl-istess ħin inkunu nistgħu nedukawh.", "Fil-bidu tad-diskussjoni tiegħi wrejt kemm huwa importanti li mhux biss nipproduċu l-ilma u naraw li ma jintilifx, imma anke li nużawh b'mod intelliġenti.", "Ta' spiss naraw nies jaħslu l-karozzi bl-ilma tal-vit u b'mod li jkun hemm ħafna ħela meta jistgħu jużaw tip ieħor ta' ilma!", "Għal dawn ir-raġunijiet jeħtieġ li jkun hemm aktar edukazzjoni biex il- konsumatur jitgħallem juża l-ilma aħjar u jiżdied ukoll il-kuntatt bejn il- korporazzjoni u l-konsumatur.", "Semmejt ukoll li huwa importanti li jkun hemm diviżjoni tal-funzjonijiet tal-korporazzjoni bħala provider u bħala regulator.", "Jien nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nifraħ lill-WSC li fi Frar 1998, taħt Gvern Laburista, irnexxielha takkwista l-award ta' l-ISO 9002 mogħti mill-SGS Yarsley ICS.", "Din il-kumpannija ġiet Malta u għamlet awditjar tal- funzjonijiet u l-proċeduri kollha tal-korporazzjoni.", "Nerġa' ngħid, jien nifraħ lill-korporazzjoni li rnexxielha tilħaq l-istandards ta' l- International Standard ISO 9002 u tikseb dan iċ-ċertifikat.", "Dan huwa awgurju tajjeb għall-konsumatur ukoll li għandu kumpannija li qed tipprova taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dawn l-istandards.", "L-importanza tal-gvern lokali fil-pajjiż qed tiżdied u għalhekk huwa importanti li l-korporazzjoni żżid il-kuntatt tagħha mal-kunsilli lokali.", "Naf li kien hemm xi problemi ma' wħud mill-kunsilli lokali, pero' jeħtieġ li l-korporazzjoni u l-kunsilli lokali jifhmu l-limitazzjonijiet u l- prijoritajiet ta' xulxin.", "Huwa importanti li jsir ippjanar fit-tul dwar is- sistema tad-distribuzzjoni u l-kunsilli lokali għandhom ikunu informati minn qabel biex ix-xogħol li jsir ikun iżjed integrat u organizzat.", "Din hija xi ħaġa li l-korporazzjoni trid taħdem iżjed fuqha.", "Il-bord preċedenti ħadem ħafna wkoll fuq amministrazzjoni u human resources.", "Fil-fatt it-training ta' l-impjegati fl-Institute of Water Technology sar programm importanti għall-korporazzjoni li l-għan tiegħu huwa li jgħin lill-impjegati jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom, jikkrea a positive working relationship u jipprovdi taħriġ għall-impjegati f'aspetti differenti ta' water resource management.", "Mr Speaker, ta' min josserva li l-MDS tiċċarġja 15% VAT lill-WSC meta aħna nafu li l-gvern mhuwiex se jżid is-sussidju li jagħti lill- korporazzjoni biex jagħmel tajjeb għall-VAT.", "Għalhekk naħseb li l-ministru jrid jagħti risposta fuq din il-kwestjoni.", "Diġa` għamilt il-punt tiegħi dwar l-Unjoni Ewropea u l-korporazzjonijiet.", "Il-gvern qed jgħid li hu jikkontrolla t-tariffi, filwaqt li l-Unjoni Ewropea qed tgħid ċar u tond li s-setturi kollha jeħtieġ li jiġu kkontrollati tajjeb, ikunu indipendenti mill-gvern u jaħdmu fuq bażi kummerċjali.", "Imbagħad jiġi l-Ministru hawnhekk u jipprova jsostni l-punt politiku tal-gvern fuq it-tariffi.", "Mr Speaker, kif diġa' għedt, il-korporazzjoni sfortunatament bħalissa hija mmexxija mill-istess nies li fil-passat għamlu dawk l-iżbalji kbar li semmejt aktar kmieni.", "L-istess nies li qegħdin imexxu l-kumpannija huma dawk li fallewha u ġabuha f'sitwazzjoni li ma tistax taqdi l-funzjoni tagħha skond il-liġi.", "Dan jikkuntrasta bil-kbir max-xogħol siewi li għamel il-Gvern Laburista tul is-sentejn li għaddew, fejn irnexxielu jġib lill-kumpannija topera fuq bażi kummerċjali li tagħmel sens u fuq bażi finanzjarja iżjed soda.", "Ma nistax nagħlaq mingħajr ma nirringrazzja pubblikament mhux biss lill- Gvern Laburista imma speċjalment lill-ex-ministru Charles Buhagiar u l-bord li għadu kif spiċċa, immexxi mill-ex-chairman is-Sur Raymond Vella, li ħadmu bla heda biex verament iġibu 'l quddiem lil din il-korporazzjoni li kienet falluta.", "Nirringrazzjak..", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi, Sur President.", "Meta titkellem fuq il-qasam ta' l-ilma trid iżżomm quddiem għajnejk li dan il-pajjiż minn dejjem kellu problema fil-qasam tas-servizz ta' l-ilma.", "Saħansitra l-ewwel rapport li sar fuq Malta fi żmien il-Kavallieri kien juri biċ-ċar li fil- pajjiż hawn problema ta' nuqqas ta' ilma.", "Huwa interessanti, per eżempju, li mitt sena ilu, fis-6 ta' Awissu ta' l-1898 il-Maltin kienu se jirvellaw kontra l-Franċiżi u waħda mir-raġunijiet għal dan kienet proprju t-theddida tal-Franċiżi li jżidu t-taxxa fuq l-ilma.", "Kellhom jgħaddu mitt sena biex Malta terġa' tgħaddi mill-istess esperjenza, għaliex waħda mir-raġunijiet prinċipali li s-sena l-oħra tefgħu lill-partit fil-gvern fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni kienet proprju ż-żieda fit-tariffi ta' l-ilma.", "Pero' wieħed irid jgħid ukoll li l-Partit Nazzjonalista dejjem mexa b'ħafna serjeta' fil-qasam ta' l-ilma.", "Ta` min jgħid, per eżempju, li wieħed mill-proġetti prinċipali tal-Gvern Nazzjonalista kien it-twaqqif tal- WSC.", "Kienet challenge - u f'ċertu sens għadha mira importanti - li taqta' lis-servizz ta' l-ilma mill-apparat dipartimentali tal-gvern, tqiegħdu bħala settur għal rasu u fl-istess ħin tipprova tmexxih 'il quddiem.", "Apparti li waqqaf din il-korporazzjoni, il-Gvern Nazzjonalista mill-1987 sa l-1996 għamel ħafna xogħol f'dan il-qasam.", "Illum huwa fatt magħruf li l- provvista ta' l-ilma f'pajjiżna żdiedet u tjiebet ukoll il-kwalita', għaliex wieħed ma jridx jinsa li sa ftit tas-snin ilu fil-vit tagħna kien ikollna ilma li lanqas tista' tixorbu.", "Illum għalkemm m'għandniex l-aqwa ilma fid-dinja, żgur li hemm qabża kbira fil-kwalita'.", "Issa wieħed irid iħares lejn id-direzzjoni li se tieħu l-korporazzjoni fis-snin li ġejjin.", "Tul dawn is-snin saru ħafna proġetti, fosthom ta' tibdil ta' pajpijiet ta' l-ilma, u sar ukoll ħafna investiment f'reverse osmosis plants.", "Tgħallimna ħafna mill-esperjenzi tagħna u filwaqt li qabel konna nieħdu ammont kbir ta' ilma minn taħt l-art, li ġab konsegwenzi iktar serji fuq l-ambjent naturali Malti, Gvern Nazzjonalista biddel id- direzzjoni kompletament.", "Madankollu, wieħed ma jistax ma jħarisx lejn il-mewġ u l-battikati li għaddiet minnhom il-WSC is-sena l-oħra.", "U r-responsabbilta' ta' dan it- taħwid hija kollha tal-Partit Laburista.", "It-tariffi li saru mill-Gvern Laburista tant kienu esaġerati li kienu jġiegħlu lin-nies jibżgħu jonfqu minħabba l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u spiċċaw biex ġabu staġnar kbir fl-ekonomija.", "Dan ġab ħafna tensjoni u nkwiet fil-pajjiż.", "Saru diversi laqgħat bejn il-Prim Ministru u l-General Workers' Union, l-UHM, l-FOI, eċċ., imma jiltaqa' ma' min jiltaqa`, kulħadd kien jispjegalu li ż-żieda fil-kontijiet hija esaġerata, iżda l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien jibqa' jsostni li dan m'huwiex minnu.", "Imbagħad kien beda joħroġ bl- istrateġija li daqqa se jiftiehem mal-General Workers' Union u daqqa mal- UHM, biex fl-aħħar spiċċa ma ftiehem ma' ħadd.", "Is-sitwazzjoni finali kienet li l-WSC minflok daħħlet il-flus li wieħed kien jistenna li ddaħħal, ma rnexxielha ddaħħal assolutament xejn.", "Hija ħaġa ta' l-għaġeb kif f'temp ta' ftit ġimgħat il-Ministru Josef Bonnici rnexxielu jgħaqqad il-fili kollha u jasal għall-figura li kulħadd jaqbel magħha, biex reġa' ġab il-mistrieħ fl-animu ta' kulħadd.", "Allura wieħed jistaqsi: X'kellu aħjar minn ħaddieħor il-Ministru Bonnici?", "Kellu s-sens komun u mhux ir-ras iebsa u għalhekk irnexxielu jnaqqas anke l-biża' tan-nies.", "Tan-naħa l-oħra kellhom problemi kbar biex jikkonvinċu lill- poplu għaliex il-poplu kollu kien jaf li dak li qed jgħidu ma kienx minnu.", "Mill-figuri li hemm fir-rapport ippreżentat, wieħed jinnota li bejn Ottubru 1996 u Settembru 1997, il-korporazzjoni nefqet Lm60,000 f'riklami.", "Imbagħad minn Ottubru 1997 sa Settembru 1998 il-korporazzjoni kellha approved estimates ta' Lm120,000, imma l-ammont li ntnefaq f'riklami kien ta' Lm150,000.", "Mela tan-naħa l-oħra tant kienu jafu li dak li qed jgħidu m'huwiex minnu, li ħassew il-bżonn li jonfqu ħafna flus fi propaganda biex jipprovaw jikkonvinċu lin-nies li l-kontijiet mhux veru li kienu se jiżdiedu.", "Mr Speaker, tan-naħa l-oħra qalu li l-customer care marret tajjeb u kien hemm ħafna klijenti li nqdew bis-servizzi ta' din is-sezzjoni.", "Mhux bilfors!", "Kellha ħafna klijenti għax meta kienet ġejja l-elezzjoni lil kull min jilmenta mill-kont kienu jgħidulu li ħadmulu l-kont ħażin u kienu jibagħtuh il-Belt, il-customer care, jistenna fil-queue mis-6.30 ta' filgħodu!", "Ġieli kien ikun hemm xi mitejn ruħ jew tlett mitt ruħ miġbura hemmhekk jistennew biex jarawlhom il-kont.", "Kien ikun hemm queues twal ta' nies jaħlu l-ħin jistennew biex taparsi jirranġawlhom il-kontijiet.", "Dan kollu ġara b'konsegwenza ta' żball li sar min-naħa l-oħra li ġab ħafna taħwid fil-WSC.", "Kien ukoll żball politiku li jitfgħu l-ħtija fuq il-ħaddiema tal-WSC, għaliex ma kienx żball tal-ħaddiema li ħadmu dawk il-figuri.", "Kien il-gvern li ta l-figuri lill-korporazzjoni biex iddaħħalhom fis-seħħ.", "Għalhekk, fl- opinjoni tiegħi, kien żball kbir li lill-ħaddiema jgħidulhom li kienu żleali jew li mxew ħażin f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontijiet.", "Saħansitra kien intqal li l-kontijiet qed jinħadmu hekk għal skopijiet politiċi, peress li kienet waslet l-elezzjoni.", "Jirriżulta wkoll li ntnefqu ħafna flus f'overtime li dawn il-ħaddiema kellhom jagħmlu biex jerġgħu joqogħdu jiċċekkjaw il-kontijiet.", "L-aqwa li jintnefqu l-flus!", "Imbagħad jiġu hawnhekk u joqogħdu jgħidu li l-Partit Nazzjonalista berbaq il-flus tal-korporazzjoni!", "B'liema wiċċ jiġu jagħmlu din l-akkuża meta dawn in-nies ivvotaw Lm120,000 - id-doppju ta' dak li kien intnefaq fi żmienna - u mbagħad spiċċaw biex nefqu Lm150,000 f'riklami.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l-improvement li sar mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam ta' l-ilma ġab progress anke fis-settur tal-biedja għaliex b'żieda fil-produzzjoni ta' l-ilma għat-tisqija ta' l-art jista' jkun hemm iktar uċuh tar-raba'.", "Il-Partit Laburista ma kkonsidrax l- implikazzjonijiet taż-żieda li kien se jimponi fuq il-biedja.", "Xi xahrejn ilu saret domanda parlamentari dwar ir-rati l-ġodda ta' l-ilma fis-settur agrikolu u mir-risposta li ngħatat irriżulta li dawn naqsu drastikament.", "Fil-fatt iż-żieda taħt Gvern Nazzjonalista hija ta' 7% biss, piż li l- biedja tiflaħ iġġorr u fl-istess ħin timxi 'l quddiem, filwaqt li l-WSC tiġbor id-dħul tagħha.", "Il-WSC għandha futur kbir quddiemha għaliex il-maġġoranza tal-ħaddiema diġa` għandhom ċerta esperjenza li ġejja minn snin ta' ħdima fi ħdan dipartiment tal-gvern u allura jafu kif iħaddmu s-settur.", "Dawn żgur li jistħoqqilhom iktar mertu milli ngħataw taħt l-amministrazzjoni l-oħra, anzi wieħed jagħmel tajjeb li jisma' l-ideat tagħhom fuq id-diversi metodi ta' l-operat ta' din il-korporazzjoni.", "Mr Speaker, jien xtaqt nitkellem fuq diversi punti oħra, iżda ma rridx nieħu aktar ħin tal-kollegi tiegħi.", "Għalhekk nagħlaq billi nawgura lin- nies kollha li hemm fil-WSC li jimxu iktar 'il quddiem u jagħtu iktar xogħol tajjeb.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iżjed rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, illum għandi l-okkażjoni li nindirizza lill-uffiċjali tal-WSC wiċċ imb'wiċċ wara li bħala sindku ta' Birkirkara jien naf l-ammont ta' għaraq li kien jinżel kull darba li kien ikolli x'naqsam ma' din il-korporazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) M'iniex qed ngħid li wieħed eventwalment ma jinqediex, pero' żgur li hemm bżonn isiru passi kbar 'il quddiem f'dak li huwa customer care, mhux biss direttament mal- konsumatur individwali, imma partikolarment fil-konfront tal-kunsilli lokali,.", "Irrid ngħid li ħadt gost naqra fir-rapport tal-korporazzjoni li l-WSC estendiet is-servizz tal-customer care billi l-freephone line 157 qed jopera fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.", "Pero' żgur li hemm bżonn aktar kuntatt bejn il-korporazzjoni u l-kunsilli u bejn il-korporazzjoni u l- individwi li jirrapportaw xi nuqqasijiet.", "Meta s-sena l-oħra kont sindku mhux l-ewwel darba li rrapportajt ħsarat f'toroq ta` Birkirkara u kienu jgħaddu tlett ijiem jew erbgħa bla ma jsir xejn.", "Sadanittant kienu jilħqu jidħlu rapporti minn individwi u anke minn membri tal-Parlament, u ma kien hemm l-ebda mezz kif il-kunsill jew l-individwu li jkun għamel il-complaint oriġinarjament isir jaf jekk fil-fatt kenux ittieħdu passi fuq il-complaint tiegħu.", "Konna nitħallew kompletament fid-dlam.", "Jeħtieġ li jkun hemm sistema ta' feedback biex min jagħmel il-complaint, kemm jekk ikun individwu u kemm ikun kunsilli lokali, jingħata informazzjoni dwar xi jkun sar, jekk itteħditx azzjoni, meta ttieħdet l-azzjoni, u jekk il-problema setgħetx tiġi rimedjata immedjatament.", "Pero' żgur li trid tinqata' d- drawwa li tirrapporta leakage ta' ilma minn kanna, ma tisma' xejn iktar fuqha u tispera li jekk tgħaddi minn hemm ġimgħa wara li jkun sar ir- rapport, il-kanna tkun issewwiet.", "Kif diġa` għedt, jeħtieġ li jkun hemm feedback dirett lil min ikun għamel il-complaint.", "Mr Speaker, nieħu gost nawgura lill-korporazzjoni ta' l-inizjattiva li jiġi stabbilit health and safety officer fi ħdanha.", "Naħseb li korporazzjoni ta' dik l-entita' jkollha ħafna ħaddiema li jkollhom problemi ta' saħħa.", "Illum il-konċett ta' health and safety officer dieħel f'ħafna kumpanniji parastatali u kumpanniji privati.", "Jidher li sal-lum il-WSC għandha 5.5 ġranet mitlufa ta' sick leave fis-sena.", "Dan m'huwiex xi numru esaġerat, pero' l-enfasi m'għandhiex tkun fuq kif se jitnaqqas in-numru ta' ġranet tas-sick leave billi tibgħat lit-tobba jiġru wara l-ħaddiema qishom pulizija.", "L-enfasi għandha tkun li l-kumpannija tieħu ħsieb saħħet il- ħaddiema billi tistabbilixxi uffiċjali apposta.", "Jekk isir hekk, nassigurakom li l-problema tirrisolvi ruħha waħedha.", "Jien bħala tabib ġieli kelli nagħmilha ta' pulizija f'dan is-sens u wara xi sentejn iddeċidejt li kien hemm konflitt bejn ix-xogħol tiegħi ta' tabib u li noqgħod nagħmilha ta' pulizija niġri wara l-ħaddiema tal-korporazzjoni.", "Nerġa` ngħid li għandha tingħata attenzjoni lis-saħħa tal-ħaddiem fuq il- post tax-xogħol billi jsir positive surveying tal-ħaddiema.", "Mingħalija Farsons jużaw din is-sistema u fil-fatt il-personnel manager tagħhom stess qalli li din it-tip ta' sistema tħalli ħafna iktar riżultati pożittivi mis- sistema l-oħra.", "Jien nappella biex għal skopijiet ta' kontroll tal- problema tas-sick leave tal-ħaddiema jintużaw aktar mezzi pożittivi.", "Nixtieq insemmi wkoll il-problema tar-run-off water.", "Bħal dan iż-żmien sena jien kont qiegħed niġri sa qaddi fl-ilma f'Birkirkara wara maltempata qawwija.", "Nafu li kull darba li tagħmel maltempata qalila jkun hemm djar li jegħrqu u ġieli anke mietu n-nies.", "Huwa f'sitwazzjonijiet bħal dawn li nindunaw xi problemi jeżistu u kemm għandna nikkonsidrawhom bis-serjeta'.", "Kull darba li tagħmel ix-xita ninżel il-wied ta' Birkirkara u nispiċċa mgħarraq sa rkobbtejja jew sa qaddi niġbed lin-nies jew għallinqas nara li ma jkun ġara xejn.", "Issa dan ġieli ġara darbtejn jew tliet darbiet f'sena.", "Għalhekk illum qed nieħu gost nara li l-korporazzjoni se tindirizza l- problema ta` dan l-ammont kbir ta' ilma tax-xita li jibda minn Ħal-Lija, jaffettwa lil Ħal Balzan, jgħaddi minn Birkirkara u jibqa' sejjer l-Imsida, billi qed tistudja l-volum ta' run-off rainwater, fejn qiegħed jasal dan l- ilma u fejn l-iktar li qed jagħmel ħsara.", "Il-fażi li jkun imiss wara hi li jitkejjel l-ammont ta' ilma li qed jgħaddi minn dawk l-inħawi u jibdew jinbnew il-mezzi biex dan l-ilma jinġabar.", "B'hekk dan l-ilma, li għandu forza daqstant distruttiva, inkunu nistgħu nużawh għall-bżonnijiet tagħna kif kienu jagħmlu l-Kavallieri, bħalma qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Fl- istess ħin inkunu qed innaqqsu l-ħsara li qed iġarrbu ħafna nies kull darba li tagħmel ix-xita.", "Għall-grazzja t'Alla din is-sena m'għamlitx xita daqshekk qawwija li tagħmel ħsara lill-bini u tgħarraq lin-nies.", "Fil-futur immedjat il-korporazzjoni se tagħmel programm ħalli tibda tibni lqugħ ta' l-ilma u mbagħad l-ilma li jinġabar ikun jista' jiġi recycled għall-konsum, jew biex jintuża għall-agrikoltura, eċċ. Jagħmel ħafna sens li dan il-volum enormi ta' ilma li jgħaddi mill-widien tagħna, li issa huma mibnija, jibda jiġi konservat u wżat għall-bżonnijiet tagħna.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli, għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 23 ta' Frar, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1998/1999 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Victor Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-qasam tas-saħħa f'Għawdex.", "L-isptar ta' Għawdex ilu sena jistenna biex jiġi rranġat l-isteriliser imma sal-lum dan għadu ma wasalx minn Malta.", "Dan ifisser li ta' kuljum, ikun il-maltemp jew ma jkunx, ambulanza jkollha taqsam lejn Malta biex tieħu l-affarijiet sterilizzati lejn Għawdex.", "Huwa dnub li meta qegħdin fuq l-għatba tat- tielet millennju, u meta nitkellmu fuq il-bżonn li jkun hemm dipartiment tal-protezzjoni ċivili li jkun armat tajjeb - u sewwa li jkun hekk - fl- istess ħin insibu li l-isptar f'Għawdex għandu diversi nuqqasijiet ta` dan it-tip.", "Mr Speaker, fiż-żmien meta s-Sinjorija Tiegħek kienet responsabbli għat- tmexxija f'Għawdex kien beda jopera fast service transport bejn iż-żewġ gżejjer li kien utli ħafna.", "Huwa ta' għajb li kif tela' l-Partit Laburista fil-gvern fl-1996 waqqaf dan is-servizz ħesrem.", "Jien jidhirli li servizz bħal dan għandu jerġa` jiġi introdott għax huwa utli ħafna kemm għall- mijiet ta' Għawdxin li jaqsmu kuljum biex jistudjaw u jaħdmu f'Malta, kif ukoll għal dawk il-Maltin u turisti li jkunu jridu jaqsmu lejn Għawdex.", "Illum il-ġurnata servizz bħal dan ikun ta' benefiċċju kbir għall-ekonomija tal-gżira tagħna u nispera li dan il-gvern jerġa' jibda jħaddem dan is- servizz kemm jista' jkun malajr.", "Sur President, fit-13 ta' Marzu se jkollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fejn terz tal-poplu Malti se jivvota għal din l-istituzzjoni li kien ħoloq u rawwem fil-pajjiż Gvern Nazzjonalista.", "Ta' min jirringrazzja lil dawk il-kunsilliera kollha li għal dawn is-snin taw sehemhom għal-lokal tagħhom u għall-pajjiż kollu.", "Nixtieq li minn hawn, għan-nom ta' din in- naħa tal-Kamra, nirringrazzja lill-kandidati kollha ta' kull affiljazzjoni politika li offrew is-servizz tagħhom għad-diversi lokalitajiet ta' pajjiżna.", "Matul dawn il-ħames snin li ilhom imwaqqfa l-kunsilli rajna ħidma serja mis-67 kunsill ta' Malta u Għawdex.", "Sar xogħol li jien ċert li taħt il- gvern ċentrali żgur li ma kienx isir.", "Qed naraw servizzi ġodda jiġu introdotti fil-bliet u l-irħula tagħna, tant li l-aspettattiva tal-poplu qiegħda dejjem tiżdied.", "Madankollu l-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex iridu jaħdmu b'aktar koperazzjoni mad-dipartimenti u l-awtoritajiet fil-pajjiż biex ix-xogħlijiet li jkunu ppjanati jiġu esegwiti b'serjeta' u b'inqas ħela ta' flus.", "Jien nerġa' nawgura lill-kunsilli lokali ħidma serja bl-għajnuna tal-gvern ċentrali ħalli tintlaħaq l-aspettattiva tal- poplu.", "Huwa importanti li l-poplu jirrealizza li hu qed iħallas għas-servizzi li għandna fil-pajjiż li ngħidu li huma b'xejn, bħall-edukazzjoni u l- isptarjiet, inkluż is-servizz tat-tobba, nurses, konsulenti u anke mediċini.", "Fil-fatt huwa l-poplu li qed iħallas għalihom u tajjeb li ndaħħlu din il-mentalita' f'moħħ il-poplu għaliex wara kollox il-miljuni kbar ta' liri li jitħallsu mill-gvern tal-ġurnata jridu jinġabru mit-taxxi u għalhekk m'għandna qatt naċċettaw li jkun hemm il-ħela u għandna naraw li kulħadd jagħti sehmu.", "Fl-aħħar xtaqt insemmi, kif semmejt fid-diskussjoni dwar l-estimi ġenerali ta' din is-sena, żewġ affarijiet li ta' min jistudjahom għaliex jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-poplu kollu.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-użu tas-solar heating.", "Huwa dnub li fi gżira bħalma hi tagħna f'nofs il-Mediterran, fejn ingawdu sigħat twal ta' xemx, m'għandniex maħsub li jingħataw sussidji fuq apparat tas-solar heating, meta mir-riċerki li saru nafu fiċ-ċert li permezz ta' dan is-sors ta' enerġija tiġi ffrankata iktar minn 45% ta' l-enerġija elettrika.", "Ħaġa oħra li kont issuġġerejt hija li għandu jingħata sussidju biex issir manutenzjoni tal-bjar fid-djar.", "Ħafna familji li jkunu low wage earners għandhom bjar fid-dar tagħhom li jeħtieġu manutenzjoni u li kieku l-gvern jipprovdi xi forma ta' għajnuna, żgur li jiġu ffrankati ħafna flus mill- konsum ta' l-ilma.", "Mr Speaker, nagħlaq billi minn hawnhekk nifraħ lil dawk it-tliet tfajliet li rebħu l-festival tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa.", "Naħseb li inti taqbel miegħi meta ngħid li iktar minn 67% tad-demm ta' dawk it-tliet tfajliet huwa Għawdxi, allura aħna kburin ftit iktar li għamlu dan is- suċċess!", "Jien nieħu din l-okkażjoni biex nawguralhom aktar suċċessi.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, inkompli minn fejn ħalla l-Onor.", "Victor Galea Pace u nifraħ lit-trio li rebaħ il- konkors tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa.", "Jekk l-Onor.", "Galea Pace qiegħed jifraħ - u bħala Għawdxi għandu dritt jifraħ - bid-demm Għawdxi ta' dawk it-tfajliet, jien nifraħ bil-kumplament!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, ftit ġimgħat ilu kont tkellimt f'aġġornament rigward il-ħsieb wara l-ħidma fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi fir-rigward tas-settur tan-negozju.", "Qed nieħu l-okkażjoni ta' dawn l-aġġornamenti biex minn żmien għal żmien inkun nista' nagħti rendikont ta' l-inizjattivi li jkunu qegħdin jittieħdu għall-iżvilupp tas-settur tas-self-employed u n-negozji żgħar ta' pajjiżna li rridu nżommu f'moħħna li jammontaw għal kważi 95% ta' l- ekonomija ta' pajjiżna.", "Meta nħarsu lejn l-ekonomiji ta' pajjiżi barranin nagħmlu kuraġġ għaliex illum il-ġurnata qed naraw li parti kbira mill-ekonomiji tal-pajjiżi l-kbar li jagħmlu parti mis-suq ta' l-Unjoni Ewropea wkoll huma magħmulin minn negozji żgħar.", "Għalhekk is-self-employed u n-negozjanti żgħar tagħna għandhom iħarsu b'kuraġġ lejn l-isfida tal-futur u jippreparaw ruħhom għaliha.", "Naturalment biex inkunu tajbin biżżejjed li nagħmlu parti mis-suq tal-pajjiżi li diġa' huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, irridu nagħmlu ċertu tibdil.", "Pero' rridu nispjegaw li t-tibdil ma jridx isir biss biex inkunu nistgħu naslu għal dak il-għan, iżda għandna nagħmluh xorta waħda anke jekk ma naslux s'hemmhekk.", "Dan huwa tibdil li jeħtieġ isir għax fih innifsu huwa tajjeb għal pajjiżna, jekk kemm-il darba rridu negozju li kapaċi jrendi x-xogħol u kapaċi joħloq il-ġid għal dan il-poplu li jrid jgħix f'soċjeta' moderna li tagħraf ċerti valuri u tgħaddihom lil uliedna bħalma aħna rċevejniehom mingħand missirijietna.", "It-tibdil li jrid isir fl-industrija u n-negozju, li nsejħulu \"restructuring\", m'għandniex inħarsu lejh bħala xi ħaġa marbuta ma' l- appuntament tagħna ma' l-Unjoni Ewropea imma għandna nagħrfu li huwa meħtieġ għall-ġid ta' pajjiżna.", "Min hu fl-industrija jaf li, bħall-bidwi, qed jikkultiva xi ħaġa ħajja u jaf li xi ħaġa ħajja trid tieħu ħsiebha u tara li tikber sew.", "L-istess in-negozju, biex jikber irridu naġġornawh ħalli jkun jista' jaqdi l-ħtiġijiet ta' kull żmien.", "Għalhekk nerġa` nisħaq fuq l-effiċjenza u l-ħtieġa li lkoll nimpenjaw ruħna ħalli f'pajjiżna nkunu nistgħu ngħixu aħjar.", "Iżda l-effiċjenza m'għandhiex tkun l-impenn ta' min hu fin-negozju biss; għandha tkun l-impenn tagħna wkoll bħala gvern u bħala parlament.", "L-għajta favur l-effiċjenza għandha tkun l-għajta ta` min huwa fin-negozju kif ukoll ta` min huwa impejgat fiċ-Ċivil, fil- korporazzjonijiet u f'entitajiet li l-gvern għandu sehem fihom u li l-iskop tagħhom hu li jgħinu lis-settur tan-negozju f'pajjiżna.", "Dawn ukoll iridu jkunu effiċjenti.", "Ma rridx nirrepeti pero' tajjeb li ndaħħlu f'moħħna u nifhmu li l-effiċjenza hija servizz.", "Jien se nkun effiċjenti daqskemm jien kapaċi nkun ta' servizz.", "Għaldaqstant is-settur tan-negozju jkun effiċjenti u kapaċi jilqa' għall-isfida ta' swieq barranin jekk kemm-il darba jkun kapaċi jkun ta' servizz.", "Kull min iddeċieda li jkun self- employed u daħal fin-negozju kien jaf li se jaqla' flus skond kemm għandu ħila jaħdem, pero' llum il-ġurnata rridu nifhmu li se nagħmlu l-flus jekk kemm-il darba nkunu kapaċi nagħtu servizz tajjeb lill-klijenti tagħna.", "Meta jien nitkellem mas-self-employed dwar it-tip ta' servizz li għandhom jagħtu, inħobb nuża l-frażi \"irrid inkun jimpurtani mill-klijent tiegħi.\"", "Huwa importanti li dan jifhmu kulħadd, mhux biss dawk li qegħdin fis-settur tan-negozju, imma anke l-ħaddiema fid-dipartimenti tal-gvern.", "Dawn ukoll iridu jagħtu servizz b'mod li juru li jimpurtahom mill-klijenti tagħhom.", "Dan l-aħħar ngħatat spinta lill-iżvilupp ta' l-artiġġjant f'pajjiżna għax irridu nuru b'mod konkret li l-effiċjenza għandha tiżdied f'kull settur.", "Ikun hawn min jaħseb li dan id-diskors huwa kollu teorija, imma mbagħad kulħadd irid jaħdem biex mit-teorija naslu għall-prattika.", "Dan l-aħħar il- Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi ħadem flimkien mal-korporazzjoni għall- fieri biex norganizzaw fiera four in one li saret matul il-weekend li għadda.", "F'din il-fiera kien hemm miġburin flimkien l-oqsma ta' l- artiġġjanat, muturi, is-servizz ta' l-internet, kif ukoll security equipment.", "Jien nemmen li l-ħsieb wara din il-fiera kien tajjeb u fil-fatt intlaqgħet b'entużjażmu kemm mill-esebituri kif ukoll mill-poplu li attenda.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-korporazzjoni għall-fieri u anke lill-Mid-Med Bank li sponsorja l-parteċipazzjoni ta' l-esebituri ta' l- artiġġjanat f'din il-fiera biex inkunu nistgħu nuru li f'pajjiżna għandna artiġġjanat li kapaċi joffri prodotti tajbin.", "Pero' l-isfida tagħna hija li, minkejja l-vulnerabilita' ta' dan is-settur, nipprovaw immorru għall- esportazzjoni.", "Il-gvern irid jgħinu lil dan is-settur jirbaħ id- difffikultajiet li qed jiffaċċja u jħares lejn l-isfida ta' swieq barranin.", "Għalhekk qegħdin naħdmu mal-kummissjoni għall-artiġġjanat anke fuq deċiżjonijiet li kienu ttieħdu mill-gvern preċedenti biex naslu li jkollna l-kunsill nazzjonali għall-artiġġjanat.", "Għal dan l-għan proprju s-Sibt li ġej fil-għodu, fis-sala tal-kunsill lokali tal-Mosta, se jsir seminar għal dawk li huma involuti fl-artiġġjanat u ħaddiema f'diversi oqsma oħrajn, inkluż dipartimenti tal-gvern, biex niddiskutu kif flimkien nistgħu ngħinu lill-artiġġjanat permezz ta' dan il- kunsill nazzjonali għall-artiġjanat ħalli f'din l-industrija jseħħ l- iżvilupp meħtieġ.", "F'dawn il-ġranet, proprju sa nhar is-Sibt li ġej, wieħed jista' jmur fis-sala tal-kunsill lokali tal-Mosta u jżur wirja sabiħa li turi kemm għandna talent fl-artiġġjanat, wirja li ġiet inawgurata nhar il- Ġimgħa li għaddiet mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta.", "Għax anke kunsill lokali jista' jieħu ħsieb irawwem u jinkoraġġixxi dawk is-snajja' u l-arti li għandna fl-ibliet u l-irħula tagħna u li eventwalment jistgħu jiżivluppaw f'industrija.", "Mr Speaker, bħalissa qegħdin naħdmu flimkien mal-Ministeru ta' l-Intern, ma' l-MIA li hija responsabbli mill-ajruport internazzjonali ta' Malta, mal- pulizija, ma' l-Armata u mad-dwana biex naraw li jkun hemm aktar sigurta' fl-ajruport ħalli kemm jista' jkun titnaqqas il-problema ta' merkanzija li tiġi rapportata nieqsa mill-ajruport.", "Hawnhekk nindirizza lill-ħaddiema involuti u nappellalhom biex jieħdu din il-problema bis-serjeta' ħalli ma tkomplix tikber.", "Irridu naraw minn fejn qiegħda tibda, jekk din il- merkanzija hijiex qed tiġi nieqsa minn ajruporti oħrajn jew inkella hix qed tiġi nieqsa waqt it-traġitt u l-ħatt tal-merkanzija ta' l-ajruplan f'pajjiżna.", "Wasalt biex nitkellem hawnhekk dwar din il-problema għaliex inkella jkun fieragħ id-diskors tiegħi rigward l-effiċjenza.", "Irridu l- ewwelnett nindirizzaw sitwazzjonijiet bħal dawn qabel ma naslu għall- effiċjenza.", "Mr Speaker, aħna se nkomplu naħdmu mal-banek kummerċjali biex naraw li dawn jagħtu servizz tajjeb lis-settur tan-negozju.", "Irrid nieħu din l- okkażjoni biex nuri l-ħtieġa li f'din is-sitwazzjoni, meta qegħdin infiqu minn staġnar ekonomiku, is-servizz bankarju jista' jkun ta' għajnuna billi jaġġusta r-rati li jiċċarġja skond il-ħteġijiet ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar ġranet il-Ministru Josef Bonnici stess ġie rrapportat li qal li jkun ta' ġid kbir għall-iżvilupp tan-negozju jekk kemm- il darba jkun hemm tnaqqis fir-rati ta' l-imgħax f'pajjiżna.", "Huwa importanti li iktar u iktar nies mis-settur tan-negozju jesprimu din ix- xewqa għal tnaqqis fir-rati ta' l-imgħax u għal servizzi aħjar mis-settur bankarju.", "Nixtieq nagħlaq billi nsemmi l-ħtieġa ta' iktar effiċjenza min-naħa tal- korp tal-pulizija.", "Il-Ministru Tonio Borg qed jipprova jtejjeb dejjem aktar dan il-korp, pero' tajjeb li l-poplu Malti u Għawdxi jirrealizza kemm huma kbar l-isfidi sabiex jintlaħaq dan l-iskop.", "Illum il-korp tal- pulizija jrid ikun tajjeb biżżejjed biex jilqa' għall-problemi li joħloq l- istess settur kummerċjali.", "Nagħti eżempju wieħed biss.", "Jekk f'pajjiżna se jkomplu jiżdiedu l-casinos - diġa' għandna tnejn - il-pulizija jridu jkunu kapaċi jilqgħu għas-side effects ta' dan l-iżvilupp.", "Jekk is-suq tal- logħob fil-casinos se jinfirex, għada pitgħada se jkun hawn iżjed nies li jagħmlu użu mill-użura.", "Kulħadd jaf li żvilupp ta' dan it-tip iħajjar nies jersqu lejn il-lokalitajiet fejn isir il-logħob biex jisilfu l-flus b'mod illegali.", "S'issa dan għadu mhux att kriminali pero' tajjeb li wieħed janalizza l-problemi li jistgħu jinħolqu 'l quddiem bl-iżvilupp ta' dan in- negozju f'pajjiżna ħalli jkun ippreparat għalihom u, jekk jista' jkun, jieħu miżuri preventivi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta, 23 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TARXIEN - DAWL", "3234.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġorġ Caruana f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL", "3235.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Assedju l-Kbir minn Triq il-Wilġa 'l ġewwa f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL", "3236.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa ħdejn Balons Garage fi Triq id- Dar tal-Kejka f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkiem ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL", "3237.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi New Street in Sardinja Street f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SAĦĦA - KAROZZI TAL-KIRI", "3560.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1847, jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Diċembru, 1998?", "Lil min ingħataw?", "Kemm tlaħħaq l-ispiża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma kien hemm ebda direct order mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Dicembru, 1998.", "L-uniċi tliet direct orders ġew mogħtija lil-Garden of Eden Garage għal kiri ta' tliet vetturi bil-'Lift', waħda f'April 1997 u tnejn f'Novembru 1997.", "Ir-rata kuljum għal kull vettura hija ta' Lm22 u l-ispiża globali sa l- aħħar ta' Jannar 1999 telgħet għal Lm34,408.00.", "Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex fil-gimgħat li gejjin jinxtraw mill- Ingilterra, vetturi second hand flokhom bil-ħsieb li titnaqqas drastikament l-ispiża.", "SAĦĦA - COMPUTER SCANNERS", "3561.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħid il-validita' ta' din il-mistoqsija.", "Japprezza li tinvolvi xogħol estensiv u ħin twil, li d-dipartiment jista' juża b'mod ferm aħjar.", "GĦAWDEX - COMPUTER SCANNERS", "3562.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tagħha, dipartiment, b'dipartiment?", "Tista' tgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li hemm 7 computer scanners fil- ministeru u d-dipartimenti u l-fergħat li jaqgħu taħtu.", "Dawn huma mqassmin kif imniżżel hawn taħt:", "i) Fis-Segretarjat Privat hemm scanner wieħed tad-ditta Target' li nxtara fl-14 ta' Diċembru, 1998 bil-prezz ta' Lm40.", "ii) Fis-Segretarjat Permanenti u d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi hemm 2 scanners tad-ditta Target li nxtraw fl-24 ta' Novembru, 1998 bil- prezz ta' Lm40-il wieħed.", "iii) Fid-Dipartiment tal-Customer Services hemm b'kollox 4 scanners u l- informazzjoni dwarhom hija mogħtija hawn taħt:", "|Fergha/u|Numru|Dit|Data|Pre|Rimar| |fficcju |ta' |ta |ta' |zz |ki | | |scann| |meta|LM | | | |ers | |xtra| | | | | | |w | | | | | | |jew | | | | | | |ingh| | | | | | |ataw| | | |Nutar |1 |IBM|1995|- |ippro| |tal-Gver| | | | |vdut | |n | | | | |mir-R| | | | | | |egist| | | | | | |rau | | | | | | |Pubbl| | | | | | |iku | | | | | | |ta' | | | | | | |Malta| |Librerij|1 |LEO|5.11|135|- | |i | | |.97 |.00| | |Pubblici| | | | | | |Edukazzj|2 |Sca|17.0|185|- | |oni | |nta|4.97|.00|- | | | |le |19.0|89.| | | | |Dyn|2.98|00 | | | | |ota| | | | | | |x | | | |", "AGRIKOLTURA U SAJD - COMPUTER SCANNERS", "3563.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil- ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Computer scanners li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi: Ditta Meta nxtraw Prezz Hewlett Packard Scanjet 5p 1994 Lm285 Hewlett Packard Scanjet 5p 1998 Lm149 Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Ditta Meta nxtraw Prezz Genius 1994 Lm235 Genius 1996 Lm295 Hewlett Packard 1998 Lm145 Super 5 1998 Lm50 artiment tas-Sajd u Akwakultura: Ditta Meta nxtraw Prezz Plustek 1998 Lm62 Hewlett Packard 1998 Lm542 (jinkludi computer fujitsu) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju: Ditta Meta nxtraw Prezz Hewlett Packard 1998 Lm149.35 Segretarjat: Ditta Meta nxtraw Prezz Genius 1999 Lm38 MINISTERU TA' L-INTERN - COMPUTER SCANNERS", "3564.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - COMPUTER SCANNERS", "3565.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir- responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "RAVE PARTIES", "4222.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi pendenti għal rave parties?", "Fejn sejrin isiru?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kondizzjonijiet ta' kull permess li se joħroġ għal dawk il-parties pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fid-19 ta' Frar, 1999, kien hemm applikazzjoni waħda għall-rave party li se jinżamm fi stabilimenti fil- limiti tar-Rabat.", "Kopja tal-kondizzjonijiet għal dan il-permess tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PARTIES", "4223.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi ġo party li sejjer isir dalwaqt, skond id-dress code, min imur huwa mitlub li jieħu jew jilbes manetti (hand cuffs), frosti u ktajjen, jista' l- Ministru jgħid jekk dan jistax isir bil-liġi?", "Jekk le, x'passi se tieħu l- pulizija biex tiżgura li dawn l-affarijiet ma jitħallewx isiru?", "Qed nibgħat separtament ma' din id-domanda brochure li qed jitqassam ġod-djar bil-posta fejn min imur qed jiġi mitlub b'dan il-mod (Ara document A).", "Kemm jistgħu jidħlu persuni ġol-post fejn se jsir dan il-party skond il- liċenzja tal-post?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija ħadet il-passi sabiex tiżgura li jkunu osservati l-kondizzjonijiet tal-liċenzja.", "Fil-fatt ninsab informat li l-party li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant inżamm mingħajr inċidenti.", "DISC JOCKEYS - WORK PERMITS", "4224.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-disc jockeys li jieħdu sehem ġo party li se jsir dalwaqt u li tiegħu qed nibgħatlek separatament brochure (dokument B) li qed jitqassam fid-djar, għandux work permit neċessarju biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "Dawk li ġew fil-passat, x'tip ta' permess kellhom?", "Kemm ħarġu permessi ta' dan it-tip?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li sabiex barrani jkun jista` jagħmilha ta` disk jockey hawn Malta, anki jekk għal jum wieħed, għandu bżonn ta` liċenzja ta` impjieg għal dan il-għan.", "Id-dipartiment responsabbli għal ħruġ ta` dawn il-liċenzji jirċievi diversi talbiet sabiex disk jockeys barranin jipparteċipaw f`diskoteki lokali, il-biċċa l-kbira għal jum jew tnejn, l-aktar għal tmiem il-ġimgħa.", "Normalment dawn it-talbiet jiġu milqugħa iżda ma tinżammx statistika dwarhom.", "Ninsab informat ukoll li d-dipartiment konċernat irċieva tliet applikazzjonijiet dwar disk jockeys barrranin li se jipparteċipaw f`party li dwaru l-Onor.", "Interpellant għaddhieli brochure.", "Dawn l- applikazzjonijiet ġew ipproċessati u nħarġu l-liċenzji meħtieġa.", "TAXXI - ĦLAS MINN DJ'S BARRANIN", "4225.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu taxxi DJ's barranin li qed jieħdu sehem fir- rave parties li qed isiru?", "Mingħajr ma nsemmi ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu kull wieħed?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fid-dipartiment ma jinżammux records ta` barranin impjegati lokalment bħala entertainers f`kategoriji differenti, imma mħalta kollha f`daqqa.", "Kull barrani li għandu working permit, min jimpjegaħ, jinżamm responsabbli għal kull taxxa li dak il-barrani jista` jkollu xi jħallas anke wara li l-barrani jkun telaq minn Malta.", "SLIEMA - ĦANUT TURKISH KEBAB", "4283.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jistgħu l-pulizija jieħu passi biex is-sidien tal-ħanut ta' l-ikel Turkish Kebab fi Triq Imrabat f'Tas-Sliema ma jibqgħux isabbtu l-bibien tar- residenza tagħhom tard bil-lejl u jħallu l-mutur tagħhom għal ħanut jagħmel ħsejjes li qed idejjaq lill-ġirien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant għall- attenzjoni tal-pulizija tad-distrett biex tittieħed azzjoni meħtieġa.", "SAĦĦA - KARTUNA S-SAFRA", "4284.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Tas-Sliema li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha li applikat għal kartuna s-safra mis-27 ta' Novembru, 1998 u għadha sal-lum ma nħarġitliex?", "Meta se tinħareġ din il- kartuna s-safra peress li d-dewmien qed jikkaġunalha tbatija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qatt ma saret talba fuq in-numru tal-karta ta' l- identita' msemmija.", "ARTIJIET - EX-IMPJEGAT", "4285.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Tas-Sliema li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li rtira minn mad-Dipartiment ta' l- Artijiet fit-2 ta' Ġunju, 1998 ġie mċaħħad minn jumejn paga u arretrati u tħallas biss sal-31 ta' Mejju, 1998?", "Jista' l-Ministru jara li din il-persuna titħallas kif suppost?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-persuna nvoluta għalqet 61 sena fit-2 ta' Ġunju, 1998 u fil-fatt kienet imħallsa l-paga sa l-1 ta` Ġunju, 1998 kif suppost.", "Din il-persuna tħallset 21c f`arretrati anqas milli suppost.", "Ninsab informat ukoll li ġiet mitluba li, meta jkun konvenjenti għaliha, tmur id-Dipartiment ta` l-Artijiet biex tiġbor dan l-ammont.", "VAT - ROĦS FIL-PREZZIJIET", "4297.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk illum, xahar wara mill-introduzzjoni tal-VAT, għadux bil-fehma li esprima jumejn wara l-Budget ta' l-1999, fis-sens li bil-VAT kellhom jorħsu 40,000 prodott?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti li raħsu u b'kemm raħsu?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wassluh biex jibdel il-fehma tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk wieħed jara r-rapport fuq l-impatt soċjali li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jara li hemm eluf ta` prodotti li għandhom jorħsu bl-introduzzjoni tal-VAT.", "Dawn huma l-prodotti kollha li l-Gvern li kien jagħmel parti minnu l-Onor Interpellant impona fuqhom taxxa tal-Konsum ta` 21% u li issa din tniżżlet għal 15%.", "Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Gvern li kien jagħmel parti minnu kellu pjani biex il-prodotti kollha maħdumin Malta wkoll jispiċċaw b` taxxa ta` 21%.", "VAT", "4298.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-mira tal-gvern li jmexxi hu, hijiex li bil-VAT jorħsu 40,000 prodott?", "Jekk it-tweġiba hija fil-pożittiv, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-prodotti li kellhom jorħsu u b'kemm kellhom jorħsu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan il-gvern b'responsabbilta' kbira u b'konsultazzjoni ma' kulmin kien interessat, ħadem sabiex pajjiżna jkollu sistema ta' tassazzjoni indiretta li tkun kemm effiċjenti kif ukoll ġusta.", "Kif joħroġ mir-rapport li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l- Onorevoli Ministru tal-Finanzi, mhux mistenni li jkun hemm xi impatt partikolari fuq il-prezzijiet bħala riżultat ta' l-introduzzjoni tal-VAT.", "Fl-istess waqt, il-Gvern jikkundanna kull ċaqlieq inġust fil-prezzijiet li jista jsir fiż-żmien ta' bidla fit-taxxa.", "Għaldaqstant, kull fejn jinstab l-abbuż, dan jiġi kkoreġut u b'impenn naraw li l-iżball ma jiġix irrepetut.", "CHILDREN'S ALLOWANCE", "4314.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm hemm persuni li rċevew u qed jirċievu Children's Allowance ġewwa l-ibliet ta' Bormla, Birgu, Senglea, u l-irħula ta' Xgħajra, Kalkara tul is- snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u kemm għalhekk tħallsu flus fuq dan sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' familji li rċevew l-allowance tat- tfal ġewwa l-bliet ta' Bormla, Birgu u l-Isla u l-irħula tax-Xgħajra u l- Kalkara matul is-sena 1997 u 1998 huwa kif jidher aktar 'l isfel.", "Ma teżistix informazzjoni dwar is-snin 1995 u 1996.", "Qatt ma inħass il- bżonn li tinġabar statistika dwar l-ammonti ta' allowance tat-tfal li jkunu ġew imħallsa f'kull lokalita' ta' Malta.", "BELT JEW RAHAL 1997 1998 Bormla 687 718 Birgu 307 297 L-Isla 433 402 Xghajra 97 115 Kalkara 367 387", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "4315.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista'l-Ministru jinforma lill- Kamra f'liema pożizzjoni wasal il-bini ta' kostruzzjoni u tkomplija tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla u jekk kemm-il darba hemmx xi intoppi imprevisti f'dan il-proġett?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ix-xogħol ta' kostruzzjoni fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla ilu li tlesta.", "F'dawn l-aħħar erba' xhur inħarġu numru ta' tenders sabiex jitkomplew xogħlijiet oħra, bħal xogħol ta' ilma u dranaġġ, tibjid u tikħil, xogħol fuq il-bjut, bibien u twieqi ta' l-aluminium, xiri u stallazzjoni ta' lifts, xiri ta' catering equipment u xogħol ta' madum u kmamar tal-banju.", "Inqala' intopp fl-għotja tat-tender tal-madum u kmamar tal-banju peress li sar protest uffiċjali quddiem id-Direttur tal-Kuntratti.", "Għadni kif ġejt informat li d-Direttur tal-Kuntratti, wara seduta pubblika li saret fl-20 ta' Jannar, 1999 iddeċieda li dan it-tender għandu jerġa' joħroġ.", "BORMLA - PROĠETT", "4316.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: In vista tal-fatt li l-proġett tal- Partit Nazzjonalista għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta'djar fi Triq San Gwann, Bormla fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar 1999 beda jsir u dawn bdew jaqgħu, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm appartamenti se jinbnew, kemm dawn huma stmati li se jiswew u meta huwa stmat li jkunu lesti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- proġett ta' Triq San Gwann Bormla se jinbnew 20 flat fl-ewwel fażi u 49 flat fit-tieni fażi.", "Il-flats ta' l-ewwel fażi hu stmat li se jiswew Lm265,471 u għandhom jitlestew fi żmien sena u nofs jekk jissolvew il- problemi pendenti li baqa' bl-evictees tal-proġett.", "WIED IL-GĦAJN - FORTI SAN TUMAS", "4317.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista tal-fatt li l-Forti San Tumas f'Wied il-Għajn issa tinsab f'idejn l-awtoritajiet kompetenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm- il darba sarx rapport rigward l-istat li din tinsab fih u t-tieni, jekk dan għadu ma sarx, jistax isir?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li sar rapport dwar il-Forti San Tumas, f`Wied il-Għajn, mir-Restoration Unit fi ħdan it-Taqsima tax- Xogħlijiet.", "Ninsab informat ukoll li ċ-ċwievet ta` dan il-forti issa jinsabu f`idejn l-istess unit.", "BIRGU - SKAMPS", "4318.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li mingħajr dewmien jittieħdu passi neċessarji sabiex il-Palazz hekk msejjaħ ta' Skamps ġewwa l-Moll tal-Birgu jibda jsir ir-restawr tiegħu billi l-ewwel jiġu rranġati is-soqfa li minnhom qed tidħol kwantita' ta' ilma li qed jikkaġuna ħsara konsiderevoli lil fond ta' ħdejh, u t-tieni, li l-istudenti ta' l-Iskola Girolamo Cassar jerġgħu jtellgħu l-parti li waqgħet ma' l-aħħar Gwerra Dinjija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Palazz imsejjaħ ta' Skamps jifforma parti mill-proġett tal-Kottonera Waterfront Development u li d- diskussjonijiet fuqhom qegħdin fi stadju avvanzat ħafna u wieħed jittama li x-xogħol ta' riabilitazzjoni u konservazzjoni tal-palazz ikun fuq quddiem fil-prioritajiet ta' l-iżvilupp.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor. kollega dwar it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari rigward l-involviment ta' l-iSkola Girolamo Cassar huwa ta' min wieħed jikkonsidrah.", "BORMLA - KNISJA TAL-MADONNA TAS-SOKKORS", "4319.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi progress sar sabiex fil-futur qarib isir it-tindif, l-ewwel tal-partijiet prinċipali interni u esterni tal-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors ġewwa Bormla, u t-tieni, tal-Mina ta' Santa Liena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Kollega ġie nnotat u nispera li x-xogħol indikat ikun jista' jsir wara li jsiru l- investigazzjonijiet neċessarji.", "KALKARA - BERĠA", "4359.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta l-Berġa tal-Kalkara se tixxiftja għall-post il-ġdida fl- area ta' Bighi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hemm l-ebda pjan biex fil-futur qarib il-klinika tal-Kalkara tixxiftja għall-area ta' Bighi.", "PULIZIJA - RESERVED PARKING", "4360.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il permess ħareġ għar-reserved parking f'kull lokalita' separata f'Malta u Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-lum u f'liema xhur ħareġ kull permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Trasport.", "DJAR - POSTIJIET VOJTA", "4367.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vojta tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali f'dawn il- lokalitajiet: Sliema, San Ġiljan, Pembroke, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Imġarr, Imtarfa u r-Rabat lokal b'lokal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi f'idejn id-Dipartiment Għall- Akkomodazzjoni Soċjali, mill-lokalitajiet indikati, hemm biss post wieħed Tas-Sliema.", "GOZO CHANNEL - BINI TA' VAPURI", "4368.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal- vapuri ta' Għawdex għal Gozo Channel?", "B'kemm qiegħed lura x-xogħol fuq kull vapur?", "Meta se jitlestew il-vapuri?", "X'se jsir biex il-vapuri jitlestew bl-inqas telf possibbli?", "Kemm se jiġi jiswa kull vapur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għalkemm s'issa għadu ppjanat li l-ewwel vapur t'Għawdex jitlesta sa l-aħħar tal-1999, il-Malta Shipbuilding għadha qed tkun imfixkla sew mill-kwalita ħażina tas-servizz li qed tieħu mingħand id- disinjaturi Daniżi u l-project managers Norveġiżi li li huma responsabbli għall-provvista tal-materjal.", "Minn mindu uffiċjali tat-tarzna u tal-Gozo Ferries Co. Ltd żaru d- Danimarka f'Jannar kien hemm xi titjib fis-servizz tad-disinjaturi, iżda li d-disinji li qed jintużaw illum tlestew xi xhur ilu għadhom qed jitfaċċaw ċerti problemi li qed ifixklu sew ix-xogħol fit-tarzna.", "Il-management tal-Malta Shipbuilding u tal-Gozo Ferries qed jagħmlu pressjoni kontinwa fuq id-disinjaturi u l-project managers barranin biex dawn itejbu s-servizz tagħhom immedjatament.", "Inġieb ukoll liaison engineer mid-Danimarka biex jiffaċilita l-koordinazzjoni bejn it-tarzna u d- disinjaturi.", "Dan mistenni jibqa' Malta sakemm jitlesta l-ewwel vapur.", "S'issa għadu ppjanat li l-ewwel vapur jitlesta sa Diċembru 1999, it-tieni wieħed sa Settembru 2000, u l-aħħar wieħed sa Ġunju 2001.", "Qed isir kull sforz biex ikunu kkontrollatti aħjar il-fatturi li jaffettwaw sew meta jitlestew il-vapuri, kif ukoll kemm finalment jiġu jiswew.", "Il-management tal-Malta Shipbuilding, qed jimplimenta ċertu tibdil fl-organizzazzjoni tax-xogħol biex titjieb il-produttivita u tikber l- effiċjenza.", "Qed isir sorveljar aħjar tax-xogħol, u l-management qed jintervjeni aktar malajr meta jitfaċċaw il-problemi.", "Qed isir ukoll sforz biex l-management tasallu informazzjoni fuq il-produzzjoni aktar malajr biex ikun jista jaġixxi fil-waqt.", "It-tliet vapuri huma stmati li se jiswew b'kollox Lm43 miljuni, li jinkludi ukoll l-ispejjeż tal-finanzjarjament tagħhom.", "TARZNA - MANAGERS EŻEKUTTIVI", "4369.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk inħatrux t-tliet managers eżekuttivi biex tissaħħaħ it-tmexxija u l-organizzazzjoni tax-xogħol fit- Tarzna tal-Marsa?", "Jekk iva, min huma?", "Jekk le, meta se jinħatru?", "X'tip ta' għajnuna se tintalab mill-konsulenti Norveġjiżi għat-tmexxija aħjar tat-Tarzna?", "Fiex waslu l-pjani tar-riformi meħtieġa għat-tmexxija aħjar tat-Tarzna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tliet managers eżekuttivi li se jingħataw l- inkarigu li jsaħħu l-organizzazzjoni tat-tarzna ġew magħżula.", "Dawn huwa Victor Galea, li ser ikollu l-kariga ta' Chief Executive Officer mit-2 ta' April 1999.", "Anthony Restall li għandu l-kariga ta' Human Resources Executive beda jaħdem mal-Malta Shipbuilding fl-1 ta' Frar, 1999.", "Waqt li Ivan Borg se jibda jaħdem bħala Finance Executive mill-1 ta' Marzu, 1999.", "Il-konsulenti Norveġiżi se jintalbu biex jgħinu lit-tarzna fl- organizzazzjoni tax-xogħol fil-workshops u fil-baċir tat-tarzna.", "Dawn għadhom esperjenza ta' tmexxija b'suċċess fit-tarznari tagħhom fin- Norveġja.", "Il-management ġdid tat-tarzna beda jikkonċentra fuq il-problemi relatati mas-superviżjoni tax-xogħol, il-ħarsien tad-dixxiplina mill-ħaddiema kollha, u t-taħriġ tal-line managers, il-foreman u ċ-chargemen fis-sengħa tat-tmexxija.", "Aktar 'il quddiem se ssir programm ta' taħriġ għal-livelli l- oħra tal-ħaddiema.", "Qed tingħata importanza speċjali biex tkun introdotta management information system bażika li tgħin lill-managers jiksbu informazzjoni f'waqtha ta' kif kien sejjer ix-xogħol billi s-sistemi li jeżistu llum mhumiex tajbin biżżejjed.", "Qed isiru laqgħat ma' gruppi ta' ħaddiema biex dawn ikunu nvoluti fil- proċess ta' konsultazzjoni qabel ikun introdott xi tibdil fis-sistemi tax- xogħol.", "KUNSILLI LOKALI - FONDI GĦAL ASFALTAR TA' TOROQ", "4407.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi tliet toroq ġewwa Ta' Xbiex li huma Triq Enrico Mizzi, Triq Sir Ugo Mifsud u Triq San Gwann tas-Salib għandhom bżonn kisja tarmac urġenti peress li hemm ħafna toqob, jista' l-Prim Ministru jara li jingħataw fondi speċjali lill- kunsilli biex dawn it-toroq jiġu rranġati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-kunsilli, u x-xogħol imsemmi jrid isir mill-Fondi għall-Ħtiġijet Speċjali li diġa' ngħataw skond l-applikazzjoni ta' l-istess kunsill.", "MSIDA - BOZZA", "4408.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza ġo Triq Gwann Mamo, Imsida billi hemm dlam esaġerat matul il-lejl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "INDIPENDENZA - ATTIVITAJIET", "4453.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl ta' dikjarazzjoni li għamel fl-attivitajiet ta' l-Indipendenza tal-PN għal 1998, fis-sens li mhux sewwa li l-Gvern ineħħi Chairmen bla ebda raġuni serja, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet serji li wasslu lill-gvern tiegħu biex ineħħi għadd ta' Chairmen minn korporazzjonijiet u kumpanniji parastatali minn wara l-elezzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor Membru, wara kull Elezzjoni Ġenerali, il-membri kollha tal-bordijiet governattivi, inklużi iċ- Chairpersons, huma mistennija li joffru r-riżenja tagħhom lill-Gvern il- ġdid, proprju biex isiru xi tibdiliet li jkunu meħtieġa.", "Il-Gvern tiegħi ma mexiex bil-politika ta' tqaċċit ta' rjus anzi pprefera li l-biċċa l- kbira tal-persuni nominati jkomplu l-ħatra tagħhom sakemm tiskadi.", "Ħadd ma għandu jippretendi li jibqa' fuq bord għal żmien twil iżżejjed, lanqas jekk ma jinbidilx il-Gvern.", "Kien hemm Chairpersons li wrew ix-xewqa li ma jkomplux iservu fuq il-bord tagħhom iżda kien hemm ukoll oħrajn li l- Gvern il-ġdid ġedded il-ħatra tagħhom.", "XROB L-GĦAĠIN - PARK NAZZJONALI", "4474.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4241, jista' l-Ministru jgħid liema huwa \"il-ftehim bejn il-gvern u s-sid tal-proprjeta' \"L-Għarix\" wara s-sentenza tal-qorti relattiva\", u d-data tal-ftehim?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ftehim bejn il-Gvern u s-sid tal- proprjeta' \"L-Għarix\" m'hu xejn ħlief dak illi ġie iffirmat fit-22 ta' Mejju ta' l-1998 li kopja tiegħu tpopġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta fejn fost affarijiet oħra ġie miftiehem li:", "\"Tiġi assenjata u trasferita biċċa art fil-Fawwara kompriżi l-benefikanti eretti fuqha\" u li \"fil-każ illi l-permessi tal-bini ma jkunux approvati u/jew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni ma jsirux u/jew ma jiġux kompletati fi żmien sena minn meta jiġu approvati l-permessi, l-Gvern jaċċetta u jobbliga ruħu, li jassenja lill-familja Mintoff jew akkomodazzjoni alternattiva aċċettabbli mill-istess familja Mintoff fid-diskrezzjoni esklussiva tagħha jew, alternattivament, li jħallas lill-istess familja Mintoff dik is-somma li tiġi talvolta maqbula bejn il-Gvern u l-familja Mintoff\".", "NAC - ĦUT", "4519.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-ħut (fingerlinks) li nħarġu mill-MAC qabel Ottubru ta' l-1996, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienet il- kwantita' ta' ħut?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi pagamenti?", "Kemm kienu il-pagamenti dovuti skond il-prezz ta' dak iż-żmien?", "X'miżuri ħa u qed jieħu l-MAC sabiex jiġbor dawn il-flus?", "Fejn waslu dawn il-passi u x'mistenni li jsir fil-ġimgħat u xhur li ġejjien?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "NAC - BONUS LILL-ĦADDIEMA", "4520.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema arranġamenti/kriterji/regoli ngħataw bonuses lill-ħaddiema tal-Gvern tal- NAC matul l-1994,1995 u 1996?", "Fil-fatt dawn kienu approvati mill-ministeru ta' dakinhar u jekk iva minn kien responsabbli?", "Jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra jekk dawn l-affarijiet kienux skond in-normi tas-sistema taċ- ċivil?", "Jekk le għaliex u jekk iva għaliex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "4521.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-esportazzjoni tal-patata lokali lejn il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-fatt li hemm fis-seħħ regolamenti fuq l-MRL's, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tad-Dipartiment u tal-Gvern sabiex jassigura li dan il-prodott tal-bdiewa Maltin esportat matul is-sena 2000 jkun konformi ma' l-imsemmija regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li dawn il-livelli jintlaħqu sas- sena 2000 sabiex ikun evitat kull inkwiet li jistgħu jiffaċċjaw il-bdiewa Maltin u Għawdxin meta jesportaw il-prodotti agrikoli tagħhom lejn dawn il- pajjiżi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Unjoni Ewropea ma ħarġet l-ebda regolamenti (Regulations) dwar l-MRL's fuq il-patata.", "Forsi l-Onor.", "Membru qed jaċċenna għad-Direttiva tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea Nru. 98/82/EC ta' Ottubru 1998.", "Id-Dipartiment tal-Agrikoltura hu konxju tal-kontenut ta' din id- direttiva, għaldaqstant qed jieħu passi sabiex isiru testijiet fuq kampjuni tal-patata li tiġi esportata biex niżguraw li ma jkunx hemm eċċess tal- pestiċidi ndikati fuq l-istess direttiva.", "Saru taħdidiet għal dan il-għan ma' rappreżentat ta' l-Universita' ta' Malta.", "Hu l-ħsieb ta' dan id- dipartiment li għall-ġejjieni jitwaqqaf laboratorju biex ikun jista' jestendi dawn it-testijiet fuq pjanti u pestiċidi oħra.", "Barra minn dan id-dipartiment żied il-kampanja tiegħu sabiex jgħallem lill- bdiewa jużaw il-pestiċidi kif u meta suppost, ħafna qabel ma jinħasad il- prodott.", "ĦXEJJEX - ESPORTAZZJONI", "4522.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-esportazzjoni ta' ħxejjex lejn is-suq Ingliż u l- fatt li l-kumpannija fil-mument qed timporta l-prodotti tagħha mill-Eġittu u Ċipru, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mill-5 ta' Settembru 'l hawn sabiex din l-esportazzjoni tkompli mingħajr id- diffikultajiet li ġew ikkawżati?", "Kemm saru laqgħat mal-bdiewa li kienu bdew jisperjenzaw l-esportazzjoni ta' dawn il-ħxejjex?", "Meta saru u x'ġie diskuss?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, kienet l-Għaqda Progressivi responsabbli mill-esportazzjoni tal-ħaxix frisk lejn l- Ingilterra.", "Infatti l-Ministeru tal-Agrikoltura ndaħal biss sabiex setgħu jitħallsu l-bdiewa wara li din l-iskema falliet u ttieħdu flus tal-bdiewa stess mill-fond tagħhom tal-patata, eżattament Lm13,500, biex għamel tajjeb għal dan il-falliment.", "Dan minbarra it-Lm8,000 li ttieħdu mil-fond li suppost kien għal ħsarat ikkaġunati mill-maltemp.", "Naturalment dan serva ta' skuraġġiment, tant li minn wara l-falliment assolut ta' dan in-negozju, ebda għaqda tal-bdiewa jew individwi ma wrew ix- xewqa għall inizjattivi oħra dwar l-esportazzjoni ta' ħaxix frisk.", "Nixtieq inserraħ ras il-komunita' agrikola li qabel ma nkunu ċerti li negozju simili ieħor jitwettaq b'serjeta' u fl-aħjar interess tal-bdiewa u tal- pajjiż in ġenerali, dan il-ministeru mhuwiex sejjer jinkuraġġixi li jsir sogru ieħor bl-addoċċ.", "Dan skond l-istess parir li l-Agricultural Export Marketing Board ta lill-Onor.", "Interpellant meta kien ministru hu, u li kien jinkludi l-użu ta' kaxxi addatti u mhux kaxxi bil-logo ta' l-Air Malta kif fil-fatt intużaw.", "MAC - CHILLERS ĠODDA", "4523.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għax-xogħlijiet li kellhom isiru fuq iċ-chillers ġodda li se jiġu stallati fil-MAC, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu x-xogħlijiet?", "Meta nħarġet it-tender u meta ġiet atwata?", "Meta se jitkomplew u jiġu ffinalizzati x-xogħlijiet u x'impatt pożittiv/negattiv se jkollu dan l-iżvilupp fuq il-ħajja tal-ħut u l-ħidma fiċ-ċentru?", "X'kien isir qabel kien hemm dan iċ-chiller u x'effett se jkollu għall- futur meta jiffunzjona dan iċ-chiller?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA - TWAĦĦIL TA' SIĠAR", "4524.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3685 u ċ-ċifra kkwotata ta' siġar fl-1997 u fl-1998 li tindika nuqqas sostanzjali meta pparagunata mas-snin ta' qabel, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċifra ta' siġar imsemmija tinkludiex is-siġar li ngħataw lill-bdiewa, li nbiegħu lill- bdiewa u lill-komun?", "Jekk le, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra biċ-ċifri totali ta' siġar li nbiegħu, ingħataw lil pubbliku u lill-bdiewa u li tħawwlu mill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u ta' l-Urban and Rural Landscaping matul l-1997 u l-1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-figuri tas-siġar fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3685 jinkludu s-siġar li ngħataw lill-bdiewa, individwi w organizzazzjonijiet iżda mhux dawk li nbiegħu.", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, fil-1997 Wied Inċita bdiet tiġi mmexxija minn nies magħżula minnu stess meta kien ministru.", "Dawn in-nies ddeċidew li jirrevedu l-proċess, u dan ir-review fisser produzzjoni baxxa iktar minn ta' snin oħrajn.", "KULTURA - SUR RICHARD MUSCAT", "4619.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-Sur Richard Muscat se jibqa' konsulent tal-Ministeru dwar il-Kultura wara li jinħatar Ambaxxatur għall- Irlanda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-kuntest tal-proċedura normali u stabiliti dwar nomini ta' ambaxxaturi, ikun prudenti li wieħed iwieġeb din il-mistoqsija f'xi seduta oħra.", "BANK KUMMERĊJALI - HOLD-UP", "4620.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir inkjesta li r-riżultat tagħha jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dwar l-attentat ta' hold-up li sar illum it- 13 ta' Frar fuq bank kummerċjali fejn allegatament l-arma tan-nar tal- pulizija ma sparatx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li hemm Inkjesta Maġisterjali għaddejja dwar l- imsemmi inċident, ma nħoss il-ħtieġa ta` inkjesta ulterjuri.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "4621.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ jingħataw il-pulizija fuq l-użu ta' l-arma tan-nar li jkollhom u li jkunu għassa ma' dawn il-banek kummerċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kull membru tal-Korp tal-Pulizija, matul iż-żmien li jagħmel fl-Akkademja, jingħata taħriġ bażiku fl-użu ta` l- armi.", "Peress li nħass il-bżonn li dan it-taħriġ irid ikun aktar speċjalizzat, numru ta` membri tal-Korp għadhom kemm temmew b`suċċess taħriġ ta` instructors fl-użu ta` l-armi.", "Qed jiġi mfassal programm sabiex il-membri kollha tal-korp jiġu mħarrġa u evalwati fl-użu ta` l-armi.", "Dawk biss li jikkwalifikaw minn din l-evalwazzjoni se jingħataw ċertifikat ad hoc u jitħallew jużaw tali armi.", "Huwa ppjanat ukoll li dan it-taħriġ ikun kontinwu, dejjem fid-dawl tal-mezzi finanzjarji li jkollu l-korp.", "UE - TARZNARI MALTIN", "4622.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern jekk l-EU tinsisti li jipprivatizza jew jagħlaq it-tarznari f'Malta?", "Jista' jgħid jekk huwiex se jaċċetta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma naħsibx li wieħed jista' jagħti tweġiba għall- mistoqsijiet ipotetiċi bħal din.", "Safejn naf jiena, l-Unjoni Ewropea ma tinsistix ma' pajjiżi aspiranti li jsiru membri biex jgħalqu t-tarznari tagħhom, iżda biex jagħmlu ristrutturizazzjoni; ħaġa li pajjiżna diġa' beda jwettaq u li trid issir independentament minn sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb ukoll li ngħid li l-gvern huwa impenjat biex it-tarznari isiru vijabbli u mhux jibqgħu piż daqshekk kbir fuq il-poplu Malti.", "PRODOTTI", "4623.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jneħħi t-300 levy fuq prodotti li kien wiegħed lill-EU li se jneħħi fl-1995?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tneħħija tal-levies hija materja li għad trid tiġi diskussa mal-partijiet konċernati u għalhekk huwa prematur wieħed jgħid meta xi levies se jitnaqqsu jew jitneħħew.", "OQSMA INDUSTRIJALI - FABBRIKI", "4624.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti listi dettaljati tal-fabbriki f'kull industrial estate f'Malta u Għawdex, in-natura ta' l-attivita' tagħhom, kemm iħaddmu nies fuq bażi fulltime u part-time maqsuma fuq bażi ta' nisa u rġiel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tabella li fiha d-dettalji dwar in-natura ta' l- attivitajiet industrijali fl-Oqsma Industrijali amministrati mill-MDC tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Id-dettalji l-oħra mitluba ma jistgħux jingħataw minħabba d-dispożizzjonijiet dwar konfidenzjalita kontemplati fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.", "QRATI - KAŻI FUQ DISKRIMINAZZJONI", "4625.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il każ tressaq il-Qorti matul dawn l-aħħar għaxar snin fuq abbużi ta' diskriminazzjoni a bażi ta' sess, sena b'sena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "KAŻIJIET TA' ABBUŻI TA' SESS", "4626.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: In vista tal-fatt li Kostituzzjoni ta' Malta tipprovdi ħarsien kontra diskriminazzjoni kontra s-sessi, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għad-Drittijiet tan-Nisa fi ħdan il- ministeru tiegħu ngħatax jew għandux poteri li jiġbed l-attenzjoni ta' l- awtoritajiet dwar każijiet ta' abbużi a bażi ta' sess fil-media, fir- reklami, eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mit-twaqqif tiegħu, kienet il-prattika li d- Dipartiment għad-Drittijiet tan-Nisa jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet dwar każijiet ta' abbużi a bażi ta' sess fil-media, fir-reklami, eċċ.", "ONOR.", "SANT ALFRED - DIBATTITU", "4627.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: In vista ta' l-istqarrijiet min-naħa tal-gvern dwar consensus nazzjonali fuq diversi oqsma ta' politika, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern m'aċċettax mill-ewwel l-istedina tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għal dibattitu nazzjonali dwar il-qagħda serja ta' l-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż, qagħda li llum anke l-Partit Nazzjonalista qed jammetti li teżisti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li d-deċiżjonijiet żbaljati li ttieħdu fis-sentejn li għaddew kienu wasslu għall-inċertezza u għal staġnar ekonomiku f'pajjiżna.", "Dan kien spjegat fid-dettal fid-Diskors tal-Budget kif ukoll waqt id-diskussjonijiet li saru f'dan il-Parlament dwar il-budget ftit tal-ġimgħat ilu.", "Ressaqna u ddiskutejna wkoll il-pjani u proposti tagħna ta' kif se nsewwu l-ħsara li saret fis-sentejn li għaddew u b'hekk nerġgħu inpoġġu l-ekonomija fuq sisien sodi u sostenibbli.", "Issa għaddejna għall-fatti u bdejna nieħdu l-miżuri neċessarji, fosthom dawn li ġejjin:", "Ġiet introdotta mill-ġdid il-VAT taxxa li mhux biss se tiggarantixxi dħul ġust u neċessarju għall-Gvern imma neħħiet spejjeż żejda minn fuq in-negozju.", "Erġajna poġġejna lil Malta fil-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, proċess li għandu jagħti spinta lill-ekonomija Maltija.", "Raħħasna r-rati tad-dawl u l-ilma b'mod li mhux se nkunu ta' piż żejjed fuq il-konsumatur filwaqt li jrendu d-dħul neċessarju għall- korporazzjonijiet.", "Ittieħdu passi bis-serjeta' li wassluna f'pożizzjoni li sa nofs din is- sena jibda x-xogħol fuq diversi proġetti.", "Jiddispjaċini ninnota li l-oppożizzjoni għadha sal-lum ma tagħrafx li kien prinċipalment tort tal-politika żbaljata tagħha, speċjalment f'dawn l-oqsma, li kkawżaw l-istaġnar ekonomiku.", "DJAR - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "4691.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx limiti ta' dħul finanzjarju sabiex familja tibbenefika mill-iskema ta' għajnuna finanzjarja għall-irranġar ta' periklu ta' l-Awtorita' tad- Djar?", "Jekk fl-affermattiv, kemm hu dan il-limitu?", "Dan jinkludi d-dħul finanzjarju tat-tfal ta' l-applikant?", "Hemm ħsieb li dan ma jibqax isir, b'mod partikolari fil-każ ta' pensjonanti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AMBJENT - OVERTIME", "4692.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif dwar għoti ta' overtime fis-sezzjoni tas-salarji tad-Dipartiment ta' l-Ambjent (xogħlijiet)?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġunijiet għaliex qiegħed jingħata dan l-overtime?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-overtime li qed isir bħalissa fis-Salaries Section ikopri tibdil fil-cards tas-salarji dwar l- increments li jibdew iseħħu mill-1/1/99 flimkien mal-cost of living increase.", "Jingħata bidu għal return ta' l-allowances għas-sena 1998 flimkien ma' tibdil tar-rata ta' l-overtime, allowances eċċ. Ħlas ta' arretrati għal dawk l-impjegati li rtiraw jew ġew boarded out bejn is-snin 1996 sa 1998 u ġbir ta' informazzjoni dwar l-istess impjegati f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-unpaid leave u sick leave.", "Iċċekkjar u mpustar tal-P3 forms għas-sena 1998.", "Tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf li t-Taqsima tas- Salarji tieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta' madwar 1600 impjegat.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "4693.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4561 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u cioe': Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pilloli I.Caps dan l-aħħar għolew minn Lm2.19 għal Lm2.90 u jekk iva, jgħid għaliex kien hemm din iż-żieda fil-prezz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif diġa' għedt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4615, il-Gvern, permezz tal-mekkaniżmu għad- dispożizzjoni tiegħu, qiegħed jimmonitorja s-suq u jinvestiga l-ilmenti li jsiru.", "Fejn jirriżulta li jkun hemm żieda fil-prezz mhux ġustifikata, jittieħdu l-passi biex is-sitwazzjoni tiġi rranġata.", "Dan jgħodd għal kull tip ta' prodott, inklużi l-mediċini.", "Fir-rigward tal-pilloli in kwestjoni, tajjeb jingħad li l-kumpannija li kienet tipproduċihom inxtrat minn kumpannija Amerikana.", "Din ta' l-aħħar irrevediet il-prezzijiet tagħha u per konsegwenza l-prezz ta' dan il- prodott għall-konsumatur f'Malta sar dak imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' L-INĠUSTIZZJI", "4694.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega kif fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ingħatat Lm10,250 biex tirtira talba għal Lm5,000 kumpens li kienet ressqet quddiem it-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-persuna li għaliha qed jirriferi l-Onor Interpellant huwa is-Sur Joseph Zammit, li fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti kien is-Segretarju tal-Kabinett.", "Is-Sur Zammit kien ressaq rikors quddiem it-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' l- Inġustizzji fil-31 ta' Ottubru 1997.", "Fir-rikors li għamel, hu talab li jingħata kumpens ta' Lm5,000 li hu l- massimu li jista jgħati t-Tribunal f'każ li jiddeċiedi favur l-applikant.", "Ir-rikors kien jallega inġustizzji li allegatament twettqu mas-Sur Zammit wara Mejju 1987 peress li hu ma baqax iżomm il-grad ta' Officer in Grade 2 wara li spiċċa minn Chairman ta' l-Awtorita tad-Djar.", "Is-Sur Zammit baqa jagħmel it-talba ripetutament lis-Segretarju Amministrattiv.", "Is-Sur Joseph Sammut, li dak iż-żmien kien is-Segretarju Amministrattiv, kien għamilha ċara li hu ma kienx qed jaqbel mat-talba tas- Sur Zammit.", "Ta' l-istess opinjoni kien id-Direttur Ġenerali tal-Management and Personnel Office li f'Lulju 1993 kiteb lill-Avukat tas-Sur Zammit u qallu li t-talba tas-Sur Zammit kienet bla bażi.", "Fil-25 ta' Lulju, 1997, is-Sur Zammit, permezz ta' ittra, għamel l- istess talba lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ.", "L-ittra tas-Sur Zammit kellha annessa magħha żewġ ittri bl-iskop li jissostanzjaw l-argument imressaq mis-Sur Zammit.", "Waħda mill-ittri kienet miktuba mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici, li huwa l-avukat tas-Sur Zammit u li kien Prim Ministru meta s-Sur Zammit ġie appuntat chairman ta' l- Awtorita tad-Djar.", "L-ittra l-oħra kienet miktuba mill-Onor Leo Brincat bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Housing meta s-Sur Zammit kien appuntat chairman ta' l-Awtorita tad-Djar.", "Dawn iż-żewg ittri iġibu d-data tas-6 ta' Mejju, 1993.", "Fit-18 ta' Ġunju, 1998 id-Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi, f'memorandum indirizzat lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ kiteb li: it- talba tas-Sur Zammit m'għandhiex bażi f'dokumenti uffiċjali; it-talba tas- Sur Zammit kienet mibnija fuq bażi dgħajfa imma setgħet tissaħħah jekk l- Onor Leo Brincat, bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Housing fi żmien meta s-Sur Zammit kien chairman ta' l-Awtorita tad-Djar, jikkonferma d-dikjarazzjoni li kien għamel fl-ittra tiegħu tas-6 ta' Mejju 1993, imsemmija aktar il fuq; u li: l-Ministru tal-Finanzi, allura l- istess Onor Leo Brincat, kellu japprova pagament ex-gratia ta' Lm1,034 biex jagħmel tajjeb għat-talba tas-Sur Zammit.", "Fit-22 ta' Lulju, 1998 id-Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi, f'memorandum indirizzat lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ kiteb li: it- talba tas-Sur Zammit kienet ibbażata fuq intenzjonijiet imwassla verbalment u mhux fuq dokumenti uffiċjali; l-Onor Leo Brincat, bħala ex-Segretarju tal- Housing kien ikkonferma d-dikjarazzjoni li hu kien għamel fis- 6 ta' Mejju, 1993; is-Sur Zammit ġie mgħarraf li l-Onor Leo Brincat, fil-kapaċita tiegħu bħala Ministru tal-Finanzi, kien diġa' awtorizza verbalment li jsir pagament ta' Lm10,250 bħala full & final settlement għat-talba tas-Sur Zammit; il-Ministeru tal-Finanzi tella l-għotja minn Lm1,034 għal Lm10,250 wara li aċċetta numru ta' konsiderazzjonijiet mressqa mis-Sur Zammit fosthom li Lm7,308 li s-Sur Zammit irċieva fl-1995 mill-Malta Shipbuilding ma jiġux inklużi mad-dħul li s-Sur Zammit fil-fatt ħa mingħand il-Gvern bejn l-1987 u 1996; għalhekk, l-Onor Leo Brincat, fil- kapaċita tiegħu ta' Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, kien mitlub japprova uffiċjalment l-għotja ta' Lm10,250.", "Fit-23 ta' Lulju 1998, għaxart'ijiem qabel xolja l-Parlament, il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, l-Onor Leo Brincat, approva l-għotja ta' Lm10,250, net of tax.", "Il-pagament ta' din l-għotja sar fl-4 ta' Awwissu, 1998.", "Meta sar dan, it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji kien lanqas biss beda jisma l-każ tas-Sur Zammit.", "Ta' min isemmi li għalkemm l- għotja ngħatat bħala full and final settlement għat-talbiet tas-Sur Zammit, dan għadu ma rtitrax ir-rikors li għamel quddiem l-istess tribunal.", "BIRKIRKARA - GĦARGĦAR", "4695.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ċerti residenti f'Cane Street u Mannarino Road Birkirkara li kellhom il- proprjeta' tagħhom imħassra bl-għargħar li seħħ f'Jannar 1998, kienu għamlu talba għal kumpens, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex se jiġu kkumpensati għall-ħsara meta dawn diġa' ġew ikkumpensati għall-għargħar fl- 1979?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma ninsabx informat illi hemm xi talba pendenti fis-sena indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "BIRKIRKARA - TOROQ", "4696.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn l- arterial roads f'Birkirkara jiġu rranġati għaliex huma kollossati, cioe' Triq Naxxar, Triq il-Wied u Triq Fleur-de-Lys?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li wara t-tlestija taż-żewġ rapporti dwar l-istat tat-toroq mill-konsulenti Ġermaniżi qed jiġi ppreparat programm għat-tiswija tat-toroq arterji u distributorji li ser jinkludu x- xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "4697.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-gvern kull operazzjoni f'Malta ta' coronary artery bypass graft u renal transplantation?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li din l-informazzjoni jista' jkollha riperkussjonijiet ta' natura kummerċjali ma nħossx li għandi nagħti din l- informazzjoni.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET", "4698.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4479 tal-5 ta' Frar 1999 (Seduta Numru 62 tad-9 ta' Frar 1999) fejn intalbu aktar dettalji, jista' l- Ministru jwieġeb b'riferenza għall-applikazzjoni numru PA7412/97?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-perit inkarigat mill-EIA dwar l- applikazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant qatt ma kien il- kap tas-sezzjoni tal-minerali fl-awtorita'.", "Ninsab informat ukoll li l-applikazzjoni in kwestjoni qatt ma ġiet riferuta lill-Bord ta' l-Appell.", "Il-perijodu li fih isir is-survey ma jiġix stabilit mill-awtorita'.", "F'dan il-każ l-EIA ma sarx biss mill-perit imsemmi imma minn tim ta' konsulenti fosthom persuna esperta fl-ekoloġija tal-gżejjer Maltin.", "L-EIA ikollu komponent ta' riċerka li fiha jittieħed konjizzjoni ta' informazzjoni eżistenti kif ukoll surveys tal-post innifsu.", "Ninsab informat li qatt ma saru EIA's preċedenti dwar dan il-post.", "Kien sar rapport qasir dwar il-flora tal-kosta fil-punent tas-sit in kwestjoni wara li kien hemm domanda għal ftu ta' barriera minn terzi persuni fl-1993.", "Dan ir-rapport kien jikkonċerna sit lejn il-majjistral tas-sit fejn inħareġ permess għal barriera.", "ITEM 4178 - INFIQ TA' FLUS", "4699.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus minn Item 4178 sa l-aħħar ta' Jannar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 1999 kien għadu ma ntnefaq xejn mill-Item 4178.", "SPORTS - INFIQ TA' FLUS", "4700.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Vot 13 tad-Dipartiment ta' l-Isport sa l-aħħar ta' Jannar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 1999 kien għadu ma ntnefaq xejn mill-Vot 13 tad-Dipartiment ta' l-Isport.", "SWIMMING PROMOTION UNIT", "4701.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3076?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa m'għandi xejn ġdid x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3493.", "PROGRAMMES AND INITIATIVES - INFIQ", "4702.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 4185 - Programmes and Initiatives - sa l-aħħar ta' Jannar?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex intnefqu dawn il-flus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 1999 intnefqu Lm9944 mill-Item 4185 - Programmes and Initiatives tad-Dipartiment taż- Żgħażagħ u Sport.", "Dan l-ammont huwa mqassam hekk:", "Ghotjiet - Lm6,600 Akkomodazzjoni Le Meridien Phoenician - Lm1,800 (Żjara ta' delegazzjoni Ċiniża) Kiri ta' P.A. System - Lm 20* Provizjoni u tqeghid ta' Foam Board - Lm 58* Avvizi - Lm 691 Beverages - Lm 36* Riceviment - Lm 220* Kiri ta' Courtyard - Teatru Manoel - Lm 176* Sundry Materials - Lm 339 Photoprints - Lm 4*", "*Din in-nefqa saret in konnessjoni ma' l-Youth Exchange Exhibition.", "PIXXINA NAZZJONALI - ĦSARAT", "4703.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar mill-konsulenti maħtura dwar il-ħsarat fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tar-rapport li sar mill-konsulenti maħtura dwar il-ħsarat fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MALTA RACING CLUB - TLIELAQ TAŻ-ŻWIEMEL", "4704.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4176?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-permess meħtieġ kien ingħata snin twal ilu taħt l-Ordinanza dwar l-Imħatri fit-Tiġrijiet taż-Żwiemel.", "Baqa' jiġġedded regolament b'mod awtomatiku kull sena meta l-Malta Racing Club kien jimla' formola hekk kif jimlew il-Każini normali: madwar għoxrin sena ilu l-Pulizija informat il-club li ma kienx meħtieġ jibqa' jimla l-formola imsemmija minħabba li ma kienx club b'lista ta' membri.", "L-awtoritajiet baqgħu jirrikonoxxu l-funzjonijiet tal-Malta Racing Club kif dejjem ġew imwettqa.", "L-approvazzjoni għall-imħatri li keinet ingħatat oriġinarjament fil-bidu tas-seħħ tal-liġi in kwestjoni qatt ma ġiet irtirata u l- operazzjonijiet tat-tiġrijiet taż-żwiemel baqgħu jiġu sviluppati abbażi ta' din l-approvazzjoni.", "XGĦAJRA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "4720.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li x-Xgħajra, Żabbar qed jikber fil-popolazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kif fl-għassa tal-lokal ma jkunx hemm pulizija matul il-lejl?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4178 f'Seduta Nru.59.", "AIR MALTA - FIRST AID KITS", "4732.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet mixtrija u mportata l-aħħar konsenja ta' materjal tal-first aid li kellha tintuża fuq il-first aid kits ta' l-ajruplani ta' l-Air Malta, liema kit huwa intenzjonat biex jintuża mill-Cabin Crew?", "Fiex kienet tikkonsisti din il-konsenja?", "X'baqa' minn din il-konsenja li ġiet importata?", "Fiex jikkonsisti l-kit preżenti tal-first aid li jinġarr fuq l-ajruplani ta' l-Air Malta li jintuża mill-Cabin Crew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Air Malta ma timpurtax materjal tal-first aid.", "L-aħħar ordni ta' materjal mediku għall-użu fil-First Aid Kits saret f'Mejju tas-sena l-oħra skond kuntratt li rebħet ditta lokali wara sejħa għall-offerti.", "Madankollu l-kumpannija, minn żmien għal żmien, tixtri mingħand ditti lokali biex jiġu rimpjazzati l-istocks ta' medikamenti meta dawn ikunu qed jonqsu.", "F'dawn il-kits ikun hemm dawk l- items li wieħed normalment isib fihom u skon l-approvazzjoni tat-tobba tal- kumpannija.", "BAJJA TAX-XLENDI - ARLOĠĠ", "4733.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jagħti struzzjonijiet biex: l-arloġġ li hemm fil-bajja tax-Xlendi f'Għawdex ma jitħalliex bil-ħin tas-sajf imma l-istess ħin jiġi korrett; u li jinxtegħel id-dawl li hemm kemm fejn il-Grotta Discotheque sal-Bajja tax- Xlendi, liema dawl fuq ir-railings kien għamel Gvern Laburista?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-arloġġ li hemm fil-bajja tax- Xlendi f'Għawdex kien irranġat mal-ħin tax-xitwa f'Ottubru 1998.", "L-arloġġ kien għal ftit jiem siegħa u ħamsa u għoxrin minuta lura, għar-raġuni li kien hemm qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku.", "Id-dawl li hemm minn fejn il-Grotta Discotheque sal-bajja tax-Xlendi ma kienx jixgħel għar-raġuni li kien hemm xi ħsarat li fil-fatt ġew irranġati.", "Ta' minn jgħid li l-arloġġ imsemmi kif ukoll il-fanali u oħrajn bħalhom (M'Forn, Mġarr, Qbajjar, Xlendi) qed jiġu ċċekjati kull nhar ta' Ħamis bil- lejl, biex jekk ikun hemm xi ħsarat jiġu rranġati mill-aktar fis possibbli.", "GĦAWDEX - MOBILE PHONES", "4734.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid: kemm huwa n-numru ta' mobile phones fil-ministeru tagħha; kemm kien il-kont ta' l-istess mobile phones mis-7 ta' Settembru, 1998 sal- lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox erba' mobile phones li minnhom tlieta huma wżati mis-Segretarjat Privat filwaqt li l-ieħor huwa għad- dispożizzjoni tal-Maġistrat tal-Qorti t'Għawdex.", "Mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum il-kont tal-tlett mobile phones li huma wżati mis-Segretarjat Privat ammonta b'kollox għal Lm500.67,0.", "Peress li l- mobile phone tal-Maġistrat huwa misluf mill-Qrati ta' Malta, il-kont tiegħu jintbagħat direttament lill-Qrati ta' Malta.", "Barra minn dawn il-mobile phones, kien hemm mobile phone ieħor li kien użat mis-Segretarju Parlamentari u peress li dan ma ġiex irritornat dan kien deattivat f'Ottubru 1998.", "Il-kont ta' dan il-mobile phone partikolari kien ta' Lm120.07,0.", "GĦAWDEX - SKRIVANI", "4735.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid f'liema fażi wasal il-proċess li bih it-tieni grupp ta' skrivani Għawdxin jinġabu f'Malta jagħmlu xogħol ta' sigurta' soċjali?", "Meta beħsiebu dan il-gvern jħalli t-tieni grupp ta' dawn l-iskrivani Għawdxin biex jaħdmu f'Għawdex f'xogħol ta' sigurta' soċjali?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Qed isiru konsultazzjonijiet bejn il-ministeru tiegħi u dak tal-Politika Soċjali li taħtu jaqa' d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, sabiex dan il-proċess jitwettaq mill-aktar fis possibbli.", "MALTA/GĦAWDEX - CATAMARAN", "4736.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern preżenti li jerġa' jintroduċi s-servizz tal-catamaran lejn Malta u Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-Gvern preżenti jemmen li s-servizz tal- katamaran bejn Malta u Għawdex itaffi l-problemi li għandhom il-ħaddiema u l-istudenti Għawdxin f'Malta u fl-istess ħin igħin l-iżvilupp tas-settur turistiku f'Għawdex.", "Kien il-Gvern Laburista li ma għarafx dan kollu u neħħa l-katamaran minn fuq is-servizz bejn il-gżejjer u krieh biex jagħti servizz barra minn Malta għad-detriment ta' Għawdex u l-Għawdxin b'mod partikolari u ta' Malta in ġenerali.", "Jiena nformata li bħalissa qed isiru l-preparazzjonijiet meħtieġa biex il- katamaran jerġa' jitħaddem bejn Malta u Għawdex.", "Huwa maħsub li dan is- servizz jerġa' jibda f'Mejju 1999.", "MALTA/GĦAWDEX - SERVIZZ TA' HELICOPTER", "4737.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tagħti r-raġuni għaliex is-servizz bl-ajru permezz tal-helicopter minn Malta u Għawdex ġiet sospiż?", "Meta se jitkompla?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-Malta Aircharter waqfet is- servizz bl-ajru permezz tal-helicopter minn Malta għal Għawdex biex ikunu jistgħu jsiru testijiet fuq il-helicopters, wara li mudell simili tal- kumpannija Heli Air Service kien involut f'inċident serju fil-Gżejjer Maldives.", "Jiena nformata wkoll li bħala prekawzjoni, il-Malta Aircharter, li dejjem iżżomm is-sigurta' tal-passiġġieri bħala priorita', iddeċidiet li twaqqaf l- operazzjoni biex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa fuq il- helicopters li joperaw bejn Malta u Għawdex.", "L-operazzjonijiet għandhom jerġgħu jibdew mill-iktar fis possibbli.", "GĦAWDEX - PROPRJETA' MMOBBLI", "4738.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġiet akkwistata proprjeta' mmobbli f'Għawdex minn persuni li m'humiex residenti f'Għawdex bil-permess tal-Ministru tal- Finanzi bl-AIP minn Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: 15-il permess ingħataw taħt l-Att dwar l-Akkwist ta` Proprjeta` Immobbli minn Persuni mhux Residenti biex persuni li mhumiex residenti f`Għawdex ikunu jistgħu jakkwistaw proprjeta` immobbli f`Għawdex matul l-1 ta` Settembru, 1998 sal-15 ta` Frar, 1999.", "PENSJONIJIET - RAPPORT", "4746.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid min kienet il-persuna barranija li ġiet ikkummissjonata sabiex tħejji rapport dwar il-pensjonijiet u materji oħra relatati mill- Ministru preċedenti tiegħu?", "Kemm tħallset din il-persuna għar-rapport li għamlet?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-predeċessur tiegħi fl-amministrazzjoni l-oħra kien ikkummissjona rapport dwar il- pensjonijiet u materji relatati minn Watson Wyatt Actuaries ta` Surrey, fir- Renju Unit liema rapport kien sottomess f`Awissu 1998.", "Dan ir-rapport kien finanzjat mill-Middle Sea Insurance Co. Ltd u mill-Mid Med Life Assurance Co Ltd.", "Peress li dan ir-rapport baqa` fi stadju ta` draft ma nħossx li għandi nqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "VAT - BORD TA' L-APPELL", "4747.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4505 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u ċioe' jista' l- Ministru jgħid u jara meta se jibdew jinstemgħu l-appelli ta' l-1995 u l- 1996 tal-VAT quddiem il-bord ta' l-appell?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti petizzjonijiet ta' l-appell quddiem dan il-bord u kemm s'issa ġew deċiżi mill-1995 'il hawn?", "Jista' l-Ministru jara wkoll kemm hemm pendenti f'dak ta' CET quddiem l-istess bord ta' l-appell?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-smiegħ ta` l- appelli mill-Bord ta` l-Appelli tal-VAT beda f`Mejju ta` l-1996.", "In-numru ta` appelli pendenti sas-17 ta` Frar, 1999 kien ta` 1,125, filwaqt li n-numru ta` appelli li ġew deċiżi sa` l-istess data kien ta` 396.", "In-numru ta` appelli pendenti quddiem it-Tribunal ta` l-Appelli tas-CET sas-17 ta` Frar, kien ta` 230.", "VALLETTA - UFFIĊĊJU TAL-MMA", "4756.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li saru xi xogħlijiet strutturali fl-Uffiċċju tal-MMA (Malta Maritime Authority) ġewwa Lascaris Wharf, Valletta?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn ix-xogħlijiet saru wara li kien hemm l-awtorizzazzjoni kif soltu jsir?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proċedura normali ġiet segwita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma sar l-ebda xogħol strutturali fil-bini ta` l-Awtorita` Marittima f`Lascaris Wharf ħlief li nfetaħ bieb ta` daqs normali.", "MMA - BORD", "4757.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li għadu ma nħatarx il-Bord ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid min mexxa l- awtorita' fl-assenza taċ-chairman jew deputy chairman tul il-perjodu li għadda minn meta skada t-terminu tal-bord ta' l-istess awtorita', u dan in vista tal-fatt li l-liġi tqiegħed it-tliet diretturi tat-tlett direttorat fuq livell wieħed u għalhekk ma jidhirx li jista' jkun hemm ħaddieħor li jmexxi l-awtorita' fl-assenza ta' chairman jew deputy chairman?", "Jista' allura l-Ministru jgħid min se jerfa' r-responsabbilta' għad- deċiżjonijiet li laħqu ttieħdu f'dan il-perjodu jew li jistgħu jittieħdu sakemm jinħatar chairman, u li m'humiex deċiżjonijiet li huma kompitu tad- diretturi msemmija hawn fuq?", "Jista' l-Ministru jassigura li fil-fatt ma ttieħdux deċiżjonijiet ġewwa l- istess awtorita' li jmorru kontra deċiżjonijiet tal-bord preċedenti jew xi kumitat imwaqqaf mill-istess bord?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Bord ta` l-Awtorita` Marittima mistenni jiġi ppubblikat din il-ġimgħa.", "Jien informat li matul dan il-perjodu l-Executive Directors ma ħadu l- ebda deċiżjoni jew ġiegħlu lil xi ħadd li jieħu deċiżjoni li għaliha huma ma jerfgħux ir-responabbilta'.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "4758.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' individwi u l-grad tagħhom li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Diċembru, 1998 fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "4759.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' individwi u l-grad tagħhom li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Jannar, 1999 fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "COPENHAGEN - ASSEMBLEA TAD-WHO", "4760.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li attendew għall-assemblea tad-WHO (Europe) ġewwa Copenhagen f'Settembru, 1998?", "X'inhi l-kariga ta' kull persuna li attendiet?", "Il-persuni li attendew kollha residenti Malta u għandhom ċittadinanza Maltija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-delegazzjoni li attendiet għal WHO 58 Session of the Regional Committee for Europe f'Copenhagen bejn it-13 u t-18 ta' Settembru, 1998, kienet magħmula minn dawn il-persuni.", "1.", "L-Onor Dr. L Deguara, Ministru tas-Saħħa.", "2.", "Is-Sur S. Sciberras, Assistent Personali tal-Ministru tas-Saħħa.", "3.", "It-Tabib J.M. Cachia, Agent Tabib Ewlieni tal-Gvern.", "4.", "It-Tabib R. Xerri, Direttur Policy & Planning.", "5.", "It-Tabib P. Abela Hyzler.", "Il-persuni msemmija huma kollha ċittadini Maltin.", "Pero' t-Tabib Abela Hyzler huwa residenti l-Ingilterra.", "It-Tabib Abela Hyzler attenda bħala adviser tal-Ministeru tas-Saħħa minħabba l-esperjenza vasta ta' madwar 30 sena li għandu f'dan il-qasam.", "Din l-esperjenza ġiet rikonoxxuta mill-WHO stess tant li waqt il- konferenza t-Tabib Abela Hyzler ingħata award speċjali għas-servizz li hu ta f'dawn is-snin kollha.", "SAĦĦA - OPERAZZJONI TAL-ĠINEKOLOĠIJA", "4761.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jikkonferma li operazzjoni tal-Ġinekoloġija nhar it-Tlieta 2 ta' Frar, 1999 ġiet imwaqqfa, il-pazjenta ngħalqet u ntbagħtet fis-sala biex imbagħad l-operazzjoni saret mill-konsulent ftit jiem wara?", "X'kienet ir-raġuni li din l-operazzjoni twaqqfet fit-2 ta' Frar, 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minħabba l-konfidenzjalita' medika tal-każ, lest li nuri rapport li għandi dwaru b'mod konfidenzjali, lill-Onor.", "Interpellant, jekk kemm-il darba l-Onor.", "Interpellant ikollu f'idejh il-kunsens bil- miktub f'dan is-sens mingħand il-pazjenta kkonċernata.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "4762.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' individwi u l-grad tagħhom li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Settembru, 1998 fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "4763.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' individwi u l-grad tagħhom li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "4766.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħareġ benefiċċji soċjali l-gvern, benefiċċju b'benefiċċju, mill-1979 'il quddiem u kemm ibbenefikaw nies sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PENSJONIJIET", "4767.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Wara l- istudji preliminari dwar pensjonijiet li saru minn WATSON Wyatt ACTUARIES u mis-Sur Reno Camilleri għall-MCED, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi studji oħra f'isem il-gvern preżenti dwar il-pensjonijiet mill-elezzjoni ġenerali 'il hawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Wara l-istudju dwar il-pensjonijiet li kkummissjona l- Onor. Interpellant meta kien Ministru tal-Finanzi, ma sar l-ebda studju ieħor dwar din il-materja f`isem il-Gvern preżenti.", "RETAIL OUTLETS", "4768.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu retail outlets mill-elezzjoni ġenerali sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "UE - FONDI", "4769.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jikkonferma l-Ministru rapporti li dehru fl-istampa lokali li Malta tista' titlef madwar Lm3 miljun mill-Unjoni Ewropea f'fondi ta' ristrutturazzjoni billi d-dokumentazzjoni rilevanti għadha ma ntbagħtitx Brussels u ilha xhur sħaħ fil-ministeru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-dokumentazzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, kienet nieqsa minn ċerta informazzjoni u dettalji meta tħejjiet.", "Tajjeb hawn jingħad li din id-dokumentazzjoni kienet, fil-maġġor parti tagħha, tħejjiet matul l-amministrazzjoni preċedenti.", "Uffiċjali tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kienu ta' l-opinjoni li r- rapport kellu jkun aktar dettaljat u għalhekk il-gvern preżenti ħa l-passi neċessarji biex dan isir.", "Fil-fatt ir-rapport b'aktar dettalji u informazzjoni, intbagħat tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea biex eventwalment jintbagħat Brussels.", "Mhux korrett li wieħed jgħid li Malta tista' titlef imħabba ż-żmien li ttieħed biex id-dokument relevanti ikun ippreparat skond kif inhu meħtieġ, mill-Unjoni Ewropea u skond il-ħteġijiet ta'pajjiżna.", "TAXXI INTERNI - TAXXI ĠODDA", "4770.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Il-gvern qiegħed jikkonsidra, permezz tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, li jdaħħal inċentivi ġodda ta' taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir tas-sehem tal-leasing f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninsab informat li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jipprepara draft regulations li għandhom jirregolaw il-mod kif jiġu intaxxati tranżazzjonijiet ta` finance leasing f`pajjiżna.", "Meta dawn jitlestew isiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mal-korpi interessati, u wara jidħlu fis-seħħ permezz ta` legal notice.", "NATIONAL INSURANCE/DEJN NAZZJONALI", "4772.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-fond tan-national insurance kif ukoll id-dejn nazzjonali fis-snin 1958, 1960 u 1970?", "ONOR.", "JOHN DALLI:", "Sena National Insurance Fund Dejn Nazzjonali Lm Lm", "1958 1,097,426 1,247,390 1960 1,400,227 2,878,350 1970 1,189,386 31,542,930", "BORMLA - QTUGH TA' SIĠAR", "4773.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jinqatgħu s-siġar li hemm fi Triq Alessandra, Bormla, peress li qed ikunu ta' inkonvenjent?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iż-żbir ta' siġar f'din il-lokalita' jaqa' direttament taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali ta' Bormla.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza t-talba tiegħu lill- kunsill.", "SKEJJEL - LEZZJONIJIET TAR-RELIĠJON", "4774.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern li jitolbu sabiex ma jattendux għal-lezzjonijiet tar- reliġjon?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni meħtieġa għar-risposta għadha qed tinġabar mill-iskejjel, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - FTEHIM KOLLETTIV", "4775.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm persuni li għadhom ma rċevewx l-arretrati dovuti mill-Ftehim Kollettiv?", "Meta hemm il-ħsieb li jkun irċevihom kulħadd?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-Dipartiment tat-Teżor awtorizza l-ħlas ta` arretrati skond kif stabilit mill-Ftehim Kollettiv lil kull kategorija ta` uffiċjali pubbliċi\\impjegati tal-gvern li għan-nom tagħhom saret talba f`dan ir-rigward mid-dipartimenti kkonċernati u liema ħlas kien ukoll konfermat mill-Uffiċċju tal-Management u Personnel fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Infakkar ukoll lill-Onor Interpellant li jekk jaf b`xi każ partikolari fejn il-ħlas ta` arretrati għadu ma sarx jgħarraf b`dan lid-Dipartiment tat- Teżor ħalli l-każ ikun jista` jiġi nvestigat.", "BIRGU - XATT IR-RISQ", "4776.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li f'Xatt ir-Risq, il-Birgu, qed ikun hemm ħafna laneċ tas-sajd li qed ikollhom ġeneraturi jaħdmu u peress li dawn qed joħolqu inkonvenjent għar- residenti li joqogħdu viċin, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex dan l- inkonvenjent jispiċċa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat minħabba li din hi kwestjoni ta' rmiġġ.", "BIRGU - TRIQ IL-PALAZZ L-ANTIK TAL-GVERNATUR", "4777.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-talba ta' numru ta' residenti fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu, sabiex parti minn din it-triq issir no entry liema talba saret ukoll mill- Kunsill Lokali tal-Birgu lill-bord tal-kontroll tat-traffiku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku approva t-talba tal-Kunsill Lokali tal-Birgu biex isiru sinjali ta' ''No Entry'', fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur fit-18 ta` Novembru, 1998.", "PULIZIJA - PARTITARJU NAZZJONALISTA", "4788.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk tressaqx il-Qorti u jekk le, meta beħsiebhom il-pulizija jressqu l-Qorti lill-partitarju Nazzjonalista li kien armat b'sikkina jaħraq karozza u żewġ muturi u dan kif muri aħjar fl-istorja rapportat lokalment fil-gazzetti lokali fid-29 ta' Ġunju, 1987 (kopja ta' dan qed tintbagħat separatament)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-każ li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant kien hemm żewġt irġiel suspettati u li wieħed minnhom illum huwa mejjet.", "Informat ukoll illi l-każ issa huwa preskritt, għax għaddew 11-il sena mill-inċident li, mill-proċess verbal ma jirriżultax li kellu x'jaqsam mal-politika.", "PROPRJETA' - ĦLASIJIET", "4790.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm sidien privati li għandhom jitħallsu mingħand il- Gvern ta' proprjeta' esproprjata minnu fejn il-ħlas ilu pendenti għal għaxar snin u aktar?", "Kemm huwa l-ħlas totali dovut?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija jrid isir eżami ta' numru kbir ta' files u records manwali li jentħieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.", "Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1638 f'Seduta Nru. 18.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "4791.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3859, jista' l-Prim Ministru jagħti lista aġġornata ta' l-uffiċjali pubbliċi li jokkupaw l-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil u l-informazzjoni l-oħra mitluba fl-istess mistoqsija minħabba li l-lista ppreżentata ma tirriflettix is-sitwazzjoni sa l-1 ta' Jannar, 1999 minkejja li ġiet preżentata bħala tali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: It-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3859 kienet speċifika għall-mistoqsija kif saret.", "L- ewwel ħames gradi fiċ-ċivil huma dawk magħrufa bħala officers in Grade 1 sa officer in Grade 5 u li dwarhom ingħatat l-informazzjoni mitluba fil- mistoqsija msemmija.", "Jekk l-Onor Interpellant tixtieq xi informazzjoni oħra, hija mitluba tagħmel mistoqsija speċifika.", "FONDAZZJONI KON-KATIDRAL TA' SAN ĠWANN", "4792.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuqhiex qed taħdem il-Fondazzjoni Kon-Kattidral ta' San Ġwann?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi mnaddfa u restawrata l- gallerija tal-librerija tal-Kattidral li tagħti għal Triq Merkanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Fondazzjoni għall-Kon-Kattidral ta' San Ġwann, imħabbra fid-diskors tal-budget, għad trid tiġi kostitwita mill- Gvern u l-mistoqsija għandha ssir lill-Onor.", "Prim Ministru.", "WIED IL-GĦAJN - ILQUGĦ KONTRA L-MALTEMP", "4793.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jitjieb l-ilqugħ kontra l- maltemp fil-bajja ta' Wied il-Għajn permezz ta' tkabbir ta' l-arm tal- breakwater ta' barra kif ukoll permezz ta' tqegħid ta' xi forma ta' wave breakers fin-naħa l-oħra ta' l-istess bajja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Se nitlob lill-Awtorita` Marittima biex jerġa' jinvestiga din it-talba, fid-dawl tar-rapport li kien sar fl-1993.", "WIED IL-GĦAJN - CRANE", "4794.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li l-crane li kien hemm fuq il-jetty fi Triq Marina, Wied il-Għajn - qabel ma dan il-jetty ġie rranġat, u li kien jintuża biex sidien ta' qxur tal-baħar jerfgħu u/jew ipoġġu makni fuq id- dgħajjes, luzzijiet, laneċ, eċċ tagħhom - jiġi rranġat jew mibdul u jerġa' jitwaħħal fl-istess post?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta sar ix-xogħol ta' l-irranġar tax-xatt ta' Wied il-Għajn li qed tirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant, il-crane imsemmi tant kien fi stat ħażin li malli nqala' ma setax jitpoġġa lura fil-post.", "Madanakollu, il-ministeru qed iħejji programmi u proġetti ta' embellishment' tal-portijiet tas-sajd kollha u dawn il-proġetti jinkludu il- forniment ta' cranes ġodda.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "4800.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħidilna f'liema okkażjonijiet is-Segretarju Parlamentari għas- Self-Employed uża l-politika ta' persważjoni biex jikkonvinċi xi importaturi jew bejjiegħa biex iraħħsu l-prezzijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "4801.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-prodotti li roħsu skond price list ta' supermarket ewlieni li qiegħdha għandu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma naħsibx li għandi npoġġi din l-informazzjoni fuq il- Mejda tal-Kamra billi l-prezzijiet kienu, għadhom u jibqgħu fi stat ta` tibdil u nformazzjoni bħal din tista` tagħti lok għal misinterpretazjoni.", "Pero' l-Onor.", "Interpellant jista` jekk irid jara u jgħarbel id-dettalji tal- informazzjoni kollha fil-price list li qiegħed jirriferi għaliha.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "4802.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex il-prezzijiet li għolew mingħajr ġustifikazzjoni jerġgħu għal dak li kienu qabel?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "4803.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm se jibbenefikaw single parent families u familji oħra li qed jirċievu ċ-children's allowance permezz taż-żewġ emendi li tressqu fil-budget li ppreżenta tliet xhur ilu, li proprju jikkonċernaw single parent families kif ukoll tibdil fil-liġi taċ-children's allowance?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "XAGĦRA - ASFALTAR TA' TOROQ", "4809.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji ingħataw it-tarmac Triq Ġużeppi Bajada u Triq Ġnien Imrik fix-Xagħra, Għawdex u abbażi ta' liema tender?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ix-xogħol tat-tarmac fi Triq Ġużeppi Bajjada u parti minn Triq Ġnien Imrik kantuniera ma' Triq Ġużeppi Bajjada, sar b'direct order minħabba l-istat ħażin tat-toroq imsemmija.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET - INSPECTORS", "4821.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti l-job description il-ġdid ta' l-inspectors li qed joħorġu fil-ħwienet biex jissorveljaw ċaqiq fil-prezzijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "4822.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega kif il-politika hekk imsejħa ta' persważjoni se tipproteġi lill-konsumatur minn dawk li huma responsabbli għal għoti ta' ċerti prezzijiet bla rażan?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "WSC - AUTOMATED METER READING", "4848.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Minsitru jgħid kemm se tiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma s-sistema ta' Automated Meter Reading?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-sistema li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant għadha fi staddju ta' studju preliminari u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jesprimi ruħu dwar spiża involuta għat-tħaddim tagħha.", "B'KARA - ĦAS-SAJJIED - BOZZA", "4854.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza quddiem Nru.7, Alley 1, Ħas- Sajjied, B'Kara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra."]} {"filename": "20010327_521d_par.doc", "date": "2001-03-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 521 It-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 521", "It-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "521", "It-Tlieta, 27 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 1", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KWARANTINA TAL-PJANTI (IT-TIENI QARI)", "PLANT QUARANTINE BILL (SECOND READING) 5", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU", "U SOĊJALI (IT-TIENI QARI)", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL (SECOND READING) 18", "AĠĠORNAMENT 20", "MISTOQSIJIET GĦAL-TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL- MIKTUB.............................................................25", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 520 li saret fis-26 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "FORZI ARMATI - SEARCHES", "24018.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo): staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru air searches is-sena l-oħra mill-Forzi Armati ta' Malta u kemm swew?", "Jista' jgħid kemm saru sea searches fl-istess perijodu u kemm swew?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Għalkemm għandi mniżżel li r- risposta se tingħata f'seduta oħra, jien informat li matul is-sena li għaddiet il-Forzi Armati ta' Malta wettqu total ta' 212 search and rescue operation li minnhom 107 saru mill-ajru u 105 mill-baħar.", "Dawn swew lill- Armata Lm17,546 u Lm9,160 rispettivament", "GPS - IMPJEGATI", "24220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fil-GPS f'kull kategorija u grad separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): In-numru ta` ħaddiema fil- government pharmaceutical services (GPS) huwa kif ġej:", "|Director |1 | |Assistant Directors |2 | |Principal Pharmacists |6 | |Senior Pharmacists |15 | |Pharmacists |19 | |Principal Phar Technician |1 | |Senior Phar Technicians |22 | |Pharmacy Technicians |16 | |Senior Principal |1 | |Principals |5 | |Assistant Principals |3 | |Executive Officers |9 | |Clerks |16 | |Ward Clerks |3 | |Senior Tradesmen |2 | |Tradesman |1 | |Supervisors |3 | |Nursing Aide |1 | |Health Assistants |9 | |Senior Operative |1 | |Operatives |3 | |Motor Transport Drivers |2 | |Watchmen |2 | |General Hands |7 | |Messengers |2 | |Hospital Auxiliaries |7 | |Postal Auxiliary |1 | |Labourers |5 | |Butcher |1 | |TOTAL |166 |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: B'risposta għall-mistoqsija parlamentari li kont għamiltu, il-Ministru kien weġibni li bejn Jannar u Frar ta' din is-sena 'il fuq minn 2000 persuna żaru ċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat.", "Xtaqt nistaqsi x'sar mill-pjan tal-gvern li jintegra malajr is-sistemi ta' kuntatti li qed ikollu l-ministru bl-għan li ċ-ċentri tas-saħħa jiftħu mill-ġdid fuq bażi ta' 24 siegħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Wieħed ma jistax jirrelata direttament in-numru ta' pazjenti li nqdew bis-servizzi taċ-ċentri varji man-nuqqas ta' sigħat f'ċerti ċentri għas-sempliċi raġuni li ħafna mill-każijiet li jiġu riferuti fiċ-ċentru tas-saħħa, speċjalment fix-xhur ta' Diċembru u Jannar, ikunu assoċjati direttament ma' l-influwenza.", "Fortunatament din is-sena ma kienx hemm influwenza qawwija u din ġiet riflessa mhux biss b'nuqqas ta' pazjenti li nqdew f'dawk il-health centres li qed jaħdmu fuq sigħat ridotti imma wkoll b'numru inqas ta' ammissjonijiet ġewwa l-isptar San Luqa.", "Jiġifieri n-numru m'huwiex direttament allaċjat man-nuqqas ta' sigħat li qed tiftaħ il-health centre tar-Rabat.", "Dwar it-tieni domanda, jien informat li t-team li kellu jagħmel studju dwar il-possibbilta`u l-evalwazzjoni tal-proposti li saru lill-gvern, iffinalizza r-rapport - dan huwa pożittiv għaliex għalkemm għadu ma ġiex ippreżentat formalment lili xorta segwejt x'kien għaddej fid- diskussjonijiet – u jindika tliet proposti vijabbli biex inkunu nistgħu nsibu s-soluzzjoni aħħarija.", "Pero` ma nistax nagħti aktar dettalji peress li l-parti tar-rinumerazzjoni finanzjarja għadha ma ġietx diskussa.", "Jien informat li sa l-aħħar ta' din il-ġimgħa se jiġi ppreżentat lili rapport uffiċjali tal-ħidma ta' dan il-kumitat biex meta jiġi approvat, inkunu nistgħu nidentifikaw liema huma l-aħjar sistemi li għandna nadottaw u jibdew id-diskussjonijiet biex kemm jista' jkun is-sitwazzjoni terġa' lura għan-normal.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Wara li lill-Ministru jaslulu r-rapporti, hemm il- ħsieb li jiġu diskussi u riferuti lill-kunsilli lokali ta' Bormla, ta' Ħal Qormi u tar-Rabat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, id-diskussjonijiet iridu l-ewwelnett isiru bejn id-dipartiment - ma naħsibx li se jkun hemm ebda problema minn dak l-aspett - imbagħad mal-parti li se tkun identifikata biex nidħlu iżjed fil-fond dwar ħlas, rinumerazzjoni u kundizzjonijiet ta' xogħol.", "Ma nixtieqx ngħid ħafna għax ma rridx nikxef x'inhi l-proposta l-aktar vijabbli u l-kollega tiegħi jrid japprezza li jkun aħjar inqas ma wieħed jitkellem qabel jibdew id-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati.", "Aħna konna għedna li n-nuqqas ta' sigħat fil-health centres kienet xi ħaġa temporanja, li kważi ġiet imposta minħabba n-nuqqas ta' tobba li jagħtu dan is-servizz u s-soluzzjoni li qegħdin infittxu m'hijiex waħda temporanja imma hija soluzzjoni aħħarija.", "Aħna nafu li f'pajjiżna hawn tobba biżżejjed biex ikollna sistema ta' kura primarja effiċjenti u effettiva, pero' ilu jidher ċar għal snin twal li ma nistgħux nilħqu l-għan tagħna bil-metodi li qed nużaw.", "Kif għedt, għandna tobba biżżejjed, li jonqos hu li nsibu dik il-formula ta' parteċipazzjoni u kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat.", "Naħseb li meta nilħqu dak l- akkordju u nkunu nistgħu nintroduċu kunċetti ġodda, bħalma huma reġistrazzjoni ta' pazjenti ma' tobba, inkunu qed niżguraw li jkun hemm kontinwita` tas-servizz, li jinżammu records adattati ta' kull pazjent u tiddaħħal ukoll sistema ta' appuntamenti biex tinqata' darba għal dejjem is- sistema li meta xi ħadd imur jara tabib ikollu l-assigurazzjoni li jibqa' jiġi followed mill-istess tabib.", "Irridu ndaħħlu wkoll sistema ta' out- patients li tkun scheduled.", "Ħafna min-nies li sal-lum għadhom jirrikorru bħala follow-up f'ċerti dixxiplini ġewwa l-isptar San Luqa jistgħu jiġu faċilment followed-up ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa jekk ikollok sistema mhux biss ta' reġistrazzjoni imma ta' appuntamenti skedati fuq medda ta' żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li x-xahar id-dieħel se nkunu għalaqna kważi sena li ssospendejna dan is-servizz, jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time- frame ta' dan il-proċess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li hija x-xewqa tagħna, bħalma hija x-xewqa ta' kulħadd, li din il-problema mhux biss tiġi identifikata imma nsibu soluzzjoni għaliha.", "Wieħed japprezza wkoll li biex nilħqu akkordju finali ma jiddependix biss mill-impenn tal-gvern.", "Aħna qegħdin nitkellmu mal- partikolar ukoll u ħafna mid-dewmien kien dovut għad-dewmien ta' informazzjoni dettaljata.", "Dan il-proċess issa ġie ffinalizzat u nisperaw li kemm jista' jkun malajr inkunu nistgħu naslu għall-konklużjonijiet u jittieħdu d-deċiżjonijiet biex is-servizz jerġa' jiġi għan-normal.", "MONTE CARMELI - REFURBISHMENT", "24392.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Helen Damato): staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' refurbishment sar fl-isptar Monte Carmeli bejn l-1997 u l-2000?", "Kemm kienet l-ispiża sena b'sena?", "X'inhuma l-pjani għall-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ispiża sena b'sena kienet kif ġej:-", "1997 LM 20,250 1998 LM 21,400 1999 LM 86,760 2000 LM132,760", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol li sar bejn l-1997 u l-2000.", "Il-programm tax-xogħlijiet għas-sena li qegħdin fiha jinkludi l-admission ward ġdida, unit ġdid għall-forensic psychiatry u numru ta` xogħlijiet oħra ta' skala iżgħar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformani x'inhi l-pożizzjoni tal- canteen ta' l-Isptar Monte Carmeli fid-dawl li kien qed ikun hemm diversi rapporti li kien qed ikun magħluq regolarment b'mod li l-pazjenti kien ikollhom jirrikorru għal servizz barra mill-isptar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Diġa' kelli okkażjoni ngħid x'kien qed jiġri u rrispondejt xi żewġ domandi parlamentari dwar din il-kwestjoni.", "Qegħdin nippruvaw naraw kif nistgħu noħorġu b'soluzzjoni għax min qiegħed iżomm il- canteen kien qiegħed joġġezzjona għall-fatt li tidħol persuna oħra minfloku meta hu jkun bil-leave jew bis-sick leave peress li hemmhekk hemm ċertu stock u hemm ukoll il-flus.", "Din hija l-unika problema li hemm.", "Nisperaw li ma jdumx ma jirrenja s-sens komun u nkunu nistgħu niżguraw li l-canteen jibda jinfetaħ regolarment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien nagħmel dawn l-osservazzjonijiet għax il-ġenituri ta' xi pazjenti li qegħdin f'dan l-isptar jikkomunikaw miegħi u juru ċerta preokkupazzjoni.", "Għandi nifhem li dawn il-pazjenti l- aktar li jkollhom għalfejn joħorġu jixtru huma sigaretti għax affarijiet oħra forsi jaħsbu għalihom minn qabel.", "M'hemmx ċans li tiddaħħal makna apposta biex dawn il-pazjenti ma jkollhomx għalfejn joħorġu barra għal dan l-iskop?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din il-proposta diġa` saret u qed tiġi assessed mill- management ta' l-isptar.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PROMOZZJONI", "24344.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-promozzjoni tal- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il- mistoqsija fil-kariga ta' assistant principal ma tiġix backdated għal Jannar 1998 bħal ta' impjegati simili?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li d-data effettiva tal-ħatra ta' uffiċjal f'kariga pubblika hi dik id-data ta' meta l-ħatra tkun ġiet approvata.", "Fil-każ tal-persuna li għaliha qiegħed jagħmel riferenza l- Onor. Interpellant, il-ħatra ġiet approvata f'Novembru 1998.", "Nixtieq inżid li effettivament il-vacancy proprja kienet inħolqot f'Jannar 1998, pero' l-politika tal-gvern ta' dak iż-żmien kienet li jirriferi l-cabinet committee on recruitment li kien iddeċieda li ma jsirx l-appointment qabel ma jkun hemm revised manpower plan fis-settur tas- saħħa.", "Meta fl-1998 inbidel il-gvern, ittieħdet id-deċiżjoni li l- appointment isir u effettivament il-persuna ġiet nominata u approvata minni fis-17 ta' Novembru, 1998.", "NAXXAR", "24345.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ biex Triq in-Nissieġ, fin-Naxxar, tingħaqad ma' Vjal 21 ta' Settembru?", "X'qed iżommu milli jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni): Tlabt lid-dipartiment tat-toroq jara fiex wasal l-iżvilupp ta' din it-triq.", "SUPPLEMENTARY BENEFIT", "24346.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi kkoreġut l-iżball li sar fid-data personali tal- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il- mistoqsija li mhux qed jingħata s-supplementary benefit (mill-1999 'l hawn) li hu ntitolat għalih u li tilfu minħabba dħul doppju tal-mara u raġel minkejja li l-kotba tal-bank tal-persuna juru mod ieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl li xhur ilu l-Viċi Prim Ministru kien qal li qegħdin isiru d-diskussjonijiet sabiex ċerti applikazzjonijiet jiġu kkomunikati mal-kunsilli lokali bil-għan li jkun hemm komunikazzjoni aħjar u nuqqas ta' inkonvenjent għaċ-ċittadini, jista' l-Ministru jgħidli fiex wasal dan il-proċess?", "Hemm xi kunsill partikolari f'Malta jew Għawdex li beda jadotta bħala pjan pilota dan it-tip ta' management bil-għan li ċ- ċittadini jkollhom servizz aħjar b'inqas inkonvenjenza?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dan huwa parti mill-proċess ta' dak li jissejjaħ l-e-government u wieħed mill-aktar proġetti importanti li permezz ta' l-informatika u permezz tal-komputerizzazzjoni nressqu s- servizzi kollha provduti mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali viċin il- persuni li jgħixu fil-lokalitajiet.", "Dawn is-servizzi jistgħu jingħataw fil- livell ta' kunsilli lokali biex dak li jkun jinqeda b'mod aktar komdu.", "Il- proċess miexi sostanzjalment, fil-fatt ċerti servizzi diġa` huma available fuq l-internet u mhux biss jistgħu jintużaw mill-kunsilli lokali imma anke mill-individwi personali fil-kumdita` ta' darhom.", "Imma meta naslu biex nagħmlu l-pass li jmiss, li huwa wieħed mill-akbar sfidi li għandu d-dipartiment, u cioe` li jittrasporta d-data kollha dwar il-ħlasijiet tal-bolla ta' kull individwu minn hard copy għal fuq sistema elettronika, inkunu għadna wasalna biss f'nofs triq.", "Dak il-proċess għaddej u mexjin b'sistema ta' koordinazzjoni bejn id-dipartiment tas-sigurta` soċjali u d-dipartiment tat-taxxi interni b'koordinazzjoni bejn il- ministeru tal-politika soċjali u l-ministeru tal-finanzi.", "Anke hawn għamilna passi kbar 'il quddiem u nittama li fi ftit xhur oħra ċerti servizzi jibdew jkunu provduti mill-kunsilli lokali.", "Permezz ta' din l-informazzjoni wieħed jista' jkun jaf x'inhu l- benefiċċju ta' dik il-persuna li tkun qed tapplika, jista' jinvestiga jekk il-ħlas tal-bolla tagħha huwiex up-to-date u jekk hemmx xi ammonti dovuti.", "Sal-lum dawn is-servizzi huma provduti biss mill-area office jew inkella mill-uffiċċju ċentrali tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali, pero` malli nagħmlu dan il-pass, l-informazzjoni tkun provduta kemm fil-kunsilli lokali kif ukoll direttament fid-djar ta' l-individwi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KWARANTINA TAL-PJANTI", "PLANT QUARANTINE BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta'Marzu, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħi għamilt riferenza għall-importanza ta' ċerti miżuri li nistgħu naddottaw minkejja l- limitazzjonijiet ta' l-art agrikola li għandna f'pajjiżna.", "Pero` dawn il- metodi u s-sistemi li aħna tant nenħtieġu jirrikjedu investiment sostanzjali.", "Bħala eżempju semmejt il-fatt li l-għan tagħna hu li nnaqqsu l-mard fuq il-varjetajiet ta' żriegħ tal-patata u fuq il-cuttings tal- kriżantemi u tal-gladjoli, biex ma jerġax jiġri bħalma ġara fl-imgħoddi fejn ċerti pajjiżi ma baqgħux jimportaw dawn il-prodotti mingħandna, u dan b'detriment għall-industrija lokali.", "Ikolli ngħid li l-effett ta' dan in- nuqqas ta' esportazzjoni għadu jinħass, u għalhekk għandna naraw li kemm jista' jkun nagħtu dak is-support tekniku għaliex tkun ħasra li wara li jintnefqu dawk il-flejjes kollha biex minn sena għall-oħra jkollna ammont sostanzjali ta' patata x'nesportaw, din tibqa' ma' tinbiegħx.", "Kont qed ngħid li f'dan ir-rigward, il-gvern preċedenti mhux biss ħaseb biex jiftiehem ma' l-esportaturi, l-importaturi, l-agricultural marketing board u l-bdiewa biex tibda' tintuża varjeta` waħda ta' żrigħ tal-patata, li kienet irħisa u produttiva, imma ra wkoll kif f'pajjiżna nistgħu nxettlu investiment ieħor.", "Fil-fatt il-gvern Laburista kien żviluppa żewġ serer speċjalizzati f'Tal-Kmand minflok is-seed bank.", "F'dak iż-żmien, il-partit Nazzjonalista kien qed jipproġetta li jagħmel bank ta' żerriegħa ta' pjanti endemiċi imma aħna, filwaqt li ma kellna xejn kontra dan il-proġett, rajna li ekonomikament kien ikun iktar vijabbli li proġett ta' din ix-xorta jsir mid-dipartiment ta' l-ambjent.", "Aħna dehrilna li jkun iktar realistiku għas- settur tal-biedja kieku niżviluppaw dawn is-serer speċjalizzati, li ġew jiswew madwar Lm1.5 miljuni, biex ikollna xtieli, siġar tal-frott u dwieli ħielsa mill-mard.", "B'hekk inkunu nistgħu ngħaddu mingħajr l-importazzjoni ta' dawn ix-xtieli u s-siġar.", "Il-gvern Laburista kien ikkontribwixxa wkoll f'numru ta' programmi oħra għax fehem li impenn bħal dan ikompli jindirizza l-bżonnijiet li ġġib magħha l-limitazzjoni ta' l-art.", "Huwa inutli li ngħidu li rridu nkunu kompettitivi jekk imbagħad noħolqu sistemi burokratiċi u li jgħollu l-cost of production.", "Mr Speaker, minbarra dan li għadni kif semmejt, konna ntroduċejna l-agri- ecological survey.", "Ir-raġuni kienet li filwaqt li naqblu mal-prinċipju ta' l-integrated pest management, dehrilna pero` li fil-metodoloġija ta' l- agrikoltura tal-lum, inkunu iktar realistiċi kieku naddottaw sistemi li jagħtu għarfien ċar lill-bidwi dwar il-karatteristika tal-ħamrija, il- livelli ta' l-ilma u dwar l-aktar management xjentifiku u prattiku li jista' japplika biex ikompli jagħmel użu minn żriegħ li ma jirrikjedux ċerti spejjeż u fl-istess ħin ikabbar il-produzzjoni mingħajr id-dipendenza assoluta fuq il-bexx u l-mediċini.", "Jien nixtieq li fil-winding-up il- Ministru jgħidilna kemm żdied ix-xogħol tat-team inkarigat mill-agri- ecological survey, kemm tħarrġu studenti mill-kulleġġ ta' l-agrikoltura u kemm hemm bdiewa li tabilħaqq qed jagħmlu użu minn dan is-survey.", "Naturalment konna għamilna wkoll provi ta' sistemi b'metodi organiċi, pero` waħda mill-problemi li ltqajna magħhom kienet li t-tekniċi u d-direttur ġenerali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura kienu mħarrġa fuq sistema moderna fejn allura kienu konxji tal-fatt li mingħajr l-użu tal-bexx u tal- mediċini, il-produzzjoni ma tista' qatt tkun waħda tajba.", "Għalkemm konna ddiskutejna ma' dawn l-uffiċjali u lħaqna ftehim flessibbli, ma stajniex ninsew il-fatt li kien hawn min kellu nteress fil-produzzjoni organika.", "Għalhekk rajna kif żviluppajna r-rabtiet li kellna mal-Bioagricop bil-għan li nintegraw iktar il-metodu ta' produzzjoni agrikola organika.", "F'dan l- istadju rrid infakkar lill-Ministru fl-ittra li kien irċieva mingħand Dr. Riccardo Cozzo fl-1 ta' Ottubru fejn ġie mgħarraf b'dak li kien qed isir.", "Jien nixtieq inkun naf jekk effettivament, issa li għaddew sentejn, saritx xi tip ta' komunikazzjoni ma' din il-persuna.", "Sur President, fl-1999, wara sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, kont staqsejt lill-Ministru jekk sarx xi programm esperimentali fil-produzzjoni agrikola organika fl-Għammieri, imma r-risposta kienet fin-negattiv.", "Jien nemmen li rrispettivament minn dak li jingħad mill-uffiċjali tad- dipartiment ta' l-agrikoltura, il-produzzjoni agrikola organika, li ġiet introdotta f'ħafna pajjiżi, tagħmel ħafna sens, u għalhekk m'hemmx dubju li hemm bżonn li f'pajjiżna jibda jingħata tagħrif dettaljat dwar din it-tip ta' produzzjoni bil-għan li ntejbu l-kwalita` tal-prodotti li nipproduċu.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru qal li m'huwiex kompitu tiegħu li jitkellem dwar iż-żriegħ ġenetikament modifikat peress li dan jaqa' taħt ir- responsabbilta` tad-diparitment ta' l-ambjent.", "Għalkemm nifhem il- pożizzjoni tiegħu, nixtieq li jwieġeb il-mistoqsija parlamentari li kont għamiltu fis-seduta numru 489, fejn staqsejtu x'kontroll isir fuq l- importazzjoni ta' preserves u prodotti oħra magħmula mil-laħam ta' tjur u annimali mkabbra bil-genetically modified feeds.", "Irrid infakkar lill- Ministru li fil-5 ta' Settembru 2000 kont ħriġt stqarrija f'isem il-grupp parlamentari Laburista fejn tlabtu jagħmel diskussjoni fil-pubbliku dwar dan is-suġġett, imma sfortunatament ngħid li bqajt bla risposta.", "Irridu nirrikonoxxu l-fatt li l-poplu Malti għandu rasu fuq għonqu u għalhekk ikun jagħmel sens li jiġi nformat b'mod dettaljat dwar dak li ġara f'dan il- qasam tul dawn l-aħħar 30 sena.", "Anke aħna l-membri f'dan il-Parlament għandna bżonn nitkellmu dwar il-kwestjoni tal-genetically modified organisms u jekk hemm bżonn inwaqqfu anke kumitat, biex naġġornaw irwieħna ma' dak li jkun qed isir.", "Waħda mill-affarijiet li żgur kexkxet lil kulħadd kienet il-mad cow disease li feġġet dan l-aħħar fl-Ewropa, minkejja x-xjenza avvanzata li tant konna naħilfu biha.", "Din il-marda, minbarra li ġennet lill-baqar, qed iġġennen ukoll lin-nies, għax irriżulta li qed tħalli effett negattiv fuq dawk li jikkonsmaw il-laħam tal-baqar b'din il-marda.", "Riċentement sar magħruf li din il-marda hija riżultat tas-sistema tal-meat and bone meal li ssotitwixxiet dik tal-hormone growth treatment li sussegwentement ħolqot l- għalf ġenetikament modifikat.", "Din is-sistema ġdida wasslet lill-pajjiżi Ewropej għal kriżi ekonomika u xjentifika.", "Minkejja dan pero`, ħafna Ewropej, speċjalment l-ambjentalisti u l-ekoloġisti, għadhom jirrifjutaw il- hormone growth treatment u l-genetically modified feeds.", "Mr Speaker, qed ngħid dan kollu biex inkompli nsostni l-importanza ta' diskussjoni dwar il-prodotti ġenetikament modifikati.", "Peress li l-gvern jinsab miexi lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-oppożizzjoni qed taħdem fuq il-politika ta' Svizzera fil-Mediterran, huwa bżonn fundamentali li jsiru diskussjonijiet dwar dawn is-sistemi għax qed jitqanqlu ħafna mistoqsijiet.", "Per eżempju jien nistaqsi huwiex minnu li l-Unjoni Ewropea għadha tuża l- meat and bone meal bħala għalf għall-baqar.", "Jiċħad il-Ministru li min ipprova jintroduċi għalf differenti mill-meat and bone meal, tilef is- sussidju li tagħti l-Unjoni Ewropea bħala parti mill-politika tagħha għal dan is-settur?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għax ma nistgħux ngħidu li l-unika soluzzjoni biex il-biedja f'pajjiżna timxi 'l quddiem hija s- sħubija fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma nagħmlu evalwazzjoni ta' ċerti affarijiet.", "Per eżempju l-bdiewa Ingliżi ddikjaraw li matul dawn l-aħħar ħames snin, id- daqqiet kbar li ħadet l-Ingilterra ġabu fix-xejn 75% tal-profitt tagħhom.", "Barra minn hekk, 23,800 ħaddiem f'dan is-settur tilfu l-impjieg tagħhom.", "Huwa kkalkolat li mill-qasam tal-biedja jintilfu madwar 450 impjieg kull ġimgħa.", "Din is-sitwazzjoni tant hi gravi li s-sussidji kollha li suppost tagħti l-Unjoni Ewropea m'hu qed jagħmlu l-ebda differenza, anzi pjuttost qed jaħdmu kontra l-interessi tal-poplu Ingliż, peress li dawn baqgħu jaħdmu bl-isterlina, li hi iktar b'saħħitha mill-euro.", "Mr Speaker, semmejt dak li qed jiġri fl-Ingilterra għax dan il-pajjiż ma sseħibx fl-Unjoni il-bieraħ, imma ilu 30 jibbenefika minn sussidji, opportunitajiet kbar u minn suq ta' 400 miljun ruħ.", "Jien kelli l-okkażjoni li nispjega għal diversi drabi li kieku pajjiżna, bejn l-1996 u s-sena 2000, fejn importa 103,335 tunnellata zokkor, kien membru fl-Unjoni Ewropea, kien ikollu jħallas bejn Lm25 u Lm27 miljun aktar, ammont li bla dubju kien joħloq problemi kbar lill-konsumaturi u nuqqas ta' kompetizzjoni.", "Huwa għalhekk li aħna ma nistgħux nifhmu kif l-Unjoni Ewropea tista' tgħin iż-żgħir u lill-batut.", "Jien nixtieq li fid-dawl ta' dan kollu l-Ministru jgħidilna kemm investa flus biex f'dawn is-sentejn ikun jista' jagħmel management aħjar ta' din il-liġi.", "Pajjiżna kemm għandu bżonn finanzi biex ikompli b'dak li diġa` beda jwettaq?", "Fil-kwestjoni tas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, dawn l-affarijiet iridu jittieħdu in konsiderazzjoni għaliex aħna ma naffordjawx li nitilfu l- kompetittivita' tagħna.", "Ikun inutli li nivvintaw ħafna burokrazija li tfisser biss spejjeż, biex imbagħad il-bdiewa tagħna jispiċċaw bħal dawk tal-pajjiżi membri, fejn minkejja s-sistemi ġodda li ġew introdotti, xorta żviluppa ċertu mard u l-bdiewa xorta ġew soġġetti għal ħafna diffikultajiet.", "Kif kont qed nispjega iktar kmieni, fl-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejja l- kwestjoni tal-genetically modified feeds li qed tiġi diskussa bil-għan li jiġu rimedjati ħafna mill-problemi tas-settur agrikolu.", "Naturalment minbarra l-Unjoni Ewropea ma nistgħux ma nikkonsidrawx dak li qed jiġri f'pajjiżi oħra.", "Per eżempju, wieħed mill-pajjiżi li ilu ħieles mill-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u mill-mad cow disease għal dawn l-aħħar 160 sena huwa New Zealand.", "Jien informat, u nixtieq li l-Ministru jikkonferma, li fir-rigward tal-foot and mouth disease, il-gvern Malti qed jadotta l- contingency plan ta' New Zealand.", "Jekk dan huwa minnu, nixtieq li l- Ministru jgħid kif wasal għal din id-deċiżjoni, meta dan il-pajjiż ilu 160 ma jkollu problemi b'din il-marda filwaqt li fl-Unjoni Ewropea, il-foot and mouth disease dehret b'mod qawwi fis-snin 70.", "Sur President, il-contingency plan ta' New Zealand jikkonferma kemm m'huwiex veru li aħna nbeżżgħu lill-poplu.", "Irrilevanti minn jekk il-pjan ta' New Zealand huwiex aħjar jew agħar minn dak ta' l-Unjoni Ewropea, dan jikkonferma li minbarra l-Unjoni, jeżistu alternattivi oħra.", "Aħna ma niddejqu xejn bil-kritika u bl-insulti kontra l-politika ta' Svizzera fil- Mediterran, anzi ninsabu konvinti li din il-politika hija ħajja u ġġib 'il quddiem il-ġid komuni tal-Maltin.", "Aħna nemmnu li permezz tal-politika ta' Svizzera fil-Mediterran, inkunu nistgħu nisfruttaw dak li l-aktar jaqbel għalina u nkunu aħna li niddeċiedu x'inhu l-aħjar.", "Irrid infakkar lill-Ministru li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura, tul dawn l-aħħar sentejn, minbarra l-proġett ta' Chadwick Lakes il-gvern abbaduna wkoll il-protokoll ta' koperazzjoni bejn Malta u l-Libja.", "Illum il- ġurnata kulħadd jaf bid-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw ir-raħħala Maltin li ilhom erba' xhur jonfqu flushom f'ikel u f'mediċini biex jipproteġu lill- bhejjem tagħhom minn ċertu mard u biex iżommu livell għoli ta' iġjene.", "Minkejja dan, l-gvern għadu ma ta l-ebda dikjarazzjoni li se jissussidja ċertu għalf li dan l-aħħar għola.", "Dawn ir-raħħala bejniethom għandhom jieħdu 'l fuq minn Lm400,000, għax minn April sal-lum, għadu ma ħareġ l- ebda ħlas għall-bhejjem li nqatlu għal-laħam.", "Mr Speaker, fid-dawl ta' dan irrid infakkar ukoll li bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran, aħna konna qed naraw x'inhu l-iktar vijabbli għall- ekonomija tagħna.", "Fir-rigward tal-biedja, meta l-Libja għarrfitna li hi ma tixtrix laħam u baqar li r-razza tagħhom tkun ġejja mill-Unjoni Ewropea, konna bdejna naraw x'inhu l-aħjar rimedju, għax fuq kollox, ir-rabta bejn pajjiżna u l-Libja, kemm minħabba l-pożizzjoni ġeografika taż-żewġ pajjiżi kif ukoll minħabba fatturi oħra, kienet minn dejjem.", "Huwa mportanti li ninvestu f'dik li hija sigurta` ta' l-ikel, għalhekk ikun jagħmel sens kieku fil-limitazzjonijiet ġeografiċi tagħna, ma nġibux fix-xejn ir-rabta li għandna mal-Libja.", "Nissieħbu jew ma nissieħbux fl-Unjoni Ewropea, xorta mhux se ningħataw sussidju biex inkabbru din l-industrija minħabba l- limitazzjoni ta' l-art.", "Sur President, meta l-gvern Nazzjonalista jwiegħed li l-Unjoni Ewropea se tagħti lil pajjiżna ħafna sussidji u benefiċċji oħra, donnu jinsa li quddiemu għandu nazzjon sħiħ li jixraqlu li jiġi rispettat.", "Biżżejjed insemmi l-famużi Lm100 miljun li baqgħu ma waslu qatt.", "U kieku ġew, xorta ma kienu jkunu ta' l-ebda gwadann għax konna nħallsuhom f'tariffi u levies li timponi l-istess Unjoni fuq il-pajjiżi membri.", "Sett ta' tariffi li timponi l-Unjoni Ewropea huma l-integrated tarrifs of the European communities, li l-għan tagħhom hu li jipproteġu lill-bdiewa tal-pajjiżi kollha, avolja qatt ma jista' jkun hemm paragun bejn dak li jitkabbar f'ċerti pajjiżi u dak li jirnexxielna nkabbru hawn Malta fil-ftit raba' li fadlilna.", "Imma dawn huma parti mir-regolamenti ta' l-Unjoni u jekk kemm-il darba nsiru membri, ikollna noqogħdu għalihom u jkollna niġu trattati bħall- aqwa pajjiżi.", "Jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, ikollna nintroduċu taxxi ġodda fuq il- prodotti li nimportaw minn barra l-Unjoni, bħal per eżempju l-corned beef.", "Minkejja li bħalissa m'aħniex nimportaw minn dan il-prodott minħabba l-mad cow disease, il-Ministru tal-Finanzi xorta għolla d-dazju fuq l- importazzjoni ta' dan il-prodott b'600%.", "Illum il-ġurnata, in-negozjanti qed jifhmu l-politika tagħna, il-poplu ma jiflaħx iktar għall-għoli tal- ħajja waqt li l-industriji ma jifilħux ibaxxu l-prezzijiet minħabba l- ispejjeż tal-materja prima.", "Filwaqt li lill-poplu ngħidulu kemm se niggwadanjaw mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, irridu ngħidulu wkoll x'se nitilfu u għal xiex se jkollna nirrinunzjaw.", "Jiena ngħid li kieku kellna nikkalkolaw kemm iffrankajna flus f'dawn l-aħħar ħames snin, permezz ta' l- export refunds, xi ħaġa li jkollha tinqata' hekk kif nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, insibu li iva, iffrankajna madwar Lm100 miljun.", "Dan jikkonferma dak li għedt iktar kmieni, jiġifieri li kieku l-famużi Lm100 miljun verament ingħatawlna, konna nonfquhom fl-importazzjoni minn pajjiżi barra l- Unjoni.", "Mr Speaker, peress li f'pajjiżna m'għandna l-ebda tip ta' materja prima u lanqas għandna fejn inkabbru z-zokkor u ċ-ċereali, aħna niddependu kompletament mill-importazzjoni.", "Għalhekk irridu naraw li l-proċess ta' importazzjoni li nħaddmu jkun l-aktar wieħed vijabbli.", "Quddiem dawn l- iżvantaġġi naturali, ikun inutli li nippruvaw inħawdu lill-poplu permezz tad-derogi u tal-perijodi transitorji.", "Kwestjoni simili għal din hija dik ta' l-ibħra territorjali, fejn bħalissa s-sajjieda tagħna jistgħu jistadu sa 25 mil `il barra mill-kosta.", "Fir-rigward tas-settur tas-sajd, iktar milli naraw x'affarijiet ġodda nistgħu nakkwistaw jew napplikaw, għandna ntejjbu dak li diġa` għandna.", "Kif għedt iktar kmieni, huwa mportanti li l-gvern jgħidilna x'tip ta' investiment jirrikjedi s-settur agrikolu Malti, għax sal-lum għadna ma nafu xejn.", "Ormai dan il-gvern ilu sentejn jgħidilna li permezz tas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, il-qasam ta' l-agrikoltura se jmur 'il quddiem, imma b'daqshekk għadu ma qalilna xejn speċjali.", "Aħna li rridu nkunu naf hu x'investiment hemm bżonn biex f'dak li għandu x'jaqsam ma' strutturi, is- settur agrikolu jitjieb.", "B'hekk inkunu nistgħu naraw x'inhu l-iktar vijabbli.", "Biex norbot ma' dan l-argument ma nistax ma nsemmix lill-industrija tal- majjali, fejn għalkemm għedna lill-produtturi li nistgħu nesportaw, matul dawn l-aħħar sentejn irriżulta li l-produzzjoni ma baqgħetx tlaħħaq mad- domanda tas-suq.", "Irriżulta wkoll li matul dawn l-aħħar sentejn għoliet ir-rati tal-bolla u żdiedu l-ispejjeż in ġenerali ta' dawn il-produtturi, u finalment tal- konsumaturi tal-laħam tal-majjal.", "Pero`, minkejja ż-żieda fl-ispejjeż, il- produttur baqa' jingħata l-istess prezz ta' erba' snin ilu, u llum il- ġurnata l-produtturi tal-majjal intebħu li jekk l-industrija tagħhom tibqa' miexja b'dan ir-ritmu, f'qasir żmien m'hijiex se tibqa' ekonomikament vijabbli.", "Sur President, rigward id-densita` tal-popolazzjoni tagħna, ma nistgħux ninsew li l-waste management regulations ta' l-Unjoni Ewropea huma bbażati fuq popolazzjoni ta' 300 persuna kull kilometru kwadru, u għalhekk huwa ovvju li dawn ir-regolamenti se jaħdmu kontra tagħna.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn naraw kif dawn ir-regolamenti se jeffettwaw il-produzzjoni ta' pajjiżna qabel ma nħajjru lill-poplu biex jinvesti ħalli għada pitgħada jkun kapaċi jilqa' għall-hekk imsejħa swieq ta' 400 miljun ruħ.", "Dan għaliex jista' jagħti l-kas li għalkemm il-produtturi tal-majjal ikunu kapaċi joqtlu elf bhima kuljum, minħabba d-densita' tal-popolazzjoni, l- Unjoni Ewropea tgħidilna li kull produttur ma jistax jipproduċi iktar minn 3000 majjal fis-sena.", "Mr Speaker, aħna qed inġibu dawn is-sitwazzjonijiet għall-attenzjoni ta' kulmin jismagħna għax nafu, u dan ikkonfermawh anke r-rapporti ta' l-OECD, li t-total support for agriculture li ngħata lill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea fisser Euro 127.3 biljun f'taxxi diretti u indiretti.", "Dawk li lilna qed jgħajjruna scaremongerers għandhom ikunu serji u onesti u jgħidu li parti mill-investiment fil-qasam ta' l-agrikoltura se jsir permezz tal-ġbir tat-taxxi, bħal per eżempju t-tariffa ta' Lm2 li kull sajjied irid iħallas biex jingħata informazzjoni dwar it-temp.", "Dawk li llum qed ipoġġu lili u lill-Ministru f'keffa waħda ma jistgħux jgħidu li aħna m'aħniex nagħmlu xogħlna.", "Lil dawn l-individwi jien nappellalhom biex jaraw sew dak li nnegozjajna aħna dwar il-hormone growth treatment, dwar il-meat and bone meal u dwar l-impatt negattiv tas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-ikel, imbagħad jitkellmu wara.", "Minkejja ċ-ċokon tagħna aħna nippruvaw nirriflettu dwar ir-realtajiet li qed naffaċċjaw, u kienu x'kienu ċ-ċirkostanzi, dejjem imxejna 'l quddiem.", "Aħna nġibu ċerti paraguni mhux biex ninċentivaw jew biex infaħħru lil xi ħaġa partikolari imma biex infiehmu lill-gvern li dak li ngħidu aħna huwa dak li qed iħoss il-poplu.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar l-abbozz ta' liġi nnifsu u nibda minn klawsola 26 li għalija ma tagħmel l-ebda sens.", "Subklawsola 1 ta' din il- klawsola tgħid hekk:", "\"Il-Prim Ministru għandu jaħtar spetturi biex jinfurzaw id- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u l-Ministru għandu jiżgura illi dawn jirċievu taħriġ tekniku adegwat sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom kif imiss.\".", "Fil-ħin tal-mistoqsijiet il-Prim Ministru għadu kif qal li meta konna fil- gvern konna nagħmlu ħażin li nirrikorru għall-awtorita` tal-Prim Ministru Sant.", "Imma dan l-abbozz mhux hekk qed jipproponi?", "Aħna se nibqgħu sejrin hekk?", "Meta jfettlilna ngħidu li l-Onor.", "Sant mexa ħażin imbagħad ftit wara nikkupjaw dak li għamel hu meta kien fil-gvern?", "Dawn huma affarijiet li qed idejqu lill-poplu u li minħabba fihom, dan il-gvern qed jitlef il- kredibilita`.", "Il-poplu qed jinduna li minkejja l-wegħdi kollha li għamel il-Partit Nazzjonalista, illum jinsab magħfus iktar milli kien fi żmien gvern Laburista.", "Jekk il-gvern Nazzjonalista ma jridx jaċċetta li din hija s-sitwazzjoni attwali tal-pajjiż, affari tiegħu, pero` ma jistax ma jgħidx lill-poplu li l-investiment se jitkattar grazzi għaż-żieda fl-ispejjeż tal- konsumaturi.", "Sur President, il-funzjoni ta' din il-liġi m'hijiex li tikkontrolla ż- żerriegħa li tgħaddi minn pajjiżna fi triqitha lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din il-liġi ġiet ifformolata biex tillimita l-importazzjoni taż- żerriegħa f'pajjiżna.", "Għalkemm huwa tajjeb li l-mard li jiddaħħal maż- żerriegħa jiġi kkontrollat, jekk mhux se tingħata l-edukazzjoni meħtieġa, minn dan kollu li qed ngħidu, fil-prattika m'hu se jsir xejn.", "Huwa għalhekk li fil-bidu ta' dan l-intervent jien staqsejt lill-Ministru biex jgħidilna x'diskussjoniijet saru matul dawn l-aħħar sentejn dwar l- importanza ta' din il-liġi.", "Din il-liġi ma tistax tibqa' ta' piż fuqu, fuq id-diretturi u fuq l-uffiċjali konċernati, imma hemm bżonn li l-poplu kollu jifhem l-importanza tagħha.", "Jien nixtieq li l-Ministru jagħtini feedback dwar x'ġara mill-programm ta' edukazzjoni \"Ngħożżu l-Biedja\", programm imtella' mill-istitut ta' l- agrikoltura ta' l-Universita`, id-dipartiment ta' l-edukazzjoni u d- dipartiment ta' l-agrikoltura, u mmirat għall-istudenti tat-tielet sena ta' l-iskola sekondarja.", "Dan il-feedback huwa meħtieġ biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar x'jista' jsir fir-rigward ta' dawk li għada pitgħada se jidħlu responsabbli għal din il-liġi, bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.", "Barra minn hekk, hemm bżonn li l-Ministru jgħid x'investiment u x'riżorsi umani jinħtieġu biex jitwettaq l-iżvilupp meħtieġ fl-infurzar u fil-management ġdid li qed jiġi ntrodott fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "Għalkemm il- Ministru spiss jagħmel riferenza għall-pjanijiet li qed jistudja, qatt ma jgħidilna kemm ġew imħarrġa żgħażagħ, ħaddiema u uffiċjali tad-dipartiment f'dan ir-rigward, x'inhuma l-loopholes u ma' liema diffikultajiet wieħed jista' jiltaqa'.", "Aħna nafu li din il-liġi se tkun ta' piż kbir għad-dipartiment ta' l- agrikoltura, għax se titfa' fuq dan id-dipartiment ir-responsabbilta` li jwettaq ċerti bidliet bil-problemi finanzjarji li dawn se jġibu magħhom.", "Id-dipartiment ta' l-agrikoltura għandu bżonn ċertu support finanzjarju u għalhekk il-Ministru hu fid-dmir li jippjana u jikkalkula x'se jiġri u ma jiġrix, għax is-sitwazzjoni diġa` qed tirriżulta zoppa.", "Biżżejjed insemmi l- kriżi finanzjarja taċ-ċanga, fejn bosta raħħala m'għandhomx biex jifdu ċerti pagamenti, u min-naħa l-oħra l-gvern qed iżomm idejh magħluqa.", "Dan il- gvern biex jivvinta t-taxxi biss huwa għaqli.", "Il-Partit Laburista qed jgħaddi dan it-tip ta' kummenti biex forsi l-gvern jiggwidana minn fejn se jiġu l-fondi meħtieġa u kif il-konsumatur se jkun effettwat.", "Jekk ma ningħatawx risposta diċenti, aħna bilfors ikollna ngħidu li dan huwa gvern tal-ħabi.", "Bħalissa qed niftakar fil-kwestjoni ta' l- impact assessment fejn ukoll, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura u l-ambjent, għadu ma ntqal xejn.", "Jien nixtieq li fil-winding up il- Ministru jgħid x'nefaq s'issa u kemm hemm ipproġettat li jonfoq biex iwettaq il-bidliet meħtieġa f'dan is-settur.", "Ma jistax ikun nibqgħu ngħidu li se ninvestu biex immorru għall-aħjar meta l-fatti qed juru li s- sitwazzjoni ta' pajjiżna sejra mill-ħażin għall-agħar.", "Nerġa' ngħid li l- ispejjeż mhux għall-bdiewa u għall-produtturi tal-majjal biss qed jogħlew, imma għall-konsumaturi wkoll.", "Meta nafu li l-ispejjeż tal-bdiewa qegħdin kulma jmorru jiżdiedu, irridu naraw li b'dan l-abbozz ta' liġi ma nispiċċawx inneħħju l-vijabbilta` ekonomika tal-bdiewa, tas-sajjieda, tar- raħħala u ta' dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija ta' l-ikel.", "Dan il-gvern m'għandux għalfejn jidħak bina u jirridikolana għaliex aħna kontiwament nikkritikaw il-liġijiet li qed jitressqu quddiemna minħabba s- sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa tiegħi nista' ngħid li kull darba li jien irrimarkjat dwar xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' l- agrikoltura, dejjem sibt lil min jgħidli li l-Unjoni Ewropea se tagħtina xi deroga jew xi perjodu transitorju.", "Dan jikkonferma l-iżvantaġġi li għandu pajjiżna f'dan ir-rigward.", "Din in-naħa tal-Kamra għandha ma tafx fiex jikkonsisti l-investiment li qed isir u għalhekk, quddiem liġijiet bħal dawn, iktar milli nitkellmu dwar l- għanijiet u dwar dak li qed jiġi antiċipat, jekk il-Ministru m'huwiex se jagħtina feedback, ma jistax ikollna fiduċja f'dawn il-bidliet.", "M'hemmx dubju li fil-prinċipju tagħha, kulħadd jaqbel ma' din il-liġi li se ġġib 'il quddiem lis-settur tal-biedja u tipprovdi l-għodda meħtieġa biex f'pajjiżna jitrażżan il-mard.", "Pero` l-linja ta' gwida qed tinħass nieqsa f'kull ħaġa.", "Minn hawn Malta marru ħafna delegazzjonijiet fl-Ingilterra biex jaraw kif il-liġijiet tagħna hemm bżonn li jiġu aġġornati.", "(Interruzzjonijiet) B'daqshekk ma jidhirli li qed ngħid xejn ħażin!", "Jien spiss nistaqsi lill-koperattivi jekk wara xi delegazzjoni li pajjiżna jkun attenda għaliha, ġewx ikkonsultati, imma r-riżultat dejjem ikun fin- negattiv.", "Mr Speaker, ma jistax ikun li l-iżvantaġġi li qed isofri s-settur tal- biedja jibqgħu ma jiġux indirizzati għax bħalma għedt kemm-il darba, mhux il-bdiewa biss qed ibatu l-konsegwenzi imma l-konsumaturi kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, l-għan primarju ta' l-abbozz ta' liġi li għandha quddiemna hu li f'pajjiżna ma jitħallewx jidħlu organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti.", "Tajjeb li nibdew billi nifhmu l-importanza ta' dan it-tip ta' regolamenti, mill-aspett ekoloġiku.", "Nafu li l-biedja, il- mediċina u l-ambjent huma marbutin flimkien waqt li l-ħlejjaq kollha tad- dinja jorbtu wieħed ma' l-ieħor fil-proċess hekk imsejjaħ ekoloġiku.", "Barra minn hekk, l-affarijiet ħajjin huma marbutin ma' oħrajn inorganiċi, jew aħjar mingħajr ħajja.", "Huwa fatt magħruf bioloġikament li kull ħaġa li tiġri lil speċi waħda teffettwa lill-ispeċi l-oħra.", "Fil-quċċata tal-piramida ekoloġika insibu lill-bniedem, u għalhekk, kull żbilanċ fl-ekoloġija ta' komunita` organika, tajjeb u ħażin, se tħalli l- effett tagħna fuqna.", "Jien dejjem ngħid li l-aspett ekoloġiku, irrispettivament jekk huwiex il-biedja jew il-mediċina, jiġi qabel l- attivita` ekonomika tal-bniedem modern.", "L-aspett ekonomiku tal-bniedem ra l- bidu tiegħu hekk kif spiċċat l-era agrikola u beda l-iżvilupp industrijali madwar 200 sena ilu.", "Fil-bidu ta' din l-era industrijali, minkejja dak kollu li kien qed isir, l-ekoloġija tad-dinja kienet għadha ma ġietx effettwata u baqgħet taħdem liberament.", "Pero`, illum il-ġurnata, il-ħruq ta` fuels u l-iżviluppi xjentifiċi qed jimpinġu fuq l-ekoloġija li ilha teżisti għal miljuni ta' snin.", "Illum, kull gvern serju u li għandu għal qalbu l-ġid tal-bniedem, minbarra l-aspetti finanzjarji u ekonomiċi jrid jikkonsidra wkoll il-costs ekoloġiċi.", "Huwa tajjeb li f'dan il-parlament, fost il-liġijiet soċjali u finanzjarji li jgħaddu, jitressqu wkoll liġijiet li jkunu jikkonċernaw lill- ambjent ta' madwarna.", "Ir-raġuni wara din il-liġi li għandna quddiemna hija waħda sempliċi.", "Pajjiżna għandu bilanċ ekoloġiku stabilit.", "Għandna ċikli tal-ħamrija, ta' l-arja u tal-ħxejjex.", "Fuq dawn il-pjanti u l-ħxejjex jgħixu bosta varjetajiet ta' insetti li għalkemm jistgħu jagħmlu l-ġid, fil- biċċa l-kbira tagħhom jagħmlu l-ħsara.", "Mr Speaker, jirriżulta li ċerti annimali u pjanti li qed jiġu mportati minn barra qed idaħħlu magħhom organiżmi mikroskopiċi, bħal parasites u funghi, li jistgħu joħolqu problemi fl-iżvilupp agrikolu u fl-ekoloġija tal-pajjiż.", "Dan jista' jwassal għal żbilanċ kbir fl-ekwilibriju naturali, għax jista' jagħti l-kas li l-art ta' Malta tkun fertili biżżejjed u ma jkun hawn xejn x'jopponi l-iżvilupp fiżiku ta' dawn il-parassiti.", "Dawn il-parassiti jistgħu eventwalment joħolqu epidemija li biex tiġi kkontrollata wieħed ikollu bilfors juża l-pestiċidi li jagħmlu ħsara lill-bniedem.", "Din hija liġi f'waqtha, għax jien rajt b'għajnejja stess il-ħsara li jagħmlu l-annimali li jiġu mportati mal-pjanti.", "Illum kulmin għandu ġnien jaf bil-ħsara li jagħmel il-leaf miner liċ-ċitru, għalhekk l-għan ta' din il-liġi huwa wieħed tajjeb għax se jikkontrolla d-dħul ta' dawn il-pests u funghi li jagħmlu tant ħsara lill-biedja.", "Din il-liġi hija mportanti għax huwa iktar vijabbli li wieħed jikkontrolla d-dħul ta' dawn il-parassiti milli juża l-mediċini u l-pestiċidi biex jeqridhom mill-uċuh tar-raba'.", "Dan il-metodu ta' l-aħħar, minbarra li jżid l-ispejjeż tal-bdiewa, idgħajjef il-kwalita` tal-prodotti u jnaqqas il-valur tagħhom.", "Irrid ngħid li l-mad cow disease tista' tinxtered permezz ta' sustanzi li jkun hemm fil-ħamrija li tidħol mal-pjanti mportati.", "Għalhekk din il-liġi qiegħda indirettament tipproteġi lil pajjiżna minn din il-marda.", "Ix-xjenza tal-genetically modified organisms hija waħda relattivament ġdida u li permezz tagħha, wieħed ikun jista' jitma' lil dawk il-popolazzjonijiet li huma under-nourished.", "Il-GMOs huma mezz biex per unit value of food toħroġ iktar enerġija.", "Jiena ngħid li f'dan ir-rigward, bħal f'kull każ xjentifiku ieħor, we have to proceed with caution.", "Fl-opinjoni tiegħi, l- Unjoni Ewropea tagħmel tajjeb li tfassal regolamenti kawti għall- genetically modified foods, li ilhom 20 sena jiġu injettati fil-bniedem.", "Kull persuna li ħadet xi forma ta' vaccine, speċjalment għal kontra l-polio u r-rubella, għandha fiha genetically modified organisms.", "S'issa, b'dawn il- vaccines ħadd għadu ma ġralu xejn, anzi dan it-tip ta' mard tnaqqas għax ix- xjenza rnexxielha ssib mezz kif tirribattih.", "Għalhekk ħadd m'għandu jiddejjaq jekk ix-xjenza tirnexxielha teqred il-mikrobi tal-polio, tat- tuberkulożi u tar-rubella minn fuq wiċċ id-dinja, għax jekk isir hekk, ikun il-bniedem stess li jiggwadanja.", "Mr Speaker, ma nistax naqbel mal-pożizzjoni li ħa l-Onor.", "Farrugia fir- rigward ta' l-agrikoltura u l-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb li ngħid li la pajjiżna qiegħed fil-proċess li jissieħeb fl-Unjoni, hemm bżonn li nagħmlu ċerti tibdiliet fl-użanzi ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi tagħna.", "La d-dinja qed tinbidel, aħna rridu ninbidlu magħha, dejjem għall-ġid tal-poplu tagħna.", "L-ewwel ħaġa li rridu nikkonsidraw huwa l-ġid komuni.", "Nafu li l- Unjoni Ewropea fasslet il-common agricultural policy (CAP) li permezz tagħha tirregola s-suq agrikolu tagħha.", "Tajjeb li ngħid li din is-CAP tieħu kważi nofs il-budget ta' l-Unjoni, u kien hemm żmien fejn kienet saħansitra tirrikjedi iktar minn hekk.", "Wieħed mill-għanijiet ta' din il-politika agrikola komuni hu li tipproteġi lill-bidwi waqt li tagħti lill-konsumatur prezzijiet raġjonevoli u kwalita` tajba ta' frott u ħxejjex.", "Aħna nafu li l-prezzijiet tal-ħxejjex u l-frott tagħna, meta mqabbla ma' dawk ta' pajjiżi oħra, ma tantx huma tajbin.", "M'hemmx għalfejn tkun professur tal-biedja biex tinduna b'dan.", "Nafu li on the whole, is-suq Malti huwa magħluq u protett, u għalhekk il-prezzijiet tagħna huma iktar għoljin minn ta' ħaddieħor.", "Jien niskanta kif għad hawn min jaħseb li jkun aħjar għall-bidwi u għall-konsumatur li nibqgħu f'din is-sitwazzjoni ta' suq monopolizzat.", "Meta kont l-iskola jien dejjem tgħallimt li monopolju qatt m'hu tajjeb, la għall-konsumatur u lanqas għall-produttur, u għalhekk hemm bżonn li jinstab bilanċ.", "Kif diġa` għedt, fost għanijiet oħra, l-Unjoni Ewropea fasslet il-common agricultural policy biex tipproteġi lill-konsumatur billi toffrilu varjeta` ikbar ta' ħxejjex u frott, bi kwalita` tajba u bi prezz baxx.", "Fl-istess ħin, din il-policy tagħraf il-problemi tal-bdiewa u għalhekk tgħinhom jagħmlu t-tibdiliet meħtieġa permezz tal-fondi strutturali tagħna u tar- refunds fuq il-prodotti agrikoli.", "II-pożizzjoni tal-gvern Malti hija sempliċi.", "Aħna nemmnu li l-Unjoni Ewropea se tkun ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu għax fost l-oħrajn, is-settur tal-biedja u s-sajd għandhom bżonn jitbiddlu biex il-bdiewa u s-sajjieda jibbenefikaw iktar mill-ħidmiet tagħhom.", "Safejn naf jien, l-ebda bidwi li ġej mill-Unjoni Ewropea m'hu qed imut bil-ġuħ, anzi l-istandard of living tagħhom huwa pjuttost għoli.", "Peress li l-biedja u s-sajd ma jikkontribwixxux iktar minn 3% tal-ġid komuni, il-gvern Malti seta' jħalli kollox kif inhu u jikkonċentra iktar fuq l-industriji u s-servizzi, imma dan il-gvern mhux talli m'għamilx hekk, talli qed jirrikonoxxi x-xogħol li jagħmlu l-bdiewa u s-sajjieda Maltin.", "L- ewwelnett aħna nafu li jekk ir-raba' ma jibqax jiġi kkultivat, ikollna diżastru ambjentali, tibda tintilef il-ħamrija, u l-problema tkompli tikber.", "Dan aħna ma rriduhx isir, u għalhekk l-approach tagħna hi li niddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni ta' pajjiżna u nitkellmu mal-bdiewa u mar-rappreżentanti tagħhom.", "Meta nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, permezz tal-MEUSAC, il-gvern ikun jista' jġib 'il quddiem lis-settur tal- biedja u s-sajd.", "Pero`, minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, dan ma jistax isir mingħajr derogi jew perijodi transitorji.", "F'dan l-istadju jien irrid nistaqsi xi tkun il-pożizzjoni tal-partit Laburista jekk il-gvern Malti jirnexxielu jakkwista d-derogi u l-perijodi transitorji meħtieġa.", "(Interruzzjonijiet) Bħal kull ħaġa oħra, il-politika ma tistax tittieħed for granted, u għalhekk il-partit Laburista għandu jkun iktar kawt.", "Jekk dan il-gvern jirnexxielu jakkwista l-perijodi transitorji u d-derogi meħtieġa, allura jkun jaqbillu li jissieħeb fl-Unjoni għax jekk ikun membru, ma jkollux bżonn tal-free trade area.", "Kif qal tajjeb il- Kummissarju Verheugen, kull pajjiż li jrid jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, ma jistax jieħu biss dak li jogħġbu. jew jagħżel li jissieħeb, jew le, imma jekk le, xorta jkollu joqgħod għar-regoli tagħha.", "Iktar hemm ċans li ssir eċċezzjoni mal-pajjiżi membri milli ma' dawk li m'humiex.", "Meta l-partit Laburista kien fil-gvern, l-Unjoni Ewropea qaltlu kemm-il darba li l-proposti tiegħu ma setgħux jiġu aċċettati.", "Anke jekk jiġu aċċettati, x'ikun l-aħjar?", "Li ningħataw l-eċċezzjonijiet li nixtiequ u ma nkunux membri fl-Unjoni.", "Jew li ningħataw l-istess eċċezzjonijiet, imma nkunu membri sħaħ?", "Possibbli hawn min irid li ċ-ċittadini Maltin ikunu tat- tieni klassi?", "Aħna rridu li pajjiżna jkun f'pożizzjoni li jeffettwa l- politika ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-għajta tal-partit Laburista hija ta' Svizzera fil-Mediterran, imma jien, li spiss nitkellem mal-politiċi Svizzeri, nista' ngħid li l-ikbar problema ta' l-Isvizzera u anke tan- Norveġja hija li ma jistgħux jeffettwaw il-politika Ewropea.", "L-unika soluzzjoni biex din id-daqsxejn ta' gżira tkun tista' teffettwa d- deċiżjonijiet ta' l-ikbar ekonomija tad-dinja hija billi ssir parti minnha.", "Jekk ma nisseħbux fl-Unjoni Ewropea, lilna, l-iktar pajjiż żgħir ta' l- Ewropa, min se jagħti kas tagħna?", "Romano Prodi, f'wieħed mill-artikli tiegħu qal li jekk xi ħadd jaħseb li jista' jeffettwa l-politika tal-Mediterran, sejjer żball bl-ikrah.", "Fid- dinja tal-lum, ħadd ma jista' jgħix in splendid isolation.", "Id-dinja tal- lum tirrikjedi solidarjeta` internazzjonali.", "Aħna għandna eżempju ċar ħafna għaliex għandna lil Għawdex.", "Jista' xi ħadd jimmaġina lil din il- gżira, li l-ikel, ix-xogħol u s-safar tagħha jiddependi minn Malta, indipendenti?", "Kieku jkun hekk, l-ispejjeż tat-trasport għall-Għawdxin ikunu ħafna iktar għoljin għax il-prezzijiet tal-Gozo Channel huma sussidjati mill-gvern Malti.", "Kieku l-gvern Malti ma jurix solidarjeta` ma' Għawdex, kieku l-Għawdxin ma jistgħu qatt jilħqu l-istess livell ta' żvilupp li hawn f'Malta.", "L-istess jista' jingħad vis-à-vis l-gżejjer Maltin u l-Unjoni Ewropea.", "Jekk aħna ma naddottawx il-miżuri ta' solidarjeta` ekonomika u politika, ma nkunux nistgħu neffettwaw u nibbenefikaw mill-iżvilupp tal-pajjiżi li huma ħafna ikbar minna.", "Fid-dinja tal-lum, pajjiż Mediterranju ma jistax jibqa' miexi għal rasu.", "U pajjiżna lanqas bil-policy tal-partit Laburista ma jista' jimxi, għax din il-policy tgħid li għandna nagħtu preferential conditions lil min jinvesti hawn minflok fl-Unjoni Ewropea.", "Imma l-partit Laburista jaħseb x'jiġri malli l-pajjiżi membri jindunaw li qed neħdulhom l- investiment?", "Il-loġika tgħidlek li hekk kif il-pajjiżi l-kbar jindunaw b'dak li jkun qed isir hawn Malta, ibiddlu r-regolamenti u jieħdu lura dak l-investiment kollu li jkun sar hawn.", "Fuq kollox, min hu dak il-baħnan li se jinvesti f'pajjiż li ma jkollux aċċess għas-suq Ewropew ta' 500 miljun ruħ?", "Jien m'għandix dubju li maż-żmien, anke r-Russja tapplika biex tissieħeb fl- Unjoni Ewropea, u fil-fatt diġa` ssieħbet fil-Council of Europe.", "La l- Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u r-Rumanija raw li jkun aħjar li japplikaw biex isiru membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, żgur li r-Russja, f'xi żmien jew ieħor tapplika wkoll, u dan bi dritt, għax hija pajjiż Ewropew u demokratiku wkoll.", "Jien naħseb li jkun jaqblilna aktar kieku naħtfu l- opportunita`, issa li wasalna f'nofs it-triq, u nkomplu bil-proċess tas- sħubija, għax jekk imbagħad 20 sena oħra nirrealizzaw l-iżball li nkunu għamilna, forsi f'dak iż-żmien ma nkunux nistgħu nissieħbu bl-istess kundizzjonijiet.", "Huwa veru li l-Lussemburgu, pajjiż b'popolazzjoni daqs tagħna, ingħata sitt membri fil-parlament waqt li lilna ġew offruti ħamsa, imma minn barra aħna ma nistgħu nagħmlu xejn.", "Kieku konna diġa` mseħbin konna nkunu nistgħu nappellaw imma la m'aħniex membri, ikollna noqogħdu għal kull deċiżjoni li tieħu l-Unjoni Ewropea.", "Jien nemmen li fil-ħajja, ċans darba jew darbtejn jiġi, u għalhekk kull opportunita` li tiġi għandna naħtfuha mill-ewwel.", "Il-katina tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea qiegħda kulma tmur tikber, u tmiss mar-Russja hemm iċ-Ċina, b'popolazzjoni ta' biljun ruħ, imbagħad l-Amerika, eċċ. Jekk l- Unjoni Ewropea tasal f'din is-sitwazzjoni, post Malta fejn se jkun?", "Irridu nirrealizzaw li hawnhekk qed nitkellmu dwar il-ġid tagħna, ta' uliedna u ta' ulied uliedna.", "Allura se nibqgħu daqshekk immaturi u nħallu dan kollu jgħaddi minn quddiem imneħirna u jintilef fix-xejn?", "Hemm bżonn li nfittxu naraw x'inhu l-iktar ta' ġid għal pajjiżna u naġixxu mill-aktar fis.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd sabiex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, smajt b'attenzjoni lill-kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra, u rrid ngħid li kulħadd tkellem b'ċertu dettali, dejjem skond in-nuċċali li għandu quddiem għajnejh.", "Fid-diskussjoni dwar din il- liġi ssemmew il-problemi ta' l-export refunds, tal-mad cow disease tal- foot and mouth disease, kwestjonijiet li ilna niddiskutu dwarhom u dwar il- prekawzjonijiet li pajjiżna ħa biex jiġi assigurat li dan it-tip ta' mard ma jidħolx f'pajjiżna.", "Fost affarijiet oħra, dalgħodu ssemma l-fatt li għola l-prezz tas-soyabean.", "Għal min ma jafx, dan huwa ġwież li l-prezz tiegħu għola għax minħabba l- mad cow disease, dak li jissejjaħ meat and bone meal, kellu jiġi eliminat mis-suq.", "B'hekk żdiedet il-pressjoni għall-provvista tas-soyabean u għalhekk huwa ovvju li l-prezz ta' dan l-għalf kellu jogħla.", "Mr Speaker, fid-dibattitu dwar din il-liġi ssemmiet struttura li minnha jrid jgħaddi dak kollu li jiġi mportat fil-pajjiż.", "Dan il-boarder inspection post, li rrispettivament mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, ried jitwaqqaf, huwa speċi ta' dwana fejn fih jiġu ċċekkjati l-prodotti, ix- xtieli, iż-żrieragħ u l-affarijiet l-oħra agrikoli li jiġu mportati minn barra.", "Jekk aħna verament irridu nwettqu dak li ngħidu, jiġifieri li f'pajjiżna jkun hawn l-istrutturi neċessarji biex il-mard tax-xtieli u ż- żrieragħ jiġi eliminat b'kull mezz possibbli, irid ikollna boarder inspection post li jiċċekkja l-pjanti mportati u jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji biex tikkontrolla l-mard.", "Rigward il-mistoqsija ta' l-oppożizzjoni dwar id-diskussjonijiet ma' l- għaqdiet tal-bdiewa, irrid ngħid li iva, din il-liġi ġiet diskussa ma' l- ispecial interested members u fit-tfassil tagħha l-kummenti li saru min- naħa ta' l-assoċjazzjoni tal-bdiewa ttieħdu in konsiderazzjoni u għar- riferenza li saret għal klawsola 26 ta' dan l-abbozz li titkellem dwar ħatra ta' spetturi biex jinforzaw id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att irrid ngħid li din m'hi xejn għajr parti mill-proċeduri normali taċ-ċivil.", "Rigward il-BSE, donnu kien hawn min ried jagħti wieħed x'jifhem li din il- marda feġġet minħabba l-genetically modified organisms.", "Jien nista' ngħid li għalkemm saru bosta studji dwar din il-marda, ħadd ma jista' jgħid fiċ- ċert minn xiex tiġi kkawżata u kif infirxet mad-dinja.", "Għar-rigward ta' l-esportazzjoni tal-fjuri u x-xtieli, speċjalment tal- kriżantemi u tal-gladjoli, irrid ngħid li din bdiet fis-snin sittin u spiċċat għall-bidu tas-snin tmenin minħabba l-famuża marda tas-sadid li ħakmet lil dawn il-fjuri.", "Sur President, fenomenu li feġġ fid-dinja tul dawn l-aħħar 20 sena huwa n- nuqqas ta' bdiewa fil-pajjiżi żviluppati, u dan minkejja li l-produzzjoni baqgħet dejjem tikber u l-prezzijiet baqgħu raġjonevoli.", "Irrid ngħid li dan il-fattur ma ġarax minħabba l-Unjoni Ewropea imma minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi li taw lok għal xogħol alternattiv.", "F'dan id-dibattitu ssemma l-contingency plan li se jadotta pajjiżna jekk kemm-il darba b'xorti ħażina tfeġġ il-foot and mouth disease fost il- merħliet tagħna.", "F'dan il-contingency plan qed jintużaw il-manuals ta' New Zealand.", "F'dan l-istadju ta' min jgħid li fi New Zealand u fl- Awstralja hemm il-pjan li l-qamħirrun u z-zokkor jibda jitkabbar b'mod ġenetikament modifikat.", "Qed ngħid dan biex nuri li għalkemm hawn ħafna li ma jaqblux mal-pjan li adotta New Zealand biex jipprevjeni l-foot and mouth disease, dan il-pajjiż xorta ddeċieda li jipproduċi genetically modified products.", "Rigward is-sajd, il-kelliema ta' l-oppożizzjoni qalu li għandna nistabbilixxu darba għal dejjem iz-zona ta' konservazzjoni ta' 25 mil biex il-ħut ma jinqabadx bl-addoċċ imma jingħata ċ-ċans li jitkattar.", "Din iz- zona ta' konservazzjoni ta' 25 mil qed tkun ibbażata fuq studji xjentifiċi li diġa` saru u fuq kollox, jekk il-ħut ikompli jinqabad bla rażan, ix- xogħol tas-sajjieda se jiġi mhedded.", "Il-kelliema ta' l-oppożizzjoni staqsew ukoll x'għamel il-gvern fir-rigward tas-sajjieda.", "Irrid ngħid li s- sajjieda reġgħu ingħataw id-diesel duty free, xi ħaġa li kienu ilhom jiġġieldu għaliha tul dawn l-aħħar 29 sena.", "Kellu jkun dan il-gvern li b'sens ta' responsabbilta`, reġa' pprovda duty free fuel lis-sajjieda.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li l-produzzjoni tal-majjal issa hija self- sufficient, għax sas-sajf li għadda kien jinħass ċertu nuqqas, anke minħabba l-mad cow disease fejn il-konsum taċ-ċanga kien naqas b'mod drastiku u żdiedet id-domanda għall-majjal.", "Hemm bżonn li fir-rigward ta' l-industrija tal-produzzjoni tal-majjal, isiru l-isforzi kollha neċessarji biex meta tgħaddi l-burraxka tal-BSE, pajjiżna jkun jista' jerġa' jibda jesporta l-majjal lejn swieq barranin.", "Lura għas-sajd.", "Dalgħodu kien hemm min staqsa x'sar fil-qasam tas-sajd u l-agrikoltura f'dak li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni.", "Nista' ngħid li bħalissa nbeda diploma course ta' sentejn dwar is-sajd u minn Settembru li ġej se jibda kors ieħor dwar il-BSE.", "Anke d-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd qed jaħseb biex isiru korsijiet fil-livell ta' middle management biex il- qasam agrikolu, li issa qed jingħata ċerta mportanza minħabba l-iżviluppi li qed iseħħu madwarna, ikollu r-riżorsi umani neċċessarji biex ikun jista' jimxi b'mod professjonali.", "Mr Speaker, il-beef intervention scheme, li wkoll issemmiet fis-seduta ta' dalgħodu, hija sistema li permezz tagħha l-gvern jissussidja l-qasam tal- produzzjoni taċ-ċanga u tal-ħalib.", "Din is-sistema ilha li ġiet introdotta f'pajjiżna għal diversi snin, imma sa l-aħħar tas-sena li għaddiet, ir- raħħala bejniethom kien għad baqgħalhom jieħdu madwar Lm300,000, u bl- intervent tal-ministeru tal-finanzi, dawn il-flus se jingħataw fi żmien qasir.", "Ta' min jgħid li minn din is-sena, id-dipartiment, flimkien mal-KPĦ, qed jaħdem biex is-sistema tal-beef intervention li bħalissa titkejjel bil- kilogrammi tinbidel u tibda tiġi kkalkolata fuq in-numru ta' rjus maqtula.", "Rigward l-impact assessments kien hemm min staqsiena x'għandna x'naħbu, u jien irrid ngħid li m'hemm xejn li hemm bżonn jibqa' mistur.", "Għar-rigward ta' l- impact assessments li qed isiru dwar il-qasam ta' l-agrikoltura, irrid ngħid li l-istudji għadhom għaddejjin u jien persważ li ladarba dawn jiġu ffinalizzati, il-partijiet li ma jkunux daqshekk sensittivi jiġu mgħoddija lil kulmin ikun interessat.", "Sur President, fil-budget għal din is-sena jien kont għedt li fil-biċċerija se ssir linja ġdida għall-qatla tal-majjal biex jiżdied in-numru ta' majjal li jiġi pproċessat kull siegħa.", "Fost is-submissions għat-tender li kienet ħarġet, kien hemm min ma mexiex skond l-ispecifications u għalhekk ġie deċiż li t-tender tiġi reissued, pero` issa mhux suppost li jkun hemm iktar dewmien biex dan il-proġett ta' linja ġdida għall-qatla tal-majjal jiġi fis- seħħ.", "Rigward l-importazzjoni ta' varjeta` ta' żrieragħ tal-patata, dalgħodu ntqal li dan jista' jfisser iktar mard.", "Dan m'hu minnu xejn, għax iż- żerriegħa li tiġi mportata ma tkunx ġejja minn għalqa waħda imma minn reġjuni differenti.", "Għalhekk ikolli ngħid li l-argument ta' l-oppożizzjoni li ż-żrieragħ tal-patata jistgħu jġibu magħhom ċertu mard, ma jreġix.", "Mr Speaker, saret riferenza wkoll għall-fatt li minn sena għall-oħra, id- dħul tal-bdiewa qiegħed kulma jmur jonqos, imma jekk wieħed jinnota l- prezzijiet tal-prodotti li jiddaħħlu l-pitkalija jinduna li jkun hemm żmien meta dawn jogħlew u jkun hemm żmien meta jonqsu.", "Il-prezzijiet tal- prodotti agrikoli m'humiex fissi imma jvarjaw skond il-provvista u d- domanda.", "Per eżempju jekk wieħed iħares lejn il-prezzijiet tal-patata li ġiet esportata f'dawn l-aħħar sentejn jinduna li dawn kienu tajbin ħafna għax għall-varjeta` Sante`, sentejn ilu l-bdiewa ingħataw Lm14.20 għal kull qantar u fis-sena li għaddiet ingħataw Lm13.39.", "Mr Speaker, bħalma diġa` għedt, qed isiru bosta korsijiet, laqgħat, konferenzi u żjarat tekniċi biex fil-qasam ta' l-agrikoltura u s-sajd, ikun hemm ir-riżorsi umani neċessarji.", "Irrid ngħid li għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-integrated pest management, il-ħaddiema tad-dipartiment qed jiġu mħeġġa jieħdu kull esperjenza possibbli biex dan il-metodu jinfirex mal-pajjiż kollu, u kemm jista' jkun malajr.", "Ma rridx ninsa ngħid li għadna mexjin bit-tfassil ta' twinning programmes ma' diversi pajjiżi barranin bil-għan li l-famuż technology transfer jiġi fis-seħħ.", "Dawn it-twinning programmes qed isiru biex il-Maltin ikollhom l- opportunita` li jistudjaw dwar it-teknoloġija li tintuża f'pajjiżi barranin biex forsi nkunu nistgħu nibdew nużawha aħna wkoll.", "Mr Speaker, f'din id-diskussjoni ma naqsitx li tissemma' l-Unjoni Ewropea u l-miljuni ta' flus li din se tipprovdilna.", "Hemm bżonn li f'dan ir-rigward inpoġġu saqajna ma' l-art u nifhmu li għad hemm bosta negozjati xi jsiru.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura, pajjiżna huwa żvantaġġjat għax l-art agrikola li hawn hija limitata, ilma hawn mill-inqas u l-istaġun xemxi tas-sajf jinfirex fuq sitt xhur.", "Minħabba dawn il-fatturi, in- negozjati ma' l-Unjoni Ewropea se jieħdu iżjed fit-tul u se jkollna naħdmu iktar biex indawwru s-sitwazzjoni favur tagħna.", "Sur President, aħna ma nħarsux lejn il-bdiewa bħala dawk li jfornuna bil- frott u l-ħxejjex biss imma bħala dawk in-nies li jieħdu ħsieb l-ambjent.", "Għalhekk, il-bdiewa jridu jkunu mħarsa minn dan l-aspett ukoll.", "Rigward is- sħubija fl-Unjoni Ewropea, peress li f'pajjiżna għandna ċerti żvantaġġi li għadni kif semmejt, waqt in-negozjati jiddaħħlu l-ispecial measures biex il- produzzjoni agrikola lokali tkun mgħejjuna b'mod dirett.", "Permezz ta' dawn l- ispecial measures, pajjiżna jkun jista' jixtri prodotti agrikoli minn swieq barranin bi prezz irħas minn dak ta' l-Ewropa, jiġifieri il-prodotti li qed nimportaw bħalissa se jibqgħu jinxtraw bi prezzijiet speċjali.", "Għar-rigward ta' l-export refunds irrid ngħid li l-Unjoni Ewropea diġa` neħħiet dawn ir-refunds minn fuq il-majjal u bil-mod il-mod, anke l-WTO u l- Istati Uniti ta' l-Amerika se jkollhom ineħħuhom.", "Fi żmien qasir, dawk l- affarijiet li jħarbtu n-negozju liberu se jitneħħew.", "Fir-rigward ta' dan nappella biex l-ewwel inħallu n-negozjati jsiru imbagħad nitkellmu fuq il- ftehim li nkunu akkwistajna.", "Ovvjament, qabel ma nibdew in-negozjati rridu nitkellmu mal-partijiet kollha, jiġifieri mal-bdiewa, mar-raħħala, mal- proċessuri u ma' dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma nvoluti f'dan il- qasam, ħalli l-pożizzjoni tkun ċara għal kulħadd.", "Jien persważ li permezz ta' dawn in-negozjati se nġibu lejn pajjiżna dawk il-miżuri u l-benefiċċji li tant nenħtieġu biex ngħinu lill-qasam agrikolu jiżviluppa u jissaħħaħ.", "Sur President, nagħlaq dan id-diskors billi ngħid li din il-liġi hija waħda minn sensila ta' liġijiet li d-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd qed ifassal biex jassigura l-food safety f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex ma jitħallewx jidħlu f'Malta organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti, biex dawn jiġu kkontrollati u mrażżnin il- firxa tagħhom u biex tipprovdi għal materji oħra li jkun inċidentali u anċillari għaliha'', ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nipproponi li din il-liġi tkompli tiġi diskussa fil- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz jitressaq quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, għandi l-messaġġ tal-President.", "THE DEPUTY SPEAKER:", "GUIDO DE MARCO", "PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u għal affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu miegħu\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "8 ta' Marzu 2001", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, f'isem il-Prim Ministru nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, huwa privileġġ u unur għalija li f'isem il-Prim Ministru nressaq abbozz ta' liġi li fl-opinjoni tiegħi huwa wieħed mill-iktar abbozzi mportanti li dan il-gvern qiegħed iressaq quddiem dan il-parlament f'din il-leġislatura.", "Naħseb li jkun tajjeb li bħala ntroduzzjoni għal dan id-dibattitu nispjega x'inhu l-ħsieb tal-gvern wara l-preżentazzjoni ta' dan l-abbozz, biex kulħadd jifhem għaliex għall-gvern, dan l-abbozz jirrappreżenta mument importanti ħafna fl-iżvilupp soċjali, politiku u ekonomiku ta' pajjiżna.", "Illum il-ġurnata, pajjiżna għandu esperjenza ta' snin twal ta' żvilupp ta' politika ekonomika u industrijali.", "Għaddejna minn żmenijiet differenti, bi gvernijiet, metodi, viżjonijiet u politika differenti.", "F'dawn iż- żmenijiet rajna t-tajjeb u l-ħażin u rajna d-dritt u l-imgħawweġ.", "Għexna żmenijiet ta' amministrazzjoni Soċjalista, bi programmi tipikament Soċjalisti, fejn il-gvern ikun hu l-padrun ta' kollox, f'kull ħin u f'kull mument, u jkun hu li jiddeċiedi dwar dak kollu li jolqot lill-bniedem, mill- mument li jitwieled sa meta jmut.", "Jiena wieħed minn dawk li nipprova nitgħallem mill-esperjenza tal-passat ta' pajjiżna biex nasal għall-konklużjonijiet ta' x'inhu t-tajjeb u l-ħażin u ta' x'għandhom ikunu l-metodi li għandhom jintużaw fiż-żmenijiet tal-lum, bil-mentalita` u l-kultura li hawn.", "Żgur li sa l-1987, pajjiżna kien immexxi b'din it-tip ta' amministrazzjoni, fejn il-gvern kien ċentrali f'kollox u f'kull ħin.", "Il-gvern b'politika purament Soċjalista kien warrab kompletament il-kontribut jew is-sehem li s-soċjeta` in ġenerali setgħet tat għall-iżvilupp tal-pajjiż.", "Wara l-1987, wieħed mill-messaġġi tal-gvern Nazzjonalista li kien tela' fil- poter kien id-djalogu fil-livelli kollha.", "Bdiet dieħla bil-mod il-mod l- idea li nenfasizzaw iżjed fuq il-kapaċita` li niddjalogaw bejnietna u li b'sens prattiku u b'rispett lejn xulxin nisimgħu dak li jkollu xi jgħid ħaddieħor.", "Ovvjament imbagħad irid ikun hemm xi ħadd li jieħu r- responsabbilta` tad-deċiżjoni, liema responsabbilta`, fi tmexxija demokratika taqa' fuq min ikun ġie elett biex imexxi l-pajjiż.", "Kif qed ngħid, wara l-1987 twieled dan il-proċess ta' djalogu biex iċ-ċittadini jinvolvu ruħhom fil-ħajja sħiħa tal-pajjiż u jiddjalogaw u jressqu s- suġġerimenti tagħhom biex kull deċiżjoni ma titteħidx qabel ma jkunu nstemgħu l-vuċijiet kollha.", "Sur President, huwa realta` tal-ħajja l-fatt li qatt ma nistgħu nikkuntentaw lil kulħadd, u għalhekk min jieħu d-deċiżjonijiet bilfors ikollu jaqta' favur naħa jew favur oħra, pero` il-proċess tad-djalogu żgur li jkompli jgħin biex jintlaħaq ftehim.", "Jien naħseb li tul dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari mill-1987 'l hawn, f'pajjiżna nżera` l-kunċett ta' djalogu fejn il-gvern, filwaqt li jerfa' r-responsabbilta` tad- deċiżjonijiet u finalment jiffaċċja l-ġudizzju tal-poplu, ma jibqax il- padrun assolut tad-destin tal-poplu, imma jagħti l-ispazju meħtieġ biex jiddetermina d-destin tiegħu.", "Naħseb li nkun ġust jekk ngħid li mill-1987 'l quddiem, pajjiżna għamel din il-bidla radikali u beda japprezza iżjed dan il-proċess ta' djalogu.", "Ta' min jgħid li dan il-proċess m'huwiex wieħed faċli, iktar u iktar issa li wasal fi stadju mportanti u delikat.", "Pero` fadal iktar xi jsir biex dan il-proċess ikompli jissaħħaħ.", "Ħafna drabi, ir-reazzjoni ta' dawk li jien nitkellem magħhom dwar dan il-proċess ta' djalogu tkun li għalkemm dan qed isir, fl-aħħar mill-aħħar il-gvern xorta jagħmel dak li oriġinarjament kellu f'moħħu.", "Id-djalogu ma jfissirx li l-poplu se jiddeċiedi hu, minflok min suppost jiddeċiedi, imma jfisser li dak li jkollu l-kompitu li jiddeċiedi jingħata stampa aktar wiesgħa biex ikun jista' jieħu deċiżjoni bl-għarfien sħiħ ta' l-opinjonijiet kollha tal-partijiet konċernati.", "Naħseb li jkun ġust li nerġa' ngħid li matul is-snin li għaddew, partikolarment f'dawn l-aħħar 15-il sena, pajjiżna pprova jsaħħaħ dan il- proċess.", "Fil-qasam tad-djalogu speċjalizzat, fl-1988 tfaċċat l-idea li dan iservi ta' għodda nazzjonali fl-oqsma kollha.", "F'dak iż-żmien il-gvern Nazzjonalista kien iddeċieda li jsir esperiment li bis-saħħa tiegħu titwaqqaf forma ta' struttura li tkun tippermetti tip ta' djalogu speċjalizzat, jew aħjar ''djagolu soċjali''.", "L-idea kienet ikkupjata minn esperjenzi ta' pajjiżi barra minn Malta, jiġifieri dan id-djalogu soċjali kien mibni fuq mudell internazzjonali li primarjament jeżisti fl-ILO.", "Din l-organizzazzjoni tippermetti l-parteċipazzjoni ta' tliet imsieħba soċjali – il-gvern, il-unions u l-ħaddiema - li jiddiskutu bejniethom dwar issues ta' importanza nazzjonali u internazzjonali u flimkien jippruvaw jaslu għal deċiżjonijiet aċċettabbli għall-imsieħba soċjali kollha.", "Dan il-mudell, li kif diġa` għedt, ilu stabbilit għal numru kbir ta' snin, ġie ntrodott f'pajjiżna fl-1988 u sar jissejjaħ il-Kunsill Malti għall- Iżvilupp Ekonomiku, jew l-MCED, kunsill tripartitiku bil-parteċipazzjoni tal-korpi kostitwiti, ta' min iħaddem tal-unions u ovvjament tal-gvern.", "L- iskop ta' dan il-kunsill kien li jipprovdi forum konsultattiv fejn l- imsieħba soċjali jkunu jistgħu jiddiskutu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika ekonomika ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Onor. Gonzi, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa` in possession?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, nibqa` in possession.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi jibqa` in possession.", "Issa nistieden lill- istess Onor. Gonzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t- Tlieta, 27 ta' Marzu, 2001 fis-7.00 p.m., b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonniċi.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, madwar ġimgħatejn ilu, il-Ministru għall-Politika Soċjali, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kura ta' l-Anzjani, inawgura wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru f'Malta f'dik li hija riabilitazzjoni ta' wards fid-Dar San Vinċenz De Paule.", "Dakinhar jien ħassejtni onorat li nifforma parti minn dan il-gvern li qed jagħmel l- almu kollu possibbli għall-anzjani li wkoll huma ċittadini Maltin u li matul iż-żminijiet l-imgħoddija taw l-ikbar kontribut li setgħu jagħtu lil pajjiżhom.", "Il-kontribut tagħhom ma kienx ftit u matul iż-żmenijiet dawn tawna pariri, għajnuniet u kontribuzzjonijiet għaqlin.", "Dan il-proġett li nfetaħ 15-il ġurnata ilu ssejjaħ Serenity Ward.", "Jien ħadt pjaċir li ssemma Serenity Ward għaliex huwa maħsub biex fih wieħed isib il-paċi u l-mistrieħ tiegħu u anke dik il-kalma li wieħed ikollu bżonn wara dawk it-turbulazzjonijiet li jkun għadda minnhom matul ħajtu kollha.", "Aħna nafu li l-gvern qiegħed verament jaħdem biex dawn il-postijiet ma jkunux mitluqin imma jkunu attraenti, sbieħ u ndaf; postijiet fejn wieħed jista' verament igħix ta' bniedem li hu.", "M'iniex qed nirriferi biss għall- SVPR imma anke għal postijiet oħra.", "Is-sitwazzjoni ta' l-anzjani f'Malta mhix, per eżempju, bħalma ġieli rajna f'pajjiżi oħra fejn jitfgħu l- anzjani jew il-morda tagħhom f'dawn il-postijiet, igħidu li wasal it-tmiem tagħhom u jħalluhom hemm sakemm imutu.", "Jien ma nistax ma nfaħħarx il-ħsieb nobbli tal-gvern li ħa l-inizzjattiva sabiex ra li żewġ wards li kienu milquta fit-Tieni Gwerra Dinjija u li kienu fi stat miżerabbli, f'inqas minn sentejn jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid.", "Il-gvern ħa in konsiderazzjoni l-estetika tal-post u l-ambjent ta' madwar u bena post li huwa verament monument tal-millenju l-ġdid.", "Mr Speaker, naħseb li huwa inutli li wieħed joqgħod jagħmel l-eloġji kollha fuq dak u fuq l-ieħor, imma nixtieq hawnhekk infaħħar lis-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici għad-dedikazzjoni speċjali li għandu għal dan il-qasam, kif ukoll lill-predeċessur tiegħu, il-Prof.", "Rizzo Naudi.", "Dawn it-tnejn ħadmu kemm felħu biex jaraw li dawk in-nies li jkunu jaqbżu ċerta eta` almenu jkollhom ir-rispett, anke bħala rigal għal dak li għaddew minnu.", "Li tiġi hawnhekk u tisma' kritika nġusta b'mod speċjali fuq l-affarijiet soċjali, u ma jissemma' xejn mis-sabiħ imma jissemmew biss dawk il-ftit affarijiet jew nuqqasijiet li jista' jkun hemm, hi ingratitudni qawwija.", "Wieħed irid jikkunsidra li l-Gvern qiegħed jagħmel l-almu kollu tiegħu possibbli biex iwettaq dawn il-proġetti bl-aħjar mod possibbli, mhux biss fl-inqas żmien, imma anke bl-iktar mod effikaċi.", "Minkejja l-ispejjeż li l- gvern jista' jkollu xorta waħda jsib fondi biżżejjed biex dawn il-postijiet jirriabilitahom u jagħmilhom postijiet diċenti.", "Jien nappella sabiex l-affarijiet soċjali ma jkunux kkritikati b'mod distruttiv, jagħmilhom min jagħmilhom.", "Jekk, per eżempju, jinstab xi qattus jew tnejn, m'għandniex nagħmlu għaġeb.", "Mhux fl-isptarijiet kollha mad-dinja kollha tista' tgħid ikun hemm xi qtates jiġru 'l hemm u 'l hawn!", "Ejjew ma nkunux daqshekk pwerili!", "Jien jiddispjaċini nisma' dawn l- affarijiet.", "Hemm bżonn li nkomplu nagħtu s-support li qegħdin nagħtu lil dawn l-anzjani.", "Rigward l-ikel irridu nifhmu li wieħed ma jistax jikkuntenta lil kulħadd, mod speċjali lill-anzjani.", "Fil-passat nista' ngħid li ħdimt fl-isptarijiet kollha tal-gvern u naf li l-anzjani mhux kollha huma kapaċi jieklu waħedhom.", "Ħafna drabi, għalkemm ikun għadu kif inqaleb il-platt sħun minn ġot-trolley, sakemm in-nurse b'tant paċenzja, vokazzjoni, determinazzjoni u tant sagrifiċċju għaliha tkun qed titma lill-anzjan, l-ikel jiksaħ.", "Huwa veru li l-qraba ta' l-anzjani jeħdulhom l-ikel, imma dan jagħmluh għaliex jieħdu pjaċir jagħtuhom ftit mill-ikel tad-dar lill-anzjani tagħhom mhux għaliex l-ikel ma jkunx tajjeb.", "Nerġa' ngħid li l-kritika tagħna trid tkun kostruttiva, m'għandniex tkun kritika biex inxejnu dak li sar tajjeb jew nippruvaw nivvintaw jew naqilgħu minn żniedna jew inkella dak li huwa tikka nagħmluh muntanja biex insibu x'noġġezzjonaw għal dak li jkun sar tajjeb u biex ngħattu dak li jkun sar tajjeb.", "Kritika distruttiva taffettwa ħażin ħafna wkoll lill-familjari ta' dawn in- nies li jibdew jistaqsuh x'inhu jiġri f'dawn il-postijiet.", "Għalkemm huwa veru li hemm anzjani li huma abbandunati, hemm minnhom li t-tfal jew il- qraba tagħhom imorru jżuruhom.", "F'dan ir-rigward l-istess jiġri fl-isptar San Luqa; il-problema tal- kwantita` ta' ikel li jintrema mill-isptar San Luqa u mill-isptarijiet l- oħra għaliex il-familjari jġibulhom l-ikel, kemm-il darba ġiet ittekiljata.", "Ovvjament dan ikun ħafna iktar tajjeb għaliex ikun imħawwar imma wieħed irid jifhem li fl-isptar ma tistax taqbad u ssajjar kif trid għaliex ikun hemm nies bil-pressjoni, oħrajn bil-mard tal-qalb, oħrajn bid- diabete u kondizzjonijiet oħra.", "Ma jistax ikun li toqgħod tagħmel l-ikel għal kull persuna partikolari skond il-marda li għandha.", "L-ikel li jiġi pprovdut mill-kċejjen ta' l-isptarijiet u minn tant koki tajbin li b'tant sagrifiċċju jaħdmu dawk is-sigħat twal ġo dawk is-sħanat kollha li ġġib magħha l-kċina, hu ikel tajjeb ħafna.", "Saret kritika wkoll fuq l-Isptar San Luqa għaliex il-ministru ntroduċa kompetizzjoni għal-logo.", "Mela għax il-ministru għamel kompetizzjoni għal- logo tfisser li ttraskura l-isptar jew inkella ttraskura l-wards kollha?", "Ittraskura l-importazzjoni ta' tant makkinarju effiċjenti li llum hu mgħammar bih l-Isptar San Luqa u l-isptarijiet l-oħra.", "Din hi ħaġa li qatt ma saret fil-50 sena li ilu li sar l-Isptar San Luqa u li riedet issir.", "Din m'hijiex kritika li tixraq lil dan il-parlament imma hija kritika li ssir minn tfal żgħar.", "Mr Speaker, hemm bżonn li naraw fejn nistgħu ntejbu u m'hemmx kritika aħjar minn dik oġġettiva.", "Veru li tara xi jkun hemm ħażin, imma mhux tgħid li dak huwa ħażin u tkompli tgħarraq, tgħaffeġ, tkissru u tfarrku; trid tagħmel suġġerimenti biex l-affarijiet jitjiebu.", "B'hekk biss nistgħu nġibu l-affarijiet 'il quddiem.", "Ejjew intejbu fuq dak li jsir tajjeb u nikkritikaw fuq dak li naħsbu li jkun ħażin u nippruvaw intejbuh.", "Hekk ikunu l-membri Parlamentari li jkunu dehen ta' dan il-Parlament u dehen ta' dawk iċ-ċittadini li jkunu tellgħuhom.", "Ma ninsewx li l-policy tal-gvern fuq l-anzjani qiegħda fuq żewġ binarji.", "L- ewwel binarju hu li qed isiru djar għal dawk l-anzjani li m'għandhomx min jieħu ħsiebhom fil-familja tagħhom jew li minħabba l-pressjoni ta' xogħol ta' wliedhom u ta' qrabathom ma jistgħux igħixu fil-komunita` kif aħna lkoll nixtiequ li jibqgħu jagħmlu.", "Din il-policy tal-gvern bdiet mill-1987.", "Veru li kienet saret xi ħaġa qabel, biex inkun onest miegħi innifsi, imma din kienet qed issir bil-mod wisq.", "Il-gvern Nazzjonalista ta spinta meta fl-1987 għall-ewwel darba fl-istorja tal-Parlament Malti ħatar segretarju parlamentari responsabbli mill-kura ta' l-anzjani.", "Jien nixtieq infaħħar anke lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li meta kien prim ministru rrikonoxxa l- bżonn li jkun hemm xi ħadd li jkun responsabbli minn dan il-qasam u huwa wkoll kien ħatar persuna biex tieħu ħsieb il-qasam ta' l-anzjani.", "Kif diġa` għedt fejn il-gvern qiegħed jieħu ħsieb lil dawk li qed imorru fid-djar ta' l-anzjani u qed ikabbarhom.", "Araw id-dar ta' l-Imtarfa kemm hi sabiħa!", "Minn daqsxejn ta' ftit barracks tas-suldati li kien hemm ġiet imkabbra u llum hi mgħammra tajjeb.", "Ara l-Knisja x'għamlet matul iż- żmenijiet!", "Hi kienet il-pijuniera ta' dawn id-djar ta' l-anzjani; kienet hi li bniet id-dar Ta' Sawra, tal-Ħamrun u postijiet oħra.", "Il-Knisja bdiet dan.", "Il-gvern ra l-eżempju tajjeb tagħha u pprova jagħmel xi ħaġa simili.", "Illum il-gvern qabeż dan ir-ritmu għax il-Knisja m'għadhiex daqshekk kapaċi, forsi minħabba nuqqas ta' superviżjoni li qabel kien ikollha permezz tas-sorijiet, imma anke finanzjarjament, li jirnexxielha tissapportja daqshekk.", "Dan hu l-ewwel binarju.", "Imma l-gvern mhux għal dawn l-azjani biss ħaseb imma ħaseb ukoll għal dawk li qegħdin jgħixu fil- komunita`.", "U dan huwa l-binarju l-ieħor li rrid nitkellem fuqu.", "Insemmi, per eżempju, l-assistenti soċjali każwali li qed jiġu ttrejnjati.", "Kien hawn żmien meta kien hawn xi strikes fl-iskejjel u tfajna nies - u jiddispjaċini għalihom - bħala għalliema mingħajr ma jafu kważi l-ebda skola.", "Imbagħad daħħalnihom tal-post u safejn naf jien ma kellhom kwalifikazzjonjiet ta' xejn u kellhom isiru l-korsijiet għalihom biex jieħdu ħsieb it-tfal.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-anzjani, gvern Nazzjonalista ħaseb biex lill- assistenti soċjali każwali jagħtihom it-training meħtieġ, mhux biss dak prattiku imma anke dak psikoloġiku, dwar kif jifhmuha l-anzjani biex huma jkunu kkwalifikati biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-kura.", "Nittama li dan ix-xogħol li qed jagħmlu l-assistenti soċjali każwali llum jiġi rikonoxxut iktar mill-gvern.", "Ma ninsewx li dawn għadhom self-employed u għadhom iħaddmu lilhom infushom; m'humiex impjegati tal-gvern.", "Għalhekk jenħtieġ li tinħatar xi idea ta' struttura biex kull gvern jagħraf il- kontribut kbir ta' dawn in-nies, jirrikonoxxi x-xogħol li qed jagħmlu u jagħtihom post fis-sod skond iċ-ċirkostanzi li jkunu għaddejjin fil-pajjiż.", "Dawn qegħdin jagħmlu sagrifiċċju kbir, qegħdin jagħtu servizz tajjeb u qegħdin jikkontribwixxu għall-policy tal-gvern tal-ġurnata.", "Barra minn hekk, ma rridx nisma nsemmi s-servizz tat-telecare li huwa tajjeb ħafna u anke s-servizz tal-handyman għal dawk il-ħafna anzjani li per eżempju ma jkunux jistgħu jiftħu xi bieb jew tkun inkisritilhom xi ħġieġa.", "Dan is-servizz beda fi żmien gvern Nazzjonalista u tkompla fi żmien gvern Laburista wkoll.", "Hemm ukoll is-servizz tal-meals on wheels għal dawk l-anzjani li ma jifilħux jagħmlu l-borma, ma jifilħux jixegħlu l- gass jew inkella ma jafux jużaw l-affarijiet oħra.", "Dawn ħadu l-platt sħun ukoll permezz tal-meals on wheels .", "Infetħu wkoll numru ta' day centres.", "Dawn bdiehom il-gvern u llum qed ikompluhom il-kunsilli lokali.", "Barra minn hekk, l-iktar ħaġa li għamilna kienet li ntroduċejna l-Universita` tat-Terza Eta` għal dawk in-nies li huma kapaċi u li baqgħu kapaċi li jistudjaw.", "Tajnihom l-inizjattiva biex ikomplu ftit ieħor biex ma jibqgħux passivi wara li jagħlqu l-61 sena u jibqgħu sempliċement ġod-dar jew inkella jiġru 'l hemm u 'l hawn fil-pjazez jew ma jagħmlu xejn għax dan joħloq il-monotonija u l-immaġinazzjoni li jikkunsidraw ruħhom bħala emarġinati.", "Nafu biżżejjed kemm daħlu nies għal dawn il-korsijiet u llum qed jagħtu kontribut huma stess bħala pensjonanti, l-iżjed permezz ta' dak li setgħu akkwistaw mill-esperjenza ta' ħajjithom.", "Il-gvern Nazzjonalista ta anke xi ħaġa finanzjarja meta ntroduċa s- supplementary allowances.", "Kull meta wieħed jimla l-formula tas- supplementary allowances, dawk li jkunu għalqu l-61 sena ma jkunx hemm għalfejn li wieħed jikteb min qed igħix magħhom jew inkella dawk il- familjari oħra li jkunu qegħdin igħixu fl-istess dar.", "Din ukoll hija ta' għajnuna għall-anzjani.", "Fl-aħħar nett xtaqt nagħti xi pariri u suġġerimenti.", "Naf li din diġa` qiegħda ssir minn xi wħud, pero` dawk il-kappillani, kunsilli lokali u soċjetajiet li jaraw li hemm ċerti nies li jispiċċaw bl-eta` tal-pensjoni ta' 61 sena u għadhom tajbin, inħoss li għandhom jagħtuna l-esperjenzi tagħhom f'diversi xogħlijiet fil-komunita`.", "Nissuġġerixxi li l-kunsilli lokali jagħtuhom u jdaħħluhom f'bordijiet li jista' jkollhom sabiex jagħtuhom il-pariri.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-kappillani jistgħu anke forsi jagħmlu l-accounts jew il-fuljett tal-parroċċa.", "Jistgħu wkoll jagħmlu librerija f'kull parroċċa jew jorganiżżaw l-attivitajiet li jkollhom biex mhux dejjem ikunu l-istess tnejn jew tlieta min-nies li jagħmlu dawn l- affarijiet.", "Hemm bżonn li lill-anzjani ninvolvuhom f'dan ix-xogħol.", "L- istess appell tiegħi jmur għas-soċjetajiet fl-irħula u fl-ibliet tagħna fejn għandna ħafna soċjetajiet, bħall-każini tal-baned, il-każini politiċi, il-każini soċjali, clubs tal-boċċi u enti oħrajn li ssibhom f'kull lokalita`.", "Ejjew ninvolvu wkoll lill-anzjani ħalli jkunu jistgħu jagħtu l- għajnuna u l-kontribut tagħhom.", "Nagħlaq billi ngħid li għandu jkollna l-ikbar rispett lejn l-anzjani u għandna nirrikonoxxu l-ħidma li qed issir.", "Ma rridux inkunu kritiċi b'ċerta kritika pwerili.", "Ejjew naraw li dak li hu tajjeb ikun verament tajjeb u dak li forsi jkun ħażin ma nkomplux nagħrrquh iktar imma nippruvaw nagħmlu s-suġġerimenti biex dik il-ħaġa titjieb.", "Jien nittama li kull membru ta' dan il-Parlament jifhem dawn l-affarijet soċjali.", "Il-gvern għandu diversi prioritajiet fl-edukazzjoni, fl-anzjani, fil-finanzi u f'affarijiet oħra.", "Imma f'din il-materja l-gvern mhux jonqos li jagħti l- kontribut tiegħu lil dawk in-nies li kkontribwew qabilna għal dan il- pajjiż.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Grazzi, Mr Speaker.", "Riċentement f'dan il-Parlament u anke barra minn dan il-Parlament saru allegazzjonijiet dwar għoti ta' titlu fl-Għadira lil Trattoria Debono, li qabel kien magħruf bħala Tunny Net.", "Bħas-soltu nippruvaw nibnu każ madwar għoti u konċessjoni mid-Dipartiment ta' l-Artijiet li kif se nuri dalwaqt mhux talli ma qdewx mill-koxxa - kif allegat fil-''Kullħadd'' u anke mill-Onor.", "Mizzi - lill-propjetarju jew aħjar iċ-ċenswalist ta' dan ir-restaurant, tali mill-konċessjonijiet kollha li saru matul iż-żmien mill-1927 'il hawn fuq dak il-post, id-Dipartiment ta' l-Artijiet qatt ma kien strett daqs kemm kien fl-aħħar konċessjoni.", "Nibda biex ngħid li fejn illum hemm it-Tunny Net kien ingħata fl-1927 b'ċens ta' LM1 fis-sena għal 99 sena li jagħlqu fl-2026, jiġifieri 25 sena oħra.", "Hemmhekk kien beda bħala restaurant - forsi ma kienx kbir daqs illum - u bidel diversi jdejn sakemm ġie f'idejn il-kumpannija JT Catering Limited li tagħha kien direttur John Dalli, l-ex deputat Laburista, li bħal ħaddieħor għandu kull dritt li jinnegozja.", "Jiġifieri ma jien qed ngħid dan bl-ebda sens ta' kritika.", "Fl-1993 l-awtoritajiet tad-Dipartiment ta' l-Artijiet skoprew li matul iż- żmien dan ir-restaurant kien kiber mingħajr ma kien hemm titlu fuq l-art u għalhekk fl-1993, qabel ma xtaraha l-propjretarju attwali tat-Tunny Net, illum magħruf bħala Trattoria Debono, il-gvern kien irrikonoxxa lill- kumpannija JT Catering Limited mhux biss fl-area konċessa oriġinarjament fl-1927 imma żiedlu magħha 540 metri kwadri.", "Dan oriġinarjament fl-1927 kien 232 metri kwadri imbagħad fl-1993 ġiet regolariżżata l-pożizzjoni - ma nafux meta minn 232 metri kwadru żdiedet b'540 metru kwadru bejn l-1927 u 1993 - pero` l-gvern, kif għandu dritt jagħmel, irrikonoxxa dawk il-540 metru kwadru u żied iċ-ċens minn Lm1 għal Lm750 fis-sena.", "Dan ifisser li kkalkola dawn il-540 metru kwadru għal Lm750 ċens fis-sena li m'huwiex perpetwu imma jagħlaq fl-2026.", "Fl-1993, il-gvern ta biċċa art ta' 540 metru kwadru lill-kumpannija JT Catering Limited biċ-ċens li jien ikkalkulajtu ta' Lm1.41 kull metru kwadru.", "Fuq dan, l-oppożizzjoni ma qalet xejn u fl-1999 il-gvern ta konċessjoni ta' 179 metru kwadru oħra meta s-sid, issa ġie s-sid attwali, waqqa' kollox u reġa' bena Trattoria ġdida bil-beach facilities li llum jisimha Trattoria Debono.", "Il-gvern issa ta 179 metru kwadru extra li minnhom 139 metru kwadru huma taħt il-livell tat-triq u ma jistgħux jiġu żviluppati 'l fuq mit-triq.", "Din l-art taha bil-prezz ta' Lm1,910 fis-sena b'ċens temporarju, jiġifieri 25 sena oħra ċ-ċens jagħlaq u jkollhom joħorġu t-tenders mill-ġdid.", "Mela fl-1927 ingħataw 232 metru kwadru b'Lm1 fis- sena, fl-1993 ingħataw 540 metru kwadru bis-Lm750 fis-sena ċens, jiġifieri mhux kif kien hemm fil-''KullĦadd'' jew inkella kif qal l-Onor.", "Mizzi fejn wieħed ingħata x'jaħseb li dan hu l-prezz għall-proprjeta`.", "Dan m'huwiex ċens perpetwu imma huwa ċens temporarju - u allura lanqas jista' jinfeda - li jagħlaq 25 sena oħra.", "Mela fl-1993 ingħataw 540 metru kwadru bil-Lm1.41 kull metru kwadru, u issa għax il-gvern ta 179 metru kwadru li tliet kwarti minnhom huma taħt il-livell tat-triq għal Lm1,910 qed igħidu li dan hu skandlu u li dawn in-nies qed jinqdew mill-koxxa.", "Mr Speaker, dan kollu għaliex darba kien hemm perit li qal li għandna nitolbu Lm9,000, liema ammont kien esaġerat u perit ieħor - dawn it-tnejn jaħdmu mal-gvern - li qal li għandna nitolbu Lm900.", "Għalhekk id- Dipartiment ta' l-Artijiet iddeċieda li jqabbad persuna indipendenti minn barra d-Dipartiment ta' l-Artijiet, li m'hijiex uffiċjal tal-gvern, imma perit anzjan ta' ċerta esperjenza li wasal għall-konklużjoni li għandna nagħtuha b'Lm1,910.", "Fil-fatt għalkemm approvat mid-Dipartiment ta' l- Artijiet, dan il-każ qiegħed quddiem il-Kumitat tal-Kuntratti bħal kif jiġri f'każijiet l-oħra sabiex jiġi approvat.", "Dan kollu għedtu biex nuri l- iskop malinn ta' l-oppożizzjoni u anke tal-ġurnal \"KullĦadd\" li attakkaw din il-konċessjoni meta din il-konċessjoni ngħatat bi prezz ta' għaxar darbiet iktar minn dik li ngħatat fl-1993.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta, 27 ta' Marzu, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DOKUMENTI", "24347.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi problemi biex persuna tuża bl-istess faċilita' dokumenti bħal passaport, liċenzja tas-sewqan, karta ta' l-identita' bl- istess ekwivalenza u piż, meta juża s-servizzi pubbliċi bħal pulizija, ETC, dipartiment tat-taxxa, sigurta' soċjali eċċ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Att dwar il-Karti ta' l-Identità Kap 258 jiddefinixxi l-karta ta' l-identità bħala dokument maħruġ lil persuna bil- għan li jidentifika lil dik il-persuna, mentri l-iskop li għalih jingħataw iż-żewġ dokumenti l-oħra, il-passaport u l-liċenzja tas-sewqan, huwa għal kollox differenti.", "Uħud mis-servizzi pubbliċi huma limitati għal persuni li jkunu residenti f'Malta.", "Peress li Maltin li jgħixu f'pajjiżi barranin jista' jkollhom fil- pussess tagħhom passaport jew liċenzja tas-sewqan maħruġa f'isimhom u persuni ta' nazzjonalità barranija li m'humiex residenti Malta jista' jkollhom liċenzja tas-sewqan Maltija, jista' jkun hemm każi fejn ma jkunx possibbli li d-dipartimenti konċernati jaċċettaw passaport jew liċenzja tas- sewqan bħala prova ta' residenza f'Malta.", "ALLOWANCE", "24348.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex il-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija fl-aħħar jitħallas il-Lm150 li għandu jieħu bħala allowance u li l-Ministru stess fil-parlament xhur ilu kien qal li se jitħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-għalliem indikat diġa' qed jirċievi d-Diploma qualification allowance u ser jingħata l-arretrati fil- paga ta' dan ix-xahar.", "SKEJJEL - RAĦAL ĠDID", "24349.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex l-art tal-btieħi interni tal-bini ta' l-iskejjel primarji ta' Raħal Ġdid issir b'materjal artab biex it-tfal ma jweġġgħux?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux prattikabbli li l-btieħi ta' l- iskejjel primarji ta' Raħal il-Ġdid jinksew kollha bis-soft flooring.", "Is-soft flooring jintuża taħt apparat tal-logħob biex iħares lit-tfal milli jweġġgħu jekk jaqgħu minn ċertu għoli.", "Fil-fatt id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni se toħroġ sejħa għal tender li fost xogħlijiet oħra hemm dak ta' kisi b'materjal artab parti mill-bitħa ta' skola A biex b'hekk it-tfal ikunu jistgħu jużaw apparat tal-logħob mixtri mill-awtoritajiet ta' l-istess skola.", "RANGE TAL-PLATTINI", "24497.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana x'sar matul l-1999 u s-sena 2000 sabiex it- talba tad-dilettanti Mostin biex ikollhom range tal-plattini tiġi milqugħa?", "Jista' jgħid x'inhuma l-possibilitajiet li din it-talba tintlaqa' b'mod li jinstab rimedju matul din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżulax li saret xi talba lill- kunsill Malti għall-isport jew lid-dipartiment taż-żgħażagħ u sport għal range tal-plattini fil-Mosta.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Membru jkun aktar speċifiku.", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA", "24498.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru.", "23648 u cioe' fejn waslu ma' min qed isiru l-arranġamenti f'Bologna biex l- istudenti tal-kulleġġ jitħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola organika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-pjan biex l-istudenti tal-kulleġġ tal- biedja jistħarrġu fuq produzzjoni agrikola organika qiegħed isir ma' Dr Antonio Campagnoni l-PRO ta' l-għaqda produtturi organiċi ġewwa Bologna.", "Dr Campagnoni hu membru tal-federazzjoni internazzjonali għal movimenti ta' l-agrikoltura organika.", "Informat ukoll li t-talba li saret mill-kulleġġ hi biex l-istudenti jmorru jagħmlu prattika f'irziezet fir-reġjun ta' Vignola, speċifikament ma' koperattiva, biex jakkwistaw esperjenza mhux biss fuq metodoloġija organika imma wkoll fuq maniġġ ta' kif timxi l-assoċjazzjoni tal-produtturi organiċi.", "Dan il-pjan ikun jista' jseħħ biss wara li l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer tiġi kkontrollata.", "L-istudenti tal-kulleġġ għandhom rappreżentanti fil-moviment Malti ta' l- agrikoltura organika.", "Il-moviment jiltaqa' fil-kulleġġ.", "SUQ TAL-BELT - TOILET", "24499.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinformana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari nru.", "24277 fid- dawl tar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "24271?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li saru diversi xogħlijiet kemm-il darba minħabba l-vandaliżmu.", "Għaldaqstant ix-xogħlijiet meħtieġa, jiġifieri l-bdil tal-bieb u l-ħġieġ miksur, għandhom isiru mill-ġdid.", "Manutenzjoni tal-plumbing għandha ssir ukoll.", "TA' QALI - FRUIT WHOLESALERS", "24500.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jiġu rispettati u approvati l-bżonnijiet tal-wholesalers tal-frott f'Ta Qali?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l- bżonnijiet li qed jirriferi għalihom.", "FRUIT WHOLESALERS", "24501.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformana jekk investigax l-inkonvenjent sanitarju li tqajjem fil- ġurnal \"l-orizzont\" f'paġna 10 ta' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Marzu dwar l- inkonvenjent li qed jiffaċjaw il-wholesalers tal-frott?", "Jista' jinformana x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-inkonvenjent sanitarju li tqajjem fil-ġurnal imsemmi ġie investigat u kkonfermat minn uffiċjali ta` dan id-dipartiment.", "Komunikazzjoni ntbagħtet lid-dipartiment ta` l- agrikoltura u sajd f'dan ir-rigward biex tinstab soluzzjoni mill-aktar fis.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li għal aktar informazzjoni tali mistoqsija tista` tiġi riferuta lill-ministru responsabbli mill-agrikoltura u sajd.", "FRUIT WHOLESALERS", "24502.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani jekk investigax l-ilmenti li kienu msemmija mill-wholesalers tal-frott f'Ta Qali fil-ġurnal \"l-orizzont\" ta' nhar l-erbgħa, 14 ta' Marzo paġna 10?", "Jista' jinformani x'passi ħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalkemm il-post imsemmi qiegħed f'Ta' Qali dan ma jagħmilx parti mill-pitkalija ċentrali.", "Il-posti tal-frott huma mikrija direttament mid-dipartiment ta' l-artijiet lil dawn l-individwi.", "Bħala ġest ta' rieda tajba u sabiex tinżamm kemm jista' jkun l-indafa f'dan il- post, id-dipartiment ta' l-agrikoltura joffri servizz ta' industrial skips li jitbattlu kuljum.", "Inżid ngħid li ż-żamma ta' l-indafa fil-post imsemmi hija r-responsabbilta` tal-wholesalers.", "ETC", "24538.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC hux qed tinvestiga d-diversi każi li qed ikun hemm fejn azjendi kummerċjali jagħtu s-sensja lil full-timers li jkollhom filwaqt li jibqgħu jżommu fuq il-kotba tagħhom il-part-timers?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond l-att li jirregola l-kundizzjonijiet ta' l- impjieg, \"meta prinċipal ikun bi ħsiebu jtemm l-impjieg ta' mpjegat minħabba redundancy, hu għandu jtemm l-impjieg ta' dik il-persuna li tkun impjegata l-aħħar fil-klassi ta' l-impjieg milqut minn dik ir-redundancy\".", "Ninsab informat li meta l-uffiċjali tad-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjieg jiltaqgħu ma' ksur tal-provedimenti msemmija, jieħdu l-passi meħtieġa bi skop li jirrimedjaw dan il-ksur.", "IKLIN – TRIQ ANTON MANWEL CARUANA - DAWL", "24539.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi stallat id-dawl fi Triq Anton Manwel Caruana, Iklin billi l-arbli ilhom mwaħħlin aktar minn tliet ġimgħat?", "Id- dwal li hemm mwaħħla mar-residenzi privati ser jinqalgħu", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li x-xogħol biex jiġi stallat id-dawl fit-triq imsemmija għandu jitkompla flimkien ma' xogħlijiet oħra u mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' April.", "IKLIN – TRIQ ERIN SERRACINO INGLOTT - PEDESTRIAN CROSSING", "24540.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta` hemm li ssir pedestrian crossinng għar-residenti ta' Triq Erin Serracino Inglott, l- Iklin li jkunu jridu jaqsmu l-Birkirkara by-pass mingħajr il-bżonn li joqogħdu jmorru ħdejn il-bathroom design?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta` l-Onor.", "Interpellant lill-bord għall-kontroll tat-traffiku biex jara x`jista jsir.", "IMSIDA - BINI PERIKOLUŻ", "24548.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jittieħdu passi biex jitwaqqa l-bini li hemm qrib Conception Street, Imsida li apparti milli mhuwiex abitat jinsab fi stat ta' abbandun u f'qagħda perikoluza kif jixhdu l-prekawzjonijiet li kellhom jittieħdu xi ftit tal-ġranet ilu peress li dan il-bini qed iservi biss biex jitrabbew l-annimali fih, b'periklu kbir għas-saħħa tar-residenti ta' l- inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-perit inkarigat mid- dangerous structures ġie mitlub jinvestiga l-każ.", "TOROQ - KONTIJIET IKKONTESTATI", "24549.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-claims msemmija fil-mistoqsija parlamentari nru.", "24385?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment għandu claim ta` Lm2.08miljun fir-rigward tal-proġett ta` Tal-Qroqq filwaqt li l-ammont ta` claims oħra hu ta` Lm357,000.", "PULZIJA – FGURA - KLIEB PERIKOLUŻI", "24581.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarux rapporti lill-pulizija minħabba klieb perikolużi li jinsabu jiġġerrew fit-toroq tal-Fgura?", "Jekk iva, x'passi qed jittieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mill-ewwel tas-sena 'l hawn il- pulizija ma kelliex rapporti dwar xi klieb perikolużi jiġġerrew fit-toroq tal-Fgura.", "PULIZIJA – WIED IL-GĦAJN - KLIEB PERIKOLUŻI", "24582.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarux rapporti lill-pulizija minħabba klieb perikolużi jiġġerrew fit-toroq ta' Marsaskala?", "Jekk iva, x'passi qed jittieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mill-ewwel tas-sena `l hawn il- pulizija ma kelliex rapporti dwar xi klieb perikolużi jiġġerrew fit-toroq ta` Marsascala.", "PULIZIJA - QBID TA' KLIEB", "24583.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti statistika ta' kemm inqabdu klieb li kienu qed jiġġerrew mat-toroq tagħna?", "Kemm kien l-ammont fis-snin 1999/2000 u fis-sena 2000 s'issa?", "Kemm minhom ġew imraqda biex imutu u x'sar mill-bqija tal-klieb l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma tinżammx statistika ta` dawn il-każi.", "PULIZIJA - KLIEB", "24584.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'isir wara li jkun hemm rapporti ta' klieb jiġġerrew mat- toroq li jkunu perikolużi għall-pubbliku?", "Kemm għandna persuni available li jmorru jagħmlu dan ix-xogħol u kemm għandna vetturi adattati biex jaqbdu dawn il-klieb?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi meta l-pulizija jkollha rapporti ta` klieb jiġġerrew barra, tkun informata l-SPCA peress li bis-saħħa ta` l- artikolu 12 ta` Kapitlu 312, l-SPCA kienet ġiet awtorizzata li tieħu ħsieb il-qbid ta` klieb li jkunu jiġġerrew barra.", "MUMN", "24591.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-rappreżentazzjonijiet li saru mill-MUMN (permezz ta' ittra lid- direttur ta' l-isptarijiet datata 23 ta' Ottubru 2000 u laqgħa mad- dietician tad-divizjoni u l-amministrattur mediku Dr. Frank Bartolo MD) dwar il-possibbilta` li jibda jiġi servut breakfast aktar healthy minn dak li qed jiġi offrut bħalissa lin-nurses u l-midwives, possibbli li d- diviżjoni tas-saħħa tgħid għaliex għadha ma bidlitx il-breakfast?", "Kif tiġġustifika d-diviżjoni tas-saħħa l-fatt li għall-breakfast tan-nurses u midwives toffri ikel li jista' jkun ta' detriment għas-saħħa bħal corned beef, ġobon, zalzett, bajd moqli, luncheon meat, perżut u tonn taż-żejt?", "Taħsibx id-diviżjoni tas-saħħa li għandha tagħti eżempju f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CCTU", "24608.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-katusi tas-sistema tad- drenaġġ fis-service road parallel ma' Imdina Road, Qormi ġewx spezzjonati permess tas-CCTU qabel ma din it-triq ingħatat it-tarmac għax hemm suspett serju li s-sistema eżistenti hi kolassata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fit-triq imsemmija ma saritx spezzjoni bis-CCTU peress li wara li saru xi lmenti mir-residenti mal- kunsill lokali, saru xogħlijiet neċessarji u l-kunsill lokali kkonferma lid- dipartiment li t-talbiet tar-residenti kienu ġew sodisfatti.", "SECURITY GUARDS", "24609.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati għal post ta' security guards għall-isptarijiet, liema riżultat ġie pubblikat ftit taż- żmien ilu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi l-proċess ta` l-għażla għall-mili ta` postijiet ta` security guards fid-diviżjoni tas-saħħa għadu mhux finalizzat mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-istess kummissjoni.", "IMDINA - DRENAĠĠ", "24610.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala f'xi ħinijiet id-drenaġġ qiegħed ifur minn manhole li hemm fit-triq ta' taħt l-Imdina qabel il-bridge il- ġdid li hemm fejn is-sala Olive Gardens, l/o Mdina?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li permezz tal- jetting/suction bowser ittella' waste u anke biċċa njama minn quddiem Olive Gardens.", "Peress illi fil-viċinanzi jitbattlu l-bowsers, ħa titnaddaf biċċa mina fil- viċin bin-nies tad-deep sewers peress li jista' jkun illi hemm ħafna sludge u għalhekk tista' tikkontribwixxi għal fawran spiss f'dawn l-inħawi.", "BELT VALLETTA - PJAZZA ASSEDJU L-KBIR", "24614.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol ta' pavimentar ta' Pjazza Assedju l- Kbir - quddiem il-qrati - fil-Belt?", "Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol peress li fl-istat li qiegħda l- pjazza din toħloq inkonvenjent kbir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li kien hemm xi dewmien fil- proġett minħabba l-fatt li meta nqalgħet l-art li kien hemm, instabu l- pedamenti tal-monument oriġinali - jiġifieri l-funtana ta' qabel l-1927 - u minħabba dewmien fl-għoti tat-tender tal-madum.", "Il-proġett għandu jitkompla f'dawn il-ġranet peress li l-materjal meħtieġ issa wasal u ngħata lill-kuntrattur li se jagħmel il-paviment.", "AFM", "24621.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhu l-istandard requirements, livell edukattiv eċċ., biex persuna tapplika biex tidħol bħala suldat fil-forzi armati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal avviż li deher f'paġna 2191 tal-Gazzetta tal-Gvern Nru 17,061 li kienet pubblikata fis-27 ta' Frar 2001 fejn ingħataw id-dettalji dwar sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati suldati fil-Forzi Armati.", "AIRPHOES", "24622.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dipartiment hemm min qed jagħmel dawk li jsejħulhom airphoes?", "X'sar mit-tekniku li kien jagħmilhom qabel u li issa ma għadux jagħmilhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li fid-dipartiment tas-saħħa qatt ma kellna tekniku li jagħmel l-airphoes.", "QORMI - TRIQ IL-GĦASEL", "24623.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-qagħda legali dwar l-art li kienet ingħatat mill-gvern fi plots u li fuqhom inbnew djar privati fi Triq il- Għasel, Ħal Qormi?", "Dawn il-familji qegħdin f'qagħda li jekk iridu jbiegħu d- dar li bnew, jew għad hemm diffikultajiet dwar it-titolu ta' l-art?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dipartiment ta' l-artijiet qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex l-art imsemmija mill-Onor.", "Interpellant tiġi akkwistata b`kuntratt mill-gvern.", "Dan għadu s`issa ma sarx peress illi qegħdin jinstabu diffikultajiet biex jiġi ridatt il- kuntratt relattiv.", "Ninsab informat ukoll li malli dan il-kuntratt isir l-art tiġi mgħoddija lill-awtorita` tad-djar biex tkompli bil-proċeduri neċessarji.", "QORMI – BISHOP SCICLUNA STREET", "24624.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsiru safeguards minn min hu responsabbli fuq il- bankina f'Bishop Scicluna Street, Qormi fejn twaqqet dar u bħalissa hemm ħofra fonda li hija ta' periklu għal kulħadd, partikolarment għat-tfal ta' l-iskola li jgħaddu f'numru kbir propjru minn din l-area?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 (Seduta 392).", "SKIMMED MILK", "24625.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju fuq ħalib skimmed għal dawk li jenħteġuh minħabba xi dieta partikolari hux se jispiċċa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress s- sussidju ta` l-skimmed milk ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi nitlobha tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "FACILITATORS", "24626.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-progress li sar sal-lum dwar il-bżonn ta' aktar facilitators fl- iskejjel biex jassistu tfal u żgħażagħ b'diżabilita jew b'learning difficulties ?", "Peress li l-KNPD kienet qed tagħmel diskussjonijiet mad- dipartiment ta' l-edukazzjoni, jista' jgħid fiex waslu dawn id- diskussjonijiet, jekk waslitx għall-konklużjoni?", "Jekk iva, meta se jkun hemm il-full complement ta' facilitators, jekk le meta dan huwa ppjanat?", "Jekk le, x'se jiġri minn tant tfal u żgħażagħ li għandhom bżonn dan is- servizz u li s'issa m'għandhomx u xorta jew jibqgħu jiġu promoted fi klassijiet oħra, u f'ċerti każi hemm tfal li mhux qed jiġu aċċettati l- iskola minħabba li m'hemmx facilitator available?", "Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li sakemm jibqa' n-nuqqas ta' facilitators, parapathetic teachers eċċ, tkun qed tinkiser il-liġi opportunitajiet indaqs - persuni b'diżabilita` għaliex ċerti tfal u żgħażagħ qed jiġu diskriminati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-mistoqsija tirrigwarda l-provediment ta' facilitators mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.", "GĦAWDEX - NIES BOARDED OUT", "24630.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "24404 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe`: jista' jgħid kemm ġew nies boarded out fis-settur pubbliku u parastatali f'Għawdex minn Ottubru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant li jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "FISHERIES – OPRI TAL-BAĦAR", "24649.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li d-dipartiment tal-fisheries mhux qed jagħmel transfers ta' opri tal-baħar ta' parti-time fishermen?", "Għaliex lanċa ta' sajjied part-time Għawdxi li nbiegħet lil sajjied part- time Malti ma sarx it-transfer tagħha mill-fisheries bil-premessa li mhux qed isiru dawn it-trasferimenti?", "Jekk vera mhux qed isiru dawn it-trasferimenti, x'nihi r-raġuni?", "Meta hu maħsub li jibdew isiru?", "Kemm hemm talbiet pendenti għal trasferimenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li transfers ta' kull kategorija ta' dgħajjes tas-sajd qegħdin isiru, bid-differenza li kull applikazzjoni għal transfer ma ssirx dak il-ħin stess kif kien isir qabel.", "Dan sabiex jiġu kkonfermati d-dettalji kollha mar-reġistru tal-bastimenti tas-sajd li qiegħed jiġi fformat fid-dipartiment.", "F'dan l-istadju qiegħed isir tentattiv ukoll sabiex bastimenti li jaqbżu s-sitt metri jkunu reġistrati fil-merchant shipping register, jekk beħsiebhom jinnavigaw 'il barra mill- ibħra territorjali kif hu mitlub minn Kapitolu 234 ta' l-att dwar il- bastimenti merkantili.", "ZEJTUN - TELEPHONE BOOTH", "24653.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Maltacom tagħmel telephone booth fl-inħawi ta' Triq l-Arkubużur, Żejtun għaliex din il-parti kibret ħafna b'għadd kbir ta' residenti u t-telephone booth li hemm tinsab ftit 'il bogħod?", "Billi jien informat li għadd kbir ta' residenti minn dawn l-inħawi ffirmaw anke petizzjoni biex issir din it-telephone booth, u billi hemm talba pendenti f'dan is-sens, possibbli li l-Maltacom tikkunsidra b'mod favorevoli din it-talba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex tiġi kkunsidrata.", "AWTORITA' TAR-RIŻORSI", "24654.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż il-post fejn sejrin isiru l-uffiċċji ta' l- Awtorita' tar-Riżorsi?", "Jekk fl-affermattiv fejn hu dan il-post u kemm se jintnefqu flus sabiex jiġu rranġati dawn l-uffiċċji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-uffiċċji ta' l- awtorita' tar-riżorsi sejrin jokkupaw parti żgħira minn Block A fil- Furjana.", "Dan ser isir bħala miżura temporanja, sakemm jinstab post adatt.", "Il-parti l-kbira tax-xogħol sar bin-nies tad-diviżjoni tax-xogħlijiet.", "L- ispiża tal-kuntratturi privati s'issa tlaħħaq is-somma ta' madwar Lm5,000.", "Ta' min jgħid li ntagħżel dan il-post peress li x-xogħol ta' riabilitazzjoni kien avanzat.", "Ix-xogħol li sar fuq dan il-post ried isir xorta waħda u f'din il-parti, meta jitilqu l-awtorita', jidħlu l-contracts & supplies section.", "FRINGE BENEFITS", "24655.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk it-taxxa fuq il-fringe benefits hix se tkun applikabbli għal dawk l-impjegati li jgawdu mill-użu tal-karozza jew xufier fis-servizz pubbiku, jew permess tal-kuntratt li għandhom, jew minħabba l-grad jew xogħol li jagħmlu bħalma huma periti, inġiniera, diretturi u oħrajn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi ghat-tax guide dwar il-fringe benefits li ħareġ id-dipartiment tat-taxxi interni.", "GĦAJNUNA TAL-MARD", "24656.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- persuna ndikata under separate cover twaqqfitilha l-għajnuna tal-mard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-dipartiment tas- sigurta' soċjali.", "FORZI ARMATI", "24657.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-eżamijiet tal-1st class u 2nd class education tal-Forzi Armati?", "Jista' jgħid ukoll hux se jkun hemm intervall bejn eżami u ieħor?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-eżamijiet bil-miktub li jwasslu għall-army certificate of education fl-ewwel u fit-tieni klassi sejrin jinżammu fid- dati kif jidher hawn taħt: Malti 21 ta' Mejju 2001 Ingliż 23 ta' Mejju 2001 Matematika 25 ta' Mejju 2001 Map Reading (bil-miktub) 28 ta' Mejju 2001", "L-eżami prattiku fil-map reading sejjer jinżamm f'Ġunju li ġej f'data li għad trid titħabbar.", "FORZI ARMATI", "24658.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-lectures għall-eżami li sar fit-31 ta' Jannar sal-23 ta' Frar 2000 tal-B1 radio operators tal-Forzi Armati kenux saru kollha?", "Jista' jgħid ukoll x'kien il-grad ta' l-eżaminaturi li raw ir-riżultati finali ta' dan l-eżami?", "Jista' jgħid min kienu dawk li kienu qed iħarsu lejn ix-xogħol tekniku tal-course?", "Kemm minn dawk li attendew għall-courses għaddew mill-eżami?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-lezzjonijiet kollha li kellhom isiru b'konnessjoni mal-kors tal-BI radio operator saru skond il- programm.", "Il-bord ta' l-eżaminaturi kien magħmul minn maġġur, logutenent u warrant officer II, filwaqt li l-kors sar minn bord differenti.", "B'kollox għaddew 14-il kandidat."]} {"filename": "20010717_582d_par.doc", "date": "2001-07-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 582 It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 582", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "583", "It-Tlieta, 17 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 33", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 33", "TQEGĦID TA' KARTI 37", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI (IT-TIENI QARI)", "ANIMAL WELFARE BILL (SECOND READING) 37", "AĠĠORNAMENT 58", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 64", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 581 li saret fis-16 ta' Lulju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BAĦAR IC-CAGĦAQ – INDAFA PUBBLIKA", "27358.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment tar-residenti ta' Baħar ic- Cagħaq li l-indafa pubblika f'dawn l-inħawi naqset ferm?", "Jista' jinformani kemm kien iħallas il-kunsill lokali tan-Naxxar għall-kuntratt ta' qabel u kemm qed iħallas issa għall-istess xogħlijiet ta' indafa f'Baħar ic-Ċagħaq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Bħalma jaf l- Onor. Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, l- esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal- kunsilli.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, sfortunatament mhux l-ewwel darba li kellna risposta bħal din.", "Bħalma jaf il-Ministru, m'hemm l-ebda liġi li tagħti awtorita' lid-deputati parlamentari jinterpellaw lill-kunsilli lokali jew, biex inkun aktar preċiż, dawn ta' l-aħħar m'għandhom l-ebda obbligu li jweġbuna għax hawn aħna qegħdin fl-istess ilma bħal kull ċittadin ieħor.", "Filwaqt li nemmnu fl-awtonomija tal-kunsilli lokali, anke li jmexxu l-finanzi huma, nemmnu li d-dipartiment għandu kull dritt ikollu ċertu kontroll fuq kif il-kunsilli lokali jonfqu flushom u allura ma nistax nifhem għala għandi ningħata din it-tip ta' risposta.", "Jista' għallinqas il-Ministru jgħidilna bil-liġi x'rimedju hemm li deputat ikollu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar fondi pubbliċi li jkunu qegħdin jieħdu ħsiebhom il-kunsilli lokali?", "Għax nafu li ġieli jsiru abbużi minn fondi pubbliċi u allura wasal iż-żmien li l-ministru responsabbli, hu min hu u taħt liema gvern hu, ikollu ċertu kontroll fuqhom dawn, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mid-dehra l-Onor.", "Cuschieri għandu bżonn refresher course fil-liġi dwar il-kunsilli lokali!", "Ma nistax nifhem kif qed jgħid li membru parlamentari m'għandux jiġi ttrattat bħal kull ċittadin ordinarju fil-konfront tal-kunsill lokali.", "Jiena niftaħar li jien ċittadin ordinarju li qed nagħmel id-dover tiegħi f'din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hu qam dalgħodu biex jibda jistaqsi u jinterrompi, jista' ikompli jagħmel hekk imma mbagħad ninterrrompi jien ukoll, Sur President.", "L-Onor.", "Cuschieri jmissu jaf li la jiena u lanqas id-direttur tad- dipartiment tal-kunsill lokali m'għandna r-responsabbilta' politika jew amministrattiva bil-liġi għall-aġir tal-kunsilli individwali.", "Dan joħroġ ċar mil-liġi.", "Din il-prassi nbdiet mill-bidu li saru l-kunsilli lokali u sfortunatament kienu biss uħud fi ħdan il-Partit Laburista fis-sentejn li għamlu fil-gvern, li ma ppretendewx li l-kunsilli lokali jsiru dipartimenti u jordnawlhom x'għandhom jagħmlu.", "Fil-verita', il-ħafna kliem li nisimgħu mingħandhom fuq kemm iħobbu l-awtonomija deċiżjonali u l- awtomija fiskali tal-kunsilli lokali, din ma pprattikawhiex kemm damu fil- gvern.", "Kulma riedu kien li jirriduċu l-kunsilli lokali għal dipartimenti tal-gvern u għal estensjoni tal-gvern u aħna għedna mill-bidu li dan huwa ħażin u nibqgħu ngħidu li hu ħażin, Sur President.", "Jekk l-Onor.", "Cuschieri jew xi membru ieħor f'din il-Kamra jixtieq informazzjoni dwar aġir fir-rigward ta' l-indafa pubblika – inċidentalment la għandi responsabbilta' politika u lanqas responsabbilta' amministrattiva għal dan – la nista' ngħid lill-kunsill lokali li qed jonfoq biżżejjed, la nista' niġbidlu widintu għax qed jonfoq iżżejjed, la nista' ngħidlu li s- servizz huwa tajjeb u lanqas nista' ngħidlu li s-servizz huwa ħażin.", "Kulma jagħmel id-dipartiment - dan għamlu mill-bidu – huwa li regolarment jagħmel assessment tas-servizzi fuq bażi lokali u jippubblika l-konklużjonijiet tiegħu.", "Pero' la jiena bħala ministru u lanqas id-direttur tad-dipartiment tal- kunsill lokali m'għandna saħħa li fil-każ ta' Baħar iċ-Ċagħaq, per eżempju, ngħidulhom li qed jaħdmu tajjeb jew li qed jaħdmu ħażin jew li jridu jżidu n-nefqa tagħhom.", "Din hija d-demokrazija.", "Il-kontroll fuq il-kunsilli lokali jeżerċitawh ir-residenti stess u wħud minna hawn ġew m'għandhomx jippretendu li għandhom jikkontrollaw kollox f'dan il-pajjiż.", "Min jitkellem bħall-Onor.", "Cuschieri u jippretendi li l-ministru jirrispondi għal domanda bħal dik li saret fuq Baħar iċ-Ċaqgħaq, fejn l-idea warajha hi li l-ministru għandu jordna lill-kunsill lokali x'jagħmel u ma jagħmilx, m'huwiex qed jirrispetta l-awtonomija.", "(Interruzzjonijiet)", "Dwar it-tieni parti tad-domanda li għamel l-Onor.", "Cuschieri, ngħidlu li s- sodisfazzjon jista' jieħdu kif nista' nieħdu jien mingħand kull kunsill lokali u kif jista' jieħdu kull ċittadin billi jagħmel id-domanda li jrid lill-kunsill lokali.", "Il-kunsill lokali huwa obbligat li jirrispondi – issa jekk ir-risposta tkunx tissodisfa lil min ikun għamel id-domanda hija kwestjoni differenti – u nerġa' ninforma lill-Onor.", "Membru li skond il- liġi, għandu aċċess sħiħ għall-karti kollha u jista' jieħu kopja tagħhom.", "Għandu wkoll l-accounts kollha mpoġġijin fuq il-mejda tal-Kamra u jekk qed jimmaġina li aħna mhux qed nieħdu bis-serjeta' il-kwestjoni tad- deficits, kif tefagħha waqt id-diskors tiegħu, ninformah li tliet xhur ilu lill-Partit Laburista tajtu proposta biex inressqu mozzjoni konġunta fil- PAC u minn dak iż-żmien 'il hawn għad m'għandix risposta.", "Il-kabinett approva l-pożizzjoni li għandna nieħdu u nixtiequ li din tkun pożizzjoni konġunta quddiem il-PAC, biex ikollna s-saħħa kollha ta' din il- Kamra u naffrontaw is-sitwazzjoni tad-deficits - li tista' tgħid li teżisti fil-kunsilli lokali Laburisti daqskemm teżisti fil-kunsill lokali Nazzjonalisti.", "Dik il-proposta tal-kabinett għaddejtha lill-Partit Laburista xahrejn u nofs ilu u sal-lum għad m'għandix risposta.", "Dan juri min bis-serjeta' irid jattakka l-problemi li hemm fil-kunsill lokali, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mill-investigazzjonijiet u l-proċeduri li l- Ministru rrifera għalihom, jirriżultalu l-ilment li jien qed nagħmel riferenza għalih dwar l-inkonvenjent li qed ikun hemm għar-residenti ta' Baħar iċ-Ċagħaq?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien personalment ma rċevejt xejn f'dan ir-rigward u ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta aħna nirċievu xi lmenti, ngħadduhom mill-ewwel lill-kunsill lokali.", "Li forsi nista' nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant hu li jiċċekkja l-aħħar rapport tal-field services branch – dan ukoll tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra – li tieħu ħsieb tagħmel surveys b'mod regolarju u forsi jista' jirriżulta xi ħaġa minnhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fir-rigward ta' dawn ir-rapporti li m'hemmx dubju li minnhom jirriżulta numru ta' nuqqasijiet minn perjodu għal ieħor, x'inhi l- proċedura eżatta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ix-xogħol tal-field services branch jixbaħ ħafna x- xogħol li jsir mill-awditur ġenerali.", "Meta l-awditur ġenerali jagħmel rapport lill-PAC, dan jagħmlu biex il-PAC ikun jista' jagħmel is- suġġerimenti tiegħu għall-implimentazzjoni min-naħa tas-segretarji permanenti.", "Biex inġib eżempju klassiku li ġara dan l-aħħar, l-awditur ġenerali għamel survey sħiħ tat-trasport kollu tal-gvern u qal fejn hemm nuqqasijiet.", "Pero' fl-aħħar mill-aħħar, l-implimentazzjoni tar-rakkmandazzjonijiet ta' l- awditur ġenerali ma jagħmilhomx hu stess imma jagħmluhom is-segretarji permanenti u l-istaff tagħhom fid-dipartimenti.", "Ir-rapporti tal-field services branch jammontaw għall-istess ħaġa.", "Huma jippruvaw jagħmlu quality audits - għalkemm jien m'iniex għal kollox sodisfatt bil-mod kif isir dan il-kontroll – u jippruvaw isegwu l-performance tal-kunsilli lokali over a period of time.", "Jiena ngħid li għad baqa' ħafna x'nirranġaw f'dawn ir-rapporti, pero' dawn ma jsirux biex jiġu mplimentati mid- dipartiment imma biex l-ewwelnett il-pubbliku jkollu audit dwar l-istandard tas-servizz u t-tieni, bil-ħsieb li l-kunsilli lokali partikolari jinnotaw ir-riżultati li jkunu ħarġu u jieħdu azzjoni korrettiva.", "L-uniċi nies li jistgħu jieħdu azzjoni korrettiva fuq dawk it-tip ta' rapporti huma l-kunsilli lokali stess, li ħafna drabi lanqas biss jaqblu mal-konklużjonijiet.", "Mhux l-ewwel darba li jkun hemm xi kunsill lokali li ma jaqbilx ma' l-assessment li jkun ingħata mill-field services branch – kultant dan ikun ġustifikat – u mhux l-ewwel darba li kellna dawn it-tip ta' kummenti.", "Mhux l-ewwel darba lanqas wkoll li l-field services branch tirrispondi u tispjega għala tkun tat dawk it-tip ta' marki.", "Pero' fl- aħħar mill-aħħar huma l-kunsilli lokali stess li jridu jieħdu azzjoni.", "Kultant ninsew li l-akkontabilita' f'sistema demokratika m'hijiex biss akkontabilita' amministrattiva imma fejn jidħlu l-politiċi hija akkontabilita' demokratika.", "L-iżball li ħafna drabi jsir hu li jekk inpoġġu lill-kunsilliera f'funzjoni amministrattiva bħala nies responsabbli biex jiddeliverjaw is-servizzi f'sens amministrattiv, nieħdu l-pożizzjoni li xi ħadd irid jirrispondi għall-aġir tagħhom.", "Huma jirrispondu quddiem il-poplu għas-servizzi li jagħtu u għandhom responsabbilta' politika u mhux amministrattiva.", "Dik hija d-differenza.", "Din qiegħda ċarissima fil-liġi, tant hu hekk li l-kunsillier m'għandux responsabbiltajiet amministrattivi għax il-kap ta' l- amministrazzjoni huwa s-segretarju eżekuttiv.", "Il-kunsilliera għandhom biss responsabbilta' politika u għalhekk f'din il-Kamra ħadd ma jista' jirrispondi għall-aġir tal-kunsilli.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Jien ma mmaġinajtx li l-Ministru dalgħodu ħa jqum b'din il-burdata u se joqgħod jagħmilha ta' lecturer u anke jipprova jpoġġili l-kliem f'ħalqi!", "Jiena m'għedtlux biex hu jew xi ħadd ieħor imexxu l-fondi pubbliċi tal-kunsilli lokali jew jieħdu deċiżjonijiet f'isimhom.", "Jien stess għedtlu li aħna nemmnu fl-awtonomija tal-kunsilli lokali.", "Imma allura jekk ikun jidher ċar daqs il-kristall li jkun qed isir xi abbuż mill-fondi pubbliċi approvati minn dan il-parlament, id- dipartiment u l-ministeru jibqgħu impotenti u ma jitkellmux għax fin-nofs hemm l-awtonomija u hemm id-demokrazija tal-kunsilli lokali?", "Jien lill- Ministru dan li staqsejtu u m'għedtlux biex b'xi mod jindaħal fid- deċiżjonijiet li jieħdu l-kunsilli lokali, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nista' nassigura lill-Onor.", "Cuschieri li ma qomt bl- ebda burdata biex nagħti lecture - anzi ma jafnix biżżejjed għax jiena wieħed minn dawk li filgħodu ndum biex inqum - pero' kultant tidħol hawnhekk u tinduna li quddiemek għandek ċerti nies li għandhom bżonn lecture fuq affarijiet bażiċi!", "Jekk mhux se nifhmu l-fundament ta' x'inhuma l-kunsilli lokali ħa nibqgħu għaddejjin f'din il-Kamra bl- impressjoni li l-kunsilli lokali huma estensjoni tal-gvern.", "Ċertament li m'humiex.", "Ħalli niġi għad-domanda biex ma nagħmillux aktar lectures għax naħseb li l-lectures huma kollha moħlija fuq l-Onor.", "Cuschieri!", "(Interruzzjonijiet) Imma issa tkomplix tinterrompi għax jien qgħadt bi kwieti hawnhekk nerġa' nisimgħek tirrepeti dak li għedtli qabel.", "Issa ogħqod bi kwietek hemm u isma' lili!", "L-Onor.", "Cuschieri staqsieni jekk nintervenix meta ninduna li hemm abbuż fil- fondi pubbliċi.", "L-Onor.", "Membru jmissu jaf – jiddispjaċini li se jkolli nagħtih lecture ieħor - li kellu jkun ministru tal-gvern preżenti biex intervena fuq kunsill lokali Nazzjonalista meta dan ta' l-aħħar ġie f'sitwazzjoni ta' deficit.", "Il-ministri Laburisti ta' qabli, li kellhom l- istess deficit quddiemhom, ma ntervenewx.", "Dik hi r-realta'.", "Jien intervenejt meta kien hemm rapporti ta' abbużi ta' kif ingħataw it- tenders.", "Dawn kull darba ġew investigati, kultant mid-dipartiment u kultant mill-awditur ġenerali.", "Fi żmiehom ma saret l-ebda investigazzjoni minkejja l-allegazzjonijiet kollha li saru, Sur President.", "Peress li l-ministru u d-dipartiment għandhom idejhom marbutin ħafna bil- liġi u m'aħniex kuntenti kif inhi l-liġi, inkluża kif inhi d-definizzjoni ta' deficit, inkluż li għandna limitazzjonijiet kbar fejn nistgħu nintervenu u kif nistgħu nintervenu, nerġa' nirrerpeti li xahrejn u nofs ilu, il-kabinett ta' dan il-gvern approva proposta ta' tibdil fir- regolamenti finanzjarji.", "Jiena għaddejt dik il-proposta lill-Partit Laburista biex immorru quddiem il-PAC f'pożizzjoni konġunta – għax flimkien man-nies li hemm fil-PAC, nixtiequ li jkollna pożizzjoni ċara univoka u mhux se nittolleraw il-pożizzjoni ta' deficit minn ħadd – imma wara xahrejn u nofs għad m'għandix risposta.", "Dik turi min verament hu serju, Sur President.", "Jiena ma qgħadtx niddejjaq nieħu pożizzjoni fuq il-kunsill lokali tal-Mosta li ġie b'dak id-deficit.", "Pero' il-gvern Laburista x'għamel meta sentejn ilu l-kunsilli lokali ta' Ta' Xbiex, li huwa Labour-led, irreġistra deficit?", "(Interrruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Cuschieri jaqra' r-rapport ta' l-awditur ġenerali jsib li s-sena l-oħra u s-sena ta' qabel, żewġ kunsilli lokali, dak ta' Ta' Xbiex u dik ta' Raħal Ġdid, ġew bankrupt.", "X'għamlu huma?", "Xejn!", "X'għamlu huma meta l-kunsill lokali tal-Birgu kellu deficit?", "Xejn!", "Dik hi l-verita', Sur President.", "Jien noqgħod attent u nieħu gost li l-ispokesman tan-naħa l-oħra wkoll joqgħod attent li ma nippolitiċizzawx iżżejjed il-kunsilli lokali.", "Pero' sfortunatament imbagħad niġu f'pożizzjoni li għax ma nkunux nafu preċiż fuqhiex qegħdin nitkellmu, noqogħdu nieħdu ċerta pożizzjoni u b'hekk lill- kunsilli lokali nitfgħuhom lura u mhux 'il quddiem.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jien narah li m'huwiex kuntent bil-field services branch u qed jammetti li jeżistu ċerti diffikultajiet.", "Jien qed nipprova ngħid li fiċ-ċirkostanzi partikolari, jiġifieri dwar l-indafa pubblika f'Baħar iċ-Ċagħaq – dan l-ilment mhux biss wasalli mingħand ir- residenti, imma l-istess residenti kitbu fil-ġurnali u esprimew il- preokkupazzjoni tagħhom – xi ħadd irid jassumi r-responsabbilta'.", "Il- Ministru għadu kemm ikkonferma li ftit jew wisq irid jara management aħjar għax qegħdin f'sitwazzjoni fejn qegħdin nonfqu aktar flus biex tinżamm l-indafa pubblika u r-residenti qegħdin jilmentaw li minkejja li qed jintefqu flus aktar, l-indafa pubblika marret lura.", "Allura aħna bl-argument tad-demokrazija, se noqogħdu passivi u nħallu xi sentejn jew tlieta oħra jgħaddu biex imbagħad naraw x'nistgħu nagħmlu għall- ġid komuni?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett jien m'għedtx li m'iniex kuntent bix- xogħol u bir-rapporti li tagħmel il-field services branch.", "Jien għedt li m'iniex kuntent bil-metodoloġija li tuża biex tagħmel dawn ir-rapporti għax nemmen li għandna nużaw metodoloġija differenti.", "L-ewwelnett jien ukoll innotajt l-ittra li nkitbet fil-gazzetta dwar Baħar iċ-Ċagħaq imma ma nassumix li għax inkitbet dik l-ittra, li din hija l- verita' għalkemm tista' tkun ukoll.", "Pero' ir-responsabbilta' tibda u tieqaf mal-kunsilli lokali u din hi d-differenza fil-pożizzjoni li rridu nieħdu.", "L-ebda ministru jew kap ta' dipartiment ma jista' jgħid lill- kunsill lokali li minħabba din l-ittra għandu jżid jew inaqqas is-servizzi tiegħu.", "Ir-responsabbilta' politika hemmhekk irid jerfagħha l-kunsill lokali, kif jiena nerfa' ir-responsabbilta' għal affarijiet oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar studenti b'diżabilita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27398.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI", "ANIMAL WELFARE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Lulju 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, il-bieraħ fid-diskors tiegħi kont wasalt fil-punt fejn għedt x'kien l-iskop li aħna bħala leġislaturi nilleġislaw favur il-ħarsien u l-jeddijiet ta' l-annimali – hawnhekk qed nuża kliem li nsibuh fl-abbozz ta' liġi ppreżentat mill-oppożizzjoni Laburista – u għedt ukoll li bħala nsara, l-ewwel dmir tagħna huwa li nħarsu d-drittijiet ta' kull ħlejqa.", "Il-poplu Malti jistqarr li huwa poplu nisrani u din għandha tkun raġuni valida biżżejjed biex aħna bħala poplu nħarsu d-drittijiet tal-ħlejjaq kollha.", "Barra minnhekk, fil-każ ta' dawk li m'għandhomx id-difiża meħtieġa, dawk li m'humiex kapaċi jiddefendu ruħhom u mhux kapaċi jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom, hemm bżonn li ħaddieħor iħares id-drittijiet tagħhom.", "Sakemm il-kultura ma tidħolx fil-fond ta' kull ċittadin u ma tkunx xi ħaġa awtomatika, allura rridu nilleġislaw biex niddefendu u nħarsu d-drittijiet ta' ħaddieħor.", "Qiegħed nitkellem għal pajjiżna imma din tapplika wkoll għall-diversi pajjiżi oħra li nsibu madwarna.", "L-istess seħħ, per eżempju, meta għaddejna liġi f'dan il-parlament bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra dwar opportunitajiet indaqs għal kulħadd.", "Dakinhar id- diskors tal-membri ta' din il-Kamra kien li aħjar id-drittjiet ta' bnedmin bħalna jiġu mħarsa awtomatikament.", "Dan ifisser li kulħadd b'mod awtomatiku, jieħu dak li hu tiegħu bi dritt milli permezz tal-liġi.", "Pero` sakemm ikun hawn persuni li xorta jibqgħu jwebbsu rashom u jqisu lil ħaddieħor inqas minnhom, allura bilfors ikollok tuża' s-saħħa tal-liġi ħalli kulħadd ikun jista' jgawdi l-istess drittijiet.", "Mhux se nsemmi d-diversi kotba ta' l- Iskrittura fejn insibu riferenzi għall-annimali, pero` biżżejjed wieħed isemmi l-Ktieb tal-Ġenesi, partikolarment ir-rakkont ta' l-arka ta' Noe', meta Alla għoġbu jgħarraq id-dinja għax kienet maħkuma mill-ħażen.", "F'dak ir- rakkont, Alla xtaq li mal-bniedem isalva wkoll kull speċi ta' annimal.", "Hawnhekk wieħed, jinduna li Alla wkoll ried li l-annimali jkollhom dinjita` u rispett daqs il-bniedem.", "Filwaqt li l-bniedem ukoll jissejjaħ annimal, pero` id-differenza bejn l-annimali u l-bnedmin hija li l-annimali m'għandhomx ruħ.", "San Franġisk t'Assisi huwa magħruf ħafna għall-kuntatt li kellu man-natura.", "Wieħed jista' jgħid li dan il-qaddis iddedika ħajtu kollha għan-natura u għal affjatament intimu ma' l-annimali.", "L-istess reliġjon li aħna l-Maltin nħaddnu tagħti importanza lill-istess annimali, pero` apparti l-kwistjoni ta' reliġjon hija wkoll kwistjoni ta' kultura.", "Nittama li din il-kultura tiddaħħal iktar fil-fond ta' l-edukazzjoni ta' uliedna sabiex miċ-ċokon tagħna, nitgħallmu nirrispettaw u nħossu li dawn l-annimali għandhom kull dritt li jkunu rrispettati u kull dritt li jkollhom il-ħarsien li jistħoqqilhom.", "Xi kultant meta jqumu argumenti dwar il-kaċċa u ħafna argumenti oħrajn fejn wieħed jgħidlek li din hija moħqrija lejn l-annimali, wieħed ma jistax jibdel din is-sitwazzjoni bil-liġijiet biss għaliex hija wkoll kwistjoni ta' kultura.", "Naħseb li jekk aħna nkunu ħarxa fuq dawn l- affarijiet, bil-liġijiet wisq probabbli aktar tħarrex lil dak li jkun.", "Din hija kwistjoni ta' kultura li wieħed jevolvi minnha over a period of time.", "Din tidher ċara fl-istorja tal-bniedem, kif l-ideat tal-bniedem inbiddlu minn ħaġa għal oħra, bidliet li ħadu ż-żmien tagħhom għaliex hija kwestjoni ta' kultura u ta' kemm wieħed jemmen u huwa konvint b'dawn l-affarijiet.", "Il-bieraħ bdejt id-diskors billi għedt li għandna an enabling law oħra u li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhux imlaħħam biżżejjed, jew inkella mhux imlaħħam daqs l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat is-sena li għaddiet minn naħa tagħna.", "Għalhekk inħoss li l-Ministru kellu jagħti ħjiel fl-introduzzjoni tiegħu jew ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dawk ir- regolamenti li huma diġa` mfassla.", "Dan sabiex ikollna quddiemna affarijiet iktar dettaljati li forsi huwa importanti li jiġu diskussi ma' abbozz ta' liġi bħal dan.", "Imma donnu li l-gvern mhux konvint biżżejjed minn dan l- abbozz li ressaq quddiem din il-Kamra għaliex qisu qed jagħmel xi ħaġa meta fil-verita` mhu qed jagħmel xejn.", "Qed jagħmel abbozz ta' liġi fejn bis- saħħa t'hekk jista' jagħmel ir-regolamenti, pero` la nafu meta dawn ir- regolamenti se jseħħu u lanqas nafu meta dawn ir-regolamenti se jiddaħħlu.", "Dawn imisshom qegħdin quddiemna u jmissna qegħdin niddiskutuhom flimkien ma' l-abbozz ta' liġi, pero' tfittex u ssib ftit li xejn, Sur President.", "Kien hemm min ikkritika li aħna bħala oppożizzjoni se nivvotaw kontra dan l- abbozz ta' liġi bħala kappriċċ partiġġjan.", "Dak il-ħin li smajt lil min minn naħa l-oħra jgħid dan id-diskors tbissimt u għedt bejni u bejn ruħi: L- Onor. Membru jmissu jħares fil-mera u jistaqsi din il-mistoqsija lin-naħa tal-gvern stess!", "Dan għaliex kien hemm abbozz ta' liġi ppreżentat f'Settembru tas-sena li għaddiet, fejn l-oppożizzjoni offriet li matul is- sajf issir diskussjoni fuq dan is-suġġett bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Iżda l-Partit Nazzjonalista fil-gvern mill-ewwel għamel barriera quddiem dan is-suġġeriment sempliċement biex ifixkel, meta ċertament m'għandux ikun hemm din it-tip ta' konfrontazzjoni fuq suġġett inokwu bħal dan.", "Minflok ħalla l-proposta tal-Partit Laburista timxi 'l quddiem, il-Partit Nazzjonalista waqqafha ħesrem.", "Fid-diversi laqgħat li kellna tal-kumitat tax-xogħol tal-Kamra, aħna ta' l- oppożizzjoni dejjem staqsejna meta ser jersaq il-private member's bill ta' Dr. Sant u r-risposta dejjem kienet li l-gvern qed iħejji abbozz ta' liġi simili ta' dak ippreżentat mill-Partit Laburista u meta dan ikun lest, jersaq quddiem il-Kamra.", "Pero` l-abbozz ta' liġi li ġie ppreparat bħala private member's bill mill-kap ta' l-oppożizzjoni baqa' fuq l-ixkaffa u ma tressaq qatt.", "Il-gvern seta' bena fuq l-abbozz ta' liġi li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra f'Settembru li għadda, iżda dan tħalla hemmhekk mingħajr ma ngħata attenzjoni u widen.", "Wieħed kien jistenna li l-abbozz ta' liġi li kien se jippreżenta l-gvern kien ser ikun xi ftit jew wisq aħjar minn dak li ġie ppreżentat mill-oppożizzjoni Laburista, pero` żgur li dan mhux il- każ.", "Qegħdin nikkritikaw dan l-abbozz ta' liġi mhux għax ma nemmnux li hemm bżonn li jkun hemm qafas legali, imma għax l-istess gvern li qed jgħajjar lill-oppożizzjoni b'kapriċċ partiġġan qiegħed jagħmel kapriċċ ikbar.", "Meta wieħed jifli l-abbozz ta' liġi li qiegħed jippreżenta l-gvern, jinduna li dan iħalli barra l-annimali li jiġġerrew barra.", "Meta nkunu għaddejjin mit-triq, ta' spiss niltaqgħu ma' klieb jew qtates mingħajr sid u li ma' għandhom il-protezzjoni ta' ħadd.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed joħloq u jikkonsolida l-protezzjoni ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel.", "Evidentement l-annimali li jiġru barra ħallejnihom barra meta dawn huma annimali li għandu jkollhom id-drittijiet mħarsa.", "Dawn ma jistgħux jiġu vittimizzati jew jiġu maħqura.", "Importanti li fi stadju ta' kumitat, din it- tifsira tiġi emendata ħalli l-annimali li jiġġerrew barra u li ma' huma ta' ħadd, jingħataw protezzjoni.", "Hawn diversi għaqdiet volontarji li jiġbru dawn l-annimali ħalli jżommuhom sakemm isibu xi ħadd li jieħu ħsibhom, pero` nafu li l-lista ta' klieb biex jinżammu fis-santwarji ta' dawn l- għaqdiet hija twila ħafna u l-post fejn jinżammu dawn il-klieb huwa limitat.", "Għalhekk tajjeb li wieħed jara kif din il-problema tista' tiġi solvuta biex klieb li jsibu ruħhom barra jew persuni li ma jkunux jistgħu jżommu aktar il-pet tagħhom għal xi raġuni jew oħra, ikunu jistgħu jsibu kenn malajr.", "B'dan l-abbozz ta' liġi, per eżempju, il-veterinarju ser ikollu kontroll fuq ċerti affarijiet.", "Iżda minħabba li l-veterinarju tal-gvern għandu annimali taħt il-ħarsien u r-responsabbilta` tiegħu, inħoss li l- veterinarju stess għandu jiġi kkontrollat u mhux jiċċekkja lil ħaddieħor biss.", "GĦalhekk importanti li fi stadju ta' kumitat din il-problema tiġi ttekiljata.", "Dan l-abbozz ta' liġi li hawn quddiemna qiegħed iwaqqaf kunsill li kulma se jagħmel hu li joqgħod jitkellem mal-ministru biex jagħtih il-pariri sabiex forsi l-istess ministru jkun jista' jagħmel regolamenti.", "Dan ifisser li ma tantx għandna abbozz ta' liġi li huwa mlaħħam dwar x'inhuma d-dmirijiet u d-drittijiet.", "Qisu għandna qafas legali jew enabling law li hija skeletru, jigifieri tgħid ħafna u fl-istess ħin ma tgħid xejn!", "L-iżjed li tgħid din l-enabling law hija li jistgħu jsiru regolamenti pero` ma hemm l-ebda ħjiel ta' regolamenti.", "Għadni kif semmejt il-veterinarju tal-gvern u kien hawn f'din il-Kamra min semma' l-ħtieġa ta' aktar veterinarji.", "Fil-fatt għalkemm illum in-numru tagħhom kiber xi ftit pero` mhuwiex biżżejjed.", "Tajjeb li wieħed iħajjar aktar studenti li jaqbdu din it-triq bis-serjeta` għax inħoss li hawn nuqqas.", "Dan ix-xogħol jistgħu joffruh mhux biss f'pajjiżna imma anke 'l bogħod mix-xtut tagħna.", "Tajjeb li x-xogħol li qed jagħmlu l-għaqdiet volontarji, wieħed jirrikonoxxih u jirringrazzja u japprezza l-ħidma li b'mod volontarju dawn l-għaqdiet qegħdin jagħmlu - għandna diversi għaqdiet volontarji f'kull qasam, fejn jagħmlu xogħol verament importanti – pero' importanti li l-ħidma tagħhom tkun ikkordinata biex ma jkunx hemm dupplikazzjoni ta' xogħol.", "Filwaqt li jkun hemm kordinament, irid ikun hemm ukoll kontroll sabiex l-affarijiet isiru kif għandhom isiru għall-ġid ta' kulħadd, l-aktar għall-ġid ta' l-istess annimali li jkollhom bżonn tal- ħarsien u l-protezzjoni.", "Importanti wkoll li naraw x'tip ta' għajnuna wieħed jista' joffri jew jikkwalifika għaliha.", "Il-gvern jista', per eżempju, jgħin billi joffri lil dawn l-għaqdiet premises fejn ikunu jistgħu jaħdmu.", "Jekk il-gvern iħoss li jista' jgħin b'mod finanzjarju wieħed għandu jikkonsidra din il-proposta wkoll, pero`l-importanti hu li wieħed ma jaqbadx u jgħin bl-addoċċ imma tkun ħidma siewja u għalhekk importanti li jkun hemm ċertu kontroll ħalli ma jkun hemm l-ebda abbużi.", "Dan l-abbozz ta' liġi, għallinqas kif inhi deskritta t-tifsira ta' annimal, se jippermetti l-abort fuq annimali.", "Nittama li din nikkonsidrawha mill-ġdid bis-serjeta` għaliex m'għandniex nippermettu li jsir abort, lanqas fuq l-annimali.", "Wieħed ta' min, fl- istadju ta' kumitat, jispjega għalfejn din tniżżlet hekk fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u kif tista' tiġi mibdula ħalli ma nippermettux li jsir dan it-tip ta' abort fuq l-annimali.", "Hemm min jgħid li r-rispett lejn l-annimali jgħin lill-bniedem biex jirrispetta lill-proxxmu tiegħu.", "Jekk titratta ħażin lill-annimali tista' għada pitgħada ma jkollokx skruplu biex titratta ħażin lill-proxxmu tiegħek.", "GĦalhekk importanti li miċ-ċokon it- tfal intellgħuhom jirrispettaw lill-annimali.", "Importanti li fl-edukazzjoni ta' uliedna, indaħħlu wkoll ir-rispett lejn l- annimali għax ħafna drabi jkun hemm min għax ikollu ċerta saħħa u poter fuq xi ħadd iżgħar minnu, jabbuża minnu u jipprova jagħmel tip ta' bullying.", "L- istess kelma li tintuża fil-qasam ta' l-edukazzjoni fost it-tfal meta ċerti tfal jagħmlu arja fuq tfal oħra sħabhom, tintuża wkoll fejn jidħlu l- annimali meta jsofru minn dan it-tip ta' bullyingi.", "Dan għaliex xi nies jippruvaw, forsi b'nuqqas ta' edukazzjoni jew b'nuqqas ta' ħsieb, juru kemm huma b'saħħithom billi jimmaltrattaw l-annimali.", "Ftit tal-jiem ilu assistejna għal xi ħaġa tassew krudili li ssemmiet fil-media - mhux se nidħol fiha għax hija xi ħaġa li aktar ta' min wieħed ma jsemmiehiex ħalli tintesa malajr u forsi jittieħdu l-passi meħtieġa ħalli dawn l-affarijiet ma jiġrux – u għalhekk importanti li wieħed jara li l-edukazzjoni li nagħtu lit-tfal tkun tinkludi r-rispett lejn l-annimali.", "Jekk il-kultura ma tinbidilix imbagħad ikollna ninfurzaw il-liġijiet permezz tal-forzi ta' l- ordni.", "Nafu b'diversi postijiet fejn ikun hemm ġlied ta' l-annimali – issemmew sriedak, issemmew klieb u ssemmew annimali oħra - u persważ li l-pulizija taf fejn isiru dawn it-tip ta' ġlidiet u għandha tieħu l-passi meħtieġa kontra min huwa responsabli.", "Huwa importanti li dawn l-abbużi ma jibqgħux isiru.", "Il-moħqrija fuq annimal għall-gost u l-pjaċir ta' l-individwu tirrifletti parti mill-kultura tal-bniedem.", "Mhux se ngħid tagħna l-Maltin biss għax dawn l-affarijiet ma jsirux hawn Malta biss imma kullimkien.", "Dan żgur ħadd ma jista' jgħidlu sport imma krudelta'.", "Fi sport bħal dak tat- tiġrijiet taż-żwiemel, sport mill-aktar segwit u popolari mhux biss f'Malta imma anke f'diversi postijiet oħra, m'għandniex nippermettu li jkun hemm min isawwat b'mod goff u bla bżonn lil dawn iż-żwiemel.", "Dan is-swat krudili hemm bżonn li ma jkunx iktar ittollerat u hemm bżonn li jittieħdu l- passi kontra dawn in-nies għaliex dan is-swat jindika nuqqas ta' rispett lejn id-drittijiet ta' l-annimali.", "Fil-Marsa, fejn it-tiġrijiet isiru b'mod uffiċjali, wieħed jistenna li l-ġerrej iċaqlaq ftit liż-żiemel biex dan jagħti aktar milli għandu jew inkella jisforza ftit iktar.", "Imma żgur li ċertu swat esaġerat għandu jieqaf u m'għandniex nippermettu li dan is-swat jitħalla jsir, speċjalment meta dawn it-tiġrijiet isiru b'mod uffiċjali.", "Mistoqsija parlamentari li kont għamilt fil-bidu ta' din il-leġislatura lill-ministru ta' l-edukazzjoni kienet tittratta d-doping tests fuq iż- żwiemel li jieħdu sehem fit-tiġrijiet li jsiru fil-Marsa.", "Il-ministru kien weġibni li qatt ma saru tests simili fuq iż-żwiemel li jieħdu sehem fit- tiġrijiet.", "Issa jien informat li l-Marsa racing club qegħdin jistudjaw x'jista' isir.", "Din ir-risposta ħadt nota tagħha iżda ma' għamiltx follow-up tagħha għax meta rajt din it-tip ta' tweġiba u l-feedback li kelli, stajt ninduna li mhu se jsir xejn dwar dan.", "Kulħadd jaf li ż-żwiemel jingħataw dawn it-tip ta' drogi – mhux qed ngħid taħt dan il-gvern biss, għax dawn l- affarijiet ilhom isiru żmien twil – u importanti li mhux nibqgħu nistudjaw imma li nibdew nagħmlu xi ħaġa.", "Hemm bżonn li jibdew isiru t-testijiet.", "Kont qed nara l-liġi li hemm fuq l-annimali fl-Awstrija, fejn il-gvern federali ħareġ liġi dwar il-ħarsien ta' l-annimali u hemm ukoll paragrafu fuq l-annimali li jintużaw u li jipparteċipaw fl-isports.", "L-iktar annimali li jintużaw fl-isports huma ż-żwiemel u dan nistgħu narawh f'diversi postijiet barra minn Malta.", "Il-liġi Awstrijaka tagħmilha ċara u tonda li \"the giving of doping substances is forbidden.\"", "Fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u anke fl-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-Partit Laburista din ma tissemmiex.", "Jien naħseb li wieħed għandu jikkonsidra li dan l- artiklu ninkluduh u jekk il-Ministru jaċċetta għandha tiġi mniżżla fil-liġi li l-għoti ta' sustanzi li mhumiex leċiti ma' għandhomx jingħataw.", "Il-liġi Awstrijaka tgħid li:", "\"A doping substance is a stimulant which by creating a state of euphoria, putting off exhaustion or psychological influence, brings about an artificial state leading to a temporary increase in performance.\".", "It-testijiet tad-doping qegħdin isiru fuq atleti biex jaraw jekk dawn ikunux ingħataw ċerti sustanzi li mhumiex aċċettati fl-arena internazzjonali.", "Dawn it-testijiet isiru lokalment ukoll pero` ma jsirux fuq l-annimali.", "Kif kien wieġeb il-Ministru Galea, minn dawn it-tip ta' testijiet ma jsir xejn u nittama li minn dak iż-żmien sal-lum sar xi kambjament.", "Nissuspetta li f'dan il-qasam, il-politiċi jimxu bl-idea li aħjar ma ndardrux l-ilma li rridu nixorbu minnu.", "Dik hija t-trend f'ċerti affarijiet li nafu li huma lampanti.", "Tajjeb li nikkonsidraw li bħala prinċipju, għandna nsostnu li annimali li jintużaw għal skop ta' sports ma għandhomx jingħataw dawn is-sustanzi.", "Nerġa' ngħid li ta' min idaħħal xi artiklu fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna bħal dak li hemm fil-liġi federali ta' l-Awstrija.", "Sur President, klawsola 27 titkellem fuq l-użu ta' l-annimali f'kompetizzjonijiet.", "Hawnhekk u f'diversi klawsoli oħra nsibu li l-ministru jista' idaħħal dawk ir-regolamenti li huwa jaħseb li huma neċessarji biex jissalvagwarda d-drittijiet ta' l-annimali.", "Huwa tajjeb li nisimgħu fil- winding-up xi skop u xi ħsieb hemm wara din it-taqsima, x'regolamenti għandu f'moħħu l-Ministru u liema huma d-dipartimenti konċernati u kif dawn ir-regolamenti se jiġu implimentati u minn min.", "Mhux biżżejjed li wieħed jgħid li se ndaħħlu dawn ir-regolamenti imma għandna naraw kif se jiddaħħlu.", "Regolamenti għandna ħafna f'dan il-pajjiż, iżda mhux billi ngħidu li għandna bżonn aktar liġijiet imma għandna naraw kif ser jiġu osservati.", "GĦalhekk il-Partit Laburista qed jisħaq li dan l-abbozz ta' liġi għandu jaqa' taħt il-ministeru ta' l-intern biex il-pulizija tkun tista' tikkontrolla, tinforza u teżerċita dawn ir-regolamenti.", "Iva, kien ikun ħafna aħjar kieku kellna dawn ir-regolamenti quddiemna biex nkunu nistgħu nitkellmu aktar fid-dettal fuqhom, iżda sfortunatament dan l-abbozz ta' liġi jħalli dawn ir-regolamenti f'idejn il-ministru biss.", "Fl-abbozz ta' liġi li qed jipproponi l-gvern hemm nuqqas serju ta' dettalji għax ċertament hemm aktar għanijiet u hemm aktar drittijiet li jridu jissemmew biex jingħataw lill-annimali.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jitkellimx fuq il-ħarsien u d-drittijiet ta' l-annimali imma jitkellem fuq il-protezzjoni u dawn it-tnejn huma differenti minn xulxin.", "GĦalhekk importanti li l-abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat bħala private member's bill mill-oppożizzjoni jiġi diskuss u l-oppożizzjoni tinsisti u tisħaq li dan isir għax inħossu li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhuwiex se jagħti dak il-ħarsien u dik il-protezzjoni lill- annimali kif nemmnu li għandu jsir.", "Il-gvern għandu jinża l-arroganza tiegħu u jaċċetta li nissospendu d-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi u jtella' għad-diskussjoni l-abbozz ippreżentat mill-oppożizzjoni Laburista.", "Minkejja li tlabna kemm-il darba sabiex issir diskussjoni fuqu dan, qatt ma ngħatajna tweġiba sodisfaċenti ħlief li l-gvern se jttella' l-abbozz tiegħu li issa nafu x'tip ta' abbozz huwa.", "L-oppożizzjoni tkun konvinta illi l-gvern għandu rieda u ħeġġa li jagħmel xi ħaġa bis-serjeta` f'dan il-qasam tal-ħarsien u d-drittijiet ta' l- annimali meta t-talba tagħna tintlaqa`.", "Dawk li jikkritikaw l-aġir tagħna bħala kapriċċ partiġjan għandhom jgħidu wkoll li l-gvern f'dan il-qasam wera li qed jimxi b'mod partiġġan għaliex minkejja li l-offerta ta' l- oppożizzjoni kienet waħda ġenwina, din xorta waħda ma ntlaqgħetx.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, se nieħu din l-opportunita` biex qabel ma nitkellem fuq l-annimali, nibda billi nitkellem fuq l-annimali politiċi - nispera li ma tgħidlix li jien out of order - dwar x'tip ta' annimali politiċi qegħdin insiru u fuq il-mod inġenerali ta' kif qegħdin nagħmlu l- politika.", "Qed ngħid hekk għaliex il-mod ta' kif qed isiru l-affarijiet iġegħelni nirrifletti fuq il-mod ġenerali ta' kif qegħdin nagħmlu l- politika, bl-affarijiet dejjem neżlin 'l isfel b'pass mgħaġġel.", "Donnu li hawnhekk niġu biex inħabbtu l-irjus u mhux biex inħabbtu l-ideat.", "Eżempju ċar ta' dan huwa l-abbozz ta' liġi li kien ressaq il-kap ta' l- oppożizzjoni s-sena l-oħra bħala private member's bill, abbozz ta' liġi li baqa' imwaħħal għax il-gvern għoġbu jressaq minfloku abbozz ta' liġi totalment inferjuri, magħmul ta' kaf kaf, kif qalet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "Fl-abbozz Ii tressaq is-sena l-oħra kien sar ħafna xogħol dettaljat u ma ħallejniex lakuni sħaħ kif qed jagħmel il-gvern.", "Allura bilfors li kulħadd jistaqsi għaliex l-affarijiet qegħdin isiru b'dan il- mod.", "Żgur li m'hu qiegħed jirbaħ ħadd mill-mod ta' kif qegħdin nagħmlu l- politika, wisq inqas iċ-ċittadin illi poġġiena hawnhekk biex nirrappreżentaw l-interessi tiegħu.", "Fuq ħaġa li hija daqshekk newtrali m' għandux ikun hemm differenzi fil-politika taż-żewġ partiti, Sur President.", "Hawn min jgħidlek li xejn m'huwa newtrali fil-ħajja, imma s-suġġett ta' l- annimali jekk verament jimpurtana mill-welfare tagħhom, għandu jkun newtrali.", "Fuq dan is-suġġett għandu jkun hawn għan politiku wieħed.", "Jekk aħna u l-gvern irridu l-ġid ta' l-annimali, il-loġika tgħidlek illi jekk ittieħdet inizjattiva serja u saret biċċa xogħol tajba, il-gvern ma kellu qatt iħalli sena tgħaddi biex imbagħad joħroġ b'abbozz illi mhux tajjeb daqs dak li konna ppreżentajna aħna.", "Żgur li n-nies kienu jieħdu n-nifs jisimgħu dan id-dibattitu hawn ġew u kienu jgħidu li għallinqas qegħdin naqblu fuq xi ħaġa li tagħmel il-ġid Din id-darba mhux fuq il-bnedmin qed nilleġislaw imma fuq l-annimali, imma xorta kien ikun simbolikament eżempju importanti ta' qbil bejn iż-żewġ partiti.", "Nistħajjilna qisna tfal żgħar, kollox irid isir bil-pika u rridu ndaħħlu l-politika partiġġjana f'kollox.", "Hi xi ħaġa tal-mistħija li lanqas fuq l-annimali ma nistgħu naqblu.", "Sinċerament jinkwetani ħafna l-messaġġ li qegħdin inwasslu minn dan il- parlament għax dan mhux aħna biss qed ngħiduh, imma jgħiduh dawk li jinteressahom mill-welfare ta' l-annimali.", "Il-poplu jaf bil-kontenut ta' dak li hemm fil-private member's bill tal-kap ta' l-oppożizzjoni kif ukoll fl-abbozz ta' liġi kif ippreżentat mill-gvern.", "Dawk li jħobbu u jaħdmu ma' l-annimali, inkluż tekniċi u veterinarji u nies oħra li jaħdmu fil-qasam tal-mediċina għall-annimali, ma jistgħux jifhmu dan l-aġir fuq suġġett li suppost it-tnejn li aħna qegħdin naqblu fuqu.", "Meta tanalizza l-affarijiet tara li hawn min jinteressah aktar mill- gallerija u mhux mill-welfare ta' l-annimali.", "L-affarijiet qed isiru bil- pika.", "Sar xogħol bis-serjeta` u ttieħed il-ħin biex seta' sar il-bill li aħna ta' din in-naħa ppreżentajna.", "Kellna laqgħat ma' nies involuti f'dan is-settur u ħriġna b'biċċa xogħol tajba.", "Inħliet sena biex jitressaq dan is-suġġett fil-parlament biex issa kellu jerġa' isir ix-xogħol mill-gvern, xogħol li frankament ma sarx fil-livell li kien sar il-private member's bill.", "GĦalhekk għedt fil-bidu li se mmur at a tangent, pero` inħoss li huwa importanti li naraw kif qegħdin nagħmlu l-politika, Sur President.", "Wieħed ma jiskantax bl-aġir tal-gvern fuq il-qasam ta' l-annimali meta l- istess gvern għadu jimpika fuq is-sitwazzjoni tan-nisa msawta, fejn jaf illi hemm ħafna tbatija.", "Il-gvern kellu white paper lesta u anke għaddew sentejn u nofs minn meta l-viċi prim ministru rrisponda parliamentary question u qalli li l-liġi għall-protezzjoni tan-nisa msawta kien se jressaqha f'Ġunju tas-sena 2000.", "Din qiegħda bil-miktub.", "Tgħaddi sena oħra u nerġa' nagħmillu l-istess mistoqsija.", "Dan kollu jurina li l-kelma tal- viċi prim ministru ma tfisser xejn!", "Qalli li x-xogħol li baqa' qiegħed f'idejn l-attorney general.", "Imma allura ma jċemplulux in-nisa?", "Lili kull filgħodu tkellimni xi mara li tkun għaddejja minn xi tbatija u tistaqsini x'għamlu u x'sar fuq il-liġi.", "Dawn in-nisa jgħidulek: Imma x'inhi tagħmel il-klassi politika?", "Kulma hemm bżonn huwa li tressqu l-liġi fil-parlament!", "Imma mhux se nidħol f'dan id-diskors għax imbagħad vera twaqqafni, Sur President u tgħidli li m'iniex in order.", "Din il-pika qed joħloq il-gvern tidher ukoll fil-kwistjoni tax-shelters għan-nisa msawta.", "Il-gvern waqqaf il-proġett li konna qed nagħmlu aħna li kien se jipprovdi kenn lil dawn in-nisa, biex mbagħad f'sentejn u nofs irnexxielu jipprovdi kenn għal erba' nisa biss.", "Dan hu t-tħassib tagħna fuq kif inhu miexi dan il-pajjiż.", "Mhux vera li qegħdin nagħmlu l-affarijiet għall-ġid tan-nisa biex intejbulhom il-livell ta' l-għajxien tagħhom, kif mhux vera li l-gvern qed jaħdem biex itejjeb il-qagħda ta' l-annimali.", "Għax kif jista' l-gvern jippreżenta dan l-abbozz mingħajr ma jinvolvi l- għaqdiet konċernati?", "In-nies li jaħdmu fl-għaqdiet ta' l-annimali m'għandhomx interess personali u dan ix-xogħol jagħmluh għax verament iħobbu l-annimali.", "Irrid insellmilhom minn hawnhekk u nfaħħarhom għax- xogħol siewi li qegħdin jagħmlu.", "Dawn huma nies li jaħdmu bis-serjeta` u kieku m'għandniex lilhom, kien ikollna ħafna aktar problemi li jikkonċernaw l-annimali.", "Dawn l-għaqdiet jieħdu ħsieb l-annimali, jaraw fejn se jpoġġuhom biex ma jħalluhomx jiġġerrew barra fit-triq kif ukoll biex ma ssirx vjolenza fuqhom.", "X'ħin iċċemplilhom mill-ewwel jaqduk u jieħdu interess fil-problema tiegħek.", "GĦalhekk kif tista' tagħmel liġi u n-nies li qegħdin hands-on f'dak li tkun qed tilleġisla fuqu ma tikkonsultahomx?", "Pero` mhux se niskanta b'dan l-aġir għax diġa' rajnieh drabi oħra, bħal meta ġew biex jagħmlu l-Business Promotion Act u n-nies ta' l-MDC qishom ma eżistew qatt!", "L-istess ġara meta kienet qiegħda tiġi diskussa l-Equality Act u lill-Ministru Gonzi għamiltlu interpellanza fejn staqsejtu kemm hija involuta fl-istudju dwar dik il-liġi, il-kummissjoni għall-avvanz tal-mara, jiġifieri dik il- kummissjoni li tagħti l-aqwa attenzjoni u għandha l-aktar esperjenza fejn jidħlu d-drittijiet tan-nisa.", "Fir-risposta qalli li meta toħroġ il-white paper dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom bħal kull organizzazzjoni oħra u bħal kull ċittadin.", "Ma kontx nistenna din it-tip ta' risposta meta fl-Unjoni Ewropea l-ħin kollu jgħidulhom li fil-proċess ta' l- ugwaljanza, fejn jidħlu policies u fejn jidħlu liġijiet, iridu jiġu involuti mill-bidunett dawk li huma esperti f'dan il-qasam.", "U bħalma għamlu fil-Business Promotion Act qegħdin jagħmlu l-istess fuq il-liġi dwar l-annimali.", "Mhux sewwa li jkollok nies li huma esperti u ma tikkonsultahomx qabel ma toħroġ il-liġi.", "L-esperti mhumiex dawk li jaħdmu fil-ministeru.", "Iva, hemm bżonn il-pariri tagħhom ukoll, pero` dawk qegħdin ġo l-uffiċċju u mhux bħal dawk in-nies li jaħdmu fl-għaqdiet u jmissu b'idejhom il-problemi illi għandna f'dan is-settur.", "Kwalunkwe liġi biex tkun komprensiva u possibbilment ma jkollhiex toqob, wieħed irid jikkonsulta u jitkellem ma' l- esperti u mat-tekniċi fis-settur.", "Aħna m'aħniex kapaċi noħorġu biċċa xogħol suret in-nies u n-nies li jkunu qegħdin isegwu jgħidulna li t-taxxi għalhekk qed jitħallsu, biex jitħallsu dawk in-nies li lanqas biċċa liġi ma jafu jagħmluha kif imiss, ħalli kemm jista' jkun ikun fiha sugu.", "Issa billi ressqitu l-oppożizzjoni dan il-private member's bill, x'fiha ħażin b'daqshekk?", "X'fiha ħażin li kieku bdejna niddiskutu dik il-liġi?", "Jien dawn l-affarijiet iħawduni għalkemm fl-istess ħin nibda ngħid li kieku qegħdin nimpikaw biex naraw min se joħroġ bl-aħjar liġi nasal biex nifhimha, għax inkunu ressaqna liġi u mbagħad il-gvern jagħmel waħda aqwa minn tagħna.", "Jekk se nimpikaw min se jagħmel l-aħjar liġi, allura hemmhekk nieqaf u npoġġi bil-qiegħda għaliex ngħid li żgur se toħroġ xi ħaġa tajba.", "Imma lanqas dik, lanqas il-pride li jagħmlu biċċa xogħol aħjar milli kien hemm.", "U din hija xi ħaġa illi lil kull wieħed u waħda minna li nagħmlu l-affarijiet b'ċerta kuxjenza, bilfors tweġġagħna.", "Biżżejjed inħarsu lejn dik il-parti tal-liġi fejn tidħol ir-responsabbilta' li jitħarsu l-annimali mill-moħqrija, funzjoni mogħtija lill-gwardjani lokali.", "Aħna tal-Partit Laburista nemmnu – u hekk ipproponejna fl-abbozz ta' liġi tagħna – li kwalunkwe ċittadin jista' jieħu l-każ il-qorti kontra min jaħqar xi annimal.", "Għax meta tagħti poter liċ-ċittadini kollha ara kemm għandek iktar saħħa, peress li gwardjani lokali għandek numru limitat minnhom.", "Dan ma jistgħux ikunu kullimkien il-ħin kollu, mentri ċittadin u persuna li tkun għaddejja mit-triq u tara persuna oħra taħqar annimal, tista' tieħu l-każ il-qorti.", "Fl-abbozz li qed iressaq il-gvern m'hemmx irbit u jekk ma tipproteġix lil min hu abbandunat, tista' ma' tagħmel xejn.", "Din hija defiċjenza kbira fejn tidħol il-kwestjoni ta' stray animals.", "Imbagħad hemm ħafna affarijiet li rridu naraw anke fuq il-pets.", "Hawn min iħares lejn il-pets għal raġuni utilitarja u jipprova jiġġustifika għalfejn iżommhom.", "Ġieli tkun qed issir ċerta ħsara għax jinżammu magħluqin jew ġo gaġeġ jew b'xi ċinga ma' għonqhom.", "Imbagħad issemma' ħafna l-użu ta' l-annimali fl-isports u kien hawn ukoll min semma' ż-zoos.", "Hemm ukoll il-kwestjoni ta' l-esperimentazzjoni.", "Hawn min jgħidlek li jekk se tuża' l-annimal għall-esperimenti, biex issib il-kura tal-kanċer per eżempju u ssalva l-ħajja tal-bniedem, huwa aċċettabbli.", "F'każi oħra, bħal meta jsiru testijiet fuq l-annimali minħabba prodotti kożmetiċi, mhuwiex aċċettabbli.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea għadha kemm approvat li jibdew jiddiskutu cosmetic test ban fuq l-annimali.", "Dawn ilhom is-snin jagħmlu lobbying sabiex tersaq fuq l-aġenda u sabu reżistenza għax ħafna mill-cosmetic testing fuq l-annimali jsiru minn Franza u mill-Italja.", "Il-Franċiżi speċjalment għandhom ħafna influwenza fuq x'jiġi diskuss u x'jiġi bbanjat u fil-fatt kienu diġa' ppostponew ban illi kienet saret aktar kmieni u li kellha tiġi fis-seħħ fl-1998.", "Kienet Franza li żammitha milli timmaterjalizza u issa fil-fatt kellhom l-istess problemi imma jidher li qegħdin jersqu.", "Qegħdin jgħidu wkoll f'din il-cosmetics test ban li mhux fuq affarijiet kożmetiċi biss imma anki fuq testijiet fuq annimali fil-każ ta' mediċini.", "Naturalment hemm ħafna diskussjoni fuqha għax meta l- industrija tal-kożmetiċi għandha l-bejgħ ta' Lm44 biljun, se ssib ħafna reżistenza u oġġezzjonijiet.", "Issemmew ukoll f'dan id-dibattitu l-ħruxijiet li saru fuq xi annimali.", "Dawn huma affarijiet li narawhom b'għajnejna u narawhom jissawtu anke fl-isport.", "Jekk tħares lejn l-Ingilterra, nazzjon li żgur iħobb l-annimali, m'ilux kienet għaddejja diskussjoni fuq fox hunting.", "Jiġifieri din mhix problema tagħna biss.", "Aħna m'għandniex dik il-kultura u meta nipprova nagħmel appuntament mal-veterinarju, ma ninqediex mil-lum għal għada għax hawn domanda kbira għalihom.", "Dan ifisser illi hawn ħafna nies li jieħdu ħsieb tajjeb ta' l-annimali u dan huwa sinjal tajjeb u ma rridux ngħidu l-ħażin biss, pero' irridu nammettu li m'għandniex dik il-kultura li nħobbu l- annimali.", "Il-maġġoranza tan-nies iħobbu l-annimali imma mbagħad ikollok din il-ħafna moħqrija wkoll.", "Meta tara l-ħruxija tgħid x'hemm warajha din, għax ikun hemm problemi oħrajn mhux ta' l-annimali imma tal-bnedmin f'dan il-każ.", "Meta tara bniedem jieħu pjaċir jaħqar annimal, tgħid li xi ħaġa ħażina hemm u għalhekk irridu naraw x'inhi l-problema tiegħu.", "Min ikun qed jagħmel l-abbuż u jweġġa' xi kelb jew qattus, jista' ikun għada pitgħada jasal biex iweġġa' lit-tifla, lill-mara jew ma nafx lil min għaliex nafu li l-annimali jħossu wkoll.", "Dak li nħoss jien iħossu l-qattus u jħossu l-kelb, jekk naqilgħu l- istess daqqa.", "Jiġifieri jekk bniedem jieħu pjaċir jara annimal jissawwat ma jkollu ebda diffikulta' li jara bniedem ieħor jissawwat bl-istess mod.", "GĦalhekk irridu naraw xi problema jkollu min qed jagħmel dawn l-affarijiet.", "Inġib il-paragun man-nisa msawta, Sur President.", "Dawn għandhom bżonn il- protezzjoni mil-liġi u għandhom bżonn postijiet ta' kenn.", "Pero' jekk flimkien ma' dawn l-affarijiet ma nagħtux kas ta' min qiegħed isawwathom, xorta se tibqa' il-problema għax jekk tneħħilu l-mara li qed isawwat u jibqa' ma jeħux kura, se jaqa' fl-istess problema ma' mara oħra.", "Jiġifieri fi kwalunkwe qasam trid tara l-problema minn fejn hi ġejja u min għandu bżonn l-għajnuna.", "Inutli jkollok l-għajnuna materjali li tipprovdi l-liġi, bħall-post fejn toqgħod u ma jkollokx l-għajnuna l-oħra lil min qiegħed jagħmel l-att.", "Irid isir xogħol biex naraw x'inhi l-problema.", "It- tobba jafu x'inhuma l-problemi imma rridu naraw kif nistgħu norbtu lil dawn in-nies biex jieħdu l-kura.", "Irridu nagħmlu kampanji ta' zero tolerance għall-vjolenza, anki vjolenza fuq l-annimali.", "Jeħtieġ nagħmlu programmi importanti, bħalma huma l-lifeskills li għandhom isiru qabel meta t-tfal ikunu għadhom fil-primarja, f'eta' meta jkunu jimpressjonaw ruħhom malajr u ngħallmuhom ir-rispett lejn l-annimali, u nuruhom li dawn iweġġgħu bħalna.", "Irridu ngħallmuhom ir-rispett lejn il-ħajja.", "Huwa importanti li nagħmlu awareness campaign sabiex inbiddlu ċerta attitudni li xi kultant tkun ġejja mill-injoranza.", "Bħal f'kull ħaġa oħra, irridu nsostnu l-edukazzjoni għax meta tgħallem tkun qed teduka lin-nies.", "Trid tibda minn eta' żgħira biex xi darba naslu li nbiddlu l-mentalita'.", "Din hija l-aktar ħaġa diffiċli biex tinbidel u għalkemm hawn ħafna nies li jħobbu l-annimali, il-kultura tal-vjolenza u tal-ħruxija għadha hemm u ssib lil min iġelled il-klieb jew is-sriedak u min isawwat l-annimal biex jiġri iktar, u kull xorta oħra ta' vjolenza fuq l-annimali.", "Niftakar li meta l-Partit Laburista kien fil-gvern, l-Onor.", "Noel Farrugia kien beda programm edukattiv u kien stedinni biex immur nara kif kien qiegħed jaħdem.", "Kont vera ħadt gost bl-inizjattiva li kien ħa għax kienet xi ħaġa tassew sabiħa tara lit-tfal jieħdu dak l-interess fil- hands-on farming, programm edukattiv sabiex it-tfal ikollhom background u tagħrif dwar kif jittrattaw l-annimali.", "Għal dan il-għan kien twaqqaf kumitat magħmul mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, mid-dipartiment ta' l- agrikoltura u mill-universita'.", "Ma nafx x'sar minnu dak il-kumitat u forsi l-Ministru jaf jgħidilna meta jiġi biex jagħmel il-winding-up, Sur President.", "Wieħed mill-għanijiet ta' dak il-programm edukattiv kien biex it-tfal nagħtuhom dik li ngħidulha backgarden industry.", "Fi żmieni kienet xi ħaġa normali, jiġifieri mhux daqshekk ħafna 'l bogħod.", "Ħafna nies kienu jrabbu l- annimali f'xi bitħa jew xi ġnien u kienet ħaġa normali li jkollhom din il- backgarden industry.", "L-Onor.", "Noel Farrugia hekk kien isejħilha.", "Issa nqatgħet għal ħafna raġunijiet, fosthom dik ta' l-urbanizazzjoni.", "Kulħadd beda jmur joqgħod f'partijiet fejn hemm joqogħdu ħafna nies u telgħu ħafna blokki ta' flats, b'ħafna nies joqogħdu ġo appartamenti fejn mhux possibbli li trabbi l-annimali.", "Imbagħad hemm raġunijiet oħra, forsi għax qegħdin ngħixu ħajja aktar mgħaġġla.", "Donnu li llum għandna aktar x'nagħmlu u dak il-ħin li kien ikollna tletin, erbgħin sena ilu biex nieħdu ħsieb l- annimali u nilagħbu magħhom, illum spiċċa u iktar hemm iċ-ċans li wara x- xogħol wieħed imur jagħmel part-time job.", "Jiġifieri hemm ħafna raġunijiet għala din it-trobbija ta' l-annimali fil-backgarden jew fil-bitħa spiċċat.", "Imma ċertament kienet idea tajba ta' l-Onor.", "Noel Farrugia meta kien ministru li t-tfal kienu qegħdin jgħallmuhom jgħożżu mhux biss l- annimali imma l-biedja inġenerali, għax il-proġett kollu kien proprjament hands-on.", "Illum it-tfal għandhom inqas ċans li jkollhom kuntatt ma' l-annimali minn meta konna tfal aħna.", "Mill-iskola kienu qegħdin jeħduhom l-Għammieri ħalli juruhom kif l-annimali jgħixu flimkien.", "Kien qed ikollhom kuntatt magħhom, ikunu jistgħu jmissuhom u kienet xi ħaġa li t-tfal kienu verament jieħdu pjaċir jagħmlu.", "Jiena stess mort u rajt kemm kien qed ikun effettiv dan il-programm edukattiv fuq it-tfal.", "Meta ġiet f'idejja mistoqsija parlamentari ta' xi xahar ilu li l-Onor.", "Farrugia kien għamel lill-Ministru Ninu Zammit, kien staqsa kemm inġabu annimali ġodda matul l-1999, l-2000 u s-sena 2001 sabiex il-programm edukattiv hands-on farming ikompli jikseb il-popolarita' tiegħu ma' l-istudenti.", "Ma naħsibx li kienet xi mistoqsija diffiċli wisq għax fil-files tad-dipartiment ikun hemm kemm inġabu annimali ġodda.", "Pero' xahar ilu qalulu li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra u għadda kważi xahar u din ir-risposta għadha ma ngħatatx.", "Ma nifhimx x'inhi d-diffikulta' għax hija mistoqsija diretta u teħtieġ risposta diretta.", "Jiena nenfasizza li jekk dan il-programm qed jitmewwet, għandhom jerġgħu jagħtuh il-ħajja għaliex naħseb li kienet inizjattiva tajba u li kellhom ħafna x'jirbħu minnha t-tfal u hawn nappella lill-media.", "Kif rajna f'waħda mill-gazzetti li ġabet ritratt ta' dak il-povru kelb, qamet diskussjoni kullimkien, forsi għax kienet għaddejja din id- diskussjoni fil-parlament u allura ħafna nies kienu qed jitkellmu fuq din il-ħaġa.", "Pero' jiena ċerta li aktar kien l-effett ta' dak ir-ritratt li qanqal diskussjoni f'pajjiżna.", "Għandna tant stazzjonijiet tat-television u tar-radju u ħafna gazzetti li kultant ma jkunux jafu x'se jaqbdu jimlew, speċjalment fis-sajf.", "Jekk irridu nuru verament l-impenn tagħna lejn l- annimali, il-media għandha tieħu l-eżempju ta' sezzjoni oħra tal-media stess li taw kas dawn l-affarijiet.", "Iktar ma jkun hemm mezzi tax-xandir li jqajmu din il-kuxjenza, iktar se nkunu effettivi biex inbiddlu l-mentalita' li qegħdin nitkellmu fuqha.", "Jiena semmejt l-iskejjel u nibdew miż-żgħar u hemmhekk l-iktar li rridu naħdmu.", "Nixtieq li din ma tkunx xi ħaġa li nitkellmu fuqha għax għaddejja l-liġi bħalissa imbagħad ma nisimgħu xejn iktar dwarha.", "Naħseb li huwa d-dmir tal-media li jagħtu coverage kemm jista' jkun tax-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu dawn l-għaqdiet li mingħajr ħafna daqq ta' trombi jagħmlu ħafna ġid.", "Fejn jaraw każi bħalma kellna dan l-aħħar, juruhom biex titqajjem kuxjenza kontra kull min jaħqar l-annimali.", "Naħseb li tajjeb li nuru dik in-naħa tal-munita.", "Se nikkonkludi, Sur President.", "Naf li min-naħa tal-gvern qed jingħad li din il-liġi qed twassal messaġġ li l-istat jirrikonoxxi u jipproteġi l-annimali, imma jiddispjaċini ngħid li l-messaġġ qed joħroġ ħażin ħafna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Naħseb li naqblu lkoll li aħna l-bnedmin suppost ikkonsidrati bħala razza superjuri għaliex mogħnija bl-użu tar-raġuni, ħaġa li suppost l-annimali m'għandhomx.", "Nistħajjel li waqt li aħna rappreżentanti ta' din ir-razza superjuri qegħdin hawn nargumentaw flok nirraġunaw u noħolqu kontroversja fejn il-kontroversja m'għandhiex teżisti, ma niskanta b'xejn jekk l-annimali li suppost ma jirraġunawx huma wkoll qegħdin jiltaqgħu u wara li jsegwu x'inhu jiġri f'din il-Kamra, jaħsbuha sew qabel ma jaslu biex jikkonkludu min hu l-veru annimal, jekk hux aħna jew huma!", "Dan l-istatement qed nagħmlu għalija l-ewwel wieħed biex ma niġix akkużat li għajjart lil xi ħadd annimal - u nitlob apoloġija lill-annimali - u nistaqsi l-istess kif staqsew il-kelliema ta' qabli: Fejn hi l-kontroversja?", "Għaliex m'aħniex naqblu?", "Jekk tgħarbel id-diskorsi kollha li saru meta konna qed niddiskutu liġijiet oħrajn, jista' ikun li xi ħadd ma jaqbilx ma' xi liġi - mal-VAT per eżempju jew mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea - imma s'issa għadu ma qam ħadd jgħid li ma jaqbilx li għandu jkun hawn liġi li tikkontrolla l-moħqrija ta' l-annimali.", "Allura bis-serjeta' għadni ma fhimtx sew u nibqa' ma nifhimx għalfejn din il-kontroversja kollha.", "Il-ħabib tiegħi fil-veru sens tal-kelma, l-Onor.", "Gavin Gulia, fl-introduzzjoni tiegħu qal, jekk fhimtu sew, illi dan l-abbozz qatt ma ġie ppubblikat.", "Qal li kien hemm stedina min-naħa tal-kap ta' l-oppożizzjoni biex nagħmlu xi ħaġa flimkien iżda l-gvern baqa' ċass.", "Bir-rispett kollu naħseb li dan mhux veru, anke jekk din irrepetewha diversi kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Fl-14 ta' Frar tas-sena 2000, il-gvern kien ħa l-inizjattiva u ppubblika abbozz ta' liġi fuq l-animal welfare.", "Anzi aktar milli ppubblika abbozz, biex inkun ġust mal-fatti, kien il-Ministru Ninu Zammit li ppreżenta l-ewwel qari ta' dak l- abbozz.", "Waqt li fit-28 ta' Ġunju ta' l-istess sena mbagħad, jiġifieri erba' xhur wara, kien ħa aġġornament il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Irrid nirrikonoxxi hawn li għamel sew il-kap ta' l-oppożizzjoni li proprju tkellem fuq il-moħqrija ta' l-annimali.", "Dr Sant kien beda biex tkellem fuq ħajjet kelb abbandunat illi kien iltaqa' miegħu hu u sejjer id-dar.", "Jiena darba kont ktibtha jew għedtha li hija ħaġa pożittiva li anke meta kien prim ministru, Dr. Sant kien jitkellem fuq l-issues ta' l-annimali.", "Dakinhar il-kap ta' l-oppożizzjoni kien tkellem hawnhekk u fost affarijiet oħra kien qal – hawn quddiemi għandi t-transcript uffiċjali tad-diskors tiegħu, paġna 399 tad-debate tat-28 ta' Ġunju, 2000 - li jixtieq li tittieħed l-inizjattiva biex jiġi ppreparat abbozz ta' liġi li jkun jitkellem dwar l-animal welfare u l-ħarsien tad-drittijiet ta' l-annimali fuq bażi formali bejn ir-rappreżentanti taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "Jiġifieri wara li fl-14 ta' Frar tas-sena 2000 kien tressaq avviż ta' abbozz ta' liġi u kien sar l-ewwel qari tiegħu, il-kap ta' l-oppożizzjoni kien stedinna biex nagħmlu xi ħaġa flimkien fuq is-suġġett ta' animal welfare u allura mhux veru li l-gvern ħalla kollox għaddej u ma sar xejn.", "Lanqas m'hu veru li l-gvern stenna li l-oppożizzjoni tippubblika l-abbozz ta' liġi tagħha u mbagħad issuppervja u qal li se jippubblika tiegħu.", "Jien ngħid li hija ħasra li noqogħdu nintilfu fuq dawn il-ħmerijiet ta' min kien l-ewwel u min kien it-tieni.", "Il-fatti huma li fl-14 ta' Frar, l-Onor.", "Ninu Zammit - għadu ministru għall- agrikoltura u sajd, kif kien dakinhar - kien ippropona l-ewwel qari ta' abbozz ta' liġi.", "Imbagħad fit-28 ta' Ġunju tkellem il-kap ta' l- oppożizzjoni fl-aġġornament u talab biex nagħmlu xi ħaġa flimkien.", "Fid-29 ta' Lulju kkuntattjani l-viċi prim ministru u għaddieli kopja ta' abbozz ta' liġi li kien għadu lanqas biss ġie diskuss fil-kabinett.", "L-ittra kienet datata 29 ta' Lulju u Dr Gonzi talabni biex ngħaddi dan l-abbozzz ta' liġi flimkien ma' dik l-ittra lill-whip ta' l-oppożizzjoni.", "Niftakar li kont ċempilt lill-whip u ftehema li nħallihomlu mas-segretarja fil-headquarters tal-Partit Laburista.", "Dik l-ittra ta' Dr. Gonzi tad-29 ta' Lulju kienet indirizzata lill-opposition whip, fiċ-ċentru Laburista tal-Ħamrun u kienet tgħid hekk:", "\"GĦażiż Onor. Mizzi, fl-aħħar laqgħa tal-kumitat tax-xogħol tal-Kamra kont informajtek li fi Frar ta' din is-sena, il-gvern kien ressaq mozzjoni għall-ewwel qari ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni ta' l-annimali - Animal Welfare Act.", "Nixtieq ninformak li l-ewwel abbozz ta' liġi li ġie ppreparat mill-ministru responsabbli mill- biedja u sajd issa lest u ġie eżaminat mill-avukat ġenerali.", "Qiegħed nibgħatlek flimkien ma' din l-ittra, kopja ta' l-abbozz u ġentilment nitolbok tgħaddih lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Nixtieq ninformak ukoll li dan l-abbozz għadu ma ġiex ippreżentat lill- kabinett tal-ministri, iżda mistenni li jitressaq quddiem il-kabinett fix-xahar ta' Settembru tas-sena 2000.", "GĦalhekk jekk ikun hemm xi kummenti jew suġġerimenti min-naħa tagħkom, importanti li dawn jaslu għand il-ministru konċernat matul ix-xahar ta' Awissu.", "Għoddni dejjem tiegħek, Lawrence Gonzi, Kap tal-Kamra.\".", "L-ittra kienet ikkopjata lill-Ministru Ninu Zammit u kopja oħra ntbagħtet lili bħala whip tal-gvern.", "Nerġa' ngħid li dik l-ittra flimkien ma' l- abbozz ta' liġi jien personalment għaddejthom lill-Onor.", "Joe Mizzi.", "Allura kif tiġi l-oppożizzjoni u tgħidilna li ma kien hemm l-ebda kuntatt?", "Il- fatti huma li fl-14 ta' Frar sar l-ewwel qari u fit-28 ta' Ġunju tas-sena 2000 għamel l-istedina tiegħu l-kap ta' l-oppożizzjoni biex nagħmlu xi ħaġa flimkien.", "Inqas minn xahar wara kien hemm ir-reazzjoni min-naħa tal- gvern.", "Bgħattlu kopja ta' ittra, b'kopja ta' l-abbozz tal-liġi li lanqas biss kien għadu wasal għand il-ministri tal-gvern.", "Jien wasal għandi dakinhar stess li kont bgħattu lill-kap ta' l-oppożizzjoni u għedtlu li jekk ikollkom xi suġġerimenti, forsi nistgħu nagħmlu xi ħaġa flimkien.", "L-ittra tal-Ministru Gonzi kienet ċara, pero' ma smajna xejn minn naħa ta' l-oppożizzjoni.", "L-unika reazzjoni li kien hemm kienet li xi ħmistax wara ġie l-kap ta' l-oppożizzjoni u qalilna li l-abbozz mhux tajjeb u li kellu dawn is-suġġerimenti.", "Kellna ċans li nagħmlu u nippreżentaw abbozz ta' liġi flimkien u kien hemm bażi fuqxiex naħdmu.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni f'wieħed mill-kummenti tiegħu qal li l-abbuż kien miktub bl-Ingliż.", "Veru imma kien miktub bl-Ingliż għax ħadmuh nies tekniċi u ma ħadmux il- ministru.", "Hekk għandu jkun li ħafna liġijiet jagħmluhom it-tekniċi u mbagħad jgħaddu għand il-politiċi biex jirfinawhom.", "Seta' il-kap ta' l- oppożizzjoni juri li għandhom dawn ir-riżervi u kien jagħmel is- suġġerimenti tiegħu.", "Seta' jgħidilna li jridu jsiru dawn l-emendi u l-gvern kien ikun dispost li jilqagħhom u nippruvaw nagħmlu xi ħaġa flimkien.", "Imma l-oppożizzjoni x'għamlet?", "Ħmistax wara, eżattament fid-9 ta' Awissu, il-kap ta' l-oppożizzjoni u Dr Joe Brincat ippreżentaw lill-media l-abbozz ta' liġi li kienet għamlet l-oppożizzjoni.", "Allura min qed jipprova jifred fiha din, il-gvern jew l-oppożizzjoni?", "Hija xi ħaġa tat-tfal li tgħidu min hu l-ewwel u min hu t-tieni.", "Mhux suppost qed ngħiduh dan id-diskors, imma la tqanqal irridu ngħidu li l-fatti kif inhuma.", "Mela fl-14 ta' Frar tressaq l-ewwel qari ta' l-abbozz ta' liġi mill- Ministru Ninu Zammit u fit-28 ta' Ġunju tas-sena 2000 ħa l-aġġornament il- kap ta' l-oppożizzjoni.", "F'inqas minn xahar, jien bgħatt draft tal-liġi akkumpanjat b'ittra mill-Ministru Gonzi lill-oppożizzjoni, fejn għedtilhom li dak id-draft ma kienx għadu ġie ppreżentat quddiem il-kabinett tal- ministri u kien se jiġi ppreżentat f'Settembru.", "Għedtilhom: Għandkom sa Settembru biex tagħmlu l-ilmenti, is-suġġerimenti u l-kritika tagħkom - anke jien kont kritiku u ħażżiżt diversi affarijiet li ma kontx naqbel magħhom fl-ewwel draft - iżda flok tawna l-ilmenti, is-suġġerimenti u anke l-kritika tagħhom, il-kap ta' l-oppożizzjoni qal le u ħareġ bl-abbozz ta' liġi tiegħu.", "Jista' ikun hemm diversi raġunijiet għala għamel hekk, fosthom li kien għadu kif tħabbar survey mill-MISCO, li hu pożittiv ħafna u – naqra minn The Times tas-7 ta' Frar tas-sena 2000 - li jgħid hekk:", "\"85% of respondents feel that Malta's animal protection laws are too lenient.", "The Maltese are conscious and concerned about animal welfare, according to an opinion poll conducted by an independent company and commissioned by the animal rights pressure group world animal conscious.\"", "Ċertament sew u pożittiv li għandek 85% li huma konxji fuq animal welfare u dan ifisser li l-gap ta' dawk li jaħqru l-annimali qiegħda tonqos.", "Li qed nipprova ngħid huwa li ppruvajna minn kollox biex nagħmlu xi ħaġa flimkien.", "Sa kont bgħatt kopja ta' l-abbozz ta' liġi lill-oppożizzjoni, b'ittra mingħand il-Ministru Gonzi u bgħattu jien personalment fil-headquarters tal- Partit Laburista.", "Ir-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni kienet: Le, aħna għamilna l-abbozz tagħna.", "Naturalment għandhom dritt li jippreżentawh bħala private member's bill.", "Nerġa' ngħid li dan id-diskors fuq min kien l-ewwel u min kien it-tieni huwa ħażin għax dawn argumenti tat-tfal, imma dan l-argument ma nafx kemm-il darba ġie ripetut min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Il-verita' hi li aħna ħadna l-inizjattiva u intom ma weġibtux, mentri biex nagħmlu xi ħaġa flimkien bilfors irid ikun hemm l- aċċettazzjoni ta' l-oppożizzjoni.", "Anke kien hawn diskors li qatt ma ssemmew l-interessi ta' l-annimali u li ħadd qatt ma kien semma' l-interessi ta' l-annimali qabel ma fetaħ ħalqu l- kap ta' l-oppożizzjoni.", "Darba deputat Laburista ipprova jirredikolani mingħalih għax kont għamilt diskors fil-parlament dwar annimali mitluqin barra.", "Jiena ma nafx kemm-il mistoqsija parlamentari għamilt fuqhom u nista' nistqarr li ħadt pjaċir meta tkellem il-kap ta' l-oppożizzjoni u semma' l-ħwat ta' l-ilma li jkun hemm ħdejn l-għases tal-pulizija li kienu proprju mmirati biex jekk ikunu għaddejjin l-annimali, fosthom stray dogs, stray cats u anke żwiemel, kienu jieqfu u jixorbu.", "Jiena xbajt nagħmel mistoqsijiet parlamentari u ngħid li kulma jridu jagħmlu min-naħa ta' l-għases tal-pulizija hu li joħorġulhom barmil ilma peress li ħafna minnhom huma vojta.", "Iżda r-risposta li kont ingħatajt kienet fis-sens li l- pulizija m'għandhomx riżorsi.", "Mhux veru, mhux m'għandhomx riżorsi imma m'hemmx rieda tajba biżżejjed min-naħa tal-korp tal-pulizija.", "GĦalhekk ħafna moħqrija ta' l-annimali tibqa' għaddejja qisu ma hu qed jiġri xejn.", "Jiena kont insistejt diversi drabi u kont għedtha anke f'supplementary question m'ilux li waqt it-taħriġ tagħhom fl-akkademja tal-pulizija, trid issir enfasi fuq il-bżonn li l-pulizija jkunu watchdogs anke kontra l- moħqrija ta' l-annimali.", "Hawnhekk għadha kif issemmiet mhux biss mill-Onor.", "Dalli - għamlet diskors tajjeb u naqbel magħha f'ħafna milli qalet - imma anke minn kelliema oħra li l-gvern issa qed jirrelega l-ħarsien tal-liġi ta' l-animal welfare fuq il-local wardens.", "Naħseb li anke din hija żbaljata għaliex hemm klawsola fil-liġi li tgħid li l-pulizija se jkunu mgħobbija bir-responsabbilta' li fejn jaraw moħqrija, jieħdu l-passi.", "Jiena ngħid illi tista' tagħmel kemm trid suldati u pulizija u local wardens imma jrid ikollok sens ta' commitment.", "Din il-ġimgħa kont Marsalforn u ħdejn l-għassa hemm ħawt li ngħid għalija dejjem rajtu mimli bl-ilma.", "Hemmhekk ma naħsibx li għandhom pulizija żejda, anzi probabbilment għandhom riżorsi limitati bħalma għandhom għases oħrajn.", "Probabbilment hemmhekk hemm xi ħadd li għandu kuxjenza favur l-annimali u jieħu l-briga li l-ħawt ta' l-ilma jżommu dejjem mimli.", "Ara f'għases oħrajn - jekk m'iniex sejjer żball fl-għassa taż-Żejtun - mhux biss il-ħawt ikun vojt, imma għaddejt minn hemm din il-ġimgħa u lanqas biss għadu hemm il-ħawt ta' l-ilma.", "Importanti li l-liġi tkun tajba imma jrid ikun hemm min jinforzaha.", "F'dan il-pajjiż għadha mhijiex għolja biżżejjed il- priorita' li min jikser il-liġi ibati l-konsegwenzi.", "Kien hemm il-każ ta' dak it-tifel li ttortura kelb billi ħarqu bi blowlamp, att tal-biża'.", "Biss jiena ma nikkundannax lil dak it-tifel għax biex tifel ta' 14-il sena jasal biex jagħmel hekk, naħseb li għandu problema.", "Fil-fatt jiena kont issuġġerejt - u d-dipartiment ta' l-edukazzjoni diġa' ħa l-inizjattiva - li jqabbdu social worker biex jara l-inċidenza ta' assenteiżmu ta' dak it-tifel mill-iskola u jara jekk hemmx mod kif jistgħu jgħinuh.", "Ħażin dawk l-ittri li jidhru fil-gazzetti li joqogħdu jgħidu li la darba ħaraq il-kelb, għandna naħarqu lilu .", "Dak it-tifel għandu bżonn l-għajnuna.", "Veru li hija ħaġa tat-twerwir li għamel, imma dak it-tifel aktar minn ħaġa oħra għandu bżonn l-għajnuna.", "Imma jkun hemm każi oħrajn ta' moħqrija u ħadd ma jagħmel xejn, kif qalet l-Onor.", "Dalli – u għamlet sew li semmiet il-ġlied tas-sriedek - għax kulħadd jaf li jġelldu s-sriedek.", "Kulħadd jaf li jġelldu l-klieb filgħodu f'post partikolari.", "Jgħidu li jkunu fl-inħawi ta' Tal-Ħandaq mas- sbieħ.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari u staqsejt kemm-il darba nterveniet l- ALE u kemm-il darba ressqet nies il-qorti fuq ġlied tal-klieb.", "Qaluli li ma tinżammx statistika u mn'Alla ma tinżammx statistika għax probabbli kieku ma jkollna xejn jew kważi xejn!", "Fuq net television u anke fil-programm televixin ta' Pierre Portelli li jixxandar kull nhar ta' Ħamis, urewna filmati ta' klieb joqtlu lil xulxin.", "F'dan il-pajjiż mhux kulħadd jaf li għad hawn dan id-delizzju misħut li jġelldu l-klieb!", "Naħseb li kif nisma' jien fejn isir dan il-ġlied, jisimgħu l-pulizija wkoll.", "GĦalhekk il-liġi hija importanti ħafna u nerġa' ninsisti kemm huwa importanti li nrawmu kuxjenza favur l-annimali fost it-tfal u fost l-istudenti.", "Irridu nirrikonoxxu li anke l-annimali għandhom id-drittijiet tagħhom u aħna m'għandniex dritt li naħqruhom.", "GĦalkemm aħna suppost razza superjuri, wara li ġġelidna fuq dak li suppost naqblu fuqu, għandi dubju jekk aħniex razza superjuri għax kif diġa` għedt, naħseb li l-annimali qed jidħku bina.", "Każ ta' moħqrija kif kien hemm fis-Siġġiewi għandu jqajjem terremot għax għalkemm il-bniedem huwa ta' razza superjuri, m'għandu l-ebda dritt jaħqar l-annimali.", "L-annimal iweġġa' bħalna u jekk taħarqu bi blowlamp se jħoss l- istess ħaġa li jħoss il-bniedem.", "Naqbel ma' l-argument, jidhirli ta' l-Onor.", "Silvio Parnis, meta qal li m'għandux ikun li tara klieb marbutin fuq il-bejt għax-xemx.", "Qal li s-sid ta' dak ir-razzett imissu l-ewwel jitla' hu fuq il-bejt, jintrabat b'ħabel u jara jekk jissaportix f'dik ix-xemx u jekk jissaporti mbagħad ipoġġi l- kelb!", "Ftit 'il bogħod minn fejn noqgħod jien, u qed dan pubblikament ħalli jkunu jafu li se nirrapportahom, hemm qattusa marbuta b'ħabel f'kaxxa ġox- xemx taqli l-ankri.", "Meta għaddejt minn hemm din il-povra qattusa tonfoħ kienet.", "Ma nafx min joqgħod f'dak is-sit imma xi ħadd rabatha żgur lil din il-qattusa.", "Nistiednu li jekk irid immur norbtu b'ħabel jien u jara jekk jissaportix fis-2.00 p.m., kif inhi marbuta din il-qattusa.", "Jekk se tibqa' hemm jien se nkun l-ewwel wieħed li nirrapportah il-pulizija u nispera li jieħdu passi.", "GĦad hawn min għadu jaħseb li għandu d-dritt jittratta l- annimali bħallikieku dawn ma jħossux u m'humiex sensittivi bħalna.", "Irridu nbiddlu l-kultura għax il-liġijiet m'humiex biżżejjed.", "Kif diġa` għedt, irridu nitkellmu fuq l-enforcement għax jista' ikollna miljun liġi, jista' jinbidel il-gvern u jagħmel liġi aħjar minnha imma jekk il-liġi ma tiġix infurzata nkunu ħlejna l-ħin.", "Naħseb li din il-problema tal-moħqrija ta' l- annimali nagħtuha ħafna lip service, għax hekk hija l-moda but we do very about it.", "Il-pulizija u l-local wardens li fit-taħriġ tagħhom u f'xogħolhom se jkunu mgħobbija b'din ir-responsabbilta`, għandhom ikunu konxji li l-moħqrija ta' l-annimali hija ksur tal-liġi u jridu jintervenu.", "Nispera li l-local wardens ma jibqgħux iffissati żżejjed fuq jekk xi ħadd ipparkjax ħażin jew qabeżx il-linja!", "Nhar is-Sibt li għadda kont GĦawdex u kont ipparkjat f'post fejn kulħadd jipparkja għax kien hemm parking space, iżda ġie l- local warden u qalli biex inneħħi l-karozza minn hemm għax jekk jiġi xi ħadd iħarrikni.", "Jiena għedtlu li kien hemm l-ispazju imma huwa qalli li la issa għamlu l-lines, la m'hemmx line ma nistax nipparkja.", "Jiena wieħed minn dawk li naqbel mas-sistema tal-wardens, imma importanti li anke l-wardens ikunu kredibbli f'xogħolhom.", "Jien jiddispjaċini ngħid li xi wħud minnhom għad iridu jitgħallmu x'inhu xogħol il-warden.", "Issa se jkollhom responsabbilta` ġdida illi jintervenu f'każ ta' moħqrija ta' l-annimali u nispera li jagħtuha l-importanza tagħha.", "Għandna liġijiet dwar il-moħqrija ta' l-annimali u l-pulizija setgħu jintervenu kieku riedu, imma sfortunatament ħafna drabi baqgħu ma ntervenewx għaliex għad m'hawnx sensittivita` biżżejjed li l-moħqrija ta' l-annimali tammonta għall-ksur tal-liġi.", "Min jaħqar l-annimali għandhom jittieħdu l-passi kontrih.", "M'ilux qrajt fuq dak l-individwu li ta xeba' martell liż-żiemel għax ma obdihx.", "Mar il-qorti u ma nafx kemm weħel u tal-mistħija li għadhom jiġru dawn l- affarijiet.", "Qrajt artiklu li bir-rispett kollu għandu xeħta estremista - Malta labelled as the cruelest nation on earth for cruelty to animals - għax meta tgħid li Malta hija kkonsidrata bħala l-iktar pajjiż fejn hemm moħqrija ta' l- annimali, tkun qed taqbeż il-limitu tad-diċenza.", "Għaliex l-artikolist ma jdurx dawra sew qabel ma jgħid affarijiet bħal dawk!", "M'ilux irċivejt e- mail b'ritratti ta' x'inhu jagħmel is-sindku ta' Bucharest.", "Dan ta ordni li jinqatlu l-klieb kollha biex ineħħi l-problema ta' l-istray dogs!", "Ħallas u qalilhom biex joqtlu ma nafx kemm-il elf kelb li għandhom.", "Min jinteressah nista' nibgħatlu dawn ir-ritratti li hemm minnhom juru klieb li ġew skinned, oħrajn sfaw fgati u oħrajn mgħallqa.", "Dawn qed jinqatlu bl-iktar mod krudili.", "Hawn Malta kien hawn min ħa l-inizjattiva u kiteb ittra lill- President tar-Rumanija iżda dan wieġbu li ma jistax jindaħal lis-sindku ta' Bucharest.", "Aħna lkoll qegħdin nilleġislaw kontra l-moħqrija ta' l-annimali u se ngħaddi dan il-messaġġ biex is-sindku ta' Bucharest ikun aktar sensittiv lejn l-annimali.", "Moħqrija oħra li semmiha wkoll l-Onor.", "Jason Azzopardi hija li ż-żwiemel tal-karozzini jkunu bla tinda.", "Ma nkunux kredibbli jekk ngħaddu liġi bħal din u ftit passi 'l bogħod minna tibqa' tiġri din il-moħqrija taż-żwiemel.", "Biex inkun ċert li ħadd ma jifhimni ħażin, Alla ħares jitneħħew il- karozzini u ż-żwiemel mill-Belt għax huma parti mill-kultura tagħna.", "It goes without saying li meta tidħol il-Belt tippretendi li se tara l- karozzini u ż-żwiemel.", "Jiġifieri altru li naqbel li għandhom jibqgħu hekk.", "Ma naqbilx biss li xi ħadd jibni tinda mingħajr il-permess tal-planning authority, kif inbniet fi Pjazza San Ġorġ, quddiem il-Palazz, għaliex ma naħsibx li għandha tinbena fi pjazza prinċipali bħal din.", "Lanqas ma nkunu kredibbli bħala politiċi jekk niddiskutu kontra l-moħqrija ta' l-annimali, imbagħad meta toħroġ barra tara żwiemel fis-1.00p.m. u fis-2.00p.m. ġo dik ix-xemx taqli l-ankri.", "GĦandha tinstab soluzzjoni.", "Issa tgħiduli: Imma inti għandek soluzzjoni?", "Naf illi l-Onor.", "Edwin Vassallo diġa` daħal f'dan l- argument u konvint li hemm soluzzjoni.", "Sibna tant soluzzjonijiet għal problemi akbar!", "In-nies ma jistgħux jeħduna bis-serjeta` jekk ngħaddu din il-liġi, imbagħad iż-żwiemel jibqgħu hemm barra f'xemx taqli l-ankri erba' passi 'l bogħod mill-parlament.", "Inkunu qegħdin indaħħku n-nies bina.", "Is- soluzzjoni jmissha nstabet qabel ma l-planning authority neħħiet it-tinda.", "Din hija l-opinjoni umli tiegħi.", "GĦalkemm neħħejna t-tinda, iż-żwiemel għadhom hemm fix-xemx u dan huwa każ ta' moħqrija ta' l-annimali.", "Apparti milli l-gvern ħa l-inizjattiva u ressaq l-ewwel reading fl-14 ta' Frar, 2000 u anke rrispondejna għal dak li qal tajjeb ħafna l-kap ta' l- oppożizzjoni fl-aġġornament tiegħu fit-28 ta' Ġunju, 2000 u wara bgħattna abbozz ta' liġi li kien għadu ma tressaqx quddiem il-kabinett tal-ministri, ngħid lill-oppożizzjoni li xorta għadna biċ-ċans li nagħmlu xi ħaġa flimkien.", "GĦalhekk isir id-dibattitu biex jekk hemm abbozz ta' liġi u l- oppożizzjoni taħseb li mhux tajjeb biżżejjed jew li huwa ħażin, nippruvaw nagħmluh aħjar.", "Naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Dalli li huwa ħażin li nibagħtu messaġġ lin-nies li lanqas fuq il-moħqrija ta' l-annimali ma nistgħu naqblu.", "Il-gvern diġa`pprova jilħaq ftehim ma' l-opożizzjoni u jekk l-oppożizzjoni jidhrilha li l-abbozz li qed inressqu jista' ikun aħjar, għandha tressaq l-emendi tagħha biex dan l-abbozz fil-fatt ikun aħjar.", "Xejn m'hu perfett u kull ħaġa li nagħmlu tista' tkun aħjar u dan huwa l-ispirtu tal-parlament.", "L-ebda liġi m'hija perfetta u rridu naraw li once li tkun għaddiet mill-istadji kollha, tkun aħjar minn kif tkun tressqet fil-bidu.", "Parallel mal-liġijiet, hemm bżonn li nqajmu kuxjenza soċjali.", "GĦalhekk huwa tajjeb li fil-kurrikulu nazzjonali jissemma' li rridu nrawmu sensittivita` kontra l-moħqrija ta' l-annimali, anke fost it-tfal.", "L-Onor.", "Dalli għamlet statement tajjeb li mhux veru li f'pajjiżna kulħadd jaħqar l-annimali.", "Nimpressjona ruħi kemm hawn nies jieħdu ħsieb l-annimali bħallikieku kienu membri ta' l-istess familja u anke jeħduhom għand il-vet għat-tilqim.", "Fil- maġġoranza assoluta tal-poplu Malti huwn kuxjenza kbira li l-annimali qegħdin hemm biex nieħdu ħsiebhom, apparti li jagħtuna servizz.", "Pero` xorta naħseb li huwa importanti li nkomplu nrawmu sensittivita` favur l-annimali, mhux biss fost it-tfal ta' l-iskejjel imma fost il-pulizija u l-local wardens ukoll li issa se jkunu nkarigati biex jinfurzaw dawn il-liġijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi għad m'hemmx biżżejjed awareness fost il-pulizija.", "Mhux tort tal-pulizija imma tort tat-training tagħhom li din m'hijiex waħda minn ta' quddiem fil-priority list.", "GĦalhekk għad fadlilna x'nagħmlu fejn jidħol infurzar.", "Mr Speaker, nagħlaq fuq dan il-punt.", "Darba kont mistieden nagħmel diskors u nippreżenta paper f'seminar li kien sar mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`.", "Kien hemm saying - niskuża ruħi imma nsejt min qalu - li l-liġi m'hijiex qiegħda hemm biex tmiss il-qalb iżda għal dawk li huma bla qalb.", "Il-liġi m'hijiex poeżija li tmiss il-qalb imma l-liġi qiegħda hemm proprju għal dawk li huma bla qalb.", "Kieku kulħadd għandu l-qalb u ma jaħqarx l-annimali kieku m'għandniex bżonn tal-liġi.", "Imma jkun hawn dawk il-ftit, nerġa' ngħid il-ftit u mhux il- ħafna, li huma bla qalb u jaħqru l-annimali.", "Is-sitwazzjoni ideali tkun li ma jkollniex bżonn il-liġi għaliex ħadd ma jaħqar l-annimali, imma dik is- sitwazzjoni ma teżistix u qatt m'aħna se naslu għall-ideal.", "L-unika ħaġa li nistgħu nimmiraw lejha biex innaqqsu l-moħqrija ta' l-annimali hija l- edukazzjoni billi nrawmu l-imħabba lejn l-annimali fit-tfal.", "Niftakar meta kont tifel żgħir - mhux għax illum xiħ, il-Ministru Ninu Zammit huwa ħafna ixjeħ minni! - wieħed mill-passatempi tagħna kien li mmorru naqbdu l-pitirossi.", "Illum jekk ngħid lit-tifel tiegħi jmur jaqbad pitiross jgħidli li l-iskola qalulhom li dik ma tistax tagħmilha.", "Din turini kemm jagħmlu xogħol fl-iskejjel.", "Naħseb li anke hawn nistgħu nagħmlu ħafna xogħol.", "GĦalhekk il-ħidma tagħna għandha tkun immirata lejn abbozz ta' liġi b'qafas u struttura legali tajba għal dawk il-ftit li huma bla qalb li jaħqru l-annimali, li jeżistu u se jkomplu jeżistu.", "Permezz ta' l-infurzar tal-liġi dawk jieħdu dak li ħaqqhom u jkunu jafu l-prezz li trid tħallas jekk taħqar l-annimali.", "Sfortunatament f'dan il-pajjiż ilna wisq nisimgħu u ma jsir xejn!", "Sa ftit żmien ilu kellna l-famuż każ tax- Xlendi, fejn il-kappillan organizza catch-a-duck, jitfgħu papra l-baħar u joqogħdu jiġru warajha.", "Dik hija moħqrija wkoll.", "GĦalhekk hemm bżonn naħdmu biex parallel mal-liġi, ikun hemm kampanja edukattiva ħalli nrawmu mentalita` kontra l-moħqrija ta' l-annimali.", "B'hekk, kemm jista' ikun, tonqos il-gap bejn dawk li għandhom qalb u dawk li huma bla qalb.", "Bil-permess tal-Kamra xtaqt inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l- ittra li rriferejt għaliha aktar kmieni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR MARIO GALEA: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Onor Lawrence Gonzi, Kap tal-Kamra, lill- Onor Joe Mizzi, Whip ta' l-Oppożizzjoni, fid-29 ta' Lulju 2000, b'riferenza għal abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni ta' l-annimali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, illi wieħed jgħaddi liġi tal-welfare jew għad-drittijiet ta' l-annimali hija xi ħaġa siewja u importanti, imma li ngħaddu liġi nofs kedda mhux aċċettabbli.", "Smajna ħafna sentimenti miż- żewġ naħat ta' din il-Kamra dwar il-ħtieġa li jkun hawn liġi li tkun tipproteġi u tħares l-interessi u d-drittjiet ta' l-annimali.", "Imma li l- gvern iressaq abbozz ta' liġi nofs kedda u jippretendi li b'hekk inkunu qegħdin nagħmlu xi breakthrough u anke jitlobna biex minn naħa tagħna naċċettaw dak li għandna quddiemna meta din mhi xejn nerġa' ngħid ħlief biċċa xogħol nofs kedda, jien lill-gvern ngħidlu li m'aħniex se noqogħdu għal din l-ipokresija.", "GĦadni kif smajt dak li qal l-Onor.", "Mario Galea u bir-rispett kollu, il- fatti huma l-fatti.", "Il-gvern kellu opportunita` tad-deheb is-sena li għaddiet biex juri kemm huwa flessibbli u kemm huwa matur.", "Fuq xi ħaġa fejn kulħadd jesprimi ċerti sentimenti, kellna nagħmlu xi ħaġa li ma tkun kontroversjali għal ħadd.", "Kellna naħdmu flimkien id f'id u nwasslu abbozz imħejji miż-żewġ naħat, ħalli xejn xejn ma jkollux bżonn dibattitu twil bħalma qed ikollna nagħmlu f'dan l-istadju u naħseb li anke se jkollna nagħmlu fl-istadju ta' kumitat.", "Peress li quddiemna għandna liġi li m'hi xejn aħjar minn abbozz ta' liġi nofs kedda, bilfors li jkollna dibattitu twil.", "Qed issir biex tkun saret meta bħala stat ta' fatt hawn nuqqas serju fil-liġijiet tal-pajjiż li mhux qed jippromwovu l-ħarsien sħiħ ta' l- annimali.", "Ngħidu li bħala nazzjon nemmnu fil-welfare u fl-interessi ta' l- annimali meta fil-prattika hemm gap kbira.", "Infakkar li min-naħa ta' l-oppożizzjoni, is-sena li għaddiet kienet saret proposta sempliċissima u bl-ebda sens ta' pika, kompetizzjoni jew rivalita`.", "Konna nafu meta għamilna dik il-proposta li kien hemm l-ewwel qari fuq l-abbozz ta' liġi għall-ħarsien ta' l-annimali, imma kulħadd jaf li l-ewwel qari huwa sempliċement avviż ta' mozzjoni li l-gvern ikun beħsiebu jippubblika abbozz ta' liġi.", "Nafu wkoll li saru diversi first readings snin ilu u baqgħu hemm fil-ktieb tal-mozzjonijiet li jinżamm mill- Iskrivan tal-Kamra.", "Il-proposta tagħna kienet li matul ix-xhur tas-sajf nagħmlu kumitat bejnietna - mhux is-sajf ta' din is-sena imma s-sajf tas- sena li għaddiet - inpoġġu 'l quddiem l-ideat tagħna u nippreparaw abbozz relattivament f'qasir żmien li jkun jinkorpora fih il-proposti taż-żewġ naħat.", "Jekk ikun hemm qbil fuqu meta jispiċċa s-sajf, dak l-abbozz ikun jista' jitressaq quddiem il-parlament u jgħaddi.", "Pero` kellna skiet totali min-naħa tal-gvern, imbagħad meta erġajna qajjimna s-suġġett u rajna dak is- skiet totali ddeċidejna li naħdmu għar rasna fuq abbozz ta' liġi, ħalli għallinqas ikollna l-proposti tagħna.", "Minn naħa tal-gvern, biex jurina kemm għandu interess – jien ngħid biex jidħol fil-pika - oriġinarjament bagħtilna abbozz ħafna aktar ta' nofs kedda minn dan li għandna quddiemna bħalissa u qalilna li l-lġi lesta.", "Allura ngħid jien la l-liġi lesta, għalfejn ħa toqogħdu tiltaqgħu u tistaqsuna għall-ilmenti u l-proposti?", "Dan huwa l-mod kif jaħdem gvern matur u demokratiku?", "Din hija xi ħaġa li suppost ma kellu jkollna l-ebda kontroversja politika fuqha.", "Meta kont ħadt dak l-aġġornament kont għedt li l-annimali m'għandhomx vot u dwar il-ħarsien tagħhom ċertament li hawn sentiment komuni.", "Il-gvern la kellu d-diċenza, la l-maturita` u lanqas is- sens ta' responsabbilta` għax minnufih daħħal sens ta' kompetizzjoni.", "Hekk kienet ir-reazzjoni tal-gvern, reazzjoni tal-mistħija.", "Imbagħad ġara li bqajna mdendlin b'dan l-abbozz ta' liġi għax il-gvern irrifjuta li nagħmlu dan il-kumitat li konna ssuġġerejna in all good faith.", "GĦadda s-sajf, għaddiet ix-xitwa u reġa' ġie s-sajf u qed niddiskutu dan l-abbozz nofs kedda li ressaq quddiemna l-ministru għall-agrikoltura u sajd.", "Dan l-abbozz huwa ta' nofs kedda għax il-gvern għandu l-ossessjoni tas- soltu li jrid jiffitja kollox skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dik biss hija l-priorita` li għandu, li jaf li hemm ċerta leġislazzjoni minima ta' l-Unjoni Ewropea u jrid josservaha.", "Dik biss tinteressa lin-naħa tal- gvern u mhux il-ħarsien ta' l-interessi ta' l-annimali!", "X'jimpurtahom jekk din se toħloq problemi!", "Li jinteressahom huwa li jkunu konformi mal- pożizzjoni minima li timponi l-Unjoni u qegħdin iħaddmuha bl-istess trick li issa qiegħed jindara fil-liġijiet li qegħdin jitressqu quddiemna.", "Mhux qegħdin ikunu liġijiet issettjati b'ċerti prinċipji u miżuri ċari ta' kif se jiġu mħaddma, imma liġijiet issettjati f'qafas biex imbagħad il-vojt ta' ġo fihom ikun jista' jimtela permezz ta' avviżi legali u regolamenti oħra amministrattivi maħruġa mill-ministru.", "Il-liġi li għandna quddiemna mhux biss hija ta' nofs kedda imma hija liġi vojta għax ma tissettja xejn quddiemna dwar x'inhuma l-prinċipji, l- istrutturi, il-ħsibijiet u l-filosofija li bihom tabilħaqq l-interessi ta' l-annimali jkunu issalvagwardati.", "Il-liġi kellha tkun organika mhux f'qafas vojt.", "GĦalhekk li l-kliem li pprepara u ppreżenta l-gvern m'huma xejn ħlief tlellix u bżar fl-għajnejn.", "Dak kollu li kellu f'moħħu l-gvern huwa sempliċement li jkollu taparsi liġi għall-ħarsien ta' l-annimali li jista' jippreżenta fi Brussel biex jissodisfa r-requirements minimi ta' l-Unjoni Ewropea u skond x'jgħidulu jdaħħal fiha billi joħroġ l-avviżi legali.", "Xejn aktar u xejn anqas!", "L-ironija hija li tiltaqa' ma' ċerti nies li jgħidulek li s-sħubija fl-Unjoni hija tajba għax minn naħa ta' Brussel iġegħluna nagħmlu affarijiet li normalment ma nagħmluhomx minn jeddna u jdaħħlulna regoli moderni li altrimenti m'għandniex il-kuraġġ indaħħlu.", "Naħseb li hawnhekk għandna evidenza konkreta kemm mhu veru xejn dak li qed jintqal għax is-sena li għaddiet aħna bħala oppożizzjoni ddepożitajna quddiem dan il-parlament, private member bill fuq id-drittijiet ta' l- annimali.", "Dan is-suġġett m'huwiex xi ħaġa li titkellem fuq biċċa minnu jew tħalli kollox miftuħ għall-avviżi legali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prinċipji u miżuri, imma bil-maqlub.", "Min qara l-abbozz ta' liġi li ppreżentat l-oppożizzjoni għall-ħarsien tad-drittijiet ta' l-annimali, jista' jara bl-aktar mod ċar li tagħna huwa abbozz ta' liġi li ma joqgħodx lura milli jgħid x'inhuma l-prinċipji u l-miżuri imma jkopri b'mod sħiħ l- oqsma kollha ewlenin - ħlief wieħed li mbagħad nitkellem dwaru wkoll - li jirrigwardaw il-ħajja, il-ħarsien u d-drittijiet ta' l-annimali.", "Trid tkun għama, trux u mutu biex tħares lejn dawn iż-żewġ abbozzi u ma tgħidx bl- aktar mod ċar li l-abbozz ta' liġi ta' l-oppożizzjoni, magħmul mill-Maltin għall-Maltin, għalkemm veru maħdum fuq mudelli barranin Ewropej u oħrajn, huwa bil-wisq superjuri għal dak li qed niddiskutu llum.", "Mhu veru xejn li sħubija sħiħa hija tajba għax iġġegħilna ngħaddu liġijiet bilfors.", "GĦandna prova ta' dan għax fuq dan l-abbozz ta' liġi, li suppost m'hawn l-ebda kontroversja fuqu, xorta hawn kontroversja, cioe` li n-naħa tal-gvern qed tinsisti fuq miżuri nofs kedda biex tissodisfa lil Brussel u n-naħa ta' l-oppożizzjoni qed tgħid li jgħidulhom x'jgħidulhom minn Brussel, għandna proposti iktar serji, iktar sħaħ u qawwija u jmissna nadottaw lilhom.", "Dan huwa fl-interess tas-soċjeta` tagħna għax mhux qed niddiskutu l-welfare ta' l-annimali biss imma l-welfare tal-bnedmin ukoll.", "M'aħniex nitkellmu fuq x'għandna nagħmlu f'dan il-pajjiż biex inħarsu lill- annimali imma qed immorru oltre minnhekk, jekk tabilħaqq nifhmu li bejn il- bnedmin u l-annimali hemm relazzjoni stretta.", "Ma tistax tkun bniedem veru jekk m'intix tagħmel minn kollox biex tħares l- annimal sieħbek fil-kondizzjonijiet moderni li bihom ngħixu bħala soċjeta` umana.", "Aħna lkoll parti mid-dinja ta' l-annimali u meta nħarsu lejn l- annimali, inkunu qegħdin inħarsu lejn il-bnedmin u allura mmorru aktar minnhekk.", "Qegħdin inħarsu wkoll l-ambjent li bħala umani ngħixu fih f'din il-gżira.", "GĦalhekk li jkollok liġi nofs kedda fuq suġġett importanti bħal dan biex sempliċement nissodisfaw lil Brussel, hija xi ħaġa li lili personalment tirritani bil-kbir.", "Kien hemm challenge quddiemna, l-isfida ta' kif aħna bħala soċjeta` moderna li għandha r-rikonoxximent li hemm bżonn inħarsu l-interessi ta' l-annimali, nagħmlu dan b'mod li huwa għall- għoli ta' dawk l-aspirazzjonijiet li suppost għandna.", "Iżda minflok kollox iġri u ġerri u kollox nofs kedda, bħas-soltu.", "Imissna nistħu li jkollna dan it-tip ta' approach, Sur President.", "Il-proposta tagħna kienet ċara s-sena li għaddiet u għidna: Ejjew niltaqgħu fis-sajf, kulħadd bil-proposti tiegħu, fejn ma jkunx hemm politika partiġġjana u la ħomor u lanqas blu u noħorġu bi proposta tajba li tkun għall-għoli ta' l-aspirazzjonijiet tas-soċjeta` Maltija.", "Jekk inressqu liġi bħal din, mingħajr ma nifhmu fundamentalment x'irridu nagħmlu u x'suppost nagħmlu, ma nkunux qegħdin inħarsu l-interessi u d-drittijiet ta' l-annimali.", "Soċjeta` li lanqas tagħraf li mhux qed tħares l-interessi ta' l-annimali tkun colour blind f'dawn l-affarijiet, tmur kontra l-istess interessi umani tagħha u kontra l-istess interessi ambjentali li fihom jgħixu l-bnedmin.", "Ngħid għalija, aħna tkellimna bl-aktar mod ċar dwar id- drittijiet ta' l-annimali u ninsisti li dan huwa l-cutting edge, jiġifieri l-aktar punt kruċjali, li minnu rridu nitilqu jekk tabilħaqq irridu niddefendu u nħarsu l-interessi u l-welfare ta' l-annimali fiż-żmenijiet tal-lum.", "Dan hu d-difett ewlieni hawn, apparti li din hija liġi nofs kedda u apparti l-iskop limitat li biha qed tiġi żviluppata.", "Dan li qed jippreżentalna l-gvern ma jidħolx fil-kunċett tad-drittijiet ta' l- annimali.", "Min-naħa tal-gvern kien hemm min iddieħak b'din il-ħaġa u qal li l-annimali m'għandhomx drittijiet.", "Qal li peress li l-annimali m'għandhomx ċans jassumu l-obbligi tagħhom kif nifhmuhom aħna, ma tistax tallaċċja magħhom il-kunċett tad-drittijiet.", "Pero` bir-rispett kollu, min tkellem b'dan il- mod tkellem b'mod tad-daħk.", "Huwa preċiżament fuq dan il-punt li nistgħu nuru kemm tabilħaqq qed nifhmu x'ħarsien jista' isir ta' l-annimali biex nimxu 'l quddiem.", "Kif matul is-snin żviluppa l-kunċett tad-drittijiet tal- bniedem, l-istess qegħdin jiżviluppaw b'mod konkret ċerti drittijiet ta' l- ambjent li jinkludu d-drittijiet ta' l-annimali.", "Veru li d-drittijiet tal- bniedem niddefenduhom kważi b'mod assolut u ma nistgħux nagħmlu l-istess ħaġa meta naslu biex nitkellmu dwar id-drittijiet ta' l-annimali.", "Nifhem ukoll li jibdew iqumu mistoqsijiet bħal jekk bi drittijiet ta' l-annimali nifhmux li wirdiena għandha dritt jew li ħanex għandu dritt.", "Dawn it-tip ta' argumenti suppost iwaqqgħu kollox għar-redikolu, imma għalkemm tkun qed titkellem fuq wirdiena jew ħanex, dawn xorta huma esseri li b'xi mod jew ieħor għandhom l-istess mod ta' binja ġenetika kif għandna aħna.", "Kien hemm xi ħadd li qal li bejn ħanex u bniedem hemm xi 95% tal- kompożizzjoni ġenetika li hija l-istess.", "Fost l-oħrajn, San Franġisk t'Assisi, li kien l-ewwel qaddis li beda jippromwovi bil-kbir il-ħsieb ta' fraternita` bejn il-bnedmin u l-annimali u kien iħobb lill-annimali kollha, kellu mħabba kbira lejn il-ġrieden ta' l-imramma.", "GĦalhekk ma nistgħux nibqgħu ċassi fuq dan il-punt.", "Hemm mod kif filwaqt li tasserixxi u tiddefinixxi d-drittijiet ta' l-annimali, fl-istess ħin tkun tista' tgħid li d-drittijiet tal-bniedem huma superjuri għalihom.", "Ikun hemm limitazzjonijiet ċari u li jkunu leġislati wkoll, jiġifieri joħorġu mill- ispirtu tal-liġi, kif ippruvajna nagħmlu fl-abbozz tagħna s-sena li għaddiet.", "Irridu nasserixxu d-drittijiet ta' l-annimali bl-istess aspirazzjoni li ġew asseriti d-drittijiet tal-bniedem, imma norbtuhom mal- fatt li hemm ċertu relattiviżżmu li minnu d-drittijiet tal-bniedem, peress li l-bniedem joħloq dan il-framework, iżomm is-superjorita` fl- implimentazzjoni tad-drittijiet.", "M'hijiex xi ħaġa faċli imma għandha ssir kif saret u qiegħda ssir f'pajjiżi oħrajn.", "Ma nafx għaliex ma kellniex il-ħila li nieħdu din l-isfida qabel f'dan il- pajjiż u nagħmluha.", "Warrabniha sempliċement biex nibqgħu għaddejin b'din l- istorja ta' nofs kedda li qiegħda biex tissodisfa l-kondizzjonijiet u l- punti li tqajmu fi Brussel.", "Huwa dnub kbir li nimxu b'dan il-mod għax is- sena li għaddiet stajna mxejna fuq xi ħaġa li waqt li tkun adattata għal bżonnijiet ta' pajjiżna u tkun qiegħda ddaħħal dak li huwa progressiv fil- pożizzjoni li qegħdin jadottaw f'pajjiżi oħrajn, imbagħad tkun tista' wkoll tippermetti lill-gvern, la għandu din l-ossessjoni, li jissodisfa lil Brussel ukoll.", "Bl-abbozz ta' liġi li ressaqna aħna s-sena li għaddiet, il- gvern seta' jissodisfa lil Brussel ukoll.", "Nista' ngħid li l-mudell li ħdimna fuqu huwa dak ta' New Zealand, gżira b'passat kważi kolonjali.", "Imbagħad hemm l-istrutturi tal-Ġermanja li wieħed jista' jibni fuqhom ukoll.", "Jekk hemm xi ħaġa li qiegħda ċentrali fl-Unjoni Ewropea hija l- Ġermanja, imma donnu li dan l-aspett mhux ta' interess għall-gvern.", "GĦall- gvern l-importanti huwa Brussel, akkost ta' kollox, biex issa għandna dan l- abbozz nofs kedda quddiemna.", "Imbagħad hemm problema oħra f'dan l-abbozz li għandna quddiemna, Sur President.", "Aħna għamilniha ċara li l-ministeru responsabbli mid-drittijiet ta' l- annimali ma jkunx xi ministeru funzjonali bħall-ministeru tal-biedja, per eżempju, imma jkun ministeru - jekk hemm bżonn, anke tal-prim ministru - li għandu r-responsabbiltajiet diretti għaż-żamma tas-sigurta` u tal-bonordni fil-pajjiż, biex allura norbtu aktar b'mod ċentrali l-ħarsien tad- drittijiet u l-interessi ta' l-annimali ma' l-eżekuttiv tal-pajjiż.", "Ma ridnix nagħtu ġurisdizzjoni fuq il-kwestjoni ta' l-annimali lill-ministeru jew xi dipartiment li l-interess tagħhom huwa li jiġġestixxu l-annimali u li jużawhom għal ċerta funzjonalita` tal-bniedem, għax hemm ħafna dimensjonijiet.", "Hemm id-dimensjoni tal-mod kif nużaw l-annimali biex jipprovdulna l-ikel; hemm id-dimensjoni kif nippreżervaw u nużaw l-annimali biex jagħtuna rikreazzjoni; hemm id-dimensjoni ta' kif nużaw l-annimali biex ikunu l-pets tagħna; hemm id-dimensjoni ta' kif l-annimali jiġu affettwati fil-habitat tagħhom minn dak li jagħmel il-bniedem billi jiżviluppa l-art, billi jipproduċi l-industrija, billi jagħmel dak li jagħmel fl-ibħra.", "Dawn huma kollha dimensjonijiet differenti minn fost oħrajn.", "Ma tagħmilx sens li l-ministeru responsabbli mill-ħarsien tad- drittijiet ta' l-annimali jkun il-ministeru għall-agrikoltrura u sajd, li huwa responsabbli mit-tħaddim ta' l-annimali għall-bżonnijiet tal-bniedem.", "Inkella ma jkunx hemm checks and balances imma jkun bil-maqlub.", "M'hemm l- ebda sens ta' ħidma eżekuttiva li tabilħaqq tħares l-interessi ta' l- annimali.", "Ħa nagħti eżempju konkret.", "Dawn l-aħħar ġimgħatejn tlieta, il-ministeru ta l-go ahead biex jinkastraw majjali li qegħdin fis-settur kummerċjali, fil-farms, majjaletti ta' ġimgħatejn u anqas.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-inkastrar isir fil-frieħ tal-majjali li jitrabbew fil-multiplier units.", "Dan isir biex ma jsirx taħlit ta' demm bejn il-frieħ li jiġu mill-istess omm għax fil-multiplier units joħorġu biss il- majjaliet.", "Allura meta joħroġ majjal maskil, dak jiġi nkastrat biex jiġi evitat iċ-ċans li jkun hemm taħlit tad-demm ta' l-istess majjal.", "Din is- sistema issa ilna sentejn sejrin biha, Sur President.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed jikkonferma dak li kont qiegħed ngħid jien.", "Il- Ministru qiegħed jgħid li ilha sentejn - jien informat li bdiet tiġi operata f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat - u li qed jiġri fil-unit fejn hemm dawn il-boton huwa hekk.", "Il-majjal li jkollu għaxar t'ijiem, ġimgħatejn, qegħdin jaqtgħulu t-testikoli mingħajr ma jagħtuh l-ebda injection u l-ebda anestetika u jħalluh jiġri.", "Issa dawk li jagħmlu dawn l-affarijiet f'dan il- unit li semma l-Ministru huma nies li m'għandhom l-ebda sengħa speċjalizzata.", "L-argument huwa li l-laħam tal-majjal li ma jkunx kastrat ikollu ċerta togħma morra u allura ssib min jgħidlek li mhux tajjeb għall-bejgħ.", "Hemm min jgħid li dan mhu veru xejn lanqas għax jekk il-majjal jissemmen sa ċertu żmien, jissemmen b'ċertu mod li din iċ-ċerta togħma tkun taffettwa 7% tal-majjali maskili biss.", "Allura b'liema mod il-Ministru jiġi jiddefendi din il-prattika li qiegħda ssir fuq ħanżir żgħir ta' għaxart ijiem, imdendel rasu 'l isfel, li jiftħulu saqajh u b'biċċa sikkina jaqtgħulu ħaswejh mingħajr anestetika ta' xejn?", "Dan se jkun l-istess wieħed li b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jkun responsabbli għad- difiża u għall-ħarsien ta' l-annimali?", "Mhux qed ngħid li l-Ministru Ninu Zammit m'għandux iqum u jiddefendi din il-prattika, imma ma jistax ikun hu li fl-istess nifs jiddefendi l-interess u l-ħarsien ta' l-annimali!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ippermettili nirreġistra l-fatt li l- affarijiet mhux kif qed jgħidhom il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed jgħid li mhux eżatt u mhux preċiż, forsi għax dak il-porvru majjalett jiftħulu saqajh ftit aktar milli qed ngħid jien!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mhux qed nitkellem fuq ftuħ ta' saqajn imma fuq fuq qtugħ tal-partijiet!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nitkellmu fuq qtugħ tat-testikoli, jiġifieri inkastrar mingħajr anestetika ta' xejn, minn nies li m'għandhom l-ebda sengħa.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħid li m'għandux isir hekk u għandu jsir kollox bis-sengħa.", "Imma l-fatt hu li hekk qed jiġri.", "Il-punt tiegħi huwa li m'għandux ikun il-ministeru tal-biedja li jitpoġġa biex iħares l-interessi u d-drittijiet tal-ħnieżer u ta' l-annimali kollha.", "Mhux ovvja li se jiġbed lejn l-interess funzjonali tas-settur li qed jirrappreżenta!", "Issa kif għadu kif għamel il-kelliem ta' qabli, se nsemmi l-ħniżrija li għaddejja hawnhekk fil-pjazza ta' quddiem il-Palazz, fejn għandna żwiemel li qegħdin jinżammu f'dik il-qilla tax-xemx tas-sajf, sempliċement għax - ħa nuża l-kelma boloh - tal-planning authority iddeċidew li jneħħu t-tinda għax ma kienx hemm permess u nibqgħu ċassi u nibqgħu ngħidu li m'għandniex soluzzjoni.", "Dażgur li għandna soluzzjoni, nagħmlu tinda!", "Fuq liema bażi tal- planning authority iddeċidew li ma ssirx tinda?", "Se noqogħdu ċassi u nħallu ż-żwiemel jinqlew fix-xemx hemm barra għax tal-planning authority qalu li m'hemmx permess għat-tinda?", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, nippreferi nara ftit kruha, imma għallinqas nara ż-żwiemel fid-dell u ma jinqlewx kif qed jagħmlu hemm barra.", "Hawnhekk tabilħaqq ipokriti għax ngħidu li hemm din il- problema u nibqgħu ċassi fuqha u ngħidu li m'hemmx soluzzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "Soluzzjoni hemm u qed nissuġġeriha hawn, li nagħmlu tinda għal dawk iż- żwiemel.", "Jekk tal-planning authority jerġgħu jiġu bil-ħmerijiet tagħhom, nibgħathom jippakkjaw!", "Sur President, għalhekk l-oppożizzjoni se tivvota kontra din il-liġi għax l-affarijiet m'humiex qegħdin isiru tajjeb.", "Kemm l-abbozz nofs kedda tal-gvern u kemm l-abbozz li ressaqna aħna s-sena li għaddiet, ġew ikkritikati minn ċerti nies għax iħallu l-kaċċa u l-insib barra.", "Tħallew barra għax huwa qasam fejn bħala ċivilta` għad baqgħalna snin twal inkomplu nifhmu x'għandha tkun ir-relazzjoni tagħna mad-dinja ta' l-annimali.", "It-tradizzjonijiet tal-bniedem ma tistax tiskartahom mil-lum għal għada u għalhekk trid tagħmel bracket madwar dak il-qasam, li bl- edukazzjoni u bl-iżvilupp tal-bniedem matul is-sekli li ġejjin se jkun hemm kambjament min-naħa ta' l-ideat tan-nies.", "Imma la dak is-settur li jirrappreżenta ċerti drawwiet tradizzjonali għadu hemm, allura jrid jiġi ttrattat b'mod differenti mill-bqija tas-sistema li biha nħarsu l-interess ta' l-annimali - tidher evidenti li mhux aħna biss qed ngħiduha jew nagħmluha din il-ħaġa imma tista' tgħid il-pajjiżi l-oħra wkoll – u rridu nisssuperaw ir-regolamenti li jitrattaw il-kaċċa u l-insib minn xi liġi organika li tkun titkellem dwar id-drittijiet ta' l-annimali.", "Nammetti li m'hijiex perfetta bħala approach imma żgur li tippreżenta avvanz kbir kemm f'dak li għandna bħalissa u kemm fuq il-liġi nofs kedda li qed iressaq il- gvern.", "Naħseb li fiċ-ċirkostanzi tagħmel sens kbir.", "Punt ieħor li ta' min jagħmel rifless fuqu huwa li fl-abbozz nofs kedda li għandna quddiemna bilkemm tara l-irwol ta' l-għaqdiet volontarji fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet ta' l-annimali.", "Dan huwa żball strateġiku ieħor minħabba l-kilba li għandu l-gvern li jissodisfa lil Brussel.", "Dawn l- affarijiet stajna nagħmluhom b'mod organiku għall-interess tagħna, affarijiet li jkunu tabilħaqq aħjar mill-acquis ta' Brussel u jkunu jgħoddu għaċ-ċirkostanzi tagħna.", "Jekk hemm qasam illi l-gvern u l-parlament iridu jagħtu nifs sħiħ għalih huwa l-mod ta' tmexxija tad-drittijiet u l- interessi ta' l-annimali lill-għaqdiet volontarji li hawn.", "Mhux se noqgħod insemmi s-soċjetajiet li jipproteġu d-drittijiet ta' l-annimali għax jekk inħalli xi waħda barra niġi akkużat li qiegħed niddiskrimina jew nuri favoriżmu u ma nixtieqx għax kollha kemm huma jimpressjonawni bl-impenn tagħhom, impenn mhux biss ta' flus, mhux biss ta' familja imma anke ta' ħin mhux limitat.", "Kemm ngħidu li fil-parlament indumu nlabalbu, il-ħin li jagħtu dawn is-soċjetajiet huwa ħafna aktar minn hekk, apparti mill-fatt li hemm persuni oħra li l-concern tagħhom għall-annimali hija kontinwa u kostanti.", "Naf nies, per eżempju, li jċempluli mill-Kottonera ta' spiss dwar l-istray dogs and cats li jkun hemm, li m'għandhomx dar u dawn in-nies jipprovdulhom ikel u xorb u jitbikkew meta jaraw xi moħqrija li ssirilhom.", "L-istess fil-każi li kemm-il darba jissemmew ta' qtates li jitħallew jiġru barra li daqqa jsibu x'jieklu u daqqa ma jsibux.", "F'dan il-qasam hemm bżonn ukoll li l-liġi tħares id-drittijiet ta' l-annimali u mhux il-welfare ta' l- annimali.", "Il-liġi trid tipprovdi spazju istituzzjonali sħiħ li fih dawn l- għaqdiet volontarji li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' l-annimali, ikunu jistgħu jintervenu f'sitwazzjonijiet fejn id-drittijiet ta' l-annimali jkunu qegħdin jiġu mgħakksa jew attakkati.", "B'hekk ikollhom il-possibbilta` li jintervenu biex jimxu 'l quddiem u jkunu lkoll parteċipi fl-istrateġija tat-tul li biha l-istat tagħna jaħdem ħalli jħares l-interess ta' l- annimali.", "Jiddispjaċini li f'dan l-abbozz l-għaqdiet volontarji u l- involviment tagħhom ġie ttrattat b'nofs kedda.", "Biex nagħlaq, Sur President, naħseb li l-akbar dispjaċir li għandi huwa li fejn kellna quddiemna opportunita` tad-deheb biex f'qasam bħal dan ma tidħolx politika partiġġjana, l-Unjoni Ewropea kellha tidħol fl-istorja wkoll.", "F'qasam bħal dan fejn kellna opportunita` tad-deheb li nagħmlu xi ħaġa siewja li tkun tgħin fl-edukazzjoni tal-Maltin u l-GĦawdxin ħalli nimxu lkoll 'il quddiem, kellha tidħol il-politika partiġġjana.", "Nerġa' nirrepeti li ma tistax tħares id-drittijiet ta' l-annimali jekk fl-istess nifs ma tħaresx id-dinjita` u d-drittijiet tal-bnedmin.", "Allura quddiem iċ- ċans li kellna biex tabilħaqq nagħmlu xi ħaġa valida u li tkun tiftaħ perspettivi tajba għalina lkoll u għall-annimali li jgħixu magħna f'din il- gżira, minflok għamilna hekk se jkollna nivvotaw minn din in-naħa kontra dan l-abbozz ta' liġi nofs kedda li qed isir biex ikun sar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li qed jattira ċertu interess, anke minn naħa tal-kelliema tal-partit fil- gvern.", "Mhux l-istess sena ilu meta l-kap ta' l-oppożizzjoni talab lill- gvern biex flimkien nagħmlu abbozz ta' liġi fuq il-ħarsien u l-protezzjoni ta' l-annimali.", "Iżda l-gvern qatgħalna fil-qasir u qalilna li magħna m'għandux x'jiddiskuti.", "Anke f'dan il-parlament, ir-risposta kienet li t- talba ta' l-oppożizzjoni kienet ġiet rifjutata.", "(Interruzzjonijiet) Min irid għadu jista' jivverifika kif żviluppaw iċ-ċirkostanzi matul dak iż- żmien.", "Jekk tagħmel paragun ta' l-għanijiet u l-iskopijiet tal-liġi kif imsejħa tajjeb mill-kap ta' l-oppożizzjoni liġi ta' nofs kedda, ma' l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat mill-oppożizzjoni Laburista, faċilment tasal għal din il-konklużjoni.", "L-abbozz ta' liġi tagħna kien anke mar għand l- RSPCA tar-Renju Unit u ma konna niddejqu xejn kieku kellna naċċettaw proposti min-naħa tal-gvern imma dawn sempliċement ma redux jiddiskutu magħna.", "Dan ifisser li ma konniex qegħdin inressqu abbozz dilettantesk imma konna qegħdin inressqu abbozz b'mod professjonali li min-naħa tal- gvern kien hemm iċ-ċaħda li jiġi diskuss.", "Għalissa nieqaf hawn, Mr Speaker u nkompli llejla.", "Grazzi.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħat aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla t-Tlieta 17 ta' Lulju fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata -Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Riżoluzzjoni dwar it-Tneħħija ta' Mħallef - Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, f'dan il-ħin li għandi għad-diżpożizzjoni tiegħi, xtaqt nibda billi niffoka ftit fuq il-ħidma li tagħmel il-community chest fund għax tajjeb li wieħed ikun jaf x'inhu jiġri madwarna.", "Il- fondi li tiġbor il-community chest fund huma mogħtija b'ġenerosita` kbira mill-poplu Malti u GĦawdxi u l-poplu għalhekk għandu d-dritt li jkun jaf kif dan il-fond jopera.", "Ħassejt il-bżonn li għandu jiġi spjegat kif jopera dan il-fond għaliex sfortunatament xi ġimgħat ilu hawnhekk intqal ċertu diskors dispreġattiv fil-mod ta' kif jopera l-community chest fund.", "Inħoss li ma kienx ġust min ipprova jitfa' dell ikrah fuq ħidma tant importanti, fuq nies li qegħdin jagħtu ħafna iktar milli hu mistenni minnhom u fuq l-operat inġenerali tal- community chest fund.", "Mhux qiegħda nagħmilha ta' l-avukat difensur ta' din l-għaqda għaliex m'għandhomx bżonni, iżda nħoss li għandha issir analisi oġġettiva ħalli b'hekk tkun iċċarata l-istampa.", "Kienu diversi dawk li okkupaw il-kariga ta' Kap ta' l-Istat ta' Malta li ħadmu bla heda u b'impenn biex jinġabru l-flus ħalli mbagħad ikunu jistgħu jitqassmu lil dawk fil-bżonn.", "Dan jirrikjedi mpenn kbir personali min-naħa tal-President u mis-Sinjura tiegħu, kif ukoll impenn mill-board.", "Tajjeb li hawn ngħidu li l-board huwa magħmul minn għaqdiet differenti li jaħdmu fil-qasam soċjali u hemm ukoll rappreżentanti tal-partiti politiċi, jiġifieri tal-Malta Labour Party, tal-Partit Nazzjonalista u anke ta' l- Alternattiva Demokratika, kif ukoll full-timer wieħed, żewġ part-timers, u kif insejħilhom jien, armata ta' volontiera.", "Dawk li ta' kuljum jgħaddu minn quddiem l-uffiċċju tal-community chest fund jafu b'liema mpenn dawn in- nies jeħduh xogħolhom.", "Uħud mill-volontiera taħsibhom impjegati full-time għall-mod kif jaħdmu.", "Tarahom hemm ġurnata wara l-oħra u jagħtuk l- impressjoni li huma ħaddiema regolari, imma dawn m'humiex ħaddiema għaliex ma jitħallsux ta' ħidmiethom.", "Dawn huma biss volontiera li lesti jgħinu f'kawża ġusta.", "Il-ħidma tal-community chest fund hija maqsuma fuq żewġ binarji.", "GĦandek il-ġbir tal-flus fuq naħa u għandek it-tqassim b'mod ġust lil min għandu bżonn dawn l-istess flus, dejjem skond kriterji tal-board.", "Nibda billi nsemmi kif isir il-ġbir tal-flus.", "Il-ġbir isir matul is-sena kollha, b'impenn kbir ta' ħafna nies, fosthom nerġa' ngħid, il-President u s-Sinjura tiegħu.", "L-attivitajiet l-iktar li nisimgħu dwarhom u li huma l-aktar popolari huma l-August moon ball, xi recitals u anke ''Milied Flimkien'', b'kollaborazzjoni mal-PBS.", "Din ta' l- aħħar hija attivita` li żgur wieħed għandu japprezza l-ammont ta' xogħol li tirrikjedi biex tittella' għaliex tkun mifruxa fuq bosta ġranet.", "Kieku ma kienx għal dawk volontiera li jagħtu sehemhom, din l-attivita` bilfors ikollha tiġi ridimensjonata.", "Min juża s-servizzi tal-Bank of Valletta jinnota li f'dawn il-fergħat isib bott fejn min imur isrraf xi cheque u jkun baqagħlu xi ftit cents, ikun jista' jgħin lill-community chest fund billi jitfa' dik il-bqija ġo l-istess bott.", "Huwa minnu li l-bottijiet ikunu mimlijin bit-10c, bil-5c, bit-2c u anke bil-1c u bl-ebda mod ma jien qed nikkritika dan.", "Kull donazzjoni hija apprezzata u mqar kulħadd jagħti 10c għax dak ikun ifisser li biex tgħoddhom dawk il-flus, trid ħafna ħin u trid ħafna nies jgħinuk.", "Il-ġbir tal-flus isir ukoll permezz ta' donazzjonijiet li diversi għaqdiet jagħmlu meta jżuru lill-President fil- Palazz, fosthom parroċċi, għaqdiet, skejjel u firxa sħiħa ta' attivitajiet li jkollu l-President u dan naturalment jgħin ukoll fil-ġbir tal-community chest fund.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel aside u nsemmi inizjattiva partikolari minn naħa tal-parroċċa tan-Naxxar, li fil-ġimgħa tal-festa tagħmel żjara fil-każini kollha, sew dawk li huma sportivi kif ukoll dawk politiċi u jinġabru flus għall-community chest fund.", "Din hija idea tajba ħafna u naf li ħafna parroċċi jagħmluha.", "Qegħdin fl-istaġun tal-festi u nafu li ħafna parroċċi jiġbru għal dawn l-iskopijiet tajbin ħafna, kemm jekk tkun għall-community chest fund jew għal xi skop ieħor.", "Issa kif isir it-tqassim tal-flus min- naħa tal-community chest fund?", "Hemm mod stabilit u regolat bi statut dwar il-mod proprju kif jitqassmu l-flus u anke għalxiex jintużaw dawn il-flus u tajjeb li l-poplu Malti u GĦawdxi li jikkontribwixxi lejn il-community chest fund, ikun jaf kif jingħataw dawn il-flus.", "L-ewwelnett tajjeb li nispjega li t-talbiet li jaqbżu l-valur ta' Lm500 imorru għall-iskrutinju tal-board kollu, fejn il-President ikun iċ-chair fost l-għaqdiet fil-qasam soċjali u għaqdiet politiċi u rappreżentanti tal- partiti politiċi.", "L-affarijiet ta' kuljum jew ta' valur li ma jaqbiżx il- Lm500, jidhru quddiem board ieħor li huwa chaired mis-Sinjura Demarco, flimkien ma' żewġ membri li l-board ikun għażel biex jiflu dawn it-tip ta' talbiet.", "Fiż-żewġ każi tkun iġġudikata t-talba li tkun qed issir.", "F'ċerti każi jsiru anke home visits biex jiġi stabilit il-bżonn proprju, imbagħad ikun deċiż jekk it-talba tintlaqax jew le.", "It-talbiet ikunu varji u jvarjaw minn hamper għall-għajnuna finanzjarja għall-persuni li jkunu ser isiefru fuq mard, talbiet għal għamara normali ġo djar, talbiet għal tagħmir speċjali għal nies bi bżonnijiet speċjali, bħalma huma wheelchairs, talbiet speċjali bħalma huma stallazzjoni ta' lifters, lifts u walking aids.", "Ikun hemm talbiet għal tipi speċjali ta' sodod għal nies morda li jkunu f'qiegħ ta' xi sodda u talbiet oħra komuni ta' appliances bħal washing machines, fridges u cookers.", "GĦajnuna oħra li tagħti l-community chest fund hija dik offruta lill- familjari ta' dawk li jkunu se jsiefru fuq kura.", "Il-gvern jagħti għajnuna finanzjarja lill-pazjent, pero` min ikun se jitla' mal-pazjent jingħata għajnuna oħra mill-community chest fund.", "M'hemmx għalfejn li wieħed jagħmel il-kalkoli biex jinduna li din it-tip ta' għajnuna titla' għal eluf kbar ta' liri.", "Huwa importanti li din l-għajnuna tkompli tingħata għax hija apprezzata ħafna mill-familjari.", "Dan għaliex biżżejjed ikollhom l-inkwiet li jridu jitilgħu ma' xi ħadd għażiż tagħhom fuq kura barra minn Malta u allura din l-għajnuna tkun qed ittaffilhom ftit mill-uġigħ ta' ras li jkollhom.", "Biss hija l-policy tal-community chest fund li ma jingħatawx cash handouts lill-individwi, la biex jitħallas dejn u lanqas biex jitħallsu kontijiet li ma jkunux tħallsu.", "Cash handouts jingħataw biss lill- għaqdiet rikonoxxuti jew istituti tal-karita`, bħal per eżempju, l- Ursolini, u dejjem għal bżonnijiet speċifiċi.", "Issa jekk hawn min jaf bil-ħidma li jwettaq it-team tal-community chest fund, huwa proprju aħna l-membri parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra li ta' spiss nissuġġerixxu lin-nies biex japplikaw għall-għajnuna tal- community chest fund f'każ ta' bżonn.", "Bosta drabi meta t-talbiet ikunu meritevoli, dawn jiġu milqugħa.", "Dan mhux għax inkunu ssuġġerejnielhom aħna biex japplikaw hemmhekk imma għax tassew ikunu każi ġenwini, irrispettivament jekk ikunux issuġġerewhom nies li huma min-naħa tal-gvern jew min-naħa ta' l-oppożizzjoni, u dan il-membri jafuh.", "Huwa proprju għalhekk li qed inqajjem din il-materja illum għax kif għedt fil-bidu ftit tal-ġranet ilu, ingħatat l-impressjoni minn kelliema ta' l-oppożizzjoni li biex tibbenefika mill-għajnuna tal-community chest fund, irid ikollok għajnejk blu jew ikollok ħbieb b'għajnejhom blu.", "Dan m'hu minnu xejn u l- membri taż-żewġ naħat tal-Kamra dan jafuh tajjeb, Sur President.", "Fl-aġġornament din il-membru għoġobha ssemmi każ ta' mara separata bit-tfal li naqset milli tħallas il-kont tad-dwal u skond din l-istess membru, qatgħulha d-dawl.", "Din il-membru kompliet tgħid hekk u se nikkwota:", "\"Biex tkompli tgħaxxaqha, jien bgħattha wkoll biex tieħu xi benefiċċju mill-community chest fund u dawn irrifjutaw illi jagħtuha, biex imbagħad il-ġara tagħha ħadet washing machine li spiċċat begħitha.\".", "L-Onor.", "Membru hawnhekk daħħlet id-dubju u staqsiet jekk din il-mara ħaditx washing machine għax forsi għandha ħbieb li għandhom għajnejhom blu.", "Inħoss li dan il-kumment kien għal kollox barra minn loku, kumment li joħloq dubju fejn dubju ma jeżistix.", "Kien kumment għal kollox inġust u li jweġġa' lil kulmin jaħdem mill-qrib mal-community chest fund, inkluż dik l-armata ta' volontiera li jagħtu ħinhom biex din l-organizzazzjoni tkun tista' tifrex l-operat tagħha.", "Nerġa' ngħid li l-community chest fund ma jagħtux benefiċċji kif semmiet l-Onor.", "Membru imma jagħtu għajnuna speċifika għall- bżonn speċifiku, skond policies stabiliti, apparti li għandhom regoli stabiliti kif jagħtu l-għajnuna.", "Waħda minn dawn ir-regoli hi li ma jagħtux cash handouts, la biex jitħallas dejn u lanqas biex jitħallsu kontijiet pendenti.", "Sfortunatament din il-mara kellha bżonn id-dawl, imma skond il-policy tal- community chest fund din ma setgħetx tiġi megħjuna.", "La kellha għajnejha blu, la kellha għajnejha ħomor, la ħodor u lanqas sofor u l-ebda kulur ieħor tal-qawsalla!", "Jekk l-Onor.", "Membru tħoss li dawn it-tip ta' nies għandhom jibdew jiġu megħjuna, għandha titlob biex jibdew jiġu kkonsidrati.", "Dan għaliex hemm mod u mod kif titkellem.", "Bit-tgħajjir, bid- dubju u bit-tfigħ tat-tajn żgur li ma ssibx is-soluzzjoni.", "Din l-Onor.", "Membru, jekk xtaqet li dawn jibdew jiġu mgħejjuna, setgħet għamlet suġġeriment lill-community chest fund biex dan jasal għand il-board li mbagħad ikun jista' jiddeċiedi jekk bil-finanzi li għandu, jistax jibdel il-policy preżenti jew le.", "Dan biex jikkalkula għandux flus biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż li bidla bħal din fil-policy tista' ġġib.", "Jekk il- community chest fund tiddeċiedi li tibdel il-policy u tibda tagħti għajnuna biex jitħallsu kontijiet ta' xi nies fil-bżonn, allura bħalma jiġri f'ċerti każi illum wieħed m'għandux bżonn li jkollu l-ebda kulur partikolari ta' l- għajnejn.", "Nagħmluha ċara li l-community chest fund tħares lejn il-bżonn mingħajr ma tħarisx lejn il-wiċċ tan-nies u fuq dan is-suġġett se nieqaf hawn.", "Ftit tax-xhur ilu ġie ppreżentat rapport ta' Prof. Patricia Layton dwar kif nistgħu nagħmlu l-aħjar użu mit-talent li nsibu fis-servizz pubbliku - maximising talent for the public service - rapport primarjament intenzjonat biex iservi bħala bażi ta' strateġija ta' kif nistgħu nżidu r- rappreżentanza femminili f'pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet fis-servizz pubbliku.", "Dan ir-rapport juri bl-aktar mod flagranti xi ħaġa li nafuha lkoll, li minkejja li hemm bosta nisa li jaħdmu fiċ-ċivil, m'hemm l- ebda mara fit-three topmost grades u hemm persentaġġ żgħir ħafna fi gradi 4 u 5, jiġifieri fil-grad ta' direttur.", "Huwa nkwetanti wkoll il-fatt li anke fil-livell ta' assistent direttur, il-persentaġġ huwa baxx ukoll.", "Li joħroġ minn dan ir-rapport huwa l-fatt li ċ-ċivil donnu li mhux qed jagħmel użu biżżejjed mill-ħiliet tan-nisa meta wieħed iqis li għal dawn l-aħħar snin, in-numru ta' tfajliet li komplew l-edukazzjoni tagħhom fil-livell post- sekondarju u universitarju huwa nofs bin-nofs.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel an aside hawnhekk għax nixtieq li nagħtu ħarsa lejn x'qed jiġri fil-qasam edukattiv ta' dawn l-istudenti tagħna.", "Wieħed isib li fil-livell primarju u sekondarju, il-bniet u s-subien huma fuq l-istess livell.", "Meta kellna text books li ma kenux adattati, kienu jseħħu t-tip ta' stereotypes li komplew iħeġġu biex ikun hemm din il-firda bejn ir-rwoli.", "Din il-firda bejn in-nisa u rġiel illum il-ġurnata hija passe`, xi ħaġa ta' l-imgħoddi.", "Fuq livell tal-primarja u tas-sekondarja, is-subien u l-bniet huma bejn wieħed u ieħor fuq l-istess livell, anzi ħafna drabi - u din tinkwieta xi ftit lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni - il- bniet jirreġistraw riżultati aħjar mis-subien.", "Fil-livell post sekondarju mbagħad nibdew naraw ftit differenzi.", "Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il- qasam vokazzjonali - ħalli nibda bin-negattiv u nkompli bil-pożittiv - sfortunatament wieħed isib nuqqas kbir ta' tfajliet.", "F'dan il-qasam it- tfajliet huma kważi għal kollox assenti, qasam li sfortunatament għadu jġorr it-timbru li dan huwa qasam tal-ġuvintur.", "Dan huwa qasam li llum il-ġurnata joffri ħafna opportunitajiet għax it- tfajliet donnhom mhux qed isibu l-bieb minn fejn jidħlu u qegħdin jibqgħu barra minn dan it-tip ta' studju.", "Dan qasam dejjem jiżviluppa u f'ħafna każi m'għadhiex meħtieġa dik is-saħħa fiżika li forsi kienet meħtieġa xi żmien ilu u li kienet tbarri t-tfajliet milli jidħlu fil-qasam vokazzjonali.", "Iżda wieħed jittama li l-kulleġġ vokazzjonali l-ġdid jilqa' għal din l-isfida u l-preġudizzju bil-mod kif jipproġetta ruħu.", "Dan il- kulleġġ vokazzjonali jrid jagħmilha ċara li l-bibien huma miftuħin beraħ kemm għall-ġuvintur kif ukoll għat-tfajliet.", "Pero` hemm il-bżonn li dawn il- preġudizzji jiġu ndirizzati kmieni kemm jista' jkun.", "M'għandniex inħallu sakemm it-tfal jaslu biex jidħlu fil-post-secondary, imma t-tagħlim f'dan il-qasam irid jibda minn meta t-tfal ikunu żgħar.", "Illum il-ġurnata għandna l-kurrikulu minimu nazzjonali li żgur huwa biċċa għodda tajba ħafna f'dan ir-rigward.", "Il-pajjiż ma jiflaħx jistenna l-effett mixtieq li għandu jħalli dan il-kurrikulu ladarba jibda biex jaħdem sew.", "Fir-rigward tal-ġenerazzjoni tat-tfal ta' bejn il-11 u s-16-il sena, l-eta` fejn ikollhom jagħżlu s-suġġetti li jridu jibqgħu jħaddnu matul ħajjithom, irridu nagħmlu minn kollox biex inkomplu nkissru l-mentalita` ta' l- istereotypes.", "Hawnhekk huwa ferm strumentali u importanti r-rwol tal- ġenituri fir-rigward ta' l-għażla tas-suġġetti li jkollom jagħmlu t-tfal fl- eta' ta' 13-il sena.", "Huwa ukoll importanti r-rwol tal-guidance teachers biex jagħtu pariri siewja lill-istudenti iżda aktar minn hekk, biex ikunu proprju huma li jkissru dawn il-forom li ġew magħġuna tul il-medda taż- żmien.", "Nazzarda ngħid li bil-mod kif jingħataw ċerti pariri fl-għażla tas- suġġetti, minflok ma nkunu qegħdin inkissru l- istereotypes inkunu qegħdin insaħħuhom.", "Filwaqt li nsibu din id-diskrepanza ta' numri fil-qasam vokazzjonali, fis-sixth forms u l-junior college l-istampa hija kompletament differenti.", "Hemmhekk insibu numru ta' studenti li huwa bejn wieħed u ieħor nofs bin-nofs bejn bniet u subien, anzi f'ċerti każi ssib iktar bniet milli subien.", "Hawnhekk ukoll, by and large ir-riżultati tal- bniet ikunu aħjar minn tas-subien.", "Ftit tax-xhur ilu kont mistiedna għall-awards night tal-junior college u laqatni l-fatt li l-maġġoranza kbira ta' dawk li ħadu distinction kienu proprju t-tfajliet.", "Dawn kienu diġa` qed ikomplu l-istudji tagħhom fl- universita`.", "Ħdejja bil-qegħda kelli lit-tabiba Natasha Azzopardi Muscat, waħda mid-diretturi li għandna fid-diviżjoni tas-saħħa, u għaddielna proprju l-istess ħsieb għax għedna: Allura dawn it-tfajliet kollha fejn jisparixxu meta nippruvaw insibuhom f'pożizzjoni ta' tmexxija?", "Illum fil- livell universitarju nsibu aktar tfajliet milli ġuvintur.", "Għalhekk minkejja li qed isir dan l-investiment kollu fl-edukazzjoni, minkejja li qed jittieħdu miżuri fis-servizz pubbliku li huma intenzjonati biex jibbilanċjaw il-familja u x-xogħol, ħafna mit-tfajliet jisparixxu mill- workforce proprju minħabba t-trobbija ta' l-ulied.", "Minkejja li dawn huma intenzjonijiet tajba, xorta qegħdin insibu dawn id-diffikultajiet kollha biex in-nisa jsibu posthom kif inhu xieraq fil-livell tat-tmexxija.", "M'hemmx dubju li l-pajjiż ma jiflaħx għal din il-ħela u rridu nkomplu naħdmu u nassiguraw li ma nitilfux dan l-investiment minħabba l-preġudizzji.", "Minkejja li għad baqgħalna triq twila, nirrikonoxxu illi l-miżuri favur il- familja li ttieħdu mill-gvern għas-settur pubbliku qegħdin jagħmlu differenza.", "Dawn il-miżuri jeħtieġ inkomplu niżviluppawhom u nsaħħuhom biex jagħtuna r-riżultati mixtieqa għall-ġid tal-pajjiż u tas-soċjeta` kollha kemm hi.", "Fil-bidu tad-diskors irriferejt għar-rapport ta' Prof. Layton li ma setgħetx tkun iktar deskrittiva meta fl-ewwel paragrafu qalet hekk, u se naqraha kif inhi bl-Ingliż proprju biex ma ntellfilha xejn fit-traduzzjoni", "\"Malta is an island with little fresh water.", "It has invested heavily in reverse osmosis plants to convert salt water into fresh water.", "Imagine a situation whereby due to problems and leakage in reverse osmosis plants, instead of being converted for public use water was returned to the sea unused\".", "M'hemmx dubju li l-pajjiż qed jinvesti bil-kbir fit-tfajliet u m'hemmx dubju lanqas li hekk għandu jibqa' jsir.", "Iżda jeħtieġ li dan l-investiment ma jitħalliex jinħela.", "Daqskemm huwa importanti li ma jinħeliex ilma, daqstant ieħor huwa importanti li ma jinħlewx il-ħiliet tan-nisa.", "Naturalment il-kompetitivita` ta' pajjiżna tiddependi dejjem iżjed fuq l- għarfien u l-ħiliet tal-poplu Malti, sew jekk nisa u sew jekk irġiel.", "Iżda dawn in-nisa u rġiel ma jkollhomx biss ir-responsabbilta` fuq il-post tax- xogħol, ma jkollhomx biss f'moħħhom il-karriera, ma jkollhomx biss f'moħħhom il-professjoni iżda jkollhom ukoll responsabbiltajiet familjari.", "Irridu nżommu wkoll quddiem għajnejna li l-miżuri li jibbilanċjaw il- familja u x-xogħol mhumiex biss immirati biex aktar nisa ikunu jistgħu jkomplu l-karrieri tagħhom, iżda huma mmirati wkoll biex aktar irġiel ikunu jistgħu jqattgħu aktar ħin mal-familja tagħhom u biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw aktar mill-qrib fit-trobbija ta' l-ulied.", "Daqskemm huwa importanti r-rwol ta' l-omm fit-trobbija ta' l-ulied daqstant ieħor huwa importanti r-rwol tal-missier fit-trobbija ta' dawn l-istess ulied.", "Il-gvern jeħtieġ li jibqa' jadotta u jimplimenta miżuri favur il-familja għall-ħaddiema tiegħu, ħalli b'hekk ikun qed iservi ta' mudell bħala employer.", "Huwa ferm importanti li l-gvern ikompli jservi ta' katalista għall-bidla li trid isseħħ, mhux biss fis-settur pubbliku iżda wkoll fis- settur privat.", "Irid ikun anke mudell għall-unions meta jkun qed jinnegozzja collective agreement għall-ħaddiema fis-settur privat.", "Hawn unions li huma diġa` aware għall-ħtieġa li jiġu introdotti fil-collective agreement miżuri ta' bilanċ bejn il-familja u x-xogħol.", "GĦadu kmieni biex dawn jiġu introdotti fis-settur privat.", "Naf li diġa` bdew jiġu introdotti minn ċetri unions u nifirħilhom għax bdew jagħrfu l-importanza ta' din l-awareness.", "Huwa ferm importanti li l-unions u min iħaddem ma jħarsux lejn dawn il- miżuri bħala cost, jiġifieri bħala nefqa, imma jridu jħarsu lejhom iktar bħala asset għall-azjenda.", "Fuq dan il-punt nixtieq nirrikonoxxi dak li diġa` sar, fejn jidħlu miżuri favur il-familja fis-settur pubbliku.", "GĦandek il-leave tal-maternita` li dan ukoll qiegħed fis-settur privat.", "Illum n-nisa jistgħu jgawdu minn leave speċjali ta' 14-il ġimgħa, li jibda minn ċertu ammont ta' żmien qabel ma twelled, jiġifieri meta l-mara tkun tqila, u ċertu ammont ta' żmien wara t- twelid tat-tarbija.", "GĦandek il-leave ta' l-addozzjoni, li hija xi ħaġa riċenti ħafna.", "Persuni li jaddottaw tfal jingħataw huma wkoll leave apposta biex ikunu jistgħu jibbilanċaw il-familja u x-xogħol.", "GĦandek leave speċjali li huwa leave bi ħlas, li jkopri tliet ijiem xogħol meta għandek mewt ta' membru tal-familja.", "GĦandek ukoll il-leave ta' responsabbilta` li jingħata lil dawk l-uffiċjali pubbliċi li jkollhom bżonn iduru bil-ġenituri anzjani.", "Għaliex ħafna drabi aħna nitkellmu dwar nisa li jieħdu ħsieb uliedhom pero` ma rridux ninsew li għandna ulied li jieħdu ħsiebhom huma lill-ġenituri.", "GĦandek is-sigħat imnaqqsa ta' xogħol, għandek ix-xogħol każwali u l-leave għall-ġenitur.", "Proprju ftit tal-ġimgħat ilu rajna żvilupp ieħor f'dan il-qasam permezz ta' MPO circular 47 ta' l-2001, li titkellem dwar id-dritt li tingħata promozzjoni lill-uffiċjali pubbliċi li jkunu fuq leave tal-maternita` u fuq leave tal-ġenituri.", "Qed insemmi l-leave tal-ġenituri b'mod partikolari biex nenfasizza li l- leave ta' ġenitur mhuwiex intenzjonat għan-nisa biss iżda għall-irġiel ukoll, pero` l-iktar li qegħdin jeħduh huma proprju n-nisa.", "Fil-fatt jekk wieħed jara kemm għandna uffiċjali pubbliċi li qegħdin fuq leave ta' ġenitur, jinduna li hemm 564 mara u hemm disa' irġiel biss.", "Mela allura din kienet qed taffettwa jekk mara teħux promotion jew le.", "L-iktar li kienet qed taffettwa hija proprju lin-nisa għax ħafna drabi huma n-nisa li jieħdu dan il-parental leave ta' sena.", "Din iċ-ċirkolari ta' l-MPO tgħidilna li ma kenitx il-prattika - not normally granted - li xi ħadd jieħu promotion jekk ma jidħolx lura għax-xogħol waqt li l-validity period ikun għadu għaddej,", "jiġifieri minn meta joħroġ ir-riżultat għat-terminu ta' żmien stabilit.", "Dan il-perijodu jista' ikun ta' sena u jista' ikun ta' sentejn.", "Iżda b'din iċ- ċirkolari nsibu li dawk li jkunu qegħdin fuq maternity leave u fuq parental leave, kemm imħallas u kemm mhux imħallas, jistgħu jikkwalifikaw għalll- appointment meta jidħlu lura għax-xogħol.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jekk hemm xi post fejn ma tistax toqgħod mingħajr appointee, allura jinħatar temporary appointee biex il-mara jew ir-raġel li jieħdu parental leave ma jitilfux id-dritt tagħhom li jieħdu promotion.", "M'hemmx dubju li din il-miżura għandha tgħin biex aktar nisa jieħdu l- promotions li ħaqqhom u nibdew nsibuhom fil-livelli fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla it-Tlieta 17 ta' Lulju, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - INDAFA PUBBLIKA", "27361.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jinvestiga x'qed jikkawża n-nuqqas ta' indafa pubblika fl-inħawi ta' Baħar ic-Ċagħaq?", "Jista' jara li tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni sabiex ir-residenti jkollhom ambjent kif jixraq u jkun hemm indafa pubblika sodisfaċenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 27242.", "RABAT: TRIQ IL-KATAKOMBI - PAVIMENTAR", "27362.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jinterveni sabiex tinstab soluzzjoni bejn il- kunsill lokali tar-Rabat u r-residenti ta' Triq il-Katakombi dwar l- iżvilupp li se jsir f'din it-triq, għaliex filwaqt li r-residenti jixtiequ li din it-triq issir bil-madum - kif saru toroq oħra fil-lokal tar-Rabat - il-kunsill Rabti jridha ssir bit-tarmac?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil- qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom.", "Madankollu xorta waħda għaddejt l-ilment lill-kunsill lokali konċernat .", "DWANA – KONFISKA TA' SPEĊI PROTETTI", "27369.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet mid-dwana bi speċi protetti taħt il-liġi taċ-CITES?", "X'kienu l-ispeċi?", "Fejn inqabdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "QORTI – KONFISKA TA' SPEĊI PROTETTI", "27370.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid l-ispeċi protetti bħal fkieren, ġlud tat-tjur u annimali, pjanti jew speċi oħra li jkunu kkonfiskati, xi jsir minnhom wara li l-qorti tiddeċiedi s-sentenza ta' konfiska?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "CITES – SPEĊI PROTETTI", "27371.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir mid-dipartiment ta' l-ambjent biex jaġġorna ruħu mal-liġi taċ-CITES?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- ftehim taċ-CITES huwa ftehim dwar il-kummerċ internazzjonali dwar speċi ta' flora u fawna mhedda.", "L-għan ta' dan il-ftehim huwa li jikkontrolla l- kummerċ ta' dawk l-ispeċi li huma mhedda li għax jekk dan ma jkunx ikkontrollat, dawn l-ispeċi jistgħu jinqerdu.", "Speċi li jidhru jew jinstabu fil-gżejjer Maltin u li wieħed isibhom fil- kummerċ - u għalhekk huma mniżżla f'dan il-ftehim taċ-CITES - jinkludu l- fkieren tal-baħar kollha, id-dniefel u l-balieni, it-tajr tal-priża u l- kokk kollha kif ukoll xi speċi ta' borok.", "Dawn l-ispeċi kollha jidhru f'xi waħda mit-tliet listi ta' dan il-ftehim taċ-CITES.", "CITES – SPEĊI PROTETTI", "27372.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-ispeċi fl-abitat Malti mniżżla taħt il-liġi taċ-CITES?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn mindu fl-1989 Malta ssieħbet fil-ftehim dwar kummerċ internazzjonali ta' speċi ta' flora u fawna mhedda, mill-ewwel ittieħdu l-passi biex jitfasslu u jiġu ppubblikati regolamenti li l-għan tagħhom huwa li jonoraw l-obbligi li l-pajjiż għandu taħt dan il-ftehim.", "Għandi l-pjaċir ukoll ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Malta hija meqjusa fost l-aqwa fejn dan il-ftehim huwa osservat, imħaddem u nforzat.", "CITES – ESPORTAZZJONI TA' SPEĊI PROTETTI", "27373.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jesportaw minn Malta speċi protetti fl-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-taqsima ta` l-ALE tal-pulizija ma kellha ebda każ kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "IL-QORTI FUQ QERDA TA' DNIEFEL U BALENI", "27374.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti f'dawn l-aħħar ħames snin fuq qtil ta' dniefel u baleni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mhux disponibbli taħt forma komputerizzata.", "AWTONOMIJA TA' L-ISPTARIJIET", "27391.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jagħti t-timetable għat-transizzjoni li hemm ippjanata li ssir bejn illum u l-2003 għad-dħul ta' l-awtonomija fl-isptarijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pjan ta' transizzjoni lejn l-awtonomija ta` l- isptarijiet qed jiġi mfassal u ma jistax jiġi ffinalizzat qabel ma jsiru n- negozjati neċessarji mal-unions.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTA", "27393.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'inhu jżomm milli pazjenta - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - tiġi ttrasferita mill-isptar Monte Carmeli għar- residenza San Vincenz fil-psychogeriatric ward?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13567.", "SKEJJEL SEKONDARJI - TECHNOLOGY EDUCATION", "27394.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fejn bħalissa qed tingħata technology education fl- iskejjel sekondarji?", "Xi priorita' qed jingħata dan is-suġġett fl-ischool development plan u x'rabta qed ikun hemm bejn it-technology education u s- suġġetti l-oħra jitgħallmu l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ischool development plans għadhom deħlin mill-iskejjel u wieħed għad irid jara xi priorita` ġiet mogħtija t- technology education.", "L-istrateġija ta' tagħlim ta' suġġetti diversi b'manjiera integrata, inkluż it-technology education, għadha pjuttost fil-bidu tagħha.", "Politika ta' integrazzjoni mħaddma miċ-ċentru tad-diviżjoni u mill-fakulta` ta' l- edukazzjoni għandha tgħin.", "SKEJJEL SEKONDARJI - TECHNOLOGY EDUCATION", "27395.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li skond il-pjan għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu it-technology education se ssir core subject fil-livell sekondarju, jista' il-Ministru jgħid flok liema suġġett se jidħol peress li l-istudenti huma diġa' mgħobbija b'wisq suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-focus groups hija t-taqsima ta' lezzjonijiet fuq is-suġġetti u oqsma differenti tal-kurrikulu.", "Informat ukoll li hu maħsub li l-linji ta' gwida jkunu jorbtu lill-iskejjel kollha li jipprovdu l-core subjects preskritti mill-kurrikulu, iżda b'ċerti limiti l-iskejjel ikollhom l- awtonomija li jiddeċiedu huma l-persentaġġ ta' ħin li jagħtu lil kull suġġett.", "MAGĦTAB – RIMI TA' ANNIMALI", "27396.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba annimali morda minflok inħarqu fl-inċineratur tal-biċċerija ġew mormija fil-miżbla tal-Magħtab minħabba ħsarat fl-inċineratur?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm karkassi kkundannati kif ukoll fdalijiet oħra mill-biċċerija ġew mirduma fil-Magħtab fl-aħħar sena, l-istess bħalma kienet il-proċedura fl-aħħar snin.", "L-inċineratur tal-biċċerija m'għandux ħsara imma mhux qiegħed jintuża fuq talba tar-residenti viċin.", "F'każ ta' neċessita, dan l-inċineratur jista' jitqabbad immedjatament.", "TINDIF TA' WIĊĊ IL-BAĦAR", "27397.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fuq min jaqa' ix-xogħol ta' tindif tal-ħmieġ li jdaħħal il-baħar u jibqa' jgħum fil-wiċċ?", "Jista' isir it- tindif meħtieġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-tindif tal-baħar jaqa' taħt ir- responsabbilta' tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "SKEJJEL – STUDENTI B'DIŻABILITA'", "27398.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27268?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul din is-sena skolastika, studenti b'diżabilita` kien hemm:", "| | Skejjel| | | |Governattiv|Skejjel | | |i |tal-Knisja | |Pre-Prim|NIL |7 | |arja | | | |Primarji|370 |117 | |Sekondar|85 |31 | |ji | | | |Post-sek|1 |NIL | |ondarji | | |", "Lista bl-informazzjoni dwar it-tip ta' diżabilita` qed titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "L-informazzjoni mitluba dwar l-iskejjel indipendenti għadha trid tiġi miġbura mill-istess skejjel peress li bħalissa huma magħluqin.", "ENEMALTA - DWAL PUBBLIĊI", "27399.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27267 u cioe` b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27114 - il-lokalitajiet li naf bihom jien li jintfew fis-6.15 a.m. meta jistgħu jintfew qabel huma s- Swieqi, Buġibba u l-Qawra - jista' jara li dawn jibdew jintfew qabel?", "Meta fil-fatt qed jintfew il-lokalitajiet differenti ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-korporazzjoni Enemalta qed tistħarreġ is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant u fejn ikun meħtieġ tieħu l-passi rimedjali.", "MELLIEĦA: MAIN STREET - LIWJA PERIKOLUŻA", "27400.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jieħu l-passi biex titwaħħal barrier tal-ħadid quddiem 63 Main Street, Mellieħa, minħabba periklu li jeżisti f'din il-liwja tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali, jara x'hemm bżonn isir.", "SKEJJEL: SIR ADRIAN DINGLI - XOGĦLIJIET", "27401.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fl-iskola SirAdrian Dingli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li skond il-programm ta' żvilupp tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, jidher illi x-xogħlijiet fuq l-iskola msemmija se jkunu lesti sas-sena 2006.", "Il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada li twaqqfet dan l-aħħar mill-gvern, qiegħda taħdem fuq programm li permezz tiegħu x-xogħlijiet imsemmija għandhom jitlestew sas-sena 2004.", "PULIZIJA – OVERTIME GRADES", "27404.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi pulizija li jagħmlu office work fil-korp tal-pulizija qed jiġu mġiegħla jaħdmu sal-5.00 p.m. fis-sajf, is-Sibt sat-3.00 p.m. u anke jiġu mġiegħla jagħmlu l-għases, jista' il-Ministru jgħid għaliex dawn ma jitħallsux tal- ħin żejjed u lanqas jingħataw time-off-in-lieu bħal pulizija oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi dawk il-pulizija fl-overtime grade stazzjonati fl-uffiċini tal-korp huma kkompensati bi ħlas ta` overtime jew time off in lieu tal-ħin żejjed li jkunu meħtieġa jagħmlu.", "ETC – TAĦRIĠ GĦAL PERSUNI BLA XOGĦOL", "27406.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27263, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema programmi bażiċi fil-kitba u qari u matematika applikata ġew organizzati matul din is-sena mill-ETC?", "F'kull programm kemm attendew persuni?", "X'etajiet u kwalifiki kellhom?", "X'riżultati kisbu permezz ta' dan il-kors?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ARTIJIET – PA 02893/01", "27414.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jerġa jikkonsidra t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27010, peress li jiena stess għaddejtlu affidavit tal-bidwi konċernat u ritratti li jikkonfermaw li l-ġibja ilha mibnija għal snin twal, li allura jikkonferma li r-raba mhuwiex saqwi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-affidavit li qiegħed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Membru jikkonċerna porzjon ta` art magħrufa bħala porzjon nru 113c, fl-Aħrax tal-Madonna, reġistrat bħala tenement 52562.", "Dan it-tenement ġie tterminat permezz ta` dikjarazzjoni tal-President ta` Malta (nru 512) li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern fis-7 ta` Lulju, 1998.", "Din l-art kienet ġiet identifikata mill-awtorita` ta` l-ippjanar bħala sit biex tiġi żviluppata bħala camping site u li issa ħareġ il-permess bin- numru 5508/98, sabiex din l-art tiġi żviluppata għal dan l-iskop.", "L-applikazzjoni PA2893/01 li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant fil- mistoqsija parlamentari 27010, saret mill-awtorita` tat-turiżmu sabiex issir mogħdija minn fuq il-blat għal skopijiet ta` diving biex jitwaqqfu żewġ siti u biex wieħed minn dawn is-siti jsir parking area.", "L-art fejn irid isir dan ix-xogħol mhijiex mikrija."]} {"filename": "20010919_600d_par.doc", "date": "2001-09-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 600 L-Erbgħa, 19 ta' Settembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 600", "L-Erbgħa, 19 ta' Settembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "600", "L-Erbgħa, 19 ta' Settembru, 2001", "WERREJ MINUTI 161", "KUNSENS 161", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 161", "TQEGĦID TA' KARTI 166", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL (IT-TIENI QARI)", "FOOD SAFETY BILL (SECOND READING) 167", "AĠĠORNAMENT 185", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 190", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 599 li saret fit-18 ta' Settembru, ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:-", "Att Nru XX ta' l-2001 - Att ta' l-2001 dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "BAĦRIJA – TRASPORT PUBBLIKU", "27894.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar dwar l-ilmenti li għamlu r-residenti tal-Baħrija fir-rigward tas-settur tat-trasport pubbliku?", "X'tibdil sar sabiex iċ-ċittadin jinqeda aħjar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat mill-awtorita` dwar it-trasport pubbliku li ma kien hemm l-ebda żviluppi ġodda f'dan il-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kien hemm żviluppi ġodda fir-rigward tat- trasferiment tal-venda tal-karozzi tal-linja tar-Rabat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Le, ma kien hemm l-ebda żviluppi ġodda f'dan ir- rigward lanqas.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan ifisser li t-talba tar-Rabtin biex il-venda tal-karozzi tal-linja tmur lura f'St. Rita Street m'hijiex se tiġi milqugħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, kemm-il darba ngħad li s-sitwazzjoni għar- rigward tal-venda tal-karozzi tal-linja fir-Rabat hija waħda diffiċli, fis- sens li numru ta' nies iridu li l-venda tmur fi Triq Santa Rita u hemm oħrajn li qed jinsistu li tmur fuq is-Saqqajja.", "Fil-fatt biex nissodisfaw il-bżonnijiet tan-nies tar-Rabat kien sar arranġament mal-kunsill lokali biex isiru żewġ vendi fiż-żewġ postijiet li semmejt.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun li hemm xi xufiera tal-linja li m'humiex qed iżommu l-ħinijiet li suppost iżommu.", "Jekk l-arranġament li sar jiġi nforzat b'mod aktar qawwi, id-diffikultajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant għandhom jiġu solvuti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lill-Ministru ma jirriżultalux li r-residenti tal- Baħrija għamlu talba uffiċjali biex il-venda tmur lura għal Triq Santa Rita?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-pożizzjoni li naf biha jien hija dik li semmejt aktar kmieni.", "Il-komunita' tal-Baħrija u dik ta' l-Imtarfa ma talbux biex il-venda tmur fi Triq Santa Rita.", "Lil dawn aktar jinteressahom li s-servizz tal-linja jkun frekwenti u aktar regolari milli li l-venda tkun f'xi post partikolari.", "MTARFA – TRASPORT PUBBLIKU", "27895.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar wara l-ilmenti tar- residenti ta' l-Imtarfa dwar nuqqasijiet fis-sistema tat-trasport pubbliku?", "X'tibdil sar sabiex dawn l-ilmenti jiġu rrimedjati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ilmenti tar-residenti ta` l- Imtarfa ġew innotati wara li l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku rċeviet ittra datata 23 ta` Lulju, 2001.", "Dawn l-ilmenti ġew iċċekkjati mill- enforcement officers ta` l-awtorita`.", "Il-kunsill lokali ġie mitlub biex f`każi simili jgħaddi l-ilment fl- uffiċċju ta` l-awtorita` f`City Gate.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidli meta se jitkomplew ix- xogħlijiet tal-parti l-oħra tal-bypass ta' l-Imtarfa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, sfortunatament il-bypass ta' l-Imtarfa hija waħda minn sensiela ta' toroq li nbnew taparsi.", "Fil-fatt fuq parti minnha sar xogħol estensiv li sewa' madwar Lm90,000.", "L-intenzjoni tad-dipartiment hi li fix-xhur li ġejjin jinbena retaining wall u mbagħad ikompli jsir ir-resurfacing tal-kumplament tat-triq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: B'riferenza għall-iżvilupp li sar f'parti mill- bypass, partikolarment dak il-mostru ta' ħajt tal-konkos li ħalla impatt diżastruż fuq l-ekoloġija tat-tafal sensittiv li hemm fl-Imtarfa, id- dipartiment qiegħed jikkonsidra li ma jirrepetix l-istess żbalji u jara li l-impatt ekoloġiku jkun imħares u sostnut?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naħseb li l-akbar traġedja ma seħħietx meta nbena ħajt ta' madwar 60 pied f'parti żgħira ta' din it-triq imma meta fl-1982 kien hemm xi ħadd li ddeċieda li jmur bil-bulldozers f'dawk l- inħawi, qabad it-tafal min-naħa tat-triq u tefgħu għan-naħa l-oħra biex jgħid li għamel xi ħaġa.", "Dakinhar seħħet il-vera traġedja!", "Nassigura lill- Onor. Interpellant li l-mostru li qed isemmi hu għadu qatt ma ħareġ għalija.", "Dak il-biċċa ħajt li nbena kien meħtieġ biex nippruvaw nikkontjenu t-tafal li nqala fi żmenijiet oħrajn u li sar perikoluż jekk jibqa' fil-pożizzjoni li qiegħed.", "L-unika alternattiva li kellna quddiemna kienet li nħallu t- tafal jibqa' nieżel fit-triq in kwestjoni u naturalment tibqa' ssir il- ħsara.", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħid li dan huwa każ tipiku fejn l- oppożizzjoni trid tiddeċiedi xi trid tagħmel.", "Trid li l-affarijiet isiru?", "Trid li l-affarijiet jibqgħu ma jsirux biex tattakka lill-gvern li m'għamilhomx, jew trid li taparsi tibki u tbikki lin-nies b'ħafna diskors biex l-affarijiet isiru?", "Tajjeb li kulħadd ikun jaf li n-naħa l-oħra għandna l-istess problema.", "Fil-fatt hemm madwar żewġ sulari ta' tafal li twaddab minn naħa għall-oħra tat-triq u issa biex nirranġawh se jkollna nonfqu l-mijiet ta' l-eluf ta' liri.", "Barra minn hekk irridu nibnu xi tip ta' retaining wall – il-materjal minn xiex se jkun magħmul dan il-ħajt hija kwestjoni oħra – għax jekk ma nibnuhx u noqogħdu ngħidu li se nagħmlu mostru, kif qed jagħmel l-Onor.", "Farrugia, allura nħallu t-triq kif inhi u ma nippruvawx ngħidu lin-nies li dan il- gvern ma jridx jagħmilha.", "MR SPEAKER: L- Onor. Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dan il-ħajt sar mingħajr il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-awtorita' ikkonfermat li dan m'huwiex ekoloġikament friendly.", "Jiddefendih jew ma jiddefendihx il-Ministru, xorta jibqa' l-fatt li x-xogħol sar ħażin.", "Il-Ministru qiegħed jikkonsidra li minflok juża din il-porkerija ta' ħajt, li fuq kollox qiegħed jeqred parti mit-tafal sensittiv li hemm f'dak l-inħawi, juża metodi oħra sostenibbli - għax fuq kollox jekk fil-passat ix-xogħol kien isir ħażin m'għandniex nirrepetu l-istess żball – in konformita' ma' dak li l-Unjoni Ewropea tesiġi biex l-iżvilupp ta' l-ambjent rurali jiġi mħares b'mod ekwu u b'mod li ma jħallix impatt diżastrus fuq l-ekoloġija, il-ġeoloġija u l- idroloġija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, l-Onor.", "Farrugia qed jgħid li b'dan il- ħajt ta' 100 pied sar diżastru fl-ekoloġija, fl-idroloġija u manafx x'aktar!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed nikkwota dak li qalet l-awtorita' ta' l- ippjanar u ma nafx għalfejn il-Ministru qed jgħid li jien qed ngħid xi ħaġa oħra.", "Ejja nkunu serji hawn!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk irid li nitkellmu fuq il-qerda ta' l- ekoloġija u ma nafx x'aktar ejja nitkellmu, pero' żgur mhux b'riferenza għaż-żmenijiet tal-lum imma għal żmenijiet oħra.", "Nistgħu nieħdu l-postijiet kollha li semmejna qabel, it-triq ta' l-Imtarfa, il-bypass ta' San Pawl il- Baħar u postijiet oħrajn.", "Per eżempju, lill-Onor.", "Membru nitolbu jgħidli jekk kienx hemm xi ħadd li lissen imqar kelma waħda - u nimmaġina l- Onor. Farrugia kien attiv fil-Partit Laburista meta saru dawn l-affarijiet – meta fl-Imtarfa stess, fl-inħawi tal-Ħemsija, fejn darba kien hemm wied mimli siġar, xi ħadd deherlu li kellu jaqbad bulldozer u jgħaffeġ u jkisser kullimkien.", "Hekk kienu jsiru l-affarijiet dak iż-żmien u ma kien ikun hemm ħadd li jiġi jagħmel l-istorbju fil-parlament.", "Imma ħalli mmorru lura għall-idroloġija u l-ħitan.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, bil-mod li jitkellem l-Onor.", "Farrugia hawnhekk, wisq nibża li m'hu se nsib lil ħadd jissogra jitfa' t-tender biex jagħmel ix-xogħol għax tant semma' perikli li ħadd m'hu se jirriskja kif ġieb u laħaq!", "BAĦRIJA - DRENAĠĠ", "27896.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'ġara mill-pjan ta' estensjoni tas-sistema tad-drenaġġ fil- Baħrija?", "Meta se jsiru x-xogħlijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li m'hemmx ħsieb li fil-futur qarib issir xi forma ta' komunikazzjoni tad- drenaġġ mas-sistema eżistenti tar-Rabat.", "Fil-Baħrija teżisti sistema fejn il-mains tad-drenaġġ imorru ġo fossa komuni kbira li titbattal mill-gvern stess.", "Qed tiġi studjata l-possibbilta' ta' mpjant żgħir ta' trattament għal dan il-lokal.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-bieraħ il-Ministru Zammit Dimech qal li se jsiru żviluppi fit-tliet snin li ġejin, ma jaħsibx li l-pożizzjoni nbidlet mill-bieraħ għal-lum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, assolutament m'hemm l-ebda konflitt bejn dak li qal il-Ministru Zammit Dimech il-bieraħ u dak li għadu kif intqal.", "Il-bieraħ il-Ministru qal li x-xogħol marbut mas-sistema tad-drenaġġ fil- Baħrija ser jitkompla u se jiġi estiż matul it-tliet snin li ġejjin.", "Hawnhekk qed jispjega b'mod tekniku l-mod kif se jsir ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiġifieri meta l-l-Ministru qed jgħid \"fil-tutur qarib\" ikun qed jirriferi għas-snin li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien neħodha li \"fil-futur qarib\" huwa bil-maqlub ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia!", "Fir-risposta tiegħu l-Ministru qed jgħid li m'hemmx ħsieb li fil-futur qarib isir xi ħaġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Appuntu, għax tliet snin jista' jkun futur qarib u pitgħada wkoll jista' jkun futur qarib!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiena ma nifhimhiex din id-domanda għax fir-risposta li ta l-Ministru għall-Ambjent qed jgħid li m'hijiex l- intenzjoni tad-dipartiment li fil-futur qarib issir komunikazzjoni tas- sistema tad-drenaġġ tal-Baħrija ma' dik tar-Rabat.", "Jiġifieri se mai l- Onor. Interpellant jista' jistaqsi meta l-gvern beħsiebu jikkomunika din is- sistema u mhux jekk hux se jkun hemm komunikazzjoni l-ġimgħa d-dieħla.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, m'għandix indikazzjoni jekk dan ix-xogħol hux se jsir sitt xhur oħra jew inkella sentejn oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Għallinqas jista' jkollna konferma li fit-tliet snin li ġejjin ix-xogħol ġewwa l-Baħrija se jsir kif ippjanat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ippermettili nerġa' naqra r-risposta oriġinali:", "\"Ninsab informat li m'hemmx ħsieb li fil-futur qarib issir xi forma ta' komunikazzjoni tad-drenaġġ mas-sistema eżistenti tar-Rabat.", "Fil- Baħrija teżisti sistema fejn il-mains tad-drenaġġ imorru ġo fossa komuni kbira li titbattal mill-gvern stess.", "Qed tiġi studjata l-possibbilta' ta' mpjant żgħir ta' trattament għal dan il-lokal.\"", "Sur President, jiddispjaċini imma ma nifhimx id-domanda li qed jagħmel l- Onor. Michael Farrugia.", "RABAT - TRIQ BORG OLIVIER", "27897.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjan ta' prova li kellu jsir sabiex Triq Borg Olivier, Rabat, issir one-way għal ftit xhur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-bord għall-kontroll tat-traffiku ta struzzjonijiet lill-kunsill lokali u lid-dipartiment tat-toroq biex parti minn Triq Ġorg Borġ Olivier issir one-way mill-1 ta` Ottubru 2001.", "WSC – ILMENT", "27898.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrimedja għall-ilment li qed nibgħat separatament, peress li l-persuna qed tiġi mitluba tħallas flus għal servizz ġdid ta' l- ilma meta kienet applikat qabel l-iskema li indroduċiet il-WSC.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma investigat il-każ imsemmi u rriżulta li l-kont inħareġ skond avviż legali 58 ta' l-1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jikkonferma l-Ministru li l-WSC qed tipprepara għal meta dawk li huma reġistrati magħha u jagħmlu użu mill- boreholes - jiġifieri bdiewa, raħħala u part-timers oħrajn - mhux se jibqgħu soġġetti li jkollhom meter ta' l-ilma, biex allura l-ilma li jtellgħu jibdew iħallsu għalih skond miżuri ġodda illi l-korporazzjoni beħsiebha tintroduċi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, m'għandi l-ebda ħjiel li l-WSC se tibda tiċċarġja lil min għandu borehole privata.", "Nissuspetta pero' mill- informazzjoni li għandi li fi żmien il-gvern preċedenti dik kienet l- intenzjoni.", "Li nista' ngħid hu li hemm sistema ta' meters biex ikun hemm monitoring aħjar ta' l-ilma li jitla' minn taħt l-art u b'hekk inkunu f'pożizzjoni biex inkunu nafu x'qed jiġi estratt.", "Pero' dan ma jfissirx li se nibdew niċċarġjaw lil min għandu borehole privata skond kemm itella' ilma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Billi Malta ħafna drabi tiġi kkritikata fil-fora ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-kwalita' ta' l-ilma li jasal fid-djar, jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu biex il-kwalita' ta' l-ilma li nirċievu togħla għal-livell illi tissettja l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, huwa ta' sodisfazzjon kbir għalina meta nisimgħu membri tan-naħa l-oħra jsemmu l-kriterji ta' l-Unjoni Ewropea għal titjib.", "Kemm hu aħjar dan milli nisimgħu frażi bħal \"ħela ta' flus\" jew \"kollox ħażin\"!", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jiftakar meta l-ilma kien jiġi ppumpjat direttament mill-boreholes fi żmenijiet preċedenti.", "Veru li kien ikun hawn ilma illi lanqas biss kont tkun taf x'qed jiġi ppumpjat mill- borehole għax l-ilma kien jasal dirett għand il-konsumatur.", "Dik kienet is- sistema li gvernijiet preċedenti Laburisti sfortunatament użaw għad-dannu tal-konsumatur u għad-dannu tas-sistema ta' l-ilma.", "Illum għandna sistema fejn madwar 80% ta' l-ilma jmur għand il-konsumatur mhux direttament mill-borehole pero' b'sistema fejn l-ilma tal-boreholes jitħallat ma' l-ilma tar-reverse osmosis.", "L-idea u l-pjan huwa li dawk l- 20% l-oħra wkoll jiġu connected mas-sistema li l-ilma jiġi mħallat ma' dak tar-reverse osmosis għax huwa ta' kwalita` ferm aktar aħjar.", "Bħala l-ewwel pass qed isiru connections biex dan ikun jista' jseħħ u allura nneħħu darba għal dejjem din is-sistema kompletament.", "Huwa wkoll fatt li eventwalment qegħdin inħarsu lejn pjan biex l-ilma li jitla' mill-boreholes ikun jista' jgħaddi minn forma ta' reverse osmosis ferm inqas intensiva minn dik ta l-ilma - għax naturalment l-ilma ma jkunx daqshekk b'salinita` qawwija - u b'hekk allura jkollna sistema li tiggarantixxi li l-ilma li jkun qed jasal għand il-konsumatur ikun ikkontrollat u jasal taħt l-ispecifications li tesiġi l-Unjoni Ewropea u li hi stess tgħin biex wieħed ikollu ilma ta' kwalita`.", "Dan huwa l-pjan għas-snin li ġejjin u jekk Alla jrid, ladarba nkunu membri ta' l-Unjoni, ikollna l-għajnuna biex dan ikun jista' jseħħ mingħajr ma nimponu taxxi żejda fuq il-konsumatur.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 210 ta' l-2001 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 208 ta' l-2001 - nomina tad-dipartiment għall- ħarsien ta' l-ambjent biex ikun l-awtorita' kompetenti;", "Avviż Legali Nru 209 ta' l-2001 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent;", "Avviż Legali Nru 211 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar tniġġis ta' l-arja minn Impjanti Industrijali;", "Avviż Legali Nru 212 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar l-użu ta' ħama fl-agrikoltura;", "Avviż Legali Nru 213 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar it- tniġġis kaġunat bl-iskargar ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent ta' l-ilma;", "Avviż Legali Nru 214 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar il- kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi li jisvintaw (ħażna u distribuzzjoni ta' petrol minn terminal għal stazzjonijiet ta' servizz);", "Avviż Legali Nru 215 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar it- tniġġis ta' l-arja mill-ożonu;", "Avviż Legali Nru 216 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar stima u mmaniġġjar tal-kwalita' ta' l-arja fl-ambjent;", "Avviż Legali Nru 217 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar il- liberta' ta' aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent;", "Avviż Legali Nru 218 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalita` għal hexachlorocyclohexane;", "Avviż Legali Nru 219 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalita` għar-rimi ta' merkurju minn setturi li mhumiex dawk ta' l-industrija ta' l-elettrolisi tal-kloro- alkali;", "Avviż Legali Nru 220 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalita` għar-rimi ta' merkurju mill- industrija ta' l-elettrolisi tal-kloro-alkali;", "Avviż Legali Nru 221 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalita` għar-rimi ta' kadmju;", "Avviż Legali Nru 222 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar il- kwalita' tal-kombustibbli petrol u diesel;", "Avviż Legali Nru 223 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 dwar skart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju;", "Avviż Legali Nru 224 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 dwar limitu ta' valuri ta' dijossidu tan-nitroġenu, dijossidu tal-kubrit u ossidi tan-nitoġenu, materja ta' partiċelli u ċomb fl-arja ta' l-ambjent;", "Avviż Legali Nru 225 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 dwar il- limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi li jisvintaw;", "Avviż Legali Nru 226 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 li jinkorporaw il-konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu u l-protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu;", "Avviż Legali Nru 227 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 dwar limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalita` għar-rimi ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent ta' l-ilma;", "Avviż Legali Nru 228 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 dwar prevenzjoni u tnaqqis ta' tniġġis ta' l-ambjent mill-asbestos;", "Avviż Legali Nru 229 ta' l-2001 – regolamenti ta' l-2001 dwar miżuri kontra l-emissjoni ta' tniġġis ġej minn gass u partiċelli żgħar minn magni ta' kombustjoni interna (makkinarju mobbli mhux stradali);", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-għadd u l-lokalita` ta' residenzi liċenzjati biex jilqgħu turisti f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27942 mogħtija f'Seduta Nru. 599 tat-18 ta' Settembru 2001; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' kolliżjonijiet tat-traffiku li seħħew bejn Jannar u Ġunju fis-snin bejn l-1997 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27899.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordinijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL", "FOOD SAFETY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Settembru, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara huwa in possession.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi għandu jsib l-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra għas-sempliċi raġuni li naħseb huwa fl-interess taż-żewġ naħat tal-Kamra li niżguraw li l- konsumatur, kemm Malti kif ukoll dak barrani, jieħu l-aħjar prodott u anke jkollu l-aqwa garanzija ta' serħan tal-moħħ għal dak li għandu x'jaqsam ma' safety ta' l-ikel.", "Fl-introduzzjoni tiegħi għal din il-liġi kont qiegħed ngħid ukoll li llum is-settur ta' l-ikel qiegħed jieħu dimensjoni ġdida iktar u iktar minħabba l-fatt li qiegħda tiżdied l-awareness fil-poplu tagħna dwar il-ħtieġa li jiġu osservati ċerti regolamenti biex niżguraw li l-ikel li nieklu jkun bnin u mingħajr periklu.", "Hija ħaġa ovvja li l-Maltin iħobbu żaqqhom u wieħed jinnota – anke jekk imur xi festa – li jiġi kkunsmat ikel taħt ċirkostanzi li nistgħu ngħidu m'humiex idonei.", "Il-liġi preżenti ma kenitx tiggarantixxi li tagħi ċerti poteri lid-diviżjoni tas-saħħa u partikolarment lid-dipartiment tas-saħħa pubblika biex ikun jista' jikkontrolla aħjar il-prodott.", "Wieħed jifhem, meta jħares lejn ċerti stabilimenti u jkun jaf almenu l- bażiċi, kemm huwa faċli li xi ħaġa tmur ħażina fiċ-chain tal-preparazzjoni ta' l-ikel u l-konsegwenzi li din tista' ġġib magħha.", "Kellna diversi episodji fil-passat fejn kellna outbreaks fuq skala kbira li kienet tinvolvi mijiet ta' nies li kienu attendew okkażjonijiet bħal tiġijiet u receptions oħra fejn minħabba raġuni jew oħra – forsi minħabba nuqqas ta' attenzjoni – l-ikel ikkaġuna ċerti riperkussjonijiet ta' mard.", "Wieħed ukoll irid jara li llum għandna stabilimenti kbar li jissupplixxu numru mhux ħażin ta' klijenti, bħal per eżempju l-isptarijiet, u jekk wieħed iqis in-numru ta' ikliet li jiġu ppreparati kuljum ġo l-isptarijiet jifhem l- importanza li f'dawn l-istabilimenti jintlaħaq l-ogħla livell possibbli.", "Ħadt gost ukoll nisma' lill-Onor.", "Michael Farrugia jsemmi l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea u jien qed nieħu dan l-ispunt għaliex il-bieraħ fl- introduzzjoni għedt ukoll li nispera li ma jkun hemm ħadd minn din il-Kamra li jgħid li din il-liġi dwar il-ħarsien ta' l-ikel qiegħda tgħaddi minn din il-Kamra sempliċement biex nogħġbu lill-Unjoni.", "Naħseb li llum meta ż-żewġ naħat tal-Kamra jsemmu l-Unjoni Ewropea jew l-istandards li jintlaħqu fl- Unjoni huma konxji li f'dak li għandu x'jaqsam il-konsumatur, l-Unjoni Ewropea timmira għall-iktar livelli għoljin u ovvjament ħafna minn dan l- abbozz jirrifletti kurrenti li għaddejjin bħalissa ġewwa l-Ewropa.", "Meta nitkellmu fuq is-settur ta' l-ikel ġewwa pajjiżna, irridu niftakru wkoll li aħna nimportaw minn barra pajjiżna madwar 90% ta ́ l-ikel kollu li nikkonsmaw u persentaġġ għoli ħafna minn dawn id-90% fil-fatt jikkonsisti fi prodotti ppreparati kif ukoll fi prodotti li huma raw li ġejjin mill- pajjiżi ta' madwarna, speċjalment mill-Ewropa.", "Għalhekk il-produzzjoni ta' l-ikel għall-konsum lokali tilħaq biss madwar 10% u miċ-ċifri uffiċjali li għandna jidher li hawn madwar 1800 full-time farmers u madwar 13,000 reġistrati bħala part-time farmers.", "Dawn in-nies kollha huma responsabbli għal madwar 20% tal-prodotti oriġinali li ġejjin minn oriġini ta' annimali li jiġu kkunsmati friski ġewwa pajjżna.", "Qed insemmi dawn iċ-ċifri biex nuri biċ-ċar li fis-settur ta' l-ikel hemm eluf ta' nies barra l- konsumaturi li wkoll huma involuti.", "Wieħed irid isemmi wkoll li f'pajjiżna għandna madwar 5,000 stabiliment ta' l-ikel li madwar 80% minnhom huma fir-retail u fil-catering sectors.", "Jien qed nagħti dawn iċ- ċifri kollha biex nuri kemm huwa vast is-settur ta' l-ikel f'pajjiżna.", "Ovvjament il-konsumatur lokali mhux biss għandu dritt li jieħu l-aħjar prodott imma rridu nagħmlu minn kollox biex niżguraw li anke dawk li jiġu jżuruna ikollhom l-aqwa prodotti.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-1,200,000 turist li jiġu jżuruna, speċjalment fil-perijodu tas-sajf, meta l-konsum ta' l-ikel jitla' drastikament u minħabba l-klima tagħna huwa aktar possibbli li xi ħaġa fil-food chain tmur ħażin.", "Għalhekk wieħed irid jiżgura li matul l-ipproċessar ta' l-ikel irid ikun hemm numru ta' miżuri li jiżguraw li mhux biss nilħqu l-ogħla livell imma jkun hemm xi ħadd responsabbli għal kull ħolqa tal-katina tal-food chain.", "Għedt ukoll li għall-ewwel darba dan l-abbozz ta' liġi qed jintroduċi kunċetti ġodda u kien proprju dan il-għan li ġiegħel lill-amministrazzjoni preżenti li minflok ma toqgħod iġġannat il-liġijiet eżistenti li għandna, li servewna għal għexieren ta' snin ̧ tieħu d-deċiżjoni li nibdew kollox mill-bidu.", "Minkejja li l-liġi dwar l-affarijiet ta' l-ikel, mediċinali u ilma tax-xorb serviet tajjeb għal tul ta' żmien - u ovvjament serviet tajjeb għax baqgħet tiġi kull darba irranġata permezz ta' numru ta' legal notices - illum il-kunċetti li huma viġenti f'dak li għandu x'jaqsam mas- settur ta' l-ikel huma tant radikali li hemm bżonn abbozz ta' liġi kompletament ġdid.", "Il-bieraħ jien semmejt il-kriterji l-aktar importanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-introduzzjoni ta' dawn il-konċetti.", "Naħseb li għall-ewwel darba daħħalna l-kunċett ta' due diligence fuq min jipproduċi jew min għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar ta' l-ikel.", "Il-kunċett ta' due diligence tfisser li wieħed jaċċerta ruħu li kulmin kien involut fl-ipproċessar ta' l- ikel ħa l-prekawzjonijiet kollha biex iwassal prodott ta' l-ogħla kwalita' lill-konsumatur.", "Ovvjament dan ifisser li l-onus matul il-katina ta' l- ikel – il-liġi tistabilixxi dan - tidentifika persuna responsabbli f'kull stadju u jekk xi ħaġa tmur ħażin, ovvjament wieħed jista' jirriferi faċilment għaliha biex tispjega x'seta' fil-fatt ikun mar ħażin.", "Għall-ewwel darba qed nagħtu poteri lill-konsumatur li jekk ibati xi konsegwenzi ta' nuqqasijiet minn dawk responsabbli fl-ipproċessar u l- manifattura ta' l-ikel ikollu fejn jista' jieħu redress.", "Għall-ewwel darba wkoll se nbiddlu l-penali li hemm għal dawk li ma jobdux dawn il- liġijiet.", "Qabel is-sistema li kellna kienet diżinċentiv għall-ispetturi sanitarji għax ma kenitx tagħmilha vale la pena li dak li jkun joqgħod tiela' u nieżel il-qorti fuq każ biex imbagħad min jikser il-liġi jeħel ħmerija.", "Dan l-abbozz ta' liġi jaħseb għal penali li huma aktar konformi mar-reati li jistgħu wkoll, f'każi estremi, iwasslu għat-telf ta' liċenzja ta' min ikun qed jaħdem fl-ikel.", "Ovvjament dan ma ġiex kollu fuqna f'daqqa waħda.", "Kien hemm bżonn preparamenti fit-tul min-naħa tad-diviżjoni tas-saħħa fejn bdejna kampanji għal dawk kollha li huma nvoluti fl-ipproċessar u fil- preparamenti ta' l-ikel u hija ħaġa pożittiva li r-riżultati li ksibna bdew jagħtu l-frott, fis-sens li n-numru ta' każi li kellna ta' food poisoning matul l-aħħar snin bdew jonqsu bir-rata ta' madwar 30% fuq dawk li kellna qabel.", "Fil-fatt illum nistgħu ngħidu li r-rati ta' food poisoning li jkollna f'pajjiżna huma aktar baxxi minn dawk tal-pajjiżi ta' madwarna, fosthom l-Ingilterra.", "Naħseb li dan huwa kejl tas-suċċess li għamlet id- diviżjoni tas-saħħa.", "Xi ħaġa pożittiva oħra kienet li bdejna nħarsu lejn inizjattivi li bdew jittieħdu min-nies li huma responsabbli kemm mill-ipproċessar ta' l-ikel u kemm minn dawk li jwasslu l-ikel għand il-konsumatur.", "Fil-fatt bdejna naraw talbiet minn dawn is-setturi u minn dawn l-istabbilimenti biex isiru korsijiet ħalli lill-ħaddiema jgħallmuhom il-fatturi bażiċi f'dak li għandu x'jaqsam handling ta' l-ikel.", "Jien naħseb li dan kien strumentali ħafna biex għolla l-livell tal-prodott tagħna.", "Ħaġa importanti wkoll kienet li aħna xtaqna nimxu fuq dan il-proċess billi nikkonvinċu nies li huma involuti fil-catering li dan it-titjib mhux biss se jibbenefika minnu l-konsumatur imma finalment se jibbenefikaw minnu huma wkoll, fis-sens li jekk wieħed jipproduċi prodott ħażin mhux biss ikun qed jipperikola s-saħħa tal-konsumatur imma jkun qed jagħmel reklam ħażin kemm lilu nnifsu, kemm f'pajjiżna kif ukoll barra mix-xtut tagħna.", "Naħseb li meta wieħed jitkellem fuq settur daqshekk delikat bħal dak tat-turiżmu wieħed malajr jifhem ir-riperkussjonijiet li jista' jkollha kampanja negattiva kontra l-kwalita' ta' l-ikel li jiġi servut f'pajjiżna.", "Dawn l- affarijiet iġibu riperkussjonijiet ħżiena fuq is-settur tat-turiżmu għax kif jaf kulħadd dan is-settur huwa wieħed mill-pilastri tas-settur ta' l- ekonomija tagħna u wieħed mill-akbar employers ta' l-ekonomija tagħna wkoll.", "Nafu li fix-xhur tas-sajf meta jkun hemm l-aktar periklu ġieli jkollok numru ta' nies li sal-lum ma kenux ikkwalifikati li jiġu mqabbda bħala jaħdmu f'dan is-settur bħala part-timers sempliċement biex ilaħħqu mad-domanda kbira li jkun hemm.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa maqsum f'numru ta' taqsimiet.", "Fil-fatt hemm sitt taqsimiet li kull waħda toħroġ fiċ-ċar dan il-konċett li għadni kif semmejt fil-qosor.", "Jekk naqbdu l-ewwel taqsima li tagħti definizzjoni tat- termini u x'irid jintlaħaq b'dan l-Att u t-tieni taqsima li titkellem dwar il-kummissjoni għas-sigurta' ta' l-ikel, naslu għall-aktar punt kruċjali f'dan l-abbozz ta' liġi kollu.", "Naħseb li l-ħolqien ta' kummissjoni għas- sigurta' ta' l-ikel hija xi ħaġa li kienet ilha tinħass.", "Naf li mhux dan il-gvern biss kien qed jaħdem fuqha imma anke fl-amministrazzjoni preċedenti, u anke qabel kienu nġiebu esperti mill-FAO biex jgħinuna nfasslu liġi ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ma' preparamenti ta' l-ikel.", "Dawn il-mawriet mill-esperti tal-FAO wasslu biex parti kbira mill-istaff tagħna ntbagħat jagħmel korsijiet barra minn Malta u biex bdew sensiela ta' korsijiet għall-health inspectors ġewwa pajjiżna.", "Dawn il-korsijiet bdew jispjegaw il-funzjoni nazzjonali ġdida li wieħed jistenna li jkollu jaqdi l- health inspector.", "Pero' sal-lum, f'dak li għandu x'jaqsam ma' settur ta' l-ikel, jidhirli li ma kienx hemm kordinament biżżejjed bejn dipartimenti differenti.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien ta' l-ikel għandek numru ta' dipartimenti u oqsma involuti; għandek is-saħħa pubblika ̧ is-servizzi veterinarji ̧ il-pulizija, dawk li huma favur il-konsumatur ̧ l-industrija u s-settur ta' l-istandards.", "Bejniethom dawn ftit kien hemm kordinament u dan kien qed jirriżulta f'duplikar kbir ta' xogħol.", "Apparti minn hekk ħadd ma kien responsabbli għall-esekuzzjoni tal-food safety u għal kif għandu jagħmel pjan ta' kif irridu nimxu biex niżguraw li nilħqu l- għanijiet tagħna.", "Il-kummissjoni dwar is-sigurta' ta' l-ikel hija strumentali biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet li kellna sal-lum.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-kompożizzjoni ta' din il-kummissjoni jinnota żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett minkejja li għandek ħafna dipartimenti involuti fil-ħarsien ta' l-ikel, huwa d-dipartiment tas-saħħa li għandu l-akbar responsabbilta' għax fil-kummissjoni għas-sigurta' fl-ikel hemm numru ta' rappreżentanti li huma magħżulin mill-ministru tas-saħħa stess.", "Pero' hemm numru ta' dipartimenti oħrajn li se jkollhom rappreżentant fuq din il-kummissjoni biex niżguraw li l-pjanijiet li jitfasslu u d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkollhom il-backing tas-setturi kollha li huma involuti fil-produzzjoni ta' l-ikel ħalli niżguraw is-sigurta' ta' l-ikel li fl-aħħar mill-aħħar huwa l- għan ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Fi ħdan din il-kummissjoni għandek ukoll uffiċjal pubbliku anzjan responsabbli mill-operazzjonijiet tas-servizzi veterinarji.", "Wieħed jifhem il-bżonn ta' dan l-uffiċjal pubbliku, speċjalment wara d-dibattitu li sar ftit tal-jiem ilu li kien ippilotat mill-kollega tiegħi l-Ministru Ninu Zammit li huwa responsabbli mis-servizzi veterinarji.", "Għandek ukoll uffiċjal anzjan responsabbli għall-operazzjonijiet rigward l-ikel fi ħdan l- awtorita' dwar l-Istandards nominat miċ-chairman ta' dik l-awtorita' biex jiżgura li jkun hemm qbil dwar l-istandards li jridu jidħlu.", "Fost uffiċjali oħra għandek uffiċjal pubbliku ieħor li huwa responsabbli mill- affarijiet tal-konsumatur u għandek uffiċjal ieħor li jirrappreżenta l- promozzjoni tas-saħħa.", "Kif għedt qabel, dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu huwa frott ta' ħidma intensiva mid-dipartiment dwar il-promozzjoni tas-saħħa, li kien strumentali biex jibda korsijiet u biex iwassal informazzjoni mhux biss lil dawk li huma involuti fl-ikel imma anke lin-nisa tad-djar u lit-tfal ta' l- iskola, permezz ta' booklet li fih informazzjoni korretta dwar l-ikel.", "Naħseb il-bżonn ta' dan il-booklet joħroġ aktar ċar minn qabel għax l- istatisitka turi li minkejja li l-aktar outbreaks li jkollna jinvolvu funzjonijiet fejn jattendu mijiet ta' nies ̧ l-akbar numru ta' każi ta' food poisoning xorta kienu għadhom jiġu rrapportati mid-djar privati.", "Naħseb li dik ir-rata, li mingħalija qiegħda madwar 48%, m'għolietx iżjed għax ħafna mil-ikel li jiġi prodott id-dar jiġi kkonsmat dik il-ġurnata stess u allura jkun hemm inqas riskju li dan jerġa' jissaħħan u jikkaġuna food poisoning.", "Uffiċjal ieħor fuq din il-kummissjoni huwa responsabbli għall- operazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta' l-ambjent u uffiċjal ieħor huwa espert f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa tal-pjanti.", "Dawn in-nies kollha fuq il-kummissjoni qed jikkreaw qafas inter-ministerjali biex jiżguraw prodott aħħari lill-konsumatur u bil-kariga għolja tagħhom iridu jiżguraw li d-dipartimenti individwali tagħhom iridu jikkonformaw ma' dak il-pjan kif ikun imtella' u monitored mill-kummissjoni.", "Mr Speaker ̧ nixtieq insemmi punt ieħor li jissemma f'subklawsola (2) ta' klawsola 5 li tgħid hekk:", "\"B'żieda, il-ministru jista' wkoll jaħtar mhux iktar minn tliet membri oħra minn fost persuni li ma għandhom l-ebda interess la dirett u lanqas indirett f'xi negozju ta' l-ikel.\".", "Dan mhuwiex xi kunċett innovattiv għall-aħħar imma f'dak li għandu x'jaqsam ma' preparamenti ta' l-ikel f'dak il-livell huwa kunċett ġdid u pożittiv fejn għall-ewwel darba qegħdin nagħtu vuċi lill-konsumatur.", "Naħseb li m'hemmx metodu aħjar milli tagħti vuċi lill-konsumatur milli tpoġġih proprju f'dak il-forum fejn jittieħdu deċiżjonijiet li finalment se jinvolvu lilu.", "Naħseb li l-fatt li se jkollok membri li m'għandhom l-ebda interess la dirett u lanqas indirett f'xi negozju ta' l-ikel huwa pożittiv ukoll, fis-sens li ma jkollokx nies li d-deċiżjonijiet li jieħdu jistgħu jkunu motivati f'xi ħaġa ulterjuri ħlief li l-prodott li li jasal ikun ta' l-aħjar kwalita'.", "Fi klawsola 7 hemm x'inhuma d-dmirijiet ta' din il-kummissjoni.", "Fil-fatt taħt din il-klawsola hemm ħafna subklawsoli u dan juri kemm din il- kummissjoni se jkollha poteri u dmirijiet vasti f'dak li għandu x'jaqsam ma' monitoring, kordinament, reviżjoni ta' prattiċi, reviżjoni ta' operazzjonijiet u attivitajiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel.", "Hawnhekk għandek numru ta' miżuri li l-kummissjoni tista' tieħu meta tissuspetta li xi prodott ta' l-ikel ma jkunx qed jilħaq l-istandards jew ma jkunx konformi mal-prattiċi li jirregolaw il-manifattura tiegħu stess.", "Fil-fatt wieħed mill-għanijiet tal-kummissjoni huwa li tagħmel monitoring ta' l-infurzar ta' kull leġislazzjoni, standards jew prattiċi rilevanti rigward negozji ta' l-ikel u persuni li joperaw fin-negozji ta' l-ikel.", "Mr Speaker, il-bieraħ kellna okkażjoni nagħmlu press conference fejn ħabbarna, permezz ta' żewġ legal notices ̧ li għall-ewwel darba kull persuna li se jkollha x'taqsam mal-produzzjoni ta' l-ikel irid ikollha liċenzja li tivverifika li din il-persuna almenu tkun għamlet kors ħalli taf x'jinvolvu r-riskji tal-preparazzjoni ta' l-ikel.", "Din il-liċenzja tingħata fuq medda ta' sentejn jew ħames snin skond it-tul u l-livell tal- kors li wieħed jixtieq jagħmel.", "Naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva fis- sens li se tiżgura li anke f'dawk ix-xhur fejn se jkollna żieda fid- domanda għall-prodotti ta' l-ikel ̧ kull min iħaddem lil xi ħadd li jaħdem fis-settur ta' l-ikel se jkun jista' jiżgura li l-persuna li tkun qed taħdem f'dak is-settur ikollha ċertifikat li hija profiċjenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' prevenzjoni u affarijiet oħra.", "B'hekk nistgħu niżguraw prodotti tajbin.", "Wieħed mill-avviżi legali qed jagħmilha mandatorja li kull stabiliment li għandu x'jaqsam ma' l-ikel ̧ kemm mal-preparamenti, kemm ma' l-ipproċessar kif ukoll mal-konsum ̧ irid ikun reġistrat biex niżguraw li meta jsiru l- inspections ikun iżjed faċli li nagħmlu tracing f'każ li jkun hemm xi ħaġa li tkun marret ħażin.", "Barra minn hekk inkunu nafu fejn u kemm frekwentement inkunu nistgħu nagħmlu l-ispezzjonijeit li rridu nagħmlu biex niżguraw li l-prodott ikun ta' l-ogħla kwalita'.", "Wieħed mid-dmirijiet tal- kummissjoni huwa li tifformola u timplimenta policies u strateġiji li jkollhom l-għanijiet li jaħsbu fil-qasir jew fit-tul rigward l-affarijeit kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel.", "Mela mil-lum 'il quddiem bit- twaqqif ta' din il-kummissjoni mhux se jkollna dipartimenti kif kellna sal- lum li jieħdu deċiżjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam l-ikel, mingħajr kordinament effiċjenti biżżejjed imma se jkollna kummissjoni waħda li se jkolha l-għan li tagħmel hekk.", "Il-kummissjoni se jkollha d-dmir li tagħti parir lill-ministru tas-saħħa fuq kull ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-ikel.", "Naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva ħafna li minkejja li se jkollha dan id-dmir bħalma għandu llum il- council of health ̧ se jkollha wkoll is-saħħa li tesegwixxi ċerti funzjonijiet li l-kunsill tas-saħħa preżentement m'għandux.", "Din il- kummissjoni mhux biss se jkollha l-poter li tagħmel il-monitoring imma se tagħmel regolamenti dwar l-istudji, ir-riċerka u l-investigazzjonijiet dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam ma' l-ikel.", "Fost il-funzjonijiet għandha wkoll tiżgura li jinżammu records u reġistri xierqa biex jiġi żgurat li l- persuni responsabbli għal kull prodott ta' l-ikel ikunu jistgħu jiġu faċilment identifikati.", "Funzjoni oħra hija li din il-kummissjoni toħroġ dawk il-linji ta' gwida li jistgħu jkunu meħtieġa rigward is-sigurta' ta' l-ikel.", "Din il-kummissjoni trid tikkonsidra u tirrevedi l-effikaċja ta' prattiċi eżistenti minħabba li s-settur ta' l-ikel ̧ bħal setturi oħrajn, qiegħed kontinwament jevolvi u jinbidel.", "Din għandha wkoll il-kompitu li teżerċita l-funzjonijiet l-oħra li l-ministru jista' jippreskrivi b'regolamenti.", "Din hija konsegwenza ta' dak li li għadni kemm semmejt li s-sitwazzjoni m'hijiex stabbli imma qed tinbidel il-ħin kollu u allura wieħed jifhem li din il-kummissjoni għandu jkollha din il-faċilita'.", "Taqsima III tagħti poteri lill-ministru li jista' jagħmel regolamenti fosthom dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u dwar kif għandu jinżamm l- ikel.", "Dan kollu huwa konsistenti ma' dak li qed titlob il-prattika llum.", "Jien smajt lill-kollega tiegħi ̧ il-Ministru Ċensu Galea għan-nom tal-ministru għat-turiżmu jqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra u beda jsemmi numru ta' kimiċi li llum hemm awareness ġdida fuqhom minħabba l- ħsara li jistgħu jagħmlu.", "Waħda mill-affarijiet li din il-kummissjoni jew il-ministru se jkollu l-poter li jagħmel huwa li jiżgura li kull addittiv jew sustanza speċifika li tkun miżjuda ma' l-ikel trid tkun cleared.", "Il- ministru se jkollu wkoll il-poter li jirregola l-proċess jew it-trattament fil-preparazzjoni ta' l-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem.", "Dawn kollha juru li dan l-abbozz ta' liġi qed jieħu ħsieb il-klijenti b'ħafna aktar serjeta'.", "Jekk wieħed iħares ukoll lejn klawsola 10 jsib ammont kbir ta' subklawsoli li jitkellmu dwar il-funzjonijiet u l-poteri li għandu l- ministru.", "Taqsima IV tkopri d-dispożizzjonijiet ġenerali fosthom ir- reġistrazzjonijiet tal-post ta' l-ikel.", "Naħseb li hija ħaġa minn ewl id- dinja li jekk ma jkollokx reġistrazzjoni ta' kull stabbiliment jew kull outlet li jkollha x'taqsam ma' l-ipproċessar ta' l-ikel jew mal-bejgħ ta' l- ikel ikun diffiċli ħafna li tikkontrolla.", "Għalhekk l-għan aħħari huwa li l- kummissjoni jkollha l-poter li tinvestiga biex tiżgura li l-prattiċi li qiegħda tniedi u tfassal ikunu qegħdin jiġu prattikati f'dawk il-postijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel.", "Se jkun hemm ukoll sezzjoni sħiħa li hija mmirata speċifikament għall- protezzjoni tal-konsumatur li ovvjament waqt id-diskussjoni se nisimgħu ferm iktar dwarha.", "Ħaġa oħra li semmejt fil-bidu hija li l-poteri ġodda huma ferm differenti minn dawk li kien hemm qabel.", "Jien naf b'każijiet ta' persuni li ripetutament kienu jibqgħu jiksru l-liġijiet u l-liġi kienet tistipula li dawn jingħataw warning, pero' meta dawn kienu jingħataw xi penali dawn il- penali ma kenux ta' diżinċentiv għalihom.", "Hawnhekk għandna stipulat ukoll li waħda mill-pieni tista' twassal għar-revoka tal-liċenzja ta' stabiliment ta' l-ikel u naħseb li għalkemm, kif għedt qabel, mhijiex l- intenzjoni tad-dipartiment li jġiegħel li jiġu obduti dawn ir-regolamenti permezz ta' pieni ħorox ̧ ovvjament dawk iridu jinżammu għal min għandu rasu iebsa u ma jkunx qed jikkonforma.", "Kif għedt fil-bidu, l-għan aħħari ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li nieħdu l-prekawzjonijiet kollha u niżguraw li l-konsumatur jieħu l-aħjar prodott.", "Nispera li waqt id-dibattitu nkunu nistgħu nespandu iżjed fuq dawn il-punti li qajjimt.", "Fil-fatt kull punt jistħoqqlu dibattitu waħdu, pero' nerġa' ngħid li jekk wieħed iħares lejn dan l-abbozz ta' liġi jinduna li l-għan aħħari tiegħu huwa biex jgħolli l-livell lill-konsumatur.", "Naħseb li dan l- abbozz ta' liġi m'għandux isib oġġezzjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra għax l- intenzjoni tagħna lkoll hija li niżguraw l-aħjar prodott lill-konsumatur.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nibda biex ngħid li kif qal il-ministru, spiss niltaqgħu ma' każi ta' food poisoning u dwar dan ġieli jkun hawn anke mistoqsijiet parlamentari.", "Pero' apparti minn hekk, jeżistu wkoll problemi oħrajn ta' mard assoċjat mat-tip ta' ikel li wieħed ikun qed jiekol.", "Huwa importanti li jekk hemm affarijiet li għandhom bżonn kjarifika aħjar għandna nikkjarifikawhom minn issa ħalli fi stadju ta' kumitat inkunu aktar in line mal-ħsebijiet li hemm wara dan l-abbozz ta' liġi u mal- ħsebijiet tal-gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi m'għandniex inħarsu lejn din il- liġi waħedha imma għandna nħarsu wkoll lejn diversi liġijiet oħra fosthom il-liġi dwar il-konsumatur, il-liġi dwar il-pestiċidi, il-liġi dwar is- servizzi veterinarji u l-liġi li għandha x'taqsam ma' l-ikel, il-mediċinali u l-ilma tax-xorb.", "Jekk wieħed iqabbel din il-liġi ma' dawn il-liġijiet isib interlink ta' regolamenti u naħseb li jkun tajjeb li dawn nikkjarifikawhom ftit.", "Per eżempju ̧ meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar is-servizzi veterinarji konna għidna li l-veterinarju għandu r-responsabbilta' tal-prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali.", "Jidher ukoll li l-veterinarju għandu say mhux ħażin f'dak li għandu x'jaqsam ma' ikel li jkun ġej mill-annimali qabel dan jidħol f'Malta.", "Nafu wkoll li d-dipartiment tas-saħħa għandu sehem importanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iġene tal-post fejn ikunu qed jiġu manifatturati l- affarijiet u milli qed nifhem din ir-responsabbilta' se taqa' f'idejn il- veterinarju.", "Naħseb li qed nifhem tajjeb ukoll li d-dipartiment tas-saħħa mhux se jibqa' responsabbli għal dak li għandu x'jaqsam ma' produzzjoni u manifattur ta' prodotti qabel dawn joħorġu għall-bejgħ.", "Fil-fatt filwaqt li d-dipartiment ta' l-agrikoltura se jkollu x'jaqsam mal-kontenut, id-dipartiment tas-saħħa se jkollu x'jaqsam mat-tikkettjar tal-prodotti u ċerti samplings li wieħed jieħu jekk ikun hemm xi dubju dwar prodott li jista' ma jkunx safe biex jittieħed.", "Xi ħaġa oħra li kont qed ninnota hija li skond dan l-abbozz ta' liġi d- dipartiment tas-saħħa huwa responsabbli mill-istabilimenti ta' l-ikel bħal restaurants, hotels eċċ. imma fl-istess ħin nafu wkoll li l-awtorita' tat- turiżmu qiegħda kważi tiddupplika x-xogħol għax għandha persuni responsabbli mill-kwalita', mill-iġjene u mill-grading ta' diversi restaurants u partijiet minn hotels fejn jissupplixxu l-ikel.", "Għalhekk naħseb li waqt id-diskussjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi għandna naraw eżatt x'inhuma r-responsabbiltajiet tad-dipartiment tas-saħħa, tad- dipartiment ta' l-agrikoltura u ta' l-awtorita' tat-turiżmu.", "Per eżempju, mhux l-ewwel darba li ċerti avviżi legali jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra minn żewġ ministri - mill-ministru tas-saħħa u mill-ministru għall-agrikoltura u sajd.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jistaqsi wkoll jekk ċerti responsabbiltajiet li jolqtu kemm lis-saħħa ta' l-annimali kif ukoll lis-saħħa tal-bniedem hux se jaqgħu taħt id-dipartiment tas-saħħa jew inkella hux se jkun hemm kollaborazzjoni bejn iż-żewġ ministri.", "Issemma t-twaqqif tal-kummissjoni għas-sigurta' fl-ikel.", "Jien naħseb li l- kompożizzjoni tagħha hija waħda relattivament tajba għalkemm għadni ma nistax nifhem partijiet minnha, bħal per eżempju ̧ fejn għandna li r- rappreżentant tal-ministeru għall-ambjent se jkun qed jieħu f'idejh ir- responsabilita' - hawnhekk qed ngħid għalih u mhux għall-ministru għall- agrikoltura - dwar organiżmi li jkunu ġew modifikati ġenetikament u ikel introdott ġdid.", "Jien ma nafx kif il-ministru għall-ambjent għandu x'jaqsam ma' dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed jgħidli li internazzjonalment l-ikel introdott ġdid u prodotti li jkunu ġew modifikati ġenetikament jaqgħu taħt il-ministeru għall-ambjent imma naħseb li jkun interessanti li wieħed jara jekk ir-responsabbiltajiet barranin ta' dan il-ministeru humiex bħal dawk tal-ministeru għall-ambjent tagħna.", "Issa nixtieq nitkellem fuq il-kompożizzjoni tal-kummissjoni.", "S'issa l- avviżi legali u l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-council for health.", "Issa jien qed nifhem li din ir-responsabbilta' se tgħaddi għand din il-kummissjoni.", "Allura hawnhekk bilfors ikollok tagħmel ċerti mistoqsijiet.", "Iċ-chairperson li se jkun qed jintgħażel mill-ministru huwa sempliċement a political appointee jew b'xi mod jew ieħor għandu interessi fis-settur ta' l-ikel?", "Qed ngħid hekk għax ħafna drabi fil-council for health iċ-chairperson kien ikun il- ministru u fin-nuqqas tiegħu kien jirrikkmanda persuna hu.", "Għalhekk ir- responsabbilita' bħala chairmanship kienet taqa' direttament taħt il- ministru u ovvjament il-ministru kien jieħu parti attiva fid- diskussjonijiet li kienu jkunu għaddejjin.", "Dan ifisser li kien ikun il- ministru li kien jipprova jifhem id-diversi setturi involuti.", "Per eżempju, fil-council for health kien ikun hemm ir-rappreżentanza ta' veterinarju, tal-qasam ta' l-industrija, tal-laboratorju tal-gvern u kien ikun hemm ukoll id-direttur responsabbli mis-saħħa pubblika, tabib, xi żewġ rappreżentanti tal-pubbliku u rappreżentant ta' l-universita` ta' Malta li kien ikollhom ir-responsabbilita` li jiddiskutu diversi punti.", "Issa, bħalma għedt qabel, il-kummissjoni għas-sigurta` fl-ikel estendiet għal diversi setturi oħrajn - naħseb dan huwa ameljorament fuq dak li kien hemm fil-council for health - imma xorta tibqa' l-mistoqsija: Iċ- chairperson xi kwalifiki għandu jkollha?", "Għax jekk wieħed jara' l-mod kif jintagħżel il-chairman ma' jsib assolutament xejn dwar il-kwalifiki li fil- fatt dan għandu jkollu.", "Jiena nħoss li ċ-chairperson, jekk għallinqas ma' jkunx il-ministru - għaliex dan ovvjament ikun qiegħed jingħata l-pariri għax fl-aħħar mill- aħħar ir-responsabbilita` politika taqa' fuq il-ministru - għandha tkun persuna b'ċerti kwalifiki biex tkun tista' tmexxi dawn il-laqgħat.", "Issa jekk ikunx il-permanent secretary jew id-direttur inkarigat mis-saħħa pubblika, jew inkella xi direttur ġenerali, għandha niddiskutuwha aktar bis- serjeta`.", "Li hu żgur hu li ma nemminx li ċ-chairperson għandu jkun xi forma ta' political appointee imma, nerġa' ngħid, għandu jkun persuna b'ċerti kwalifiki biex ikun jista' jmexxi dawn il-laqgħat.", "Apparti minn hekk, imbagħad għandek tliet persuni li jistgħu jintagħżlu mis- settur pubbliku u naħseb li jkun għaqli li dawn il-persuni li jintagħżlu - jekk hux kollha jew le wieħed jiddiskutiha aktar 'il quddiem - ikunu jirrappreżentaw xi għaqda ta' konsumaturi li għandna f'Malta li ovvjament tkun rikonoxxuta mid-dipartiment tal-konsumaturi.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi r-rappreżentanti ta' dawn l-għaqdiet ikunu intiżi ħafna fuq suġġetti li huma relatati ma' l-ikel.", "Uħud minnhom jiksbu l-esperjenza b'qari sostanzjali li jagħmlu u oħrajn b'ċerta korrispondenza u komunikazzjoni li ssir barra minn Malta.", "Allura dawn ikunu jistgħu jagħtu għajnuna u pariri lill-gvern tal-ġurnata ħalli jitjiebu r-rakkomandazzjonijiet li jkunu qed isiru għax ħafna drabi dawn ikunu qegħdin iħarsu minn lenti differenti li jkunu qegħdin iħarsu l-membri fis-servizz ċivili u ovvjament id- deċizjonijiet jistgħu jkunu ferm aħjar.", "Sur President, meta pprovajt nara x'inhuma l-funzjonijiet tal-kummissjoni sibt li din għandha ċerti responsabbilitajiet li biex timplimentahom trid ċertu ammont ta' finanzi u ċertu ammont ta' backing strutturali.", "Allura huwa interessanti li wieħed ikun jaf jekk din il-kummissjoni hux se jkollha xi budget tagħha taħt il-vot tad-dipartiment tas-saħħa pubblika u jekk ic-chairperson u t-tliet membri li se jkunu maħtura minn barra hux se jkollhom xi forma ta' remunerazzjoni, skond il-laqgħat li jsiru, jew xi remunerazzjoni sempliċi ta' kull xahar irrispettivament minn kemm isiru l- laqgħat.", "Fil-council for health kien hemm xi remunerazzjoni żgħira, iżda tajjeb li wieħed jirrikonoxxi li waqt li l-council for health kien post ta' dibattitu u rakkomandazzjoni, il-funzjonijiet tal-kummissjoni naħseb li se jkunu ferm aktar minn hekk.", "Fil-fatt jissemmew monitoring, studji, riċerka u investigazzjonijiet u diversi punti oħra li ovvjament jitolbu ċerti ammont ta' finanzi.", "Allura nerġa' ngħid li jkun tajjeb li wieħed ikun jaf jekk hux se jkun hemm xi vot partikolari għal din il-kummissjoni.", "Tajjeb ukoll li wieħed ikun jaf jekk il-flus li jkunu qed jinġabru mill- ħruġ u mit-tiġdid tal-liċenzji hux se jkunu qegħdin imorru biex jgħinu lil din il-kummissjoni tiffunzjona kif imiss.", "Qiegħed ngħid dan għaliex is- sitwazzjoni se tinbidel għax jekk se jkun hemm fondi li se jkunu jiġu amministrati minn din il-kummissjoni, li fil-fatt għandha s-segretarju li se jkollu ċertu responsabbiltajiet vestiti fih anke b'dan l-abbozz ta' liġi....", "Pero' qabel inkompli nixtieq li l-ministru jgħid jekk il-kummissjoni hux se jkollha fondi biex tkun tista' tiffunzjona.", "U jekk se jkollha, humiex se jingħataw mill-vot stess tas-saħħa pubblika jew inkella mill-ħlas tal-liċenzji.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, fl-introduzzjoni tiegħi jiena għedt li ħafna mill-funzjonijiet li se tagħmel il-kummissjoni huma funzjonijiet li llum qegħdin isiru minn dipartimenti differenti kważi mingħajr kordinazzjoni u mingħajr pjan aħħari biex naslu għal għanijiet tagħna.", "Issa meta qegħdin nitkellmu fuq flus, il-kummissjoni se tiġbor taħtha dawk il- funzjonijiet li qegħdin isiru minn dawn id-dipartimenti u ovvjament mhux qiegħda teskludi li se tibqa' tuża s-servizzi ta' dawk id-dipartimenti.", "Jiġifieri bħala vot tkun qiegħda tuża l-vot tad-dipartimenti konċernati.", "Hawnhekk għandek numru ta' dipartimenti u numru ta' nies li huma stabiliti f'dawk id-dipartimenti li jkunu jistgħu jaqdu dawn il-funzjonijiet.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, nirringrazzja lill-Ministru tal- kjarifika.", "Naturalment is-sitwazzjonijiet jinbidlu skond iċ-ċirkostanzi li jkun hemm u li ovvjament mhux dejjem ikunu ċari u għalhekk wieħed ikun irid ċerta informazzjoni biex jibni background.", "Tajjeb ukoll li wieħed jagħti ħarsa lejn ir-regolamenti li jkunu qegħdin jitressqu.", "Il-ministru ovvjament se jkun qiegħed imexxi 'l quddiem numru ta' regolamenti li wħud minnhom jissettjaw ammont ta' standards fil-livelli kollha, bħalma huma standards ta' iġene u standards li jirrigwardjaw informazzjoni li tingħata lil-konsumatur.", "Għandek ukoll regolamenti dwar il-bejgħ u r-reklamar li jkun qiegħed isir u diversi regolamenti f'setturi oħra.", "Issa hawnhekk tajjeb li nsemmi diversi punti li naħseb li huma essenzjali u l-iktar parti importanti hija l-informazzjoni li jkollok fuq it-tikketta tal-prodotti li jkunu qegħdin jinbiegħu.", "Din hija informazzjoni li sfortunatament ħafna drabi mhux kulħadd jagħti kasha meta jmur jixtri.", "Din hija sors ta' informazzjoni essenzjali u l-poplu għandu jkun aktar konxju li għandu jagħti kas il-labelling li jkun hemm fuq il-prodotti għax wieħed m'għandux jaqbad u jixtri prodott bl-addoċċ mingħajr ma jara jekk dak il-prodott hux se jagħmillu ħsara għal saħħtu.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li saħħet il- bniedem tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Għalhekk ħafna drabi nenfasizzaw li l- labelling li jkun hemm fuq il-prodotti jrid jagħti l-informazzjoni kollha essenzjali u neċessarja biex fl-aħħar mill-aħħar il-konsumatur ikun jista' jiġi moqdi aħjar.", "Aħna, fil-promozzjoni tas-saħħa, ħafna drabi nitkellmu fuq il-piramida ta' l-ikel li tispjegalek b'mod ċar l-iktar prodotti li huma tajbin għas- saħħa.", "Fil-parti ta' fuq ta' din il-piramida, li tinqasam f'ħames biċċiet, wieħed isib l-iktar prodotti li huma perikolużi għas-saħħa, imbagħad kull biċċa dejjem iżżid daqsxejn iktar perikolu, waħda iżjed mill-oħra.", "Ħafna mill-prodotti, apparti minn informazzjoni ta' kemm ikun fihom carbohydrates, proteini, xaħam eċċ. ħafna drabi jkollhom ukoll informazzjoni dwar l-ammont ta' fibre u l-ammont u t-tipi ta' vitamini li jkun fihom, pero' wieħed irid jara wkoll ċerti dettalji oħrajn.", "Per eżempju, jekk ċertu ikel ikunx ġie sweetened b'rizultat ta' zokkor jew inkella b'tipi oħrajn ta' zokkor li jagħmlu ħafna inqas ħsara sakemm ma' jitteħdux f'ċerti ammonti jew inkella jkunx ġie sweetened bi prodotti li jkunu artifiċjali bħalma huwa l-aspartame u prodotti oħra li ovvjament jistgħu jittieħdu iktar minn persuni li jbatu mill-mard taz-zokkor.", "Apparti minn hekk, fuq il-labelling tal-prodott għandu jkun hemm informazzjoni wkoll dwar l-ammont ta' kaloriji, xaħmijiet u mluħa.", "Ilum il- ġurnata nafu li bil-mod il-mod sezzjoni tal-poplu - u nittamaw li din is- sezzjoni tkompli tikber - saret konxja mill-ammont ta' kaloriji li tkun qiegħda tieħu.", "Wieħed irid joqgħod attent għall-ammont ta' xaħmijiet, b'mod speċjali saturated fats u unsaturated fats biex ikun jista' jagħżel dak il- prodott li jkun fih l-inqas xaħam u l-inqas li jagħmel ħsara għall-bniedem.", "Għandu joqgħod attent ukoll għall-ammont ta' imluħa li jkun fih il- prodott.", "L-ideali hu li wieħed jiekol ftit minn kollox.", "Imma apparti minn hekk naħseb li huwa importanti wkoll li wieħed ikun konxju ta' kemm ikollu bżonn ta' kaloriji għal saħħtu biex jgħix ħajja trankwilla.", "Nafu li nuqqas ta' kaloriji jagħmel ħażin u nafu wkoll li kaloriji żejda, b'mod speċjali f'persuni li ma tantx huma attivi sportivament jagħmel ħażin ukoll.", "Iktar 'il quddiem nitkellem fuq guidelines li jirrigwardaw ċerti dieti.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-food poisoning, punt ferm importanti li ħafna drabi ninsewh.", "U għamel tajjeb il-ministru li fil-fatt irrifera għalih għax numru sostanzjali ta' każijiet ta' avvelenament mill- ikel ma jiġix minn meta wieħed imur jiekol barra imma sfortunatament jiġi mill-kċina tad-djar tagħna stess.", "Jiġi kaġun tal-mod ta' kif aħna, ħafna drabi, inżommu l-ikel fil-fridges u minn ċerti drawwiet li huma kundanabbli u li ħafna drabi wieħed jagħmilhom ta' kuljum mingħajr lanqas biss ma jkun konxju li qiegħed ipoġġi lilu nnifsu fil-periklu l-ħin kollu.", "Dan l-aħħar ħareġ avviż legali li jirrigwarda l-food handlers.", "Dan huwa avviż legali importanti ħafna kemm għal dawk il-persuni li jkunu għadhom deħlin l-ewwel darba jaħdmu f'dan is-settur kif ukoll għal dawk li diġa` qegħdin jaħdmu f'dan is-settur.", "Naf li jekk isiru ċerti testijiet fuq xi ħadd li jkun se jiġi mpjegat f'dan is-settur u dawn it-testijiet ikunu negattivi, in the long term l-affarijiet jistgħu jinbidlu.", "Nafu wkoll li jeżistu ċerti mikrobi ħafna drabi fl-imnieħer, fil-ħalq, fl- ippurgar u f'postijiet oħra u jekk wieħed ikollu kuntatt ma' l-ikel jista' faċilment jikkontamina l-ikel.", "Dan ma jkunx konxju li qed jagħmel din il- ħsara għax ma jkunx hemm is-sintomi li jindikaw li dan huwa carrier ta' ċerti mikrobi.", "Imbagħad l-affarijiet jinkixfu meta jsiru t-testijiet kollha neċessarji biex wieħed jipprova jindaga minn fejn ġie dak il-mikrobu li wassal għall-avvelenament ta' l-ikel.", "Kif għedt qabel, mhux bilfors li għax it-testijiet fuq il-persuna jkunu negattivi mhux se jkollok problemi għax ħafna mikrobi li jinstabu fl-arja ġieli jidħlu fil-ġisem.", "Per eżempju, wieħed mill-mikrobi li perjodikament ikun hawn għagħa fuqu u li sfortunament jgħix fil-mikosa tal-ġisem f'numru sostanzjali ta' nies huwa dak tal- meningococcus.", "Dan iwassal għall-marda u jekk dak li jkun ma jirrispondix għal kura li tkun qed tingħatalu tista' twassal għall-mewt ukoll.", "Dan il-mikrobu jgħix f'xi 10% tal-popolazzjoni tagħna, iżda ħadd ma' jkun konxju għaliex ma jkollox sintomi.", "Dan huwa mikrobu li jattakka l- individwu għaliex isibu dgħajjef u mbagħad ikollna dik is-sitwazzjoni li ħafna drabi nisimgħu biha.", "Jiena naħseb li jkun importanti u essenzjali li qabel wieħed jidħol jaħdem f'dan is-settur fejn se jkollu kuntatt ma' ċertu ikel, b'mod speċjali f'postijiet bħal ristoranti jew f'postijiet fejn wieħed jipprepera ammont ta' ikel għall-massa, għandhom isiru ċerti investigazzjonijiet.", "Issa nafu li bis-saħħa tal-legal notice l-ministru, jew lid-dipariment, jista' jitlob li jsiru ċerti testijiet fuq individwi li jaħdmu bħala food handlers, imma huwa importanti wkoll li matul iż-żmien li dawn ikun qed jagħmel dan ix- xogħol, forsi kull sena jew kull sentejn – sta għad-dipartiment li jiddetermina l-aħjar perjodu ta' żmien – jibqgħu jsiriluhom t-testijiet neċessarji qabel ma jerġa' jiġġeddidielhom isimhom fuq ir-reġistru li jkollu d-dipartiment.", "Jista' jkun li din tkun ifisser ħafna xogħol.", "Tista' tfisser ukoll li ċerti individwi jistgħu ikunu daqsxejn xettiċi dwar t-testijiet li jsiru, imma jkun aħjar li wieħed jipprevjeni milli joqgħod jagħmel l-investigazzjonijiet wara li l-froġa ħafna drabi tkun diġa` saret.", "Mr Speaker, ngħaddi biex nitkellem daqsxejn dwar l-iġene fl-outlets ta' l- ikel.", "Fiż-żmien meta kont ministru jiena kien qed isir ammont ta' xogħol mid-dipartiment tas-saħħa pubblika flimkien mal-FAO u wieħed kien qed jipprova jgħolli l-livell ta' l-outlets ta' l-ikel.", "Niftakar kien inbeda x- xogħol fuq ir-ristoranti.", "Kif kien qed isir dan ix-xogħol?", "Ma kienx qed isir billi wieħed imur jagħmel inspection fuq il-post u jekk ma jsibx dak li jippretendi jtella' lil dak li jkun il-qorti.", "Ma kienx ikun ideali li din il-problema tittekiljaha b'dak il-mod.", "Is-sistema kienet li wieħed imur jiggrejdja il-postijiet skond il-livell ta' iġjene kif ukoll il- preparazzjoni ta' l-ikel li wieħed kellu u mbagħad dawk li kienu qegħdin jinstabu li huma 'l isfel fil-livell - u sfortunatament wieħed irid jgħid ukoll li kien hemm numru mhux ħażin li kienu f'livell baxx ħafna - kienu qed jingħataw informazzjoni dwar kif jistgħu itejbu l-iġjene u anki t-tip ta' preparazzjoni ta' l-ikel li huma kellhom.", "Wara ftit xhur wieħed beda jinnota li wara l-ispezzjonijiet li kienu qegħdin isiru kien hemm tibdil fir-ratings li kienu qed jingħataw.", "Kien hemm tibdil sostanzjali għall- aħjar.", "Fuq ċerti setturi ovvjament kienet qed issir iktar pressjoni biex iżommu l-livelli tagħhom, pero' ġie nnotat b'ċertu sodisfazzjoni li l- outlets ta' l-ikel tan-naħa t'isfel kienu telgħin 'il fuq.", "Ovvjament min ma kienx qiegħed jobdi l-linji ta' gwida li kienu qed jingħataw min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa pubblika allura mbagħad kien ikun hemm l-infurzar ma' dawk li kienu jiġu jaqgħu u jqumu minn kollox u ma jipprovawx jameljoraw il-livell tagħhom.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex nitkellem ftit dwar ir-reġistrazzjoni ta' postijiet ta' l-ikel.", "Jiddispjaċini ngħid li ċerti outlets ta' l-ikel li ma jkunux ħwienet imma jkunu vetturi mobbli jew inkella anke vetturi stazzjonarji ħafna drabi ma jagħtux kas il-prekawzjonijiet kollha u mhux l- ewwel darba li wieħed jara numru ta' dubbien u insetti oħra fuq l-ikel jew ħelu li dawn ikunu qed ibiegħu.", "Minbarra dawn għandna wkoll ċerti nies li lanqas biss ikollhom liċenzja u jarmaw fit-toroq biex ibiegħu l-ikel.", "Huwa importanti li meta wieħed joħroġ ċerti liżenzji jkun hemm ċerti guidelines sabiex il-prodott li jkun se jinbiegħ jibqa' ta' ċertu livell.", "Ma jagħmilx sens li jkollok outlets li minnhom jinbiegħ il-ħelu, fejn ikun hemm ħafna krema, irkotta, ċikkulata u affarijiet oħrajn, ġurnata sħiħa fil-qilla tax- xemx, b'mod speċjali fil-ġranet tas-sajf.", "F'każi bħal dawn hemm ukoll il- biża' – u wieħed ma jridx jeħodha bi kbira – li dak li ma jkunx biegħ wisq probabbli jerġa' joħroġhom l-għada.", "Dawn huma affarijiet li joħolqu problemi għal min imur jixtri u għad-dipartiment tas-saħħa għax jekk tidħollok persuna b'food poisoning, dan ifisser li għandek persuna li trid tikkuraha għal ċertu perjodu ta' żmien.", "Mela huwa importanti li meta nkunu qed noħorġu r-reġistrazzjonijiet ta' postijiet għall-ikel naraw il-prattiċi ta' dawn il-vetturi u anke tal-lokalitajiet ta' fejn wieħed ikun qed ibiegħ.", "Per eżempju, ma jagħmilx sens li jkollok xi ħadd ibiegħ il-ħut u la jkollu freezers u lanqas ammont adegwat ta' silġ bil-konsegwenza li s- silġ li jkollu jdub wara ftit tal-ħin u dan jibqa' jbiegħ il-ħut sa fil- għaxija.", "Dawn ikunu waħdiet li sfortunatament jagħmlu ħsara lis-settur kollu kummerċjali li jkollu x'jaqsam magħhom, għalhekk huwa tajjeb li jkun hemm ferm iktar infurzar fuq dawn il-prattiċi biex kemm jista' jkun wieħed ma jabbużax.", "Mr Speaker, dawn il-postijiet ta' l-ikel ħafna drabi jkollhom liċenzji differenti, bħalma huma liċenzja tal-pulizija, liċenzja tad-dipartiment tas- saħħa, liċenzja tad-dipartiment tat-trade u oħrajn.", "Nafu wkoll li l- liċenzja li qabel kienet toħroġ min-naħa tad-dipartiment tas-sanita' kien ikollha ċerta informazzjoni dwar x'wieħed jista' jbiegħ u informazzjoni utli oħra.", "L-isfortuna hija li mal-medda taż-żmien qegħdin naraw li din il- ħaġa qiegħda tinbidel għax il-ħlasijiet ta' tiġdid tal-liċenzji qed isiru fil-kunsilli lokali u meta health inspector imur biex jindaga dwar x'jista' jbiegħ individwu partikolari dan jipprovdilu biss l-irċevuta li turi li ġedded il-liċenzja.", "Fuq din l-irċevuta ma jkunx hemm x'wieħed jista' jbiegħ u x'ma jistax ibiegħ u allura dak li jmur jagħmel l-indaġni ma jkollux first-hand information.", "Allura dak li jkun, wara jrid imur jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarja kollha fil-dokumentazzjoni li ħafna drabi ssibha għand id-dipartiment tas-sanita' jew inkella għand il-kummissjoni ħalli jara dan x'suppost qiegħed ibiegħ.", "Għaliex?", "Għax fl-irċevuta li tindika li l-liċenzja hija mġedda ma jkunx hemm l-informazzjoni kollha neċesarja.", "Jien naħseb li jekk fuq l-irċevuta jkun hemm il-permessi attached, naħseb li nkunu qed intaffu ftit mill-burokrazija li ħafna drabi niltaqgħu magħha.", "Mr Speaker ̧ subklawsola (2) ta' klawsola 12 tgħid hekk:", "\"Għall-finijiet ta' dan l-artiklu, jiġi ddeterminat jekk ikel ikunx ta' ħsara għas-saħħa billi jiġi stmat mhux biss l-effett li dak l-ikel ikollu probabbilment fuq is-saħħa ta' persuna li tikkonsmah ̧ iżda wkoll il-probabbilta' li l-effett kumulattiv ta' ikel li sostanzjalment ikun ta'l-istess kompożizzjoni jkollu fuq is-saħħa ta' bniedem li jikkonsmah f'kwantitajiet ordinarji.\".", "Naħseb li hawnhekk l-interpretazzjoni tant hija wiesgħa li se jinħolqu ċerti problemi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-addittiv li jkun hemm ma' l- ikel imma jekk ̧ per eżempju ̧ nieħdu l-cholesterol insibu li dan iħalli effett akkumulattiv.", "Per eżempju ̧ ċertu ikel f'ċerti persuni jista' jwassal għall-gotta.", "Għalhekk naħseb li jkun għaqli li ċertu wording inbiddluh għax se jinħolqu ħafna problemi.", "Naħseb li punt essenzjali ieħor huwa kif jittieħdu l-kampjuni.", "Huwa importanti li l-kampjuni ma jittieħdux billi sempliċement jiġi xi health inspector u jeħodlok kampjun.", "Ħafna drabi jittieħdu tliet kampjuni u jien inħoss li din il-prattika għandha, kemm jista' jkun tinżamm.", "Fil-fatt kampjun jittieħed mill-health inspector ̧ kampjun ieħor jinżamm għand il- persuna li jkun ittieħed mingħandu dak il-kampjun u kampjun ieħor jinżamm hemmhekk għal li jista' jkun biex jekk jinqalgħu ċerti problemi wieħed ikun jista' jivverifika.", "Punt importanti ieħor huwa f'dak li għandu x'jaqsam ma' reklamar għax jien inħoss li r-reklamar huwa settur li għandu effett kbir fuq il-konsumaturi.", "Fir-reklamar li jkun qed isir ma jridx ikun hemm qerq għax mhux l-ewwel darba li nsibu ċerti individwi irresponsabbli li jmorru fuq stazzjonijiet tat-television u tar-radju jew anke fuq il-gazzetti u jippromwovu l-prodott tagħhom, li skond huma dan ikun tajjeb għal ċertu mard.", "Dan huwa ħażin għax dan it-tip ta' reklamar jagħti messaġġ ħażin ħafna.", "Għalhekk għandna nkunu ebsin ħafna ma' dan it-tip ta' reklamar.", "F'dan l-abbozz ta' liġi tissemma wkoll il-pubblikazzjoni ta' reklami pero' din qed teskludi t-television u r-radju.", "Meta inti tippubblika xi ħaġa tkun qed tippubblikaha fuq xi ktieb, fuq xi gazzetta jew fuq magazine u jekk ikunu qed jidhru ċerti reklami li jwasslu ċerta informazzjoni ħażina wieħed ma jistax jista' jieħu l-passi neċessarji għax hemm loophole minn fejn wieħed jista' joħroġ.", "Qed ngħid dan għax hawnhekk wieħed jista' jgħidlek li television jew radju mhumiex xi ħaġa li inti tista' tippubblika fihom imma għandhom interpetazzjoni kompetament differenti.", "Parti minn dan l-abbozz ta' liġi jgħid li meta jiġi health inspector għandek, dan jista' jiddeċiedi żewġ affarijiet; jista' jiddeċiedi li jagħtik warning u jista' jiddeċiedi li jipproċedi kontra tiegħek.", "Issa jien naħseb li hawnhekk qed noħolqu anomalija li tista' twassal biex ċerti individwi jabbużaw mill-poteri li jkollhom.", "Għalhekk għandu jkun hemm gwida serja fejn wieħed igħid li ċerti warnings għandhom jingħataw l-ewwel darba u t-tieni darba, per eżempju ̧ għandhom jittieħdu l-passi kriminali neċessarji.", "Qed ngħid dan għax f'dan l-abbozz ta' liġi wieħed qed jagħti lok li persuna tista' tingħata warning wara l-ieħor imbagħad persuna oħra li tkun qed tagħmel l-istess ħaġa jipproċedu kontra tagħha għax tkun qed tagħmel att kriminali li jmur kontra dan l-abbozz ta' liġi u allura hawnhekk tinħoloq diskriminazzjoni.", "Issa din id-diskriminazzjoni tista' tkun qed issir mill-istess health inspector.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hemm parti li titkellem fuq id-difiżi u hemm żewġ partijiet oħrajn li jitkellmu fuq kif wieħed għandu jiddefendi ruħu b'tali mod li ma jinstabx ħati.", "Issa ladarba din hija an enabling law għandek numru ta' avviżi legali li joħorġu u jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra u mbagħad jiġu attwati u allura ħadd ma jista' jġib l-iskuża li ma kienx jaf u joħroġ liberat ̧ kif għandna f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju ̧ paragrafu (d) ta' subklawsola (3) ta' klawsola 41 igħid hekk:", "\"Persuna titqies li tkun issodisfat il-ħteġijiet ta' dan is-subartiklu jekk tipprova li ma kenitx taf, u ma kellha ebda raġuni tissuspetta fil-ħin ta' l-għemil tar-reat allegat, li l-aġir tagħha jew l- ommissjoni tagħha tkun tikkostitwixxi reat kontra d-dispożizzjoni rilevanti.\".", "Immaġina kemm nispiċċaw tajjeb f'dan il-pajjiż jekk kulmin jiġi f'pajjiżna jkun qed idaħħal xi kilo droga miegħu u jgħid li f'dak il-mument ma kienx jaf li kien qed jagħmel xi forma ta' reat.", "Immaġina kieku nirraġunaw b'dan il-mod u ngħidu li jekk wieħed jaqbeż id-double line waqt li jkun qed isuq il-karozza, per eżempju, u dan ma jkunx jaf li meta jagħmel hekk iħarrkuh, allura joħroġ liberat!", "Jekk kellna xi ħaġa tajba f'dan l- abbozz ta' liġi ħassarniha b'numru ta' klawsoli li saru fih għax kważi kważi qed ngħidu lid-difiża x'għandha tagħmel biex ma tinstabx ħatja.", "Kważi kważi nasal biex ngħid li dan l-abbozz ta' liġi lanqas kellna għalfejn niddiskutuh għax qed iwaqqa' ħafna mill-affarijiet li qed niddiskutu.", "Aħna naqblu li għandu jkun hemm aktar titjib u li dan is- settur għandu jiġi msaħħaħ imma min-naħa l-oħra ma nistax naċċetta l-fatt li hawnhekk qisna qed insibu l-iskuża biex min jinqabad ma jinstabx ħati.", "Din ma tagħmilx sens.", "Wieħed irid joqgħod attent ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' warnings li jingħataw.", "Fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk għandu jkun hemm gwida u edukazzjoni ċara ħalli d-diversi outlets ta' fejn isir il-bejgħ inkluż postijiet li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' ikel ̧ bħal ristoranti, lukandi u postijiet oħrajn ̧ ma jkollhom l-ebda skuża li ma kenux jafu.", "Safejn naf jien din l-ebda liġi ma taċċettaha u allura nesiġu li kulmin jagħmel xi forma ta' kummerċ għandu jkun jaf ir-responsabbiltajiet u d- dmirijiet tiegħu.", "Jien nerġa' ntenni li mhuwiex aċċettabbli li xi ħadd jaqbad u jagħmel labelling fuq prodotti li jinġiebu jew jiġu manifatturati Malta li jqarrqu.", "Waħda mill-affarijiet li wieħed irid jara hija li d-dipartiment tas-saħħa pubblika jkun qed jitmexxa b'tali mod li jkun aktar effettiv.", "Per eżempju ̧ il-ministru irrifera għat-tibdil li sar fl-uffiċini.", "Nafu li fl- aħħar ftit xhur id-dipartiment tas-saħħa kien iddeċieda li ċerti uffiċini distrettwali jiġu magħluqa u jiġu grouped f'areas - uħud minnhom għandhom ukoll is-sub-areas tagħhom - ħalli x-xogħol kollu jkun iċċentralizzat.", "Issa ħafna drabi ċ-ċentralizzazzjoni tgħin biex l-affarijiet jitmexxew ħafna aħjar imma fl-istess ħin wieħed irid jara jekk hux qed jitmexxew aħjar jew le.", "Per eżempju, ma jagħmilx sens li biex issir investigazzjoni dwar xi ħaġa li tkun ġrat f'Ħal-Luqa, biex nagħti eżempju, irid joħroġ il-health inspector li huwa responsabbli minn Ħal Tarxien.", "Eżempju ieħor huwa li jekk trid issir investigazzjoni minn health inspector f'Wied il-Għajn ̧ irid imur wieħed mill-area office tal-Birgu.", "Issa l-problema hija li se jkollok aktar ħela ta' ħin biex wieħed joqgħod imur minn post għall-ieħor.", "Għandek ukoll ir-riżorsi finanzjarji għax id-dipartiment irid jagħmel tajjeb għall- użu tal-karozza li biha l-health inspector ikun qed imur minn post għall- ieħor.", "Agħar minn hekk, huwa jekk il-health inspector ma jkollox karozza, jew jekk ikollu din tkun bil-ħsara għax ikun ifisser li dan irid jaqbad il- karozza tal-linja biex imur jagħmel l-investigazzjoni li jrid jagħmel.", "Immaġina kif, per eżempju, wieħed mill-Birgu jrid jmur Wied il-Għajn meta bejn dawn iż-żewġ postijiet m'hemmx rotta diretta.", "Mela jekk heatlh inspector imur bil-karozza tiegħu d-dipartiment irid iħallsu għax qedjagħmel użu mill-karozza tiegħu u jekk imur bil-karozza tal-linja jrid jieħu ħafna iktar ħin sakemm jasal fuq il-post, apparti li jrid jitħallas ukoll ta' l-ispejjez li jkun għamel għat-trasport.", "Veru li meta wieħed iħares lejn infiq irid jara kemm persuni jkunu qed jinqdew b'dan is- servizz, imma fl-istess ħin wieħed irid jara wkoll il-problemi l-oħrajn assoċjati miegħu.", "Jiena nħoss li wieħed irid jevalwa t-tibdil kollu li sar u jżomm f'moħħu l-problemi kollha li l-istess tibdil jkun qed joħloq, mhux biss biex iċ-ċittadin jinqeda iktar malajr imma anke biex wieħed ikun jista' jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu b'mod iktar effiċjenti.", "Sur President, nafu wkoll li f'kull uffiċċju x-xogħol qed jinqasam b'mod li health inspector ikun responsabbli mill-investigazzjonijiet fuq l-iġene ta' l-ikel u dak kollu li għandu x'jaqsam miegħu u ieħor ikun responsabbli mill-investigazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent.", "Dan qed joħloq ċerti problemi.", "L-ewwel waħda hija li dak il-health inspector responsabbli mill-ikel ikollu load kbira ta' xogħol filwaqt li dak responsabbli mill-ambjent ħafna drabi ftit li xejn ikollu x'tagħmel.", "Għalkemm fit-teorija suppost li wieħed jgħin lill-ieħor, fil-prattika insbu li dawn ma jgħinux lil xulxin bir-riżultat li wieħed ikun mgħobbi ħafna iktar mill-ieħor.", "Problema oħra hija li meta wieħed ikun responsabbli mill- investigazzjonijiet fuq l-ikel u wara sitt xhur jibdlulu r-rwol u jintbagħat fuq l-ambjent, jew viċi versa, irid jgħaddi ċertu perjodu ta' żmien sakemm jibda jadatta ruħu għar-responsabbiltajiet ġodda li jkollu.", "Apparti dan, f'ċerti area offices, qed ikun hemm ċertu diżgwid bejn iż-żewġ principal health inspectors li jkunu qed jimmaniġġjaw l-area.", "Din mhux qed narawha biss fl-area offices imma anke fil-port health authority.", "U ladarba semmejt il-port health authority tajjeb li nsemmi ċerti problemi li qed jiltaqgħu magħhom ċerti importaturi.", "Sur President, kemm-il darba jċempluli importaturi, kif naħseb li jċemplu lill-ministru u iktar u iktar lid-direttur tas-saħħa pubblika, biex jilmentaw dwar problemi li qegħdin jiltaqgħu magħhom fil-port health authority.", "Nafu li matul iż-żmien inbidlu ċerti prattiċi.", "Ħafna drabi fuq il-prodott ikun hemm l-expiry date jew id-date of manufacture li huma importanti li wieħed ikun jafhom għax dawn jgħinu biex wieħed jittrejsja l- oriġini tal-prodott minn fejn ġejja.", "Issa qed ikun hemm ċertu tibdil fil- labelling li qed joħloq problemi lil ċerti importaturi għax ħafna drabi ma jkunux jafu x'ifisser dak li li jkun hemm miktub fuq il-label tal-prodott.", "Per eżempju, ġieli jkollok importaturi li l-ittri \"IT\", li jfissru li l- prodott ikun ġej mill-Italja, ma jafux x'ifissru.", "M'hemmx fiex wieħed jintilef.", "Imma ġieli jkun hemm l-ittri \"CH\" li mhux kulħadd jassoċjahom ma' l-Isvizzera għax m'humiex familjari ma' ċerti abbreviations li qed jintużaw.", "Min jiffolowja l-isport fuq it-television jaf li \"CH\" tirriferi għall-Isvizzera.", "Anke n-number plates tal-karozzi li jinżlu overland hawn Malta jkollhom l-ittri skond il-pajjiż li jkunu ġejjin minnu.", "Sur President, għandna wkoll ċerti manifatturi ta' l-ikel li qed jilmentaw dwar il-labelling.", "Dawn qed jgħidu li wara li huma joħorġu l-prodott bil- labelling kif kien approvat mid-dipartiment - dawn ikunu diġa' wrew lid- dipartiment kif se jkun il-labelling fuq il-prodott - jerġgħu jsibulhom l- intoppi.", "Din l-istess problema qed jiffaċċjawhom wkoll l-importaturi.", "Mhux l-ewwel darba li ġew għandi importaturi jilmentaw dwar il-labelling ta' prodotti li jinġiebu minn barra minn Malta.", "Dawn imorru l-port health authority biex jivverifikaw l-informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta tal-prodott u wara li jgħidulhom li jrid isir xi tibdil dawn jinformaw lil min ikun se jibgħat dan il-prodott minn barra biex jagħmlu t-tibdil meħtieġ fuq it-tikketta, dan it-tibdil isir u meta l-prodott jasal hawn Malta xorta waħda jsibulhom xi ħaġa oħra.", "Dan jagħmel image ħażin lid-dipartiment u barra minn hekk joħloq problemi lill-importaturi u lill-manifatturi.", "Ċerti prodotti li jinġiebu minn barra ma tistax tħallihom għal żmien twil fil- containers għax inkella ssirilhom il-ħsara.", "U min se jagħmel tajjeb għal din il-ħsara?!", "Naf li dan l-abbozz ta' liġi jgħidlek li d-dipartiment jagħmel tajjeb għall-ħsara li ssir jekk wara l-investigazzjoni wieħed isir jaf li dak il-prodott li ġie mportat kien tajjeb, imma naħseb li d- dipartiment m'għandux jeħel ċerti multi għas-sempliċi raġuni li ma jintgħatax parir tajjeb mill-ewwel lil dak li jkun u mbagħad wara li jasal il-proddott noqogħdu nfettqu.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-kondizzjonijiet tax- xogħol tal-health inspectors.", "Il-health inspectors kellhom anomalija fis- salarju tagħhom u minflok li dan ġie aġġustat ħalli jirrifletti verament il- grad li għandhom, il-gvern żied l-ammont ta' promozzjonijiet f'dan is- settur u ta madwar Lm400 bħala allowance lil kull persuna li taħdem fl- ispettorat.", "Jiena m'iniex qed nikkritika lill-gvern għax ipprova jirranġa dik l-anomalija, imma billi din hija allowance meta dawn jiġu biex jirtiraw bl-eta' din mhux se tkun qed tiġi riflessa fil-pensjoni li jkunu se jieħdu.", "Naħseb li jkun għaqli li din l-anomalija tiġi rranaġta b'mod li meta dawn il-ħaddiema jirtiraw tkun riflessa fil-pensjoni tagħhom.", "Sur President, aktar kmieni fid-diskors tiegħi semmejt diversi punti importanti u fost oħrjan aċċennajt għall-kċejjen tad-djar.", "Hawnhekk għandna liġi li taħseb għall-iġene f'diversi setturi imma ma ssemmi xejn dwar is- safety fil-kċejjen tad-djar.", "Jiena se nelenka numru ta' miżuri importanti li wieħed għandu jagħti kashom u nispera li jaslu għand il-pubbliku ġenerali.", "L-ewwel waħda hija li l-ikel għandu jkun storjat f'temperatura ta' inqas minn 4oC għax f'din it-temperatura il-proċess tat-tkabbir tal- mikrobi huwa kważi ineżistenti.", "Barra minn hekk it-temperatura ta' inqas minn 4°C hija importanti wkoll ħalli kemm jista' jkun ikun hemm inqas bacteria li tista' tagħmel il-ħsara.", "Importanti wkoll li l-ikel li jibqa' u jitpoġġa fil-fridge ma ndewmuhx iktar minn tlett ijiem.", "Ta' min isemmi wkoll l-importanza li l-biċċiet li naħslu l-platti u nimsħu l-uċuħ ta' l-imwejjed bihom ikunu nodfa.", "Dawn jista' jkun fihom miljuni ta' mikrobi li jitrabbew fihom fi ftit sigħat b'mod speċjali meta wieħed inaddaf areas fejn kien ikun hemm demm tal-laħam.", "Wieħed għandu wkoll jaħsel idejh spiss b'mod speċjali wara li jmiss il-laħam jew ħxejjex li jkunu għadhom bil-ħamrija.", "Huwa importanti ħafna wkoll li wieħed ma jħallix laħam, ħut u tjur, sew fil-fridge jew inkella barra, li jiġu f'kuntatt ma' ikel li diġa' kien imsajjar.", "Tajjeb ukoll li wieħed juża chopping board magħmula minn materjal li faċilment jista' jiġi mnaddaf bħal, per eżempju, irħam jew xi ħaġa simili għax ikun qed inaqqas iċ-ċans li jinħolqu l- mikrobi.", "Apparti dan meta wieħed isajjar ikel bħalma huma pulpetti bl-ikkapuljat u affarijiet oħra bil-laħam li jkunu ta' ċerta ħxuna, għandu jagħmel ċert li l-oġġett ikun sar sewwa anke minn ġewwa għax laħam li ma jkunx sar sew fin- nofs ħafna drabi jipprovdi ċerti mikrobi li jwasslu għal ċertu mard.", "Ikel bħalma hu l-ikkapuljat faċilment ikun fih ċertu ammont tal-mikrobu E-coli li joħloq diversi problemi.", "Wieħed għandu wkoll joqgħod ferm attent meta jkun qed juża bajd nej għax dan jista' jwassal għall-food poisoning ikkawżat mis-salmonella.", "Għalhekk meta wieħed ikun qed iħawwad bajd nej biex jipprepara għaġina għall-gallettini jew affarijiet oħra irid jagħti attenzjoni kbira.", "Sfortunatament għad hawn ħafna kotba antiki ta' riċetti ta' l-ikel li fihom jiddaħħal ħafna l-bajd nej li, nerġa' ngħid, ikabbar iċ- ċansijiet tas-salmonella.", "Għad għandna ċerti drawwiet li jridu jinbidlu.", "Sur President, huwa importanti wkoll li wieħed ikun jaf x'detergents għandu juża għall-ħasil tal-platti.", "Wieħed jista' faċilment jgħid li l-misħun waħdu ma joqtolx il-bacteria.", "Huwa importanti li wieħed juża ammont ta' bleaches biex joqtol il-bacteria.", "Il-platti għandhom jitħallew joqtru u jinxfu waħedhom għax meta nixxutawhom bil-biċċa tal-platti fil-pront, jista' jkun li nkunu qed nerġgħu npoġġu l-mikrobi fuq il-platti li nkunu għadna kif ħsilna.", "Apparti minn hekk, meta wieħed ikun qed juża l- microwave biex ineħħi l-friża ta' xi ikel jew inkella jsajjar xi ċertu ammont ta' ikel, irid joqgħod attent li jsegwi l-instructions li jkun hemm fuq il-pakkett ta' l-ikel.", "Aktar qabel kont qed insemmi l-piramida ta' l- ikel li ħafna minnu, jekk wieħed jiekol bil-moderazzjoni, huwa tajjeb u nutrienti, iżda min-naħa l-oħra wieħed ma jistax jagħfas fuq ċertu ikel li jagħmel ħsara lill-bniedem.", "Punt ieħor li se nagħlaq fuqu jirrigwarda l-ilma.", "Wieħed mill-punti li qamu llum waqt il-ħin tal-mistoqsijiet kien appuntu dwar il-produzzjoni ta' l-ilma.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li ma jippretendix li xi membru se joqogħdu jgħidu li dan l-abbozz qed isir minħabba li Malta applikat biex tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni abbozz ta' liġi li huwa bżonnjuż irid isir.", "Il-Ministru Josef Bonnici qisu skanta meta tkellimna fuq standards li jeżistu fl-Unjoni.", "Min qatt qal, minn din in-naħa tal-Kamra, li r-regolamenti u l-istandards stabiliti fi ħdan l-Unjoni huma kollha ħżiena?", "Jien kont nippretendi li l-Ministru Bonnici jitkellem dwar kif se ngħollu l-istandards li għandhom x'jaqsmu mal- kwalità ta' l-ilma li nixorbu, kif ukoll ta' l-ilma baħar, li huma kkritikati ħafna fi ħdan l-Unjoni u mhux jiġi jgħidilna li kif nidħlu fl- Unjoni, din se tagħtina l-fondi ħalli ntejbu l-kwalità ta' l-ilma.", "Din ħaġa tad-daħq.", "Din hija sitwazzjoni bħal meta jkollok ministru li huwa tant irresponsabbli li, minkejja li għandu l-budget tiegħu, dan dejjem jonfoq bl-addoċċ għax jaħseb li fl-aħħar tas-sena jista' jmur għand il- ministru tal-finanzi u jgħidlu: Father Christmas agħtini aktar flus!", "Jiddispjaċini ngħid li l-gvern qed jipproġetta lill-Unjoni Ewropea bħal dak il-Father Christmas; għandna bżonn nirranġaw l-affarijiet ġewwa pajjiżna, allura mmorru għand Father Christmas u dan jagħtina r-rigali.", "Il-ministru qed jaħseb li jekk għandna problema fil-qasam ta' l-ilma se jagħtuna l-flus kollha biex ntejbu l-kwalita' ta' l-ilma li għandna hawn Malta.", "Il- ministru jmissu qal li jistgħu jiġu xi fondi biex jgħinu parzjalment it- tibdil li jista' jkun hemm bżonn isir, imma jmissu qal ukoll li l-Unjoni Ewropea tesiġi li fejn jirrigwarda l-produzzjoni ta' l-ilma m'għandux ikun hemm sussidji.", "Ara dik ma jiġux jgħiduha n-naħa tal-gvern!", "Dan ifisser li n-nefqa li tagħmel il-water services corporation għall-produzzjoni ta' l- ilma - li biex titjieb il-kwalita` tiegħu se tkompli tiżdied - irid jagħmel tajjeb għaliha l-poplu Malti.", "Imma min-naħa tal-gvern ma jissemma xejn dwar dan, jissemma biss li ġejjin il-fondi mill-Unjoni Ewropea, bħallikieku l-politika ta' Malta mibnija fuq il-Father Christmas li se jiġi hawnhekk jipprovdilna l-fondi.", "Din m'hijiex is-serjeta` li wieħed jistenna minn rappreżentant tal-gvern f'din il-Kamra, li lill-poplu Malti jżeffinlu lil Father Christmas u ma jgħidlux l-istorja kollha.", "Imma din in-naħa tal- Kamra qed twassal l-informazzjoni kollha lill-poplu Malti u se nkomplu nwassluhielhom.", "Nagħlaq fuq dan il-punt, Sur President.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, li huwa relattivament tajjeb, kien maħsub taħt amministrazzjonijiet differenti u ħa żmien twil biex ġie komplut.", "Nirringrazzja u nsellem lill-FAO għall-għajnuna li kienet qed tagħti imma jiddisjaċini li mbagħad dan l-abbozz ta' liġi ħassarnieh bi klawsoli li jgħidulek b'mod ċar kif tista' tiddefendi lilek innifsek u ġġib l-iskuża li int ma tafx il-liġijiet tal-pajjiż.", "Ma nafx f'liema stadju nistgħu naqgħu iktar f'abbozzi ta' liġi li jitressqu f'dan il-parlament!", "Huwa dmir tad-dipartiment tas-saħħa u tad-dipartiment ta' l-agrikoltura li jinfurmaw lill-persuni kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu mal- produzzjoni, mal-bejgħ jew mat-tisjir ta' l-ikel x'inhuma r-regolamenti li għandna quddiemna.", "Mhux biżżejjed li persuna nagħtuha lecture ta' siegħa u mbagħad ngħidu li hija food handler; dan m'huwiex il-metodu ta' kif isiru l-affarijiet.", "L-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta` u nittama li iktar 'il quddiem fl- istadju tal-kumitat nidħlu fid-dettall biex isir it-tibdil kollu neċessarju ħalli liġi li hija relattivament tajba nkomplu ntejbuha għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u ta' dawk li jiġu jżuruna hawnhekk.", "Aħna rridu li meta t-turisti jmorru lura lejn pajjiżhom ma jmorrux igorru fuq l-ilma baħar imniġġes li għandna, imma jkunu ambaxxaturi ta' pajjiżna u jfaħħru l- affarijiet tajbin li għandna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tikber il-kuxjenza ta' kemm hu importanti l-kwalita` ta' ikel li nieklu għas-saħħa tagħna u għal kwalita` tal-ħajja tagħna.", "Id-dieta li konna mdorrijin biha fl-imgħoddi, meta konna nieklu affarijiet \"inqas sofistikati\", bħal affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħxejjex, ħut u ftit laħam, kienet dieta tajba għal saħħitna.", "L-ironija hi li b'aktar affluwenza, fejn ħsibna li qed jiżdied il-livell ta' l-għajxien - u l-livell ta' l-għajxien kien jitkejjel b'kemm tikkonsma laħam aħmar u bil-kwantita` li tiekol - bdejna nindunaw li l-istil ġdid ta' ħajja, li daħal fis-soċjeta` tagħna bħalma daħal f'pajjiżi oħra fid-dinja, anke t-tip ta' ikel li bdejna nieklu, beda jkun ta' ħsara għal saħħitna.", "F'pajjiżna rridu nagħtu attenzjoni partikolari dwar l-ikel li nieklu għax sfortunatament m'hawnx biżżejjed kuxjenza dwar x'nieklu, kemm għandna nieklu, meta għandna nieklu u dwar l-eżerċizzju li għandna nagħmlu biex nibqgħu b'saħħitna kemm jista' jkun.", "Sfortunatament - u din ngħidha b'ċertu dispjaċir - f'pajjiżna għandna l-problema tal-ħxuna, anke fost it- tfal tagħna għax minbarra li ħafna drabi dawn jieklu iktar milli suppost, jieklu ikel li xejn m'hu tajjeb għal saħħithom.", "Biex tagħqad, illum il-maġġoranza tat-tfal minflok ma jagħmlu l-eżerċizzji qed jgħaddu sigħat sħaħ quddiem it-televiżjoni jew quddiem il-computer, u m'hemmx għalfejn ngħidu li dan qed jagħmlilhom ħsara kbira u qed idaħħalhom fi stil ta' ħajja żbaljat.", "M'hemmx dubju li l-edukazzjoni, kemm dik akkademika kif ukoll dik in ġenerali, għandha sehem importanti ħafna biex jiddaħħal l-għarfien dwar kemm hu importanti l-ikel għal saħħitna bħala parti mill-istil ta' ħajja li nkunu qed ngħixu.", "Jekk inti trid tgħix stil tajjeb ta' ħajja, ma tistax tiekol biss jew tagħmel l-eżerċizzju fiżiku biss imma trid tagħti kas l-aspetti kollha tal-ħajja li tkun qed tgħix, u jien inħoss li hemm bżonn ta' ħafna iktar edukazzjoni dwar is-sehem ewlieni li l-ikel għandu fis-saħħa tagħna.", "Mr Speaker, jien stagħġibt kif fil-kummissjoni li hemm proposta biex tkun responsabbli għas-sigurta` fl-ikel, issemmew ħafna ministeri differenti li jridu jaħtru r-rappreżentant tagħhom f'din il-kummissjoni u ma sibniex post għal xi ħadd li jkun maħtur mill-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Bla ebda dubju, din hija xi ħaġa li għandha tiġi rrimedjata, u dan għal raġunijiet ovvji.", "Jien naħseb li nkun qed ninsulenta lil din il-Kamra jekk noqgħod nagħmel argumenti għala għandu jkun hemm rappreżentant tal-ministeru ta' l- edukazzjoni.", "Kif nafu, ħafna mill-vizzji li wieħed jaqbad jibdiehom minn meta jkun żgħir, pero` sfortunatament ħafna drabi f'dan il-pajjiż l-ewwel inħallu l-problema tidħol 'il ġewwa u mbagħad nipprovaw nagħmlu xi ħaġa wara, u dan huwa ħażin għax minbarra li nkunu qed jinħlew ħafna iktar flus milli kieku naħlu flus f'dik li hi prevenzjoni, wisq nibża' li dak li jsir wara li l-problema tidħol 'il ġewwa jkun ħafna inqas effettiv.", "S'intendi r-regolamenti li qed jiddaħħlu f'dan l-abbozz ta' liġi jgħodd ukoll għat-tuck shops fl-iskejjel tagħna.", "Huwa veru li jeżistu regolamenti speċifiċi fuq it-tuck shops u jsiru anke spezzjonijiet, pero` sfortunatament ftit li xejn qed isir inforzar.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn isiru iktar spezzjonijiet fit-tuck shops.", "Huwa veru li l-ispetturi li għandna jaħdmu f'dan il-qasam iridu jlaħħqu ma' ħafna u ħafna xogħol ieħor, fosthom man-numru kbir ta' stabilimenti ta' l-ikel li għandna f'pajjiżna, pero` jekk wieħed jara kemm isiru spezzjonijiet fit-tuck shops isib li dawn m'humiex qed isiru daqskemm hu mixtieq.", "Fil-fehma tiegħi, l-iskejjel lanqas għandhom joqogħdu jistennew li jsiru l-ispezzjonijiet mill-ispetturi tad-dipartiment tas-saħħa biex jagħmlu xi ħaġa f'dan il-qasam imma permezz tal-kunsill skolastiku tagħhom, għandhom juru iktar awtorita` u sens ta' leadership.", "Per eżempju, jien naraha verament redikola li filwaqt li fil-lezzjonijiet ta' l-istudji soċjali u tal-home economics it-tfal jiġu mgħallma li l-iktar ikel li huwa tajjeb għalihom huwa dak li għandu ammont għoli ta' fibra u li għandhom jevitaw il-junk food u l-ħelu, imbagħad it-tuck shop ta' l-iskola jkollu proprjament dak l-ikel li jkunu qed jiġu mgħallma jevitaw.", "Kif qed naraw, fl-iskejjel tagħna qed nagħtu żewġ messaġġi kontradittorji lill- istudenti tagħna, u naturalment jirbaħ mhux dak li l-istudenti jiġu mgħallma fil-klassi imma dak li joffrilhom it-tuck shop.", "Għalhekk il- kordinazzjoni u l-koerenza li jrid ikun hemm bejn dak li ngħidu u bejn dak li nagħmlu fl-iskejjel trid tkun sħiħa.", "Ġieli jkun hemm xi kontradizzjonijiet ukoll bejn dak li t-tfal jiġu mgħallma fl-iskejjel u bejn dak li jiġu mgħallma d-dar, u dan juri l-bżonn li anke l-ġenituri jiġu edukati ħalli jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex irabbu lit-tfal tagħhom.", "Għalhekk wieħed ma jistax ma jeħux gost meta jisma' li l-laqgħat edukattivi mal-ġenituri qed jiżdiedu.", "It-tħejjija ta' l-ikel għandha tingħata prijorita` għal ħafna raġunijiet, partikolarment għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda li telgħin.", "Kif għedt diġa', sfortunatament studji internazzjonali qed jidentifikaw lit-tfal tagħna bħala tfal li għandhom problemi ta' l-ikel, u għalhekk hemm bżonn li naħdmu biex il-ġenerazzjonijiet il-ġodda jiġu mgħallma sew dwar liema ikel huwa tajjeb għal saħħithom.", "Kif nafu, illum qed jiżdied in-numru ta' tfal li meta jmorru d-dar jippreparaw l-ikel huma minħabba li l-ġenituri tagħhom ikunu jaħdmu t-tnejn, u l-fast food jew il-junk food huwa prodott ta' soċjeta` mgħaġġla li m'għandha ħin għalxejn.", "Qabel kienu jgħidu li huwa importanti li l-familja titlob flimkien, pero` llum il-ġurnata l-familja lanqas tiekol flimkien m'għadha għax dieħla r-realta` diffiċli, anke f'pajjiżna, li familja rari tiekol flimkien.", "Ma jidhirlix li f'Malta qatt saru studji ta' kemm-il darba l-familji jieklu flimkien, pero` studji li saru f'soċjetajiet oħra - ma rridx ngħid \"f'soċjetajiet oħra iktar avvanzati minna\" għax fil-fehma tiegħi, ċertu progress iġib ukoll ir- rigress - bħal dik Amerikana, juru li familja tiekol flimkien xi tliet darbiet f'sena, jiġifieri b'kollox iqattgħu madwar sitt sigħat f'sena jieklu flimkien.", "Sfortunatament, bil-mod kif inhi organizzata s-soċjeta` mgħaġġla u miġnuna tal-lum, iktar ma jgħaddi ż-żmien il-familji iktar qed jitilfu dik l-attivita` soċjali li jieklu flimkien.", "Kif kont qed ngħid, huwa importanti li lit-tfal tagħna nedukawhom biex meta jmorru d-dar u ġieli jkollhom jippreparaw l-ikel huma għalihom u għal ħuthom iżgħar minnhom, ma jmorrux għal ikel ta' malajr li mhux tajjeb għal saħħithom, jew jekk għallinqas se jagħmlu l-ikel ta' malajr ikun ikel li huwa tajjeb u bnin.", "Għalhekk nerġa' nappella mingħajr ħafna argumenti oħra li għandu jkun hemm rappreżentant tal-ministeru ta' l-edukazzjoni f'din il- kummissjoni għal sigurta` fl-ikel biex id-dimensjoni edukattiva tinżamm il- ħin kollu.", "Diġa` għedt li parti mill-karatteristiċi tal-modernita` sfortunatament f'ħafna pajjiżi tad-dinja u anke f'pajjiżna kienet li ma tkunx modern jekk ma jkollokx McDonald's fil-pajjiż u jekk ma tiekolx McDonald's. M'għandi xejn kontra, imma qiegħed insemmi din il-food chain multi-nazzjonali għaliex hija sinonima ma' l-idea tal-fastfood.", "Wieħed mill-effetti ħżiena li dawn il-kumpanniji multi-nazzjonali kbar ta' l-ikel, speċjalment dawk Amerikani, qegħdin iħallu fuq il-bqija tad-dinja hija li qegħdin idaħħlu l- idea li l-ikel tal-post, li ħafna drabi jkun frott ta' sekli twal għaliex jiddependi mill-ħxejjex u annimali li hemm u mill-istil ta' ħajja li jgħixu, jiġi meqjus inferjuri.", "Illum fortunatament wieħed jara li fid- dinja, u naħseb li anke f'pajjiżna għalkemm għadu dgħajjef, qiegħed jerġa' jkun hemm ċertu rinaxximent biex nivvalorizzaw b'mod ġdid l-ikel tradizzjonali bnin u tajjeb.", "Mhux l-ikel tradizzjonali kollu kien bnin u tajjeb għax jien niftakar in-nanna tiegħi tiekol ħafna tonn mielaħ jew majjal fil-melħ nej, kif kienu jżommuh fil-ġarar l-antiki.", "Ma naħsibx li dan wieħed jista' jniżżlu bħala ikel tradizzjonali u bnin, imma ċertament li kif kienu jagħmlu l-minestra u kif kienu jużaw l-għazz u kif kienu jużaw ikel ieħor, dawk li llum nsejħulhom pulses, kien tajjeb ħafna għal saħħitna.", "Naħseb li huwa importanti li anke f'pajjiżna ssir valorizzazzjoni ġdida ta' l-ikel tradizzjonali tagħna, u hemm ristoranti li qegħdin jagħmlu hekk, għalkemm sfortunatament hemm ftit.", "Tant qiegħed jiġri hekk li anke l- McDonald's nfushom, jekk wieħed jara' x'għamlu fl-Eġittu jsib li hemmhekk ma pprovawx jimponu l-hamburger, imma ħarġu bl-idea li jagħmlu l-McFelafel, bħal bigilla tagħna li hemmhekk jafuha bħala felafel.", "Dan qed jagħmluh fil-ħobż tradizzjonali tagħhom, li Malta nafuha bħal pitta bread, qisha galletta ratba, u qegħdin jippreżentawha fil-ħwienet tagħhom fuq il-linji ta' kif jagħmlu l-hamburgers, imma joħorġu b'din li qiegħda tissejjaħ il- McFelafel.", "Għal ħafna Eġizzjani hija skandlu li l-felafel li jafu huma jmorru jikluh mingħand il-McDonald' s u mhux mill-ħanut jew mit-triq fejn tradizzjonalment jikluh, li ma naħsibx li jkun ippreżentat bil- kondizzjonijiet li qegħdin nitkellmu f'dan il-abboż ta' liġi għaliex rari jkunu ppreżentati f'xi kondizzjonijiet ta' iġjene.", "Allura anke meta wieħed jitkellem fuq ikel tradizzjonali, wieħed lanqas irid jirromatiċizza u jidealizza la dak l-ikel u lanqas dawk il-kondizzjonijiet li fih jiġi ppreżentat.", "Għaliex jekk rridu nagħtu kas bis-serjeta` l-aspetti ta' saħħa rridu noqogħdu attenti fejn jiġi ppreparat l-ikel u kif jiġi ppreparat.", "Filwaqt li qed nitkellem fuq dieta bħala stil ta' ikel li wieħed jiekol, ir- reġim ta' ikel li wieħed jiekol, irrid inqajjem punt - għalkemm strettament ma jaqax taħt dan l-abbozz ta' liġi, imma huwa relatat - dwar dawk in-nies irresponsabbli f'pajjiżna li mingħajr ma għandhom l-informazzjoni xjentifika, medika u djetetika, jagħtu pariri fuq id-dieta.", "Dawn nisimgħuhom fuq ir-radjijiet u naraw anke materjal ieħor ta' pubbliċita`, ta' xi pilloli maġiċi jew xi powder li għandhom jieħdu biex dak li jkun jonqos.", "Naħseb li għandna nkunu aktar iebsa fl-infurzar tal-liġi f'ħaġa bħal din għax qiegħda ssir ħsara lis-saħħa taċ-ċittadini tagħna l-ewwelnett għax tagħtihom l-illużjoni perikoluża li tista' tonqos mingħajr ma toqgħod attent x'tiekol u mingħajr ma teżerċita ruħek u mbagħad hemm il-ħsara li ssir minn prodotti li mhumiex mediċina, iżda min qiegħed jippreżentahom żgur li m'għandux in-know-how mediku, u n-nies joqogħdu fuqu.", "Sfortunatament, speċjalment f'ċerti programmi tar-radju, kultant titwaħħax tisma' lil min assolutament ma jifhimx u jibda jgħid lin-nies biex jieħdu tant pilloli minn dan il-vażett u tant powder mill-vażett l-ieħor, iħalltuh bl-ilma u jeħduh tliet darbiet kuljum.", "Dawn il-quacks m'għandniex nippermettuwhom fis-soċjeta` tagħna.", "Irrid nitkellem ukoll proprju dwar il-post fejn jiġi ppreparat il-ikel.", "Mhux qiegħed nirriferi għall-kċina tad-dar, fuq il-kċina tal-lukandi jew tar-ristoranti, iżda proprju għal dawk il-istabilimenti ta' l-ikel li jagħmlu xogħol għal outside catering u anke li jipprodoċu ikel biex imbagħad jinbiegħ fi stabilimenti oħra.", "Hemmhekk għandna problema serja.", "Anke fost dawk l-aktar evoluti u lluminati u avvanzati minnhom jafu li ħafna drabi qegħdin jaħdmu f'bini li mhuwiex indikat għal dan ix-xogħol.", "Dan il-abbozz ta' liġi, bir-raġun kollu, qiegħed jesiġi li kulmin għandu xi stabiliment ta' l-ikel irid jirreġistrah.", "Il-mistoqsija li nixtieq nistaqsi hija: Liema tip ta' guidelines se nadottaw biex jingħata l- permess ħalli post ikun jista' jsir l-ikel ġo fih?", "Dan se jkun kruċjali, speċjalment għaliex min-naħa ta' l-IPSE spjegawli li kumpaniji kummerċjali li jipproduċu l-ikel applikaw għal għajnuna finanzjarja u teknika u anke għall-bini ta' fabbriki biex ikunu jistgħu jiċċaqalqu minn fejn qegħdin.", "Ħafna minnhom qegħdin qalb il-bini għax qabdu d-djar domestiċi li kienu maħsuba biex in-nies jgħixu fihom u adattawhom biex jippreparaw l-ikel fihom, allura huma stess jafu li dawn mhumiex l-aħjar postijiet fejn wieħed jipprepara l-ikel.", "Il-problema li qegħdin ikollhom hi li l-IPSE u l-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp qegħdin jgħidulhom li m'għandhomx fabbriki biex jagħtuhom.", "Naħseb li din se tkun waħda mill-problemi serji li se naħbtu magħha, jiġifieri liema bini se jkun aċċettat biex fih tkun tista' ssir it-tħejjija ta' l-ikel.", "Imma fuq dan inkompli fis-seduta li jmiss.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Bartolo jibqa' in possession.", "Nitlob lill- Ministru biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, l-Erbgħa, 19 ta' Settembru 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Riżoluzzjoni dwar it-Tneħħija ta' Mħallef - Kontinwazzjoni.", "----------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, illum xtaqt niddedika dan l- aġġornament biex nawgura s-sena skolastika t-tajba lill-istudenti tagħna li se jibdew is-sena akkademika tagħhom nhar l-24 ta' Settembru, jiġifieri nhar it-Tnejn li ġejjin.", "Naħseb li ta' min jagħmel ftit riflessjonijiet u jara f'liema sitwazzjoni t-tfal tagħna llum qegħdin jaffrontaw il-kwestjoni ta' l-edukazzjoni tagħhom.", "Ġraw diversi fatti, sia fix-xena nazzjonali kif ukoll fix-xena internazzjonali li jitolbu ċerti riflessjonijiet fuq kif uliedna qegħdin jiġu ppreparati għall-futur tagħhom.", "Kif qegħdin nifformawhom lit-tfal tagħna?", "X'qegħdin nagħtuhom bħala doża?", "Qegħdin nippreparawhom għall-ħajja li se jkollhom jaffrontaw?", "Qegħdin nippreparawhom mill-aspett soċjali, kulturali u ekonomiku?", "Qegħdin nagħtuhom pedament biżżejjed b'saħħtu biex għada ptgħada jkunu ċittadini tajbin, jekk mhux ferm aħjar miċ-ċittadini li għandna llum?", "Dan il-ħsieb tiegħi beda fuq pass li ili ntambar fuqu.", "Diversi drabi għamilt appell minn hawnhekk lill-heads of school sabiex jieħdu ħsieb biex it-tfal li jattendu l-iskejjel kemm primarji kif ukoll sekondarji jieħdu ħsieb li jorganizzawlhom ħarġiet u jmorru jaraw id-diversi mużewijiet u wirt kulturali u storiku li għandna għad-dispożizzjoni tagħna f'pajjiżna.", "Sfortunatament matul din is-sena kellna inċident gravi ħafna fejn kellna t- twaqqiegħ minn xi ħadd irresponsabbli ta' wieħed mill-aqwa ġojjelli li pajjiżna jgħożż u jgawdi, ovvjament dak tat-tempju ta' l-Imnajdra.", "Ngħid li min wettaq dan l-għemil wettqu sforz l-injoranza kbira illi għandu għax trid tkun injorant biex ma tirrealizzax li post storiku billi tkissru l- ewwel ħaġa m'inti se tieħu xejn u t-tieni kulma qed tagħmel huwa xi ħaġa li tmur kontra l-interessi direttament u indirettament tiegħek.", "Ngħid li forsi hija tort ukoll tas-soċjeta' tagħna li fis-snin ta' qabel ma ħadniex ħsieb nieħdu bis-serjeta' dan il-pass importanti li t-tfal kollha li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji matul il-ħajja akkademika tagħhom ikunu marru fil-postijiet storiċi kollha.", "Mr. Speaker, jiena għamilt domanda parlamentari lill-Ministru Louis Galea fit-18 ta' Ġunju ta' din is-sena u tlabtu jagħtini l-figuri għas-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u s-sena 2000 tat-tfal li jmorru f'dawn il-mużewijiet.", "Mill-figuri jidher ċar illi n-numru ta' tfal li qed jittieħdu mill-iskejjel qiegħed ta' kull sena dejjem jonqos għax filwaqt li fl-1996 kellna kważi 51,000 student illi marru f'dawn il-mużewijiet mill-1997 'il quddiem kellna nuqqas kull sena.", "Fl-1997, kellna 46,000, fl-1998 45,000, fl-1999 kellna 36,000 u fl-2000 tlajna ħarira 'l fuq għal kien hemm madwar 38,500 student li żaru l-mużewijiet.", "Jekk wieħed iħares lejn il-figuri jara li stranament kien hemm nuqqas kbir ta' studenti li marru jżuru l-mużew ta' l-arti fejn għandna ħafna wirt sabiħ u li jiġu jżuruh diversi nies minn barra.", "Fl-1998 marru 560 student biss u fis-sena 2000 marru 800 student biss.", "Ħaġa inspjegabbli hi li f il-Palazz ta' l-Inkwisitur fil-Birgu fl-1998 marru 5,253 student - ħaġa sabiħa – pero' fis-sena 2000 marru 2,300 student biss.", "L-istess il-mużew marittimu.", "Fis-sena 1998 kellna 7,260 u fis-sena 2000 kellna 1,166 tifel.", "Issa ta' min igħid li kellna dan in nuqqas minkejja li dawn huma żewġ postijiet importanti u minkejja l-fatt li l-gvern kompla żied fir-restawr tagħhom u reġa kellna l-ftuħ ta' swali oħra.", "Mr. Speaker, jiena ninkwieta ruħi fuq żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett għax huwa importanti għall-istudenti li jmorru u japprezzaw il-wirt tagħna.", "Kif nistgħu nippretendu għada pitgħada li jkollna ċ-ċittadini tagħna japprezzaw il-wirt storiku tagħhom jekk dawn qatt ma jkunu daħlu fihom?", "Dawn it-tfal qegħdin fl-iktar eta' sabiħa fejn iridu jitgħallmu u allura ma nistax nifhem kif dawn ma jitteħdux f'dawn il-postijiet.", "Kif nistgħu ngħidu li m'għandniex xi forma ta' responsabbilta' għat-traskuraġni futur tagħhom rigward dawn il-postijiet jew għal xi tkissir jew xi vandaliżmu tagħhom għada pitgħada?", "Punt li jinkwetani wkoll hu li qisna aħna bħala adulti niddeċiedu aħna t- tfal x'inhu tajjeb għalihom biex jitgħallmu u niddeċiedu li neħduhom f'ċerti postijiet storiċi u f'oħrajn ma neħduhomx.", "Per eżempju hija indikattiva kif il-mużew ta' l-arti naturali għandu record li fl-1996 kellu 5,000 student li marru fih u sa l-aħħar tas-sena l-oħra kellu 4,500, jiġifieri żamm il-medja ta' studenti li jmorru.", "Ovvjament ħafna studenti jittieħdu hemmhekk għax hemm ħafna annimali bbalzmati u allura l- perċezzjoni ta' l-għalliem hija għax dak jinteressa l-istudenti mentri opri ta' l-arti ma jinteressawhomx.", "U dan ukoll huwa żbaljat għax mhux veru li t-tfal ma japprezzawx l-affarijiet ta' l-arti.", "It-tfal japprezzaw kollox, l-importanti li l-adulti jkollhom il-paċenzja li jispjegawlhom l- affarijiet.", "Jien naħseb li dan huwa punt importanti u fil-bidu tas-sena akkademika nixtieq nissottometti appell lill-heads kollha ta' l-iskejjel ta' Malta biex din il-ħaġa jieħdu ħsieb li jagħmluha.", "Irrid ngħid ukoll li ċerti drabi ċerti skejjel primarji jieħdu t-tfal il- farm ta' l-Għammieri għar-raġuni li t-tfal jieħdu pjaċir jaraw l-annimali, imma li teħodhom kull sena fl-iskola primarja huwa żbaljat.", "Li teħodhom darba huwa tajjeb, għax din isservi bħala parti mill-formazzjoni sħiħa tagħhom, imma li mbagħad ma tagħżilx li teħodhom f'postijiet storiċi huwa żball kbir.", "Dan ngħidu għax ċerti drabi jkolli l-biża' li l-għalliem li għandu iktar responsabbilta' u li qed jaqdi d-dmir tiegħu tajjeb f'ħafna affarijiet. forsi jagħmel id-dnub li jagħżel hu t-tifel x'għandu jitgħallem jew le, jiddeċiedi hu għalih, u ċerti drabi - u dan huwa iktar serju - jiddeċiedi liema studenti għandhom jitgħallmu ħaġa u liema m'għandhomx jitgħallmuha.", "Sfortunatament fis-sistema edukattiva tagħna għadna niltaqgħu ma' tfal li qegħdin jiġu mkaxkra minn sena għal oħra, kemm fl-iskola primarja kif ukoll f'dik sekondarja u dawn ma jingħatawx biżżejjed attenzjoni biex ikollna moħħna mistrieħ li kull tifel li jiġi fl-iskejjel primarji u sekondarji tagħna jiġi mgħallem kollox.", "Jiena ngħid li llum, fis-seklu 21, is-soċjeta' tagħna għandha d-dmir li ma tħalli ebda tifel f'ebda skola li ma jkunx jaf jikteb u jaqra tajjeb.", "Hija ħaġa vitali u importanti u ma nistgħux naċċettaw iktar it-teorija li hemm nies li jistgħu jibqgħu injoranti għax hemm ċerti impjiegi li ma jridux ħafna intelliġenza biex isiru u li jistgħu jagħmluhom huma.", "Dan huwa verament kunċett żbaljat.", "Hija xi ħaġa li ma tagħmlilniex ġieħ.", "Hija realta' li qiegħda hemm u wieħed irid jikkumbattiha.", "Mhux qed nipprova nnaqqas jew inċekken ix-xogħol professjonali li jagħmlu l-għalliema imma qed nagħmel appell biex ma jkollna ebda ġebla f'dan il-możajk Malti li ma jkunx sabiħ, li ma jkunx jixgħel u li ma jkunx f'postu.", "U biex ikollna din il-ħaġa, biex ikollna ċittadini aħjar fil-futur irridu nassiguraw almenu illi jkollna lil kulħadd jaf jikteb u jaqra.", "Il-ministru ta' l-edukazzjoni, li qiegħed jagħmel ħafna xogħol f'dan ir- rigward ukoll, saħaq ħafna fuq din il-ħaġa.", "Fil-laqgħa tal-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali li saret fit-18 ta' Ottubru ta' l-1999 l-istess ministru qal li s-sistema edukattiva mhux qiegħda tilħaq lit-tfal kollha u sostana li hemm bżonn li tilħaq lit-tfal kollha, speċjalment f'ċerti areas fil-qasam tal-qari.", "Jiena jidhirli li aħna bħala deputati għandna nagħtu iktar importanza għall-qari.", "Jekk aħna rridu iktar ċittadini li jkunu aħjar rridu bilfors li rridu nieħdu ħsieb li wliedna u wlied uliedna jkunu jafu jaqraw.", "Kif irridu jew nippretendu illi dawn it- tfal u ġenerazzjonijiet futuri jkunu aħjar minna jew kapaċi jirrispondu għas-sejħiet li l-futur se jġibilhom quddiem wiċċhom jekk kemm-il darba aħna ma nagħmlux enfasi fuq il-qari!", "Forsi tkun ħaġa tajba li għandna nagħmlu li nagħtu inċentiv lill-ġenituri tagħhom biex jixtru iktar kotba.", "Jiena ngħid li forsi ta' min wieħed jaħseb sabiex jagħti eżenzjoni mill- income tax jekk kemm-il darba wieħed ikun xtara ftit kotba għal uliedu, jiġifieri l-kotba li tixtri għal uliedek, sija ta' l-iskola kif ukoll tal- qari jiġu mnaqqsa mill-income tax.", "Dan qed ngħidu għax hemm bżonn li tidħol din il-mentalita' ġo ras ħafna ġenituri li huwa aħjar jekk tixtri b'Lm100 kotba milli tixtri b'Lm100 għamara jew xi ħaġa oħra.", "Importanti li fid-dar it-tfal ikollhom librerija, u dan qed ngħidu għax naħseb illi hemm ċerti djar li m'hemmx ktieb wieħed fihom.", "'Il quddiem jaf ikollna tfal li għada pitgħada jistgħu jkunu kunsilliera jew anke deputati pero' li ma jkunux qraw, Mr Speaker.", "Huwa għalhekk li fl-opinjoni tiegħi mhux biżżejjed li nitkellmu biss imma importanti li nagħtu inċentiv biex jinxtraw il- kotba.", "Hawn ħafna kotba li jistgħu jinxtraw bix-xejn u jagħmlu ħafna ġid lit-tfal.", "Minn studji li saru nstab li student li jitwieled f'ambjent li għandu l- kotba huwa iktar ippreparat li jaqra minn dak li ma jsibx il-kotba għad- dispożizzjoni tiegħu u naħseb illi llum, iktar minn qatt qabel, huwa importanti illi t-tfal ikollhom l-aċċess għall-informazzjoni u aċċess tal- verita'.", "Illum hija realta' li l-mezzi tax-xandir, il-mezzi tagħna qegħdin idaħħlu lil uliedna għal sitwazzjoni ta' verita' li qabel konna naħbulhom.", "L-inċident li nqala' riċentiment meta kellna l-attakk fuq l-Amerika kellu effett mhux biss fuq l-adulti imma anke fuq uliedna għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel ħaġa għax-xena nnifisha u mbagħad għax f'diversi pajjiżi l-inċident seħħ proprju fil-mument meta jkunu qegħdin isiru l- programmi għat-tfal.", "Kellek pajjiżi fejn dawn it-tfal kienu qed jaraw programm tagħhom, f'daqqa waħda waqaf u spiċċaw raw dan l-inċident iseħħ.", "Illum il-mezzi tax-xandir qegħdin ipoġġu quddiem għajnejn uliedna veritajiet li aħna bħala adulti qabel konna naħbulhom, ngħattuhom jew nipprovaw intaffuhom.", "Din il-verita' hemm bżonn li naffrontawha.", "Jumejn ilu waqt li kont fuq ajruplan ġej lura Malta kont qed naqra silta mill-ktieb ta' Fyodor Dostoevsky \"The Idiot\".", "Issa dan il-ktieb ġie miktub meta l-awtur kien qiegħed f'sitwazzjoni verament iebsa għalih għax fl-aħħar tas-sajf ta' l-1867 mititlu l-ewwel tarbija tiegħu u fil-bidu tas- sena ta' wara beda jistampa dan il-ktieb.", "Fost dak li hemm miktub f'dan il- ktieb sabiħ hemm riflessjoni ta' Dostoevsky meta l-karattru prinċipali tax- xena kien qed jitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-edukazzjoni tat-tfal.", "Dan jgħid hekk:", "\" They took to coming to see me often and always asked me to tell them stories.", "I think I must have told them well, for they were very fond to listening to me and afterwards I read and studied simply to have things to tell them, and for the remaining three years I used to tell them stories.", "Later on, when everybody blamed me for talking to them like grown up people and concealing nothing from them, I said that it was a shame to deceive them.", "They understood everything anyway, however much things were concealed from them and that they learned it perhaps in a bad way and not so from me.", "One need only remember one's own childhood\"", "U naħseb li din ir-riflessjoni ta' Fyodor Dostoevsky fiha ħafna x'tifhem u fiha ħafna rilevanza llum il-ġurnata.", "Naħseb li s-soċjeta' tagħna mhux qed tapprezza biżżejjed dak li qegħdin ngħaddu inkontru t-tfal tagħna.", "Il- kurrikulu nazzjonali huwa pass ferm importanti 'l quddiem, pero` independentement mill-ħidma tas-sistema edukattiva tagħna, bħala adulti rridu nirrealizzaw li uliedna qed jistaqsu ċerti mistoqsijiet dwar x'ikun ġara fid-dinja ta' madwaru u għaliex ikunġara dan il-fatt.", "U naħseb li wasal iktar iż-żmien li dan il-pajjiż jirrifletti iktar fuqha din is- sitwazzjoni.", "Sfortunatament aħna ngħixu ta' kuljum u ma nagħtux kas biżżejjed dak li ġej għal wiċċna.", "Is-seklu 21 x'se jkollu għal uliedna?", "Jiena diversi drabi tkellimt fuq l- importanza li nieħdu ħsieb li wliedna jitgħalmu iktar lingwi minn dak li tgħallimna aħna.", "Jiena ngħid li lit-tfal tal-lum irridu nippreparawhom iktar biex ikunu jafu iktar ligwi bħal per eżempju, ċ-Ċiniż, ir-Russu jew il-Ġappuniż.", "Aħna bħala pajjiż dejjem iddistingwejna ruħna internazzjonalment għall-kapaċita' li jirnexxielna nitkellmu b'iktar min tliet ligwi, u din il-kapaċita' servietna tajjeb f'diversi affarijiet fosthom fil-kamp ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn ħafna Maltin iddistingwew ruħhom.", "Jien naħseb li għada pitgħada, f'soċjeta' globali li qegħda tinbidel iktar, hemm bżonn li ma norqdux imma lil uliedna nieħdu ħsieb li nippreparawhom billi nagħtu informazzjoni iktar.", "F'dan id- dawl irridu naraw li nagħtu lit-tfal formazzjoni kulturali aqwa, formazzjoni ta' preparazzjoni ta' verita' aqwa, u rridu naraw ukoll li l- marġni ta' tfal li huma illiterati jisparixxi.", "Jiena ngħid li f'dan il- pajjiż il-marġni ta' tfal li kulma jafu huwa jiffirmaw isimhom u li għamlu għaxar snin fil-bankijiet ta' l-iskola u rnexxielhom jidħku bis-sistema edukattiva tagħna għandu jisparixxi.", "Jiena ngħid li lit-tfal illum forsi qed infissduhom iżżejjed.", "M'aħniex qegħdin, bħala ġenituri, nagħfsu biżżejjed ħalli uliedna jaħdmu iktar, ħalli jissudaw iktar u ħalli jkollhom kultura ikbar.", "Jiena umilment ngħid li nsibni f'ċerta diffikulta' nara tfal li ma jkunux jafu biżżejjed jew li ma jkunux qraw biżżejjed.", "Ngħid ukoll b'ċertu mistħija li hemm nies fil- ġenerazzjoni tiegħi li kif issemmi ċerti kotba jgħidulek li ma qrawhomx u li lanqas biss semgħu bl-awtur li jkun kitibhom.", "Issa dan ikun xi awtur li jkun kiteb diversi kitbiet sbieħ li jċaqilquk 'il quddiem, li jkabbrulek moħħok, li jiftħuk u li jagħtuk il-possibbilta' li tkun bniedem aħjar u allura tkun ta' servizz aħjar għall-poplu tiegħek, għall-proxxmu tiegħek u għal kulmin għandek madwarek.", "Jiena umilment naħseb li dawn m'humiex affarijiet li qegħdin 'il bogħod minnhom.", "Jiena ngħid li wliedna qed jitolbu din il-ħaġa minna.", "Din ir- responsabbilta' li qiegħda fuqna m'għandniex naħirbu minnha.", "M'għandiex nipprovaw ngħidu li dawn ma jifhmux jew li m'humiex kapaċi.", "Għandna sistema f'moħħna li ċerti drabi tersaq lejn elitiżmu żejjed, lejn ideat li jekk tifel qiegħed imur skola żgur li se jirnexxi u tifel li qed imur skola oħra żgur li mhux se jirnexxi.", "Dan huwa kollu żbaljat, Mr Speaker, huwa kollu barra minn loku u ċerti drabi ssib li jaħsbuha hekk anke ċerti komponenti fil-professjoni ta' l-għalliema.", "Infakkar umilment li l-istatus ta' profesjonist ingħata proprju mill-partit li qiegħed fil-gvern u ngħata proprju għaliex l-għalliem għandu professjoni daqs il-professjonijiet l-oħrajn f'pajjiżna.", "Huwa importanti li l-għalliema jaċċettaw ir-responsabbilta' li ma jħallu l-ebda farka ta' tifel li ma jitgħallimx.", "Jiena nagħmel appell biex din il-ħaġa ssir u biex matul din is- sena jkun hemm iktar responsabbilta' biex din il-ħaġa ma sseħħx.", "Jiena ma niflaħx nara nies, anke ta' 18 jew 20 sena li meta tistaqsihom jekk jafux jaqraw dawn jgħidulek li la jafu jaqraw u lanqas jiktbu.", "Imma possibbli bis- sistema edukattiva tagħna jista' jkun li jibqa' jkollna tfal li ma jafux jagħmlu dawn l-affarijiet?", "Jista' jkun li jkollna tfal li ta' 15, 16-il sena ma jagħmlux l-eżamijiet ta' l-O- level jew ma jagħmlux l-eżamijiet biex ikollhom kwalifiki tajbin biex ikunu jistgħu jidħlu f'edukazzjoni iktar avvanzata u jkunu aktar ippreparati għall-ħajja ta' quddiem?", "Jiena ngħid li hija ta' misħtija f'pajjiżna li f'dan is-seklu, minkejja l-avvanzi kbar li għamilna jibqa' jkollna ndividwi li ma jkunux mgħallma.", "Jiena ngħid li ebda bniedem m'għandu d-dritt li ma jitgħallimx.", "Kulħadd għandu fuqu l- obbligu li jitgħallem.", "Jiena ma naċċettax li jkun hawn xi ħadd li għandu d- dritt li jibqa' injorant.", "Dik ma naċċettahiex.", "Ir-responsabbilta' ta' l- istat hija tant kbira f'din id-direzzjoni li rridu nieħdu ħsieb li naqilgħu l-għeruq u x-xniexel ta' dan il-pajjiż biex kulħadd ikun jaf l-affarijiet tiegħu u kulħadd ikun iktar mgħallem f'dak li huwa l-wirt kulturali tagħna.", "Mr. Speaker, f'dawn l-aħħar 20 sena dan il-pajjiż qam għall-wirt kulturali tiegħu.", "Għadu mhux biżżejjed.", "Sfortunatament il-mużewijiet u l-postijiet storiċi tagħna għadna ma nagħtuhomx biżżejjed importanza.", "Naħsbuhom biss dekorazzjonijiet li aħna noħorġu biex inwaħħluhom mas-siġra tal-Milied.", "Pajjiżna huwa tant fortunat li għandu l-postijiet storiċi tiegħu qegħdin waħda viċin ta' l-oħra, dawn qegħdin magħna s-sena kollha u huma mod tajjeb ta' kif pajjiżna jaqla' l-flus.", "M'għandekx bżonn issuq mili kbar biex tara ħaġa jew oħra, imma kif toħroġ minn bieb issib ħaġa oħra għaxar passi 'l bogħod minnek.", "Jiena għall-bidu ta' din is-sena akkademika nixtieq nappella lill-heads of school u lill-għalliema biex din il-ħaġa jwettquha.", "Nappella wkoll lis- soċjeta' kollha sabiex tirrifletti fuq dak li wliedna se jkollhom quddiem għajnejnhom fis-seklu li għadna kif bdejna.", "Irridu nippreparawhom mhux billi nagħrmu t-tajjeb tal-passat imma billi nżidu fuq it-tajjeb tal- passat.", "Illum, bil-mezzi tax-xandir li għandna, permezz tal-videos, permezz ta' l-internet u permezz ta' elf ħaġa oħra t-tfal tagħna fetħu moħħhom iktar u għandhom abbilta' li jitgħallmu ferm iktar milli kellna aħna fi żmienna.", "Minkejja dan wieħed ma jistax jiskarta t-tajjeb li kellna qabel, il-qari, il-formazzjoni tajba, il-formazzjoni kulturali u l-ispjega tajba ta' l-awturi tal-passat.", "Jiena umilment, Mr Speaker, nagħlaq l-aġġornament tiegħi billi nawgura sena ta' studju lill-istudenti kollha mhux fis-sens ta' studju bilfors imma studju bħala punti ta' għerf, bħala fonti ta' tagħlim, bħala fonti sabiex inti tkun bniedem aħjar fejn ħadd ma jagħmillek, kif għidu ġo Bormla, il- bżieq fuq imnieħrek.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 19 ta' Settembru 2001, fis- 6:00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - KOLLIZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "27899.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku rapportati lill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "Kemm minnhom kienu fatali u kemm weġġgħu persuni kawża ta' dawn l-inċidenti tat- traffiku?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas- snin 1997, 1998, 1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Infurmat ukoll illi t-tagħrif għas-sena 1997 mhux disponibbli bix-xahar."]} {"filename": "20010212_490d_par.doc", "date": "2001-02-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 490 It-Tnejn, 12 ta' Frar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 490", "It-Tnejn, 12 ta' Frar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "490", "It-Tnejn, 12 ta' Frar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 292", "KUNSENS 292", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 292", "TQEGĦID TA' KARTI 296", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAT-TURIŻMU TA' MALTA GĦAS-SENA 2001 297", "AĠĠORNAMENT 317", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 321", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 489 li saret fis-7 ta' Frar, 2001 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru V ta' l-2001 - Att ta' l-2001 dwar is-Sigurezza tal- Prodotti.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA – ALLOWANCES", "21468.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema fid-diviżjoni tas- saħħa li jieħdu xi forma ta' allowance fissa?", "Kemm hi din l-allowance u għal liema raġuni tingħata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Fid-diviżjoni tas-saħħa hemm numru ta' ħaddiema li jieħdu allowance skond kif jidher fit-tabella dettaljata li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-allowance tvarja minn persuna għal oħra u allura ma nistax nagħti l-ammont tagħha.", "Din li ġejja hija lista ta' dawk li l-allowance tagħhom hija f'ammont fiss:", "i) nursing premium - Lm 400, Lm 550 jew Lm 750 fis-sena;", "ii) qualification allowance - Lm 150, Lm 200, Lm 300 jew Lm 400 fis- sena;", "iii) caseload allowance (MCH) - Lm 350 fis-sena; u", "iv) clothing allowance - Lm 26 fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Dan l-aħħar il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar is-saħħa allega li meta enrolled nurse jagħmel conversion course għal staff nurse, imur ħażin f'terminu ta' ħlas u tonqoslu l-paga.", "Jista' l- Ministru jikkonferma jekk dan huwiex minnu jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din hija kwestjoni ta' teknikalita' għax filwaqt li enrolled nurse jitla' sa skala 11, SRN jibda bi skala 12.", "Id-diviżjoni hija konxja minn din il-problema u talbet lill-MPO biex dawk l-istate enrolled nurses li jagħmlu conversion course jibdew bi skala ekwivalenti għall-iskala li kellhom meta kienu SENs.", "Fil-fatt jirriżulta li issa min jagħmel conversion course mhux se titnaqqaslu l-paga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fuq linja kompletament differenti, il-Ministru jikkonferma illi l-pilloli taċ-ċirkolazzjoni tad-demm m'humiex qed jitqassmu mill-isptar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandix din l-informazzjoni pero' malli nkun nafha ngħaddihielek.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Ninforma lill-Ministru li l-Complamin kienu ġew sostitwiti bl-Amoran, pero' issa lanqas dawn m'huma qed jitqassmu.", "Apparti minn hekk, hemm tobba li qed jordnaw tliet kwalitajiet ta' pilloli oħra li jissostiwixxu l- Complamin u lanqas dawn ta' l-aħħar m'huma qed jiġu ddistribwiti mid-dipartiment tas-saħħa.", "Jista' l-Ministru jikkonferma dan?", "X'passi qegħdin jittieħdu biex għallinqas min hu intitolat li jieħu dawn il-pilloli - ħafna minnhom dawn huma pensjonanti - jiġi assigurat li qed jikkura ruħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din m'hijiex kwestjoni jekk il-pazjent ikunx pensjonant jew le.", "Ir-raġuni li ċerti pilloli ma jkunux available fid- dipartiment tas-saħħa tista' tkun li tkun inġabet konsenja ta' pilloli li ma jkollhomx ir-rekwiżiti mitluba fit-tender documents, fosthom iċ- ċertifikat tas-CPP, li jiggarantixxi l-kwalita' tal-mediċina.", "Il-kollega semma' tliet kwalitajiet ta' pilloli oħrajn li jissostitwixxu l-Complamin u li d-dipartiment xorta m'għandux available.", "Nixtieq infakkar li jeżisti formularju biex meta pazjent li jkollu l-kartuna r-roża ma jsibx il-pilloli li jieħu s-soltu, it-tabib ikun jista' jagħmillu riċetta ta' pilloli oħra ekwivalenti li jinsabu fil-formularju.", "Jiena niddubita kemm hemm tliet kwalitajiet ta' pilloli li huma ekwivalenti għall-Complamin f'dan il-formularju.", "Nerġa' ngħid li m'iniex konxju ta' din il-problema u malli jkolli l- informazzjoni f'idejja nkun nista' ngħaddiha lill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Mr Speaker, li hu żgur hu li t-tliet kwalitajiet ta' pilloli li dan il-pazjent kellu miktubin fuq ir-riċetta huma ekwivalenti għall-Complamin, u li l-ebda waħda minnhom m'hi qed titqassam mill-isptar.", "Naturalment m'hemmx għalfejn ngħid li dan huwa ta' periklu għal saħħet dan il-pazjent. .", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, diġa' għamiltha ċara li m'għandix hawnhekk l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "Jien lest ngħaddilu l-informazzjoni ma' l-ewwel opportunita' li jkolli.", "EDUKAZZJONI - TENDERS", "21875.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' tenders li ħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena?", "Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati?", "Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati?", "Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet?", "Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu.", "X'inhija ċ- ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk ix-xogħol fuq il- kumpless sportiv tal-Kottonera inħariġx b'tender jew b'direct order?", "Nifhem li ladarba x-xogħol jinbeda, il-kuntrattur huwa obbligat li jimxi mal-liġijiet tal-pajjiż, inkluż għall-mod kif jinħareġ il-permess mill- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jaf li f'dan il-każ il-kuntrattur qed jimxi b'mod abbużiv u illegali?", "Jaf il-Ministru li din m'hijiex l-ewwel darba li x- xogħol ma sarx kif kien rikjest mill-planning authority?", "Qed nirriferi għall-ground f'Ta' Qali u għall-isports complex f'Bormla stess, liema xogħol huwa responsabbli għalih is-segretarju parlamentari fi ħdan il- ministeru ta' l-edukazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nieħu nota ta' dan li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u wara li nivverifika l-affarijiet mad-dipartiment konċernat, nagħtih it-tagħrif minnu rikjest.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Possibbli l-Ministru ma jafx li llum stess l- awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet stop notice u waqqfet ix-xogħol li kien qed isir fil-kumpless ta' l-isports tal-Kottonera?", "Meta s-segretarju parlamentari suppost li jaf eżattament x'qed jiġri minuta b'minuta fuq dan il-proġett, għala ma nħarġetx stqarrija dwar dan l-abbuż li qed isir?", "Il- Ministru jaf li saru diskussjonijiet biex l-awtorita' ta' l-ippjanar tara għaliex sar dak ir-rimi ta' ħamrija u trab barra l-port?", "Ma nistax nifhem kif il-ministri tal-gvern, b'mod partikolari l-ministru għall-ambjent, ma missethomx il-kuzjenza dwar dan l-abbuż ambjentali li qed jiġri minn proġett li hu tal-gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru m'għandux jasal għal konklużjonijiet qabel din in-naħa jkollha l-possibbilta' li tagħmel il-verifiki tagħha.", "Naħseb li kieku ħarġet stop notice, kif qed jallega, kont inkun naf biha.", "Il-fatt li ma nafx li ħarġet stop notice lanqas ifisser li ma ħarġitx, pero' dejjem hemm il-possibbilta' li l-Onor.", "Mizzi jista' jkun qed jagħti informazzjoni mhix għal kollox korretta.", "Jien nemmen li jekk l-Onor.", "Membru jistenna sakemm nagħmel il-verifika dwar l-affarijiet kollha li ntqalu, wieħed ikun jista' aktar imexxi x-xogħol ta' din il-Kamra b'manjiera tajba abbażi ta' tagħrif oġġettiv u korrett.", "Qed ngħid hekk mhux għax ma rridx inwieġbu.", "Assolutament mhux hekk, Sur President.", "Naħseb li għandi record li nagħti l-informazzjoni sħiħa u li nipprova nkun metikoluż fl-informazzjoni li nagħti.", "Kull darba li jien tajt il-kelma li niġi hawnekk bl-informazzjoni wara li nkun ivverifikajt, dik il-kelma dejjem żammejtha għas-sodisfazzjon tal-Kamra kollha.", "Imma jekk l-Onor.", "Membru jagħmel sensiela ta' mistoqsijiet imħawrin b'allegazzjonijiet, bilfors l-ewwel ikolli nivverifika l-fatti.", "Jekk qed iħoss li m'huwiex għal kollox sodisfatt b'aspetti tat-twettiq ta' xogħol li sar fuq il-kumpless sportiv tal-Kottonera, inwiegħdu li mil-lejla stess se nibda nivverifika.", "Naf li s-segretarju parlamentari qiegħed jagħmel monitoring tax-xogħol - u nista' ngħid li lili ma waslulix ilmenti minn imkien li hemm xi ħaġa li m'hijiex korretta jew li toqrob lejn il-kelma \"abbuż\" li uża l-Onor.", "Membru - imma naturalment m'huwiex eskluż li jista' jkollok xi kuntrattur li jaqta' linja li tista' ma tkunx konformi mar-regolamenti jew mal-permessi, eċċ. Fejn dan jirriżulta, se nieħdu l-passi meħtieġa u jekk hemm xi ħaġa li m'aħniex nagħmluha kif suppost, naraha wkoll.", "Dan li nista' ngħid jien f'dan l-istadju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lil min jaħseb li qed ngħid affarijiet mingħajr ma jiena ċert minnhom, ngħidlu li jiena membru tal-bord u bħala membru tal- bord irrapportajt din is-sitwazzjoni u kkonfermatli uffiċjalment l- awtorita' ta' l-ippjanar li ħarġet stop notice biex jittieħdu l-passi għax kien qed isir dan ir-rimi ta' ħamrija illegali.", "Il-Ministru jaf li din l- attivita' ilha sejra għal aktar minn ġimgħa u li dan ir-rimi ta' materjal fil-baħar imur kontra l-aspett ambjentali?", "Jista' allura jgħidli kif min- naħa tal-gvern ħadd ma ħa passi meta anke saru rapporti l-għassa u meta parti minn dan il-materjal huwa ħamrija u tafal u li mhux suppost jintrema'?", "X'passi beħsiebu jieħu l-Ministru kontra s-segretarju parlamentari – dan ilu jimmoniterja s-sitwazzjoni u jaf li qed isiru dawn l-affarijiet - jekk isib li dan li qed ngħid jien huwa korrett?", "Jien naf x'qed ngħid u nispera li min qed jikser il-liġi jittieħdu l-passi kontra tiegħu u mhux il- Ministru jerġa' jġibli skuża li jrid sitta bħalu, kif ġara fil-kwestjoni tar-restawr, meta kien hemm min kien qed jikser il-liġi u jmur kontra l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk fhimtu tajjeb l-Onor.", "Membru qed jagħti l- informazzjoni meħtieġa li jekk hemm ksur ta' liġi l-passi diġa' ttieħdu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, ippermettili nistaqsi lill-Ministru jgħid x'inhu jsir għar-rigward tal-protesta li saret dan l-aħħar mll- ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' Raħal Ġdid għall-fatt li hemm numru kbir ta' ġrieden.", "Jista' jgħidli wkoll x'qed isir dwar l- iskola tal-kindergarten fl-area ta' Ninu Cremona Street?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' kellna l-opportunita' ngħidu, anke permezz ta' stqarrija pubblika li ħarġet id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, is- sitwazzjoni fl-iskola primarja li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru hija kompletament taħt kontroll.", "Jiġifieri l-kap ta' l-iskola u d-dipartiment ħadu l-miżuri kollha li setgħu jieħdu biex jassiguraw li l-ambjent ta' saħħa fl-iskola jkun qiegħed jiġi mħares kollu kemm hu u llum ma reġax kelli rapporti f'dan ir-rigward.", "Għar-rigward ta' l-iskola tal-kindergarten, din hija materja li għadha qed tiġi kkonsidrata u nkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet fi stadju ulterjuri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Sur President, la żvijajna daqshekk mill- mistoqsija oriġinali, se nieħu l-opportunita' biex nirriferi għal ittra li dehret f'\"The Malta Independent\" tal-bieraħ.", "L-awtur ta' din l-ittra staqsa jekk id-direttiva li ngħatat lill-għalliema regolari biex ma jaċċettawx tfal bi bżonnijiet speċjali fil-klassi tagħhom meta l- facilitator ma tkunx preżenti, hijiex inkluża wkoll fil-ftehim il-ġdid li sar bejn l-MUT u l-Gvern.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kwestjoni ta' kif se nieħdu ħsieb it-tfal li jkunu ġew statemented u li jkollhom bżonn facilitator u x'jiġri meta dik il- facilitator tkun assenti, hija materja li qiegħda tiġi diskussa fil-livell tiegħi bħala l-persuna responsabbli għall-politika inklussiva.", "Fil-fatt kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati caual facilitators f'dan ir-rigward, bl-iskop illi tkun tista' tinħoloq speċi ta' pool li minnha wieħed jkun jista' jgħin f'dawn il-każi, fejn iċ- ċirkostanzi jkunu tant serji illi l-assenza tal-facilitator tagħmel il- preżenza ta' dak l-istudent jew studenta fil-klassi assolutament diffiċli.", "F'ħafna każi meta l-facilitator tassentixxi ruħha, mhux neċessarjament iwassal għall-assenza tat-tifel jew tat-tifla konċernata.", "Dan jiddependi minn każ għall-ieħor u jiddependi minn skola għall-oħra.", "Min-naħa tagħna aħna qed nieħdu l-miżuri meħtieġa biex nassiguraw illi jekk il-facilitator tassentixxi ruħha u jkun hemm bżonn li din tiġi sostitwita temporanjament, dan nagħmluh.", "Il-proċess għall-għażla tagħhom jinsab għaddej.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Mr Speaker, filwaqt li Ministru kemm-il darba assigura lil din il-Kamra li x-xogħol fl-iskola sekondarja ta' Ta' Sliema suppost kellu jkun lest xhur ilu, jista' jgħidilna f'liema stadju eżattament wasal dan ix-xogħol u meta hemm il-ħsieb li jitlesta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol fl-iskola ta' Tas-Sliema huwa wieħed esteniv u jrid isir f'fażijiet differenti.", "Jekk l-Onor.", "Membru jivverifika mar-risposta li tajt il-ġimgħa li għaddiet f'dan ir-rigward ikun jista' jara d-dettalji tax-xogħol kollu li sar, ta' dak li qed isir u dak li għad irid isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Jibqa' l-fatt li l-Ministru kien ta target date għat-tlestija tax-xogħol iżda sal-lum dan għadu ma tlestiex.", "Jista' jgħidilna x'wassal biex ix-xogħol mar lura daqshekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'din l-iskola hemm diversi xogħlijiet li jridu jsiru - fil-faċċata, fis-soqfa u anke fl-intern ta' l-iskola - u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema tip ta' xogħol qed jalludi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 17 ta' l-2001 - Ordni ta' l-2001 dwar ir-reviżjoni tas-salarji tal-President ta' Malta u uffiċjali oħra;", "Avviż Legali Nru 18 ta' l-2001 - Ordni ta' l-2001 dwar ir-reviżjoni tas-salarji ta' l-imħallfin u l-maġistrati; u", "Lista ta' mpjegati ġodda fis-servizz pubbliku matul is-sena 2000, inkluż dawk li kienu mpjegati bħala impressed drivers u l-AWTS, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23434.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għal Affarijiet Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-eta' u l-livell ta' edukazzjoni li kellhom dawk li bdew jirreġistraw għax-xogħol matul l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23448.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Estratti mill-ftehim kollettiv ta' mpjegati fl-awtorita' ta' l- ippjanar, b'riferenza għall-performance assessment, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23239; u", "Lista li turi l-għadd u t-tip ta' reati rrapportati lill-pulizija matul Jannar 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23501;", "u f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Exemption order skond l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap 123, b'riferenza għat-trasferiment ta' proprjeta' immobbli meħuda mill- gvern qabel il-25 ta' Novembru 1992; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar importazzjoni ta' apparat riprografiku, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23402", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Michael Refalo.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' TAT-TURIŻMU TA' MALTA GĦAS-SENA 2001", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: (Ministru għat-Turiżmu) Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' tat- Turiżmu ta' Malta għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001 skond l-Att ta' l-1999 dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, din hija t-tieni seduta f'temp ta' ftit ġranet li dan il-parlament qed jiddedika għall-industrija tat-turiżmu.", "Il-ġimgħa li għaddiet tkellimna dwar suġġett li forsi qajjem ftit tal- kontroversja, pero' donnu li l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra ̧ speċjalment min-naħa ta' l-oppożizzjoni, ma tantx interessaw irwieħhom fid-dibattitu għax meta ġejna għall-vot il-maġġoranza tal-gvern kellha maġġoranza ta' għaxra u mhux ta' ħamsa.", "Pero' llejla d-dibattitu se jkun dwar l-estimi ta' l-awtorita' u kif l- awtorita' beħsiebha tapplika bl-aħjar mod il-flus li tingħata mill-gvern kif ukoll il-flus li rnexxielha tiġbor mingħand ħaddieħor u l-flus li se jikkontribwixxi dan is-settur.", "Dan qed isir fl-aħjar interess ta' l- industrija tat-turiżmu.", "Id-dibattitu huwa riżultat ta' klawsola li hemm fl- att XII ta' l-1999 li għadda unanimament minn din il-Kamra u li permezz tiegħu twaqqfet l-awtorita' tat-turiżmu.", "Jien ngħid li dan il-parlament għamel sew li unanimament ħass il-ħtieġa li minn żmien għal żmien jiddibatti kif tkun sejra l-industrija tat-turiżmu u jeżamina l-ħidma tagħha.", "Jien nemmen li huwa essenzjali ħafna li jkun hemm l-iskrutinju parlamentari fuq in-nefqa ta' flus il-poplu u ta' dan is-settur.", "Huwa importanti li naraw ukoll kif ir-riżultati prospettati jorbtu u jirrelataw man-nefqa u ma' l-għanijiet ta' l-awtorita' tat-turiżmu.", "L-Att XII ta' l-1999 jagħti diversi setgħat lill-awtorita' tat-turiżmu fosthom li tippromwovi u tiżviluppa lil Malta bħala destinazzjoni turistika, li tagħti pariri lill-gvern dwar attivitajiet turistiċi, li toħroġ liċenzji taħt l-att, li tissorvelja, tikklassifka u tikkontrolla l- liċenzjar ta' l-istandards li għandhom jiġu provduti minn attivitajiet turistiċi, li tikkontribwixxi lejn it-titjib tal-livell tar-riżorsi umani u li tagħti pariri lill-gvern dwar l-ippjanar, l-infrastruttura u l-iżvilupp ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Din l-awtorita' għandha tassisti u tagħti pariri lill-gvern dwar kull ħaġa li tolqot lit-turiżmu u għandha tidħol u torganizza dawk l-attivitajiet u proġetti li tista' tqis li jkunu idonei mat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha.", "Issa dan il-parlament ħass ukoll illi jikkomponi din l-awtorita' b'mod li tkun tassew rappreżentattiva ta' l- interessi kollha tat-turiżmu f'dan il-pajjiż.", "Jien se nerġa' nirrepeti dak li għedt nhar l-Erbgħa, ovvjament fil-qosor, dwar il-kompożizzjoni ta' l- MTA għaliex huwa importanti li wieħed jifhem minn min hija komposta din l- awtorita'.", "Il-membri ta' l-awtorita' huma ħdax li sitta minnhom huma nominati mill- ministru.", "Imbagħad hemm iċ-chairman, rappreżentant għal Għawdex u erbgħa membri oħra li jridu jkunu nies li għandhom għarfien u esperjenza dwar l- ivvjaġġar u t-turiżmu.", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd li għandu xi dubju mill- erba' persuni li ġew nominati minni għax dawn huma nies li ġejjin mis- settur privat, għandhom track record tajjeb u għandhom għarfien u esperjenza dwar l-ivvjaġġar u t-turiżmu.", "Mill-ħames membri l-oħra wieħed jirrappreżenta l-assoċjazzjoni rikonoxxuta bħala li tkun rappreżentattiva tas-settur tal-lukandi.", "Hawnhekk irrid ngħid li hawn żewġ għaqdiet li jirrappreżentaw il-lukandi; waħda hija l-MHRA u l-oħra hija l-federazzjoni tal-lukandi żgħar u l-istabilimenti ta' l-ikel.", "Din mhijiex kwestjoni fejn wieħed jiddeċiedi minn żniedu liema hija l-aktar assoċjazzjoni rappreżentattiva pero' naħseb li huwa dmir ta' kull ministru, jkun min ikun, li jiżgura, permezz ta' stħarriġ u ta' surveys - kif fil-fatt sar fost il-lukandiera kollha ta' Malta fejn aħna staqsejnihom ma' min huma mseħbin – liema hija l-aktar assoċjazzjoni li għandha rappreżentanza.", "Qed ngħid dan għax minn dan l-eżerċizzju li għamilna sibna li kienet l- MHRA li kellha maġġoranzi kbar ta' rappreżentanza u allura stedinna lil din l-assoċjazzjoni biex tinnomina membru fuq il-bord.", "Jien ma jidhirlix li hemm bżonn li jsir stħarriġ kull darba sakemm ma jkunx hemm xi assoċjazzjoni oħra li tistaqsina jew tippretendi li hi tkun kisbet il- maġġoranza.", "F'dan il-każ jerġa' jsir stħarriġ kif sar ukoll meta twaqqaf il-bord l-ewwel darba.", "Ir-rappreżentant l-ieħor jirrappreżenta l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar u l-aġenziji tat-turiżmu u allura jirrappreżenta l-FATTA li hija federazzjoni ta' assoċjazzjonijiet li kollha għandhom missjoni differenti.", "Aħna ħeġġiġna lil dan ir-rappreżentant biex l-organizzazzjoni tiegħu terġa' tibda tieħu sehem – ovvjament kemm jien kif ukoll l-Onor.", "Vella ma ġegħelna lil ħadd jagħmel xejn – għax naħseb li jkun aħjar kieku d- diskors isir ġewwa.", "Pero' jekk il-FATTA tħoss li jekk tibqa' barra l- interessi tagħha jkunu salvagwardati aħjar, ħadd m'hu sidha.", "Hemm imbagħad persuna oħra li tirrappreżenta lill-Air Malta u żewġ persuni oħra li qegħdin fuq il-bord fuq rakkmandazzjoni ta' l- assoċjazzjonijiet u rikonoxxuti mill-ministru li ma jkollhomx rappreżantanza diretta.", "Hawnhekk id-drawwa hi – din għamilniha darbtejn - li naraw l-assoċjazzjonijiet kollha li għandhom rappreżentanza ta' xi qasam jew ta' xi settur fit-turiżmu u nitolbuhom biex jivvutaw għal-liema tnejn jixtiequ li jkunu r-rappreżentanti tagħhom fuq il-bord.", "Dawn kienu l- assoċjazzjoni ristoranti ta' Malta u Għawdex – fil-fatt fl-1999 marru biex jivvutaw pero' għas-sena 2001 irrifjutaw li jattendu għal raġunijiet tagħhom - il-federation of hotels, il-pensions and catering establishments, il-union of tourist guides, it-timeshare association, il- professional diving school assocation, ir-rent-a-car association, l- unscheduled bus service, u din is-sena, nerġa' ngħid, ġew konfermati u eletti l-istess tnejn li kien hemm is-sena ta' qabel.", "Mela meta ngħidu li madwar il-mejda ta' l-awtorita' hemm rappreżentat direttament jew indirettament is-settur kollu nkunu qed ngħidu dak li qiegħed jiġri.", "Jien sirt naf li minn żmien għal żmien iż-żewġ membri li qegħdin jirrappreżantaw dawk l-għaqdiet u dawk l-assoċjazzjonijiet kollha jsejħu laqgħat mal-persuni li jeleġġuhom biex iżommuhom informati b'dak li jkun qed jiġri.", "B'kuntrast ma' dak li kien jiġri qabel meta kien hemm l-NTOM, l- awtorita' llum, fil-fatt, kif jidher mill-funzjonijiet varji u iktar vasti li għandha, għandha raġġ akbar ta' azzjoni.", "Fil-fatt illum l-awtorita' għandha erba' direttorati li jieħdu ħsieb il-marketing, il-product planning and development, il-human resources and support services u l-enforcement u amministrivament għandha żewġ taqsimiet oħra; it-taqsima tal-corporate u t- taqsima tal-communications and business development.", "In-nefqa prospettata hija ta' Lm12,053,591 – dan joħroġ mill-istatement li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra - u dan ifisser Lm3 miljun aktar min-nefqa tas-sena 2000.", "Dan għaliex hemm finanzjament ikbar min-naħa tal-gvern li jammonta għal Lm8.5 miljun.", "Hemm ukoll Lm175,000 li hija l-book transaction li l-gvern jagħtihom lill-MTA u mbagħad din tagħtihom lura biex jiġi serviced id-dejn li kien hemm fl-NTOM.", "Dan ifisser li l-awtorita' m'hi qed tħallas xejn.", "Fil-fatt din is-sena l-MTA se tonfoq aktar milli għandha provdut u dan jista' jsir għaliex ħafna mill-commitments tat-TOSS li hemm għal din is- sena jiġu għall-pagament is-sena d-dieħla u allura peress li l-awtorita' taf x'finanzjament se jkollna minn quddiem - dan huwa riżultat tal-ftehim li kien sar mal-gvern – tkun tista' tippjana aħjar.", "Daqqa ta' għajn lejn l-income and expenditure accounts turi li l-overseas marketing expenditure, inkluż it-TOSS, se tlaħħaq id-Lm9 miljun.", "L-ispiża għat-TOSS prospettata se tkun ta' Lm4.3 miljun - żieda ta' Lm1.3 miljun fuq is-sena ta' qabel – filwaqt li għall-promozzjoni, pubbliċita' u reklamar hemm żieda ta' Lm900,000 għal Lm4.7miljun.", "L-accounts juru wkoll li se jkun hemm investiment ta' Lm100,00 f'hardware u tagħmir u wara l- ftehim kollettiv li ġie ffirmat ix-xahar li għadda, jirriżulta li fuq pagi u salarji se jkun hemm żieda ta' Lm0.25 miljun fuq is-sena li għaddiet.", "Dan ikopri wkoll żieda fl-impjiegi.", "Fil-fatt għal din is-sena huwa prospettat li se jiżdiedu tmien impjiegi.", "Il-budget għall-promozzjoni huwa ħafna akbar u effettiv minn dak li jidher għaliex bi ftehim ma' operaturi f'diversi swieq l-operatur jieħu d-doppju tal-pubbliċita' għax hemm il-kontribut ta' Malta u Malta tieħu d-doppju tal-pubbliċita' għax hemm il-kontribut ta' l-operatur.", "Dan ir-reklamar qed isir fuq it- television Ingliż bi ftehim mill-kumpannija Granada.", "Din is-sena l-Lm4.3 miljun allokati għat-TOSS jinkludu wkoll Lm1 miljun fuq l-iskema ta' inċentivi u din hija simili għal dik l-iskema li kienet ġiet varata minn Ċipru li semmejt nhar l-Erbgħa li għaddew.", "Kull direttorat għandu l-programm tiegħu li jiġi monitored xahar b'xahar u fejn ikun hemm bżonn dan jiġi updated, rivedut u aġġornat.", "Ta' min igħid li dejjem ikun hemm status report miżmum biex wieħed jara f'liema stat ikun wasal.", "Kif jirriżulta mill-istess pjan strateġiku dan huwa pjan li jħares 'il quddem oltre t-tliet snin li hemm prospettat.", "Ikun tajjeb li hawnhekk jingħad ukoll li l-politika tal-gvern hija riflessa f'dan il-pjan u f'linji ġenerali.", "Din hija politika li filwaqt li tapprezza u tgħożż it-tagħlim ta' l-imgħoddi, tħares 'il quddiem biex tiżgura li Malta ssir aktar rilevanti u aktar ta' siwi għall-operaturi lokali u barranin fil-qasam tat-turiżmu.", "Għalkemm id-drawwiet u s-sistemi ta' l-imgħoddi kienu ta' siwi kbir fi żmienhom, fil-fatt m'għadhomx jgħoddu llum għaliex kif jaf kulħadd iż-żmenijiet jinbidlu u ma jistennew lil ħadd.", "Irrid ngħid li ħafna minn dawk illi l-industrija kienet taħdem magħhom, illum m'għadhomx fuq is-suq, pero' l-verita' hi li Malta u Għawdex għadhom qegħdin fuq is-suq u jridu jibqgħu fuq is-suq u għalhekk huwa meħtieġ li pajjiżna jibqa' rilevanti għall-industrija u għall-imseħbin tagħna, kemm lokali kif ukoll barranin.", "Għalhekk ma nistgħux nibqgħu marbutin mas- suppliers tradizzjonali tagħna u ma' sistemi li għamlu żmienhom.", "Illum ma nistgħux nibqgħu naħsbu dwar ċertu tip ta' turist għax illum it-turist tal- massa m'għadux it-turist ta' 30 sena ilu li ma kienx jaf jivvjaġġa u ma kellu l-ebda esperjenza.", "Illum it-turist li huwa klassifikat bħala t- turist tal-massa, huwa turist li għandu ċerta esperjenza li mhux l-ewwel darba li siefer ̧ turist li ħafna drabi jsiefer aktar minn darba fis-sena u turist li ma jsifirx sempliċement għax-xemx u għall-baħar imma jsiefer ukoll biex ikollu esperjenza.", "L-industrija tat-turiżmu u l-poplu Malti għandu jibda jirrealizza li filwaqt li huwa importanti ħafna li wieħed iżomm in-numru ta' turisti li jiġu f'dan il-pajjiż, hemm benchmarks oħrajn li jirriflettu, per eżempju, fuq kemm ikun hemm nies impjegati fl-industrija u xi dħul tagħmel l- industrija.", "Hemm ukoll benchmarks oħrajn bħal, ngħidu aħna, dwar l- occupancy levels.", "Għalkemm forsi dawn ma jkunux dawk li wieħed kien jistenna qabel meta t-turist kien jiġi sebat ijiem jew 14-il jum back to back, l-aktar ħaġa importanti hija li l-lukandi jkollhom room rate achieved aktar minn qabel.", "Min qiegħed fl-industrija qed jifhem x'qed ngħid jien u x'qed igħidu l-membri kollha ta' din il-Kamra.", "Il-punt li qed nagħmel hawnhekk huwa li jekk jonqsu għaxra mis-sena ta' qabel jew jiżdiedu għaxra mis-sena ta' qabel, m'hijiex kwestjoni ta' suċċess jew nuqqas ta' suċċess imma ħafna drabi huwa riżultat ta' evoluzzjoni naturali tas-suq.", "Sur President, dan il-pajjiż għandu ħafna x'joffri u għandu ħafna doni.", "Meta jien kont responsabbli mill-kultura u kont qiegħed nitkellem għan- nom ta' Malta f'Lussemburgu fl-istructured dialogue dwar il-kultura, l- president tal-kummissjoni Walter Veltroni kien dar fuqi u qalli li għalkemm aħna għandna bżonnhom għal ħafna affarijiet oħra ċertament li f'dak li għandu x'jaqsam ma' kultura l-kontribut ta' Malta huwa imprezzabbli.", "Għalhekk minkejja li forsi fl-imgħoddi ma sfruttajniex id- doni tagħna daqstant tajjeb - bil-kelma nisfruttaw ma rridx infisser nikkummerċjalizzaw imma nivvalurizzaw ftit aħjar – aħna nistgħu nagħmlu minn Malta ̧ b'enfasi fuq dak li jagħmilna Maltin u fuq l-identita' nazzjonali tagħna, destinazzjoni li mhux timtela' wara li jimtela' ħaddieħor imma destinazzjoni li fil-fatt tkun l-għażla preferita għall- vjaġġatur.", "Aħna għandna noffru esperjenza ġdida u sabiħa lil min jiġi fostna.", "Dażgur li għandna nkomplu nbigħu x-xemx u l-baħar!", "Pero' bħalna hawn ħafna fil-Mediterran, fosthom it-Tuneżija, il-Marokk, l-Eġittu, it- Turkija u l-Bulgarija, fejn il-pagi huma bil-bosta inqas minn tagħna u allura jistgħu jbigħu x-xemx u l-baħar bi prezz ferm orħos minn tagħna.", "Għalhekk f'dak li għandu x'jaqsam ma' kompetizzjoni żgur li aħna ma nistgħux nirbħu fuq prezz imma rridu nirbħu fuq fatturi oħra b'aspetti oħra ta' l-offerta tagħna.", "Pajjiżi oħrajn li diġa' huma marbutin mal-euro – dan l-aħħar din il-munita żdiedet fil-valur pero' l-kambju tagħha għadu baxx - qed jagħmlu tajjeb għall-prezz ta' xogħol ogħla minn dak li għandna aħna permezz tal-kambju iktar baxx tal-euro u qed joffru pakketti tassew kompetittivi.", "Jien naħseb li 'l quddiem, wara li jitkellmu l-kelliema ta' l- oppożizzjoni, jkolli opportunita' neżamina ftit x'beħsiebha tagħmel kull taqsima ta' l-awtorita' matul din is-sena u x'qiegħed jiġi mħejji.", "Fil- fatt skond il-pjan strateġiku qed nimmiraw għal għan wieħed; li l-offerta Maltija tiġi ripożizzjonata biex taqdi l-ħteġijiet ta' l-industrija tal-lum u wisq iktar ta' għada.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, bla dubju ta' xejn il-qasam turistiku huwa qasam għall-qalb il-poplu Malti għax minnu jiddependi l-għajxien ta' ħafna nies.", "Pero' fejn tidħol l-awtorita' tat-turiżmu wieħed ma jistax jinsa l-kutrumbajsa politika Nazzjonalista.", "Ma rridux ninsew li meta l- gvern Laburista kien se jwaqqaf l-awtorita' tat-turiżmu – dak l-abbozz ta' liġi ġie ssekondat mill-istess ministru tat-turiżmu li għandna llum - l- oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kienet ivvotat kontra għal skopijiet partiġġjani u vantaġġi politiċi pero' wara l-elezzjoni dawn ressqu l-abbozz ta' liġi dwar din l-istess awtorita' u għaddew minn dan il- parlament.", "Bla dubju ta' xejn jien ħadt pjaċir nisma' lill-ministru jitkellem dwar il-kompetizzjoni li għandna madwarna fil-pajjiżi tal-Mediterran.", "Jien għedt kemm-il darba li biex inkunu kompetittivi fil-qasam turistiku ma nistgħux inħallu barra l-kunċett li l-prodott tagħna jrid ikun kompetittiv ma' dak ta' pajjiżi oħra.", "Dan iwassalni għall-punt dwar diskussjoni li kellna ftit tal-ġranet ilu dwar il-kwestjoni tal-kontribuzzjonijiet ġodda li s-setturi turistiċi se jkollhom iħallsu.", "Jien ngħid bl-akbar konvinzjoni li dan mhux qed isir min-naħa ta' l-awtorita' imma min-naħa tal- ministru.", "Jidher li l-qasam turistiku ma jiflaħx għal dawn il- kontribuzzjonijiet.", "Per eżempju, llum it-3-star hotels ma tantx jinsabu f'sitwazzjoni pjaċevoli.", "Dawn l-affarijiet ngħiduhom bi sfortuna għax fin- nofs hemm l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin.", "Jien qed namalgama l- kontribuzzjonijiet mal-pakkett li rridu noffru lit-turist barrani għax jekk irridu nkunu kompetittivi rridu naraw li l-prodott tagħna ma jkunux ogħla milli diġa' hu.", "Il-ministru qal li f'ċerti pajjiżi l-pagi huma ferm inqas minn tagħna.", "Dan ifisser li l-operatur għandu spiża inqas biex imexxi l-qasam tiegħu u allura jista' joffri prezz ferm irħas milli qed noffru aħna fil-preżent.", "Meta nżidu l-piżijiet tad-dawl, ilma, taxxi u kontribuzzjonijiet inkunu qed inżidu l-piżijiet ukoll fuq il-qasam turistiku u dan jiġi rifless fuq il- prezzijiet li noffru lit-turist.", "Awtomatikament dan jaffettwa l- kompetizzjoni mal-pajjiżi ġirien tagħna li għandhom xemx u baħar daqsna.", "Per eżempju, aħna għandna 5-star hotels u 4-star hotels imma dawn il- pajjiżi għandhom lukandi li huma aħjar minn tagħna.", "F'pajjiżna l- investitur ilu jinvesti snin sħaħ u allura f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi u lukandi aħna għandna vantaġġ fuq pajjiżi oħra.", "Pero' hawnhekk nixtieq nistaqsi: X'inhu l-livell tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' infrastruttura?", "Bħala pakkett in ġeneral x'qed noffru?", "Li nista' ngħid hu li l-prodott Malti qed jogħla kontinwament.", "Jien għalhekk sa ċertu punt ħadt pjaċir nisma' lill-ministru jindirizza dan il- fatt pero' l-affarijiet iridu jsiru bil-fatti u mhux bil-paroli biss.", "L- operatur irid għajnuna bil-fatti.", "Issa jien ma nimmaġinax li l-awtorita' twaqqfet biex l-operatur jiġi intaxxat għax inkella mhux 'il quddiem se mmorru imma lura.", "Nafu, per eżempju, li qabel l-1996 kienu diġa' qed ifiġġu l-problemi u li kieku ma kienx għall-ispinta kbira li għamel gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kieku ma nafx x'kien jiġri.", "J'Alla f'dawn is- snin li għandna quddiemna naraw kif se nerġgħu niksbu riżultati pożittivi fil-qasam turistiku u ma nħallux aktar inċertezza għax minn dan il-qasam jiddependi ħafna l-għajxien ta' ħafna ħaddiema.", "Mr Speaker, gvern Laburista impenja ruħu bis-serjeta' u f'sena u għaxar xhur sebbaħ diversi postijiet turistiċi.", "Dawn il-postijiet mhux se noqgħod insemmihom għax semmejnihom kemm-il darba.", "Pero' mbagħad x'ġara?", "F'Buġibba, per eżempju, ma sar xejn aktar milli għamel gvern Laburista u allura rridu naraw x'se nagħmlu għax inkella l-flus li ntnefqu se jispiċċaw fix-xejn.", "Per eżempju ̧ il-proġetti l-oħrajn li kienu nbdew u li kieku fi stadju avvanzat, sal-lum għadu lanqas tlesta wieħed minnhom.", "Apparti minn hekk, biex għamlu l-promenade ta' Tas- Sliema, mit-torri sal-fortizza, ħadu sena u ntnefqu Lm800,000.", "Issa biex sar il-proġett kollu ta' Buġibba ntnefqu Lm2.5 miljun u dan kollu sar f'erba' xhur għax il-ħaddiema tal- gvern huma kapaċi wkoll.", "Barra minn dan gvern Laburista beda proġetti oħra wkoll.", "Mr Speaker, imbagħad xi ngħidu fuq it-toroq?", "Bejn l-1987 u l-1996 gvern Nazzjonalista nefaq Lm60 miljun pero' r-riżultat huwa zero.", "Din ilni ġimgħa li għidtha u poġġejt id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll pero' l-Ministru Ċensu Galea ma fetaħx ħalqu dwar dan.", "Allura wieħed bilfors ikollu jistaqsi fejn qed imorru l-flus.", "Li tħallas it-taxxi u tara r- riżultati taċċettaha imma li tħallas it-taxxi u ma tara l-ebda riżultati u ħadd ma jaf fejn sejrin, ma taċċettahiex.", "Meta tisma' li ntnefqu Lm60 miljun fuq it-toroq u li l-gvern għandu bżonn Lm40 miljun, timmaġina li t- toroq huma tad-deheb u mhux qegħdin fis-sitwazzjoni diżastruża li jinsabu fiha.", "Dwar dan għadni qed nistenna risposta.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-impjiegi li joħorġu mill-awtorita'.", "F'Ġunju tas-sena li għaddiet l-awtorita' kienet ħarġet applikazzjonijiet għal-lecturer, assistant lecturer, housekeeping operations lecturer, catering facilities manager u għal postijiet oħrajn għax hawn lista sħiħa.", "Dan kien fil-21 ta' Ġunju tas-sena 2000.", "Fis-16 ta' Lulju, jiġifieri f'inqas minn xahar wara, f'paġna 4 tal-\"KullĦadd\", kien hemm dan ir-rapport bit-titlu \"Impjieg għal Ħabib fl-Awtorita' tat-Turiżmu\".", "Dan ir-rapport igħid hekk:", "\"Jidher ċar li fl-awtorita' tat-turiżmu l-għoti ta' l-impjiegi xejn m'hu qed isir b'mod ċar u trasparenti.", "Xi ġranet ilu ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-manager catering facilities fl-istitut ta' l-istudji turistiċi.", "Nies midħla ta' l-istitut ta' l-istudji turistiċi wrew tħassib għall-mod kif it-tourism authority ħolqot dan il-post ġdid fil-grad ta' manager.", "Jidher stramb il-fatt li għall- kuntrarju ta' dak li jsir is-soltu meta joħorġu sejħiet biex jimtlew postijiet fl-istess tourism authority, din id-darba ma saritx sejħa biex dan il-post jimtela min-nies diġa' impjegati ma' l-istess awtorita'.", "Wieħed kien forsi jasal biex jifhem li ssir sejħa minn barra li kieku ma kien hemm ħadd minn ġewwa interessat f'dan il-post, iżda ma jidhirx li dan huwa l-każ.", "Dan it-tħassib aktar jikber meta wieħed iqis li madwar sena ilu, jiġifieri sena qabel is-16 ta' Lulju tas-sena l-oħra, mingħajr ma saret l-ebda sejħa għal applikazzjonijiet, persuna ħafna qrib tal- ministru ngħatat impjieg part-time b'kuntratt bħala manager catering facilities fl-istitut ta' l-istudji turistiċi.", "Ftit taż-żmien wara din il-persuna ngħatat uffiċċju ġdid f'post prominenti fl-istess istitut.", "Nies dilettanti ta' l-imħatri qed ibassru kważi b'ċertezza li l-ħatra ta' manager catering facilities se tingħata lil din il-persuna.", "Dan huwa mod konvenjenti ħafna biex jinqdew il-ħbieb tal-ħbieb, imbagħad niftaħru bit-trasparenza u bis-serjeta' fit-tmexxija!", "Nistennew u naraw.\".", "Issa ftit tal-ġimgħat ilu ħareġ ir-riżultat u dak li ġie mbassar madwar sitt xhur ilu seħħ fir-realta'.", "Per eżempju, is-Sur Albani li kien fuq il-bord tal-panel, saħansitra kellu l-vilta' jħeġġeġ lis-Sur John Cassar li kien wieħed mill-applikanti – dan qed insemmih għax għandi l-permess tiegħu - biex jirtira l- applikazzjoni tiegħu.", "Dakinhar iċ-chairman lil dan il-bniedem qallu li dan l-impjieg huwa peanuts għalih, imma mbagħad l-impjieg mhux hu ħadu imma ħadu min għandu inqas kwalifiki u inqas esperjenza.", "Dan mhux qed nivvintah jien imma dawn fatti.", "Issa min jaf lis-Sur Cassar jaf li dan huwa bniedem li ħadem f'lukandi kbar u għandu esperjenza u kwalifiki kemm irid, biżżejjed ngħid li ġab il-Masters minn Milan.", "Għalhekk il-ministru jmissu jirrikonoxxih u mhux joqgħod jistenna lill-universita' tirrikonoxxi l- Masters li għandu.", "Imbagħad bniedem li m'għandux il-kwalifiki, imbierek Alla, ħa l-impjieg kif kien imbassar.", "Jien ikolli dubji kbar, per eżempju ̧ meta nara r-riżultat ippubblikat u mwaħħal fuq in-notice boards fl-ITS mingħajr logo ta' l-ITS, mingħajr logo ta' l-MTA u mingħajr firma ta' ħadd.", "Fil-fatt ir-riżultat irranġawh b'mod li dak li ħa l-impjieg kien aħjar fil-common skills u fil- personalita', jiġifieri fil-kwalifiki u fl-esperjenza ma kienx aħjar.", "Issa jekk minħabba l-kulur politiku se nibdew inwarrbu lil dawn in-nies, ifisser li l-awtorita' mhux qed taħdem bis-serjeta' u li fl-ITS l- affarijiet qed isiru b'mod partiġġjan.", "Il-ministru jaf li din kienet maħduma bizzilla u li dan l-impjieg kellu jingħata li min kien ippjanat li jingħata, pero' jien lest li ngħaddilu d- dokumentazzjoni kollha li għandi.", "Jekk l-affarijiet se jimxu b'dan il-mod ma jistax ikun hemm fiduċja fl-awtorita' tat-turiżmu.", "Biex ikun hemm il- fiduċja jrid ikun hemm is-serjeta' u t-trasparenza.", "Għalhekk nitlob lill- ministru jwieġeb dwar dan u jinvestiga kif saru l-affarijiet.", "Grazzi.", "MR SPEAKER : Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, illum qed niddiskutu l-estimi ta' l- awtorita' tat-turiżmu u nixtieq nibda biex ngħid li l-estimi għas-sena 2001 nistgħu nipparagunawhom mar-revised estimates tas-sena 2000, peress li l- audited accounts tas-sena 2000 għadhom ma ħarġux.", "Din wieħed jifhimha għax għadna kemm spiċċajna s-sena 2000 jiġifieri ħadd ma jistenna illi l- affarijiet isiru daqshekk malajr.", "Issa l-estimi x'inhuma?", "Kull meta kumpannija privata jew business privat jagħmel l-estimi, jkollok id-dħul minn fejn hu ġej, il-ħruġ fuqhiex se jintnefaq u jkollok ukoll it-targets, il-profitti jew ir-riżultati li dik l-azjenda tkun se tipprova tilħaq.", "Fuq l-estimi ta' l-awtorita' tat-turiżmu għandna xi dettalji fuq id-dħul u fuq il-ħruġ, pero' qed ninnota illi targets m'għandna xejn.", "Jien qed ngħid dan kollu bi spirtu kostruttiv biex minbarra d-dħul u l- ħruġ nibdew ninkludu wkoll it-targets li jkollna u r-riżultati li jkunu deħlin.", "B'hekk l-affarijiet ikunu qed isiru aktar b'mod serju.", "X'jiswa li nkun naf x'se ndaħħal jew x'se noħroġ imbagħad ma jkollix idea tal- profitti jew tal-performance li jkollna.", "Per eżempju, minkejja li hawnhekk kull darba ngħidu li qed inżidu l-vot 'l hawn u vot 'l hinn donnu li t-targets tagħna dejjem qed jonqsu.", "Aħna konna daħħalna s-settur privat fl-awtorita' tat-turiżmu biex forsi tidħol ftit il-mentalita' tal- privat, pero' ma tantx jidher li dieħla din il-mentalita'.", "Pero' apparti minn hekk naf li hemm ħafna nies ġodda fl-MTA li huma serji fuq xogħolhom u li huma stmati imma s'issa r-riżultati tagħhom għadhom ma jidhrux.", "Qabel ma niġi għall-vot ta' l-MTA nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira fuq il- vot kumplessiv tat-turiżmu.", "Huwa veru li l-vot tat-turiżmu żdied pero' ma rridux ninsew illi gvern Laburista ħareġ bil-proġetti tat-tourism zones.", "U meta tgħaqqad il-vot li kellu l-ministeru tat-turiżmu u l-vot fuq it- tourism zones li kien managed prinċipalment mill-ministeru responsabbli mill-ambjent, wieħed isib illi gvern Laburista kellu Lm6.5 miljun vot kapitali u Lm3.5 miljun intnefqu fl-ewwel tliet xhur fuq il-proġett ta' Buġibba.", "Għalhekk qed nitkellmu fuq vot komplessiv ta' Lm10 miljun li parti kbira minnu kienet se tintnefaq speċifikament fuq prodott turistiku.", "Skond l-estimi ta' din is-sena, il-vot għat-turiżmu taħt gvern Nazzjonalista tela' minn Lm6.5 miljun għal Lm8.5 miljun, pero' meta tħares imbagħad lejn il-vot li hemm allokat għal upgrading ta' tourist areas, issib li dan il-vot qiegħed Lm900,000.", "Jien niskanta kif ġie vvutat dan l- ammont żgħir għaliex ma nistax nifhem kif dan il-gvern irid jispiċċa l- ħafna xogħlijiet li kienu nbdew qabel b'Lm900,000.", "Per eżempju, ix- xogħlijiet li kienu nbdew fin-naħa ta' isfel ta' Malta tliet snin ilu għadhom lanqas tlestew.", "Mela jien naħseb li l-vot kumplessiv aktar niżel milli tela'.", "Hawnhekk il-ministru jista' jgħidli li hemm il-vot ta' l- ambjent, il-vot tat-trasport, il-vot tat-toroq u voti oħrajn imma dawn il- voti dejjem kienu hemmhekk.", "Pero' vot speċifikament fuq tourist upgrading ma jidhirx.", "Barra minn hekk naħseb li l-ministru jaf daqsi kemm hu diffiċli biex vot li qiegħed taħt ministeru ieħor tintnefaq parti minnu fuq proġetti turistiċi.", "Jien niftakar illi biex għamilna hekk - jien nista' ngħid li sibt ħafna koperazzjoni mingħand sħabi - konna għamilna kumitat ministerjali li ħafna drabi kien ikun chaired mill-prim ministru ta' dak iż-żmien stess għaliex konna nemmnu fl-importanza tat-turiżmu.", "L-approach ta' dak iż-żmien kien illi nżidu t-turnover mit-turiżmu u nżidu l-ammonti ta' bednights u arrivals mit-turiżmu, mhux billi nnaqqsu l-prezzijiet imma billi ntejbu l-prodott tagħna.", "Illum nafu li hemm ministerial committee, pero' nafu wkoll li għal dan il-kumitat mhux qed jattendu ministri imma kollox qed jitħalla f'idejn ministeri differenti.", "Kumment ieħor li rrid nagħmel qabel ma nitkellem fuq l-estimi ta' l-MTA huwa li wieħed kien jistenna li l-vot fuq l-emoluments tal-ministeru tat- turiżmu kellu jonqos għax ħafna mix-xogħol qed isir mill-MTA.", "Għalhekk l- MTA qed tqum lill-gvern ħafna flus u allura wieħed kien jistenna li l- ministeru tat-turiżmu jagħmel xi ftit savings fuq il-finanzi tal-gvern pero' dan ma sarx.", "Fil-fatt fl-aħħar sentejn l-emoluments telgħu bi 11%.", "Issa dan ma kienx dovut ̧ per eżempju ̧ għal xi increases li seta' kien hemm għaliex meta qed titkellem fuq Lm153,000 kważi qed titkellem fuq 30 impjieg ġdid.", "Jien qed ngħid dawn l-affarijiet biex forsi aktar tard il- ministru jagħtina spjegazzjoni dwarhom.", "Fil-fatt sieħbi għadu kemm qal li l-vot għall-ITS niżel bi Lm58,000.", "Għandek żieda qawwija f'pagi u tnaqqis f'setturi importanti u dan huwa sintomu mas-settur turistiku kollu.", "Per eżempju, meta nħarsu lejn l-MTA se nsibu illi għandna żidiet qawwija f'salarji u f'overheads imbagħad hemm tnaqqis fuq affarijiet aktar importanti.", "Dawn kienu kummenti rigward affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- ministeru.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq l-estimi ta' l-MTA.", "Kif qal il-ministru, id-dħul globali ta' l-MTA min-naħa tal-gvern, ta' l-Air Malta, ta' l-MIA, kontribuzzjonijiet privati u xi affarijiet oħra żdied b'madwar Lm1.8 miljun, jiġifieri għandek żieda sostanzjali ta' 21%.", "Pero' meta tara l- kontribuzzjonijiet qawwija li kellu joħroġ il-privat għal din is-sena ssib li l-kontribuzzjoni tal-gvern bħala persentaġġ tad-dħul kollu ta' l-MTA niżel minn 88% għal 83%, jiġifieri bħala persentaġġ il-gvern naqqas il- kontribuzzjoni tiegħu.", "Fil-fatt bħala persentaġġ il-kontribuzzjoni tal- privat minn 4% żdiedet għal 9.5%.", "Imma xtaqt ukoll nikkoreġi xi ħaġa żgħira għaliex fl-estimi tad-dħul jidher li l-gvern se jagħti lill-MTA Lm8.675 miljun.", "Fil-fatt nafu li Lm175,000 minnhom sejrin bħala ħlasijiet ta' interessi li l-MTA għandha mal-Bank of Valletta.", "Għalhekk il-vot li qed jagħti l-gvern lill-MTA huwa ta' Lm8.5 miljun.", "Hawnhekk, Sur President, irrid nagħmel kumment għad-dikjarazzjonijiet li saru li t-turiżmu għamel pass qawwi 'l quddiem għaliex ħa mingħand il-gvern assigurazzjoni illi għall-erba' snin li ġejjin, jiġifieri sas-sena 2004, il- gvern se jagħti lill-MTA is-somma ffissata ta' Lm8.5 miljun.", "Din għandha ċerti vantaġġi għaliex l-MTA m'għandhiex toqgħod tiġġieled kull sena biex tara kemm se tieħu għax issa taf li fis-snin li ġejjin għandha ammont stabbilit.", "Pero' jien naħseb li hawnhekk l-MTA għamlet żball għax il-vot tat-turiżmu żdied kull sena.", "Fil-fatt ̧ jekk m'iniex sejjer żball, mill- 1990 'l hawn dan il-vot darbtejn biss tnaqqas.", "Pero' fl-1998 il-vot ta' l- NTOM żdied b'Lm1 miljun, jiġifieri tela' b'19% aktar fuq is-sena ta' qabel; fl-1999 żdied bi kważi Lm0.6 miljun, jiġifieri tela' bi kważi 9%; fis-sena 2000 żdied bi ftit inqas minn Lm0.5 miljun, jiġifieri żdied b'6%; u mis-sena 2000 għas-sena 2001 żdied bi kważi Lm1 miljun, jiġifieri reġa' żdied bi 12.5%.", "Issa għandna l-assigurazzjoni tal-ministru illi għas-snin 2002, 2003 u 2004 mhu se jkun hemm l-ebda żieda fil-vot ta' l-MTA.", "Qed ngħid dan għax bejn l-1997 u s-sena 2001 dan il-vot tela' bi Lm3 miljun.", "U kif jgħallmuni sħabi u kulmin huwa fil-politika u fl-ekonomija, a zero growth over a period tista' teħodha bħalha a decrease minħabba kwestjonijiet ta' inflazzjoni, proġetti ġodda eċċ. Dan qed ngħidu biex ma nibqgħux niftaħru li qisna għamilna xi vittorja għax fis-snin li ġejjin mhu se jkun hemm l- ebda żieda.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-kontribuzzjonijiet tal-privat, Sur President.", "Il-gvern żied lill-MTA bi ftit inqas minn Lm1 miljun meta jaf li din se tonfoq Lm3.3 miljun.", "Għalhekk qam ħafna paniku biex jipprovaw jiġbru kemm jista' jkun fondi għall-MTA minn sorsi oħrajn u l- ewwel sors li ħasbu fuqu kien is-sors privat.", "Aħna għidna li ż-żieda ta' kważi Lm1 miljun hija esaġerata.", "Issa hawnhekk wieħed jista' jgħid li ilu ma jkun hemm żidiet.", "Dan huwa veru imma ma tistax tagħti żieda ta' 180% f'daqqa waħda.", "U ladarba qed nitkellmu fuq il-kontribuzzjonijiet tal- privat nixtieq nagħmel xi kumment ieħor fuq dak li qal il-ministru.", "L-Onor.", "Refalo qal li kien hemm xi flus mill-kontribuzzjonijiet li kellu jħallas il-privat lill-MTA illi ma nġabrux.", "Pero' meta naraw ir-revised estimates tas-sena 2000 insibu illi l-ammont kollu ta' Lm345,000 inġabar.", "Allura lil min se nemmnu, lill-ministru jew ir-revised estimates?", "Fl- opinjoni ta' l-oppożizzjoni dawn iż-żidiet kienu qawwija, saru mingħajr ebda konsultazzjoni u ma kien ebda loġika kif inħadmu.", "Barra minn hekk kif se naraw aktar 'il quddiem, l-MTA mhux qed tiġġustifika dawn iż-żidiet la bil-mod kif qed taħdem, la kif qed jintnefqu l-flus u wisq anqas bir- riżultati.", "Jien ngħid illi din il-miżura hija miżura negattiva oħra illi la se tgħin il-prodott tagħna u lanqas se tgħin il-kompetittivita' tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi, fis-settur turistiku mexjin lejn politika ta' a higher tax u a lower incentive approach u din hija politika ħażina.", "U meta l- ministru stess qed jgħid li hemm flus li għadhom ma nġabrux, dan ifisser li min qed iħallas qed induru fuqu biex iħallas aktar, imbagħad m'aħniex kapaċi nduru fuq dawk li mhux qed iħallsu dak li huwa dovut lill-MTA!", "Jien kont nistenna li l-ewwel iddur fuq dak li għandu jagħti qabel ma ddur fuq dak li diġa' qiegħed iħallas.", "Issa jien dan qed ngħidu mingħajr ebda motivazzjoni politika, għalkemm il-ministru dan l-aħħar f'intervista mal-PBS qal li d-diskors kollu li għamilna nhar il-Ħamis jew nhar il-Ġimgħa sar b'motivazzjoni politika.", "Jien ngħidlu li qiegħed ħafna 'l bogħod minn dak li qed jaħseb.", "Jien ma nafx jekk aktar tard il-ministru jistax jagħti konferma illi min-naħa ta' l-MTA mhux se jkun hemm talbiet u żidiet oħrajn.", "(Interuzzjonijiet) Il-ministru qed jgħid li diġa' qal li mhux se jkun hemm u ta' dan nirringrazzjah f'isem is-settur.", "Meta ż-żieda fin-nefqa tat-tourism authority se titla' bi Lm3.3 miljun imma d-dħul se jiżdied b'Lm1.8 miljun.", "Barra minn hekk, din is-sena se niġbru Lm10.4 miljun imma se nonfqu Lm12 miljun u dan se jħallina b'deficit ta' Lm1.6 miljun, li jammonta għal 16% tad-dħul ta' l-MTA.", "Kieku l-MTA ma ġabritx kontribuzzjonijiet min-naħa tal- privat, dan id-deficit kien jitla' għal Lm2.3 miljun u d-dħul kien jinżel għal Lm9.8 miljun.", "Dan ifisser illi l-MTA kienet tibda l-ewwel sena b'deficit li jaqbeż it-23% u jien ngħid illi dan mhuwiex sinjal tajjeb.", "Aħna qed nitkellmu fuq estimi biss, jiġifieri jista' jkun li n-nefqa kif ukoll id-deficit għas-sena li qegħdin fiha jikbru u jiċkienu, pero' l- probabbilta' hi li aktar jikbru.", "Il-ministru qalilna wkoll li dan huwa deficit temporanju għax għadna qed inħallsu Lm4.3 miljun lit-TOSS.", "Qed jingħad li ladarba tispiċċa t- TOSS dawk il-Lm4.3 miljun imorru għal promotion overseas eċċ. Issa jien qed nassumi li minn dawk il-Lm4.3 miljun dan id-deficit jinqata' ukoll.", "Pero' hawnhekk bilfors tqum din il-mistoqsija: Jekk dan id- deficit huwa wieħed temporanju għal sena waħda biss għaliex is-sena d- dieħla l-Lm4.3 miljun tat-TOSS mhux se jintnefqu, għalfejn ġew imposti dawn il-kontribuzzjonijiet fuq is-settur privat?", "Kieku l-MTA kienet se tibqa' turi deficits qawwijin kieku wieħed kien igħid li minn x'imkien trid iġġibhom pero' meta qed nispjegaw lil kulħadd li dan huwa deficit temporanju ma kellniex għalfejn noqogħdu nduru fuq il-privat.", "Sur President, ladarba għedna li l-MTA se tonfoq Lm3.3 miljun aktar, nixtieq nitkellem ftit fuq kif din tamministra l-finanzi tagħha għax jien naħseb li tista' tamministrahom aħjar, u nista' ngħid li dħalt fid-dettall biex nara ż-żieda ta' Lm3.3 miljun fejn hi sejra.", "Minkejja li qed tingħata l-impressjoni li l-infiq kollu se jmur fuq promotion, advertising u marketing dawn fil-fatt huma parti żgħira mit-Lm3.3 miljun.", "Għalhekk jien qsamt l-infiq kollu fi tliet setturi prinċipali, jiġifieri t-TOSS fejn għandek Lm4.3 miljun li se jintnefqu fuqha, l-operating and administrative costs, illi normalment ngħidulhom overheads, u l-promotional expenses, marketing, advertising u dawk l- affarijiet.", "Mela minn total expenditure ta' Lm12 miljun li se tonfoq l- MTA f'sena, Lm4.3 miljun sejrin għat-TOSS, Lm4.3 miljun oħra sejrin għal operating u administrative costs u Lm3.4 miljun sejrin għal promotional expenses.", "Qed ngħid dan biex ħadd ma jkollu l-impressjoni li l-MTA qed tonfoq Lm12 miljun fuq reklamar u dawn l-affarijiet.", "Huwa veru li t-TOSS hija marketing tool ukoll, pero' fuq dan nitkellem aktar tard għax jien sal-lum ma nistax nifhem li se nonfqu Lm4.3 miljun fuqha.", "Nerġa' ntenni li l-impressjoni illi ż-żidiet kollha sejrin fuq advertising u promotion hija impressjoni ħażina anzi, nista' ngħid ukoll illi filwaqt li s-sena l-oħra fuq promotion kien qed jintnefaq 30% ta' l- MTA budget, għal din is-sena se jintnefaq 28%.", "Mela bħala persentaġġ inżilna, u sieħbi l-aħħar darba semma Ċipru.", "Lil Ċipru għandna nsemmuh f'kollox.", "Per eżempju, l-operating and administrative costs ta' Ċipru huma inqas minn 25% tat-total expenditure, mentri l-operating and administrative costs tagħna qegħdin kważi 40%.", "Għalhekk Ċipru għandna nsemmuh fit-tajjeb ukoll.", "Jekk għandna l-ħila nikkuppjaw lil Ċipru f'dawn l- affarijiet jien ngħid li nkunu għamilna pass 'il quddiem.", "Qed ngħid dan għax għalija dan l-ammont huwa qawwi ħafna.", "Is-sena l-oħra l-operating and administrative costs tat-TOSS kienu 39% tan-nefqa sħiħa tal-Malta tourism authority.", "Issa jien ma niftakarx li xi darba ntnefqu dawn l-ammonti kollha fuq it-TOSS, lanqas fl-agħar żmenijiet.", "Imbagħad għandna l-operating and administrative expenses li ntnefqu fil- head office lokali kif ukoll fl-overseas offices tagħna li jammontaw għal 26% of total expenditure u l-promotional expenses li jammontaw għal 23% biss tat-total expenditure.", "Dan ifisser li min-nefqa ta' Lm12 miljun, fuq promotion se nonfqu biss Lm3.3 miljun u minn Lm3.3 miljun żieda li ħadet l-MTA, Lm0.75 miljun biss se jmorru fuq dan is-settur.", "Jien nerġa' ntenni li din l-imbierka nefqa fuq it-TOSS ma nistax nifhimha.", "Kif jaf kulħadd it-TOSS kważi hija a necessary evil.", "Dan bħal meta tgħid lil xi ħadd: I cannot live with you but I cannot live without you!", "Din hija xi ħaġa li għalkemm nixtiequ nneħħuha ma tantx nistgħu ngħaddu mingħajrha għax nafu li jekk inneħħuha l-effetti aktar jistgħu jkunu negattivi.", "Issa skond il-ministru hemm qbil, anke mal-lukandiera, li t-TOSS għandha titneħħa, pero' l-feedback li għandi jien huwa li ħafna ma jaqblux li din għandha titneħħa.", "Per eżempju, fl-aħħar annual general meeting ta' l-MHRA kien hemm individwu li qal li waħda mill-worries tiegħu hija t- tneħħija tat-TOSS.", "Min-naħa l-oħra mhux il-lukandiera kollha qed jieħdu ħafna vantaġġ mit-TOSS.", "Per eżempju, jekk it-TOSS qed tissussidja t- turist tal-massa ta' l-operatur, min għandu 5-star hotel jaqbillu ma joqgħodx jissussidja l-mass market u jintefa' fuq promozzjoni.", "Din nifhimha għax dawn ma jeħdux dawk it-turisti li huma price sensitive u t- turisti li jutilizzaw it-TOSS.", "Pero' rridu nifhmu wkoll li 80% tas-sodod tagħna sfortunatament mhumiex qegħdin f'din il-kategorija.", "Għalhekk wieħed irid jifhem li veru jista' jkollok hoteliers b'interessi differenti imma mbagħad id-deċiżjoni trid tittieħed, kemm jista' jkun, fl-interess ta' kulħadd.", "Jekk il-lukandiera jaqblu mal-ministru li t-TOSS għandha titneħħa mela għandna nneħħuha, pero' mbagħad mhux joqgħodu jħabbtu l-bibien tal- ministru u jgħidu x'għamilna u ma għamilniex.", "Dwar dan jien naqbel mal- ministru u din għidtha kemm-il darba.", "M'għandniex nagħmlu, per eżempju, kif għamilna fil-każ tal-kontribuzzjonijiet fejn l-ewwel għidna li fil- kabinett hemm qbil, imbagħad niġu fil-parlament ngħidu li hemm qbil imbagħad is-settur privat jgħidilna li m'hemm qbil xejn għaliex ma ġie diskuss xejn.", "Għalhekk jekk it-TOSS inneħħuha mhux niġu wara li jgħaddi ż- żmien u nerġgħu nitolbu biex din terġa' tiddaħħal għax inkella s-setturi tat-turiżmu jerġa' jibda miexi bl-iskossi.", "Issa ħalli niġi għar- raġunijiet veri għalfejn qed titneħħa t-TOSS.", "Il-ministru qed jgħid illi waħda mir-raġunijiet għalfejn ma jaqbilx mat- TOSS hija li l-flus tagħha jistgħu jmorru għar-reklamar.", "Dwar dan m'hemmx dubju imma mbagħad ma nafux x'se jagħti riżultati aħjar; jekk hux it-TOSS jew inkella r-reklamar.", "Qed ngħid dan għax safejn naf jien m'għandniex indikazzjonijiet serji u tajba illi jgħidu illi kull meta neħħejna jew naqqasna t-TOSS u żidna r-reklamar dejjem ġibna riżultati aħjar anzi l- esperjenza dejjem urietna bil-kontra.", "Nafu, per eżempju, li kif titneħħa t-TOSS il-pakkett Malti - hawnhekk qed nitkellmu fuq l-Ingilterra - huwa mistenni li jiżdied bejn 10% u 12%.", "Jien nispera li l-Lm4.3 miljun illi se niffrankaw mit-TOSS verament imorru għall-promozzjoni.", "Ta' min igħid ukoll li r-raġuni vera għalfejn it-TOSS se jkollha titneħħa taha Dr. Simon Busuttil - fil-fatt tajniha aħna, imma l-ministru qatt ma qabel magħna - meta qal li nistgħux nibqgħu nagħtu state aids minħabba r- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa x'inhu l-aħjar, li tagħti inċentivi lill-operatur jew li tagħmel ir-reklamar?", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-inċentivi lill-operatur mhijiex xi ħaġa li vvintajniha aħna jew xi ħaġa li bdiet il-bieraħ.", "Din hija xi ħaġa li jagħmluha ħafna kompetituri tagħna u li naħseb li jagħmuha bil-għaqal aktar minna għax ma joqogħdux jiddiskutu kemm qed jagħtu lill-operaturi jew kemm qed jonfqu.", "Fi kliem ieħor dawn ma joqogħdux jonxru l-ħwejjeġ tagħhom barra kif nagħmlu aħna.", "Meta titkellem magħhom dawn igħidulek li qed iħallsu u li għandhom l-inċentivi imma ħadd ma jagħti dettalji.", "Allura hawnhekk nerġa' niġi għall-mistoqsija: Ir-reklamar għandu effett aħjar mit-TOSS?", "Huwa veru li r-reklamar se joħloq interess ikbar fit-turist u li aktar żma tirreklama aktar se jkun hemm nies interessati fil-prodott tiegħek imma d-deċiżjoni ta' l-għażla tad-destination turist ma jagħmilhiex fuq ir-reklamar imma jagħmilha fuq l-offerti, fuq il-prodott, fuq il-prezz ta' dak il-prodott u kemm dak il-prodott huwa kompetittiv ma' pakketti ta' kompetituri tagħna.", "Per eżempju, jien ngħid li bir-reklamar se noħolqu interess akbar fl- Ingilterra imma jekk il-pakkett tagħna se nġibuh inqas kompetittiv, l- interess li hemm fl-Ingliż se jissarraf fi btajjel għal Malta?", "Jien għandi d-dubji dwar dan u nispera li I'm proved wrong in the long run.", "Wisq nibża li se noħolqu aktar interess imma se nkunu anqas kompetittivi.", "Per eżempju, minkejja li għad għandna t-TOSS u żidna r-reklamar ir- riżultati mixtieqa għadna ma ġibnihomx.", "Nhar il-Ġimgħa kont qed nitkellem ma' tnejn min-nies li qaluli li bir-reklamar, ir-riżultat mis-suq Ingliż ġej.", "Pero' meta mort inqalleb il-figuri sibt li minkejja li bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena żidna 1,000 turist Ingliż fuq is-sena li għaddiet - mhux se nsemmi li s-sena li għaddiet kienet sena ħażina għas-suq Ingliż għax jekk tipparaguna din is-sena mas-sena ħażina tas-sena l-oħra kambjament pożittiv tara - xorta għadna 23,000 turist inqas mill-1999.", "Dan meta fis-suq Ingliż għandna t-TOSS u żidna r-reklamar.", "Issa naraw x'se jiġri fl-2002 meta se naqtgħu t-TOSS u nħallu r-reklamar biss.", "Qed ngħid dan biex jekk hemm bżonn tittieħed azzjoni, għandhom jibdew isiru d- diskussjonijiet ħalli l-affarijiet naħsbu għalihom minn issa u mhux meta jkun tard wisq.", "Huwa veru li skond l-MTA din is-sena suppost li għandha tkun sena qawwija mis-suq Ingliż imma l-indikazzjonijiet u t-trends ma jurux dan.", "Kulħadd jitkellem fuq it-TOSS, pero' donnu li ħadd ma jirrealizza li din tgħinek biss biex tagħmlek aktar kompetittiv fil-prezz u ma tgħinekx biex tagħmlek kompetittiv fil-prodott u fil-kwalita'.", "Mela l-ewwel żball li nagħmlu huwa li għax qed nonfqu ħafna flus fuq it-TOSS u għandna ħafna arranġamenti ma' l-operatur nistgħu ninsew li l-prodott tagħna nistgħu ntejbuh.", "Meta mmorru nikkompetu, irridu nikkompetu bil-kwalita' tal- prodott u bil-prezz tal-prodott.", "Li qed jiġri ħafna drabi huwa li qed nagħmlu enfasi kbira fuq il-prezz u mhux fuq il-kwalita' tal-prodott.", "Mr Speaker, mhux kulħadd jagħti l-istess għajnuna lill-operatur.", "Lanqas aħna over the years ma tajna l-istess għajnuna tat-TOSS.", "Per eżempju, jien niftakar tliet kategoriji ta' TOSS.", "Għandek l-exchange rate-based TOSS, fejn inti kulma tagħmel huwa li tara kif qed jaħdmu bejniethom il-lira Maltija u l-isterlina u żżomm threshold bejniethom imbagħad tiggarantixxi l-iskema tat-TOSS tiegħek.", "Imbagħad hemm il-competitivity-based TOSS, fejn iġġib il-pakketti ta' ġimgħa f'Malta kompetittiv ma' pakkett ta' ġimgħa f'Ċipru, fi Spanja, fil-Portugall, fit-Tuneżija, fit-Turkija eċċ. Jekk meta taħdem vaganza ta' sebat ijiem f'Malta u tikkumparaha ma' sebat ijiem fit-Turkija, f'Ċipru, f'Tunes u f'pajjiżi oħra ssib li f'Malta tiġi, per eżempju, Stg210 u f'dawn il-pajjiżi tiġi Stg200, allura trid taħdem a new rate of exchange biex il-Stg210 tniżżilha għal Stg195 u allura tiġi Stg5 irħas.", "Imbagħad hemm l-inċentiv ibbażat fuq il-produttivita' fejn tgħid lill- operatur li jekk jibgħat lejn Malta, per eżempju, 10,000 turist extra tagħtih Stg10 għal kull wieħed.", "Fil-fatt minflok it-TOSS suppost li kellna din l-iskema.", "Issa hawnhekk tidħol it-taħwida li għandna din is-sena.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li din is-sena għandna parti mill-inċentiv li qed nagħtu lill-operatur huwa bbażat fuq il-productivity-based incentive, għandna wkoll it-TOSS u l-forward buying rate l-antika li ma nafx jekk hux qed tinħadem.", "Mela għandek Lm3.3 miljun bis-sistema l-antika u Lm1 miljun bl-inċentiv il-ġdid.", "Dan ifisser li jekk din is-sena ma nġibux żieda mis-suq Ingliż meta għandna dawn it-tliet affarijiet jaħdmu f'daqqa ma nafx meta rridu nġibuh.", "Issa kif għidt drabi oħra naħseb li din l- iskema aħjar irbatniha max-xhur tax-xitwa għax fis-sajf it-turisti kważi ġġibhom b'xejn u barra minn hekk il-flus tkun ħlejthom għas-sajf.", "Li ma nistax nifhem jien hu għalfejn din is-sena qed nonfqu Lm4.3 miljun għat-TOSS meta fl-1996 infaqna Lm2.2 miljun, fl-1997 infaqna Lm227,000 u fl- 1998 infaqna Lm2.4 miljun.", "Per eżempju, fl-1999 l-ammont li nfaqna - u hawnhekk l-ammont beda tiela' - kien ta' Lm3.9 miljun, fis-sena 2000 kien ta' Lm3 miljun u issa qed ngħidu li se nonfqu Lm4.3 miljun.", "Ma nafx għalfejn fl-1997 u fl-1998 infaqna Lm2.6 miljun u ġibna riżultati tajbin u issa fis-snin 2000 u 2001 se nkunu nfaqba Lm7.3 miljun għat-TOSS.", "Dan ifisser li fis-sentejn ta' gvern Laburista kważi konna qed inħallsu Lm5 għal kull turist li jgawdi mit-TOSS - mhux għal kull turist li jiġi għax mhux it-turisti kollha jgawdu minn din l-iskema - u fl-aħħar sentejn li qegħdin fihom it-turist li jgawdi mit-TOSS se jkun qed jeħdilna Lm15 jiġifieri tliet darbiet aktar.", "Din ma nistax nifhimha.", "Per eżempju, meta tara r-riżultati li ġew bit-Lm2.6 miljun u r-riżultati li ġejjin bis-Lm7.3 miljuni terġa' tibda tistaqsi ruxxmata mistoqsijiet.", "Jien ma jidhirlix li din is-sena għandna nonfqu Lm4.3 miljun meta llum l- isterlina mal-lira Maltija hija b'saħħitha ħafna aktar milli kienet fl- 1997 u fl-1998 u meta ġejjin inqas turisti mis-suq Ingliż milli ġew f'dawk is-sentejn u allura t-turisti li se jikklejmjaw it-TOSS suppost se jkunu inqas minn dawk ta' dak iż-żmien.", "Jekk m'iniex sejjer żball ir-rata li semma l-ministru għas-sena 2001 għalina hija vantaġjuża aktar minn dik tas- sena 2000.", "Allura wieħed bilfors jibda jistaqsi: Fejn morna ħażin?", "Morna żmerċ fuq il-hedging?", "Għandna xi overclaims?", "Hemm l-abbużi?", "Darba minnhom meta konna qed inħallsu Lm5 għal kull turist il-ministru kien qalli li hemm l-abbużi.", "Dakinhar kont għidtlu li bħalu naħseb imma dak iż- żmien anke Lm2.6 miljun kont narahom ħafna.", "Niftakar li kont għamilt dak kollu possibbli biex jekk kien hemm lok ta' abbuż inneħħuh.", "Pero' llum naħseb li l-affarijiet iridu jkun ħafna aktar serji meta tqis li għal kull turist qed inħallsu Lm15 u meta se nkunu nfaqna Lm7.3 miljun.", "Naħseb li hemm bżonn ikollna ħafna aktar spjegazzjonijiet.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-phasing-out tat-TOSS u hawnhekk inħobb inġib l-eżempju tat-tabib.", "Jekk tabib jordnalek, per eżempju, tliet pilloli kuljum mit-Tnejn sal-Ħamis, nifhem li t-Tlieta ma teħux tlieta imma tieħu tnejn u mbagħad l-Erbgħa tieħdu waħda biex tibda tnaqqas ftit ftit u mhux twaqqafhom f'daqqa.", "Għalija dan ifisser phasing-out.", "Kieku t- tabib isib li l-Erbgħa jkun baqgħalek disa' pilloli u jgħidlek biex teħodhom kollha ħalli l-Ħamis ma tieħu xejn, dan ikun ġenn mhux phasing- out. jarak u jsib jgħidlek, ara nhar il-Ħamis trid twaqqafhom il-pilloli, tini l-flixkun ħa nara x'fadallek.", "Iħares lejn il-flixkun, jgħidlek, ara kompli ħu tlieta, issa baqgħalek disgħa.", "Issa dawn id-disgħa ħudhom kollha nhar l-Erbgħa, ħu disgħa flok tlieta ħa taħlihom, imbagħad il-Ħamis tieħu xejn.", "Dak mhux phasing-out, dak ġenn.", "U hawnhekk dan li qed nagħmlu ħażin.", "Minflok bdejna nnaqqsu l-ammont ta' flus ftit ftit, l-ewwel se nħallsu Lm2.6 miljun u Lm4.3 miljun għat-TOSS imbagħad naqtgħu kollox.", "Dan huwa ħażin għax l-effett negattiv se jinħass aktar.", "L-iskema ta' Lm5, Lm10 u Lm15 li noffru għal kull turist hija skema tajba imma ma rridux nagħlqu l-bibien tagħna kollha u ngħidu li din se nħalluha għal sena waħda biss għax jista' jkun li jkollna bżonn nerġgħu nitkellmu ma' l-operaturi.", "Ma jistax ikun li naqtgħu it-TOSS u l- inċentivi li għandna u nibqgħu fuq reklamar biss.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-gvern jekk din l-iskema hijiex xi ħaġa temporanja sakemm tiġi phased out it-TOSS jew inkella hijiex xi ħaġa li se tibqa' hemmhekk.", "Barra minn hekk irridu naraw ukoll jekk din hux se tkun marbuta mas-suq Ingliż biss jew inkella hijiex dieħla fi swieq oħrajn.", "Mr Speaker, l-ammont fuq salarji u administrative expenses żdiedu bi kważi Lm500,000 imma l-punt li rrid nagħmel hawnhekk huwa illi s-salarji mhux qed jiżdiedu fid-direttorati tal-marketing u tal-product planning fejn l-aktar li għandna bżonnhom.", "Fil-fatt is-salarji qed jiżdiedu l-aktar fuq il-corporate services u l-corporate development.", "Per eżempju, il-corporate services bejniethom għandhom 51% tas-salarji, il-marketing għandu 20% biss tas-salarji, il-product development għandu 18% u l-human resources u l- enforcement għandhom 6% u 5% rispettivament.", "Dan jista' jitqabbel ma' l- istorja ta' l-Indjani u ċ-chiefs għax illum qisu għandna 51 chief fuq is- salarji, 38 Indjan fuq marketing u product u mbagħad għandna 11-il Indjan żgħir fuq il-human resources u enforcement!", "Il-ministru qal li din is-sena l-payroll se titla' b'Lm266,000 imma mpjegati ġodda se jkun hemm tmienja biss.", "Hawnhekk jien nixtieq nistaqsi: Kif tista' tiġġustifika li se żżid tmienja min-nies waqt li l-pagi se jitilgħu b'Lm266,000?", "Mela l-ħaddiema li hemm fl-MTA ħadu Lm266,000 żieda!", "Safejn naf jien il-ħaddiema ż-żgħar lanqas Lm1 ma ħadu.", "Jien mhux qed ngħid li l-flus ħadhom il-ministru jew xi ħaddieħor imma għallinqas għandu jkun hemm spjegazzjoni ta' dan kollu.", "Per eżempju, il-payroll ta' l- overseas marketing expenditure żdiedet bi Lm92,000.", "Ovvjament din hija żieda qawwija ħafna meta tqis li dawn il-flus huma mqassmin fuq seba' uffiċini biss.", "Insibu wkoll li l-advertising barra minn Malta se jonqos b'Lm9,000 imbagħad l-advertising ta' l-MTA f'Malta se jiżdied b'Lm5,000.", "Għandna wkoll żieda ta' Lm80,000 fuq public relations.", "Issa jien ma nistax nifhem min huma dawn tal-public relations għax safejn naf jien dawn mhumiex il- kumpanniji li jamministraw il-promotion tagħna, pero' dwar dan nixtieq spjegazzjoni.", "Imbagħad għandna t-tour operator support li hemm bejn l-MTA u l-operaturi li se tiżdied b'Lm600,000.", "Issa nixtieq insemmi xi punti ġenerali oħrajn.", "Il-ministru semma t-Lm3 miljun li qed tidher li għandha l-MTA.", "Il-gvern se jħallas dan id-dejn u l- interessi fuqhom hu, imma ma jridhomx jidhru fuq il-kotba tiegħu għax inkella jkun jidher li għandu Lm3 miljun oħra.", "Pero' jien naħseb li l- gvern m'għandux jinqeda bl-MTA biex jaħbi l-ammonti ta' dejn illi għandu.", "Kellna, per eżempju, il-world aviation services.", "Din il-kumpannija kellha kuntratt ma' l-MTA li tħallas madwar Lm30,000 għall-promotion, pero' għal sentejn sħaħ din ma ħallsitx lill-MTA u mid-dehra dawn l-ammonti nħafrulha.", "Imbagħad qed nagħtuha Lm4,000 talli qed nirrappreżentawha fl- Awstralja.", "Għandna wkoll is-somma ta' Lm63,000 fuq it-telephones.", "Meta tqis li għandek 100 ruħ fl-MTA li għandhom aċċess għat-telephones issib illi kull wieħed qed jonfoq Lm630 f'220 working days, jiġifieri wieħed kważi jonfoq Lm3 kuljum.", "Nixtieq li l-ministru jispjegali wkoll is-somma ta' Lm40,000 fuq corporate projects għax dawn verament ma nafx x'inhuma.", "Mr Speaker, kelli ħafna aktar x'ngħid pero' ħin m'għandix u għalhekk nieħu l-okkażjoni biex nawgura sena tajba ta' ħidma lill-MTA.", "Nemmen li l- awtorita' hija kapaċi ġġib ir-riżultati u nawguralha organizzazzjoni aħjar u riżultati akbar għal dan is-settur.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Ministru biex jagħmel il-winding- up.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, għandi tentazzjoni kbira ma nirispondix il-kummenti ta' l-Onor.", "Cuschieri, għax dan kien dibattitu fuq il-budget ta' l-MTA u allura wieħed kellu jitkellem fuq in-nefqa u l- policies ta' din l-awtorita', kif għamel l-Onor.", "Vella.", "Pero' l-Onor.", "Cuschieri jeħtieġlu risposta.", "L-ewwelnett dan irrepeta ħafna minn dak li qal nhar l-Erbgħa li għaddew fuq il-famuża kutrumbajsa.", "Dan qal li jien personalment issekondajt il- mozzjoni ta' l-Onor.", "Karmenu Vella li twaqqaf l-MTA - naturalment kien qed jirriferi għal meta huma kienu fil-gvern - imbagħad flimkien ma' sħabi fl-oppożizzjoni vvotajt kontra.", "Hawnhekk wieħed irid ifakkar li dak iż- żmien kien jidher ċar li l-gvern ma kellux maġġoranza pero' għamel ta' bir-ruħu li għandu maġġoranza u baqa' għaddej.", "Għalhekk jekk il-gvern ta' dak iż-żmien kien lest li jgħix gidba, aħna fl-oppożizzjoni ma konniex lesti li ngħixu gidba.", "Fil-fatt aħna għamilniha ċara r-raġuni għalfejn konna qed nivvutaw kontra l-abbozz ta' liġi dwar it-turiżmu.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa dan.", "Nixtieq nattira l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Cuschieri li meta nitkellmu fuq il-kompetittivita' ma nkunux qed nitkellmu fuq il-prezz tal-btala biss imma nkunu qed nitkellmu fuq il- pakkett sħiħ.", "Il-pakkett sħiħ u l-kompetittivita' ma tfissirx sempliċement il-prezz.", "Jien diġa' għedt f'din il-Kamra illi ż-żidiet tal- kontribuzzjonijiet illi qegħdin jiġu mitluba l-assoċjazzjonijiet ħafna drabi jirriduċu ruħhom f'ċenteżmu jew f'ċenteżmu u ftit kuljum.", "Issa jekk se nibdew ngħidu li ħadd ma jiflaħ iħallas dan iċ-ċenteżmu u ċenteżmu u ftit kuljum, allura wieħed jibda jiddubita jekk dik l-intrapriża għandhiex postha fit-turiżmu.", "Jiena nixtieq li kulħadd jibqa' fit-turiżmu għax din hija industrija li tikkrea ħafna xogħol u ġid u allura mhux se nkun jien li ngħid li m'għandniex nibqgħu nikkompetu jew m'għandniex nibqgħu fis-suq.", "Pero' meta jkollna kummenti bħal dawn irridu nweġbuhom ukoll.", "Imbagħad l-Onor.", "Cuschieri tkellem dwar xi catering manager fl-ITS u abbinah ma' dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fid-dettall pero' jekk l-Onor.", "Cuschieri jagħmilli mistoqsija bil-miktub jien inkun lest li nirrispondih bil-miktub għax hawnhekk m'għandix id-dettalji kollha.", "Nimmaġina li l-karti li għandu huma aċċessibbli wkoll mill-ITS, pero' hawnhekk nixtieq nitlob lill-Onor.", "Vella biex jagħmlilna pjaċir u jispjega ftit lill-Onor.", "Cuschieri l-involviment ta' l-NTOM dak iż-żmien u ta' l-MTA illum fir-reklutaġġ tal-lecturers u kulmin hu impjegat fl-ITS.", "Din il- Kamra għandha tkun taf li l-MTA m'għandha x'taqsam xejn fit-tmexxija u fl- għażla ta' l-impjegati fl-ITS imma l-MTA għandha x'taqsam biss mar- reklutaġġ.", "Din kienet sistema li kienet daħlet, jekk niftakar sew, fl- 1995 jew fl-1996, kienet tkompliet mill-amministrazzjoni ta' qabel u ovvjament komplejniha wkoll.", "Jien ma naħsibx li dik hija l-iktar sistema feliċi li biha tirrekluta l-personnel fl-ITS, pero' dik hija s-sistema li sibt u li fil-fatt komplejt.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq dak li qal l-Onor.", "Vella.", "Dan qal li kien ikun aħjar kieku ħdejn il-figura jkun hemm imniżżel ukoll x'inhuma t- targets.", "Jien nixtieq nagħmillu riferenza għall-istrategic plan ta' l-MTA li fih lista ta' objectives li jridu jiġu implimentati.", "Għalhekk wieħed irid iħares lejn dan id-dokument li għandna quddiemna flimkien ma' l- istrategic plan.", "L-Onor.", "Vella qagħad jagħmel juggling ta' ħafna figuri, għalkemm forsi illi kieku kont minfloku kont nagħmel l-istess.", "Wieħed jista' jiddiskuti l-accounts ta' l-MTA pero' ladarba m'għandix quddiemi kif l-Onor.", "Vella qassam in-nefqiet u ladarba dan, sfortunatament, ma kellux l-opportunita' jikkonkludi d-diskors tiegħu minħabba n-nuqqas ta' ħin, allura ftit nista' nitkellem.", "Pero' l-Onor.", "Vella semma ż-żieda fl- emoluments tal-ministeru.", "L-ewwelnett irrid ngħid li bil-ftehim kollettiv ma' l-impjegati tal-gvern, il-ħaddiema ħadu żieda sostanzjali li tirriżulta minn hemmhekk.", "L-Onor.", "Vella semma wkoll il-personnel.", "Jekk inħarsu lejn il-personnel insibu ħaddiema li mhux se jmorru ma' l-MTA, bħal ħaddiema tad-dipartiment, dawk li jnaddfu x-xtut u dawk li qegħdin fl- ITS u allura ma nistax nara kif wieħed jista' jagħmel paragun.", "Punt ieħor li għamel l-Onor.", "Vella kien jekk l-MTA għamlitx vittorja għax ħadet Lm8.5 miljun fis-sena.", "L-ewwel ħaġa wieħed irid jippreċiża li ż-żieda mill-1998 sas-sena 2001 kienet ta' Lm2.5 miljun.", "Il-ministru tal-finanzi alloka Lm34 miljun u allura din is-sena stajna nneħħu Lm7 miljun, is-sena d-dieħla stajna nneħħu Lm8 miljun, is-sena ta' wara stajna nneħħu Lm9 miljun u s-sena ta' wara nneħħu Lm10 miljun u allura dejjem ikollok dik iż- żieda.", "Minflok, l-għażla kienet li peress li kien hemm bżonn ta' nefqa sostanzjali għal din is-sena li qegħdin fiha, dawn iż-żidiet isiru kull sena.", "Għalhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq żieda jew growth imma qed nitkellmu fuq finanzjament li l-MTA ħasset li kellha bżonn matul dan il- perijodu.", "Imbagħad l-Onor.", "Vella tkellem dwar it-TOSS.", "Dan qal li f'ċertu żmien il- claims fuq it-TOSS kienu ta' Lm0.25 miljun biss pero' ċertament dan jiddependi mir-rata ta' l-isterlina kif ukoll mir-rata li wieħed jistabbilixxi bħala l-base rate tas-sussidju.", "Il-verita' hi li kien hemm żmien meta l-operaturi ma kenux jitolbu r-rata tat-TOSS għax kienu jonfqu aktar milli kieku jeħduha at spot pero' l-punt li wieħed irid jagħmel hawnhekk huwa dan.", "Dawk il-flus li l-gvern Laburista kien wiegħed lill- ministeru tat-turiżmu għat-TOSS u li imbagħad ma ntużawx għal dan il-għan, x'ġara minnhom?", "Kieku dawn tħallew f'idejn il-ministeru tat-turiżmu biex ikun jista' jirreklama aktar bihom, biex ikun jista' jaħdem bihom jew biex ikun jista' jsaħħaħ il-promozzjoni tiegħu, kont ngħid, kollox sew, imma l- verita' hi li dawk il-flus ittieħdu lura mingħand il-kaxxa ta' Malta.", "Sar ħafna diskors dwar it-TOSS, dwar il-pagi u dwar kif jinqasmu l-flus imma dwar policy bis-serjeta' ma smajna xejn.", "Jista' jkun li l-Onor.", "Vella ma kellux ħin biżżejjed ukoll.", "Għalhekk se ngħid fuq fuq x'inhuma l- programmi ta' l-MTA rigward dak li għandu x'jaqsam mat-taqsimiet u mad- direttorati ta' l-MTA.", "Rigward il-corporate services, l-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li kull direttorat għandu l-business plan tiegħu.", "Huwa maħsub li għal din is-sena x-xogħol prinċipali se jkun dak ta' l- espansjoni ta' l-MTA, dak ta' staff development training kif ukoll dak li għandu x'jaqsam mal-bidla ta' l-uffiċċju minn Triq ir-Repubblika għall- Auberge d'Italie.", "Wieħed dejjem jispera li xi darba l-ministeru u l-MTA jirnexxilhom jidħlu fil-post lest.", "Irid ikun hemm ħidma aktar proattiva u riċerka ma' l-Universita' ta' Nottingham li magħhom se jkun hemm elasticity study.", "Hemm studju ieħor ma' l-istatistika għall-bini tat- tourism satellite accounts.", "Se jkun hemm upgrading tal-management information system u komunikazzjonijiet interni bħall-Intranet u se jkun hemm ukoll it-tħaddim tal-ftehim kollettiv u tas-sistema tat-TOSS sat- tmiem tagħha.", "Imbagħad il-proġetti tat-taqsima tal-corporate business development and communications huma l-istampar ta' serje ġdida ta' brochures, image transfer tal-librerija fotografika fuq CD-Rom għal distribuzzjoni aħjar, produzzjoni ta' video għas-suq tal-konferenzi u incentives, kif ukoll ieħor dwar l-istorja u l-wirt kollu kulturali.", "Se jkun hemm tmexxija ta' l-awareness campaign biex wieħed jinforma lill- Maltin u lit-trade Matija b'dak li huwa mixtieq minnha, bini ta' website ġdid biex iżżomm lis-settur informat, upgrading għall-VisitMalta.com, kif ukoll portal għar-reservation systems flimkien ma' destinazzjonijiet oħra li huwa programm imniedi mill-Unjoni Ewropea bl-isem ta' Euro-Medis.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam ma' product planning development irrid ngħid li wara li ġew spezzjonati l-lukandi kollha, issa se tibda l- klassifikazzjoni tagħhom.", "Se ssir spezzjoni ta' 1,000 outlet tal-catering, se norganizzaw il-Valletta Festival u wieħed jittama li flimikien mal-GRTU u diversi organizzazzjonijiet oħra, naslu biex il-ħwienet kollha jkunu miftuħin matul ix-xahar ta' Marzu kollu.", "L-MHRA se tgħin ukoll b'shuttle service mil-lukandi biex it-turisti jkunu jistgħu jidħlu l-Belt, se ssir wirja tal-fortifikazzjonijiet u se tiġi organizzata wkoll il-Birgufest.", "Għandi l-pjaċir inħabbar ukoll li s-sena d-dieħla l-calendar of events ta' l-MTA se jiġi ppubblikat f'wieħed mill-brochures ta' Thomson li jkunu worldwide jew countrywide.", "Fil-fatt se jintnefqu Lm40,000 fi proġetti mal- kunsilli lokali ta' l-Isla, tas-Siġġiewi u taż-Żebbuġ, Għawdex.", "L-ewwel żewġ proġetti se jkunu jikkonsistu f'tisħiħ tal-wirt kulturali u ambjentali fejn jitħejja pjan għal żvilupp ta' bajja u proġett ieħor jirrigwarda siti kulturali u monumenti.", "Id-direttorat ta' l-enforcement s'issa għandu staff ta' 11-il persuna li jaħdem fil-qrib ma' l-HCEB u nispera li dalwaqt inkunu nistgħu ngħaddulu ċerti poteri.", "Matul din is-sena se jiġu reklutati tmien persuni oħra biex l-ispettorat jissaħħaħ.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se npoġġi fis-seħħ partijiet oħra tal-liġi u se nħabbru l-ismijiet ta' dawk li se jikkostitwixxu l-ewwel direttorat ta' l- enforcement.", "Matul dan iż-żmien ukoll il-field officers qed jingħataw training.", "Il-human resources and support services flimkien ma' l-HCIMA se jieħdu ħsieb it-tħaddim tal-hospitality għal short scheme u biex wieħed jgħin l-aktar lil-lukandi 3-star, li tkellmu dwarhom ukoll il-membri ta' l- oppożizzjoni, se jkun hemm rimborż ta' ċertu perċentwali tan-nefqa u din l- iskema se tibqa' miftuħa sas-sena 2002.", "Se jkun hemm parteċipazzjoni fil- careers' convention f'Għawdex, flimkien ma' l-ITS u l-GTA u se jkun hemm kampanja ta' edukazzjoni bit-tema ta' ''X'inhi Malta'', mmirata l-aktar lejn dawk li jiġu f'kuntatt mat-turist bħall-pulizija, n-nies li jaħdmu fid-dwana, n-nies li jaħdmu fit-trasport u s-salespersons.", "Hawnhekk mhux qed ninvolvu biss lil dawk li jaħdmu fi stabbilimenti turistiċi imma qed ninvolvu lil dawk kollha li jaħdmu fir-retail outlets.", "Irrid ngħid li sfortunatament din il-ġimgħa rċevejt żewġ ilmenti li għaddejthom lill- kapijiet tad-dipartimenti konċernati dwar il-mod kif qed jintlaqgħu n-nies minn tad-dwana u min-nies tal-passaporti.", "Nispera li dawn l-ilmenti ma kenux ġustifikati imma jekk kienu ġustifikati rridu naraw li ma jkunx hemm ripetizzjoni tagħhom għax l-agħar ħaġa li tista' tiġri f'dan il-pajjiż hija li lit-turisti nagħtuhom togħma ħażina u dan jagħmel ħafna ħsara.", "Il-human resources support services qed tieħu parti wkoll fil-programm ta' Leonardo u ninsab informat li dan qed tagħmlu in conjunction ma' l- Irlanda, li xi għaxar snin ilu għenuna nistabbilixxu l-ITS.", "Ninsab informat ukoll li kien hemm interess kbir fis-sejħiet li għamel il-human resource and support service directorate.", "Wasal biex jitlesta wkoll il- human resource audit tal-ħteġijiet attwali u futuri ta' l-industrija.", "Sur President, minkejja li semmejt dawn l-affarijiet kollha għadni ma wasaltx biex insemmi l-marketing u l-promotion.", "Ħadd minn tan-naħa l-oħra ma tkellem fuq dawn id-direttorati kollha, għalkemm jista' jkun li dawn semmew fuq fuq jew għamlu aċċenn żgħir fuq xi ħaġa.", "Kulħadd joqgħod isemmi x'riżultati ġejjin minn hemm u minn hawn u kemm telgħu figuri minn hemm u kemm niżlu figuri minn hawn pero' jien ħassejt li għandna nuri li din mhijiex biss awtorita' li tagħmel promozzjoni, pubbliċita' u reklamar għal Malta imma għandha diversi funzjonijiet oħra.", "Meta introduċejt il- mozzjoni jien għal tapposta semmejt il-funzjonijiet u issa li qiegħed nikkonkludi qed ngħid x'se tagħmel l-awtorita' taħt id-diversi funzjonijiet li għandha skond il-liġi.", "Sfortunatament m'għandix il-ħin li mmur lura u ngħid matul is-sena x'għamlet l-awtorita' u x'għamel kull direttorat imma almenu nista' nagħti ħjiel ta' x'beħsiebu jagħmel kull direttorat u taqsima ta' l-MTA.", "Irrid ngħid li l-pjan ta' ħidma tal-marketing and promotion irid jorbot u jmexxi l-istrateġija tar-ripożizzjonament tal- prodott u tas-serivizz.", "Għal dan il-għan il-proġetti għas-sena 2001 jinkludu l-ftuħ ta' uffiċċju ġewwa Zurich pero' ma naħsibx li hemm opportunita' oħra għalfejn għandhom jinfetħu uffiċini oħra, almenu hekk jien informat.", "Ta' min ifakkar li s-sena li għaddiet infetaħ uffiċċju ieħor ġewwa Brussels.", "Il-marketing u l-promotion se jmexxi kampanja qawwija ta' pubbliċita'.", "Per eżempju, fl-Ingilterra, ir-reklamar bit-television beda l-għada tal- Milied u din il-kampanja tagħlaq fit-18 ta' Frar.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xahrejn kontinwi ta' reklamar bit-television fl-Ingilterra.", "Kulħadd jaf li din il-kampanja swiet ta' ġid u fil-fatt dan il-ġid huwa rifless fiż-żieda tal-forward bookings.", "Ovvjament dawn kulħadd jarahom bħala question marks u kulħadd igħid: Imma dawn veru jew mhux veru?", "Pero' mbagħad meta ngħid li b'riżultat ta' dik il-kampanja, kemm l-Air Malta kif ukoll il-GB Airways żiedu n-numru ta' postijiet fl-ajru, allura aħna nkunu qegħdin nagħtu prova ta' min irriskja flusu u vara dawn iċ-chains u dawn il-programmi bl-ajru għaliex fil-fatt jara domanda għal Malta.", "Jien m'iniex daqshekk ottimist u l-expectations ma nħobbx ngħollihom għax aħjar nieħu pjaċir fl-aħħar milli noqgħod ngħid li se jiġri hekk imbagħad jinqala' xi ħaġa pero' jidher li matul din is-sena s-suq Ingliż se jwieġeb tajjeb.", "Il-media campaign ta' l-MTA tqum Stg1.4 miljun fl- Ingilterra u ta' min igħid li minn April tas-sena 2000 sa l-aħħar ta' Jannar li għadda, ħlief għax-xhur ta' Ġunju u Novembru fejn fil-fatt kien hemm flessjoni żgħira - aħna konna nafu li x-xitwa ta' l-1999-2000 ma kenitx ġejja tajba u din mhux l-ewwel darba li għidtha - dejjem kellna żieda fit-turiżmu mill-Ingilterra.", "Fil-fatt naħsbu li għandna żieda ta' aktar minn 10%.", "Ovvjament meta aħna qed nitkellmu fuq bażi baxxa dawn ma jfissrux ħafna pero' din hija indikazzjoni tajba.", "Għalhekk meta kont qed nisma' lill-Onor.", "Vella isemmi persentaġġi ta' 11%, 12% u 19%, ġo qalbi kont qed ngħid li ladarba jogħla l-ammont il-perċentwali bilfors jonqsu.", "Pero' kull min għandu ċerta intelliġenza jaf li m'għandux jieħu dawn il- persentaġġi b'ċerta serjeta'.", "Per eżempju, jien għadni kemm semmejt 10%.", "Issa 10% f'Awissu huwa mod u 10% f'Jannar huwa mod ieħor.", "Jien ma rridx nagħti l-impressjoni li 10% hija xi rata qawwija ħafna imma fil-fatt hija żieda u l-importanti hu li t-trend komplejnih.", "Jien informat li l- awtorita' hija fiduċjuża li t-trend għandha tkompli u dan l-aħħar ħadt pjaċir nisma' l-aħbar li żewġ tour operators kbar qed jikkonsidraw attivament illi jżidu l-programmi lejn Malta fix-xitwa 2001-2002, jiġifieri wara li tintemm l-iskema tat-TOSS.", "Sfortunatament jien ma nistax nagħti l-istess bxara tajba dwar is-suq Tedesk fejn ukoll hemm imħejjija press campaign qawwija mmirata l-aktar fir- reġjuni fejn topera l-Air Malta li tammonta għal żieda ta' 400,000 Deutschmark, mis-snin ta' qabel.", "Kuntrarju għal dak li qed jiġri fl- Ingilterra, il-kapaċita' tal-postijiet fl-ajru naqset il-Frosch li kellha l-ajruplani tagħha naqset mill-programmi tagħha bin-nofs.", "L-aħħar darba kien hawn xi kumment dwar il-Frosch, qisu kien hawn xi sigriet kbir.", "Kulmin isegwi t-turiżmu jaf li t-tnaqqis tal-programm fuq Malta kien ħafna inqas mit-tnaqqis tal-programmi f'postijiet oħra fejn addirittura tneħħew il-programmi tal-Frosch.", "Għalhekk se jkun hemm kampanji pubbliċitarji fi swieq oħra, fosthom għall-ewwel darba fl-Iskandinavja.", "Se jkun hemm ukoll żieda ta' promozzjoni u pubbliċita' f'pajjiżi tal-Lvant tal-Mediterran fejn l-aktar li taħdem l-Air Malta għaliex minn hemmhekk l-Air Malta għandha bżonn push kbir.", "Aħna lesti li nagħmlu dan il-push għax jekk hemmhekk hemm l-ajruplani, m'hemmx bżonn tagħmel equipment ġdid u għalhekk jekk ir- reklamar ikun jista' iżid it-turiżmu minn dawk in-naħat, tgawdi l-Air Malta u jgawdi s-settur tat-turiżmu.", "Dan huwa l-programm tal-MTA għal din is-sena.", "Nixtieq nagħmel kumment dwar l-overseas campaigns li tkellem ħafna dwarhom l-Onor.", "Vella.", "Nista' ngħid li fis-suq Ingliż, il-media campaign biss se tlaħħaq għal Stg1.4 miljun u bil-PR, reklamar u b'ħidma mal-ġurnalisti eċċ., fis-sena 2001, in- nefqa se titla' għal Lm1,665,000.", "Ikun interessanti li wieħed jara kif se jqassam il-budget tal-media campaigns fi swieq oħra.", "Per eżempju, l- approved budget għas-sena 2000 se jammonta għal Lm3.8 miljun u l-approved budget għas-sena 2001 se jammonta għal Lm4.7 miljun.", "Hawnhekk wieħed jista' jara żieda fin-nefqa fl-Ingilterra, fil-Ġermanja, fl-Isvizzera, fl- Awstrija u fl-Ewropa tal-Lvant.", "Imbagħad hemm xi ħaġa żgħira fin- Netherlands, żieda sostanzjali fil-Belġju, l-Isvezja, in-Norveġja u d- Danimarka u l-Fillandja, fejn se jkun hemm il-pubbliċita'.", "Franza, l-USA u l-Kanada se jibqgħu fl-istess livell, l-Italja se tiżdied, Sqallija se tibqa' l-istess, ir-Russja u l-Ukraina se jkun hemm xi żieda żgħira, Spanja se jkun hemm żieda żgħira ħafna, il-Portugal se jkun hemm żieda ftit iktar u l-Ġappun se jkollna aktar żieda.", "Ovvjament se jkun hemm swieq ġodda wkoll.", "Ma' din in-nefqa li għadni kif semmejt wieħed irid iżid ukoll dik li għandha x'taqsam mat-300 żjara mill-ġurnalisti, l-iskema li fiha hemm imsieħba l-PMCs u l-lukandi tal-5-star li hija mmirata lejn l-attrazzjoni ta' konferenzi, meetings u incentives.", "Tajjeb li ngħid f'dan il-kontest li f'kull uffiċċju ta' l-MTA wieħed qed jipprova jsib uffiċjal jew persuna li tmur biex tagħmel marketing lil Malta preċiżament f'dak il-qasam.", "Dawn kollha għandhom il-budget u l-business plan tagħhom, kemm għal independent travel, kemm għal special interest kif ukoll għall-conference and incentives.", "Dan huwa possibbli biss għax il-gvern aċċerta lill-MTA bil- finanzjament għal erba' snin minn quddiem.", "L-awtorita' tkun tista' tiddisponi mill-flus li issa qed jiġu utilizzati biex titħaddem l-iskema tat-TOSS u Lm2 miljun minn dawn il-flus se jkunu jikkonsistu f'kampanji pubbliċitarji ta' reklamar u promozzjoni.", "L-Onor.", "Vella qal li kemm dak li jiġri f'Malta kif ukoll dak li jiġri barra minn Malta jaffettwa lit-turiżmu u għandu raġun.", "Pero' meta nitkellmu fuq it-turiżmu kważi wieħed qed jagħti x'jifhem li l-uniku proġett worthwhile li sar kien il-proġett ta' Buġibba li sar fi żmien it-22 xahar li għamel gvern Laburista.", "Jien personalment naħseb li l-proġett ta' Buġibba ma kienx proġett ħażin, anzi kien proġett tajjeb.", "Naħseb li l- intenzjonijiet kienu tajbin, għalkemm nimmaġina li dan il-proġett seta' twettaq aħjar.", "Pero' wieħed ma jistax jinsa x'għamlu gvernijiet Nazzjonalisti għall-infrastruttura tal-pajjiż, għall-produzzjoni ta' aktar ilma u enerġija, għall-bini ta' teminal ġdid, għat-tisħiħ ta' ġonna u ftuħ ta' mużewijiet li kollha għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu.", "Min jaħseb li dawn huma affarijiet ta' l-imgħoddi naħseb li jkun qed jiżbalja.", "Peress li l-Onor.", "Vella qalilna li kważi kważi l-budget kien ta' Lm10 miljun u mhux ta' Lm6 miljun, nixtieq nagħmel ftit riferenza għall-budget ta' din is-sena fejn hemm nefqa ta' 'l fuq minn Lm10 miljun kapital fuq xogħlijiet li għandhom impatt qawwi u pożittiv fuq l-industrija tat- turiżmu.", "Hawnhekk qed nirriferi għal enhancement of public areas taħt il-ministeru għall-ambjent, rehabilitation tas- St James Cavalier u restawr tal-fortizza ̧ tal-fortifikazzjonijiet u postijiet storiċi, kostruzzjoni u upgrading tan-national parks, upgrading tal-main touristic areas, theatre arts centre project u Cottonera infrastructure upgrading.", "Jekk inħarsu taħt il-ministeru tat-trasport insibu li hemm Lm6.6 miljun ivvotati għat-toroq u l-ministeru ta' l-edukazzjoni se jagħmel improvement to museums, surveillance ̧ security and automated ticketing system u upgrading tal-Manoel Theatre.", "Il-ministeru għal Għawdex se jagħmel ukoll embellishment programmes u improvements to touristic facilities u l- ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali għandu ftit inqas minn Lm2 miljuni li huma dedikati għat-tiswija u t-tranġar ta' toroq.", "Huwa importanti li wieħed jiftakar li meta wieħed qiegħed itejjeb il-proġett qed ikattar aktar sens ta' kuntentezza fit-turist u fil-konsumatur.", "Meta wieħed jitlaq minn fejn mar għal vaganza b'impressjoni tajba naħseb li hija l-għan ta' kull gvern li kien hawn Malta u mhux inqas ta' dan il-gvern li nirrappreżenta jien.", "Sur President, issa se nagħmel kelmtejn dwar it-TOSS.", "Kif għidt drabi oħra, għalkemm huwa veru li skemi bħal dawn mhumiex permessi mill-Unjoni Ewropea, iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom, prinċipalment minħabba d- dgħjufija ta' l-euro u s-saħħa ta' l-iSterlina, wassluna biex nibdew inżarmawha aktar kmieni milli kien previst qabel ma żżarmana hi.", "Dwar il- preokupazzjoni li kellu l-Onor.", "Vella naħseb li l-Kamra taf li l-gvern qed jitlob perijodu ta' tranżizzjoni sa nofs is-sena 2004, għaliex aħjar ikollok belt and braces f'dawn l-affarijiet.", "Il-verita' hi li din l- iskema kienet tqumilna madwar Lm8 miljun u kif jaf kulħadd pajjiżna ma jaffordjax dawn il-flus.", "L-Onor.", "Vella qal li t-TOSS se tqumilna Lm4.3 miljun pero' jien għidt li din se tqum Lm3.3 miljun għax fil-fatt il-Lm1 miljun l-ieħor se tkun tirrigwarda l-performance-based scheme.", "Ovvjament jien ma nistax nieħu sentejn ma' sentejn mingħajr ma nħares lejn il-kambju.", "Naħseb li dak l-argument weġibtu.", "Sur President, irriżultalna wkoll – din kienet waħda mir-raġunijiet għat- tneħħija tat-TOSS – li filwaqt li din l-iskema kienet immirata biex iżżomm prezz baxx tal-pakkett turistiku mis-suq Ingliż, fil-fatt kien hemm operaturi li kienu qed jużawha huma stess biex jgħollu l-profitti tagħhom.", "Jien ngħid li l-maġġoranza ta' dawk li jaħdmu f'dan is-settur jaqblu li t- TOSS għandha titneħħa pero' ma neskludix li jkun hemm xi wieħed jew tnejn li ma jkunux jixtiequ li din l-iskema titneħħa.", "Aħna ma rridux nagħtu skossi u għalhekk daħal il-perijodu tranżitorju fejn il-pagament ikun jiddependi wkoll minn żieda fil-produzzjoni.", "L- iskema tibda tinħadem bi ftehim one-to-one ma' l-operaturi u ovvjament kif qal hu, dawn huma ta' natura kummerċjali.", "Jien nimmaġina li la aħna u lanqas huma m'għandhom interess li jikxfu x'inhu l-ftehim.", "L-importanti hu li aħna jkollna l-accountability sħiħa u nkunu nafu li dawk il-flus marru għandu l-operatur bl-iskop li nkunu tajnihomlu aħna.", "Din ma kenitx deċiżjoni faċli iżda llum naħseb li s-settur jaqbel li t-TOSS kellha titneħħa.", "Fl-aħħar dibattitu l-Onor.", "Vella semma l-inċentivi għall-industrija.", "Nista' ngħid li issa li għaddiet il-business promotion act sar possibbli li jitħejja pakkett ta' inċentivi mfassal speċifikatament għall-ħtieġa ta' l- industrija tal-lum u għall-ħteġijiet futuri.", "Naħseb li l-Kamra taqbel li għandna biżżejjed lukandi pero' filwaqt li m'aħniex qed nipprojbixxu lil ħadd li jibni lukandi oħra, il-pjan hu li neliminaw kull għajnuna u kull faċilitazzjoni - ħlief s'intendi fejn diġa' ingħata commitment – għal bini ta' lukandi ġodda.", "Il-mira ta' l-inċentivi - din semmejtha f'din il- Kamra u nerġa' nirrepetiha - għandha tkun it-tisħiħ u t-titjib tal-prodott turistiku.", "Aħna għandna ninkoraġġixxu dak li jagħmilna differenti minn ħaddieħor.", "Per eżempju ̧ jien ngħid li ma jagħmilx sens li tinvesti aktar fejn l-investiment juri li m'hemmx futur, iżda dan ma jfissirx li m'għandekx tgħin lil min irid joħroġ mis-suq u jiddiversifika x-xogħol tiegħu.", "Għalhekk hawnhekk wieħed irid jikkonsdra wkoll ċerta għajnuna.", "Issa ma jistax ikun li l-għajnuna tkun dejjem waħda finanzjarja imma tista' tkun teknika u tista' ssir ukoll permezz ta' taħriġ.", "Pero' fejn ikun possibbli din għandha tkun waħda finanzjarja wkoll.", "L-inċentivi għandu jkollhom il-miri li jiddeversifikaw il-prodott u rrid ngħid hawnhekk li kemm l-fattur ambjentali u l-fattur ekonomiku jistgħu jittieħdu in konsiderazzjoni t-tnejn u konvint ukoll li dawn jistgħu jiżżewġu u jiġu kombinati għall-vantaġġ tat-tnejn.", "Sur President, dak li għadni kif għidt jixhed ħidma qawwija u intensiva mill-Malta Tourism Authority pero' jekk tistaqsi lili u liċ-chairman naħseb li t-tnejn naqblu li nirrikonoxxu li fi żmien qasir sar ħafna u ħafna xogħol mill-awtorita', mid-direttorati ̧ mill-uffiċjali u mill-ħaddiema tagħha.", "Wieħed irid jiftakar li l-awtorita' bdiet il-ħidma tagħha fl-1 ta' Settembru 1999 u d-direttorati twaqqfu fis-sena 2000.", "Għalhekk ħadd ma jista' jistenna xi riżultati brillanti mill-ewwel sena.", "Wieħed jippretendi li ladarba matul is-sena li għaddiet kien hemm dan ix-xogħol ̧issa ma jkunx hemm it-teething pains li kien hemm qabel.", "Għalhekk kemm jien kif ukoll iċ-chairman nirrikonoxxu li sar ħafna u ħafna xogħol u li l-MTA wettqet ħafna.", "Pero' naħseb li kemm jien kif ukoll iċ-chairman nirrikonoxxu li għad fadal ħafna aktar xi jsir.", "Wieħed m'għandux jinsa li l-focus ta' l-MTA twessa' ħafna minn dak li kien taħt l-NTOM.", "L-NTOM kellha biss il-mira tal-promozzjoni.", "Issa kif għandi kif spjegajt fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi meta ntroduċejt il- mozzjoni, urejt it-tip ta' xogħol u l-missjoni li għandha l-MTA u allura wieħed bil-mod il-mod irid jingrana u jkompli.", "Il-mira ta' l-awtorita' hi li matul din is-sena tassumi s-setgħat kollha tagħha u f'ambjent ġdid tagħti impronta ġdida u aktar moderna lill-organizzazzjoni ta' l-industrija tat-turiżmu f'Malta u f'Għawdex.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-hotels and catering establishments board għadu jiffunzjona sal-lum.", "Il-liġi għadna ma abbrogajnihiex pero' bil-mod il-mod se ndaħħlu dawk il-poteri taħt il-liġi ta' l-MTA u l-funzjonijiet ta' dik l- awtorita', jew b'delega jew inkella billi nġibu l-liġi fis-seħħ, jibdew jagħtu aktar drittijiet, aktar obbligi u aktar xogħol l-aktar lid- direttorat ta' l-enforcement.", "Ovvjament meta jiġi mwaqqaf id-direttorat ta' l-enforcement iridu jiġu mwaqqfa l-bordijiet ta' l-appelli.", "Jien dawn naf min huma u fil-ħin propiżju nkun nista' nħabbarhom ukoll.", "Jien naħseb li ċ-chairman u jien xtaqna li l-awtorita' tinfluwenza setturi oħra ta' l- amministrazzjoni favur l-industrija biex flimkien ikattru x-xogħol, l- attivita' u l-ġid.", "Jien naħseb li waħda mill-affarijiet li qed tagħmel l-MTA – din hija policy tal-ministeru u policy tal-gvern – hija li kemm jista' jkun tissieħeb ma' diversi setturi biex flimkien inkunu nistgħu mmexxu politika u nagħmlu ħidma favur l-industrija tat-turiżmu.", "L-industrija tat-turiżmu hija broad-based ħafna u iktar ma jkollok partners, iktar ma jkollok imsieħba, iktar ma jkollok attivita' u iktar ma jkollok pro-attivita', allura iktar ikollok ċans ta' suċċess.", "Sfortunatament f'dan il-pajjiż jeżistu ħafna nies li jikkritikaw u ħafna nies li jgħidulek prosit pero' mbagħad dik il-prosit fl-istess ħin ma jittraduċuhiex f'ħidma tanġibbli.", "Huwa importanti ħafna li jkollok partners attivi, mhux partners tal-kelma li jgħidulek prosit biss jew inkella partners li jċapċpu ̧ jeqirdu ̧ jibku jew inkella jikkritikaw biss.", "B'hekk ikollok partnership tanġibbli min- naħa ta' l-industrija u min-naħa tal-poplu li jaħdmu aktar qrib xulxin.", "Aħna xtaqna li l-pubbliku Malti kollu, hu min hu u jaħdem fejn jaħdem, minflok jagħti biss prova ta' appoġġ bil-kelma, juri b'mod aktar tanġibbli l-appoġġ tiegħu lis-settur tat-turiżmu.", "Din hija l-aktar industrija li tgħin lil kulħadd u li minnha jgawdi kulħadd.", "Għalhekk jien ngħid li din l- industrija għandha tippretendi l-kooperazzjoni ta' kulħadd.", "Sur President, jien għażilt li nagħlaq dan l-intervent tiegħi b'silta mill-kitbiet ta' Mahatma Ghandi.", "Jien nixtieq li kull min qed jismagħna jżomm din is-silta f'moħħu għax naħseb li hija silta evokattiva ħafna.", "Din is-silta għandha tgħallimna x'għandha tkun l-imġieba ta' kull wieħed u waħda minna fil-konfront ta' xulxin; bniedem ma' bniedem, bniedem Malti jew Għawdxi ma' turist u bniedem li għandu servizz x'jaqdi jew inkella oġġett x'ibigħ mal-konsumatur.", "Naħseb li tkun idea tajba – din qed insemmiha sempliċement bħala suġġeriment -kieku kull dipartiment tal- gvern, kull ħanut, kull uffiċċju u f'kull post fejn jinqdew in-nies, ikun hemm din is-silta mwaħħla mal-ħajt biex min ikun qed jaħdem hemmhekk, dejjem jiftaħar f'dan il-prinċipju.", "Jien se nikkwotah bl-Ingliż għax naħseb illi kieku naqilbu għall-Malti nitlef ħafna mill-ispirtu tiegħu.", "Mahatma Ghandi jgħid dan:", "\"A customer is the most important visitor on our premises.", "He is not dependant on us.", "We are dependant on him.", "He is not an interruption on our work, he is the purpose of it.", "He is not an outsider in our business, he is part of it.", "We are not doing him a favour by serving him, he is doing us a favour by giving us an opportunity to do so.\"", "Jien nispera li din tkun mhux biss il-mission statement ta' l-MTA u ta' l- industrija tat-turiżmu imma tkun il-mission statement tal-Maltin u l- Għawdxin kollha li jridu lit-turiżmu jimxi 'l quddiem.", "Jien inħeġġeġ lill- Kamra biex tivvota favur l-estimi ta' l-awtorita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill- Ministru għat-Turiżmu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni is-seduta ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għat-Turiżmu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri:Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "298 FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis |", "| |Agius Francis |Galea Mario |", "| |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor |", "| |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | |", "| |Azzopardi Jason |Hyzler George |", "| |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine |", "| |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo |", "| |Borg Tonio |Mugliett Jesmond|", "| |Cristina Dolores |Muscat Claude |", "| |Dalli John |Pullicino George|", "| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey |", "| |Debono Giovanna |Refalo Michael |", "| |Deguara Louis |Vassallo Edwin |", "| |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | |", "| |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | |", "| |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "| |Galea Censu | |", "| | | |", "|KONTRA : 29", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael|", "| |Agius Chris |Farrugia Noel |", "| |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | |", "| |Bartolo Evarist |Herrera Jose' |", "| |Borg Karmenu |Law Rita |", "| |Brincat Leo |Mangion Charles |", "| |Buhagiar Louis |Mizzi Joe |", "| |Cardona Chris |Parnis Silvio |", "| |Chircop Karl |Refalo Anton |", "| |Cilia Joe |Sammut Joseph |", "| |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | |", "| |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian |", "| |Dalli Helena |Vella George |", "| |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "| |Farrugia Angelo | |", "|", "Il-mozzjoni għaddiet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tony Abela. .", "ONOR.", "TONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nirraporta progress billi l-Abbozz ta' Liġi dwar Ratifika ta' Trattati, ġie mgħoddi mill-istadju ta' kumitat b'emendi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 13 ta' Frar, 2000 fid-9.00 am b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) – Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, xtaqt nibda' dan l-intervent billi nuri t-tħassib tar-residenti ta' l-area ta' Mdina Road f'Ħal Qormi għax-xogħol li qed isir.", "Bħalissa f'Imdina Road inbeda x-xogħol fuq il-bankini u milli jidher, dawn qed jitwessgħu b'tali mod li se jieħdu l-parking space li hemm available għar-residenti t'hemmhekk.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dik il-parti tat-triq fejn proprju qed isir dan ix-xogħol hemm ħafna ħwienet u għalhekk, minkejja li matul il-ġurnata jkun hemm ħafna traffiku minħabba n-nies li jmorru jixtru minn dawk il-ħwienet, issa, bit-tnaqqis tal-parking space, l- inkonvenjent għar-residenti ta' Triq l-Imdina se jikber.", "Fil-fatt illejla jien avviċinajt lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni biex kemm jista' jkun din il-problema tiġi tackled qabel ma jitlesta x-xogħol u għalhekk ikun tard wisq.", "Min-naħa tiegħu l-Onor.", "Galea deher li se jipprova jsib soluzzjoni għall-inkonvenjent li nħoloq.", "Mr Speaker, fil-ħin li għandi xtaqt nitkellem ukoll dwar l-assistenza soċjali li wkoll qed tinkwieta lil bosta nies.", "Bħalissa kulħadd qed jitkellem dwar l-avviżi li qed jibgħat id-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jinforma li benefiċċjarji tas-sigurta' soċjali li qed jiġu nvestigati minħabba xi informazzjoni skorretta li taw.", "Filwaqt li nibqa' ngħid li m'hemmx lok ta' ħniena għall-abbuż, u għalhekk il-gvern jagħmel sew li lil min jirriżulta li qed jabbuża mill-benefiċċji soċjali, jiġi mġiegħel irodd kollox lura, nappella lill-gvern biex f'affarijiet bħal dawn juża ċerta sensittivita'.", "Ma rridux ninsew li mhux kull każ huwa qarrieqi, jiġifieri mhux kull min qed jirċievi dawn l-avviżi fil-verita' jabbuża mill-benefiċċji soċjali, għax jien iltqajt ma nies li meta marru jiċċekkjaw mad-dipartiment għaliex intbagħtilhom dak l-avviż, kienu nformati li xi ħadd kien irrapporta li kienu qed jaħdmu, meta dan ma kien veru xejn.", "M'huwiex ġust li dawn in- nies, li min jaf kemm jiltaqgħu ma' problemi fil-ħajja ta' kuljum, joqogħdu jinkwetaw li se jiqfilhom il-benefiċċju soċjali meta dan ma jkun minnu xejn.", "Jien naħseb li d-dipartiment għandu jara li dawn l-avviżi jintbagħtu lil min verament jista' jirriżulta li qed jabbuża, u mhux jintbagħat bl- addoċċ.", "Mr Speaker, jien naf ukoll b'każ fejn xi individwi, minħabba żball tad- dipartiment, għamlu żmien twil jingħataw benefiċċju soċjali ikbar milli suppost, biex issa li d-dipartiment induna b'dan l-iżball, qed ikollhom jagħtu lura l-flus żejda li kienu ħadu bil-konsegwenza li qed jinħolqulhom ċerti problemi.", "Per eżempju jien naf b'każ partikolari fejn għax familja ġiet mogħtija Lm260 żejda f'children allowance, id-dipartiment mhux talli waqqfilha ċ-children allowance, talli waqqfilha wkoll il-pensjoni tal- persuni b'diżabilita' li din kienet qed tieħu minħabba li wieħed mit-tfal għandu proprju diżabilita'.", "F'mistoqsija parlamentari li jien għamilt lill-Viċi Prim Ministru, tlabt biex inkun naf kemm mill-każi ta' benefiċċji soċjali żejda rriżultaw minħabba negliġenza jew nuqqas ta' organizzazzjoni min-naħa tad- dipartiment.", "Ta' min jgħid li għalkemm l-individwu suppost jinduna li jkun qed jingħata iktar minn dak li hu ntitolat għalih, ħafna anzjani ma jafux x'tgħid il-liġi u allura huwa kważi impossibbli għalihom li jindunaw b'xi żball li jkun qed jagħmel id-dipartiment.", "Għalhekk m'huwiex ġust li meta d- dipartiment jistenbaħ u jinduna bl-iżball li jkun għamel, iwaqqaf il- pensjoni ta' dawk in-nies bil-konsegwenza li jitfagħhom f'diffikultajiet finanzjarji kbar.", "Mr Speaker, għaldaqstant nerġa' ngħid li filwaqt li huwa tajjeb li lill- abbużi niġġieldulhom ħalli dawn jinqatgħu darba għal dejjem, dan is-serq ma jsirx biss miż-żgħir imma jsir ukoll mill-kbir, u għalhekk, filwaqt li liż- żgħir qed inġiegħluh jagħti kollox lura bl-arretrati, u immedjatament, ma jistax ikun li nistennew li titwaqqaf it-tax compliance unit biex jinqabad xi ħadd kbir.", "Nagħlaq billi nerġa' nitlob sensittivita' fil-mod ta' kif jiġu trattati każijiet bħal dawn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nibda' billi nesprimi s-solidarjeta' tiegħi ma' dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu mal-kamra tan-nar tal-Għargħur li splodiet imma b'xorti tajba ma weġġa' ħadd.", "La semmejt il-kamra tan-nar tal-Għargħur tajjeb li nieħu l-opportunitaż biex nikkummenta dwar it-triq li twassal għal dan il-post, triq li tinsab fi stat diżastruż.", "Alla ħares kien hemm bżonn li tidħol ambulanza ħdejn il- kamra tan-nar għax żgur li bil-kundizzjoni li tinsab fiha dik it-triq, dan m'huwiex possibbli li jsir.", "Għalhekk nappella lill-awtoritajiet konċernati biex jirraġaw din it-triq b'mod li ta' l-inqas ikun possibbli għal ambulanza li tgħaddi minnha.", "Mr Speaker, f'dan l-intervent xtaqt nitkellem dwar l-abbuż li qed isir fuq il-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi part-time u li dan il-gvern tant jiftaħar li qed jiżdiedu.", "Nibda' billi ngħid li teżisti kategorija ta' part-timers li jaħdmu fil-banek, mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.30 a.m. u s- 1.30 p.m., jiġifieri jaħdmu 33 siegħa fil-ġimgħa u jitħallsu bir-rata ta' Lm1.25 fis-siegħa.", "Dawn il-ħaddiema jingħataw leave fil-festi biss, meta ovvjament il-banek ikunu magħluqin, liema leave jinqata' mill-annual leave tagħhom.", "Barra minn hekk, il-bonuses u ż-żidiet għall-għoli tal-ħajja, għal dawn il-ħaddiema ma jeżistux.", "Dan huwa l-mod ta' kif il-ħaddiem qed jiġi smat taħt il-gvern Nazzjonalista.", "La qed insemmi l-abbużi tajjeb li nagħmel riferenza wkoll għall-persuni b'diżabilita'.", "Jien jiddispjaċini ngħid li sa dalgħodu stess, sirt naf b'każ ta' persuna ħandikappata mill-Mosta li peress li skaditilha l-ID card u ovvjament ma tistax tmur personalment biex iġġeddidha, xebgħet iċċempel lit-taqsima ta' l-ID cards biex jibagħtulha waħda bil-posta imma sal-lum għadha ma ġietx moqdija.", "Dan huwa l-mod ħażin ta' kif qed nitrattaw lill- persuni b'diżabilita'.", "Jekk f'dan il-parlament kultant żmien nieħdu l- inizjattiva li ngħaddu liġijiet biex nagħmlu l-ħajja ta' dawn in-nies iktar faċli, irridu nagħmluhielhom faċli f'kollox u mhux f'ċerti affarijiet biss.", "Mr Speaker, xtaqt nitkellem ukoll dwar il-housing estates Maltin, partikolarment dak tal-Mosta, li għandu bżonn ta' manutenzjoni kbira kif ukoll ta' patching tat-toroq tal-madwar.", "F'korrispondenza li tmur lura sal- 21 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet, is-Sur De Martino, is-Sindku tal- Mosta, qalli li hu jifhem il-bżonn ta' manutenzjoni regolari ta' dan il- housing estate u li t-toroq tiegħu jiġu.", "Is-sindku tal-Mosta qalli wkoll li kkkonkluda taħdidiet ma' l-Onor.", "Gonzi u mad-direttur tal-kunsilli lokali biex il-kera li jħallsu r-residenti ta' dan il-housing estate tgħaddi għand il-kunsill lokali biex permezz tagħhom ikun jista' jorganizza x-xogħol li hemm bżonn li jsir.", "Allura jekk dan il-ftehim diġa' ntlaħaq, x'inhu jistenna l-Ministru Gonzi biex jgħaddi l-kirjiet ta' dan il-housing estate lill-kunsill lokali tal-Mosta kif miftiehem?", "Huwa mportanti li din il-ħaġa mhux talli tibda ssir fir-rigward tal-housing estate tal-Mosta, imma ssir anke f'lokalitajiet oħra fejn hemm ukoll housing estates, bħall- Imġarr, ir-Rabat u l-Imtarfa, fejn fil-cluster houses ta' dan ta' l-aħħar hemm problemi strutturali kbar għax il-kuntrattur li bnihom m'għamilx xogħol tajjeb.", "Sur President, fil-ħin li fadalli rrid nitkellem ukoll dwar l-istaff tal- President tar-Repubblika, jiġifieri dawk li jaħdmu fil-Palazz u li aħna nsibhom bħala footmen.", "Ta' min jgħid li dawn il-ħaddiema m'humiex kkonsidrati bħala mpjegati taċ-ċivil.", "Dan irriżultali wara mistoqsija parlamentari li kont għamilt lill-Ministru Dalli dwar persuna partikolari li kienet taħdem fl-Uffiċċju tal-President u li wara 45 sena servizz, minflok is-somma ta' Lm12,000 ingħatat Lm2,439 biss għax ma kinetx ikkonsidrata bħala ħaddiema tal-gvern.", "Din hija inġustizzja li trid tiġi rimedjata immedjatament.", "Din l-anomalija li kienet hemm taħt gvernijiet suċċessivi, assolutament ma tagħmilx sens.", "Mr Speaker, tajjeb li nitkellem ukol dwar il-proġett ta' Triq il-Għargħur u Triq San Pawl u l-polemika li hemm għaddejja bħalissa bejn il-kunsill lokali tal-Għargħur u dak tan-Naxxar, minħabba l-istreet furniture enormi li saret fin-nofs tat-triq, u li minħabba fiha, min ikun ġej mill-Għargħur ikollu jikser kważi 90° biex kif idur isib ruħu f'nofs parkeġġ.", "Hemm bżonn li rigward din il-kwestjoni jintħalaq ftehim għall-ġid taż-żewġ lokalitajiet, għax filwaqt li l-kunsill lokali tal-Għargħur qed jgħid li dan il-proġett mhux se jħalli parking space fil-ġnub ta' Triq il-Għargħur, il-kunsill lokali tan-Naxxar qal li dan il-proġett inbeda wara li ttieħdu l- prekawzjonijiet neċessarji imma fil-fatt jidher li l-go-ahead mit-traffic control board qatt ma ngħatat.", "Fit-tmiem ta' dan l-intervent se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha dwar dan il-proġett, inklużi l- pjanti, biex tkun tista' tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr.", "Se ngħaddi issa għall-kwestjoni tal-famużi antennas tal-mobile phones u ngħid li jien informat li fl-Ingilterra diġa' ngħataw struzzjonijiet biex il-kumpanniji tal-cordless phones u tal-mobile phones ma jwaħħlux antennas viċin l-abitat.", "S'issa għadu ma ġiex ikkalkolat kemm il-mobile phones jistgħu jagħmlu ħsara lill-ġisem, pero' minn studji li saru ġie kkonfermat il-fatt li l-antennas li jitwaħħlu viċin l-abitat qed jagħmlu ħsara lir- residenti ta' dawk l-inħawi.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien imma qaluh riċentement l-awtoritajiet Ingliżi.", "Minkejja dawn l-istudji li saru u li kollha jikkonfermaw il-ħsara li jagħmlu dawn l-antennae, f'pajjiżna, il- planning authority għadha tipproċessa b'mod regolari l-permessi tal- Vodafone u tal-Go Mobile biex iwaħħlu l-antennas li jkollhom bżonn, u dan minkejja l-oppożizzjoni qawwija mir-residenti ta' l-inħawi fejn dawn ikunu se jitwaħħlu.", "Quddiemi għandi petizzjoni ffirmata minn 112-il persuna li joqgħodu fi Triq l-Amerika, Triq l-Awstralja, Triq l-Ingilterra, Triq l-Emigranti, Triq il-Korfu, Triq l-Eġittu, Triq l-Italja, Triq is-Sajtar, Triq Franza, Triq il-Kanada, Triq il-Ġermanja u Triq il-Libja, ilkoll fin-Naxxar.", "Dawn in- nies qed joġġezzjonaw għat-twaħħil ta' mobile antenna fi Triq l-Awstralja u Triq l-Ingilterra minħabba l-health hazards li din tista' tikkawżalhom kif ukoll għaliex din l-antenna se sservi ta' eyesore u għalhekk se twaqqa' l- valur tal-proprjetajiet tagħhom.", "Nerġa' ngħid li għalkemm fl-Ingilterra ingħataw struzzjoni biex dawn l-antennas ma jitwaħħlux qrib l-skejjel, il- planning authority Maltija xorta baqgħet taħdem b'mod normali fuq l- applikazzjonijiet tal-Vodafone u tal-Go Mobile għat-twaħħil ta' dawn l- antennae.", "'Il quddiem ikollna iktar ċans nitkellmu dwar is-serjeta' tal- planning authority fil-proċess ta' applikazzjoni ta' xi ħadd kbir u ta' xi ħadd żgħir.", "L-aħħar rimarka li xtaqt nagħmel hija dwar il-korp tal-pulizija.", "Riċentement jien tkellimt dwar xi investigazzjonijiet li saru min-naħa tal- pulizija u l-kummissarju, fi press release li ħareġ qal li t-tliet Għarab li nqabdu jsarrfu u jinnegozjaw flus b'mod illegali fil-Belt, avolja nqabdu permezz ta' video, ma tressqux il-qorti għax hekk kien il-parir ta' l- avukat ġenerali.", "Ma jistax ikun li l-kummissarju, fejn jidhirlu hu, jirreferi ċerti każijiet lill-avukat tar-repubblika u fir-rigward ta' każi oħra, lanqas biss jirreferi għall-avukat tar-repubblika jew agħar minn hekk, imur kontra d-deċiżjoni ta' l-istess avukat tar-repubblika.", "Fenomenu ġdid li nibet fil-korp tal-pulizija huwa dak li membru partikolari tal-korp mhux qed jitħalla jersaq għall-eżami għal surġent meta f'dik li hija mġieba u dixxiplina, m'għandu xejn kontra tiegħu.", "Din hija attitudni li żgur ma tagħmilx ġieh lill-korp tal-pulizija.", "Mr Speaker, nitlob il-permess biex inpoġġi d-dokumenti li semmejt matul dan l-intervent fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta minn residenti tan-Naxxar liċ-chairman ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar dwar applikazzjoni għall-istallazzjoni ta' żewġ mobile antennas fin-Naxxar;", "Kopja ta' żewġ ittri mibgħuta mill-kunsill lokali tal-Għargħur lill- kunsill lokali tan-Naxxar, b'riferenza għall-proġett ta' Triq Għargħur u Triq San Pawl, Naxxar;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-kunsill lokali tal-Mosta lili b'riferenza għal xogħol ta' manutenzjoni ta' toroq fil-housing estate ta' Mlit fil-Mosta.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 13 ta' Frar, 2001 fid-9.00 a.m., bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - RIĊERKA", "22759.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rettur ta' l-Universita' jagħtix medja tat- talbiet imressqa mid-dipartimenti universitarji għas-sena 2000/1?", "X'inhu l-medju tat-talba kapitali u rikorrenti?", "Liema huma l-akbar voti dipartimentali li qed jingħataw lin-naħa tax-xjenza?", "X'riċerka qed issir minn dawn id-dipartimenti F'liema ġurnali internazzjonali ġiet ippublikata din ir-riċerka?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-talbiet li tressqu mid-dipartimenti universitarji fis-sena 2000 kienu jammontaw għas-somma totali ta' Lm921,413.", "Minn dan l-ammont Lm355,050 kien it-total ta' talbiet ta' natura kapitali.", "Dawn it-talbiet jiġu kkunsidrati mill-Kumitat tal-Fond tar-Riċerka mwaqqaf apposta kull sena.", "Jidhru t-talbiet sħaħ, jew il-partijiet mnnhom, li ġew approvati.", "Mit-total approvat ta' Lm149,495 il-Fakolta` tax-Xjenza ingħatat is-somma totali ta' Lm29,400.", "Informazzjoni aktar dettaljata dwar dan ta' hawn fuq u tagħrif rigward l- aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija ser tingħata lill-Onor.", "Membru għall- aħjar informazzjoni tiegħu.", "ISTITUTI RELIĠJUŻI", "23105.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm tfal ġo istituti reliġjużi llum?", "Kemm għandhom eta' u x'inhi r-raġuni li qegħdin hemm?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja, preżentement hemm 300 tifel u tifla fi 17 il-Dar Residenzjali.", "L-eta' ta' dawn it-tfal tvarja bejn ġimgħa u tmintax-il sena.", "Tfal jiddaħħlu fi Djar Residenzjali għal diversi raġunijiet iżda prinċiparjament għax il-ġentituri ma jkunux f'pożizzjoni li jieħdu kura tagħhom jew jipprovdulhom il-protezzjoni meħtieġa.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "23106.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern fuq children's allowance għal dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm huwa maħsub li se joħroġ il-gvern din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa fuq l- Allowance tat-Tfal għal dawn l-aħħar ħames snin hija kif ġej:", "1996 Lm18,333,539 1997 Lm20,369,590 1998 Lm20,111,471 1999 Lm19,034,766 2000 (prov) Lm18,430,359", "ĦABS ĊIVILI", "23107.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li għal xi raġuni jew oħra kienu in-patient fl-Isptar St Lukes u fi sptarijiet oħra s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 kien hemm 196 każ fejn priġunieri nżammu għal kura bħala in patients fl-isptar San Luqa jew l-isptar Monte Carmeli.", "SAĦĦA - TESTIJIET TA' L-HIV/AIDS", "23108.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru tests għall-Aids u HIV din is-sena?", "Kif jikkompara dan in-numru ma' dawk li saru sena b'sena f'dan l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA:", "|Sena |Total |No of | | |Request |Reactive | | | |Samples |", "| |Ġunju - |408 |10 | |Diċembru | | | |1985 | | |", "| |1986 |930 |13 |", "| |1987 |2292 |5 |", "| |1988 |3750 |13 |", "| |1989 |2495 |16 |", "| |1990 |2118 |9 |", "| |1991 |2461 |18 |", "| |1992 |3131 |8 |", "| |1993 |2369 |13 |", "| |1994 |3935 |10 |", "| |1995 |3963 |17 |", "| |1996 |3912 |7 |", "| |1997 |3809 |8 |", "| |1998 |4249 |10 |", "| |1999 |5593 |8 |", "| |2000 |4950 |14 |", "| |2001 up to |330 |1 | |25/01/01 | | |", "| It-testijiet għall-HIV huma anonimi u n-numru ta' testijiet pożittivi ma jirriflettix neċessarjament li l-każijiet huma ġodda u li jistaw jinkludu testijiet ripetuti.", "SAĦĦA - SIRINGI", "23109.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil persuni li jabbużaw mid-droga s- sena l-oħra u kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-total ta' siringi li tqassmu lil persuni li jabbużaw mid-droga għal dawn l-aħħar ħames snin huwa dan:", "1996 61,979 1997 74,555 1998 104,169 1999 144,495 2000 152,625", "PULIZIJA - KENN POLITIKU", "23110.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jitolbu kenn politiku f'Malta llum, mil-liema pajjiżi huma u kemm ilhom hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi t-tagħrif mitlub ma jinżammx mill-Pulizija.", "Hu l-Uffiċċju ta` l-U.N.H.C.R. f`Malta li jieħu ħsieb l-interessi ta` persuni meqjusa bħala refuġjati.", "SKEJJEL - GĦAXAQ", "23253.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-kunsill skolastiku ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Għaxaq jagħti l-permessi meħtieġa biex il-kunsill lokali tal-post ikun jista' juża s-sala ta' l-iskola, l-unika sala fil-komunita', biex jorganizzaw Jum Ħal-Għaxaq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser nirreferi t-talba lill-awtoritajiet kompetenti għall-konsiderazzjoni tagħhom.", "KULLEĠĠ MADRE TEREŻA", "23254.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jintbagħat xi purtinar fil-kulleġġ Madre Tereża ta' l-Imsida peress li l-unika persuna li hemm mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mal-bżonnijiet tal-kulleġġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, kif spjegajt dan l-aħħar fil-Parlament qed isir xogħol biex ħaddiema tal-Gvern jiġu mitluba jirraportaw għal dan ix-xogħol.", "Tlabt lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħti każ it-talba ta' l-Onor.", "Membru.", "INDIA - TERRAMOT", "23257.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-Gvern Malti li joffri xi forma ta' għajnuna, limitata kemm hi limitata, lill-Gvern Indjan għall- poplu milqut mid-diżastru enormi tat-terremot li ħalla tant u tant eluf mejta u tant u tant eluf oħra midruba u bla dar?", "Jekk iva, x'inhi din il-forma ta' għajnuna?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma l-Onorevoli Interpellant li bħal ma kien sar f'okkażjonijiet simili fil-passat, Malta qed tagħti s-somma \"token\" ta' Lm20,000 lill-Gvern ta' l-Indja bħala sinjal ta' solidarjetà mal-poplu Indjan fit-traġedja li laqtitu bħala riżultat tat-terremot li sar ix-xahar l-ieħor.", "Għall-istess raġunijiet Malta qiegħda wkoll toffri s-somma ta' Lm10,000 lill-poplu ta' l-El Salvador li kien intlaqat minn terremot xi ġranet qabel.", "VAPURI TAĦT IL-BANDIERA MALTIJA", "23258.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "22916?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li mill-ewwel tas-sena 'l hawn kien hemm 14-il vapur miżmuma.", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA", "23275.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm qtates li qed jinżammu fil-Kulleġġ tal- Biedja?", "Kemm huwa stmat li kull ġurnata l-kap jiddedika ħin għall-qtates u kemm jiddedika ħin għall-istudenti u t-tmexxija tal-kulleġġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-Kulleġġ tal-Biedja ma jinżammux qtates imma b'koperazzjoni bejn il-Kulleġġ u l-Għaqda Nazzjonali tal-Qtates (NCS) hemm santwarju anness mal-Kulleġġ.", "L-NCS jipprovdu l-ħin, flus u nies biex inaddfu s-santwarju filwaqt li l- Kulleġġ ikollu dritt li l-istudenti tiegħu, li qegħdin isegwu kors ta' assistenti tal-veterinarji jitgħallmu billi jamministraw mediċini u jsiru jafu aktar fuq in-natura tal-qattus.", "In-numru tal-qtates ivarja skond kemm jidħlu pazjenti jew qtates mingħajr dar.", "Il-Kap tal-Kulleġġ jew jinżel ma' l-istudenti jew ma xi pazjent għal- lezzjonijiet u akkomodazzjoni rispettivament, il-bqija hemm l-NCS li tieħu ħsieb.", "Il-Kap ukoll jagħmel spezzjonijiet biex jara li qed tinżamm indafa stretta.", "PIXXINA NAZZJONALI", "23276.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li mill-1 ta' Jannar, 2002 il-pixxina nazzjonali se tibda titmexxa minn kumpannija?", "Kif se tkun ifformata din il-kumpannija?", "X'impjegati se jkollha magħha?", "Kemm se jkollha impjegati?", "Kif se jkunu reklutati?", "X'se jiġri mill-impjegati li bħalissa jaħdmu fil-pixxina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Universita` ta' Malta, is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l- uffiċjali mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport sabiex it-tmexxija tal- Pixxina Nazzjonali u faċilitajiet sportivi oħra fl-Universita` jgħaddu f'idejn il-Malta University Sports Complex Limited.", "Din il-Kumpanija kienet twaqqfet fl-1995, b'51% shareholding ta' l- Universita` u 49% shareholding tal-Gvern, u qegħda terġa' tkun rijattivata.", "Il-Memorandum and Articles ta' din il-kumpanija sarulu biss xi tibdil minimu minn kif oriġinarjament inkiteb.", "It-transizzjoni mit-tmexxija eżistenti għal tmexxija minn kumpanija huwa indirizzat f'Operations Agreement li bħalissa qiegħed jiġi ffinalizzat.", "Rigward l-impjegati eżistenti tal-Pixxina Nazzjonali, il-ħsieb hu li l- Malta University Sports Complex Ltd tassimila kemm jista' jkun mill- ħaddiema li bħalissa huma impjegati mal-Pixxina Nazzjoanli.", "Bħalissa ma hemm ebda proċess jew pjanijiet għal reklutaġġ ġdid.", "IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM TAĊ-ĊANGA", "23387.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam taċ- ċanga f'Malta minn pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xhur ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?", "Mill-liema pajjiżi u xi kwantitajiet ġew importati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "IMPORTAZZJONI TAL-CORNED BEEF", "23388.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi ta' l-UE matul Diċembru 2000 u f'Jannar 2001?", "Mill-liema pajjiżi u f'kemm kwantita'?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "IMPORTAZZJONI TAL-CORNED BEEF", "23389.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xahar ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MRL - TESTIJIET", "23390.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet tal-MRLs li saru fuq il-laħam abjad li nipproduċu lokalment fil-laboratorju tal- biċċerija matul is-sena 2000?", "X'riżultati nkisbu u x'rakkomadazzjonijiet addizzjonali saru?", "Kemm minn dawn il-testijiet kienu fuq il-laħam tal-fniek, tiġieġ, dundjan eċċ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-testijiet fuq ir-residues (mhux MRL) li saru fuq il-laħam tat-tjur huwa skond kif isegwi:", "Laħam Abjad (Tjur)", "Anticoccidials 15 il-kampjun: riżultati għadhom ma waslux*.", "Sulfanamidi 5 kampjuni: riżultati għadhom ma waslux*", "Quinolones 10 kampjuni: riżultati għadhom ma waslux*", "Antibiotiċi 20 kampjun: riżultati kollha negattivi.", "* Ir-riżultati ta' dawn it-testijiet ikunu magħrufa għal-ħabta ta' Marzu 2001.", "PRODUZZJONI AGRIKOLA ORGANIKA", "23391.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat matul l-1999 u 2000 mal- bdiewa u l-għaqdiet tagħhom dwar produzzjoni agrikola organika?", "X'suġġerimenti saru min-naħa ta' uffiċjali tad-dipartiment ta' l- agrikoltura lill-bdiewa dwar l-importanza li jintroduċu l-produzzjoni agrikola organika?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Saru diversi laqgħat mal-kumitat tal-Moviment Malti għall-Biedja Organika.", "Wieħed mis-suġġerimenti li saru waqt dawn il- laqgħat kien li jsiru korsijiet dwar is-suġġett.", "Korsijiet ta' din ix-xorta bdew isiru.", "PRODOTTI ORGANIĊI", "23392.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet mid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura jew minn bdiewa privati biex ikun stabilit il-livell ta' kwalita' ta' prodott organiku lokali li fuqu saru l-provi matul is-sena 1999 u 2000?", "F'liema laboratorji saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li f'ebda żmien ma kien hawn lokalment xi produzzjoni organika ċertifikata.", "Għaldaqstant ma setgħu isiru l-ebda testijiet fuq prodotti organiċi.", "UFFIĊĊJU ĊENTRALI TA' L-ISTATISTIKA", "23430.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li biex jiġi iffrankat l- overtime, ħaddiema tal-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika qegħdin jingħataw 34 ktejjeb kull wieħed ta' figuri tal-labour force għall-coding biex dawn jipproċessawhom id-dar b'rata ta' Lm 1.20c il-ktieb?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-ħaddiema ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika qed jagħmlu x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant bir-rati kif indikati fil-mistoqsija.", "Tajjeb jingħad li l-\"Labour Force Survey\" se jiddaħħal b'mod permanenti fis- sistema ta'l-istatistika.", "Għaldaqstant il-ħsieb ewlieni hu li x-xogħol fuq dan is-survey jinfirex aktar u li tinħoloq rabat akbar bejn il-fażi tal- \"fieldwork\" u l-\"coding\" tas-survey.", "Dan għandu jgħin sabiex jitnaqqas iż- żmien li fih ikunu jistgħu jinħarġu r-riżultati ta' stħarriġ bħal dan.", "PULIZIJA - LUQA - KAROZZI MITLUQA", "23431.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jieħu ħsieb illi żewġ karozzi mitluqa f'Valletta Road, Luqa jitneħħew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-vetturi li rrefera għalihom l- Onor. Interpellant tneħħew.", "AIR MALTA GROUP - IMPJEGATI", "23432.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-Air Malta Group tul is-sena 2000?", "Jista' jaqsamhom xahar b'xahar u jgħid ma' liema sussidjarja ġew assenjati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "DRIVERS' LICENCE", "23433.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta, tul l-aħħar għaxar snin, kien hemm żidiet fil-ħlasijiet tad-drivers' licence?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-unika żieda li kien hemm fil-ħlas tal-liċenzja tas-sewqan driving lisence kienet fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista meta permezz ta' Avviż Legali Nru. 240/97, li kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16555 ta' 30 ta' Diċembru 1997, il-ħlas żdied minn Lm1.20 fis-sena għal Lm2 fis-sena.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "23434.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-Gvern, maqsuma xahar xahar, tul is-sena 2000?", "Jista' jgħid wkoll f'liema grad kienu mpjegati u fl'liema dipartiment ġew assenjati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li matul is-sena 2000, erba' mija u sitta u sittin (466) persuna li qabel kienu jaħdmu bħala \"Impressed Drivers\" ħadu impjieg indefinit mas-Servizz Pubbliku, filwaqt li tmienja u sebgħin (78) ħaddiema li qabel kienu fl-AWTS ukoll ħadu mpjieg indefinit.", "Fis-sena 2000, spiċċaw mill-impjieg minn mas-Servizz Pubbliku tmien mija u tmienja u disgħin (898) impjegat.", "Fl-istess sena, in-numru ta' mpjegati ġodda mas-Servizz Pubbliku kien ta' ħames mija u ħamsa u sebgħin (575).", "Dettalji mitluba dwar impjegati ġodda jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "USE CLASSES ORDER", "23435.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' use classes order fejn huma maqsuma l-attivitajiet kummerċjali", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif tidher fl-Avviż Legali 53 ta` l-1994 li deher fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern Nru. 15,935 tad-29 ta` April, 1994, u li ġie amendat permezz ta` l-Avviż Legali 70 ta` l-2000 li deher fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16,938 tal-25 ta` April, 2000.", "PA - IMPJEGATI ĠODDA", "23436.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-PA tul is-sena 2000?", "Jista' jaqsamhom xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: B`żieda mat-tagħrif li jien tajt dwar dan is-suġġett fit-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21522, ninsab infurmat illi f`Diċembru, ġew impjegati żewġ (2) ħaddiema oħra ma` l- Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Dawn kienu 'replacements' fil-grad ta` Secretarial Assistants.", "BORMLA - DAR TA' ANZJANI", "23437.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu mitluba jħallsu oriġinarjament l-anzjani residenti fid-dar ta' Bormla?", "X'inhu l- ħlas mitlub bħalissa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-anzjani fid-Dar ta' Bormla, l-istess bħall- anzjani fid-Djar Residenzjali ta' l-istat kollha, huma mitluba jħallsu 60% tad-dħul totali tagħhom, basta dan:", "(a) l-ammont ta' kontribuzzjoni ma' jkunx iżjed minn Lm6 kuljum u", "(b) r-resident jibqa' mhux b'inqas minn Lm550 fis-sena għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Dawn ir-rati ġodda daħlu fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2000.", "Qabel dik id-data l-ammont ta' kontribuzzjoni dovut mill-anzjani fid-djar tal- Gvern kien l-istess ta\" 60% pero':", "(a) l-massimu kien ta' Lm4 kuljum", "(b) l-ammont minimu għad-dispożizzjoni ta' l-anzjan kien ta' Lm360 fis-sena", "(c) l-ewwel Lm100 dħul minn imgħax ma kienx jiġi magħdud ma' l-ammont ta' dħul totali.", "MARSA SPORTS GROUND", "23444.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-1995 sal-lum, sena b'sena fil- Marsa Sports Ground?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-1995 sal-lum ġewwa l-Marsa Sports Grounds sar u għadu qiegħed isir diversi tipi ta' xogħol ta' manutenzjoni fuq bażi regolari.", "Dan ix-xogħol jinkludi:", "* seeding u overseeding tal-football/rugby/baseball pitches,", "* żebgħa ta' l-istands ta' l-athletics track,", "* manutenzjoni tal-fencing,", "* tindif kuljum tal-ground, courts u parking area, * tindif kuljum tad-dressing rooms, filwaqt li fihom isir ukoll xogħol ta' tibjid kull sena.", "Xogħol ieħor li sar ġewwa l-Marsa Sports Grounds fil-perjodu msemmi jinkludi:", "1996", "* Ġew installati floodlights ġewwa l-Athletic Stadium", "* Ir-Rugby pitch ġie magħluq bil-fence.", "1997", "* F'Settembru/Ottubru il-Marsa ġarrbet diversi ħsarat minħabba l-għargħar, u kellu jsir xogħol ta' tindif u manutenzjoni straordinarju.", "Dan kien jinkludi xogħol ta' dindif bid-dumper u tneħħija ta' debris u ħama madwar il-Kumpless kollu.", "1998", "* F'Jannar il-Marsa reġgħet ġarrbet diversi ħsarat minħaba l-għargħar, u għal darba oħra kellu jerġa' jsir l-istess xogħol ta' tindif u manutenzjoni straordinarju.", "1999", "* F'Novembru/Diċembru il-Marsa reġgħet għerqet għat-tielet darba fi żmien sentejn.", "Mill-ġdid kellu jerġa' jitneħħa d-debris u ħama madwar il- Kumpless kollu u jsir xogħol bil-gaffa.", "2000", "* Matul is-sena 2000 ġiet irranġata t-tirq li tagħti mill-Kumpless għall- Marsa Sports Club.", "Sar ukoll refurbishing ta' l-entratura tal-Kumpless permezz ta' tħawwil ta' siġar u pjanti dekorattivi.", "* Matul is-sajf sar xogħol ta' tindif estensiv tal-culverts minn fejn soltu jgħaddi ammont kbir ta' ilma, bħala prekawzjoni kontra l-għargħar.", "Dan ix- xogħol sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "* Ġew installati floodlights ġodda fil-Football Training Area.", "* Id-Dipartiment ħareġ tender għall-bejgħ ta' żewġ vetturi li kienu mitluqa fil-parking area tal-Marsa Sports Grounds.", "Dawn il-vetturi inbiegħu u tneħħew mill-Marsa f'Ottubru.", "2001", "* Sal-lum apparti x-xogħol regolari ta' manutenzjoni u tindif, għadu qiegħed jitkompla x-xogħol ta' landscaping madwar il-Kumpless.", "ETC", "23445.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' persuni li spiċċaw bla xogħol mill-1994 sa l-1999, sena b'sena, minħabba redundancy?", "X'tip ta' xogħol kienu jagħmlu?", "Jista' jgħid ukoll x'kienu l-etajiet tagħhom skond kif tingħata l-istatistika mill-ETC normalment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx informazzjoni fil-format mitlub.", "ETC - UNEMPLOYMENT", "23446.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22985, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-istess informazzjoni skond l- etajiet tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx informazzjoni fil-format mitlub.", "REĠISTRAR", "23447.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni ġodda li bdew jirreġistraw għax-xogħol sena sena mill- 1994 sa l-1999? ista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet tagħhom? 'livell ta' edukazzjoni kellhom dawn il-persuni meta bdew jirreġistraw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżammx informazzjoni fil-format mitlub.", "ETC", "23448.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22986, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'livell ta' edukazzjoni kellhom meta bdew jirreġistraw u l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ HURD'S BANK", "23449.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq Hurd's Bank, M'Scala tingħata t-tarmac minħabba l-istat diżastruż u perikoluż, speċjalment meta tagħmel ix-xita, li tinsab fih din it-triq.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ġie miftiehem programm għal asfaltar ta' toroq f'Marsascala mal-Kunsill Lokali.", "Bħalissa qed isiru l- preparamenti biex joħorġu t-tenders għall-ewwel għaxar toroq f'dan il-lokal skond dan il-programm.", "L-asfaltar ta' Triq Hurd's Bank fil-preżent qiegħda fit-tieni fażi ta' dan il-programm.", "MALTA INTERNATIONAL AIRPORT - TENDER", "23479.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender ta' tindif fil- Malta International Airport li ġiet approvat dan l-aħħar?", "Jista' jgħid jekk l-offerta aċċettata kenitx l-aħjar offerta u fuq liema bażi ġiet mgħażula?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li kien hemm disa' (9) offerti għat- tender ta' tindif fil-Malta International Airport li kienet approvata dan l- aħħar.", "Peress li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.", "ARMATA - PROMOZJONIJIET", "23483.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex il-kwalifika għal ċerti promozzjonijiet fl-armata qed jinbidlu?", "Ma jafx illi dawk il-persuni li qatt ma ngħataw opportunita' li jtejbu l- kwalifiki tagħhom, ma għandhomx jiġu preġudikati speċjalment fid-dawl tas- servizz twil li uħud minn dawk milquta diġa' għamlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-kwalifiki meħtieġa għall- promozzjonijiet fl-Armata huma dawk li kienu diġà eżistenti 'l fuq minn ħamsa u għoxrin sena ilu.", "Id-dmirijiet tal-lum jitolbu dan il-livell minimu.", "Daqqa ta' għajn lejn l-istatistika ta' kwalifikazzjonijiet li għandhom numru kbir ta' membri ta' l-Armata huwa prova ta' l- opportunitajiet wiesgħa li kien hemm għal min kien ippreparat li jistudja u jitħarreġ biex itejjeb il-kwalifiki tiegħu biex jimxi 'l quddiem fil- karriera militari.", "DRENAĠĠ", "23487.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija li sbrufalha d-drenaġġ fid-dar tagħha, ħaddiema tad- dipartiment jaraw li s-sistema tad-drenaġġ tat-triq hija tajba u mhux ta' inkonvenjent għal din l-anzjana?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li għall-bidu tal-ġimgħa d- dieħla għandu jsir survey tas-CCTV fi Triq Azzopardi, Marsa.", "Id-Dipartiment jieħu kull azzjoni li hemm bżonn skond ma jirriżulta fis-survey.", "HOUSEHOLD SAVINGS RATE", "23489.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23312 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilu u cioe': jista' jagħti l-household savings rate għas-snin 1999, 2000 u 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-\"household savings rate\" jew \"savings ratio\" għas-sena 1999 kien ta' 9.6 fil-mija.", "Dak għas-sena 2000, l-informazzjoni miġbura s'issa tkopri l-ewwel disa' xhur u għaldaqstant għadha mhix komplita.", "Dwar is-sena 2001 l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jagħmilx projezzjonijiet dwar din il-materja.", "WIED IL-GĦAJN - MISTAĦ SAN ĠAKBU", "23490.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Misraħ San Ġakbu, Wied il-Għajn beda x- xogħol fih madwar erba' xhur ilu u issa waqaf u tħalla kollox maqlugħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar, mhux Wied il-Għajn.", "Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.", "ZABBAR - TRIQ IS-SANTWARJU", "23491.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-arbli ġodda tad-dawl fi triq is-Santwarju, Zabbar, ilhom sentejn imwaħħla u ma jinxtgħelux?", "Billi din is-sena ħaż-Żabbar se jiċċelebra 50 sena mill-Inkurunazzjoni tal- Madonna tal-Grazzja possibli l-Enemalta tara li dawn il-bozoz jintxtegħlu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li peress li dan kien proġett tal- Kunsill Lokali, il-materjal kellu jinxtara apposta.", "Dan il-materjal jasal għall-ħabta ta' l-ewwel ġimgħa tax-xahar li jmiss.", "MQABBA - TRIQ L-ISPNAR", "23492.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li r-road department ta' l-inqas iwitti Triq l-Ispnar, Mqabba għax hi fi stat ħażin ferm u hi ferm abitata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jidher illi għad hemm ħafna żvilupp li għadu qed isir f`din it-triq u għalhekk ma jistax isir xogħol fiha mid-Dipartiment bħalissa.", "Madankollu l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tiġi nfurmata bil-problemi li dan l-iżvilupp qed joħloq għal min diġa joqgħod fit-triq u qed tintalab tagħmel l-enforcement neċessarju biex ix-xogħol isir skond il-kundizzjonijiet tal- permessi mogħtija.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "23493.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "22744?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l- informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.", "IMPORTAZZJONI", "23494.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li Malta timporta mingħandhom?", "Jista' wkoll jindika x'inhuma l-items ta' kull pajjiż li jidħlu ġo pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija tinsab fit-Tabella numru 4 intitolata \"Summary of Values of Imports and Total Exports by Country\" tal- pubblikazzjoni \"Trade Statistics\" maħruġa mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l- Istatistika.", "L-aktar verżjoni riċenti ta' din il-pubblikazzjoni hija dik għall-1999.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat- Tabella numru 15 intitolata \"Origin and Destination of Imports, Domestic Exports and Re-Exports by Chapter\" li tinsab fit-tieni volum ta' l- imsemmija pubblikazzjoni.", "PROĠETT F'TAR-RABBAT", "23495.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trejqa li tagħti min Guże Bajada Street, Ħamrun għal Qormi Road, Ħamrun (xi 50 metru) hijiex ser tiġi asfaltata mal-bqija tal-proġett f'Tar-Rabbat, il-Ħamrun, peress li din it- trejqa tintuża ħafna minn pedestrians huma u sejrin lejn il-knisja ta' Maria Reġina l-Marsa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-trejqa li qed jirreferi għaliha l- Onor. Interpellant hija passaġġ antik fl-għelieqi li llum spiċċa minn l- ischeme bl-iżvilupp.", "Madankollu, id-Dipartiment tat-Toroq ser jinvestiga jekk dan il-passaġġ huwiex pubbliku u kemm jintuża biex ikun jista' jiġi deċiż jekk għandux jiġi nkorporat fl-ischeme u hekk jiġi asfaltat.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "23496.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni mħarrka minħabba ksur tar- regolamenti dwar tgħabija żejda s-sena li għaddiet?", "Kemm minn dawn kienu dwar tgħabija żejda ta' passiġġieri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, il-Pulizija ħarrket 211 persuna fuq ksur tar-regolamenti dwar tagħbija ta` vetturi.", "Minn dawn, 177 kienu jirrigwardjaw tagħbija ta` passiġġieri.", "PERFORMING RIGHT SOCIETY", "23497.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jirriżultalu l-Ministru illi diversi sidien ta' ħwienet/negozji ż-żgħar qed jiġu avviċinati mill-performing right society biex iħallsu talli jkollhom xi casette/CD jdoqq fil-premises tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li s-Small Business Unit waslitilha nformazzjoni li kien hemm każ wieħed li fih spetturi tas-Soċjeta' tal- Performing Right marru f'ħanut u talbu ħlas skond il-liġi.", "Is-sid tal- ħanut aċċetta li jħallas.", "TRANSFER TAN-NUMRU", "23498.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega d-dewmien fl-ipproċessar ta' applikazzjoni għal transfer tan-numru indikat taħt separate cover?", "Jaf li m'hemmx kontijiet pendenti fuq dan in-numru iżda minkejja dan it-transfer xorta baqgħet ma saritx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ", "23499.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "23376, jista' l- Ministru jgħid liema xogħol jirrelata mal-persentaġġ ta' allowance, kull persentaġġ separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li:", "5% tingħata lill-impjegati li x-xogħol tagħhom huwa f'postijiet kontaminati bid-drenaġġ.", "10% tingħata lill-impjegati li x-xogħol tagħhom huwa kif spjegat fuq u wkoll li jkunu f'kuntatt mad-drenaġġ.", "20% tingħata lill-impjegati li biex jaħdmu jkollhom jinżlu f'tappieri, sentini jew vaski tad-drenaġġ.", "38% tingħata lill-ħaddiema li jkollhom jinżlu jaħdmu f'galleriji tad- drenaġġ.", "Dawn ir-rati jitħallsu għas-sigħat kollha li jkunu qed jaqdu d-doveri tagħhom.", "PULIZIJA - BELTA VALLETTA - GĦASSA", "23500.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru rapporti fl-għassa tal-Belt dwar crimes fuq uffiċċjali dettaljati fl-imsemmija għassa minn Novembru 2000 sal-31 ta' Jannar 2001?", "Kemm għamlu rapporti dwar crimes l-ispetturi u s-supretendent dettaljati f'din l-għassa?", "X'inhi l-proċedura dwar kif għandu jiġi rrappurtat pulizija?", "In kwantu għal crimes li ġew irrappurtati fil-perjodu indikat, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċedura ġietx segwita?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn Novembru 2000 u Jannar 2001, kien hemm 10 membri tal-Korp stazzjonati l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta, li sar rapport kontrihom minħabba ksur ta` dixxiplina.", "Sabiex jinbdew proċeduri dixxiplinarji kontra membru tal-Korp, isir rapport bid- dettalji kollha tal-każ mill-fizzjal inkarigat.", "Dan ir-rapport jintbagħat il-Kwartieri Ġenerali minn fejn tkun segwita l-proċedura ta` dixxiplina.", "Infurmat ukoll illi din il-proċedura ġiet segwita fil-każijiet kollha imsemmija aktar qabel.", "PULIZIJA - REATI", "23501.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Jannar 2001?", "Jista' jikklassifika r-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PULIZIJA - SERQ", "23502.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' serq bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Jannar 2001?", "Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul Jannar 2001 ġew irraportati 725 każ ta` serq.", "Dawn kienu ikklassifikati kif ġej:-", "Hold-Up 1 Pick Pocketing 38 Snatch & Grab 12 Theft of seacraft 1 Theft of vehicle 75 Theft from seacraft 3 Theft from vehicle 275 Theft from residence 51 Theft from bars / hotels 79 Theft from beaches 1 Theft from factories 2 Theft from retail outlets 46 Other theft 141", "GĦAJNUNA SOĊJALI - CHILDREN ALLOWANCE", "23503.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk il-familji li mhux qed jikkwalifikaw għac-children allowance u għandhom tfal b'diżabilita' iffissirx li dawn m'humiex se jikkwalifikaw għall-allowance tad-diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-test tal- mezzi għal talbiet ta' l-Allowance għal tfal b'Diżabilita' huwa aktar miftuħ minn dak għal talbiet għal Allowance tat-Tfal.", "Infatti, fil-każ ta' ġenituri li għandhom tfal b'Diżabilita' jittieħed biss l-ogħla dħul ta' wieħed mill-ġenituri, u sakemm dan ma kienx iżjed minn Lm13,270 fis-sena preċedenti, il-ġenituri jiġu mħallsa l-Allowance għal tfal b'Diżabilita'.", "Għalhekk mhux il-każ li familji li ma jikkwalifikawx għall-Allowance tat- Tfal minħabba l-meżżi, neċessarjament ma jikkwalifikawx għall-Allowance għal Tfal b'Diżabilita'.", "SKEJJEL - MARIA ASSUNTA", "23504.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti ta' l-iskola Sekondarja Maria Assunta ħarġu madwar tlett darbiet f'ġimgħa, matul il- ġimgħa li tibda 29 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul il-ġimgħa li bdiet fid-29 ta' Jannar, mill-iskola Marija Assunta, ħarġu l-istudenti tal-Form I:1 darba, u l-Form IV:4 darba biss, fil-31 ta' Jannar 2001.", "Ma kien hemm ebda ħruġ ieħor ta' studenti matul dik il-ġimgħa.", "TOROQ - ESPERTI ĠERMANIŻI", "23505.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- rapport li kienu għamlu l-esperti Ġermaniżi dwar is-sitwazzjoni tat-toroq f'Malta u r-rakkommandazzjonijiet tagħhom dwar it-titjieb ta' din il- qagħda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li dawn ir-rapporti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduti Nru. 75 u 352.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - STIPENDJI", "23506.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi studenti li jattendu fl- Institute of Health Care, dan l-aħħar kien qed jirċievu l-istipendji tagħhom b'madwar tlett ġimgħat b'lura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti ma rċieva ebda ilment fis-sens li qed tgħid l-Onor.", "Membru.", "L-uffiċċju li hemm fil-Junior College Gian Franġisk Abela li fih jinħadmu l- istipendji ta' dawn l-istudenti, wkoll ma kienx informat b'dan it-tip ta' diffikultajiet.", "Fid-dawl ta' din l-interpellanza qed isiru verifiki mad-Dipartiment tat- Teżor, minn fejn finalment joħorġu dawn il-ħlasijiet, biex jinstab jekk kienx hemm dewmien u kif dan jista' jkun rimedjat.", "PULIZIJA - TUL", "23507.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie stabilit li jrid ikun it-tul uffiċjali biex persuna tkun tista' tapplika għal pulizija?", "Kemm kien it-tul rikjest fl-ingaġġi li kienu saru mill-1995 'l hawn, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19376.", "SKEJJEL - PAOLINO VASSALLI", "23508.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li jattendu l-Iskola Paolino Vassalli, u partikolarment dawn li għandhom l-B.Tech Course, humiex se jingħataw iċ-ċans li jingħataw summer work?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Summer Work normalment jipparteċipaw fih l-istudenti ta' l-Universita` ħlief f'każ eċċezzjonali fejn studenti tas-Secretarial Course ingħataw xogħol fis-sajf għax hekk kien indikat fil- prospectus ta' dan il-kors.", "Din is-sena s-Summer Work se jkun ristrett biss għall-istudenti ta l- Universita` fuq proġetti konnessi ma' attivitajiet għat-tfal fl-iskejjel fil-kwadru ta' Skola Sajf.", "CAMPERS & NICHOLSONS", "23517.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-sur Terry Walsh, il-persuna imsemmija mill-kap ta' l- oppożizzjoni fil-parlament bħala r-rapreżentant ta' Campers & Nicholsons f'Malta għandux il-permessi meħtieġa sabiex jaħdem f'Malta?", "Jekk le, x'passi qegħdin jittieħdu kontra din il-persuna?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nissuġġerixxi lil Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.", "PA - BAĦRIJA - BINI ILLEGALI", "23518.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra:", "a) X'passi qegħdin jittieħdu sabiex il-garage mibni illegalment f'nofs Triq tal-Ġnien ta' Nigra, Baħrija, eżattament quddiem id-dar jisimha Edenville, jitwaqqa' mill-Awtorita';", "b) Meta huwa maħsub illi l-imsemmija riq tiġi iffurmata?", "Informazzjoni rilevanti qed tintbagħt separtament", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar diġa` investigat l-ilment imqajjem minn residenti tal-madwar u l-Kunsill Lokali tar-Rabat dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Jirriżulta illi l-imsemmija kamra hija antika u ġiet mibnija aktar minn 40 sena ilu.", "Dan jista` jiġi konfermat mis-Survey Sheets ta` l-1968.", "Hija policy stabbilita ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar li ma tieħux passi ta` infurzar dwar bini li jidher qabel dan il-perijodu.", "Rigward it-tieni parti b) tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat.", "QORMI - MIŻBLA", "23519.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti lil din il-Kamra r-raġuni għalfejn ma ttieħdu l-ebda passi mid-Dipartiment tas-Saħħa biex titneħħa miżbla illegali li hemm f'kantuniera fejn Triq San Ġwakkin u Triq is-Sebħ fil-lokalita' ta' Ħal Qormi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-art insemmija tinsab f'zona industrijali u hija propjeta privata.", "Ġħaldaqstant is-sid ta' l- art huwa responsabli ġħat-tindif taghha.", "Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.", "-----------"]} {"filename": "20000216_243d_par.doc", "date": "2000-02-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 243 L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 243", "L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "243", "L-Erbgħa, 16 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 95", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 95", "TQEGĦID TA' KARTI 102", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI) BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 102", "AĠĠORNAMENT 124", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 128", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 242 li saret fil-15 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI SKOLASTIĊI - ELEZZJONIJIET", "12999.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rata ta' parteċipazzjoni mill-ġenituri fl-elezzjonjiet tal-kunsilli skolastiċi għas-sena skolastika kurrenti?", "X'taħseb dwar din ir-rata d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "Hemm xi inizjattiva maħsuba biex ngħollu din ir-rata?", "Liema huma dawn l- inizjattivi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif jidher mill-istatistika, hemm skejjel fejn ma saritx elezzjoni u skejjel fejn saret.", "Fl-iskejjel primarji ta' Malta kien hemm elezzjoni f'għoxrin skola minn total ta' sitta u sittin.", "M'hemmx raġuni waħda għalfejn f'sitt u sittin skola ħarġu biss tliet ġenituri u allura ma saret ebda elezzjoni.", "Bħalissa qed isir studju biex f'aktar skejjel ikun hemm elezzjoni.", "F'Għawdex, tnejn minn ħdax-il skola primarja kellhom elezzjoni; fl- iskejjel speċjali, tnejn minn ħamsa kellhom elezzjoni; fis-settur sekondarju, għaxra minn tlieta u tletin kellhom elezzjoni; fis-settur post- sekondarju, ħamsa minn sittax kellhom elezzjoni; fis-settur ta' l-iskejjel tas-snajja' tnejn minn għaxra kellhom elezzjoni.", "Il-ministeru ta' l-edukazzjoni m'hu xejn kuntent b'dawn il-figuri u se jaħdem mal-kapijiet ta' l-iskejjel biex kemm jista' jkun f'kull skola jkun hemm elezzjoni.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid meta huma pprogrammati li jsiru dawn il-laqgħat, ċioe` jekk hijiex qed tintalab l- għajnuna tal-kunsilli lokali sabiex ikun hemm l-akbar kordinament possibbli bil-għan li tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, li nista' ngħid huwa li qegħdin isiru diskussjonijiet mal-kapijiet ta' l-iskejjel biex naraw kif din ir- rata ta' parteċipazzjoni tista' tiżdied, pero' għall-parti tad-domanda rigward il-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub ħalli jkun jista' jingħata aktar informazzjoni.", "GĦAQDIET SPORTIVI - FAĊILITAJIET", "13078.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jelenka dawk l-għaqdiet li talbu li jsir trasferiment ta' faċilitajiet sportivi?", "Liema huma dawn il- faċilitajiet?", "Kemm-il talba ġiet rifjutata u għaliex?", "Jista' jagħti l- figuri għall-1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Il-lista ta' għaqdiet li talbu li jsirilhom trasferiment ta' faċilita` sportiva fil- perijodu bejn l-1997 u d-9 ta' Frar 1999 ngħatat fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4572.", "Informat li minn din il-lista hemm talbiet miċħuda fir-rigward tal- faċilita` sportiva ġewwa l-Kalkara (boċċi), Kordin 'C' Ground (football) Pembroke (tennis), Sta Venera (boċċi) u Ta' Qali (muturi).", "Dawn it-talbiet ġew miċħuda mill-awtorita` ta' l-ippjanar matul is-sena 1999.", "Hemm talbiet oħra li jinsabu pendenti sakemm isir l-assessment meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti.", "Il-lista ta' l-għaqdiet li talbu li jsirilhom trasferiment ta' faċilita` sportiva fil-perijodu bejn l-10 ta' Frar 1999 u l-31 ta' Diċembru 1999 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt li s-Segretarju Parlamentari jinforma lill-Kamra x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk l-għaqdiet li t-talba tagħhom ġiet miċħuda.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Rigward il-club tal-boċċi tal-Kalkara nista' ngħid li l-planning authority irrifjutat l-applikazzjoni minħabba l- upgrading li qed isir fix-xatt.", "Il-Kordin 'C' Ground, li jintuża mill-industries soccer association, huwa proprjeta` ta' l-MDC u l-korporazzjoni ma tistax tikkommetti ruħha għall-eternita` li l-ground jibqa' jintuża għal skopijiet ta' football, pero` kkommettiet ruħha li għall-għaxar snin li ġejjin jibqa' jintuża għal dan il-għan.", "Rigward il-club tal-boċċi ta' Santa Venera irrid ngħid li dan jagħmel parti minn Palazz Casa Leone u allura m'huwiex lok li jingħata lil xi għaqda sportiva.", "Imbagħad hemm l-assoċjazzjoni sport muturi li qiegħda Ta' Qali.", "Dwar dan irrid ngħid li bħalissa qegħdin nistudjaw l-issue ta' l-isport tat-tlielaq tal-karrozzi u l-muturi b'mod komprensiv.", "Fil-fatt diġa` kellna kumitat li għamel studji dwar dan u fl-4 ta' Marzu għandha ssir konferenza nazzjonali, li għaliha huma mistiedna l-għaqdiet kollha, ħalli naraw kif il- kwestjoni tal-faċilitajiet għall-prattika ta' dan l-isport tista' tiġi tackled b'mod komprensiv.", "KOMPETIZZJONI ĠUSTA - TRASFERIMENTI", "12529.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-kompetizzjoni ġusta?", "Jista' jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li matul il-perijodu msemmi kien hemm trasferiment ta' impjegat wieħed mill- ufficcju tal-kompetizzjoni ġusta.", "Dan sar minhabba l-esigenzi tas-servizz.", "Jekk fil-futur il-ħtegijiet ta' l-ufficcju jitolbu li jkun hemm trasferimenti ta' ħaddiema, allura dawn isiru.", "KARTA TA' L-IDENTITA` - TRASFERIMENTI", "12530.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-karta ta' l-identita`?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat ma kienx hemm trasferimenti ta' pulizija fl-uffiċċju tal-karti ta' l-identita` fid-depot tal-pulizija.", "PTA - IMPJEGATI ĠODDA", "12531.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fl-awtorita` dwar it-trasport pubbliku mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw u xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li mis-16 ta` Settembru, 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000 ġiet impjegata persuna waħda bħala human resources and administration manager wara sejħa għal applikazzjonijiet mill-ETC.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra dwar żviluppi fir-rigward tat-trasferiment tal-bus terminus tar-Rabat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, aktar tard din il-ġimgħa se jkolli laqgħa mal-kunsill lokali u ma' l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku flimkien ma' l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku u nispera li f'din il- laqgħa nkunu nistgħu niffinalizzaw il-pożizzjoni.", "PTA - TRASFERIMENTI", "12532.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li mis-16 ta` Settembru, 1999 sa l-4 ta` Jannar, 2000 ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema ta' l- awtorita` dwar it-trasport pubbliku.", "SPTAR SAN LUQA - IMPJEGATI ĠODDA", "12533.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew mpjegati fl-Isptar San Luqa mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mis-16 ta' Settembru, 1999 sal- 4 ta' Jannar, 2000 ġew impjegati 23 ħaddiem fl-Isptar San Luqa.", "Minnhom dental surgeon, midwife, principal medical officer u senior house officer ġew impjegati fuq bażi permanenti, wara li kienet ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet mid-diviżjoni tas-saħħa.", "Erba' housemen ġew impjegati għal perijodu ta' sentejn, skond ma tipprovdi l-liġi, u l-bqija, li huma msemmija hawn taħt, ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għal applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet fuq bażi permanenti tiġi pproċessata mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Fil-fatt is-sejħiet għal applikazzjonijiet ħarġu mid-diviżjoni tas-saħħa fil-gazzetta tal-gvern indikat hawn taħt:", "|enrolled nurse|28 ta' | | |Settembru,99 | |medical |23 ta' Lulju, | |laboratory |1999 | |technologist | | |staff nurse |23 ta' Lulju, | | |1999 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma r- raġunijiet għalfejn kien hemm dewmien fix-xogħol li kellu jsir fl-ITU sabiex tkun tista' tilqa' aktar operazzjonijiet tal-bypass?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett ix-xogħol mhux fl-ITU kellu jsir imma fis-CICU, ċioe' l-coronary intensive care unit.", "Din se tkun tip ta' ITU għal dawk li jkunu għamlu cardiac surgery.", "Waħda mill-affarijiet li kienet qed tiġri kienet li minħabba li l-operazzjonijiet tal-qalb jiddependu fuq l- availability ta' sodod ġewwa l-ITU, ħafna drabi kien ikun hemm xi posponiment.", "Huwa veru li kien hemm xi ntoppi dwar l-iffinalizzar ta' dan is-CICU pero` jien informat li jekk kollox jibqa' sejjer kif inhu prevvist, suppost li sa l-aħħar ta' Marzu dan il-unit ikun miftuħ.", "SPTAR BOFFA - IMPJEGATI ĠODDA", "12534.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fl-Isptar Boffa mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Boffa mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000.", "PULIZIJA - REATI KONNESSI MA' DROGA", "12915.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew misjuba ħatja persuni mill-qorti fuq reati konnessi ma' droga matul is-sena 1999?", "X'kien ir-reat, x'weħlu u kemm minnhom kienu repeated offenders?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999 in-numru ta' persuni li ġew misjuba ħatja mill-qorti fuq reati konnessi ma' droga kien ta' 282.", "Minn dawn 86 kienu riċedivi.", "Is-sentenzi kienu jinkludu ħabs, multa, probation, sentenza sospiża u liberta` kondizzjonata.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "12916.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni fuq serq matul is-sena 1999?", "Kemm kien gravi r-reat u x'weħlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999 in-numru ta' persuni li nstabu misjuba ħatja ta' serq kien ta' 296.", "Il-pieni mogħtija kienu jvarjaw bejn multa, ħabs, probation, liberta` kondizzjonata u sentenza sospiża.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWEĠIJIET", "12955.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żweġijiet reliġjużi matul is-sena 1999 u kemm ċivili?", "Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ddivorzjati u/jew li kellhom żwieġ annullat li żżewġu biċ-ċivil matul is-sena 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999 in-numru ta` żweġijiet li ġew reġistrati f`Malta u f`Għawdex bil-forma reliġjuża kien ta' 1,952, filwaqt li n-numru ta' dawk bil-forma ċivili kien ta' 434.", "Ninsab informat ukoll li mill-persuni li żżewġu biċ-ċivil, 155 kienu ddivorzjati jew kellhom żwieġ annullat.", "SINGLE PARENT FAMILIES", "12956.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru tas-single parent families?", "Kemm hemm tfal f'dawn is-single parent families?", "Kemm hemm nisa u/jew irġiel illum li huma l-kap ta' dawn il-familji?", "Kemm minn dawn il-familji huma hekk minħabba divorzju, separazzjoni, għax romlu jew għax huma single unmarried mothers?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-informazzjoni meħuda mill-ktieb \"Women & Men, 1999\" pubblikat f'Diċembru 1999 mill-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika, sa l-1995 - l-aħħar tagħrif miġbur - kien hemm 6,582 single parent families, li jikkomprendu 2,226 tifel u tifla.", "Nisa li huma kap f'dawn il- familji kien hemm 5,250 filwaqt li rġiel kien hemm 1,332.", "Minn dawn il-familji 190 huma mifruda minħabba divorzju jew annullament u 1,263 minħabba separazzjoni; 4,820 familja oħra huma romol; 281 huma single unmarried mothers u 28 huma single unmarried fathers.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħidilna jekk is- sezzjonijiet diversi tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali jagħmlux spezzjonijiet lil dawn il-familji, sabiex il-problemi li jkunu ilhom jilmentaw bihom mal-welfare officers għal numru ta' xhur u kultant snin jiġu vverifikati u jingħataw aktar attenzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien naħseb li dawn il-każi aktar jappartjenu lid-dipartiment tal-welfare tal-familja - dipartiment li jieħu ħsieb l- aspetti soċjali u l-aspetti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-familja u diffikultajiet soċjali oħrajn - milli lid-dipartiment tas-servizzi tas- sigurta` soċjali.", "Safejn naf jien m'hemmx xi regola stretta li bis-saħħa tagħha d- dipartiment jibgħat rappreżentanti tiegħu għand dawk il-familji kollha li huma indikati bħala single parent families.", "Is-sistema taħdem b'mod li jekk id-dipartiment isir jaf b'xi forma ta' problema li l-familja jew xi membru ta' dik il-familja jkunu qegħdin jiffaċċjaw, id-dipartiment jew l- SWDP jieħdu l-inizjattiva u jagħmlu dak kollu li hemm bżonn biex jirrisolvu l-problema.", "Jiġifieri jista' jkun hemm home visits u jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn jibagħtu għalihom.", "Irrid ngħid hawnhekk li l-informazzjoni tista' tidħol minn diversi sorsi għax tista' tidħol mill-help line, tista' tidħol b'telefonata anonima u tista' tiġi direttament mill-persuni konċernati.", "Jiġifieri hemm ħafna metodi pero` m'hemmx xi programm stabilit li kull familja tiġi eżaminata jew isir kuntatt magħha fuq bażi regolari, imma pjuttost jekk tasal xi informazzjoni lid-dipartiment dwar xi problema partikolari allura d- dipartiment jieħu l-miżuri u l-inizjattivi li jkun hemm bżonn.", "ST.", "JAMES CAVALIER - RESTAWR", "12957.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l- proġett ta' restawr ta' St. James Cavalier s'issa?", "Kemm kellu suppost jiswa dan il-proġett?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lil sieħbi l-Ministru għall-Ambjent, li hu inkarigat mit-twettiq tal-proġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'inhuma l-programmi li għandu d-dipartiment għar-restawr ta' siti storiċi.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub dwar dan is-suġġett, pero` nista' ngħidlu wkoll li l- mistoqsija ta' wara hija dwar in-nefqa ta' restawr fuq dawn is-siti storiċi.", "SWAR - RESTAWR", "12958.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fuq restawr u żamma ta' swar, fortizzi u tempji neolitiċi, f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Għal dak li għandu x'jaqsam ma' nefqa fuq restawr ta' swar u fortizzi, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru għall-Ambjent.", "L-informazzjoni dwar in-nefqa fuq ir-restawr tat-tempji neolitiċi f'dawn l-aħħar għaxar snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: B'riferenza għax-xogħlijiet li kienu jsiru għal skavar ta' fdalijiet mhux magħrufa, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk il-gvern hux qed jipproġetta li jibda xi inizjattivi simili matul din is-sena jew fil-ġejjieni qarib?", "Qiegħed isir xi kordinament bejn l- Universita` ta' Malta u universitajiet oħra fid-diversi pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran biex isiru xi attivitajiet simili, ħalli b'hekk iż-żgħażagħ li jkunu qed jistudjaw dan is-suġġett ikollhom esperjenza aktar vasta dwar dan ix-xogħol partikolari.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jien informat li bħalissa jinsab għaddej proċess ta' riorganizzazzjoni fid-dipartiment tal-mużewijiet u għandi nifhem li dawn il-proġetti se jidħlu anke f'dan il-proċess.", "Naf ukoll li fost l- għanijiet tiegħu, iċ-ċentru tar-restawr suppost jirrestawra l-artefacts li jiġu minn dawn is-siti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'hemm proġettat li jsir dwar il-Ġgnatija f'Għawdex?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandix din l-informazzjoni miegħi, Mr Speaker, u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, is-Segretarju Parlamentari qalilna li l- gvern qed jikkonsidra li fir-riorganizzazzjoni tad-diparitment tal- mużewijiet, qed jaħseb għal proġetti fejn dawn il-fdalijiet ikunu jistgħu jerġgħu jiġu monitored.", "Jista' jgħidilna jekk hemmx xi target date għal dawn il-pjani?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għandna target date għar-riorganizzazzjoni tad- dipartiment tal-mużewijiet.", "Jien naħseb li l-importanti huwa li wieħed jara kif l-istruttura li tiġġestixxi dawn il-proġetti tkun riorganizzata sabiex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu verament jinbdew.", "Li naf żgur huwa li x- xogħol taċ-ċentru tar-restawr f'dak li għandu x'jaqsam mar-restawr ta' artefacts diġa` nbeda.", "TOROQ - TNAX-IL DISTRETT", "13424.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li kawża tal-maltemp, ħafna toroq prinċipali fit- 12-il distrett jinsabu f'diżastru u qed joħolqu inkonvenjent kbir, inkluż nuqqas ta' sigurta` għas-sewwieqa, jista' l-Ministru jara li dawn it-toroq jingħataw kisja tarmac qabel is-sajf li ġej, ħalli jkunu lesti qabel jibda l-istaġun turistiku f'pajjiżna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-kisi bit-tarmac fit-toroq prinċipali ta' Malta kollha, inkluż tat-12-il distrett, qed isir skond pjan li ilu ppubblikat diversi xhur.", "Numru ta' toroq fit-12-il distrett huma indikati li għandhom isiru fl-ewwel fażi tax-xogħol.", "Tajjeb wieħed jgħid ukoll li ż-żmien li l-affarijiet isiru bla pjan spiċċa - bħal fil-każ tal-bypass ta' l-Imtarfa, tal-bypass ta' San Pawl il- Baħar u t-triq li tagħti għal Ħaż-Żebbuġ - u m'għandux jirritorna.", "IMTARFA - DAWL", "13425.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li f'diversi nħawi fejn hemm il-ġonna fl-Imtarfa hemm ħafna bozoz maqtugħa - u naturalment qed jikkawżaw inkonvenjent lir- residenti ta' l-Imtarfa - jista' l-Ministru jawtorizza lid-dipartiment responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet ħalli jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li l-bozoz li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ma jaqghux taħt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-lokalita` ta' applikanti li ġew allokati post mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali bejn l-1 ta' Settembru 1999 u Frar 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13894; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-lokalita` ta' ħaddiema fit-Tug Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13893.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President tar-Repubblika.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President.", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President, wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "15 ta' Frar 2000", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta Diversi Miżuri ta' l-Estimi u Miżuri Amministrattivi Oħra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, b'dan l-abbozz ta' liġi se jidħlu fis-seħħ dawk il-provvedimenti u miżuri li tħabbru fil-budget li għaddejna u ddibattejna f'dan il-parlament f'Novembru u f'Diċembru li għadda, u li erġajna ddibattejna fil-ġimgħatejn li għadhom kif għaddew.", "Naturalment dan l-abbozz qiegħed ukoll idaħħal xi provvedimenti ta' emendi żgħar li ħassejna li jkun importanti li jidħlu sabiex dawn il-liġijiet - li bażikament huma l-liġi ta' l-income tax, il-liġi fuq id-dokumenti u l-liġi fuq tas-social security - ikunu jistgħu jiġu amministrati b'mod aħjar.", "Nibda bil-liġi ta' l-income tax.", "Fil-budget aħna konna ħabbarna tibdil fir-rati tat-taxxa fuq id-dħul.", "Konna għedna li filwaqt li s-ceiling ta' l-ammont li m'huwiex taxxabbli se jibqa' dak li hu - jiġifieri Lm4,000 għal dawk li huma miżżewġin u Lm3,000 għal dawk li m'humiex miżżewġin jew inkella li għalkemm huma miżżewġin jagħżlu li jkollhom assessment separat - konna se nibdlu l-faxex li fuqhom jiġi ntaxxat id-dħul taċ-ċittadin Malti.", "Għedna li l-ewwel faxxa kellha tibqa' kif kienet - fis-sens li għal dawk li huma miżżewġin l-ewwel Lm1,500, u għal dawk li għandhom assessment bħala mhux miżżewġin l-ewwel Lm1,000 - filwaqt li l-faxex l-oħrajn kienu se jinbidlu b'mod li kemm dawk li għandhom assessment bħala miżżewġin kif ukoll dawk li m'għandhomx assessment bħala miżżewġin, għall-bqija tad-dħul, għall-ewwel Lm2,000 'il fuq minn Lm5,500 se jiġu ntaxxati bil-25% u l-bqija jiġu ntaxxati bil-35%.", "Dan ifisser li dawk li jaqilgħu aktar minn Lm100 fil-ġimgħa sal-livell ta' bejn wieħed u ieħor Lm10,000 fis-sena se jkollhom żieda fit-taxxa ta' Lm250 fis-sena.", "Mr Speaker, ħadd ma jieħu gost meta żżidlu t-taxxa u naħseb li kulħadd jirreżisti u jgerger meta jkun imġiegħel jagħti minn tiegħu lil ħaddieħor, ikun min ikun, u mhux f'Malta biss imma fid-dinja kollha.", "Naturalment f'din il-kwestjoni tat-taxxa qegħdin nitkellmu fuq li tagħti lill-komunita` sħiħa.", "Għaliex wara kollox, it-taxxa għalfejn qiegħda?", "Il-gvern m'huwiex xi negozjant li jistabilixxi kemm irid jagħmel profitti fis-sena u joqgħod jikkalkula d-dħul tiegħu u allura jgħid xi prezz se jagħti u xi prezz se jiffissa għas-servizzi li jagħti, u l-gvern lanqas huwa enti għalih qisu qiegħed hemmhekk separat minn kwalunkwe wieħed u waħda minna fil-pajjiż, imma l-gvern huwa aħna lkoll.", "U allura ma naħsibx li għandna nibqgħu għaddejjin bil-kunċett għaliex \"dak\" il-gvern u \"jiena\" jien.", "Il-gvern, hu min hu, huwa għażla temporanja tal-poplu kif deċiża f'elezzjoni - ngħid temporanja għaliex meta ssir elezzjoni hemm ir-rabta li almenu wara ħames snin, give or take xi ftit xhur, bilfors trid issir elezzjoni - u allura l- gvern m'huwa xejn ħlief l-espressjoni ta' dik li hija l-komunita` Maltija kollha.", "Nisħaq fuq dan il-punt, Mr Speaker, għaliex fl-opinjoni tiegħi waħda mill-affarijiet kardinali li għandna bżonn nifhmu hija li l-gvern huwa aħna, mhux biss meta nitkellmu fuq taxxi imma anke meta nitkellmu fuq servizzi soċjali, fuq obbligi ċivili u fuq ħafna affarijiet oħra.", "Aħna mdorrijin ngħidu li rridu nifhmu li r-Reġina spiċċat minn hawn, u ngħidu dan għaliex imdorrijin inħarsu lejn il-gvern bħala xi ħadd barrani li jekk se jagħmel taxxa se jagħmilha biex jieħu flusna għalih u għall- benefiċċju ta' pajjiż barrani, mingħajr ebda obbligu reali lejn pajjiżna stess.", "U meta nsemmu r-Reġina ma nagħmluhx b'xi diżrispett lejn ir-Reġina pero` biex infehmu li sakemm konna kolonja kellna sitwazzjoni li ħafna drabi deċiżjonijiet ta' taxxi, ta' investiment u ta' andament ekonomiku f'pajjiżna, kienu jittieħdu min-nies li huma barranin għalina u li ma kenux eletti mill-poplu.", "U għalhekk daħlet fil-mentalita` tagħna l-Maltin l-idea tal-gvern u aħna u li allura kemm jista' jkun nippruvaw ma npaxxux lill- gvern, nippruvaw naħarbu t-taxxi u li jekk hemm xi ħaġa x'tista' tieħu, tieħu d-doppju jew tieħu meta mhux suppost tieħu.", "Mr Speaker, qed nitkellem fuq dan il-punt għaliex naħseb li huwa punt kardinali jekk irridu b'mod oġġettiv nitkellmu fuq pajjiżna u l-futur ta' pajjiżna x'inhu.", "Il-futur ta' pajjiżna huwa l-poplu tagħna u huwa, kemm aħna, bħala komunita` waħda, se nkunu kapaċi naħdmu flimkien.", "Il-futur ta' pajjiżna ma jiddependix milli noqogħdu nħabbtu ras ma' ras jew milli kulħadd ifittex l- interessi personali tiegħu fuq l-interessi tal-komunita` kollha imma jiddependi fuq kemm nibdew naraw l-interess tal-komunita` bħala l-interess tagħna, fuq kemm se nibdew nifhmu li kull wieħed u kull waħda minna mhux biss għandu dmirijiet lejn dawk li huma fil-qrib tiegħu - għandek responsabbilta` lejn martek, lejn uliedek, lejn il-familjari tiegħek, lejn il-ġirien, lejn il-komunita` li tgħix fiha fil-qrib - imma għandu wkoll drimirijiet u responsabbilta` lejn il-komunita` kollha fil-pajjiż.", "Irridu nibdew nifhmu li aħna individwalment inħossuna tajjeb daqskemm ikunu tajbin il-komunitajiet ta' madwarna.", "Huwa importanti għal kulħadd li jifhem li l- ideal huwa li wieħed ikun sinjur f'pajjiż sinjur.", "M'hijiex ħaġa sabiħa li jkollna sitwazzjoni f'pajjiżna, bħalma sfortunatament jeżisti f'pajjiżi oħra, fejn nies sinjuruni jkunu għaddejjin bil-kumditajiet kollha li wieħed jista' jimmaġina u aktar, u nies oħra jkunu qed imutu bil-ġuħ fit-triq.", "Fl- opinjoni tiegħi ma jistax ikun li xi ħadd iħossu umanament komplet u sodisfatt meta jara l-miżerja madwaru.", "U huwa hemmhekk fejn importanti li kulħadd jifhem - u mhux jifhem biss għaliex ħafna drabi kulħadd jifhem u jgħid ħafna affarijiet u jafferma ħafna twemmin - li tkun sodisfatt meta tara li madwarek is-soċjeta` miexja 'l quddiem.", "U dan id-diskors kollu qed nagħmlu biex infiehem x'inhi t-taxxa.", "Meta l-bieraħ kont qed nagħmel il-winding-up fuq il-liġi tas-sigaretti, ikkritikajt lil dawk il-kelliema li qalu, jew ippruvaw jgħidu - li l-fatt li tagħmel it-taxxi hija triq ħafifa li jista' jieħu l-gvern.", "Fir-realta` m'huwiex hekk għax it-taxxi m'humiex kastig u lanqas huma nerv imma huma ħtieġa li minnhom jiddependi kif il-pajjiż jorganizza ruħu.", "U rridu nifhmu il-link li teżisti bejn deċiżjonijiet ta' taxxi u deċiżjonijiet ta' kif irridu ngħixu f'pajjiżna.", "Pajjiżna għamilhom dawn id-deċiżjonijiet u pajjiżna ddeċieda li jkollu s-sistema ta' welfare li għandna.", "Dak ma jiġix mis-sħab għax meta l-pensjonanti jmorru biex isarrfu ċ-ċekk tal-pensjoni, il-flus se joħorġu minn kont li minn x'imkien irid ikun imtela'.", "U l-kont tal-gvern minn fejn jimtela'?", "Il-kont tal-gvern jimtela' mit-taxxi li huwa jkun qed jiġbor u allura rridu nifhmuha r-rabta għoqda li hemm bejn it- tnejn.", "Per eżempju, kulħadd jaf li għal dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa jintnefqu miljuni ta' liri biex jitħallsu l-pagi tat-tobba, tan-nurses, il- mediċini, is-supplies għall-operazzjonijiet, eċċ., u dawn kollha jridu jitħallsu mit-taxxi li jinġabru.", "U allura wieħed ma jistax jitkellem fuq it-taxxi b'mod iżolat, qisu dawn huma xi kapriċċ u li tista' tgħaddi mingħajrhom.", "Jgħidulna wkoll biex innaqqsu l-ispiża tal-gvern.", "Jien nixtieq inkun naf għal-liema spiża dawn ikunu qegħdin jirriferu għaliex huwa faċli li taqbad u titfa' statements bħal dawn mingħajr ma tkun konkret u speċifiku dwarhom.", "Aħna kemm-il darba tkellimna f'dan il-parlament dwar il-mod kif inhi maqsuma l-ispiża tal-gvern u għedna li 35% ta' din l-ispiża tmur biex jitħallsu l-impjegati tal-gvern u aktar minn 50% jmorru għall- programmi tal-gvern, fosthom servizzi soċjali, għotjiet, stipendji u affarijiet oħra bħal dawn.", "Hemm imbagħad persentaġġ qawwi ieħor li jmur bħala sussidju lil ċerti entijiet, Lm7 miljun lill-universita`, Lm9 miljun lill-water services corporation u oħrajn.", "Dik hija l-ispiża tal-gvern.", "Jien naħseb li d-diskussjoni li għandha ssir b'mod oġġettiv u bis- serjeta` hija dwar fuq liema bilanċ se nitkellmu u x'inhu l-bilanċ li rridu naslu għalih.", "Jiena dejjem għedt - u ma nistħix ngħid - li fejn jidħlu s- servizzi soċjali rridu nagħtu ħarsa sewwa lejn is-sistema kollha li għandna sabiex nassiguraw li kulmin għandu bżonn nieqfu miegħu fil-bżonnijiet kollha li għandu.", "Pero` rridu nibdew nidraw nagħżlu bejn x'inhu bżonn u x'ma huwiex bżonn, għaliex dan huwa l-mod li bih wieħed imbagħad ikun jista' jibbilanċja fuq kemm flus iridu jidħlu mit-taxxi.", "Ma tistax tirraġuna b'mod li tgħid ma tagħmilx taxxi u tibqa' għaddej sfrenat b'kollox kif int. Dawn huma l-għażliet li rridu nagħmlu aħna lkoll.", "U jien naħseb li f'pajjiżna hawn qbil li s-soċjeta` tagħna trid tkun waħda umana u ma tistax timxi bir-regoli li forsi jimxu bihom pajjiżi oħra - after all dik affari tagħhom - fejn il-bniedem isir oġġett.", "Mr Speaker, is-soċjeta` tagħna ħadet deċiżjoni li tpoġġi lill-bniedem bħala ċ-ċentru ta' l-attivita` kollha tagħha, kemm ekonomika, soċjali u anke politika.", "U jien naħseb li dwar dan, jekk m'iniex ninterpreta s-sitwazzjoni ħażin, għandna qbil.", "Huwa rigward l-interpretazzjoni mbagħad li forsi wieħed jista' ma jaqbilx.", "L-isfortuna hi - u hawnhekk qed nirriferi għal kulħadd u ma jien qed nipponta subgħajja lejn ħadd - li ħafna drabi n-nuqqas ta' qbil ma jkunx fuq xi twemmin veru għandek imma fuq liema naħa tal-Kamra tkun qiegħed bil- qiegħda!", "U hemmhekk fejn jiena ngħid li hemm bżonn li jkollna oġġettivita` sħiħa f'dak kollu li nagħmlu, li nippriedkaw u li niddiskutu flimkien.", "Għax jiena ngħid li fejn aħna konna kapaċi npoġġu rasna flimkien - u dan tajna prova tiegħu - lil dan il-pajjiż tajnih servizz ħafna aħjar minn meta noqogħdu nagħmlu x-shows qisna xi sriedak imkesksin għal xulxin.", "Kieku aħna kapaċi noqogħdu naħsbu flimkien bis-serjeta`, m'hemmx dubju li naslu biex insibu dawk is-soluzzjonijiet li huma l-aħjar għal pajjiżna.", "Jekk pajjiżna għandu l-iżvantaġġi minħabba ċ-ċokon tiegħu, daqshekk ieħor għandu l-vantaġġi għall-fatt li hu żgħir.", "Wieħed mill-vantaġġi kbar li pajjiżna għandu minħabba ċ-ċokon tiegħu huwa li nistgħu nidentifikaw il- problemi ħafna aħjar u f'ħafna aktar dettal u l-feedback u r-riżultati tad- deċiżjonijiet li nieħdu biex insolvu l-problemi jaslu għandna f'lead time qasir ħafna, kontra l-lead time li jkollhom pajjiżi kbar.", "Dan ifisser li meta tieħu deċiżjoni, l-effetti ta' dik id-deċiżjoni tibda tarahom fi ftit xhur u mhux wara ftit snin, kif jiġri f'pajjiżi kbar.", "Dawn huma vantaġġi li jgħinuna nieħdu deċiżjonijet aħjar.", "Mr Speaker, id-deficit għandu l-effett li jneħħi l-flessibilita` u l- options minn idejna, aħna li qed nipproġettaw l-andament tal-pajjiż - wara kollox ineħħi minn idejn dan il-parlament - għaliex minn sena għal sena qed jippreżentalna stat ta' fatt ta' deċiżjonijiet diġa` meħuda li ma jħallux spazju għal tibdil u inizjattivi li wieħed jista' jieħu.", "U inizjattivi f'kull qasam, kemm fil-qasam ta' investiment u kemm fil-qasam soċjali li jinkludi wkoll il-qasam edukattiv.", "Fil-fatt l-effett prattiku tad-deficit huwa li jneħħi minn idejna d-dritt jew il-possibbilta` ta' manuvrar ta' l- ekonomija u tal-politika biex intejbu l-pożizzjoni ta' pajjiżna bl-aħjar mod.", "U allura huwa importanti li nattakkaw dan id-deficit ħalli b'hekk inkunu nistgħu nerġgħu nieħdu lura f'idejna il-kapaċita` li nieħdu r-riedni ta' 'l fejn irridu nieħdu lil pajjiżna.", "U l-miżuri li ħadna f'dan il- budget huma ntiżi biex jilħqu dan il-għan u biex jerġgħu jibdew jistabilixxu l-bilanċ bejn l-infiq u d-dħul tal-gvern.", "Tkellimna wkoll fuq l-income tax - u qed insemmiha bħala parentesi - u dwar dan ukoll qed inressqu emenda li biha bonds li jiġu maħruġa fuq l- istock exchange Malti, anke jekk ikunu maħruġa minn xi istituzzjoni barranija, igawdu mill-withholding tax ta' 15% bħal bonds oħrajn.", "Illum biex bonds fuq l-istock exchange igawdu mill-withholding tax ta' 15% iridu jkunu maħruġin minn istituzzjoni Maltija.", "Qegħdin nagħmlu dan għaliex aħna informati li l-world bank qed jaħseb biex joħroġ bonds f'liri Maltin, ħaġa li għalina tkun pożittiva u allura qegħdin nagħmluha possibbli li anke jekk joħorġu dawn il-bonds, ikunu jistgħu jiġu ntaxxati bil-15% bħall-bonds l- oħrajn.", "Mr Speaker, din il-liġi qiegħda wkoll temenda t-taxxa tal-boll u qed temendaha bil-mod kif spjegajt fil-budget.", "L-ewwelnett qegħdin innaqqsu t- taxxa tal-boll fuq ix-xiri tal-proprjeta` minn 7% għal 5%.", "Dan qegħdin nagħmluh għax anke mir-rappreżentazzjonijiet li kellna min-nies li jaħdmu fis-suq tal-proprjeta`, il-feedback li kellna kienet li miżura bħal din ikollha effett fuq is-settur tal-bini.", "Jien informat li dan l-effett fil- fatt diġa` beda jinħass u nispera li din il-miżura jkollha r-riżultat li d- dikjarazzjoni tal-valur fuq proprjeta` li titrasferixxi ruħha tiġi ddikjarata kif għandha tkun.", "L-informazzjoni li għandi jien hi li f'dan il- qasam kellna progress sostanzjali, fis-sens li l-livell ta' dikjarazzjonijiet li qed isiru qegħdin isiru b'mod ħafna aktar realistiku.", "Hemm bżonn li f'pajjiżna nibdew nidraw il-kunċett li nagħmlu l-affarijiet kif għandna nagħmluhom.", "M'għandniex neħduha kontra min il-komunita` poġġiet fuq spallejh ir-responsabbilta` li jikkontrolla.", "Hemm nies li l- komunita` għażlithom biex jikkontrollaw pero` mbagħad m'għandniex noqogħdu nqattgħuhom biċċiet jekk jagħmlu xogħolhom.", "Hemm bżonn li ndaħħlu l- kunċett li l-affarijiet nagħmluhom kemm jista' jkun kif għandhom isiru.", "Qegħdin inneħħu wkoll it-taxxa li konna niżżilna għal 3% minn fuq dawk il- barranin li jixtru proprjeta` f'pajjiżna.", "Għalkemm jien m'iniex wieħed minn dawk li nemmen ħafna li għandna noqogħdu ninċentivaw biex il-barranin jixtru proprjeta` f'pajjiżna - pero` donnu li jien maverick f'dawn l- affarijiet - fir-realta` għandna sitwazzjoni fejn hemm bżonn li nħeġġu daqsxejn is-suq tal-proprjeta` u jien naħseb li b'dawn il-miżuri għandu jirnexxilna nagħmlu dan.", "Qegħdin ukoll inneħħu l-boll fuq l-insurance policies fuq is-saħħa, ħaġa li ftit issemmiet.", "Qegħdin nagħmlu wkoll emenda biex indaħħlu fil-liġi legal notice - li kienet għamlet l- amminstrazzjoni ta' qabel u li aħna naqblu magħha perfettament - li biha boll fuq xiri ta' ajruplani u affarijiet oħra jkun eżenti.", "L- amministrazzjoni l-oħra kienet għamlet legal notice li biha kienet eżentat milli jitħallas il-boll fuq xiri ta' vapuri u ajruplani.", "Aħna dan naqblu miegħu u dik il-legal notice issa qed indaħħluha fil-liġi permezz ta' emenda li hija parti minn dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "Mr Speaker, qegħdin ukoll nagħmlu ċerti emendi għall-Att dwar is-Servizzi Soċjali - pero` fuq dawn naħseb ikun jista' jitkellem ħafna iktar fid- dettall l-Onor.", "Lawrence Gonzi - biex naraw kif nistgħu nirranġawha għaliex hija liġi kkomplikata ħafna.", "Jien naħseb hawn urġenza fil-pajjiż li nqattgħuha u nerġgħu nibnu oħra li jista' jifhimha kulħadd għaliex din hija liġi li jekk hawn ħamsa min-nies jifhmuha naħseb li hawn ħafna, pero` dwar dan forsi nkunu nistgħu nitkellmu b'aktar dettall iktar 'il quddiem.", "Fost l-emendi li qegħdin nagħmlu għal din il-liġi hemm dik li mill-pensjoni li tingħata lill-anzjani li jkunu rikoverati fid-djar tal-gvern jibda jitnaqqsilhom 60% tal-pensjoni biex imorru lejn l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tar-rikoveru tagħhom.", "Mr Speaker, jien se nieqaf hawnhekk ħalli nisma' l-kummenti li jkun hawn f'din il-Kamra matul is-seduti li ġejjin u nkun nista' nwieġeb għalihom wara.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, id-diskussjoni fuq din il-liġi qed issir kważi b'mod immedjat in segwitu għad-diskussjoni twila li kellna fuq il-liġi l-oħra, li pprovdiet għal żieda fil-prezz tas-sigaretti.", "Kienet diskussjoni twila, interessanti u ħadet ċerta media attention u nista' ngħid li spikka ħafna l-kuntrast.", "Imma l-ikbar kuntrast li rajt ma kienx dak bejn il-kelliema li ħadu sehem fl-għaxar seduti imma kien bejn id- diskors li għamel il-Ministru Dalli l-bieraħ u d-diskorsi li kien għamel meta kien shadow minister tal-finanzi fi żmien l-amministrazzjoni Laburista ta' Dr. Sant.", "Jien naħseb li għamel tajjeb il-ministru li ammetta li kultant ikun hemm ċerti politiċi li jitkellmu skond fuq liema naħa tal- Kamra jkunu qegħdin għaliex, kif semmejt jien il-bieraħ waqt l-istadju tal- kumitat tal-liġi dwar is-sigaretti, kellna u għandna deputati ta' din il- Kamra li minkejja li l-bieraħ tkellmu favur il-miżuri li ħa l-gvern dwar iż- żieda fis-sigaretti u miżuri oħrajn, bħalma hija ż-żieda fil-petrol u fid- diesel - qed nirriferi speċifikament għall-Ministru Josef Bonnici - meta ġejna biex inressquhom fil-parlament meta konna aħna fil-gvern, kienu ħaduha qatta' bla ħabel kontra dawn il-miżuri.", "Kienu qalu li dawk kienu miżuri anti-soċjali u kienu qalu wkoll li dawn il-miżuri żgur ma kenux bl- ebda mod sejrin jindirizzaw b'mod dirett u effettiv il-problema tal-budget deficit li qed jiffaċċja l-pajjiż.", "U allura fiċ-ċirkostanzi jien nistaqsi: Jekk il-Ministru Bonnici, fi żmien il-gvern Laburista, ħass li dawn kienu miżuri anti-soċjali, possibbli li ma beżbiżx ftit lill-Ministru Dalli u qallu biex jieqaf ftit għaliex dak li qed jipproponi llum huwa anti- soċjali?", "Jien ngħid li l-pajjiż ma jistax jaffordja li jkun hemm dawn il- kuntrasti u l-inkonsistenzi politiċi.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq kuntrasti ta' stil - għaliex kulħadd għandu l-istil tiegħu kif iħares lejn il-politika - u lanqas fuq kuntrasti ta' approach imma fuq kuntrasti marbutin direttament mas-sustanza u n-nitty-gritty ta' dak li qiegħda tiddiskuti din il-Kamra illum.", "Jien li xtaqt nirriferi l-iktar huwa għat-ton kważi trijonfalistiku li bih indirizza lill-gallerija l-Ministru Dalli mhux dalgħodu imma l-bieraħ meta kellna messa in scena sħiħa min-naħa tiegħu, li kienet sfortunatament mibnija fuq premessa waħda żbaljata.", "Id-diskors tiegħu ma kienx fis-sens ta' kemm hu tajjeb il-gvern Nazzjonalista, jew kemm qed ikun konsistenti jew kredibbli l-gvern Nazzjonalista bil-politika tiegħu, jew kemm qed iżomm leali mal-wegħdiet elettorali li tela' bihom, iżda ħa l-aktar linja difensiva li seta' jieħu u pprova jdawwar il-kanuni fuq in-naħa tagħna billi minflok wieġeb għad-diversi akkużi u kritika li għamilnilu - u hawnhekk nixtieq infaħħar l-interventi li għamlu ħafna mill-kollegi tiegħi li għamlu kritika riċerkata tajjeb - xejjinha kompletament.", "U minflok ma l- ministru wieġeb għall-punti mqajjma, għażel the easiest out billi qagħad jistaqsi lilna x'inhi s-soluzzjoni li konna napplikaw aħna kieku konna qegħdin fil-gvern.", "Jien ngħidlu li aħna m'għandna xejn minn xiex nistħu dwar l-istrateġija tagħna u l-politika tagħna, għax l-istrateġija tagħna kienet, għadha u ma narax għaliex għandha tinbidel milli tkun mibnija fuq erba' linji prinċipali.", "Sur President, l-ewwelnett jien nibda naqta' qalbi meta nisma' lill- ministru jitkellem b'mod daqshekk negattiv dwar il-possibbilta` li b'xi mod irażżan in-nefqa pubblika.", "U hawnhekk tajjeb li wieħed jagħmel distinzjoni bejn nefqa pubblika kapitali u nefqa pubblika rikorrenti.", "Dan il-gvern qed jagħmel l-iżball li qed jipprova jikkontrolla n-nefqa kapitali fuq setturi importanti bħas-setturi infrastrutturali u soċjali, li jinkludu anke l- edukazzjoni, li huma setturi importanti kemm għas-sostenn tan-nazzjon fuq livell kwalitattiv u anke sabiex iżommu l-mutur tal-pajjiż għaddej.", "Hemm imbagħad n-nefqa rikorrenti, li hija d-day-to-day running ta' kwalunkwe gvern tal-ġurnata, li min hu serju u rnexxilu jsib tarf tal-problema tad- deficit attakkaha b'mod dirett u meqjuż.", "U jien ma nistax naċċetta l- argument li ġab il-ministru li donnu dan huwa fait accompli li ma nistgħu nagħmlu xejn dwaru għaliex jikkonsisti primarjament f'salarji.", "Huwa veru li l-bulk ta' din in-nefqa tmur għas-salarji imma imbagħad għandek ċerti programmes and initiatives li fihom il-ħela.", "Għandek ħafna sistemi fl-amministrazzjoni tal-gvern li jagħtu lok għal ħela.", "U ħafna drabi meta aħna nikkonfrontaw ċerti nies fuq it-tax evasion li hawn jgħidulna ċar u tond li għalkemm qatt ma jieħdu gost iħallsu t-taxxi, l- inqas li jieħdu gost iħallsuhom huwa meta jaraw ċerta ħela u sparpaljar bl- addoċċ min-naħa tal-gvern li ma jagħtix l-eżempju xieraq li għandu jagħti.", "U mingħajr ma niġġustifika lil dawn in-nies - għaliex jien nemmen li kulmin għandu jagħti t-taxxa għandu jħallasha u ma jġib l-ebda skużi - fl-istess ħin nifhem il-preokkupazzjoni, it-tħassib u l-concern tagħhom meta jirraġunaw b'dan il-mod dwar ċertu tberbiq ta' flus bl-addoċċ li jkun hemm min-naħa ta' dan il-gvern.", "U jien nenfasizza li dan il-gvern miexi b'politika żbaljata f'dik li hija public expenditure fuq iż-żewġ livelli.", "Jekk naraw x'nefaq gvern Laburista fl-1997 f'nefqa kapitali, fl-aħħar sena sħiħa ta' amministrazzjoni Laburista, u x'nefaq gvern Nazzjonalista fl- 1999 - iċ-ċifri nistgħu nagħmluhom biss on an eleven-month basis għaliex iċ- ċifri ta' Diċembru 1999 għadhom ma ħarġux - naraw li minkejja l- constraints li kellu, gvern Laburista rnexxilu jonfoq aktar fuq nefqa kapitali milli għamel gvern Nazzjonalista.", "U kien pożittiv li għamel dan għaliex b'hekk kien irnexxilu jżomm ċertu momentum għaddej fl-attivita` ekonomika tal-pajjiż.", "Meta wieħed iqabbel x'kienet in-nefqa rikorrenti ta' gvern Nazzjonalista fl-1996 man-nefqa rikorrenti ta' gvern Nazzjonalista fl- 1999, isib li mhux talli din in-nefqa ma ġietx restrained, kif għamlu diversi pajjiżi ta' l-Ewropa bħad-Danimarka u l-Irlanda li kellhom budget deficit problems, talli saħansitra din splodiet 'il fuq b'9%.", "U jien ngħid li dan huwa sintomu ta' gvern fejn iż-żiemel ħarablu għal kollox u ma jistax jikkontrollah.", "Għalhekk jien ma nistax naċċetta l-attitudni tal- Ministru Dalli li jiġi f'din il-Kamra jgħidilna li kważi kważi m'hemm xejn li wieħed jista' jagħmel dwar dik li hija nefqa rikorrenti aktar milli jħalliha perijodikament tespandi hekk kif jimxi l-andament ta' l-ekonomija.", "Sur President, meta aħna nitkellmu dwar kif nindirizzaw il-problemi finanzjarji tal-pajjiż ma nkunux qed nirriferu biss għan-nefqa imma nkunu qed ngħidu wkoll li hemm bżonn nirriformaw id-dipartiment tat-taxxi interni b'mod prattiku, b'mod li jindirizza effettivament l-evażjoni tat-taxxa minn min jaqla' ħafna u minn min jemmen fl-ispekulazzjoni.", "F'dawn l-aħħar ġranet, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, l-Onor.", "John Attard Montalto u l- Onor. Joe Cilia u jien kellna l-opportunita` niltaqgħu mad-diversi korpi kostitwiti li magħhom ddiskutejna x'jifhmu huma b'tax compliance unit.", "U mingħajr ma dħalna fid-dettall ta' x'qed jipproponi l-gvern - għaliex kien ikun nuqqas ta' etika min-naħa tagħna li nikxfu dokumenti li l-gvern għaddielna konfidenzjalment - aħna wżinna l-fehmiet tagħhom u rajna x'inhuwa t-tħassib, x'inhuma l-fehmiet u l-preokkupazzjonijiet tagħhom dwar it-tax compliance li dan il-gvern jidher kommess li jwaqqaf bħala miżura fiskali, kif elenkata fl-aħħar budget.", "Pero` dwar dan ikollna opportunita` nitkellmu iktar fid-detall fil-mument opportun.", "Għal-lum jien nerġa' ngħid li l-linji ta' gwida tagħna kienu ċari, kienu linja ta' gwida li kien elenkahomlna b'mod ċar ħafna u prattiku l-konsulent tal-Gvern Ingliż li kien intbagħat hawn Malta fi żmienna.", "Kieku minflok li qagħad jippontifika u jispekula u jtella' u jniżżel u jagħmel ħafna kummissjonijiet u task forces, il-gvern ta' Fenech Adami beda bil-mod il-mod - mhux neċessarjament pass imgħaġġel imma anke pass pass - jimplimenta wħud minn dawk ir-riformi li ħeġġeġ dwarhom il-konsulent Ingliż, kieku d-dipartiment tat-taxxi interni llum jinsab f'sitwazzjoni ferm aħjar milli kien fl-imgħoddi taħt id-diversi amministrazzjonijiet - biex ma ninstemax qisni qed nikkritika naħa waħda biss - u forsi għallinqas konna nkunu qarribna dan id-dipartiment biex jibda jgawdi l-fiduċja tat- taxpayer Malti.", "Mingħajr ma nitfa' ebda dell ikrah fuq in-nies li jaħdmu f'dan id-dipartiment - jien ċert li hemmhekk hemm jaħdmu wkoll nies serji, biex ma niġix qisni qed nagħti l-impressjoni li dawn xi qatta' ħallelin jew għażżenin - bil-pass li jimxi bih dan id-dipartiment, bil-mod kif jopera, bil-mod li m'huwiex user-friendly, bir-riżultati li ta tul is-snin, il- perception f'għajnejn iċ-ċittadin Malti, tad-dipartiment ta' l-income tax, kemm jekk hu Laburist u anke jekk hu Nazzjonalist, hija perception ta' dipartiment bla snien, dipartiment li ma jigdimx u dipartiment li jekk tkun taf lil xi ħadd hemmhekk faċli tirranġa u faċli ġġibha żewġ.", "Din hija xi ħaġa li għandha tispiċċa darba għal dejjem f'dan il-pajjiż jekk irridu li l- irġulija tirrenja u jekk irridu s-serjeta` fil-qasam fiskali.", "Meta aħna konna fil-gvern ma ħarisniex biss lejn dan l-element ta' kontroll u ma tkellimnix biss dwar il-bżonn ta' kontroll fuq in-nefqa pubblika u kontroll aħjar mid-dipartiment tat-taxxi interni imma tkellimna anke fuq il-pożittiv, u dan huwa li m'huwiex jagħmel il-gvern Nazzjonalista.", "Aħna dejjem sostnejna bil-fatti l-promozzjoni ta' l- investiment dirett barrani għaliex aħna nemmnu li biex il-pajjiż jimxi 'l quddiem mhux trid sempliċement tagħmel it-taxxi imma trid tara li l- ekonomija tiġġenera b'tali mod li toħloq ċertu xogħol produttiv fis-settur privat, xogħol li jrendi u xogħol li jkun ifisser aktar munita barranija għall-pajjiż.", "Sfortunatament dan il-gvern mhux talli mhux qed jagħmel hekk talli ħafna drabi l-Ministru Dalli jitkellem dwar l-industrija privata tal- manifattura b'mod li jagħmel distinzjoni kbira bejn manifattura u servizzi, qisu tal-manifattura f'daqqa waħda saru tas-second division - it-twilight zone - u li jekk ma tiġix kważi kważi tagħmlilna pjaċir għaliex id-destin tagħna huwa li mmorru għas-servizzi.", "Aħna, bħala Partit Laburista, ukoll nemmnu fis-servizzi u sostnejna l-financial services u nibqgħu nsostnuhom kemm mill-bankijiet tal-gvern u anke mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, imma aħna dejjem emminna u nibqgħu nemmnu fil-ħtieġa ta' bilanċ xieraq bejn dak li huwa investiment produttiv fis-settur tal-manifattura u dik li hija attivita` ekonomika fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Nerġa' ngħid, bir-rispett kollu lejn il-Ministru Dalli, li jiena nħoss - u ngħid dan bl-ikbar sens ta' responsabbilta` mhux biex inkun kritiku - li kull meta jitkellem fuq is-settur tal-manifattura - u dan deher l-iktar ċar meta kellna diskussjoni fil-business convention ġewwa n-Naxxar - jinħass li għandu ċertu inbuilt prejudice kontra l-bżonn li nġibu iktar investiment barrani lejn pajjiżna f'dan is-settur.", "U dan huwa ħażin għaliex jien nemmen li biex pajjiżna, li m'għandux riżorsi naturali, jimxi 'l quddiem irid ikollu dik it-taħlita bejn dawk li huma servizzi, kemm finanzjarji kif ukoll turistiċi, u dak li huwa investiment ġdid produttiv fil-qasam tal- manifattura, iżjed u iżjed meta f'ċerti setturi tal-manifattura qed ikollna ċertu shift ta' operaturi Maltin li bdew iħarsu lejn it-Tuneżija bħala bażi għall-operazzjonijiet tagħhom u qed ikollna ċertu shift ta' azjendi oħrajn, bħal waħda li dan l-aħħar tat is-sensja lil diversi nies - ma rridx insemmiha b'isimha - sempliċement għaliex sabet li jkun jaqblilha aktar li tmur tipproduċi ġewwa r-Rumanija.", "Jien nemmen li xorta waħda hemm ċertu high technology products u ċerti prodotti ta' value added għoli li jistgħu jsiru f'Malta f'mod produttiv u dan il-gvern sfortunatament m'hu jagħmel xejn dwaru.", "Il-gvern kulma għamel kien biss an industrial policy white paper, u għamilha sempliċement biex jilħaq deadline li tatu l-Unjoni Ewropea - għaliex l-Unjoni kienet qed tgħidlu li ma jistax ikun li joqgħod jitkellem fuq l-industrija meta lanqas biss kellu policy dwarha - u għamilha b'nofs kedda, għax f'nofs l-istess dokument il-gvern spiċċa jammetti li fl-isforzi tiegħu biex iġib l-investiment barrani mhumiex jirnexxi.", "Ir-raba' kolonna ta' dak li nemmnu fih, ta' l-istrateġija tagħna, hija li inutli tagħmel miżuri li joħonqu l-attivita` ekonomika meta suppost tkun qed tistimula l-attivita` ekonomika.", "Veru li ma jistax ikun li jkollna sitwazzjoni fejn il-gvern jagħmel kollox imma lanqas irid ikollok sitwazzjoni fejn il-gvern b'dak li jkun qed jagħmel irażżan, joħnoq u joqtol l-inizjattiva privata fost is-settur privat.", "U dan huwa li qed jiġri fil-pajjiż bħalissa b'konsegwenza kemm tal-budget għas-sena 2000 kif ukoll b'konsegwenza ta' l-istrateġija ekonomika li qiegħda tadotta din l- amministrazzjoni.", "U għalhekk aħna ngħidu li fil-budget m'hemm riflessjoni ta' l-ebda miżura li tista' b'xi mod jew ieħor tiġi interpretata li qed tagħti ħajja u nifs ġdid lis-settur ekonomiku u kummerċjali Malti.", "Magħna jitkellmu negozjanti - nies li fil-biċċa l-kbira tagħhom ma jivvutawlniex - u jgħidulna li l-ispazju għall-inizjattiva privata li kien ta gvern Laburista kienet xi ħaġa ta' min wieħed ifaħħarha.", "Il-ħin li kienu jsibu diversi ministri Laburisti, mill-prim ministru 'l isfel, biex jisimgħu dwar ideat, inizjattivi u proġetti ġodda kienet xi ħaġa li dawn mhux qed isibuha riflessa fl-amministrazzjoni tal-lum li minkejja li ilhom fil-gvern biss 16- il xahar, diġa` ingħalqu fihom infushom.", "Issa jekk huwiex b'sens insulari jew b'sens ta' arroganza dak narawh iktar 'il quddiem f'dan id-dibattitu.", "Għalhekk jien ngħid li meta l-gvern qed jieħu din il-linja, qed jimxi f'direzzjoni żbaljata, mhux f'termini ideoloġiċi, għaliex din m'hijiex kwestjoni ta' ideoloġija jekk intix ċentrist, soċjal-demokratiku, demokristjan jew lemini estrem imma hija politika ta' sens komun, politika li llum mexjin biha ħafna pajjiżi demokratiċi, kemm fl-Unjoni u anke barra l-Unjoni Ewropea, politika li jien nemmen li jimxi biha kull gvern li għandu verament saqajh ma' l-art, ħaġa li fil-fehma tagħna l- amminstrazzjoni tal-lum m'għandhiex.", "Sur President, ftit ilu semmejt l-arroganza, u bl-ikbar sinċerita` ngħid li iva dan il-gvern waqa' vittma ta' l-arroganza, anzi baqa' vittma ta' l- arroganza kif kien qabel ma tilef il-gvern f'Ottubru ta' l-1996.", "Meta jkollok gvern li jisma' u xorta ma jkunx irid jifhem dik hija arroganza.", "Imbagħad meta jkollok gvern li jkun arroganti u lanqas biss jinduna li qed ikun arroganti, allura s-sitwazzjoni tkun agħar u aktar preokkupanti.", "U f'din il-keffa llum tinsab is-sitwazzjoni ta' pajjiżna u l-attitudni tal- gvern lejn dak kollu li qed jiġri madwaru, lejn l-operat tal-pajjiż, lejn l- operaturi tal-pajjiż, lejn l-oppożizzjoni Laburista nnifisha, lejn dawk il- korpi kollha kostitwiti li forsi għandhom ideat differenti dwar l- istrateġija li għandu jaqbad il-gvern fil-pajjiż.", "Fil-fatt waqt id- dibattitu tal-bieraħ kellna nsulti indirizzati lejn l-Onor.", "Coleiro għaliex kienet segretarja ġenerali tal-Partit Laburista meta ġew ingaġġati nies mal- gvern - jien persważ li l-Onor.", "Marie Louise Coleiro kapaċi tirrispondi aktar minni dwar dan is-suġġett - u kellna wkoll insulti indirizzati lejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex dak iż-żmien kien president tal-partit.", "Il-fatt hu li l-qagħda finanzjarja li ħalla gvern Laburista fl-1987, bit- tajjeb u l-ħażin kollu li seta' għamel, kienet ferm aktar soda u ta' min wieħed jista' jorbot fuqha mill-qagħda finanzjarja li sibna aħna meta tlajna fil-gvern fl-1996.", "U dan huwa argument li l-gvern Nazzjonalista jaħarbu kompletament.", "U la se noqogħdu nitkellmu dwar segretarji ġenerali u presidenti tal-partiti nitkellem ftit dwar is-segretarju ġenerali preżenti tal-Partit Nazzjonalista, is-Sur Joe Saliba.", "Mr Speaker, qed indaħħal lis-Sur Saliba fil-kredu għaliex huma ħafna dawk in-Nazzjonalisti li ġieli kkummentaw u qaluli privatament li filwaqt li s- Sur Saliba jikkummenta fuq kollox, dwar il-budget qatt ma jgħid xejn.", "U dan huwa veru, Sur President.", "Jiena wkoll nara l-gazzetti u ma jidhirlix, subject to correction, li kien hemm xi statements min-naħa tas-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista dwar il-budget anti-soċjali li għamel il- partit tiegħu.", "Allura nistaqsi: Dan li jitkellem fuq kollox, ma tkellimx f'dawn l-aħħar xhur għaliex huwa wkoll qed iħoss li l-budget huwa anti- soċjali?", "Forsi jkollna risposta dwar dan is-skiet min-naħa tas-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.", "Issa l-Ministru Dalli qalilna: \"X'tippretendu, li noqogħdu ninnegozjaw il-budget!\".", "Jien infakkru li meta aħna konna għamilna budget iebes, hu kien ġie f'dan il-parlament u qal li dak kien budget li bilfors kellu jinbidel.", "U allura jien ngħidlu: Fejn hi l-konsistenza?", "Jekk huwa ħass li kien hemm ċerti miżuri min-naħa tagħna li kellhom bżonn jitbiddlu - u issa nagħti eżempju kif aħna stess konna lesti li nkunu flessibbli fil-politika tagħna - kif issa f'daqqa waħda qed jassumi din il-flessibilita` kollha, qisu xi papat li għandu d-don ta' l- infallibilita`?", "Jien ngħid li l-ministru jrid jammetti - u nagħmilha ċara li qed ngħid għall-Ministru Dalli, li qed ninnota li ftit li xejn qed ikollu sostenn mill-kollegi tiegħu; veru li jagħtih is-support tiegħu barra l-parlament il-Prim Ministru, imma għal dak li hu budget qua budget ftit li xejn huma dawk il-ministri li naf li ħarġu għonqhom biex jiddefendu t- tattika, l-ideat u anke l-istrateġija tiegħu ...", "Jien ngħid li l-gwaj dwar il-budget tal-Partit Nazzjonalista m'huwiex biss li huwa budget inflessibbli imma huwa budget li jeħodna f'direzzjoni totalment divorzjata minn dik tal-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Inkwetanti iktar huwa dak li ammetta l-ministru dan l-aħħar meta qal li b'dawn il-miżuri biss m'aħniex se naslu - milli jidher dan kien xi kliem li anke ntqal min-naħa tiegħu mat-trade unions - u fi kliem ieħor kien qed jgħid li mhux biss il-miżuri ebsin qegħdin hemm biex jibqgħu imma jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri oħrajn forsi aktar ħorox fil-ġejjieni.", "U rridu niftakru aħna li t-track record ta' dan il-gvern - m'iniex qed nirriferi biss għall-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' issa imma qed nirriferi wkoll għall-gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1996 - huwa ta' gvern li jagħmel ħafna miżuri fil-budget imma ċerti miżuri, dawk l- iktar antipatiċi u ebsin, iħallihom għal matul is-sena finanzjarja nnifisha.", "Diġa` rajna eżempju s-sena li għaddiet biż-żieda li kien hemm fin-nollijiet tat-trasport pubbliku u qed insemmi biss eżempju wieħed minn mija.", "Għalhekk jiena naħseb li min-naħa tagħna nkunu qed nonqsu jekk aħna ma ndawrux il-mistoqsija tagħna fuq il-Ministru Dalli u ngħidulu: Sur Ministru, inti li int ministru tal-finanzi ta' gvern li jiddelitta b'ħafna miżuri f'nofs is-sena, tista' tagħtina ħjiel ta' dak li għandek f'moħħok għal matul is-sena finanzjarja li ġejja?", "Tista' tagħtina indikazzjoni tal- miżuri ġodda kontemplati għal matul is-sena li qegħdin fiha?", "Il-ministru għajjarna kemm felaħ bit-33 taxxa li daħħalna fi żminna - ħaġa li saret cliche` - pero` l-interessanti huwa li meta l-bieraħ beda jsemmihom waħda waħda - ma qrahomx kollha għaliex qal li ma kellux ħin - ma kellux il-guts jgħid li 95% minn dawn il-miżuri li daħħal il-gvern Laburista, il-gvern Nazzjonalista ħallihom hemm.", "Jiġiferi meta wieħed iqis x'żied il-gvern Nazzjonalista kemm ilu fil-poter minn Settembru ta' l-1998 ma' dak li daħħal il-gvern Laburista, bilfors allura bil-kalkoli tagħhom stess jasal għall-konklużjoni li s-sitwazzjoni tal-ħaddiem llum hija agħar milli kienet fiż-żmien li aħna konna qed niġu kkritikati, għal skopijiet ulterjuri, li konna qed nimxu b'politika anti-soċjali.", "Issa l-ministru Dalli ħarġilna b'espressjoni ġdida - qalha l-ewwel darba meta konna għall- business convention; konna erbat iqtates biss għaliex ħadd ma attenda għal dan il-convention u reġa' qalha l-bieraħ fid-diskors tiegħu - fejn qalilna li l-kuntrast f'Malta llum m'huwiex kuntrast sempliċement bejn Laburisti u Nazzjonalisti imma huwa kuntrast bejn jekk irridux inkunu dodos jew jekk irridux inkunu ajkli.", "F'daqqa waħda issa l-ministru qed jgħid li hemm bżonn li lkoll kemm aħna nkunu ajkli, predaturi, lesti biex inkunu aggressivi fil- mod li bih inħarsu lejn l-ekonomija tal-pajjiż!", "Kliem sabiħ kieku dan imma huwa kollu retorika.", "Fil-politika - u hawn min jgħallimni u min għandu esperjenza ħafna aktar minni - li jgħodd m'huwiex il-mod kif titkellem u l-cliches li taqa' fihom u li tibda tirrepetihom barra u ġewwa l-parlament sakemm tispiċċa fis-sitwazzjoni assurda li temmen il-propaganda tiegħek innifsek, imma l-imporanti huwa r-riżultati li tikseb.", "U tajjeb li hawnhekk infakkar li għalkemm il-ministru dejjem jitkellem qisu ex-katedra, bħala xi ħadd li jlesti linji gwida li huma perfetti, hemm ftit tal- kuntrast bejn dak li jgħid meta jressaq il-budget fil-parlament u l- achievements tiegħu bħala ministru tal-finanzi tul id-diversi snin.", "U nibda bl-ewwel budget li kien ressaq hu fil-bidu tas-snin '90.", "Sur President, kieku l-Ministru Dalli dakinhar indirizza b'suċċess kwart tat-targets li poġġa quddiemu kieku s-sitwazzjoni llum hija ferm differenti.", "Dakinhar kien ġie hawnhekk u qal li kienu se jagħmlu budget li se jindirizza l-qgħad - u l-qgħad kompla tiela' - li kienu se jagħmlu budget li se jrażżan id-dħul tan-nies mas-servizz pubbliku - u n-nies mal- gvern komplew jiżdiedu - li kienu se jdaħħlu budget li se jrażżan il- problema ta' l-għoli tal-ħajja - u l-għoli tal-ħajja kompla jirranka - li kienu se jagħmlu budget li fih se nindirizzaw il-problema tal-welfare gap - u din il-problema li kienet teżisti dakinhar illum se mai kibret - u li kienu se jagħmlu budget li se jindirizza l-problema tad-deficit - u intom tafu daqsi kif f'nofs is-snin '90, id-deficit taħt in-Nazzjonalisti sploda u mhux ġie mrażżan kif bassar li kien se jagħmel il-Ministru Dalli.", "Sur President, issa l-Ministru Dalli ħarġilna b'filosofija ġdida - l- ewwel darba li smajtha, għallinqas jiena, kien il-bieraħ f'dan il-parlament - fejn qalilna li la wieħed gawda fl-1994 meta tnaqqset l-income tax, m'hemm xejn ħażin li issa jrodd lura minn dak li ħa dakinhar.", "Jiġifieri issa qed nagħmluh punt ta' prinċipju li sempliċement għaliex lil dak li jkun konna naqqasnilu l-income tax ħamsa jew sitt snin ilu, issa l-gvern għandu mandat biex jibda jintaxxa lin-nies u jġegħelhom iroddu lura dak li ħadu!", "Dan id-diskors ma niftakarx li smajtu fil-kampanja elettorali ta' Settembru ta' l-1998, imma naturalment meta tkun qiegħed marsus tibda tammetti ċerti affarijiet li ma tkunx ammettejthom mill-bankijiet ta' l- oppożizzjoni!", "Il-bieraħ jiena smajt lill-ministru jammetti ċar u tond, darbtejn wara xulxin, li s-settur medju nqaras.", "U jien nistaqsih: Mela jekk is-settur medju nqaras, u dwar dan naqbel miegħu xi ngħidu għaż-żgħir nett, dak li aħna niddeskrivuh bħala li jaqlagħha u jiekolha?", "Veru jew le li għas-soċjeta` Maltija ċerti items exempt with credit, bħall-ikel, il-mediċini u l-edukazzjoni għad iridu jiġu targeted biex dawn jitmissu wkoll?", "Dwar dan il-ministru dejjem ikun evażiv għax filli jgħid li qed jagħmel studji dwar dan is-suġġett u filli jgħid li m'huwiex jagħmel studji, pero` qatt ma jkun irid jintrabat biex jagħmel dikjarazzjoni kategorika li qatt m'aħna se naslu f'punt fejn dawn l-affarijiet jiġu ntaxxati.", "Imbagħad ikun hemm konsulent tiegħu, Dr. Fiott - bniedem serju ta' l-affari tiegħu, li kien konsulent tal-gvern mhux fuq il-VAT 1 biss imma anke fuq il-VAT 2 - li jindirizza seminar dwar l-espansjoni Ewropea li kien organizzat miċ-ċentru tad-dokumentazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea ta' l- universita`, jien qrajt id-diskors tiegħu - li qal ċar u tond li bl- armonnizzazzjoni ma' dak li hemm fl-Unjoni jkollna ngħaddu biex immissu diversi setturi ġodda li sal-lum għadhom ma ntmissewx mill-VAT.", "Jiġifieri dawn huma kollha affarijiet, li jammettihom jew le l-Ministru Dalli, iċ- ċittadin komuni se jkollu jiffaċċja u jsaqqaf wiċċu magħhom, jekk mhux fil- ġimgħat li ġejjinżgur li fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn l-għoli tal-ħajja, li forsi kien beda superfiċjalment jitnaqqas għal xi xhur, reġa' beda jirranka.", "Officially qiegħed 2.13% imma jien ngħid nominally qiegħed daqshekk għaliex kulmin iħares lejn il-mod kif tnaqqru s-salarji u jagħmel il-kalkoli netti, jintebaħ li r-rata hija ħafna eqreb lejn is-6% u s-7% li semma tant tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan l-aħħar.", "U bl-għoli tal-ħajja jirranka u bil- qgħad u l-istaġnar ekonomiku għadhom imwaħħlin fejn kienu, illum ikollna nammettu li resqin ġmielna għal sitwazzjoni ta' dik li l-Amerikani jsejħulha stagflation.", "Din hija taħlita stramba bejn staġnar u inflazzjoni.", "U meta jkollna sitwazzjoni bħal din għandu għalfejn iħabbel rasu u jippreokkupa ruħu kull wieħed u kull waħda minna mhux biss f'din il- Kamra imma anke fis-soċjeta` Maltija.", "Il-bieraħ il-ministru qalilna li meta telgħu fil-gvern sabu ħafna ħneżrijiet.", "U aħna ngħidulu: Mhux sibtu l-ħneżrijiet, għamiltu l- ħniżrijiet u bil-politika li mexjin biha għadkom qed tagħmlu ħafna ħneżrijiet.", "U l-ħneżrijiet mhux qed tagħmluhom biss mal-Laburisti imma qed tagħmluhom mas-soċjeta` Maltija in ġenerali, qed tagħmluhom mal-klassi medja u mal-klassi ż-żgħira tas-soċjeta` Maltija.", "U jien ngħidlek li ħafna minn dawk li vvotawlkom f'Settembru 1998, żgur li diġa` ġew f'sensihom u ntebħu bl-iżball li għamlu meta ġew illużi u ngannati f'dak iż-żmien ta' l- elezzjoni ġenerali, meta dawn qabel kienu jgħidulna li aħna anti-soċjali u issa qed jgħidu li aħna lemini estremi fil-politika tagħna.", "Issa qed jgħidu li l-Partit Laburista tista' kważi kważi xxebħu mal-partit ta' Haider fl-Awstrija.", "Issa jekk hemm partit li stagħna u ġie sostnut mil- lemin estrem tul is-snin huwa proprju l-partit li għandna fil-gvern illum, Sur President.", "Kulħadd jiftakar bl-iskambji u bl-għajnuna lill-Partit Nazzjonalista mis-CSU ta' Straus fil-Bavarja, l-istess nies li l-ġimgħa li għaddiet marru jiġru biex jiltaqgħu ma' Haider ħalli jifirħulu talli rnexxielu, flimkien mal-Partit Demokristjan, jgħaqqad gvern.", "Kellna mbagħad dik il-fondazzjoni Tedeska tiffinanzja l-AŻAD - kien hemm involuti fondi suwed minn dawk ta' Helmut Kohl jew le?; forsi ż-żmien għad jagħtina parir dwar dan kollu - għax kulħadd jiftakar l-appoġġ ta' Ewropej estremi fil-Parlament Ewropew għall-gvern ta' Fenech Adami - kienu anke ġabuhom hawn Malta - u hawnhekk qed nirriferi għal nies eċċentriċi tal- lemin estrem, bħal Otto von Hapsburg.", "Illum il-Partit Nazzjonalista qed jipprova superfiċjalment iżomm id-distanza tiegħu minn dawn in-nies.", "U qabel ma nagħlaq din il-parentesi nixtieq li niċċara ftit il-pożizzjoni tagħna dwar il-kwestjoni ta' Haider.", "U rrid ngħid li l-Leader tagħna bl- ebda mod ma appoġġja dak li qed jagħmel Haider u bl-ebda mod il-leadership tal-partit ma ta xi ħjiel li aħna għandna xi rispett għall-politika tiegħu.", "Kulma qal Dr Sant kien li tista' tikkritika lil dak li jkun imma fl-istess ħin trid tirrispetta s-sovranita` ta' pajjiż li jieħu d-deċiżjonijiet u l- għażliet liberi li jagħmel l-elettorat ta' l-istess pajjiż.", "L-inkonsistenza li mxiet biha l-Ewropa ma' Haider tispikka aktar meta wieħed jiftakar fid-diversi ex-komunisti li hemm fil-gvern kemm fl-Ewropa tal-Punent u fl-ex Ewropa tal-Lvant, fosthom ħafna pajjiżi applikanti għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, fid-diversi ex-Frankisti li llum qed jippruvaw iżommu d-distanza tagħhom minn Franco biex jieħdu xejra ta' partit demokristjan, u fid-diversi neo-faxxisti li f'pajjiżi oħrajn għamlu diversi xhur, biex ma ngħidx snin, jokkupaw karigi amministrattivi fil- gvernijiet nazzjonali u anke reġjonali.", "U jien nifhem għaliex l-Ewropa qed tieħu din l-attitudni pero` xorta waħda ma naqbilx.", "L-Ewropa qed tieħu din l-attitudni għaliex ħafna mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea qed jibżgħu mill-kontaminazzjoni u qed jibżgħu li l-politika ta' Haider tinfirex għall- pajjiżi rispettivi tal-pajjiżi membri l-oħra.", "Sur President, nagħlaq dan il-kapitlu żgħir billi ngħid li għalkemm il- gvern qed jipprova jżomm ċerta distanza mill-Awstrija biex ma jimbarazzax ruħu, l-ewwel foreign minister li żar l-ex foreign minister Malti mal-bidla fil-gvern f'Settembru ta' l-1998 kien proprju Walter Schussel, il-prim ministru li qed imexxi bħalissa l-gvern ifformat mid-Demokristjani u mill- partit ta' Haider.", "U għalhekk jien nerġa' ngħid li l-Partit Nazzjonalista għandu dritt jikkritikana fuq kollox ħlief li jittimbrana bħala partit tal- lemin estrem - l-ewwelnett għaliex m'aħniex partit tal-lemin estrem, aħna konna, għadna u nibqgħu partit soċjal demokratiku - u t-tieni nett għaliex il-lemin estrem, f'diversi okkażjonijiet, sostna u seqa lill-Partit Nazzjonalista fi żmenijiet li kienu forsi aktar diffiċli fil-formazzjoni politika tiegħu.", "Imma niġu issa għal ftit miżuri li hemm kontemplati f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Għalkemm superfiċjalment din il-liġi hija paraventu għal diversi miżuri purament amministrattivi, fil-fatt hija ntiża sabiex timplimenta diversi miżuri ta' l-estimi tal-budget, b'mod partikolari fejn jidħol l-element kontroversjali ta' l-income tax.", "U kien interessanti li l-ministru ftit li xejn tkellem dwar l-income tax kemm fl-intervent tiegħu ta' dalgħodu u anke fil-winding-up speech tal-bieraħ.", "Jien ngħid li l-punt tat-tluq m'għandux ikun x'fih l-abbozz ta' liġi imma għandu jkun il-wegħda tal-Prim Ministru Fenech Adami - fakkruh fiha l-bieraħ fil-programm \"Pjazza 3\" - meta kien qal li ma kellu ebda ħsieb li jmiss l-income tax.", "Imbagħad ġejna għall- budget ta' din is-sena u nsibu li l-istess Fenech Adami, li qal li mhux se jmiss l-income tax, spiċċa biex f'nies wieħed miss l-income tax, għolla l- bolla u firex aktar il-VAT.", "Jien niddubita jekk setax ikun hemm inkonsistenza akbar minn hekk; din kienet U-turn politika kbira li għamel il-gvern Nazzjonalista f'inqas minn sena fil-ħajja politika tiegħu.", "U l- estimi jitkellmu weħidhom, Sur President.", "Per eżempju, jekk nieħdu l-estimi għal din is-sena u nħarsu lejn dawk li huma taxxi diretti u indiretti, naraw li l-gvern qed jagħmel target li jdaħħal Lm100 miljun aktar mill-actual revenue ta' l-1998.", "F'termini ta' perċentwali dan ifisser li bejn l-1998 u s-sena li qegħdin fiha l-gvern se jkun daħħal 22% aktar f'taxxi.", "Allura min qed jintaxxa lill-poplu Malti l- aktar?", "Il-gvern Laburista jew il-gvern Nazzjonalista, li fil-programm elettorali tiegħu ma ta l-ebda ħjiel u indikazzjoni li kien se jintaxxa lill-poplu bil-mod kif qed jintaxxah bħalissa?", "U l-agħar aspett huwa li qed jiġu ntaxxati nies li regolarment iħallsu t-taxxi għaliex kieku l-gvern għamel xi blitz li biha elimina t-tax evasion, allura ngħid li sewwa qed jagħmel għax għallinqas min ma ħallas xejn taħt ħadd issa beda jħallas - ħalli niġbor l-amministrazzjonijiet kollha - imma f'dan il-każ il-gvern ġabar aktar mingħand min hu konsistenti fil-ħlas tiegħu.", "U din hija l- inġustizzja soċjali ta' dak li qed jagħmel gvern Nazzjonalista.", "Biex nagħti eżempju ngħid li f'taxxi diretti biss - ninsew għal mument it-taxxi ndiretti - jiġifieri income tax u bolla, il-gvern din is-sena qed jaħseb li jdaħħal Lm300 miljun, jiġifieri Lm53 miljun aktar mis-sena ta' qabel.", "Imbagħad minn fuq jiġi l-Prim Ministru u jgħidilna li ħadd m'għandu għalfejn igorr għaliex ħadd għadu ma miet bil-ġuħ!", "Allaħares irridu naslu fl-estremita` li jerġa' jkollna t-tallaba fit-toroq biex inkunu nistgħu nkejlu l-poplu jekk huwiex qed ibati jew le!", "Allaħares l-ewwel trid tmut bil-ġuħ biex ikollok dritt tipprotesta.", "Dan huwa diskors irresponsabbli ħafna, għallinqas mill-aspett politiku, u huwa diskors ta' xi ħadd li telagħlu l-poter għal rasu, u agħar minn hekk huwa diskors ta' xi ħadd li nqata' mill-aspirazzjonijiet, mill-ħteġijiet u mill-problemi taċ-ċittadini komuni.", "Bid-diskorsi li qed jagħmel il-gvern mhux biss qed ikun anti-soċjali imma qed ikun ukoll insensittiv ħafna għall-aspirazzjonijiet tal-ħaddiem iż- żgħir u qed jieħu attitudni li fil-fehma tiegħi mhux biss hija anti-soċjali imma hija saħansitra kważi fewdali.", "Din hija attitudni ta' gvern li minkejja li ilu fil-poter ftit xhur, jidher li rabba ġilda xierfa fir- rigward tas-sudditi tiegħu.", "Dan l-aħħar kien hawn min qal - u jien m'iniex se nidħol dwar x'għandhom jagħmlu t-trade unions għaliex naħseb li dawn huma intelliġenti biżżejjed li kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom mingħajr il-bżonn li noqogħdu ngħidulhom aħna x'għandhom jagħmlu - li m'għandniex nibqgħu mexjin bil-protesti kontra l-budget issa li għaddew tlieta jew erba' xhur minn mindu ġie fis-seħħ il-budget.", "Nerġa' ngħid li dwar il-fatt ta' jekk għandhomx isiru protesti jarawh il-unions, pero` tajjeb li hawnhekk for the record infakkru li fi żmienna kienu għaddew tmien xhur wara li tressaq il-budget u xorta waħda kien għad hemm min baqa' jrewwaħ fil-pajjiż - kemm ġewwa l-parlament u anke barra - u jifta' aktar ħatab fuq in-nar u jgħid li hemm bżonn jittieħdu ċerti miżuri u hemm bżonn isiru ċerti bidliet.", "Sur President, l-agħar ħaġa hija li l-mira ta' dan il-gvern għal dan kollu hija targeted lejn dak il-faxx tas-soċjeta` li jiddikjara kull sold li jaqla'.", "Il-Prim Ministru qalilna li huwa ltaqa' darbtejn mal-GWU imma dawn ma għamlux proposti.", "Issa l-bieraħ fuq it-television smajna li dawn fil-fatt għamlu proposti, imma ħalli ma nidħlux fil-merti dwar jekk il- union għamlitx proposti jew le.", "Jien hawnhekk nistaqsi: Jekk il-union ipotetikament m'għamlitx proposti, dan qed iwassal biex il-gvern ma jinnegozjax?", "Allura bl-istess argument, jekk il-union għamlet proposti l- gvern lest li jinnegozja?", "Il-bieraħ il-Ministru Gonzi fuq it-television ta ħjiel li l-gvern huwa lest li jinnegozja u l-Ministru Dalli, kemm ġewwa kif ukoll barra dan il-parlament, għal darba, tnejn, tlieta enfasizza l-fatt li fil-fehma tiegħu dan il-budget huwa wieħed non-negotiable u m'għandux jitmiss għaliex inkella titħarbat l-istrateġija tal-gvern tal-ġurnata.", "Ħalli issa naqbad ma' stunatura oħra tal-prim ministru għaliex kienet misleading u tajjeb li tiġi mwieġba.", "Fil-weekend li għadda l-Prim Ministru qal li aħna qed nagħmlu ħafna għaġeb fuq il-ħaddiema tal-gvern għaliex irċevew xi ċekkijiet imnaqqsa, għax skond hu 30,000 minn 33,000 ħaddiem ma kenux se jiġu milqutin miż- żieda fit-taxxa tad-dħul.", "U jien ngħidlu li din hija ħrafa.", "Huwa qed jgħid hekk għaliex qed jimxi fuq il-kalkolu li dawn in-nies kollha kienu qed jiġu ntaxxati ta' miżżewġin.", "Jien naħseb li l-Prim Ministru jaf li tħares lejn liema faxx tas-soċjeta` tħares, dejjem se ssib faxex kbar ta' nies li għażlu minn rajhom li jagħmlu d-dikjarazzjoni ta' single taxpayer, ovvjament għaliex hekk ikun konvenjenti għalihom.", "U għalhekk jiena ngħid li meta l-Prim Ministru ħareġ jgħid li fost il-ħaddiema tas-servizz pubbliku 30,000 minn 33,000 ma kenux se jiġu milqutin miż-żieda fit-taxxa tad-dħul, kien qed jimmiżlijdja d-dibattitu kollu nazzjonali dwar dan is- suġġett.", "Sur President, jien naħseb li dawn kellhom feedback min-nies tagħhom stess.", "Aħna ltqajna ma' għad kbir ta' nies, teachers, ħaddiema fis-servizz pubbliku u mas-settur privat, u kollha jilmentaw li ntlaqtu mit-tnaqqis li kellhom fil-pay packet tagħhom.", "U jkun diżonest min jgħid li dan kien biss minħabba xi ftit modifiki fl-income tax, għaliex fil-fatt mhux l-income tax biss żdiedet imma żdied ukoll il-ħlas tal-bolla.", "B'din iż-żieda ta' l- aħħar intmiss kulmin qiegħed bil-paga, kemm jekk jaqla' Lm4,000, kemm jekk jaqla' taħt l-Lm4,000 u anke jekk jaqla' 'l fuq minn Lm5,500.", "U min qara l- editorjal ta' \"The Sunday Times\" ta' tlett ijiem ilu, between the lines seta' jara li anke din il-gazzetta kellha tammetti li l-general feeling fost in-nies huwa li l-maġġoranza marru agħar finanzjarjament.", "Fil-fatt jien se nikkwota verbatim minn dan l-editorjal - biex ħadd ma jgħid li qiegħed inkun misleading fil-kwotazzjoni tiegħi - fejn fost affarijiet oħra jgħid hekk:", "\" ...", "Combined with the other budget measures, notably higher national insurance contributions and higher income tax, it is contributing to the general perception that for the first time in many years the average wage earner is suffering a real decline in income and hence in the quality of life.\".", "Jiġifieri din qed tgħid li flimkien mal-miżuri l-oħra tal-budget, iż-żieda fil-ħlas tal-bolla u fit-taxxa tad-dħul qed iwasslu sabiex tinfirex l- opinjoni pubblika li għall-ewwel darba f'ħafna u ħafna snin, il-ħaddiem tal- paga medja qed isofri tnaqqis reali f'dak li huwa dħul tiegħu u f'dik li hija l-kwalita` tal-ħajja.", "Ħafna jiftakru, speċjalment min ilu fil-politika aktar minni, il-kjass li kien qam fil-pajjiż meta kienet ġiet introdotta l-PAYE.", "Dakinhar il- kwestjoni kienet sempliċement li minflok tħallas it-taxxa fl-aħħar tas- sena, tħallasha perijodikament ma' kull cheque tal-paga li ddaħħal, jiġifieri ħadd ma kien mar minn taħt finanzjarjament.", "Imma llum is- sitwazzjoni hija differenti għaliex dan m'huwiex xi tnaqqis li se jagħmel tajjeb għalih il-gvern fl-aħħar tas-sena imma huwa tnaqqis reali li qed iwassal għall-erosion tal-purchasing power u għandu konsegwenzi anke fuq il- kummerċ.", "Għalhekk meta wieħed iħares lejn il-manifesti elettorali tal- Partit Nazzjonalista ta' l-1996 u ta' l-1998, jinduna li mhux biss aħna għandna dritt insejħulu \"anti-soċjali\" dan il-budget, imma għandna dritt ngħidu wkoll li dan il-gvern qed jimxi b'politika diżonesta.", "Id-differenza fundamentali bejn il-budget Laburista u dak Nazzjonalista m'hijiex biss riflessa fil-miżuri u dwar kemm kien hemm minn dawn li setgħu laqtu fil-laħam il-ħaj il-klassi tal-ħaddiema ż-żgħar u l-klassi medja, imma kienet riflessa anke fl-attitudni li ħadu ż-żewġ amministrazzjonijiet.", "Meta aħna konna fil-gvern, sa mill-għada li tħabbar il-budget qatt ma għalaqna l-bieb tagħna lil ħadd.", "Il-gvern ma jistax jippretendi li jibqa' għaddej bħal gaffa minn fuq ras kulħadd, mingħajr ma l-ħaddiem jieqaflu.", "Il-budget tal-gvern, b'mod partikolari din is-sena, kien aktar minn sempliċi bookkeeping exercise, anzi b'wiċċi minn quddiem ngħid li kien pjan strateġiku ntiż biex idgħajjef is-sinsla tal-ħaddiem Malti u biex jittestja l-fibra tal-moviment trejdjunjonistiku Malti.", "U dan huwa rifless fil-fatt li n-net effect tiegħu kien purchasing power li qed jittiekel u take-home pay li qiegħda tonqos.", "Aspett ieħor li naħseb li wieħed irid jindirizza - forsi ma ġiex indirizzat biżżejjed - huwa l-effett li l-miżuri tal-budget se jkollhom anke fuq is-settur privat.", "Minn hawn u ftit ieħor se naslu f'sitwazzjoni fejn hekk kif il-miżuri tal-budget ikomplu jagħfsu u jrossu lill-ħaddiem Malti u Għawdxi, tkompli tikber il-pressjoni ta' l-unions fuq is-settur privat bit-tama li l-ħaddiema tagħhom ikunu jistgħu jġibu xi ftit minn dak li tilfu.", "U dan jista' jkun ta' ċertu dannu għaliex jaffettwa l- kompetittivita` ta' diversi azjendi Maltin li ħafna minnhom, b'konsegwenza tal-politika żbaljata tal-gvern, diġa` jinsabu mdendlin kemm minħabba t- tneħħija tal-levies, kemm minħabba l-erosion ta' ħafna swieq barranin minn tagħhom, kif ukoll minħabba li hemm diversi azjendi lokali li llum qed isibu attrazzjoni għall-operazzjonijiet tagħhom ta' manifattura f'postijiet bħal Tuneż jew l-Ewropa Ċentrali, għaliex isibu li huwa aktar konvenjenti għalihom f'dik li hija produzzjoni u manifattura.", "U għalhekk jiena ma nistax nifhem kif jiġi l-Onor.", "Fenech Adami u jgħid li hu u l-gvern tiegħu mxew b'responsabbilta` kbira.", "Jien ngħid li kemm hu kif ukoll il-ministru tal-finanzi tiegħu wrew irresponsabbilta` grassa bil-miżuri li ħadu, bil-politika li adottaw u anke bl-attitudi li mxew biha u li qed jimxu biha kemm ġewwa din il-Kamra kif ukoll barra minnha.", "U għalkemm kien pass tajjeb meta l-Partit Nazzjonalista fl-imgħoddi baxxa r-rata ta' l-income tax, illum ġejna f'sitwazzjoni fejn b'daqqa ta' pinna dan il-budget qed iħott kollox.", "U aktar taxxi ovvjament se jissarrfu f'anqas flus fl-idejn u f'anqas negozju.", "Dawn huma l-problemi veri li wieħed irid jindirizza, mhux billi jiġi l- Onor. Edwin Vassallo u jorganizza ħafna business conventions li għalihom ma jattendi ħadd!", "B'daqshekk żgur li ma tkunx qed tindirizza l-problemi ekonomiċi u kummerċjali li għandna jew tistimula l-attivita` ekonomika ġewwa.", "L-isfortuna hi li ċ-ċittadin Malti llum qed ikollu jħallas il-prezz qares tal-politika żbaljata tal-gvern Nazzjonalista li ħoloq il-budget deficits tas-snin 1995 u 1996.", "Dan l-aħħar kont qed nara studju fuq l-internet li sar mill-istitut għall- istudji fiskali ta' l-Ingilterra.", "Fost affarijiet oħra dan l-istudju jelenka r-rati tat-taxxa varji li hemm ġewwa l-Ingilterra, l-NI contributions u anke l-bands tat-taxxi akkumulattivi.", "U meta għamilt eżerċizzju biex nipparaguna dak li jħallas f'bolla u income tax ħaddiem Malti f'Malta u u dak li jħallas ħaddiem Ingliż ġewwa l-Ingilterra sibt li l-ħaddiem Malti, a grosso modo, iħallas ħafna aktar income tax u national insurance milli jħallas il-ħaddiem Ingliż sal-limitu ta' Lm33,440.", "Jiġifieri biex ħaddiem Ingliż jibda jħallas proporzjonalment aktar taxxa u aktar bolla milli qed iħallas il-ħaddiem Malti, irid ikun qed jaqla' Lm33,440.", "Qed ngħid dan biex nuri kemm aħna llum ġejna wieħed mill-aktar pajjiżi ntaxxati ġewwa l-Ewropa.", "U dwar il-bolla nerġa' ngħid li din laqtet lil kulħadd.", "Il-bieraħ waqt il-programm \"Pjazza 3\" il-Ministru Gonzi ġab l-argument li kien hemm min intlaqat mill-income tax u kien hemm min ma ntlaqatx.", "Huwa qal li kien hemm ħafna nies li ma ntlaqtu minn xejn.", "Issa jiena ma nafx b'liema wiċċ tista' tmur fuq it-television u tgħid li hemm ħafna nies li ma ntlaqtu minn xejn!", "Kulħadd intlaqat b'xi mod għaliex il-bolla laqtet lil kulħadd.", "Per eżempju, min jaqla' miżerja ta' Lm4,000, din is-sena qed iħallas Lm36 bolla aktar mis-sena ta' qabel, u dan mingħajr ma wieħed iqis iż-żidiet l-oħra fuq il-petrol, id-diesel, in-noll tal-karozzi tal-linja, is-sigaretti u t-telephone.", "Ħaddiem bil-paga ta' Lm4,000 fis-sena, bil- miżura tal-bolla fl-aħħar żewġ budgets, qed jispiċċa jħallas Lm1.28,8 aktar fil-ġimgħa.", "U meta wieħed jiftakar li m'hemm l-ebda indikatur fil-budget li l-attivita` ekonomika se tirpilja, wieħed għandu għalfejn jinkwieta għall-kawża ta' dawn in-nies li qed nitkellmu dwarhom.", "U jien ngħid li l- gvern jista' jkollu ma' saqajh problemi oħrajn estranei għall-budget li jekk hu ma ħax il-miżuri neċessarji biex jilqa' għalihom, jistgħu biss iżidu l-pressure fuq il-gvern u l-piż tal-gvern fuq il-poplu Malti.", "U hawn qed nirriferi għaż-żejt.", "Kulmin isegwi s-swieq internazzjonali jaf li l-prezz taż-żejt fis-suq liberu internazzjonali, il-bieraħt lura qabeż għall-ewwel darba mil-lejliet il-gwerra tal-Golf il-prezz ta' $US 30 kull barmil.", "U jien nistaqsi: L- Enemalta għamlet xi hedging f'dan ir-rigward?", "Nafu li hemm ftehim preferenzjali mal-Libja dwar iż-żejt, imma nafu wkoll li dan il-ftehim preferenzjali wasal biex jintemm f'tmiem Marzu u nistaqsi jekk hemm xi korelazzjoni bejn iż-żjara prospettiva tal-Prim Ministru fil-Libja u l- bżonn ta' tiġdid tal-ftehim preferenzjali mal-Libja għal dak li huwa żejt.", "Dwar iż-żjara fil-Libja jidher li l-Partit Nazzjonalista huwa reluctant ħafna li jikkummenta, kemm fuq livell ta' gvern u anke fuq livell ta' partit.", "Għalhekk forsi jkun tajjeb jekk fil-winding-up il-Ministru Dalli - jew anke jekk jipparteċipa fid-dibattitu l-ministru għas-servizzi ekonomiċi - jagħtina xi ħjiel dwar x'inhuwa l-impatt taż-żieda li kien hemm fil-prezz taż-żejt f'dawn l-aħħar ġranet fuq l-ekonomija Maltija, iżjed u iżjed meta huwa rrapportat li l-oil inventories bħalissa qegħdin fl-aktar livelli baxxi għal dawn l-aħħar għaxar snin, minkejja li d-domanda għaż-żejt kulma tmur qed tiżdied, għaliex fid-dinja in ġenerali f'diversi ekonomiji ir- rata ta' tkabbir hija waħda pjuttost b'saħħitha.", "Aspett ieħor li rridu nindirrizzaw huwa t-task force dwar is-social welfare li ilu fil-limbu minn mindu twaqqaf.", "Madwar erba' jew ħames xhur ilu konna ġejna mwiegħda progress report pero` sal-lum għadna nittewbu.", "U jien nistaqsi: Għaliex il-gvern żamm lura milli jippubblika dan il- progress report?", "Għaliex m'għandux x'jirrapporta?", "Għaliex huwa imbarrazzat li jirrapporta dwaru?", "Għaliex jaħseb li s-suġġett jista' jkun sensittiv wisq fuq livell politiku?", "Jien naħseb li la l-gvern kien wiegħed li joħroġ dan ir-rapport, issa għadda żmien biżżejjed biex jikkoreġi din l- information gap li ġġenera huwa stess u għalhekk naħseb li huwa importanti li meta hawn din l-anzjeta` kollha, mhux biss fost il-pensjonanti attwali imma b'mod partikolari fost dawk prospettivi - għaliex huma dawk l-iktar li se jintlaqtu biha - il-gvern jaġġornana dwar il-ħidma ta' din it-task force.", "Sur President, il-ministru semma wkoll is-suq tal-proprjeta` u qal li hu personalment ma tantx huwa keen li jbigħ lill-barranin.", "Jien ngħidlu li aħna, bħala Partit Laburista, konna niġu kkritikati fl-imgħoddi, għaliex konna naħsbu hekk, pero` aħna konna għamilna studju - u tajjeb li qed naraw li l-gvern to a certain extent miexi fuqu - fejn għedna li ċertu benefiċċju għall-ekonomija jista' jkun hemm diment li l-bejgħ isir b'mod kontrollat, diment li l-bejgħ ma jkollux xi impatt dirett fuq is-suq tal-proprjeta` in ġenerali u diment li l-bejgħ ma jħallix impatt għal ħafna proprjeta` li hija meħtieġa għal finijiet ta' social housing.", "Għalhekk lill-gvern ngħidlu li huwa importanti li fil-politika tiegħu jimxi fuq dawn il-linji gwida li kien mexa bihom gvern Laburista.", "Dan ma kienx xi studju li għamilna aħna l-politiċi, għax nista' ngħid li jien ma ndħalt bl-ebda mod fid-deliberazjonijiet li saru minn nies tekniċi, nies li kienu ġejjin minn sorsi varji, mill-MFSC, mid-dipartiment tal-finanzi, mill-estate agents infushom, mil-livell tal-konsumaturi.", "Fil-fatt kellna tiżwieqa mħallta sew biex niżguraw li dan ir-rapport ikun riflessjoni ċara tal-facets differenti dwar kif iħarsu lejn l-iżviluppi prospettivi li jista' jkollu pajjiżna fil-qasam tal-proprjeta`.", "Fid-diskors ta' l-għeluq tiegħu l-Ministru Dalli għamel riferenza qasira ħafna għat-tnaqqis mill-pensjoni ta' dawk l-anzjani li joqogħdu fi djar ta' l-Istat u qal li forsi jkun jista' jagħti iktar dettalji dwar dan il- Ministru Gonzi f'xi intervent li jista' jagħmel f'dan id-dibattitu.", "Jiena ngħid li dan huwa a sore point ieħor li l-Partit Nazzjonalista qatt ma ta ħjiel dwaru fil-manifest elettorali tiegħu, anzi dejjem ta ad intendere li l-pensjoni tan-nies li hemm rikoverati fid-djar ta' l-anzjani u anke fid- djar privati u anke fid-djar tagħhom stess setgħet biss tiżdied taħt gvern Nazzjonalista.", "Jiena ngħid li l-importanti hu li l-gvern mhux biss jindirizza b'mod ġust din il-kwestjoni tal-pensjoni imma importanti wkoll li jagħti ħarsa sew lejn id-djar ta' l-anzjani b'mod ġenerali, kemm id-djar ta' l-anzjani ta' l-Istat u anke d-djar ta' l-anzjani li huma tal-privat, għaliex għadna nirċievu diversi complaints dwar l-istandards li hemm f'uħud minnhom.", "Dwar id-djar ta' l-anzjani ta' l-Istat nista' ngħid - u nitkellem b'ċerta esperjenza għaliex kelli kuntatt fuq livell familjari - li hemm ħafna nies ħabbrieka u jagħtu l-massimu tal-ġurnata tagħhom u ma rrid bl-ebda mod nitfa' xi dell ikrah fuq min qed imexxi dawn id-djar, anzi ngħid li niskanta kif ilaħħqu mal-workload li għandhom, pero` hemm ċerti djar ta' l- anzjani li għandhom understaffing qawwi ħafna u għandhom ukoll nuqqas ta' speċjaliżżazzjoni għal nies li jirrikjedu kura speċjalizzata.", "U l-kuntrast wieħed jarah mea jkollu pazjent li jkun qiegħed f'dar ta' l-anzjani li hija home, imbagħad ikollu l-opportunita` li forsi jqatta' xi żmien f'xi post bħall-Isptar Zammit Clapp u jara l-baħar jaqsam fit-treatment u fis-servizz li jingħata.", "Jien naħseb li huwa importanti li lil dan is-settur nagħtuh l- attenzjoni tagħna għaliex naħseb li l-anzjani tagħna - li huma forsi l- faxx l-iktar vulnerabbli tas-soċjeta` Maltija - dan huwa l-aktar li nistgħu nagħmlu magħhom kemm jekk huma rikoverati fi djar tal-gvern u anke jekk huma rikoverati fi djar privati li wħud minnhom għadhom ibatu minn standards inferjuri, liema standards hemm bżonn li jiġu mgħollija għal livelli aċċettabbli għas-soċjeta` ta' żmienna.", "L-aħħar aspett li xtaqt nittratta huwa dwar dak li deher li qal il-Prim Ministru ġewwa Stokkolma l-bieraħ meta ta x'wieħed jifhem li sas-sena 2003 mhux biss kważi nkunu dħalna fl-Unjoni Ewropea imma nkunu dħalna b'ċerta ħeġġa fl-Għaqda Monetarja Ewropea.", "L-ewwelnett irrid ngħid li m'hemm l- ebda obbligu li biex pajjiż jissieħeb fl-Unjoni jrid bilfors ikun daħal fl- EMU mill-ewwel, anzi l-pajjiżi membri ħafna drabi jingħataw żmien sakemm il- finanzi tagħhom jiġu f'qagħda aħjar qabel ma jagħmlu din il-qabża.", "Aħna nafu, per eżempju, li kien hemm ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant li qegħdin fil-queue għall-membership fl-Unjoni li jridu jidħlu fl-EMU qabel jissieħbu formalment, pero` l-Unjoni Ewropea stess qaltilhom biex ma jgħaġġlux għaliex jekk jidħlu fl-EMU f'dan l-istadju jkunu qed jagħmlu biss ħsara lill-ekonomija u lill-finanzi ta' pajjiżhom u mhux ġid.", "Għalhekk jien qajla nista' nifhem ir-rationale tal-Prim Ministru li bl-istess ossessjoni u mind-set li għandu biex jgħaqqad lil Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni, qed jgħid li għandna nidħlu parti mill-EMU.", "Sur President, kif nistgħu nidħlu parti mill-EMU fis-sena 2003 meta l- consolidated account structure, dak il-ktejjeb li kien ħareġ il-Ministru Dalli s-sena li għaddiet, jagħmel projections li jekk kollox jimxi fuq ir- rubini u skond il-pjan irridu nistennew sas-sena 2004 biex id-deficit jinżel għal 4%?", "Mela filli qed ngħidu li d-deficit forsi sas-sena 2004 inniżżluh għal 4%, u f'daqqa waħda qed ngħidu li sas-sena 2003 se nkunu niżżilnih għal 3%!", "Dawn huma affarijiet li minħabba fihom ta' l-Unjoni Ewropea qegħdin jiddieħku bikom privatament.", "Jien kelli okkażjoni niltaqa' ma' nies diplomatiċi akkreditati għal pajjiżna li ma jistgħux jieħdu ħlief with a pinch of salt dawn l-istqarrijiet li qegħdin isiru min-naħa tal- gvern.", "Żgur li m'intomx se timpressjonaw lill-Unjoni billi tagħtuha l- impressjoni li se jirnexxilkom iġġibu l-finanzi in order fi żmien eqreb mill-istess targets li ssettjajtu għalikom infuskom.", "Għalhekk jien ngħid li dan il-ħafna kliem mhux biss a pie in the sky imma huma ħolma u illużjoni u nkunu qed naġixxu b'mod irresponsabbli meta nitkellmu b'dan il- mod.", "Jiena kont nippretendi li l-ministru, f'okkażjoni bħal tal-bieraħ jew illum, jagħtina ftit ħjiel, lejliet il-launching tat-tax compliance unit, ta' l-ekonomija s-sewda tal-pajjiż, imma jidher li l-gvern qed jipprova jagħti lilu nnfisu l-armi biex jiġġieled it-tax evasion meta għadu lanqas biss ikkwantifika l-extent tal-problema ta' l-ekonomija s-sewda fil-pajjiż.", "Ħafna pajjiżi, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra l-Unjoni, l-ewwel ħaġa li jagħmlu huwa li jkejlu l-extent tal-black economy, imma f'Malta Alla jbierek kollox nagħmlu bil-maqlub; se noħorġu għal kruċjata u fl-istess ħin għadna ma nafux l-extent tal-problema li se nikkumbattu.", "Sur President, jiena nieqaf hawnhekk ħalli nagħti nagħti ċans lil kelliema oħra pero` qabel nagħlaq irrid ngħid li jidher ċar li l-gvern huwa maqbud f'morsa.", "Waqt li min-naħa hemm statements kategoriċi tal-Ministru Dalli li l- budget m'huwiex negozzjabbli għaliex inkella tiġi derailed l-istrateġija tal-pajjiż kollu in ġenerali, min-naħa l-oħra l-Ministru Gonzi l-bieraħ donnu pprova jiftaħ tieqa fejn qal li jekk il-unions jagħmlu proposti konkreti jew definiti, allura l-pożizzjoni forsi tinbidel.", "U jien ngħid lill-gvern: It is never too late!", "Poġġi madwar mejda, innegozja mat-trade unions kollha kemm huma, uri l-flessibilita` neċessarja li wieħed jippretendi minn gvern matur, neħħi l-arroganza u l-insensittivita` li għandek lejn il-ħteġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-ħaddiema Maltin.", "Ftakar ftit fil-ħafna ħaddiema żgħar u medji li sraqtu l-vot tagħhom fl-elezzjoni ta' l-1998 u pprovaw kunu konsistenti mal-programm elettorali tagħkom, imbagħad aħna wkoll inbiddlu l-attitudni tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, fi triqti lejn il-parlament kont qed nisma' l-introduzzjoni tal-Ministru Dalli għal dan l-abbozz ta' liġi, li l-għan tiegħu huwa li jiġu implimentati d-diversi miżuri mħabbra fil- budget ta' l-estimi ġenerali u miżuri amministrativi oħrajn konnessi miegħu.", "Bħalma jaf kulħadd, wara d-diskors tal-budget, dan il-parlament jibda jgħaddi l-leġislazzjoni biċċa biċċa, biex miżuri li jkunu tħabbru xi xhur qabel jidħlu fis-seħħ legalment b'mod retoattiv, ħafna drabi jew b'effett mid-data tal-budget jew b'effett mill-ewwel tas-sena.", "Dan l-abbozz bażikament iħares lejn tliet areas partikolari; waħda li għandha x'taqsam maż-żidiet fl-income tax, l-oħra hija marbuta mal-kontribuzzjonijiet tas- sigurta` soċjali u t-tielet waħda hija marbuta mat-taxxa fuq id-dokumenti.", "Fil-fatt ta' min jgħid li matul is-sena 2000 huwa mistenni li d-dħul ordinarju ta' pajjiżna jlaħħaq madwar it-Lm300 miljun, li minnhom Lm9 miljuni ġejjin minn żieda fir-rati ta' l-income tax u Lm18 miljun oħra ġejjin minn żieda fil-kontribuzzjoni tas-sigurta` soċjali.", "Imma ħalli nibda billi nitkellem ftit dwar l-income tax.", "Sa ftit taż-żmien ilu l-income tax kienet meqjusa bħala xi ħaġa li m'għandha tintmiss bl-ebda mod għaliex jekk tintmiss il-konsegwenzi jistgħu jkunu drastiċi, għax tolqot direttament il-but tal-ħaddiem, ta' min jipproduċi u ta' min iħaddem.", "Ovvjament il-bilanċ kien wieħed delikat u meta wieħed jiġi biex imiss xi ħaġa delikata li tista' tolqotlok l- ekonomija kollha bilfors li joqgħod pass lura.", "Niftakar li din id-diska li l-income tax kienet qisha baqra sagra, kienu joħorġu biha tista' tgħid kważi l-korpi kostitwiti kollha fil-pajjiż, u donnu li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien hawn consensus dwarha fil-pajjiż għaliex saħansitra l-Prim Ministru sa ftit ġimgħat qabel ma tħabbru l-miżuri tal-budget kien qal ċar u tond li mhux se jkun hemm żieda fl-income tax.", "F'dan il-budget, apparti li rajna tiżdied ir-rata ta' l-income tax u allura ntmiss dak il-bilanċ delikat li kien jeżisti, rajna wkoll titkattar l-inċertezza fost il-poplu.", "U l-inċertezza bilfors li titkattar meta għandek prim ministru jagħmel dikjarazzjonijiet kategoriċi li mhux se jkun hemm żidiet fl-income tax, imbagħad wara ftit ġimgħat jiġi l-ministru tal- finanzi jippreżenta l-budget tiegħu f'din il-Kamra u jgħid li se joħroġ bi strutturi ġodda ta' tassazzjoni.", "Kif tista' tippjana b'ċerta serjeta` meta spokespersons ewlenin tal-gvern jagħmlu dikjarazzjonijiet u jaġixxu differenti wieħed mill-ieħor?", "Kieku l-Prim Ministru, dakinhar li staqsewh jekk hijiex se tiżdied ir-rata ta' l-income tax, qal li ma kienx qed jeskludiha għaliex kienu għadhom qegħdin jikkonsidraw il-miżuri li jistgħu jittieħdu fil-budget, wieħed forsi kien jgħid li ma ċaħadx, imma meta saritu din id-domanda l-Prim Ministru kategorikament qal li ma kienx se jkun hemm żieda fl-income tax.", "Dawn huma dikjarazzjonijiet li jista' jwieġeb għalihom biss min għamilhom u min esponihom, pero` ma nistgħu bl- ebda mod naċċettaw li l-gvern iħalli dan it-taħwid fl-imħuħ kemm ta' dawk li jridu jiġġeneraw l-ekonomija kif ukoll ta' dawk li jridu jaħdmu f'dik l- ekonomija.", "Aħna naqblu li hemm bżonn li jittieħdu miżuri, iżda ma naqblux huwa mat-tip ta' miżuri li qegħdin jittieħdu.", "U dan naħseb li huwa l-ewwel punt li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh waqt din id-diskussjoni.", "Issemmiet ħafna l-kwestjoni ta' l-evażjoni tat-taxxa u, bħalma rrimarka tajjeb l-Onor.", "Brincat fid-diskors tiegħu, fix-xhur ta' Diċembru u Jannar aħna konna qegħdin niltaqgħu ma' korpi kostitwiti mhux biex noqogħdu nitkellmu aħna imma biex nisimgħu u naraw kif dawn qegħdin iħarsu lejn il- kwestjoni tat-tax compliance ġewwa l-pajjiż.", "Tista' tgħid li l-ewwel reazzjoni komuni għal kulħadd kienet li għad ma kellhom ebda informazzjoni mingħand il-gvern, u t-tieni reazzjoni kienet dik li għalkemm ilna ngħidu ħafna fuq l-evażjoni tat-taxxa ftit li xejn għadna rajna riżultati konkreti.", "Anke l-ombudsman ħareġ jgħid li qed issir inġustizzja f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet ta' taxxa.", "Il-verita' hi li l-gvern daħħal ċerta leġislazzjoni li biha se jkun jista' jissikka.", "Aħna naqblu li fejn hemm bżonn jissikka, il-gvern għandu jissikka u nwegħduh l-appoġġ tagħna f'dan, imma basta jissikka fejn għandu dritt u ġustament huwa ekwu li jissikka u mhux jissikka b'mod inġust għaliex imbagħad mhux biss ma jsibx l- appoġġ tagħna ta' din il-Kamra imma lanqas isib l-appoġġ tal-poplu.", "U l- bieraħ jiena kont iddispjaċut meta smajt lill-ministru tal-finanzi kważi jirredikola l-protesti li qed isiru mill-pubbliku barra fit-toroq billi qal \"jagħmlu protesti jekk iridu, immur nimxi magħhom forsi nniżżel ftit mill- piż!\".", "Din x'serjeta` hi, Sur President?", "Apparti dan, il-ministru lanqas biss qiegħed hawn dalgħodu - veru li jista' jkollu xi mpenji x'imkien ieħor - meta d-dmirijiet tiegħu l-ewwel u qabel kollox għandhom ikunu hawnhekk meta qed niddiksutu affarijiet bħal dawn.", "Fir-rapport maħruġ mill-uffiċċju ta' l-awditur ġenerali għas-sena 1998 insibu riċerka interessanti ħafna - hija ħasra li ħafna drabi dawn ir- rapporti jintefgħu fuq l-ixkaffa għaliex fihom wieħed isib informazzjoni utli kif ukoll rakkmandazzjonijiet - dwar dawk li jissejħu value for money audits and reports u li jittrattaw l-arretrati dovuti lill-gvern.", "Issa, kif għedt aktar kmieni, l-ombudsman ftit taż-żmien ilu kien qal li teżisti inġustizzja, fis-sens li filwaqt li l-gvern qed jagħfas biex jieħu t-taxxa mingħand min suppost iħallasha, it-taxxi li hu għandu jagħti b'lura - xi drabi dawn imorru lura ħafna snin - m'huwiex qed jeħodhom into account jew jiġi hawnhekk u jivvota xi ftit flus għal dan il-għan.", "It-tweġiba tal-gvern għal dan kienet li huwa marbut bil-leġislazzjoni u jrid nimxi ma' dik il- leġislazzjoni.", "Jien għalija din hija ħrafa għaliex bħala gvern, kif għadda din il-leġislazzjoni li qed jirriferi għaliha, jista' jiġi hawn u jgħaddi leġislazzjoni oħra biex jirranġa dik l-inġustizzja li qed jirriferi għaliha l-ombudsman.", "U l-gvern għandu dmir jagħmel dan jekk irid juri lin-nies li huwa jimxi b'mod serju u professjonali, jiġifieri li jieħu dak li huwa dovut lilu u jagħti dak li m'huwiex tiegħu.", "Meta wieħed iħares lejn ir-rapport dwar il-value for money audit li rriferejt għalih qabel jara li f'dak li għandu x'jaqsam ma' tax arrears, l- impjegati u l-pensjonanti għandhom jagħtu 11.7% tas-somma kollha dovuta lill-gvern, jiġifieri Lm32 miljun, is-self-employed għandhom jagħtu Lm36 miljun jew 22% ta' l-arretrati kollha, filwaqt li hemm 4,649 kumpannija li bejniethom għandhom jagħtu lill-gvern Lm65 miljun jew 40% ta' l-arretrati kollha sa l-aħħar ta' 1998.", "Kulħadd jaf li jiena nħobb nitkellem fuq il- qasam tal-kummerċ - li jinkludi fih is-self-employed - liema qasam illum ninsab inkarigat minnu.", "U tajjeb li hawnhekk naraw ftit x'qal dan ir- rapport dwar il-business sector.", "Dan qabad segment, iddefinih billi daħħal fih is-self-employed u l-kumpanniji u kkonċentra fuq dawk li għandhom jagħtu l-aktar.", "U m'huwiex sew li jiġi xi ministru tal-finanzi hawnhekk u jipprova jagħti l-impressjoni - anke meta tkellem fuq iċ-children allowance fid-diskors tal-budget - li s-self-employed huma xi qatta' ħallelin u li l- arretrati huma kollha dovuti minnhom.", "Meta wieħed jibda jagħsar il-figuri - nerġa' ngħid li dawn m'humiex figuri maħdumin minni imma huma frott ta' riċerka li għamel l-uffuċċju ta' l-awditur ġenerali - isib li hemm 256 kumpannija li għandhom jagħtu lill- gvern average ta' Lm95,000 kull wieħed f'taxxi.", "Mela filwaqt li l-gvern bis-sistemi li qed jimplimenta qed jagħfas fuq min diġa` qed iħallas u jgħajjar lis-self-employed in ġenerali ħallelin u jittrattahom b'mod ħażin, qiegħed imbagħad iħalli għaddejjin affarijiet bħal dawn.", "Fejn hi r- responsabilita` tal-gvern?", "Kif jista' jirbaħ il-kredibilita` u r-rispett tal-poplu jekk jaġixxi b'dan il-mod?", "Għaliex ma jikkonċentrax fuq dawk il- 256 taxpayer li għandhom jagħtuh average ta' Lm95,000 kull wieħed?", "Jien m'għandix dubju li issa jiġi l-ministru u jgħid li ħafna minn dawn l- arretrati huma fittizji.", "Veru li jista' jkun hemm ħafna minnhom li huma fittizji, imma fittizji kif?", "Jew għaliex il-gvern ikun għamel assessments ex ufficio - konna nisimgħu ħafna lil tan-naħa l-oħra jgħidu li dawn m'humiex se jibqgħu jeżistu, imma mhux talli ma baqgħux jeżistu talli l- gvern preżenti bena fuqhom is-sistemi tiegħu gvern u ntaxxa fuqhom l- imgħaxijiet - jew minħabba xi nuqqasijiet fl-input tad-dipartiment jew minħabba assessments żbaljati.", "Għaliex ma naqbdux u niċċekkjaw dawn l- affarijiet ħalli kulħadd ikun jaf kemm għandu jagħti u kemm għandu jieħu biex forsi fl-aħħar nibdew naraw deħlin il-flus fil-kaxxa ta' Malta u fl- istess ħin nibdew innaqqsu ftit minn dawk l-inġustizzji li semma l- ombudsman?", "Sur President, fl-ispeech from the throne smajna li kellha tiddaħħal sistema ta' set-offs, imma ftit li xejn għadna smajna b'miżuri effettivi biex naqtgħu din il-ħafna burokrazija, dawn il-ħafna inċertezzi, u din il- ħafna inġustizzja fejn minħabba l-ftit qed ibatu l-ħafna.", "Fl-introduzzjoni tiegħu il-ministru tal-finanzi, qal li meta konna kolonja kien hawn l-idea ta' aħna aħna u l-gvern il-gvern - il-gvern ma kienx elett mill-poplu u l- poplu kien iħossu maqtugħ minnu - filwaqt li llum \"aħna\" u l-\"gvern\" saru ħaġa waħda, sirna hotchpotch.", "Jiena ngħid li mhux talli llum ma sirniex ħaġa waħda talli l-gvern huwa maqtugħ mill-poplu b'mod li l-poplu qed jgħid \"dawk\" huma l-gvern u \"aħna\" aħna.", "Din hija l-mentalita` li reġa' daħħal dan il-gvern f'moħħ il-poplu minħabba li m'huwiex jara b'mod realistiku min qed jevadi t-taxxa u jġiegħlu jħallasha.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq miljuni mhux fuq sold jew tnejn!", "Isiru rapporti fuq rappporti, forsi nitkellmu ftit dwarhom fil-PAC, imbagħad jintesa kollox qisu xejn m'hu xejn.", "Lanqas ħaqq il-ħin u l-enerġija li jmorru biex isiru rapporti bħal dawn biex ikollna ċifri biex jiggwidawna!", "U dak li huwa ħażin fil- miżura ta' l-income tax m'huwiex biss il-fatt li attwalment miss l-income tax imma huwa l-mod ta' kif qed jagħfas aktar 'l isfel lil dak li diġa` qed jerfa' l-piż fis-soċjeta`.", "U l-argument li jibbażawh fuq bniedem li jaqla' Lm5,500 ma jreġix għaliex minn dawn il-Lm5,500 trid tneħħi t-taxxa, il-bolla - li wkoll se nkomplu nżiduha permezz ta' din il-liġi - u l- ispejjeż l-oħra kollha kkaġunati mill-miżuri mħabbra fil-budget.", "Issa smajna bil-household budgetary survey.", "Huwa tajjeb li jsiru dawn it-tip ta' surveys għaliex iżommuna on our toes pero` nixtieq li d-domandi li se jkun fih dan is-survey ikunu reali.", "Sur President, meta l-ministru tal-finanzi jagħmel il-kalkoli fuq id-dħul ta' l-individwi irid iżomm f'moħħu li dawn in-nies forsi għandhom ċerti commitments għaliex ikunu xtraw xi post fejn joqogħdu jew għaliex ikunu xtraw xi karozza.", "Jien ma nafx jekk hawnx xi ħadd li m'għandux xi commitment fuq xi ħaġa jew oħra.", "U m'iniex qed nirriferi għall-affarijiet ta' lussu imma qed nirriferi għal affarijiet li f'soċjeta` moderna għandhom ikunu aċċettati bħala parti mill-istandard of living normali.", "Bil-mod kif qed jagħmel il-kalkoli l-ministru, allaħares dak li jkun jinqalagħlu xi ħaġa - per eżempju, jiġuni f'moħħi il-famużi kontijiet tad-dawl u l-ilma, u qegħdin jgħidu li sa Ġunju ħerġin żewġ bombi oħra - għaliex jispiċċa ma jkunx jaf fejn jaqbad jagħti rasu.", "Imma ħalli nieqaf hawn rigward it-taxxa għaliex naħseb li l-punt li ridt nagħmel għamiltu, jiġifieri li l-gvern irid jara li f'dak li jirrigwarda t-taxxa jieħu miżuri b'risq l-ekwita` u l- ġustizzja, jekk irid li jkollu stima f'għajnejn il-poplu.", "Il-ministru ħareġ bl-argument - mhux fl-introduzzjoni ta' din il-liġi imma fl-għeluq tal-liġi li l-oħra- fejn qal li ma jistax ikun li wara li l- gvern ikun ressaq il-budget joqgħod ibiddel.", "Issa hawnhekk wieħed irid jgħid li l-ministru tal-finanzi mhux qabad u għamel il-konsultazzjonijiet li kellu jagħmel b'mod xieraq imma sempliċement, ġimgħa qabel ma tħabbru l- miżuri tal-budget laqqa' lill-unions u lill-korpi kostitwiti madwar mejda u talabhom jgħidulu x'kienu l-ħsebijiet tagħhom.", "B'hekk allura saret il- konsultazzjoni?", "U issa jiġi hawnhekk il-ministru u jgħid li allaħares il- gvern joqgħod ibiddel il-miżuri li jkun ħabbar fil-budget!", "Jekk ma riedx ibiddel għaliex ma għamilx konsultazzjoni serja kif suppost kellu jagħmel ma' min qiegħed f'kuntatt mal-poplu?", "Kieku dakinhar ta kas, kieku ma daħalx f'dan l-isqaq li jinsab fih illum.", "U jista' jkompli jwebbes rasu kemm irid il-ministru tal-finanzi, pero` kulħadd jaf xi ġġib magħha l- ebusija tar-ras.", "Hemm bżonn li nkunu prattiċi u ma nkunux diżonesti fil- mod kif nimxu u, mhux għaliex inkunu nafu li tkun ġejja l-kritika, nipprovaw nagħmlu l-affarijiet malajr imbagħad wara jiġri x'jiġri, forsi l- affarijiet jilħqu jindraw.", "L-affarijiet ma jsirux hekk.", "F'pajjiż modern jixraq li jsiru konsultazzjonijiet serji u jien persważ li jistgħu jsiru qabel ma l-gvern jimbarka fuq ċerti miżuri.", "M'iniex qed ngħid li l-gvern għandu jikxef idjeh minn qabel imma lanqas għandu jkun li l-affarijiet jaqgħu fuqna bħal bomba.", "U l-awditur ġenerali għamillu xi rakkmandazzjonijiet lill-ministeru tal-finanzi.", "Jien diġa` tkellimt dwar il-256 kumpannija msemmija fir-rapport ta' l- awditur li għandhom jagħtu madwar Lm95,000 kull wieħed f'taxxi.", "Mela għalfejn il-gvern m'huwiex qed jikkonċentra l-enerġija tiegħu fejn għandu jikkonċentraha?", "Rigward is-self-employed dan ir-rapport jgħid li hemm 83 minn dawn li għandhom average ta' Lm99,000 dejn mal-gvern f'dik li hija taxxa.", "Mela b'kollox għandna 256 kumpannija u 83 self-employed li għandhom jagħtu 'l fuq minn Lm30 miljun f'taxxi.", "Allura għaliex il-gvern ma jikkonċentrax fuqhom?", "Ma naħsibx li dan huwa xi task ta' barra minn hawn!", "U l-awditur dan qalulu fir-rakkmandazzjonijiet li għamel f'dan ir-rapport.", "Dan qal lill-gvern li s-sistema li qed jaħdem biha m'hijiex tajba biżżejjed biex biha jelimina l-backlog, u lanqas ma tagħmel distinzjoni bejn it-taxxa dovuta u dik li qed tiġi kontestata.", "Hemm bżonn li l-gvern jilħaq ftehim ta' ekwu ma' dawn in-nies b'mod li jżomm il-kompetizzjoni ġusta.", "Fost ir- rakkmandazzjonijiet li jagħmel dan ir-rapport insibu li biex il-gvern jelimina dan il-backlog irid jikklassifika t-taxxa b'tali mod li jifred dik dovuta minn dik li hija in dispute, jagħmel ċerta ranking f'dik li hija probabbilta` ta' ġbir - jekk kumpannija li għandha tagħti hija falluta ma tantx hemm probabbilta` li tieħu l-flus mingħandha - jagħmel updating tas- sistemi ta' informazzjoni eżistenti - illum teżisti teknoloġija li timmeraviljak, basta tagħtiha the right input u l-parametri adegwati, u kapaċi tagħtik linji gwida li ftit wieħed jista' jimmaġinahom, imma donnu li f'dawn l-affarijiet għadna ferm 'il bogħod - jifformola u jimplimenta policies u kriterji fuqhiex irid jimxi, u anke jinċentiva l-mod li bih jaħdem id-dipartiment tat-taxxi interni.", "Ħafna drabi aħna nsemmu lil dan id-dipartiment biex nikkritikawh u l-achievements li jirnexxilhom jagħmlu ftit li xejn nagħtuhom pubbliċita`.", "Sur President, għal dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet tas- sigurta` soċjali rrid ngħid li f'pajjiżna hawn madwar 35,000 li jieħdu l- benefiċċji soċjali mhux kontributorji, li minnhom madwar 14,300 jieħdu l- benefiċċju minħabba mard, 4,400 jeħduh għaliex huma litteralment batuti u 4,500 oħra jieħdu l-benefiċċju minħabba li jinsabu qiegħda.", "Jiġifieri bażikament il-35,000 ruħ li jieħdu l-benefiċċji soċjali huma maqsumin f'dawn it-tliet kategoriji.", "Filwaqt li kulħadd jgħid li qed isiru abbużi f'dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċċji soċjali u xi kultant forsi jitressaq xi ħadd il-qorti, ftit li xejn qed isir biex naraw li min qiegħed jabbuża ma jibqax jagħmel hekk - jekk wieħed sempliċement imur josserva n- nies li jkunu deħlin biex jirreġistraw, m'hemmx dubju li mal-ewwel jindividwa lil dawk li għalkemm ikunu deħlin jirreġistraw ikunu wkoll qed jaħdmu - u ċerti passi jibqgħu ma jitteħdux.", "Sur President, naħseb li jkun tajjeb li wieħed jgħid x'inhi d-differenza f'termini finanzjarji bejn bniedem li jkun qed jirreġistra u ieħor li jkun qed jaħdem.", "Per eżempju, id-differenza fid-dħul ta' raġel b'żewġt itfal li jkun qed jaħdem u jaqla' l-paga u ieħor b'żewġt itfal li jkun qed jieħu l- benefiċċju tal-qgħad hija ta' Lm5 fil-ġimgħa biss.", "U d-differenza fid-dħul bejn raġel b'tifel li jirreġistra u ieħor li jmur jaħdem hija ta' Lm8.50 fil-ġimgħa.", "Aħna fil-programm elettorali konna għedna li ninsabu inkwetati bis-sitwazzjoni li jinsabu fiha diversi breadwinners, speċjalment dawk li għandhom aktar minn 45 sena, u konna għedna li din il-problema tista' tissolva billi l-gvern jikkontribwixxi ċertu ammont lill-employer - li jkun inqas minn dak li jingħata bħala benefiċċju għall-qgħad - biex bih ikunu jistgħu jiġu mpjegati dawn it-tip ta' nies.", "B'hekk dawk l-individwi jinqatgħu minn fuq ir-reġistru tal-qgħad, il-gvern joħroġ inqas flus u fl- istess ħin ikun qed idaħħal xi ħaġa permezz tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali.", "Pero` minn dan kollu ma smajna xejn fl-aħħar żewġ budgets li tressqu.", "Jien naħseb li f'pajjiżna għandha tispiċċa l-mentalita` li għaliex xi ħaġa tkun ġiet issuġġerita min-naħa l-oħra, allura ma nagħtux kasha.", "Nerġa' ngħid li hemm bżonn li l-miżuri jittieħdu b'mod ġust li bih verament jintlaqat min ikun qed idur mas-sistema biex jevita li jġorr il-piż li għandu jġorr, u mhux b'mod li bih ikompli jingħafas min hu ġenwin u min diġa` qed jagħmel l-almu tiegħu.", "U jien jaqbadni d-daħk meta nisma' lin- naħa tal-gvern jgħidu li min jaqla' sa Lm5,500 mhux se jintmiss minn dawn iż-żidiet.", "Mela minn dawn il-Lm5,500 ma tridx tnaqqas it-taxxa u l-bolla u l-ispejjeż l-oħra?", "S'issa rajna li dawn iż-żidiet se jolqtu lil kulħadd; jaħdem fejn jaħdem u jaħdem kif jaħdem.", "Il-gvern qed jiftaħar ukoll li miż- żieda fil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali din is-sena se jdaħħal Lm18 miljun aktar.", "Li ma qalx il-gvern huwa kif b'din iż-żieda se jgħabbi lill- poplu, b'mod speċjali lil min jipproduċi u lil min diġa` kien magħfus.", "Smajna ħafna assigurazzjonijiet f'din il-Kamra dwar is-self-employed u qalulna li ż-żidiet fil-petrol, diesel u telephone m'humiex se jaffettwawhom għaliex dawn jieħdu refund tal-VAT.", "Li dawn ma kkalkolawx huwa li hemm kważi 4,000 ruħ li m'humiex fis-sistema tal-VAT, barra li għandek eluf ta' professjonisti li biex joperaw jiġu bżonn karozza, u lil dawn ċertament se jiżdiedulhom l-ispejjeż.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nipproponi li Onor. Cilia jkompli bid-diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Cilia jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin u nwiegħed li ma ndumx ma nagħlaq.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li rajna li lis-self-employed neħħewlhom il- bands u l-kontribuzzjoni tagħhom tas-sigurta` soċjali telgħet għal 15% tad- dħul tagħhom.", "Nerġa' ngħid li meta għandna sitwazzjoni ekonomika fejn irridu ninkoraġġixxu u nkattru l-ħidma, ma jagħmilx sens li tkompli żżid l- ispejjeż fuq min qed jipproduċi.", "Meta jien staqsejt dwar il-kwestjoni tar- refund tal-VAT fuq il-petrol u d-diesel, il-ministru qalli li mhux kulħadd se jieħu r-refund imma se jieħu l-VAT lura min ikollu bżonn jikri xi karozza jew min biex jinqeda jrid jixtri xi karozza partikolari.", "Imma b'min irridu nidħku!", "Nerġa' ngħid li kulħadd irid jerfa' l-piż ta' dak li jgħid u jagħmel, pero` lanqas m'għandna noqogħdu nippruvaw naljenaw lin- nies.", "Il-gvern irid jara li min għandu jerfa' jerfa', u fil-konfront ta' min ma jiflħax jerfa' ma joqgħodx jagħfas fuqu.", "F'wieħed mill-quarterly reviews li joħorġu mis-central bank jingħad li minn mindu nbidel il-gvern, il-konsum domestiku qala' daqqa kbira 'l isfel.", "Mhux bilfors jiġri dan jekk in-nies m'humiex ilaħħqu mal-commitments u l- ispejjeż li għandhom.", "Imbagħad jiġi l-ministru u jgħidilna li se jibagħtilna Lm10 ta' darba biex jagħmel tajjeb għall-għoli fil-prezz tal- ħobż ikkaġunat mit-tneħħija tas-sussidju fuq id-dqiq.", "Jien nassigurah li dawk li rċevewhom - għaliex hemm min għadu ma rċeva xejn - diġa` tajjruhom għaliex fl-istess posta rċevew il-kontijiet bomba tad-dawl u l-ilma!", "Mr Speaker, tajjeb li fl-aħħar ftit minuti nitkellem ftit dwar xi żidiet oħrajn li qed jipproponi l-gvern f'dan il-budget, żidiet li jinkludu żieda fil-ħlas tal-boll fuq proprjeta` immobbli u fuq taxxa causa mortis.", "Rigward din ta' l-aħħar jiġu nies għandna li jaħsbu li t-taxxa tas- suċċessjoni spiċċat għaliex jgħidulna li hekk kienu semgħu jingħad fil- parlament, pero` fil-fatt din sempliċement inbidlilha isimha - tefagħha bil-Latin biex forsi n-nies ma jifhmuhiex! - imma xorta waħda għadha hemm.", "Dwar il-proprjeta` rajna miżura fid-direzzjoni t-tajba pero` mhux għal min se jixtri l-ewwel proprjeta` tiegħu - dik baqgħet bit-3.5% - imma għal min se jakkwista t-tieni residenza, li minn 7% se tinżel għal 5%.", "Jaf il- ministru kemm hawn nies li ma jkollhomx garaxx mad-dar u biex jixtru garaxx wara li jkunu xtraw id-dar ikollhom iħallsu bil-5%?", "Jien niftakar li meta konna qed niddibattu din il-liġi kont tlabt lill-ministru biex il-bolla għal min ikun se jixtri l-ewwel garaxx jagħmilha bit-3.5% imma kien qalli li x'imkien ried jaqta' linja.", "Jiġifieri din ukoll hija miżura li m'hijiex qed tolqot lil dawk li verament jenħteġuha.", "Kellna wkoll żieda fit-taxxa dovuta fuq trasferiment ta' ishma ta' kumpanniji li għandhom 75% jew aktar ta' l-assi tagħhom fi proprjeta` immobbli.", "Fejn qabel din it-taxxa kienet ta' 2% issa saret 5%, jiġifieri għoliet b'aktar mid-doppju.", "Mr Speaker, il-miżuri li qed jittieħdu m'humiex qed iqajmu fuq saqajh is- settur tal-kostruzzjoni.", "Biex dan is-settur iqum fuq saqajh hemm bżonn li l-gvern isib il-bilanċ bejn is-supply u d-demand u jekk mhux se jipprova jsib dan il-bilanċ m'hux se jirnexxilu jtejjeb is-sitwazzjoni.", "Il-gvern illum poġġa piżijiet kbar fuq dan il-qasam, liema piżijiet m'humiex qed jinkorraġġixxu investiment, l-istess kif m'hijiex qed tinkorraġġixxi investiment il-capital gains tax li għandna llum fil-pajjiż.", "Din illum saret part and parcel mill-income tax u b'hekk mhux talli m'hijiex qed taħdem b'mod ġust, talli qed tiddiżinċentiva lil dawk li jridu jinvestu f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, hemm bżonn li qabel ma l-gvern iressaq miżuri bħal dawn iħares lejn il-poplu u jara f'liema sitwazzjoni jinsab.", "Jien kuljum nisma' l-aħbarijiet u donnu li l-aktar kelma li saret moda hija l-kelma \"anti- soċjali\" u naħa tgħajjar lill-oħra \"anti-soċjali\".", "Il-verita` hi li llum għandna gvern maqtugħ mill-poplu u jekk mhux se jibda jifhem x'qed jgħid il- poplu, mhux se jkun f'pożizzjoni li jmexxi b'serjeta`, b'mod li jirbaħ ir- rispett ta' kulħadd u b'mod li bih verament ikun jista' jikkumbatti l- problemi li għandu quddiemu pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa 16 ta' Frar 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Tielet Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, għall-ħabta tal-bidu ta' Awissu ta' l- 1999 kienet ħarġet sejħa għal offerti mid-dipartiment tal-pulizija għall- provvista ta' speed monitoring devices.", "Dan huwa apparat elettroniku jew mekkaniku li fi żmien mhux 'il bogħod suppost li se nibdew narawh jitħaddem fit-toroq tagħna sabiex iservi bħala deterrent u biex jinqabad min isuq bl- addoċċ.", "Naturalment jgħin ukoll sabiex il-pulizija tkun attrezzata aħjar sabiex tikkumbatti l-abbużi li jsiru fis-sewqan.", "Din hija xi ħaġa pożittiva li se titwettaq fi ħdan il-korp tal-pulizija għaliex f'pajjiżna nsuqu b'mod traskurat u dan jista' jixhdu l-Onor.", "Jose' Herrera, li jinsab ħdejja, li jaf bl-ammonti kbar ta' kawżi dwar traffic u collisions li jkun hemm fil-qrati ta' kuljum.", "Prattikament kważi kull maġistrat ikollu seduta fejn dejjem jirrikorru l-istess tip ta' abbużi, fosthom sewqan eċċessiv u traskurat, kif ukoll nuqqas ta' osservanza ta' regolamenti oħrajn tat-traffiku, fosthom qbiż ta' double white lines.", "Ġeneralment dan huwa wkoll ta' piż anke għall-pulizija inkarigata mit- traffiku, għaliex naturalment dawn iridu jkunu on the spot sabiex jaqbdu lil min ikun qed jabbuża.", "Naturalment dan l-iżvilupp li se jgħin sabiex wieħed naturalment joqgħod aktar attent fis-sewqan minħabba li dawn se jkunu speċi ta' pulizija inviżibbli.", "Issa wieħed irid joqgħod attent għaliex anke meta ma jkunx hemm pulizija, jista' jkun hemm dawn l-ispeed montoring devices.", "Pero' x'inhuwa l-oġġett tad-diskussjoni llum?", "Jien qed nintervjeni għaliex bil-mod kif sar it-tendering l-ewwel darba, diġa' qajjem ħafna suspetti bla bżonn.", "Qed ngħid \"l-ewwel darba għaliex dawn it- tenders ħarġu darbtejn, u se ngħid għalfejn ħarġu darbtejn.", "Fil-bidu ta' Awissu kienet saret sejħa għal offerti għal min jista' jipprovdi dawn l-ispeed monitoring devices.", "Dakinhar kienu kkonkorrew xi kumpanniji jew persuni u fit-22 ta' Settembru kienet infetħet quddiem kulħadd il-kaxxa li kien fiha t-tender documents kollha u dawn ġew ippubblikati fuq in-notice board.", "Xi għoxrin ġurnata wara l-konkorrenti kienu ġew informati li din it-tender kien se jkollha toħroġ mill-ġdid għaliex kien hemm xi ħadd li xi ġurnata jew jumejn wara li nfetħet il-kaxxa ġibdilhom l-attenzjoni li minkejja li tefa' t-tender documents, it-tender document tiegħu ma nħareġx minn ġol-kaxxa u ma twaħħalx man-notice board.", "Din ħaġa ta' l-għaġeb u naturalment kulmin ikkonkorra beda jistaqsi d- domandi.", "Per eżempju, kif jista' jkun infetħet il-kaxxa u kien hemm żewġ tender documents oħrajn li ma ġewx elevati minn ġol-kaxxa?", "Dan l-inċident kien ukoll għamel riferenza għalih f'aġġornament Dr Alfred Sant u kien qal li kien ġara bħal xi att ta' Houdini, fejn f'daqqa waħda tfaċjaw żewġ tenders oħra wara li l-ewwel darba nfetħet il-kaxxa.", "Imbierek Alla l- konkorrenti l-oħrajn ma ġewx informati minnufih wara li sar l-ilment minn din il-kumpannija imma dawn ġew informati għoxrin ġurnata wara.", "Insomma, wara dan kollu saret stqarrija mill-pulizija fejn ġie deċiż li toħroġ call for tenders mill-ġdid.", "Għalhekk fil-bidu ta' Ottubru 1999 reġgħet saret sejħa għal offerti u reġgħu kkonkorrew xi kumpanniji li kienu diġa' kkonkorrew meta ħarġet l-offerta l-ewwel darba u milli jidher daħlu wkoll xi kumpanniji ġodda oħrajn ukoll.", "F'Novembru ta' l-1999 l-kaxxa reġgħet infetħet - din id-darba naħseb li qagħdu aktar attenti - u suppost li t- tender documents ħarġu kollha, ġew miftuħa u ġew esebiti pubblikament.", "Mr. Speaker, ħaġa ta' l-għaġeb, minn Novembru sal-lum ma saritx l- aġġudikazzjoni.", "Naturalment la ġew ippubblikati wieħed kien jistenna li ssir l-aġġudikazzjoni b'mod aktar spedit, anke in vista tal-fatt li kien hemm dewmien minħabba l-irregolarita' li kien hemm meta t-tenders ħarġu l- ewwel darba.", "Issa jien ili nosserva dan il-proċess minn mindu beda imma kont prudenti u qgħadt lura milli nitkellem.", "Madankollu l-media ma qagħditx tistenna daqskemm stennejt jien u f'xi gazzetti - mhux biss ''l-orizzont\" imma jidhirli anke \"The Malta Independent\" - dehru anke artikli dwar dan is- suġġett.", "Barra minn hekk saru anke xi interpellanzi parlamentari minn xi deputati fuq din in-naħa tal-Kamra sabiex jaraw x'inhu għaddej.", "Fir- risposti li tawna kien hemm miktub li dalwaqt se ssir l-aġġudikazzjoni pero' issa għaddew tliet xhur u din l-aġġudikazzjoni għadha ma saritx.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-ġimgħa l-oħra f'ġurnal lokali rajt ritratt ta' persuna qegħda tipprova din l-ispeed monitoring camera.", "Jien indagajt dwar din il-ħaġa u rriżulta li fil-fatt din l-aġġudikazzjoni għadha ma saritx pero' milli jidher qegħdin jagħmlu t-tests.", "Jien għandi għax nifhem li se jittestjaw ta' kulħadd għaliex mill-informazzjoni li sibt jrriżulta li l-pulizija kienet qed tipprova l-apparat ta' kumpannija partikolari, li ma kenitx hi li għamlet l-irħas offerta.", "Kumbinazzjoni allura kellhom jibdew minn din il-kumpannija?", "Din lanqas alfabetikament ma tiġi l-ewwel!", "Għandi informazzjoni wkoll li jista' jkun hemm xi interessi pero' f'dan l- istadju nippreferi li nżomm lura.", "Mr. Speaker, jiena qed nieħu dan l-aġġornament sabiex nappella bħalma diġa' kien għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni xi ftit xhur ilu, biex mill- aktar fis issir l-aġġudikazzjoni fuq dawn l-speed monitoring devices.", "Wieħed irid jiftakar li l-proċess ma bediex minn Novembru imma beda saħansitra f'Awissu u kien riddled b'ħafna irregolaritajiet.", "Jiena għadni sal-lum ma nistax nifhem kif fetħu l-kaxxa u ma ndunawx li kien hemm żewġ tender documents oħrajn - imbierek Alla dawn sabuhom jumejn wara għaliex ġibdilhom l-attenzjoni xi ħadd ieħor! - għax anke meta refgħuha biex ineħħuha min-nofs, possibbli dawn ma ħassewx it-tender documents jiċċaqilqu?", "U kif informaw lill-oħrajn għoxrin ġurnata wara?", "Kif wara li ħarġet it-tieni darba, issa ilna tliet xhur nistennew l-aġġudikazzjoni tagħha?", "Din m'hijiex xi ħaġa daqshekk diffiċli u għalhekk jiena nappella lil min hu responsabbli sabiex mill-aktar fis possibbli jittermina dan il- proċess sabiex ma jkollniex speed monitoring devices I and speed monitoring devices II, bħalma kellna VAT I u VAT II .", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, illum xtaqt naċċenna għal żewġ punti.", "L- ewwel punt li xtaqt naċċenna għalih huwa l-kummenti li għoġobha tagħmel il- kummissjoni għall-investigazzjoni tal-korruzzjoni fil-konfront tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Nibda biex ngħid li bħala partit aħna ma nirrikonoxxux lil din il- kummissjoni.", "Aħna konna pproponejna s-sistema tal-maġistrat inkwerenti għax nemmnu li hi iktar trasparenti u adegwata għal pajjiżna u konna wegħidna li se nimplimentaw din is-sistema meta konna fil-gvern.", "Naturalment l- elezzjoni ġiet qabel u din is-sistema ma rnexxilniex nimplimentawha.", "Issa għalkemm bħala partit ma nagħtux rikonoxximent lil din il-kummissjoni u ftit li xejn nagħtuha importanza, pero' bla dubju ta' xejn huwa l-obbligu ta' din in-naħa li tippronunzja ruħha meta jsiru ċerti kummenti.", "Illum stess jien fil-fatt ktibt artiklu u għedt li kulħadd huwa ugwali quddiem il- liġi imma wħud huma aktar ugwali minn oħrajn.", "Ktibt dan l-artiklu għaliex inħossu fid-dover tiegħi li nikkritika l-kummenti li għamlet il-kummissjoni fil-konfront ta' l-Onor.", "Noel Farrugia u dan se nagħmlu anke fil-parlament.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-kummissjoni ma mxietx b'mod konsistenti fil- pronunzjamenti tagħha.", "Dan qed ngħidu għax ftit xhur ilu saru ċerti allegazzjonijiet fil-konfront ta' l-aġir ta' xi membri tal-gvern Laburista u l-kummissjoni sempliċement qalet li dawn kienu infondati u kompletament bla bażi u ma qalet xejn aktar.", "Dakinhar ma dehrilhiex li kellha tgħaddi kummenti oħra.", "Meta mbagħad investigat l-allegazzjonijiet li għamel l- Onor. Noel Farrugia dwar dak li sejjaħ irregolarita' fit-tneħħija ta' levy għall-importazzjoni ta' laħam - u jien naqbel miegħu - din ma qablitx ma' dik l-allegazzjoni u addirittura dehrilha li kellha tiċċensura lil dan id- deputat .", "Mr Speaker, jiena nemmen li din iċ-ċensura mhux biss ma kenitx f'waqtha imma addirittura kienet ċensura fiha nnifisha abbużiva.", "Biex allegazzjoni tkun tista' tiġi ċensurata din trid tkun allegazzjoni manifestament frivola u jekk ma tkunx frivola allura m'hemmx x'tiċċensura.", "L-ewwelnett jien insostni u naqbel mal-pożizzjoni li ħa l-Onor.", "Noel Farrugia, pero' allaħares kull meta l-kummissjoni tindaga u tasal f'konklużjonijiet differenti għar-raġunijiet tagħha, allura tiċċensura lil min ikun għamel l-allegazzjoni!", "Meta taġixxi b'dan il-mod tkun qisek qed tagħmel sarima ma ħalq kulħadd.", "Din hawn qed tgħid li membru tal-parlament m'għandu jsemmi xejn għaliex jekk jagħmel xi allegazzjoni jiġi ċċensurat.", "Jiġifieri l-kummissjoni qiegħda hemmhekk biex ikun hemm it-trasparenza, imma fl-istess ħin hi qed tipprova tagħmel sarima fuq il-kelliema tal- Partit Laburista fl-oppożizzjoni.", "Il-kummissjoni qed timxi b'mod inkonsistenti u diskriminatorju fil-konfront ta' deputati parlamentari Laburisti u huwa proprju dan li għandu jiġi ċensurat u mhux xi ħadd li għandu obbligu politiku li jitkellem jekk jara ħaġa li tidher manifestament irregolari.", "Mr Speaker, il-kummissjoni addirittura dehrilha li l-allegazzjoni ta' l- Onor. Farrugia għandha tiġi ekwivalata ma' att ta' korruzzjoni.", "Dan huwa kumment sproporzjonat għall-aħħar li jkompli jagħti raġun lil din in-naħa li ma tagħti l-ebda rikonoxximent lil din il-kummissjoni bis-set-up kollu tagħha.", "Aħna nemmnu fl-indipendenza tal-qrati u fl-indipendenza ta' l- istituzzjonijiet, pero' qabel kollox nemmnu fis-sovranita' ta' dan il- parlament u fid-dritt tal-membri parlamentari li mingħajr biża' ta' xejn, b'onesta u b'irġulija, jikkummentaw u jissorveljaw l-affarijiet li jkunu qed jiġru fi ħdan l-areas li jkunu responsabbli għalihom.", "Jien naħseb li l- kollega tiegħi Noel Farrugia kien qed jagħmel biss xogħlu u għax għamel xogħlu ġie ċċensurat b'dan il-mod.", "Din hija xi ħaġa ta' min jistmerrha.", "Mr Speaker, it-tieni punt li xtaqt nagħmel jittratta dwar iż-żjara tal- President ta' Malta fil-qorti.", "Din iż-żjara tkellimna ħafna dwarha, inkiteb ħafna fuqha u saħansitra jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Jason Azzopardi ftit tal-ġranet ilu wkoll kellna okkażjoni nagħmlu r-riflessjonijiet tagħna fuqha fi programm tar-radio fuq l-RTK, pero' madankollu nħoss li din iż- żjara ta' min ukoll isemmiha u jagħmel riflessjoni fuqha fil-parlament.", "Għaliex ta' min isemmiha f'dan il-parlament?", "Għaliex hija żjara unika.", "Qatt ma saret żjara minn Kap ta' Stat fil-qorti.", "Barra minn hekk, din ma kenitx żjara ta' kortesija imma kienet żjara formali mill-Kap ta' l-Istat u allura għandha aktar sinifikat.", "Mr Speaker, ilna ngħidu żmien twil ħafna li l-problemi fil-qorti dejjem qed jikbru.", "Matul iż-żmenijiet ministru wara l-ieħor, min tajjeb u min ħażin, ipprova jagħmel l-almu tiegħu biex jintroduċi xi riformi pero' flok jonqsu l-problemi dejjem jibqgħu jiżdiedu.", "Saħansitra issa wasalna f'pożizzjoni - u għalhekk se nsemmiha fil-parlament - fejn il-Kap ta' l- Istat, bi qbil kważi minn kulħadd, inkluż mill-istess imħallfin, qal li l- amministrazzjoni tal-ġustizzja m'għadhiex aktar sostenibbli.", "Huwa kumment li forsi għadda pero' huwa kumment ta' importanza monumentali għaliex issa mhux qed nitkellmu fuq problemi biss imma qed nitkellmu fuq stat ta' fatt fejn l-istess amministrazzjoni tal-ġustizzja m'hijiex iktar sostenibbli.", "Mela l-Kap ta' l-Istat ġie l-qorti bl-iskop li jikkrea awareness.", "Dan qed jgħid lill-politiċi, lill-membri tal-professjoni legali u lill-membri tal- ġudikatura li bħala Kap ta' l-istat għandu r-responsabbilta' aħħarija li jissalvagwarda l-Kostituzzjoni ta' Malta u l-istituzzjonijiet primarji tad- demokrazija f'pajjiżna.", "Qed jgħid li wieħed mit-tliet pilastri tar-rule of law u tad-demokrazija f'pajjiżna qed tikkollassa.", "Mr Speaker, jien naħseb li kumment daqshekk qawwi ta' min iqajmu u jirrifletti fuqu fil-parlament.", "Issa ilna ħafna ngħidu diskorsi u nisimgħu paroli, ilna ħafna nagħmlu proposti u kritika, pero' issa mhux nisimgħu rridu!", "Ilna s-snin nisimgħu u issa wasal iż-żmien li jsir sforz universali mill-partijiet kollha involuti biex jibdew jitranġaw l-affarijiet.", "U jiena ma ngħidx li għandu jsir sforz kbir imma sforz iddisprat għax, la l-amministrazzjoni tal- ġustizzja m'hijiex aktar sostenibbli, allura l-isforz mhux kbir irid ikun imma jrid ikun sforz iddisprat.", "Hemm ħafna affarijiet oħra li huma bażilari u importanti, imma m'hemm xejn aktar bażilari u importanti mill-ħajja demokratika ta' pajjiżna.", "Il-housing hija problema kbira ħafna, l- unemployment hija problema kbira ħafna, pero' li jkollok wieħed mit-tliet organi ta' l-Istat qed imut, dik hija problema li taqbeż il-problemi l-oħra kollha.", "Dak hu li qed jgħidilna l-Kap ta' l-Istat u għalkemm politikament f'ħafna affarijiet jien ma naqbilx miegħu pero' fuq dan il-punt naqbel miegħu kompletament.", "Mr Speaker, dan id-diskors qed nagħmlu biex inkompli nwassal il-messaġġ lill-gvern.", "Apparti minni, hawnhekk preżenti bħalissa qed nara tliet avukati, l- Onor. Anglu Farrugia, l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Ilkoll ngħixu l-qorti u lkoll qed naraw din ġejja fuqna, u allura naħseb li l-gvern irid jaqbad biex mill-paroli jimxi għall-fatti.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lelja l-Erbgħa, 16 ta' Frar 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAN PAWL IL-BAĦAR - XEMXIJA - TOROQ", "13426.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati t-toroq tax-Xemxija, limiti ta' San Pawl il-Baħar, u cioe' jkomplu jingħataw it- tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali, qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li se jirriżultaw minn dan il-programm.", "Dan ix-xogħol irid isir b`mod tajjeb li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.", "XEMXIJA - TRIQ L-IMĠIEBAH - TOROQ", "13427.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata u tingħata t- tarmac Triq l-Imġiebah, ix-Xemxija?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "Dan ix-xogħol li jrid isir b`mod tajjeb li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex ikun jista jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.", "XEMXIJA - TOROQ", "13428.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati u jingħataw it- tarmac Triq il-Preistorja u Triq l-Imqades Megalitiku, ix-Xemxija?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "Dan ix-xogħol li jrid isir b`mod tajjeb li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.", "XEMXIJA - DAWL", "13429.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiġi mdawwla Triq il-Preistorja, ix-Xemxija, u t- toroq residenzjali fl-inħawi?", "Peress li hemm residenti li ilhom jistennew li tiddawwal din it-triq aktar minn sitt snin, jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga u jirrimedja bl-approvazzjonijiet neċessarji sabiex din it-triq tiddawwal mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba magħmula mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "VAT - REFUND", "13740.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm swietu lil gvern l-ispiża fuq refund ta' stock li n-nies tan-negozju ġew imġiegħla jiddikjaraw li kellhom sa Diċembru 1998?", "X'miżuri ħa l-gvern biex dak li ġie ddikjarat minn-nies tan- negozju ġie vverifikat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-somma mitluba mill-operaturi tan-negozju għal ħlas lura tat-taxxa tas-sisa fuq ħażniet kummerċjali miżmuma fil-31 ta`Diċembru, 1998 kienet ta` Lm21.2 miljuni.", "Sa` l-4 ta` Frar, 2000 d-dipartiment tal-VAT kien approva l-ħlas ta` Lm14.5 miljuni.", "Xi talbiet ġew miżmuma billi d-dipartiment dehrlu li ma kenux jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta` l-avviżi legali li jirregolaw il- ħlas lura tat-taxxa tas-sisa.", "Fost il-miżuri li ħa d-dipartiment biex jeżamina t-talbiet, ġew eżaminati l-istock lists kollha li l-operaturi tan- negozju kellhom jissomettu ma` l-applikazzjoni, sabiex jiġi żgurat li kull prodott li fuqu ntalab refund kien taxxabbli.", "Kulfejn inħasset il-ħtieġa, saret ukoll verifika permezz ta` accountants u awdituri professjonali u inspectors tad-dipartiment, ta` l-istock, trading accounts u records oħra ta` l-operaturi tan-negozju li għamlu talba għal ħlas lura tat-taxxa tas- sisa.", "B`kollox kien hemm 1,376 operaturi tan-negozju li saritilhom verifika bħal din.", "KUNSILLI LOKALI - GWARDJANI PRIVATI", "13741.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-avviż għall-għanijiet ta' l-Att ta' l- 1996 dwar gwardjani privati u lokali (Att Nru. XIII ta' l-1996) nru 898 maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern Nru.16,878 bid-data tas-26 ta' Novembru, 1999, paġna 8266, għaliex il-lista ta' l-applikazzjonijiet li rċieva l- kummissarju tal-pulizija skond l-artikoli 7 u 8 ta' l-Att ta' l-1996 dwar gwardjani privati u lokali, ma ġietx stampata kif attwalment jindika l- avviż imsemmi?", "Jista' l-Ministru jagħti din il-lista ta' l- applikazzjonijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li Avviż Nru. 898 fil-Gazzetta tal-Gvern tas- 26 ta` November, 1999 ġie pubblikat mill-kummissarju tal-pulizija, il- mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-ministeru konċernat.", "QRATI - IMĦALLFIN/MAĠISTRATI - SALARJI", "13742.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar is-salarji ta' l- imħallfin, tal-maġistrati u ta' l-avukat ġenerali mill-1990 sa l-2000 sena b'sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tinghata f`xi seduta oħra.", "SOCIAL SECURITY ACT - RATI", "13743.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega ż- żidiet li ġew imħabbra f'Legal Notice 10 of 2000: Social Security Act (Cap 318); increase in the rates of benefits order 2000?", "Jista' jagħti tagħrif dwar dawn ir-rati, sena b'sena mill-1990 sas-sena 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rati ta' benefiċċji mitluba minnha dejjem ġew publikati u mqiegħda fuq il-Mejda tal- Kamra, jew fl-emendi għall-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318), jew permezz ta' avviżi legali li jemendaw l-istess rati.", "Għalhekk l-informazzjoni mitluba diġa' hija ppublikata.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA", "13745.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm, xahar b'xahar minn Settembru 1999 sa Jannar 2000, ħaddiema nisa u rġiel separatament li kienu qed jaħdmu fis-settur differenti tax-xogħol fuq din il-bażi:- B'kuntratt definit, b'kuntratt indefenit, fuq bażi ta' casual worker, fuq bażi ta' outworker, fuq bażi ta' apprendist, fuq bażi ta' student, fuq bażi part-time u fuq bażi full-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA", "13746.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-obbligi ta' min iħaddem u ta' l-impjegat, fir-rigward ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, per eżempju, ħinijiet ta' xogħol u paga minima - skond ix-xogħol li jagħmel - ħlasijiet tas-sigurta' soċjali, income tax eċċ, meta l-impjieg ikun, b'kuntratt definit, b'kuntratt indefinit, fuq bażi ta' casual worker, fuq bażi ta' outworker, fuq bażi ta' apprendist, fuq bażi ta' student, fuq bażi part-time u fuq bażi full-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA FREEPORT - ĦADDIEMA", "13892.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta Freeport?", "Minn liema lokalita' ġejjin dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "TUG MALTA - ĦADDIEMA", "13893.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mat-Tug Malta?", "Minn liema lokalita' ġejjin dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoggiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13894.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minn Settembru sal- lum?", "F'liema lokalita' kienu dawn il-postijiet?", "Minn fejn kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-postijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi kif ġew allokati u mqassma s-70 post mill-1 ta' Settembru, 1999 sal-lum tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR", "13895.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġet postijiet l-Awtorita' tad-Djar għall-bejgħ u kiri minn Settembru, 1998 sal- lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn Settembru, 1998 'l hawn, l-Awtorita' tad- Djar ħarġet 184 post għall-bejgħ.", "Għall-ħabta ta' Marzu ta' din is-sena hu ppjanat li jinħarġu 50 post għall-kiri.", "Aktar tard din is-sena hu ttamat li jinħarġu aktar postijiet b'kiri.", "TARZNA - BAĊIR NRU 1", "13896.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu fil-baċir numru 1 il-vapur li hemm bħalissa?", "Jista' jgħid kemm, bejn wieħed u ieħor, jonqsu sabiex joħroġ mill-baċir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-vapur li hemm f'baċir numru 1 daħal fil-baċir fis-7 ta` Jannar ta` din is-sena.", "Bħalissa għad hemm xi xogħol li għadu sejjer u hu ppjanat jitlesta sa l-aħħar ta` din il-gimgħa.", "BORMLA - PJAZZA SANTA MARGERITA", "13897.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fl-area tal-Pjazza ta' Santa Margerita, Bormla, b'mod speċjali l-ground ta' l-iskola primarja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett ta' Pjazza Santa Margherita għadu għaddej.", "Bħalissa qed jiġu ffinalizzati xi dettalji ta' l-ewwel fażi li għadhom m'humiex lesti.", "It-tieni fażi tal-proġett, jiġifieri dak li jirrigwarda xogħol li se jsir din is-sena mill-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera, tikkonsisti f'sistema ta' dawl u irrigazzjoni għal parti tax-Xgħira ta' l- istess ġnien, jiġifieri l-parti li diġa' hija ġnien.", "Għar-rigward tax-xogħol fl-area tal-ground ta' l-iskola, ix-xogħol fuq il- ground stess hu komplut.", "Ix-xogħol fuq il-parti taħt il-ground huwa sospiż sakemm ikun hemm ċerti deċiżjonijiet marbuta mal-Cottonera Waterfront Project.", "Dan ix-xogħol huwa stmat li jsir matul is-sena 2001."]} {"filename": "20000712_346d_par.doc", "date": "2000-07-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 346 L-Erbgħa, 12 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 346", "L-Erbgħa, 12 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "346", "L-Erbgħa, 12 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 179", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 179", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (IT-TIELET QARI) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (THIRD READING) 183 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR (IT-TIENI QARI) CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 183", "AĠĠORNAMENT 201", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 205", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 206", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 345 li saret fit-12 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "HOUSING - CONSTRUCTION & MAINTENANCE - HCM 00/0392", "16609.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-file nru.", "HCM 00/392 tal- construction and maintenance tad-dipartiment tal-housing, senjatament għall- fond nru.", "53, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li m'hemm l-ebda ħsieb li xi partijiet minn St. Mark Street, f'Bormla, jiġu mwaqqa'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nikkonferma li l-fond 53, f'St Mark Street, Bormla m'huwiex se jitwaqqa' bħala parti mill-progett ta' slum clearance.", "DJAR - SKEMI", "17094.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-iskemi mnedija mill- awtorita' tad-djar sabiex persuni jieħdu xi ġenitur magħhom għall-perijodu bejn Ottubru 1999 u Ġunju 2000?", "Jista' jindika l-lokalita' minn fejn jemanaw dawn l-applikanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali): L-awtorita' tad-djar għandha skema 'Y' li tirrigwarda sussidju fuq rata sussidjata għal xiri ta' post, liema skema tipprovdi, fost ħwejjeg oħra, li persuni 'l fuq minn 30 sena jieħdu lil xi wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn jgħixu magħhom.", "L-awtorita' rċeviet żewg applikazzjonijiet taħt din l-iskema li nfetħet fit-8 ta' Ottubru 1999 waħda mil-lokalita' ta' Hal-Qormi u l-oħra minn St. Andrews.", "Waħda minn dawn ġiet approvata filwaqt li l-oħra qed tiġi pproċessata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Kemm kienu dawk li applikaw u bbenefikaw mill- iskema ta' tiswijiet fi djar tal-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub ħalli l-informazzjoni tkun tista' tinġabar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, hemm applikazzjonijiet miftuħa biex residenti fl-oqsma tad-djar ta' St. Patrick's, St. Andrew's u San Ġorġ isiru sidien ta' darhom - qed nirriferi għal dawk ir-residenzi li qabel kienu barracks tas-suldati -iżda ħafna drabi l-prezz li jintalab qed ikun fenomenali.", "Hemm ħsieb li l-gvern jirrevedi l-iskema li għandu fil- preżent biex verament iħajjar lit-tenants isiru sidien ta' darhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sa minn żmien meta jiena kont ministru responsabbli mid-djar, kien hemm l-insistenza li ssir distinzjoni bejn għajnuna soċjali, permezz ta' sussidji li l-gvern jagħti għall-akkomodazzjoni soċjali, u l- valur ta' l-art fis-suq.", "Għalkemm il-gvern kellu proprjeta' li kienet f'postijiet fejn il-valur kien ta' entita' konsiderevoli - u din il- proprjeta' seta' jużaha għal akkomodazzjoni soċjali - ġieli ddeċieda li jkun aktar ta' ġid soċjali jekk dawn is-siti jiġu kkummerċjalizzati biex l- Istat jirrealizza l-valur proprju tagħhom u minn dak ir-rikavat imbagħad tiġi ffinanzjata akkomodazzjoni soċjali f'areas oħrajn.", "Fl-areas li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru għandna residenti li qed jokkupaw b'kera proprjeta' li fiż-żmien kienet f'idejn is-servizzi u li llum qegħdin f'żona ta' ċerta importanza u allura ġew stabiliti ċerti prezzijiet.", "Irridu niftakru li ladarba kerrej jixtri proprjeta' bi prezz sussidjat, wara li jgħaddi ċertu żmien ikun jista' jittrasferixxi dik il-proprjeta' bil-prezz tas-suq.", "Mhux l-ewwel darba li xi ħadd jieħu proprjeta' bi prezz illi jkun sussidjat, ftit wara jbiegħha u allura jkun spekula minn fuq dahar is-sussidju tal-gvern - kif wara kollox għandu dritt jagħmel - u jġib prezz verament tajjeb.", "Allura bħala linja wieħed għandu jassigura li l-valur tal-proprjeta' li tkun f'idejn il-gvern ikun wieħed reali u li meta jkun qiegħed jingħata sussidju dan ikun ekwu.", "Ma jistax wieħed li qiegħed f'ċerta parti ta' Malta jirċievi sussidju ta' ċerta entita' u ieħor li qiegħed f'parti oħra fejn is-suq jiddetermina ċerti valuri, jirċievi sussidju sostanzjalment ħafna akbar.", "Imma nerġa' ngħid li llum il-ġurnata dawn il-fatturi kollha tarahom l-awtorita' tad-djar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-proprjeta' li qed nitkellmu dwarha hija skedata - jiġifieri la tista' titwaqqa' u lanqas jistgħu jsiru estensjonijiet - u allura min jixtriha żgur ma jistax ibiegħha lil xi spekulatur biex iwaqqagħha u jerġa' jibniha mill-ġdid.", "Għalhekk qed, nitlob li din tiġi kkonsidrata għax min se jixtri dak il-biċċa post la jista' jżid fuqu u lanqas jista' jbiegħhu biex xi ħadd jispekula minn fuqu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naħseb li l-aħjar ħaġa li nagħmel hi li ngħaddi dawn il-kummenti ta' l-Onor.", "Interpellant lill-awtorita' tad- djar u lill-ministeru konċernat għall-konsiderazzjoni tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-Kalkara housing estate, b'mod partikolari fi Triq il-Villa ta' l-Ammiral, hemm familja li ta' sikwit tagħmel rapporti lill- awtorita' tad-djar li qed ifur id-drenaġġ.", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb ħalli din il-problema tiġi solvuta kemm jista' jkun malajr?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi l-Viċi Prim Ministru jinsab imsiefer fuq xogħol tal-gvern u billi ġejt delegat jien biex inkopri d-dekasteru tiegħu sakemm idum barra, nassigura lill-Onor.", "Mizzi li t-traskrizzjoni ta' dan id- diskors se tgħaddi għand l-awtoritajiet tad-djar.", "SKEJJEL - TAGĦLIM TA' L-ILSNA", "17691.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema area secondary schools u f'liema junior lyceum jeżistu faċilitajiet għat-tagħlim aġġornat ta' l-ilsna?", "F'hiex jikkonsistu dawn il-faċilitajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar mill- iskejjel u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - LABORATORJI", "17692.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel sekondarji ta' l-Istat hemm laboratorji tax-xjenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "15704.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din il-mistoqsija kienet tirriferi għal-laboratorju tax-xjenza.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqasijiet ta' għalliema f'ċerti studji li huma relatati max-xjenza?", "Nafu li kull sena jiggradwaw ċertu ammont ta' għalliema pero' mhux dejjem jiggradwaw f'dawk is-suġġetti li jkunu l-aktar meħtieġa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien ngħid li aktar milli nuqqas ta' għalliema f'suġġetti tax-xjenza jista' jkollna nuqqas ta' għalliema f'ċertu livelli, speċjalment fil-livell avvanzat post-sekondarju.", "Dan nista' ngħidu għax ma jirriżultax illi sal-livell sekondarju hemm nuqqas ta' għalliema f'dawn is-suġġetti.", "Naturalment m'huwiex eskluż illi jiġi mument fejn tkun ippustjajt l-għalliema kollha, imbagħad ikollok l-irtirar ta' persuni li tkun trid issostitwihom u mhux dejjem issib nies li jkunu biżżejjed kwalifikati fit-tagħlim li trid.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li se nibqa' insegwi l-materja biex kemm jista' jkun ikollna l-għalliema f'posthom fis-suġġetti tax-xjenza.", "PGCE - SENA 2000/2001", "17693.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema oqsma se jsir il-kors ġdid tal-PGCE fis- sena akkademika 2000/2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li normalment ikun f'dan iż-żmien li l- materja tiġi kkonsidrata bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l- Universita` ta' Malta.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed titlob li l- fakulta` ta' l-edukazzjoni toffri korsijiet tal-PGCE fil-computer studies, technology education u fil-personal and social development fis-sena akkademika 2000/2001.", "L-oqsma magħżula jkunu jridu jiġu approvati mis-Senat ta' l-Universita' ta' Malta kif titlob il-proċedura normali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri t-talba li qed issir mid-diviżjoni hi li l-korsijiet tal-PGCE isiru f'dawk it-tliet oqsma biss li semma' l- Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS GALEA: Fil-fatt id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni taħseb li l- aktar li għandhom ċerti bżonnijiet huma dawn it-tliet oqsma, imma naturalment hemm korsijiet oħrajn li l-fakulta' ta' l-edukazzjoni qiegħda torganizza.", "Infatti l-abbozz tat-tweġiba għadda bejni u bejn id-diviżjoni numru ta' drabi biex inkun ċert illi d-diviżjoni tagħtini tweġiba li tkun tirrifletti l-bżonnijiet f'dan il-kamp.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Peress li kif korrettement qal il-Ministru dawn l- oqsma jridu jiġu approvati mis-Senat ta' l-Universita' ta' Malta għandu xi ħjiel jekk sa l-aħħar ta' Lulju - u cioe' meta jiftħu l-korsijiet għas- sena akkademika l-ġdida - is-Senat hux se jilħaq jiltaqa' u japprova dawn l- oqsma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS GALEA: Ma nistax inwieġeb b'ċertezza pero' l-ħjiel li għandi hu li s-Senat se jilħaq japprova dawn l-oqsma.", "SAĦĦA - DIABETES CLINIC", "17727.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "4003?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Kull pazjent li jiġi riferut lill-klinika tad-dijabete jiġi rreġistrat fuq sistema komputerizzata.", "Dan jibqa' rreġistrat sakemm jiġi discharged, jiġifieri sakemm jirriżulta li ma jkollux dijabete.", "L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|files reġistrati |10,0| |fil-klinika tad-dijabete |19 | |fil preżent | | |kemm jiġu regolarment | | | |7,71| | |9 | |kemm minnhom bdew jattendu| | |l-klinika minn Jannar 1998|1,44| | |9 | |kemm idum file biex isir | 5| |defaulter |snin| |files li huma defaulters | | | |2,30| | |2 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Fid-dawl ta' din l-istatistika, il-Ministru għandu ħjiel jekk hux qed jirnexxielna negħlbu din il-problema daqstant kbira?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ikollna napprezzaw li l-marda tad-dijabete hija relatata wkoll prinċiparjament mal-ġenetika tal-persuna kif ukoll mat-tip ta' dieta li nagħmlu.", "Nista' ngħid illi minħabba metodi ta' kura aħjar, l- inċidenza ta' komplikazzjonijiet li kienu komuni bħall-imputazzjonijiet u l- mard ta' l-għajnejn qiegħda tonqos.", "Pero' naħseb li l-akbar kaġun ta' dan it-titjib jew inkella nuqqas ta' komplikazzjonijiet huwa l-fatt illi n-nies saru ħafna aktar konxji ta' din il-marda u allura qegħdin jagħmlu kura iżjed adegwata.", "Ta' min jgħid ukoll illi minn hawn u ftit snin oħra, l-iskoperta li għadha kemm saret u tħabbret internazzjonalment tista' tkun pass determinanti biex ir-rata tibda titnaqqas drastikament.", "Pero' rridu napprezzaw illi aħna komunita' close u żgur li hemm lok ta' genetic influence.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nixtieq nirrapporta li l-Att dwar ir-Rifuġjati ġie mgħoddi mill-istadju ta' Kumitat b'diversi emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-livell ta' edukazzjoni skond l-eta' u s-sess ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17729.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-2000 għat- Twaqqif ta' Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2000 għat-Twaqqif ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-2000 għat- Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni\" ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Lulju.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, illejla xtaqt nidħol iktar fil- fond fil-konċetti l-ġodda li għandu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Per eżempju, hija interessanti ħafna t-tifsira li għandna għal \"att mhux ġust\" f'artiklu 45 taħt Taqsima VI - kif propost fi klawsola 15 - għax hawnhekk qed indaħħlu l-kunċett li d-direttur jista' jintervjeni u jara kif il-partijiet ikunu kkuntrattaw, jiġifieri jista' jara jekk il- kondizzjonijiet li jkunu għamlu f'dak il-kuntratt ikunux ġusti jew le.", "Fil- fatt f'dan l-artiklu hemm miktub dan il-kliem:", "''(1) Espressjoni mhux ġusta tfisser espressjoni f'kuntratt konsumistiku, li sew waħidha sew f'rabta ma' xi espressjoni waħda jew iktar, oħra:", "(a) toħloq żbilanċ sinjifikanti bejn id-drittijiet u l- obbligazzjonijiet tal-partijiet kontraenti b'detriment tal- konsumatur;\",", "- jiġifieri d-direttur jara li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jkunu pprovduti ma jkunux żbilanċjati kontra l-konsumatur -", "\"(b) tikkaġuna li t-twettiq tal-kuntratt ikun, b'mod mhux dovut, detrimentali għall-konsumatur; jew", "(ċ) tikkaġuna li t-twettiq tal-kuntratt ikun, b'mod sinjifikanti, differenti minn dak li l-konsumatur jista' raġonevolment jistennih li jkun; jew", "(d) tkun inkompatibbli ma' kull ħtieġa ta' bonafidi.\".", "Bħala kunċetti dawn huma innovattivi u permezz tagħhom qegħdin nitilgħu tarġa iktar 'il fuq f'dik li hi protezzjoni tal-konsumatur sabiex min ikun qed iforni l-oġġett ma jkollux vantaġġ esaġerat fuq min ikun irid jixtrih.", "Sur President, subparagrafu (2) t'artiklu 45 taħt Taqsima VI - kif propost fi klawsola 15 - jgħid hekk: \"(2) Il-grad ta' kemm espressjoni ma tkunx waħda ġusta għandu jitqies skond kif ġej:", "(a) ix-xorta ta' l-oġġetti jew tas-servizzi li dwarhom ikun sar il- kuntratt;", "(b) iż-żmien meta jkun sar il-kuntratt; u", "(ċ) iċ-ċirkostanzi kollha li jakkumpanjaw l-għemil tal-kuntratt u l- espressjonijiet l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta' kuntratt ieħor li jkun jiddependi fuqu.", "Dawk iċ-ċirkostanzi jistgħu wkoll jinkludu:", "(i) kemm kull parti tkun taf tinnegozja;", "(ii) jekk konsumatur kienx assoġġettat għal xi pressjoni mhux dovuta; u", "(iii) jekk in-nuqqas ta' konoxxenza jew sengħa tal-konsumatur kenux ta' vantaġġ mhux dovut kontrih.\".", "F'dan is-subparagrafu qed nerġgħu ndaħħlu lura l-kunċett li l-Istat ikollu lil xi ħadd li jara jekk il-prezz li jkun qed jintalab ikunx esaġerat jew żbaljat jew inkella le.", "Ta' min jgħid li f'każ li jirriżulta li l-prezz li jkun qed jintalab ikun esaġerat jew żbaljat, l-Istat ikun jista' jintervjeni biex jikkoreġi dawn l-affarijiet, u dan ikun jista' jagħmlu permezz ta' persuna li xogħolha jkun li tara li jiġi miżmum ċertu bilanċ f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezz.", "Imbagħad f'artiklu 46 taħt Taqsima VI - dejjem kif propost fi klawsola 15 - qegħdin ngħidu li jekk kemm-il darba d-direttur jara li jkun hemm xi waħda mill-klawsoli li tkun qed toħloq żbilanċ, dak li ngħidulu żbilanċ sinifikanti, dik il-klawsola ma tibqax iktar kondizzjoni li torbot lill- partijiet.", "Fil-fatt dan l-artiklu jgħid hekk:", "\"Kuntratt konsumistiku li jkun jinkludi xi espressjonijiet projbiti jew mhux ġusti ma jkunx jorbot lill-konsumatur kemm-il darba l- kuntratt ma jkunx jista' jibqa' jeżisti mingħajr dik l-espressjoni mhux ġusta.\".", "Effettivament, b'dan l-artiklu qed nagħmlu pass verament 'il quddiem għax qed nidħlu għad-difiża tal-poplu in ġenerali kontra min jabbuża min- negozju.", "Jien kemm-il darba tkellimt f'dan il-parlament fuq l-importanza li n-negozjanti jiġu protetti, pero` l-iktar nies li għandhom bżonn il- protezzjoni huma l-konsumaturi.", "Artiklu 46 qiegħed jagħti lid-direttur iktar snien għax qiegħed jagħtih il-poter li jiddeċiedi liema kondizzjonijiet qed joħolqu an unfair position.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk in-negozjanti jaqbdu u jirranġaw mal-ewwel il-kuntratti tagħhom.", "Mr Speaker, nistgħu ngħidu li artiklu 47 taħt Taqsima VI - dejjem kif propost fi klawsola 15 - huwa innovattiv ukoll għax qed jgħid hekk:", "\"F'kuntratt konsumistiku, fejn l-espressjonijiet kollha jew x'uħud minnhom li jkunu offruti minn kummerċjant lil konsumatur ikunu bil- miktub, dawk l-espressjonijiet għandhom jinkitbu b'lingwa kif ordinarjament mitkellma u intelliġibbli li tista' tiftiehem mill- konsumaturi li l-kuntratt ikun indirizzat lejhom.\".", "Dan huwa pass 'il quddiem ukoll għax ejjew ngħiduha kif inhi, min ma jafx l- Ingliż u jifhem biss il-Malti kif jista' jkun li jifhem il-kondizzjonijiet li jkollu l-kuntratt jekk kemm-il darba dan ikun miktub bil-lingwa Ingliża?", "Barra minn Malta hemm għaddej dibattitu kbir mhux ħażin dwar il-lingwa li għandha tiġi wżata fil-kuntratti u dwar il-fatt li s-sinifikat li n-nies legali jagħtu lil ċerti kliem ikun differenti mis-sinifikat li jagħtuh in- nies in ġenerali.", "Dan huwa punt verament interessanti.", "Artiklu 47 qed ikun sempliċi u konċiż kemm jista' jkun kif ukoll qed juża kliem kif ordinarjament mitkellma.", "Huwa interessanti wkoll li hawnhekk qed ngħidu - u dan hu in linea ma' dik il-parti tal-kodiċi ċivili li titkellem dwar l-interpretazzjoni tal- kuntratti - li meta xi espressjoni tkun ambivalenti, jiġifieri jista' jkollha żewġ sinifikati, u jkun hemm dubju dwar it-tifsira ta' xi espressjoni, għandha tipprevali l-iktar tifsira favorevoli għall- konsumatur.", "F'dan l-artiklu qiegħed jidħol ukoll il-kunċett li d-direttur għandu d-dritt li jintervjeni u jikkoreġi dak li jkun sar ħażin, dak li jkun żbilanċjat u dak li ma jkunx ifformolat tajjeb.", "Dan il-kunċett għandu jġib ġustizzja ikbar bejn il-partijiet.", "Ta' min jgħid li artiklu 47 qiegħed jagħti saħansitra l-possibbilta` li min jidħol għal ċerti kuntratti minħabba xi servizz jew ieħor, dan ikollu xi forma ta' protezzjoni mid-direttur, jiġifieri nistgħu ngħidu li l-Istat, permezz tad-direttur, qiegħed jagħti protezzjoni effettiva lill-konsumatur.", "Hawnhekk qed ngħidu wkoll li jekk kemm-il darba jirriżulta li jkun hemm żbilanċ f'xi klawsola partikolari, din il-klawsola għandha tiġi eliminata.", "Il-mod kif wieħed jikteb klawsola għandu jkun wieħed li jinftiehem mill- poplu in ġenerali ħalli l-poplu jkun jista' jifhem il-liġijiet tagħna aħjar.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi min jagħmel id-drafting ta' dawn il- liġijiet juża lingwa li jkun jifhimha hu biss bil-konsegwenza li ġeneralment il-poplu ma jifhimhiex.", "F'pajjiżi oħra funzjoni ta' waħda mill- branches ta' l-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika hija proprju dik li tittraduċi l-provvedimenti u l-ordnijiet li jiġu mill-Unjoni Ewropea mil-lingwa Franċiża għal-lingwa li tkun mitkellma f'dak il-pajjiż.", "Madanakollu dan xorta m'huwiex biżżejjed.", "Mr Speaker, artiklu 94, li qiegħed taħt taqsima VIII kif propost fi klawsola 15, jittratta dwar il-ħruġ ta' ordnijiet ta' tħaris.", "Forsi hawn wieħed jista' jistaqsi: Xi tfisser il-frażi \"ħruġ ta' ordnijiet ta' tħaris\"?", "Meta d-direttur jiddeċiedi li jieħu passi fuq ċerti affarijiet ikollu d-dritt li joħroġ ordni biex id-deċiżjoni tiegħu tiġi inforzata.", "Issa artiklu 94 - u jien nixtieq nidħol f'ċertu dettall f'dan l-artiklu għax qed jagħti ħafna poteri - qiegħed jagħti l-possibbilta` lil min ma jaqbilx mad-deċiżjoni tad-direttur li jkun jista' jmur quddiem il-qorti tal- maġistrati u jappella hemmhekk.", "Il-bieraħ il-ħabib tiegħi tan-naħa l-oħra esprima l-preokkupazzjoni tiegħu billi staqsa jekk kemm-il darba aħniex qed noħorġu lil dan l-abbozz ta' liġi minn taħt il-kappa tal-ġudikatura jew jekk kemm-il darba aħniex qed nagħmlu tribunal tal-poplu minflok tribunal li fih ikunu attwati l-ġustizzja u d-dritt naturali, pero` jekk wieħed jaqra dawn l-ordnijiet ta' tħaris fil-fond jinduna li dan m'huwiex il-każ.", "Ħalli naraw dawn l-ordnijiet ta' tħaris flimkien.", "Mr Speaker, subartiklu (1) t'artiklu 94 taħt Taqsima IX dejjem kif propost fi klawsola 15 jgħid hekk:", "\"Meta jkun hekk jaħseb li jkun raġonevolment adattat jew meħtieġ fl- interess pubbliku, id-Direttur jista', sew b'inizjattiva tiegħu nnifsu jew wara li ssirlu talba bil-miktub minn korp kwalifikanti, ...\".", "Hawnhekk qed ngħidu li d-direttur jista' jgħid: Isma', għalija t-tali kuntratt m'huwiex tajjeb, jew inkella jista' jiktiblu xi korp kwalifikanti biex jgħidlu l-istess ħaġa.", "Lill-korp kwalifikanti dan l-artiklu qiegħed ukoll jagħtih id-dritt li jekk id-direttur ma jeħux il-passi li dan il-korp jgħidlu biex jieħu, huwa jkun jista' jappella minn dik id-deċiżjoni, jiġifieri altru milli dan l-abbozz ta' liġi se joħroġ 'il barra mill-kappa tal-ġudikatura.", "Mr Speaker, subartiklu (1) t'artiklu 94 ikompli jgħid hekk:", "\"(a) lil xi persuna fejn jeħtieġ -", "(i) it-tħassir jew it-tibdil ta' pattijiet f'kuntratt konsumistiku li d-Direttur ikun iqis li ma jkunx wieħed ġust għall-konsumaturi skond il-provvedimenti tat-Taqsima VI ta' dan l-Att; u", "(ii) l-inkorporazzjoni ta' pattijiet f'kuntratt konsumistiku li d-Direttur ikun iqis li jkunu meħtieġa għall-aħjar tagħrif tal- konsumaturi, jew sabiex jipprevjeni żbilanċ konsiderevoli bejn l- obbligazzjonijiet u d-drittijiet tal-partijiet, u dan għall- benefiċċju tal-konsumaturi;\",", "Dan li għadni kemm ikkwotajt juri b'mod ċar li dan l-abbozz ta' liġi mhux talli m'hux qed jittraskura d-drittijiet tal-konsumatur imma talli qed jagħmel proprju l-kontra għax hawnhekk lid-direttur mhux biss qed nagħtuh id-dritt li jħassar jew ibiddel il-pattijiet imma qegħdin nagħtuh saħansitra d-dritt li jdaħħal kondizzjonijiet ġodda.", "Din hija xi ħaġa verament innovattiva li biha qed inċaqilqu l-għeruq, u qed ngħid dan għax hawnhekk lid-direttur qed nagħtuh id-dritt li jgħid: Isma', it-tali ħaġa biss tista' ġġib bilanċ bejn iż-żewġ partijiet u jien għandi d-dritt li f'kuntratt li jkun sar bejn tnejn min-nies indaħħal artiklu ġdid, liema artiklu jrid jiġi rispettat miż-żewġ naħat.", "Imbagħad paragrafu (b) ta' subartiklu (1) t'artiklu 94 ikompli jgħid hekk:", "\"fejn jeħtieġ lil xi persuna involuta, li tkun tippromwovi jew tiġġestixxi, jew tipproponi li tinvolvi ruħha jew tiġġestixxi jew tippromwovi xi reklamar li jkun qarrieqi ...\".", "Dan il-paragrafu qed jgħid li jekk id-direttur jinduna li jkun se jsir xi attentat biex jinħoloq żbilanċ mill-bidu nett, anke jekk kemm-il darba l- kuntratti ma jkunux għadhom ġew fis-seħħ jew ikunu għadhom se jsiru, id- direttur ikun jista' jintervjeni.", "Fi kliem ieħor, jekk kemm-il darba d- direttur jidhirlu li l-kondizzjonijiet li jkun hemm stipulati f'reklam partikolari jkunu ħżiena, fis-sens li jkunu qed joħolqu żbilanċ, huwa għandu d-dritt li jintervjeni.", "Aħna qed ngħidu wkoll illi l-ebda ordni tal-qorti ma tista' żżommu milli joħroġ dik l-ordni, għalkemm tista' tikkontesta, liema kontestazzjoni ssir quddiem il-qorti tal-maġistrati.", "Naturalment sakemm tkun qed issir il- kontestazzjoni u l-qorti tiddeċiedi dik il-kwestjoni dik l-ordni tkun trid tieqaf.", "Meta l-każ imur quddiem il-qorti tal-maġistrati, din minflok ma taqbad u tgħid li l-ordni tad-direttur hija sospiża, jekk jidhrilha tista' tagħti d-digriet proviżorju u l-fakulta` lid-direttur li jimplimenta l- ordni sħiħa jew parti minnha.", "Terġa' u tgħid il-qorti tal-maġistrati mhux biss għandha d-dritt li tħares u teżamina l-ordni imma għandha wkoll id- dritt li tikkoreġiha.", "Il-poter tal-qorti tal-maġistrati tant m'huwiex qiegħed jitneħħa u tant qiegħed jiġi ssodat li meta xi ħadd jappella minn ordni mogħtija mid-direttur u jmur quddiem il-qorti tal-maġistrati, din tista' tgħid li għalkemm id-direttur għandu raġun, il-mod kif daħħal it- tali klawsola m'huwiex preċiż, jiġifieri l-qorti tal-maġistrati mhux biss għandha d-dritt li taċċetta jew tirrifjuta imma wkoll li tikkoreġi.", "Mr Speaker, hawnhekk qegħdin ngħidu wkoll li f'każ illi l-korp kwalifikanti jirċievi ittra mingħand id-direttur fejn jinformah li ma laqax it-talba tiegħu, il-korp kwalifikanti jkun jista' jappella dik id-deċiżjoni quddiem il-qorti tal-maġistrati.", "Forsi xi wħud jaħsbu li ħloqna mekkaniżmu kkomplikat, pero` fl-opinjoni tiegħi mhux talli ma ħloqniex mekkaniżmu komplikat imma talli ħloqna mekkaniżmu verament interessanti.", "Li huwa interessanti iktar huwa li hawnhekk daħħalna artiklu ad hoc fejn qed ngħidu li d-deċiżjonijiet tad-direttur u tal-qorti tal-maġistrati jridu jittieħdu malajr kemm jista' jkun.", "Fil-fatt artiklu 98 taħt Taqsima IX jgħid hekk:", "\"Dawk il-kawżi li jsiru taħt l-artikoli 95 u 97 għandhom jinstemgħu u jiġu deċiżi mill-Qorti bl-urġenza u bl-iktar mod spedittiv possibbli.\".", "Fl-opinjoni tiegħi d-drafting ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa feliċi ħafna bħalma huma l-mekkaniżmi tiegħu, li mhux biss qed jipproteġu lill-konsumatur imma anke lill-korpi kostitwiti.", "Mr Speaker, artiklu 101 taħt Taqsima IX kif propost fi klawsola 15 qiegħed jgħid ukoll li jekk kemm-il darba d-direttur jiddeċiedi li għandhom jinbidlu jew jiġu mmodifikati ċerti klawsoli, dan għandu dritt jordna li dawn il-bidliet jiġu ppubblikati għall-pubbliku inġenerali ħalli l-pubbliku in ġenerali jkun jaf bid-deċiżjonijiet li jkun ħa d-direttur.", "Madanakollu dan m'huwiex kollox għax dan l-artiklu qed jgħid ukoll li jekk kemm-il darba dak li jkun ma jobdix l-ordni tad-direttur, id-direttur jista' jfittxu għal dejn ċivili.", "Hawnhekk ta' min jagħmel riferenza wkoll għal artiklu 100 taħt Taqsima IX, jgħid illi meta l-partijiet jilħqu ftehim bejniethom - ovvjament il- partijiet huma dawk li jkunu qed jipprovdu s-servizz jew il-prodott u dawk li jkunu qed jieħdu dak is-servizz jew il-prodott - għandu jkun id-direttur stess li jirranġa dawk il-kondizzjonijiet.", "Madanakollu jekk il-partijiet ma jilħqux ftehim, f'dak il-każ id-direttur għandu poteri enormi, liema poteri għandhom jiġu wżati għall-ġid tas-soċjeta` ħalli ċ-ċittadin iż-żgħir jiġi protett kontra l-isfruttament tas-suq, jiġifieri din l-idea ta' take it or leave it fil-qasam tan-negozju issa se tiġi attakkata mhux ħażin.", "Issa l-kunċett m'huwiex se jibqa' iktar take it or leave it imma se jiġi \"take it\" jekk kemm-il darba l-kondizzjonijiet ikunu tajbin, u jekk dawn il- kondizzjonijiet ma jkunux tajbin id-direttur jista' jintervjeni u jidħol biex jipproteġi lill-konsumatur.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li jekk xi ħadd kellu l-idea li aħna ma naqbżux għall-konsumatur jew inkella li aħna ma naqbżux għall-baxx b'dan l-abbozz ta' liġi qed nuru bl-iktar mod ċar li aħna mhux biss qegħdin niddikjaraw xi ħaġa imma qegħdin ukoll nimplimentawha, bl-infurzar, bil-multi u bil-mezzi l-oħra kollha li din tirrikjedi.", "Jien ngħid li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu jipproteġi lill-konsumatur u allura għandna napprovawh biex indaħħluh fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, qabel xejn nixtieq nuri s- solidarjeta` tiegħi mal-ħaddiema ta' Kalaxlokk, li llum jinsabu fiex jinsabu għax emmnu lill-gvern Nazzjonalista.", "Nawguralhom li b'xi mod jew ieħor il-kwestjoni li għandhom tiġi solvuta u ngħid lilhom u lill-familji tagħhom biex ma jaqtgħux qalbhom.", "Jien ili 14-il sena ngħaddi mill- martirju li jinsabu għaddejjin minnu dawn il-ħaddiema tal-Kalaxlokk, jiġifieri nista' nifhem minn xiex inhuma għaddejjin bħalissa.", "Mr Speaker, jiena smajt lill-kelliema li tkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi b'attenzjoni kbira u naqbel magħhom li dan l-abbozz ta' liġi huwa tajjeb.", "Madanakollu ħafna drabi l-affarijiet li l-konsumatur isib tajbin ikunu biss fuq il-karta.", "Għalhekk jien ma nħobbx noqgħod nitkellem fuq il- liġijiet imma iktar inħobb nitkellem fuq kif il-konsumatur se jintlaqat verament.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-konsumatur min hu?", "In the long run il- konsumatur huwa kull wieħed u waħda minna għax ilkoll nixtru prodotti jew ninqdew minn servizzi.", "Wieħed ma jistax imaqdar l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, pero` dan se jipproteġi lill-mara tad-dar verament?", "Il- konsumatur huwa wkoll dak li, per eżempju, juża s-servizz tal-karozzi tal- linja, u jien nistaqsi: B'dan l-abbozz ta' l-liġi d-diffikultajiet li jkollhom jiffaċċjaw il-commuters se jiġu solvuti?", "Jekk kemm-il darba dan l- abbozz ta' liġi se jsolvi dawn il-problemi kollha li semmejt, allura nistgħu ngħidu li dan huwa abbozz ta' liġi tajjeb.", "Ħafna drabi meta niġu biex inqiegħdu l-liġijiet tagħna fil-prattika, naraw li l-affarijiet jiżvolġu ferm differenti minn dak li jkun hemm miktub fuq il-karta.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax minkejja li llum għandna diversi liġijiet li suppost qed jipproteġu lill-konsumatur, fir-realta` llum il-konsumatur jinsab imfarrak u misruq vilment, u hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal xi partit politiku partikolari.", "Jien naħseb li kulħadd sema' b'dak il-każ li ġara dan l-aħħar bejn turist u xufier tal-karozza tal- linja.", "Imma l-iktar ħaġa li rajt stramba f'dan il-każ kienet li minkejja li suppost ix-xufier ġie ssospendut minħabba l-aġir tiegħu, huwa baqa' jagħmel il-ġurnata tax-xogħol tiegħu xorta waħda, qisu qatt ma ġara xejn.", "Allura hawnhekk jien nistaqsi: F'dan il-każ min bata?", "Mhux il-konsumatur!", "Naħseb li dan il-każ ma tantx sewa ta' ġid għall-qasam tat-turiżmu!", "Imbagħad xi ngħidu għal dawk iż-żewġ konsumaturi li mingħalihom xtraw karozzi ġodda meta fil-fatt dawn kienu second-hand?", "Irrid insemmi hawnhekk li minkejja li dawn marru l-qorti u rnexxielhom jipprovaw li l-aġent kien daħak bihom, huma tilfu l-kawża xorta waħda, u dan għaliex l-avukat difensur nesa jsemmi li sadanittant dawn il-karozzi huma ggaraxxjati.", "Imma ngħid jien, jekk kien hemm provi biżżejjed li dawn ħallsu l-flus għal karozza ġdida u jekk dawn ipprovaw ukoll li minkejja li l-karozzi li xtraw suppost kellhom it-tali magna fil-fatt kellhom magna ta' ditta oħra, dawn kellhom jitilfu l-kawża sempliċement għax l-avukat nesa jniżżel li sakemm kienet qed tidher il-kawża fil-qorti dawn il-karozzi kienu ggaraxxjati?", "Possibbli li f'dan il-każ il-konsumatur kellu mhux talli ma jieħu xejn imma talli kellu jħallas il-kawża wkoll!", "Mela din ġustizzja!", "Possibbli li m'hawnx liġi li tgħid li jekk negozjant jidħak b'konsumatur, dan ta' l- aħħar għandu jieħu dak li ħaqqu!", "Mr Speaker, jien meta nagħmel l-intervent tiegħi f'din il-Kamra ma nħobbx noqgħod nitkellem fuq il-klawsoli għax the man in the street billi toqgħod tkellmu fuq il-klawsoli m'hu se jifhem xejn.", "Per eżempju, jekk il- konsumatur jixtri fridge u tinzertalu ħażina, dan ma naħsibx li se joqgħod jaqra l-liġi tal-konsumatur biex jara xi drittijiet għandu.", "Jekk the man in the street m'huwiex se jifhem li qiegħed jiġi protett verament, ikun inutli li noqogħdu nagħmlu l-liġijiet.", "Per eżempju, lill-konsumatur għollejnielu l-prezz tan-noll tal-karozzi tal-linja għax għidnielu li permezz ta' din iż-żieda se nagħtuh servizz iktar effiċjenti.", "Din ilna nisimgħuha minn kemm ilu jeżisti s-servizz tal-karozzi tal-linja, imma fil- fatt lill-konsumatur, li f'dan il-każ huwa l-commuter, qed nipprovdulu servizz effiċjenti verament u qiegħed jieħu value għall-flus li qed iħallas?", "Jekk m'hux qed isir hekk, min qed jipproteġih lill-konsumatur?", "Min qed jgħid li dan għandu raġun?", "Messna għedna mal-ewwel li ż-żieda ta' 4ċ fin-noll tal-karozzi tal-linja saret għax riedna nneħħulhom is-sussidju.", "Issa nispera li fuq kollox il-commuter qed jieħu s-servizz li ġie mwiegħed u m'hux qed jibqa' jistenna fuq l-istage għax il-karozza tal-linja ma tkunx ġiet fil-ħin.", "Għall-konsumatur dan hu l-importanti u mhux x'jgħidu l- artikli tal-liġi.", "Qed ngħidu min se jiddefendihom lill-konsumaturi?", "Għax il-mara tad-dar minn dan jimportaha għax taf kemm-il darba tiġi misruqa meta toħroġ tixtri.", "Possibbli li l-mara tad-dar trid toqgħod tmur il-qorti biex tiġi protetta?", "Jiġifieri jekk din ma tmurx il-qorti m'hijiex se tiġi protetta?", "Mr Speaker, tajjeb li kulħadd ikun jaf li mhux min jixtri biss huwa konsumatur.", "Per eżempju, jien inħallas it-taxxi, kif wara kollox jagħmel kull wieħed minna, biex jekk niġi bżonn l-isptar tal-gvern inkun moqdi.", "Imma l-gvern qed jiggarantixxi verament li talli inti tħallas it-taxxi se tieħu s-servizzi ta' l-isptar b'xejn?", "Għax, per eżempju, ħafna drabi qed jiġri li meta bniedem imur l-isptar u l-professur jgħidlu li għandu bżonn jagħmel operazzjoni, jagħtih l-appuntament ta' l-operazzjoni għal xi sitt xhur jew seba' xhur wara.", "Sa dakinhar mhux jilħaq imut!", "Ara mbagħad, jekk il-pazjent jiddeċiedi li jagħmilha privatament, il-professur ikun lest li jagħmilhielu l-għada stess.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li minkejja li l- konsumatur qed iħallas it-taxxi biex meta jkollu bżonn l-isptar jiġi moqdi, dan m'huwiex qed isir.", "Allura l-pazjent m'huwiex konsumatur ukoll?", "Imbagħad xi ngħidu għan-nuqqas ta' pilloli li jkun hemm fl-ispiżeriji tal- gvern?", "Mela ta' xiex qed inħallsu t-taxxi?", "Jew inkella tafu meta qalu lill-pazjent biex imur jagħmel it-testijiet tal-qalb?", "Fi Frar tas-sena d- dieħla.", "Allura dan m'hux konsumatur?", "(Interruzzjonijiet) Tidħku tafu għaliex; għax m'għaddejtux minn dawn l-affarijiet intom.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hi tajba xejn għax jekk it-tabib jgħidli li għandi bżonn operazzjoni, m'għandux jagħtini appuntament għal seba' xhur oħra!", "Mela l-pazjent m'huwiex konsumatur ukoll?", "Hawnhekk kulħadd tkellem fuq il-liġijiet, pero` ħadd ma ta kas dak li qed jolqot lill-poplu.", "Issa jien naf li la nispiċċa nitkellem se jkun hemm min jgħidli li dan li qed ngħid m'għandu x'jaqsam xejn, pero` l-poplu dan hu li jrid jisma'.", "Biex niftehmu, hawnhekk jien m'iniex qed ngħid għall-professuri biss għax, per eżempju, il-mechanics u dawk li jsewwu t-televisions jitħallsu tajjeb u jisirqu lill-poplu daqs il-professuri.", "Imma l-ikbar vilta` hi li mbagħad meta tistaqsihom għall-irċevuta tal-VAT jgħidulek li jekk trid li jagħmlulek irċevuta trid tagħtihom Lm2 iktar, u billi llum il-ħajja għolja dak li jkun jaċċetta li ma jingħatax irċevuta.", "Jien nistaqsi: Lil dak li mar biex isewwi l-karozza tiegħu u wara żewġ minuti marlu kollox dan l- abbozz ta' liġi se jipproteġih?", "Imbagħad xi ngħidu għal kemm il- konsumaturi qed jiġu misruqa mill-insurances?", "Filli tkun qed tħallas Lm140 u filli jgħidulek li għoliet għal Lm180 jew Lm200.", "F'dan il-każ dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jipproteġih lill-konsumatur?", "Liema gvern qed jgħid li m'hux sew li l-insurances jibqgħu jogħlew?", "L-insurances jgħidulna li qed ikollhom jgħollu l-fees tagħhom minħabba li qed ikollhom ħafna claims.", "Imma l-konsumatur x'jimpurtah minn dan kollu?", "La jien qatt ma kelli claim, għaliex għandha togħla l-insurance tiegħi wkoll?", "Dan biex ma nsemmux ukoll iċ-charges li qed iżommu l-banek.", "F'dan il-każ min qed jiddefendih lill-konsumatur?", "Ħadd!", "Mr Speaker, imbagħad irridu niftakru wkoll li anke t-turisti huma konsumaturi.", "Issa lit-turisti min qed jiddefendihom talli kultant ta' flixkun ilma jiċċarġjawhom Lm1.50?", "Meta darba minnhom rajt dan il-każ jiġri quddiem għajnejja u kellimt lill-bejjiegħ, dan qalli biex ma nindaħalx għax hu mhux se jerġa' jarah lil dak it-turist.", "U xi ngħidu għal dak li qed isir mill-gwidi, b'mod partikolari f'Għawdex, fejn dawk il- ħwienet li ma jagħtux commission lill-gwidi, dawn jiġu bbojkottjati?!", "Issa kif wieħed forsi jiftakar, jien diġa' kont tkellimt dwar dan f'din il- Kamra, pero` baqa' ma sar xejn xorta waħda.", "Meta titkellem fuq dawn l- affarijiet, jgħidulek biex tagħmel rapport.", "Mela mhux kulħadd jaf x'qed isir!", "Dan bħal meta fl-Italja kien hemm il-mafja fejn għalkemm kulħadd kien jaf li hemm il-mafja kulħadd għalaq għajnejh u qal li mhux veru, fl- Italja m'hemmx mafja.", "Issa ħalli nerġa' ngħid xi ħaġa dwar il-qasam tas- saħħa.", "Mr Speaker, fl-isptar hemm eluf ta' pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu xi operazzjoni.", "Issa jekk dawn imorru għand professur privat, dan jgħidilhom li hu jkun jista' jagħmililhom l-għada stess, imbasta jagħtuh xi Lm800 jew Lm2,000.", "Kif qed naraw, anke f'dawn il-każijiet l-iktar li qed ibati huwa l-konsumatur.", "Sieħbi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici qal li min qed jgħid li m'aħniex qed nipproteġu liż-żgħar ma jafx x'qed jgħid.", "Jien lill-Onor.", "Membru ngħidlu biex meta jrid niltaqgħu jien u hu ħalli ngħidlu kemm qed nipproteġuhom liż-żgħar!", "Imma din għalfejn qed issir issue politika?", "Jien m'iniex qed ngħid li meta kien hemm fil-gvern il-partit Laburista l-konsumatur kien jiġi protett u għax illum hemm fil-gvern il- partit Nazzjonalista dan m'huwiex qed jiġi protett imma qed ngħid li lill- konsumatur iż-żgħir ħadd ma ħa ħsiebu għax ħadd ma kellu l-kuraġġ jgħid illi l-ħaddiem qed jiġi misruq minn kulħadd.", "F'din il-Kamra jingħad ħafna kliem sabiħ li ħafna drabi ma jkun minnu xejn.", "Kull negozjant baqa' jgħolli l-prezzijiet kemm ifettillu.", "Jgħidlek: Jekk ma jogħġbokx tixtrix!", "Ġejna fi free market, fejn kulħadd jitlob kemm irid.", "Allura għalfejn qed nagħmlulu dan l-abbozz ta' liġi lill-konsumatur?", "Jiġifieri issa l- konsumatur se jispiċċa jagħmel bħalma qallu l-Prim Ministru; li joqgħod jiġri min-naħa għall-oħra biex jipprova jiffranka xi ħaġa!", "Imma dawn x'affarijiet huma!", "Hemm xi ħadd li huwa konxju ta' dawn l-affarijiet li qed jiġru u jaf x'inhu jħoss il-ħaddiem iż-żgħir, il-batut, il-mara tad- dar, il-pensjonant u l-marid?", "Aħna l-membri parlamentari qed nisimgħuha l-karba ta' dawk il-morda li għandhom bżonn jagħmlu operazzjoni imma ma jistgħux jagħmluha fi żmien qasir minħabba li m'għandhomx flus biex jagħmluha privat?", "Għax jekk m'aħniex qed nisimgħu lil dawn il-batuti, allura nistgħu ngħidu li qed ngħixu fl-ajru!", "U qed nisimgħuhom lin-nies jgħidu kif qed jinsterqu mill- mechanics, mill-insurances, eċċ.?", "Iva possibbli li l-65 membru li hawn hawn ġew ħadd ma jkollu complaints fuq dawn l-affarijiet!", "Jien ngħid li lanqas jekk nagħmlu d-drafting ta' 10,000 abbozz ta' liġi dwar il- konsumatur għax lill-konsumatur ħadd m'hu se jgħinu.", "Issa jekk il- professur jgħid lill-konsumatur li jekk mhux se jagħmel it-tali operazzjoni malajr se jmut, il-konsumatur xi tridu jagħmel jekk ma jkollux flus biex jagħmilha privat?", "Aslu wasla sa l-Isptar San Luqa ħalli taraw kemm hemm konsumaturi qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni u minflok ma jagħmluhielhom mill-iktar fis possibbli jgħidulhom biex imorru d-dar u jerġgħu jiġu darb'oħra!", "Jien naqbel li l-gvern jiġbor it-taxxi għax irid ikun gvern miġnun biex ma jiġborx taxxi, pero` jekk se nibqgħu ma nisimgħux il-karba taż-żgħir u ta' dak li qed ibati nkunu nistgħu nagħmlu 4,000 liġi tal-konsumatur għax xorta ma naslux.", "Imbagħad xi ngħidu għal dak li qed jiġri fl-awtorita` ta' l-ippjanar, Mr Speaker?", "Kulħadd jaf mil-liema martirju qegħdin jgħaddu dawk li jkunu jridu jagħmlu xi alterazzjoni żgħira fid-dar tagħhom jew inkella jibnu dar.", "Allura dan mhux serq?", "Il-flus li jkollu joħroġ il-ħaddiem għalxejn ma nkunux qed nisirquhomlu mill-but?", "Issa hawn jien m'iniex qed nirriferi għal min ikun se jagħmel xi żvilupp kummerċjali imma għal min ikun se jibni daru jew garaxx.", "Dawn qed ikollhom jgħaddu minn martirju sħiħ.", "Jien nistaqsi: Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jiddefendih lill- konsumatur kontra din il-burokrazija?", "Għax jekk m'aħniex se niddefendu lill-konsumatur kontra din il-burokrazija ma nafx kontra xiex irridu niddefenduh.", "Nafu mil-liema martirju qed ikollu jgħaddi l-konsumatur meta jmurlu d-dawl, imurlu t-telefon jew tmurlu l-bozza tat-triq?", "Ara issa l- gvern din ħelisha ħafif għax qal li issa l-bozoz u l-istages tal-karozzi tal-linja m'għadhomx f'idejh imma waqgħu f'idejn il-kunsilli lokali.", "Imma b'daqshekk solvejnieha l-problema?", "Min għandu d-dawl u t-telefon maqtugħ, dak m'hux konsumatur ukoll?", "Jien li rrid nisma' f'din id-diskussjoni huwa kif il-konsumatur se jiġi protett minn dawn l-affarijiet.", "Jekk il-konsumatur m'huwiex se jiġi protett minn dawn l-affarijiet nistgħu ngħidu li għaddejna din il-liġi sempliċement biex imbagħad fl-aħħar tas-sena nkunu nistgħu ngħidu li għamilna 7,000 liġi.", "Jekk m'aħniex lesti li nirranġaw dawn l-affarijiet li qed insemmi, allura nistgħu ma nagħmlux liġijiet.", "Jekk se nagħmlu liġi, irridu li din tkun tindirizza lill- ħaddiem, lill-mara tad-dar, lill-pazjent, lil dak li għandu karozza mkissra u ma jaffordjax jixtri oħra ġdida, lil dak li qed iħallas l-insurances u lil dak li qed iħallas u lanqas jaf għal xiex qed iħallas għax kif intqal diġa', ġieli jintuża kliem li jifhmuhom biss l-avukati.", "Imbagħad xi ngħidu għal meta l-qorti ddum xi 16-il sena biex taqta' sentenza?!", "Allura hawnhekk mhux il-konsumatur ukoll qed ibati?", "Mhux l-ewwel darba u tnejn li għax il- konsumatur imur jistaqsi lill-avukat tiegħu meta jmessu jitla' l-qorti, talli jwieġbu dan jiċċarġjah il-flus ukoll.", "Huma f'dawn l-affarijiet li qed insemmi li jrid li ssir xi ħaġa l-konsumatur.", "Hawn min laħaq miet qabel ma nqatgħet is-sentenza!", "Allura dan mhux konsumatur ukoll!", "Nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li jien nemmen illi jekk dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex se jipproteġi lill-konsumatur verament, allura nistgħu ma nagħmlu liġijiet tal-konsumatur xejn għax jungle għandna u jungle se jibqa' jkollna!", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif qalu xi wħud f'din il-Kamra, illum qed nitkellmu dwar abbozz ta' liġi li jolqot lil kulħadd, anke lil dawk li jagħtu servizz jew ibigħu xi prodott partikolari.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa pożittiv għax huwa importanti li jkun hemm regolamentazzjoni biex wieħed ikun jista' jiggwida ruħu dwar x'inhu korrett u x'm'huwiex korrett.", "Qed ngħid dan għax sfortunatament qed ngħixu f'dinja fejn jeżisti l- abbuż u fejn issib nies li jkunu lesti li jqarrqu b'persuni oħrajn sempliċiment biex filwaqt li joffru prodott jew servizz inferjuri, fl- istess ħin ta' dan jitħallsu flus tajba.", "Dak li qal il-ħabib tiegħi l- Onor. Debono Grech jagħmel ħafna sens għax xi drabi l-abbozzi ta' liġi li jiġu ppreżentati quddiem dan il-parlament tant ikunu tekniċi u tant issib kliem legali fihom li anke jien, li ftit ftit qed nidra kif isiru l- liġijiet għalkemm għad fadalli ħafna x'nitgħallem, insib xi diffikultajiet biex nifhimhom, aħseb u ara kemm se jifhimhom il-poplu in ġenerali.", "Għalhekk huwa importanti li l-abbozzi ta' liġi li jiġu drafted, jiġu drafted b'mod li jiftehmu, speċjalment dawk l-abbozzi ta' liġi li jkun fl- interess taċ-ċittadin li jkun jaf x'fihom u x'ma fihomx.", "Se nibda dan id- diskors billi nagħmel enfasi fuq il-bżonn li l-konsumatur għandu jiġi edukat.", "F'liema sens?", "Mr Speaker, ħafna drabi meta mmorru nixtru l-ewwel ma nistaqsu jkun dwar il-prezz.", "Fil-fatt filwaqt li xi wħud jaslu anke biex jiġġebbdu fuq il- prezz, ikunu ftit dawk li tiġihom f'rashom li jistaqsu dwar affarijiet iktar speċifiċi fuq il-prodott, bħal per eżempju, jekk dak il-prodott għandux garanzija, fuq xiex inhi l-garanzija u diversi dettalji oħra li għalkemm dak il-ħin jistgħu ma jidhrux daqstant importanti, jekk kemm-il darba meta tmur id-dar issib li dak il-prodott li tkun għadek kemm xtrajt ikun difettuż tirrealizza li dawk il-mistoqsijiet kienu importanti ħafna.", "Ovvjament hawnhekk m'iniex qed ngħid li biex jixtri wieħed għandu għalfejn jiġġieled, kif jagħmlu ċerti nies, imma qed nispjega x'għandek tistaqsi u x'tip ta' tweġibiet għandu jagħtik il-bejjiegħ jew inkella dak li jkun qed jipprovdielek is-servizz.", "Ftit ta' żmien ilu waqt il-kumitat dwar l-affarijiet soċjali konna qed nitkellmu dwar il-kurrikulu nazzjonali u diversi esperti fil-qasam ta' l- edukazzjoni, li jkollhom kuntatt dirett ma' l-istudenti, esprimew il-bżonn li lill-istudenti ma ngħallmuhomx biss suġġetti akkademiċi imma għandna nagħtuhom ukoll edukazzjoni li tkun relatata mal-ħajja.", "Fil-fatt il- kurrikulu nazzjonali jagħmilha ċara li l-edukazzjoni li tingħata minn fuq il-bankijiet ta' l-iskola għandha tkun relatata mal-ħajja u mad-dinja li qed ngħixu fiha, li xi kultant tista' tidher li hi xi ġungla bil-mod kif aħna l-bnedmin inġibu ruħna ma xulxin.", "Għalhekk huwa importanti li l- edukazzjoni dwar dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet u d-dmirijiet li għandu l-konsumatur tibda tingħata mill-iskejjel.", "Ħafna drabi meta t-tfal imorru d-dar mill-iskola, huma jirrakkontaw lill- ġenituri tagħhom x'ikunu tgħallmu, u għalhekk naħseb li hawnhekk inkunu qed nolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda għax mingħajr ma nafu, xi ftit jew wisq inkunu qed nedukaw lill-ġenituri wkoll dwar kif għandhom iġibu ruħhom u x'mistoqsijiet għandhom jagħmlu meta jkunu se jixtru xi ħaġa.", "Fil-fatt meta saru kampanji edukattivi fuq l-indafa fl-iskejjel ġieli meta xi ġenitur jarmi karta fl-art it-tifel jew it-tifla stess iwiddbuh u jgħidulu li l-iskola tgħallmu li ħadd m'għandu jarmi u jħammeġ l-ambjent ta' madwaru.", "Ovvjament dan m'huwiex biżżejjed għax jekk nippretendu li t-tfal se jieħdu dan ir-rwol, inkunu qed nistennew ħafna, pero` ġieli jkun hemm każijiet fejn minflok ma l-ġenituri jedukaw lit-tfal tagħhom, ikunu t-tfal li jedukaw lill-ġenituri tagħhom grazzi għall-edukazzjoni li tingħata fl- iskejjel.", "Jien ma stajtx ma naqbilx ma' l-Onor.", "Debono Grech meta dan qal li għandna naraw kif il-konsumatur se jiġi protett fil-prattika u mhux fuq il-karta biss, pero` dwar dan beħsiebni nitkellem iktar 'il quddiem ħalli għalissa nikkonċentra d-diskors tiegħi fuq l-edukazzjoni.", "Jien inħoss li l-pass li jmiss wara li jgħaddi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna minn dan il-parlament għandu jkun li ngħallmu lill- konsumatur x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu.", "Kif intqal diġa', aħna lkoll kemm aħna konsumaturi.", "Fil-fatt anke s-sidien tal-ħwienet huma konsumaturi għax ovvjament huma jixtru affarijiet oħra mingħand ħaddieħor ukoll.", "Għalhekk nistgħu ngħidu bla tlaqliq li dan l-abbozz ta' liġi jolqot lil kull wieħed u waħda minna, u ġaladarba se jkun jolqot lil kull wieħed u waħda minna jkun jaqbel li naraw li dan l-abbozz ta' liġi ma jibqax miktub biss fuq il-karta.", "Per eżempju, jien nissuġġerixxi li jitqassmu leaflets lill-poplu Malti u Għawdxi biex dan jiġi mgħarraf dwar x'jgħid dan l-abbozz ta' liġi.", "B'hekk in-negozjanti jibdew joqogħdu iktar attenti qabel ma jipprovaw ibellgħu xi prodott jew servizz inferjuri lill-konsumatur għax ikunu jafu li quddiemhom għandhom konsumaturi li ġew edukati f'dan il-qasam u li allura jafu x'iridu.", "Mr Speaker, iktar ma jgħaddi ż-żmien id-dinja iktar qed issir kompetittiva, liema kompetizzjoni qiegħda dejjem issir ħarxa u qalila, ħafna drabi a skapitu tal-ħaddiema.", "Illum fis-suq wieħed isib diversi prodotti ta' kwalita` tajba, pero` ħafna drabi l-fattur li jiddetermina jekk persuna tixtrix dak il-prodott jew teħux dak is-servizz jew le jkun is- servizz li jingħata.", "Iktar ma d-dinja qed issir qisha ġungla, kif għedt iktar kmieni fid-diskors tiegħi, iktar qed jinħass il-bżonn li min jagħti servizz jew ibigħ prodott ikollu servizz tajjeb.", "Meta negozjant jagħti servizz tajjeb, dan ikollu ċans kbir li l-azjenda tiegħu tikseb suċċess.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll l-after-sales service, u jien inħoss li pajjiżna għadu ftit lura f'dak li huwa after-sales service.", "Ġieli jien iltqajt ma' persuni li rrakkontawli li meta kienu barra minn Malta, b'mod partikolari l-Ingilterra, li huwa wieħed mill-iktar pajjiżi fejn il-konsumatur huwa stmat, xtraw prodott, meta ġew lura Malta ndunaw li dan il-prodott ma kienx dak li xtaqu, bagħtuh lura ma' xi ħaddieħor u s-sid tal-ħanut qabad u biddilulhom mal-ewwel.", "Tibqa' mistagħġeb meta tisma' affarijiet bħal dawn għax hawn Malta ġaladarba tkun xtrajt il-prodott jew ħadt is-servizz ftit li xejn issib dan it-tip ta' trattament.", "Il-kelma tiġri u l-konsumaturi malajr isiru jafu min jagħti servizz tajjeb u min jagħti servizz ħażin.", "Wara kollox, kif jgħidu, huma l-konsumaturi li jistgħu jagħmlulek l-aqwa reklam.", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Debono Grech semma l-qasam tat-turiżmu.", "Il-ministeru tat-turiżmu, flimkien ma' l-awtorita` Maltija, jagħmlu kull sforz biex jagħmlu reklam tajjeb lil pajjiżna barra minn Malta - u hekk għandu jkun għax dak huwa x-xogħol tagħhom - ħalli b'hekk iħajru dejjem iktar turisti jgħaddu l-btajjel tagħhom hawn Malta, pero` huwa t-turist li jista' jagħmlilna l-aqwa reklam meta dan imur f'pajjiżu u jgħid lill-qraba u lill-ħbieb tiegħu kemm ġie trattat tajjeb hawn Malta u kemm ħa gost f'pajjiżna.", "Ta' min jgħid ukoll li dan huwa l-uniku reklam li ma jqumx flus.", "Jien naħseb li ma nistgħux nitkellmu fuq abbozz ta' liġi dwar il- konsumatur jekk ma nsemmux id-dritt tal-konsumatur li jingħata rċevuta.", "Huwa importanti wkoll li l-irċevuta ma jkollha l-ebda \"żbalji\", u qed ngħid dan għax ġieli tonfoq Lm9 u fuq l-irċevuta jkollok miktub li tkun infaqt 90ċ.", "Forsi hawn wieħed jista' jistaqsi: Il-konsumatur għalfejn għandu jitlob l-irċevuta meta jmur jixtri?", "Il-konsumatur għandu jitlob l-irċevuta meta jmur jixtri għax dik hija dritt tiegħu u għalhekk hemm bżonn li l- liġijiet tagħna jkunu iktar iebsa ma' min ma jipprovdix l-irċevuta.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Debono Grech, ġieli jkun hemm każi fejn dak li jkun qed ibigħlek il-prodott jew is-servizz jgħidlek li jekk jagħtik irċevuta jiċċarġjak Lm20 filwaqt li jekk ma jagħtikx irċevuta jiċċarġjak Lm18.", "Ovvjament ħafna drabi dak li jkun jagħżel li ma jingħatax irċevuta u jiġi ċċarġjat Lm18, pero` miskin hu mbagħad jekk ġimgħa wara jinduna li dak il- prodott jew dak is-servizz ikun ħażin għax jekk ma jkollux irċevuta jkun diġa' tilef il-każ.", "Jekk niftakar tajjeb, il-liġi tistipula li ż-żmien li fih wieħed jista' jagħmel claim huwa ta' xahrejn.", "Għalhekk min ibigħ jew inkella min joffri servizz għandu obbligu sagrosant li jagħti l-irċevuta, mhux biss minħabba l-moralita` fiskali, mhux biss biex kulħadd iħallas it- taxxi imma wkoll biex jekk il-konsumatur jinqalagħlu xi ħaġa wara li jkun beda juża dak il-prodott, huwa jkun jista' jippreżenta l-irċevuta, liema rċevuta turi li jkun sar kuntratt bejnu u bejn sid il-ħanut.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa bżonnjuż għax irid ikun hu l-gwida tal-konsumatur, irid ikun hu li jgħidlu x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin, irid ikun hu li jgħidlu x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu, u għalhekk matul dan id-diskors jien enfasizzajt il-bżonn li l- konsumatur ikun edukat f'dan il-qasam.", "Madanakollu jien inħoss li pajjiżna għadu nieqes minn dawn it-tip ta' kampanji.", "Għall-kuntrarju ta' l-għaqdiet tal-konsumatur ta' pajjiżi barranin, irrispettivament minn jekk dawn il- pajjiżi humiex Ewropej jew le, l-għaqdiet tal-konsumatur ta' pajjiżna huma dgħajfa wisq u xi kultant ma jinħassux biżżejjed.", "Għalhekk iktar u iktar jikber il-bżonn li liġijiet bħal dawn ma jibqgħux biss fuq il-karta.", "Ġaladarba qed insemmi lill-għaqdiet tal-konsumaturi, hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u nirringrazzja lil dawk l-individwi li b'sagrifiċċju personali għalihom, jipprovaw jiddefendu lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin.", "Ħafna drabi dan huma jagħmluh senza interessi.", "Madanakollu nerġa' ngħid li f'pajjiżna l-għaqdiet tal-konsumatur m'humiex b'saħħithom daqs dawk ta' pajjiżi oħrajn u ħafna drabi meta jipprovaw isemmgħu leħinhom, ikunu qishom qed jgħajtu fid-deżert.", "Sfortunatament anke aħna, bħala membri parlamentari, ftit li xejn nagħtu kas kif nistgħu nipprovdu rimedju għall-każijiet ġenwini li niltaqgħu magħhom, kif qal anke l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Debono Grech.", "Sur President, jien m'iniex se noqgħod nidħol fid-dikjarazzjonijiet ta' prinċipji li hawn elenkati fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna wieħed wieħed biex ma naħlix il-ħin tal-Kamra, pero` nixtieq nagħmel żewġ punti jew tliet punti żgħar f'dan ir-rigward.", "F'paragrafu (a) ta' subartiklu (2) t'artiklu 43 taħt taqsima V kif propost fi klawsola 15 hemm din id- dikjarazzjoni ta' prinċipju:", "\"għal aċċess adegwat għal oġġetti u servizzi essenzjali bażiċi bi prezzijiet raġonevoli u li jkunu jistgħu jagħżlu minn firxa wiesgħa ta' oġġetti u servizzi;\".", "B'xi mod wieħed jista' jasal biex jgħid x'inhu servizz bażiku, għalkemm dak li jista' jkun bażiku għalija mhux bilfors ikun bażiku għal ħaddieħor, pero` mbagħad min se jiddetermina jekk prezz huwiex raġunevoli jew le?", "Naf li d-direttur ta' l-għaqda tal-konsumaturi se jkollu iktar poter u iktar saħħa, pero` fil-ħajja ta' kuljum kif u min se jiddetermina x'inhu prezz raġonevoli?", "Din hija waħda mill-mistoqsijiet li nixtieq nagħmel.", "Issa dan li qed ngħid nixtieq norbtu mal-cartels f'pajjiżna.", "Safejn naf jien - u jekk m'iniex korrett, nitlob lil xi ħadd legali jikkoreġini - f'pajjiżna m'għandniex liġi li b'xi mod tikkontrolla l-cartels, bħalma għandhom pajjiżi barranin.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): F'pajjiżna l-cartels huma regolati bl-Att dwar il-Kompetizzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jekk, per eżempju, jien inħoss li ġejt iċċarġjat prezz ħażin, f'dak il-każ x'jiġri?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-ewwelnett wieħed irid jifhem li l-liġi tal- kompetizzjoni u l-liġi tal-konsumatur huma two sides of the same coin għax filwaqt li l-liġi tal-kompetizzjoni tirregola l-business, il-liġi tal- konsumatur tirregola dak kollu li għandu x'jaqsam mal-konsumatur.", "Issa jekk xi ħadd iħoss li bejn il-kummerċjanti hemm xi agreement li qed jiddetermina prezz li m'huwiex ġust, jidħol jinvestiga l-uffiċċju dwar il- kompetizzjoni ġusta.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma qed nifhem sew li dejjem irid isir rapport mill-individwi qabel ma l-uffiċċju dwar il-kompetizzjoni ġusta jieħu l- passi li għandu jieħu?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Dan jista' jsir kemm mill-individwi kif ukoll minn xi ditta li forsi tħossha li qed tiġi milquta ħażin.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri bl-Att dwar il-Kompetizzjoni wieħed jista' jinvestiga?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Iva, dażgur!", "Kwalunkwe persuna tista' tagħmel rapport lill-uffiċċju dwar il-kompetizzjoni ġusta u d-direttur jinvestiga l- każ.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari ta' l- informazzjoni li tani, pero` l-punt tiegħi kien li jeżistu sitwazzjonijiet fejn ikun hemm min jifforma l-cartels.", "Issa l-konsumatur kemm qed jiġi protett mal-ewwel?", "L-Onor.", "Hyzler qal li jrid isir rapport minni bħala konsumatur.", "Din hija fair enough, pero` mbagħad għandna naċċettaw ukoll il- punt li f'pajjiżna għad m'għandniex il-kultura ta' konsumatur.", "Per eżempju, xi kultant nammirahom lil ċerti turisti kif jirnexxielhom jilmentaw fuq kollox.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid li huwa tajjeb li tilmenta fuq kollox, pero` li rrid ngħid hu li f'pajjiżi barranin it-turist jiġi mgħallem kif għandu jressaq l-ilmenti tiegħu.", "Ara f'pajjiżna, din ma ssirx, u l-ewwel jien għalhekk bdejt id- diskors tiegħi billi enfasizzajt kemm hi importanti l-edukazzjoni f'dan il- qasam.", "Sur President, l-argument tiegħi fuq il-cartels huwa dan; li meta l- uffiċċju dwar il-kompetizzjoni ġusta jara li qed jifformaw ċerti cartels, huwa għandu jkun proattiv biżżejjed biex isegwi mill-qrib x'qed jiġri mingħajr ma joqgħod jistenna lill-konsumaturi jressqu l-ilmenti tagħhom għax wieħed jista' jibda fuq binarju tajjeb u mbagħad maż-żmien imur għall- agħar.", "Is-suq tagħna hu dak li hu u m'huwiex impossibbli li jkun hemm xi żewġ kumpanniji jew tlieta li jagħmlu agreement minn taħt li l-prezz tat- tali prodott m'għandux jinżel inqas minn \"x\" pounds.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, meta jkun hemm dan it-tip ta' ftehim, il-konsumatur ftit li xejn tibqagħlu għażla, għalkemm kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, imbagħad sta għall-kumpannija, hi liema hi, li tagħti servizz tajjeb, kemm qabel ma jsir ix-xiri u iktar u iktar wara.", "Huwa tajjeb li l-ewwel ma jissemma fid- dikjarazzjonijiet ta' prinċipji huwa l-prezz, anke għaliex kif għedt diġa', l-ewwel mistoqsija li jagħmel il-poplu Malti u Għawdxi tkun dwar il-prezz, pero` jien nerġa' nistaqsi: Min se jiddetermina jekk prezz ikunx raġunevoli?", "Ħaġ'oħra li nixtieq nerġa' nenfasizzaha hija li huwa tajjeb li l-uffiċċju dwar il-kompetizzjoni jinvestiga r-rapporti li jsirulu, pero` naħseb li ma jagħmilx ħażin jekk jinvestiga anke meta ma jsirux rapporti għax għal xi raġuni jew oħra, aħna l-Maltin ħafna drabi ma nirrapportawx, jew għax ma nafux jew inkella għax nibżgħu.", "Fil-fatt mhux darba u tnejn li meta konsumatur jingidem, narawh jiddeċiedi li m'huwiex se jidħol f'dak il- ħanut iktar, pero` jieqaf hemm u ma jieħu l-ebda passi.", "It-tieni ħaġa li nixtieq insemmi dwar id-dikjarazzjonijiet ta' prinċipji hija iktar kosmetika milli bażika.", "F'paragrafu (d) ta' subartiklu (2) t'artiklu 43 taħt taqsima V kif propost fi klawsola 15 hemm il-kliem \"jingħaqdu ma' għaqdiet konsumistiċi\".", "Issa jien naħseb li l-kliem \"jingħaqdu ma' għaqdiet tal-konsumatur\" iktar jinftiehmu u għalhekk forsi wieħed jista' jagħmel emenda żgħira hawnhekk.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq insemmi dwar id-dikjarazzjonijiet ta' prinċipji tirrigwarda paragrafu (e) ta' subartiklu (2) t'artiklu 43 taħt taqsima V kif propost fi klawsola 15, fejn hemm miktub li l-konsumaturi għandu jkollhom dritt:", "\"għal protezzjoni minn kull prattika ta' kummerċ mhux legali jew mhux ġust;\".", "Issa l-mistoqsija li tqum hawnhekk hija: Kif?", "Ħafna drabi r-rimedju jkun li wieħed imur il-qorti.", "Meta jien insemmi l-qorti, qalbi tagħmel tikk, u dan mhux biss għax jien m'iniex avukat imma għax naf kemm l-affarijiet jieħdu fit-tul fil-qorti.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li dan huwa tort tal- qrati imma qed ngħid biss li dan huwa fatt, u nieqaf hemm.", "Mela dan ir- rimedju kif se jingħata?", "Huwa importanti li l-ġustizzja ssir dejjem, kemm mal-konsumatur kif ukoll mal-bejjiegħ, u qed insemmi lill-bejjiegħ biex ma nagħtux lil wieħed x'jifhem li l-konsumatur għandu dejjem raġun.", "Fil-fatt ikun hemm drabi fejn il-konsumatur jabbuża minn ċerti drittijiet li għandu, bħalma wara kollox isir f'kull qasam ieħor.", "Mela hawnhekk qed ngħidu li l- ġustizzja trid issir ma' kulħadd, kemm ma' min ikun qed jixtri kif ukoll ma' min ikun qed ibigħ, u dan għandu jsir fi żmien qasir.", "Issa hawn wieħed jista' jistaqsi: Kemm trid issir fi żmien qasir?", "Jien naħseb li l- ministru jista' jiddetermina kemm ikun dan iż-żmien qasir anke b'avviż legali wara li jgħaddi ftit taż-żmien ħalli niksbu iktar esperjenza.", "Madanakollu jien naħseb li huwa importanti li niddeterminaw kemm ikun qasir iż-żmien għax inkella l-ġustizzja tispiċċa ma ssir qatt.", "Sur President, nixtieq nikkummenta wkoll fuq ir-reklamar, pero` m'iniex se ntawwal ħafna fuq dan il-punt għax dan huwa punt li diġa' ssemma.", "Ħadd ma jista jinnega l-fatt li jeżisti reklamar b'qerq, u hemm bżonn naraw x'nagħmlu fuq din il-ħaġa.", "Jien għandi tifel ta' sentejn u xi kultant nistgħaġeb kemm tifel ta' sentejn jixrob affarijiet malajr.", "Filwaqt li ġieli ddum ix-xhur biex tgħallmu kelma, imbagħad dak li jara fuq it- television jitgħallmu minnufih, u dan qed ngħidu bl-esperjenza.", "L-Onor.", "Helena Dalli għamlet il-punti tagħha dwar ir-reklamar tajjeb ħafna u fil- fatt tat anke xi eżempji f'dan ir-rigward.", "Ikun tajjeb jekk nibdew nagħtu kas iktar tat-tip ta' reklami li jiġu trasmessi waqt il-programmi tat-tfal għax wisq nibża' li xi wħud minnhom xejn m'huma addattati biex jiġu trasmessi f'dawk il-ħinijiet li jkunu qed jaraw it-television it-tfal.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, il-kurrikulu nazzjonali jgħid li għandha tingħata edukazzjoni anke f'dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- konsumatur, pero` jiddispjaċini ngħid li dan m'hux qed isir, jew inkella m'hux qed isir dejjem.", "Huwa veru li dan il-kurrikulu għadu qed jiġi implimentat, pero` trid tiġi mill-edukaturi stess li jħossu li hemm bżonn jagħtu iktar tagħlim f'dan il-qasam.", "Huwa importanti li nikkontrollaw ir- reklamar li jsir b'qerq permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu jew inkella permezz tal-liġi tax-xandir.", "Issa li se jibda dieħel il- konċett tat-teleshopping anke f'pajjiżna, iktar u iktar jikber il-bżonn li dan it-tip ta' reklamar ikun regolat.", "Meta wieħed jixtri xi ħaġa, huwa jkun qed jagħmel tip ta' kuntratt, u ġaladarba x-xerrej ma jagħtix lill-bejjiegħ flus foloz imma jagħtih flus tajbin, huwa jippretendi li jingħata prodott tajjeb.", "Madanakollu jekk il- prodott kien tajjeb għall-bidu u mbagħad ġratlu l-ħsara, jien bid-dritt kollu għandi mmur għand min xtrajtu, nurih l-irċevuta, nurih fejn hu d- difett tal-prodott li nkun xtrajt u mbagħad il-bejjiegħ għandu jagħtini prodott ġdid minfloku.", "Issa jien naħseb li din il-kultura għandha tidħol iktar f'pajjiżna.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax sakemm il-bejjiegħ ma jagħtikx parti mill-flus lura, inti jekk kemm-il darba tkun xtrajt il- prodott bi flus tajba m'għandekx taċċetta li jsewwihulek.", "Din il-problema li qed insemmi niltaqgħu magħha ta' kuljum, u dawk iċ-ċirkostanzi li niltaqgħu magħhom kuljum għandna nipprovdu soluzzjoni għalihom kemm jista' jkun malajr.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar kif għandu jsir il-ħlas, Sur President.", "Xi kultant ċerti ħwienet iwaħħlu avviż li ma jaċċettawx ċekkijiet jew plastic money, pero` jien naħseb li issa li ninsabu f'seklu ġdid wasal iż- żmien li ma nibqgħux naraw dawn it-tip t'avviżi.", "Jekk kien hemm bejjiegħa li ngidmu minħabba ċ-ċekkijiet jew il-plastic money, għandha ssir ġustizzja magħhom - u jien diġa' għedt li mhux biss il-konsumatur jista' jingidem imma anke l-bejjiegħ u għalhekk għandha ssir ġustizzja ma' kulħadd - pero` hemm bżonn li jkun hemm iktar fiduċja bejn il-bejjiegħ u x-xerrej.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi billi ngħid li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa pożittiv, pero` kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi huwa importanti li l-poplu Malti u Għawdxi jkompli jiġi edukat dwar l-affarijiet tal-konsumatur ħalli l-ġustizzja ssir ma' kulħadd u fi żmien qasir.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, huwa tajjeb li wieħed jilleġisla għax mingħajr leġislazzjoni l-affarijiet ma jimxux 'il quddiem u wieħed ma jkollux gwida biex jasal sa fejn għandu jasal, pero` ħafna drabi, minkejja li jkun hemm il-leġislazzjoni, meta niġu għall-prattika nsibu ħafna diffikultajiet li meta wieħed ikun qed jilleġisla ma jarahomx.", "Sieħbi l- Onor. Abela għamel tajjeb ħafna li enfasizza dwar il-bżonn li l-poplu jiġi edukat għax sfortunatament pajjiżna għadu 'l bogħod f'dik li hi edukazzjoni li tingħata lill-konsumatur.", "Per eżempju, ħafna drabi minkejja li l-konsumatur jinduna li l-prodott li jkun xtara jkun skadut, huwa m'huwiex edukat biżżejjed biex iħoss li għandu jieħdu lura għand tal-ħanut u jieħu d-dritt tiegħu li l-oġġetti li jixtri ma jkunux skaduti għax jgħidlek li billi jitkellem xorta m'hu se jieħu xejn.", "Din m'hijiex raġuni u jien għalhekk nisħaq li l-poplu għandu jiġi edukat f'dan ir-rigward.", "Illum x'jiġri jekk stess il-konsumatur imur jagħti xi prodott skadut lura lil tal-ħanut?", "Ġeneralment tal-ħanut jibdilulu u jerġa' jpoġġih fuq l-ixkaffa biex jipprova jbellgħu lil ħaddieħor.", "Fil-leġislazzjonijiet tagħna hemm ipprovdut dwar kif il- konsumatur jista' jiġi protett, pero` meta niġu għar-realta` x'passi qed jittieħdu?", "X'mekkaniżmu hemm biex il-bejjiegħ ikun konxju tal-konsegwenzi li jista' jkun hemm meta huwa joffri lill-konsumatur prodott skadut, speċjalment jekk dan il-prodott ikun ta' l-ikel jew tax-xorb?", "Terġa' hemm bejjiegħa li meta jmur konsumatur għandhom u jgħidilhom li tawh prodott skadut, dawn tarahom jipprovaw jieħdu r-raġun billi jgħidu li dak m'huwiex tort tagħhom imma huwa tort ta' l-aġent.", "Imbagħad xi ngħidu għal fejn jidħlu servizzi?", "Ħalli nibda billi nitkellem fuq is-servizz tas-saħħa.", "Mr Speaker, nibda biex ngħid li ġaladarba l-poplu qed iħallas għas- servizz tas-saħħa, il-konsumatur għandu jippretendi li jkollu servizz tajjeb bi dritt.", "X'nifhmu b'servizz tajjeb?", "B'servizz tajjeb nifhmu li pazjent jingħata l-aħjar kura u li din il-kura tingħatalu meta jkollu bżonnha.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax minkejja li aħna, bħala pajjiż, niftaħru li għandna servizz tas-saħħa tajjeb, kważi kuljum nisimgħu lil min jilmenta fuq dan is-servizz għax il-konsumatur m'huwiex qed jiġi moqdi kif suppost.", "Għalhekk m'huwiex importanti biss li nagħmlu l- liġijiet imma anke li jkollna l-mekkaniżmu biex nirranġaw l-affarijiet.", "Per eżempju, wieħed kif jista' jimmaġina li l-konsumatur qed jinqeda b'mod sodisfaċenti jekk kemm-il darba, per eżempju, minn mistoqsija parlamentari li għadha kemm saret irriżulta li hemm min ilu jistenna bejn sentejn u ħames snin biex jagħmel l-operazzjoni tal-hip bone?", "Possibbli li meta wieħed jara dan kollu, jibqa' jaħseb li l-konsumatur qed jiġi stmat kif għandu jiġi stmat?", "Mela nistgħu ma nressqu leġislazzjonijiet xejn jekk kemm-il darba minkejja li nafu x'qed jiġri verament, qegħdin nirreaġixxu bħallikieku qatt ma ġara xejn.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-pilloli.", "Ħafna mill-pilloli l-konsumatur jistennihom bi dritt, l-iktar dak il- konsumatur li m'għandux mezzi finanzjarji biex jixtri l-mediċini hu, pero` meta ċerta mediċina tkun tqum ċertu flus, il-gvern jibda jara xi skużi se jġib biex ma jipprovdihiex.", "Issa hawnhekk m'iniex qed nitkellem bħala tabib għax jien m'iniex tabib imma qed nitkellem għax naf minn xiex inhuma għaddejjin il-familji u sħabi.", "Ġieli t-tobba jgħidu lill-pazjenti tagħhom ukoll biex minflok ma jġibu t-tali mediċina mill-isptar, imorru jixtruha għax id-ditta tal-mediċina li jkun hemm l-isptar ma tantx tkun effettiva.", "Allura għaliex qed nidħku bil-poplu u qed inressqu dan l-abbozz ta' liġi llum quddiem il-parlament?", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel jirrigwarda l- polikliniċi.", "Mr Speaker, kieku m'hawnx tobba f'pajjiżna kont nifhem għaliex ikun hemm nuqqas ta' tobba fil-polikliniċi, pero` tobba għandna kemm irridu, jiġifieri hawn bilfors ikolli nikkonkludi li m'aħniex nistmaw lill- konsumaturi Maltin u Għawdxin kif għandna nistmawhom.", "Lill-konsumatur qed ngħidulu li b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se nipproteġuh, pero` fil-prattika qegħdin ferm 'il bogħod milli nagħmlu dan.", "Biżżejjed ngħid li biex tifel jirranġa snienu dam xhur jekk mhux iktar minn sena biex jingħata dan is-servizz.", "L-edukazzjoni m'għandhiex tingħata lill- konsumaturi biss imma anke lil dawk li għandhom ir-responsabbilta` li jmexxu pajjiż għax jeħtieġ li nifhmu darba għal dejjem li meta nitkellmu dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma nkunux qed nipproteġuh biss meta dan imur jixtri xi prodotti mingħand tal-grocer imma anke meta jingħata servizzi essenzjali, bħalma hu dak tas-saħħa.", "Sfortunatament id-dipartimenti tal-gvern u l-korporazzjonijiet li għandna fil-pajjiż ma jirrispettawx lill-konsumatur, u biex nissostanzja dan li qed ngħid huwa biżżejjed li nsemmi lill-korporazzjoni Enemalta.", "Kulmin ikollu bżonn idaħħal servizz ġdid tad-dawl jgħaddi minn martirju sħiħ iċempel u jiġri 'l hawn u 'l hemm biex idaħħlulu dan is-servizz.", "Allura taħsbu li b'hekk il-konsumatur qed jiġi moqdi?", "Issa hawn ta' min jgħid li l-Enemalta se ddaħħal il-flus mingħand min idaħħal is-servizz tad-dawl għax minbarra li din teħodlu l-flus meta dan japplika biex idaħħal dan is-servizz, imbagħad ovvjament huwa jibda jikkonsma d-dawl ukoll.", "Għalhekk għadni ma nistax nifhem kif għalkemm illum qegħdin fis-sena 2000, għadna f'din is- sitwazzjoni.", "Niftaħru tant li qed nilliberalizzaw sabiex noħolqu iktar ġid u sabiex il-konsumatur jingħata servizz aħjar u jkollu iktar għażla!", "Imma minkejja dan il-paroli kollu, nafu li llum il-konsumatur m'hux qed jiġi protett xorta waħda?", "Qed jiġi protett meta jtirulu t-television, il-fridge u l-video u minkejja li hu ma jkollu l-ebda ħsarat u t-tort ikun ta' l- Enemalta minħabba li jkunu missew in-neutral ma' l-earth jew mal-live, dan ma jiġix ikkompensat?!", "Ġieli jkun hemm każijiet ukoll fejn dawn l- inċidenti ġraw minħabba li jkun ġie corroded xi wire bi traskuraġni min- naħa ta' l-Enemalta jew inkella minħabba li ma jkunx sar il-maintenance li suppost sar.", "Dalgħodu stess l-Onor.", "Chris Agius għadu kif semma inċident simili għal dan li qed ngħid jien, liema inċident seħħ fil-Fgura u inċident ieħor ta' dan it-tip ġara xi sena ilu ġewwa l-Kalkara.", "Li kieku din il- ħsara ġiet ikkaġunata by an act of God kont nasal biex nifhem għaliex dawn il-persuni ma ġewx ikkumpensati, imma ġaladarba t-tort kien ta' l-Enemalta, din il-korporazzjoni messha kkompensat lil min ikkaġunatlu ħsara fil-white goods.", "Miskin dak ir-raġel li jrid jgħajjex lill-familja tiegħu bil- minimum wage!", "Min jaf kemm ikun bata biex xtara fridge u television ħalli jiġbor lil uliedu ġewwa biex imbagħad l-Enemalta tispiċċa ttajjarlu kollox!", "Ejjew nitkellmu bis-serjeta` u naraw kif nistgħu nsolvu dawn il-problemi.", "Mr Speaker, issa se niġi biex nitkellem fuq dipartiment ieħor li jolqot lill-konsumatur, speċjalment lil dak li qiegħed fil-middle class jew fil- klassi t'isfel, u hawn qed nirriferi għad-dipartiment tal-housing.", "Minkejja li suppost isiru inspections regolari meta tkun qed tinbena xi proprjeta` tal-gvern, ġieli jkun hemm każijiet fejn wara biss ftit xhur li l-kerrej jidħol f'din il-proprjeta`, jibdew jinqalgħulu bosta problemi, bħal per eżempju, id-drenaġġ jibda jfur għand ta' taħtu, il-lift ma jaħdimx u ħafna affarijiet minn dawn.", "Qabel ma jkun sar il-kuntratt il-konsumatur ikun għadu l-gvern, pero` meta mbagħad isir il-kuntratt u l-gvern jgħaddi dik il-proprjeta` lil ħaddieħor, ma jibqax iktar il-gvern il-konsumatur imma min ikun se jikri.", "Jien ma nafx kif il-gvern baqa' ma ħax passi kontra ċerti kuntratturi li bnew appartamenti tal-gvern għax ix-xogħlijiet saru ħażin.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għal dawk l- appartamenti li nbnew ġewwa l-Kalkara.", "Jekk l-inkwilin ikun wiret ix- xogħol ħażin, imbagħad kif nippretendu li jħallas dawn l-affarijiet hu?", "U b'dan l-abbozz ta' liġi se nipproteġuh?", "Għax imbagħad hemm ukoll ċerti affarijiet legali li bihom l-inkwilin ma jistax ifittex lid-dipartiment tal- housing jew lil xi dipartiment ieħor għad-danni.", "Dawn l-affarijiet jaqgħu taħt il-qasam tal-konsumatur ukoll, kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna nies, u għalhekk l-inkwilin għandu jingħata servizz tajjeb.", "Mr Speaker, awtorita` li żgur qed taffettwa lill-konsumatur ħażin bla dubju ta' xejn hija l-awtorita` ta' l-ippjanar, l-iktar meta wieħed jixtri biċċa art u minkejja li jkun xtraha f'area li tkun indikata għall-bini, l- awtorita` ta' l-ippjanar iżżommlu l-permess.", "Għandu raġun il-poplu Malti u Għawdxi jkun irrabjat kontra l-awtorita` ta' l-ippjanar!", "Anke l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż qiegħda titkellem il-ħin kollu kontra l-awtorita` ta' l-ippjanar u qed tgħid kemm qed tistma lill-konsumatur ta' żibel.", "Jien nifhimha li l-awtorita` ta' l-ippjanar trid tagħmel xogħolha billi tara li żżomm bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp, pero` nifhimx għaliex filwaqt li ġieli żżomm iebes biex ma nħassrux l-ambjent, min-naħa l-oħra ġieli l- permess joħroġ bla problemi ta' xejn.", "Per eżempju, ma jidhrilkomx li l- konsumatur m'hux qed jiġi stmat kif għandu jiġi stmat meta biex jiftaħ sempliċement tieqa qed idum ix-xhur jistenna li jinħariġlu l-permess?", "Mela l-awtorita` ta' l-ippjanar m'għandhiex tara li jkun hemm żmien stipulat li fih irid jinħareġ permess?", "Taħsbu li l-konsumatur qed jinqeda b'dawn il- kummiedji kollha?", "U hawn irrid nerġa' nenfasizza dwar id-diskriminazzjoni li qed issir f'din awtorita` fejn lil Ċikku tgħidlu li minħabba li teżisti t-tali policy ma jistax jibni fit-tali area filwaqt li lil Peppi tħallih jibni fl-istess area.", "Imbagħad xi ngħidu għal meta l-awtorita` ta' l- ippjanar tibqa' ġġib l-iskużi biex tirrifjuta applikazzjoni u mbagħad wara li tappella, tħallas lill-periti u ddum ix-xhur tistenna taċċetta l- applikazzjoni?", "Dawn x'kummiedji huma?", "L-awtorita` ta' l-ippjanar għaliex m'għandhiex tipprovdi servizz effiċjenti u mhux biex toħroġlok il-permess trid tappella u tħallas partita flus f'periti u avukati?", "Jekk l-awtorita` ta' l-ippjanar tkun taf li tista' toħroġlok il-permess, għaliex ma toħroġlokx il-permess mal-ewwel?", "Għalkemm illum qed nipproponu li ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, fil-verita` l-awtorita` ta' l- ippjanar hija awtonoma u għandha r-regolamenti tagħha, jiġifieri jekk hawn xi ħadd li qed jaħseb li ġaladarba ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, l-intoppi li wieħed isib meta jkollu x'jaqsam ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar se jiġu rranġati, qed ikun żbaljat.", "Imbagħad xi ngħidu għal min ikollu xi ilment x'jagħmel lill-awtorita` ta' l-ippjanar?", "Per eżempju, ġieli jkun hemm każijiet fejn konsumatur jingħata permess biex itella' żewġ sulari imma l-ġar tiegħu jingħata permess biex itella' erba', għax ikollu żewġ bibien f'żewġ toroq differenti fejn f'waħda mit-toroq ikun hemm il-permess biex jittellgħu erba' sulari.", "Dan biex ma nsemmux ukoll il-burokraziji ta' meta wieħed japplika biex iġib il-permess tal-pulizija ħalli jkun jista' jagħmel xi attivita` partikolari.", "Għalhekk ara ma naħsbux li bl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se nsolvu l- problemi.", "Jekk aħna rridu verament nistmaw lill-konsumatur, irridu naraw kif se nsolvu dawn il-problemi li għadni kemm semmejt.", "Wara kollox dawn il- problemi ma jaffettwawx biss lill-konsumatur imma anke lill-iżvilupp u lill- ekonomija tal-pajjiżna, għax meta persuna tingħata l-permess biex tibni, tkun qed tiġġenera x-xogħol u tipprovdu introjtu għall-bennejja u l-familji tagħhom.", "Imma minkejja l-paroli kollu li jintqal.", "L-awtorita` ta' l- ippjanar baqgħet tagħmel li trid u l-konsumatur baqa' jaqla' fuq wiċċu.", "Jekk ma naqbdux il-barri minn qrunu, ikun għalxejn li ngħaddu l-abbozzi ta' liġi li jipproteġu lill-konsumatur.", "Bla dubju ta' xejn, l-iktar ħaddiema li qed jagħtu eżempju ħażin għax qed jisolħu lill-konsumaturi, huma l- avukati.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li nsemmihom lill-avukati, l-iktar meta wara li jitħallsu ma jidhrux fil-qorti biex jiddefendu lill- konsumaturi tagħhom, u jħallu f'idejn l-imħallef biex jiddeċiedi jiddeferix il-kawża għal darb'oħra jew jaqtax is-sentenza minkejja li l-avukat difensur ma jkunx preżenti.", "Mr Speaker, illum hawn ħafna nies li għax ikunu segwew xi kors partikolari, malajr jippretendu li saru electicians jew ħaddiema tas- sengħa.", "Għalhekk huwa mportanti li l-ETC tara li dawn in-nies ikunu kkwalifikati biżżejjed qabel ma jibdew jipprovdu xi servizz.", "Hija responsabbilta` ta' l-Istat li jara li min jagħti servizz ikun kompetenti biżżejjed, għax jekk isseħħ xi diżgrazzja bħal meta mietu erba' ħaddiema fiċ-Ċirkewwa, imbagħad ikun tard wisq għall-istat biex jitkellem.", "Fil-ftit ħin li fadalli ma rridx ninsa nsemmi lill-Maltacom.", "Fl-1996, qabel ma tela' l-partit Laburista fil-gvern, kien ġie ppjanat li jsir customer charter biex jekk persuna ma tkunx sodisfatta bis-servizz tat- telephone li jkun qed jingħatalha, tieħu xi forma ta' refund.", "Pero` meta l- partit Laburista tela' fil-gvern sab li kieku din is-sistema kellha titħaddem, il-Maltacom kienet tfalli.", "Għalhekk aħna ntroduċejna din is- sistema aktar tard meta l-kumpannija kienet taffordja li tagħti servizz bħal.", "Fil-fatt, fi żmien amministrazzjoni Laburista l-qasam tat- telekomunikazzjoni tjieb ħafna.", "Biżżejjed ngħid li l-Maltacom kienet għamlet profitt akbar, tat aktar servizzi u saret ħafna iktar effiċjenti.", "Imma llum, minkejja li s-servizz tal-customer charter għadu jingħata, il- ħsarat qed idumu biex jissewwew, u minkejja li din il-korporazzjoni għandha apparat modern u sofistikat, is-servizz li qed tagħti huwa fqir.", "Fil- fatt, lanqas dawk il-konsumaturi li kellhom raġun ma ħaduh, għax il- korporazzjoni qaltilhom li għalkemm huma ma jidhrilhomx li għamlu dawk it- telefonati internazzjonali kollha, setgħu għamluhom uliedhom.", "Imma minn riċerka li saret irriżulta li xi ħadd lagħab mal-cable.", "Jien nistax nifhem kif mal-Maltacom il-konsumatur m'għandux ċans li jieħu raġun.", "Mela allura għalfejn twaqqaf is-servizz tal-customer charter, meta apparti dan kollu, illum li qegħdin fis-sena 2000, għad hawn min ilu x-xhur jistenna l-linja tat-telephone?", "Minkejja l-ftaħir li niftaħru li l-pajjiż miexi 'l quddiem, din hija s-sitwazzjoni reali tal-pajjiż.", "Anzi issa anke ċerti oqsma privati qed jittieħdu mill-marda li tiċċirkola fid-dipartimenti tal-gvern.", "Per eżempju fejn qatt konna nippretendu li llum li kollox jaħdem permezz ta' sistemi kompjuterizzati, f'ċerti banek ikollna nistennew biex ninqdew?", "Fir-realta' prattika għadna 'l bogħod milli l-konsumatur jiġi protett skond kif jgħid dan l-abbozz li qed jitressaq illum, u jekk il-gvern se jibqa' ma jagħmel xejn ħlief iressaq l-abbozzi, din is-sitwazzjoni m'hijiex se tinbidel.", "Nagħlaq dan id-diskors billi nerġa' nsemmi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fejn bl-intriċċi li hemm għaddejjin minn taħt, hemm bżonn li l-gvern jiġbed l-ispaga u ma jibqax ibaxxi rasu għal min ikollu xi interessi partikolari.", "Hemm bżonn li jittieħdu passi kontra dawk fl-awtorita' li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-konsumatur.", "Irrid ngħid li mhux il-poplu biss jgħid kontra l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, imma anke ħaddiema minn hemm ġew stess igergru għax hemm min ma jħallihomx jagħmlu xogħolhom.", "Fil-fatt ħafna ħaddiema kapaċi u ta' l-affari tagħhom qed jitilqu mill-awtorita'.", "Din hija ipokrezija, li l-poplu kollu flimkien maż-żewġ partiti jgħid kontra l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Hija ipokrezija li fil-waqt li qed nagħmlu pass 'il quddiem f'dik li hi protezzjoni tad- drittijiet tal-konsumatur, naraw dawn l-affarijiet jiġru ta' kuljum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.40 pm is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, il-liġi li qed niddiskutu llum għandha ċerta importanza fundamentali, u naħseb li fatt li ħafna mill- membri ta' din il-Kamra ħassew li għandhom jitkellmu dwarha jenfasizza l- importanza li d-drittijiet tal-konsumatur jiġu protetti.", "Huwa tajjeb li kulħadd jifhem li l-konsumatur huwa forza fl-ekonomija u fil-ħajja soċjali tal-pajjiż, u għalhekk ma jistax jiġi njorat.", "Tul dawn l-aħħar 25 sena, kull gvern beda jifhem il-bżonn li l-konsumatur jingħata prodott u servizz xieraq għal dak li jkun ħallas, u min jonqos li jagħmel dan għandu jħallas id-danni lill-istess konsumatur.", "Naħseb li l-prinċipju ta' l-argumenti kollha dwar id-drittijiet tal- konsumatur huwa msejjes fuq dawn iż-żewġ fatturi, fejn min-naħa waħda hemm il-konsumatur li bil-bżonnijiet għall-prodotti u s-servizzi, jikkrea attivita' ekonomika qawwija.", "Fil-fatt din l-awareness kollha li hawn f'kull pajjiż dwar id-drittijiet tal-konsumatur tirrifletti s-saħħa li għandu l-konsumatur fl-attivita' ekonomika tal-pajjiż.", "Illum m'għadniex ngħixu f'sitwazzjoni fejn il-konsumatur u l-produttur iħarsu lejn xulxin b'antagoniżmu, għax il-produttur irrealizza li jekk irid ikabbar l- attivita' ekonomika tiegħu, l-ewwel ħaġa li jrid jagħmel hu li jara xi jrid il-konsumatur u joħloq inċentiv biex jintgħażel il-prodott tiegħu.", "Fid- dawl ta' dan kollu wieħed jifhem is-saħħa li għandu l-konsumatur, pero' din is-saħħa ma tkun tfisser xejn jekk ikunu jeżistu biss l-istrutturi legali, il-liġijiet u r-regolamenti, għax irid ikun hemm ukoll l-istrutturi amministrattivi li permezz ta' għaqdiet tal-konsumatur jirrispettaw, isaħħu u josservaw id-drittijiet tal-konsumatur.", "Mid-diskussjonijiet li assistejna għalihom matul id-dibattitu fuq din il- liġi ħareġ biċ-ċar li wieħed mid-difetti li għandna aħna l-Maltin huwa li nitkellmu ħafna fuq id-drittijiet tal-konsumatur, saħansitra nirrikonoxxu b'liġi s-saħħa li l-konsumatur għandu fis-soċjeta', pero' effettivament ħafna mill-konsumaturi Maltin iħossuhom dgħajfin quddiem ċerti ċirkostanzi u jħossu li flushom qed jiġu misruqa.", "Ħafna mill-konsumaturi jħossu li meta jingħataw garanziji fuq xi prodott partikolari, jekk tinqala' xi ħsara l-produttur jgħaddihom minn martirju sħiħ sakemm jirrikonoxxi dak li jkun ġara.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-liġi hija maħsuba tajjeb, imma l- importanti hu li dak li tgħid il-liġi jiġi mplimentat u rispettat.", "Jien inħoss li l-ewwel korp li għandu jmexxi 'l quddiem il-prinċipju tar-rispett lejn il-konsumatur huwa l-gvern u l-korporazzjonijiet tiegħu.", "L-Onor.", "Joe Mizzi semma' każi fejn il-housing authority taċċetta jew timponi klawsoli f'kuntratt ta' bini ġdid li jgħidu li l-prospective buyer qed jixtri dak il-bini bid-difetti moħbija li jista' jkollu, jiġifieri jekk wara ċertu żmien il-bini jiżviluppa difett strutturali - li huwa l-obbligu tal-perit u tal-kuntrattur li dan ma jiġrix - ir-responsabbilta' ddur fuq ix-xerrej.", "Din hija waħda mill-iktar affarijiet inaċċettabbli li jistgħu jsiru lill-konsumatur.", "Qed ngħid dan għaliex jekk se nkomplu sejrin hekk, inutli nwaqqfu l-istandards authority, il-Consumer Protection Act u t-Trade Description Act.", "L-iskop ta' dawn il-liġijiet huwa li jipproteġu lill- konsumatur, imma jekk istituzzjonijiet tal-gvern jagħmlu dawn l-affarijiet li għadni kemm semmejt, allura l-veru skop tagħhom jintilef.", "L-istess qed jiġri fil-water services corporation, fejn qed ikunu l- kunsilli lokali li jkollhom jagħmlu r-reinstatement tat-toroq u l-bankini li jkissru l-kuntratturi, jiġifieri din il-korporazzjoni qed taċċetta l- vjolazzjoni tad-dritt tal-konsumatur.", "Għalhekk huwa veru dak li qalu ħafna mill-membri li tkellmu waqt dan id-dibattitu li hemm baħar jaqsam bejn il- liġi miktuba fuq il-karta u l-liġi implimentata fir-realta' ta' kuljum.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onorevoli, imma sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru jista' jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Lulju, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda.", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex jawtorizza lill-Gvern biex jirratifika l-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern ta' l-Ordni Sovran Ospitalier ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta magħmul f'Malta nhar il-ħamsa ta' Diċembru 1998, u biex jagħmel dispożizzjonijiet għall-ħwejjeġ konsegwenti u anċiljari għalih; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap 325.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari; Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tielet Qari. -----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coliero.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Xtaqt li fil-ftit ħin li għandi nirrimarka fuq il-fatt li wara li l-bieraħ filgħaxija inġabar grupp ta' ħaddiema tal- Kalaxlokk flimkien ma' l-uffiċjali tal-GWU quddiem il-bini tal-parlament, kont nippretendi li l-gvern jagħmel xi tip ta' stqarrija biex jispjega eżatt kif inhuma l-affarijiet.", "Għalkemm il-Partit Nazzjonalista huwa l- partit fil-gvern, l-affarijiet fuq livell governattiv għandu jkun il-gvern li jwieġeb għalihom mhux il-partit.", "Peress li l-ħaddiema qassmu ittra lill-membri ta' din il-Kamra, inħoss li dan huwa l-mument opportun biex nirrispondu.", "Hija xi ħaġa tal-mistħija li għax partit ikun għaddej minn kampanja elettorali, iwiegħed ħafna affarijiet, imbagħad malli jserraħ rasu mis-siġġu tal-poter, jimxi bil- maqlub ta' dak li jkun wiegħed.", "Xtaqt li for record purposes insemmi ftit x'kien qal l-Onor.", "Fenech Adami meta kien għadu kap ta' l-oppożizzjoni.", "Fil-25 ta' Awwissu ta' l-1998, fl-eqqel tal-kampanja elettorali, Dr. Fenech Adami kien ġie rrapportat li qal li waħda mill-akbar problemi li se jittratta l-Partit Nazzjonalista fil-gvern se tkun l-assigurazzjoni tax- xogħol lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk għas-snin li ġejjin.", "Proprju fit-18 ta' Ottubru, Dr. Fenech Adami, li allura sa dakinhar kien sar prim ministru, fi programm fuq Radio 101 kien qal li qed isiru diskussjonijiet dwar il- ħaddiema tal-Kalaxlokk u assigura li ħadd m'hu se jitlef ix-xogħol.", "Mr Speaker, apparti dan id-diskors kollu li kien qal il-Prim Ministru, qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien bagħat ukoll leaflet lill- ħaddiema tal-Kalaxlokk fejn wiegħedhom li ma kien se jkeċċi lil ħadd.", "Il- leaflet kien jgħid ukoll li l-gvern kien se jara li l-ftehim kollettiv jintlaħaq mingħajr dewmien u li l-partit Nazzjonalista biss jista' jiggarantixxi l-għixien tagħna.", "Meta wieħed jisma' dan kollu ma jistax ma jiddeskrivix lil dan il-gvern bħala wieħed oxxen u li jmissu jistħi jgħid li huwa gvern demokratiku.", "Il-Prim Ministru jmissu jistħi jagħti garanzija ta' xogħol lil mijiet ta' familji biex wara 22 xahar kellu jgħaddihom minn dan is-saram kollu, fejn dawn il-ħaddiema spiċċaw jieħdu l-paga mingħajr ma jmorru għax-xogħol għal xhur sħaħ.", "Is-serħan tal-moħħ ma jiġix bil-paga, imma jiġi bil-garanzija tax-xogħol.", "Imbagħad qamet il-kwestjoni ta' l-iskema ta' l-irtirar kmieni li uħud mill-ħaddiema aċċettaw, u b'hekk il-gvern Nazzjonalista qal li issa l- kumpannija tal-Kalaxlokk saret vijabbli.", "Illum, ftit xhur wara dan l- avveniment, lil 80 ħaddiem il-gvern Nazzjonalista qed jgħidilhom li m'hemmx xogħol għalihom u lil 50 l-oħra qed jgħidilhom li biex ma jitilfux l- impjieg iridu jaċċettaw ġimgħa ta' sitt ijiem xogħol, inkella l-paga titnaqqas b'25%.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u nistaqsi lill-gvern jekk bil-ħidma ta' sitt ijiem f'ġimgħa huwiex se jżid il-working hours.", "Meta familja tkun drat tgħix b'ċertu ammont ta' flus, iridu jgħaddu x-xhur biex tidra tgħix b'inqas, u dan jekk ma tkunx daħlet għal xi piżijiet finanzjarji.", "Imissu jistħi l-gvern Nazzjonalista jittratta lil dawn il- ħaddiema b'dan il-mod.", "F'dan il-mument irrid infakkar x'kienet il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista, li kien diġa ħejja tibdil fil-liġi biex tingħata preferenza lill- ħaddiema tal-Kalaxlokk fil-vacancies li jista' jkun hemm mal-gvern.", "Minn hawnhekk inħeġġeġ lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk biex jagħmlu kuraġġ u jibqgħu magħqudin.", "Il-Partit Laburista se jibqa' jkun it-tarka tagħhom u l-vuċi tagħhom kontra dan il-gvern arroganti li għax għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet f'dan il-parlament, jaħseb li jista' jibqa' għaddej minn fuq ras kulħadd.", "Id-diskriminazzjonijiet u l-vendikazzjonijiet m'humiex qed isiru biss mal- ħaddiema tal-Kalaxlokk, imma fost l-oħrajn anke mal-pulizija, fejn membri fil-korp li fil-passat sofrew xi forma ta' diskriminazzjoni imma rebħu l- każ quddiem it-tribunal ta' l-inġustizzji, illum qed jiġu mfittxija u l-każ tagħhom qed jerġa' jinfetaħ u s-sentenza li kienet ingħatat qed tiġi challenged.", "Żewġ ħaddiema partikolari huma Christian Spiteri, li quddiem it-tribunal ta' l-inġustizzji rebaħ każ ta' Lm500, u Walter Tanti, li rebaħ Lm4000 bħala kumpens għall-inġustizzja li saret miegħu.", "Minn hawnhekk jien nixtieq nistaqsi għaliex il-kummissarju tal-pulizija qed jiċċalenġja dawn is-sentenzi proprju meta qed jiġi ċċelebrat jum il-korp tal-pulizija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr. Speaker, fil-ħin li għad-dispożizzjoni tiegħi se nagħmel riferenza għal tliet aspetti partikolari.", "Nibda biex ngħid li l- poplu tagħna għandu jkun jaf x'kienet ir-raġuni li Malta ma ġietx rikonoxxuta mal-bqija tal-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal- Lvant sabiex tkun eżentata mid-dazju fuq prodotti esportati lejn l-Unjoni Ewropea.", "B'effett mill-1 ta' Lulju, 2000 dawn il-pajjiżi kellhom żieda fl- eżenzjoni tad-dazju li jħallsu fuq prodotti agrikoli esportati lejn l- Unjoni u dan minkejja li dawn il-pajjiżi, bħalma hi Malta, għadhom mhux membri ta' l-Unjoni.", "Huwa stmat li ż-żieda tad-dazju għal dawn il-pajjiżi se tlaħħaq medja minn 37% għal 77% fuq il-prodotti kollha li jesportaw lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Mr. Speaker, huwa stamb ħafna kif dawn in- negozjati ma sarux ma' Malta wkoll.", "Per eżempju, settur li seta' jgawdi huwa s-settur ta' l-akwakultura li fil-preżent iħallas madwar 15% fuq il-ħut li jiġi esportat lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa stamb ħafna wkoll il-fatt ta' kif il-gvern nazzjonalista, li aċċetta li jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha li se jinvolvi l-allineament ta' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea, ma talabx għal din l-eżenzjoni kif talbu u rnexxielhom jiksbu l-pajjiżi ta' l- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant sabiex jiddefendu l-interessi tal-bdiewa, tar- raħħala, tal-prodotturi u tas-sajjieda ta' pajjiżhom.", "Niġi issa biex nitkellem fuq l-industrija lokali tal-majjal, Sur President.", "Il-problemi kbar li qed tiffaċċja l-industrijali lokali tal-majjal għandhom jiġu spjegati u mhux jinħbew kif qed jiġri fil-preżent.", "Il- Ministru Ninu Zammit għandu jgħid għaliex il-qatla tal-majjal se tonqos minn 10,000 ras għal 8,000 ras kull xahar fix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru, 2000.", "Hu ma semma' xejn minn dan fit-tweġibiet li kien tani dwar dan is-suġġett.", "Il-ministru għandu jispjega wkoll għaliex biex ipatti għan- nuqqas tal-majjal li fil-mument hawn fis-suq, il-prodotturi tal-majjal ġew mitluba javvanzaw il-qatla tal-majjal b'xahrejn u anke bi tliet xhur.", "B'riżultat ta' dan majjal li kellu jinqatel f'Settembru li ġej qed jinqatel issa.", "Barra minn hekk il-majjal qed jinqatel meta l-piz tiegħu jkun inqas.", "Il- piż medju tal-qatla qed ikun viċin is-70 kilo minflok il-medja ta' 80 kilo kull ras tal-majjal.", "Din is-sitwazzjoni tikkonferma li fil-mument f'pajjiżna hawn skarsezza ta' produzzjoni tal-laħam tal-majjal.", "Fil-fatt sabiex tiġi rimedjata din l-iskarsezza fil-produzzjoni tal-laħam tal-majjal lokali pajjiżna qed ikollu jirrikorri għall-importazzjoni.", "Tant huwa hekk li jiena informat li f'pajjiżna spiċċajna f'sitwazzjoni fejn il-koperattiva ta' min irabbi l-majjal spiċċat hija wkoll timporta l-majjal mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea flok tipproduċih hi u tesportah kif żgur hija x-xewqa ta' din il-koperattiva.", "Irrid ngħid ukoll li lili jirriżultali li l-qatla fil-biċċerija niżlet fil-preżent minn 3,340 ras fil-ġimgħa għal 1,600 ras fil-ġimgħa.", "Mr. Speaker, quddiem dan it-taħwid u l-logħob tal-ministru u tal-bażużli tiegħu, irrid bis-serjeta' kollha nappella lill-produtturi tal-majjal Maltin u Għawdxin sabiex joqogħdu attenti għaliex dawn l-affarijiet qegħdin isiru bl-iskop li tibda tinqatel l-industrija lokali tal-majjal qabel ma' Malta tiġi biex tidħol membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid infakkar lill- produtturi tal-majjal li minkejja l-fanfarunati tiegħu l-fatti jikkonfermaw li f'temp ta' 20 xahar biss, il-ministru ġab lill-industrija lokali fi kriżi.", "Issa hawn ta' min igħid li meta ħa over fil-5 ta' Settembru, 1998, hu wiret industrija li mhux biss kellha laħam għas-suq lokali kollu imma kellha wkoll sabiex tesporta.", "Niġi biex nitkellem fuq it-tielet punt, Mr. Speaker, u din id-darba se nagħmel riferenza għall-esportazzjoni tal-patata lejn l-Olanda.", "Jirriżulta minn dak li qal il-Ministru Ninu Zammit li din is-sena l- varjeta' tal-patata Sante' bikrija esportata lejn l-Olanda ġabet il-prezz ta' Dutch Guilder 29.70 kull xkora ta' 25 kilo.", "Dan ifisser allura li din is-sena l-varjeta' tal-patata Alpha bikrija ġabet prezz aħjar minn dik tal- varjeta' Sante' bikrija.", "Dan għar-raġuni li l-kuntratt ta' l-esportazzjoni tal-patata li sar mill-amministrazzjoni preċedenti laburista kien jaħseb għal prezz minimu garantit ta' Dutch Guilder 30.60 kull xkora ta' 25 kilo fuq l-ewwel 3,000 tunnellata Alpha bikrija.", "Filwaqt li nieħu l-opportunita' li nifraħ lill-bdiewa li kabbru u esportataw l-Alpha bikrija u li għal din is-sena reġgħu ġabu l-aħjar prezz fis-suq Olandiż minn dak tas-Sante' bikrija, nappella lill-ministru sabiex ma jerġax iħawwad is-sistema u jċaħħad lill-bdiewa milli jitħallsu bil-prezz xieraq, jiġifieri l-prezz ta' aktar minn Lm13.29c-il qantar fuq l-ewwel 3,000 tunnellata Alpha li ġew esportati din is-sena.", "Mr. Speaker, biex nagħlaq nixtieq nitkellem dwar is-sitwazzjoni xejn sabiħa li tirriżulta fl-inħawi tal-Qawra, ta' Buġibba u ta' San Pawl il- Baħar.", "Matul dawn l-aħħar xhur jiena ltqajt ma' numru ta' sidien ta' guesthouses, appartamenti, ristoranti u take-aways u dawn ilmentaw miegħi dwar il-problemi kbar li qed jiltaqgħu magħhom minħabba nuqqas ta' attivita' turistika li hemm fl-inħawi.", "Jiena ma rridx nidħol fil-polemika ta' min ġab jew ma ġabx lit-turisti, Mr. Speaker, imma sempliċement irrid nirreġistra li dawn il-businessmen f'pajjiżna, li minn sena għal oħra dejjem raw kif ħolqu l-opportunitajiet ta' part-time jobs u li dejjem raw u stinkaw biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, illum jinsabu f'sitwazzjoni fejn ma jistgħux ikomplu jmexxu 'l quddiem l-attivita' tagħhom.", "Jeħtieġ li din is-sitwazzjoni tiġi mistħarrġa bis-serjeta' speċjalment jekk huwa veru li minħabba l-all-inclusive m'humiex jiġu turisti .", "Mr. Speaker, dawn in-nies għamlu investiment kbir biex dejjem itejbu l- ambjent u dejjem wettqu l-iżviluppi meħtieġa sabiex joffru servizz aħjar lit-turisti u lill-pubbliku Malti u allura wieħed irid jirrispettahom u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.", "Nagħlaq billi nappella lill- ministru tat-turiżmu sabiex flok joqgħod jiftaħar dwar kemm hawn turisti jara kif jevalwa din is-sitwazzjoni għaliex dawn huma Maltin li għandhom in- negozju tagħhom mhedded.", "Wara kollox dawn huma Maltin li matul is-snin dejjem igarantew part-time jobs u dejjem ħallsu l-ispejjeż tat-taxxi u jekk ikomplu jiffaċċjaw din il-kriżi se jkollhom jagħlqu l-bibien tagħhom fix-xhur li ġejjin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr. Speaker, l-istess bħall-Onor.", "Marie Louise Coleiro, nixtieq nitkellem dwar il-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Bħala ex- ħaddiem u bħala bin il-ħaddiem li naf xi tfisser it-tbatija biex ħaddiem jaqla' l-għajxien tiegħu u tal-familja tiegħu ma nistax nibqa' sieket quddiem is-sitwazzjoni li għaddejjin minnha bħalissa l-ħaddiema ta' l- Kalaxlokk.", "Ma nistax nibqa' sieket quddiem l-arroganza ta' dan il-gvern kontra l-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Ta' min jgħid li l-familji ta' dawn il-ħaddiema llum mhux qed jirċievu l- paga d-dar.", "Din hija xi ħaġa serjissima għaliex biex timxi 'l quddiem u biex tkun tista' tmantni lilha nnifisha familja teħtieġ il-paga.", "Nappella lill-gvern biex bl-akbar responsabbilta' jara li dak li huwa dovut lill- ħaddiema jgħaddihulhom mill-aktar fis possibbli.", "M'għadux iż-żmien li naraw familji jbatu.", "Biżżejjed il-familji f'pajjiżna qed ibatu minħabba t- taxxi li qed jagħmel il-gvern.", "Ara l-ministri u dawk tal-qalba, dawk m'għandhomx problema għas-salarju u għall-għajxien.", "Mr. Speaker, tajjeb li ngħid x'wiegħed il-Partit Nazzjonalista qabel l- aħħar elezzjoni lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Mhux biss wiegħed li se jiggarantilhom u se jipprovdilhom ix-xogħol, kif ipprova jagħti l- impressjoni dalgħodu l-Onor.", "Michael Asciak, imma wiegħed ukoll li ħadd minnhom m'hu se jitkeċċa.", "Din hija wegħda ċara u tonda daqs il-kristall imma r-riżultat huwa li l-gvern irid ikeċċi 80 ħaddiem tal-Kalaxlokk.", "Istħi, gvern jekk għandek wiċċ biex tistħi.", "Jiena min-naħa tiegħi, b'qalbi kollha qed nuri solidarjeta' ma' dawn il-ħaddiema u nappella lill-GWU biex iżżomm sod quddiem dan kollu u biex twaqqaf fond temporanju għal dawk il- ħaddiema li m'humiex qed jirċievu s-salarju biex dawn ikunu jistgħu jmantu lill-familja tagħhom.", "Jekk jitwaqqaf dan il-fond jiena se nkun l-ewwel wieħed li nirrinunzja Lm10 mis-salarju tiegħi għal dan ix-xahar - jien ġej minn familja tal-ħaddiema u nista' nimmaġina min xi għaddejjin dawn il- ħaddiema - donazzjoni żgħira imma ġejja minn qalb kbira.", "Sfortunatament daqshekk niflaħ għaliex m'inix xi tifel ta' xi baruni.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li dalgħodu tqallajt nisma' l-aġġornament ta' l- Onor. Michael Asciak.", "Donnu dan ma jafx xi jfisser li ħaddiem ibati.", "Donnu ma jafx xi jfisser li ħaddiem ma jirċevix il-paga d-dar.", "Ara għal the blue-eyed boys, imbierek Alla, hemmhekk m'għandniex problemi.", "Hemmhekk għandna eluf kbar ta' liri, mobile phones, safar u riċevimenti.", "Dan huwa tal-mistħija!", "Dan huwa gvern li lanqas biss għandu sens ta' bilanċ favur il-ħaddiem.", "Il-gvern għandu jerfa' r-responsabbilta' bl-ikbar serjeta'.", "Minn hawnhekk irrid ngħid li jiena u sħabi tal-grupp parlamentari nagħtu l- appoġġ sħiħ tagħna lil dawn il-ħaddiema, lill-GWU, lil Tony Zarb u lil Emanuel Micallef.", "Mr. Speaker, dan kollu għedtu għax ma jibqagħlix skop f'dan il-parlament jekk ma nitkellimx fuq sitwazzjoni bħal din.", "Ma jibqagħlix skop li noqgħod bilqiegħda fuq dan is-siġġu jekk ma niddefendix lill-ħaddiem.", "B'qalbi kollha u b'imħabba vera - u mhux b'imħabba tat-tlellix biex nisraq il-voti bħalma għamel il-Partit Nazzjonalista - ngħid lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk biex jagħmlu kuraġġ u li jiena u sħabi ninsabu warajhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Lulju, 2000 kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ETC", "17729.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti t-tagħrif mitlub u diġa' mogħti għall-mistoqsija parlamentari numru 17139 billi jaġġornah għax-xhur ta' Mejju u Ġunju, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-livell ta' edukazzjoni skond l-etajiet u sessi differenti fl-aħħar ta' Mejju 2000.", "It-tabelli juru wkoll kemm hemm nisa u rgiel illitterati skond l-etajiet rispettivi tagħhom.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "17730.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew studenti fl-aħħar eżami tal-junior lyceum; (1) f'ħames suġġetti; (2) f'erba' suġġetti; (3) fi tliet suġġetti; (4) f'żewġ suġġetti; u (5) f'suġġett wieħed?", "Kemm-il student għaddew f'kull wieħed mill-ħames suġġeti u b'liema grad?", "Kemm kien hemm studenti fis-sitt klassi tal-primarja tal-gvern li ma qgħadux għall-eżami?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-aħħar eżami tal-junior lyceum għaddew 2446 student/a.", "Għaddew ukoll 483 f'4 suġġetti 622 fi 3 suġġetti 452 f'2 suġġetti; u 405 f'suġġett wieħed.", "L-istudenti li għaddew f'kull wieħed mill-5 suġġetti kienu:-", "Grad Studji Soċjali Malti Matematika Ingliż Reliġjon A 264 306 269 280 433 B 1083 952 924 965 914 C 2479 2285 1626 1478 3005", "Fis-sitt sena tal-primarja tal-Gvern kien hemm 544 student li ma qagħdux għall-eżami.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "PENSJONIJIET", "W176.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex qed tieħu l- pensjoni kif suppost?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata bil-każ.", "DJAR - PROĠETT FL-IMSIDA", "W177.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitkompla l-proġett ta' bini ta' djar ġewwa l-Imsida ħdejn l-għajn u meta l-familja li qed insemmi separatament u li qed tgħix f'kondizzjonijiet mill-agħar se tingħata post xieraq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minħabba problemi li nstabu bil-pedamenti ta' dan is-sit, ix-xogħol jinsab wieqaf.", "Sadanittant intalab permess lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex flok tliet sulari fuq dan is-sit jinbnew erba'.", "Dan huwa konformi wkoll ma' l-Abbozz tal-Pjan Lokali għaż-żona tal- postijiet tat-Tramuntana li ġie ppubblilkat ftit tal-ġimgħat ilu mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għar-rigward ta' akkomodazzjoni alternattiva għall-applikant indikat mill- Onor. Interpellant, nixtieq ninformak li jekk l-applikant huwa wieħed minn dawk il-familji li d-dar fejn jabita se tkun affettwata mill-proġett ta' twaqqigħ ta' slum jingħata akkomodazzjoni alternattiva bħal qbija ta' l- evictees, u jekk le, l-applikazzjoni tkun ikkonsidrata flimkien ma' oħrajn pendenti li għandu quddiemu d-dipartiment ikkonċernat.", "DJAR - SUSSIDJII", "W182.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament u li hija separata hijiex intitolata għal sussidju fuq il-kera u tistax tixtri l-flat tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fir-rigward tax-xiri mill-inkwilini ta' proprjeta' tal-gvern, kif jidher li hu dan il-każ, kull inkwilin jista' japplika biex jixtri r-residenza tiegħi basta jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' l-Iskema relattiva ċioe' skema 6.", "Għar-rigward tas-sussidju fuq il-kera ta' bini tal-gvern, ir-rata tas- sussidju hija regolata skond id-dħul ta' l-inkwilin."]} {"filename": "19981124_015d_par.doc", "date": "1998-11-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 15 It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 15", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "15", "It-Tlieta, 24 ta' Novembru, 1998", "WERREJ MINUTI 815", "MISTOQSJIET - TWEĠIBIET ORALI 815", "TQEGĦID TA' KARTI 819", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIZOLUZZJONI DWAR ĦLASIJIET GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI 820", "AĠĠORNAMENT 844", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 848", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 14 li saret fit-23 ta' Novembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIRŻEBBUGA - SCRAPYARD", "213.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-ittra li qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija, jista' l- Ministru jgħidli jekk din l-iscrapyard hijiex qed topera bla permess?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu min-naħa tal-ministeru u x'passi ttieħdu min-naħa ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura dan ifisser li l-ministeru ma jinteressahx li jsiru affarijiet illegali u li jkerrħu l-ambjent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif naħseb li jaf l-Onor.", "Interpellant, hija l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tirregola x'bini jsir, fejn isiru scrapyards u kwalunkwe ħaġa oħra marbuta ma' dak li jissejjaħ l-ambjent fiżiku.", "Il-ministeru għall-ambjent huwa rappreżentat fuq din l-awtorita' u meta jkun hemm talbiet fuq kwestjonijiet bħal dawn, jagħmel ir- rappreżentazzjonijiet tiegħu.", "Jekk ikollok applikazzjoni għal scrapyard din tkun riferuta lid-dipartiment għall-ambjent biex jagħti l-parir tiegħu, favur jew kontra, mil-lat ambjentali.", "Pero' meta qed nitkellmu dwar problema li ilha magħna għal numru ta' snin, fejn wieħed qiegħed jistaqsi x'passi ttieħdu għal dak li huwa enforcement, dik hija materja li tappartjeni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara li rċieva l- ittra?", "Jista' jgħidilna x'passi se jieħdu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar - naturalment wara li jgħaddi l-ittra lill-ministru konċernat - biex l- iscrapyard li qiegħda topera bla permess ġewwa Birżebbuġa titwarrab minn hemmhekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għall-preċiżjoni ta' l-argument, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar ittra anonima minn xi residenti ta' din l-area,. pero' anke l-ittri anonimi wieħed għandu jirriferihom għall-investigazzjoni li jkun hemm bżonn.", "Jiġifieri jiena m'għandi l-ebda diffikulta' li ngħaddi l-ittra lill-awtoritajiet konċernati.", "Irrid ngħid pero' li fl-area in kwestjoni hemm iktar minn scrapyard waħda u l-fatt li l-ittra anonima ma tidentifikax liema scrapyard qed jitkellmu dwarha ma tagħmilx il-ħaġa iktar faċli.", "Nista' ngħid ukoll li meta l-Onor.", "George Vella kien ministru responsabbli mill-ambjent u wieġeb domanda fuq dan is-suġġett, kien indika li hemm avviż ta' twettiq, li hemm letter to prosecute u li l-kawża hija pendenti quddiem il-qorti.", "Jiġifieri l-ministeru għall-ambjent preżenti fl- aħħar għaxar ġimgħat u l-ministeru għall-ambjent fis-sentejn ta' qabel segwa l-każ anke ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar meta din kienet taħt l- istess ministeru u anke meta ma kenitx u qed jittieħdu l-proċeduri.", "F'dan is-sens altru milli segwejna l-ittra, allavolja anonima, li ntbagħtet fuq dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela l-Ministru l-ewwel qal li dan is-suġġett ma jikkonċernahx u mbagħad qal li diġa' ħa l-passi!", "(Interruzzjonijiet) Imma l-aqwa li l-affarijiet ħarġu fil-beraħ għax din il-kwestjoni ilha sejra.", "Il-verita' hi li ħadd ma jista' għal dik il-persuna li qed tħaddem l- iscrapyard.", "(Interruzzjonijiet) Hemm kienet, hemm għadha u milli jidher hemm se tibqa' għax mhu qed isir xejn.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru għall- Ambjent biex flimkien mal-ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar jara li tispiċċa l-burokrazija u l-ħafna diskors u jiżgura li jittieħdu l-passi li għandhom jittieħdu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi għandu esperjenza ministerjali u ma nistax nifhem fejn qed jaraha din l-inkonsistenza.", "(Interruzzjonijet) Anzi qed inkun ġentili miegħu, kif għandna nkunu f'dan il-parlament, u nagħtih l-informazzjoni kollha.", "Il-mistoqsija kif miktuba jmissha saret lill-ministru responsabbli mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, għalkemm naturalment jibqa' gvern wieħed.", "Nerġa' ngħid, id-dipartiment għall-ambjent jinvestiga materji bħal dawn u jaqdi d- doveri tiegħu sal-punt li huwa rappreżentat fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiena fakkart ukoll li l-materja ilha s-snin pendenti u li fuq l-istess suġġett kien hemm tweġiba mill-Onor.", "George Vella - meta kien ministru responsabbli kemm ta' l-ambjent kif ukoll ta' l-awtorita' ta' l-Ippjanar - li fuq waħda mill-erba' scrapyards li hemm kien hemm appell mill-avviż ta' twettiq li għadu pendenti u fil-każ l-ieħor l-avviż ta' twettiq kien konfermat anke fuq livell ta' appell, hemm letter to prosecute u l-kawża għadha pendenti quddiem il-qorti.", "Għalhekk is-sitwazzjoni għadha l-istess pero' l-impenn li kien hemm fis-snin li għaddew irridu nkompluh biex dan il- każ jitwassal għat-tmiem tiegħu.", "Naturalment l-Onor.", "Mizzi jaf li min bagħat l-ittra anonima ma kienx sodisfatt b'dak li sar fl-aħħar sentejn fuq dan is-suġġett għaliex l-aħħar sentenza ta' l-ittra tgħid: \"Nisperaw li taħt l-amministrazzjoni l-ġdida naraw xi riżultat li tant ilna nistennew.\".", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, se nagħmel domanda fuq suġġett differenti imma fl-opinjoni tiegħi relatat ma' dan is- suġġett.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħidilna fiex waslu l-iżviluppi dwar il-baċir numru 1 tat-tarzna u kif se jiġi kkonvertit ħalli ċ-ċentru ta' Bormla jingħata aktar ħajja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din il-mistoqsija hija relatata b'liċenzja kważi poetika ma' dan is-suġġett, Mr Speaker!", "Dwar il-baċir numru 1 tat- tarzna kelli diskussjonijiet mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici, bħala l-ministru responsabbli mit-tarzna.", "Aħna wassalna l-messaġġ lit- tarzna li dan il-baċir irid ikun inkluż fl-iżvilupp kollu ta' l-area tax- Xatt tal-Kottonera.", "Naturalment hemm diversi forom kif tista' tinkludi dik l-area.", "Tista' tinkludiha billi t-tarzna stess - kif jidher li kienet qiegħda tikkontempla l-amministrazzjoni preċedenti - tagħmel żvilupp li jkun wieħed li jaqbel mal-kumplament ta' l-iżvilupp kummerċjali fl-area kollha tal-Kottonera.", "Biss wieħed jista' jikkontempla forom oħra, inkluż il-forma li l-iżvilupp li jsir fuq il-baċir isir fuq bażi kummerċjali mill- istess enti jew entijiet li jkunu qed jagħmlu l-iżvilupp kummerċjali basta l-interess kummerċjali tat-tarzna jkun salvagwardat b'mod ieħor, jew bil- parteċipazzjoni ta' kumpannija li jkollha interess dirett fil-baċir numru 1 jew permezz ta' parteċipazzjoni mal-kumpannija li tkun qed tagħmel il- kumplament ta' l-iżvilupp.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, l-amministrazzjoni preċedenti kienet waslet għall-għażla li tkun it-tarzna nnifisha li tmexxi dan l-iżvilupp kummerċjali tal-baċir numru 1, dejjem konsonanti ma' l-iżvilupp kummerċjali u turistiku tal-Kottonera.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-għażla ta' l-amministrazzjoni preżenti fuq din il-ħaġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi l-materja għadha suġġett ta' diskussjoni mal-kumitat u d-diriġenti tat-tarzna, naħseb li f'dan l-istadju m'huwiex prudenti li wieħed jitkellem dwar liema hi l-għażla li wieħed jippreferi.", "Il-prinċipju prinċipali huwa li l-iżvilupp li jsir irid jaqbel mal-kumplament ta' l-iżvilupp.", "Jiena nemmen li hemm forom differenti ta' kif dak isir u naħseb li wieħed għandu jistenna l-eżitu ta' dawn id- diskussjonijiet u mbagħad niddiskutu s-suġġett kollu globalment.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jikkonferma li hu personalment iddiskuta dawn is-suġġetti mal-kunsill tat-tarzna jew ma' l- awtoritajiet tat-tarzna?", "Jista' wkoll jindikalna x'inhu t-timeframe li fuqu qed iħares lejn l-iżvilupp ta' din il-ħaġa biex naslu għal xi żvilupp konkret?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena personalment għad ma kellix diskussjonijiet mad-diriġenti tat-tarzna pero' diġa' għidt li ddiskutejt dan mal-kollega tiegħi li għandu r-responsabbilta' tat-tarzna.", "Nista' ngħid li fi ħdan il-ministeru għall-ambjent kien hemm diskussjonijiet mad- diriġenti tat-tarzna imma fuq suġġetti oħrajn.", "Rigward it-timeframe aħna qegħdin nimxu fuq prinċipju li nipprovaw kemm jista' jkun malajr, nispera sa l-aħħar tas-sena, nindikaw lill-parlament u lill-poplu l-iżvilupp kollu indikat għall-area tal-Kottonera.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Fil-perspettiva aktar wiesgħa u fuq is-suġġett oriġinali li dwaru kienet il-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- politika ġenerali ta' dan il-gvern dwar l-iscrapyards?", "Naħseb li kulħadd japprezza li l-iscrapyards ma jagħtux l-aħjar dehra ta' pajjiżna u allura naħseb li għandu jkun hemm politika ġenerali dwarhom.", "Għalhekk xtaqt li l- Ministru jgħidilna x'inhi l-politika tal-gvern f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, sfortunatament huwa fatt tal- ħajja li ma jistax ikollok ċerta attivita' industrijali u kummerċjali mingħajr ma jkollok ukoll scrapyards.", "Irridu naraw pero' li dawn ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-ambjent u għalhekk għandu jkun hemm ċertu ppjanar.", "Per eżempju, m'għandekx tagħmel scrapyard f'nofs żona residenzjali.", "Nafu li f'pajjiżna hawn scrapyards li huma legali u oħrajn li huma llegali u hemm proċeduri pendenti quddiem il-qorti.", "Huwa tajjeb li jkun hawn scrapyards pero' dawn iridu jsiru f'kontest tal-ħarsien tar- regoli ambjentali.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Xtaqt nagħmel l-aħħar mistoqsija fuq Bormla jekk jippermettili l-Ministru.", "Minn dak li fhimt u minn dak li qal, jista' l- Ministru jikkonfermalna liema ministeru, flimkien mat-tarzna, se jkun responsabbli għall-iżvilupp tal-baċir numru 1, jekk hux il-ministeru tiegħu jew il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi?", "U jekk se jkun il-ministeru għas- servizzi ekonomiċi, kif jinkwadra dan fil-kontest li diġa' ntqal, li se jkun hemm żvilupp integrat tal-Kottonera kollha f'dak li għandu x'jaqsam ma' mollijiet u żvilupp turistiku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru għall-ambjent huwa responsabbli għat-twettiq ta' dan il-proġett u allura tkun xi tkun il- modalita' ta' l-iżvilupp tal-baċir numru 1, din trid tassigura li dak l- iżvilupp jinkwadra ruħu mal-kumplament ta' l-iżvilupp kummerċjali ta' dawk l-inħawi.", "Pero' jekk qed nitkellmu fuq responsabbilta' li tappartjeni għal dikasteru ieħor, il-ministru responsabbli, dejjem bl-ikbar diskussjoni miftuħa u kontinwa bejnietna, għandu jitkellem mad-diriġenti tat-tarzna biex jara b'liema metodu se naslu biex nagħmlu dan.", "Meta mbagħad dak il- metodu jiġi stabilit - jiġifieri niddeċiedu jekk l-iżvilupp huwiex se jsir minnhom stess jew inkella billi jipparteċipaw fi żvilupp kummerċjali flimkien ma' min ikun qed jagħmel il-kumplament ta' l-iżvilupp u allura l- interess kummerċjali tagħhom ikun ugwalment salvagwardat, jekk mhux iżjed.....", "Naturalment fil-każ tat-tieni scenario m'għandekx diffikulta' għaliex għandek awtomatikament integrazzjoni totali tal-proġett u fil-każ ta' l-ewwel scenario, li kif ikkonferma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa dak li kien ippreferut mill-amministrazzjoni preċedenti, xorta waħda jkun hemm disinji li jridu jiġu sottomessi u diskussjoni ta' x'inhu l-iżvilupp.", "Imma mbagħad flimkien nassiguraw li ħaġa taqbel ma' l-oħra u allura nkunu qed nitkellmu fuq proġett wieħed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CILIA: Peress li l-ewwel structure plan issa għaddew ftit tas- snin mhux ħażin minn fuqu, jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jitressaq structure plan ieħor quddiem il-parlament?", "Jekk fl- affermattiv, meta hu maħsub li dan isir?", "Apparti minn hekk, jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa jew x'hemm maħsub li jsir fil-ġimgħat li ġejjin dwar ir-riformi li kienu mwiegħda fl- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tkun iktar effiċenti u timxi 'l quddiem?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): L-istructure plan li għandna beda jiġi mfassal fl-1990 u ġie approvat mill-parlament wara diskussjoni twila fl-1992.", "Jiġifieri issa ilna sitt snin b'dan l-istructure plan li jistabilixxi policies b'mod ġenerali li kultant jidħlu anke f'ċertu dettall.", "Issa li sirt iktar konxju ta' x'hemm f'dan l-istructure plan naqbel ukoll li hemm bżonn ta' reviżjoni u li f'ċerti partijiet minnu l- bżonn huwa urġenti.", "Per eżempju, hemm policies li ma jirriflettux is- sitwazzjoni tal-lum.", "Importanti daqs l-istructure plan pero' huma wkoll il-local plans.", "S'issa ġie approvat wieħed biss, dak ta' Birġebbuġa u Marsaxlokk, u xi ġimgħat ilu ġie mogħti lili l-Grand Harbour Local Plan li jinkorpora l-Port il-Kbir, il-Marsa, it-tlett ibliet u l-Belt Valletta.", "Jidhirli illi f'sitt snin imisshom saru iktar local plans u allura qegħdin nagħmlu l-isforzi kollha tagħna f'diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar - liema diskussjonijiet se jiġu riflessi fl-estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar li jkollna ċans niddiskutuhom - sabiex dan il-proċess jitħaffef billi nżidu r- riżorsi umani.", "Ħafna drabi li jinteressahom in-nies huwa li jinħarġu l-permessi fuq dik il-biċċa art li għandhom u li tkun tmiss ma' l-ischeme.", "Din se tiġi regolata bil-local plans pero' wieħed irid joqgħod attent għaliex jista' jkun hemm postijiet li jkun tajjeb li jidħlu fl-ischeme u oħrajn li jkun ħażin li jidħlu fl-ischeme, anke jekk xi darba kienu fihom.", "Għalhekk is- sena d-dieħla se jsiru sforzi speċjali kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll f'dak li huwa deployment ta' nies biex dan il-proċess jitħaffef.", "Nerġa' ngħid, jiena naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li jmisshom saru iktar pjani lokali imma s-sena d-dieħla se tkun is-sena tal-prova anke għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Rigward dik li hija reviżjoni ġenerali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-programm elettorali tal-partit fil- gvern li huwa kommess għal tliet skopijiet prinċipali, jiġifieri ż-żabra tal-burokrazija, ir-reviżjoni ta' l-istrutturi ta' l-awtorita' nnifisha u l- istructure plan u l-local plans li għadni kemm tkellimt dwarhom.", "Il-proċess ta' konsultazzjoni diġa' beda.", "Fil-fatt jena kelli taħdidiet ma' ħafna mil- partijiet interessati mil-lat ta' l-ambjent kif ukoll mal-Kamra tal-Periti.", "Naturalment saru ħafna proposti konfliġġenti pero' s-sena d-dieħla se ssir konferenza nazzjonali dwar l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, u dan mhux biex kulħadd jibda jfajjar il-kritika imma biex noħorġu bis-soluzzjonijiet, imbagħad il-gvern jieħu deċiżjoni finali dwar x'tip ta' reviżjoni għandha ssir.", "Aħna diġa' għandna f'moħħna x'jista' jsir pero' rridu nikkonsultaw ma' kulħadd.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' investigazzjonijiet li saru fuq kunsilli lokali mill-1 ta' Jannar sad-19 ta' Novembru, 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1631.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Internal statistics tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru, 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1107.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' istituti li twaqqfu u qegħdin joperaw taħt il-kappa ta' l- Universita' ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1423.", "MR SPEAKER: Grazzi. lI-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi kemm-il darba ltaqgħu l-bordijiet tad-diretturi tal- korporazzjonijiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1506.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' persuni reġistrati/naturalizzati bħala ċittadini Maltin bejn l-1994 u l-31 ta' Ottubru, 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1422.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIZOLUZZJONI DWAR ĦLASIJIET GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI", "Ikompli mit-23 ta' Novembru, 1998", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, meta niddiskutu l-voti speċjali għal kunsilli lokali nkunu qed nitkellmu dwar suġġett li llum jolqot il- ħajja tagħna ta' kuljum, li forsi ħafna minna neħduh for granted ukoll.", "Pero' għalija huwa sinifikanti li qed nitkellmu dwar struttura ta' gvern - u apposta qed nuża l-kliem \"struttura ta' gvern\" għaliex qed nitkellmu dwar struttura ta' gvern lokali - li issa ilha topera għal dawn l-aħħar ħames snin.", "Jien is-Sibt li għadda attendejt is-seminar preċiżament biex niddiskuti flimkien id-diversi suġġetti marbuta mal-kunsilli lokali, li kien organizzat fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "Mela qed nitkellmu dwar fenomenu relattivament ġdid fil-ħajja pubblika ta' pajjiżna, u rrid ngħid mill-ewwel li kien u huwa suċċess kbir.", "Huwa suċċess kbir għaliex, kif nista' nikkonferma minn diversi żjarat lil kunsilli lokali li jien nagħmel bħala parti mill-impenn tiegħi, l- entużjażmu, id-dedikazzjoni u s-sens ta' volontarjat ta' dawn in-nies ma nistgħux ma nfaħħruhx.", "Hawn wieħed irid jenfasizza li fuq din in-naħa tal-Kamra aħna kburin li tajna lil pajjiżna din l-istruttura ta' tmexxija.", "Permezz ta' din l- istruttura ta' deċentralizzazzjoni vera, ta' devoluzzjoni ta' poter, il- poter ma baqax konċentrat f'idejn il-ministri waħedhom, li allura sa qabel il-kunsilli lokali huma riedu jiddeċiedu dwar xogħlijiet pubbliċi, f'liema parti ta' Malta u Għawdex għandha ssir bankina, fejn jitwaħħlu l-bozoz, u kif jitħaddmu s-sistemi diversi ta' l-infrastruttura.", "Ħames snin ilu aħna fhimna li hemm prinċipju importanti ħafna li huwa msejjaħ ukoll il- prinċipju tas-sussidjarjeta`, li kemm jista' jkun id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu viċin il-livell fejn jolqtu l-aktar.", "Dan ifisser allura li kien hemm il-ħtieġa tat-twaqqif tal-kunsilli lokali, deċiżjoni li l-gvern ifformat mill-Partit Nazzjonalista fl-1993 ħa b'kuraġġ, minkejja li ma nistax ngħid li kellu l-ikbar inkoraġġiment possibbli mill-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Pero' fehem li t-triq 'il quddiem għal pajjiżna hija preċiżament li jkun hemm il-kunsilli lokali f'67 lokalita` differenti, li jkollhom ir-responsabbilta' diretta tad-deċiżjonijiet li l-iktar jolqtu l- ħajja ta' kuljum fid-diversi bliet u rħula li huma jmexxu.", "Sur President, qed nitkellmu fuq 67 lokalita', li 11 minnhom huma bliet u l-oħrajn huma rħula, pero' għal dan is-sens ta' identifikazzjoni diretta mal-lokalita' tagħhom, għal dan is-sens ta' pjani serji u konkreti li huma jkunu jridu biex jitwettqu f'dik il-lokalita', jien ma nistax ma nesprimix mhux biss ammirazzjoni lejhom imma anke ringrazzjament.", "U billi l- ministeru għall-ambjent dejjem ikollu diversi xogħlijiet li jolqtu lil kunsilli lokali mill-viċin u għandu diversi dipartimenti li jaħdmu b'mod regolari mal-kunsilli lokali, jien inħoss bħala dover - dover li naqdi bl- iktar mod pjaċevoli għalija - li dan il-messaġġ jitwassal mhux biss permezz tal-parlament imma direttament lil kunsilli lokali.", "U għalhekk ridt li fl- iskeda jkolli laqgħat direttament mal-kunsilli lokali, kemm għaliex diversi minnhom talbu huma li jagħmlu dawn il-laqgħat, kemm għaliex jien stess min- naħa tiegħi ħassejt li għandu jkun hemm kuntatt dirett b'sens ta' kordinazzjoni bejn il-ministeru għall-ambjent u l-kunsilli lokali.", "Fl-aħħar għaxar ġimgħat, Mr Speaker, jien żort lill-istess kunsilli lokali għaliex nemmen li iktar ma tisma' direttament mingħandhom fl-istess uffiċini tagħhom, fl-istess lokalita' tagħhom, x'inhuma l-problemi li huma jiffaċċjaw, x'inhu t-titjib li huma jixtiequ jaraw, x'inhu dak li huma jridu jaraw bħala kordinazzjoni bejn il-ħidma tagħhom u dak li jkun qed isir mill-ministeru għall-ambjent, tista' tapprezza ferm ikar milli jekk tirċievi lill-istess kunsilli fl-uffiċċju tiegħek fil-ministeru li inti tkun qed tokkupa.", "Għandi pjaċir ngħid li llejla - u ngħid illejla għaliex anke qabel is-seduta tal-parlament tal-lejla żort tliet kunsilli lokali oħra - żort il-kunsilli lokali ta' Wied il-Għajn, tax-Xgħajra u ta' Ħaż- Żabbar.", "Nista' ngħid ukoll li għamilt ġurnata Għawdex, fejn iltqajt mal- kunsilli lokali kollha ta' hemmhekk, l-14 kollha li huma.", "Jiġifieri b'kollox s'issa ltqajt ma' 41 minn dawn il-kunsilli, jiġifieri qisu kważi tnejn minn kull tlieta - naturalment is-26 li fadal niltaqa' magħhom fil- ġimgħat li ġejjin - u f'kull kunsill lokali joħroġ messaġġ pożittiv ta' nies li l-esperjenza tagħhom ta' dawn l-aħħar ħames snin hija esperjenza ta' kunsilli li permezz ta' din il-liġi li waqqfithom, illum qegħdin b'impenn totali jieħdu inizjattivi li naħseb li kien ikun diffiċli - biex ma ngħidx impossibbli - biex dawk l-inizjattivi jitwettqu kollha minn gvern ċentrali, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern.", "Mr Speaker, żgur li wasal iż-żmien li dawn il-kunsilli lokali jingħataw ukoll iktar poteri, rwol ikbar fl-amministrazzjoni ta' dak li jolqot l-area tagħhom.", "Kif nafu, il-gvern preżenti huwa preċiżament impenjat biex fejn il-kunsilli lokali fl-aħħar sentejn ingħataw inqas importanza, dik it-trend idawwarha u jerġa' juri bis-serjeta' li jemmen fl-istess kunsilli lokali.", "Bla dubju ta' xejn l-impenn tagħna huwa marbut mas-suċċess tal-kunsilli lokali.", "Aħna dejjem ħarisna lejn is-suċċess tal-kunsill lokali bħala parti mis-suċċess tal-gvern ċentrali.", "U hawnhekk qed nitkellem dwar il-kunsilli lokali kollha u mhux qed nitkellem għall-kunsilli lokali li jkunu fformati b'mod jew ieħor.", "Is-suċċess tal-kunsilli lokali kollha nqisuh ukoll U allura l-impenn tagħna lejn dawk il-kunsilli lokali huwa bla riżerva, anzi rridu nsaħħuh permezz ta' inizjattivi ġodda.", "Naturalment dan ma jfissirx li ma jkunx hemm ukoll inizjattivi fil-livell nazzjonali li wħud minnhom jolqtu lill-kunsilli lokali.", "Sur President, bħala ministru għall-ambjent, kif konna qed nitkellmu wkoll waqt il-mistoqsijiet parlamentari, għandi responsabbilta` għal proġett kapitali.", "Hemm proġetti, mhux l-inqas dak tal-Kottonera, kif ukoll ta' dawk ta' Manoel Island u Tigne' - u nista' nsemmi wkoll il-proġett taċ- ċentru nazzojnali ta' l-arti - li jirrikjedu proċess ta' konsultazzjoni diretta mal-kunsilli lokali.", "Meta fid-diskussjonijiet fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' wasalt fi stadju iktar avvanzat mal-MIDI consortium li se jagħmel dak il-proġett, ħassejt li għandi nżur immedjatament lill- Kunsilli Lokali ta' Ta' Sliema, tal-Gżira u anke ta' Ta' Xbiex biex nitkellem magħhom dwar diversi aspetti tal-proġett, kif dan jolqothom u fejn hemm punti li nistgħu niddiskutu flimkien, dan nagħmluh fl-istess ħin li qegħdin nagħmlu d-diskussjoni tagħna ma' min irid jagħmel il-proġett mil- lat kummerċjali.", "Kienet inizjattiva li żgur li kienet milqugħa bl-iktar mod pożittiv u rrid ngħid li issa li qegħdin fl-istadju avvanzat biżżejjed ta' diskussjoni bejn il-gvern u l-MIDI Consortium, wasal il-mument li tibda l-fażi tal-konsultazzjoni pubblika anke fil-livell ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Fil-fatt jien tkellimt mal-kollega tiegħi, il-Ministru Tonio Borg - u ma' l-Onor.", "George Pullicino fl-istess ministeru - u nista' ngħid li nhar il- Ħamis fl-uffiċini ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar niftħu b'mod uffiċjali l- proċess tal-preżentazzjoni tal-proġett kollu ta' Manoel Island u Tigne' lill-kunsilli lokali ta' l-inħawi.", "U l-ġimgħa d-dieħla mbagħad ikun il- bidu tal-proċess ta' konsultazzjoni pubblika, bi preżentazzjoni tal-pjanti kollha, tal-mudelli ta' l-iżvilupp ippjanat bi spjegazzjoni tat-taħlita bejn użu residenzjali u użu kummerċjali.", "Tingħata kwalunkwe spjegazzjoni lil kull min jitlobha.", "Hekk għandhom isiru l-affarijiet, bl-iktar mod miftuħ u nuru d-dispożizzjoni totali tagħna anke għas-suġġerimenti pożittivi kollha li jsiru.", "U llum li l-istadju ta' diskussjonijiet bejn il- gvern u l-konsorzju MIDI qiegħed fi stat avvanzat ħafna, jien kelli diskussjoni mal-kollegi ministri responsabbli għall-Awtorita' ta' l- Ippjanar u ma l-Awtorita' ta' l-Ippjanar stess u qbilna flimkien li allura huwa l-mument opportun li fih ngħidu li dan issa huwa l-bidu anke tal- konsultazzjoni konkreta, fejn il-pjanti nuruhom kollha, fejn ikun ippreżentat il-mudell ta' dak kollu li huwa ppjanat.", "Naturalment l-istess prinċipju jgħodd għal proġetti oħrajn.", "Nagħti l- eżempju immedjatament tal-proġett taċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti, fejn mort mill-ewwel fuq il-Kunsill Lokali tal-Belt.", "Jien għidtilhom li l-gvern preżenti jrid li jkun hemm il-konsultazzjoni miftuħa dwar iċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti ġewwa l-Belt Valletta ma' kull min hu interessat.", "Naturalment il-Kunsill Lokali tal-Belt apprezza l-fatt li aħna qed nerġgħu nimxu fuq il-prinċipju taċ-ċentru u mhux xi taħlita ta' ħwienet kummerċjali f'shopping arcade, u dan huwa skond ir-referendum li dak il-kunsill lokali kien organizza fost ir-residenti u fost il-komunita' kummerċjali tal-belt kapitali tagħna.", "Anke hawnhekk, meta l-proġett ikun imfassal fuq livell ta' master plan għall-inħawi kollha ta' Bieb il-Belt, ikun hemm il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika ma' l-istess kunsill lokali u ma' għaqdiet oħrajn interessati f'dan is-suġġett.", "Uħud minnhom diġa' ġew fl-uffiċini tal-ministeru għall-ambjent biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom, pero' dan huwa biss bidu ta' proċess ferm iktar wiesa' ta' konsultazzjoni li aħna nemmnu fih bis-serjeta'.", "Fl-istess qasam ma nistax ma nirriferix ukoll għall-proġett tal- Kottonera, li kellna riferenza għalih waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tal-lum.", "Il-proġett tal-Kottonera jagħmel sens sakemm ikun hemm rabta totali bejn l-iżvilupp kummerċjali u dak kollu li jolqot l- inħawi rappreżentati mill-kunsilli lokali kollha li għandhom id-direzzjoni bejniethom tal-Kottonera.", "U kien għalhekk li qabel kull diskussjoni anke mal-consortia kollha li jridu u li għad għandhom interess biex jagħmlu dan il-proġett, ridt li jkolli laqgħat mal-Kunsilli Lokali ta' Bormla, ta' l- Isla, tal-Birgu, u tal-Kalkara.", "Jekk wieħed jieħu l-periferiji tal- Kottonera, anke fis-sens iktar wiesa' tagħha, wieħed jista' naturalment jirriferi anke għal-laqgħat li kelli llum stess mal-Kunsilli Lokali tax- Xgħajra u ta' Ħaż-Żabbar.", "U rrid ngħid li meta t-taqsima xogħlijiet qed tara kif jista' jkun hemm numru ta' proġetti li fit-totalita' tagħhom ifissru r-riġenerazzjoni ta' dawn l-inħawi mil-lat soċjali, riġenerazzjoni li nħarsu lejn l-aspett storiku, lejn l-areas miftuħa bħal pjazzez, riġenerazzjoni li tagħmel dak kollu li jrid isir bħala impenn mill-gvern ċentrali favur dawn l-inħawi, aħna nkunu qed inħarsu lejn l-area kollha tal- Kottonera.", "Naturalment fil-mument opportun - u fuq dan ikollna żgur l- okkażjoni li nitkellmu ferm iżjed fid-dettall fil-ġimgħat li ġejjin meta d- diskussjonijiet dwar il-proġett ikunu ffinalizzati - irridu li jkun hemm rabta bejn dak li jkun qed jirriżulta favur il-il-gvern mill-introjtu kummerċjali, ikun hemm rabta bejn dak li qed joħroġ minn hemmhekk għal dak li mbagħad irridu nagħmlu bħala investiment fil-Kottonera.", "Biex nagħti eżempji nsemmi s-swar tal-Kottonera, il-pjazza ta' Santa Margherita f'Bormla, u nħawi oħra, anke fil-qalba ta' dawn l-ibliet storiċi li huma ġawhra ta' storja, ġawhra wkoll ta' qalb kbira tal-poplu li jgħix hemmhekk.", "Din ir-rabta ta' konsultazzjoni u djalogu kontinwu bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali, u l-fatt li nħarsu lejn il-kunsilli lokali bħala key players magħna, anke fejn jidħlu proġetti kapitali nazzjonali importanti, hija rabta li tħares lejn il-ħteġijiet tan-nies kollha f'dawn l-inħawi bħala l-aktar aspett importanti tal-proġett.", "Għaliex il-kejl tas-suċċess tagħna ma jista' jkun qatt kejl marbut sempliċement ma' l-introjtu favur il- gvern mill-partijiet kummerċjali imma jrid jitkejjel minn kemm aħna ntejbu verament l-ambjent tan-nies li jgħixu viċin proġett bħal dan.", "Din hija r- rabta li aħna rridu noħolqu u nħarsu aktar lejha meta nitkellmu dwar proġetti ta' riabilitazzjoni.", "Kif nafu hemm il-proġett fil-belt kapitali tagħna, il-Belt Valletta, hemm ukoll fil-Kottonera, u kien hemm dejjem l-idea li għandu jsir xi ħaġa simili wkoll fl-area ta' l-Imdina.", "L-ewwelnett hawn irridu nitkellmu dwar riġenerazzjoni li tinvolvi bl-iktar mod dirett lill-kunsilli lokali u jien napprezza t-talbiet ta' parteċipazzjoni diretta li għamlu l-kunsilli lokali biex huma jkunu parteċipi fid-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar il-proġetti ta' riabilitazzjoni li rridu nagħmlu fil-Belt, fil-Kottonera u fl-Imdina.", "Jien kelli l-opportunita` li niltaqa' darba, darbtejn mal-Kunsilli Lokali tal-Kottonera u l-inizjattiva li jieħdu dawn xi kultant tispikka anke aktar minn inizjattivi ta' kunsilli lokali oħrajn.", "Mhux biss l-inizjattiva tagħhom hi waħda mnebbħa minn dak is-sens ta' mħabba ġenwina għal-lokalita' fejn jgħixu, bħalma hi tal-kunsilliera ta' l-inħawi kollha ta' Malta u Għawdex, imma hija wkoll dedikazzjoni biex jagħtu l-aħjar lil-lokalitajiet tal-Kottonera, li għandhom ħteġijiet partikolari ħafna, li ma jistax ma jkunx hemm l-intervent totali tagħna sabiex ikun hemm titjib fil-kwalita' tal-ħajja b'mod ġenerali ta' dawn l-inħawi kollha.", "Wieħed irid verament jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu meta jħares lejn dak li diġa' twettaq mill- kunsilli lokali.", "Mr Speaker, inizjattiva importanti li l-gvern preżenti beħsiebu jkompli biha hi dik li tirrigwarda proġetti ta' embellishment f'lokalitajiet li għandhom karetteristika partikolari, fejn hemm iktar konċentrazzjoni ta' attivita' turistika.", "Il-gvern preċedenti kien ħadem fuq il-proġett ta' Buġibba, fejn għad fadal ukoll dettallji x'jitwettqu, u l-gvern preżenti se jkompli bil-proġett ta' Buġibba u anke jtejjeb fejn ikun hemm bżonn.", "Kien hemm ukoll il-bidu tal-proġett ta' l-embellishment ta' l-area ta' Marsaxlokk, Marsascala u Birżebbuga; u nafu wkoll li hija pproġettata bħala żona turistika l-area ta' Tas-Sliema, Paceville u San Ġiljan.", "Pero' huwa kruċjali - u dan bħala prinċipju għalija hu importanti ħafna - li f'dawn l- embellishment projects ma nħarsux b'mod li qisu l-gvern ċentrali qiegħed jissostitwixxi l-irwol tal-kunsilli lokali.", "Meta l-gvern ċentrali jagħmel embellishment projects irid jagħmilhom biex jikkumplimenta l-inizjattivi tal-kunsilli lokali u jista' jilħaq dan l-għan biss jekk jikkonsulta b'mod kontinwu ma' l-istess kunsilli lokali ta' dawk l-areas.", "Għaliex jekk nibdew nieħdu l-atteġġjament li fejn ikollna embellishment project se jsir li ngħidu aħna, jgħidu x'jgħidu l-kunsilli, dan ma jkunx il-mod kif nuru verament ir-rispett tagħna lejn il-kunsilli lokali ta' l-inħawi.", "Kieku kelli nagħti ftit eżempji kif qed inwettqu wkoll dan l-impenn tagħna bis- serjeta`, nirriferi per eżempju għal Marsaxlokk, fejn ġew issa sottomessi l- pjanti lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex l-area ta' quddiem il-knisja tiġi pedestrianised.", "Pero' dan sar wara li kien hemm il-qbil bejn il- kunsill lokali, l-embellishment committee u interessi oħra li huma rrappreżentati fl-inħawi.", "U l-istess qed nagħmlu rigward dak kollu li jolqot it-titjib ta' l-area ta' Marsaxlokk.", "Semmejt dak biex inkun tajt eżempju wieħed.", "Mr Speaker, nistgħu nitkellmu dwar l-area ta' embellishment f'partijiet diversi ta' Wied il-Għajn, fejn illum kelli l-pjaċir inżur il-kunsill lokali.", "Hemmhekk iddiskutejna b'mod preċiż kif il-programm ta' embellishment għal dawk l-inħawi jista' jinkorpora fih it-talbiet diretti li qed jagħmel dak il-kunsill lokali.", "Wieħed japprezza li l-area ta' Wied il-Għajn hi ta' importanza mill-aspett turistiku u mill-aspett nazzjonali, allura jrid ikun hemm kordinazzjoni regolari bejn il-gvern u l-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn.", "Hawnhekk għandi l-proposti varji ta' xogħol li rridu nagħmlu f'dawn l-inħawi, inkluż it-titjib ta' l-area madwar it-torri ta' San Tumas, it-titjib ta' l-area Ta' Zonqor, titjib ieħor li rridu nagħmlu f'toroq bħal Triq is-Salini, Triq Vajrita, it-taraġ pubbliku, rampi fi triq ġdida bejn Triq Nigel Dennis u Triq is-Salini, u nħawi oħrajn li kollha jirrikjedu intervent mill-gvern sabiex nassiguraw li jkun hemm it- titjib meħtieġ għar-residenti kollha ta' l-inħawi.", "Għaliex meta nitkellmu dwar embellishment projects fejn hemm interess turistiku - u dan naturalment nistgħu ngħiduh għal areas oħra - dan b'ebda mod ma jnaqqas mill-interess li jrid jibqa' jingħata l-akbar importanza għall-istess residenti Maltin li jgħixu fl-inħawi.", "Mr Speaker, qed naraw ukoll x'hemm bżonn isir fl-inħawi ta' Birżebbuga, dejjem bil-prinċipju li jkollna l-kordinazzjoni bejn il-gvern u l-istess kunsill lokali.", "Naturalment f'Birżebbuga qed nitkellmu dwar areas ta' interess storiku, b'mod partikolari bħalma hija l-area viċin Għar Dalam u postijiet oħra li huma wkoll ta' attrazzjoni mhux biss għar-residenti t'hemmhekk imma għal nies oħra li jżuru dik il-lokalita'.", "Fil-każ ta' Buġibba naturalment qed inkomplu fuq interventi li saru anke fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għaliex għad hemm xogħlijiet li ma kenux saru.", "Hemm ukoll diffikultajiet partikolari, fejn irridu, per eżempju, nagħtu iktar spazju biex jiġu mmanuvrati l-opri tal-baħar, allura hawnhekk wieħed irid iwessa' t-triq ta' aċċess għall-boathouses tal-Qawra.", "Irridu nieħdu ħsieb ukoll il-lokazzjoni tal-main tad-drenaġġ li kienet tgħaddi mis-sit tax-xogħol.", "Nafu li hawnhekk kienu qamu diffikutajiet anke għaliex dwar parti mix-xogħlijiet li saru qabel kien hemm diffikutajiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għalhekk aħna se nkomplu bid-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kif ukoll, f'dan il-każ, ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex nirriżolvu d-diffikutaljiet li kien għad fadal mingħajr ma nnaqqsu b'xi mod mit-tajjeb li kien ukoll sar f'dawn l- inħawi.", "Mr Speaker, issa se nitkellem dwar dak li huwa ppjanat bħala embellishment fl-areas ta' Paceville u San Ġiljan.", "F'dan il-każ saru laqgħat mill-periti ta' l-environment planning unit ma' l-isteering committee ta' San Ġiljan u Paceville biex niġbru l-informazzjoni għat- tħejjija ta' masterplan għal-lokalitajiet imsemmija.", "Fil-fatt iktar tard dan ix-xahar se jkun hemm laqgħa oħra man-nies kollha konċernati u dan ukoll kien suġġett li mbagħad iddiskutejt direttament mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan.", "Rigward l-embellishment li jrid isir fil-każ ta' l-area ta' Tas-Sliema saret ukoll diskussjoni mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema.", "L-ideat varji jinkludu l-pedestrianisation tas-sessjoni ta' Triq Bisazza, parti minn proġett li ilna nenfasizzaw l-importanza tiegħu, u naturalment irridu wkoll nassiguraw li jkun hemm masterplan għall-inħawi kollha għaliex huwa kruċjali li l-iżvilupp li jkun qed isir f'parti jintegra mal-kumplament ta' l-iżvilupp fiż-żona kollha li hija żona turistika u residenzjali.", "Jien, Mr Speaker, meta nitkellem dwar il-ministeru għall-ambjent u l- kunsilli lokali rrid nirriferi għall-punt li għalija huwa kruċjali ħafna.", "Il-kunsilli lokali jiġu f'kuntatt regolari mal-ministeru għall-ambjent permezz ta' dak li jissejjaħ il-local council contracts unit fi ħdan it- taqsima xogħlijiet.", "Dan il-unit irridu nsaħħuh iżjed billi nirristrutturaw it-taqsima xogħlijiet, u nsaħħuħ b'mod li nkunu nistgħu niggarantixxu lil kunsilli lokali li fejn dawn jagħtu kuntratti lill-gvern, dawk il-kuntratti jkunu onorati.", "Għaliex ma jistax ikollna sitwazzjoni fejn ikollna dan il- unit u mbagħad meta l-gvern jagħmel proġetti ta' natura importanti bħalma semmejt, f'Buġibba jew f'Wied il-Għajn, Marsaxlokk u f'Birżebbugia f'daqqa waħda n-nies kollha tal-local council contracts unit jintefgħu kollha hemmhekk.", "Diversi kunsilli lokali jgħiduli li għalkemm japprezzaw ix- xogħol importanti li jsir f'areas oħra, imma biex isir dak ix-xogħol f'daqqa waħda n-nies li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom jisparixxu kollha.", "Naħseb li rridu nsibu bilanċ.", "Jien nifhem li l-gvern m'għandux jagħmel il-proġetti l-kbar kollha b'kuntratt u allura huwa tajjeb li juża n- nies tiegħu, pero' huwa ħażin li mbagħad f'daqqa waħda juża n-nies kollha fi proġett, ta' importanza kemm ikun ta' importanza, u jħalli lill-kunsilli lokali mingħajr in-nies meħtieġa għall-kuntratti li dawn ikunu għamlu ma' l-istess gvern ċentrali.", "Naturalment punt ieħor ta' kordinazzjoni bejn il-ministeru għall-ambjent u l-kunsilli lokali huwa rigward it-tindif, rigward proġetti biex insebbħu lil pajjiżna u rigward proġetti ta' mmaniġġjar aħjar ta' l-iskart.", "U jien, bħalma wassalt personalment il-messaġġ lill-41 kunsill lokali li s'issa żort - naturalment l-oħrajn li se nżur fil-ġranet li ġejjin - inwegħidhom l- akbar kollaborazzjoni u li naħdmu id f'id għaliex il-gvern ċentrali jemmen bis-serjeta' fil-gvern lokali li huwa stess kien waqqaf ħames snin ilu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, tul l-aħħar ħames seduti konna qegħdin niddiskutu l-vot tal-kunsilli lokali u jkun tajjeb li wieħed jifli d-diversi kummenti li saru f'dan il-parlament.", "Membru min-naħa tal-gvern il- bieraħ insista li taħt Gvern Laburista l-kunsilli lokali tnaqqsilhom il- vot, u allura jkun tajjeb li wieħed jara jekk dan naqasx sempliċement b'kapriċċ, fiċ-ċirkostanzi finanzjarji partikolari tal-gvern.", "Waħda mil-liġijiet li tressqu ġewwa dan il-parlament taħt Gvern Laburista u li kellha effett fuq il-fondi li jingħataw lill-kunsilli lokali kienet il- liġi li neħħiet il-VAT.", "Wara t-tneħħija tal-VAT il-kunsilli lokali ma kenux iżjed obbligati jħallsu l-15% fejn jidħlu servizzi.", "Dan ifisser li hemm relazzjoni sħiħa bejn dak li tnaqqas mill-voti tal-kunsilli lokali u l- effett li kellha l-VAT, apparti l-fatt li l-gvern kien lest jagħti lil kunsilli lokali numru ta' ħaddiema biex jgħinuhom fix-xogħol tagħhom imma jitħallsu mill-gvern stess.", "Għalhekk meta wieħed jikkonsidra dan jara li kien hemm ċertu bilanċ u mhux kif qal l-Onor.", "Michael Asciak, li l-kunsilli lokali kienu qishom xi kelb tal-but.", "Pero' jien ngħid li hemm bżonn li min imexxi l-kunsilli lokali jkun accountable; u din ngħidha bl-ikbar responsabbilta' u ma nixtieqx li jkun hawn min jieħu għalih.", "Sur President, hemm bżonn li l-kunsilli lokali jaraw li l-infiq tagħhom ma jaqbiżx il-vot li jingħataw.", "Qed ngħid dan għaliex nafu li kien hemm numru ta' kunsilli lokali li bdew jonfqu aktar minn kemm kellhom ivvotati.", "Hawnhekk tidħol ukoll l-accountability u tajjeb li nitkellmu dwar ix-xogħol li għandu jsir.", "Jiena ngħid li l-kunsilli lokali jkollhom valur akbar jekk ix-xogħol ikun imqassam ugwalment fil-lokalita' kollha.", "M'huwiex sewwa li ċerti kunsilli lokali jikkonċentraw ix-xogħol tagħhom f'area waħda - forsi għaliex hemm predominanza ta' persuni li għandhom l-istess kulur politiku tal-membri tal-kunsill - u areas oħrajn fejn in-nies għandhom twemmin politiku differenti jiġu injorati għal snin sħaħ.", "Sur President, wieħed mill-ilmenti regolari li kien ikollna mir-residenti ta' area partikolari tal-Mosta - konna qegħdin nagħmlu d-door-to-door visits qabel l-elezzjoni - kien fis-sens li: Hawnhekk hawn telqa sħiħa, hawnhekk ħadd ma jagħti kasna.", "Fil-fatt l-ilmenti li kienu jsemmulna kienu jikkonċernaw ħwejjeġ li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali, u allura, ngħid għalija, iktar inħoss il-ħtieġa li l-kunsill lokali, hu liema hu, jifrex l-attenzjoni tiegħu mal-belt jew raħal kollu.", "Kontra dak li kien jgħid il-Partit Nazzjonalista, li għoġbu jippolitiċizza l-kunsilli lokali, il-Partit Laburista dejjem sostna li persuni li joħorġu għal kunsill lokali m'għandux ikollhom irbit politiku, ħalli jkunu jistgħu jaraw dejjem aħjar l-interess tal-lokal u mhux ta' parti minnu.", "Sur President, hemm bżonn ukoll li qabel ma kunsill lokali jaqbad u jieħu ċerti deċiżjonijiet, jara li tiġi miflija sew is-sitwazzjoni sħiħa ħalli ma jinħoloqx periklu bla bżonn.", "Ngħid għalija jiena sifirt bosta drabi u mkien qatt ma rajt planters f'xi kantuniera, bħal dawk li hemm fi Triq il- Kostituzzjoni l-Mosta.", "Dawn joffru periklu għall-karozzi li jkunu ħerġin għat-triq prinċipali - speċjalment jekk ikunu karozzi ta' ċertu kobor, għaliex biex iduru jridu bilfors imorru fuq in-naħa l-oħra tat-triq - joffru periklu għall-karozzi li jkunu għaddejjin mill-istess triq u joffru periklu anke għaċ-ċittadini li jkunu qegħdin jaqsmu t-triq.", "Għalhekk jenħtieġ li dawn il-planters inbaxxuhom b'mod li ma jibqgħux ta' ostaklu.", "(Interruzzjonijiet)", "Jenħtieġ ukoll li l-kunsilli lokali jkunu aktar konxji mill-bżonn ta' postijiet ta' rikreazzjoni għaż-żgħażagħ - jiena bħalissa suppost qiegħed nattendi l-laqgħa tas-Social Affairs Committee, fejn qegħdin nitkellmu fuq diversi problemi li jolqtu liż-żgħażagħ, fosthom il-kwestjoni tar-rave parties - pero' qabel ma nitkellmu fuq ir-rave parties u fuq id-discos, fejn qed ikun hemm konsum esaġerat ta' alkoħol, jenħtieġ li naraw x'alternattiva nistgħu noffru liż-żgħażagħ fil-lokalita' stess fejn jgħixu.", "Kull lokalita' għandha l-karetteristiċi tagħha u ħadd iktar mill-istess residenti ma jista' jifhem il-problemi ta' lokalita' partikolari.", "Għalhekk il-kunsilli lokali għandhom ilaqqgħu lid-diversi għaqdiet u jaraw x'alternattivi jistgħu joffru lit-tfal u liż-żgħażagħ fil-lokalita' fejn jgħixu.", "(Interruzzjonijiet) Nimmaġina li wħud mill-kunsilliera huma ġenituri u allura għandhom iktar għaliex jifhmu r-raġunijiet għala ż- żgħażagħ jitilqu 'l barra mir-raħal u jagħżlu postijiet li forsi anke joffru ċerti vizzji.", "Kif diġa' għidt, kultant il-problemi mhux il-kunsill joħloqhom iżda xi entita' governattiva.", "Per eżempju, il-Kunsill Lokali tal-Għargħur għal diversi drabi għamel talba biex area fil-lokalita' tiġi mibdula fi ġnien iżda minħabba problemi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u problemi oħrajn ma sar xejn.", "Nafu wkoll li qed nonfqu ammonti ta' flus biex nirranġaw il-bankini.", "Dan huwa kollu tajjeb pero' fl-opinjoni tiegħi aktar jagħmel sens li nonfqu l-flus fi playing fields.", "Fin-Naxxar, per eżempju, hemm il-ħsieb li l-ground tal- football jinkesa b'turf artifiċjali ħalli ż-żgħażagħ tan-Naxxar u tal- lokalitajiet fil-qrib ikollhom fejn jipprattikaw xi sport.", "Fl-opinjoni tiegħi jkun tajjeb ukoll li l-kunsilli lokali jieħdu ħsieb il- wirt storiku u kulturali fil-lokal.", "Kunsillier partikolari, li sfortunatament illum m'għadux fil-kunsill tan-Naxxar, għal dawn l-aħħar tlieta jew erba' snin wera interess kbir fejn jidħol il-wirt kulturali.", "Bl-iżvilupp li sar, anke permezz ta' leaflets li ntbagħtu fid-djar, dan il- bniedem irnexxielu jerġa' jqajjem sens kulturali fin-Naxxarin, u bil-mod il- mod qed naraw anke turisti jiġu jżuru dawn il-postijiet.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment m'għandniex inħarsu biss mil-lenti tat- turiżmu.", "Jenħtieġ li t-tfal fl-iskejjel primarji neħduhom f'dawn il- lokalitajiet u nuruhom l-istorja ta' Malta, li meta tikkomparaha ma' l- istorja ta' pajjiżi akbar minna ssib li hija aktar rikka.", "Nafu li l- Ġgantija, per eżempju, hija eqdem minn Stonehenge u allura għandna biex niftaħru.", "Kważi kull belt jew raħal f'Malta u Għawdex għandha x'toffri u dawn il-postijiet irridu nibżgħu għalihom u mhux jiġu vandalizzati jew sfruttati biex jingħataw għal xi proġett ta' bini.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li hemm bżonn li kull kunsill jagħraf il- wirt storiku fil-lokalita' tiegħu u jagħmel tabelli sabiex wieħed isib dawn il-postijiet faċilment.", "Nerġa' ngħid, l-istorja ta' Malta hija rikka ħafna u din ir-rikkezza rridu noħorġuha ħalli mhux biss igawduha t-turisti imma anke wliedna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, għaddew ħames snin minn mindu twaqqfu l- kunsilli lokali u jkun tajjeb li nagħtu ħarsa lura lejn l-esperjenza li ġbarna u ħarsa oħra 'l quddiem ħalli naraw fejn irridu naslu.", "Jidher li kollox ma' kollox il-poplu Malti laqa' tajjeb il-kunsilli lokali għalkemm f'ċerti oqsma għad hemm fejn għadna niddibattu bħal, per eżempju, dwar is-sehem dirett tal-partiti politiċi.", "Il-Partit Nazzjonalista għadu jinsisti li jipparteċipa direttament u għalkemm bħala prinċipju l-Partit Laburista ma jaħsibx li hija xi ħaġa tajba li nniżżlu d- diviżjonijiet bejnietna anke fil-livell lokali, aħna qegħdin nikkonsidraw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħna skond kif qegħdin jevolvu l-affarijiet.", "Dan ma jfissirx li qegħdin nwarrbu l-prinċipju li fl-opinjoni tiegħi għadu jgħodd sal-lum imma lanqas jaqbel li nkunu żvantaġġati, u allura dik hija waħda mill-oqsma fejn għadna qegħdin niddibattu.", "Sur President, kien hemm bosta esperjenzi ta' min ifaħħarhom iżda oħrajn li ma kenux daqstant tajbin.", "F'dawn is-sentejn il-Gvern Laburista alloka kważi ¥4 miljun għall-irranġar tat-toroq, xi ħaġa li kulħadd jaqbel dwarha, u fil-fatt din il-problema kienet qiegħda tiġi ffaċċjata.", "Kien hemm ukoll il-manutenzjoni ta' numru ta' skejjel tal-gvern, eżempju ċar ta' kif l- amministrazzjoni ċentrali tista' taħdem ma' l-amministrazzjoni lokali, pero' naħseb li hemm il-bżonn ta' iktar kollaborazzjoni ta' dan it-tip bejn id-dipartimenti tal-gvern u l-kunsilli lokali.", "Issemmew imbagħad in-nuqqas ta' fondi - xi ħaġa li konna kostretti nagħmlu minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja li konna fiha - pero' ma ssemmewx il-proġetti li daħal għalihom il-gvern.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-proġetti ta' Buġibba, Birzebbuga u Wied il-Għajn u kieku dawn il-fondi kellhom jingħaddu ma' dawk tal- kunsilli, it-total żgur li kien jiżboq l-ammont minfuq mill- amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti.", "U la qed insemmi l-proġetti tan- nofsinhar ta' Malta, nixtieq insemmi x-xogħol kbir li sar fuq il-pjan soċo- ekonomiku u ambjentali għal dan ir-reġjun.", "Dan kien magħmul minn 12-il-kunsill lokali, minn dipartimenti tal-gvern u minn clubs soċjali u tal-baned.", "Huwa xogħol li ħa aktar minn sena u ġew indirizzati ħafna problemi u permezz tiegħu saru proposti minn perspettivi differenti ta' nies li jgħixu f'dawn il-lokalitajiet.", "Dan il-pjan għas- south ta' Malta jinkludi oqsma bħalma huma l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli, l-infrastruttura, it-turiżmu, l-edukazzjoni, kultura u sport u oqsma soċjali.", "Fost il-ħafna proposti li saru kien hemm dawk fuq ir- resource and waste management, proġetti sportivi, policy fuq l-enerġija, l- industrija, il-wirt storiku, it-turiżmu, in-networking tat-toroq, l- ambjent, is-saħħa u l-agrikoltura.", "Dan huwa rapport voluminuż li kif għidt fih il-perspettiva ta' ħafna nies differenti li jgħixu ta' kuljum ir- realta' ta' dawn il-lokalitajiet.", "Il-kontribut ta' dawn in-nies huwa validu ħafna u għalhekk nittama li l-proposti li saru naħdmu fuqhom flimkien ħalli x-xogħol biex sar dan il-pjan ma jissarrafx fi flus thrown down the drain u f'ħela ta' riżorsi.", "Jenħtieġ ukoll li l-kunsilli lokali jkunu aktar demokratiċi, fis-sens li jkun hemm rappreżentanza ogħla ta' nisa.", "In-numru ta' nisa fil-kunsilli lokali qiegħed dejjem jiżdied.", "Fil-fatt dan huwa ogħla minn dak tal- parlament, konformament mal-bqija tad-dinja.", "Fil-fatt ir-rapport tal- Commonwealth local government forum jgħid li l-proporzjon ta' nisa fil- local government huwa iktar għoli minn dak tal-gvern nazzjonali pero' hemm ħafna x'isir biex fil-proċess fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ikun hemm aktar nisa.", "Rapport mill-committee on women's rights tal-Parlament Ewropew jgħid ukoll li ma jistax ikollok demokrazija sħiħa sakemm ma jkollokx nisa u rġiel jipparteċipaw bl-istess numru fil-livelli fejn jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "Fil-fatt hemm indikazzjonijiet li fejn jittieħdu deċiżjonijiet anke min-nisa, l-outlook tagħhom tkun differenti minn ċerti issues u allura għandek xi ħaġa aktar sħiħa għaliex hemm il-kontribut minn perspettivi differenti.", "Il-Kunsill ta' l-Ewropa jagħmel ukoll suġġerimenti u jenfasizza l- edukazzjoni u t-training sabiex in-nisa jkunu jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom fil-livelli kollha fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet fis-soċjeta' tagħhom.", "Jinkorraġġixxi wkoll sabiex ikun hemm aktar kampanji ħalli l- opinjoni pubblika tkun informata dwar il-bżonn li jkollna rappreżentanza aktar bilanċjata.", "Il-Kunsill ta' l-Ewropa jagħmel ukoll is-suġġeriment li kull gvern għandu jissettja targets għar-rappreżentanza politika kemm fil- livell nazzjonali u kemm fil-livell lokali u jissuġġerixxi wkoll li kull Stat jimplimenta pjani għal opportunitajiet indaqs fis-servizz pubbliku.", "Rapport ieħor li nixtieq insemmi jgħid li minħabba li n-nisa għadhom fil- parti l-kbira tagħhom responsabbli għal ħafna xogħol ġewwa d-dar barra x- xogħol tagħhom professjonali, allura ċ-ċirkostanzi ma jgħinuhomx sabiex jagħtu sehemhom fil-livell lokali.", "Għalhekk hemm il-bżonn ta' kampanja ta' awareness dwar il-bżonn tal-perspettiva tan-nisa wkoll fil-livell lokali.", "In-nisa għandhom ħafna x'jagħtu.", "Tara ħafna nisa fl-areas pubbliċi, fil- playing fields u fejn l-iskejjel fejn jieħdu t-tfal tagħhom u għalhekk huma aktar konxji mill-problemi li hemm fil-lokalta' għaliex jesperjenzjawhom kuljum.", "Mela jekk dawn il-problemi qegħdin jgħixuhom ta' kuljum, dan ifisser li huma f'qagħda aħjar li jġibuhom 'il quddiem u jagħmlu xi ħaġa biex isolvuhom.", "Kif dejjem ngħidu, riżorsi x'naħlu m'għandniex u għandna bżonn is-sehem ta' kull min għandu x'joffri.", "Għalhekk nissuġġerixxi li jibqgħu jsiru l-korsijiet li konna nagħmlu għal kandidati nisa fejn jiġu trained fi skills ta' leadership u decision making.", "F'dawn il-korsijiet ikollhom ukoll iċ-ċans li joħolqu networks li mbagħad jissarfu f'appoġġ reċiproku.", "Nixtieq ngħid ukoll li waħda mir-raġunijiet għalfejn nisa jżommu lura milli jimmiraw lejn postijiet fejn jittieħdu deċiżjonijiet hija n-nuqqas ta' għarfien kif kull deċiżjoni tista' taffettwa nisa u rġiel b'mod differenti.", "Aħna għalhekk konna nħeġġu biex fil-lezzjonijiet ta' l-istudji soċjali, l-għalliema u l-istudenti jiddiskutu l-bżonn li nisa u rġiel jipparteċipaw flimkien fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-ħajja ta' kuljum.", "Dan għandu jkun ukoll fil-livell ta' komunita' u minn hawn joħroġ il-bżonn ta' aktar nisa fil-kunsilli lokali.", "Il-kummissjoni għall-avvanz tal-mara kienet bdiet dawn it-tip ta' diskussjonijiet sentejn ilu u din kienet xi ħaġa tajba sabiex in-nisa jintroduċu l-perspettiva femminili tant nieqsa imma tant meħtieġa f'dawn il-livelli.", "Iktar nisa fil-kunsilli lokali jfisser li jkun hemm aktar role models li joffru inkorraġiment lil nisa oħra biex jitħajru jagħtu sehemhom.", "Biex dan isir, il-policies tagħna għandhom jgħinu lin-nisa u lill-irġiel jiksbu suċċess fix-xogħol u fil- familja.", "Irridu nkunu effettivi fuq ix-xogħol u fil-familja u għalhekk hemm il-ħtieġa li nibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet tax-xogħol ma' dawk tad-dar.", "Kif għidna kemm-il darba, jeħtieġ li l-istruttura tradizzjonali fis- soċjeta' tagħna tiġi aġġornata jew mibdula biex ma tibqax isservi ta' barriera għas-sehem tan-nisa fil-ħajja pubblika.", "Iżda għalkemm dawn il- miżuri jkollhom effett trasformattiv fuq is-soċjeta' waħedhom ma jistgħux iġibu bidla sħiħa.", "Din il-ħidma ftit għandha mnejn tirnexxi jekk fl-istess waqt ma sseħx il-famuża bidla kulturali.", "Għalhekk l-edukazzjoni għandha rwol importanti biex il-bidla li rridu nġibu, flimkien ma' politika soċjali anti-sessista, ikollha sisien kulturali sodi.", "Il-konfront mal-preġudizzji tagħna huwa wieħed li jnigges, imma qabel ma nagħmluh ma nistgħux ngħidu li aħna element demokratiku kostituttiv, pajjiż li jixtieq jipprattika d- demokrazija.", "Jeħtieġ li bis-sabar kollu nħottu l-ħajt għoli tal- preġudizzju li soċjeta' msejsa fuq relazzjonijiet soċjali inġusti u inugwali trawwem f'kull persuna li titwieled.", "Pero' jien ngħid li m'għandniex naqtgħu qalbna jekk il-bidla għal soċjeta' fejn hemm l- ugwaljanza totali tidher 'il bogħod, għaliex il-bidla fir-relazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel hija waħda mill-aktar profonda fost il-bidliet li soċjeta' tista' tgħaddi minnha, u kull pajjiż fid-dinja għadu qed jaħdem fuq din l-evoluzzjoni.", "In-nisa u l-irġiel huma differenti għalkemm l-għanijiet tagħhom jistgħu jkunu l-istess, iżda s-soluzzjonijiet permezz tal-perspettivi tagħhom jistgħu jkunu differenti.", "Din fl-opinjoni tiegħi hija qawwa u saħħa biex nilħqu dawn l-għanijiet tagħna, iżda l-isforzi jridu jsiru flimkien mill- irġiel u min-nisa fi spirtu ta' koperazzjoni u solidarjeta', sabiex id- deċiżjonijiet li nieħdu verament jirriflettu t-tamiet u l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini kollha.", "Għalhekk il-bżonn ta' aktar nisa fil-livell fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "La qed nitkellem fuq l-edukazzjoni, tajjeb ngħid li l-korsijiet li kienu jsiru mis-segretarjat kienu jsiru għan-nisa biss pero' dawk il-korsijiet fuq il-livell ta' kunsilli lokali kienu jsiru għall-kunsilliera kollha.", "Hawnhekk nixtieq inħeġġeġ sabiex aktar kunsilliera prospettivi jattendu għal dawn il-korsijiet għaliex jiddispjaċini ngħid li l-attendenza ma kenitx tkun tajba ħafna.", "Huwa dejjem tajjeb li nkomplu nitħarrġu u bħal f'kull ħaġa oħra m'għandniex nikkuntentaw bid-dilettantiżmu.", "Għalhekk dawn il-korsijiet għandhom jibqgħu jsiru u kull kandidata prospettiva għandha tisfruttahom.", "Dawn il-korsijiet jittrattaw kif jiffunzjona l-kunsill u x'inhuma d-dmirijiet u d-drittijiet tal-kunsilliera u jkun tajjeb li min ikun fuq kunsill ikollu daqsxejn ta' background f'dan il-qasam.", "Sur President, ċertament li hemm ħafna x'nitgħallmu mill-esperjenza ta' dawn il-ħames snin biex intejbu l-affarijiet ħalli l-kunsilli jaqdu dejjem aħjar liċ-ċittadin u jkunu sors ta' għaqda f'kull lokalita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, dan id-dibattitu dwar il-fondi speċjali tal-kunsilli lokali jagħtina ċans li għallinqas darba f'sena niddibattu l-operat tal-kunsilli kif ukoll ir-responsabbiltajiet li jaqgħu fi ħdanhom.", "Għalhekk illum xtaqt nieħu din l-opportunita' biex nispjega u nirribatti l-kritika nġusta li saret minn xi membri tal-gvern, b'mod partikolari minn xi ministri, dwar il-mod kif il-Gvern Laburista kien jittratta mal-kunsilli lokali.", "L-ewwelnett, x'inhuma r-responsabilitajiet maġġuri li għandhom il-kunsilli lokali?", "Il-kunsilli lokali għandhom responsabbilta' għall-infrastruttura fil- lokalita' tagħhom, jiġifieri t-toroq, il-water culverts u affarijiet bħal dawn, għandhom responsabbilta' għat-tindif ġenerali, għall-playing fields, ġonna u public conveniences. u għandhom responsabbilta' sabiex jagħmlu xogħol ta' gwardjani, appart dawk li għandhom responsabbilta' għat-tindif tal-bajjiet.", "Bħalma qal l-Onor.", "Zammit Dimech, meta li kont ministru responsabbli mix-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, kien ikolli ħafna opportunitajiet niltaqa' b'mod regolari mal-kunsilli lokali. għax ħafna mis- servizzi li jużaw il-kunsilli lokali kienu jiġu provduti mid-dipartimenti li jaqgħu taħt dak il-ministeru.", "Ngħidha ċara u tonda li assolutament m'huwiex minnu li Gvern Laburista ta' qabel b'xi mod ipprova jaqta' barra lill-kunsilli lokali mid-deċiżjonijiet li kienu jittieħdu, anzi l-kontra.", "Meta kienu jittieħdu deċiżjonijiiet, il-kunsilli lokali kienu jiġu informati mill-ewwel, u mhux talli hekk, talli għall-ewwel darba l-kunsilli lokali kienu ngħataw leħen f'għaqdiet, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet li qatt qabel ma kellhom rappreżentanza fihom.", "Nista' nsemmi, per eżempju, il-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u wkoll il-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera.", "Waħda mid- diffikultajiet kbar li kien ikollhom dawn il-kumitati ta' riabilitazzjoni kien il-konflitt li kien ikun hemm bejn dawn il-kumitati u l-kunsilli lokali għar-raġuni li dak li l-kunsill kien jara prijoritarju, mhux neċessarjament kien ikun prijorita' għall-kumitat ta' riabilitazzjoni.", "Fil- fatt, fil-passat kellna ħafna konflitti, konflitti li xi drabi ġew anke ppubliċizzati fil-media.", "Għalhekk biex naqtgħu din is-sitwazzjoni fejn kunsilli lokali ma jarawx għajn m'għajn mal-kumitati ta' riabilitazzjoni, rajna li fuq dawn il-kumitati jkun hemm rappreżentanti tal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt fil-kumitat għar-riabilitazjoni tal-Belt Valletta hemm rappreżentant mill-kunsill lokali tal-Belt u ieħor mill-kunsill lokali tal- Furjana, u fil-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera hemm rappreżentanti mill-kunsilli lokali tal-Birgu, Bormla, l-Isla u l-Kalkara.", "B'dan il-mod ix-xogħol kollu li kien isir mill-kumitati kien isir b'tali mod li l-kunsilli lokali konċernati jkunu informati totalment.", "Żgur li dan kien pass 'il quddiem f'dan il-qasam sabiex ninvolvu ħafna iktar lill- kunsilli lokali.", "Il-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera ħadem mill-qrib mal-kunsill lokali tal-Birgu.", "Fl-opinjoni tiegħi wieħed mill-aħjar proġetti li sar kien ir-riabilitazzjoni ta' l-area magħrufa bħala Couvre Porte, id-daħla prinċipali tal-Birgu, l-area fejn inzerta hemm l-uffiċini tal-kunsill lokali, li ġiet riabilitata b'mod li jixraq ċentru storiku bħalma huwa l- Birgu.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "Dan il-kumitat ħejja serje ta' proġetti li kienu jinkludu l- Bombi, Triq Sant'Anna, il-Ġnien tal-Mall, l-area ta' fejn Kristu Re, il-bus terminus, is-site ta' l-Opera House, Republic Street, Zachary Street u t- toroq ta' bejniethom.", "Dawn il-proġetti kienu se jibdlu dik l-area f'terminu ta' ħames snin.", "Naturalment il-kunsilli lokali tal-Belt u tal- Furjana kienu informati u qablu ma' dak li kellu jsir.", "Jiġifieri żgur li l- kunsilli lokali ngħataw ħafna importanza fil-proġetti li jridu jitwettqu.", "Kritika oħra li saret il-bieraħ mill-Ministru Censu Galea hija li l- kunsilli lokali ma kenux jaqblu mal-proġetti ta' embellishment, u ssemma b'mod partikolari l-proġett ta' Buġibba.", "Jiena ngħid li meta qal hekk jew ma kienx jaf x'inhu jgħid jew ma kienx jaf kif kienu jsiru l-affarijiet; jew jekk kien jaf allura ried iqarraq għaliex fuq il-Buġibba action committee - dan kien qed jieħu ħsieb il-proġett - kien hemm rappreżentant tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Nerġa' ngħid, il-kunsilli lokali dejjem kienu rappreżentati fl-action committees li jieħdu ħsieb l- embellishment.", "Jiġifieri li tiġi hawnhekk u tgħid li l-kunsill lokali ma kenux informati jew konsultat u li ma qablux ma' l-embellishment projects huwa kollu gideb.", "Fil-fatt, il-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar kien rappreżentat fuq il-Buġibba action committe mill-viċi sindku, u tant il- viċi sindku kien jinforma lill-kunsilli lokali b'dak li kien jiġi diskuss li l-laqgħat li kienu jsiru mar-residenti ta' dawk l-inħawi kienu jiġu organizzati mill-kunsilli lokali stess.", "Jiġifieri l-kunsill lokali kien jaf mija fil-mija x'qed jiġri rigward l-embellishment project.", "Nerġa' ngħid, meta Gvern Laburista kien jiddeċiedi li jagħmel embellishment project, l-ewwel ħaġa li kien jagħmel kien li jiltaqa' mal-kunsilli lokali u jitlobhom jidentifikaw dawk li huma jidhirlhom li huma problemi kbar fil- lokalita' tagħhom .", "Meta ġejna biex nagħmlu l-embellishment project għan-naħa t'isfel ta' Malta, per eżempju, iltqajna mal-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn, li identifikalna żewġ problemi li għalihom kienu kbar ħafna u li l-gvern ma setax jagħtihom fondi speċjali biex isolvuhom għaliex il-fondi speċjali ma kenux ikopru t-tip ta' spiża li kien hemm bżonn.", "L-ewwel problema kienet il-problema ta' l-għargħar li kien ikun hemm fl-inħawi ta' Marsascala - minħabba l-ilma li jkun nieżel minn Ħaż-Żabbar - u t-tieni problema kienet l-ammont kbir ta' toroq residenzjali li qatt ma ġew asfaltati minkejja li n- nies ilhom joqogħdu fihom snin kbar.", "Għalhekk meta ġie mfassal l- embellishment project ta' Marsascala tajna l-importanza li kien jixraq lil dawn iż-żewġ problemi u nista' ngħid li kemm il-problema ta' l-għargħar kif ukoll il-problema ta' toroq li ma kenux asfaltati ġew ittekiljati.", "L-istess ġara meta ġejna biex nittekiljaw il-problemi li kien hemm f'Birżebbuġa.", "Dan il-lokal, bħal-lokal ta' Marsascala, kellu l-problema ta' għargħar madwar Pretty Bay u l-problema ta' nuqqas ta' asfaltar ta' toroq fil-Qajjenza, minkejja li n-nies ilhom joqogħdu hemm madwar 15-il sena.", "Nista' nikkonferma li meta fassalna l-embellishment project dawn il- problemi ttekiljanihom mill-ewwel.", "Fil-fatt biex ġew upgraded it-toroq kollha fil-Qajjenza ntnefqu ¥0.5 miljun; u ntnefqu ħafna flus ukoll - għalkemm il-proġett għadu għaddej - sabiex tiġi megħluba l-problema ta' l- għargħar madwar Pretty Bay.", "Għalhekk żgur li wieħed ma jistax jgħid li l- kunsilli lokali ma kenux qegħdin jiġu informati dwar l-embellishment projects.", "Il-bieraħ il-Ministru Censu Galea għoġbu jikkritika wkoll ix-xogħlijiet li saru f'Buġibba - għalkemm dan forsi ma jidħolx f'din id-diskussjoni - u ladarba semmihom nitkellem fuqhom jiena wkoll.", "Il-Ministru qal żewġ affarijiet in partikolari.", "Qal li n-naħa tal-Gillieru, fejn il-Knisja ta' San Pawl, qed jittella' ħajt kbir, qisu bastjun, li ħadd ma jaf għalfejn qed isir.", "Jiena ngħidlu li kieku staqsa lid-dipartiment tat-toroq kienu jgħidulu li dak il-ħajt qed isir għaliex it-triq ta' fuq ċediet u nieżla 'l isfel.", "Issa jekk trid tirfed triq li se taqa' 'l isfel trid issib il-blat u tibni minnu 'l fuq, u l-uniku post fejn kien hemm il-blat huwa fejn qed isir dak il-ħajt.", "Jekk huwa kien jippretendi li aħna se nħallu t-triq nieżla - xi ħaġa li skoprejna meta bdejna nagħmlu l-belvedere f'dik it-triq li tgħaddi minn fejn il-Portobello - ngħidlu li ħaseb ħażin għaliex aħna responsabbli u żgur ma konniex se nħallu t-triq taqa' 'l isfel.", "Għalhekk nistiednu jiċċekkja mal-ministeru tiegħu stess u jgħidulu l-istorja ta' dik it-triq u għalfejn kellu jsir dak il-ħajt.", "Rigward il-bus terminus qal li sibna biċċa art mitluqa ħdejn lukanda famuża f'Malta u għamlniha bus terminus mingħajr il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-ewwelnett mhu veru xejn li ma kellniex permess mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Forsi huwa veru li mhux ix-xogħlijiet kollha kienu konformi ma' dak il-permess, iżda dan kien permess għal bus terminus temporanju.", "Wieħed irid jiftakar ukoll li l-bus terminus ta' Buġibba huwa t-tieni l-akbar bus terminus wara dak tal-Belt.", "U ma jistax ikun li tagħmel proġett tat-tip li sar f'Buġibba u ħaġa tant essenzjali bħalma hi t- trasport pubbliku tħalliha fil-mod diżorganizzat li kienet.", "Għalhekk aħna sibna area fejn seta' jiġi mibni bus terminus temporanju u tajniha t-tarmac imma għidna wkoll li meta jkollna l-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini tal-bus terminus proprju - din l-applikazzjoni ilha sentejn quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u s'issa għadu ma ħareġ xejn - allura din l-area tintuża għall-parking.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif jiġi l- ministru u jikkritika lill-Gvern Laburista għax għamel bus terminus ġewwa Buġibba meta f'dan il-lokal qatt ma kien hemm bus terminus.", "Jiena naħseb li bħala bniedem li jiġi minn San Pawl il-Baħar għandu jifraħ b'dawn l- affarijiet u mhux jikkritikahom!", "Jekk nieħdu l-embellishment project ta' Paceville, San Ġiljan u Tas- Sliema, anke f'dan il-każ Gvern Laburista kkonsulta mal-partijiet involuti.", "Dan il-proġett li ssemma llum mill-Ministru Francis Zammit Dimech huwa proġett li nbeda madwar sena ilu.", "Fil-fatt aħna mhux biss bdejna diskussjonijiet mal-kunsilli lokali nvoluti imma ddiskutejna wkoll ma' l- operaturi kummerċjali u bdejna nidentifikaw il-problemi li jeżistu f'din l- area partikolari u x'soluzzjonijet se nsibu għalihom.", "Uħud minn dawn is- soluzzjonijiet diġa' bdew jiġu implimentati u fost waħda mill-problemi li semmewlna kien hemm il-problema ta' aċċess għal-lukandi five star li hemm fit-tarf tal-Bajja ta' San Ġorġ.", "Biex tasal għal dawn il-lukandi, trid tgħaddi jew mit-toroq dojoq tal-housing estate ta' Pembroke jew inkella minn Paceville, u dan ma kienx aċċess li jixraq lil dawk it-tip ta' lukandi.", "L-ewwelnett il-coaches kbar li jwasslu lit-turisti f'dawn il- lukandi ħafna drabi lanqas setgħu jgħaddu minn dawn it-toroq, tant li l- lukandi kienu jużaw il-mini vans tagħhom.", "Għalhekk flimkien mal-kunsilli lokali nvoluti, speċjalment il-kunsill lokali ta' Pembroke, il-gvern għadda triq minn Pembroke - li nittama li dalwaqt tkun lesta - li se tagħti aċċess ġdid għal dawn il-lukandi f'din l-area, li l-investiment tagħhom jlaħħaq għal madwar ¥60 jew ¥70 miljun.", "Problemi oħrajn li ddentifikawlna l- kunsilli lokali u l-operaturi li jaħdmu f'din l-area, jinkludu l-problema ta' parking, il-problema tal-playing field fi Spinola, problemi assoċjati mal-promenade u problemi oħrajn.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-proġett li beda taħt Gvern Laburista jitkompla taħt dan il-gvern ħalli din l-area tingħata d-dehra li jixirqilha.", "Eżempju ieħor ta' l-involviment tal-kunsilli lokali fi żmien Gvern Laburista kien meta l-kunsilli lokali ġew mistiedna biex jieħdu sehem fil- preparazzjoni ta' pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' pajjiżna.", "Dan kien wieħed mill-eżerċizzji li fihom ġew involuti l-kunsilli lokali b'mod dirett u jiena ċert li permezz tiegħu l-kunsilli lokali tgħallmu ħafna.", "Għaliex?", "Intqal minn diversi kelliema li kieku inti kellek tħalli f'idejn il-kunsill lokali, dawn kollha jridu li jkollhom regional sports centre u faċilitajiet oħra fir-raħal tagħhom.", "Imma kulħadd jaf li bil-limitazzjonijiet finanzjarji li għandna dan m'huwiex possibbli.", "Għalhekk il-kunsilli lokali ġew mitluba jikkoperaw flimkien ħalli l- faċilitajiet li hemm bżonn isiru, isiru b'mod li jintużaw mir-reġjun u mhux minn lokalita' waħda biss.", "B'dan il-mod bdejna ndaħħlu l-konċett importanti tar-regional planning.", "Ma jistax ikun li f'pajjiż ċkejken bħal tagħna kull kunsill jagħmel il-biċċa tiegħu biss.", "Hemm bżonn li jsir ippjanar ''ħolistiku'' billi ndaħħlu aktar il-konċett ta' ppjanar fuq bażi ta' reġjun.", "Dan il-pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta kien l-ewwel tentattiv lejn regional planning.", "Concurrently kien qed isir pjan reġjonali ieħor imma b'mod differenti għal Għawdex.", "Għalhekk is- suġġeriment tiegħi lis-segretarju parlamentari nkarigat mill-kunsilli lokali huwa li jagħti attenzjoni lil dan il-konċett ta' pjanar reġjonali.", "F'pajjiżna dan il-konċett nistgħu napplikawh across the board, imma mhux biss sabiex permezz tiegħu tkun tista' tiġġustifika li ċertu investiment isir mal-pajjiż kollu imma ħalli nidentifikaw x'faċilitajiet għandu bżonn kull reġjun.", "Jekk nieħdu s-sistema tat-trasport pubbliku, per eżempju, din ukoll nistgħu nagħmluha fuq bażi reġjonali.", "Din Gvern Laburista kien diġa' beda jaħdem fuqha u konna qegħdin ngħidu li ġewwa l-Belt għandu jkun hemm bus terminus li jiġġestixxi r-rotot għall-Belt u żewġ bus termini iżgħar f'Bugibba u l-ieħor in-naħa t'isfel tal-pajjiż, probabbilment f'Marsascala.", "Dan juri li Gvern Laburista pprova mill-aħjar li jista' sabiex jinvolvi lill-kunsilli lokali u mhux biss f'dak li jiġri fil-lokalita' tagħhom imma anke fir-reġjun partikolari.", "Aktar minn hekk pprovajna ninvolvu lill- kunsilli lokali fi studji jew pjanijiet għall-gżira kollha.", "Fil-fatt saru żewġ konferenzi li għalihom ġew mistiedna jattendu l-kunsillli lokali kollha sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom.", "L-ewwel konferenza ttrattat in- national storm water masterplan.", "Kif nafu, ħafna lokalitajiet f'pajjiżna jbatu minn għargħar kull meta tagħmel ix-xita u għalhekk ħassejna li l-kunsilli lokali jistgħu jkunu ta' benefiċċju kbir fil-formolazzjoni ta' dan il-pjan.", "Fil-fatt, Sur President, lill-kunsilli lokali tlabnihom jipparteċipaw billi għallinqas jidentifikaw fejn fil-lokalitajiet tagħhom kienu jeżistu water culverts - anke jekk dawn ilhom mitluqa għal ħafna snin - jidentifikaw fejn hemm ġwiebi anke jekk il-bokok tagħhom maż-żmien ntradmu u jidentifikaw l-areas fejn l-aktar ikun hemm problemi ta' għargħar.", "Irrid ngħid li kont nippretendi li għal din il-konferenza jkun hemm attendenza aħjar minn ċerti lokalitajiet li jbatu minn din il-problema.", "Fil-fatt lil dawk li ġew 'il quddiem u kkoperaw mal-gvern għidnielhom li se ninvestigaw l-ilmenti tagħhom u naraw li l-water culverts u l-ġibjuni nagħmluhom użabbli; u hekk għamilna.", "Fil-Gudja, per eżempju, instab li kien hemm tliet ġibjuni fl- area tal-knisja li qatt ma ntużaw għaliex il-bokok tagħhom maż-żmien ingħalqu bit-tarmak.", "Għalhekk aħna ftaħna l-bokok, naddafnihom u rajna li jistgħu jaħdmu.", "Kull fejn kien hemm din it-tip ta' problema pprovajna nirranġawha.", "Fejn kien hemm imbagħad problemi gravi bħal, per eżempju, fil-wied ta' Ħal Qormi, rajna li nsibu soluzzjoni dejjiema.", "Għalhekk saret laqgħa flimkien mal-kunsill lokali għaċ-ċittadini kollha ta' Ħal Qormi, fejn spjegajnielhom x'se jsir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Fil- fatt ix-xogħol sar u għallinqas, safejn naf jien, għalkemm dan l-aħħar għamlet ix-xita Ħal Qormi ma għeriqx.", "F'Birkirkara, per eżempju, xorta batew bl-għargħar imma Ħal Qormi ma għeriqx.", "Jiġifieri diġa' qegħdin nieħdu l-benefiċċju tax-xogħol li sar s'issa.", "Qed ngħid dan għaliex ix- xogħol għadu għaddej imma nittama li jitkompla fuq il-pjan li kien hemm.", "Ladarba qed nitkellem fuq water culverts, tajjeb ngħid li fit-22 xahar ta' Gvern Laburista, f'ħidma mal-kunsilli lokali nbnew culverts ġodda fi 13-il lokalita' f'Malta.", "Sar ukoll xogħol ta' tindif estensiv ħafna, fejn tneħħew eluf u eluf ta' tunnellati ta' materjal minn diversi widien.", "F'Malta biss ġew imnaddfa seba' widien.", "Dan juri li x-xogħol biex insolvu l-problema ta' l-għargħar kien beda u beda jsir flimkien mal-kunsilli lokali.", "Problema oħra li ssemmiet hija l-problema tat-toroq.", "Il-kunsilli lokali għandhom ir-responsabbilta' għall-manutenzjoni ta' dawk li jissejħu local roads, pero' qed jiġri li diversi kunsilli qegħdin jingħataw responsabbilta' għal toroq li huma ma jqisuhomx bħala local roads iżda bħala arterial and distributory roads, li huma responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Per eżempju, suppost li Żabbar Road fil-Fgura hija responsabbilta' tal-kunsilli lokali tal-Fgura imma dan qal li m'għandux fondi biżżejjed biex jirranġha.", "Nafu wkoll li ftit qabel l-elezzjoni ta' l- 1996, biex taparsi qed jagħmel xi xogħol, Gvern Nazzjonalista beda jaqla' s- siġar - xi ħaġa li għamluha wkoll fi Pjazza Patri Muscat ġewwa l-Ħamrun - u effettivament dan ix-xogħol spiċċa għamlu l-gvern ċentrali.", "Għalhekk waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu hija li niddeterminaw eżattament x'inhuwa fir-responsabbilta' tal-kunsill lokali, x'xogħol jistgħu jagħmlu bil-fondi tagħhom u x'inhi r-responsabbilta' tal-gvern ċentrali.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Ħaġa li ddaħlet fi żmien Gvern Laburista kienet li kull meta gvern ċentrali jkun se jagħmel proġett ġewwa lokalita', jgħarraf bih lil kunsill lokali u jekk il-proġett ikun għas-sodisfazzjon tal-kunsill issir ċerimonja żgħira fejn jingħata l-handing over fuq dak il-proġett.", "Hekk ġara wara li tlesta l-proġett f'Couvre Porte ġewwa l-Birgu, fejn intnefqu xi ¥70,000.", "Jeħtieġ ukoll li jinżamm xi tip ta' inventarju ħalli nkunu nafu x'inhuma r- responsabbiltajiet ta' kull kunsill.", "Barra minn hekk dan l-inventajru jrid jiġi updated kull sena għaliex ir-responsabbiltajiet tal-kunsilli ma jibqgħux dejjem l-istess.", "Per eżempju, jistgħu jinbnew public conveniences ġodda, li allura jiżdiedu mar-responsabbiltajiet tal-kunsill partikolari.", "Konna wkoll qegħdin niddiskutu l-possibbilta' li meta xi bini jew propjeta' oħra tgħaddi f'idejn il-kunsill lokali, din tgħaddi b'mod formali u tiġi anke ppubblikata fil-gazzetta tal-gvern.", "Tajjeb ukoll li l-inventarju, ladarba jiġi revised, jiġi ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern.", "Huwa importanti li dan isir ħalli l-fondi jingħataw abbażi ta' din l- informazzjoni.", "Ħalli nkompli issa fuq it-toroq.", "Kuntrarjament għal dak li nqtal hawnhekk mill-Ministru Censu Galea, waħda mill-affarijiet li għamilna biex inkunu ċerti li x-xogħol fit-toroq qed isir sewwa, kienet li waqqafna unit ta' kordinament sabiex qabel ma jsiru x- xogħlijiet jaċċerta ruħu li m'hemmx servizz infrastrutturali li għandhom bżonn jinbiddlu.", "Fil-fatt dan il-unit kellu jieħu ħsieb sitt tipi ta' servizzi, jiġifieri l-ilma, l-elettriku, it-telephones, il-cable, id- drenaġġ u l-istorm water culverts f'ċerti nħawi.", "B'dan il-mod, jekk kunsill lokali ried jagħmel resurfacing ta' triq - din tapplika wkoll għall- gvern ċentrali - l-ewwel kellu bżonn imur il-co-ordination unit sabiex jingħata l-konferma li m'hemm bżonn isir l-ebda bdil tas-servizzi infrastrutturali u allura x-xogħol ikun jista' jibda.", "Jiena ma naħsibx li huwa fair li nippermettu li jsir xogħol ta' resurfacing ta' toroq bl- ispejjeż għall-kunsilli lokali u mbagħad il-Water Services Corporation tiddieċiedi li trid tagħmel main ġdid.", "Fi ħdan dan il-unit ta' kordinament, apparti rappreżentanti minn entitajiet diversi, kien ikun hemm sindku jew rappreżentant ieħor tal-kunsilli lokali li kien jiġi hemmhekk sabiex jara kif se jsiru x-xogħlijiet.", "Mela apparti li l-kunsilli lokali kienu qegħdin jingħataw dan is-servizz bla ħlas mill-co-ordination unit, kienu qegħdin jaċċertaw ruħhom ukoll li meta l-gvern ċentrali jagħmel xi xogħol, ix-xogħol isir b'ċertu serjeta'.", "Jiddispjaċini ngħid pero', Sur President, li din hija xi ħaġa li m'għadhiex issir.", "Fil-fatt dan il-unit ta' kordinament ġie xolt u m'hemm xejn li ħadlu postu.", "Issaj ekk mhux se nieħdu din il-problema bis-serjeta' u noħolqu unit ieħor biex naraw li ma jsirx xogħol għal xejn, se jibda jkollna l- problemi.", "In-nies li kien hemm hemmhekk kienu ta' l-affari tagħhom u kienu jagħmlu xogħol tajjeb, kif jistgħu jgħidu l-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex.", "Matul ix-xhur li għaddew, permezz ta' dan il-unit ġew kordinati 670 triq f'Malta u f'Għawdex fi 30 lokalita' differenti.", "Saru xogħlijiet anke fuq għaxar ġonna pubbliċi, xogħlijiet fuq public conveniences ġodda u oħrajn.", "Waħda mid-diffikultajiet li rrifera għaliha l-Ministru Zammit Dimech meta tkellem kienet li x-xogħlijiet li jridu jagħmlu l-kunsilli lokali kemm jista' jkun għandhom isiru mill-ħaddiema tad-dipartimenti tal-gvern.", "Pero' waħda mid-diffikultajiet li konna nsibu kienet li diversi kunsilli lokali kienu joħorġu tip ta' tender li effettivament kienet teskludi d- dipartimenti tal-gvern milli japplikaw.", "Meta kienu jitolbu bid bond, per eżempju, kien ifisser li d-dipartiment tal-gvern ma setax jitfa' l-offerta tiegħu .", "Allura jekk il-local council contracts unit, li jħaddem bejn 400 u 500 ruħ li suppost jagħmlu xogħol għall-kunsilli, ma jeħux il-kuntratti tal-kunsilli, dawn in-nies x' se jagħmlu?", "X'se jagħmlu t-800 ruħ li hemm fid-dipartiment ta' l-indafa pubblika jekk il-kunsilli jużaw lill- kuntratturi, kif fil-fatt diġa' qed isir?", "Għalhekk dawn it-tip ta' problemi għandhom jiġu indirizzati bl-iktar mod serju ħalli filwaqt li l-kunsilli lokali jingħataw is-servizz skond il-flus li jħallsu, niżguraw li l- ħaddiema tal-gvern li huma b'xi mod involuti fix-xogħol tal-kunsilli lokali jibqgħu jaħdmu wkoll.", "Madanakollu l-agħar ħaġa li kienet qed tiġri kienet li ħafna drabi wara li l-kunsilli lokali kienu joħorġu tenders għal ċerti xogħlijiet, ix-xogħol kienu jeħduh il-kuntratturi privati mingħajr ma kien jiċċekkja ħadd dwar il- kwalita' tax-xogħol li jkun sar, u dan meta għall-kunsilli lokali hemm ivvotata somma proprjament għal contract manager.", "Fil-fatt ħafna drabi dawn lanqas biss kienu jimpjegawh lill-contract manager, bil-konsegwenza li peress li, bir-rispett kollu, ikun hemm kunsilliera li ma jkunux jifhmu, il- kuntratturi kienu jispiċċaw jagħmlu xogħol ta' kwalita' ferm inferjuri.", "Jien naħseb li waħda mill-affarijiet li beda l-gvern preċedenti u li l- gvern preżenti jrid ikompli jaħdem fuqha hija kif se nikkordinaw biex b'xi mod ikun hemm auditing tax-xogħol li jsir għall-kunsilli lokali, mhux biss f'termini ta' flus jew ta' kejl imma anke f'termini ta' kwalita' għax fl- aħħar mill-aħħar il-flus li jonfqu l-kunsilli lokali ma joħorġuhomx minn buthom imma huma flus it-taxpayers.", "Għalhekk għandna nkunu ċerti li x- xogħol li jagħmlu l-kuntratturi u d-dipartimenti tal-gvern lill-kunsilli lokali jkun ta' kwalita' aċċettabbli għax jiddispjaċini ngħid li sa llum lill-kunsilli lokali jsirilhom wisq xogħol li jkun ta' standard inferjuri.", "Sur President, se nagħmel l-aħħar punt tiegħi billi nirriferi għall- kritika li għamel il-bieraħ il-Ministru Ċensu Galea, meta qal li l-Gvern Laburista ried jaqta' lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar 'il barra mill-area li fiha sar l-embellishment project.", "Minn fejn ġabha din l-idea l-Ministru?", "Nista' ngħid li dan m'hu veru xejn għax Gvern Laburista ma ried jaqta' lil ħadd minn imkien.", "Fil-fatt f'dan il-każ li ġara kien li peress li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar qal li m'għandux ir-riżorsi finanzjarji u umani biex ikun f'pożizzjoni li jagħmel il-maintenance ta' dan l-embellishment project, aħna għidnielu li jekk irid jista' jagħmel dan ix-xogħol il-gvern ċentrali mingħajr ma jitnaqqaslu xejn mill-budget tiegħu.", "Fil-fatt din id-diskussjoni damet għaddejja ħafna bejn il-gvern u l-kunsilli lokali u fl-aħħar ġie deċiż li dawn jaħdmu concurrently.", "Ta' min jgħid li wara li sar dan il-ftehim il-gvern ċentrali kien laqqa' lil grupp ta' xi 12-il persuna biex jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fuq dan l- embellishment project regolarment u l-kunsill lokali kien jagħti l-parti tiegħu wkoll.", "Imma sfortunatament ftit li xejn kien hemm kordinament bejniethom u fil-fatt jiddispjaċini ninnota li kemm ġewwa Buġibba, kif ukoll f'partijiet oħrajn tal-gżejjer tagħna fejn saru l-embellishment projects, l-upkeep u l-manutenzjoni ta' dawn il-postijiet ma nżammitx.", "Mr Speaker, nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li l-konċett ta' kunsill lokali huwa mod effettiv ta' kif aħna naċċertaw irwieħna li l- ħteġijiet tal-lokalita' jiġu mħarsa u għalhekk jien inħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jieħdu x-xogħol tagħhom b'iktar impenn u serjeta' għaliex jien ċert li jekk il-flus li aħna nivvotawlhom jintnefqu tajjeb, il-lokalitajiet ta' pajjiżna jkunu jistgħu jissebħu ħafna iktar.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lis-Segretarju Parlamentari biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Segretarju Parlamentari): Ħalli nibda minn fejn spiċċa l-Onor.", "Charles Buhagiar.", "L-Onor.", "Membru qal li l-gvern immexxi mill-Partit Laburista qatt ma ddeċieda li l-area ta' Buġibba, li ġiet embellished bi flus il-gvern ċentrali, kellha tinqata' mill-kontroll tal- Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Għandi hawnhekk kopja ta' ittra datata 27 ta' Mejju, 1998 - indirizzata lil sitt ministri differenti u ffirmata minn Joseph Zammit, secretary to cabinet - li turi li d-deċiżjoni tal-Gvern Laburista kienet bil-maqlub ta' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Membru.", "Din l-ittra tgħid hekk:-", "\"I reproduce hereunder for your records and necessary follow-up action an extract from the approved minutes of the cabinet meeting held on 18 May, 1998.", "\"In Cabinet - 18/05/98 (Mtg No. 19/98)", "2.9 Bugibba Promenade", "Cabinet approved that:", "a) the tourist zone in the Bugibba area be entrusted to the control of the central government;\".", "Naħseb li dan id-dokument jitkellem waħdu u bil-permess lest li nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-minuti konfermati tal-laqgħa tal-kabinett li saret fit-18 ta' Mejju, 1998;", "Jien stagħġibt ukoll illejla kif smajt - sinċerament din l-ewwel darba li smajtha minkejja li staqsejt diversi drabi - li Couvre Porte ngħata lill- Kunsill Lokali tal-Birgu.", "Jiena fittixt ir-records kollha li hemm fil-land department u staqsejt speċifikament hemmx kunsill lokali li ngħata xi titlu fuq xi biċċa art x'imkien f'Malta u f'Għawdex kollha, u r-risposta li kelli kienet li ħadd ma ngħata titlu fuq xi art x'imkien.", "Anzi l-problema kienet - u aħna għalhekk irridu nbiddluha - li għat-talbiet li kien hemm - inkluż, per eżempju, it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija biex jieħu over iċ-Chinese Garden u t-talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla biex jieħu over il-Gardjola r-rispota tal-lands dejjem kienet li ma jistgħu jagħmlu xejn għaliex iridu policy decision min-naħa tal-gvern.", "U billi lkoll nafu kemm il-Gvern Laburista kien ħerqan biex jgħin lill-kunsilli lokali, din il-policy decision qatt ma ttieħdet.", "Bil-maqlub il-gvern preżenti biddel din il-politika u diġa' qed ngħidu li rridu nibdew din il- politika ta' delega lokali.", "Apparti dawn iż-żewġ rimarki, xtaqt nirrispondi wkoll xi mistoqsijiet li saru f'dan id-dibattitu, li fl-opinjoni tiegħi ċertament sar b'mod li jgħin biex wieħed jassessja l-politika tal-kunsilli lokali għall-futur.", "Diskors li deherli li kien oġġettiv ħafna u ta' ċerta importanza sar mill- ispokesman tan-naħa l-oħra għal kunsill lokali, l-Onor.", "Charles Mangion, li semma l-co-ordination unit.", "Bir-rispett kollu, il-co-ordination unit seta' kellu xi suċċessi pero' ċertament li l-ikbar insuċċess li kellu huwa dak li għandu x'jaqsam il-kordinament mal-Water Services Corporation.", "Fl-opinjoni tiegħi din il-korporazzjoni tmexxiet mhux b'mod ħażin f'dawn l-aħħar sentejn imma b'mod orrur.", "Hija tal-mistħija li l-kunsilli lokali għandhom bejniethom iktar minn ¥1 miljun li qegħdin fil-bank biex jagħmlu r- resurfacing tar-roads imma r-resurfacing ma jistgħux jagħmluh għaliex il- Water Services Corporation m'għandhiex il-pajpijiet jew il-fittings biex dan ix-xogħol isir.", "Dan huwa s-suċċess veru tal-co-ordination unit!", "Mela l-gvern jivvota l-flus lill-kunsilli lokali imma dawn ma jistgħux jintnefqu għaliex il-Water Services Corporation, grazzi għall- amministrazzjoni ta' l-ex-Prim Ministru Alfred Sant, m'hijiex kapaċi jkollha l-fittings neċessarji biex dan isir!", "L-Onor.", "Mangion semma t-traffic fines u qal li jittama li ma nitfgħux il- problema fuq il-kunsilli lokali.", "Qal ukoll li m'huwiex faċli li ssolvi l- problema tat-traffic fines għaliex din tinvolvi tliet dipartimenti differenti.", "Jiena naqbel li rridu noqogħdu attenti li ma nispostawx sempliċement il-problema min-naħa għall-oħra, pero' ma naħsibx li l- problema hija daqshekk kbira.", "Jien aċċertat - tramite d-dipartimenti involuti, jiġifieri l-qrati, il-pulizija u l-licensing office - li jekk irridu nħaddmu s-sistema nistgħu nħaddmuha, u ironikament kulma kien jonqos kien investiment ta' ¥1,300 biex jiġi hooked computer ma' ieħor.", "L-ordni biex nixtru dan il-biċċa apparat diġa' ngħatat u naħseb li ma ndumux ma nkunu f'pożizzjoni li niżguraw li l-metodu tal-ġbir ta' fines tat-traffiku, ta' l-education u tal-litter ikunu iktar effiċjenti milli hu llum.", "Issemmiet ukoll il-politika tar-reġjuni jew tar-reġjonalita'.", "Din issemmiet mill-Onor.", "Mangion pero' ssemmiet b'mod differenti wkoll mill- Onor. Herrera u mill-Onor.", "Sammut.", "Nixtieq nagħmilha ċara li minn din in- naħa ma naqblu xejn ma' dak li qal l-Onor.", "Sammut, fejn qal li wasal iż- żmien li minflok ikollna kunsill lokali għal kull lokalita' nimxu lejn xi sistema fejn ikollna 13-il kunsill lokali.", "Din m'hijiex il-politika ta' dan il-gvern u m'hijiex se tkun il-politika ta' dan il-gvern.", "Aħna ma nħarsux lejn ir-reġjonalita bħala impożizzjoni imma bħala xi ħaġa desiderabbli bil-metodu kif jaqblilhom jaħdmu l-kunsilli lokali.", "Aħna fl- ebda stadju m'aħna se nimponu r-reġjuni fuq il-kunsilli lokali u m'għandna l-ebda ħsieb li nġiegħlu lill-kunsilli lokali jidħlu f'xi tribunali regjonali, pero' jekk ikun hemm raġunijiet biżżejjed il-kunsilli waħedhom jistgħu jmorru għal partnerships li nistgħu nsejħulhom reġjuni.", "Jien naf b'diversi kunsilli lokali li diġa' ħadmu b'dan il-mod, jiġifieri dan mhu xejn ġdid.", "Il-kunsilli lokali ta' Għajnsielem, in-Nadur u l-Qala għamlu snin iħaddmu l-kuntratt tal-ġbir ta' l-iskart bejniethom.", "Il- kunsilli taż-Żebbuġ, l-Għasri, l-Għarb u San Lawrenz kellhom diversi kuntratti b'dan il-mod.", "Jekk m'inix sejjer żball anke l-kunsilli ta' San Ġwann u l-Gżira kellhom l-istess tip ta' reġjonalita' bejniethom.", "Aħna ninkorraġġixxu r-reġjonalita' għax jagħmel financial sense, pero' bl-ebda mod m'aħna se mmorru għall-politika li deher li jrid jimxi biha l-gvern preċedenti u nimponu r-reġjonalita'.", "Aħna jidhrilna li l-metodu eżistenti bil-liġi preżenti li jippermetti li l-kunsilli jingħaqdu flimkien biex jagħtu servizz b'mod komuni, huwa l-metodu li għandna nkomplu bih.", "L-Onor.", "Joe Mizzi staqsa x'sar mill-pjan għan-nofsinhar ta' Malta.", "Nista' ninformah li l-pjan għan-nofsinhar ta' Malta qed jiġi studjat.", "Wieħed ma jistax ma jaqbilx mal-prinċipju ta' dan il-pjan - forsi huwa pjan li mar oltre l-intenzjonijiet oriġinali pero' ċertament li l-intenzjoni warajh hija waħda tajba - u għalhekk se nassessjaw fejn sejrin u fejn għandna mmorru bih.", "L-Onor.", "Cuschieri għamel numru ta' domandi li sinċerament ma kellhomx jiġu diretti lil din in-naħa.", "Staqsa xi kriterji ntużaw biex stabilixxejna kif se jitqassmu dawn il-fondi speċjali; għaliex xi kunsilli ma ħadux il- fondi li talbu; x'konsultazzjonijiet saru qabel ma tressqet il-mozzjoni; għaliex il-kunsill ta' San Ġiljan ma ħax flus għall-playground; u qal ukoll li huwa stramb ħafna kif ġew allokati l-fondi fil-fond C-2 komparat mal- fond B. Qed ngħid li stagħġibt kif saruli dawn id-domandi għaliex fil-bidu nett spjegajt li din hija mozzjoni ppreparata mill-gvern preċedenti u li ma biddilna l-ebda kelma fiha għajr għal dak li jirrigwarda l-allokazzjoni fil- fond G, fejn baqa' l-istess ammont ta' flus imma minflok ġie allokat lil tliet kunsilli lokali ħallejna allokazzjoni waħda.", "Jiġifieri jekk hemm xi ħaġa stramba f'din il-mozzjoni, ċertament li dan il-kumment ma kellux jiġi dirett lejn din in-naħa iżda lejn in-naħa l-oħra.", "Kif diġa' għidt, l-Onor.", "Cuschieri staqsa xi kriterji ntużaw biex jiġi deċiż liema fond jew ieħor jitqassam bejn il-kunsilli.", "Jekk jara l-opening speech tiegħi f'din il-Kamra, l-Onor.", "Membru jkun jaf preċiż xi kriterji ntużaw u għalxejn joqgħod jagħmel is-sinjali b'idejh.", "Il-flus allokati għall-fond A u għall-fond B mhux jiena ddeċidejthom imma l-Onor.", "Charles Mangion.", "Barra minn hekk fl-opening speech tiegħi għidt ukoll li wasal iż- żmien li l-kriterji jerġgħu jiġu ri-evalwati, u dan se nagħmluh wara li niddiskutu ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u mal-kunsilli lokali nfushom.", "Xi ħaġa tajba li qal l-Onor.", "Cuschieri u li jiena naqbel magħha mija fil-mija hija li l-kunsilli m'għandhomx flus biex ilaħħqu max-xogħol li hemm bżonn jagħmlu.", "Imma dan il-kumment ukoll imissu jgħidu lill-kap tiegħu għaliex dan f'sentenjn naqqas l-allokazzjoni għall-kunsilli bi 17%.", "Diskors tajjeb ħafna fl-opinjoni tiegħi kien dak li sar mill-Onor.", "Parnis.", "Naturalment kulħadd jaf li l-Onor.", "Membru kien sindku u kulħadd ukoll jaf li għandu ħafna għal qalbu l-kunsilli lokali.", "Dan kien diskors bilanċjat ħafna u huwa t-tip ta' diskors li jgħin jekk verament ilkoll nemmnu fil-kunsilli lokali.", "Naqbel miegħu li meta tirrikorri għand il- Planning Authority trid tgħaddi minn martirju u dan mhux biss jgħodd għal kunsilli lokali imma għal kull persuna u entita' oħra f'pajjiżna.", "Nittama pero' li dan il-martirju jitbiddel xi ftit permezz tal-bord il-ġdid.", "Iċ- chairman tal-Planning Authority illum huwa persuna li kien kruċjali biex jinbnew il-kunsilli lokali qabel ma twieldu, kien kruċjali fil- pjanifikazzjoni kollha tagħhom u baqa' jaħdem fil-kunsilli lokali, tramite l-management efficiency unit sa l-aħħar ġurnata meta sar chairman tal- Planning Authority.", "Allura naħseb li jħares b'ċerta simpatija lejn il- konċett tal-kunsilli lokali u nittama li jkun propens li jagħmel xi channels li jgħinu lill-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Parnis ġustament ukoll ikkomplejnja fuq il-ħmieġ li jkun hemm fil- plots u d-diffikultajiet biex issir taf ta' min hija dik il-proprjeta'.", "Sfortunatament hawn Malta għad m'għandniex sistema komprensiva li torbot art ma' persuna.", "Fil-fatt ir-riċerka fir-reġistru pubbliku ssir bil-kontra pero' fir-reġistru ta' l-artijiet is-sistema qiegħda tinqaleb u tista' taqbad plot u tara ta' min hi.", "Iżda sakemm ma nagħmlux emenda legali li b'xi mod tgħid li għandek id-dritt tagħlaq b'xi ħajt an open area ma naħsibx li se nsolvu din il-problema.", "L-Onor.", "Parnis qal ukoll li għandu jkun hemm l-intervent tal-gvern ċentrali fuq il-konfini.", "Jiena naf xi problemi jinħolqu fuq ċerti deċiżjonijiet rigward il-konfini pero' ma naħsibx li din hija problema li l- gvern jista' jittekiljaha.", "Il-liġi tgħid li d-deċiżjonijiet fuq konfini għandhom jittieħdu biss mill-kummissjoni elettorali u m'huwiex il-kompitu tal-gvern li jagħmel second-guessing lill-kummissjoni elettorali.", "L-Onor.", "Parnis semma wkoll il-possibbilta' li jkun hemm social workers fil-kunsilli lokali, u anke hawnhekk naqbel miegħu mija fil-mija.", "Fil-fatt jiena kemm-il darba għidt li l-kunsilli lokali jkunu verament qed jaqdu l- funzjoni bażika tagħhom meta jaslu f'pożizzjoni fejn ma jibqgħux marbuta max-xogħol infrastrutturali imma jidħlu wkoll in the social field, u j'Alla jasal iż-żmien meta nkunu f'dik il-pożizzjoni.", "Kellna diskors tajjeb ukoll mill-Onor.", "Carmelo Abela, li semma żewġ punti li jidhirli li huma ta' importanza kardinali.", "Per eżempju, semma n-nuqqas ta' risposti mid-dipartimenti tal-gvern.", "Hija veru tal-mistħija kif ċerti dipartimenti jitrattaw lill-kunsilli lokali.", "Qed ngħid \"ċerti'' dipartimenti għaliex hemm dipartimenti li jirrispettaw lill-kunsilli lokali imma hemm oħrajn li ma jagħtux kashom.", "Jiena nemmen li diġa' kien hemmm tendenza f'ċerti dipartiment li mill-bidu nett ma ridux jirrikonoxxu l- eżistenza tal-kunsilli lokali; pero' bl-attitudni tal-gvern immexxi mill- Partit Laburista, fejn tnaqqset l-importanza ċentrali li ngħatat lil kunsilli lokali - din qed ngħidha sinċerament mingħajr polemika - dawn id- dipartimenti jew korporazzjonijiet sabu x-xagħra fl-għaġina u naqqsu anke l- livell ta' servizz li kienu jagħtu.", "Din hija problema li trid tiġi tackled u se tiġi tackled immedjatament minn dan il-gvern.", "Sur President, aħna rridu li f'kull dipartiment u f'kull korporazzjoni jerġa' jkun hemm dak li kien hemm qabel imma li sfortunatament f'dawn l- aħħar sentejn spiċċa.", "Qed nirriferi hawnhekk għal-local council desk officer li xogħlu jkun biss li jittratta problemi li jressqu l-kunsilli lokali u jikkordina inizjattivi li jistgħu jibdew mid-dipartimenti u jolqtu lill-kunsilli lokali.", "Huwa biss bil-messaġġ tal-gvern ċentrali li jrid jinvolvi iktar lill-kunsilli lokali fil-ħajja politika u amministrattiva ta' dan il-pajjiż li d-dipartimenti u l-korporazzjonijiet jibdew jagħtu l-importanza li trid il-liġi u li hija xierqa lill-kunsilli lokali.", "Nispera wkoll - din hija xi ħaġa li bdejna neżaminaw issa - li nkunu f'pożizzjoni li nillinkjaw bil-computer, tramite work-flow management software, kull kunsill lokali mad-dipartimenti tal-gvern biex kull informazzjoni li l-kunsill lokali jkollu bżonn tintbagħat elettronikament lil persuna determinata.", "Din il-work-flow management software teżisti f'kull bank kbir f'pajjiżna, teżisti f'ċerti dipartimenti u f'customer care offices kullimkien u teżisti wkoll barra minn Malta u allura hija biss kwestjoni ta' applikazzjoni.", "Jekk dan isir - forsi f'ċerti dipartimenti rridu nimponu li ssir għaliex ikollna oġġezzjoni - ikollna iktar accountability u possibbilta' akbar li d-dipartimenti jaqdu lill-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Abela staqsa wkoll jekk huwiex se jiżdied l-istaff ladarba se jiżdiedu l-poteri.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija misconception komuni.", "Illum il-liġi tgħidlek li kunsill jista' jimpjega segretarju u numru ta' staff.", "Jiġifieri l-liġi ma timpediehx li jimpjega aktar staff pero' hemm il-misconception li ħadd ma jista' jżid l-istaff tiegħu.", "Riċentement kellna laqgħa mal-kunsill lokali tas-Siġġiewi li kien qed jgħidilna li fir- raħal tagħhom tant għandhom sistema tajba li l-customer care officer m'huwiex qed ilaħħaq u għandhom bżonn persuna oħra.", "Imma kulma jrid jagħmel dan il-kunsill huwa li jitlob is-servizz ta' persuna u jdaħħalha fuq kuntratt għal erba' jew ħames sigħat kuljum.", "Din bħal tal-contract manager li ma jissemmiex fil-liġi imma jiġi mpjegat b'kuntratt.", "Irrid ngħid li jiena personalment m'iniex favur li nidħlu f'mentalita' li bilfors rridu nżidu l-permanent staff - din m'inix qed ngħidha fuq bażi ta' policy - għaliex apparti l-problemi ta' leave, sick leave u dawn l- affarijiet, iktar ma nkunu flessibli fil-kunsilli lokali u nevitaw il- problemi li spiċċajna bihom fil-gvern, iktar inkunu nistgħu nipprovaw metodi ġodda.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro staqsiet jekk id-dipartiment huwiex jipprovdi support services lil kunsilli lokali.", "Għandi hawnhekk lista tal- functional units li għandu d-dipartiment, li jagħtu dan is-support lil kunsilli lokali individwali, u jien lest biex dan id-dokument inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' support services offruti mid-dipartiment tal-kunsilli lokali;", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro staqsiet ukoll dwar il-performance monitoring u qalet li hemm bżonn li dan jibda jsir.", "Nixtieq ninformaha li dan l-eżerċizzju sar mill-bidu - kull tliet xhur jitpoġġa rapport fuq il- Mejda tal-Kamra - fejn jevalwa lil kull kunsill lokali fuq numru ta' kriterji, fosthom beach cleaning, road sweeping u traffic signs.", "Dan ir- rapport isir mill-field services branch u l-intenzjoni tiegħu huwa li jkollna review kull tliet xhur tal-performance tal-kunsilli.", "Barra minn hekk ovvjament fl-aħħar tas-sena jsir l-auditing tal-kontijiet mill-Awditur Ġenerali u bdejna wkoll il-value for money audit, li ma jidħolx f'dawk li huma financial audits imma jara kemm fil-verita' l-flus li qed jonfoq il- kunsill qed jonfoqhom tajjeb.", "L-Onor.", "Coleiro staqsiet ukoll dwar it-training u qalet li hemm bżonn li dan jiżdied.", "Għandi hawnhekk lista tal-korsijiet kollha li nżammu mill- 1993 sal-lum, li minnha jirriżulta li saru 39 kors għas-segretarji, 11-il kors għas-sindki u 14-il kors għall-kunsilliera.", "Sfortunatament l- attendenza għal dawn il-korsijiet mhux dejjem kienet dik li wieħed jixtieq.", "Bil-permess nista' wkoll inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan id-dokument li semmejt.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:- lista ta' training courses imnedija mid-dipartiment tal-kunsilli lokali minn mindu dan twaqqaf.", "Mr Speaker, jiena pprovajt niġbor l-iktar punti importanti u nwieġeb għall-iktar domandi saljenti li tqajmu pero' aktar milli nagħmlu battuti b'oriġini politika, biex ngħid hekk, huwa importanti li nħarsu 'l quddiem.", "(Interruzzjonijiet) Jiena diġa' rrispondejtek Onor. Mizzi imma inti ma kontx hawn.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nerġa' nirrispondik.", "Aħna naqblu mal-prinċipju ta' dak il-pjan u jien intenzjonat li naħdem fuqu.", "Fil-fatt dan il-pjan qed jiġi reassessed pero' ma nafx għandix nillidjah jien jew inkella ħaddieħor iżda ċertament li huwa pjan tajjeb.", "Il-problema li għandna issa hija jekk ir-Rebirth 2000 huwiex se jimxi miegħu jew le għaliex milli jidher dawn ħadu għalihom għax għamlu grupp għalihom.", "Għalhekk għandna din il-problema ta' funding.", "(Interruzzjonijiet) Jien din fhimt li kienet id-domanda tiegħek.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, bil-permess ta' l-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Matul il-laqgħa li kienet saret ġewwa De La Salle College, fejn kien hemm rappreżentanza politika miż-żewġ naħat, kien twaqqqaf action committee u wara l-elezzjoni konna ġejna mitlubin - għax jien kont rappreżentant fih - biex nibagħtu r-riżenja tagħna.", "Bgħatna r- riżenja tagħna pero' ma rċevejna ebda risposta jekk ġietx aċċettata jew le.", "(Interruzzjonijiet) Fuq dik staqsejtek jien għax fuq dik kont tkellimt.", "THE DEPUTY SPEAKER: Tista' tkompli Onor. Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed ngħidlek li fil-prinċipju l-gvern jaqbel ma' dak il-pjan li sar pero' irid isir reassessment tiegħu u jrid jiġi deċiż min se jmexxih, jekk hux l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bħala l-uffiċċju responsabbli għal kunsilli lokali, jew xi uffiċċju ieħor.", "Għax parti mill- problema li għandu dak il-pjan huwa li waqt li indubjament jolqot lil kunsilli lokali, ħafna mill-proġetti li hemm m'humiex manageable tramite l- kunsilli lokali u allura trid tittieħed deċiżjoni liema ministru se jmexxih.", "Pero' fil-prinċipju qed naqblu li rridu nimxu fuqu.", "Issa minn hemmhekk nimxu 'l quddiem.", "(Interruzzjonijiet) Mhux lili trid tistaqs!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, bil-permess ta' l- Onor. Gatt.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jekk inti responsabbli mill-kunsilli lokali - u dan l-action committee kien jirrapporta direttament lill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali; fil-fatt għadu taħtu għaliex ir-riżenja ġejna mitlubin nibagħtuha Kastilja - allura mhux lilek irrid ngħid!", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bir-rispett kollu, naħseb l-interpretazzjoni hija ftit differenti.", "Kull min irriżenja minn xi bord, ġie minn fejn ġie, seta' kien minn Għawdex li m'għandu x'jaqsam xejn mal-kunsilli lokali, kellu jibgħat ir-riżenja Kastilja lill-Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Le, imma jien qed ngħidlek li d-deċiżjoni bażika li trid tittieħed hija min se jmexxi.", "Fiż-żmien immexxi mill-Partit Laburista kien led mill-ministru responsabbli għall-kunsilli lokali.", "Dan il-gvern għadu ma ddeċidiex min se jmexxih.", "Fl-opinjoni tiegħi personali m'għandux imexxih il-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali għax ħafna mill-proġetti individwati jridu funding mhux mill-vot tal-kunsilli lokali imma minn vot totalment differenti.", "Dan huwa l-argument.", "Meta jiġi deċiż liema ministru jmexxih probabbilment nimxu minn hemm 'il quddiem.", "Dan huwa l-argument kollu.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li ladarba fuq dan is-suġġett naqblu fil- prinċipju u la issa ġejna anke viċini u bħala stat ta' fatt jidher li minn Marzu li ġej iż-żewġ partiti se jaqblu li jikkontestaw, mela issa ejjew ninsew min qal hekk u min qal hekk, min kellu raġun u min ma kellux raġun, u nħarsu 'l quddiem.", "Mela għandna prinċipju li qed naqblu fuqu, għandna metodu li qed naħdmu bih, u nemmen li minn hawn u 'l quddiem għandna nħarsu ftit kif nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Jien impressjonajt ruħi fil-konferenza nazzjonali li nżammet nhar is-Sibt li għadda u ħadt gost li kien hemm ukoll xi deputati ta' l-oppożizzjoni.", "Impressjonajt ruħi mhux tant għall-attendenza, mhux tant li kienet tajba ħafna, mhux tant għall-fatt li f'ħames snin kienet l-ewwel konferenza nazzjonali li saret imma impressjonajt ruħi għaliex f'kull min ipparteċipa u f'kull min tkellem - u tkellmu ħafna sindki u kunsilliera - kienet tispikka l-volonta' li jaħdem.", "L-atmosfera kienet differenti ħafna minn ċerti konferenzi għax ma kienx hemm dik il-qasma bejn l-udjenza, il- kunsilli u l-gvern.", "Ma kienx hemm dawk il-battibekki: \"Għaliex il-gvern imissu jagħmel hekk u għax aħna qaddisin\"; u tal-gvern jirrispondu: \"Għax intom ma tagħmlux hekk u għax aħna qaddisin\".", "Kien hemm speċi ta' consensus - li ma ġiex diskuss - fejn kulħadd kien qed jgħid: Isma', il- kunsilli huma esperiment tajjeb.", "Aħna ħdimna pero' agħtuna l-kapaċita' li naħdmu iktar.", "Agħtuna l-affarijiet f'idejna ħalli naħdmu.", "Agħtuna l-flus ħalli nimxu 'l quddiem.", "U jekk kien hemm complaint wieħed kien għax ma ddeċentralizzajniex biżżejjed.", "Dan kien l-uniku vera complaint u jien fil- fatt kelli nispjega li l-ewwel elezzjonijiet tal-kunsilli kienu f'Novembru 1993 u f'April 1994 il-kunsilli ħadu over fejn kellu x'jaqsam ma' l-iskart, mal-cleanliness, eċċ; f'April ta' l-1995 ħadu over dak kollu li kellu x'jaqsam mat-toroq u mal-ġonna, eċċ; imbagħad lejn l-aħħar ta' l-1996 ħadu over l-amministrazzjoni tal-liċenzji.", "L-unika inizjattiva li ttieħdet fl-1997 u fl-1998 kienet meta l-Onor.", "Bartolo għadda f'idejn il-kunsilli lokali parti mill-maintenance ta' l- iskejjel.", "Din kienet inizjattiva tajba pero' kienet ftit wisq fil-kontest ta' sentejn politika fil-kunsilli lokali.", "Irrid ngħid ukoll li l-ex- ministru Mangion ħa inizjattiva tajba - u jien naqbel magħha - meta bagħat numru ta' ħaddiema jaħdmu mal-kunsilli lokali.", "Ċertament mhux tort tiegħu li ma ħadmitx kullimkien pero' kienet inizjattiva tajba u dak l-esperiment irridu nipprovaw naħdmu fuqu.", "Pero' fil-kontest ta' sentejn il-kunsilli lokali ħassewhom li waqfu.", "U jekk kien hemm messaġġ - u naħseb li dan ħadnieh ilkoll - kien proprju: Isma', aħna rridu politika li lilna tafdawna b'iktar u mhux b'inqas affarijiet.", "Ħadd ma ġie jgħid: Isma', tgħabbuniex wisq!", "Aħna għandna wisq x'nagħmlu!", "Aħna voluntiera, x'tippretendu li se tagħtuna iktar!", "Ma kienx hemm l-attitudni: Isma', jekk tridu tagħtuna iktar tridu tħallsuna wkoll għax issa mhux qed nitħallsu.", "Ma kienx hemm l-attitudni: Għabbejtuna wisq, x'tippretendu li intom fil-gvern ma tagħmlu xejn u aħna nitbagħlu b'kollox!", "Ma kienx hemm din l-attitudni, assolutament.", "Kien hemm attitudni: Isma' aħna lesti li nerfgħu, anzi aħna rridu nerfgħu.", "Agħmlulna pjaċir agħtuna iktar x'nerfgħu.", "Il-complaints ma kenux li tajniehom wisq flus x'jonfqu, li għandhom wisq toroq x'jagħmlu bit-tarmak, imma l-complaints kienu għaliex il-Water Services Corporation ma tmurx tagħmel il-pajpijiet biex ikunu jistgħu jagħmlu t-tarmak.", "Il-complaints kienu għaliex huma jirrapportaw il-bozoz maqtugħin u l-Enemalta ma jibdluhomx.", "Jiġifieri l-complaints kienu pożittivi, fis-sens li jridu li nagħtuhom ix-xogħol f'idejhom biex fejn ħaddieħor ma jridx jaħdem jaħdmu huma.", "U ma jridux jitħallsu tiegħu.", "Ebda kunsillier jew sindku ma qed idaħħal xi lira fil-but għax iwaħħal il-bozoz jew għax se jieħu ħsieb ir-resurfacing ta' xi triq.", "Jiġifieri dan l- entużjażmu rridu nibnu fuqu u l-gvern irid jagħmel il-kunsilli lokali parteċipi fl-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Dan il-pajjiż mhux se jimxi 'l quddiem jekk - u dan qed ngħidu a benefiċċju mhux tant forsi ta' dan il-parlament għax dan il-parlament jaqbel fuq il-prinċipju tad-devoluzzjoni, pero' qed ngħidu għall-kumment li għidt li qbilt miegħu dwar ċerta mentalita' li għadha teżisti fl- amministrazzjoni ċentrali tal-pajjiż - mhux se nagħtu iktar poteri lil kunsilli lokali.", "Iċ-ċentralizzazzjoni ma taħdimx, żgħar kemm aħna żgħar.", "Tkellimna diversi drabi fuq il-bżonn li niddelegaw it-tibdil tal-bozoz maħruqin mill-Enemalta għall-kunsilli lokali.", "Tliet snin u nofs ilu l- Kunsill Lokali ta' l-Imdina għamel din it-talba.", "Id-dipartiment tal- kunsilli lokali ilu minn dakinhar jitkellem ma' l-Enemalta biex naslu għal din id-delega sempliċi.", "Tliet snin u nofs!", "Jien bi pjaċir ngħid li wara li l-gvern ħa d-deċiżjoni politika li din trid issir, dalgħodu jien u l- Ministru Josef Bonnici ltqajna ma' l-uffiċjali ta' l-Enemalta u fil- preżenza ta' l-uffiċjali tad-dipartiment tal-kunsilli lokali kkommunikajnielhom din id-deċiżjoni inderogabbli - iva din se ssir, tridu ssibu l-metodi kif issir - u r-risposta kienet: Din id-delega hija sempliċi ħafna.", "Allura jekk hi sempliċi ħafna, ilna tliet snin u nofs niddiskutu!", "Meta staqsejna lill-Enemalta kemm għandhom nies biex jagħmlu l- istreet lighting qalulna li għandhom 13-il ruħ biex jagħmlu l-istreet lighting ta' Malta u Għawdex kollu, mhux tal-kunsilli lokali biss, tad- distributory u l-arterial roads kollha ta' Malta.", "Imma kif jista' jkun tippretendi li se tagħti servizz tajjeb f'Malta u Għawdex kollu bi 13-il- ruħ!", "Ilum wasalna fis-sena 2000 u kull wieħed minna għandu dritt jitlob li bozza maqtugħa tinbidel - ejja ma ngħidux l-għada - almenu fi żmien 48 siegħa.", "Allura għandna bżonn tliet snin u nofs diskussjonijiet biex naslu għal dawn l-affarijiet sempliċi!", "Mr Speaker, għalhekk ngħid u nirripeti li l-iżvilupp f'dan il-pajjiż mhux se jsir permezz ta' ċentralizzazzjoni tal- gvern.", "Waqt li l-gvern ċertament jieħu d-deċiżjoni politika u jerfa' l- konsegwenzi tad-deċiżjonijiet politiċi, pero' jekk l-iżvilupp ma jinvolvix id-deċentralizzazzjoni u l-involviment ta' kull wieħed u waħda minna li noqogħdu fejn noqogħdu, allura mhux veru se jkollna l-iżvilupp.", "L-iżvilupp mhux is-sistemi.", "L-iżvilupp huwa l-bżonn veru tan-nies li jista' jvarja minn servizz soċjali sa bozza fit-triq.", "U jekk m'aħniex se nimxu fuq din il-linja anke amministrattivament, jekk in-nies li huma responsabbli, kull direttur ġenerali, kull senior principal, kull kap ta' korporazzjoni, ma jifhimx din ir-regola bażika allura se jkollna l-intoppi.", "Il-kunsilli lokali mhux qegħdin hemmhekk simply to stay, mhux se jibqgħu hemmhekk simply biex jeżistu, il-kunsilli lokali rridu mmexxuhom biex isiru gvernijiet lokali.", "U meta tgħid li huwa gvern lokali timplika li trid tgħaddi poteri reali u deċiżjonali li jistgħu jbiddlu l-metodu kif ir-raħal jgħix.", "Aħna għadna b'sistema li kunsill lokali ma jistax jikkontrolla l- ksur tal-liġijiet żgħar fil-lokal tiegħu.", "Jien jiddispjaċini ngħid - u ngħidha sinċerament mingħajr ebda polemika politika - li s-sistema tal-gwardjani lokali li kienet prattikament lesta f'Lulju ta' l-1996, bil-liġijiet kollha mgħoddija, bil-pjan ta' introduzzjoni kollu mgħoddi, waqfet għal kollox.", "Il-progress waqaf.", "Illum, lejliet is-sena 2000, il-pulizija għadha tilliċenzja xi 980 kelb li hawn f'Malta u Għawdex.", "Illum il-pulizija għadha tillinċenzja l-kiddy machines.", "Il-lands għadu jillinċenzja wieħed tal-qubbajd li jrid jarma fil-festi.", "Iva possibbli li l-pulizija u l-lands m'għandhomx affarijiet iktar importanti x'jagħmlu f'dan il-pajjiż!", "Pero' l-pjan kollu biex dawn l- affarijiet jitilqu mill-pulizija u jmorru fid-dipartimenti konċernati tagħhom, u ċerti permessi bħal tal-klieb, bħal tal-kiddy machines, bħat- temporary permits tal-lands imorru direttament għand il-kunsilli lokali, pjan li kien lest, approvat mill-Kabinett, li kellu target date ta' implimentazzjoni, waqaf għal kollox.", "Jekk m'aħniex se ndaħħlu f'moħħna - u dan il-gvern deċiż li jkompli fuq din il-linja - li l-kunsilli lokali are the way forward kif aħna naslu għall-effiċenzja, kif aħna naslu għas- servizz, allura m'hu qed nifhmu xejn fejn irid imur dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż persuna li trid tiftaħ biċċa toqba biex tbigħ, biex iġġib liċenzja għal bar tat-te' jew tal-kafe' trid tħallas lill- NTOM, trid tħallas lill-pulizija, jekk trid toħroġ erba' mwejjed trid tmur il-lands, jekk għandha billiard table trid tħallas liċenzja separata, jekk għandha vending machine tas-sigaretti trid liċenzja oħra, u jekk għandha vending machine tas-soft drinks barra trid liċenzja oħra mingħand il-lands.", "Dan fis-sena 2000 qegħdin!", "Jista' jkun li xi ħadd li qiegħed fil-business joqgħod jaħli dan il-ħin kollu jiġri għal dawn l-affarijiet!", "Għalhekk irridu nbiddlu s-sistemi kif naħdmu.", "U hawn jidħlu l-kunsilli lokali.", "Il- kunsilli lokali wrew li jistgħu jagħtu servizz tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Mela m'hemmx difetti!", "L-Onor.", "Buhagiar qal li kien hemm xi kunsilli li t-toroq ma asfaltawhomx kif xtaq kulħadd, pero' jien inġib l-argument li għamel is-sindku taż- Żejtun meta qalli: Aħna l-instructions huma li rridu nagħtu erba' pulzieri kullimkien imma f'ċerti postijiet għalxejn tagħti erba' pulzieri, żewġ pulzieri trid tagħti.", "Għandu raġun.", "Qalli: F'ċerti postijiet oħra ż- Żejtun jgħidulna li meta nagħmlu r-re-instatement jekk hemm ħofra trid tagħmel il-ħofra biss u ma tistax tagħmel it-triq kollha.", "Issa jekk ikun biċċa sqaq b'żewġ ħofor nispiċċa rrid nagħmel it-triq, għax kif nista' nagħmel iż-żewġ ħofor u ma nagħmilx it-triq!", "Jiġifieri dawn il- flessibbiltajiet irridu nifhmuhom.", "Jien ċert li minn 67 kunsill lokali kien hemm kunsilli lokali li ma mxewx bil-pinna u l-klamar fuq kollox.", "Jien ċert li kien hemm xi wħud li ħarbitilhom xi ħaġa jew għamlu xi xogħol ħażin, pero' jien ċert ukoll li kull kunsill lokali jirrikonoxxi li f'dawn is-sentejn mar lura u mhux 'il quddiem.", "Jien nistagħġeb kif l-Onor.", "Michael Farrugia ġie jagħmel diskors biex jikkonvinċina li minkejja li naqqsu l-flus, fil-verita` mhux veru naqqsulhom il-flus meta tqis li tneħħitilhom il-VAT u tawhom il-ħaddiema.", "Jien ngħid lill-Onor.", "Membru jgħidli ma' liema kunsill lokali ltaqa' u kkonvinċieh b'dan it-tip ta' diskors għax jien għadni ma ltqajt ma' ebda kunsill lokali li qalli dan id-diskors.", "Il-verita' hu li rridu nimxu għal politika li taqbel li trid tirresponsabbilizza l-kunsilli lokali.", "Hemm element żgħir ta' dan li jrid isir, pero' bil-wisq iktar irridu nimxu lejn politika ta' fiduċja fil-kunsilli lokali, u mhux fiduċja għamja imma politika ta' fiduċja mibnija fuq l-esperjenza.", "Ir-realta' hija li f'ħames snin nies totalment nieqsa minn xi tip ta' esperjenza deċiżjonali, minn xi tip ta' esperjenza politika, minn xi tip ta' esperjenza kif tamministra r- raħal mexxew f'dawn il-ħames snin.", "U jien ngħid li r-riżultati huma mirakli.", "Huma mirakli grazzi għalihom u għan-nies li jaħdmu fid-dipartiment li rrid naqlgħalhom il-kappell, u nerġa' nirrikkmanda minn hawnhekk li l- field services branch hija ġojjel ta' informazzjoni.", "Il-ġimgħa l-oħra għamilna open day u ħafna mill-kunsilli lokali lanqas kienu jafu li teżisti.", "L-informazzjoni li għandha l-field services branch fuq kull ħaġa li hemm fit-territorju ta' kull kunsill lokali hija soprendenti.", "Jekk xi ħadd mid-deputati ta' hawnhekk irid ikun jaf fir-raħal fejn jgħix kemm għandu palmi żgħar, medium jew kbar, u siġar żgħar, medium jew kbar, imur il-field services branch u jgħidulu.", "Jekk irid ikun jaf kemm hemm djar bit-taraġ fil-lokal fejn joqgħod, imur sal-field services branch u jgħidulu.", "Jekk irid jaf kemm hemm soft areas u ta' liema daqs huma kull waħda u x'hemm siġar jew shrubs, imur sal-field services branch u jgħidulu.", "Jekk irid ikun jaf kemm hemm kilometri ta' bankini u kilometri ta' toroq, imur għand il-field services branch u jgħidulu.", "Kemm dan il-branch, kif ukoll id-dipartiment veru proprju, fejn hemm is-support services l-oħra, huma manned b'nies dedikati ħafna.", "Dan ukoll huwa parti mis-suċċess tal- kunsilli lokali pero' l-veru suċċess huma l-kunsilliera u s-sindki flimkien, minkejja li jkun hemm il-problemi personali Kullimkien ikun hemm minn dawn l-affarijiet u se jibqa' jkun hemm.", "Nistgħu mhux inbiddlu l-liġi u nagħmlu votazzjoni diretta tas-sindku jew ma nafx xiex, xorta se jkun hemm għax dawn huma problemi ta' personalitajiet.", "Pero' xorta waħda rridu nerġgħu nistudjaw il-liġi s-sena d-dieħla u nixtieq li jkun hemm diskussjoni aperta fuq il-liġi.", "Jien ngħid li bażikament hija liġi tajba, pero' wara l-esperjenza ta' ħames snin, f'perijodu fejn irridu issa nikkonsolidaw il-kunsilli lokali bil-ħsieb li nkabbruhom, wasal iż-żmien biex nagħmlu rediscussion sħiħa tal-liġi li għandna.", "Iva, jien naħseb li wasal iż-żmien li niddiskutu x'metodu għandu jintuża meta tiġi biex issir l-elezzjoni tas-sindku, u wasal iż-żmien li nerġgħu niddiskutu l-formola tal-funding, pero' ejjew ma ninsewx li fl-Att dwar Kunsilli Lokali hemm bażi amministrattiva li rridu nħarsu lejha wkoll għax dik tagħti l-vera saħħa lill-kunsilli lokali.", "Fil- fatt dan il-gvern huwa kommess li din id-diskussjoni jagħmilha s-sena d- dieħla mingħajr l-ebda għaġġla, bl-iktar mod apert u bil-parteċipazzjoni ta' kulħadd, jiġifieri mhux biss ta' l-oppożizzjoni, tal-kunsilliera u tas- sindki imma wkoll bil-parteċipazzjoni ta' ħafna nies li għandhom għal qalbhom il-kunsilli lokali.", "Sur President, aħna għandna politika ċara fuq il-kunsilli lokali, dik li għandna nsaħħuhom u li għandna naraw x'inhuma dawk l-affarijiet li qed idejqu lil kunsilli lokali - per eżempju, l-ewwel semmejt il-problemi li qed jiltaqgħu magħhom il-kunsilli lokali meta jkollhom x'jaqsmu ma' l-Enemalta u mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, u semmejt ukoll il-possibbilta' ta' devoluzzjoni lokali - għax jekk nirranġaw dawk l-affarijiet lil kunsilli lokali nkunu qed nagħtuhom il- potenzjal li jiżviluppaw.", "Aħna nemmnu wkoll li għandna opportunitajiet kbar biex ngħaddu dawk l- artijiet u l-postijiet li jistgħu jiġu amministrati b'titolu mill-kunsilli lokali, u dan aħna mhux se nibqgħu ngħiduh bil-paroli biss.", "Hija ħasra li s'issa m'għamilna xejn minn dan il-lat għax, per eżempju, l-Isla ilhom sentejn sħaħ jitolbu biex il-ġnien tal-Gardjola jingħatalhom b'titolu imma r-risposta mingħand id-dipartiment ta' l-artijiet dejjem kienet li m'hemmx decision on policy.", "Aħna ħadna decision on policy li dawn jiġu devolved u fil-fatt illum stess jien ktibt lid-dipartiment ta' l-artijiet biex nibdew il-proċess ħalli l-ġnien tal-Gardjola ta' l-Isla u ċ-Chinese Garden ta' Santa Luċija jiġu mgħoddija b'titolu lil dawn iż-żewġ kunsilli lokali.", "Naturalment kif imxejna ma' dawn il-kunsilli lokali hekk ukoll se nimxu ma' kull kunsill lokali li jkollu bżonn li jingħata xi art jew xi forma ta' proprjeta' oħra b'titolu.", "Dan huwa l-ewwel pass u issa l-pass li jmiss huwa li naraw kif se nagħmlu biex inkabbru l-involviment tal-kunsilli lokali fil-qasam soċjali.", "Sur President, jien nemmen li jekk il-kunsilli lokali mhux se jkunu involuti fil-qasam soċjali tal-komunita' tagħhom - issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għas-servizzi soċjali jew għall- għoti tas-servizzi soċjali, għalkemm dak jista' jsir ukoll mill-kunsilli lokali - allura dawn se jkunu biss qishom xi kumitat.", "Illum f'kull belt u raħal ta' pajjiżna, kemm jekk dan huwa kbir kif ukoll jekk dan huwa żgħir, hemm ħafna nies li jappartjenu għal diversi għaqdiet, u hawn nista' nsemmu lil kumitati tal-festa, lil kumitati tal- banda, lill-boy scouts u lil kumitati tal-football, li huma l-iktar għaqdiet popolari, pero' sfortunatament s'issa ħadd għadu m'hu qed iħossu li jappartjeni għall-kunsill lokali tiegħu.", "Huwa veru li forsi r-raġuni għal dan hija li għadu m'għaddiex żmien biżżejjed minn mindu twaqqfu l- kunsilli lokali, pero' huwa fatt li għad m'hemmx dik il-pride fejn resident ta' xi lokal partikolari jirraġuna li ġaladarba l-kunsill lokali qed jaħdem għalih, huwa xieraq li jgħin lill-kunsill lokali fil-ħidma tiegħu huwa wkoll.", "Il-kunsilli lokali m'għandhomx iserrħu moħħhom li qed ikollhom involviment soċjali billi jiftħu d-day centres għall-anzjani imma jridu jaslu biex jibdew iħossu li l-problemi li jiltaqgħu magħhom il-familji, l- anzjani u saħansitra t-tfal li jkunu joqogħdu f'dik il-lokalita' jkunu tagħhom ukoll.", "Is-solidarjeta' li nixtiequ naraw f'dan il-pajjiż għandha tkun espressa mill-kunsilli lokali u meta naslu f'dak il-livell - jiġifieri meta minbarra l-bankini, il-ħofor, il-bozoz u s-servizz ta' l- ilma, il-kunsilli lokali jibdew jieħdu ħsieb u jonfqu l-flus ukoll biex ikabbru l-politika ta' solidarjeta' tagħhom mar-residenti tal-lokal - inkunu nistgħu ngħidu li f'dan il-pajjiż għamilna verament biċċa xogħol kbira.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari Gatt fis-Seduta Nru. 11 tas-16 ta' Novembru, 1998.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru għall-Politika Soċjali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 25 ta' Novembru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 1999.", "Infakkar lill-Kamra li d-diskors tal-Ministru Dalli se jixxandar dirett fuq it-televiżjoni mill-PBS.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nirribatti l-kummenti li saru l-bieraħ waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, fejn f'waħda mill-mistoqsijiet supplimentari li għamlet, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro qalet li fid-dipartiment tat-toroq hemm bejn erba' u ħames ħaddiema li jinsabu magħluqa f'xi kamra ma jagħmlu xejn minħabba li huma Laburisti.", "Ta' min jgħid li llum f'\"The Malta Independent'', eżattament fir-rapport li hemm taħt it-titlu ''Minister in the Dark No. 2'', saret riferenza għal din il-mistoqsija parlamentari u għall-fatt li jien għidt li ma kontx naf b'dan il-każ.", "Fil-fatt illum matul il-ġurnata investigajt dan il-każ u rriżultali li f'dan id-dipartiment m'hemm l-ebda ħaddiem li huwa msakkar f'xi kamra mingħajr ma jagħmel xejn.", "Anzi, kif għidt il-bieraħ stess, id-dipartiment tat-toroq għandu bżonn iktar ħaddiema minħabba x-xogħol kbir li hemm u għalhekk dan żgur li m'huwiex il-każ.", "Madanakollu jekk l-Onor.", "Coleiro taf b'xi każ partikolari nistedinha biex tagħtini l-informazzjoni kollha.", "Li nista' ngħid huwa li fil-preżent il-ħaddiema kollha tad-dipartiment tat- toroq qegħdin jagħmlu xogħol li huwa meħtieġ u li huwa importanti għat- tfassil tal-ħidma li rridu nwettqu għaż-żmien li ġej.", "Huwa importanti li dan ikun iċċarat mill-bidu nett biex nevitaw il-miżinformazzjoni.", "Iżda issa, Mr Speaker, nixtieq ngħaddi biex nitkellem dwar mistoqsija parlamentari numru 66 li ta r-risposta għaliha l-Onor.", "Lawrence Gonzi, liema mistoqsija tirrigwarda t-tfassil ta' proġett ta' dar għal anzjani ġewwa l-Mellieħa.", "Fil-fatt ir-residenti anzjani ilhom snin twal jitolbu li jinħoloq ambjent li fih huma jkunu jistgħu jgħixu l-aħħar snin ta' ħajjithom b'mod diċenti u b'mod li jkunu qrib il-membri tal-familja.", "Għalhekk ħadt gost meta fir- risposta tiegħu l-Onor.", "Gonzi qal li l-Gvern Nazzjonalista ġdid qed jerġa' jikkonsidra l-proġett li tinbena dar ta' l-anzjani ġewwa l-Mellieħa.", "Naħseb li jkun tajjeb li hawnhekk wieħed ifakkar li proprju ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni li għaddiet kont staqsejt jekk il-gvern ta' dak iż-żmien kellux il-ħsieb li b'xi mod ifassal jew jibni dar ta' l-anzjani fil- Mellieħa - mistoqsija parlamentari numru 15,188 - u r-risposta li ngħatajt fis-16 ta' Ġunju, 1998 kienet hekk:", "\"Għalissa m'hemm l-ebda ħsieb li tinbena dar għall-anzjani fil- Mellieħa, kif għidna u weġibna f'mistoqsijiet parlamentari 92 u 9081.\".", "Hawnhekk għandna l-konferma li l-Gvern Laburista preċedenti ma kien qed jipproġetta li jiżviluppa l-ebda dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa imma għall- kuntrarju llum, ftit ġimgħat wara li nbidlet l-amministrazzjoni, reġa' għandna gvern li qiegħed jimpenja ruħu li l-anzjani tal-Mellieħa jallokalhom dar għalihom fl-istess lokal.", "Issa jien nittama li din id-dar tinbena u tinfetaħ fl-iqsar żmien possibbli.", "Mr Speaker, issa nixtieq ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fl-iskejjel primarji tal-Mellieħa u ta' San Pawl il-Baħar.", "Filwaqt li l-parti l-kbira tax-xogħol ġewwa l-iskola primarja tal- Mellieħa kważi tlesta qabel l-elezzjoni u kulma għad fadal huwa li jittella' boundary wall madwar l-iskola, min-naħa l-oħra x-xogħol li kellu jitlesta numru ta' ġimgħat ilu fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar mhux biss għadu ma tlestiex sa llum imma talli l-maltemp li qed jagħmel fi gżiritna, b'mod partikolari dak li għamel il-ġimgħa l-oħra, qed jikkawża diversi ħsarat kemm fil-bini li għadu tiela' kif ukoll mal-kumplament ta' l-iskola li kienet tintuża għal skop ta' tagħlim fil-livell primarju.", "Għalhekk jien nitlob li x-xogħol li għad baqa' x'isir jitlesta kemm jista' jkun malajr u dawk inkarigati minn dan ix-xogħol, b'mod partikolari l-kuntratturi, jaraw li mhux tgħaddi ġimgħa biex imorru jagħmlu ġurnata xogħol, bħalma għamlu diversi drabi, u dan sabiex l-inkonvenjenzi kollha li qed jiltaqgħu magħhom l-istudenti jispiċċaw darba għal dejjem.", "Wara kollox il-kuntrattur għandu juri xi ftit rispett lejn dawk il-mijiet ta' studenti li jattendu l-iskola.", "Jiddispjaċini ngħid li kelli rapporti li meta l-ġimgħa li għaddiet għamlet ix-xita, il-kurituri, nofs il-klassijiet u s-sala ta' l-iskola kienu mimlijin ilma u s-surmast, l-assistant headmistress, l-għalliema, kif ukoll xi ġenituri, spiċċaw kollha jikinsu l- ilma 'l barra.", "Jien kulma nitlob lil dan il-kuntrattur huwa li jfittex jiffinalizza x-xogħol għaliex inkella jista' jkun hemm anke xi problemi dwar il-ħlas li għandu jieħu.", "Għal min ma jafx, ikun tajjeb jekk ngħid li llum hemm iktar minn 700 tifel u tifla li jattendu l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, li tilqa' studenti mil-livell ta' kindergarten u sa year 6.", "Jiġifieri żgur li ma nistgħux inkomplu nħallu lil dawn l-istudenti kollha jbatu l-konsegwenzi tal-fatt li x-xogħol li kellu jagħmel il- kuntrattur ma lestiehx fiż-żmien stipulat.", "Mr Speaker, ma nistax ma nispiċċax dan id-diskors mingħajr ma nagħmel riferenza għax-xogħlijiet li kienu nbdew sa minn qabel l-elezzjoni ta' l-1996 u li sa llum għadhom ma tlestewx.", "Jien ma rridx naqa' fit-tentazzjoni li noqgħod ngħid li matul is-sentejn li għaddew saru ħafna affarijiet bil-mod wisq jew inkella li f'ċerti ċirkostanzi ma sar xejn, imma bilfors ikolli nirrimarka li hemm tmien appartamenti li qed jinbnew mill-Awtorita' tad-Djar fi Triq Cassarino ġewwa Buġibba fuq pjanti li kienu mfassla qabel l-1996 u, minkejja l-fatt li kważi sena u nofs ilu kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet biex min irid jixtri dawn l-appartamenti, sa llum dawn il-postijiet għadhom lanqas biss tlestew mill-bini.", "Għalhekk id-dipartiment tal-housing li hu responsabbli mill-kostruzzjoni ta' dawn l-appartamenti għandu jara li dawn jitlestew biex min ibbenefika mill-iskema li kienet ħarġet mill-Awtorita' tad-Djar xi sena u nofs ilu, fl-aħħar ikun jista' jmur joqgħod fihom.", "L-istess appell nista' nagħmlu wkoll lill-kuntratturi li qed jibnu madwar 35 appartament u maisonette ġewwa l-Mosta għax anke f'dan il-każ, minkejja li x-xogħlijiet fuq dan il-bini nbdew minn qabel l-elezzjoni ta' l-1996, u minkejja li iktar minn sena u nofs l-Awtorita' tad-Djar ħarġet dawn l-appartamenti u l- maisonettes għall-offerti, s'issa n-nies li bbenefikaw minn din l-iskema għadhom ma jistgħux imorru joqogħdu f'dawn il-postijiet għas-sempliċi raġuni li għadhom lanqas biss tlestew mill-bini.", "Mr Speaker, l-ikbar kritika għal dan id-dewmien m'għandhiex tkun indirizzata lil xi dipartiment partikolari imma lil dawk kollha li matul iż-żmien li għadda ma tawx każ li jagħmlu l-affarijiet kif suppost u jaraw li l-ewwel l-affarijiet ikunu lesti qabel ma jiġu offruti lin-nies.", "Jien nappella lill-awtoritajiet konċernati biex il-kuntratturi li huma responsabbli minn dan ix-xogħol jiffinalizzawh kemm jista' jkun malajr għax konvint li bħalissa qed imorru ħafna nies għand il-ministeru tad-djar, li bir-raġun kollu qed jilmentaw mill-fatt li minkejja li ilhom xi sena u nofs li għamlu l-kuntratt biex jieħdu xi wieħed minn dawn il-postijiet, għadhom ma jistgħux imorru joqogħdu fihom Imma l-ikbar appell tiegħi jmur lejn il- kuntrattur u l-periti li huma responsabbli minn dan ix-xogħol ħalli forsi jibdew iħaffu l-proċess u fl-aħħar dawn in-nies, li diġa' ilhom ibatu għal numru ta' xhur minn konsegwenzi li tqajmu minħabba nuqqas ta' ippjanar tal- passat, ma jkomplux ibatu fiż-żmien li ġej.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, waqt l-aġġornament tal-bieraħ, l-Onor.", "Louis Buhagiar semma lili u lil sieħbi, l- Onor. John Dalli, rigward il-korrispondenza li kienet għaddiet bejnietna meta jien kont għadni segretarju parlamentari responsabbli mill-ilma u l- enerġija.", "Semma wkoll is-subvention fir-rigward tal-Water Services Corporation.", "Veru li sa l-1996, sakemm konna aħna fil-gvern, il-WSC kull sena kienet titlob ammont ta' sussidju mingħand il-gvern biex tkun tista' tmexxi l- operat tagħha, iżda nfakkar lill-membri kollha ta' din il-Kamra u lil dawk kollha li qegħdin jisimgħuna li sa l-1996 il-WSC kienet tbiegħ l-ilma b'rata domestika ssussidjata minn 85% sa 87%.", "Jiġifieri għal kull lira ta' spiża l-gvern kien joħroġ 87c, filwaqt li ċ-ċittadin li juża l-ilma kien joħroġ 13c.", "Allura l-WSC kienet kull darba tmur għand il-gvern biex tieħu dak l-ammont ta' sussidju u b'hekk kien ikollha biżżejjed fondi ħalli tkun tista' tmexxi l-istess korporazzjoni.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Louis Buhagiar qal ħafna affarijiet li m'humiex minnhom pero' rrid infakkru għaliex l-ispiża tas-sussidju min-naħa tal-gvern kellha titla' għal dak l-ammont.", "Irrid infakkru wkoll x'kien qal ċertu konsulent Mifsud, hekk kif il-Partit Laburista tela' fil-gvern fl-1996 - dan kien tqabbad mill-Onor.", "Alfred Sant, illum Kap ta' l-Oppożizzjoni, biex jagħmel rapport dwar l-operazzjoni tal-WSC - fejn qal li l-korporazzjoni kienet miexja fuq linji tajbin ta' management, u mhux kif qal l-Onor.", "Buhagiar, u qal ukoll li l-għawġ li kellha kien ġej minn x'imkien ieħor u kien ilu ġej is-snin.", "Kif kulħadd jaf, Sur President, waħda mill-problemi kienet in-numru ta' nies żejda li tqabbdu qabel l-1987 mill-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien - biex mingħalih jisirqilhom il-vot kien qabbad iżjed minn 8,000 ruħ u fil- fatt numru sostanzjali minnhom intbagħtu mal-water works department - u għaldaqstant id-dipartiment ta' l-ilma, li mbagħad inbidel fil-WSC, tgħabba b'ammont sostanzjali ta' mpjegati u ovvjament fl-aħħar tax-xahar bi dritt dawn kollha kienu jistennew il-paga.", "Allura dan l-ammont ta' pagi kien piż li kellha ġġorru l-istess korporazzjoni.", "Meta aħna ħadna over fl-1987 il- water works department kellu madwar 1,900 ruħ, li minnhom ma keċċejna lil ħadd.", "By natural elimination, dan l-ammont ta' nies - inkluż dawk li kellna ndaħħlu bilfors biex ikollna operazzjoni tajba fil-WSC - bejn l- 1987 u l-1996 niżzilnih għal 1,300.", "Barra minn hekk, bl-investiment kbir li għamilna, minkejja li n-numru ta' mpjegati naqas, il-WSC irdoppjat il- produzzjoni u minn 17-il miljun gallun tellajniha għal 34 miljun gallun ilma kuljum.", "Il-problema l-oħra li semma s-Sur Mifsud - kulħadd jaf x'kulur politiku jħaddan - kienet li l-WSC kienet mgħobbija b'ħafna piżijiet ta' investiment.", "Li ma qalilniex il-bieraħ l-Onor.", "Louis Buhagiar huwa li bejn l-1986 u l-1987 pajjiżna kellu kriżi serja ta' produzzjoni tant li l-Gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien kellu jirrikorri għall-importazzjoni ta' l- ilma.", "Fil-fatt dawn kienu ġabu tanker ilma minn barra, li tiegħu l-poplu Malti kellu jħallas il-mijiet ta' l-eluf ta' liri imma dak l-ilma kien kontaminat u kellu jintrema.", "Fl-1987 aħna kabbarna wkoll ir-reverse osmosis plant ta' Tigne', bnejna r- reverse osmosis plants taċ-Ċirkewwa u Pembroke u għamilna upgrading tar- reverse osmosis plant ta' Għar Lapsi.", "Barra minn hekk għamilna investiment ta' miljuni kbar ta' liri fis-sistema tad-distribuzzjoni, ħriġna l-mains mill-ġibjun tal-Qrendi għan-nofsinhar tal-pajjiż u tajna l-ilma lil diversi rħula fin-nofsinhar tal-pajjiż bħal Marsascala, iż-Żejtun, Ħal Tarxien u ż- Żurrieq, minn fejn niġu jiena u l-ħabib tagħna l-Onor.", "Buhagiar.", "Ovvjament dan l-investiment kien jitlob miljuni ta' liri imma l-WSC daħlet għal dan l- investiment biex ikun hawn provvista ta' l-ilma għal kulħadd, kif konna wegħedna fil-programm elettorali ta' l-1987.", "Ħaġa oħra li l-Onor.", "Louis Buhagiar ma semmiex hija li meta aħna konna fil-gvern għamilna investiment ta' miljuni ta' liri biex insolvu l-problema ta' l-unaccounted for water.", "Xi ħaġa li ili ngħidha imma milli jidher se jkolli nibqa' ngħidha hija li aħna konna għamilna analisi biex naraw fejn kien qed jispiċċa dak l-ilma li ma konniex qed nitħallsu tiegħu.", "Imma kuntrarjament għal dak li jingħad fil-gazzetti, jidher li ħafna nies għadhom ma jafux u ma jistgħux jew ma jridux jifhmu x'kienet il-problema ta' l-unaccounted for water.", "Kif nafu, il-WSC ma kenitx titħallas għal total ta' 60% ta' l-ilma li joħroġ mill-ġibjuni, pero' dan ma jfissirx li dan l-ilma kien jintilef.", "Fil-fatt minn din l-analisi li għamilna sibna li 20% biss minn dawn il-60% kien jintilef u allura konna għamilna proġetti kbar, bħat-tibdil tal-meters u tibdil tal-galvanised distribution connections fi plastic connections.", "B'hekk irnexxielna niġu f'sitwazzjoni fl-1996 fejn l-ilma kien jasal għand kulħadd.", "Ħalli niġi issa għat- tariffi.", "Fl-1994 konna ċaqlaqna t-tariffa ta' l-ilma bil-ħsieb prinċipali li nikkonservaw dan ir-riżors.", "Konna għamilna tariffi li kienu ġusti u li kien jiflaħ għalihom kulħadd.", "Imma x'ġara?", "Tela' l-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant u fil-budget għal din is-sena għolla b'mod inġust, goff u sproporzjonat it-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Dan in-nies jafuh għax irċevew kontijiet għall-użu domestiku tad-dawl u l-ilma u bit-tariffi nġusti, goffi u sproporzjonati magħmula mill-gvern bla ruħ ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Fil- fatt il-valur tal-kont domestiku rdoppja u min kien jirċievi kont kull erba' xhur ta' ¥50 irċieva kont ta' ¥100.", "Rigward il-kontijiet industrijali, il-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant qatt ma kellu l-kuraġġ joħroġhom għax fejn qabel it-tariffa ndustrijali ta' l- ilma kienet ta' 4c5 għall-ewwel 1,270 metru kubu kull erba' xhur, l-Onor.", "Alfred Sant din għolliha għal ¥1.10 kull metru kubu.", "Dan biex ma nsemmix ukoll l-introduzzjoni tat-taxxa tad-drenaġġ meta kulħadd jaf li proġetti ta' tisfija ta' drenaġġ għad iridu jsiru.", "Wara li jsir dan tista' mbagħad iddaħħal tariffa ġdida li tkun inkorporata mat-tariffa ta' l-ilma, ħalli jkollok il-fondi biex tmexxi l-impjanti ta' tisfija.", "Din ir-rata li għadni kif semmejt kienet tgħodd ukoll għall-qasam ta' l- agrikoltura, speċjalment fejn jidħlu r-raħħala.", "Issa bit-tariffa li ħareġ il-Gvern Nazzjonalista, ir-raħħal Malti jista' jserraħ moħħu għaliex filwaqt li fi żmien Gvern Laburista kont ta' ¥90 f'sena kien se jitla' għal ¥2,700 f'sena, bit-tariffa li daħħal dan il-gvern kont ta' ¥90 f'sena se jitla' għal ¥180 f'sena.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Louis Buhagiar u jgħidilna li t-tariffi li ħareġ bihom il-Gvern Nazzjonalista huma fenomenali!", "Għalhekk jiena ngħidlu: Mela kemm kienu fenomenali, katasrofiċi u nġusti t- tariffi li kien ippropona l-Onor.", "Alfred Sant?", "Dawn tant kienu nġusti u katastrofiċi li l-Onor.", "Sant kien ta l-barka tiegħu biex il-kontijiet għar- raħħala ma jinħarġux qabel l-elezzjoni għax ovvjament beżgħu li jitilfu iżjed voti.", "Hawnhekk tara d-differenza bejn Gvern Laburista u Gvern Nazzjonalista li jaħdem b'kuxjenza biex jgħin l-oqsma kollha ta' l- ekonomija.", "Sur President, aħna għamilna tariffi ġusti għall-użu domestiku, għamilna tariffi raġonevoli għall-użu industrijali u għamilna tariffi ssussidjati bil-qawwi fejn jidħlu r-raħħala.", "Aħna ma nemmnux fl-ingann u għandna fiduċja sħiħa fir-raħħala, u għalhekk din is-sezzjoni ta' l-industrija rridu ngħinuha.", "Kuntrarjament għal dak li kien qed jipproponi l-Onor.", "Alfred Sant bit-tariffi sproporzjonati tiegħu, aħna ma rridux noqtlu lil din l-industrija u għalhekk qegħdin nagħtuha sussidju qawwi ħalli ngħinuha tikber u tkun f'pożizzjoni li tilqa' l-isfidi tal-futur.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa' 25 ta' Novembru fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - LOGĦOB TAN-NAR", "214.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta se jiġu in vigore r-regolamenti dwar il-logħob u l- manifattura tan-nar?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-liġi dwar il-logħob u l- manifattura tan-nar titressaq fil-Parlament u jekk huwiex se jitressaq l- istess abbozz li kien ipprepara l-Gvern Laburista?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-regolamenti ġodda dwar il-logħob u l-manifattura tan-nar ġew pubblikati fit-3 ta' Novembru, 1998, b'Avviż Legali Nru. 243 ta' l-1998.", "Qed jiġi propost avviż legali biex id-diversi provvedimenti jidħlu fis-seħħ f'dati differenti in konsiderazzjoni tal-fatt li xi wħud minnhom għad jeħtiġilhom l-emendi għal-liġi prinċipali sabiex kemm il-liġi u kemm ir-regolamenti jkunu jaqblu ma' xulxin.", "Dwar l-emendi għal-liġi, il-gvern għandu l-ħsieb li jżomm mal-ftehom li ġie milħuq ma' l-għaqdiet pirotekniċi.", "Naturalment jista' jkun hemm diskussjonijiet finali bejn iż-żewġ naħat qabel ma jiġi pubblikat l-abbozz ta' liġi.", "WIED TAL-FIDDIEN - ARBLI TAD-DAWL", "309.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet fuq l-arbli tad-dawl fil-parti ta' Wied tal-Fiddien fejn inbeda l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa?", "Billi dawn ix-xogħlijiet jinvolvu twaħħil ta' bozoz u billi issa l-ġurnata tidlam kmieni, jista' l-Ministru jawtorizza dawn ix- xogħlijiet immedjatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba għal dawl f`Wied tal-Fiddien se tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MTARFA - BYPASS - DAWL", "310.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi t-talba tar-residenti Rabtin sabiex tiddawwal il-bypass ta' l- Imtarfa ilha snin pendenti u billi wkoll kien hemm il-ħsieb li x-xogħlijiet isiru, jista' l-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu ċioe' meta se jitwaħħlu l-arbli u l-bozoz sabiex din it-triq tiġi mdawwla?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li x-xogħlijiet isiru sa Diċembru li ġej?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba biex tiddawwal il-bpass ta' l-Imtarfa qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MTARFA - XOGĦLIJIET", "311.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru japprova li jitkomplew ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fit-toroq ta' l-Imtarfa l/o Rabat?", "Billi f'din il-Belt ġdida wħud mir-residenti ilhom snin twal jistennew li jsiru x-xogħlijiet, jista' l-Ministru jirrimedja dawn il-każijiet ġenwieni u ċioe' sa Diċembru li ġej jara li jitwettqu x-xogħlijiet pendenti f'dawn it-toroq sabiex jispiċċa l-iskomdu għall-familji residenti fl-Imtarfa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol ta' toroq fl-Imtarfa sar taħt id-direzzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Id-Dipartiment tat-Toroq se jara x'tip ta' xogħol jista' jiġi kordinat ma' l-imsemmija Awtorita`.", "KOPERATTIVI - ĦADDIEMA", "312.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u tekniċi li jaħdmu f'azjendi privati u koperattivi konnessi ma' l-oqsma tal-biedja u sajd bħal KPM, MDP eċċ matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PERMESSI", "313.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li japplikaw għall-serer fuq l-uċuħ tar-raba', estensjonijiet u bini ta' rziezet eċċ, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1997 kien issottometta rapport għad-diskussjoni sabiex tinstab soluzzjoni aktar realistika għaż-żewġ partijiet konċernati u ċioe' sabiex l-Awtorita' ta' l- Ippjanar tistabbillixxi sistemi aktar prattiċi għal dawn l- applikazzjonijiet tal-bdiewa, raħħala u sajjieda, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi?", "Meta se jitkomplew dawn id-diskussjonijiet u meta mistenni li jitħabbru l- proċeduri l-ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien informat li d-diskussjonijiet fuq dawn il- proposti bdew xi xhur ilu u għadhom għaddejjin.", "Xi diffikultajiet żgħar li kien hemm fil-passat diġa' ġew megħluba wara djalogu mal-partijiet involuti.", "Diffikultajiet oħra jenħtieġu aktar studju minħabba implikazzjonijiet mhux biss fil-qasam tal-biedja imma wkoll f'oqsma oħra.", "IMPJIEGI - BDIEWA/RAĦĦALA", "314.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa u raħħala fulltime f'Malta u Għawdex, matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema mpjegati f'azjendi Agro Industrijali, proċessuri tal-laħam inkluż biċċiera tal-laħam lokali eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istatistika li żżomm il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ dwar in-numru ta' persuni li jaħdmu full time fis-settur ta' l- agrikoltura u s-sajd tindika dawn il-figuri:", "|Diċembru 1994 |2,513 | |Diċembru 1995 |2,578 | |Diċembru 1996 |2,533 | |Diċembru l997 |2,543 | |Awissu 1998 |2,580 |", "In-numru ta' ħaddiema mpjegati f'ażjendi agro-ndustrijali u proċessuri tal- laħam fis-settur privat f'Awissu 1998 kien ta' 4,172", "AIR MALTA - TRASFERIMENTI", "470.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Air Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi saru 9 trasferimenti sabiex jinqdew l-esiġenzi tal-Kumpanija.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jifhem li t-transfers jikkostitwixxu parti ntegrali tal-management ta` kull kumpanija bħall-Air Malta u jsiru skond u meta jkun hemm bżonn.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "471.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferinmenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korp tal-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab informat li bejn is-6 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Ottubru, 1998, kien hemm 54 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 523 f'Seduta 10.", "GOZO CHANNEL - TRASFERIMENTI", "472.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Gozo Channel?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma ngħata l-ebda trasferiment fil-Gozo Channel mis- 6 ta` Settembru sat- 28 ta'Ottubru, 1998.", "MIA - TRASFERIMENTI", "473.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Malta International Airport?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma ngħata l-ebda trasferiment bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998 fil-Malta International Airport PLC.", "Peress illi fix-xhur ta' qabel is-6 ta' Settembru suppost li kien qed isir eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni, iżda ftit li xejn sar xogħol effettiv fuqu ħlief xi transfer 'l hemm u 'l hawn ta' impjegat jew tnejn, il-Malta International Airport għandha l-pjan li fix-xhur li ġejjin tagħti priorita lil dan l-eżerċizzju.", "Għaldaqstant il-Kumpanija tifhem li jista jkun hemm il-ħtieġa li jsiru xi trasferimenti ta' ħaddiema minn sezzjoni tal- Kumpanija għall-oħra skond l-esiġenzi tal-kumpanija.", "MALTACOM - TRASFERIMENTI", "474.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Maltacom?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ISTATISTIKA - TRASFERIMENTI", "475.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Istatistika?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar trasferiment wieħed mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-istatistika u dan fuq talba tal-persuna konċernata.", "Trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tad-dipartiment.", "KALKARA - TRIQ L-ISPTAR NAVALI - KAXXA TAD-DAWL", "486.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jitlob lid-dipartiment konċernat biex jittieħdu passi biex titneħħa kaxxa tad-dawl ta' żmien is-servizzi u li qegħda maġenb Block 6, Triq l-Isptar Navali, Kalkara peress li m'għadhiex tintuża u qed tkerrah l-ambjent?", "Jista' l-Ministru jieħu passi wkoll biex il-high tension overhead cable li ġej min-naħa ta' Verdala, Bormla u jibqa' sejjer sa l-ex-rinella Wireless Station, Kalkara jitneħħa peress li ma hemmx użu għalih għaliex fih ħafna ħsara u qed ikerrah ħafna l-ambjent?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li wara li saret stima sabiex il- kaxxa tad-dawl titneħħa, hemm il-ħsieb li x-xogħol isir mill-iktar fis possibbli.", "Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda wkoll tieħu l-passi neċessarji biex tneħħi l-cable imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.", "FGURA - TRIQ IL-MERĦBA - LETTER BOX", "487.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex titwaħħal letter box fi Triq il-Merħba, Fgura viċin l-area tad-dar Nid D'Amour peress li biex in- nies ta' l-akwati jinqdew ikunu jridu jmorru 'il bogħod ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Se nressaq is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant lill-Maltapost plc.", "ISLA - TRIQ IL-VITORJA", "488.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tiġi rranġata l-pressa ta' l- ilma fi Triq il-Vitorja, l-Isla fl-akwati tad-dar numru 105?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Riċentement, żviluppaw diffikultajiet fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fil-parti għolja tal-Isla.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb li l-provvista tal-ilma terġa tkun regolari fl-inqas żmien possibli.", "Saru diversi tentattivi mill-Korporazzjoni biex isir kuntatt mal-konsumatur fi Triq il-Vitorja iżda ħadd ma wieġeb.", "Għaldaqstant sar test fil-pressa ta' l-ilma fir-residenza qrib fejn joqgħod il-konsumatur imsemmi.", "Irriżulta li l-provvista tal-ilma hija adegwata bħal mhi tar-residenti fl- inħawi.", "Il-konsumatur jista jċempel lis-sezzjoni tal-Customer Care fuq il-freephone 157 u jiġi ffissat appuntament biex ikunu jistgħu isiru l- investigazzjonijiet tekniċi fir-residenza.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - KAŻ B'REF.", "39/95/313", "489.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta t-talba tal-persuna li applikat għal sit ta' qabar fiċ- Ċimiterju ta' l-Addolorata b'referenza 39/95/313, se tiġi milqugħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni tal-persuna ndikata ghas-sit ta' qabar fic-cimiterju ta' l- Addolorata li ghandha riferenza DH 39/95/313, giet registrata fil-25 ta' Ottubru 1995.", "Din l-applikazzjoni qieghda fuq il-waiting list u tinsab il- 569 fil-lista msemmija.", "MINISTERU TA' L-INTERN - IMPJEGATI", "828.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?", "Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?", "Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:-", "|Pożizzjoni| |Pożizzjoni| | |u numru | |u numru | | |ta' | |ta' | | |ħaddiema | |ħaddiema | | |każwali | |bil-kuntra| | | | |tt | | |Tajpisti |7|Konsulenti|6 | |Barbier |1|Assistant |3 | | | |Managers | | |Għalliema |1|Uffiċċjali|12| | |2|Korrettivi|0 | |Accounts |1|Senior |1 | |Clerk | |Planning | | | | |Officer | | |Accounts |1|Unit Head |1 | |Executive | | | | |Ammonia |1|Planning |2 | |Printer | |Officers | | |Secretaria|3|Executive |1 | |l | |Co-ordinat| | |Assistants| |or | | |Urban |1|Chairman |1 | |Design | |(BICC) | | |Executive | | | | |Telephone |2|Manager |1 | |Operators | | | |", "Ħadd minn dawn ta' hawn fuq ma ġie tterminat l-impjieg tiegħu.", "Iċ- Chairman hawn fuq imsemmi ta r-riżenja tiegħu u din ġiet aċċettata.", "Dan tħallas kumpens ta' Lm1820.25 ekwivalenti għal 3 xhur paga.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - IMPJEGATI", "829.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?", "Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet, governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta'l-Agrikoltura u Sajd hemm", "(i) Ħames (5) impjegati nisa każwali li kollha jagħmlu xogħol ta' typing.", "(ii) Bħalissa hemm sittax (16) il-ħaddiem li qegħdin bil-kuntratt.", "Fost dawn hemm żewġ esperti barranin.", "Kien hemm tlett (3) ħaddiema li kienu b'kuntratt ta' xogħol marbut mal- Ministru precedenti, jiġifieri iż-żewġ xufiera u l-Personal Assistant.", "Dawn huma kuntratti li jiġu terminati awtomatikament malli jkun hemm bidla fil-Ministru.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - IMPJEGATI", "830.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tagħha (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?", "Tista' tgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġa tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Fil-każijiet kollha separatament, tista' l-Ministru tgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil- preżent il-Ministeru għal Għawdex għandu 17-il ħaddiem każwali u għaxar ħaddiema fuq kuntratt.", "In-numru ta' ħaddiema każwali jikkonsisti f'6 casual typists, 4 casual instructors, 5 casual nursing aides, casual pathologist kif ukoll casual speech therapist.", "In-numru ta' ħaddiem li huma mpjegati b'kuntratt jikkonsisti f'konsulent fl-oftalmoloġija, 2 konsulenti fl-anestesija, 2 konsulenti fil-kirurġija ġenerali, wieħed fil- mediċina, wieħed fl-ostetriċja u ġinekoloġija, wieħed fil-patoloġija u ieħor fir-radjoloġija.", "Hemm ukoll supply teacher.", "Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kien hemm supply teacher li ma ġġeddidlux l-ingaġġ peress li dan siefer.", "F'dan il-każ l-individwu ma tħallas l-ebda kumpens.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "831.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?", "Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998' l hawn?", "Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-Numru ta' haddiema f'dan id-dikasteru fuq bazi kazwali huma 455.", "Il-Gradi taghhom huma kif gej:", "Consultant Opthalmic Surgeon 1 Psychologist 1 Medical Officer 2 Houseman 2 Pharmacist 39 Scientific Officer 1 Health Inspector 6 Medical Laboratory Technologist 27 Occupational Therapist 3 Podologist 14 Radiographer 5 Staff Nurse 66 Physiotherapist 17 Midwife 16 Speech Therapist 10 Enrolled Nurse 62 Pharmacy Technician 6 Nursing Officer 153 Cleaner/Labourer 1 Typist 15 Ward Clerk Assistant 8 TOTAL 455", "Impjegati li huma ngaggati b'kuntratt huma 8:-", "Chief Executive 1 Financial Controller 1 Catering Consultant 1 I.T System Administrator 1 Accounts Officer 1 Secretaries 2 Messenger 1", "Mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn 7 impjegati (4 fis-Segretarjat tal- Ministru u 3 fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari) li kienu gew ingaggati b'kuntratt gie mitmum l-ingagg taghhom.", "Il-Kumpens ta' kull wiehed kien ta' sitt (6) xhur salarju.", "MARSA RACING CLUB", "835.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 215 dwar il-Marsa Racing Club, jista' l-Ministru jgħid: (i) kif inhu maqsum u ta' xiex huwa dovut? (ii) Xi pjani għandu l-kumitat il-ġdid ta' tmexxija biex iħallas dan id- dejn li jidher li l-maġġor parti tiegħu ġie kkuntrattat jew ma tħallasx fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti? (iii) Għandu xi programm ta' pagamenti għall-kredituri tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena 1997/98 il-Kumitat tal- Marsa Racing Club ħareġ bit-telf għall-ewwel darba b'deficit ta' madwar Lm40,000.", "Barra minn dan kienet saret ukoll spiża kapitali ta' Lm51,000 li diġa' semmejt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 215.", "Meta tliet snin ilu l-Club daħal fi spiża kapitali kien qassam il-pagamenti fuq ħames snin b'mod li dawn setgħu jitħallsu kif stabbilit.", "Fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti l-problema tad-dejn kompliet tikber bil-konsegwenza li l-Club sab ruħu f'pożizzjoni fejn ma jistax jagħmel programm dwar kif jistgħu jsiru ħlasijiet tal-pagamenti lill-kredituri tiegħu.", "Il-Kumitat preżenti se jimpenja ruħu biex jara li jkun hemm żieda fid-dħul u jikkontrolla l-infieq biex jagħmel tajjeb għat-telf li sofra s-sena l- oħra u biex iħallas lura parti mid-dejn.", "Il-Club mhux ser ikun f'pożizzjoni li jħallas lura d-dejn li għandu mal- Gvern iżda bi ħsiebu jonora l-kambjali kollha imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 837 kif diġa' beda jagħmel meta ħallas is-somma ta' Lm22,440 li suppost kellha titħallas fit-30 ta' Awissu 1998.", "MARSA RACING CLUB", "836.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 215 dwar id-dejn tal-Marsa Racing Club, jikkonferma l-Ministru li Lm100,000 dovuti bħala VAT kważi kollha kemm huma huma tal-perjodu mid-data ta' l- introduzzjoni tal-VAT sas-26 ta' Ottubru 1996, cioe' dovuti matul il- perjodu li fih il-Marsa Racing Club kien immexxi mis-Sur Paul Midolo li l- Gvern preżenti reġa' ħatar bħala chairman?", "Jikkonferma l-Ministru li mill-introduzzjoni tal-VAT taħt Gvern Nazzjonalista sas-26 t a' Ottubru, 1996, il-Marsa Racing Club m'għamel l- ebda tentattiv (i) biex jara x'VAT kellu jħallas u (ii) biex jirregola ruħu mal-liġi?", "Jaqbel il-Ministru li huwa inġust li l-ħtija ta' dan in-nuqqas jintefa' fuq il-kumitat tat-tmexxija tal-Marsa Racing Club li mexxa għal ftit xhur taħt is-Sur George Borg Cardona fl-aħħar amministrazzjoni?", "X'qed isir mill- kumitat ġdid tat-tmexxija tal-Marsa Racing Club dwar dan id-dejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mat tagħrif diġa' mogħti fil-Mistoqsija ċitata, għandi biss x'inżid li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club kien kiteb biex joġġezzjona u jitlob spjegazzjoni tal-kontijiet li kienu ħarġu mid- Dipartiment tal-VAT.", "ETC - TALBIET GĦAL IMPJIEGI", "1106.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet talbiet għal impjiegi il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u mil-liema settur ġew dawn it-talbiet?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew impjegati persuni li kienu qed jirreġistraw, bis-saħħa ta' dawn it-talbiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' talbiet u mil-liema settur ġew dawn it-talbiet f'Awissu, Settembru u Ottubru huma kif ġej:", "SETTUR AWISSU SETTEMBRU OTTUBRU", "1.", "Managers/Supervisors 2 4 8 2.", "Professionals 20 30 14 3.", "Technicians 33 21 35 4.", "Clerks 64 67 65 6.", "Farmers/Gardeners - 3 1 7.", "Crafts/Trades 75 114 89 8.", "M'Operators/Drivers 31 40 44 9.", "Elementary Trades 60 98 103 TOTAL 330 421 452", "In-numru ta' reġistranti li ġew impjegati bis-saħħa ta' dawn it-talbiet sal- lum kien ta' 126.", "ETC - RAPPORT", "1107.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jippreżenta r-rapport dettaljat ta' kull xahar tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ minn Lulju sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kopja tad-dokumenti hekk imsejħa Internal Statistics tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 1998, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Nippresumi li dawn huma d-dokumenti li qed jitlob l-Onor.", "Membru.", "ETC - QTUGĦ MIR-REĠISTRU", "1108.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u r-raġuni li għaliha nqatgħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru kien 13, 42 u 57 rispettivament.", "Ir-raġuni għaliex inqatgħu hi kif ġej: AWISSU SETTEMBRU OTTUBRU", "M'accettawx impieg 3 1 15 M'attendewx tahrig 5 12 1 Jirregistraw u jahdmu 5 13 38 M'attendewx ghal intervista - 16 3 TOTAL 13 42 57", "ETC - SPEZZJONIJIET", "1109.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ispezzjonijiet li saru mill-uffiċjali tal- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ f'Awissu 1998, Settembru 1998 u Ottubru 1998 kienu 589; 242; 978 rispettivament.", "ETC - IMPJIEGI", "1110.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nstabilhom xogħol mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema settur dawn il-ħaddiema ġodda ġew impjegati, jekk hux mas-settur pubbliku, settur privat eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li nstabilhom xogħol mill- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru u f'liema settur hu kif ġej:", "XAHAR SETTUR PRIVAT** SETTUR PUBBLIKU TOTAL", "Awissu 78 31 109 Settembru 72 20 92 Ottubru 154 71* 225", "* Nota: Mill-71 persuna li jidhru li ġew impjegati fis-settur pubbliku matul ix-xahar t'Ottubru jirriżulta li:", "19 (loaders/cleaners) bdew jaħdmu matul Ġunju u Lulju", "6 (clerks) bdew jaħdmu matul Mejju, Ġunju u Lulju", "16 (stewards/stewardesses) bdew jaħdmu matul Lulju u Awissu", "Feedback mill-Air Malta dwar dawn il-41 impiegi temporanji tas-Sajf waslet matul ix-xahar t'Ottubru.", "**Jinkludi Hal Far/Job Centre/Għawdes - Full/Part Time.", "ETC - SCHOOL LEAVERS", "1111.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw school leavers mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru, 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' school leavers li bdew jirreġistraw mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru hu kif ġej:", "Awissu 113 Settembru 93 Ottubru 121", "SKEJJEL - MĠARR - SKOLA PRIMARJA", "1228.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ntalbu jittieħdu l-pulizija, u f'liema dati, dwar il-protezzjoni li ntalbet mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex il-kuntrattur ikun jista'jibda x-xogħol fuq l-iskola primarja ta' l-Imġarr (Malta)?", "X'passi ttieħdu mill-pulizija biex jipprovdu l-protezzjoni ħalli x-xogħol ikun jista' jibda fuq is-sit ta' l-iskola primarja ta' l-Imġarr?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni talab il-protezzjoni tal-Pulizija f'żewġ okkażjonijiet biex ikun jista' jibda x-xogħol mill- kuntrattur.", "Dawn kienu fit-28 ta' Ottubru, 1998, u fit-12 ta' Novembru, 1998.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li l-Pulizija ħadu l- passi kollha meħtieġa ħalli x-xogħol ikun jista' jibda.", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "1229.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Hemm tfal bi bżonnijiet speċjali li qed jittieħdu l-iskola \"normali\" f'mini vans normali u mhux akkumpanjati, meta sas-sena li għaddiet kienu jittieħdu bi trasport apposta u akkumpanjati.", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jiġri dan?", "Jistgħu dawn it-tfal jerġgħu jibdew jittieħdu bi trasport apposta u jkunu akkumpanjati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser ngħaddi t-tagħrif li laħqu għaddewli:", "Fil-bidu tas-sena l-persuna li kienet tagħmilha ta' escort sabet diffikulta' biex tibqa' tagħmel dan.", "Issa din il-persuna se terġa' tibda tagħmilha ta' escort.", "ĦAMRIJA", "1333.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jaf il-Ministru li ċertu kuntrattur qed jarmi kwantita' ta' ħamrija tajba għal ġot-Tarzna fejn wara qed tmur tintrema ġol-baħar?", "Billi jien informat li din il-ħamrija hi tajba (għajr għal ftit ġebel li fiha), jista' d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jinvestiga bis-serjeta' ħalli din il-ħela ta' ħamrija ma tkompliex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura diġa ħa passi sabiex dan il-materjal ta' ħamrija mħallta mal-ġebel jintuża bħala subsoil ġo Corradino Grounds li għandhom bżonn xi 6,400 metru kubu.", "Madwar 4,000 metru kubu ser jiġu maħżuna fil-qrib biex 'il-quddiem jintużaw fil-post stess biex jitħawlu xi siġar u arbuxelli.", "Materjal żejjed għandu jinġarr għall-mixtla ta' Wied Incita.", "SAĦĦA - DIRETTUR TAN-NURSING", "1334.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jelenka l-prijoritajiet li qed taħdem fuqhom id- direttur tan-Nursing?", "Fejn hu l-uffiċċju tagħha llum u fejn ġiet offruta bħala uffiċċju taħt it- tmexxija preċedenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, illi l- prioritajiet li qed tahdem fuqhom id-Direttur tan-Nursing huma:", "a. Ezercizzju biex jigu utilizzati bl-ahjar mod ir-rizorsi umani", "b. It-twaqqif ta' sotto kumitati minn kull livell tan-Nursing, biex ghall-ewwel darba fuq livell ta'nursing, jigu ndirizzati problemi relatati mall-professjoni ta' l-infermiera fil-livell mistenni fil- millenju l-gdid.", "Wara l-bidla fl-amministrazzjoni f'Settembru li ghadda, l-ufficcju tad- Direttur tan-Nursing gie trasferit ghall-ewwel sular tad-Dipartiment tas- Sahha that is-sular li jokkupa l-Ministeru tas-Sahha.", "Taht l-amministrazzjoni precedenti, id-Direttur tan-Nursing, kien jokkupa bicca kamra mehuda minn kuritur fid-Dipartiment tas-Sahha, minghajr arja ta' xejn u wisq iktar minghajr ghajnuna ta' ebda impjegat.", "SPTAR SAN LUQA - INFERMIERA", "1335.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jikkonsidra l-Ministru li jiltaqa' f'laqgħa apposta man-nurses kollha li jaħdmu fl- Isptar San Luqa biex jiddiskuti magħhom il-problemi li qed jiltaqgħu magħhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, illi l-infermiera ta' l-isptarijiet kollha, mhux biss ta' San Luqa, ghandhom jirreferu u jiddiskutu mad-Direttur tan-Nursing fuq kull suggett jew problemi li jiltaqghu maghhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Ninsab infurmat illi, l- infermiera kollha gew infurmati permezz ta' ittra mahruga mid-Direttur tan- Nursing, li d-Direttur allokat gurnata fil-gimgha biex tiltaqa' ma l- infermiera fuq bazi individwali.", "DELIMARA - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "1338.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jidħol fil-każ tal-familja li toqgħod f'Delimara, u li isimha qed jintbagħat separatament, li s'issa għadhom bla dawl elettriku fid-dar tagħhom?", "Jaħseb il-Ministru li lejliet is-sena 2000 hu ta' mistħija li għad għandna familja bi tfal żgħar li jridu jgħixu u jistudjaw bid-dawl tal- lampa tal-pitrolju għax ebda amministrazzjoni ma rnexxielha twassal id-dawl elettriku sa ħdejhom?", "X'inhi l-problema li qed twassal lil din il-familja biex tibqa' bla elettriku?", "Billi qabel kien jingħad (inkluż f'diversi rappreżentazzjonijiet li għamilt jien) li kienet qed issir oġġezzjoni mid- Deutsche Welle, issa ladarba dan l-istazzjon għalaq, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li din il-familja għadha bla elettriku?", "Jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni biex din il-familja ma tibqax tgħix f'dawn il-kondizzjonijiet degredanti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li t-talba għall-elettriku f'Delimara ġiet mistħarrġa mill-Korporazzjoni Enemalta u jirriżulta li ntbgħatet stima lill-applikant skond kif provdut fir-regolamenti.", "Meta jkun hemm risposta għal din l-istima, il-Korporazzjoni tkun f'pożizzjoni biex tieħu l-passi meħtieġa.", "BANEK - BANK OF VALLETTA - SKRIVANI", "1339.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid f'liema stadju saret verifikazzjoni taċ- ċertifikati ta' dawk magħżula għal grad ta' clerk mal-Bank of Valletta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "GUDJA - TRIQ IL-MARKIZA", "1353.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq il-Markiza, fil-Gudja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "GUDJA - TRIQ TONI ZAMMIT", "1354.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Toni Zammit, fil- Gudja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.", "GUDJA - TRIQ ĦAL RISQUN", "1355.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Ħal Risqun, fil-Gudja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li x-xogħol biex titwaħħal bozza fit- triq imsemmija diġa inbeda.", "GUDJA - TRIQ ĦAL GĦAXAQ", "1356.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Ħal Għaxaq, fil-Gudja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba magħmula mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "GUDJA - TRIQ DORELL", "1357.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Dorell, Gudja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li d-dawl fit-triq imsemmija huwa adekwat.", "GUDJA - TRIQ IL-PLUVIERI", "1358.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq il-Pluvieri, fil- Gudja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba magħmula mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - SEGRETARJU PERMANENTI", "1378.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu mill-ministeru tiegħek dwar il-punti mqajjma f'korrispondenza tas-26 ta' Settembru 1998 lis-segretarju permamenti tal-Ministeru tiegħek dwar \"il-bżonn urġenti li s- settur ta' l-inbid Malti jiġi regulat in linja man-normi ta' l-Unjoni Ewropea\"?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jispeċifika għall-liema korrespondenza qed jirreferi.", "Abbozz ta' liġi ġdida dwar l-inbid qed tiġi diskussa fil-Wine Advisory Board.", "SKEJJEL - GŻIRA - MANUTENZJONI", "1392.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkompli x-xogħol li kien maħsub li jsir, ta' twieqi fl-arkati li hemm fl-iskola primarja tal-Gżira biex jilqgħu għall-kesħa fix-xitwa u s-sħana fis-sajf?", "X'arranġamenti qed isiru biex jintlaħaq qbil bejn l-iskejjel primarji/sekondarji tal-Gżira għal użu komuni tas-sala li hemm fil- kumpless?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan ix-xogħol hu maħsub li jibda fi żmien qasir.", "Diġa saru l-kuntratti meħtieġa mid-Diviżjoni, u l-perit inkarigat mix-xogħol żar l-iskola imsemmija u ddiskuta mal-kap x-xogħlijiet li jridu jsiru.", "Hemm qbil assolut bejn il-Kapijiet taż-żewġ skejjel dwar l-użu tas-sala tal- kumpless.", "Dan jintlaħaq permezz ta' kuntatti kontinwi bejn iż-żewġ kapijiet li ddikjaraw li m'għandhomx problemi dwar dan.", "SKEJJEL - GŻIRA", "1393.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi hemm maħsuba li jittieħdu fl-iskola primarja tal-Gżira biex isiru klassijiet iċken b'inqas tfal biex jiġu megħjuna tfal li għandhom diffikultajiet u żvantaġġi biex jitgħallmu?", "X'għajnuna qed jingħataw il-kap u l-għalliema ta' l-iskola primarja tal- Gżira biex ikunu jistgħu jilħqu t-tfal kollha f'din l-iskola, anki dawk bi ftit dispożizzjonijiet għat-tagħlim?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Normalment s'issa l-popolazzjoni fil-klassijiet ta' l- iskejjel primarji hi ta' 30 tifel u/jew tifla.", "Il-popolazzjoni fil-klassijiet ta' l-iskola primarja tal-Gżira hija hekk:", "Yr.", "1 (1): 24 Yr.", "1 (2): 22 Yr.", "2 (1): 17 Yr.", "2 (2): 15 Yr.", "3 (1): 22 Yr.", "3 (2): 23 Yr.", "4 (1): 22 Yr.", "4 (2): 21 Yr.", "5 (A): 23 Yr.", "5 (B): 21 Yr.", "6 (A): 25 Yr.", "6 (B): 21", "Għalhekk in-numri huma raġjonevoli biex jintlaħqu it-tfal kollha, inklużi dwak bi bżonnijiet speċjali.", "Meta tifel/tifla bi bżonnijiet speċjali ma jattendix/tattendix l-iskola, il- facilitator li tieħu ħsiebu/a tgħin it-tfal batuti.", "Din is-sena l-għalliem tal-Complimentary Education qed imur din l-iskola tlett darbiet fil-ġimgħa.", "Darba minnhom qed jieħu ħsieb tfal li għandhom bżonn l-għajnuna.", "SKEJJEL - SIR ADRIAN DINGLI", "1394.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu fuq is-sit tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli biex jiġi żgurat li x-xogħol li għaddej ma jħarbatx il-ħajja ta' l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fuq is-sit tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli qed isir xogħol strutturali fuq il-parti tan-nofs ta' l-iskola skond il-pjan imħejji għall-proġett.", "L-istess pjan jipprovdi biex ix-xogħol isir mingħajr tfixkil fit-tagħlim.", "S'issa ma jirriżultalix ilmenti dwar tħarbit fil-ħajja ta' l-iskola.", "Fil-każ nieħu l-passi oportuni.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA LI KORREW FUQ IX-XOGĦOL", "1421.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi fejn ħaddiema tal-Gvern korrew fuq ix-xogħol fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm kien hemm ħaddiema nvoluti f'dawn il-każi?", "Limitatament għas-sena li qegħdin fiha u ta' qabilha, f'liema dipartimenti ġew irrapportati każi ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istatistika li nżammet mis-sena 1989 hi ta' ħaddiema li japplikaw għal benefiċċju tal-korriment.", "Iċ-ċifri huma kif indikat hawn taħt:", "1989 1,007 1990 1,106 1991 892 1992 801 1993 649 1994 665 1995 654 1996 522 1997 637 1998 (sal-31.10.1998) 426", "Ma tinżammx statistika ta' kemm-il persuna korrew skond id-Dipartiment fejn jaħdmu.", "L-istatistika li tinżamm tindika jekk persuna taħdimx:", "(a) mal-Gvern (b) mal-Parastatali (c) mas-settur privat (d) għar-rasha.", "ĊITTADINANZA - ĊITTADINANZA MALTIJA", "1422.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies li ngħataw ċittadinanza Maltija fl-aħħar ħames snin inkluż din is-sena?", "Kemm ħarġu permessi ta': (a) reġistrazzjoni; u (b) naturalizzazzjoni rispettivament?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "UNIVERSITA' - ISTITUTI", "1423.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u liema huma l-institutes li twaqqfu u qegħdin joperaw taħt il-kappa ta' l-Universita' ta' Malta?", "Kemm hemm studenti u gradwati li qed jagħmlu riċerka jew qed jistudjaw f'dawn l- institutes din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "QORTI - ESPERTI", "1424.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġiet istitwita inkjesta dwar esperti maħtura mill- qorti, b'bord presedut mill-Imħallef Victor Borg Costanzi, u x'kienu t- terms of reference tal-bord?", "Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk l-inkjesta ntemmitx u f'każ affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport ta' l- Inkjesta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-inkjesta dwar esperti maħtura mill-Qorti ġiet istitwita fis-7 ta' Lulju 1997 meta l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien waqqaf Bord ta' Inkjesta presedut mill- Imħallef V Borg Costanzi.", "It-terms of reference tal-Bord kienu dawn:-", "(i) biex jeżamina l-kriterji u l-arranġamenti li hemm illum għal pagamenti tad-drittijiet ta' esperti tal-Qorti;", "(ii) biex jara jekk, fl-aħħar tliet snin, dawn il-kriterji u arranġamenti ġewx applikati kif jixraq, u jekk, allura, sarux xi pagamenti iżjed milli jistħoqq;", "(iii) biex jara, fil-każ, x'kien li ġieb dawn il-pagamenti mhux mistħoqqa u fejn kienet taqa r-responsabbilta għal dan;", "(iv) biex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru f'Rapport fuq dan is-suġġett lill-Avukat Ġenerali;", "(v) biex jagħmel rakkmandazzjonijiet sabiex jitjiebu l-arranġamenti amministrattivi li hemm illum għal pagamenti tad-drittijiet ta' esperti tal-Qorti.", "Ninsab infurmat ukoll li l-Bord kellu oriġinarjament ilesti r-rapport tiegħu fi żmien xahar, jiġifieri sas-16 ta' Awissu 1997.", "Dan iż-żmien kien ġie mġedded mill-Prim Ministru ta' qabel u issa, fuq talba tac-Chairman tal-Bord iż-żmien ġie mġedded għall-aħħar darba sal-31 ta' Jannar 1999.", "Il-Bord ippreżenta interim report fl-20 ta' Awissu 1998 li jitratta biss l-ewwel punt imsemmi fit-terms of reference.", "SPTAR MONTE CARMELI - RAPPORT TA' OMBUDSMAN", "1425.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sal-lum wara li ġie mxandar ir-rapport tal- Ombudsman dwar il-kondizzjonijiet fi Sptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Interim Hospital Management Team qieghed jaghmel laqghat regolari specifikament indirizzati lejn mizuri konnessi mar-rapport ta' l-Ombudsman.", "S'issa qeghdin fi process biex:", "1.", "Jinxtraw oggetti necessarji bhal lockers, purtieri, inkwadri u affarijiet simili biex il-quality of life tal-pazjenti titjieb.", "Dawn ghandhom jitlestew f'qasir zmien.", "2.Admission Wards.", "Qieghed isir studju ta' l-erbgha swali, jigifieri MW2, FW6, MW10,FW10, bil hsieb illi s-secure facilities ta' MW10 u FW10 jistghu jigu provduti b'mod izjed addatat.", "Wara li tlesta ix-xoghol fil-FW8 u FW7, xi gimgha u nofs ilu beda l-face lifting tal FW6 u dan ser jitkompla ghal-xoghol izjed estensiv.", "2.Seclusion Policy", "Kien diga gie ippreparat Draft Policy illi dan qieghed jigi introdott go l- isptar.", "4.Customer Care Service", "Gie mhejji Patients Information Leaflet, li jinkludi informazzjoni fuq kif wiehed jista jghamel ilmenti.", "Giet inkarigata wkoll persuna illi qeghda thejji complaints procedure.", "5.Kategorizazzjoni ta' pazjenti", "Dan ix-xoghol ilu li beda hafna qabel l-Ombudsman Report.", "Qieghed jitkompla izda jezistu problemi fis-sens ta' rezorsi limitati li ma jistghux jigu indirizzati mil-lum ghal ghada.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "1426.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-General Civil Service li għandhom grad Universitarju?", "Kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-general service?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi l-għadd ta' impjegati fil- General Service li għandhom grad Universitarju, inkluż diplomi,huwa ta' 259.", "L-għadd ta' impjegati fil-gradi tal-General Service huwa ta' 4,001.", "DJAR - REVIŻJONI TA' KERA", "1457.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta l- kirja tal-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li għandu Lm390 kera fis-sena meta hu mpjegat b'paga baxxa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment biex jibgħatu għall-persuna ħalli ssir ir-reviżjoni skond il-proċedura stabbilita.", "JOINT OFFICE - REF R682/97", "1458.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal xiri ta' proprjeta' tal-Joint Office bin-numru R682/97?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li wara li ġew solvuti diffikultajiet dwar l-ammont tal-kera li qed jitħallas, issa qed tittieħed azzjoni biex il- proprjeta' li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tiġi reġistrata mar-Reġistratur ta' l-Artijiet.", "Meta jitlesta dan il-proċess, l-applikant jiġi mitlub jersaq għall-kuntratt għax-xiri tal-proprjeta' in kwestjoni.", "DJAR - KAŻ HA663/95", "1459.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara fiex waslet l- applikazzjoni HA663/95 għal skema I ta' l-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1039 li kien għamel hu stess u li hija identika għal din il-Mistoqsija.", "SAĦĦA - FLUS IMĦALLSA F'OVERTIME", "1460.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime għax-xhur ta' Settembru u Ottubru, 1998 għall-impjegati fid-diviżjoni tas-Saħħa?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif tqassmu dawn il-flus għall-overtime fid-dipartiment tal- Onchology u Radiotherapy fl-Isptar Sir Paul Boffa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998 thallset is-somma ta' LM105,749 u LM135,153 rispettivament.", "Fid-Dipartiment tal-Onkologija u Radjoterapija thallsu LM369.79 f'Settembru u LM644.66 f'Ottubru.", "BORMLA - TISWIJA TA' GALLARIJI", "1461.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-gallarijiet tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, liema talba ilha li ġiet approvata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ARTIJIET - REFUND TA' KERA", "1462.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta se jingħata refund għal kera li tħallset mill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għall-post li hija ma baqgħetx tgħix fih?", "ONOR.", "TONIO BORG:Ninsab informat li r-refund tal-kera li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant se jitħallas dalwaqt.", "ŻURRIEQ - TAL-BEBBUX - CULVERTS", "1471.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mibdi l-proġett tal-culverts fl-Estate tal-Bebbux ġewwa ż-Żurrieq, jekk hux se jitkompla peress li dan id-dewmien qiegħed jikkawża dannu lir-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-Proġett tal-Culvert f'Tal-Bebbux, iż-Żurrieq, se jitkompla hekk kif it-temp jippermetti.", "ĦAL-TARXIEN - TRIQ ĊIKKU SALIBA", "1482.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar ta' Triq Ċikku Saliba, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mill- Onor.Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.", "ĦAL-TARXIEN - TRIQ PAWLU SCHEMBRI", "1483.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: JIsta' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Pawlu Schembri, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.", "TARXIEN - TRIQ IT-TRAMUNTANA", "1484.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq it-Tramumtana, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu mqegħda fil- post.", "TARXIEN - TRIQ DUN GWANN MAMO", "1485.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Dun Gwann Mamo, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.", "TARXIEN - TRIQ L-IMQADES TAL-QEDEM", "1486.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq l-Imqades tal-Qedem, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol f`din it-triq għadu kif tlesta.", "TARXIEN - TRIQ BJAĠU GALEA", "1487.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Bjaġu Galea, f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol f`din it-triq għadu kif tlesta.", "ENEMALTA", "1495.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm pendenti mill-kunsilli lokali biex jitwaħħlu bozoz fit-toroq tal-lokal tagħhom?", "Jista' l-Ministru jagħti risposta, raħal b'raħal u jagħti l-isem tat-triq f'kull każ?", "Kemm huwa n-numru totali ta' dawn il-każi?", "Kemm minn dawn it-talbiet ġew sodisfatti mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar mill-Korporazzjoni Enemalta u għalhekk tali informazzjoni ma tistax tingħata għalissa.", "STORM WATER MASTER PLAN", "1496.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien inbeda mill-amministrazzjoni preċedenti dwar il-kontroll ta' l-ilma tax-xita msejjaħ l-istorm water master plan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJANTI TAR-REVERSE OSMOSIS", "1497.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'kull impjant tar-reverse osmosis, kemm hu n-numru totali ta' trains li hemm u kemm minn kull waħda qegħda taħdem bħalissa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija din:", "IMPJANT NUMRU TA' TRAINS TRAINS JAHDMU", "Lapsi 12 4 Cirkewwa 5 3 Pembroke 12 6 Marsa 2 1", "WSC/ENEMALTA/MALTACOM", "1498.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra x'tip ta' kordinazzjoni teżisti bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-korporazzjonijiet tas-servizzi pubbliċi - il-Water Services Corporation, l-Enemalta u l- Maltacom - biex ikun hemm sens fl-immaniġġjar tat-toroq ta' pajjiżna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li minn meta ġie stabbilit id- Dipartiment tat-Toroq, il-Korporazzjonijiet tas-Servizzi Pubblici kienu dejjem mitluba jinfurmaw lid-Dipartiment bi kwalunkwe xogħol li jkunu ser jagħmlu fit-toroq sabiex id-Dipartiment ikun jista` jikkordina: bejniethom u ma entitajiet oħra bħal Awtorita` tat-Trasport Pubbliku, il-Pulizija u l- Kunsill Lokali u meta jkun kollox f`post, id-Dipartiment tat-Toroq joħroġ il-permessi neċessarji biex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jiġu esegwiti.", "Fil-preżent qed jiġi evalwat x`inhu l-aħjar tip ta` koordinazzjoni trid issir biex ma jiġrix bħalma ġara li toroq jerġgħu jinqalgħu ftit wara li jkunu tlestew.", "SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "1499.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie trattat ilma tad-drenaġġ mill-Impjant ta' Sant'Antnin, sena b'sena minn mindu beda jaħdem?", "Kemm minn dan l-ilma ntuża u kemm intrema?", "Kemm hija mifruxa s-sistema ta' distribuzzjoni ta' dan l-ilma?", "Hemm ħsieb biex din titjieb?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li minn mindu beda jaħdem l- impjant ta' Sant'Antnin il-volum ta' l-ilma li ġie ttrattat huwa kif ġej:", "SENA VOLUM (x 1000 METRI KUBI)", "1984 0372 1985 0550 1986 0815 1987 0920 1988 1156 1989 1139 1990 1548 1991 1703 1992 1604 1993 1562 1994 1470 1995 1358 1996 1442 1997 0873 1998 1516", "EUROPEAN INVESTMENT BANK", "1500.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- ftehim li kien għamel Gvern Nazzjonalista preċedenti mal-European Investment Bank, meta biex jissellef flus għal użu partikolari intalab li jdaħħal taxxa fuq id-drenaġġ?", "Billi issa jidher li din it-taxxa se tiġi rtirata, jista' jgħid x'se jiġri billi issa nkisru l-kondizzjonijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tariffi ta' l-ilma ppubblikati waqt il- Konferenza stampa ta' nhar is-Sibt 21 ta' Novembru 1998 mogħtija mill-Prim Ministru, jinkludu dak kontemplat fil-ftehim li kien sar mal-European Investment Bank u ċioe f'paragrafu numru 6.09 tal-istess ftehim li kopja relattiva tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra bi tweġiba għall-mistoqsija numru 1381.", "WSC", "1505.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime l-impjegat tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li ismu qed jintbagħat separatament, matul il-perjodu Ottubru 1995 - Ottubru 1998, kull sena separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tiġbor l-informazzjoni meħtieġa u għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORPORAZZJONIJIET - BORDIJIET", "1506.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħu l-bordijiet tad- diretturi tal-korporazzjoni li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul il- perjodu 1/1/95 - 31/12/96 u mill- 1/1/97 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "WSC/ENEMALTA - REVIŻJONI TAR-RATI", "1507.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed jikkonsulta mal- bordijiet tad-diretturi tal-korporazzjonijiet għas-Servizzi ta' l -Ilma u Enemalta fl-eżerċizzju tar-reviżjoni tar-rati tas-servizzi ta' l-ilma u l- elettriku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl- eżerċizzju msemmi saru konsultazzjonijiet mal-management taż-żewġ korporazzjonijiet.", "VALLETTA: TRIQ L-IFRAN - DAWL", "1508.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-parti ta' Triq l-Ifran, fil-Belt, bejn Triq San Gwann u Triq Santa Lucia, tiġi mdawwla aħjar peress li bħalissa din tinsab mudlama?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-parti tat-triq imsemmija hija mdawwla tajjeb pero' hemm ħtieġa ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni.", "BIRŻEBBUGA - BAJJA TA' SAN ĠORĠ", "1509.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jispiċċa x-xogħol ta' upgrading tal-playing field fil-Bajja ta' San Ġorġ, Birżebbuga li jifforma parti mill-proġett ta' embellishment tas-South?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-tenders għal Play Equipment u Safety Material tal-playing field fil-Bajja ta' San Ġorġ, Bireżebbuġa ġew awarded.", "Ix-xogħol mistenni li jkun lest fi żmien qasir.", "ŻURRIEQ - TRIQ NAPULJUN", "1538.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħlijiet neċessarji fi Triq Napuljum kontrada ta' Bebbux, fiż-Żurrieq se tiġi rranġata u magħmula b'mod illi ma tibqax taqleb għal ġol-garaxxijiet (basements) tar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-asfaltar ta` dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet tad-dipartiment sintendi wara li jkun zgurat li s- servizzi jkunu tqiegħdu kollha b`mod permanenti.", "MOSTA - GARAXX NRU.", "1", "1546.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-Adv.", "No. 260 sale tale quale għal garage No. 1 tal-gazzetta tal-Gvern tad- 9 ta' Ottubru, 1998, li bħala tender ma kellhomx jiġu sottomessi dawk inqas minn Lm7,800?", "Il-Ministru ma jarax li dan huwa għoli ħafna meta ftit tax-xhur ilu dawn inbiegħu mill-istess Housing Authority għal Lm5,800?", "Jista' l-Ministru jara li dan jiġi rivedut mill-ġdid?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-garaxx kien oriġinarjament abbinat ma maisonette li nħareġ għall-allokazzjoni taħt skema tal-Awtorita' tad-Djar, taħt is-sistema tal-punti u taħt kondizzjonijiet ta' sussidju.", "F'din il- ħarġa l-prezz kien ta' Lm5,800.", "Peress li dan il-garaxx issa ħareġ għall-bejgħ b'sejħa għall-offerti l- prezz mitlub huwa dak fis-suq miftuħ.", "ŻURRIEQ - TISWIJA TA' TRIQ", "1549.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk triq pubblika li kienet ġiet arbitrarjament imkissra minn sidien ta' barriera fil-kontrada ta' Bassasa limiti taż-Żurrieq li huma ġew misjuba ħatja ta' dan ir-reat, hijiex se tiġi rranġata billi tiġi mogħtija wiċċ tal-konkos jew inkella jekk humiex se jiġu mqabbda l-istess sidien tal-barriera jagħmlu l-istess xogħlijiet a spejjeż tagħhom sabiex tieqaf is-sofferenza inutli li għaddejjin minnha dawk li jużaw l-istess triq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura m'għandu l-ebda talba formali mill-bdiewa biex tiġi rranġata xi triq tal-bdiewa fl-inħawi tal-Bassasa limiti taż-Żurrieq.", "Is-suggeriment tal-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat.", "VALLETTA - XOGĦOL FIL-KNEJJES", "1553.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-konsulent Franċiż Frank Franjou ingħata xogħol ta' konsulenza dwar sistema ta' dawl f'żewġ knejjes ġewwa l-Belt?", "Minn min inħareġ dan ix-xogħol?", "Jekk ix-xogħol qiegħed isir mill-kumitat tar-riabilitazzjoni tal-Belt (Valletta), jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumitat approvax dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant jaf li dan il- konsulent Franċiż ingħata direct order mill-Gvern preċedenti biex jipprepara disinn għad-dawl ta' Triq ir-Repubblika.", "Peress li hemm ix-xewqa li l-faċċata taż-żewġ knejjes ta' ħdejn Kastilja jingħataw dawl xieraq hu ġie mitlub jagħmel kwotazzjoni għal dan id-disinn u b'hekk jiġu ffrankati spejjeż peress li jista' jagħmel dan ix-xogħol waqt li jkun f'Malta in konnessjoni ma' Triq ir-Repubblika.", "Kif diġa' rrispondejt lill-Onor.", "Interpellant il-Kumitat il-ġdid għadu ma ġiex imwaqqaf.", "Madankollu jien informat li ilha ħafna li ttieħdet deċiżjoni mill-VRC li l-bini prinċipali jingħata dawl skond rapport li kien tħejja mill-istess kumitat xi żmien ilu.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "1556.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-persuna nkarigata tieħu l-passi sabiex tiġi emendata t-time-table tal-Matsec Examinations fil-każ tas-suġġett ta' l- English Literature u dan peress li se jikklaxxja ma' żewġ suġġetti importanti li huma l-Fiżika u l-Matematika ta' London University?", "Il-Ministru qed jara li jekk ma jsirux l-emendi neċessarji f'din it-time- table tinħoloq tensjoni, ansjeta' u ċertu paniku fost l-istudenti li f'ċertu suġġetti bħall-Fiżika u l-Matematika jkunu bilfors iridu iktar minn ċans wieħed għad-dħul fis-Sixth Form/Junior College?", "Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi peress li jekk ma jsir xejn jidher li dan huwa forma oħra ta' numerus clausus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi l-eżamijiet tal-Matsec u dawk ta' bordijiet l- oħra jsiru fl-istess żmenijiet, hija diffiċli ferm li ebda eżami ta' bord ma jaħbat ma xi eżami ta' xi bord ieħor (mhux biss ta' Londra).", "Din hi problema li tinqala' kull sena u li għaliha m'hemmx soluzzjoni.", "SPTAR SAN LUQA - KAŻI TA' MRSA", "1558.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu jsir mid-dipartiment biex tittaffa l-problema li għandu l-Isptar San Luqa b'MRSA u kemm hi gravi?", "F'liema wards id-dipartiment qed isib l-iktar każi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Isptar San Luqa għandu struttura ta` sorveljanza kontinwa tal-każijiet kollha ta` MRSA bbażata fuq prattiċi Ewropej.", "Kull każ ta` MRSA li jinstab wara analizi batterjologika jigi notifikat lill- Infection Control Unit ta` l-Isptar.", "Kull pazjent jigi ttratat jew dekolonizzat skond policy stabilita u miktuba.", "Sabiex jitnaqqas il- potenzjal ta` \"cross-contamination\" giet stabilita ward speċjali sabiex dawn il-pazjenti jiġu iżolati ġewwa fiha sakemm jingħataw it-trattament neċessarju.", "Il-livell tal-MRSA ġewwa l-iSptar San Luqa jikkompara ma` dawk li ssib fi sptarijiet Ingliżi.", "Ma tistax ssemmi wards partikolari għaliex is- sitwazzjoni hija waħda varjabbli.", "PARTIT NAZZJONALISTA - PROGRAMM ELETTORALI - WEGĦDA 194", "1559.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Fid-dawl tal-wegħda 194 fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jaqbilx mal- koabitazzjoni u jekk hux se jaċċetta l-koabitazzjoni f'Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-proposta msemmija fil-Programm Elettorali tal- Partit Nazzjonalista taħseb biex tħares l-interessi ta' l-ulied li jitwieldu minn relazzjoni ta' ko-abitazzjoni u li tħares lil kull persuna minn xi forma ta' sfruttament, dejjem mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obbligi li joħorġu minn żwieġ validu.", "Nistieden lill-Onor.", "Membru tgħidli jekk għandhiex xi oġġezzjoni dwar dan.", "FGURA: PJAZZA PATRI REDENT - XOGĦLIJIET", "1560.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol fi Pjazza Patri Redent, fil- Fgura jinsab wieqaf?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill- kunsill lokali interessat.", "DISKOTEKI - KAŻI TA' OVERDOSE", "1576.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' overdose irriżulta f'diskoteki jew postijiet simili ta' divertiment, xahar b'xahar f'din is-sena?", "Kemm minnhom kienu fatali?", "Kemm minn dawn il-każijiet irriżultaw f'taħrik ta' pushers minħabba traffikar ta' droga?", "X'tip ta' droga ġiet abbużata, każ b'każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1998, sas-17 ta' Novembru, kien hemm żewġ każijiet ta' overdose konnessi ma' diskoteki, f'Awissu u f'Novembru, li t-tnejn irriżultaw fatali.", "Għalkemm ir-riżultati tossikoloġiċi għadhom ma ħarġux, il-pulizija nediet l-investigazzjonijiet tagħha fuq is-suspett li l-kawża ta' l-imwiet kienet dovuta għal abbuż ta' ecstasy.", "L-investigazzjonijiet dwar iż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin u s'issa ma tressaq ħadd il-Qorti akkużat bil-qtil involontarju tal-vittmi.", "Madanakollu, wara l-investigazzjonijiet relatati direttament ma' l-ewwel każ, tressqu xi nies il-Qorti akkużati bil-pussess ta' pillolo ecstasy kif ukoll tressqet persuna fuq traffikar ta' ecstasy.", "Dan il-każ għadu sub judice.", "Dwar it-tieni każ sejrin jitressqu diversi persuni l-Qorti akkużati bil-pussess ta' ecstasy u oħrajn fuq traffikar ta' ecstasy.", "FURJANA - LOĠOĠ", "1577.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li l-loġoġ fi Triq Sant'Anna, fil-Furjana jeħtieġu tindif minn ġewwa u minn barra, tista' tingħata prijorita' lil dan ix-xogħol li ilu mistenni għal tant żmien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Ministru għall-Ambjent qed jikkonsidra dan is-suġġeriment.", "FURJANA - IL-MALL - PASSAĠĠI", "1578.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jistgħu jiġu surfaced sew il-passaġġi fil-Mall, il-Furjana?", "Jistgħu jiddawlu l-monumenti fl-istess ġonna?", "Jista' jitkompla t-tqegħid ta' ħadid fuq il-ħitan ta' madwar il-mall - xogħol li ilu ppjanat li jsir ta' lanqas mill-bidu tas-snin disgħin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ix-xoghol indikat qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' talbiet simili.", "SPTAR SAN LUQA - DITTA RESPONSABBLI MIT-TINDIF", "1579.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jaf il-Ministru li d-ditta privata responsabbli mit-tindif fl-Isptar San Luqa: ma tħallasx il-ħaddiema meta jkunu morda; ma tħallasx il-ħaddiema b'rata ta' overtime meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa; qed tiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jissieħbu fi trade unions; qed ikollha nuqqas ta' proviżjoni ta' prodotti bħal detergents li huma tant meħtieġa fix-xogħol tagħhom?", "Jistgħu jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il- ħaddiema billi l-Gvern jagħmel dawn bħala kondizzjoni qabel ma jingħata kuntratt ta' tindif?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor Interpellant huwa mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SPTAR MONTE CARMELI - FEMALE ADMISSION WARD", "1580.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda jsir ir-refurbishment tal- Female Admission Ward fl-Isptar Monte Carmeli?", "Hemm il-ħsieb li jingħalqu darba għal dejjem Wards 10 fl-istess sptar?", "Kemm hu maħsub li hemm pazjenti mhux b'mard mentali residenti f'dan l-isptar?", "Kemm minnhom għadhom imħalltin ma' pazjenti b'mard mentali fl-istess wards?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Wara li tlesta x-xogħol fil-FW8 u FW7, xi ġimgħa u nofs ilu beda l-face lifting tal-Female Admission Ward bi preparazzjoni għax-xogħol iżjed estensiv.", "Qiegħed isir studju ta' l-Admission Wards MW2, FW6, MW10, FW10 biex wieħed jara jekk tistax tinħadem illi l-funzjoni ta' Security tal Wards, 10 jistax jigi assorbit fi swali oħra, jew jekk hemmx rimedju aħjar.", "Il-maġġoranza tal-pazjenti illi jidhru f'dan l-isptar ikollhom mard mentali jew inkella biżżejjed suspett illi jkun hemm bżonn li wieħed jissorvelja l-pazjent.", "Huwa minnu illi wara tgħaddi l-fażi akuta tal-marda numru ta' pazjenti fl-imgħoddi baqgħu ġo l-isptar.", "Numru konsiderevoli minn dawn għadhom ibatu minn xi konsegwenzi jew aspetti tal-marda, iżda m'għadhomx fil-bżonn ta' sptar mentali.", "Għalissa l- bżonnijiet tagħhom ma jistghux jiġu milqugħa fil-komunita' minħabba nuqqas ta' servizzi.", "Oħrajn tant draw ġo l-isptar illi tkun ħaġa krudili illi wieħed jisforzahom joħorġu.", "Il-proċess illi l-morda ma jibqgħux imħaltin ilu li beda u qed titkompla.", "Huwa minnu li minħabba nuqqas ta' spazju dan ix-xogħol ma jistax isir b'pass iżjed mgħaġġel.", "SAĦĦA - GĦAJNUNA MILL-GĦAQDA DINJIJA TAS-SAĦĦA", "1587.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'għajnuna rċieva d-Dipartiment tas-Saħħa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u f'liema areas, matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar risposta f'xi seduti oħra.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "1588.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'sar matul l-aħħar sentejn fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "X'inhu x-xogħol li għad fadal isir f'din id-dar?", "X'inhuma t-time frames biex dan ix-xogħol ikun lest?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar sentejn tkompla u tlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni, jiġifieri tlesta biss il-qafas.", "Il-kumplament tax-xogħol l- ieħor biex titlesta minn kollox għaddej b'ritmu mgħaġġel u suppost li jitlesta s-sena d-dieħla.", "FNIEK - TROBBIJA", "1589.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'regolamentazzjoni teżisti, jekk teżisti, fuq it- trobbija tal-fniek b'mod kummerċjali?", "X'restrizzjonijiet jeżistu lokalment biex issir din l-attivita' ekonomika?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jeżistu gwidi dipartimentali li jirregolaw dawk li jkunu jridu jibnu razzett għall-fniek.", "Ir-restrizzjonijiet huma dawn:", "1.", "Il-bini ma għandux isir fuq art agrikola tajba.", "2.", "Il-bini ma għandux isir f'xi żona li hi ambjentalment sensittiva.", "3.", "L-individwu jrid ikunu aġġornat dwar it-trobbija tal-fniek.", "4.", "L-applikant irid ikun il-bidwi tal-art jew għandu l-permess tiegħu.", "5.", "Irid ikun hemm distanza raġjonevoli minn żona urbana.", "6.", "Irid jagħmel pjanti li jkunu teknikament adattati għat-trobbija tal- fniek, kif deskritti mill-guidelines hawn mehmuża.", "7.", "Irid jostor il-bini kemm jista' jkun b'siġar u pjanti u ma jkollux bini aktar għoli milli huwa meħtieġ.", "8.", "Irid jintrabat li juża dan il-bini għal dan l-iskop biss.", "9.", "Jekk issir biċċerija, jeżistu regolamenti oħra.", "Barra minn dawn hemm dipartimenti oħra li jistgħu jesiġu kondizzjonijiet oħra.", "Dawn jinkludu id-Dipartiment tad-Drenaġġ, u il-Water Services Corporation.", "SPTAR SAN LUQA - ĊUMNIJA", "1590.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex tittaffa l-problema ta' ħruġ ta' nugrufun miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa?", "X'qed isir fil-preżent rigward hospital wastes?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Diversi passi qegħdin jittieħdu biex tittaffa l- problema ta' ħruġ ta' nugrufun miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa.", "Dawn jinkludu:", "1.", "Il-boilers huma mħaddma b'mod u manjiera biex inaqqsu n-nugrufun kemm jista'jkun;", "2.", "Materjal bħal plastics u ħwejjeġ oħra flok jiġu maħruqa qegħdin jiġu autoclaved;", "3.", "Qegħdin isiru taħdidiet bejn id-Dipartimenti tas-Saħħa, ta' l-Ambjent u ta' l-Agrikoltura flimkien ma' l-MIA biex l-iskart ta' dawn id- dipartimenti jiġu pproċessati flimkien.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "1591.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat bħala management tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla?", "Din id-dar se tkun immexxija bħad-dar taż-Żejtun mill-privat jew b'xi forma oħra ta' tmexxija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħsieb huwa li d-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla titmexxa fuq l-istess linja li qed titmexxa d-Dar taż-Żejtun.", "POWER STATION - DELIMARA", "1592.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif qed titħaddem is-sistema tar- recombined cycle fil-power station ta' Delimara?", "Teżisti xi problema fit- tħaddim ta' din is-sistema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-sistema tal-Combined Cycle Gas Turbine fil-Power Station ta' Delimara qiegħda fil-fażi ta' commissioning fejn jibdew jitħaddmu l-partijiet differenti tat-trapjant u jsiru aġġustamenti li jkun hemm bżonn qabel is-sistema tkun lesta biex jitħaddem fuq bażi regolari.", "Il-problemi eżistenti huma normali u li wieħed jistenna waqt il- commissioning.", "AIR MALTA - FIRST OFFICERS", "1596.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma joħorġu applikazzjonijiet pubbliċi għall-ingaġġ ta' First Officers mal-linja nazzjonali ta' Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-aħħar sejħa pubblika għall- ingaġġ ta' Trainee Pilots, u mhux First Officers, saret fl-24 ta' Settembru 1996.", "MDC - ALLOKAZZJONI TA' ART", "1606.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1007?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet dwar il-konfidenzjalita' fl-Artikolu 33 ta' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Cap.325)", "U.E. - KWESTJONARJU", "1607.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistenni jintbagħat il-kwestjonarju ta' l-Unjoni Ewropea lura lill-Kummissjoni Ewropea bit-tagħrif mitlub?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru qed jippjana li jibgħat lura il-kwestjonarju ta' l-Unjoni Ewropea bit- tagħrif mitlub fl-iqsar żmien possibbli, ċertament f'dawn il-ftit ġimgħat li ġejjin.", "SAĦĦA - DIJABETIĊI", "1625.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm dijabetiċi ngħataw screening ta' għajnejhom bejn Settembru 1997 u Settembru 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid: kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; kemm kienu taħt it-30 sena; kemm kienu dawk fuq is- 60 sena; kemm kienu dawk li ilhom li jafu li għandhom id-dijabete aktar minn ħames snin; kemm kienu dawk li saru jafu li għandhom id-dijabete f'din is-sena msemmija hawn fuq; kemm kienu dawk li kellhom diġa' kumplikazzjonijiet oħra taċ-ċirkolazzjoni; u kemm kienu dawk li kellhom diġa' kumplikazzjonijiet tan-nervituri?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1625 qiegħda tingabar.", "Twegiba tinghata f'seduta ohra.", "KLINIKA TAD-DIJABETE - PAZJENTI", "1626.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li attendew il-klinika tad- dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll: kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; kemm kienu dawk taħt it-30 sena; kemm minn dawk kienu fuq is-60 sena; kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel viżta li għandhom id-dijabete; kemm minn dawn ġew riferuti għall-OGTT; kemm minn dawk li marru għall-OGTT kienu fil-fatt konfermati dijabetiċi wara dan it-test; kemm minn dawk konfermati dijabetiċi nbdew: bl-insulina fl-ewwel vista; kemm pazjenti nbdew bil- pilloli; u kemm inbdew b'dieta' biss; minn dawk li attendew, kemm minnhom kienu diġa' jafu li għandhom id-dijabete u kemm minnhom kienu diġa' qed jieħdu: l-insulina; u il-pilloli tad-dijabete; kemm minn dawk konfermati f'din l-ewwel vista diġa' kellhom komplikazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1626 qiegħda tinġabar.", "Twegiba tingħata f'seduta oħra.", "PALAZZO CASTELLANIA - PJANTI", "1627.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtraw il-pjanti li nġabu f'Palazzo Castellania mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998?", "Kemm tħallas għalihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-elezzjoni tal-5 ta` Settembru, 1998 ma nxtrawx pjanti ghal Palazzo Castellania.", "SPTARIJIET - DISCHARGE LETTERS", "1628.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara li d-discharge letters li suppost jingħataw il-pazjenti qabel joħorġu mill-isptar jibqgħu jingħataw qabel ma pazjent joħroġ mill- isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hemm standard order lill-housemen kollha li d- discharge letters jingħataw lill-pazjent qabel ma' dan joħroġ mill-isptar.", "Meta dan ma jsirx, ikun dovut għal ragunijiet diversi li wieħed mhux dejjem ikollu kontrol fuqhom bħal meta l-houseman tal-konsulent relattiv ikun bis-sick leave, etc. F'dawn ic-cirkpstanzi jsir kull sforz biex id- discharge letter tintbagħat id-dar bil-posta fl-iqsar żmien possibbli.", "KUNSILLI LOKALI - INVESTIGAZZJONIJIET", "1631.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim MInistru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 1205?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DIJABETE - KONSULENT", "1644.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jispjega għaliex fis-sejħa għall-post ta' konsulent b'interess fid-dijabete intalbet l-ekwivalenza Ewropea bħala waħda mill-kriterji?", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan l-istess kriterju ma ġiex applikat fis-sejħa għal, per eżempju, konsulent fis-Saħħa Pubblika, liema sejħa saret xi jiem wara dik tal-konsulent fid-dijabete?", "Jista' l-Ministru jispjega liema hija l-ekwivalenza Ewropea, meta sal-lum għad m'hemmx qbil bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalifiki mediċi u speċjalment dwar ir-reġistrazzjoni tat-tobba fost il-pajjiżi membri?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi s-sejħa għal post li qed jirriferi għalih toħroġ mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, m'iniex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari.", "DAWL/ILMA - UNIT COST", "1646.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 320 magħmula fis-26 ta' Ottubru, 1998 u risposta mogħtija fit-18 ta' Novembru, 1998, jista' l-Ministru jispjega kif wasal li jagħti r-rati ta' dawl u ilma għal konsumaturi lil korpi kostitwiti u unions, meta ma kellux l-informazzjoni bażika mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 320?", "Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 320?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-gvern, kif kien wiegħed fil-programm elettorali, raħħas sostanzjalment it-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Il-Gvern wasal għal dan ir-roħs wara li ra li kien soċjalment ġust, ekonomikament vijabbli u wkoll wara konsultazzjonijiet mal-partijiet soċjali kollha.", "Dan ir-roħs sar wara li l-cost production ta' unit ta' konsum ta' dawl u ta' unit ta' konsum ta' ilma eżistenti fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti servew bħala gwida fil-formulae tat-tariffi l-ġodda, u ċioe' Lm1.10c kull metru kubu ta' Ilma u 4.7c kull unit ta' dawl.", "Iż-żewġ korporazzjonijiet qed jeżaminaw diversi sistemi biex il-prezz tal- produzzjoni jkompli jonqos.", "PULIZIJA - ĦADDIEMA", "1655.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir replacement ta' l-uffiċjal tal- pulizija li hemm nieqes mal-gate tal-Police Headquarters?", "ONOR.", "TONIO BORG:Ninsab informat li l-uffiċjali li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant qed jiġi rimpjazzat skond il-ħtieġa.", "PULIZIJA - TOWING TA' KAROZZI", "1656.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew: ittowjati vetturi mill-1 tas-sena 1998 sal-lum mill-Ħamrun; minn Buġibba; u f'kull każ min kien l-uffiċjal tal- pulizija nvolut?", "ONOR.", "TONIO BORG:Ninsab informat li, bejn l-1 ta' Jannar, 1998, u t-18 ta' Novembru, 1998, in-numru ta' vetturi li ġew ittowjati mill-Ħamrun u minn Buġibba kien ta' 233 u 528 rispettivament.", "Ma jidhirlix li d-dettalji mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija għandhom jiġu ppubblikati.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID - DISINJATURI", "1664.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet verament ir-raġuni li d-disinjaturi ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, Norman and Dawbarn, ġew imwaqqfa u l-kuntratt tagħhom itterminat mill-gvern?", "Min se jkunu d-disinjaturi l-ġodda ta' dan l-isptar?", "Kif se jintgħażlu d-disinjaturi l-ġodda ta' l-isptar f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Gvern qiegħed f'fażi li jikkonsidra l-proġett u kif dan jirrelata mar-riforma globali tas-servizzi tas-saħħa.", "Għal dan il-għan, għamel użu minn klawsola li hemm fid-Design Contract u effettivament ittermina dan l-istess kuntratt.", "Għada ma ttiehdet l-ebda deċiżjoni dwar id-disinjaturi."]} {"filename": "19940124_220d_par.doc", "date": "1994-01-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 220 It-Tnejn, 24 ta' Jannar, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 220", "It-Tnejn, 24 ta' Jannar, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.14 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 220", "It-Tnejn, 24 ta' Jannar, 1994", "WERREJ", "MINUTI 956", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI 956", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 961", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOANS BILL", "It-Tielet Qari 962", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA", "DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "Kumitat 962", "AĠĠORNAMENT 984", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 989", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 219, li saret fid-19 ta' Jannar, 1994 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET GĦAL", "TWEĠIBIET ORALI", "KIRKOP/ŻURRIEQ - TISWIJA TA' TOROQ", "14910.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq ir-roundabout li hemm ħdejn l-SGS Thomson bejn Ħal Kirkop u ż-Żurrieq?", "Jaf il-Ministru li dan ix- xogħol biex tiċċekken roundabout ilu sejjer xahrejn, liema xogħol żgur li ma kellux jieħu fuq xahrejn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Jien informat li x-xogħol fuq ir-roundabout ta` ħdejn l-SGS Thomson, Kirkop tlesta.", "Wara li sar ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, id- Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fit-30 ta` Novembru 1993 beda x-xogħol relatat li kien jinkludi wkoll il-bini ta` ħajt tas- sejjiegħ.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Veru li dan ix-xogħol tlesta, imma jaf il-Ministru li peress li din ir-roundabout qiegħda faċċata ta' main road li tiġi miż- Żurrieq u l-karozzi jiġu jsuqu ħafna minn hemm mhux darba jew tnejn li jibqgħu deħlin ġo fiha?", "Jista' l-Ministru jara li jkun hemm xi żebgħa ta' kulur florexxenti - f'dawn l-aħħar ħmistax dan il-kulur kien moda - biex il- karozzi jindunaw b'din ir-roundabout?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Probabbilment jistgħu jsiru xi reflectors u se ninvestiga dwar dan.", "QRATI - ĠURIJIET", "14969.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru ġentilment jagħti n-numru ta' ġurijiet li saru bejn l-1987 u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): Saru 129 guri bejn l-1987 u l-1993 li kienu mqassma hekk:", "1987 19 1988 13 1989 14 1990 27 1991 25 1992 17 1993 14", "SPTAR SAN LUQA - DUĦĦAN MIĊ-ĊMIENI", "13490.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jaf il-Ministru li miċ-ċmieni ta' l-isptar San Luqa qed joħorġu dħaħen u nugrufun kontinwament li qed initten id-djar tar-residenti fi Gwardamangia?", "X'passi se jieħu l- Ministeru biex inaqqas dan l-inkonvenjent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Il- management ta' skart, għandu jiġi kkonsidrat bi strateġija fit-tul bħala parti mill-pjan nazzjonali dwar rimi ta' skart minn stabbilimenti.", "L-incinerator ta' l-Isptar San Luqa huwa antik u ma kienx disinjat għall- esiġenzi tal-lum.", "Qegħdin f'kuntatt ma' ditti barranin biex fil-kwadru tal- pjan ta' l-immodernizzar ta' l-Isptar San Luqa tiġi stallata sistema aktar moderna u li tirrispetta l-esiġenzi ambjentali b'mod aktar effettiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: La qed nitkellmu fuq il-kwestjoni ta' l-iskart irrid infakkar li r-residenti ta' Ħaż-Żabbar qed jagħmlu ħafna complaints rigward l-impjant ta' Sant Antnin minħabba r-riħa li qed tiġi kkawżata mill- iskart solidu.", "Hemm xi ħsieb li jittieħdu xi miżuri biex tiġi mnaqqsa dik ir-riħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif diġa' weġibt f'mistoqsijiet parlamentari u kif deher ukoll fil-gazzetti, bħalissa qed jiġu kkonsidrati attivament il- metodi li wieħed jista' juża biex jevita li r-riħa bir-riħ tasal saċ-ċentru ta' Wied il-GĦajn.", "Hemm diversi soluzzjonijiet li qed jiġu kkonsidrati u nisperaw li ma ndumux ma nikkonkludu liema soluzzjoni hi l-aħjar biex nevitaw il-problema li hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Fuq dak li qal il-Ministru Galea nixtieq nistaqsi jekk hemmx xi idea dwar meta se tinbidel is-sistema għaliex sadanittant in- nies qed ibatu minħabba dawn l-intejjen u dħaħen.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif intqal diġa' pubblikament, Mr Speaker, hemm pjan ta' tiġdid u ta' modernizzar tal-faċilitajiet ta' l-Isptar San Luqa.", "Is- sistema li għandha x'taqsam ma' l-incineration ta' l-affarijiet li attwalment jiġu inċinerati - għax mhux l-iskart kollu fl-isptar jiġi inċinerat - qiegħda tiġi ppjanata prattikament mill-ġdid għaliex l- incinerator li hemm illum huwa antik u ma kienx maħsub għal ċerti ħwejjeġ li qed naħarqu llum u li qabel ma kenux jintużaw.", "Ħafna affarijiet li llum huma disposable ma kenux ikunu disposable meta sar l-incinerator.", "Issa qed tiġi ppjanata sistema ġdida ta' incineration u suppost li qegħdin fil-fażi avvanzata ta' disinn biex ikunu jistgħu joħorġu tenders għal kuntratti u l- affarijiet l-oħrajn meħtieġa biex ikun jista' jiġi stallat incinerator ġdid.", "GWARDAMANGIA - TISWIJA TA' TOROQ", "13491.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jasfalta l-ħofor li hemm fi Triq l-Ursulini fi Gwardamangia?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON : Jien informat li x-xogħol imsemmi issa sar.", "GWARDAMANGIA - RIMI TA' SKART", "13492.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il-Ministru li f'Danny Cremona Street, Gwardamangia (Ħamrun), ħdejn l- istabbiliment antik ta' Satariano, hemm kwantita' kbira ta' njam u mbarazz miġbur barra t-triq?", "Jista' l-Ministru jordna li dan jitneħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant huwa tal-privat.", "Se ngħaddi dan l-ilment lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jekk ikun il-każ jittieħdu passi kontra s-sid ta' l-art.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fi Triq il-Kapuċċini u Triq San Leonardu, il-Kalkara, in-nies iħallu l-iskart barra biex jiġbruh ta' l-iscammel imma dan jgħaddi darba iva u darba le.", "Meta l-ġimgħa l-oħra kellimt lil min hu responsabbli, qalli li suppost jiġu kuljum u qalli li kien se jara li fil- fatt jibdew jiġu jiġbru l-iskart kuljum.", "Jista' l-Ministru jieħu passi biex din isseħħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma nistax ngħidlek offhand imma nista' nassigurak li hemm postijiet fejn l-iscammel ma jgħaddix kuljum.", "Fejn noqgħod jien, per eżempju, jiġi biss tliet darbiet fil-ġimgħa u n-nies xorta jinqdew.", "Hemm postijiet fejn in-nies draw li jmur kuljum, pero' f'dan il-każ partikolari ma nistax ngħidlek x'inhi l-pożizzjoni, imma wieħed jista' jinvestiga ftit x'inhi l-pożizzjoni.", "SAFAR TAL-PRIM MINISTRU", "13647.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Kemm-il darba siefer il-Prim Ministru in konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' Malta għas-Suq Komuni?", "Kemm kienet in-nefqa ta' dan is-safar u f'kull każ id- delagazzjoni tiegħu lil min kienet tinkludi?", "Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif bejn is-snin 1987 sal-lum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ma jidhirlix li huwa possibbli li tikklassifika viżiti barra minn Malta kif suġġerit mill-Onor.", "Membru.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Billi għal diversi drabi staqsejt lill- Prim Ministru mistoqsijiet dwar is-safar u r-risposta, anke fil-konfront ta' delegazzjonijiet oħrajn, dejjem ikunu simili ma jidhirlux li għandu jikkonsidra li jagħti l-informazzjoni ġaladarba hija parti mill-programm elettorali tiegħu li jdaħħal lil Malta, bil kondizzjonijiet xierqa, fis- Suq Komuni?", "Dawn il-mistoqsijiet qed nagħmilhom kemm lilu kif ukoll lill- Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjani li l-Onor.", "Membru jaħseb li għandi xi preġudizzju għaliex dan m'huwa veru xejn.", "L-Onor.", "Membru staqsa kemm-il darba siefer il-Prim Ministru in konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' Malta fis-Suq Komuni, u llum dan m'għadux jissejjaħ is-Suq Komuni.", "Tista' tgħid li kull darba li sifirt ġiet diskussa din il-materja; anke meta mort l- Amerika u tkellimt mal-President ta' l-Istati Uniti tkellimna fuq l-Unjoni Ewropea, għalkemm ma nistax ngħid li dak inhar sifirt in konnessjoni ma' l- applikazzjoni ta' Malta għad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa proċess li huwa għaddej il-ħin kollu u għalhekk qed ngħid li ma nistax nikklassifika s-safar tiegħi b'dan il-mod.", "Jista' jkun li xi darba mort speċifikament għalhekk biss imma ma naħsibx li ż-żjarat tiegħi nista' nikklassifikahom, per eżempju waħda għandha x'taqsam mal-Komunita' Ewropea u l-oħra le.", "Meta nsiefru barra, partikolarment jien u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, żgur li nitkellmu fuq dak kollu li huwa ta' interess għal pajjiżna, inkluża b'mod partikolari bħalissa, is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Allura kemm tiġi tiswa lil pajjiżna l- kampanja tiegħek biex tkun tista' tippromwovi l-applikazzjoni ta' Malta?", "Kemm qed tiswa lil pajjiżna din il-pressjoni kollha biex finalment dejjem qed ningħataw il-cold shoulder?", "X'tip ta' kontroll għandu jkollu l- Parlament fuq l-operat tal-Gvern stante li dejjem qed ningħataw din ir- risposta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb li l-ebda Membru m'għandu jistenna li jkun hawn tip ta' kontroll kif qed isemmi l-Onor.", "Schembri Adami.", "Is- safar tal-Ministri huwa safar neċessarju, għall-bżonnijiet ta' l- amministrazzjoni u biex nilħqu l-għanijiet tal-Gvern tal-ġurnata u ma naħsibx li wieħed għandu jgħid kemm se jiswa lil Malta d-dħul fl-Unjoni Ewropea minħabba li xi Ministru siefer u tkellem fuq l-Unjoni Ewropea.", "Ma naħsibx li xi ħadd jistenna li din hija xi ħaġa kwantifikabbli kif qed jaħseb l-Onor.", "Membru.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Li nixtiequ nkunu nafu huwa x'tip ta' trattament normalment qed jingħata l-entourage tiegħu tal-Prim Ministru meta jkunu msefrin u x'infiq qed isir.", "Dawn l-affarijiet għandna dritt inkunu nafuhom.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nafx x'għandu f'moħħu bil-kelma \"entourage\".", "Kull min għandu kariġa uffiċjali, meta jsiefer naturalment jieħu miegħu n-nies li jkollu bżonn.", "Bħala regola, jien bħala Prim Ministru jkolli lis-segretarju tiegħi u naturalment dan jiddependi fejn inkun sejjer u x'laqgħat ikolli.", "Kultant ikolli iktar minn persuna waħda, forsi jkolli żewġ persuni miegħi.", "Ma nistax nifhem eżattament għalxiex hija ntiża d-domanda ta' l-Onor.", "Membru.", "Hu staqsa kif jiġi milqugħ l- entourage.", "Jekk jien immur fuq żjara uffiċjali, niġi milqugħ kif jiġu milqugħa Ministri meta jkunu waqt żjarat uffiċjali u jekk inkun sejjer għal xi konferenza, inkun milqugħ kif isir f'ċirkostanzi bħal dawk.", "Jiena niġi milqugħ skond il-kariga li nokkupa u sodisfatt li hekk qed jiġri.", "Mill- bqija ma nistax nifhem xi trid tfisser eżatt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ma xtaqtx nidħol f'din id-diskussjoni, pero' se nipprova nkun iktar eżatt.", "L-aħħar darba li kien imsiefer il-Prim Ministru - mingħalija kien fi Brussels - kien ġie lura b'arjuplan privat.", "Jien kont staqsejtek dwar kemm qam dan il-vjaġġ u jekk m'iniex sejjer żball kont għidtli li ġie jiswa xi Lm400 għalkemm kien għad ma kellkomx il-figura finali.", "Il-Prim Ministru llum huwa dispost li jagħtina l-figura finali ta' kemm kien ġie jiswa dan il-vjaġġ?", "Għax is-somma ta' Lm400 ma narahiex reali għal vjaġġ b'arjuplan privat minn Brussels.", "Lanqas minn Ruma ma jiġi jiswa daqshekk, aħseb u ara minn Brussels.", "ONOR.", "EDDIE FENEECH ADAMI: Jekk l-Onor.", "Vella jrid jagħmilli domanda bil- miktub f'dan ir-rigward inkun nista' nirrispondih, imma ma nistax nagħtih risposta offhand.", "Irrid ngħid li hemm ċirkostanzi fejn ikun utli jew, biex ngħid hekk, wieħed ikun \"kostrett\" li juża arjuplan privat, fis-sens li l-esiġenzi u l-impenji jkun tali li jaqbel hekk.", "Pero' nassigura lil kulħadd li kull darba li jintuża arjuplan privat isir eżerċizzju biex naraw x'se tkun in-nefqa u nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fiċ-ċirkostanzi.", "SAFAR MID-DEPUTAT PRIM MINISTRU", "13648.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Kemm-il darba siefer id-Deputat Prim Ministru in konnessjoni ma' l-istess applikazzjoni ta' Malta għas-Suq Komuni?", "Kemm kienet in-nefqa ta' dan is-safar u f'kull każ, id-delegazzjoni tiegħu lil min kienet tinkludi?", "Jista' dan it-tagħrif ikun bejn is-snin 1987 sal-lum?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Jien qgħadt attent x'se ngħid fuq din pero' li nista' ngħid huwa dan.", "Minn meta lħaqt Ministru ta' l-Affarijiet Barranin f'Mejju 1990 - u mhux mill-1987; billi m'hemmx Viċi Prim Ministru ieħor, nimmaġina li kien qed jgħid għalija - u l-ħruġ ta' l-avis mill-Kummissjoni, 30 ta' Ġunju 1993, saru l-viżiti msemmija fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra wara li pprovajt nagħmel eżerċizzju bħal dak li xtaq il-kollega tiegħi.", "Kif hemm osservat f'din il-lista għandhom jonqsu 50% tal-biljetti ta' l-ajru fejn il-vjaġġ ikun sar f'setturi milħuqa minn Air Malta.", "Jista' jkun li f'din il-lista se ssibu xi dettalji li setgħu ma daħlux filwaqt li forsi jkun hemm xi affarijiet oħrajn li tħallew barra meta suppost li qed jidhru f'din il-lista.", "Voldieri din trid tittieħed f'kontest aktar wiesa' u fil-kontest tal-kollaborazzjoni li hawn fil-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, il-kollega tiegħi qed iħoss li għandu d- dritt li jitlob l-informazzjoni pero' jien lill-Viċi Prim Ministru nixtieq nistaqsih mhux kemm nefaq - u naħseb li huwa ġust li nitolbu din l- informazzjoni - imma wasalx iż-żmien li kull meta jmorru dawn id- delegazjonijiet barra minn Malta f'isem il-poplu Malti u f'isem il- Parlament, jiġu hawnhekk u jingħata rendikont verbali jew bil-miktub ta' x'ikun l-eżitu ta' mawriet bħal dawn.", "Dan hu li rridu aktar milli nkunu nafu kemm qamu fi flus dawn il-mawriet.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, jien ipprovajt nirrispondi mill- aħjar li nista' l-mistoqsija li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Sandro Schembri Adami u naħseb li fil-ħajja għandna naraw kif nikkoperaw ma' xulxin.", "Rigward dikjarazzjoni fil-Kamra trid toqgħod attent, u nispjega f'liema kontest.", "L-ewwelnett hemm mawriet ta' ċertu relevanza li jiġġustifikaw li wieħed jagħmel dikjarazzjoni fil-Kamra u hemm mawriet oħrajn li huma ta' amministrazzjoni ordinarja u forsi ma jkunx ġust li wieħed jieħu l-ħin tal-Kamra biex jagħmel dikjarazzjoni fuqhom għaliex għalkemm id-diskussjonijiet li jkunu saru jkunu jittrattaw affarijiet importanti, dawn l-affarijiet ħafna drabi jkunu għadhom qed jinħmew u għalhekk m'għandekx tiġi fil-Kamra biex toqgħod tgħid li ltqajt mat-tali u t-tali u tkellimtu fuq hekk.", "Jien nemmen li dikjarazzjoni fil-Kamra trid issir bi skop preċiż, jiġifieri biex tgħid li wasalt għal konklużjoni jew minkejja li ilna niddiskutu fit-tul ma ntlaħqux konklużjonijiet.", "Voldieri ma tagħmilx dikjarazzjoni fil-Kamra kull meta tagħmel mawra x'imkien.", "Naturalment tista' żżomm lill-istampa informata u l-istampa li għandna taf tistaqsi wkoll.", "Imma jien nemmen li dikjarazzjoni fil-Parlament għandha jkollha proprju l-portata ta' dikjarazzjoni fil-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja, fil-qosor, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Jiġifieri għandi nifhem li kull safra li għamel il- Viċi Prim Ministru hija fuq affarijiet li għadhom qed jinħmew?", "Jien naħseb li l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li qatt m'għamel stqarrija kemm ilu ....", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-ewwelnett irrid ngħid li aħna għamilna stqarrijiet.", "Barra minn hekk aħna noqogħdu nagħmlu stqarrija wara kull seduta fil-Parlament?", "Aħna ma nagħmlux stqarrijiet bħal dawn pero' kull seduta tagħmel pass 'il quddiem.", "U l-istess ħaġa jista' jingħad għal dak li jirrigwarda l-viżiti tagħna barra minn Malta.", "Naħseb li l-Onor.", "Reno Calleja siefer ħafna għaliex kien isiefer spiss meta hu kien fuq din in- naħa tal-Kamra; kien isiefer kemm bħala rappreżentant tal-Gvern fi Strasbourg kif ukoll bħala Ministru għat-Turiżmu.", "Jien ma niftakarx li kien jagħmel xi dikjarazzjonijiet bħal dawn u nifhem għaliex kull darba li kien isiefer l-Onor.", "Calleja ma kien jagħmel ebda dikjarazzjoni.", "Jien li anke dak iż-żmien kont naf lill-Onor.", "Calleja niftakru jaħdem għaliex konna nkunu Strasbourg flimkien u naf li anke meta kien Ministru tat- Turiżmu ma kienx jiġi jagħmel dikjarazzjoni kull darba li jsiefer, anke jekk kien isiefer ta' xejn.", "Imma billi l-Onor.", "Calleja għandu esperjenza ta' gvern jaf li jekk inti se tagħmel dikjarazzjoni fil-Kamra trid tagħmilha dwar ċerti aspetti li huma konklużivi, ċerti aspetti fejn ikunu ttieħdu pożizzjonijiet.", "Jien naħseb li dak li jitlob l-għaqal, altrimenti nkunu qegħdin naħlu l-ħin tal-Kamra.", "Il-poplu Malti qed jiġi nformat il- ħin kollu b'dak li qed isir u naħseb li jekk hemm poplu informat dwar kull pass li nagħmlu huwa l-poplu Malti, pero' hemm differenza bejn li tgħaddi informazzjoni lill-poplu Malti f'sens iktar wiesgħa tal-kelma \"informazzjoni\", u bejn li tagħmel dikjarazzjoni fil-Kamra, bħal meta kellna dikjarazzjoni dwar il-ħruġ ta' l-avis li kienet segwita minn dibattitu fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Stqarrija maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni dwar il-kwestjoni legali bejn il-kumpannija Ingliża C H Bailey Plc u l- Gvern Ingliż, kopja tal-ftehim milħuq bejn C H Bailey u l-Gvern Malti fl-10 ta' Ottubru 1993 u dokumenti relevanti, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 14975;", "Kopja ta' Avviż Legali Nru 15 ta' l-1993 dwar drittijiet li għandhom jitħallsu għal work permits, kif ukoll Press Release Numru 99 maħruġa fit-28 ta' Jannar 1993 dwar l-istess suġġett, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 15132; u", "Lista tal-korsijiet organizzati matul l-1993 mill-iStaff Development Organisation (SDO), bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 15308.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' proġetti finanzjati taħt il-Financial Protocol ma' l- European Union, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 15223.", "Sur President, hawnhekk hawn lista tal-proġetti li saru u qed isiru.", "Il- protocols iffirmati minna juru x-xogħol kbir li sar u l-kontribut kbir li għandna diġa' mill-Unjoni Ewropea aħseb u ara iktar 'il quddiem.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 4 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1993 tal-Kors għall- Grad ta' Bachelor of Engineering (Honours) - B.Eng.", "(Hons.); u", "Avviż Legali Nru. 5 ta' l-1994 - Statut li jemenda l-Istatut 3 ta' l- Universita' ta' Malta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA : Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Ċirkolari ta' l-OPM Nru. 50/92 dwar Postijiet ta' Supervisor fid-Dipartiment tas-Saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15067.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Emendi għall-Bye-Laws tal-Borża ta' Malta maħruġa mill-Kunsill ta' l- iStock Exchange ta' Malta skond artikolu 8 (2) ta' l-Att dwar il-Borża ta' Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'isem il-Ministru għas-Sigurta' Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 6 ta' l-1994 - Ordni ta' l-1994 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru. 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOANS BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza li s-somma ta' mhux iżjed minn tletin miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tagħmel tajjeb għad- deficit fil-Fond Konsolidat minħabba l-ispiża matul is-sena 1993\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Chares Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-19 ta' Jannar, 1994.", "Klawsola 11 - Emenda ta' l-artikolu 22 tal-liġi prinċipali.", "(Kont.)", "Clause 11 - Amendment of section 22 of the principal law.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, fl-aħħar seduta konna bdejna niddiskutu klawsola 11 u kont diġa' ppreżentajt emenda għaliha.", "Dak inhar kienu saru ċerti suġġerimenti u kummenti u jien impenjajt ruħi biex nieħu ċerti passi.", "GĦaldaqstant nixtieq li l-emenda li diġa' ppreżentajt għal klawsola 11 nirtiraha u minflokha nippreżenta emenda oħra li tinkorpora ħwejjeġ li diġa' konna bdejna nitkellmu dwarhom f'din il-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess biex tiġi rtirata l-emenda mressqa fis-seduta l-oħra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda \"D\" ġiet irtirata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi din l-emenda:", "\"E\" Klawsola 11 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minnufih wara l-paragrafu (a) ta' klawsola 11 għandhom jidħlu l- paragrafi li ġejjin:", "\"(b) fil-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) tiegħu, minflok il-kliem \"ta' xi liġi korrispondenti li tkun isseħħ f'dak il-post,\" għandhom jidħlu l-kliem \"ta' xi liġi korrespondenti li tkun isseħħ f'dak il- post, jew jassoċja ruħu ma' xi persuna jew persuni oħra f'Malta sabiex jagħmel tali reat.\";", "(ċ) fis-subartikolu (1A) tiegħu, minflok il-kliem \"fil-paragrafu (f)\" għandhom jidħlu l-kliem \"fil-paragrafi (d) u (f)\";\";", "(b) il-paragrafi (b), (ċ), (d), (e), (f) u (g) tal-klawsola 11 kif jidhru fl-Abbozz għandhom jiġu rinumerati (d), (e), (f), (g), (ħ) u (i) rispettivament;", "(ċ) fis-subartikolu (1B) ta' l-artikolu 22, kif jidher fil-paragrafu (d), kif rinumerat, tal-klawsola 11, minflok il-kliem \"tinkludi l- importazzjoni,\" għandhom jidħlu l-kliem \"tinkludi l-koltivazzjoni, l- importazzjoni,\", u minflok il-kliem \"u li wieħed joffri li jagħmel xi wieħed minn dawn l-atti.\"\" għandhom jidħlu l-kliem \"li wieħed joffri li jagħmel xi wieħed minn dawn l-atti, u l-għoti ta' informazzjoni intiża biex twassal għax-xiri ta' tali mediċina bi ksur ta' din l- Ordinanza.\"\";", "(d) minflok is-subartikolu (1Ċ) ta' l-artikolu 22, kif jidher fil- paragrafu (e), kif rinumerat, tal-klawsola 11, għandu jidħol dan li ġej:", "\"(1Ċ) (a) Persuna tkun ukoll ħatja ta' reat kontra din l-Ordinanza jekk tuża, tittrasferixxi l-pussess ta', tibgħat jew tikkonsenja lil xi persuna jew post, takkwista, tirċievi, iżżomm, tittrasporta, tittrasmetti, toltera, tiddisponi minn jew b'xi mod ieħor tinnegozja, bi kwalunkwe mod jew bi kwalunkwe mezz, xi flus, proprjeta' (kemm jekk mobbli jew immobbli) jew xi rikavat minn dawk il-flus jew minn dik il- proprjeta' bil-ħsieb li taħbi jew tikkonverti dawk il-flus jew dik il- proprjeta' jew dak ir-rikavat u tkun taf jew ikollha suspett li dawk il-flus jew proprjeta' kollha jew parti minnhom, jew dak ir-rikavat kollu jew parti minnu, ikunu ġew miksuba jew riċevuti, direttament jew indirettament, bħala riżultat ta' -", "(i) l-għemil ta' reat imsemmi fis-subartikolu (1) jew fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (1D); jew", "(ii) xi att ta' kommissjoni jew ommissjoni f'xi post barra minn dawn il-Gżejjer li jekk isir f'dawn il-Gżejjer ikun jikkostitwixxi reat taħt is-subartikolu (1) jew il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1D).", "(b) Fi proċedimenti għal reat taħt il-paragrafu (a) ta' dan is- subartikolu, meta l-prosekuzzjoni ġġib prova li l-imputat jew akkużat ma jkun ta ebda spjegazzjoni raġonevoli li turi li dawk il-flus, proprjeta' jew rikavat ma kenux flus, proprjeta' jew rikavat kif deskritti fl-imsemmi paragrafu, l-oneru li jipprova l-provenjenza leċita ta' dawk il-flus, proprjeta' jew rikavat tkun tinkombi fuq il- persuna imputata jew akkużata.\";", "(e) fit-tieni proviso tal-paragrafu (b) tas-subartikolu (2) ta' l- artikolu 22, kif jidher fil-paragrafu (f), kif rinumerat, tal-klawsola 11, minflok il-kliem \"fejn jiltaqgħu iż-żgħażagħ,\" għandhom jidħlu l- kliem \"fejn normalment jiltaqgħu iż-żgħażagħ,\"; u", "(f) fis-subartikolu (13) ta' l-artikolu 22, kif jidher fil-paragrafu (i), kif rinumerat, tal-klawsola 11, minflok il-kliem \"jew tkun sodisfatta li l-kura ma tkunx aktar meħtieġa.\" għandhom jidħlu l-kliem \"jekk tkun sodisfatta li l-kura ma tkunx aktar xierqa.\".", "\"E\" Clause 11 shall be amended as follows:", "(a) immediately after paragraph (a) of clause 11, there shall be added the following new paragraphs:", "\"(b) in paragraph (d) of subsection (1) thereof, for the words \"of any corresponding law in force in that place,\" there shall be substituted the words \"of any corresponding law in force in that place, or who with another one or more persons conspires in Malta for the purpose of committing such an offence,\";", "(c) in subsection (1A) thereof, for the words \"in paragraph (f)\" there shall be substituted the words \"in paragraphs (d) and (f)\";\";", "(b) paragraphs (b), (c), (d), (e), (f) and (g) of clause 11 as appearing in the Bill shall be renumbered (d), (e), (f), (g), (h) and (i) respectively;", "(c) in subsection (1B) of section 22, as appearing in paragraph (d), as renumbered, of clause 11, for the words \"includes importation,\" there shall be substituted the words \"includes cultivation, importation,\", and for the words \"and the offer to do any of these acts.\"\" there shall be substituted the words \"the offer to do any of these acts, and the giving of information intended to lead to the purchase of such a drug contrary to the provisions of this Ordinance.\"\";", "(d) for subsection (1C) of section 22, as appearing in paragraph (e), as renumbered, of clause 11, there shall be substituted the following:", "\"(1C) (a) A person shall also be guilty of an offence against this Ordinance who uses, transfers the possession of, sends or delivers to any person or place, acquires, receives, keeps, transports, transmits, alters, disposes of or otherwise deals with, in any manner or by any means, any money, property (whether movable or immovable) or any proceeds of any such money or property with intent to conceal or convert that money or property or those proceeds and knowing or suspecting that all or a part of that money or property, or of those proceeds, was obtained or received, directly or indirectly, as a result of -", "(i) the commission of any of the offences mentioned in subsection (1) or paragraph (a) of subsection (1D); or", "(ii) any act of commission or omission in any place outside these Islands which if committed in these Islands would constitute an offence under subsection (1) or paragraph (a) of subsection (1D).", "(b) In proceedings for an offence under paragraph (a) of this subsection, where the prosecution produces evidence that no reasonable explanation was given by the person charged or accused showing that such money, property or proceeds was not money, property or proceeds described in the said paragraph, the burden of showing the lawful origin of such money, property or proceeds shall lie with the person charged or accused.\";", "(e) in the second proviso to paragraph (b) of subsection (2) of section 22, as appearing in paragraph (f), as renumbered, of clause 11, for the words \"where young people meet,\" there shall be substituted the words \"where young people habitually meet,\"; and", "(f) in subsection (13) of section 22, as appearing in paragraph (i), as renumbered, of clause 11, for the words \"if it is satisfied that the treatment is no longer necessary, \"there shall be substituted the words \"if it is satisfied that the treatment is no longer appropriate.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nixtieq niċċara xi punti fuq l-emenda li għadu kif qara l-Ministru għax forsi m'iniex qed nifhimhom sew u l-Ministru forsi jista' jagħtini spjegazzjoni aħjar.", "Punt minnhom hu dwar il-kliem \"fejn normalment jiltaqgħu ż-żgħażagħ\".", "Bil-Malti din nifhimha sew, imma bl- Ingliż qiegħda \"where young people habitually meet\" u din il-frażi mhix togħġobni għax ma nafx tfissirx eżatt bħal \"fejn iż-żgħażagħ normalment jiltaqgħu\".", "Ma nafx nistgħux nagħmluha \"where young people usually meet\" għax fl-opinjoni tiegħi \"usually\" hija iktar ekwivalenti għall-kelma \"normalment\".", "Ħaġa oħra li nixtieq spjegazzjoni dwarha tittratta l-emenda li qed tiġi proposta għal subartiklu 22 (13) fejn minflok il-kliem \"jew tkun sodisfatta li l-kura ma tkunx aktar meħtieġa\" qed ngħidu li għandhom jidħlu l-kliem \"jekk tkun sodisfatta li l-kura ma tkunx aktar xierqa\".", "Jien nifhem li \"ma tkunx aktar meħtieġa\" tfisser li l-persuna tkun spiċċat il-programm ta' riabilitazzjoni u li l-programm irnexxa, jiġifieri dik il-persuna jkun irnexxielha taqta' l-vizzju tad-droga u tirriabilita lilha nnifisha.", "Nixtieq li l-Ministru jispjega aktar il-kliem \"ma tkunx iktar xierqa\" għax jien qed nifhimha mod ieħor.", "Punt ieħor li nixtieq li l-Ministru jispjega huwa dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-intenzjoni.", "Jekk niftakar sew, il-Ministru qal li jekk ir- reat isir bl-intenzjoni biss ma jkunx hemm piena għalih għaliex m'huwiex reat.", "Imma li nixtieq inkun naf mingħand il-Ministru hu jekk meta jkun hemm l-intenzjoni li reat jiġi esegwit, u dak ir-reat ma jseħħx minħabba xi ħaġa oħra, jaqax taħt xi reat ieħor.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fuq l-aħħar punt ta' l-Onor.", "Grech, nista' ngħid li l- pożizzjoni legali hija li fil-Liġi Kriminali, l-intenzjoni waħedha qatt m'hija punibbli, għax l-intenzjoni trid tkun akkumpanjata mill-att u jekk ikollok l-att waħdu, mingħajr intenzjoni, xorta waħda mhux bilfors jammonta għal reat.", "Per eżempju, jekk xi ħadd li huwa ċertifikat bħala mentalment marid joqtol lil xi ħadd, mhux neċessarjament jista' jinstab ħati ta' omiċidju.", "Jiġifieri biex l-intenzjoni tkun tista' twassal għal reat, trid tkun akkumpanjata għallinqas mill-bidu ta' l-esekuzzjoni tar-reat.", "Fi kliem ieħor, wieħed irid ikollu l-intenzjoni li jittraffika d-droga u jkun hemm ċirkostanzi biżżejjed biex wieħed jikkonkludi illi kien hemm il-bidu ta' l- esekuzzjoni imma mbagħad intervjenew ħwejjeġ li ma jiddependux mill- individwu u t-twettiq tar-reat ġie sospiż.", "Fil-Kodiċi Kriminali ta' pajjiżna u tal-pajjiżi kollha ċivilizzati, l-intenzjoni li wieħed jikkommetti reat, anke jekk ikun l-iktar reat faħxi li tista' timmaġina, sakemm hi intenzjoni weħidha, jiġifieri sakemm wieħed qiegħed jhewden jew qiegħed jaħseb li jagħmlu - jekk jirnexxilek tipprova li dak l-individwu kien qed jaħseb hekk - żgur li m'hijiex punibbli bħala reat kriminali.", "Dan huwa wieħed mill-prinċipjji fundamentali tal-liġijiet tagħna u tal-pajjiżi kollha ċivilizzati.", "Għar-rigward ta' differenza bejn it-test Malti u t-test Ingliż, irrid ngħid li l-frażi \"fejn normalment jiltaqgħu ż-żgħażagħ\" colloquially kulħadd jifhimha u għandna frażi legali li tirrispekkja din it-tifsira.", "Fit-test Ingliż il-kliem użat huwa \"where young people habitually meet\" u għall-ewwel forsi tibda tistaqsi għaliex qed nużaw il-kelma \"habitually\" minflok \"usually\" jew inkella \"normally\".", "Din hija deċiżjoni ta' min jiddraftja l-liġijiet.", "Probabbilment fil-lingwaġġ tagħna ssib min juża l- kelma \"habitually\" u ssib min juża kelma oħra.", "Pero' żgur li l-kelma użata fit-test Ingliż tirrispekkja t-tifsira ta' dak li hemm fit-test Malti.", "Fejn ma tkunx involuta kwestjoni ta' sustanza, intendi li noqgħod fuq id- drafter tal-liġi għax dan ma jkunx uża l-kelma \"habitually\" għaliex ma jafx li hemm kelma oħra li tfisser bħalha imma għaliex ikun jaf li dik il-kelma hija wżata f'testijiet oħra tal-liġi u x'aktarx anke f'xi sentenza ta' qrati lokali jew barranin, u allura jkun iktar moħħu mistrieħ illi dik il- kelma se tingħata l-interpretazzjoni li suppost tingħata.", "(Interruzzjonijiet) Qed tinġibidli wkoll l-attenzjoni li l-ewwelnett huwa t-test Malti li jorbot, jiġifieri meta se niġu għall-interpretazzjoni huwa t-test Malti li jorbot.", "Barra minn hekk, kif ħsibt jiena, il-parir legali huwa li stilistikament id-drafter jaħseb li \"habitually\" hija aħjar milli \"where one normally meets\".", "Jiġifieri m'hemmx raġunijiet għaliex wieħed jgħid li għandna nbiddluha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Mr Chairman, hawnhekk qed ngħidu żgħażagħ biss.", "Meta ngħidu postijiet fejn normalment jew \"habitually\" jiltaqgħu ż-żgħażagħ jien qed nifherm li qed nirreferu għal Paceville jew xi postijiet simili.", "Allura għaliex qed neskludu t-tfal?", "Ġieli kien hemm problemi li għandhom x'jaqsmu mad-drogi, per eżempju, fi skejjel fejn kien hemm tfal żgħar.", "Ma nafx nistgħux ngħidulhom żgħażagħ għaliex jistgħu jkunu tfal.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nixtieq infakkar li biex nipprovaw noħolqu deterrent ikbar fejn jidħlu t-tfal, f'parti oħra tal-liġi qed nikkolpixxu l-inħawi ta' l-iskejjel.", "F'din il-parti nixtiequ nikkonċentraw l-iżjed fejn jidħlu ż-żgħażagħ.", "Issa jekk tgħidli li f'Paceville ġieli jkun hemm tfal, dan jiddependi x'tifhem bi tfal u x'tifhem b'żgħażagħ.", "Aħna ridna nevitaw li nagħmlu definizzjoni statutorja ta' x'qed nifhmu b'żagħżugħ u dan għamilnieh għaliex naħseb li aħjar inħallu f'idejn il-qorti biex f'kull każ partikolari tiġġudika hi skond is-sitwazzjoni milli nispeċifikaw li b'żagħżugħ qed nifhmu persuna li għandha t-tali eta'.", "Dan il-punt dħalna fih anke ma' l-avukati ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali u bejnietna ddiskutejna jekk għandniex niddefinixxu l-istatus taż-żgħażagħ mill-punto di vista ta' eta'.", "Il-qbil ġenerali kien li f'ħaġa bħal din jista' jkun li aktar 'il quddiem jiddispjaċina jekk nagħtu definizzjoni.", "Fil- lingwaġġ normali nafu x'nifhmu b'\"żgħażagħ\"pero' huma l-qrati li finalment iridu jiġġudikaw jekk individwu fl-eta' partikolari li jkollu għandux ikun meqjus bħala żagħżugħ jew le.", "Wara kollox jekk inħarsu lejn it-tfal tagħna stess naraw li ġieli tintroduċi lit-tifla tiegħek u meta jistaqsuk kemm għanha eta' u tgħidilhom li għandha għaxar snin, per eżempju, jiskantaw u jgħidulek li tidher li għandha 15-il sena.", "Normalment ngħidu li tifla ta' għaxar snin hija tifla, pero' jiddependi miċ-ċirkostanzi ta' kull każ jekk għandekx tqis lill-individwu bħala żagħżugħ jew le.", "Jekk għall-argument tifla ta' 12-il sena fiċ-ċirkostanzi soċjali tagħha u fil- lifestyle tagħha diġa' mmaturat għall-istatus ta' żagħżugħa, allura f'dak il-każ m'għandekx tqisha bħala tifla imma għandek tqisha bħala żagħżugħa u l-istess japplika għall-ġuvintur.", "Dwar dan diġa' ddiskutejna sew pero' meta nibda nissikka u nkun irrid li l-affarijiet isiru preċiżi biex kemm jista' jkun nagħlaq il-loopholes kollha, ir-reazzjonijiet tiegħi jkunu ta' żewġ tipi.", "Waħda mir-reazzjonijiet tkun li wara li tiddiskuti tara li jkun hemm lok li tirristrinġi aktar, kif ġara dwar l-emenda ta' klawsola 11 li għadni kif ressaqt illum wara d-diskussjoni li kellna fl-aħħar seduta u allura tara li jkun hemm lok li tirristrinġi iktar.", "Irrid ngħid li ma lqajniex xi suġġerimenti li saru, speċjalment mill-Onor.", "Joe Brincat u mill- kollega tiegħi l-Onor.", "Tonio Borg dwar id-diskrezzjoni ta' l-Avukat Ġenerali, imma fuq din nitkellem iktar tard.", "Pero' almenu jkollok il- konfort ta' min jaqbel miegħek li jkun hemm lok li tirristrinġi aktar.", "Imbagħad hemm t-tieni reazzjoni fejn jgħidulek li ċerti ħwejjeġ m'għandekx tiddefinihom tant bl-irquqija għax inkella tkun qed tidħol fil- periklu li teskludi ċerti ċirkostanzi li inti ma tridx teskludihom minn qabel.", "F'dan il-każ il-parir ikun li tħalli d-deċiżjoni għall-eżami tal- qrati mill-punto di vista tal-provi li jkollhom quddiemhom u għall- konsiderazzjoni ta' min ikun qiegħed jagħmel il-prosekuzzjoni biex jagħmel il-każ fit-termini iktar ġenerali tal-liġi.", "Jiġifieri f'dan il-każ ma jfissirx li rridu neskludu lit-tfal imma meta qegħdin nitkellmu fuq l- istatus taż-żgħażagħ ma rridux niddefinuh.", "Hawn min għandu 35 sena u huwa meqjus bħala żagħżugħ; allura mbagħad min ikollu 36 sena m'huwiex żagħżugħ?", "Dan ma tistax tgħidu u trid tħalli f'idejn il-qrati biex jiddeċiedu fid- dawl taċ-ċirkostanzi ta' dak il-mument.", "Per eżempju, fil-movimenti politiċi taż-żgħażagħ nafu li l-eta' taż-żgħażagħ jistabbiluha bejn il-15 u l-35 sena.", "(Interruzzjonijiet) Skond l-eta' ta' l-uffiċjali li jmexxu l- moviment!", "Normalment kienet tkun sa 30 sena, imbagħad fil-movimenti politiċi Ewropej - kif qed jgħid l-Onor.", "Membru - l-uffiċjali beda jkollhom ċerta eta' u allura anke fuq livell Ewropew kienu għollew l-eta' ta' dawk li jikkwalifikaw bħala żgħażagħ.", "Mhux qed nagħti dawn l-etajiet biex noħloq parametri għad-definizzjoni tal-lum imma sempliċement biex nindika illi qatt m'hu faċli li tiddefinixxi bl-eta' l-kwestjoni taż- żgħażagħ.", "Imbagħad tqanqal punt ieħor dwar il-kwestjoni ta' meta l-qorti tista' tirtira l-ordni fuq talba ta' l-Avukat Ġenerali jekk tkun sodisfatta li l- kura ma tkunx aktar meħtieġa u \"ma tkunx aktar xierqa\".", "Din il-frażi ma rridux naqrawha weħidha imma rridu naqrawha fil-kontest tas-sub-paragrafi l- oħrajn ta' qabel.", "Il-kura tista' tkun għadha meħtieġa pero' l-individwu bl- ebda mod ma jkun irid jikkopera biex din tingħatalu.", "Sub-paragrafu (8) jitkellem dwar il-kura u t-trattament ta' vittmi tad-droga jew anke ta' persuni oħrajn li jinstabu ħatja ta' reati taħt din l-Ordinanza.", "Jekk huma jkollhomx il-ħtieġa ta' din il-kura jew ta' dan it-trattament, kollox jiddependi mill-individwu ...", "GĦall-ewwel darba f'pajjiżna se nagħtu dritt lill-qorti li tordna li xi ħadd jieħu il-kura u t-trattament li jkun meħtieġ meta fiċ-ċirkostanzi kollha ta' xi każ partikolari min ikun qed jiġġudika jkun jidhirlu illi jista' jkun aħjar li fl-ewwel stadju tordna l- kura u t-trattament ta' l-akkużat flok il-piena karċerarja.", "Imma jekk fil- liġi nieqfu hawn u ma tagħtix il-possibilita' illi jekk l-individwu ma jikkoperax ...", "Jista' jibda billi jirrifjuta l-kura u t-trattament imma mbagħad gradwalment jibda jikkopera.", "Dan qed nagħmluh għax aħna konxji li jista' jagħti l-każ li bniedem li jkun f'dan l-istat ma jkollux il-pussess sħiħ tal-fakultajiet tiegħu.", "Għalhekk b'mod eċċezzjonali qegħdin nagħtu dan il-poter lill-qorti - din ħaġa li normalment ma ssirx - illi ma titlobx il-kunsens ta' l-individwu biex dan jintbagħat għall-kura.", "Pero' jekk il- kunsens jibqa' jiġi rifjutat, huma x'inhuma r-raġunijiet, anke jekk l- individwu verament ikollu bżonn il-kura, allura ma tibqax tissostitwixxi iktar il-perjodu ta' piena karċerarja b'perjodu ta' kura.", "Hawnhekk ta' min jgħid li fil-kwadru tas-sistema tas-servizzi korrettivi għandu jkun maħsub li jekk wieħed ikun qiegħed jiskonta piena karċerarja, xorta jkollu l- faċilitajiet tal-kura meħtieġa, pero' din ma tkunx tinkwadra fl-istess reġim ta' trattament li konna qegħdin nitkellmu dwaru.", "Irrid ngħid ukoll illi jista' jkun li hawnhekk qegħdin nagħtu ftit iktar leeway lill-qorti.", "Altru titkellem fuq il-kura meħtieġa u altru titkellem fuq il-kura xierqa.", "Bil-kelma \"xierqa\" m'aħniex qegħdin nagħlqu l-bibien kollha.", "Jista' jkun illi dak li jkun meħtieġ ikun differenti minn dak li l- qorti jidhrilha li jkun xieraq; f'dan il-każ hemm element ta' oġġettivita' dwar il-ħtieġa tal-kura għax tista' tistaqsi lit-tobba u lill-psikjatri biex jgħidulek huma x'inhu meħtieġ, pero' jekk nużaw il-kelma \"xierqa\", inkunu qed nagħtu iktar diskrezzjoni lill-qorti.", "Mr Chairman, naħseb li huwa tajjeb li wieħed jidħol f'ċertu dettall tal-klawsola li għandna quddiemna u jkun tajjeb li neħduha biċċa biċċa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena naħseb - u minn kif tkellem il-Ministru jidher li hu wkoll jaħseb f'din id-direzzjoni u nittama li lkoll naqblu - li dawn in-negozjanti tad-drogi huma bħall-klieb il-baħar li għandhom bżonn tal-ħut x'jieklu u baħar fejn jgħumu.", "Jekk naraw x'mezzi ttieħdu anke f'pajjiżi oħra li f'dan il-qasam huma daqsxejn pijunieri għax ġarrbu dawn l- affarijiet qabilna, naraw li x-xogħol tal-leġislatur fl-aħħar snin ma kienx biss - għalkemm dan huwa importanti - li jattrezza lill-pulizija, lill- armata u lin-nies tad-dwana bir-riżorsi umani u bir-riżorsi tekniċi biex jinqabdu dawn in-nies, iżda wkoll li jattrezza lill-pajjiż bir-riżorsi legali.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li bdejna nagħmlu aħna u nistgħu nkomplu nagħmlu f'dan il-qasam hija li kemm jista' jkun lil dawn il-klieb il-baħar nixxottawlhom il-baħar li jgħumu fih.", "Bħalma, per eżempju, fil- qasam ta' money laundering u fil-qasam ta' kif jipprovaw jaħbu dawn il-flus fil-banek, qed indaħħlu r-responsabilita' ta' l-impjegati tal-banek li meta jindunaw li tkun qed issir xi ħaġa ta' dan it-tip jiżvelaw is-suspetti li jkollhom, hekk ukoll għandna naħsbu dwar areas oħra fejn għandna nagħmlu dan.", "Għallinqas irridu nibdew nirriflettu fuq hekk.", "F'dawn l-emendi qegħdin ngħidu li wieħed li jkollu proprjeta' jew ġid li ġej min-negozju tad-drogi jkun ħati ta' dan u eventwalment aktar 'il quddiem qed ngħidu li l-awtoritajiet jistgħu jikkonfiskaw dawn il-proprjetajiet.", "Issa jien naf b'każijiet li ġraw f'San Ġiljan u f'Bormla - u qed niftakar f'ċirkostanzi konkreti u nista' nsemmi l-ismijiet u l-indirizzi - fejn dak li kien qed jinnegozja d-droga kien jgħix f'appartament tal-Gvern biex jekk jinqabad ma jkollhomx x'jeħdulu.", "Dan ikun qed isir sinjur min-negozju tad-drogi, ma jixtrix villa fejn joqgħod imma apposta jibqa' joqgħod f'appartament tal- Gvern u juża dak il-post biex minnu jinnegozja d-droga.", "Allura f'dan il- każ mhux se jkun hemm proprjeta' x'jissekwestrawlu ħlief ġid ieħor li jkun għamel minn dak in-negozju.", "Naf b'każ fejn wieħed kienu ħadulu xi ħaġa għax sabulu somma ta' Lm30,000 fi flus kontanti.", "U Alla jbierek kien jgħix f'appartament tal-Gvern!", "Għalhekk jien nistaqsi jekk għandniex nikkonsidraw, bħalma qed jagħmlu f'ċerti stati fl-Amerika, li fejn il- proprjeta' ma tkunx ta' dak li jwettaq ir-reat imma jkun qed jużaha biex jinnegozja d-drogi minnha, jintilef id-dritt li jgħix f'dik il-proprjeta'.", "Jien ngħid li lil dawn in-nies għandna nagħmlulhom gwerra b'kull mod possibbli.", "Jien nixtieq li nirriflettu dwar jekk għandniex nagħmlu xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Ħaġa oħra - ikkorreġuni jekk m'iniex preċiż fuq dan il-punt - li qed jagħmlu t-traffikanti tad-droga f'pajjiżi oħra fejn issikkaw il-liġijiet ...", "Jekk wieħed jaqra l-papers li kienu ppreżentaw xi uffiċjali ta' Scotland Yard li kienu f'Malta f'Mejju 1991, isib li hemm ħafna x'nitgħallmu mid-diskorsi li kienu għamlu dwar it-traffikar tad-droga, il- money laundering, l-intelligence unit u affarijiet oħra bħal dawn.", "X'se jiġri dwar dik il-persuna li apposta - u ovvjament bis-sens - ma tħalli xejn f'isimha imma titfa' l-ġid kollu li jkollha, bħal proprjeta', karozzi, yacht u shares fuq xi kumpannija li hi tkun tidher li m'għandha x'taqsam xejn magħha?", "Jiġifieri jekk wieħed imur jinvestiga l-Uffiċċju tal- Partnerships ma jsib xejn x'juri li t-tali persuna għandha dik il- kumpannija u li qed tużaha biex tagħmel laundering tal-flus li ġġib min- negozju tad-drogi.", "X'qed nagħmlu għal dik l-eventwalita'?", "Jien naħseb li din hija importanti għaliex kif kien qal wieħed mill-uffiċjali - hawnhekk għandi d-diskors ta' wieħed minnhom, Inspector Charles Hill - mill- esperjenza fl-Ingilterra kienu sabu li dawn in-negozjanti tad-drogi jibdew jagħtu ħafna rigali lill-membri tal-familja tagħhom, bħal djar, shares f'kumpanniji, xi karozza lussuża, jixtru xi antikitajiet, ġojjelli, eċċ. Għalhekk nerġa' niġi għall-mistoqsija tiegħi dwar x'qegħdin nipprovdu għal dik l-eventwalita' fejn ma tkun saret l-ebda transazzjoni ta' flus, iżda fil-ġenerożita' kbira tagħhom dawn in-nies ikunu taw diversi rigali lil ħaddieħor!", "Nixtieq nagħmel l-aħħar punt tiegħi u għalkemm naħseb li huwa daqsxejn kontroversjali xorta se nagħmlu u nispera li ċ-Chairman ma jeħux għalih.", "F'każ ta' banek li jkollhom kuntatt mat-traffikanti tad-drogi - din saret barra minn Malta u jekk qed nifhem tajjeb, ċerti emendi li qed nagħmlu huma indirizzati f'din id-direzzjoni - u per eżempju, impjegat ta' bank jgħatti lil min jittraffika d-droga billi jiftaħlu kont u jħallih juża l-bank daqslikieku qed issir transazzjoni normali ...", "F'liġijiet ta' pajjiżi oħra hemm anke tipping off clause, jiġifieri hemm pieni maħsuba għal min jiżvela li, per eżempju, il-pulizija qiegħda tinvestiga l-kont ta' xi persuna.", "Forsi nistgħu nirriflettu dwar is-sehem tan-nutara meta ssir xi transazzjoni ta' artijiet u bini.", "Jien informat li r-rwol tan-nutar huwa differenti minn dak ta' avukat għax in-nutar huwa wkoll uffiċjal pubbliku li l-firma tiegħu tagħmel xi ħaġa valida jew le.", "Pero' x'jiġri fil-każ li nutar ikun jaf li qiegħed ibierek transazzjoni biex proprju titwettaq din l- illegalita' li l-liġi qed taħseb dwarha?", "Dan għandu jieħu sehem f'ħaġa bħal dik jew għandu jkollu r-responsabilita' li jgħarraf li se jsir deal bħal dak?", "Nafu li f'oqsma oħra, ngħidu aħna fis-settur bankarju, diġa' qed jittieħdu miżuri biex ikun hemm din ir-responsabilita' fuq min jieħu sehem f'dawn l-affarijiet jew ikun jaf li se jsiru.", "Issa naf li hawnhekk nidħlu fil-kwestjoni ta' professjonalita', eċċ. Pero' naħseb li rridu nirriflettu bis-serjeta' dwar din għax nafu li diġa' ġraw każijiet - m'iniex se noqgħod insemmi ismijiet għax kont semmejthom waqt it-Tieni Qari - fejn meta l-Pulizija kienet waslet biex tipproċedi kontra xi ħadd u allura teħodlu l-proprjeta' li kellu, lejlet li kien se jiġri dan, din il- persuna marret tiġri għand nutar biex tittrasferixxi dik il-proprjeta' biex il-Pulizija ma tkunx tista' tikkonfiskahielha.", "Nixtieq li nirriflettu bis- serjeta' dwar dawn it-tliet punti li semmejt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel punt li semma l-Onor.", "Bartolo, jiġifieri x'jiġri f'każ li persuna tkun qed tabita f'post mingħajr titolu reali fuq il-proprjeta', u allura ma tkunx proprjetarja hi, ma tkunx l- użufruttwarja u ma jkollhiex dritt reali ta' ċens, ma nafx jekk ir- risposta tiegħi hux se tkopri l-eventwalitajiet kollha li jistgħu jiġru.", "Pero' fil-liġi hemm li jekk issir koltivazzjoni - jiġifieri l-provvediment huwa limitat għall-koltivazzjoni - ta' pjanti illegali fi kwalunkwe parti ta' fond, anke fil-ġnien, allura s-sekwestru tal-proprjeta' ma japplikax biss għal drittijiet reali imma għal kull dritt fuq il-proprjeta'.", "Fil- fatt is-sitwazzjoni kif inhi llum hija li f'każ li xi ħadd jinqabad jikkoltiva xi ħaġa fil-proprjeta' - imbagħad ngħid x'jiġri f'każ ta' traffikar tad-droga - il-qorti, mhux \"tista'\" imma \"għandha\" ...", "Qed nirreferi għal subartiklu 22(3) li jgħid hekk:", "\"Where an offence against this Ordinance in respect of which a person has been found guilty consists in or refers to the cultivation of a plant in a field, garden or similar tenement, the court shall, ...\"", "- u mhux \"may\" - \"... in addition to any other punishment order the forfeiture in favour of the Government of the entire immovable property ...\".", "Imbagħad għal każijiet fejn l-individwu ma jkunx l-owner tal-proprjeta' hemm proviso li jgħid hekk:", "\"... and the offender holds it on any other title ...\"", "- jiġifieri naħseb li jinkludi anke titoli li m'humiex titoli ta' proprjeta', bħalma huma titoli ta' ċens jew kiri -", "\"... the court shall order the forfeiture of such title in favour of the Government.\".", "Jien ninterpreta dan il-proviso fis-sens li anke titolu ta' kirja jintilef.", "Issa jekk fil-fatt tiġix interpretata hekk mill-Qrati, ma nafx.", "Probabbilment dejjem ikun hemm xi toqba li wieħed jista' jsodd.", "Pero' għar-rigward ta' traffikar tad-droga, huwa veru li l-forfeiture tapplika biss għal real rights u hija ċara daqs il-kristall.", "Fil-fatt il- liġi tiddistingwi bejn real rights u titolu li mhuwiex a real right u tgħid:", "\"where the offender is not the absolute owner but holds any other real title of the immovable property, or has a title, other than a real title ...\".", "Mela qed tipprevedi proprju s-sitwazzjoni li kkontempla l-Onor.", "Membru.", "F'dak il-każ ma jsirx forfeiture tal-proprjeta', imma jeħel multa li tkun daqskemm iqum il-post.", "Hawnhekk il-liġi qed tgħid li, per eżempju, f'każ ta' xi ħadd - u ssemmi l-każ li ppreveda l-Onor.", "Membru - li għandu kontroll tal-proprjeta' jew aċċess għall-proprjeta' - jiġifieri xi ħadd li proprju minħabba l-biżgħa li jista' jitlef dik il-proprjeta', la jixtriha, la jkollu titolu ta' kera u lanqas ikollu titolu ta' ċens, imma jkollu aċċess jew kontroll tal-proprjeta' għaliex għad għandu ċ-ċavetta tagħha - u qiegħed jittraffika d-droga minn hemmhekk, il-proprjeta' ma tistax tiġi sekwestrata għaliex m'hijiex tiegħu imma tiġi imposta multa \"as the Court shall determine after taking into account the value of the immovable property and the value of the real title\", dejjem jekk għandu.", "Jiġifieri f'dak il-każ il-qorti timponilu multa li tkun ekwivalenti għall-valur tal- proprjeta', anke jekk dik il-proprjeta' ma tkunx tiegħu.", "Jiġifieri sa ċertu punt jaqlagħha wkoll.", "Pero' minkejja din il-liġi sabiħa li qed nagħmlu jew liġi isbaħ li forsi nistgħu nagħmlu, ma nafx - u hawn hi l- problema - kemm dawn il-pieni qed jiġu applikati.", "Sabiex tiġi applikata l- liġi jrid ikun hemm - u qed nara ċertu loophole, imma sa ċertu punt trid tħalli ftit tad-diskrezzjoni anke għall-qorti - li għalkemm il-qorti għandha d-dover li f'każ, per eżempju, ta' koltivazzjoni ta' pjanta tad- droga, bilfors trid tordna s-sekwestru ta' proprjeta', dik il-proprjeta' trid tiġi deskritta fl-att ta' l-akkuża.", "Jekk xi ħaġa ma tiġix deskritta fl-att ta' l-akkuża ma jistax ikun hemm sekwestru tagħha u fil-fatt il-liġi kif inhi llum tgħid li the Court shall:", "\"...order the forfeiture in favour of the Government of the entire immovable property in which the offence took place as described in the bill of indictment or in the charge.\".", "Jiġifieri jekk wieħed jiġi akkużat biss li f'Malta kkoltiva pjanta li ma tistax tikkoltiva, b'daqshekk ma tistax tiġi sekwestrata l-proprjeta' tiegħu, għaliex għalkemm huwa dover tal-qorti li tagħmel dan, jekk dik il- proprjeta' ma tiġix deskritta fiċ-charge ma tkunx tista' tiġi sekwestrata.", "Jien kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru fejn staqsejtu kemm- il proprjeta' ġiet konfiskata taħt kwalunkwe wieħed - hemm diversi - mill- provvedimenti tal-liġi u safejn naf jien in-numru ma tantx impressjonani.", "Naturalment dan mhux dejjem ikun tort tal-prosekutur imma forsi wieħed jista' jindaga iktar għaliex jiġri hekk.", "Fuq il-kwestjoni tan-nutar, kif qal l-Onor.", "Bartolo, wieħed dejjem irid joqgħod ftit attent.", "Safejn naf jien m'hemm l-ebda mezz legali li jipprovdi biex jekk xi ħadd jgħid lin-nutar li jkun irid ibigħ xi proprjeta', dan ikun jista' jirrifjuta li jikkopera, naturalment sakemm ma jkunx ovvju jew ikun hemm xi ħaġa li tagħti x'tifhem li qed issir xi forma ta' negozju jew kuntratt li ma jkunx legali.", "Imma jien ma nistax ngħid lin-nutar li nkun irrid inbigħ xi proprjeta' u dan jgħidli li ma jridx iħallini nagħmel hekk.", "Il-fatt li huwa uffiċjal pubbliku ma jagħtihx biss drittijiet imma jagħtih ukoll doveri.", "Pero' kieku xi ħadd kellu jipprova li n-nutar kien jaf li dak li kien għamel kien illegali m'għandix dubju li jkun ħati taħt il-Kodiċi Kriminali ta' kompliċita' fir- reat li jkun ġie kommess.", "B'din il-liġi qed nagħlqu ftit il-gap għaliex filwaqt li llum il-projbizzjoni ta' trasferiment ta' proprjeta' tapplika biss mill-mument li ssir l-akkuża, jidhirli li bl-emendi l-ġodda li qed nagħmlu dak il-perjodu qed jiġi mressaq ftit 'il quddiem - bil- limitazzjonijiet li hemm fl-Abbozz - proprju biex wieħed jevita li lejlet li akkużat jitressaq quddiem il-qorti jkun jista' jittrasferixxi l- proprjeta' kollha tiegħu.", "Pero' jien naħseb illi kieku kellu jiġi pprovat li n-nutar kien kompliċi, dan jista' jiġi akkużat b'kompliċita' tar-reat.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Chairman, nixtieq li mmur ftit lura u nitkellem fuq meta tkun qed tokkupa dar li ma tkunx tiegħek, m'intix tużaha biex tikkoltiva ...", "S'intendi l-kokaina u l-eroina jħallu aktar qliegħ mill-ħaxixa allura jaqbillek li tiddiversifika f'dak il-qasam.", "Id- deterrent tal-multa - nerġa' ngħid li qed nitkellem fuq dak li rriżulta mill-esperjenza fl-Amerika - sabu li ma jaħdimx u m'hux biżżejjed għaliex min minn jeddu jew għax ikun imqabbad minn xi ħaddieħor juża post - fl- Amerika sabu li ħafna drabi, apposta jew għal raġunijiet soċjali, jużaw council houses, djar tal-Gvern jew djar fi blokk ta' appartamenti pubbliċi għal dawn l-iskopijiet -....", "ONOR.", "TONIO BORG: Darba nstab li kien hemm wieħed li kkoltiva pjanta tad- droga f'roundabout.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mur arak tissekwestra roundabout!", "Kont qed ngħid li sabu li aktar ta' deterrent mill-multa huwa l-fatt li ma jkollhomx saqaf fuq rashom jekk jinstabu ħatja ta' dawn ir-reati għax nafu li l-multa tiġi parti mill-costs ta' min jinnegozja fid-drogi u li din jassorbiha mingħajr ebda problemi.", "Jekk tkun tgħix f'post li jiswa Lm20,000 u teħel dik is-somma bħala multa, ikun biżżejjed li tmexxi borża \"daqshekk\" bid- drogi, biex iġġib dawk il-flus.", "Sabu li l-akbar deterrent soċjali - f'pajjiżna għadna m'aħniex daqshekk feroċi kontra n-negozju tad-droga - kien li jitilfu l-post fejn joqogħdu, anke jekk ikun appartament pubbliku u anke jekk mhux huma jkunu \"l-barunijiet il-kbar\" iżda jkunu biss parti mill-outlet ta' kif isir il-bejgħ u kif timxi d-droga.", "Sabu li l-aktar deterrent soċjali - is-soltu l-liġijiet jipproteġu lil kull persuna biex għallinqas ikollha saqaf fuq rasha - li jibżgħu minnu t-traffikanti tad- droga hu li ma jsibux saqaf taħt xiex jgħixu aktar milli biex iħallsu l- multa li jistgħu jeħlu.", "Nixtieq inkun naf x'jiġri fil-konfront ta' persuna li f'isimha ma jkollhiex il-ġid akkwistat min-negozju tad-droga.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, fil-fatt jien naħseb li bl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u kif oriġinarjament pubblikat qed naħsbu proprju għal din l-eventwalita' li qed isemmi l-Onor.", "Membru, jiġifieri l-każ ta' dak it-traffikant tad-droga li għal dan l-iskop juża proprjeta' li ma tkunx tiegħu pero' jkollu titolu għaliha.", "Il-liġi taħseb biex meta l-post ikun proprjeta' tat-traffikant ikun hemm il-possibilita' tal-konfiska, imma ma jidhirx li hawn xi ħaġa li taħseb biex ikun hemm il-konfiska meta wieħed ikollu biss titolu ta' kera.", "Qed jiġi prospettat li t-theddida li wieħed jista' jitlef anke t-titolu tal-kera hija deterrent qawwi biex wieħed jittraffika d-droga minn dawn il-postijiet.", "Jien nistieden lill-Onor.", "Membri biex jaraw paragrafi (e) u (f) ta' klawsola 11.", "F'dawn iż-żewġ paragrafi qed nemendaw artiklu 22 u b'paragrafi (e) u (f) qed nemendaw subartikli (3) u (7) ta' artiklu 22 tal- liġi prinċipali.", "X'tgħid l-emenda?", "Paragrafu (e) jgħid li:", "\".... minflok il-kliem \"u tkun għand min jagħmel ir-reat b'xi titolu ieħor\" għandhom jidħlu l-kliem \"u tkun għand min jagħmel ir-reat b'xi titlolu ieħor, kemm jekk reali jew xort'oħra.\";", "u l-istess f'paragrafu (f) fejn minflok \"il-konfiska ta' xi titolu ta' proprjeta' immobbli\" qed ngħidu li għandhom jidħlu l-kliem \"il-konfiska ta' proprjeta' immobbli jew ta' xi titolu ta' dik il-proprjeta'\".", "Jiġifieri fil-proposta tagħna diġa' ħsibna biex inkopru din l-eventwalita', u waqt it- Tieni Qari kien hawn dibattitu miż-żewġ naħat tal-Kamra fejn qamet il- mistoqsija jekk hux se niġu fl-istat li lil wieħed li jinqabad jittraffika d-droga mid-dar fejn joqgħod b'titolu ta' kera, neħdulu t-titolu li jkollu fuq dik il-proprjeta'.", "Aħna qed ngħidu li f'każ bħal dan it-titolu tal- kera jista' jiġi sekwestrat a favur tal-Gvern u l-individwu jispiċċa mingħajr titolu u jista' jitkeċċa.", "Kien hawn min qal li din il-miżura tista' tkun ħarxa wisq, imma proprju anke għar-raġunijiet li semma l-Onor.", "Bartolo, li min ikun qed jittraffika d-droga, qed jittraffika f'negozju li jrendi u ladarba diġa' jeżistu provvedimenti ta' konfiska ta' proprjeta', wieħed faċilment jista' jinħeba wara l-assenza ta' titolu formali ta' proprjeta' u jkompli għaddej bin-negozju, rajna li wieħed m'għandux jibqa' jistrieħ fuq il-konfiska ta' ħwejjeġ li jidhru imma jmur anke fuq ħwejjeġ li m'humiex proprjeta' tat-traffikant imma ta' terzi persuni u għalhekk qed ngħidu li jista' jiġi konfiskat it-titolu anke jekk ma jkunx titolu reali.", "Aħna konxji ta' kemm din il-piena hija gravi, u napprezza l-kummenti li saru mill-Onor.", "Mermbri li fl-applikazzjoni ta' din il-parti tal-liġi wieħed irid joqgħod attent immens, għax proprju biex tagħmel din il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga tista' ddaħħal f'ħafna nkwiet familja li tkun toqgħod f'post b'titolu ta' kera.", "Pero' jidhrilna li għandna nieħdu kull pass li nistgħu nieħdu biex niċċirkondaw lil min jittraffika d-droga, akkost li nġibu lill-familja tal-persuna involuta mingħajr ebda kopertura ta' titolu anke ta' kera.", "F'dan il-każ lil min jgħix f'appartament tal- Gvern ma tasal imkien billi taħtaflu l-appartament, u għalhekk qed ngħidu li jista' jiġi sekwestrat anke titolu li m'huwiex reali, dak li ngħidulu titolu personali.", "Jiġifieri ma tissekwestrax il-proprjeta' nnifisha imma tikkonfiska t-titolu tagħha.", "Allura għar-rigward ta' l-ewwel punt li qanqal l-Onor.", "Membru, nista' ngħid li aħna qegħdin ngħidu li min jinstab ħati li qed jittrafika d-droga minn proprjeta' li għaliha għandu biss titolu ta' kera, waħda mill-pieni tista' tkun li jitlef id-dritt li juża dik il-proprjeta'.", "Subartiklu 22 (3) kif se jiġi emendat jgħid hekk:", "\"Meta reat kontra din l-Ordinanza li dwaru persuna tkun instabet ħatja jkun, jew ikollu x'jaqsam ma' koltivazzjoni ta' pjanta f'għalqa, ġnien jew xi post ieħor bħal dan, il-Qorti għandha b'żieda ma' kull piena oħra tordna l-konfiska favur il-Gvern tal-proprjeta' kollha immobbli li fiha jkun sar ir-reat kif deskritt fl-att ta' l-akkuża:", "Iżda meta ebda waħda mill-persuni misjuba ħatja kif intqal qabel ma tkun il-proprjetarju assolut, jew komproprjetarju, jew proprjetarju suġġett għall-użufrutt ta' proprjeta' immobbli u tkun għand min jagħmel ir-reat b'xi titolu ieħor, kemm jekk reali jew xort'oħra, il- Qorti għandha tordna l-konfiska ta' dak it-titolu favur il-Gvern.\".", "B'hekk anke t-tip ta' titolu li semma l-Onor.", "Membru jkun qed jiġi kolpit.", "Permezz ta' l-emenda li qed nipproponu fl-Abbozz għal subartiklu 22 (7) qed ngħidu li tista' tiġi ordnata l-konfiska ta' proprjeta' immobbli jew ta' xi titolu ta' dik il-proprjeta'.", "B'hekk naħseb li għalaqna ċ-ċirku kollu kemm hu għax qed ngħidu li ordni ta' sekwestru tista' tolqot mhux biss il-proprjeta' li tkun f'isem dak li jkun, imma tista' tolqot ukoll it- titolu, jiġifieri anke jekk dik il-persuna jkollha biss titolu ta' kera fuq dik il-proprjeta'.", "X'jiġri meta xi ħadd li jittrasferixxi kollox minn fuq ismu għal fuq isem xi kumpannija?", "Mr Chairman, hawnhekk irridu naraw ftit il-kliem li qed nużaw, għax il-liġi - kif qed nipproponu li tiġi emendata - taħseb biex tkopri kwalunkwe proprjeta' mobbli jew immobbli jekk ikun hemm iċ-ċans li wieħed jipprova li m'hijiex ġejja minn sorsi leċiti.", "Jekk persuna ma jkollha xejn f'isimha imma tiġi identifikata proprjeta', ngħidu aħna kont fil-bank - għall-argument ngħidu li jiġi identifikat bearer account, għax għalkemm naf kemm hu diffiċli, jista' jkollok ċirkostanzi li jwassluk biex torbot dan il-kont ma' ċerti attivitajiet - li tappartjeni għaliha u din il- persuna ma jirnexxilhiex tipprova li din ġejja minn sorsi leċiti, allura dik il-proprjeta' hija milquta, irrelevanti jekk hix f'isem kumpannija, f'isem dik il-persuna li hija t-traffikant jew inkella f'isem terza persuna li hija għal kollox innoċenti.", "F'dan il-kontest naħseb li huwa importanti li naqraw l-Abbozz ta' Liġi.", "Nerġa' ngħid li qed nemendaw artiklu 22 tal- liġi, u l-ewwel paragrafu ta' dan l-artiklu jitkellem dwar x'inhuma l- ħwejjeġ li jikkostitwixu r-reat.", "Dan jgħid hekk:", "\"Kull min -", "(a) jikser jew jonqos li jħares id-dispożizzjonijiet ta' din l- Ordinanza jew ir-regolamenti magħmulin taħtha; jew", "(b) jikser jew jonqos li jesegwixxi l-kondizzjonijiet ta' liċenzja jew permess maħruġin ta' awtorizzazzjoni mogħtija taħt jew skond din l- Ordinanza; jew", "(c) sabiex jottjeni, għalih jew għal ħaddieħor, il-ħruġ, il- konċessjoni jew it-tiġdid ta' liċenzja, permess, jew awtorizzazzjoni kif jingħad hawn fuq, jagħmel dikjarazzjoni jew rapport li jkunu foloz f'xi partikolarita', jew xjentement jagħti, jipproduċi jew jagħmel użu minn dikjarazzjoni jew rapport jew dokument li jkun fihom partikolarita' falza; jew", "(d) f'Malta jgħin, iħajjar, jagħti parir jew ifittex biex jiġi magħmul f'post barra minn Malta reat li għalih hemm piena skond id- dispożizzjonijiet ta' liġi korrispondenti li tkun isseħħ f'dak il- post, jew jagħmel xi ħaġa biex iħejji jew jiffaċilita' xi att li, li kieku jsir f'Malta jkun reat kontra din l-Ordinanza; jew", "(e) tkun ċittadin ta' Malta jew resident permanenti f'Malta, li f'xi post barra minn dawn il-Gżejjer jagħmel xi ħaġa li jekk issir f'dawn il-Gżejjer tikkostitwixxi reat ta' bejgħ jew traffikar ta' mediċina kontra din l-Ordinanza jew reat taħt il-paragrafu (1) ta' dan is- subartikolu; jew", "(f) jew jassoċja ruħu ma' xi persuna jew persuni oħra f'dawn il- Gżejjer jew barra minn dawn il-Gżejjer sabiex ibigħ jew jittraffika mediċina f'dawn il-Gżejjer kontra d-dispożizzjonijiet ta' din l- Ordinanza, jew li jippromwovi, jikkostitwixxi, jorganizza jew jiffinanzja l-assoċjazzjoni, ikun ħati ta' reat kontra din l- Ordinanza.\".", "Mela hawnhekk għandna din is-sensiela ta' reati li issa qegħdin inżiduhom ukoll għaliex f'paragrafu (b) tal-klawsola li għandna quddiemna qegħdin ngħidu li l-kelma \"jittraffika\" tinkludi dawn il-ħwejjeġ kollha li qegħdin jiġu elenkati.", "Qegħdin ngħidu li l-assoċjazzjoni ta' persuni msemmija teżisti malli jiġu kombinati jew miftiehma l-mezzi, ikunu liema jkunu, li bihom dawn il-persuni għandhom jimxu u issa qegħdin nibdlu subartiklu (1B) proprju biex nagħtu tifsira mill-aktar wiesgħa - u komplejna nwessgħu l- emenda fuq suġġeriment ta' l-Oppożizzjoni biex indaħħlu anke l-għoti ta' informazzjoni li jista' jammonta għal traffikar - ħalli nkunu wasalna għal definizzjoni mill-aktar wiesgħa tal-kelma \"traffikar\".", "Mela s'hawn qegħdin ngħidu liema huma r-reati taħt din l-Ordinanza.", "Naturalment mhux ir-reati kollha huma ta' l-istess ordni.", "L-ewwel grupp ta' reati huma reati minħabba li huma konnessi ma' liċenzji, per eżempju fil-każ li wieħed ibigħ mediċini bla liċenzja.", "Nafu li l-ispiżjar irid ikollu liċenzja biex ibigħ il-mediċini, pero' altru tbigħ mediċini bla liċenzja u altru tittraffika d- droga.", "Aktar tard fil-kors ta' dan l-artiklu u fl-emenda li qegħdin inressqu, il-liġi tiddistingwi fil-piena bejn reati li jsiru bi ksur ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi u reati li huma reati ta' traffikar ta' droga b'mod l-aktar sħiħ.", "Subartiklu 22 (1) kien żdied miegħu subartiklu (1A) li jispeċifika anke meta teżisti l-assoċjazzjoni tal-persuni, u issa dan is-subartiklu qegħdin nibdluh biex ikollna definizzjoni wiesgħa ta' x'inhu traffikar.", "Nerġa' ngħid, bl-emenda li qed inressqu issa qegħdin ninkludu anke l-għoti ta' informazzjoni bħala traffikar.", "Tajjeb li ngħid ukoll li fl-emenda li qed li ressaqt illum qegħdin nispeċifikaw xi ħaġa oħra b'riżultat tad-diskussjoni li kellna d-darba l- oħra.", "Paragrafu (d) ta' subartiklu 22 (1) kien jgħid li :", "\"f'Malta jgħin, iħajjar, jagħti parir jew ifittex biex jiġi magħmul f'post barra minn Malta reat li għalih hemm piena skond id- dispożizzjonijiet ta' liġi korrisopondenti li tkun isseħħ f'dak il- post, jew jagħmel xi ħaġa biex iħejji jew jiffaċilita xi att li, li kieku jsir f'Malta jkun reat kontra din l-Ordinanza;\",", "u issa qed nipproponu li nemendawh billi nibdlu l-aħħar parti b'mod li tiġi taqra hekk:", "\" ... kontra d-dispożizzjonijiet ta' xi liġi korrispondenti li tkun isseħħ f'dak il-post, jew jassoċja ruħu ma' xi persuna jew persuni oħra f'Malta sabiex jagħmel tali reat ...\".", "Jiġifieri l-assoċjazzjoni f'din il-parti tal-liġi issa qegħdin inkopruha wkoll, xi ħaġa li bil-liġi kif kienet s'issa ma kenitx koperta.", "Minn hemm imbagħad ngħaddu għall-artiklu li jitkellem dwar il-kwestjoni ta' property laundering - biex insejħulha hekk - aktar milli money laundering li se nitkellem fuqu minn hawn u ftit ieħor.", "Issa qegħdin ngħidu li persuna mhux biss tkun ħatja jekk tittraffika d-droga imma tista' tkun ukoll ħatja kontra din l-Ordinanza jekk tagħmel laundering ta' proprjeta' mobbli jew immobbli li tkun ġejja minn negozju ta' dan it-tip.", "Is- subartiklu ġdid (1C) jgħid: \"Persuna tkun ukoll ħatja ta' reat kontra din l-Ordinanza jekk tuża, tittrasferixxi l-pussess ta', tibgħat jew tikkonsenja lil xi persuna jew post, takkwista, tirċievi, iżżomm, tittrasporta, tittrasmetti, taltera, tiddisponi minn jew b'xi mod ieħor tinnegozja, bi kwalunkwe mod jew bi kwalunkwe mezz, f'xi flus, proprjeta' (kemm jekk mobbli jew immobbli) jew xi rikavat minn dawk il-flus jew minn dik il-proprjeta' bil-ħsieb li taħbi jew tikkonverti dawk il-flus jew dik il-proprjeta' jew dak ir-rikavat u tkun taf jew ikollha suspett li dawk il-flus jew proprjeta' kollha jew parti minnhom, jew dak ir-rikavat kollu jew parti minnu, ikunu ġew miksuba jew riċevuti, direttament jew indirettament, bħala riżultat ta' -", "(a) l-għemil ta' reat imsemmi fis-subartikolu (1) jew fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (1D); jew", "(b) xi att ta' komissjoni jew ommissjoni f'xi post barra minn dawn il- Gżejjer li jekk isir f'dawm il-Gżejjer ikun jikkostitwixxi reat taħt is-subartikolu (1) jew il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1D).\".", "F'paragrafu (a) ta' subartiklu ġdid 22 (1D) qed jinħoloq ukoll reat għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu tal-materja prima biex wieħed jipproduċi d- drogi, reat ieħor li jista' jġib miegħu dawn il-konsegwenzi li qegħdin insemmu.", "Mela s'issa għandna artiklu li jgħid liema huma r-reati li by and large huma marbutin ma' ksur ta' din l-Ordinanza u nsibu reati konnessi mal- liċenzja biex wieħed ibigħ il-mediċini, reati marbutin mat-traffikar tad- droga, reati ta' assoċjazzjoni, eċċ., u qed jinħoloq ir-reat l-ieħor tar- riċiklaġġ tal-proprjeta' mobbli jew immobbli li wieħed ikun jaf jew jissuspetta li ġejja mill-kontravenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din l- Ordinanza.", "Jekk wieħed jistaqsi x'inhi l-pożizzjoni ta' min jaħbi l-proprjeta' tiegħu f'isem kumpannija jew f'isem terzi, it-tweġiba hija li kull min ikun jaf jew jissuspetta li dik il-proprjeta' ġejja minn rikavat b'riżultat tat- traffikar tad-droga jkun ħati hu nnifsu ta' reat taħt din l-Ordinanza.", "Aktar tard nitkellmu wkoll dwar il-possibilita' li l-Pulizija, permezz ta' l-Avukat Ġenerali, tista' titlob is-sekwestru ta' proprjeta' mobbli jew immobbli mhux biss meta jkollha l-provi imma anke meta jkollha suspett f'dan il-kontest.", "Ir-raġuni għal dan hija biex naħsbu għal dak li ġara f'pajjiżna fejn xi ħadd ikun għaddej proċeduri jew ikun inqabad, u bejn l- investigazzjoni u d-deċiżjoni tal-qorti - għaliex s'issa l-qorti biss setgħet tordna s-sekwestru - jittrasferixxi kull proprjeta' li jkollu f'ismu bil-konsegwenza li meta finalment il-qorti tħossha ġustifikata li tordna s-sekwestru u tmur biex tesegwixxi s-sekwestru, ma ssib xejn.", "Biex proprju nkopru din is-sitwazzjoni, fuq talba tal-Pulizija, bl-approvazzjoni ta' l-Avukat Ġenerali, se jkun possibbli li tiġi sekwestrata proprjeta' mobbli jew immobbli anke fuq suspett.", "Naturalment jekk dak is-suspett jiġi pprovat infondat jew jgħaddi ċertu żmien minn fuq dik l-ordni tas- sekwestru, allura l-valur tas-sekwestru jispiċċa u jekk le dak l-ordni ta' sekwestru jista' jiġi mġedded sakemm il-qrati jkunu jistgħu definittivament jagħmlu d-deċiżjoni tagħhom u jkollhom il-possibilita' - jekk jidhrilhom xieraq - li jagħmlu l-ordni ta' sekwestru b'mod definittiv biex imbagħad dik il-proprjeta' mobbli jew immobbli tiġi sekwestrata favur l-Istat.", "Barra milli qegħdin noħolqu r-reat tar-riċiklaġġ tal-proprjeta' mobbli jew immobbli qegħdin nagħmlu provvediment ieħor; qegħdin ngħidu li fejn fil- liġijiet kriminali normalment il-piż tal-prova jinkombi fuq il- prosekuzzjoni, f'dan il-każ biċċa minn dan il-piż qed jintefa' fuq l- individwu li jkollu dik il-proprjeta' mobbi jew immobbli li ma jkunx hemm spjega raġjonevoli għal-leġittimita' tagħha.", "Allura - din hija emenda li m'hijiex fl-Abbozz oriġinali imma qegħda tidħol issa - qegħdin ngħidu li meta jkun hemm proċeduri dwar ir-reat tar-riċiklaġġ ta' proprjeta' mobbli jew immobbli u l-prosekuzzjoni ġġib prova li dawk il-flus, proprjeta' jew rikavat ma kenux flus, proprjeta' jew rikavat li wieħed jista' jispjega l- oriġini tagħhom, il-piż li wieħed jipprova l-provenjenza leċita ta' dik il- proprjeta' jaqa' fuq il-persuna imputata jew akkużata.", "Mela l- prosekuzzjoni għandha l-piż li tagħmel il-prova li m'hemmx spjega li twassal għal-leġittimita' tal-provenjenza ta' dik il-proprjeta' u jekk din tasal fl-istadju li tgħid li ma tistax tispjega minn fejn ġew dawk l- affarijiet, ngħidu aħna kif xi ħadd li ilu jirreġistra għax-xogħol tliet snin qiegħed jiġri b'karozza li tiswa Lm10,000, il-piż li jipprova kif ġab dik il-proprjeta' minn mezzi leċiti jaqa' fuq l-individwu.", "Jekk dan ma jġibx provi sodisfaċenti, ikun ħati tar-reat tar-riċiklaġġ ta' proprjeta' mobbli jew immobbli li jkunu ġejjin minn ksur ta' provvedimenti taħt din l- Ordinanza.", "Jien naħseb li bil-provvedimenti li qed nagħmlu l-Istat u l-Pulizija mhux se jkunu inerme daqskemm wieħed jaħseb.", "Dan ifisser li m'huwiex faċli li xi ħadd jittraffika d-droga u jgawdi r-rikavat ta' dan it- traffikar billi jpoġġi l-proprjeta' taħt xi forma jew oħra f'isem ħaddieħor.", "Illum naħseb li wasalna sal-limiti massimi li nistgħu naslu bir- raġuni.", "'Il quddiem l-esperjenza għad trid turina jekk l-avversarji tagħna f'din il-ġlieda jirnexxilhomx iwessgħu l-limiti ta' dan l-operat.", "Jekk jiġri hekk, irridu nirriflettu u nerġgħu niġu hawnhekk ħalli naraw kif inkunu nistgħu nilqgħu għal dik l-eventwalita'.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Pulizija tista' titlob spjegazzjoni għall- ġid li wieħed ikun diġa' akkwista qabel tkun għaddiet il-liġi?", "Jiġifieri dawn il-provvedimenti bilfors se jkunu japplikaw mill-1994 'il quddiem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Assolutament le.", "Kwalunkwe persuna li llum għandha ġid li ma tistax tispjegah għall-finijiet ta' din l-Ordinanza tista' taqa' taħt l-investigazzjoni bil-konsegwenzi kollha ta' din il-liġi.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li jekk karozza ġiet akkwistata qabel illum ...", "Dan m'huwiex il-każ.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri m'hemmx amnestiji.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nitlob sospensjoni tal-Kumitat ħalli nkunu nistgħu nirriflettu aktar.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat hu sospiż għal ftit minuti.", "Il-Kumitat ġie sospiż fit-7.50 p.m. u rriżuma fit-8.05 p.m.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra għal dan il- ħin li tawni għax stajna niċċaraw xi punti.", "Irid jingħad li f'dawn il- liġijiet ta' natura penali u kriminali, ir-retroattivita' tista' tivvjola ċerti prinċipji fundamentali sanċiti mill-Kostituzzjoni u mill-Konvenzjoni Ewropea.", "Fil-każ li għandna quddiemna issa, ir-reat il-ġdid ta' riċiklaġġ ta' proprjeta' huwa reat li jista' jseħħ wara li l-liġi tidħol fis-seħħ.", "Għalhekk hemm l-applikazzjoni normali ta' liġi ta' natura kriminali li tkun daħlet fis-seħħ u l-provvedimenti ta' l-artiklu in kwestjoni japplikaw skond il-prinċipji tal-liġijiet kriminali.", "It-tielet punt li tqanqal kien rigward il-banek u saru żewġ mistoqsijiet partikolari.", "Waħda minnhom kienet dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' impjegat ta' bank li jikkopera ma' min jittraffika d-drogi.", "Issemmiet ukoll il- pożizzjoni tan-nutar - li għandu ċertu rwol pubbliku - f'dawn is- sitwazzjonijiet.", "Waħda minn dawn il-mistoqsijiet weġibha sieħbi l-Onor.", "Tonio Borg.", "Jekk in-nutar jissuspetta li l-atti li qiegħed jagħmel huma konnessi ma' riċiklaġġ ta' proprjeta' li tkun riżultat ta' reati taħt din l-Ordinanza, huwa stess isir ħati ta' kompliċita'.", "Rigward il-kwestjoni ta' l-impjegati tal-banek diġa' ġew pubblikati Prevention of Money Laundering Bill u Prevention of Money Laundering Regulations għall- konsiderazzjoni ġenerali fil-pajjiż fejn huwa spjegat li l-banek se jidħlu għal ċerti responsabilitajiet dwar ir-riċiklaġġ ta' flus fis-sistema finanzjarja.", "Il-parti li tispjega dan - u tajjeb li naqraha - hija din:", "\"These offences can be committed irrespective of whether a third party has actually used the financial system for the purposes of money laundering.", "It should be noted, therefore, that a financial institution can commit an offence at two levels.", "First it can fail to maintain the required procedures;\"", "- u dawn l-Abbozz ta' Liġi jiddeskrivihom fid-dettall -", "\" Second, if it actually knows that money laundering is being carried out, it can also be guilty as an accessory to the principal offence under the Bill.\".", "Mela jekk impjegat ta' bank jaf li qed jikkopera ma' xi ħadd f'money laundering, bħala uffiċjal tal-bank jista' jsir kompliċi f'dak il-fatt u f'dik l-attivita' kriminali.", "Ir-regolamenti li jitkellmu dwar il- prevention of money laundering tajjeb li wieħed jistudjahom u aktar 'il quddiem f'din il-Kamra jkollna ċans nirriflettu fuqhom pero' tajjeb ukoll li jinqraw fl-istess kwadru tad-diskors li qed nagħmlu llum dwar il- kwestjoni tad-drogi.", "Biex inkun preċiż, dan ifisser li uffiċjal ta' bank se jkun obbligat, b'liġi li għad trid tgħaddi u li diġa' hija pubblikata, li jimxi skond ċerti regoli biex nipprevjenu l-ħasil ta' flus li ġejjin minn attivita' kriminali.", "U jekk huwa jonqos li josserva dawn ir-regoli jew jekk jieħu sehem fir-reat, isir kompliċi tar-reat ta' money laundering li se jkun kundannabbli bil-liġi li għad trid tgħaddi.", "Mela f'din il-parti ta' l-Abbozz ta' Liġi qed jinħoloq dan ir-reat ta' riċiklaġġ ta' proprjeta' u qed jingħad ukoll li l-piż tal-prova m'għadux kollu kemm hu fuq il-prosekuzzjoni imma qed jinqasam bejn il-prosekuzzjoni u l-persuna imputata jew akkużata.", "Imbagħad il-bqija tal-klawsola tkompli tgħid li persuna tkun ukoll ħatja ta' reat kontra din l-Ordinanza jekk tbigħ jew xort'oħra tittraffika fil-materja prima li minnha ssir id-droga.", "Hemm xi sustanzi li huma msemmijin fit-Tielet Skeda ta' din l-Ordinanza li meħudin waħedhom m'hux neċessarjament jammontaw għal drogi kif normalment nifhmu bil-kelma \"droga\" imma meta jiġu manifatturati jistgħu jwasslu biex wieħed ikollu l-mediċina li qegħdin nitkellmu fuqha.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li jekk wieħed ikun jaf jew ikollu suspett li dik il-materja prima tista' tintuża għal dan l-iskop, dak ukoll ikun ħati ta' reat kontra din l- Ordinanza.", "Il-klawsola tittratta dwar ċerti dettalji oħrajn u fost ħwejjeġ oħra jidħol l-argument li qam l-aħħar darba dwar id-diskrezzjoni ta' l-Avukat Ġenerali.", "F'dan il-każ, Mr Chairman, sar l-argument li l-Avukat Ġenerali m'għandux ikollu d-diskrezzjoni li jibgħat lil xi ħadd quddiem Qorti Kriminali u lil xi ħadd ieħor għall-istess reat quddiem il-Qorti tal- Maġistrati, deċiżjoni li minnha nnifisha ġġib differenza fil-piena.", "Kien hawn min qal li din id-diskrezzjoni prattikament m'għandhiex tkun u kien hawn min qal li għallinqas din id-diskrezzjoni għandha tkun ċirkoskritta billi jiġu stabbiliti fil-liġi stess ċerti kriterji, u ngħataw eżempji, ngħidu aħna l-kriterju ta' l-eta', ta' l-anteċedenti u tal-kwanita' ta' droga li wieħed ikun qabad.", "Jiena kont impenjajt ruħi li din ir- riflessjoni nagħtuha konsiderazzjoni u wara diskussjonijiet li saru, il- parir li ngħata kien li jkun żball jekk din id-diskrezzjoni titneħħa minn kif inhi spjegata fil-liġi llum.", "L-ewwelnett ir-raġuni hija li jekk l- Avukat Ġenerali jiddeċiedi li ċ-ċirkostanzi tal-każ jimmeritaw li l-każ jintbagħat quddiem il-Qorti Kriminali, fejn allura l-proċess huwa twil għax jinvolvi kumpilazzjoni ta' provi, diversi rinviji u jista' jinvolvi anke ġuri, f'dan il-każ fil-kors ta' din il-proċedura kollha l-Avukat Ġenerali dejjem jista', ladarba jkun assigura u kkjarifika l-provi, ibiddel dik l- ordni li jkun ta u jgħid li wara li huwa ra aktar fil-fond x'inhuma l- provi, jitlob li minflok li l-każ ikompli quddiem il-Qorti Kriminali jmur quddiem il-maġistrat.", "Pero' jekk ikun ta l-ordni li l-każ imur quddiem il- maġistrat ma jistax imbagħad jordna li l-każ imur quddiem il-Qorti Kriminali.", "Xi jfisser dan, Mr Chairman?", "Ifisser li huwa għaqli li fil- każijiet tat-tip li għandna quddiemna nħallu l-ġudizzju jsir fuq il-mertu ta' kull każ anke jekk wieħed jista' jesponi ruħu - u meta ngħid \"wieħed\" hawnhekk inkun qed nirreferi għall-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika - għal nuqqas ta' komprensjoni dwar l-użu ta' dik id- diskrezzjoni għaliex - u l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika diġa' għandu esperjenza li timmilita favur li wieħed iżomm din l- istrateġija - ikun hemm każijiet fejn ikun għaqli li wieħed iħalli din it- tip ta' diskrezzjoni li m'hijiex diksriminazzjoni.", "Quddiem il-Qorti Kostituzzjonali diġa' tqanqal l-argument li din tista' tammonta għal xi forma ta' diskriminazzjoni, pero' f'kawża li ġiet trattata quddiem l-istess Qorti Kostituzzjonali - il-kawża kienet ir-Repubblika ta' Malta vs Emanuel Grech, David Grech u Philip Grech - dan ġie eskluż.", "Il-konklużjoni tal- qorti kienet li l-qorti ma ssibx li l-artikli 22, 31 u 32 ta' l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi jmorru kontra subartikli 39 (1) u (8) tal- Kostituzzjoni ta' Malta u artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Mela l-argument dwar jekk din id-diskrezzjoni tistax tivvjola dawn id-drittijiet fundamentali diġa' ġie tested quddiem il-Qorti Kostituzzjonali f'sentenza mogħtija fis-27 ta' Settembru, 1990, u naħseb li din id-diskrezzjoni hija meħtieġa biex wieħed ikun jista' jiċċirkoskrivi aħjar iċ-ċirkostanzi li qed nitkellmu dwarhom.", "Nerġa' ngħid li jekk fil- ġudizzju tiegħu l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li każ jibagħtu quddiem il- Qorti tal-Maġistrati ma jkunx qed jagħmel dan b'dannu għall-individwu.", "Jekk jibgħat quddiem il-Qorti Kriminali deċiżjoni li tista' timporta wkoll piena aktar milli kieku tiġi deċiża mill-Qorti tal-Maġistrati, il-proċess mhuwiex irriversibbli.", "Id-diskrezzjoni li jkun uża l-Avukat Ġenerali tista' fil-kors tal-proċedimenti turi li ċ-ċirkostanzi tal-każ huma tali li jikkonfermaw li l-każ għandu jidher quddiem il-Qorti Kriminali.", "L- iżvolġiment tal-provi jistgħu jkunu tali li l-Avukat Ġenerali jista' - wara li jkun assigura l-provi u wara li jkun żamm il-kontroll tal-provi f'idejh - jgħid li ladarba l-entita' tal-każ hija tat-tali grad, qed jirrevedi d- deċiżjoni u jitlob li l-każ imur quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.", "Hawnhekk tajjeb li nenfasizza, Mr Chairman, li l-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali huwa uffiċċju maħluq bil-Kostituzzjoni, uffiċċju li għandu l- indipendenza tiegħu u huwa tassattiv - għax huwa espress fil-Kostituzzjoni tagħna - li fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu, l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika m'hu soġġett għall-ebda direzzjoni jew kontroll ta' l-ebda persuna jew awtorita' oħra.", "Jiġifieri l-Kostituzzjoni toħloq is- salvagwardji kontra l-indħil, jekk ikun hemm, jew l-attentat tiegħu, daparti ta' l-Eżekuttiv u l-pariri li għandi jien huma li d-drittijiet taċ- ċittadini huma salvagwardati kollha kemm huma.", "Barra minn hekk illum huwa sanċit b'dik is-sentenza tal-qorti li m'hemmx vjolazzjoni ta' dawk id- drittijiet u l-pariri li għandi jien huma li jkun żball jhek ma tibqax aktar possibbli li jkun hawn din id-diskrezzjoni.", "Naturalment kien hemm min staqsa għaliex ma nispjegawx il-kriterji li fuqhom għandha tintuża din id-diskrezzjoni.", "Meta wieħed jibda jispeċifika l-kriterji, fl-opinjoni tiegħi, jibda joħloq kamp ta' diskussjoni fil-qorti u ħafna analiżi dettaljat li jista' jkun validu u interessanti imma li jista' jwassal għal diskussjoni dwar dak li m'huwiex speċifikat u allura wieħed għandu jħalli s- sitwazzjoni kif qed tiġi proposta fl-Abbozz ta' Liġi.", "F'din il-klawsola qegħdin inżidu l-pieni għal min jinqabad jittraffika d- droga fil-viċinanza ta' skola, club jew ċentru taż-żgħażagħ jew f'xi post ieħor simili fejn normalment jiltaqgħu ż-żgħażagħ.", "Imbagħad f'din il- klawsola hawn diversi subklawsoli oħra li jitkellmu dwar il-piena u kif diġa' għidna fit-Tieni Qari, din qiegħda tiżdied sostanzjalment.", "Qegħdin ukoll inaqqsu l-possibilita' ta' sentenzi sospiżi u li l-piena tkun inqas mill-minimu.", "Dawn il-possibilitajiet qegħdin jitneħħew u qegħda tidħol il- flessibilita' li l-Qorti tista' tordna l-kura u għajnuna għar- riabilitazzjoni mid-dipendenza fuq id-droga u qegħdin nipprovdu wkoll sabiex wieħed ma jittrattax lil min ikun f'dawn il-kondizzjonijiet mill- punto di vista biss ta' ksur ta' din l-Ordinanza.", "Il-qrati qed jingħataw strument f'idejhom biex, taħt is-salvagwardji meħtieġa, billi jqiegħdu lill- individwu taħt is-sorveljanza ta' l-Avukat Ġenerali li se jkollu d-dritt li jagħmel ir-rikorsi u li jitlob ir-revoka ta' ċerti ordnijiet ta' kura jew ta' riabilitazzjoni jekk l-individwu jibqa' ma jikkoperax, il-qrati jkollhom il-possibilita' li jekk ikunu sensibbli u kreattivi biżżejjed mhux biss jgħinu lis-soċjeta' tiġġieled bil-qawwa kollha kontra t-traffikar tad- droga imma wkoll li jgħinu fil-ħolqien ta' strutturi ta' kura, ta' trattament u ta' riabilitazzjoni sew barra l-ħabs kif ukoll fis-sistema tas- servizzi korrettivi kif nittamaw li jkollna fil-ġejjieni mhux 'il bogħod.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena smajt b'attenzjoni l-ispjegazzjoni tal-Ministru fuq din id-diskrezzjoni u hija waħda mir-raġunijiet għaliex għandha tinżamm.", "Jiena nemmen li hemm raġunijiet oħrajn li jindikaw għaliex m'għandhiex tinżamm u hawnhekk forsi nista' nżid raġuni oħra għaliex għandha tinżamm din id-diskrezzjoni.", "Jien naħseb li raġuni ewlenija hija d-diffikulta' prattika ċioe' li jekk ngħidu li issa se jkun hemm kategorija waħda ta' offiżi li jġibu parametru wieħed ta' kastigi għar-reat tat-traffikar, ikollna ngħidu li allura għat-traffikar tista' teħel priġunerija għal mhux inqas minn sitt xhur u mhux aktar minn 20 sena għaliex imbagħad trid tagħmel kategorija waħda.", "Qed nieħu l-minimum assolut għat-traffikar tad-drogi, li huwa sitt xhur, u l-massimu assolut għat-traffikar tad-drogi, li huwa 20 sena.", "Dan ikun ifisser li allura kull każ ta' traffikar tad-drogi, skond il-liġijiet tagħna, bilfors ikollhom jiġu deċiżi mill-Qorti Kriminali.", "Naturalment issa nġib argument kontra dan.", "Wieħed jista' jgħid li nonostante dan, il-Qorti tal- Maġistrati xorta waħda jkollha dritt li tiddeċiedi każijiet li jistgħu jġibu magħhom piena ta' 20 sena ħabs.", "Issa wieħed irid jara jekk din hijiex ġusta jew le.", "Is-sitwazzjoni li għall-istess reat, l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika jista' jpoġġik f'kategorija \"A\" b'massimu ta' erba' snin u f'kategorija \"B\" b'massimu ta' 20 sena ħabs hija anomala.", "Huwa veru - kif għidt jien fit-Tieni Qari fl-istadju ta' Kumitat - li fil- każ Pulizija vs Grech l-individwu konċernat tilef is-sentenza fuq punt tekniku.", "Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi d-dritt tas-smiegħ xieraq mill- mument li tinbeda l-kawża.", "Qabel ma tibda l-kawża l-Avukat Ġenerali jrid jiddeċiedi jekk wieħed jibdiex fuq dan il-binarju jew inkella l-binarju l- ieħor u allura d-dritt fundamentali tal-bniedem għal smiegħ xieraq jibda mill-mument li tibda l-kawża mhux qabel ma tibda l-kawża.", "Allaħares ngħidu li l-liġijiet kostituzzjonalment validi huma kollha ġusti.", "Jien nista' nikkritika l-liġijiet tal-kera bħala inġusti allavolja dawn jistgħu jkunu kostituzzjonalment validi.", "Dan ifisser li m'għandniex nużaw l- argument li għax liġi tkun kostituzzjonalment valida allura tkun ġusta u m'għandhiex tinbidel.", "Aħna hawnhekk niġu biex nemendaw il-liġijiet għax ma nkunux naqblu magħhom mhux għax ikunu nulli.", "Għalhekk nikkreaw liġijiet oħrajn biex nipprevedu għal sitwazzjonijiet ġodda.", "Naturalment mhux se nagħmel casus belli fuq dan il-każ.", "Jekk b'din id-diskrezzjoni - kif qal il-Ministru - nkunu qed ngħinu lil xi ħadd fil-ġlieda kontra d-droga allura naqbel li tibqa', pero' nibqa' ngħid li din hija sitwazzjoni anomala.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Fl-istadju tat-Tieni Qari il-Ministru kien aċċetta li l-kwestjoni tal-postijiet niftħuha aktar.", "Per eżempju, issemmew l- iskejjel u postijiet fejn jiltaqgħu iż-żgħażagħ.", "Aħna konna semmejna wkoll sptarijiet, il-ħabs u postijiet bħal dawn.", "Bħalissa ħaġa li qed tiġini f'moħħi tirrigwarda l-fatt li jidħlu d-drogi f'ward 10 fl-isptar mentali.", "Forsi l-Ministru din ma jaċċettahiex imma jien smajt - huwa diffiċli biex tipprovaha - li anke fl-Isptar San Luqa ġew traffikati d- drogi, jiġifieri hemm dan ir-riskju.", "Jien kont ta' l-idea li dawn il- postijiet niftħuhom anke għall-isptarijiet u l-ħabs.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, fl-istess kontest jien jirriżultali li xi drogati li jidħlu għar-riabilitazzjoni u jagħmlu l-isforz tagħhom, meta joħorġu qegħdin isibu t-traffickers pronti biex iwaqqgħuhom proprju f'mument li fih ikunu vulnerabbli ħafna.", "Jien jidhirli li dawk it- traffickers li jipprovaw iwaqqgħu lil wieħed li jsofri mill-vizzju u jkun f'dik il-pożizzjoni għandhom jieħdu piena iżjed qawwija minn dik normali u nħoss li dawn għandhom jaqgħu taħt l-istess kategorija msemmija fil- paragrafu li semma l-Onor.", "Grech u jieħdu piena iżjed ħarxa biex b'hekk tkun ta' deterrent għad-drug traffickers u ma pprovawx jieħdu l-okkażjoni li jerġgħu jwaqqgħu lil dawn in-nies li jkunu f'pożizzjoni vulnerabbli.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, naħseb li l-kumment li għamel l-Onor.", "Buhagiar huwa validu ħafna.", "Naturalment meta wieħed jagħmel liġijiet ta' din in-natura jrid ikun eżatt fid-definizzjoni għax inkella jista' jagħti lok għal abbuż.", "It-traffikar se jibqa' reat imma aħna qed niddiskutu jekk għandux ikun f'forma ggravata.", "Jien naqbel iktar mas-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Buhagiar milli ma' dak ta' l-Onor.", "Grech.", "L-iskop ta' l-emenda meta ssemmi l-kelma \"postijiet\" huwa li tkopri postijiet fejn jiltaqgħu ż- żgħażagħ.", "Fil-fatt fl-Abbozz jissemmew \"skola, club jew ċentru taż- żgħażagħ, jew xi post ieħor simili fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ\".", "L-iskop ta' l-Abbozz huwa li jipproteġi l-kategorija ta' postijiet fejn jiltaqgħu t- tfal u ż-żgħażagħ.", "GĦalhekk qed ngħidu li jekk isir reat f'xi wieħed minn dawn il-postijiet, il-pieni għal dak ir-reat jiżdiedu bi grad.", "Jekk, per eżempju, se ninkludu wkoll l-isptar, li m'hux neċessarjament il-post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ, allura għaliex m'għandniex ninkludu anke knisja peress li hemm jiltaqgħu ħafna nies għalkemm mhux bilfors ikunu żgħażagħ?", "Jekk dik il-lista se tibda testendiha żżejjed, allura naħseb li l-proposta ta' l-Onor.", "Buhagiar tagħmel iktar sens, peress li hemmhekk issa se niġu għall-aggravju mhux dwar il-post imma dwar il-persuna li fil-konfront tagħha sar ir-reat, li tista' tkun minorenni jew inkella mara tqila ...", "Li wieħed jitttraffika d-droga jew inkella jagħti d-droga lil xi ħadd li għadu kif ħareġ mill-problema, forsi hija serja daqs, jekk mhux iktar, reat fil- konfront ta' minorenni jew ta' mara tqila.", "Mhux qed nitkellem favur traffikar ta' drogi fl-isptar imma qed ngħid biss jekk dan għandux ikun aggravju.", "Dan huwa l-punt.", "Il-postijiet imsemmijin huma kollha postijiet relatati maż-żgħażagħ, filwaqt li sptar m'huwiex post neċessarjament relatat maż-żgħażagħ.", "Pero' ta' min jikkonsidra l-proposta l-oħra ta' l- Onor. Buhagiar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nixtieq insemmi aggravju ieħor soċjali, li m'iniex ċert jekk jaqax taħt din il-liġi jew inkella taħt liġi oħra.", "Qed nirreferi għal każ ta' wieħed li jippersegwita nies li jkunu nqatgħu mid-droga għall- flus li jkunu għadhom iridu jagħtuh tad-droga li jkun diġa' tahom.", "Din il- problema hija serjissima u tisma' ħafna biha, għax ikun hemm gruppi ta' nies li jibqgħu jiġru wara persuni oħra biex jiġbru l-flus tad-droga li jkunu xtraw mingħandhom qabel.", "Nixtieq naf jekk din il-problema għandniex nieħdu ħsiebha billi nagħmlu pieni aktar ħorox għal dan l-aggravju għax nibża' li din il-kwestjoni tista' tibda b'persekuzzjoni u fl-aħħar tispiċċa f'delitt iktar serju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nagħmel kumment żgħir fuq dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Grech dwar l-isptar.", "Jien naħseb li hija aktar gravi li jkun hemm min jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu fl-isptar, ngħidu aħna f'ward 10 ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Hawnhekk jgħodd ukoll l-argument ta' l-Onor.", "Buhagiar għax hemmhekk hemm nies li ntbagħtu mhux f'kondizzjoni ideali għall-kura u jsibu min iżommhom hemmhekk bħala captive market biex jagħtuhom l-affarijiet li mhux suppost jagħtuhom.", "Jiġifieri jekk se noqogħdu nsemmu dawn l-eżempji, se nispiċċaw biex nagħmlu pieni speċjali għal kull kategorija.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Lili jirriżultali li meta drogati jkunu l-isptar għall-kura ta' riabilitazzjoni, isibu anke tentazzjonijiet minn drug traffickers li jidħlu l-isptar biex jipprovaw ibigħulhom id-droga, u f'moħħi għandi ħafna eżempji.", "Jiġifieri dak li għidt jien japplika b'iżjed saħħa għal dawk it-traffickers li jipprovaw jidħlu l-isptar biex jerġgħu jwaqqgħu lil dawk id-drogati li jkunu qed jipprovaw jirriabilitaw ruħhom.", "Din il-problema rridu naħsbu fuqha wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, jiena smajt id-diskussjoni u l-ewwelnett irridu nifhmu x'qegħdin nagħmlu.", "Nerġa' nenfasizza dak li qal l-Onor.", "Tonio Borg li din il-parti ta' l-Abbozz ta' Liġi qegħda ssir biex nippartikolarizzaw kategorija speċifika, it-tfal u ż-żgħażagħ.", "Jekk wieħed jibda jżid il-lista jibda jsib raġuni għaliex għandu jiżdied l-aggravju fil- każ ta' kull kategorija u allura ma naħsibx li għandna noqogħdu nsemmu l- isptar, il-ħabs, eċċ., imma nistgħu nemendaw il-proviso b'mod li jiġi jaqra hekk:", "\"... jew ir-reat ikun jikkonsisti fil-bejgħ, fil-provvista, fl- amministrazzjoni jew f'li wieħed joffri li jagħmel xi wieħed minn dawn l-atti, lil minuri, lil mara tqila jew persuna li tkun qiegħda għaddejja minn programm ta' riabilitazzjoni, il-piena tiżdied bi grad.\".", "Minflok ngħidu sempliċement \"riabilitazzjoni\", nistgħu nwessgħu ftit iktar u ngħidu \"persuna li tkun qed issegwi programm ta' kura, trattament jew riabilitazzjoni\" għax b'hekk naħseb li nkopru wkoll lil min ikun vittma tad- droga u jkun qiegħed il-ħabs.", "Nistgħu nkomplu bid-diskussjoni sakemm l- emenda tiġi drafted.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din ir-rimarka xtaqt nagħmilha d-darba l-oħra, anke wara li l-Ministru reġa' semma l-problema tad-diskrezzjoni imma din id- darba f'kontest daqsxejn differenti.", "Id-dubju li kelli kien jekk kellix insemmiha waqt li qegħdin niddiskutu din il-liġi jew inkella meta nkunu qegħdin niddiskutu xi liġi oħra li tirrigwarda wkoll dan il-qasam.", "Waħda mid-diskrezzjonijiet perikolużi - għallinqas in-nies jarawha bħala xi ħaġa suspettuża u hawn min jakkuża li l-miżien tal-ġustizzja f'pajjiżna mhux dejjem huwa l-istess miżien għal kulħadd - hi fejn tidħol id-deċiżjoni tal-maġistrat jew l-imħallef li jordna li l-ismijiet ta' l-akkużati ma jixxandrux u din ta' min jirrifletti ftit fuqha.", "Per eżempju, jiena naqbel li f'każ fejn l-akkużat huwa vittma jew addict wieħed jikkonsidra li ma jsemmix l-isem, imma din id-diskrezzjoni m'għandhiex tkun f'każijiet fejn l-akkużat ma jkunx sempliċement addict, imma jkun pusher, jekk mhux agħar minn hekk, u kien hawn każijiet bħal dawn fejn ma ssemmewx l-ismijiet. lssa jien m'għandix dubju li f'pajjiż bħal tagħna x-xandir ta' l-ismijiet iservi ta' deterrent, imma sfortunatament min għandu l-kuntatti - u hawn mhux qed ngħid bilfors għall-maġistrati u l-imħallfin għax ħafna drabi l- kuntatti jipprovaw jeżerċitawhom anke ma' l-edituri tal-ġurnali, jiġifieri m'iniex qed nippriedka lil ħaddieħor għax din hija xi ħaġa li ġieli ġrat lili personalment - ....", "Naħseb li l-kwestjoni tad-diskrezzjoni dwar meta jixxandru u ma jixxandrux l-ismijiet għandna naħsbu ftit fuqha, għax hemm każijiet fejn xi ħadd ikun naqas darba, jixxandar ismu u mill-ewwel jingħata ċertifikat li se jibda d-dinja bil-problemi - u b'dan il-mod inkunu qed inkabbrulu l-problema li jkollu - u mbagħad hemm oħrajn li jitressqu l-qorti fuq akkużi li jkollhom x'jaqsmu mat-traffikar tad-droga, għalkemm huma ma jkunux jeħduha, u l-qorti tordna li isimhom ma jixxandarx.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, naħseb li m'hemm xejn ħażin li wieħed jaħseb fuq dan il-punt imma naraha diffiċli biex wieħed tassattivament jipprovdi għalih.", "Kif se taqbad tifformulaha?", "Tgħid li f'dawk il-każijiet fejn il-qorti tqis li l-persuna hija vittma tad-droga l-isem jista' ma jixxandarx, filwaqt li f'dawk il-każijiet fejn il-persuna hija meqjusa li hija t-traffikant, il-qorti ma tistax tipprojbixxi l-pubblikazzjoni ta' l- isem?", "Jiena naħseb li m'hux faċli li tifformula emenda biex tkun tista' tapplika din id-diskrezzjoni b'dan il-mod.", "Qed ngħidu li se niddistingwu bejn il-vittma tad-droga u t-traffikant pero' nafu li għandna - u l-liġi dan tipprevedih - diversi każijiet ta' persuni li jkunu kemm il-vittma kif ukoll it-traffikant.", "Jekk wieħed jara mill-esperjenza kemm kien hemm każijiet fejn il-qorti pprojbiet il-pubblikazzjoni ta' l-isem, naraw li huma ftit u naturalment il-Kamra tista' tgħidli li dan kien fejn l-iktar li jiswa li l-isem ma jiġix pubblikat.", "Jista' jagħti l-każ li dan huwa veru, pero' ma naħsibx li din nirranġawha b'emenda ta' dan it-tip.", "Naħseb li din il-materja aktar tista' tiġi salvagwardata b'sensibilizzazzjoni daparti tal-pubbliku.", "GĦalkemm forsi jidher li l-qrati għandhom ċertu latitudni u diskrezzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' dak li jiġri ġewwa l-qorti, ir- regola hi favur il-pubbliċita' u t-trasparenza f'dak li jiġri hemmhekk, għalkemm imbagħad il-qorti għandha ċerta diskrezzjoni fil-mod kif tirregola din it-trasparenza.", "Nerġa' ngħid li wieħed jista' jibqa' jirrifletti dwar dan u għada forsi jkollna ċans niddiskutu aktar fuq dan il- punt.", "Imbagħad jekk wieħed jiddeċiedi favur, nistgħu nagħmlu artiklu ad hoc fil-liġi, pero' s'issa m'iniex konvint li din id-diskrezzjoni għandha tiġi limitata b'dan il-mod, u anke kieku nillimitawha m'hux daqshekk faċli biex insibu l-aħjar mod kif nifformulawha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Il-proviso għal subartiklu 22 (2) kif qed jiġi propost jgħid li kemm-il darba l-persuna li tkun akkużata ma tkunx għalqet l-eta' ta' 16-il sena u kemm-il darba ma tkunx akkużata flimkien ma' persuna oħra, kull referenza għall-qorti għandha tiftiehem bħala referenza għall-Qorti tal-Minorenni.", "Jekk persuna taħt dik l-eta' fir-reat tkun assoċjata ma' xi ħadd li jkollu aktar minn 16-il sena, hi mhux xorta tibqa' minorenna?", "Allura din għandha tmur fil-Qorti tal-Maġistrati u l-gravita' tar-reat tikber?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk hemm żewġ persuni akkużati b'reat, wieħed ta' 15-il sena u l-ieħor ta' 18-il sena, dawn se tifridhom u lil wieħed tibagħtu naħa u lill-ieħor tibagħtu n-naħa oħra?", "F'każ fejn it-tnejn ikunu għadhom taħt l-eta' ta' 16-il sena hija l-Qorti tal-Minorenni li tiġġudika dak il-każ, pero' jekk persuna taħt is-16-il sena kienet involuta ma' persuna li hija 'l fuq minn dik l-eta', allura l-każ huwa ftit differenti.", "Naturalment il-Qorti tal-Maġistrati dejjem iżżomm in konsiderazzjoni l-fatt li dik il-parti għad m'għandhiex 16-il sena.", "Peress li hemm xi klawsoli oħra li ma naħsibx li huma daqshekk dettaljati, jekk il-Kamra taqbel nistgħu ngħaddu għalihom u aktar tard inkomplu d-diskussjoni fuq klawsola 11.", "THE CHAIRMAN: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 12 - Emenda ta' l-artikolu 22A tal-liġi prinċipali.", "Clause 12 - Amendment of section 22A of the principal law.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 12 tispjega lilha nnifisha.", "Qabel il-liġi kienet tgħid li meta jkun hemm il-konfiska tal-proprjeta', il-familja għandha titħallielha biżżejjed proprjeta' u flus f'ammont ta' Lm6,000 fis- sena.", "Aħna dehrilna li f'dan il-każ wieħed m'għandux jispeċifika ammont imma għandu jgħid li l-familja għandu jitħallielha daqskemm hu meħtieġ għal għejxien diċenti, imbagħad wieħed iħalli dan fil-ġudizzju ta' min ikun qed jeżamina l-każ partikolari.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Chairman, ma nafx jekk dan huwiex punt trivjali, pero' xtaqt inkun naf x'jiġri jekk il-ġid kollu ta' dik il- familja jkun ġej minn xi ħadd li l-ġid kollu tiegħu jkun ġej mit-traffikar tad-droga.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk ninterpreta l-liġi tajjeb, minn dak l-ammont li l-qorti tissekwestra, ġej minn fejn ġej .... il-liġi tgħid li:", "\" ... l-Qorti għandha f'dak l-ordni tistabbilixxi xi flejjes jistgħu jitħallsu lil, jew jiġu riċevuti mill-akkużat filwaqt li jkun qed iseħħ dak l-ordni fejn jiġu speċifikati l-għejjun, il-mod u l- modalitajiet oħra ta' ħlas, inklużi salarju, paga, pensjoni u benefiċċji soċjali li jitħallsu lill-akkużat sabiex huwa u l-familja tiegħu jitħallilhom għajxien diċenti.\".", "Jiġifieri għall-qorti li tiddeċiedi dak l-ammont.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien naħseb li l-frażi \"għajxien diċenti\" tant hija wiesgħa u tant tagħti lok għal abbuż li ta' min jaħseb ftit fuqha u nirristrinġuha daqsxejn għaliex din tista' tiġi interpretata mill-qorti - u aħna nafu kif inhi l-prosekuzzjoni hawn Malta - li tħalli lil dak li jkun kważi jgawdi mill-frott kollu li jkun akkwista.", "Jiġifieri jien ma naħsibx li għandna nħalluha għall-qorti biex tinterpreta hi xi tfisser \"għajxien diċenti\" għaliex l-interpretazzjoni tagħha tant tista' tkun wiesgħa li ma jkun hemm restrizzjoni fuq xejn.", "Jien naħseb li fil-kontest ta' liġi bħal din għandna nkunu ferm iżjed sodi u ma naċċettawx sentenzi li jistgħu jiġi miżinterpretati ħafna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ma naqbilx ma' l-Onor.", "Membru li l-prosekuzzjoni turi ruħha b'xi mod lenjenti fit-talbiet li tagħmel imma, għall-kuntrarju, il-fama li għandha l-prosekuzzjoni by and large hija li timmira għall- massimu tal-piena jew ta' dak li tipprovdi l-liġi u fil-fatt f'dawn il- każijiet il-prosekuzzjoni ma jkollha l-ebda say dwar x'jikkostitwixxi għajxien diċenti.", "Anzi, bil-kontra, il-liġi tgħid li l-prosekuzzjoni titlob li l-qorti tordna s-sekwestru tal-proprjeta' u mbagħad hija l-qorti nnifisha li meta tordna s-sekwestru tistabbilixxi x'għandu jingħata biex il- familja tgħix b'mod diċenti.", "Jien nifhem l-argument ta' l-Onor.", "Membru li l-qorti tista' tgħid li biex din il-familja jkollha għajxien diċenti għandu jkollha ¥20,000, u jekk ngħidu hekk allura nkunu qegħdin inżidulha l-ammont li l-familja jifdlilha.", "Jien nifhem li hemm dan il-periklu.", "Meta tagħti din it-tip ta' diskrezzjoni lill-qrati, qed tassumi li hemm dan il-periklu, qed tidħol għal dan il-periklu, pero' jiena nemmen li l-qrati tagħna huma qrati sensibbli għal din il-problema in partikolari u ma nemminx li se jabbużaw minn din id-diskrezzjoni li għandhom.", "Huma għandhom diskrezzjonijiet ħafna iktar wesgħin minn din li qed nagħtuhom issa, jiġifieri billi ngħidu li fil-ġudizzju tagħhom, skond il-mertu ta' kull każ, jistabbilixxu x'inhu meħtieġ għal għajxien diċenti tal-familja, ma naħsibx li nkunu qegħdin inżidu żżejjed mad-diskrezzjoni li diġa' għandhom.", "Teżisti l-possibilita' li din tiġi abbużata, pero' naħseb li s-sens ta' maturita' ta' problematika fil-pajjiż jitlob li l-qrati jiġu afdati u jiena nafdahom b'din id-diskrezzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Qegħdin nitkellmu f'kontest li għandna liġi li se tkun iżjed qawwija kontra min jittraffika d-droga u fl-istess ħin qed naraw paradossija minħabba li kif kienet il-liġi qabel kienet tissemma l-figura ta' Lm6,000 u issa qed inħallu fid-diskrezzjoni tal-qorti biex tiddeċiedi hi xi jfisser għajxien diċenti.", "Jiena ċert li l-qorti tiddeċiedi li għajxien diċenti jitlob iżjed minn Lm6,000.", "Jiġifieri ċertament li mhux se tiddeċiedi li jitħalla lill-familja inqas minn Lm6,000 imma se jingħata lok li \"għajxien diċenti\" jfisser iżjed minn Lm6,000.", "Allura f'kontest li qed nagħmlu liġi iżjed ħarxa ma' dawn in-nies, se nkunu qegħdin nagħtu lok li nnaqqsulhom il-pieni u l-piż ta' l-iżbalji li jkunu għamlu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru qed jassumi li l-qorti tħalli iżjed minn Lm6,000, bilfors pero' jista' jagħti l-każ li jkun inqas għaliex m'aħniex qegħdin nistabbilixxu x'jista' jkun l-ammont pero' bil-mod kif jinbidlu ċ-ċirkostanzi - u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ ikunu differenti - ...", "Din ma kenitx xi emenda li ħa inizjattiva dwarha l-Gvern, imma hija emenda li toħorġ mill-esperjenza li jkunu għaddew minnha l-Uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali li ladarba jkun sottommess lilhom il-prinċipju li jkun irid idaħħal il-Gvern, jaqbdu l-liġi, jaraw x'hemm bżonn jaġġornaw u jagħmlu proposti li anke jieħdu inizjattivi għalihom huma stess.", "Jiġifieri jiena ma tagħtinix fastidju li nħalliha Lm6,000 - tista' tibqa' Lm6,000 jew nistgħu nispeċifikaw l-ammont - pero' noqgħod fuq min qed jagħtini l-parir li din hija materja li m'għandix inkun tassattiv fuqha.", "Issa jekk javvera ruħu dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru, wieħed ikun irid jieħu konjizzjoni ta' dan, pero' min ikun se jiġġudika se jkun jaf ukoll li hawnhekk kien hawn espressjoni dwar il-ħtieġa ta' kawtela.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din tista' tinftiehem li veru għoliet il-ħajja għax Lm6,000 fis-sena m'humiex biżżejjed u jrid jiżdied l-ammkont.", "Imma l- punt m'huwiex dan.", "Il-punt huwa li filwaqt li naqbel li t-tfal u l-mara m'għandhomx iħallsu għal dak li jkun għamel ir-raġel, fl-istess ħin jinkwetani l-fatt li dak li jkun jista' jserraħ rasu.", "Per eżempju, jekk raġel ta' madwar 42 sena jinqabad u l-Pulizija tieħu passi kontrih billi tagħmel is-seizure tal-ġid u tal-proprjeta' tiegħu, il-qorti tikkalkola li jekk dan jgħix madwar 30 sena oħra, il-familja tiġi allokata Lm0.33 miljun biex għal dawk it-30 sena, dan jgħix b'Lm10,000 fis-sena u b'hekk ikollha rasha mistrieħa.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-kwestjoni tad- definizzjoni ta' familja.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, jien qiegħed niġi nformat li meta wieħed iħalliha f'dan it-tip ta' livell, il-qrati jtendu li jagħtu dak il-livell għax ma jqisux iċ-ċirkostanzi tal-każ u jaqbdu u jagħtu l-massimu ta' Lm6,000.", "L-iskop ta' l-emenda m'huwiex biex il-qorti tagħti aktar imma biex il-qrati jingħataw il-possibilita' li jistabbilixxu ammonti iżgħar mill-ammonti li hemm, pero' li jkunu biżżejjed biex dak li jkun jgħix ħajja diċenti.", "Rigward din il-ħaġa jew trid tistabbilixxi l-ammont meħtieġ u tkun inflessibbli jew inkella trid tħalli ċerta leeway lill-qrati.", "Issa jien favur li nħalli leeway lill-qrati għaliex nemmen li f'din il-materja, kemm bil-pożizzjoni li jkollha l-prosekuzzjoni kif ukoll bis-sensibilita' li hawn fil-pajjiż, il-qrati japplikawha b'mod għaqli ħafna u naħseb li niżbaljaw jekk nipprovaw nispeċifikaw.", "Donnu kif inhi tat lok biex dan l- ammont, forsi ftit konsiderevoli għal ċerti każijiet, jiġi mogħti f'kull każ għal l-għajxien diċenti ta' dak li jkun anke meta ma jkunx meħtieġ, mentri jekk wieħed iħalli l-każ jiġi meqjus u ġudikat skond iċ-ċirkostanzi partikolari ...", "Jien naħseb li din tkun it-triq l-iktar għaqlija.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tinkwetani proprju l-kwestjoni taċ-ċirkostanzi partikolari, fis-sens li meta għandek nies li minħabba l-attivita' illegali li jkunu għamlu jkunu draw il-lifestyle ta' high living, il-Qorti tista' tħoss li dik il-familja m'għandhiex tipprivahom, per eżempju, mill-villa jew mill-karozza, għax lil-każ partikolari ta' dik il-familja dak huwa għajxien diċenti, filwaqt li għal xi ħaddieħor l-għajxien diċenti forsi huwa li jgħix fi flat.", "Ovvjament aħna qed nitkellmu fuq nies tad-demm u l- laħam, u kulħadd għandu l-kriterji soġġettivi tiegħu dwar xi jqis bħala għajxien diċenti.", "Imma fejn proprju minn high lifestyle li jkun rikavat minn attivita' illegali bħal din, l-għajxien diċenti għal ċertu familja huwa li ma jinżlux minn dak il-livell li jkun ipprovdielha min ġab il-flus minn dawn l-attivitajiet.", "Għaliha din hija l-problema.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President irrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 25 ta' Jannar, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil- Prostituzzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, nixtieq nagħmel referenza għal studju li ġie ppubblikat dan l-aħħar li nifhem li s-Segretarju Parlamentari tkellem u anke għamel konferenza stampa fuqu.", "Dan l-istudju ssemma:", "\"Evaluation of existing services for the elderly and their implications in planning of future services in the light of economic realities and demographic trends\".", "Jien qrajt dan ir-rapport u sibtu interessanti ħafna u nifraħ lil dawk il- ħafna kontributuri li ħadmu flimkien fuq dan l-istudju.", "L-Oppożizzjoni ilha tisħaq li hemm bżonn ta' studji bħal dawn biex niżnu s-servizzi li nkunu qegħdin nipprovdu lill-komunita', f'dan il-każ f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-anzjani.", "Fl-istess ħin nieħu gost li dan l-istudju jikkonferma l-kritika kollha li ilha tagħmel l-Oppożizzjoni għal dawn l- aħħar snin.", "Nibda biex nirrimarka fuq il-fatt li ilna ħafna nisħqu fuq il- problema ta' nuqqas ta' postijiet fejn jiġu istituzzjonati l-anzjani.", "Dan ir-rapport juri kemm qed tinħoloq problema fl-isptarijiet tal-Gvern minħabba dawn l-anzjani.", "Per eżempju, dan ir-rapport jgħid li fil-31 ta' Marzu, 1992 meta ġew magħduda l-pazjenti fl-isptar San Luqa sabu li minn total ta' 960 persuna, 47% kienu social cases, każijiet ta' anzjani li ma setgħux jintbagħtu d-dar minħabba li ma kellhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom.", "Barra minn hekk fl-Isptar Boffa kien hemm 68 sodda mill-130 sodda li hemm - jiġifieri 52% tas-sodod kollha - li kienu okkupati minn anzjani u nies oħra li ma setgħux jintbagħtu d-dar għax ma kellhomx min jieħu ħsiebhom.", "Fl-isptar Monte Carmeli li fih 663 sodda, 71% tal- pazjenti kienu wkoll social cases u 59 minn dawn ma kellhomx bżonn ta' kura mentali iżda iżjed kellhom bżonn ta' kura ġerjatrika.", "Jiġifieri post dawn il-pazjenti ma kienx fl-istpar Monte Carmeli, il-manikomju, imma kien f'xi sptar ta' l-anzjani.", "Fl-istess ħin fl-isptar ta' Għawdex, minn total ta' 250 sodda kien hemm 80 sodda, kważi terz, li kienu okkupati minn nies li ma setgħux jgħixu weħidhom u ma kellhomx fejn imorru.", "Dan jirriżulta minn studju kommissjonat mill-Gvern - l-Oppożizzjoni ma kellha x'taqsam xejn miegħu - li jindika f'liema stat wasalna minħabba l-problema ta' l- anzjani f'pajjiżna.", "Il-konklużjonijiet tagħna huma li fl-isptarijiet hemm ħafna sodod li huma intenzjonati għal kura intensiva imma minħabba din il- problema dawn is-sodod qed jiġu wżati ħażin.", "L-aktar fatt inkwetanti huwa li, kif għidt, fl-Istpar Monte Carmeli hemm 59 każ ta' nies li la għandhom bżonn ta' kura mentali u lanqas għandhom bżonn li jkunu l- manikomju imma suppost li qegħdin f'xi sptar ta' l-anzjani.", "Din il-ħaġa lili tinkwetani ħafna.", "Konklużjoni oħra hi li waqt li qed nippjanaw biex nibnu sptarijiet ġodda, fl-istess ħin għandna dan in-numru konsiderevoli ta' sodod li qed jiġu wżati ħażin minħabba li qed ikunu okkupati minn nies li m'hemmx istituzzjoni oħra fejn teħodhom.", "GĦalija din hija problema serja.", "Fl-istess rapport hemm ukoll studju jew kritika dwar l-Isptar Zammit Clapp.", "L-ewwel konklużjoni li jasal għaliha dan ir-rapport hija li wara l- ftaħir li sar u wara li ntnefqu dawk il-flejjes kollha biex jitranġa, jinbidel u jiġi estiż l-Isptar tal-Blue Sisters ħalli jiġi konvertit fi sptar li kellu jakkommoda 75 sodda, sa diversi snin wara 50 biss minn dawn is-sodod setgħu jiġu utilizzati.", "Dan l-istess rapport jgħid li f'dan l-isptar kien hemm floor sħiħ li ma kienx qed jintuża għal in- patients imma kien qed jintuża għal skopijiet oħra fosthom biex jinżammu t- tfal tan-nurses li jaħdmu hemmhekk.", "Aħna min-naħa ta' l-Oppożizzjoni nipprovaw niġbdu l-attenzjoni tal-Gvern għal nuqqasijiet bħal dawn, ħafna drabi billi nistaqsu għall-informazzjoni permezz ta' mistoqsijiet parlamentari.", "Per eżempju, f'Novembru għamilt mistoqsija parlamentari numru 14,024 lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali fejn tlabtu jagħtina l-pjanti ta' l-Isptar Zammit Clapp u jgħid għaliex qed jintuża.", "Imma l-Ministru weġibni li \"risposta tingħata f'xi seduta oħra\" u s'issa għadna ma rċevejna l-ebda risposta.", "Imbagħad ikun hemm nies li huma kommissjonati mill-Gvern stess, jikkritikaw lill-Gvern preċiżament fuq l-istess affarijiet li nkunu qed niġbu l-attenzjoni għalihom aħna, u filwaqt li lilna l-Gvern ma jagħtiniex risposta, lil dawn ta' ġewwa jagħtihom l-informazzjoni biex ikun jista' joħroġ rapport bħal dan.", "It-tieni punt li joħroġ minn dan l-istudju hu li bejn it-13 ta' Ottubru 1991 u l-31 ta' Diċembru 1992, l-occupancy rate ta' l-Isptar Zammit Clapp kienet biss ta' 81%, u dan għandu juri lis-Segretarju Parlamentari li dan l- isptar m'huwiex qed jiġi utilizzat tajjeb.", "Fir-rapport jingħad ukoll li jarawha bi kbira kif il-Gvern jista' jiġġustifika żieda ta' Lm243,000 fl- ispiża rikorrenti ta' dan l-isptar meta fl-istess ħin jiżdiedu biss 10 sodod.", "Dan ir-rapport ikompli jikkonferma l-kritika ta' l-Oppożizzjoni li Zammit Clapp huwa sptar għal tal-klikka, għal ta' ġewwa u għall-ħbieb.", "Per eżempju, minn dan l-istudju joħorġu figuri li juru li l-parti l-kbira tal- pazjenti ġejjin minn dik l-area, bħal San Ġiljan u Tas-Sliema.", "Biżżejjed li wieħed iħares lejn paġna 26 ta' dan l-istudju fejn isib li 11.2% ta' l- anzjani huma minn San Ġiljan, 4.3% minn Tas-Sliema u 7.5% minn Ta' Xbiex, u dawn huma l-areas prinċipali li minnhom jidħlu l-iżjed numru ta' pazjenti fl-Isptar Zammit Clapp.", "L-istudju jkompli jgħid li hemm postijiet f'Malta u GĦawdex li minnhom għadu lanqas biss daħal pazjent wieħed f'dan l-isptar.", "Jista' jkun hemm ħafna raġunijiet għal dawn il-fatti u l-figuri li semmejt jien, pero' jien ċert li hemm preġudizzju kbir favur ċerti nies li jgħixu f'ċerti postijiet u kontra ċerti nies li jgħixu f'postijiet oħra.", "Din m'hiex biss kwestjoni ta' preġudizzju, imma jiġri wkoll li jkun hemm nies li jippromwovu li ċerti nies li jiġu minn ċerti lokalitajiet jidħlu f'dak l- isptar.", "Hemm ċerti nies li ma jaċċettawx lil kulħadd u dan jgħidu l-istess rapport.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li min ħejja dan ir-rapport ma kellux kuraġġ biżżejjed - kif kont nistenna li jkollu - biex jgħid li dawn l- affarijiet qed isiru minħabba preferenzi istituzzjonali u mhux għal xi raġunijiet oħrajn.", "Forsi hemm min qed jistaqsi kif qed nasal għal din il-konklużjoni.", "Qed nasal għal din il-konklużjoni għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett anke l- wards stess fl-Isptar Zammit Clapp issemmew għall-ibliet ta' dawk l-inħawi u eżempju minnhom huwa St Julians Ward.", "X'eżempju trid iktar minn hekk?", "Mir-rapport stess jirriżulta wkoll li meta staqsew ċerti mistoqsijiet lill- awtoritajiet ta' Zammit Clapp bl-għan li jipprovaw jispjegaw għaliex il- parti l-kbira tal-pazjenti jkunu minn dawk l-inħawi, baqgħu ma ħadux risposti u fil-fatt f'dan ir-rapport insibu kumment kważi f'forma ta' complaint.", "It-tmexxija awtonoma hija ħaġa sabiħa, pero' din trid tħalliha tirrispondi għal studju bħal dan.", "M'għandna qatt inħallu awtorita' awtonoma li tmexxi sptar ma tirrispondix għal mistoqsijiet intelliġenti u jekk il-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari fil-ġimgħat li ġejjin ma jgħidulniex x'kienu l-mistoqsijiet li saru u għaliex ma ġewx imwieġba, jien ninsisti li dawn il-mistoqsijiet nagħmluhom repetutament min-naħa ta' l- Oppożizzjoni biex forsi fl-aħħar ikollna risposta għalihom.", "Fl-istess nifs, dan ir-rapport jgħid li waqt li f'Zammit Clapp jiġu nies minn dawk il-lokalitajiet, f'San Vincenz de Paule l-pattern tad-dħul tal- pazjenti huwa totalment differenti.", "Il-maġġor parti tan-nies hawnhekk, 7.6%, jiġu minn Vittoriosa, 5.5% jiġu minn Bormla, 5.5% mill-Marsa, 5.3% minn Birżebbugia u 5% mill-Kalkara.", "Jiġifieri meta jien f'Zammit Clapp u f'San Vincenz qsamt il-kura ta' l-anzjani fi tnejn kelli raġun u dan ir- rapport qed jagħtini raġun bil-figuri maħruġin min-naħa tal-Gvern stess.", "Jien xtaqt inkompli għaliex għandi ħafna iżjed xi ngħid u 'l quddiem nispera li nkompli nitkellem fuq l-abbuż ta' l-għoti tas-servizzi fil- community homes u fil-home care u fil-liċenzji għall-anzjani imma nixtieq inħalli l-ħin mistħoqq lil sieħbi l-Onor.", "Debono Grech.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, illum nixtieq nindirizza żewġ ilmenti, u l-ewwel wieħed jittratta l-kwestjoni tal-bdiewa.", "Il-patata tax- xitwa li suppost qed tinqala' issa - u ħafna minnha nqalgħet - bil-maltemp u l-kesħa li għamel imtliet bil-ġlata u l-maġġoranza tal-bdiewa tilfu kważi l-uċuh kollha u anke dawk li laħqu qalgħuha qed tmurilhom bil-ġlata.", "Dan wara li, kif għidt qabel, kienu għamlu ħafna spejjeż ta' ilma, demel u affarijiet oħrajn u issa l-uċuħ tar-raba' kważi tilfuhom kollha.", "Jien qed nitlob lill-Gvern illum biex il-Ministru jindaga l-ħsara li sofrew lil dawn il-bdiewa u jissussidjahom bis-sens għaliex, kif jaf, il-pestiċidi għolew it-tripplu u l-bdiewa m'humiex qed isibu tarf jixtru l-mediċini għaliex dawn qed jogħlew minn ġimgħa għal ġimgħa.", "Il-complaints li għandi huma li l-uċuh tar-raba' tal-patata tax-xitwa - u dawn jien rajthom b'għajnejhja stess - li l-bidwi suppost li se jdaħħal flusu lura minnhom; minħabba li l-ewwel damet ma għamlet ix-xita, meta mbagħad għamlet, għamlet ħafna f'daqqa, għamel ħafna riħ u mbagħad għamlet ħafna nida, ħadu daqqa b'mod li jekk il-Gvern mhux se jissussidja u jgħin lill-bdiewa dawn se jsofru catastrophe għaliex anke ħafna mill-patata li nqalgħet laħqet mardet u issa qed tmur bil-ġlata.", "Barra minn hekk dawn iridu jikkompetu ma' ħafna patata li ġiet minn barra.", "Lill-bdiewa l-Gvern mhux qed igħidilhom li qed jiftaħ l-importazzjoni u 'l quddiem - jgħid x'jgħid il- Ministru - din se tkun waħda mill-problemi li se jiffaċċjaw bid-dħul fis- Suq Komuni.", "Il-bidwi ma jistax ilaħħaq ma' dan it-tip ta' kompetizzjoni.", "Għaliex?", "Għax ġew l-elementi li l-bidwi ma kellux kontroll fuqhom, u l- flus li l-ħaseb li se jaqla' minn fuq l-uċuh tiegħu spiċċaw fix-xejn.", "Barra minn hekk il-bidwi jrid ukoll jikkompeti mal-patata li ġiet minn barra li l-Gvern lanqas suppost li ħallieha tidħol.", "Jiena nagħmel appell lill-Ministru sabiex jindaga sewwa kemm ma' l-unions tal-bdiewa u kemm mal- bdiewa individwali u jara xi ħsara saritilhom.", "Ħaġa oħra li nixtieq nitkellem dwarha tirrigwarda t-toroq li hemm fid- distrett tiegħi.", "Rajna li biex il-Partit Nazzjonalista ġabar il-voti tar- residenti ta' Fleur-de-Lys ...", "Jien kont għamilt domanda parlamentari fuq Triq l-Indjana fejn kont staqsejt għaliex din għadha ma ssewwietx u l- Ministru lili kien weġibni li din kienet għadha ma ssewwietx għaliex kien hemm xi ħadd li bena fuq art privata u l-Gvern kien għadu qed jara jekk jistax jagħtiha t-tarmac jew le u kien qalli wkoll li minn fuq il-bankina jistgħu jgħaddu n-nies.", "B'sorpirża kbira u b'kumbinazzjoni laqqgħu l- kumitat biex ikunu jistgħu jivvotaw fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali - għaliex Fleur-de-Lys ma riedx jivvota għall-kunsilli minħabba li għamluh parti minn Birkirkara - u f'jumejn din it-triq ġiet resurfaced u tawha t- tarmac, u dan kollu bix-xita nieżla!", "U jiena lill-Ministru nistaqsih: Għaliex tiġi hawnhekk u tigdeb miegħi?", "Hu jmissu qal li biex iġibu l-voti din it-triq ġiet resurface.", "Pero' fi Fleur-de-Lys mhux Triq l-Indjana biss kien hemm imħarbta għaliex jekk wieħed jgħaddi minn Psaila Street jaħseb li għaddej fil-maltemp.", "Hemm ukoll diżastru fi Triq Borg, fi Fleur- de-Lys Junction, f'Elia Street u anke wara l-iskola ta' Santa Monica, u lill-Gvern ngħidlu li hemmhekk imisshom sewwewh ukoll.", "Jekk wieħed jgħaddi minn Ta' Paris u l-area Tal-Qattus f'Birkirkara, jistħajlu qiegħed fuq il-qamar għaliex hemm kull ħofra fiha m'ogħla hawn.", "Imma biex ikkuntentajna żewġ persuni ħalli jkunu jistgħu jipperswadu lin-nies ta' Fleur-de-Lys jivvotaw għall-kunsilli lokali irranġaw triq waħda u qisu ma ġara xejn.", "U l-kumitat ta' Fleur-de-lys qal li issa kuntent għaliex tliet snin oħra se jagħmlulhom kunsill għalihom.", "U jiena ngħidilhom li l-Partit Nazzjonalista daħak bihom; u mhux il-Gvern wegħedhom imma l-Partit Nazzjonalista.", "Meta ħarġet il-Liġi tal-Kunsilli Lokali jiena għamilt domanda parlamentari lill-Prim Ministru fejn staqsejtu: Kif postijiet bi 300 ruħ u 800 ruħ se tagħtuhom kunsill u Fleur-de-Lys li huwa raħal għalih ma tajtuhx kunsill?", "U dak iż-żmien il-Prim Minsitru qalli li dik hija parti minn Birkirkara u biċċa minn Santa Venera u m'għandhom l-ebda ħsieb li jagħmlu kunsill.", "Jiġifieri l-kwestjoni dwar Fleur-de-Lys kien il- Partit Laburista li qajjimha u l-Prim Ministru dak iż-żmien kien weġibna li m'għandu l-ebda ħsieb li lill-Fleur-de-Lys jagħmillu kunsill.", "Kieku ried il-Gvern kellu ċans jirranġa għaliex dan il-każ qajjimtu sena ilu u issa f'daqqa waħda l-Partit Nazzjonalista qal lill-kumitat ta' Fleur-de-Lys li fi żmien tliet snin dan ir-raħal se jkollu l-kunsill tiegħu.", "U biex ġbarna l-voti sewwejna triq waħda, meta jekk iddur it-Tmien Distrett kollu ssib diżastru sħiħ fit-toroq.", "Minn dawn il-postijiet jgħaddu ħafna karozzi u jekk wieħed imur in-naħa ta' Fleur-de-Lys Junction jista' jara x'kull ħofra hemm - u dan huwa wieħed mill-ftit ilmenti li saru - imma biex nefqu dawk il-flus ma jiddispjaċihomx.", "Meta jien għamilt mistoqsija parlamentari fuq din il-parti qaluli li ma tistax titranġa imma biex iġibu l-voti għall-kunsill f'daqqa waħda qalulhom li se jirranġawha.", "L- għada li ltaqa' dan il-kumitat bdew jirranġaw din it-triq imma ladarba bdew jien kont nippretendi li mhux din it-triq biss jirranġaw imma jirranġaw ukoll it-toroq l-oħra ta' Fleur-de-Lys, Birkirkara u Santa Venera u jagħtuhom it-tarmac.", "Dawn huma ftit mill-ilmenti tar-residenti ta' dawk l- inħawi.", "Jien nixtieq inressaq ilment ieħor li fih ma tidħolx politika.", "Jien nixtieq li l-Gvern jikkonsidra lin-nies li jbatu mill-marda tad-diabete għax ħafna minnhom qed jixtru l-pilloli u l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' din il-marda bi flus kbar.", "Ħafna minnhom m'humiex megħjuna mill-Gvern u t-tobba jgħallmuni li għal din il-marda m'hemmx fejqan, jiġifieri l- kura tiżdied tista' mhux titnaqqas.", "Illum raġel tal-familja li jkun jaħdem u jkollu tfal morda bid-diabete ma jeħux għajnuna mingħand il-Gvern.", "Din hija marda akuta li l-kura tagħha hija waħda sinjura.", "Inutli li dawn in- nies imorru għand it-tobba - bir-rispett kollu - u jgħidulhom x'kura għandhom jieħdu meta din il-kura tqum il-liri u ċerti affarijiet mill- isptar ma jagħtuhomlhomx.", "Jekk isibu li l-means test ta' dak li jkun huwa tajjeb ...", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili mbagħad weġibni għada.", "Qed jagħtu s-siringi ...", "Imma kif tgħidli le!", "L-ilmenti li għandi jien m'humiex l-istess li għandek inti għax forsi ta' Ħaż-Żebbuġ għajnejhom blu u li naf jien għajnejhom ċelesti!", "Jien qed ngħid li mill-isptar ma jagħtux il-mediċini u l-isticks li jintużaw mid-diabetiċi u dak li jkun irid jixtrihom hu.", "Jien naf familja fejn hemm tlett itfal morda, u din ma tingħata ebda għajnuna mill-Gvern u l-mediċini trid tixtrihom hi.", "Il- Ministru jaf iktar minni li biex tixtri dawn il-mediċini trid ħafna flus.", "Jekk ma jaqbilx miegħi, lil din il-familja għandu jgħidilha li l-Onor.", "Debono Grech qed jigdeb għax mhux veru li dawn il-mediċini jqumu ħafna flus.", "Jekk irid nista' nġiblu l-prezzijiet.", "Jekk jien inġib xi mediċini mill-isptar u t-tabib tiegħi jgħidli biex ma neħodhomx għax m'humiex tajbin u jordnali mediċini oħra, jien dak li jordnali hu nieħu u mhux dawk li nkun ġibt mill-isptar għax għas-saħħa mhux se noqgħod inqis li nkun ġibthom b'xejn.", "Imbagħad hemm ċerti mediċini li jgħidulek li tista' teħodhom mill- isptar imma meta tmur l-isptar jgħidulek li m'għandhomx minnhom.", "Issa din mhix kwestjoni politika, qed nitkellmu fuq dak li għandhom bżonn in-nies.", "Jien lest li nġib dawn il-mediċini hawn u ngħidlu kemm jixtruhom.", "Hemm mediċini li jekk il-ġimgħa l-oħra kienu Lm4, din il-ġimgħa saru Lm6.", "Il- Ministru jaf daqsi kemm iqumu flus dawn il-mediċini u jaf ukoll li min ikollu l-marda tad-diabete jrid joqgħod fuq ċerta dieta.", "Imbagħad jiġi jgħidli għax wieħed jaħdem hawn u l-ieħor jaħdem hemm ...", "Dan huwa suġġett ta' interess nazzjonali u bilfors irridu naraw kif se nagħmlu biex il- pajjiż jgħin lin-nies li għandhom din il-marda.", "Jintnefqu daqstant flus biex ngħinu lid-drogati!", "Hija ħaġa tajba li tgħin lid-drogati u naqbel magħha, imma ma jistax ikun li l-Gvern joħroġ il-miljuni għax it-tifel tiegħi jagħmel kapriċċ u jmur jiblagħhom filwaqt li lil dawk in-nies li mardu bid-diabete - naturalment m'għandhom l-ebda tort - ma jgħinhomx.", "Imbagħad niġu niftaħru hawn ġew li qed nonfqu Lm5 miljun għad-drogati!", "Min jibla' d-drogi jbati l-konsegwenzi ta' dak li jkun għażel li jagħmel.", "Fl- opinjoni tiegħi l-ewwel għandna ngħinu lil dawk l-iżvinturati li l-marda tagħhom tintiret.", "M'iniex ngħid li lil ħaddieħor m'għandniex ngħinuh, imma mhux sew li l-Gvern jonfoq daqstant flus għar-rehabilitation ta' wieħed li kien jiblagħhom meta forsi missieru huwa miljunarju.", "M'għandniex noħorġu l-flus għad-drogati biss għax jekk wieħed li jkun drogat ikollu missieru jiflaħ iħallas għall-kura tiegħu, għandu jgħinu hu.", "Min-naħa l- oħra lil wieħed li marad bid-diabete u mhux tort tiegħu m'għandniex ngħinuh?", "Nafu li l-mediċini għal din il-marda jiswew ħafna flus u għalhekk iktar għandna ngħinu lil min ibati biha.", "X'tort għandu tifel ta' ħames snin jew sitta li marad bid-diabete, marda li tibqa' għal għomru?", "Lil dan missieru jrid iħallaslu l-iskola u l-ħajja bħal kull tifel ieħor, barra li jixtrilu affarijiet tad-dieta.", "Allura mbagħad lil dan għandna ngħidulu li l-mediċini jrid jixtrihom ukoll?", "Jien nappella lill-Gvern u lill-Ministru biex jara li ċerti affarijiet bħalma huma sticks, jiġu provduti b'xejn mill- Gvern għax għalkemm dawn huma għoljin, huma essenzjali għal min hu marid.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 25 ta' Jannar, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦADDIEMA AWŻILJARJI", "13649.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dawk l-awżiljarji li kienu attached ma' l-AFM u li għandhom skills differenti ingħataw grad wieħed biss u ċioe' dak ta' Grade A?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Meta l-Gvern offra impieg permanenti lill- ħaddiema li kienu jiffurmaw parti mill-Iskema tal-Ħaddiema Awżiljari (AWTS), fosthom dawk li kienu 'attached' mal-Forzi Armati, ma saret ebda distinzjoni bejn dawn il-ħaddiema li kollha rċevew ħatra fil-livell ta' Grupp 'A'.", "Anki dawk l-impjegati li kienu ġew ingaġġati bħala 'supervisors' fl- iskema tal-Awziljari u li ngħataw id-dritt li jżommu l-istess salarju bażiku li kellhom fuq bażi personali, irċevew ukoll l-istess ħatra fil- livell ta' Grupp 'A'.", "Wieħed għandu jiftakar li issa li dawn il-ħaddiema qegħdin fi Grupp 'A' huma jistgħu japplikaw għal xogħol fi gradi ogħla fejn is-sejħa għall- applikazzjonijiet tkun miftuħa għal impjegati fi Grupp 'A' skond il-vakanzi li jinħolqu minn żmien għal żmien.", "MELITA CABLE TELEVISION - OPTIC CABLE NETWORK", "14914.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Wara l-ftehim li kien intlaħaq mal-Malta Cable Television u l-arranġamenti li kienu saru bejniethom u bejn it-Telemalta dwar l-użu ta' l-Optic Cable Network għat- trasmizzjoni tagħhom għaliex issa:", "(a) Il-Melita Cable Television qed titħalla tuża l-brackets ta' Enemalta għal cables tagħha u li huma ferm eħxen u ta' piż aktar mill-istess cable ta' Enemalta?", "(b) F'National Road, il-Blata l-Bajda, il-Melita Cable Television qed titħalla twaħħal il-cables tagħha bejn arblu u ieħor meta l-istess Enemalta użat underground cable f'din il-parti tat-triq?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li ma hemmx ftehim bejn Melita Cable Television Limited u l-Korporazzjoni Telemalta dwar l-użu tal-'optic fibre cables' tal-Korporazzjoni għat-trasmissjoni tal-cable TV.", "Dwar l-użu tal-brackets tal-Korporazzjoni Enemalta, hemm ftehim li jistipula u jirregola l-mod kif Melita Cable Television Limited tagħmel użu minn dawn il-brackets ta' l-Enemalta.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li l-Melita Cable Television Limited neħħiet il-cables u għaddiethom minn rotta alternattiva taħt l-art.", "DIPARTIMENT TA' L-ILMA - AĠĠUSTAMENT FIL-PAGA TA' L-APPRENDISTI", "14948.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 12995 u r- risposta mogħtija.", "Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill- investigazzjoni li għamel?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L-arretrati dovuti lill-apprendisti tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet, li temmew il-kors b'suċċess f'Marzu 1993, ingħataw mal-paga tal-21 ta' Jannar 1994.", "Din l-informazzjoni ngħatat mit- Taqsima tal-Personnel tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "ILMA - NEFQA GĦAL PRODUZZJONI", "14949.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13773?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba dwar il-produzzjoni ta` l- ilma hija hekk:", "|Yea|Actual|Actual |WSC |Cost of | |r |R.O. |product|power |energy | | |Produc|ion |consump|to | | |tion |from |tion |produce | | |(m3) |borehol|for |R.O. + | | |in |es and |water |Bore | | |millio|pumping|produce|hole | | |ns/yea|station|d as % |water: | | |rs |m3 (X |of |Lm | | | |million|power | | | | |s) |from | | | | | |Enemalt| | | | | |a sent | | | | | |out at | | | | | |Busbar | | | | | | | | |198| 8.97 |20.58 |N/A |2,015,84| |6 | | | |1 | |198|10.86 |20.84 | 9.3% |2,134,86| |7 | | | |5 | |198|13.19 |20.18 |11.4% |2,780,54| |8 | | | |7 | |198|15.39 |19.87 |11.6% |3,095,29| |9 | | | |8 | |199|17.62 |21.27 |11.6% |3,321,50| |0 | | | |2 | |199|21.49 |22.59 |12.4% |4,334,51| |1 | | | |6 | |199|24.50 |22.70 |14.3% |4,949,90| |2 | | | |7 | |199|18.91 | N/A |N/A |N/A | |3* | | | | |", "Note - Fuel oil consumption and water production by distillation not included.", "(*) Up to September 1993", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - WD-3011/93", "14956.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi minn April tas-sena l-oħra l-applikant bir-referenza WD-3011/93 għadu ma ġiex mogħti l-awtorita' li jiftaħ il-bieb tiegħu flok it-tieqa eżistenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex qed jirriżulta dan id-dewmien meta suppost illum żviluppaw metodi moderni biex iħaffu x-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li n-numru kkwotat huwa ħażin u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċekkja u jindikali numru tajjeb.", "Jista` wkoll jgħid lili privatament l-isem ta` l-applikant u l-indirizz fejn irid isir ix-xogħol.", "KARNIVAL - ORKESTRA", "14957.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid min huwa jew hija l-kumpannija li ħadet it-tender għall-Orkestra biex bandisti Maltin jkunu jistgħu jdoqqu fil- Karnival ta' Malta?", "X'kienu r-raġunijiet fl-imgħoddi li din l-opportunita' għall-bandisti Maltin kienet sospiża?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ninsab informat li t-tender għall-Orkestra biex bandisti Maltin idoqqu fil-Karnival ta` Malta ntrebħet mis-sur Anthony Attard li offra l-aħjar prezz u servizz.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, rrid ngħid li dejjem kien hemm orkestra mpenjata f`diversi attivitajiet matul il-Karnival.", "Għal xi snin minħabba diversi raġunijiet, partikolarment dawk tekniċi, ma kienx ikun hemm orkestra waqt il-kompetizzjonijiet taż-zfin għax parteċipanti nfushom ippreferew li jimxu fuq `recordings` tal-mużika magħżula minnhom.", "F`dawn iċ-ċirkostanzi l-Kumitat kien ħass li għaldaqstant ma kienx hemm bżonn ukoll ta` orkestra `live` fl-`enclosure`.", "Dwar din id-deċiżjoni kien hemm rappreżentazzjonijiet mill-Għaqda Mużiċisti u Entertainers u wara li saru diskussjonijiet bejn l-Għaqda u l- Kumitat Festi Nazzjonali ntlaħaq ftehim li minn din is-sena jkun hemm orkestra `live` għalkemm il-kompetizzjonijiet xorta waħda jkomplu jsiru fuq mużika r-rekordjata.", "L-għażla ta` l-orkestra saret wara sejħa pubblika għal offerti.", "FTEHIM MA' C.H. BAILEY", "14975.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq fil-kwestjoni C.H.Bailey, l-Gvern Ingliż u l-Gvern Malti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif intqal fil-Press Release maħruġa mid- Dipartiment ta' l-Informazzjoni fl-14 ta' Jannar 1994 u li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra, il-Gvern m'għamilx pubbliku l-Ftehim ta' l-20 ta' Ottubru 1993, peress li kien qed jistenna r-rapport finali tal- likwidazzjoni biex jagħti kwadru sħiħ tas-sitwazzjoni.", "Madankollu, fiċ-ċirkostanzi kopja tal-Ftehim imsemmi tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ŻEJT - ESPLORAZZJONI", "14976.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jaġġorna l-Kamra dwar is-sitwazzjoni ta' l-Oil Exploration fl- ibħra Maltin, bħal per eżempju kemm għad hawn kumpanniji jesploraw s'issa etc.etc.?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalissa hawn erba' (4) kumpanniji li għandhom kuntratt mal-Gvern biex jesploraw għaż-żejt fl-ibħra Maltin: Amoco u Agip fi Blokok 3 u 4 ta' Area 4 u Shell u Nimir fi Blokka 7 ta' Area 4.", "Wara t-tħaffir tal-bir Tama 1 u r-riżultat negattiv tiegħu, Amoco u Agip mistennija jitilqu l-Blokok ix-xahar id-dieħel.", "Sadanittant il-kumpaniji l-oħra għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom kif mitlub minnhom kuntrattwalment.", "MITJAR TA' ĦAL LUQA - QTUGĦ TA' DAWL", "14977.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'kienet il-kawża tal-qtugħ ta' l-elettriku fil-Mitjar ta' Ħal Luqa bejn is-Sibt 8 u l-Ħadd 9 ta' Jannar, 1994 li kienet responsabbilta' diretta ta' Enemalta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infomat li nhar is-Sibt 8 ta` Jannar fil- għodu ġrat ħsara fil-linja esposta ta` vultaġġ għoli - li hija wkoll relattivament twila - li tissuplixxi t-terminal il-ġdid ta` l-ajruport ta` Ħal Luqa.", "Il-provvista ta` l-elettriku ġiet sospiża bejn wieħed u ieħor mid-9.00 a.m. sa l-10.00 a.m. Din il-ħsara ma kellha l-ebda effett fuq is- sistema tad-distribuzzjoni ta` l-elettriku ġewwa l-mitjar innifsu.", "Minn investigazzjonijiet li saru wara li dehru xi rapporti fil-gazzetti lokali jirriżulta li l-ħsara li affetwat il-mitjar u li x`aktarx qed jalludi għaliha l-Onor.", "Membru ma kenitx responsabbilta tal-Korporazzjoni Enemalta għaliex ġrat fl-istallazzjoni tal-mitjar stess, li fil-fatt ġiet ittrattata minn ħaddiema ta` l-Ajruport.", "TA' ĠIORNI - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "15008.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-tiswijiet meħtieġa biex ma jkomplix ħiereġ id-drenaġġ minn Block D fil-Qasam tad-Djar f'Ta' Ġiorni?", "Meta se jsiru t-tiswijiet meħtieġa lill-ħitan u lis-sistema tad-dawl fi Block A fil-Qasam tad-Djar f'Ta' Ġiorni wara li sar ħruq fih?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għaddejt dan il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "VALLETTA - SKOLA TAL-MUŻIKA", "15009.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Għaliex l-iskola tal-Mużika fil-Belt Valletta ma taċċettax li jattendu fiha studenti bi bżonnijiet speċjali?", "X'għandhom jagħmlu dawk il-ġenturi li jixtiequ jibagħtu lil uliedhom bi bżonnijiet speċjali f'din l-iskola?", "Matul is-sena skolastika 1992 - 1993 kemm-il darba b'kull skola speċjali għaliha marru għalliema tal-mużika jagħmlu attivitajiet?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Kif inhu strutturat ix-xogħol fl-iskola tal- Mużika Johann Strauss, huwa diffiċli li jiġu aċċettati studenti b'ċerti diffikultajiet.", "Infakkar li meta nintegraw fl-iskejjel komuni studenti b'diffikulta', nibagħtu assistenza speċjali.", "Billi l-iskola tal-Mużika hija waħda ta' fil-għaxija, huwa diffiċli li tipprovdi għal dan.", "Fl-iskejjel speċjali (San Miguel, Guardian Angel, Mater Dei, ESN Msida, ESN Sannat, Wardija u Qrendi) fis-sena 1992-93 kellhom lezzjonijiet tal- mużika, iżda mhux b'regolarita', kif inhuma issa minn Settembru 1993 'l quddiem.", "Nifhem il-valur edukattiv u f'xi każijiet terapewtiku tal-mużika, iżda mhux faċli tipprovdi s-servizz kif tixtieq bir-riżorsi li għandna.", "GĦAJN TUFFIEĦA - KAMP TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ/TFAL", "15010.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Saru rapporti li l-bini tal-kamp taż-żgħażagħ u t-tfal f'Għajn Tuffieħa jinsab fi stat ħażin.", "Meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "GĦERIEN - XOGĦLIJIET", "15011.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: L- għerien li fuqhom sar xogħol mis-sid ta' 8, Triq in-Nagħġa, Mellieħa ta' min huma proprjeta'?", "Ix-xogħol li sar fuqhom sar bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall- għerien li qegħdin taħt il-plots 8 u 9 il-Kortin Mellieħa, għandi ngħid li jien informat li hemm kawża li għadha pendenti fil-Qorti dwar min hu l- proprjetarju.", "Il-proprjetarju tal-plots 8 u 9 għamel aċċess għal dawn l-għerien billi għamel ħofra u niżel b`garigor tal-ħadid.", "Jidher li dan ix-xogħol ma jinħtieġx permess ta` l-iżvilupp.", "SAN GWANN - TISWIJA TA' TRIQ AGOSTINO MATRENZA", "15012.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se tiġi asfaltata, mixgħula bid-dawl u jsir il-ġbir ta' l-iskart b'mod regolari fi Triq Agostino Matrenza f'San Gwann?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Triq Agostino Matrenza, San Ġwann hija diġa' asfaltata.", "Tlabt lid-dipartimenti konċernati biex issir il-manutenzjoni meħtieġa u biex jassiguraw li l-iskart domestiku jinġabar regolarment minnha.", "It-talba biex tiġi mixgħula din it-triq qed tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "UNIVERSITA' - PRECINCTS OFFICER", "15013.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm ilu li nħatar Precincts Officer fl-Universita', x'kienu x-xogħlijiet sena b'sena u kull item bin-nefqa fuqha li saru min- nies li jaqgħu taħtu?", "X'xogħlijiet qed jippjana li jagħmel matul 1994 u f'kull każ kemm se jonfoq fuq kull item?", "Min inħatar Assistant Precincts Officer?", "Kemm u min applika għal din il- ħatra?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-Precincts Officer fl-Universita' ta' Malta nħatar fis-17 ta' Diċembru 1992.", "Il-Precincts Office jagħmel parti mill-Buildings Office ta' l-Universita' u għalhekk il-Precincts Officer jaqa' taħt dan l-uffiċċju li hu inkarigat jagħmel il-manutenzjoni u l-andament propizju ta' l-assi fiżiċi ta' l- Universita'.", "Ir-responsabbilta' tal-Precincts Office f'dan il-qasam tinkludi:", "(1) Sigurta'", "(2) Apprezzament ta' l-ispazji miftuħa fl-Universita'", "(3) Kura tal-ġonna", "(4) Attivitajiet extra-kurrikulari", "(5) It-trawwim ta' kooperattivi ġodda", "L-infieq li sar jammonta għal Lm138,275 li jinkludu nfieq kapitali u nfieq kurrenti (li jinkludu fost l-oħrajn pagi u servizzi).", "Ix-xogħlijiet proġettati għas-sena li ġejja jinkludu fost l-oħrajn:", "(1) Dawl", "(2) Tlestija tal-fence", "(3) Tlestija tas-senjalazzjoni kollha fl-Universita'", "(4) Aċċessibbilta' għal kulħadd (fosthom nies b'diżabilita')", "(5) Kura tal-ġonna", "(6) Attivitajiet extra-kurrikulari/kulturali", "(7) Żamma tajba tal-kampus", "(8) Tkomplija fit-triq li qbadna għat-tisħieħ tal-prinċipji koperattivi", "(9 Tkomplija tal-pjan f'dak li jirrigwarda s-sigurta'.", "In-nefqa hi ikkalkulata li tammonta għal madwar Lm150,000 li jinkludu nfieq kapitali u nfieq kurrenti (li jinkludu fost l-oħrajn pagi u servizzi).", "Għadhom ma sarux l-interviews għall-Assistant Precincts Officer.", "Għaldaqstant mhux għaqli li wieħed jiżvela l-ismijiet ta' l-applikanti.", "L-għadd ta' applikanti hu ta' 14.", "BINĠEMMA - SEJBA TA' TJUR", "15024.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi dwar il-każ reċenti tas-sejba tat-tjur f'Binġemma limiti ta' l-Imġarr?", "X'ġara mit-tjur ibbalzmati u dawk ħajjin li nstabu fis-sejba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-agħsafar ħajjin ġew mogħtija lis-Segretarjat għall-Ambjent, waqt li dawk ibbalzmati qegħdin jinżammu għand il-Pulizija.", "Ser jittieħdu passi kriminali quddiem il-Qorti hekk kif jiġi ffinalizzat l-istħarriġ tal-Pulizija.", "PATATA - PREZZ", "15025.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz kull xkora għall- patata taż-żriegħ ALFA u ARRAN BANNER li ġiet importata għal dan l- istaġun?", "Kemm kien il-prezz għall-bidwi għal kull xkora?", "Kemm kienet il-kwantita' miktuba mill-bdiewa għal dawn iż-żewġ tipi ta' patata?", "Kemm fil-fatt ġiet importata patata minn kull tip?", "Jikkonferma l-Ministru li d-domanda kollha tal-bdiewa se tiġi milqugħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Din is-sena l-patata taz-zriegh Alpha nxtrat bil- prezz ta' DFL 26 kull xkora u dik Arran Banner bil-prezz ta' Stg 9.25 kull xkora.", "Il-prezz ghall-bidwi huwa ta' Lm7.50 kull xkora ghaz-zewg varjetajiet.", "Il-bdiewa kitbu 970 tunnellata Alpha u 865 Arran Banner.", "Filwaqt li fil-kaz ta' l-Alpha gew importati madwar 1050 tunellata u tqassmet minnufih fil-kaz tal-Arran Banner sal-21 ta' dan ix-xahar waslu 580 tunellata u l-kumplament mistennija li tasal Malta u titqassam din il- gimgha.", "Bhalma gie mhabbar, parti minn din il-konsenja tikkonsisti f'varjeta' Arran Consul ghaliex ma kienx baqa' Arran Banner ta' kwalita' tajba u b'hekk id-domanda kollha tal-bdiewa sejra tigi milqugha.", "AJRUPORT - TMEXXIJA TAL-CANTEEN", "15062.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min ħa t-tmexxija tal-canteen tat-Terminal ta' l-Ajruport magħruf bħala l-istaff canteen?", "Dan ingħata bl-offerta?", "Jekk le, għaliex?", "Jekk iva, kemm marret l-offerta?", "Jista' l- Ministru jikkonferma li dan qed jitmexxa mill-istess negozjant li ngħata l- Popeye Village mingħajr ma ħarġet offerta xi sentejn ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istaff canteen fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta huwa mmexxi minn Emta Limited li kienet waħda miż-żewġ kumpanniji li tefgħu offerta meta ħargu s-sejħiet pubbliċi relatati fl-1991.", "Ovvjament l-offerta ta' l-Emta Limited kienet l-iktar waħda vantaġġjuża.", "AJRUPORT - PREZZIJIET TA' IKEL U XORB MILL-CANTEEN", "15063.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi kontroll fuq il- prezzijiet ta' l-ikel u xorb li jinbiegħu mill-canteen ta' l-ajruport magħruf bħala l-istaff canteen?", "Dan huwa sussidjat mill-MIA?", "Jekk iva, għaliex il-ħaddiema jħallsu 80c għal hamburger?", "Għaliex il-birra tinbiegħ 25c?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ajruport Internazzjonali ta' Malta jżomm kontroll assolut fuq il-prezzijiet ta' kull oġġett u servizz li jinbiegħ fl-air terminal, inklużi l-prezzijiet ta' l-ikel u xorb li jisservew fl-istaff canteen.", "Dan isir billi l-MIA tapprova u (jew ma tapprovax) prezzijiet proposti mill-kumpanniji li jmexxu dawn l- istabbilimenti.", "Fil-każ ta' l-istaff canteen, l-MIA ma tissussidjax b'mod dirett l-ikel u x-xorb li jinbiegħu hemm iżda waslet għal arranġamenti sabiex jitnaqqsu certu spejjeż dovuti lilha mill-operaturi tal-canteen.", "B'hekk il- prezzijiet jistgħu jkunu mrażżna b'kemm hu fattibli.", "Nixtieq ukoll ninforma lill-Onor.", "Interpellant li \"hamburger\" jinbiegħ 50c (u mhux 80c) filwaqt li birra tinbiegħ 22c (u mhux 25c).", "LIĊEO G. DESPOTT - GROUND TAL-FOOTBALL", "15064.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14920, jista' l-Ministru jirrispondi għat-tieni parti tad- domanda jiġifieri x'użu se jkollhom dawn il-\"floodlights\" (fil-ground tal- football fl-iskola G. Despott, Verdala) għat-tfal ta' l-istess skola?", "It-tfal se jagħmlu użu mill-football ground wara nżul ix-xemx?", "Il-ground tal-football se jiġi użat minn persuni oħra li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-istess skola?", "Jekk fl-affermattiv, għaliex allura l-ispiża ta' Lm8444 ittieħdet mill- Vot Kapitali ta' l-iskejjel sekondarji meta kien hemm proġetti oħra relevanti għall-iskejjel sekondarji?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istudenti tal-Liceo Ġużeppi Despott issa jistgħu jagħmlu użu mill- faċilitajiet sportivi li hemm fl-iskola anke wara nżul ix-xemx jekk ikun hemm bżonn.", "Il-faċilitajiet ta' l-iskejjel jintużaw ukoll minn gruppi u għaqdiet tal- komunita', taħt il-kondizzjonijiet tas-soltu.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant, li jirrappreżenta bħali t-tieni distrett, jaf li l-attrezzaturi sportivi f'din in-naħa jeħtieġ li jiżdiedu.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA - TOBBA", "15065.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex qiegħed ikun hemm dewmien sinifikanti (bejn 5-6 sigħat) biex tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa jagħmlu \"home visits\" ta' urġenza f'diversi lokalitajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-'policy' tad-Dipartiment hija li viżti li jidħlu fiċ-Ċentru tas-Saħħa jitniżżlu minn 'Health Assistant/Telephone Operator'.", "It-tobba mbagħad jieħdu dawn il-viżti u jagħmluhom.", "Fil-każ ta' viżti urġenti, il-'Health Assistant/Telephone Operator' jgħaddihom lit-tabib li jiddeċiedi l-urġenza tal-każ.", "F'każ li l- viżta tiġi kkonsidrata urġenti, din issir minnufih.", "Mill-informazzjoni li għandu d-Dipartiment jidher li l-ħin meħud biex isiru l-viżti miċ-Ċentri tas-Saħħa huwa mqassam hekk:", "Inqas minn siegħa 52% 1 - 3 sigħat 36% 4 - 5 sigħat 11% Aktar minn 6 sigħat 1%", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi każi speċifiċi li fuqhom ibbaża l- Mistoqsija tiegħu, nitolbu jgħaddihomli, biex id-Dipartiment konċernat ikun jista' jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - \"SUPERVISORS\"", "15066.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn kien iċ-Chairman u Membri tal-Bord ta' l-Għażla fl-\"interviews\" li saru għal postijiet ta' \"supervisors\" fid- Dipartiment tas-Saħħa?", "Minn informazzjoni li għandi jidher li s-Sur Michael Galea kien membru tal-Bord, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma il-kwalifiki ta' din il-persuna u l-kriterji li jkun membru tal-Bord ta' l-Għażla ta' din il-kwalita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Bord dwar l-għażla, għall-mili ta' postijiet fil- grad ta' 'Supervisor' fid-Dipartiment tas-Saħħa, kien kompost kif jidher hawn taħt:", "a) Is-Sur Michael Galea (W.T.O.) - 'Chairperson'", "b) Is-Sur Paul Saliba (A.A.) - Membru", "c) Is-Sinjorina Anna Vella (E.O.) - Membru", "Ninsab informat li l-grad ta' 'Supervisor' huwa fi Grad D fis-Servizz Pubbliku.", "Iċ-'Chairman' jokkupa grad ta' 'Works Technical Officer (W.T.O.)' li huwa żewġ gradi għola mill-post ta' 'Supervisor (Group D)'.", "Għalhekk din il-ħatra hija skond ir-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku u l-'Estacode' para.", "1.1.5.5. u kienet approvata mill- istess Kummissjoni.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - \"SUPERVISORS\"", "15067.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min kien eliġibbli li japplika għall- postijiet ta' \"Supervisors\" fid-Dipartiment tas-Saħħa, li l-interviews għalihom saru f'Awissu 1993 u li r-riżultat tiegħi ġie ppubblikat fl-5 ta' Jannar, 1994?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja taċ-Ċirkulari relattiva jiġifieri O.P.M. Nru. 50/92 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - \"SUPERVISORS\"", "15068.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' \"supervisors\" li ġew \"appointed\" mill-interviews li saru għal dawn il-postijiet fid- Dipartiment tas-Saħħa f'Awissu, 1993 u li r-riżultat tagħhom ġie ppubblikat fil-5 ta' Jannar, 1994?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet (fejn joqogħdu) ta' l- applikanti li ġew magħżula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' 'Supervisors' li ġew maħtura fid- Dipartiment tas-Saħħa, wara li saru l-'interviews' f'Awissu 1993 u li r- riżultat tagħhom ġie ppubblikat fil-5 ta' Jannar 1994, huwa ħamsin (50).", "Tagħrif ieħor mitlub qed jiġi verifikat.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - \"SUPERVISORS\"", "15069.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw għall-\"interviews\" li saru fl-għażla ta' applikanti għall-postijiet ta' \"supervisors\" mad- Dipartiment tas-Saħħa?", "Dawn l-\"interviews\" saru f'Awissu, 1993.", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-ebda impjegat minn dawk li applikaw u li kellhom servizz twil ma' l-istess dipartiment ma ġiex magħżul meta dawn kienu iżjed minn eliġibbli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kriterji li ntużaw għall-'interviews', li saru f'Awissu 1993 fl-għażla ta' applikanti għall-postijiet ta' 'Supervisor' mad- Dipartiment tas-Saħħa, kienu dawk indikati u approvati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li l-Bord tal-Għażla nħatar mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u għaldaqstant, skond ir-regolamenti, dan il-Bord kellu jirraporta lill-istess Kummissjoni.", "KUMPANNIJI - WORK PERMIT", "15132.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 14907 li jien għamilt lil Ministru tal-Finanzi u talabni nirreferiha lill-Prim Ministru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kopja ta' l-Avviż Legali Numru 15 ta' l-1993 fejn hemm stabbilit id-drittijiet li għandhom jitħallsu dwar 'work permits', kif ukoll ta' 'Press Release' numru 99 li ħarġet fit-28 ta' Jannar 1993 dwar l-istess materja tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Jitħallas id-dritt għal permess wieħed kollettiv fejn ikun evidenti li t- talba saret għal grupp ta' persuni (bħal per eżempju trio jew kwartett fil- kamp tal-mużika jew grupp ta' żeffiena).", "Dwar il-każijiet l-oħra jrid jitħallas id-dritt għal kull persuna.", "CINEMAS - PREZZIJIET FUQ L-IKEL U XORB", "15133.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'kontroll hemm fuq il-prezzijiet ta' drinks u snacks miċ- ċinemas, peress li għandi rapporti li f'ċerti cinemas il-prezzijiet mitluba huma esagerati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Drinks u snacks mibjugħa fiċ-cinemas ma jaqgħux taħt price orders speċifiċi minħabba li fil-prezz ta' dawn l-affarijiet jeżisti element ta' servizz.", "B'konformita mal-politika mħaddna preżentement dwar lokalitajiet ta' ikel u xorb, lista ta' prezzijiet hija esibita f'post prominenti.", "AWTORITA' TAD-DJAR - XIRI TA' APPARTAMENTI", "15138.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jikkawża d-dewmien tal-proċess ta' l- applikazzjoni Nru. 623/92?", "Kemm fil-fatt għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorita' tad-Djar ta' ċittadini li jridu jixtru l-appartamenti tagħhom?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet mistennija jiġu proċessati u approvati matul din is-sena 1994?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Id-dewmien tal-process ta' l-applikazzjoni Nru 623/92 hu dovut ghall-fatt li l-applikant ghadu ma ssottomettiex id- dokumenti mitluba lilu fit-8 t'Ottubru 1993.", "Bhalissa hemm 108 applikazzjoni li qed jigu pprocessati li minnhom 43 gew mitluba biex jappuntaw nutar biex isir il-kuntratt.", "Hu ttamat li l- applikazzjonijiet pendenti jkunu finalizzati f'qasir zmien.", "AWTORITA' TAD-DJAR - BEJGĦ TA' APPARTAMENTI", "15139.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm biegħet appartamenti l-Awtorita' tad-Djar sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Għaliex qed issir diskriminazzjoni ma' xi wħud minn dawn l-applikanti?", "Kif jispjega l-fatt il-Ministru li applikanti li jkunu applikaw qabel oħrajn jingħataw privileġġ fil-proċess ta' l-applikazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: In-numru ta' appartamenti li nbieghu lill- inkwilini taht diversi skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar f'dawn l-ahhar ghaxar snin hu kif gej:", "1983 - 52 1984 - 92 1985 - 26 1986 - 42 1987 - 14 1988 - 7 1989 - 160 1990 - 72 1991 - 23 1992 - 120 1993 - 192", "Hafna drabi ikun jiddependi mill-koperazzjoni ta' l-applikanti stess kemm tithaffef applikazzjoni billi jiehdu d-dokumenti mitluba fil-hin.", "Tezisti wkoll il-problema fejn l-art mhijiex tal-Gvern, ghaliex hemmhekk ma jkunx jista' jsir trasferiment.", "Ghalhekk m'hemm l-ebda diskriminazzjoni fil- konfront ta' xi applikanti.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' TOROQ", "15151.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nagħmel referenza għall-Interpellanza numru 14932.", "Billi minn dak iż-żmien 'l hawn is-sitwazzjoni inbidlet xi ftit u hemm ħafna xogħol pendenti fl-irħula l-oħra fejn, per eżempju fiż-Żejtun Triq Bħajra u madwar, Triq Kastellan u madwar, Triq l-Armier u madwar Triq ġdida wara Triq San Klement, u f'Marsaxlokk l-inħawi ta' Triq Port Ruman, ilhom snin kbar imħarbta, jista' jsir ix-xogħol meħtieġ din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Bħalma għidt fir-risposta tiegħi għal mistoqsija parlamentari numru 14932 (Seduta 214) ix-xogħol f`Wied il-Għajn għadu sejjer.", "Naħseb ukoll li l-Onor.", "Membru japprezza li f`distretti oħra jrid isir ukoll xogħol fihom.", "Madankollu tlabt lid-dipartiment biex jara x`jista` jagħmel biex jiġu asfaltati l-partijiet żviluppati tat-toroq imsemmija.", "ŻEJTUN - TISWIJA FI TRIQ ID-DAĦLA TA' SAN TUMAS", "15152.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fi Triq id-Daħal ta' San Tumas, Żejtun quddiem il-Housing Estate ta' Ħal Tmiem ikun hemm għadajjar kbar ta' ilma kif tagħmel ftit xita, problema li qatt ma nstab soluzzjoni għaliha, jista' l-Ministru jgħid hekk kif wasal biex jitlesta x-xogħol infrastrutturali tad-Dar ta' l-Anzjani u jingħata t- tarmac, huwiex possibbli jsir kanal bl-ispralli biex dan l-ilma jiżbokka fi triq fejn ikun hemm il-qlib naturali, u dawn l-inħawi jinħelsu darba għal dejjem minn problema li tul xitwa sħiħa qiegħda tkun ta' inkonvenjent kbir?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fi Triq id-Daħla ta` San Tumas Żejtun bħalissa għaddej xogħol konness mad-dar ta` l-anzjani fosthom trinek tad-drenaġġ u tal-cable.", "Barra minn hekk qed isir twessigħ ta` parti minn ċint li hu perikoluż.", "Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew id-Dipartiment tat-Toroq ikun f`pożizzjoni li jiksi bit-tarmac l-aħħar parti ta` din it-triq, u b`hekk għandu wkoll jiġi eliminat il-problema ta` l-ilma tax-xita imsemmija mill- Onor. Interpellant.", "ŻEJTUN - PRIVATE ROAD FI TRIQ IL-PRESIDENT A. BUTTIGIEG", "15153.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi Triq il-President A. Buttigieg, Żejtun hi triq wiesgħa u sabiħa u billi ta' spiss qed ikun hemm inċidenti koroh minħabba l-ispeed qawwi ta' ħafna sewwieqa, u billi wħud minn dawn l-inċidenti għal ftit ma waslux għal diżgrazzji fatali, tista' tingħata konsiderazzjoni serja biex issir private road kif titlob triq ewlenija u passaġġa bħal din, biex ir-residenti jkunu jistgħu joħorġu minn djarhom mingħajr il-biża' li għandhom illum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-ftuħ ta` triq il-President A Buttiġieġ Żejtun kienet waħda mill-ħafna xogħlijiet li saru f`dan ir-raħal minn wara Mejju 1987 kif jaf l-Onor.", "Interpellant li kien insista ħafna biex isir dan ix- xogħol.", "Issa li sar dan ix-xogħol, l-Onor.", "Interpellant qed jilmenta mill- effett tiegħu.", "Jiddispjaċini li fiċ-ċirkostanzi, s-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant mhux possibli li jintlaqa`.", "PULIZIJA - RAIDS FUQ CONTAINERS TA' FROTT", "15154.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi hu magħruf li qed jiġi frott Malta minn pajjiżi ta' l- Amerika Latina, li hija notorja għat-traffikar tad-drogi, jista' l-Ministru jgħid kemm-il raid għamlet il-pulizija Maltin fuq containers tal-frott f'dawn l-aħħar seba' snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-Pulizija, flimkien ma' Membri ta' l-Iskwadra tad-Dwana Kontra d-Drogi, mill-1991 'l hawn għamlu diversi spezzjonijiet f'kaxxi tal-frott li kien ġie importat minn xi pajjiżi tal- Amerika Latina, waqt il-ħatt mill-vapur speċjalment f'konsenji ta' banana.", "Ma tinżammx statistika preċiża ta' kemm-il spezzjoni għamlet il-Pulizija peress li ħafna minn dawn l-ispezzjonijiet isiru għal għarrieda.", "TAXXA FUQ L-INCOME - EŻENZJONI FUQ DANGER MONEY", "15155.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jikkonsidra l-Ministru li jibda jeżenta lill-ħaddiema milli jħallsu taxxa fuq il-flus li jaqilgħu bħala danger money?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'hemm l-ebda ħsieb li xi \"allowances\" inkluż id- danger money, jiġu eżentati ħlas ta taxxa.", "Kif jaf l-Onor Interpellant is- sena li għaddiet tħabbret miżura li biha ħaddiema ser igawdu minn tnaqqis sostanzjali ta' taxxa li tista' tlaħħaq sa Lm255 fis-sena fuq dħul minn sahra.", "Din il-miżura hija b'effett mill-1 ta Jannar 1993.", "WIED IL-GĦAJN - DAWL FI TRIQ PHILIPPE DE VENDOME", "15175.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li jsir xi street lighting fi Triq Philippe de Vendome f'Wied il-Għajn minħabba li hi mudlama ferm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-talba biex isir dawl fi Triq Philippe de Vendome f`Wied il-Għajn qed tiġi kkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "WIED IL-GĦAJN - TISWIJA TA' TRIQ PHILIPPE DE VENDOME", "15176.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Minħabba li rċevejt ilmenti minn xi residenti li joqogħdu fi Triq Philippe de Vendome, Wied il-Għajn dwar l-istat ħażin ta' din it-triq, jista' l- Ministru jgħid huwiex possibbli li din it-triq tiġi rranġata xi ftit flimkien ma' toroq oħra li qed jiġu rranġati f'Wied il-Għajn bħalissa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li Triq Philippe de Vendome, Wied il- Għajn għadha f`fażi ta` żvilupp u mhux għaqli li tiġi asfaltata għalissa.", "WIED IL-GĦAJN - WIRES TA' L-ELETTRIKU", "15177.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Billi fit-toroq fl-inħawi tal-Bellavista, Marsascala, li qed jiġu rranġati bħalissa hemm arbli kbar li qed iservu biss biex magħhom jitwaħħlu wires ta' Telemalta, huwa possibbli li dawn jitpoġġew fi trinek li jien informat li saru apposta taħt l-art?", "F'każ li m'hemmx dawn it-trinek, huwa possibbli li dawn jiġu mgħoddija b'mod pulit mal-faċċati kif ġew mgħoddija l-wires ta' Enemalta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħalissa qiegħed isir xogħol estensiv mid-Dipartiment tat-toroq flimkien mal-Korporazzjoni Telemalta sabiex ikunu jistgħu jitneħħew wires tat-telefon minn ma l-arbli ta'l-Enemalta u jitpoġġew taħt l-art kif ippjanat.", "QRATI - FOTOGRAFI,RITRATTI TA' PERSUNI AKKUŻATI", "15178.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Tista' l-Pulizija tassigura li meta jkun se jitressaq xi ħadd il-Qorti u aktarx ikun hemm fotografi u membri ta' l-Istampa, dawn jiġu protetti biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom fil-liberta', perss li ta' spiss jiġri li fotografi ma jitħallewx jiġbdu ritratti ta' persuni li jkunu se jiġu akkużati kemm mill-akkużati stess jew, aktar minn hekk, mill- qraba u l-ħbieb tagħhom?", "Naħseb li l-Ministru jaqbel li l-membri ta' l-Istampa fil-Qorti qed jaqdu doveri importanti, dik li jwasslu l-informazzjoni liċ-ċittadin u għalhekk għandhom jingħataw kull protezzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nistax ma naqbilx ma' l-importanza tal-mezzi tal- kommunikazzjoni fil-Qrati tagħna.", "Mingħajrhom il-proċess tal-ġustizzja ma jistax ikun trasparenti u b'hekk jiġu mhedda s-sisien ta' l-imparzjalita' u l-indipendenza li fuqhom hi mibnija s-sistema tagħna tal-ġustizzja.", "Għaldaqstant, il-Pulizija tipprovdi kemm jista' jkun sigurta' kemm għal persuna jew persuni li jitressqu l-Qorti, kif ukoll għal persuni li jkunu hemm kemm minħabba x-xogħol tagħhom, kif ukoll għal xi raġuni oħra, inkluż il-ġurnalisti u l-fotografi tal-Media.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "15208.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli għaliex id-driving licence ta' Grech John minn Ħaż Żebbuġ għadha ma' ħarġitx wara li dan għadda mit- test eżattament fit-22 ta' Jannar, 1993?", "X'inhi r-raġuni li dan id-driving test tal-Group I wara li tħallset il- fee mitluba ddum daqshekk biex tintbagħat jew tinġabar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet jaqa' taħt il-Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni.", "ENEMALTA - TRANSFORMER TAL-ĠGANTIJA", "15210.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet biex Enemalta Corporation ma tħallix it- transformer fil-Ġgantija s/s fix-Xagħra, Għawdex fejn hu fil-preżent imma li jitpoġġa fuq il-parti ta' wara ta' l-istess garage biex l-istess transformer ma jkompliex ikun ta' inkonvenjent kbir lill-abitanti ta' dawk l-inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Korporazzjoni Enemalta ħadet il- passi meħtieġa biex l-apparat li kien qed jikkaġuna l-ħoss jinbidel ma wieħed li kien ilu jintuża f`lokalitajiet simili għal ħafna żmien.", "Għalhekk ma jidhirx li hemm bżonn li s-substation li tħaddmet riċenti tiġi spostata.", "BAJJA TA' SAN TUMAS - SLIPWAY", "15211.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1933 u t-tweġiba għaliha. jista' l-Ministru jindika xi progress sar minn dak iż-żmien?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-Ministeru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd se jiffinanzja dan ix-xogħol mill-fondi tiegħu.", "Dan ser isir mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet aktar tard din is-sena.", "ZEJTUN - DAWL FI TRIQ XROB L-GĦAĠIN", "15212.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb id-dawl maqtugħ f'\"St Joseph\" Triq Xrob l-Għaġin, Zejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "DJAR TAL-GVERN - UŻU KUMMERĊJALI", "15219.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jiddikjara jekk sid ta' post mibni fuq il-Home Ownership Scheme jistax juża' parti minnu għall-skopijiet kummerċjali u jiftaħ addirittura ħanut fih?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-Awtorita' tad-Djar taghti permess biex sid ta' post mibni fuq plot tal-Home Ownership Scheme juza' parti minnu ghall-iskop kummercjali u jiftah hanut.", "Dan jista' jsir skond l-kondizzjonijiet ippubblikati mill-Awtorita' tad-Djar.", "GĦAWDEX - BINI FI TRIQ L-ARĊISQOF GIUSEPPE DIACONO", "15220.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jivverifika jekk il-bini li qiegħed jinbena wara l-fond ta' Coronato u Rose Muscat ta' \"Ave Maria\", Triq l-Arċ.", "Ġużeppi Diacono, Xagħra, Għawdex huwiex tiela' bil-permessi kollha skond il-liġi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li s-sit imsemmi mill-Onor.", "Membru hu kopert bil-permess ta` l-iżvilupp u x-xogħol qed isir skond il-pjanti approvati.", "TAŻ-ŻWEJT - SPIŻERIJA", "15221.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kien hemm ħwienet allokati f'Taż-Żwejt li se jintużaw bħala spiżerija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is-sejħa għall-offerti għall-ħwienet Taż-Żwejt li saret dan l-aħħar kienet sejħa għal xiri tal-fondi in kwestjoni u ma saret ebda restrizzjoni dwar l-użu li għandu jsir minn dawn il-ħwienet.", "TAŻ-ŻWEJT - LIFTS F'APPARTAMENTI", "15222.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Huwa veru li l-lifts li ġew stallati fi Blocks B, C, u D Taż-Żwejt għadhom ma jistgħux jaħdmu għax Enemalta allegatament m'għandhiex arloġġi tat-three phase?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "PROĠETTI TAĦT IL-FINANCIAL PROTOCOLL MA' L-EU", "15223.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal- proġetti iffinanzjati taħt financial protokol ma' l-E.U.?", "Fiex waslu u kemm kien hemm disbursements s'issa?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Lista tal-Progetti ffinanzjati taht `Financial Protocol` ma l-Unjoni Ewropea li turi wkoll f`liema stadju waslu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "TAŻ-ŻWEJT - KENNIESA", "15224.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm hemm kenniesa allokati għal Taż-Żwejt?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "RUSSI - ŻJARAT F'MALTA", "15225.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15026?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-Ambaxxata ta` Malta f`Moska tohrog biss zewg tipi ta` viza: `transit` jew `entry`.", "M`hemm l-ebda distinzjoni bejn `tourist` jew `business` viza.", "U ghalhekk ma tezistix l-informazzjoni rikjesta.", "AJRUPORT - ĦADDIEMA", "15226.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni: Huwa minnu li l-ħaddiema tal-Malta International Airport se jkollhom iħallsu għall-użu tal-parking lot?", "Jekk iva, kemm se jkollhom iħallsu?", "Ir-rappreżentanti tal-kumpanniji privati li jkollhom bżonn imorru regolarment id-dwana ta' l-Airport se jibda jkollhom iħallsu għall-parking ukoll jew se jsirilhom xi pass speċjali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fil- futur qarib se jintroduċi tmexxija ġdida fil-\"carpark\" prinċipali tiegħu u dan bil-għan li l-ajruport ikompli jiżviluppa kummerċjalment fl-interess tal-passiġġieri u nies oħra li jużawh.", "Parti minn dan l-iżvilupp jinvolvi l- introduzzjoni ta' ħlas li jkun relatat mat-tul ta' żmien li vettura titħalla fil-\"carpark\".", "Fl-istess ħin l-ajruport Internazzjonli ta' Malta se joffri skema ta' aċċess għall-impjegati ta' xi aġenziji u ditti li joperaw u jagħtu servizz mill-ajruport.", "Ovvjament l-impjegati tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta mhumiex ser iħallsu direttament għall-parking.", "REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL - PERSUNI LI JIEĦDU ĦSIEB L-ANZJANI", "15237.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Persuna xebba li għamlet fuq erbgħa snin tieħu ħsieb missierha li kien marid u allura ma setgħetx taħdem, dan iż-żmien jista' jgħoddilha bħala żmien li kienet qisha tirreġistra issa ladarba missierha ġie nieqes u tixtieq issib impieg?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-priorita' tar-reġistrazzjoni tiġi determinata mid-data effettiva ta' meta persuna tibda tirreġistra.", "MARSAXLOKK - SERVIZZ TA' ILMA F'KAVALERIZZA", "15238.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Minħabba li fil-Kavalerizza Housing Estate f'Marsaxlokk għad hemm madwar sebat idjar ġodda bla ilma għax għadu ma ġiex mgħoddi l-main ta' l-ilma, x'possibbilta' hemm li dan isir?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-istallazzjoni ta` main ġdid li jwassal għas-sebgħat idjar ġodda fil-Kavalerizza Housing Estate Marsaxlokk hu nkluż fil-programm tax-xogħlijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- Ilma.", "ATTARD - ISMIJIET TA' TOROQ", "15245.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li Triq Mosta u Triq Pitkali, ġewwa Ħ'Attard, jiġu msemmija Triq Papa Ġwanni Pawlu II biex ifakkru meta l-Papa kien residenti proprju f'din it-triq (In-Nunzjatura) fiż-żjara tiegħu fostna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser ngħaddi s-suġġeriment tal-Onor.", "Membru lill- Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq għall-pariri tiegħu fuq is-suġġett.", "SANTA VENERA - TISWIJA TA' TRIQ CARINI", "15246.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Issa li x-xogħol fuq il-bini tal-Bank of Valletta f'Carini Street, Santa Venera tlesta, jista' l-Ministru jgħid meta din it-triq se tingħata t- tarmac peress li hija mimlija ħofor u tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Din it-triq kienet diġa' asfaltata għalhekk hija r- responsabbilta tal-Bank of Valletta li jerġa` jġib it-triq fl-istat li kienet.", "Madankollu t-triq se tingħata l-manutenzjoni meħtieġa.", "QORMI - TISWIJA TA' TRIQ L-ISQOF SCICLUNA", "15248.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi quddiem il-lok Nru. 73, Triq l-Isqof Scicluna, Ħal Qormi l-art taħt il- bankina ilha mħarbta xhur (kien tħaffer gandott, imtela', iżda din il-parti niżlet), jista' l-Ministru jieħu passi malajr biex isiru t-tiswijiet meħtieġa billi r-residenti qed ikollhom inkonvenjent kbir miċ-ċaflis li hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jara x`jista` jagħmel dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "SWALI TAT-TIĠIJIET - VAT", "15249.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Għalkemm id-diskussjoni fuq il-VAT u fuq kollox id-dettalji tagħha għad iridu jistennew, billi l-għarajjes iridu jqisu sewwa l-ispejjeż tagħhom u waħda minn dawn hi l-kiri tas-sala, li jrid isir bil-quddiem sewwa, jista' l- Ministru jagħti dan it-tagħrif:-", "Jista'jgħid jekk hux se jibqa' l-ħsieb li l-VAT tkunx imposta fuq il-kiri ta' swali, vilel, ġonna, eċċ liċenzjati għar-riċevimenti tat-tiġijiet;", "Jistax jispeċifika jekk il-catering f'dawn ir-riċevimenti hux se jkun eżentat jew zero-rated; u", "l-istess dwar daqq, servizz ta' video recording, karozzi mikrija, eċċ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, bħalissa għaddej proċess ta' konsultazzjoni li kif dikjarat fil-white paper jagħlaq fl-aħħar ta' Frar.", "Ftit wara din id-data, tkun tista' tingħata l-informazzjoni kollha.", "S'issa l-pożizzjoni hi kif murija fid-draft tal-liġi pubblikata mal-white paper.", "PULIZIJA - MEMBRU LI RĊIEVA FLUS MINGĦAND MORGUELLO", "15253.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar allegazzjoni li saret f'artiklu li deher f'\"Kulħadd\" tas-16 ta' Jannar, 1994 fejn intqal li pulizija irċieva xi flus (bribe) mingħand ċertu Sqalli jismu Morguello in konnessjoni ma' għoti ta' permessi għall-fabbrika?", "Jekk saret investigazzjoni, x'inhuma r-riżultati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva ninsab informat li l-Pulizija tat każ ta' l- artikolu msemmi fil-Mistoqsija u qed tagħmel l-investigazzjoni meħtieġa biex tara x'veraċita' jista' jkun hemm fl-allegazzjonijiet li saru f'dak l- artikolu.", "L-ewwelnett ma jirriżultax, dak li qed jiġi ċitat fil-Mistoqsija, li f'dan l-artikolu \"ntqal li pulizija rċieva xi flus ('bribe') mingħand ċertu Sqalli jismu Morguello in konnessjoni ma' għoti ta' permessi għall- fabbrika\".", "Barra minn hekk waqt l-investigazzjonijiet li saru s'issa mill-Pulizija bl-ebda mod ma rriżulta li xi uffiċjali pubbliċi talbu xi flus lil Emanuele Morguello.", "Morguello lill-Pulizija qalilha li persuni aktar jixbħu lill-vagabondi milli lil xi ħaġa oħra.", "Avviċinawh u tawh x'jifhem li jistgħu jgħinuh fl- akkwist tal-permessi meħtieġa kontra kumpens.", "Il-Pulizija insistiet li Morguello jgħinha tibni foto-identikit tal-wiċċ ta' dawn iż-żewġ persuni.", "Morguello qal li m'għandu l-ebda idea min huma dawn iż-żewġ persuni.", "Hu sostna wkoll li ma kienx ħadhom bis-serjeta' u ma tahom l-ebda importanza.", "Meta Morguello ġie mistoqsi jispjega allegazzjonijiet fl-artikolu li jirreferu għal uffiċċjali pubbliċi, sostna li ħafna minn dak li deher fl- artikolu hu montatura ġurnalistika u mimli eseġerazzjoni.", "Morguello iddikjara li huwa qatt ma ġie avviċinat minn xi persuna magħrufa ta' xi awtorita' kompetenti kif implikat fl-artikolu.", "BIRKIRKARA - ZEBRA CROSSING FI TRIQ NAXXAR", "15254.", "L-ONOR.", "RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jsiru zebra crossing fi Triq Naxxar, Birkirkara (ħdejn il-Mitħna) peress li din hija area li fiha ħafna pedestrians jaqsmu t-triq traffikuża tista' tgħid kontinwament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jaqbel li tista' ssir 'Pedestrian Crossing', iżda trid tkun attrezzata bit- 'Traffic Lights', sabiex jonqsu l-perikli li toħloq 'crossing' normali.", "Id-Direttur tax-Xogħlijiet qiegħed jiġi informat sabiex jieħu ħsieb it- twettieq tax-xogħol meħtieġ.", "DJOĊESI T'GĦAWDEX", "15255.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Prim Ministru: Kemm qed imissha fis-sena d-Djoċesi ta' Għawdex mill-ammont mogħti lill-knisja b'rikompens għall-beni mmobbli li hija għaddiet lill-Gvern?", "Dawk is-saċerdoti li kellhom xi raba' tal-Knisja bħala benefizzju mingħand min suppost jibdew jitħallsu ta' kull sena bħala ntrojtu tal- benefizzju tagħhom, mingħand il-Gvern jew mill-Kurja rispettiva tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jpoġġi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi.", "SANTA VENERA - BINI F'OLD RAILWAY JUNCTION", "15256.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'azzjoni ttieħdet kontra s-sid tal-bini li nbena abbużivament 'il barra mill-linja tat-triq, f'Old Railway Junction kantuniera ma' Braille Street, f'Santa Venera?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li diġa' ttieħdu passi mill- Awtorita` fuq is-sit imsemmi u fil-fatt inħarġet Stop Notice fis-7 ta` Ottubru 1993.", "Nifhem li l-irregolarita` mhux neċessarjament dak li qed jallega l-Onor.", "Interpellant.", "SIGGIEWI - FENCING FIL-GROUND TAL-FOOTBALL", "15257.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jara li jsir fencing madwar is-sit li qiegħed jintuża bħala ground tal-football fin-nofs tal-Housing Estate tas-Siġġiewi (wara Triq il-Għid) peress li dan il-logħob qiegħed jikkawża inkonvenjent u ħsara lir-residenti ta' madwar dan il-ground?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Risposta tingħata f`seduta oħra.", "SIGGIEWI - MAIN TAD-DRENAĠĠ FI TRIQ MONS.M.AZZOPARDI", "15258.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta se jitlesta l-main tad-drenaġġ fil-parti t'isfel ta' Triq Mons. M.Azzopardi fis-Siggiewi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li dan ix-xogħol hu pprogrammat li jitlesta għal April ta` din is-sena.", "RABAT - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "15259.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'azzjoni qiegħda tittieħed sabiex titwaqqaf dik in-nixxiegħa ta' drenaġġ li ġej minn taħt Għeriexem, ir-Rabat u jispiċċa fil-Wied tal-Ħemsija u jibqa' sejjer għal Ħaż Żebbuġ peress li hemm il periklu reali li dan id- drenaġġ jikkontamina l-ilma tal-boreholes li hemm fil-viċin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li bħalissa qed isir xogħol ta` manutenzjoni tas-sistema tad-drenaġġ taħt l-Għeriexem Rabat.", "Inżid ngħid li huwa maħsub li dan il-`main` jinbidel fil-futur.", "PULIZIJA - VETTURA MISRUQA", "15260.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara għaliex il-vettura S 3324 li ġiet misruqa f'Novembru, 1992 u misjuba mill-pulizija, għadha f'idejn il- pulizija, u dan b'detriment għall-istess persuna li sofriet is-serqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-vettura tinsab esebita f'każ pendenti quddiem il-Qorti.", "Għalkemm saret talba lill-Qorti minn sidha, sal-lum għada ma ngħatatx lura għaliex l-esperti appuntati mill-Qorti għadhom ma lestewx ix-xogħol tagħhom.", "LUQA - GANDOTT FL-INĦAWI TA' ĦAL FARRUĠ", "15261.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jordna illi l-kuntrattur li għadda s-servizz ta' drenaġġ f'xi nħawi ta' Ħal Farruġ, Luqa jneħħi t-terrapien li ħalla u jagħlaq il- gandott bit-tarmac?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-kuntrattur diġa' ġie ordnat biex ineħħi l-materjal imsemmi.", "Sadanittant l-aħħar pagament lil dan il-kuntrattur inżamm sakemm isir ix- xogħol mitlub.", "GARAXXIJIET - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "15262.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega kif garages li m'għandhomx drenaġġ xorta qed jiġu mġiegħla jħallsu Lm5 għas-servizz ta' drenaġġ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ġbir tal- ħlasijiet ta' liċenzji huma responsabbilta tal-Pulizija.", "Għalhekk nitlob lill Onor, Membru biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.", "GARAXXIJIET - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "15263.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega kif garages li m'għandhomx drenaġġ xorta qed jiġu mġiegħla jħallsu Lm5 għas-servizz ta' drenaġġ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kull min għandu `trading licence` għandu japplika għal permess mid-Dipartiment tad-Drenaġġ għal rimi ta` skart likwidu fis- sistema tad-drenaġġ.", "Fil-każ li qed isemmi l-Onor.", "Membru dawk il-garages u fondi ndustrijali oħra li m`għandhomx drenaġġ għandhom japplikaw biex id-Direttur tad- Dipartiment tad-Drenaġġ ikun jista` jiddeċiedi jekk `il quddiem dawn ikollhomx bżonn li jerġgħu japplikaw u biex ikun sodisfatt li ma tkunx qed issir xi ħsara xi mkien ieħor minn skart likwidu ġġenerat fil-fond bla drenaġġ.", "CAMARCO - ĦLAS LILL-KUMPANNIJI MALTIN", "15264.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress illi kumpanniji Maltin għandhom pendenzi ta' ħlasijiet li jammontaw għal miljuni ta' dollari mar-Russja, jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu dawn il-kumpanniji mingħand il-Camarco?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Ninsab informat li l-kumpannija Camarco hi waħda privata.", "CAMARCO - ĦLAS LILL-KUMPANNIJI MALTIN", "15265.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Peress illi kumpanniji Maltin għandhom pendenzi ta' ħlasijiet li jammontaw għal miljuni ta' dollari mar-Russja, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu dawn il-kumpanniji mingħand il-Camarco?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ma nahsibx li l-aspett kummercjali ta` l- interpellanza ghandha tigi risposta.", "F`aspett iktar personali jidher li l- protokoll qieghed jiffunzjona posittivament, in partikolari wara li jiena mort Moska, u ltqajt ma l-awtoritajiet koncernati fit-2 ta` Dicembru, 1993.", "SIĠĠIEWI - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "15267.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li se jsir u meta, sabiex tiġi solvuta l-problema ta' l-overflow tad-drenaġġ li jkun ġej minn naħa ta' l- appartamenti ġodda tal-Gvern u li jispiċċa fl-egħlieqi li hemm taħt il- ground tal-football fis-Siġġiewi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol ta` tkomplija ta` mina tad-drenaġġ li tieħu d-drenaġġ minn Tal-Ħesri, Siġġiewi diġa' qiegħed isir bħalissa.", "ŻABBAR - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "15292.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi l-kawża tal-ħruġ tad-drenaġġ li nitten l-area tal-blokk bini u ta' Triq il-Ward, fil-Qasam tad-Djar il-Kbir f'Ħaż Żabbar?", "Għaliex tħalla għal xhur sħaħ ħiereġ?", "Instab xi rimedju dwar dan biex ir-residenti ma jibqgħux jgħixu fl- intiena u l-periklu tal-mard?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li s-sistema ġiet imnaddfa permezz ta` bowser b`ilma bi pressa.", "Irriżulta li kien hemm akkumulu ta` mbarazz u ħmieġ mitfugħa b`irrisponsabbilta' minn żmien għall-ieħor mill-inkwilini.", "Skond il- \"policy\" approvata t-tneħħija ta` \"blockages\" ordinarji hija r- responsabbilta' ta` l-inkwilin u hu biss meta jidher li dawn qed jirrepetu ruħhom spiss li jinterveni d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar biex jara jekk il-kawża ta` dan is-sadd hux xi ħaġa aktar gravi.", "L-inkwilini għandhom ikunu responsabbli u jaraw li minn żmien għal ieħor iżommu postijiet komuni tal-blokk nodfa u dan japplika ukoll għas-sistema tad-drenaġġ.", "B`mod partikolari għandhom joqgħodu attenti li ma jitfgħux oġġetti solidi (bħal boroż tal-plastik) għax dawn bilfors jikkawżaw sadd.", "EDUKAZZJONI GHAL ADULTI", "15303.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Fit-2 ta' Marzu tas-sena l-oħra kien beda kors fil-għodu għall-adulti li kellu jwassal biex il-parteċipanti jkunu jistgħu jagħmlu wkoll l-eżamijiet ta' livell \"Ordinarju\", f'suġġetti bħal: Malti, Ingliż, Matematika, Taljan jew Franċiż, u Studju Soċjali.", "Peress li l-kors kellu suċċess kbir ħafna ħasbu li kien se jkompli f'Ottubru, 1993; iżda baqa' ma bediex.", "Wara, f'ġurnali lokali, qrajna li l-kors se jitkompla f'Jannar ta' din is-sena.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan il-kors reġax beda f'Jannar, 1994?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fetaħx kors ieħor ġdid għal dawk l-individwi li s-sena l-oħra ma kenux laħqu applikaw?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "ZEJTUN - DAWL FIT-TOROQ", "15304.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' Enemalta tieħu ħsieb xi ħsarat fl-istreet lighting ta' ħdejn 45, Triq Sant'Anġlu u 66 Triq Sant'Anġlu, fiż-Żejtun?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "SERVIZZ CIVILI - TAHRIG TA' IMPJEGATI", "15308.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ċerti preżentaturi ta' programmi ta' diskussjoni fuq PBS (TV) qed jitħallsu aktar milli uffiċjalment dikjarat ħalli jevadu t- taxxa?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid ma min minnhom sar dan l- arranġament?", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment ikkonċernat dwar il-problema pendenti/u antika ta' ħruġ ta' drenaġġ fil-btieħi t'uħud mill-blocks ta' Ballut Str, San Gwann Housing Estate?c Jista' l-Prim Ministru jgħid x'courses ta' tagħlim isiru speċifikament għal Civil Servants:", "a) wara l-ħin tax-xogħol; u", "b) waqt il-ħin tax-xogħol, separatament?", "Kemm minn dawn huma direttament konnessi max-xogħol li jagħmlu s-Civil Servants u kemm magħmulin biex jagħtu kultura aktar wiesgħa lis-Civil Servants fil-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lista tal-Courses organizzati matul l-1993 mill-iStaff Development Organisation (SDO).", "Din il-lista tkopri l-courses kollha, kemm dawk li jsiru matul il-ħin tax-xogħol kif ukoll dawk li jsiru wara tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmini f'din is-Seduta.", "Il-courses ta' wara l-ħin tax-xogħol huma dawn:", "a) Franċiż għal dawk li jibdewh b) Franċiż f'livell intermedju ċ) Franċiż amministrattiv d) Ġermaniż f'livell intermedju", "Minbarra t-taħriġ centrali li tieħu ħsieb l-SDO, hemm ukoll dipartimenti f'Ministeri oħra li jagħtu taħriġ speċjalizzat huma wkoll.", "SKEJJEL - LINGWA GHARBIJA", "15309.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-Gvern biex jippromwovi t-tagħlim tal-lingwa Għarbija:", "a) fl-iskejjel kollha tal-Gvern u privati; u", "b) fis-settur tas-Servizz Ċivili?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fis-sena skolastika li għaddiet, id- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, bis-saħħa taċ-Ċentru ta' l-Ilsien Għarbi, żied l-isforzi tiegħu biex iħeġġeġ it-tagħlim ta' l-Għarbi fl-iskejjel.", "Din is-sena dawn l-isforzi għadhom għaddejjin.", "Dan l-aħħar iċ-Ċentru ta' l- Ilsien Għarbi ġie fornut b'dan it-tagħmir: televiżjoni, video recorder, photocopier, overhead projector, typewriter elettronika Għarbi/Ingliż, slide projector, u kompjuter bl-Għarbi/Ingliż b'laser printer.", "Saret laqgħa għas-surmastrijiet li fiha kienet diskussa l-qagħda tat-tagħlim ta' l- Għarbi u x'jista' jsir biex ikunu mħajra aktar studenti jagħżlu dan l- ilsien u jitjieb it-tagħlim tiegħu.", "1) Il-personnel taċ-Ċentru żaru l-iskejjel ta' l-Istat u spjegaw l- importanza tat-tagħlim ta' l-Għarbi lill-ġenituri li wliedhom kienu waslu biex jagħmlu l-għażla tas-suġġetti tagħhom għat-tielet klassi.", "2) Matul dawn iż-żjajjar fl-iskejjel ta' l-istat tqassmu 10,000 fuljett li jispjegaw l-importanza tat-tagħlim ta' l-Għarbi.", "3) B'riżultat ta' dan kien hemm żjieda ta' studenti li għażlu l-Għarbi għal din is-sena skolastika.", "(12-il studenta ġdida).", "4) Tliet għalliema ġodda li bdew jgħallmu l-Għarbi qed jattendu \"in service course\".", "5) Se tinħareġ rivista għall-iskejjel dwar l-ilsien Għarbi.", "6) Qed tiġi diskussa l-possibbilta' ta' programm dwar il-kultura u l- ilsien Għarbi fuq it-televiżjoni, kif ukoll lezzjonijiet ta' fil-għaxija fiċ-Ċentru għal dawk li jinteressahom l-Għarbi.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI LI JAFU BL-GĦARBI", "15310.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru għall- Affarijiet Barranin li jafu l-lingwa Għarbija?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Jiena nformat li fil-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin hemm 9 ufficjali li jafu l-lingwa Gharbija.", "SERVIZZ ĊIVILI - ALLOWANCE LILL MIN JITGĦALLEM L-GĦARBI", "15311.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-allowance li kienet tingħata lis-civil servants bejn l- 1978 sa' l-1983 biex ikun ta' inċentiv għal min jitgħallem il-lingwa Għarbija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Wara ċ-Ċirolari tal-OPM 37/75, dawk l- impjegati tal-Gvern li kienu attendew b'suċċess il-kors tal-Għarbi ngħataw increment jew increment u nofs jew żewġ increments - skond il-grad - fl- iskala tas-salarju tagħhom.", "SKEJJEL - LINGWA GĦARBIJA", "15312.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: X'inhu jagħmel il- Gvern biex jippromwovi t-tagħlim tal-lingwa Għarbija (a) fl-iskejjel kollha tal-Gvern u privati? (b) fis-settur tas-Servizz Ċivili?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li taħ il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani għal Mistoqsija Numru 15309.", "TARXIEN - KLABB TAL-BOĊĊI", "15313.", "L-ONOR.", "CARM LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 15131 li jien indirizzajt lill-Ministru għall-Ambjent u li fit- tweġiba ġejt mitlub ngħaddiha lilek?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Risposta tingħata f`seduta oħra."]} {"filename": "20011218_673d_par.doc", "date": "2001-12-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 673 It-Tlieta, 18 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 673", "It-Tlieta, 18 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "673", "It-Tlieta, 18 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 473", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 473", "TQEGĦID TA' KARTI 478", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT KONTRA MONEY LAUNDERING (KUMITAT) 478", "PREVENTION OF MONEY LAUNDERING (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 478", "AĠĠORNAMENT 505", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 672 li saret fit-18 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "CAPITAL IMPREST EQUIPMENT", "30428.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti l-vot tal-capital imprest equipment għas-sena skolastika 2000-2001 għal kull skola governattiva primarja, sekondarja, trade school, junior lyceum u post-sekondarju?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "E-MAIL", "30429.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa estiż is- servizz ta' l-e-mail fost l-għalliema, fost il-kapijiet u fost l-istudenti fl-iskejjel statali?", "ONOR.", "JOHN DALLI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li f'dawk l-iskejjel li għandhom aċċess għall-internet, kull student u għalliem se jkollu l-possibilta` ta' e-mail account.", "Kull skola għandha l- e-mail address tagħha li jista' jiġi utilizzat mill-amministrazzjoni ta' l- iskola.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "30430.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 30290?", "ONOR.", "JOHN DALLI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li t- tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-iskejjel, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MFSC", "30431.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi mill- MFSC dwar dawk li kellhom polza ta' assigurazzjoni mal-kumpannija Micallef?", "Jista' jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li ħallsu dawn il-policy holders?", "Hemm xi ħsieb li l-policy holders jirkupraw il-flus li tilfu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellanbt li ċ-Ċentru għas- Servizzi Finanzjarji ta' Malta kien ħareg tliet avviżi li jġibu d-data ta' l-20 ta' Ġunju, 2001, l-4 ta' Lulju, 2001 u l-11 ta' Awissu, 2001.", "B'dawn l-avviżi, id-detenturi ta' polza ta' Independent Insurance Company Limited, li kienu rappreżentati f'Malta mill-aġent ta' l-assigurazzjoni Micallef Insurance Agency Ltd. ġew avzati illi:", "a) Il-High Court of Justice ta' l-Ingiliterra ħatret il- PricewaterhouseCoopers ta' Plumtree Court, London EC4A 4HT bħala stralċjarji proviżorji ta' Independent;", "b) Li l-assi li Independent għandha hawn Malta eventwalment jiġu wżati biss biex jitħallsu l-obbligi marbuta mal-kummerċ ta' l-assigurazzjoni li Independent mexxiet f'Malta fosthom ir-return premiums u claims.", "F'kaz li l-assi tal-kumpannija ma jkunux biżżejjed biex jitħallsu l-obbligi kollha tad-detenturi ta' polza u kredituri oħrajn, isiru ħlasijiet fuq bażi pro- rata.", "ċ) Li l-ebda ħlas ma jista' jsir sakemm l-obbligi kollha li Independent għandha f'Malta jkunu magħrufa.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru, b'mod partikolari għal items (b) u (c), jista' jagħti indikazzjoni jekk hemmx data tentattiva jew indikattiva meta jistgħu jsiru magħrufa l-obbligi kollha li l-Independent għandha f'Malta billi issa għaddew xi sitt xhur minn mindu faqqa' l-każ pubblikament għall-ewwel darba?", "Hemm xi indikazzjonijiet li l-assi tal-kumpannija m'humiex se jkunu biżżejjed biex iħallsu l-obbligi kollha tad-detenturi tal-polza u ta' kredituri oħrajn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment billi aħna qegħdin nistennew li jkun hemm id-dikjarazzjoni ta' l-obbligi kollha u dawk li għandhom dawn id-debiti favur din il-kumpannija jiddikjarawhom, m'għandniex dati fissi ta' meta dan se jsir pero` finalment tiġi ffissata data biex wieħed ikun jista' jaqta' linja.", "Sakemm ma nkunux nafu x'inhuma l-obbligi kollha, ma jistax wieħed jagħmel statement fuq jekk l-assi li hemm humiex biżżejjed biex jonoraw dawn l-obbligi li għadna ma nafux kemm huma.", "ETC", "30434.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni tal-Korporazzjoni ta' Impjiegi u Taħriġ meta tiddeskrivi l-livell ta' dawk li jfittxu x-xogħol bħala working knowledge operator, competent jew skilled operator u \"O\" level jew City & Guilds?", "Kif tistabbilixxi l-livell ta' kompetenza fid-definizzjoni tagħha l-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Id-definizzjonijiet li tuża l-korporazzjoni meta tiddeskrivi l- livell ta' dawk li jfittxu x-xogħol huma kif ġejjin:", "1.", "Working Knowledge Operator: Il-persuna setgħet ħadmet għal ftit żmien f'qasam partikolari iżda mhux biżżejjed biex titqies li hi kompetenti;", "2.", "Competent/Skilled Operator: Il-persuna jkollha esperjenza tax-xogħol f'qasam partikolari iżda ma jkollhiex ċertifikati x'turi;", "3.", "O'level/City & Guilds: Jekk hux fil-pussess ta' kwalifiki relattivi.", "Fl-assenza ta' livelli u standards ta' kompetenza, l-ETC qiegħda tuża dawn id-definizzjonijiet wiesa' bil-ħsieb li ma tillimitax iżżejjed l- opportunitajiet li persuna qiegħda tikkwalifika għalihom.", "GĦAWDEX - QGĦAD", "30435.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-tagħrif mogħti bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29760, jista' l- Ministru jagħti l-istess tagħrif għar-reġjun inner harbour; outer harbour; south eastern; western u northern lokalita b'lokalita`, reġjun b'reġjun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mehmuz issib l-informazzjoni mitluba għal dawk il- persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Malta fl-aħħar ta' Settembru 2001 fuq l-ewwel parti tar-reġistru.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA TAL-LINGWA FRANĊIŻA", "30473.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm kotba tal-lingwa Franċiża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intnefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal- Libreriji u Arkivji xtara 154 ktieb bl-ilsien Franċiż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm229.", "24 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-librerija tal-Birgu u erba' kotba oħra intbagħtu fil-librerija tal-Fgura.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA TAL-LINGWA INGLIŻA", "30475.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm kotba tal-lingwa Ingliża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intnefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 7,020 ktieb bl- ilsien Ingliż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm10,236.", "272 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-librerija tal-Birgu u 137 kotba oħra intbagħtu fil-librerija tal-Fgura.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA TAL-LINGWA TALJANA", "30476.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm kotba tal-lingwa Taljana nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intnefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 1634 ktieb bl- ilsien Taljan għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm235.", "31 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-librerija tal-Birgu u disa' kotba oħra intbagħtu fil-librerija tal-Fgura.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA TAL-LINGWA ĠERMANIŻA", "30478.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm kotba tal-lingwa Ġermaniża nxtraw tul is-sena 2001 għal libreriji pubbliċi, kemm intnefqu flus u kemm minn dawn għaddew lil librerija reġjonali tal-Birgu u dik li waslet biex tkun lesta fil-Fgura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li matul l-2001 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara 99 ktieb bl- ilsien Ġermaniż għal-libreriji pubbliċi, li swew Lm163.", "15 minn dawn il-kotba intbagħtu fil-Librerija tal-Birgu u żewġ kotba oħra ntbagħtu fil-librerija tal-Fgura.", "FORTIZZA TAS-SILĠ", "30479.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal domanda parlamentari nru.", "22740, jista' jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza tas- Silġ ġietx lura f'idejn l-gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil- futur qrib?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Filwaqt li nagħmel riferenza għal risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 29476, infakkar li l-Fortizza tas-Silġ hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u m'huwiex previst li jsir kambjament fil-futur qarib.", "LAĦAM - SUSSIDJU", "30497.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari numru 30338?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal domanda parlamentari numru 30340.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli x'kienet tgħid ir-risposta għad-domanda parlamentari numru 30340?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ir-risposta kienet tgħid li qed isiru diskussjonijiet mill-partijiet konċernati fir-rigward ta' l-SMPPMA.", "It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jintemmu dawn il-konsultazzjonijiet.", "PRODUTTURI TAL-BAJD FRISK - SUSSIDJU", "30498.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari numru 30339?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal domanda numru 30340.", "UNJONI EWROPEA", "30508.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l- fatt li filwaqt li jgħid li Malta għandha qafas aħjar mill-protezzjoni tal- kwoti fuq l-ikel, l-gvern Nazzjonalista se jgħabbi lill-pajjiżna bi kwoti fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m'humiex membri wara s-sħubija ta' Malta fl-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-sistema tal-kwoti ta' l-UE m'hijiex qiegħda hemm bħala protezzjoni iżda bħala pass ieħor ta' liberalizzazzjoni skond il- prinċipji tal-WTO.", "BDIEWA - ĦSARAT", "30512.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga l-ħsarat li saru lill-bdiewa fil-Baħrija u Imtaħleb kawżati mis-silġ li għamel fl- inħawi nhar it-Tlieta 11 ta' Diċembru, 2001?", "Jista' jara li dawn il-bdiewa jingħataw kumpens xieraq peress li kien hemm minn sarlu b'aktar minn Lm 2,000 fi ħsarat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment konċernat jinvestiga kull każ li jasallu ta' ħsarat kawżati mill-maltemp.", "Jien informat li d-dipartiment irċieva tliet rapporti dwar ħsarat li setgħu ġew kaġunati mill-maltemp fil-11 ta' Diċembru, 2001.", "RABAT SCOUT GROUP", "30513.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-iżvilupp tat-talba tar-Rabat Scout Group sabiex jkollhom ċentru ġdid fejn jorganizzaw aħjar lit-tfal tar-Rabat u l-Imtarfa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Identifikajna biċċa art li ġiet inkluża ma' artijiet u faċilitajiet oħra li ser jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament biex jingħataw b'titlu legali lir-Rabat Scout Group biex jiġu milqugħa l-ħteġijiet tagħhom", "VARJETAJIET TA' ĦXEJJEX", "30515.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani fuq liema varjetajiet ta' ħxejjex u frott saret riċerka fil-farm esperimentali matul is-sena li għaddiet u din is-sena?", "X'riżultati ħallew u x'rakkmandazzjonijiet saru lill-bdiewa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PLANNING AUTHORITY - APPLIKAZZJONIJIET", "30549.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kien hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għal bini jew estensjoni ta' skejjel ġodda?", "Minn min saret kull applikazzjoni?", "Meta saret?", "F'liema lokalita`?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul is-sena 2001 ġiet sottomessa 26 applikazzjoni lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar għall-bini jew estensjoni ta' skejjel akkademiċi ġodda.", "Id-dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - STUDENTI TAL-FORM IV", "30550.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ta' din is- sena skolastika kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti għax ikunu temmew il-Form IV fl-iskola sekondarja?", "Kemm minnhom jattendu skejjel ta' l- Istat?", "Kemm mit-total huma subien u kemm bniet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li t- tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STUDENTI - PERMESSI", "30551.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm-il student ingħata permess jitlaq mill-iskola qabel iż-żmien?", "Kemm kienu subien u kemm bniet?", "X'kienu r-raġunijiet prinċipali għal dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - ASSISTENTI DIRETTURI", "30555.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa jekk hemmx vakanzi fil-grad ta' assistent direttur ta' l-edukazzjoni?", "Jekk iva, f'liema taqsima?", "Kemm se jirtiraw assistenti diretturi sa l-aħħar ta' din is-sena skolastika?", "F'liema taqsimiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li t- tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - KAPIJIET", "30556.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet ta' l-iskejjel li se jirtiraw matul din is-sena skolastika iżda wara l-1 ta' Jannar, 2002?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ikun magħruf li se jirtira kap jew assistent kap għaliex ma jinħatrux oħrajn flokhom xi żmien qabel ma jirtiraw biex jkun hemm handover suret in-nies?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Peress li t- tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MELLIEĦA - SCANNER", "30558.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Rita Law) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iscanner tar-Red Tower taz-zona tal-Mellieħa jaħdimx?", "Jekk le, minn meta ilu bil-ħsara?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Prim Ministru): Ma jidhirlix li din l- informazzjoni għandha tkun ippubblikata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2000/2001; u", "Estimi finanzjarji tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2001/2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali ta' l-Awtorita` Maltija dwar l-iStandards għas-sena 2001; u", "Estimi Finanzjarji ta' l-Awtorita` Maltija dwar l-iStandards għas-sena bejn l-1 ta' Ottubru 2001 u t-30 ta' Settembru 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT KONTRA MONEY LAUNDERING", "PREVENTION OF MONEY LAUNDERING (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Emenda ta' artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 – Amendment of article 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola tittratta d- definizzjoni tal-kelma \"korp\", liema definizzjoni issa se tidħol fil-lista ta' definizjonijiet li hemm fl-att prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Żieda ta' intestatura ġdida ma' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Addition of new heading to the principal Act.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola hija sempliċement introduzzjoni ta' intestatura fl-att billi issa se nżidu sezzjoni sħiħa li tirrelata ma' dan il-korp tal-finance intelligence unit.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Żieda ta' intestatura ġdida u ta' artikoli ma' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Addition of new heading and articles to the principal Act.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola fiha l-introduzzjoni ta' ħafna artikli li jirrelataw mat-twaqqif u l-organizzazzjoni ta' dan il-korp li se jkun il-finance intelligence unit.", "Nissuġġerixxi li nieħdu din il- klawsola artiklu artiklu skond kif se jidħlu fil-liġi u nirriferu għalihom bin-numru ta' l-artiklu biex ma nitfixklux.", "Imbagħad il-vot neħduh darba għaliex hija klawsola waħda.", "THE CHAIRMAN: Jidher li hawn qbil dwar dan.", "Kompli Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'artiklu 14 kif propost f'din il-klawsola għandna d- definizzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, kif spjegajt il-bieraħ aħna naqblu fil- prinċipju ma' din il-liġi u kien għalhekk li vvutajna kif ivvutajna fis- Second Reading.", "L-item li xtaqt nikkummenta fuqu at this stage m'hijiex marbuta ma' emenda as such imma hija osservazzjoni li għamilt anke l-bieraħ fir-rimarki tiegħi.", "Meta qed nirriferu għal awtorita` sorveljanti f'dan l- artiklu, qed ngħidu għar-regolamenti li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien taħt dan l-att jew kif jista' jiġi preskritt taħt dan l-att.", "Dwar jekk twaqqif ta' awtorita` għandhiex tkun an enabling law jew le huwa argument li ma nispiċċaw nitkellmu fuqu qatt u kull naħa għandha r- raġunijiet tagħha imma nappella sinċerament li jekk se jkun hemm xi emendi għal din il-liġi li aħna nqisu li hija delikata u sensittiva nkunu ħafna iktar komdi u konfortati jekk il-gvern iġib emendi f'dan il-Parlament milli jagħmel emendi b'saħħa ta' legal notice.", "Il-gvern għandu dritt legali li jagħmel dan imma naħseb li jkollna liġi li qed tipprovdi għat-twaqqif ta' unit bħal dan li jiġbor fih ċerta intelligence u information gathering sensittiv huwa importanti li jkun hemm diskussjoni fil-Kamra kollha, għalkemm huwa veru li legal notice tista' tiġi kkontestata.", "Aħna ma nixtequx li noqogħdu nikkontestaw legal notice fuq xi ħaġa li qed naqblu dwarha fil-prinċipju imma nippreferixxu li jkun hemm emendi li jitressqu fil-Parlament.", "Jien naħseb li fuq din il-liġi konna raġjonevoli ħafna u żgur li m'aħniex se nfettqu sempliċement biex inkunu differenti min-naħa tal-gvern sakemm dak li jkun qed jiġi ssuġġerit, fil-fehma tagħna bħala grupp parlamentari, ikun jagħmel sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jien nifhem dak li qed jgħid l-Onor.", "Brincat u naturalment dan jiddependi mill-entita` tat-tibdil ikun qed isir għax ħafna drabi anke b'konsultazzjoni u b'legal notice nistgħu nimxu, m'hemmx għalfejn noqogħdu niġu hawnhekk fil-Parlament.", "Dan jagħtina iktar flessibbilta` pero` nifhem ukoll l-importanza ta' din il-liġi u l-fatt li trid tkun taħt ċerta skrutinju kif qed jgħid l-Onor.", "Brincat.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki( (Onor. Membri: No) Mela nistgħu ngħaddu għal artiklu 15.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, artiklu 15 jittratta t-twaqqif tal-korp u jgħid li dan għandu distinzjoni legali u li jista' jidħol fi ftehim ma' korpi u awtoritjiet jew aġenziji barranin oħra għall-finijiet tal-funzjoni tiegħu.", "Qegħdin nipproponu wkoll li l-finanzjament tal-korp ikun permezz tal-ministeru tal-finanzi, jiġifieri ikun parti mill-budget tal-ministeru tal-finanzi u allura l-vot ikun approvat fil-Parlament bħala parti mill- budget tal-ministeru tal-finanzi meta niġu għall-fond konsolidat u l-budget normali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, qabel nipproponi l-emenda li għandna għal dan l-artiklu xtaqt ngħid xi ħaġa dwar subartiklu 15 (1) li jitkellem dwar it-titlu ta' l-aġenzija.", "Hawnhekk il-gvern qed jirriferi għall- aġenzija bħala korp għall-analisi ta' informazzjoni finanzjarja, jiġifieri minflok qed isejħilha financial intelligence unit qed isejħilha financial intelligence analysis unit.", "Huwa veru li in passing il-Ministru rrifera għal dan il-unit bħala FIU, imma kif kelli l-okkażjoni nispjega l-bieraħ, għalkemm dawn il-units fil-prinċipju għandhom l-istess għanijiet u kulma jkun hemm differenti bejn ġurisdizzjoni u oħra hija pjuttost kwestjoni ta' enfasi iktar milli ta' poteri u setgħat, għandek minn naħa l-financial intelligence unit imbagħad min-naħa l-oħra fejn forsi l-kelma \"intelligence\" ħassew li jista' jkollha konotazzjoni li tibgħat sinjali jew perceptions negattivi, ġieli sejħulhom financial analysis units.", "Hawnhekk il-gvern donnu pprova jlaqqa' flimkien iż-żewġ templates għax minn naħa kellna l-FIU u min-naħa l-oħra kellna l-FAU u issa għandna FIAU.", "Fil-fatt il-gvern qed jipproponi financial intelligence analysis unit.", "Jien aktar milli nfettaq fuq l-isem xtaqt li l-Ministru jindikalna x'wassal lill-gvern sabiex jasal għal dan it-tip ta' acronym u anke dan it-tip ta' heading jew testatura għall-unit.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, kif għedt fis-second reading dan il-korp se jkun qed jaħdem fuq bażi amministrattiva u allura mhux se jkun il-korp investigattiv fis-ens li jinvestigaw il-pulizija.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti ħafna anke meta niġu għal kummenti oħra li kien semma l-Onor.", "Brincat fis-Second Reading dwar l-involviment tal-ġudikatura f'dan il-unit.", "Dan il-unit huwa magħmul minn esperti li se jiġbru l-informazzjoni u se janalizzaw din l-informazzjoni u fejn se jkun hemm każ li jistgħu jkomplu għaddejjin bih għall-prosekuzzjoni u għall-investigazzjoni ulterjuri, dawn se jgħadduh lill-pulizija huma.", "Jiġifieri huma jgħadduh lill-pulizija biex imbagħad hi bih ikompli l-investigazzjoni tagħha.", "Jiġifieri dak se jkun id- dover ta' dan il-unit.", "Kif spjegajna, dan il-unit huwa l-filtru importanti li se jirċievi r-rapporti mill-organi finanzjarji fil-pajjiż, imbagħad janalizzahom u jiffiltrahom biex jgħaddi lill-pulizija dawk il- każi li għandhom jittieħdu azzjoni fuqhom.", "Jiġifieri l-analisi hija waħda mill-affarijiet importanti li se jagħmel dan il-unit, imma ridna wkoll inpoġġu korp ta' analisi ta' informazzjoni finanzjarja.", "Jiġifieri dan huwa korp li se janalizza l-informazzjoni li se tasallu, liema informazzjoni se tasallu huwa minn żewġ għejjun; se tasallu permezz ta' rapporti tas- suspicious transaction report, u se tasallu permezz ta' rapporti li jkun qed jitlob hu, biex ikun jista' jara fuq bażi macro t-transazzjonijiet finanzjarji ħalli jara jekk jagħtuhx xi indikazzjoni li hawn xi transazzjonijiet li jistgħu joħolqu suspett.", "Jiġifieri l-funzjoni ta' dan il-unit, m'hijiex l-investigazzjoni tan-nies, imma hija li janalizza l- informazzjoni li tiġi għandu biex jara fuqhiex għandha ssir l- investigazzjoni mill-pulizija b'mod ulterjuri.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dawn il-kummenti tal-Ministru jġibuni għall-emenda nnifisha – li kopja tagħha diġa` għaddejtha lill-Ministru - li taqra hekk:", "\"A\" F'subartikolu (3) ta' artikolu 15 li hemm fi klawsola 4, għandhom jiżdiedu l-kliem:-", "\"L-Estimi, kif isir fil-każ ta' kull dipartiment governattiv, għandhom ikunu approvati mill-Parlament\".", "Huwa minnu li l-ministru bl-ispjegazzjoni li ta fejn qal li billi l-unit se taqa' taħt il-Ministeru tal-Finanzi se jipprovdi għal dan fil-budgetery estimates għal dak li jappartjeni għall-ministeru tal-finanzi, pero` aħna xorta għadna tal-fehma li ma naqblux ma' dan il-prinċipju.", "Nerġa' ngħid li aħna m'aħneix qed nitkellmu fuq persuni jew indivdwi, la fir-rigward tal-ministru u lanqas fir-rigward ta' nies li jistgħu jiġu nominati min- naħa ta' l-erba' korpi jew istituzzjonijiet konċernati; l-avukat ġenerali, il-kummissarju tal-pulizija, l-MFSC u c-central bank, biss jiena nemmen li anke meta tiġi għal dak li huwa ġbir u analizzar ta' informazzjoni, tista' tkun soġġettiv u għalhekk aħna appellajna li dan il-grupp ta' esperti - aħna dejjem fhimna kif spjega l-ministru li dawn se jkunu grupp ta' esperti – għandu jkun headed minn rappreżentant tal-ġudikatura biex jkun hemm iktar serħan tal-moħħ għall-pubbliku in ġenerali li fil-ġbir u l-analizzar ta' l-informazzjoni mhux se jkun hemm approach soġġettiva, la approach li tista' tittargittja individwi biex tibni każ fuq individwu u lanqas min-naħa l-oħra l-perception jew il-biża' li jista' jkollok xi ħadd li qed iżomm lura milli jiġbor u janalizza kulma hemm x'tiġbor u tanalizza fuq każ partikolari, jew fuq grupp ta' individwi jew fuq kumpannija.", "Għaldaqstant dan kollu jorbot ma' l-oġġezzjoni fundamentali tagħna li bażikament hija li ma naqblux li dan għandu jkun appendiċi tal- ministeru tal-finanzi.", "Il-bieraħ spjegajt kif f'ġurisdizzjonijiet oħrajn, bħall-Ingilterra, sempliċement ikun hemm liasion mat-treasury office imma ma jaqa' bl-ebda mod taħtu, anzi huwa eqreb lejn il-home office milli lejn il-ministeru tal-finanzi.", "U għaldaqstant dan se jkun punt ta' prinċipju li se jqum anke fid-deliberazzjonijiet li se jkollna fuq il-funzjonijiet l-oħra tal-korp.", "Fil-fatt l-emendi li ressaqna kollha jduru more or less madwar din il- kritika prinċipali li kellha l-oppożizzjoni l-bieraħ u dalgħodu fl- intervent tagħha.", "Għaldaqstant aħna, minkejja l-ispjegazzjoni li ta l- ministru, fid-dawl ta' emendi sussegwenti li se jkollna iktar tard dwar il- kompożizzjoni tal-korp, insostnu l-emenda tagħna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt l-emenda li għandna għal din il-klawsola partikolari ma tirrigwardjax lill-imħallef imma tirrigwardja biss, jekk qed nifhem sew, l-approvazzjoni ta' l-estimi tal-korporazzjoni għaliex fuq l- imħallef nitkellmu f'artiklu 19.", "Ejjew nikkonċentraw daqsxejn fuq l- estimi li huma s-suġġett ta' dan l-artiklu partikolari.", "Jiena nerġa' ngħid li l-flus li se joħorġu għal dan id-dipartiment se jkunu elenkati fl-estimi tal-gvern bħala parti mill-ministeru tal-finanzi, jiġifieri ma narax raġuni għal din l-emenda.", "Il-ministeru tal-finanzi se jkollu line item li jgħid il-flus li hemm bżonn għal din l- organizzazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, aħna ninsistu fuq l-emenda u jekk fil- każ inressquha għall-vot.", "Aħna m'aħniex se noqogħdu nitolbu divisions; we wanted to make a point għaliex ma' dan il-punt huma marbuta l-punti l- oħrajn li se nagħmlu iktar tard.", "Għalhekk issa sta għall-gvern jekk iħossx li hija prattika jew le fil-kuntest ta' dak li qed jipproponi min-naħa tiegħu.", "Kemm sħabi kif ukoll jien esprimejna l-fehmiet tagħna fis-second reading u ma nħossx li għandna nagħmlu ripetizzjoni f'dan l-istadju.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu mela għal artiklu 16.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, artiklu 16 kif propost fi klawsola 4 jispjega l-funzjonijiet tal-korp li jkunu responsabbli għall-ġbir, ipproċessar, analisi u tixrid ta' informazzjoni bil-għan li jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus.", "Il-unit se jkollu wkoll il-funzjonijiet importanti li jagħti pariri lill-ministru dwar l-andament fis-settur tal-money laundering u x'jista' jsir biex inkomplu nsaħħu lilna nfusna f'din il-ġlieda waqt li għandu wkoll il-funzjoni li jassigura li hawn taħriġ u informazzjoni biżżejjed, kemm mill-pubbliku u kemm mill-operaturi, dwar il-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġi miġġieled il-money laundering.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fuq punt ta' dettall, Sur President.", "Paragrafu (g) ta' dan l-artiklu juri biċ-ċar li l-funzjoni ta' din il-unit se tkun 'il hinn minn sempliċi ġbir ta' informazzjoni għax fiha nnifisha – m'iniex qed ngħid li mhux qed naqbel magħha biex inkunu ċari, imma biex norbtu ma' dak li qal il-Ministru b'mod partikolari fid-daħla tiegħu għad-diskussjoni tal- lejla - ....", "Biex min qed isegwina jifhimna aħjar ngħid li paragrafu (g) qed tipprovdi li apparti li dawn jagħmlu information gathering bħal compilation ta' statistics and records, eċċ, huma mitluba wkoll li jagħmlu rakkmandazzjonijiet, joħorġu linji direttivi, jagħtu l-pariri tagħhom lill-ministru dwar kull ħaġa u kwestjoni rilevanti għall- prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kastig li jingħata għal reati ta' money laundering.", "Jiġifieri l-limit tagħhom huwa ferm 'il hinn minn dak li qal il-ministru fid-daħla tiegħu u għaldaqstant naħseb li t-titlu li qed jagħti l-gvern lil din il-unit, fejn qed isejħilha purament a financial intelligence analysis unit, huwa daqsxejn ta' misnomer.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sintendi jien ma naqbilx ma' dan li qed jgħid l-Onor.", "Brincat għax li qed ngħidu hawnhekk hija li l-funzjoni tal-unit bażikament hija li jagħti parir lill-ministru.", "U dan bażikament huwa l-użu ta' l- analisi ta' l-informazzjoni.", "Għaliex huma għalfejn se janalizzaw l- informazzjoni?", "Biex jorqdu fuqha?", "X'se nagħmlu b'din l-analisi ta' informazzjoni?", "Jekk l-informazzjoni tagħtihom ċerti indikazzjonijiet, x'se jagħmlu?", "Se jaqbdu u jieħdu l-liġi f'idejhom u joħorġu r-regolamenti huma?", "Le, mhux se jagħmlu hekk imma se jagħtu parir lill-ministru skond l- informazzjoni li jkunu analizzaw fuq kull ħaġa u kwestjoni rilevanti għall- prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni.", "Jiġifieri m'aħniex qed ngħidu li se jagħmlu l-prosekuzzjoni huma; se jagħtu parir lill-ministru dwar kif niġu b'regolamenti, proċeduri jew formolarju ġodda ħalli nsaħħu din il-ġlieda kontra l-money laundering.", "Dawn mhux se jkunu l- prosekuturi u lanqas se jesiġu l-penali imma se jagħtu parir dwar x'għandu jsir f'dawn l-oqsma bħala esperti fil-materja biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-money laundering.", "Jiena naħseb it follows mill-analisi ta' informazzjoni, jiġifieri m'hijiex xi ħaġa kontradittorja għaliha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: L-ewwelnett irridu nagħmluha ċara li bħala oppożizzjoni aħna ma nsibu l-ebda oġġezzjoni li din il-unit ikollha din il- funzjoni u fil-fatt se nivvutaw favur din il-klawsola, pero` il-kumment li għamel il-kollega tiegħi joħroġ minn żewġ artikli, l-ewwelnett minn paragrafu (g) ta' artiklu 16.", "Il-ministru qed jargumenta bil-mod li qed jgħid li din il-unit se tiġbor dokumentazzjoni u tanalizza evidenza u informazzjoni, imbagħad jekk tħoss li għandha tagħti pariri li għandhom isiru xi arresti jew li għandha ssir investigazzjoni ulterjuri, din naturalment tagħti parir.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, dan l-artiklu mhux qed jitkellem dwar arresti.", "Dan l-artiklu qed jgħid li jekke huma jaħsbu li għandhom isiru xi arresti jew investigazzjonijiet imorru għand il-pulizija.", "Jiġifieri huwa importanti fil-kunċett kollu li qegħdin niddiskutu, anke fil-kuntest tal-punti li tqajmu fis-second reading, li l-ministru m'hu se jkollu x'jaqsam assolutament xejn ma' l-investigazzjonijiet li jitqajmu.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Fil-fatt nikkoreġi ruħi talli wżajt il-kelma \"arresti\", pero` l-punt huwa li din il-unit se jkollha l-funzjoni li tagħrbel ċerta evidenza u informazzjoni, imbagħad tagħti l-pariri u allura qed jgħid li la din m'hijiex hux se tkun xi pulizija imma se tiġbor biss l-evidenza ma nistgħux inħawduha ma' xi kummissjoni quasi ġudizzjarja.", "Jien ma naqbilx ma' dan.", "Per eżempju, maġistrat inkwerenti jagħmel xogħol simili; ma jmexxix il-prosekuzzjonijiet hu imma jiġbor evidenza, il- materjal u d-dokumentazzjoni u jagħti l-pariri tiegħu lil min għandu jagħmel l-investigazzjonijiet.", "Issa din il-unit anke lill-attorney general tista' tagħti informazzjoni u pariri, jiġifieri din il-unit m'hijiex daqhekk 'il hinn minn xi forum quasi ġudizzjarju li qed jinvestiga reati kriminali u m'huwiex daqshekk 'il hinn minn qorti inkwerenti.", "Fil-fatt din il-unit huwa quasi ġudizzjarju fis-sens li fl-aħħarnett ix-xogħol tiegħu huwa investigattiv u anke li jirrikkmanda li jittieħdu ċerti passi.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li huwa importanti f'materja simili li jkollok din l-aura ta' indipendenza.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR AUSTIN GATT: Jien naħseb li dan id-diskors meta niġu għal artiklu 19 li jitkellem dwar il-kompożizzjoni rridu nagħmluh.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nistgħu ngħaddu għal artiklu 17.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'dan l-artiklu qed jingħad li l-unit m'hijiex responsabbli għad-danni, dejjem jekk il-unit ma tkunx għamlet xi ħaġa b'malafidi.", "Huwa normali li f'liġijiet bħal dawn ikun hemm artiklu simili.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela ngħaddu għal artiklu 18.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'dan l-artiklu qed ngħidu li bażikament l- organigramma - għalissa din hija l-organigramma tal-unit - hija bord ta' diretturi, imbagħad dan jaħtar hu d-direttur eżekuttiv tal-unit.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor.Membri: No) Ngħaddu għal artiklu 19.", "Il-Ministru.", "ONOR JOHN DALLI: Mr Chairman, hawnhekk qed nitkellmu dwar il-ħatra tal- bord, jiġifieri kif jinħatru l-membri u anke kif ikunu jistgħu jitneħħew, eċċ. Naturalment qed ngħidu li hemm erba' organizzazzjonijiet li huma direttament involuti f'dan il-proċess tal-ġlieda against money laundering; l-avukat ġenerali, il-pulizija, iċ-ċentru finanzjarju u l-bank ċentrali.", "Dawn bażikament qed nidentifikawhom bħala l-erba' korpi fil-pajjiż li għandhom interess dirett f'dan kollu.", "U allura rridu nikkoordinaw l- attivita` tagħhom f'dan ir-rigward.", "Il-bord se jkun appuntat mill-ministru tal-finanzi fuq parir tan-nies li jmexxu dawn il-korpi.", "Il-parir jiġi billi kull wieħed minn dawn jipproponi nies li fl-opinjoni tagħhom ikunu tajbin biex jagħmlu din il-funzjoni.", "Minn kull grupp ta' tlieta, il-ministru jagħżel wieħed li hu jaħseb li jkun idoneu biex jaqdi din il-funzjoni.", "Fl-artiklu hawn stipulat ukoll - u din irridu nifhmuha - li l-persuna li tkun fuq il-bord mhux se tkun fil-vesti ta' rappreżentanta ta' l-organizzazzjoni li tkun issuġġerietha.", "Jiġifieri l-persuna magħżula mit-tlieta li jissuġġerixxi l-attorney general fuq il-bord m'hijiex se taħdem bħala r-rappreżentanta ta' l- attorney general.", "L-istess jagħmlu l-persuni li jkunu ssuġġeriti mill- kummissarju tal-pulizija, is-central bank u l-MFSC.", "Jiġifieri mhux se jkun hemm dan l-umbilical cord ta' dawn in-nies ma' l-organizzazzjonijiet li jkunu ssuġġerewhom; dan huwa proċess ta' għażla biex kemm jista' jkun nagħżlu l-aħjar nies biex ikunu jistgħu jaħdmu fuq linji kompletament personali f'din il-materja sakemm naturalment ikompli għaddej l-inkarigu tagħhom.", "Minn fost dawn l-erba' min-nies jiġi appuntat chairman u deputy chairman fuq suġġeriment tal-ministru lill-prim ministru u jappuntahom bl- approvazzjoni tal-prim ministru.", "Issa hemm ukoll il-possibbilta` li dawn l- erba' membri jagħtu parir lill-ministru u jgħidulu li huma jaħsbu li għandhom bżonn espert fit-tali ħaġa u jissuġġerulu lit-tali persuna bħala espert li għandu jkun fuq il-bord magħhom biex jgħinhom fl-investigazzjoni ta' ċerti affarijiet.", "Jista' jkun li dawn jgħidu li għandhom bżonn espert fl-informatika billi llum ħafna mit-transfers ta' flus u affarijiet oħra li jsiru jkollhom bażi ta' informatika.", "U l-ministru mbagħad jagħżel jekk jappuntahx jew le.", "Imbagħad għandna l-mod kif membru jista' jiġi mneħħi, u li meta tinqala' xi vakanza fil-board din timtela' bl-istess mod kif imtliet l- ewwel waħda.", "Jiġifieri jekk titlaq mill-bord il-persuna li kienet nominata miċ-ċentru finanzjarju, allura ċ-ċentru finanzjarju jerġa' jipproponi tlieta min-nies oħra biex il-ministru jagħżel wieħed minnhom.", "Hawnhekk wieħed irid jikkummenta fuq l-osservazzjonijiet li għamlu l- oppożizzjoni, kemm illum kif ukoll fl-istadju tat-tieni qari, dwar il- ħtieġa li huma jħossu li għandu jkun hemm xi membru tal-ġudikatura jippresjedi dan il-bord.", "Fil-fatt aħna naħsbu li m'għandux ikun.", "Ir- realta` hi li fil-units kollha li ġew appuntati madwar id-dinja m'hemm l- ebda wieħed minnhom li huwa chaired minn xi membru tal-ġudikatura.", "Mhux biss fil-units amministrattivi kif qed nappuntaw hawnhekk ma daħlux maġistrat imma lanqas fil-units ġudikattivi u investigattivi; hemmhekk daħħlu lill-attorney general.", "Jiġifieri l-esperjenza li hawn fid-dinja kollha hija li l-membri tal-ġudikatura ma daħħluhomx f'dawn it-tip ta' units.", "Aħna bażikament qegħdin nikkuppjaw dak li qed isir fid-dinja kollha, jiġifieri we are not reinventing the wheel.", "Fil-fatt l-esperti tagħna għandhom kif għaddewli nota li tgħid li anke fil- każ fejn għażlu triq fejn ma jkollhomx units amministrattivi bħal tagħna imma jkollhom units ġudizzjarji ukoll ma appuntawx maġistrat jew imħallef jew inkella membru tal-ġudikatura imma poġġew bħala chairman lill- attorney general.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, naħseb li din l-ikbar issue li fuqha m'hawnx qbil bejn iż-żewġ naħat.", "Fil-fatt għal dan l-artiklu għandna żewġ emendi li jgħidu hekk:", "\"B\" F'subartikolu (1) ta' artikolu 19 li hemm fi klawsola 4, għandhom jiżdiedu l-kliem:-", "\"Il-Bord għandu jkun magħmul ukoll minn membru maħtur mill-Ministru tal-Ġustizzja minn fost l-imħallfin li ma jservux normalment fil-Qorti Kriminali, sabiex jaqdi l-funzjoni ta' Chairman tal-Bord għat-terminu ta' tliet snin.\".", "\"C\" F'subartikolu (2) ta' artikolu 19 li hemm fi klawsola 4, għandhom jiżdiedu l-kliem:-", "\"L-Avukat Ġenerali, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, iċ-Chairman taċ- Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta u l-Kummissarju tal- Pulizija għandhom jinnominaw direttament persuna kull wieħed sabiex isservi fuq il-Bord tal-FIU bħala rappreżentant tagħhom.\".", "Aħna diġa` kellna każ simili għall-konsiderazzjoni tagħna għalkemm ma kienx ta' l-istess sensittivita` bħal każ li għandna quddiemna hawnhekk.", "Qed nirriferi għal-liġi tat-trade licences.", "Oriġinarjament hemmhekk il-korpi kostitwiti, kienu qed jiġu mitluba jidentifikaw shortlist ta' nies biex ikunu qegħdin iservu jew fuq l-authority jew fuq il-board u fil-fatt il- korpi kostitwiti kienu kollha qamu b'ċertu għagħa ġustifikata u għamel tajjeb il-gvern li kien għamel backtracking fuq din l-issue u fil-fatt meta għaddejna l-istadju tal-kumitat il-ġimgħa li għaddiet, il-gvern aċċetta li minflok ma joqogħdu jagħtuh ix-shortlist imbagħad jagħżilhom il- ministru - dejjem hemm dan il-poter diskrezzjonali tal-ministru, hu min hu l-ministru - għallinqas jidentifikaw bil-quddiem il-persuna konċernata.", "Issa ninsew għall-mument dak li qed ngħidu aħna u nimxu fuq il-proposta tal-gvern.", "L-argument dwar jekk m'għandux ikun hemm xi ħadd tal-ġudikatura jew le diġa` ġie elaborat fid-dettall kemm minn sieħbi l-Onor.", "Jose` Herrera, kemm minni kif ukoll minn kelliema oħrajn.", "Jien xorta naħseb li fil-każ tal- proposta tal-gvern ma jagħmilx sens li l-għażla ssir mill-ministru nnifsu, jiġifieri jien nippretendi li jekk il-ministru jaf x'inhuma l- ħteġijiet għal dawn il-postijiet jista' jindika bil-quddiem lill- authorities konċernati x'għandu f'moħħu.", "Ma naħsibx li għandu jkun il- ministru li jagħmel ix-shortlisting għax jekk għall-argument dawn jagħtuh tliet ismijiet li jkollhom ir-rekwiżiti kollha, mhux xorta se jkun il- poter diskrezzjonali tal-ministru?", "Jiena nkun ħafna iktar konfortat - bl- ebda sfiduċja jew diżrispett lejn il-ministru tal-ġurnata jew xi ministri li jistgħu jiġu warajh - kieku l-għażla ssir mill-awtorita` nnifisha.", "Aħna ma naqblux mal-prinċipju li l-ministru jkollu shortlist mill-MFSC jew mic-central bank u b'xi mod jagħżel hu.", "Imma issa se nipprova nkun prattiku u qed inpoġġi ruħi fil-pożizzjoni tal-gvern li nimmaġina se jmexxi fuq il-proposta tiegħu.", "Nifhem forsi b'xi mod jew ieħor, mingħajr ma naqbel, li hu jagħżel lil dawk li huma mis-settur purament finanzjarju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, imma nippretendi li jekk se jkun hemm xi ħadd imressaq 'il quddiem min-naħa ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jew min-naħa tal-kummissarju tal-pulizija, se mai ikun hemm konsultazzjoni mal-ministru tal-ġustizzja u mal-ministru ta' l- intern skond kif japplika l-każ.", "Ma naħsibx li l-ministru tal-finanzi - hu min hu - jista' jkollu knowledge daqshekk wiesgħa tal-persuni konċernati li jista' jgħid li \"A\" huwa iktar idoneu minn \"B\" bħala n-nominee a titolu personali, imma ta' l-AG's office.", "Naħseb li xorta għandu jkun hemm konsultazzjoni mal-ministeru konċernat, pero` nerġa' ngħid li aħna aktar inħossuna konfortati li kieku l-għażla ssir mill-istituzzjoni nnifisha.", "Imbagħad fuq punt ta' mistoqsija marbuta ma' paragrafu (a) ta' subartiklu 19 (1) jekk dawn il-membri hux se jikunu on a full-time or part-time basis.", "Il-composition ta' dan il-bord lilna ma jikkonfortana xejn għax jekk tieħu l-paragrafi (a) u (b) isib li se jkun hemm erba' membri li effettivament se jagħżilhom il-ministru tal-finanzi imbagħad il-ministru tal-finanzi qed jirriżerva d-dritt jekk jista' jkollu bżonn nies tekniċi over and above dawk l-erba', u hemmhekk once again qed jirriżerva d-dritt li jaħtarhom hu.", "Jiġifieri hawnhekk se jkollna bord kompletament magħżul mill-ministru tal-finanzi.", "U huwa kollu white wash li noqogħdu ngħidu li ċ-chairman u d-deputy chairman se jaħtarhom il-prim ministru.", "Veru li se jaħtarhom il-prim ministru b'konsultazzjoni mal-ministru tal- finanzi, imma l-prim ministru mhux se jagħżel lil every Tom, Dick and Harry li jidhirlu li huwa kompetenti għall-job imma l-għażla li se jkollu l-prim ministru se tkun minn fost in-nies li jkun diġa` għażel il-ministru tal-finanzi.", "Aħna nħossu li ħaġa bħal din li hija ta' natura daqstant sensittiva m'għandhiex tkun konċentrata fil-poter ta' persuna waħda.", "Dalgħodu l-ministru, waqt li kien qed jitkellem u jiġġustifika l-pożizzjoni li kien qed jieħu fil-liġi, qal li huma ma jibżgħux mir-responsabbilta`.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' responsabbilta`.", "Jien persważ li l-ministru, bħal ministri oħrajn li ġew qabel u li ġejjin fil-ġejjieni, ma jibżgħux jerfgħu r-responsabbilta`, imma l-issue at stake hawnhekk m'hijiex jekk il- ministru jibżgħax jew le jerfa' r-responsabbilta`; l-issue at stake hawnhekk hija jekk il-ministru għandux ikollu din it-tip ta' awtorita`.", "Aħna fil-prinċipju qegħdin ngħidu li ma naqblux li għandu jkollu din it- tip ta' awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwelnett dwar l-aħħar kumment li għamel l-Onor.", "Leo Brincat irrid ngħid li meta dalgħodu tkellimt fuq din l-issue m'għedtx li hija kwestjoni ta' tibża' jew ma tibżax mir-responsabbilta`.", "Jien qed ngħid li l-ministru, qua l-funzjoni tiegħu, għandu jerfa' r- responsabbilta` għaliex il-poplu għalhekk eleġġih.", "M'għandniex ngħidu li għax huwa ministru allura nneħħulu kull awtorita` jew diskrezzjoni li jista' jkollu.", "Is-sistema tagħna hija dik fejn il-poplu jeleġġi numru ta' nies, il-prim ministru jkollu fiduċja f'numru minnhom biex imexxu bħala ministri u finalment kulħadd irid jirrispondi għal għemilu lill-pubbliku in ġenerali.", "Dik hija s-sistema tagħna u allura jien ma nistax naqbel mat-teżi li kemm jista' jkun neħħi l-awtorita` tal-ministru milli jagħmel ħafna affarijiet.", "Anzi lill-ministru għandna ngħabbuh bir-responsabbilta` ħalli jiddeċiedi hu u jkun jidher li qed jiddeċiedi hu mhux jiddeċiedi minn wara billi jiġbed l-ispag ta' dak u ta' l-ieħor.", "Jiena naħseb li m'hijiex xi ħaġa ħażina li ministru jidher li qed jagħmel l-għażla u huwa responsabbli ta' dik l-għażla li għamel.", "Issa naturalment wieħed jassumi li dawn l-entitajiet differenti ma ssuġġerewx tnejn tajbin u wieħed ħażin biex imbagħad il-ministru jaqta' l- morra, imma ssuġġerewlu tlieta tajbin.", "Dawn normalment ikunu nies ta' ċerta senior position fl-entitajiet rispettivi tagħhom u li se jibqgħu jaħdmu f'dik l-entita` partikolari għaliex huma se jkunu qed jaħdmu part- time f'dan il-unit.", "Xtaqt ukoll nikkoreġi xi impressjoni li stajt tajt.", "In-nies li għandi jgħinuni f'din il-liġi attirawli l-attenzjoni għal meta jien irriferejt għal diretturi oħra li jistgħu jiġu appuntati.", "Bħala eżempju jien semmejt espert fl-information technology, pero` fil-fatt qaluli li eżempju aħjar ikun jekk il-bord jiddeċiedi li għandhom bżonn id-dwana bħala parti minn dan il-grupp u allura f'dan il-każ il-kontrollur tad-dwana jista' jissuġġerixxi tlieta min-nies u jintagħżel wieħed minnhom.", "Jiġifieri hekk se tkun il-proċedura u huwa b'dik it-tip ta' entita` li qed nitkellmu.", "Pero` apparti dan jien assolutament naħseb li l-ministru, ikun min ikun – m'iniex qed ngħid hekk għaliex il-ministru llum huwa jien; jien nista' nkun ministru llum u ma nkunx għada - għandu jingħata r-responsabbilta` li jagħżel in-nies li se jmexxu dan il-korp imbagħad għandu jerfa' r- responsabbilta` ta' min ikun għażel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-ministru qal li hu u l-esperti tiegħu ma jirriżultalhomx li kien hemm xi jurisdictions oħrajn fejn dan it-tip ta' unit kien chaired mill-membru tal-ġudikatura.", "Jista' jindikalna jurisdictions oħrajn fejn dawn il-persuni li qegħdin membri ta' units ġew innominati direttament mill-ministru tal-finanzi jew xi ministru tal- Kabinett?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-noti li għandi jien mill-esperti tiegħi huma li f'ħafna każi, jekk mhux f'kollha, jiġu appuntati mill-ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: L-ewwelnett bilfors ikolli ngħid li din il-unit, forsi mingħajr m'aħna nindunaw tista' tkun a very hot potato.", "U nispjega għaliex.", "Din hija unit li bażikament se jkollha poteri kbar ħafna, liema poteri lanqas il-qrati m'għandhom, speċjalment meta nitkellmu fuq confidentiality u affarijiet simili.", "Din se tkun a very hot potato u biex wieħed japprezza kemm hi hot, kulma jrid jagħmel hu li janalizza ftit x'jaqa' taħt money laundering.", "Illum, id-definizzjoni ta' money laundering wessajniha ħafna.", "Transazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt money laundering ma jinvolvux biss, kif forsi ħafna nies jieħdu l-impressjoni, xi transazzjonijiet ta' xi kumpanniji illeċiti li jsiru biex jinħbew xi flus mit-taxxa jew jinħbew xi flus tal-kutrabandu.", "Dak ukoll huwa money laundering pero` meta wieħed iħares lejn x'inhu money laundering malajr jinduna li dan si tratta wkoll ħasil ta' flus li ġejjin minn bejgħ ta' drogi on a very large scale, minn bejgħ ta' armi internazzjonali - qed insemmi dawn l-affarijiet mhux in aria imma għaliex bħalissa hawn investigazzjonijiet għaddejjin dwar hekk f'Malta – u minn prostituzzjoni fejn bħalissa wkoll hawn investigazzjonijiet għaddejjin f'dan is-sens.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-iktar kriminalita` organizzata u potenti li jista' jkollok fil-pajjiż u internazzjonalment.", "Mela rridu nagħmluha ċara li qed nitkellmu fuq entita` li se jkollha għadma iebsa ħafna x'tigdem.", "U mingħajr ma nitfa' ebda dell ikrah fuq ħadd, l-inqas fuq il-ministru li qed jipproponi l-liġi għaliex la qed jgħaddiha sinjal li huwa in buona fede, irrid ngħid li huwa nnotat li n- nies li jkunu nvoluti f'dawn l-affarijiet, kuntrabandu fuq livell internazzjonali li jinvolvi miljuni kbar ta' liri ...", "U din m'hijiex xi ħaġa 'l bogħod minn pajjiżna; min jaħdem bħala avukat ikun sema' b'każi u b'investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin.", "U meta wieħed jilleġisla, jilleġisla għal dejjem - l-Onor.", "Dalli llum huwa l-ministru tal-finanzi imma jaf għada ma jkun ministru ta' xi ħaġa oħra jew ma jkun ministru xejn - mhux għal tliet snin jew ħamsa u allura l- affarijiet trid tara kif qed jevolvu ruħhom.", "Hawnhekk qed ngħidu wkoll li hemm possibbilita` li għada pitgħada unit bħal din tkun qed tiffaċċja wkoll organized crime b'għeruq kbar u l-biża' tagħna, bħala oppożizzjoni, hija li m'huwiex 'il hemm mill-possibbilta` jew li hija xi ħaġa mhux konċetibbli li min ikollu dawn l-għeruq jista' jinfluwenza bil-kbir.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi bord biex jagħti l-liċenzji jew il- permessi jew xi bord amministrattiv bħal ħafna bordijiet li jmexxu ċerti aspetti ta' ministeru, imma qed nitkellmu fuq unit li se tikkumbatti b'mod indirett l-iktar kriminalita` qawwija u potenti li tista' teżisti u li ġieli jkollha saħħa daqs il-gvern daqskemm ikollha għeruq.", "Jiġifieri din hija l-preokkupazzjoni tagħna għax mod ngħidu li hija ħaġa teknika, transfer of funds u kumpannija 'l hawn u 'l hemm biex forsi wieħed jevita ftit taxxi u mod nitkellmu fuq money laundering.", "Il-money laundering huwa l-introjtu minn dan it-tip ta' attivita`.", "Allura aħna qed ngħidu li rridu nagħtuha aktar awtonomija biex ma jkun hemm ħadd li jista' javviċina lil xi ħadd biex min jissallab u min ngħattulu.", "Għalhekk meta għandek organi investigattivi li jiddijljaw mal-kriminalita` m'għandu qatt ikollok ħjiel ta' ndħil, għaliex kulħadd huwa uman u kulħadd għandu d-debolezzi tiegħu u kulħadd jista' jiġi rikattat.", "Jiġifieri li qegħdin ngħidu aħna huwa li nemmnu li meta niddijljaw fuq ħaġa daqstant delikata f'pajjiż żgħir, iktar ma jkollok awtonomija, iktar ikun tajjeb.", "Issa l-Ministru qal li f'pajjiżi oħra m'hemmx membri tal-ġudikatura appuntati fuq unit bħal din.", "Jien rajt x'jiġri fuq il-kontinent, bħall- Italja, u sibt li hemmhekk qabel ma saru ċerti riformi kien hemm overlapping sħiħ ta' dak li huwa l-maġistratura u dak li huwa l-attorney general.", "Fil-fatt ħafna drabi - skorrettament għax illum emendawhom - min ikun jinvestiga jsejħulhom maġistrati.", "Fil-fatt m'humiex maġistrati kif nifhmuhom bihom aħna imma għandhom status kważi judicial; huma parti attorney general u parti ġudikatura u għandhom il-garanziji daqskemm għandhom garanziji l-membri tal-ġudikatura f'pajjiżina.", "F'Malta l-unika persuna fl-attorney general's office li għandu dawn il-garanziji huwa l- attorney general innifsu.", "L-attorney general għandu garanzija daqs ta' imħallef, pero` l-oħrajn m'għandhomx; l-oħrajn huma uffiċjali li jaħdmu taħt l-attorney general filwaqt li f'pajjiżi oħra dawn in-nies igawdu u jiżufruwixxu mill-istess garanzija tal-maġistratura nnifisha.", "Jiġifieri l-ewwel osservazzjoni tagħna hija fejn qed ngħidu li f'kumitat bħal dan jrid ikollok nies tekniċi u jrid ikollok rappreżentazzjoni kif indikata mill-ministru.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li m'għandux ikun hemm rappreżentazzjoni ta' dawn l-entitajiet għaliex żgur li huma interessati, pero` qed ngħidu li minħabba n-natura daqstant taħraq ta' din il-unit u biex nagħtu semblance ta' awtonomija jkun importanti li jkollok membru tal-ġudikatura fi ħdan din il-unit.", "U qed ngħidu li l-membru ma jkunx tal- qorti kriminali għar-raġuni sempliċi li l-imħallef tal-qorti kriminali llum jiġi faced – forsi b'aktar frekwenza milli jaf il-Ministru - b'ordnijiet li jissejħu attachment orders.", "Dawn l-attachment orders huma bażikament ordnijiet ta' investigazzjoni fuq money laundering u allura ma jagħmilx sens li jkollok persuna li fil-kariga tagħha qed tiġi rinfaċċata minn dawn it-tip ta' rikjesti biex tiddeċiedi hi għandhiex tagħti ordni li ssir investigazzjoni jew le, jew għandux isir attachment order jew le imbagħad hi stess tkun fl-intelligence unit għaliex jista' jkollha nteressi konfliġġenti.", "Ma tistax inti tiġġudika u fl-istess ħin tinvestiga.", "U huwa proprju minħabba dawn ir-raġunijiet li meta l-Onor.", "Brincat qed jippreżenta l-emenda qed joqgħod attent u jagħmilha ċara li jekk ikun hemm membru tal- ġudikatura dan għandu jkun imħallef imma mhux imħallef li jkun parti mill- qorti kriminali.", "(Interruzzjonijiet) Iva, ikollu kariga, ikun chairman.", "Id-differenza hi li l-Italja, per eżempju, il-maġistratura Taljana tkopri ukoll dak li aħna ngħidulu l-attorney general.", "It-tieni emenda imbagħad titkellem dwar il-mod kif jintagħżlu l-membri fuq il-bord tal-unit u qed ngħidu li minflok ma jagħżilhom il-ministru, jipproponuhom u jagħżluhom l-avukat ġenerali, il-gvernatur eċċ. L-iskop tagħna mhux li jkun hemm xi eżerċizzju akkademiku jew li nitfgħu xi dell fuq il-ministru, anzi aħna faħħarna l-inizjattiva tiegħu li jgħaddi liġi bħal din.", "Jiġifieri b'daqshekk m'aħniex qed nikkritikawh, għax kif diġa` għedt, jista' jkun hu u jista' jkun ħaddieħor, imma m'huwiex ideali li – u forsi m'aħniex qed nirrealizzaw kemm din tista' tkun ħaġa taħraq ħafna ħafna – jkun hu responsabbli direttament qisha din xi branka ta' ministeru.", "Dan għaliex għada pitgħada jista' ikun hawn xi kjass kbir dwar xi investigazzjoni li ma saritx kif suppost – hawnhekk qed nitkellmu fuq nies b'potenza kbira u b'organizzazzjoni, b'konnessjonijiet u b'għeruq ferm ikbar milli jaħseb il-ministru – u li tkun tinvolvi miljuni kbar ta' liri u forsi jkun hemm jgħid li għaliex kien hemm \"dak\" u mhux l-\"ieħor\" appuntat u li seta' kellu xi konnessjonijiet.", "Allura qed ngħidu li huwa importanti li d-diskrezzjoni tal-ministru fin-nomina ta' dawn in-nies ma tkunx kollha f'idejh.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Chairman, jien ma nistax naqbel di principio mal- proposta ta' l-oppożizzjoni li xi ħaġa bħal din tkun headed minn membru tal-ġudikatura, anzi, jien di principio ma naqbilx li l-ġudikatura għandha tagħmel xi funzjoni ħlief tiġġudika.", "Tant hu hekk li taħt din l- amministrazzjoni, il-ġudikanti tneħħew minn kull ħaġa li m'hijiex essenzjalment parti mill-funzjoni tagħhom.", "Apparti mill-fatt li n-numru ta' ġudikanti li għandna huwa limitat, huwa ħażin di pincipio li ngħidu li għandu jkollna ġudikatura indipendenti u għandna nagħmlu kollox biex insaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura, imbagħad nibnu sistemi fejn il- ġudikatura indaħħluha f'affarijiet li mhux biss m'għandhomx x'jaqsmu mal- funzjonijiet ġudikanti imma jistgħu jkunu in konflitt mal-funzjonijiet tagħha.", "U dan jafuh tan-naħa l-oħra għaliex qagħdu attenti li jeskludu aktar minn nofs il-ġudikatura; eskludew il-maġistrati kollha minħabba l- funzjoni kriminali li għandhom u eskludew seba' mis-16-il imħallef li għandna.", "(Interruzzjonijiet) Riċentement kellna żewġ imħallfin li qatt ma għamlu ġurijiet u jibdew jagħmluhom għaliex tnejn li jagħmlu l-ġurijiet ma setgħux jisimgħuhom huma.", "Issa din mil-lat ta' prattiċita`, jiġifieri tlaqt 'il bogħod mill-prinċipju.", "U x'nagħmlu fil-każ tal-Qorti ta' l-Appell Kriminali Inferjuri?", "Naħseb li min ipoġġi fih ukoll irridu neskluduh u allura għandna tlieta oħra esklużi.", "Jiġifieri awtomatikament qegħdin ngħidu tlieta fl-appell, tnejn fl-inferjuri u tnejn fil-qorti kriminali.", "Dawn jagħmlu seba' li jekk innaqqsuhom minn 16 jifdlilna l-oħrajn.", "Issa din mil-lat prattiku meta l-iktar importanti huwa l-lat tal-prinċipju.", "Dan huwa organu ta' l-Istat, la huwa organu ġudizzjarju u lanqas huwa organu investigattiv.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Għaliex le?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, mhux investigattiv għaliex dan jaħdem mas-subject persons, li huma l-banek, min jaħdem fil-qasam finanzjarju u monetarju, eċċ ...", "Il-basic function ta' l-FIU hija li jiġbor informazzjoni mingħand dawn il-nies u janalizzaha u meta jkollu s-suspetti mhux jinvestiga hu imma tinvestiga l-pulizija bl-apparat kollu li għandha hi.", "Pero` multo magis huwa ħażin jekk intom qed taħsbu li huwa investigattiv u tridu li jkun hemm imħallef fuq il-bord!", "Għax allura issa ġejjin bil-kontra.", "Jekk qed tgħidu li dan huwa investigattiv, allura nagħmel lil xi ħadd li l-funzjoni tiegħu m'hijiex li jiġġudika l-provi ta' min jinvestiga.", "Kontra sens ieħor li ħadd donnu m'hu qed jarah huwa għaliex qed jiġu esklużo l-imħallfin tal-kriminal u m'humiex qed jiġu esklużi imħallfin ċivili.", "Mela l-money laundering m'għandux il-konsegwenza possibbli ta' azzjonijiet bejn persuni fuq il-flus involuti?", "Ħarsu lejn iż-żewġ każijiet li kellna Malta tal-money laundering u araw jekk hemmx azzjonijiet ċivili pendenti fuqhom.", "Jiġifieri tħares minn fejn tħares, m'għandekx minn fejn toħroġ.", "Din hija parti minn kif l-Istat irid jiddefendi lis- soċjeta` kontra din it-tip ta' kriminalita` moderna.", "U l-obbligu huwa fuq l-Istat.", "Issa jinnominax il-ministru lil wieħed jew lil ieħor għalija hija sussidjarja, imma li nippruvaw ngħidu - u jien din sinċerament tbeżżgħani għall-futur - li nerġgħu nibdew indaħħlu l-ġudikatura in the mainstream amministrattiv, huwa ħażin għall-pajjiż.", "U huwa ħażin anke għaliex b'hekk imħallef ikollu income iktar minn ieħor.", "Huwa ħażin li l- Istat idendel karrotta lil imħallef – din ġrat fil-passat- u jgħidlu li jagħmlu chairman fuq xi bord biex jieħu xi Lm1,000 jew Lm3,000 iktar mis- salarju li għandu mill-qorti.", "Filwaqt li nifhem u napprezza l-animu li bih saret din l-emenda naħseb li l-mod kif inhi mposta huwa żbaljat.", "Kieku mħallef kellu jsir chairman f'dan il-bord ma jkollu ebda garanzija ta' indipendenza ħlief għall-klawsola li hemm fil-liġi stess li tgħid li \"the members of the board shall act indipendently and in their own judgement\".", "Li kieku m'hemmx dik il- klawsola, imħallef irid isegwi d-direttivi tal-bord u tal-ministru għax il-funzjoni tiegħu bħala chairman tal-bord m'hijiex ġudizzjarja.", "Jiġifieri imħallef li jkun qiegħed fuq bord amministrattiv irid isegwi d- direttivi tal-ministru.", "Per eżempju, fil-ħafna drabi li kellna fejn imħallfin jirrappreżentana barra minn Malta fuq kumitati u kummissjonijiet, dawn riedu jsegwu lili; jekk jien ngħidilhom li jridu jivvotaw \"hekk\", \"hekk\" jivvotaw.", "Allura dan ma jkunx imħallef iktar!", "L-indipendenza tal- ġudikatura, tiffunzjona biss fl-ambitu tal-qrati u t-tribunali tagħna u allura sinċerament naħseb li din ta' l-imħallef ma ssegwix hawnhekk.", "Nerġa' nirrepeti li rridu noqogħdu attenti għall-prinċipji f'dan il- pajjiż.", "Fuq il-livell ta' prinċipju rridu nkunu ċerti li l-ġudikatura hija ġudikatura, nagħtuha l-indipendenza tagħha u nsaħħuha amministrattivament biex taġixxi tajjeb b'dik l-indipendenza, pero` nagħmlu żball kbir malli l- ġudikatura nqabbżuha bħala parti ta' amministrazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Jiena bħala prinċipju naqbel perfettament ma' l- istand li ħa l-Onor.", "Austin Gatt fuq ċerta materja li tikkonċerna l- ġudikatura bħal, per eżempju, meta neħħa l-possibilita` li wħud mill-membri tal-ġudikatura jistgħu jaqilgħu flus iktar minn oħrajn.", "Qbilt miegħu wkoll meta llimita ir-rappreżentanza tal-ġudikatura fuq ħafna tribunali u bordijiet amministrattivi jew rappreżentanza barra minn Malta li m'għandu x'jaqsam xejn max-xogħol ġudizzjarju.", "U anke meta aċċenna għall-fatt li ċerti membri tal-ġudikatura kważi, kważi mhux idealment li jkunu lecturers l-Universita`, qbilt miegħu ukoll.", "Li ma qbiltx miegħu hu fuq il-punt li se nsemmi issa.", "Fid-dinja kollha m'huwiex kuntra l-prassi li meta jkollok ċerti enquiries li jkunu qegħdin isiru investigazzjonijiet dwarhom, dawwn ikunu chaired minn membru tal-ġudikatura.", "Dan għaliex il-membru tal- ġudikatura, meta jkun qed jippresjedi dik l-enquiry jkun indipendenti għaliex huwa imħallef u allura jmexxi miegħu l-indipendenza tal-pożizzjoni tiegħu u għaliex il-kariga tal-ġudikant innifsu, tikkrea aura ta' indipendenza.", "U peress li hu jkun imdorri f'qafas ta' indipendenza totali jkun jista' jikkontribwixxi għal aktar indipendenza.", "Jiġifieri jien ma naħseb li jkun ħażin xejn li jekk jinqala' bżonn li ssir investigazzjoni jew inkjesta, il-gvern jappunta ġudikant u l- indipendenza tiegħu tkun biss minħabba l-qafas li fih ikun imdorri dak l-istess ġudikant.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li jekk ikun hemm membru tal- ġudikatura bħala chairman dan se jkun indipendenti għax il-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-indipendenza tal-ġudikatura, għaliex dan isir biss meta dak li jkun, ikun qed iservi fuq il-bank tal-ġudikatura.", "Fil-fatt dwar dan l-Onor.", "Gatt għandu raġun perfett, pero` meta f'bord bħal dan tpoġġi chairman membru tal-ġudikatura, tkun qed tagħmel persuna li huwa mdorri f'qafas ta' indipendenza assoluta u allura żżid l-aura ta' awtonomija u ndipendenza.", "U dak huwa l-ħsieb tagħna.", "Issa veru li jekk tanalizza b'mod akkademiku u toqgħod traqqaq 'l hawn u 'hinn issib li jista' jkollok każi fejn tinqala' kawża ċivili, imma dawn huma biss biżgħat akkademiċi għax fil-prattika mhux hekk jiġri; fil- prattika n-nies li qed jaħdmu fil-money laundering u qed jiġu viċin tal- money laundering huma l-maġistrati fl-investigazzjonijiet li jkunu qed jagħmlu u l-imħallfin li jippresjedu l-qorti kriminali, li huma l-istess imħallfin li jippresjedu l-qorti ta' l-appelli kriminali.", "Imbagħad għandek it-tliet imħallfin ta' l-appelli.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq għaxar imħallfin oħra minn fejn tista' ssir għażla.", "Aħna għamilna din il- proposta mhux għax qed ngħidu li l-liġi hija ħażina imma għaliex ħassejna li taking into consideration id-delekatezza kbira ta' l-issue involuta, il- possibbilta` ta' organizzazzjoni b'għeruq kbar li tista' tindaħal hawn u tindaħal hemm m'hijiex daqshekk remota u għalhekk ridna nippruvaw nagħtuha semblance ta' aktar awtonomija u indipendenza u li l-ministru konċernat ma jkollux dik id-diskrezzjoni kollha li kważi jkollu din il-unit daqstant delikata taħt il-kontroll komplut tiegħu.", "Ma naqbilx ukoll ma' l-Onor.", "Gatt fejn qal li din m'hijiex xi unit investigattiva.", "Issa you can call it what you may imma jien naħseb li forum li għandu dritt jiġbor informazzjoni u janalizzaha, għandu poteri li jmorru oltre istituzzjonijiet oħra għal dak li jikkonċerna professional secrecy eċċ u għandu poteri wkoll li jirrikkmanda lill-gvern jew lill- attorney general biex jieħdu passi kriminali, xi element ġudizzjarju għandu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jiena xtaqt nistaqsi ftit dwar paragrafu (3) ta' artiklu 19 fejn qed jitkellem dwar il-mod kif jinħatru l- membri addizzjonali.", "Jekk il-bord se jgħid li għandu bżonn ta' xi ħadd tekniku, per eżempju, mill-qasam tad-dwana, jista' jissuġġerixxi li jkun it- tali jew it-tali persuna?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, kif diġa` għedna, f'dak il-każ terġa' tintuża l-proċedura stabbilita għall-membri l-oħrajn, jiġifieri l- kontrollur tad-dwana jipproponi tliet ismijiet u l-ministru jagħżel wieħed minnhom.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ħa nkompli fuq il-punt li qajjem sieħbi l-Onor.", "Jose` Herrera.", "Meta qed nitkellmu fuq servizzi finanzjarji, qegħdin nitkellmu fuq wieħed mill-pilastri ewlenin ta' l- ekonomija tagħna.", "U kif dan se jitmexxa hija xi ħaġa ta' l-ikbar interess, mhux biss għaċ-ċittadini tagħna, imma anke għal dawk li jħarsu 'l barra.", "Il-bilanċ bejn input eżekuttiv u input mhux eżekuttiv irid ikun kalibrat tajjeb.", "Jien naħseb li l-argument li qed tagħmel l-oppożizzjoni huwa li f'pajjiż bħal tagħna, li għandu l-aspirazzjoni li jkun wieħed mill-pajjiżi ewlenin fis-servizzi finanzjarji u li mill-bidunett konna għedna li hawn consensus kontra l-money laundering u kontra l-money laundering fil- qasam ta' kif immexxu s-servizzi finanzjarji tagħna, rridu naraw x'tip ta' sistema se ndaħħlu biex il-kontroll li nagħmlu fuq din il-ħaġa tkun tassew trasparenti u taspira fiduċja.", "U jien naħseb li waħda mill-affarijiet li jitqanqlu minn barra l-pajjiż hija kemm sistema li tkun effettivament determinata u mmexxija mill-eżekuttiv waħdu, taspira fiduċja, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mas-suġġett innifsu fuq il-kontroll ta' money laundering u anke fuq ċerti affarijiet li jirrigwardjaw internament id- drittijiet tal-bniedem.", "Aħna rridu li tinbena struttura li taspira din il- fiduċja kemm internament kif ukoll esternament, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' kontrolli serji fuq il-money laundering u kemm f'dak li huwa rispett tad-drittijiet tal-bniedem.", "U għalhekk qed nistaqsu jekk l- istruttura li qed tiġi proposta hijiex waħda li tabilħaqq twassal għal din il-fiduċja.", "F'pajjiż bħal tagħna, sistema li tkun ikkontrollata u nfluwenzata mija fil- mija mill-eżekuttiv, tista' tkun - ma ngħidux li se tkun - perikoluża u tista' tkun xi ħaġa li tqajjem perċezzjoni ta' sfiduċja, u allura s- suġġeriment tagħna huwa li ndaħħlu l-element tas-sistema ġudizzjarja ħalli toħloq aktar il-kuntest ta' bilanċ, fiduċja u sigurta`.", "Anke f'sistema bħal tagħna, naħseb li se jkun hemm qbil kważi maġġoritarju bil-qawwi, li input min-naħa ġudizzjarja, se tkun aktar f'probabbilta` ta' rettezza suġġett għal inqas influwenzi minn appuntamenti bbażati fuq kriterji eżekuttivi politiċi.", "U dan kemm fil-qasam tal-kontroll tal-money laundering u anke fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.", "U li ma nirrikonoxxux li għallinqas din il-branka tat-tmexxija ta' l-Istat tagħna, il-branka ġudizzjarja, tista' u għandha tagħti din il-perċezzjoni ta' bilanċ, stabbilta` u sigurta`, naħseb li ma nkunux tabilħaqq qegħdin nifhmu l-ħtieġa li npoġġu lil pajjiżna b'mod li jagħti din il-perception u realta` li tabilħaqq mexjin bis-serjeta`; on the one hand il-ħtieġa li tabilħaqq nuru li fuq money laundering se nkunu qegħdin sodi, and on the other hand nuru li fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem se nkunu qegħdin nimxu b'ċerta rettezza, ħaġa li trid tinħass kemm esternament kif ukoll internament.", "Jiena nifhem li b'rieda tajba, in-naħa tal-gvern għandha tirrifletti fuq din il-ħaġa.", "Jien irrid ngħid li jkolli inputs ukoll minn barra fuq ċerti affarijiet, li jgħiduli li l-istrutturi tagħna huma suġġetti għall- manipulazzjoni min-naħa tal-politiċi.", "Dawn jgħiduha f'ċertu kuntest u ħaddieħor idaħħalha f'kuntest ieħor, pero` jien naħseb li rridu nirriflettu fuq dawn l-affarijiet għax meta jħarsu lejna minn barra jarawna bħala stat micro u għandhom raġun jgħidu li aħna kollox minn but għal but mingħajr ebda bilanċ ta' poteri.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li għandha lat investigattiv, importanti u meħtieġ għat-trasparenza interna u esterna, u għandna wkoll lat li jimpinġi u jagħmel impact fuq id- drittijiet personali fid-drittijiet tal-bniedem.", "U ma naħsibx li huwa tajjeb li suġġeriment bħal dak li qiegħed isir jiġi minnufih imfarfar u mitfuh taħt it-tapit qisna qed nitkellmu fuq xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "F'dan il-pajjiż irridu nifhmu li l-kredibbilta` tagħna personali u bħala stat u bħala istituzzjoni trid tkun riflessa anke fil-mod ta' kif norganizzaw l-istituzzjonijiet tagħna, imma dan ma jsirx billi ngħidu li ma ndaħħlux lill-imħallfin u lill-maġistrati f'dawn l-affarijiet għaliex dawn għandhom x'jagħmlu biżżejed.", "Huwa veru Ii dawn għandhom biżżejjed x'jagħmlu, imma rridu nifhmu wkoll li f'dan il-pajjiż l-istituzzjonijiet kollha jridu jkunu qed jagħtu kontribut biex il-ħarsien, is-sigurta` u l- bilanċ jinżamm, kemm fl-interess tagħna personali, kemm fil-perċezzjonijiet li jinħolqu madwarna, kif ukoll biex dak li qed nippruvaw nibnu bħala pilastru ta' l-ekonomija fit-territorji finanzjarji jkollu ċ-ċans ta' kredibbilta` interna u esterna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jien qed jippreokkupani l-fatt li qisu mhux qed jinftiehem il-pożizzjoni tar-rwol li għandu l-financial intelligence unit kif propost b'din il-liġi, b'mod totalment differenti mir-rwol fejn tidħol il-ġudikatura.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Herrera, fis- sens li m'iniex qed neskludi li xi darba jkun hemm bżonn, kif kien hemm fil-passat, li ssir investigazzjoni taħt l-enquiries act li tikkontempla li enquiry tista' ssir minn imħallef jew maġistrat, pero` hawnhekk qed nitkellmu fuq organu amministrattiv; there are no two ways about it.", "Anke l-Italja li għandhom - kif spjega tajjeb l-Onor.", "Herrera - ir-rwol mixed tal-maġistratura inkwerenti, din il-unit fil-Banca d'Italia għamluh, jiġifieri ċ-central bank tagħhom għaliex lanqas biss hemm remotament l-assjem biex jorbot mal-bżonn li jkollok membru tal-ġudikatura għaliex il-garanzija li jagħtik il-membru tal-ġudikatura toħroġ mill- eżekuzzjoni ta' l-indipendenza ġudizzjarja tiegħu, inkella membru tal- ġudikatura huwa bniedem bħal ħaddieħor at the end of the day.", "Jekk fid- deċiżjonijiet jew fid-direzzjoni li qed jagħti mhux qed jinvolvi l- indipendenza ġudizzjarja tiegħu, allura m'għandux rwol.", "Aħna xi kultant noqogħdu nqabblu ruħna ma' l-Italja jew Franza li huma żewġ pajjiżi li strutturalment m'għandhomx il-metodu tal-ġudikanti tagħna; f'dawn il-pajjiżi bilfors trid tmur tagħmel kors l-universita` qabel ma ssir maġistrat.", "Is-sistema ġudizzjarja tagħna żviluppat fuq il-bażi Ingliża u llum iktar tixbaħ is-sistemi li jeżistu fin-North ta' l-Ewropa milli lis-sistemi li jeżistu fis-south ta' l-Ewropa.", "Meta inti tara hemmhekk fejn jidħlu l-imħallfin u fejn tidħol il-ġudikatura, issib li dejjem jidħlu in a judicial or quasi judicial role għaliex hemm imbagħad fl-assjem ta' l-istat għandek bżonn l-indipendenza.", "Pero` qatt u mkien, almenu safejn naf jien, ma daħlu b'xi mod jew fejn hemm bażi ta' investigazzjoni jew fejn hemm bażi ta' amministrazzjoni.", "Issa ħalli ma noqogħdux ngħidu jekk dan il-unit huwiex investigattiv jew analitiku; li żgur li se jagħmel, għax huwa msemmi l-ewwel ħaġa fid- doveri tiegħu, huwa li jiżgura li s-subject persons, jiġifieri l-banek, il- financial institutions, min jopera il-financial services eċċ, ikunu qegħdin jirrapportaw dak li għandhom jirrapportaw u jkunu qegħdin compliant with all the regulations li għandhom fuq il-money laundering.", "Din hija l- funzjoni primarja tagħhom.", "Issa with no stretch of the imagination m'għandna bżonn xi ħadd li għandu l-funzjoni ġudizzjarja biex jagħtina xi garanzija fuqha.", "Ir-rwol l-ieħor tiegħu huwa li jżomm għajnejh miftuħin dwar x'qed jiġri madwar id-dinja, jagħmel kuntatti ma' l-FIUs kollha li jeżistu madwar id- dinja biex iqabblu l-informazzjoni li tkun għaddejja, u jagħmlu rapporti mhux fuq nies imma b'mod analitiku dwwar x'għandu jsir u ma jsirx.", "Din hija funzjoni purament amministrattiva.", "Ejjew ngħidu li bank javża lill- FIU u jgħidlu li għandu suspett li fuq transaction li tista' tinvolvi l- money laundering.", "Speċifikament fil-liġi qed ngħidu li l-FIU ma jinvestigax, jaqbad dik l-informazzjoni, janalizzaha, jara jekk għandux informazzjoni oħra minn x'imkien ieħor u jgħaddiha lill-pulizija biex tinvestiga.", "Jiġifieri anke hawnhekk, ir-rwol huwa sempliċement amministrattiv u bl-ebda mod ma nista' ngħidlu quasi ġudizzjarju biex nerġa' nqabbel ma qabel.", "U huwa għalhekk li jien qbilt ma' l-Onor.", "Herrera meta qal li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ikollok bżonn tagħmel investigazzjoni li fiha jkollok bżonn imħallef.", "Kellna bżonn fil- passat u jista' jerġa' jkollna bżonn, imma għandek bżonn imħallef għax fl-aħħar mill-aħħar minn dik l-investigazzjoni trid rapport u ġudizzju.", "L- FIU ma jagħmilx ġudizzji u ma jasalx għal konklużjonijiet.", "Fir-realta` kull pajjiż telaq mill-istess post u spiċċa fl-istess post f'dan il-qasam.", "Kull pajjiż kellu l-problema kif se jgħaqqad flimkien għal din il-biċċa xogħol ic-central banks, l-awtoritajiet tal-pulizija, l- attorney generals, u l-ministeri tal-finanzi.", "U din hija r-risposta kif inti tgħaqqad lil dawn l-erba' government functions flimkien.", "Jiġifieri kulħadd telaq mill-istess post u kulħadd wasal fl-istess post għax kulħadd qed jipprova jagħmel l-istess ħaġa.", "U fl-ebda pajjiż ma daħal l-aspett ġudizzjarju jew quasi ġudizzjarju; imkien m'għandna l-preżenza ta' l- imħallfin, mill-Anglo-Sassoni u n-Nordiċi, sas-South ta' l-Ewropa, l- Kanada u l-Amerika.", "Għalhekk naħseb li wieħed li għadu se jibda jimxi għandu jieħu ftit mill-esperjenza li għaddew minnha barra minn Malta.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, 'il hinn mit-teoriji li għadna kif smajna jiena nibqa' niftakar fil-prattika li jkolli personali meta niltaqa' ma' nies minn rating agencies u minn banek ta' ċertu tip, mhux meta jkun hemm il-ġurnalisti jew il-kollegi imma wiċċ'imb'wiċċ u ras imb'ras.", "U meta nħarsu lejn soċjeta` bħal Malta bilfors ikollna nistaqsu ta' min hu kuġin, neputi jew canvasser dak li qed imexxi \"hemm\" jew \"hawn\".", "Din hija realta` u jekk naħsbu li n-nies li jħarsu lejna ma jaħsbux b'dan il-mod, allura nkunu qegħdin ngħixu fil-ħolm.", "U fuq kemm qed ikun effettiv l-impenn tagħna dwar il-kontroll fuq il-money laundering doppjament jattakkawna jew jikkunsidrawna b'ċertu mod, u ma nagħtihomx tort.", "Dawn mhux ma jemmnux li rridu nikkontrollaw il-money laundering imma jistaqsu kemm qed ikun effettiv u kemm l-istrutturi li ndaħħlu huma tabilħaqq trasparenti, bilanċjati, stabbli u jipproteġu dak li hawnhekk jie qed insejjaħlu il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.", "Jien nifhem l-argumenti li għadhom kif issemmew dwar il-mudell Anglo-Sassonu u l-mudell kontinentali, imma rridu nifhmu wkoll x'inhi l-problema tagħna.", "U l-isfida tagħna hija kemm se tkun kredibbli sistema bħal din jekk ma jkunx hemm input min-naħa tal-banka ta' l-Istat li permezz tal- Kostituzzjoni, ta' l-użanza u anke ta' drawwiet tagħna hija mitqiesa li għandha ċerta awtonomija.", "Dan hu l-punt kollu u jekk nassumu li l- perċezzjoni ma teżistix li f'micro state bħal tagħna, struttura li noħolqu se tkun kontrollata mill-kuġin tal-kuġina, biex ma ngħidux mill- ħbieb tal-ħbieb, jew mill-canvasser tal-ministru, ikun min ikun il- ministru, ma nkunux qed nifhmu x'inhi l-problema.", "Min ikun qiegħed iħares lejna minn barra, jippenetrana u jkun jaf eżatt kif naħdmu, x'qed nagħmlu u x'inhuma l-problemi tagħna.", "Dan huwa suġġett sensittiv ħafna u kulħadd jaf li huwa sensittiv ħafna.", "Għalhekk naħseb li dak li qed jintqal minn din in-naħa qed jintqal b'mod responsabbli, mhux biex inwaqqgħu dak li qed isir - anzi dan qed naqblu miegħu – imma biex intejbuh.", "U ntejbuh billi nippruvaw nabbinaw dik l-istituzzjoni f'pajjiżna li għandha dan is- sens ta' awtonomija - kulħadd jista' jikkritika l-ġudikatura u l-istrutturi tagħha imma almenu hemm affjatament li huma ta' ċerta awtonomija, saħħa u indipendenza – ma' din l-istruttura daqstant sensittiva.", "Sur President, jiena ndħalt f'dan sempliċement biesx nagħmel punt li l-oppożizzjoni tħoss li huwa importanti ħafna.", "Issa nħalli f'idejn l-abbli kollega tiegħi, Jose` Herrera.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Mela ngħaddu għal artiklu 20.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, dan l-artiklu jittratta l-ħatra taċ- chairman u tal-viċi chairman minn fost il-membri tal-bord.", "Dawn jiġu maħtura mill-prim ministru wara konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, kif diġa` għedna, aħna nħossu li dan l- artiklu huwa wieħed kosmetiku għax il-prim ministru effettivament m'hu qed jaħtar lil ħadd ġdid, qiegħed sempliċement jagħżel minn fost dawk li diġa` għażel il-ministru tal-finanzi.", "Jiġifieri kif il-ministru tal-finanzi se jkun qed jagħżel iż-żewġ esperti, se jkun għażel ukoll erba' rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet finanzjarji u anke ta' l-Attorney General u tal-kummissarju tal-pulizija u għaldaqstant il-Prim Ministru m'hu qed ikollu l-ebda għażla libera ħlief li jdur fuq min ikun għażillu l-ministru tal-finanzi.", "Fl-opinjoni tagħna din hija trivjali u għalkemm naqblu li l-prim ministru kellu jidħol f'xi stadju jew ieħor dment li se jkun hemm għażla governattiva – ħaġa li aħna ma naqblux li għandu jkun hemm - naħseb li l- poter tal-prim ministru xorta qed ikun ristrett ħafna għaliex nerġa' ngħid li l-għażla qed issir mill-ministru tal-finanzi.", "Jiġifieri l-ministru tal- finanzi jagħmel shortlisting tax-shortlisting li jkunu tawh l- istituzzjonijiet, imbagħad il-prim ministru jagħżel mix-shortlisting tax- shortlisting!", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nistgħu ngħaddu għal artiklu 21.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, dan huwa artiklu amministrattiv li jispjega l-proċeduri tal-laqgħat tal-bord.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu issa għal artiklu 22.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'dan l-artiklu qegħdin ngħidu li jekk jinqalgħu każi ta' urġenza allura d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jittieħdu minn tnejn mill-erba' membri tal-bord, basta wieħed minnhom ikun iċ- chairman jew il-viċi chairman.", "Naturalment imbagħad l-uffiċjali l-oħra tal-bord jiġu nfurmati b'dak li jkun ġara fl-ewwel opportunita` li jkun hemm.", "Irridu nifhmu li dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet jinqalgħu b'mod ta' eċċezzjoni li mhux se tkun ir-regola ta' kif topera u dan il-provvediment huwa sempliċement neċessarju biex jekk jinqala' xi każ, li kif qed ngħid ikun fuq bażi eċċezzjonali, allura jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri li għandhom jittieħdu biex hekk ċerta azzjoni li jkun hemm bżonn tittieħed, tittieħed u ma tintilifx l-opportunita`.", "Ma ninsewx li din tista' tkun azzjoni ta' rapport lill-pulizija biex jibdew jinvestigaw u jekk ikun se jintilef iż-żmien biex tibda l-investigazzjoni jista' jaħrab l-għasfur.", "Għalhekk huwa neċessarju li fil-liġi jingħata dan il-poter, naturalment mhux biex xi ħadd jaqbeż fuq ras ħaddieħor, imma biex f'każi fejn verament ikun hemm il-bżonn li tittieħed azzjoni immedjata biex jissalvagwardjaw miżuri li jistgħu jittieħdu biex jiġu maqbuda dawn il-każi, allura jkun hemm il-fakulta` bil-liġi li jistgħu jittieħdu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għal dan l-artiklu nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"D\" F'artikolu 22 li hemm fi klawsola 4, għandhom jiżdiedu l-kliem:-", "\"F'każ ta' emerġenza d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mill-Imħallef li jkun Chairperson tal-Unit billi jieħu dawk il-miżuri li jidhirlu li huma l-aktar opportuni fiċ-ċirkostanzi.\".", "Anke li kieku ma kienx hemm l-emenda min-naħa tagħna, xorta nħoss li l- artiklu kif ippreżentat min-naħa tal-gvern huwa lopsided.", "Qed ngħid hekk għaliex filwaqt li napprezza li jista' jkun hemm xi każi ta' emerġenza u li fil-fatt hawnhekk qed nitkellmu għall-eċċezzjoni għar-regola mhux għar- regola in ġenerali, fil-prattika jista' jiġri li filwaqt li l-ministru qed jipprova jagħti a financial bias - u dan qed isir f'pajjiżi oħrajn biex inkun fair anke man-naħa tal-gvern - lill-make-up ta' dan il-unit, jista' jkollok ċirkostanzi fejn id-deċiżjoni tittieħed minn rappreżentant li jew jiġi nnominat mill-attorney general u l-ieħor mill-kummissarju tal- pulizija u t-tnejn l-oħra li jirrappreżentaw lill-MFSC u s-central bank ma jkunux preżenti minħabba ċ-ċirkostanzi a normali jew l-urġenza li fihom ikun ġie trattat il-każ.", "Jew inkella jista' jkollok każ bil-maqlub, fejn id-deċiżjoni tkun qed tittieħed mingħajr ma jkun hemm input mir- rappreżentant ta' l-attorney general jew mir-rappreżentant tal-kummissarju tal-pulizija.", "Jien naħseb li din tista' tkun daqsxejn żbilanċjata - qisu għandek siġġu b'sieq nieqsa - u għalhekk naħseb li l-gvern, filwaqt li jagħti ċerta latitudni liċ-chairperson, m'għandux jagħmilha bil-mod kif ippreżentaha hawnhekk għaliex l-eżitu ma jkunx wieħed sodisfaċenti.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hemmx iktar rimarki ngħaddu għal artiklu 23.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, dan l-artiklu jelenka l-mod li bih jiġu reklutati d-direttur u uffiċjali oħra li jiffurmaw dan il-korp.", "Fil- fatt dawn jiġu reklutati mill-bord.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistgħu għalhekk ngħaddu għal artiklu 24.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qegħdin nagħmlu funzjoni partikolari biex nikkoordinaw dan il-unit ħafna aħjar mal-pulizija u fejn qed ngħidu li l-kummissarju tal-pulizija jappunta uffiċjal hu biex ikun il- liaison bejn dan il-unit u l-pulizija nfisha u jkun jista' allura mhux biss jara li dawk ir-rapporti li qegħdin isiru mill-unit jgħaddu lill- pulizija u jkomplu għaddejjin bl-investigazzjoni, imma jara wkoll jekk fil-korp tal-pulizija hemmx informazzjoni li tista' titfa' xi dawl fuq informazzjoni oħra li qed tinġabar mill-unit għaliex naturalment meta tara informazzjoni f'dawl ta' informazzjoni oħra jista' jkun hemm riżultati differenti u allura dan il-koordinatur għandu din il-funzjoni li jkun il- medium bejn il-unit innifisha u l-pulizija.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Meta wieħed jaqra dan l-artiklu joħroġ ċar dak li konna qed ngħidu jiena u l-kollega tiegħi, fis-sens li l-iskop ta' dan il- unit m'huwiex purament biex jikkonserva xi informazzjoni, qisek xi kumitat ta' statistika fi ħdan xi ministeru li qiegħed hemm biss biex jiġbor u janalizza statistika għal fini ta' riċerka jew fini biex joħroġ xi konklużjonijiet statistiċi, imma huwa li jkun bord investigattiv.", "Tant hu hekk li l-istess liġi qed tipprovdi li jkun hemm liaison bejn il-korp tal- pulizija u l-istess unit.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn subartiklu 24 (4) naraw li dan jgħid hekk:", "\"The police liaison officer shall assist the Unit in the analysis and processing of suspicious transaction reports and of information and intelligence data collected by the Unit in the exercise of its functions and shall advise the Unit on investigative techniques and on all law enforcement issues.\".", "Jiġifieri hawnhekk il-pulizija qed tiġi mistiedna tikkonsulta ruħha ma' dan l-istess unit fuq investigative techniques.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li dan il-kumitat mhux se jkollu funzjoni investigattiva jekk l-istess kumitat se jkollu l-għajnuna tal-pulizija biex jinvestiga.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan l-artiklu qiegħed ħażin jew li ma naqbilx miegħu imma qed ngħid li minnu joħroġ il-kunċett tan-natura ta' dan il-unit.", "L-Onor.", "Austin Gatt għandu raġun f'ħafna affarijiet milli qal meta kien qed jispjega l-funzjoni ta' dan il-unit, pero` ma nistgħux neliminaw l-aspett investigattiv ta' dan il-unit.", "Jiġifieri la parti mil- liġi stess tirrikjedi li jkun hemm din il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-unit fuq investigative techniques ifisser li din il-unit tinvestiga u mhux tiġbor biss informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Xtaqt nikkoreġi ftit it-trust ta' l-argument li għamel l-Onor.", "Herrera, fis-sens li meta wieħed jaqra subartikolu 24 (4) jara li l-funzjoni ta' dan l-uffiċjal m'hijiex li jgħin lill-unit fl- investigazzjonijiet imma li jgħinha fl-analisi u fl-ipproċessar tar- rapporti.", "Dawk huma l-kliem operattivi f'din is-subklawsola li \"l-uffiċjal koordinatur tal-pulizija għandu jassisti l-korp fl-analisi u l- ipproċessar ta' rapporti ta' operazzjonijiet suspettużi u ta' informazzjoni u data ta' tagħrif miġbura mill-korp\".", "Issa meta ngħidu li dan se jagħtiha pariri dwar it-teknikalitajiet investigattivi ma nifhmux li dan se joqgħod jgħallimhom kif se jinvestigaw imma li jgħidilhom biex jekk se tagħtu każ lill-pulizija biex jinvestigawh, iridu jagħtuhom ċerta tip ta' informazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Imma t-techniques li jużaw il- pulizija fl-investigazzjoni x'inhuma?", "Kif trid tippreparalhom l- informazzjoni biex tkun użabbli mill-pulizija waqt l-iinvestigazzjoni tagħhom?", "Dawn mhux se jinvestigaw huma, pero` jekk dawn qed joffru servizz lil ħaddieħor - f'dan il-każ lill-pulizija - biex imbagħad ikomplu bl-investigazzjoni, iridu jkunu jafu l-forma u l-kif ta' l- informazzjoni li l-pulizija għandha bżonn u sakemm għandha bżonnha.", "Jiġifieri dan jgħidilhom fejn u kif tista' tidħol il-pulizija, pero` huma jridu jippreparaw l-informazzjoni sa dak l-istadju biex imbagħad tkun tista' tkompli taġixxi l-pulizija.", "Jien qed naqrah dan l-artiklu u hekk hu fil-fatt.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien naħseb li l-punt li semma l-Onor.", "Herrera jiġi rienforced mill-fatt li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss dwar pariri lill-korp dwar it-teknikalitajiet investigattivi imma anke dwar kull punt ta' infurzar tal-liġi.", "Jien f'idejja għandi l-brief ta' l-FIU Ingliża.", "Meta dawn għamlu l-FIU ma qagħdux joħolqu istituzzjoni ġdida u lanqas raw li jkollhom branka li għandha a treasury jew financial background bias imma qabdu waħda mill-branki tan-National Criminal Intelligence Service, l-economic crime unit, li kienet hemm qabel ma twaqqfu l-FIUs u qalu li se dik se tkun in-national financial intelligence unit għar-Renju Unit.", "Biss meta ġew biex jiddifenixxu l-funzjoni primarja ta' dan il-unit huma qalu preċiżament hekk: The unit's primary function is the receipt, analysis and dissemination of suspicious transactions report received primarily from the financial sector.", "Issa jien bħall-Onor.", "Herrera ma rridx li niġi nterpretat li qed ngħid li dak li hemm fil-provvediment tal- liġi għandu jinbidel - we are quite happy with subarticle 4 - imma naħseb li dan ma jaqbilx mal-preżentazzjoni li taha l-ministru, iżjed u iżjed meta qed ngħidu li l-parir ta' dawn mhux se jkun biss fuq il- teknikalitajiet investigattivi imma se jkun ukoll fuq the actual enforcement tal-liġi, ħaġa li ma tidhirx li tirriżulta mill-briefs ta' FIUs oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu mela għal artiklu 25.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'dan l-artiklu qegħdin ngħidu li r- rappreżentanza legali u ġudizzjarja tal-unit tkun tvesti liċ-chairman u lill-viċi chairman.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, għal dan l-artiklu għandna emenda li tgħid hekk:", "\"E\" F'subartikolu (1) ta' artikolu 25 li hemm fi klawsola 4, minflok il-kliem \"Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Korp tvesti fiċ- Chairman u meta jkun assenti fil-Viċi Chairman:\" għandhom jidħlu l- kliem \"Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Korp tvesti fil-Viċi Chairman tal-Bord u meta jkun assenti fid-Direttur tal-Unit:\".", "Jien naħseb li l-Ministru jifhem għalfejn għamilna din l-emenda għalkemm din ma tagħmilx sens jekk l-emenda l-oħra ma tiġix milqugħha.", "Qed ngħid hekk għaliex jekk iċ-chairman ikun membru tal-ġudikatura, allura jagħmel sens li ma jkollokx membru tal-ġudikatura li jkun vestit b'rappreżentanza ġuridika.", "L-emenda tagħna hija teknika u hija marbuta ma' emenda oħra li fuq is-sustanza tagħha diġa` tkellimna u ma nħossx li huwa l-każ li noqogħdu nirripetu dak li għedna qabel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nistgħu ngħaddu għal artiklu 26.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'dan l-artiklu qegħdin ngħidu li dan il-korp li qed jispeċjalizza f'miżuri kontra l-ħasil tal-flus għandu l- obbligu u l-poter li jara li l-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn li jkollna fil-pajjiż ikunu qegħdin jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet tagħhom.", "Naturalment huma dawn l-awtoritajiet ta' superviżjoni li tista' tgħid huma l-ewwel linja ta' difiża f'dan il-proċess kollu ta' money laundering għaliex huma mhux biss iridu japprovaw lil min jopera f'dan is- settur, imma għandhom ukoll l-obbligu jimmoniterjaw l-operazzjoni tagħhom biex jaraw li fil-fatt kulħadd qiegħed jagħmel xogħlu skond il- liċenzja.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sut President, għal dan l-artiklu wkoll għandna emenda li tgħid hekk:", "\"F\" F'subartikolu (2) ta' artikolu 26 li hemm fi klawsola 4, għandu jiżdied ir-rekwiżit għall-investigation order kif definit fl-Att prinċipali u dan fil-kuntest tal-ħidma tal-Unit.", "F'din l-emenda aħna m'aħniex qed ngħidu li ma naqblux li din il-unit, li hija an intelligence unit, ikollha poter u awtorita` li joħorġu mil-liġi biex tiġbor informazzjoni anke jekk din l-informazzjoni tkun waħda li normalment tkun ikkalkulata bħala kunfidenzjali jew li taqa' taħt il- Professional Secrecy Act.", "Jiġifieri la inti qed tagħmel intelligence unit trid tagħmilha possibbli għall-unit li tiġbor l-intelligence għax jekk inti se tagħmel intelligence unit imbagħad tant se tagħmlilha xkiel li meta din tiġi biex tiġbor informazzjoni tibda teħel hawn u tibda teħel hemm inkunu qegħdin nistultifikaw il-liġi nnifisha.", "Aħna hawnhekk qegħdin xi ftit fi grey area l-ewwelnett għaliex il- Professional Secrecy Act se jibqa' dak li hu, jiġifieri m'aħniex inbiddluh, u t-tieni nett jekk wieħed iħares lejn kapitlu 373, liema kapitlu qegħdin nemendaw, jara li fil-korp tal-liġi nnifisha, meta l- awtoritajiet konċernanti, be it l-attorney general or whoever, ikun irid jakkwista ċerta informazzjoni jkollu jmur il-qorti u jitlob investigative order.", "Issa aħna qed ngħidu li la l-liġi li tirrigwardja l-professional secrecy se tibqa' l-istess u l-investigative orders se jibqgħu jeżistu, ma jkunx jagħmel sens li biex, per eżempju, l-attorney general waħdu barra l-unit irid jikkapparra ċerta informazzjoni għandu bżonn jirrikorri għal din l- ordni, din il-unit m'għandhiex bżonn dan il-warrant għaliex tista' tikkapparra din l-informazzjoni bis-saħħa tal-liġi stess.", "Allura li se jiġri huwa li jekk, per eżempju, l-attorney general ikun irid jakkwista, f'xi investigazzjoni li jkun qed jagħmel, ċerta informazzjoni u ma jkunx jista' jġibha mingħajr ma jakkwista din il-warrant li qed insemmi jiena, iġibha b'mod indirettament billi jirrikorri għal din il-unit.", "U allura s- safeguards li jeżistu fil-liġijiet li jkollok warrant se ssir a dead letter.", "Allura aħna qed ngħidu li filwaqt li naqblu li għandu jkollna unit ta' dan it-tip għaliex huwa importanti biex wieħed jikkumbatti l-money laundering, mill-banda l-oħra qed ngħidu li huwa importanti li jkun hemm ċerti kawteli u ċertu element ta' bilanċ.", "Qegħdin ngħidu hekk għaliex ċerti dokumenti u ċerta informazzjoni, sal-lum għadha privileġġjata u koperta b'kapitlu 377.", "Allura jagħmel sens li għandek liġi li tikkrea ċerti kawteli u tirrikonoxxi d-dritt ta' sigriet f'ċerti oqsma u f'ċerti professjonijiet, imbagħad tikkrea unit which can ride roughshod fuq dawn il-kawteli kollha?", "Issa aħna qed ngħidu li din il-unit għandha jkollha dan il-poter pero` la awtoritajiet oħra bl-liġijiet oħra u anke b'din l-istess liġi jridu jirrikorru għal ċertu warrant, allura din il- unit trid tagħmel l-istess.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, jien nifhem dak li qal l-Onor.", "Herrera u nikkondividi l-preokupazzjoni tiegħu, pero` naħseb li hija xi ftit spustata.", "Ir-raġuni hija l-iskop ta' artiklu 26 huwa rifless fl-ewwel subartiklu, jiġifieri l-poter tal-unit biex jiżgura compliance ma' l-att.", "Jiġifieri l-investigation orders li għandna taħt is-search and seizure bil- warrant u l-investigation order li joħroġ mill-attorney general kollha se jibqgħu; hawnhekk il-unit kulma qed titlob huwa compliance with the act.", "Fil-fatt dan joħroġ ċar f'subartiklu (1) li jgħid li \"the Unit shall be responsible to ensure that subject persons comply with the provisions of this Act\".", "U għal dan l-iskop tista' titlob dokumenti, eċċ. Jiġifieri min qed jikkontrolla d-dritt tiegħu li dawk li huma taħt il-kontroll tiegħu – u hawnhekk qed nirriferu għall-banek, financial institutions, eċċ – ikollu l-poter jgħidilhom li biex jiżgura li hu qed jagħmel trading kif suppost, għandu bżonn \"din\" l-informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Il-problema se timmanifesta ruħha aktar 'il quddiem f'artiklu 30, liema artiklu jżomm taħt l-umbrella tiegħu dawn l-artikli kollha.", "Ovvjament dan l-artiklu nitkellmu fuqu meta naslu għalih, pero` aħna qed nagħmlu emendi għall-artikli kollha għaliex dawn jiġu qabel artiklu 30.", "Issa li bażikament qed nistaqsi jien huwa dan.", "Jekk, per eżempju, il-unit tkun tirrikjedi ċerta informazzjoni jew dokumenti li jaqgħu taħt il-confidentiality, jiġifieri huma protetti mil-liġi, u inti b'liġi oħra tħossok protett, x'jiġri?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hawnhekk irridu noqogħdu attenti għaliex jekk nispustjaw dak li qed nitkellmu fuqu, mal-ewwel immorru ħażin.", "Irridu nifhmu li artiklu 26 mhux qed jitkellem dwar ir-relazzjonijiet tal-unit ma' ċerti persuni jew individwi imma qed jitkellem dwar ir-relazzjoni tal-unit mas-subject persons, liema persuni jkollhom liċenzja taħt wieħed mill-atti finanzjarji li għandna.", "Dawn għandhom l-obbligu li jżommu ċerti internal reporting procedures.", "Jiġifieri biex inkunu ċari dan huwa dritt kontra l- banek u kontra l-istockbrokers liċenzjati għaliex dawk huma s-subject persons.", "Hawnhekk qed ngħidu li jekk is-subject person huwa obbligat b'dan l-att li jżomm dawn ir-records tiegħu tat-transactions għal 36 jew 48 siegħa, il-unit għandu l-obbligu li dan qed isir u biex jagħmel hekk jista' jitolbu tapes, dokumenti eċċ. Jekk il-Professional Secrecy Act teżenta lil dik is-subject person milli tagħti dik l-informazzjoni – li ma naħsibx li huwa l-każ - allura tirbaħ il-Professional Secrecy Act.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti li naraw li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar ir-relazzjoni tal-unit with the man in the street, imma qed nitkellmu biss dwar ir-relazzjoni tal-unit ma' min hu kkunsidrat a subject person, jiġifieri l-financial institutions.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nistgħu ngħaddu għal artiklu 27.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'dan l-artiklu qegħdin nipprovdu r- regoli ta' kif dan il-unit jista' jikkoopera ma' awtoritajiet oħra ta' sorveljanza.", "Kif għedna diġa`, ġiet imwaqqfa l-organizzazzjoni Egmond li fiha qed tiġbor dawn il-units tal-pajjiżi kollha u li qiegħda wkoll tipprovdi għal faċilita` li ċerta informazzjoni tkun tista' tiġi disseminata b'mod internazzjonali.", "Naturalment f'każi ta' money laundering ma jkunux każi lokali biss imma huma każi internazzjonali u għalhekk huwa importanti li l-unit tagħna jkollha wkoll l-awtorita` bil- liġi biex tikkomunika ma' dawn il-korpijiet l-oħra li jeżistu f'pajjiżi oħra għall-informazzjoni li jkollha bżonn u li hi tista' tagħti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għal dan l-artiklu għandna emenda li tgħid hekk:", "\"G\" F'paragrafu (b) ta' subartikolu (3) ta' artikolu 27 li hemm fi klawsola 4, għandhom jiżdiedu l-kliem:-", "\"Eżami simili fuq il-post għandu jsir biss taħt l-awtorita' ta' investigation order.\".", "Jien irriflettejt ftit fuq subartiklu 27 (1) u qed nifhem x'qed jgħid id- drafter fis-sens li l-korp għandu jikkoopera ma' l-awtoritajiet ta' sorveljanza u li l-għan huwa biex jassigura li s-sistemi finanzjarji u xi sistemi oħrajn ma jintużawx għal finijiet kriminali u b'hekk jissalvagwarjaw l-integrita` tagħhom, pero` naħseb li dan għandu jkun a two way process.", "Jiġifieri hawnhekk irid ikollna sitwazzjoni fejn mhux biss il- korp jikkoopera ma' l-awtorita` tas-sorveljanza imma għandhom ikunu l- awtoritajiet tas-sorveljanza stess li jikkooperaw mal-korp, iżjed u iżjed jekk huma se jassiguraw li s-sistemi finanzjarji ma jintużawx għall- finijiet kriminali.", "Jiġifieri qed ngħid dan mil-lat ta' diċitura għaliex l-għan tal-leġislatur qed nifhmu u naqbel miegħu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kooperazzjoni hija a two way process fid- definizzjoni tal-kelma.", "(Interruzzjonijiet) Imma qed ngħidu wkoll l- environment li qegħdin naħdmu fih; qegħdin naħdmu fl-environment ta' l- Egmond li hija l-organizzazzjoni li bażikament qiegħda hemm biex tara li tiġi ffaċilitata din l-informazzjoni.", "Hawnhekk aħna qegħdin nagħtu d-dritt lill-awtorita` li tkun tista' tagħti l-informazzjoni oħra, naturalment għax tkun qed tirċievi wkoll.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: L-emenda li ppreżentajna hija l-istess tip ta' li għadna kif ikkummentajna fuqha.", "L-Onor.", "Austin Gatt, korrettament, għamel riferenza għal-kwestjoni ta' subject person u qed jargumenta bil-mod li qed jgħid li hawnhekk m'aħniex qed nitolbu lil xi persuna tagħtina informazzjoni kunfidenzjali fuq ħaddieħor jew li xi persuna tippreżenta xi dokumenti fuq ħaddieħor meta din l-informazzjoni tista' tkun kunfidenzjali u tkun koperta bis-secrecy act jew xi prinċipji ta' kunfidenzjalita`.", "Pero` hawnhekk irrid nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "L-ewwelnett artiklu 14 jiddefinixxi x'inhu s-subject person u jgħid li:", "\"Subject person means any person required to maintain internal reporting procedures and to report transactions suspected to involve money laundering\".", "Mela l-persuna li hija required to mantain internal reporting procedures jew to report transactions suspected to involve money laundering mhux neċessarjament l-istess persuna li tkun qiegħda taħt investigazzjoni, fis- sens li fil-money laundering act jista' jkollok ċirkostanza fejn nies professjonali li qed jieħdu ħsieb tranżazzjonijiet jew inkella jkunu nvoluti f'pariri fi tranżazzjonijiet ma' klijenti tagħhom ikunu rikjesti li jekk jaraw ċerti affarijiet irregolari jagħmlu ċerti rapporti.", "Plus il- persuna li trid tirrapporta fuq proċeduri u tranżazzjonijiet mhux bilfors tkun is-subject person li qed jiġi nvestigat.", "Kif qiegħda l-liġi, inti tista' inti tibgħat għal xi ħadd biex titlob informazzjoni fuq xi ħaddieħor.", "Issa aħna qed ngħidu li xi kultant meta inti se titlob lil xi ħadd jew lil xi aġenzija tagħtik informazzjoni fuq xi ħaddieħor, din l-informazzjoni ma tkunx tista' tingħatalek jekk ma jkunx hemm l-awtorita` biex isir dan għaliex dik l-informazzjoni tkun protetta mil-liġi.", "U mela niġu għal artiklu 30 se naraw li qed jingħad li talba għal informazzjoni għandha titqies bħala dritt li joħroġ mil-liġi.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu li tista' tiġi f'pożizzjoni fejn persuna professjonali, min-naħa waħda għandha ċerti obbligi li joħorġu mil-liġi tal- professional secrecy jiġifieri hija marbuta bi prinċipji ta' konfidenzjalita`, u min-naħa l-oħra hemm liġi li qed tgħid li jekk din il- unit tibgħat għalik u titolbok tagħti dik l-informazzjoni dik it-talba għandha tiġi meqjusa li ħierġa mil-liġi stess.", "Aħna qed ngħidu li huwa tajjeb li din il-unit ikollha l-poter li titlob din l-informazzjoni, imma biex ma jkunx hemm abbużi jew vessatorjeta` jew biex inkunu bħal korp ta' liġi ieħor, għandu jkun hemm ordni biex wieħed jagħmel dan il-warrant.", "L-uniku skop tal-warrant hu li dak li għandu jissindika joħroġx il-warrant jew le, jara jekk l-informazzjoni rikjesta għandiex x'taqsam mal-money laundering jew le, jew jekk tkunx xi talba vessatorja.", "Jiġifieri id-diskrezzjoni ta' min għadu joħroġ il-warrant tkun waħda limitata, sempliċement biex jara jekk dik it-talba hijiex rikjesta għall-finijiet ta' l-att jew le.", "Jiġifieri aħna bl-ebda mod m'aħna qed nipproponu li d-dritt ta' din il-unit li tiġbor informazzjoni fuq din il-materja għandu b'xi mod ikun limatat, imma la f'partijiet oħra tal-liġi għandek ċerti garanziji, allura dawn il-garanziji għandhom ikunu hemm ukoll għal dan il-unit.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, l-argument għal artiklu 27 huwa l- istess bħal dak fuq artiklu 26; ma rridux inħalltu l-funzjonijiet.", "L- investigation order jikkonċerna meta l-attorney general jibda jinvestiga lil xi ħadd fuq suspett ta' reat kriminali meta l-pulizija tuża l-poteri li għandha tal-warrant biex tagħmel search ta' premises jew fejn taqbad assets qabel ma tkun bdejt l-akkuża kriminali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-funzjoni tal-unit vis-à-vis nies li għandhom obbligi taħt il-liġi u r-reazzjoni tal-unit mas-supervisory authority li basically se tkun l-MFSC biex l-MFSC tkun qed tagħmel l-obbligi ta' superviżjoni tagħha.", "Dan l-artiklu sempliċement jitkellem dwar il-poter tal- unit li tmur fuq l-MFSC li se tkun il-supervising authority u tistaqsiha x'għamlet u m'għamlitx fix-xogħol tagħha.", "Jiġifieri hawnhekk ħadd m'hu qed jiġi nvestigat; jista' jkollok l-investigazzjonijiet u s-suspetti zero u xorta ssib li bank partikolari m'għandux in place ċerti enquirements li tgħid il-liġi.", "Jiġifieri sakemm naslu bħal artiklu 30 żgur li m'hemmx relazzjonijiet fuq investigazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nistgħu ngħaddu għal artikolu 28.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'dan l-artiklu qed ngħidu li l-unit tista' żżomm l-eżekuzzjoni ta' operazzjoni finanzjarja li tkun suspettuża għal mhux aktar minn 24 siegħa.", "Jiġifieri tkun tista' tidħol f'operazzjoni jekk din tikkunsidraha bħala suspettuża pero` m'għandhiex id-dritt li żżommha għal dejjem ta' dejjem; trid tinvestiga bil-għaġġla.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu mela għal artiklu 29.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, dan l-artiklu jgħaqqad ma' ta' qablu, fis-sens li qiegħed jara u jipprovdi fiċ-ċirkostanzi dawn it- tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu suspettati ma jkunux ġew imwaqqfa għax ikunu għaddew l-24 siegħa.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu issa għal artiklu 30.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, dan huwa artiklu fejn qegħdin ngħidu li l-korp jista' jitlob l-informazzjoni u allura qegħdin nagħtuh il-poteri u l- parametri li taħthom jista' jitlob din l-informazzjoni bil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Sur President, dan l-artiklu bażikament jikkombaċi l-argument tagħna kollu u se naqra t-tieni subartiklu li jgħid hekk:", "\"Notwithstanding anything contained in the Professional Secrecy Act and any obbligation of secrecy or confidentiality under any other law the subject person or any other person, physical or legal, and any authority or entity from whom information is demanded by Unit in persuance of the provisions of sub-article (1) of this article shall communicate the information requested to the Unit and for the purposes of article 257 of the Criminal Code any such disclosure shall be deemed to be a disclosure of information to a public authority compelled by law.\".", "Issa dan huwa artiklu li jgħaddi roughshod fuq il-liġi kollha li teżisti għaliex hawnhekk qed nitkellmu ...", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed ngħidlek li huwa ħażin li jkollok poteri imma din hija section li tista' tkun perikoluża ħafna.", "Sa ċertu żmien kien hawn ċerti prinċipji li kienu kardinali, fundamentali u rrifjutabbli, li ċerti professjonijiet, jafu x'jafu fuq il-klijenti tagħhom jew jafu x'jafu fuq nies indirettament involuti f'xi kawża fejn hemm il-klijenti tagħhom jew f'xi tranżazzjoni fejn hemm il-klijenti tagħhom, kellhom id-dritt għas-silenzju u kellhom id- dritt ukoll li ma jikkriminawx il-klijenti tagħhom.", "Maż-żmien, meta daħlet il-kwestjoni tal-money laundering, din illimitajnieha u għamilna sew li għamilna hekk.", "Meta kien hawn l-offshores tfajna ċerta responsabbilita` fuq l-avukati u llum hemm dik l-istess responsabbilta` jekk persuna tkun direttur jew shareholder f'nominee company.", "Pero` rridu nagħmluha ċara li l-professional secrecy act għadha teżisti u ċerti prinċipji kardinali ta' kunfidenzjalita` għadhom jeżistu, u għadhom jeżistu anke f'din il-liġi li qed nemendaw illum.", "U jekk se taqbad tagħmel liġi b'artiklu bħal dan mingħajr kawteli u riservi ta' xejn, allura jfisser li l-leġislazzjoni l- oħra spiċċat u m'hemmx skop għaliha iżjed għaliex din il-unit hija ċentru ta' informazzjoni u naħseb li għalkemm kif qal l-Onor.", "Gatt din qiegħda hemmhekk biex tassisti lill-gvern billi takkumula informazzjoni u tara li l-affarijiet jiġu compiled kif suppost, dik l-informazzjoni m'hjiex se tkun informazzjoni sigrieta ta' dik il-unit.", "Dik l-informazzjoni se tkun qiegħda hemmhekk biex tintuża.", "Għandek il-leġislazzjoni l-oħra kollha qiegħda hemm fejn tikkrea ċerti checks and balances u ċerti kawteli, imbagħad għandek artiklu bħal dan li fuq kulħadd, hu min hu mingħajr distinzjonijiet ...", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ippermettili ninterrompik.", "Jekk wieħed jaqra subartiklu (1) jara li dan jikkardina fejn tidħol din l-eżenzjoni tal- professional secrecy - madwar the subject person u fuq suspicious transactions.", "Ma jistax imur il-unit fuq bank u jitolbu jagħtik informazzjoni fuq Austin Gatt ħa jara jekk hemmx xi ħaġa kontra tiegħu.", "Mhux hekk; irid jew ikun hemm is-subject person stess taħt subartiklu 16 (1) li għamel rapport li hu għandu suspett li s-sistema tiegħu ntużat għall- money laundering jew inkella l-unit ikollha s-suspett li bank intuża għal money laundering u jindika fejn, imbagħad jitlob informazzjoni minn kulmin għandu x'jaqsam ma' dik it-transaction, inkluż avukat jekk hemm bżonn.", "Interruzzjonijiet) Imma subartiklu (1) jgħid:", "\"When the Unit receives a report as is referred to in pragaraph (a) of sub-article (1) of article 16 ...\",", "- li huwa the subject person li jagħmel rapport li s-sistemi tiegħu ġew użati għal tranżazzjoni ta' money laundering –", "\"or when from information in its possession the Unit suspects that any subject person may have been used for any transaction suspected to involve money laundering ...\".", "Dawk huma l-iskatti.", "Issa f'waħda jew fl-oħra, jew jiġik is-subject person jew il-unit taħseb li s-subject person intużat, allura din il- professional secrecy act fir-rigward ta' dik it-transaction m'hi se tapplika għal ħadd.", "Alla ħares mhux hekk għaliex kieku l-bank jiġi jgħidlek li hu għandu l-banking secrecy act u jista' jiġi xi ħadd minn Timbaktu li jkun liebes qorq b'Lm1miljun fil-but u jitfagħhom fil-bank u ħadd ma jinvestigah!", "Inkella ħadd ma jinvestiga avukat - u m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa li ma ġratx hawn Malta - li jintużaw għall-money laundering għax għandu l-professional secrecy!", "Kellna anke tobba li ġew involuti fil-money laundering.", "Jiġifieri dan biss huwa l-iskop.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Jien m'iniex qed ngħid li ma naqbilx.", "Forsi l- Ministru Gatt is misinterpreting il-kummenti tiegħi.", "Nagħmilha ċara li kemm jien, kemm l-Onor.", "Brincat kif ukoll l-oppożizzjoni ninsabu kompletament kuntenti li jkollna leġislazzjoni bħal din.", "Li qed nitkellmu dwaru aħna huma aspetti tekniċi, fis-sens li aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li m'għandux isir hekk, imma qed ngħidu li dan li hawn miktub hawnhekk ma tistax tirrikonċiljah ma' dak li jeżisti f'liġijiet oħra.", "Tant hu hekk li qed jingħad \"notwithstanding anything contained in the Professional Secrecy Act\".", "Jiġifieri għandek Professional Secrecy Act li tikkrea ċerti kawteli u bilanċi u qed ngħidu li nonostante dawk il-kawteli u l- bilanċ li hemm ...", "(Interruzzjonijiet)", "Aħna qed ngħidu li la qed jitneħħa fil-każ tal-money laundering allura anke l-liġi nnifisha rridu nbiddlu għax jekk inti taqra l-liġi prinċipali ssib li hemm artiklu fejn jagħtu ċerti kawteli, protezzjonijiet u struzzjonijiet.", "Jekk qed nitkellmu fuq affarijiet daqstant wiesgħa, huwa prudenti li nibqgħu għaddejin mingħajr ma nikkreaw ċerti bilanċi u kawteli?", "Dak huwa li qed ngħidu aħna mhux li hemm min jista' u min għandu jistaħba wara s-sigriet professjonali jew wara l-Professional Secrecy Act biex jistultifika investigazzjonijiet.", "Jien nifhem li wasal iż- żmien li ċerti areas trid taqta' dritt u nifhem ukoll li l-approaches jitbiddlu u l-problemi iridu jiġu indirizzati b'mod divers, imma jien qed nistaqsi– u għalhekk jien u l-Onor.", "Brincat ressaqna ċerti emendi – jekk sections bħal dan humiex rikonċiljabbli mal-pożizzjoni legali attwali li hemm.", "Allura l-leġislazzjoni l-oħra li tikkonċerna l-Professional Secrecy Act u l-provvedimenti l-oħra fejn jikkreaw ċerti checks and balances u kawteli saru a dead letter?", "Jekk saru, ngħidu li saru.", "(Interruzzjonijiet) L-uniku skop hu li jkollok xi ħadd indipendenti li jgħid li \"din\" hija money laundering u għalhekk trid tagħti l- informazzjoni.", "Jekk tħares lejn il-lista ta' reati li jaqgħu taħt il-kappa tal-money laundering issib li kważi kollox jaqa' taħtha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma nerġgħux nagħmlu l-istess żball.", "Il-kriminal ordinarju li qed jagħmel il-money laundering m'huwiex subject person taħt dan l-att.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq it-transazzjonijiet li jgħaddu minn subject persons li basically se jkunu l-financial institutions.", "Id-diffikulta` partikolari tal-money laundering systems hija li dejjem użaw koperturi li kellhom is-saħħa tal-professional secrecy biex ħadmu u l-uniku mod li d-dinja kollha sabet effettiv biex tiġġieled il-money laundering kien, meta jkun hemm is-suspett, li tneħħi l-professional secrecy għax il-money launderers dejjem użaw istituzzjonijeit u nies li kellhom il-professional secrecy biex jaħslu l-flus.", "Għalhekk ma tistax tagħmel waħda mingħajr l-oħra.", "Illum id-dinja kollha applikaw dan il- prinċipju u saħansitra huwa aċċettat anke fl-Isvizzera.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Imma min se jkun imġiegħel jagħti l-informazzjoni mhux se jkun is-subject person.", "Hawnhekk hawn miktub", "\"any obligation of secrecy or confidentiality under any other law the subject person or any other person\".", "(Interruzzjonijiet) Mela ħalli nagħtik eżempju ipotetiku.", "Ikollok subject person li ħa pariri legali u mar ikkonsulta ruħu ma' avukat.", "Dan l-avukat, firm jew whatever tas-subject person, b'din il-liġi huma obbligati to divulge dak li jkun qalilhom?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-advisors qed jgħiduli li fil-fatt il- kunfidenzjalita` tal-banek u l-financial institutions fir-rigward tar- reporting on money laundering transactions diġa` tneħħiet.", "Jiġifieri din hawnhekk hija konsegwenzjali għaliha.", "Li qed nagħmlu hawnhekk mhux li qed inneħħu l-prinċipju imma qed nistabbilixxu d-dritt tal-unit li tiġbor dik l- informazzjoni.", "Għad-domanda li għamel l-Onor.", "Herrera, jiena dejjem inħobb ngħid li hawnhekk nilleġisla nipprova mhux ninterpreta l-liġi; dak inħallih għal min qiegħed hemmhekk biex jinterpreta l-liġi.", "Naturalment, jekk il-parir jikkonsisti f'li mar xi ħadd f'bank jistaqsi dwar legislation fuq money laundering mod, pero` jekk mar biex jistaqsih jekk tali reat jammontax għal reat kriminali jew le u hemm is-suspett li dan - u issa hawnhekk fejn hawn it-thin dividing line - sar kważi klijent, allura mbagħad wieħed irid jara.", "Imma ma naħsibx li wieħed jista' jasal għar-risposta f'dan il- kuntest.", "Li nistgħu ngħidu huwa li l-prinċipju huwa wieħed; avukati, tobba, periti li għandhom professional secrecy m'għandhomx jabbużaw minnu biex jaqdu klijent għaliex jafu li din il-liġi qed tneħħi l-mantell fil- money laundering provisions.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela ngħaddu għal artiklu 31.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'dan l-artiklu qegħdin ngħidu li meta l-korp ikollu informazzjoni li tindikalu li hemm suspetti serji ta' money laundering dan għandu jgħaddi l-inkartament kollu lill-pulizija biex tkompli l-investigazzjoni hi.", "Naturalment dan jgħaddi s-suspett u l- informazzjoni kollha li jkollu, sia jekk l-informazzjoni tkun ġejja minn suspicious transaction report u anke jekk tkun ġejja minn xi sors ieħor.", "Huwa obbligat ukoll li meta jkun qiegħed jittratta dwar persuna li għandha liċenzja mingħand xi supervisory authority oħra fil-pajjiż għandu wkoll jinforma lis-supervisory authority bl-azzjoni li jkun ħa.", "Naturalment il-korp tal-pulizija għall-investigazzjoni ma jieqafx meta jgħaddilu l-informazzjoni imma jekk tiġih informazzjoni oħra fuq il-każ, qed ngħidu li għandu l-obbligu li jgħaddi wkoll din l-informazzjoni lill- pulizija.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistgħu ngħaddu għal artiklu 32.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Anke hawnhekk, Sur President, qegħdin ngħidu li l-korp li jirċievi informazzjoni mingħand a subject person fuq xi forma ta' money laundering għandu mbagħad jagħti lil din is-subject person li tkun għaddietlu l-informazzjoni dik l-informazzjoni meħtieġa biex dan is- subject person jkun jista' jirregola lilu nnifsu.", "Jekk bank ikun irrapporta xi transazzjoni lill-korp, il-korp għandu jirrelatalu lura li, per eżempju, fl-opinjoni tiegħu \"din\" m'hijiex xi ħaġa ta' money laundering jew li hi u allura jrid jieħu ċerta azzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hemm xi rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu mela għal artiklu 33.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qegħdin ngħidu li uffiċjal jew impjegat tal-korp għandu s-segretezza ta' l-affarijiet li jkunu qegħdin isiru fil-korp u m'għandux jgħaddi informazzjoni lil ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistgħu għalhekk ngħaddu għal artiklu 34.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qegħdin ngħidu li l-korp jista' jiżvela informazzjoni f'ċerti ċirkostanzi, bħal meta jkun awtorizzat biex jagħmel dan taħt waħda mid-dispożizzjonijiet tal-liġi stess, biex jaqdi u jeżerċita l-funzjonijiet li huwa obbligat li jagħmel taħt dan l- att, u meta xi dispożizzjoni oħra ta' xi liġi ġġiegħlu espressament jagħmel dan.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu mela għall- artiklu li jmiss li huwa artiklu 35.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk se ngħaddu sensila ta' artikli pjuttost fuq bażi finanzjarja.", "Again dan ġej mill-fatt li l-unit qed jiġi meqjus bħala aġenzija u mhux xi cost centre f'dipartiment tal- gvern.", "Dan anke biex nagħtuh ċerta awtonomija li hija neċessarja fil-mod kif huwa organizzat.", "Issa billi din hija aġenzija u għidna fil-bidu ta' dan l-att li allura għandha personalita` legali għaliha, allura jidħlu provvedimenti normali u tas-soltu dwar dħul, ħruġ u użu ta' assi li kull aġenzija, fondazzjoni u kumpannija għandha l-awtorita` li tagħmel u dawn l- artikli li ġejjin bażikament jirrigwardjaw dan.", "Artiklu 35, qed jitkellem dwar id-dħul kollu li jista' kollu dan il-korp u jsemmi kirjiet u imgħaxijiet.", "Dan mhux għax il-unit se tikri xi proprjeta` - dan mhux xogħolha – imma għaliex dawn huma provvedimenti normali li wieħed idaħħal għal skopijiet ta' awtonomija ta' persuna legali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri jien qed neħodha li dan il-korp għas- servizzi li jkun qed jagħti se jkun qed jiċċarġja xi forma ta' consultancy fee?", "Għaliex paragrafu (a) jitkellem dwar drittijiet li jitħallsu lil korp għal servizzi li jagħti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-prattika li se jiġri hu li l-korp se jagħmel budget li jiġi approvat mill-ministru bħalma jagħmlu dipartimenti oħra fi ħdanu.", "Il-flus li se jgħaddu għal dan il-unit se jkunu bħala ħlas tas- servizz li finalment se jagħti.", "Dan ukoll biex tingħata ċerta awtonomija fin-nefqa tiegħu anke għaliex il-ministru ma jridx joqgħod jindaħallu f'ħafna dettalji ta' l-operat tiegħu.", "Jien naħseb li dan huwa konformi ma' dak li qed tgħid li trid l-oppożizzjoni u allura qed ngħidu li dan se jħallas tas-servizz li qed jagħtih il-ministeru pero` mbagħad jimmeniġġja l-affarijiet tiegħu hu mingħajr indħil.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nsitgħu ngħaddu għal artiklu 36.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din hija fl-istess vena li kont qed ngħid qabel.", "Naturalment il-korp, bħala unit separat, irid ikollu kont fil- bank u bażikament dak hu li qed ngħidu hawnhekk; li jekk ikollu flus irid jew iżommhom il-bank jew jinvestihom fuq short term paper u affarijiet simili.", "Nerġa' ngħid li dawn huma provvedimenti finanzjarji li jagħtu ċerti poteri ta' amministrazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għal dan l-artiklu għandna tliet emendi, għalkemm qegħdin f'forma ta' tnejn, li jgħidu hekk:", "\"H\" Paragrafi (b) u (c) ta' subartikolu (1) ta' artikolu 36 li hemm fi klawsola 4, għandhom jitħassru.", "\"I\" Subartikolu (2) ta' artikolu 36 li hemm fi klawsola 4 għandu jitħassar.", "Sur President, jien li l-korp ikollu kontijiet f'banek, nifhimha, li jagħmel investimenti ta' l-assi likwidi tiegħu, nifhimha ftit anqas, imma li joqgħod jidħol fl-akkwist, xiri u kiri ta' proprjeta` mobbli jew immobbli - veru li qed jorbotha mat-tmexxija ta' l-affarijiet tiegħu u tal- unit innifsu – ma nifhmihiex.", "Per eżempju, għaliex għandna ngħaddu l- fakulta` lill-unit, li apparti milli jissellef jew jiġġenera flus mingħand xi korp jew awtorita` oħra jista' saħansitra jissellef jew jiġġenera flus anke minn persuna speċifika?", "Minn hi din it-tip ta' persuna li l-korp jista' jissellef mingħaha f'ċirkostanzi bħal dawn?", "Nerġa' ngħid illi jkun hemm forma ta' xi financial arrangement ma' korp jew awtorita` mingħajr ma nidħlu fid-definizzjoni tagħha nifhimha għalkemm hija loose ħafna fl- interpretation tagħha, imma li jkun hemm persuna speċifika notwithstanding il-fatt li se jkun hemm l-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru, qed naraha li se jkun too much of a blank cheque ta' poteri mogħtija lil dan il-korp.", "Jekk wieħed jaqra l-artiklu kif inhu jieħu l-impressjoni li qisna qed nitkellmu dwar xi commercial entity jew business concern.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, fil-fatt il-punt hu li dawn bażikament huma stock provisions li tagħmel għal entita` li hija a legal person.", "Naturalment, meta qed nitkellmu fuq persuna m'aħniex qed nitkellmu fuq l- individwu imma qed nitkellmu fuq entita` legali.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq persuna umana imma fuq persuna legali li tista' tkun kumpannija.", "Pero` dawn irridu nħarsu lejhom fil-kuntest li huma stock financial provisions li qegħdin hemm biex wieħed jipprova li hemm ċerta awtonomija fl-immaniġġjar ta' dawn l-entitajiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Onor. Ministru, it-test bl-Ingliż jgħid \"from such person, body or authority\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero` meta qed ngħidu \"person\" jiġifieri l-body corporate.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mela noqogħdu fuq l-ispjega tal-konsulenti legali.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Sar il-ħin, l-Ispeaker.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq din il-klawsola kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin u nsejjaħ lill-Ministru tal- Finanzi sabiex f'isem il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, l-Erbgħa, 19 ta' Diċembru, 2001 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att kontra Money Laundering – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOE SAMMUT: Nirringrazzjak.", "Irrid niddedika dawn il-ftit minuti biex nagħmel daqsxejn ta' resume` ta' dak li ntqal u ta' dak li ġie dikjarat - mhux se ngħid allegat imma ġie dikjarat – rigward il-qasam tad- djar u li sfortunatament għadna ma ħadna l-ebda risposta għalih.", "Bla dubju ta' xejn qed nirreferi għall-każ li ġie mqanqal fil-Kamra dan l-aħħar li jikkonċerna l-awtorita' tad-djar b'mod partikolari kif dwar kif aġixxa s- Sur Grioli.", "Jien smajt ħafna rimarki u hawnhekk ta' min jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku inġenerali li meta qed nirreferu għas-Sur Victor Grioli għandha ssir distinzjoni bejn is-Sur Grioli ta' l-awtorita' tad-djar u dak inkarigat mill-Vodafone.", "Dan qed ngħidu għax peress li s-Sur Grioli li huwa involut fil-Vodafone huwa aktar popolari ħafna qegħdin imorru għalih.", "Nixtieq nagħmilha ċara hawnhekk li aħna qed nirreferu għas-Sur Grioli li kien iċ-chief executive inkarigat mill-awtorita' tad-djar.", "Kif ġie svelat f'din il-Kamra, din il-persuna, li kienet inkarigata minn wieħed mill-aktar oqsma sensittivi fejn għandna nies li huma fil-bżonn li jkollhom id-djar, mhux talli ħadmet biex takkwista mill-istess pożizzjoni tagħha imma anke ftaħret li kienet strumentali sabiex twaqqa' l-Partit Laburista mit-tmexxija tiegħu bejn l-1996 u l-1998.", "Din il-persuna ftaħret u ppretendiet li gvern Nazzjonalista jkun rikonoxxenti ta' dan il-fatt.", "Mid- dehra l-gvern Nazzjonalista verament huwa rikonoxxenti lejn l-aġir xejn korrett ta' din il-persuna.", "Tant hu hekk li sal-lum għandna skiet perfett dwar dan il-każ.", "La l-ministru Gonzi u lanqas iċ-chairperson ta' l- awtorita' tad-djar għadhom ma fornew risposta għal dak kollu li ġie svelat f'din il-Kamra.", "Mr Speaker, aħna akkużajna lill-Grioli li uża kuntrattur ta' l-awtorita' tad-djar biex ilesti maisonette tat-tifel tiegħu.", "Kien hemm ukoll il-każ fejn ħa appartament billi uża informazzjoni kunfidenzjali.", "Dan uża informazzjoni sensittiva tad-dipartiment fl-intersss ta' l-istess ibnu.", "Informa lill-istess chairperson, is-Sinjura Micallef Leyson, li l-awtorita' tad-djar kellha bżonn garage Santa Lucia meta fil-fatt - u din kienet ir- realta' kif svolġew l-affarijiet - dan riedu għall-istess ibnu biex dan ikollu garage fejn idaħħal il-karozza.", "Hemm ukoll il-kwestjoni l-oħra li mmisinforma lill-impjegati ta' l-awtorita' tad-djar dwar l-istess Micallef Leyson u ma rridx ninsa l-każ li jien ressaqt fejn dan l-istess Grioli rċieva, ħa jew akkwista flus mingħand l-istess klienti ta' l-awtorita'.", "Dawn huma affarijiet li għandhom jiġu nvestigati.", "Mr Speaker meta nħarsu lejn id-diskorsi li jsiru fil-budgets, insibu li l- priorita' dejjem kienet dwar kemm għandna nkunu trasparenti, kemm qed nimxu 'l quddiem, li qegħdin namalgamaw is-sistema tal-punti, biex inneħħu l- korruzzjoni u biex inneħħu kull dubju.", "Din in-naħa tal-Kamra kienet tagħmel ħafna mistoqsijiet anke fejn tidħol il-kwestjoni tal-punti.", "Saru ħafna interpellanzi kif it-tali ħa jew jekk hux korrett li ħa għax it-tali applika il-bieraħ u llum għandu l-post f'idejh u l-ministru dejjem kien jirrispondi li mhux fl-interess pubbliku li tingħata informazzjoni jew li m'huwiex minnu.", "Issa llum qegħdin naraw li ż-żejt tiela f'wiċċ l-ilma.", "Hawnhekk għandna każ fejn hemm elenku sħiħ ta' affarijiet skorretti marbutin ma' wieħed mill-ogħla persuni fi ħdan l-awtorita' tad-djar.", "Iva, hu rċieva flus meta dan mhux suppost mingħand klienti ta' l-awtorita'.", "Ara li kieku kien xi ħadd li għamel xi żball f'xi dipartiment, kieku ngħadduh PSC.", "Meta kont involut fit-tribunal ta' l-inġustizzji jiena kont nara l- ħmerijiet li fuqhom kienu jtellgħu lin-nies.", "Imbagħad għandek każ bħal dan fejn għandek allegazzjoni ta' korruzzjoni - u jiena niskanta kif min-naħa tal-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' korruzzjoni ma tteħdux xi passi, u hawnhekk naħseb li ta' min din il-kummissjoni tieħu l-passi neċessarji - u lanqas min-naħa tal-PSC ma jkun hemm l-ebda moviment.", "Mhux talli mhux hekk talli l-informazzjoni hi li meta l-istess chairperson indunat bil-manuvrar u l-affarijiet serji li kien qed jagħmel Grioli, din marret għand il-ministru Gonzi u l-ministru Gonzi rrifjuta li jitkellem ma' l-istess chairperson tant li din kellha tirrikorri għand il-Prim Ministru.", "Issa huwa veru li l-Prim Ministru ħa passi fis-sens li neħħa s-Sur Grioli mill-awtorita' tad-djar, imma x'għamel?", "Poġġih f'kastilja.", "U issa l- informazzjoni qiegħda li mhux talli ttieħdu l-passi dixxiplinarji kontra tiegħu u tneħħa imma talli dan ingħata promotion għal assistent direttur.", "Issa dan Grioli m'għadux kastilja imma qiegħed fil-ministeru ta' l-Onor.", "Tonio Borg u qed jirrapporta Santa Venera.", "Dan hu l-manuvrar ta' kif lil dan il-bniedem dejjem qegħdin nipproteġuh.", "Mr Speaker, meta jaf dan kollu wieħed jibda jistaqsi wkoll jekk fl-aħħar mill-aħħar huwiex veru li s-Sur Grioli mmanuvra f'isem il-Partit Nazzjonalista biex dan jakkwista l-voti.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija ħaġa ta' min jistkerraħha għax mhux sew li għandek nies li qegħdin jiġu fdati mill-istat biex jieħdu ħsieb awtoritajiet daqshekk sensittivi u dawn jinqdew mill-istess awtoritajiet għal skopijiet partiġġjani.", "Huwa ħażin li minn pożizzjoni simili tgħin partit li int temmen fih u huwa agħar li tinqeda b'pożizzjoni simili għal skopijiet personali.", "Jien għandi l- informazzjoni li dalgħodu kien hemm protest il-qorti biex Dr. Sant ma jgħid xejn iżjed fuqu.", "Imma ma jgħid xejn għalfejn?", "Għalfejn aħna għandna nagħlqu ħalq lill-istess politiċi li jippruvaw iwasslu l-verita' ġaladarba l-istess naħa tal-gvern m'hijiex kapaċi tgħid il-verita'.", "Jiena naħseb li din in- naħa tal-Kamra għandna nibqgħu ninsistu li l-verita għandha toħroġ.", "Veru li l-Ingliżi jgħidu silence is golden imma naħseb li din m'hijiex kwestjoni ta' silence is golden.", "Hawnhekk jien niftakar fi frażi li kienet tiġi wżata ħafna mill-Partit Nazzjonalista - u jekk mhux sejjer żball anke l- istess Dr. Fenech Adami kien jagħmilha ċara - li min ma jikxifx, min ma jitkellimx, min jaħbi, min jgħatti każi ta' korruzzjoni allura huwa kompliċi huwa wkoll u għandu jirrispondi daqs il-ħati.", "Dan huwa prinċipju sagrosant.", "Anke l-istess duttrina legali kriminali tapplika l-prinċipju li l-kompliċi jeħel daqs il-ħati, u tifimha.", "Wieħed irid jgħid ukoll li għandna ċ-chairperson ta' l-awtorita' li wara li tiġi hawnhekk tgħajjat bil-kjarezza u bit-trasparenza qed ġġegħlna nżommu silenzju assolut.", "Anzi qed toħroġ press release fejn tgħid one for all and all for one.", "Alla jbierek issa l-awtorita' tad-djar saret qisha t-three musketeers.", "Għalfejn l-awtorita' tad-djar ma toħroġx il-verita' dwar ir- raġuni għalfejn spiċċa s-Sur Grioli milli noqogħdu ninħbew wara ħafna stqarrijiet li kollox kien regolari?", "Le mhux kollox kien regolari.", "U tant iċ-chairperson taf li mhux kollox kien regolari li meta kien hemm l-istaff tas-Super One wara l-bieb, din lanqas resqet lejn l-awtorita'.", "Mr Speaker, wasalna f'punt li għandna nies li huma ħatja ta' dak li għamlu, il-gvern jaf li huma ħatja, l-Prim Ministru jaf li huma ħatja ta' dak li għamlu, ċ-chairperson taf li hu ħati, l-ministru Gonzi jaf li hu ħati imma minflok nieħdu l-passi, nagħtu promotion.", "Dawn huma affarijiet inaċċettabbli aktar u aktar f'demokrazija.", "Kieku f'pajjiżna qegħdin f'dittatorjat allura mbagħad wieħed jibda jifhimha.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi każ biex wieħed jara kemm is-Sur Grioli kien strumentali biex jagħmel ħsara lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Xi jumejn ilu kellna d-deċiżjoni fil-każ tal-Laj Laj.", "Qabel l-elezzjoni kien ġie allegat li l-ex ministru Freddie Portelli Alla rċieva flus mingħand il-Laj Laj.", "Dan sfuma fix-xejn għax illum iż-żejt tiela f'wiċċ l-ilma.", "Bnejna ħafna kastelli fl-arja, imma issa sirna nafu min kien strumentali f'dan il- każ.", "Sirna nafu li kien is-Sur Grioli.", "Hawnhekk nitlob lill-istess ministru Gonzi u anke lill-istess Prim Ministru biex jindagaw.", "Anke l-istess chairperson ta' l-awtorita' għandha toħroġ fil-miftuħ dwar dan il-każ.", "Għandha l-pinna tagħha li tħobb tiġri biha u naħseb li ta' min tiddedika xi erba' versi biex tgħidilna l-verita' x'kienet.", "U naħseb li l-poplu Malti qiegħed jitlob biex ikun jaf verament għalfejn is-Sur Grioli tneħħa mill- awtorita', għax għal xejn ħadd ma jitneħħa.", "Kulħadd huwa konvint li s-Sur Grilli kien involut f'dak li qed ngħidu minn din in-naħa u naħseb li wasal iż-żmien li l-verita' toħroġ.", "Mr. Speaker nixtieq nitkellem ukoll dwar xi ħaġa b'tema differenti.", "Nixtieq nagħmel referenza għal triq Kalanġ Buġeja fiż-Żurrieq.", "Din m'hijiex triq imma għandek speċi ta' pjazza b'diversi toroq u nies jgħixu fiha.", "Fiha għandek stat li naħseb huwa aktar simili għall-wiċċ il-qamar milli għal xi żona fejn jgħixu n-nies.", "Dawn in-nies ilhom jgħixu hemmhekk għal aktar minn 24 sena u naħseb li wasal iż-żmien li din il-parti tat-triq tiġi mogħtija wiċċ.", "Għandu jsir naqra ta' facelift lil din l-area.", "Nixtieq inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra petizzjoni mill-istess residenti.", "Għandna triq f'Ħal Safi fejn abitanti m'hemm xejn, pero' Alla jbierek mil-lum għal għada din ingħatat it-tarmac.", "Naħseb li dawn l-affarijiet m'għandhomx ikunu.", "Permezz ta' din il-petizzjoni nixtieq inwassal it-talba ta' dawn ir-residenti lill- ministru biex forsi jsir xi ħaġa dwar din it-triq.", "Grazzi Mr. Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE SAMMUT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' petizzjoni ffirmata minn residenti ta' Triq Kalanġ Bugeja datata Ottubru 2001 indirizzata lill-Editur Kunsill News, dwar il- ħtieġa ta' manutenzjoni ta' l-istess triq.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ftit ġimgħat ilu f'dan il-parlament kont tkellimt dwar petizzjoni f'forma ta' dikjarazzjoni maħruġa minn Din l-Art Ħelwa.", "Dakinhar kont għedt illi għandha tiġi ffirmata minn membri parlamentari.", "Din l-Art Ħelwa flimkien mar-rivista Sagħtar, mal-HSBC u mal- care for children fund ħarġu ktieb li jismu ''Jiena kamra kerha'' u fuq dan il-ktieb hemm din id-dikjarazzjoni favur l-ambjent u favur il-wirt kulturali ta' pajjiżna biex tiġi ffirmata mit-tfal.", "Mr. Speaker, inizjattiva bħal din ta' min ifaħħarha.", "Tajjeb li ngħid ukoll li barra t-tfal illi għandu jkun hemm inkluż kulħadd.", "Iċ-ċittadin Malti u Għawdxi kollu, hu ta' liema eta' hu, għandu jiddikjara u jiffirma din il-petizzjoni illi rriferejt għaliha.", "Jiena naħseb li anke lill-membri parlamentari għandi nħeġġiġhom biex jiffirmaw din il-petizzjoni u fil-fatt illum poġġejt kopja tagħha fuq il-bank ta' kull membru parlamentari, tal-ministri u tas-segretarji parlamentari biex kemm jista' jkun malajr jiffirmaw din il-petizzjoni.", "Iktar ma jiffirmawha malajr iktar aħjar, għax jidher li l-intenzjoni hi li din il-petizzjoni se tingħata lill-President forsi fl-aħħar tas-sena jew fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Din il-petizzjoni naħseb illi għandna niffirmawha aħna l-membri parlamentari għaliex inkunu qegħdin nagħtu eżempju li fir-realta`, bis-serjeta` aħna għandna nieħdu ħsieb il-wirt nazzjonali u l-ambjent naturali tagħna.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin nagħtu eżempju kif inkabbru s-sens ċivili.", "Naħseb ukoll li barra li niffirmaw din il-petizzjoni għandha tkun riżoluzzjoni għas-sena d-dieħla li nieħdu ħsieb li nipproteġu l-ambjent.", "Jiena nemmen li kull wieħed u waħda nagħmlu xi tip ta' riżoluzzjoni u naħseb li jekk niffirmaw din il-petizzjoni favur l-ambjent u favur il-wirt nazzjonali tagħna, żgur illi tagħmel ġid lilna li llum qegħdin hawnhekk, tagħmel ġid lill-uliedna u tagħmel ġid lill-ulied uliedna.", "Ħaġa bħal din żgur li mhux se tqumilna flus.", "Kulma jrid ikun hemm hu li jkun hemm ir- rieda.", "Jiena nerġa' ntenni li l-inizjattiva li ħadet Din l-Art Ħelwa wieħed ta' min ifaħħarha u ta' min juri l-apprezzament tiegħu billi jiffirma din il-petizzjoni u jibagħatha mill-iktar fis possibbli lil Din l-Art Ħelwa.", "Mr Speaker, nixtieq nibqa' fuq l-istess tema, l-ambjent.", "Dan l-aħħar meta tkellimna fil-budget dwar l-ambjent ħareġ messaġġ min-naħa tal-gvern.", "Il- messaġġ li ħareġ kien li targets dwar l-immaniġġar ta' l-iskart jeżistu pero' kif se nilħquhom ma nafux.", "Jiena forsi għedt li waqt il-voti tal- Ministeru għall-ambjent kont qed nifhem ħażin, imma meta mbagħad komplejna niddiskutu fuq il-programm monitor fuq NET television ħareġ ċar illi s- sitwazzjoni hija mwiergħa.", "Ma nafu xejn x'se naqbdu nagħmlu.", "Studji u rapporti hemm kemm trid imma azzjonijiet m'hemmx.", "Meta jiena għedt illi għandna nibdew nieħdu azzjoni qabel ma jkun tard wisq billi nibdew nisseparaw l-iskart.", "Ovvjament li tissepara l-iskart ma jinvolvix sempliċement li dak li jkun jibda jarmi l-affarijiet b'mod separat imma dan l-iskart irid ikollok biex tiġbru u jkollok post fejn se tieħdu biex inti tkun tista' tagħmel il-kompost, biex tkun tista' tuża' partijiet minn dan il-materjal u tirriċiklah u affarijiet bħal dawn.", "Minn dak li qalu kemm l-uffiċjal għoli kif ukoll il-ministru ħareġ li huwa inutli li aħna niġbru u nisseparaw l-iskart meta lanqas għandna biex niġbruh u lanqas għandna fejn nagħmluh biex nirriċiklawh.", "Din ħarġet minn fomm il-ministru responsabbli mill-ambjent.", "Mr Speaker, jekk veru qegħdin f'din is-sitwazzjoni, jiena ma nafx kif se naslu biex intejbu l-ambjent.", "Jekk nimxu b'dan il-pass li qed jimxi dan il-gvern biex insolvu l-problema tal-Magħtab żgur li se ndumu ħafna aktar snin.", "Din hija sitwazzjoni allarmanti u nerġa' ntenni li hemm bżonn nibdew nagħmlu ċertu xogħol in parallel.", "Meta qed ngħid in parallel għax ma tistax tagħmel ħaġa waħda.", "L-ewwelnett inti trid tagħmel l-impjanti.", "Huwa veru li għandna wieħed Sant'Antnin fin-naħa t'isfel fejn wieħed jista' jagħmel il-kompost, imma jridu jsiru impjanti reġġonali biex meta l-iskart ġod-djar jinġabar u jiġi sseparat, wieħed ikun jista' jagħmel kompost, imbagħad il-materjal l-ieħor jiġi riċiklat u dak li ma nistgħux nirriċiklaw, nesportawh.", "Hemm bżonn li nibdew immedjatament.", "Ma jistax ikun illi aħna ngħalqu l-miżbliet jekk ma neħdux dawn il-passi bażiċi.", "U hija ħaġa allarmanti li dan il-gvern qiegħed jammetti huwa stess li lanqas dawk il-passi bażiċi għadu ma ħa.", "Spiċċajna għamilna targets date pero' kif se naslu ma nafux.", "Din kienet dikjarazzjoni mill-Ministru u mill-uffiċċjal responsabbli.", "Mr Speaker, il-proposta ta' l-oppożizzjoni illi nibdew nagħmlu dawn l- impjanti immedjatament ħalli barra li nibdew nisseparaw l-iskart ikollna fejn nagħmlu l-kompost, ikollna fejn il-materjal li nistgħu nirriċiklawh u materjal li nistgħu nesportawh hija proposta serja.", "Ikun biss wara li nagħmlu dan li mbagħad inkunu nistgħu insolvu l-problema tal-Magħtab.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna diġa' tajna proposta anke rigward l-iskart ieħor tal-kostruzzjoni, li huwa ammont kbir.", "Aħna konna diġa' bdejna l- proċess biex il-materjal tal-bini jibda jinxteħet ġo barrieri.", "Veru ma tistax tibqa' għal għomrok tixħet fil-barrieri imma sakemm naħsbu fi proġetti serji biex nirriklamaw art mill-baħar din tkun soluzzjoni tajba.", "Aħna mhux kritika biss nagħmlu imma nagħmlu wkoll proposti.", "Diġa' għedna kif wieħed jista' jasal biex jagħlaq il-Magħtab darba għal dejjem.", "Il- gvern Nazzjonalista għandu għallinqas jibda jagħmel l-iktar ħaġa bażika.", "Aħna mbagħad inkomplu fuq li jkun għamel hu biex żgur neħilsu mill- Magħtab.", "Jekk il-gvern preżenti jkun lanqas għadu beda bl-affarijiet bażiċi nkunu rridu nibdew kollox aħna.", "L-istudju hemmhekk qiegħed, m'għandniex għalfejn nagħmlu studji oħra.", "Aħna azzjoni rridu, u diġa' wegħdna li sa sena wara li nieħdu l-gvern, aħna l-Magħtab nagħlquha bis-serjeta'.", "Il- fehmiet hemmhekk qegħdin u x-xogħol jekk ma jibdiex isir issa, aħna nagħmluh immedjatament ħalli nkunu nistgħu nagħlqu l-Magħtab mill-ewwel, imma huwa importanti li jsir issa għax jekk isir issa lill-pajjiż inkunu qed nevitawlu ċerta inkonvenzjenza u ċertu mard.", "Barra minn hekk jekk il-gvern jieħu passi issa, allura meta nkunu fil-gvern aħna nkunu nistgħu nagħlqu l-Magħtab f'inqas żmien.", "Hemm bżonn bis-serjeta' li nimbuttaw lill-gvern għax huwa fl-interess ta' pajjiżna illi jittieħdu passi.", "Ma jistax ikun illi aħna nagħmlu l-pressjoni u l-proposti tagħna bħala oppożizzjoni u l-gvern iparla biss.", "Il-gvern jgħid lest kollox u jgħid li għandna t-target dates u bil-fatti ma jafx x'se jaqbad jagħmel.", "Aħna pproponejna wkoll dwar x'għandu jsir rigward it-tindif bażiku u fuq id- dehra bażika tal-lokalitajiet meta għedna li wieħed għandu jieħu ħsieb dawn l-affarijiet flimkien mal-kunsilli lokali.", "Għal dan il-għan il-gvern m'għandux għalfejn joħroġ iktar flus.", "Dawn huma affarijiet li jistgħu jsiru min-nies tal-gvern.", "Rieda u determinazzjoni jrid ikollok, pero' dawn huma affarijiet li m'għandux dan il-gvern.", "Mr Speaker, hemm ukoll il-proposta li wieħed jirriklama l-art mill-baħar.", "Jiena diġa' għedt li meta konna aħna fil-gvern, kien hemm diskussjonijiet biex nirriklamaw is-sikka l-barranija.", "Jiena kont għedt xi ħsieb hemm rigward is-sikka barranija.", "Hemmhekk ikun jista' jintuża bħala bunkering site.", "Illum huwa importanti ħafna illi bastiment ma jdumx wieqaf biex ikompli bix-xogħol tiegħu, u ħafna kumpanniji ta' bastimenti jfittxu dawn is-servizzi. bunkering site fuq din is-sikka tkun tfisser li wieħed ma jaħlix ħin biex jidħol ġo portijiet imma jieħu bunkering minn hemm.", "Ma joqgħodx jeħel faċilitajiet ta' pilots u faċilitajiet bħal dawn.", "Meta jkun hemm dan is-servizz li jintuża ħafna, żgur li jħalli introjtu għal pajjiżna u jservi tajjeb biex ikollna aktar impjiegi.", "Barra minn hekk wieħed jista' jutilizza dik l-area bħala area fejn wieħed ipoġġi tank cleaning li sfortunatament bħalissa jinsab ġol-port qalb in-nies.", "Din hija xi ħaġa li mill-aspett ambjentali ssolvi ħafna problemi għax bit-tank cleaning li għandna bħalissa għandna ħafna problemi li qegħdin jikkawżaw ħafna mard.", "Allura huwa importanti li anke hemmhekk jintuża bħala convenience fejn wieħed jista' jieħu xi affarijiet li jkunu stored hemmhekk, wieħed jista' jixxiftja nies, jibdel il-crew minn hemmhekk.", "Affarijiet bħal dawn huma importanti u fl-istess ħin, waqt li qed nagħmlu dan il-proġett, peress li nkunu aħna rriklamajna art 'il barra mill-kosta, se nżidu t-territorji tagħna u dik hija xi ħaġa importanti.", "Apparti t-tniġġiż fil-baħar hemm ukoll l-issue aktar importanti tal- kwalita` ta' l-arja.", "Jekk tkun qed tgħum u l-baħar ikun imniġġeż tista' tmur tgħum naħa oħra, imma fejn tidħol l-arja ma tistax taqbad l-arja u tibdilha.", "Din hija problema serja oħra li dan il-gvern ma ħax ħsieb.", "L- unika ħaġa li qal fuq din il-problema hija li meta jinbidel it-temp tonqos din il-problema.", "Din hi s-soluzzjoni li offra l-gvern lill-ħafna nies min-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Jiddispjaċini ngħid li minkejja l- wegħda li din il-problema se tiġi solvuta, ma kien hemm l-ebda flus ivvotati għal dan il-għan.", "Dawn huma affarijiet ta' min wieħed jiġbed l- attenzjoni tal-gvern dwarhom għaliex dawn huma affarijiet li jakkuġanaw il-mard.", "Is-saħħa taċ-ċittadin tkun aħjar jekk ikollna ambjent nadif.", "B'dan il-mod il-poplu joħroġ inqas flus minħabba mediċini.", "Jiena għalhekk qed ngħid li l-gvern għandu jieħu ħsieb dawn il-problemi issa, imma sfortunatament dan il-gvern m'għandux guts u m'għandux rieda.", "Biex nagħlaq nixtieq insemmi xi ħaġa li rajtha u li forsi kibret iż- żejjed imma hemm sinifikat fiha.", "Qed nirreferi għall-protesti li saru minn xi għaqdiet dwar il-mod kif jiġu trattati l-annimali taċ-ċirku.", "Jiena ngħid li kulħadd għandu dritt jipprotesta, u meta jkun hemm protesta paċifika ma naħsibx li xi ħadd għandu d-dritt illi juża l-forza fuqhom.", "Jekk hemm xi ħadd li jkun irid jipprotesta kontra tiegħi, għandu d-dritt li jipprotesta, u sakemm ma jużax il-forza jiena m'għandix dritt li nuża l- forza fuqu.", "Ma jistax ikun li nimxu f'dan l-istadju, għalhekk jiena ngħid li jekk hemm xi ħadd li uża l-forza, għandhom jittieħdu l-passi kontra tiegħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 19 ta' Diċembru, 2001 fis-6:00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20010307_509d_par.doc", "date": "2001-03-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 509 L-Erbgħa, 7 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 509", "L-Erbgħa, 7 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "509", "L-Erbgħa, 7 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 322", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 322", "TQEGĦID TA' KARTI 326", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (emenda Nru. 2) (IT- TIENI QARI)", "Constitution of Malta (Amendment) (No. 2) Bill (SECOND READING) 326", "AĠĠORNAMENT 348", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 353", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 508 li saret fis- 6 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "23813.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' struttura qed taħseb biex twaqqaf id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex tivverifika l- assenteiżmu ikkaġunat minn mard ta' l-għalliema?", "Min se jħaddem din l- istruttura?", "X'riżorsi se jkollha?", "Meta se tibda titħaddem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li bħalissa d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni tinsab għaddejja bl-aħħar preparazzjonijiet sabiex tippubblika sejħa għal offerti bil-ħsieb li jkunu ngaġġati tobba li joffru servizz ta' viżti skond ma jkun mitlub minnhom mill-istess diviżjoni.", "Min eventwalment jispiċċa jieħu l-offerta jkun mistenni li jwettaq il-viżti fid-djar ta' l-impjegat indikat u jirrapporta fuq il- kondizzjoni medika ta' l-impjegat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jagħtina ġustifikazzjoni għall- programmi ta' propaganda li qed isiru fl-iskejjel rigward is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, naħseb li biex wieħed ikun jista' jwieġeb għat-termini tal-mistoqsija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid ikollu l-prova li dawn huma programmi ta' propaganda.", "Dawn il-programmi huma parti mill-informazzjoni bażika li studenti u żgħażagħ fl-iskejjel għandhom dritt għaliha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru jaf li waqt dawn l-eżerċizzji ta' propaganda qed tingħata informazzjoni b'mod dommatku u pożittiv li twassal minnufih biex l-istudent idaħħal f'moħħu li Malta trid tidħol membru fl- Unjoni Ewropea?", "Jaf li l-istudenti qed jingħataw assignments li fihom qegħdin jiġu mġiegħla prattikament jikkommettu ruħhom favur is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni bħala xi ħaġa li hija mija fil-mija pożittiva u inevitabbli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-verita' hi li f'dawn is-sezzjonijiet edukattivi l- istudenti jingħataw informazzjoni bażika u objettiva ta' fatti, liema informazzjoni m'għandha twassal għall-ebda konklużjoni ta' jekk wieħed iridx iħares b'mod pożittiv jew negattiv lejn il-fatt li Malta tista' tkun membru ta' l-Unjoni.", "Forsi tajjeb li ngħidu x'qed jiġri fil-fatt, Sur President.", "L-ewwelnett donnu li l-oppożizzjoni trid tagħti l-impressjoni li hemm xi pjan maħsub ta' strateġija u hemm kampanja sistematika fuq dawn l- affarijiet.", "Nassigura lill-oppożizzjoni li fir-rigward ta' l-iskejjel kollha m'hemm assolutament xejn maħsub minn dan.", "Din hija impressjoni fobika li għandha l-oppożizzjoni fejn si tratta ta' xi ħaġa li b'xi mod jista' jkollha x'taqsam magħha l-Unjoni Ewropea.", "Xejn minn dan, Mr Speaker.", "Biżżejjed ngħidlu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jiena bħala ministru ma kellix l-għarfien li kien hemm daqshekk skejjel li qegħdin jinteressaw ruħhom f'dan is-suġġett.", "Imma ħalli ngħid x'inhu jiġri eżatt.", "L-ewwelnett il-gvern qed jieħu sehem fil-programmi edukattivi ta' l-Unjoni.", "Hemm il-programm Comenius għall-iskejjel; hemm il-programm Socrates għall- istudenti, bil-friegħi kollha tiegħu; hemm il-programm Leonardo għall- kulleġġi tekniċi u ta' taħriġ; u hemm il-programm Ewropew taż-żgħażagħ, għaż-żgħażagħ in ġenerali.", "Il-gvern poġġa għad-dispożizzjoni ta' dawn il- programmi kważi Lm1.25 miljun, terz minnhom toħroġhom l-Unjoni Ewropea.", "Allura kif nistgħu aħna nagħtu informazzjoni lill-iskejjel, lill-istudenti u liż-żgħażagħ biex jibbenefikaw minn dawn il-programmi?", "Jew dawn inpoġġuhom hemm u naħbuhom minn kulħadd, ħlief minn xi ftit li jista' jkollhom għarfien tal-benefiċċji tagħhom u jgawdu huma biss minnhom!", "L-ewwelnett l-iskejjel jafu li hawn mijiet ta' eluf ta' liri f'benefiċċji għat-tfal, żgħażagħ, studenti, ħaddiema u skejjel li jiddependu minnhom.", "Per eżempju, jien ma nistax mmur fuq skola partikolari u nimponilha li tieħu sehem f'xi programm bħal Comenius.", "Jiddependi mill-iskejjel infushom jekk jipparteċipawx f'dawn il-programmi jew le!", "L-inizjattiva biex aħna nisfruttaw għall-massimu dawn il-programmi mhux minni trid tiġi bħala ministru ta' l-edukazzjoni imma mill-iskejjel, mill-istudenti, mid- dipartimenti f'diversi skejjel, mill-universitajiet u mill-kulleġġi.", "L-unika ħaġa li qed issir hi li l-MIC tassigura illi l-pajjiż - naturalment obbligata tagħmel hekk għax il-poplu Malti għalhekk qed iħallas il-flus – ikun jaf x'inhuma l-kriterji, x'inhuma l-kondizzjonijiet, kif tapplika u x'inhuma l-benefiċċji.", "Anke kieku aħna ma nagħmlu xejn, illum l-Istat jista' jikkontrolla u jikkondizzjona lil kulħadd permezz ta' l-internet – għax il-kunċett ta' l-indottrinazzjoni, li donnu nifhmu ħafna fih, ma jsirx fid-dinja ħielsa tal-lum imma jsir, jew aħjar kien isir, taħt ideoloġiji differenti minn dawk li jista' jkollhom grazzja magħhom il- popli ħielsa tal-lum – u l-iskejjel tagħna jirċievu stediniet minn barra għax jafu li hawn Malta qed nieħdu sehem f'dawn il-programmi.", "Irrid ngħid li mhux tort ta' l-iskejjel - ħalli npoġġiha b'dan il-mod - li barra minn Malta għandna fama tajba li dan huwa pajjiż sabiħ, li hawn klima tajba, li hawn skejjel tajbin, li għandna poplu li jitkellem bl-Ingliż, li għandna kultura, li għandna storja u li għandna identita'.", "Is-sorpriża f'ċertu sens, għalkemm forsi ma kellhiex tkun sorpriża, hi d-domanda li hawn minn barra għal exchanges - għalkemm hawn minn Malta wkoll – għax meta studenti, kulleġġi u skejjel ta' pajjiżi Ewropej jaraw li hawn ħafna minn fejn tagħżel, ma jkunux jafu minn fejn se jagħżlu ħalli jagħmlu partnership.", "Malta qed issir kandidat naturali għal dan it-tip ta' partnership għax ninsabu f'kuntest differenti mill-Ewropa Ċentrali, u tifhimha li dawn jippreferu li jkun hemm xi ħaġa iktar distintiva milli l- Islovenja tagħmel exchange mas-Slovakkja, ngħidu aħna.", "Jiena nista' npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-leaflets ta' l-informazzjoni li jintuzaw ħalli naraw liema hija l-frażi ta' indottrinazzjoni jew ta' propaganda.", "Per eżempju, fejn jidħol l-ambjent jitkellmu fuq arja nadifa, ilma nadif, immaniġġjar ta' l-iskart u standards oħra.", "Ma rridux ninsew li din hi r-realta' - indipendentement minn jekk nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le - li aħna bħala poplu obbligati li nkunu nafu dwar l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Apparti mill-ħafna rimarki li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-mistoqsija tiegħi u exchanges u mhux exchanges, il-Ministru jaqbel li kull eżerċizzju li jsir fl-iskejjel - speċjalment dawk primarji u sekondarji ta' klassijiet bikrin – huwa maħsub biex b'xi mod jew ieħor idaħħal fit-tfal mentalita' unidirezzjonali fuq materji fejn għad iridu jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom, u dan bi ksur tal-konvenzjoni internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, bir-rispett kollu l-premessa hija żbaljata - anzi falza, ngħid jien - għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jistax jgħid li t-tagħlim fl-iskejjel qed ikun unidirezzjonali.", "M'hu veru xejn!", "L-iskejjel tagħna qed jgħixu f'Malta tal-lum u aħna ma nistgħux immorru fl-iskejjel u ngħidulhom: Tafu kif taħdem l-organizzazjoni ta' Svizzera fil-Mediterran?", "L-organizzazzjoni ta' Svizzera fil-Mediterran għandha dawn l-istituzzjonijiet, għandha din il-ħaġa u għandha din l-oħra!", "Aħna fl-iskejjel tagħna fuqhiex irridu nitkellmu?", "Fuq il-Kunsill ta' l- Ewropa, fuq l-Unjoni Ewropea, fuq il-Ġnus Magħquda, fuq l-Istati Uniti ta' l-Amerika, fuq l-Asja, fuq l-Afrika u fuq ħafna realtajiet oħra.", "Allura fejn hi l-ħaġa unidirezzjonali?", "Issa bir-rispett kollu, jekk l-informazzjoni li tingħata u r-realtajiet li ngħixu minnhom innifishom jiġbduk aktar lejn naħa milli lejn oħra, allura ma ngħidux li dik hija indottrinazzjoni jew li dik hija propaganda.", "Aħna għandna areas f'Malta li meta tkellimhom fuq aspetti tal-kaċċa u fuq aspetti ta' l-ambjent ikollok reazzjoni negattiva, iżda hemm partijiet oħra li meta tkellimhom fuq l-istess aspetti jkollok reazzjoni pożittiva.", "Allura x'tagħmel f'dak il-każ?", "Bir-rispett kollu, naħseb li qed intellgħuha għal-livell tal-banalita' u għal-livell tar-redikolu din il- kwestjoni.", "Ma naħsibx li wieħed għandu jsir isteriku fuq dan is-suġġett.", "Jien ngħid li f'dawn l-iskejjel hemm indottrinazzjoni f'sens kuntrarju għax l-oppożizzjoni qiegħda tipprova tindottrina l-pajjiż li s-suġġett ta' l- Unjoni Ewropea huwa taboo.", "Naħseb li dan hu l-iżball, dan hu li jdaħħalna fi sqaq u dan hu xi jdaħħalna f'mentalita' magħluqa u dejqa.", "Kif jista' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jippretendi li hu jħaddan din l- apertura lejn id-dinja jekk iħares lejn dawn l-affarijiet u jgħidilhom indottrinazzjoni?", "Imma min ġo l-Ewropa, anke l-aktar nies anti-Unjoni Ewropea, jista' jimmaġina li jekk titkellem fuq il-programmi ta' l-Unjoni, fuq l-ambjent u fuq l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni, jasal biex jgħid li din hi kampanja sistematika ta' propaganda?", "Trid tkun l-oppożizzjoni li jmexxi Dr Alfred Sant biex tagħmel dan!", "U ma nixtieqx li aħna naraw ħares jew għadu fejn għadu m'hemmx.", "Il-verita' hi li meta fil-gvern kien hemm il- Partit Laburista, il-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien bagħat lin- nies jitħarrġu fl-uffiċċju tal-programm Socrates, ħalli jkollna nies li jifhmu x'inhuma l-kondizzjonijiet, jifhmu l-protokolli u kif għandek tapplika.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern twaqqaf l-uffiċċju Socrates.", "Kien gvern immexxi minn Dr Sant li minkejja l-politika tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea - jiena ma nlumux, anzi nfaħħru - ħass li hemm benefiċċji f'dawn il-programmi u pprova jżommhom.", "Naturalment it takes two to tango f'dawn l-affarijiet u l-Unjoni Ewropea lil Dr Sant qaltlu li ma nistgħux naħdmuha b'din il-manjiera u bil-politika tiegħu u qaltlu: Ejja nistennew, naraw aktar x'inhuma l-iżviluppi, inkomplu nidħaddtu imma għalissa nieqfu hawn!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Apparti mir-rimarki irrilevanti li għadu kemm għamel il-Ministru, jirrealizzax li l-mindset li qed jitkellem bih qisu ta' wieħed attiv fil-kontro-riforma tas-seklu 16, bid-dommatiżmu tiegħu japplika għal kulħadd?", "Jifhimx li bl-istess mod kif hemm pluraliżmu u aċċettazzjoni fl-iskejjel li hemm min għandu twemmin reliġjuż differenti, f'qasam bħal dan ma jistax ikun hemm id-dommatiżmu u l-indottrinazzjoni li qed ikun hemm bħalissa fl-iskejjel primarji u sekondarji bikrin?", "Lest il- Ministru li jara li jsir audit akkademiku minn persuna li tkun aċċettata bħala kompletament indipendenti ta' kif tabilħaqq qed jitmexxew dawn il- programmi fl-iskejjel primarji u sekondarji bikrin - mhux ta' exchanges, Socrates u affarijiet oħra, għalkemm kollha huma rilevanti dawn l- affarijiet - programmi ta' indottrinazzjoni unidirezzjonali favur sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u mhux informazzjoni dwar l-Unjoni?", "L-akkuża qed tkun li dawn it-taparsi programmi ta' informazzjoni fuq l- Unjoni Ewropea qed jintużaw bħala eżerċizzju ta' propaganda u ta' indottrinazzjoni unidirezzjonali ħalli jiddaħħal f'moħħ it-tfal, li naturalment ma jistgħux jiġġudikaw mod ieħor jekk qed jiġu indottrinati b'dan il-mod, li għal pajjiżna triq waħda biss hemm, dik ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, ħaġa li fuq kwestjoni ta' kontroversja fundamentali bħal din tmur kontra l-konvenzjoni għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, ma nistax naqbel ma' l-asserzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li din hija xi sistema magħmula b'dan il-mod li qed jgħid hu.", "Assolutament meta wieħed iħares lejn x'jiġri, nerġa' ngħid li tajjeb li l-Onor.", "Sant jifhem x'jiġri.", "Jiġri li l-iskola li tkun interessata jkollha stand, qisu wieħed minn dawn il-panels li qed naraw hawnhekk, bl-ismijiet tal-programmi u l-highlights ta' dak il-programm.", "Ikun hemm mejda bil-leaflets - programm Socrates, programm Leonardo II – u jkun hemm stand ieħor fuq l-ambjent - nista' nġib hawnhekk il-posters li jitwaħħlu, clean air, clear water u waste management - u jkun hemm ktieb fuq l-istandards li wieħed għandu jimmira għalihom fil-kamp ta' l-ambjent.", "Issa fejn ikun hemm talba imur xi ħadd mill-MIC u jiltaqa' ma' l-istudenti f'livell ta' Form IV u Form V u jwieġeb il-mistoqsijiet tagħhom fuq dawn il-programmi.", "Assolutament bl-ebda tiġbid ta' l-immaġinazzjoni ma nista' nħares lejn dan l-eżerċizzju bħala propaganda.", "Kieku dan l-eżerċizzju qed jiġi mbuttat minni bħala ministru ta' l-edukazzjoni, kieku iva qed nagħmel kampanja imma m'huwiex il-każ.", "Forsi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed ikejjel ftit b'xibru.", "Il-kampanja la qed issir min-naħa tal-gvern u lanqas min-naħa ta' l- awtoritajiet edukattivi, pero' donnu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni b'dan il- mod subliminali - jien nifhmu ċar u jifhmu kulħadd - irid jipprova jwaqqaf kull ħsieb li b'xi mod jista' jkollu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea jekk dak il-ħsieb jista' jagħtik idea pożittiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dr Sant jaħseb li jekk dawn is-sessions jieqfu, it-tfal u ż-żgħażagħ u l-ħaddiema u l-ġenituri mhux se jibqgħu jaraw tajjeb dak li hu tajjeb, u mhux se jibqgħu jaraw ħażin dak li huwa ħażin fl-Unjoni Ewropea.", "Lanqas mhuma se jaraw dak li hu ta' vantaġġ u dak li huwa ta' żvantaġġ.", "Jekk il-Kap ta' l- Oppozizzjoni jaħseb li qed ngħixu fi żmenijiet fejn big brother jista' jikkontrolla dawn l-affarjiet, bir-rispett kollu naħseb li qed jiżbalja.", "Jiena nassigura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni illi l-iskejjel tagħna huma skejjel fejn hemm tolleranza kbira, hemm diversita', hemm varjeta' ta' opinjonijiet u fejn l-istudenti jiġu inflwenzati minn kollox u minn kull tip ta' għalliem.", "Hemm min jagħtik l-istorja mod u hemm min jgħidhielek mod ieħor.", "Pero' filwaqt li d-diviżjoni ta' l-edukazzoni qiegħda hemm tħares minn fuq u ssegwi biex tara li l-parametri wesgħin qed jiġu osservati, ma naħsibx li we can start breathing down the neck ta' kull għalliem u ta' kull kap ta' skola.", "Naħseb li dan ikun il-bidu ta' l-għeluq ta' l-iskejjel tagħna biex jerġgħu jidħlu f'qoxorthom u huwa kontra l- interessi edukattivi tat-tfal tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti .", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi każi ta' dixxiplina quddiem il-kummissjoni dwar is- servizz pubbliku, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24065; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Fondazzjoni GAIA datat 29 ta' Lulju 1998 u r-rendikont finanzjarju għas-sena 1999, flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat maħruġ mill-awdituri Ernst & Young, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23814.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (emenda Nru. 2)", "Constitution of Malta (Amendment) (No. 2) Bill", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mis-6 ta' Marzu, 2001 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, ninsabu qed niddiskutu proposta min- naħa tal-gvern biex tiġi emendata l-Kostituzzjoni ta' Malta, il-liġi suprema tal-pajjiż.", "Effettivament il-gvern qed jipproponi li jdaħħal żewġ emendi, waħda li għandha x'taqsam mal-kwestjoni tal-freedom of movement u taċ-ċittadinanza; u l-oħra li tirrigwarda l-kunsilli lokali, fejn il-gvern qed jipproponi li r-riferenza għalihom tkun entrenched fil-kostituzzjoni b'maġġoranza ta' żewġ terzi.", "Din il-proposta ġiet immuntata bħala riaffermazzjoni ta' kemm il-gvern ta' Fenech Adami jemmen fil-kunsilli lokali u l-importanza li dawn għandhom jingħataw.", "Issa kieku verament il- gvern jemmen f'din l-importanza li qed jgħid, żgur li ma kienx iressaq dawn iż-żewġ emendi f'abbozz wieħed għax assolutament m'hemmx konnessjoni.", "Forsi wieħed jista' jgħid li dan huwa mod konvenjenti ta' kif isir ix- xogħol, imma jien ngħid li dan iktar jirrelata mal-fatt li bħal ħafna affarijiet oħra, il-gvern jara lill-kunsilli lokali bħala cavallo di battaglia politiku, u minflok jagħtihom l-importanza sħiħa billi jippreżentahom bħala tale quale, jattakkahom b'dan il-mod li fl-opinjoni tiegħi jindika ċerta arroganza politika.", "Fil-fatt, Sur President, jien se niffoka unikament fuq dik il-parti tal-liġi li tittratta l-kunsilli lokali.", "Artiklu 115A jgħid hekk:", "''L-Istat, filwaqt li jirrikonoxxi l-prinċipji ta' sussidjarjeta', għandu jadotta sistema ta' gvern lokali li biha t-territorju ta' Malta jinqasam f'dak l-għadd ta' lokalitajiet hekk kif jista' minn żmien għal żmien jiġi stabilit b'liġi, b'dan li kull lokalita' tkun amministrata minn kunsill lokali elett mir-residenti tal-lokalita' u li jitwaqqaf u jitħaddem skond dik il-liġi li tista' minn żmien għal żmien tkun fis-seħħ.''", "Minnu nnifsu dan l-artiklu huwa kurjuż għax it-titolu tiegħu huwa ''Gvern Lokali'' u anke għax jitkellem dwar struttura li se tiġi adottata, filwaqt li l-Istat se jirrikonoxxi l-prinċipji tal-sussidjarjeta'.", "Meta tajt ħarsa lejn il-kostituzzjoni tagħna biex nara fejn tintuża' din id-diċitura fir- rigward ta' strutturi sibt li din tintuża' fir-rigward tal-president, tal- parlament u tal-ġudikatura.", "Imkien fil-kostituzzjoni tagħna m'hemm din l- approach li filwaqt li qed nirriferu għal struttura issa, inwaħħlu magħha r- rikonoxximent ta' xi prinċipju - f'dan il-każ tas-sussidjarjeta'.", "Din il- ħaġa għalija hija kurjuża.", "X'inhu l-bżonn li unikament għal dan il-każ, fil- kostituzzjoni se niddefinixxu struttura u nattakkaw magħha r-rikonoxximent ta' ċerti prinċipji?", "Din il-ħaġa naraha aktar u aktar kurjuża fid-dawl tal- fatt li l-frażi ''gvern lokali'' tissemma biss fit-titolu u fin-nota marġinali.", "Jien naħseb li wieħed għandu jirrifletti ftit dwar dan il-punt.", "Jekk niftakar tajjeb, fil-liġi tal-kunsilli lokali hemm riferenza waħda biss għall-gvern lokali, u issa din ir-riferenza qed issir it-titolu ta' din l-emenda li qed nagħmlu, b'mod li ma torbotx ma' dak li hemm fil-bqija tal-kostituzzjoni u fil-bqija tal-liġi eżistenti tal-kunsilli lokali.", "Jiena nħoss li dawn l-affarijiet huma importanti għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett, malli nużaw il-kelma ''gvern'' inkunu qed immorru oltre minn dak li jgħid l-artiklu li għandna quddiemna fejn qed tissemma' l-kelma ''amministrazzjoni''.", "Jiena nifhem li f'termini politiċi ġieli nużaw il- kelma ''gvern\" għax anke jien ġieli użajtha - imma la qed nitkellmu dwar il- kostituzzjoni hawnhekk irridu nkunu ċari.", "M'hemmx dubju li bil-mod ta' kif din il-kelma tintuża' f'diversi postijiet, mhux biss fil-Kostituzzjoni Maltija imma anke f'dawk barranin, il-kunċett ta' ''gvern'' ifisser istituzzjoni li by definition għandha l-poter li tagħmel it-taxxi.", "Naħseb li jekk f'din il-Kamra hawn kunsens favur il-kunsilli lokali, żgur li m'hawnx qbil dwar il-fatt li dawn jista' jkollhom il-poter ta' tassazzjoni.", "Dan minnufih ipoġġina quddiem mistoqsija importanti li nirriferi għaliha aktar 'il quddiem.", "It-tieni mistoqsija li tqum issa, apparti kemm huwa xieraq li niddifenixxu struttura fil-kostituzzjoni b'riferenza għall-prinċipji li fuqha se titħaddem - għax fil-kostituzzjoni tagħna m'hemm l-ebda każ fejn struttura tiġi definita b'dan il-mod – hija għaliex il-prinċipji li se jkunu referibbli għal din l-istituzzjoni l-ġdida huma proprju dawk tas- sussidjarjeta'?", "''Il-prinċipji tas-sussidjarjeta''' hija terminoloġija politika li ħarġet minn ħdan il-gruppi demokristjani Ewropej tas-snin ħamsin u sittin, Dawn jgħidu li fejn hemm xi ħaġa li tista' ssir at a lower level tat-tmexxija għandha tiġi delegata 'l isfel, fis-sens li ċ- ċentru ma jassorbix funzjonijiet li jistgħu jsiru b'mod aħjar - u \"aħjar\" imbagħad hija open to question - fuq livell aktar 'l isfel ta' amministrazzjoni.", "Eventwalment din it-tip ta' terminoloġija daħlet ukoll fid-diċitura ta' l-Unjoni Ewropea - u hemmhekk fejn l-iktar li żviluppat - jekk niftakar tajjeb mit-Trattat ta' Maastricht 'il quddiem.", "Għalhekk jien naħseb li wieħed għandu jistaqsi x'relevanza għandha din l-idea ta' sussidjarjeta' fil-kuntest tal-Kostituzzjoni Maltija, ta' l-istrutturi Maltin.", "Hija ħaġa ċara li l-istrutturi Maltin, anke kif definiti minn din il-kostituzzjoni, huma strutturi unitarji.", "Biex nirrifletti aħjar fuq dawn il-mistoqsijiet, jien ħarist lejn kostituzzjonijiet oħra Ewropej.", "Bl-għajnuna ta' xi kollegi tiegħi għamilt scan ta' kif kostituzzjonijiet oħra jippreżentaw, jirriferu u jiddefinixxu l-awtoritajiet, il-kunsilli u l-korpi lokali tagħhom, kemm mil-lat ta' jekk idaħħlux id-diċitura ta' ''gvern'' f'dak li jgħidu, kif ukoll mil-lat ta' jekk jagħmlux xi forma ta' riferenza għall-prinċipji ta' ħaġa jew ta' oħra.", "Nixtieq li nħares ftit lejn dawn l-affarijiet biex ta' l-inqas ikollna benchmarking ta' kif kostituzzjonijiet oħra jitkellmu dwar l-awtoritajiet lokali.", "Nibda bil-Kostituzzjoni Taljana, fejn taħt \"prinċipi fondamentali\", din tgħid hekk:", "''La Republica, una e indivisibile, riconosce e promuove le autonomie locali, attua nei servizi che dipendono dallo Stato il più ampio decentramento aministrativo e adegua i principi e i metodi della sua legislazione alle esigenze della autonomia e del decentramento.''", "Artiklu 115 tal-Kostituzzjoni Taljana jgħid hekk:", "''Le regioni sono costituite in enti autonome con propri poteri e funzioni secondo i principi fissati dalla Costituzione.''", "Artiklu 116 imbagħad jitkellem dwar zoni partikolari u jgħid hekk:", "''Sicilia, Sardegna, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia, Val d'Aosta - forme e condizioni particolari d'autonomia secondo statuti speciali adottati con leggi costituzionali.''", "Sur President, minn dan joħroġ li l-Kostituzzjoni Taljana qed tiddefenixxi z-zoni awtonomi, iz-zoni ta' tmexxija lokali, mhux b'riferenza għal xi prinċipji imma b'mod pożittiv, kif fuq kollox tagħmel il-Kostituzzjoni ta' Malta meta tiddefinixxi strutturi.", "Il-Kostituzzjoni Taljana qed tagħmel hekk vis-à-vis l-awtoritajiet lokali tagħha.", "Dak li joħroġ minn dan li għadni kemm qrajt huwa li mkien fil-Kostituzzjoni Taljana m'hemm riferenza għal xi prinċipji ta' ħaġa jew oħra fil-kuntest tar-reġjuni tagħha.", "Id- definizzjoni hija formali, pożittiva, konkreta u definittiva.", "Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn il-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu, pajjiż żgħir daqs tagħna f'dik li hi popolazzjoni, insibu li kapitlu 9 jitkellem dwar l-awtoritajiet lokali, u artiklu 107 dwar il-communes jgħid hekk:", "''Communes form autonomous authorities, on a territorial basis, possessing legal personality and administrating their patgrimony and own interests.", "In each commune there is a communal council directly elected by the inhabitants; the conditions to be elector or eligible will be fixed by law.''", "Dan l-artiklu jkompli billi jiddeskrivi b'mod pożittiv l-istrutturi li bihom il-local authorities tal-Lussemburgu jaħdmu.", "Mill-ġdid, m'hemm l- ebda riferenza għal xi forma ta' prinċipji jew għad-diċitura ta' ''gvern''.", "Pero' f'subartiklu (3) ta' artiklu 107, il-kostituzzjoni ta' dan il- pajjiż tgħid hekk:", "''The council draws up a yearly budget and closes the accounts.", "It issues communal regulations, except in case of emergency.", "It may impose taxes, with the Grand Duke's approval.", "The Grand Duke may dissolve the council.''", "Anke hawn, b'mod pożittiv u definit qed jiġu deskritti l-funzjonijiet tal- kunsill mingħajr l-ebda riflessjoni għal xi prinċipju ieħor jew għall-kelma ''gvern''.", "Minflok qed tintuża l-kelma ''administration'' u ''communal''.", "Jekk imbagħad nagħtu ħarsa lejn il-Kostituzzjoni ta' l-Awstrija, artiklu 115 li jittratta l-local counties jitkellem b'mod definit u pożittiv, fis- sens li bid-diċitura tiegħu stess qed jiddeskrivi din l-istruttura u kif taħdem.", "Dan l-artiklu jgħid hekk:", "''In so far as in the following Articles where the term County is used, the reference is to be taken to meaning Local County.", "State legislation shall prescribe laws of Counties in accordance with the principles of the Articles contained in this Part.''", "Imbagħad, l-artiklu jkompli billi jiddeskrivi l-prinċipji u jgħid:", "\"Every state is divided into Counties.", "The County is a territorial corporate body entitled to self-administration while being at the same time an administrative local district.", "Every piece of State must form part of a County.", "The county is an independent economy entity.", "It is entitled, within the limits of the laws of the Federation and the States, to possess assets of all kinds''.", "Il-kostituzzjoni ta' l-Awstrija tibqa' imbagħad tiddeskrivi b'ċertu dettal l-istruttura, fiex tikkonsisti u kif taħdem.", "Imkien, nerġa' ngħid, ma tissemma l-kwestjoni ta' ''gvern''.", "Imkien m'hemm riferenza għal prinċipji astratti ta' natura politika li fuq kwestjoni ta' strutturi ma taħdimx, għax il-kostituzzjoni qiegħda hemm biex tiddeskrivi l-istruttura u tgħid kif din se taħdem.", "L-Awstrijaċi jidħlu f'dettall kbir dwar il-mod ta' kif jaħdmu l-istrutturi tal-local counties tagħhom, u jiddeskrivu b'mod konkret kif dawn se jaħdmu, per eżempju kif isiru l-elezzjonijiet, kif maġġoranza ta' membri tista' tagħmel quorum fil-kunsill tal-county.", "Sur President, nixtieq nikkwota issa mill-Kostituzzjoni Spanjola, fejn fir- rigward ta' public administration artiklu 103 jgħid hekk:", "\"The Public Administration serves the general interest with objectivity and it acts in accordance with the principles of efficacity, hierarchy, decentralization, deconcentration and coordination while fully complying with the law and legality.\"", "S'issa, din hija l-unika kostituzzjoni Ewropea li titkellem dwar il- prinċipji, imma imbagħad meta titkellem dwar il-local structures minn artiklu 137 'l quddiem, taħt it-titlu ta' ''Organizazzjoni Territorjali ta' Spanja'', tgħid hekk:", "''The State is organized territorially into municipalities, provinces and the Autonomous Communities which may be constituted.", "All these entities enjoy autonomy for the management of their respective interests.''", "Mill-ġdid nirrimarka li d-diċitura ta' ''gvern'' ma tidher imkien fil- Kostituzzjoni Spanjola u l-approach li biha hi mitkuba hija waħda li tiddeskrivi l-istruttura.", "Aktar 'il quddiem, minn artiklu 140 'il quddiem, din il-kostituzzjoni tiddeskrivi b'mod dettaljat l-istrutturi tal- muniċipalitajiet, il-provinċji, eċċ., u tgħid:", "''The Constitution guarantees the autonomy of the municipalities.", "These enjoy full legal personality.", "Their government and administration is the responsibility of their own city governments which are made up of the mayors and councilmen.", "The councilmen shall be elected by the residents of the municipality via universal equal, free, direct, and secret suffrage in the manner established by law.", "The mayors shall be elected by the council men or by the residents.", "The law shall regulate the conditions under which the system of an open council may proceed.''", "Minn dan kollu jirriżulta li l-Kostituzzjoni Spanjola qed tiddeskrivi struttura u tgħid kif din se taħdem, kif wara kollox tagħmel il- Kostituzzjoni ta' Malta.", "S'issa il-kostituzzjoni tagħna qatt ma rabtet struttura ta' amministrazzjoni ma' prinċipji kif tinħadem imma dejjem qalet kif se taħdem.", "Għalhekk jien naħseb li tajjeb li per eżempju naraw xi tgħid il-Kostituzzjoni Franċiża, fejn f'artiklu 72, taħt it-titlu ta' ''Territorial Units'', insibu deskrizzjoni ta' kif jinħadmu l-istrutturi ta' l-istat, jiġifieri fuq l-istess mudell ta' kostituzzjonijiet oħra Ewropej:", "''The territorial units of the Republic shall be the communes, the departments and the overseas territories.", "Any other territorial unit shall be established by statute.", "These units shall be self-governing through elected councils and in the manner provided by statute.", "In the departments and the territories, the delegate of the Government shall be responsible for national interests, administrative supervision and the observance of the law.''", "Sur President, hawnhekk reġa' għandna konferma li l-mod ta' kif wieħed jiddeskrivi struttura f'kostituzzjoni huwa billi jgħid fiex tikkonsisti u kif se taħdem.", "Il-mod ta' kif dan l-abbozz qed jiddeskrivi l-istruttura tal-kunsilli lokali filwaqt li jirrikonoxxi l-prinċipji tas-sussidjarjeta', s'issa għadna ma sibnih fl-ebda kostituzzjoni Ewropea, u m'aħniex se nsibuha, għallinqas f'dawk li qrajt jien.", "Se ngħaddi issa għall-kostituzzjoni ta' dak il-pajjiż li skond il-media Nazzjonalista, għal dawn l-aħħar tlett ijiem sparixxa mill-mappa tad-dinja, u cioe' l-Isvizzera!", "It-titlu numru 3 tal-kostituzzjoni ta' dan il-pajjiż jitkellem dwar il-konfederazzjoni u l-muniċipalitajiet.", "L-approach li jimxi biha l-leġislatur Svizzeru hija li jgħid x'inhi l-istruttura tal- muniċipalitajiet u x'se jkunu l-ħidmiet tagħhom.", "Imkien ma tissemma' b'xi mod il-kelma ''gvern''.", "L-aħħar eżempju li se nagħti huwa tal-kostituzzjoni Svediża, fejn biex inkun għedt kollox, artiklu 7 ta' kapitlu 1, li jitratta l-lingwa ta' dan il-pajjiż, tidher il-kelma ''gvern''.", "Dan l-artiklu jgħid hekk:", "''There are primary and regional local government communes in Sweden.", "The decision-making power in the communes is exercised by elected assemblies.", "The communes may levy taxes in order to perform their tasks.''", "Dan huwa l-uniku każ fejn minnufih wara li tissemma' l-kelma \"gvern\", qed jingħad li l-gvernijiet lokali jistgħu jagħmlu t-taxxi biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom.", "Il-kunċett ta' ''gvern'' qed jintrabat minnufih mal-poter tal-ħolqien tat-taxxi.", "Iktar minn hekk, artiklu 5 ta' kapitlu 8 tal-Kostituzzjoni Svediża jgħid hekk:", "\"Principles governing changes in the division of the country into local government communes, and governing the organization and working methods of the communes and local taxation shall be laid down by law.", "Provisions governing the powers and responsibilities of the communes in other respects shall likewise be laid down by law.''", "Għalkemm il-kostituzzjoni ta' dan il-pajjiż tagħmel issemmi l-prinċipji, m'hemm l-ebda riferenza għal xi prinċipji astratti, imma b'mod pożittiv u definit, il-mod ta' kif jitħaddmu l-communes Svediżi shall be laid down by law.", "Jien naħseb li dawn l-eżempji kollha juru b'mod ċar li fl-ebda kostituzzjoni minn dawk li semmejt - u lanqas fil-Kostituzzjoni Maltija kif inhi llum - m'hemm l-ebda struttura ta' kif se jaħdmu oqsma amministrattivi fil-pajjiż riferibbli għal xi prinċipju fl-ajru, imma riferibbli għad- deskrizzjoni ta' kif dawn se jaħdmu, jew dik maħruġa mill-istess kostituzzjoni jew dik approvata minn dan il-parlament.", "Meta jiddaħħal il- kunċett ta' \"gvern\", tkun qed tiddaħħal minnufih l-idea li l-entita' in kwestjoni se jkollha b'xi mod jew ieħor il-poter li tintaxxa.", "Jien diġa' għedt li dwar dan żgur li mhux se jkun hawn qbil.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien m'iniex se nitkellem dwar is-sussidjarjeta' għax dwar dan hemm ħafna x'wieħed jgħid.", "Irrid niddikjara uffiċjalment li dwar il-kwestjoni tat-taxxi hawn qbil totali dwar il-fatt li l-kunsilli lokali ma jistgħux jagħmlu taxxi.", "Rigward il-kelma ''gvern'', irrid ngħid li l-kostituzzjoni tagħna, f'erba' artikoli speċifiċi diġa' tuża t-terminu \"local government authority\", jiġifieri d-diċitura biex torbot ma' dawk l-artikoli diġa' teżisti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, xorta jibqa' l-fatt li d-diċitura li qed tintuża hawnhekk - għax issa qed nitkellmu b'mod espliċitu dwar l- awtoritajiet lokali - qed timplika minnufih il-fatt li l-poter ta' dawn jista' jitwessa' b'tali mod li jkunu jistgħu jagħmlu t-taxxi.", "Rigward is-sussidjarjeta', l-ewwelnett irrid ngħid li ma naqbilx li l-mod ta' kif jiġu deskritti l-kunsilli lokali għandu b'xi mod jew ieħor jintrabat ma' xi prinċipju, għax nemmen li struttura għandha tiġi definita biss billi wieħed jgħid fiex se tkun tikkonsisti.", "Pero' iktar u iktar ma jinżillix l-argument li għandha tkun is-sussidjarjeta' li tidħol bħala prinċipju, u se nispjega għaliex.", "Kif diġa' għedt, jiena rajt il- kostituzzjonijiet Ewropej biex nara hemmx imqar kostituzzjoni waħda li ddaħħal il-prinċipju tas-sussidjarjeta' fir-rigward ta' l-awtoritajiet lokali, u sa fejn naf jien, l-ebda pajjiż ma jsemmi l-kelma ''sussidjarjeta' '' fl-ambitu ta' kunsilli lokali kif definiti mill- kostituzzjoni tiegħu.", "Il-kunċett ta' sussidjarjeta' jidħol mbagħad f'ċerti trattati riċenti ta' l- Unjoni Ewropea - jekk niftakar tajjeb dak ta' Maastricht - pero' rridu nifhmu x'qed jiġri f'dan it-tip ta' trattati, fejn stati sovrani qegħdin jaqblu li parti mis-sovranita' tagħhom għandhom jiċċentralizzawha 'il hinn mill-fruntieri tagħhom.", "Qegħdin jaqblu wkoll li ħaġa bħal din għandha ssir b'tali mod li jassiguraw li l-miżuri interni ta' tmexxija jibqgħu salvagwardati kemm jista' jkun.", "Fi kliem ieħor, dawn l-istati sovrani qed jiftiehmu bejniethom li jiċċentralizzaw parti mid-decision-making structures tagħhom fuq bażi sovranazzjonali, filwaqt li jibqgħu jżommu quddiem għajnejhom il-ħtieġa li fejn fuq bażi lokali, reġjonali jew nazzjonali, ċerti affarijiet jistgħu jsiru aħjar, dawn jibqgħu kif inhuma, jiġifieri dan m'huwiex proċess ta' devoluzzjoni 'l isfel imma huwa safeguard biex isir konċentrament 'il fuq.", "Bil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, l-istati membri ta' l-Unjoni qed jitfgħu parti mill-poteri tagħhom fiċ-ċentru, jiġifieri fi Brussels.", "Waqt li jagħmlu hekk, qed jippruvaw ikunu konxji - kemm politikament kif ukoll strutturalment - ta' dawk l-affarijiet li jistgħu jsiru aħjar mill- istrutturi eżistenti, biex ovvjament ma jitfgħuhomx fi Brussels.", "Il- pajjiżi membri qed joqogħdu attenti biex dak li jitfgħu fiċ-ċentru jkun dak li se jżid l-effiċjenza, it-trasparenza u l-effettivita' akbar, waqt li jżommu l-bilanċ bejn dak li jista' jsir isfel u dak li qed jiġi mbuttat 'il fuq.", "Dan huwa proċess kompletament bil-kontra ta' dak li qed nagħmlu aħna, għax f'dan l-istat żgħar u unitarju Malti, qegħdin naqblu kostituzzjonalment li l-istrutturi u l-poteri li għandna fuq bażi ċentrali nniżżluhom 'l isfel.", "Għalhekk il-prinċipju ta' sussidjarjeta' fil-każ tagħna ma jagħmilx sens għax filwaqt li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni, li qed jużaw dan il-kunċett, qed jibagħtu l-poteri tagħhom 'il fuq, aħna qed inniżżluhom 'l isfel.", "Fil-prattika dan l-aħħar, anke bl-aktar mod lampanti, l-Unjoni Ewropea m'hiijex qed tosserva l-prinċipji tas-sussidjarjeta', u fl-opinjoni tiegħi, lanqas tista' tagħmel dan minħabba l-kontradizzjoni li hemm fil-moħħ ta' min qed jagħmel draft ta' dawn it-trattati.", "Kif jista' wieħed jgħid li se jagħmel economic and monetary union u fl-istess ħin iżomm mal-prinċipji tas- sussidjarjeta'?", "Dan huwa mpossibbli li jsir għax hekk kif tinħoloq unjoni ekonomika u monetarja, ikun iċ-ċentru li jieħu t-tmexxija f'idejh.", "Jekk hemm prinċipju ta' sussidjarjeta', fuq bażi internazzjonali, li jagħmel sens, huwa dak li l-istat nazzjonali jkollu kontroll ta' mija fil-mija fuq il-budget tiegħu.", "Ftit ilu għadna kemm assistejna għal każ lampanti u fl- opinjoni tiegħi skandaluż fejn Brussels qal lill-Irlanda, dak il-pajjiż bl- akbar growth rate u bl-aħjar economic performance, li qed imexxi l-budget tiegħu ħażin u għalhekk għandu jbiddlu u jnaqqas id-deficits li għandu.", "Allura f'dan li qed ngħid, il-prinċipju ta' sussidjarjeta' fejn qiegħed?", "L-argument tiegħi hu li l-proċess li bih jiġu żviluppati l-argumenti tas- sussidjarjeta' fuq bażi Ewropea huwa l-maqlub ta' dak li qed nagħmlu hawnhekk.", "Il-proċess ta' sussidjarjeta' huwa a safeguarding system biex meta pajjiż jittrasferixxi s-sovranita' lejn ċentru aktar 'il bogħod minnu, kemm jista' jkun iżomm għandu dawk l-istrutturi li jkunu mexjin tajjeb.", "Imma aħna hawnhekk qed naħdmu bil-maqlub.", "Aħna qed inniżżlu 'l isfel parti mill-poter ċentrali, u allura aktar u aktar ngħid li huwa ħażin li fil- kostituzzjoni tagħna ndaħħlu xi forma ta' prinċipju biex jiddefenixxi struttura li għandha tkun preżentata b'mod pożittiv, speċjalment jekk il- prinċipju magħżul ikun dak tas-sussidjarjeta'.", "Il-Ministru għadu kemm qal li qed jorbot id-diċitura ta' ''gvern lokali'' ma' dik diġa' eżistenti fil-kosituzzjoni.", "Imma ħafna mir-riferenzi għal ''gvern lokali'' fil-kostituzzjoni tagħna huma meħuda minn dik Indjana, fejn f'dak iż-żmien li nkitbet ħafna affarijiet dehru remoti.", "Kif rajna fil-kostituzzjonijiet Ewropej, fiż-żmenijiet tal-lum id-diċitura ta' ''gvern lokali'' tinkorpora fiha l-potenzjal li dawn il-gvernijiet jagħmlu t-taxxi.", "Din hija xi ħaġa ħażina u għalhekk għandna nkunu sensittivi għaliha.", "Barra minn hekk, il-fatt li xi forma ta' prinċipju fl-ajru jiġi magħqud ma' struttura kif definita fil-kostituzzjoni huwa preċedent ħażin li s'issa la jidher fil-kostituzzjoni tagħna u lanqas f'oħrajn Ewropej.", "Ċertament imbagħad li l-prinċipju ta' sussidjarjeta' f'dan il-kuntest huna kontro-sens ma' dak li qed nagħmlu u ma' dak li rridu nagħmlu.", "Mr Speaker, l-iktar ħaġa importanti f'dan il-qasam hija bla dubju ta' xejn il-kwestjoni tat-taxxa.", "Jien naħseb li fil-ħidma tagħna m'għandna nagħmlu xejn li biha lill-poplu nġiegħluh jaħseb li l-awtoritajiet lokali se jkollhom il-potenzjal li jagħmlu taxxi ġodda.", "Dan ikun ħażin kemm politikament, għax iċ-ċittadini jridu jħossu aktar trasparenza fir-rigward tat-taxxi, kif ukoll strutturalment, għax fuq ċerti livelli l-Istat Malti huwa unitarju u naħseb li għandu hekk.", "Iva, li nagħmlu proċess ta' devoluzzjoni lokali u reġjonali m'hijiex xi ħaġa ħażina, imma imbagħad id- devoluzzjoni trid tinżamm fil-ħsieb ċar ta' trasparenza sħiħa li għandna bżonn fuq bażi ta' tassazzjoni, jiġifieri li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jaraw b'mod trasparenti kif qed jiġu affettwati mit-taxxi, u trid tittieħed in konsiderazzjoni l-ħtieġa li kemm jista' jkun jitnaqqas il-piż tat-taxxi minn fuq il-poplu.", "Sur President, bħalissa għaddejja kampanja elettorali u t-tema tal-kampanja tal-Partit Laburista hija l-piż tat-taxxi li l-poplu qed iħoss.", "Aħna bħala partit sfidajna lill-gvern tal-ġurnata biex għallinqas għas-sena d-dieħla ma jsirux taxxi ġodda minn dawk il-kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista.", "Meta ngħid \"taxxi\" inkun qed infisser dawk il-miżuri kollha li għandhom effett ekwivalenti għal dak tat-taxxi.", "Min-naħa tagħna, aħna wegħidna li għas-sena li ġejja l-kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista mhux se jagħmlu taxxi ġodda.", "B'xorti ħażina l-gvern għadu ma laqax din l- isfida imma pprova joħloq ħafna diversivi fl-ajru.", "Jien naħseb li jkun xieraq li dwar dawn l-affarijiet niċċaraw l-ideat u l-proposti tagħna, għax ikun dnub li jibda' jinħass li fil-proġett sħiħ tal-ħolqien tal-kunsilli lokali jkun hemm moħbija ħidma li permezz tagħha jkompli jiżdied il-piż tat- taxxi fuq iċ-ċittadini Maltin, liema piż bħalissa huwa tqil wisq.", "Mr Speaker, qed nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom f'dan l-intervent.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, meta wieħed jiġi biex jiddibatti leġislazzjoni bħal din bilfors irid ikun tekniku għax fin-natura tagħhom l- emendi kostituzzjonali huma emendi pjuttost tekniċi.", "Issa hawnhekk għandna żewġ emendi li kif għadu kemm qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, xejn m'għandhom x'jaqsmu ma' xulxin.", "Il-gvern qed jipproponi li jsiru emendi fir-rigward taċ-ċittadinanza u tal-kunsilli lokali.", "U rrid ngħid mill-bidu li bħala prinċipju, il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni diġa' wera l- intenzjoni tiegħu li jivvota favur dawn l-emendi.", "B'daqshekk ma jfissirx li aħna naqblu mal-wording li nsibu f'dan l-abbozz, pero' ma naħsibx li qegħdin wisq il-bogħod biex naslu fi ftehim.", "Biss qabel ma nitkellem dwar il-kwestjoni taċ-ċittadinanza, xtaqt nagħmel xi rimarki żgħar dwar il- kunsilli lokali, Sur President.", "M'huwiex veru li l-Partit Laburista huwa kontra l-kunsilli lokali, anzi l- Partit Laburista huwa favur il-kunsilli lokali.", "Dak li nixtiequ aħna hu li fuq livell lokali l-partiti politiċi jibqgħu barra biex ma jkollniex politika partiġjana u polarizzazzjoni żejda fejn m'għandniex bżonnha.", "Aħna pajjiż żgħir b'żewġ partiti politiċi kbar u tajjeb jew ħażin - anzi xi kultant ħażin - il-politika tiddomina żżejjed u għandna wisq polarizzazzjoni.", "Allura b'ċertu għaqal il-Partit Laburista jemmen li jekk indaħħlu l-politika fuq livell ta' kunsilli lokali, bilfors se jkollok aktar infużjoni ta' politika partiġjana li tikkrealek aktar tensjoni.", "Fil- fatt qed nibdew nesperjenzawha din għax l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali qed jieħdu spinta differenti issa, kważi qed issir kampanja elettorali - għalkemm mhux kbira daqs ta' l-elezzjonijiet ġenerali - kull sena u din tikkrea ċerta tensjoni.", "Dik kienet il-pożizzjoni tagħna.", "Naturalment aħna bħala prinċipju m'aħniex kontra li fil-kostituzzjoni, il-liġi suprema tal-pajjiż, jidħol dan il-kunċett innovattiv, li l-gvern jintrabat għal dejjem li jipprovdi sabiex f'Malta jkollna din is-sistema ta' amministrazzjoni.", "Fil-liġi proposta quddiem din il-Kamra se ndaħħlu artiklu ġdid fil- kostituzzjoni ma' dawk l-artikli li huma entrenched - jiġifieri li jridu żewġ terzi tal-voti tal-membri ta' din il-Kamra - fosthom id-drittijiet tal- bniedem u ħafna kunċetti oħra.", "Dan il-prinċipju dwar il-kunsilli lokali li qegħdin indaħħlu fil-kostituzzjoni mhux biss se jitqies bħala parti mil- liġi sovrana u suprema tagħna - għax parti mill-kostituzzjoni hija liġi suprema, però mhijiex entrenched u għalhekk b'vot maġġoritarju f'dan il- parlament tista' tbiddilha - imma l-kunċett il-ġdid ta' amministrazzjoni tramite l-kunsilli lokali se jkun entrenched fil-kostituzzjoni tagħna.", "Dan huwa punt importanti li wieħed jikkonsida għaliex una volta jidħol, se jkun diffiċli ħafna, jekk mhux addirittura impossibbli, li dan il-parlament jerġa' jirrikonsidra dan il-punt għax se jkun hemmhekk kważi għal dejjem.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod aktar attent mis-soltu meta jemenda l- kostituzzjoni, speċjalment meta l-emenda se tkun entrenched.", "Ir- riflessjonijiet tad-deputati parlamentari jridu jkunu forsi aktar preċiżi minn dawk li jsiru fuq liġijiet oħra għaliex qed nintrabtu darba għal dejjem.", "Naturalment kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bħala prinċipju aħna naqblu però hemm żewġ aspetti fil-wording li l-oppożizzjoni Laburista mhix kuntestata bihom, mhux għax irridu nkunu akkademiċi jew tekniċi żżejjed imma għaliex nafu li una volta dan il-paragrafu se jiġi inserit, dan se jkun hemm għal dejjem.", "Il-ministru qal li fil-prinċipju m'huwiex favur li l-kunsilli lokali jagħmlu taxxi ġodda, però l-Onor.", "Austin Gatt mhux se jkun hemm għal dejjem - kif ħadd minna hawnhekk m'hu se jkun hawn għal dejjem - u meta inti qed torbot ruħek mal-kostituzzjoni, inti mhux qed torbot għal tliet snin jew erbgħa imma qed torbot għal għexieren ta' snin, jekk mhux għal dejjem.", "Ċertament li ċ-ċirkostanzi jinbidlu - u anke jinbidlu l-partiti politiċi - u min ikun fil-gvern jista' faċilment joħroġ b'interpretazzjoni differenti ta' dak l-artiklu.", "Aħna qed ngħidu li bħala prinċipju l-kelma ''gvern'' fil-frażi ''gvern lokali'' għandha tkun ''kunsill'', għax il-kelma gvern ma tistax tibqa' titfagħha għax kelma sabiħa imma trid tara xi tfisser il- kelma ''gvern'' u trid tara l-implikazzjonijiet ta' din it-terminoloġija.", "L-interpretazzjoni tat-terminoloġija ''gvern'' tinneċessita b'mod naturali li l-gvern irid imexxi b'awtonomija assoluta, u la jrid imexxi b'awtonomija assoluta jrid ikollu ċerti drittijiet li jilleġisla, anke fuq livell ta' tassazzjoni.", "U għalkemm il-ministru qed jgħid li hu kontra li l-kunsilli lokali jagħmlu t-taxxi, jista' jkun hemm gvern ieħor li jgħid li ladarba ntrabatna li mmexxu billi jkollna gvernijiet lokali, dan ifisser li l- kostituzzjoni trid li dawn ikunu tant awtonomi li ma jkunux jiddependu mill- gvern u mill-parlament ċentrali.", "Jista' jkun hemm xi ħadd li jinterpretaha hekk.", "Allura aħna nemmnu li l-wording ta' dan il-paragrafu huwa żbaljat, u dak huwa l-ewwel punt.", "Imbagħad għandna r-riservi tagħna dwar il-kelma \"sussidjarjeta'\", u fil- fatt qegħdin nirrakkmandaw li l-gvern jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu.", "Il- kelma ''sussidjarjetà'' ma tantx tagħmel sens fis-sistema ġuridika tagħna, però hija kelma li bdiet tintuża fi sfond internazzjonali, speċjalment għal dak li jikkonċerna l-Unjoni Ewropea.", "Skond il-kostituzzjoni tagħna - u hekk għandu jkun għax ma tagħmilx sens mod ieħor - aħna pajjiż unitarju u m'aħniex stat federali.", "Meta tkun l-università titgħallem li f'demokrazija għandek metodi varji kif inti tista' tamministra pajjiż, fosthom stat li huwa federali, għandek confederate states u għandek stati li huma unitarji.", "Per eżempju, l-Amerika u l-Ġermanja huma stati federali imma aħna stat unitarju.", "Allaħares Malta, toqba ta' pajjiż, kellha ssir stat federali għax ma jagħmilx sens peress li l-popolazzjoni tagħna hija ta' 400,000 u t- territorju tagħna huwa dak li hu.", "Jiġifieri aħna mhux żgħar - għax jekk tgħid żgħar tkun qed tesaġera - imma tikka!", "(Interruzzjonijiet) Ma jfissirx li aħna pajjiż inqas minn pajjiż ieħor, għaliex kważi aħjar tkun żgħir.", "Per eżempju, dan l-aħħar kont qed naqra ktieb li jispjega li fid- dinja tal-lum l-aktar li se jmorru tajjeb u l-aktar li se jimxu 'l quddiem huma dawk l-istati żgħar ħafna bħal Singapore u anke pajjiżi iżgħar, li se jkunu indipendenti u se jkunu jistgħu jħaddmu ekonomija u joffru servizzi finanzjarji kif jidhrilhom huma.", "Allura dawn il-pajjiżi żgħar bħal Monaco se jisplodu u se jkollhom ħafna ġid.", "U għalhekk huwa tajjeb li tkun pajjiż żgħir – nerġa' ngħid li mhux qed nikkritika lil pajjiżi imma rridu nkunu saqajna ma' l-art – u ma jagħmilx sens li inti tamministra pajjiż bħal dan billi taqsmu fi gvernijiet u stati ġewwa stat għax aħna żgħar wisq.", "L-idea tas-sussidjarjetà tagħmel sens fejn għandek pajjiżi ta' ċertu kobor, minħabba d-diversi interessi reġjonali jew lokali u minħabba l-kobor u l- popolazzjoni sostanzjali li jkun hemm, allura l-gvern jintrabat li dak li huwa ta' interess nazzjonali bħal foreign policy, difiża, eċċ. dejjem jibqa' f'idejn il-gvern ċentrali, però affarijiet ta' amministrazzjoni ordinarja jkunu f'idejn il-gvern reġjonali.", "Allura l-gvernijiet reġjonali jkollhom il-poter li jilleġislaw anke għall-finijiet ta' tassazzjoni.", "Sussidjarjetà tfisser li inti tintrabat a priori li tabdika parti mis- sovranità ċentrali f'idejn entitajiet sussidjarji, li skond dan il- paragrafu huma gvernijiet lokali.", "Aħna bħala prinċipju ma naqblux ma' dan għax ma jagħmilx sens għal pajjiżna.", "Aħna rridu li jkollok gvern ċentrali, parlament ċentrali li ma jabdika xejn mir-responsabbiltajiet tiegħu, però jiddelega - mhux jabdika jew ssir devoluzzjoni - ċerti poteri lil dawn l-entitajiet lokali.", "Aħna m'aħniex kontra li jkun hawn entitajiet reġjonali - infatti konna pproponejna li Għawdex ikollu speċi ta' kunsill reġjonali li jkun iħaddem il-kunsilli kollha ta' Għawdex – u lanqas m'aħna kontra li jkun hawn xi gvern li jgħid li hawn wisq kunsilli u jgħid li jrid għaxra, tmienja jew seba' reġjuni.", "Bħala prinċipju m'aħniex kontra dan kollu, jista' jsir, però aħna nemmnu li għandna nibqgħu stat unitarju u li l-kunsilli lokali jiffunzjonaw b'delega mill-gvern ċentrali.", "Permezz tal-kostituzzjoni għandna nikkreaw l-ambjent biex jiffunzjonaw dawn il-kunsilli lokali, però l-poteri tagħhom għandhom ikunu dawk ta' delega mill-gvern ċentrali.", "Din hija l-pożizzjoni tal-Partit Laburista u ma naħsibx - ħalli nkun onest ma' kulħadd - li f'dan il-mument l-Partit Nazzjonalista huwa kuntrarju għal din it-tip ta' politika tagħna.", "Forsi wrew entużjażmu żejjed f'dan il- paragrafu, però ma naħsibx li fil-prinċipju profond l-Partit Nazzjonalista fil-gvern għandu xi idea differenti minn tagħna, u għalhekk qed inkunu tekniċi.", "Din il-klawsola għandha tidħol għax jaqbel magħha kulħadd però trid issir b'ċertu mod u manjiera biex nirriaffermaw n-natura unitarja tal- gvern u s-sistema tal-gvern ta' pajjiżna.", "Dak huwa l-ewwel punt li ridt ngħid għal dak li jikkonċerna l-kwestjoni ta' local government.", "Mr Speaker, qed issir emenda oħra għal artiklu 44 tal-Kostituzzjoni li tikkonċerna ċ-ċittadinanza u l-freedom of movement, fejn apparti li qed issir riferenza għal żewġ artikli oħra fil-Kostituzzjoni, artikli 22(1) u 25(1), qed issir riferenza għal liġi oħra li għadda dan il-parlament, il- Maltese Citizenship Act.", "Jiġifieri minflok ir-riferenzi li kienu jsiru għall-artikli tal-Kostituzzjoni issa se jsiru riferenzi għall-Maltese Citizenship Act.", "X'inhuma l-osservazzjonijiet tiegħi?", "L-ewwelnett artiklu 44 huwa entrenched fil-Kostituzzjoni u biex tbiddlu trid maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri parlamentari.", "Però stranament ir-riferenzi li dan l- artiklu kien jagħmel għal artiklu 22(1) u 25(1) tal-Kostituzzjoni mhumiex entrenched.", "Dan ifisser li hawn lakuna ta' kif wieħed jista' jinterpreta din il-liġi.", "Għaliex inti għandek artiklu tal-liġi li huwa salvagwardat, però qed jagħmel riferenza għal artikli oħra li mhumiex salvagwardati.", "Allura dan ifisser li l-pożizzjoni hija li għalkemm artiklu 44 huwa entrenched, jien nista' nbiddel l-artikli oħrajn u allura fis-sustanza, b'maġġoranza minima, inkun qed inbiddel l-ispirtu u s-sustanza ta' artiklu 44.", "Jiġifieri hemm punt ta' prinċipju affermat fil-Kostituzzjoni u ma jistax jitbiddel, pero' mbagħad minflok tidħol mill-bieb tidħol mit-tieqa għax inti tista' b'maġġoranza minima tbiddel dawk l-artikli li qed tagħmel riferenza għalihom.", "Issa dawk spiċċaw.", "Issa li se nagħmlu hu li minflok riferenza għal artiklu 22(1) jew 25(1) tal-Kostituzzjoni, qed issir riferenza għal subartiklu (1) ta' artiklu 3 jew subartiklu (1) ta' artiklu 5 ta' l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.", "Mela qabel spjegajt kif l-artikli li kienet qed issir riferenza għalihom ma kenux entrenched u allura stajna nbiddlu fis-sustanza dak li mhux suppost jinbidel, u issa l-pożizzjoni se jkun li:", "''for the words ''article 22(1) or article 25(1) of this Constitution.\" there shall be substituted the words ''subarticle (1) of article 3 or subarticle (1) of article 5 of the Maltese Citizenship, as in force upon the coming into force of the Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000.''", "Issa d-domanda tiegħi hija din: Kif inhija miktuba llum din tfisser li ladarba għandek artiklu 44 entrenched u tkun qed tabbinah ma' l-emendi tal- Maltese Citizenship Act, allura l-pożizzjoni legali hija li dawn l-emendi huma entrenched peress li qed tikkwalifikaha bil-kliem \"Maltese Citizenship (Amendment) Act, 2000.\"?", "Ara kieku għedt \"article 3 and article 5 of The Maltese Citizenship Act'' u ma wżajtx il-kelma ''2000'', dan kien ifisser li inti qed tikkwalifika artiklu 44 ma' dak li hemm fis-sustanza f'din il- liġi.", "Kif kienu l-artikli l-oħra tal-Kostituzzjoni, l-Istat seta' jbiddel jekk jitbiddlu ċ-ċirkostanzi.", "Mela l-affermazzjoni tal-prinċipji tibqa' entrenched però r-riferenzi jistgħu jitbiddlu skond iċ-ċirkostanzi.", "Iżda issa bl-emenda, ladarba int irbatt ir-riferenza ma' liġi kif inhija emendata b'dak l-Att, ifisser li anke jekk sentejn oħra nbiddlu l-Maltese Citizenship Act, ir-riferenza li qed issir tibqa' ssir għal-liġi kif kienet qabel ma saru l-emendi sussegwenti.", "Dan għaliex inti rbattha ma' l-emendi li saru fis-sena 2000 meta se jiġu in force.", "Nafu x'irridu?", "Qed niftaħha għad-dibattitu ħalli l-ministru jikkonsidraha.", "Aħna rridu li dawn il- prinċipji l-ġodda li qed indaħħlu qatt ma jkunu jistgħu jitbiddlu, anke jekk tinbidel il-liġi li għaliha qed issir riferenza, jew irridu li ssir riferenza għal din il-liġi, li hija liġi ordinarja, u jekk jidhirlu opportun il-parlament b'maġġoranza sempliċi ibiddel ċerti aspetti tagħha?", "Din hija d-domanda tiegħi għax il-pożizzjoni mhijiex ċara.", "Allura naħseb li l-Partit Laburista lanqas jista jieħu pożizzjoni fuqha.", "Din il- kwestjoni hija purament teknika, purament legali imma fl-opinjoni umli tiegħi hija kwestjoni li tibki li tiġi kkjarifikata.", "Punt ieħor ta' natura legali huwa li apparti l-Maltese Citizenship Act 2000 u l-Kostituzzjoni u apparti l-cross references li qed nagħmlu, hemm ukoll Kap. 217 li jikkonċerna l-immigrazzjoni u li artiklu 4 tiegħu jitkellem dwar l-exempt status.", "S'issa l-exempt persons kienu jirrispekkjaw il- kriterju li kien hemm f'artikli 22 u 25 tal-kostituzzjoni imma issa b'ċerti emendi qed jiġi ppostulat ..", "Jien nasal biex naqbel ma' l-emendi li qed jiġu proposti - m'iniex qed nirriferi għas-sustanza tal-liġi imma għall- emendi - pero` naħseb li trid issir ftit riflessjoni għal dak li jikkonċerna artiklu 4 ta' Kap. 217 li, kif diġa` għedt, jitkellem dwar l- exempt persons.", "U qed ngħid hekk għaliex naħseb li nistgħu niġu f'pożizzjoni, u hekk se jiġri, fejn il-Kostituzzjoni tgħid mod, bil-cross references tagħha għal-liġi taċ-ċittadinanza, filwaqt li l-liġi ta' l- immigrazzjoni tkun tgħid mod ieħor.", "Huwa veru li l-liġi kostituzzjonali hija suprema u dejjem tirbaħ hi, anke jekk ikollok liġijiet oħra konfliġġenti magħha u anke jekk dik il-leġislazzjoni ma tkunx entrenched, pero` tista' tiġi f'pożizzjoni fejn ikollok żewġ liġijiet fuq l- immigrazzjoni u l-immigration police ikunu jridu jiskattaw il-provvedimenti ta' Kap. 217.", "Jien naħseb li fil-prattika l-kummissarju tal-pulizija, li huwa l-principal immigration officer, se jaħdem u se jibqa' jiskatta l- pożizzjoni skond Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta għal dak li jikkonċerna l- exempt persons u għalhekk wieħed irid jirrifletti fuq dak li nsibu f'dak il- kapitlu biex inkunu aktar preċiżi u ma noħolqux polemiċi.", "Issa ħalli naraw x'se jinbidel fis-sustanza.", "L-ewwelnett hemm l-emenda proposta f'subparagrafu (ii) ta' paragrafu (b) ta' klawsola 2 li tgħid li l-kliem ''who is the wife'' li hemm f'subartiklu (4) ta' artiklu 44 għandhom jiġu jaqraw ''who is the spouse''.", "Dan jagħmel ħafna sens għaliex m'huwiex sew li filwaqt li raġel li jiżżewweġ Maltija għandu dritt isir ċittadin Malti - naturalment jekk ma jkunx hemm xi ċirkostanzi speċjali – mara li tiżżewweġ Malti ma jkollux l-istess dritt.", "Din diskriminazzjoni ċara u għalhekk naħseb li l-leġislatur għamel sewwa li qed ibiddel il-kelma \"wife\" għall-kelma ''spouse'' - fil-fatt aħna hekk konna se nagħmlu meta konna se nipproponu dawn l-emendi – pero` fejn qabel min jiżżewweġ awtomatikament kellu d-dritt japplika biex isir ċittadin Malti, illum skond il-liġi kif proposta, wieħed irrid jistenna ħames snin.", "Aħna konna se nipproponu inqas, pero` naturalment iċ-ċirkostanzi dejjem jinbiddlu u fil-fatt naħseb li ħames snin huwa aħjar minn tliet snin.", "Qed ngħid hekk għaliex ir-realta` f'pajjiżna hi - u l-bieraħ għamilt xi domandi parlamentari biex nakkwista ċertu tagħrif u kważi aħjar għamilt dawn id-domandi qabel - li kontinwament qegħdin isiru abbużi lampanti minn din il-liġi.", "Qegħdin jiġu ħafna barranin li wara li jiżżewġu u jsiru ċittadini Maltin, jisseparaw u ħafna minnhom jispiċċaw anke fuq il-relief.", "Għandna ħafna nies ta' nisel barrani li żżewġu Maltija għall-konvenjenza u dawn mhux talli saru ċittadini Maltin u ddubbaw drittijiet li jispettaw liċ-ċittadini Maltin, talli addirittura abbużaw u sservew bin-nisa tagħna bl-aktar mod vili – jien għandi każi ta' separazzjoni ta' nisa Maltin li ġew abbużati b'dan il-mod, imbagħad wara ttrattawhom ta' żibel u abbandunawhom – u għaliex ikunu saru ċittadini Maltin jibdew jieħdu r-relief u b'hekk ikunu qed jisfruttaw il-makkinarju tal-gvern.", "Dan għalija huwa inaċċettabbli.", "Dawn qed jisservew bina u l-gvern qed jagħmel sew - u l-oppożizzjoni wkoll kienet se tagħmel sew - li qed jittekilja din il-problema reali għaliex wara kollox l-ewwel obbligu ta' dan il-parlament huwa lejn iċ-ċittadini Maltin li jtellgħulna hawnhekk.", "Li wieħed jisserva u jisfrutta ċittadini Maltin, mbagħad jisfrutta s-sistema kollha u addirittura jakkwista housing u affarijiet oħra b'xejn m'huwiex aċċettabbli.", "Din il-liġi hija mmirata biex tipprova twaqqaf b'xi mod dawn l-abbużi u għalhekk hija tajba u aħna naqblu magħha.", "Hemm imbagħad aspetti oħra li wieħed irrid jikkonsidra għaliex ikun hemm każi li jkunu ġenwini.", "F'paragrafu (d) ta' klawsola 2 qed jiddaħħal għall- ewwel darba l-kunċett, bl-istess drittijiet, ta' widower ta' persuna Maltija.", "Jiġifieri persuna li tkun ġiet hawn Malta, sabet persuna oħra li tkun ħabbet u żżewġitha, se jkollha l-istess drittijiet li ssir ċittadina u li tieħu benefiċċji jekk dik il-persuna li tkun iżżewġet tmut qabel ma jkunu għaddew il-ħames snin.", "Jiġifieri din l-emenda hija tajba wkoll f'dan is-sens għaliex ikun hemm każi ġenwini u l-Parlament Malti dejjem kien uman, il-gvernijiet Maltin dejjem kienu umani u pajjiżna qatt ma kien radikali estremista.", "Aħna pajjiż uman u din hija klawsola umana u tajba.", "Hija preżunta allura li jekk tkun ilek tgħix hawnhekk inqas minn ħames snin u jmutlek ir-raġel jew il-mara li tkun iżżewwiġt, inti tkun tista' tibqa' tgħix hawnhekk.", "Pero` mbagħad hawn kwestjoni oħra li ma nafx kif nistgħu noħorġu minnha.", "Per eżempju, persuna li tkun miżżewġa Malti jew Maltija mhux b'mod ta' konvenjenza imma b'mod dritt ikollha t-tfal - jien għandi kwestjoni dwar dan imma m'iniex se nsemmi ismijiet – u wara per eżempju tliet snin il- persuna li tkun Maltija għal xi raġuni valida tissepara.", "Il-barrani li jkun għadu m'għaddiex iż-żmien ta' ħames snin, anke jekk ikun każ a priori ġenwin u anke jekk ikollu t-tfal, ma jistax jikkappara d-drittijiet ta' ċittadin Malti u teknikament jista' jitkeċċa mill-pajjiż.", "Jien ma naħsibx li dan huwa sew, pero` mill-banda l-oħra jiġi l-argument ta' fejn se tinqata' l-linja ta' x'inhu każ ġenwin u x'ma hux każ ġenwin.", "Dan huwa argument validu u sod għaliex wieħed ma tantx jista' jinvestiga l-ħajja familjari intima ta' koppja, għalkemm jekk il-pulizija jridu, jistgħu jaqbdu ċerti abbużi.", "Per eżempju, l-Ingilterra jagħmlu dawn l- investigazzjonijiet bl-iktar mod fin; jagħmlu l-għassa lil dik il-persuna barranija li tkun miżżewġa hemmhekk u jaraw jekk huwiex qed jorqod qatt id- dar jew jagħmlu search u jaraw jekk isibux il-ħwejjeġ tiegħu f'dik id-dar li suppost ikun qed joqgħod fiha mal-familja tiegħu.", "Jiġifieri hemm mezzi kif wieħed jista' jinvestiga, pero` hemm limiti wkoll għaliex imbagħad jeżisti the right to private life, eċċ. Jiġifieri nifhem li f'pajjiż demokratiku bħal Malta fejn nimxu bir-rule of law jeżistu ċerti restrizzjonijiet ta' kif wieħed jista' jinvestiga dawn l-affarijiet daqstant personali, intimi u delikati.", "Jien ngħid li almenu f'każi fejn ikun hemm wild għandu jiġi preżunt l- oppost, jiġifieri li ż-żwieġ ma kienx ta' konvenjenza għaliex min jidħol għal żwieġ ta' konvenjenza m'huwiex se jġib tfal fid-dinja.", "Jista' jkun hemm min jabbuża hekk ukoll, il-Bambin jaf!", "Jista' jkun hemm min jiġi hawn u joħroġ it-tfajla tqila ħalli ma jkunux jistgħu jkeċċuh, però fl-opinjoni tiegħi dawn ikunu f'minoranza assoluta.", "Il-maġġoranza assoluta ma jkunux hekk u naħseb li wieħed irid ikun kawt.", "Irridu nagħtu lok li wieħed ikun jista' jipprova li l-każ tiegħu ġenwin.", "Għandu jkun hawn xi awtorità - jista' jkun il-ministru stess għax din mhix xi ħaġa partiġjana - anke jekk ikun id-dipartiment stess, li jingħata ċerta deskrizzjoni mil-liġi li jissindika u jara l-ġenwinità o meno tal-każ, inkella jista' jkollok hardship esaġerat.", "Kulħadd jaf li jekk ikollok liġi li hija ben definita, ħadd m'hu se jipprova juża d-diskrezzjoni tiegħu għax impjegat tal-gvern jagħmel dak li jgħidlu ta' fuqu u ma jeħux deċiżjonijiet.", "Jien naħseb li allura hemm skop li tingħata din it-tip ta' latitudni.", "Infatti għandi każ ta' waħda Ingliża li żżewġet Malti, kellha żewġt itfal u għalkemm kienet ilha hawn xi tliet snin u nofs għadha ma saritx ċittadina Maltija għax ma applikatx.", "Issa r-raġel tagħha telaqha għax sab tfajla oħra u tefagħha barra.", "Bil-wiċċ tost kollu ftit xhur ilu nirċievi ittra mis-Sur Treeby Ward fejn għamel riferenza għall-kostituzzjoni u qal li din mhijiex aktar exempt u m'għandhiex iktar freedom of movement.", "Din iġġennet għax hi qed tgħix hawn, it-tfal tagħha huma Maltin u qed jgħinuha n-nanniet tan-naħa tar-raġel.", "Imma r-raġel tagħha joqgħod jikteb lid-dipartiment - jien naf għax ivverifikajt - biex jipprova jkeċċiha u jeħles minnha.", "Mhux sew!", "Imma kif qiegħda proposta l-liġi hekk se tibqa', li minflok abbuż mill- barranin jista' jkollok abbuż minn ċittadini Maltin.", "(Interruzzjonijiet) Każ eżatt bħal dan, fejn ir-raġel iddejjaq minnha u jrid ikeċċiha minn dan il-pajjiż ukoll.", "U kif qiegħda l-liġi llum, tagħtih din is-saħħa, li mhuwiex sew.", "Jeħtieġ jintlaħaq dan it-tip ta' bilanċ fejn naffermaw il-pożizzjoni tagħna iebsa li ħadd m'hu se jisserva b'pajjiżna.", "Anzi jien kont ngħid li għandna nżidu emenda ad hoc fil-kodiċi penali tagħna għal min jipprova jabbuża.", "Diġà tkellimt f'aġġornament u għedt li m'hemm xejn fil-kodiċi kriminali tagħna dwar dan.", "F'pajjiżi oħra hemm, fosthom l-Italja, għax jien kont għamilt analoġija.", "Min jisserva b'din is-sistema biex jakkwista ċ-ċittadinanza u l-freedom of movement u mbagħad jintefagħlek fuq is- servizzi soċjali, għandu jkun ħati ta' reat ad hoc u għandu jiġi ddeportat.", "Jien nemmen li din il-kwestjoni għandha tiġi rispekkjata fil-kodiċi penali tagħna għax dan huwa reat kontra l-ordni pubbliku ta' pajjiżna.", "Pero' m'hemm xejn fil-liġi li tikkontemplah bħala tali u allura rridu nilħqu bilanċ.", "L-aħħar osservazzjoni tiegħi hija li għalkemm kif diġà spjegajt artiklu 44 huwa entrenched iżda r-referenzi li hemm għal-liġi l-oħra mhumiex entrenched, il-gvern xorta se jżomm ċerta diskrezzjoni li tgħid hekk:", "''Provided that if the minister responsible for matters relating to Maltese citizenship at any time by order declares that it is contrary to the public interest that a spouse as is mentioned above ... is to be so deemed, or to continue to be so deemed, such spouse, widow, widower or child, as the case may be, shall thereupon cease to be deemed to be a citizen of Malta as aforesaid''", "Ma dħaltx f'kollox – għax żgur li hemm il-kwestjoni ta' tfal over eighteen, fost affarijiet oħra – imma anke f'każ li barrani jissodisfa l-kriterji biex isir ċittadin, il-ministru dejjem jibqagħlu d-diskrezzjoni li fl- interess pubbliku joħroġ ordni biex dak l-individwu ma jingħatax iċ- ċittadinanza.", "Jien naħseb li fl-analisi finali sewwa għamel li żamm dan il- poter residwali l-ministru.", "Fid-dritt amministrattiv konna nitgħallmu - għalkemm illum spiċċaw dawn il-kunċetti - li hemm żewġ tipi ta' poteri ta' l-Istat, il-jure gestionis u l-jure imperi, bil-kwestjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċittadinanza jaqgħu taħt il-jure imperi.", "U jien naħseb li l-Istat fl-aħħar analisi għandu jirriserva ċerti poteri.", "Iva, ngħid li l-gvern għandu dritt li juża d-diskrezzjoni jekk jara li każ mhuwiex ġenwin, allavolja l-kriterji stabiliti bil-liġi jkunu ntlaħqu.", "Naturalment imbagħad sta għall-qrati ordinarji li jissindikaw id-deċiżjoni ta' l-esekuttiv fuq it-test tar-reasonableness li tgħallimna fid-dritt amministrattiv.", "Dik naħseb li għandha tidħol ukoll biex ma jkunx hawn min jabbuża.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, naħseb li huwa sewwa u xieraq li dan il-parlament qiegħed jilleġisla b'dan il-mod sabiex ikollna kodifikat fl-ogħla liġi ta' pajjiżna l-prinċipju u d-dritt tal-gvern lokali.", "Però qabel ma nidħol fuq l-emendi li se jiġu introdotti dwar il-gvern lokali, xtaqt ngħid xi ħaġa żgħira fuq dik il-parti ta' l-abbozz li tirrigwarda ċ- ċittadinanza.", "L-Onor.", "Herrera antiċipani għax semma proprju n-notamenti li għandi quddiemi.", "Naturalment frott l-esperjenza tagħna tal-qorti, aħna nħabbtu wiċċna ma' każi fejn ikun hemm abbuż sfaċċat ta' żweġijiet ta' konvenjenza.", "Dawn għandhom jiġu kkundannati u qatt m'għandhom jiġu aċċettati.", "Naħseb huwa sew li l-gvern qiegħed jintroduċi din l-emenda fejn ikun hemm it-threshold tal-ħames snin.", "Mhux se nidħol fiha għax naħseb li nkunu qegħdin nirripetu ad nauseum.", "Mr Speaker, jien nixtieq inkompli ma' dak li qal l-Onor.", "Herrera li f'każ fejn jitwieldu ulied minn żwieġ bejn persuna Maltija u oħra barranija, it- tfal m'għandhomx jiġu ppenalizzati u jibqgħu mingħajr ċerti drittijiet.", "Naħseb li l-preżunzjoni m'għandhiex tkun li għax persuna barranija ma tkunx għamlet ħames snin tgħix hawn Malta mal-partner tagħha, titkeċċa mill- pajjiż.", "Ma naħsibx li mal-ħażin għandu jeħel it-tajjeb u għalhekk naħseb li t-tkeċċija m'għandhiex tkun awtomatika.", "Per eżempju, jien naf każ fejn mara Maltija li kienet miżżewġa raġel barrani kienet pregnant u ma tħallietx tidħol f'pajjiżna imma nżammet inkwarantinata fl-ajruport.", "Allura naħseb li f'każi bħal dawn, l-oneru għandu jkun fuq il-principal immigration officer li jipprova liema żweġijiet huma ta' konvenjenza u liema le.", "Fil-fehma tiegħi, m'għandhiex tkun il-parti Maltija li tipprova li ż-żwieġ tagħha ma kienx wieħed ta' konvenjenza.", "Ħafna drabi fil-qorti aħna nimxu fuq il-prinċipju li min jakkuża jrid jipprova, pero' ġieli jkun hemm ċirkostanzi fejn il-liġi stess titlaq minn dan il-prinċipju u l-oneru tal-prova jinqaleb minn fuq il-prosekuzzjoni għal fuq l-akkużat.", "Jien ma nsib l-ebda diffikulta' li ngħid li l-oneru għandu jkun fuq id-dipartiment li jipprova li ż-żwieġ huwa ta' konvenjenza, u nżid ngħid li ħaġa bħal din għandha tiffaċilita l-affarijiet u tevita ħafna inkonvenjent bla bżonn.", "Rigward il-proposta ta' l-Onor.", "Herrera, jien naħseb li artiklu 308 tal- kodiċi kriminali li jitkellem dwar meta persuna barranija tabbuża mis- sistema soċjali tagħna billi tagħtina x'nifhmu li għandha żwieġ ġenwin ma' persuna Maltija, għandu jidħol f'din l-emenda.", "Iva, jien naqbel li dan għandu jkun reat ad hoc u għandu jkun penalizzat mhux biss bil-liġi ċivili imma anke bil-kodiċi kriminali.", "Il-verita' hi li dawn il-problemi qegħdin jiżdiedu u mhux jonqsu.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta' dawn l- aħħar snin isib li ż-żweġijiet ta' konvenjenza żdiedu biex ma ngħidx immoltiplikaw.", "Fil-qorti nisimgħu b'għexieren ta' każi bejn raġel barrani – ħafna drabi ta' nazzjonalita' Għarbija – u mara Maltija inġenwa, li bil- promessa ta' ftit mijiet ta' liri tiżżewweġ lil dan ir-raġel barrani, imbagħad Alla biss jaf bil-problemi li jistgħu jinqalgħu għax iż-żwieġ tagħhom ikun proprju wieħed ta' konvenjenza.", "Jien naħseb li jkun tajjeb kieku dan l-abbuż jiġi rrettifikat permezz ta' emenda fil-kodiċi kriminali wkoll.", "Sur President, iżda ippermettili ndur għall-parti prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi li tittratta l-kunsilli lokali.", "Fil-bidu ta' dan id- diskors, jien għedt li huwa tajjeb li dan il-gvern qed jipproponi abbozz bħal dan għax proprju qed ipoġġi fil-prattika dak li aħna nemmnu fih.", "Meta wieħed iħares lejn l-istorja tal-kunsilli lokali f'Malta jasal għal konklużjoni waħda, li minn litanija ta' qtigħ il-qalb min-naħa ta' l- oppożizzjoni Laburista fl-1993, għaddejna għall-kredu tal-fiduċja li dan il- partit fil-gvern wera bil-fatti illi għandu fil-poplu, li jista' jingħata ammont konsiderevoli ta' awtonomija u tmexxija mingħajr il-flieles kollha li ppruvaw idaħħlu d-deputati ta' l-oppożizzjoni fl-1993.", "Ħafna drabi ninsew xi jkun intqal u allura faċli għal sħabna ta' l-oppożizzjoni li llum jiġu hawn u jippontifikaw fuq il-kunsilli lokali.", "Imma jekk wieħed jixtarr sew il-kliem li kien intqal fl-1993 malajr jiskopri x'kienet l- underlying theme.", "Iva, aħna nemmnu fid-deċentralizzazzjoni u nemmnu bil- provi għax kien gvern Nazzjonalista li fl-1966 waqqaf il-kunsill ċiviku għal Għawdex, li mbagħad spiċċa miet mewta naturali fl-1973 peress li l- gvern tal-Perit Mintoff ma kellux fiduċja fih u għalhekk ma kellu l-ebda interess li jagħtih il-ħajja.", "Imbagħad reġa' kien il-Partit Nazzjonalista li fl-1981 reġa' rxoxta l-idea li nwaqqfu l-kunsilli lokali.", "Irrid ngħid ukoll li l-ewwel darba li spiċċat l-esklussivita' ta' strutturi ċentrali li kollox idur fuqhom, kien proprju ma' l-introduzzjoni tal- kunsilli lokali.", "Permezz tal-kunsill lokali aħna introduċejna bidla storika.", "F'Mejju ta' l-1993, meta l-prim ministru kien qed jippilota l- abbozz ta' liġi li waqqaf l-kunsilli lokali, l-Onor.", "Fenech Adami kien qal hekk:", "\"Dan li qegħdin nipproponu huwa milestone, huwa pass storiku għal dan il-pajjiż\".", "Meta nħarsu lura naraw kemm il-prim ministru kellu raġun.", "Dażgur li kien pass storiku għax għall-ewwel darba għedna lill-poplu li minbarra li nikkonsultawh, se nagħtuh il-poter li jieħu deċiżjoni.", "Jekk immorru lura fl-istorja ta' pajjiżna nsibu li għalkemm kienu saru xi esperimenti żgħar biex l-istruttura ċentrali tibda tiddeċentralizza, dawn kienu wisq fjakki.", "Jekk imbagħad naraw x'ġara fi żmien Napuljun insibu li f'sitt ijiem, dan il-ġeneral kien qasam Malta f'14-il minuċipju.", "Iktar tard l-Ingliżi, b'mod leġġer, ippruvaw jagħmlu xi ħaġa simili billi għamlu qorti fil-Belt Valletta, f'Għawdex u fl-Imdina, jiġifieri ħjiel ta' deċentralizzazzjoni kien hawn minn dejjem.", "Fis-sekli 17 u 18, fl-Ewropa kollha, jiġifieri fi Franza, fl-Italja, fil-Ġermanja u fl-Ingilterra, minn gvern lokali żviluppa l-istat nazzjon waqt li fl-Ewropa kontinentali gvernijiet lokali ngħaqdu biex jifformaw stat sovran.", "Aħna konna ftit iktar fortunati għax ma kellniex għalfejn nibdew billi ngħaqqdu pajjiż, u fil- fatt kien seba' snin ilu li l-gvern ċentrali beda jiżvesti ruħu mill-poter.", "Ma rridux ninsew li meta fl-1987 il-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern wara 16-il sena fl-oppożizzjoni, it-task li jiżvesti ruħu mill-poter kien ferm iktar diffiċli.", "Il-loġika egoista tal-bniedem tgħidlek li wara tant snin fl-oppożizzjoni, għandek tfittex titla' fil-gvern biex tikkonsolida kollox u mhux titlaq il-poter minn idejk.", "Imma aħna għamilna proprju bil- maqlub għaliex dejjem emminna fiċ-ċittadin u hekk kif tlajna fil-gvern f'Mejju ta' l-1987 bdejna niddiskutu t-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "L- ewwel gvern lokali fl-istorja ta' Malta elett demokratikament mill-poplu, kif diġa' għedt, kien proprju dak ta' Għawdex li ġie fformat fl-1961.", "Biex dan il-kunsilli seta' ġie fformat, kull raħal Għawdxi kien jeleġġi ħames membri u wieħed minnhom kien jintgħażel biex ikun fil-kunsill.", "B'kollox il- kunsill ċiviku Għawdxi kien ifformat minn erbatax-il rappreżentant.", "Dan kien l-ewwel esperiment ta' deċentralizzazzjoni tal-poter li nistgħu ngħidu li kien jagħti l-frott.", "Sfortunatament kulħadd jaf x'ġara u fil-fatt fis-seduta tat-2 ta' Ottubru ta' l-1973, Dr. Ugo Mifsud Bonnici kien qal hekk:", "\"Hija illużjoni li tgħid li m'hawnx bżonn ta' gvern lokali f'Malta għax aħna żgħar\".", "F'dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien jikkritika lill- gvern Laburista għall-mewta naturali tal-kunsill ċiviku Għawdxi għax għalkemm kien sar referendum u l-elettorat ivvota favur, il-gvern ta' dak iż-żmien deherlu li kellu jkun hemm threshold ta' 60% biex il-vot ikun validu u għaldaqstant ir-referendum m'għaddiex u l-kunsill ċiviku Għawdxi spiċċa.", "Ma tridx tkun xi studjuż biex tikkonkludi li l-gvern tal-Perit Mintoff ma kellu l-ebda interess li janima dan il-kunsill għax il-poter kien wisq għal qalbu.", "Fl-1981 il-Partit Nazzjonalista ppubblika dokument li jinkorpora fih ġabra ta' prinċipji li aħna nemmnu fihom – fil-fatt konna sejjaħnilu \"Fehmiet Bażiċi\" - li fost l-oħrajn jgħid hekk:", "\"Ebda deċiżjoni ma tiġi meħuda f'livell superjuri jekk tista' tittieħed aktar viċin ta' min għandu jwettaqha\".", "Illum is-sussidjarjeta' tant tissemma' li qed tittieħed for granted, u għalhekk aħna niddejjqu nisimgħu lill-oppożizzjoni tgħid li l-kelma \"sussidjarjeta'\" m'għandhiex tidħol fil-Kostituzzjoni Maltija.", "X'inhi l- vera raġuni li l-Partit Laburista ma jridx li l-prinċipju tas- sussidjarjeta' jiġi kkristallizzat fil-kostituzzjoni?", "X'hemm li jdejjaq lill-oppożizzjoni f'din il-kelma?", "Jien nista' nobsor għalfejn lill-Partit Laburista ma togħġbux din il-kelma.", "Ċertament miniex konvint li l-Partit Laburista jekk jerġa' jkun fil-gvern, ikun lest li jitlaq il-poter minn idejh u jafdah f'idejn il-poplu.", "Il-prinċipju tas-sussidjarjeta' huwa prinċipju demokristjan.", "Jekk wieħed jistudja t-tagħlim soċjali tal-knisja jinduna li dan il-prinċipju ħareġ minn hemm, imbagħad wara li ġie tradott f'politika Ewropea.", "Meta l-Unjoni Ewropea bdiet tiġi fformata, il-prinċipju tas- sussidjarjeta' kien dejjem f'moħħ dawk li kienu qed jagħmlu din il-biċċa xogħol.", "Per eżempju, Don Luigi Sturzo, li fforma l-partit demokristjan Taljan, kien beda l-karriera politika tiegħu fil-gvern lokali.", "F'dak iż- żmien, jiġifieri fil-bidu tas-seklu 20, il-kattoliċi ma setgħux jieħdu parti fil-politika nazzjonali u Sturzo sofra minħabba l-ideat tiegħu.", "Jekk naqraw dak li kiteb meta d-demokrazija kristjana kienet għadha kif ġiet ifformata, nindunaw hemm l-ideat tiegħu vis-à-vis l-gvern lokali huma bażilari.", "Gvern demokratiku jibda' jaqdi l-funzjoni tiegħu sew meta l- poplu jirrealizza li qed jiġi ggvernat minn dawk li qabbad biex jiggvernawh.", "Dan hu dak li nixtiequ lill-oppożizzjoni temmen.", "Mr Speaker, meta lejliet l-elezzjoni tad-9 ta' Mejju, 1987 Lawrence Grech ta' \"The Sunday Times\" staqsa lil Dr Karmenu Mifsud Bonnici u lil Dr Eddie Fenech Adami jekk jemmnux li l-poplu Malti għandu jiġi vestit b'aktar awtonomija, ir-risposta tal-kap Laburista, skond kif rapportata fil- gazzetta \"l-orizzont\" tat-30 ta' April 1987, kienet tgħid hekk:", "\"Ma jagħmilx sens li pajjiż ċkejken bħal tagħna, kwart ta' kwart ta' belt f'pajjiż kbir, inti tħottu biex tagħti setgħat għall- amministrazzjoni tar-raħal jew tal-belt\".", "Dak kien l-argument tal-Laburisti, li aħna żgħar wisq.", "Ir-risposta ta' Dr Fenech Adami kienet kompletament differenti għax il-Partit Nazzjonalista kien ilu mill-1981 iħambaq fuq il-ħtieġa tal-kunsilli lokali.", "Idea oħra tal-Partit Laburista kienet li l-kunsilli lokali kienu se jwasslu għal iktar pika u korruzzjoni fil-pajjiż.", "Fis-seduta parlamentari tat-18 ta' Mejju 1993, meta dan l-abbozz kien qed jiġi diskuss għall-ewwel darba, Alfred Portelli, li kien membru parlamentari, kien qal hekk:", "\"Wieħed m'għandu l-ebda garanzija li se jirnexxilu jdaħħal fihom l-aktar nies onesti u integri tas-soċjeta' għax l-elettorat għandu diversi opinjonijiet\".", "B'dan l-argument allura anke l-parlament għandu jitneħħa għax m'għandna l- ebda garanzija li l-poplu se jeleġġi l-aktar nies integri u onesti!", "Għandi nifhem li huma u anke aħna nies integri u onesti, u aħna ħriġna għall- parlament għaliex aħna għandna s-sens ta' missjoni fina u rridu nġibu lil pajjiżna 'l quddiem, aħjar milli sibnieh.", "Però mhuwiex argument li tgħid li la m'għandniex garanzija li se nsibu nies onesti u integri, allura m'għandniex nagħmlu l-kunsilli lokali.", "Argument ieħor intressanti kien l-argument ta' Lino Spiteri fis-seduta tad- 19 ta' Mejju ta' l-1993, fejn qal hekk:", "\"Kif tista' f'pajjiż daqshekk żgħir, tliet gżejjer ta' 95 mil kwadru b'kollox, titkellem f'sens ekonomiku u tgħid li se tagħmel devoluzzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-pajjiż!", "Kif tista' titkellem b'mod li qisu l-gvern ċentrali tant hu mħabbat u tant il-ministri ma jistgħux jilħqu mal-pajjiż kollu, li bilfors irid ikollna s-sistema ta' l-Imperu Ruman li f'kull outpost kien ikollhom lil xi ħadd biex jikkmanda billi jinvolvu lil dawk li kienu meqjusa bħala ċittadini!\"", "Dan kien l-argument ta' l-oppożizzjoni ta' l-1993.", "Qed niċċita mid-diskors ta' wieħed mill-kelliema ta' dak iż-żmien.", "F'dak l-intervent Lino Spiteri kien qal ukoll:", "\"Isma', is-sussidjarjetà m'għandha x'taqsam xejn f'dan id-dibattitu.", "Hawn qed nitkellmu fuq devoluzzjoni tal-poter u mhux fuq is- sussidjarjetà!\"", "Sussegwentement fl-istess intervent tiegħu Lino Spiteri għamel din ir- rimarka interessanti:", "\"Kull sena se jibda jkollna 22 elezzjoni fil-bliet u rħula ta' Malta, bil-makkinarju tal-partiti li mbagħad kollha jibdew jarmaw.", "Nimmaġina li they will be going at full blast, bla heda, għal dawn it-22 elezzjoni li jsiru f'ġurnata imma li t-tħejjija għalihom tkun ilha sejra s-sena kollha.", "Mela allura dan l-istat ta' tensjoni, mhux fis- sens ta' vjolenza jew stat ta' allarm – nistgħu nsejħulu state of heightened awareness - effettivament irid ikompli sejjer is-sena kollha għax terz mill-popolazzjoni x'imkien f'Malta u f'Għawdex se tkun għal-lest, qed tarma, tiġri u tfittex, bil-partiti jagħżlu l- kandidati u l-kandidati jiġru wara l-voti peress li l-elezzjoni dejjem wara l-bieb.\"", "Issa nistaqsi jien: Meta nħarsu lura llum, nistgħu ngħidu li kellna dan l- istat of heightened awarness, dan l-istat ta' kważi tensjoni fit-tmien snin li ilhom imwaqqfin il-kunsilli lokali?", "Jien bil-maqlub ngħid li dan huwa kollu healthy.", "Għalhekk importanti nwasslu dan il-messaġġ li aħna ma naqblux ma' l-oppożizzjoni meta jgħidulna li l-partiti politiċi m'għandhomx ikunu parteċipi fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Tibagħtux il-messaġġ lin-nies li l-politika hija maħmuġa, li l-partiti politiċi huma xi ħaġa negattiva.", "Il-politika hija xi ħaġa diffiċli imma nobbli.", "Il-partiti politiċi qegħdin hemmhekk biex iservu lin-nies u mhux biex jaħkmu fuq in- nies.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex inservu lill-poplu, lil dawk li għoġobhom jagħtuna l-privileġġ biex nirrappreżentawhom.", "X'responsabbiltà!", "It-Taljani jgħidu gli onori vanno con gli oneri, jiġifieri l-unuri jmorru id f'id mal-piż tar-responsabbiltà.", "Minkejja d-differenzi ta' bejnietna, iż-żewġ partiti politiċi qegħdin naqdu missjoni nobbli.", "Ejja ma nibagħtux messaġġ lill-elettorat li hija xi ħaġa negattiva li jkun hemm partit politiku jimmilita f'kunsill.", "Li huwa ħażin hu li tpoġġi l-interessi tal- partit tiegħek qabel l-interess tal-lokal, però ma jfissirx li tneħħi d- dritt tal-partit politiku li jikkontesta.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, irranġa l-prioritajiet tiegħek!", "Ara x'ġara f'diversi kunsilli li ssemmew matul dawn l-aħħar ġranet - Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Raħal Ġdid u oħrajn - meta tpoġġew prioritajiet tal-Partit Laburista qabel dawk tal-lokal!", "Spiċċaw biex sofrew ir-residenti tal-lokal.", "Imma ma jfissirx li l-partiti politiċi m'għandhomx jikkontestaw.", "Iva, għandhom jikkontestaw però bil- prioritajiet kif għandhom ikunu.", "Interessanti wkoll wieħed jara x'kien qal Dr Karmenu Mifsud Bonnici, dak iż- żmien kap ta' l-oppożizzjoni, fil-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista tat-28 ta' Ġunju 1990.", "Ħafna drabi dawn inessuhomlna, imma jien ngħid li min jinsa l-passat huwa kkundannat jgħixu fil-futur.", "Fl-1990 Dr Mifsud Bonnici kien qal hekk:", "\"Kulħadd irid jifhem li pajjiżna huwa biss terz ta' belt kapitali barranija u allura filwaqt li rridu ninkoraġġixxu kemm jista' jkun lill- poplu jieħu sehem fit-tmexxija tal-pajjiż kollu, ma tridx tiġi aċċettata bħala ksib tajjeb il-proposta tan-Nazzjonalisti li jkun hemm fl-ibliet u rħula tagħna tmexxija differenti u separata mit-tmexxija tal-gvern nazzjonali\".", "Il-verita' hi li ċ-ċokon u n-nuqqas ta' fiduċja huma ħsebijiet li għadhom kurrenti fil-politika tal-Partit Laburista.", "Faċli ħafna tikkonstatah dan.", "Nistgħu nagħmlu eżami u naraw kemm-il darba l-Partit Laburista jsemmi l- kunsilli lokali matul 12-il xahar u kemm isemmihom il-Partit Nazzjonalista.", "Ejja nagħmlu miżien.", "Il-Partit Laburista jsemmi l-kunsilli lokali biss fid-disa' ġimgħat ta' qabel l-elezzjonijiet ta' kull sena f'Marzu, għax wara Marzu prattikament ma jissemmew qatt u mkien.", "Il-Partit Nazzjonalista ma jsemmihomx biss fid- disa' ġimgħat imma jsemmihom is-sena kollha.", "Per eżempju, fil-liġi dwar il- planning authority li qegħdin niddiskutu bħalissa qed nagħtu d-dritt lill- kunsill lokali li jkollhom anke appell faċli, fejn ikun hemm deċiżjonijiet fuq ċerti applications għall-ħruġ ta' permessi fil-lokalitajiet.", "Insemmuhom b'diversi metodi s-sena kollha, u anke meta waqqafna l-gwardjani lokali wkoll kien pass kuraġġuż.", "Aħna mhux biss fid-disa' ġimgħat ta' qabel Marzu nsemmuhom imma s-sena kollha, apparti l-flus li ngħaddulhom.", "Ara fis-sentejn li għamel fil-gvern il-Partit Laburista l-flus naqqashomlhom u mhijiex kumbinazzjoni li kull meta kien hemm gvern Nazzjonalista l-flus żdiedu u żdiedu sew.", "Bdiet issir ukoll id-devoluzzjoni tal-proprjetà lill-kunsilli lokali.", "Tista' tgħid li kull meta kien hemm gvern Nazzjonalista, mingħajr eċċezzjoni, kien hemm proprjetà li ġiet devoluta lill-kunsilli lokali għax kien hemm l-impetu neċessarju.", "Dawn huma affarijiet li meta nħarsu lura ngħidu li dan il-pajjiż għamel a quantum leap forward, anke permezz tal- kunsilli lokali.", "Fl-1993 l-oppożizzjoni Laburista qatt ma kienet tikkritikana fuq id-dettall.", "Qatt ma kienet tgħidilna, per eżempju, li s- sindku għandu jitħallas jew li m'għandux jitħallasx, jew li għandu jew m'għandux ikollhom onorarju l-kunsilliera.", "Mhux id-dettall kienu jikkritikaw imma l-prinċipju.", "Ħalli niġġieldu u nikkumbattu bejnietna fuq id-dettall, imma fuq il-prinċipju ejjew naqblu għax il-kunsilli lokali qed jagħmlu l-lokalitajiet tagħna ħafna aħjar milli kienu u qed jagħtuhom dak is-sens ta' identità li qabel qatt ma kellhom.", "Jekk inkomplu naqraw mid-dibattitu ta' l-1993 insibu li Dr Karmenu Mifsud Bonnici - araw il-phobia! - kien qal hekk:", "\"Fost ir-riperkussjonijiet li se jkollhom nistgħu nsemmu li se jqajmu marda kronika għal pajjiż żgħir bħal tagħna, jiġifieri dik ta' l-għira u l-piki, li minflok se titrażżan aktar se tifjorixxi.\"", "Imbagħad semma xi ħaġa oħra:", "\"Aktar ma jgħaddi żmien u iktar ma l-korruzzjoni tibda ħierġa minn dawn il-kunsilli u tinfirex, aktar se sservi ta' għajb u ta' deni għall- partit li jkun fil-gvern, ikun min ikun il-partit.\"", "Mela hemm il-phobia li l-kunsilli lokali se jżidu l-pika, se jżidu l-għira u se jkattru l-korruzzjoni.", "Imma jien ngħid: Ejja niġġilduh dan l- argument għax jekk tħares lura, dawn it-tmien snin urew bil-provi li l- kunsilli lokali m'humiex bejta ta' korruzzjoni, m'humiex bejta ta' għira u lanqas huma bejta ta' pika, Sur President.", "Fejn ikun hemm il-kunsilli lokali, allavolja b'opinjonijiet politiċi differenti, l-interess tal-lokal verament għandu jiġi l-ewwel u l-lokal jista' jimxi 'l quddiem mingħajr ma jitkattru l-piki.", "Qatt xi darba, per eżempju, matul dawn l-aħħar tmien snin, kien hemm kunsill li ġie xolt minħabba ġlied intern bejn kunsilliera Nazzjonalisti?", "Qatt!", "Iva, kien hemm kunsilli lokali li ġew xolti minħabba ġlied intern bejn kunsilliera Laburisti għax wieħed ried jilħaq sindku u l-ieħor viċi-sindku.", "Imma bejn il-kunsilliera Nazzjonalisti le għax l-interess tagħhom huwa l-interess tal- lokal.", "Huwa fatt li ma jista' jmerih ħadd li l-ebda kunsill lokali ma ġie xolt minħabba ġlied intern bejn kunsilliera Nazzjonalisti.", "Dak huwa s- sewwa magħruf.", "Anke meta kien hemm id-dibattitu fuq il-liberalizzazzjoni tax-xandir, kienu saru ċerti kummenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni Laburista fis-sens li aħna żgħar wisq u li se noħolqu stat fi stat.", "Jekk naraw id-dibattitu tal-25 ta' Marzu ta' l-1991 fuq il-liġi tax-xandir, insibu lill-Onor.", "Alfred Sant, illum kap ta' l-oppożizzjoni, jagħmel l-istess argument preċiż:", "\"Ma nistax nifhem b'liema raġuni, b'liema sens ta' realtà, xi politiku min-naħa l-oħra tal-Kamra jista' jgħid li dan it-tip ta' żvilupp se jwassal għal iktar rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-pajjiż. \"", "- qed jirriferi għall-pluraliżmu -", "\"Fir-realtà, meta tanalizza dak li qed jiġi propost min-naħa l-oħra tal-Kamra, issib li bażikament lil min għandu l-flus, lil minn għandu s-setgħa u lil min għandu l-poter qed nagħtuh aktar mezzi biex dawn l- affarijiet jużahom.\"", "Forsi kien qed jirriferi għall-Partit Laburista għax hu kien l-ewwel wieħed li għamel stazzjon tat-televiżjoni!", "Però l-fatt hu li f'dan id-dibattitu fuq ix-xandir Dr. Sant isemmi \"il-ħtieġa ta' imperjaliżmu burokratiku.\"", "(Interruzzjonijiet) Din hija l-phobia li għandkom.", "Assolutament m'għandkomx fiduċja fil-poplu.", "Biex nagħlaq, Sur President, se nikkwota minn De Tocqueville, bniedem li għadda ħafna riflessjonijiet fuq il-vera demokrazija.", "De Tocqueville qal hekk:", "\"Mingħajr demokrazija muniċipali, id-demokrazija fuq bażi nazzjonali ċ- ċittadini ma jħossuhiex bħala li hija ħaġa tagħhom.\"", "Iva, minn isfel trid tibda u b'din l-emenda aħna qed npoġġu l-gvern aktar qrib iċ-ċittadin u ċ-ċittadin aktar qrib il-gvern.", "Bil-kunsilli lokali aħna għaddejna minn tmexxija ta' remote control għal waħda li t-Taljani jsejħulha fejn ikun hemm l-occhio del padrone.", "Nieħdu l-eżempju ta' Għawdex.", "Mill-1987 'il hawn, minn meta l-Għawdxin kellhom ministru għall- ewwel darba, Għawdex mar 'il quddiem.", "Mar ħafna 'l quddiem – iż-żewġ ministri Għawdxin li kien hemm s'issa kienu t-tnejn tal-Partit Nazzjonalista għax fi żmien gvern Laburista kien hemm segretarjat parlamentari u mhux ministru - frott tad-devoluzzjoni u tat-tkattir tas- sussidjarjetà.", "Allura jekk aħna nemmnu li l-politika hija arti diffiċli iżda nobbli, dan l-abbozz ċertament għandu jgħin liċ-ċittadini b'impenn politiku biex jaqdu missjoni nobbli u diffiċli.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista ressaq din l-emenda quddiem dan il-parlament biex iżidha mal-kampanja elettorali li qed jagħmel għall-elezzjonijiet lokali ta' nhar is-Sibt li ġej.", "Dan l-abbozz ta' liġi tressaq mingħajr ħsieb serju - fil-fatt il- punti tekniċi u legali u l-implikazzjonijiet kostituzzjonali li qed tqajjem l-oppożizzjoni Laburista juru biċ-ċar in-nuqqas ta' ħsieb serju fit-tfassil ta' din l-emenda kostituzzjonali – u għalhekk wieħed jawgura li malli tgħaddi l-furja elettorali, issir riflessjoni bis-serjeta' fuq il-punti li tqajmu f'din id-diskussjoni.", "Jiddispjaċini nirrimarka li ħafna mill-interventi li smajna mill-kelliema tal-gvern kienu diskorsi elettorali u mhux diskorsi li jikkonċernaw direttament l-implikazzjonijiet kostituzzjonali serji ta' dawn l-emendi li qed jitressqu.", "Ħafna mill-kelliema Nazzjonalisti ppreferew li minflok janalizzaw x'qed jiġri fil-qasam tal-kunsilli lokali, minflok jaraw x'implikazzjonijiet għandha din l-emenda, sempliċement jagħfsu l-buttuna ta' l-informazzjoni komputerizzata u jikkwotaw x'qalu l-kelliema Laburisti fl-imgħoddi - kien hemm min mar saħansitra ħmistax-il sena lura, u dan filwaqt li qed nagħmlu xi ħaġa għall-preżent u għall-futur – u ħafna mill- argumenti li tqajmu mill-kelliema Nazzjonalisti kienu kkonċentrati madwar quotes mid-diskorsi tal-membri tal-Partit Laburista ta' l-imgħoddi.", "Mr Speaker, li wieħed jiftaħar bil-bravura li se ssir għax il-kunsilli lokali se jkunu entrenched fil-kostituzzjoni m'huwiex biżżejjed.", "L-importanti hu xi jsir fil-prattika, fil-ħajja ta' kuljum, u mhux x'jiġi ddikjarat b'mod solenni fil-kostituzzjoni.", "Wieħed irid jgħid ukoll li kull suġġett li jiġi diskuss hawn ġew, b'xi mod jew ieħor dejjem ikollu rabta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Filwaqt li hawnhekk hawn ħafna min qed jiftaħar b'din il-biċċa xogħol ta' l-entrenchment tal- kunsilli lokali fil-kostituzzjoni, tajjeb li ngħidu li l-ħsieb tal-gvern Nazzjonalista hu li nrendu lill-parlament nazzjonali f'kunsill lokali, xi ħaġa li qed issir bħalissa fl-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa l-Unjoni qed tittrasferixxi poteri mill-parlamenti nazzjonali u mill-gvernijiet nazzjonali għal istituzzjonijiet sovranazzjonali, u ħwejjeġ bħat-tfassil tal-politika ta' tassazzjoni u t-tfassil tal-politika monitarja u deċiżjonijiet oħra ta' ċerta portata dwar il-politika barranija, la se jkunu kompitu tal-kunsilli lokali u lanqas tal-gvernijiet nazzjonali.", "Il- famuża sussidjarjeta' li dan l-aħħar tant qed nisimgħu dwarha fil-prinċipju hija sabiħa, għax huwa tajjeb li d-deċiżjonijiet jittieħdu minn dawk li l- iktar se jintlaqtu, imma l-Unjoni Ewropea nnifisha tmur kontra dan il- prinċipju għaliex m'hijiex qed tittrasferixxi l-poteri tagħha fil-livelli differenti ta' kunsilli lokali, parlamenti nazzjonali u reġjonali fil- Parlament Ewropew u fil-Kummissjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea għandha problema kbira għax bil-mod kif qed tiżviluppa qed iżżid dak li qed jissejjaħ id-deficit demokratiku fejn l-istrutturi ta' l- Unjoni minflok ma qegħdin jidhru qrib iċ-ċittadin, qegħdin jidhru jitbiegħdu miċ-ċittadin, bil-konsegwenza li fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew qed naraw li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi l-kbar f'dawn l- elezzjonijiet hija baxxa ħafna meta mqabbla ma' kemm jieħdu sehem in-nies fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-parlamenti nazzjonali.", "Dan għaliex?", "Għaliex l-Unjoni Ewropea hija istituzzjoni li hija 'l bogħod miċ- ċittadin.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-Unjoni hemm moviment, liema moviment ma tantx jissograw jitkellmu dwaru, fejn il-poter qed jittieħed mill-membri u mill-ministri eletti u qed jispiċċa f'idejn l-uffiċjali għolja tal- Kummissjoni Ewropea u tal-Bank Ċentrali Ewropew, nies li m'għandhom l-ebda accountability demokratika.", "Fil-fatt dawn huma nies li suppost qegħdin hemm biex jesegwixxu d-deċiżjonijiet li jieħdu l-politiċi li huma eletti u hemm moviment biex il-poter isir inqas demokratiku u jmur għand it- teknokrat, pero` dawn ma tantx jissograw jagħmlu dan l-argument fil-miftuħ għax jafu li dan iktar iqajjem reazzjoni demokratika kontra dan l-iżvilupp.", "Għalhekk huwa importanti li meta nitkellmu fuq il-kunsilli lokali nitkellmu wkoll fuq l-iżvilupp demokratiku.", "Huwa veru li xi kultant ikollna neżaltaw il-mezzi demokratiċi biex kemm jista' jkun indaħħlu ċ-ċittadini b'mod ħaj fid-deċiżjonijiet li jolqtuhom f'kull livell u f'kull qasam - u sewwa nagħmlu - imma mbagħad fl-istess nifs li qed neżaltaw din il-parteċipazzjoni ħajja fil-kunsilli lokali, ejjew ma nkomplux mexjin fit-triq li jrid jeħodna fiha l-gvern Nazzjonalista biex jerġa' jieħu lura lil pajjiżna f'kolonja għaliex id- deċiżjonijiet il-kbar ta' pajjiżna m'aħniex se nkunu nistgħu neħduhom aħna.", "Mela minn naħa waħda għandna għax nifirħu li qegħdin inżidu d-dinjita` u s- saħħa lill-kunsilli lokali, li l-poteri u l-effett tagħhom fuq il-ħajja tagħna għadhom limitati, iżda min-naħa l-oħra se nkunu qegħdin inċedu d- deċiżjonijiet il-kbar ta' pajjiżna f'idejn istituzzjonijiet barra minn Malta.", "Xi ħaġa li tmur kontra s-sussidjarjeta' iktar minn hekk, ma nistax nifhem x'tista' tkun.", "Fil-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali ta' nhar is-Sibt smajna - u din hija xi ħaġa li fiha kkopjaw lill-Partit Laburista - li l-kunsilli lokali għandhom iżidu l- aspett soċjali tagħhom u għandhom jieħdu iktar inizjattivi soċjali.", "Kien il-Partit Laburista li saħaq fuq il-bżonn li jiġu żviluppati l-aspetti soċjali tal-kunsilli lokali, għaliex illum hemm bżonn dawn l-aspetti iktar minn qabel u għada se jkun hemm bżonnhom iktar mil-lum minħabba t-tibdil u t-taqlib fis-soċjeta` tagħna.", "Qed ngħid dan għax fl-aħħar 40 sena l- komunitajiet tradizzjonali tal-bliet u l-irħula tagħna nbidlu ħafna.", "Hemm bżonn il-ħolqien ta' komunitajiet ġodda għax fil-pajjiż għandna nħawi sħaħ fejn in-nies jiċċaqilqu minn belt għal oħra u minn raħal għal ieħor u, għalkemm hemm lokalitajiet li għandhom l-identita` tagħhom u għandhom saħansitra l-isem tagħhom, in-nies li jgħixu flimkien f'dawk l-inħawi għadhom ma żviluppawx.", "Għalhekk il-kunsilli lokali għandhom ikunu mezz ġdid biex idaħħlu dan is-sens ta' komunita` permezz ta' inizjattivi konkreti fil-livell tal-komunita` billi jiżdiedu l-inizjattivi tagħhom fl- oqsma soċjali, bħal dak edukattiv, bħal dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa, bħal dak li għandu x'jaqsam ma' l-anzjani, mal-persuni b'diżabbilta` u m'attivitajiet sportivi, rikreattivi u kulturali.", "Dawn huma kollha oqsma li l-kunsilli lokali jagħmlu tajjeb li jidħlu fihom u li jagħtu s-sehem tagħhom biex iġibuhom 'il quddiem.", "Madanakollu wisq nibża' li l-iżviluppi li seħħew matul l-aħħar xhur f'pajjiżna, aktar milli kienu żviluppi f'din id-direzzjoni iktar kienu bil-maqlub.", "Ħalli nieħdu l-qasam tas-saħħa.", "Din il-ġimgħa l-Onor.", "Adrian Vassallo għamel mistoqsija li titfa' dawl interessanti fuq kemm qed imorru lura s-servizzi fil-qasam taċ-ċentri tas- saħħa tal-lokalitajiet tagħna, u din il-mistoqsija hija iktar interessanti għaliex f'ħafna minn dawn il-lokalitajiet nhar is-Sibt li ġej se jsiru l- elezzjonijiet għall-kunsilli lokali tagħhom.", "Il-kollega tagħna staqsa kemm kien in-numru ta' talbiet għall-visti fid-djar minn tobba taċ-ċentri tas- saħħa matul ix-xahar ta' Frar, kemm saru minn dawn it-talbiet u kemm ma ntlaħqux saru mit-tobba ta' kull ċentru tas-saħħa.", "L-istatistika li ħarġet għandha għaliex tinkwieta ħafna lir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet għax jidher ċar li qed nerġgħu resqin lejn sitwazzjoni kerha u perikoluża ħafna, fejn il-kwalita` tal-kura u ta' l-edukazzjoni li tingħata fil-pajjiż ma tiddependix mill-bżonnijiet tiegħek, mill-ħinijiet tiegħek jew mill-merti tiegħek imma minn jekk għandekx flus jew le biex tħallas għaliex meta jaqgħu lura s-servizzi pubbliċi tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi ta' l- edukazzjoni, dan ikun ifisser li dawk li m'għandhomx flus biżżejjed jaqgħu lura.", "Per eżempju, fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana minn 1,988 talba saru 60% biss, jiġifieri 40% ta' dawk li talbu li jsiru visti fid-djar ma sarux miċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana.", "Ta' min jgħid ukoll li fir-rigward taċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira, 36% ta' dawk li talbu visti fid-dajr mit-tobba ta' dan iċ-ċentru tas-saħħa ma sarux.", "Terġa' fil-Mosta u fir-Rabat is-sitwazzjoni hi ħafna agħar għax 54% ta' dawk li talbu visti mit-tobba taċ-ċentri tas-saħħa ta' dawn il- lokalitajiet fid-djar tagħhom ma sarux.", "Fi kliem ieħor, kien hemm 913-il familja li t-tabib ma marx għandhom.", "Imbagħad xi ngħidu għaċ-ċentri tas- saħħa ta' Raħal Ġdid u ta' Bormla fejn 65% tan-nies li talbu li ssirilhom vista mit-tabib taċ-ċentru tal-lokal, dawn il-visti ma sarulhomx!", "Hawnhekk qed naraw b'mod ċar kemm sejrin lura ċ-ċentri tas-saħħa.", "Bid-diskors jingħad li l-Partit Nazzjonalista jrid li l-kunsilli lokali jidħlu fil- qasam soċjali, iżda mbagħad il-gvern nazzjonali qiegħed inaqqas il-politika tiegħu u s-servizzi pubbliċi f'dawk l-oqsma li huma tant importanti għall- kwalita` tal-ħajja li ngħixu f'pajjiżna, bħalma hu l-qasam tas-saħħa.", "L- istess nistgħu ngħidu għall-qasam ta' l-edukazzjoni.", "F'ħafna mil-lokalitajiet fejn se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali nhar is-Sibt li ġej għandna problema ta' tfal li mill-eta` żgħira ta' seba' snin diġa' qed ikollhom problema biex iħaddmu l-Ingliż u l-Malti tajjeb.", "Naturalment min ta' seba' snin diġa' jkollu dawn it-tip ta' problemi, se jkollu problemi 'l quddiem.", "F'ħafna mil-lokalitajiet fejn se jsiru l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali nhar is-Sibt li ġej, jgħaddu biss 43% mill-eżami tal-junior lyceum u inqas minn terz taż-żgħażagħ li għandhom l- eta` ta' 16-il sena qed joħorġu mill-iskejjel tagħna bil-ħiliet meħtieġa biex jirnexxu fis-seklu 21, jiġifieri bil-ħila li jħaddmu l-Malti u l- Ingliż, li jafu l-matematika u li jkollhom il-kultura meħtieġa biex jagħmlu użu mix-xjenza u mit-teknoloġija.", "Ta' min jgħid ukoll li f'ħafna mil- lokalitajiet fejn hemm l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali nhar is-Sibt li ġej hemm rata għolja ta' assenteiżmu minn studenti adoloxxenti.", "Dawn huma problemi li jmissna qegħdin naħdmu biex insolvuhom flimkien, u jagħmlu tajjeb il-kunsilli lokali jekk jidħlu f'dawn l-oqsma biex jappoġġjaw lill- iskejjel ħalli jagħmlu xogħlhom aħjar.", "Xogħol l-iskejjel huwa li jħejju lit-tfal u liż-żgħażagħ biex ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu, biex jirnexxu u biex jgħixu fis-seklu 12.", "Xogħol l-iskejjel m'huwiex li jindottrinaw lit-tfal u liż-żgħażagħ skond l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista għaliex, irrispettivament minn jekk nidħlu jew ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea, għandna bżonn ta' iktar tfal u żgħażagħ li jirnexxu fil- qasam ta' l-edukazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-Partit Nazzjonalista qed ikun irresponsabbli u immorali li n-nuqqas ta' qbil li hemm bejnietna dwar l-Unjoni Ewropea qed idaħħlu fil-qasam ta' l-edukazzjoni, meta jmissna qed naħdmu flimkien biex inġibu l-edukazzjoni 'l quddiem għall-ġid tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna.", "Aħna konna tajna spinta kbira biex il-kunsilli lokali jidħlu fil-qasam ta' l-edukazzjoni, u dan mhux biex jieħdu over huma imma biex jaħdmu id f'id u jappoġaw dak li qed jiġri fl-iskejjel.", "Kien il-Partit Laburista fil-gvern li daħħal l-iskemi neċessarji biex il-fondi li qabel kien jonfoq ċentralment il-ministeru ta' l-edukazzjoni, beda jgħaddihom lill-kunsilli lokali biex jissorveljaw li x-xogħol isir fl-iskejjel tagħna.", "Bħalma kien hemm fejn kellna riżultati tajbin, kien hemm ukoll fejn kellna riżultati ħżiena u għalhekk huwa importanti li minflok ma nagħmlu ħafna diskors fil- vojt, neżaminaw dawn ir-riżultati bis-serjeta` biex filwaqt li ntejbu dak li diġa' kien hemm tajjeb, nitgħallmu minn dak li huwa ħażin u nirranġawh.", "Nerġa' ngħid li aħna mill-esperjenza li kellna tal-kunsilli lokali u mill- involviment tagħhom fix-xogħol ta' l-iskejjel, kien hemm fejn ix-xogħol sar tajjeb u sar aħjar milli kieku kien f'idejn il-ministeru u f'idejn id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Madanakollu għad hemm każi ukoll fejn ix- xogħol qed isir ħażin u fejn qed jitberbqu l-flus, u għalhekk jekk irridu nkunu serji għandna neżaminaw kif ikun qed isir ix-xogħol, naraw x'inhuma n- nuqqasijiet u nitgħallmu negħlbu dawk in-nuqqasijiet.", "Mr Speaker, ta' min ifakkar li aħna konna niedejna diversi inizjattivi mal- kunsilli lokali biex dawn jużaw il-faċilitajiet ta' l-iskejjel u min-naħa l- oħra jappoġġjaw lil dawn l-iskejjel biex jixtru l-kotba.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dawk il-kunsilli lokali li qed jagħtu kotba lill-iskejjel tagħna.", "Jien ngħid li f'dan il-qasam il- kunsilli lokali qed jagħmlu iżjed mill-gvern nazzjonali għaliex hija xi ħaġa tal-mistħija li wara li aħna kull sena konna bdejna norganizzaw l- attivitajiet tal-jum dinji tal-ktieb biex inxerrdu l-qari fost it-tfal u ż- żgħażagħ tagħna, xi ħaġa li għandna bżonn naħdmu ħafna fuqha, il-ministru ta' l-edukazzjoni jidher li tilef kull interess f'dan il-jum, li għadu kemm għadda l-ġimgħa li għaddiet.", "Fi żmienna aħna konna ħeġġiġna anke lill- kunsilli lokali biex jieħdu sehem f'dan il-jum dinji tal-ktieb, pero` llum m'hemm l-ebda ħeġġa u m'hi qed issir l-ebda inizjattiva f'dan il-qasam u l- enerġija qiegħda fuq il-fissazzjoni għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad hemm oqsma li l-Partit Nazzjonalista m'huwiex qed isemmihom għaliex jidher li ma jaqbillux isemmihom issa, li qegħdin fl-aħħar jiem tal- kampanja elettorali tal-kunsilli lokali.", "Hemm diversi lokalitajiet fejn tkun qed tiġi ppjanata xi ħaġa, u mbagħad minħabba li mir-reazzjonijiet li jkun hemm jindunaw li dik ix-xi ħaġa ma tkunx qed issir popolari, ma jsemmuhiex iżjed.", "Ħalli nsemmi, per eżempju, x'kien qed jippjana l-kunsill lokali tas-Swieqi, li huwa ddominat mill-Partit Nazzjonalista.", "Fil-fatt dan il-kunsill lokali kien qed jippjana biex fi Triq il-Keffa jibni ċentru ta' faċilitajiet rikreattivi u biex hemmhekk isir ċentru kummerċjali.", "Jien m'għandix dubju li dan sar biex jagħmluha iktar diffiċli lil dawk il- ħwienet li fetħu b'ħafna sagrifiċċju u qed joperaw fi Triq il-Qasam.", "Fil- fatt huma diġa' kienu qalu lis-sidien biex jiċċaqilqu minn dawk il-ħwienet u jmorru fiċ-ċentru kummerċjali li kien beħsiebhom jibnu ħdejn Triq il- Keffa, pero` mbagħad meta raw li din l-idea ma tantx kienet popolari biddlu d-diska!", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, jista' l- Onor. Bartolo jgħidilna min huma dawn li qalu lis-sidien tal-ħwienet biex jiċċaqilqu minn hemm?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kien hemm diversi episodji fejn persuni li marru fl-uffiċċju tal-kunsill lokali tas-Swieqi tkellmu mal-membri ta' dan il- kunsill lokali, u dawn ta' l-aħħar qalulhom li qed isir pjan biex il- ħwienet li hemm fi Triq il-Qasam jiċċaqilqu minn hemm u jmorru fiċ-ċentru li se jinbena fi Triq il-Keffa.", "Kumbinazzjoni nzerta li darba minnhom waħda minn dawk li daħlet fil-kunsill lokali tas-Swieqi u qalulha dan id- diskors, għandha ħanut fl-inħawi u allura l-kelma malajr inxterdet.", "Naturalment min qalilha dak id-diskors induna li kien għamel guff għaliex kien qed jikxef xi ħaġa li kienet ippjanata li ssir.", "Għalissa din l-idea m'għadhiex tissemma iżjed għaliex bħalissa ma jaqbilx li wieħed isemmi affarijiet li m'humiex popolari, u allura dawk is-sidien tal-ħwienet li hemm fi Triq il-Qasam baqgħu inkwetati dwar jekk dan il-pjan huwiex se jimxi jew le.", "(Interruzzjonijiet) Jien nistieden lill-Onor.", "Pullicino li jmur jitkellem mas-sidien tal-ħwienet ta' Triq il-Qasam biex iserrħilhom moħħhom li żgur m'humiex se jiċċaqilqu minn hemm.", "(Interruzzjonijiet) Mela mur għidilhom hekk ħalli tkun qed tgħid kontra x'qalilhom il-kunsill lokali tas-Swieqi!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, l-istess ġara fil-kunsill lokali ta' Birkirkara, li wkoll huwa ddominat mill-Nazzjonalisti għax dan il-kunsill ħareġ bl-idea li dak li jkun iħallas Lm25 biex jipparkja l-karozza tiegħu barra.", "Din l-idea ġiet irtirata għalissa għax ovvjament kienet se tagħmel ħafna ħsara lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, imma l-pjan hu li din l- idea tinfirex mal-pajjiż kollu.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li nhar is-Sibt, dawk kollha li se jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista se jkunu qed jivvotaw biex it-taxxi li żied il-partit Nazzjonalista f'livell nazzjonali jkompli jżidhom f'livell lokali.", "Bl-iskuża li huwa tajjeb li jkollna iktar dixxiplina u iktar ordni fit- toroq, il-mod abbużiv li bih qed joperaw il-gwardjani lokali f'lokalitajiet differenti ta' pajjiżna qed idawru idea tajba f'idea ħażina għax assolutament m'hijiex aċċettabbli li wara li jgħaddu xi tliet xhur jew erba' xhur minn wara li tkun għamilt xi kontravvenzjoni tat-traffiku, tirċievi ċitazzjoni biex tmur f'xi kunsill lokali ta' xi raħal jew belt 'il bogħod mil-lokal tiegħek.", "F'dan il-pajjiż għandna bżonn id-dixxiplina u għandna bżonn l-ordni għax ma jistax ikun li kulħadd jibqa' jagħmel li jrid, pero` min-naħa l-oħra dawn il-gwardjani lokali qed imorru fl-estrem l- ieħor, u dan għaliex id-dħul tagħhom jiddependi minn kemm iwaħħlu ċitazzjonijiet.", "Il-piż insostenibbli li qed jintefa' fuq il-kunsilli lokali f'dak li għandu x'jaqsam mal-gwardjani lokali juri li idea tajba għandha tiddaħħal b'mod tajjeb.", "Il-multi bl-addoċċ li qed iwaħħlu l- gwardjani lokali qed idawru liċ-ċittadini kontra tagħhom Ta' min jgħid ukoll li dawn il-gwardjani lokali qed ikunu ta' piż insostenibbli fuq għadd ta' kunsilli lokali għaliex hemm min li biex iżommhom għaddejjin qed ikollu jnaqqas minn attivitajiet oħra.", "Fil-mekkaniżmu ta' l-operat tal-gwardjan lokali hemm inċentiv biex jimmulta lil dak li jkun għax id-dħul tiegħu b'hekk biss jista' jkun garantit.", "Mr Speaker, huwa importanti li fost il-kunsilli lokali li qed jonfqu miljuni kbar ta' liri - issemmiet iċ-ċifra ta' Lm70 miljun – tidħol l-idea li kull lira li tintnefaq, tintnefaq sew.", "Il-kelliem ta' qabli kien qed jitkaża fuq liġi li semmiet il-korruzzjoni fil-kunsilli lokali.", "Fil- pajjiżi kollha tad-dinja, u mhux f'Malta biss, il-fondi tal-kunsilli lokali jistgħu jkunu għall-abbużi u għall-korruzzjoni.", "Allura billi din il-liġi ssemmi l-korruzzjoni fil-kunsilli lokali, b'daqshekk qed tgħid kontra l- kunsilli lokali?", "Ovvjament mhux il-kunsilli lokali kollha huma korrotti, imma aħna għandna d-dmir naraw li kull lira li joħorġu ċ-ċittadini f'taxxi, kemm jekk din tkun qed tintefaq mill-gvern ċentrali kif ukoll jekk tkun qed tintnefaq mill-gvern lokali, tintnefaq bis-serjeta`.", "Per eżempju, żgur li m'huwiex aċċettabbli l-operat tas-sindku u tal-kunsill lokali tan-Naxxar, li huwa ddominat min-Nazzjonalisti, fejn qed joħorġu iktar flus għall-ġbir u għall-indafa tal-lokalita` minn qatt qabel filwaqt li s-servizz waqa' lura.", "Jien ngħid li għandna d-dmir li nsemmu dawn in-nuqqasijiet u ngħidu li m'humiex aċċettabbli.", "Meta konna qed niddiskutu l-fondi speċjali li nivvotaw f'dan il-parlament għall-kunsilli lokali rrealizzajna li lanqas il-mod kif qed jiġi audited il- performance tal-kunsilli lokali m'hu sodisfaċenti.", "Żgur li l-kwalita` tas- servizzi li qed jagħtu l-kunsilli lokali bil-flus taċ-ċittadini u l-mod li bih qed joħorġu l-kuntratti jridu jiġu audited bis-serjeta`.", "Aħna għandna d-dmir li nsemmu dawn l-affarijiet.", "Issa nispera li ma jiġix xi ħadd min- naħa l-oħra jipprova jintimidana billi jgħidilna: Intom issemmu l- affarijiet negattivi biss?", "Iva, aħna għandna d-dritt u d-dmir li nsemmu dawn l-affarijiet, kemm fil-livell ta' gvern nazzjonali kif ukoll fil- livell tal-kunsill lokali għax dawn huma flus li qed iħallsu ċ-ċittadini b'ħafna sagrifiċċji minn dak li jaqilgħu u għalhekk aħna għandna d-dritt li nesiġu li kull lira li tintnefaq, tintnefaq sew, pero` din m'hijiex qed tiġri f'kull kunsill lokali u żgur li m'hijiex qed tiġri f'kull kuntratt pubbliku li qed joħroġ.", "MR SPEAKER: Onor. Bartolo, se jkolli nwaqqfek hawn għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, 7 ta' Marzu, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, bħalissa f'Tas- Sliema l-water services corporation qed tagħmel ħafna xogħol ta' bdil ta' kanen u bdil ta' connections u anke qed tagħmel xogħol ta' tiswija temporanja fejn jidħol is-surfacing tat-toroq.", "Ċertament li x-xogħol li qed jiġi esegwit mill-kuntrattur hu ħafna aħjar minn dak li sar madwar sena ilu, għax anke min-naħa tiegħu dan il-kuntrattur qed jipprova jnaqqas kemm jista' jkun l-inkonvenjent għar-residenti.", "Jien l-informazzjoni li għandi hi li qed isir mili temporanju biex wara li x-xogħol ikun qagħad, isir patching permanenti avolja l-esperjenza urietna li dan m'huwa permanenti xejn għax wara xi żmien ikun irid jerġa' jsir!", "Naturalment qed nirriferi għal Tas-Sliema imma żgur li dan li qed ngħid japplika għall-pajjiż kollu.", "Jien ngħid li minflok jaraw kif se jagħmlu ċerti tiswijiet u xi so called patching permanenti, ikun aħjar kieku l- kunsilli jikkonsidraw il-bini mill-ġdid tat-toroq.", "Jiena nifhem li l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema ma jistax jagħmel kollox f'daqqa, pero' naf li bl-ammont ta' flus li għandu, jiflaħ jirranġa dawk it- toroq li huma fi stat tassew ħażin.", "Ladarba se jsir il-kisi u ladarba se ssir il-formazzjoni mill-ġdid ta' xi toroq, issa huwa l-mument opportun għall-kunsill lokali ta' Tas-Sliema biex miflok jaħli l-flus fil-patching, jibda' bi programm ta' tiswija u kisi mill-ġdid tat-toroq.", "Jien ngħid li bħalma l-kunsilli lokali l-oħra minn żmien għal żmien jibnu diversi toroq mill-ġdid, naħseb li anke l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema għandu l-istess opportunita', mezzi u ħiliet biex jagħmel dan.", "Jien se nagħmel ħilti biex nattendi għall-annual meeting tal-kunsill li se jsir nhar il-ġimgħa u nħeġġeġ lis-Slimiżi biex jattendu, mhux biss biex jilmentaw imma anke biex ikunu jafu x'għamel il-kunsill lokali tagħhom f'din l-aħħar sena.", "Mr Speaker, biex ngħaddi għal punt ieħor irrid ngħid li waqt id-dibattitu dwar l-estimi ta' l-awtorita' tat-turiżmu, l-Onor.", "Joseph Cuschieri qajjem każ ta' għalliem fl-ITS li qed jingħad li sofra minn diskriminazzjoni fil- kors ta' l-għażla għal impjieg fl-ITS.", "L-Onor.", "Membru ġie mogħti l- fakulta' - skond kif qal hawnhekk - li jsemmi l-isem tal-persuna konċernata.", "Sfortunatament, wara li dan l-għalliem ġie kkuntattjat għal darba darbtejn permezz ta' ittra biex jien ningħata l-istess fakulta' - avolja m'għandix bżonn l-awtorizzazzjoni tiegħu biex nagħmel dan imma qed nagħmel hekk biss bħala etika – nirċievi ittra li la tgħid iva u lanqas le.", "Allura biex żgur ma niżbaljax m'iniex se nsemmi ismijiet.", "Irrid ngħid li jien rajt il-file kollu ta' dan il-każ, jiġifieri l-karti oriġinali li kkwota minnhom l-Onor.", "Cuschieri, u sibt li fil-fatt dan il-każ ġie magħluq għas-sodisfazzjon tas-segretarju permanenti tal-ministeru fit-28 ta' Novembru 2000, wara li kien ġie ppruvat li ma kienet saret l-ebda diskriminazzjoni jew harassment minn uffiċjali tad-dipartiment jew ta' l- ITS kontra l-persuna konċernata.", "L-Onor.", "Cuschieri semma' wkoll xi ħaġa dwar il-kwalifiki ta' din il-persuna li skond l-Onor.", "Membru ma tteħdux in konsiderazzjoni waqt l-għażla.", "Jien nistieden lil dan l-għalliem konċernat biex jitlob li min ġie jiddefendih f'din il-Kamra biex l-ewwel jurih id-deċiżjoni ta' l-Universita' ta' Malta dwar il-kwalifika li ssemmiet u mbagħad jurih id-deċiżjoni ta' l-ombudsman dwar l-istess materja.", "L-Onor.", "Cuschieri tkellem għal darba tnejn dwar dan il-każ u stqarr li saret konfoffa kontra tiegħu għax qed nippruvaw b'xi mod nagħlqulu ħalqu.", "Jien lill-Onor.", "Membru ngħidlu li żgur li m'għandix ħin biex nagħmel il-konfoffi.", "Dawn huma biss ħmerijiet frott ta' l- immaġinazzjoni fertili tiegħu.", "Lill-Onor.", "Membru rrid ngħidlu wkoll li l-post vakanti ta' catering facilities manager, li dwaru qamet din il-kwestjoni kollha, huwa post tekniku u mhux akkademiku, u għalhekk l-enfasi kienet iktar mitfugħa fuq catering skills, communications, esperjenza f'purchasing, stores eċċ.", "Rigward l-insiwazzjoni jew l-akkuża li jien kelli x'naqsam fl-għażla għal dan il-post vakanti, irrid ngħid li l-bord ta' l-għażla kien magħmul minn rappreżentant ta' l-universita', rappreżentant tad-direttur ta' l- edukazzjoni, id-direttur ġenerali ta' l-ITS - li huwa Ingliż, u għalhekk ma jaf lil ħadd ħlief lil dawk li jara quddiemu - iċ-chairman ta' l-ITS u rappreżentant ta' l-MTA.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li se nibqa' nittama li maż-żmien l-Onor.", "Cuschieri jikber u jimmatura!", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, kif jaf kulħadd, fil-ġimgħa li għaddiet infetħu serenity wards f'San Vinċenz de Paule, wards li mhux biss jagħmlu unur lil dan l-isptar imma lill-pajjiż kollu.", "Kull min rahom jista' jikkonferma l-kwalita' tagħhom, fejn għall- ewwel darba huma mifruxin fuq tliet sulari u jospitaw 120 sodda.", "Għalkemm il-gvern ma jippretendi l-ebda grazzi, lanqas ma jippretendi li jkun hawn min jgħaddi ċerti kummenti li ma jkunux veri.", "Il-kritika kostruttiva hija tajba imma kritika politikament oxxena, bħal ċerti artikli li dehru fil- gazzetti, ma nistgħux nibqgħu passivi quddiemha.", "Infatti l-għada li nfetħet waħda mill-wards, f'gazzetta partikolari ġie rrapportat li f'laqgħa li kumbinazzjoni l-Partit Laburista għamel f'dik il- ġurnata stess għall-qraba tar-residenti ta' San Vinċenz, tqajmu bosta lmenti dwar l-indafa, speċjalment dwar l-istat tal-kċina - fejn intqal Ii ġieli kien hemm xi ġrieden - u dwar l-ikel li skond il-familjari tar- residenti ħafna drabi ma jkunx ta' livell mixtieq.", "F'gazzetta oħra bl-Ingliż li toħroġ ta' kuljum, ġie ppubblikat rendikont tal-wards li fetaħ dan il-gvern, imma fl-istess artiklu ġie rrapportat li waqt il-laqgħa li għamel il-Partit Laburista:", "\"The majority of those present complained that all too often the food given to the elderly at the residence was cold and there was no variety in the menu.", "Others complained that mice have become frequent visitors to the wards and mouse traps are often seen around the rooms.\"", "Mr Speaker, jien ma kontx se nagħti kas ta' din il-kritika - għax ormai issa drajna kollox - imma ma nistax ma nirrispondix għall-kummenti li għamlet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro fil-gazzetta \"l-orizzont\" tal-bieraħ, f'artiklu ntitolat \"Mhux dak li Jidher\", fejn l-Onor.", "Membru għamlet allegazzjonijiet infondati u politikament diżonesti li żgur ma jagħmlulhiex unur.", "Meta deputat jiġi hawnhekk jilgħabha tal-pampalun, ta' dik il-klassi tas-soċjeta' li hi l-iktar fil-bżonn u jiġġeneralizza b'tali mod li donnu li huma l-membri ta' l-oppożizzjoni biss li jidħlu għand in-nies imbagħad taqra artiklu bħal dan, wieħed malajr jinduna kemm hawn min hu ipokrita!", "F'dan l-artiklu l-Onor.", "Coleiro qalet li waqt laqgħa li kellha mal- familjari tar-residenti, stħajlitha qed taqra xi storja ta' Charles Dickens.", "Araw fiex wasalna f'dan il-pajjiż!", "Il-Partit Laburista lanqas biss imissu jsemmih San Vinċenz għax jekk hemm xi ħaġa li gvernijiet Nazzjonalisti dejjem raw kif għamlu biex iġibuha 'l quddiem, huwa proprju San Vinċenz de Paule.", "Għalhekk aħna bilfors ikollna nirreaġixxu għall- insinwazzjonijiet infondati li l-Partit Laburista jiġi jagħmel f'din il- Kamra.", "Iżda rrid ngħid li mingħajr ma riedet l-Onor.", "Coleiro tat ċertu valur lil dak li għamel il-Partit Nazzjonalista, u dan meta qalet:", "\"Jekk tinzerta f'ċerti swali ssib stil ta' ħajja iżda f'oħrajn issib stil ieħor.", "Hemm swali komdi bi staff dedikat.\"", "Imma dawn is-swali komdi min għamilhom?", "Jien nista' nsemmilha lill-Onor.", "Coleiro s-swali komdi li għamilna f'San Vinċenz, mhux waħda jew tnejn, għax issa hemm iktar min-nofs l-isptar bi swali komdi.", "Jien nenfasizza għal darba, tnejn, tlieta l-fatt li dawn is- swali komdi saru dejjem minn gvernijiet Nazzjonalisti.", "Fit-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista ma sar l-ebda refurbishment ta' xi sala ta' dan l-isptar.", "Kulma sar kien ir-refurbishment ta' spiżerija li kienet saret minn gvern Nazzjonalista.", "Mill-bqija ma sar xejn iktar.", "Aħna fi 22 xahar tellajna blokk li għalkemm qed iġib għira kbira, xorta ma kontx nistenna reazzjoni bħal din minn ċerti deputati ta' din il-Kamra.", "Il-wards li għamel gvern Nazzjonalista mill-1987 'il hawn huma dawn - female wards 9 u 10, male wards 20 u 21, psycho-geriatric unit wards 15 u 16, admission ward, female ward 22 u s-serenity wards li għadhom kemm infetħu.", "Wards oħra li ġew refurbished mill-amministrazzjoni Nazzjonalista huma r-respite wards, il-flatlets, wards 2A u 2B fit-taqsima Rużar Briffa, female wards 7 u 8 u male wards 5 u 6.", "Din hija lista sħiħa ta' wards li gvern Laburista żgur li qatt ma kellu x'jaqsam magħhom għax dawn kollha saru taħt gvernijiet Nazzjonalisti.", "Allura quddiem lista bħal din, b'liema wiċċ id-deputati Laburisti jiġu hawn u jgħidu ħafna ħmerijiet dwar San Vinċenz de Paule?", "Għandna raġun aħna ngħidulhom li ħafna minnhom lanqas biss jafu fejn hu San Vinċenz għax ħlief biex jagħmlu propaganda qabel xi elezzjoni ma jersqux 'il hemm!", "Meta l-membri tal-Partit Laburista tkellmu dwar l-ikel li jingħata f'San Vincenz il-malinjita' tagħhom ħarġet fil-beraħ.", "Rigward l-ikel, l-Onor.", "Coleiro qalet li l-familjari ta' l-anzjani lmentaw li l-ikel jitwassal kiesaħ silġ u kompliet tgħid hekk:", "\"Hemm kċina armata tajjeb u l-ingredjenti kollha ta' l-ikel huma għad- dispożizzjoni ta' min hu nkarigat.\"", "Min ramaha din il-kċina?", "Gvern Laburista lanqas kien jaf xi tfisser il- kelma \"kċina\"!", "Kellu jkun gvern Nazzjonalista li f'San Vinċenz rama kċina tajba.", "U dan il-gvern x'jista' jagħmel iktar biex jipprovdi ikel tajjeb għar-residenti ta' dan l-isptar?", "Jekk l-ikel qed jiġi servut fi stat ħażin irridu naraw fejn hi l-imma, iżda b'daqshekk ħadd ma jista' jgħid li dan il- gvern mhux qed jipprovdi l-ammont u l-catering equipment neċessarju.", "L-Onor.", "Coleiro kompliet tgħid hekk:", "\"Semmewlna kif apparat ta' kontra d-dubbien ma jaħdimx u tara anzjani morda bid-dbieben ma' wiċċhom.\"", "Imbagħad:", "\"L-air-conditioning tħalla bil-ħsara fis-sajf.\"", "Mr Speaker, din hija esaġerazzjoni enormi.", "Jista' jkun li l-ħsarat ħadu xi ftit fit-tul biex jissewwew, imma kemm hu aħjar hekk milli biex ma tinqalax xi ħsara ma jkunx hemm air-conditioning!", "Jien nista' ngħid li kważi 80% ta' San Vinċenz igawdi minn air-conditioning system, u dan kollu mertu tal- gvernijiet Nazzjonalisti.", "Allura billi jkun hemm xi sala fejn l-air- conditioning idum 15-il ġurnata biex jissewwa, għandna niġu kkritikati?", "Diġa' għedt li qabel ma' l-Onor.", "Coleiro tikkritikana għax xi air- conditioner ikun bil-ħsara, ta' l-inqas għandha tgħid li l-air-conditioning system fir-residenza ta' San Vinċenz qiegħda hemm grazzi għall-Partit Nazzjonalisti fil-gvern.", "Rigward il-ġrieden, l-Onor.", "Coleiro rrapportat hekk:", "\"Qalulna li f'ċerti swali l-ġrieden huma residenti daqs l-anzjani.\"", "Jien niddubita jekk l-Onor.", "Membru qattx marret f'dar ta' l-anzjani!", "Kif jista' jkun li għax xi ħadd ra xi ġurdien issir ġeneralizzazzjoni b'dan il- mod sfaċċat?", "Jien ma nistax neskludi l-possibbilta' li f'xi ħin jew ieħor jista' jitfaċċa xi ġurdien bir-raba' li hemm fil-madwar għax wieħed m'għandux kontroll fuq il-ġrieden li jistgħu jersqu lejn ir-residenza.", "Pero' nassigura lill-Kamra li meta ġie rrapportat li dehru xi ġrieden aħna dejjem ħadna l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Ftit tax-xhur ilu ġie rrapportat li lejn in-naħa tal-kċina dehru xi ġrieden.", "Minħabba f'hekk jien personalment mort biex nara s-sitwazzjoni b'għajnejja stess u nista' nafferma li l-periklu tal-ġrieden f'San Vinċenz de Paule ma jeżistix.", "Jien naħseb li dak li qalet l-Onor.", "Coleiro dwar il-ġrieden hija esaġerazzjoni kbira li żgur ma tagħmlilhiex ġieh.", "L-Onor.", "Membru fl-istess artiklu qalet li l-ħmieġ laħaq livell tant għoli li saħansitra wieħed jista' jsib ħrieqi użati wara l-għamara.", "Jiena konvint li l-Onor.", "Coleiro jew m'għandhiex esperjenza ta' anzjani jew inkella qed tgħid affarijiet li m'humiex veri b'mod intenzjonat.", "L-anzjani għandhom il-merti tagħhom imma ma' għandhom ukoll id-difetti tagħhom.", "Jista' jkun li l-ħrieqi wara l-għamara jitfgħuhom l-anzjani stess u għalhekk, sakemm in-nurses jew il-fattigi jindunaw bihom, dawn jibqgħu hemm.", "Imma jien ma naħsibx li din il-ħaġa għandha tirrifletti ħażin fuq l- amministrazzjoni ta' San Vinċenz de Paule.", "Evidentement il-familjari residenti f'dan l-isptar tkellmu wkoll dwar il- mod ta' kif is-swali l-ġodda huma moqdijin minn kollox għall-kuntrarju ta' dawk qodma, fejn il-kmamar tal-banju jdumu ġranet sħaħ bil-ħsara.", "Huwa ovvju li f'residenza daqshekk kbira huwa diffiċli għan-nies tal-maintenance biex ilaħħqu max-xogħol li jkollhom.", "Ta' l-inqas pero' l-familjari qalu li s-swali l-ġodda huma moqdijin minn kollox, u fil-fatt l-iskop tagħna hu li iktar ma jgħaddi ż-żmien mhux aktar swali ġodda.", "Pero' nerġa' ngħid li dawn is-swali l-ġodda saru kollha bil-mertu ta' gvernijiet Nazzjonalisti.", "Kieku l-Partit Laburista kellu d-diċenza li fit-22 xahar li dam fil-gvern jimmodernizza imqar sala waħda, kieku hemm wasal oħra lesta.", "L-Onor.", "Coleiro m'għandhiex għalfejn tgħidilna li hemm differenza bejn sala u oħra għax fid-diskors li għamilt nhar il-Ġimgħa meta nfetħet is-sala l-ġdida - liema diskors l-Onor.", "Coleiro ma setgħetx tisimgħu għax għoġobha titlaq 'il barra - jien għedt li bil-bini ta' dawn il-wards aħna ridna nagħtu dik il- qabża fil-kwalita' lir-residenti ta' dan il-post.", "Iż-żmenijiet meta dan il- post kienu jirriferu għalih bħala l-Imgieret jew Ħas-Serħ għaddew u mhux se jerġgħu jiġu lura.", "Aħna rridu nkomplu bl-impenn tagħna f'dan il-proċess ta' titjib, għax sinċerament nemmnu li rridu naslu fi stat fejn ma jkun hemm ebda differenza bejn ward u oħra, biex żgur ma jkunx hemm lok ta' diskriminazzjoni bejn l-anzjani.", "Iva, l-iskop tagħna hu li l-wards kollha jilħqu l-livell tas-serenity wards.", "Fil-fatt diġa' għandna l-pjani lesti biex fi żmien tlieta jew erba' xhur, il-blokki 1, 2, 3 u 4 ta' l-irġiel jerġgħu jintramaw mill-ġdid fuq il- mudell tas-serenity wards.", "Dan hu mpenn li aħna lesti li nidħlu għalih, għall-kuntrarju tal-gvern Laburista li fi 22 xahar ma kienx kapaċi jirranġa imqar ward waħda, waqt li aħna fl-istess perjodu ta' żmien irranġajna blokk li kien fih 120 sodda.", "Huwa għalhekk li jiena ngħid li kull darba li jagħmel kritika ta' din ix-xorta, il-partit Laburista qed ikun diżonest.", "Mr Speaker, irrid nagħlaq billi nagħmel distinzjoni bejn il-ġrieden peress li minbarra dawk b'erba' saqajn – dawn tant huma ftit li m'huma qed idejqu lill-ebda resident – hemm imbagħad dawk b'żewġ saqajn!", "Aħna nafu min huma dawn il-ġrieden b'żewġ saqajn u m'għandniex bżonn ta' nases biex naqbduhom - pero' forsi qed noqogħdu ftit lura milli nieħdu ċerti miżuri – għax dawn il-ġrieden qed jinkixfu waħedhom bil-propaganda li qed jagħmlu kontra r- residenza ta' San Vinċenz!", "Per eżempju, illum ġejt informat li minn nhar il-Ġimgħa 'l hawn il-membri ta' l-oppożizzjoni għamlu ħdax-il interpellanza dwar l-ikel, il-ġrieden u l-ħaddiema ta' dan l-isptar.", "Din hi s-serjeta' ta' l-oppożizzjoni!", "Jiena irrid ngħid lid-deputati tan-naħa l-oħra tal-Kamra li l-ġrieden ta' b'erba' saqajn diġa' sibna rkaptu tagħhom u dawk b'żewġ saqajn għad insibu rkaptu tagħhom ukoll, għax ma jistax ikun li din il-kampanja distruttiva - mhux kontrija jew kontra l-partit tiegħi imma kontra r-residenti ta'dan l- isptar - tkompli għaddejja.", "Nispera li meta xi darba naslu biex naqbdu l- ġrieden ta' żewġ saqajn, ma jkunx hemm xi union li taqbeż għal min ikun naqas milli jagħmel dmiru!", "Jekk filwaqt li niġi akkużat li lill-anzjani qed nagħtihom ikel kiesaħ u fl-istess nifs jingħad li l-kċina hija attrezzata tajjeb, it-tort fuq min se jaqa'?", "Kull ward hija attrezzata b'heated trolleys, u allura kif jista' jkun li l-ikel qed jasal kiesaħ għand ir-residenti?", "Dan huwa sinjal ta' xi mankanza ta' xi ġurdien b'żewġ saqajn!", "Mr Speaker, aħna d-dover tagħna dejjem għamilnieh u se nkomplu nagħmluh għax wara kollox l-ewwel priorita' tagħna huma l-anzjani li hemm residenti f'San Vinċenz de Paule.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 7 ta' Marzu 2001, fis-6.00 pm, bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FONDAZZJONI GAIA", "23814.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta' kif il-Fondazzjoni Gaia nefqet il-fondi allokati lilha fis-snin 1999-2000?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mal-Fondazzjoni Gaia datat 29 ta' Lulju, 1998?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mal-Fondazzjoni GAIA datat 29 ta' Lulju 1998 u kopja tar- rendikont finanzjarju għas-sena 1999 flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat maħruġ mill-awdituri Ernst & Young.", "Kif jiġi ffinalizzat ir-rendikont finanzjarju għas-sena 2000, jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Skond il-ftehim hawn anness ir-rendikont finanzjarju jrid jiġi mibgħut sa l- aħħar t'April.", "SWIEQI - DĦUL U ĦRUĠ ADEGWAT", "23815.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar jew se jsir mid-dipartiment tat-toroq biex jinvestiga t-talba li għamilt f'mistoqsija parlamentari nru 23522 dwar dħul/ħruġ adegwat fis-Swieqi?", "Meta huwa ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li dwar it-talba ta` l-Onor.", "Interpellant, id-Dipartiment irid jivvaluta l-aspetti tekniċi, l- bżonnijiiet tat-traffiku u regoli ta` urbanistika biex ikun jista` jifforma opinjoni jekk il-proposta għandiex tiġi addotata jew le.", "Tajjeb wieħed iżid li jidher li l-area ndikata hi waħda li skond il-pjan ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hi ntenzjonata għall-bini.", "EDUKAZZJONI - SKEJJEL", "23816.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir konkretament mill-ministeru u mid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex il-faċilitajiet ta' l-iskejjel jibdew jintużaw mill-komunita' wara l-ħin ta' l-iskola, peress li bid-diskors kulħadd jaqbel iżda fil-fatt għad hemm kapijiet ta' skejjel li mhux qed iħallu dan isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-użu tal-faċilitajiet ta' l-iskejjel mill-komunita` wara l-ħin għad issir realta`.", "Importanti li din il-viżjoni meta sseħħ ma jkollhiex riperkussjonijiet negattivi li jiskreditaw l-istess ideja meta tkun għadha fil-bidu.", "Wieħed mill-gruppi ta' ħidma fi ħdan l-iSteering Committee Nazzjonali dwar l-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali kien ħejja pjan dwar it-twettiq tat-taqsima tal-Kurrikulu Nazzjonali li tirrigwarda l-iżvilupp ta' l- iskejjel f'Ċentri Komunitarji ta' Tagħlim.", "L-iSteering Committee fela dan il-pjan u ppropona, fil-pjan strateġiku għat-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali, li wieħed mill-Focus Groups li huma meħtieġa biex jiżguraw it- twettiq effettiv tal-Kurrikulu Nazzjonali għandu jkun eżattament dwar dan.", "Malli l-istrutturi proposti mill-iSteering Committee jkunu twaqqfu u bdew jiffunzjonaw, dan il-qasam ikun wieħed minn fost nru. ta' oqsma marbuta mal- Kurrikulu li se jieħu priorita`.", "Marbut ma' dan kollu, hemm ukoll it-twaqqif tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi li ħabbart fil-parlament il-ġimgħa li għaddiet.", "Din il- Fondazzjoni se tinkorpora fi ħdanha l-Istitut għal Appoġġ Edukattiv għal Tfal u Ġenituri li se jorganizza programmi wara l-ħin ta' l-iskola immirati lejn tfal li qed jaqgħu lura fl-iskola u lejn il-ġenituri tagħhom.", "Din il- Fondazzjoni se tkun responsabbli, fil-ġejjieni, għat-twettiq ta' l- inizjattiva li titrasforma l-iskejjel f'Ċentri Komunitarji ta' Tagħlim fejn il-proċess ta' tagħlim matul il-ħajja (lifelong) u espansiv (lifewide) isir verament qrib dawk li jeħtieġuh.", "Inizjattiva oħra hija dik ta' ingaġġar ta' Activity Teachers li se jaħdmu bejn l-10.30 ta' filgħodu u l-4.30 ta' wara nofs in-nhar.", "Parti minn xogħolhom se jkun li jaħdmu id f'id ma' l-Istitut għal Appoġġ Edukattiv għal Tfal u Ġenituri biex jitwettaq il-programm ta' wara l-ħin ta' l-iskola għat-tfal u ġenituri.", "Din hija miżura li dwarha l-MUT qablet u ddaħħlet bħala parti mill-qbil bejn il-Gvern u l-MUT.", "SKEJJEL - KORDIN JUNIOR LYCEUM", "23817.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar tliet snin skolastiċi x'kienet ir- rata ta' assenteiżmu ta' l-għalliema, li isimha qed jintbagħat separatament, li tgħallem ir-reliġjon fil-junior lyceum ta' San Ġużepp, Kordin?", "Xi kwalifiki għandha?", "Meta ġiet ikkonfermata mill-education officer?", "Min qed ikollu jieħu l-lezzjonijiet tagħha meta tkun nieqsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema msemmija għandha B.Ed (Hons).", "Hija għadha ma ġietx ikkonfermata għaliex l-Education Officer qatt ma kien sodisfatt bix-xogħol tagħha.", "Il-lezzjonijeit tagħha ħadithom għalliema ġdida li ġiet mibgħuta mid- Dipartiment.", "DPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "23833.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22782, jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-kors tal-farmaċija minn 1994 beda jiftaħ kull sena?", "Jista' l-kap tad-dipartiment tal- farmaċija jgħid f'liema sena d-dipartiment tal-farmaċija mexa għall-bini ġdid?", "Jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħid jekk kienx involut ma' l-awtoritajiet kompetenti fid-diskussjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' pjanti, tagħmir u affarijiet oħra ta' dan il-bini?", "Jikkonferma li n-nru. oriġinali ta' dħul ta' studenti għas-snin 1990-1994 huwa ta' 240 u għas- snin 1996-2000 huwa 261?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23713.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - MEDIĊINI OUT OF STOCK", "24034.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid liema huma dawk il-mediċini jew oġġetti oħra out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern f'kull ċentru tas-saħħa llum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mediċini li huma out of stock fil-medical stores u allura fiċ-ċentri tas-saħħa kollha huma:", "Problemi mas-supplier u l-manifattur", "Chlorpromazine 50MG Injections Amitriptyline Syrup White Soft Parafin Propranolol 40MG Tablets Spirinolactone 25MG Tablets Phenindione 50MG Tablets Adrenaline 1:10000 Injections (Late Del) Amoxycillin Syrup (Late Del) Ispaghula Husk Powder (Late Del) Ferrous Sulphate 200MG Tablets Calciferol 0.25MG Tablets Vitamin A & D Capsules Vitamin B & C Capsules", "Żieda Qawwija fil-Konsum Annwali", "Pyridostigmine Tabs", "Maqtugħa mill-Formolarju", "Difluocortilone Cream", "Ser Jibdew Jitqassmu", "Dapsone 100MG Tablets (Drastic Increase in AC) Hydroxycloroquine Tablets (Drastic Increase in AC) Acetazolamide Tablets Clotrimazole Vaginal Pessaries Tolnaftate Solution Clotirmazole Cream Nystatin Cream Calamine Lotion Sulphonomide Mixed Cream Crotamiton Cream Fluphenazine Injection Vitamin B Complex Tablets Levadopa 100Mg Benserazide 25MG Tertrabenazine 25MG Tablets Prochloperazine Injections Ethosoximide Syrup", "Oħrajn", "Propanthiline Bromide Tablets – Tender CD 19/2/01, PFI CD 16/1/01 Mesalazine (Asacol) - branded productPFI CD 27/2/00 Acetylsalicylic Acid Effervecent Tabs - REC on 2/3/01 Pyridoxine 50MG Tablets -to be distributed", "Fil-Kwarantina", "Metoprolol 50MG Tablets Haloperidol 0.5MG", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ", "24035.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-toroq għamilx is-survey li ilu snin iwiegħed li se jagħmel ta' Triq il-Palazz l- Aħmar, Santa Venera, bl-iskop li jkun jista' jibni mill-ġdid din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li s-survey li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant sar u proposti għall-xogħolijiet meħtieġa fil-lokalita' qed jiġu ppreparati.", "SAĦĦA - ĦLASIJIET", "24036.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imħallas mid-dipartiment tas- saħħa għal servizzi offruti minn clinics jew sptarijiet privati għal pazjenti li jkollhom bżonn xi servizz li d-dipartiment tas-saħħa ma joffrix, is-sena l-oħra?", "X'kien is-servizz offrut f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-uniku servizz mogħti minn clinics jew Sptarijiet privati s-sena l-oħra u li d-Dipartiment tas-Saħħa ma kienx qed joffri, kien MRI Scan bejn Jannar u April (f'April inbeda s-servizz fl-Isptar San Luqa) mill-Isptar St.James.", "Il-flus li tħallsu ammontaw għal LM37,215.", "SAĦĦA", "24037.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa maħsub li hawn; (a) diabetiċi; (a) asmatiċi; (c) persuni li għandhom ischemia cardiaca; u (d) persuni li jbatu mill- pressjoni għolja, illum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba ma tinġabarx għax il-prevalenza hija ddeterminata minn informazzjoni miġbura mis-Surveys.", "F'Malta, Health Interview Surveys (HIS) fuq skala nazzjonali għadhom qatt ma saru u l-ewwel HIS hija ippjanata li ssir fit-tieni nofs ta' din is-sena.", "Fil-kaz tad-Dijabete, l-aħħar informazzjoni inġabret fil- 1987 u turi li l-prevalenza fil-popolazzjoni ta' ħmistax il-sena u iżjed kienet ta' 7.7%.", "TIPJIP - IMWIET", "24038.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm mietu persuni s-sena l-oħra minħabba tipjip jew mard ikkaġunat mit-tipjip", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' każijiet ta' mwiet irregistrati fir- Registru Nazzjonali ta' l-imwiet fis-sena 2000 u li huma meqjusa bħala li kienu ikkagunati minħabba t-tipjip huwa ta 360.8 jew 361 mewt.", "Din il- figura inħadmet kif murija fit-tabella ta' hawn taħt:", "|Cause of |ICD-10|Tota|% | |death |codes |l |advise| | | |no. |d by | | | |of |WHO | | | |deat| | | | |hs | | |90% of |C33-C3|120 |90% = | |deaths from |4 | |108.0 | |cancer of | | | | |trachea/bron| | | | |chus/lung | | | | |75% of |J40-J4|89 |75% = | |deaths from |4 | |66.8 | |chronic | | | | |bronchitis/e| | | | |mphysema | | | | |25% of |120-12|744 |25% = | |deaths from |5 | |186.0 | |ischaemic | | | | |heart | | | | |disease | | | |", "Il-persentaġġi li intużaw huwa dawk kif rakkomandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.", "TWELID", "24039.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm twieldu trabi s-sena l-oħra fl-isptarijiet tal-gvern, privati u fid-djar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l- Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni fuq it-twelid ta` trabi f'Malta u Għawdex.", "Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għall- National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project.", "In-nru. totali ta` trabi li twieldu fis-sena 2000 li kienu rreġitrati fin- NOIS s'issa kien ta` 4377.", "Minn dawn, 3946 twieldu fis-sptarijiet tal- Gvern waqt li 431 twieldu fi sptarijiet privati.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ", "24040.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq iddeċidiex dwar it-talba li għamillu l-Kunsill Lokali Santa Venera fl-1999 biex jibni Triq Vincenzo Buġeja u Triq il-Kanonku Bonnici bl-iskop li l- istess kunsill ikun jista' jasfalta mill-ġdid Triq il-Lunzjata li propju minħabba l-formazzjoni ta' dawn iż-żewġ toroq ġodda qed issofri danni fil- wiċċ tagħha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għad m`hemmx deċizjoni dwar dawn ix- xogħolijiet minħabba li qed isiru diversi xogħolijiet oħra fi Psaila Street fil-lokalita`.", "ENEMALTA - LOW SULPHUR DIESEL", "24041.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiswa lill-Enemalta kull tunnellata ta' low sulphur diesel u kif din tikkompara mad-diesel ta' qabel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-low sulphur diesel għadu kif beda jiġi mixtri, għadu kmieni biex wieħed janalizza l-paragun bejn dan it-tip ta' diesel u dak ta' qabel.", "Madanakollu wieħed jista' jgħid li l-low sulphur diesel huwa aktar għoli mit-tip l-ieħor, b'madwar ċenteżmu kull litru.", "TILWIM INDUSTRIJALI", "24063.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinfurmana kemm-il tilwima industrijali ġiet reġistrata mal-Gvern mill-unions tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin matul is-sena li għaddiet?", "Jista' jagħti breakdown tal-unions li reġistraw dawn it-tilwimiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "PSC - KAŻI", "24065.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Mnistru jgħid kemm-il każ tressaq quddiem il-PSC matul is-sena li għaddiet?", "Kemm huwa n-nru. ta' każi pendenti li nqatgħu matul l-istess sena u kemm huwa n-nru. ta' każi pendenti quddiem il-PSC?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari Numri 23009, fl-1 ta' Frar, 2000 daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda tad- Dixxiplina li permezz tagħhom il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill- Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk il-każijiet li jiġu riferuti lill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m'għandhomx jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi.", "Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi ninsab infurmat illi s-sena l-oħra kien hemm każ wieħed ta' dixxiplina li ġie riferut lill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.", "Dwar il-każijiet li nbdew taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta' l-1977, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-tagħrif mitlub.", "KAROZZI ĠODDA", "24066.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-nru. ta' karozzi reġistrati ġodda fil-gżejjer Maltin separatament matul Jannar u Frar ta' din is-sena?", "Jista' jwieġeb bl-istess informazzjoni għall-istess xahar għas-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba minn l-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar.", "VAT - FUEL", "24067.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinfurmana kemm kien id-dħul mill-VAT fuq il-fuel matul ix-xahar ta' Jannar u Frar ta' din is-sena?", "Jista' jagħti l-istess tagħrif għas- sena 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul mill-VAT fuq il-fuel matul ix-xhur ta' Jannar u Frar 2001 kien ta' Lm602,472 u Lm549,754, filwaqt li d-dħul f'Jannar u Frar 2000 kien ta' Lm102,181 u Lm603,465 rispettivament.", "VAT - DĦUL", "24071.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinfurmana kemm kien id-dħul mill-VAT mill-kafeteriji, ristoranti, eċċ matul ix-xhur ta' Jannar u Frar ta' din is-sena?", "Jista' jagħti l- istess tagħrif għas-sena 1999 u 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul mill-VAT taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud minn kafeteriji (bars) u ristoranti u stabbilimenti ta' l-ikel matul ix-xhur ta' Jannar u Frar ta' din is-sena u fl-istess xhur tas-sena 2000 kien kif jidher hawn taħt.", "Dħul mill-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud", "|Sena|Xahar|Ristorant|Kafeter|Total| | | |i u |iji |(Lm) | | | |Stabbilim|(Bars) | | | | |enti ta' |(Lm) | | | | |l-ikel | | | | | |(Lm) | | | |2001|Janna|844,709 |136,401|981,1| | |r |72,253 |4,470 |10 | | |Frar | | |76,72| | | | | |3 | |2000|Janna|893,155 |141,041|1,034| | |r |80,324 |4,148 |,196 | | |Frar | | |84,47| | | | | |2 |", "Matul Jannar u Frar tas-sena 1999 ma kien hemm ebda dħul mill-VAT minn dawn l-istabbilimenti peress li l-ewwel denunzji tat-taxxa taħt l-istess Att kienu jagħlqu fil-15 ta' Marzu 1999.", "BELT VALLETTA - DAWL", "24072.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li żewġ lampi li jixgħelu is-swar ta' quddiem il-pixkerija ilhom żmien maqtugħa, inkluż il-lampi ta' l-inħawi ta' ħdejn Dar il-Mediterranjn fejn kien sar delitt, u l-area tinsab fi dlam ċappa, jista' l-Ministru jara li jiġu rimedjati l-ħsarat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "VAT - PERSUNI B'DIŻABILITA' - LIFT", "24085.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23896?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'seduta 510.", "DIPARTIMENT TAL-KUNTRATTI", "24086.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23895?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'seduta 510.", "FABBRIKI - ALLOKAZZJONI", "24087.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23892?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant, li tkopri perjodu ta' xejn anqas minn għaxar snin, għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata appena tali nformazzjoni tkun disponibbli.", "ĦAL LIJA - SCHOOL POPULATION", "24113.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi ħaġa dwar l-iskola ta' Ħal Lija billi illum li qed tilqa fiha tfal mill-Iklin, l-ischool population kibret f'mod sproporzjonat f'mod li saret inadegwata biex tilqa għall- ħtiġijiet tagħhom?", "Jafx l-Ministru li din l-iskola lanqas għandha hall fejn isiru attivitajiet bil-konsegwenza li kull meta issir xi attivita' jkollhom jużaw is-sala tal-kappillan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-pjan tat-tul li għandha għall-iżvilupp ta' l-iskejjel statali f'Malta, inkludiet il-bini ta' ċentru tal-Kindergarten fiż-żona ta' l-Iklin.", "Dan il-pass hu propost li jsir biex l-iskola primarja ta' Ħal-Lija tingħata aktar spazju.", "TA' XBIEX - REGISTERED DISABLED", "24114.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Billi fil-block tal-flats B1 f'Triq il-Watar, Ta' Xbiex HE hemm residenti registered disabled tistax tikkonferma jekk hux ser isir lift fil-block?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-possibilita' li jiġi stallat lift fil-Blokk indikat qiegħda tiġi kkunsidrata.", "HOUSING", "24115.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga il-każ ta' housing ta' l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija li qed joqgħod temporanjament mal-familja tal-mara tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ qiegħed ikun ikkunsidrat.", "TA' XBIEX - BANKINA", "24116.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk tistax issir bankina fil-parti ta' wara ta' Watar Street, Ta' Xbiex billi il-kunsill lokali iħoss li din mhiex responsabbilta tiegħu billi hemm encroachment ma bini privat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.", "19922 (Seduta 392).", "TA' XBIEX", "24117.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jistax jara flimkien mal- Ministeru ikkonċernat li titbaxxa it-tarġa li hemm fid-daħla tal-Block Flats, A5, Triq il-Watar, Ta' Xbiex billi din qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti anzjani fil-block?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba tal-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "DAR IL-FEJDA", "24118.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Mingħajr ma bl-ebda mod nitfa dell ikrah fuq il-carers u social workers ħabrieka li hemm f'Dar il-Fejda, tista tgħid jekk dawn għandhomx taħriġ adegwat biex ikunu jistgħu ilaħħqu mal-problemi tar- residenti ta' din id-dar?", "Tħoss li din id-dar hija ideali għal tfajliet li hemm residenti fiha b'ċerti kundizzjonijiet partikulari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Head of Care u Residential Social Worker li jaħdmu ġewwa Programm Fejda huma gradwati fis-social work mill-Universita' ta' Malta.", "Tnejn mill-Carers li jaħdmu bħala relievers huma gradwati f'xjenza soċjali relatata max-xogħol involut ġewwa Programm Fejda.", "Sa minn qabel il-ftuħ uffiċċjali ta' Programm Fejda ġew organiżżati korsijiet ta' taħriġ għall-ħaddiema ta' Programm Fejda u għal sentejn konsekuttivi ġie mistieden Prinċipal li jmexxi dar simili bħal Programm Fejda ġewwa l-Ingilterra.", "Kull sena qiegħed jiġi organiżżat kors ta' taħriġ għall-istaff kollu.", "Din is-sena, ħames membri mill-istaff ġew sponsorjati sabiex jattendu kors għall-Carers li jaħdmu f'dar residenzjali organiżżat mill-Malta University Services.", "TOROQ ONE WAY", "24137.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23890?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari nru.", "23890."]} {"filename": "20010116_469d_par.doc", "date": "2001-01-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 469 It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 469", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "469", "It-Tlieta, 16 ta' Jannar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 321", "KUNSENS GĦAL ATTI 321", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 321", "TQEGĦID TA' KARTI 325", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (IT-TIENI QARI)", "LOCAL LOAN BILL (SECOND READING) 326", "AĠĠORNAMENT 339", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 345", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 468 li saret fis-16 ta' Jannar, 2001 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. I ta' l-2001: Att ta' l-2001 li jemenda l-Att dwar l- Interpretazzjoni.", "Att Nru. II ta' l-2001: Att ta' l-2001 dwar il-Konservazzjoni u l- Amministrazzjoni tas-Sajd.", "Att Nru. III ta' l-2001: Att ta' l-2001 dwar il-Komunikazzjonijiet u t- Transazzjonijiet Elettroniċi.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TRAFFIKU - KOLLIŻJONIJIET", "22283.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu n-numru tal-kollizjonijiet tat-traffiku rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000 u preferibbilment xahar b'xahar?", "Kemm minn dawn kienu inċidenti fatali?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi matul is- sena 2000 kien hemm 12,644 kolliżjoni tat-traffiku rrapportati lill- pulizija, li 12 minnhom kienu fatali, fejn tilfu ħajjithom 15-il persuna.", "Dawn il-kolliżjonijiet seħħew kif ġej:-", "|Sena 2000 |Kolliżjonij| Fatali| | |iet | | |Jannar | 1,024 | Xejn | |Frar | 979| 3* | |Marzu | 1,031 | Xejn | |April | 1,068 | 1 | |Mejju | 1,076 | Xejn | |Ġunju | 1,063 | Xejn | |Lulju | 1,234 | 3 | |Awissu | 1,079 | 1* | |Settembru | 953| 1 | |Ottubru | 1,011 | Xejn | |Novembru | 985| 1 | |Diċembru | 1,141 | 2* | |TOTAL | 12,644 | 12 |", "· inċident minnhom b'żewġ vittmi.", "Nixtieq inżid ukoll li fis-sena 2000, iċ-ċifri tal-hit and run li qabel ma kenux jiġu kkonsidrati bħala kollizjonijiet tat-traffiku, żdiedu ma' dawn ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl li qed ikollna madwar 1000 kolliżjoni tat- traffiku fix-xahar, qed isir xi studju biex naraw kif jistgħu jiġu rranġati ċerti toroq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, evidentement aktar ma jkun kbir in-numru tal-vetturi, aktar hemm iċ-ċans li jkollna kolliżjonijiet tat-traffiku.", "Pero' meta tikkompara n-numru ta' karozzi man-numru ta' kolliżjonijiet li kellna din is-sena, issib li ċ-ċifri m'humiex daqshekk għoljin ħdejn is- snin ta' qabel.", "Naturalment wieħed dejjem jipprova jsaħħaħ it-taqsima tat- traffiku tal-pulizija f'dik li hija prevenzjoni u naħseb li l-kampanja qawwija ta' pubbliċita' li kienet saret ukoll ħalliet ċertu effett.", "Rigward it-toroq, il-pulizija għandha rappreżentanti fit-traffic control board li jilqgħu s-suġġerimenti tal-kunsilli lokali u anke jagħtu l- expertise tagħhom dwar il-konfigurazzjoni tat-toroq u t-toroq li jkunu se jinfetħu, xi ħaġa li proprjament taqa' taħt il-ministeru għat-trasport.", "(Interruzzjonijiet) Il-pulizija tieħu interess f'dak li huwa prevention u mhux tirrapporta li tkun saret kolliżjoni biex sempliċement tiġbor statistika, ħafna drabi anke tinforma lil dak li jkun li tkun ġrat kolliżjoni fatali u din m'hijiex ħaġa faċli.", "MR SPEAKER: Nifhem li l-Ministru Censu Galea jixtieq iżid xi ħaġa.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, nista' ngħid li fis-sentejn li għaddew id-dipartiment tat-toroq identifika numru ta' junctions li qegħdin ikunu ta' periklu u jikkawżaw diversi inċidenti.", "Uħud minn dawn diġa' ġew irranġati filwaqt li oħrajn qegħdin fi stadju li jiġu rranġati.", "Per eżempju, wara li ġiet irranġata r-roundabout ta' ħdejn it-tankijiet tal-gass, in-numru ta' inċidenti li kien ikollna f'dawk l-inħawi naqas sostanzjalment.", "Anke fejn hemm id-daħla ta' ħdejn il-Corinthia, ħdejn il-Palazz ta' San Anton, in-numru ta' inċidenti naqas minħabba li sar kontroll fuq it-traffiku permezz tat-traffic lights.", "Nista' ngħid ukoll li matul is-sena li għaddiet ġew stallati 29 pelican lights ġodda - fil-fatt kelli domanda parlamentari f'dan is-sens li weġibtha llum - li wkoll jgħinu biex jikkontrollaw it-traffiku u allura jonqsu l-inċidenti f'diversi lokalitajiet, apparti li bħalissa d- dipartiment tat-toroq qiegħed fil-fażi li jibda x-xogħol fil-junction li minn Haz-Zabbar tagħti għal Wied il-Għajn, li fil-preżent qed toħloq diffikultajiet kbar.", "Qegħdin isiru wkoll pjanti għall-junction ta' ħdejn id-daħla ta' Paceville u qed tiġi kkontrollata wkoll il-junction ta' ħdejn il-mina ta' Haż-Żebbuġ.", "Fil-fatt hemm diversi lokalitajiet oħra li fihom qed isir xogħol ta' upgrading, proprju biex kemm jista' jkun innaqqsu l- possibbilta' ta' inċidenti.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li toroq li jkunu tajbin, jiġifieri toroq li fihom wieħed jista' jidhirlu li għandu jsuq xi ftit ħaj, aktarx li minflok inaqqsu l-frekwenza ta' l-inċidenti jkunu qed iżiduha.", "Fil-fatt, fost il- każi li kien hemm irrapportati mill-ministru ta' l-intern kien hemm ħafna li ġraw f'toroq ġodda għax in-nies isuqu b'mod eċċessiv u allura l- inċidenti jkunu ferm aktar koroh.", "Waħda mit-toroq li rranġajna dan l- aħħar hija dik li tagħti għal Ħal Far, u jiena ninkwieta meta niftakar li hemm iċ-ċans li jkun hemm aktar overspeeding f'toroq bħal dawn u li jkun hemm aktar ċans li jsiru inċidenti fihom milli f'toroq oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ladarba l-Ministru semma' l-ammont ta' traffic lights li saru matul is-sena li għaddiet, jista' jikkonsidra li jagħmel ukoll dawn it-tip ta' dwal inti u ħiereġ miż-Żejtun biex tmur lejn it-Triq Tal-Barrani?", "B'risposta għal mistoqsija parlamentari ntqal li qed tiġi studjata xi ħaġa aktar ikkomplikata.", "Ma jaħsibx li jkun aħjar jekk issir xi ħaġa inqas ikkomplikata u aktar effiċjenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiena ma nafx għal-liema pjani kkomplikati qed jirriferi l-Onor.", "Membru, pero' l-kwestjoni fejn tagħmel u ma tagħmilx traffic lights ma jiddeċidihiex il-ministru jew xi membru parlamentari imma ħafna drabi tkun tiddependi mill-ammont ta' traffiku li jkun għaddej minn dik it-triq partikolari.", "Lili jsiruli ħafna talbiet għal traffic lights f'diversi lokalitajiet, fosthom il-junction li tagħti mit- triq tar-Rabat għal Ta' Qali.", "Fil-fatt hemmhekk hemm id-diffikulta' li għandek triq prinċipali, li minn Ħ'Attard twasslek għar-Rabat, li fin-normalita' mit-Tnejn sas-Sibt huwa żgħir il-perċentwali ta' karozzi li jiksru lejn Ta' Qali, filwaqt li nhar ta' Ħadd - kif ukoll meta jkun hemm xi logħba football f'Ta' Qali - ikun hemm numru ta' karozzi akbar mis-soltu li jew jiksru minn din it-triq prinċipali għal Ta' Qali, inkella jkunu ħerġin minn Ta' Qali għat-triq prinċipali.", "Allura jekk inti tistalla s-sistema ta' traffic lights, minflok tkun qed tgħin l-andament tat-traffiku matul il-ġimgħa kollha tkun qed tfixxklu għal numru kbir ta' ġranet, allavolja dawn jistgħu jkunu jagħmlu sens fil-ġurnata tal-Hadd.", "Allura trid tara x'tip ta' kontroll trid tagħmel.", "Għar-rigward tal-junction li miż-Żejtun tieħdok għall-bypass ta' Tal- Barrani għandna l-istess tip ta' diffikulta'.", "Madanakollu wara rappreżentazzjonijiet li għamel l-istess Onor. Carmelo Abela f'dan il- parlament, id-dipartiment tat-toroq ħa konsiderazzjoni mill-ġdid jekk ikunx aħjar li jsiru traffic lights minflok ir-roundabout li kienet mitluba li ssir - fil-fatt kien diġa' nħareġ il-permess - u safejn naf jien saru diskussjonijiet mal-planning authority biex naraw x'tip ta' dwal se jiġu stallati għall-kontroll tat-traffiku li jkun ħiereġ u dieħel minn u għaż- Żejtun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed jgħid li f'ċerti toroq qed ikollna speed eċċessiv, jista' jgħid xi żviluppi saru rigward l- istallazzjoni ta' speed cameras?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-fatt hemm l-approvazzjoni biex dawn il-cameras jiġu stallati, iżda fadal diffikulta' żgħira peress li fil-liġi dwar it-trasport jingħad li qabel ma jiġu stallati dawn l-ispeed cameras irid ikun hemm konsultazzjoni bejn il-ministru u l-awtorita' tat-trasport.", "Sal-lum l-awtorita' tat-trasport għadha mhijiex kostitwita, għalkemm qegħdin fl-istadju li nsibu l-personnel neċessarju.", "Għalissa din il- konsultazzjoni ma tistax issir, imma malli din tiġi kostitwita żgur li din se tkun waħda mill-affarijiet li trid tagħmel.", "DĦUL - ĊITAZZJONIJIET", "22284.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġet il-pulizija, inkluż dawk tat-traffiku, matul is-sena 2000?", "Kemm minn dawn iċ- ċitazzjonijiet tħallsu u kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 il-pulizija għamlet 102,998 ċitazzjoni.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-ħlas ta` multi jew ammendi inflitti mill-qorti ma jsirx għand il-pulizija, ħlief għal dawk depenallizati bħalma huma traffic offence tickets.", "Fil-każ ta` dawn ta` l- aħħar ninsab informat illi tħallsu għand il-pulizija 4,119 ċitazzjoni, li jammontaw għal Lm51,400.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fost il-miżuri ta' sigurezza li qed jieħu l-gvern fir-rigward ta' laħam importat minn barra hemm li l-laħam irid ikun ġej minn annimal li ma jkunx ilu aktar minn 18-il xahar maqtul.", "Jista' l-Ministru jinformani jekk l-ALE hijiex qed tagħti l-ħidma tagħha bil-għan li din il-proċedura ta' kontroll u verifika tkun tabilħaqq qed tiġi sostnuta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma nafx jekk fir-restrizzjonijiet fuq l- importazzjoni tal-laħam hemmx l-involviment ta' l-ALE.", "Li naf fiċ-ċert hu li jekk ikun hemm bżonn ta' enforcement daparti tagħhom, din l-iskwadra ta' l-administrative law enforcement tiġi involuta wkoll.", "Pero' ma nistax su due piedi ngħidlek jekk humiex diġa' involuti.", "Jekk mid-dipartiment tas- saħħa, jew mid-dipartiment tal-biedja u sajd jew minn xi dipartiment ieħor li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjoni tal-laħam jintalab xi enforcement u tintalab l-assistenza tal-pulizija, naturalment il-pulizija tintervjeni.", "Hemm diversi sitwazzjonijiet fejn l-ewwel pass jieħdu d-dipartiment - f'dan il-każ id-dwana ladarba qed nitkellmu fuq l-importazzjoni - u allura r-responsabbilta' primarja tkun tiegħu jew ta' l-agrikoltura jew tad- dipartiment tas-saħħa u mbagħad ikun hemm l-assistenza tal-pulizija jekk ikun hemm il-bżonn.", "Pero' dawn ir-restrizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjoni taċ-ċanga m'humiex infurzabbli direttament mill- pulizija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jista' l-Ministru jagħtina daqsxejn ta' progress report dwar dak li qed jiġri bħalissa ġewwa l-faċilita' korrettiva ta' Kordin rigward l-istrajk tal-ġuħ, peress li skond l-informazzjoni li għandna s-sitwazzjoni kompliet teħżien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt il-bieraħ ukoll saritli domanda dwar dan is- suġġett u rrispondejtha.", "Ma kienx hemm żviluppi partikolari mill-bieraħ sal-lum, jiġifieri la kien hemm żieda u lanqas tnaqqis fin-numru ta' persuni li qegħdin jieħdu din l-azzjoni.", "Kien hemm żvilupp żgur f'dik li hija komunikazzjoni għax kien hemm min ikkomunika magħhom minn barra l-ħabs - naturalment bil-permess ta' l- awtorita' tal-ħabs - ħalli jara x'inhuma l-ilmenti tagħhom u ntalbu li dawn jsiru bil-miktub sabiex wieħed ikun jista' jivverifikahom.", "Jiġifieri dan il- pajjiż għandu l-istituzzjonijiet tiegħu mwaqqfa bil-liġi indipendenti mill- ħabs, kemm f'dik li hija bord kif ukoll barra mill-ħabs innifsu, u allura mbagħad dawn l-ilmenti jiġu evalwati biex naraw jistgħux jiġu rimedjati.", "Li hu żgur hu li qabel ma dawn l-ilmenti jsiru bil-miktub ma tkunx tista' tittieħed azzjoni għax trid tara x'inhuma dawn l-ilmenti.", "Per eżempju, dwar is-sentenzi li jingħataw mill-qorti, la l-ministru ta' l-intern u lanqas il-ministru tal-ġustizzja ma jkun jista' jinvolvi ruħu fihom.", "Jien ukoll ġieli naqbel u ġieli ma naqbilx ma' dawn is-sentenzi kemm fil- konfront ta' Maltin u anke ta' barranin, pero' ma jfissirx li għax għandi fiduċja fil-qorti naqbel ma' kulma tagħmel.", "Nifhem li wieħed irid jara kif jista' jirrimedja sitwazzjonijiet ġewwa l-ħabs.", "Naturalment wieħed li jkun ġewwa l-ħabs barra minn pajjiżu jħossu aktar maqtugħ minn xi ħabsi ieħor li jkun qiegħed f'pajjiżu stess.", "Fil-fatt ġieli kellna każi ta' Maltin li jkunu ġo ħabs f'pajjiż Għarbi, pero' irridu naraw jekk dawn il-każi ikunux sempliċement frott ta' illużjoni jew inkella xi ħaġa oħra.", "Jiena tlabthom speċifikatament jagħmlu dawn l-ilmenti bil- miktub, permezz tad-direttur tal-ħabs u anke permezz ta' l-uffiċjali ta' l- ambaxxata, u jekk hemm bżonn dawn jiġu ivestigati anke minn nies barra l- ħabs innifsu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Il-Ministru Michael Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar akkomodazzjoni għat-turisti liċenzjati sa l-1 ta' Jannar 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22658.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar applikanti li magħhom ġew finalizzati offerti taħt skema 8 maħruġa mill-awtorita' tad-djar, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22581.", "Tagħrif dwar applikanti taħt skema 8 maħruġa mill-awtorita' tad-djar li kienu applikaw ukoll taħt l-iskema introdotta bejn l-1996 u l-1998, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22584", "Tabella li turi l-għadd u l-lokalita' ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol u għandhom is-seaman book, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22638; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet tal- MATSEC, Edexcel, London Chamber of Commerce and Industry u City and Guilds fis-sessjonijiet ta' l-1999 u ta' l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22586; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Annual audit report tal-kunsilli lokali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' każi ta' serq, qtil u kuntrabandu rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22285; u", "Tabella li turi l-għadd u n-nazzjonalita' ta' barranin li għandhom permess jaħdmu f'Malta u li isimhom deher fil-lista ppubblikata mid- dipartiment ta' l-informazzjoni fit-2 ta' Jannar 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22636.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar sick leave li ttieħed minn security guards li jaħdmu fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul is-sena 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22662.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra rapport dettaljat bħala update fuq il-problema tal-BSE u tas-CJD maħruġ mill-ministeru tal-biedja.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mis-16 ta' Jannar, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, bħalissa quddiemna għandna l-abbozz ta' liġi dwar is-self lokali pero' wieħed bilfors jistaqsi għalfejn dan qiegħed quddiemna.", "Dan l-abbozz ta' liġi mhuwiex xi wieħed ikkomplikat u l- għanijiet tiegħu huma ċari ħafna.", "Fil-fatt l-għanijiet tiegħu huma biex jawtorizza li somma ta' mhux iżjed minn Lm100 miljun tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa akbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul is- snin 1999 u 2000.", "Din in-nefqa mistennija li sseħħ matul is-sena 2001.", "Mr Speaker, jien bdejt b'dan il-punt għaliex ikun inutli li jiġi quddiemna dan l-abbozz ta' liġi mingħajr ma nkunu nafu x'wassal għal dan.", "Jidhirli li din hija t-tieni darba li tressaq abbozz ta' liġi simili biex jagħmel tajjeb għad-deficit fil-Fond Konsolidat.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li wieħed ifakkar kemm kienet issir kritika lill-gvern Laburista preċedenti kull meta dan kien iressaq xi forma ta' abbozz ta' liġi simili biex jagħmel tajjeb għad-deficit u allura hija ħaġa ta' l-iskantament li llum qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi.", "Dak iż-żmien kien hawn kampanja meqjusa fuq kemm kien qed jonfoq u jissellef il-gvern biex imexxi l-pajjiż.", "Fil-fatt kienet ingħatat l-impressjoni li kien hawn xi nuqqas ta' kapaċita' min-naħa tal-gvern biex dan jibbilanċja l-kotba tiegħu, biex ngħid hekk.", "Jien naħseb li dawn l-affarijiet għandna nistaqsuhom illum għax ma nafx kif il-gvern tal-ġurnata qed jerġa' jirrikorri quddiem dan il- parlament biex jissellef il-flus.", "Per eżempju, tan-naħa l-oħra kienu jgħidu li ma kellhom x'jaqsmu xejn mad-dejn li nħoloq qabel l-1996, qisu d-dejn inħoloq f'daqqa u kienu jagħtu l-impressjoni li jekk jerġgħu jitilgħu fil-gvern kollox se jkun ward u żahar.", "Pero' sfortunatament jekk wieħed iħares lejn dak li seħħ matul is-sena 2000 u dak li qed jiġri fl- ewwel ġranet ta' din is-sena jsib li din mhijiex ir-realta'.", "Għalhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid x'jistenna matul il-kumplament ta' din is-sena li għadna kemm bdejna.", "Per eżempju, fl-aħħar estimi ġenerali l-gvern ikkalkula li matul din is- sena se jiġbor madwar Lm56 miljun aktar fid-dħul ordinarju tiegħu.", "Kieku wara li jiżdied dan id-dħul tonqos il-problema fiha u ma fihiex imma meta wieħed jara li l-morsa fuq il-poplu Malti għas-sena li ġejja se tkun ta' Lm56 miljun aktar naħseb li m'aħniex mexjin fid-direzzjoni li wieħed jixtieq u li tagħmlilna ġieħ.", "Jien mhux qed nikkritika lill-gvern għax qed jiġbor it-taxxi imma miżura bħal din ma nistgħux naqtgħuha mill-kumplament tax-xogħol li qed jagħmel il-gvern.", "Mela d-dħul ordinarju tal-gvern se jitla' għal madwar Lm666 miljun u d-dħul mill-income tax se jitla' għal Lm163 miljun, jiġifieri se jkun hemm żieda oħra ta' Lm13 miljun.", "Id-dħul mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali se jiżdiedu b'Lm19 miljun.", "Rigward il-VAT nista' ngħid li fis-sena 2000 id-dħul kien ta' madwar Lm105 miljun u għas-sena li qegħdin fiha d-dħul huwa mistenni li jiżdied għal Lm116 miljun, jiġifieri żieda ta' madwar Lm11 miljun aktar.", "Qed ngħidu wkoll li d-dħul mid-dwana u sisa se jiżdied b'madwar Lm6 miljun u d-dħul mil-liċenzji, waqt li d-dħul mit-taxxi u l-multi se jiżdied b'madwar Lm6 miljun se jitla' għal Lm75 miljun.", "Imbagħad se jkun hemm dħul ta' madwar Lm67 miljun mill-MFSC u l-MIA.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn in-nefqa rikorrenti tal-gvern biex jamministra u jagħmel id-day-to-day running isib li matul is-sena li għadha kif spiċċat kien hemm żieda ta' Lm2 miljun fuq l-istima oriġinali, li allura telgħet għal madwar Lm608 miljun.", "Matul din is-sena huwa mistenni li din in-nefqa rikorrenti tiżdied b'Lm50 miljun, apparti l-Lm54 miljun f'imgħaxijiet li l-gvern iħallas fuq id-dejn li għandu.", "Fil-fatt għandna nefqa ta' Lm54 miljun għall-public debt servicing.", "Insibu wkoll li s-somma ta' Lm172 għan-national insurance, allowances u overtime issa se titla' għal Lm199, żieda ta' madwar Lm27 miljun jew 12% tal-GDP.", "Imbagħad hemm Lm48 miljun għall-operating expenses tal-gvern.", "Min-naħa l- oħra nsibu li għall-programmi u inizjattivi ġodda tal-gvern hemm tnaqqis ta' Lm2.6 miljun.", "Naf li mhux kulħadd jieħu pjaċir joqgħod jisma' ħafna statistika, imma mill-banda l-oħra biex tibda targumenta trid bilfors titlaq b'xi forma ta' statistika.", "Issa dawn iċ-ċifri li qed nagħti juru li hemm żbilanċ u li fl-aħħar budget il-gvern pinġa stampa differenti minn dak li qegħdin naraw illum.", "Per eżempju, il-ġurnali li jissimpattizzaw mal-gvern ġabu t-titlu li dan kien budget bla taxxi pero' jien ma nistax nifhem kif jista' jkollok budget bla taxxi.", "Għalhekk ekonomikament din ma tagħmilx sens pero' din kienet l- impressjoni li ngħatat.", "Hawnhekk qed joħorġu affarijiet li ma ssemmew fl- ebda budget u fl-ebda diskussjoni f'dan il-parlament.", "Rajna żidiet f'taxxi fuq dak li għandu x'jaqsam mal-planning authority u taxxi marbutin mal- permessi tal-bini.", "Rajna żidiet fenomenali u taxxi ġodda fuq azjendi fil-qasam tat-turiżmu li sal-lum ma kenux iħallsu taxxi bħat-tourism authority.", "Rajna żidiet f'taxxi fuq ħlasijiet u tariffi marbutin ma' affarijiet li jmorru quddiem il-qrati tagħna.", "Issa ftit jiem ilu rajna wkoll tassazzjoni ġdida oħra f'dak li għandu x'jaqsam mal-kuntratti.", "Per eżempju, dawk in-nies li llum qed imorru quddiem nutar biex jagħmlu kuntratt qed jiġu ffaċċjati minn żidiet enormi minħabba l-ispejjeż marbutin ma' pubblikazzjonijiet ta' kuntratti u riċerki.", "Il-gvern kien iddeċieda li jagħti s-sistema tar-riċerki lill-kumpannija privata partikolari b'monopolju għal għaxar snin u fl-istess ħin biddel il- legal notices biex hu jkun inkarigat mill-ġbir tal-ħlasijiet għal din il- kumpannija, għax kif diġa' għedt issa qed naraw żidiet ukoll anke fejn jidħlu r-riċerki.", "Hawnhekk forsi wieħed jistaqsi: Ir-riċerki x'inhuma?", "Meta bniedem ikun se jixtri xi proprjeta', ikun se jagħmel transazzjoni, ikun se jiddejjen mal-bank jew inkella jkun se jipprova jkabbar in-negozju tiegħu jkunu jridu jsiru ċerti riċerki biex naraw jekk il-proprjeta' li tkun se tinxtara, per eżempju, tkunx ta' dak l-individwu partikolari.", "Apparti minn hekk ikun hemm il-liabilities biex naraw jekk bniedem għandux djun jew le ħalli meta wieħed jinnegozja u jittratta ma' persuna jkun jaf il-qagħda ta' dik il-persuna partikolari.", "Per eżempju, llum meta l-għarajjes imorru għand nutar għax ikunu se jixtru xi proprjeta' mingħand xi kuntrattur iridu jħallsu l-ispejjeż għal din ir-riċerka, liema spejjeż issa qed nisimgħu li se jogħlew b'mod astronomiku.", "Fil-fatt jidher li hemm il-ħsieb li se jkun hemm żidiet oħrajn simili.", "Mr Speaker, ħafna drabi l-membri tan-naħa l-oħra jikkritikawna li fil- passat fil-budget konna noqgħodu ngħidu li se jogħla t-tonn taż-żejt u affarijiet simili.", "Pero' l-poplu kien ikun jaf fejn hu għax fil-budget kien jingħad kollox.", "U hawnhekk jien nistaqsi: Illum wara li jinqara l- budget il-poplu jkun jaf fejn se jkun matul is-sena ta' wara?", "Din hija d- direzzjoni li dan il-gvern qed ipoġġi lill-pajjiż fih?", "F'daqqa waħda kulma jinteressah il-gvern hija l-ħofra pero' ftit li xejn qed naraw miżuri effettivi biex jonqos l-infiq, il-ħela u l-isparpaljar.", "Żgur li aħna ta' din in-naħa tal-Kamra ma nistgħu qatt niġu akkużati li meta kien hemm xi miżuri li jkabbru l-iżvilupp, bħal meta ddiskutejna l-Business Promotions Act ftit ilu, ma tajniex il-kontribut tagħna.", "Mhux talli hekk talli aħna għenna biex dawn l-oqsma jimxu 'l quddiem imma mbagħad il-gvern irid ikun kapaċi jikkrea l-inċentivi u l-investiment.", "Għalhekk il-miżuri li qed jittieħdu fuq l-oqsma tat-turiżmu, ta' l-ippjanar, tal-qrati u tal- kuntratti se jitfgħu lura l-qasam tal-kummerċ.", "Dawn mhumiex affarijiet li jagħmlu kuraġġ lill-businessmen fiċ-ċirkostanzi diffiċli li għaddejjin minnhom.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq l-infiq kapitali għax milli jidher se jkun hemm tnaqqis fuq is-sena li għaddiet.", "Fil-fatt fuq in-nefqa kapitali se jintnefqu Lm95 miljun li Lm35 miljun minnhom se jintnefqu fuq sussidji u sovvenzjonijiet.", "Fost entitajiet oħra dawn is-sussidji jmorru għand il- Malta tourism authority, għand l-MDC, għand il-rreeport corporation, għand il-MIMCOL, għand il-Gozo ferries, għand it-tarzna u għand ix-shipbuilding.", "Qed jingħad li dan id-dejn ta' Lm100 miljun se jkun taħt forma ta' stocks.", "F'dan il-parlament smajna ħafna kummenti li meta dan ikun f'forma ta' stocks ikollok imgħaxijiet aktar fit-tul milli forsi meta dan ikun f'forma ta' treasury bills.", "Għalhekk wieħed irid jaħseb jekk huwiex għaqli li wieħed joħroġ b'din il-forma ta' ġbir għax meta niddiskutu abbozzi ta' liġi simili jkun hawn min igħid li aħjar immorru għat-treasury bills minflok stocks u jkun hawn min igħid ukoll li aħjar immorru għall- istocks.", "Nifhem li jrid ikun hemm ċertu leeway u flexibility fil-mod ta' kif jaħdem il-gvern biex jiġbor it-taxxi.", "Mr Speaker, jidher ukoll li f'dak li għandu x'jaqsam mal-freeport se jibqgħu għaddejjin il-konsultazzjonijiet sa Ġunju ta' din is-sena, waqt li f'dak li għandu x'jaqsam mal-lottu pubbliku, ma' l-MOBC u ma' l-MIA qed jgħidulna li dawn se jibdew kmieni matul din is-sena.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-25% shareholding tal-Bank of Valletta qed jgħidulna li dan se jibda dalwaqt ukoll, u dwar is-60% shareholding tal-Maltacom qed jgħidulna li dan se jibda din is-sena.", "Ta' min igħid li matul is-sena 2001 se jkun hawn il-bejgħ ta' l-assi li qed ngħidu li se jħalli lill-gvern madwar Lm41 miljun.", "Minkejja li l-gvern beda b'ċerta rankatura, jidher li f'dan il- qasam waqajna lura għax jekk se joqgħodu jgħidulna li l-konsultazzjonijiet se jibdew dalwaqt imbagħad ma jgħidulniex meta se jispiċċaw naħseb li se jkomplu jkabbru l-inċertezza.", "Issa nixtieq insemmi ftit xi miżuri li skond il-budget jingħad li se jibdew jitħaddmu xi sena jew sentejn oħra, Mr Speaker.", "Per eżempju, bħalissa qed niftakar fil-kontribuzzjonijiet tan-national insurance li se jitqassmu f'perijodu ta' sentejn u fil-kwestjoni tal- prezzijiet taż-żejt mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali.", "Meta titkellem fuq qasam daqstant delikat bħall-qasam taż-żejt u tal-fuel bilfors trid titkellem ċar.", "Qed ngħid dan għax mis-sena d-dieħla l-prezz taż-żejt tagħna se jkun marbut mal-prezz fis-swieq internazzjonali.", "Pero' hawnhekk nixtieq nistaqsi: Dan ifisser li jekk kien hemm xi sussidji min- naħa tal-gvern għall-Enemalta dawn se jispiċċaw u jiġu marbutin mal-famuż prezz fis-swieq internazzjonali?", "Ikun tajjeb li wieħed jiċċarahom dawn l- affarijiet għax meta tibda tara ċerta statistika bilfors titħasseb.", "Qed ngħid dan għax minkejja li kien hemm żieda fit-tariffi li għandhom x'jaqsmu ma' l-oqsma tat-turiżmu, tal-planning, tal-qrati u tal-kuntratti dawn mhux talli jgħidu li l-ħajja ma għolietx, talli jgħidu li l-ħajja raħset.", "Naħseb li dawn l-affarijiet aktar qed iħawdu l-imħuħ u ma nafx kemm wieħed jista' jippjana ċerti guidelines fuq dawn iċ-ċifri.", "Mr Speaker, jekk hawn xi ħaġa li wieħed għandu għalfejn jinkwieta fuqha huwa l-bilanċ tal-pagamenti.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li fl- esportazzjoni rajna żieda ta' madwar Lm202 miljun li telgħet għal madwar Lm776 miljun, fl-istess nifs qed naraw li fis-sena 2000 l-importazzjoni żdiedet minn Lm805 miljun għal Lm1,079 miljun fis-sena, żieda ta' Lm274 miljun.", "Meta tiżdied l-importazzjoni jkollok aktar flus ħerġin milli deħlin fil-pajjiż u dan jista' jikkawża xi problemi f'dan il-qasam.", "Wieħed jinnota li t-total fl-iżbilanċ kummerċjali għas-sena li għadha kif għaddiet se jkun ta' Lm303 miljun u l-bilanċ tal-pagamenti se jilħaq id-Lm89 miljun.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li dawk il-proġetti kapitali li kienu ilhom ippjanati għal diversi snin għadhom lanqas biss bdew.", "Ara kemm se tiżdied l-importazzjoni meta proprju jinbdew dawn il-proġetti!", "Jien ilni ħafna nsostnih dan il-punt pero' huwa mportanti li jsir progress f'dawn it-tip ta' proġetti.", "L-enfasi biex wieħed jilħaq mad-deficit strutturali m'għandhiex tkun fuq id-dħul tal-gvern imma fuq l-expenditure għax ikun tajjeb li wieħed igħid li għas-sena 2000 se jintnefqu madwar 49%, kważi n-nofs ta' dak kollu li nipproduċu fil-pajjiż, jew aħjar Lm706 miljun.", "F'ekonomiji moderni l-ħruġ tal-gvern m'għandux ikun aktar minn madwar 35% tal-GDP.", "Għalhekk ikun tajjeb li wieħed jagħmel xi paraguni.", "Per eżempju, fir-Renju Unit din ir- rata hija ta' 39%, fil-Ġappun 38% u fl-Istati Uniti 29%.", "F'ekonomiji iżgħar ir-rata average hija ta' madwar 39% u nsibu li f'Iceland ir-rata hija ta' 33%, fl-Irlanda 30% u fil-Korea ta' Isfel 25%.", "Meta mbagħad wieħed iħares lejn ir-rata tagħna li hija ta' 49% wieħed jieħu idea ċara f'liema direzzjoni qegħdin.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-cost-effectiveness fis-settur pubbliku m'huwiex qed jiġi tackled b'mod san u b'management finanzjarju pubbliku adegwat li jixraq lil dan il-pajjiż.", "Aħna nitkellmu ħafna dwar jekk għandniex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea jew le, pero' jekk inħarsu lejn ir-ratio li għandhom il-pajjiżi membri f'dan il-qasam insibu li dan huwa ta' 45% jiġifieri din mhijiex xi rata li għandha tilluminana.", "Għalhekk il-gvern għandu jissettja t-targets tiegħu.", "Naf li fil-bidu ta' din l- amministrazzjoni l-gvern kien issettja target sas-sena 2004, pero' jidher li d-differenza li qed ikun hemm bejn il-ġbir u d-dħul tal-gvern ma tantx qed tiġi kkalkolata.", "Fl-opinjoni tiegħi l-gvern irid ikun ta' eżempju f'dak li għandu x'jaqsam ma' cost-effectiveness fil-mod kif hu jamministra l-finanzi.", "M'għandux ikun it-taxpayer li jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' amministrazzjoni serja.", "Għandna wkoll problemi ta' likwidita' li ħafna drabi joħloqhom il-gvern stess bid-direzzjonijiet li qed jieħu.", "Per eżempju, fil-qasam tal- kostruzzjoni hemm ħafna problemi għax qed jittieħdu miżuri biex jispiċċa t- tpartit.", "Bħalissa għaddejjin policies mill-bank biex il-gvern jaqta' l- bartering meta dawk involuti f'dan il-qasam diġa' għandhom problemi kbar ta' likwidita'.", "Għalhekk qed tkompli tagħfas aktar il-morsa fuq min finalment ikun investa l-kapital tiegħu u fuq ħaddieħor li jkun involut f'dak in-negozju.", "Mhux billi toħroġ tgħid li qiegħed fid-direzzjoni t- tajba u tibgħat lil kulħadd b'ħafna graphs biex tipprova tagħti l- impressjoni li mexjin f'xi direzzjoni ta' barra minn hawn jew li għandna nkunu l-għira ta' ħaddieħor meta fir-realta' s-sitwazzjoni hija ferm differenti.", "Ċertament li l-government induced costs mhumiex qed jgħinu biex jikber l-investiment fil-pajjiż.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li wieħed jibda jagħmel ċerti distinzjonijiet f'dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun li grocer żgħir jiġi trattat bħal supermarket kbir, biex ma nsemmix ukoll li llum mexjin ukoll lejn id-direzzjoni tal-hypermarkets.", "F'dan il-qasam ma tistax timxi bl-istess riga, bl-istess kejl u bl-istess sistemazzjoni.", "Għalhekk nappella lill-gvern biex ifittex iressaq quddiem dan il-parlament l-abbozz ta' liġi li jirrigwarda l-liċenzji.", "MR SPEAKER: Onor. Cilia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Cilia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Cilia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Peress li l-Onor.", "Cilia ġie mwaqqaf milli jkompli jitkellem qed insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.14 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li l-għan tiegħu huwa li l-gvern jissellef Lm100 miljun.", "Meta qgħadt inqalleb ftit il-gazzetti sibt li darba l-gvern kien wegħedna li jekk nissieħbu fl- Unjoni Ewropea se nieħdu Lm100 miljun.", "Jien naħseb li kieku din il-wegħda nżammet, il-ministru tal-finanzi ma kienx ikollu għalfejn iressaq dan l- abbozz ta' liġi.", "Il-wegħda tal-Lm100 miljun ma saritx għexieren ta' snin ilu imma saret qabel l-elezzjoni.", "Mr Speaker, tan-naħa l-oħra jgħidu li d-dejn sar fis-sentejn li għamel fil-gvern il-Partit Laburista, pero' jien ngħid li f'dawk is-sentejn mirakli saru għax minkejja d-dejn u l-isparpaljar li sibna sar ħafna xogħol bil-għaqal.", "Gvern Laburista beda jibni fis-sod u ra kif għamel biex dawk l-areas li jiġbdu t-turisti nagħtuhom dehra aħjar.", "Għalhekk saru proġetti f'Buġibba, Wied il-Għajn u Għawdex u fil-fatt it-turiżmu beda jieħu rankatura 'l fuq.", "Aħna dejjem emminna li t-turiżmu huwa sors importanti għal pajjiżna u jekk inġibu turisti ta' kwalita' l-pajjiż igawdi.", "Pero' minkejja dan kollu llum il-ġurnata hawn staġnar sħiħ fil- pajjiż.", "Jekk tan-naħa l-oħra jgħidu li fil-pajjiż miexi kollox sew jew inqatgħu minn mal-poplu jew inkella qed jgħixu f'dinja oħra.", "Jien nieħu pjaċir nitkellem ma' nies li ma jaqblux mal-politika tagħna - dawn nieħu gost inkellimhom fuq mejda f'xi uffiċċju għall-kwiet, biex ma jarawniex in- nies, għaliex inkella tan-naħa l-oħra jħarsu lejhom bl-ikrah - li jgħidulna li f'dan il-pajjiż irid isir xi ħaġa għax il-gvern telaq kollox.", "Aħna nitkellmu ma' kulħadd għaliex biex tippjana trid titkellem ma' kulħadd; ovvjament trid toqgħod attent li dawk li jkunu qed jitkellmu miegħek ikunu qed ikellmuk b'mod ġenwin.", "Żgur li s-self ta' Lm100 miljun se jfisser aktar taxxi fuq il-poplu tagħna.", "Meta kien hemm ħafna dejn fuq il- mediċini l-gvern Laburista beda jħallsu bil-mod il-mod.", "Dan biex ma nsemmix id-dejn li kien hemm mal-kuntratturi għal xogħol li kienu għamlu fuq it-toroq.", "Per eżempju, meta bħala kunsill kien ikollna nagħmlu xi triq il-kuntratturi kienu jgħidulna: Nisperaw li ma tagħmlux bħall-gvern u ma tħallsuniex.", "Din hija l-fiduċja li jridu jibnu n-Nazzjonalisti!", "Jien dejjem ngħid li lill-poplu rridu niggwidawh fuq il-verita'.", "Ara xi ġralhom in-Nazzjonalisti għaliex bnew fuq il-gideb meta qalu li f'pajjiżna se jiġu Lm100 miljun!", "Din hija bużżieqa li splodiet f'wiċċhom u n-nies tagħhom stess qed igħidu li ġew ingannati.", "Il-poplu mhux Lm100 miljun ħa mill-Ewropa imma spiċċa jħallas aktar taxxi biex jiġi konformi mar-riformi ta' l-Unjoni Ewropea.", "U rridu noqogħdu attenti li ħadd ma jaħseb li aħna bħala partit Laburista kontra l-progress għaliex l-istorja tal-Partit Laburista tagħmel unur lilna.", "Il-Partit Laburista dejjem emmen fil-prinċipji tal-progress.", "Kien il-Partit Laburista li daħħal il-kunċett ta' ħniena, l-kunċett ta' solidarjeta' u l-benefiċċji soċjali.", "Kien il-Partit Laburista li daħħal it-tagħlim obbligatorju u li għamel ġlidiet kbar biex ikollna skejjel u sptarijiet b'xejn.", "Dawn huma l- ġrajjiet glorjużi tal-Partit Laburista.", "Dawn huma żmenijiet li meta niftakru fihom ngħidu li kien il-Partit Laburista li lill-ħaddiem iż-żgħir u lin-nies bi dħul baxx għollihom tarġa.", "Għalhekk jien insellem lil dawk il-mexxejja u lin-nies li ħadmu wara l-kwinti b'tant tbatija għall-familji tagħhom - ħafna nies kienu jħarsu lejhom bl-ikrah dawn - biex f'pajjiżna daħlu l-benefiċċji soċjali, l-edukazzjoni b'xejn u l-isptarijiet b'xejn.", "Dan huwa kollu mertu tal-moviment tal-ħaddiema u għalhekk nirringrazzja lil dawk li ħadmu qabilna.", "(Interruzzjonijiet) Bilfors ikollok tagħti ħarsa ċkejkna lejn l-istorja ta' l-imgħoddi.", "Meta titkellem ma' missirijietna li ħadmu ħafna għall-progress ta' pajjiżna jgħidulek kif mix-xejn pajjiżna beda miexi 'l quddiem għax kien hawn il-fiduċja fil-ħaddiema.", "Il-Partit Laburista jemmen fil-kunċett li ħadd mhu għar-rimi u li kulħadd huwa importanti f'dan il-pajjiż.", "Peress li l-ħaddiema u l-mexxejja tagħhom kellhom fiduċja f'xulxin, f'pajjiżna sar il-progress u bdejna nibnu d-djar għall-ħaddiema.", "Mr Speaker, il-bieraħ kont qed nitkellem ma' ħabib tiegħi negozjant u għedtlu jekk kienx hemm xi ċans għal xi mpjieg għal persuna partikolari, pero' dan qalli li bħalissa ma tantx huwa żmien tajjeb biex timpjega n- nies.", "Dan qalli biex fil-parlament ngħidu kemm il-poplu Malti u Għawdxi mhux qed ikollu flus biżżejjed biex jonfoq u kemm hawn staġnar.", "Per eżempju, dan staqsieni wkoll: Fejn hu l-bejgħ u t-turnover li konna nagħmlu qabel?", "Jien lest li nitkellem ma' tal-ħwienet fuq din is- sitwazzjoni.", "Issa jien mhux qiegħed ngħid li meta konna fil-gvern aħna l-ħwienet kienu jfuru, imma n-negozjanti u l-industrijalisti ż-żgħar jgħidulek li bejn illum u tliet snin ilu hawn differenza kbira.", "Per eżempju, llum stess ġie jkellimni wieħed li qalli li l-lukanda li jaħdem fiha kważi hija falluta għax ma ssib lil ħadd li jidħol fiha.", "Dan qalli wkoll li fejn qabel kont issib xi żagħżugħ li kien jagħtih xi Lm1 jew Lm5, illum kulħadd qed jaħsibha darbtejn.", "Mr Speaker, hemm bżonn naraw kif nibdew insolvu dawn il-problemi.", "Il- problemi ma ssolvihomx billi toqgħod tissellef, bil-konsegwenza li l-poplu jkollu jonfoq il-paga f'taxxi u f'kontijiet tad-dawl, ilma u telefon.", "U bir-rispett kollu lejh, l-Onor.", "Josef Bonnici għandu rebus fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Fejn raħħsu l-kontijiet?", "Mur staqsihom lin-nies kemm qed iħallsu!", "Din hija forma ta' taxxa li qed iħallas il-poplu u dan huwa parti mill-istaġnar li hawn fil-pajjiż.", "Minkejja dan kollu l-gvern qed jgħid lill-poplu li jrid ikompli jiddejjen.", "Jien mhux qed ngħid li meta għada pitgħada aħna nkunu fil-gvern se nkunu fil-ġenna ta' l-art, pero' jien persważ li bidla għandha ssir.", "U dan iż-żmien li qed nagħmlu fl- oppożizzjoni qed nutilizzawh biex meta nkunu fil-gvern l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Irridu naraw kif se nagħmlu biex din it-telqa li hawn fil- pajjiż nipprovaw nirpiljawha.", "Jien niddejjaq noqgħod insemmi l-ismijiet tan-nies li jitkellmu magħna, pero' madwar 15-il ġurnata ilu kont qiegħed nitkellem ma' ħabib tiegħi li qalli li bilfors se jkollu jkeċċi n-nies.", "Meta qalli hekk ipprovajt nagħmilha ta' l-avukat tax-xitan u għedtlu li forsi dan huwa konsegwenza ta' ħafna kompetizzjoni, dan weġibni li dan mhuwiex il-każ.", "Qed ngħid dan kollu għax il-flus trid iġġibhom mill- istess kummerċ li jkollok fil-pajjiż.", "Jien nemmen li hemm bżonn inneħħu l-ħela.", "Meta gvern Laburista għamel taxxa ta' 50c fuq ir-riċetti tal-pilloli, kien hemm xi ħadd min-naħa l- oħra li beda jgħajjat: Ara b'50c xi ġbartu!", "Pero' l-iskop ta' din il- miżura ma kienx li niġbru l-flus imma li nrażżnu l-ħela żejda għaliex il- flus huma tal-poplu.", "Minkejja li l-media u l-propaganda Nazzjonalista ħadmet bil-kbir kontra tagħna, illum kulħadd jgħid li dik kienet taxxa ġusta.", "Jien naħseb li kulħadd ikollu kuntatt ma' l-anzjani u meta dawn forsi jmutu u wieħed imur jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tagħhom, dawn tarahom ħerġin bil-basktijiet tal-pilloli.", "Dawn il-pilloli li jkunu ħarġu minn flus il-poplu mbagħad jispiċċaw expired u jintremew.", "Din hija ħela u gvern Laburista jrid jara kif se jaħdem biex l-abbużi fuq il-pilloli jispiċċaw.", "Assolutament il-Partit Laburista qatt ma ried idaħħal il-50c biex ineħħi l-mediċini lill-ħaddiema.", "Ma rridux ninsew li kien il-Partit Laburista li ġab l-isptarijiet b'xejn, li fetaħ l-ispiżeriji b'xejn u li għamel riformi kbar fl-isptarijiet.", "Jien dejjem nikkompara nazzjon ma' familja għax fil-familja huwa l-missier li jmexxi l-finanzi tad-dar.", "In- nazzjon huwa ta' kulħadd u allura t-taxxi trid tiġborhom mingħand kulħadd.", "Pero' meta tipprova tagħmel xi ħaġa tajba f'dan il-pajjiż iqumu tan-naħa l- oħra biex jipprovaw jieħdu kapital.", "Mr Speaker, x'qed jippretendi l-poplu minn dan is-self ta' mhux aktar minn Lm100 miljun?", "Naħseb li bħali, kull wieħed u waħda minna għandu kuntatt man-nies għax b'hekk tkun taf x'qed iħoss il-poplu.", "Per eżempju, meta jien nagħmel id-door-to-door visits nidħol għand kulħadd mhux għand il-Laburisti biss.", "Hawn ħafna familja li għalkemm ma jkunux jaqblu mal- politika tiegħek jaċċettawk ġo darhom u joqgħodu jitkellmu miegħek dwar x'ikunu jixtiequ fil-pajjiż.", "Jien dejjem ngħid li kulħadd huwa importanti u kulħadd jista' joħroġ b'ideat.", "Per eżempju, kulħadd isemmilek id- diżastru li hawn fit-toroq.", "Kif nistgħu nitkellmu fuq dan is-self, per eżempju, u ma nitkellmux fuq Imdina Road f'Ħal Qormi?", "Forsi dan m'huwiex xempju tal-pastażati f'pajjiżna?", "Jien m'inix se noqgħod nidħol fil-mertu ta' min għamel il-kuntratti, pero' x-xogħol mhux qed isir sew u qed jieħu fit-tul iż-żejjed.", "Allura hawnhekk wieħed bilfors jistaqsi: Jista' dan il-pajjiż tagħna jibqa' jagħmel triq wara triq b'dan il-mod?", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u l-ħaddiem li jħallas it-taxxi sa l-inqas ċenteżmu ħaqqu aħjar.", "Per eżempju, kultant lil dawk li jiġu għandna biex nimlewlhom l-income tax return nitħassarhom għax ħafna drabi dawn ikunu jridu jgħaddu bil-minimum wage u jkollhom xi tlieta jew erbat itfal.", "Pero' ovvjament biex dawn ikollhom servizzi tajbin iridu jħallsu t- taxxi.", "Il-kritika li qed nagħmlu għandha sservina għal meta għada pitgħada nkunu fil-gvern għax nibqgħu saqajna ma' l-art u ma nkunux 'il bogħod minn dak li jkun qalilna bih il-poplu.", "Għalhekk huwa importanti li sakemm nissellfu l-flus ma nkomplux nimlew lil dan il-pajjiż bid-dejn.", "Mr Speaker ̧ nixtieq insemmi wkoll il-protesta li għamilna fil-Gudja, eżattament fl-area magħrufa bħala Tax-Xlejli, biex ir-residenti ta' hemmhekk li bnew djarhom bi tbatija kbira, jkollhom toroq diċenti.", "Bħalissa qed nara lill-Onor.", "Jason Azzopardi, li kien magħna wkoll f'dik il-protesta.", "Sakemm is-sitwazzjoni li hemm f'din l-area fil-Gudja tibqa' ma titranġax jien se nkompli nsemmiha għax bin-nies ma tidħaqx.", "Spiċċa dak iż-żmien li toqgħod twiegħed ħafna affarijiet lin-nies.", "Barra minn hekk aħna mhux qegħdin fl-oppożizzjoni għalxejn u allura rridu naġixxu.", "U hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-kunsill lokali tal-Gudja li ħoloq kuxjenza dwar din il-ħaġa.", "Meta jien mort indur bieb bieb nista' ngħid li kulħadd laqagħna u kulħadd qalilna li qegħdin nagħmlu biċċa xogħol tajba.", "Aħna wegħednihom li bħala oppożizzjoni se nkomplu nirsistu mal-gvern biex it-toroq ta' din l-area jingħataw it-tarmac għax wara kollox ir-residenti diġa' ħallsu l-kontribuzzjonijiet neċessarji.", "Jidhirli li l-ispiża involuta tammonta għal madwar Lm140,000.", "Mr Speaker, bl-akbar rispett lejn is-segretarju parlamentari responsabbli mill-anzjani, irrid ngħid li minkejja li qed nonfqu madwar Lm8 miljun din m'hijiex l-aqwa istituzzjoni ta' l-anzjani li għandna f'pajjiżna.", "Per eżempju, llum stess kont il-Belt u waqqfuni tnejn min- nies li bdew, jilmentaw miegħi dwar in-nuqqas ta' staff li hemm f'St Vincent de Paule.", "Lil dawn il-ħaddiema għandna nipprovdulhom aktar ħaddiema.", "Mhuwiex sew ̧ per eżempju, li lil dawn il-ħaddiema nnaqqsulhom xi Lm5,000 f'overtime.", "Per eżempju, illum stess kellmitni waħda li qaltli li fil-ward fejn hemm ommha m'hemmx lożor.", "Fil-fatt din qalulha li liżar tajjeb jerfgħuh f'każ li jmur il-ministru!", "Naf ukoll li hemmhekk il-koki li ħafna minnhom huma ħbieb tiegħi jagħmlu minn kollox biex jagħtu l-aqwa ikel u jsajru dak li jgħidulhom.", "Per eżempju, din il-ġimgħa stess dawn kienu qed jitkellmu miegħi u ma' l- Onor. Michael Farrugia dwar xi perżut tal-koxxa mielaħ.", "(Interruzzjonijiet) Le, gideb ma ngħidx!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Din mhix gidba imma realta'.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Parnis, kompli bl-intervent tiegħek.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Dawn huma realtajiet u nieħu pjaċir kieku tiġi titkellem magħna madwar mejda.", "(Interruzzjonijiet) Tista' ma tiġix, pero' aħna qegħdin noffrulek biex tiġi titkellem magħna ħalli l-affarijiet nirranġawhom għall-aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Dawn l-affarijiet inti suppost tirranġahom għax bħalissa inti segretarju parlamentari responsabbli għall-anzjani.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Inti lanqas taf fejn jiġi St. Vincent de Paule!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Se noqgħod ngħid lilek meta mmur hemm!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Parnis, indirizza lis-Sedja u kompli bl-intervent tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Dan il-ħafna gideb imisskom tistħu!", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: (Interruzzjonijiet) Mela xi darba npoġġi l-perżut fuq il-Mejda tal-Kamra!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis huwa in possession!", "U aħjar iżomm il-perżut għalih!", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, aħna nieħdu pjaċir kieku tan-naħa l- oħra jitkellmu magħna għax l-affarijiet inkunu nistgħu nirranġawhom għall- ġid ta' kulħadd.", "Pero' ħalli nkompli nitkellem fuq ir-residenza ta' l- anzjani.", "Ta' min jgħid li lill-anzjani llum tlabnihom iħallsu 60% tad-dħul kollu li għandhom.", "(Interruzzjonijiet) Meta konna qed nipprovaw nagħmluha din tgħidx kemm kontu xewwixtu.", "(Interruzzjonijiet) Issa intom qed titolbuhomlhom lura dawn.", "Dan ifisser li t-tberbiq li berbaqtu qed tipprovaw tiġbruh.", "Issa jien naf li kien hemm xi membri min-naħa l-oħra li ma qablux ma' dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Aħna nippretendu li wara dawn il-Lm100 miljun li se jissellef il-gvern il-poplu jmur fl- ispiżeriji li għandna fiċ-ċentri tas-saħħa u jsib dak kollu li jitlob.", "Fil-ftit ħin li fadalli nixtieq ngħid xi ħaġa fuq it-turiżmu.", "Dan huwa qasam importanti għax iħalli miljuni ta' liri bħala qligħ pero' jien ngħid li mhux qed isiru sforzi biżżejjed.", "Jekk naħdmu bil-għaqal u ndaħħlu lejn pajjiżna flus barranin żgur immorru 'l quddiem.", "Mr Speaker, ma nistax ma nsemmix ukoll il-problema li għandna fl-industrija tal-bini bħalissa.", "Illum il-bennejja u dawk li għandhom x'jaqsmu ma' din l-industrija jgħidulek li bħalissa hawn staġnar sħiħ.", "Issa din kienet industrija li dejjem ħalliet il-ġid pero' sfortunatament bħalissa tinsab wieqfa.", "Jien persważ ukoll li gvern Laburista żgur li jaħdem fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar, Sur President.", "Jien m'inix se ngħid li kulma tagħmel l-awtorita' ta' l-ippjanar huwa kollu ħażin pero' żgur li ma tistax tgħid prosit għal ċerti affarijiet fejn biex jinħareġ permess taqlagħlek fwiedek.", "Jekk nirranġaw ċerti affarijiet li hemm fl-awtorita' ta' l-ippjanar żgur li l-industrija tal- ġebla timxi 'l quddiem.", "U meta timxi 'l quddiem l-industrija tal-ġebla jgawdu wkoll ħafna nies, igawdu ta' l-aluminium, igawdu dawk li jbigħu ċ- ċeramika, igawdu l-bajjada u l-kaħħala u ħafna oħrajn.", "Qed ngħid dan għax meta nitkellmu ma' ħafna nies jgħidulna biex naraw x'se nagħmlu biex inqajmu dan il-pajjiż.", "J'Alla meta nerġgħu niġu hawnhekk sena oħra nkunu mxejna 'l quddiem għax il-ħajja hija bħar-rota; illum int u għada jien.", "U meta jkun hemm gvern Laburista d-dejn se jkun quddiemu wkoll.", "Tkun ħaġa sabiħa kieku l-proġetti jsiru mingħajr ma tissellef u aħna rridu nuru li hemm toroq oħra ta' tama għal pajjiżna.", "Pero' biex nimxu 'l quddiem hemm bżonn ikollna fiduċja fin-nies tagħna.", "Mr Speaker, meta l-Partit Laburista jkun fil-gvern irid jaħdem biex kemm jista' jkun il-poplu tagħna ma jitgħabbiex b'aktar taxxi għaliex dawn ħadd ma jieħu pjaċir bihom.", "Aħna nifhmu li bilfors trid tagħmel ċerti taxxi imma l-poplu tagħna jrid li dawn għandhom jintnefqu kif suppost.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Parnis, skadielek il- ħin u biex tkompli tinstema'.għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Parnis ikompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Parnis ikompli jinstema'?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba l-Onor.", "Parnis mhux se jingħata extension, allura nsejjaħ quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Peress li m'hawnx quorum is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.00 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Inkomplu bis-seduta.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, skond l-Onor.", "Edwin Vassallo Malta ħadet il-ħajja wara l-bidla fil-gvern fl-1987.", "Niftakar li kien hawn xi ħadd li kien qal li ma jimpurtax li nissellfu l-flus għax fil-każ iħallsu wliedna.", "L-isfortuna hija li mill-ewwel disa' snin li kien hemm ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, il-fondi kollha li kellu l-gvern biex jagħmlu tajjeb għall-iżvilupp li kien qiegħed isir ġewwa pajjiżna bdew jittieklu u wasalna biex illum għandna ħofra li l-Partit Nazzjonalista fl- oppożizzjoni qatt ma ried jaċċetta.", "Pero' hekk kif għaddiet l-elezzjoni ta' l-1998 u reġa' tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern il-lingwaġġ inbidel u bdejna nisimgħu lill-mexxejja tal-Partit Nazzjonalista jgħidu li f'pajjiżna teżisti problema finanzjarja.", "Mhux talli hekk talli dawn ipprovaw idaħħlu f'moħħ il-poplu Malti li din il-problema kien ħoloqha l- Partit Laburista fil-gvern.", "Issa kif jaf kulħadd, fl-aħħar tliet budgets li saru kien hemm aċċenn għall-fatt li d-deficit finanzjarju ma kienx xi ħaġa li żviluppa f'sena jew f'sentejn imma kien xi ħaġa li żviluppa tul medda ta' snin.", "Dan kien ikkawżat għax il-qasam finanzjarju u ekonomiku tmexxa b'mod ħażin.", "Naħseb li kif jgħidu bl-Ingliż, hawnhekk we should call a spade a spade, għax ikun għalxejn li wieħed jipprova jagħmel l-almu tiegħu biex jipprova jdur mal-lewża u jara f'min se jwaħħal.", "Ta' dan kollu m'għandu jeħel ħadd ħlief il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ta' bejn l-1987 u l-1996 u kulma jridu jgħidu hu li l-ħtija hija bażikament tagħhom.", "Pero' issa rridu naraw kif se nkomplu mexjin 'il quddiem.", "Fl-aħħar tliet budgets ta' gvern Nazzjonalista bdejna naraw żieda fid-dħul tal-gvern mit-taxxi diretti u indiretti u rajna wkoll introduzzjoni ta' taxxi ġodda.", "Suppost li bid-dħul tal-VAT kellhom jorħsu 40,000 prodott u allura jkun interessanti li f'dan il-parlament ikollna elenku ta' dawn il-prodotti ħalli għallinqas il- konsumatur meta jmur jixtri jkun jaf min qiegħed jisolħu.", "Naħseb li hawnhekk m'għandniex bżonn liġi li tirrispetta mija fil-mija d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea biex il-konsumatur ikun protett.", "Qed ngħid hekk għax aktar ma jgħaddi żmien aktar qed niltaqgħu ma' familji li qed jiffaċċjaw problemi finanzjarji.", "Issa wieħed jista' jagħti l-impressjoni illi s-sitwazzjoni ġewwa pajjiżna hija waħda feliċi.", "Li nista' ngħid huwa li filwaqt li ċerti familji għadhom għaddejjin, għalkemm forsi kellhom inaqqsu minn ċertu stil ta' ħajja illi forsi draw jgħixu fih għal ċertu numru ta' snin, hawn numri konsiderevoli ta' familji illi qed jiffaċċjaw problemi finanzjarji kbar.", "Issa wieħed faċli jgħid li dak li jkun għandu jaħdem aktar milli qed jaħdem jew li n-nisa għandhom joħorġu jaħdmu part-time, full-time jew inkella joħorġu jaħdmu bil-moħbi biex jagħmlu tajjeb għall-problemi finanzjarji li qed jiltaqgħu magħhom.", "Sur President, parti minn dawn il-problemi finanzjarji qed joħloqhom il- gvern stess u se nagħti xi ftit eżempji ħalli wieħed joqgħod jaħseb ftit fuqhom u forsi jirrimedjahom.", "Fuq dawn il-problemi ġew ikellmuni nies anke fl-uffiċċju tiegħi.", "Per eżempju, b'riżultat tal-Lm1 żieda fil-ġimgħa li ngħatat fl-aħħar budget, dawk li kienu jieħdu l-benefiċċji tal-mard u li kienu borderline cases, issa qabżu l-livell bi ftit, bil-konsegwenza li marru għall-agħar.", "Fil-fatt dawk li kienu jieħdu Lm14 fix-xahar bħala benefiċċju għall-mard, li jammontaw għal madwar Lm170 fis-sena, issa se jitilfu dawn il-flus għax ħadu Lm52 żieda fis-sena.", "Ovvjament dawn huma nies li qegħdin fl-istrata ta' isfel nett fis-soċjeta', li jaqilgħu Lm2,400 fis-sena.", "Għalhekk dawn il-persuni qed ikomplu jitgħakksu u kważi kważi aħjar ma ħadu xejn żieda għax kien ikollhom dħul finanzjarju aktar milli se jkollhom issa.", "Il-ministru jista' jgħidli li ftit huma dawk in-nies li qed jintlaqtu b'dan il-mod imma jien konċernat fuq kull persuna.", "Jien inħoss li meta l-gvern jagħti xi forma ta' żieda għall-għoli tal-ħajja għandu jgħolli wkoll is-ceiling ħalli dawk li jkunu qed jieħdu xi benefiċċji soċjali ma jmorrux ħażin.", "L-istess sitwazzjoni qegħdin isibu ruħhom fiha dawk li jiggwadanjaw minn ċerti benefiċċji li jirrigwardaw il-housing.", "Fil-fatt minħabba ż-żidiet illi ngħataw il-ħaddiema għall-għoli tal-ħajja dawn qabżu ċertu ceiling, bil-konsegwenza li r-rata bħala persentaġġ li jridu jirrifondu lill-banek jew inkella lill-Lohombus togħlielhom.", "Dan qed iwassal ukoll biex ir-rata ta' l-imgħax tiżdedilhom ukoll u allura aktar qed jitilfu milli jiggwadanjaw.", "Għalhekk jien inħoss li l-gvern għandu jagħti kas dawn l- inġustizzji soċjali, biex ngħidilhom hekk, u jirranġahom.", "Nixtieq insemmi wkoll il-mod li bih matul dawn is-sentejn u nofs il-gvern Nazzjonalista żied ir-rata tal-kontribuzzjoni tan-national insurance.", "Fil- fatt filwaqt li qabel din kienet 1/12, wara saret 1/11 u issa qiegħda 1/10 tad-dħul gross li jkollu ħaddiem.", "Nista' nsemmi wkoll li minbarra l- ħaddiema, anke l-employers u l-gvern joħorġu one tenth tal-paga bażika tal- ħaddiema bħala kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Il- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali jitqassmu bejn is-settur tas- sigurta' soċjali, s-settur tas-saħħa u s-settur ta' l-anzjani.", "Sur President, la qiegħed insemmi l-anzjani nixtieq inqajjem żewġ punti partikolari.", "Issa nispera li ma jiġix l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonniċi hawnhekk u jgħidilna li dan mhuwiex veru.", "(Interruzzjonijiet) Issa xbajna nisimgħu fares min-naħa tal-gvern u dan l-aħħar neħħejt kull dubju li kelli u kkonfermajt il-wiċċ sfaċċat li għandhom ċerti nies min-naħa tal- gvern, min-naħa tal-partit Nazzjonalista u min-naħa tal-media tagħhom.", "Illum ma nixtieqx nintilef fuq dawn il-ħmerijiet pero' naħseb li jkun tajjeb li nfakkru ċerti affarijiet.", "Per eżempju, qabel l-aħħar elezzjoni lill-anzjani kienu jgħidulhom li jekk jivvotaw lill-Onor.", "Alfred Sant dan se jgħollilhom it-tariffi li jħallsu jekk ikunu fid-djar ta' l-anzjani.", "Qalulhom ukoll biex Dr. Sant ma jafdawhx.", "Pero' llum qed naraw li biex l- anzjani jibqgħu residenti fid-djar ta' l-anzjani dawn qed ikollhom iħallsu 60% u mhux 40% mid-dħul tagħhom, basta jibqagħlhom Lm550 fil-but.", "Dan meta qabel l-elezzjoni, l-makna propagandistika Nazzjonalista kienet tgħid illi l-anzjani taħt Dr. Sant se jibdew jiġu ntaxxati aktar biex jibqgħu fid-djar residenzjali tal-gvern.", "Issa wieħed jistenna li ladarba dawn l-anzjani qed iħaIlsu kontribuzzjonijiet aktar is-servizzi se jitjiebu pero' fil-fatt qed jiġri bil-kontra.", "Ftit tal-ħin ilu qam battibekk żgħir bejn sieħbi l- Onor. Silvio Parnis u l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici fuq il-kwestjoni ta' l- ikel.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif l-anzjani qed iħallsu kontribuzzjonijiet aktar u mbagħad fil-menu joffrulhom jew perżut tal- koxxa, li kif nafu huwa perżut mielaħ, jew inkella pulpetti.", "Qed ngħid dan ħafna anzjani jbatu bil-pressjoni u biz-zokkor u allura wieħed għandu joqgħod attent ħafna x'jippreżentalhom.", "(Interruzzjonijiet) Issa mhux se noqgħod nidħol fil-mertu jekk il-pulpetti kenux magħmulin miċ-ċanga jew le għax ma nħossx li din tkun xi ħaġa ġusta, għalkemm jekk inħoss il-bżonn, inqajjem dan il-punt ukoll.", "Kif nafu ħafna anzjani lanqas jilbsuha d- dentatura u allura ma nħossx li hija ħaġa tajba li dawn tagħtihom pulpetti ebsin.", "(Interruzzjonijiet) Lill-iSpeaker għadni kemm staqsejtu jekk nistax nippreżenta xi pulpetta flok il-perżut mielaħ li semma l-Onor.", "Parnis!", "Il-punt tiegħi huwa li lill-anzjani m'għandniex nippreżentawlhom ikel iebes għax kif diġa' għidt, ħafna anzjani li għandhom id-dentatura ma jilbsuhiex għax iddejjaqhom.", "Apparti minn hekk dawn l-anzjani qed jippreżentawlhom ukoll patata mgħollija u din mhijiex ideali għal min ibati biz-zokkor aktar u aktar jekk matul il-ġurnata dawn jagħtuhom ukoll ħobż, għaġin u affarijiet oħrajn.", "Dawn l-affarijiet kollha flimkien ma tantx huma ideali bħala menu għal min ibati b'ċertu mard.", "L-argument tiegħi huwa li jekk lil dawn l-anzjani qed niċċarġjawhom iktar għandna nagħmlulhom ħajjithom daqsxejn aħjar.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq is-settur tas-saħħa, Mr Speaker.", "Dwar dan il-bieraħ għamilt nofs siegħa nitkellem, għamilt xi kwarta oħra l-ġimgħa li għaddiet u ħriġt ukoll tliet stqarrijiet.", "Pero' tan-naħa l- oħra gidbu fuq dak li għidt jien.", "Issa llum hija l-ħames ġurnata minn meta sfidajt lill-ġurnal ''in-nazzjon'' biex jippubblika kelma b'kelma dak li għedt jien fl-istqarrijiet tiegħi ħalli juri lill-qarrejja fidili tiegħu li dak li ħarbxu fil-gazzetta u li qegħdin ipeċilqu dwaru fuq Radio 101 huwa kollu gideb.", "S'issa dawn qatt ma kellhom il-kuraġġ li jitolbu skuża tal-gideb kollu li qalu pero' dan mhux qed nieħdu bi kbir għax issa l- wiċċ sfaċċat tagħhom qed nidrah u ma rridx nagħti kasu.", "Naħseb li l- aħjar ħaġa hi li dawk it-tip ta' gazzetti ma nibqax naqrahom ħalli ma nkomplix naħli l-ħin tal-ġurnata tiegħi.", "Il-ħin huwa prezzjuż u għandi nutilizzah aħjar.", "Jien kemm-il darba semmejt il-kuntratt ta' l-isptar f'Tal-Qroqq li ġie ffirmat fi Frar tas-sena li għaddiet għax il-gvern m'għandux kontroll fuq l- infiq li qed isir fuq dan il-proġett.", "Fil-fatt il-gvern ħalla ħafna affarijiet f'idejn il-konsorzju Skanska u jien persważ illi minkejja li l- gvern issettja target fuq kemm għandhom jintnefqu flus fuq dan l-isptar, in- nefqa se tkun ferm u ferm ikbar.", "Qed jiġi nnotat ukoll li filwaqt illi qed ikun hemm splużjoni l-ħin kollu tan-nefqa rikorrenti, qed jinħolqu diversi problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' xiri tal-mediċini.", "Fil-fatt fiċ-ċentri tas-saħħa hemm nuqqas ta' mediċini u n-nies qed ikollhom jixtru l-mediċini huma.", "Naħseb illi ladarba l-poplu qed iħallas aktar kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u aktar taxxi, jixraqlu aħjar.", "Qed ngħid dan għax l-istil ta' ħajja taċ-ċittadini Maltin qiegħed dejjem jonqos għax qed ikollu inqas flus x'jonfoq.", "Jien ngħid illi kieku jitjiebu s-servizzi li jingħataw mid-dipartimenti governattivi, kieku naraw titjib fl-ambjent ta' madwarna, kieku l-problemi soċjali li għandna jonqsu u kieku jkun hemm aktar għajnuna lil dawk li qegħdin fis-saff ta' isfel tas-soċjeta' tagħna allura wieħed jasal biex jiġġustifika ċerti żidiet li jintalbu mingħand il-poplu ħalli l-gvern ikun jista' jagħmel tajjeb għan-nefqiet li jagħmel.", "Sur President, ikun tajjeb li wieħed jistaqsi wkoll: Xi kwalita' ta' ilma, arja u ilma baħar għandna?", "Qiegħda tittieħed azzjoni fuq ir-rimi ta' żibel, skart domestiku u skart ieħor ħalli l-ambjent ta' madwarna jitjieb?", "Jien naħseb li f'dak li għandu x'jaqsam ma' ambjent mhu qed naraw l-ebda titjib.", "Dan bħalma mhu qed naraw l-ebda titjib, per eżempju, f'ċerti lokalitajiet.", "Jien ngħid li parzjalment din hija responsabilita' tal-gvern ċentrali wkoll għax hu qed jagħtihom il-fondi lill-kunsilli lokali ħalli dawn ikunu jistgħu jagħmlu ċerti xogħlijiet.", "Pero' l-gvern għandu r-responsabilita' wkoll li jara li l-affarijiet qed isiru sewwa u li x-xogħol ikun qed jinqasam madwar il-lokalita' kollha.", "Qed ngħid dan għax ċerti kunsilli lokali qed jagħmlu ħafna xogħol fl-istess postijiet imbagħad il-periferiji ta' l-irħula ma jsiru qatt.", "Każ klassiku huwa l-Mosta għax matul seba' snin ta' kunsill lokali b'maġġoranza Nazzjonalista ix-xogħol dejjem sar fl-istess postijiet u mbagħad jekk tmur fil-periferija ħlief żdingar, ħmieġ u telqa ma tarax.", "Jien mhux se noqgħod nidentifika post post pero' jekk irid il-gvern nidentifikawhomlu wkoll.", "Pero' naħseb li mhux sewwa li jkollna din is-sitwazzjoni.", "Per eżempju, din is-sitwazzjoni qed narawha tiżviluppa wkoll fin-Naxxar kemm ilu li nbidel is-sindku.", "Qegħdin ninnutaw li hemmhekk hemm ċerti postijiet fejn isir ix-xogħol u hemm postijiet oħrajn fejn ma jsirx xogħol.", "Għalhekk hemm bżonn li nibdew naraw li ma jkunx hemm preferenzi u x-xogħol isir fejn ikun hemm bżonn.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Biex niġu in line mar-regolamenti u d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea l-gvern se joħroġ madwar Lm12 miljun.", "Huwa interessanti li minflok bħalissa qed nitkellmu fuq il-Lm100 miljun li suppost ġew mill-Unjoni Ewropea qed nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi li permezz tiegħu l-gvern se jkun awtorizzat li jiġbor self ta' Lm100 miljun.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u biex tkompli tinstema' għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR EVARIST BARTOLO: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Nissekonda..", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Michael Farrugia jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Bħala sinjal ta' solidarjeta' ma' l-Onor.", "Farrugia nitlob quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-Seduta ġiet sospiża fit-8.45 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu jservi biex wieħed jagħmel ċerti riflessjonijiet għax meta jidħol is-self ovvjament jidħlu l-problemi.", "Hemm bżonn naraw ftit l-isfidi li għandu pajjiżna llum u li kellu fis-snin li għaddew għax il-problemi li kien hemm qabel l-1996 ma ġewx iffaċċjati bis-serjeta' u allura mal-bidla fil-gvern, il-gvern Laburista kellu jiffaċċjahom hu u sab ħafna ostakli.", "Għalhekk l-aspett finanzjarju f'dawn l-aħħar snin kien oġġett ta' kontroversja u allura wieħed bilfors ikollu jitkellem fuqu.", "Mr Speaker, l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huma:", "\".....", "Sabiex il-gvern jiġi awtorizzat jiġbor self f'Malta bl-iskop li jagħmel tajjeb għan-nefqa akbar mid-dħul li sar fil-Fond Konsolidat matul is-snin 1999 u 2000, u għan-nefqa akbar mid-dħul li hi mistennija li ssir fil-Fond Konsolidat matul is-sena 2001.''.", "Dan il-ħafna diskors bombastiku jien inqabblu ma' familja li fix-xahar iddaħħal Lm200, per eżempju, u din tonfoq Lm250.", "Peress li din ikollha żbilanċ ta' Lm50 trid tara minn fejn se ġġibhom dawn il-flus u l-għażla tkun li jew jagħtuhomlha tal-familja jew tipprova tagħmel xi xogħol ieħor biex tpatti għal dan l-infiq aktar mid-dħul.", "Dan ifisser li biex tiekol tkun trid tissellef u llum dan hu li qed jagħmel pajjiżna.", "Illum għandna gvern li qed jitlob awtorizzazzjoni biex jissellef għal infiq aktar li kellna matul is-snin 1999 u 2000 u għal dak li qed ikun previst li se jintefaq matul din is-sena.", "Mela aħna qegħdin nisselfu biss biex nieklu u biex inħallsu dak li diġa' ttiekel.", "Mr Speaker, din il-ġimgħa ntbagħat fuljett ċkejken fid-djar tan-nies li huwa maħruġ mill-uffiċċju informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista bl-isem \"Fid-Direzzjoni t-Tajba – Budget 2001.\"", "Naturalment dawn kollox fid- direzzjoni t-tajba jagħmlu imma ma jgħidulekx li d-direzzjoni tista' tkun tajba għall-gvern imma ħażina għaċ-ċittadini.", "Punt importanti li kien hemm f'dan il-fuljett huwa li issa mhux qed nisselfu biex nieklu imma qed nisselfu biss biex ninvestu.", "Issa hekk qed jipprovaw ibellgħuha lill- poplu.", "U jien hawnhekk nistaqsi: Fejn hu dan l-investiment f'dan l-abbozz ta' liġi fejn il-gvern se jissellef sa massimu ta' Lm100 miljun?", "Fl- għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi għandna konferma li dan is- self se jsir biex jagħmel tajjeb għall-infiq aktar mid-dħul għas-snin 1999, 2000 u 2001 jiġifieri dan il-fuljett li ntbagħat mill-Partit Nazzjonalista trid issirlu korrezzjoni għax mhuwiex veru li qed nisselfu biss biex ninvestu imma qed nisselfu wkoll biex inħallsu għal dak li kellna fis-sentejn li għaddew u għal dak li se nieklu matul din is-sena.", "Ħafna drabi wieħed isemmi ċ-ċifra ta' Lm100 miljun bħala kritika ta' dak li kien jingħad qabel l-elezzjoni ta' l-1998.", "Pero' tajjeb li nagħmluha ċara li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qed ipinġi lill-Unjoni Ewropea bħallikieku din se ssolvilna l-problemi kollha, issa qed nindunaw li l- problemi fil-qasam finanzjarju rridu naraw kif se nsolvuhom aħna.", "Iċ- ċifra ta' Lm100 miljun hija familjari għax qabel l-elezzjoni ta' l-1998 esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista kienu jwegħduna li malli noħorġu mill-friża l-applikazzjoni tagħna sabiex insiru membri sħaħ ta' l- Unjoni Ewropea, se jagħtuna Lm100 miljun kull sena.", "Issa din hija t-tieni sena li gvern Nazzjonalista qed jitlob lill-parlament biex jawtorizzah jissellef sa Lm100 miljun oħra.", "Kieku d-diskors li kien jingħad qabel l-aħħar elezzjoni huwa realta' kieku llum l-istorja hija differenti u l-parlament mhux qed jiġi ffaċċjat b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax il-Lm100 miljun tagħtihomlna l-Unjoni Ewropea.", "Huwa tajjeb li nuru bil-fatti li llum il- verita' hija differenti mid-diskors li kien jingħad qabel l-elezzjoni li ntrebħet bl-ingann.", "Per eżempju ̧ niftakru żmien meta l-kap tal-Partit Nazzjonalista kien joħroġ jgħajjat u jgħid li huma mhux se jagħmlu bħall- gvern Laburista u joqgħodu jingħu u jibku fuq il-problemi li kien hemm imma se jkollhom il-fiduċja fil-poplu u allura l-problemi jsolvuhom.", "Pero' l- istorja issa hija differenti.", "Bħala partit dawn ftit li xejn jitkellmu fuq kif bdew dawn il-problemi finanzjarji li għandu pajjiżna imma dawn għandhom makna sħiħa, bħall-gazzetti u esponenti oħrajn li jissejħu l-imsieħba soċjali, li ta' spiss jippriedkaw fuq il-ħofra finanzjarja li għandna f'pajjiżna.", "Pero' l-gvern Laburista dan ma sabux u allura kien ikollu bilfors juri lill-poplu x'inhuma l-problemi li għandu pajjiżna.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, ippermettili nwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR CARMELO ABELA: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 17 ta' Jannar, 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Kumitat (Kont);", "Abozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOE SAMMUT: Mr Speaker, se niddedika dawn il-ftit minuti li ġejjin għal tliet punti li personalment jinkwetawni xi ftit.", "Nixtieq nitkellem dwar il-wirt storiku, dwar it-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji - dan l-aħħar safa' fil-mira tal-kritika - u dwar xi ħaġa li tirrigwarda d-distrett tiegħi b'mod partikolari, peress li ltqajt ma' diversi persuni li lkoll indikawli dwar jekk fil-ħames distrett għandux ikun hemm berġa jew poliklinika.", "Nibda billi nirriferi għall-ewwel punt li aċċennajt għalih, il-kwestjoni tal-wirt storiku, Mr Speaker.", "Forsi xi ħaġa li bħala Malti tinteressani u tagħmilni kburi hija li f'Malta hawn diversi monumenti storiċi li jagħmluna uniċi fid-dinja, meta tqis il-kobor tal-pajjiż, l-istorja tal-pajjiż u d-diversi monumenti li għandna.", "Imma qabel ma mmur għall-element storiku rrid nagħmel aċċenn għall-wirt li jirrigwarda l-ilsien Malti.", "Meta nħarsu lura u mmorru lura fl- istorja naraw kif diversi Maltin iġġieldu, tħabtu u stinkaw ħalli l-ilsien Malti ma jintilifx, ma jispiċċax.", "Kien hemm perijodu fejn kien meqjus bħala l-ilsien tal-kċina u ħafna kienu jistħu jużaw il-lingwa Maltija.", "Kien hemm gwerra sħiħa bejn l-ilsien Taljan u dak Ingliż dwar min hu l- iktar dominanti minnhom.", "Il-kompromess forsi ntlaħaq billi l-ilsien Ingliż spiċċa mhux aħjar mill-ilsien Malti imma kien jintuża ma' ġenbu.", "Illum qegħdin naraw attentati sfrenati biex l-ilsien Malti għal darb'oħra jitpoġġa fil-ġenb.", "Fil-fatt ħarġet anke ċirkolari mill-universita' biex it- tagħlim jibda jsir bil-lingwa Ingliża.", "Jien assolutament m'iniex kontra li l-ilsien Ingliż jiġi mgħallem fl- iskejjel.", "Forsi l-poplu Malti għandu vantaġġ fuq pajjiżi oħra minħabba li huwa multi-lingual - dan forsi minħabba l-kuntatt li jkollna ma' diversi popli - imma li l-ilsien Ingliż jieħu predominanza fuq il-Malti ma naqbel xejn.", "Ma nafx għalfejn din l-amministrazzjoni tħoss li għandha timbotta dan l-element - u hawnhekk f'din il-Kamra kellna lill-ministru ta' l- edukazzjoni nnifsu jimbotta dan is-suġġeriment - xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hi stupida u ta' min iwarrabha.", "Altru li ma naqbilx li l-ilsien Malti għandu jiġi wara ilsna oħra imma bis-saħħa ta' din id-direttiva issa qed nagħtuhom il-barka.", "Hawnhekk nistaqsi: Fil-qrati se nibdew nitkellmu bl- Ingliż ukoll issa?", "Niftakar b'mod partikolari l-lectures isiru kollha bl- Ingliż fl-universita' mbagħad nersqu lejn il-qorti u ħadd ma jaf jesprimi ruħu sewwa bil-Malti - povru klijent u povra terminoloġija - għaliex il- lectures kollha jsiru bl-Ingliż.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma naqbilx miegħek għaliex hemm min fost l-imħallfin li esprima d-diżappunt tiegħu dwar kif il-Malti qed jiġi mkasbar.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li llum il- ġurnata l-imħallfin huma l-uniċi nies li qed jipproteġu l-lingwa Maltija u qegħdin jinsistu li d-diskors ikun bil-Malti u li l-atti jsiru bil-Malti.", "U għandna nkunu kburin bih dan.", "Jien ma nistax għaliha meta mmur ġo xi ristorant u nsib xi barrani li wara li nkunu għamilnielu pjaċir u aċċettajnih fostna, dan jippretendi li nkellmuh bil-lingwa tiegħu u mhux bil-lingwa tagħna.", "Mur ġibek ġo xi pajjiż ieħor u tindirizzah bil-lingwa tiegħek ħa tara jekk jirrispondikx!", "Nistgħu nsemmu Franza, il-Ġermanja, l-Italja bieb u għatba magħna, dawn ma jirrispondukx jekk tkellimhom bl-Ingliż.", "Ċertament li tajjeb li s-servizzi tagħna nestenduhom, imma li issa naslu fl-estremita' li f'istituzzjoni bħalma hi l-awtorita' ta' l-ippjanar il-korrispondenza nibagħtuha bl- Ingliż, huwa inaċċettabbli.", "Awtorita' Maltija li qiegħda għall-Maltin tibgħatlek il-korrispodenza bl-Ingliż!", "Personalment jien nirrispondi lura bil-Malti għaliex inħoss li jien Malti u mhux Ingliż.", "Naħseb li wasal iż- żmien li npoġġu naqra saqajna ma' l-art u fuq din tal-lingwa nidħlu f'ċertu dettall u nqisu sew kif u meta għandha tiġi evalwata l-preferenza fil- lingwi.", "Niġi ftit għall-wirt storiku bħala monumenti, Mr Speaker.", "Xi ħaġa li impressjonatni u tibqa' timpressjonani hi l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Naqbel li għandu jkun hemm awtorita' ta' l-ippjanar biex tippjana kif għandu jsir l-iżvilupp, imma ma naqbilx li din l-awtorita' għandha tispiċċa fl-istess klassi tal-wardens.", "Mela għamilna l-wardens u Alla jbierek ħlief biljetti għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku ma jagħtux!", "L-iktar ħmar faċli, jew forsi ta' ħmir li huma huma wkoll qegħdin jaqgħu għalihom għaliex l-indafa qegħdin jinsewha.", "M'aħniex naraw il-mod kif iġibu ruħhom huma stess meta jwaqqfu l-istess vettura tagħhom b'kontravenzjoni tar- regoli tat-traffiku!", "Naħseb li aħjar jibdew huma stess dawn in-nies!", "L- awtorita' ta' l-ippjanar qed tagħmel l-istess.", "Flok qed tara kif tagħmel biex toħroġ il-permessi qed tgħolli t-tariffi u tintaxxa, imma kif se nipproteġu l-wirt storiku tagħna Alla jbierek ma nisimgħu xejn.", "Imbagħad nisimgħu li Ħaġar Qim iġġarraf parti minnu, it-tempju ta' Ġgantija ġġarfet parti oħra minnu u nibqgħu sejrin hekk.", "Kemm monumenti jiġu meqruda kuljum ma nisimgħux.", "Għaliex?", "Għax mhux isiru studji u m'għadniex niddedikaw ħin għall-studji hemmhekk.", "Għandna lista ta' periti li huma ta' ġewwa u tal-qalba.", "Dawn bilfors trid taqa' fuqhom u sfortunatament ma jinteressahomx mill-wirt storiku, u l-ħsara dejjem tikber.", "Biss min-naħa l-oħra dan il-pajjiż bħala bażi, bħala sieq ta' l- ekonomija tiegħu, għandu t-turiżmu safejn naf jien.", "Illum il-ġurnata sfortunatament spiċċaw il-blue seas, għax naħseb li bil-baħar ikkontaminat kif inhu llum il-ġurnata ftit għandna għalfejn noqgħodu niftaħru bil-blue seas.", "Dan diġa' aċċennajt għalih f'diskorsi oħra.", "Ir-rimedji li għandhom jittieħdu huma varji, imma l-amministrazzjoni jidher li m'għandiex flus għalihom dawn.", "Allura naħseb li issa rridu naqgħu għat-tip ta' turist li jiġi għall-monumenti.", "Xi ħaġa li affaxxinatni, kieku l-awtorita' ta' l-ippjanar verament qiegħda hemm biex tippjana, kien meta nbena l-kumpless ta' l-Embassy.", "Bħala kumpless sabiħ, proġett kif għandu jkun, biss meta qbadt nieżel bil- lift 'l isfel sular, tnejn u tlieta taħt l-art, bdejt niftakar meta kienu bdew iqattgħuh fil-blata s-safra li l-Kavallieri bnew il-Belt kollha biha.", "Anke l-ġebel ta' dan il-Palazz tqatta' minn taħtu u nbena bih.", "Il- Kavallieri fi żmienhom m'għamlux il-muntanja tal-Magħtab b'dak li kien jibqa' bl-iskart tal-ġebel.", "Għalfejn?", "Għax kienu jaqtgħu mill-post u jibnuh.", "Jekk inħarsu lejn is-swar tagħna dawn qegħdin jittieklu.", "Għandna l- Kavallier ta' San Ġakbu, fejn sar dan il-proġett quddiem Kastilja - pastażata kbira għaliex għandek ġebla antika li ġiet imraqqa b'ġebla bajda, aktarx meħuda min-naħa ta' l-Imqabba jew mill-Qrendi, u din tistona bl- ikrah - u kieku għandna awtorita' ta' l-ippjanar li verament tippjana kif għandu jsir l-ippjanar, naħseb li allura suppost li taf bil-prinċipju tal- ġebla Maltija li fil-post li taqtagħha minnu sservi iżjed.", "Tant hu hekk li għandna monumenti l-Belt li ilhom ħames mitt sena, minn żmien il- Kavallieri.", "Għalfejn?", "Għaliex maqtugħin mill-post u l-ġebla meta taqtagħha u tħalliha fl-istess post, iddum isservi ħafna iktar.", "Allura b'massa ta' ġebel bħal dik, fond bħal dak, ma setgħetx l-awtorita' ta' l- ippjanar tesiġi li jitqatta' f'ċnagen biex tbiddel u tagħmel manutenzjoni ta' l-istess monumenti storiċi li għandna ġol-Belt?", "Mela naslu fil- konklużjoni vera li l-awtorita' ta' l-ippjanar qiegħda hemmhekk biex tpappija u ċċiċiha u xejn iżjed.", "Dan għaliex ippjanar proprju kif għandu jkun mhux qed isir.", "Bħal tal-wardens, ħlief għat-traffiku mhumiex qegħdin hemmhekk, u l-ħmieġ Alla jbierek ma' kullimkien u l-karti jiġru mat- toroq!", "Niġi għall-punt l-ieħor li aċċennajt għalih fil-qosor, li jirrigwarda t- tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji.", "Dan hu tribunal li kont involut direttament fih - u għadni involut fih - u hija ħasra, kważi ngħid, oxxenita' t-tip ta' każi li qed jitqanqlu quddiem dan it-tribunal.", "Tant hija oxxenita' li qed tiġri d-diċerija li dan it-tribunal ikollu jitneħħa għax il-gvern preżenti irid ineħħih.", "Wieħed jistaqsi: Għalfejn il-gvern irid ineħħih?", "Ma kenitx l-għajta tal-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1987 għal \"Xogħol, Ġustizzja u Liberta'\"!", "It- tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji qiegħed hemm biex jagħmel ġustizzja fejn ma saritx ġustizzja, dak li tant kien jippriedka l-Partit Nazzjonalista qabel l-1987.", "Għalkemm il-każi quddiem it-tribunal forsi jlaħħqu l-1,600 jew l-1,800 ninsab konvint li hemm eluf ta' każi oħra li ma tressqux, forsi għaliex min kien ma kellux fiduċja fil-ġustizzja - għaliex fil-perijodu li l-Partit Nazzjonalista dam fil-gvern il-ġustizzja marret il-baħar - u ma rrealizzax li dan it-tribunal lest li jagħmel ġustizzja verament.", "Illum ir-riżultati qed narawhom.", "Hemm każi fejn kien hemm min approfitta ruħu u ressaq l-ilment tiegħu 'l quddiem imma l- ġustizzja kienet għamja vera għaliex ma qatgħethiex favurih, u hemm min il- ġustizzja marret favurih.", "Forsi wieħed jgħid li għalhekk il-gvern preżenti jrid ineħħi dan it-tribunal għaliex il-ġustizzja qiegħda taħdem u jixtieqha li tgħolli l-għamad tagħha.", "Tkun sfortuna u oxxenita' jekk dan it-tribunal li tant qed jagħmel xogħol sewwa jitneħħa.", "Huwa każ ukoll ta' min isemmih hawnhekk u nġibuh għall-konoxxenza ta' kulħadd li fejn dan it-tribunal sab li saru inġustizzji u ngħata r-rimedju, sfortunatament min ħa dak ir-rimedju ġie mneħħi minn fejn kien impoġġi wara ftit ġranet biss.", "Għalfejn?", "Hemm il-każi tas-sewwieqa ta' l-ambulanza biex insemmi każ wieħed minnhom biss.", "Għalfejn tneħħew dawn in-nies?", "Tpoġġew u l-għada tneħħew!", "X'inhi r-raġuni?", "Mela fejn irridu l-għamad tal-ġustizzja nneħħuh?", "Naħseb li ta' min wieħed janalizza u verament jibda japplika fit-tmexxija tal-pajjiż dak li jippriedka.", "Il-punt l-ieħor fil-qosor - għaliex il-ħin qed jagħfas - huwa punt li niltaqa' ta' spiss miegħu meta niltaqa' mal-kostitwenti tal-ħames distrett.", "Hemm il-karba biex fin-naħa taż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Birżebbuġa u Ħal Għaxaq ikun hemm berġa jew poliklinika.", "Ir-risposta għal din il- mistoqsija indirizzata lill-ministru konċernat dwar jekk hux possibbli li jkun hemm poliklinika fin-naħa tal-ħames distrett dejjem kienet fin- negattiv.", "Forsi wieħed jgħid: U iva, u jittama li l-iva għad tiġi l-ħin tagħha wkoll.", "Imma llum naħseb li kulħadd jinsab konvint li r-risposta negattiva mhux għaliex m'hemmx fondi jew għax qed nistennew li jiġu l- fondi, imma għaliex il-gvern m'għandux f'moħħu li jibqa' jħaddem dawn it- tip ta' sistemi ta' servizzi.", "Fil-fatt dan l-aħħar smajna li issa ġiet introdotta miżata anke meta l-ħaddiema jmorru l-isptar u jitolbu li jsiru ċerti testijiet li qabel kienu bla ħlas.", "Wieħed bilfors jistaqsi: Għalfejn inħallsu l-kontribuzzjoni tan-national insurance?", "Biex sempliċement il- gvern, l-amminstrazzjoni, tieħu donazzjoni indiretta u mbagħad tagħmel biha li trid?", "X'inhu s-sinifikat?", "Se jitneħħew dawn is-servizzi mediċi li l- Istat kien jipprovdi?", "Hawnhekk wieħed jista' jinnota li din hija xi ħaġa li narawha ta' spiss tiġri fuq il-kontinent, fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Forsi hemm xi diktat minn hemmhekk?", "Forsi hemm xi ordni min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea biex nagħmlu bħalhom u nneħħu s-servizzi tagħna?", "Inħalli s- semmiegħa tagħna llejla jaħsbu fuq dan il-punt.", "X'inhuma l-konsegwenzi?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Onor. Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, nibda billi ngħid li dalgħodu laqtitni stampa li dehret f'gazzetta ewlenija ta' kuljum, li turi l-miżuri drastiċi li pajjiż bħall-Ġermanja qed jieħu minħabba l-problema tal-mad cow disease.", "M'inix qiegħed hawnhekk biex b'xi mod inkun allarmista - ma nħobbx inkun allarmista - pero' jiena wieħed minn dawk li nħoss li d- drittijiet tal-konsumatur huma drittijiet li jridu jiġu ssalvagwardati f'kull żmien iktar, u iktar u iktar meta l-kwestjoni tkun tolqot is-saħħa u l-benessere ta' kull wieħed u waħda minna.", "Fil-Ġermanja kellna l-każ - naħseb li tajjeb li nsemmuh għax jagħmel parti mill-istorja politika ta' kull pajjiż - fejn żewġ ministri rriżenjaw għax in-nies dehrilhom li r-reazzjoni tagħhom fil-konfront ta' din l- epidemija kienet pjuttost kajmana u ma rreaġġixxewx daqstant b'mod effettiv ħalli jserrħu moħħ il-pubbliku.", "Mela rriżenjaw żewġ ministri ewlenin minħabba l-fatt li fil-perċezzjoni pubblika dawn ma ħadux il-passi neċessarji biex jikkontrollaw - mhux qed ngħid jeliminaw imma jikkontrollaw - u b'hekk iserrħu iktar moħħ il-popolazzjoni.", "Naħseb li wieħed għandu jaqta' qalbu milli jaspira li jkollna xi ħaġa hekk f'dan il-pajjiż, pero' ċertament fl-opinjoni tiegħi hija tal-biki li naqraw li għadhom se jibdew isiru xi testijiet fuq dan il-fenomenu fl-aħħar ta' dan ix-xahar.", "Hija ħaġa tal-biki li lanqas l-awtoritajiet konċernati ma kienu ppreparati x'tip ta' testijiet iridu jagħmlu u ma jagħmlux, aktar u iktar meta dawn il-każi kienu qegħdin jokkorru barra minn xtutna b'tali mod u manjiera li l-ebda pajjiż ma kien safe, lanqas dawk li huma l-aktar stringent fil-quality control fuq l-ikel, bħall-Ġermanja, l-Awstrija u l-Italja.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd naħseb li pajjiżna għadu 'l bogħod milli jkollu l-istess stringent standards fuq dan l-element.", "Fil-fatt xi xhur ilu kien hemm allegazzjoni li daħlu containers b'laħam infettat u jidher li dawn daħlu bħala ħaxix u ġobon.", "X'kien l-iskop?", "Ma naħsibx li l- iskop kien biex jevadu xi dazju, għax safejn naf jien fuq l-ikel m'hemmx dazji.", "U jekk verament okkorra dan, iktar u iktar allura jidher biċ-ċar kemm aħna qegħdin ngħixu f'raqda amministrattiva.", "(Interruzzjonijiet) Il- gvern qed jgħix f'raqda amministrattiva għax f'sitwazzjoni bħal din ma tteħdux il-miżuri neċessarji.", "U jrid ikun jidher li l-miżuri qed jittieħdu.", "Billi ngħidu li hawnhekk m'hawnx każi ta' infezzjoni mhux x'se nserrħu moħħ il-konsumatur, lanqas fil-każ ta' dak il-konsumatur li ftit jew xejn jirraġuna!", "Mr. Speaker, xi kultant tisma' entitajiet jgħidu li l-bejgħ taċ-ċanga naqas.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa redikolu li wieħed jargumenta b'dan il-mod.", "Jekk ma jkunx hemm iċ-ċanga jkun hemm laħam ieħor li m'hemmx problemi fuqu li jinxtara.", "Wara kollox il-konsumatur irid jiekol xi ħaġa.", "Il-problema hija waħda.", "Li jrid isir hu li nassiguraw li l-miżuri jittieħdu kollha.", "U possibbilment irridu nassiguraw li dawn mhux issa jibdew jittieħdu imma imisshom ilu li bdew jittieħdu.", "Irridu nassiguraw li l-prodott importat verament ikun ikkontrollat b'rigorożita' u bis-serjeta'.", "Jiena nerġa' ntenni li l-gvern ikun irresponsabbli jekk ikun allarmista.", "Ikun irresponsabbli jekk issir xi ħaġa li biha tinqered l-industrija lokali taċ- ċanga, żgħira kemm hi żgħira.", "Pero' ċertament il-konsumatur għandu dritt li jkollu l-assigurazzjoni sħiħa li kull ċanga, importata jew mhux importata, lokali jew mhux lokali, ġiet ikkontrollata u ċċekkjata.", "Intqal li t-testijiet se jibdew isiru fl-aħħar tax-xahar.", "Hawnhekk il- mistoqsija tiġi weħidha: Imma kif konna ċerti li sal-lum kellna laħam tajjeb jekk dan ma kienx iċċekkjat?", "Din hija mistoqsija loġika li konsumatur daqsxejn intelliġenti jagħmilha.", "Hija mistoqsija li fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin tirrikjedi li jittieħdu prekawzjonijiet mill-iktar serji dwarha.", "Għandhom isiru testijiet mill-iktar estensivi u jsir kontroll assolut mid-dwana, u għandna nassiguraw li l-ebda forma ta' ċanga ma titpoġġa fuq l-ixkafef biex tiġi kkonsmata jekk ma tkunx ġiet iċċekkjata minn qabel Dan huwa każ ta' emerġenza, każ li jirrikjedi li jittieħdu passi drastiċi.", "Huwa obbligu ta' gvern responsabbli li jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex il-konsumatur iserraħ moħħu.", "Il-liġijiet li ngħaddu hawnhekk dwar il-konsumatur, fejn nagħmlu awtorita' biex tikkontrolla, ma jkunu jfissru xejn jekk amministrattivament l-affarijiet ma jkunux qed isiru b'mod serju u jkunu jidhru li qed isiru b'mod serju.", "U dan isir billi jekk ikun hemm l-iċken dubju fuq xi ħadd li jkun importa xi ħaġa li ma kenitx iċċekkjata, din tiġi kkonfiskata u dak li jkun jiġi ppenalizzat.", "Għax dak mhux biss ikun qed jisraq lill-konsumatur imma fejn jidħol l-ikel, fejn jidħol il-kwalita' ta' l-ikel jew inkella l-kwalita' tal-mediċini dak ikun qed jipperikola s-saħħa tal-konsumatur.", "Hemmhekk ċertament ma jistax ikun hemm kompromess.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi llum f'dan l-aġġornament huwa dwar il- problemi tal-gwardjani lokali.", "Aħna bħala partit ikollna laqgħat mal- kunsilliera Laburisti.", "Fil-kunsilli kollha, fejn hemm kunsilliera Laburisti, dawn jaqblu mal-prinċipju taż-żamma tal-bonordni u jagħmlu ħilithom ukoll biex jikkoperaw.", "Fil-laqgħa tal-bieraħ effettivament ħarġu ċerti difetti fis-sistema kif introdotta li naħseb li llum qegħdin jinħassu minn kulħadd.", "Fost l-iktar affarijiet li jidhru biċ-ċar huma li s-sistema sal-lum hi xi ħaġa redikola.", "Il-wardens qed ikunu xprunati biex litteralment ikejlu jekk tyre tar-rota ikunx ħareġ pulzier 'il barra mill- kaxxa jew mis-slot li tkun impinġija ma' l-art biex lis-sewwieq jagħtuh ticket.", "Fil-każ tal-parking insibu dawn il-kontrolli kollha, imma mbagħad ma nistgħux ngħidu l-istess fuq aspetti importanti tal-ħajja ta' kuljum bħalma hu t-tindif, bħalma huwa l-ambjent u bħalma huwa l-ħmieġ li qed jiżdied u jikber madwarna u li jħalli effett mhux biss fuqna li ngħixu hawn imma anke fuq it-turisti li jiġu jżuru pajjiżna u li jmorru bl-impressjoni li pajjiżna huwa pajjiż b'potenzjal kbir imma ttraskurat.", "Kull min jiltaqa' mal-barranin jgħidlek li Malta huwa pajjiż li għandu l-potenzjal pero' ttraskurat.'", "Dan l-aħħar kien hemm ukoll mistoqsija parlamentari dwar kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-wardens dwar littering u rriżulta li kien hemm average ta' xi ċitazzjoni waħda jew tnejn fil-ġimgħa.", "Dan meta mbagħad kien hemm dawk l-eluf kollha fuq dawk li huma infringements tar-regolamenti tat- traffiku!", "Mhux qed ngħid li min jikser ir-regolamenti tat-traffiku m'għandux jiġi ppenalizzat.", "Mhux qed ngħid li m'hemmx bżonn li jkun hemm dixxiplina iktar iebsa fit-toroq tagħna.", "Jekk hemm bżonn nerġgħu nirrevedu l-kontravenzjonijiet u l-penali li jkunu marbutin magħhom għax dawk huma kontravenzjonijet serji, pero' mill-banda l-oħra l-warden irid jifhem li l- irwol tiegħu mhux rwol punittiv, mhux inkwiżitorjali.", "Donnu li l-wardens ġew imħarrġa apparentement kif jagħmlu ċitazzjoni imma ma ġewx imħarrġa li l-irwol tagħhom mhux wieħed punittiv.", "L-irwol tagħhom hu iktar edukattiv.", "Ma jistax ikun li għax wieħed jaqbeż il-linja ta' fejn jipparkja tagħmillu ċitazzjoni, imbagħad ikun għaddej trakk, dħaħen bl-addoċċ, ma jkunx mgħotti - u ħafna minnhom, to add insult to injury, ikunu trakkijiet ta' l-entitajiet pubbliċi wkoll - u dan ma jwaqqfu ħadd!", "Ma tagħmilx sens li jkollok warden fil-kantuniera u jaqbad u jagħti ticket lil kull min jidhirlu.", "U dan li qed insemmi ġara f'lokalitajiet diversi.", "L-iskop tas- sistema, ta' l-inqas kif fhimtha jien, nagħtih l-appoġġ sħiħ.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen fil-bżonn tal-bonordni fil-pajjiż, pero' dawn minflok qed iġibu lill-poplu favur tagħhom li jappoġġjahom, qed iġibu lill-poplu jirreaġixxi kontra tagħhom.", "Barra minnhekk kien hemm difetti oħra li rriżultaw.", "Hemm nuqqas ta' servizz effiċjenti li qed tagħti d-Datatrak.", "Il-fatt hu li l-enforcement mhux daqstant b'saħħtu daqs kemm wieħed kien qed jistenna.", "Dawn huma kollha elementi li jekk ma jiġux irregolati u kkontrollati, effettivament din is-sistema' se tiġi mminata bid-difetti tagħha stess u minflok tipproduċi l-ġid li kien maħsub għaliha effettivament tkun biss negattiva.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2001 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - REATI", "22285.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' serq, qtil u kuntrabandu rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000?", "Kemm minn dawn il-każi ġew solvuti, kemm qed jiġu nvestigati u kemm minnhom jinsabu quddiem il-qrati ta' Malta.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għal matul is-sena 2000 fuq każi ta` serq, qtil u kuntrabandu hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - ABBUŻI SESSWALI FUQ TFAL", "22286.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kazi ta' abbużi sesswali fuq tfal taħt l-eta' rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000?", "Kemm minn dawn il- każi ġew solvuti, kemm qed jiġu nvestigati u kemm minnhom jinsabu quddiem il-qrati ta' Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, nirriferih għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20569.", "Għall-kumplament tas-sena 2000, cioe` bejn Ottubru u Diċembru, ninsab informat illi f`dan il-perijodu l-pulizija kellha erba' każi ta` abbuż sesswali fuq persuna taħt l-eta`.", "Ninsab informat ukoll li dwar 19 mill- każi kollha li seħħew matul is-sena 2000 tressqu persuni quddiem il-qorti, fejn każ minnhom ġie konkluż.", "L-investigazzjonijiet fil-każi l-oħra għadhom għaddejjin.", "PULIZIJA - SWAT FUQ ANZJANI", "22287.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' vjolenza fuq l-anzjani matul is-sena 2000?", "Kemm minn dawn kienu fatali u kemm qed jittellgħu persuni l- qorti akkużati b'dawn il-każi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, nirriferih għat- tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari nri 20024 u 21064.", "Għall-kumplament tas-sena 2000, cioe` Novembru u Diċembru, ninsab informat illi n-numru ta` każi ta` offiża fuq persuni anzjani, inklużi feriti ta` natura ħafifa, li ġew rapportati kien ta` erbgħa.", "Ninsab informat ukoll li dwar dawn il-każi tressqu quddiem il-qorti erba' persuni.", "PULZIJA - DROGI", "22288.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' traffikar ta' droga rapportati lill-pulizija matul is-sena 2000?", "X'passi ttieħdu u x'kienu r- riżultati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2000 ġew rapportati lill-pulizija 128 każ ta` traffikar ta` droga.", "Il-persuni nvoluti f`dawn il-każi kollha tressqu l-qorti u ninsab informat illi 121 każ għadhom sub- judice, filwaqt li s-seba' każi oħra ġew deċiżi u sentenzi mogħtija mill- qorti kienu kif ġej:", "|Sentenza |Numru ta` | |tal-Qorti |persuni | |Ħabs |2 | |Ħabs u multa |1 | |Sentenza |4 | |sospiża | |", "AFFARIJIET BARRANIN - KARTI BLA WATERMARK", "22404.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre, b'cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?", "Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre?", "Minn fejn inxtraw", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - KARTI BLA WATERMARK", "22405.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre, b'cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?", "Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre?", "Minn fejn inxtraw", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000 kienet hekk:", "Segretarjat tal-Ministru:", "Cost Centre 001:- 268 riżma (Lm 455.71) Dawn inxtraw hekk:", "83 riżma mingħand Palmyra 4 riżmi mingħand Giov.", "Muscat Co. Ltd 100 riżma mingħand Galaxy Ltd 5 riżmi mingħand E.Masitre Firm 76 riżmi mingħand L.Pullicino", "Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti:", "Cost Centre 002 - 103 riżmi (Lm 193.21)", "Dawn inxtraw hekk:", "65 riżma mingħand L.Pullicino 38 riżma mingħand 'Palmyra'", "Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali - NIL Qrati tal-Ġustizzja - NIL Dipartiment tal-Kunsilli Lokali - NIL", "INSTITUTIONAL HEALTH CARE MCH - ITEM 10", "22407.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti taħt Item 10 - institutional health care MCH - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - KARTI BLA WATERMARK", "22408.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fid-dekasteru tagħha, cost centre, b'cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?", "Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre?", "Minn fejn inxtraw", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "|Numru |Numru |Nefqa |Minfejn | |tal-Cos|ta' |Lm |inxtraw | |t |Riżmi | | | |Centre | | | | |02 |50 |100.63|Arrowswift| | | | |Contracts | | | | |Ltd | | |25 |62.50 |Office | | | | |Equipment | |03 |55 |69.58 |Strand | | | | |Electronic| | | | |s |", "INSTITUTIONAL HEALTH CARE SPBH - ITEM 11", "22410.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti taħt Item 11 - institutional health care SPBH - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "PRIMARY CARE - ITEM 12", "22411.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti taħt Item 12 - primary care - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "PENSJONANTI TAS-SERVIZZI INGLIŻI", "22446.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex se jkompli l-proċess li kien inbeda minn gvern Laburista sabiex dawk il- pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżura dwar il-pensjonijiet?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jitkompla dan il-proċess?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari nru.", "15843.", "FGURA - TRIQ HOMPESCH", "22447.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ix- xogħol biex Triq Hompesch, Fgura tinqala' u tinbena mill-ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "22605.", "FGURA - RESURFACING", "22449.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil- Fgura li se jsirilhom resurfacing din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ix-xogħol ta' resurfacing isir mill-kunsill.", "BIRGU - RESURFACING", "22450.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Birgu li se jsirilhom resurfacing din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru 22449.", "ISLA - RESURFACING", "22451.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fl-Isla li se jsirilhom resurfacing din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq ser jagħmel wiċċ ġdid f'dawn it-toroq: Pjazza Gorġ Mitrovich; Triq l-Arċisqof Mattei; Pjazza Papa Benedittu XV; Triq il-Vitorja; Misraħ 4 ta' Settembru u Pjazza Franċesco Zahra.", "ŻABBAR - RESURFACING", "22453.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Ħaż- Żabbar li se jsirilhom resurfacing din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru 22449.", "DJAR - SUSSIDJI", "22541.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu martu toqgħod fid-dar li għandha soqfa u gallerija fi stat perikoluż, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex intitolat għal xi għajnuna/sussidji biex issir il-manutenzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-awtorita' tad-djar ħadet passi biex tibgħat għall-persuna indikata jew rappreżentant tagħha biex jiġi stabilit jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tikkwalifika għal sussidju jew għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta' l-awtorita'.", "SKEJJEL - SIR ADRIAN DINGLI - FENCE", "22542.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex jinfetaħ bieb fil- fence ta' l-iskola Sir Adrian Dingli f'Pembroke min-naħa tal-ground t'isfel biex l-istudenti ma jkollhomx għalfejn jimxu distanza twila jqandlu basktijiet tqal biex jaslu fil-klassijiet tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser issir il-konsultazzjoni meħtieġa ma' l-iskola konċernata dwar is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru.", "FAĊILITA KORRETTIVA TA' KORDIN", "22544.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid bħalissa x'inhuwa n-numru ta' residenti fil-faċilita korrettiva ta' Kordin?", "Kemm huma priġunieri sentenzjati?", "Kemm mit-total huma barranin?", "Kemm minn dawk sentenzjati huma barranin?", "Fil-faċilita' dawk li huma sentenzjati huma miżmuma separatament minn dawk li qed jistennew sentenza mill-qorti jew li ma ngħatawx il-liberta' proviżorja?", "Kemm f'kull każ huma nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-11 ta` Jannar 2001 in-numru ta` residenti fil-faċilita` korrettiva ta` Kordin kien ta` 256.", "Dawn huma mqassma kif ġej: Barranin hemm 78 li minnhom hemm 33 sentenzjati.", "Maltin hemm 178 li minnhom hemm 132 sentenzjati", "Total ta` dawk sentenzjati - 165", "It-total tan-nisa huwa 9 li huma mqassma kif ġej:-", "Maltin - 6 sentenzjati u 1 taħt arrest Barranin - 1 sentenzjata u 1 taħt arrest", "KUNSILL GĦAWDXI GĦALL-EDUKAZZJONI", "22545.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22175, tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li s'issa ġew maħtura fuq il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni għal Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-Membri maħtura s'issa fuq il-Kunsill ta' l- Edukazzjoni għal Għawdex huma dawn :", "Is-Sur Anton Farrugia President Is-Sur Ġorġ N Cassar Viċi President Is-Sur Michael Cassar Segretarju Eżekuttiv (ex-ufficio)", "Membri", "Is-Sur Carmel Attard Kap ta' l-Iskola Ninu Cremona (ex-ufficcio) Is-Sinjorina Josette Buttigieg Kap ta' l-Iskola Agius de Soldanis (ex- ufficcio) Is-Sur Anton Portelli a/Kap ta' l-Iskola Sir Arturo Mercieca (ex-ufficcio) Is-Sur Paul Scicluna Rappreżentant tal-Gozo Tourism Association Is-Sur Joseph Borg Rappreżentant tal-Gozo Business Chamber Is-Sur Marvic Cassar Rapprezentant tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ETC", "FAĊILITA' KORRETIVA TA' KORDIN", "22547.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, bħalissa, kemm hemm nies li qegħdin hemm għaliex ma ngħatawx il-liberta' proviżorja mill-Qorti?", "Kemm huma nisa?", "Kemm huma barranin u mil-liema pajjiż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin fil-11 ta` Jannar 2001 kien hemm 91 persuna li ma ngħatawx il- liberta proviżorja mill-Qorti.", "Dawn huma mqassma kif ġej:", "| |Irġie|Nisa | | |l | | |Maltin |45 |1 | |Sudaniżi |1 | | |Libjani |33 |1 | |Iraqini |2 | | |Eġizzjani|3 | | |Niġerjani|1 | | |Olandiżi |1 | | |Alġerini |1 | | |Taljani |1 | | |Tuneżini |1 | | |TOTAL | 89|2 |", "SKEJJEL - STUDENTI", "22548.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju dwar il-fatt li ħafna tfal ta' l-iskola huma eħxen milli suppost?", "X'kontroll qed isir fuq l-ikel/snacks li qed jinbiegħu fil-canteens/tuck shops fl-iskejjel?", "Jintużaw esperti fl-ikel tajjeb biexjgħallmu t-tfal x'inhu l-aħjar għalihom", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sena l-oħra sar survey mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u d-Dipartiment ta' Servizzi għall-Istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali).", "Is-survey hu msejjaħ \"Imġieba għall-Ħajja Aktar b'Saħħitha fi Tfal ta' l-Iskola\".", "Dan sar fid-29 ta' Marzu 2000 ma' tfal ta' 11, 13 u 15-il sena u ħadu sehem madwar 5,000 tfal.", "S'issa ma waslulniex konklużjonijiet jew rakkomandazzjonijiet.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija informat li kull kuntrattur li jmexxi Tuckshop fl-iskejjel għandu jimxi mar-regoli tal-kuntratt para 6, \"X'għandu u x'Mgħandux jinbiegħ mit-Tuckshop\".", "Jintalbu jsiru spezzjonijiet ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Fejn jinsabu xi irregolaritajiet dawn jiġu rranġati mill-kuntrattur u/jew mill-kap ta' l- iskola.", "FISH FARMS", "22582.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' ħut mill-fish farms Maltin matul is-sena 2000?", "Kemm minn dan it-total ġie esportat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-Fish Farms Maltin matul is- sena 2000 hu kkalkulat li produċew madwar 1,745 tunnellata metrika u esportaw madwar 1,658 tunnellata metrika.", "TRAFFIC LIGHTS", "22583.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet f'Malta fejn it- traffiku qed jiġi regolat minn sistema ta' traffic lights?", "Kemm minn dawn bdew jitħaddmu matul din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li f'Malta u Għawdex hemm seba' u erbgħin lokalita' li t-traffiku fihom hu regolariżżat bit-traffic lights jew pelican lights.", "Matul is-sena 2000 il-programm ta' dan ix-xogħol kien aktar indirizzat lejn l-istallazjoni ta' pelican lights li twaħħlu f'29 lokalita'.", "EŻAMIJIET - STUDENTI", "22586.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti qagħdu għal eżamijiet: (a) tal- MATSEC; (b) Edexel tal-London University; (c) tal-London Chamber of Commerce and Industry; u (d) City and Guilds fl-aħħar sentejn, jiġifieri kull sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "UNIVERSITA' - STUDENTI BARRANIN", "22587.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' studenti barranin fl- Universita' ta' Malta, kull sena, fl-aħħar tlitt snin?", "Kemm minnhom iggradwaw f'Malta kull sena?", "F'liema fakultajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-aħħar tlett snin in-numru ta' istudenti barranin kien dan:", "1998 - 323 student 1999 - 414 student 2000 - 531 student", "Ħadd minn dawn l-istudenti għadu ma gradwa peress li ebda kors li jwassal għal grad ma hu anqas minn tlett snin.", "MEDITERRANEAN CONFERENCE CENTRE", "22589.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konferenzi fil-Mediterranean Conference Centre, kull sena, fl-aħħar tlitt snin?", "Jistgħax jgħid kemm kien il-profit jew telf li ġie reġistrat minn dawn l-attivitajiet kull sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-aħħar tlitt snin saru dawn il- konferenzi:", "1998 - 39 konferenza 1999 - 63 konferenza 2000 - 116 konferenza", "L-informazzjoni li ntalbet fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma' nistax nirrispondiha.", "GĦAXAQ - TRIQ IL-MILLIERI - TOROQ", "22590.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta din l-amministrazzjoni se tirranġa u tagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Millieri, Ħal Għaxaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22588.", "GĦAXAQ - TRIQ TAL-MILLIERI - DAWL", "22591.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li Triq Tal-Millieri, Għaxaq, tingħata aktar dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "BIRZEBBUGA - TRIQ IL-MERZUQ - DAWL", "22592.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex Triq il-Merzuq f'Birzebbuga tiġi mdawwla peress illi minħabba d-dlam din it-triq spiċċat post ta' l- ispaccar tad-droga, serq ta' karozzi u abbuż ta' karozzi in segwitu għal serq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "Dwar l-abbużi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Membru, nissuġġerilu li jinforma b'dan lill-awtoritajiet kompetenti.", "SAJJIEDA", "22593.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-arranġament ta' ħlasijiet ta' nofs bolla għas-sajjieda f'Marsaxlokk peress li ormai jinsabu sena u nofs b'lura?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nispjega lill-Onor.", "Interpellant illi l-għajnuna fuq il-bolla mħallsa mill-bdiewa u s-sajjieda tingħata f'forma ta' rifużjoni ta' nofs dak li tkun tħallas mill-individwu f'dik is-sena.", "Għaldaqstant hija ħaġa loġika li l-applikazzjonijiet għal din ir-rifużjoni jintlaqgħu wara li tispiċċa s-sena 'in kwestjoni'.", "L-applikanti kollha li applikaw għas-sena 1999 tħallsu fis-sena li għaddiet.", "BENGHAJSA - TINDIF", "22594.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-akkwati ta' Benghajsa tingħata tindifa peress li ġiet trasformata f'miżbla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tindif tat-triq u l- inħawi ta' Bengħajsa ilu għaddej għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u mistenni li jitlesta fi żmien qasir.", "BIRZEBBUGA - DAWL", "22596.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm sabiex il-vultaġġ tad-dawl elettriku fi Triq tal-Ġebel f'Birzebbuga, jiżdied sabiex ir-residenti ma jibqgħux ibatu l-inkonvenjent li għaddejjin minnu preżentement?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fil-preżent qiegħed isir xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx fl-inħawi msemmija.", "Dan ix- xogħol mistenni li jitlesta fi żmien qasir.", "ĦADDIEMA BARRANIN", "22636.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid: (a) Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema barranin jaħdmu f'pajjiżna? (b) Mil-liema pajjiżi ġejjien? (ċ) Ma' liema kumpanniji jew xorta oħra qed jaħdmu? (d) Xi professjoni jew sengħa qed jipprattikaw fil- ħidma tagħhom? u (e) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata b'din l-informazzjoni kif wkoll bl-ismijiet ta' dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-informazzjoni mitluba minnhu tiġi ppubblikata kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar f`lista maħruġa mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni.", "L-aħħar lista ġiet ippubblikata nhar it-Tlieta 2 ta` Jannar 2001 (minħabba li t-Tnejn inzertat Festa Pubblika).", "Din il-lista ma tinkludix il-pajjiżi minn fejn ġejjin dawn il-ħaddiema barranin.", "Din l-informazzjoni tinsab fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "WIED IL-GĦAJN - TOROQ", "22637.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ssir Triq il- Kavallieri ta' Malta, Wied il-Għajn li hi fi stat ħażin ħafna u minkejja li hi ferm abitata għadha qatt ma saret?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem fuq il-ħruġ ta' tenders ta' 10 toroq f'Wied il-Għajn.", "REĠISTRAZZJONI - SEAMAN BOOK", "22638.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw li għandhom is-seaman book jew AB licence?", "X'inhi l-IC Card tagħhom jew il-lokalita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t- Taħriġ ma għandiex informazzjoni dwar dawk li għandhom AB licence.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba fil- kumplament tal-Mistoqsija.", "PRODOTTI LI RAĦSU", "22639.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "22389?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena ċert li l-Onorevoli Interpellant tapprezza li prattikament mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba dwar tibdil li kien hemm fil-prezzijiet tal-prodotti li kienu qed jinbiegħu fis-suq Malti matul dawn l-aħħar sentejn.", "Tajjeb jingħad li kien hemm numru sostanzjali ta' prodotti li l-prezz tagħhom raħas b'riżultat ta' l-introduzzjoni tal-VAT u t-tneħħija tal- levies.", "WSC", "22640.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "22387?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant din tingħata f'xi Seduta oħra.", "FOOTMAN MAL-PRESIDENT", "22649.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kien sa riċentement jaħdem bħala footman mal-President, ingħata biss s-somma ta' Lm2,439 meta kien ilu jaħdem mal-gvern għal 45 sena u lil ħaddieħor li jkun ilu jaħdem daqshekk jingħata circa Lm12,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma kienet impjegata mal-gvern.", "Għaldaqstant, ma ħaditx Pensjoni tat-Teżor.", "PA - IMPJEGAT", "22651.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ilu appuntat chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kemm huwa minnu li l-persuna appuntata bħalissa kienet wkoll project manager għal żewġ proġetti turistiċi kbar?", "Jekk iva, liema huma dawn il- proġetti?", "Jekk iva, ic-chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar daħal bħala project manager wara li sar chairman ta' l-Awtorita'?", "Jekk iva, tista' jekk jgħoġbok tindika d-dati relevanti għall-ipproċessar tal-proġetti involuti mill-Awtorita', mad-data ta' l-ewwel talba li saret għalihom u data ta' l- aħħar permess li ħareġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ic-Chairman ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ġie appuntat fl-l ta` Novembru, 1998.", "Mall-ħatra tiegħu huwa ddikjara l-interessi tiegħu skond il-Kodiċi ta` Etika għal Diretturi ta` Bordijiet fis-settur pubbliku.", "Din id- dikjarazzjoni tindika li huwa kien impjegat bħala General Manager (Properties) mad-ditta L. Farrugia & Sons u s-sussidjarji tagħha.", "Fit-8 t`Awissu 2000, ġie ddikjarat li l-persuna ġiet imqabbda f`dik id-data bħala Structural Consultant fil-Hyperion Hotel Project f`Buġibba.", "Fit-12 ta` Settembru 2000, ġie ddikjarat li l-persuna ġiet appuntata f`dik id-data bħala Structural Engineering u Management Consultant lil La Salita Hotel Project fil-Mellieħa.", "Fis-7 ta` Novembru 2000, ġie ddikjarat interess professjonali fil-proġett Villa Cassar Torreggiani, San Ġiljan, peress li min dik id-data l-persuna ġiet imqabbda biex tagħti s-servizzi tagħha fi Project Management.", "Id-dati rilevanti għall-ipproċessar tal-proġetti involuti mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar huma hekk:", "Hotel Hyperion", "PA 3882/00 Għall-estensjoni u alterazzjoni tal-Hotel Hyperion, Qawra li ġiet sottomessa fil-21 ta` Lulju 2000, u ġiet deċiża mill-Bord ta` l- Awtorita` ta` l-Ippjanar fis-26 ta` Ottubru 2000.", "La Salita Hotel", "PA 2825/98 Outline application biex tinbena La Salita Hotel, Mellieħa, ġiet sottomessa fl-14 ta` Mejju 1998, u ġiet deċiża fl-1 ta` Settembru 1999.", "PA 5588/99 Full development ta` La Salita Hotel skond PA 2825/98 ġiet sottomessa fit-23 ta` Novembru 1999, u ġiet deċiża fis-16 ta` Ottubru 2000.", "Talba għal rikunsiderazzjoni ta` waħda mill-kundizzjonijiet ġiet sottomessa fil-15 ta` Novembru 2000, u ġiet rifjutata fl-10 ta` Jannar 2001.", "PA 5365/00 Biex isiru alterazzjonijiet fuq id-disinn tal-faċċata u alterazzjonijiet żgħar oħra nterni.", "Ġiet sottomessa fid-9 t`Ottubru 2000, u deċiża fis-6 ta` Novembru 2000.", "PA 5452/99 Biex jitwaqqa` bini eżistenti u tinbena lukanda.", "Ġiet linked ma` PA 5588/99 u ġew deċiżi flimkien fis-16 ta` Ottubru 2000.", "PA 6467/00 Biex jiġu emendati l-pjanti approvati.", "Ġiet sottomessa fid-19 ta` Diċembru 2000, u qed tiġi pproċessata.", "Villa Cassar Torreggiani", "PA 2360/92 Outline application PA 2360/92 ġiet sottomessa fl-1 ta` Frar 1993, u ġiet deċiża fl-1 ta` Lulju 1999.", "PA 0654/00 Full Development Application skond PA 2360/92, ġiet sottomessa fit-8 ta` Frar 2000, u deċiża fit-13 ta` April 2000.", "F`kull każ imsemmi, ic-Chairman iddikjara l-interess tiegħu fl- applikazzjoni u ma ħa ebda sehem fit-trattativi ma` l-Awtorita`, u lanqas ħa sehem fil-kunsiderazzjoni ta` dawn l-applikazzjonijiet mill-Bord ta` l- Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "22652.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istatus ma' l-Universita' ta' Malta tal-persuna li bħalissa qed iservi bħala Segretarju Ġenerali tal-PN?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħal f'każi simili fl-imgħoddi s-sur Joe Saliba għandu l-istatus ta' Precincts Officer u qiegħed fuq leave mingħarj ħlas wara li talba għaldaqstant ġiet approvata mill-Kunsill ta' l- Universita`.", "KIRI TA' KAROZZI", "22653.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar kiri ta' karozzi minn Maltin barra minn Malta permezz ta' rappreżentanti lokali ta' aġenziji ta' care hire internazzjonali?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-Ministeru tat-Turiżmu ma jżommx statistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Iżda ma neskludix il-possibilta' li din l- istatistika tinżamm mill-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "22654.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "22471 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm-il vettura reġistrata f'pajjiżna ġiet misruqa barra minn xtutna, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jżommx din it-tip ta' statistika.", "PULIZIJA", "22655.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta l-kummissarju tal-Pulizija ser iħallas is-somma ta' Lm 4,500 lill-persuna li isimha qed jiġi ndikat separatament stante li hu ġie kkundannat iħallas fil-proċeduri li wkoll qed jiġu ndikati separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi qed tittieħed proċedura amministrattiva sabiex dan il-każ ikun finalizzat.", "PTA - BIRKIRKARA", "22656.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fil-11 ta' Jannar 2001 fit-3.30 p.m. xarabank li kienet qed taħdem ir-rotta 42, telqet in-nies kolha fil-venda fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li dwar il-każ li rrifera għalih l- Onor. Interpellant jidher li ma sar l-ebda rapport uffiċjali.", "Għaldaqstant, nitlob li jekk l-Onor.", "Membru għandu aktar informazzjoni dettaljata dwar dan il-każ jgħaddiha lili u b'hekk tkun tista' ssir investigazzjoni dwar x'ġara eżatt.", "COMMERCE DIVISION", "22657.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "22345?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li kien hemm impjegata wieħed fil- grad ta' messaġġier li baqgħet Santa Venera.", "Postha f'Lascaris ħadu mpjegat fil-grad ta' \"operative\".", "Dan sar peress li dan l-aħħar impjegat, li jinsab fi skala ta' salarju 18, jagħmel ix-xogħol relatat għall-grad ta' messaġġier li jokkupa skala ta' salarju 17.", "Barra minn hekk l-impjegat fil- grad ta' \"operative\" jagħmel ukoll xogħol ta' sewqan li l-impjegata fil- grad ta' messaġġier ma tagħmilx.", "Kien hemm messaġġier fi skala ta' salarju 16 li xtaq jibdel il-post tax- xogħol tiegħu ma' \"General Hand\" fi skala ta' salarju 20.", "Peress li x- xogħol relatat għal dawn iż-żewġ skali ta' salarju mhux daqshekk kompatibbli, it-talba ma ġietx approvata.", "LUKANDI", "22658.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi liċenzjati fil-pajjiż?", "Xi klassifikazzjoni huma?", "Fil-preżent kemm hemm lukandi ġodda li qed jinbnew u kemm hemm oħrajn fi stadju ta' ristrutturazzjoni jew tkabbir?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 123 lukanda, 53 kumpless turistiku, 54 guest houses u 4 hostels liċenzjati mall-Bord tal- \"Lukandi u Stabbilimenti li Jipprovdu l-Ikel\".", "Il-klassifikazzjoni tagħhom hija kif tidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊIMITERJI", "22660.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji reġistrati fil-pajjiż u liema minnhom qegħdin fi stadju ta' estensjoni?", "Kemm hemm oqbra disponibbli f'kull ċimiterju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-Gvern għandu għaxar ċimiterji rreġistrati fuqu li minnhom hemm ħsieb li ssir estensjoni fiċ-ċimiterju ta` l-Addolorata, il-Mosta, Burmarrad, ta` Braxia, u l-Mellieħa.", "Preżentament fl-ebda ċimiterju tal-Gvern ma hemm xi oqbra disponibbli.", "SECURITY GUARDS", "22662.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ittieħed sick leave minn kull security guard individwalment li jaħdem fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2000?", "Liema roster jaħdmu dawn l-impjegati?Kemm minn dan is-sick leave ittieħed fil-festi u fil-Ħdud?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA:", "1.", "Infurmat li s-sick leave li ttieħed minn kull Security Guard assenjat mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif spjegat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.", "2.", "Ir-roster li jaħdmu dawn l-impjegati huma kif indikat hawn taħt.", "A. 148 (Mija u tmienja u erbgħin) fuq Day, Night, Rest u Off Roster", "B. 24 (Erba' u għoxrin) fuq Day In, Day Out Roster", "C. 4 (Erbgħa) fuq Night In, Night Out Roster", "D. 1 (Wieħed) fuq Day, Day, Off u", "E. 2 (Tnejn) fuq 5 day week.", "3.", "In-numru ta' sick leave li ttieħed fil-Festi Pubbliċi huwa dak ta' 47 ġurnata minn total ta' 3,166 ġurnata sick leave, kif dettaljat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.", "4.", "In-numru ta' sick leave li ttieħed fil-Ħdud huwa dak ta' 240 ġurnata minn total ta' 3,166 ġurnata sick leave kif dettaljat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.", "AIR MALTA - PAZJENTI FUQ KURA MEDIKA", "22666.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta jikkonsidrax li pazjenti li jkunu sejrin l-Ingilterra fuq kura medika jingħatalhom skont għal-passaġġ ta' l- ajru meta juru prova li vera sejrin fuq kura medika?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li hija \"policy\" stabbilita' ta' l- Air Malta li tgħin lil pazjenti u l-\"escorts\" tagħhom li jintbagħtu mill- Gvern għal kura medika fl-Ingilterra billi jinħarġulhom biljetti bl-orħos prezz possibbli u mingħajr ma jiġu applikati l-kundizzjonijiet restrittivi li normalment japplikaw fuq dawn il-biljetti, bħal, fost l-oħrajn, tul ta' safar, ħin u ġranet tat-titjira.", "Barra minn hekk il-Kumpanija qatt ma naqset li tikkunsidra talbiet oħra mertevoli għall-għajnuna f'każi oħra ġenwini ta' safar għal skopijiet ta' kura medika.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI", "22667.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eżerċizzju li kien sar xi snin ilu fejn ittejbet l- effiċjenza tal-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi hux se jirrepeti ruħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jipprovdi dettalji aktar speċifiċi rigward l-eżerċizzju li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija tiegħu.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - BALLUTA", "22668.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-ħaddiema tad-divizjoni tax-xogħlijiet pubbliċi għal-overtime li għamlu fil-proġett tal-Ministeru tat-Turiżmu li jirrigwarda upgrading tal-bajja tal-Balluta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ħaddiema msemmija ser jitħallsu dalwaqt.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "22669.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22492, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn iċ-ċitazzjonijiet jistgħux jiġu preskritti?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru li sal-lum ġew preskritti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni fuq in-numru ta' 10,669 kontravvenzjonijiet li ġew preskritti kienet annessa ma mistoqsija parlamentari 22492", "VIREMENTS", "22670.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "22357?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22357 (Seduta 465).", "KUNSILL LOKALI - TARXIEN", "22674.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm l-approvazzjoni sabiex il- Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ikun jista' jieħu self mill-bank sabiex jinxtara post għall-użu ta' uffiċini ġodda?", "It-talba saret lid-dipartiment fl-1 ta' Novembru, 2000", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex Kunsill Lokali jissellef xi flus jenħtieġ 'l awtorita' bil-miktub tal-Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall- finanzi.", "L-applikazzjoni tal-Kunsill Lokali Tarxien bħall-kull applikazzjoni simili oħra, qed tiġi eżaminata minn dawn iż-żewġ Ministeri kemm fuq jekk il-post il-ġdid hux addattat bħala Uffiċċju Amministrattiv ta' Kunsill Lokali kif ukoll jekk il-Kunsill hux f'qagħda finanzjarja tajba biex jidħol għal din l- ispiża mingħajr ma jiġu traskurati l-funzjonijiet delegati lill-Kunsilli Lokali skond il-liġi.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "22676.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "22504?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tal- persuna kkonċernata qiegħed għad-deċiżjoni ta' l-Arbitru maħtur skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "22677.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta ser jieħdu l-appointment l-apprendista TCO fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Jista' l-Ministeru jgħid x'kumpens ser jieħdu meta dawn diġa' ilhom hemm tmien xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22273.", "Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi fil-preżent dawn it- Trainee Correctional Officers qegħdin jirċievu s-salarju minimu kurrenti, inkluż kumpens għall-għoli tal-ħajja u l-bonus (pro. rata), u dan skond kif deher fl-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta` Novembru 1999.", "SOMMA TAS-SERVIZZ", "22678.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "22416 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministeru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara l-każ ta' pensjonant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija li kien ilu jaħdem mal-Gvern mill-1959 b'waqfa mill-1981 sa 1986 jekk għandux dritt għal somma tas-servizz peress li huwa kien mal-Gvern qabel 1979?", "Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bil- miktub", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa minnu li l-persuna kkonċernata kienet fis-Servizz tal-gvern, iżda għal raġunijiet dixxiplinari kienet tkeċċiet u b'hekk tilfet id-dritt għall-Pensjoni tat- Teżor.", "Mhix proċedura tad-dipartiment li jgħarraf lil xi individwu bir- riżultat ta' Mistoqsija Parlamentari li tkun saret dwaru.", "IMPJIEGI - FTEHIM KOLLETTIV", "22679.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "22494?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "22494 f'seduta 466."]} {"filename": "19991116_182d_par.doc", "date": "1999-11-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 182 It-Tlieta, 16 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 182", "It-Tlieta, 16 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "182", "It-Tlieta, 16 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 44", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 44", "TQEGĦID TA' KARTI 51", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - 1999/2000 52", "AĠĠORNAMENT 72", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 78", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 181 li saret fis-16 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "NTO - IMPJEGATI ĠODDA", "9513.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-NTO mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali) (f'isem il- Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li fil-perijodu msemmi fil- mistoqsija ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda man-national tourism organisation.", "ITS - TRASFERIMENTI", "9514.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 fl-ITS?", "Jista' jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita ebda persuna mill-ITS.", "TURIŻMU - TRASFERIMENTI", "9515.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 fid-dipartiment tat- turiżmu?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 ingħata transfer wieħed mid-dipartiment tat-turiżmu.", "Dan it-trasferiment sar fuq talba ta' l- individwu stess.", "Kif żgur jaf l-Onor.", "Interpellant, normalment it-trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz iżda nista' nżid li fil-mument li qed tingħata din it-tweġiba m'hemmx ħsieb li jingħataw transfers.", "NTOM - TRASFERIMENTI", "9516.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-NTOM?", "Jista' l-ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista'l-ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Ninsab informat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma sar l-ebda transfer fin-national tourism organisation - Malta.", "TURIŻMU - IMPJEGATI ĠODDA", "9517.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tat-turiżmu mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejgħa għal applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li fil-perijodu msemmi ma ġie impjegat l-ebda uffiċjal ġdid mid-dipartiment tat-turiżmu.", "BEACH CLEANERS - TRASFERIMENTI", "9518.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 fid-dipartiment tal-beach cleaning?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Minħabba li t- taqsima tal-beach cleaning hija parti integrali mid-dipartiment tat- turiżmu, nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija numru 9515.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ħabat tajjeb li min qed jirrispondi f'isem il- Ministru Refalo huwa l-ministru responsabbli mill-gvern lokali.", "Nixtieq nistaqsi dwar kif il-kunsilli lokali qed jaħdmu in congunction ma' dan id- dipartiment.", "X'kordinament isir, partikolarment fix-xhur tas-sajf?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament hawn m'għandix din l-informazzjoni iżda mill- memorja jidhirli li jeżisti kordinament - qed ngħid dan subject to correction - fejn il-kunsilli lokali jagħmlu supervision tax-xogħol mas- supervisors tal-gangs tal-beach cleaners.", "Il-kordinament huwa bejn il- contract managers tal-kunsilli lokali u min ikun qed jagħmel is-supervision fuq il-beach cleaning biex jirrapportaw nuqqasijiet jew bżonnijiet partikolari li jkun hemm bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri l-kunsilli lokali li għandhom xi bajja fl- area tagħhom u li m'għandhomx ħaddiema assenjati magħhom ikollhom contract manager li jirrapporta l-bżonnijiet lil dan id-dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali jidher li minn dejjem kien hemm ċerta reżistenza taħt diversi amministrazzjonijiet biex il- beach cleaners jiġu direttament taħt il-kunsilli lokali.", "Dan jiġri anke għaliex din m'hijiex kwestjoni ta' xogħol kuntrattat u allura l-beach cleaners ma jirrispondux direttament lill-kunsill imma jirrispondu lis- supervisor tagħhom within the organisation tad-dipartiment tat-turiżmu.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA KAŻWALI", "9953.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema każwali li saru tal-post matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "F'liema grad saru tal-post dawn il-ħaddiema każwali?", "Meta fil-fatt se jsiru tal-post dawk il-ħaddiema każwali fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Billi ħafna mix-xogħol li jrid isir fuq din il-mistoqsija jrid jinġabar manwalment u huwa wieħed voluminuż, nitlob lill-Onor.", "Membru biex jekk għandu xi każ partikolari ġentilment jagħmel domanda speċifika f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista', jekk jogħġbu, il- Ministru jgħidilna kif inhi sejra dik il-persuna li tqabbdet biex tkun inkarigata mill-ħaddiema tat-trasport tad-dipartiment tas-saħħa?", "Din il- persuna qed tagħti performance tajba?", "Jista' jgħidilna, jekk jogħġbu, dik il-persuna hijiex meqjusa bħala ħaddiem każwali f'dan is-sens?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-ħaddiem li qed jirriferi għalih huwa impjegat mill-FMS.", "Jintalbu rapporti mill-FMS fuq kull persuna li qiegħda taħdem magħhom b'kuntratt kull tliet xhur u s'issa għad ma kelli l-ebda complaints f'dan ir-rigward u allura nassumi li l-FMS qiegħda tirċievi rapporti pożittivi.", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA", "9954.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema fil-freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru, 1999?", "Kemm mistenni li jidħlu ħaddiema aktar fis-sitt xhur li ġejjin u f'liema grad?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li bejn il-15 ta' Settembru, 1998 u t-30 ta' Settembru, 1999 il-Malta freeport impjegat 46 ħaddiem ġdid.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ta' min jgħid li l-ingaġġ ta' ħaddiema jsir skond il-ħtieġa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħidilna jekk hemmx verita' fix-xniegħat li jinsabu għaddejjin bħalissa li għaddejjin trattattivi għall-privatizzazzjoni tal-freeport lil kumpannija barranija?", "Fil-każ li dawn ix-xniegħat huma veri, jista' jgħidilna ma' min qed isiru dawn it-trattattivi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Taħt il-gvern preċedenti kien hemm xi trattattivi għaddejjin mal-Port Singapore authority u naturalment xi diskussjonijiet baqgħu għaddejjin.", "Ma nistax ngħid li qegħdin f'xi stadju avvanzat f'din il-materja u għalhekk naħseb li wieħed irid jistenna daqsxejn u jara kif se jiżviluppaw l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed neħodha li l-Ministru qed jikkonfermalna li hemm diskussjonijiet għaddejjin mal-Port Singapore authority għall-bejgħ tal-freeport?", "Qed jikkonferma wkoll li m'hemmx diskussjonijiet għaddejjin ma' kumpanniji barranin oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien għedt li taħt il-gvern preċedenti kienu bdew diskussjonijiet mal-Port Singapore authority għal xi forma ta' bejgħ tal- freeport.", "Għedt ukoll li kien hemm żmien meta dawn id-diskussjonijiet waqfu u kien hemm żmien meta reġgħu bdew.", "Barra minn hekk għedt ukoll li huwa prematur li għalissa wieħed jgħid aktar minn hekk fuq din is-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li l-Ministru żgur m'għandux l-inkarigu li jitkellem għall-amministrazzjoni preċedenti imma ċertament għandu l- inkarigu li jitkellem għall-amministrazzjoni preżenti, huwiex jikkonfermalna allura li l-amministrazzjoni preżenti għadha qed tmexxi diskussjonijiet mal-Port Singapore authority vis-a-vis l-bejgħ tal- freeport?", "Jikkonfermalniex ukoll li m'hemmx diskussjonijiet oħra mill- amministrazzjoni preżenti vis-a-vis l-bejgħ tal-freeport lil xi kumpannija oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien kulma għedt huwa li kien hemm diskussjonijiet taħt il-gvern preċedenti li komplew xi ftit jew wisq taħt dan il-gvern fuq il-linji li kienu qed isiru mill-gvern preċedenti.", "Għedt ukoll li f'dan l- istadju għadu kmieni wisq biex wieħed ikun jista' jitkellem fuq din il- materja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr. Speaker, fir-rigward tal-mistoqsija dwar jekk hemmx xi kumpannija oħra barra l-Port Singapore Authority li qed ikollna diskussjonijiet magħha, għal m'għandniex risposta.", "Jiena għamilt mistoqsija ċara u nistenna risposta ċara.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, isiru ħafna diskussjonijiet u għalhekk qed noqgħod attent ħafna għall-mod kif inpoġġi d-diskors.", "Fil-fatt fil- gazzetta \"The Financial Times\" ta' nhar it-Tlieta hemm artiklu dwar ċerta konsolidazzjoni li qed issir fl-operati tal-freeport fil-Mediterran u fi swieq oħra.", "Naturalment isiru diskussjonijiet ma' kumpanniji oħra biex wieħed jipprova dejjem isaħħaħ l-operat tal-Malta freeport.", "Dawn id- diskussjonijiet isiru biex wieħed jara jkunx possibbli li jopera flimkien ma' portijiet oħra u mhux bilfors ikunu diskussjonijiet dwar privatizzazzjoni.", "Li nista' nikkonferma hu li l-gvern preċedenti kien qiegħed jiddiskuti mal-Port Singapore authority dwar il-privatizzazzjoni tal-Malta freeport.", "UE - AGRIKOLTURA - LAQGĦAT", "9955.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal-laqgħat li saru bejn l-uffiċjali għolja tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u l-UE dwar is-setturi varji tal-biedja, jista' l-Ministru jinformani ma' liema koperattivi u għaqdiet tal-bdiewa Maltin u Għawdxin l-uffiċjali tad-dipartiment iddiskutew l-informazzjoni u l-iżviluppi ta' dawn il-laqgħat?", "Jista' l- Ministru jagħti dettalji eżatti, ċioe' meta saru dawn il-laqgħat mal- koperattiva u l-għaqdiet tal-bdiewa/raħħala lokali dwar dan is-suġġett kif ukoll minn kienu l-membri preżenti ta' l-imsemmija koperattiva u għaqdiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Saru diversi laqgħat ma' l-għassara ta' l-għeneb, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, dwar il-liġi l-ġdida ta' l-inbid li qed tiġi mħejjija biex tieħu post il-liġi antika ta' l-inbid.", "Kopja ta' abbozz tal-liġi l-ġdida ntbagħtet lil kull għassar kummerċjali, inkluż lill-koperattiva tal-bdiewa produtturi ta' l- inbid, u ntalbu l-kummenti u r-rimarki tagħhom dwar kif dan l-abbozz jista' jaffettwa l-attivita' kummerċjali tagħhom.", "Laqgħat simili mistennija jsiru ma setturi oħra meta tinħass il-ħtieġa.", "BIEDJA - PREZZ MEDJU", "10114.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari numru 8856 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Inżid ngħid li l-prezz medju għal dawn it-tliet xhur kien ta' 16.35c/kg għas-sena 1999 u 14.14c/kg għas-sena 1998, zieda medja ta 2.21c/kg jew 16% fuq l-istess tliet xhur tas-sena preċedenti.", "Dan ir-riżultat juri li l- impenn li għandu dan il-gvern f'dan il-qasam qed iħalli l-frott mixtieq.", "FABBRIKI - ĦADDIEMA BIS-SENSJA", "10115.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna r-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 8854 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): In-numru ta' fabbriki li ssensjaw ħaddiema bejn Ġunju u Settembru 1999 kien 68, ċioe' 28 f'Lulju, 20 f'Awissu u 20 f'Settembru.", "|Senior officials and | 4 | |managers | | |professionals |1 | |technicians and associate |2 | |professions | | |clerks | 6 | |services workers and shop |6 | |and market sales workers | | |craft and related trade | 18 | |workers | | |plant and machine operators| 19 | |and assemblers | | |elementary occupations | 37 |", "Minn 93 persuna li ħadu s-sensja sabu xogħol fulltime 23 u part-time 1", "HEALTH AND SAFETY - INSPECTIONS", "10116.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna r-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 8851 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn Ġunju u Settembru 1999, l-ispetturi tat- taqsima tas-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol għamlu dawn l-inspections:", "|XAHAR |INSPECTIONS |FOLLOW-UP | |Ġunju* |29 |7 | |Lulju |75 |25 | |Awissu |57 |17 | |Settembr|43 |10 | |u | | |", "In-numru ta' inspections għax-xahar ta' Ġunju kif mogħti fil-mistoqsija parlamentari Nru. 8851 jirriferi għal dawk l-ispezzjonijiet li saru sad- data li fiha saret id-domanda parlamentari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nassumi li l-Ministru għandu l-informazzjoni dwar x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet.", "Jista' jgħidilna jekk kienx hemmx rapportati każi ta' ksur tad-drittijiet u, f'każ li kien hemm, x'tip ta' ksur kienu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Normalment meta l-ispetturi jkunu sabu xi ħaġa li dwarha jkunu ġibdu l-attenzjoni ta' min qed imexxi, dawn jagħmlu follow-up inspections biex jaraw li dik tkun saret.", "(Interruzzjonijiet) Iżda peress li m'għandix informazzjoni dettaljata fil-file, nitlob lill-Onor.", "Membru biex jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jaf jekk qattx ittieħdu passi fil-qorti dwar ksur tad-drittijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jidhirli li iva, pero' hawnhekk m'għandix l- informazzjoni preċiża u jekk issir mistoqsija bil-miktub inkun nista' nwieġbu bil-preċiż.", "AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "11160.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10720, jista' l- Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): It-tagħrif mitlub huwa kif ser jingħad:", "Is-Sinjuri Marcella Zahra, Daniel Bonello, Deborah Attard Montalto u Charles Sultana qed jagħtu servizz ta' konsulenza dwar policy matters u xogħol ieħor fil-ministeru u fil-preżent qed jagħmlu dan fid-direttorat għall-Unjoni Ewropeja.", "Is-Sur Saviour Falzon jagħti servizzi ta' konsulenza dwar l-Unjoni Ewropeja u huwa wkoll il-kap tad-direttorat għall-Unjoni Ewropeja.", "Is-Sur Falzon ilu jokkupa din il-kariga sa mill-1 ta' Settembru 1996 u l-kuntratt preżenti jiskadi fil 31 ta' Awissu, 2002.", "Dr Alan Xuereb huwa ingaġġat bħala konsulent legali fid-direttorat ta' l- Unjoni Ewropeja.", "Il-kuntratt tiegħu huwa għall-perijodu bejn l-10 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru, 1999.", "Dwar il-kuntratt ma' kumpanija privata li għamilt referenza għalih fit- twegiba li tajt għall-mistoqsija 10720, il-persuna li saret riferenza għaliha hija Dr Simon Busuttil, li huwa konsulent responsabbli għat- twaqqif u t-tmexxija tal-Malta-EU information centre li tiegħu huwa kap, skond klawsola 3 tal-kuntratt.", "It-terminu tal-kuntratt preżenti huwa għal żmien sena li beda jiddekorri mill-1 ta' Mejju, 1999.", "OPM - KONSULENTI", "11161.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10718, jista' l-Pim Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba.", "TURIŻMU - KONSULENTI", "11162.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10723, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tliet konsulenti huma s-Sur Joseph Lanzon, is-Sur George Micallef u s-Sur Lino Borg.", "Is-Sur Lanzon inħatar bħala konsulent fit-22 ta' Lulju, 1997 u beda jaqdi l-funzjoni ta' chairman tal-hotels and catering establishments board, kariga mwaqqfa taħt il-Hotels and Catering Establishments Act.", "Huwa jagħti pariri kull meta jkun hemm il-ħtieġa dwar materji li jaffettwaw akkommodazzjoni għat-turisti, dwar catering establishments u travel agencies u jżomm il-liġijiet li jamministra aġġornati regolarment.", "Is-Sur George Micallef inħatar bħala konsulent fl-1 ta' Lulju, 1997 u kien u għadu l-konsulent tal-ministeru dwar product development.", "Il-ħtieġa tas-servizzi tas-Sur Micallef hija importanti għax hemm bżonn kbir, li kien ilu jinħass, li l-prodott turistiku Malti jitjieb sostanzjalment biex Malta u Għawdex joffru dehra ġdida lit-turisti.", "Fil-fatt is-Sur Micallef huwa wkoll iċ-chairman tal-product planning and development directorate ta' l- awtorita' tat-turiżmu ta' Malta.", "Is-Sur Lino Borg inħatar bħala konsulent fl-1 ta' Ottubru, 1999 wara li kien ilu jaqdi l-funzjoni ta' direttur tat-turiżmu għal dawn l-aħħar tnax il-sena.", "Is-Sur Borg jagħti pariri dwar dawk il-policies u direttivi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-institute of tourism studies jitmexxa bl- aħjar mod possibbli.", "F'din il-kariga huwa jagħti pariri siewja wkoll dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi finanzjarji mgħoddija lill-istitut.", "Peress li f'dawn iż-żminijiet il-ministeru la jgawdi s-servizzi ta' direttur u lanqas dawk ta' assistent direttur, is-Sur Borg jiġi kkonsultat dwar ħidma li qabel kien responsabbli għaliha.", "FINANZI - KONSULENTI", "11163.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10722, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Il-konsulent fil-ministeru tiegħi huwa Maurice Mullard, li jagħti konsulenza fuq macro economic issues u strateġiji ta` budgeting.", "SKEJJEL - SKOLASPORT", "11211.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena fi skolasport kienx hemm xi problemi li wasslu biex ikun hemm nuqqas ta' attendenza?", "X'kienu dawn il- problemi?", "Kemm applikaw tfal u mil-liema lokalita'?", "Kemm żdiedu u kemm naqsu f'ċerti dixxiplini sportivi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li ma jidhirx li kien hemm xi problemi minn naħa ta' skolasport li wasslu biex ikun hemm nuqqas ta' attendenza.", "In-nuqqas li ġie rreġistrat seta' kien aktar dovut għan-numru ta' ċentri li qed jiftħu f'diversi lokalitajiet minn assoċjazzjonijiet u clubs diversi u allura jista' jagħti l-każ li ġenituri forsi jippreferu li jibgħatu t-tfal fil-lokalita` tagħhom.", "Informat li b'kollox sa issa applikaw 2060.", "Din iċ-ċifra hija waħda proviżorja minħabba li l-applikazzjonijiet għadhom qegħdin jintlaqgħu.", "Għaldaqstant, huwa previst li din titla' matul is-sena u toqrob in-numru li applikaw is-sena l-oħra.", "It-tfal li applikaw ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Attard 83, Baħar iċ-Ċagħaq 4, Balzan 11, Bidnija 1, B'Kara 76, B'Bugia 76, Blata l-Bajda 1, Buġibba 30, Cospicua 14, Dingli 11, Fgura 86, Floriana 4, Għaxaq 20, G'Mangia 8, Għargħur 14, Gżira 14, Gudja 34, Ħamrun 20, Ibraġġ 9, Iklin 23, Kalkara 5, Kappara 11, Kirkop 2, Lija 10, Luqa 35, Madliena 6, Marsa 8, M'Scala 188, M'Xlokk 40, Mellieħa 13, Mġarr 9, Mosta 168, Mrieħel 2, Mtarfa 5, Mqabba 10, Msida 39, Naxxar 77, Paola 30, Pembroke 33, Pieta` 7, Qawra 9, Qrendi 20, Qormi 103, Rabat 23, Safi 3, San Ġwann 78, Santa Luċia 33, Santa Venera 46, Senglea 23, Siġġiewi 41, Sliema 22, St Andrews 4, St Julians 32, St Paul's Bay 16, Swieqi 28, Tarxien 28, Ta' Xbiex 11, Valletta 11, Vittoriosa 3, Xgħajra 2, Żabbar 113, Żebbuġ 48, Żejtun 96, Żurrieq 30.", "Ġie reġistrat nuqqas fl-atletika, basketball, football, ġinnastika u volleyball, waqt li kien hemm imbagħad żieda fil-weightlifting, badminton, bowling u għawm.", "Id-dixxiplini l-oħra kważi baqgħu l-istess.", "WIED IL-GĦAJN - TRAFFIC ISLAND", "11212.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli jiġi kkonsidrat li fil- junction fejn Triq il-Qaliet, f'Wied il-Għajn toħroġ u tingħaqad ma' Triq il-Gardiel, issir xi ħaġa bħal traffic island, bit-tama li l-karozzi li jkunu ġejjin b'ċertu veloċita' minn ġo Triq il-Qaliet, ikollhom inaqqsu l- ispeed peress li ta' spiss qed jiġru inċidenti, uħud gravi, f'din il- junction?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Irriferejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-bord għall-kontroll tat-traffiku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Financial statements tal-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp għas- sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' snieter reġistrati u ħlas ta' liċenzji tal- kaċċaturi u nassaba sa l-aħħar ta' Settembru 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11268.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar il-prezzijiet ta' diversi prodotti agrikoli għax-xhur bejn Lulju 1998 u Settembru 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10114.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - 1999/2000", "Ikompli mis-16 ta' Novembru, 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace huwa in possession.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, dalgħodu kont qed nitkellem dwar il- ħtieġa enormi li jkun hemm aktar koperazzjoni u kordinazzjoni bejn il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma u d-dipartimenti l-oħra b'mod partikolari dawk li jkunu nvoluti f'xogħol fuq il-lant.", "Hemm diversi dipartimenti fosthom id-dipartiment ta' l-ambjent u d-dipartiment tad- drenaġġ li flimkien ma din il-korporazzjoni għandhom ifasslu pjan biex ix- xogħol ikun aħjar u jkun orħos.", "Hemm bżonn ukoll li jsir pjan serju biex naraw kif nippreservaw l-istormwater li huwa importanti ħafna kemm għall- agrikoltura kif ukoll għax-xorb.", "Ta' min ngħid ukoll li l-kunsilli lokali jistgħu jgħinu f'dan il-pjan biex f'kull lokal ikun jista' jiġi milqugħ u ppreżervat aħjar l-ilma tax-xita.", "Kif għedt dalgħodu jiena nħoss li t- tiswijiet ukoll għandhom jingħataw aktar importanza biex ikollna inqas ħela ta' ilma.", "Wara kollox huwa dnub li jkollok ilma illi jinħela u jmur il- baħar u għalhekk huwa tajjeb li x-xogħol isir kemm jista' jkun malajr wara li tiġi rapportata l-ħsara.", "Rigward it-tisfija tad-drenaġġ inħoss li barra li dan jista' jintuża għall-agrikoltura jista' jintuża wkoll anke għall-ħasil ta' l-art, tat- toroq, u wkoll għall-aquifer.", "B'dan il-mod nevitaw milli nkomplu nippumpjaw l-ilma mill-boreholes li nafu li qed jagħmlilna ħafna ħsara li se nħossuha aktar 'il quddiem.", "Darba kien hawn liġi dwar il-bjar fid-djar u jiena jidhirli li hija ħasra li din il-liġi m'għadhiex qed tiġi applikata fuq min jibni xi blokk ta' appartamenti.", "Naħseb li din il-kwestjoni tal-bjar hija importanti ħafna għaliex 'il quddiem tista' tiswielna ħafna.", "Mr Speaker, m'huwiex faċli li dawn il-problemi jiġu solvuti malajr pero' jekk wieħed jieħu l-affarijiet bis-serjeta' u jekk il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma jkollha l-għajnuna żgur illi jkun aktar faċli li jseħħu dawn il-pjanijiet.", "Ta' min ngħid li jekk jirnexxielna nwettqu dawn il- pjanijiet inkunu nistgħu ngħaddu lil uliedna sitwazzjoni aktar feliċi.", "Il- pajjiż ma jaffordjax li nibqgħu nippompjaw l-ilma b'dan il-mod u jekk ma nindirizzawx din il-problema immedjatament, 'il quddiem se niffaċċjaw problemi kbar ħafna.", "Jiena la rrid inmaqdar u lanqas irrid nattakka lill-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma pero' jiena niskanta kif qatt ma sibna mezz kif noħolqu lqugħ għall-ilma li jinżel fil-ħafna widien li għandna għal ġol-baħar.", "Nafu li persentaġġ qawwi - naħseb viċin id-90% - ta' l-ilma tax-xita jmur fil-baħar u jekk jirnexxielna nsalvaw parti sostanzjali minnu żgur li s- sitwazzjoni tkun ħafna aħjar.", "Mr Speaker, biex nagħlaq nawgura lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma suċċess fil-ħidma tagħha fis-sena li ġejja.", "Nawgura wkoll lill-bord il- ġdid ħidma tajba għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nieħu l-opportunita' biex nerġa' nfakkar lill-Onor.", "Membri biex iżommu l-użu ta' mobile phones taħt kontroll.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr. Speaker, inwiegħdek li mhux se jkolli l-mobile phone itektek bħal dak tal-kelliem ta' qabli għax m'għandix wieħed.", "Jiġifieri jien innaqqas ftit mill-kummerċ tal-Maltacom fuq din il-ħaġa!", "Imma llum mhux fuq il-Maltacom qed nitkellmu imma fuq il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma u fuq l-ilma, suġġett li għandu kontroversja politika qawwija warajh.", "Huwa suġġett li fih kien hemm opportuniżmu politiku - qatt ma konna rajna bħalu f'dawn l-aħħar snin - mill-ministri tal-gvern preżenti, li taħt it-tmexxija ta' l-Onor.", "Fenech Adami qabel l-aħħar elezzjoni wiegħdu li se jerġgħu jġibu t-tariffi ta' l-ilma lejn kif kienu qabel ma l-gvern Laburista kien emendahom.", "Issa nafu tajjeb illi minn dan kollu ma kien xejn u t-tariffi ta' l-ilma ma marrux lura għal kif kienu qabel ma nbidlu minn gvern Laburista imma naħseb li se jispiċċaw ħafna aktar qawwija milli kienu pproġettati u emendati mill-gvern Laburista.", "Dalgħodu smajt lill-Ministru Josef Bonnici jiċħad li kien hemm xi wegħda min-naħa tal-Partit Nazzjonalista li b'xi mod jew ieħor kien se jġib it- tariffi ta' l-ilma lura lejn dawk li kienu qabel emendahom il-gvern Laburista.", "Biex inkunu on the ball fuq din il-ħaġa jiena ġibt tape miegħi li nixtieq inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan huwa tape ta' żewġ diskorsi li kien għamel il-Ministru Bonnici, wieħed f'Awissu ta' l-1998, jiġifieri qabel l-elezzjoni ġenerali ta' dik is-sena, u l-ieħor li għamlu wara l-elezzjoni ġenerali.", "Fl-ewwel tape ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1998 - nimmaġina b'referenza għalija - Josef Bonnici qal hekk:", "\"Għax ma jaqbadx jagħmel bħalna...\"", "- qal il-bravu Josef Bonnici! -", "\"... u jgħid li r-rati se jonqsu b'tant ammont?", "Aħna qed ngħidu li dawn ir-rati se jmorru għal li kienu.", "Se nkunu f'pożizzjoni li r-rati tad-dawl u l-ilma se jkunu prattikament l-istess li kellna qabel\".", "Wara l-elezzjoni, l-istess Onor. Membru tkellem fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista fil-programm jismu \"Radiopoli\" u qiegħed on record li qal hekk:", "\"Hemm min jgħid li se mmorru għall-kontijiet il-qodma.", "Ħalli nibda minn din.", "Mhux vera li aħna qatt għedna li se mmorru għall-kontijiet il-qodma għax il-verita' hija li t-tariffi, speċjalment tad-dawl imma anke ta' l-ilma, kellhom bżonn xi ftit ta' l-aġġustament wara l- elezzjoni\".", "Mela qabel l-elezzjoni, minkejja l-pożi kollha ta' dalgħodu, l-Onor.", "Bonnici għamilha ċara u tonda li dawn ir-rati se jmorru għal li kienu u wara l-elezzjoni qal li mhux veru li qal hekk.", "Jiena nistaqsi: Issa li għaddiet ftit aktar minn sena mill-elezzjoni, nistgħu nifhmu f'hiex jikkonsisti dan il-ftit aġġustament?", "Mill-biżibilju ta' karti li ppreżentawlna hawn - u li suppost huma d- dokumentazzjoni finanzjarja li ġiet preżentata lil dan il-parlament fuq il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma - ppruvajt nifhem ftit kemm il-gvern qed jipprospetta illi se jdaħħal mit-tariffi ta' l-ilma fis-snin li ġejjin biex nara dan il-ftit ta' l-aġġustament fiex se jikkonsisti.", "Biex wieħed ikun jista' jifhem eżattament fiex se jikkonsisti dan il-ftit ta' l- aġġustament irid l-ewwel iħares lejn kemm kien qed idaħħal mill-ilma l- gvern qabel ma' l-''kiefer'' gvern Laburista fettillu jtella' t-tariffi u mbagħad jara kemm qed jipprospetta li jdaħħal il-Prof.", "Bonnici mill-ilma s- sena d-dieħla.", "Fl-1995/96, skond iċ-ċifri mħawda li ppreżentawlna, il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma daħħlet mill-ilma s-somma ta' Lm5.7 miljun.", "Issa ejja naraw ftit kemm qed jgħid li se jdaħħal mill-ilma dan il- gvern Nazzjonalista daqstant ''ħanin''.", "B'dan il-mod inkunu nafu dan il- ftit ta' aġġustament kemm se jkun.", "Minn dan it-taħwid ta' figuri li tawna huma qed jgħidu li erba' snin, tliet snin ilu, il-poplu kien jikkonsma aktar ilma u li matul is-snin il-konsum ta' l-ilma naqas.", "Din il-ħaġa tfisser li qed nikkonsmaw anqas pero' qed nonfqu aktar.", "U dan il-ftit ta' aġġustament x'inhu?", "Mill-figuri li tawna l-Prof.", "Bonnici u l-Perit Michael Falzon, li huwa chairman tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-lma, għas- sena 1995/96 il-poplu tagħna ħallas Lm5.7miljun imma għas-sena 1998/99 id- dħul mill-bejgħ ta' l-ilma lill-poplu tela' għal Lm9.1miljun.", "Għal min jinteressawh iċ-ċifri din hija żieda ta' 60% fil-piż tat-tariffi ta' l-ilma fuq il-poplu.", "Mis-sale of water biss, il-Prof.", "Bonnici u l-Perit Falzon qed igħidu li se jdaħħlu s-somma ta' Lm11.1 miljun.", "Dawn l-aġġustamenti mhux minn gvern Laburista ''kiefer'' saru imma mill-gvern ''ħanin'' ta' Fenech Adami, li kien qal li se jħalli kollox kif inhu.", "LM11.1 miljun huma kważi d-doppju ta' li kien idaħħal fis-sena 1995/1996 u allura jiena ngħid: X'inhu għaddej?", "Għaliex anke f'dan il-qasam il-qerq jibqa' jippersisti b'dan il- mod?", "Sur President, hawnhekk għandna l-prova li l-piz finanzjarju tat- tariffa ta' l-ilma fuq il-poplu qed jirdoppja u minħabba f'hekk jiena ngħid li l-qerq mexa fuq żewġ binarji.", "L-ewwelnett qarrqu bil-poplu meta qalulu li gvern Laburista tilef il-kuxjenza soċjali u kien se jagħsarhom bit- tariffi u issa qed idaħħlu proċeduri li bihom se jkunu huma li jagħsru lill- poplu.", "Huma l-figuri tagħhom stess li juru dan.", "Min-naħa l-oħra t-tieni livell ta' qerq li għandna quddiemna ġej mil- katastrofi li hemm fis-sistema ta' l-ilma.", "Jiena naf li l-Onor.", "Bonnici jħobb jipprova jwaħħal kollox fil-gvern Laburista imma l-figuri, il-fatti u l-ġrajjiet juru li l-katastrofi li hemm fis-sistema ġejja mill-bidu tas- snin 90 u anke minn qabel.", "Hemm ħafna mekkaniżmi ta' taħwid amministrativ u ta' korruzzjoni li wasslu biex ikollna l-balbuljata li hemm fil- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Bħala eżempju jiena diġa' rreferejt għall-figuri mbażwra li ppreżentawlna.", "Jiena ngħid li l-ministru jmissu jistħi li jersaq quddiem il-parlament b'din it-taparsi informazzjoni finanzjarja.", "Malli tipprova torbotha ma' figuri oħra li ħarġu min-naħa tal- finanzi tal-gvern wieħed ma jifhem assolutament xejn dwar kif il-gvern u l- pajjiż qegħdin jissussidjaw jew jimlew il-ħofor finanzjarji tal- korporazzjoni ta' l-ilma.", "Mr. Speaker, huwa tal-mistħija wkoll il-fatt li niġu ppreżentati b'accounts li huma unaudited anke sa Settembru ta' l-1998.", "Jekk jiġi ċ- chairman tal-korporazzjoni u jgħid li għad hemm it-taħwid fil-billing u għadna ma nistgħux inkunu ċari anke fuq l-income jiena ngħidlu: Allura x'qed tagħmel hemm int?", "Kont qed tgħidilna li se tlesti kollox sa April ta' din is-sena!", "Missu kellek id-diċenza li meta tiġi quddiem il-parlament għallinqas ikollok a partial audit certificate fuq l-expenditure.", "Nista' nifhem li m'għandekx audit certificate fuq it-tbażwir li ħallejt qabel l- 1996, imma allura lanqas fuq il-costs ma tista' tagħtina ċertifikat ta' l- audit?", "Qegħdin niġu ppreżentati b'accounts li sa Settembru ta' 1998 huma unaudited fuq korporazzjoni li l-kontroversja politika fuqha nafu x'inhi.", "Barra minn hekk, meta wieħed jifli ċ-ċifri finanzjarji li joħorġu minn sorsi oħra, wieħed ikollu jistaqsi: Eżattament x'inhu għaddej mill- finanzjament tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "Dawn iċ-ċifri li għandna quddiemna assolutament ma jagħtuna l-ebda idea u minħabba f'hekk jiena pprovajt insib minn sorsi oħra eżattament kif qed tiffinanzja ruħha bħalissa l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Jiena nittama li xi ħadd jgħidli li għandi żball imma figuri li ħriġt bihom hawnhekk huma orrendi.", "Minn Settembru tas-sena li għaddiet meta daħal Dr Fenech Adami jmexxi dan il-pajjiż, kemm ħareġ flus il-gvern fuq il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma?", "Smajna ħafna pożi, smajna ħafna dwar kuxjenza soċjali, għedna wkoll li qed inbiddlu r-rotta u li issa daħħalna l-fiduċja, imma in real terms fi flus x'qed isir biex tabilħaqq tiġi ffaċċjata s-sitwazzjoni?", "Mela jirriżulta li sa Settembru tas-sena li għaddiet il-gvern kien ħareġ Lm5.5 miljun għall-ilma fil-pajjiż.", "Il-financial report maħruġ mill- ministeru tal-finanzi wara l-aħħar tas-sena jirriżulta li l-gvern qed jgħid li fuq il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ħareġ b'kollox is-somma ta' Lm18.5 miljun matul is-sena li għaddiet.", "Mela b'sempliċi subtraction, bejn Settembru tas-sena li għaddiet u Diċembru tas-sena li għaddiet, jiġifieri fl-aħħar quarter tas-sena li għaddiet, il-gvern ħareġ is-somma ta' Lm13-il miljun.", "Imbagħad staqsejt ukoll dwar jekk ħariġx flus il-gvern fuq il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma minn Jannar sa Settembru ta' din is- sena jew jekk din il-korporazzjoni hijiex miexja 'l quddiem waħedha!", "Dażgur li m'hijiex miexja 'l quddiem waħedha.", "Skond ir-return li joħroġ il-gvern kull xahar dwar il-ħruġ u d-dħul rikorrenti u kapitali tiegħu xahar b'xahar jirriżulta li minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena l-gvern ħareġ is- somma ta' LM10.9 miljun.", "Din is-somma diġa' hija inkwetanti.", "Issa skond l- estimates li ppubblika fuq l-ilma, sa Diċembru l-gvern kien qed jagħmel stima li jonfoq is-somma ta' LM11.9 miljuni imma sa Settembru ta' din is- sena kien diġa' ħareġ Lm10.9 miljun.", "Jiġifieri diġa' qed jeċċedi bil-kbir dak li pprospetta li joħroġ din is-sena fuq il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Barra minn dan, jekk ngħoddu dawn l-Lm10.9 miljun mat-Lm13-il miljun li ħareġ il-poplu jirriżulta li b'kollox il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma se tkun ħadet is-somma ta' Lm23.9 miljun f'sena.", "S'issa fuq dan ma smajna xejn u kieku l-Ministru Bonnici kien serju mhux dawn il-gozz karti kien jippreżentalna imma kien jippreżentalna għallinqas xi forma ta' cashflow projection ħalli nkunu nafu kif qed tiffinanzja ruħha l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Matul din l-aħħar sena smajna lill-ex Ministru Falzon li huwa ċ-chairman ta' din il-korporazzjoni jgħid li f'nofs is-sajf kollox se jiġi f'postu, imbagħad hawnhekk, fi statement imwarrab u nwaddab bl-addoċċ insibu li l-billing għadu rebus, li għadna ma nafux fejn qegħdin u li kollox għadu fl-arja.", "Sadanittant ħarġu Lm24 miljun f'sena waħda u minkejja dan dawn il-qabda qaddisin jibqgħu jiskandalizzaw ruħhom fuq it-tarzna u fuq ix-shipbuilding u fuq din il-ħaġa qisu ma ġara xejn.", "Mr. Speaker, smajna wkoll li l-gvern imbotta lil din il-korporazzjoni biex tmur għand il-banek ħalli jiffinanzjawhom.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li l-ewwel marru kien fuq it-trovata l-kbira tal-Ministru Dalli, jiġifieri l- HSBC, pero' dawn ma aċċettawx li jiffinanzjawhom u ħadu l-istess risposta li kellhom il-kumpannija tal-film facilities.", "Dawn qalulhom li finanzjament ta' dan it-tip ma jaqax fl-istrateġija internazzjonali tagħhom u minħabba f'hekk il-korporazzjoni kellha tmur biex tissellef mingħand il-Bank of Valletta.", "Issa l-problema tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma hawnhekk hi li din m'hijiex tad-Daewoo.", "Ara kieku kienu d-Daewoo kienu jsibu min jirranġalhom ħalli jdaħħlu Lm7 miljun minn hawn u Lm8 miljun minn hemm, imma l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma le!", "Qalulna li l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kellha xi problemi mal-Bank of Valletta, forsi kien hemm bżonn ta' xi ħadd iċempel, kif għamel għal Daewoo, ħalli jirranġalhom!", "Wieħed mill-argumenti li tqajmu kien li l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma marret tissellef mingħand il-Bank of Valletta fuq il-bażi ta' projections li kellha s-sena li għaddiet u fuq il- bażi tal-business plan li kellha s-sena li għaddiet.", "Dan x'taħwid hu!", "Il- business plan u l-istimi li kellha s-sena li għaddiet u ta' qabel suppost kienu fuq it-tariffi m'ogħla smewwiet li kien għamel dak il-''kiefer'' gvern Laburista li jagħsar il-poplu.", "Issa dawk l-istimi m'għadhomx jgħoddu aktar u ċertament l-ebda bank mhu se jsellef fuq stimi li spiċċaw imneħħija min-nofs meta daħal Dr Fenech Adami, b'qalbu tad-deheb u jirranġa kollox għall-poplu!", "Kif ippretendew li l-bank isellef fuq stimi qodma?", "Ma smajna xejn aktar fuqha l-istorja.", "Jiena ngħid ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin b'dan in-nuqqas ta' serjeta' u b'dan it-taħwid.", "Flok l- affarijiet mexjin 'il quddiem qed jiżdied aktar it-taħwid.", "Mr. Speaker, jiena forsi ma nagħtix tort sa barra lill-Ministru Bonnici għal dan it-taħwid, għax madwaru għandu stilla ta' nies li huma msiemer għalih.", "Min-naħa għandu lil Edwin Vassallo tal-Mosta primary li qed imexxilu naħa u min-naħa l-oħra għandu lill-Perit Falzon, li huwa ċ- chairman ta' din il-korporazzjoni.", "Dawn it-tnejn jikkompetu fuq l-istess distrett miegħu u allura forsi qiegħed ftit imħarbat f'dan is-sens.", "Wara kollox il-politika hekk hi wkoll, imma jiena kont nistenna li f'ħaġa bħal din għallinqas iżomm ċertu focus u jżomm ċertu kontroll.", "Dan ma ġarax u hawnhekk għandna rapport taparsi mibni sabiħ u taparsi kollu xinxilli pubbliċitarji imma li ma jurix fejn qiegħed il-kontroll strateġiku fuq il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Meta aħna konna fil-gvern konna qegħdin nipprovaw nagħmluha din il-ħaġa.", "Ma rnexxilniex imma konna bdejna nagħmluha.", "Hemm bżonn ta' kontroll strateġiku fuq din il-korporazzjoni li ħarbet mill-kontroll veru tal-poplu.", "Din tinsab immexxija qisha tricycle żgangat li fl-istess ħin qed jippermetti ħafna perkaċċi, ħafna taħwid u ħafna nuqqas ta' kontroll.", "Biżżejjed tħares lejn ċerti affarijiet li għaddejjin hawnhekk.", "Per eżempju, kif jista' l-ministru jippreżentalna stima ta' xi ħaġa li konna rranġajna aħna, jiġifieri l-maintenance and repair tar-reverse osmosis plants?", "Mr. Speaker, minnufih malli laħaq ministru l-Onor.", "Charles Buhagiar qal li kien ġennata l-fatt li għal snin sħaħ il-maintenance tar-reverse osmosis plants kien isir taħt kuntratt ma' kumpannija privata.", "Il-poplu kien qed jonfoq xi Lm3.7 miljun u fl-aħħar wasalna - u issa qed jieħu l-kredtu l-ex Ministru Falzon fuqha din - biex il-maintenance mill-impjegati tal- korporazzjoni stess.", "F'daqqa waħda l-ispiża tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fuq din il-ħaġa biss naqset għal Lm1.7 miljun.", "Sa sena u nofs ilu din l-ispiża kienet saret ta' Lm1.5 miljun minn Lm3.7 miljun imma issa nsibu li f'sentejn qed nipprospettaw li din se titla' għal Lm1.9 miljun, jiġifieri żieda ta' 26%.", "Dan x'ġenn hu?", "Erġajna resqin lura kompletament lejn it-taħwid li kien hemm qabel l-1996.", "Mhux qed ngħid li fil-ftit żmien li konna fil-gvern konna wasalna biex nikkoreġu dak it-taħwid kollu, imma konna bdejna, u għax għamilna hekk kienu qamu l-ħalel.", "Għax kienu se jintlaqtu l-fat cats u min jiekol il-ġobon f'dan il-pajjiż beda jixgħel id- dawl.", "Mr Speaker, jiena nista' ngħid x'inhi t-taħwida u t-tħarbita tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma f'dan il-pajjiż.", "L-ewwelnett il-bidla li saret minn dipartiment ta' l-ilma għal korporazzjoni ta' l-ilma kienet ġennata mill-kbar.", "Din il-ħaġa suppost kienet se ddaħħal iktar kontroll u trasparenza imma fil-fatt ġara bil- maqlub.", "B'dan il-mod la ttejbet l-amministrazzjoni u lanqas b'xi mod jew ieħor iddaħħlet it-trasparenza, anzi tappnet kollox.", "Jaħti għal dan kollu huwa l-ex Ministru Falzon u dak li kien segretarju parlamentari taħtu, l- Onor. Ninu Zammit.", "Aħna konna għidnilhom li kienu qed jagħmlu ġennata, u bir-raġun għax dawn mhux talli ma ħaffux l-amministrazzjoni talli rdoppjawha u spiċċajna b'sistema fejn baqgħu jsiru l-aktar affarijiet antikwati, management xejn, kontroll finanzjarju xejn u jmexxu xi żewġ engineers li sempliċiment jitilqu 'l quddiem bla m'għandhom l-ebda idea strateġika ta' kif timxi organizazzjoni.", "Għallinqas fid-dipartiment kellek strutturi ta' kontroll li jżommuk in line, imma jekk tħalli korporazzjoni għal rasha din tiftaħ ruħha - kif fetħet ruħha din il-korporazzjoni - għal mismanagement totali, għal nuqqas ta' direzzjoni strateġika u ngħid ukoll għall-korruzzjoni.", "Per eżempju, waħda mir-raġunijiet li qalulna għaliex m'għandekx tbiddel il-kuntratt ta' maintenance mill-privat għal mal- korporazzjoni għax tgħid m'hemmx il-perkaċċi fin-nofs.", "Aħna dan waqqafnih minnufih bla ebda damdim ta' xejn u bla ebda daqq ta' tnabar u r-riżultat kien li minn aktar minn Lm3 miljuni l-ispiża naqqasniha għal Lm1.5 miljun.", "Mr Speaker, imbagħad hemm il-konċett sħiħ tal-bini tar-reverse osmosis plants biex nipproduċu l-ilma.", "Fil-bidu kienet idea tajba imma kienet idea tajba inkwadrata f'idea strateġika li biha ttejjeb u ssaħħaħ is-sistema tad- distribuzzjoni ta' l-ilma u tiżgura li l-ilma li qed tipproduċi mir-reverse osmosis plants jasal tajjeb.", "Ġara xi ħaġa minn dan?", "Le, bil-maqlub!", "Once li l-amministrazzjoni ta' Fenech Adami ddeċidiet fuq reverse osmosis plants, imbagħad spiċċajna reverse osmosis plants along the way bla kontroll ta' xejn.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar insista - u għamel tajjeb - li għandna nagħtu iktar importanza lill-kontroll fuq il-ħela ta' l-ilma fid- distribuzzjoni, u hawnhekk tirrealizza li għandna reverse osmosis plants żejda fil-pajjiż.", "Hemm reverse osmosis plants li stajna ngħaddu mingħajrhom.", "Is-sabiħa hi li fl-estimi għas-sena 1996 tal-gvern ta' Fenech Adami kien hemm previst nefqa kapitali ġdida għar-reverse osmosis plants.", "Ma saritx għax ma saritx, imma fi stadju fejn kellna wisq reverse osmosis plants kienet se ssir reverse osmosis plant ġdida.", "Għiduli li jiena suspettuż, għiduli li nara l-iswed u nipprova nħammeġ, imma m'għandix dubju li fin-nofs kien hemm affarijiet li jintnu.", "Iġiegħlek taħseb iktar u iktar il-fatt li sistema ta' management, sistema ta' kontroll u anke sistema finanzjarja ma jeżistux.", "La kienu jeżistu u lanqas jeżistu llum, u għalhekk quddiemna għandna figuri li assolutament ma jiswew xejn.", "Mr Speaker, jiena ngħid li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk mingħajr ma tittieħed azzjoni suret in-nies Ma nistgħux inkomplu nġorru l-piż ta' deċiżjonijiet li huma verament ħżiena.", "Eżempju ta' dan li qed insemmi hija l-billing problem, li qiegħda hemm u nafu biha għax għaddejna minnha aħna wkoll.", "F'dan il-każ ħadd ma jaf eżattament kemm tassew jikonsmaw in-nies u kemm tassew huma ċ-charges.", "Is-sistema ta' l-informatika li nbidlet fl-1994 jew fl-1995 b'ħafna daqq ta' trombi minflok daħħlet trasparenza ġdida, kompliet tħawwad u għadha tħawwad sal-lum.", "Dan jirriżulta minn dawn il-figuri li għandna u minn din in-naħa tal-Kamra aħna bilfors ikollna nistaqsu: Kemm se jdumu sejrin hekk l-affarijiet u kif nistgħu naqblu li dan it-taħwid jibqa' jiġi mbierek?", "Dan it-taħwid qed ikun imbierek min-naħa l-oħra għax jekk tisma' lill-Onor.", "Bonnici jitkellem tistħajlek li f'daqqa waħda dan fetaħ il-bibien tal-ġenna.", "Fejn se naslu jekk hemm l-istess nies li qed imexxu?", "Kemm l-Onor.", "Bonnici kif ukoll l-ex Ministru Falzon diġa' kellhom ċans immexxu imma dan iċ-ċans berbquh u warajhom ħallew din il-fratterija kollha.", "Ikkoreġuni jekk għandi żball, imma f'sena waħda l-gvern ħareġ Lm24 miljun fuq din il-korporazzjoni.", "Mr Speaker, tista' tidħak bil-poplu għal ħafna żmien, imma ma nistgħux nibqgħu nistennew li jibqa' għaddej dan id- daħk u dan iċ-ċajt fil-pajjiż għax fin-nofs hemm anke s-serjeta' u s-sens ta' dixxiplina li jixraqlu dan il-pajjiż.", "Kif nistgħu nibqgħu nidħku bih b'dan il-mod?", "Qabel nagħlaq nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan it-tape fejn jidher ċar kemm ipprova jidħak bil-poplu l-Onor.", "Bonnici biex jeħodlu l- vot.", "Jiena ngħid good luck to him, imma ma jistax ikun li sena wara l-oħra nibqgħu għaddejjin bi spiża ta' Lm24 miljun qisu ma ġara xejn u mingħajr ma jkollna rendikont serju.", "Għaliex dejjem nipprovaw nisparaw fuq tat-tarzna imma fuq din qisu ma ġara xejn?", "Naħseb li 'l hinn mill-pożi, mill-kliem sbieħ u mill-qagħqi trijonfalistiku li jagħtina s-soltu l-Onor.", "Bonnici, hemm bżonn ta' serjeta' u dixxiplina speċjalment fil-qasam ta' l-ilma.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nixtieq nibda billi ngħid minn fejn telaq id-dipartiment ta' l-ilma fl-1987.", "Irrid infakkar li dan id-dipartiment, illum korporazzjoni, telaq minn produzzjoni ta' ilma fl-1987 li kienet bil-kemm tlaħħaq is-17-il miljun gallun ilma kuljum meta d-domanda kienet ferm ikbar.", "Infakkar li tant kienet ikbar id- domanda ta' l-ilma fl-1986 u fl-1987 li l-gvern ta' dak iż-żmien, jiġifieri gvern Laburista, kien waqa' biex jimporta l-ilma bit-tankers minn barra.", "Kien spiċċa biex jimporta ilma tax-xorb kontaminat - ovvjament kellu jiġi mormi - u l-ispiża, jekk m'inix sejjer żball, kienet taqbeż sewwa n-Lm0.5 miljun.", "Infakkar ukoll li gvern Nazzjonalista kellu bilfors jinvesti bil-kbir biex ikabbar il-produzzjoni ta' l-ilma b'tali mod li din setgħet tlaħħaq mad-domanda.", "Infakkar li sa 1992/1993 il-produzzjoni ta' l-ilma bil-mezzi tar-reverse osmosis konna tellgħajniha għal 33 miljun gallun ilma kuljum.", "Irrid infakkar ukoll li dan l-investiment kollu, li kien jaqbeż il-Lm50 miljun, kien sar kemm biex ikabbar il-produzzjoni ta' l-ilma kif ukoll biex itejjeb il-kwalita' ta' l-ilma.", "Din iż-żieda fil-produzzjoni ta' l-ilma saret kollha permezz tar-reverse osmosis u sal-1992 konna ġejna f'sitwazzjoni fejn f'pajjiżna kellna produzzjoni ta' l-ilma adegwata.", "Għall- grazzja tal-ħanin Alla nistgħu ngħidu li minn dak iż-żmien sal-lum il-kriżi ta' nuqqas ta' ilma lanqas biss baqgħet tissemma'.", "Naturalment fil-qasam ta' l-ilma għandek l-qalb, li hija l-produzzjoni imbagħad għandek l- arterji, li huma s-sistemi ta' distribuzzjoni, li permezz tagħhom titwassal il-provvista ta' l-ilma għand il-konsumatur.", "Ovvjament il-gvern Nazzjonalista m'għamilx biss investiment fil-produzzjoni ta' l-ilma imma rranġa d-distribuzzjoni wkoll.", "Per eżempju, fis-sajf ta' l-1987 konna għamilna l-main ġdid għan-naħa tal-Qawra u Buġibba.", "Infakkar ukoll fl-investiment qawwi li għamilna għad-distribuzzjoni għan- nofsinhar tal-pajjiż li konna nirreferu għaliha bħala l-Qrendi south u li kienet tlaħħaq area ta' madwar 35% tal-pajjiż.", "Ta' min ngħid li l-Qrendi south kienet iddisinjata biex tlaħħaq mal-bżonnijiet tan-nofsinhar tal- pajjiż sas-sena 2025.", "In-nofsinhar jikkonsisti fl-area kollha li tibda mill-Kottonera u tibqa' sejra saż-Żurrieq inkluż Ħal Tarxien u Raħal Ġdid.", "Qabel dik kienet fornuta b'main tal-pied li kien qdiem.", "Minflok dak il-main aħna għamilna ħruġ mill-ġibjun tal-Qrendi li jikkonsisti f'żewġ mains ta' żewġ piedi l-wieħed.", "Barra li żidna l-potenzjal tal-mains fil-ġibjun tal- Qrendi aħna bdejna wkoll dak li jissejjaħ il-blending ta' l-ilma.", "F'dan il- ġibjun aħna bdejna nħalltu l-ilma li jittella' mill-boreholes ma' ilma li jiġi prodott fir-reverse osmosis ta' Lapsi.", "Irrid ngħid ukoll li aħna rdoppjajna l-produzzjoni ta' l-ilma b'mezzi ta' reverse osmosis u dan kien investiment kbir u għaqli.", "Aħna bnejna reverse osmosis plants ġodda fjamanti, dawn kienu ippjanati mil-Maltin u fosthom insemmi t-tkabbir li kien sar f'Tigne', dak fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fir- reverse osmosis ta' Pembroke.", "Dan qed ngħidu biex inwitti l-kritika li toħroġ mill-oppożizzjoni li tgħid li l-investiment li sar ma kienx wieħed għaqli.", "Ta' min insemmi wkoll li rigward ilma aħna qsamna l-pajjiż f'seba' żoni imbagħad għamilna sub-żoni biex naraw fejn kien qed jispiċċa l-ilma.", "Minn dan iż-zoning u subzoning sibna li kwantita' ta' ilma kien qed jasal għand il-konsumatur pero' dan ma kienx qed jiġi reġistrat għas-sempliċi raġuni li l-meters ma kenux sensittivi biżżejjed.", "Minħabba f'hekk il-gvern ta' bejn l-1987 u l-1996 kellu jagħmel investiment qawwi wkoll f'xiri ta' meters sensittivi - li huma ta' class (sd) type - li permezz tagħhom dak l- ilma li qabel kien unaccounted for beda jiġi accounted for.", "Proġett ieħor li ma tantx jissemma' huwa l-proġett li sar wara li saret l- analiżi ta' fejn kien imur l-ilma.", "Konna sibna li 80% tal-leakages kienu qegħdin isiru fil-parti tas-service pipe - li huwa pipe iggalvanizzat - tat- tliet kwarti u tal-pulzier li kien iqabbad il-mains mit-triq sal-meter li jkun għand il-konsumatur.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma daħlet għal dan ix-xogħol ukoll u kellha toħroġ l-investiment biex isir bdil ta' kwantita' kbira ta' service pipes li flok ta' l-iggalvanizzar bdew isiru tal-plastic.", "Sar investiment qawwi biex sar iż-zoning, biex inbidlu l- meters, biex saru service pipes ġodda tal-plastic u biex inbidlu kilometri sħaħ ta' mains.", "Dan kollu ta riżultat pożittiv għax fejn fl-1992/1993 konna qegħdin noħorġu madwar 33 miljun gallun ilma kuljum imma llum il-ġurnata qiegħda toħroġ biss provvista ta' madwar 22 miljun gallun ilma kuljum liema provista qiegħda tlaħħaq mad-domanda tal-pajjiż.", "Il-produzzjoni ta' miljun gallun ilma kuljum għal sena sħiħa tinvolvi spiża ta' Lm0.5 miljun.", "Billi qed nipproduċu 10 miljun gallun inqas, il-korporazzjoni qed tiffranka somma annwali ta' Lm5 miljun.", "Din hija l-effiċjenza li jiena personalment kont responsabbli għaliha għal għaxar snin sħaħ u iva, jiena niftaħar biha.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa n-numru ta' ħaddiema.", "Fir-rapport li kien ġie kkommissjonat minn Dr Alfred Sant wara l-1996 - liema rapport kien għamlu Alfred Mifsud - intqal li waħda mir-raġunijiet għaliex il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma kenitx f'sitwazzjoni feliċi kienet li għad baqa' numru ta' ħaddiema żejda.", "Irrid infakkar, għax kultant ninsew, li meta ħadna over aħna fil-water works department ta' dak iż-żmien kien hemm 1,900 ħaddiem u parti minnhom kienu wħud minn dawk il- famużi 9,000 li kienu ddaħħlu qabel l-1987.", "Mill-1,900 ħaddiem fl-1987, dan in-numru niżżilnih - u dan niżel by natural wasteage mhux għax keċċejna - għal 1,300 fl-1996.", "Mr Speaker, irrid insemmi wkoll it-taħriġ.", "Ħawnhekk ta' min ngħid li ġie mwaqqaf l-institute of water technology.", "Dan ġie mwaqqaf bin-nies tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma stess, fih isir it-taħriġ tal-ħaddiema u dan kollu ssarraf f'effiċjenza aħjar.", "Ngħaddi issa biex infakkar l-għanijiet li għaliha kienet ġiet imwaqfa l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Jekk m'inix sejjer żball din waqqafniha f'Jannar jew Frar ta' l-1992 u kienet iddisinjata biex tieħu ħsieb il-potable water, jiġifieri l-ilma tax-xorb, ir-run-off water jiġifieri dak l-ilma li wara kull maltempata narawh igelgel fit-toroq kif ukoll kellha tieħu ħsieb id-drenaġġ u t-tisfija tad-drenaġġ.", "Konna qegħdin naħsbu li din il-korporazzjoni kellha tieħu ħsieb il-water management b'mod integrali.", "Irrid ngħid ukoll li aħna konna tajna ċ-ċans biex anke l-qasam agrikolu jkollu l-ilma neċessarju biex ikun jista' jkabbar il-prodotti tiegħu.", "Infakkar ukoll li wara l-1991/1992 fil-qasam tal-biedja saret rivoluzzjoni peress li ddaħħal id-drip irrigation.", "Dan m'huwiex sempliċiment il- pajpijiet tad-drip u n-nozzles imma jikkonsisti wkoll f'sistema ta' pajpijiet tal-plastic.", "Illum ġejna f'pożizzjoni fejn irridu nibdew naħsbu biex nieħdu ħsieb tas-cycle kollu ta' l-ilma b'mod integrali.", "Naħseb li wara li ħadna ħsieb il-qasam tal-potable water - mhux għax huwa perfett, għax dejjem għad jonqos x'isir u għad jonqos meded ta' mains x'isiru imma - wasal iż-żmien li nibdew nieħdu ħsieb ukoll l-ilma li jkollna wara l- maltempati kif ukoll l-ilma li jiġi mit-tisfija tad-drenaġġ.", "L-ilma li jiġi mir-run-off water jista' jiġi maħżun faċilment.", "Fl-antik f'kull pjazza f'pajjiżna kien ikun hemm ġibjuni żgħar li fihom kien jinġabar l-ilma tax- xita u jiena persważ li llum, bit-teknoloġija li hawn ta' tisfija ta' l- ilma tad-drenaġġ faċilment nistgħu niġu f'pożizzjoni fejn inħalltu flimkien ir-run-off water, jiġifieri dak li jirriżulta wara l-maltempata, u l-ilma li jiġi msaffi mill-ilma tad-drenaġġ.", "Dan l-ilma nistgħu naħżnuh f'postijiet adatti u jista' jiġi provdut bħala ilma second class għat- tisqija.", "Irrid ngħid li m'hijiex xi ħaġa diffiċli biex ir-run-off water jiġi polished u m'huwiex difiċli biex mill-banda l-oħra nsaffu l-ilma tad- drenaġġ.", "F'pajjiżna għandna domanda ta' madwar 22 miljun gallun ilma kuljum li 80% minnu jispiċċa bħala drainage water.", "Dan ifisser li madwar 17-il miljun gallun ilma kuljum jista' jiġi treated u minnu tista' tieħu n- nofs, jiġifieri madwar 8 jew 10 miljun gallun ilma kuljum.", "Dan faċilment jista' jiġi pprovdut bħala ilma għat-tisqija.", "Ovvjament ladarba tkun f'din il-pożizzjoni l-pajjiż ikun qed jiffranka l-flus.", "Jekk il-bdiewa ma jingħatawx ċertu ammont ta' ilma dawn itellgħu dak li jkun jonqoshom mill- aquifer u dan l-ilma b'xi mod trid tagħmel replacement tiegħu permezz tar- reverse osmosis.", "Iċ-ċifra ta' 8 miljun gallun ilma tfisser li tkun qed tiffranka madwar Lm4 miljun fis-sena.", "Irrid ngħaddi wkoll biex ngħid li bil-linja politika li qabad pajjiżna, jiġifieri dik ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, nistgħu nisfruttaw dan il- qasam.", "Kulħadd jaf li l-Unjoni tagħti fondi speċjali għal development u għal water treatment.", "Barra minn hekk, ladarba jsiru proġetti adatti u proġetti speċjali nkunu nistgħu nibbenefikaw ukoll minn fondi għal rural development magħrufa bħala l-green box u li bihom inkunu nistgħu nsaffu l- ilma tad-drenaġġ u nħalltuh ma' ilma li jirriżulta wara l-maltempati.", "Mr Speaker, illejla ssemmew ukoll il-Malta desalination services u ntqal li din kienet xi skoperta ta' l-oppożizzjoni.", "Dan m'hu veru xejn.", "Jiena nfakkar li qabel l-1996 aħna konna lestejna l-pjan li biex nieħdu over l- istess MDS, li dak iż-żmien kienet immexxija mill-Polymetrics.", "Nieħu gost li gvern Laburista kompla miexi fuq il-pjan tagħna għax b'dan il-mod ġew iffrankati l-flus.", "Wara kollox ilkoll kemm aħna taxpayers u tieħu pjaċir meta gvern, ikun min ikun, jiffranka l-flus għall-benefiċċju tal-kaxxa ta' Malta.", "Mr. Speaker, jekk m'inix sejjer żball dalgħodu ssemma wkoll ir-reverse osmosis li kellu jinbena f'Wied il-Għajn.", "Iva, dak iż-żmien aħna konna mexjin biex nibdew il-bini ta' reverse osmosis plant f'Wied il-Għajn.", "Billi kien se jinqala' l-impjant ta' Tigne' aħna kellna l-ħsieb li npoġġu f'Wied il-Għajn partijiet li jinqalgħu mir-reverse osmosis ta' Tigne' imbagħad inkomplu nkabbru l-kapaċita' ta' l-istess reverse osmosis ta' Wied il-Għajn.", "It-target tagħna kien li mhux biss inkabbru l-produzzjoni ta' l-ilma imma ridna wkoll intejbu l-kwalita'.", "Aħna ridna li l-ilma li jiġi provdut lill-konsumatur mhux jiġi parti mir-reverse osmosis u parti minn borehole imma ridna sistema li l-ilma kollu li jsir bil-mezzi tar- reverse osmosis jiġi blended ma' l-ilma li jittella' minn taħt l-art biex il-konsumaturi kollha jieħdu l-istess kwalita' ta' ilma.", "Mr Speaker, nixtieq ukoll nagħti daqsxejn informazzjoni dwar it-tariffi.", "Ngħid is-sewwa jiena ma kontx se nsemmihom illejla imma ladarba rrefera għalihom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiena jkolli nirrispondih.", "Nixtieq infakkar lill-poplu minn hawnhekk dwar dak li kien jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabel l-1996.", "Infakkar li l-Onor.", "Alfred Sant kien jgħid li kellu l-ħsieb inaqqas it-tariffi tad-dawl u l-ilma imma meta tela' fil-gvern mhux talli ma naqqashomx, talli tant żiedhom li ġennen lil kulħadd tant li spiċċa biex tilef l-elezzjoni fl-1998.", "Jiena nfakkar li per eżempju l-kontijiet domestiċi kienu rdoppjaw u fejn jidħol il-qasam industrijali u l-qasam kummerċjali t-tariffi għolew b'mod tant astronomiku li l-ex kap tagħhom Duminku Mintoff kien qalilhom li dawn kienu tariffi bla ruħ.", "Jiena nixtieq infakkar kemm kienu bla ruħ.", "Ejja nieħdu kont ta' l- ilma għal razzett li kien jitla' għal Lm91.80 fis-sena.", "Minn dan il-kont - għall-ilma biss qegħdin ngħidu u mhux għall-elettriku wkoll - kellek Lm1.80 li kienu meter charges u allura kien jibqa' Lm90 li kienu ħlas għall-konsum ta' l-ilma.", "L-ilma dak iż-żmien kien bil-4c5 il-metru kubu.", "Dan ifisser li Lm90 kienu jissarrfu f'konsum ta' 2000 metru kubu.", "Bit-tariffi li għamel l- Onor. Alfred Sant, metru kubu ilma għola għal Lm1.10.", "Ma' dawn, peress li kellek konsum ta' iżjed minn 1000 metru kubu fis- sena, Dr. Sant daħħal charge tad-drenaġġ li kienet ta' Lm480 fis-sena.", "Ma' dawn reġa' daħħlilhom il-meter charge ta' l-ilma li kien ta' Lm8 kull erba' xhur, jiġifieri Lm24 oħra kull sena.", "Jekk tgħodd kollox issib li fejn qabel il-kont ta' l-ilma kien Lm91.80c dan tela' għal Lm2,704 fis-sena.", "Dawn kienu t-tariffi illi llejla messu semmilna l-Onor.", "Alfred Sant u mhux joqgħod jiġi hawn ġew u jipprova jsib l-intietef biex jgħatti x-xemx bl- għarbiel!", "Mr Speaker, dawn huma t-tariffi li ġennew lil kulħadd!", "Dawn kienu t-tariffi li kienu se jkissru lill-industrija b'mod partikolari dik ta' l-agrikoltura.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, qegħdin nitkellmu fuq settur importanti ħafna.", "L-antiki kienu jgħidu li l-ilma huwa l-ħajja u llum qegħdin f'dan iż-żmien ta' teknoloġija avvanzata u xorta l-ilma - u dan kullimkien, pero' speċjalment fil-gżira tagħna - għadu l-aktar ħaġa importanti.", "Dan qed ngħidu għax l-ilma jagħti l-ħajja mhux biss lin-nies imma anke lis-settur industrijali u lis-settur ekonomiku tal-pajjiż.", "Minħabba f'hekk f'dan il-parlament għandna niddiskutu dan is-settur b'ċerta serjeta' u dixxiplina u rridu naraw ukoll li s-setturi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni ta' l-ilma jieħdu dan is-settur bl-aktar mod professjonali u bl-aktar mod serju.", "Meta hawnhekk nitkellmu fuq is-settur ta' l-ilma rridu nitkellmu bl-aktar mod wiesa' u b'mod li jinkwadra l- problema kollha u s-sitwazzjoni kollha fil-qasam ta' l-ilma.", "Jiena għalhekk nappoġġa l-politika ta' din in-naħa li hija politika ntegrata li tinkwadra l-aspetti kollha li wieħed jista' għandhom x'jaqsmu ma' l-ilma.", "Mr Speaker, ta' min ngħid li fil-qasam ta' l-ilma hemm ħafna aspetti varji.", "Ħafna drabi f'dan il-parlament nispiċċaw nitkellmu fuq il- produzzjoni ta' l-ilma imma hemm aspetti oħrajn li huma ta' importanza kbira bħall-aspett tal-kwalita' ta' l-ilma, l-aspett tad-distribuzzjoni u l- aspett tal-manteniment tas-sistema tad-distribuzzjoni f'liema aspett wieħed bilfors irid idaħħal id-dipartiment tat-toroq u l-kunsill lokali.", "Għandna wkoll il-kwestjoni ta' l-għarar li f'ċerti partijiet tal-pajjiż hija problema serja u mportanti li tiġi tackled ukoll fi kwadru totali.", "Hemm ukoll l-aspett tat-trattament ta' l-ilma tad-drenaġġ u hawnhekk tajjeb li ngħid li t-trattament tas-second class water jaffettwa wkoll il-konsum tal- first class water minħabba li jibda' jittieħed inqas ilma mill-aquifer.", "Mr Speaker, barra dawn l-aspetti wieħed irid iqis ukoll li pajjiżna huwa gżira żgħira li spiss tgħaddi minn perjodu ta' nixfa kontinwa.", "Minħabba f'hekk irridu bilfors nitkellmu bis-serjeta' u naraw kif nużaw tajjeb ir- riżorsi li għandna tar-reverse osmosis.", "Dawn huma riżorsi importanti ħafna, riżorsi li jiswew ħafna flus lill-pajjiż u riżorsi li jgħollu l-prezz ta' l- ilma.", "Barra minn hekk huwa riżors li juża ħafna mill-enerġija li nipproduċu fil-pajjiż u allura huwa xi ħaġa li bilfors irridu nintegrawha fil-qasam totali tal-problema ta' l-ilma.", "Għandna wkoll il-problema li ma nistgħux nutilizzaw l-aquifer iżjed milli hemm bżonn għax inkella nnaqsu l-kwalita' ta' l-ilma.", "Flimkien ma dawn l-aspetti jidħol ukoll il-qasam ta' l- agrikoltura minħabba li r-raħħala u l-bdiewa fil-pajjiż jużaw kwantitajiet kbar ta' ilma fejn saħansitra wħud minnhom - u għandna l-provi ta' dan - jieħdu ilma mill-boreholes li ma jkunx reġistrat.", "Jekk lil dawn il-bdiewa nipprovdulhom iżjed second class water ikollna effett pożittiv fuq is- sitwazzjoni ta' l-ilma f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, dan kollu għidtu għax huwa tajjeb li f'dan il-parlament nitkellmu fuq l-estimi tal-water services corporation imma jkun tajjeb ukoll jekk nitkellmu dwar il-fatt li rridu nagħmlu politika ntegrata dwar is-settur ta' l-ilma kollu kemm hu.", "Mr. Speaker, punt ieħor li nixtieq inressaq dwar l-ilma huwa punt li jiena diġa' ressaqt dwar il-qasam ta' l-enerġija.", "Mhux sewwa li l-qasam tal- produzzjoni jkun l-istess qasam li jirregola s-sitwazzjoni u jagħmel monitoring tas-sitwazzjoni ta' l-ilma.", "Mhux sewwa li jkollok il-player u r- referee l-istess persuna għax inkella jispiċċa jbati l-ambjent, jispiċċa jbati l-ilma nnifsu u jispiċċa jbati l-konsumatur.", "Fl-opinjoni tiegħi wasal iż-żmien li jkollna r-regolatur fil-qasam ta' l-ilma li jkun separat mill- qasam tal-produzzjoni.", "Dan mhux qed ngħidu jiena biss imma qaluh oħrajn ukoll u qed tgħidu saħansitra l-Unjoni Ewropea fl-avis li ġie ppreżentat din is-sena.", "Tan-naħa l-oħra huma totalment ossessjonati bl-Unjoni Ewropea...", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed ngħid li din il-ħaġa tajjeb li ssir, nidħlu u ma nidħlux fl-Unjoni għax jekk ikollok regolatur indipendenti f'dan il-qasam igawdi l-konsumatur u jgawdi s-settur ta' l- ilma nnifsu.", "Mr Speaker, jiena nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-estimi nfushom.", "Bħalma anke qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-aktar ħaġa li tispikka f'dawn l-estimi huwa n-nuqqas ta' dettalji dwar minn fejn ġejjin il-flus, dwar kemm daħlu flus u dwar minn fejn daħlu dawn il-flus.", "Jiena nħoss li dan huwa nuqqas serju u dan ġara anke' s-sena l-oħra fejn jiena kkritikajt il- fatt li minkejja li huwa l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiz, dan il-parlament jiġi ppreżentat b'affarijiet li jkunu magħmula b'mod nej.", "Kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dan id-dokument tant hu nej li għat-tieni sena konsekuttiva reġa' m'għandniex estimi audited mill-awditur.", "Dan huwa nuqqas kbir min-naħa tal-water services corporation u jiena ngħid li huwa nuqqas ta' rispett lejn din il-Kamra.", "Mr. Speaker, irrid insemmi wkoll il-fatt li għas-sena d-dieħla huwa proġettat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se tiġbor ftit iżjed minn Lm11-il miljun mill-bejgħ ta' l-ilma meta s-sena l-oħra kienet ġabret Lm9.5.", "Din hija żieda ta' 16% fil-bejgħ ta' l-ilma u hija żieda li ovvjament se tinġabar minn fuq il-konsumatur.", "Qabel l-elezzjoni ta' Settembru ta' l-1998 tan-naħa l-oħra qagħdu jgħajjruna bil-kuxjenza soċjali u għamlu plejtu u gwadann politiku sħiħ mit-tariffi tad-dawl u l-ilma u issa dawn l-istess nies qed ipoġġu iżjed piż fuq il-konsumatur minn sena għal oħra.", "Din hija ħaġa serja iktar u iktar meta wieħed iqis li l- produzzjoni u l-konsum ta' l-ilma qed jonqsu minn sena għal oħra.", "Minkejja l-plejtu kollu li sar anke' ftit minuti ilu f'dan il-parlament mill-Onor.", "Ninu Zammit qed naraw f'dawn l-estimi li l-piż fuq il-konsumatur se jiżdied b'16%, jiġifieri s-somma li se tinġabar minn fuq il-poplu Malti se tiżdied minn Lm9.5 miljuni u se titla' għal ftit iżjed minn Lm11-il miljun.", "Dan ifisser li dak il-kliem li konna ngħidu qabel l-elezzjoni dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma kien kollu daħq f'wiċċ il-poplu, Mr Speaker!", "U meta nitkellmu u nikkwotaw il-figuri nkunu qegħdin inqarqu jekk il-poplu ma nuruhx dan kollu.", "Punt ieħor li rrid inqajjem għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra huwa l- punt li waqt li l-ispiża fl-operating and maintenance tar-reverse osmosis plants għas-snin 1998 u 1999 kienet ta' Lm1.5 miljuni issa Alla jbierek din telgħet għal Lm1.74 miljuni u għas-sena d-dieħla hija prevista li titla' għal Lm1.92 miljun.", "Ta' min ngħid li kienet battikata kbira għall-gvern laburista biex iwaqqaf il-Malta desalination services biex tieħu over ix- xogħol tal-Polymetrics, pero' din il-ħaġa kienet irnexxiet u ġew iffrankati Lm1.7 miljun lill-poplu Malti.", "Jiena nispera li dak li qed jiġri fil- korporazzjoni m'huwiex pjan studjat biex eventwalment ikollna nerġgħu naqgħu għall-barrani.", "Jiena nispera li dan m'huwiex hekk għax ikun ħasra li lil din il-kumpannija nġibuha f'sitwazzjoni li terġa' tibda titlef biex ikollna skuża biex nerġgħu ngħadduha lill-barranin.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li l-Ministru Josef Bonnici jipprova jagħmel ħafna xinxilli dwar kif miexja l-korporazzjoni pero' jinsa' kif ħallew il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma meta spiċċaw mill-gvern fl- 1996.", "Issa jekk irridu nitkellmu bis-serjeta' dwar kif sejra l- korporazzjoni huwa importanti li naraw f'liema stat tħalliet il- korporazzjoni fl-1996.", "Huwa importanti għax l-istess nies li mexxew il- korporazzjoni u ġabuha għad-diżastru li se nsemmi huma l-istess nies li qegħdin imexxu l-korporazzjoni llum.", "Jiena nistaqsi: X'fiduċja jista' jkollok f'korporazzjoni u fl-estimi tagħha meta għandek l-istess nies li fin-nofs ta' l-1996 wasslu biex din l-istess korporazzjoni ma kellhiex flus biex tħallas lill-ħaddiema?", "(Interruzzjonijiet) Dan qalu ċ-chief executive tal-water services corporation ta' l-1996, is-Sur Tancred Tabone f'board meeting.", "Din hija s-sitwazzjoni li kienet fiha l-korporazzjoni fl-1996 meta kienet immexxija mill-istess nies.", "Konna f'sitwazzjoni fejn kienu ilhom snin sħaħ ma joħorġu kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Issa l-Ministru Bonnici qed jagħmel l-istess froġa u qed jerġa jaqa' fl- istess sitwazzjoni li nispiċċaw ma noħorġux it-kontijiet ta' l-ilma b'detriment kbir għall-korporazzjoni.", "Minħabba f'hekk il-korporazzjoni ma jkollhiex flus u anke fir-rapport preżenti li qed nitkellmu fuqu llum għandna kummenti f'dan is-sens mill-bord preżenti.", "Qed nerġgħu mmorru lura għas-sitwazzjoni kif kienet fl-1996 meta l-korporazzjoni kellha telf akkumulat ta' Lm14-il miljun u dejn ta' Lm32 miljun mal-banek minbarra dejn ieħor ma' kuntratturi u suppliers.", "Mr Speaker, jekk toqgħod tħares lejn id-diżastru li l-korporazzjoni tħalliet fih mill-gvern Nazzjonalista preċedenti tibda tiskanta.", "Il-gvern kien qed jgħaddilha somom esaġerati sena wara l-oħra.", "Fl-1993 kien issussidjaha b'Lm14.1 miljun, fl-1994 b'Lm10.5 miljun, fl-1995 bi Lm13-il-miljun, fl-1996 b'Lm14-il miljun u fl- 1996 kien issussidjaha b'Lm14-il miljun oħra.", "Din hija s-sitwazzjoni tal- korporazzjoni kif ħalliha gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996.", "Dan huwa d- diżastru li ħallewha fih!", "Mr Speaker, nixtieq issa niġi għas-settur tal-produzzjoni ta' l-ilma li huwa settur importanti f'dan il-pajjiż.", "Il-produzzjoni ta' l-ilma tiġi minn żewġ sorsi, u l-ewwel sors li nixtieq nitkellem fuqu huwa dak ta' l- aquifer, jiġifieri li nippumpjaw l-ilma li jkun oskula minn ġol-blat.", "Skond ir-rapport annwali din is-sena se jittellgħu 18-il miljun metru kubu ta' ilma minn dan is-sors.", "Ta' min ngħid li minħabba d-draft huwa importanti li dan is-sors ma nużawhx iżżejjed għax inkella nispiċċaw b'ilma ta' kwalita' inferjuri li jkun fih iżjed melħ.", "Minbarra li l-palat ikun ħażin dan ikun ukoll ta' detriment għas-saħħa tal-poplu.", "Għalhekk huwa importanti li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tieħu ħsieb il-kwalita' ta' l- ilma.", "Huwa importanti wkoll il-punt li tqajjem dalgħodu li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għandha tara li l-boreholes bla permessi jitnaqqsu.", "Għandu jkun hemm sorveljanza sħiħa mill-korporazzjoni għax dawk in-nies li jieħdu l-ilma mill-aquifer meta mhux suppost, ikunu qegħdin jisirqu lill-poplu Malti.", "Hemm ħafna metodi kif dan isir, anke permezz ta' koperazzjoni mal-pulizija.", "Importanti wkoll li nħarsu dan is-sors importanti mill-kontaminazzjoni.", "Is-sena l-oħra kellna każ li tana tagħlima dwar kemm huwa importanti li nħarsu l-aquifer għax kontaminazzjoni waħda tista' tfisser diżastru sħiħ għal nofs is-sors tal-produzzjoni ta' l- ilma f'dan il-pajjiż.", "Mr. Speaker, barra l-aquifer għandna wkoll is-sors tar-reverse osmosis.", "Dalgħodu meta kien qed jitkellem il-Ministru Josef Bonnici fuq dan is-sors ried jipprova jimpressjona bl-għaqal ta' gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti f'dan il-qasam.", "Dan beda jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiet wara l-kritika li jiena kont għamilt is-sena l-oħra dwar kemm gvernijiet Nazzjonalisti ta' qabel mexxew ħażin il-qasam ta' l-ilma f'dan il-pajjiż tant li l-korporazzjoni spiċċat fis-sitwazzjoni li spjegajt qabel.", "Jekk wieħed jara kif l-ex ministru Michael Falzon u l-ex Segretarju Parlamentari Ninu Zammit kienu qegħdin imexxu rigward ir-reverse osmosis plants wieħed mill-ewwel jinduna bin-nuqqas ta' għaqal f'dan il-qasam.", "Dawn kien moħħhom biex jipproduċu l-ilma mingħajr ma jieħdu ħsieb jaraw l-ilma fejn hu sejjer f'dan il-pajjiż.", "Per eżempju, fl-1987 f'dan il-pajjiż kienu qed jiġu prodotti 32 miljun metru kubu ta' ilma li 56% minnu kien qed jintilef.", "Minflok raw fejn kien qed imur dan l-ilma dawn bdew jipproduċu iżjed ilma billi jibnu iżjed reverse osmosis plants.", "Issa ta' min wieħed ikun jaf li meta tibni reverse osmosis plant trid toħroġ miljuni kbar ta' liri.", "Fl-1990 il-produzzjoni ta' l-ilma telgħet għal 39 miljun metru kubu li minnu kienu qegħdin jintilfu 61%, jiġifieri nipproduċi iżjed u nitilfu iżjed.", "Hekk kienet il-politika ta' gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 u għalhekk il-korporazzjoni ġiet f'dik is-sitwazzjoni diżastruża.", "Bqajna nipproduċu iżjed ilma, bnejna iżjed reverse osmosis plants f'Tigne', fiċ- Ċirkewwa u f'Pembroke sakemm fl-1995 il-produzzjoni kienet tlaħħaq għal 51 miljun metru kubu ta' ilma li minnhom kienu jintilfu 64%.", "Biex tkompli tagħqad kien hemm il-ħsieb li nkomplu nibnu r-reverse osmosis plants.", "Minn din in-naħa dak iż-żmien konna niġbdu l-attenzjoni tal-gvern Nazzjonalista li ma jistax ikun li nkomplu nipproduċu ilma billi nibnu iżjed reverse osmosis plants u fl-istess ħin nitilfu iżjed ilma!", "Tela' gvern Laburista, ħa din il-problema bis-serjeta', ħa ħsieb ifittex fejn qed jintilef dan l- ilma u llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn qed nitilfu 50% biss tal- produzzjoni.", "Ovvjament xorta għadna m'aħniex sodisfatti, għax wara kollox għadna qed nitilfu nofs il-produzzjoni, imma għallinqas dan it-telf niżżilnih b'14%.", "Mr. Speaker, dan kollu għedtu biex nuri n-nuqqas ta' direzzjoni tal-gvern nazzjonalista li kien jippompja iżjed liri biex jibni iżjed reverse osmosis plants imma fl-istess kien jitlef iżjed ilma ġot-trab.", "Hekk kienu qed jintilfu l-flus, imbagħad jiġi l-Ministru Bonnici u jgħidilna li kienet politika tajba li nibnu iżjed reverse osmosis plants għax tajjeb li jkollna potenzjal ta' ilma f'dan il-pajjiż.", "Huwa veru li tajjeb li jkollok extra capacity ta' xi 10% jew 20% imma li tispiċċa f'sitwazzjoni fejn 38% biss tar-reverse osmosis plants kienu qed jaħdmu u jipproduċu ilma ma tagħmilx sens!", "Il-fatt li jkollok sitwazzjoni fejn 38% biss tal-produzzjoni tkun għaddejja jfisser li għandek kapital investit ħażin u kapital li huwa mitluf.", "Minħabba d-depreciation dan il-kapital se jispiċċa.", "Barra minn hekk minħabba li ġiet over committed minn gvern nazzjonalista - u dan joħroġ mir- rapport - il-korporazzjoni qed issibha iżjed diffiċli biex tutilizza t- teknoloġija aktar avvanzata li qed toħroġ.", "Jgħid x'jgħid il-Ministru Bonnici, il-politika li dejjem nipproduċu iżjed kienet politika ħażina u jkun tajjeb jekk jiġi l-ministru hawnhekk u f'isem iċ-chairman tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jiskuża ruħu mal-poplu Malti dwar kif investew ħażin dawk il-miljuni kbar ta' liri.", "Tant il-korporazzjoni kienet falluta li meta fl-1996 marru biex jisselfu iżjed flus - jiġifieri over and above ta' dak li kien jagħtihom il-gvern - il-banek stess hawn Malta ma kenux isellfuhom.", "U kien gvern laburista preċedenti li rranġa mal- banek billi kabbar il-fiduċja fil-korporazzjoni.", "Illum din il- korporazzjoni reġgħet ġiet fl-istess sitwazzjoni fejn qegħda tmur għand il- banek u dawn qed isibu diffikulta' biex jisilfuha l-flus.", "Mr. Speaker, dan is-settur tar-reverse osmosis irridu neħduh bis- serjeta'.", "M'għandniex nispiċċaw nerġgħu nagħmlu d-dnubiet li għamilna qabel!", "Dan qed ngħidu għax dnub ieħor li sar kien li għal sena wara l-oħra kienu jafu li setgħu jieħdu over il-managing u l-operating tar-reverse osmosis plant imma dan m'għamluhx.", "Sena wara l-oħra kienu jwegħdu lill- poplu Malti li kienu se jagħmlu hekk imma dan qatt m'għamluh!", "U kien gvern laburista li għamilha u b'dan il-mod iffranka Lm1.7 miljuni.", "Issa ġejna f'sitwazzjoni fejn qed naraw l-ispejjeż dejjem jogħlew, kif qed juru dawn l- estimi, u jiena wisq nibża' li se nerġgħu niġu f'sitwazzjoni li jkollna nerġgħu ngħaddu dawn ir-reverse osmosis plants lill-barrani.", "Mr Speaker, punt ieħor li tqajjem anke dalgħodu kien is-settur tad-duel tariff, jiġifieri li l-enerġija f'dan il-pajjiż ikollha tariffi differenti jekk tintuża matul il-ġurnata u jekk tintuża matul il-lejl.", "Billi r-reverse osmosis plants f'dan il-pajjiż jużaw ma' l-20% ta' l-enerġija totali li tiġi prodotta f'dan il-pajjiż huwa importanti li naraw li jkun hemm kordinament bejn is-settur ta' l-enerġija u dak ta' l-ilma.", "Mir-rapport joħroġ li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma donnha diġa' qed taqta' qalbha li tagħmel dan il-kordinament mas-settur ta' l-enerġija.", "Din hija xi ħaġa li l-gvern irid jeħodha bis-serjeta'.", "Huwa importanti li l-użu ta' l- enerġija mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma isir kemm jista' jkun matul il-lejl biex jitnaqqas il-maximum demand li tkun tista' tipproduċi l- enemalta.", "Jekk dan isir, ikun ta' ġid taż-żewġ naħat.", "L-ewwel pass li jrid jittieħed f'din id-direzzjoni huwa li l-Enemalta tifhem l-importanza ta' dan il-punt, tagħmel kalkoli serji kemm jistgħu jsiru savings f'dak li hu capital investment u recurrent expenditure u tagħmel studju serju u tara kemm tista' tagħmel differenza fit-tariffi matul il-ġurnata versu matul il- lejl.", "Din hija d-direzzjoni li trid tittieħed mill-Enemalta biex imbagħad tinċentiva lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u tinċentiva anke s- settur domestiku u s-settur privat biex jagħmel użu mill-enerġija matul il- lejl.", "Jekk il-korporazzjoni enemalta jkollha domanda inqas matul il-ġurnata allura ma jkollhiex problemi f'investiment ta' ġeneraturi iżjed għal matul il-ġurnata.", "Mr. Speaker, jiena nsostni minn dan il-parlament li huwa importanti li l- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tibda kemm jista' jkun malajr tagħmel l-użu ta' l-enerġija tagħha iżjed matul il-lejl.", "Biex tagħmel dan il-pass il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bilfors irid ikollha distribuzzjoni aħjar u importanti li jkollha iżjed fejn tagħmel il-ħażna ta' l-ilma.", "Jiena għalhekk bqajt skantat immens meta sirt naf li m'hemmx flus biżżejjed biex jinbena ġibjun f'Ta' Xwieki u jista' wieħed kważi jeħodha for certain li dan il-proġett ġie shelved.", "Din hija ħaġa tal-biki, ħaġa li ma konniex nistennew mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Kienet ħaġa ta' l-iskantament ukoll li l-impenn ta' dan il-gvern fil-qasam tad-distribuzzjoni - u gvern laburista kien qed jagħmel ħafna progress f'dan il-qasam - qiegħed jonqos.", "Mr Speaker, din hija ħaġa tal-mistħija għax jekk sar xi pass 'il quddiem f'dawn l-aħħar tliet snin kien fil- kontroll tal-leakages, jiġifieri fil-kontroll ta' l-unaccounted for water.", "Jekk il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se jerġa' jkun moħħha biss biex tipproduċi l-ilma u ma tkunx impenjata daqskemm kienet impenjata f'dawn l-aħħar sentejn biex tikkontrolla l-leakages nistgħu ngħidu li nkunu tlifna kollox u għamilna l-aktar pass lura li wieħed jista' jimmaġina.", "Mr Speaker, ma jistax ikun li nitkellem dwar il-qasam tas-servizzi ta' l- ilma u ma nsemmix it-tariffi.", "L-elezzjoni li għaddiet veru ntrebħet l-aktar fuq it-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma, pero' din intrebħet bl-iżjed mod ingannuż li wieħed kien jimmaġina.", "Jien hawnhekk nerġa' nsemmi l-fatt li fil kampanja elettorali l-Ministru Bonnici kien wiegħed li t-tariffi kienu se jerġgħu jiġu għal li kienu.", "Jiena ħadt gost li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra recording tal-preċiżi kelmiet li l-Ministru Bonnici kien qal fuq NET televison f'Awissu ta' l-1998.", "Dawn il-kelmiet, Mr Speaker, nibqgħu nikkwotawhom seduta wara l-oħra għaliex juru bl-iktar mod ċar kemm il-Partit Nazzjonalista nganna lill-poplu Malta fuq il-kwestjoni tat-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Jiena se nerġa' nikkwotalu x'qal f'Awissu ta' l-1998.", "Min kien qed jisimgħu dakinhar ma setax fehem mod ieħor.", "Huwa qal li dawn it-tariffi se jmorru lura għal li kienu.", "Hekk qal qabel l-elezzjoni, imbagħad kompla hekk:", "\"Se nkunu f'pożizzjoni li r-rati tad-dawl u l-ilma se jkunu prattikament l-istess li kellna qabel.\"", "Lill-poplu tawh x'jifhem li t-tariffi se jmorru lura għal li kienu imma mbagħad meta rebħu l-elezzjoni d-diska daret kompletament.", "Tant daret id- diska li fil-budget li għas-sena 1999 ippreżentaw tariffi tad-dawl u l-ilma li se jkomplu jogħlew sena wara l-oħra mingħajr ma jkun hemm bżonn li jissemmew fil budget li jmiss.", "Din hija l-kuxjenza soċjali li tkellmu fuqha qabel l-elezzjoni li għaddiet!", "Din hija s-serjeta' ta' gvern li għamel diżastru fil-qasam tas-servizzi ta' l-ilma fl-1996!", "(Interruzzjonijiet) Veru, qabel l-elezzjoni ta' l-1996 l-Onor.", "Alfred Sant kien wiegħed li jraħħas it-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma imma dan ma setax isir minħabba li meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern kien sab korporazzjoni falluta li kienet waslet f'estremita' li lanqas il-banek ma kienu lesti jsellfuha l- flus.", "Saħansitra lanqas kellha flus biex tħallas lill-ħaddiema.", "Ara kif tista' tnaqqas it-tariffi!", "Imbagħad għax il-gvern laburista pprova jirranġa s-sitwazzjoni l-oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet kapital politiku u ingannat lill-poplu b'dak il-mod!", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li s-sussidju fuq id-dawl u l-ilma se jkompli jonqos mhux biss minħabba li l-Unjoni Ewropea qed tgħidilhom biex jagħmlu hekk imma għaliex il-korporazzjoni hija falluta u ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.", "Sur President, niġi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-kwalita' ta' l-ilma.", "Hawnhekk nitkellmu ħafna fuq il-kwantita' u fuq il-produzzjoni pero' rridu nitkellmu wkoll fuq il-kwalita' ta' l-ilma.", "F'dan il-każ irridu nieħdu l- affarijiet iżjed bis-serjeta'.", "Lill-poplu Malti, Mr Speaker, qatt ma għednilu li l-kwalita' ta' l-ilma f'dawn il-gżejjer hija batuta u ħażina ħafna.", "Mhux talli m'għandniex l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea talli lanqas biss għandna l-istandards tad-WHO.", "II-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma f'dan ir-rapport sfortunatament ma ġabitilniex comparison bejn il-kwalita' ta' l-ilma f'dawn il-gżejjer u l-kwalita' ta' l-ilma li jesiġu kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-WHO.", "Il-poplu jinteressah li jkun jaf x'tip ta' ilma qed ikollu fil-vit tiegħu.", "Barra minn hekk ħafna nies jesiġu li jkollhom kwalita' ta' l-ilma tajba speċjalment jekk ikunu morda.", "Minħabba f'hekk huwa importanti li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għat-tliet snin li ġejjin timpenja ruħha li ttejjeb il-kwalita' ta' l-ilma u din hija konsiderazzjoni li għandha tittieħed bis-serjeta'.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll l-għargħar minħabba li jidher li hemm nuqqas ta' direzzjoni sħiħa f'dan il-qasam u ma jidhirx li l-gvern huwa organizzat biex jieħu ħsieb din il-problema li tolqot diversi nħawi ta' Malta fosthom l-Imsida, Ħal Qormi, Burmarrad, Birkirkara u x-Xlendi.", "Jidher li dan il-gvern għadu mħawwad dwar kif se jieħu ħsieb din il- problema.", "Il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma min-naħa tagħha qed tgħid li mhux sewwa li l-hi titgħabba bil-piżijiet u l-ispejjeż tal- kontroll ta' l-ilma u fl-istess ħin dan il-qasam għadda għand id- dipartiment ta' l-ambjent.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern laburista kien ħa dan il-qasam b'serjeta' kbira u fil-ftit xhur li dam fil-gvern sar ħafna xogħol.", "Issa jidher li hemm nuqqas ta' impenn min-naħa tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fejn għalkemm ma tridx tħallas fl-istess qed tagħti pariri lid-dipartiment ta' l-ambjent dwar x'għandu jsir.", "Din il-ħaġa turi biċ-ċar li jidher li m'hemmx viżjoni waħda u minħabba f'hekk se nispiċċaw nitilfu l-pass li konna qbadna taħt gvern laburista.", "Ir-riżultat ikun li nispiċċaw nerġgħu nibqgħu fejn inkunu u ma nagħmlux il-progress mixtieq bir-riżultat li mbagħad ikollna familji li jispiċċaw mgħarrqin meta l-ilma ta' l-għargħar jidħol fi djarhom.", "Jiena ngħid li hija ħaġa tal- mistħija li dan il-pajjiż żgħir u qrib il-baħar jispiċċa mgħarraq meta tagħmel qatra xita.", "Sur President, huwa mportanti wkoll li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tikkordina iżjed mal-kunsilli lokali.", "Qed isir sforz biex il- korporazzjoni taħdem id f'id mal-kunsilli lokali pero' mir-rapport jidher li anke f'dan il-każ hemm il-problemi minħabba li l-kunsilli lokali qed jaħdmu għal rashom u xi kultant qed jaraw ċerti prijoritajiet ta' resurfacing tat-toroq li għall-korporazzjoni m'humiex daqstant ta' prijorita'.", "Skond ir-rapport il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tispiċċa tagħmel xogħol li ma jkunx ta' prijorita' għaliha.", "Jien inħoss li l-ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali għandu jaħdem id f'id ma korporazzjonijiet bħal dawn biex isir pjan strategiku għal tlieta jew erba' snin biex dawn it-tip ta' problemi ma jibqgħux jitfaċċjaw.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jikkonkludi għaliex, Sur President?", "Skond ir-regolamenti l-Onor.", "Membru jista' jingħata extension.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn il-ftehim li l-ħin tad-diskussjoni fuq dawn l- estimi jinqasam indaqs bejn il-gvern u l-oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni kien fadlilha 41 minuta, dawn għaddew, u l-ħin li fadal huwa kollu tal-gvern.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan over-ruling tar-regolamenti!", "THE DEPUTY SPEAKER: Le, hemm ftehim.", "Ir-regolamenti qegħdin hemmhekk biex jiġu osservati sakemm il-Kamra ma tiftiehemx mod ieħor.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, u kien hemm ftehim man-naħa l-oħra li l-aħħar kelliem min-naħa tagħna jkun ix-shadow minister u warajh jagħmel il-winding up il-Ministru Bonnici.", "Jidher li din il-parti tal-ftehim m'hijiex se tiġi osservata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Din m'għandhiex x'taqsam.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-istanding orders ma jgħoddux jekk ikun sar ftehim.", "Nitolbok ruling jekk hux hekk jew le.", "(Interruzzjonijiet) Qed nitolbok ruling.", "THE DEPUTY SPEAKER: Diġa' għedtlek li jekk il-Kamra tiftiehem mod ieħor allura hu dak il-ftehim li jgħodd u mhux l-istanding orders.", "Dejjem hekk kien.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Minħabba nuqqas ta' quorum, il-Kamra kienet sospiża fit-8.17 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, xtaqt nagħmel riferenza għal żewġ punti li jissemmew fir-rapport annwali ta' din il-korporazzjoni u li m'għandix dubju li huma ħafna dawk il-persuni li jitkellmu dwarhom.", "F'pajjiżna ilu jsir diskors dwar l-ilma li jirriżulta mix-xita għal snin twal.", "Saru wkoll diversi tentattivi biex nipprovaw niġbru u nużaw dan l-ilma madanakollu jiena nemmen li għad fadal ħafna u ħafna xogħol xi jsir f'dan ir-rigward.", "Nemmen ukoll li dan ix- xogħol m'għandux isir biss mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma imma għandu jsir sforz kollettiv ta' diversi korporazzjonijiet u dipartimenti - kif fil-fatt qed isir - biex dan l-ilma ma jibqax imur fil-baħar u jinħela.", "Naturalment, apparti dawn l-isforzi jrid isir ukoll investiment kbir.", "Il- problema m'hijiex sempliċement li tagħlaq wied jew li tibni ġibjun bla qiegħ li jinżel fih l-ilma u dan jixtorob fl-aquifer ta' pajjiżna imma jrid isir ukoll xogħol biex l-ilma jinġarr f'post fejn jinħażen u iktar 'il quddiem jintuża.", "Jekk ikun hawn xi ħadd li jaħseb li dan huwa xi proġett li se jiġi finalizzat f'sena waħda jew f'perijodu qasir ta' żmien naħseb li jkun qed jgħix f'illużjoni.", "Irridu nifhmu li x-xogħlijiet li jridu jsiru f'dan ir-rigward huma xogħlijiet ta' estensjoni kbira u jirrikjedu wkoll investiment kbir li jolqot diversi dipartimenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr. Speaker, reġa' m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Għal darba oħra l-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Minħabba nuqqas ta' quorum, il-Kamra kienet sospiża fit-8.26 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.CENSU GALEA: Mr Speaker, naħseb li l-oppożizzjoni m'għandhiex paċenzja tisma' ftit ieħor!", "(Interruzzjonijiet) MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak li qed jgħid il-Ministru m'huwa minnu xejn.", "L-Onor.", "Membru jmissu jaf li l-ftehim li lħaqna bejnietna nkiser min-naħa tal- gvern.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, kont se nibda nitkellem dwar il-bżonn ta' kordinazzjoni bejn id-dipartiment tat-toroq, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-kunsilli lokali.", "Mir-rapport li għandna quddiemna jirriżulta li matul din is-sena nqalgħu 75 kilometru ta' toroq biex jitpoġġew pajpijiet ġodda.", "Dan juri kemm sar xogħol mill-korporazzjoni - anke jekk f'xi każi dan ix-xogħol sar bl-insistenza tal-kunsilli lokali - u juri wkoll kemm it-toroq ta' pajjiżna kienu milquta matul din is-sena.", "Mr Speaker, jiena nittama li meta niddiskutu dan is-suġġett is-sena d- dieħla nkunu f'qagħda li x-xogħol li jsir minn din il-korporazzjoni u mid- dipartimenti kollha konċernati jitkellmu ferm iktar mill-kliem tagħna.", "Nittama wkoll li x-xogħol isir ukoll b'mod li bħal dan iż-żmien sena l- oppożizzjoni ma jkollhiex għażla oħra quddiemha ħlief li tagħlaq ħalqha.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Ministru Bonnici biex jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, meta smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem fuq il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma iktar u iktar ikkonfermajt kemm daħħal lil din il-korporazzjoni f'taħwida kbira għaliex l- analisi li għamel illum hija waħda zoppa u bażwija.", "Per eżempju, huwa qal li l-gvern għadda Lm24 miljun f'sena lil din il-korporazzjoni.", "Din hija kollha fantażija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jiddispjaċini ngħid li hawnhekk qiegħed iħawwad iċ-ċifri.", "L-ewwelnett ma tistax taqbad ċifri ta' sena tat-teżor, tnaqqas ta' disa' xhur minnhom u mbagħad tassumi li dawk li jibqa' se jkunu għal dawk it-tliet xhur ta' dik is-sena.", "Mhux hekk jimxu l- affarijiet.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jafx dan jiddispjaċini ngħid li mhux ta' b'xejn kellna t-taħwid taħt il-gvern laburista.", "Ngħid ukoll li mhux ta' xejn qabdu panic u pprova jagħsar lill-poplu tagħna bil-kontijiet esaġerati.", "Meta kien fil-gvern dan beda jara deficits enormi kullimkien u issa mar fl-oppożizzjoni u għadu jagħmel l-istess żbalji, Mr Speaker.", "Mr. Speaker, nixtieq nibda billi ngħid li s-sitwazzjoni finanzjarja tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tjiebet.", "Jiena għalhekk ma nistax nifhem l-argumenti tan-naħa l-oħra.", "Sempliċement għax se jiżdied ċertu ammont ta' konsum u se jonqos it-telf dawn mill-ewwel jikonkludu li aħna żidna t-tariffi bil-mod kif kien se jżidhom gvern laburista.", "Din hija assurdita'.", "Fid-diskussjoni li kellna fuq l-Enemalta jiena poġġejt fuq il- mejda tal-Kamra diversi kontijiet magħżulin at random.", "Minn dawn joħroġ il- fatt li kien hawn tnaqqis sostanzjali mit-tariffi kif proposti taħt gvern laburista.", "Per eżempju, familja li kienet tħallas Lm50 bit-tariffi l-qodma kienet se tħallas Lm101 bit-tariffa ta' Dr Sant, jiġifieri l-kont kien se jirdoppja.", "Huwa veru li taħt l-iskema li għamilna aħna hemm żieda għal din il-familja, pero' ż-żieda hija ferm inqas u minn Lm50 issa se tħallas Lm68.", "F'dan il-każ għandna tnaqqis ta' Lm32 fuq il-kontijiet ta' Dr Sant pero' hu ma jistax iniżżilha li aħna żammejna l-wegħda tagħna u naqqasna l-kontijiet b'mod sinifikanti.", "Mr. Speaker, jiena nista' naqra ċifri oħra fejn anke kellna każijiet li ma jkollhomx konsum għoli u li spiċċaw aħjar anke jekk tqabbel il-kont ma dak ta' l-1997, pero' se nieħu familji oħra.", "Familja li għandha erba' min- nies u l-kont qadim kien jiġiha LM32 kull erba' xhur, skond it-tariffi ta' Dr Sant dan il-kont tela' għal Lm64.", "Bit-tariffi tagħna l-kont qiegħed Lm33.88.", "Din hija biss żieda ta' xi lira u ftit ċenteżmi u dan jikkonferma dak li kont għedt jien qabel l-elezzjoni li l-kontijiet għandhom jerġgħu jiġu prattikament l-istess.", "Ovvjament hemm min jikkonsma ħafna u jista' jkun li Dr Sant qed jiddefendi lil dawn in-nies.", "(Interruzzjonijiet) Iva, min jikkonsma ħafna dawl se jkollu kont iktar għoli għax aħna daħħalna skema fejn ħadna into account in-numru ta' persuni u wara ċertu punt it- tariffa fuq id-dawl tiżdied.", "Mr. Speaker, lil min qed jiddefendi Dr Sant?", "Qed jiddefendi lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin jew qed jiddefendi lil min qed issaħħan is-swimming pool bid-dawl u allura l-kont tiegħu jitlagħlu b'ammont esaġerat?", "Il-verita' hi li l-gvern ta' Dr Sant kien gvern tal- lemin u għad għandu veduti tal-lemin.", "Dwar l-Ewropa jaqbel ma Thatcher u fuq il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma wkoll qabel ma Thatcher għax għamel poll tax fuq kull dar irrispettivament mill-income ta' dik id-dar.", "Illum, minflok jgħid li żbalja qed jipprova jqarraq.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Sant ried iqarraq ukoll meta qal li l-gvern qed jgħaddi LM24 miljun lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Jiena ma nistax nifhem minn fejn ġabhom dawn iċ-ċifri.", "Dawn żgur li ma ġabhomx b'mod xjentifiku, b'mod trasparenti u b'mod modern kif kien jgħid li kienu jsiru l-affarijiet fi żmien il-gvern tiegħu.", "Saħansitra huwa semma' wkoll il- kelma korruzzjoni.", "Din x'oppożizzjoni hi li titfa' dan it-tip ta' kliem 'l hawn u 'l hemm mingħajr ma ġġib il-provi u mingħajr diskussjoni serja?", "X'jiġifieri tipprova titfa' t-tajn biex forsi jeħel xi ħaġa?", "It-tajn jaf jiġi lura fuq il-persuna li titfgħu, u jekk huwa raġel jiena nistiednu biex jgħid kif l-Enemalta għamlet hedging agreement fuq l-aviation fuel u tilfet $US2.5 miljun.", "S'issa għadu ma weġibnix dwar dan, u minflok qagħad jagħmel dawn l-insinwazzjonijiet bla bażi il-Kap ta' l-Oppożizzjoni messu kien raġel biżżejjed u jirrispondi l-mistoqsijiet li nagħmlulu.", "Hu kien fil- gvern meta kien sar dan l-agreement, għandu r-responsabbilita' ta' dak li ġara u din ir-responsabbilta' għandu jerfagħha.", "Minflok għamel hekk illum kellna din l-ereżija ta' argumenti li ġabilna hawnhekk u li assolutament ma jagħmlux sens.", "Mr. Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar affarijiet oħra li tkellmu dwarhom l-onor. membri tan-naħa l-oħra.", "Għalkemm ma naqbilx f'kollox miegħu rrid ngħid li ma dejjaqtx nisma' lill-Onor.", "Charles Buhagiar, għax dan tkellem b'ċertu sens.", "Irrid ngħid li aħna naqblu fuq il-ħtieġa li ntejbu l- kwalita' ta' l-ilma u fuq l-importanza li nipproteġu l-aquifer.", "Naqblu wkoll li għandna nagħmlu programm biex inkunu nistgħu niġbru l-istormwater u nużawh għall-agrikoltura pero' ma naqblux li dan għandna niffiltrawh u nitfgħuh fl-aquifer.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed noħolqu l-periklu li nikkontaminaw l-aquifer.", "Ħafna drabi l-ilma li jirriżulta mix-xita sfortunatament jitħallat ukoll bl-ilma tad-drenaġġ u allura ma jkunx prattiku li ssaffih u tużah għax-xorb.", "Tista' tagħmel filtration biex toqtol il-bacteria imma biex toqtol il-viruses huwa aktar diffiċli.", "Skond il-pariri tekniċi wieħed irid joqgħod attent u qabel ma wieħed jikonsidra dawn it-tip ta' pjanijiet, he has to play it safe li ma jkunx f'pożizzjoni li jipperikola s-sors ewlieni ta' l-ilma.", "Mr. Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq l-Unjoni Ewropea.", "Tan-naħa l- oħra minn banda qalu li aħna baxxejna t-tariffi u allura se jkollna ngħollu s-sussidji u mill-banda l-oħra kien hemm min qal ukoll - u din anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalha - li d-dħul tal-korporazzjoni għola u dan ifisser li aħna qed niċċarġjaw iktar.", "Din hija taħwida li għandhom jaraw kif jirranġaw.", "Tan-naħa l-oħra ġabu wkoll l-argument li jekk insiru membri dawn is-sussidji jridu jispiċċaw.", "Jiena dalgħodu għedtilhom biex joqogħdu attenti kif jargumentaw għax l-ewwelnett qed nitkellmu fuq prodott essenzjali u t-tieni nett dan jiddependi kif wieħed iħares lejn il-capital expenditure tal-korporazzjoni għax ċertu xogħol huwa ta' infrastruttura.", "Dalgħodu l-Onor.", "Charles Buhagiar ikkwota minn direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien għandi a proposed directive li qed tiġi diskussa bħalissa u li tista' tiġi aċċettata s-sena d-dieħla u tajjeb li naqra biċċa minnha ħalli tan-naħa l-oħra ma joqogħdux jaqgħu għal ħafna konklużjonijiet.", "Hawnhekk qed jiġi propost article 12 - charges for the use of water - u dan jgħid hekk:", "\"By the year 2010 Member States shall ensure full cost recovery for all costs for services provided for water uses.\"", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Without prejudice to the application of articles 92, 93, 94 of the treaty, Member States may grant exemptions to the provision of this article for the following reasons:", "(a) in order to allow a basic level of water use for domestic purposes at an affordable price;\"", "- dan li għamilna aħna, we are charging water and electricity at an affordable price -", "''(b) in order to allow capital costs subsidies for infrastructure where community funding is provided under articles 130(a) and 130(e) of the treaty and which are designed to assist the achievement of the environmental objective set out under article 4 of the directive.''", "- hawnhekk qed jgħid li wieħed jista' jkollu eżenzjoni milli jiċċarġja l- full cost ta' l-ilma jew milli jissussidja meta l-investiment fl- infrastruttura jkun irid tiġi funded mill-Unjoni Ewropea -", "''(c) in order to take account of a specific geographical or climatic situation of a region eligible for assistance pursuant to objective 1.''", "Objective 1 jiġifieri meta tkun taħt il-75% ta' l-average income ta' l- Unjoni.", "Hemmhekk mhux biss tkun tista' tieħu mill-fondi strutturali ta' l- Unjoni Ewropea imma tkun tista' tissussidja wkoll il-konsum essenzjali.", "Barra minn hekk meta wieħed jitkellem fuq l-Unjoni Ewropea wieħed isib patafjun ta' artikli u argumenti fuq kif jiġu ttrattati reġjuni ta' l- Unjoni.", "Allura f'ġieħ kemm hemm, jiena ngħid lill-oppożizzjoni biex ma tibqax taqa' għal konklużjonijiet nejjin u konklużjonijiet li m'humiex frott ta' assessment tajjeb ta' x'inhi s-sitwazzjoni.", "L-oppożizzjoni tħobb tagħmel scare campaign kontra l-Unjoni Ewropea u kultant titlef ukoll l- affarijiet li jkunu qegħdin isiru għall-benefiċċju tal-membri tagħha.", "Mr. Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jħobb jargumenta li Malta m'għandhiex tidħol fl-Unjoni għar-raġunijiet speċifiċi ta' pajjiżna.", "Jiena nuża l-istess argument u ngħid li għandna nkomplu mexjin f'din it-triq appuntu minħabba r-raġunijiet speċifiċi ta' pajjiżna.", "Malta tkun tista' tikkwalifika għal diversi programmi li diġa' qed jikwalifikaw għalihom gżejjer u reġjuni oħra fl-Unjoni biex tkun tista' tegħleb in-natural handicap li għandha.", "Malta hija gżira li ma tantx ikollha xita, li għandha limited space u li m'għandhiex run off water bħal m'għandhom pajjiżi oħra li jieħdu l-ilma tagħhom mill-muntanji u li bi ftit filtration jistgħu jużawh.", "Aħna nofs l-ilma rridu nġibuh mill-baħar u n-nofs l-ieħor irridu neħduh minn taħt l-art u dan jiddependi mix-xita li tagħmel f'pajjiżna.", "Aħna qegħdin f'pożizzjoni ta' żvantaġġ u dan l-artiklu li għadni kif ikkwotajt jittratta dawn it-tip ta' affarijiet.", "Mr. Speaker, sar ukoll diskors fuq l-MDS.", "Din hija kumpannija li twaqqfet biex tagħmel maintenance lir-reverse osmosis plants fejn is-sena li għaddiet nefqet xi Lm1.4 miljun u din is-sena Lm1.9 miljun.", "Meta ra dawn iċ-ċifri l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkonkluda li hawn taħwida ta' ċifri, li hawn xi ħaġa m'hijiex ċara u li qed naħbu xi ħaġa.", "Dan mhu minnu xejn.", "Il- verita' hija li l-MDS kellha numru ta' ħaddiema - mingħalija xi 30 jew 40 ħaddiem - li kienu għadhom qed jidhru fuq il-kontijiet tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u dawn iddeċidew li jgħadduhom fuq il-kontijiet fejn suppost qegħdin biex isir tindif ta' l-accounts tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma.", "Kieku għamel mistoqsija parlamentari kont nirrispondih fuq affarijiet bħal dawn u ma kienx ikollu għalfejn jiġi f'dan il-parlament u jgħid li qed nilagħbu biċ-ċifri u li qed naħbu xi ħaġa.", "X'hemm x'taħbi?", "Dawn iċ-ċifri huma pubblikati u għalkemm l-estimi qed jgħidu li dawn m'humiex audited, fil-fatt dawn ġew audited u ma nbidel xejn.", "Mr. Speaker, la qed insemmi l-auditing nixtieq ngħid xi ħaġa dwar din il- fratterija li saret fuq audited u unaudited.", "Il-verita' hija li ċ-ċifri huma audited u fil-mument opportun inpoġġi d-dikjarazzjoni ta' l-awdituri fuq il-mejda tal-Kamra.", "Li ġara hu li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma daħlet f'diffikulta' kbira minħabba t-taħwid kbir li tefagħha fih il- gvern Laburista preċedenti.", "Irrid ngħid ukoll li l-kontijiet ħerġin, aħna xtaqna noħorġuhom b'pass iktar mgħaġġel pero' kellna għan ieħor li niżguraw li ma jkollniex żbalji minħabba t-tibdiliet kollha li saru fi żmien il- gvern preċedenti.", "Għall-grazzja ta' Alla ma tantx hemm żbalji, kultant jinstab xi wieħed 'l hawn u 'l hinn li ħafna drabi jkunu bidliet fin-numru tan-nies jew xi reading ħażin.", "Wara bidla pjuttost komplikata fis-sistema tat-tariffi l-verita' hi li l-kontijiet ħerġin u qed nantiċipaw li dawn ikomplu joħroġu b'mod iktar regolari.", "Issimplifikajna l-kont kif jidher biex ikun iktar user-friendly u nantiċipaw li sa l-aħħar tas-sena nkunu ħriġna l-kontijiet tas-sena li għaddiet kollha u sa l-aħħar tas-sena d- dieħla nkunu ġejna on line.", "Mr. Speaker, la qed nitkellem fuq kontijiet irrid ngħid li aħna ridna li l-kontijiet ikollhom struttura fair u struttura li tirrispetta l-kondizzjonijiet soċjali ta' pajjiżna u li tirrispetta l-fatt li għandna numru kbir ta' nies li jikkonsmaw ammont żgħir.", "Aħna m'għamilniex bħal ta' qabilna li għamel taxxa tad-drenaġġ fuq kull bieb immaterjalment minn kemm jikkonsma dak li jkun.", "Irrid ngħid ukoll li hemm ċerta taħwida fil-mod kif il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed iħares lejn l-ammont ta' konsum jew aħjar l-ammont ta' ilma li qed jiġi mitfuh fis-sistema.", "Bl-investiment li sar fis-sistema ta' distribuzzjoni f'dawn l-aħħar erba' jew ħames snin irnexxielna nnaqsu dan l- ammont ta' ilma b'medja ta' 8% fis-sena.", "Dan huwa frott ta' l-investiment li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni, huwa avvanz kbir u hija xi ħaġa li għandna nkunu kburin biha bħala pajjiż.", "Hawnhekk irrid ngħid li hemm ħafna iktar xi jsir.", "Per eżempju, irridu nnaqsu s-serq u rridu nnaqsu l-użu ta' l-ilma b'mod illegali.", "Għalkemm huwa diffiċli rridu nagħmlu programmi aħjar biex inkunu nistgħu dejjem innaqqsu l-abbuż.", "Mr. Speaker, hemm punti oħra li xtaqt insemmi.", "Per eżempju fl-opinjoni tiegħi għandu jkun hemm iktar regulations għal min iqassam l-ilma.", "Safejn naf jien il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma diġa' qed tagħmel dan is- servizz u tesiġi li l-bowsers ikunu addattati u nodfa għall-użu ta' l-ilma.", "L-Onor.", "Buhagiar semma wkoll ir-regolatur u qal li kien qed jaħseb li l- institute of water technology jista' jsir ir-regolatur.", "Jien naħseb li l- institute of water technology għandu użu ferm iktar speċifiku.", "Dan huwa l- istitut responsabbli mit-taħriġ u huwa ta' neċessita' kbira għax skond ir- rapport jidher li hemm ċerti defiċjenzi fil-complement tal-korporazzjoni.", "Per eżempju f'paġna 45 insibu li hemm 419-il ħaddiem fil-korporazzjoni li għandhom livell ta' edukazzjoni li huwa primary or below u 437 persuna għandhom livell sas-sekondarju.", "Dan ifisser li aktar ma jkollok sistema mekkanizzata u awtomatika inqas se jkollok bżonn nies li xogħlhom ikun sempliċement li joqogħdu jħarsu lejn il-pompa taħdem.", "Din il-pompa tista' tkun taħdem b'sistema ta' remote reading fuqha u dan ifisser li dawn in- nies iridu jiġu mħarrġa.", "Jiena għalhekk ngħid li għalkemm qed naħsbu biex ikollna regolatur jien ma naqbilx li dan għandu jkun l-institute of water technology.", "Qed neżaminaw ukoll jekk ir-regolatur għandux ikun regolatur wieħed għall-utilities jew għandux ikun regolatur separat għal kull entita'.", "Jien nista' ngħid li fil-każ ta' l-Enemalta żviluppajna abbozz in draft form tar-regolatur.", "Hemmhekk hemm ħtieġa kbira li jkollok regolatur li jikkontrolla l-aspetti kummerċjali tal-korporazzjoni Enemalta.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dejjem juża tape ta' intervista li kelli jien qabel l-elezzjoni.", "Dakinhar jiena kont għedt li l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma jkunu prattikament kif kienu qabel.", "Jien insostni li hekk sar.", "Huwa veru li hemm ċerti żidiet u ċertu aġġustament ta' l-istruttura tat-tariffi fejn daħħalna l-konċett li fil-każ tad-dawl qiegħed jingħata kas għan-numru ta' nies li joqogħdu fid-dar - u dan huwa konċett iktar soċjalment ġust - imma għal min jikkonsma ammont normali t-tariffi reġgħu marru lura prattikament għal dawk li kienu qabel.", "Hemm ħafna modi kif jista' jiżdied ir-revenue u żieda fir-revenue ma tfissirx li t-tariffi għolew.", "Mr. Speaker, dalgħodu jiena semmejt id-diffikultajiet li jinqalgħu minħabba n-nuqqas ta' ilma fejn jista' jkun li jkollna nużaw iktar milli qed nantiċipaw.", "Waqt dan il-perjodu ta' nixfa sewwa fir-reġjun tagħna l- poplu Malti baqa' jgħix ħajja normali mingħajr id-diffikultajiet li naraw f'ċerti reġjuni oħra li m'humiex attrezzati bl-investiment li ħaseb fih gvern Nazzjonalista.", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm żmien meta konna qed nippjanaw il-bini ta' reverse osmosis plant oħra imma din ma baqgħetx neċessita' minħabba li kien hemm tnaqqis fl-ammont ta' ilma li kien qed jinħela.", "Mr. Speaker, jiena kont nieħu pjaċir li kieku nistgħu niġġeneraw l-ilma b'mod iktar irħis u b'mod li nipproteġu l-aquifer u nagħtuh ċans itejjeb il-kwalita' ta' l-ilma tiegħu imma r-realta' hija li hemm il-constraints finanzjarji.", "(Interruzzjonijiet) Allavolja hemm dawn il-constraints, aħna m'għamilniex bħall-gvern ta' qabel.", "Aħna m'għabbejniex piż esaġerat fuq il- konsumaturi Maltin u l-aġġustament li sar fit-tariffi huwa wieħed żgħir.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma smajt lil ħadd jilmenta minħabba l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.", "Dan minkejja li meta kellna d-diskussjoni dwar l- Enemalta xi ħadd hawnhekk ippreżenta kont li kien id-doppju u li meta tidħol fih tinduna li dan kien qed jikkonsma darbtejn jew tliet darbiet iktar dawl milli kien jikkonsma qabel.", "Dik hi s-sitwazzjoni li kellna f'dan il-parlament, Mr Speaker, u jiena nappella lil tan-naħa l-oħra biex iġibu argumenti iktar serji u biex ikunu iktar informati u iktar attrezzati.", "Mr. Speaker, nikkonkludi billi ngħid li bejn iż-żewġ naħat hemm qbil inġenerali dwar x'għandna bżonn il-korporazzjoni pero' min-naħa l-oħra tal- Kamra smajna kritika distruttiva li l-biċċa l-kbira tagħha sfortunatament ġiet min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-estimi tad- dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 1999/2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-divison tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma għas-sena 1999/2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Division.", "VOTAZZJONI NRU 190 FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Bil-permess tal-Kamra, l-Onor.", "Abela.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (Chairman tal-Kumitat tal-Kamra għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, fejn għadna kemm għaddejna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazju ta' Importazzjoni mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l- Erbgħa, 17 ta' Novembru, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni li tirregola s-seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 2000; u", "Mozzjoni ta' proċedura li tirregola s-seduti dwar l-Estimi Ġenerali ta' l- Ispiża għas-sena 2000 u dwar l-Estimi Supplimentari ta' l-Ispiża għas-sena 1999.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas- Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tielet Qari; u Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tielet Qari.", "------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kontra dak li qed jagħti x'jifhem il-gvern, b'mod speċjali liċ-ċittadini tal-Kottonera, fil-proġett tal-Kottonera hemm problemi kbar.", "Madankollu l-gvern qed igħid li kollox huwa ward u żahar u qed jagħti l-impressjoni li qisu dan il-proġett dalwaqt jibda jseħħ.", "Il- verita' hi li l-unika ħaġa li qed tispikka hija li minn daħal għal dan il- proġett daħal biss biex jispekola l-art u biex jara kif jagħmel il-flus.", "Mr Speaker, is-sitwazzjoni tant hija mwiegħra li anke l-awtorita' ta' l- ippjanar m'għandha xejn f'idejha biex tkun tista' tibda l-proċess li hemm bżonn biex ikun jista' joħroġ il-permess għall-proġett.", "Imma l-agħar hija li minkejja li għaddejna riżoluzzjoni f'dan il-parlament - li għaddiet bid- difetti kollha tagħha eżattament kif ried il-gvern - dan il-konsorzju ma mexiex mal-kuntratt.", "Jiena qed nagħti avviż li se nikteb lill-public accounts committee biex jinvestiga dan il-kas u se nitlob biex il-ftehim jiġi annullat jekk jirriżulta li ma mxewx ma' dan il-ftehim.", "Jiena nerġa' ntenni li jidher ċar li l-interessi huma biss interessi ta' spekolazzjoni u addio d-drittijiet tan-nies tal-Kottonera, addio l-ambjent u addio kollox.", "Mr. Speaker, waħda mill-affarijiet li suppost għamel min huwa mdaħħal f'dan il-proġett hi li sa Awissu kellu jissottometti development brief lill- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dan ma sarx imma dawn sempliċement poġġew id- development brief li kien hemm ta' żmien gvern Laburista li m'għandu x'jaqsam xejn ma dak li suppost isir minħabba li fil-kuntratt preżenti hemm ħafna areas li ma kenux inklużi qabel.", "Per eżempju fi żmien gvern Laburista la kien hemm inkluża l-area fejn hemm il-klabb tar-regatta tal- Birgu u lanqas hemm inkluż il-passaġġ li jagħti għal St. Lawrence Street fil-Birgu.", "Skond il-pjanta li għamlu dawn indikaw ċar li huma jridu wkoll dak il-passaġġ bir-riżultat li ma jkunx hemm passaġġ għal St. Lawrence Street għaċ-ċittadini tal-Birgu.", "Fid-development brief ta' qabel lanqas l- esproprjazzjoni ta' l-art fin-naħa ta' l-Isla biex jagħmlu l-pompa u xi ħaġa oħra konnessa mal-yatch marina ma kien hemm.", "Issa dawn mhux talli m'għamlux dan id-development brief imma talli lanqas il-full application li kellhom jissottomettu sa ċertu żmien m'għadhom issottomettew.", "Dan li qed ngħid jien jikkonfermawh il-kunsilli lokali tal-Kottonera minħabba li l-awtorita' ta' l-ippjanar bagħtet għalihom biex tinformahom li m'għandha xejn fuqhiex taħdem għaliex il-consortia ma tawha assolutament xejn.", "Dawn qalu li jridu jagħmlu xi kafetterija jew pizzeria mingħajr ma qalu kif se jieħdu ħsieb il-bini storiku.", "Kulma pinġew kien bini li m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-estetika tas-swar f'areas li mhux suppost jibnew.", "Saħansitra fuq il-bini l-antik se jtellgħu l-penthouses u fejn kien hemm iċ-Ċiniżi ppjanaw li jagħmlu bini qisu gabubi biex juru li taparsi għamlu xi ħaġa.", "Mr Speaker, dawn l-affarijiet juru biċ-ċar li fil-proġett tal-Kottonera hemm il-problemi u dawn l-aktar jidhru min-naħa ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar li m'għandha xejn fuqxiex timxi biex tara x'impatt se jkun hemm fuq l-ambjent, fuq il-bini storiku u fuq ċerti affarijiet oħra.", "Anke jekk stess riedet toħroġ permess normali, l-awtorita' ta' l- ippjanar m'għandha assolutament xejn fuq xiex timxi.", "Barra minn hekk l- agreement li sar mill-gvern kien jorbot lill-consortia biex jissottomettu ċerti affarijiet sa ċerti dati imma dawn naqsu milli jagħmlu dan.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li meta jara ċerti affarijiet anke min ma jifhimx jibda jifhem bit-taħwid li hemm.", "Per eżempju, hemm propost li jimtela' kullimkien bir-ristoranti mingħajr ma hemm ippjanat li ssir parking area.", "Dawn mhux affarijiet, u jien nerġa' ntenni li mhux sewwa li l-poplu nuruh li l-affarijiet mexjin sew imbagħad insibu li kollox qiegħed fl-arja u kollox qed isir bl-ispekulazzjoni fejn wieħed jitfa' fuq l-ieħor biex jipprova jieħu l-flus.", "Mr. Speaker, il-proġett tal-Kottonera huwa biss spekolazzjoni u xejn iktar u l-gvern m'għandux joqgħod jgħajjat li l- proġett tal-Kottonera dalwaqt jibda, se jseħħ u se jħalli l-impjiegi.", "Il- gvern ilu jidħaq bil-poplu minn qabel l-elezzjoni imma issa l-poplu qed jinduna bl-ingann.", "(Interruzzjonijiet) Jiena se nagħmel minn kollox biex ma nħallikomx tgħaddu biż-żmien lilna tal-Kottonera.", "Se nagħmilha ċara li l- parti tiegħi se nagħmilha u se nagħmilha bl-ikbar responsabbilta'.", "Din id- dikjarazzjoni qed nagħmilha kemm bħala deputat li ġej mill-Kottonera kif ukoll bħala rappreżentant ta' l-oppożizzjoni fl-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ma jistax ikun l-awtorita' ta' l-ippjanar taqa għall-pressjoni politika Din trid tara li l-affarijiet....", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ikollok ċans titkellem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech, on a point of order.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hu ma qalx li jrid jagħmel point of order.", "(Interruzzjonijiet) Għedtlu inti biex jgħid point of order.", "THE DEPUTY SPEAKER: Imma rrid nisma' x'inhu l-point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inti suppost tipproteġi l-minoranza.", "Kemm tipproteġiha sew!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, ma tistax tagħmel allegazzjoni hekk fuq is-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Prosit!", "(Interruzzjonijiet) Is-Sedja ssuġġeriet lill- Ministru biex jagħmel point of order!", "THE DEPUTY SPEAKER: Huwa ried jagħmel point of order u jiena rrid nisma' l-point of order tiegħu.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, inti ssuġġerejtlu biex jagħmel point of order.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr. Speaker, kieku kien punt ta' kjarifika kont intawwal forsi iżjed imma jiena se nillimita ruħi għall-point of order.", "Wara kollox l-Onor.", "Mizzi m'huwiex xi wieħed li ma jagħmilx points of order hawn ġew!", "THE DEPUTY SPEAKER: Għaddi għall-point of order, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, il-point of order tiegħi hu li l-Onor.", "Mizzi m'huwiex korrett li jimputa li l-gvern jew anke l- awtoritajiet pubbliċi qed jipprovaw jingannaw lil xi ħadd.", "Il-gvern miexi flimkien ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar metikolożament biex kulma hemm fil- kuntratt iffirmat mal-gvern, inkluż il-guidelines tad-development brief, ikun rispettat.", "Dan sar sal-punt li jien laqqajt developers separati ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar u dawn issa se jagħmlu eżerċizzju...", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, dan m'huwiex point of order.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-point of order huwa li m'għandux dritt jimplika li l-gvern jew l-awtoritajiet pubbliċi qed jagħmlu xi eżerċizzju ta' ingann.", "L-eżerċizzju li qed nagħmlu hu li l-obbligi kuntrattwali jkunu osservati kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, għaliex ma tajtx l-aġġornament lilu mill- ewwel!", "(Interruzzjonijiet) Issa nispera li ma jkunx hemm indħil u pressjoni politika.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar għad lanqas għandha xejn f'idejha biex tkun tista toħroġ permess.", "(Interruzzjonijiet) M'għandha xejn, u jekk tara l-gazzetti lokali tal-lum issib li l-kunsilli lokali qaluha ċara u tonda li l-awtorita' ta' l-ippjanar qaltilhom li m'għandha xejn biex tibda taħdem fuq dan il-proġett.", "(Interruzzjonijiet) Le, l- awtorita' ta' l-ippjanar ma qaltilhomx li ma mxewx mal-kuntratt li għamlilhom il-gvern.", "Hawnhekk jien nerġa' ntenni li qed nagħti avviż minn quddiem li jiena se nikteb lill-public accounts committee biex jinvestiga l- każ biex jara fejn dan il-kuntratt inkiser u biex jekk inkiser jiġi annullat.", "Nerġa' ntenni wkoll li kulma hemm f'dan il-proġett huwa spekolazzjoni biss.", "Sur President, nixtieq issa nitkellem fuq suġġett kompletament differenti.", "Meta jiena kont tkellimt fuq il-liġi dwar il-mediċini perikolużi jiena kont qed nitkellem b'responsabbilta' u kont qed nitkellem fuq l-esperjenza li għaddejt minna jien.", "Dakinhar kont qed nagħmel id-dover tiegħi bħala membru parlamentari pero' kien hawn min - u dawn għandhom x'jaqsmu ma' l- avukati - li kitbu u qalu li l-kliem li kont għidt għandi ngħidu barra u nġib il-provi.", "Lil dawn in-nies ngħidilhom li hawnhekk qegħdin fil- parlament u mhux fil-qorti.", "L-avukati għandhom esperjenza biżżejjed li jiddefendu klijent tagħhom billi jipprovaw iwaqqgħu l-provi kontra tiegħu minħabba li jekk ma jkunx hemm provi biżżejjed il-qorti tilliberah.", "Dan minkejja li l-avukat ikun jaf li l-klijent tiegħu jkun ħati.", "Hawnhekk mhux hekk nimxu imma hawnhekk irridu nipproteġu lid-demokrazija.", "Minkejja dan, hemm min min-naħa tal-gvern li jaħseb li hawnhekk għandna nimxu bħall-qorti u dan huwa rifless anke f'ċerti kitbiet li għamel.", "Jekk jien nara wieħed joqtol u meta mmur il-qorti dan iġib il-provi li kien ma xbintu filgħaxija hu jiġi liberat għax m'hemmx evidenza kontra evidenza.", "Il-parlament ma jimxix b'dan il-mod.", "Jekk jien nitkellem fil-parlament sta għalija li nitkellem bir-responsabbilta' - u jien dejjem tkellimt b'responsabbilta' - u għalhekk teżisti l-immunita'.", "Sur President, fil-parlament jiena tkelimt dwar l-esperjenza li għaddejt minna jien - u ta' dan għandi l-provi - imbagħad jiġi membru min-naħa l-oħra jgħid li għaliex tkellimt b'dak il-mod jippreferi li kemm soċjalment u kemm f'każ ta' bżonn - qed jgħid għalija personali - iżomm 'il bogħod minni.", "Dak affari tiegħu.", "Sur President, issa jiena naf xi kredibilita' għandu l-bniedem li qal dawn l-affarijiet.", "Naf xi kredibilita' jista jkollu bniedem li hu sid ta' lanċa li suppost imur jistad għall-ħut u minflok imur idaħħal it- televisions.", "Pero' iktar u iktar imbagħad ma nistax nifhem kif jiġi xi avukat ieħor min-naħa l-oħra - u biex tgħid dawn l-affarijiet trid tkun avukat mal-Partit Nazzjonalista għax il-ġudikatura jaħsbuha li hi tagħhom u jikkontrollawha huma! - u minkejja li kont qed ngħid il-verita' dan qalli li ma nifhimx u li ma kontx qed ngħid il-verita'.", "Sur President, biex nissostanzja dak li qed ngħid jiena se nikkwota l-kliem eżatt.", "Dan qal hekk:", "\"Min ma jifhimx fil-ħajja jasal biex jaħseb li huwa aħjar min jinbaħ u mhux min effettivament jigdem\".", "Dażgur, Sur President, dan qalu għax l-intenzjoni ta' ċerti nies min-naħa l- oħra hija li joqogħdu jilagħbuha tal-qaddisin imma meta jiġihom iċ-ċans dawn jigdmuk.", "Ara jien mhux hekk għamilt.", "Jien għedt l-affarijiet mill- esperjenza u semmejt ċerti affarijiet li ġraw veru u rajthom veru.", "Biex immur il-qorti jrid ikolli x-xhieda u minkejja li dak li qed ngħid huwa veru ma nistax inġib ix-xhieda ta' ċerti affarijiet.", "Fil-fatt x'ġara, Sur President?", "Min-naħa l-oħra bdew jgħidu u jiktbu fuq il-parlament u fuq il-Kamra tal- parlament fejn qalu li hemm l-ordni permanenti.", "Dażgur li hemm l-ordni permanenti.", "Mela le!", "Imma mhux l-ordni permanenti biss hemm.", "Hemm ukoll is-Sedja li trid tara kif tipproteġi lill-minoranza.", "Minkejja dan kollu, l- membri fil-minoranza qed jaraw li mhux qed jiġu protetti u biex inġib eżempji nixtieq insemmi l-każ meta s-Sedja tat ruling differenti dwar l- istess ħaġa sempliċement għax inbidlet il-leġislatura u bħal meta s-seduta suppost spiċċat f'nofsinhar u s-Sedja ordnat tispiċċa fid-9.00p.m.", "(Interruzzjonijiet) Allura meta tibda tara dawn l-affarijiet tippretendi li l-minoranza tibqa' b'ħalqha magħluq?", "Per eżempju, illum stess kien hemm ruling li mhux ir-regolamenti jgħoddu imma jgħodd il-ftehim li s-Sedja qalet li sar.", "Eżempju ieħor hu meta l-bieraħ stess tkellem l-Onor.", "Evarist Bartolo u għax mar xi ħadd ifesfes lis-Sedja, din qalet li l-Onor Bartolo kellu jieqaf milli jitkellem fuq każ sub judice.", "Ara meta tkellem l-Onor.", "Asciak, ħadd ma mar isefsiflu lill-iSpeaker biex jgħidlu li l-każ li kien qed jitkellem dwaru kien wieħed sub judice.", "Qed tara fejn huwa l-bilanċ!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, il-kollega tiegħi qed jagħmel allegazzjoni serja fuq il-persuna ta' Mr Speaker.", "Ir-regolamenti tal-Kamra jgħidu li min jagħmel dikjarazzjoni jrid ikun responsabbli għall- korrettezza tagħha u jiena ninsisti li jew jissostanzajha jew inkella jirtirha.", "Ħadd ma ġie jsefsef lill-iSpeaker u ma naħsibx li għandu dritt jgħid hekk.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inti kont hawn?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Dawn huma r-regolamenti tal-Kamra.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma inti kont hawn?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien kont hawn u ħadd ma mar isefsiflu.", "Jiena ninsisti li jew jissostanzjaha jew jirtiraha.", "Jiena qed nikkwotalu l- istanding orders.", "THE DEPUTY SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri kollha biex juru rispett lejn is-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħalli nkompli, Sur President.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Lill-Onor.", "Membru nitolbu biex isemmi b'ismu lil min mar isefsef f'widnejn l-iSpeaker, inkella ma jistax jiġi emmnut.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Galea jrid jara x'għedt eżattament.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Le, għandu jgħidilna min hu l-membru li mar isefsef f'widnejn l-iSpeaker.", "Jiena se ninsisti fuqu dan il-punt.", "THE DEPUTY SPEAKER: Id-diskors għandu jingħad bl-ikbar responsabbilta'.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' privileġġi li għandu kull membru tal-Kamra.", "Barra minn hekk għandna nġibu rispett lejn is-Sedja.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, iċċekkja biss jekk twaqqafx l-Onor.", "Bartolo għax kien qed jitkellem fuq każ sub judice u ċċekkja wkoll jekk twaqqafx l-Onor.", "Axiaq meta huwa wkoll tkellem fuq każ sub judice.", "Il- verita' tweġġa ħafna u min-naħa l-oħra qed jipprovaw ma jħallunix nitkellem.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Hawn regolamenti tal-Kamra li huma ċari u li jgħidu li kull membru li jagħmel dikjarazzjoni jrid ikun responsabbli għall- korrettezza tagħha.", "Jien kulma qed nitolbu biex ikun emmnut u jkun responsabbli hu li jsemmi liema membru mar ifesfes f'widnejn l-iSpeaker.", "Jekk ma jagħmilx hekk nitolbu li jirtirha.", "Naħseb li għandi dritt nitolbu jirtirha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, wieħed irid joqgħod iqis sewwa kull kelma li jgħid.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena naf eżatt x'għedt.", "Is-sabiħa hija li jkun hemm min ikollu kontroll ta' l-istampa u allura jkun qed jipproteġi lilu nnifsu politikament, u l-istampa tipprova tagħmel character assisination.", "U hekk ippruvaw jagħmlu lili imma ma rnexxilhomx.", "Jien subgħajja dritt kont, subgħajja dritt nibqa' u nkompli nagħmel id-dover tiegħi f'dan il-parlament.", "Ħalli issa nerġa nsemmi l-esperjenza li għaddejt minna jien u li kont irriferejt għaliha.", "Per eżempju, jiena poġġejt il-file tal-\"Pupa\" hawnhekk ħalli l-poplu jara xi frameup kien se jiġri u jien ħallejt issir inkjesta bil-maġistrat.", "Ħadd qabel ma kien poġġa l-file hawnhekk ħalli kulħadd jara l-ħneżriet li kienu qed jiġu moħmija.", "Lanqas il-kwestjoni tat-telephone tapping ma semmew.", "Xi għaxar snin ilu lili għamluli tapping tat-telephone għaliex hawnhekk kont nitkellem fuq it-Telemalta.", "Jiena kont naf li qed jagħmluli t-tapping, u dan baqa' sejjer għal żmien twil.", "Ara dak li semmejt u li kien qed jagħmel it-tapping fit-Telemalta ma tkellimx.", "Dażgur li ma jitkellimx, għaliex jekk jitkellem imbagħad ngħid affarijiet oħra hawn ġew.", "(Interruzzjonijiet) Meta jasal il-mument ngħid affarijiet oħra, imma ħalli nkompli fuq il-kwestjoni tat-tapping.", "It-tapping sar fi żmien meta l- Partit Nazzjonalista kien fil-gvern u dan sar b'mod illegali għaliex ma kienx għad hemm il-liġi li tippermetti li jsir tapping għal skop tajjeb bħal meta sar tapping mit-telephone booth biex jaqbdu t-traffikanti tad- drogi u bħal meta sar tapping biex jaqbdu lil min seraq il-Caravaggio, avolja f'dan il-każ kien hemm allegazzjonijiet li kien involut xi ħadd prominenti li telaq barra minn Malta.", "F'dan il-każ ukoll dak li kien mixli misterjożament miet b'overdose.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll il-każ ta' Richard Cachia Caruana.", "Iva, jiena tajt l-ordni dwar l-iskorta.", "L-argument li kont ġibt jien kien illi l-ombudsman ma tawħx l-informazzjoni, anzi qalulu li ma kenitx inbidlet is-sitwazzjoni.", "Dan m'hu veru xejn, għax tant kienet inbidlet is- sitwazzjoni li kien il-kummissarju li kien talab biex tonqos l-eskorta, u dan għamel hekk ftit qabel ma jiena tajt ordni biex terġa' titnaqqas l- eskorta. mela allura m'għadhiex l-istess pożizzjoni ta' meta kien ġara l- każ.", "Dik hi r-raġuni.", "Lili kienu jistaqsuni jekk nafx is-Secret Service Act u li ma nistax nitkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Dażgur li nafha s- Secret Service Act, u tant nafha li jiena ma ħriġt xejn.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membru qed isemmi r-ritratti.", "Jiena ngħidlu li l-\"Mument\" kienet ġibdet ritratti qabel mietet din it-tfajla, dawn dehru fl- 24 ta' Ottubru imma dakinhar ħadd ma kien qal xejn.", "Issa dan huwa każ li għadu qed jiġi nvestigat.", "(Interruzzjonijiet) Ġibli l-provi li jiena ħriġt xi ħaġa fil-beraħ.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Galea, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena semmejt l-esperjenza li għaddejt minnha.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea, on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: L-Onor.", "Mizzi sfidani biex inġiblu l-provi.", "Ġie stabilit minn risposta għal mistoqsija parlamentari illi l-file ta' Richard Cachia Caruana inħareġ mit-depot fuq talba ta' l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Huwa veru li jiena tlabt il-file imma mingħandi ma ħareġ xejn fil-beraħ.", "Jien kollox kif suppost għamilt għax jien ma nimmina lil ħadd.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, fadallek minuta u nofs.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naf li żżommli l-ħin sew lili, ma tmurx taħrab xi sekonda!", "Iva, tieħu ħsiebha lill-oppożizzjoni!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mizzi, m'iniex se nippermetti dan il-kliem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed ngħidlek li tieħu ħsiebha lill-oppożizzjoni!", "Xi tridni ngħidlek, li ma teħux ħsiebha?", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena kont semmejt il-każ ta' meta qlajt xebgħa għax tkellimt f'dan il-parlament dwar traffikanti tad-drogi.", "Saħansitra kienu ġew isawtu lill-familja tiegħi.", "Is-Sedja - dak iż-żmien kienet preseduta mill-Onor.", "Lawrence Gonzi - kienet iddeċidiet illi kien hemm ksur ta' privileġġ, u jiena se naqra silta minnu biex nuri li dan ġara veru.", "Dan igħid hekk:", "\"Rigward iż-żewġ inċidenti li nqalgħu fil-Kalkara fl-14 ta' Lulju s- Sedja ħadet il-passi mmedjati sabiex isiru investigazzjonijiet opportuni.", "Minn dawn l-investigazzjonijiet, li sussegwentement ġew konsenjati lis-Sedja, ġie stabilit illi fl-ewwel inċident kienet involuta persuna filwaqt li fit-tieni inċident kienet involuta ċerta persuna oħra.", "Minn eżami ta' l-Ordinanza dwar il-Privileġġi, Kap. 113 tal-Liġijiet ta' Malta, irriżulta li dawn iż-żewġ inċidenti, fiċ- ċirkostanzi kollha tagħhom, jistgħu jinkwadraw ruħhom taħt artiklu 11 ta' l-istess Ordinanza, partikolarment is-subartikolu (d).", "Għalhekk is-Sedja tiddikjara li l-każijiet imsemmija mill-Onor.", "Mizzi jikkostitwixxu prima facie ksur ta' privileġġ u tinkariga lill-Kap tal- Kamra sabiex jieħu l-passi meħtieġa biex il-Kamra jkollha l- opportunita' li teżamina u tiddeċiedi fuq dan il-każ.\"", "Dan qatt ma resaq hawn, Sur President u qatt ma resaq hawn għax l-involut kien driver ta' ex-ministru tal-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, mhux bilfors tan-naħa l-oħra jaqbżu meta nsemmi dawn l-affarijiet!", "Allura meta naf li ma jitteħdux passi mod ieħor mhux bilfors ikolli niġi ngħid l- affarijiet f'dan il-parlament?", "Avolja meta ġejt f'dan il-parlament biex inqajjem il-kuxjenza li xi ħadd qed iwaqqa' liż-żagħżagħ tal-Kottonera f'dan il-vizzju jiena ġejt mhedded.", "L-istess għamilt illum u l-istess inkompli nagħmel, Sur President.", "Dawn huma l-affarijiet.", "Xi trid iġġib provi aktar minn hekk!", "U huwa minħabba f'hekk li jiena ngħid li m'għandniex inġibu l-parlament qisu qorti.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 17 ta' Novembru fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WIED IL-GĦAJN - TRAFFIC LIGHTS", "11213.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli li t-Traffic Control Board jikkonsidra li jagħmel zebra crossing jew traffic lights fi Triq il-Gardiel f'Wied il- Għajn biswit Triq il-Munxar fejn bosta nies ikollhom jaqsmu f'din it-triq traffikuża biex imorru jixtru mis-supermarket u ħwienet oħra li hemm fi Triq il-Munxar u toroq oħra biswit din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Irriferejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "IPSE - IMPJEGATI", "11215.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha mpjegati l-IPSE, x'kategoriji differenti ta' mpjegati għandha, x'tip ta' kuntratti għandhom l-impjegati u kemm minn dawn l-impjegati huma fuq loan jew on secondment minn dipartmenti oħra tal-gvern jew korporazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-gvern?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent l-IPSE timpjega 15-il persuna mqassmin f'dawn il-gradi 1 kap eżekuttiv, 5 managers, 7 executives u 2 skrivani.", "Minn dawn l-impjegati, disgħa għandhom kuntratt definit ta' sena u s- sitta l-oħra qed jaħdmu b'kuntratt indefinit.", "M'hemm l-ebda impjegat li huwa on loan jew on secondment minn xi dipartiment jew korporazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-Gvern.", "IPSE - CHAIRMAN", "11216.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-chairman ta' lPSE u min huma l-membri fuq il-bord ta' l-istess organu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10910 fis- Seduta Nru. 174.", "IPSE - KAP EŻEKUTTIV", "11217.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-kuntratt li għandu l-Kap Eżekuttiv ta' l-IPSE, jgħid meta sar il-kuntratt, x'salarju għandu x'benefiċċji oħra jinkludi minbarra s-salarju?", "Il-kuntratt huwa wieħed definit?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IPSE - IMPJEGATI", "11218.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-impjegati tal-IPSE għandhom kuntratt definit ta' xogħol, jgħid min huma u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-disa' impjegati ta' l-IPSE li bħalissa qed jaħdmu b'kuntratt definit ta' xogħol jokkupaw dawn il-gradi 1 kap eżekuttiv, 5 managers u 3 executives.", "XOGĦLIJIET", "11233.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti dettalji tax-xogħlijiet ta' embellishment li se jsiru fis-South sas-sajf li ġej?", "Kemm hu l-valur ta' dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-programm ta' xogħol ppjanat għal matul is-sena d-dieħla bħala parti mill-embellishment li qed isir fin-naħa t'Isfel ta' Malta hu dan li jidher hawn taħt:", "Xogħlijiet ta' Embellishment li se jsiru fis-South sas-sajf li ġej", "Marsascala", "1.", "Embellishment minn ħdejn il-pitch tal-Marsascala S.C. sa ħdejn il- Knisja ta' Sant'Anna inkluż il-bankini, railings eċċ.", "2.", "Passaġġ miż-Żonqor Housing Estate sa l-Iskola Primarja.", "3.", "Restawr tal-faċċata tat-Torri ta' San Tumas u rikostruzzjoni tar-Ridott ta' l-istess Torri.", "4.", "Re-surfacing ta' toroq.", "5.", "Embellishment tal-Bajja u l-Ġnien San Tumas.", "Marsaxlokk", "1.", "Re-surfacing ta' triq ix-Xatt/Triq il-Kavallerizza u Triq il-Wilġa.", "2.", "Jitlesta x-xogħol ta' pavimentar fil-pjazza tal-Knisja.", "3.", "Il-bini ta' ground tal-futbol, bus terminus u suq għall-monti.", "4.", "Pavimentar ta' Xatt is-Sajjieda.", "Birżebbuġia", "1.", "Jitlesta x-xogħol fil-Bypass fi Triq it-Trunċiera u Car Park ħdejn Għar Dalam.", "2.", "Jitlesta x-xogħol ta' embellishment fi Pretty Bay, Birżebbuġia.", "3.", "Re-surfacing ta' Triq San Ġorġ, Birżebbuġia.", "In-nefqa fuq ix-xogħol li jkun tlesta matul is-sena tkun koperta fil- fondi li jiġu pprovduti għal xogħol ta' embellishment għal matul is-sena 2000.", "BUĠIBBA - XOGĦLIJIET", "11234.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti dettalji tax-xogħlijiet ta' embellishment li se jsiru f'Buġibba sas-sajf li ġej?", "Kemm hu l-valur ta' dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-programm ta' xogħol ippjanat għal matul is-sena d-dieħla bħala parti mill-embellishment li qed isir f'Buġibba hu dan li jidher hawn taħt:", "1.", "Tkomplija ta' twaħħil ta' railings u lampi dekorattivi fl-inħawi tal- boathouses fil-Qawra u f'Buġibba Promenade.", "Twaħħil ta' railings f'Pioneer Road u lampi dekorattivi ħdejn il-Portobello.", "2.", "Xogħol fuq is-sit tal-ħajt ħdejn Portobello.", "3.", "Tibdil ta' street furniture f'Bay Square.", "4.", "Xogħol relatat mal-funtana tal-baħar ta' Buġibba.", "In-nefqa fuq ix-xogħol li jkun tlesta matul is-sena tkun koperta fil- fondi li jiġu pprovduti għal xogħol ta' embellishment għal matul is-sena 2000.", "TAS-SLIEMA - XOGĦLIJIET", "11235.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti dettalji tax-xogħlijiet ta' embellishment li se jsiru f'Tas-Sliema sas-sajf li ġej?", "Kemm hu l-valur ta' dawn ix- xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-programm ta' xogħol ippjanat għal matul is-sena d-dieħla bħala parti mill-embellishment li qed isir f'Tas-Sliema hu dan li jidher hawn taħt:", "1.", "Se jinbeda x-xogħol fuq l-upgrading tal-Promenade ta' Tower Road.", "L- ewwel fażi se tkopri l-parti minn fejn il-Fortizza sa ħdejn it-Torri.", "2.", "Ix-xogħol mistenni li jkopri dawn l-affarijiet:", "(a) tibdil ta' railings, bollards u twaħħil ta' arbli tad-dawl dekorattivi. (b) isir re-paving tal-promenade. (ċ) ġibjun f'Fond Għadir. (d) latrina pubblika ġdida ħdejn il-Fortizza. (e) gallariji ġodda bejn it-Torri u s-Surfside. (f) bankini ġodda fil-parti residenzjali u titjib fit-toroq fejn hu meħtieġ.", "In-nefqa fuq ix-xogħol li jkun tlesta matul is-sena tkun koperta fil- fondi li jiġu pprovduti għal xogħol ta' embellishment għal matul is-sena 2000.", "WSC - TISWIJA TA' MAINS", "11236.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-Korporazzjoni għas- Servizzi Ekonomiċi għamlet xogħol ta' tiswija ta' main ta' Ta' Qali fi Triq il-Ferrovija l-Qadim, Balzan u nkixef l-embankment tal-Ferrovija, sarux xi diskussjonijiet sabiex dan il-fdal storiku jiġi restawrat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-aħħar ħsarat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha fuq il-kanna prinċipali tal-ħruġ tal- ġibjuni ta' Ta' Qali kienu lejn Mejju/Ġunju 1999.", "F'dawn iż-żewġ okkażjonijiet il-post tal-ħsara kien jew Triq il-Linja kantuniera ma' Triq San Anton jew Triq il-Linja kantuniera ma' Triq Schembri, it-tnejn f'Ħ'Attard.", "L-embankment tal-ferrovija inkixef fi triq il-Linja kantuniera ma' Triq Schembri u dan kien mirdum ġo fond ta' sitt membri (18-il pied) taħt wiċċ it-triq u f'nofs Triq il-Ferrovija.", "Ma saru l-ebda diskussjonijeit sabiex dan l-embankment jiġi konservat għaliex l-istess embankment kien ifformat mill-blat li kien imqatta' forma ta' kanal wiesgħa sabiex minnu tgħaddi l- ferrovija.", "WSC - AUTOMATED METER READING", "11237.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħaditx xi deċiżjoni fir-rigward ta' l-Automated Meter Reading?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li deċiżjoni għadha ma ttieħditx.", "TIGNE' - REVERSE OSMOSIS PLANT", "11238.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-impjant li ġie żarmat mir- Reverse Osmosis Plant ta' Tigne'?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fl-eżerċizzju ta' l-iżmantellar ta' l-impjant tar-reverse osmosis ta' Tigne, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet ħsieb li", "a. il-makkinarju prinċipali bħall-pompi u muturi jintrefgħu", "b. materjal ieħor u strumenti jiġu utilizzati bħala spare parts impjanti oħra", "c. il-membranes jiġu ntegrati f'impjanti oħra minflok jinxtraw replacements.", "PULIZIJA - PC LAWRENCE GABRIEL", "11240.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10155, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet ta' PC Lawrence Gabriel dwar irregolaritajiet fit-towing ta' vetturi?", "Jekk intemmet, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dak li nstab?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-investigazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għadha mhix konkluża.", "BANEK - BOV", "11264.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jikkonferma l-Ministru li l-Bank of Valletta, aktar minn sena ilu, ħadet f'idejha il-ġbir ta' flus tas-sidien li xtraw vetturi bin-nifs (hire purchase) mill-Universal Commerce Agency Ltd (UCA) billi ħarġet ukoll kotba tad-depożisti lil kull sid?", "Jikkonferma l-Ministru li l-irċevuti li qed joħorġu mill-Bank of Valletta, wara l-ħlas fix-xahar, fuq kambjali ta' l-istess kumpannija ma jikkorispondux mad-data tal-ħlas iżda huma f'ċerti ċirkostanzi bid-data ta' aktar minn sentejn ilu?", "Għaliex?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11073.", "TA' QALI - IRRANĠAR", "11265.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-gvern isebbaħ dik il-parti ta' Ta' Qali li tintuża minn familji fi tmien il-ġimgħa għar-rikreazzjoni?", "Jista' l-Ministru jara li dan il-post jiġi mnaddaf regolarment u li jitqiegħdu reċipjenti għall-ġbir ta' skart?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li dik il-parti ta' Ta' Qali li tintuża mill-familji fi tmiem il-ġimgħa għar-rikreazzjoni barra li ġiet imnaddfa qiegħda wkoll tiġi msebbħa.", "Tħawwlu mal-mitejn siġra indiġena ġodda.", "Ġew mibdula numru kbir ta' siġar li kienu vandalizzati.", "Ġew rinovati 14-il entratura għal dan il-post.", "L-arja kollha ġiet imdawra b'ħajt tal- ħamrija biex ma jidħlux karozzi u żwiemel.", "F'dan il-ħajt qegħdin jiġu miżrugħa għarbuxelli biex jiffurmaw ħajt tal-ħaxix madwar dan il-post.", "Hemm ukoll il-ħsieb li jsiru diversi affarijiet oħra bħal imwejjed għall- picnics, sinjali ta' direzzjoni eċċ.", "SKEJJEL - STUDENTI", "11266.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 10150 dwar in-numru ta' studenti fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm il-biċċa l-kbira tat-tagħrif mitlub issa daħal fl-uffiċċju konċernat, jonqos xi skejjel li għad iridu jibgħatu t-tagħrif mitlub.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "11267.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 10151 dwar in-numru ta' għalliema fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm il-biċċa l-kbira tat-tagħrif mitlub issa daħal fl-uffiċċju konċernat, jonqos xi skejjel li għad iridu jibgħatu t-tagħrif mitlub.", "KAĊĊATURI/NASSABA - ĦLAS TA' LIĊENZJI", "11268.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji tal-kaċċaturi u nassaba sa l-aħħar ta' Settembru mqassmin kif ġej:", "a. kaċċatur mingħajr arma personali tiegħu li joħroġ għal kaċċa jħallas Lm12 biss; (b) kaċċatur li għandu l-arma biex iżomm u jġorr li jħallas Lm19 biss; (ċ) nassab li jonsob fiss li jħallas Lm6 biss; (d) kaċċatur u nassab li jħallas Lm25 biss; (e) kaċċatur ta' fuq il-baħar li jħallas Lm30 biss; (f) kaċċatur ta' l-art u ta' fuq il-baħar li jħallas Lm49 biss; (g) kaċċatur li jikkaċċja l-fenek salvaġġ biss li jħallas Lm5; (h) nassab tal- fenek biss li jħallas Lm6 biss; (i) kaċċatur li jikkaċċja fuq l-art, fuq il- baħar u jonsob li jħallas Lm55 biss; (j) kaċċatur li jikkaċċja fuq l-art, fuq il-baħar, jonsob għal għasafar u anke il-fenek salvaġġ li jħallas Lm60 biss; u (k) individwu biex iżomm l-arma biss li jħallas Lm7?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hawn snieter irreġistrati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - BENEFIĊĊJU GĦAL HEARING AID", "11270.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min jista' jibbenefika minn hearing aids?", "Jista' jgħid ukoll jekk it-tifla li kopja taċ-ċertifikat tagħha qed jintbagħtat separatament tistax tibbenfika minn għotja ta' hearing aid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li huma ntitolati għall-hearing aids it-tfal kollha u l-pazjenti bil-karta roża.", "Ninsab informat li l-persuna konċernata ngħatat il-hearing aids neċessarji."]} {"filename": "20030122_857d_par.doc", "date": "2003-01-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 857 L-Erbgħa, 22 ta' Jannar 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 857", "L-Erbgħa, 22 ta' Jannar 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "857", "L-Erbgħa, 22 ta' Jannar 2003", "WERREJ", "MINUTI 840", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 840", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 845", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 845", "AĠĠORNAMENT 864", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 869", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 856 li saret fit-22 ta' Jannar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TOROQ - SLEEPING POLICEMEN", "38111.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Kemm hawn b'kollox ħotob jew sleeping policemen fit-toroq?", "Min jiddeċiedi li jsiru u fejn isiru?", "Iqis il-Ministru li dawn qed qed ikunu ta' periklu għas-sewwieqa u għal kulmin jirkeb f'karozza?", "Iħoss li għandhom jitneħħew u flokhom isiru sinjali ma' l-art?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Huwa d- direttorat għall-maniġġ tat-traffiku li jiddeċiedi fejn isiru s-sleeping policemen.", "Issa jien informat li qabel jagħti l-approvazzjoni tiegħu, id- direttorat jinvestiga s-sit li jkun qed jiġi propost.", "Biss wieħed ma jistax jagħti ċifra preċiża ta' kemm hawn sleeping policemen.", "Jien ngħid li l-kostruzzjoni ta' sleeping policemen, meta dawn ikunu mibnija skond il-guidelines tal-MEPA, ma tikkawżax perikli la għas-sewwieqa u lanqas għall-passiġġieri.", "Anzi dawn huma neċessarji għax hemm bżonn ta' deterrent fiżiku biex nikkontrollaw u nirrestrinġu l-veloċita' tas-sewqan.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx min hu nkarigat biex jiċċekkja jekk is-sleeping policemen jikkonformawx mal- guidelines tal-MEPA?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Guidelines jeżistu imma sfortunatament dawn mhux dejjem jiġu osservati.", "Ikun hemm ukoll persuni li mingħajr ebda awtorizzazzjoni ta' ħadd, la mit-traffic control board u lanqas mill- kunsilli lokali, jaqbdu u jagħmlu sleeping policeman fejn ġie ġie.", "Iva jkolli nammetti li għalkemm fit-teorija, il-kunsilli lokali kif ukoll il- MEPA jieħdu passi biex dawn is-sleeping policemen ikunu skond id-daqs u l- kriterji stabiliti, sfortunatament għad fadal numru minnhom li m'humiex konformi ma' dan.", "FABBRIKI - ĦADDIEMA BIS-SENSJA", "38117.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn fabbriki li għalqu mill-1998 sal-lum u kemm hawn ħaddiema li tilfu x- xogħol?", "Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm qegħdin iħaddmu nies magħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Għall-perjodu bejn Settembru 1996 u Settembru 2001, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 36006.", "Fil-perjodu bejn Settembru 2001 u Settembru 2002 kien hemm 671 impjieg ġdid fis-settur privat tal-manifattura, waqt li 817-il impjieg spiċċaw minħabba rtirar, riżenji u sensji.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' DQIQ", "38143.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern tad- dqiq li nnegozja l-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern wara s-sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 38140.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiddispjaċini imma fir-risposta li qed jirriferini għaliha l-Ministru m'hemmx l-informazzjoni li qed nitlob jien.", "Jista' jgħidli allura fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea, kif intlaħaq l-ammont li jrid jagħmel tajjeb biex jiġu ssussidjati dawk il-prodotti li aħna se nkunu qegħdin nimportaw bi prezz għoli ladarba nissieħbu fl-Unjoni?", "Jien nixtieq li xi ħadd jgħidli x'inhuma l-prezzijiet interni u esterni li fuqhom ġew ibbażati n-negozjati, ħalli naraw xi spejjeż se jissussidja l-gvern u xi spejjeż se jgħaddu fuq il-konsumatur.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, jien kont bl-impressjoni li din il- mistoqsija weġibtha dalgħodu meta għedt li n-negozjati ma sarux abbażi ta' prezzijiet partikolari.", "Illum is-sitwazzjoni hi li jekk wieħed jimporta prodott li jattira tariffa fuqu, il-prezz għall-konsumatur jista' jogħla.", "Il-kalkoli b'dan il-mod saru u biex il-prezz ma jogħlix se jkun hemm skema ta' sussidju.", "Din l-istess skema se tiġi parzjalment iffinanzjata – u jista' jkun ukoll kompletament iffinanzjata - mill-fondi li se jiġu mill- Unjoni.", "Dalgħodu jien għedt ukoll li jkun hemm sitwazzjonijiet li mhux dejjem ikunu jippermettulek tagħmel kalkoli b'ċerta preċiżjoni.", "Per eżempju, proprju fis-settur tal-qmuħ, l-esportaturi Amerikani kapaċi jvarjaw il-prezz tagħhom b'mod li jassorbu l-parti l-kbira tat-tariffa li aħna se nkunu qed niffaċċjaw meta nsiru membri ta' l-Unjoni.", "Din hija l-policy li jadottaw l- Amerikani u allura meta tħares lejn id-differenza bejn li tkun membru u li ma tkunx, il-prezz jaf ma jiċċaqlaqx ħafna.", "Iżda f'każ li jkun hemm xi ċaqliq, xorta waħda hemm skema ta' sussidju.", "Dak li qegħdin ngħidu hawn, Sur President.", "Dan kollu ġie kkonsidrat fir-rapport li sar mill-istitut agronomiku ta' Bari u jiena ma nistax nifhem x'informazzjoni aktar wieħed jista' jikseb.", "Bażikament fir-risposta tiegħi jien għedt li aħna ma nnegozjajniex fuq prezz partikolari, pero' fuq sistema li żżomm il-prezzijiet fis-suq lokali stabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma ninsewx li nidħlu jew ma nidħlux fl- Unjoni, ċerti prodotti bilfors irridu nimportawhom minn barra.", "Huwa fatt ukoll li ma jista' jinnegah ħadd li l-Unjoni Ewropea ntrabtet mal-bqija tad- dinja, li bejn l-1997 u l-2013 timponi tariffa fuq l-importazzjoni tal- qmuħ, tal-qamħirrun u tax-xgħir, tariffa li tkun tvarja bejn 38.8% u 61.4%.", "Issa aħna nafu wkoll li s-sussidju se jkun qed jammonta għal euro 26.3 miljun.", "Allura f'dawn iċ-ċirkostanzi, x'se jagħmlu l-industrijalisti u l- imprendituri lokali f'każ li d-differenza tkun akbar minn dak li qed jipprospetta l-gvern?", "L-istess fil-każ taz-zokkor, Sur President.", "Għall-ewwel tliet snin ta' wara s-sħubija, il-gvern se jkun qed jissussidja l-prezz taz-zokkor – għax se nimportawh bl-għoli mill-Unjoni Ewropea - b'euro 11-il miljun.", "Allura l-gvern se jorbot lill-fabbriki biex meta dan il-prodott iġibuh minn barra l-Unjoni, iħallsu tariffa ta' Lm250 fuq kull valur ta' Lm100?", "X'se tkun il-pożizzjoni hawn?", "Jien naħseb li l-poplu għandu jkun jaf għal xiex se jivvota sitt ġimgħat oħra, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, qegħdin induru u nagħqdu fuq l- istess ħaġa għax il-gvern diġa' qal li bl-iskema li se jintroduċi, il- konsumatur lokali mhux se jmur minn taħt.", "Il-gvern innegozja fuq il-bażi li parti mill-flus li se jġib mill-Ewropa – fil-fatt l-Unjoni se tagħtina Lm81 miljun netti – se jkunu qed jagħmlu tajjeb għal dan.", "Allura irrispettivament jekk aħna jkollniex inħallsu aktar jew le lill-Unjoni, il- Lm81 miljun m'humiex se jitnaqqru.", "Il-gvern ftiehem b'mod li anke jekk ikollna ċirkostanzi fejn il-prezzijiet internazzjonali jorħsu, xorta jibqa' il-fatt li kieku l-pagamenti minn pajjiżna għall-Ewropa fuq it-tariffa li se napplikaw ikunu aktar għoljin milli wieħed illum qiegħed jipprevedi, peress li l-gvern innegozja fuq ċifra netta, jiġifieri wara li tneħħi dawn l-effetti, il-pożizzjoni tal- pajjiż xorta se tibqa' dik li nnegozjajna aħna.", "Għalhekk aħna nitkellmu fuq pożizzjoni netta u ma nitkellmux fuq kemm se jmorru flus minn Malta għall-Ewropa u kemm se jiġu flus lejn Malta mill-Ewropa.", "L-enfasi għandha tkun fuq id-differenza netta.", "Jiġifieri dak li qed jalludi għalih l-Onor.", "Interpellant dwar li prodott jista' jiġi jiswielna aktar, fil-fatt huwa ggarantit b'dak li akkwistajna fin-negozjati.", "Ngħiduha kif inhi, għalkemm tan-naħa l-oħra dawn iċ-ċifri donnhom ma tantx jagħtu kashom, il-verita' hi li għandna commitment min-naħa ta' komunita' ta' 15-il pajjiż, b'popolazzjoni ta' aktar minn 400 miljun ruħ, li fl-ewwel tliet snin se jkollna dan in-net flow ta' Lm81 miljun favur tagħna.", "Dan huwa commitment li qed tagħmel l-Unjoni u jiddispjaċini ngħid li l- oppożizzjoni m'hijiex tirrikonoxxi dan meta qed tipprova targumenta li finalment kulma se nakkwistaw huwa Lm1.5 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Assolutament m'huwiex il-każ għax ma tistax tinjora proġetti li se jiġu ffinanzjati xorta oħra.", "Il-flus li qed jagħtuna l-Ewropej se jkunu qed jagħmlu tajjeb għal spejjeż oħra li l-gvern jista' jiġi mitlub li jagħmel, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, skond il-ftehim li għamel il-gvern, fl-ewwel tliet snin tas-sħubija se jkun qed joħroġ euro 47 miljun biex jissussidja prezzijiet għoljin.", "Issa dawn il-flus se joħorġu mill-Unjoni jew mit-taxxi li jħallsu l-Maltin?", "U nkun korrett meta ngħid li dan l- ammont illum qegħdin niffrankawh, u dan mingħajr ma kellna għalfejn nagħmlu l-ebda agreement ma' l-Unjoni?", "Ladarba jeżisti prezz intern u anke jeżisti prezz estern, jista' xi ħadd jgħidilna għan-nom tal-gvern kif tmexxew in- negozjati u fuq liema bażi?", "Għax importanti li dawn l-affarijiet ngħiduhom jekk veru nemmnu fil-kompetittivita', Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nerġa' ngħid li aħna nnegozjajna fuq kondizzjonijiet attwali, pero' daħħalna safeguards li permezz tagħhom jekk ikun hemm xi moviment aktar milli wieħed jistenna, xorta se jkun hemm kumpens għal dan.", "Wieħed irid jifhem li r-rota ma vvintajnihiex aħna għax negozjati saru anke fiż-żmien meta kien hemm it-tkabbir ta' qabel.", "Għax meta tkun se tidħol f'sistema komuni, trid tara x'pagamenti se jkun qed jagħmel il-pajjiż u x'pagamenti se jkun qed jirċievi.", "U bil-pagamenti li se jagħmel pajjiżna, ġie kkalkulat proprju dak li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Issa l-Onor.", "Membru qed jistaqsi x'jiġri f'każ li dawn il-pagamenti jkunu jammontaw għal aktar minn kif ġew stmati, Sur President.", "Jien qed ngħid li ladarba wasalna biex id-differenza bejn il-pagamenti li se nkunu qed nagħmlu u l-pagamenti li se nkunu qed indaħħlu se tkun ta' Lm81 miljun favur tagħna, dawk il-Lm81 miljun hekk se jibqgħu.", "F'każ li niġu mitlubin noħorġu aktar, niġu kkumpensati għalihom.", "Jekk l-argument ta' l-oppożizzjoni kontra s-sħubija huwa proprju dan, allura t-teżi tagħhom tevapora fix-xejn.", "M'hemmx l-iċken dubju li meta fin-negozjati tagħna ma' l-Unjoni wasalna biex ftehemna dwar ċifra netta, konna qed nipproteġu l- interessi tal-poplu Malti.", "Ngħidha ċar u tond li dak li qed jippresupponi l- Onor. Interpellant, lilna mhux se jkun qed jaffetwana negattivament.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ IMPORTAZZJONI TA' GĦALF", "38144.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern ta' l- għalf li nnegozja l-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern wara s- sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 38140.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' ĠOBON", "38145.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern tal-ġobon li nnegozja l-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern wara s- sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 38140.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT", "38146.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern tal- ħalib xkumat li nnegozja l-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern wara s- sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 38140.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, mela jekk din l-imbierka sħubija se tkun qed tgħabbi lil pajjiżna biex jissussidja prodotti li jkabbru bdiewa Ewropej u se tkun qed tgħabbi lil pajjiżna biex idaħħal protezzjoni fuq prodotti li aħna ma nkabbrux, kif jista' il-gvern jibqa' ma jiddikjarax x'inhu l-prezz intern u dak estern ta' dawn il-prodotti?", "Jien ili erba' snin ngħid li l-varjazzjoni bejn il-prezz intern u dak estern tal-ħalib xkumat hija ta' 50c-il kilo, dik tal-laħam hija ta' Lm1.00-il kilo u dik taz-zokkor hija ta' 20c-il kilo.", "Ma nafx kemm ili ngħid ukoll li b'kollox attwalment qegħdin niffrankaw Lm25 miljun, Sur President.", "Issa r-rapport ta' Bari jgħid li d-differenza hija biss ta' Lm6 miljun, somma li m'hi realistika xejn għax dan l-ammont il-gvern se jkun qed joħorġu fl-aħħar tmien xhur ta' l-2004 bħala sussidju fuq iz-zokkor u ċ- ċereali u mhux fuq il-prodotti l-oħra.", "Allura jekk ir-rapport ta' Bari mhux qed jgħidilna kemm huma l-prezzijiet interni u esterni - u lanqas il- Ministru m'hu qed jgħidilna kemm huma dawn il-prezzijiet - kif se jkun jafha l-verita' il-poplu Malti meta se nimponu fuqu dawn it-tariffi kollha?", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett irrid ngħid li minn żmien għal żmien il-prezzijiet ivarjaw ukoll.", "M'għandek xejn set in stone meta qed titkellem fuq prezzijiet internazzjonali.", "Anke l-prezzijiet tagħna jistgħu jvarjaw, Sur President.", "L-Onor.", "Interpellant m'huwiex korrett meta jgħid li aħna ma nipproduċux ħalib.", "(Interruzzjonijiet)", "Aħna nnegozjajna kwota fuq l-ammont ta' ħalib li nipproduċu u din il-kwota tfisser ħafna għall-bdiewa għax taħt il-common agricultural policy għandek il-mekkaniżmi li japplikaw għall-ħalib ukoll.", "Issa ma naqbdux tentufa u nistaqsu dwar il-ħalib xkumat u ninsew il-ħalib frisk.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li għandu x'jaqsam!", "Għax l-Onor.", "Interpellant semma' prodotti li aħna ma nipproduċux u jien qed inġiblu l-eżempju tal-ħalib, fejn innegozjajna kwota ikbar minn dik li nipproduċu.", "Din il-kwota hija protetta bil-mekkaniżmi kollha ta' l-Unjoni u anke tiġbed sussidju lejha jekk ikun hemm bżonn.", "Dan ifisser li l-produtturi tal-ħalib se jkunu f'pożizzjoni li jistgħu iserrħu rashom li ċertu volum ta' ħalib jistgħu jbigħuh.", "Jekk mhux se jkollhom qligħ biżżejjed, se jiġu sostnuti għad- differenza.", "Jiġifieri din it-tip ta' sistema li għandha l-Ewropa se tkun qed tapplika għall-ħalib tagħna wkoll.", "Aħna ħallejna biżżejjed spazju anke għal naqra tkabbir, Sur President.", "Din kienet waħda mill-affarijiet li fin-negozjati ħadet il-ħin għax dan ifisser dħul għall-bdiewa tagħna.", "Aħna prattikament self-sufficient fil- ħalib frisk u għalhekk komplejna nżidu l-kwota.", "Allura hawnhekk għandna skema li biha se jkollna sistema li hija sostnuta, kemm għaliex il-Gvern Malti jrid isostni s-settur tal-ħalib u anke għax l-Unjoni għandha sistema li biha ssostni l-produtturi tal-ħalib.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħidli x'se jiġri mill- industrija lokali tal-ħalib jekk fil-perjodu transitorju li fuqu sar il- ftehim, il-livell ta' xaħam fil-ħalib ma jilħaqx il-livell ta' 3.5 li tipprevedi l-Unjoni Ewropea?", "GĦax għalkemm tawna ċans ta' ħames snin u qalulna kemm irrid nżidu spejjeż, ma qalulniex x'se jiġri.", "Il-Ministru se jagħtina garanzija li l-raħħala se jibqgħu jsibu l-bejgħ tal-ħalib tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ċertament ir-regoli li hemm irridu naderixxu għalihom.", "Naturalment jien ma nafx ċerti affarijiet tekniċi fuq il-ponot ta' subgħajja, pero' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-produtturi tal- ħalib m'humiex se jispiċċaw li ma jistgħux ibiegħu l-ħalib tagħhom.", "Anzi aħna sostnejnihom bi kwota akbar minn dik li qed jipproduċu llum u allura se jkunu f'pożizzjoni aktar stabbli u vantaġġuża.", "Lill-Onor.", "Interpellant nassigurah li l-bdiewa u l-produtturi tal-ħalib tagħna m'għandhom xejn inqas minn produtturi tal-ħalib fl-Ewropa.", "Kif l- Ewropa ssostni l-produtturi tal-ħalib tagħha, aħna nsostnu l-produtturi tal- ħalib tagħna wkoll.", "Dik hija s-sitwazzjoni u m'għandux wieħed jibni kastelli fl-arja biex jipprova jwassal xi punt remot u jgħid li jista' jiġri hekk u jista' jiġri hekk.", "Il-verita' hi li aħna nnegozjajna fuq pakkett li se jsostni wkoll is-settur tal-biedja u f'dan il-każ is-settur tal-ħalib.", "Fil-fatt fl-ebda pajjiż ta' l-Unjoni ma ssib sitwazzjoni li ma tipproteġix lill-produtturi tal-ħalib.", "Biss jekk l-Onor.", "Membru jrid xi informazzjoni aktar teknika, by all means nagħtuhielu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien ili erba` snin ngħid li minħabba l-prezz intern u l-prezz estern, il-butir se jogħla 70c.", "Kilo ġobon se jogħla 50c u kilo laħam se jogħla bejn 70c u Lm1.", "U filwaqt li l-Ministru qed jgħid li jien qed nesaġera, la hu, la l-prim ministru, la l-ministru għall-affarijiet barranin, la l-MIC u lanqas ħadd minn tan-naħa l-oħra ma jridu jgħidu x'inhuma l-prezzijiet.", "Allura kif jistgħu jgħidu li dan li qed ngħid jien m'huwiex minnu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, l-Onor.", "Interpellant irid ikun koerenti u ma jistax iqum jitkellem b'dan il-mod, donnhom li l-affarijiet jaqgħu mis-sema!", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx għaliex l-Onor.", "Farrugia ma jistax jifhem jew ma jridx jifhem li l-gvern innegozja fuq pakkett nett u li jekk qatt naslu f'sitwazzjoni li jkollna nħallsu aktar minħabba xi bidliet internazzjonali, se niġu kkumpensati għal dan.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il- Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-18 ta' Jannar 2003 b'riferenza għal survey nazzjonali kkummissjonat minnha dwar iċ-ċomb fl-arja.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Jannar, 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li permezz tiegħu qed niffokaw fuq id-diversi miżuri tal-budget jiġifieri qed nerġgħu niftħu l-kapitlu kollu tal-budget.", "Fil-fatt il-gvern kemm-il darba enfasizza li dan kien budget ieħor mill-kapitli tal-programm tal-gvern.", "Għalhekk bilfors irridu nħarsu lejn l-affarijiet f'dan il- kontest biex inkunu qed nagħmlu sens f'din id-diskussjoni.", "Jien inqabbel dan il-budget ma' dak is-sewwieq li għax ma jagħtix kas il- karozza u ma jagħtix kas kif isuq, irikkeb lin-nies ̧ is-suq b'veloċità kbira u mbagħad quddiemu jsib ħajt kbir u għalkemm idawwar l-isteering u jżomm il-brake, ma jsib xejn taħt saqajh bil-konsegwenza li jibqa' dieħel dritt fil-ħajt.", "Jien dan il-budget inqabblu ma' din is-sitwazzjoni.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq gvern li ilu jmexxi erba' snin u nofs imma fuq gvern li ilu jmexxi kważi 14-il sena.", "Pero' f'dawn l-aħħar erba' snin u nofs il-politika tal-gvern Nazzjonalista qabdet ritmu ta' għaġġla aktar mis-snin ta' qabel ̧ b'negliġenza kbira ta' x'kien qed jiġri madwarna.", "Issa l-gvern qed jiskopri li dak li kien qed jagħmel matul is-snin se jispiċċa ma' wiċċu u qed jipprova jdawwar ftit l-isteering.", "Fil-fatt dan il-budget huwa t-tidwira ta' l-isteering.", "Pero' l-affarijiet tant huma kkankrati u tant il-politika Nazzjonalista waslet fil-qiegħ li jdawwar kemm idawwar l-isteering xorta l-ħajt se jsib.", "Fil-fehma tiegħi l-ħajt huwa l- poplu li nduna bil-qerq ta' kważi 14-il sena.", "Pero' issa l-maskra ċċartet u l-poplu lest biex l-isteering jaqbdu hu ħalli jekk il-Bambin irid, fi ftit żmien ieħor nerġgħu naqbdu t-triq Laburista, it-triq tal-progress ta' veru għal dan il-pajjiż, il-progress għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Dan huwa budget li meta tħares lejh tinduna bl-aktar mod ċar x'differenza kbira hemm fil-politika taż-żewġ partiti li jappartjenu għal din il-Kamra.", "Għall-gvern l-ewwel jiġi l-lussu ̧ il-ksuħat u l-fanfarunati u forsi wara, jekk jibqa' xi ħaġa, jaħseb f'min hu fil-bżonn.", "Pero' għall-partit Laburista l-ewwel jiġi l-bżonn u mbagħad jekk ikun hemm minn fejn, ħalli nagħmlu l-lussu.", "Għalina l-ewwel jiġi l-bżonn għax aħna qrib il-poplu.", "Missirijietna kienu jgħidu li l-ewwel il-pappa u mbagħad l-umpappa u din hija l-qagħda li ninsabu fiha llum.", "L-umpappa ta' 14-il sena ta' gvern Nazzjonalista trid titbiegħed sew għaliex il-poplu tagħna qiegħed f'qagħda ħażina ħafna u min qiegħed jagħmilha man-nies jaf li dak li qed ngħid jien mhuwiex kliem fieragħ jew propagandist imma huwa kliem li jirrifletti dak li qed jintqal fit-triq u l-esperjenzi veri u reali tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Mr Speaker, għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax fost il-ħafna gwaj li għandna f'pajjiżna llum hemm il-kwestjoni tan-nies bla xogħol.", "Minkejja li tan-naħa l-oħra jgħidu li Malta qed tfur bix-xogħol u bl- investiment u li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se taqa' l-manna mis- sema u Malta ssir ġenna fl-art, ir-realta` tan-nies fit-toroq tagħna hija differenti.", "Issib nies li jgħidulek li ilhom ħafna bla xogħol u li minkejja li jitħabtu u jiġru 'l hinn u 'l hawn isibu bibien magħluqa.", "Tiltaqa' ma' żgħażagħ li jgħidulek li ilhom ħafna jiġġerrew minn fabbrika għall-oħra.", "Uħud minnhom igħidulek li ħafna jeħdulhom isimhom fuq il- waiting list u oħrajn jgħidulhom li m'għandhomx bżonn u li inutli li jimlew l-applikazzjoni.", "Imbagħad issib kategorija oħra ta' ħaddiema part-time li jaħdmu fuq kuntratt definit li jiġġedded kull sitt xhur.", "Min-naħa l-oħra hemm kategorija oħra ta' nies li għandhom full time job u għandhom inkwiet kbir għaliex ma jafux jekk għada pitgħada jispiċċawx barra.", "Issa jien mhux se nagħmel bħall-Prim Ministru li l-fabbriki li qal li se jitilqu jekk ma nisseħbux fl-Unjoni Ewropea ma semmihomx imbagħad qal li se jitilqu l- fabbriki serji kollha.", "Per eżempju, jien naf kemm huma nkwetati bħalissa l-ħaddiema tal-fabbrika WET Automotive Systems (Malta) għax hemm diċeriji li din il-fabbrika se titlaq mhux lejn xi pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea ̧ kif jgħidilna l-gvern Nazzjonalista, imma lejn iċ-Ċina.", "Dawn mhux il- kontinent tagħna għoġobhom imma kontinent ieħor.", "Fil-fatt il-GWU kitbet lill-istess management tal-fabbrika biex tara jekk dak li qed jingħad huwiex veru jew le u sal-lum ma ġie nnegat u kkonfermat xejn bil- konsegwenza li dawn il-povri ħaddiema u l-familji tagħhom ma jafux x'se jiġri minnhom.", "Per eżempju, il-ħaddiema tal-Medigrain li hija entita` pubblika ma jafux x'se jiġri minnhom għax hawn diċeriji li se tiġi privatizzata.", "Id-diċeriji l-ħin kollu għaddejjin u sfortunatament ħafna inkwiet ta' dan it-tip qed joħolqu l-istess gvern bil-mod kiesaħ u arroganti li jitkellem bih u ma jagħtix kas il-konsegwenzi ta' dak li jkun qed jgħid.", "Per eżempju, qed jingħad li jekk Malta ma tisseħibx fl-Unjoni Ewropea hemm ċans li l-ST Microelectronics iddabbar rasha jew jinħolqu xi problemi.", "Dawn huma diċeriji bla sens u qed ngħid dan b'kumdita` kbira għax il-Viċi President ta' l-ST Microelectronics, Giordano Seragnoli f'\"The Times\" ta' nhar it-Tnejn li għaddew, 20 ta' Jannar, qal hekk:", "\"I refer to the news item \"Manufacturing industry cannot afford to stay out of Euroland (January 17)\"\".", "Din l-aħbar dehret fis-17 ta' Jannar jiġifieri tlett ijiem qabel ma dehret din l-ittra f'paġna 9 ta' \"The Times\" ta' l-20 ta' Jannar.", "Din tgħid hekk:", "\"I point out that the views expressed in the article by Santo Portera ̧ director of finance of ST Micro Electronics (Malta), were made purely in his own personal capacity.", "For the information of your readers ̧ I would further point out that currency of the semiconductor world is the US dollar and not the Euro.\".", "Dan qed igħidilna xi gvern irresponsabbli għandu pajjiżna għax wara li xi ħadd igħid xi ħaġa fuq bażi personali ̧ l-alleati tal-gvern jikkonkretizzawha biex mingħalihom jagħtu raġun dak li jkun qed igħid il- gvern b'mod fieragħ.", "Issa hawnhekk għandna ċar u tond li mhuwiex veru li jekk ma nisseħbux fl-Unjoni Ewropea l-ST Microelectronics se tmur lura anzi jien ngħid li tmur ħażin bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan għax peress li din il-kumpannija ġġib ħafna materja prima minn barra l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea ̧ jekk nissieħbu fl- Unjoni Ewropea jibdew japplikaw ir-regolamenti tagħha li jgħidu li rridu nħallsu tariffa fuq dawk l-affarijiet li nimportaw minn barra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li għall-ST Microelectronics ̧ il-materja prima se togħla.", "Dawn huma l-affarijiet li għandu jgħidilna l-gvern u mhux jivvinta minn żniedu biex mingħalih jirkeb fuq platform propagandistika fiergħa ħalli jimpressjona u jikkonvinċi lin-nies.", "Dawn huma r-risposti li l-poplu tagħna qed jistenna.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: Il-fabbriki li għandna f'pajjiżna li jimportaw il-materja prima minn barra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u li meta jiġu biex ibigħu x-xogħol ma jaħdmux bil-Euro, se jkunu affettwati ladarba l-basket tal-munita tagħna qed jaqleb lejn il-Euro?", "U jekk se jkunu affettwati dan mhuwiex se jaffettwa direttament lill-mijiet ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li għandha l-ST Microelectronics?", "Sur President, il-gvern qed jikkrea inkwiet kbir f'imħuħ in-nies.", "Per eżempju, huwa fatt magħruf li l-qasam tat-turiżmu ħa daqqa ta' ħarta u mbagħad il-ministru joqgħod iġib ħafna skużi.", "Pero' l-unika ħaġa li donnha baqgħet konsistenti u żdiedet mhux ħażin hija f'dak li għandu x'jaqsam mal-cruise liners.", "Il-politika tal-gvern Nazzjonalista li jġib il- portijiet tagħna latrina tal-bastimenti tal-gwerra qed tagħmel ġid Iil dan in-negozju li qed iħalli ċertu xogħol għal Malta?", "Is-sidien ta' cruise liners li jiswew kważi nofs il-budget ta' pajjiżna jieħdu gost li fil-port ħdejhom ikun hemm bastimenti jew submarines tal-gwerra?", "Dan hu t-tip ta' inkwiet li għaddejjin minnu n-nies!", "(Interruzzjonijiet) Mhux nitbissmu imma nirrispondu!", "Intom veru nqtajtu min-nies!", "Hekk igħidulhom lin-nies li dawn huma ħmerijiet!", "Il-gvern Nazzjonalista jlaqqam l-inkwiet tan- nies bħala ħmerijiet!", "Anke l-ħofra finanzjarja kienet ħmerija u ħrafa imma mbagħad ̧ Alla jbierek ̧ skoprew l-Amerika!", "Imbagħad ġimgħa wara d-debates tal-budget ħareġ xi tagħrif min-National Statistics Office ta' pajjiżna.", "Fil-fatt ħareġ limadwar 11% tal-households f'pajjiżna huma jobless.", "Din l-istatistika mhux qed nivvintaha jien jew ġibtha miegħi miċ-ċentru nazzjonali Laburista imma din hija statistika tan- NSO ta' pajjiżna li wara kollox huwa responsabbli lejn il-gvern.", "Sur President, jien kont nippretendi li dan il-budget jindirizza l- problema ta' l-għoli tal-ħajja.", "Issa jien qed nitkellem fuq statistika uffiċjali u mhux qed nitkellem fuq l-esperjenza tan-nies meta jmorru hands on fuq l-affarijiet jew jekk, per eżempju ̧ Lm10 sservihiex lil dik il-mara tad-dar li tmur tixtri mingħand tal-grocer.", "Dawn in-nisa ma nistax inġibhom hawnhekk biex jitkellmu imma jien nista' nitkellem għalihom.", "Pero' jekk il-Bambin irid dawn se jitkellmu meta jiġu biex jivvotaw.", "Dakinhar kulħadd se jitkellem u ħadd mhu se jgħid li dawn huma ħmerijiet.", "Skond l-istatistika uffiċjali ta' l-NSO, f'erba' snin l-affarijiet essenzjali partikolarment affarijiet bħall-ikel u affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' edukazzjoni, mediċini, servizzi mediċi u manutenzjoni tad-dar għolew b'10%.", "Ovvjament jien m'iniex qed nieħu in konsiderazzjoni din is- sena li għadna kif bdejna.", "Issa kif jaf kulħadd il-kumpens li ngħata għall- għoli tal-ħajja kien ta' Lm6 jiġifieri definittavement, Sur President, ma jikkompensa qatt, lanqas għal dak l-għoli li qed jirriżulta minn statistika uffiċjali.", "L-istess mod jista' jingħad għall-anzjani, Sur President, jekk taqbad basket ta' l-anzjani u taħdem fuq l-istatistika uffiċjali.", "Il-verita' hi li meta titkellem ma' l-anzjani jgħidulek li ma jeħdux dik it-tip ta' mediċina.", "Per eżempju, jkollok anzjani li suppost jieħdu xi tip ta' mediċina mill-isptar pero' ħafna drabi jaqilgħulhom fwiedhom biex jagħtuhilhom u min jista', jispiċċa jmur jixtriha wkoll.", "U min imur jixtri l-mediċini jgħidlek illum jien xtara l-mediċina tant u ħmistax wara sabha mod ieħor.", "Din kienet l-esperjenza tal-poplu tagħna f'dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar snin, u dan li qed ngħid anke jirriżulta mill-istess statistika uffiċjali li toħroġ min-NSO.", "Ma ġiex xahar wieħed, Sur President, meta l-istatistika li għandha x'taqsam ma' medċini u servizzi mediċi baqgħet almenu l-istess.", "M'inix ngħid li dawn għandhom jonqsu, għax mhux se jonqsu, imma ta' l- inqas, Sur President, jibqgħu l-istess.", "Dawn dejjem telgħin.", "Issa x'inhi differenza oħra, Sur President?", "Huwa veru li jkun hemm diffikultajiet li ħafna drabi inti m'għandekx kontroll fuqhom, imma jien niftakar l-isforz kbir li konna għamilna fis- sena u għaxar xhur li domna fil-gvern biex ta' l-inqas, jekk hemm inqar bidla f'kambju, din tkun riflessa fil-prezz, Sur President.", "Ta' l-inqas din il-bidla fil-kambju jgawdiha l-konsumatur u mhux jibqa jgawdiha min jimporta.", "Dik hija waħda mill-affarijiet li aħna pprovajna nagħmlu bis- serjeta'.", "Dan qed ngħidu għax mhux billi tagħmel leġislazzjonijiet u tagħmel balal tal-karti, Sur President, imma li tagħmel translation ta' dawn l-affarijiet fil-prattika, biex dak li qed tagħmel fuq il-karta bil- liġi jkun rifless għand in-nies u jitgawda min-nies.", "Wara kollox dan huwa l- iskop ta' kull wieħed u waħda minnha hawnhekk, aħseb u ara ta' partit fil- gvern.", "Sur President, fuq l-anzjan rrid ngħid ukoll li anke din iż-żieda li ngħatat ta' 11-il ċenteżmu lil kulħadd l-istess hija tad-daħk.", "Lanqas ħaqq ħobża!", "Meta jitkellem fuq l-anzjani wieħed irid jagħmel differenza minn anzjan għall-ieħor.", "GĦandek anzjani li għandhom penzjoni mod u għandek anzjani li jgħixu b'pensjoni minima nazzjonali li ma tlaħħaqx iktar minn Lm120 jew Lm130 fix-xahar.", "GĦandek anzjani li qed jgħixu waħedhom u jekk qed jgħixu bin-national minimum pension iridu jħallsu l-kont tad-dawl u ta' l-ilma u tat-telefon bħalma nħallsuh aħna hawnhekk, apparti li jridu jieklu, u għandek anzjani li jgħixu mal-familji tagħhom.", "GĦandek ukoll anzjani li għax m'għadhomx indipendenti kellhom jidħlu ġo homes.", "Issa anke l-anzjani tal-homes, jiddependi x'home, Sur President, għax għandek homes li dħalt qisek ġo ġenna imma għandek homes oħra li m'humiex daqshekk up to standard, Sur President.", "Anke bejn homes ta' l-anzjani differenti tal-gvern hemm differenza kbira.", "Jien immur St Vincent De Paule nara l-anzjani u jekk inżur 30 anzjan kulħadd jgħidlek l-istess kelma, Sur President.", "Kulħadd jgħidlek fuq l-ikel.", "Issa jien ma rridx li s-segretarju parlamentari jeħodha personali għax wara kollox dan ma jmurx issajjar hu, imma jrid jara x'qed jiġri.", "Jiena naf li jmur jara, imma m'humiex qed juruh l-affarijiet kollha.", "U jien ċerta li mhux biss jien ngħid dan, imma anke uħud minn sħabi jitkellmu fuqu dan il-fatt.", "Jien mhux l-ewwel darba inzertajt hemmhekk waqt il-ħin ta' l-ikel, u rrid ngħid li kważi titqażżeż tħares lejh l-ikel.", "Dan x'jiġifieri, Sur President!", "Lanqas dieta ma teżisti!", "Darba minnhom qegħda hemmhekk inżur l-anzjani u tiġi anzjana bil-platt nofsu karrotti, Sur President.", "Din kienet mimlija zokkor.", "Mela nies bid-diabetes tista tagħtihom nofs platt karrotti?", "Daqskemm anzjani tista tagħtihom iz- zalzett, Sur President, filgħaxija qabel jorqdu, jew il-pulpetti ta' ċertu tip, jew patata maxx qisek waddabtilha l-ilma fuqha.", "Jiġifieri hemm anzjan u anzjan.", "Dan qed ngħidu għax meta nitkellmu fuq l-anzjan irridu nibdew nikkwalifikaw ukoll ċerti affarijiet.", "Il-gvern għamel il-basket ta' l- anzjani issa.", "Tahom 11-il ċenteżmu!", "Illum anke panina żgħira li tagħti lit- tfal għall-iskola saret 4c, u ġieli taparsi tkun daqxejn akbar u jżommlok 7c.", "Inti mhux li tgħid għax tajthom tant.", "Int trid tkissirha dik u tara imbagħad l-affarijiet kollha u trid tarahom in real terms, Sur President.", "Minn fuq l-iskrivaniji tgħidx kemm jidhru sbieħ l-affarijiet, meta mbagħad tibda tiġi wiċċ imb'wiċċ ma' l-affarijiet tibda tarahom ħafna iktar differenti.", "Sur President, dan kollu rridu narawh fil-kuntest ta' dak li qed jgħid il- gvern dwar il-politika sħiħa tal-gvern.", "Aħna qattajna erba` snin u nofs f'dan il-parlament ngħaddu l-liġijiet biex nidhru ħelwin ma' Brussell.", "Kollox xprunat għax għandna d-deadlines ta' Brussell.", "Mela bilfors aħna meta qed nitkellmu fuq dawn l-affarijiet irridu nieħdu dan kollu f'dan il- kuntest.", "Bilfors ikollna nsemmu l-kwestjoni tal-VAT fuq l-ikel u l- mediċini u l-kotba u l-affarijiet ta' l-edukazzjoni.", "Qed ngħid dan għax l- affarijiet ta' l-edukazzjoni wkoll misshom l-istess sfortuna bħalma misshom il-mediċini, li kemm ilu dan il-gvern l-istatistika uffiċjali dejjem turi li dawn jogħlew u jogħlew.", "U meta qed nitkellmu fuq l-edukazzjoni lil min qed nolqtu, mhux lill-familji li għadhom qed irabbu u liż-żagħżagħ li qed jagħmlu korsijiet post-sekondarji jew inkella terzjarji?", "Dawn huma l-iktar gruppi vulnerabbli fil-pajjiż.", "Dawn huma gruppi li għad għandhom bżonn l- imbottatura tas-soċjeta` kollha.", "Sur President, l-aħħar darba waqt li xi ħadd minn sħabi kien qed isemmi din il-kwestjoni tal-VAT fuq il-mediċini, mill-bankijiet tal-gvern kien hemm xi membri jiddieħku.", "Jiena ma naħsibx li hi xi ħaġa tad-daħk li inti qed tgħid lill-poplu li se jiġi żmien fejn se jintaxxah fuq l-iktar affarijiet li ma jistax jgħaddi mingħajrhom, li huma l-ikel, il-mediċini u l- edukazzjoni.", "Imma dawn x'affarijiet huma?", "Din tad-daħk, Sur President?", "Fil-fehma tiegħi hija ħaġa ta' mistħija kbira.", "Kieku jien nistħi niġi hawn ngħid dawn l-affarijiet, pero' n-naħa tal-gvern jiftaħru għax ġabu perjodu transitorju ta' seba` snin.", "Imbagħad fuq il-posters tal-propaganda għal sħubija sħiħa jgħidulek li għandna nissieħbu għal uliedek.", "U jekk wara seba` snin mhux se jkun hemm uliedna, mela min se jkun hemm, Sur President?", "Mela dawn mhux bħalna jridu jieklu, u meta jkollhom bżonn ikollhom iduru għall-mediċini biex jikkuraw ruħhom?", "Mela mhux uliedhom imbagħad iridu jkomplu fl-edukazzjoni?", "Mela dak li mhux tajjeb għalina llum se jkun tajjeb seba` snin oħra fuq ħaddieħor?", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dawn affarijiet ta' gvern serju?!", "Din politika li tagħmel sens?", "Din politika ta' partit li tant ftaħar bil-kuxjenza soċjali?", "Lanqas biss jaf xi tfisser il- kelma kuxjenza soċjali!", "Inkella jiftaħru għax l-UE hija l-aqwa mudell soċjali.", "L-aqwa mudell soċjali meta din tintaxxa fuq il-mediċini, l-ikel u l-edukazzjoni?", "Dan ġenn!", "Għaliex dawn huma tliet affarijiet fundamentali li mingħajrhom ma tagħmel xejn fil-ħajja.", "Mingħajr ikel tmut, mingħajr kura medika tmut u mingħajr l-edukazzjoni ma tista' qatt issir raġel jew mara biżżejjed li inti tassigura li jkollok ħajja li tista' twasslek għal- livel ta' għajxien diċenti u kwalità ta' ħajja aħjar.", "Mr Speaker, qed nisimgħu ħafna fanfarunati u ksuħat ta' kemm, Alla jbierek, kollox sejjer tajjeb u l-GDP dejjem jikber.", "Imma l-GDP mhux fuq il-karta rridu narawh jikber, imma x'qed isarraf għan-nies.", "Ftit ilu rajna lill- Prim Ministru jiftaħ l-extension tal-fabbrika Toly Products ġo Bulebel, imbagħad Alla jbierek din bagħtet in-nies 'il barra.", "Din setgħet forsi estendiet għax ġabet xi kuntratti oħra, però n-nies x'ħadu?", "In-nies spiċċaw bla xogħol!", "Id-Dowty, li llum jisimha Forsheda (Malta) Limited, għamlet ristrutturar u forsi ħadet xi żewġ kuntratti oħra ta' xogħol, imma din spiċċat qabdet lin- nisa partikolarment u ġabitihom kollha part-timers.", "Il-bieraħ stess kont qed nitkellem ma' mara separata li għandha home loan u qaltli li se tispiċċa homeless għax ma tistax iġġorr dan il-piż waħedha meta qiegħda b'paga ta' part-timer.", "Possibbli aħna biss niltaqgħu magħhom dawn is-sitwazzjonijiet!", "Jiena ċerta li fl-uffiċini tal-ministri partikolarment imorru nies li għandhom dawn il- problemi.", "Żgur li jisimgħu dawn l-affarijiet min-nies tagħhom stess.", "U allura xi jfisser dan kollu, Mr Speaker?", "Kieku dan kien gvern li ma waqax lura tul dawn l-aħħar 14-il sena, kieku tifhimha.", "Imma dan il-gvern waqa' lura f'kollox.", "Issa qed jiġri bħal meta wieħed li qed jegħreq isib xi ħaġa ma' xiex jiggranfa, u f'daqqa waħda l-gvern qed jiggranfa ma' din l-istorja ta' sħubija sħiħa bħala s-salvatur ta' dan it-taħwid kollu.", "Meta tagħmel ristrutturar ikollok iċ-ċans ta' lay-offs ta' ħaddiema, imma inti trid tilqa' billi tkun qed toħloq parallela magħha.", "Trid tieħu inizjattivi biex tattira l-investiment lejn il-pajjiż ħalli għallinqas dak li qed titlef minn naħa, il-ħaddiema li tkun qed titlef minn ċerti industriji, jiġu assorbiti f'industriji oħra.", "Imma dan il-gvern qalilna li jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea ma jiġix investiment 'l hawn u l- industriji li hawn jitilqu wkoll!", "Kulħadd imwerwer!", "Imbagħad jiġu nies li definittivament huma ħbieb tan-naħa tal-gvern li jgħidu l-kuntrarju.", "Nerġa' nsemmi lis-Sur Lawrence Zammit li meta għamlulu intervista ftit wara li sar chairman ta' l-MDC qal ċar u tond - dan huwa dokumentat fil-magazine uffiċjali ta' l-FOI u hemm tabella li turi dan - li fuq bażi ta' erba' snin bejn l-1995 u l-1998, jekk tieħu s-sentejn ta' gvern Nazzjonalista, l-1995 u l-1996, jiġifieri ħames snin mill- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, u tikkomparahom mas-sentejn ta' gvern Laburista, l-1997 u l-1998, issib li 62% ta' l-investiment li ġie approvat mill-MDC kien proprju fi żmien il- gvern Laburista.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna, imma din hija intervista li ġiet ippubblikata fl-\"Industry Today\" ta' Frar tas-sena 2001, ftit wara li l-gvern appunta lis-Sur Zammit bħala chairman ta' l-MDC.", "Issa ħalli naraw x'ipprova jagħmel dan il-gvern wara li bħal dak id-driver, minħabba negliġenza, sab ruħu dieħel ġol-ħajt, ma sabx il-breaks u pprova jdawwar il-karozza.", "Il-gvern ġie hawnhekk bi ftit miżuri li taparsi se jirranġaw id-dinja għal ħafna nies.", "Meta tibda tgħarbel tibda tiskopri li lanqas fil-ftit miżuri li hemm ma kien hemm irġulija biex nikkoreġu d- diffikultajiet kbar li ħafna familji Maltin u Għawdxin qed jiffaċċjaw.", "Nibda bis-supplementary allowance.", "Fl-1998 kien hemm 31,847 benefiċjarju, iżda minn sena għall-oħra - 1999, 2000 u 2001 għax s'hemmhekk għandi l- figuri - dawn naqsu b'5,070.", "Fuq bażi ta' erba' snin naqsu b'5,070.", "Issa taparsi żdied is-ceiling, imma l-gvern laħaq mhux ġabhom!", "Il-gvern imissu jagħtina stampa sħiħa u jgħid li wara li kien naqqas tant issa se jagħti xi ftit ieħor.", "U lanqas nafu kemm se jibbenefikaw minn din il-miżura għax ħadd min-naħa l-oħra tal-Kamra ma qalilna.", "Niġi għall-kwestjoni ta' l-għajnuna medika fejn hemm kontradizzjoni sħiħa.", "Dan għedtu meta kont qed nintervjeni fuq il-vot tal-ministeru għall- politika soċjali u ma rrispondieni ħadd u nittama li forsi xi ħadd fl-aħħar jirrispondi.", "Fil-każ ta' l-għajnuna medika suppost li l-gvern irranġa s-ceiling ukoll biex ikun hemm iktar benefiċjarji.", "Allura jien nifhem - dawn huma somom tal-babies - li jekk il-gvern qed jgħolli s-ceiling biex jidħlu iktar benefiċjarji, mela l-gvern se jonfoq aktar.", "Iżda, apparti li mill-1998 sa l-2002 il-gvern naqqas mill-vot, hija ħaġa ta' l-iskantament li din is- sena, meta qed jgħidilna li għolla s-ceiling biex iktar nies jibbenefikaw minn din il-miżura, Alla jbierek, l-estimi għas-sena 2003 huma preċiżament Lm5 miljun, daqskemm kienu l-approved estimates tas-sena 2002.", "Il-gvern ilu xi sentejn għaddej bi kruċjata sħiħa biex isib lil min kien qed jieħu over-payments u jġiegħlu jroddhom lura. lssa dawn l-abbużi naqsu.", "U kien hemm il-kwestjoni tas-ceiling ukoll.", "Allura jien ma nistax nifhem kif issa qed jgħolli s-ceiling u, Alla jbierek, il-vot li approva għall-għajnuna medika għas-sena 2003 huwa preċiżament ta' Lm5 miljun, daqskemm kienu l-approved estimates tas-sena 2002.", "Aħna Ħal Qormi ngħidu: \"Ħawwadni ħa nifhmek\", u jien se ngħidha lil John Dalli għaliex huwa Qormi bħali: Ħawwadni ħa nifhmek u pprova fehemni ħalli nibda nifhem.", "(Interruzzjonijiet) Għandek xi tfehemni ħafna!", "Mr Speaker, hemm ukoll dik li ngħidulha l-karta r-roża għal dawk in-nies li qegħdin f'qagħda finanzjarja batuta ħalli jkunu jistgħu jieħdu l-mediċini b'xejn.", "Mela fil-każ tal-medical assistance kabbar is-ceiling u żamm il- vot kif inhu preċiż minn sena għall-oħra, imma fil-każ tal-karta r-roża żamm is-ceiling l-istess.", "L-iskema tal-karta r-roża ilha xi sentejn fil- mira tal-gvern għax fid-diskors tal-budget ta' sentejn ilu kellna indikazzjoni li se ssir xi reviżjoni.", "GĦalhekk nerġa' nistaqsi lill- Ministru tal-Finanzi jekk hix qed iddoqq id-death toll tagħha din ukoll.", "Kieku l-gvern kien tassew ġenwin ma kienx jgħid li se jgħolli s-ceiling għall-għajnuna medika biex iktar nies ikunu eliġibbli għaliha, imbagħad iżomm l-istess vot minn sena għal oħra meta suppost li żdied peress li iktar nies se jikkwalifikaw għaliha.", "Dan apparti l-fatt li n-numru ta' benefiċjarji se jiżdied ukoll minħabba li l-popolazzjoni qed tikber fl-eta` għax wieħed irid jara l-istampa kollha.", "Illum għandna kważi 17% anzjani, li numru sostanzjali minnhom għandhom in-national minimum pension, u allura huma ristretti finanzjarjament.", "Minkejja dan kollu dan il-vot baqa' l- istess.", "Imma mbagħad insibu wkoll li s-ceiling baqa' l-istess għal dawk li jistgħu jkunu eliġibbli għall-iskema tal-karta r-roża.", "GĦaldaqstant pensjonant li għandu pensjoni minima nazzjonali ta' xi Lm120 jew Lm130 fix-xahar, li wara dawk is-snin kollha jaħdem irnexxielu jfaddal Lm4,500 u żammhom il-bank f'każ li jiġi bżonnhom - għax ma jafx jekk jispiċċax irid jaqbad il-bagalji u jmur x'imkien peress li m'għandux min idur bih - ma jistax jieħu l-mediċini b'xejn.", "Jiġifieri għall-gvern dan qisu xi wieħed li jista' jaffordja jmur jixtri l-mediċini.", "Dan jagħmel sens, Mr Speaker?", "Fil-fehma tiegħi ma jagħmel sens xejn.", "MR SPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbok ikkonkludi għax skadielek il-ħin.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Kollox sew.", "Ħalli nsemmi każ ieħor biss ħalli nkunu nafu x'qed jiġri fil-pajjiż.", "Jien naf familja fejn ir-raġel spiċċa b'diżabilita` għax weġġa fuq ix-xogħol.", "Dan għandu żewġ tfajliet u kien jieħu Lm160 fix-xahar pensjoni tad-diżabilita`.", "Meta bdiet taħdem l- ewwel waħda huwa avża lid-dipartiment tas-servizzi soċjali u meta bdiet taħdem it-tieni waħda għamel l-istess.", "Imma f'daqqa waħda bagħtu jgħidulu li ma avżax.", "U issa qed jgħix bi Lm88 fix-xahar sempliċement għax qalulu li ntilfu l-karti.", "Jiġifieri taħt dan il-gvern ta' qalb kbira u soċjali, dan ir-raġel spiċċa bl-ebda rimedju, irid jgħix bi Lm88 fix-xahar.", "Dan bniedem li dieħel u ħiereġ ġo l-isptar jagħmel l-operazzjonijiet, għandu bżonn ħafna mediċini, u jrid jgħix hu, il-mara tiegħu, żewġ żgħażagħ u jżomm id-dar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Hawnhekk qed niddiskutu l- emendi li jeħtieġ isiru b'riżultat ta' dawk il-miżuri li ħabbar il-ministru tal-finanzi fid-diskors tal-budget.", "Iżda wieħed ma jistax jieħu l- previżjonijiet li hemm fid-diskors tal-budget separatament minn dak li ġara fil-budgets ta' qabel.", "Ovvjament fil-budget il-gvern ikun qiegħed jipproġetta għas-sena li tkun ġejja u mhux bilfors li l-affarijiet li jkun ipproġetta jmorrulu kollha eżatt skond ix-xewqa li kellu hu.", "Ikun hemm oqsma fejn ikun mar tajjeb, oħrajn fejn ikun mar żmerċ, u jkun hemm oqsma fejn ikollu jġonġi billi jieħu miżuri oħrajn matul ix-xhur ta' dik is-sena ħalli jagħmel tajjeb għal ċerti nuqqasijiet li jkunu qed jiżviluppaw.", "Fil-fatt bejn budget u ieħor niffaċċjaw ċerti żidiet - min jgħidilhom tariffi, min jgħidilhom taxxi, sejħilhom li trid - li jinfluwenzaw il-but ta' l-individwu li ovvjament jeffettwaw il-livell ta' l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Fost l-emendi li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi hemm tnejn li jolqtu lis- settur tas-saħħa, waħda minnhom tolqot lill-ambjent u l-oħra għandha x'taqsam mal-konsum tat-tabakk.", "Tul dawn l-aħħar ftit snin, anke fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, innotajna li qed jiżdiedu l-problemi li qed jiffaċċja d-dipartiment tas-saħħa fl-isptarijiet riżultat tat-tipjip.", "Qed ikun hemm żieda fin-numru ta' pazjenti li jbatu bi problemi tal-qalb, tal- pulmun, taċ-ċirkolazzjoni u kanċer li huwa relatat direttament mat-tipjip.", "Jgħid x'igħid kulmin jipprova b'xi mod jew ieħor jgħid li s-sigaretti ma jagħmlux ħsara, nista' nagħmilha ċara minn hawnhekk li qiegħed jigdeb.", "U min ikun f'ambjent fejn hemm diversi nies qegħdin ipejpu, hu jkun qiegħed isofri wkoll ħsara minn dawk id-dħaħen li jkun qed jibla'.", "Il-ħsarat huma ħafna.", "L-infiq fis-settur tas-saħħa b'riżultat tat-tipjip tas- sigaretti huwa enormi.", "Jien kont nistenna li f'dan id-dibattitu kellu jqum il-Ministru tas-Saħħa u jipprova jispjega lill-poplu Malti u Għawdxi l-problema kbira li qiegħed jiffaċċja d-dipartiment tas-saħħa, b'mod speċjali l-vot li jaqa' taħtu l- isptar San Luqa u l-isptar Sir Paul Boffa minħabba ż-żieda ta' pazjenti li jkollhom jidħlu għall-kura ġewwa l-isptar u fid-dipartiment ta' l- outpatients.", "Hemm ukoll l-ispiża tal-mediċini b'xejn li jingħataw lill- individwi li jikkwalifikaw għall-iskema 5 tas-social services għax ikunu qed ibatu minn ċertu mard kroniku, u anke mediċini b'xejn għal dawk li huma intitolati taħt l-iskema tal-karta r-roża.", "Mela qegħdin ninnotaw li din il-problema qed teffettwa mhux biss lil min fil-fatt qed ibati l-konsegwenzi tat-tipjip, imma qed teffettwa wkoll lit- taxpayers kollha għax iż-żieda li jkun hemm fl-infiq fis-settur tas-saħħa nkunu qed nagħmlu tajjeb għaliha bil-kontribuzzjonijiet tan-national insurance kif ukoll bit-taxxa li nħallsu.", "GĦalhekk huwa importanti li niskoraġġixxu t-tipjip kemm huwa possibbli.", "Is-sigaretti ilhom jogħlew f'budget wieħed wara l-ieħor għall-ħames sena konsekuttiva.", "Imma l-ammont ta' nies li qegħdin ipejpu fil-fatt qiegħed jonqos, baqa' l-istess jew żdied?", "Sfortunatament niltaqa' ma' ħafna żgħażagħ, anke fil-professjonali tiegħi, li meta tkun qed teżaminahom ssib li diġà qed ikollhom ċerti problemi respiratorji minn età żgħira.", "U qegħdin nirrealizzaw li anke tfal - se nuża l-kelma \"tfal\" għaliex huma taħt is-sittax-il sena - li mhux suppost jinbiegħulhom is-sigaretti, fil-fatt diġà hemm numru sostanzjali minnhom li jpejpu.", "Sfortunatament qegħdin ninnotaw li l-bniet, filwaqt li qabel ma kenux ipejpu daqskemm kienu jpejpu s-subien, illum bil-mod il-mod qed insibu li qegħdin jissuperaw lis-subien fl-ammont ta' tipjip u anke fl-età li jibdew ipejpu.", "Apparti minn hekk, qegħdin niffaċċjaw is-sitwazzjoni li l-irġiel qegħdin inaqqsu mit-tipjip, imma sfortunatament in-nisa qegħdin iżidu.", "Qegħdin ninnotaw anke fluctuations fil-problemi li jiġu ffaċċati fis-settur tas- saħħa fejn qed naraw żieda bil-mod il-mod ta' nisa li jersqu hemmhekk ħalli jingħataw il-kura minħabba problemi assoċjati direttament u indirettament mat-tipjip.", "Mr Speaker, il-messaġġ tiegħi huwa dan.", "Jekk se nżidu d-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti hemm bżonn li din ma tkunx sempliċement dħul ieħor għall- gvern.", "Il-ministru forsi jgħidli li dan huwa dħul ieħor għall-gvern li parti minnu se jmur għaż-żieda fil-vot għad-dipartiment tas-saħħa fis-sena ta' wara.", "Imma jien immur oltre minn hekk.", "Jeħtieġ li d-dipartiment tal- promozzjoni tas-saħħa ikollu aktar fondi għax mhux biżżejjed li jitwassal darba fis-sena l-messaġġ tal-ħsara li ssir minħabba ċerti prattiċi u l- appell biex wieħed iżomm 'il bogħod minnhom.", "GĦandna t-tendenza li fil-jum iddedikat għall-kampanja kontra t-tipjip tisma' programmi kontra t-tipjip minn filgħodu sa filgħaxija, imbagħad l- għada u l-pitgħada kollox imur għal riħu.", "Dan mhuwiex il-mod kif għandna nattakkaw dan is-settur.", "U biex nattakkawh b'mod agressiv bilfors irridu l- fondi.", "Tant huwa rikonoxxut li wieħed irid ħafna fondi biex jattakka b'mod aggressiv u jmexxi ċerta propaganda, li saħansitra l-MIC, il-unit li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, ingħata mad- Lm900,000 fondi s-sena li għaddiet ħalli jkun jista' jagħmel il-propaganda favur li Malta tidħol bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "U din is-sena, għall-ewwel ftit xhur sakemm il-gvern jiddeċiedi jekk hux se jagħmel referendum jew elezzjoni, il-MIC għandha vvotati Lm500,000 oħra.", "Dan juri b'mod ċar li anke l-gvern jemmen li biex issir propaganda favur xi ħaġa trid il-fondi.", "U ma jistax ikun li d-dipartiment tal-promozzjoni tas- saħħa, li jrid jitkellem fuq is-sigaretti, fuq l-HIV, fuq id-dieta, fuq il- ħxuna, fuq ħaġa u fuq oħra, jaħdem bi ftit għexieren ta' eluf ta' liri.", "Dan ma jreġix u ma tistax tmexxi.", "GĦaldaqstant ikun għaqli li l-ministru tal-finanzi flimkien mal-ministru tas-saħħa jiddeċiedu li parti minn dawn il-fondi miġbura mit-taxxa fuq is-sigaretti jmorru għall-edukazzjoni tal- poplu Malti u Għawdxi f'dan ir-rigward.", "Niġi għas-settur ta' l-ambjent li jolqot mill-qrib il-qasam tas-saħħa.", "Aħna konna qed nistennew li s-settur ta' l-ambjent jingħata iktar importanza fid-diskors tal-budget, iktar u iktar meta l-gvern huwa impenjat li jdaħħal lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Ma kien hemm l- ebda impenn partikolari jew inizjattiva massiċċa biex jinbidlu ċerti affarijiet li għaddejjin ġewwa pajjiżna li llum il-ġurnata kulħadd jitkellem fuqhom u kulħadd irid jagħmel it-tibdiliet kollha neċessarji.", "F'dan l-abbozz li għandna quddiemna dwar tibdil relatat mal-budget, wieħed isib miżuri dwar il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku u anke dawk li huma magħrufin bħala hybrid cars, li jkunu karozzi li jaħdmu parzjalment bil- petrol u parzjalment, skond it-teknoloġija li huma għandhom, jaqilbu għal fuq is-sistema ta' l-elettriku.", "Mr Speaker, huwa veru li tneħħa jew tnaqqas id-dazju fuq dawn il-karozzi, kemm jekk huma ta' l-elettriku u kemm jekk huma hybrid cars, imma Ċikku l- poplu jista' jaffordja dawn it-tip ta' karozzi?", "Id-dazju tneħħa bl- intenzjoni li wieħed jippromwovi x-xiri ta' dawn il-karozzi, imma labourer se jkun jista' jmur jixtri hybrid car li tqum mat-Lm12,000 jew Lm13,000, jew se jkun jista' jmur jixtri t-tip uniku ta' electric car li għandna bħalissa li hija sempliċement two-seater?", "Jekk ikollu familja, fejn se jpoġġiha?", "Wieħed jista' jgħid li din hija preparazzjoni għall-futur.", "Veru li hija tajba għall-futur, imma l-azzjonijiet irriduhom issa, mhux għall-futur biss.", "Waħda mill-affarijiet li wieħed forsi kien japplawdi hija li riċentement saret biċċa assessment min-naħa tal-MEPA biex jaraw il-livell taċ-ċomb li għandna fl-arja.", "Instab li hemm xi sitta jew seba' postijiet li għandhom il-livell taċ-ċomb ogħla mil-livel li huwa aċċetabbli, waqt li hemm numru ta' postijiet oħrajn li qegħdin fit-tarf.", "Dan l-assessment sar ukoll biex wieħed jagħmel ċerta propaganda ħalli jitneħħa l-petrol biċ-ċomb mis-suq lokali.", "Bħalissa għandna ħafna karozzi li qed isuqu bl-unleaded petrol, iżda nafu li anke l-emissions ta' l- unleaded petrol, u anke dawk id-dħaħen suwed faħma li joħorġu mill-karozzi li jużaw id-diesel, fihom partiċelli li jistgħu jikkawżaw il-marda tal- kanċer.", "Fit-teknoloġija li qed tiżviluppa fis-settur tal-karozzi nsibu żewġ tipi bażikament.", "GĦandek it-teknoloġija ta' l-użu tal-gass u għandek is-sistema li l-karozzi jitwaħħlulhom catalytic converters biex kemm jista' jkun ċerti emissjonijiet u partiċelli carcinogenic li joħorġu mid-dħaħen tal-karozzi u li jistgħu jikkawżaw il-kanċer jiġu mnaqqsa u kkontrollati.", "Jien kont nistenna li jkun hemm aktar impenn f'dan ir-rigward.", "Per eżempju ̧ id- dazju fuq il-karozzi bil-catalytic converters seta' jvarja b'tali mod li dawn it-tip ta' karozzi ma jogħlewx ħalli dak li jkun jiġi mħeġġeġ jixtri waħda minnhom.", "B'hekk inkunu qed nibżgħu għall-ambjent u għas-saħħa tal- bniedem.", "Kieku l-affarijiet saru b'dan il-mod lill-ministru tal-finanzi kont napplawdilu bil-qalb u bil-kbir.", "Pero' dan l-aħħar f'mistoqsija parlamentari rriżulta li kien hemm xi 11-il hybrid car li jaħdmu bil-petrol u kien hemm karozza waħda li taħdem bl-elettriku u kieku dawn il-karozzi kienu irħas kien ikun hemm ħafna aktar nies li jixtruhom.", "Jien ma rridx nagħmel reklami hawnhekk imma kif nafu, il-hybrid cars jaħlu inqas petrol mill-karozzi konvenzjonali.", "Pero' meta tmur biex tixtri waħda minnhom u ssib li dawn iqumu xi Lm13,000 tinħasad daqsxejn.", "Illum il-ġurnata wieħed jista' jixtri karozza tajba anke b'Lm5,000.", "Għalhekk jekk aħna verament nirrispettaw l-ambjent u nħobbu s-saħħa tal-bniedem irridu nibdew naħsbu fuq ċerti affarijiet u mhux nibqgħu naħsbu fuq affarijiet li huma kważi kosmetiċi.", "Sur President, issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-VAT.", "Wara li kien ingħad li l-VAT kienet se tolqot ukoll lit-tagħlim tal-ballet u l-mużika ̧ il-gvern għamel pressjoni kbira ma' l-Unjoni Ewropea biex fuq l-ikel u mediċini ma jkollniex VAT.", "Meta mbagħad kien hemm ċerta reżistenza min-naħa ta' Brussels ̧ kienu qalu: Ladarba l-Irlanda u l-Ingilterra m'għandhomx VAT fuq l-ikel u l-mediċini għaliex Malta m'għandhiex tkun bħalhom?", "Pero' jidher li anke hawnhekk kien hemm l-intoppi u l-gvern wasal biex aċċetta li l-VAT fuq l-ikel u l-mediċini tiddaħħal wara seba' snin.", "Dan ifisser li wara seba' snin se tiddaħħal il-VAT fuq l-ikel u l-mediċini.", "Issa safejn nafu aħna ir-rata se tkun ta' 5% imma jekk l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi mod ieħor ikollu jsir mod ieħor.", "Il-gvern jaf li din hija xi ħaġa ħażina għax fil-fatt ma pprovax idaħħalha eżattament ma' sħubija imma jekk inhi ħażina llum se tibqa' ħażina seba' snin oħra wkoll.", "Sur President ̧ fil-bidu tad-diskors tiegħu l-ministru beda jħawwad bejn l- Ewropa u l-Unjoni Ewropea; forsi kien influwenzat mill-billboards li fuqhom hemm il-kliem \"Ewropa – Niddeċiedu int u jien\".", "Pero' lill- ministru ngħidlu: Skużi ̧ għall-grazzja ta' Alla jien Ewropew u Mediterranju.", "Tant hu hekk li Malta hija membru tal-Kunsill ta' l- Ewropa u bejn l-1995 u l-1996 jien kont qed nirrappreżenta lin-naħa ta' l-oppożizzjoni fih bħala Ewropew u bħala Malti.", "Għalhekk huwa mportanti li niżnu kollox għall-ġid nazzjonali ta' pajjiżna.", "Kieku ma nħarsux lejn il-ġid nazzjonali ta' pajjiżna ninsew li aħna fil-periferija ta' l-Ewropa, ninsew li aħna gżira, ninsew il-qies tagħna u ninsew id-drawwiet tagħna.", "Pero' apparti minn dawn l-affarijiet, Sur President.", "Jekk dan il-gvern li għandna llum ̧ li m'għandux ċans jitla' fl-elezzjoni li ġejja ̧ xi darba jerġa' jkun fil-poter u jerġa' joħlom li jdaħħalna fl-Unjoni Ewropea ̧ ovvjament ikollna nagħmlu dak li trid l-Unjoni Ewropea.", "Sur President ̧ fil-jiem li ġejjin il-partit Laburista se jkun qed jiddiskuti mozzjoni bl-aktar mod demokratiku kif ġara fl-eżekuttiv fejn kulħadd tkellem skond kif ħass hu mingħajr biża' ta' xejn.", "Aħna għandna partit demokratiku u f'partit demokratiku d-diskussjonijiet hekk isiru.", "Fil-fatt hemm suġġerit li nżommu t-taxxa tal-VAT.", "Issa jien nista' naqbel u nista' ma naqbilx imma f'ġieħ il-ġid tan-nazzjon Malti u Għawdxi pajjiżna ma jiflaħx għal bidla oħra fis-sistema tat-tassazzjoni.", "Ma rridux ninsew id-diżastru finanzjarju u ekonomiku li ħalla l-ministru responsabbli f'dawn l-aħħar snin ̧ esklużi t-22 xahar ta' gvern Laburista.", "L-unika ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li naġġustaw din it-taxxa biex ma tkunx daqstant ta' piż fuq il-poplu Malti u Għawdxi.", "Xi ħaġa oħra li rridu nagħmlu hija li ntaffu l-problema tas-self-employed iż-żgħir.", "Qed ngħidu wkoll li rridu nieħdu l-inizjattivi kollha neċessarji biex is-settur tat-turiżmu jqum fuq saqajh.", "Irridu nagħtu spinta wkoll lis- settur industrijali li qiegħed fit-triq tan-niżla.", "Fil-fatt jekk inkunu rajna f'idejna nkunu kapaċi nattiraw lejn pajjiżna ċerti industriji għax inkunu qed noffrulhom affarijiet li jkunu kompetittivi ma' dawk li jeżistu fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna se nkunu qed noffru l-istess kondizzjonijiet li għandhom pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea għax aħna rridu nimxu bl- istess politika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President ̧ waħda mill-affarijiet li se nkunu qed nagħmlu meta nkunu rajna f'idejna mhijiex li nżommu l-pagi baxxi imma li noffru pakkett attraenti ħalli l-investituri nħajruhom jiġu jinvestu f'Malta, kif qal sieħbi l-Onor.", "John Attard Montalto.", "Issa ħalliha li diversi membri min- naħa l-oħra, inkluż il-prim ministru, il-membri ta' l-IVA, il-ġurnali u l- media Nazzjonalista gidbu fuq li gidbu fuqu u ma felħux jaċċettaw li qed jigdbu.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet li qal kienet li qabel ma nbidel il-gvern fl-1996, ċerti investituri kienu qed jaħsbu jekk jitilqux x'imkien ieħor u mbagħad inbidel il-gvern u aħna writtna l-problemi kollha.", "Dan kien kollu tort tal-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami li ma kienx qed jimpenja ruħu bis-serjetà biex jattira l-industrija ġewwa pajjiżna.", "Il-gvern preżenti tant mhuwiex impenjattiv li qabel l-elezzjoni ta' l-1998 kien qal li hekk kif Malta tirriattiva l-applikazzjoni tagħha biex insiru membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea ̧ il-fabbriki li kellhom jiftħu hawn Malta kienu se jkunu bil-queue!", "Din għadni nismagħha tidwi ma' widnejja bħal tal-Lm100 miljun.", "Pero' llum wieħed irid imur ifittex bil- lenti biex jara l-investiment barrani fejn hu qiegħed.", "Li nista' ngħid huwa li ftit wara li tela' gvern Nazzjonalista fl-1998 ̧ il-fabbriki li kienu mmexxijin mill-industrijalisti Ġermaniżi parpru 'l hinn.", "Fil-fatt dawn il-fabbriki nbiegħu lil imprendituri Maltin.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid ukoll li l-investiment barrani li kien ġie fis-snin sebgħin hawn Malta ̧ taħt gvernijiet Laburisti, beda jparpar 'l hinn taħt l-amministrazzjoni tal-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami ta' bejn l-1987 u l-1996.", "Dan meta suppost l-industriji ġodda qegħdin fil- queue u meta suppost mhux qed ilaħħqu ma' l-applikazzjonijiet ta' fabbriki li jridu jibnu hawn Malta!", "Għalhekk il-poplu għandu jiftaħ għajnejh.", "Din hija esperjenza ta' x'ġara fi żmien gvernijiet Laburisti u gvernijiet Nazzjonalisti f'dak li għandu x'jaqsam ma' industrijalizzazzjoni.", "Jien lill-ministru ngħidlu: X'hawn aqwa mix-xogħol?", "Hekk kien iħobb igħid l- Onor. Fenech Adami!", "Minkejja dan, ix-xogħol ma ġiex u hemm 12 ̧000 ruħ qiegħda.", "Fil-fatt l-istatistika tgħidlek li hemm tant li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u hemm oħrajn li qatgħu qalbhom.", "Sur President ̧ bħalissa l-poplu għandu żewġ għażliet ta' taxxi quddiemu; għandu l-VAT u l-ħafna tariffi ta' l-Unjoni Ewropea u l-VAT imma b'tariffi li jistimulaw l-ekonomija ħalli verament jinħoloq ix-xogħol.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li għax huma jridu jdaħħlu lil Malta fl-Unjoni Ewropea jemmnu fil-bidla pero' bil-bidla tista' tmur tajjeb u tista' tmur għall-agħar.", "Wara kollox aħna t-tnejn qed noffru bidla; in- naħa tal-gvern qed toffri l-bidla li ddaħħal lil Malta bħala membru sħiħ fl- Unjoni Ewropea u n-naħa ta' l-oppożizzjoni qed toffri partnership ma' l- Unjoni Ewropea biex f'pajjiżna jinħoloq il-ġid.", "Jien m'iniex se ngħid bħalma kien qal darba l-ex-ministru tal-finanzi George Bonello du Puis li aħna għandna ngawdu l-affarijiet u mbagħad id- dejn iħallsuh ulied uliedna.", "Aħna ma nemmnux b'dawn l-affarijiet daqskemm ma nemmnux li biex nibqgħu nidhru fl-istorja li nkunu daħħalna lil Malta fl-Unjoni Ewropea ̧ ibatu l-konsegwenzi uliedna u ulied uliedna.", "Sur President, il-politika ideali għal Malta hija partnership ma' l-Unjoni Ewropea u ma' pajjiżi oħrajn li magħhom inkunu qed nagħmlu ftehim bilaterali għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi u għall-ġid ta' l-ekonomija tagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President ̧ bħal kull snin oħra s-sena 2003 iġġib sfidi ġodda.", "Fil-ġimgħat li ġejjin il-poplu tagħna se jkollu jagħmel għażliet importanti għad-destin ta' pajjiżna.", "Malta hija ta' kulħadd u mhijiex tan-Nazzjonalisti biss li bħalissa qed imexxu l-pajjiż.", "Għalhekk kulħadd għandu jagħtu s-sehem tiegħu biex nimxu 'l quddiem.", "Jien nieħu pjaċir meta niġu f'dan il-parlament niddiskutu u nikkritikaw fejn ma naqblux imma huwa mportanti li fil-kritika tagħna nkunu kostruttivi.", "Huwa mportanti wkoll li fil-kritika li nagħmlu ngħidu x'inhuma l-proposti tagħna u l-partit Laburista għandu politika ċara u jaf x'irid.", "Issa jista' jkun li tan-naħa l-oħra ma jaqblux ma' dan li qed ngħid.", "Dawn għandhom kull dritt igħidu hekk bħalma jien għandi kull dritt ngħid li għandna politika ċara.", "Sur President ̧ irridu nifhmu li fil-pajjiż hawn il-problemi.", "Għalhekk huwa mportanti li aħna l-politiċi nisimgħu xi jkun qed igħid il-poplu u nagħmlu żball meta ma nisimgħux u ma nagħtux kas dak li jkun qed jingħad.", "Per eżempju ̧ wara l-budget kulħadd beda jitkellem fuqu; fil-ħwienet, fuq il- postijiet tax-xogħol u f'postijiet oħra.", "Pero' li nista' ngħid jien hu li ma jistax ikun li lil pajjiżna nħalluh f'dan l-istaġnar li jinsab fih.", "Kultant min ikun qed jismagħna jibda jaħseb li l-oppożizzjoni tgħix f'pajjiż u l-gvern igħix f'pajjiż ieħor.", "Issa jien wieħed minn dawk li nipprova nieħu t-triq tan-nofs.", "Jekk ngħid li kollox sejjer ħażin min ikun qed jismagħni jgħid li jien politiku giddieb għax ftit għad fadal boloh f'dan il-pajjiż.", "Per eżempju ̧ qabel ġejt hawnhekk kont qed nitkellem ma' persuna tan-negozju li tħaddem 'il fuq minn 600 ruħ u sa ftit ġimgħat ilu kienet tħares lejn il-partit Laburista b'ħarsa differenti.", "Jien ħadt pjaċir li din il-persuna kienet qed tipprova tifhem aktar il-politika ta' partnership tal-partit Laburista.", "Per eżempju ̧ din il-persuna qaltli li ħadet pjaċir bil-proposta tal-partit Laburista fuq il-VAT.", "Bdejna nitkellmu fuq affarijiet li ma jogħġbuhiex fil-partit Laburista.", "Imma ma jfissirx għax hemm affarijiet li ma jogħġbuhx fil-partit Laburista se neħduha kontra tiegħu.", "Le, l-affarijiet ma jmorrux hekk.", "Lilna tellagħna l- poplu, pero` hawnhekk qegħdin mislufin.", "Ħadd m'hu in eternum.", "Imma jien dejjem ngħid li sakemm inkun f'dan il-Parlament nipprova nwassal messaġġ posittiv, messaġġ ta` djalogu u mhux ta' konfrontazzjoni.", "Hekk irridu nagħmlu biex niġu emmnuti u biex in-nies jersqu lejna.", "Sur President, jiena xtaqt nitkellem fuq x'inhuma t-toroq li l-pajjiż tagħna jrid jimxi fuqhom.", "X'inhuwa importanti għal dan il-pajjiż tagħna?", "Jien naħseb li wasal il-mument li nieħdu bis-serjeta` s-settur tat-turiżmu f'pajjiżna.", "Hemm bżonn naraw bis-serjeta` kif inġibu aktar turisti lejn pajjiżna.", "Jekk irridu nsolvu parti mill-porblema finanzjarja li għandna hemm bżonn li t-turiżmu neħduh bis-serjeta`.", "Imma kif iġġib it-turisti?", "Billi tagħmel biss pubbliċita`?", "Ibqa` ċert li dan m'huwiex biżżejjed biex nagħtu l-ipinta li s-settur tat-turiżmu għandu bżonn.", "Hemm bżonn x'nistgħu noffru aktar lit-turisti biex nattirawhom lejn pajjiżna għax bħalissa hawn kompetizzjoni kbira għax kif jaf kulħadd m'aħniex waħedna.", "Malta għandha kompetizzjoni kbira mill-pajjiżi ġirien.", "Allura hemm bżonn naraw x'nistgħu nagħmlu.", "L-ewwel li rridu nagħmlu huwa li naraw jekk aħniex mexjin fid-direzzjoni t- tajba f'dak li għandu x'jaqsam ma` dan is-settur u jekk naraw li qegħdin żbaljati rridu nammettu li qegħdin żbaljati u nibdlu t-triq.", "Ma tridx tkun supperv jekk taf li qed tiżbalja trid tammetti.", "Wasal il-mument li naraw x'inhuwa importanti u fuq hiex irridu naħdmu.", "Huwa importanti li dan il- pajjiż żgħir tagħna jara kif se jsaħħaħ l-ikbar industrija li għandu.", "Kulħadd jaf li fadal xi jsir fuq it-turiżmu.", "Meta aħna konna fil-gvern konna qed naħdmu u ħdimna ħafna u ma nkunux qed ngħidu l-verita' jekk ngħidu li l-partit Laburista ma ħadimx bis-serjeta` fil-qasam tat-turiżmu.", "Aħna għedna li biex it-turisti jiġu f'Malta jridu jsibu ambjent sabiħ u bdejna naħdmu fuq proġetti, fosthom ta' Buġibba u ta` Birżebbuġa.", "Dawn huma proġetti tajbin u rridu nkomplu naħdmu fuqhom.", "Kull wieħed u waħda minna siefer nafu pajjiżi oħra x'joffru.", "Aħna bħala pajjiż irridu nibżgħu għal dak li għandna, u għanda ħafna affarijiet li pajjiżi oħra m'għandhomx, pero` naħdmu fuq proġetti oħra ħalli nattiraw iżjed turisti lejn pajjiżna.", "X'sar minnhom il-proġetti tal- Kottonera, ta' Bieb il-Belt, tat-Teatru Rjali u tal-cruiseliner?", "Jiena nħoss li qed nimxu bil-mod wisq.", "Wegħidna li Bieb il-Belt se jitwaqqa` u floku jitella` ieħor ġdid u li t-Teatru Rjali se jerġa` jinbena.", "Wegħidna l- proġett tal-Kottonera u tal-cruiseliner.", "Meta se nibdew naraw xi ħaġa minn dawn il-proġetti?", "Illum spiċċa ż-żmien li tidħak bin-nies.", "Irid ikun il- Partit Laburista fil-gvern biex jitwettqu dawn il-proġetti.", "U l-Partit Laburista qiegħed iwiegħed – dan qalu l-leader tagħna fil-mass meeting ta` nhar il-Ħadd ġewwa l-Marsa - li meta jkun fil-gvern iwettaq dawn il- proġetti għax dawn huma proġetti li apparti li joħolqu x-xogħol u l-ġid isebbħu l-pajjiż u jattiraw aktar turisti lejn pajjiżna.", "Sur President, il-Partit Laburista qiegħed iwassal messaġġ posittiv dwar x'jaqbel għal pajjiżna.", "Fil-fatt anke fil-ġranet li ġejjin, fi ħdan il- partit Laburista, se ssir diskussjoni dwar il-VAT ħalli naraw jaqbilx inżommu din is-sistema ta` tassazzjoni kif inhi jew jaqbilx li nirrnaġaw xi ħaġa.", "Naraw x'inhu l-aħjar biex kemm jista` jkun ma ssirx ħsara lill- pajjiż.", "Nista` ngħid minn issa li żgur u bla dubju ta` xejn li l-Partit Laburista mhux se jdaħħal VAT fuq l-ikel, fuq il-mediċini u fuq l-apparat mediku.", "Sitta jew seba` snin ilu konna għedna li se nneħħu l-VAT u fil-fatt neħħejniha imma fiċ-ċirkostanzi tal-llum il-partit Laburista li qed iħares għall-futur irid jara x'inhu l-aħjar li jsir u sejrin niddiskutu din il- proposta flimkien mad-delegati tal-partit.", "Il-partit Laburista, bħala partit alternattiv u partit tal-futur irid jara x'inhu l-aħjar għall- pajjiż.", "Niftakru li meta l-partit Nazzjonalista kien daħħal il-VAT, il- partit Laburista kien wiegħed li kif jitla` fil-gvern ineħħiha, u hekk għamel.", "Hekk kif reġa` tela l-partit Nazzjonalista reġa` daħħalha u għadha hemm sal-lum.", "Issa llum il-ġuranata ċ-ċirkostanzi tbiddlu m'għadhomx l- istess bħal meta l-partit Laburista kien neħħa din is-sistema ta` tassazzjoni allura rridu niddiskutu dwar il-VAT biex naraw x'ikun l-aħjar li nagħmlu għall-ġid tal-pajjiż.", "Ma jistax ikun noqogħdu nilagħbu.", "Min idaħħalha u min ineħħiha.", "Allura se niddiskutu fuq hiex għandna nżommuha u fuq hiex le u fuq hiex għandna nnaqqsuha.", "Kif diġa` għedt żgur li mhux se ndaħħluha fuq l-ikel u l-mediċini.", "Pero` aktar 'il quddiem il-poplu Malti se jkun jaf eżatt il-partit Laburista x'iddeċieda fuq din is-sistema ta` tassazzjoni.", "Sur President, nixtieq ukoll ngħid xi ħaġa dwar il-qasam ta' l-anzjani għax f'kull diskussjoni li ssir f'dan il-Parlament dejjem nipprova ndaħħal il- qasam soċjali.", "Dan huwa qasam importantissimu li fejn nħoss li għandi nikkritika, nikkritika u nieħu pjaċir meta dak li nikkritika jiġi rranġat.", "Nerġa` ngħid, aħna nirrappreżentaw lil pajjiżna u obbligati lejn dawk li eleġġewna għax min ivvotalna emmen li aħna rridu l-ġid tal-pajjiż tagħna.", "Il-partit Laburista fil-gvern irid jaħdem bis-sħiħ f'dan il-qasam.", "Il-qasam ta` l-anzjani huwa qasam li l-partit Laburista se jagħtih il-priorita` li tixraqlu.", "F'dan il-qasam trid taħdem id f'id ma` kulħadd.", "Irridu nifhmu li dan qasam soċjali huwa qasam sensittiv ħafna, bħalma huwa sensittiv ħafna il-qasam tal-persuni b'diżabilita`.", "Għalhekk kif qiegħed ngħid, irridu naħdmu ma' l-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-qasam ta' l-anzjani, fosthom il-knisja, il-privat u l- volontarjat biex lill-anzjani nagħtuhom l-aħjar servizz li jistgħu jieħdu.", "Aħna beħsiebna nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li se nsibu.", "Din hija xi ħaġa li jiena nemmen ħafna fiha.", "Ma jistax ikun li xi ħaġa tajba nneħħiha għas- sempliċi raġuni li għamilha l-partit li jien ma naqbilx mal-politika tiegħu.", "It-tajjeb li se nsibu se nżommuh u nkomplu nibnu fuqu.", "Jien nemmen li fil-qasam ta' l-anzjani rridu nsaħħu ħafna l-volontarjat għaex dan jgħin biex inaqqas l-ispiża kbira fil-qasam ta' l-anzjan u l-qasam kollu soċjali.", "Biex ħadd ma jinterpretani ħażin, jien mhux qed ngħid li se nixxaħħu fil-vot għall-qasam ta' l-anzjani.", "Imma huwa importatni ħafna li nikoraġġixxu lil min jaħdem fil-volontarjat biex jidħol f'dan il-qasam ta' l-anzjani.", "Fejn jidħol il-qasam ta` l-anzjani huwa importanti li wieħed isaħħaħ is-servizzi mediċi.", "Fis-snin tmenin il-partit Laburista ħadem biex daħħal l-iskema tas-servizzi mediċi b'xejn.", "Illum il-ġurnata nafu kemm din l-iskema ta' saħħa f'pajjiżna tinvolvi miljuni ta' liri.", "Għalhekk irridu nara li s-servizz li jingħata jkun qed jingħata lil min verament ħaqqu.", "Il-miljuni ta' liri li joħorġu huma l-flus tal-poplu u rridu naraw li dawn jintnefqu tajjeb.", "Hemm affarijiet oħra fil-qasam tas-saħħa li l-partit Laburista jrid jaħdem fuqhom.", "Sur President, fil-bidu tad-diskors tiegħi jien għedt li aħna bħala rappreżentanti tal-poplu rridu nisimgħu x'jgħid il-poplu.", "Jien ma nistax inkun naf xi jħoss il-poplu jekk jien ma nisimgħux u ma niltaqax miegħu?", "Illum ċemplitli waħda anzjana u qaltli li ġabet it-tabib jew marret għand it-tabib - ma niftakarx eżatt – u dan ordnala pilloli tal-pressjoni.", "It- tabib għamlilha l-applikazzjoni fuq schedule V li tintitolak biex tieħu l- pilloli b'xejn mingħand il-gvern – pilloli li ħallasna għalihom jien u inti u għalhekk importanti li s-servizz tas-saħħa jintuża tajjeb - u l- appuntament biex din tkun tista' tmur tieħu dawn l-pilloli, jekk m'iniex sejjer żball, għamluhulha għal April jew Mejju.", "Din l-anzjana xebba li daret b'ommha għal tant żmien u li għandha l-inqas pensjoni li tista' tieħu ma tistax taffordja tixtri dawn il-pilloli li jqumu tant flus għat-tliet xhur li ġejjin.", "Għal min jista` ma tkunx problema imma għal min jistax tkun problema.", "Anke fuq affarijiet bħal dawn irridu naħdmu meta nkunu fil-gvern.", "Anke llum il-ġurnata jien lest li noffri l-id ta` l-irġulija biex każi bħal dawn inkunu nistgħu niddiskutuhom iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Għaliex m'għandniex nifhmu dawn il-problemi ta' dawn in-nies?", "Jien nixtieq li nibdew nifhmu u nieħdu bis-serjeta` l-problemi soċjali li jiltaqa' magħhom dan il-pajjiż.", "Jien għandi ittra li rrid ngħaddiha lill-Onor.", "Lawrence Gonzi dwar persuna li għandu 11-il tifel u tifla.", "Diġa` tkellimt mal-kollega tiegħi dwar dan il-każ għax kif diġa` għedt jien qiegħed f'dan il-Parlament biex naqdi lill-poplu u ma niddejjaqx nersaq għand min ikun biex intejjeb il- kondizzjonijiet l-aktar tan-nies fil-bżonn u batuti u ta' min forsi m'għandux leħen fis-soċjeta` u l-unika tama u xaqq ta' dawl li għandu hu li jersaq lejn il-politiku.", "Din il-persuna li hija missier ta` ħdax-il tifel u tifla jgħix f'żewġt ikmamar.", "(Interruzzjonijiet) Issa kif ġew ma nafx.", "Imma x'tagħmel, tarmihom?", "Il-fatt hu li dawn ġew, qegħdin għandu u qed jgħixu f'żewġt ikmamar.", "F'dan il-pajjiż wasal il-mument li nibdew nifhmu u nipprovaw ngħinu l-aktar nies li huma fil-bżonn, nies li jgħaddu minn problemi soċjali.", "Dawn ma nistgħu nwarrbuhom qatt.", "Għalhekk jiena għedt li rridu naħdmu fuq il-volontarjat u rridu ngħallmu lill-poplu tagħna għax l-injoranza ġġib il-faqar u ħafna tbatijiet.", "Jien nixtieq li kieku kelli iktar ċans nitkellem.", "Hawn patafjun fuq xiex titkellem.", "Per eżempju, kemm niftaħru li nonfqu flus fuq l-edukazzjoni, għad għandna ħafna nies li huma illitterati, la jafu jiktbu u lanqas jaqraw.", "Mhux bilfors imbagħad li dawn jidħlu fi problemi soċjali.", "Mhux bilfors li dawn it-tfal se jkunu inqas minn ħaddieħor meta jkunu fuq il-bankijiet ta' l-iskola?", "Nerġa` ngħid li l-partit Laburista dejjem lest li joffri l-id ta' l- irġulija biex jgħin f'dan il-qasam daqstant vast.", "Jiena li ġej min-naħa t'isfel ta` Malta niltaqa` ma' ħafna nies li għandhom problemi soċjali kbar.", "Kultant ma nkunx niflaħ nisma` iktar tant li anke taqbiżli xi demgħa u nħoss li rrid itajjar in-nar u nikser ir-regolamenti kollha biex ngħin lil dawn in-nies.", "Sur President, bħalissa f'pajjiżna għaddejja diskussjoni dwar jekk għandniex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea jew jekk għandniex nagħżlu politika ta` partnership.", "Hija ħaġa tajba li fil-pajjiż ikollna diskussjoni.", "Aħna lill-poplu qed ngħidulu li l-aħjar għażla hija l-politika ta' partnership li qed joffrilek il-partit Laburista.", "Bil-mezzi limitati li għandna qed nipprovaw aħna nwasslu l-messaġġ tagħna.", "Min-naħa l-oħra l-gvern qed jonfoq il-miljuni ta' liri biex iwassal il-messaġġ tiegħu, u mbagħad ma jagħmel xejn għal dawn in-nies li għandhom problemi soċjali kbar.", "Jien xtaqt kieku nitkellem ukoll fuq iż-żgħażagħ u fuq il-problemi li jiffaċċjaw, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma` housing imma m'għandix ħin.", "Pero` jien nemmen li jrid ikun il-Partit Laburista biex isolvilhom dawn il-problemi.", "Il-partit Laburista qiegħed joffri tmexxija differenti minn dik tan-naħa l-oħra.", "Tan-naħa l-oħra għamluh iż-żmien tagħhom u aħna filwaqt li nikkritikaw il-ħażin li għamlu ngħidulhom ukoll grazzi għat- tajjeb li wettqu.", "Aħna bħala partit Laburista qegħdin noffru tmexxija ġdida, b'ideat ġodda u lkoll flimkien, anke tan-naħa l-oħra għax kulħadd irid jaħdem, se nkunu kapaċi biex lil dan il-pajjiż noħorġuh mill-problemi soċjali u finanzjarji li jinstab fihom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, ninsabu kważi fl-aħħar ta' dan id-dibattitu importanti dwar abbozz ta' liġi li jersaq quddiem dan il- Parlament wara kull budget u fil-bidu ta' sena ġdida wara l-vaganzi tal- Milied.", "Dan huwa l-att biex jimplimenta diversi miżuri ta' estimi u miżuri amministrattivi oħra.", "Mill-bidunett, minn meta ġie ppreżentat l-aħħar budget, kien ġie ddikjarat li l-budget huwa wieħed irrelevanti.", "Huwa irrelevanti fil-kuntest ta' dak li seħħ matul il-leġislatura kollha kemm hi.", "Wieħed ma jistax jikkalkula biss fuq x'intqal f'ġimgħa jew f'xahar.", "Il- kalkoli li jaqbillhom jagħmlu ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin huwa fuq dak li jkunu għaddew minnu fil-ħajja ta' kuljum tul il-leġislatura kollha u mhux fuq dawk il-ħmistax li fihom jiġi diskuss il-budget.", "Aħna nafu li matul dan id-dibattitu jkun hemm okkażjonijiet fejn wieħed jifrex id-diskussjoni b'aktar mod wiesa'.", "Jien naħseb li jkun ta' ġid li wieħed jitkellem verament dwar dak li pajjiżna għadda minnu u għadu għaddej minnu f'diversi oqsma.", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1998 il-partit Nazzjonalista kien wiegħed li x-xogħol se jibda jiġri wara l-ħaddiema ta' pajjiżna u kien tkaża għax il-qgħad dak iż-żmien kien qabeż is-7,000.", "Wieħed jiskanta meta jisma' affarijiet bħal dawn għax illum is-sitwazzjoni fil-qasam tax-xogħol hija ferm agħar milli kienet dak iż-żmien.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il- ġid li minnu jridu jgħixu l-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Qed nitkellmu fuq l-investiment li jiġi lejn pajjiżna, fuq il-kummerċ li r- rota tiegħu trid dejjem iddur u fuq in-negozju li jrid jitkattar biex jinħoloq ix-xogħol fil-pajiż.", "Issa hawnhekk jidher li għandna staġnar ekonomiku u l-fiduċja ta` min jinvesti f'pajjiżna qiegħda dejjem tonqoslu.", "Dan jirriżulta miċ-ċifri uffiċjali tal-gvern stess.", "Jiġifieri dawn iċ- ċifri li se nsemmi m'humiex maħruġin miċ-ċentru nazzjonali Laburista.", "Għandna gvern li matul dawn l-aħħar erba' snin kabbar id-dejn nazzjonali u minkejja li kabbar id-dejn, biex jagħmel tajjeb għad-djun li kien għamel l- gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996, l-ekonomija baqgħet staġnata, il- qawmien ta` l-ekonomija baqa` ma seħħx.", "Fil-fatt illum għandek 12,000 ruħ ifittxu x-xogħol.", "Dawn huma ċifri tal-labour force survey li sar mill- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika għax imbagħad skond l-ETC il-qgħad qabeż sew is-7,000 ruħ.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni hija allarmanti fi kliem in- Nazzjonalisti stess.", "Imma l-aktar li jallarmak minn dan kollu huwa kif minn dawn is-7,000 ruħ qegħda għandek madwar 50% minnhom li huma żgħażagħ taħt l-24 sena li wieħed minn kull erba' minnhom ilu jfittex ix-xogħol u ilu bla xogħol għal aktar minn sena u nofs.", "F'pajjiż żgħir bħal Malta dawn huma ċifri inkwetanti ħafna, u inkwetanti mhux biss għax jeżistu imma wkoll għax għandna gvern li donnu lanqas jirrikonoxxihom.", "Meta aħna nssemmu dawn iċ-ċifri għal tan-naħa tal-gvern qisna m'hu qed ngħidu xejn.", "Anzi bilkemm ma jgħidux li qed nivvintaw allavolja nkunu qed nikkwotaw statistika uffiċjali tal-gvern stess.", "Jien naħseb li dan il-pajjiż iktar għandu bżonn nies nies fil-gvern li jiffaċċjaw ir-realta' milli nies, bħlama għandu issa, li jaħarbu r-realta`.", "Sur President, apparti l-qasam tax-xogħol, wieħed ma jistax ma jsemmix it- taxxi.", "Jekk kien hawn xi ħaġa li ddominat f'dan il-pajjiż tul dawn l-aħħar erba' snin, bla dubju ta' xejn kien l-ammont kbir ta' taxxi li ġew imposti fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Kull kategorija li tista` timmaġina, sew jekk tal-pensjonanti, sew jekk tal-ħaddiema, sew jekk tan-nisa tad-dar, sew jekktas-single parents u sew jekk taż-żgħażagħ, intlaqtgħet mill- mannara tat-taxxi ta' dan il-gvern.", "Sal-budget li għadda l-piż tat-taxxi fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin żdied b'Lm265 miljun.", "Għas-sena d-dieħla huwa proġettat li t-taxxi fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, fuq kull kategorija, se jiżdied b'Lm25 miljun oħra.", "Issa tan-naħa tal-gvern iħobbu jgħidulna li dawn it-taxxi m'humiex taxxi.", "Jgħidu hekk għax huma jsemmuhom xi ħaġa oħra.", "Imma ċ-ċittadin ma jinteressahx x'issejħilhom, li jimportah hu li meta jdaħħal idejh fil-but qed iħallas iktar u l-flus qed imorru għand il-gvern.", "Issa hiex taxxa diretta, hiex taxx indiretta hiex miżata jew xi miżura oħra, il-fatt hu li finalment iċ-ċittadin qed titnaqqarlu l-paga li jdaħħal.", "Nisimgħu wkoll l- argument li l-Lm265 miljun f'taxxi ġarruhom għax kibret l-ekonomija u mhux għax żdiedu t-taxxi.", "Jien ngħid kieku f'dawn l-aħħar erba` snin kibret l- ekonomija la hawn 12,000 ruħ ifittxu x-xogħol, la kienu jagħlqu madwar 60 fabbrika, la kienu jiġu ssensjati 8,000 ħaddiem u lanqas kienu jintilfu fuq l-1,000 impieg kif ġara matul is-sena li għaddiet li madwar 350 minnhom kienu biss mill-qasam tat-turiżmu.", "Kieku l-ekonomija kibret dan ma kienx jiġri f'pajjiżna.", "Sur President, jien hawnhekk għandi lista ta` wħud mit-taxxi li gvern nazzjonalista daħħal matul dawn l-erba` snin.", "Ġibt lista ta` wħud minnhom għax kieku kelli nġib il-lista tat-taxxi kollha li għamel nibda naqrahom qisni qed ngħid il-litanija.", "Imma ma naħsibx li jkun fl-interess ta` min qed jismagħni u ta' dan il-Parlament li nispiċċa nagħmel litanija għax finalment dak li ġie adottat mill-gvern Nazzjonalista fejn jirrigwarda taxxi qed jinħass mill-poplu Malti.", "Jiġifieri naħseb li issa poplu Malti mhux se jinsa dak li għadda minnu tul dawn l-aħħar erba` snin.", "Għalxejn il- propoganda rħisa li qiegħda ssir minn naħa tal-gvern Nazzjonalista għax il- poplu Malti żgur li mhux se jinsa l-patafjun ta` taxxi li ġew imposti fuqu.", "Sur President, id-dejn nazzjonali, li semmejt aktar qabel, se jkun żdied bi Lm300 miljun u se jkun qed ilaħħaq iċ-ċifra ta' Lm1.72 biljun.", "Issa fuq dan id-dejn se jkunu tħallsu aktar minn Lm300 miljun biss f'imgħaxxijiet.", "Issa dawn il-flus li tħallsu f'imgħaxijiet fuq id-djun li għamel il-gvern nazzjonalista faċilment setgħu ġew utilizzati biex ninvestu iktar fl- edukazzjoni ta' pajjiżna, biex verament ninvestu b'mod serju ħalli l-poplu jkun moqdi aħjar fil-qasam tas-saħħa - u aħna nafu kemm iċ-ċittadini Maltin u GĦawdxin jilmentaw minn ċertu trattament li jingħataw f'dan il-qasam - u ovvjament biex nibdew infejqu l-pjaga kbira li għamel il-gvern Nazzjonalista tul dawn l-aħħar 14-il sena fil-qasam ta' l-ambjent.", "Id-dejn nazzjonali tul din is-sena suppost li naqas b'Lm79 miljun matul is-sena li għaddiet.", "Imma rriżulta li dan naqas bi Lm32 miljun.", "Jiġifieri l-gvern ma laħaqx il-miri tiegħu.", "Sur President, xtaqt nallaċċja dan li qed ngħid ma` xi ħaġa oħra.", "Ħafna esponenti Nazzjonalisti jgħidulna: Isma aħna fi żmien tliet snin se nġibu Lm4.5 miljun fi flus kontanti mill-Unjoni Ewropea, tistgħu tgħidulna intom x'se ġġibu mingħand l-Unjoni Ewropea?", "Aħna ngħidulhom: Aħna se nġibu politika aktar bil-għaqal li biha niffrankaw ħafna mill-imgħaxxijiet li pajjiżna qed ikollu jħallas kull sena minħabba l-politika żbaljata tagħkom fil-qasam finanzjarju u fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Kieku pajjiżna jiffranka mqar in-nofs it-Lm300 miljun li qed iħallas f'imgħaxxijiet kieku naħseb ikun f'pożizzjoni li jista` jagħmel ħafna iktar.", "Jien naħseb li bi ftit miljuni nistgħu nibdlu l-iskejjel kollha jew nagħtu spinta lill-qasam ta' l- ambjent f'pajjiżna.", "Imma biex tagħmel dan irid ikollok gvern u tmexxija bil-għaqal għax jekk ikollok gvern ħali allura ibqa` ċert li se jkun hemm il-problemi u mbagħad jibdew jiżdiedu t-taxxi u l-piż jaqa` fuq il-poplu Malti.", "Imbagħad il-gvern finalment jaqta` qalbu u jibda jipprova jserraħ fuq l-ispallejn ħaddieħor.", "Aħna, għax għandna fiduċja fil-poplu Malti, għax nafu li l-politika tagħna ta' partnership hija l-aħjar għażla u l-poplu Malti qiegħed jirrealizza dan kollu lesti li lil dan il-pajjiż nagħtuh rotta ġdida li ma twasslux biex jaqa` fl-irdum tad-dejn, fl-irdum tal-qgħad jew fl-irdum ta' l-inċertezza, imma li finalment twassal biex verament jitkattar il-ġid, u dan il-ġid jinqasam b'ġustizzja u mhux bejn il-ftit.", "Sur President, meta tħares lejn il-qasam tat-turiżmu u tara x'ġara matul is- sena li għaddiet issib li fl-ewwel disa` xhur it-turisti naqqsu b'madwar 66,000.", "Din m'hijiex ċajta.", "Issa naf x'se tkun l-iskuża, lanqas hemm bżonn jgħiduhuli għax dan smajnih kemm-il darba.", "Se nerġgħu nisimgħuhom iwaħħlu fil-11 ta' Settembru, f'Bin Laden u fl-Al Qaeda.", "Imma jiena ngħidilhom li l- problema fit-turiżmu f'pajjiżna bdiet ħafna qabel il-11 ta' Settembru, 2001 meta ġraw l-inċidenti ġewwa New York.", "Infakkar jien li f'dik is-sena sa l- aħħar ta' Awissu, jiġifieri 11-il ġurnata qabel seħħet dik it-traġedja, pajjiżna kien sofra daqqa 'l isfel fit-turiżmu u f'disa` xhur kellna tnaqqis drastiku ta` 9,000 turist.", "Issa f'din is-sena x'ġara?", "Fl-ewwel tmien xhur ta` din is-sena kellna tnaqqis ta' 20,000 turist mis-suq Ġermaniż.", "Mis-suq Ingliż, fejn il-gvern kien qiegħed jimmira mill-ġdid, kellna tnaqqis ta' madwar 16,000 turist.", "Imbagħad kellna tnaqqis ta` 5,000 turist mis-suq Svediż u madwar 4,000 turist mis-suq Olandiż.", "Issa rriżulta li sa Awissu tas-sena li għaddiet pajjiżna kellu dħul inqas ta' Lm24 miljun minħabba dan it-tnaqqis.", "Il-politika ta' partnership, għaliex m'hijiex politika ta' ossessjoni li titfa' l-oqsma kollha ta' pajjiżna lura, dan kollu tirribaltah bħalma tajna prova bejn l-1996 u l- 1998 meta konna żidna t-turiżmu bi 12% u d-dħul ta' pajjiżna żied b'ammont konsiderevoli.", "Naħseb li d-dħul ta' pajjiżna jkun jiżboq ħafna l-Lm1.5 miljun kontanti f'sena għal tliet snin li se tagħtina jew li qed jiftaħru li ġabu mill-Unjoni Ewropea.", "Tant il-ftehim li għamlu ma' l-Unjoni Ewropea – u xtaqt nagħmel parenteżi hawnhekk – huwa wieħed ta' falliment, Mr Speaker, li n-nazzjonalisti stess qed jipprovaw jgħaqqdu l-flus li tatna l-Italja mal-flus li qed jgħidu li ġabu.", "Xi jfisser dan?", "Min hu serju, min jaf l-affarijiet kif jinħadmu diplomatikament u politikament, min ma jridx jinganna, min ma jridx iqarraq, jaf li dan kien il-ħames protokol finanzjarju bejn Malta u l- Italja u li m'għandu x'jaqsam assolutament xejn mal-politika tal-partit Nazzjonalista u ta' Fenech Adami li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "M'għandu x'jaqsam assolutament xejn.", "Infakkar li kien gvern Laburista l- ewwel li għamel protokoll finanzjarju ma' l-Italja.", "Issa dan li qed ngħid mhux ħiereġ miċ-ċentru nazzjonali Laburista, imma qalu l-ambaxxatur Taljan f'Malta li l-protokoll li sar ma' l-Italja m'għandu x'jaqsam xejn mal- politika tal-gvern ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna meta għamilna l-ewwel u t-tieni protokoll ma' l-Italja bħala gvern Laburista, dawn għamilnihom meta aħna ma konniex membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u lesti nkomplu li nġeddu dak li bnejna ma' pajjiżi ta' madwarna fil-passat.", "Mr Speaker, kulmin hu serju u kulmin ma jridx iqarraq jaf li dak m'għandu x'jaqsam xejn mal-flus li qed jgħidu li ġabu, u jien ngħid li l-poplu Malti jistħoqqlu ħafna iktar rispett lejn l-intelliġenza tiegħu.", "Ejjew ma nipprovawx nidħku bin-nies!", "Ejjew ma nipprovawx inqarrqu bin-nies!", "Mr Speaker, jien xtaqt nieħu din l-okkażjoni biex insemmi kif sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropa ma taqbilx għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Mhux veru Ii l-politika ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea taqbel lill-poplu Malti.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna, dan huma konxji minnu anke l-istess esponenti fil-partit Nazzjonalista.", "Forsi l-uniku pass li jonqos huwa li jkollhom il- kuraġġ u jgħiduh, imma jien naħseb li diffiċli b'min għal dawn l-aħħar kważi 20 sena ntrabat b'politika li l-unika triq tagħha hi li twassal lil pajjiżna għal sħubija.", "Anke jekk ikun falla jew ikun wasal fl-aħħar tal- karriera tiegħu, dan m'huwiex se jiġi u jammetti quddiem il-poplu Malti li falla.", "Jiena naħseb li jkun aħjar kieku jipprevali s-sens ta' responsabbilta` milli jipprevali s-sens ta' egoiżmu politiku f'din iċ- ċirkostanza.", "Għalxiex qed ngħid hekk?", "F'nofs Novembru li għadda l-Prim Ministru Fenech Adami bħala l-kap ta' l- Istat Malti mar Warsaw fil-Polonja u hemmhekk flimkien mal-prim ministri tal-pajjiżi kandidati li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea ddiskutew il-mod kif kienu qed jiżviluppaw in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "Wara dik il- laqgħa dawn iffirmaw joint statement, u kollha iddiskrivew il-mod kif kienu qed jiżviluppaw in-negozjati - jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu bejn wieħed u ieħor xahar qabel għalqu n-negozjati - bħala fjask.", "Il-kelma eżatta wżata f'dan l-istatement hija fiasco.", "Mr Speaker, inti smajt xi ħaġa fuq dan mill-prim ministru meta ġie lura mill-Polonja dwar dan?", "Il-poplu Malti ġie informat b'xi ħaġa dwar dan?", "Ir- responsabbilta` politika ta' dak li jkun qed jiġri għandu dritt għaliha l- poplu Malti f'sitwazzjoni bħal din?", "Jien naħseb li l-prim ministru għandu dover jgħid lill-poplu Malti verament x'qed jiġri.", "Minkejja li l-prim ministru ta' Malta qal li n-negozjati qed ikunu fjask, ma ġiex hawn Malta u lill-poplu Malti qallu dan.", "Anzi le, komplejna nonfqu l-miljuni, nippromwovu l-isħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "U huwa d-dover tal-prim ministru li jgħidilna minn dik il-laqgħa ta' Warsaw sakemm intemmu n- negozjati xi progress sar.", "Jekk sat-tmien bqajna fjask, mela jfisser li l- prim ministru jammetti li kien fjask imma mhux mal-poplu Malti, Mr Speaker.", "Mhux mal-poplu Malti nammettu li dak li sar huwa fjask.", "Hawnhekk toħroġ id-differenza bejn is-serjeta` ta' ċerti politiċi.", "Jien hawnhekk għandi quddiemi dikjarazzjoni li għamel il-prim ministru tal- Polonja meta l-Polonja kienet f'diffikulta` li tilħaq ftehim finali ma' l- Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk jingħad li l-maġġoranza kbira tal-politiċi fil- Polonja xorta m'humiex kuntenti, imma minħabba ċ-ċirkostanzi politiċi tagħhom, li huma differenti ħafna minn ta' Malta, komplew f'din it-triq.", "Min hu politiku serju jaf li ċ-ċirkostanzi tagħhom huma differenti ħafna minn ta' Malta, imma minkejja dan, anke l-prim ministru tal-Polonja qalilha lill-Unjoni Ewropea li jekk ma jridux li jiftehmu ma tkunx problema li l- Polonja tissieħeb iktar tard.", "Ħass ir-responsabbilta` li jagħmel hekk.", "Mela hawnhekk tinfaqa bużżieqa oħra Nazzjonalista li jgħidu dan hu l-aħħar ċans, dan l-aħħar tkabbir u mhux se jsir iktar tkabbir.", "Apparti dik, hawnhekk toħroġ differenza bejn politiċi u oħra.", "Minkejja ċ-ċirkostanzi politiċi tal-Polonja, il-prim ministru Pollakk kellu l-kuraġġ li dan mhux jgħidu bejn erba' ħitan bħalma ġara f'Warsaw u jibqa' bejn erba' ħitan imma joħroġ pubblikament u jgħidilhom lill-Unjoni Ewropea li jekk mhux se jilqgħu d-domanda tagħhom ma tkunx problema għal pajjiżhom li jissieħeb iktar tard.", "Imma minkejja dan kollu, Mr Speaker, aħna bqajna għaddejjin bil-propaganda u bit-tlellix l-aqwa li nirbħu l-imħuħ biex nilħqu l-għan politiku tagħna mingħajr ma nfissru tassew lill-poplu Malti dak li se jkollu jgħaddi minnu.", "Per eżempju, hawnhekk għandi kif bl-introduzzjoni tal-Euro l-prezzijiet tista' tgħid fil-pajjiżi kollha membri ta' l-Unjoni Ewropea – u dan mhux qed jgħidu ċ-ċentru nazzjonali Laburista, dan qed tgħidu l-organizzazzjoni tal-konsumatur fl-istess Unjoni Ewropea - have gone up in the wake of the Euro according to the European consumers' organisations.\".", "Per eżempju Spanja hemm prezzijiet li għolew sa 51%.", "Aħna dan irridu ngħaddu minnu.", "Aħna bħala pajjiż se ngħaddu minnu.", "Jekk il-gvern se jeħodna fl-Unjoni Ewropea bi sħubija dan irridu nagħmluh.", "Bil-politika ta' partnership ma jsirx, dik hija d-differenza bejn il-politika ossessjonata tal-gvern Nazzjonalista u bejn il-partnership li hija politika flessibbli li taqbel lil pajjiżna u li nistgħu nadottawha skond iċ-ċirkostanzi li jaqblu lil pajjiżna.", "Mr Speaker, per eżempju f'pajjiżna ma nisimgħu xejn dwar kif fil- konvenzjoni Ewropea l-Ġermaniżi qegħdin jipproponu li ssir taxxa diretta fuq kull ċittadin ta' l-istati membri.", "Jekk dan jiġi approvat ifisser li kull ċittadin Malti, apparti t-taxxi li mpona fuqu b'mod dirett u b'mod indirett il-gvern Nazzjonalista tul dawn is-snin kollha, apparti n-national insurance u dak kollu, se jibda jħallas ukoll taxxa li tmur direttament Brussell.", "Dan ma jintqalx lill-poplu Malti, Mr Speaker, imma jibqgħu għaddejjin bi propaganda minn flus taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Nafu kif il-flus taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin qegħdin jintużaw biex issir propaganda rħisa biex jintrebtu l-imħuħ f'dan il-pajjiż, u dan mhux sew.", "Fl-Ingilterra n-\"No Campain for Euro\", minħabba li l-gvern qiegħed jagħmel kampanja minn flus iċ-ċittadini, ħadet lill-gvern Ingliż il-qorti.", "Ħadet lill-gvern Ingliż il-qorti.", "Fejn hemm pajjiżi serji l-gvern ma jaġixxix b'dan il-mod.", "Jekk il-gvern huwa konvint mill-politika tiegħu, m'għandux bżonn juża r-riżorsi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin biex iwassal il- politika tiegħu.", "Il-politika trid turiha mhux bil-leaflets u mhux bil- billboards u mhux billi tibgħat korrispondenza ġod-djar, imma bil-fatti li l-poplu Malti u Għawdxi jmisshom b'idejh.", "Għaliex hemm falliment f'qasam wieħed wara l-ieħor speċjalment fil-politika barranija tal-gvern, allura issa qed nifirxu billboards u leaflets ma' kullimkien biex lill-poplu nippruvaw nagħtuh idea differenti minn kif fil-fatt saru l-affarijiet.", "Mr Speaker, il-ħin skadieli, imma xtaqt nagħmel punt ta' l-aħħar.", "Dan huwa gvern li qed jgħid li l-partit Laburista għamel u-turn bil-VAT.", "Kieku għedna li se nneħħuha kienu jgħajruna li aħna irresponsabbli.", "Jew waħda jew l-oħra.", "Li hu żgur hu taħt gvern Laburista li l-VAT se nadottawha skond iċ-ċirkostanzi fl-interess tal-Maltin.", "Mhux se nkunu fil-pożizzjoni li jkollna naċċettaw minn Brussell mingħand il-barrani li ndaħħlu l-VAT fuq l-ikel li jikkonsma l-poplu Malti kuljum u fuq il-mediċini.", "Dik mhux il- politika tagħna.", "Bil-partnership dan ma jseħħx.", "Bil-partnership il-poplu Malti għandu l-aħjar għażla.", "Issa l-għażla hija f'idejh u jiddeċiedi skond l-interessi tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: Le) Mela nsejjaħ issa lill-Ministru tal-Finanzi biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, għamilna ħames seduti niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi li l-biċċa kbira tad-diskussjoni fuqu ma kenitx fuq l-abbozz ta' liġi imma reġa' kellna kontinwazzjoni tad- dibattitu tal-ġimgħa l-oħra dwar il-mozzjoni fuq l-Unjoni Ewropea.", "Jien meta smajt l-aħħar battuti ta' l-Onor.", "Cuschieri ddeċiedejt li nibdel il-ftuħ tiegħi għal dan id-diskors għaliex irrid ngħid li naqbel ma' l- aħħar statements li għamel li l-politika ma tagħmilhiex bil-billboards u bil-paroli fuq ir-radjijiet, imma tagħmilha bil-fatti.", "L-ewwelnett għall- Onor. Cuschieri qisu l-billboards u l-leaflets qed jagħmilhom il-partit Nazzjonalista biss.", "Qisu l-partit Laburista mhux qed jagħmel billboards u leaflets.", "Min-naħa l-oħra tkellmu fuq il-fatti.", "Il-partit Nazzjonalista bil-fatti għandu qbil iswed fuq l-abjad ma' l-Unjoni Ewropea.", "U fuq il-mejda tal- Kamra poġġa mhux biss il-qbil imma poġġa wkoll l-iżvilupp kollu tad- diskussjonijiet li kien hawn sakemm wasalna għal dak il-qbil.", "Poġġa x'kienu l-pożizzjonijiet ta' l-Ewropa, poġġa x'kienu l-pożizzjonijiet tal- gvern, poġġa fuq il-mejda tal-Kamra d-diffikultajiet kollha li kien hemm waqt dawn id-diskussjonijiet biex imbagħad tisma' xi erba' mill- oppożizzjoni jippruvaw jgħajruk bihom.", "GĦalihom qisu li meta tmur tinnegozja kulħadd jaqbel miegħek mill-ewwel qisu.", "Qisu l-gvern Malti kulma kellu jagħmel biss kien sempliċement jgħid lill-Ewropa x'kien qed jistenna u xi jrid.", "Ma tarax li l-affarijiet ma jsirux hekk!", "Mill-banda l-oħra l-oppożizzjoni m'għandha fatti ta' xejn.", "Għandha tlablib, għandha ħolm u għandha sħab.", "Mr Speaker, il-partnership m'hu xejn iktar minn sħab.", "Smajna wkoll dikjarazzjonijiet li bil-partnership il-VAT se tkun hekk u mhux hekk.", "Min qallu?", "Min qallu lill-Onor.Cuschieri li l- Ewropa m'hijiex se terġa' tagħmillhom bħalma għamlithom fl-1997 meta marru jinnegozjaw magħhom u qaltilhom li dawk huma l-kondizzjonijiet, take it or leave.", "Fl-1997 ukoll marru u lill-Ewropa qalulha li ma jridux VAT, u l- Ewropa dawritilhom wiċċha, qabbdithom it-triq lura u qaltilhom li meta jerġgħu għamlu l-VAT imbagħad tibda titkellem magħhom.", "U min jgħidlu lill- Onor. Cuschieri jew lill-oħrajn kollha li tkellmu mill-oppożizzjoni li dawn il-ħafna fantasiji li qed jgħidu li se jkun bil-partnership fil-fatt se jirnexxilhom javverawhom.", "L-ewwel iridu jibdew jiddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea!", "Per eżempju, l-Onor.", "Cuschieri qalilna li meta marru l-Polonja, il-prim ministri tal-membri kandidati kollha qalu li d-diskussjonijiet kienu fjask.", "Dażgur li jgħidu li kienu fjask, imma kienu fjask għaliex dak iż-żmien l- Ewropa kienet qiegħda tinsisti li l-budget li riedet tqassam mal-kandidati membri kollha jkun ammont li ma kienx aċċettabbli għall-membri kandidati.", "L-Onor.", "Cuschieri staqsa kif komplew l-affarijiet u jekk id-diskussjonijiet wara dan baqgħux fjask.", "Ma jafx x'ġara l-Onor.", "Cuschieri?", "Forsi ma segwiex l-iżvilupp li kien hemm, meta l-Unjoni Ewropea żiedet il-budget tagħha darba darbtejn?", "Lill-Onor.", "Cuschieri ngħidlu wkoll li mbagħad Malta baqgħet sa l-aħħar sekonda, kif qalilna l-prim ministru, tinnegozja u titħabat u tirsisti ma' l-Unjoni Ewropea biex għal pajjiżna ġibna d-doppju ta' dak li ġabu pajjiżi bħall-Polonja għal kull persuna li toqgħod pajjiżna.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa ġie mgħoddi mill-Kumitat b'diversi emendi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Dalli sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 27 ta' Jannar 2003, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jumejn ilu ċempluli d-dar u qaluli li qed iwaqqgħu l-faċċata ta' bini storiku ġewwa ż-Żejtun, il-Palazz De Fremaux li fost affarijiet oħra kien iservi anke ta' sptar fi żmien l- imblokk tal-Franċiżi.", "Rigward dan hemm sensiela ta' mistoqsijiet li wieħed irid jistaqsi dwar kemm hu legali t-twaqqigħ ta' dan il-bini storiku, x'inhuma n-nuqqasijiet mill-istrutturi differenti tal-MEPA biex tħalla jsir dan it-twaqqigħ u x'inhi r-responsabbilta` tal-Ministru responsabbli mill- ħarsien tal-wirt storiku, l-Onor.", "Louis Galea.", "Hawn irrid ningħaqad ma' l-Onor.", "Joe Mizzi biex insejjaħ li ssir inkjesta serja dwar x'wassal biex il-faċċata tal-Palazz De Fremaux tinqered.", "Is-sena li għaddiet, għamilna seduti sħaħ niddiskutu biex ngħaddu l-liġi tal- ħarsien tal-wirt storiku u jiena ppruvajt nagħti l-kontribut tiegħi fi spirtu kostruttiv biex ikollna liġi tajba għall-ħarsien tal-wirt storiku.", "Pero` t-test veru tal-liġijiet mhuwiex il-kliem sabiħ li ngħidu hawn ġew imma kemm tassew il-wirt storiku jiġi protett.", "Mela għaddejna liġi, fraħna u ftaħarna li għaddejna din il-liġi u qed jitwaqfu ħafna strutturi u kumitati ta' garanzija imma n-nies ma jimpressjonawx ruħhom bl-istrutturi li nwaqqfu u bil-kliem li ngħidu imma x'jiġri bil-fatti.", "Għalhekk nerġa' ngħid li ningħaqad mal-Onor.", "Joe Mizzi biex insejjaħ sabiex issir inkjesta serja dwar x'wassal għat-twaqqigħ ta' dan il-bini storiku.", "Fil-parlament, kellna dikjarazzjoni mill-Onor.Ministru Tonio Borg li se jara x'ġara jew x'ma ġarax u aħna qed nistennew biex naraw jekk hux se jkun hemm tweġibiet serji għad-domandi li qed nistaqsu.", "Jekk it- tweġibiet għad-domandi li qed nistaqsu ma jiġux, aħna jkollna naħsbu mod ieħor biex naraw eżatt x'ġara u x'ma ġarax, x'kienu n-nuqqasijiet u ta' min hi r-responsabbilta' għaliex ma jistax ikun li jibqgħu jiġru dawn l- affarijiet f'pajjiżna.", "Niftakar meta kien hemm dak il-vandaliżmu fuq l-Imnajdra, sar ħafna għagħa imma issa, f'dan il-każ, it-twaqqigħ ta' dan il-bini storiku la sar fid- dalma ta' bil-lejl u lanqas sar minn vandali mhux magħrufa - jew forsi f'dak il-każ huma magħrufa imma għal xi raġuni jew oħra baqgħu ma ttieħdux passi kontra tagħhom – u għalhekk ma nistgħux ngħidu li ma nafux min kien ir-responsabbli.", "Dawn saru u rridu naraw x'kompliċita` u x'responsabbilta` hemm mill-istrutturi li suppost iħarsu l-wirt storiku u mill-persuni li huma anke amministrattivament u politikament responsabbli għall-ħarsien tal- wirt storiku.", "Allura nistennew li fil-jiem li ġejjin ikollna tweġibiet serji u jekk mhux se jkollna dawn it-tweġibiet serji, allura mbagħad irridu naħsbu kif nirregolaw ruħna għaliex ma jistax ikun li nħallu din it-telqa u din il-qerda tal-wirt storiku tibqa' għaddejja f'pajjiżna.", "Qegħdin nistennew ukoll tweġibiet fuq dak il-container b'tagħbija misterjuża – container li rrifjutawh pajjiżi oħrajn - li tħalla jitniżżel fil-freeport.", "Jiena nixtieq nistaqsi jekk hux veru li dan il-container huwa tal-kumpannija Maersk u jekk hux veru li dan il-container fih materjal esplussiv u din hi r-raġuni għaliex ma tħalliex jitniżżel f'portijiet oħra.", "Qed nistaqsi jekk dan il-container hux tal-linja tal-vapuri Maersk għaliex din tqajjem mistoqsija oħra.", "Aħna nafu li l-kumpannija Maersk kienet taħdem mill-freeport ta' Malta u mbagħad iddeċidiet li tibda taħdem mill-freeport ta' Gioia Tauro li hu wieħed mill-portijiet viċin tagħna u jikkompeti mal- freeport Malti.", "Jiena nistaqsi għalfejn il-Maersk ma ħaditx dan il- container f'Gioia Tauro bħalma tagħmel bil-containers l-oħra.", "X'inhi r- raġuni li l-freeport ta' Malta ħalla lil Maersk iġġib dan il-container f'Malta?", "Din hija parti minn strateġija biex jerġgħu jippruvaw jiġbdu l- Maersk lejn Malta?", "Naħseb li l-parlament u l-pajjiż għandu dritt ikollu tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet li għadni kif staqsejt.", "Ngħaddi għal qasam ieħor u hawnhekk irrid inwassal l-inkwiet li qed jgħaddu minnu l-ħaddiema tal-kumpannija Medigrain li qed jisimgħu ħafna diskors jingħad u qed iħossu inċertezza kbira fuq il-post tax-xogħol għax huma inkwetati dwar il-ġejjieni ta' din il-kumpannija.", "Allura jiena nistaqsi f'isem dawn il-ħaddiema, dawn il-mistoqsijiet.", "X'se jiġri mill-kumpannija Medigrain?", "Il-kumpannija Medigrain se tiġi xolta?", "U meta se tiġi xolta, jekk se tiġi xolta?", "Kif se jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema?", "Min se jibda jagħmel ix-xogħol li qed tagħmel il-Medigrain?", "Se jibdew jagħmluh kumpanniji privati ?", "Jekk iva, liema kumpanniji privati se jibdew jagħmlu dan ix-xogħol?", "U anke fuq dawn il-mistoqsijiet, għandna dritt li nirċievu r- risposti, kemm għax qed nitkellmu fuq l-futur tal-familji ta' dawn il- ħaddiema u anke għax il-parlament kif ukoll il-pajjiż għandu dritt ikun jaf x'inhuma l-pjani tal-gvern għall-Medigrain għaliex ċertament ix-xogħol li tagħmel il-Medigrain - ix-xiri ta' ċereali u qmuħ – hu xogħol strateġiku fil-pajjiż u għalhekk għandna dritt li nkunu nafu dwar il-futur tal- Medigrain.", "It-tielet suġġett li nixtieq nitkellem fuqu huwa l-qasam tal-persuni b'diżabilita'.", "Issa twaħħlu l-billboards, sar ħafna diskors u ntbagħtu ħafna fuljetti li din is-sena hija s-sena Ewropea tal-persuni b'diżabilita`.", "Ħabat ukoll li din hija s-sena li fiha l-gvern ċeda għal dak li riedet l-UE u se jdaħħal il-VAT fuq tagħmir, equipment, u aċċessorji mediċi bħall-hearing aids, bsaten bojod u wheelchairs.", "Nixtieq nirrimarka kif fl-aħħar erba' snin ma sar xejn fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tal- formazzjoni li rridu nagħtu lil dawk it-tfal li jkunu kibru u saru adoloxxenti u ġew biex jispiċċaw mill-edukazzjoni formali tagħhom ta' 16-il sena mill-iskejjel speċjali fejn jinstabu jew minn skejjel oħra.", "Jiena nistaqsi, x'jiġri minn dawn in-nies wara li jagħlqu sittax-il sena?", "Il- qabża li għandna bejn l-iskejjel speċjali u bejn l-iskejjel sekondarji u l- adult training centres hi qabża kbira.", "Ċertament, għandna problema kbira f'pajjiżna li m'għandniex programmi serji ta' edukazzjoni u ta' taħriġ biex nippreparaw liż-żgħażagħ diżabbli għall-ħajja u għax-xogħol.", "Fl-1997 u fl-1998, aħna konna diġa' fassalna pjan ta' azzjoni kif jista' jkollna din l-istituzzjoni, dak iż-żmien konna qed inħarsu lejn l-iskola ta' Santa Marija, l-Imsida li kellha l-ispazju u kellha l-faċilita` biex isservi ta' pont bejn l-edukazzjoni formali li jkunu għamlu sakemm għalqu 16 jew 18-il sena, u l-post tax-xogħol.", "Xtaqna nagħtuhom esperjenza edukattiva u esperjenza vokazzjonali biex tippreparahom għall-ħajja fis- soċjeta' u għall-post tax-xogħol.", "Dan il-pjan kien beda jiġi diskuss ma' diversi organizzazzjonijiet u kien hemm bażi biex wieħed jista' jibni fuqu.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn, għaddew iżjed minn erba' snin u f'dan il-qasam ma sar assolutament xejn.", "M'iniex qed ngħid li kellhom bilfors jaċċettaw dak il-pjan li konna għamilna aħna, imma għalinqas, jekk ikun hemm pjan u jitwarrab, dan għandu jitwarrab mhux biex jitħalla fuq l-ixkaffa imma għax ikun hemm pjan li dak li jkun jaħseb li hu aħjar imma dan ma sarx taħt gvern Nazzjonalista.", "Il-pjan li fassalna aħna fi żmienna ġie mwarrab u minfloku ma sar xejn ħlief rapporti u xi diskussjonijiet.", "Nerġa' ngħid li bħan-nies l-oħra, il-ġenituri taż-żgħażagħ b'diżabilita` jkejlu skond l-impenn u mhux bid-diskorsi, ikejlu bil-fatti u mhux x'ikun hemm fuq il-billboards.", "Anke f'dan il-qasam, meta dawn il-ġenituri jħarsu u jistaqsu u jaraw x'se jiġri miż-żgħażagħ jew mit-tfal tagħhom b'diżabilita` li jkunu spiċċaw l-edukazzjoni formali tagħhom u jridu jibdew il-ħajja ta' adulti, hemmhekk isibu li f'dawn l-erba' snin ma sar xejn.", "Għalhekk iridu li ma jibqax isir aktar diskors sabiħ imma jibdew jittieħdu passi u inizjattivi f'dan il-qasam għaliex illum aktar minn qatt qabel, il-futur tal-persuni kollha speċjalment dawk b'diżabilita' jiddependi mill-kwalita` ta' edukazzjoni u ta' taħriġ li jingħataw biex kemm jista' jkun, ikunu jistgħu jgħixu ħajja sħiħa.", "F'dan il-qasam, il-gvern naqas ħafna f'dawn l- erba' snin u l-ġenituri bir-raġun qed jitolbu bidla fid-direzzjoni u fil- politika ta' l-edukazzjoni għal persuni b'diżabilita'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, fil-winding up li għamel, il- Ministru Dalli qal li d-diskussjoni li saret fuq il-liġi li qed jippilota hu donnha kienet kontinwazzjoni tad-dibattitu li sar il-ġimgħa li għaddiet dwar il-pakkett li l-gvern innegozja għad-dħul ta' Malta fl-UE.", "Dan huwa minnu u dan ma jistax ikun mod ieħor għax din hija issue ta' importanza kbira fil-pajjiż u ma jistax jonqos allura li kull meta jkun hemm l- okkażjoni, aħna bħala membri parlamentari nesprimu ruħna fuqha.", "Jiena llum xtaqt ukoll nitkellem fuq din il-kwestjoni pero` minn angolu daqsxejn differenti.", "L-argument li qed isir bħalissa min-naħa tal-gvern Nazzjonalista hu li jekk Malta mhux se tkun membru ta' l-UE, aħna mhux se jkollna futur.", "Jiena jiddispjaċini meta nisma dan it-tip ta' argument għax huwa argument li huwa ħafna 'l bogħod mhux biss mill-verita` ta' kif inhija Malta imma 'l bogħod ta' kif isiru l-argumenti anke fl-istess Ewropa llum.", "Fid-diversi pajjiżi Ewropej, bħalissa tinsab għaddejja diskussjoni sħiħa dwar kif għandu jsir l-iżvilupp ta' l-Ewropa, b'mod partikolari ta' l-UE.", "Fil-fatt hemm konvenzjoni msejħa \"Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa\" u din ilha li ltaqgħet għal dawn l-aħħar ftit xhur u f'din il-konvenzjoni hemm dibattitu sħiħ għaddej fuq issue partikolari.", "L-issue hija dwar jekk pajjiż għandux jikkonsidra ruħu bħala stat nazzjon jew inkella bħala stat federali.", "Xi tfisser din?", "Id-differenza bejn pajjiż li jħoss ruħu stat nazzjon – ikollu s-sovranita` sħiħa - għal wieħed li jħoss ruħu li għandu jkun stat federali huwa li stat nazzjon għandu responsabilita` sħiħa fuq ċertu materji li huma ta' importanza kbira - fosthom insibu l-politika barranija u fiskali – filwaqt li stat federali jagħti jew jaqsam is- sovranita` tiegħu ma' dak ta' ħaddieħor sabiex ikun jifforma ruħu fi grupp akbar ta' pajjiżi li jaqsmu s-sovranita` tagħhom u jiddeċiedu kollha flimkien.", "Dan huwa d-dibattitu kbir li għaddej fi ħdan il-pajjiżi Ewropej illum.", "Naħseb li dan jirrifletti wkoll xi ftit jew wisq ir-realta` tagħna f'Malta.", "Jekk wieħed janalizza x'inhuma jgħidu l-partiti politċi dwar il-kwestjoni ta' x'tip ta' relazzjoni Malta għandu jkollha ma' l-UE, wieħed isib li dak li qiegħed jipproponi l-partit Nazzjonalista fil-gvern jinkwadra ruħu f'dak li jien ngħidlu stat federali filwaqt li dik it-tip ta' relazzjoni li jrid il-partit Laburista tinkwadra ruħha bħala stat nazzjon.", "Issa dan mhux xi argument Malti biss imma huwa argument tal-pajjiżi kollha għax għaddejja diskussjoni sħiħa fuq dan l-argument u allura m'għandux għalfejn jiġi l-gvern nazzjonalista u jgħid li l-futur ta' pajjiżna qiegħed biss jekk aħna nkunu membri fl-UE għax dan mhux minnu.", "Meta din id-diskussjoni ssir b'mod demokratiku u b'mod liberu f'pajjiżi oħrajn, ħadd ma jgħid dawn il-ħmerijiet li qed jingħadu mill-kelliema tal- gvern, Sur President.", "Ħadd ma jiġi jgħid li jekk xi ħadd ikun irid stat nazzjon, allura dan m'hemmx xi tama għalih, qisu qed jiġi kundannat għal dejjem!", "Din iddejjaqni għax aħna ħafna drabi nirriduċu d-dibattitu politiku f'dan il-pajjiż għas-slogans u għal affarijiet li mingħalihom se jużaw biex jiddemoralizzawna imma effetivament dawn ikunu qed jirredikolaw lilhom innifishom.", "Meta wieħed jagħmel it-tip ta' argumenti kif qed jagħmlu in-nazzjonalisti fuq l-UE u cioe` li għal Malta m'hemm l-ebda tama ta' futur jekk ma nkunux membri fl-UE, ikun qed jirridikola lilu nnifsu għax jekk xi ħadd jisma dan, b'mod partikolari xi ħadd barrani, dan jgħid kemm huma redikoli dawn in-nies li juru daqstant nuqqas ta' fiduċja fil-poplu tagħhom stess.", "Dan l-argument li qed issir f'Malta, qed isir anke fi ħdan pajjiżi li huma membri fl-UE, per eżempju, dan l-argument li qed insemmi jiena huwa dibattitu kbir li huwa kontinwu fl-Ingilterra.", "L-Ingilterra hija membru ta' l-UE imma xorta għandhom dibattitu kontinwu għaddej dwar ir-rwol li għandu jkollu dan l-pajjiż fl-UE.", "Hemm min jinsisti li jrid li l-istat jibqa nazzjon bis-sovranita` tiegħu u għandek oħrajn li jridu jmorru aktar lejn stat federali u fil-fatt huwa dibatttitu li fir-realta` wassal biex l- Ingilterra, minkejja li hija pajjiż membru fl-UE, żammet milli tidħol f'ċertu arranġamenti ma' l-istess Unjoni għax il-politiċi Ingliżi, għalinqas sa llum, għadhom jemmnu li iktar jagħmel sens li l-pajjiżhom ikun stat nazzjon li jgawdi mis-sovranita' tiegħu.", "Issa fil-każ tagħna, aktar u aktar tagħmel sens li nkunu stat nazzjon bis- sovranita` sħiħa għax l-esperjenza tagħna tgħallimna li bħala pajjiż, aħna mxejna 'l quddiem meta żammejna s-sovranita` f'idejna kuntrarjament għal dak li jingħad.", "U meta aħna b'xi mod jew ieħor ma kellnix is-sovranita' tagħna f'idejna, pajjiżna mar lura u batejna ħafna.", "Aħna bħala pajjiż sovran għadna żgħar ħafna għax ilna anqas minn 40 sena ngawdu l- indipendenza tagħna u bħala pajjiż daqstant żgħir, aħna bilfors jridu nħarsu lura u nipprovaw nitgħallmu minn dak li nkunu għaddejna minnu.", "Aħna għandna passat li f'xi forma jew oħra, qatt ma kellna s-sovranita` tagħna f'idejna u ħafna drabi kienet f'idejn pajjiżi oħrajn.", "Meta tlaqna s- sovranita` ta' pajjiżna f'idejn pajjiżi oħrajn, aħna spiċċajna li jkollna nagħmlu dak li jiddeċiedu pajjiżi oħrajn u mhux dejjem dak li jiddeċiedu pajjiżi oħrajn ikun jaqbel għalina u din hija xi ħaġa li missirijietna u l- politiċi li ġew qabilna fehmuha u kien appuntu minħabba f'hekk, li mhux tant snin ilu, il-partit Laburista fil-gvern kien ħadem sabiex lill- pajjiżna jagħmlu pajjiż ħieles, pajjiż li jkun jista' jgawdi s-sovranita' sħiħa tiegħu u jkun pajjiż newtrali.", "Biex insiru pajjiż newtrali, bilfors ridna nkunu pajjiż sovran għax kieku aħna ma konniex pajjiż sovran bir- riedni tagħna f'idejna, ma stajna qatt naslu għad-deċiżjoni li niddikjaraw ruħna bħala stat newtrali.", "U għaliex għażilna li nkunu newtrali, Sur President?", "Għażilna li nkunu newtrali għax aħna fehma li għalina dik hi l-aħjar politika.", "Jistaqsuna minn xiex aħna newtrali għax in-newtralita` kienet tagħmel sens meta d- dinja kienet maqsuma fi tnejn u llum dan m'għadux minnu.", "Veru li llum m'hawnx dik il-firda li kien hawn qabel bejn il-west u l-east imma hawn firdiet oħrajn u l-firda ta' għada mhux se tkun bejn il-west u l-east imma se tkun bejn il-north u s-south għax 'il hemm miexjin.", "Dan ifisser li n- newtralita` tiegħek ma tistax torbotha ma kundizzjoni partikolari imma trid torbotha b'tali mod u manjiera li tgħid li pajjiżna hu newtrali u ma rridux ikollna x'naqsmu fi nkwiet u gwerer li jista' jkollu ħaddieħor.", "U aħna nafu li fil-passat, meta pajjiżna ma kellux in-newtralita', meta pajjiżna ma kienx sovran, spiċċajna dħalna fi gwerer ta' ħaddieħor u aħna l- uniku pajjiż fl-Ewropa li għadna nbatu l-konsegwenzi ta' dawk il-gwerer.", "Jekk inti tidħol per eżempju, minn bieb il-belt, l-ewwel ħaġa li tara huwa t-teatru Rjali li għadu mwaqqa sal-lum b'konsegwenza ta' gwerra li ma kenitx tagħna imma li r-riżultati tagħha għadna nbatuhom sa llum għax minkejja li pajjiżi oħrajn li kienu fil-gwerra ġew irranġati u lanqas fadlilhom xejn li jindika li kienu fil-gwerra, sfortunatament f'pajjiżna għad fadlilna l-fdalijiet u l-konsegwenzi tal-gwerra.", "Allura meta aħna nafu li għaddejna minn storja bħal din, aħna dejjem insistejna li dan il- pajjiż għandu jkun pajjiż newtrali biex jekk jista' jkun, qatt ma jerġa jkun f'sitwazzjoni bħal dik li għaddejjna minnha fejn spiċċajna mdeffsin fi gwerra.", "Issa hawn min jgħid li l-UE m'hijiex unjoni li tagħmel il-gwerra ma xi ħadd anzi, din inħolqot bil-kontra, inħolqot biex iġġib l-istabbilita` u sa ċertu punt irnexxiela ġġib l-istabbilita` fl-Ewropa għax ġabet flimkien ċertu pajjiżi, rabtet l-ekonomiji tagħhom ma' xulxin b'tali mod u manjiera li ħolqot forum fejn jistgħu jsiru diskussjoni u permezz ta' hekk, ċertu problemi jiġu solvuti mingħajr il-bżonn li jkun hemm xi gwerra.", "Pero` mill- banda l-oħra, dak kien żmien ieħor u illum il-ġurnata, l-UE u ż-żminijiet huma inbidlu.", "Jien għadni kif smajt lill-Prim Ministru Grieg jitkellem - il-Greċja bħalissa għandha l-presidenza ta' l-UE - u dan qed iħeġġeġ lill- sħabu u qed jgħidilhom li wasal iż-żmien li l-UE jkollha l-armata tagħha u l-UE tkun forza militari ħalli hi stess tkun tista tipparteċipa f'ċertu operazzjonijiet militari li jkunu jridu jsiru.", "Issa, ngħid jiena, meta inti għandek din it-trend li qed twassal biex l-UE minn unjoni bbażata fuq kunċett ekonomiku tinbiddel għal waħda li issa se tħaddan ukoll il- militariżmu, wieħed jasal biex jgħid li l-UE li qed nitkellmu fuqha illum hi xi ħaġa differenti u m'aħniex qed nitkellmu fuq UE li kienet mibnija fuq ċertu kunċetti ħafna snin ilu.", "Il-prim ministru Grieg qal iktar minn hekk għax qal li din il-forza militari ta' l-UE għandha taħdem mill-qrib man-NATO fl-operazzjonijiet militari tagħha.", "U allura, jiena nistaqsi, meta hawn dan ix-xenarju li qiegħed jevolvi, xenarju fejn l-UE qegħda fi proċess kontinwu ta' evolviment, u l-evolviment li qed isir, għallinqas minn indikazzjoni li għandna, hu wieħed ta' militarizzazjoni, aħna jaqblilna nkunu parti minn din l-UE meta nafu lejn fejn hija miexja?", "Issa l-aħħar darba, il-Prim Ministru ssemma l-argument li jekk inkunu parti mill-UE, aħna nżommu d- dritt li ma nipparteċipawx b'mod attiv fil-forzi armati jew inkella f'xi manuvra militari ta' l-UE.", "Jista' jkun li nistgħu ma nipparteċipawx imma minkejja li ma tipparteċipax, ma jfissirx li jekk l-UE qed tieħu azzjoni kontra xi ħadd u aħna nkunu membri ta' l-istess UE, dak li qed tieħu azzjoni kontra tiegħu awtomatikament se jgħid li ladarba Malta ma ħaditx sehem, ma nattakkawiex.", "Jekk aħna se nkunu parti minn grupp li jipparteċipa f'xi azzjoni militari, ma għandux x'jaqsam jekk nibgħatux is-suldati jew le għax aħna xorta parti minn grupp ta' pajjiżi se nkunu u jekk xi ħadd jattakka lura, Malta tista' tbati.", "Jiena mhux se nidħol fuq kwestjonijiet jekk l-attakk militari jkunx għar-raġunijiet validi jew le.", "Jien ma nemminx li l-użu tal-forza jista' jkollu xi raġuni valida għax jien nemmen li l-gwerer ma jġibux soluzzjonijiet, anzi l-gwerer iġibu ż-żerriegħa ta' gwerer futuri, imma anke kieku stess ikun hemm raġunijiet, il-fatt li ċertu pajjiżi jieħdu azzjoni militari kontra xi ħadd u l-fatt li pajjiż li jkun membru minn dawn il-pajjiżi ma jkunx qed jikkontribwixxi għal din l-azzjoni, bl-ebda mod ma jiskolpa jew jipproteġi lil dak il-pajjiż minn xi gwaj jew riskji.", "Dan ifisser li m'huwiex argument tajjeb li aħna ngħidu li jekk l-UE tiżviluppa forza militari, aħna ma nkunux parteċipi fiha.", "Il-partit Laburista qed isostni li pajjiżna għandu jkun pajjiż sovran u dan qegħdin ngħiduh għax tgħallimna mill-esperjenza tagħna fil-passat.", "Nispiċċa billi ngħid waħda biss; dawk il-pajjiżi li ma jitgħallmux mill-iżbalji passati tagħhom huma kkundannati li jerġgħu jirrepetuhom u jiena nittama li dan il- pajjiż qatt ma jirrepeti l-iżbalji tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi, sar il-ħin u l-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn 27 ta' Jannar, 2003 fis-6:00p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' BUTIR", "38147.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern tal- butir li nnegozja l-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern wara s-sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38140.", "ĊANGA TAL-FRIŻA – STATE AID", "38148.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern taċ- ċanga tal-friża li ġie nnegozjat bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il- gvern wara s-sħubija, ħalli ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il- prodott?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38140.", "MARSA – PENSJONI RIDOTTA", "38193.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara kif armla li l- partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament, għal dawn l-aħħar snin qed jinqatgħulha Lm12.35 fix-xahar u qed tispiċċa b'pensjoni ta' Lm11.21?", "Għaliex dan meta fit-28 ta' Frar 2001 kulma kellha tagħti kien biss Lm52.00!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li dwarha saret id-domanda ġiet informata personalment bl-eżitu tal-każ tagħha.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ GĦAJN DWIELI", "38197.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li Triq GĦajn Dwieli titnaddaf regolarment, peress li dan l-aħħar daħlulna ħafna lmenti li t-triq qed tiġi ttraskurata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq Għajn Dwieli titnaddaf regolarment darba fil-ġimgħa mill-kuntrattur inkarigat mit-tindif.", "Irrid inżid illi la d-direttorat tat-toroq u lanqas is-sezzjoni għall- ambjent nadif tad-diviżjoni tax-xogħlijiet, ma rċevew it-tip ta' ilmenti li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "MANOEL ISLAND YACHTYARD", "38198.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi trattattivi għall-bejgħ ta' Manoel Island yachtyard?", "Ma' min qed isiru dawn it-trattattivi?", "Hemm Maltin involuti f'dawn it-trattattivi?", "Saret xi sejħa għall-bejgħ tal-yard?", "Qatt irċieva xi offerti l-gvern minn imprendituri Maltin li wrew interess li jixtru xi sehem?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li sa mill-1997, it-tarzna kienet ħarġet sejħiet għall-espressjoni ta' interess dwar Manoel Island yachtyard.", "L-ebda waħda mill-proposti li kienu saru ma kienet meqjusa bħala favorevoli.", "Bħalissa t-tarzna ma qed tevalwa ebda espressjoni ta' interess.", "-----------"]} {"filename": "20020514_734d_par.doc", "date": "2002-05-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 734 It-Tlieta, 14 ta' Mejju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 734", "It-Tlieta, 14 ta' Mejju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "734", "It-Tlieta, 14 ta' Mejju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 589", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 589", "TQEGĦID TA' KARTI 594", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA` LIĠI DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (IT-TIENI QARI)", "EMPLOYMENT AND INDUSTRIAL RELATIONS BILL (SECOND READING) 595", "AĠĠORNAMENT 614", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 619", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 733 li saret fit-13 ta' Mejju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI - RAPPORTI-NEFQA", "31491.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet in-nefqa għar-rapporti li saru mill- ministeru, dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-1999, l-2000 u l-2001?", "Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali)(f'isem il- Ministru ta' l-Eukazzjoni): Jekk l-Onor.", "Membru jippreċiżali x'tip ta' rapporti għandu f'moħħu u jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta' tliet snin sħaħ, inkun nista` niddeċiedi jekk iniex ġustifikat li nordna li jintużaw ir- riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "INTERN U AMBJENT - RAPPORTI - NEFQA", "31493.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet in-nefqa għar-rapporti li saru mill-ministeru, dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-1999, l-2000 u l-2001?", "Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk l-Onor.", "Interpellant jippreċiżali x`tip ta` rapporti għandu f`moħħu u jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta` tliet snin sħaħ, inkun nista` niddeċiedi jekk iniex ġustifikat li nordna li jintużaw ir- riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ġaladarba jirriżulta li ġew ikkummisjonati diversi rapporti minn ministeri differenti u l-flus għalihom tħallsu, x'inhi r- raġuni li qed niġi mitlub nispeċifika x'rapporti huma meta jiena qed nistaqsi b'mod ġenerali u allura jistgħu jkunu rapporti dwar l-Unjoni Ewropea jew dwar prattika ta' kuljum f'xi qasam partikolari tat-tmexxija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, huwa proprju għax id-domanda hija vasta wisq li huwa diffiċli biex tirrispondiha.", "Kieku l-Onor.", "Farrugia staqsa, per eżempju, x'rapporti saru in konnessjoni mal-kurrikulu l-ġdid fil- ministeru ta' l-edukazzjoni jew dwar rapporti li saru fil-kuntest ta' l- acquis, wieħed kien ikun jista' jiffoka fuq dipartiment partikolari u jiġbor l-informazzjoni meħtieġa.", "Imma l-problema b'dawn it-tip ta' domandi hi li tant tifrex li tibda tibża' li se tħalli xi ħaġa barra mingħajr ma tkun trid.", "Ngħidu aħna manafx jekk l-Onor.", "Farrugia jridx ir-rapport li sar fuq l-aspett legali tal-bini ta' l-iskejjel.", "Li rrid ngħid hu li biex tagħti din l-informazzjoni b'mod estensiv fi żmien raġonevoli tant trid tuża riżorsi, tant trid taħli ħin u tant trid tifrex bl-aktar mod straordinarju li domanda bħal din hija aktar intiża li tiġi indirizzata lill-permanent secretaries fil-laqgħat li nżommu b'mod regolari tal-public accounts committee, peress li l-uffiċjali direttament responsabbli għal dan it-tip ta' xogħol.", "Barra minn hekk, ħafna drabi n- nefqa tar-riżorsi li tagħmel biex takkwista l-informazzjoni wisq inqas tkun tiġġustifika dawn l-affarijiet.", "Irrid ngħid ukoll li fl-aħħar tas-sena, il-gvern jippubblika accounts dettaljati u minuzzjużi - manafx jekk l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra qattx rawhom - li minnhom wieħed żgur jista' joħroġ ħafna mill- informazzjoni mitluba hawnhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li mir-risposta li għadu kemm tana l- Ministru m'hemm l-ebda ħjiel dwar xi flus intefqu fuq dawn ir-rapporti; u peress li d-domanda tiegħi oriġinali tmur lura għall-11 ta' Frar u qed tiġi mwieġba llum, jiġifieri tliet xhur wara; u peress ukoll li jien staqsejt dwar nefqa globali - u kulmin għandu r-responsabblita` ta' ministeru jaf illi kwalunkwe nefqa li ssir tidħol fl-istatement ta' l-infiq u dħul ta' l- istess entita' b'sistema komputerizzata - jista' l-Ministru jippreċiża x'inhi r-raġuni li meta qed nitkellmu dwar infiq pubbliku m'aħniex qed ningħataw risposta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Inserraħ moħħ l- Onor. Interpellant li l-gvern m'għandu xejn x'jaħbi u fil-fatt kemm-il darba weġibna għal mistoqsijiet simili fuq xi ħaġa speċifika.", "Din assolutament mhijiex kwestjoni ta' ħabi.", "Hawnhekk pero' għandna żewġ domandi ġenerali - b'xi mod konnessi mal- ministeru tiegħi u mal-ministeru ta' l-edukazzjoni - dwar ''rapporti li saru''.", "Imma x'tip ta' rapporti huma dawn li qed jistaqsi fuqhom l-Onor.", "Membru?", "Per eżempju, l-annual report li nagħmlu ta' kull sena huwa inkluż?", "Kull entita' għandha vot għal dawn l-affarijiet u ma tistax tmur oltre l- budget tagħha.", "Anke l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha l-budget tagħha u darba fis-sena nagħmlu dibattitu ta' seduta hawnhekk niddiskutuh.", "Jiena jidhirli li biex tinġabar din l-informazzjoni kollha, speċjalment fil- ministeru tiegħi - għandek il-pulizija, il-ħabs, l-airport security, in- nutara tal-gvern, ir-reġistru pubbliku, il-planning authority, l-ambjent, il-land registry, il-lands u l-joint office - se jinħela ħafna ħin għax terġa' din l-informazzjoni m'hijiex mitluba fuq sena waħda imma fuq tliet snin u nofs.", "Jien sinċerament lest li nagħtih l-informazzjoni jekk jistaqsini per eżempju x'rapporti għamilna fuq l-Unjoni Ewropea għax din m'hemm l-ebda ħabi fiha.", "M'hemmx dubju li għal ċerti affarijiet trid tagħmel ċerti rapporti u mbagħad hemm rapporti oħrajn li jsiru kull sena.", "Għaliex għandi noqgħod naħli l-ħin fuq dawn l-affarijiet kollha meta jista' jagħmilli domanda speċifika fuq oġġett partikolari u nwieġbu, aktar u aktar jekk din ma tkunx timplika ċerta ħela ta' ħin ta' nies imħallsin mit-taxpayer.", "Naturalment huwa wkoll il-concern tal-gvern li ma jkunx hemm infiq bl- addoċċ kif nimmaġina li huwa wkoll l-iskop ta' l-Onor.", "Farrugia.", "Jien nemmen li l-iskop ta' l-Onor.", "Interpellant hu li jistaqsi x'rapporti għamilna fuq ċerti aspetti partikulari, kemm infaqna u nistgħux inpoġġuhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "F'dak il-każ bil-qalb kollha nagħtih l- informazzjoni għax ma naħsibx li dan huwa gvern li jibża' mill-mistoqsijiet parlamentari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena m'iniex ngħid għar-rapporti li saru għal xi skop li rrifera għalih il-Ministru, jiġifieri xi pubblikazzjonijiet, advertising jew avviżi illi jsiru mid-dipartimenti.", "Jien qed nistaqsi dwar is-somma li ntefqet biex saru r-rapporti għax nifhem li min jagħmel rapport jagħmlu biex ikun hemm aktar accountablity u mhux biex jagħmel pubbliċita'.", "(Interuzzjonijiet) Ovvjament qed nirriferi għal dawk ir- rapporti ongoing, sija biex Malta taġġorna ruħha mal-liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea u sija biex kull entita' li taqa' taħt l-operat tal-gvern itejjeb il-ħidma tagħha.", "Allura jekk nistaqsi għan-nefqa fuq dawn ir- rapporti b'mod speċifiku ningħata risposta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, fir-risposta diġa' għedt li jekk l-Onor.", "Interpellant jippreċiża x'tip ta' rapporti għandu f'moħħu - u donnu issa qed jindikalna li aktar huwa mitfugħ fuq l-Unjoni Ewropea - u jekk din ma timplikax imbagħad xi riċerka kbira, bil-qalb kollha nagħtuhielu kemm jiena kif nimmaġina wkoll sħabi.", "Għax huwa oriġinarjament talabna ngħidulu kemm telgħet in-nefqa għar-rapporti kollha li saru mill-ministeru jew entitajiet mill-1999 sa l-2001, mentri naħseb li l-informazzjoni għal kif qed ipoġġiha issa d-domanda tista' tkun available.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ippermettili naqleb is-suġġett.", "Jirriżulta li l-konsenturi li żviluppaw fis-swar ta' l-Imdina qed jiġu monitored regolarment.", "Għandi nifhem li l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha quddiemha xi tip ta' talba bil-għan li jiġi rrimedjat dan l-impatt li jista' jġib katastrofu u qerda ta' wirt storiku daqstant magħruf ma' l- erbat irjeħat mhux biss tal-Mediterran imma tad-dinja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, partikolarment fejn hemm il-Palazz ta' Vilhena ilu żmien twil li ċeda xi ftit il-bini.", "Tant hu veru li taħt amministrazzjonijiet differenti ttieħdu miżuri ta' prekawzjoni, bħal per eżempju li ma jidħlux aktar nies fuq il-parti ta' wara.", "Dan ix-xogħol jimplika studju biex jiġi ddeterminat b'eżattezza x'inhu l-kaġun ta' dan l- ispostament - jekk hux ilma, jekk hux pedamenti ħżiena, jekk hux in-natura tal-pedamenti – ħalli jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri rimedjali.", "Naf li f'xi mument kien tħejja rapport kemm mill-kunsill lokali u anke darba oħra mil-lands.", "Biss din il-biċċa xogħol illum qed jieħu ħsiebha l-ministeru tar-riżorsi u l-infrastruttura u naħseb li l-Ministru Zammit Dimech jista' jagħti aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, dwar il-Palazz ta' Vilhena inżid ma' dak li qal il-kollega tiegħi li ngħata nkarigu speċifiku lill-gruppi ta' esperti Taljani li fuq dan il-qasam għandhom ċerta esperjenza.", "Dawn qegħdin janallizzaw il- problema fuq medda ta' żmien – ta' mill-inqas sena, anzi preferibbilment sentejn - għax kien hemm l-argument li hemmhekk jista' jkollok ċaqliq fl- istrutturi li jvarja minn żmien għal ieħor, u allura trid tara l-effett anke tad-differenza fil-klima u trid tistabilixxi bl-aktar mod preċiż il- kaġun - fil-fatt hemm teoriji u fatturi varji inkluż, li għandek nixxiha ta' l-ilma fl-inħawi; għandek ukoll il-possibbilta' ta' l-aspett ġeoloġiku ta' l-area li huwa tafli u qed iċedi, fattur kruċjali; għandek il-fatt ukoll li fi żmien l-era Ingliża kien żdied sular ieħor fuq pedamenti, huma li huma, xogħol li ma naħsibx li għamel ġid - u trid tara x'hemm bżonn isir.", "Hemm min jgħid li rridu ninforzaw kollox billi nagħmlu bħal kolonni tal- concrete, jgħidulhom piles, għar-rinforz minn taħt.", "Hemm min jgħid li bil- maqlub trid tagħmel qisu bħal ċintorin biex torbot l-istruttura minn taħt.", "Ċertament li din hi problema serja - jiena weġibt diversi domandi dwarha, anke b'riferenza għall-esperti speċifiċi li tqabbdu u l-metodi li qegħdin jintużaw diġa` – u l-gvern qed iħares lejha bl-akbar serjeta`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien napprezza dak li qed jgħid il-Ministru li l- gvern qed jagħmel evalwazzjoni responsabbli tas-sitwazzjoni, pero' xtaqt inkun naf jekk huwiex veru li qed ikun hemm ċaqliq u li l-konsenturi qegħdin jikbru u li allura l-problema qed taggrava ruħha.", "Kemm huwa veru li matul il-medda tas-snin ikkrolla ċ-ċintorin li kien jipproteġi t-tafal li fuqu huma mibnija s-swar ta' l-Imdina u allura l-ħitan tas-sejjieħ li suppost qegħdin hemm bħala protezzjoni mal-medda tas-snin inqerdu?", "Forsi dan jista' jkun parti mill-problema?", "Jirrikonoxxi l-Ministru li l-preżenza ta' madwar miljun turist fis-sena fl-Imdina tista' tippreżentalek problema?", "Ma jifhimx il-Ministru li 'l hemm mill-istudji li qegħdin isiru, għandhom jittieħdu miżuri konkreti biex ċerti aspetti li hu rrifera għalihom tingħatalhom il-protezzjoni meħtieġa qabel ma jsir xi katastrofu ieħor fuq dawn is-swar?", "Għax tkun ħasra li filwaqt li għamilna protesta u kkundannajna lil min għamel dak l-att vandalu fl-Imnajdra, nibqgħu reqdin u noqogħdu nistennew ix-xhur u s-snin biex ikollna f'idejna rapport li jgħidilna li l-bini tas-swar jinsab nieżel.", "Għandi nifhem li l-konsenturi li hemm jistgħu jikkawżaw il-kroll totali ta' dawn is-swar li jagħmlu parti mill-patrimonju u mill-istorja ta' Malta u l-Mediterran.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, naturalment naqblu bl-aktar mod assolut li l-aktar importanti huwa li jsiru l-interventi kollha meħtieġa.", "Li nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant huwa li hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq studju għal skop akkademiku, anzi l-iskop prinċipali huwa preċiżament biex jiġi indikat x'għandu jkun l-intervent.", "L-agħar ħaġa li tista' tagħmel hu li tagħmel intervent li fih innifsu jagħmel aktar ħsara milli ġid.", "Sfortunatament nafu b'każi fejn fil-passat ir-restawr ma sarx b'mod tajjeb - forsi għax kien hemm żmien fejn mhux kulħadd kien jaf biżżejjed – u fil-fatt illum-il ġurnata meta jkun se jsir xogħol ġdid ta' restawr, l-esperti jissuġġerixxu li l- ewwel inneħħu dak ir-restawr li kien sar madwar 30 jew 40 sena ilu għax dak għamel aktar ħsara milli ġid.", "Issa hawn mhux qed nitkellmu dwar restawr ta' pittura jew restawr ta' statwa jew restawr ta' monument, imma qegħdin ngħidu li jrid isir intervent biex nassiguraw fl-interess nazzjonali li dan isir fil-ħin u li x-xogħol ikun adegwat u serju biżżejjed ħalli ma jkunux jistgħu jaqgħu partijiet mill-istruttura.", "Nammetti li hawnhekk qed nitkellmu fuq problema serja u l-inkarigu li aħna tajna lil dawn l-esperti Taljani – naturalment bi spejjeż konsiderevoli - hu preċiżament mhux tant biex jagħmlu l-analisi imma biex jindikaw ukoll ir-rimedju effettiv, inkluż rimedju temporanju jekk hemm bżonn u rimedju li jkun aktar long-term.", "L-indikazzjoni li kelli mill-uffiċjali tat-taqsima tax-xogħlijiet hi li l- konsenturi jvarjaw skond iż-żmien tas-sena - jiġfieri ġieli jinfetħu u ġieli jerġgħu jingħalqu - pero' ma naħsibx li huwa l-kompitu tiegħi li ngħid x'inhi l-verita' preċiża u x'inhi l-indikazzjoni preċiża.", "Għalhekk l- analisi trid tindika dan kollu u nwiegħed lill-Kamra li minn żmien għal żmien beħsiebni nistaqsi lit-tekniċi tagħna u anke nieħu l-inkarigu li nara preċiżament din l-analisi fiex tkun waslet sabiex ikun hemm l-interventi meħtieġa – probabbilment f'fażijiet differenti li jindikaw l-istess esperti - inkluż jekk huwa possibbli short-term measures, pero' f'kull każ li ma jkunux interventi li jagħmlu aktar ħsara milli ġid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, sa ftit ilu s-swar kienu jitnaddfu mill- ħaxix li jikber magħhom u dan kien isir bl-għajnuna tal-pulizija, ta' l- armata u ta' l-SAG.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-prattika għadhiex tiġi segwita b'mod regolari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Aktar milli b'mod regolari din il-prattika ssir minn żmien għal żmien.", "Ikun hemm interventi normalment marbuta mal- jum ta' \"clean up the world\", fejn ħafna drabi l-programm ikun jinkludi wkoll tindif ta' uħud mis-swar, bl-għajnuna ta' membri tal-pulizija jew ta' l-armata, kif qal l-Onor.", "Galea, u ġieli jkun hemm ukoll inizjattivi privati li aħna ninkoraġġixxu.", "Fil-fatt riċentement mort l-Imdina fejn kien qiegħed isir tindif tas-swar bil-parteċipazzjoni ta' ħafna volontiera mid-ditta Dowty u anke b'xi support loġistiku li tajnihom bħala ministeru.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li ssir minn żmien għal żmien.", "Irrid ngħid li dan m'huwiex sempliċement fatt li taqta' l-ħaxix ħażin għax trid toqgħod ukoll attent li dak l-intervent ma tkunx qed tagħmlu b'mod li tagħmel aktar ħsara u għalhekk f'ċertu żmien nieħdu l-parir ta' min jifhem f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, f'rapport li sar mill-ombudsman rigward il-ġonna li għandna fil-Belt, primarjament il-barrakka ta' fuq, il- barrakka t'isfel u l-ġnien ta' Hastings, kien ġie rrakkmandat li l- istrutturi li jieħdu ħsieb dawn il-ġonna jiġu b'xi mod riorganizzati?", "Hemm xi ħsieb li dawn il-ġonna jiġu riabilitati?", "Jekk dan ix-xogħol isir, il-flus għal dan ix-xogħol se jittieħdu mill-vot tar-rehabilitation project jew mill-vot dwar il-proġetti li permezz tiegħu dan il-gvern tant qed isebbaħ pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ħafna drabi l-ministeru jkollu jżid mal- voti ta' riabilitazzjoni u preċiżament nfakkar lill-Onor.", "Membru - persważ li jaf u anke japprezza – li erġajna ħloqna ċ-ċentru rikreattiv imsemmi għar-Re Ġorġ V fil-Furjana, li waħdu ġie jiswa Lm100,000 - mingħajr ma ngħoddu l-pagi kollha – biex fih isir restawr estensiv ħafna.", "Naqblu wkoll li l-barrakka ta' fuq u l-barrakka t'isfel huma t-targets li jmiss u fil-fatt diġa` saru xi pjanti f'dan ir-rigward.", "Saru wkoll diskussjonijiet ma' l-awtorita' ta' l-ambjent u l-ippjanar preċiżament biex is-sena d-dieħla nilħqu dawn iż-żewġ miri.", "Ma naħsibx li x-xogħol kollu se jsir biss mill-vot fuq riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Furjana imma probabbilment ikollna nsibulhom fondi addizjonali.", "Nifhem li f'dan l-istadju qed isir xogħol temporanju fuq il-ġnien ta' Hastings biex insaħħu parti mill-istruttura tiegħu, pero` fix-xhur li ġejjin l-enfasi se tkun aktar fuq il-barrakka ta' fuq u l-barraka t'isfel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta nafu biċ-ċaqliq kontinwu li qed ikollna, jista' l-Ministru jassigurana li l-kontroll jew il-monitoring li qed isir huwa biżżejjed biex is-swar ta' l-Imdina ma jċedux?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, naħseb li l-ebda ministru sakemm ma jkollux xi Sansun impjegat miegħu, ma jista' jagħti din it-tip ta' assigurazzjoni!", "Inti tagħmel il-monitoring biex tassigura li jekk is- sitwazzjoni tkun qed taggrava aktar, tagħmel l-intervent kemm jista' jkun malajr.", "Imma meta għandek struttura fi stat ta' periklu ma tista' qatt tgħid x'se jiġri minn mument għal ieħor.", "Naturalment Allaħares jiġri hekk għax dan huwa monitoring komputerizzat.", "Għandek indikazzjonijiet siegħa b'siegħa x'hemm għaddej u għandek l- involviment ta' uħud mill-aqwa esperti li hawn internazzjonalment fuq din il-materja, pero' naturalment s'hemm nista' nasal biex ngħid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien nirrispetta dak li qed jgħid il-Ministru, pero' jista' jara li jiġi quddiem il-Kamra b'rapport preliminari u jara li jsiru xogħlijiet immedjati?", "Għax ladarba ċ-ċirkostanzi huma daqshekk gravi, ikun aħjar jekk is-sitwazzjoni tiġi tackled bl-aktar mod sostenibbli u mgħaġġel qabel ikollna problemi li jistgħu jħammru wiċċ mhux il-vandali imma lill-intelligentia ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena m'għandi l-ebda diffikulta' li f'dan l-istadju nġib rapport preliminari dwar dak li hemm magħruf s'issa biex ikun għad-dispożizzjoni tal-membri ta' din il-Kamra.", "Mr Speaker, l-aktar ħaġa faċli f'dan il-pajjiż hi li ngħidu li issa qed isir studju ieħor.", "L-enfasi kollha tiegħi personalment ma' l-uffiċjali kollha fit-taqsima tax-xogħlijiet fuq dan is-suġġett partikolari – anke fuq diversi suġġetti oħra imma issa qed nitkellmu dwar id-diffikulta' kif tolqot il-Palazz ta' Verdala u anke strutturi oħra fl-inħawi – hi li jrid ikollna l-indikazzjoni ta' x'irid isir.", "Anzi l-enfasi tiegħi, anke ma' l- esperti li ġew, hi li aħna ma rridux sempliċement analisi biex inkunu nafu l-konsentura kemm titwessa' f'sena jew kemm twessgħet fuq numru ta' snin, jew x'inhu l-materjal ġeoloġiku taħt jekk huwiex materjal jew ieħor.", "Dan bi kliem ċarissimu nirrepetih hawn ġew.", "Dik naturalment ukoll hija importanti, pero' sal-punt li tiddetermina jekk l-intervent ikunx wieħed minn dawk iż-żewġ tipi li semmejt qabel, jiġifieri tagħmilx inforzar bil- piles jew tagħmilx inforzar bis-sistema taċ-ċintorin fis-sens ta' kostruzzjoni biex iżżomm il-materjal flimkien u tassigura li dak li qed iċedi ma jkomplix iċedi.", "Naturalment pajjiżi oħrajn kellhom diffikultajiet simili għal tagħna, Sur President.", "Fl-Italja nafu bid-diffikulta' li kellhom għal snin twal bit-torri ta' Pisa u issa fl-aħħar sar intervent – almenu rapporti mill-Italja hekk jindikaw – li huwa professjonali u tajjeb.", "Pero' ma jfissirx li dawn marru hemmhekk, rawh qed jegħleb u ddeċidiew li mil-lum għal għada jġibu lil min ikun jifhem jew ma jifhimx biex jara x'jista' jagħmillu u ma jibqax jegħleb.", "Naturalment ix-xogħol ma jsirx hekk u f'dan is-sens għandek bżonn l-analisi u għandek bżonn indikazzjoni min-naħa ta' esperti internazzjonali li jgħidulek x'għandek tagħmel, b'indikazzjoni ta' l- interventi li jridu jsiru.", "Dan hu l-messaġġ li bl-akbar qawwa wassalt internament u nerġgħu nwasslu hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, jiena nassumi li l-Onor.", "Farrugia mhux jagħmilha b'dan l- iskop, imma xi sezzjoni tal-media jistgħu jippruvaw jagħtu l-impressjoni li għandna problema ... (|nterruzzjonijiet) Jien hekk qed ngħidlek li mhijiex l-intenzjoni tiegħek, imma issa nispera li mill-intenzjoni tajba tiegħek ma jkunx hemm xi sezzjoni tal-media lokali li għal xi skopijiet ulterjuri...(interuzzjonijiet)", "Toqgħodx tgħidli li nistudjaw u ma naslu qatt għax hawn qegħdin nenfasizzaw li jrid ikollna indikazzjoni ta' x'inhuma l-interventi preċiżi li jridu jsiru u jkollna assigurazzjoni li ma jkunux interventi li jagħmlu ħsara.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' impjegati f'għaqdiet mhux governattivi li applikaw għal fondi provduti mill-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33252; u", "Lista li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva sottomessi minn single parents, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33292.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' każi li dwarhom ttieħdet azzjoni mill- awtorita' ta' l-ippjanar fi żmien 30 ġurnata, skond l-A.L. 126/01, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 33244.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA` LIĠI DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "EMPLOYMENT AND INDUSTRIAL RELATIONS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta'Mejju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, qegħdin niddibattu l-liġi dwar l-impiegi u r-relazzjonijiet industrijali, liema liġi li suppost għandu jkollha l-consensus taż-żewġ naħat tal-Kamra u jekk m'iniex sejjer żball, bis-seduta tal-lum se nkunu diġa` ħadna sitt seduti.", "Imma jkolli ngħid li l-atteġġjament ta` l-oppożizzjoni ssorprendini.", "Qegħdin jagħmlu kritika li xejn m'hija kostruttiva u kritika li tikxef l-ipokrezija tagħhom u d-demagoġija li għandhom.", "S'issa għadhom ma ġabu l-ebda agrument validu għaliex qed jieħdu dan l-atteġġjament.", "Sur President, ħafna kelliema diġa` qalu li din hija liġi li lill-ħaddiem Malti se tagħmillu ħafna ġid u se ġġibu aktar 'il quddiem.", "Jiena ma ngħidx li hija perfetta għax anke jien għandi ċerti riservi fuq ċerti klawsoli.", "Imma x-xogħol ta` l-oppożizzjoni ma kienx li jiġu hawn u jgħidu li se jivvotaw kontra din il-liġi mingħajr ma jġibu ebda raġuni plawsibbli li tiġġustifikahom.", "Dawn messhom ħadu l-briga li f'dan l-istadju jgħidu l- opinjoni tagħhom, imbagħad fl-istadju ta` kumitat jressqu l-emendi li jaħsbu li hemm bżonn ħalli jagħmlu din il-liġi iktar effettiva kif kulħadd jixtieq li tkun.", "X'inhuma r-raġunijiet għaliex qegħdin jgħidu li se jivvotaw kontra?", "Semmew il-kwestjoni tas-sympathy strikes, liema kwestjoni wara d- dikjarazzjoni li mill-ewwel għamlu l-Prim Ministru u l-Viċi Prim Ministru żgur li ma kellhomx għalfejn jerġgħu jqajmuha.", "Imma allavolja saret dik id- dikjarazzjoni xorta waħda jibqgħu jsemmuha kemm fuq il-gazzetti kif ukoll hawn ġew.", "Wara kollox jekk hawn partit li m'għandux għalfejn joqgħod isemmi s-sympathy strike huwa il-partit laburista għax jiena niddubita jekk jemmnux fih.", "Jemmnu fih dawn is-sympathy strike?", "Kulħadd jiftakar sar mill-ħaddiema tal-banek fi żmienhom meta dawn għamlu sympathy strike b'solidarjeta` mat-teachers li kienu fuq azzjoni industrijali.", "Allura kif jistgħu jiġu hawnhekk u jgħidu li aħna konna se nneħħu d-dritt li l-ħaddiem jagħmel sympathy strike.", "Jiġifieri l-argument li se jivvotaw kontra din il- liġi għax se nneħħu s-sympathy strike żgur li ma jreġix, għax id-dritt għas- sympathy strike se jibqa`.", "Dan huwa argument li żgur ma jiġġustifikax l- atteġġjament tagħhom, jiġifieri li jivvotaw kontra din il-liġi.", "Sur President, il-kelliema ta` l-oppożizzjoni semmew ukoll is-servizzi essenzjali u qalu li l-lista ta` dawn is-servizzi kibret iżjed u jista` jkun li tkompli tikber.", "Meta jsemmu dawn l-affarijiet toħroġ iżjed l- ipokrezija tal-partit laburista.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax jiena wieħed mid-deputati li ili ħafna hawn ġew u niftakar meta 25 sena ilu kellna seduta urġenti, kien is-Sibt 4 ta` Ġunju, f'liema seduta kellna ngħaddu abbozz ta` liġi dwar il-professjoni medika u l- professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha.", "Din is-seduta kienet bdiet fid-9:00 a.m. u spiċċat fis-13:30 p.m. Jiġifieri f'seduta waħda għaddejna abbozz ta` liġi mill-istadji tiegħu kollha.", "Din kienet tressqet minħabba l- kwestjoni li l-gvern kellu mat-tobba.", "Is-servizz tat-tobba mhux servizz essenzjali?", "Kif kien ttrattah il-partit Laburista dak iż-żmien?", "Dawn jiġu jsemmu d-drittijiet tal-ħaddiema.", "Mela t-tobba ma kenux ħaddiema dak iż- żmien?", "Li kien għalihom nofs it-tobba mietu bil-ġuħ?", "X'għamlu u kif tkellmu dak iż-żmien fuq servizz essenzjali bħal dak?", "Niftakar li l-Perit Mintoff ma riedx jagħti kas il-kunsill mediku meta jkun hemm xi dispute u kien qal dan il-kliem:", "\"Jidher ċar li meta hemm disputa, meta hemm kwestjoni bejn tobba u interessi tal-poplu dan ma jiffunzjonax aktar.", "U qed ngħidha mela.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi m'għandniex indaħħluh.\".", "Jiġifieri hemm il-kunsill mediku u meta jkun hemm disputa industrijali, il- gvern tal-ħaddiema jiddeċiedi li ma jagħtix kasu.", "Hekk kienu jirraġunaw il- gvernijiet laburisti.", "Imbagħad jiġu hawn u jgħidu li aħna qed nagħmlu affarijiet li mhumiex favur id-demokrazija.", "X'qal iktar il-Perit Mintoff, dak iż-żmien Prim Ministru, dwar is-servizzi essenzjali?", "Dan kien qal hekk:", "\"Aħna qed ngħidu le.", "Għas-servizzi kollha tal-pajjiż huwa responsabbli dan il-Parlament, u l-Parlament jagħti l-parti esekuttiva lill-gvern u lil ħadd iżjed.", "Dan li qed ngħidu aħna.\".", "Jiġifieri fejn jidħlu l-affarijiet essenzjali hija responsabbilta` tal- gvern u ma jieħu l-ebda pariri ta` ħadd.", "Imbagħad jiġu hawn u jgħidu li aħna fis-servizzi essenzjali qed nagħmlu xi ħaġa li se taħdem kontra l- ħaddiem.", "Anzi jiena ngħid li żgur m'hu se nagħmlu xejn li tmur kontra l- ħaddiema għax fil-liġi qed ngħidu li jekk il-ħaddiema li jagħtu servizz essenzjali jkollhom xi kwestjoni dawn se jkunu jistgħu jmorru quddiem il- joint negotiating council u minn hemmhekk tista` tiġi riferuta wkoll lit- tribunal industrijali.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet li bihom il-ħaddiem se jiggwadanja u mhux jitlef.", "Allura hija ipokrezija kbira li tan-naħa l- oħra jiġu hawnhekk u biex jiġġustifikaw għaliex se jivvotaw kontra din il- liġi jsemmu dawn l-affarijiet.", "Sur President, il-bieraħ smajna lill-kelliema ta` l-oppożizzjoni jitkellmu wkoll fuq id-drittijiet tal-ħaddiema.", "Jiena ngħid li jekk hawn partit li ma jaqbillux jitkellem fuq id-drittijiet tal-ħaddiema huwa proprju l-partit laburista, u ngħid għaliex.", "Se naqra subartiklu (2) ta' artiklu 84 ta` dik il-liġi li għaddiet minn dan il-Parlament fl-4 ta` Ġunju ta' 25 sena ilu.", "Dan is-subartiklu kien jgħid hekk:", "\"B'seħħ minn dik id-data li l-imsemmi ministru jista` jistabbilixxi b'avviż tal-gazzetta, ebda detentur ta' liċenzja ta` xi sptar jew klinika privata m'għandu jħalli xi tabib jeżerċita l-professjoni tiegħu f'dak l-isptar jew f'dik il-klinika, kemm-il darba dak it-tabib ma jkollux awtorita` valida mogħtija mill-imsemmi ministru biex jeżerċita f'dak l-isptar jew f'dik il-klinika.\".", "Dan mhux biżżejjed għax klawsola 5 ta` l-istess liġi kienet tgħid hekk:", "\"Ebda persuna li għandha sptar jew klinika privata m'għandha tħalli lil xi tabib li jkun uffiċjal pubbliku jew li jkun xort'oħra impjegat mal-gvern jew kien uffiċjal jew impjegat bħal dawk fil-31 ta` Mejju, li jeżerċita l-professjoni fi sptar privat bħal dak jew fi klinika privata bħal dik, kemm-il darba dak it-tabib ma jkollux fil-pussess tiegħu awtorita` valida, biex hekk jeżerċita, mogħtija mill-ministru responsabbli għas-saħħa pubblika wara li dak it-tabib ikun iffirma obbligazzjoni aċċettabbli mill-imsemmi ministru li jaħdem fi sptar jew fi klinika tal-gvern skond struzzjonijiet mogħtija minn u kif ordnat mill-imsemmi ministru.\".", "Jiġifieri 25 sena ilu, wara li b'din il-liġi l-gvern laburista kien keċċa lit-tobba minn mal-gvern, kien ukoll qed jimpedihom milli jaħdmu fi sptarijiet u kliniċi privati ħalli żgur joqtolhom bil-ġuħ.", "Dak kien il- gvern laburista.", "Imbagħad jiġu jgħidu li b'din il-liġi se nneħħu xi drittijiet tal-ħaddiema.", "Dan huwa l-partit laburista li wara kollox fih għad hemm membri li kienu jagħmlu parti minnu wkoll 25 sena ilu.", "Hemm tnejn żgur.", "Allura meta jiġu hawnhekk u jgħidu ċerti affarijiet żgur li l- poplu Malti mhux se jemminhom lil dawn in-nies.", "Il-partit laburista llum qed jgħid ħaġa u l-passat tiegħu juri ħaġa oħra.", "Dan huwa partit li jippretendi li huwa l-paladin tal-ħaddiema imma l-fatti wrew li m'għadux u żgur li m'għandhomx dritt li jissejħu partit tal- ħaddiema.", "Dan huwa partit li qed jipprofitta ruħu minn ċerti affarijiet ħalli jipprova juri li hu d-difensur tal-ħaddiema.", "Dan huwa partit li jgħid ħaġa u jagħmel oħra.", "Sur President, hawnhekk irrid infakkar x'kien qal l-Onor.", "Fenech Adami, dak iż-żmien kap ta` l-oppożizzjoni, f'dak id-dibattitu ta` 25 sena ilu fuq id- drittijiet tal-ħaddiema.", "Kien qal hekk:", "\"Fil-mument ta' tilwima industrijali l-gvern qed jagħmel liġi biex dawk li ħadu parti fit-tilwima u kienu impjegati mal-gvern ma jkunux jistgħu jaħdmu f'dawn l-istabbilimenti privati jekk ma jkollhomx liċenzja apposta mill-ministru.", "U mhux biss, iridu jobbligaw ruħhom bil-miktub li jridu jaħdmu mal-gvern.", "Xi drittijiet tal-bniedem huma dawn li tabib, li wara kollox huwa ħaddiem bħal ħaddieħor, tgħidlu li għax kellek xi tgħid miegħi u għax obdejt direttivi ta' l-union tiegħek se nkeċċik u mhux talli se nkeċċik talli ma tistax taħdem fi sptar privat jekk ma nagħtikx il-liċenzja!\".", "Dan kien l-atteġġjament tal-gvern laburista dak iż-żmien.", "Jiena dan kollu niftakru għax kont deputat hawn ġew u għax kont interessat bħala tabib.", "Biex jipprofittaw rwieħhom tan-naħa l-oħra jgħidu li ex-ministru nazzjonalista kien se jagħmel liġi biex jekk il-ħaddiema jistrajkjaw ikun jista` jitfagħhom il-ħabs.", "Aħna nitkellmu bil-fatti.", "Kieku mhux għax- solidarjeta` tat-tobba bejnietna, 25 sena ilu, ċertu ammont ta` tobba kienu jmutu bil-ġuħ.", "Li kien għall-gvern laburista kienu jmutu bil-ġuħ.", "Ħafna minnhom kienu eżiljaw ruħhom għax kienu marru jaħdmu barra.", "Jiena għadni niftakar li dak iż-żmien jiena kont wieħed minn dawk li nagħti Lm20 milli naqla' għal sħabi t-tobba.", "Sur President, l-oppożizzjoni m'għandhiex tiġi ahwn u tara kif se timmina liġi bħal din.", "Jiena nerġa` ngħid li hemm xi klawsoli li anke l-ministru stess irid jemenda ħalli ntejbuha.", "Imma ma tistax tiġġustifika ruħek mal- poplu billi tivvota kontra liġi bħal din.", "Għaliex se tivvota kontra liġi bħal din?", "X'inhuma l-argumenti li ġibt biex tieħu dan l-istand?", "Il-partit laburista, mgħejjun mill-GWU, mingħalih irid ikollu l-monopolju tal- ħaddiema.", "Irrid ngħid ukoll li ċerti stqarrijiet li għamlet il-GWU żgur li ma jagħmlux unur lil union tal-ħaddiema.", "Sur President, x'argurmenti oħra ġabu biex forsi jiġġustifkaw irwieħhom għaliex se jivvotaw kontra din il-liġi?", "Dawn qalulna li ħadna żmien wisq biex ressaqniha.", "Veru, din hija liġi li ilha tinħema.", "Ilna tnax-il sena niddiskutu fuqha.", "Imma tajjeb wieħed jgħid ukoll li dawn qed jinsew li f'dan iż-żmien huma għamlu 22 xahar fil-gvern, kważi sentejn.", "Huma jgħidu li 22 xahar ma kenux biżżejjed biex jagħmlu ċerti affarijiet tajbin.", "Imma jiena ngħidilhom li biex jagħmlu l-affarijiet ħżiena kienu biżżejjed għax l- ewwel ħaġa li għamlu ffiriżaw l-applikazzjoni ta` Malta għal sħubija fl- Unjoni Ewropea, ħaġa li għandna nbatu minħabba fiha u allaħares ma kienx gvern nazzjonalista li ħadem fuq li ħadem ħalli nerġgħu nġibu dak li tlifna u t-tieni ħaġa li għamlu kienet li farrku l-finanzi tal-pajjiż.", "Mela fi 22 xahar kien faċli għalihom li jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet negattivi li għandna nbatu l-konsegwenzi tagħhom.", "Meta mbagħad jisimgħu li l-gvern Nazzjonalista se jressaq xi liġi jgħidulek li kienu se jagħmluha huma imma ma kellhomx żmien biżżejjed biex jagħmluha.", "Dan huwa l-gvern Laburista; l-affarijiet ħżiena jagħmilhom mil-lum għal għada, imma 22 xahar ma kenux biżżejjed biex jagħmel xi affarijiet tajbin!", "Allura huwa argument banali li tgħidulna li ħadna żmien wisq biex ressaqna din il-liġi.", "Jiena naf li f'dawn it-tliet snin u nofs il-Ministeru tal- Politika Soċjali għamel kulma seta` ħalli jġib din il-liġi għall- approvazzjoni ta` dan il-Parlament.", "Sur President, il-kelliema ta` l-oppożizzjoni semmew ukoll il-working directive u l-mod ta` kif ingħataw ċerti sensji minn ċerti fabbriki f'dawn l-aħħar żmenijiet.", "Ċerti affarijiet li saru f'dawn l-aħħar xhur saru għax ma kienx hemm din il-liġi.", "B'din il-liġi se nibdew nilqgħu għal ċerti affarijiet li saru.", "Ħadd ma jieħu gost bil-mod kif saru sensji minn ċerti fabbriki dan l-aħħar.", "Nerġa` ngħid li b'din il-liġi se nilqgħu għal dawn l- affarijiet.", "Tan-naħa l-oħra qalulna li jaqblu mal-working directive, imma l-gvern irid joqgħod attent.", "Altru li qagħad attent, l-iżjed fit-taħdidiet li qed nagħmlu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nista` ngħid li żamm quddiemu l-kwadru kollu li għandna bżonn.", "Jiena naħseb li ma stajniex nimxu aħjar.", "Din hija liġi li, kif diġa` għedt, żgur li se jibbenefikaw minnha ħafna kategoriji ta` ħaddiema.", "Il-bieraħ deputat minn tal-gvern elenka ħafna mill-ħaddiema li se jgawdu minn din il-liġi.", "M'iniex biħsiebni nerġa` nnsemmihom jiena għax ma rridx noqgħod nirrepeti.", "Wara kollox għalhekk indumu għaddejjin b'ħafna seduti maratoni b'dawn il- liġijiet għax wieħed joqgħod jirrepeti.", "Jiena għedt li l-briga ta` l-oppożizzjoni ma kenitx li tgħid li se tivvota kontra mingħajr ma ġġib l-ebda argument validu.", "Hemm ċerti klawsoli li anke jiena ngħid li wieħed jista` jtejjibhom.", "Per eżempju, jiena m'iniex kuntent bis-sitwazzjoni li jinsabu fiha persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena u li qegħdin ifittxu x-xogħol għax huwa diffiċli għalihom li jsibu xogħol.", "Il-gvern, flimkien ma` l-ETC, qed jagħmel dak li jista` biex jaġevola lil dan is-settur ta` ħaddiema imma din għadha problema li s'issa għadna ma rnexxilniex insolvuha.", "Tan-naħa l-oħra qalulna li b'din il-liġi m'aħniex se nsolvuha din il-problema.", "Billi qaltilna li b'din il-liġi mhux se nsolvuha b'daqshekk ma ħarġet bl-eda proposta.", "L-oppożizzjoni missa tipprova tressaq xi emenda fl-istadju tal-kumitat ħalli flimkien nipprovaw naraw x'se nagħmlu kif se naġevolaw lil din is- sezzjoni ta` ħaddiema.", "Din hija l-iktar sezzjoni ta` ħaddiema li wieħed għandu jieħu ħsieb għax sfortunatament dawn huma ħaddiema li jkunu għadhom qed irabbu u jisfaw mingħajr xogħol.", "Huwa diffiċli li wieħed ta` dik l-eta` jsib ix-xogħol allavolja l-ETC qed tagħmel mill-aħjar li tista` u nidiet ċerti skemi biex lil dawn in-nies taġevolahom.", "Dan huwa x-xogħol ta` l- oppożizzjoni.", "Mela tiġi bl-ikbar demogaġija u b'ipokrezija.", "U nagħmel enfasi fuqha għax m'għandhomx dritt u ma kellhom l-ebda raġun li jieħdu l- istand li ħadu fuq liġi bħal din.", "Din hija liġi li lill-ħaddiem Malti se tkompli tkabbarlu d-dinjita` tiegħu.", "Sur President, jiena ngħid li l-partit laburista qiegħed jagħmel minn kollox biex kemm jista` jkun jipprova jagħmel propoganda fuq ċerti affarijiet.", "Sfortunatament tagħmel dan, flimkien mal-partit laburista, hemm ukoll il-GWU.", "Jiena ma neħux gost nisma` lis-Segretarju Ġenerali ta` union bħal din jagħmel ċerti stqarrijiet.", "Per eżempju, dwar is-sympathy strike qal li ma jemminx dak li ntqal min-naħa tal-gvern.", "Jiena ma neħux pjaċir noqgħod insemmi l-passat imma l-poplu Malti ma jridx jinsa x'ħa l-ħaddiem Malti taħt gvern Laburista.", "Dawn jitkellmu favur d-drittijiet tal-ħaddiema u jiena ngħidilhom: Fejn kienu d-drittijiet tal-ħaddiema meta ssawwtu dawk il-ħaddiema fl-Imnarja?", "Taħt liema gvern kienu dawn?", "Min qabeż għalihom dawn il-ħaddiema?", "Dawn kif jistgħu jiġu hawn u jgħidu li l-gvern nazzjonalista jrid ikisser u jgħaddi minn fuq ras il-ħaddiema?", "Insew kemm ħallew ħaddiema jissawtu ġewwa d-dockyard u f'postijiet oħra?", "Sur President, il-kelliema tan-naħa l-oħra qalulna wkoll li din il-liġi qed nagħmluha biex inkunu nistgħu nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena ngħid li anke dan huwa argument banali.", "Jekk l-Ewropa għandha ċerti benchmarks fil- qasam soċjali li aħna rridu nimxu warajhom, allura din hija raġuni oħra għaliex aħna rridu nkunu parti minn din l-Ewropa għax aħna persważi li ħaddiema jkunu aħjar milli qegħdin issa.", "Sur President, il-partit Laburista kien jiftaħar li hu l-partit tal- ħaddiema imma żgur li ma jistax jgħid li għandu l-monopolju tal-partit tal- ħaddiema.", "Il-partit Nazzjonalista huwa partit tal-poplu kollu, tal- klassijiet kollha tal-popolazzjoni għax ma jistax ikun – u din irridu naqtgħuha darba għal dejjem – li meta partit iġib maġġoranza assoluta tal- voti, dawn jkun ġabhom mingħand is-sinjuri biss.", "Dawn ikun ġabhom għax il- bażi tiegħu huma l-ħaddiema.", "Dak huwa l-partit Nazzjonalista.", "Il-gvern Nazzjonalista qiegħed jara kif jagħmel biex kemm jista` jkun ikompli jġib 'il quddiem il-klassijiet tal-popolazzjoni kollha.", "Sur President, f'dan l-intervent tiegħi jiena kont se nitkellem fuq il- merti tal-liġi, imma ridt ukoll li nieħu dan l-istand ħalli nuri darba għal dejjem li l-partit laburista ma ġab l-ebda argument biex jiġġustifika l- pożizzjoni li ħa rigward din il-liġi, liema pożizzjoni żgur li ma tagħmillux unur għax din hija liġi li fil-qasam soċjali se tkompli tagħti status iktar lill-ħaddiema tagħna.", "Jiena kif diġa` għedt m'iniex se nidħol fil-merti tal-klawsoli ta` din il-liġi, imma ridt niġġustifika li b'din il- liġi l-gvern Nazzjonalista għandu mertu kbir għax wasalna biex nagħmlu liġi bħal din, liema liġi lill-ħaddiema Malti se tagħtih dinjita` iktar milli kellu u l-partit laburista se jibqa` mniżżel fl-istorja jekk jivvota kontra din il-liġi.", "Pero` wieħed m'għandux jeħodha bi kbira għax nerġa` nfakkar li kien il-partit Laburista li 25 sena ilu kien għadda liġi moqżieżha kontra l- ħaddiema meta kellna dak id-dibattitu fuq il-kwestjoni tat-tobba.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, għadni kif smajt l-intervent li għamel l-Onor.", "Mifsud Bonnici u xi kultant niskanta kif deputat li jkun ilu jipparteċipa fil-politika żgur ħafna iżjed milli ili jiena, isemmi ċerti episodji u jħalli barra episodji oħra jew isemmi parti minn ċerti episodji u jħalli barra dak li jaqbillu.", "Issa jew bi żvista jew għax hekk tkun l- intenzjoni.", "Jiena nistgħaġeb meta affarijiet bħal dawn isiru min-nies li jgawdu ċertu rispett u li ilhom is-snin jirrappreżentaw lill-poplu f'dan il- Parlament.", "Per eżempju, l-kelliemi ta` qabli semma s-sympathy strike u kkritika lill-partit Laburista u lill-GWU għall-pożizzjoni li ħadu.", "Il-kelliem tal-gvern jew għax nesa jew inkella għax irid jinsa għoġbu isemmi biss lill-GWU imma ħalla barra unions oħra, li żgur mhumiex simpatizzanti mal-partit Laburista, li wkoll ħadu l-istess pożizzjoni tal- GWU u tal-partit laburista dwar żewġ artikoli li hemm f'din il-liġi.", "Mhux sew li nagħmlu dan.", "Jew insemmu kollox jew inkella ma nsemmu xejn u mhux nipprovaw nitfgħu l-piż kollu fuq union waħda li tirrappreżenta lill- maġġoranza assoluta tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Sur President, imbagħad il-ħabib tagħna qalilna biex ma ninsewx x'kien jiġri fil-passat meta fi żmien gvern laburista kien isir xi strike u semma l-istrike tat-tobba.", "Jiena għadni żgħir komparat ma' deputati oħra, imma naħseb li l-kollega tiegħi li għadu kif tkellem jafha iktar minni l-istorja politika ta' pajjiżna u naħseb li jekk kien hawn liġi diżonesta li tressqet quddiem dan il-Parlament kontra l-ħaddiema kienet il-liġi li kien ressaq l- ex-ministru tax-xogħol nazzjonalista, dak iż-żmien l-Onor.", "Ċensu Tabone.", "Dan ried ineħħi d-dritt ta' l-istrike għall-ħaddiema u ried li min joħroġ fuq strike jintefa' l-ħabs.", "Jiena naħseb li dik kienet liġi tassew diżonesta.", "Jekk il-bażi tal-partit nazzjonalista, li għadu kif semma seħibna, huwa dan jiddeċiedi min qed jismagħna min għandu minn xiex jistħi u għal xiex jistħi.", "Ma ninsewx ukoll – għax aħna wkoll kapaċi nsemmuh il-passat – li fis-snin sittin ħaddiema ma kienux ikunu jistgħu jaqraw il-ġurnal tal-partit laburista fuq il-postijiet tax-xogħol għax jekk taqra l-ġurnal tal-partit laburista kont tiġi sospiż. mix-xogħol.", "Dan kien jiġri speċjalment f'postijiet tax-xogħol li l-kelliem li għadu kif tkellem huwa responsabbli għalihom.", "Jiġifieri naħseb li jaf ħafna iktar milli naf jiena dwar dan, imma dan ma semmihx.", "Sur President, l-Onor.", "Mifsud Bonnici semma wkoll id-drittijiet tal- ħaddiema.", "Imma nerġa` ngħid li mhux sewwa li meta titkellem dwar xi ħaġa ssemmi dak li jaqbillek u dak li ma jaqbillekx tħallih barra għax fi żmien gvern nazzjonalista ġraw affarijiet gravissimi kontra l-ħaddiema li b'dispjaċir ngħid li lanqas mill-media ma ngħataw l-importanza li kienet tixraqilhom.", "Per eżempju, fi żmien gvern nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l- 1996 twaqqfet il-famuża kummissjoni kontra l-inġustizzji.", "Din il- kummissjoni maħtura mill-gvern kienet tanalizza rapporti ta' inġustizzji li saru ma` ħaddiema.", "Wara li din il-kummissjoni kienet tanalizza r-rapporti u tasal għall- konklużjonijiet tagħha dik kienet toħroġ rapport li kien imur quddiem il- Prim Ministru u jekk ma jiffirmahx il-Prim Ministru ma kien jista` jsir xejn.", "Jiġifieri tagħmel x'tagħmel u tgħid x'tgħid dik il-kummissjoni, biex tiġi attwata d-deċiżjoni tagħha kienet meħtieġa l-firma tal-Prim Ministru.", "Nafu li minkejja li l-kummissjoni ta` l-inġustizzji, f'ħafna każi, kienet tat raġun lill-ħaddiema li ilmentaw li saret inġustizzja magħhom, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien ma ffirmax ir-rapporti tal-kummissjoni u minħabba f'hekk id-deċiżjoni tal-kummissjoni ma setgħetx tiġi mwettqa u dawk il- ħaddiema baqgħet ma sartix ġustizzja magħhom.", "Imma dan tan-naħa l-oħra ma jsemmuhx.", "Din hija inġustizzja fuq inġustizzja li kienet tkun ġejja mill- uffiċċju tal-prim ministru, mill-kap tal-kabinett.", "Dawn inħalluhom barra għax hekk jaqbel.", "Imbagħad il-gvern laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 kien waqqaf it- tribunal kontra l-inġustizzji, liema tribunal kien presedut fil-qrati tagħna biex il-kawżi li kienu jinqatgħu – li ħafna minnhom għadhom pendenti – ma jinqatgħux b'mod partiġġjan.", "Aħna ma ħtarniex grupp ta' nies b'simpatija mal-gvern tal-ġurnata bħalma kien sar meta l-gvern nazzjonalista waqqaf il-kummissjoni għall-inġustizzji.", "Aħna għaddejna liġi minn dan il-Parlament biex il-ħaddiema li ħassew li saret inġustizzja magħhom imorru quddiem il-qrati u d-deċiżjoni tittieħed minn hemm mingħajr ebda lok ta' partiġġjaniżmu.", "X'irriżulta li ġara bejn l-1987 u l-1996, meta l-pajjiż kien amministrat mill-partit Nazzjonalista?", "Irriżulta li f'dak il-perjodu kienu ttieħdu deċiżjonijiet li bihom saret inġustizzja ma` ħaddiema u li bihom ħaddiema ġew ikkalpestati.", "Dan irriżulta mill-qrati ta' Malta mhux minn xi individwi magħżulin mill-gvern tal-ġurnata jew mill- oppożizzjoni tal-ġurnata.", "Dak ġara taħt min illum qed jiftaħar li għandu l- bażi tal-ħaddiema taħt idejh.", "Dak ġara taħt min sa ftit tas-snin ilu kien jistħi jiċċelebra l-festa ta' l-1 ta' Mejju, u issa bdew jiċċelebrawha għax hekk jaqbel.", "Din hija l-bażi li għadha kif issemmiet hawnhekk u mhux sewwa li dawn l-affarijiet inħalluhom barra.", "Issa jekk ħallewhom barra bi żvista jew intenzjonalment, jiena ma nafx.", "Imma ma naħsibx li huwa sewwa li nipprovaw nidħlu f'din il-logħba tat-tfal iż-żgħar, għax din hija logħba tat-tfal iż-żgħar.", "Sur President, aħna rridu niffokaw fuq dak li għandna quddiemna llum.", "Aħna qed inkunu ċari fuq din il-liġi u qed ngħidu kollox kif inhu.", "Hemm ħafna pożittiv f'din il-liġi.", "Ħadd ma ċaħad li hemm ħafna affarijiet li pożittivi u essenzjali ħafna għall-ħaddiem Malti.", "Kieku rridu niċħdu lanqas nistgħu għax ħafna mill-affarijiet huma affarijiet li kien beda jaħdem fuqhom il- gvern Laburista.", "Kif tista' tikkritika l-pożittiv li jkollok f'liġi?", "Imma apparti l-ħafna pożittiv li hemm f'din il-liġi hemm ukoll wieħed x'jikkritika, u dan hu x-xogħol ta' l-oppożizzjoni.", "Ma naħsibx li n-naħa tal-gvern jippretendu li l-oppożizzjoni xogħolha huwa li tiġi hawnhekk u toqgħod il-ħin kollu ċċapċap lill-gvern għax inkella ma tkun oppożizzjoni xejn.", "X'oppożizzjoni tkun jekk lanqas tikkritika m'għandha dritt?", "Allura jekk inħossu li qed issir xi ħaġa li m'hijiex tajba nibqgħu b'ħalqna magħluq u ma ngħidu xejn.", "Sur President, meta konna fil-gvern u konna qed naħsbu fuq din it-tip ta` liġi – dak iż-żmien kien hemm il-professur Edwin Grech responsabbli minn dan il-qasam - konna tkellimna ħafna fuq id-drittijiet tal-ħaddiema fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Niftakar li b'kumbinazzjoni kont għadni ġej minn żjara fil-Ġermanja u wieħed mill-kotba li kont xtrajt kien appuntu l-liġi tax-xogħol u tad-drittijiet tal-ħaddiema li hemm fil-Ġermanja li huwa volum ferm eħxen minn dan li għandna quddiemna.", "Kont ġibt verżjoni bl- Ingliż u għalkemm kont għadni ma qrajthiex kont għaddejtha lill-professur Edwin Grech biex jekk iħoss li tista` tkun ta` użu fil-ħidma li kien qed tagħmel, ikun jista` jużaha.", "Dan il-ktieb baqa' fil-ministeru u forsi ġie anke f'idejn il-ministru preżenti u jista` jkun anke li ħa xi ħaġa minnu.", "J'Alla li kien hemm xi ħaġa tajba li minnha pajjiżna jista` jiggwadanja.", "Sur President, l-Onor.", "Mifsud Bonnici qal li l-Unjoni Ewropea għandha ċerti benchmarks u biex nilħqu dawn il-benchmarks aħna rridu nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Qisu li aħna l-Maltin m'aħniex kapaċi nfasslu liġi għalina nfusna, skond il-bżonnijiet tagħna u skond dak li nemmnu li hu ta` ġid għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Qisu li aħna bilfors irridu lil xi ħadd li jmexxina minn widnejna.", "Din hija mentalita` kolonjalista.", "Din għadha l- mentalita` kolonjalista tal-passat.", "Il-poplu Malti huwa kapaċi jfassal, kapaċi jiddeċiedi u kapaċi jattwa.", "Qisna qatt ma għamilna liġijiet f'dan il-pajjiż!", "Mela għalfejn twaqqaf il-Parlament fl-1921?!", "Għamilna ħafna liġijiet allavojla ma konniex fl-Unjoni Ewropea u lanqas fil- Patt ta` Varsavja.", "Ma konna mkien.", "Qisu li aħna bilfors irridu nissieħbu ma` xi blokk biex inkunu nistgħu nimxu.", "Mela fejn hi l-fiduċja li tant nisimgħu lil tan-naħa l-oħra jgħajjtu biha?", "Jekk inti tiftaħar li għandek il-fiduċja fil-poplu Malti kif biex tagħmel xi ħaġa dejjem trid tmur għand l-Unjoni Ewropea?", "Din x'fiduċja hi?", "Din iżjed tista` tgħidilha li hija sfiduċja.", "Ikollok fiduċja fil-poplu Malti meta tgħidlu: Int kapaċi tattwa, kapaċi tiddeċiedi, kapaċi tanalizza, kapaċi tfassal il-futur tiegħek u kapaċi timxi 'l quddiem.", "Dan ma jfissirx li tkun qed tiġġieled ma` xi ħadd u ma jkollokx relazzjonijiet ma` l-Unjoni Ewropea u mal-bqija tad-dinja.", "Aħna rridu ħbiberija ma` kulħadd.", "Pajjiżna hekk għandu jkun; ċentru ta` paċi, ħbieb ma` kulħadd u relazzjonijiet imferrxin jekk jista` jkun ma` kulħadd.", "Dan kapaċi nagħmlu u l-pożizzjoni strateġika ta` pajjiżna tagħtina vantaġġ biex dan nagħmluh.", "Allura ma nippretendix li fuq liġi li se tagħti aktar drittijiet lill-ħaddiema noqogħdu ndaħħlu l-Unjoni Ewropea.", "Mela aħna m'aħniex kapaċi nagħmlu liġi mingħajr ma ndaħħlu l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa l-iżball li sar għal sena wara l-oħra f'dawn l-aħħar snin.", "Aħna qgħadna niddependu kontinwament fuq dak li l-Unjoni Ewropea se timponi fuqna u l-gvern li għandna baqa` ċass u m'għamel xejn, u dan f'diversi oqsma u mhux f'dan biss.", "Aħna qed nistennew lill-Unjoni Ewropea qisha l-manna nieżla mis-sema, biex mingħalina tagħtina l-fondi u tidderiġina hi dwar x'għandna nagħmlu u kif għandna nimxu.", "Qisu aħna m'aħna kapaċi għal xejn.", "Qisu m'għandniex nies li jifhmu f'qasam jew f'ieħor.", "Għal dan il-gvern jeżistu biss il-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea, u dan huwa ħażin.", "Sur President, jien naħseb Ii għandna ħafna x'niggwadanjaw minn kontinenti oħra.", "Il-kontinent Ewropew nagħmlu parti minnu aħna u huwa l-aktar viċin tagħna u l-aktar li jkollna kuntatti miegħu.", "Din hija verita` u ħadd ma jista' jiċħad il-pożizzjoni strateġika li ninsabu fiha.", "Pero` hemm pajjiżi oħra fl-Ewropa li huma viċin tagħna ħafna u li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea u li sal-lum il-ġurnata ma jridux isiru membri.", "Imma dawn ma joqogħdux jiddependu fuq il-liġijiet u r-regolamenti li għandha l-Unjoni Ewropea f'liġijiet bħal dawn.", "Dawn huma kapaċi jiddeċiedu u jagħmlu l- liġijiet tagħhom u ma joqgħodu jiddependu fuq ħadd.", "Hemm pajjiżi fl- Iskandinavja li mhumiex fl-Unjoni Ewropea u l-ħaddiema tagħhom għandhom kondizzjonijiet ta` xogħol fejn aħjar milli għandhom il-ħaddiema fil- pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri dawn ma qagħdux jistennew lill- Unjoni Ewropea biex taw dawn il-kondizzjonijiet lill-ħaddiema tagħhom.", "Sur President, jekk imbagħad nitkellmu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema fl- Unjoni Ewropea, l-aħjar eżempju li nista` nġib, biex il-poplu tagħna jkun jista` jifhem aħjar fuq hiex qed nitkellmu, huwa dak tal-ħaddiema fi Sqallija, l-iktar pajjiż li huwa viċin tagħna.", "Naħseb li xi darba jew oħra kulħadd mar sa Sqallija.", "Issa l-Italja kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri kienet kontinwament fil-proċess tat- tħaddim tal-liġijiet, tar-regolamenti, tal-qasam finanzjaru u tal-qasam ekonomiku ta` l-Unjoni Ewropea.", "Issa Sqallija tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea għax hija parti mill- Italja.", "U apparti dan Sqallija hija wkoll reġjun.", "Mhux bħal Għawdex, għax kien hawn ukoll min ipprova jbellgħha lill-poplu li Għawdex se jitqies bħala reġjun u jibbenefika minn fondi ta` l-Unjoni Ewropea.", "Imma din bħal tal-Lm100 miljun; kulħadd jaf li Għawdex m'hu se jibbenefika xejn.", "Imma apparti dan, li rrid ngħid jien huwa li għalkemm Sqallija hija parti mill- Unjoni Ewropea u suppost tibbenefika minn fondi bħala reġjun, kulħadd jaf kemm għandhom rata għolja ta' qgħad.", "Kulħadd jaf kemm il-ħaddiema ġewwa Sqallija għandhom kondizzjonijiet tax-xogħol ħżiena u kemm għandhom ambjent mitluq.", "Issa dan wara 50 sena – fuq 50 sena issa qed nitkellmu, mhux fuq sena jew sentejn – li Sqallija ilha tagħmel parti mill-għaqda Ewropea, għax qabel kienet il-Komunita` Ewropea u wara saret Unjoni Ewropea.", "Naħseb kulħadd li aħna qegħdin f'pożizzjoni ferm aħjar minnhom.", "Pajjiżna sar indipendenti 30 sena ilu u ħa l-ħelsien sħiħ tiegħu 20 sena ilu u sar repubblika ħafna wara dawn il-pajjiżi.", "Imma minkejja dan kollu aħna għandna livell ta` għajxien ferm aħjar minn pajjiżi li wara 50 sena suppost ibbenefikaw ħafna mill-Unjoni Ewropea.", "Dan qiegħed ngħidu sabiex nifhmu darba għal dejjem fuq hiex qed nitkellmu meta nikellmu fuq l-Unjoni Ewropea.", "Irrid nuri li meta qed nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea m'aħniex qed nitkellmu fuq xi bakketta maġika li se ssolvilna l-problema ta` l- ambjent, il-problema tat-toroq u dik finanzjarja bil-fondi li tagħtina hi.", "Jekk tan-naħa l-orħa jridu jgħidu hekk jistgħu, imma jiena ngħidilhom li meta tagħmlu hekk tkunu qed tidħku bil-poplu.", "Jekk se nipprovaw inbellgħu liż-żgħażagħ tagħna li bis-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea se jkunu qishom qed jibbenefikaw minn xi ħaġa grandjuża għax se jkollhom l- opportunita` li jmorru jgħixu u jaħdmu barra minn Malta se nkunu qed inqarqu bihom.", "Għalfejn dawn l-illużjonijiet?", "Sur President, bħalissa tal-partit nazzjonalista għandhom is-slogan \"L- għażla għal Uliedna\".", "Ma nafx għaliex ma qalux \"L-għażla għal ulied il- poplu Malti\".", "Ma nafx xi jridu jfissru eżatt biha.", "Jekk aħna verament nemmnu fl-għażla għal ulied il-Maltin, jekk veru għandna fiduċja fl-ulied ta` dan il-pajjiż u jekk veru nemmnu li l-poplu Malti kapaċi jasal u jimxi 'l quddiem bil-ħila tiegħu għalfejn ma npenġulux stampa ċara ta` l- affarijiet kif inhuma mingħajr l-ebda ossessjoni u fissazzjoni żejda.", "F'dan il-pajjiż ġejna f'sitwazzjoni li min hu kontra għal kollox u min hu favur għal kollox.", "Għad m'hawn l-ebda organizzazzjoni li qiegħda tkun prattika f'dak li qed tgħid.", "Ma tisma` lil ħadd f'dan il-pajjiż li, per eżempju, jgħid li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea se niggwadanjaw mit-tali ħaġa imma se nbatu minn xi ħaġa oħra.", "Ma tisma` lil ħadd jgħidlek x'inhuma l- vantaġġi u l-iżvantaġġi.", "L-MIC suppost twaqqfet bl-iskop li tindika lill-poplu Malti u Għawdxi x'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt anke t-terms of reference jgħidu li l-MIC twaqqfet għal dan l- iskop, jiġifieri l-Ministru għall-Affarijiet Barranin ma kellux raġun meta qal li l-MIC twaqqfet biex tippromwovi s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid li l-MIC qed titħaddem mill-fondi tal-poplu Malti u Għawdxi, u għalhekk hija fid-dmir li minflok ma toqgħod tqarraq, tpoġġi stampa ċara quddiem il-poplu tagħna biex dan, min-naħa tiegħu, jieħu deċiżjoni ġusta f'dan ir-rigward.", "Mid-dehra din id-deċiżjoni mhux se ddum ma tittieħed u għalhekk huwa importanti li aħna bħala rappreżentanti tal- poplu, ngħinu lill-poplu bl-ikbar responsabbilta` biex dan jieħu deċiżjoni tajba u mhux ngħinuh biex jieħu deċiżjoni li forsi tkun taqbel lilna minħabba li l-karriera politika tagħna tkun tiddependi minn dik id- deċiżjoni.", "Għalhekk ejjew nippreżentaw lill-poplu stampa ċara ħalli kulħadd ikollu ċans jiddeċiedi bl-iktar mod ġust.", "Mr Speaker, id-deputat mexxej tagħna ta' spiss jitkellem fuq dan is- suġġett, anke għaliex huwa x-shadow minister għall-qasam ta' l-affarijiet barranin, u jien inħobb insegwi d-diskorsi li jagħmel, kemm f'dan il- Parlament kif ukoll waqt xi diskussjoni interna li jkun organizza l-partit Laburista.", "Fil-fatt l-iktar ħaġa pożittiva li nara fid-deputat mexxej tagħna huwa li għal dak li hu tajjeb, huwa ma joqgħodx idur mal-lewża biex jgħid li hu tajjeb, għax jemmen - u hekk hu - li kull ħaġa għandha l-lat pożittiv tagħha u l-lat negattiv tagħha.", "Madanakollu sal-lum jien għadni qatt ma smajt lil xi ħadd min-naħa tal-gvern isemmi xi żvantaġġ li ġġib magħha sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, u allura jien nistaqsi: Il-poplu kif jista' jemmen li qed tingħata informazzjoni oġġettiva verament min-naħa tal-gvern tal-ġurnata?", "Anke matul id-diskussjoni li qed issir fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, uħud mill-membri tal-gvern qed jagħtu lil dak li jkun x'jifhem li aħna, biex nagħmlu dak li għandna nagħmlu, irridu niddependu minn ħaddieħor.", "Issa dan m'hu veru xejn għax aħna poplu kapaċi, u tul is-snin tajna prova ta' kemm aħna kapaċi nimxu 'l quddiem filwaqt li nżommu l-ħbiberija tagħna ma' kulħadd.", "Huwa veru li ż-żminijiet jinbidlu, imma anke l-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa li tinbidel kontinwament, u għalhekk huwa importanti li aħna jkollna fiduċja fina nfusna bħala pajjiż.", "Ħadd m'hu ġej biex isolvilna l-problemi tagħna, biex imexxina 'l quddiem u biex jieħu d-deċiżjonijiet li għandna nieħdu aħna, u aħna rridu nkunu l- ewwel u qabel kollox.", "Aktar kmieni jien ġibt l-eżempju ta' Sqallija.", "Jekk tipparaguna lil Sqallija ma' l-Italja ta' Fuq, lanqas temmen li dawn jifformaw parti mill- istess pajjiż għax in-naħa ta' fuq hemm min huwa kapaċi jieħu d- deċiżjonijiet u n-naħa t'isfel hemm it-taħwid kollu.", "Madanakollu lil dawn ma marx Romano Prodi jew xi ħaddieħor mill-Unjoni Ewropea jgħidilhom x'jagħmlu jew ma jagħmlux.", "Trid tkun int li tattwa dak li għandek tattwa għax inkella l-Unjoni Ewropea tibda tagħtik bil-frosta, u aħna kapaċi nattwaw dak li għandna nattwaw.", "Il-gvern Nazzjonalista stess jiftaħar kemm irnexxielu joħloq jobs, kemm irnexxielu jniżżel il-qgħad u kemm irnexxielu jġib il-qasam tat-turiżmu 'l quddiem, u dan kollu sar b'ħilitna u l-ebda Unjoni Ewropea m'għenitna nagħmlu dan, la fi żmien il-gvern Nazzjonalista u wisq inqas fi żmien il-gvern Laburista.", "Aħna konna kapaċi nagħmlu dak kollu li kien hemm bżonn aħna stess, bħala poplu Malti u Għawdxi, irrispettivament mill-partit politiku li nappartjenu fih u irrispettivament minn min hu l-prim ministru jew min huma l-ministri tal-ġurnata.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jgħaqqad żewġ liġijiet f'liġi waħda, u l-membri tal-gvern qed jikkritikawna għax aħna qed ngħidu li hemm żewġ klawsoli li ma naqblux magħhom.", "Issa għall-mument ejjew ninsew lill-Unjoni Ewropea u nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi nnifsu.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi li jkun hemm setturi sħaħ li min jaħdem fihom ma jkunx jista' jagħmel strajk ta' simpatija, u aħna ħassejna li l-lista ta' dawn is-setturi hija twila wisq.", "Per eżempju, fost is-setturi li qed jissemmew f'din il-lista hemm is-setturi tar-radio u tat- television, tal-portijiet, tal-banek, tal-computer services, tal-leisure parks u tat-trasport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi, bil-permess ta' l-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Biex niċċaraw l-affarijiet, irrid ngħid li għalkemm huwa veru li dan l-abbozz ta' liġi qed iġib lista, huwa qed iġib lista ta' dawk is-servizzi li huma essenzjali - li m'humiex dawk li semma l- Onor. Cuschieri lanqas - u mhux lista ta' dawk is-setturi li min jaħdem fihom ma jkunx jista' jagħmel strajk ta' simpatija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Cuschieri biex, jekk jogħġbu, ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fil-fatt, Mr Speaker, l-Onor.", "Gonzi għandu raġun għax jien kont qed nirriferi għal-lista li ħarġet l-ILO, imma xorta waħda nħossu li l-lista li hemm fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija twila wisq, u għalhekk aħna m'aħniex naqblu magħha.", "Allura f'dan il- Parlament, jekk ma taqbilx trid tgħid li taqbel bilfors?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi, bil-permess ta' l-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, li kieku kellna nagħmlu sforz biex nagħmlu dan id-dibattitu bis-sens, nimxu 'l quddiem ħafna iktar u nkunu nistgħu nagħmlu ħafna iktar affarijiet għall-ġid tal-pajjiż.", "Biex inkunu preċiżi, irrid ngħid li jeżisti dokument ta' l-ILO - jekk il-ħabib tiegħi l- Onor. Cuschieri jrid, jien lest li ngħaddilu dan id-dokument - u s-servizzi essenzjali li huma msemmija f'dan l-abbozz ta' liġi huma msemmija espressament fid-dokument ta' l-ILO bħala servizzi essenzjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Cuschieri, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fil-fatt, Mr Speaker, jien kont qed nitkellem fl- istess kontest.", "Issa hawn wieħed irid jikkonsidra li l-ILO tgawdi rispett kważi mid-dinja kollha fil-qasam tax-xogħol, jiġifieri ma tistax tipparaguna lill-ILO ma' l-Unjoni Ewropea, imma xorta waħda jibqa' l-fatt li aħna, bħala pajjiż, l-ewwel ma rridu nqisu huwa dak li huwa essenzjali għalina, u rridu nkunu aħna li niddeċiedu għalina nfusna.", "Aħna m'aħniex marbutin li nimxu ma' xi guidelines li jimponi fuqna xi ħadd.", "Kieku l- poplu Malti u Għawdxi għaliex eleġġiena?", "Kieku lanqas għandna għalfejn niġu f'dan il-Parlament u nistgħu mmorru Brussels u nħallu lil ħaddieħor jiddeċiedi għalina.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tressaq quddiem dan il- Parlament tlett ijiem qabel l-1 ta' Mejju, u ma nafx jekk dan sarx b'kumbinazzjoni jew le.", "Meta l-Viċi Prim Ministru kien qed jintroduċi dan l-abbozz ta' liġi, huwa qal li dan ma sarx b'kumbinazzjoni.", "Jien ma nafx kif isiru l-kumbinazzjonijiet f'dan il-Parlament u forsi għadni ma drajthomx biżżejjed, imma ma ngħidx li dan sar b'kumbinazzjoni lanqas.", "Fil- fatt lejliet l-1 ta' Mejju ġejna hawnhekk biex nagħtu boost lil dan l- abbozz ta' liġi ħalli nagħtu l-impressjoni li qed nagħmlu xi ħaġa kbira.", "Issa l-partit Nazzjonalista ma telax il-bieraħ fil-gvern imma ilu fil-gvern għal 14-il sena sħaħ, pero` jekk naraw f'liema sitwazzjoni jinsabu l- ħaddiema Maltin u Għawdxin, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' kondizzjonijiet ta' xogħol, isib li dawn xejn ma jinsabu f'sitwazzjoni feliċi.", "Huwa faċli li tgħaddi l-liġijiet, imma biex il-liġijiet jiġu fis-seħħ, trid tattwahom u tinforzahom u mhux tiktibhom u tpoġġihom fuq l-ixkafef.", "Fil- fatt huma ħafna dawk il-ħaddiema li llum jinsabu ppreokkupati bis- sitwazzjoni tagħhom fuq il-post tax-xogħol, u dan biex ma nsemmux ukoll kemm ħaddiema tilfu l-impjieg tagħhom.", "Biżżejjed ngħid li fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena kien hemm iktar minn 900 ħaddiem li tilfu l-impjieg tagħhom.", "Issa hawnhekk ta' min jagħmel parentesi u jgħid li filwaqt li f'dak li għandu x'jaqsam ma' turiżmu, il- Gvern Nazzjonalista jikkwota l-istatistiċi li joħroġ l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, imbagħad f'dak li għandu x'jaqsam ma' qgħad, għandu jkun lill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika l-gvern ma jeħdux bis-serjeta` għax jikkwota l-istatistiċi li toħroġ l-ETC.", "Illum fil-pajjiż hawn 7,000 ruħ qegħda, jew inkella ma jimpurtax, ħalli nikkwota l-istatistika ta' l-ETC, kif għamel il-Prim Ministru, u ngħid li llum fil-pajjiż għandna xi ftit inqas minn 7,000 ruħ qegħda.", "Imma fl-1997 l-Onor.", "Fenech Adami kien qal li huwa allarmanti li f'pajjiżna jkollna 7,000 ruħ qegħda.", "Issa l-Prim Ministru Eddie Fenech Adami reġa' ilu kważi erba' snin fil-gvern, u għalkemm matul dan il-perijodu r-rata ta' 7,000 ruħ qegħda kienet niżlet, issa reġgħet telgħet, anzi mhux talli reġgħet telgħet imma talli r-rata ta' persuni qegħda llum skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Istatistika hija ta' 10,000 ruħ, jiġifieri 3,000 iktar mill-istatistika li ħarġet l-ETC.", "Madanakollu l-iktar ħaġa allarmanti hija li skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, 45% minn dawn l-10,000 ruħ qegħda huma żgħażagħ, u allura jien nistaqsi: Din hi l-għażla għal uliedna?", "Dan huwa l-futur ta' uliedna?", "Dan hu li qed noffru lil uliedna?", "Jew issa, anke biex iż-żgħażagħ tagħna jkunu jistgħu jaħdmu, irridu bilfors nissieħbu ma' l-Unjoni Ewropea?!", "Jiddispjaċini ngħid dan, imma liż-żgħażagħ tagħna qed inġibuhom f'sitwazzjoni fejn qed ikollhom jemmnu li jridu bilfors jitilqu minn pajjiżhom biex ikollhom futur.", "F'din is-sitwazzjoni qed iġibna l- gvern preżenti!", "Imbagħad hemm numru ta' oqsma oħra li jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet kbar ukoll.", "Per eżempju, il-qasam tat-turiżmu huwa wieħed minnhom.", "Sa l-aħħar t'Awissu li għadda - jiġifieri sa dak iż-żmien ħadd ma kien għadu jaf x'se jagħmel Bin Laden - in-numru ta' turisti li ġew iżuruna kien ta' 9,000 inqas mis- sena ta' qabel.", "Issa bdejna sena oħra u diġa' għaddew sitt xhur minn din is-sena - u sitt xhur f'ħajja ta' gvern m'huwiex perijodu qasir - imma x'ġara?", "Ġara li skond l-aħħar statistika li nħarġet fuq il-qasam tat- turiżmu, anke fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena, in-numru ta' turisti li żaru lil pajjiżna naqas b'9,000.", "Kif qed taraw, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq turist 'l hemm u 'l hawn, pero` l-iktar ħaġa inkwetanti li toħroġ minn din l-istatistika - u hawn ta' min ifakkar li din l-istatistika ħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika u mhux miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista - hija li l-iktar żewġ pajjiżi li aħna nibbażaw is- settur tagħna fuqhom, li huma l-Ingilterra u l-Ġermanja, urew tnaqqis f'dak li hu turiżmu wkoll.", "Biżżejjed ngħid li fi Frar biss, it-turisti Ġermaniżi naqsu b'2,000 filwaqt li t-turisti Ingliżi naqsu b'1,000 mill-istess perijodu tas-sena l-oħra.", "Naturalment dawn huma affarijiet inkwetanti għax minn dan il-qasam jiddependi x-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu fil-lukandi, tal-ħaddiema li jaħdmu fir-restaurants, tat-taxi drivers, tal-minibus drivers u ta' ħafna u ħafna ħaddiema oħrajn.", "Issa ħalli niġi biex insemmi oqsma oħra li l-gvern għandu ċertu kontroll fuqhom.", "Mr Speaker, nibda biex ngħid li l-iktar kumpannija li kienet tiġġenera xogħol fil-Freeport - fil-fatt din kienet tiġġenera terz tax-xogħol tal- Freeport - telqet minn pajjiżna fl-1 t'April, u jien informat li diġa' saru diskussjonijiet bejn il-unions, fosthom il-UĦM, u l-management tal-Freeport fejn ġiet diskussa l-possibbilta` li jitnaqqsu l-ħaddiema mill-Freeport jew inkella jitneħħa l-overtime kollu, għax naturalment riedet tinstab xi forma ta' soluzzjoni, iktar u iktar meta nġabu kumpanniji żgħar oħra biex forsi jpattu għal din il-kumpannija li telqet minn pajjiżna u dawn ma rnexxielhomx iġibu s-sitwazzjoni kif kienet qabel.", "Fil-fatt ta' min jgħid li kien hemm min saħansitra ppropona li ċerti ħaddiema tal-Freeport jaħdmu bil-four-day week, u jien qed ngħid dan pubblikament biex jekk m'huwiex veru, ikun hemm xi ħadd li jiddikjara li m'huwiex veru.", "Dan l-aħħar deher dak il-famuż artiklu li kiteb il-Ministru Josef Bonnici fuq il-gazzetta dwar il-Malta Shipbuilding, f'liema artiklu huwa pprova jwaħħal fil-ħaddiema għall-fatt li wara 14-il sena sħaħ ta' Gvern Nazzjonalista, illum il-ħaddiema tax-Shipbuilding ġew f'sitwazzjoni fejn m'għandhomx xogħol.", "F'dan l-artiklu l-Ministru qal ukoll li hemm bżonn li l-Malta Shipbuilding tiġi ristrutturata u jonqsu l-ħaddiema.", "Jien lill- Gvern Nazzjonalista ngħidlu: Sur gvern Nazzjonalista, tista' tgħidilna x'għamilt inti biex tirristruttura l-Malta Shipbuilding matul l-14-il sena sħaħ li ilek fil-gvern?!", "U mela twaħħal fil-ħaddiema u fir-rappreżentanti tal-ħaddiema?!", "Jien nixtieq nistaqsi lill-gvern ukoll jekk l-iskemi li qed jinħarġu għall-ħaddiema tax-Shipbuilding u tad-Drydocks humiex parti mill- closure aids li toffri l-Unjoni Ewropea lit-tarznari.", "Issa wieħed irid iżomm f'moħħu li meta nitkellmu fuq il-Freeport, fuq il-Malta Shipbuilding u fuq il-Malta Drydocks m'aħniex qed nitkellmu fuq xi tliet azjendi żgħar, anzi għall-kuntrarju, dawn huma azjendi kbar ħafna.", "Is-sena l-oħra kemm l- importazzjoni, kemm l-esportazzjoni kif ukoll il-manifattura naqsu bil- konsegwenza li l-ekonomija qiegħda dejjem tiċkien, imma madanakollu għall- gvern kollox huwa miexi tajjeb, u dan huwa ħażin.", "Jenħtieġ li l-problemi niffaċċjawhom u mhux naħarbuhom u ngħidu li ma jeżistux.", "Jekk hemm problema, trid tgħid li hemm problema u trid tittekiljaha.", "Aħna konna ġejna kkritikati minħabba li fit-22 xahar li konna għamilna fil-gvern, indunajna li kien hemm problema finanzjarja u għedna dan pubblikament.", "Qalulna li din il-problema hija ħrafa, imma aħna konna rġiel u fissirna lill-poplu x'kienet din il-problema, u fil-fatt meta mbagħad, fl-1998, il-partit Nazzjonalista reġa' tela' fil-gvern, huwa ammetta li din il-problema kienet teżisti verament.", "Jien nappella biex inkunu sinċieri mal-poplu għax b'hekk biss nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Kif għedt diġa', bħal kull ħaġa oħra l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum fih affarijiet pożittivi u fih ukoll affarijiet negattivi, u dak li huwa negattiv għandna nikkritikawh u jekk hemm bżonn, niddiskutuh bl-ikbar qawwa f'dan il-Parlament biex nibdluh.", "Madanakollu aħna ma naqblux mal-mod kif ġew infilzati ċerti klawsoli f'dan l-abbozz ta' liġi, u għalhekk se nkunu kostretti li nivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi mingħajr division.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, meta l-Onor.", "Cuschieri qal li huwa importanti li waqt li nkunu qed nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea, nitkellmu b'mod ċar u bilanċjat biex il-poplu jkun jista' jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu, huwa kien qed jgħid sew, u jien naqbel ma' dan l-istatement assolutament.", "Li ma nistax nifhem jien huwa kif jidher li meta jkun hemm xi ħaġa negattiva, jew inkella meta xi ħaġa tkun negattiva fil-perception ta' l-oppożizzjoni, din twaħħal fl-Unjoni Ewropea għal dan, u meta mbagħad ikun hemm xi ħaġa li tkun tidher li hija pożittiva bl-iktar mod ċar, l- oppożizzjoni tgħid li m'għandniex bżonn lill-Unjoni Ewropea biex nattwaw dik il-ħaġa u li din nistgħu nagħmluha għal rasna.", "Mr Speaker, kif qed naraw hawnhekk qegħdin f'sitwazzjoni ta' two weights and two measures.", "Żgur li ħadd ma jasal biex jippilota liġi sempliċement biex jikkopja lil xi ħadd.", "Il-liġijiet isiru bl-iskop li jogħla l-livell ta' kif jitmexxa l-pajjiż, li jogħla l-livell tar-regolamentazzjoni soċjali fil-pajjiż, li jogħla l-livell ta' l-għajxien tal-popolazzjoni, li jkun hemm iktar stabbilta` u li permezz ta' dawn il-liġijiet, ikun hemm possibbilta` ikbar li l-komunita` toħloq iktar ġid u li kulħadd igawdi minn dak il-ġid.", "Jekk hemm realta` li kulħadd jaqbel fuqha dwar l-Unjoni Ewropea, din hija li matul is-snin li għaddew din l-unjoni żviluppat u tat ħafna drittijiet lill-ħaddiema.", "Fil-fatt ta' min jgħid li oriġinarjament l-Unjoni Ewropea la ssawret mill- estremisti tax-xellug u lanqas mill-estremisti tal-lemin imma ssawret mid- demokrazija kristjana, mid-demokratiċi nsara u mis-soċjalisti demokratiċi, u huwa għalhekk li qed jirriflettu dawn ir-realtajiet.", "Naħseb li huwa biżżejjed li wieħed iħares lejn l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea biex jinduna kemm inħolqu drittijiet għall-ħaddiema permezz ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk ma narax li wieħed għandu għalfejn jaħbi l-fatt li l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jaddotta l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet tal-ħaddiema, u apparti minn hekk qiegħed ukoll jagħmel bidliet oħrajn li joħorġu kemm mill- bżonnijiet tal-pajjiż, kemm mill-istandards ta' l-ILO kif ukoll minn organizzazzjonijiet oħrajn li taw kontribut kbir f'dan il-qasam.", "Anzi jien naħseb li huwa tajjeb li nispjegaw x'qed jaddotta dan l-abbozz ta' liġi għax dan jispjega ħafna affarijiet.", "Per eżempju, dan jispjega għaliex la fl-Unjoni Ewropea u lanqas barra mill-Unjoni Ewropea ma ssib partit soċjalista li huwa Ewro-xettiku jew huwa kontra s-sħubija ta' pajjiżu fl-Unjoni Ewropea, apparti l-partit Soċjalista Malti, jiġifieri s- sitwazzjoni tal-familja Soċjalista Maltija hija speċjali.", "Naturalment il- partiti Soċjalisti ta' pajjiżi oħra ddeċidew li jkunu favur sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea għax huma jafu li l-Unjoni Ewropea mhux biss kapaċi tiftaħ is-suq, iżżid il-kompetizzjoni, iżżid il-kummerċ u tneħħi l- fruntieri imma kapaċi wkoll taħdem biex il-ħaddiema Ewropej ikollhom livell ta' protezzjoni legali li ma ssibu fl-ebda kontinent ieħor.", "Jien nista' nġib eżempju wieħed biss biex nuri l-livell għoli ta' protezzjoni legali li għandhom il-ħaddiema Ewropej għax ma rridx noqgħod nirripeti dak li diġa' ntqal.", "Per eżempju, jien bħala avukat, niltaqa' ma' ħafna sitwazzjonijiet ta' negozjanti li jħaddmu numru ta' ħaddiema magħhom li ma jkunux jistgħu jkomplu bil-business tagħhom minħabba li jkollhom jieħdu lura eluf ta' liri.", "Xi ftit żmien ilu f'pajjiżna daħlet il-policy li dawn il-ħaddiema jieħdu paga privileġġjata ta' 'l fuq minn Lm100, imbagħad din telgħet għal Lm200 u minn dak iż-żmien 'l hawn ma sar xejn iżjed.", "Issa dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhux biss qiegħed iżid l-ammont tal-paga pprivileġġjata imma qiegħed joħloq ukoll il-guarantee fund, li joħroġ mid- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, fejn permezz ta' dan il-fond il-ħaddiema li jkunu tilfu x-xogħol ikunu jistgħu jingħataw is-salarji li ma jkunux tħallsu mill-employer tagħhom minħabba li dan ikun falla.", "Hawnhekk wieħed jista' japprezza li l-gvern Nazzjonalista qed jattwa l-konċett tas- solidarjeta` verament fis-soċjeta`, jiġifieri qed naraw li dan il-gvern mill-kliem jgħaddi għall-fatti.", "Mr Speaker, jien naħseb li huwa tajjeb li nitkellmu fuq il-konċett tas- solidarjeta`, u fil-fatt il-partit Nazzjonalista tkellem diversi drabi dwar dan il-konċett.", "Huwa importanti li wieħed iħaddem il-konċett tas- solidarjeta` billi, per eżempju, min hu b'saħħtu jgħin lil min hu inqas b'saħħtu u min f'ċertu perijodu jkun sejjer tajjeb jgħin lil min f'dak il- perijodu ma jkunx sejjer tajjeb.", "Madanakollu fl-opinjoni tiegħi, jekk noqogħdu nagħmlu ħafna diskorsi dwar il-liġijiet li jitressqu quddiem dan il-Parlament mingħajr ma norbtu ħsieb politiku ma' dawn id-diskorsi, inkunu qed nirrendu sitwazzjoni li sfortunatament mhux biss teżisti f'pajjiżna imma anke f'ħafna pajjiżi oħrajn bil-konsegwenza li l-politika tiġi bla kontenut.", "Fil-fehma tiegħi, m'għandniex inkomplu b'din il-kultura ta' politika bla kontenut għax għalija ma jkunx hemm funzjoni għall-politika meta din tiġi bla kontenut, u dan minbarra li meta ma norbtux ħsieb politiku mad-diskorsi li nkunu qed nagħmlu, wieħed ikun jista' jitkellem bl-iktar mod konvenjenti għalih, forsi anke biex jakkwista l-voti.", "Il-politika għandu jkollha kontenut, u fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu kontenut politiku.", "Per eżempju, huwa biżżejjed li nerġa' nsemmi l- guarantee fund, li huwa espressjoni politika ta' solidarjeta` mhux bil- paroli imma bil-fatti, u jien naħseb li m'hemm ħadd, jew għallinqas m'hemm ħadd fost il-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, li jista' jinnega li l-guarantee fund huwa dritt importanti li jagħti sigurta` enormi lil min qiegħed fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-fatt jekk immorru xi ftit lura fis-snin, insibu li kien hemm ħafna sitwazzjonijiet pjetużi ta' ħaddiema li baqgħu ma tħallsux, jew inkella tħallas ħaddieħor qabilhom bil-konsegwenza li dawn il-ħaddiema spiċċaw ħadu biss il-loqom.", "Mr Speaker, ħlief għall-Onor.", "Cuschieri, li donnu ta xi forma ta' indikazzjoni għal xiex se jivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi, il-membri ta' l-oppożizzjoni li tkellmu matul dan id-dibattitu donnhom lanqas jafu eżattament għalfejn se jivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi, u fil-fatt min sema' d-diskorsi tagħhom seta' jinduna li dawn daqqa jitkellmu favur dan l-abbozz ta' liġi u daqqa jitkellmu kontrih, donnhom ma jafux eżattament x'pożizzjoni għandhom jieħdu.", "Madanakollu l-poplu tagħna għandu dritt li fuq issue importanti bħal din li qed niddiskutu llum, ikun jaf x'inhi l-pożizzjoni tal-partit Laburista, u huwa importanti ħafna li t- tieni l-ikbar partit ta' dan il-pajjiż ikollu politika ċara fuq dan il- qasam.", "Jien nistaqsi: X'qed jgħidu l-membri tal-partit Laburista f'din id- diskussjoni?", "Qed jgħidu li ma jridux li ċerti servizzi jiġu kkonsidrati bħala servizzi essenzjali minħabba li l-komunita` jkollha dritt għalihom kontinwament?", "Possibbli li l-membri ta' l-oppożizzjoni ma jaqblux li ċerti servizzi jiġu kkonsidrati bħala essenzjali minkejja li l-ILO, li hija l-organizzazzjoni internazzjonali tax-xogħol, u l-pajjiżi ċivilizzati kollha tad-dinja qed jikkonsidraw ċerti servizzi bħala essenzjali?", "Jekk il-membri ta' l- oppożizzjoni ma jaqblux li ċerti servizzi jiġu kkonsidrati bħala essenzjali, għandhom jgħidu dan bla tlaqliq u mhux jgħidu sempliċement li filwaqt li ċerti affarijiet li qed jipproponi dan l-abbozz ta' liġi qed jogħġbuhom, oħrajn m'humiex qed jogħġbuhom.", "Kemm hemm affarijiet li ma jogħġbunix lili!", "Imma rrid ngħid x'inhuma l-affarijiet li ma jogħġbunix u mhux nagħmel politika tad-duħħan jew smokescreen.", "Issa jkun tajjeb jekk nitkellmu ftit fuq is-servizzi essenzjali għax meta kelli responsabbiltajiet iktar onerużi fil-gvern, mill-esperjenza tgħallimt li jekk ma jkunx hemm ċertu tip ta' regolamentazzjoni bil-liġi, ibati l-pajjiż kollu.", "Per eżempju, mhux il-pajjiż kollu jbati jekk il-ħaddiema ta' l-air traffic control ma jkunux inklużi fil-lista ta' dawk il-ħaddiema li jipprovdu servizzi essenzjali?", "Ibati l-pajjiż kollu, speċjalment is-settur tat-turiżmu u dawk il-Maltin u Għawdxin li jkunu jridu jsiefru biex jagħmlu ċerti negozji.", "U x'jiġri mill-portijiet, mill-importazzjoni, mill- esportazzjoni u mill-ħaddiema ta' l-industriji tagħna jekk ċerti ħaddiema ma jkunux imniżżla fil-lista ta' dawk li jipprovdu servizzi essenzjali?", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jista' jiġi meqjus bħala wieħed mill- pilastri li fuqhom għandu jitmexxa pajjiżna, u fil-fatt huwa għalhekk li tkellmu diversi kelliema dwaru.", "Issa naturalment pajjiżna ma jitmexxiex 'il quddiem bid-deċiżjonijiet li jittieħdu fi ħdan il-partiti, fil-Kabinett jew fil-Parlament imma jitmexxa 'l quddiem bil-mod kif isiru r- regolamentazzjonijiet u kif in-nies jaġixxu ma' xulxin fid-dinja tax- xogħol.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li ma teżistix rabta biss bejn min jaħdem u bejn min iħaddem imma teżisti rabta sħiħa anke mal-komunita`, mas- soċjeta` u mal-pajjiż kollu kemm hu, u huwa proprju minħabba f'hekk li huwa importanti li ċerti servizzi jiġu meqjusa bħala essenzjali.", "Ħadd ma jista' jinnega l-fatt li jeżistu ċerti servizzi li l-komunita` kollha għandha bżonn li jkollha, u għalhekk naħseb li mhux biss huwa aċċettabbli imma huwa wkoll ġust li ċerti servizzi jiġu meqjusa bħala essenzjali, daqskemm huwa ġust li jekk, per eżempju, kumpannija tfalli, għallinqas il-ħaddiema ta' dik il-kumpannija jitħallsu tax-xogħol kollu li jkunu għamlu u mhux jispiċċaw lanqas ikollhom garanzija li se jitħallsu tax-xogħol li jkunu għamlu fl-aħħar ġimgħat.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti diversi benefiċċji li għandhom importanza kbira.", "Per eżempju, hawn ta' min jenfasizza li dan l-abbozz ta' liġi qed jagħmilha ċara li fuq il-postijiet tax-xogħol m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni u għandu jkun hemm ugwaljanza bejn is-sess maskili u s- sess femminili.", "Huwa tajjeb li jkun hemm ċerti garanziji legali anke fuq min jaħdem part-time jew b'kuntratt fiss.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi qafas li permezz tiegħu d-dinja tax-xogħol se tkun tista' tiġi regolata bid-diversifikazzjoni kollha tagħha, u dan il-qafas qed jiggarantixxi lill-ħaddiema li m'humiex se jiġu minsija u li d-drittijiet tagħhom se jkunu dejjem rispettati.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jagħti wkoll ċerti drittijiet li xi kultant aħna ma nagħtuhomx l-importanza li jixirqilhom, bħal per eżempju, id-dritt li l-impjegati li jkunu qed jagħmlu l-istess xogħol jingħataw l- istess rimunerazzjoni.", "Dan id-dritt huwa prinċipju importanti, u nistgħu ngħidu li huwa prinċipju ta' ġustizzja.", "Fil-fatt l-iktar ħaġa li tispikka f'dan l-abbozz ta' liġi hija l-ġustizzja, jew kif qed insejħulha llum, il- ġustizzja soċjali.", "Punt ieħor importanti li wieħed jagħmel huwa li dan l- abbozz ta' liġi mhux biss qed jipproteġi lill-employee kontra s-sexual harrassment imma anke lill-employer, u dan għaliex aħna nemmnu li kulmin jinsab fid-dinja tax-xogħol għandu jiġi protett mis-sexual harrassment.", "Mr Speaker, fil-fehma tiegħi dan l-abbozz ta' liġi qiegħed ukoll jagħti kontribut lill-politika f'pajjiżna għax qed jiggarantixxi li l-politika jibqgħalha kontenut qawwi soċjali u ġust, u fil-fatt il-ministru qed jingħata diversi poteri.", "Per eżempju, il-ministru qed jingħata poter fuq diversi tipi ta' kuntratti u qed jingħata wkoll il-poteri li joħroġ legal notices, li jagħti dritt għal informazzjoni minima lill-impjegati, li jitkellem fuq issues ta' collective redundancies, li jitkellem fuq it- trasferiment ta' business u fuq x'ikunu d-drittijiet tal-ħaddiema meta dan il-business jiġi ttrasferit.", "Ta' min jgħid li l-Unjoni Ewropea kienet waħda mill-ewwel entitajiet li ħadmet fuq livell reġjonali biex ikun hemm direttiva dwar it-trasferiment ta' business, u dik id-direttiva ilha tapplika għall-ħaddiema ta' pajjiżi oħra għal diversi snin.", "Fil-fatt illum din id-direttiva tinsab ukoll fl- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u din tgħid bl-iktar mod ċar li r- rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom ikunu informati dwar kif ikun se jiġi ttrasferit dak il-business u dwar l-implikazzjonijiet li jkun hemm għall- ħaddiema.", "Dawn huma drittijiet ġodda li qabel ma kellniex u li huma pożittivi ħafna għall-impjegati.", "Ta' min jgħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jagħti wkoll ċerti drittijiet lir-rappreżentanti tal-ħaddiema, liema drittijiet joħorġu mill-esperjenza li għandha l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.", "Fil-fatt ħafna mill-konċetti li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi huma influwenzati mill-Unjoni Ewropea u mill-acquis communautaire, jiġifieri l-Unjoni Ewropea mhux affarijiet negattivi biss għandha, kif qed tipprova tagħti l-impressjoni l- oppożizzjoni, imma anke affarijiet pożittivi.", "Fid-dinja rridu npoġġu kollox fuq miżien għax deċiżjoni tajba tista' tittieħed biss jekk wieħed ikun kapaċi li qabel ma jieħu dik id-deċiżjoni, iqis kemm it-tajjeb kif ukoll il-ħażin.", "Mr Speaker, jien nemmen li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu jiġi mpoġġi fuq quddiem nett meta jkun qed jiġi diskuss x'għandu jsir għall- ġid tal-pajjiż għax dan l-abbozz ta' liġi qed ipoġġi lil dan il-pajjiż fuq livell iktar għoli f'dak li għandu x'jaqsam mar-regolamentazzjoni u mal- protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem għaliex il-Partit Laburista, li jgħid li jixrob mill-fonti Soċjalista, jista' jkun kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-membri ta' l- oppożizzjoni qed jgħidu li se jivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi bla division.", "Imma dan x'logħob hu?!", "Jew huma favur jew kontra dan l-abbozz ta' liġi!", "Allura iktar kien jagħmel sens li jivvotaw biss fuq dawk il- klawsoli li ma jaqblux magħhom milli jivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi kollu kemm hu bla division.", "Mela aħna xi principianti tal-politika hawnhekk?!", "Kieku jien kont nivvota kontra l-klawsoli li ma naqbilx magħhom u mbagħad nivvota favur dan l-abbozz ta' liġi.", "U mela jiġu jgħidulna li huma kontra dan l-abbozz ta' liġi?!", "Bir-rispett kollu, imma hija inkompetenza politika li l-partit Laburista qed jgħid li se jivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi bla division.", "Il-partit Laburista għandu jivvota favur dan l-abbozz ta' liġi għax huwa fl-interess ta' pajjiżna li nilħqu consensus dwar liġi li tirrigwarda l-ħaddiema.", "Daqskemm kien importanti li nilħqu consensus dwar il-liġijiet tal-financial services, daqstant ieħor huwa importanti li nilħqu consensus dwar abbozz ta' liġi bħal dan għax il-messaġġ li jrid jingħata lill-ħaddiema ta' pajjiżna huwa li l-klassi politika hija kapaċi taqbel fuq affarijiet tajbin bħal dawn.", "Imma jiddispjaċini ngħid li l-kontenut tal-politika ta' l- oppożizzjoni f'dan ir-rigward hija duħħan, kuntrarjament għall-gvern Nazzjonalista, li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qiegħed juri li jemmen li l-ħaddiema għandu jkollhom ċerta protezzjoni, imma li fl-istess ħin din il-protezzjoni ma għandhiex tkun inġusta ma' min iħaddem.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed iħares kemm lejn id-drittijiet kif ukoll lejn l-obbligi li għandu jkollu kulmin qiegħed fid-dinja tax-xogħol, imma l-partit Laburista donnu qiegħed jgħid li filwaqt li hu jaqbel mad-drittijiet li qed jagħti dan l- abbozz ta' liġi, m'huwiex qed jaqbel ma' l-obbligi.", "Hawnhekk jien nistaqsi: Kif tista' tagħmel politika responsabbli meta tgħid li trid id- drittijiet u ma tridx l-obbligi?", "Mr Speaker, jien naħseb li dan il-pajjiż imur ħafna aħjar jekk kulħadd jifhem li ma' kull dritt hemm marbut obbligu, u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jorbot id-drittijiet u d-dmirijiet flimkien.", "Fil- fatt bħala avukat jien ngħid ukoll li dan l-abbozz ta' liġi qed jagħmel ċerta kodifikazzjoni, u fil-fehma tiegħi l-kodifikazzjoni hija importanti għas-soċjetajiet minkejja li ilha li ħarġet out of fashion mis-seklu l- ieħor.", "Għaliex qed ngħid li l-kodifikazzjoni ħarġet out of fashion?", "Għax fejn qabel inti kont taqbad kodiċi u ssib il-liġijiet kollha f'daqqa, illum il-liġijiet ġew sparpaljati.", "Madanakollu dan l-abbozz ta' liġi qed jipprova jikkodifika u jikkonsolida, u qiegħed ukoll jgħaddi l-messaġġ politiku li l-kodifikazzjoni hija parti minn proċess li lill-poplu għandha tagħmilhielu iktar faċli li jsib x'inhuma d-drittijiet tiegħu.", "Is- simplifikazzjoni fil-mod kif jinkitbu u jinstabu l-liġijiet jifforma parti minn proċess popolari, u rridu ngħidu wkoll li l-kodifikazzjoni ma tesprimix biss ċerta loġika imma tesprimi wkoll ħsieb politiku li jissimplifika l-kliem li jintuża fil-liġijiet u li kif għedt diġa', jagħmilha possibbli li n-nies isibu x'inhuma d-drittijiet tagħhom iktar malajr.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nħeġġeġ lill-Viċi Prim Ministru li bl-għajnuna tal-ministeru tiegħu, jassigura li fuq il-postijiet tax-xogħol tingħata informazzjoni kemm jista' jkun dwar dan l-abbozz ta' liġi ħalli meta mbagħad dan isir liġi, il-ħaddiema Maltin u Għawdxin kollha jsiru jafu xi drittijiet għandhom.", "Illum hawn diversi mezzi kif dan jista' jsir.", "Wara kollox huwa importanti li d-drittijiet li qed jagħti dan l- abbozz ta' liġi jiġu apprezzati mill-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin għax l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhux biss qed jgħolli l-livell ta' l- għajxien tal-ħaddiema kollha ta' dan il-pajjiż imma qed jagħmilha possibbli li filwaqt li l-ħaddiema jkollhom iktar protezzjoni u iktar sigurta` fuq il- post tax-xogħol tagħhom, min iħaddem ikun jaf bl-iktar mod ċar x'inhuma l- obbligi tiegħu.", "Fl-aħħarnett dan l-abbozz ta' liġi qed jagħmilha ċara wkoll li filwaqt li hemm id-drittijiet tal-ħaddiema li min iħaddem irid isegwi u jirrispetta ̧ hemm ukoll id-drittijiet ta' min iħaddem u d-drittijiet tas-soċjetà li jridu jiġu rispettati minn kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, bħalissa qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali pero' meta kont qed insegwi dak li għaddej f'dan il-parlament bilfors kelli nikkonkludi li donnu għall-Partit Nazzjonalista, l-unika triq għas-salvazzjoni ta' pajjiżna hija l-Unjoni Ewropea.", "X'jemmnu tan-naħa l-oħra hija affari tagħhom u x'nemmnu aħna hija affari tagħna għax kulħadd għandu dritt jemmen dak li jrid.", "Pero' l-aktar ħaġa li tinkwetani hija li donnu li dak kollu li qed nagħmlu qed nagħmluh għax il-Gvern Nazzjonalista jrid li jdaħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Jien dejjem emmint li l-progress li sar f'pajjiżna tul medda ta' snin sar bis-saħħa tal-ħaddiem Malti.", "L-ebda barrani ma ġie jgħidilna x'għandna nagħmlu għax hekk kien jaqbel lilna.", "Kull min kien jaħkimna aktar kien iħobb lilu nnifsu milli lilna.", "Meta lill-ħaddiem Malti fehemnieh li l- ħelsien ta' pajjiżna kien l-aħjar triq dan mexa għal dik it-triq.", "Per eżempju, minkejja li l-ħaddiema tas-Servizzi Ingliżi kienu jafu li jekk jitilqu l-Ingliżi minn pajjiżna dawn setgħu jitilfu x-xogħol tagħhom ̧ xorta kienu fuq quddiem nett fil-ġlieda biex pajjiżna jikseb il-ħelsien sħiħ għax aħna konna wassalna l-messaġġ tagħna tajjeb.", "Jien mhux se noqgħod ngħid għalfejn ċerti pajjiżi m'għandhomx il-ħelsien għax dan huwa suġġett vast ħafna.", "Pero' huwa żgur li ma nistgħux ninsew pajjiżi oħrajn li l- popli tagħhom għadhom ibatu ̧ jiġu ttorturati u jmutu sal-lum.", "Minkejja li forsi l-media internazzjonali ma twassalilniex kollox ̧ dawn l-affarijiet xorta għadhom jeżistu.", "Għalhekk huwa mportanti li lill-poplu Malti nfiehmuh verament x'inhi l- aħjar triq għal pajjiżna.", "Jien nemmen li l-aġenda tal-gvern Nazzjonalista dwar l-Unjoni Ewropea qed tiġi abbużata mill-finanzi ta' l-istess gvern.", "Qed ngħid hekk għax il-Gvern Nazzjonalista vvota eluf u miljuni ta' liri għall-pubbliċità ta' dak li jemmen fih.", "Mhuwiex fair li l-gvern jivvota l-flus biex iwassal l-aġenda tiegħu meta l-partit Laburista wkoll irid iwassal il-viżjoni u l-aġenda fuq l-istess suġġett.", "Aħna wkoll għandna l- politika tagħna u jekk l-Ewropej ma jarmux il-politika tal-partit Nazzjonalista lanqas se jarmu l-politika tal-partit Laburista.", "Wara kollox il-partit Laburista ma qatax ir-relazzjonijiet kollha ma' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President ̧ ma jfissirx li jekk il-poplu tagħna ma jagħmilx l-għażliet li għandu jagħmel ikun fallut u jien għalhekk l-ewwel semmejt il-ġlieda tal- ħaddiema biex niksbu l-ħelsien.", "Dak iż-żmien il-ħaddiema li kienu qed jieħdu l-ħobża ta' kuljum mingħand il-gvern Ingliż kienu spalla ma' spalla mal-partit Laburista biex jiksbu l-ħelsien.", "Aħna konna nafu x'qed nagħmlu.", "Il-partit Laburista kien jemmen f'pajjiżna ̧ f'Malta u fil-ħaddiem.", "Jien nemmen li llum il-ġurnata hemm toroq ġodda għalina u pajjiżna ma jkunx fallut jekk il-ħaddiema kollha jingħaqdu flimkien.", "Per eżempju ̧ fis-snin sebgħin kien hawn ħafna problemi u diffikultajiet imma għax ingħaqadna flimkien u emminna fil-ħaddiem u fil-poplu tagħna, għamilna passi ta' ġgant.", "Il-membri tal-gvern għandhom kull dritt jemmnu dak li ma nemmnux aħna imma donnu li qed igħidu li fid-dinja l-Ewropa biss teżisti u qed jingħalqu f'ċirku żgħir.", "Tan-naħa l-oħra qed igħidu li ma nistgħux nibqgħu magħluqin f'pajjiżna u allura jridu jingħaqdu f'ċirku akbar Ewropew pero' aħna rridu li jkollna relazzjoni tajba ma' kulħadd.", "Il-gvern dejjem igħid li l-qgħad qed jonqos ̧ li x-xogħol qed jiżdied, li tal-ħwienet sejrin tajjeb ̧ li l-ħajja qed torħos u li kollox sejjer tajjeb pero' mbagħad huwa l-poplu li jiġġudika.", "Per eżempju, fuq l-aġenda għandna riżoluzzjoni dwar il-qagħda fil-pajjiż pero' din dejjem qed tintefa' għall-aħħar.", "Huwa mportanti li nistudjaw il-qagħda tal-pajjiż tagħna.", "Bħalissa kulħadd qed isemmi l-elezzjoni pero' din tiġi meta trid.", "Huwa żgur li bil-liġi ma fadlilhiex aktar minn sena u nofs imma jirbaħ min jirbaħ irid jiffaċċja l-problemi kollha li hawn fil-pajjiż.", "U jien meta ndur id-djar tan-nies niltaqa' ma ħafna li jistaqsuni x'se nagħmlu aħna bħala partit Laburista.", "Dan ifisser li l-poplu Malti fehem li f'pajjiżna għandna d-dejn u li l-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna mhijiex tajba.", "Dik hija xi ħaġa pożittiva għal min ikun se jirbaħ il-gvern imma l-punt tiegħi huwa li huwa mportanti li nagħmlu ħbieb ma' kulħadd u li min irid jinvesti, jista' jiġi jinvesti.", "Per eżempju, meta aħna ninvestu fit-turiżmu nkunu qed ninvestu fil-ħaddiem u b'hekk igawdi l-poplu Malti.", "Aħna għandna l-aktar deheb fin f'idejna.", "Għalhekk hemm bżonn li niddiskutu proposti konkreti u mhux ingħalaqna fl-Unjoni Ewropea biss għax dik hija l-aġenda u jekk ma nisseħbux fiha ̧ il-gvern ikun falla.", "Il-mexxejja ta' qabilna ġabu l-ħelsien, l-indipendenza u lil Malta repubblika u forsi jkun min irid jagħmel ħoss fl-istorja politika ta' pajjiżna billi jdaħħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Pero' din mhijiex xi logħba boċċi jew xi logħba tal-karti imma huwa d-destin ta' pajjiżna.", "Aħna qed nintilfu fuq l-Unjoni Ewropea u qed inwarrbu verament x'inhu l-aħjar biex ngħollu lil pajjiżna 'l fuq.", "Nerġa' ntenni li lil min irid jiġi jinvesti f'pajjiżna għandna nagħtuh il-kuraġġ għax aħna rridu nkunu ħbieb ma' kulħadd.", "Per eżempju, din il-ġimgħa kelli ċans nitkellem ma' wieħed sid ta' fabbrika li beda jsemmi numru ta' kondizzjonijiet li jeżistu f'pajjiżi oħrajn biex jinfetħu aktar fabbriki u qalli li hawnhekk ma tantx jagħmlulek kuraġġ tinvesti.", "Għalhekk huwa mportanti li f'pajjiżna nibnu l-fiduċja.", "Meta jkollok ferita, din trid tikxifha u tara x'hemm fiha biex tgħaddilek għax jekk tgħattiha bil-faxxa u tħalliha hemmhekk, ma tgħaddilek qatt anzi pjuttost il-ferita tkompli tinfirex u tkompli tagħmillek aktar ħsara.", "Pero' pajjiżna għandu ferita, il-poplu tagħna jaf biha pero' tan-naħa l- oħra ma jridux iwasslu l-messaġġ veru tagħha.", "Sur President ̧ aħna bħala Partit Laburista li qed nipproġettaw li nkunu l- gvern alternattiv għal pajjiżna rridu ngħidu l-verità lill-poplu tagħna.", "Lill-poplu tagħna rridu ngħidulu li hemm toroq oħrajn minbarra t-triq ta' l- Unjoni Ewropea.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Parnis ̧ irrelata ftit id-diskors ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Tan-naħa l-oħra tant bdew isemmu l-Unjoni Ewropea li jien ħsibt li qed ngħaddu xi liġi dwar l-Ewropa.", "Ma nafx kif naħdmu f'dan il-Parlament għax jien kont qed nirriferi għal dak li qalu sħabi fuq l-Unjoni Ewropea.", "Pero' donnu li tiegħi mhuwiex tajjeb u tan-naħa l-oħra ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Huwa l-obbligu tiegħi li niġbed l-attenzjoni li l- membri jitkellmu fuq l-abbozz ta' liġi li nkunu qed niddiskutu.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Imma inti dejjem lil din in-naħa tikkoreġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jien mhux qed ngħidlek biex tieqaf mid-diskors imma qed ngħidlek biex tirrelata d-diskors ma' l-abbozz ta' liġi.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Kemm għad fadlilna xi ngħidu fuq dan l-abbozz ta' liġi!", "Jien kont qed ngħid li hemm toroq ġodda għal pajjiżna u ma jfissirx li l-Unjoni Ewropea li qed igħajtu biha tan-naħa l-oħra tista' ssalva lil pajjiżna.", "Is-salvazzjoni ta' pajjiżna hija li niftħu l-ħbiberija ma' kulħadd biex igawdi l-ħaddiem.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-kondizzjonijiet ta' l-impjiegi.", "Ftit tal-ġranet ilu ċċelebrajna Jum il-Ħaddiem u hawnhekk ikun tajjeb li nsellmu lil dawk il-ħaddiema li biex illum il-ġurnata jiġi ċċelebrat dan il-jum kellhom ibatu u jiġu kkalpestati.", "Meta nitkellmu dwar il-ħaddiem ikun tajjeb li mmorru ftit taż-żmien lura meta l-ħaddiem kważi ma kellu xejn jew inkella kellu ftit ħdejn li għandu llum.", "Aħna hawnhekk qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi imma dak li jrid il- ħaddiem huwa x-xogħol.", "Pero' jekk ngħid li f'din il-liġi hemm kollox ħażin fil-kuxjenza tiegħi nħoss li ma nkunx korrett ma' min qed jismagħna u ma nkunx fidil ma' min tellagħni f'dan il-parlament.", "Iżda x'qed nagħmlu għall-10,000 ħaddiem li jinsabu bla xogħol?", "Lil dawn in-nies żgur li m'għandniex ninsewhom.", "Ma nistgħux ninsew ukoll kif kien jiġi ttrattat qabel il-ħaddiem.", "Qabel il- ħaddiem ma kellu xejn u kien bis-saħħa tal-Partit Laburista li f'pajjiżna qed ingawdu mid-dritt tas-sick leave ̧ mid-dritt tal-leave u mid-dritt ta' 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa.", "Il-Partit Laburista ma kienx iħalli l- affarijiet fuq l-ixkaffa u kien ta l-aħjar drittijiet lill-ħaddiem Malti.", "Per eżempju, ma nistax ma nsemmix meta l-ħaddiem ma kellu l-ebda drittijiet u min kien jaħdem fis-sengħa tal-bini kienu jibgħatuh 'il barra meta kienu jagħmlu xi jumejn xita bil-konsegwenza li dak li jkun ma kellux dritt li jieħu l-paga.", "Id-drittijiet li għandhom il-ħaddiema llum ġew bis-saħħa wkoll ta' l-unions ewlenin ta' pajjiżna u minn hawnhekk nixtieq insellem lill-unions kollha, b'mod speċjali ̧ lill-GWU ̧ li kienet pijuniera li f'pajjiżna daħħlet il- konċett tat-trejdjunjoniżmu.", "Huwa tajjeb li meta ngħaddu liġijiet bħal dawn insellmu lil dawk it-trejdjunjonistiċi li ħadmu biex taw l-aħjar drittijiet lill-ħaddiem Malti.", "Sur President, huwa mportanti li aħna l-membri parlamentari ma ninqatgħux mill-poplu u dan huwa punt li jien dejjem emmint fih.", "Wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex nagħtu servizz liċ-ċittadin.", "Nixtieq nitkellem ftit fuq is-sigurtà tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Dwar dan tkellimna ħafna f'dan il-parlament u saret ħafna pubbliċità u għalhekk huwa tajjeb li niftakru f'dawk il-ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Qatt ma nistgħu nsemmu xi inċident partikolari biex nieħdu xi vantaġġ politiku u għad hawn familjari li għadhom ma ħadu l- ebda kumpens.", "Irrid insemmi wkoll il-paga minima u hawnhekk wieħed jistaqsi jekk fil- ġurnata tal-lum wieħed jistax jgħix b'din il-paga.", "Jista' jkun li llum baqa' ż-żmien li wieħed igħix f'ċertu faqar?", "Jew kollox qed jibqa' għaddej qisu mhu qed jiġri xejn f'pajjiżna?", "Sur President, dan l-aħħar waqt li kont qed inqalleb f'gazzetta laqtitni ittra ta' żagħżugħa li tirrifletti l-ħajja moħbija taż-żgħażagħ tagħna meta jkunu jinsabu bla xogħol.", "Meta nara dawn l-affarijiet nibda naħseb li f'dan il-Parlament aktar nitkellmu għat-tron jew biex nieħdu xi gwadann personali fil-ħajja politika tagħna.", "Issa se naqra silta minn din l-ittra li qed insemmi u din tgħid hekk:", "\"Jien għandi 22 sena ̧ għandi tarbija żgħira u ilni miżżewġa sena.", "Jien u r-raġel tiegħi konna naħdmu t-tnejn ma' l-istess kumpannija imma sitt xhur ilu s-sid tal-kumpannija naqaslu ħafna x-xogħol u beda jnaqqas in-nies.", "Jien u r-raġel tiegħi t-tnejn spiċċajna bla xogħol.", "Żewġi spiċċa jagħmel kulma jiġi għal idejh biex iġib il-paga d-dar u issa għandu xogħol li lanqas biss qed jitħallas il-paga minima pero' kif igħid il-Malti, tipprova tagħmel mill-aħjar biex inti tkun tista' tiekol.\".", "Meta nkunu qed niddiskutu abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna ma nistgħux ma nagħtux kas lil dawn in-nies li jinsabu bla xogħol u jridu jgħajxu lill-familja tagħhom u jridu wkoll iħallsu l-loan fuq id-dar u fuq il-karozza li jkollhom.", "Filwaqt li trid tħares lejn dak kollu li huwa pożittiv f'liġi bħal din ma tistax taħrab mir-realtà.", "Dan bħal meta inti tkun għaddej tajjeb u ma jkun jonqsok xejn u ħaddieħor ma jkunx fl-istess sitwazzjoni tiegħek.", "Naħseb li ħafna żgħażagħ għaddejjin mill-istess sitwazzjoni ta' din it-tfajla.", "Ma nistax inħalli barra lil dawk li jabbużaw u jħallu lil tfal taħt l-età jaħdmu.", "Minkejja li jeżistu multi għal min jabbuża għad għandek tfal u żgħażagħ li jħossu l-bżonn li jaħdmu għax forsi jkunu għaddejjin minn problemi soċjali fil-familja u dawn ħadd ma jagħti kas tad-drittijiet tagħhom.", "F'dan l-abbozz ta' liġi jissemma strike ta' simpatija imma jingħad li mhux kulħadd jista' jagħmel dan l-istrike u hemm lista twila ta' min ma jistax jagħmel dan l-istrike.", "Jien dejjem nemmen li l-istrike huwa dritt tal- ħaddiem.", "Ċerti strikes f'pajjiżna ħallew xi ħaġa pożittiva u l-gvern ̧ kien min kien ̧ tħarrek xi ftit.", "Jien naħseb li dawn huma affarijiet pożittivi li ta' min jiddiskutihom.", "L-oppożizzjoni Laburista kellha l-ideat tagħha dwar l-istrikes ta' simpatija u kellha affarijiet li ma qablitx magħhom.", "Meta nkunu qed nitkellmu fuq liġijiet bħal dawn ikun tajjeb li naraw verament x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin biex fl-aħħar mill-aħħar il-liġi tkun tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Aħna qegħdin f'dan il-parlament għax il-poplu jemmen li forsi aħna nistgħu nagħmlu xi ħaġa għal dan il-pajjiż.", "Dan l- abbozz ta' liġi jitkellem dwar l-impjiegi ̧ dwar il-Bord dwar ir-Relazzjoni dwar l-Impiegi u dwar il-kondizzjonijiet magħrufa ta' l-impjiegi pero' l- ħaddiem għandu l-kondizzjonijiet li jixraqlu jew forsi qed jiġi abbużat?", "Sur President, Taqsima III titkellem fuq il-protezzjoni tal-pagi.", "Jien jiġu nies għandi li għax l-azjenda tagħhom ma tkunx sejra tajjeb, il- ħaddiem jispiċċa biex ikollu jieħu lura ammont ta' flus bil-konsegwenza li ħafna drabi dawn jibqgħu bla paga u jkollhom imorru għand avukat li jkun irid iressaq il-kawża l-qorti.", "Il-ħaddiema mhux liġi fuq il-karti jridu imma xogħol.", "Jien nemmen li meta l-partit Laburista jkun fil-gvern se jkollu quddiemu wkoll il-problema tax-xogħol u għalhekk fil-bidu tad- diskors tiegħi għidt li f'pajjiżna rridu naraw x'se nagħmlu biex noħolqu toroq ġodda.", "F'pajjiżna għandu jinġieb ix-xogħol għax b'hekk igawdi kulħadd ̧ jogħla l-istandard of living u l-ekonomija tibda miexja 'l quddiem.", "Ix-xogħol għandu rabta kbira ma' kif titmexxa l-ekonomija fil- pajjiż.", "Per eżempju, f'dan l-abbozz ta' liġi għandna d-definizzjoni \"kuntratt ta' servizz\".", "Hawn ħafna ħaddiema li jaħdmu bil-kuntratt u kważi awtomatikament dawn ikunu jafu li l-gvern se jiffirmalhom il-kuntratt imma wara li igħaddi s-sajf, per eżempju, u x-xogħol jonqos, il-kuntratt ma jiffirmawhulhomx u jispiċċaw bla xogħol u b'dan il-mod il-ħaddiem ikun qed jiġi abbużat.", "Forsi ħafna membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra u l-impjegati li jkun hawn hawnhekk li ġejjin minn familja tal-ħaddiema jafu xi tfisser li tkun ħaddiem.", "Min qatt ma kien ħaddiem qatt ma jista' jifhem x'jiġifieri li tkun ħaddiem.", "Jissemmew ukoll il-unions u l-membri tagħhom imma sfortunatament m'għandix ħin biex nitkellem dwar dan.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid kemm huwa mportanti li naraw li d-drittijiet tal-ħaddiem jiġu mħarsa.", "Nerġa' nsemmi l-punt li fl-imgħoddi ma kien hawn xejn; la kien hawn id-dritt ta' l-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa, la kien hawn id-dritt tas-sick leave ̧ la kien hawn id-dritt tal-leave u lanqas kien hawn id-dritt tal-maternity leave għan-nisa.", "Qabel ma kien hawn xejn.", "Pero' għax il-ħaddiem kien magħqud ̧ permezz ta' l-unions ̧ il-pajjiż seta' jimxi 'l quddiem.", "Jien nittama li anke f'dan il-Parlament inħarsu lejn dak kollu li huwa pożittiv għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-ħin li baqa' dalgħodu nixtieq nitkellem ftit fuq il-kondizzjonijiet tal-ħaddiem u fuq id-dħul tiegħu biex igħajjex lill-familja tiegħu.", "L-Onor.", "Silvio Parnis li għadu kif spiċċa jitkellem issa qal li min ġej mill-familja tal-ħaddiema jista' jifhem aħjar x'inhu ħaddiem.", "Naħseb li jekk inħarsu lejn din in-naħa tal-Kamra nsibu li prattikament il-35 deputat li hawn jirrappreżentaw lill-partit Nazzjonalista f'dan il-Parlament ġejjin minn familji tal-ħaddiema.", "Dan wassal biex matul is-snin biddilna lil pajjiżna u mexxejnih 'il quddiem.", "Fis-snin li fihom kien qed imexxi l- partit Nazzjonalista ħdimna biex il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema f'kull qasam inkomplu ntejbuhom.", "Dan igħin biex il-ħaddiem jagħti l-aħjar tiegħu ̧ mhux għax ikollu l-frosta fuq dahru, imma għax jieħu l- inizjattiva.", "Sfortunatament diversi kelliema li tkellmu min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi pprovaw jagħtu żewġ impressjonijiet.", "L-oppożizzjoni dejjem tgħid li kulma qed nagħmlu qed nagħmluh minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Dan qed isir kull meta nressqu abbozz ta' liġi f'dan il-Parlament ̧ anke llum li qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi li sar purament b'inizjattiva lokali biex intejbu l-qagħda tal-ħaddiem Malti.", "It-tema l-oħra li spikkat fid-diskorsi li għamlu l-membri ta' l- oppożizzjoni kienet li llum il-ġurnata ħadd ma jista' jaqla' l-għajxien tiegħu b'mod diċenti u li l-ħaddiem illum m'għandux is-serħan tal-moħħ li fil-futur jibqa' l-impieg li għandu jibqa' jirredilu, jibqa' jagħtih is- sodisfazzjon u jibqa' jwasslu biex ikollu paga diċenti biex igħajjex lill- familjari tiegħu u jagħti l-edukazzjoni, li tant hija mportanti, lill- uliedu u lil dawk li b'xi mod jiddependu minnu.", "Normalment jien ma nagħmilx riferenzi għal affarijiet li jkunu għadhom kemm ġraw.", "Madankollu hawnhekk nixtieq insemmi li l-bieraħt lura ċċelebrajna Jum l-Omm.", "Qed ngħid dan għax illum il-ġurnata sirna niċċelebraw okkażjonijiet bħal dawn billi lill-ġenituri tagħna noħorġuhom jieklu barra.", "Fil-fatt dakinhar kont qed nindirizza l-konferenza ġenerali tal-partit Nazzjonalista fl-Imsida u minkejja li spiċċajna fin-12.30 p.m., biex wasalt San Pawl il-Baħar domt aktar mis-1.30 p.m. Dan kollu kien dovut għax eluf ta' persuni kienu sejrin f'diversi ristoranti biex jiċċelebraw dan il-jum.", "Qed ngħid dan biex nuri li llum il-ġurnata ħafna nies qed jirrilassaw u jaqtgħu ftit mir-rutina ta' kuljum b'dan il-mod.", "L-Onor.", "Parnis għadu kemm qal li jekk f'pajjiżna jkun hawn ix-xogħol ikun hawn dan it-tip ta' negozju pero' dan diġà jeżisti fir-realtà.", "Naturalment hemm persuni li sfortunatament ma jistgħux jagħmlu dawn l-affarijiet għal diversi raġunijiet speċjalment meta jkun hemm persuni li jkollhom xi diżabilità u allura dawn ma jkunux jistgħu jagħtu dak li jkunu jixtiequ lill-familjari tagħhom.", "Ħaġa oħra li ssemmiet diversi drabi minn diversi kelliema kienet li llum hawn min qed ifittex ix-xogħol u mhux qed isibu.", "Kien hawn min għamel riferenza għall-fatt li jmorru jkellmuh nies biex isibilhom impjieg.", "Jien nista' ngħid ukoll li niltaqa' ma' ħafna nies li jistaqsuni għal xi tip ta' xogħol pero' jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna ̧ irridu ngħidu li l- persuni li jiġu għandna ma jiġux biex ifittxu x-xogħol imma biex ikollhom impjieg aħjar.", "Issemma wkoll is-settur tal-kostruzzjoni u ngħatat l-impressjoni li hawn xi għaks f'dan is-settur pero' għal-lum se nieqaf hawnhekk għax sar il-ħin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Ċensu Galea se jibqa' in possession.", "Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex ̧ jekk jogħġbu ̧ iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President ̧ nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla ̧ it-Tlieta, 14 ta' Mejju ̧ 2002 ̧ fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola Fondi Speċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "---------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nixtieq nitkellem dwar xi punti li għandhom x'jaqsmu mal-ministeru tiegħi u nibda mal-ewwel dwar ħaġa li diġa` kelli okkażjoni nitkellem dwarha f'dan il-parlament pero` sfortunatament donnu min ikkawża l-problema għadu ma fehemx li fil-fatt ma jistax jibqa' miexi b'dan il-mod.", "Naturalment m'iniex se nitkellem fuq xi persuna partikolari, għaliex kieku naf min hija l-persuna konna nkunu nistgħu wkoll nieħdu l-passi neċessarji.", "Mr Speaker, donnu li fil-pajjiż għad hawn min jaħseb li jekk ikisser is- sinjali tat-traffiku jkun qed jagħmel vendikazzjoni lill-ministru jew inkella lill-gvern tal-ġurnata.", "Ta' min jgħid li l-ewwel vendikazzjoni jkun qed jagħmilha minnu nnifsu proprju għaliex is-sinjali tat-traffiku mhux biss iwassluh fid-destinazzjoni tiegħu imma jistgħu jevitawlu wkoll inċidenti u problemi bħala sewwieq.", "Mr Speaker, matul is-sena l-pajjiż investa biex isiru sinjali ġodda li meta jkun hemm id-dawl fuqhom matul il-lejl jirriflettu l-ismijiet li jkun hemm.", "B'mod partikolari rrid nagħmel riferenza għas-sinjali li huma overhead, dawk li qegħdin fl-għoli, fejn sfortunatament matul l-aħħar xhur mhux tabella waħda imma numru ta' tabelli minnhom intlaqtu, tkissru u naturalment il-konsegwenzi ta' tkissir bħal dan ikun li l-investiment li sar ma jibqax jirrendi s-servizz li kien intenzjonat għalih.", "It-tabelli li qegħdin fl-għoli qegħdin f'għoli ta' iktar minn ħames metri.", "Trakk b'container fuqu, jibqagħlu għoli ta' aktar minn metru minn ma' dawn it-tabelli u dan żgur li jippermetti lil kull container jgħaddi minn taħt dawn it-tabelli mingħajr ma jolqothom.", "Dan qed ngħidu għax jiena sal-lum għadni ma nistax nifhem kif persuna jew persuni jirnexxielhom jolqtu u jkissru dawn it-tabelli.", "Hawnhekk irrid ngħid li għandi indikazzjonijiet li fil-fatt jista' jagħti l- każ li t-tabelli li ntlaqtu minn trakkijiet li fuqhom ikunu qegħdin iġorru tabelli tar-riklami li qegħdin f'diversi lokalitajiet ta' pajjiżna.", "Dawn il- posters kbar biss jistgħu jolqtu t-tabelli li waħħalna fil-pajjiż meta dawn ikunu qegħdin jinġarru mhux bil-mod kif suppost jinġarru.", "Dawn jibqgħu għaddejjin bihom bi speed qawwi, minn taħt dawn it-tabelli li jinkisru u naturalment ħadd minn dawk li jkunu qegħdin isuqu ma jkollu d-diċenza li jieqaf jew inkella jirrapporta l-ħsara li tkun saret, għaliex naturalment min ikisser it-tabella jkollu jħallasha.", "Diġa` għamilt riferenza għall-fatt li se jkun hemm leġislazzjoni permezz ta' avviż legali li se tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin.", "Permezz ta' din il-leġislazzjoni jiġi stabbilit l-għoli li jista' jkollha vettura li tkun għaddejja fit-toroq tagħna, mhux biss il-vettura fiha nfisha imma wkoll il-vettura bil-merkanzija, bil-vjaġġ li tkun qiegħda ġġorr.", "Dan qed isir proprju biex jiġi assigurat li sitwazzjonijiet bħal dawn li semmejt ma jibqgħux jiġru.", "Mr Speaker, jekk wieħed anke jekk b'ħafna tiġbid, jista' forsi jiskuża din il-persuna li tkun għaddejja bi trakk u ma tindunax pero` dan żgur li ma jistax jingħad fil-każ ta' dawk il-persuni li b'idejhom fiżikament jaqbdu u jkissru jew jeqilbu t-tabelli, li ovvjament huma iżgħar u iktar fil-baxx.", "Ċirkostanzi bħal dawn jimmeritaw mhux biss li dak li jkun jeħel Lm5, imma azzjonijiet iktar goffi fil-konfront tiegħu.", "Min jagħmel dawn l- azzjonijiet għandu jkollu r-responsabbilta` li jifhem li dak li qed jagħmel jista' jwassal għal ċirkostanzi ferm 'il bogħod mill-valur ta' dak li jkun seraq jew kisser.", "Dan qed ngħidu għax il-fatt li tabelli bħal dawk ma jkunx għadhom fil-post jista' jwassal għal ċirkostanzi gravi u għal ċirkostanzi wkoll li sfortunatament iwasslu wkoll għall-imwiet fit-toroq tagħna.", "Dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra, apposta jew le, jolqtu jew ikissru t- tabelli jridu jifhmu li qegħdin jagħmlu ħsara mhux lill-gvern, mhux lill- ministru, imma lilhom infushom jew inkella lil persuni oħra li wara kollox jistgħu jkunu jiġu minnhom.", "L-istess jgħodd għal dawk il-persuni li jisirqu t-tabelli li jwaħħal il- gvern jew xi kuntrattur fuq il-lant tax-xogħol.", "Dawn l-aħħar xhur sar hawn manija minn persuni li jisirqu r-reflective signs li jwaħħlu l-kuntratturi fid-diversi siti ta' kostruzzjoni tat-toroq li għandna f'pajjiżna.", "Dawn is- sinjali ħomor bl-abjad jagħtu indikazzjoni ċara u jiddenlinjaw il-post li tista' tgħaddi minnu pero' dawn qed jittieħdu b'mod ripetut.", "Jiena ma nafx x'jagħmlu bihom dawn ir-reflective lights.", "Li naf hu li dawn ma jqumux xi somom kbar ta' flus u li s-serq ta' tabelli bħal dawn jista' jwassal biex ikun hemm persuni oħrajn li fil-fatt jirriskjaw u jipperikolaw ħajjithom stess minħabba li jistgħu jitilfu l-kontroll tal-vettura, jidħlu f'xi ħajt jew inkella jidħlu f'biċċa fejn ikun qiegħed isir xogħol fuqha bil- konsegwenza li jew jitilfu ħajjithom inkella jsofru dannu li jibqa' jinħass għal snin twal.", "L adarba qed nitkellem fuq it-toroq ma nistax ma nagħmilx ukoll appell ieħor.", "Dan l-appell qed nagħmlu mhux fid-dawl ta' l-aħħar tliet imwiet li ġraw il-ġimgħa li għaddiet, pero' fid-dawl ta' dak li kull sewwieq li jkun għaddej fit-toroq ta' pajjiżna jara u jħoss kuljum.", "Ma nistgħux f'dan il- pajjiż nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn dak li jkun isuq u jaqla' karozzi oħra bi speed esaġerat f'toroq li għandhom ċertu speed limit.", "L-ispeed limit isir għax ċerti toroq ikollhom ċerti kurvi perikolużi jew inkella jkunu mibnija b'ċertu mod li kulħadd jaf li għandhom ċerti perikli.", "Minkejja dan issib lil min jiġi jaqa' u jqum mis-sinjali u kontinwament jaqbeż mhux mis- single white line imma anke d-double white line.", "Issib nies li ma jimpurtahomx minn min ikun ġej mid-direzzjoni l-oħra, u dawn l-affarijiet narawhom fit-toroq tagħna jseħħu kull ħin tal-ġurnata.", "Mr. Speaker, kull sewwieq li għandna f'pajjiżna għandu r-responsabbilta' u d-dover li jifhem li l-isteering, il-gass, u l-brake m'humiex xi għodda li tużaha kif trid u meta jfettillek.", "Qed ngħid dan kollu għax f'Malta jkun hawn bejn wieħed u ieħor 20 mewt kull sena, u jien nixtieq li naslu f'ċirkostanzi fejn lanqas persuna ma titlef ħajjitha fuq it-toroq tagħna.", "L- ewwelnett il-mewt ta' 20 persuna tfisser bidla sħiħa 'l isfel fiċ- ċirkostanzi tal-familji tal-persuni li jkunu mietu fuq it-toroq tagħna.", "Tfisser ukoll bidla sħiħa fiċ-ċirkostanzi ta' dawk il-persuni oħrajn li b'xi mod jew ieħor ikunu nvoluti fl-inċident partikolari tat-traffiku jiġifieri l-konsegwenzi ma jbatuhomx biss minn dawk involuti direttament.", "F'dawn l-aħħar ftit ġimgħat fil-fatt qamet jew inkella kompliet tissaħħaħ id-diskussjoni dwar x'inhuma l-azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-qasam tas- sewqan f'pajjiżna biex wieħed jikkontrolla aħjar il-mod ta' kif jaġixxi s- sewwieq fit-toroq tagħna.", "Huwa veru li meta jkun hemm iktar dixxiplina ikun hemm persuni li jilmentaw, igergru u jgħidu li meta bniedem jingħata d- dritt li jsuq suppost ikun responsabbli fl-azzjonijiet li jkun qed jagħmel pero' jiena naħseb li sfortunatament m'huwiex hekk dejjem u kullimkien.", "Mr. Speaker, barra mil-20 li jmutu hemnm ukoll numru ferm ikbar li jkorru fit-toroq tagħna pero' ma jolqtux il-headlines tal-ġurnali u tal-mezzi tax- xandir tagħna għaliex il-każ li jkun ma jkunx ta' gravita' tali li fil-fatt iwassal għal imwiet.", "Mijiet ta' persuni oħrajn – u qed ngħidmijiet biex ma neseġerax u ngħid eluf - ikollhom inċidenti li jwasslu għal korriment li fih innifsu jwassal għal ġimgħat sħaħ ta' rikoveru fl-isptarijiet tagħna u għal xhur sħaħ ta' telfin ta' impjieg sakemm dak li jkun jerġa' jirritorna għax-xogħol.", "Dan qed ngħidu biex nuri li ma nistgħux nagħmlu evalwazzjoni ta' l-inċidenti tat-traffiku billi sempliċement ngħidu li f'Malta jmutu daqshekk persuni u jkorru daqshekk persuni.", "Mewt jew korriment fuq it-toroq ifisser ħafna aktar minn hekk.", "Qed ngħidu wkoll biex nuri kemm kull persuna li għandha liċenzja għandhom id-dover li taħseb x'tista' twassal lil ħaddieħor fih jew inkella fejn tista' tasal hi wara li jkollha l-inċident, u x'jistgħu jkunu ċ-ċirkostanzi ta' inċidenti bħal dawn.", "Mr Speaker, f'dan il-pajjiż ma nistgħux iktar ngħidu li hemm xi ħin partikolari tal-ġurnata fejn inti tista' tinjora r-regolamenti tat- traffiku.", "M'hemmx ħinijiet partikolari tal-ġurnata li fihom nistgħu ngħidu li ma jimpurtax jekk karozza tagħfsilha ftit iktar għaliex dak il-ħin m'hu se jkun hemm ħadd għaddej fit-toroq tagħna.", "Illum qegħdin fil-pożizzjoni fejn bejn is-7.30 u 8.30 a.m. u bejn il-5.30 u s-6.00 p.m għandek iktar traffiku minn ħinijiet oħra, pero' mill-bqija toħroġ x'ħin toħroġ jekk hux filgħodu, jekk hux f'nofsinhar, jekk hux bil-lejl, jekk hux it-Tnejn, is- Sibt jew jekk hux il-Ħadd, u tgħaddi minn liema lokalita' tgħaddi, żgur li inti ma tistax tassumi li se tkun waħdek u allura tista' tagħfsilha xi ftit.", "Jekk tagħmel hekk sfortunatament għandek ċans tajjeb li tiltaqa' ma' xi ħaddieħor li bħalek ikun qed jgħid l-istess u dan iwassal għal inċidenti traġiċi, inċidenti ferm iktar serji minn dawk li jiġru f'ċirkostanzi normali f'ħinijiet fejn dak li jkun ikun għaddej bi speed li huwa ferm iktar kontrollat.", "Mr. Speaker, dan mhux il-ministru, il-prim ministru, il-gvern, il- kummissarju tal-pulizija jew il-head tal-wardens irid jifhmu, imma rrid nifhmu jien bħala persuna, trid tifhmu int u kull persuna oħra li f'xi ħin jew ieħor tal-ġimgħa tkun qed issuq.", "Sfortunatament m'humiex ftit dawk li jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu fuq it-toroq tagħna, imma dawk il- persuni li għadhom jaħsbu hekk għandhom ir-responsabbilta' li jaraw li huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom biex l-ewwelnett huma nfushom u t-tieni l- oħrajn li jkunu bħalhom isuqu fit-toroq tagħna ikunu mħarsa.", "Ħaġa oħra wkoll li tiġri kontinwament, u wkoll issemmiet diversi drabi f'dan il-parlament pero' trid tirrepetiha ruħha naħseb ad infinitum hi li ma jistax ikun li fit-toroq tagħna niqbgħu naraw persuni li jaqsmu t-triq meta żewġ passi bogħod ikun hemm zebra crossing jew pelican lights.", "Persuna ddum tistenna biss ftit sekondi biex id-dawl mill-aħdar jaqleb għall-aħmar u allura tkun tista' taqsam bil-kumdita' kollha.", "Forsi l-iktar eżempju ċar ta' din is-sitwazzjoni hija Triq Santa Anna tal-Furjana fejn għandek pelican lights, u żewġ underpasses li wieħed jista' jiddiskuti jekk humiex tajbin jew inkella le.", "Din hija waħda mill-iktar toroq li jgħaddu minnha karozzi kuljum.", "Jekk m'iniex sejjer żball 90,000 karozza jidħlu u joħorġu kuljum fid-direzzjoni tal-Belt Valletta u sadanittant tara persuni, tfal, ommijiet bit-tfal, xjuħ u żgħażagħ jaqsmu minn kullimkien.", "Naħseb li kull min ikun dieħel f'din il-Kamra, bħali jiltaqa' magħhom u huma ċirkostanzi li għandna naraw li nevitaw.", "Ikun għalxejn li mbagħad noqogħdu nibku u mmorru għall-funerali għaliex irridu nkunu aħna li nagħtu l-eżempju f'dan ir-rigward.", "Bl-istess mod ninsisti li s-sewwieq ukoll għandu jara li josserva r-regoli tiegħu.", "Almenu fejn hemm il-pedestrian crossings u l-pelican lights, is- sewwieq għandu jkollu l-paċenzja u jistenna d-dawl jaqleb.", "F'pajjiżna għandna kwart ta' miljun vettura jiġru minn direzzjoni għal oħra u dawn il- kwart ta' miljun vettura jistgħu jkunu kwart ta' miljun arma li bihom jew aħna stess inkella xi ħaddieħor jista' jispiċċa mejjet jew korrut u allura kull wieħed minna jrid jirrealizza li meta jsuq għandu responsabbilta' kbira ħafna.", "L-ispeed limits ukoll għandna nosservawhom.", "Min jaf kemm-il darba tara lil xi ħadd għaddej minn miegħek gas down f'Baħar iċ-Ċagħaq imbagħad issibu żewġ karozzi 'l bogħod minnek fejn il-lights ta' Paceville.", "Mela dan il-bniedem min jaf kemm-il darba jkun irriskja lilu nnifsu u lil dawk li jkunu ġejjin minn direzzjoni opposta, imbagħad tara li jkun qiegħed żewġ karozzi 'l bogħod minn fejn tkun wasalt int li tkun ipprovajt timxi bl- ispeed normali.", "Mr. Speaker, l-osservanza tar-regoli hija importanti mhux għax qed jgħid il- ministru, mhux għax hekk jgħidu r-regoli imma għax kull wieħed minna għandu jħossu responsabbli tiegħu nnifsu, ta' dawk li jkollu fil-karozza miegħu, ta' dawk li jkunu mexjin fuq it-toroq u ta' dawk kollha li b'xi mod ikunu qegħdin jużaw it-toroq f'dan il-pajjiż.", "Huwa tajjeb li naraw li l-liġi f'pajjiżna tiġi osservata kontinwament proprju għaliex ma nistgħux inħallu li jiġru inċidenti minħabba traskuraġni u nuqqas ta' tħaris tar- regolamenti.", "Dan huwa importanti li jifhmu kull min għandu karozza.", "Fl-aħħar żewġ minuti li fadal nixtieq naqleb fuq suġġett totalment differenti.", "Fl-aħħar ġimgħat diversi drabi ssemmiet it-triq li minn Rabat twasslek għall-Baħrija, Sal-lum stess hemm ittra fl-\"Orizzont\" minn persuna li nafha, naf kemm għandha għal qalbha l-interess tal-Baħrija u kemm taħdem għall-interess tal-Baħrija.", "Napprezza wkoll anke t-ton ta' kif tikteb din il-persuna, għax anke meta jikkritika, anke meta jikteb fuq il- ħteġijiet partikolari tal-Baħrija jara li jkun kostruttiv f'dak li jikteb.", "Dan ma jistax jingħad fil-konfront ta' persuni oħrajn, b'mod partikolari ta' persuni li nhar il-ġimgħa li għaddiet organizzaw suppost protesta - u jien ma rajtx ritratti allavolja kienet irrapportata fil-gazzetti - fil- Baħrija, in parti fuq it-triq bejn ir-Rabat u l-Baħrija, in parti fuq it- torq fil-lokalita` tal-Baħrija.", "F'din il-protesta ngħad x'għarukaża l-Ministru Ċensu Galea, x'għarukaża l- kunsill lokali tar-Rabat u x'għarukaża l-gvern tal-ġurnata ma jagħmel xejn għal Baħrija.", "Sfortunatament ikun hemm informazzjoni li tkun diġa` waslet għand min ikun qed jorganizza ċerti affarijiet pero` ma tkunx waslet bilfors għand il-persuni kollha li jkunu ħadu sehem, allura jkun hemm f'ċertu sens abbuż min-nuqqas ta' informazzjoni li jista' jkollhom persuni differenti dwar dak li jkun se jsir.", "Mr Speaker, protesti kulħadd għandu dritt jagħmel u żgur li mhux se nkun jien li b'xi mod nipprova niċħad id-dritt tal-protesta lil xi ħadd.", "Fl- aħħar mill-aħħar min jaf kemm-il darba ħadt sehem f'protesti fi żmenijiet oħra meta kont għadni iktar żagħżugħ, imma madanakollu min ta l-impressjoni li fil-Baħrija qatt ma sar xejn kien qed jitkellem meta kien jaf li ġimgħat ilu ħarġu tenders għal diversi toroq fl-inħawi ta' Baħrija.", "Kien jaf li t- tenders mhux biss ħarġu imma ngħataw lill-kuntrattur u kien jaf ukoll li din il-ġimgħa kien se jinbeda x-xogħol fuq it-toroq tal-Baħrija.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq Lm10 jew fuq Lm1,000 imma qed nitkellmu fuq Lm100,000 u iktar ta' xogħol li ħareġ, li ngħata u li se jiġu investiti fit- toroq tal-Baħrija biex in-nies tal-Baħrija u nies oħrajn li jmorru f'dawk l- inħawi jkunu jistgħu jgawdu mill-istess livell ta' toroq li qegħdin nipprovaw nibnu f'dan il-pajjiż.", "Mr. Speaker, jagħmel ħażin min jipprova jabbuża min-nuqqas ta' informazzjoni li jista' jkollhom in-nies biex jagħtihom l-impressjoni li dak ix-xogħol se jibda bis-saħħa tiegħu għax organizza protesta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t- Tlieta, 14 ta' Mejju 2002, fis-6:00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAĦĦA – RAPPORTI - INFIQ", "31494.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet in-nefqa għar-rapporti li saru mill-ministeru u d- dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu tal- ministeru matul l-1999, 2000 u 2001?", "Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk l-Onor Interpellant jippreċizali x'tip ta` rapporti għandu f'moħħu u jekk jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta` tlitt snin sħaħ, inkun nista` niddeċiedi jekk hux ġustifikat li nordna li jintużaw ir- riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - RAPPORTI - INFIQ", "31496.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għar-rapporti li saru mill-ministeru u d-dipartimentI u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu matul l-1999, 2000 u 2001?", "Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Interpellant jippreċiżali x'tip ta' rapporti għandu f'moħħu u jekk jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għall kull rapport li sar fuq perjodu ta' tliet snin sħaħ, inkun nista' niddeċiedi jekk inhix ġustifikat li nordna li jintużaw ir-riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "RIŻORSI U INFRASTRUTTURA – RAPPORTI - INFIQ", "31497.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għar- rapporti li saru mill-ministeru u d-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-1999, 2000 u 2001?", "Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor Interpellant jippreċiżali x'tip ta' rapporti għandu f'moħħu u jekk jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta' tliet snin sħaħ, inkun nista' niddeċiedi jekk inhix ġustifikat li nordna li jintużaw ir-riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "GĦAWDEX – RAPPORTI - INFIQ", "31498.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru tgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa għar-rapporti li saru mill- ministeru u d-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul l-1999, 2000 u 2001?", "Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jekk l-Onor.", "Interpellant jippreċiżali x'tip ta' rapporti għandu f'moħħu u jekk jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta' tliet snin sħaħ, inkun nista' niddeċiedi jekk inhix ġustifikata li nordna li jintużaw ir-riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Ċentru tat-Taħriġ għall-Adulti – KAP", "33184.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min se jkun responsabbli bħala kap jew assistent kap fiċ-ċentru tat-taħriġ għall- adulti li ser jinfetaħ f'Pembroke?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm kap li hu responsabbli miċ-ċentru tal-persuni b'diżabilita` ta' Pembroke.", "ĊENTRU TAT-TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI – SENIOR CARE WORKER", "33185.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid isem is- senior care worker li ser ikun hemm fiċ-ċentru tat-taħrig għall-adulti ta' Pembroke u x'kien xogħolha qabel ingħatat din il-kariga?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li s-senior care worker fiċ-ċentru tat-taħriġ għall-adulti f'Pembroke hi s-Sinjorina Anna Attard.", "Qabel ix- xogħol preżenti kienet tagħmel xogħol ma' persuni b'diżabilita` kif ukoll ma' l-anzjani fid-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil-komunita`.", "Ċentru tat-Taħriġ għall-Adulti – SENIOR CARE WORKER", "33186.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministri jgħid kif din il-persuna ngħatat din il-kariga fiċ-ċentru tat-taħriġ għall-adulti ta' Pembroke meta diġa` hemm lista ta' għoxrin persuna oħra li kienu għamlu l- interview għal senior care worker fl-ATC's f'Settembru tat-2000, liema riżultat ħareġ fil-bidu ta' Marzu 2001, u liema lista kienet teskadi fil- bidu ta' Marzu 2002 u li minħabba dan il-posting kienet giet imblukkata l- lista msemmija hawn fuq?", "Għalfejn din il-kariga ma ngħatatx qabel ma skadiet din il-lista hawn imsemmija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fil-fatt ir-riżultat ta' l- intervisti li rrefiriet għalihom l-Onor.", "Interpellant jiskadi fil-25 ta' Mejju 2002 u mhux fil-bidu ta' Marzu 2002.", "Ninsab infurmat ukoll li d-dipartiment għall-anzjani u servizzi fil- komunita` għamel talba lill-uffiċċju kompetenti biex jimpjega aktar senior care workers mill-lista tal-kandidati li temmew b'suċċess dawn intervisti.", "Mhux il-każ li s-senior care worker li qed taħdem fiċ-ċentru ta' Pembroke qed timblokka l-lista msemmija.", "Ċentru tat-Taħriġ għall-Adulti - SENIOR CARE WORKER", "33187.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif f'kull ċentru tat-taħriġ għall-adulti hemm senior care worker; filwaqt li f'dak tal-Imtarfa, li jiġbor fih aktar minn mitt adult, għad m'hemmx senior care worker?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 33186, ninformaha li hemm il-ħsieb li meta tiġi l-approvazzjoni għat-talba biex jiġu mpjegati aktar senior care workers, xi ħadd minnhom jiġi allokat fiċ-ċentru ta' l- Imtarfa.", "Ċentru tat-Taħriġ għall-Adulti - SENIOR CARE WORKER", "33188.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol li suppost jagħmel is-senior care worker fiċ- ċentru tat-taħriġ għall-adulti ta' l-Imtarfa u għaliex s'issa għad m'hemmx senior care worker f'dan l-ATC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 33186 u 33187 f'din l-istess Seduta.", "AFM – RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' L-OMBUDSMAN", "33189.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-ombudsman fl-investigazzjonijiet ta' inġustizzji li saru fl-armata u r-rimedji li rrakkomanda l-istess ombudsman humiex jigu implimentati mill-brigadier responsabbli mill-armata?", "Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' rimedji mwettqa mill-brigadier u kemm kienu r-rakkomandazzjonijiet għar-rimedji mill-ombudsman lill-brigadier?", "F'kaz ta' diskrepanza x'inhija r-raguni li r-rakkomandazzjonijiet ta' l- ombudsman, uħud minnhom xorta qed jigu injorati fl-armata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-risposta għall-ewwel parti tad-domanda ta' l- Onor. Membru hija fl-affermattiv.", "Ninsab infurmat li hemm diversi rakkomandazzjonijiet ta' l-ombudsman rigward l-armata li jridu jiġu evalwati flimkien qabel ma jiġu implementati.", "Kien hemm erba' promozzjonijiet li ġew implementati waqt li hemm erbgħa oħra fil-proċess ta' implementazzjoni.", "TVM- EDUCATION22 - PROGRAMM SCOOTERS", "33209.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim jeżisti bejn l-istazzjon education 22 u l- istazzjon ta' l-Istat biex programmi ta' education 22 jidhru fuq TVM?", "Jista' l-Ministru jgħid x'valur edukattiv hemm fil-programm \"Scooters\" li qed jidher fuq iż-żewġ stazzjonijiet?", "Jaf li minbarra livell tekniku verament baxx il-programm li deher nhar it-Tnejn 29 ta' April ma kellu l- ebda livell edukattiv?", "Min hu responsabbli li jara li dawn il-programmi huma tal-livell mixtieq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minħabba l-fatt li channel 22 huwa aċċessibbli biss permezz tal-cable, siegħa u nofs kuljum jingħataw minn education 22 mingħajr ħlas lil TVM biex is-servizz ikun aċċessibbli b'mod terrestriali.", "Issir trasmissjoni konġunta ta' nofs siegħa fid-9.30 a.m. u 55 minuta fl-4.00 p.m. Huwa TVM li jiddeċiedi jekk u kemm ikollu bżonn ħin mingħand education 22 fil-bidu tas-sena u din hija l-prattika regolari ta' dawn l-aħħar tliet snin.", "Il-programm Scooters li issa daħal fit-tieni sena tiegħu għandu fil-mira tiegħu tfal sa' l-eta` ta' 11-il sena.", "Kull ġurnata tal-ġimgħa tinstab taħt ir-responsabbilta` ta' teacher-producer differenti assistit minn grupp ta' għalliema partikolari għal dak il-programm tal-ġurnata.", "It-temi jvarjaw minn jum għal jum u jikkumplimentaw id-dinja skolastika li jgħixu fiha t-tfal Maltin mingħajr ma' jirrepetu jew jikkonformaw ma' kunċetti skolastiċi bl-għan ewlieni li jiġi pprattikat il-prinċipju ta' edutainment.", "F'Novembru li għadda Scooters ingħata l-premju ta' l-awtorita` tax-xandir bħala l-aħjar programm edukattiv għat-tfal.", "Huwa l-għan ta' Scooters li jirrispetta l-bidliet maħluqa mill-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali l-ġdid.", "Fil-preżent, matul il-ġimgħa qed jiġu ttrattati temi bħall-espressjoni u l- parteċipazzjoni tat-tfal fuq il-media televiżiv, qari ta' kotba klassiċi, qwiel maltin, sports, animal awareness, arti viżiva u applikata, studji soċjali, internet, promozzjoni ta' kotba Maltin għat-tfal, edukazzjoni inklussiva, lingwa Ingliża, pariri dwar nutrizzjoni tajba, ħarġiet kulturali bit-televiżjoni, mużika u laqgħat ma' personalitajiet attwali, u puppet theatre Malti bl-isem ta' pupazzini.", "Hemm ukoll inklużi fi Scooters programmi qosra tat-tfal magħmula mill-BBC.", "Fir-rigward tal-livell tekniku, informat li nhar it-Tnejn 29 ta' April 2002 ma kien hemm ebda problema teknika min-naħa ta' education 22 u ma sar ebda ilment min-naħa tat-tekniċi tat-TVM.", "Il-programm tad-29 ta' April kien jinkludi żjara lil skolasport u ffoka fuq long jumps, diskussjoni fl- istudio dwar il-long jump, kompetizzjoni bit-telefon dwar id-differenza bejn long jump u high jump, klabb posta-ittri u tpinġijiet mibgħuta mit- tfal, silta minn treasure island u produzzjoni tal-BBC bil-pupazzi.", "Ir-responsabbilta` diretta taqa' fuq it-teacher-producer li jwieġeb lil acting head ta' education 22.", "Education 22 taħt it-tmexxija ta' l-acting head iwieġeb lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni taħt it-tmexxija tad- dipartiment ta' l-istudji għall-adulti u lill-awtorita` tax-xandir tal- gvern, iċ-chief executive tal-PBS jagħmel ir-rwol ta' editur ta' l- istazzjon ddukattiv.", "EŻAMI TAS-SEC - LINGWA INGLIŻA", "33210.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Nirriferi lill-Ministru għall-karta ta' l-eżami tas-SEC tal-lingwa Ingliża (Paper A) li sar nhar is-Sibt 4 ta' Frar.", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma sarx proof reading suret in-nies meta saru dawn l-iżbalji fl-imsemmija karta:", "1.", "Fit-tieni comprehension (passage 2), għaliex il-linji kienu mmarkati minn numru 40 sa 65 meta fil-fatt ma kienx hemm daqshekk linji?", "2.", "Għaliex il-mistoqsija nru.", "2 kienet tirriferi għall-linji nru 5, 11, 15 u 16 meta dawn ma kenux jeżistu f'dan it-test?", "3.", "Għaliex il-mistoqsija nru.", "3 ukoll kienet tirriferi għall-linji nru.", "5 meta dan in-numru ma kienx jeżisti fit-test?", "Ma jaħsibx li żbalji sempliċi bħal dawn minbarra li jistgħu jfixxklu l- istudenti m'għandhomx jitħallew isiru f'eżami nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Membru li mhux aċċettabbli li jkun hemm żbalji sempliċi bħal dawk indikati f'karta ta' l- eżami tas-SEC.", "Minn verifiki li għamilt mal-bord tal-MATSEC, irriżultali li l-bord inkariga persuna ta' esperjenza biex jiġi assigurat li l-karta ma jkunx fiha żbalji.", "Il-bord qed jikkonsidra passi bħala sodisfazzjoni għal dawn in-nuqqasijiet.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - LOGO", "33211.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema kienet il-kumpanija li ħadet ħsieb tagħmel il- logo il-ġdid tal-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ?", "Kemm tħallset ta' dan ix- xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumpannija li ħadet ħsieb tagħmel il-logo il-ġdid tal-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ kienet \"Think Websites\", li hija kumpanija żagħżugħa.", "Is-somma li tħallset għal dan ix-xogħol kien ta' Lm40.", "EŻAMI TAS-SEC - ACCOUNTS", "33212.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li fl-eżami ta' l-accounts tas-SEC kien hemm mistoqsija li ma kienx possibli tinħadem peress li kien hemm figura mħallija barra?", "Jista' jara jekk huwiex minnu li fit-taqsima obbligatorja kien hemm mistoqsijiet ta' livell avanzat u ma kenux tal-livell tas-SEC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħala proċedura meta jkun hemm xi nuqqas f'xi karta ta' l-eżami u dan l-iżball jindunaw bih l-eżaminaturi qabel jibda l-eżami, il-kandidati jiġu mgħarrfa bil-miktub mill-inviġilaturi dwar l-iżball u ssir il-korrezzjoni mill-ewwel.", "Il-kandidati jiffirmaw il-karta fejn jikkonfermaw li ġew mgħarrfa bl-iżball u bil-korrezzjoni.", "Fil-każ ta' l-eżami tas-SEC fl-accounts, din il-proċedura ġiet osservata u l- mistoqsijiet kollha setgħu jinħadmu mill-bidu nett ta' l-eżami.", "Dwar it-tieni mistoqsija, ġejt informat li l-eżaminaturi jikkonfermaw li l- mistoqsijiet kienu adattati għal-livell tas-SEC u li ma kien hemm l-ebda mistoqsija fil-karta ta' l-eżami fuq materja li mhux fis-sillabu tas-SEC ta' l-2002.", "PULIZIJA - VAKANZI", "33213.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija bħalissa fil-korp?", "Kemm hemm vakanzi f'kull rank tal-korp?", "Kemm ilha l-aktar kull vakanza?", "Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jerġa' jiftaħ ir-reklutaġġ għal uffiċjali kadetti u kuntistabbli tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru tal-membri fil-korp tal- pulizija fil-preżent huwa 1,753.", "Infurmat ukoll li jeżistu vakanzi fid- diversi rankijiet tal-korp, u huwa maħsub li dawn jimtlew wara li jiġu vvalutati l-ħtiġijiet attwali tal-korp u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali.", "SEC – ĊENTRI TA' L-EŻAMIJIET", "33214.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li ċerti ċentri fejn qed isiru l-eżamijiet tas-SEC ma humiex adattati għal eżamijiet nazzjonali?", "Jaf li fl-iskola sekondarja teknika San Ġużepp f'Raħal Ġdid qegħdin isiru eżamijiet fi klassijiet fejn hemm graffiti u tipex mal-ħajt kif ukoll purtieri inkallati u mqatta?", "Jaf il-Ministru li anke l-post fejn isiru l-eżamijiet għandhom ikunu ta' ċertu standard biex jgħinu l-istudent jikkonċentra aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din l-iskola hija Liċeo San Ġużepp tas-subien.", "Il- klassijiet li jintużaw għall-eżemijiet huma l-istess klassijiet li matul il- ġurnata jsir it-tagħlim fihom.", "Id-dipartiment juża' din l-iskola bħala wieħed miċ-ċentri prinċipali ta' l- eżamijiet għax l-iskola tinsab f'post ċentrali.", "Barra minn hekk id- dipartiment qatt ma kellu lmenti negattivi dwar din l-iskola.", "Bħal skejjel oħra tal-gvern qed jittieħdu miżuri biex l-ambjent ta' din l- iskola jitjieb.", "KAVALLIER TA' SAN ĠAKBU - QLIGĦ", "33231.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif sar il-qligħ fil-Kavallier ta' San Ġakbu?", "Għaliex l-artisti jintalbu jħallsu Lm115 sabiex itellgħu wirja u t-tfal jintalbu jħallsu għall-programmi taċ-ċentru meta sar dan il-qligħ kollu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett ġejt informat li għandu jiġi ċċarat li d- dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32258 huwa biss rendikont ta' d-dħul u ħruġ - sa l-aħħar ta' Diċembru, 2001- taċ-ċentru ta' kreattivita` fil-Kavallier ta' San Ġakbu, li allura ma jinkludix lista ta' l-kredituri u debituri għall-istess perjodu.", "Għaldaqstant l-indikazzjoni ta' net profit hi żbaljata.", "Informat ukoll li meta wieħed iqis il-ħlasijiet li saru s'issa din is-sena u oħrajn li għad iridu jsiru għal spejjeż magħmula sa' l-aħħar ta' Diċembru 2001 u li kienu għadhom ma tħallsux sa dik id-data, l-ammont li kien indikat bħala net profit fil-mistoqsija parlamentari imsemmija jiġi ridott sostanzjalment.", "Barra minn hekk il-management ma nefaqx dak li kien hemm bżonn f'pagi minħabba li l-proċess ta' reklutaġġ ħa aktar żmien milli maħsub.", "Għaldaqstant wieħed ma jistax jitkellem dwar dan il-qligħ kollu fil-Kavallier ta' San Ġakbu.", "Il-prezz ta' Lm100 + VAT li jintalab iħallas min jesebixxi wirja ta' arti hi tariffa nominali li b'ebda moda ma tirrifletti l-ispejjeż li joħroġ iċ- ċentru li jkun miftuħ ħinijiet twal sebat ijiem fil-ġimgħa.", "L-ispejjeż jinkludu wkoll ħlas ta' impjegati li xogħolhom hu li jippromwovu l-istess wirjiet ta' opri ta' arti li ħafna minnhom jinxtraw mill-visitaturi bla ma s'issa tiġi mitluba kummissjoni miċ-ċentru kif isir f'postijiet simili barra minn Malta.", "Ninnota li l-biċċa l-kbira ta' l-artisti li użaw iċ- ċentru huma sodisfatti ħafna u qed jitolbu li jerġgħu jużawh.", "L-istess fir-rigward ta' ħlas nominali ta' Lm1 li jintalbu jħallsu tfal għal attivitajiet artistiċi u krejattivi.", "B'hekk iċ-ċentru jtaffi xi ftit mill-ispejjeż f'materjal li jintuża u f'remunerazzjoni li jħallas lill- animaturi, ħafna minnhom studenti ta' l-universita` li jsegwu taħriġ f'animazzjoni fl-istess ċentru.", "Tajjeb infakkar ukoll li hemm kategoriji ta' tfal u persuni (e.g. mill-fondazzjoni Eden, pazjenti ta' l-isptar Monte Carmeli u oħrajn) li ma jiġu mitluba jħallsu xejn.", "Il-gvern irid li l- fondazzjoni tkun organizzazzjoni mhux għal profitt u li kemm jista' jkun tassigura li tkopri l-ispejjeż tagħha minn dħul għal inizjattivi li jiġu organizzati fl-istess ċentru.", "Jidhirli li jkun tajjeb ukoll li tinħoloq kultura favur li jingħata valur lill-prodott kulturali.", "Il-mentalita` li wieħed jipparteċipa/jattendi f'attivita` kulturali u artistika jekk \"tkun b'xejn\" hi ta' ħsara għall- iżvilupp f'dan il-qasam.", "Il-gvern diġa` joħroġ eluf kbar ta' liri biex direttament u indirettament jissussidja attivitajiet bħal dawn.", "Tajjeb li insibu bilanċ ġust bejn aċċessibilita` sħiħa u iffinanzjar sostenibbli għall-kultura u l-arti.", "OPM – PIRACY POLICY", "33232.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għandux politika kontra l-piracy għall-uffiċċju tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Teżisti politika kontra l-piracy kemm fl- uffiċċju tiegħi kif ukoll mal-gvern kollu.", "Ninsab infurmat li l-government policy fuq software licencing hija dokumentata f'dokument ''office automation standards software products''.", "Dan id-dokument jista' jiġi aċċessat minn fuq il-website tas-CIMU \"www.cimu.gov.mt\".", "Fejn isir magħruf lis-software qiegħed jiġi użat illegalment, il-gvern jieħu l-passi neċessarji.", "MALTA INTERNATIONAL TRADE CENTRE", "33234.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-consortia/kumpanniji li wrew interess fl-iżvilupp tal-Malta international trade centre?", "F'liema stadju wasal il-proċess ta' l-aġġudikazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'dan l-istadju ma jkunx għaqli li wieħed jiżvela l- ismijiet tal-kumpanniji li wrew interess fl-iżvilupp tal-Malta international trade centre.", "Id-dettalji mitluba jkunu jistgħu jingħataw wara l-ftuħ tal-proposti li għandhom jiġu sottomessi sa l-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ALLOWANCES", "33235.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema fil-ministeri, dipartimenti, fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern u civil, bħal sptarijiet u skejjel, li mis-sena 1998 ingħataw allowances għal pożizzjonijiet ġodda li huma ogħla mis-substantive grade tagħhom?", "Jista' jgħid kemm għola gradi non-substantive kull ħaddiem f'kull każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - DATA TRACK", "33236.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jispjega kif qegħdin jintgħażlu l-vetturi li fuqhom titwaħħal is-sistema tad-data track fi ħdan id-diviżjoni tax- xogħlijiet pubbliċi?", "Għaliex din is-sistema m'hijiex qegħda tiġi nstallata fuq il-vetturi kollha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-għażla tal-vetturi ġiet imqassma biex tolqot kemm jista' jkun id-dipartimenti kollha fi ħdan id- diviżjoni, iżda l-aktar dawk il-vetturi li jkopru l-akbar distanzi jew inkella li jikkonsmaw kwantita' ta' fuel.", "B'dan il-mod 36% tal-vannijiet, 76% tat-trakkijiet u 53% tal-gafef ser ikunu bid-datatrak.", "Minbarra hekk, ta' min jgħid ukoll li d-datatrak qed titwaħħal fuq xi vannijiet mikrija mid-dipartiment.", "Meta din is-sistema tiġi żviluppata fuq numru ta' vetturi u nġenji, jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi estiża.", "FONDAZZJONIJIET - IMPJEGATI", "33238.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu ħaddiema full-time u mhux full-time li huma mpjegati mal-fondazzjonijiet u entitajiet oħra tal-gvern mis-sena 1998 'l hawn?", "Jista' jgħid minn fejn huma l-ħaddiema?", "Jista' jgħid kemm jaħdmu sigħat dawk li m'humiex impjegati tal-gvern iżda li huma mpjegati mal-fondazzjonijiet u kemm hi l-paga fissa, jew hourly rate u l-allowance tagħhom?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kif saret l-għażla ta' dawn il- ħaddiema u kienx hemm persuni oħra li applikaw għal dawn il-pożizzjonijiet u tħallew barra, allavolja kellhom esperjenza u kwalifiki ogħla minn ta' dawk li ntgħażlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "PA – QBAJJAR – ĦRUĠ TA' PERMESSI", "33240.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi żviluppi għall-ħruġ ta' permessi għall-bini fil-Qbajjar li fl-iskema għall-iżvilupp mill-1987, minn meta kienet ħarġet it-temporary provision scheme, li kienu ħarġu żewġ permessi nru.", "PB 2099/85/1085/84 u PB 2100/85/108/84 għal-parti mill-art?", "Jikkonferma li din l-art m'hix qegħda tiġi kkunsidrata biex tiddaħħal fl- iskema tal-pjan lokali għal Għawdex?", "X'inhuma r-raġunijiet għaliex din l- art m'hix tiġi inkluża fil-pjan ta' l-iżvilupp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-file PB 1085/84 jirriferi għal sit fil-Qbajjar, filwaqt li file PB 108/84 jirreferi għal sit ix-Xewkija u għalhekk ma huwiex relevanti għall-mistoqsija.", "Rigward file PB 1085/84, kien ħareġ permess fl-14 ta` Ġunju 1985 biex jinbnew appartamenti fil-Qbajjar.", "Il-permess kien ħareġ skond il-policies viġenti dak iż-żmien, li huma differenti minn dawk ta` illum.", "Dan il- permess kien validu sa sena waħda mid-data tal-ħruġ tal-permess, sakemm ma jkunx imġedded.", "Iżda dan il-permess ma ġiex imġedded u għalhekk skada u ma baqax validu.", "Il-bini approvat ma kienx inbena.", "Ma hux propizju li ngħid liema art qed tikkunsidra l-awtorita` dwar l- ambjent u l-ippjanar biex iddaħħal fl-iskema ta` żvilupp.", "Il-bord ta` l- awtorita` fil-ġimgħat li ġejjin għandu jiddiskuti l-abbozz tal-pjan biex joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika.", "P A - GARRIGUE", "33244.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti definizzjoni eżatta dwar il-kelma teknika garrigue?", "Jekk kull blat jaqax taħt din id-definizzjoni?", "X'inhu meqjus bħala art ikkultivata?", "Liema records uffiċjali għandha l-awtorita ta' l- ippjanar dwar art agrikola, dwar jekk hix kultivata jew le?", "Kemm-il talba saret għall-kostruzzjoni ta' gwiebi u kmamar tal-pompa taħt l- iskema tad-DNO mill-1 ta' Ġunju 'l hawn?", "Kemm il-clearance ħarġet taħt l-iskema tad-DNO mill-1 ta' Ġunju 2001 'l hawn fiz-zona ODZ?", "Jista' jikkonferma jekk il-Ġimgħa 21 ta' Diċembru 2001 kinitx ġurnata normali tax-xogħol?", "Jekk le, jista' jikkonferma f'liema ħin twasslet il- posta mill-awtorita`?", "Kemm minnhom ittieħdet deċiżjoni fi żmien 30 ġurnata kif stipulat fl-A.L. 126 ta' 2001?", "F'każ ta' rifjut, semmi lokalita` b'lokalita` u r-raġunijiet li nġiebu għar- rifjut?", "X'rimedju hemm għal min ma ħax risposta fi żmien stipulat u x'passi bi ħsieba tieħu l-awtorita` kontra minn qiegħed b'xi mod jabbuża mill-poteri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat kif ġej:-", "1.", "Il-kelma garrigue hija t-terminu tekniku għal art xagħrija, jiġifieri art li hija magħmula minn blat fil-wiċċ u li aktarx fiha wkoll irqajja` ta` ħamrija.", "F`dan l-ambjent jikbru xtieli baxxi bħalma huma s-sagħtar, l- għansar u/jew pjanti simili.", "2.", "Le", "3.", "Art ikkultivata hija ħamrija li tkun imħawla u tinħadem għall- kultivazzjoni.", "4.", "L-awtorita` għandha ritratti meħudin mill-ajru, li juru l-art in kwestjoni u b`hekk jindikaw b`mod dirett jekk hiex art mibnija, xagħri, siġar, għelieqi, eċċ.", "5.", "Saru 214-il talba għal żvilupp li jinkludi ġwiebi jew kmamar tal-pompi taħt l-iskema ta` l-ordni dwar in-notifikar ta` l-iżvilupp mill-1 ta` Ġunju 2001 `l hawn.", "6.", "L-Onor.", "Membru mitlub jiċċara l-mistoqsija ladarba mhux tiftiehem.", "7.", "42 clearance inħarġu fi żmien 30 ġurnata.", "8.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif hekk kif mitlub.", "9.", "Wara l-iskadenza ta` 30 jum, żvilupp li huwa kopert mill-ordni dwar in- notifikar ta` l-iżvilupp jiġi meqjus bħala żvilupp permess, sakemm ikun konformi għal kollox mal-kundizzjonijiet kollha indikati fl-istess ordni u mal-policies u pjanijiet approvati skond l-Att dwar l-Ippjanar ta` l- Iżvilupp.", "Iżda l-ordni nnifisha tipprovdi illi l-awtorita` xorta tibqgħalha s-setgħa li twaqqaf ix-xogħlijiet jew li tieħu azzjoni ta` infurzar jekk żvilupp ma jkunx konformi, sabiex short cut proċedurali bħalma hija l-ordni dwar in-notifikar ta` l-iżvilupp ma sservix bħala loophole li tkun tista` tagħti wkoll lok għal xi abbuż.", "L-Onor.", "Membru huwa mitlub jindika għal liema abbuż qed jirreferi.", "ĦADDIEMA RĠIEL U NISA", "33251.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 33092 u jgħid kemm huwa in-numru ta' rġiel u nisa 'l fuq minn 16 il-sena li qed jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija nru 33092.", "NGOs – ĦADDIEMA FULL-TIME/PART-TIME", "33252.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 33091 u jgħid kemm huwa n-numru ta' NGOs f'Malta u Għawdex?", "Kemm għandha full-time employees kull NGO?", "Kemm għandha part-time employees kull NGO?", "Kemm tħallas bolla tan-national insurance kull NGO?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-unit għall-liaison ma' għaqdiet mhux governattivi, li taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-ministeru tiegħi, għandha informazzjoni biss dwar dawk l-għaqdiet li japplikaw għall-fondi provduti mill-gvern.", "Ninsab infurmat li għas-sena 2002 kien hemm 33 għaqda - tnejn minnhom kienu minn Għawdex - li għamlu talba għal dawn il-fondi dwar 39 proġett.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni dwar in- numru ta' mpjegati full-time u part-time imħallsa, kif jirriżulta mill- project document ippreżentat mat-talba għall-fondi mill-għaqda rispettiva.", "Ninsab infurmat li l-unit m'għandiex l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - IMPRESSED TRUCKS", "33261.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid hix prassi normali li persuni ta' sebgħin sena jitħallew isuqu trucks impressed mad-dipartiment tax- xogħlijiet pubbliċi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor Interpellant jaf b'xi każ kif indikat fil-mistoqsija tiegħu jinfurmani sabiex jittieħdu passi b'mod immedjat.", "PA - GĦAWDEX- IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "33262.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija 33058 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament u l-pjanti relattivi tal-PA għall-bini ta' impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tiġi mħejjija.", "P A – FLORIANA - CAR PARK", "33271.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MCP car park fil-Furjana hux jikser kundizzjonijiet tal-permess tal-PA kif ukoll xi kundizzjoni tal- kuntratt li sar mad-dipartiment ta' l-artijiet?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-kundizzjonijiet miksura u x'qiegħed isir dwar dawn l- irregolaritajiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-awtorita` ta` l-ippjanar qed tikkontendi illi xi partijiet mill-bini li sar fl-air space qed jaqbeż il- livell ta` Triq l-Assedju l-Kbir kif meħud matul it-gradient tagħha.", "Rigward dan il-punt kien ġie revokat parti mill-permess ta` żvilupp li tirrigwarda dik il-parti tal-proġett u fil-21 t`April 1995 inħareġ avviż biex tieqaf u tat-twettiq skond l-Att Nru.1 dwar l-ippjanar.", "Il-każ kien mar quddiem il-bord ta` l-appell dwar l-ippjanar fejn iżjed tard il- kwestjoni spiċċat anke fil-qorti ta` l-appell.", "Min-naħa tagħha din il- qorti ddeċidiet li terġa` tibgħat il-każ lura lill-bord ta` l-appelli dwar l-ippjanar sabiex jinbeda smigħ mill-ġdid.", "Il-każ sal-lum għadu pendenti quddiem dan il-bord fejn l-aħħar seduta saret fit-8 ta` Mejju 2002 - jiġifieri l-każ għadu subjudice – u għalhekk kwalunkwe azzjoni li tista` eventwalment tittieħed tinsab sospiża sakemm jiġi deċiż dan l-appell.", "Għal dak li jikkonċerna d-dipartiment ta` l-artijiet, ninsab infurmat illi minħabba ksur fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt f`dak li jirrigwarda l- livell ta` triq imsemmi hawn fuq, id-dipartiment qed jieħu passi kontra l- kumpannija li tmexxi l- car park.", "DIVIŻJONI TAX-XOGĦLIJIET – A/ WTO", "33272.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-assistant work technical officer li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għadux impjegat mad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi minħabba li ilu ma jidħol għax-xogħol aktar minn tliet xhur?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ħaddiem imsemmi għadu mpjegat mad-diviżjoni tax-xogħlijiet u anke ngħata nkarigu biex jagħmel xogħol mal-kunsill lokali tal-Furjana.", "Jekk l-Onor Interpellant għandu xi informazzjoni ulterjuri, nitolbu jinfurmani.", "HOUSING - KERA", "33276.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinqaleb il- kera fuq persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li d-dokumenti li ġiet mitluba tibgħat mil-lands ġew mogħtija?", "Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "NI CONTRIBUTIONS", "33280.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33122 u jgħid kemm jirriżulta li ma tħallsux kontribuzzjonijiet ta' l-NI minn self-employed u kumpanniji privati sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA BARRANIN", "33281.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33121 - oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru - u jgħid kemm kellna ħaddiema barranin differenti, matul dawn l-aħħar għaxar snin, nazzjonalita' b'nazzjonalita?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "ITS - STUDENTI", "33282.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-twaqqif ta' l-ITS 'il hawn bdew kull sena skolastika?", "Kemm mill-istudenti li bdew id-diversi korsijiet għal raġuni jew oħra ma baqgħux jattendu l-korsijiet li kienu qegħdin jagħmlu?", "Kemm mill-istudenti li ma baqgħux jattendu l-kors tagħhom kienu penalizzati għal dan?", "Kemm minn dawk penalizzati kienu mitluba jħallsu lura l-istipendju li kienu rċevew kemm damu l-ITS?", "Kienu mitluba jħallsu lura l-istipendju l- istudenti kollha li ma baqgħux jattendu l-kors li bdew u kellhomx dawn iħallsu l-istipendju kollu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tirrikjedi ħafna xogħol għaliex titlob stħarriġ li jmur lura tnax il-sena u assolutament Għaldaqstant mhuwiex possibbli li tingħata tweġiba f'qasir żmien.", "Inwiegħdu li appena tasalli l-informazzjoni nwieġeb il-mistoqsija tiegħu.", "KUNSILLI LOKALI - SERVIZZ TA' E-GOVERNMENT", "33283.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid hux il-kunsilli lokali kollha aċċettaw li joffru mill-uffiċċji tagħhom is-servizz ta' l-e-governement?", "Il-kunsilli kollha li aċċettaw li jagħtu dan is-servizz ħatru e-councillor?", "Il-gvern se jipprovdi computers ġodda lill-kunsilli lokali għal dan is- servizz?", "Minn meta fil-fatt se jibda?", "Jekk il-kunsilli lokali se jingħataw il-possibbilta` li in vista ta' dan is-servizz u ta' xogħlijiet oħra li daħlu għalihom jimpjegaw iżjed nies u jekk fl-affermattiv kif dan se jiġi regolat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kunsill lokali kollha urew l-interess li joffru s- servizzi ta' l-e-Government mill-ufficcju amministrattiv tagħhom pero` għad hemm tliet kunsilli li sa llum għadhom ma ħatrux l-e-councillor tagħhom.", "Dawn huma l-kunsilli tal-Marsa, Sannat u Xaghra.", "Biex iħajru l-kunsilli kollha jidħlu għal dan il-proġett, il-gvern offra pakkett ta' inċentivi li fost oħrajn jinkludi;", "vot ta' Lm350,000 fl-aħħar budget; spiza finanzjata mill-gvern ta' ċirka Lm100,000 oħra f'tagħmir ta' computers u connectivity biex jitwaqqaf internet centre f'kull lokalita` ghall-użu tar-residenti; inter-connectivity tas-sistemi: interni u aċċess ghall-internet bi ħlas nominali;", "installazzjoni b'xejn ta' mill-anqas web phone wieħed f'kull lokalita`;", "taħrig b'xejn għal mill-inqas żewg persuni minn kull lokalita` ntiża biex dawn ikunu kapaċi jagħtu t-taħrig fl-użu tal-komputer fil-lokalita` stess u dan fil-kuntest ta' skema ta' taħrig b'xejn li qed tinħadem mal-ministeru ta' l-edukazzjoni; u", "aċċess b'xejn għall-portal tal-gvern u pariri teknici b'xejn ghall-iżvilupp tal-website tal-kunsilli.", "GĦAJN DWIELI - ZEBRA CROSSING", "33290.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkunsidra li zebra crossing li hemm Għajn Dwieli ħdejn il-mini titressaq lejn tarf it-triq naħa ta' Raħal Ġdid fejn jibdew ir-residenzi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ser ngħaddi t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- direttorat għat-toroq u dak għall-maniġġ tat-traffiku biex jaraw huwiex possibbli li ssir zebra crossing fil-viċinanzi tar-residenzi kif indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "AWTORITA` TAS-SAĦĦA U SIGURTA` FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "33291.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm health and safety officers fi ħdan l-awtorita` tas-saħħa u sigurta` fuq il-post tax- xogħol li qed jagħmlu id-dmirijiet mitluba minn din il-pożizzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm tmien (8) uffiċjali li ġew appuntati bħala occupational health and safety officers skond kif kontemplat fl-artikolu 15 tal-liġi li waqqfet l-awtorita' għas-saħħa u sigurta` fuq il-post tax- xogħol.", "AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "33292.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm single parents li għandhom applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva?", "Minn liema lokalita` ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "MIA – MATS SECTION", "33293.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li meta l-MIA ħadet il-kontroll ta' l-ajruport mingħand l-avjazzjoni ċivili ħadet magħha l-impjegati u l-apparat kollu, jista' l-Ministru jgħid għaliex issa li sezzjoni minnhom - li minħabba sigurta` tal-pajjiż ingħata lura lill-gvern - magħrufa bħala MATS ma ħaditx lura magħha ċertu apparat li jiswa eluf ta' liri?", "X'inhi r-raġuni u jista' jelenka x'inhu dan l- apparat li jista' jispiċċa f'idejn il-barrani issa li l-MIA se tkun privatizzata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-kumpannija mwaqqfa mill-gvern fl- 1 ta' Jannar 2002 biex tieħu ħsieb il-kontroll ta' l-ajru f'Malta, ħadet mingħand il-MIA mhux biss l-impjegati li kienu jaħdmu f'din is-sezzjoni, iżda ħadet ukoll il-makkinarju neċessarju biex din tkun tista' topera.", "Dan l-apparat kellu net book value ta' aktar minn Lm3.6 miljun.", "GŻIRA - TRIQ GIACINT TUA", "33318.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-għalqa msejħa tal-baruni li hemm fi Triq Giacint Tua, Gzira, kantuniera ma' E. Bernard Street li allegatament qiegħda spiss tintuża kemm bħala rubbish dump kif ukoll bħala lok għal prostituzzjoni, minkejja li tinsab qrib ħafna ta' l-abitat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li spezzjoni minn uffiċjali tad-dipartiment tas-Saħħa Pubblika saret fl-għalqa ndikata fl-10 ta` Mejju 2002, fejn ġie nnotat xi skart u materjal ieħor.", "Fid-dawl ta` dan intbagħat avviż lis-sid konċernat sabiex jieħu l-passi meħtieġa ħalli jitneħħa dan l-iskart.", "Fin- nuqqas ta` dan, jittieħdu passi legali.", "Fir-rigward ta` l-allegat prostituzzjoni fl-inħawi, nissuġġerixxi li tali lment jiġi riferut lill-ministru konċernat."]} {"filename": "19990512_097d_par.doc", "date": "1999-05-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 97 L-Erbgħa, 12 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 97", "L-Erbgħa, 12 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "97", "L-Erbgħa, 12 ta' Mejju, 1999", "WERREJ MINUTI 727", "PETIZZJONI 727", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 728", "TQEGĦID TA' KARTI 732", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU", "GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 732", "AĠĠORNAMENT 751", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 756", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 96 li saret fit-12 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "MR.", "SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nifhem li l-Onor.", "Louis Galea se jressaq petizzjoni.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr. Speaker, nitolbok tippermettili nilbes ftit il-kappell ta' deputat fil-parlament elett mill- ħames u mis-seba' distrett ħalli nkun nista' nipprezenta petizzjoni ffirmata minn 13,000 persuna minn diversi lokalitajiet madwar is-Siġġiewi dwar proposta ta' żvilupp ta' simenterija.", "Irrid ninforma lill-Kamra li l-isteering committee magħmul mill-kunsilli lokali tas-Siġġiewi, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Luqa u l-Imqabba kienu kitbu lid-deputati f'April li għadda biex juru t-tħassib tagħhom dwar applikazzjoni għall-iżvilupp ta' simenterija minn Polcem Ltd. fil-limiti tas-Siġġiewi.", "Jien, bħala wieħed mid-deputati ta' din il-Kamra, kont irrispondejt dik l-ittra fejn kont fissirt il-preokkupazzjoni tiegħi u kont ukoll wegħidt l-appoġġ sħiħ tiegħi għall-inizjattivi li jieħdu dawn il- kunsilli lokali.", "Għedtilhom ukoll li jien assolutament ma naqbilx li f'dawn l-inħawi tinbena din is-simenterija.", "Bħal din l-ittra naf li kitbu lil diversi deputati oħra, inkluż lill-Onor.", "Marie Louise Coleiro, li se tindirizza lill-Kamra wara li nieqaf jien.", "Sussegwentement, Sur President, dan l-isteering committee, li organizza wkoll il-ġbir ta' petizzjoni, kien talabni nikkonsidra jekk inkunx preparat li flimkien ma' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, inressaq petizzjoni li ffirmaw ir-residenti ta' dawn l-irħula.", "Jien aċċettajt li nressaq għall- konsiderazzjoni ta' din il-Kamra petizzjoni li hija ffirmata minn 13,000 ċittadin dwar applikazzjoni li saret lill-awtorita' ta' l-ippjanar minn Polcem Ltd. għall-iżvilupp ta' simenterija fil-konfini tas-Siġġiewi.", "Fl-opinjoni tar-residenti ta' dawn l-inħawi - wieħed minnhom huwa jien ukoll - din is-simenterija tikkawża ħsara kbira u għaldaqstant qed nissottomettu din il-petizzjoni għall-konsiderazzjoni tal-Kamra u biex il- Kamra tieħu dawk il-miżuri kollha li jidhrilha xierqa biex dan il-proġett ta' detriment għall-komunitajiet f'dawn l-irħula u għall-bqija tal-pajjiż fil-fatt ma jiġix imwettaq.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, jien ukoll f'April li għadda ddikjarajt l-appoġġ sħiħ tiegħi kontra l-proġett ta' simenterija fi Sqaq il- Bagħal f'Ħal Farruġ u nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nagħti prosit lill- kunsilli lokali tas-Siggiewi, ta' Ħaż-Żebbuġ, ta' Ħal Luqa, ta' l-Imqabba u ta' Ħal Qormi għall-inizjattiva li ħadu biex ġabu lil Malta konxja għal din il-proposta ta' din is-simenterija.", "Mhux hekk biss imma nagħtihom prosit ukoll għall-mod serju li mxew bih.", "Dawn ma tkellmux off the cuff u bdew iwaddbu 'l hemm u 'l hawn imma mxew b'mod serju, saħansitra kkummissjonaw studju dwar l-impatt ambjentali u ħadu in konsiderazzjoni analisi mill-Universita' ta' Birmingham dwar l- effett tas-simenterija fuq is-saħħa tan-nies.", "Barra minn hekk, nixtieq nagħti prosit ukoll lil grupp ta' nisa tad-dar mis-Siġġiewi li ngħaqdu flimkien biex ġabu lil kulħadd konxju tat-tħassib li qed juru u fl-aħħar mill-aħħar irridu nagħtu prosit ukoll lil dawn it- 13,000 ċittadin minn dawn l-irħula u madwar li wkoll ingħaqdu fil-fehma soda tagħhom kontra dan il-proġett.", "Lil dawn kollha, Mr Speaker, inħoss li għandna nagħtuhom prosit mhux biss għax urew il-fehma soda tagħhom imma wkoll għaliex, minflok għamlu kif forsi hija l-użanza f'dan il-pajjiż, li nintefgħu fl-irkejjen ingorru, dawn ma ddejqu xejn, ħadu stand ċar u wrew l- opinjoni ferma tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Cuschieri, f'isem l-Onor.", "Parnis jagħmel l-mistoqsija parlamentari numru 5729.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "5729.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm mill-kandidati kollha li ħarġu għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-13 ta' Marzu huma żgħażagħ bejn it-18 u l- 20 sena, bejn l-20 u l-25 sena, bejn il-25 u t-30 sena u bejn it-30 sena u l-35 sena?", "Jista' jagħti s-sess tagħhom?", "Jista' jgħid kemm fil-fatt telgħu fil-kunsill lokali żgħażagħ skond kif klassifikati aktar 'il fuq?", "B'kuntrast ma' kemm kienu ħarġu żgħażagħ u kemm kienu telgħu fl- elezzjonijiet ta' tliet snin ilu, jista' jivverifika b'ċifri tanġibbli jekk kienx hemm żieda jew le fin-numru ta' kemm ħarġu żgħażagħ u kemm fil-fatt irnexxielhom jitilgħu?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru ta' l-Affarijiet Barranin) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba.", "Dettalji tal-kandidati kollha eletti jidhru elenkati f'Tabella ''C'' għas- sena 1999 u f`Tabella ''D'' għas-sena 1996.", "Dawn it-tabelli huma maqsuma skond il-lokalita`, l-eta` u s-sess.", "QGĦAD - GRADWATI", "5730.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikklassifika l-2,981 żagħżugħ u żagħżugħa ddikjarati qiegħda skond il-lokalita' li ġejjin minnhom?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jiddentifika kemm min-numru ta' żgħażagħ qiegħda għandhom diploma/degree mill-Universita' ta' Malta u fl-istess ħin jikklassifika n-numru ta' żgħażagħ qiegħda vis-a-vis id-diploma/degree tagħhom, kemm ilhom jirreġistraw u s-sess tagħhom?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika bi kwotazzjoni ta' ċifri jekk huwiex minnu li f'dawn l-aħħar sitt xhur in-numru ta' nies qiegħda u li għandhom diploma/degree mill-Universita' ta' Malta kiber?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Il-2,981 żagħżugħ u żagħżugħa qiegħda li kienu taħt it-tletin sena u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Jannar 1999 kienu mill-lokalitajiet imniżżla f'Tabella ''A'', li qiegħed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra.", "F'din it-tabella wieħed għandu jsib ukoll kemm minnhom kienu nisa u rġiel.", "F'Tabella ''B'', li ukoll qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, wiehed għandu jsib kemm dawn iż-żgħażagħ ilhom jirreġistraw għax-xogħol u anke l- eta' tagħhom.", "Fix-xahar ta' Jannar kien hemm 21 żgħażugħ gradwat.", "Il-figura globali tal-gradwati f'Jannar 1999 kienet ta' 38.", "Din il-figura hija l-iżgħar fl- aħħar sitt xhur u allura ma nistax naqbel illi n-numru ta' gradwati qalb dawk li qed jirreġistraw qed jiżdied.", "Dan jixhdu it-tabella ta' hawn taħt.", "|Xahar |Numru ta' Gradwati | |Awissu 1998 |103 | |Settembru | 46 | |Ottubru | 45 | |Novembru | 47 | |Diċembru | 41 | |Jannar 1999 | 38 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: La qed nitkellmu fuq nies qiegħda, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi immedjati qed jieħu l-gvern biex iwaqqaf ir- rata allarmanti li tiela' bih il-qgħad?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, m'hemmx għalfejn nużaw aġġettivi li fl- opinjoni tiegħi m'humiex applikabbli.", "Il-qgħad fil-pajjiż jiġi indirizzat billi inti jkollok ekonomija li tkun miexja 'l quddiem, li tkun qiegħda toħloq l-opportunitajiet ta' xogħol u billi inti wkoll teżamina t-tip ta' qgħad li qed ikollok.", "Qed jirriżulta bl-iktar mod ċar, anke minn dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamilt dan l-aħħar, li l-opportunitajiet ta' xogħol li qegħdin jinħolqu qegħdin jinħolqu għal ċertu tip ta' nies li pero' f'ċerti ċirkostanzi mhux qed isibu biżżejjed ħaddiema għalihom.", "Eżempju tipiku - li wkoll tqajjem dan l-aħħar f'laqgħa li jien kelli mal-GRTU - kien meta min jirrappreżenta s-settur tal-bini u l-kostruzzjoni fil-GRTU ilmenta pubblikament li dak is- settur ma kienx qed isib biżżejjed ħaddiema biex ikopri l-bżonnijiet li għandu fiż-żmenijiet tal-lum.", "Jidher ċar li għad m'għandniex dik il- flessibbilta' f'dak li għandu x'jaqsam man-nies li qed jirreġistraw.", "Jibqa' l-fatt li l-opportunitajiet ta' xogħol jinħolqu b'ekonomija li tkun miexja u tkun miexja tajjeb.", "L-indikazzjonijiet li l-gvern għandu bħalissa - u dawn huma kkonfermati wkoll minn diversi aġenziji importanti, fosthom ir-rapport tal-bank ċentrali - huma li r-ritmu ta' l-ekonomija issa beda jaqbad sew u fix-xhur li ġejjin se jkomplu jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol għan-nies li qegħdin jispiċċaw mis-sistema edukattiva tagħna kif ukoll għal dawk li qed jirreġistraw.", "ANZJANI -HOME HELP", "5775.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jiżdiedilha l-ħin tal-home help minn erba'sigħat għal ħamsa fil-ġimgħa minħabba l-importazzjoni tal-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-laqgħa tal-bord ta' l-4 ta' Mejju, 1999 il- bord approva żieda ta' siegħa fil-ġimgħa lill-persuna indikata.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - RESERVED PARKING", "5788.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kien se jingħatalu in-no parking sign quddiem ir-residenza tiegħu minħabba li għandu diżabilita' u issa ntbagħtet nota li dan ma jistax jsir?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jistħarreġ dan il-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-reserved parking jingħata mit-traffic control board fuq rakkmandazzjoni tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Il-kummissjoni tagħmel din ir-rakkmandazzjoni wara li tirċievi l- applikazzjoni relevanti, issir żjara fid-dar minn uffiċjali tal-kummissjoni u t-talba tiġi studjata minn bord maħtur mill-kummissjoni għal dan il-għan u li jinkludi tabib, persuni b'diżabilita' u uffiċjali għoljin taċ-ċivil.", "Dan is-servizz jingħata lil persuni li għandhom diżabilita' severa ta' mobilita' - nenfasizza l-kelma ''severa'' - u nista' nikkonferma li fil- każ ta' l-applikazzjoni li hemm riferenza għaliha f'din il-mistoqsija ġiet użata din il-proċedura.", "Fl-ebda stadju l-applikant ma ġie mgħarraf li ser jingħata dan is- servizz.", "Il-bord iddeċieda li għallissa dan is-servizz ma għandux jingħata minħabba li ma jissodisfax il-kriterji rikjesti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Biex joħroġ il-permess għan-no parking għal persuni b'diżabilita', jenħtieġ il-permess tat-traffic control board?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, fil-fatt huwa t-traffic control board li finalment jieħu d-deċiżjoni.", "Kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi, il- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' tagħmel rakkmandazzjoni li tista' tkun milqugħha u tista' ma tkunx.", "Il-prattika hi li t-traffic control board jimxi fuq l-expertise li għandha l-kummissjoni.", "Id-deċiżjoni finali hija tat-traffic control board u mhux tal-kummissjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li t-traffic control board għal diversi xhur ma kienx qed jiffunzjona - fil-fatt ma kienx maħtur imma issa jidher li nħatar - ma jħossx il-Viċi Prim Ministru li kien qed jitfa' applikazzjonijiet ta' persuni b'diżabilita' li xtaqu no parking sign fi żvantaġġ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): It-traffic control board baqa' janalizza applikazzjonijiet bħal dawn u baqa' japprova każijiet rakkmandati wkoll mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "AWTORITA' TAD-DJAR - SOCIAL HOUSING", "5854.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' social housing tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ indikat qed jiġi kkonsidrat, iżda l-persuna nvoluta jkun jaqblilha aktar jekk tapplika ma' l- awtorita' tad-djar taħt il-kategorija speċjali tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega l-pjanijiet tal-gvern rigward housing soċjali u jgħidilna wkoll kemm żdiedu l- applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva minn Settembru 'l hawn?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-Onor. kollega jifhem jekk ngħidlu li t- tieni parti tal-mistoqsija supplimentari tiegħu ma nistax inweġibha għaliex m'għandix l-informazzjoni preċiża f'idejja u niddejjaq jekk nagħti statistika bl-addoċċ.", "Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija supplimentari, jiġifieri l- pjanijiet tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' akkomodazzjoni soċjali, jien għamilt diversi stqarrijiet fil-pubbliku dwar bidliet fil-policy għal dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-housing.", "Waħda mill-iktar bidliet li fl-opinjoni tiegħi għandna nenfasizzaw - għax tolqot il-programmar ta' xogħol tal-housing authority - hija li f'laqgħa tal-bord li saret mhux tant żmien ilu, l-awtorita' waslet għall-konklużjoni li għandha tirrakkmanda li jkun hemm żieda fil-perċentwali ta' flats li jinbnew mill-istess awtorita' u jingħataw b'kera.", "Bħalma jafu l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra, meta l-housing authority tibni flats ġodda, tiddetermina hi l-persentaġġ ta' flats li jiġu offruti għall-bejgħ u l-persentaġġ ta' flats jew maisonettes li jiġu offruti b'kera.", "Ir-rakkmandazzjoni li saritli kienet li għandna nżidu l- perċentwali ta' proprjeta' li toħroġ b'kera minflok b'bejgħ.", "Ir-raġuni hija ovvja għax qed jirriżultalna li qed ikun hemm numru sostanzjali ta' familji li ma jkunux jistgħu jidħlu għall-piż ta' xiri, anke jekk dan ikun xiri ssussidjat.", "Hemm diversi miżuri oħrajn koperti bi skemi differenti - m'għandix il-ħin biex noqgħod nidħol fihom - li jindikaw biċ-ċar id-direzzjoni tal-gvern fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Ċertament li l-gvern se jkompli jissusidja fejn hemm bżonn.", "Żgur ukoll li l-gvern miexi fid-direzzjoni li jixtri l-proprjeta' privata biex jikriha.", "Fejn nistgħu nissusidjaw il- kirjiet ta' nies li jikru mingħand il-privat nagħmlu hekk ukoll u hemm firxa sħiħa, Mr Speaker, li m'għandix il-ħin biex nidħol fid-dettall fihom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tenders sottomessi taħt Skema ''U'' – Xiri ta' proprjeta' privata mill-awtorita' tad-djar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: F'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Memorandum dwar fondi għal ħtiġijiet speċjali tal-kunsilli lokali għas- sena 1999/2000, b'riferenza għall-mozzjoni Nru 63 ippreżentata fil-11 ta' Mejju, 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tagħrif dwar reati u inċidenti relatati ma' vetturi matul ix-xhur bejn Jannar u April tas-snin 1995-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6644.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Mejju, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, fil-klima tad-dibattitu li għaddej fil-pajjiż rigward il-bejgħ ta' l-ishma lill-HSBC - u issa anke fuq il- kwestjoni tal-moll tal-Kottonera - tieħu gost taqra fil-gazzetti r-rimarki li qed isiru dwar it-ton li bih qed jitmexxa dan id-dibattitu fuq il-liġi tat-turiżmu.", "Fil-gazzetti tara kummenti fis-sens li qed ikun hemm dibattitu informat, dibattitu serju u dibattitu li juri li fuq dan is-suġġett iż-żewġ naħat tal-Kamra qed jimbottaw fl-istess direzzjoni jiġifieri fid-direzzjoni li jkun hemm abbozz ta' liġi formulat b'mod li din tkun liġi importanti u liġi li tkun fl-interess tan-nazzjon.", "Dan wieħed jista' jifhmu għaliex min jipprova jippolitiċizza dan is-suġġett ikun irresponsabbli.", "Jien beħsiebni nkompli f'din il-vena u mhux beħsiebni nkun polemikuż.", "Iżda, Sur President, ma nistax nidħol fid-dibattitu bla ma ngħid li wieħed ma jridx jinsa kif intużat din il-liġi fiż-żmien kollu li ilha quddiem il-parlament - u wara li nagħmel dan il-kumment politiku jiena se nkompli bit-ton li wegħidt li se nitkellem bih - u nirriferi għall-mod kif din il-liġi, minkejja li għandha x'taqsam ma' settur daqshekk sensittiv u importanti għall-ekonomija Maltija u minkejja li għandha tant għanijiet tajbin, ġiet użata mill-Partit Nazzjonalista bħala pawn.", "Din kienet liġi li, bħalma qal meta pproponiha l-ministru, bdiet snin ilu, ġiet raffinata ħafna fi żmien il-Gvern Laburista, kienet waslet anke biex tgħaddi mill- istadju ta' kumitat imma għar-raġunijiet politiċi l-oppożizzjoni ta' dak iż- żmien dehrilha li għandha tużaha bħala xi ħaġa li tista' tilgħab biha biex tagħmel punt politiku.", "Din kienet xi ħaġa li stqarr anke l-Onor.", "Michael Refalo, meta qal li huma kienu mblokkaw din il-liġi milli tkompli għaddejja mill-parlament għaliex hekk kien jaqbel għall-għanijiet partiġġjani tal- Partit Nazzjonalista.", "Jiena ngħid li hija ħasra li liġi bħal din intużat b'dan il-mod għaliex kieku sal-lum din l-awtorita' diġa' qiegħda tiffunzjona u tagħmel id-doveri tagħha.", "Wieħed jiddispjaċih u jgħid li ma jistax ikun li liġijiet bħal dawn, li jitkellmu fuq settur vitali għall-ekonomija Maltija, jiġu użati b'dan il-mod.", "Meta niddiskutu dan is-settur irridu nitilqu minn pożizzjoni ta' partenza li hija komuni.", "It-turiżmu huwa ta' natura vitali għall- ekonomija u għandu effett dirett u indirett fuq il-kwalita' tal-ħajja tal- pajjiż, fuq l-impjiegi, fuq id-dħul tal-munita barranija u fuq ħafna u ħafna aspetti oħra li nispera jkolli l-okkażjoni nitkellem fuqhom iktar 'il quddiem.", "Issa, Sur President, x'inhija l-liġi li għandna quddiemna?", "Jiena m'iniex se nirrepeti dak li qalu sħabi pero rrid ngħid li fin- natura tagħha din hija liġi regolatorja, hija liġi li se twaqqaf strutturi, se tagħmel regolamenti u se twaqqaf mekkaniżmu biex permezz tiegħu s-settur turistiku jkun iktar regolarizzat, ikun iktar kontrollat, ikun iktar dixxiplinat u jkun iktar imħares fl-interess ta' l-industrija fiha nfisha, fl-interess tal-prodott turistiku fih innifsu, fl-interess tal-ħarsien ta' l-impjiegi li hemm f'oqsma differenti ta' dan is-settur u anke fl-interess ta' l-ekonomija.", "Issa meta nitkellmu fuq liġi regolatorja wieħed jista' jgħid li sfortunatament għandna ħafna esperjenzi.", "Kellna liġijiet ta' din in-natura li jidhru sbieħ ħafna fuq il-karta, nagħmlu ġranet niddiskutu d- dettal ta' kull klawsola u naraw ix-xquq kollha li jista' jkun hemm pero' mbagħad meta niġu għat-tħaddim tagħhom insibu li l-liġi ma tkunx effettiva.", "F'dan il-każ jidher ċar li hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra prattikament fuq kollox.", "Żgur li hemm qbil fuq l-ispirtu u fuq l- intenzjonijiet tal-liġi għalkemm fi stadju ta' kumitat forsi jqumu xi diffikultajiet rigward ċerti interpretazzjonijiet u rigward għand min għandhom ikunu ċerti poteri.", "Imma l-mistoqsija immedjata hija: Din il-liġi fil-prattika kemm se tkun effettiva?", "Issa barra li din hija liġi regolatorja, hija wkoll enabling law li tagħti poteri lill-ministru li joħroġ regolamenti ħalli jkun jista' jikkontrolla s-settur turistiku.", "Imma ċertament il-liġi waħedha, il-karti waħedhom, il-legal notices waħedhom m'humiex se jġibu dak l-enforcement li nixtiequ.", "Il-liġi biex taħdem iridu jħaddmuha n-nies u hawnhekk jibdew deħlin id-dubji.", "L-enforcement ta' din il-liġi se jkun diffiċli jew se jkun faċli?", "Se jkollna biex nagħmluh?", "Se nġibu lil min huwa f'dan is- settur joqgħod għal dawn ir-regolamenti?", "Sur President, nistħajlek tgħid: Isma', imma x'tippretendi li ma tagħmel liġijiet xejn għaliex tiddubita mill-enforcement?", "Le, pero' mill-esperjenzi li għandi, partikolarment meta għamilt sentejn ministru responsabbli għall-planning authority, naf kemm hu diffiċli biex twettaq l-enforcement.", "Fil-każ tal-planning authority għandna regolamenti dettaljati u struttura ta' enforcement li m'hawnx bħalhom fil- pajjiż.", "Il-liġi tal-planning authority hija liġi unika pero' xorta, l-ikbar uġigħ ta' ras u l-ikbar dwejjaq kien ikun meta tara li minkejja l-liġi, minkejja l-uffiċjali u minkejja l-istrutturi kollha preżenti, l-enforcement kien biċċa xogħol diffiċli ħafna.", "Jiena ma nawgurax li din il-liġi tgħaddi minn din il-ħaġa imma hemm ħafna affarijiet li jridu jiġu enforzati.", "Bla ma nkun ta' disprezz lejn ħadd irrid ngħid li huwa fl-karattru Mediterranju tagħna li ħafna drabi nkunu ftit laxki, nipprovaw nirranġaw l-affarijiet u nipprovaw, jekk jista' jkun, nisgiċċaw mill-issikkar tar-regolamenti.", "Meta nara dan il-karattru sfortunat tal-Malti, jiena nibda niddubita u nibża' li dan l-eżerċizzju mhux se jagħti l-frott mistenni u mixtieq.", "Issa meta qed ngħid hekk, m'inix qiegħed naqta' qalbi, anzi jien nawgura li l-poteri, jingħataw lil min jingħataw, jiġu esegwiti.", "Jiena nemmen li meta bniedem jibda juża d-dixxiplina u l-multi u meta wieħed jibda jdaħħal is-serjeta' billi jara li ma jkunx hemm eċċezzjonijiet u li min jipprova jsib ħajt għall-kenn għand xi politiku jew għand xi uffiċjal pubbliku dan ma jirnexxilux, allura mbagħad forsi nibdew naslu biex nimplimentaw l-affarijiet.", "Għalkemm qed ngħid li għandna karattru Mediterranju imma mbagħad ngħid: Imma allura ċentri oħra fil-Mediterran li wkoll qegħdin jgħixu mit-turiżmu, kif għandhom ċertu standard?", "Dawn kif jimplimentaw ċerta strettezza?", "Kif jeżiġu l-ħarsien tar-regolamenti?", "Kif jispiċċaw biex jagħtu dak il-kwalita' ta' servizz li jidher li hu kkontrollat?", "Qed insemmi pajjiżi Mediterranji għax jekk insemmi pajjiżi oħra tan-north ta' l-Ewropa, xi ħadd jista' jgħidli: Iva imma dawk differenti.", "Qisu aħna differenti minħabba l-karattru.", "Jiena nemmen li rridu ninsew l-idea li aħna laxki, li aħna mmorru għand xi ħadd u jirranġalna u li aħna nipprovaw nilwu r-regolamenti kif jaqblilna.", "Irridu ngħidu li hawn irridu niġbdu linja għaliex dan huwa settur vitali għall-għajxien ta' pajjiżna u min jippretendi li għandu d-dritt li jagħmel li jrid u joħroġ mir-regolamenti m'għandux jingħata l-ebda ħajt tal-kenn.", "Dan qed ngħidu, Sur President, għaliex it-turiżmu x'inhu?", "It-turiżmu huwa bejgħ ta' prodott.", "Inti għandek prodott u qed tbiegħu lil xi ħadd.", "Issa meta tbiegħ, ma tistax taqbad lil xi ħadd minn għonqu u ġġiegħlu bil-pulizija jiġi biex jieħu dak il-prodott.", "Ix-xerrej tal-prodott jiġi minn rajh, jiġi għax imħajjar, jiġi għax jogħġbu l-kwalita' tas- servizz u jiġi għaliex jogħġbu l-prezz.", "Fil-fatt, meta wieħed jaqra l-liġi, li hi pjuttost vasta, wieħed jara li se jkun hemm anke kontroll fuq aspetti differenti tal-bejgħ tal-prodott.", "Dan huwa eżerċizzju ta' marketing.", "Dan il-prodott huwa kompless, m'huwiex prodott sempliċi u wieħed irid jipprova jikkontrolla b'mod li jattira lil dak li jkun għal raġunijiet differenti.", "In-nies huma kollha differenti u għandhom gosti differenti u inti trid tagħmel il-prodott jappella għall-ikbar numru possibbli ta' nies bla ma tkun analitiku żżejjed.", "Argument li se nagħmel jien huwa li t-turist se jara dik il-parti tal- prodott li hija lesta u li m'għamilnihiex aħna u se jara wkoll il-parti li nfornulu aħna.", "Il-parti lesta huma l-assets naturali ta' pajjiżna, jiġifieri l-allokazzjoni ġeografika, il-klima tagħna, il-baħar ta' madwarna u l-wirt kulturali, li bnewh il-ġenerazzjonijiet ta' qabilna bil-mod il- mod.", "Imbagħad hemm il-parti li jforni min qiegħed fl-industrija tat-turiżmu u f'dan il-każ qed nitkellem fuq dik il-parti li qed joffri l-poplu li qed jgħix illum għall-attenzjoni ta' min qed ifittex fejn imur biex jieħu l- vaganza tiegħu.", "Din il-parti tinqasam f'żewġ aspetti oħra għaliex għandek il-parti ta' li huma l-amenities, jiġifieri l-lukandi, ir-ristoranti, il- leisure complexes u l-postijiet tad-divertiment - li huma l-parti materjali - u iktar u iktar importanti, Sur President, hemm il-parti li m'hijiex materjali, li tinkludi s-servizz, il-mod kif wieħed jittratta mat-turist, il-mod kif wieħed jilqa' t-turist u l-mod kif wieħed iġib ruħu mat-turist.", "Dan juri li wieħed qed ibiegħ pakkett, u l-iskop ta' din il-liġi huwa li tikkontrolla kif jiġi mibjugħ dan il-pakkett li jinkludi l-parti naturali u l-parti tas-servizz li wieħed joffri lit-turist.", "Anke rigward is-servizz, wieħed irid jgħid li s-servizz fih innifsu wkoll għandu żewġ aspetti differenti.", "Dan għandu l-aspett li huwa oġġettiv u għandu l-aspett soġġettiv tiegħu.", "Jekk jien qed noffri servizz ta' ristorant lit-turist, allura għandi nara l-kwalita' u l-preżentazzjoni ta' l-ikel u għandi nara l-prezz ta' l-ikel.", "Dan hu l-aspett oġġettiv, l-aspett materjali tas-servizz, pero' mbagħad hemm l-aspett soġġettiv u din il-liġi tidħol f'dan l-aspett ukoll għal min ma jġibx ruħu tajjeb, għal min lit- turist ma jittrattahx kif għandu jittrattah u għal min jagħmel ċertu disservice għall-industrija tat-turiżmu.", "Dan huwa tajjeb għaliex postijiet ta' fama mondjali jmorru 'l quddiem permezz tal-kwalita' ta' servizz li joffru.", "Huwa għalhekk li wieħed irid jara wkoll dan l-aspett soġġettiv tas- servizz li se nagħtu, dak li jgħidulu service with a smile.", "Ikun inutli li toffri l-iktar platt ta' l-ikel tajjeb, l-iktar lukanda komda u l-iktar kamra lussuża jekk ikollok servizz tal-qamel.", "Sur President, jiena nemmen li din l-awtorita' se jkollha xogħol diffiċli biex tipprova ddaħħal il-mentalita' li min jgħix minn dan is-settur mhux biss irid imur jagħmel id-dover tiegħu imma jrid jagħti servizz ta' kwalita' li bih jattira u jogħġob lit-turist.", "Huwa veru li l-bniedem ikollu ġranet tajbin u ġranet ħżiena; huwa veru li jkollu burdati differenti jew jaf ikollu problemi d-dar jew inkwiet ma' l-imgħallem fuq ix-xogħol, imma jibqa' l-fatt li dawn l-affarijiet ma jikkonċernawx u ma jinteressawx lil min qed jirċievi s-servizz.", "Għat-turist inti qiegħed hemmhekk - ovvjament dejjem b'rispett lejn id-dinjita' tax-xogħol - biex tagħtih servizz tajjeb.", "Jiena m'inix qed ngħid li l-ħaddiema m'humiex qed jagħtu servizz tajjeb - għax il-maġġoranza jagħmlu x-xogħol tagħhom bl-ikbar impenn u bl-ikbar dedikazzjoni, għax jifhmu li hemmhekk hemm ħobżhom u jridu jibżgħu għalih - imma qed ngħid li hemm bżonn li jkunu regolamentati u kkontrollati dawk il- ftit li jkunu forsi irresponsabbli għax ma jkunux qegħdin jirrealizzaw li l- ħsara li jagħmlu huma mhux lilhom biss tolqot imma tolqot ukoll lil sħabhom kollha fis-settur kollu.", "Nies bħal dawn mhux jiġu ppenalizzati biss għandhom - għalkemm il-liġi tikkontempla li jkunu ppenalizzati - imma għandhom ukoll jiġu mogħtija l- parir - u jien nemmen li dawn huma l-funzjonijiet li' 'l quddiem din l- awtorita' trid tiżviluppa - biex ifittxu x'imkien ieħor għax m'humiex maqtugħin għal dan ix-xogħol.", "Jekk bniedem ma jkunx adattat għal ċertu tip ta' xogħol inutli jsiru l-pieni u r-regolamenti għaliex jiżbalja kien u jiżbalja jibqa'.", "Il-gwaj hu li sakemm jitlaq minn dak ix-xogħol jew inkella jitkeċċa minn dak ix-xogħol, bniedem bħal dan ikun għamel ħsara f'dak is-settur.", "Turist li ġie hawnhekk forsi għall-ewwel darba għal holiday se jmur lura bl-impressjoni li jkun ħa minn dak il-kuntatt sfortunat ma' dak l-individwu.", "Allura anke hawnhekk wieħed irid jara li fl- awtorita' mhux biss ikun hemm l-aspett ta' enforzar u ta' multi imma jkun hemm ukoll l-aspett ta' ħarsien ta' l-aptitudes tal-ħaddiema, ħalli wieħed ikun jaf li jkun qiegħed jieħu l-inqas riskji meta qed iħalli ċerti nies jaħdmu fis-settur, speċjalment dawk li huma f'kuntatt dirett mat-turist.", "Sur President, il-kompetizzjoni li hawn f'dan is-settur, partikolarment madwarna, hija enormi.", "Ħafna drabi wieħed jgħid: Forsi lukandi ma nafux nibnuh bħal ħaddieħor, imma m'għandniex ix-xemx, m'għandniex il-baħar, m'għandniex wirt kulturali u wirt storiku iktar minn ħaddieħor?", "Allura ħaddieħor għaliex jirbħilna?", "Għaliex imorru iktar hemm u mhux hawn?", "Hemm ħafna fatturi bħal, per eżempju, il-fattur tal-prezz - u 'l quddiem nitkellem anke fuqu - imma ċertament wieħed mill-fatturi li jirbaħ u li jattira huwa s-servizz li jingħata t-turist.", "Dan huwa importanti ħafna u min għadu jaħseb li t-turiżmu tagħna għandu jibqa' bbażat fuq ix-xemx, fuq il-baħar u fuq ir-ramel - għalkemm ramel ma tantx għandna! - huwa żbaljat.", "Fuq dan biss ma tantx għandna ċans li nikkompetu.", "Hawn eluf ta' destinazzjonijiet li għandhom xemx daqskemm għandna aħna, għandhom baħar daqskemm għandna aħna u għandhom ramel ħafna iktar milli għandna aħna.", "Mela allura x'għandu jkun ir-rwol ta' l-awtorita'?", "Filwaqt li wieħed ma jridx jaħbi l-fatturi tax-xemx u l-baħar - għax għandna xi ħaġa li ġiet b'mod naturali u rridu nibżgħu għaliha - pero' iktar u iktar irridu wkoll nimassimizzaw il-valur ta' dak li għandna u li ħaddieħor m'għandux jew għallinqas m'għandux daqsna.", "U għall-grazzja t'Alla, minkejja ċ-ċokon ta' din il-gżira u minkejja l-fatt li aħna poplu żgħir, għandna ħafna affarijiet illi huma l-għira ta' ħaddieħor imma li sfortunatament m'aħniex qed nagħmlu marketing tajjeb biżżejjed tagħhom.", "Din l-awtorita' trid tara li dan għandu jkun wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha.", "Jekk hemm bżonn wieħed għandu jagħmel strateġiji ta' marketing, strateġiji li forsi sal-lum ma ppruvajniex.", "Illum hemm nies speċjalizzati li jgħidulek kif tippreżenta oġġett biex tbiegħu bl-aħjar prezz possibbli.", "Jiena ma rridx ngħid li dan se jkun xi eżerċizzju diffiċli.", "Għaliex?", "Għax hija ħasra aħna noqogħdu nippruvaw nidħlu f'oqsma oħra meta dak li għandna lanqas biss sfruttajnih biżżejjed.", "Qed ngħid għall-wirt kbir li hawn f'dan il-pajjiż, Sur President.", "Jiena mhux nidħol fl-istorja ta' kif beda t-turiżmu, imma t-turist għaliex jisposta ruħu minn post għall-ieħor?", "Jagħmel hekk għax imur biex jara x'għandhom x'joffru postijiet oħra tad-dinja, x'għandhom differenti minn pajjiżu, x'għandhom tipiku tal-post, x'inhija l-kultura tagħhom u x'affarijiet hemm li mhuwiex se jarahom post ieħor.", "It-turiżmu m'għandux ifisser illi nagħmlu kullimkien gabubi u gaġeġ tal-konkos, bħalma hemm f'ħafna postijiet oħra.", "Hemmhekk in-nies imorru għal affarijiet oħra u mhux għal dak li għandna x'noffru aħna.", "Barra minn hekk, lil dawn mhux se nikkompetu magħhom għaliex anke d-daqs jitfagħna fi żvantaġġ.", "L-awtorita' tat-turiżmu trid tieħu fuq spallejha r-responsabbilta għall-marketing tajjeb tal-wirt kulturali tagħna.", "Bla ftaħir u bl-umilta' kollha ngħid li aħna għandna wirt kulturali u wirt naturali li huwa assolutament uniku.", "F'dan il-pajjiż għandna wirt kulturali uniku li l-potenzjal tiegħu għadu m'huwiex immassimizzat.", "Għadna ma skoprejniex l-iktar mod effiċjenti kif inbiegħuh lill-barrani.", "B'marketing tajjeb tal-prodott biss nistgħu nattiraw ħafna aktar turisti milli nagħmlu llum, imbagħad ovvjament irid ikun hemm is-servizz li hemm bżonn jingħata u l-mod kif nittrattaw it-turist ladarba jasal f'dan il- pajjiż.", "Meta nsemmi l-wirt kulturali jiena mhux qed nitkellem biss fuq it- tempji megalitiċi, fuq il-Hypogeum, fuq il-karattru uniku tal-Belt Valletta, fuq id-dokumenti li għandna fil-libreriji tagħna, fuq l-arazzi u fuq il-ġid artistiku li hawn f'dan il-pajjiż imma qed nitkellem fuq affarijiet aktar sempliċi bħalma hi l-kampanja Maltija.", "Tgħiduli: X'kampanja għandna aħna?", "Huwa veru li ma tantx għandna kampanja pero' din hija xi ħaġa li mpressjonat lil ħafna nies fil-kwalita' stramba tagħha.", "Thackeray, per eżempju, fil-famuż ktieb tiegħu \"Journey from Cornhill to Grand Cairo\", għall-ħitan tas-sejjieħ jgħid li fi triqithom għal għand il-gvernatur għaddew minn ħdejn \"fields of rocks and hedges of stone\" Jiġifieri anke fil- kwalita' differenti tagħha, il-kampanja tagħna tappella u tagħmel impressjoni fuq moħħ min qed jara dawn l-affarijiet u m'huwiex imdorri jarahom.", "U għalhekk jien nemmen li rridu nagħtu l-importanza massima anke għal ħaġa sempliċi bħal ħajt tas-sejjieħ.", "Hawn min jgħid li forsi jiena ffissat fil-ħitan tas-sejjieħ.", "Ma naċċettax li jien iffissat imma din hija karatteristika Maltija, u hawnhekk ukoll nemmen illi din l-awtorita' li se tiġi mwaqqfa b'din il-liġi jrid ikollha bridging f'dan il-kuntest mad- dipartiment ta' l-ambjent, mal-planning authority u mal-public works.", "Din l- awtorita' ma tistax tinforza l-affarijiet bla ma jkollha kanali ta' komunikazzjoni ma' dawn l-awtoritajiet.", "Meta kont ministru ta' l-ambjent niftakar li għamilna kampanja biex nippruvaw indaħħlu kuxjenza u għamilna regolamenti rigward il-ħarsien tal- ħitan tas-sejjieħ.", "Jiddispjaċini ngħid li għalkemm irnexxielna nnaddfu ħafna minnhom, bir-regolamenti b'kollox, sfortunatament il-Malti jibqa' ostinat u jibqa' bit-tankijiet imsaddin u bil-fridges fuq il-ħajt.", "Jiena lill-ministru għall-ambjent ngħidlu biex jinżel bis-saħħa kollha fuqhom u jagħmel deadline.", "Jien kont qed nipprova nagħmel hekk imma ma sibtx il- koperazzjoni.", "Għamilt il-liġi, għamilt ir-regolamenti, bdejna ninforzaw, bdejna niżmantellaw minn fuq il-ħitan imma ma rnexxilniex inkomplu aktar.", "Jiena personalment min jaf kemm ġieli kont ngħid lill-membri tad- dipartiment biex imorru fit-tali post u fit-tali post. Nerġa' ngħaddi minn hemmhekk wara tlett ijiem jew ġimgħa u dawn jibqgħu l-istess.", "U jien ngħid: Irridu naħdmu jew ma rridux?", "Irridu nagħtu prodott lit-turiżmu jew ma rridux?", "U dan huwa aspett partikolari.", "Dan huwa xi ħaġa illi hija f'għajnejn it-turist.", "Hija l-ewwel ħaġa li jara.", "Niftakar kien hemm ringiela tankijiet ma tispiċċa qatt fuq ħajt tas-sejjieħ proprju kif toħroġ mill-airport.", "U t-turisti meta titkellem magħhom jgħidulek: Jekk din hija xi ħaġa tipika ta' Malta, kif tiddisprezzawha b'dan il-mod?", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-siġar lokali tagħna.", "Again, jiena kont għamilt kampanja - li qed nieħu gost li issa qed titkompla - biex ikun hemm kuxjenza għas-siġar tipiċi Maltin.", "Għaliex?", "Għax bihom toħloq l- ambjent u toħloq dik ix-xi ħaġa differenti minn dak li hemm barra.", "U jekk inti ma tibżax għalihom, inti se tiżnatura l-prodott li se toffri lit- turist.", "Ma' l-ambjent wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll qiegħ il-baħar.", "Inti, Sur President, minn Għawdex, u taf daqsi kemm huwa importanti l-iscuba-diving, u għalhekk il-qiegħ tal-baħar irridu nibżgħu għalih.", "Irridu ninforzaw il- liġijiet tar-ramel, tal-qiegħ tal-baħar, tat-tazzi tal-ġelat, ta' l- imbarazz li jintefa' f'qiegħ il-baħar.", "Għalhekk konna se nagħmlu - u jien konvint illi sieħbi li qiegħed issa jieħu ħsieb l-ambjent se jkompli b'din l-inizjattiva - l-kampanja clean up the seas għax dawn huma affarijiet li rridu noffruhom lit-turist.", "Sur President, barra minn dan hemm ukoll il-karattru tal-bini.", "Jiena dejjem nimmeravilja ruħi meta nara rħula Taljani antiki, bl-istess kulur ta' saqaf, bl-istess kulur ta' aperturi u bl-istess kulur ta' faċċati.", "Aħna rridu nagħmlu kull kulur!", "M'għandniex uniformita'.", "Jekk ta' ħdejja żebgħa l-bieb isfar, jien irrid nagħmlu aħdar; u jekk ta' ħdejja għamlu aħdar, allura jien nagħmlu blu!", "Tgħiduli: Se nispiċċaw f'daqqa waħda nirregolamentaw lil kulħadd?", "Le, imma din hija funzjoni ta' l-awtorita' illi tagħmel kampanja edukattiva ħalli jekk jista' jkun nissalvagwardaw il- karattru tal-bini Malti.", "Wara kollox il-karattru ta' l-irħula tagħna u ta' l-isqaqien tagħna fformaw ruħhom mill-karattru tal-bini.", "It-turist ma jiġix biex jara l-lukanda - komda kemm hi komda l-lukanda hija l-istess bħal-lukanda li ra Brussels, li ra Pariġi jew li ra Ruma - imma jrid jara dik ix-xi ħaġa differenti illi aħna nistgħu noffrulu u dan irid jiġi billi din l-awtorita' tidħol f'dawn l-affarijiet.", "Sur President, jiena diġa tkellimt fuq is-servizz.", "Fuq dan is-suġġett hemm ħafna x'wieħed jista' jgħid u jekk tibda lanqas tispiċċa.", "Jiena ma rridx nipponta subgħajja lejn xi settur, għax hawn min jieħu għalih, pero' f'ċerti setturi li jkollhom kuntatt dirett magħhom it-turisti - u naħseb kulħadd jaf għal liema setturi qed nirriferi - hemm min lit-turist qisu qed jagħmillu xi pjaċir jekk kemm-il darba jagħtih servizz.", "Huwa veru li f'dawn l-istess setturi hemm min hu serju, min hu ddixiplinat u min jirrispetta lit-turist imma jiena ngħid illi din l-awtorita' trid tara kif tinżel like a ton of bricks fuq dawk is-setturi li għandhom kuntatt personali mat- turist.", "L-impjegat, bħalma għedt fil-bidu, ma nistgħux nippermettulu illi jkun kapriċċuż.", "Kellna każi l-qorti fejn impjegati kellmu ħażin lit-turisti u forsi anke ġew fl-idejn.", "Dan huwa l-agħar reklam li nistgħu nagħmlu u inċident jew tnejn li jispiċċaw rapportati fil-media barranija, ixejnu eluf kbar ta' liri tar-reklami li jagħmel il-gvern barra minn Malta.", "Kif għedt, irid ikun hemm kontroll, jekk jista' jkun kontroll bonarju u pożittiv.", "Jekk imbagħad ikun hemm min irid ikompli jostina rasu, għandu jkun hemm dixxiplina f'dawk li huma pieni u miżuri illi għandhom jittieħdu.", "Dan ukoll għandu mbagħad ikun kumplimentat bi training professjonali għal min se jipprovdi dan is-servizz.", "S'ssa tkellimna fuq kwalita' ta' prodott.", "Min se jgħid jekk il-prodott huwiex tajjeb jew le?", "Hawnhekk tidħol il-kwestjoni tal-quality control.", "Irid ikun hemm mezzi li permezz tagħhom wieħed jara li dak li qed jingħata lit-turist huwa dak li wieħed jistenna.", "Huma standards internazzjonali?", "Huma standards aħjar minn ta' ħaddieħor?", "Jiena ngħid li l-għan tagħna m'għandux ikun li nilħqu l-livell ta' ħaddieħor imma rridu neċċedu u mmorru oltre minn dak li jagħti ħaddieħor ħalli nkunu nistgħu nirbħu l-klijent mingħandu.", "Jekk inħarsu lejn il-lukandi, il-livell ta' arredament tagħhom huwa sodisfaċenti?", "Il-prezzijiet tagħhom jikkompetu?", "Qegħdin għoljin wisq komparati ma' lukandi ta' l-istess grad fl-aqwa bliet fl-Ewropa jew qegħdin biex nagħmlu qligħ malajr?", "Jekk qegħdin biex nagħmlu qligħ malajr se nbiegħdu lit-turist, speċjalment meta wieħed iqis l-exchange rate tal-lira Maltija.", "Il-prezzijiet, li kważi kważi huma l-istess bħalma ssib ġo l-aqwa bliet Ewropej, qegħdin hemmhekk biex iħajru lit-turist jew qegħdin ikunu biex jiskoraġġuh?", "Jiena ma nemminx li għandu jkun hemm kontrolli għax is- suq isib il-livell tiegħu imma għandu jkun hemm direzzjoni.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq government induced costs - mhux qed ngħid illi jogħla d- dawl jew li jogħla l-ilma u li ndaħħal il-VAT u allura dawn ikomplu jgħollu l-prezz tal-prodott - imma qed ngħid li għandu jkun hemm anke diskussjonijiet dwar liema jkun l-aħjar prezz ħalli wieħed ikun jista' jattira iktar.", "Nerġa' ngħid li jiena ma rridx niġi nterpretat li qed ngħid li għandu jkun hemm kontroll imma qed ngħid li għandu jkun hemm awareness illi aktar ma l-prezzijiet jinżammu baxxi iktar ikun hemm ċans ta' negozju.", "Ovvjament imbagħad wieħed irid jorbot anke fuq dak li hemm kontemplat fl- awtorita' dwar l-inspections għal dawk li huma quality control, hygenic standards u anke għall-aspett estetiku ta' dawn il-postijiet.", "Barra l-lukandi wieħed irid isemmi wkoll ir-ristoranti, għax it-turist ma jiġix joqgħod fil-lukanda u ma joħroġx minn hemmhekk, dan imur jiekol barra.", "Jiena hawnhekk għandi r-riżerva tiegħi - u din irrid ngħidha, jieħu għalih min irid - li filwaqt li hawn ruxmata restoranti tajbin li jagħtuk gost għax joffru kwalita' u varjeta' ta' ikel, pero' - u dan huwa complaint komuni tat-turisti - hemm element kbir ta' overpricing.", "MR SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi li l-Onor.", "George Vella jkompli jinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Vella jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Huwa fatt li l-prezzijiet tar-restoranti Maltin, meta tikkomparahom ma' xi tħallas barra minn Malta - jiena sifirt kemm-il darba u nista' nikkompara l-prezzijiet - issib li huma għoljin.", "Minn esperjenza personali naf li ħafna turisti jgħidulek li l-ikel huwa veru tajjeb u veru ppreżentat sew imma bl-istess prezzijiet ta' Londra, Brussels u Ruma.", "(Interruzzjonijiet) Tinsiex li l-livell ta' pagi f'dawn il-pajjiżi huwa tliet darbiet ogħla minn tagħna!", "Għalhekk jien ngħid li din l-awtorita' trid tara li ma jkunx hemm abbużi.", "Jiena mhux qed ngħid li jkun hemm kontroll, biex ħadd ma jgħid li qed nitkellem fuq kontrolli, imma qed ngħid li għandu jkun hemm overseeing ta' x'inhu għaddej fis-suq, li wieħed jara li ma jkunx hemm abbużi, li ma jkunx hemm dawn il-cowboys li jkunu jridu jagħmlu l-flus f'erbat ijiem u daqshekk.", "Qed ngħid li jrid ikun hemm din il-kuxjenza kollettiva, illi ħadd ma jazzarda jemmen li qed jgħix waħdu f'dan is-settur għax il-verita' hi li qed jaħdem ma' kulħadd u jista' jagħmel ħsara lil kulħadd.", "Jiena semmejt il-prezzijiet biex ma nsemmix il-kwalita' għax, bħalma għedt, hawn ħafna tajbin pero' mbagħad hawn ukoll min jippretendi illi qed joffri xi affarijiet tajbin meta l-kwalita' tkun verament miżera.", "U dawn ukoll għandha tinġibed l-attenzjoni tagħhom għax ħadd m'għandu joffri dan it-tip ta' servizz.", "Il-Malti li qiegħed hawn Malta jista' jmur darba ġo restuarant, jingidem u ma jerġax imur hemmhekk, imma t-turist li b'kumbinazzjoni jiddeċiedi li jidħol f'dak ir-restaurant se jieħu lura miegħu impressjoni ħażina.", "Meta aħna nitkellmu fuq postijiet bħal Strasbourg, per eżempju, jiena dejjem ngħid li hemmhekk, jekk ir-restuarant li s-soltu tmur fih issibu mimli, tidħol f'ta' ħdejh jew b'ta' faċċata tiegħu u jkollok moħħok mistrieħ li se jkollok servizz tajjeb u kwalita' tajba għax kollha għandhom ċertu livell.", "Dan hu li nixtieq li jiġri f'pajjiżna.", "Mr Speaker, smajt ħafna kelliema imma ma smajtx daqshekk fuq ir-rabta bejn it-turiżmu u l-ambjent.", "Jiena nixtieq li fit-tieni parti tad-diskors tiegħi nagħmel daqsxejn aċċenn fuq l-importanza u l-impatt li għandu t- turiżmu fuq l-ambjent, speċjalment f'pajjiż żgħir bħal tagħna, bis-sistemi ekoloġiċi u bl-ambjent naturali li għandna.", "Ambjent fi gżira li għandha ċerta vulnerabilita' għandu ċerti żvantaġġi u għandu ċerti constraints.", "Għandu wkoll ċertu irbit illi ma nistgħux noħorġu minnu bla ma nkunu qegħdin nagħmlu ħsara irreparabbli.", "U dan huwa suġġett li jimmerita fih innifsu diskussjoni li ma tispiċċa qatt.", "It-turiżmu għandu impatt fuq l- ambjent anke ta' pajjiżi kbar u ta' kontinenti sħaħ.", "Għandu impatt ukoll fuq l-atmosfera tal-globu, minħabba l-ammont ta' ajruplani li jtiru madwar il-globu, li jaffettwaw il-livell ta' ozonu illi jeżisti.", "L-impatt tat- turiżmu hu kbir madwar id-dinja u b'mod partikolari jinpinġi fuq postijiet żgħar, bħalma hija Malta.", "Hawnhekk tidħol fid-dilemma illi inti trid tiżviluppa ambjent biex tattira t-turist imma fl-istess ħin trid iżżomm kontroll biex ma tiskorrix ċertu livell ta' żvilupp għax inkella tiżnatura l-karatteristiċi naturali tal-post u allura t-turist ma jibqax attirat minn dak li qed toffrilu.", "Hawnhekk tidħol id-diffikulta' dwar fejn se tiġbed il- linja.", "Il-kultura tagħna wkoll hija xi ħaġa illi bl-impatt tat-turiżmu tista' tiġi affettwata.", "Ċertament li t-turiżmu mhux biss jaffettwa l-aspett ambjentali imma għandu wkoll impatt fuq il-kultura Maltija.", "Jekk aħna nbiddlu l-kultura tagħna jew inkella nfassluha kif togħġob lit-turist tal- mument inkunu qegħdin intellfu xi ħaġa illi hija partikolari għalina u karatteristika tagħna.", "Issa jiena mhux se noqgħod nidħol fid-dettall kif it-turiżmu jaffettwa l-bajjiet, il-kampanja, it-toroq u l-bini għax hawnhekk tidħol il-planning authority, imma din l-awtorita' li se titwaqqaf trid taħdem id f'id mal-planning authority ħalli dawn jifhmu lil xulxin, jimbuttaw lil xulxin, jistimulaw lil xulxin u jaħdmu flimkien biex kemm dan il-prodott kif ukoll pajjiżna jkunu mħarsa.", "Dan il-bilanċ tant hu delikat illi l-mument li nitilfuh tispiċċa l-manna tat-turiżmu.", "Ħadd m'hu se jibqa' jiġi hawn jekk kemm-il darba nitilfu dak li huwa partikolari u dak li huwa sabiħ.", "Lit-turist ma nistgħux ngħidulu: Ara kemm bnejnilek lukandi, ara kemm għamilnilek toroq jew ara kemm għamilnilek flats!", "Dan jgħidlek: Jiena x'jimpurtani, gawdihom!", "Jiena mhux dak ridt nara imma s- sbuħija naturali tiegħek li qridtha b'dak li bnejt ġo fiha!", "Issa mmur x'imkien ieħor u nara aħjar.", "Din hija l-biża', li ħafna postijiet jiġu burnt-out wara li jkunu għamlu ċertu żmien jirrendu.", "U kulħadd jaf li t- turizmu huwa industrija sensittiva ħafna għax filli tkun mogħla s-smewwiet u filli tħallik tħares lampa stampa.", "Hawnhekk, Sur President, wieħed irid jgħid li jrid ikun hemm is-sodezza mill-planning authority.", "Jiena ma naqbilx ma' min joqgħod jgħid li l-planning authority qed tfixkel u mhux qiegħda tħalli l-iżvilupp isir.", "Jiena rrid ngħid li għandu jkun hemm bilanċ bejn il-kontroll tagħha u l-imbuttar ta' l-ispekolatur, li jimpurtah biss li jagħmel sold malajr.", "Dan ma jimportahx x'jiġri fil-futur wara li jkun stupra biċċa art, wara li tkun sparixxiet darba għal dejjem xi biċċa art mogħxa jew wara li bajja tkun ġiet żnaturata.", "Wieħed irid jara illi hemm l-investitur illi huwa ġenwin u jrid jikkontribwixxi, tgħidlu grazzi illi jrid jagħti l-kontribut tiegħu għall-ekonomija Maltija biex jiżviluppa l-prodott.", "Pero' l-prodott, bħal min qed jiskolpi xi ħaġa, once li jkun skolpa li kellu jiskolpa ma jistax ikompli jmissu bil-furmatur għax inkella ma jibqax dik ix-xi ħaġa li jkun għamel u bbilanċja.", "L-istess min ipinġi, meta jkun lest, dan mhux se joqgħod imiss bil-pinzell 'l hemm u 'l hawn.", "Fil-bini l-istess għax għandek saturation point, hemm safejn irid jasal il-bini u hemm safejn irid jasal l-iżvilupp.", "U għalhekk irid ikun hemm is-sostenn ta' awtorita' bħal din li se nwaqqfu, li tgħid: Iva, naqbel mal-planning authority.", "Pajjiżi oħra bħall-Ġamajka u l-Maldives qalu li hemm punt safejn jaslu u beyond that m'huma se jagħmlu xejn iżjed.", "Dawn għandhom gżejjer sħaħ li lanqas jibnu fuqhom.", "Fil-fjords ta' Norway jagħtu l-permessi ħalli jkun hemm strutturi temporanji għas-sajf li jiżżarmaw f'Settembru ħalli ma jiżnaturawx dawk l-eluf ta' gżejjer, żgħar u kbar, li għandhom.", "Dawn huma affarijiet li rridu nitgħallmu minnhom.", "Issa wieħed irid jara wkoll li l-policies li nużaw ikunu sostenibbli.", "Dan huwa mod kif wieħed ma jpoġġix strain fuq is-sistemi naturali u iktar u iktar fuq is-sistemi soċjo-ekonomiċi u soċjo-kulturali ta' pajjiżna.", "Dan huwa diffiċli għax din mhijiex xi ħaġa li tkejjilha bir-riga jew bil- kumpass imma din l-awtorita' jrid ikollha din il-funzjoni li tara li l- affarijiet jimxu b'dan il-mod.", "Bħalma għedt, ħafna pajjiżi ħassew li l- valuri tradizzjonali tagħhom ġew mhedda bit-turiżmu u oħrajn intelliġentement sfruttawhom b'mod li għamluhom l-attrazzjoni prinċipali ħalli jattiraw aktar turisti.", "Dawn mhux neħħewhom jew biddluhom biex jogħġbu lit-turist imma aktar tawhom importanza ħalli jkunu gawduti mit- turist.", "Jiena rrid nagħmel kumment ukoll fuq l-impatt tat-turiżmu fuq l- ekonomija, Sur President.", "Ħafna drabi jgħidu: Isma', l-ekonomija tmur tajjeb bit-turiżmu għax l- impatt huwa pożittiv.", "Ħafna drabi hekk ikun fil-bidu, wieħed jibda jittama illi jibda jżid il-figuri, iżid l-ammont, ikabbar il-faċilitajiet u allura jkollu impatt ekonomiku pożittiv pero' hemm il-biża' - wieħed irid joqgħod attent hawn ukoll - illi jkollok kumpanniji kbar, ħafna drabi multi- nazzjonali, illi jidħlu fis-settur ħalli jagħmlu syphoning-off ta' dak il- qligħ.", "Dak l-introjtu ma jmurx fil-pajjiż biex ikompli jkabbar l-ekonomija tiegħu imma jmur kollu barra u allura l-pajjiż ikun qiegħed biss jieħu l- impatt negattiv fuq l-ambjent tat-turiżmu.", "Hawnhekk ukoll irridu noqogħdu attenti.", "Anke f'dik li hija l-politika tal-world trade organisation, illi tilliberalizza s-setturi, trid toqgħod attent illi l-ħobża li għandek ma jikolilekx xi ħaddieħor u lilek iħallilek biss loqma.", "M'għandux ikun li kumpannija kbira toffrilek ftit impjiegi, tħallas ftit pagi imma l-qligħ il- kbir imur barra mill-pajjiż.", "U hawnhekk wieħed irid jagħmel parentesi dwar x'inhu l-impatt ekonomiku.", "Ħafna drabi aħna nserrħu rasna għax inkunu skorrejna l-miljun turist u allura nkunu daħħalna ċertu ammont f'foreign exchange.", "Dan huwa tajjeb pero' wasal iż-żmien - u lill-awtorita' nħeġġiġha li dan tieħdu fuq spallejha - li nibdew nagħmlu dak li jgħidulu green accounting, jiġifieri li nibdew naraw bis-serjeta' x'inhuwa l-profitt nett tat-turiżmu.", "M'għandniex naraw biss kemm ġew turisti u kemm ħallew flus imma għandna naraw ukoll kemm minn dawn il-flus qegħdin jitħallsu lura biex nipprovdu l- ilma, biex nipprovdu l-enerġija, biex narmu l-iskart u biex nipprovdu għall- ħsarat li jsiru fit-toroq u fl-infrastruttura.", "Wieħed irid jagħmel il- kontijiet kollha, x'daħal minn naħa u x'ħareġ min-naħa l-oħra, għax jekk aħna nilludu rwieħna illi t-turiżmu huwa sempliċement kemm ġew turisti, kemm għamlu ljieli hawnhekk u kemm daħħal foreign exchange is-central bank, inkunu qed nidħqu bina nfusna.", "Irridu nagħmlu l-kalkoli tagħna biex naraw fejn huwa the end point li jibqa' profitable u liema huwa l-punt beyond which isir mbagħad perikoluż u ma jibqax daqshekk profitable.", "Wieħed irid jgħid ukoll: Bir-riżorsi li għandi - għalhekk għedt li din l- awtorita' trid tkun id f'id ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar - x'nista' noffri lit-turist?", "Fil-bidu jiena għidt li għandna nimmassimizzaw dak li għandna imma mbagħad biex nogħġbu ċerta kategorija ta' turist nistgħu nidħlu f'perikoli ta' impatt fuq l-ambjent u f'perikoli ta' riżorsi li ma jkollniex mezzi għalihom.", "Eżempju ta' dan hija l-kwestjoni tal-golf courses.", "Jiena minn dejjem kont xettiku u għadni xettiku sal-lum dwar din il-ħaġa.", "Fiċ-ċokon ta' pajjiżna ma nistgħux noffru meded kbar ta' art li jistgħu joffru pajjiżi oħra li għalihom tliet golf courses ma jfissru xejn.", "Imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni tar-riżorsi li trid tuża.", "Skond esperti, biex inti tagħmel an 18-hole golf course f'ambjent Mediterranju trid tuża mill-inqas 1500 għal 2000 metru kubu ilma kuljum.", "Barra minn hekk, iridu jintużaw il-fertilisers li se jkollhom effett fuq l-aquifer.", "Ikun profitabbli li nagħmlu dawn l-ispejjeż kollha biex nattiraw tip ta' turist li sal-lum ma jiġix minħabba f'hekk?", "U anke hawnhekk għandhom isiru l- istudji ħalli din l-awtorita' tagħti l-pariri tagħha.", "Sur President, jiena rrid ngħid ukoll li dawn l-affarijiet mhux qed ngħiduhom sempliċement għax naħsbu fuqhom imma hemm ħafna aġenziji, ħafna organizzazzjonijiet, ħafna laqgħat u kumitati li anke huma għamlu l-aġenda tagħhom għal dawk li huma prinċipji tat-turiżmu u dwar x'għandhom ikunu l- miri ta' min se jmexxi l-kampanja turistika.", "U jiena nħeġġeġ lill- awtorita' li se tiġi kostitwita b'din il-liġi li dawn l-affarijiet tidħol fihom, tistudjahom u timplimentahom għaliex l-esperjenza ta' ħaddieħor lilna tgħinna ħafna.", "Issa barra hekk jien ngħid ukoll li din l-awtorita', bir-regolamenti li tista' tagħmel u bil-poteri li se jkollha trid anke tindaħal rigward kostruzzjoni ta' lukandi biex dawn ikunu aktar environment friendly, per eżempju, li jistgħu jużaw iktar sħana tax-xemx, li jistgħu jużaw iktar reverse osmosis plants ħalli ma jutilizzawx l-ilma li jiġi mis- servizz pubbliku u affarijiet bħal dawn.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-konsum tal-materjal.", "Ħafna lukandi - hawnhekk kulħadd isiefer - illum jagħtuk option jekk tbiddilx ix-xugamani kuljum jew inkella taċċettax li tħallih hemmhekk għal jumejn ħalli inti tissalvagwarda l-konsum ta' l-ilma, il-konsum tad-deterġenti u affarijiet bħal dawn.", "Dawn huma kunċetti li m'għandniex nistħu nagħmluhom fil-lukandi tagħna.", "It- turist li jiġi hawnhekk ikun mar postijiet oħra u minn dawn l-esperjenzi ikun għadda kemm-il darba.", "Jiena nemmen illi din l-awtorita' għandha tara li ddaħħal dawn il-kunċetti anke fil-lukandi, fir-restoranti u fl- istabilimenti ta' l-ikel biex kemm jista' jkun wieħed ma jaħlix dawl bla bżonn għax wara kollox tkun qed taħraq enerġija żejda u tkun qed tikkawża aktar inkwinament u iktar kontaminazzjoni ta' l-arja.", "Dan huwa ċiklu sħiħ illi rridu nissalvagwardaw.", "F'dan ir-rigward għandek l-ilma li huwa skars u għandek l-iskart illi nafu l-problemi li kellna sa ftit snin ilu rigward kif se niddisponu minnu.", "Nirriferi wkoll għal kif konna qegħdin nagħmlu ħsara bl-iskart li kellna minħabba l-intejjen li kellna f'Sant'Antin.", "Jiena niġi minn dik in-naħa u stajt nara kemm kienu qegħdin jitgerrxu turisti minħabba f'dan.", "Issa probabbilment, parti minn dak il-materjal li kien qed jinten kien materjal li kien prodott tat-turisti stess li jiffrekwentaw dik l-area u li jmorru jieklu f'dawk ir-ristoranti, u allura anke hawn irridu norbtu kollox flimkien.", "Meta wieħed jaqra', jara li anke nżammu konferenzi dwar dan l-aspett tat- turiżmu.", "Hemm il-famuż charter dwar sutainable tourism li ħareġ mill- konferenza li kien hemm erba' snin ilu ġewwa l-Canary Islands.", "Jiena nappella lil din l-awtorita' biex tagħmel dak li jgħid dan iċ-charter u biex tfassal pjanijiet ta' azzjoni f'dan il-kuntest.", "Barra minn hekk ukoll, anke għaqdiet bħalma huma l-world travel and tourism council, il- world trade tourism organisation u oħrajn, li flimkien rabtu l-kunċetti ta' aġenda 21 għal dak li huwa sustainable environment ta' Rio de Janeiro biex jagħmlu aġenda for the travel and tourism industry, ħalli jippruvaw jimplimentaw dawk il-kunċetti fl-industrija tat-turiżmu.", "Sur President, kumment ta' l-aħħar li xtaqt nagħmel huwa fuq aspett li m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-impatt tat-turiżmu fuq l-ambjent imma huwa dwar xi ħaġa li tista' thedded il-vijabilita' u l-qligħ li nistgħu nagħmlu mit-turiżmu.", "Qed nirriferi għall-prospetti ta' dan il-gvern illi jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Forsi hawn min jgħid: Imma din x'għandha x'taqsam?", "Iva, għandha x'taqsam.", "Anke din l-awtorita' għandha tagħmel l- istudji tagħha, tagħti l-pariri tagħha u toħroġ b'assessments oġġettivi dwar x'se jiġri fil-futur.", "Min hu favur id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jgħidlek li lit-turiżmu se naġevolawh għaliex hemm levies għat-turist Ingliż li jiġi mill-Ingilterra għal pajjiż li m'huwiex qiegħed fl-Unjoni Ewropea u meta nkunu membri dawn il-levies jitneħħew.", "Veru, min jargumenta hekk għandu raġun.", "Hemm min jargumenta li meta nkunu membri tista' tiġi anke xi forma ta' għajnuna biex wieħed iwaqqaf strutturi u jgħin l- industrija tat-turiżmu.", "Dan huwa veru wkoll pero' inti trid tikkompeti bil- prodott tiegħek ma' xi ħaddieħor li qed joffri l-istess prodott, forsi prodott aħjar minn tiegħek ukoll, u allura tidħol ukoll il-kwestjoni tal- prezz.", "U l-kwestjoni tal-prezz tidħol fil-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk irridu nkunu anke kawti għaliex bħalma għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, dan huwa suġġett għal qalb kulħadd, it-turiżmu huwa l-ħobża li jiekol minnha kulħadd f'dan il-pajjiż; it-turiżmu qed jikber u j'Alla jkompli jikber u rridu nibżgħu għalih.", "Fil-mument li nibdew innaqqru mit- turiżmu se jkun hemm inqas għal kulħadd.", "U dan qed ngħidu għaliex bi dħul fl-Unjoni Ewropea ħadd ma jinnega l-fatt - u llum kulħadd qed jaċċettah - illi ma nistgħux nagħlqu l-bieb biex ma jiġix il-barrani u jaħdem fostna.", "Jiena ma nistax inżomm Sqalli, Taljan jew Grieg li jiġi hawnhekk u jiftaħ negozju u jagħmel li jrid hu.", "U min jgħid li dan m'huwiex probabbli jiena ngħidlu: Jekk inti jkollok settur li jkun qed jipprovdi, jkun lucrative u jagħmel il-qligħ, dan aktar jattira lil dak li jkun biex jiġi hawnhekk u allura dik il-ħobża li qegħdin nieklu aħna l-Maltin u li nkunu żviluppajna aħna l-Maltin b'sagrifiċċju tista' titnaqqar minn min jiġi ħalli jsib il- lest u jibda jieħu biċċa minnu.", "Aspett ieħor negattiv li wieħed irid jara huwa l-fatt illi jekk insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea - dan għednih u nkomplu ngħiduh minn din in- naħa tal-Kamra - se jkollok impatt fuq l-għoli tal-ħajja għaliex il- prodotti agrikoli u prodotti derivati bilfors se jogħlew.", "Se jogħla l- laħam, se jogħla l-ħobż, se jogħla l-ħalib, se jogħla l-butir, se jogħlew iċ-ċereali u se jogħla kollox.", "Dan ifisser li l-ħajja togħla u ovvjament il-unions se jitolbu pagi ogħla, li allura jfisser li s-servizz tal- ħaddiema se jkun ogħla u li jfisser ukoll li l-prezz tal-package li se toffri lit-turist se jkun ogħla.", "Jekk l-ispejjeż tal-board and lodging se jkunu ogħla, inti se tkun qiegħed tikkompeti ma' min għandu prezzijiet differenti.", "Sal-lum dawn l-affarijiet wieħed iżommhom kemm jista' jkun 'l isfel biex jikkompeti imma malli l-affarijiet jogħlew, il-pakkett tat- turist se jogħla wkoll u allura se jkun hemm il-biża' li tonqos il- kompetittivita' minħabba li dak li inti tkun qed toffri, ħaddieħor se jsibu x'imkien ieħor bi prezz iktar baxx.", "Hawnhekk wieħed irid joqgħod attent u jagħmel dawn l-istudji biex ma nkunux aħna stess li noqtlu the goose that lays the golden egg.", "Jiena ngħid illi l-iktar ħaġa illi trid tagħmel huwa li inti tibqa' żżomm bħala l-benchmark tiegħek dak li huwa value for money.", "Dak huwa li jattira t-turist u li jagħmel il-prodott affaxxinanti għal min jixtrieh.", "Sur President, jiena nagħlaq billi nawgura lil din l-awtorita' li tkun effettiva ħafna u li tkun dixxiplinarja.", "Nawguralha wkoll li tieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex min ikun qiegħed jagħmel ħsara lis-settur turistiku, tfakkru li jkun qed jagħmel ħsara lill-poplu Malti kollu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, ma nistax ma naqbilx ma' dak li għadu kemm spiċċa bih l-Onor.", "Vella, li kkummenta li min jagħmel ħsara lill-industrija tat-turiżmu jkun qed jagħmel ħsara lil Malta kollha.", "U l-kummenti li nixtieq nindirizza lejn l-awtorita' tat-turiżmu huma f'dan it-ton.", "Il-liġi li qegħdin niddibattu bħalissa hija xiehda ta' l- impenn ta' diversi gvernijiet biex ikollna l-għodda u l-mekkaniżmu meħtieġ biex tkun tista titwettaq il-politika dwar it-turiżmu.", "Jien naħseb li ma kenitx b'kumbinazzjoni li d-dibattitu rigward din il- liġi qiegħed isir proprju fil-ġimgħa ddedikata għas-servizz pubbliku.", "Ngħid hekk għaliex il-ħsieb ta' din il-liġi huwa li ntejbu s-servizz taċ- ċivil u ntejbu l-għodda li l-gvern irid juża biex b'effiċjenza jwettaq il- politika tiegħu sabiex barra li din l-industrija tħalli l-frott, jitnaqqsu wkoll l-iżvantaġġi li għandha.", "Kull industrija għandha l-vantaġġi u l- iżvantaġġi pero' rridu nkunu attenti ferm biex kemm jista' jkun din l- awtorita' tara li tnaqqas l-iżvantaġġi tat-turiżmu u żżid il-gwadann mhux biss fi flus imma f'dak li huwa kunċett mentalita' u f'kultura.", "Filwaqt li pajjiżna għandu jara kif isolvi l-problemi ta' l-industrija tal-lum, għandu jara wkoll li jkun kapaċi jipprevedi l-ħteġijiet ta' l-industrija għal għada.", "Permezz ta' din l-awtorita' għandu jkollna lil min huwa kapaċi jagħmel pjan f'dan is-sens u jwettqu.", "Din l-istess awtorita' għandha tkun kapaċi wkoll tgħin sabiex il-gvern tal-ġurnata jsostni dejjem politika li tagħmel ġieh lill-istess industrija tat-turiżmu.", "L-awgurju li aħna rridu nagħtu lil din l-awtorita' huwa li hi tifhem li trid tkun ta' servizz.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Vella qed jgħidli: Min ma jafux dan ir-raġunar, dan mhux sens komun?", "Dan huwa veru għax hawn ġew ħadd m'hu se jagħmel xi skoperta ġdida pero' aħna rridu naraw li dawn il-ħsebijiet, li huma riżultat ta' sens komun, ikunu effettivi u jseħħu fir-realta'.", "Jiena naħseb li l-ikbar problema li għandna - u dan forsi għaliex dan il-pajjiż huwa ċkejken - hi li aħna dejjem niġġieldu bejn dak li huwa reali u dak li huwa finta, bejn dak li huwa veru żvilupp u dak li huwa żvilupp immaġinarju.", "It- tentazzjoni tagħna l-politiċi hi li noqogħdu nilagħbu bl-istatistika biex dak li ma jirnexxilniex naslu għalih b'realta' nħalluh finta, imma l-poplu jaf jara fejn hija l-finta, u fejn hu l-veru progress reali.", "Mr Speaker, wieħed ma jistax jilgħab ma' l-industrija tat-turiżmu bħalma tagħmel ma' kull industrija oħra għaliex illum il-ġurnata s-suq sar kompetittiv.", "Illum il-ġurnata l-ebda suq m'għandu l-omnipotenza li jsir bilfors dak li jgħid għax il-kompetizzjoni ġġib lil kulħadd vulnerabbli.", "It- turiżmu jista' jkun tajjeb illum u ħażin għada u l-qligħ tal-lum ma jiggarantilekx li għada m'intix se tagħmel telf.", "Qed ngħid dan għax ir- riżultat tajjeb ta' għada fl-industrija tat-turiżmu - bħalma huwa f'kull industrija oħra - huwa xi ħaġa li rridu naħdmu għalih ta' kuljum.", "U kulħadd irid jaħdem għalih dan ir-riżultat.", "Ma nistgħux nippontaw lejn il- lukandiera, lejn min huwa bir-restaurant jew lejn il-ministeru tat-turiżmu biss u ngħidu li dawk għandhom il-monopolju li jaħdmu għall-industrija tat- turiżmu.", "L-industrija għat-turiżmu llum il-ġurnata taffettwana lkoll u allura rridu noqogħdu attenti għaliha.", "Ilkoll irridu naraw li ma ndardrux l-għajn li rridu nixorbu minnha għaliex din l-industrija tippermetti lil dan il-pajjiż li jżid fir-riżorsi tiegħu u jżid fil-ġid li jenħtieġ li jwettaq.", "Xi kultant jiena nibda nikkonfondi dwar jekk l-isem ta' \"awtorita'\" huwiex ġust.", "L-isem ta' l-awtorita' se jagħmel ġieh lill-impenn?", "Għaliex qed ngħid hekk?", "L-ewwel preċedent ta' awtorita' li kellna f'dan il-pajjiż kien l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Taf daqsi, Mr Speaker, li l-awtorita' ta' l-ippjanar kultant hija kkonsidrata bħala xi ħaġa li tista' twaqqaf ċertu progress.", "Meta nsemmu l-awtorita' ta' l-ippjanar kulħadd jiġih f'moħħu xi idea negattiva.", "M'ilux jiena kont qed nitkellem ma persuna u din qaltli: Se terġgħu tagħmlu awtorita' oħra?", "Irridu nfehmu lill-pubbliku xi tfisser il- kelma \"awtorita'\" u nfehmuh ukoll li l-intenzjoni tagħna hi li l-persuni li jifformaw l-awtorita' se jkunu ta' servizz u se jkunu kapaċi joffru direzzjoni.", "Ma jiswiex li nżidu awtorita' polizjeska biss.", "Mingħajr ma nneħħi l-mertu tal-ħtieġa ta' l-inforzar, jiena ngħid li l-iskop ewlieni ta' din l-awtorita' għandu jkun li tgħallem.", "Nerġa ngħid li jiena m'inix qed ngħid li m'għandux ikollna inforzar, anzi neħtieġu li jkollna inforzar, u biex dan ikun reali u mhux finta jeħtieġ li jkollna liġijiet bħal din.", "Irridu nneħħu mill-mentalita' komuni tagħna li mil-lum aħna m'aħniex se nibqgħu free-for-all.", "Ma nistgħux ma nimxux mar- regola għaliex meta nagħmlu hekk inkunu qegħdin nagħmlu l-ħsara.", "Ma nistgħux inħallu l-egoiżmu jipprevali, kemm min-naħa tal-gvern, kemm min- naħa ta' individwi f'awtorita' kif ukoll minn min qed jinvesti fin-negozju li se jittratta mat-turist.", "Il-ħsieb li kulħadd irid isir sinjur f'jumejn irid jispiċċa.", "Il-prezzijiet bla kontroll ta' xejn fil-futur jistgħu jagħlqulna s-suq u din il-liġi se tgħinna biex inkunu nistgħu nikkontrollaw dawn l-abbużi.", "Is-settur tan-negozju diversi drabi huwa taħt il-mira tal- kritika ġenerali.", "Jiena rrid ngħid li qabel ma noqogħdu nippontaw subgħajna u ngħidu li dak jew l-ieħor mhuwiex kapaċi, għandna naraw li jkollna sistema li permezz tagħha nkunu nistgħu ngħallmu lil min irid jinvesti.", "Fl- opinjoni tiegħi dan huwa l-ewwel obbligu ta' servizz li għandu jkollha din l-awtorita'.", "Jiena naħseb li dan l-impenn iwassal l-ewwel lejn inforzar aħjar tar-regoli, għaliex huwa inutli li noqogħdu nilagħbuha ta' pulizija jekk qabel ma nkunux ipperswadejna fejn hija d-direzzjoni tagħna u fejn irridu naslu.", "Mr Speaker, il-poplu vvota kif ivvota għaliex dan il-gvern wiegħed li joħloq direzzjoni f'kull settur.", "Hawnhekk qiegħed jipprovdi liġi li tista' tkun kapaċi toħloq direzzjoni għaliex se toħloq awtorita' li se tkun ir- regolatur tas-suq fl-industrja tat-turiżmu.", "Fiha nnifisha l-awtorita' se tkun ir-regolatur, kapaċi tfiehem u kapaċi tiġġudika safejn wieħed jista' jasal fl-atteġġament tiegħu.", "Ma rridux ninsew li r-regolatur fundamentali f'kull negozju huwa l-konsumatur, u f'dan il-każ dan huwa t-turist, kemm dak barrani kif ukoll il-Malti.", "Dan qed ngħidu għaliex l-istess liġi tat- turiżmu se tkun applikabbli għall-Maltin kollha u mhux biss għal dawk li jitilgħu Għawdex.", "Suppost li l-awtorita' tat-turiżmu se tkun qed tara li fil-postijiet kollha jkun hemm kondizzjonijiet u livelli tajbin għat- turist.", "Din il-liġi m'hijiex qed tagħmel differenza bejn it-turist li huwa barrani u dak il-klijent li jista' jkun Malti.", "Din hija neċessita' oħra li rridu nifhmu u għaldaqstant din il-liġi nistgħu nqisuha bħala pass ieħor 'il quddiem lejn kisba ta' aktar effiċjenza u ta' servizz bi kwalita', f'suq fejn il-kompetizzjoni qegħda ssir l-isfida ta' kulħadd.", "Fi kliem ieħor b'din il-liġi rridu naraw li s-sorveljanza tagħna tħares lejn il- pajjiż kollu b'mod ġenerali.", "L-awtorita' tat-turiżmu għandha ġġiegħel lin- negozjant jaqdi dmirijietu aħjar u se tipprova ġġiegħlu jifhem x'inhija r- responsabbilta' li huwa għandu lejn l-iżvilupp ta' dan il-pajjiż.", "Nistgħu nonfqu eluf ta' liri f'reklami pero' kull turist li jiġi f'pajjiżna fih innifsu huwa aġent tar-reklamar kemm-il darba joħroġ sodisfatt .", "Mr. Speaker, mission statement ieħor għal min se jkun qed jaħdem f'din l- awtorita' hu li dan irid jgħid: Jiena qed nagħti l-kontribuzzjoni tiegħi biex jiżdied ix-xogħol u biex insalva l-impjiegi.", "Jiddispjaċini ngħid li dan is-sens komun ma jasalx ċar - u llum kelli okkażjoni li nkun preżenti waqt laqgħa fejn kienu qegħdin jitkellmu dwar l-edukazzjoni f'pajjiżna - quddiem għajnejn min ikun fl-awtorita'.", "Is-sens komun hu li kull wieħed minna għandu jagħtu l-kontibut tiegħu biex jinħoloq ix-xogħol.", "U xogħol dawn il-persuni li se jingħataw din ir-responsabbilta' se jkun meqjus li hu tajjeb jekk dawn ikunu kapaċi joħolqu x-xogħol.", "Hawnhekk illum instema' li rridu nibdew nikkalkolaw l-introjtu mill-industrija tat-turiżmu b'mod differenti.", "Jiena ngħid li l-ħolqien tax-xogħol ukoll għandu jkun ikkalkolat bħala parti mill-introjtu mill-industrija tat-turiżmu.", "L-Onor.", "Vella qal - u jiena naqbel miegħu - li rridu naraw li min huwa addattat għax-xogħol ngħidulu li huwa addattat u min hu mhux addattat għax- xogħol ngħidulu li m'huwiex.", "Proprju għalhekk jiena sħaqt fuq l-importanza tat-tagħlim.", "Irridu ngħallmu l-mod kif għandu jsir in-negozju.", "Ħafna jistgħu jaħsbu li n-negozju huwa xi ħaġa li taqa' mis-sema.", "Lanqas ix-xita ma taqa' mis-sema b'kumbinazzjoni!", "Hawn min jaħseb li tkun fin-negozju jfisser li għandek xi ħaġa u tbiegħha.", "Jiena ma naħsibx li n-negozju huwa xi ħaġa daqshekk sempliċi.", "Il-kompetizzjoni titlob lin-negozjant biex dan ikun preparat u jkun kapaċi jħabbat wiċċu ma' sfidi kontinwi.", "In-negozju mhuwiex daqshekk sempliċi li naqbad u ngħid: Mela jiena għandi tant flus u minflok immur ninvestihom f'bank se nsib toqba u niftaħ ħanut tas- souvenirs!", "Mhux daqshekk faċli għalija li għandi garaxx u minflok ninvesti flusi f'bank immur u niftaħ restaurant.", "Ix-xogħol ta' din l-awtorita' għandu jkun li tgħallem biex imbagħad wara ma jkollniex fallimenti jew nies li ma jkunux kapaċi jżommu mar-regola u mad-dixxiplina tax-xogħol ngħid għalija din l-attitudni m'għandniex neħduha biss fejn tidħol l- industrija tat-turiżmu imma din għandha tkun l-attitiduni b'mod ġenerali.", "Hekk biss nistgħu naslu biex inkunu effiċjenti u biex ikollna settur tan- negozju kapaċi.", "Mr Speaker, dan it-tip ta' diskors illum qed jingħad iktar mill-bieraħ għaliex il-kompetizzjoni hija realta'.", "Il-kompetizzjoni fit-turiżmu ma teżistix biss bejn il-ħwienet u bejn il-lukandi imma l-kompetizzjoni teżisti ma' destinazzjonijiet turistiċi oħrajn.", "Issa din il-kompetizzjoni ma nistgħux nirbħuha individwalment.", "L-awtorita' tat-turiżmu - u kull awtorita' oħra fil-pajjiż - tkun tajba kemm-il darba tkun kapaċi tiġbor flimkien lil dawk li forsi s'issa ħadmu indipendentement minn xulxin.", "F'dan il-pajjiż irridu nagħmlu l-aħjar użu mill-fatt li aħna nafu sewwa lil xulxin u flimkien irridu naffrontaw il-mod ta' kif se nbiegħu lil pajjiżna.", "Nhar il-Ġimgħa, 30 ta' April għamilna laqgħa fejn għidna li aħna lkoll imsieħba f'intrapriża waħda jisimha Malta.", "B'dan il-kunċett biss nistgħu mmorru 'l quddiem.", "Hemm min għadu jaħseb li dan huwa diskors fil-vojt pero' rridu nkunu kreattivi u rridu nkunu għaqlin biżżejjed biex nifhmu x'inhuma r-responsabbiltajiet tagħna u biex ikollna viżjoni.", "Il-viżjoni tagħna trid tgħinna nifhmu x'inhuma l-obbligi.", "U l-obbligi huma li mhux lukandier jew settur jipprova jbiegħ lilu nnifsu waħdu.", "L-Air Malta ma tistax tbiegħ lilha nnifisha waħedha b'mod differenti minn Malta.", "Ma jistax ikun.", "Jekk id- destinazzjoni ta' l-Air Malta hija Malta, bilfors ikollha tbiegħ lil Malta u bilfors ikollha tkun parti mir-reklamar fuq Malta.", "Jekk irridu nkunu oġġettivi rridu nkunu kapaċi npoġġu bilqiegħda flimkien u niddiskutu ċerti affarijiet, bħal fejn hemm overlapping li jista' qiegħed itellef, x'inhu l- atteġġjament negattiv li mhux qed jgħin daqstant biex aħna nieħdu l-aħjar li nistgħu u x'nistgħu nbiddlu flimkien biex lit-turist naqduh aħjar.", "Dan irridu nagħmluh minkejja li aħna kompetituri ta' xulxin fis-suq tan- negozju, għax wara kollox, x'inhu l-użu li jkollok l-aħjar lukanda jew l- aħjar servizz jekk meta turist joħroġ barra ma jsib xejn?", "Mr Speaker, intqal ħafna fuq il-ġmiel ta' pajjiżna u dwar kif dan jaffettwa s-settur tat-turiżmu.", "Hawn irridu ngħallmu wkoll lil dawk li mhumiex daqshekk direttament involuti f'din l-industrja li fil-fatt dawn huma involuti ħafna.", "Per eżempju, sid il-barriera għandu x'jaqsam mas- settur u ma' l-iżvilupp tat-turiżmu għax l-effett li l-barriera tħalli fuq l-ambjent jinvolvi lit-turist.", "F'każi bħal dawn, din l-awtorita' trid tkun kapaċi titlaq mill-kliem u mill-konfini li tagħtiha din il-liġi u tifhem ir- responsabbilta' tagħha li hi trid tilgħab parti importanti mhux fl-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu biss imma fl-iżvilupp sħiħ ta' dan il-pajjiż.", "Huwa veru li kull dipartiment irid ikun responsabbli għal dak li jwettaq pero' mbagħad għandna nifhmu li aħna lkoll nagħmlu parti minn pajjiż wieħed u minn sforz wieħed.", "Mr. Speaker, irridu nkunu kapaċi naslu li nifhmu wkoll dwar min se jċedi lil min.", "Per eżempju, huwa tajjeb li jiena nibqa' nippermetti lill-Gozo Channel tibqa' tagħmel ċertu qligħ akkost li jonqos l-investiment fil-gżira ta' Għawdex?", "Jiena se nkompli nippermetti lill-Air Malta li żżomm passaġġi għoljin biex hija taqla' l-flus akkost li ma jkunx hawn l-iżvilupp?", "Jiena ġibt dawn l-eżempji għall-argument u mhux qed ngħid li qed isir hekk.", "Jiġifieri lil min qegħdin inpoġġu fuq quddiem, l-entitajiet li għandu f'idejh il-gvern jew inkella lin-negozju li kapaċi jkattar il-ġid?", "L- entitajiet tal-gvern qegħdin hemmhekk rendering a service għas-settur tan- negozju, imbagħad b'taxxi ġusti l-gvern jieħu sehmu biex ikun jista' jiggverna l-kumplament tal-pajjiż.", "Mr Speaker, jiena nixtieq nistaqsi xi mistoqsijiet.", "Qegħdin naraw kif inbiegħu lit-turist il-kultura u l-ġmiel ta' l-irħula tagħna?", "Qegħdin naħdmu flimkien mal-kunsilli lokali biex ikollna politika kummerċjali fil- lokal li taħdem b'mod parallel ma' dik tal-gvern ċentrali, biex l-isforz u l-impenn li jkun qed iwettaq il-gvern ċentrali jkun sostnut ukoll mill- gvernijiet lokali tagħna?", "F'dan ir-rigward kien hawn ħafna pariri.", "Qegħdin nagħtu importanza sabiex f'kull lokalita' jkollna kummerċ u negozju sostenibbli?", "Il-kunsill lokali, bħala l-gvern lokali, flimkien mas-settur tan-negozju f'dik il-komunita' qed jara kif jagħmel l-aħjar użu mill-wirt kulturali fil-komunita'?", "Qegħdin joħolqu huma stess attrazzjonijiet turistiċi f'dak li nistgħu niżviluppaw bħala heritage tourism?", "Huwa importanti li t-turiżmu ma jkunx iżjed it-turiżmu tal-baħar u tal-bajja biss imma jkun turiżmu iktar bil-għaqal fejn naraw it-turist jinfirex madwar il-gżira u jipprova jiskopri x'inhu ta' interess għalih.", "Aħna għandna nkunu kapaċi li nilqgħu għal din l-isfida u kull lokal għandu jkun kapaċi jbiegħ il-lokalita' tiegħu lis-settur turistiku biex jiggwadanja.", "Mr Speaker, jiena ġej mill-Mosta, lokalita' minn fejn igħaddu ammont kbir ta' coaches.", "Dawn iġorru lit-turisti hemmhekk sempliċement biex juruhom ir- Rotunda.", "Issa fil-Mosta għandna aktar x'nuruhom lit-turisti u dawn m'għandhomx jinġiebu biss biex jaraw ir-Rotunda.", "Jien ngħid li t-turist m'għandux joqgħod lura milli jdur dawra mar-raħal biex jesplora l-livell tal-ħajja, il-mod ta' kif jgħixu n-nies f'dik il-komunita' u s-snajja' li jeżistu f'dik il-komunita'.", "Per eżempju, San Gwann huwa post li tela' f'dawn l-aħħar tletin sena u lanqas biss jgħaddilna minn moħħna li għandu attrazzjonijiet turistiċi.", "Birkirkara huwa post ftit iktar antik u hemmhekk ukoll hemm ċerti snajja'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorervoli, se jkolli ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Nipproponi li l-Onor.", "Vassallo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Edwin Vassallo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem con", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Iż-żewġ kunsilli lokali ta' San Gwann u Birkirkara, żewġ postijiet li m'aħniex imdorrijin niddiskrivuhom bħala attrazzjoni turistika, qegħdin iħejju pjan ta' kif jirreklamaw l-għeruq tagħhom.", "Dan huwa inċentiv li l- awtorita' tat-turiżmu nitlobha li tkun kapaċi ssostnih.", "Ma nistgħux nippermettu li l-attrazzjonijiet turistiċi jkunu dejjem l-istess żewġ postijiet jew tlieta.", "Iżjed ma nifirxu, iżjed inkunu qegħdin inkabbru.", "Din hija attivita' - 'il quddiem ikollna opportunita' li nitkellmu aktar dwarha - li turi li ħafna minn dak li ntqal hawnhekk qiegħed fil-fatt isir realta'.", "Se nkunu qegħdin naħdmu biex kemm jista' jkun naraw li s-settur tat-turiżmu jkun jista' joffri dħul ġust u introjtu vijabbli għal sezzjoni aktar wiesgħa tal-popolazzjoni.", "Ta' min issemmi wkoll il-ħidma li qed issir rigward l-artiġġjanat.", "Din hija industrija li rridu nieħdu ħsiebha u rridu naraw li tkun kapaċi tikkompeti.", "Irrid ngħid li waqajna lura fl-impenn tagħna biex ikollna din il-vetrina li tkun tagħmel ġieh lill-artiġġjanat Malti, pero' qegħdin naħdmu biex ikollna wkoll il-kunsill nazzjonali għall-artiġġjanat sabiex jara li f'dan il-qasam ukoll ikollna direzzjoni.", "Għax hemm bżonn li nifhmu li rridu nissettjaw standards fl-industrija u fin-negozju.", "Ma nistgħux nibqgħu naħsbu li aħna kapaċi nbiegħu kulma jiġi għal idejna.", "Minkejja li aħna gżira, ma nistgħux xi drabi naħsbu li ma jeżisti ħadd ħliefna.", "Ma nistgħux nibqgħu naħsbu li l-kompetizzjoni m'hijiex reali; u fil bidu jiena għalhekk għedt li l-ikbar konflitt li għandna hu li nagħrfu fejn hu finta u fejn hu realta'.", "Irridu naraw ir-realta' u r-realta' hi li kull negozju jrid jikkompeti.", "Jekk ħaddieħor qed jagħmel l-istandards tiegħu, aħna rridu nagħmlu l-istandards tagħna u mhux kollox huwa aċċettabbli.", "Mhux kull atteġġjament huwa tajjeb u mhux kull imġiba mat-turist hija tajba.", "Mr Speaker irridu wkoll inġiegħlu lit-turist iħoss ruħu komdu jonfoq flusu fostna.", "Illum il-ġurnata saret moda li turist jixtri u jħallas bi plastic money.", "Allura d-domana tiegħi hija din: Aħna se nkunu kapaċi - mingħajr ma nisfruttaw is-sitwazzjoni, biex ma niftiehemx ħażin - nħajruh jixtri iktar permezz ta' din is-sistema?", "Jekk inkunu kapaċi noħolqu ambjent fejn ikun faċli għalih li jixtri bil-card, allura l-aptit tiegħu biex jixtri jkun ferm ikbar.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dan li qed ngħid m'hu xejn ħlief sens komun imma ejja nipprattikawh.", "Ejja inpoġġuh fir-realta' għaliex l-ikbar sfida li għandna hija li npoġġu r-realta' fil-perspettiva tagħha.", "Biex nagħlaq, irrid nagħmel appell lil dawk li qegħdin fis-settur ta' l- industrija tat-turiżmu biex ikunu responsabbli u ma jingannawx.", "Huwa veru li min iqarraq jista' ma jinqabad qatt imma jiena ngħidlu: Ħabib, int li qed tbiegħ bħala handmade bizzilla magħmula mil-makni, illum ma nqbadtx u forsi ma tinqabad qatt imma m'intix tagħmel ġieħ lil pajjiżek.", "L-ingann ma jgħinx biex pajjiżna jistagħna.", "Hawn min jimporta souvenirs li jkunu magħmulin fit-Taiwan jew fl-Italja u mbagħad ibigħhom bħala made in Malta.", "Lil dan m'hu se jwaqqfu ħadd milli jimporta dawn l-oġġetti imma naħseb li fl-aħħar se jkorri.", "Jekk oġġett huwa made in Taiwan dan għandu jħallih hekk biex min jixtrih ikun jaf x'inhu jixtri.", "Dan l-ingann irid jispiċċa u r- riforma li qegħdin nagħmlu se tkun f'dan is-sens ukoll.", "Ir-regolamenti li jikkondizzjonaw kif isir in-negozju se jsiru bil-ħsieb li l-abbużi jinqatgħu.", "Lill-konsumatur irridu ngħallmuh ikun ir-regolatur hu biex ħadd ma jidħaq bih.", "Dan irridu nagħmluh għax jekk turist ikun sodisfatt u jkun konvint li ħa l-valur tal-flus li jkun ħallas, dan se jirriklama l-pajjiż bħala attrazzjoni turistika tajba u permezz ta' dan ir-reklam aħna jibqa' jkollna industrija tat-turiżmu li kapaċi ssostni s-suq ta' l-impjiegi, kapaċi ssostni ekonomija u kapaċi tkompli tgħin fl-iżvilupp ta' dan il-pajjiż.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr. Speaker, smajt b'attenzjoni kbira d-diskors tajjeb li għamel l-Onor.", "Karmenu Vella fejn, fost affarijiet oħra, elenka l- problemi kbar li jeżistu fl-industrija tat-turiżmu fil-gżira Għawdxija.", "Smajt ukoll lill-ministru għal Għawdex tittratta dan is-settur u nixtieq li jien ukoll nagħmel ftit osservazzjonijiet fid-dawl tal-liġi l-ġdida illi dan il-parlament qed jintalab li jgħaddi.", "Inħoss li huwa importanti illi ngħid illi kien Gvern Laburista illi ried jgħaddi din il-liġi u kien il- Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni illi waqqaf dan il-proċess għalkemm kien jaqbel mal-liġi pero' għax hekk kien jaqbilllu u għax kien għatxan għall-poter ivvota kontra.", "Nibda mill-ewwel biex ngħid illi ma naqbel xejn mal-mod kif il-ministru għal Għawdex ittrattat is-settur turistiku fil-gżira Għawdxija.", "Id-diskors tagħha kien diskors partiġġjan, kien diskors parrokjali u kien diskors 'il bogħod mill-kunċett reġjonali li bih aħna nikkonċepixxu l-gżira Għawdxija.", "Inti ma tistax tiżola l-gżira Għawdxija mill-kumplament tal-gżejjer Maltin u tgħid li għandek liġi għall-gżira Għawdxija u għandek liġi oħra għall- gżira Maltija u forsi oħra għal Kemmuna.", "Dan huwa mod żbaljat kif inti tħares lejn is-settur turistiku fil-gżira Għawdxija għaliex biex is-settur turistiku jitjieb, inti dejjem trid tħares lejh bħala settur sħiħ.", "Min-naħa waħda jrid ikollok żvilupp sostenibbli u min-naħa l-oħra jrid ikollok kuntest ta' reġjonalita'.", "Wara kollox il-ftit baħar li jaqsam dawn iż-żewġ gżejjer joħloq problemi partikolari għall-gżira Għawdxija u għalhekk int bilfors trid tħares lejn Għawdex u lejn is-settur turistiku fil-kuntest ta' din ir-reġjonalita'.", "Ħaġa importanti oħra li l-ministru għal Għawdex ma semmietx hija li trid tħares lejn is-settur turistiku fil-gżira Għawdxija fid-dawl tal-qagħda finanzjarja u mwiegħra li hawn f'pajjiżna, Sur President.", "Jekk tiftaħ \"The Times\" tal-lum, b'ittri kbar suwed issib \"Gozo office to open in Valletta\".", "Malli rajt dan il-heading jiena għedt: Issa Għawdex sar speċi ta' aġenzija ta' l-ivvjaġġar?", "Issa Għawdex u Malta huma żewġ pajjiżi differenti, b'kunċetti differenti u bi problemi differenti?", "Sempliċement għaliex se jinfetaħ uffiċċju fil-Belt Valletta għall-gżira Għawdxija donnu skoprejna xi ħaġa innovattiva, donnu għamilna xi ħaġa tajba għas-settur turistiku fil-gżira Għawdxija!", "Jiena għalhekk bdejt biex għedt illi l-mod kif qiegħda tħares il-ministru għal Għawdex lejn is-settur turistiku ma jagħmilx ġieħ għax-xogħol kollu illi sar f'dan is-settur fil-gżira Għawdxija.", "Waqt li jistgħu jiġu attwati policies differenti għal Malta u għal Għawdex minħabba dan il-kuntest ta' reġjonalita' pero' il-liġi tibqa' waħda u tapplika kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex.", "Aħna ma rridu nagħtu lil ħadd x'jifhem illi għax issa se niftħu aġenzija f'Malta, allura l-problemi li għandna fil-gżira Għawdxija rridu nitrattawhom b'mod differenti mill-problemi li jeżistu Malta.", "Huwa importanti wkoll li nerġa' nagħmel enfasi illi huwa importanti li nagħrfu nutilizzaw il-finanzi li għandna available bl-aħjar mod sabiex dan is-settur inġibuh 'il quddiem.", "Dan irridu nagħmluh fid-dawl tal-qagħda finanzjarja mwiegħra li għandna.", "Jiena naħseb li dan għandu jkun it-tluq ta' kull diskors dwar is-settur turistiku fil-gżira Għawdxija għax hawn qegħdin nitkellmu fuq żvilupp sostenibbli.", "Tajjeb illi nżommu quddiem għajnejna li żvilupp sostenibbli jfisser dak l-iżvilupp illi jilħaq il- ħteġijiet tal-lum mingħajr ma jippreġudika l-kapaċita' ta' ġenerazzjonijiet futuri li jilħqu l-bżonnijiet tagħhom.", "Dan huwa importanti ħafna, iktar u iktar għall-gżira Għawdxija.", "Huwa veru li nistgħu ngħidu li Għawdex hi destinazzjoni distinta' imma qatt ma nistgħu ngħidu illi Għawdex huwa destinazzjoni separata mill-gżejjer Maltin.", "U tajjeb li din il-Kamra tkun taf - naħseb li l-iktar li għandha tkun taf hi l-ministru għal Għawdex - illi pajjiżi barranin iktar minna llum iħossu n-neċessita' illi meta jiġu biex jirreklamaw lil pajjiżhom, dawn ma jsemmux biss gżira waħda.", "Meta l- pajjiżi tal-Karibew jagħmlu reklamar, dawn jirriferu għal pajjiżhom bħala l- Caribbean Islands u l-istess jagħmlu l-Hawaii.", "Dan juri li hija idea ħażina illi inti tiżola lil Għawdex minn Malta u tirreklamah bħala destinazzjoni turistika separata.", "Dan huwa ħażin għax il-gżejjer huma kollha Maltin u għalhekk il-problemi huma l-istess.", "Sur President, il-ministru għal Għawdex tat x'jifhem lill-poplu li l- problemi kollha li jeżistu fil-qasam turistiku fil-gżira Għawdxija se jisparixxu appena ssir din l-awtorita' tat-turiżmu.", "Dan m'hu veru xejn għaliex il-problemi qegħdin hemm u b'daqshekk m'aħniex sejrin negħlbuhom u għalhekk huwa importanti illi nippjanaw bis-serjeta', dejjem fid-dawl tal- qagħda mwiegħra finanzjarja li jinsab fiha l-pajjiż.", "Problemi jeżistu ħafna u biex nagħti eżempji rrid insemmi l-problema tat-trasport intern, il- problemi ta' kif jimxu l-gwidi u d-drivers, problemi ta' overpricing, problemi ta' coaches, problemi ta' day trippers, problemi ta' occupancy rates ġewwa Għawdex, problemi ta' seasonality u problemi fejn kulħadd fil- gżira Għawdxija jippretendi li għandu jaħdem bil-part-timers, iħallashom bi ftit u min-naħa l-oħra ngħidu illi rridu turist up-market.", "Dawn huma ftit mill-problemi li jeżistu f'Għawdex u għalhekk hemm bżonn illi nimxu permezz ta' strateġija sabiex verament nieħdu ħsieb dawn il-problemi li qegħdin joħonqu u jifnu lis-settur turistiku fil-gżira Għawdxija.", "Irrid ngħid ukoll li jien stennejt li fid-diskors tagħha l-ministru għal Għawdex issemmi l-ewwel problema kardinali li għandna fil-gżira Għawdxija - u li jien dejjem nagħmel enfasi dwarha - li hija l-problema ta' regional accounts.", "Il-pożizzjoni fil-gżira Għawdxija hija tant dgħajfa li ma' tistax tiġbor informazzjoni dwar in-nefqa ras għal ras jew dwar ix-xogħol dirett jew indirett li jiġġenera t-turiżmu.", "Din l-informazzjoni m'għandekx minn fejn iġġibha u għalhekk hemm bżonn illi mill-iktar fis nagħmlu dan l- uffiċċju ta' regional accounts sabiex verament aħna nkunu nistgħu nistabilixxu fejn dan il-mutur turistiku fil-gżira Għawdxija hu miexi 'l quddiem u fejn hu sejjer lura.", "Per eżempju, kif jiġi kkalkolat in-numru ta' turisti li jitilgħu Għawdex?", "Ħalli ngħidlek, Sur President.", "Dan jiġi kkalkolat sempliċement billi naraw in-numru ta' coaches li jkunu ġew, nimmoltiplikaw dak in-numru bin-numru ta' seats u noħorġu ċifra.", "Xbajna nisimgħu wkoll li għal Għawdex qasmu daqstant vetturi!", "Dan m'huwiex il-mod kif inti tista' tippjana bis-serjeta' u b'mod strateġiku u kien għalhekk illi Gvern Laburista kien ħejja abbozz ta' pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "F'dak ir-rapport aħna għedna biċ-ċar x'irridu minn dan is-settur hekk vitali għax jekk iridu nibdew nippjanaw bis-serjeta', importanti illi dan l-uffiċju ta' regional accounts jiġi mwaqqaf kemm jista' jkun malajr.", "Il- Gvern Laburista kien sab il-post adatt - fejn hemm l-universita' u d- dipartiment ta' l-edukazzjoni - biex b'hekk nagħmlu link bejn iċ-ċentru ta' l-universita' t'Għawdex ma' dan l-uffiċċju ta' l-istatistika iżda milli jidher il-ministru għal Għawdex abbandunat dan il-pjan.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-NTOM.", "Ħafna operaturi fil-gżira Għawdxija dejjem igergru mill-NTOM.", "Dawn jidhrilhom - u għandhom biċċa raġun - illi filwaqt illi l-NTOM teħdilhom il-flus, din ma kenitx tagħti x- share tagħha sabiex tirriklama lil Għawdex barra minn Malta.", "L-uniku reklam li kienet tieħu l-gżira Għawdxija kien wieħed sekondarju.", "Hemm bżonn li dawn l-iżbalji tal-passat nitgħallmu minnhom u issa li se tiġi mwaqqfa l- awtorita' tat-turiżmu, naraw li Għawdex jiġi reklamat bis-serjeta' u b'mod professjonali.", "Kif għidt ftit tal-ħin ilu, Għawdex għandu ħafna problemi u waħda mill- iktar problemi kbar illi nara hija l-problema tat-trasport.", "Il-ministru għal Għawdex forsi taħseb illi sempliċement għax se jerġa' jiddaħħal is- servizz tal-hovermarine lejn Malta u Għawdex se nsolvu l-problemi kollha li hawn fit-trasport.", "Jiena ngħidilha minn hawn illi l-problemi huma ħafna akbar minn hekk u hemm bżonn illi verament nittrattaw dan is-suġġett bis- serjeta' għaliex it-trasport fil-gżira Għawdxija sejjer mill-ħażin għall- agħar.", "Nibda l-ewwel biex ngħid xi ħaġa dwar il-helicopter.", "Jiena kont wieħed minn dawk li emmint - u naħseb li l-iSpeaker preżenti emmen qabli - li għalkemm kien jitlef ħafna u ħafna flus, huwa tajjeb li dan is-servizz jinżamm għaliex kienet ħaġa ta' prestiġju għall-gżira Għawdxija.", "Kienet ħaġa tajba li turist li jasal Malta itir mill-ewwel għall-gżira Għawdxija.", "Din kienet xi ħaġa li lilna tagħtina ġieħ u tattira wkoll turisti up-market.", "U rrid infakkar lil din il-Kamra illi l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien ippjana illi jneħħi dan is-servizz tal- helicopter għaliex kien qed jitlef mal-Lm170,000 fis-sena.", "Aħna emminna f'dan il-mezz ta' trasport u ħallejnih hemm anzi, kif jaf kulħadd, bdejna nibnu wkoll VIP room, irranġajna l-helicopter u għamilna heliport ġawhra, fejn it-turist mill-ewwel jieħu impressjoni tajba u jgħid kemm verament il- gżira Għawdxija hija waħda attraenti.", "Jekk illum tmur il-heliport issib abbandun komplet.", "Il-VIP room ma tkomplietx, hemm ħaxix kullimkien u għajb għat-turist illi jinżel f'dak il- heliport.", "Dan m'huwiex ippjanar bis-serjeta'.", "Meta lill-ministru nitlobha sempliċi informazzjoni dwar is-servizz tal-heliport, din tgħidlek li ma hu fl-interess ta' ħadd illi nkunu nafu r-raġuni x'inhi, bl-iskuża li l-Air Charter hija kumpannija privata.", "Illum il-Malta Air Charter qegħda taħdem b'helicopter wieħed u qegħda titlef ħafna u ħafna xogħol f'dak li huwa skydiving, ħaġa li hemm bżonn li nagħtuha enfasi kbira.", "Għal xi raġuni jew oħra dan il-gvern ittraskura dan is-servizz tal-helicopter u bl-iskuża li jkun full up - fil-fatt ma jkun full up xejn - l-iskeda ma ssirx u ħafna drabi t-trips li jkunu ppjanati skond l-iskeda jiġu mħassra.", "Jiena ma nafx għaliex il-ministru għal Għawdex irrispondietni illi mhux fl-interess li nkun naf.", "Il-mod kif qegħdin jimxu l-affarijiet fil-gżira Għawdxija m'humiex qegħdin jattiraw lit-turisti up-market li tant nitkellmu fuqhom.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kwestjoni tal-marketing.", "Hemm bżonn illi fil-gżira Għawdxija jsir marketing bis-serjeta' għax jien jidhirli li mhux qed isir marketing bis-serjeta' u m'aħniex nirreklamaw lil Għawdex bl- attrazzjonijiet tiegħu.", "Illum m'għandniex nirreklamaw lil Għawdex bħala post fejn inti tiġi għax-xemx u għall-baħar għax ħafna pajjiżi oħra bħat- Tuneżija għandhom ix-xemx u l-baħar.", "Irridu nattiraw turisti fil-gżira Għawdxija għall-kultura tagħna, għall-fatt ukoll li Għawdex huwa pajjiż kwiet u għall-festi li norganizzaw.", "Dan il-gvern dejjem jgħid li jrid turisti up-market u sal-lum din il-kategorija ta' turisti lanqas nafu x'inhi.", "L-ekonomija Għawdxija għar-rigward is-settur turistiku dejjem imxiet bid-day trippers u bit-turiżmu intern u dawn il-famużi turisti up- market ma nafux fejn huma.", "Għalhekk huwa importanti li nagħmlu marketing bis-serjeta'.", "Milli jidher f'dawn it-tmien xhur ma sar l-ebda marketing bis-serjeta', kollox miexi għal rasu, kellek sempliċement il-ministru għal Għawdex tifforma din il-famuża Gozo tourism association, li ddeskrivietha bħala xi ħaġa sublimi u tajba għall-gżira Għawdxija, imma jekk tara l-istatut tal- GTA issib li dan huwa statut komplikat ħafna li żgur mhux se jirnexxielu jmexxi t-turiżmu 'l quddiem.", "Tant fih komplikazzjonijiet ta' council members, ta' voti u ta' min jista' japplika u min ma jistax japplika, min jista' jivvota u min ma jistax jivvota u kif isiru l-general meetings illi jiena ngħid li dan huwa kollu bluff u messa in scena sħiħa, għajb għal min iddirieġa din il-famuża Gozo tourism association.", "Ma jistax ikun li inti taħbi l-veri problemi illi għandek fil-gżira Għawdxija billi tagħmel din l- association biex tkun tista' tgħid li r-responsabbilta' issa tfajtha fuqha.", "Hemm bżonn illi s-settur turistiku nittrattawh bis-serjeta' u hemm bżonn ukoll li din l-awtorita' li se titwaqqaf tanalizza bis-serjeta' dan is- settur fil-gżira Għawdxija.", "Sur President, huwa importanti li din l-awtorita' ma tiżolax is-settur turistiku Għawdxi mill-kuntest Malti u mill-kuntest Mediterranju.", "Huwa importanti illi meta inti tħares lejn dan is-settur taħseb ukoll fis-settur Mediterranju, fejn inti għandek diversi problemi u diversi tendenzi ġodda ta' turisti li ma jkunux ġejjin mill-Mediterran.", "Dawn huma turisti li ma jiġux hawn sempliċement għall-baħar jew għax-xemx imma jiġu iktar għal affarijiet li ma jsibux f'pajjiżhom.", "Dawn huma aspetti illi l-awtorita' tat- turiżmu trid tħares lejhom bis-serjeta' u jiena xxukkjajt ruħi li l- ministru għal Għawdex ma ttrattatx dawn l-affarijiet.", "Huwa importanti illi dawn l-affarijiet nagħtuhom id-dimensjoni li tixirqilhom jekk verament irridu li s-settur turistiku jimxi 'l quddiem.", "Sur President, nimmaġina li meta terġa' tiġi l-festa ta' Santa Marija se nerġgħu niftaħru dwar kemm telgħu turisti minn Malta u dwar kemm qasmu vetturi pero' huwa importanti li din il-Kamra tkun taf illi dak illi tippjana llum, l-effett tiegħu tħossu sentejn jew tliet snin wara.", "U l- effett tat-turiżmu llum huwa frott ta' dak li ħadem għalih il-Partit Laburista meta kien fil-gvern.", "U għalhekk hemm bżonn li dan il-gvern, permezz tal-ministru għal Għawdex, jaħdem bis-serjeta' għaliex dak li jaħdem għalih illum, l-effett tiegħu se nħossuh sentejn jew tliet snin oħra.", "Jiena nitlob lill-ministru għal Għawdex tgħidilna x'irid il-gvern fil- gżira Għawdxija.", "Irid turiżmu ta' kwalita', irid turiżmu ta' kwantita', jew irid it-tnejn flimkien?", "Sal-lum il-ministru għal Għawdex ma qaltilniex x'inhuma l-pjan tal-ministeru tagħha għar-rigward il-gżira Għawdxija, ma qaltilniex x'inhuma l-policies u ma qaltilniex dwar kif lil Għawdex beħsiebha ġġibu 'l quddiem.", "Jiena ninvitaha li tħares ftit lejn l-abbozz ta' pjan ta' żvilupp illi kien ħejja l-Partit Laburista meta kien fil- gvern, li kien ikopri l-1998 sas-sena 2000, u hemmhekk għada ssib ċar x'kienu l-miri tal-Gvern Laburista.", "Per eżempju, il-Partit Laburista kien qal illi Għawdex kellu jiġi rriklamat b'mod aktar effettiv bħala destinazzjoni turistika distinta imma mhux separata.", "Għal dan il-għan kellhom jiġu promossi l-karatteristiċi distinti u kulturali tal-gżira tagħna.", "Skond dan il-pjan ukoll kellu jiġi nkoraġġit l-iżvilupp ta' attrazzjonijiet ġodda, b'mod illi jkollna aktar enfasi għal dak illi huwa wirt kulturali fil-gżira tagħna.", "Ridna wkoll illi nattiraw lit-turisti fix- xhur tax-xitwa u għalhekk aħna rajna kif għamilna illi nibnu t-turiżmu kulturali fil-gżira Għawdxija.", "Ridna wkoll nippromwovu festivals barra l-istaġun u ridna wkoll illi f'dan is-settur hekk importanti naraw li jkun hemm full-timers, għax l-idea illi f'Għawdex trid taħdem bil-part-timers hija idea żbaljaata.", "Għamilna wkoll enfasi fuq l-ITU u nidejna courses u nista' ngħid li l-istudenti li riedu jitħarrġu f'dan is-settur setgħu faċilment imorru Malta biex iktar jitgħallmu dwar dan il-qasam turistiku.", "Ridna wkoll nippromwovu attivitajiet kulturali u folkloristiċi fil-gżira Għawdxija sabiex nattiraw iktar turisti.", "Dawn kienu ftit mill-għanijiet illi Gvern Laburista ħadem għalihom bis-serjeta' u hemm bżonn illi llum dan il-gvern jgħidilna x'inhuma n-niċeċ tiegħu sabiex Għawdex verament ikun jista' jsib swieq turistiċi barranin.", "Sur President, dnub li żgur għandna fil-gżira Għawdxija huwa illi l- operaturi kif ukoll il-proprjetarji ta' l-istabilimenti ma jafdawx lil xulxin, anzi ħadd ma jafda lil ħadd.", "Meta konna fil-gvern aħna ħdimna biex lil dawn nippruvaw ngħaqqduhom flimkien.", "Aħna pprovajna ndaħħlu mentalita' li biex verament it-turiżmu fil-gżira Għawdxija jimxi 'l quddiem hemm bżonn l-għaqda.", "Għaqqadna l-operators kif ukoll il-proprjetarji flimkien u ftit ftit flimkien konna bdejna mexjin.", "Konna daħħalna anke l-użanza li fil- fieri mmorru wkoll flimkien, nipparteċipaw flimkien u niddiskutu l-problemi flimkien.", "Milli jidher dan l-isforz tajjeb li kien qed jagħmel Gvern Laburista issa twarrab mill-gvern preżenti u għandi għax nifhem li se jitfa' din ir-responsabbilta' fuq spallejn l-awtorita' tat-turiżmu.", "Gvern Laburista kien beda wkoll proċess li l-bajjiet kollha f'Għawdex jitranġaw.", "Konna bdejna b'Marsalforn u komplejna bix-Xlendi u biż-Żewwieqa.", "Milli jidher illum dan il-proġett twarrab u jekk illum tmur ix-Xlendi, Marsalforn jew il-Qbajjar issib illi dawn il-proġetti waqfu.", "F'dawn il- postijiet lanqas il-maintenace m'hi qiegħda ssir u għalhekk dawn il-bajjiet se jerġa' jiġrilhom ħafna ħsara.", "Ngħid għalija huwa importanti li dan il- gvern iħares bis-serjeta' lejn dan is-settur u jara l-veri problemi li għandna fil-gżira Għawdxija.", "Huwa importanti wkoll li dawk l-iżbalji tal- passat ma jirrepetux ruħhom.", "Dawn għandna nitgħallmu minnhom, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-NTOM.", "Jiena ngħid illi l-NTOM ma tatx kontribut sostanzjali lill-gżira Għawdxija u huwa importanti li din l- awtorita' li se titwaqqaf timxi bis-serjeta' sabiex l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli.", "L-aims u l-objectives għall-gżira Għawdxija - li milli jidher il-gvern preżenti m'għandux - għandhom ikunu illi lis-settur turistiku nneħħulu ftit mill-veri problemi illi għandu.", "Ma nistgħux inkomplu kif aħna mexjin, fejn kulħadd jaħtaf, fejn il-prezzijiet huma esaġerati u fejn it-turist, speċjalment il-Malti li jiġi Għawdex, jiġi misruq.", "Issa l-Malti qiegħed jirraġuna illi Tunes jew Katanja tiġih orħos milli jekk imur iqatta' jumejn Għawdex.", "Jiena għalhekk ngħid li hemm bżonn li ndaħħlu mentalita' u sens ta' dixxiplina fi ħdan il-poplu Għawdxi għaliex huwa importanti illi l- Għawdxi jkun jaf illi dawn il-famużi turisti up-market ma jeżistux imma jeżisti biss it-turist Malti u jeżisti biss id-day tripper.", "Hemm bżonn ukoll li nippjanaw bis-serjeta' għar-rigward ix-xitwa għaliex waħda mill-aktar problemi fil-gżira Għawdxija hija illi l-lukandi tagħna fix-xitwa jkunu vojta.", "Hemm bżonn ukoll li dan il-gvern jiddikjara llum qabel għada jekk iridx verament li f'Għawdex ikollna casino u golf course.", "Sal-lum ma kellna l-ebda policy dikjarata minn dan il-gvern.", "Il-Gvern Laburista kien jagħti importanza lil dawn iż-żewġ affarijiet għaliex it- turist fix-xitwa mhux se joqgħodlok biss fil-hotel u hemm bżonn li inti tagħmillu dawn l-attrazzjonijiet.", "Huwa importanti għalhekk li dan il-gvern, illum qabel għada, jgħidilna x'inhuma l-oġġettivi tiegħu għar-rigward is- settur turistiku fil-gżira Għawdxija.", "Grazzi, Mr. Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob liIl-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Mejju fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, matul dawn l-aħħar ġimgħat kulħadd qiegħed jinnota x'inhu għaddej fil-gwerra tal-Kosovo, pajjiż qrib tagħna fil-Mediterran, fejn qegħdin naraw xeni pjetużi.", "Qegħdin naraw ukoll l- effett tal-bumbardamenti u l-balal neżlin fuq Belgrade u fuq partijiet oħra ta' l-ex-Jugoslavja.", "Dawn huma affarijiet illi jdejquna u jġegħluna nirriflettu fuq il-kruha tal-gwerra.", "Dawn l-affarijiet iġegħluna nirriflettu dwar kemm hija tajba l-politika ta' newtralita', fejn wieħed iżomm kemm jista' jkun 'il bogħod milli jinvolvi ruħu ma' naħa jew oħra fi kwalunkwe' gwerra.", "Mr Speaker, m'huwiex l-iskop tiegħi illi nidħol fil-merti tal-każ tat- tindif etniku li huwa allegat li qed isir fil-parti t'isfel tas-Serbja u lanqas li niddiskuti min għandu raġun u min għandu tort.", "Din hija diskussjoni li qiegħda ssir f'postijiet oħra pero' jibqa' l-fatt illi s'issa Malta nvolviet ruħha biss mill-aspett umanitarju u mill-aspett ta' qalb kbira li għandu l-poplu Malti.", "Kien ta' pjaċir u anke ta' sodisfazzjon illi naraw kif il-poplu Malti rreaġixxa b'qalb kbira biex jagħti l-kontribut tiegħu ħalli jipprova b'xi mod itaffi xi ftit mis- sofferenzi ta' min qed ibati.", "Ma jistax jonqos li minn hawnhekk insellem lill-ħabib tagħna, it-Tabib Daniel Micallef, illi bl-iktar mod nobbli offra li jmur jagħti s-servizzi tiegħu u qiegħed jagħti dak kollu li jista' biex jipprova jissoleva xi ftit mit-tbatijiet u mid-dwejjaq ta' dawn il-povri.", "Dawn huma affarijiet illi jekk jista' jkun isolvu ruħhom prefiribbilment madwar il-mejda tan-negozjati, ħalli ma jkunx hemm tixrid ta' demm u tbatijiet bħalma qed ikun hemm.", "Wara kollox, l-istorja wrietna illi f'ħafna każijiet oħra fejn kien hemm sitwazzjonijiet akuti daqs din tal-Jugoslavja - u anke agħar minnha - finalment is-soluzzjoni ma nstabietx bil-bombi, bil- misili, bl-armamenti u bil-massakri imma ntemmet meta poġġew madwar mejda u nstabet soluzzjoni diplomatika.", "Minn mindu ddikjara n-newtralita' tiegħu, pajjiżna żamm 'il bogħod milli jinvolvi ruħu ma' blokki militari, għaliex hekk huwa mandat bil- kostituzzjoni, u żamm pożizzjoni purament newtrali bbażata fuq il-kunċetti ta' non-allinjament.", "Jiena għalhekk qed insemmi r-rwol umanitarju ta' Malta għax dak bl-ebda mod ma wieħed jista' jikkundannah jew jitkellem kontra tiegħu, anzi wieħed jgħid: Isma', dan huwa mod nobbli kif wieħed għandu juri s-sostenn tiegħu.", "Minkejja kollox, fil-passat Malta dejjem obdiet u segwiet is-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda għax nemmnu li b'daqshekk ma nkunux qegħdin immorru kontra n-newtralita' ta' pajjiżna.", "Bħalma taf is- Sinjorija Tiegħek, anke kellna kumitat illi ssorvelja illi dawn is- sanzjonijiet jiġu mħarsa u obduti interament għaliex din hija xi ħaġa li nemmnu li għandna nsegwuha.", "Pero' imbagħad hemm sanzjonijiet oħra, sanzjonijiet li joħorġu mhux minn korp globali internazzjonali, ċioe' mill- Kunsill tas-Sigurta', imma minn grupp ta' pajjiżi illi naturalment ikollhom għal xiex jieħdu dawk is-sanzjonijiet.", "Biex inġib eżempju nista' nsemmi s- sanzjonijiet imposti fuq il-Libja mill-Ġnus Magħquda u s-sanzjonijiet li oriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika kontra l-Libja.", "Pajjiżna, filwaqt illi aderixxa mas-sanzjonijiet kollha tal-Ġnus Magħquda, m'huwiex tenut u m'huwiex marbut li jobdi sanzjonijiet imposti minn xi pajjiż kontra pajjiż ieħor jew minn grupp ta' pajjiżi kontra pajjiżi oħra.", "Hawnhekk qed inqum biex proprju nagħmel dan il-punt, Sur President.", "Fil-każ ta' l-ex-Jugoslavja kulħadd jaf li għaddejja gwerra - u din ma tistax tiddefiniha mod ieħor - dikjarata bil-bumbardamenti, bl-attakki, bit- tkissir u b'dak kollu li huwa għaddej.", "Dawn l-attakki ma jorganizzawx minn xi deċiżjoni tal-Ġnus Magħquda, anzi iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tiżviluppa t-tendenza li pajjiżi membri permanenti tal-Kunsill tas- Sigurta', fosthom ir-Russja u ċ-Ċina, qed ikollhom opinjonijiet differenti dwar kif qed jiżvolġu l-affarijiet fl-ex-Jugoslavja.", "Aħna, filwaqt li ninsabu nkwetati u jiddispjaċina dwar dak li għaddej, inkwetati wkoll minħabba l-effett li dan jista' jkollu kemm-il darba l-kwestjoni tikber u jkollha effetti fuq il-pajjiżi ġirien u, bla dubju ta' xejn anke fuq ir- reġjun tal-Mediterran, li tiegħu aħna nifformaw parti daqshekk intima.", "Hemmhekk għandek azzjoni li qed tittieħed min-NATO, li backed mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea biex din it-tip ta' gwerra tkompli għaddejja.", "Irriżulta, Sur President, li wara ħames jew sitt ġimgħat ta' bumbardamenti, fit-23 ta' April il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda li fuq il-bażi ta' artiklu (J2) tat-Trattat ta' l-European Union jagħmel sanzjoni fuq il-bejgħ u l-provvista' ta' fuel and petroleum products lill- ex-Jugoslavja.", "Hawnhekk għandna sanzjoni over and above waqt li għaddejja l- gwerra.", "Għandek gwerra għaddejja u għandek sanzjoni li hija part and parcel minn dik l-offensiva.", "Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, fit-23 ta' April, stieden lill-pajjiżi assoċjati biex huma wkoll jiddikjaraw l- allinjament tagħhom ma' din il-pożizzjoni.", "Il-pajjiżi assoċjati esprimew li huma wkoll isostnu din il-pożizzjoni komuni ma' l-Unjoni Ewropea u allinjaw ruħhom ma' din il-pożizzjoni pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali, ta' l-Ewropa tal-Lvant, Ċipru u l-EFTA countries.", "Jien kont ħsibt li l-Gvern Malti, in vista tal-kostituzzjoni, kien se jkun għaqli biżżejjed li jżomm 'il bogħod milli jinvolvi ruħu f'din is-sitwazzjoni, pero' proprju press release datata l-bieraħ, 11 ta' Mejju tgħid li l-Gvern Malti jassoċja ruħu mal- pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Ewropa tal-Lvant li huma assoċjati ma' l-European Union, Ċipru, l-EFTA countries u membri ta' l-European economic area fid-dikjarazzjoni tagħhom tat-28 ta' April.", "Hawnhekk, Sur President, jinkwetana l-fatt li Malta qed tallinja ruħha ma' blokk ta' pajjiżi li qegħdin fi gwerra kontra pajjiż ieħor.", "Nafu li hemm pajjiżi oħra bħar-Russja u bħaċ-Ċina li għandhom opinjonijiet differenti, li għandhom attitudni differenti għal din l-istorja kollha.", "Dawn m'humiex jaqblu ma' dak li għaddej bħalissa imma pajjiżna, pajjiż newtrali skond il-kostituzzjoni, pajjiż li sal-lum żamm 'il bogħod milli jallinja ruħu ma' xi blokk, xorta aderixxa għal dawn is-sanzjonijiet tal- Ġnus Maqgħuda.", "Hawnhekk qegħdin naraw il-ksur ta' dan il-prinċipju kostituzzjoni li nibqgħu newtrali, iktar u iktar meta qed nagħmlu dan l-att proprju f'nofs gwerra qerrieda.", "Din m'hijiex xi ħaġa li qegħdin nieħdu pożizzjoni politika fuqha f'kontest teoriku jew akkademiku imma għandna stat ta' fatt li qegħdin nassistu għalih u narawh quddiem għajnejna kuljum.", "Issa dan il-gvern iddeċieda - u hawnhekk aħna nikkundannaw bl-iktar mod iebes din is-sitwazzjoni - li jkisser, jarmi u jinjora kompletament l- istatus newtrali u n-non-allinjament ta' pajjiżna biex jallinja ruħu ma' blokk li qiegħed fi gwerra kontra pajjiż ieħor.", "Dawn l-affarijiet m'għandniex għalfejn nidħlu fihom aħna, speċjalment meta l-pajjiż involut huwa pajjiż ġar tagħna.", "Din hija sitwazzjoni li tagħti lok għal ħafna tħassib u tagħti lok għal inkwiet, speċjalment għal din in-naħa.", "Jekk in- naħa l-oħra m'għandhomx għal qalbhom daqshekk in-newtralita' - u aħna ilna niddubitaw li għalihom in-newtralita' ma tfissirx wisq - pero' din in-naħa tistqarr bl-iktar mod ċar - u jien nemmen li qed nitkellem għall-maġġoranza kbira tal-poplu Malti - li ma tixtieqx li din il-ħaġa tant prezzjuża li akkwistajna b'tant tbatija tiġi mormija u injorata sempliċement biex nieħdu pożizzjoni fi gwerra li għaddejja bħalissa.", "Sur President, bl-iktar mod enfatiku rrid nissottolinja l-fatt li din hija xi ħaġa li aħna nikkundannaw.", "Il-gvern ma messux involva u allinja lil Malta f'sitwazzjoni bħal din.", "Il-gvern ma missux għamel dawn l-affarijiet u hija tal-mistħija li l-gvern jiddeċiedi li jagħmel li jrid bil- kostituzzjoni ta' pajjiżna, jilgħab biha kif irid u jikkommetti lil pajjiżna f'biċċa taħraq bħal din.", "Din hija arroganza tal-poter għax il- kwestjoni bl-ebda mod ma ġiet diskussa f'dan il-parlament u bl-ebda mod ma ġiet diskussa fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin li ltaqa' proprju l- bieraħ.", "Jien nifhem li kieku ried il-ministru, qabel ma ħa deċiżjoni għallinqas seta' kkonsulta mal-kumitat ta' l-affarijiet barranin.", "Meta tara dan tgħid: Allura x'valur għandhom dawn il-kumitati meta qegħdin hemmhekk biex imbagħad naqbżuhom, ma nikkonsultawhomx u nieħdu pożizzjonijiet bħal dawn li jista' jkollhom effett importanti ħafna dwar kif Malta tiġi kif tidher f'għajnejn pajjiżi oħra tad-dinja?", "Wara dawn is-snin kollha, wara li ddikjarajna l-indipendenza, in-newtralita' u non-allinjament permezz tal- gvern tal-lum qed insibu ruħna mitfugħin fuq naħa f'kuntest tal-gwerra li għaddejja bħalissa.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT: Mr Speaker, bla dubju ta' xejn l-avveniment li qiegħed fuq ilsien kulħadd fil-mument huwa l-bejgħ ta' l-ishma tal-Mid-Med Bank.", "L-impatt li dan il-bejgħ ħalla fuq is-setturi kollha tas-soċjeta' Maltija huwa tremend.", "Jien ngħid li ħadd qatt ma basar li dan il-bejgħ kellu jsir bil-mod kif sar.", "Dan ta bidu biex ifaqqa l-fellus ta' l- isfiduċja fl-amministrazzjoni preżenti.", "Permezz ta' dan il-ftehim morna lura fl-istorja u fuq kollox inkixfet il-maskra tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern, li verament huwa gvern li jinjora dak kollu li jingħad f'din il- Kamra u anke jagħlaq widnejh għal dak li qed jintqal barra.", "Dan il-pass se jpoġġi lilna u lil uliedna f'kompetizzjoni diretta ma' min hu ferm superjuri għalina, bil-konsegwenza li anke setturi li kienu l-għira tad- dinja se jintlaqtu u se jiġu infettati bil-virus globali tal-kapitaliżmu sfrenat.", "Ħafna, Mr Speaker, qegħdin jaraw il-pożizzjoni meħuda mill-Partit Laburista fl-oppożizzjoni u dik meħuda mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern bħala delineazzjoni tal-politika tal-partiti.", "Dik tal-Partit Laburista hija li jipproteġi dak li jakkwista bl-għaraq ta' ġbinu l-poplu tagħna u dik tal- Partit Nazzjonalista hi li jogħxa jgħaddi dak li jkollu bi ftit flus lill- barrani.", "Huwa proprju għalhekk li ħafna qegħdin jaraw din il-promessa ta' bejgħ bħala pass lura fl-istorja.", "Fi tfuliti - u anke llum il-ġurnata - kont tisma' lix-xjuħ jgħidu kif il-Partit Nazzjonalista dejjem biegħ ħwejjeġ il-poplu.", "Dak iż-żmien lanqas kont nemmen u kont dejjem naħseb li x-xjuħ tagħna kienu jgħidu hekk għaliex kienu mogħmija b'passjoni politika.", "Illum m'hemm l-ebda dubju li dak li kienu jgħidu x-xjuħ ġej realta'.", "Il- Partit Nazzjonalita fil-gvern, bħall-qarnita qiegħed idur għal subgħajh u se jibda jbiegħ ħwejġu lill-barrani.", "Meta l-Partit Laburista ħa l-poter fis- sena 1971 huwa mill-ewwel ħejja pjanijiet sabiex jibni pajjiż sod biex wara li jieħu l-ħelsien ikun jista' jkompli miexi fit-triq li jkun ħieles mill- indħil tal-barrani.", "Ma rridx immur lura fl-istorja, Mr Speaker, iżda kulħadd jaf kemm missierijietna kienu għatxana li jiksbu l-ħelsien mill-ħakma tal-barrani saħansitra fi żmien Monroy, dawn fdew lilhom infushom.", "Sabiex il-poplu Malti tas-sebgħinijiet ma jiġrilux bħall-poplu Malti ta' żmien Monroy qabel feda lilu nnifsu mill-barrani, ħejja pjan li bih kien se jkun sod ekonomikament.", "Wieħed mill-punti f'dan il-pjan kien li l-banek lokali jkunu mmexxija mill-Maltin u jrendu lill-Maltin.", "Dak li hu l-Mid-Med illum dak iż- żmien kien bank immexxi mill-barranin u d-dħul li kien jagħmel kien imur fil-but tal-barranin.", "Żgur li min ippjana l-ekonomija ta' pajjiżna fis- sebgħinijiet ra dan il-gelgul ħiereġ 'il barra minn xtutna u ried iwaqqfu.", "Dakinhar il-gvern kien iddeċieda li jieħu l-bank u jrendih tal-Maltin.", "Il- gvern ta' dak iż-żmien verament u mhux bil-paroli wera fiduċja fil-poplu tagħna.", "Ara llum, ngħidu li l-gvern qiegħed juri fiduċja fil-poplu imma min- naħa l-oħra jbiegħlu ħwejġu minflok jinvesti aktar fil-Malti u jagħti aktar spazju lill-Maltin sabiex jinvestu.", "Illum il-laħma qed jeħodha l-barrani u jiddispjaċini nara li qegħdin inħottu dak li nbena mill-Maltin.", "Jekk dan il- bejgħ isir se nerġgħu ndawru l-arloġġ 30 sena lura u se nerġgħu nibdew naraw flusna jispiċċaw fil-but tal-barrani.", "Forsi hawn min jgħid li ma nistgħux inkunu egoisti, ma nistgħux nibqgħu nirraġunaw b'dan il-mod u li rridu niftħu biex il-barrani jinvesti fostna ħalli nkabbru u niftħu orizzonti ġodda.", "Dan huwa veru pero' l-ħaruf li kellu jiġi ssagrifikat żgur li qatt ma kellu jkun il-Mid-Med Bank.", "F'dan il- każ mhux sempliċement qiegħed tiftaħ il-bibien għad-dħul ta' orizzonti ġodda iżda qiegħed litteralment tagħti f'idejn il-barrani il-mutur li fuqu tibbaża l-ekonomija tal-pajjiż.", "Xhieda ta' dan huwa l-prezz li jifforma l- bejgħ.", "Mhux se noqgħod nidħol dwar jekk dan huwiex għoli jew baxx, għax intqal ħafna dwar dan minn persuni li jafu ħafna aktar minni, pero' huwa ċar u jinftiehem li hu kemm hu l-prezz li għalih se jinbiegħ dan il-bank, l- istess bank kapaċi jifdi l-istess ammont fi kwestjoni ta' żmien qasir.", "Dan il-fatt minnu nnifsu juri x'ġennata se jagħmel dan il-gvern.", "Mhux talli hekk iżda dan huwa bank li dejjem ħabbar progress u qligħ.", "Minkejja dan il- gvern xorta qed iwebbes rasu u jrid li jibqa' miexi f'din il-linja.", "Pero' din mhux l-uniku ħaġa li qiegħda tinkwieta lill-poplu Malti.", "Hemm konsengwenza oħra, Mr Speaker, marbuta direttament ma' dan il-bejgħ li n- min naħa tal-gvern għadha ma ssemmietx.", "Kif jaf kulħadd, il-bank isellef dejjem kontra l-proprjeta'.", "Waħda mill- affarijiet li dejjem dejqet lilll-Maltin - u li ma nafx kemm-il barrani se jbiddel - kien il-fatt li meta tmur għand liema bank tmur biex tissellef irid ikollok daqstant garanzija soda fi proprjeta'.", "Mhux talli hekk, talli meta l-bank jevalwa l-valur tal-proprjeta' li tkun qed tpoġġi b'garanzija, dan ma jislifx daqskemm tkun tiswa' l-proprjeta' iżda bejn wieħed u ieħor jislef in-nofs.", "Il-bank jagħmel hekk sabiex ikun żgur li ma jmurx żmerċ.", "Mela l-banek tagħna mhux talli huma finanzjarjament sodi iżda huwa kważi impossibbli li jagħmlu xi negozju ħażin.", "Mela jistgħu tan-naħa l-oħra jgħiduli kif ġiet iffissata rata ta' 6% bħala risk factor meta m'hemm l- ebda riskju?", "Jista' xi ħadd jara li ma nimxux b'dan il-mod lenjanti meta niġu biex niddisponu minn ħwejjeġ il-poplu?", "Jekk dan il-bejgħ isir, barra li jkun qed jiġi ttrasferit wieħed mill- pilastri ekonomiċi ta' pajjiżna, indirettament tkun ukoll qed tiġi ttrasferita parti sostanzjali minn gżiritna.", "Kif diġa' indikajt, meta ċittadini Maltin jew inkella soċjetajiet kummerċjali Maltin imorru sabiex jieħdu xi ħaġa mill-bank lokali dawn jiġu mitluba jagħtu xi ħaġa tanġibbli, bħalma hija art u proprjeta' oħra immobbli, bħala garanzija tal-ħlas lura ta' l-ammont misluf u ta' l-imgħaxijiet fuq l-istess somma mislufa.", "Hemm ukoll il-każ fejn il-bank jieħu garanzija anke mingħand terzi.", "Dawn jintalbu sabiex jidħlu garanti huma ħalli f'każ li d-debitur prinċipali ma jasalx, jagħmlu tajjeb huma.", "Dawn ukoll ġeneralment, Mr Speaker, jintalbu jagħtu xi proprjeta' jew immobbli oħra sabiex jassiguraw li jħallsu minflok id-debitur.", "Din tal-garanzija hija xi ħaġa komuni ma' dawk kollha li ssellfu xi ftit flus mill-Lohombus sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw darhom.", "Jekk din il-promessa ta' bejgħ issir realta', anke l-Lohombus Bank se jiġi ttrasferit lill-HSBC.", "Issa l-Mid-Med Bank u l-Lohombus Bank għandhom diversi klijenti u għandhom favur tagħhom għadd kbir ta' ipoteki ġenerali li jistgħu jiġu ttrasformati f'waħda speċjali u ipoteki u privileġġi speċjali.", "Issa dawn jistgħu jiġu fis-seħħ appena d-debitur ma jħallasx jew isib ruħu f'pożizzjoni iebsa fejn ma jkunx jista' jħallas.", "Il-bank kulma jagħmel hu li jrendi l-kuntratt ta' self eżekuttiv u jmexxi biex ibiegħ b'subbasta jew inkella jagħmel bidding a compensant, jiġifieri dak li għandu jieħu jiġi meqjus bħala l-prezz li bih qed tinbiegħ il-proprjeta', u f'kelma waħda l- proprjeta' tiġi tiegħu.", "Mela se niġu f'sitwazzjoni fejn il-proprjeta' mill- Mid-Med Bank u mill-Lohombus Bank tista' tkun liable biex tiġi f'idejn il- barrani.", "Jekk xi ħadd mill-klijenti tal-Mid-Med Bank jew tal-Lohombus ma jħallasx id-dejn, il-proprjeta' li tkun qegħda bħala garanzija se tgħaddi għand bank li hu totalment barrani.", "Dan huwa proprju dak li missierijietna tant ħadmu u stinkaw biex ma jsirx, jiġifieri li artna tispiċċa f'idejn il- barranin.", "Se nerġgħu niġu bħas-snin ta' qabel is-sebgħinijet meta kellek parti sostanzjali ta' Malta magħluqa u ħadd ma seta' jidħol fiha għaliex kienet esklussivament tal-barran.", "Din hija xi ħaġa li missierijietna dejjem beżgħu minnha.", "Bla dubju ta' xejn dan se jġib bidla sħiħa f'ħajjitna għax m'aħniex se nibqgħu niddettaw aħna kif nimxu.", "Se jidħol element barrani li se jieħu minn idejn il-Maltin il-poter li jimmaniġġja ħwejġu.", "Sur President, bla dubju ta' xejn, dan il-ftehim se jġib tibdil ieħor f'oqsma oħra tal-ħajja ta' kuljum, u hawnhekk qed nirriferi għall-housing u għall- liġijiet li jirrigwardaw il-proprjetajiet tagħna.", "Kif kulħadd jaf, f'dawn l-aħħar ġimgħat beda l-famuż screening.", "Dan huwa eżerċizzju li bih l-Ewropew jiddikjaraw jaqblux jew le mal-liġijiet li l- gvernijiet tagħna dejjem mexxew lilna l-Maltin bihom.", "Mela f'daqqa waħda, minn pajjiż sovran b'liġijiet u regolamenti li kien l-aktar adatti għal pajjiżna, ġejjin f'sitwazzjoni fejn skonoxxuti se jiddeċiedu għalina jekk dawn ir-regoli humiex tajbin jew le.", "Bla dubju ta' xejn il-liġi li tirregola l-kera se taqa' taħt dan l-iskrutinju.", "Dwar il-liġi li tirregola l-kera hawn min hu kontra u hawn min favur.", "Bla dubju ta' xejn is-sidien tal-postijiet mikrija huma kontra għal ħafna raġunijiet u min naħa l-oħra l- inkwilin huwa favur din il-liġi.", "Hemm min fostna li għandu interess u b'din il-liġi se jġibha fuq plattin f'idejn l-Ewropew.", "Din se tkun waħda minn dawk il-liġijiet li l-iscreening żgur se jikkundanna u se jitlob li tiġi in line mal-liġijiet eżistenti fl-Ewropea.", "Li dan se jkun il-każ diġa' rajnih fis-sena 1995.", "F'Ġunju 1995, dan l-istess parlament kien approva liġi li permezz tagħha qatel darba għal dejjem il-liġi tal-kontroll tal-kera.", "Fi ftit kliem, dawk il-kirjiet kollha wara Ġunju 1995 m'humiex protetti.", "Xi jfisser dan?", "Dan ifisser li appena jiskadi t-terminu tal-kirja, l-inkwilin jispiċċa barra.", "Ifisser ukoll li m'hemmx limitu kif din il-kera tiġi kkontrollata.", "B'konsegwenza ta' din l-emenda fil-liġi, illum il-ġurnata hu impossibbli kważi li tikri.", "Il-kirjiet li qegħdin jintalbu huma fenominali.", "Saħansitra hawn min qed jitlob Lm100 fix-xahar għal żewġ gabubi u Lm150 u fuqhom għal post aktar diċenti.", "Hawnhekk irrid nirrimarka għal dak li kienet qalet iċ- chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar.", "Is-Sinjura Micallef Leyson kienet sostniet li l-Malti għadu ftit imfissed, għax qalet li kulħadd irid kera baxxa u ddikjarat ukoll li kera ġusta tkun ta' Lm100 fix-xahar.", "Imma dn il-mara donnu li mhijiex tgħix f'Malta għax waqt li huwa tajjeb li bniedem jistinka biex jidħol u jikkompeti ma' pajjiżi Ewropew, biss qabel bniedem jgħid \"ejja nidħlu fl- Ewropa\" u qabel bniedem jaqdef u jiddikjara li Lm100 fix-xahar huwa ammont ġust, irridu l-ewwel intellgħu l-pagi biex jiġu jifilħu għal dawn it-tip ta' kirjiet.", "Żgur li tliet kwarti tal-popolazzjoni Maltija ma tiflaħx għal dawn it-tip ta' kirjiet.", "Żgur li qegħdin maqtugħin mir-realta' u m'aħniex inħossu l-polz tal-Malti.", "Biex bniedem jiddikjara li l-kera ġusta għandha tkun ta' Lm100 fix-xahar, irridu ntellgħu l-pagi bl-istess mod li telgħu l- kirjiet bejn l-1995 u llum.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi nindika li ninsabu fil-fażi fejn qegħdin litteralment inbiegħu ħwejjiġna, qegħdin nesponu lilna nfusna għall- liġijiet għall-miżuri li għandhom il-barranin li żgur m'humiex dawk adattati għal dan il-pajjiż.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 17 ta' Mejju, 1999 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CRASH BARRIER", "5862.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3660 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jara li titwaħħal crash barrier quddiem id-dar li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Irreferejt is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "ANZJANI - CSAs", "5953.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma s-CSAs jaħdmu mad-Dipartiment Kura ta' l-Anzjani?", "Kif inhuma mqassma?", "Kemm daħlu ġodda mid-9 ta' Settembru, 1998?", "Dawk li daħlu mid-9 ta' Settembru fejn qegħdin jaħdmu?", "Kemm irriżenjaw mit-8 ta' Settembru, 1998?", "Fejn kienu jaħdmu u x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għada qed tinġabar.", "SAĦĦA - HIP REPLACEMENT OPERATION", "6017.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tista' tinħeles mit-tbatija u l-uġiegħ li ilha tbati għal dawn l-aħħar erba' snin u nofs minħabba l-bżonn ta' hip replacement operation?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dan il-pazjent qiegħed jistenna appuntament biex issirlu operazzjoni fl-Ingilterra għaliex it-tip ta' operazzjoni li għandu bżonn hu għada ma ssirx hawn Malta.", "Id-dipartiment m'għandu l-ebda kontroll fuq id-data ta' meta tista' ssir l- operazzjoni għaliex din tiddependi mill-waiting list tal-Kirurgu Ingliż involut.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "6018.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- ktieb li ġie ppubblikat li jindika l-miżuri li jridu jittieħdu mill- kuntratturi meta jkunu qed jagħmlu xogħlijiet fit-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-miżuri li jridu jittieħdu mill- kuntratturi meta jkunu qed jagħmlu xogħlijiet fit-toroq huma bbażati fuq standards u code of practice kif applikati f`pajjiżi oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - UFFIĊJALI", "6019.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ntgħażlu l- uffiċjali għoljin fis-Servizz Ċivili li se jintbagħtu għal taħriġ fl- Ingilterra rigward in-negozjati ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE BORG: Wara li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin irnexxielu jottjeni għajnuna teknika mingħand il-Gvern Ingliż taħt forma ta' kors għall-uffiċjali għolja fis-Servizz Pubbliku bi preparazzjoni għan-negozjati dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li jridu jsiru ma jdumux, dan il-Ministeru talab Ministeri oħra li se jkunu l-aktar involuti f'dawn in- negozjati biex jinnominaw parteċipanti għal dan il-kors.", "Dawn il-ministeri nnominaw uffiċjali għolja li, flimkien ma oħrajn, se jkunu responsabbli għal dawn in-negozjati.", "TOROQ - PATCHING", "6020.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' materjal jintuża biex jiġu patched it-toroq?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna drabi wara ftit li jiġu patched it- toroq ix-xogħol li jkun sar jinqala'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-materjal li jintuża għat-tiswija tat-toroq jikkonsisti f`taħlita ta` żrar u qatran li jkun imħallat lest mill-fabbrika.", "Biex il-kwalita` ta` dan il-materjal ikun konsistenti, l-esperti Ġermaniżi għamlu rakommandazzjonijiet ta` kif dan għandu jitħallat u wieħed jispera li `l quddiem il-performance ta` dan il-materjal ikun aħjar.", "Wieħed irid iżid ukoll illi t-tiswija tat-toroq mhux mill-materjal biss tiddependi iżda wkoll minn kif isir ix-xogħol, u jekk dan ma jsirx sew, anke jekk jintuża materjal tajjeb, ir-riżultat ma jkunx dak li wieħed jixtieq.", "IMMIGRATION OFFICER", "6021.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-aġir irresponsabbli ta' l- Immigration Officer, li qed toffendi persuni Għarab li jmorru fl-uffiċċju tagħha għal skopijiet uffiċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li qed isir l-abbuż li qed tirreferi għalih l-Onor.", "Interpellanti, għalhekk nitlobha tgħaddili d-dettalji tal-persuna nvoluta sabiex inkun f'pożizzjoni li nivverifika aħjar.", "QRATI TAL-ĠUSTIZZJA - TRASFERIMENTI", "6348.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fil-Qrati tal-Ġustizzja?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B`referenza għall-mistoqsija ta` l-Onor.", "Interpellant, kien hemm sitt impjegati li ġew trasferiti mill-Qrati tal- Ġustizzja għal xi dipartiment ieħor mill-1 ta` Jannar sas-26 ta` April, 1999.", "Minn dawn, tnejn biss għadhom ġew uffiċjalment trasferiti permezz ta` ittra mill-Management & Personnel Office.", "F`kull kaz, it-trasferimenti saru wara talba ta` l-istess impjegati.", "Trasferiment ta` l-impjegati tal-gvern isiru skond l-esiġenzi tas-servizz in generali u ta` l-operat tad-dipartiment konċernat b`mod partikolari.", "ETC - TRASFERIMENTI", "6349.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fl- ETC?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- transfers?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' transfers li ngħataw fil- Korporazzjoni mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 kienu 10.", "Dawn kienu hekk: 1 ġie trasferit b'riżultat ta' passi dixxiplinarji", "6 b'riżultat ta' promozzjonijiet 1 wara talba tal-persuna stess 2 skond l-esiġenzi tas-servizz", "M'huwiex fil-ħsieb li jsiru aktar transfers fil futur qarib fil- Korporazzjoni.", "PIXXINA NAZZJONALI - TRASFERIMENTI", "6350.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasnfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas- 26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fil-pixxina nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax- xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma ngħataw ebda transfers lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali matul il-perjodu ndikat.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - TRASFERIMENTI", "6351.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas- 26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l- Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil- post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn Jannar u April kien hemm 12-il persuna li ġew trasferiti għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u 17-il persuna oħra li ġew trasferiti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal dipartimenti oħra.", "Kważi t-trasferimenti kollha saru wara talba ta' l-istess individwi.", "Fid-Dipartiment Servizzi għall-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali ma ngħatawx transfers fiż-żmien indikat.", "Pero` fil-Youth Service Organisation, Clerk u Executive Officer talbu għal transfer u dan ġie mogħti.", "Mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 saru 26 trasferiment fit- taqsima tal-Minor Staff.", "Uħud minn dawn it-trasferimenti saru wara talbiet mill-istess ħaddiema waqt li oħrajn ġew imwettqa skond il-ħtiġijiet tad- Diviżjoni sabiex f'kull każ jinqdew aħjar l-iskejjel.", "Ingħataw tliet transfers mis-settur post-sekondarju bejn l-1 ta' Jannar u 26 ta' April, 1999.", "Ir-raġuni prinċipali li għaliha ngħataw dawn it- transfers hija illi t-transfer intalab mill-ħaddiema infushom.", "M'hemm ebda ħsieb illi jsiru aktar transfers fil-futur qrib fuq il-post tax-xogħol imsemmi.", "SKEJJEL - TA' L-ISTAT", "6352.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-għalliema fl-iskejjel statali?", "Jista' l- Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l- Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil- post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' April 1999, fl-iskejjel primarji, sekondarji, Junior Lyceums u skejjel tas- snajja' ingħataw transfers kif se nsemmi:", "2 Kapijiet ta' Skejjel 7 Assistenti Kapijiet ta' Skejjel 14 Għalliema Regolari 1 Għalliema Temporanja 4 Part-time Instructors 2 Supply Teachers", "Dawn it-trasferimenti seħħew sabiex jintlew vakanzi eżistenti bħala riżultat ta' riżenji ta' membri ta' l-istaff, promozzjonijiet, ħruġ ta' għalliema fuq maternity leave, sick leave jew eżiġenzi tas-servizz.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI - TRASFERIMENTI", "6353.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tal-Bibljoteka Nazzjonali?", "Jista' l- Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l- Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil- post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' April, 1999, żewġ ħaddiema tal-Bibljoteka Nazzjonali, għal raġunijiet diversi, ingħataw trasferiment.", "UE - SCREENING PROCESS", "6588.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qed jieħdu sehem fl-iscreening process ta' l-Unjoni Ewropea?", "X'taħriġ u formazzjoni ngħataw dawn il- persuni biex ikunu nformati sew bid-deċiżjonijiet, direttivi, riżoluzzjonijiet u rakkmandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej u dan fir-rigward ta' l-oqsma differenti li jaqgħu taħtu li jkollhom jadottaw irwieħhom għalihom minħabba l-applikazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hemm diversi persuni li ġejjin kemm mis-Servizz Pubbliku kif ukoll mis-segretarjat li huma nvoluti f`dan il-proċess.", "Ma jidhirlix li jkun għaqli li f'dan l-istadju nidentifika lill-individwi b'isimhom, speċjalment meta diversi persuni fis-segretarjat u fil- korporazzjonijiet jagħtu sehem fl-oqsma partikolari tagħhom kif ikun hemm bżonn.", "Tajjeb jingħad li qed nikkunsidraw ukoll li nutilizzaw konsulenti esperti f`dan il-qasam, speċjalment f'setturi partikolari li jirrikjedu ċerta esperjenza li mhux bilfors issibha fil-ministeru, segretarjat jew korporazzjonijiet.", "EU - SCREENING PROCESS", "6589.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħataw dawk li qed jagħmlu l-iscreening process ta' l-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni biex ikunu nformati sew bid- deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministru Ewropej, bid-direttivi tal-kunsill, bir-riżoluzzjonijiet, rakmandazzjonijiet tal-Ministru biex ikunu tassew jistgħu jagħmlu dan l-iscreening bis-serjeta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saret laqgħa informattiva għall-Uffiċjali Edukattivi li huma nvoluti fil-proċess ta' screening u ngħataw istruzzjonijiet ċari dwar kif għandhom jirrispondu għad-deċiżjonijiet, direttivi, riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni.", "WIED IL-QLEJGĦA - PROĠETT TA' RIABILITAZZJONI", "6642.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm ta' kontinwazzjoni tax-xogħol fuq il-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il- Qlejgħa/Chadwick Lakes u serer moderni fiċ-Ċentru tal-micro propagazzjoni għal matul ix-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju u Awissu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Rigward il-programm ta' kontinwazzjoni tax-xogħol fuq il-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa/Chadwick Lakes huwa ttamat illi t-tieni fażi tittlesta din is-sena kif ukoll jitlestew ix- xogħlijiet fl-ewwel fażi li ntalbu mill-awtorita ta' l-ippjanar, filwaqt għal matul ix-xhur imsemmijin, is-serer li hemm fiċ-Ċentru ta' Mikropropagazzjoni se jkomplu jintużaw sabiex fihom jitkabbru pjanti dekorattivi, pjanti indiġini kif ukoll pjanti tal-GF677 li fuqhom jitlaqqmu siġar tal-frott irqiq.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FIDI TA' ĊENS", "6643.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li l-familja, li isimha qed jintbagħat separatament, ilha li ħallset is- somma ta' Lm100 għal aktar minn erba' snin sabiex tifdi ċ-ċens tar- residenza tagħha, jista' l-Ministru jinformani x'qed jikkawża dan id- dewmien fil-proċess ta' din l-applikazzjoni?", "Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat dan il-każ u każijiet oħra simili?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-każ partikolari li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa dwar proprjeta` li għaliha għad ma hemmx klassifikazzjoni fl-Anness 7 tal-Ftehim dwar il-proprjeta` li l- Awtoritajiet tal-Knisja Maltija għaddew lill-Gvern Malti.", "Għalhekk l- Uffiċċju Konġunt għalissa ma jistax jifdi ċ-ċens imsemmi u ċnus oħra simili.", "Ninsab informat ukoll li d-diskussjonijiet biex issir il-klassifikazzjoni meħtieġa issa kważi ntemmu u fi żmien qrib mistennija deċiżjoni li permezz tagħha dawn l-applikazzjonijiet jkunu jistgħu jibdew jiġu proċessati.", "PULIZIJA - SERQ TA' KAROZZI", "6644.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fuq karozzi rapportati lill-pulizija matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is- sena?", "Kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku rapportati lill- pulizija għall-istess perjodu?", "Kemm kienu kawżati kolliżjonijiet fatali u/jew gravi għall-persuni nvoluti matul l-istess perjodu?", "Jista' l- Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1995/98 rispettivament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA IMPRESSED", "6645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-wegħdiet li saru lill-ħaddiema fl-aħħar kampanja elettorali Nazzjonalista partikolarment lill-Impressed Drivers, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'sar mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn sabiex dawn il-ħaddiema din is-sena jsiru ħaddiema taċ-ċivil uffiċjalment u jkollhom l-istess drittijiet u kondizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha taċ-ċivil?", "X'timeframe għandu l-gvern sabiex isolvi din il-problema u kemm huwa n- numru ta' dawn il-ħaddiema fil-mument?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1115.", "In-numru ta' impressed drivers fis-settur pubbliku huwa 701.", "Il-Gvern qed jesplora attivament l-aħjar metodu sabiex ikun jista' jindirizza din il- problema.", "INDUSTRIJA TAT-TIĠIEĠ", "6646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-regolamenti u kondizzjonijiet li kienu qed jiġu pprattikati lokalment bħala regoli uffiċjali għad-daqs tal-gaġeġ/batteriji applikabbli għall-industrija tat-tiġieġ matul dawn l- aħħar ħames snin fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif suppost jaf hu bħala persuna li kienet responsabli għall-agrikoltura m'hemm l-ebda regolamenti speċifici għad-daqs ta' gaġeġ/batteriji applikabli għall- industrija tat-tiġieġ.", "SKEJJEL - STUDENT BID-DYSLEXIA", "6647.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista l-Ministru jara li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa minħabba l-kondizzjoni tad-dyslexia li jidher li għandu u li qed toħloqlu diffikultajiet biex jitgħallem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux possibbli li tingħata għajnuna lit- tfal dyslexic kollha.", "Bħalissa qed tingħata għajnuna skon il-gravita` tal- problema.", "PULIZIJA - PERMESS TA' PARKERS", "6648.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Kemm hawn persuni li f'Malta u Għawdex għandhom il-permess li jagħmluha ta' parkers tal-karozzi?", "F'kull każ fejn huma dawn il-lokalitajiet?", "Huwa permess li meta jmut parker ibnu jbiegħ għal eluf ta' liri il-liċenzja ta' parker lil xi persuna oħra?", "Kemm hemm persuni li applikaw għall-parker?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi f'Malta u Għawdex hawn 47 persuni bil-liċenzja ta' car park attendant.", "Dawn qegħdin mqassma hekk : Il-Belt Valletta - 18, il-Furjana - 7, Tas-Sliema - 5, Għajn Tuffieħa - 4, ir-Rabat (Malta) - 3, iċ-Ċirkewwa - 2 u l-Ġnejna - 2, filwaqt li f'dawn il- lokalitajiet hemm wieħed - Guardamangia, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Wied iż- Żurrieq, Ħaġar Qim, Delimara.", "L-ebda liċenzja jew permess tal-Pulizija ma jista` jinbiegħ.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat li hemm tmien applikazzjonijiet pendenti.", "PULIZIJA - BEACH CONCESSIONS", "6649.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu kkalkolati l-valur ta' l- art kontigwa li applikaw għaliha beach concessions diversi fl-aħħar sena per eżempju Costa del Sol fl-Għadira?", "Fuq liema kriterji se jiġi stabilit il-valur ta' l-art ta' dawk li għalqilhom iċ-ċens tal-beach concessions u applikaw biex jerġgħu jingħataw l-art mill-ġdid?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nippresumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal beach establishments li nbnew fuq art tal-Gvern li ġiet mogħtija b'ċens ta' 25 sena apposta għal dan l-iskop.", "Il-policy dejjem kienet u għadha li, f'każijiet bħal dawn, meta jagħlaq iċ-ċens jerġgħu joħorġu l-offerti u l-persuna li f'idejha kellha ċ-ċens tingħata d-dritt ta' l-ewwel rifjut.", "Preżentament qed tiġi mistħarrġa l-possibbilta' illi uħud minn dawn il- fondi jinbiegħu b'offerta.", "Fi kwalunkwe każ, il-valur tal-proprejta` dejjem jiġi bażat fuq il-press tas-suq.", "PULIZIJA - GABBANI", "6650.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'ikel jistgħu jippreparaw u jservu l-kiosks u l- gabbani mxerda ma' Malta u Għawdex skond ir-regolamenti li taħthom ingħataw il-permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi kiosks liċenzjati prinċipalment għall-bejgħ ta' ikel take away li jinħtieġ preparazzjoni jew tisjir huma limitati li jippreparaw u jservu burgers, hot dogs, chips u ħobż biż-żejt.", "FIDI TA' ĊENS", "6667.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari numru 1940 li saret f'seduta 37 dwar fidi ta' ċens skond riferenza ta' l-irċevuta Nru. (M136007)?", "Dettalji qegħdin jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6125 f'Seduta Nru. 89.", "Nirriferih ukoll għat-tieni parti tat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6643 f'din l-istess seduta."]} {"filename": "19991020_161d_par.doc", "date": "1999-10-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 161 L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 161", "L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "161", "L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI (IT- TIENI QARI)", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 7", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 10", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 160 li saret fid-19 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - ĦSARA AMBJENTALI", "9122.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija akkużati b'tip ta' ħsara ambjentali matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema ksur ta' liġi qed jirriferi, għax ħsara ambjentali tant hija ġenerali.", "PULIZIJA - TIPJIP FUQ TAL-LINJA", "9123.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'tipjip fuq il-karozzi tal-linja matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "9124.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'kontravenzjonijiet tat-traffiku matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, qed ikollna numru konsiderevoli ta' lmenti minħabba ċerti inċidenti li jiġu kkawżati mill-kondizzjoni xejn tajba tat-toroq.", "Huwa veru li bħalissa qed isiru numru ta' xogħlijiet f'dan is-sens, pero' xtaqt lill-Ministru jinformani jekk hemmx xi tip ta' monitoring bejn il-pulizija u d-dipartiment tat-trasport sabiex tiġi eżaminata s-sitwazzjoni kollha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemmx dubju li hemm kuntatti kontinwi għaddejjin bejn uffiċjali ta' l-awtorita`dwar it-trasport pubbliku u l-assistent kummissarju responsabbli għat-traffiku.", "Irrid ngħid ukoll li f'din l-aħħar sena saret kampanja tajba ħafna dwar l-importanza li wieħed josserva r- regolamenti tat-traffiku.", "Ma jfissirx li malli ssir din il-kampanja kulħadd se jibda josserva r-regolamenti, imma naħseb li l-pulizija għamlu kampanja tajba, mhux weħidhom għax kellhom għajnuna minn diversi ditti privati, aġenziji ta' l-insurance u anke mill-awtorita` dwar it-trasport pubbliku.", "Ngħid għalija l-aktar effett pożittiv ta' din il-kampanja kien meta dawn iltaqgħu mat-tfal ta' l-iskola u spjegawlhom l-importanza li wieħed josserva r-regolamenti.", "Naħseb li fl-aħħar mill-aħħar l-edukazzjoni trid tingħata mhux biss lil dawk li diġa` għandhom il-liċenzja imma wkoll lil dawk li fil-futur jista' jkollhom liċenzja.", "Jekk fhimtu sew, l-Onor.", "Noel Farrugia staqsa dwar x'koperazzjoni ssir biex wieħed jevita inċidenti tat-traffiku.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun hemm ċertu blind spots pero' m'hijiex responsabbilta' tal-pulizija li tneħħihom.", "Li jsir hu li ġieli jiġu informati l-awtoritajiet kompetenti sabiex isir dak li jista' jsir.", "Per eżempju, qed issir ħidma mill-awtorita` dwar it-trasport pubbliku fuq traffic lights ġodda, li allura għandhom jipprevjenu ċerti inċidenti li ilhom isiru tul is-snin.", "Insemmi biss il- junction ta' Rabat Road, li hemm ħdejn il-Corinthia.", "Bħalissa hemmhekk hemm konfużjoni sħiħa sakemm jiġi inawgurat formalment il-proġett pero' naħseb li bis-saħħa tat-traffic lights, jekk ma jispiċċawx darba għal dejjem l- inċidenti għallinqas għandhom jonqsu sew.", "Ċertament li għad fadal aktar x'isir għax m'hemmx dubju li biż-żieda tal-karozzi matul dawn l-aħħar snin il-problema saret aktar serja - jekk ma tibnix toroq ġodda dejjem se jkollok l-istess toroq - u allura rridu naraw ukoll kif nistgħu nikkontrollaw dan il-flow tat-traffiku b'mezzi elettroniċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jidher li hemm il-ħsieb li l-għassa tal-pulizija ta' San Ġiljan tkun il-base ta' distrett ġdid.", "Jista' l- Ministru jikkonsidra illi qabel jieħu dan il-pass l-ewwelnett issir il- manutenzjoni meħtieġa, it-tieni tingħata l-għodda li hemm bżonn - jiġifieri vetturi, computers u l-apparat u l-makkinarju kollu konness - u t-tielet ikollha ċelel suret in-nies?", "Jista' jara wkoll li jkun hemm personnel biżżejjed biex imexxi d-distrett il-ġdid li se jinħoloq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta jittieħed il-pass li Pembroke, San Ġiljan, Paceville u s-Swieqi jinqatgħu mid-distrett ta' Tas-Sliema - u dan għadu ma tteħidx - dak imbagħad ikollu anke supretendent għalih, li naturalment ikollu l-istaff tiegħu wkoll.", "Dwar iż-żieda fil-karozzi rrid ngħid li din is-sena żidna l-vetturi u nisperaw li nżiduhom iktar is-sena d-dieħla wkoll.", "Naħseb li kulħadd irid japprezza li l-karozzi ma jiġux b'xejn u għalhekk niskanta kif gvern Laburista preċedenti seta' jżid il-karozzi meta kull sena kien qed inaqqas l-ispiża kapitali!", "Fi żmien il-gvern Laburista mhux biss naqset l-ispiża kapitali sena wara sena - u aħna erġajna żidniha b'40% - imma anke l- preżenza tal-pulizija fl-inħawi li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant kienet naqset ukoll.", "Kien biss f'dan is-sajf li aħna rġajna żidniha.", "(Interruzzjonijiet)", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda nista' ngħid li meta sirt ministru kont dort diversi għases biex nara proprju ċ-ċelel.", "Dan għamiltu l-aktar minħabba li kultant żmien aħna jkollna viżita minn grupp ta' nies minn barra minn Malta - jien kont nagħmlu wkoll dan ix-xogħol, għax kont membru ta' kumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropa - li jiġu biex jaraw il-kondizzjoni taċ-ċelel.", "L-idea hi li jingħalqu dawk iċ-ċelel li assolutament m'humiex aċċettabbli, għax illum spiċċat l-użanza li dawk arrestati jinżammu f'ċella fl-għassa.", "Din il-ħaġa ssir biss għal ftit minuti sakemm dak li jkun jintbagħat id-depot tal-pulizija.", "Dawn jintużaw ukoll sakemm forsi xi ħadd fis-sakra jiġi f'tiegħu jew inkella sakemm jikkalma xi ħadd li jkun qajjem xi ftit storbju.", "PULIZJA - PUSSESS TA' ARMI TAN-NAR", "9125.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'pussess ta' armi tan-nar bla permess matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - PUSSESS TA' DROGI", "9126.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'pussess tad-drogi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ftit tal-ħin ilu l-Ministru qal li l-preżenza ta' supretendent ġdid fid-distrett ġdid ta' San Ġiljan se tkun biżżejjed biex dan ilaħħaq mal-volum ta' xogħol li hemm.", "Il-Ministru jaħseb li l-karozza li qed jaħdem biha d-distrett ta' San Ġiljan bħalissa hija biżżejjed?", "Jaħseb illi kif inhi attrezzata l-għassa huwa biżżejjed biex tiffunzjona bħala base ta' distrett, speċjalment meta l-għassa ta' San Ġiljan tiġbor fiha l-konfini ta' San Ġiljan, Swieqi, Penbroke u anke Paceville?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, hemm dejjem lok għal titjib.", "L-idea li dawn il-postijiet isiru distrett għalihom ilha tiġi diskussa żmien twil u qatt ma saret, lanqas fis-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista.", "Issa jiena diġa' għedt lill-kummissarju li din il-ħaġa ddiskutejniha biżżejjed u naħseb li wasal iż-żmien li dak id-distrett jinqata' għalih.", "Ir-raġuni għaliex dan għandu jsir hi għax fis-sitt distrett iseħħu l- akbar ammont ta' reati - dan id-distrett ma jinkludix biss San Ġiljan imma jinkludi Tas-Sliema wkoll - u ħafna minn dawn ir-reati huma relatati ma' serq ta' karozzi, għax l-akbar reat f'Malta bħala serq huwa s-serq ta' karozzi, peress li huma l-iħfef ħaġa li wieħed jista' jisraq.", "Veru li dan l- aħħar dan it-tip ta' serq naqas xi ftit imma r-rata xorta waħda għadha għolja.", "Issa l-akbar ammont ta' reati ta' dan it-tip isiru f'dan id- distrett minħabba l-preżenza qawwija ta' turisti u minħabba li hemmhekk ikun hemm konċentrazzjoni qawwija ta' nies.", "Minħabba f'hekk qed ngħidu li wasal iż-żmien li dan id-distrett jiġi maqsum.", "Ovvjament meta jinħoloq distrett ġdid dan ikollu l-istess struttura bħal distretti oħrajn.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Cuschieri qed jgħid li għandu jkun hemm aktar pulizija.", "Kemm ili fil-politika nista' ngħid li kull dipartiment dejjem ikun irid aktar nies.", "Kieku kellna nagħtu n-nies kollha li jitolbu d-dipartimenti nispiċċaw mhux biss b'deficit ta' ma nafx kemm imma b'nofs il-popolazzjoni taħdem mal- gvern!", "(Interruzzjonijiet) F'sentejn ta' amministrazzjoni Laburista ma daħalx pulizija wieħed minn barra imma issa nfetħu l-korsijiet u naħseb li se jkollna bżonn niftħu aktar.", "Il-livell li ntalab huwa għoli għax l-inqas requirement kien ta' tliet 'O levels', fosthom irid ikun hemm il-Malti u l- Ingliż.", "Dawn iridu jgħaddu mill-proċess kollu tal-PSC, jagħmlu l-kors u nisperaw li fi Frar ikunu lesti biex jieħdu l-ġurament u jidħlu fil-korp tal-pulizija.", "Sadanittant qed jispiċċaw nies ukoll.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru, wara 25 sena servizz dawn għandhom dritt li jirtiraw u jieħdu l-pensjoni.", "Minħabba f'hekk qed naħsbu minn issa biex mhux imbagħad jerġa` jkollna bżonn noqogħdu nerġgħu nistennew biex nagħmlu pulizija ġodda imma joħorġu l-applications mill-ewwel.", "Meta jiġri dan, u mhux suppost li jdum ma jiġri, wieħed iqassamhom biex imorru fid-distretti u anke fl-iskwadri.", "L-iskwadri ta' kontra d-droga, l-iskwadri ta' kontra l- frodi u l-iskwadri tas-CID kultant żmien jitnaqqsulhom in-nies għax jirtiraw mis-servizz u wieħed għandu jerġa` jpoġġi n-nies fihom.", "(Interruzzjonijiet) Għallinqas aħna qed nagħmlu xi ħaġa għax ħaddieħor baqa' ċass fuq din il-ħaġa!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Huwa irrilevanti li wieħed joqgħod jgħid x'ġara u ma ġarax fil-passat imma rridu naraw x'se jsir mill-lum 'il hemm.", "L-idea li San Ġiljan isir distrett issa saret ħaġa pubblika u l-Ministru qal li dan se jkollu struttura bħal distretti oħra.", "Xi jkun qed ifisser meta jgħid ''struttura''?", "Forsi se jiżdiedu l-vetturi?", "Jaf jew ma jafx il-Ministru li fil-preżent il-vettura li hemm tkun aktar bil-ħsara milli taħdem u ġieli jaqgħu fl-assurdita` li l-ispettur tal-pulizija ta' San Ġiljan jispiċċa jmur bil-karozza tiegħu fuq il-postijiet ta' l-inċidenti?", "Il-Ministru jaf bil-ħtieġa ta' vetturi ġodda fl-għassa ta' San Ġiljan?", "Jaf jew ma jafx li biex isir distrett irid ikollok l-għodda biex taħdem!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, għalkemm għandi memorja tajba m'hijiex daqshekk tajba li nkun naf f'liema stat qegħdin it-300 karozza li għandu l- korp tal-pulizija!", "Li huwa żgur hu li San Ġiljan jifforma parti minn distrett ikbar ta' Tas-Sliema fejn hemm karozzi wkoll, u dawn jistgħu jintużaw ukoll għall-iskopijiet ta' San Ġiljan.", "Jekk m'humiex qed jintużaw imisshom jintużaw, jiġifieri m'hemm xejn x'iżomm dak milli jsir.", "Barra minn hekk, fid-distrett partikolari li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant ikun hemm ukoll tal-mobile iduru, partikolarment fil-weekends, u dawn jagħtu appoġġ sħiħ lill-pulizija tad-distrett.", "Irrid infakkar ukoll illi kien fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra li l- pulizija f'Paceville kienu naqsu u kien taħt din l-amministrazzjoni illi dan is-sajf reġgħu żdiedu konsiderevolment.", "Dan barra li ntroduċejna r- regolamenti tal-ħinijiet ta' l-għeluq.", "L-Onor.", "Interpellant tkellem ħafna fuq Paceville pero' fuq dawn ir-regolamenti ma tkellem qatt.", "Dan qagħad gallerija biex jara l-gvern jiddefendi biss il-pożizzjoni imma għall- grazzja t'Alla dawk ir-regolamenti ġew aċċettati minkejja l-kritika kollha li saret.", "Għallinqas aħna għamilna pass biex nikkontrollaw is-sitwazzjoni.", "Kulma kienet qalet l-amministrazzjoni preċedenti kien li kienu se jikkonsidraw il-ħinijiet ta' l-għeluq wara li jirranġaw il-bankini!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-Ministru għadu kif qal li fis-sajf li għadda ħa ħsieb li jżid il-preżenza tal-pulizija ġo Paceville.", "Il-Ministru jikkonferma li qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jiżdiedu l-pulizija, kont jien li qajjimt dan il-każ diversi drabi f'dan il-parlament?", "Jikkonferma li qabel ittieħdet id-deċiżjoni li jiżdiedu l-pulizija ġo Paceville kellu pressjoni minn diversi għaqdiet mid-distrett ta' San Ġiljan, fosthom il- kunsill lokali ta' San Ġiljan u anke mill-gazzetti lokali?", "Jikkonferma li għamel dan għax kien kostrett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Li nista' nikkonferma hu li meta l-gvern preċedenti naqqas il-preżenza tal-pulizija f'Paceville, l-Onor.", "Interpellant kien baqa' b'ħalqu magħluq!", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Imma dak iż-żmien jien ma kontx fil-parlament!", "ONOR.", "TONIO BORG: Mela inti meta titla' fil-parlament biss titkellem u turi interess fir-residenti ta' Paceville?", "(Interruzzjonijiet) Meta naqas il-vot kapitali tal-pulizija, sena wara l-oħra fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra, l-Onor.", "Interpellant ma tkellimx.", "Meta naqsu l-pulizija għaliex ma ġewx replaced, l-Onor.", "Interpellant ma tkellimx lanqas.", "(Interruzzjonijiet) Kien dan il-gvern li żied il-preżenza tal-pulizija ġewwa Paceville, partikolarment wara li fix-xahar ta' Awissu varajna r-regolamenti tal- postijiet ta' divertiment", "Dawk ir-regolamenti, apparti li ħarrxu l-pieni fil-konfront ta' min jippermetti tfal taħt is-16-il sena jidħlu ġo postijiet ta' divertiment, stabilixxew ukoll ħin ta' għeluq għal dawk il-postijiet ta' divertiment.", "Minkejja l-kritika li saret min-nies li għandhom interess, l-interess ta' l- Onor. Interpellant f'Paceville dakinhar sparixxa.", "Dan qagħad gallarija u fuq dawk ir-regolamenti ma tkellimx, u mhux waħdu għax anke ħaddieħor qagħad gallarija.", "Jiġifieri l-Onor.", "Interpellant imita dak li għamlet l- amministrazzjoni Laburista, li qagħdet gallarija fuq dan is-suġġett.", "Kulma għamlet l-amministrazzjoni Laburista fuq dan is-suġġett kien li wegħdet li wara li jsir l-embellishment ta' l-area ta' Paceville, kienu beħsiebhom jagħmlu l-ħinijiet ta' l-għeluq.", "Mela jekk m'hemmx flus biex nirranġaw il- bankini ta' Paceville, kulħadd jibqa` jitħalla jagħmel li jrid!", "Dak raġunament!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr. Speaker, jiena mhux qed ngħid li jiena kuntent b'mod assolut bis- sitwazzjoni ta' Paceville imma għallinqas fl-aħħar kien hawn gvern li bl- għajnuna ta' kumitat permanenti tal-Kamra fassal regolamenti u aċċerta li dawn jiġu enforzati.", "Tista` tagħmel mitt regolament u mbagħad ma tinforza xejn minnhom, imma aħna kkonċentrajna fuq dawk ir-regolamenti li jistgħu jiġu inforzati.", "Dan għamilnih minkejja l-kritika li qlajna u minkejja l- għagħa li qamet fuqhom.", "Issa għall-grazzja t'Alla dawn ġew aċċettati u nisperaw li dan huwa l-ewwel pass biex inkomplu nikkontrollaw affarijiet oħrajn.", "Mr Speaker, permezz ta' dawn ir-regolamenti u permezz ta' l-enforcement tagħhom, wara li żiedna l-pulizija f'dik l-area, proprju fix-xahar t'Awissu, aħna kissirna l-idea li hemmhekk kulħadd jista` jagħmel li jrid.", "Kien hemm min ikkritikana li aħna kien messna stennejna s-sajf jgħaddi pero' aħna ridna nagħmluhom fis-sajf biex naraw x'se jkun l-effett tagħhom.", "Tgħidli: B'daqshekk solvejt il-problema tad-droga f'Paceville jew il- problema ta' ċerti abbużi li jistgħu jsiru!", "Le, imma għallinqas tajna messaġġ li l-Istat, l-ordni u l-liġi għandhom ikunu preżenti hemmhekk ukoll.", "Irrid ngħid ukoll li hemm miżuri oħrajn li jistgħu jittieħdu, anke b'koperazzjoni ma' partijiet oħrajn pero' l-importanti hu li aħna kellna l- kuraġġ li nieħdu l-ewwel pass u nehduh malajr.", "U minkejja li suppost il- kumitat permanenti ta' din il-Kamra kellu l-appoġġ, ftit kienu dawk li dan is-sajf ħarġu jagħtuhom sostenn.", "Minflok ħafna baqgħu jixxemxu u jixorbu l- ilma kiesaħ!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qal li żdiedet is-sorveljanza tal- pulizija pero' riċentement il-kunsill tal-Mellieħa ħareġ stqarrija dwar nuqqasijiet fil-lokal u qalu wkoll li għalxejn jirrapportaw każi lill- pulizija għaliex mhux qed jieħdu sodisfazzjon.", "Jiena nifhem li din l- istqarrija kienet pubblika u anke ġiet għall-attenzjoni tal-Ministru.", "X'miżuri ttieħdu sabiex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni li qed jilmenta minnha l-kunsill tal-Mellieħa, f'isem il-komunita' tal-lokal?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien nassigura lill-Onor.", "Membru li nkun kuntent ħafna niltaqa' mal-kunsill lokali tal-Mellieħa, kif għamilt ma' kunsilli lokali oħrajn.", "Irrid ngħid li għall-ewwel darba f'dan is-sajf kontinġent ta' 50 membru tal-korp tal-pulizija kienu jduru x-xtajtiet u postijiet oħra b'konċentrazzjoni qawwija ta' nies biex jipprevjenu r-reati.", "Dawn kienu jduru permezz ta' patrols u nista' ngħid li kien esperiment li rnexxa ħafna.", "Huwa veru li kellna nneħħu xi pulizija minn skwadri oħrajn imma limitatament għax-xhur tas-sajf dawn ġew posted fl-areas fejn ikun hemm konċentrazzjoni qawwija ta' nies, inkluż l-Mellieħa.", "Permezz ta' dawn il-patrols ma qridniex is-serq mill-bajjiet jew inkella s-serq minn postijiet frekwentati fis-sajf, pero' din il-ħaġa kienet pożittiva għax ir- rata ta' kriminalita' naqset.", "Jekk hemm xi lmenti oħrajn li jikkonċernaw il-lokalita' tal-Mellieħa jiena lest li nagħmel appuntament magħhom, kif għamilt mal-kunsilli ta' Ta' Xbiex u tal-Gżira, sabiex fil-preżenza tal-membri tal-korp tal-pulizija niddiskuti l-problemi tagħhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għal tqegħid ta' karti.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "NINU ZAMMIT(Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' intervista ma' l-ex-Prim Ministru, Dr Alfred Sant, li dehret fil-ħarġa tal-gazzetta \"The Times\" ta' nhar l-Erbgħa, 29 ta' April 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI.", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-19 ta' Ottubru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, din hija waħda minn dawk il-liġijiet li tqajjem interess kbir mhux biss mal-poplu Malti u Għawdxi kollu li jkun qiegħed jifli dak kollu li jgħidu l-partiti imma anke mad-deputati ta' din il-Kamra.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-Partit Laburista jagħti importanza kbira lil din il-liġi u fis-sena u nofs li amministra bejn l-1996 u l-1998 kien ipprepara diversi emendi għaliha.", "Uħud minn dawn l-emendi issa qed iressaqhom il-gvern Nazzjonalista iżda magħhom qed iressaq oħrajn li aħna assolutament ma naqblux fuqhom.", "Din in-naħa tħoss li fil-pajjiż hawn il- laxkezza u tħoss ukoll li din il-liġi għandha tiġi emendata b'tali mod li tissikka u ma tippermettix lil dak li jkun ikompli joqtol lil uliedna.", "Dan qed ngħidu għax b'dispjaċir ngħid li żdiedu emendi li se jagħtu lok għal abbuż għal min għandu interess li jħaxxen butu, mingħajr ma joqgħod jikkonsidra x'konsegwenzi se jbati l-poplu Malti, imma issa jista' jibqa' dieħel bid-droga għax b'dawn l-emendi l-gvern Nazzjonalista qed jagħti l- poter lil dak li jkun li jdaħħal id-droga f'pajjiżna.", "Il-gvern Nazzjonalista jmissu jistħi joħroġ bi proposta bħal din u jiena ngħidlu li sejjer żball jekk jaħseb li b'hekk se jrażżan il-problemi li għandna u l- istatistika xokkanti li ħierġa.", "(Interruzzjonijiet) Qed narawh l-interess tagħkom għax intom s'issa kellkom tmien kelliema u aħna kellna erbatax-il kelliem!", "(Interruzzjonijiet) Ta' min wieħed isemmi li fl-istorja tal- gvern Nazzjonalista kellna żewġ maħfriet presidenzjali in konnessjoni mad- droga u hekk se jibqa' jiġi ttimbrat il-Partit Nazzjonalista.", "Il-poplu Malti ma jista' qatt jaħfirilu għal dawn l-affarijiet tant maħmuġin.", "Barra minn dawn il-maħfriet kellna wkoll il-ħarba mill-ħabs tal-Libjan akkużat b'importazzjoni ta' droga.", "Dan suppost mar jieħu X-ray pero' ħadd ma jaf ir-raġuni għalfejn kellu jieħu X-ray.", "Ħadd għadu ma qalilna għaliex ingħata l-permess sabiex imur jieħu dan l-X-ray.", "Li nafu biss hu li dan sab skuża biex ħareġ mill-ħabs u sparixxa, jew inkella sparixxewh, Mr Speaker.", "Issa biex tkompli tagħqad il-gvern Nazzjonalista għandu l-pjaċir li jintroduċi din l-emenda li tgħid li min jidħol fl-ajruport u jiddikjara li qed idaħħal id-droga għall-użu personali jingħata l-barka u jibqa' għaddej.", "X'ifisser li tagħti permess lil xi ħadd li jdaħħal droga għall-użu personali tiegħu?", "Min se jaċċertana li din tkun verament għall-użu personali tiegħu?", "Min se jaċċertana li din mhux se jagħtiha lit-tfal innoċenti biex dawn isibu ruħhom imdaħħla f'dan iċ-ċirku vizzjuż?", "Nista' nkun naf xi kwantita' se tiġi kkonsidrata bħala użu personali?", "Kif jista' xi ħadd jgħid li din se jeħodha hu u mhux se jqassamha lit-tfal tagħna?", "Fejn hawn speċifikat l-ammont ta' droga permissibbli għall-użu personali?", "Jekk bniedem li jkun addict ikollu passaport miftuħ u jdumlek hawn tliet xhur, dan se jkollu kwantita' biżżejjed ta' droga biex isservih għal tliet xhur.", "Issa dan l-ammont se jitqies li hu għall-użu personali?", "U jekk dan ifettilu jbiegħha u l-għada jerġa' jsiefer, x'se jiġri?", "Min se jaqbdu?", "X'assigurazzjoni se jkollhom il-familji Maltin li din id-droga verament ikun ħadha hu?", "Kif jista' jkun li tidħol xi ħaġa bħal din meta nafu bil- ħafna qlub maqsuma ta' dawk il-familji li għandhom xi membru bi problema tad-droga?", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għax il-ministru qal li din hija emenda żgħira.", "Jista' jkun li din l-emenda hija żgħira pero' l-effetti tagħha jistgħu jkunu gravissimi fuq il-poplu ċkejken tagħna u tagħti lok għal abbuż biex bniedem jinqeda biż-żgħażagħ u bil-poplu Malti u Għawdxi.", "Jiena ngħid li b'din l-emenda l-gvern Nazzjonalista qed juri li mhux qed jagħti kas il-problema ta' min jispiċċa vittma u mhux qed jagħti kas tal- familji tagħhom.", "Jien naf b'ħafna ommijiet li fis-sigħat bikrin ta' filgħodu issibhom imqajmin, b'imsarinhom imterqin, jistennew lil uliedhom ġejjin minn barra.", "Issa b'din l-emenda l-abbuż se jiżdied u l-uġigħ ta' qalb ta' dawn l-ommijiet se jikber ukoll.", "Jiena nimmaġina li l-membri tan- naħa tal-gvern kollha għandhom it-tfal.", "Kif jista' jkun ma jirrealizzawx li dawn xi darba jistgħu jkunu wliedhom?", "Kif jista' jkun li aħna nħallu lit- tfal tagħna jitħalltu ma' persuni li jkollhom aċċess għad-droga?", "Min jista' jaċċertana li dawn m'humiex se jagħtu xi ftit mid-doża lit-tfal tagħna?", "Kif nistgħu aħna nserrħu rasna?", "Il-familji llum m'għandhom rashom mistrieħa fuq xejn, la fuq il-ħajja, la fuq ix-xogħol, la fuq l-inċertezzi li hawn bid-dħul possibbli ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea - għax ħadd m'għadu qalilna sew x'se niggwadanjaw - iżda l-aktar li jinsabu ppreokkupati huwa minħabba l-abbuż mid-droga.", "Mr. Speaker, kif għedt diġa, il-membri tal-gvern lanqas għandhom interess li jitkellmu fuq din il-liġi għax filwaqt li minn total ta' 30 aħna kellna 14-il deputat li taw il-fehma tagħhom hawn ġew, min-naħa tagħhom tkellmu biss tmienja minn fost 35.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Issa dawn huma l- istess nies li ftit xhur ilu tkażaw bil-gvern Laburista għax kien introduċa sistema li dak li jkun iħallas 50c għal kull riċetta.", "Jien nista' ngħid li din aħna għamilniha għax ħassejna li kwantita' kbira ta' droga li kienet qed tingħata b'xejn kienet qed tittieħed sempliċement għaliex b'xejn.", "Minkejja dan, biex jidhru sbieħ ma' l-anzjani, sħabna tan-naħa l-oħra kienu ħarġu jgħidu li l-anzjani se jkollhom iħallsu 50c kull darba li jieħdu l- mediċina.", "Ejja nimmaturaw daqsxejn u ejja niżnuhom tajjeb l-affarijiet!", "Aħna x'irridu?", "Irridu abbuż mill-kwantitajiet ta' mediċini li hawn fl- idejn, jew inkella rridu ngħallmu lill-poplu kif għandu jgħix ħajja aħjar mingħajr ma jidħol fil-problema tad-droga?", "Aħna ridna nassiguraw li dawn il-mediċini ma jaqgħux f'idejn ħżiena iżda sfortunatament, kuntrarju għal dak li konna qegħdin nagħmlu aħna, il-gvern Nazzjonalista reġa llaxka kollox appena ħa l-poter f'idejh.", "Barra li llaxka minn dan l-aspett issa qed jillaxka wkoll permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr. Speaker, nixtieq ngħid ukoll li qatt ma stennejt lill-Onor.", "Edwin Vassallo joqgħod ixejjer dan l-abbozz ta' liġi u jitkaża li ilna żmien twil niddiskutu liġi ta' żewġ paġni.", "Lill-Onor.", "Membru ngħidlu biex ma joqgħodx jipprova joskura lill-Partit Laburista b'dan il-mod.", "Il-poplu Malti jaf x'portata fihom dawn iż-żewġ paġni.", "Wara kollox f'erba' kelmiet jingħad li wieħed jista' jkollu l-permess li jdaħħal id-droga għall-użu personali tiegħu u din diġa fiha ħafna x'tomgħod.", "Fuq ir-radju u t-televiżjoni dawn jgħidu li jixtiequ jissikkaw pero' l-verita' hi li b'din l-emenda iktar qed jagħtuhom spazju lill-barunijiet biex ikollhom fejn jaġixxu.", "Mr. Speaker, jiena nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar x'nistenna li jsir fl- ajruport għax nitkaża kif fl-ajruport internazzonali ta' Malta ma teżisti l- ebda mara mad-drug squad.", "Jekk ikunu jridu jiċċekkjaw lil xi mara li tkun suspettata, il-membri ta' din l-iskwadra jkollhom joħorġu barra biex isibu xi pulizija mara biex tkun tista' tagħmel dan ix-xogħol.", "Din hija għarukaża!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għaliex qed nillaxkaw l-affarijiet b'dan il-mod?", "Ħaġa oħra li nixtieq nara fl-ajruport huma s-sniffer dogs.", "Dawn issibhom kullimkien f'pajjiżi oħra imma hawn Malta Alla jbierek lanqas fl-ajruport m'għandna minnhom!", "Għal min forsi ma jafx is-sniffer dogs huma klieb li mix-xamm jindunaw li xi ħadd ikollu d-droga fuqu.", "Alla jbierek fl-ajruport tagħna dawn ma jeżistux!", "U issa kif tridna ndaħħluhom, Mr Speaker, jekk aħna se nagħmlu din il-liġi biex id-droga tkun tista' tgħaddi minn ġo l- ajruport bil-permess?", "Jiena jiddispjaċini li dan il-gvern iberbaq dawk il- flus kollha imbagħad kulma għandna huma biss ħames sniffer dogs ma' Malta kollha!", "F'Għawdex, per eżempju, m'hemmx wieħed minn dawn il-klieb.", "Hemmhekk jinżlu eluf ta' turisti u eluf ta' nies minn fuq il-vapur iżda klieb li jistgħu jassiguraw li dawn mhux se jeqirdu lit-tfal u żgħażagħ Għawdxin m'għandniex.", "Għal dawn l-affarijiet m'hemmx flus imma biex isiru kapriċċi oħra hemm.", "Aħna dawn l-affarijiet li rridu naraw.", "Mr. Speaker, la semmejt lil Għawdex irrid ngħid li fi żmien l- amministrazzjoni Laburista kienu jsiru aktar roadblocks fuq dik il-gżira.", "Jiena nħobb immur Għawdex imma tul din l-amministrazzjoni jiddispjaċini ngħid li qatt u qatt ma ltqajt ma' roadblock.", "Fejn hi s-sigurta'?", "Għawdex huwa post żgħir u għandu popolazzjoni żgħira pero' dan ma jfissirx li m'għandux ikun hemm roadblocks.", "Wara kollox hemmhekk inqabdet mixtla kbira tal-cannabis u nqabdu affarijiet oħra wkoll.", "Mr. Speaker, biex nagħlaq nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-ħarba tal- priġunier Libjan li kellu konnessjonijiet mad-droga.", "Għaliex ma saritx inkjesta parlamentari f'dan il-każ?", "Il-bieraħ il-ministru qal li f'pajjiżna qatt ma saret inkjesta wara ħarba ta' priġunier.", "Jiena ngħid: Allura għax m'għandiex issir l-ewwel darba u jekk hemm bżonn issir it-tieni darba wkoll!", "Aħna f'pajjiżna rridu s-serjeta' imma b'dispjaċir ngħid - u mhux jiena biss jiddispjaċini jew din in-naħa biss jiddispjaċiha imma jiddispjaċih il-poplu Malti u Għawdxi kollu, speċjalment dawk il-familji li diġa' għandhom stallett f'qalbhom - li l-gvern m'huwiex miexi b'serjeta' f'din il-ħaġa.", "Ma jistax ikun li aħna naċċettaw dawn l-affarijiet.", "U jiena nixtieq li l-gvern Nazzjonalista joqgħod", "attent x'liġijiet u x'emendi jressaq quddiem din il-Kamra għax mhux sew li l-poplu Malti u Għawdxi jbati minħabba li n-naħa l-oħra għandhom maġġoranza ta' ħames membri.", "Meta jagħmel xi emendi l-gvern għandu jidħol fl-ispirtu tal-problemi biex jaċċerta ruħu li l-poplu tagħna ma jbatix.", "Mr. Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li nixtieq verament nagħti s- sostenn tiegħi lill-familji kollha li qegħdin ibatu minn din il-problema.", "Id-deputati nisa tan-naħa tagħna l-bieraħ bdejna nibku meta smajna omm titkellem fuq dak li qed iġġarrab.", "Aħna t-tliet nisa deputati fuq din in- naħa t-tlieta tkellimna għax ħassejna li din hija xi ħaġa li tmiss il-qalb u għalhekk jiena ngħid li għandna nivvotaw b'idejna fuq il-kuxjenza.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Ministru ta' l- Intern jista' jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, f'din id-diskussjoni maratona fuq il-liġi kontra d-droga kellna diversi pożizzjonijiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Naturalment biex forsi aħna ma ninnotawx id-differenzi bejniethom, dawn il- pożizzjonijiet ġew glossed biex kemm jista' jkun ma jidhrux daqshekk kontrastanti.", "Jiena ngħid li dawn ivarjaw daqs il-kuluri tal-qawsalla u nikkonsidra li min-naħa l-oħra ttieħdu tliet pożizzjonijiet separati!", "Mr Speaker, l-ewwel pożizzjoni hi dik li għadna kif smajna fejn, b'mod kważi isteriku, l-Onor.", "Membru qalet li b'din l-emenda l-gvern se jippermetti d-droga tgħaddi minn pajjiżna.", "Din hija gidba - ipprovajt infittex kelma aħjar pero' ma rnexxilix! - u kulmin qara l-liġi jaf li din ma tbiddel xejn f'dak li huwa reat.", "Dak li kien reat qabel se jibqa' reat illum.", "Hawnhekk m'aħniex niddiskutu xi ħaġa li ma kenitx permessibbli qabel u issa se ssir permessibbli.", "Lil kulmin qal hekk, bl-ikbar responsabbilta' nakkużah li qed juża d-droga bħala ballun politiku.", "Li tgħid xi ħaġa b'injoranza jew għax taqbiżlek huwa mod, imma li xi ħaġa tgħidha meta taf li m'hijiex minnha dik hija iktar serja, għax l-ikbar trux m'huwiex dak li ma jismax imma dak li ma jridx jisma', u l-ikbar għama m'huwiex dak li ma jarax imma dak li ma jridx jara.", "Taf l-Onor.", "Law u kulmin tkellem bħalha li dan mhux minnu?", "Jafu dawn li m'aħna qed inbiddlu xejn fil-liġi li biha xi ħaġa li kienet reat issa mhux se tibqa' reat?", "Kulma qegħdin nagħmlu f'din il-liġi hu li qed inżidu poter lill- pulizija, pero' konvenjentement l-erbatax-il kelliem min-naħa ta' l- oppożizzjoni - ħlief wieħed - ma qalu xejn li għall-ewwel darba l-pulizija tista' titlob lill-qorti biex xi ħadd akkużat b'traffikar ta' droga titteħidlu kwalunkwe liċenzja tan-negozju li għandu sakemm il-każ jinqata'.", "Issa mhux qed nitkellmu li malli jinstab ħati nissospendulu l-liċenzja tan- negozju imma li sakemm jinqata' l-każ ukoll dik il-liċenzja tkun sospiża, ladarba jkun akkużat li t-traffikar sar f'dak il-post bil-konoxxenza tiegħu.", "Naturalment kienu ftit l-Onor.", "Membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni li tkellmu dwar dan.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Bħalissa l-ministru qed jagħmel il-winding-up fuq emendi importanti pero' qiegħed waħdu fuq in-naħa tal-gvern u m'għandux min jagħtih appoġġ.", "Mr. Speaker, qed insejjaħ quorum.", "ONOR.", "TONIO BORG: Min jaf kemm-il darba staqsejt domandi u ma kienx hawn persuna waħda, Onor. Cuschieri!", "MR SPEAKER: M'hawnx quorum u l-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fl-10.05 a.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobhom l-Onor.", "Membri jieħdu posthom.", "Għaddejt in-numru ta' dawk preżenti u jidher li hawn biss erbatax, jiġifieri m'hawnx quorum.", "Skond ir-regolamenti l-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 20 ta' Ottubru, 1999 fis-6.00 p.m. bl-istess aġenda.", "Fl-10.10 a.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "9127.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi prostituzzjoni matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.", "RAĦĦALA - PREZZ GARANTIT", "9365.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju garantit għar- raħħal/produtturi tal-ħalib frisk, bajd frisk, majjal frisk, ċanga friska, laħam tat-tiġieġ tal-pajjiżi membri ta' l-UE għas-snin 1996, 1997 u 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-prezzijiet medji għar- raħħal/produtturi lokal matul l-istess perjodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jidher li l-Onor.", "Interpellant għadu ma fehemx kif taħdem il-Common Agricultural Policy ta'l-UE.", "M'hemmx prezz garantit tal- prodotti msemmija.", "Fil-każ tal-ħalib frisk hemm target price, fil-każ tal- bajd frisk u laħam tat-tiġieġ hemm trigger price, fil-każ taċ-ċanga friska hemm intervention price u fil-każ tal-majjal frisk hemm basic price.", "TADAM - PREZZ GARANTIT", "9366.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz garantit tat-tadam għall-għasir, għat-tond u zenguli li ħadu l-bdiewa ta' l-UE matul is-sena 1996, 1997 u 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz li ħadu l-bdiewa lokali matul l-istess perjodu?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa fil-gżejjer tagħna li jkabbru dan it-tadam għall-Industrija lokali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezz minimu li jitħallas lill-produtturi tat- tadam jiġi stabbilit bi ftehim (kuntratt) bejn għaqdiet tal-Produtturi (Producer Organazations) u l-proċessuri tat-tadam.", "Dan il-prezz jiġi kkalkolat fuq bażi tal-prezz minimu tas-sena ta' qabel, tal-livell tal- prezzijiet fis-suq tal-ħxejjex u frott, u l-ħtieġa tas-suq.", "Għaldaqstant dan il-prezz ivarja minn ftehim għal ftehim.", "Dan skond ir-regolamenti tal- Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (EC) No 2201/96.", "F'Malta il-prezz minimu għat-tadam għall-ipproċessar jiġi stabbilit mid- Direttur tal-Agrikoltura wara konsultazzjoni mal-għaqdiet tal-bdiewa u mal- proċessuri tat-tadam u fis-snin msemmija kien:", "7c/kg għat-tadam ċatt, tond u żenguli għall-produzzjoni tal-kunserva, 9c/kg għat-tadam Tip Roma u ovali għall-produzzjoni tal-pelat.", "Fis-sena 1999 il-prezz ta' 7c0/kg telgħa għall-8c5/kg, żjieda ta' iżjed minn 20%.", "Huwa stmat li f'Malta u Għawdex madwar 2200 bidwi kkabbar it-tadam għall- ipproċessar.", "PATATA/KABOĊĊI/PASTARD/KARROTTI/ĦASS - PREZZ GARANTIT", "9367.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-prezzijiet garantiti tal- patata, kaboċċi, pastard, karrotti u ħass li ġabu l-bdiewa tal-pajjiżi membri ta' l-UE matul is-snin 1996, 1997 u 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-prezzijiet medji tal-ħxejjex imsemmija għall-bdiewa Maltin u Għawdxin għall-istess perjodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-pajjizi tal-UE ma hemmx sistema ta' prezzijiet garantiti għall-prodotti msemmija, iżda l-għaqdiet tal-produtturi huma awtorizzati li jintervjenu fis-suq ta' numru ta' prodotti sabiex il- prezzijiet ma jaqgħux.", "Il-prezzijiet medji fil-pitkalija f'Malta mitluba mill-Onor.", "Interpellant huma:", "| |Patat|Kaboċ|Pasta|Karrot|Ħas | | |a |ċi |rd |ti | | | | | | | | | |1996 |14.40|6.52 |8.92 |15.02 |10.01| |1997 |11.80|7.32 |8.42 |13.58 |12.64| |1998 |10.80|8.22 |11.14|18.95 |10.55|", "PRODOTTURI LOKALI - DIRETTIVI", "9368.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d- direttivi/kondizzjonijiet/regoli/liġijiet li jridu jkunu konformi magħhom il-produtturi lokali tal-ġbejniet friski, xotti u tal-bżar bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?", "Meta ġew ikkomunikati dawn id-direttivi lill-produtturi Maltin u Għawdxin u fejn saru l-laqgħat u x'kienu r-reazzjonijiet tal-produtturi lokali?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il- liġijiet, regoli eċċ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fl-UE m'hemm ebda direttivi/kondizzjonijiet/regoli/liġijiet speċifiċi dwar il-produzzjoni tal- ġbejniet friski, xotti u tal-bżar hlief dawk li japplikaw għall-produzzjoni tal-ġobon b'mod ġenerali.", "Il-ġbejniet friski, xotti u tal-bżar huma kandidati ideali sabiex jiġu rikonoxxuti bħala prodott b'denominazzjoni ġeografika kontrollata skond ir-regolamenti tal UE 2081/92 u 2082/92", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "9369.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta Malta tkun membru sħiħ ta' l-UE liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel u xorb li se jkollhom levy fuqhom għaliex ikunu mportati minn barra l-pajjiżi membri ta' l-UE?", "Meta se jidħlu dawn il-levies il-ġodda u x'studju għamel il-Gvern Malti sabiex ikun jaf kif dan se jaffettwa l-ħajja fil-gżejjer tagħna?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta Malta ssir membru sħiħ ta' l-UE, jidħlu fis-seħħ il-provedimenti ta' l-UE skond il-Common External Tariff li jinkludu diversi konċessjonijiet miftehma bejn l-UE w numru ta' pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi kif ukoll numru ta' 'tariff quotas' skond il-ftehim bejn l-UE w il-Word Trade Organization (WTO).", "Malta tista' tinnegozja miżuri speċjali sabiex il-Kummerċ tradizjonali ma jiġix mittiefes.", "GRTU/FOI/UNIONS/CHAMBER OF COMMERCE - LAQGĦAT", "9370.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-GRTU, l-FOI, Unions, Chamber of Commerce eċċ, sabiex il-gvern jispjega l-vantaġġi u żvantaġġi tal-Integrated Tariffs of the European Communities, it-TARIC?", "Meta saru dawn il-laqgħat?", "X'rapporti ġew ippreżentati min-naħa tal- gvern jew il-ministri dwar dawn it-tariffi ġodda li jridu jiddaħħlu f'pajjiżna fil-kummerċ li jsir mal-kontinenti l-oħra tad-dinja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn żmien għall-ieħor, il-Gvern ikollu diversi laqgħat mal-korpi kostitwiti, kemm f'daqqa taħt il-kappa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku kif ukoll fuq bażi individwali.", "Normali li dawn il-laqgħat jolqtu diversi suġġetti inkluż dak tal-Common External Tariffs applikati mill-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea; anki jekk qatt ma ssejħet laqgħa esklussivament dwar dan is-suġġett.", "Il-gvern konxju mill-fatt li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea iġġib magħha numru ta' konsiderazzjonijiet li l-korpi kostitwiti jenħtiġielhom jeżaminaw bir-reqqa sabiex ikunu fl-aħjar pożizzjoni li jieħdu vantaġġ sħiħ mill- opportunitajiet ġodda li l-isħubija fl-Unjoni Ewropea timplika.", "Ix-xewqa tal-Gvern li jgħin lill-korpi kostitwiti jinfurmaw u jaġġornaw ruħhom dwar l-Unjoni Ewropea mingħajr indħil bla bżonn min-naħa ta' l-istess gvern.", "Għalhekk l-għajnuna mħabbra sabiex il-korpi kostitwiti itejjbu l-aċċess dirett tagħhom għall-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea inkluż, fejn hemm bżonn, rappreżentanza tagħhom fi Brussels.", "FORZI ARMATI - ROAD MARCHES", "10079.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru road marches mill-Armata din is-sena?", "Kif jikkonferma dan in-numru mal-ħames snin ta' qabel?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li matul din is-sena, sa l- aħħar ta' Settembru 1999, saru 123 route marches.", "Huwa stmat li dan in- numru jikkompara mal-ħames snin ta'qabel.", "KAĊĊATURI - KSUR TA' REGOLAMENTI", "10080.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi allegatament jiksru r- regolamenti tal-kaċċa matul ix-xahar ta' Settembru, x'allegatament għamlu ħażin dawn il-persuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul ix-xahar ta` Settembru ta` din is-sena inqabdu 31 kaċċatur jiksru r-regolamenti dwar il-Ħarsien ta` l- Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ.", "DJAR - TALBIET MINN PERSUNI HOMELESS", "10081.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm verament irċeva talbiet din is-sena id-Dipartiment tas-Social Housing minn persuni li qalu li kienu homeless?", "Kemm kellhom żmien dawn il-persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi d-Dipartiment Għall- Akkomodazzjoni Soċjali din is-sena irċieva ħames applikazzjonijiet minn persuni li qalu li huma homeless.", "L-eta' tagħhom tvarja minn 20 sena sa 94 sena.", "DJAR", "10082.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn familji illi qegħdin joqogħdu fi djar u/jew postijiet mikrija lilhom mill- Housing Authority u mid-Dipartiment tas-Social Housing illum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi hemm 7,941 post tal-Gvern mikri lill-familji għal abitazzjoni.", "MANOEL ISLAND - OĠĠETTI TA' VALUR", "10083.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ġewwa l-Port ta' Marsamxett ħdejn Manoel Island hemm ħafna oġġetti ta' valur storiku, jista' l-Ministru jgħid jekk il-materjal illi jkun tħammel waqt ix-xogħol fuq il-proġett ta' Manoel Island huwiex se jiġi ċċekjat jew le?", "Jekk iva, kif u minn min?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi s-suġġett jiġi ttrattat waqt il-proċess biex joħroġ il-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "PULIZIJA - BEACH PATROLS", "10084.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi dan is-sajf bdew isiru l-beach patrols mill-pulizija jista' l- Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni l-Qorti għax kienu topless meta dan għadu mhux permess bil-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn tfixxija akkurata tar-records tal-Pulizija, jirriżulta li mill-1988 'l hawn ma tressaq ħadd fuq għawn topless, iżda ttellgħu persuni dwar nudiżmu.", "Nirriferi għad-domanda numru 2691 fil-leġislatura li għaddiet, fejn fuq domanda dwar l-istess suġġett magħmula mill-Onor.", "Interpellant ingħata tweġiba mill-Onor.", "Alfred Sant li ``m` hemm l-ebda ħsieb li nibdlu dak li kien isir sa issa fuq dan is-suġġett mikxuf``.", "WSC - ARLOĠĠ TA' L-ILMA", "10333.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għadha ma neħħitx l-arloġġ ta' l-ilma tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li fl-14 ta' Novembru, 1997 applika biex ineħħi s-servizz ta' l-ilma minn ġol-garaxx li jinsab fl-indirizz li qiegħed jintbagħat ukoll separatament u baqgħu jibgħatulu l-kontijiet f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-servizz tat-tneħħija tal-meter mill-indirizz indikat sar fil-15 ta' Ottubru, 1999.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma kienet kostretta li tati prijorita għall-bdil u installazzjoni ġodda ta' servizzi ta' l-ilma u għal xi żmien kien inġabar backlog ta' talbiet għat-tneħħija ta' meters.", "Din id-deċiżjoni kellha tittieħed minħabba ż- żieda qawwija tad-domanda għall-bdil tas-servizz.", "Din id-domanda baqgħet konstantament tiżdied minn mindu l-ħlas tal-bdil ta' dan is-servizz ġie nkorporat fis-service charge tal-kont ta' l-ilma u dawl.", "Madankollu l-korporazzjoni issa ħadet ħsieb li taqdi d-domanda tat- tneħħija ta' l-arloġġi ta' l-ilma permezz ta' kuntratturi privati approvati mill-istess korporazzjoni.", "SPTARIJIET PRIVATI - OPERAZZJONIJIET", "10365.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi diskussjonijiet ma' sptarijiet privati biex ċerti operazzjonijiet isiru f'dawn l-isptarijiet ħalli tittaffa l-pressjoni fuq sptarijiet ta' l-Istat?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji dwar liema huma l-operazzjonijiet, finanzjamenti, eċċ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta hi fin-negattiv.", "SAĦĦA - KAMPANJA KONTRA T-TIPJIP", "10366.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm jintnefqu flus fuq il-kampanja tad-Dipartiment tas- Saħħa kontra t-tipjip matul sena waħda?", "Fiex tikkonsisti din il-kampanja?", "X'inhi l-politika tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar t-trażżin tat-tipjip f'postijiet pubbliċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li n-nefqa fuq il- kampanja kontra t-tipjip matul din is-sena hija Lm 6880.00, waqt li s-sena l-oħra n-nefqa kienet ta' Lm2930.00.", "Din kienet tikonsisti f'riklami li tqassmu f'diversi postijiet, pubblikazzjoni ta' fuljett, klassijiet għal min irid jaqta' t-tipjip u kampanja permezz ta' l-użu tal-biljetti tal- karozzi tal-linja.", "Aspetti oħra ta' din il-kampanja kienu:", "Edukazzjoni fl-iskejjel u l-komunita' permezz ta' taħdidiet u fieri", "Pareċipazzjoni attiva fil-mezzi tax-Xandir kollha p.eż. gazzetti, TV, radjijiet u l-internet", "Kollaborazzjoni u ġbir ta' Data flimkien mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa", "Rigward policy dwar it-trażżin tat-tipjip f'postijiet pubbliċi, id- Dipartiment tas-Saħħa jemmen li dawn għandhom ikunu ħielsa mit-tipjip.", "SAĦĦA - MWIET MIT-TIPJIP", "10367.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies minħabba mard konness mat-tipjip fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "Kemm huwa stmat li l-Istat jonfoq fuq mediċini, eċċ. minħabba mard konness mat-tipjip matul sena waħda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Rigward l-ewwel parti nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9692.", "B'risposta għall-aħħar parti it-tipjip huwa fattur li jista' jżid ir- riskju ta' ħafna mard bħal kanċer, puplesija, mard konness maċ- ċirkolazzjoni, mard tal-pulmun eċċ.", "Għal dan il-mard hemm risk factors oħrajn u għalhekk wieħed ma jistax jiddetermina kemm l-istat jonfoq fuq dawn il-mediċini.", "PULIZIJA - SERQ TA' VETTURI", "10368.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rrapportat serq ta' vetturi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "Kemm minn dawn il-vetturi nstabu?", "Liema kienu l-aktar lokalitajiet fejn sar serq ta' vetturi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn Jannar u Settembru 1999, ġew irrapportati nieqsa 810 vettura, filwaqt li 493 ġew irrapportati misjuba.", "San Ġiljan huwa l-post fejn saru l-aktar rapporti f`dan ir-rigward.", "PULIZIJA - SPEZZJONIJIET FUQ KAROZZI", "10369.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid, matul din is-sena, kemm saru spezzjonijiet mill- pulizija fuq vetturi minħabba ħruġ ta' dħaħen mill-exhaust?", "F'liema lokalitajiet saru?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant, ninsab informat li t-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f`lokalitajiet differenti rigward ħruġ ta` duħħan minn vetturi.", "B`riżultat ta` dawn l-ispezzjonijiet numru ta` persuni jitressqu l-Qorti.", "MIDDLE MANAGEMENT IN CONSTRUCTION - RATING EDUKATTIV", "10513.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10324?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan il-kors kien organizzat mid- Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi b'kollaborazzjoni mal-Fakulta` ta' l- Arkitettura u kien imfassal apposta skond il-ħtiġijiet tad-Dipartiment.", "Informat li l-kors jista' jitqabbel ma' korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali (further education) iżda mhux f'livell terzjarju."]} {"filename": "20001006_385d_par.doc", "date": "2000-10-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 385 Il-Ġimgħa, 6 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 385", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "385", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 155", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 155", "TQEGĦID TA' KARTI 159", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "(IT-TIELET QARI)", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 159", "MOZZJONI DWAR IL-PROGRAMM NAZZJONALI DWAR L-ADOZZJONI TA' L-ACQUIS 160", "AĠĠORNAMENT 184", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 188", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 384 li saret fis-6 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM - RIĊEVIMENTI", "19182.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?", "Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni u kemm laħqet l-ispiża?", "L-ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru): Kif diġà kelli l-opportunità inwieġeb f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma tingħatax raġuni għalfejn qed tintalab din l-informazzjoni ma nara l-ebda skop li tinġabar.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant għall-allokazzjonijiet għall-hospitality li hemm fl-estimi ġenerali taħt il-vot ta' l-uffiċċju tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ġaladarba l-flus li jintnefqu f'hospitality jiġu mill-ġbir tat-taxxi, allura l-poplu m'għandux dritt ikun jaf kemm intnefqu flus f'riċevimenti?", "Ma jidhirlux li l-poplu għandu dritt għal din l-informazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, kif jaf l-Onor.", "Mizzi, l-ispiża għall- amministrazzjoni pubblika tiġi mid-dħul rikorrenti tal-gvern u tiġi diskussa u dibattuta kull sena u finalment approvata minn din il-Kamra.", "Tajjeb wieħed jgħid ukoll li l-vot tal-hospitality dejjem kien jeżisti taħt l-amministrazzjonijiet kollha li kellu pajjiżna, kienu x'kienu ċ- ċirkostanzi, fil-limiti ta' dak li kien jeżisti.", "Għalhekk meta wieħed jagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet li qed isiru b'ċerta regolarita' mill- Onor. Interpellant, irid japprezza li m'hijiex biss kwestjoni ta' jekk wieħed ikunx jaf jew le dawn id-dettalji.", "Dawn huma affarijiet li jistgħu jiġu diskussi fil-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi u, jekk ikun hemm raġunijiet validi, l-informazzjoni tkun tista' tingħata fil- kumitat u anke f'din il-Kamra.", "Pero` kif diġa` intqal kemm-il darba - dan kien suġġett ta' ċerta diskussjoni f'din il-Kamra - il-ħin tal-mistoqsijiet qiegħed hemm biex jagħti l-informazzjoni.", "L-ammont ta' informazzjoni li din l- amministrazzjoni tagħti lill-Kamra huwa inkredibbli, pero` dan ma jfissirx li wieħed joqgħod jagħmel dawn it-tip ta' mistoqsijiet għal raġunijiet mill- iktar ċari ta' manipulazzjoni biex imbagħad dak li jkun jinforma ħażin lill- pubbliku u jagħti impressjonijiet ħżiena.", "Din ir-risposta li qiegħda tingħata, kif naħseb jinnotaw l-Onor.", "Membri, m'hijiex deċiżjoni tal-Prim Ministru jew ta' xi ministru imma hija deċiżjoni kollettiva.", "Issa aħna qed nieħdu din id-deċiżjoni politika li nwieġbu b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, imma allura kif tista' n-naħa ta' l- oppożizzjoni - għax il-parti l-kbira tal-mistoqsijiet min-naħa ta' l- oppożizzjoni jsiru - tagħmel kontroll fuq l-eżekuttiv jekk tibqa' mingħajr tweġiba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jiena naħseb li fl-istorja parlamentari ta' pajjiżna qatt ma kien hawn oppożizzjoni li kellha l-mezz biex tagħmel kontroll fuq in-nefqa pubblika daqskemm qed ikollha l- oppożizzjoni f'dawn l-aħħar snin, speċjalment minn mindu daħlu l-kumitati permanenti u minn mindu twaqqfet l-istruttura ta' l-awditur ġenerali, struttura li tirrispondi direttament lill-parlament.", "Għalhekk naħseb li huwa ġustifikat li l-gvern jirriżerva l-informazzjoni li jagħti, u wara kollox hemm ukoll l-istanding orders li jħallu f'idejn il-ministru konċernat kif iwieġeb interpellanza.", "Jidher ċar mill-mod kif qegħdin inwieġbu kollettivament għal din it-tip ta' mistoqsija li l-gvern qed jagħmel din l-għażla għaliex iħoss li l- mistoqsija m'hijiex intenzjonata biex tassew tissolleċita informazzjoni ta' interess pubbliku.", "Dik hija d-deċiżjoni li qed jieħu l-gvern, u m'aħniex qed nippretendu li l-oppożizzjoni taqbel magħha u lanqas qegħdin nippretendu li l-oppożizzjoni ma tikkritikahiex, pero` tajjeb wieħed jgħid ukoll li l-oppożizzjoni għandha rimedji oħra.", "Jekk hemm xi affarijiet f'dan il-vot tal-hospitality li l-oppożizzjoni ma jogħġbuhiex, għandna l-kumitat tal-kontijiet pubbliċi ppresedut minn membru ta' l-oppożizzjoni stess, u jekk ikun hemm xi dubju tista' tqanqal kwalunkwe kwestjoni f'dik is-sede.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien naħseb li dan il-pajjiż veru qegħdin inġibuh rasu 'l isfel!", "Kemm ili hawn ġew qatt ma smajt ministru jew prim ministru jirrofta li jagħti informazzjoni fuq spejjeż pubbliċi.", "L- ewwel funzjoni tal-parlament hija l-iskrutinju tan-nefqa pubblika - il- public accounts committee ma jidħol assolutament xejn fil-kwestjoni għaliex, kif jaf il-ministru, dak jidħol fi kwestjoni wara li tkun ġrat - u l-ħin ta' l-interpellanzi parlamentari huwa għodda biex l-oppożizzjoni u l-pubbliku jkunu jaf x'inhu għaddej.", "Fuq kollox jien niskanta b'din iċ-change of heart tal-membri tan-naħa tal- gvern għaliex meta dawn kienu fl-oppożizzjoni bejn l-1996 u l-1998 kienu jitolbu għal kull prezz ta' kull lazz taż-żarbun u kull lapes li kien jinxtara, speċjalment mill-ambaxxati.", "Konna nkunu miżgħuda bil- mistoqsijiet, Sur President, u jekk inti se tippermetti li s-sitwazzjoni f'din il-Kamra tiddeġenera bil-mod li jkun hawn din l-arroganza min-naħa tal-gvern, li ma jagħtux informazzjoni lill-pubbliku dwar l-andament ta' flus il-poplu ...", "Jien se nerġa' npoġġi l-mistoqsija u jekk il-Ministru jirrofta li jirispondi se nitlob ruling mingħandek, Sur President, għaliex ir- regolamenti tal-Kamra mhux il-gvern jagħmilhom.", "Ir-regolamenti tal-Kamra qegħdin hemm - u kienu hemm minn dejjem - u jekk xi ħadd jaħseb li jista' jaqlibhom għaliex għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet, jien nitlob ruling mis-Sedja u dan imbagħad neħduh fejn hemm bżonn.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin b'dan il-mod li jirruftaw li jagħtu informazzjoni dwar infiq ta' flus il-pubbliku.", "X'arroganza!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien naħseb li l-istqarrija li għamel l-Onor.", "George Vella hija waħda ta' opinjoni u biċċa minnha lanqas hija bbażata għal kollox fuq kif suppost jiġu osservati r-regoli ta' din il- Kamra.", "L-Onor.", "Membru għandu konoxxenza sew ta' l-istanding orders - għax ilu għal ċertu żmien f'din il-Kamra - u jaf li l-mistoqsijiet kollha li jsiru jridu jkunu magħmula skond ċerti parametri kif stabiliti mill- ordnijiet permanenti, pero' għal dak li huma tweġibiet ir-regolamenti jħallu fid-diskrezzjoni tal-ministru x'informazzjoni jagħti u kif iwieġeb.", "Fuq din il-materja m'għandux ikun hawn problema.", "Nerġa' ngħid li fuq kwestjoni ta' kontroll tan-nefqa pubblika ħadd ma jżomm lill-oppożizzjoni milli tagħmel il-kritika li jidhrilha li għandha tagħmel.", "Meta jitressaq il-budget u jkun hawn l-estimi tal-korporazzjonijiet pubbliċi, f'diversi okkażjonijiet il-Kamra tiddibatti u tiddiskuti.", "L-Onor.", "Vella qal li l-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi jiddiskuti wara li tkun saret in-nefqa.", "Jien ngħid li bilfors hekk irid ikun u anke din il- mistoqsija li qed issir hija magħmula biex wieħed ikun jaf x'intnefaq, naturalment wara li saret in-nefqa.", "Allura jiena naħseb li m'huwiex korrett li wieħed jgħid li hawn xi nuqqas biex il-Kamra tkun tista' tagħmel il-kontroll li jidhrilha li għandha tagħmel fuq in-nefqa pubblika tal- gvern.", "Nerġa' ngħid li l-forum it-tajjeb għal din it-tip ta' diskussjoni huwa l-kumitat li jeżamina l-kontijiet pubbliċi.", "Hemm imbagħad kwalunkwe miżura oħra li tista' tiġi wżata b'manjieri oħra.", "Wara kollox hawnhekk l- Onor. Interpellant qed jiġi mitlub jagħti raġuni għalfejn qed jagħmel dawn it-tip ta' domandi.", "M'hijiex l-ewwel darba li saret din it-tip ta' mistoqsija u huwa ċar li l-intenzjoni mhix dik li jsir kontroll tan-nefqa pubblika.", "Meta wieħed jara ċerti reazzjonijiet li jkun hawn fl-istampa u fil-mezzi ta' propaganda ta' l-oppożizzjoni għal ċerta informazzjoni li tingħata, mal- ewwel tinduna li dawn it-tip ta' mistoqsijiet huma intenzjonati biex titqanqal kampanja ta' miżinformazzjoni għall-istrutturi pubbliċi ta' pajjiżna billi tiġi manipulata l-informazzjoni li toħroġ mill-parlament.", "U l-gvern qed jieħu din id-deċiżjoni - u nerġa' ngħid li din qed tittieħed kollettivament bħala gvern - preċiżament bħala reazzjoni għal din it-tip ta' mistoqsija.", "Nerġa' ngħid li lill-oppożizzjoni m'aħniex qegħdin ngħidulha biex taqbel jew taċċetta dak kollu li jsir imma qed nitolbuha tgħid għalfejn qed tagħmel dawn id-domandi.", "Qed tagħmel dawn id-domandi għaliex hemm xi ħaġa partikolari li qed tissuspetta minnha?", "Jew forsi qed tagħmel xi tip ta' fishing expedition, li minnha mbagħad l-oppożizzjoni tkun tista' timmonta l-kampanji kollha u tagħmel l-ispots kollha li trid, li naturalment ma jservu xejn għall-kontroll tan-nefqa pubblika imma jservu biss biex jimminaw l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, l-ebda ammont ta' verbosita` ripetuta m'hi se timpressjona la lili u lanqas lill-pubbliku, u l-pubbliku lanqas se jimpressjonawh wegħdiet vojta li għada pitgħada jimmaterjalizzaw f'gideb.", "Jiena nerġa' ngħid li l-oppożizzjoni għandha kull dritt titlob kull dettall tan-nefqa pubblika.", "Issa l-Ministru qed jgħid li hu u sħabu, f'konfoffa waħda, iddeċiedew li ma jagħtux l-informazzjoni.", "Jien ngħid li b'hekk qed jagħtu eżempju ħażin anke lill-korporazzjonijiet - smajnihom jgħidu lill-ġurnalisti li mhux affari tagħhom u ma jridux jirrisponduhom - u din l-arja dieħla sew fil- pajjiż minħabba l-arroganza tan-naħa l-oħra.", "Sur President, se nerġa' nistaqsi lill-Ministru: Jiġifieri f'isem il- Prim Ministru int qed tgħid li din l-informazzjoni ma tridx tagħtiha?", "Toqgħodx tgħidilna biex nagħtu r-raġunijiet!", "Id-domanda tiegħi hija ċara: Veru jew m'hux veru li qed tgħid li ma tridx tagħti l-informazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ir-risposta hija ċara.", "Sakemm ma tingħatax raġuni għalfejn qed tintalab l-informazzjoni - il-kliem hu meqjus - ma jkun hemm l-ebda skop li tinġabar.", "Jiġifieri l-gvern mhux ma jridx jagħti l-informazzjoni imma qed jitlob li tingħata r-raġuni għafejn qed tintalab l-informazzjoni u, jekk ir-raġuni ma tingħatax, wieħed ma jarax l-iskop għaliex għandha tinġabar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru jaf li dan ma joħroġ minn imkien mill- istanding orders.", "Per eżempju, żgur li l-Ministru Joe Borg qatt ma kien mitlub jgħid x'kien l-iskop li jistaqsi - kien idardarna bil-mistoqsijiet li kien jagħmel - dwar il-mileage tal-karozzi uffiċjali fl-ambaxxati u affarijiet redikoli oħra.", "Jien nibqa' nsemmihom dawn l-affarijiet għaliex ħadd minn sħabu ma kien iwaqqfu dak iż-żmien.", "U la l-Ministru qed jieħu din l-attitudni, din in-naħa titlob ruling mis-Sedja dwar din il-kwestjoni.", "(Interruzzjonijiet) Qed nitlob ruling.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett assolutament nirribatti l- ħrafa li għaliex nitkellmu b'dan il-mod jista' jittieħed bħala xi sinjal ta' arroganza.", "It-tieni nett jidhirli li aħna qegħdin fl-istadju tal- mistoqsijiet, f'liema ħin ir-regolamenti jgħidu li għandhom isiru domandi u risposti.", "Li wieħed iħalli lill-oppożizzjoni tagħmel statement kontra statement ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Membri jafu li s-Sedja għandha s-setgħa tiċċensura interpellanza, pero` imbagħad hija r-responsabbilta` politika tal-ministru li jwieġeb għal dik id-domanda.", "Dan huwa dak li jgħidu l-istanding orders.", "Din mhix l-ewwel darba li qamet din il-kwestjoni u r-risposta min-naħa tas-Sedja dejjem kienet fis-sens li qiegħed ngħid jien.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, imma jien tlabt ruling.", "MR SPEAKER: Iva, inti tlabtni ruling u jien tajtek ruling!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien naqbel miegħek li hija fid- diskrezzjoni tal-ministru li jirrispondi jew ma jirrispondix mistoqsija parlamentari u m'iniex qed nitlob ruling dwar dan.", "Ir-ruling li qed nitlob jien huwa dwar jekk kemm-il darba jistax ministru jagħmel statement of policy kif qed jagħmel il-Ministru Louis Galea f'isem il-gvern li mistoqsija ma jirrispondihiex kemm-il darba ma jkunx hemm ġustifikazzjoni għaliha minn din in-naħa, speċjalment meta qed nitkellmu fuq ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispiża pubblika.", "Sur President, jien nitolbok tirrikonsidra dak ir-ruling li tajt u tagħti ruling dwar din il-kwestjoni.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, m'għandix x'inżid ma' dak li diġa` għedt.", "L- Onor. Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, naħseb li jiftakar il-Ministru fil- mistoqsijiet li kienu jsiru min-naħa tagħhom meta kienu fl-oppożizzjoni dwar in-nefqa fuq hospitality ta' diversi ministeri.", "Mistoqsija minnhom fil-fatt kienet saret lili bħala ministru, u għaliex ma kellix l- informazzjoni miegħi wara domanda supplimentari li kienet saritli - talbuni nagħti breakdown tal-lista li kont tajt - in-naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dakinhar kienet sejħet għal quorum.", "Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li dak iż-żmien l-oppożizzjoni Nazzjonalista setgħet tagħmel dawn it-tip ta' domandi fl-interess tal-poplu u llum l-oppożizzjoni Laburista ma tistax tagħmilhom!", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-oppożizzjoni tista' tagħmel il- mistoqsijiet kollha li jidhrilha xierqa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rekwiżiti tal-kors ta' hospitality management fl-ITS, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19744;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-lokalita` ta' postijiet b'requisition order, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19754; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar aġenti tal-mediċini li għad għandhom jitħallsu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19780.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru, jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-att dwar l- Affarijiet tal-Konsumatur.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOHN VELLA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ oħra anċillari u konsegwenzjali għalih\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MOZZJONI DWAR IL-PROGRAMM NAZZJONALI DWAR L-ADOZZJONI TA' L-ACQUIS", "(Ikompli mis-6 ta' Ottubru, 2000)", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, din il-ġimgħa smajt b'attenzjoni kbira l- argumenti li kemm in-naħa tal-gvern kif ukoll in-naħa ta' l-oppożizzjoni ġabu favur u kontra li l-gżejjer tagħna jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Jien bħala ċittadin nistqarr li nifhem ftit li xejn fuq l-Unjoni Ewropea, u ċert li dawk li semgħu dan id-dibattitu, illum, wara ġimgħa, huma ftit aktar konfużi milli kienu qabel ma semgħuna nitkellmu għaliex in-naħa tal-gvern kollha tkellmu favur u n-naħa ta' l-oppożizzjoni kollha tkellmu kontra.", "Issa biex wieħed jasal għal deċiżjoni daqstant importanti, irid jieħu approach oġġettiv.", "L-istorja dejjem għallmitna li kull pajjiż jagħmel dejjem dak li jaqbillu, pero` aħna f'pajjiżna dejjem iġġelidna gwerer ta' ħaddieħor u qatt m'għamilna dak li qablilna imma dejjem għamilna dak li qabel lill- barrani.", "Għalhekk huwa importanti li filwaqt li l-approach tagħna jkun wieħed oġġettiv, it-test ta' jekk għandniex nidħlu jew le għandu jkun wieħed soġġettiv, fis-sens li naraw x'jaqbel għall-familji tagħna.", "Dan huwa test importanti li kull wieħed minna jrid jagħmel għaliex fi ftit ta' żmien ieħor se niġu msejħa biex nagħtu l-opinjoni tagħna f'referendum.", "Jien li nista' ngħid huwa li meta nitkellmu dwar Għawdex, wieħed irid jiftakar li qed nitkellmu dwar ekonomija fraġli ħafna u għalhekk huwa importanti li jsir studju profond biex naraw jekk il-fatt li aħna nidħlu fl- Unjoni hux ta' benefiċċju jew le għall-poplu Għawdxi.", "Ċertament li f'Għawdex jinħolqulna l-problemi kemm-il darba l-gvern idaħħalna fl-Unjoni mingħajr preparamenti sodi.", "Kulħadd jaqbel, kemm gvern kif ukoll oppożizzjoni, li bejn Malta u Għawdex hemm differenzi fundamentali, fis-sens li hemm bżonn li biex Għawdex jimxi 'l quddiem jiġi ddiskriminat f'sens pożittiv, jiġifieri jingħata ċerti inċentivi biex ikun jista' jikkompeti.", "Gvern Laburista kien ikkrea l-IPSE, liema intrapriża kienet għenet ħafna biex jingħataw l- inċentivi neċessarji ħalli l-fabbriki f'Għawdex jimxu 'l quddiem.", "Fil-fatt konna tajna sussidju fuq it-trasport lill-fabbriki ż-żgħar sabiex b'hekk dawn setgħu jikkompetu u jibdew jesportaw għal barra minn Malta.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn dawk il-fabbriki f'Għawdex orjentati għas-suq barrani ma setgħux ikomplu jlaħħqu mas-suq imma bdew jagħlqu, anzi kien hemm minnhom li bdew joperaw minn Malta.", "Sur President, huwa għalhekk li jien nistaqsi minn hawnhekk x'inhu jagħmel il-gvern, b'mod partikolari l- ministeru għal Għawdex, f'dak li huwa studju dwar l-impatt li dan id-dħul fl-Unjoni se jġib fuq il-gżira Għawdxija.", "Jien ċert li fin-negozjati li se jsiru ma' l-Unjoni Ewropea, kemm Malta kif ukoll Għawdex, se jiġu ttrattati bħala reġjun wieħed u at par ma' xulxin.", "Jekk jiġri dan żgur li tintilef id-diskriminazzjoni pożittiva li hemm favur Għawdex, fis-sens li Għawdex m'huwiex se jibbenefika mill- għajnuna li l-Unjoni tagħti lir-reġjuni li huma inqas vantaġġjati.", "Jien insostni li l-gvern għandu jserraħ moħħ il-poplu Għawdxi billi jgħidilna li meta hu jkun qiegħed jittratta ma' l-Unjoni Ewropea, mhux se jikkonsidra lil Għawdex u lil Malta fl-istess miżien imma se jikkonsidra lil Għawdex għalih peress li għandu bżonn ta' aktar għajnuna.", "Punt ieħor li jien ma nistax nifhem huwa kif wieħed jista' jiddeċiedi li nidħlu fl-Unjoni Ewropea meta f'Għawdex sal-lum għad m'għandniex statistika dwar l-istat ekonomiku, finanzjarju u soċjali ta' l-istess gżira.", "Kif nistgħu oġġettivament niddeċiedu jekk Għawdex tidħolx membru jew le, meta għad m'għandniex statistika bħal din?", "Filwaqt li l-gvern jidher għaddej b'rittmu mgħaġġel biex jagħmel dak il-tibdil strutturali neċessarju fil- gżira Maltija, għar-rigward tal-gżira Għawdxija jiddispjaċini ngħid li m'hu qiegħed jagħmel proprju xejn.", "Għandna biss ministeru li dejjem jiftaħar kemm huwa importanti li nidħlu fl-Unjoni Ewropea għaliex jekk nidħlu Għawdex se jiggwadanja ħafna.", "Fil-fatt sezzjoni 13 tar-rapport in eżami tgħid li Għawdex jista' jibbenefika ħafna mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea iżda hemm bżonn ta' numru ta' policies adegwati li jieħdu in konsiderazzjoni kemm id-daqs tal-gżira kif ukoll l-element ta' insularita` doppja.", "U jien minn hawnhekk nistaqsi lill-Ministru Giovanna Debono jekk l- istudju dwar Għawdex realment sarx, jekk il-Ministru għandhiex pjan quddiemha li fuqu wieħed verament jista' jasal għall-konklużjoni li jekk Għawdex jidħol ma' Malta fl-Unjoni, dan se jkun ta' benefiċċju għalina l- Għawdxin.", "Sur President, kulħadd jaf li l-industriji fil-gżira Għawdxija huma żgħar u jiddependu ħafna mill-għajnuna li jirċievu mingħand il-gvern anke għar- rigward tat-trasport.", "Iż-żewġ pilastri ta' l-ekonomija Għawdxija, jiġifieri l-biedja u s-sajd, ukoll jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet kbar minħabba n-nuqqas ta' spazju għas-sajjieda Għawdxin fejn jitfgħu r- rimja.", "Is-sajjieda Għawdxin illum diġa` qed isibu ruħhom f'kompetizzjoni mas-sajjieda Tuneżini u Sqallin u għalhekk mhux sewwa li nagħmlu kif qiegħed jagħmel il-ministeru għal Għawdex li jdendel il-karrotta quddiem il- poplu Għawdxi u jurih is-sbuħija tas-sħubija fl-Unjoni, qisu Għawdex se jiġi ttrattat bħala reġjun għalih u se jagħtuna l-għajnuna kollha neċessarja.", "Dan m'hu veru xejn, u l-każ tad-Danimarka għandu jgħallimna.", "Ftit ilu kelli l-opportunita` li nkun id-Danimarka u rajt b'għajnejja kemm dawn huma ġelużi għas-sovranita` tagħhom u ma jridux li l-munita tagħhom tinbidel fil-euro.", "Dawn jafu dawn li ftit ftit qegħdin jiġu miblugħin mill-Unjoni Ewropea b'mod partikolari minn Franza u l-Ġermanja, u għalhekk fil-maġġoranza kbira tagħhom ivvutaw li ma jisseħbux fil-munita komuni Ewropea.", "Għalhekk inutli li noqogħdu nippretendu li kollox miexi sew u li jekk nidħlu fl-Unjoni l-problemi kbar li għandha l-gżira Għawdxija sejrin jissolvew.", "Dan m'hu veru xejn.", "Jien nemmen li l- maġġoranza assoluta tal-poplu Għawdxi ma jafx xi tfisser l-Unjoni Ewropea u hemm bżonn li l-ministeru għal Għawdex jagħmel studju profond settur b'settur biex jara jekk verament il-poplu Għawdxi jaqbillux jidħol fl- Unjoni.", "Imma ħalli issa ngħaddi għall-qasam turistiku, Mr Speaker.", "Sal-lum aħna dejjem għedna li biex Għawdex jimxi 'l quddiem fil-qasam turistiku hemm bżonn li noħolqu dawk li jissejħu niche markets tant vitali sabiex nattiraw turiżmu anke fix-xhur tax-xitwa.", "Jien nistaqsi jekk sarx studju dwar kif sħubija fl-Unjoni se taffettwa l-qasam turistiku Għawdxi.", "Qed nistaqsi dan għaliex jidher ċar li l-gvern ma jimpurtah xejn mill-gżira Għawdxija u aktar qed jiffoka fuq Malta.", "Il-poplu Għawdxi jaf li ma jaqbillux jidħol fl-Unjoni għaliex il-problemi kbar li diġa` jeżistu f'Għawdex ikomplu jikbru jekk nimxu skond it-time schedules li ffissa l- gvern.", "Jien nappella lill-poplu Għawdxi sabiex meta jasal il-mument li jmur jivvota fir-referendum jistaqsi lilu nnifsu jekk jaqbilx lilu, lill- familja tiegħu u lil uliedu li jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Hemm bżonn li ma nkunux għamja u ma nintrabtux ma' karru politiku imma nġibu l-ewwel u qabel kollox lil Għawdex u lill-familji tagħna.", "Jien ċert li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-poplu Għawdxi qiegħed jinduna li l-Unjoni Ewropea m'hijiex se tkun ta' ġid għalih.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, qegħdin nitkellmu dwar il-programm nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis.", "Dan naturalment m'huwiex programm set in stone imma huwa programm li jinbidel minn żmien għal żmien u qed iwassal għal riformi kbar fl- istrutturi ta' pajjiżna.", "Jekk nieħdu, per eżempju, il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi naraw li din is-sena biss ġew ippreparati madwar l-14-il abbozz ta' liġi.", "Veru li dawn ma sarux kollha minħabba l-eventwali dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, pero` m'hemmx dubju li f'ħafna minnhom hemm element ta' ristrutturazzjoni.", "Nistgħu ngħidu li saru tibdiliet f'dak li jirrigwarda d-dipartiment ta' l-industrija u dak tat-trade, l-uffiċċju tal-konsumatur u l-uffiċċju tal- kompetizzjoni ġusta.", "Qegħdin niżviluppaw ukoll ir-regulatur għas-setturi ta' l-enerġija u tat-telekomunikazzjoni.", "Dawn kollha huma bidliet ibbażati fuq dak li huwa meħtieġ biex wieħed jasal għall-istrutturi neċessarji li l- Unjoni Ewropea tistenna minn pajjiż membru.", "U r-raġuni għaliex l-Unjoni trid dawn l-istrutturi hija sabiex kemm jista' jkun jipprevali l-fair trade ma' kullimkien.", "Rigward is-sitwazzjoni tat-tarznari li ssemmiet minn xi kelliema nista' nikkonferma li qegħdin nindirizzawha.", "Naturalment nixtiequ naraw aktar progress f'dan il-qasam, pero` naħseb li jkun min ikun fil-gvern irid inaqqas is-sussidji u jelemina l-ineffiċjenza ħalli jiżgura li t-tarznari jimxu għal sitwazzjoni vijabbli.", "Aħna naħsbu li dan huwa possibbli u qed nimxu fuq programm imfassal proprju għal dan il-għan.", "Hemm min jgħid li jekk nidħlu fl-Unjoni pajjiżna ma jkunx jista' jibqa' jissussidja t- tarznari.", "Jien naħseb li anke jekk ma nidħlux, il-pajjiż ma jiflaħx jagħti sussidji għal dejjem.", "Il-pajjiż irid jirristruttura u jrid juża r-riżorsi tiegħu bl-iktar mod għaqli possibbli biex ikun jista' jieħu l-massimu li jista' bħala produttivita` mill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Finalment il-mira tagħna hija li nilħqu livell ta' għajxien ogħla minn dak li għandna llum.", "Aħna nistgħu nieħdu l-pożizzjoni, kif kien ħa l-gvern preċedenti, fejn ngħidu li se nħallu l-monopolju fil-qasam tat-telekomunikazzjoni sas-sena 2010 għaliex naħsbu li dik hija xi ħaġa neċessarja?", "Imma fuq liema bażi wieħed jiddeċiedi li hija neċessarja?", "Żgur li pajjiż modern illum jaqbillu li ma jkollux sistema liberalizzata tat-telekomunikazzjoni?", "Qed insemmi dan b'mod partikolari għaliex is-sitwazzjoni reali ta' kull pajjiż li qed jiżviluppa llum hija li jekk ma jkollokx qabżiet kbar fl-istrutturi tat- telekomunikazzjoni, fl-effiċjenza, fil-mod kif jopera s-settur u fl- introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida, ma tkunx tista' żżomm il-pass ma' pajjiżi oħra li jkunu qed jiżviluppaw u ma' oħrajn li diġa` huma żviluppati u li jinsabu għaddejjin b'pass mgħaġġel.", "U allura wieħed irid joqgħod attent ħafna kif jasal għall-konklużjonijiet li wasal għalihom il-gvern preċedenti għaliex jista' jinħoloq dannu għall-iżvilupp ekonomiku tal- pajjiż.", "Huwa importanti li wieħed jara r-rata li biha jista' jimxi l- pajjiż b'mod li jilħaq l-ogħla livell ta' għajxien possibbli, għalkemm naħseb li ħadd ma jista' jkun jaf ir-risposta eżatta għal dan.", "Li nista' ngħid jien hu li l-ministeru għas-servizzi ekonomiċi qed jagħmel bidliet estensivi u rrid nistqarr li ninsab sodisfatt ħafna bil-mod kif is-settur pubbliku qiegħed jirrispondi għal din l-isfida.", "Forsi l- poplu Malti joħroġ l-aħjar fih meta jkollu sfida quddiemu.", "M'hemmx dubju li l-bidliet li qegħdin nagħmlu huma neċessarji anke jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, pero` kieku mhux għax għandna l-programm ta' sħubija fl-Unjoni dawn il-bidliet jafu jieħdu aktar żmien biex isiru.", "U allura l-programm ta' ħidma deskritt f'dan id-dokument, fil-fehma tiegħi, qed iwassal għall-akbar qabża fl-iżvilupp ta' l-istrutturi tagħna li qatt kellna mill-indipendenza 'l hawn.", "Dan huwa programm li qed ifisser ħafna xogħol u dedikazzjoni minn ħafna nies li qegħdin jaraw li jkollna mhux biss il-liġijiet imma li jkollna wkoll l-istrutturi nfushom li jkunu kapaċi jmexxu dawn il-liġijiet meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Kieku wieħed kellu jmur ftit lura forsi jiftakar li l-oppożizzjoni kienet qed titlob l-aktar relazzjoni mill-viċin ma' l-Unjoni Ewropea short of membership.", "Din tirrikjedi li jkollok ċertu freedom of movement of goods, strutturi neċessarji fuq standards, strutturi neċessarji biex tkun tista' tkejjel dak li hemm bżonn tkejjel, sistema ta' tassazzjoni simili għal dik tal-pajjiżi membri u anke sistema ta' tariffi kontra pajjiżi li huma barra l-Unjoni.", "L-oqsma msemmija fil-programm ta' ristrutturazzjoni huma ħafna u jinkludu l-industrija, is-shipyards, il-korporazzjonijiet pubbliċi, il- foreign direct investments, titjib fl-istandard tal-prodotti importati f'Malta u titjib tal-livell ta' l-għajxien f'oqsma li jaqgħu taħt ministeri differenti, bħal fil-każ ta' health and safety.", "Dawn huma kollha miżuri ntiżi sabiex jagħtuna sistema konsistenti maż-żmenijiet tal-lum.", "Kif kulħadd ċert li jaf, hemm sfidi kbar, pero` ninsabu mexjin b'pass tajjeb - dan m'aħniex qed ngħiduh aħna biss imma osservawh ukoll il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea - tant li aħna minn ta' quddiem fost il-pajjiżi tat-tieni grupp - l-applikazzjoni tagħna kienet ġiet iffriżata taħt il- gvern preċedenti u allura tħallejna għal żmien fuq l-ixkaffa - u hemm min jgħid ukoll li anke fost il-pajjiżi ta' l-ewwel grupp Malta tinsab f'pożizzjoni mill-aktar avvanzata.", "Dan kollu naturalment seta' jsir għaliex hemm il-ħeġġa biex wieħed jibdel is-sistemi.", "Pero` minbarra l- bidliet li qed nitkellmu dwarhom, tajjeb li wieħed jirrifletti wkoll dwar liema hi d-direzzjoni li qed inħarsu lejha.", "Jien ngħid li hemm żewġ aspetti importanti; l-aspett politiku u l-aspett ekonomiku tas-sħubija.", "U se nitkellem ftit fuq it-tnejn.", "L-ewwelnett meta nitkellmu dwar l-aspett politiku nkunu qed nirriferu għall-fatt li Malta, bħala membru ta' l-Unjoni Ewropea, jkollha prominenza ferm akbar milli għandha llum f'dak li għandu x'jaqsam ma' dak li qed jiġri fl-Ewropa.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-bidliet imsemmija f'dan il- programm, pero` ta' min jitkellem ukoll dwar il-benefiċċji.", "Huwa veru li mhux kollox huwa ward u żahar pero` lanqas huwa kollox ikrah, iebes u diffiċli.", "M'hemmx dubju li bħala membru ta' l-Unjoni, Malta tkun f'pożizzjoni li tirrifletti aktar sigurta`.", "Il-fatt li tkun parti minn Unjoni li tkun qed timxi bl-istess regoli u sistemi twassal għal aktar fiduċja f'dak li għandu x'jaqsam ma' investiment.", "U dan huwa aktar importanti meta wieħed jiftakar li m'aħniex l-uniku pajjiż li qed napplikaw biex nidħlu imma hemm madwar 12-il pajjiż ieħor, liema pajjiżi sa għaxar snin ilu lanqas biss kienu jidħlu jikkompetu magħna għall-investiment u llum qegħdin jikkompetulna bil-kbir u għalhekk ma nistgħux naffordjaw li naqgħu nofs pulzier lura minnhom jekk verament irridu nilħqu l-ogħla livell ta' għajxien possibbli fl-iqsar żmien.", "Jien għadni ġej minn programm ta' investment promotion fil-Ġappun u rrid ngħid li kemm meta titkellem ma' ministri tal-Gvern Ġappuniż u anke meta titkellem ma' investituri - u aħna ltqajna ma' madwar 50 kumpannija - l- aktar mistoqsija li jagħmlulek hija dwar meta Malta se tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Din hija prova ċara ta' l-importanza ta' din id-deċiżjoni.", "U jagħmlu din id-domanda għaliex fiċ-ċirkostanzi attwali, wieħed mill-Asja li jinvesti f'Malta fis-settur ta' l-elettronika jkun irid jilħaq valur miżjud ferm akbar milli kieku Malta kellha tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "U allura jekk investitur Ġappuniż ikun irid jinvesti f'Malta biex jipproduċi l-computers, se jsib li l-valur miżjud f'pajjiżna, pajjiż żgħir b'ekonomija żgħira, huwa ferm aktar għoli milli kieku jinvesti fl-Irlanda, b'ekonomija ferm akbar minn Malta.", "Fl-Irlanda l-valur miżjud ta' investiment minn barra l-Unjoni huwa ta' madwar 45%, jiġifieri 20% inqas minn tagħna.", "Dan juri li l-investiment jaħdem b'mod aktar liberu meta jsir f'pajjiż li diġa` huwa membru ta' l-Unjoni jew f'pajjiż li se jsir membru bħall-Ungerija, il- Polonja u r-Repubblika Ċeka.", "Dawn il-pajjiżi kollha għarfu n-neċessita` li jkunu parti mill-Unjoni u għarfu li huwa fl-interess nazzjonali tagħhom - bħalma hu fl-interess nazzjonali tagħna - li joffru l-aktar kwadru attraenti għal min irid jinvesti f'pajjiżhom.", "Nerġa' ngħid li hemm interess minn pajjiżi li huma barra mill-Unjoni, kemm dawk mill-Asja kif ukoll oħrajn mill-Amerka, li jħarsu lejn Malta b'mod ħafna aktar pożittiv kieku kellna nkunu msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "U din ma kenitx l-unika okkażjoni fejn staqsewni meta Malta se ssir membru ħalli jaraw jekk jaqblilhomx jiġu hawnhekk jew inkella jmorrux l-Irlanda jew l-Ungerija jew il-Polonja.", "Il-fatt li ninsabu għaddejjin b'pass mgħaġġel fit-triq ta' sħubija u l-fatt li qegħdin fuq quddiem nett huma nnotati minn dawn il- pajjiżi.", "Kif diġa` għedt, il-gvern preċedenti kien qed jimxi fi triq għal relazzjoni aktar mill-qrib, u din hemm ċerta ambigwita` fiha.", "Fil-fatt jekk wieħed jaqra r-rapporti li kienet ipproduċiet l-Ewropa jara li din kienet qed tgħid li dan m'huwiex possibbli għax jew tkun ma' tal-Mediterran jew tkun mal-pajjiżi li se jissieħbu.", "Dan qalu Prodi stess f'dan il- parlament u tana indikazzjoni ċara li l-alternattiva li tan-naħa l-oħra dejjem iħambqu fuqha m'hijiex realistika u attraenti.", "U jien nista' ngħid li anke min-naħa l-oħra tad-dinja, l-investituri jaħsbuha bl-istess mod.", "Issa m'aħniex qed nitkellmu fuq Prodi, li jafna u allura jista' jkun li huwa interessat li l-Unjoni Ewropea tkun tinkludi lil Malta wkoll għaliex b'hekk ikun hemm Unjoni aktar kompleta, imma qed nitkellmu fuq investituri li lil Malta jafuha ftit pero` jafu xi tfisser li tkun jew ma tkunx fl- Ewropa.", "Jekk wieħed iħares lejn l-investiment li sar mill-Ġappun isib li hemm madwar 23 kumpannija sussidjarja fl-Irlanda u f'kull pajjiż ieħor membru u anke f'pajjiżi oħra li applikaw biex isiru membri.", "Il-verita` hi li dawn il-bidliet li qed nagħmlu jagħtu aktar sigurta` għal min irid iħares lejn pajjiżna u jpoġġu lil pajjiżna f'pożizzjoni aktar attraenti.", "Anke mill-aspett politiku wieħed jista' jgħid li pajjiżna jkun qed jiggwadanja mhux biss għaliex ikun involut fl-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea u allura huwa ukoll ikollu ċerta abbilita` li jinfluwenza u li jwassal il-kelma tiegħu ħafna aktar milli jista' jagħmel minn barra, imma anke għaliex ikun jista' jipparteċipa u b'hekk jiġbed aktar investiment minn barra l-Unjoni.", "Ħalli issa ndur fuq l-aspetti ekonomiċi tal-kwestjoni ta' sħubija.", "Sur President, nafu li dawk il-pajjiżi jew reġjuni li għandhom dħul ta' anqas minn 75% tal-medja ta' l-Unjoni Ewropea huma kkonsidrati li għandhom bżonn ta' ċerta assistenza biex b'hekk ikunu jistgħu jilħqu l-medja u jekk ikun possibbli anke jaqbżuha.", "Fl-istruttura ta' l-Unjoni Ewropea nsibu li hemm regoli differenti għall-pajjiżi li huma f'dak l-istadju.", "L-estimi preliminarji li għandna juru li jekk nikkoreġu l-GDP għall-purchasing power parity Malta tiġi li għandha madwar 60% tad-dħul medju ta' l-Unjoni.", "Dan kollu juri li wieħed ma jistax jaqbad u jagħmel, kif jagħmlu tan-naħa l- oħra, direttivi u kondizzjonijiet u japplikahom għal pajjiżna.", "L-ironija hija li tan-naħa l-oħra dejjem jgħidu li r-regoli ta' l-Unjoni ma japplikawx daqstant għal pajjiżna għaliex aħna żgħar, imbagħad ma jindunawx fejn hemm affarijiet li japplikaw għalina u japplikawhom b'mod sensibbli.", "Dawn jinjoraw kompletament - jien qrajt id-diskorsi kollha li għamlu l- membri f'din id-diskussjoni - il-fatt li Malta se jkollha pożizzjoni privileġġata li twassal biex wieħed ikun jista' jkollu kondizzjonijiet speċifiċi aktar attraenti, kemm għall-industrija, kemm għall-SMEs, kemm għall-agrikoltura kif ukoll għal oqsma oħra.", "Sfortunatament in-naħa ta' l- oppożizzjoni ħafna drabi kulma jagħmlu hu li jaqbdu direttiva u japplikawha point blank għal Malta, irrispettivament mill-pożizzjoni ta' pajjiżna.", "U huwa hawnhekk fejn naħseb li qed isir l-iżball fundamentali.", "In-naħa ta' l- oppożizzjoni, minflok m'huma qed ikunu oġġettivi qegħdin sempliċement joġġezzjonaw.", "L-interpretazzjoni tiegħi għal dan hija li qed jagħmlu dan sempliċement għaliex qegħdin fl-oppożizzjoni u għaliex iridu li jkollhom politika differenti minn dik tal-gvern.", "U wieħed jasal għal din il- konklużjoni għaliex meta jeżamina r-regoli ta' l-Unjoni, speċjalment l- ispecial considerations li taħthom jaqgħu ir-reġjuni msemmija f'artiklu l- 87 (3a), u jqabblu ma' dak lil qed jgħidu l-kollegi tan-naħa l-oħra tal- Kamra, jinduna li l-oppożizzjoni m'hijiex informata biżżejjed dwar kif japplikaw għal Malta dawn ir-regoli u kif se jeffettwaw lil Malta.", "Sur President, nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi ngħid li huwa ta' diżappunt li f'kull żvilupp ta' natura maġġura li jsir f'pajjiżna, din in- naħa tal-Kamra trid tiġbed warajha lin-naħa l-oħra bil-protesti tagħhom b'kollox.", "Dan ġara fl-indipendenza, fil-liberalizzazzjoni, fil-manifattura u f'ħafna okkażjonijiet oħra.", "Niftakar li fis-snin '70 kienu jgħajruna b'ċimiterju ta' fabbriki, sempliċement għaliex gvern Nazzjonalista kien bena l-fabbriki ħallu jkunu jistgħu jiġu l-kumpanniji.", "Din it-tip ta' kritika nibqgħu narawha aktar lejn dan iż-żmien.", "Il-Partit Laburista fil- gvern għandu storja ta' kontrolli u restrizzjonijiet u ta' nuqqas ta' foresight ta' fejn pajjiżna jista' jasal u għalhekk kien jirrikorri għal ħafna regoli u constraints li kultant kienu jwaqqgħuna għar-redikolu.", "Niftakar, per eżempju, meta gvern Laburista ddeċieda li jagħmel import ban fuq prodotti mill-Ġappun għaliex deherlu li dak il-pajjiż ma kienx qed jimporta biżżejjed mingħandna.", "B'din id-deċiżjoni litteralment nejja, pajjiżna mhux talli tilef talli gerrxet ukoll l-investiment.", "L-istorja turi li l-Partit Laburista donnu m'għandux fiduċja fih innifsu u lanqas m'għandu fiduċja fil-poplu Malti li kapaċi jegħleb l-isfidi b'mod mill-aktar organizzat.", "Dan il-programm ta' ħidma huwa intensiv, għandu viżjoni u qed iħares kif nistgħu nagħmlu biex bl-aktar mod malajr ngħaġġlu t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Dan huwa programm ta' bidliet li se jwassal għal organizzazzjoni u strutturi aħjar, programm li finalment se jwassal għal livell ta' għajxien aktar għoli għall-poplu tagħna u se jwassal ukoll sabiex pajjiżna jkun jista' jipparaguna ruħu ma' l-aktar pajjiżi ekonomikament żviluppati fl-Ewropa.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Speaker, xtaqt nibda l-intervent qasir tiegħi b'żewġ kummenti rigward dak li qalu kelliema ta' qabli dwar l-NPAA.", "L- ewwel kumment tiegħi huwa għal dak li ssemma hawnhekk f'din il-Kamra fejn jirrigwarda l-mandat elettorali u li għalih wieġeb il-ministru għall- affarijiet barranin.", "Jiddispjaċini ngħid li ma naqbilx ma' dak li qal il-Ministru Joe Borg għar-raġuni li meta l-Partit Nazzjonalista wassal il-programm elettorali tiegħu quddiem il-poplu Malti, ċar u tond qal li f'dak li għandu x'jaqsam mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kollox jiddependi fuq referendum.", "Sa dan il-punt naħseb li ħadd minn din in-naħa ma jkun qed jiżbalja jekk jgħid li permezz tal-miżuri li qed jieħu l-Partit Nazzjonalista bħalissa mhux qed jimxi mal-mandat elettorali.", "Dan għaliex il-gvern Nazzjonalista qed jipproponi affarijiet li suppost jiġu wara r-referendum.", "Il-programm għall-adozzjoni ta' l-acquis - ismu stess juri dan - jgħid kif se nadottaw il-liġijiet ta' l-Unjoni.", "Jiġifieri qabel ma jara jekk il-pajjiż huwiex lest li jadotta l-liġijiet ta' l-Unjoni, il-gvern diġa' qiegħed jieħu miżuri biex jiġi in line ma' dak li qed tgħidlu biex jagħmel il-Kummissjoni Ewropea qabel ma jmur għal deċiżjoni popolari.", "Mr Speaker, bil-permess tiegħek niftaħ parentesi żgħira u ngħid li anke hawnhekk il-Partit Nazzjonalista qed jinqabad fil-lixka tiegħu stess għaliex fejn il-Partit Laburista qal li referendum jorbot biss lil min hu marbut bih, jiġifieri lill-Partit Nazzjonalista, li fil-programm elettorali tiegħu wiegħed li jagħmel referendum, il-ġimgħa li għaddiet kellna l- Ministru Joe Borg jgħidilna li l-gvern u l-poplu Daniż huma fil-pożizzjoni li jsejħu referendum ieħor.", "Mela filwaqt li l-gvern Nazzjonalista jgħid li l-oppożizzjoni f'Malta m'għandhiex dritt ma tirrispettax ir-rieda tal-poplu murija f'referendum - li fil-fehma tagħna mhux se jgħaddi bil-mod kif se jagħmlu l-gvern Nazzjonalista, għaliex aħna għandna informazzjoni dwar kif se jsir - fl-istess sentenza jgħid li m'huwiex lest li jintrabat ma' l- istess referendum.", "Din hija kontradizzjoni kbira li qed jagħmel kontinwament il-gvern tal-ġurnata.", "Mr Speaker, jien nasal biex ngħid li dan id-dokument li għandna quddiemna m'huwiex wieħed ta' prinċipju iżda fl-essenza tiegħu huwa dokument ta' direzzjoni - naħseb li l-gvern, inkluż il-ministru għall- affarijiet barranin, jaqbel miegħi dwar dan - għaliex ma jiddiskutix jekk Malta għandhiex tidħol membru sħiħ jew le fl-Unjoni Ewropea.", "Jien smajt id- diskors introduttorju tal-ministru li jinsab preżenti hawhekk u ngħid li bqajt ftit perpless għaliex m'iniex imdorri nisimgħu jitkellem dwar l- Unjoni kif tkellem f'dan id-dibattitu.", "Jiddispjaċini ngħid li donnu nħataf minn dik is-sejħa vaga li għandu l-gvern tiegħu li ma jitkellimx fuq punti tekniċi u affarijiet li huma realistiċi imma jitkellem fuq valuri.", "Din in- naħa taqbel mal-prinċipji fundamentali ta' l-Unjoni, li ma naqblux huwa dwar il-prinċipji tekniċi ta' sħubija.", "U allura x'inhi d-direzzjoni ġenerali li qiegħed joffri dan il-gvern permezz ta' dan id-dibattitu dwar dan il-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis?", "U aħna ma nistaqsux dan biss f'din il-Kamra imma nistaqsu wkoll fil-kumitat permanenti għall- affarijiet barranin - l-oppożizzjoni għandha jirrappreżentawha fuq dan il- kumitat lill-Onor.", "George Vella, lili u lill-Onor.", "Jose` Herrera - x'inhi d-direzzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' SMEs, pero` nibqgħu mingħajr tweġiba.", "X'inhi d-direzzjoni li għandu l-gvern, mhux biss fl-NPAA imma rigward il-prinċipju ta' sħubija sħiħa, per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam ma' bdiewa u sajjieda?", "X'inhu l-pajn għal dak li għandu x'jaqsam ma' għalliema u studenti universitarji?", "X'inhi d-direzzjoni fir-rigward tat- tarznari?", "X'inhi d-direzzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' intrapriżi tal- gvern?", "Ikun żball kbir jekk qabel ma naslu għall-vot tal-lejla il-gvern jibqa' jittratjeni fuq suġġetti ta' materja essenzjali u importanti kif inhi tal- lum, kif għamel fil-passat.", "Infakkar li l-materja li llejla għandna għad- diskussjoni hi ta' importanza assoluta u niftakar li meta aħna konna fil- gvern kien ikun hemm mozzjonijiet ta' l-Onor.", "Eddie Fenech Adami jgħidu li din hija materja ta' importanza assoluta li hemm bżonn niddiskutu malajr kemm jista' jkun.", "Illum il-ġurnata il-gvern ta' Dr. Fenech Adami qed jagħmel bil-maqlub għaliex ħa x-xhur qabel ma din il-mozzjoni ġiet ippreżentata hawnhekk għad-diskussjoni.", "Hemm ukoll il-fatt li din in-naħa ma tafx biżżejjed dwar il-partijiet konċernati fil-programm u x'reazzjoni għandhom għal dan l-istess programm.", "U ma joqogħdux jiġu tan-naħa l-oħra jgħidulna li dan minħabba li m'aħniex nattendu għall-MEUSAC.", "Aħna li jinteressana huwa li min hu Involut fid-diskussjoni biex ikun hemm l- adozzjoni ta' l-acquis ikun infOrmat qabel ma ssir il-balbuljata U mhux wara.", "Imma dan m'huwiex isir u r-rapporti ġew imqiegħda hawnhekk fuq il- Mejda tal-Kamra fuq insistenza ta' l-oppożizzjoni.", "Jien nistaqsi kemm huma kompetenti n-nies li qegħdin iħejju dawn ir-rapporti li qed jiġu jiswew eluf ta' liri.", "Nistgħu naraw li dawn ir-rapporti jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, anke b'mod konfidenzjali?", "Jew inkella jistgħu almenu jingħataw lill-persuni li huma nvoluti.", "Dawn lanqas biss qegħdin jingħataw lil min hu nvolut!", "Jien nistaqsi lill-ministru għall-affarijiet barranin għalfejn m'hemmx synopsis allaċċjata ma' l-NPAA, mhux dwar l-affarijiet li huma konfidenzjali imma dwar l-affarijiet ta' policy...", "(Interruzzjonijiet) L- updated version tal-programm Alla biss jaf meta se niddiskutuh għaliex jekk tagħmlu kif għamiltu din id-darba, iridu jgħaddu tmien xhur qabel ma nkunu nafu x'fih u sadanittant tkunu diġa` wasaltu għall-position tagħkom!", "Allura għaliex ma jitqiegħedx fuq il-Mejda tal-Kamra synopsis li mbagħad inkunu nistgħu niddiskutuh hawnhekk?", "Dan huwa dokument li se jkollu impatt ekonomiku u soċjali u żgur li ma tistax tħalli barra lil dawk li se jintlaqtu primarjament minnu.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni reġgħet kienet preparata immens għal dan id- dibattitu.", "Il-punti diskussi mill-kelliema ta' din in-naħa kienu tekniċi, prattiċi u kellhom rilevanza politika u teknika kbira.", "Min-naħa l-oħra l- gvern reġa' kien fis-sħab, jgħid biss kemm hu importanti iżda mhux x'inhu l- impatt ta' dan il-programm.", "Niftakru li issa ż-żmien jinsab għaddej u qed tavviċina l-cut-off date li ffissa l-gvern, l-1 ta' Jannar 2003.", "Fix-xhur li ġejjin qegħdin nistennew li jkun hemm a national plan for the adoption of the acquis ieħor - li għadu kif semma l-ministru issa - u nisperaw li dan ikollu xi forma ta' synopsis dwar l-impact assessments li qegħdin isiru minn dawn il-konsulenzi.", "Jien jiddispjaċini ngħid li ma rajt xejn ġdid bejn l-ewwel NPAA li kien sar fi Frar li għadda u dak li għandna llum għad- diskussjoni.", "F'xi setturi hemm iżjed informazzjoni pero` fundamentalment m'hemm xejn ġdid.", "Fil-fatt anke l-format tiegħu jgerfxek.", "Jien naqbel ma' sieħbi l-Onor.", "George Vella fejn qal li wara l-ewwel NPAA għallinqas kellu jkun hemm xi forma ta' underlining fejn jgħidilna xi żvilupp seta' kien hemm.", "Dan huwa suġġeriment li għamlet din in-naħa u nispera li jintlaqa' min-naħa tal-gvern.", "Jeżisti wkoll nuqqas kbir ta' informazzjoni f'diversi setturi li huma msemmija fl-NPAA, anke fil-każ ta' kapitli li huma miftuħa għan-negozjati.", "Dan huwa nuqqas kbir u ma jistax ikun li ċerti setturi jitħallew fl- inċertezza bħal, per eżempju, meta jingħad li l-istudju għadu għaddej jew li ċerti miżuri se jkollhom bżonn ta' ristrutturazzjoni.", "Dawn huma ġeneraliżmi li ma jagħmlux ġid u ma jawgurawx tajjeb.", "Wara l-ewwel NPAA aħna konna qed nistennew li ċerti inċertezzi ma jitħallewx miftuħin u stennejna li se jkollna xi tip ta' risposta għalihom, pero` fil-fatt ma kellniex.", "Mhux talli hekk talli nqalgħu ċerti problemi, bħal per eżempju inċertezzi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-acquisition of immovable property, jiġifieri persuni ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu jridu jixtru proprjeta` hawn Malta.", "Hemm imbagħad it-tarznari.", "X'se jiġri jekk il-perijodi transitorji ma jiġux aċċettati mill-Unjoni Ewropea?", "U x'se jiġri fir-rigward tas-settur tal-biedja u s-sajd, aktar u aktar fid-dawl tal-liberalizazzjoni tal-kummerċ agrikolu u r-riforma tal-common fisheries policy?", "Mr Speaker, l-NPAA isemmi ukoll ir-riżorsi umani u finanzjarji li hemm bżonn biex jiġi adottat l-acquis.", "Aħna nisperaw li jkun hemm xi forma ta' retraining - u nistieden lill-ministru jilluminana fuq dan - f'dan l- istadju.", "Aħna ma rridux li s-settur pubbliku jkompli jiżdied b'nies li jidħlu minn barra biex jimlew dawn il-pożizzjonijiet.", "Mill-banda l-oħra ma nixtequx li jkun hemm l-abbuż li diġa` kien hemm, jiġifieri li jkun hemm jobs li jingħataw bl-addoċċ lil xi blue-eyed boys, kif semma sieħbi l- Onor. George Vella - aktar 'il quddiem nitkellmu dwar dawn l-affarijiet - kif ingħataw ir-rapporti li saru dwar l-impact assessments f'dan ir- rigward.", "Intnefqu eluf kbar ta' liri f'rapporti u din in-naħa tal-Kamra qed tkompli tiġbor l-informazzjoni li għandha bżonn biex meta jkun il-waqt tgħid dak li hemm bżonn tgħid.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li dan id-dokument li qed niddiskutu llum suppost jikkodifika l-intenzjoni tal-gvern fil-politika tiegħu, pero` naħseb li anke f'dan ir-rigward qed jonqos.", "U huwa għalhekk li l-kritika tagħna kienet indirizzata fis-sens li aħna nemmnu li l-aħjar triq m'hijiex dik ta' sħubija sħiħa iżda sħubija permezz ta' żona ta' kummerċ ħieles.", "Il- kritika tagħna kienet indirizzata wkoll għall-fatt li anke fil-metodoloġija tiegħu lejn l-Unjoni Ewropea, il-gvern m'huwiex sod, mhuwiex serju u mhux qed ikun kapaċi joffri l-aħjar pakkett fit-triq li għażel.", "Jien konvint li gvern Laburista kien ikun ferm aktar kapaċi minn hekk u kien joffri pakkett ferm aħjar minn dak li qed joffri l-gvern tal-ġurnata.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kif jaf kulħadd is-saħħa fiżika u s-saħħa mentali jiddependu ħafna mill-ambjent għax jekk l-ambjent ikun san iċ- ċittadin ikun jista' jgħix ħajja aktar tajba.", "Għalhekk huwa importanti li nieħdu ħsieb l-ambjent u kulħadd jagħti s-sehem tiegħu biex intejbu l- ambjent.", "Biex isir dan kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu għaliex jekk jien nagħti kas il-parti tiegħi u ma nagħtix kas il-parti li taffettwa lill- ieħor u l-ieħor imbagħad jibda jagħmel bħali, nispiċċaw biex wieħed jibda jaffettwa lill-ieħor.", "L-istess jista' jingħad għal pajjiżi ġirien.", "Pajjiżi ġirien jaraw li jekk ikun hemm xi ħaġa negattiva ambjentali, din ma taffettwax pajjiżi viċini.", "Allura huwa fl-interess tal-pajjiżi kollha li jgħinu lil xulxin biex l-ambjent ikun san u ma jkunx hemm diżastri ambjentali.", "Li qed nipprova ngħid jien huwa li biex pajjiż jgħin lil ieħor m'hemmx għalfejn ikun jagħmel parti minn xi blokk jew għaqda.", "Illum il- popli tad-dinja kollha jifhmu li wieħed irid jgħin lill-ieħor biex itejjeb l-ambjent għaliex dan jeffettwa lil kulħadd.", "Jiġifieri li jkun hawn xi ħadd li jipprova jdaħħal fl-imħuħ li trid tkun tagħmel parti minn xi ċirku biex ħaddieħor ikun jista' jgħinek ittejjeb l-ambjent ta' pajjiżek, huwa falz.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għaliex donnu li dan il-gvern qed jipprova jdaħħal fl-imħuħ li mhux se jgħinuna pajjiżi oħra jekk ma nkunux nagħmlu parti minn blokk.", "Dan m'hu veru xejn u fil-fatt diġa` kellna prova tiegħu, fis-sens li kien hemm okkażjonijiet fejn minkejja li ma konniex qed inħarsu li nkunu parti minn blokk, xorta waħda ngħatajna l-għajnuna biex intejbu l- ambjent.", "Dan għaliex kif għadni kif spjegajt, jekk pajjiż iħassar l- ambjent, jista' jeffettwa pajjiżi oħra ġirien tiegħu u allura huwa fl- interess tagħhom li jaraw li ebda pajjiż ma jagħmel xejn li bih iħassar l- ambjent.", "Huwa importanti li ċ-ċittadini kollha jagħmlu l-almu tagħhom biex jaraw li mhux biss itejbu l-ambjent imma anke jippruvaw jirranġaw dak li hemm ħażin.", "U huwa inutli li wieħed jipprova jgħid li l-poplu Malti u Għawdxi ma jistax jagħmel dan waħdu, fis-sens li mhux kapaċi janalizza x'għandu ħażin u x'għandu jagħmel.", "Biex ittejjeb l-ambjent, irid ikun hemm min hu responsabbli minn fuq li jagħti gwida ta' kif għandhom isiru l-affarijiet, liema gwida jingħata wara li jkun saru studji u riċerki.", "Barra minn hekk irid jara wkoll li hu jagħti l-eżempju, mhux sempliċement jitkellem dwar riċerki u studji u l- azzjonijiet li għandhom jittieħdu jibqgħu ma jitteħdux.", "Meta l-poplu jara li dak li qed imexxih m'hu qed jagħmel xejn, huwa ukoll jibda jaqa' fil- bruda u ma jagħmel xejn.", "Allura l-argument li jagħmel ħafna drabi l-Partit Nazzjonalista li biex intejbu l-ambjent irridu nkunu parti mill-Ewropa ma jreġix.", "Tant ma jreġix li l-ambjent f'ħafna pajjiżi li ma jagħmlu mill-ebda blokk huwa ferm aħjar minn ta' pajjiżi li qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "Hemm ħafna pajjiżi Ewropej li m'humiex fl-Unjoni u li huma serji u dixxiplinati u joqogħdu attenti ma jiksru ebda regolament.", "Mill-banda l-oħra, hemm ħafna pajjiżi li minkejja li qegħdin fl-Unjoni u għandhom ħafna liġijiet, xorta waħda jiksruhom.", "Jiġifieri l-argument li jġib il-Partit Nazzjonalista li trid tkun parti mill-Ewropa biex ittejjeb l-ambjent, ma jreġix.", "Huwa veru li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jkun hemm min jimbuttana ħalli nagħmlu l-affarijiet bilfors, pero` b'daqshekk ma jfissirx li l-affarijiet bilfors se jitjiebu.", "Dan il-kliem qalu madwar sitt xhur ilu l-Ambaxxatur Franċiż f'Malta, li ġie rrapport li qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"It is easy for the public to blame the EU for changes that have to be made.", "That is fine by us.", "Continue to blame us for imposing it on you, but do something for your environment.\".", "Jiġifieri dan indirettament qed jgħid lill-Partit Nazzjonalista li moħħu biex jagħmel il-propaganda u jinqeda bl-Unjoni Ewropea imma fejn jidħol l- ambjent m'hu qed jagħmel xejn.", "Imbagħad l-Ambaxxatur Franċiż qal li minn mindu ġie ppubblikat l-aħħar update ta' l-Unjoni Ewropea, għal dak li għandu x'jaqsam ma' ambjent il- Gvern Malti m'għamel xejn.", "Veru li saret ħafna kritika dwar l-ambjent imma xorta waħda baqa' ma sar xejn.", "Mhux talli hekk, talli indirettament reġa' qallu biex ma joqgħodx jiftaħar għaliex qiegħed membru fil-European environment agency għaliex bil-ftaħir kollu għadu m'għamel l-ebda improvement fl-ambjent.", "Issa dawn sħabu ta' l-Ewropa!", "Qegħdin jgħidulu li fejn jidħol l-ambjent kulma qed jagħmel huwa biss li jinqeda bl-Unjoni Ewropea!", "U huwa intutli li ngħidu li la nidħlu fl-Ewropa l-ambjent f'pajjiżna se jsir qisu ġenna fl-art.", "Mhux talli ma jiġix ġenna fl-art, talli jekk il-gvern jibqa' miexi kif inhu miexi, se jinħolqulu aktar problemi, u ngħid għaliex.", "Huwa tajjeb li l-gvern jgħid lill-poplu li tliet kwarti ta' dak li trid li jsir l-Unjoni Ewropea irid isir qabel ma nidħlu membri, dejjem jekk nidħlu.", "Jiġifieri dak li jingħad li l-Unjoni Ewropea se tagħtina l-flus biex intejbu l-ambjent huwa kollu kliem qarrieqi.", "Dan huwa logħob bil- kliem bħal tal-Lm100 miljun.", "Ir-realta` hi li aħna m'aħniex preparati għal dak li trid li jsir l-Unjoni Ewropea, b'mod speċjali fejn jidħol l-ambjent.", "Il-gvern Nazzjonalista qed jagħmel bħal dak li jkollu somma flus u jonfoqhom kollha fuq karrozza lussuża; meta imbagħad joħroġ idur biha u jispiċċalu l-petrol waqt li jkun għaddej minn Birkirkara u tinzerta tibda ddoqq l-alarm ta' l-għarar, dan jispiċċa jħalli l-karozza hemmhekk u jeħodhielu l-għarar, mentri kieku xtara karozza li tqum inqas flus u ħalla biżżejjed għall-petrol ma kienx jispiċċa b'xejn!", "Dan jista' jiġi kkomparat ma' dak li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista, moħħu biss fit- tlellix u mhux qed jara l-konsegwenzi u jipprova jsib bilanċ.", "Apparti minn dan kollu, pajjiżna m'huwiex f'qagħda finanzjarja tajba.", "Imma dan il-gvern ma jimpurtahx minn dawn l-affarijiet, li jinteressaħ hu li jidħol fl-Ewropa.", "Imbagħad nispiċċaw biex iċ-ċittadin Malti lanqas ikollu biżżejjed flus biex iħares saħħtu.", "U minkejja l-ftaħir kollu dwar l- ambjent, dan il-gvern mhux talli m'għamel l-ebda pass 'iI quddiem biex jirranġa s-sitwazzjoni ambjentali f'pajjiżna, talli mar lura fejn kien qabel tela' gvern Laburista fl-1996.", "Meta l-Partit Laburista tela' fil- gvern, minkejja li ma kellu l-ebda direzzjoni li jidħol fl-Unjoni Ewropea, għaliex verament kien jemmen li jrid itejjeb l-ambjent u s-saħħa taċ- ċittadin, beda jaħdem b'determinazzjoni.", "L-ewwel ma għamel gvern Laburista kien li nieda studju dwar is-sitwazzjoni ta' l-ambjent.", "Għamel studju wara ieħor dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart u kien iddikjara mal-ewwel li l- miżbla tal-Magħtab għandha tingħalaq.", "Pero` ma waqafx hemmhekk imma ħa d- deċiżjoni li 80% ta' l-iskart li ġej mill-bini jmur fil-barrieri u kien diġa` beda jipprova jilħaq ftehim mas-sidien tal-barrieri, pero` dan il- ftehim baqa' ma ntlaħaqx għaliex kienet daħlet l-awtorita` ta' l-ippjanar li bħas-soltu bdiet tagħmel il-gambetti u talbet ħafna għall-insurance u allura ma konniex għadna wasalna.", "Imbagħad ġiet l-elezzjoni u ġara dak li ġara, pero` it-triq kienet diġa` miftuħa minn dak il-lat.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern minflok mexa fuq dik il-linja, li wara kollox kien qal li hija tajba, m'għamel xejn.", "Kien qal li ftiehem ma' tal- barrieri u fil-fatt ma ftiehem xejn.", "Qal li se jagħlaq il-miżbla tal- Magħtab imma kollox baqa' kif kien minkejja l-ħafna studji u paroli.", "L- istess għas-separazzjoni ta' l-iskart at source.", "Il-gvern Laburista kien beda jagħmel proġetti u dan il-gvern telaq kollox.", "L-istess jista' jingħad għall-impjant ta' Sant Antnin fejn il-gvern Nazzjonalista nefaq skoss flus u baqa' ma sar xejn, u meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern ħa l-passi meħtieġa u dawk l-irwejjaħ tista' tgħid li sparixxew.", "Imma dan kollu sar għaliex kien hemm ir-rieda.", "Issa ġara li reġa' għandna l-Partit Nazzjonalista fil-gvern u mhux talli reġa' hemm l-intiena ma' kullimkien, talli jiġu konsulenti minn barra - fil-fatt kelli laqgħa ma' konsulent minnhom - u jgħidulna li s-soluzzjoni li ħareġ biha l-gvern hija rubbish.", "Jidher li l-gvern qed jara kif se jonfoq aktar flus sabiex jagħmel xi ħaġa oħra, u dan sempliċement għaliex is-sistema eżistenti għamilha gvern Laburista.", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu dwar il-problema tat-tinġiż ta' l-arja.", "F'dan ir-rigward il-gvern Laburista ma kien sab xejn; kulma kien sab kienet li kien hemm xi ħaġa bil-moħbi dwar flus minn pajjiżi ġirien biex ikun jista' jinxtara l-apparat meħtieġ.", "Fil-fatt dawn il-flus ma kenux intużaw u l-gvern Laburista kien ħa passi mal-ewwel biex toħroġ tender ħalli jkun jista' jixtri dan l-apparat li bih wieħed seta' jkejjel it-tinġis ta' l- arja.", "U anke f'dan il-qasam morna lura għaliex fejn hemm provi ċari li hemm tinġiż ta' l-arja li huma ta' dettriment għas-saħħa, il-ministru responsabbli mill-ambjent joqgħod jilgħab bid-diskors biex jiggwadanja l- ħin.", "Wara ħafna ftaħir li se jsir kulma hemm bżonn isir biex jitneħħa dan it-tinġiż, diġa` beda jġib l-iskużi għaliex indirettament qal li hemm problemi finanzjarji.", "Jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern m'għandu l-ebda rieda soda favur l-ambjent; kulma jagħmel huwa li jinqeda bl-Unjoni Ewropea u jagħti l-impressjoni li hija xi ġenna ta' l-art fejn taqa' l-manna mis-sema.", "U sadanittant il-pajjiż qed jiġi f'sitwazzjoni fejn għandna ħmieġ u telqa kullimkien.", "Il-vili hi li l-ministru responsabbli mill-ambjent is-sas-sena l-oħra kien jiftaħar u jgħid li Malta se jaqlibha ta' taħt fuq u se jagħtiha dehra differenti - veru qalibha ta' taħt fuq għaliex ħadd ma jaf fejn qegħdin - u l-ministru jibqa' jgħid li hawn l-indafa meta hawn ħmieġ ma' kullimkien.", "Nazzjonalisti stess jiktbu f'gazzetti ta' tendenza Nazzjonalista kontra l- ministru u jgħidu li l-gvern Nazzjonalista m'hu qed jagħmel xejn fejn jirrigwarda l-ambjent.", "Dawn jgħidu li teżisti telqa u traskuraġni kbira, u tant iħossuhom iddisprati li saħansitra qegħdin jitolbu għar-riżenja tal- ministru.", "Dan kollu jfisser li l-Partit Nazzjonalista falla fejn jidħol l- ambjent.", "Is-saħħa taċ-ċittadin sejra lura taħt dan il-gvern u l-unika ħaġa li qed jagħmel huwa li qed jinqeda bl-Unjoni Ewropea biex jgħatti d- disfatta kbira fejn jidħol l-ambjent f'pajjiżna.", "Sur President, minkejja li ma kellu ebda aspirazzjonijiet għal sħubija fl- Unjoni Ewropea, il-Partit Laburista fil-gvern, għamel pass kbir fejn jidħol l-ambjent.", "Dan juri biċ-ċar li biex ittejjeb l-ambjent kulma jrid ikollok huwa rieda soda, liema rieda ma ssibhiex fil-Partit Nazzjonalista imma tinsab fil-Partit Laburista, kemm meta kien fil-gvern u anke llum li qiegħed fl-oppożizzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, ninsabu fl-aħħar parti ta' dan id-dibattitu li issa ilu għaddej għal ġimgħa sħiħa mifrux fuq għaxar seduti - f'ċertu sens naħseb li huwa record fl-istorja ta' dan il-parlament - u li b'kollox se jkunu ħadu sehem fih 55 deputat.", "Jien naħseb li nista' nindirrizza dan id- diskors tiegħi billi jew nieħu pożizzjoni negattiva jew nieħu pożizzjoni pożittiva.", "Jien nippreferi nersaq lejn dan id-diskors tiegħi minn perspettiva pożittiva u nirrimarka li huwa tajjeb li sar dan id-dibattitu, huwa tajjeb li ħadu sehem daqshekk deputati u huwa tajjeb li saret diskussjoni bħalma saret f'din il-Kamra bl-opportunita` li kulħadd jesprimi l-opinjonijiet u l-pożizzjonijiet differenti tiegħu.", "Jiena segwejt ħafna mid-diskorsi li saru waqt dan id-dibattitu u nnotajt li fil-punti mressqa mid-diversi kelliema fil-fatt kien hemm reazzjonijiet, kien hemm risposti, u kien hemm tweġibiet u spjegazzjonijiet mid-diversi ministri u backbenchers li ntervjenew f'dan id-dibattitu.", "Naħseb li kieku kelli nagħsar dan kollu ngħid li huwa pożittiv għal pajjiżna u jkompli jikkontribwixxi għal dibattitu.", "U rrid nagħmilha ċara li l-gvern jieħu pjaċir li jsir dan it-tip ta' dibattitu għaliex permezz tiegħu noħorġu l- informazzjoni kollha possibbli biex il-poplu tagħna jkun jista' jifhem iżjed dejjem in depth l-issues li hemm involuti, id-deċiżjonijiet li qegħdin nieħdu matul il-mixja li aħna qbadna, kif jintlaqat, fejn se jibbenefika, fejn huma l-isfidi u d-diffikultajiet li bil-għaqal u b'intelliġenza rridu niffaċċjaw u naħseb li nkun korrett jekk ngħid li dan kien eżerċizzju li kkontribwixxa għal dan id-dibattitu.", "Biex inkun sinċier mal-Kamra rrid ngħid li forsi kont qed nistenna ftit iktar sustanza għaliex wara kollox qegħdin niddiskutu essenzjalment dan id- dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra apposta biex aħna nidħlu fid- dettalji tiegħu u nkunu nistgħu nesploraw il-miżuri li qegħdin jiġu mfassla u mfehma fih.", "Nista' ngħid li kien hemm interventi li daħlu f'dawn l- aspetti u kien hemm interventi oħra li ma daħlu assolutament xejn f'dawn l- aspetti.", "Jekk għall-grazzja ta' l-argument inwarrab dan, ngħid li huwa tajjeb li jsir dibattitu u tajjeb li dan id-dibattitu, anzi f'ċertu sens nista' nsejjaħlu djalogu, jibqa' għaddej.", "Li pero` naħseb li għandu jsir huwa li ma jkunx hemm pożizzjonijiet entrenched la min-naħa u lanqas minn oħra imma li nisimgħu x'qegħdin lil xulxin u mhux sempliċement wieħed jaqbad jieħu l-pożizzjoni fejn jgħid \"le, jien se nivvota kontra\".", "Dan huwa ħażin.", "Aħna mbagħad min-naħa tagħna rridu nisimgħu wkoll il- preokkupazzjonijiet fejn qegħdin u nindirizzawhom.", "Jien naħseb li djalogu kostruttiv fl-interess ta' pajjiżna hekk għandu jsir u naħseb li aħna l-membri kollha eletti ta' dan il-parlament irridu nirrikonoxxu li hawnhekk m'aħniex qegħdin nilagħbu xi logħba chess fejn jirbaħ wieħed u jitlef l-ieħor, imma għandna f'idejna t-tifsila tad-destin tal-poplu tagħna.", "Il-gvern, u ngħid anke l-oppożizzjoni, għandna f'idejna d-destin ta' wliedna, taż-żgħażagħ tagħna, ta' l-istudenti tagħna, tal- ħaddiema tagħna u tal-familji tagħna għaliex bid-deċiżjonijiet li qegħdin nieħdu bħalissa u li se nieħdu minn hawn u sentejn oħra, se jiġi mfassal id- destin ta' pajjiżna.", "Jiġifieri rridu nifhmu li hawnhekk m'aħniex qed nilagħbu xi logħba politika imma qegħdin nieħdu deċiżjonijiet kruċjali għall-pajjiż.", "U huwa għalhekk li l-pajjiż isejjaħ lilna lkoll għal sens ta' maturita` u għal sens qawwi ta' diskussjoni u djalogu, pero` b'mod kostruttiv u mhux b'pożizzjonijiet entrenched fejn ngħidu: Le, aħna assolutament kontra l-isħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Qabel ma nidħol ftit iżjed f'dan l-aspett, xtaqt ngħid li dan id- dibattitu m'huwiex qiegħed lanqas iseħħ fil-vojt, imma qiegħed iseħħ f'kuntest ta' żviluppi nazzjonali, internazzjonali u ngħid kważi anke globali.", "Qed dan dan fis-sens li aħna qegħdin niddiskutu pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis f'mument fl-istorja tad-dinja fejn qed ikun hawn ċerti żviluppi, liema żviluppi qegħdin jiġu rikonoxxuti fuq livelli internazzjonali, u naturalment pajjiżna, bħala membru ieħor fil-komunita` tan-nazzjonijiet tad-dinja, mhux biss jirrikonoxxi dawn l-iżviluppi internazzjonali imma inevitabbilment, irid jew ma jridx, se jkun f'nofs dawn l-iżviluppi.", "U allura dan id-dibattitu qed iseħħ f'mument fejn fid- dinja għaddej proċess qawwi ta' globalizzazzjoni; kelma li nużawha spiss u forsi xi kultant mhux kulħadd japprezza xi tfisser.", "Il-verita` hi li dan il-proċess qed iġib ekonomiji ta' pajjiżi differenti viċin xulxin, jintegraw u jikkomunikaw ma' xulxin, b'rivoluzzjoni ta' l- informatika għaddejja u allura qed jiġri li s-swar metaforiċi li qabel kien hemm fl-ekonomiji tal-pajjiżi, illum il-ġurnata żżarmaw jew qegħdin fil- proċess li jiżżarmaw.", "Allura ninsabu f'mument fejn aħna wkoll bħala pajjiż irridu nkunu parti minn dan il-kurrent globali u nirrealiżżaw li l- ekonomija moderna qed tneħħi għal kollox dawn is-swar ta' protezzjoni li qabel kienu jeżistu bejn pajjiż u ieħor.", "Illum il-ġurnata hawn organizzazzjoni internazzjonali, il-world trade organisation, li naħseb iż- żewġ naħat tal-Kamra jafu xi tfisser u jafu l-implikazzjonijet tad- deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu f'dak il-livell.", "Naħseb li jafu wkoll li dawk id-deċiżjonijiet ifissru li anke pajjżna jrid iżarma dawn is-swar u jiftaħ lilu nnifsu biex jipparteċipa fl-iżvilupp ekonomiku tad-dinja filwaqt li jiżviluppa l-ekonomija tiegħu nnifsu.", "Mela dan id-dibattitu qiegħed iseħħ waqt li għaddej dan it-tibdil fid-dinja - ma nistgħux nippretendu jew nagħmlu ta' bir-ruħna li dan it-tibdil mhux qed iseħħ - u aħna rridu nimxu miegħu bilfors u nadattaw irwieħna miegħu fis-sens pożittiv.", "Sur President, dan huwa poplu li għandu storja magħġuna fil-vini tiegħu li japprofitta ruħu minn kull okkażjoni.", "Aħna kollha kemm aħna kburin li aħna Maltin għaliex fil-mijiet u eluf ta' snin li għaddew dan il-poplu wera li għalkemm ma kellu l-ebda riżors naturali ħlief il-kapaċita` ta' moħħu rnexxilu jisfrutta anke l-aktar sitwazzjonijiet diffiċli.", "Jien naħseb li anke f'dan il-mument meta għall-grazzja t'Alla pajjiżna huwa mogħni b'ħafna iktar affarijiet milli qatt kien mogħni fis-snin li għaddew - iżjed edukazzjoni, investimenti li saru matul is-snin li għaddew fl-informatika, fit-teknoloġija, fl-infrastruttura - u l-poplu għandu l-għodda neċessarja f'idejh ....", "U l-poplu tagħna rnexxilu jagħmel bidliet daqshekk kbar meta ma kellux din l-għodda f'idejh, aħseb u ara llum li għandu għodda moderna f'idejh biex ikun jista' jisfrutta s-sitwazzjoni!", "Allura dan id-dibattitu qed iseħħ f'dan il-kuntest u qed iseħħ anke fil-kuntest ta' Unjoni Ewropea li żviluppat b'mod qawwi u pożittiv bħala forza politika li ġġib il-ġid u l- paċi fl-Ewropa u fid-dinja u li llum il-ġurnata għandha track record li nistgħu mmissuh b'idejna.", "Din hija forza politika, ekonomika u soċjali mill-iktar qawwija li qiegħda bieb u għatba magħna u li aħna dejjem innegozjajna u identifikajna ruħna magħha.", "L-Unjoni hija realta` li tmissha u mhux realta` virtwali u allura huwa inevitabbli għal pajjiżna li ħarsitna bilfors iddur 'l hemmhekk u naraw postna x'għandu jkun u jekk dak il-post għandux ikun ta' membru ta' din il-komunita` Ewropea li kif għedt, illum il-ġurnata saret forza daqshekk b'saħħitha, pożittiva u importanti f'ekonomija globalizzata.", "Sur President, dan id-dibattitu qed iseħħ ukoll f'mument meta l-Parlament Ewropew ivvota b'maġġoranza assoluta - 509 minn 530 membru - favur riżoluzzjoni li tiddikjara b'mod ċar li Malta laħqet il-kondizzjonijiet biex tiġi nkluża fl-ewwel grupp ta' tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li lkoll għandna nkunu kburin b'dan.", "Ma' sħabna ta' l-oppożizzjoni nistgħu ma naqblux u nistgħu narugmentaw - u fil-fatt naħseb dik hija l- funzjoni tad-dibattitu u d-djalogu f'dan il-parlament - pero` ilkoll irridu nkunu kburin, anke l-membri ta' l-oppożizzjoni, li jkollna riżoluzzjoni mgħoddija mill-Parlament Ewropew li tagħti ċertifikat sabiħ lill-pajjiżna.", "Din ir-riżoluzzjoni, filwaqt li tagħti ċertifikat lill-ħidma tal-gvern u lil kulmin ħadem, tagħti wkoll ċertifikat lill-pajjiż kollu kemm hu.", "Jiena ma noqgħodx niftaħar għaliex l-Unjoni Ewropea jew il-Parlament Ewropew qalli \"hekk\", pero` l-fatt li l-Unjoni tgħaddi riżoluzzjoni f'dan is-sens u tiċċertifika l-ħidma u l-enerġija kollha li qegħdin ninvestu, li investejna fis-sentejn li għaddew u li se nkomplu ninvestu fix-xhur li ġejjin, juri li dan kollu qed jagħti riżultat.", "U r-riżultat mhux sempliċement b'vot ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, imma f'rikonoxximent li pajjiżna miexi 'l quddiem fl-iżvilupp politiku, soċjali u ekonomiku tagħna kollha.", "Din hija xi ħaġa li għandna nkunu kburin minnha għaliex kull pass 'il quddiem li nirreġistraw ma jfissirx bandiera oħra xi nxejru imma jfisser kwalita` ta' ħajja aħjar għall-poplu tagħna.", "Dan id-dibattitu qed iseħħ ukoll f'kuntest ieħor, jiġifieri f'kuntest li nistgħu nħarsu lejh fuq livell nazzjonali mhux dak li qed jiġri fid-dinja internazzjonali fl-aspett globali, lanqas dak li qed jiġri fl-Unjoni Ewropea, imma pjuttost f'dak li qed jiġri lokalment.", "Dan id-dibattitu qed iseħħ f'mument meta l-pajjiż qiegħed jiġbor il-frott ta' l-investiment ta' politika li aħna fassalna sentejn ilu u bdejna nwettqu tul is-sentejn li għaddew.", "Jiena niftaħar bl-iktar mod qawwi li l-politika ta' dan il-gvern qiegħda tagħtina r-riżultati.", "Aħna mill-ewwel ġurnata li tlajna fil-gvern wara li rbaħna l-elezzjoni ta' l-1998, għedna li l-ewwel u l-akbar sfida li pajjiżna kellu quddiemu u ried jindirizza u jsolvi kienet il-problema tad- deficit finanzjarju.", "Fi kliem ieħor aħna ridna u rridu npoġġu l-qagħda finanzjarja u ekonomika tal-pajjiż fuq bażi soda u allura għedna li l-ewwel u l-akbar problema li rridu nindirrizaw kien id-deficit.", "Jien irrid noqgħod attent li fid-diskors tiegħi ma nippolitiċizzax iżżejjed, pero` nafu x'kien ir-riżultat ta' 22 xahar ta' gvern Laburista u f'liema sitwazzjoni pajjiżna kien qiegħed meta aħna tlajna fil-gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' ekonomija u ma' deficit fil-pajjiż.", "Aħna mill-bidu nett għamilna pjan mifrux fuq ħames, sitt snin biex dak id-deficit innaqqsuh u llum b'wiċċna minn quddiem niġu quddiem il-poplu Malti u ngħidu li l-oġġettivi li għamilna lilna nfusna s-sena li għaddiet ilħaqnihom anzi għamilna aħjar minn dak li konna qegħdin nimmiraw lejh fl-ewwel budget tagħna.", "Issa qegħdin fit-tieni budget u għandna target ukoll ta' kemm se nniżżlu d-deficit ta' pajjiżna.", "Kif ħabbar il-ministru tal-finanzi ftit ġranet ilu, l-indikazzjonijiet huma li se nilħqu wkoll il-miri li poġġejna lilna nfusna għal din is-sena u jekk il-Bambin irid b'aktar għaqal, attenzjoni u enerġija naslu biex anke ntejbu dawk il-miri li għamilna għal din is-sena wkoll u allura dan id-dibattitu qed jiġri f'kuntest fejn il- politika ta' dan il-gvern qiegħda tagħti r-riżultati.", "Aħna wegħedna li bħala gvern naħdmu ħalli jkollna politika li toħloq l- opportunitajiet ta' xogħol.", "Irrid ngħid li matul din l-aħħar sena bdejna naħżdu l-frott tal-politika li wettaqna, u ċ-ċifri tal-qgħad, għall-grazzja t'Alla qegħdin jinżlu u j'Alla jkomplu jinżlu.", "Nafu s-sitwazzjoni kif inhi fil-livell tal-qgħad, nafu li jkun hemm mumenti ta' fluctuations pero` l- indikazzjonijiet huma pożittivi.", "Il-qgħad niżel għal-livel ta' 4.4% - rata li titqabbel b'mod tajjeb ħafna ma' ta' pajjiżi kbar oħra fid-dinja - u qed ikompli nieżel bil-mod il-mod.", "Ir-rata tal-qgħad f'pajjiżna kkontrollajniha u se nibqgħu nikkontrollawha mingħajr bl-ebda mod ma nfisser li solvejna xi ħaġa għaliex f'dan il-qasam ma tistax tgħid li int kuntent b'dak li lħaqt imma trid dejjem tibqa' tanalizza u tara ftit fejn qed immorru tajjeb, fejn huma l-isfidi u x'se jkunu l-isfidi minn hawn u sena, sentejn oħra.", "Is-sitwazzjoni fil-pajjiż ħadet ir-ruħ, il-mutur ekonomiku ta' pajjiżna beda jiffunzjona u beda jagħtina r-riżultati.", "Imma dan ma jiġix mix-xejn jew inkella b'kumbinazzjoni għax għamlet ix-xita jew għaliex inzerta riħ isfel.", "Dan huwa riżultat tal-politika ta' dan il-gvern, bħalma r-riżultati negattivi li kellna fi żmien il-gvern preċedenti kienu minħabba l-politika li wettaq fit-22 xahar li għamel fil-gvern.", "Il-gvern Laburista kellu l- programm elettorali li tela' bih u pprova jwettaq dik il-politika fit-22 xahar li għamel fil-gvern - fl-opinjoni tiegħi għamel sew - imma li ġara kien dak li konna qegħdin ngħidu aħna li se jiġri, jiġifieri li dik il- politika ma kienet se twassal imkien u li l-friża ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet se toħloq il-qgħad u l-istaġnar ekonomiku.", "Fil-fatt li ġara kien li minflok ma d-deficit ikkontrollajnih, dan kiber u l-problemi komplew jiġru wara xulxin.", "U anke dak ma ġarax b'kumbinazzjoni jew għaliex għamlet ix-xita waqt it-22 xahar ta' gvern Laburista, imma ġara bħala riżultat ta' politika implimentata.", "Dawn kienu jafu x'qed jagħmlu pero` ma kenux qed jirrealizzaw l-implikazzjonijiet ta' dik l-istess politika.", "Aħna f'perijodu ekwivalenti ta' 22 xahar - illum qegħdin f'pożizzjoni li nistgħu nqabblu - qed ikollna riżultati pożittivi tant li l-kritika min-naħa ta' l-oppożizzjoni hija fis-sens li m'humiex qed jemmnu ċ-ċifri.", "U għaliex ma jemmnux iċ-ċifri?", "Ftit tal-ġimgħat ilu l-Onor.", "George Vella qal li ċ-ċifri ta' l-economic survey m'humiex korretti.", "Wara dak id-dibattitu fuq it-television reġa' rripeta dik l-akkuża f'mass meeting li kien sar il-Belt, imbagħad qam waqt il-question time u reġa' qal li ċ-ċifri fl-economic survey m'humiex korretti għaliex ma jaqblux maċ-ċifri pubblikati mid-dipartiment ta' l- istatistika.", "Meta jien iċċekkjajt biex nipprova nifhem x'kien qed jgħid skoprejt li ma kienx qed iqabbel l-istess ċifri, għaliex iċ-ċifri li jidhru fl-economic survey kienu ta' Settembru filwaqt li ċ-ċifri pubblikati mill- uffiċċju ta' l-istatistika kienu ta' Diċembru.", "Allura bilfors li ma jaqblux!", "Jekk tqabbel iċ-ċifri ta' l-istess xahar issib li kollox preċiż hemm, pero` jien xorta waħda ma smajtx lill-Onor.", "Vella jqum u jikkoreġi dak li kien qal.", "Il-punt li rrid nagħmel huwa li dan id-dibattitu qed iseħħ f'mument fejn f'pajjiżna qegħdin naħżdu r-riżultati pożittivi li minnhom wara kollox qed igawdi l-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa ħalli ngħid żewġ kelmiet malajr fuq il-pjan innifsu bħala dokument.", "L-ewwelnett is-sustanza tal-mozzjoni li ppreżentat l-oppożizzjoni hija d- dokument u donnu li ħafna mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni nsew jew ma ndunawx li huma ppreżentaw mozzjoni li qiegħda tgħid lill-Kamra biex ma tivvutax favur dan il-pjan.", "Is-sustanza ta' kollox bażikament hija li l- oppożizzjoni ma tridniex inwettqu dan il-pjan.", "Mela aħna rridu nifhmu sew x'inhu dan id-dokument li aħna poġġejna fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan huwa riżultat ta' xi ħadd li poġġa bil-qiegħda u vvintah?", "Dan huwa riżultat ta' xi ħadd li ħolom b'xi ħaġa li ddeċieda li jiktibha u jippubblikaha?", "Assolutament mhux hekk.", "Dan il-pjan huwa riżultat ta' firxa twila, wiesgħa u dettaljata ta' konsultazzjonijiet ma' l-oqsma kollha tas-soċjeta` Maltija u kulmin ġie kkonsultat, jiġifieri aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet, ingħata l-opportunita` jispjega u jagħti l-opinjoni tiegħu fejn għandu d-diffikultajiet, jitlob spjegazzjonijiet u jagħmel is- suġġerimenti.", "U l-Ministru Joe Borg spjega - u dan jingħad anke fl- introduzzjoni tad-dokument li għandna quddiemna - li hu mhux biss ħa nota ta' dak li ntqal lilu, talli dak li sema', fejn kien possibbli ġie integrat f'dan il-pjan u ngħata attenzjoni lil dak li kien qed jiġi ssuġġerit.", "Lill-ħbieb tiegħi min-naħa ta' l-oppożizzjoni ngħidilhom li dan huwa dokument riżultat ta' konsultazzjoni wiesgħa fuq livell nazzjonali u l- istedina tagħhom biex din il-Kamra tivvota ħalli dan il-pjan ma jitwettaqx - il-mozzjoni tagħhom dan huwa li qed tgħid - prattikament hija dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' qbil ma' dawk in-nies kollha li ġew ikkonsultati u li taw sehemhom tagħhom u finalment għenuna biex dan il-pjan inkunu nistgħu nressquh quddiem il-poplu Malti u Għawdxi.", "Jiena rrid ngħid li fost l-organizzazzjonijiet li rċevew l-opportunita` li jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju kien hemm il-membri kollha tal-group tal-MEUSAC u kieku l-oppożizzjoni ta' pajjiżna tiddeċiedi li tieħu sehem f'dan il-grupp, mingħajr ma tippreġudika l-pożizzjoni tagħha - ħadd ma qal jew m'hu qed jgħid lill-oppożizzjoni biex tippreġudika l-pożizzjoni tagħha - id- diffikultajiet u l-ispjegazzjonijiet li qajmu hawnhekk f'dan id-dibattitu jkunu jistgħu jqajmuhom f'dak il-grupp u jkunu jistgħu jaraw ir-riżultati, id-dokumenti u l-impact assessments ħalli b'hekk ikunu jistgħu jikkontribwixxu, jikkritikaw u jissuġġerixxu li jridu.", "Jien ngħid li ma jagħmilx sens li nitkellmu u niddiskutu ma' l- organizzazzjonijiet kollha tal-pajjiż u l-oppożizzjoni, b'għażla tagħha tibqa' barra.", "Għaliex m'għandux ikun hemm mod kif il-kontribut ma jkunx limitat għal dibattitu parlamentari bħal dan, imma li dan id-dibattitu jidħol fil-livelli ta' l-organizzazzjonijiet nazzjonali li waqqafna f'pajjiżna?", "Kieku hemm fil-makna ta' konsultazzjoni l-parteċipazzjoni u l- preżenza attiva ta' l-oppożizzjoni żgur li ħafna mid-dubji u l-mistoqsijiet li tqajmu jkunu jistgħu jiġu ċċarati, u kienu jiġu ċċarati, fil-proċess li wassal biex finalment għandna dan it-tieni abbozz tal-pjan nazzjonali.", "Mr Speaker, forsi l-iktar ħaġa importanti dwar dan id-dokument toħroġ minn paragrafu ċkejken li jinsab fl-introduzzjoni ta' dan id-dokument.", "Dan il-paragrafu jgħid li l-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis ipoġġi quddiemna l-istrateġija adottata minn pajjiżna biex hi tlesti l- preparazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea filwaqt li fl-istess ħin, jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li nkomplu mexjin biex ikollna żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli fil-gżejjer Maltin.", "Kieku kelli niġi mistoqsi x'qed noffru lill-poplu Malti u Għawdxi b'dan id-dokument, kont nagħti t-tweġiba permezz ta' din is-sentenza; dan huwa dokument li jurina l- istrateġija li għandna quddiemna għal dawn is-sentejn u l-miżuri kollha li rridu nwettqu f'dawn is-sentejn biex pajjiżna jagħmel il-preparazzjoni meħtieġa ħalli jidħol membru fl-Unjoni Ewropea.", "Pero` jkun qed jagħmel żball kbir li bih ibati l-poplu tagħna jekk ikun hawn min jinsa li dan huwa dokument li apparti milli jurina t-triq li twassalna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, jurina wkoll il-bżonn li jkollna f'pajjiżna qagħda ekonomika u soċjali sostenibbli u b'hekk tkompli titjieb il-kwalita` tal-ħajja tan-nies tagħna.", "Allura rridu nirrealizzaw dan il- gvern x'qed joffri lill-poplu tagħna.", "U hawnhekk jien nistaqsi ġenwinament - għal min qed jisma' f'din il-Kamra u anke għal min qed jisma' barra minn din il-Kamra - jekk dan il-pajjiż qattx kellu pjan strateġiku bħal dan.", "Qatt kellna pjan strateġiku bħal dan li jifirxilna quddiemna bid-dettall l- inizjattivi li rridu nieħdu biex nagħmlu bidla fil-kwalita` tal-ħajja tagħna u fil-livell ta' għajxien tagħna b'dan il-mod?", "Qatt kellna f'pajjiżna pjan imfassal b'tali mod li jgħidilna li f'perijodu qasir irridu nagħmlu \"dawn\" il-bidliet, f'perijodu mhux daqstant qasir iridu nagħmlu \"dawn\" il-bidliet l-oħra u fil-perijodu fit-tul irridu nagħmlu \"dawn\" il- bidliet fl-oqsma kollha differenti.", "Mhux talli hekk, talli biex id-diskors veru ma jibqax fl-ajru, il-pjan jasal biex jgħidilna kemm hu kkalkolat li tiġi tqum l-ispiża biex dak li hemm miktub ikun jista' jiġi mwettaq.", "Min qagħad attent jinduna li l-kalkolu ta' l-ispiża li hemm bżonn biex dan ma jibqax fuq il-karta imma jsir realta` - u jsir realta` mhux sempliċement billi jgħaddu l-liġijiet fil-pajjiż imma billi wie;ed jara x'hemm bżonn jiġi mplimentat dak li hemm imniżżel fil-liġi - hija ta' bejn wieħed u ieħor Lm10 miljun mifruxin fuq dawn is-sentejn.", "U allura nerġa' nistaqsi: Pajjiżna qatt kellu dan it-tip ta' dokument ippreżentat minn gvern fejn qed jgħid lill-poplu x'inhi d-direzzjoni li jrid jimxi fiha u x'inhu dak li qed jaħseb li għandu jsir biex jasal jidħol membru sħiħ fl- Unjoni Ewropea fl-istess ħin li jara l-poplu jagħmel qabża kbira fil- kwalita` tal-ħajja tiegħu.", "Jiena ngħid li dokument bħal dan qatt ma kellna, hija opportunita` inkredibbli għall-poplu tagħna, u fl-opinjoni tiegħi nkunu qed niżbaljaw aħna d-deputati jekk ma nirrealizzawx li dan huwa mument importanti ħafna li rridu neħduh b'serjeta`.", "It-53 deputat li tkellmu qabbli f'dan id-dibattitu kellhom l-opportunita` kollha li jidħlu fid-dettal tal-pjan u jiena wkoll se nidħol fid-dettal imma għall-mument l-importanti m'huwiex il-pjan għaliex pjan huwa mibni fuq xi ħaġa u jiġi ppreparat għaliex tkun taf fejn trid tasal u għaliex ikollok viżjoni ċara u tkun trid tara kif se tipprova twettaqha.", "Issa għal darba f'dan il-pajjiż hawn gvern li qed jippreżenta dokument iddettaljat ħafna ta' kif se nimxu 'l quddiem.", "U dan il-punt nixtieq li nenfasizzah.", "Huwa veru li hija viżjoni li tara lil pajjiżna membru fl-Unjoni Ewropea bid- dinjita` tiegħu li jixraqlu bħala pajjiż sħiħ fl-Unjoni Ewropea, pero` nirrepeti dak li għadni kif għedt, hija wkoll viżjoni li tara li pajjiżna jagħmel qabża kbira ta' kwalita` fil-qasam politiku, ekonomiku u soċjali.", "Ejjew għall-mument nagħmlu sforz u nħarsu lejn il-kontenut tal-miżuri differenti fl-oqsma differenti ta' dan id-dokument u nistaqsu lilna nfusna, mhux il-mistoqsija tal-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni għaliex dik qiegħda tirriżolvi li ma tapprovax dan il-programm nazzjonali għall- adozzjoni ta' l-acquis, imma l-mistoqsija dwar jekk dawn il-miżuri li l- gvern ta' pajjiżna qed jippreżenta lill-poplu Malti humiex tajbin jew le.", "Dawn huma miżuri għall-ġid tal-poplu tagħna?", "U aħna d-deputati eletti, mhux bid-dritt tagħna imma għaliex għażluna, għandna responsabilita` lejn min għażilna biex nieħdu d-deċiżjonijiet u ngħidu li \"dawn\" il-miżuri huma tajbin jew jekk m'humiex tajbin xi ħadd iqum u jgħidli li m'humiex tajbin għal \"din\" u \"din\" ir-raġuni.", "Jekk dawn id-deċiżjonijiet huma tajbin, allura fl-opinjoni tiegħi ma tistax tkun deputat ta' din il-Kamra u tkun kontra dan il-pjan sempliċement għaliex ma jaqbilx mal-linja politika ta' l- oppożizzjoni.", "U huwa għalhekk li jien naħseb li qatt ma kellna niġu ffaċċjati b'mozzjoni f'dan id-dibattitu.", "Dan faċilment seta' kien dibattitu bla mozzjoni u bla vot imma issa għandna mozzjoni u għandna vot fejn l-oppożizzjoni qiegħda tieħu pożizzjoni ċara u qed tgħid li dan il- pjan ma tridniex inwettquh.", "U jien nerġa' nappella sabiex għall-mument inħarsu lejn dan il-pjan fid-dettall tiegħu u nistaqsu jekk dawn il-miżuri jagħmlux ġid jew le għall-poplu tagħna.", "U jekk jagħmlu ġid allura ma tistax tieħu pożizzjoni li tkun kontra l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan għaliex jekk tagħmel hekk allura tkun qed taqa' fil-periklu li tista' tiġi akkużat li qed iċċaħħad lill-poplu Malti l-opportunita` li jimxi 'l quddiem minħabba sempliċement pika politika.", "Sur President, huwa għalhekk li fil-bidu ta' l-intervent tiegħi jien għedt li wieħed ma jistax jieħu pożizzjoni entrenched b'dan il-mod għaliex hekk ikun qed tispiċċa jgħid \"ma jsir xejn, anke jekk inhu tajjeb għal pajjiżna għax dik tfisser li se nidħlu fl-Unjoni Ewropea\".", "Dan x'interess nazzjonali hu?", "Kif jista' deputat jew deputata ta' l-affari tagħhom iqumu f'din il-Kamra u jgħidu li huma kontra li aħna ntejbu l-qagħda soċjali ta' pajjiżna għaliex dik tfisser li nkunu dħalna fl-Unjoni Ewropea?!", "X'sens jagħmel dan?", "Jekk tittieħed din il-pożizzjoni bilfors li l-poplu jistaqsi aħna l-politiċi x'qed nagħmlu hawnhekk jekk l-oppożizzjoni qed tispiċċa tgħid lill-gvern Nazzjonalista \"le\" għal titjib fil-qagħda soċjali.", "L- oppożizzjoni ma tridniex nimmodernizzaw u nirristrutturaw, u dan għaliex ikun ifisser li pajjiżna jilħaq il-livell neċessarju biex isir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Dan x'sens nazzjonali hu?", "Possibbli li f'pajjiżna l- politiċi m'humiex kapaċi joħorġu minn din il-libsa u jgħidu li dan il-pjan għandu miżuri importanti u ejjew infittxu nwettquhom malajr kemm jista' jkun?!", "Jiena ngħid li kien żball li saret mozzjoni, imma jekk kellha tiġi mozzjoni kont nistenna li din tkun fis-sens li tgħidilna biex inwettqu dawn il-miżuri f'sena minflok fi tliet snin.", "Jien hekk kont nippretendi u l- poplu Malti jdur fuq l-oppożizzjoni u jitlobha tispjegalu x'inhi r-raġuni li trid tkun kontra kollox, anke dak li hu tajjeb.", "Sur President, jien nirrispetta l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni - għandha dritt tikkritika u tieħu l-pożizzjoni politika tagħha bħalma jien għandi dritt nikkritika l-pożizzjoni tagħha - pero` għan-naħa tal-gvern irrid ngħid li aħna kburin li qed nikkommettu ruħna bil-miktub quddiem il-poplu kollu u qed ngħidu li sat-tali żmien se nkunu qed inwettqu it-tali u t-tali miżuri.", "Dan huwa mpenn ta' gvern li ġej mill-fatt li ninsabu konvinti li dawn huma kollha miżuri li se jittieħdu għall-ġid ta' pajjiżna sabiex pajjiżna jsib postu fost il-komunita` Ewropea bħala membru fl-Unjoni Ewropea.", "Din il-mixja se tfisser bidla mill-għeruq għal pajjiżna u se tfisser titjib kbir f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam soċjali, politiku u ekonomiku.", "Ħafna mill-interventi tal-membri ta' l-oppożizzjoni ma jikkritikawx il- pjan innifsu imma jikkritikaw iż-żmien, il-metodu u r-ritmu.", "Kien hemm membru li saħansitra qalilna li qed inwettqu l-pjan tal-Partit Laburista.", "L-Onor.", "Attard Montalto, f'parti mill-intervent tiegħu qalilna li dawn kollha kienu ideat tal-Partit Laburista.", "Ma jimpurtax.", "Imma allura għaliex se jivvota kontra!", "Why doesn't he go for it u jivvota favur!", "U pajjiżna kollu qed jgħid: Go for it.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit.", "Dan il-pjan qed jgħid li aħna rridu nwettqu l-liberalizzazzjoni.", "U l- oppożizzjoni x'qed tgħidilna meta qed tistedinna nivvotaw favur din il- mozzjoni?", "Li ma tridx il-liberalizzazzjoni?", "Dan il-pjan jgħid li rridu ntejbu l-qasam finanzjarju ekonomiku f'pajjiżna u allura nissodaw il-bażi finanzjarja ta' pajjiżna.", "U x'qed tgħidilna l-oppożizzjoni meta qed tistedinna nivvotaw favur din il-mozzjoni?", "Li ma tridx li l-bażi ekonomika u finanzjarja ta' pajjiżna mmexxuha 'l quddiem?", "Dan huwa pjan li fost affarijiet oħra qed jgħid li l-qagħda soċjali f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tax-xogħol u ma' aspetti li jifformaw dak it-tessut soċjali ta' pajjiżna rridu neħduh pass 'il quddiem.", "Wara kollox dan mhux se nibbenefika minnu jiena biss imma se jibbenefika minnu l-poplu kollu.", "U x'qed tgħidilna l-oppożizzjoni?", "Li ma tridniex nagħmlu dan?", "Jekk fil-pjan hawn miktub li aħna mexjin biex inwettqu direttivi ta' saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol u din il-mozzjoni qiegħda tgħidilna biex nivvotaw kontra dan il-pjan, dan ifisser li l-oppożizzjoni qed tgħidilna biex ma nwettqux il-miżuri ta' saħħa u sigurta` fuq il-post tax- xogħol?", "L-oppożizzjoni qed tgħdilna biex ma nwettqux il-bidliet fil- liġijiet tagħna ta' xogħol biex intejbu d-drittijet tal-ħaddiema?", "Qed tgħidilna biex ma neħdux il-miżuri biex intejbu l-qagħda tal-mara Maltija fis-soċjeta`?", "Qed tgħidilna li qed nagħmlu ħażin li qed nagħtu opportunitajiet lill-persuni b'diżabilita` f'pajjiżna?", "Triduna nivvotaw kontra dan kollu?", "Id-deputati ta' l-oppożizzjoni għandhom problema quddiemhom għaliex il- mozzjoni kif inhi tgħid li ma jriduniex nagħmlu dan it-titjib u allura huwa inevitabbli li din in-naħa tressaq emenda għal din l-istess mozzjoni.", "Jien f'isem din in-naħa se nressaq emenda għal din il-mozzjoni li tgħid hekk:", "\"Ħassar l-aħħar sentenza tal-mozzjoni u ssostitwiha b'dan li ġej:-", "\"Tinnota b'sodisfazzjon li 55 deputat ħadu sehem f'dan id-dibattitu u ttrattaw l-aspetti kollha tad-dokument u dan żgur li jirrifletti l- interess li l-poplu Malti kollu għandu dwar it-tifsira ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea;", "Tistieden lill-gvern biex ikompli b'ħeġġa n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fl-aħjar interess tal-poplu Malti fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u soċjali bil-għan li l-poplu kollu jkompli jtejjeb il-kwalita` tal- ħajja kif jixraq f'pajjiż modern, Ewropew;", "Tinnota b'sodisfazzjon li fl-4 ta' Ottubru, il-Parlament Ewropew b'riżoluzzjoni ddeċieda li Malta għandha l-kwalifiki li tissieħeb fl- ewwel tkabbir;", "Tappella lill-poplu Malti biex, f'dan il-mument storiku, b'kuraġġ jiffaċċja l-bidliet meħtieġa biex Malta tilħaq livell ta' għajxien kif jixraq lill-poplu modern Ewropew.\".\".", "Sur President, jiena nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li bħalissa għaddejjin minn mument fejn min għandu l-kuraġġ u min għandu fiduċja fil- kapaċita` tal-poplu tagħna jħares lejn il-futur b'ottimiżmu kbir.", "Quddiemna għandna sfidi u se jiġu mumenti fejn se jkollna nużaw il- kapaċitajiet, il-ħila, l-enerġija u r-riżorsi kollha tagħna, pero` aħna fiduċjużi li bħalma għamilna dejjem, dan il-poplu jkun jista' jqum għal din l-okkażjoni, juża l-kapaċita` li huwa dejjem wera biex iġib lil pajjiżna 'l quddiem biex nilħqu l-għanijiet li poġġejna għalina nfusna u biex intejbu l- kwalita` tal-ħajja u l-istandards tal-ħajja tal-poplu kollu tagħna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda l-emenda mressqa mill-Viċi Prim Ministru?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, dan kellu jkun - u f'ħafna każi kien - dibattitu mill-aktar serju fuq prinċipji u għażliet politiċi mill-iktar serji u jiddispjaċini li l-aħħar intervent min- naħa tal-gvern kien wieħed li pprova jibbanalizza d-diskussjoni.", "Kien diskors impoġġi b'ton ta' xi ħadd li qisu salesman tal-Fiat, biex ma nsemmix id-Daewoo!", "Frankament nibqa' skantat kif quddiem dibattitu bħal dan u diskussjoni bħal din, in-naħa tal-gvern f'ħafna mill-każ, speċjalment fl-aħħar diskors li għadna kemm smajna, ma kellhiex il-ħila li tiffaċċja u tispjega bis-serjeta` l-għażliet politiċi fundamentali li jinsabu quddiem il-pajjiż u li suppost dan il-pjan li għandna quddiemna, il- pjan li l-oppożizzjoni tisħaq li mhux dehen ta' pajjiżna u ma jgħoddx għal pajjiżna u għandu jiġi riġettat, qiegħed jindirizza.", "Smajna anke f'dan l-aħħar dibattitu l-irrelevanza tad-diskors dwar il- ħandikappati.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa oxxen politikament li nippruvaw anke nżeffnu dan l-aspett tal-politika f'dan il-qasam ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li waħda mill-problemi kbar li għandu l-gvern hija li filwaqt li jippreżenta ruħu bħala li għandu l-fiduċja tal-poplu Malti, effettivament la għandu l-fiduċja tal-Maltin u lanqas għandu fiduċja fil-Maltin.", "U mhux talli hekk, talli l-pjan li għandna quddiemna huwa sens sħiħ ta' sfiduċja politika, ekonomika u soċjali li tħoss in-naħa tal-gvern lejn x'jista' jagħmel bil-futur tiegħu pajjiżna.", "Għaliex meta tagħfas u tistaqsi eżattament fiex jikkonsisti u x'inhuma l-ħsus tal-pjan li għandna quddiemna, issib li huma sempliċement kopja ta' skrivan.", "Il-Ministru Gonzi qagħad joqgħod jgħidilna kemm ikkonsultaw nies.", "U aħna nafu kif saru l-konsultazzjonijiet għaliex ma' min saru jgħidulna li kienu jpoġġulhom quddiemhom ħafna dokumenti u jridu jgħidu iva jew le mil-lum għal għada.", "Hekk saru l-konsultazzjonijiet!", "Effettivament l-hekk imsejjaħ pjan li għandna quddiemna assolutament qiegħed iżomm fil-ġenb l-għażliet politiċi fundamentali li għandu l-pajjiż u jipprova jsolvihom b'mod ta' skrivan, iħares lejn x'hemm liġijiet, regolamenti u direttivi ta' l- Unjoni Ewropea u kapitlu wara ieħor jgħid li fit-tali qasam se nikkuppjaw it-tali direttiva jew it-tali liġi.", "Din hija l-għażla politika fundamentali li għandu jiffaċċja pajjiżna?", "Hekk nuru s-sens ta' fiduċja f'pajjiżna?", "Li għal bidliet kbar li għandna quddiemna, għat- trasformazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi li rridu nwettqu sempliċement induru fuq il-ktieb ta' l-Unjoni Ewropea u noqogħdu nikkuppjawh għal pajjiżna?", "Fundamentalment il-pjan li għandna quddiemna jirrappreżenta is-sens ta' inferjorita` li għandhom il-ministri ta' dan il-gvern, bil-Prim Ministru fuq quddiem nett, li quddiem l-għażliet li rridu nagħmlu rridu nitkellmu fuqhom b'mod politiku u b'mod li l-għażliet nifirduhom waħda mill-oħra u nkunu nafu kif se nwassluhom 'il quddiem b'mod li jgħodd għaċ-ċirkostanzi u r-riżorsi tagħna.", "Minn dan kollu, matul dan id-dibattitu li issa ilu għaddej minn nhar it-Tnejn li għadda, l-ebda wieħed mill-kelliema tal-gvern ma kellu d-diċenza li jgħid qasam b'qasam jew il-qasam li jinteressah kif u għaliex u b'liema mod fiċ-ċirkostanzi attwali tal-ħaddiema, is-self- employed iż-żgħar, l-industrijalisti, in-negozjanti, il-bdiewa u s- sajjieda u l-anzjani u pensjonanti tagħna, dak li qed jipproponu li jsir hawnhekk tabilħaqq jgħodd għalina.", "Dan id-diskors assolutament ġie mpoġġi fil-ġenb.", "Imbagħad tlaqna bl-aktar mod sfaċċat min-naħa tal-gvern li jew jerġgħu jitilqu għal għonq it-triq li jirripetu kemm hija ġenna l-Unjoni Ewropea, u kif li tkun barra minn dik il-ġenna qisek wieħed għami sejjer lejn is-Siberja, jew inkella jipprovaw jerġgħu jirkbu fuq il-ħrejjef li ilhom jitimgħu lill-poplu Malti u Għawdxi matul is-snin li jekk ma nidħlux fl-Unjoni se nitilfu minn xi ġid li l-Ewropej qed igawdu bħalissa.", "Jiena ngħid li dan huwa mod skadut ta' kif tippreżenta l-issues, liema mod tant ilu jindaqq min-naħa tal-gvern li anke għan-nies tagħhom stess - lilna jkellmuna u jgħidulna - qed jidħol minn widna u joħroġ mill-oħra.", "Sur President, jien jiddispjaċini li anke f'dan iż-żmien għandna Viċi Prim Ministru li jiġi jiftaħar u jieħu gost li fil-Parlament Ewropew ċapċpulhom għaliex bdew jiġru l-iskrivani tagħna biex malajr kemm jista' jkun jippruvaw jiffittjaw \"dik\" il-liġi \"hemm\" u \"dik\" il-liġi \"hawn\".", "Għall-informazzjoni tal-Viċi Prim Ministru ngħidlu li bħal dik ir- riżoluzzjoni għaddew 12-il waħda.", "Dik qisha makna taż-żrar għaddejja kull meta jiltaqa' l-Parlament Ewropew fi Strasbourg - u f'Settembru jerġgħu joħorġuha - u għandhom madwar ħames snin oħra jagħmluha għaliex mill-inqas daqshekk se jibqa' għaddej dan il-proċess ta' negozjati!", "Wara kollox il- parlamentari Ewropej fi Strasbourg iridu jiġġustifikaw il-per diems li jaqilgħu u r-rapporti li jiktbu u allura joħorġu riżoluzzjoni bħal din fejn jgħidu fuq Malta \"hekk\", fuq Ċipru \"hekk\" u fuq l-Estonja \"hekk\".", "Imbagħad jiġi l-Viċi Prim Ministru ta' Malta hawnhekk u jgħidilna: Ara kemm għoġobnihom lill-parlamentari Ewropej fuq din il-ħaġa.", "Imma kemm se ddumu tippruvaw tkomplu tinstillaw f'dan il-pajjiż b'dan il-mod sfaċċat dan is- sens ta' laqiżmu u ta' inferjorita`!", "Lill-poplu għandna ngħidulu li pajjiżna għandu bżonn jgħaddi minn ċerti bidliet ekonomiċi, politiċi u soċjali, liema bidliet irridu nifhmu x'inhuma u mhux noqogħdu niġu nitkellmu fuq globalizzazzjoni fl-ajru.", "Għaliex anke hawnhekk saret qisha makna awtomatika li jdaħħlu l-globalizzazzjoni.", "Jiena bqajt skantat nisma' lill-Viċi Prim Ministru jirrepeti l-mantras tal-Prim Ministru fuq il-globalizzazzjoni, qisna ma nifhmux li l- globalizzazzjoni hija xi ħaġa li qed tiġri fid-dinja.", "Imma b'daqshekk m'għandniex inħalluha tiġri awtomatikament u qisha xi ħaġa li rridu ngħidu hosanna għaliha.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Kif lanqas nifhmu li kull pajjiż u kull soċjeta` quddiem il-fenomenu tal-globalizzazzjoni, li huwa misjuq mill-kumpanniji l-kbar transnazzjonali, irid li fejn għandu t-tajjeb jara fejn hu t-tajjeb u fejn irid jilqa' jagħraf kif jilqa'.", "Imma minn dan kollu ma nisimgħu xejn u nisimgħu biss li l-globalizzazzjoni hija sabiħa u ejjew inċapċpulha u nabbraċċawha.", "Jien nappella lill-gvern sabiex jaħseb fl- anzjani u fill-pensjonanti, fiż-żgħażagħ li rridu nagħtuhom ċans tajjeb li jitilqu 'l quddiem u fil-ħaddiema li mhux sempliċement inneħħulhom il- krozzi minn taħthom imbagħad jgħumu waħedhom.", "Kull soċjeta` li trid turi ruħha responsabbli u risponsiva għall-bżonnijiet ta' l-oqsma differenti tal- poplu tħares madwarha u tgħid \"hawnhekk\" irridu naħdmu b'\"dan\" il-mod u \"hemmhekk\" irridu naħdmu b'\"dan\" il-mod, ħalli nilqgħu jew nimxu għad-daqqa tal-globalizzazzjoni, u mhux kif qed jagħmel il-gvern preżenti li jipprova jdaħħal din l-idea belha, ċatta u superfiċjali li \"globalizzazzjoni ej, ej, ej\", kif konna ngħidu fis-snin '60.", "U l-pjan li għandna quddiemna għalhekk huwa tal-mistħija għaliex apparti milli huwa pjan klerikali, bl-iskrivani jaraw x'qed jagħmlu Brussell fl-oqsma kollha u jdaħħluh bla ħsieb u mingħajr moħħ kritiku, kostruttiv u li jippjana, huwa bbażat mill-ġdid fuq il-premessi foloz li għandu dan il-gvern dwar l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa gvern li għalih l-Unjoni Ewropea hija sħaba tal-ġenna, qisek qed tħares lejn il-Madonna tal-Ħerba nieżla fuq knisja!", "U minflok jipprovaw jifhmu l-ħsus ta' l-Unjoni Ewropea, kif taħdem u kif din taffettwa lis- soċjetajiet żgħar, inqas żgħar, l-ekonomiji u r-reġjuni differenti u allura kif taffettwa lil Malta, jaħsbu b'mod ta' tunnel vision; għandhom mina quddiemhom u jridu jolqtu dak it-tarf tagħha, xejn aktar u xejn anqas.", "U rrid infakkar hawnhekk fil-premessi żbaljati li l-Partit Nazzjonalita fil-gvern ressaq quddiem dan il-parlament.", "Fl-1992 kienu jgħidulna li sas-sena ta' wara, jiġifieri sas-sena 1993 konna se nkunu ma' l-Awstrija u l-Fillandja li kellhom jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn kienu jiġu hawnhekk bi stqarrijiet kbar u kienu jgħidulna li aħna qegħdin nippruvaw inwaqqgħuhom għaċ-ċajt meta fil-fatt konna qed ngħidulhom il- verita`.", "U jien ngħidilhom: Morru aħsbu, araw u iflu ftit kif taħdem din l-Unjoni Ewropea u tkunu tafu l-ħrejjef li qed tibnu madwarkom, madwar l- elettorat u madwar il-pajjiż!", "Sentejn ilu kienu qegħdin jitimgħu l-ħrejjef lill-pajjiż, fosthom dik tal-Lm100 miljun li suppost kellna ningħataw kull sena malli jibdew jinnegozjaw mill-ġdid ma' l-Unjoni Ewropea.", "Hekka ġew il- Lm100 miljun!", "Illum il-Viċi Prim Ministru qal li dan il-pjan se jiġi jiswa Lm10 miljun mifruxa fuq sentejn; u min se joħroġhom dawn il-Lm10 miljun?", "Mhux se joħorġuhom ta' Brussell imma se joħroġhom il-poplu Malti.", "U jien ngħid lill-Viċi Prim Ministru biex jerġa' jagħmel il-kalkoli tajjeb għaliex dawk l-Lm10 miljun huma u l-iskrivani tagħhom ikkolkolawhom ħażin.", "Ħalli issa nsemmi l-ingann li sar qabel l-1996.", "Qabel l-1996 in-Nazzjonalisti fil-gvern kienu wiegħdu li se jneħħu 300 levy ta' xejn b'xejn sa tmiem l-1996.", "Jagħmluhom minn taħt l-affarijiet, l- aqwa li jgħaddu!", "Kif għandna l-wegħda miġnuna l-oħra ta' Dr. Fenech Adami li sas-sena 2002 jew 2003 jingħaqad maż-żona tal-euro.", "Aħna ma nistgħux nifhmu kif jista' jkollna partit fil-gvern li huwa maqtugħ kompletament mir- realta`.", "Dawn iridu jdaħħluna f'din il-ġenna li la jafu u lanqas jimpurtahom kif taħdem.", "Jiena naf li waħda mill-aktar affarijiet li ddejjaq lin-naħa tal-gvern hija li meta jmorru bil-passaport tagħhom u jkunu għaddejjin minn xi ajruport iħossuha bi kbira għaliex ma jkunux jistgħu jgħaddu mill-kanal ta' dawk li jkollhom passaport ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dik li ddejjaqhom l-iktar.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma din serjeta`?", "Din sempliċement dimostrazzjoni tas-sens ta' inferjorita` li għandu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern fuq dan is-suġġett, apparti minn fuq suġġetti oħra.", "Ħalli nuri bl-aktar mod ċar u konkret kif in-naħa tal- gvern m'għandhiex idea - u meta tinduna tagħlaq għajnejha - ta' kif taħdem l-Unjoni Ewropea.", "Naqraw il-manifest elettorali tagħhom stess dwar kif qalu li se jinnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn qalu li se jinnegozjaw ma' l-Unjoni u dak il-pakkett ta' kondizzjonijiet li jirnexxielhom iġibu mbagħad iressquh f'referendum quddiem il-poplu Malti.", "Issa dan il-pjan li għandna quddiemna diġa` qiegħed idaħħal il-kondizzjonijiet ta' l-Unjoni.", "Quddiemna għandna pjan magħmul mill-iskrivani mbuttati mill-politikanti tal-Partit Nazzjonalista sabiex jgħidilna li fit-tali u t-tali sena se ndaħħlu \"dawn\" il-kondizzjonijiet, \"din\" il-biċċa mir-regolamenti u \"din\" il-biċċa mid- direttivi.", "Imma, Onor. Viċi Prim Ministru, ma kontux għamiltu l-wegħda li l-ewwel tinnegozzjaw il-pakkett imbagħad meta tinnegozzjawh tpoġġuh għar- referendum?", "Mela kif issa ġibtu l-pakkett diġa` lest u se tattwawh qabel ma hemm referendum?", "Fejn hija l-loġika, il-koerenza, is-sinċerita` u l- onesta` politika ta' din l-istorja?", "Dan huwa wieħed mill-aktar pjani diżonesti li qatt tressaq quddiem dan il-parlament meta tqabblu mal- manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Minn dan kollu l-Onor.", "Gonzi, bil-linja tiegħu qisu qed ibigħ xi Fiat, jgħidilna kemm hu sabiħ u tajjeb dan il-pjan u fittxu ixtruh.", "Ma tarawx li m'hemmx serjeta` fil-mod kif qed jitressqu l-affarijiet!", "Dan imexxini anke għall-ingann dwar l- ekonomija li għadu kemm semma l-Onor.", "Gonzi.", "Trid tkun veru wiċċek b'skorċa qawwija biex tippretendi li l-finanzi tal- gvern qed tirranġahom minn kif ħallihom gvern Laburista, għax jekk kien hemm xi ħaġa li hija tassew ċara u tonda hija li fl-1996 il-finanzi tal- gvern tant qed jirrokkaw li ssejħet elezzjoni bikrija.", "Kienet ħaġa ċara wkoll li l-esportazzjoni industrjali kienet nieżla sew u li t-turiżmu kien qiegħed iqaħqaħ u kien se jispiċċa fil-ward tal-bronkite ta' l-isptar ekonomiku.", "U aħna x'għamilna?", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzi tal- gvern żammejna l-brake u allura hemmhekk kellna s-sabutaġġi kollha politiċi min-naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien biex ma jħalluniex immexxu ċerti affarijiet.", "Ħalliha li mbagħad bdew jagħmlu l-istess affaijiet u agħar milli konna għamilna aħna!", "Fil-qasam industrijali tajna mill-ewwel is-sinjal kollu aħdar lill-ST Microelectronics, li kienet qed tirtira l- affarijiet lura, biex tibqa' hawn u tikber.", "U mn'Alla għamilna hekk għaliex l-espansjoni industrijali li beda jiftaħar biha l-Onor.", "Gonzi minn hemm biss ġejja.", "Onor. Gonzi, neħħi l-espansjoni industrijali ta' l-ST Microelectronics u tara fejn huma ċ-ċifri ta' tkabbir li tiftaħru bihom.", "Imbagħad ħares lejn it-turiżmu u tara li kieku ma konniex aħna li mexxejnih 'il quddiem kieku kien jikkrolla bil-VAT miġnuna li poġġejtu fuqu - issa qed terġgħu ddaħħluh fl-istess sqaq, imma dik affari tagħkom - u taraw kif tlaqna fuq it-turiżmu mill-1996 'il quddiem u erġajna biddilniha s-sitwazzjoni.", "Issa qegħdin f'pożizzjoni li l-affarijiet juruhom mod ieħor.", "Mhux ovvja!", "Is-salesman tal-Fiat hekk jaħdem, jipprova jurik xi ħaġa differenti milli hi.", "Imma din hija r-realta` u kulmin għandu rasu fuq għonqu jifhem li din hija r-realta`.", "U allura meta joqgħod jiġi l-Onor.", "Gonzi jsemmilna l-ekonomija u l-finanzi tal-gvern ngħidlu: Tkellem hekk għaliex dik hija l-logħba ta' l-ingann li tipprattikaw intom, imma taħsibx li qed titkellem b'mod serju jew professjonali!", "Daqskemm m'intix qed titkelem b'mod serju u professjonali jew politikament onest meta tiġi tkellimna fuq il-pika.", "U din il-ġimgħa of all weeks tiġi tkellimna fuq il-pika, meta kellna arranġament biex nalternaw fil-kariga ta' aġent president u l-Prim Ministru fuq suġġeriment li għamiltlu jien għal Prof Edwin Grech qal le għaliex ma riedux!", "Intom tridu tkellmuna fuq il-pika?", "Din il-ġimgħa mill-ġimgħat kollha!", "Imisskom tistħu titkellmu fuq pika!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, jien naħseb dan il-gvern qed jibża' jiffaċċja l-għażla politika kbira li jrid jagħmel.", "Ejjew nitkellmu u niddiskutu x'inhuma tabilħaqq il-prijoritajiet għall-bidliet u r-ristrutturar ta' dan il- pajjiż.", "Ejjew naraw skond iċ-ċirkostanzi tagħna x'inhuma l-affarijiet li rridu nibdlu, intejbu u ndaħħlu mill-ġdid, imbagħad meta nifhmu x'inhuma l- bżonnijiet taċ-ċirkostanzi tal-poplu tagħna naraw x'għandna nagħmlu.", "Dan il- pjan huwa vvizzjat għaliex bl-ebda mod ma jiffaċċja tabilħaqq il- mistoqsijiet politiċi li għandu quddiemu pajjiżna; jitlaq biss bl- ossessjoni tal-Prim Ministru u ta' sħabu li Malta trid akkost ta' kollox tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Dak mhux il-mod kif niffaċċjaw il-problemi u l- isfidi f'pajjiżna.", "Jekk verament nemmnu f'dan il-pajjiż u tabilħaqq irridu ntejbuh, irridu nitilqu minn viżjoni ta' x'tip ta' pajjiż irridu.", "Jiena ngħid li anke hawnhekk, in-naħa tal-gvern lanqas biss hija ċara li qiegħda anke hi tiffaċċja dejjem, kif qegħdin niffaċċjaw aħna lkoll, l-għażla fundamentali f'dan il-pajjiż.", "Dan se jkun pajjiż li jipprova jżomm rajh f'idejh skond iċ-ċirkostanzi li qed jiffaċċja?", "Jew se jkun pajjiż li jipprova jintegra ruħu ma' entita` ikbar minnu fit-tama, fil-ħsieb u fil-viżjoni li għax jagħmel hekk se jmur aħjar għaliex suppost se jgawdi minn dawk il- kondizzjonijiet li jkun hemm f'din l-entita` kbira?", "Din hija l-għażla fundamentali li trid isir u aħna, minn din in-naħa tal-Kamra, bl-iktar mod ċar ngħidu li fiċ-ċirkostanzi attwali kif jidhru llum u kif jidhru għal li ġej, dan il-pajjiż ma jaqbillux li b'xi mod jew ieħor jintegra ruħu mija fil-mija ruħu f'entita` kbira bħall-Unjoni Ewropea b'dan il-mod, u dan għar- raġuni li kull meta kellna rajna f'idejna f'dan il-pajjiż morna aħjar minn meta konna integrati ma' pajjiż ieħor.", "U dwar dan nistgħu nitkellmu fuq l- eżempji ta' l-imgħoddi.", "Meta kien hemm mudell ta' integrazzjoni simili fis-snin '50, il- kondizzjoni li kien għamel il-Partit Laburista għal dik l-integrazzjoni kienet li l-qagħda soċjali tal-Maltin tiġi ggarantita li ssir ekwivalenti għal dik tar-Renju Unit.", "Dak iż-żmien il-proġett ta' integrazzjoni kien mar-Renju Unit u malli Malta mxiet fuq dak il-binarju waqfu d- diskussjonijiet u n-negozjati, għaliex ma kienx hemm x'tiddiskuti minħabba li n-naħa Ingliża ma reditx tagħti dawk il-garanziji.", "U allura jibqa' dan il-punt kardinali li jekk inti m'għandekx fiduċja f'pajjiżek - u n- Nazzjonalisti m'għandhomx fiduċja f'pajjiżhom - meta tiġi għall-għażla u ma jkollokx dik il-garanzija li l-kondizzjonijiet soċjali f'pajjiżek se jkunu tajba, allura tagħżel in-naħa l-oħra anke jekk tkun ossessjonat bl-idea ta' l-integrazzjoni.", "Effettivament dan li qed jiġri.", "Hawnhekk m'għandniex proposta li tiggarantixxi lill-Maltin li għaliex se jidħlu dawn il-miżuri se jmorru għall-aħjar.", "Assolutament xejn minn dan.", "Kulma għandna quddiemna hija biss check-list ta' x'inhuma l-miżuri li jridu jidħlu u kif se jidħlu, xejn aktar u xejn anqas.", "Għadu ma kellniex quddiem dan il- parlament l-iċken indikazzjoni ta' kif il-miżuri li qed jiġu proposti f'dan il-pjan, taqsima b'taqsima, se jkollhom effett aħjar.", "Isemmulna mbagħad il-kondizzjonijiet soċjali tax-xogħol.", "Imma skużi, dawk huma affarijiet li m'hemmx għalfejn tidħol fl-Unjoni Ewropea biex tagħmilhom.", "Illejla kellna l-bluff tal-persuni b'diżabilita` min-naħa ta' l-Onor.", "Gonzi - u jmissu jistħi li ġab dak l-eżempju - imma hawnhekk ukoll ma jiddependix u m'għandux jiddependi mill-Unjoni Ewropea jekk nagħtuhomx dawk l-opportunijiet.", "Imbagħad l-affarijiet kruċjali ma semmihomx.", "Ma semmiex, per eżempju, il-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja jew il- protezzjoni ta' l-industrija proċessata tal-biedja, lanqas semma l-problemi li se jkunu qed jiffaċċjaw il-ħaddiema meta jkollhom kompetizzjoni ma' ħaddiema oħra jew il-problemi li għandhom x'jaqsmu ma' l-art, mal-bini u mal-proprjeta`, u lanqas semma l-problemi tat-tarznari.", "Jekk il-gvern verament miexi fuq il-mudell li l-integrazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea se tiggarantixxi titjib fil-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-ħaddiema tat- tarznari u tal-ħaddiema kollha, konna nistennew li dan il-pjan ikun jinkludi wkoll indikazzjonijiet ta' garanzija li se jitjiebu l- kondizzjonijiet tax-xogħol, ta' paga, u ta' ħajja.", "Imma minn dan kollu m'hemm xejn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nerġa' ngħid li għandna sempliċement check-list fejn il-gvern qed jorbot lilu nnifsu ma' Brussell li se jagħmel \"dan\", \"dan\" u \"dan\", u ma ninsewx li dak l-istess partit kien l-istess gvern li wiegħed li malli jibda jinnegozja se jibda jkollu Lm100 miljun ħalli jagħmel dawn l-affarijiet.", "Mhux talli m'għandux Lm100 miljun, talli llum l-Onor.", "Gonzi qed jerġa' jikkonfermalna li se jkollu joħroġ Lm10 miljun.", "Prosit, sabiħa din!", "Qisek mort biex jagħtuk rigal u minflok tawk rigal kellek tagħtih int!", "U dan m'huwiex rigal imma azzjoni li qed tipperikola l-istandard of living ta' eluf u eluf ta' ħaddiema, pensjonanti u anzjani.", "U wieħed kien jistenna magħhom din il-garanzija, imma minn dan kollu ma ġara xejn.", "Skond tan-naħa l-oħra jien qiegħed inbeżża', bħallikieku aħna biss soċjeta` żgħira fl-Ewropa.", "Qisu aħna biss qed nitkellmu fuq dawn l- affarijiet fl-Ewropa!", "Dan m'hu veru xejn għax hemm maġġoranza sħiħa ta' ċittadini Ewropej fl-Unjoni Ewropea li jħossu li Unjoni m'hijiex qed tissodisfahom.", "U nerġa' nitkellem dwar ir-referendum li sar fid-Danimarka - safejn naf jien l-MIC għadhom ma ħarġu xejn dwar ir-referendum tad- Danimarka, donnu Simon Busuttil nesa kollox! - fejn fih ħareġ ċar li l- maġġoranza tad-Daniżi jħossu li aktar għaqda fl-Unjoni se thedded il- kondizzjonijiet ta' ħajjithom u s-sovranita` ta' pajjiżhom.", "Għandna mbagħad l-istess sistema fl-Irlanda.", "L-Irlanda daħlet fiż-żona tal-euro u qed jgħidulha mill-bank ċentrali Ewropew li hemm fi Frankfurt biex ma toqgħodx tbiddel jew tnaqqas it-taxxi għaliex jekk tagħmel hekk tkun qed toħroġ 'il barra mill-mod kif iriduha tmexxi.", "Dan huwa preċiżament il-punt li soċjetajiet u ekonomiji żgħar - fil- każ tagħna m'hijiex żgħira imma micro - għandhom ikunu għallinqas konxji tal-fatt li mhux billi taqbad tapplika r-regoli li jidhru tajbin minn Brussell, minn Berlin u minn Pariġi u daqshekk.", "Aħna ta' bravi li aħna minn dan kollu m'għamilna xejn għax għandna l-iskrivani jgħidulna kif se nbiddlu l-liġi 'l hemm u 'l hawn, tlaqna fuq il-karru qisna Ben Hur u qed niġru fuq il-karru biex inbiddlu r-regolamenti!", "U ejja!", "Din hi s-serjeta` li triduna napprovaw, Onor. Gonzi?", "Huwa għalhekk li aħna ma nistgħux napprovaw dan il-pjan għalilex huwa pjan li m'huwa pjan xejn; huwa biss check-list fejn qed jgħidulkom x'tagħmlu, l-iskrivani qed jiktbuhomlkom u intom qegħdin timplimentawhom.", "Sur President, jien ma nistax nifhem il-kburija li dawn qed iħossu f'din il-ħaġa.", "F'dan il-pjan lanqas biss hemm ebda indikazzjoni ta' kemm se ndaħħlu mpjiegi ġodda u lanqas hemm indikazzjoni ta' kemm se jiġu ggarantiti pensjonijiet.", "M'hemmx ukoll ebda garanzija fuq kemm se nżommu impjiegi f'naħa, f'oħra u f'oħra.", "Daqskemm kontu tgħidu li aħna se nneħħu 5,000 impjieg!", "Kemm se nitilfu mpiegi b'dan il-pjan?", "Lanqas indikazzjoni m'hawn!", "Kemm se noħolqu jobs b'dan il-pjan?", "Kemm se tbiddlu aħjar il- kondizzjonijiet tal-pensjonanti u ta' l-anzjani b'dan il-pjan?", "Xejn minn dan kollu!", "X'garanzija għandek b'dan kollu?", "Xejn!", "Dawn huma mistoqsijiet validi għaliex waħda mill-affarijiet li qed jintqalu fl-Ewropa, anke riferibbli għall-kwestjoni ta' l-armata, hija li tidħol għal xi ħaġa fl- Unjoni Ewropea u jgħidulek \"dik\" biss se tkun, imbagħad jgħaddi ż-żmien u minn \"dik\" tiżviluppa għal xi ħaġa oħra, imbagħad jgħaddi żmien iktar u terġa' tiżviluppa f'xi ħaġa oħra.", "Tidħol għall-kummerċ ħieles, tkompli għal customs union, tkompli għal żona monetarja sħiħa u tkompli imbagħad għal għaqda politika.", "U f'għaqda politika nafu min jiddeċiedi għax jiddeċiedi min għandu l-aktar nies.", "Jien ma nistax nifhem fejn se jkun il- bilanċ meta għandek madwar 80 miljun ruħ fil-Ġermanja u aħna għandna biss 400,000.", "U l-istess ħaġa fejn jirrigwarda l-armata.", "Dawn jgħidulna li l-impenn li jridu jidħlu għalih fuq l-armata huwa sempliċement umanitarju.", "Jibda umanitarju, imbagħad jibagħtu t-truppi tagħhom umanitarjament il-Kosovo, imbagħad iridu jiddefenduhom u f'daqqa waħda tispiċċa invażjoni.", "Ejjew inkunu saqajna ma' l-art fuq dawn l- affarijiet - frażi li jħobb juża l-Prim Ministru - u naħsbu b'moħħna, mhux naħsbu bil-blinkers li rabbejna f'dawn l-aħħar 20 sena, fejn noqogħdu ngħidu \"Ewropa, Ewropa\" mingħajr ma nafu verament x'inhi din l-Ewropa.", "Kemm taħsbu li l-poplu Malti se jibqa' jissaporti din l-attitudni fejn titkellmu b'mod qiskom qed tpinġu dinja sabiħa li Allaħares nibqgħu barra minnha, imbagħad fir-realta` qegħdin tagħfsu u tagħfsu biex ċerti nies, impriżi, ażjendi, businesses u xogħol jispiċċa!", "U jispiċċaw mhux għaliex għandhom bżonn jispiċċaw jew għaliex irridu nbiddlu u nirristrutturaw, imma jispiċċaw u jkunu mhedda sempliċement biex nikkuppjaw ir-regoli ta' l- Unjoni Ewropea, liema regoli forsi jgħoddu għall-Ġermanja u għal Franza imma ma jgħoddux għal pajjiżi żgħar bħal tagħna.", "U jien għalhekk ngħid li dan huwa pjan ta' mistħija li għandu jiġi riġettat minn dan il-parlament u li aktar ma jgħaddi żmien aktar u iktar nies qed jifhmu li t-triq quddiem pajjiżna mhux veru hija ta' sħubija sħiħa.", "It-triq quddiem pajjiżna m'hijiex dik ta' kif qed jagħmel il-gvern preżenti, fejn kull ħaġa li qiegħda fl-Unjoni Ewropea jipprova jgħabbiha fuq pajjiżna.", "It-triq hija waħda ta' relazzjoni miftuħa, li tagħtina aċċess sħiħ għas-suq industrijali ta' l-Unjoni u li tippermettilna naslu għal ftehim ta' koperazzjoni f'oqsma differenti li jkunu għall-ġid tan- nies tax-xogħol kollha kemm huma, ta' l-anzjani u tal-pensjonanti, u mhux għal ċerti negozjanti biss, relazzjoni li tkun maħsuba wkoll biex tinbidel skond il-bżonn u skond iċ-ċirkostanzi, relazzjoni li tkun kostruttiva u li tidħol f'qasam bħal dak soċjali.", "Din hija triq fattibbli li konna bdejna naħdmu fuqha qabel l-1998, hija triq li jekk tinħadem tippermettilna nkomplu nbiddlu dan il-pajjiż mhux skond il-bżonnijiet u l-mudelli ta' xi ħaddieħor, imma skond iċ-ċirkostanzi, it-timeframes, l-iskadenzi, il- bżonnijiet u l-opportunitajiet tagħna.", "Din hija t-triq li nsejħulha Svizzera fil-Mediterran u jien għandi pjaċir nirrikordja li bħalissa fil- pajjiż hawn maġġoranza ta' nies li jippreferu din it-triq għat-triq tal- gvern Nazzjonalista.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija l-verita` u ħadd ma jista' jinnegaha.", "Sur President, 'il hinn minn hemm nagħmluha ċara li għal li ġej, wara l- elezzjoni li ġejja, gvern Laburista ġdid se jħares lejn x'se jkun ġara jew ma ġarax minn dan il-pjan u peress li nafu bit-telqa li jimxi biha dan il- gvern Nazzjonalista, ma naħsibx li se jkollna persentaġġ qawwi minn dan il- pjan li se jkun implimentat.", "Imma jkun xi jkun li jkun ġie implimentat, aħna se naraw, kemm f'dan il-qasam tal-pjan u kemm fil-qasam tan-negozjati li jkunu għaddew ma' l-Unjoni Ewropea, x'inhuma dawk il-miżuri li huma koerenti mal-viżjoni tagħna ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran, b'rabta mill-qrib ma' l-Unjoni Ewopea, u dawk il-miżuri li huma koerenti li jiffittjaw ma' din l-istrateġija nżommuhom, filwaqt li dawk il-miżuri li ma jiffittjawx u li m'humiex koerenti ma' din il-viżjoni li maġġoranza tal-poplu diġa` trid, inneħħuhom.", "U nneħħuhom b'mod li jerġa' mill-ġdid jagħtina kontroll f'dan il-pajjiż ta' kif għandna nbiddlu.", "Sur President, l-aħħar appell li nixtieq nagħmel lin-naħa tal-gvern huwa biex, jekk jogħġobha, jekk taf u jekk trid tneħħi dan l-ispirtu ta' pika li jiddominaha, minkejja li toqgħod tilgħabha ta' qaddis filwaqt li tagħmilha ta' salesman tal-Fiat u karozzi oħra, tipprova tifhem li l-għażla kruċjali li jrid jagħmel bħalissa pajjiżna hija li jiddeċiedi li l-bidliet li għandu quddiemu l-ewwel infassluhom skond il-bżonnijiet, l-isfidi, iċ- ċirkostanzi u dak li rridu nagħmlu aħna f'pajjiżna, u mhux sempliċiment inbiddluhom biex nikkuppjaw lil Brussel, Pariġi, Berlin jew Ruma.", "Aħna Maltin u pajjiżna huwa Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda għaddiet.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9:00p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda għaddiet.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "255 FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu | | | |", "L-emenda għaddiet.", "MR SPEAKER: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-mozzjoni mressqa mill- Onor. George Vella, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "256 FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu | | | |", "Il-mozzjoni kif emendata għaddiet.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Ottubru 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, fil-ħin li għandi se nitkellem dwar il- wirt kulturali.", "F'pajjiżna għandna ħafna monumenti u għalhekk l-attenzjoni li trid tingħatalhom trid tkun mirquma.", "Kemm minħabba l-fatt illi hemm monumenti oħra li jieħdu preferenza kif ukoll minħabba li r-riżorsi umani u dawk finanzjarji huma limitati, għandna monumenti li jaqgħu lura fil- manutenzjoni.", "Sfortunatament issir ħsara perikoluża lill-istruttura ta' dawn il-monumenti u jkun hemm bżonn ta' l-intervent min-naħa tal-gvern jew xi kumpannija privata li jidħlu għall-ispiża.", "Mr Speaker, nixtieq inġib għall-attenzjoni ta' dan il-parlament l-istat ħażin li jinsab fih l-akwadott ta' Wignacourt, li jestendi bejn Ħ'Attard u Santa Venera.", "Hemm partijiet minn dan l-akwedott, partikolarment fin-naħa ta' Santa Venera, li huma fi stat tajjeb.", "Mill-banda l-oħra, il-parti ta' l- akwedott li tinsab f'Birkirkara, partikolarment quddiem il-fabbrika tad- Devon Biscuits, għandha l-ġebla tant mikula li wieħed jistenniha taqa' minn ħin għal ieħor.", "Jiena nagħmel appell biex min jista', anke kumpanniji privati, jagħtu s-sehem tagħhom biex dan il-ġojjell ta' arkitettura nazzjonali nirripristinawh.", "Jien informat illi ttieħdet l-inizjattiva mill-kunsilli lokali ta' Birkirkara, ta' Ħal Balzan u ta' Ħ'Attard biex jipprovaw isibu sponsorship kif ukoll għajnuna mill-gvern biex dan l-akwedott jiġi salvagwardat.", "Jien informat ukoll li wieħed mill-banek kbar ta' Malta qed juri interess f'dan il-proġett.", "Hemm ukoll għaqdiet tar-residenti, partikolarment l-għaqda residenti Fleurs-de-Lys, illi qiegħda tagħmel sforzi kbar biex dan l- akwedott jiġi ppreservat.", "Minkejja dan kollu għadna lura biex naslu u jiena nappella lill-kumpanniji privati biex jekk se jagħmlu xi għotja jew jagħtu sehem għal xi proġett ta' wirt kulturali, jikkonsidraw minn ta' l-ewwel dan l-akwedott.", "Mr Speaker, punt ieħor li rrid nitkellem fuqu llejla huwa l-fatt li fl- aħħar għandna lift fil-parlament.", "Tidher naturali illi f'bini bħal dan ikollok lift pero' nassigurak li ma kenitx t biċċa xogħol ħafifa la min- naħa tas-Sedja u lanqas min-naħa tal-President tar-Repubblika.", "Kienet ukoll biċċa xogħol biex ħarġu l-flejjes mill-ministeru għall-ambjent.", "Kellna problemi kbar biex il-lift isir għax l-ewwel ma kellniex biżżejjed power supply, imbagħad kellna problema estetika minħabba li għandek lift modern ġo bini bħal dan.", "Pero' llum bil-goodwill tan-nies li semmejt, u anke bis-saħħa ta' l-ex-President tar-Repubblika, nistgħu niftaħru li għandna lift.", "Huwa inkonċepibbli li l-aktar istituzzjoni għolja fil-pajjiż ma tkunx aċċessibbli.", "Il-parlament u l-uffiċju tal-President qegħdin fit- tieni sular - erba' sulari bil-kejl ta' dan il-bini - u meta kien ikun hawn xi attivita' li tinvolvi nies anzjani jew nies ġo siġġu tar-roti dawn bilfors kellhom jittellgħu fuq l-idejn.", "Din ġrat anke ma' deputati Nazzjonalisti u Laburisti li kienu morda.", "Dawn kellhom jittellgħu t-taraġ jew fuq l-idejn jew fuq xi stretcher, biex jivvutaw, affarijiet li jumiljaw lil min hu marid jew għandu diżabilita'.", "Niftakar l-ewwel aġġornament tiegħi meta sirt deputat ta' din il-Kamra fl-1994 kien dwar il-bżonn illi jsir lift għal dan il-palazz u għaldaqstanat nixtieq nirringrazzja lil dawk il-ħaddiema kollha li taw is-sehem tagħhom, inkluż id-dipartimenti u l- istaff ta' dan il-parlament li għenu biex jiġi installat dan il-lift.", "Punt ieħor li rrid nitkellem fuqu huwa dwar l-ambjent.", "Jiena konxju, bħad- deputati kollha ta' dan il-parament, li l-kwestjoni ta' l-ambjent qed tilgħab sehem ikbar fil-ħsibijiet tal-poplu Malti u Għawdxi tagħna.", "Huwa naturali li wara li poplu jkun żviluppa l-bżonnijiet soċjali u materjali hu predispost li jħares madwaru.", "Mr Speaker, illum l-ambjent qiegħed jokkupa niċċa iktar għolja u iktar importanti f'pajjiżna proprju għax in-nies qed iħarsu madwarhom iktar.", "Qed jaraw il-problema ta' l-iskart li qed taffetwalhom saħħithom.", "Fost l-iskart l-aktar komuni nsibu l-iskart taċ- ċmieni tal-power station u ta' l-isptar, l-exhaust tal-karrozzi u dħaħen oħra u l-problema tal-Magħtab.", "Dawn il-problemi ilhom jeżistu għexieren ta' snin u l-poplu Malti ma kienx jagħti wisq kas tagħhom.", "Illum, Mr Speaker, huwa tajjeb illi l-poplu Malti isir iktar konxju u jitlob mill-mexxejja tiegħu biex jieħdu ħsieb biex tiġi solvuta l-problema.", "Jiena għandi l-unur ngħid li nagħmel parti minn gvern illi dejjem poġġa l- ambjent fuq l-aġenda nazzjonali.", "Ma rridx innessi x-xogħol kbir li kien għamel l-ewwel ministeru ta' l-ambjent taħt ir-responsabbilita' ta' Dr. Ugo Mifsud Bonniċi, li kien mexxa l-ewwel liġi komprensiva ta' l-ambjent li kellna f'pajjiżna.", "Ministri oħra li ġew warajh - bħal Dr Zammit Dimech u partikolarment Dr Stanley Zammit - ukoll kienu ħadu l-inizjattiva li jibdew jagħmlu xogħol kbir fost il-poplu Malti biex iqajmu kuxjenza favur l- ambjent u biex ifasslu ħafna liġijiet ġodda.", "Jiena llum nieħu gost nara lill-oppożizzjoni turi dan l-interess fl-ambjent.", "Sfortunatament fis- sebgħinijiet u fit-tmenijiet kienet totalment tinjorah.", "Ma rridx nidħol f'ħafna dettalji iżda wieħed jaf li l-power station kienet taħdem bil-faħam u meta ġejna biex nibnu power station iktar nadifa kien hemm oġġezzjonijiet kbar.", "Kuntratti li kienu saru minn dan il-gvern biex jinbidlu l-karrozzi tal-linji tagħna wkoll kienu spiċċaw imqatta' u mwarrba.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq problemi kbar.", "Hemm l-eżempju tal-Magħtab fejn il-ministru diġa' qal li se tiġi solvuta ftit ftit.", "Hemm il-problema tat-traffiku u taċ-ċmieni tal-power station.", "Dawn huma problemi illi dan il- gvern iddentifika, ikwantifika u huwa kommess illi jsolvi.", "Il-gvern huwa kommess li jsolvi l-problema tal-Magħtab, tax-Xagħra f'Għawdex u kif għedt tal-power station.", "L-oppożizzjoni kultant tikkritika l-gvern b'mod goff fuq il-kwestjoni ta' l-ambjent qisu m'hu qed jagħmel xejn.", "Nerġa' ngħid ir- record ta' l-oppożizzjoni sa dan il-mument ma kienx tajjeb ħafna f'dak li huwa ħarsien ta' l-ambjent.", "Il-gvern qed jieħu attitudni pro-attiva fejn jinħolqu policies f'dan ir-rigward.", "Nies li jbatu bl-asthma, li f'Malta jlaħħqu għexieren ta' eluf, għandhom il-problema li affarijiet li diġa' semmejt inaqqsulhom mill-kwalita' tal-ħajja tagħhom u allura hu importanti li kull gvern jagħti l-attenzjoni xierqa lejn din il-problema.", "Mr Speaker, jiena naf illi l-atitudini lejn l-ambjent qiegħda teżisti fit- tħaddim ta' l-ekonomija soċjali.", "Ma rridux ninsew illi l-ekonomija ta' suq soċjali qed titħaddem f'ambjent ekoloġiku illi ilu jeżisti mijiet ta' miljuni ta' snin.", "Il-bniedem ilu fid-dinja xi erba' miljun sena.", "L-era industrijali ilha teżisti xi mitejn sena, pero' l-ekoloġija u l-bilanċ ambjentali ilu jeżisti l-mijiet tal-miljuni ta' snin.", "Tajjeb li nkunu konxji tal-ħidma ekonomika fi ħdan ambjent illi jista' jsostni ħidma sa ċertu punt biss.", "Ma nistgħux naġixxu qisna nistgħu nħammġu, narmu l-iskart u nħammġu l-arja u l-ibħra tagħna mingħajr ma jkun hemm riperkussjonijiet.", "Il-fatt huwa li meta nħammġu u meta nniġġsu nbatu l-konsegwenzi.", "Illum jeżistu teknoloġiji ġodda ta' karozzi elettriċi u anke teknoloġija solari f'dak li huwa equipment.", "Jeħtieġ li ftit ftit dawn it-teknoloġiji jibdew isibu posthom fl-ekonomija tagħna.", "Jiena naf li l-ministru attwali għall- ambjent qed iħares b'mod attiv lejn dawn it-teknoloġiji biex jiġu nkorporati fit-tħaddim ta' l-ekonomija tagħna.", "Għaldaqstant l-iktar ħaġa importanti, kif semmejt fil-bidu ta' dan id-diskors, hija l-kuxjenza u r- rikonoxxenza ta' dawn il-problemi.", "Il-gvern qiegħed hemm biex jirrappreżenta lill-poplu u jekk il-poplu jagħmel pressure biex jingħata każ l-ambjent hekk irid isir.", "Għaldaqstant il-gvern għandu jieħu attitudni pro-attiva, anke meta ma jkunx hemm pressure.", "Jiena kuntent li dan il-gvern miexi f'dik id-direzzjoni, biss għad baqa' x'isir.", "Ma nistgħux ngħidu illi wasalna u l-fatt li Malta qed taspira biex tidħol fl-Unjoni Ewropea żgur li huwa stimolu biex naħdmu iktar biex nilħqu l-istandards ambjentali Ewropej.", "Ċert li l-Unjoni se tgħin ukoll biex dawn l-istandards jintlaħqu.", "Sfortunatament għad hawn nies li m'humiex konxji biżżejjed dwar l-ambjent.", "Għad hawn nies illi ma jimpurtahomx mill-ħsara li jagħmlu.", "Oħrajn għandhom mentalita' ta' tletin sena ilu u għadhom ma qamux għar-realtajiet ġodda tal-lum.", "Dan jimmanifesta ruħu f'attitudni negattiva li la turi solidarjeta' ma' l-ambjent u lanqas mas-soċjeta' ta' madwarna.", "Mr. Speaker, it-termometru illi juri kemm għad baqgħalna x'navanzaw f'dak li huwa ambjent huwa t-tipjip.", "Qed nitkellem kemm dwar l-attitudini personali lejn it-tipjip u kemm l-attitudini ta' l-istituzzjonijiet.", "It- tipjip iħassar l-ambjent immedjat u joħloq problemi għan-nies li huma morda jew ibatu mill-kondizzjoni ta' l-asthma.", "Diversi nies oħra bħall-anzjani ibatu u dan joħloq diversi tip ta' mard li s-soċjeta' Maltija għadha m'hijiex armata għalih.", "Hemm nuqqas ta' rispett lejn individwi illi jew idejjaqhom jew jagħmillhom ħsara id-duħħan.", "Dan tarah kull fejn tmur.", "Tarah fejn mhux suppost isir tipjip, bħal xarabank jew post pubbliku.", "Għad m'għandniex il-kultura li nifirdu postijiet fejn wieħed jista' jpejjep u oħrajn fejn ma jistax.", "Jeħtieġ li nibdew naħsbu f'nies oħra.", "Ħafna nies mhumiex f'pożizzjoni illi jagħżlu.", "Għexieren ta' eluf ta' nies li sfortunatment ibatu bl-asthma u mard respirotorju ieħor m'għandhomx għażla.", "Hemm bżonn illi s-soċjeta' tagħna tagħmel fine-tuning biex tirrispetta lil dawn in-nies u tirrispetta wkoll lil dawk li jridu jibżgħu għal saħħithom u jdejjaqhom id-duħħan.", "Mr Speaker, jeħtieġ illi dan ir-rispett jiġi muri mhux biss f'ristoranti jew f'istituzzjonijiet imma anke f'dan il-parlament.", "Dan il-parlament żgur mhuwiex ix-xempju ta' dawk li għandhom jirrispettaw id-drittijiet ta' dawk li ma jridux ixommu s-sigaretti u t-tipjip.", "Tmur fil-Parlament Ewropew jew fil-Kunsill ta' l-Ewropa u ssib li fil-common areas ħadd ma jista' jpejjep.", "Imbagħad hemm iz-zoni li huma merfugħa għal dawk li jridu jpejpu.", "Jiena nifhem li l-vizzju tat-tipjip ma taqtgħux malajr - jiena tabib u jkolli pazjenti li jkollhom problemi bis-sigaretti - u dawn in-nies għandu jkollhom il-lok fejn ipejpu.", "Għaldaqstant għandu jkun hemm lok ristrett għalihom.", "Jiena diġa' għedt darbtejn oħra biex isir sforz miż-żewġ naħat tal-Kamra biex il-common areas ta' dan il-parlament inkluża din, jiġu dikjarati no-smoking.", "Hemm bżonn li f'dan il-parlament isiru zoni li fihom ma jsirx tipjip u oħrajn fejn isir.", "Eżempju ta' dan huwa l-bar fejn imbagħad ħadd ma jkollu jittallab għad-drittijiet tiegħu.", "Dan jgħodd ukoll għall-partiti politiċi.", "Importanti li l-partiti politiċi inisslu kultura ta' rispett.", "Qed ngħid anke fil-każini u l-headquarters tagħhom.", "Hemm nies li jridu jaħdmu fil-politika u jikkommettu ruħhom għall-partit u dawn qed jiġu litteralment iggassjati.", "Meta wieħed imur Franza u pajjiżi oħrajn, ineħħi forsi Sqallija u l- Italja għax għandhom ħafna mentalita' bħal tagħna, hemm rispett lejn wieħed li ma jpejjipx.", "Hawn Malta dan ir-rispett għadu ma jeżistix u naħseb li jridu jkunu l-partiti politiċi u l-parlament illi jieħdu azzjoni biex jibdlu l-kultura.", "Nibdluha f'isem dawk in-nies illi huma morda bil-pulmun, u f'isem in-nies li jdejquhom is-sigaretti u m'għandhomx għażla.", "Il- kultura rridu nibdluha aħna.", "Jiena nappella biex ngħallmu lill-poplu Malti bl-eżempju tagħna lkoll.", "Iċ-ċittadin għandu jieħu eżempju mill-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż u b'hekk ikun hemm ripple effect fuq is-soċjeta'.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.55 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - DIRETTUR", "19183.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi d-direttur ta' l-edukazzjoni se jtemm il-karriera tiegħu f'Diċembru, jista' l-Ministru jgħid min hemm fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li qed jieħu ħsieb it-tħejjijiet meħtieġa wara t-tluq tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nifhem li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal wieħed mid-diretturi li għandna fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li hi mmexxija minn direttur ġenerali.", "Il-vakanza tiegħu timtela` skond il-proċess stabilit mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "INTERN - RIĊEVIMENTI/IKLIET", "19184.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikateru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu 2000?", "Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa` kelli l-opportunita` nwieġeb l-Onor.", "Interpellant f`okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor.", "Membru għall-allokazzjonijiet għall-hospitality li hemm fl-estimi ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad- dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "TURIŻMU - RIĊEVIMENTI/IKLIET", "19185.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u kliet mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu 2000?", "Jista' jgħid, separatament, f'kull każ x'kienet l-okkażjoni u kemm laħqet l-ispiża?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif diġa' kelli l-opportunita' nwieġeb l-Onor.", "Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara' l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru għall-allokazzjonijiet għal hospitality li hemm fl-estimi ġenerali taħt il-vot tal-ministeru tiegħi u dawk tad- dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "AFFARIJIET BARRANIN - RIĊEVIMENTI/IKLIET", "19186.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill- ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?", "Jista' jgħid, separatament, f'kull każ x'kienet l-okkażjoni u kemm laħqet l-ispiża?", "ONOR.", "JOE BORG: Kif diġa kelli l-opportunita' nwieġeb l-Onor.", "Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru għall-allokazzjonijiet għal hospitality li hemm fl-estimi ġenerali taħt il-vot tal-ministeru tiegħi.", "AGRIKOLTURA U SAJD - IMPJEGATI ĠODDA", "19187.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l- Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi mpjieg?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-perijodu msemmi ġew impjegati 11-minn nies, sebgħa maskili u erbgħa femminili.", "Ħamsa minn dawn huma każwali, wieħed reinstated, tnejn b'kuntratt, wieħed professjonist u żewġ uffiċjali.", "Ma saret l-ebda sejħa pubblika għal dawn l-impjieġi skond il-proċedura normali li ilha teżisti sa minn dejjem.", "Dawn kienu kollha mpjegati wara li ngħatat kunsiderazzjoni serja għall- kapaċitajiet tagħhom biex jaqdu d-dmirijiet mistennija minnhom.", "IMTAĦLEB - FDALIJIET TA' L-ISKART", "19584.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li d-dipartiment għall-ambjent inaddaf il-fdalijiet ta' l- iskart li nħolqu fl-inħawi ta' l-Imtaħleb madwar it-triq ta' l-irdum ta' barra?", "Jista' d-dipartiment għall-ambjent ġentilment jikkunsidra l-bżonn li jsiru strips ħalli jkun jista' jitnaqqas il-vandaliżmu ta' dumping ta' materjal fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Ministeru għall-Ambjent qiegħed inaddaf bosta postijiet fejn qegħdin jintremew il-fdalijiet ta' l-iskart.", "Ser isir sforz biex isir ukoll it-tindif tat-triq ta' madwar l-irdum ta' barra gewwa l-Imtaħleb.", "Jista' l-Onor.", "Interpellant forsi jiċċara xi jfisser bi strips, ħalli jkun jista' jitnaqqas il-vandaliżmu ta' dumping.", "Jekk fil-każ li jrid ifisser skips - dawn issiru fuq inizjativa tal-kunsill lokali konċernat.", "DRENAĠĠ - TISWIJIET", "19616.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18775?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li peress li dan ix-xogħol kien isir kollu manwali, l-informazzjoni hija diffiċli ferm sabiex tinġabar korrettament.", "IPSE - IMPJEGATI", "19638.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' l-IPSE - Institute for the promotion of small and medium size enterprize?", "Jista' jgħid x'inhu l- grad ta' kull impjegat/impjegata?", "Jista' jgħid x'inhi r-rimunerazzjoni taċ- chairman u taċ-chief executive officer?", "Jista' jgħid xi fringe benefits għandhom?", "Jista' jgħid meta jagħlaq il-kuntratt taċ-chief executive officer?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent l-I.P.S.E. għandha 20 impjegat imqassmin f'dawn il-gradi: chief executive wieħed, tmien managers, seba' executives u erbgħa skrivani.", "Il-kariga ta' chairman (non-executive) m'għandha l-ebda remunerazzjoni jew fringe benefits oħra marbuta magħha.", "Iċ-chief executive officer jirċievi remunerazzjoni ta' Lm20,144 u għandu benefiċċju ta' l-użu ta' karozza tal-kumpanija.", "Il-kuntratt ta' dan l-uffiċjal għandu validita' ta' tlitt snin b'seħħ mit-3 ta' Lulju, 1998.", "ARTIJIET", "19646.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jekk bidwi part-time jew full-time ikollu erba' biċċiet raba' f'qatgħat differenti, per eżempju, biċċa fil-Baħrija, oħra fl-Imtaħleb imma kollha jkunu taħt il-konfini tar-Rabat, dan xorta jrid jissottometti żewġ applikazzjonijiet biex japplika għall-iskema ġdida tal-qbila tar-raba'?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-iskema tal-qbiela tispeċifika li f`każ ta` bċejjeċ ta` art li ma jkunux imissu ma` xulxin u li ma jkunux jikkostitwixxu qatgħa waħda, tkun trid issir applikazzjoni separata għal kull waħda mill-bċejjeċ ta` art.", "Qed isiru diskussjonijiet mal-assoċjazzjoni tal-bdiewa sabiex fil- każi ta` dawk li volontarjament japplikaw taħt l-iskema - minkejja li għandhom titolu ta` qbiela - din ir-regola tiġi liberalizzata xi ftit.", "ARTIJIET", "19647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk dawk il-bdiewa full-time u part-time li għalqilhom iċ- ċens u mhux jiġi aċċettat mis-sidien il-ġodda li qed jaħdmu r-raba' in kwestjoni llum, humiex suġġett għall-applikazzjoni ġdida tal-qbil tar- raba'?", "Jekk iva, x'inhuma r-raġunijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ li ċ-ċens għalaq u l-bidwi m`għandux titolu fuq l-għalqa dan ma għandux triq oħra għajr li japplika fl-iskema tal-qbiela.", "Ir-raġuni hi li l-iskema hija intiża sabiex il-gvern jirregolarizza l-pożizzjoni tal-bdiewa li qegħdin fil-fatt jaħdmu r-raba`, iżda teknikament huma bla titolu.", "Peress li d- domanda tirriferi għal 'sidien il-ġodda', infakkar lill-Onor.", "Interpellant li din l-iskema tapplika biss fejn il-gvern hu s-sid ta' l-art.", "MALTACOM - SAHRA", "19648.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18867 dwar sahra fil-Maltacom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li minn eżerċizzju għal perijodu Jannar-Settembru ta' din is-sena li għamlet il-Maltacom, jirriżulta li ebda impjegat ma għamel sahra matul xahar wieħed li tammonta għal aktar minn Lm1,000.", "TAX COMPLIANCE UNIT - BORD", "19700.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tat-Tax Compliance Unit?", "Kemm-il darba ltaqa' s'issa?", "Dawn għandhom xi remunerazzjoni speċifika?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-membri tal-board tat-Tax Compliance Unit huma dawn:", "|Head – Tax Compliance |Chairman| |Unit | | |Commissioner of Inland |Member | |Revenue | | |Commissioner of Value |Member | |Added Tax | | |Director of Social |Member | |Services | | |Comptroller of Customs |Member |", "S'issa l-board iltaqa erba' darbiet.", "La ċ-chairman u l-anqas il-membri m'għandhom xi remunerazzjoni speċifika.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - OVERTIME", "19701.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħadem overtime fid-dipartimenti tal-gvern sa tmiem Awissu 2000?", "Kif tipparaguna din il-figura ma' l-ewwel tmien xhur tas-sena 1999?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari nru.", "19702 li għamel lill-Ministru tal- Finanzi.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - OVERTIME", "19702.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallas overtime lid-dipartimenti tal-gvern sa tmiem Awissu 2000?", "Kif tipparaguna din il-figura ma' l-ewwel tmien xhur tas-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skond ir-records tat-Teżor, jirriżulta li sa tmiem Awissu 2000 tħallas l-ammont ta' Lm3,274,000 bħala sahra fid-dipartimenti tal-gvern.", "L-ammont minfuq matul l-istess perjodu tas-sena l-oħra fuq dan l-item partikolari kien jammonta għal Lm3,038,000.", "Ta' min jgħid illi nofs din iż-żieda kienet dovuta għall-ħlas ta' overtime fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, li l-istaff tiegħu bdew igawdu minn kundizzjonijiet ġodda, u li minn din is-sena qed jigi muri bħala Vot separat.", "FINANZI - INFIQ", "19703.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm sar infiq fil-ministeru ta' natura kapitali f'dik li hi informatika matul din is-sena finanzjarja għar-raġunijiet msemmija fil- budget - paġna 105?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s'issa ntefqu Lm311,853.09 fuq progetti biex jissaħħah il-mekkanizmu ta' kontroll mill- gvern fuq l-infiq u d-dħul tiegħu kif ukoll biex tiġi kkontrollata l- evazjoni tat-taxxi.", "L-ispiża fuq dawn il-proġetti ħija stmata li tammonta għal Lm1,129,642.", "DELEGAZZJONI GĦOLJA MILITARI", "19718.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min hija ffurmata d-delegazzjoni għolja militari li qed iżuru Malta bħalissa u li mistennija tagħmel laqgħat ma' uffiċjali lokali ta' l-Armata għada?", "X'inhi r-raġuni li din id-delegazzjoni qiegħda f'Malta?", "Hija ko-inċidenza li għada se jibdew isiru eżerċizzji minn membri ta' l-Armata f'Għajn Tuffieħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalissa f'Malta hawn delegazzjoni militari mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.", "L-għanijiet taż-żjara huma biex isir bdil ta' fehmiet u biex jiġu diskussi modi ta' koperazzjoni bejn il-militar taż-żewġ pajjiżi.", "Id-delegazzjoni tinkludi sitt uffiċjali.", "Bħalissa bħala parti mill-eżerċitazzjoni msejjaħ Terra Ferma hawn Malta kontinġent ta' l-Armata Taljana, li hu magħmul minn 5 uffiċjali u 43 suldat.", "Dan il-kontinġent ġie apposta għal taħriġ u eżerċizzju mal-Forzi Armati Maltin.", "Uffiċjal għoli Taljan ser iżur Malta nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Ottubru 2000 biex isegwi l-eżerċizzju flimkien mal-Kmandant tal-Forzi Armati Maltin.", "Il-fatt li ż-żjara mid-delegazzjoni Ċiniża ħabtet eżatt fl-istess ġranet li fihom il-Forzi Armati qegħdin jagħmlu eżerċizzju, flimkien ma' suldati Taljani, fl-inħawi msemmija hu ko-inċidenza.", "POLITIKA SOĊJALI - TARIFFI", "19724.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19493, jista' l-Ministru jgħid x'żidiet kien hemm minn Settembru 1998 f'xi tariffi regolati mill-Ministeru tiegħu jew xi entitajiet li hu responsabbli għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-każ tal-Korporazzjoni tax-Xogħol uTaħriġ it- tariffa għal ħruġ tal-work history u ta' l-employers's employee list saru Lm1.50 u Lm10 rispettivament minn Lm0.25.", "Dawn id-dokumenti jinħarġu b'xejn lill-persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "AMBJENT - SKARTAR MINN FUQ IX-XOGĦOL", "19725.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19422, jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari ttieħdu sal-lum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Waqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal aħħar paragrafu tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 19422, ninformah li l-penalitajiet kienu jvarjaw minn twissijiet, multi u sospensjonijiet.", "TAX COMPLIANCE UNIT - INVESTIGAZZJONIJIET", "19735.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mit-Tax Compliance Unit s'issa?", "Jista' l-Ministru jelenka l-istadju ta' kull investigazzjoni, jekk l-każ għadu għaddej?", "Jekk il-każ inqata', x'azzjoni rimejdali ttieħdet fejn il-każ inqata'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 18983.", "IMPJIEGI - SAĦĦA U SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "19736.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispeċifika fuq liema aspetti tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "Il-gvern beħsiebu jitlob derogi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern mhux beħsiebu jitlob ebda deroga fejn jirrigwarda l-aspett tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol fin- negozjati ma' l-Unjoni Ewropea .", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - WEBSITE", "19737.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu ħsieb li jiġi updated il-website tal-ministeru għall-politika soċjali fejn insibu li, per eżempju, is-sezzjoni pensjonijiet u benefiċċji soċjali, l-aħħar li ġiet updated kienet f'Awissu ta' l-1997?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal-liema website qed jirriferi.", "Il-websute uffiċjali tal-ministeru għall-politika soċjali tinstab fuq l-indirizz http://www.msp.magnet.mt.", "Ninsab informat li din il-website tiġi aġġornata regolarment.", "UNIVERSITA' - KORS TAD-DENTISTRIJA", "19742.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata għall-kors tad-Dentistrija fl-Universita' meta għandha kwalifiki iżjed minn uħud minn dawk magħżula?", "X'sens jagħmel li l-istudenti ġew mgħarrfa li ma jistgħux jiġu kkonsidrati għad-dentistrija jekk ikunu nizzluha bħala t-tieni preferenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għażla ta' l-applikanti għad-dħul fil- kors għall-grad ta' Bachelor of Dental Surgery B.Ch.D. saret strettament fuq il-kriterji stabbiliti mir-regolamenti kif approvati mis-Senat, ippromulgati u ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern tal-11 ta' Ġunju, 1999 bħala Avviż Legali Nru. 100 ta' l-1999.", "L-istess kriterji kienu ntużaw għad-dħul fil-kors li beda f'Ottubru 1999.", "Skond ir-regolamenti, l-applikanti li jindikaw il-kors bħala l-kors ta' l-ewwel priferenza tagħhom meta japplikaw għandhom ikunu magħżula l-ewwel.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru in-numru ta' studenti li jistgħu jidħlu għal dan il- kors dejjem kien limitat (numerus clausus).", "Il-persuna indikata mill-Onor.", "Membru ma ġietx magħżula għax hi ndikat kors ieħor bħala l-ewwel priferenza u l-kors tad-dentistrija bħala t-tieni priferenza.", "SKEJJEL - PIETA'", "19743.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament, tibda tattendi l-iskola sekondarja peress li fl-iskola primarja kienet tkun assenti ta' spiss u fil-fatt kienet ilha sena ma tattendi fl-iskola primarja tal-Pieta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna li d-dettalji tagħha ġew mibgħuta ma' din id-domanda, kull meta ma attendietx l-iskola dejjem bagħtet ċertifikat mediku.", "Din it-tifla li għandha ħdax-il sena ġiet mogħtija kull ċans mill-iskola biex tattendi u tkun tista' tibqa' miexja fil-course skolastiku: inkluż li kienet assenjata shared facilitator.", "L-iskola għaddiet kopji taċ- ċertifikati kollha lill-welfare section, fejn saru arranġamenti biex social worker jagħmel home visit lil din il-familja.", "ITS - HOSPITALITY MANAGEMENT", "19744.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Għal- liema raġunijiet l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata għall-kors ta' hospitality management fl- Institute for Tourism Studies, meta għandha 107 credits u kellha biżżejjed kwalifiki biex sethħet tattendi kors fl-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha ma setgħetx tiġi aċċettata għall-kors ta' hospitality management minħabba li ma laħqitx il-grad mitlub f'suġġett li hu meqjus bħala rekwiżit obbligatorju għall-kors (Matematika).", "Ir-rekwiżiti tal-kors imsemmi kif ippubblikati fil-prospectus ta' l- istitut tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - RAĦAL ĠDID", "19745.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li għadda mill-eżamijiet ta' l-Ingliżi, Reliġjon, Studji Soċjali, għad-dħul fil-junior lyceum mhux qed jitħalla jattendi fl- iskola sekondarja Ġuże' D'Amato, f'Raħal Ġdid?", "Meta l-istat huwa obbligat jipprovdi edukazzjoni lil dawk fl-eta' bejn 5 u 16 kif jista' jċaħħad lil dan it-tifel minn dan id-dritt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li omm lit-tifel imsemmi għamlet talba biex it-tifel tagħha jibda jattendi l-ewwel sena ta' l-iskola sekondarja ta' Raħal il-Ġdid nhar it-Tnejn 2 ta' Ottubru.", "It-tifel fuq talba ta' ommu kellu jirrepeti s-sitt sena tal-primarja wara li m'għaddiex mill-eżami tad- dħul għall-junior lyceum.", "Fil-fatt, it-talba biex it-tifel jattendi l-iskola sekondarja ta' Raħal il-Ġdid ġiet milqugħa u risposta mibgħuta lill-omm nhar l-Erbgħa 4 ta' Ottubru, 2000.", "TOROQ - ST.", "GEORGE'S RD", "19746.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-ġimgħat li għaddew kien hemm jien sħaħ li fihom St. George's Road u St. George's Junction kienu bla dwal fit-toroq?", "Meta se jissewwa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA", "19747.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol regolari ta' pulizija li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament?", "Għandux permess ibiegħ il-ħut?", "Jista' jinvestiga rapporti li waqt il-ħin tax-xogħol ikun ibiegħ il-ħut?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-kuntistabbli li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa stazzjonat fuq beat duties.", "Ma jirriżultax li dan għandu permessi sabiex ibiegħ il-ħut.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tlabt lill-kummissarju sabiex jinvestiga.", "PORT COTTONERA LTD - SHAREHOLDERS", "19750.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min kienu x-shareholders tal-Port Cottonera Ltd meta sar il- kuntratt dwar il-proġett tal-Kottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li meta sar il-kuntratt ix- shareholders tal-Port Cottonera Ltd. kienu:", "Abonmarche Investments Inc., Jost Merten, John Ripard & Co. Ltd., John Ripard, Trader Marine Yacht Services Ltd., Trader Marine Cottonera Ltd., Cassar Marine Holdings Ltd., Realco Projects Ltd.", "BORMLA - KLABB TAR-REGATTA", "19751.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li għandhom id- dgħajjes tagħhom marbuta quddiem il-club tar-Regatta ta' Bormla, hux se jibqgħu jkunu jistgħu jużaw dan il-berth meta jsir il-proġett tal-Marina?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.", "19572.", "COTTONERA WATERFRONT GROUP - SHAREHOLDERS", "19752.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min kienu x-shareholders tal-Cottonera Waterfront Group meta sar il-kuntratt dwar il-proġett tal-Kottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li meta sar il-kuntratt ix- shareholders tal-Port Cottonera Waterfront Group kienu:", "Ballut Blocks Services Ltd., Blokrete Ltd., Hal Mann Holdings Ltd., Vassallo Builders Group Ltd., B. & C. Ltd., Alberta Projects Ltd., Raniolo Ltd., Applied Economics Consulting Ltd.", "ARTIJIET - ĦLAS TA' KERA", "19753.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jsir il-ħlas lura tal-kera mħallsa żejda mill-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-persuna li saret riferenza għaliha mill-Onor.", "Interpellant dalwaqt se tirċievi l-pagament ta` Lm5.", "42, liema ammont kien tħallas iżjed bħala kera.", "DJAR - REQUISITION", "19754.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li għad għandhom ir-requisition fuqhom?", "F'liema lokal qegħdin?", "Kemm kien in-numru ta' postijiet li tneħħitilhom ir-requisition f'dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninsab informat li f'dawn l-aħħar ħames snin tneħħew 3008 rekwiżizzjoni.", "BORMLA - FOND NRU.", "43", "19755.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li ssir inspection f'43, Triq S. Lazzru, Bormla peress li l- ġirien qed jilmentaw minħabba ħmieġ kbir u ġrieden?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ġejt informat li wara spezzjoni minn uffiċjali tad- Dipartiment ta-Saħħa fil-lok indikat, irriżulta li l-ilment jirriferi għal Nru. 8, Sqaq San Lazzru, Bormla u mhux għal Nru. 43, Triq San Lazzru.", "Irriżulta li l-fond No. 8 li fil-preżent mhux abitat, jaqa` taħt ir- responsabbilita` tal-Joint Office.", "Peress li jeżistu xi akkumuli fl-istess fond, l-istess Joint Office ġie nformat diversi drabi biex inaddaf.", "L-area ta` madwar kif ukoll il-fond indikat ġie ttrattat bil-velenu għal kontra il- ġrieden illum 5 ta` Ottubru 2000, minn uffiċjali tar-rodent control.", "Se jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.", "MUMN - COLLECTIVE AGREEMENT", "19756.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- collective agreement bejn l-MUMN u l-gvern li ġie ffirmat fl-1 ta' Frar, 2000 jgħid bl-akbar mod ċar li ż-żidiet fis-salarju tan-nurses u midwives ikunu inkorporati fil-basic pay, għaliex dawn s'issa għadhom qed jingħataw f'forma ta' allowance minkejja rappreżentazzjonijiet ta' l-MUMN ma' l- uffiċċju tat-Teżor?", "Billi jien informat li kemm l-MPO kif ukoll l-uffiċċju tat-Teżor qablu ma' l-MUMN li dawn iż-żidiet għandhom ikunu inkorporati mal-basic pay, għaliex s'issa dawn baqgħu jingħataw f'forma ta' allowance?", "Possibbli l-Ministru jintervjeni biex dan il- każ jiġi rimedjat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. interpellant li m'hemmx għalfejn l- intervent tal-Ministru minħabba li r-raġuni li ż-żidiet ma kenux murija fis- salarji bħala basic pay kienet waħda teknika.", "Ninsab żġurat li bit-tibdil li sar fil-programm tas-sistema il-bidliet neċessarji se jkunu nkorporati mal-paġa bażika fil-pagament ta' dan ix- xahar.", "UNIVERSITA' - MATURE STUDENTS", "19759.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li dawk il-mature students li għadhom qed jistennew risposta mill-Universita' jistgħux jibdew xi kors din is-sena jew le, jingħataw risposta xierqa?", "Dan jgħodd ukoll għall-IHC fejn kulmin għadda qed jistenna risposta.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aċċettazzjoni ta' applikanti li japplikaw taħt il-klawsola komunement magħrufa bħala il-maturity clause bilfors ikollhom jingħataw risposta aktar tard minn oħrajn peress li l- aċċettazzjoni tagħhom tiddependi fuq evalwazzjoni individwali u tikkomprendi intervista mill-kap tad-dipartiment skond il-kors li japplikaw għalih.", "L-intervisti jibdew isiru f'Settembru wara l-għeluq tal-perijodi ta' l-applikazzjoni.", "L-istess jista' jingħad għall-applikanti għall-korsijiet fl-institute of health care li kollha jridu jkunu intervistati skond ir-regolamenti biex ikun stabbilit li għandhom ix-xeħta (aptitude) għal professjoni li jkunu għażlu.", "F'ċerti każi fejn ikun hemm dubju jkun meħtieġ li jkunu intervistati minn psikologu.", "Ma' dan irid jingħad li d-dħul ta' ħafna minn dawn l-applikanti jiddependi mir-riżultati li kisbu fl-eżamijiet supplimentari li saru f'Settembru u li r-riżultat tagħhom ħareġ fit-30 ta' Settembru.", "Qed isir kulma hu possibbli biex l-applikanti kollha jkunu rċevew risposta fil-ftit ġranet li ġejjin u fil-fatt fadal ftit risposti x'jintbgħatu, prinċipalment minn dawk ta' l-eżamijiet supplimentari ta' Settembru.", "GĦAWDEX - SIXTH FORM", "19760.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Form Six ta' Għawdex kienx hemm xi korsijiet li kellhom jibdew fit-2 ta' Ottubru u li fil-fatt ma bdewx?F'każ affermattiv, x'kienet ir-raġuni li għaliha ma bdewx?", "Meta se jibdew?", "X'kienet ir-raġuni li għaliha għadu ma tlestiex il-laboratorju tal-bijoloġija li kellu jitlesta għas-Sixth Form?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li d-dipartiment ta' l-istudji ogħla u edukazzjoni għall-adulti joħroġ it-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet wara li jkunu ppubblikati r-riżultati tar-reparatorju tas-SEC.", "Din is-sena d- dipartiment laqa' dawn l-applikazzjonijiet bejn it-2 u l-4 ta' Ottubru.", "Dan isir sabiex inkunu nistgħu nakkomodaw studenti li jkunu għadhom ma sabux posthom fl-ebda kors.", "Għaldaqstant bħal fl-iskejjel post-sekondarji li jaqgħu taħt dan id- dipartiment, il-korsijiet f'Għawdex ma setgħux jibdew fit-2 ta' Ottubru 2000, għax sa l-4 ta' Ottubru 2000 kienu għadhom qed jintlaqgħu l- applikazzjonijiet wara t-tieni sejħa.", "Il-korsijiet kollha, inkluż tnejn ġodda, se jibdew nhar it-Tnejn 9 ta' Ottubru, 2000.", "L-istudenti tat-tieni sena bdew fil-25 ta' Settembru, 2000.", "Il-proġett tal-laboratorji ġodda fis-sixth form f'Għawdex jinsabu fi stadju avvanzat ħafna u partijiet minnhom ġa bdew jintużaw.", "Dan il-proġett jinkludi laboratorji tal-fiżika, kimika u bioloġija xjenza ġenerali, tliet laboratorji tal-kompjuter u ammenitajiet oħra.", "PULIZIJA - KAĊĊA U NSIB", "19761.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata r-roħs fil-ħlas tal-liċenzji tal-kaċċa u nsib li kien ġie mwiegħed qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-gvern diġa' ħa passi sabiex mill-1 ta` Marzu, 1999 il-liċenzja għaż-żamma ta` arma tan-nar tinżel minn Lm19.00 għal Lm7 fis- sena.", "Din hija prova ta` l-impenn tal-Gvern dwar il-wegħda elettorali tiegħu.", "Il-Gvern qiegħed jara x`jista` jsir fir-rigward tat-tipi l-oħra differenti ta` liċenzji biex il-ħlas ikopri biss l-ispejjeż relatati u mhux bl-iskop ta` taxxa.", "EDUKAZZJONI - KORSIJIET", "19778.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi hija l-politika tal-gvern preżenti li jgħolli l-livelli tan-nurses, speċjalment fid-dawl ta' l-isptar il-ġdid, possibbli l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jinfetħu l-applikazzjoni għal conversion course minn EN għal SN?", "Jekk iva, meta bejn wieħed u ieħor hu maħsub li jerġa' jinfetaħ dan il-course?", "Kemm il-conversion course sar s'issa?", "Kemm temmew b'suċċess dan il-conversion course?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li l-materja għandha tiġi riferita lill- ministru tas-saħħa, informat mill-IHC ta' l-Universita` li l-conversion courses minn EN għal SN huma organizzati mill-institute of health care għad- dipartiment tas-saħħa.", "Hemm ħsieb li jergħu jinfetħu meta jkun hemm ir- riżorsi meħtieġa u ukoll meta jlestu l-istudenti li għandna bħalissa reġistrati.", "S'issa kors wieħed tlesta, erba' korsijiet għaddejjin u ieħor se jiftaħ fi żmien qasir.", "19-il studetn temmew b'suċċess dan il-conversion course.", "SKANSKA - AWDITJAR", "19779.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19070, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim ma' Skanska Malta J.V. ħalli l-awditjar tal- claims ta' Skanska jiġu posposti sakemm tintgħażel kumpannija ta' awditjar, ladarba din il-kumpannija ta' awditjar se tevalwa l-claims li saru minn Marzu ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma sar l-ebda ftehim f'dan ir-rigward.", "AĠENTI TAL-MEDIĊINA", "19780.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsijiet parlamentari numri 19083 u 19577 li forsi bi żvista tħallew barra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Lista bid-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR SAN LUQA - FOND ALLOCATIONS", "19782.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsija parlamentari numru 19028 li forsi bi żvista tħallew barra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "FEDERAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI", "19784.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsija parlamentari numru 19066 li forsi bi żvista tħallew barra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum kien hemm kuntratt itterminat qabel għalqet il-probation u sebgħa riżenji mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.", "|Riżenji |Pożizzjoni | |Rene H. |Vice President | |Formosa | | |Martin Attard|Head Engineering | |Montalto |Operations | |Frank Cortis |Architect & Civil| | |Engineer | |Catald Muscat|Assistant | | |Quantity Surveyor| |Norman |Quantity Surveyor| |Alexander | | |Anthony Dakin|Messenger Officer| | |hand | |Catherine |Secretary | |Mercieca | | |Probation | | |Euphrasia |Manager Cleaning | |Cassar |Services |", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "19786.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19658, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi ħaddiem fl-Isptar Boffa li fil-każ tiegħu ttieħdet id-deċiżjoni li ma jattendix ix-xogħol u xorta jieħu l-paga kollha, inklużi l-allowances kollha marbuta mal-kariga tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-każ li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant qiegħed jiġi nvestigat mill-pulizija u saħansitra għadejja inkjesta maġisterjali."]} {"filename": "20021209_830d_par.doc", "date": "2002-12-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 830 It-Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 830", "It-Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "830", "It-Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 377", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 377", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IR-RABA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA 381", "AĠĠORNAMENT 415", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 416", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 829 li saret fis-6 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TFAL KLANDESTINI - TESTIJIET MEDIĊI", "36813.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Hemm xi problemi biex it-tobba jeżaminaw lit-tfal tal- klandestini biex jiċċertifikawhom li jistgħu jattendu l-iskola mingħajr problemi?", "Kif se jingħelbu dawn il-problemi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Ministru tas- Saħħa): Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li ma kien hemm l-ebda problema biex it-tfal ta` l-immigranti klandestini jiġu ċċertifikati li jistgħu jattendu l-iskola.", "It-tfal ġew eżaminati minn tabib tad-direttorat tas-saħħa pubblika u ma nstab ħadd mit-tfal li mhux tajjeb biex jattendi l- iskola.", "Ċertament li mill-aspett tas-saħħa dawn it-tfal jistgħu jattendu l-iskola minnufih.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'qed isir biex l-iskejjel ta' l-Istat, b'mod partikolari dawk primarji, ikollhom support akbar meta jitolbu għas-servizz tat-tobba miċ-ċentri tas-saħħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Safejn naf jien l-iskejjel kollha għandhom is-servizz tat-tobba li jkun meħtieġ minn żmien għal żmien.", "Ma naf bl-ebda każ partikolari fejn skola ġiet bżonn is-servizz u dan ma ngħatalhiex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ċertament id-diffikulta li se jiltaqgħu magħha t- tfal tal-klandestini meta jintbagħtu fl-iskejjel hija dik tal-lingwa peress li dawn la jafu bil-Malti u lanqas bl-Ingliż.", "Jista' il-Ministru jgħid kif se negħlbuha din il-problema reali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naturalment din hija waħda mill-aspetti li wieħed irid jittratta.", "L-ewwelnett ħafna minn dawn it-tfal għadhom żgħar ħafna u huma pjuttost f'livell ta' kindergarten, fejn il-lingwa jkollha element relattivament baxx fl-interazzjoni bejn it-tfal stess u bejn it-tfal u l- għalliema.", "Hemm ħafna metodi ta' kif wieħed jista' jikkomunika u jesprimi ruħu barra mil-lingwa, imma naturalment wieħed jagħmel enfasi kif lil dawn it-tfal inqabbduhom bażi elementari ta' Ingliż.", "Pero' aktar mil-lingwa, l-aktar ħaġa essenzjali għal dawn it-tfal hi li wieħed joffrilhom ambjent ta' soċjalizzazzjoni, ambjent ta' imħabba, ambjent ta' ferħ u ambjent ta' solidarjeta' għax ma naħsibx li dawn it-tfal qatt setgħu joħolmu b'dan kollu meta kienu f'pajjiżhom.", "Taqta' ċertu livell ta' preokkupazzjoni fir-rigward ta' kwestjonijiet marbutin ma' saħħa li l-gvern qiegħed jagħmel monitoring tagħhom bl-aktar mod intensiv, ir- reception ta' dawn it-tfal kienet waħda pożittiva.", "M'għandix dubju li jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu tajjeb, din tkun esperjenza li tagħmel ġid mhux biss lil dawn it-tfal imma anke lit-tfal kollha inġenerali.", "Biss jiena nemmen li charity begins at home u l-ewwel doveri tiegħi bħala ministru ta' l-edukazzjoni jmorru lejn it-tfal u l-għalliema Maltin u Għawdxin.", "Pero' dan ma jfissirx li wieħed m'għandux ikun oġġettiv, bilanċjat, informat u ma jħalli l-ebda preġudizzju li jista' jfixkel dan il- proċess ta' offerta ta' solidarjeta' lil dawn it-tfal li qegħdin f'Malta fuq bażi temporanja.", "Nittama li f'dan il-perjodu qasir li dawn it-tfal jagħmlu f'pajjiżna jkollhom esperjenza ta' ħajja umana ta' ċerta kwalita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ippermettili mmur lura għall-mistoqsija li għamilt dwar is-support li jingħata lill-iskejjel ta' l-Istat miċ-ċentri tas-saħħa u nixtieq insemmi każ li ġara lili personalment.", "Ftit ilu, it-tifla tiegħi weġġgħet waqt il-ħin ta' l-iskola u bagħtu għalija biex neħodha għall-kura.", "Għalkemm l-iskola primarja fejn tattendi t-tifla hija biss ħames minuti mixi 'l bogħod miċ-ċentru tas-saħħa tar- Rabat, la ntbagħat tabib u lanqas intbagħtet nurse.", "Jien ma nistax nifhem kif ċirkostanzi bħal dawn ma jingħatawx l-importanza tagħhom.", "Din l-iskola tinsab qrib iċ-ċentru tas-saħħa u xorta waħda t-tifla tiegħi ma ngħatatx l- għajnuna meħtieġa, Sur President.", "Ovvju li huwa ħafna aktar diffiċli li tifla tingħata l-għajnuna meta jinqala' każ f'xi skola li tinsab aktar imbiegħda, bħal fil-każ ta' San Pawl il-Baħar, l-Imġarr u l-Wardija, skejjel li fihom jattendu studenti b'diżabilita'.", "Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy f'ċirkostanzi bħal dawn?", "Għax għalkemm dawn il-problemi ma jinqalgħux ta' sikwit irridu nkunu ppreparati għalihom, speċjalment fil-livell primarju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija sitwazzjoni li wieħed irid jiġġudikaha fuq il-merti ta' kull każ.", "Nhar is-Sibt li għadda lili wkoll ċempluli mill- iskola biex immur għat-tifel għax kien ma jiflaħx u ma qagħdux iċemplu lit- tobba tal-health centre u fil-fatt mort għalih jien.", "L-Onor.", "Membru għandu jkun jaf li f'kull skola għandna teacher li xogħlu hu li jiffoka fuq issues ta' health and safety u kull kap ta' skola jiġġudika dwar l-entita' tal-każ.", "Il-policy hi li kull fejn ikun possibbli, l-ewwel ma jiġu informati jkunu l-ġenituri.", "Ħafna drabi, sakemm ma jkunx każ fejn il-first aid tkun tista' tingħata fl-iskola nnifisha, jekk il-każ ikun ta' ċerta gravita', wieħed jirrikorri fil-health centre jew anke fid-dipartiment ta' l-emerġenza, pero' wieħed ma jistax jitkellem b'mod ipotetiku.", "Sur President, s'issa f'dawn l-erba' snin kemm ili ministru ta' l- edukazzjoni għadu ħadd ma ġibidli l-attenzjoni għal xi bżonn ta' servizz tas-saħħa illi ma nstabx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li hija l-opinjoni ta' ħafna ġenituri li t-tobba taċ-ċentri tas-saħħa mhux qed jagħtu biżżejjed servizz fir-rigward ta' dak li jkun meħtieġ waqt li tkun għaddejja s-sena skolastika, speċjalment fil-każ ta' l-iskejjel primarji li jinsabu n-naħa ta' fuq ta' Malta, jista' il-Ministru jagħmel evalwazzjoni ta' dawn iċ- ċirkostanzi li għalkemm forsi ma waslux għall-attenzjoni tiegħu, bla dubju qed joħolqu ċerta preokkupazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nerġa' ngħid li f'dawn iċ-ċirkostanzi wieħed ma jistax ikun ipotetiku.", "Jien m'għandix din it-tip ta' informazzjoni quddiemi u kieku kien hemm inċidenza ta' ċerta entita', żgur li kont nisma' biha.", "Ma naħsibx li l-iskejjel tan-naħa ta' l-Onor.", "Membru huma differenti minn dawk ta' partijiet oħrajn f'Malta u Għawdex!", "Każi li jkunu jirrikjedu l-intervent ta' tabib jew ta' xi ċentru tas-saħħa huma eċċezzjonali u m'hijiex kwestjoni li wieħed għandu jevalwa.", "Normalment kull ħaġa li tiġri f'kull skola tiġi riferuta lid-dipartiment ta' l-operat u għandi nifhem li kieku kien hemm xi kriżi li qed taffetwa l-andament ta' l-iskejjel, żgur li kienet tasal għall-attenzjoni tiegħi.", "Mill-esperjenza diretta tiegħi, fejn ikolli kuntatt ma' għalliema u ma' kapijiet ta' l-iskejjel, ta' kuljum ikolli rapporti dwar studenti li jkunu waqgħu, li jkunu qasmu rashom, li jkunu weġġgħu xi ftit idejhom jew li jkollhom xi jgħidu bejniethom.", "Dan bilfors jiġri meta għandek 90,000 student imxerrdin ma' Malta u Għawdex, pero' l-Onor.", "Interpellant m'huwiex qed jirriferi għal każi bħal dawn.", "Naħseb li m'għandniex neskalaw sitwazzjoni meta fil-fatt ma tirriżultax.", "Issa ninforma ruħi aktar u jekk hemm bżonn li jittieħdu xi miżuri, nara x'jistgħu jkunu.", "EDUKAZZJONI - POSTIJIET VAKANTI", "36814.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 36262?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel u fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni hemm dawn il-vakanzi:", "Skejjel / Dipartimenti Vakanzi", "Skejjel primarji (Malta) xejn", "Skejjel primarji (Għawdex) 4 kapijiet ta' skejjel (minflokhom hemm assistenti kapijiet in charge) 1 assistent kap", "Skejjel sekondarji xejn", "Dipartiment ta' l-operat 9 ufficjali edukattivi 1 assistent direttur", "Dipartiment tal-kurrikulu 14 uffiċjal edukattiv", "Dip ta' l-istudent services and 6 uffiċjali edukattivi international relations", "Dip ta' l-istudji ogħla u 6 uffiċjali edukattivi edukazzjoni għall-adulti u fl- 1 kap ta' skola iskejjel li jiddependu minnu", "Dip ta' l-ippjanar u żvilupp xejn", "Bħalissa qed isiru l-proċeduri meħtieġa biex jimtlew dawn il-vakanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, f'intervista li saritlu minn wieħed mill- istazzjonijiet lokali ftit tal-ġranet ilu, il-principal ta' l-MCAST qal li l-objettiv tiegħu hu li fis-snin li ġejjin kull student li japplika biex jidħol fl-MCAST u jkollu l-kwalifiki meħtieġa, jiddaħħal.", "Hu qal li jekk jibqa' student wieħed biss barra jkollu għalfejn jinkwieta – naħseb li qal tajjeb - u li dan huwa l-objettiv li għandu jkollu l-MCAST.", "Jista' il- Ministru jgħid jekk dan huwiex possibbli u xi preparamenti qegħdin isiru għal dan il-għan?", "Jista' jgħid ukoll x'kienu r-riżultati wara l-ewwel esperjenza mit-twaqqif ta' l-MCAST?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jiena nikkonferma u naqbel ma' dak kollu li qal il-principal ta' l-MCAST.", "Naturalment il-missjoni ta' l-MCAST hija li l-kulleġġ ikun aċċessibbli għal kulħadd u l-mira tiegħu dejjem hekk kienet.", "Naturalment meta aħna għedna li dan il-kulleġġ se jkun miftuħ għal kulħadd, l-oppożizzjoni għamlet kampanja li fiha qalet li tħallew barra numru ta' studenti fl-ewwel u t-tieni sena minn meta l-kulleġġ beda jopera.", "F'din is-sena akkademika li qegħdin fiha, minn dawk l-istudenti kollha li applikaw kien hemm 327 student li l-kulleġġ ma setax joffrilhom il-kors ta' l-għażla tagħhom.", "Fil-fatt numru kbir minn dawn l-istudenti għażlu mbagħad li jmorru fi skejjel post-sekondarji oħrajn u xorta waħdu sabu l- opportunita' biex ikomplu bl-istudju tagħhom.", "S'issa r-riżultati ta' l- MCAST huma konferma ta' kemm il-proġett li għamel dan il-gvern huwa validu u meħtieġ u qed iħalli l-ġid.", "L-employers qegħdin jgħidu – mhux il-gvern qed jgħidha din – li sa l-2005 se jkollhom bżonn mat-800 ħaddiem, kwalifikati b'diploma jew ċertifikat vokazzjonali.", "L-MCAST qiegħed jaħdem biex kemm jista' jkun jilħaq ma' din il-mira.", "Fil-fatt il-gvern żied il- budget għall-estimi tas-sena d-dieħla b'Lm2 miljun - Lm1 miljun fil-budget rikorrenti u Lm1 miljun fil-budget kapitali.", "Sal-lum l-MCAST għad għandu sitt istituti u aħna qegħdin naħdmu biex jekk jista' jkun sa Settembru tas-sena d-dieħla, l-MCAST iżid in-numru ta' istituti għal għaxra.", "B'hekk inkunu nistgħu npoġġu fuq l-istess livell ta' kwalita', ta' organizzazzjoni, ta' standard u ta' kurrikulu, id-diversi oqsma ta' taħriġ edukattiv u vokazzjonali li hawn bżonn fil-pajjiż.", "M'għandix dubju illi bl-investiment kapitali li se nagħmlu, bl-ispazji li se nżidu fil-main campus ta' Kordin u bil-faċilitajiet li se nikkreaw bil- budget li l-gvern qed jiddedika għal dan il-kulleġġ, se nkunu nistgħu nżidu n-numru ta' studenti li jagħżlu li jagħmlu xi kors fl-MCAST.", "Naturalment ma nistgħux ngħidu jekk naslux biex nissodisfaw it-talbiet kollha, għax apparti l-limitazzjonijiet ta' spazju, ta' tagħmir edukattiv u ta' taħriġ, hemm ukoll il-kwestjoni ta' jekk issibx għalliema u trainers biżżejjed għal dan l-iskop.", "M'hemmx dubju li normalment l-ispiża għall- edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija sostanzjalment aktar għolja mill- ispiża għall-edukazzjoni akkademika għax ħafna xogħol f'kulleġġ ta' dan it- tip isir hands-on, isir f'workshops u laboratorji, irid ikollok l-apparat u l-ambjent adegwat u dan jitlob investiment kapitali intensiv.", "Sur President, jekk l-affarijiet jibqgħu mexjin kif inhuma ppjanati, fi ftit snin oħra Malta se jkollha kolonna oħra b'saħħitha ħafna.", "B'hekk ikollna ż-żewġ kolonni li huma meħtieġa biex il-livell post-sekondarju u terzjarju jkun komplet u jkun sħiħ; il-kolonna ta' l-universita' u l- kolonna ta' l-MCAST.", "PIXXINA NAZZJONALI - ĦARSIEN FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "36815.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: X'passi ttieħdu s'issa mill-awtoritajiet b'riferenza għall-każ imsemmi f' mistoqsija 36214?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li l-uffiċjali għas-saħħa u s-sigurta' fuq il- post tax-xogħol għamlu spezzjoni fuq il-post indikat mill-Onor.", "Interpellant u wara li talbu dokumenti u ċertifikati mingħand il- management, ħarġu struzzjonijiet biex fi żmien raġonevoli jittieħdu dawk il- miżuri korrettivi meħtieġa.", "Ninsab informat li l-awtorita' dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol se tkompli ssegwi l-iżviluppi dwar dan il-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' inspectors li bħalissa għandha magħha l-awtorita' imsemmija?", "Peress li għad hemm ħafna x'nitħassbu fejn tidħol is-saħħa u s-sigurta' ta' l- impjegati, jista' jsir focus partikolari fuq is-settur tal-kostruzzjoni u fuq l-impjegati mal-kumpanniji ta' l-iskart li għadna narawhom jiġru fit- toroq, bla ma jagħtu kas tad-direttivi li jeżistu biex jieħdu ħsieb saħħithom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien jidhirli li n-numru ta' spetturi huwa ta' 20, imma peress li kien hemm proċess ta' recruitment ma' nafx effettivament x'inhu n-numru finali bħalissa.", "Issa nivverifika u ngħaddi l- informazzjoni lill-Onor.", "Interpellant.", "Jien naqbel perfettament mar-rakkommandazzjonijiet li għandhom isiru mill- awtorita' dwar il-qasam tal-kostruzzjoni.", "Fil-fatt l-awtorita' hi konxja li dan huwa l-aktar settur miftuħ għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol, mhux biss f'Malta imma fid-dinja kollha.", "Barra minn hekk, ħafna drabi t- tip ta' inċidenti jkunu ta' ċerta serjeta' u ta' ċerta gravita'.", "Naqbel ukoll li din hija kwestjoni ta' kultura, anke lokali, fejn l- kuntratturi u l-ħaddiema għandhom bżonn jedukaw rwieħhom iżjed u jkunu informati ħafna iżjed mir-riskji li huma qegħdin jiffaċċjaw kull darba li ma jimxux mar-rakkmandazzjonijiet li huma magħmula biex jipproteġu saħħithom, b'mod partikolari fl-użu ta' lbies protettiv u ta' sistemi u metodi ta' kif jaħdmu.", "Għalkemm l-awtorita' qed tikkonċentra ħafna fuq dan is-settur, nemmen li għad fadlilna triq twila x'nimxu.", "Dwar il-kumpanniji ta' l-iskart ngħid li dan ukoll jista' jiftaħ lilu nnifsu għal titjib sostanzjali u l-appell tiegħi hu li f'dan is-settur jipparteċipa u jikkopera kulħadd, mhux l-awtorita' biss.", "Nemmen li l- employers u l-ħaddiema għandhom ikunu huma stess minn ta' quddiem u fl- interess tagħhom stess jieħdu ħsieb li jimplimentaw il-miżuri kollha li jiġu rrakkommandati lilhom biex jipproteġu saħħithom fuq il-post tax- xogħol.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IR-RABA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, ippreseda.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-kumitat li skond il-mozzjoni numru 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Nistieden lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura biex iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Sur President, nipproponi:", "VOT 28 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm23,258,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT V - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm8,908,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V - Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, kif jaf il-poplu Malti u Għawdxi kollu l-partit Laburista dan l-aħħar nieda d-dokument intitolat \"Ambjent b'Saħħtu għal Saħħitna\" li fih il-prinċipji bażiċi tal-politika ambjentali tagħna għal pajjiżna.", "Tajjeb li ngħid li dan id-dokument kien miftuħ għall-ideat u għad-diskussjoni maċ-ċittadini u ma' l-għaqdiet mhux governattivi.", "Nista' ngħid ukoll li dwaru saru konsultazzjonijiet ma' kulħadd.", "Dan id-dokumenti jipproponi inizjattivi għal titjib f'oqsma importanti fosthom fl- immaniġġjar ta' l-iskart, fil-protezzjoni ambjentali u fl-ippjanar ambjentali tar-riżorsi naturali.", "Illum jien se nitkellem dwar dak li għandu x'jaqsam mal-problema ta' l- immaniġġjar ta' l-iskart.", "L-ewwelnett huwa importanti li nifhmu x'wassal biex l-iskart sar problema nazzjonali f'pajjiżna.", "Jien persważ li kulħadd jaqbel li l-gvern Nazzjonalista baqa' m'għamel xejn konkret dwar din il- problema, u dan meta issa tista' tgħid li prattikament ilu ħmistax-il sena fil-poter.", "Minflok ħaddem politika żbaljata u irresponsabbli li wasslet biex ikollna muntanja ta' skart ikkontaminat b'sustanzi tossiċi.", "Il-partit Nazzjonalista dejjem wiegħed lill-poplu li bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jiġu fondi li bihom se tissolva problema ta' l-iskart u tal- miżbliet f'pajjiżna.", "Din hija xi ħaġa li qed jinqeda biha l-partit Nazzjonalista.", "Pero' fir-realta' l-affarijiet m'humiex kif qed jgħid.", "L- affarijiet li hemm bżonn isiru f'dan il-qasam iridu jsiru mill-fondi tagħna għax iridu jsiru qabel ma' Malta ssir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Biex nuri li mhux qed nivvinta rrid ngħid li meta Sharon Rose ġiet mitluba tgħid min se jagħmel tajjeb finanzjarjament biex isiru l-proġetti ambjentali, fis-sens jekk hux se tħallas l-Unjoni Ewropea jew inkella l-gvern, din qalet li bit-twaqqif ta' infrastruttura ġdida neċessarja għall-proġetti ambjentali, ir-responsabbilta' hi tal-gvern Malti u l-Unjoni Ewropea tipprovdi assistenza finanzjarja mill-fondi strutturali ta` cohesion li Malta tkun intitolata għalihom wara li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Dan joħroġ anke minn reklam ta' l-MIC li jidher f\"The Times\".", "Dan ir- reklam jagħmilha ċara li dak li hemm bżonn jitwettaq se jiġi mħallas mit- taxpayers għax fih jingħad li rridu nkunu aħna li nagħmlu dixxiplina u nenforzaw.", "Imbagħad dwar il-miżbla tal-Magħtab ntqal li huwa importanti wkoll li nedukaw lill-poplu biex jibda jissepara l-iskart.", "Mela hawnhekk joħroġ ċar li jrid ikun il-poplu Malti li jagħmel tajjeb għall-affarijiet li hemm bżonn isiru qabel nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid fil-qasam ta' l-iskart il-gvern ippjana proġett li kellu jiġi jiswa Lm120 miljun.", "Wara biddel fehmtu u qal li dan se jiġi jiswa Lm70 miljun.", "Hemm diskrepanza mhux ħażin mill-ewwel għat-tieni stima.", "Fejn marret id- differenza?", "Marret għall-esperti, għall-commission jew għall-ħbieb tal- ħbieb?", "Ma nafx, għax s'issa ħadd għadu ma spjega għaliex kien hemm din id- differenza.", "Hawn nirriferi wkoll għal dak li qal l-Onor.", "Pullicino meta kien qed jitkellem f'xi djalogu f'Birkirkara.", "Dan qal li jeħtieġ li nagħmlu nefqa ta' madwar Lm70 miljun biex pajjiżna jilħaq il-livell ta' titjib fis-saħħa tal-poplu.", "Barra minn hekk qal ukoll li meta Malta tkun konformi mas- sistema ambjentali Ewropea l-pajjiż jiffranka bejn Lm12 miljun u Lm60 miljun fis-sena.", "Mela l-proġett ta' l-iskart jiswa Lm70 miljun u jekk inwettquh nistgħu niffrankaw bejn Lm12 miljun u Lm60 miljun.", "Ilhom erba' snin fil-gvern, għaliex ma wettquhx mill-ewwel.", "Kieku konna niffrankaw Lm240 miljun, jiġifieri Lm60 għal kull sena.", "Imma din x'kummiedja hi!", "Dawn huma affarijiet li juru l-inkonsistenza tal-partit Nazzjonalista.", "Tajjeb li ngħid li dan id-dokument li għadni kemm semmejt, \"Ambjent b'saħħtu għal saħħitna\", huwa mfassal għall-ġid ta' pajjiżna u mfassal mhux biex jaqdi r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea li iżjed jimpurtahom fil- kompetizzjoni ġusta bejn l-istati membri milli mill-ambjent.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li gvern Laburista se jimxi bil-għaqal, u għalhekk l-ewwel sforz tagħna se jkun biex is-separazzjoni ta' l-iskart tidħol fuq livell nazzjonali bl-għajnuna tal-kunsilli lokali.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li s- separazzjoni ta' l-iskart twassal biex ħafna mill-iskart jiġi riċiklat minflok ma jispiċċa fil-miżbliet.", "Sur President, biex nilħqu dan jeħtieġ kampanja ta' edukazzjoni ambjentali biex b'hekk iċ-ċittadin jibda jinduna li l-problema ta' l-iskart jista' jsolviha hu stess billi jissepara l-iskart.", "Hawnhekk tajjeb ukoll li ngħid li s-separazzjoni ta' l-iskart tiftaħ toroq ġodda għal pajjiżna.", "Dan jinkludi riklamazzjoni tal-baħar bl-użu ta' l-iskart.", "Hawnhekk tajjeb li nġib l-eżempji ta' Singapore, ta' Monaco u ta' Hong Kong li huma pajjiżi żgħar pero li żiedu t-territorju tagħhom b'dan il-mod li għadni kif semmejt.", "Id-dokument tagħna huwa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu u għalhekk tajna l- opportunita' lil kulħadd jagħmel l-input tiegħu, jagħmel enfasi fuq l- oriġini u l-kontroll ta' materjal li jiġi riċiklat.", "Dan huwa kunċett ġdid u modern għal pajjiżna, liema kunċett imur kontra l-politika żbaljata ta' gvern Nazzjonalista.", "X'inhi l-politika ta' gvern Nazzjonalista?", "Il- politika tiegħu hija li jxerred sustanzi tossiċi mal-pajjiż kollu billi l- iskart li mhux tossiku, kif hemm fil-Magħtab, li hu mħallat, iferrxu mal- pajjiż kollu.", "Il-kunċett importanti l-ieħor huwa l-proċess tal-composting.", "Importanti li nkunu kawteli kif nagħmlu l-affarijiet.", "Irridu nagħmluhom sew għaliex jekk l-affarijiet ma jsirux sew, jekk l-affarijiet isiru kif qed jagħmel il- gvern li jxerred materjal imħallat, nispiċċaw li nxerdu sustanzi tossiċi bħalma qed jiġri f'pajjiżi żviluppati iktar minna, fosthom il-Ġermanja.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar li meta bdejna nispjegaw dan id-dokument kien hemm min qalilna li dan id-dokument ma joffri xejn.", "Waqt li kont qiegħed nispjega dan id-dokument fuq dibattitu fuq it-televiżjoni kont għamilt riferenza għal ittra li bagħtet il-Malta institute for waste management fejn fost affarijiet oħra, qalet hekk", "\"Ninnotaw b'sodisfazzjon li għandna viżjoni komuni mal-partit Laburista fuq numru ta' punti kif se nsemmu.\".", "U bdew isemmu l-punti li jaqblu fuqhom.", "Ovvjament fl-aħħar spiċċaw li qalu li fl-aħħar nett prosit lill-partit Laburista li forsi hu l-ewwel partit li ppreżenta dokument politiku li jagħraf li l-ħarsien ta' l-ambjent mhux biss huwa limitat għat-tindif u t-tisbiħ imma huwa suġġett ferm aktar vast.", "Aħna fiduċjużi li dan id-dokument jista' jkun pass ieħor biex il-partit Laburista tabilħaqq jagħmel il-ħarsien ta' l-ambjent fost l-ogħla prijoritajiet tiegħu.", "F'dan il-punt, Sur President, nitlob il-permess li npoġġi kopja ta' din l-ittra fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hemm permess biex jitqiegħed dan id-dokument?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Istitut għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart lili fl-10 ta' Settembru 2002 b'riferenza għad-dokument dwar l-ambjent maħruġ mill-partit Laburista.", "Peress li n-naħa tal-gvern jinsabu mfixkla, raw kif jagħmlu u l-Onor.", "Pulliicino fuq programm tat-televiżjoni qal li l-institute for waste management ħarġu ittra fejn qalu li mhux veru qbilna magħhom.", "Issa hemm din l-ittra, arawha u ara jekk hux veru qablux.", "Issa jekk xi ħadd għamlilhom il-pressjoni biex uħud minnhom ibiddlu verżjoni ma nafx.", "Dawk huma affarijiet tagħhom.", "Barra minn hekk dawn bagħtlu ittra lill-editur fit- 8 ta' Novembru ta' \"In-Nazzjon\" u lil Net television pero' ħaġa ta' l- iskantament tan-naħa l-oħra ma kellhomx il-guts iġibuha mill-ewwel.", "Fl- aħħar, meta ma setgħux jagħmlu mod ieħor ġabuha imma ħallew paragrafu barra, u liema hu dan il-paragrafu li ħallew barra?", "Jiena se naqrah.", "Dan jgħid hekk:", "\"Fil-fatt l-inġinier Schembri diġa' jaf li l-gvern miexi mingħajr direzzjoni fil-qasam ta' l-iskart.", "Wera dan hu stess f'Ġunju li għadda waqt seminar dwar il-proġett tal-Magħtab li se jiswa Lm0.25 miljun imsejjaħ mill-Onor.", "Zammit Dimech bħala X-ray tal-Magħtab.\".", "L-Inġinier Schembri stqarr pubblikament li l-iskop ta' dan il-proġett imtella' mill-Ministru Zammit Dimech fil-bidu tas-seminar ma jagħmilx sens u ma jistax jitwettaq.", "Jiena se npoġġi kopja ta' din l-ittra wkoll fuq il- mejda tal-Kamra biex wieħed ikun jista' jara l-ipokresija ta' din il- gazzetta demokratika.", "Irrid ngħid ukoll li \"The Malta Independent\" kienet bagħtet sensila ta' mistoqsijiet dwar il-Magħtab u dawn il-mistoqsijiet il-partit għaddihom lili u jiena rrispondejthom.", "Dawn għaddejthom lura lil \"The Malta Independent\" u taf x'ġara?", "Li fuq reklam imħallas u sponsorjat mill-AIS, li hija kumpannija ta' dak li mdaħħal fiha ...", "(Interruzzjonijiet) Dak li kiteb l-ittra biex taparsi jwaqqa' l-argument li kien għamel fil-bidu.", "Dan ġab dak li għedt jien, qabad u ppubblikahom taħt concession tiegħu bla ma qal lil ħadd.", "Din x'etika din!", "Dawn huma affarijiet li qegħdin jiġru.", "U l- istess, se npoġġi kopja tagħha fuq il-mejda tal-Kamra ħalli kulħadd ikun jista' jaraha.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess li l-Onor.", "Mizzi jpoġġi dawn id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pubblikazzjoni \"Wasting Away – The Environmental Issue\" maħruġa minn \"The Malta Independent\" fit-30 ta' Lulju 2002;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-partit Laburista lill-editur tal- gazzetta \"In-Nazzjon\" fit-8 ta' Novembru 2002 b'riferenza għal diskors li għamilt jien fuq l-opinjoni ta' l-istitut għall-immaniġġjar ta' l- iskart dwar id-dokument fuq l-ambjent maħruġ mill-partit Laburista .", "Tajjeb li ngħid aspett ieħor li huwa indispensabbli fil-politika Laburista għall-iskart huwa l-qasam tal-miżbliet.", "Huwa fatt li l-miżbla tal-Magħtab qiegħda tniġġeż l-ambjent ta' madwarha.", "Kulħadd jaf li l-gvern Nazzjonalista minflok ma għaraf dan il-fatt, ipprova jaħbih billi qabbad konsulenti barranin biex taparsi juruna li m'hemmx periklu fil-Magħtab.", "Mhux hekk biss, il-partit Nazzjonalista qed ikompli jinganna billi qed jaħbi l-verita' dwar l-impatt ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea vis-à-vis dan il-qasam.", "Hawnhekk tajjeb li naraw x'ġara f'Lussemburgu, li hu pajjiż li qiegħed fl- Unjoni Ewropea u għandu territorju u popolazzjoni żgħira bħal dik ta' pajjiżna.", "Ħafna mill-iskart domestiku tal-Lussemburgu jintradam f'miżbliet apposta, imma minħabba r-regoli ta' l-UE l-prezz biex tordom huwa ħafna iżjed għoli minn pajjiżi oħra u qiegħed madwar Euro160, jiġifieri madwar Lm60 Maltin għal kull tunnellata skart domestiku.", "Taf kemm qed iħallsu bħalissa Malta għal kull tunnellata li nordmu fil-miżbla?", "Ftit ċenteżmi.", "Bi sħubija sħiħa fl-UE l-prezz biex tordom f'pajjiżna jista' jlaħħaq għal madwar Lm60 t-tunnellata.", "Dan ma jsirx biex nipproteġu l-ambjent jew inħarsu l-ambjent, imma qed isir f'isem il-kompetizzjoni ġusta bejn il- pajjiżi membri ta' l-UE.", "Din l-istess bħall-kwestjoni tal-fliexken.", "Mhux għax jaqblilna li pajjiżna ma jdaħħalx fliexken tal-plastik, le imma għax jaqblilhom għal kompetizzjoni ġusta li f'Malta wkoll iħalluhom jidħlu tal- plastik biex iktar ikollna problema ambjentali.", "Tajjeb li nkunu nafu li l-Greċja, li wkoll għandha l-istandards ta' l-UE, għandha madwar 2000 miżbla bħal dik tal-Magħtab.", "Għaliex hemmhekk biex tarmi skart għandhom dawn il-prezzijiet għolja qed ikun hemm abbużi u għalhekk irridu noqgħodu attenti għax dan jista' jiġri f'pajjiżna.", "Dawn jibdew jarmu bl-addoċċ u din il-ħaġa tiswielna ta' deni għal ambjent.", "Irrid ngħid ukoll li fid-dokument għamilniha ċara li aħna nagħlqu l-miżbla tal-Magħtab u tal-Qortin Għawdex fi żmien sena u disa' xhur.", "Dan nagħmluh biex dawn il-postijiet ma jibqgħux iniġġsu l-ilma, l-arja u l-blat.", "Tan- naħa l-oħra rawha bi kbira din.", "Wara kollox suppost illum lanqas qed nitkellem fuq l-għeluq tal-miżbla tal-Magħtab, għax l-Onor.", "Zammit Dimech fl-1999 kien wiegħed li s-sena ta' wara kien se jagħlaq il-miżbla.", "Din hija inkosistenza oħra tal-partit Nazzjonalista.", "U biex iktar nuri t-taħwid li hawn fl-għeluq tal-miżbla tal-Magħtab u tal-Qortin Għawdex mill-gvern Nazzjonalista, irrid ngħid li l-fergħa tal-propoganda tagħhom, l-MIC fil- gazzetti qed jgħidu li:", "\"Both Magħtab and Qortin will be closed by 2003.\"", "Anke fid-dokument l-aġġornat qed jgħidu li l-miżbliet tal-Magħtab u l- Qortin se jagħlqu sas-sena 2003.", "Hawnhekk jiena nixtieq dwar kemm il- miljun hemm ivvotat għall-proġett biex tagħlaq il-miżbla tal-Magħtab.", "Intqal li l-proġett kollu biex tasal biex tagħlaqha - u mhux biex tirriabilitaha biss - se jiswa Lm70miljun.", "Minn dawn x'hemm ivvotat fil- budget?", "Hemm biss xi Lm3 miljuni jew Lm4 miljuni, u dan meta ntqal li trid tagħlaq sa' l-aħħar tas-sena d-dieħla.", "Din hi l-ipokresija ta' dan il- gvern!", "U mela jgħid għall-oppożizzjoni!", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern m'għamel xejn lanqas biex jeduka lill-poplu, b'mod speċjali fis-separazzjoni ta' l-iskart.", "Issa din hi l-iktar ħaġa importanti għax jekk tfalli dik ifalli kollox.", "X'ġara iktar, għax wara kollox, wara li inti tasal biex tagħlaq il-magħtab, wara trid tirriabilita.", "Minn naħa tagħna, jien bħala kelliem ewlieni kont għamilt proposta li għandha tiġi kkonsidrata bis-serjeta'.", "U l-proposta hi li l-miżbla tal- Magħtab issir golf course.", "Hemm diversi vantaġġi f'din il-proposta.", "Vantaġġ minnhom hu li l-art agrikola li hemm ir-Rabat fuq Verdala ma mmissuhiex biex nagħmlu golf course hemmhekk.", "B'dan il-mod niffrankaw l-art agrikola li fuqha jiddependi l-għixien ta' ħafna nies.", "Skond l-esperti fil- qasam tat-turiżmu hemm bżonn li f'pajjiżna jkollna golf course f'Malta u oħra f'Għawdex u allura wieħed għandu jikkonsidra bis-serjeta' li ssir golf course.", "Jiena pproponejt li din issir fuq din l-art li hija derelict pero' x'ġara?", "Il-partit Nazzjonalista rikeb fuq din il-proposta u qal li din hija ġennata.", "Saħansitra ġabu ħafna argument li xi ħadd wera l-opinjoni tiegħu kontra din il-proposta fuq gazzetta tagħna.", "Issa billi wieħed kiteb artiklu!", "Kulħadd għandu d-dritt li jikteb li jrid.", "Dawn qalu f'\"il-mument\" li proposta simili għall-golf course kienet irrifjutata.", "Qalu li din kienet irrifjutata għax il-proposta biex tkun żviluppata golf course minflok il- miżbla tal-Magħtab ma kenitx vjabbli.", "F'\"Il-mument\" dawn qalu hekk:", "\"Jidher għalhekk li l-proposta ta' Joe Mizzi biex tiġi żviluppata golf course fuq il-miżbla tal-Magħtab ftit li xejn hemm studju, ħsieb u riċerka warajha.\".", "Mela jekk hemm ftit jew xejn riċerka u studju warajha, u qalu li ma tistax issir għax ma jistgħux jikbru pjanti, siġar u affarijiet bħal dawn, għaliex espert li ġab il-gvern stess, waqt is-seminar qal li waħda mill- konsiderazzjonijiet li tista' ssir hija golf course?", "L-ipokresija hija li l- ministru Zammit Dimech fil-gazzetta l-\"orizzont\" tas-Sibt, 23 ta' Novembru ta' din is-sena ġie rappurtat li qal li l-iżvilupp ta' golf course flok il- miżbla tal-Magħtab hija waħda mill-proposti li għandu quddiemu l-gvern.", "Jekk inhi ġennata kif ma warrabhiex?", "Din hi l-ipokresija u l-inkosistenza ta' dan il-gvern.", "Inkosistenza oħra tal-gvern li għandha x'taqsam ma' l-għeluq tal-miżbla tal- Magħtab tirrigwarda l-engineered landfill.", "Tajjeb li ngħid hawnhekk li t- tfittxija għal sites ma saritx skond l-istandards internazzjonali u l- istudji.", "Mhux talli hekk, talli hemm studji oħrajn li jgħidu li m'għandhomx jinkisru ċerti kondizzjonijiet, pero' jekk jintgħażlu s-sites indikati, dawn il-kondizzjonijiet jinkisru.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Issa dawn iħobbu jgħidu li kien il-partit Laburista li għażel dawn is-sites.", "Sur President, tan-naħa l-oħra jgħidu wkoll li kulma għamel gvern Laburista rigward il-miżbla kienet li l-prim ministru mar dawra helicoper fuqha.", "Dan m'hu veru xejn u fil-ftit minuti li fadalli se nispjega x'għamilna.", "Aħna fi żmienna ddeċidejna li nagħlqu l-Magħtab.", "Biex tagħlaq il-Magħtab trid issib alternattiva li hija engineered landfill.", "L-awtorita' responsabbli, li kienet il-planning authority intalbet biex tagħmel studju u ħarġet bi proposti.", "Dawn il-proposti l-gvern laburista m'aċċetthomx għax ma fihomx standard internazzjonali għax bil-mod li ppropniet l-awtorita' konna niksru ċerti kundizzjonijiet ta' standards internazzjonali.", "Id-deċiżjoni ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar ta' dak iż-żmien kienet deċiżjoni żbaljata u għalhekk il-gvern ma rikibx fuqha.", "Mela allura mhux m'għamlu xejn il-partit Laburista.", "Issa ħalliha li ġieli jgħidu li dak ir-rapport għamluh huma u aħna m'aċċetajnihx għax ma kienx tajjeb.", "Fi żmienna sar ukoll studju mill- universita' ta' Bari biex naslu għall-affarijiet mhux bl-addoċċ.", "Mela l- ipokresija hi li lilna jiġu jgħidulna lilna biex ngħidulhom fejn għandha ssir.", "Sur President, aħna nħeġġu lil min hu responsabbli biex jimxi skond l- istandards internazzjonali biex ifittex site.", "Din għandha tkun ta' l-inqas ħsara possibbli għall-ambjent.", "Aħna hekk għamilna, imma intom m'għamiltux dawn l-affarijiet u dan huwa żball.", "Issa intom ħallastu Lm700,000 lill- esperti u għadkom lanqas tafu fejn qegħdin.", "Intom il-gvern u mhux l- oppożizzjoni, pero' ma tafux fejn u tgħidu lilna biex ngħidulkom fejn.", "Min ikun responsabbli fejn bla ma jagħmel l-affarijiet kif suppost.", "Biex is- site tagħżel site b'responsabbilta' trid timxi skond standards internazzjonali li huma ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Amerika.", "Dik hija d-differenza bejna u bejnkom.", "Ħallastu Lm700,000 lil esperti u ma tafux fejnha s-site u qed titolbu lilna biex ngħidulkom fejn hi.", "Kellkom ir- riżorsi kollha u ma għażiltux.", "Aħna iva, nimxu ma' dawk l-istandards internazzjonali biex is-site li tiġi magħżula tkun ta' l-inqas impatt ambjentali u ta' l-inqas ħsara għaċ-ċittadin.", "Ara tan-naħa l-oħra, dawn l- affarijiet jagħmluhom bl-addoċċ u bl-amment.", "Filli jgħidu lilna biex ngħidulhom fejn, filli jgħidu li jafu fejn u filli jgħidu li ma jafux.", "Din hija l-kummiedja tal-partit fil-gvern.", "Aħna qed ngħidulu biex jimxi ma' l- istandards internazzjonali biex ma jkollniex problemi l-quddiem.", "Aħna nibqgħu ngħidulkom hekk għax jekk ma tagħmlux hekk se nbatu meta nkunu responsabbli aħna.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, fir-risposta tiegħu għad-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni il-Prim Ministru pprova jagħti l-impressjoni li l- din l-amministrazzjoni qegħda timxi b'effiċjenza kbira, bi trasparenza kbira u qed tagħmel l-affarijiet kif suppost.", "Fid-diskors tiegħi jien se nipprova li l-affarijiet huma eżattament bil-kontra ta' dak li qal il-Prim Ministru.", "Illum qed nitkellmu fuq il-ministeru għar-tiżorsi li jikkomprendi fost affarijiet oħrajn id-diviżjoni tax-xogħlijiet.", "Din is-sena din id-diviżjoni ċċelebrat l-għaxar anniversarju tagħha u minn hawn jiena nixtieq nawgura lill-uffiċjali tagħha, b'mod partikolari lid-direttur ġenerali li naf kemm ħadem matul dawn is-snin biex imexxi din id-diviżjoni 'l quddiem.", "Irrid mill-ewwel ngħid li l-kritika li se nagħmel m'għandha l-ebda mod tiġi interpretata personali kontra xi ħadd mill-uffiċjali ħlief kontra n-nies li jien se nsemmi b'isimhom.", "Sabiex jiġi ċċelebrat dan l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-works division tħejjew diversi attivitajiet u fost affarijiet oħra saru donazzjonijiet tad-demm u librerija ġdida u affarijiet bħal dawn.", "Qalu wkoll li biex ifakkru l-għaxar snin tal-works division se jirrestawraw il- bieb tal-Bombi.", "Kieku din hija idea tajba, imma jien nistaqsi, imma din mhux parti mix-xogħol ordinarju tal-gvern li jirrestawra l-monumenti u l- fortifikazzjonijiet?", "Kellna bżonn jasal li nagħmlu ċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-għaxar snin tal-works division biex aħna nirrabilitaw il-bieb tal-Bombi?", "Jekk nibqgħu sejrin hekk meta se naslu biex nirrabilitaw il-pataflun ta' monumenti li għandna?", "Insomma, fuq dan il-bieb tal-Bombi se nonfqu fuqu Lm55,000.", "Issa kulmin ikun dieħel il-Belt jara poster kbir sabiħ li twaħħal quddiem il-bieb tal-Bombi.", "Taf kemm iqum dan il-poster, Sur President?", "Dan iqum Lm7,486.", "Mela biex aħna rrestawrajna bieb se nonfqu Lm55,000 u 16% ta' l-ispiża kollha tar-restawr se titnefaq biex inwaħħlu poster mal-bieb.", "Issa din tgħidilha serjeta`, meta inti tqis li qegħdin fi kriżi ekonomika?", "X'serjeta' hi din li inti f'restawr li ma jqumx ħafna tmur tonfoq dawk il-flus kollha biex tagħmel poster ta' dan it-tip?", "Li kieku konna qegħdin nagħmlu xi proġett ta' miljuni tal-liri u tonfoq poster ta' Lm8,000 għalih nifhimha, għax il-perċentaġġ tiegħu meta mqabbel mal- kwantita' totali jkun ftit, imma mhux tonfoq Lm8,000 meta għandek spiża ta' Lm55,000!", "Dan huwa infiq bl-addoċċ.", "Sur President, dan iwassalni biex nitkellem fuq ir-restawr fil-pajjiż, u hawn irrid inkun telegrafiku għax għandi ħafna xi ngħid fuq dan.", "Irrid ngħid li dan l-aħħar għamilt mistoqsija lill-ministru fuq l-infiq tar- restawr li għamilna matul dawn l-aħħar snin.", "U b'mod ġenerali l-infiq ivarja bejn Lm500,000 u Lm600,000.", "Issa hawnhekk qabel ma ninsa rrid ngħid ukoll li meta twaqqfet il-works division dan ir-restoration unit ma kienx jeżisti.", "Dan ir-restoration unit kien inizjattiva li ttieħdet minn gvern laburista bejn 1996 u 1998.", "Minkejja li f'pajjiżna għandna dan il-bini storiku kollu li rridu nieħdu ħsiebu u l-works division għandha l-inkarigu li tieħu ħsiebu dan, ma kellniex sistema jew struttura organizzata sabiex dan ix-xogħol jitwettaq.", "Fiż-żmenijiet ta' qabel kien hemm section tal- public works li kienet propju hawnhekk ġewwa l-palazz, imma meta imbagħad kien irtira l-perit Michael Ellul li kien imexxiha, dan ma kienx ġie replaced bil-konsegwenza li bqajna mingħajr struttura.", "Ir-restoration unit kien sar appuntu minn gvern laburista ħalli hi tkun tista' tindirizza dan il-vacuum li kien inħoloq.", "U jien ngħid li f'dan ir-restoration unit hemm periti ta' l-affari tagħhom u bravi li kważi kollha studjaw barra minn Malta u jagħmlu xogħlhom tajjeb.", "Sur President, irrid ngħid li m'huwiex biżżejjed li jkollok l-istruttura, għax lil dawn trid tagħthom il-flus.", "Matul dawn l-aħħar snin il-gvern on average kien qed jonfoq bejn Lm500,000 u Lm600,000 fuq ir-restoration unit.", "Issa ta' min igħid li sar studju dwar kemm iqum biex aħna nirrestawraw il- fortifications kollha li għandna madwar il-port il-kbir u taf kemm iqum dawn biex tirrestawrahom?", "Lm100miljun.", "Bir-rata li sejrin bħalissa li nonfqu Lm500,000 Lm600,000 kull sena, lanqas f'mitt sena ma tirrestawrahom kollha dawn.", "U l-punt x'inhu allura?", "Jekk aħna verament nemmnu - u jien naħseb li l-ministru jemmen - li għandna bżonn nieħdu ħsieb dan il-bini storiku, dan il-wirt storiku u dawn il-fortifikazzjonijiet, hemm bżonn li l- impenn ma nagħmluhx billi jkollna l-istruttura biss.", "L-istruttura għandna nagħtuha l-finanzjament meħtieġ ħalli x-xogħol jitwettaq.", "Dawn il-unit tar-restawr veru jagħmel ħafna xogħol tajjeb u jiena napprezza ħafna x-xogħol li jagħmlu.", "Per eżempju biċċa xogħol oħra li qegħdin jagħmlu hi l-proġett tal-Victoria lines.", "Dawn huma fortifikazzjonijiet li m'humiex mal-baħar u mal-portijiet tagħna.", "Aħna ħafna fortifikazzjonijiet tagħna qegħdin mal-baħar.", "Dawn qegħdin inland, u naħseb li huma uniċi għalina hawn Malta.", "Jien inħoss li dan huwa proġett importanti ħafna għax dawn huma fortifikazzjonijiet li saru fil-perjodu ta' l-Ingliżi u ma tantx għandna fortifications ta' dak iż-żmien.", "Fl-opinjoni tiegħi għandna bżonn li bis- serjeta' nieħdu ħsieb dawn il-fortifications u għalhekk nixtieq nistaqsi x'sar minnu dan il-proġett.", "Dan meta se jitlesta?", "Kemm ġew ivvotati flus għalih din is-sena?", "Forsi l-ministru jirrispondi meta jkun qed jitkellem fuq hekk.", "La qed nitkellem fuq ir-restawr nixtieq ngħid xi ħaġa dwar organizzazzjonijiet oħrajn li jagħmlu restawr f'pajjiżna u se nitkellem ftit fuq il-kumitati ta' riabilitazzjoni li għandna fil-pajjiż.", "Wieħed minn dawn il-kumitati huwa dak tal-Belt.", "Bla dubju huwa l-iktar kumitat li ilu jaħdem f'dan ir-rigward u huwa kumitat li wettaq ċertu ammont ta' xogħol, pero` jien kultant ma nafx kif isiru l-affarijiet minn dan il-gvern.", "Dawn il-kumitati jinħatru kull sena u kull sena jinbidlu l-membri.", "Din is- sena nbidel il-kumitat u bħala chairman tiegħu għamlu lill-Perit Conrad Buhagiar.", "Jien m'għandi xejn personali kontra l-Perit Buhagiar, anzi huwa ħabib tiegħi, imma dan il-perit, għal min ma jafx, huwa senior partner f'ditta li jisimha architecture project.", "Din hija ditta li taħdem ħafna fil- qasam tar-restawr u jagħmlu xogħol tajjeb.", "Hija ditta li l-gvern jagħtiha ħafna xogħol, fosthom fuq Kastilja.", "Din hija l-kumpannija ta' periti li jaħdmu fuq Kastilja, bħal dak li qallu l-gvern m'għandux periti tajbin biżżejjed biex jagħmlu xogħol Kastilja u kellna nqabbdu l-privat, imma insiha din.", "Bejn l-1996 u s-sena 2001 tafu kemm ħallsu lid-ditta ta' l- architecture project biex jagħmlu xogħol ta' konservazzjoni fuq Kastilja?", "Lm125,000.", "Imma dawn mhux fuq Kastilja biss ħadmu.", "Per eżempju ħadmu x- xogħol ta' restawr li sar fuq il-bini ta' l-istock exchange, xogħol li huwa veru tajjeb u li sar sewwa, imma tafu kemm tħallsu għal dak ix-xogħol?", "Tħallsu Lm200,000.", "L-architecture project hija l-istess ditta ta' periti li rebħu t-tender pubblika għax-xogħol fuq Republic Street.", "Sur President, jiena m'iniex qed nikkritikahom għax-xogħol li qed jagħmlu imma huma nies li huma impenjati ħafna u ħafna fuq il-qasam tar-restawr f'Malta, b'mod partikolari fil-Belt allura meta inti taħtar wieħed mis- senior partners tagħhom bħala ċ-chairman tal-Valletta rehabilitaion committee tkun qed tagħti lok li jista' jkun hemm konflitt ta' interess qawwi.", "Il-gvern ma jafx li jekk jista' ikun, fejn ikun hemm il-konflitt ta' interess għandu jipprova jevitah biex ma jkollux problemi?", "Jien ma nistax nifhem kif jaħdmu dawn l-affarijiet, imma forsi s-serjeta` hekk titlob.", "Kif qed nitkellem fuq il-Valletta rehabilitation committee rrid ngħid li huwa veru li sar ħafna xogħol matul is-snin pero' ħafna minnu kien relatat ma' restawr ta' bini, ta' monumenti, ta' knejjes u ta' palazzi u xogħol li jaffettwa lin-nies, the man in the street, ftit li xejn sar.", "L-uniku xogħol li sar li jaffettwa the man in the street kien proprju xi xogħol li sar fi żmien l-amministrazzjoni Laburista meta Zachary Street saret pedestrian area u meta sar xogħol simili f'Republic Street.", "Issa l-gvern matul din is-sena pprova jagħmel xi ħaġa simili din id-darba fuq Triq il- Merkanti.", "Hawnhekk ukoll ħarġet tender min-naħa tal-gvern sabiex parti minn Triq il-Merkanti tkun tista' tingħata paviment ġdid.", "Ovvjament f'dan il-każ, jekk trid tagħmel proġett serju, ma tridx tħares lejh biss bħala a paving project.", "Dan il-proġett trid tinfilsah f'idea ħafna iktar wiesgħa.", "Sur President. kien hemm call fi Frar li għadda sabiex il-periti jissottomettu tender għad-disinn ta' Strada Merkanti.", "Dawn it-tenders infetħu f'Ġunju li għadda u kif infetħu dawn kien hemm żewġ periti li ttenderjaw li bdew jistaqsu jekk l-affarijiet humiex qegħdin isiru sewwa minħabba li meta ngħatat l-ewwel darba fl-instructions tat-tender kien hemm li l-closing date kellha tkun f'Mejju mbagħad xi ħadd qabad u ddeċieda li din jagħmilha f'Ġunju.", "Fil-fatt minħabba f'hekk il-kamra tal- periti kienet irtirat mill-adjudication committee u sal-lum ma nafux x'ġara minn dik it-tender.", "Forsi l-Ministru issa meta jkun qed jirrispondini jgħidli x'sar fuq dan il-proġett tal-paving ta' Merchants Street.", "Bħalma kont qed ngħid, mhux biżżejjed li inti tagħmel il-paving ġewwa Merchants Street u f'parti minn St John Street.", "Din trid tagħmilha b'mod ħolistiku u trid tara kif se tinfilsa dak li trid tagħmel fil-Belt ma' l- idea tiegħek.", "Infakkar li l-ħsieb tal- gvern Laburista kien u għadu sal- lum li l-parti ċentrali u kummerċjali tal-Belt tkun kemm jista' jkun pedestrianised jekk mhux il-ħin kollu għallinqas f'ċertu ħinijiet tal- ġurnata.", "Konna qed ngħidu li minn South Street sa Archbishop Street u min- naħa ta' Old Bakery Street sa Merchants Street l-area kollha trid tiġi pedestrianised.", "Ladarba tieħu din id-deċiżjoni, inti mhux biss trid tibda ma tħallix it-traffiku jgħaddi imma trid tagħmel sistema ta' traffiku ġdida.", "Barra minn hekk trid tara l-kwestjoni ta' spazju li se toħloq.", "Dan qed ngħidu biex nuri li dan il-proġett ma jikkonsistix biss fi proċess ta' paving.", "Ma jistax ikun tagħmel il-proġett imbagħad ma tafx x'se tagħmel meta jitlesta.", "Fuq kollox il-problema kbira li hawn il-Belt x'inhija?", "Il-problema kbira hi li hawn ħafna traffiku fil-Belt.", "Din kulħadd jafha u minkejja li nafuha l- kumitat tar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta matul dawn is-snin kollha għadu qatt ma ħa inizjattiva serja sabiex jindirizza l-problema tat- traffiku u tal-parkeġġ ġewwa l-Belt.", "Issa biex inkun fair, l-uniku inizjattiva li ttieħdet kienet ittieħdet mill-awtorita` ta' l-ippjanar meta din qalet li se nagħmlu park and drive scheme ġewwa Crown Works Ditch u qalu hemmhekk se nagħmlu wkoll il-villaġġ tal-karnival.", "Jien ma nafx, imma fl-opinjoni tiegħi personali naħseb li jista' ikun li tgħin biex ittaffi l- problema tal-parkeġġ imma mhux se ssolviha, għax il-problema tal-parkeġġ ġewwa l-Belt tiġi mill-fatt li l-Maltin huma mdorrijin jużaw il-karozzi u jdaħħlu l-karrozza tagħhom ġewwa l-Belt.", "Għalkemm li llum il-ġurnata nħallsu l-liċenzja biex indaħħlu l-karozza l-Belt, imma xorta jibqgħu jippersistu li jridu l-karozza tidħol il-Belt u allura jien naħseb li s- soluzzjoni għandha tkun li jiġi pprovdut aktar car park space ġewwa l-Belt innifsu.", "Imma ejjew nitkellmu fuq din il-park and drive scheme li kienet qed tipproponi l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Din tinkludi wkoll, bħalma għedt qabel, li ġewwa Crown Works Ditch isir il- carnival village u meta tħabbret u fil-fatt ġiet approvata mill-awtorita` ta' l-ippjanar kien hemm id-direttur eżekuttiv tal-Valletta rehabilitation committee s-Sur Ray Bondin li ħa pjaċir ħafna biha.", "Għaliex?", "Għax kif qal, b'dan il-mod se nkunu nistgħu nneħħu l-villaġġ tal-karnival li hemm illum ġewwa Sant'Iermu u neħduh hemmhekk.", "Ħa pjaċir għax Sant'Iermu, Sur President, huwa fortizza enormi, tokkupa area enormi, għandek one-fifth of the area tal-Belt, u din qed inħalluha taqa' biċċiet.", "Tant qed taqa' biċċiet li l-istess President ta' Malta din is-sena fil-25 ta' Ottubru qal li l-forti ta' Sant'Iermu qed inħalluha fi stat umiljanti.", "Sur President, din il-problema għandna nindirizzawha.", "Irrid infakkar hawnhekk li kien proprju fi żmien gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 li flimkien ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar kien hemm development brief għall-fortizza ta' Sant'Iermu.", "Il-ħsieb kien li hemmhekk isir proġett, imma mid-dehra f'dawn l-aħħar erba' snin ma sar xejn. bil-konsegwenza li din il- fortizza tant importanti għal pajjiżna għadha qed taqa' biċċiet.", "Nixtieq ngħid kelma fil-qasir ħafna fuq il-kumitat tar-riabilitazzjoni tal- Kottonera.", "Sur President, fil-Kottonera hemm ħafna u ħafna xogħol x'wieħed jagħmel.", "Kieku m'aħniex neqsin milli nippubblikaw programmi ta' ħidma li trid titwettaq.", "Fis-sena 2000, il-kumitati ta' riabilitazzjoni kien għamel programm tax-xogħol għat-tliet snin ta' wara u allura issa nistgħu nqabblu x-xogħol li wettaq il-kumitat tar-riabiltazzjoni mal-programm li għamlu hu stess.", "Issib li minkejja l-impenn- u jien naf li s-Sur Ray Bondin verament jaħdem ħafna f'dawn il-kumitati - mhux qed naslu u r-raġuni hija li mhux qed ikun hemm ivvotati flus biżżejjed għax-xogħol ta' riabilitazzjoni li jrid isir.", "Bħala eżempju nista' nsemmi x-xogħol li kellu jsir f'Couvre Porte, jiġifieri d-dħul tal-Birgu li huwa pedastrianised.", "Bħalma qal il- ministru meta kien qed jitkellem x'imkien, dan huwa l-iktar post importanti li hemm fil-Birgu għaliex it-turisti kważi kważi kollha hemmhekk jiefqu u jidħlu l-Birgu minn dak il-post.", "Naqbel miegħu u fil-fatt hekk hu.", "Il- proġett ta' Couvre Port kien proġett tal-kunsill lokali tal-Birgu, u s- sindku dak iż-żmien kien ġie jkellimni fuqu minħabba li dakinhar jiena kont ministru.", "Hu kien semmieli l-bżonn li hemmhekk nippavimentawh, pero' billi l-kunsill ma kellux flus ippropona li jagħmluh flimkien mal-kumitat tar- riabilitazzjoni tal-Kottonera.", "Jien aċċettajt, qaluli li dan kien se jqum Lm60,000, u qbadna u għamilnih fi ftit xhur.", "Fi ftit xhur tlesta u ġie inawgurat f'Awissu ta' l-1998.", "Il-parti interna tal-pavimentar ta' Couvre Porte tlestiet.", "Imbagħad kien jonqos li ssir il-parti ta' barra fejn hemm il-belveder.", "Tafu kemm ilna nagħmluha din il-parti ta' barra ta' Couvre Porte.", "Ilna nagħmluha erba' snin u għadha m'hijiex lesta.", "Issa l-Ministru stess stqarr kemm hi importanti din l-area għall-Birgu għaliex it-turisti kollha jieqfu proprju hemmhekk u allura ma nistax nifhem kif ma tahiex ftit iktar impetus, naqra iktar ħeġġa biex ix-xogħol jitlesta u ma jitħalliex ikaxkar u jkaxkar is-snin.", "Fejn qiegħda is-serjeta`?", "Fejn hi l-ħeġġa li nagħmluhom l-affarijiet?", "Inutli tieħu deċiżjoni li se tagħmel proġett li jkun tajjeb jekk imbagħad tispiċċa ma tagħmlux.", "Qalulna li għall-Kottonera se jagħmlu conservation master plan u jidhirli li kien ġabu xi planners Israeliti, biex jagħtu ideat kif isir dan il- master plan.", "Dawn tawhom l-ideat u sa għamlu brief.", "Mingħalija li għamlu call għalih ukoll. pero' llum dan kollu x'sar minnu?", "Sal-lum għadu ma sar xejn.", "Forsi l-Ministru jgħidilna x'sar minn dan il-master plan.", "Nafu li ħarġet sejħa għall-offerti imma mill-bqija ma sar xejn.", "Imbagħad xi ngħidu għall-wegħdi li jsiru.", "Per eżempju, f'Settembru tas-sena 2001 il-Ministru wiegħed li bħala parti mix-xogħol li kellu jsir f'Misraħ ir-Rebħa ġewwa l-Birgu se jibdew l-iskavi biex jinstabu l-pedamenti tat- torri ta' l-arloġġ.", "Jista' l-ministru jgħidilna fiex waslu dawn l-iskavi.", "Jista' għallinqas jgħidilna jekk bdewx?", "Jista' jgħidilna fuqhom għax safejn naf jien ftit li xejn sar xogħol sa issa?", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kumitat tar-riabilitazzjoni ta' l- Imdina.", "Dan il-kumitat huwa kumitat ġdid immexxi mill-Perit Dennis De Lucca, persuna li jien nirrispetta ħafna fis-sens li huwa persuna li jifhem ħafna f'dan ix-xogħol u huwa persuna li jaf x'qed jagħmel.", "Fil-fatt il-kumitat tat-riabilitazzjoni ta' l-Imdina ħadem b'mod ftit differenti milli għamlu l-kumitati l-oħrajn fis-sens li l-ewwel għamel il-programm u issa qed jipprova jimxi ma' dan il-programm li għamel.", "Jien naħseb li qed jimxi fid-direzzjoni t-tajba.", "L-ewwel proġett li jrid jagħmel huwa li jneħħi l-wiring li hemm mal-faċċata ta' l-Imdina.", "Dan hu proġett li l- gvern ilu snin twal jgħid li rridu nagħmlu.", "Proprju issa dan l-aħħar ġie deċiż li jinbeda parti minnu.", "Huwa tajjeb li nagħmlu sistema fejn ineħħu l-wires kollha u ngħadduhom minn taħt l-art, pero` ma tistax taqbad proġett bħal dan proprju fl-Imdina meta kull turist li jiġi Malta jmur iżur dik il-belt.", "Jien ċert li m'hemmx turist wieħed li ma jmurx l-Imdina.", "Dan apparti l-Maltin li jitilgħu l-Imdina għax l-Imdina huwa post sabiħ u attraenti.", "Jien l-ewwel wieħed li sikwit immur l-Imdina u nimxi f'dawk it- toroq dojoq għaliex huwa uniku għalina u allura nħoss li ma tistax taqbad u tinizja proġett bħal dan proprju hemmhekk.", "Dan huwa proġett li skond kif ġie rapportat il-ministru fit-23 ta' Novembru tas-sena 2000, kien mistenni li jieħu sentejn.", "Illum iktar minn sentejn wara għadna bit-trinek miftuħin ġewwa l-Imdina f'ħafna postijiet.", "Meta se nibdew nagħmlu l-paviment ħalli forsi nispiċċaw dan il-proġett?", "Ma tafux li l-Imdina hemm problema kbira li ħafna mit-toroq lanqas huma mdawwlin u allura bil-lejl ma tarax u hemm dawk it-trinek kollha?", "Għalhekk qed ngħid jien li mhux billi trid tagħmel il- proġett.", "Dażgur tajjeb li tagħmlu l-proġett imma trid tagħmlu f'timeframe u f'każ bħal dan meta qed tiddijlja ma' l-Imdina kemm jista' jkun dan it- timeframe irid ikun qasir.", "Jekk mhux se tagħmlu fi żmien qasir il- benefiċċji kollha li tkun se tieħu, titilfu għax in-nies u t-turisti li jidħlu l-Imdina u jaqgħu 'l hemm u jaqgħu 'l hawn ma naħsibx li se jagħtuna good name.", "Imbagħad niġu għall-proġett l-ieħor li sar ġewwa l-Imdina.", "Saru ħafna proġetti imma qed nirreferi għat-tieni proġett, jiġifieri dak tar- riabilitazzjoni tal-faċċata tal-Palazz ta' Vilhena.", "Huwa importanti li tiġi restawrata l-faċċata tal-Palazz ta' Vilhena u l-forecourt tiegħu, pero` kemm huwa iktar importanti li nieħdu ħsieb li nistabilizzaw is-sur li fuqu hija mibnija parti minn dan il-palazz u li qed jaqa' għal isfel.", "Tafu kif se nispiċċaw?", "Xi darba se mmorru nħarsu lejn il-palazz ta' Vilhena u se naraw il-forecourt u wara l-faċċata ma jkun hemm xejn għaliex ikun waqa' għal isfel kollox.", "Hekk se nispiċċaw u dan li qed ngħid mhux 'il bogħod għax minn studju ġeoloġiku li sar sirna nafu li l-ħsara li qed issir f'dan il-palazz iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tikber.", "Il-konsenturi li hemm fil-pedamenti iktar qed jikbru u l-probabbilta` li taqa' biċċa minnu iktar qed tikber.", "Huwa tajjeb li nagħmlu l-faċċata, imma dan huwa gvern tal- faċċati u fis-sustanza m'hemm xejn u dan huwa każ u eżempju eżatt ta' dak li qiegħed ngħid.", "Proġett li issa nbeda huwa dak tal-cruise liner terminal .", "Qalulna li dan kellu jibda fl-1999.", "Sal-lum mhux il-cruise liner project beda imma beda jsir xi bini hemmhekk u donnu li issa fl-aħħar se naraw xi naqra progress.", "Hemm ukoll il-proġett tal-Kottonera.", "Dan hu proġett li żgur li se jibqa' magħruf għall-kontroversja li qajjem dan il-pajjiż.", "Il-ministru jgħid li dan il-proġett tela', imma fejn tela' dan il-proġett?", "X'inhi l-iktar importanti fih dan il-proġett li jsir?", "L-iktar ħaġa importanti li ssir f'dan il-proġett hija l-marina u mhux li nagħmlu l-casino jew l- appartamenti.", "Il-marina hija importanti ħafna għax din minnha nnifisha tiġġeneralek ħafna iktar xogħol.", "Il-casino x'jiġġeneralek bħala xogħol?", "Jekk ikollok il-flus tmur hemmhekk u tilgħabhom, dak ix-xogħol li jiġġenera l-casino, apparti n-nies li jħaddem fih imma l-marina ġġiblek ħafna xogħol ieħor għax għandek spill over fuq attivitajiet oħrajn.", "Nixtieq infakkar ukoll li dockyard creek, proprju dik id-daħla fejn qed issir il-marina ġiet identifikata fi studju li għamlet il-Malta maritime authority bħala l-aħjar post fejn tista' issir il-marina u appuntu naħseb li fuq din m'hemmx kontroversja.", "Din il-marina tafu kemm suppost ilha li bdiet?", "Per eżempju, f'Novembru ta' l-1999 il-ministru, kif inhu rapportat f'\"The Times\", kien qal hekk:", "\"Work on the Cottonera Marina, expected to have 600 berths, will probably start in June 2000.\".", "F'Marzu 2001, il-ministru qal ukoll li l-proġett tal-Kottonera mistenni li jitlesta fi żmien sentejn u li x-xogħol għaddej b'ritmu tajjeb.", "Fejn hu li jitlesta fi żmien sentejn il-proġett tal-Kottonera?", "Dan id-diskors għamlu f'Marzu tas-sena 2001 kieku fi żmien sitt xhur oħra l-proġett kollu se jkun lest imma aħna nafu kemm jonqsu dan il-proġett.", "Fis-17 ta' Novembru 2001 il-ministru kien kiteb artiklu f'\"in-Nazzjon\" u kien qal hekk:", "\"Intrabatna mal-poplu fuq il-miri preċiżi għas-sena li jinkludu fil- każ tal-Kottonera l-bidu tat-twettiq tal-marina li se tifforma parti integrali minn dan il-proġett.\".", "Hekk kiteb il-Ministru Zammit Dimech fis-17 ta' Novembru.", "Fejn inbdiet il- marina?", "Ma nbeda xejn.", "Din hija xi ħaġa importanti li ssir, pero` minbarra l-marina hemm xogħol ieħor xi jrid isir anke min-naħa tal-gvern.", "Per eżempju l-gvern intrabat li jitranġaw il-mollijiet li hemm taħt Sant'Anġlu u li jinstabu fi stat ħażin ħafna u fil-fatt fil-11 ta' Lulju tas-sena 2001 il-ministru kien qal hekk:", "\"The quays beneath Fort St. Angelo will soon start being repaired to make them suitable for berthing soon.\".", "Dan skond hu.", "Għaddew sena u nofs minn dik id-data u għadu ma sar xejn hemmhekk, Sur President.", "Saru mistoqsijiet parlamentari u jien stess għamilt mistoqsijiet fuq dawn il-mollijiet f'Lulju tas-sena 2001 meta staqsejt lill-ministru fuq ix-xogħlijiet fuq il-mollijiet ta' Sant'Anġlu.", "Il-Ministru qalli: Għaldaqstant huwa previst li x-xogħol ikun jista' jinbeda fi żmien erba' xhur, erba' xhur minn Lulju 2001, jiġifieri qegħdin sena u nofs wara.", "Jekk tkompli taqra tara li m'hemmx il-ħeġġa neċessarja biex isiru l- affarijiet, u dan meta qed nitkellmu fuq affarijiet serji.", "Tant huma serji dawn l-affarijiet li l-Ministru Zammit Dimech f'artiklu li kiteb f'\"The Times\" fit-22 ta' Lulju 2001 qal hekk fuq il-mollijiet ta' Sant'Anġlu:", "\"Soon enough we shall need to begin works on the Cottonera quays.", "A recent visit I carried out on the site revealed that if left in their present state it would be more likely that the quays would berth with super yachts and probably will even move out with them as opposed to the yachts berthing with the quays.\".", "U naqbel mal-Ministru.", "Dak huwa l-istat tal-mollijiet tal-Birgu, u hemm bżonn jitranġaw.", "Imma meta se nirranġawhom dawn?", "Imbagħad nitkellmu fuq problema oħra li hemm fil-proġett tal-Kottonera li hi l-problema tal-parkeġġ.", "Il-Kottonera hemm problema kbira ta' parkeġġ anke mingħajr il-proġett innifsu.", "Aħna nafu li jekk dan il-proġett se jkun suċċess - u nawguraw li jkun suċċess - se jkun hemm ħtieġa ta' parkeġġ ħafna ikbar.", "Bħalissa diġa' m'hemmx fejn tipparkja hemmhekk u ilna ngħidulu l-Ministru biex jieħu ħsieb din il-kwestjoni tal-parkeġġ.", "Dan dejjem jgħidilna li issa se nagħmlu traffic impact assessment.", "Issa meta tagħmel proġett li taf li se jiġġeneralek ċertu moviment ta' traffiku ma tafx li għandek bżonn il- parkeġġ?", "Hemm bżonn toqgħod tistenna traffic impact assessment biex tagħmel il-parkeġġ( Għal ġieħna beda x-xogħol tal-Kottonera qabel ma saret it- traffic impact assessment.", "Din qatt ma saret fil-planning authority safejn naf jien.", "Il-planning authority dejjem tinsisti miegħek biex l-ewwel tlesti l-istudji neċessarji inkluż tat-traffiku mbagħad tagħtik il-permess.", "F'dan il-każ l-ewwel ħarġet il-permess imbagħad u se toqgħod tistenna sa ma jsir it-traffic impact assessment.", "Fl-aħħar mill-aħħar sar it-traffic impact assessment u ġie sottomess, imma minkejja dan, sal-lum għadu ma sarx, għadna lanqas nafu fejn se jsir dan il-car park.", "Ġie propost li jsir taħt il-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla, tela quddiem il-board tal-planning authority pero' qalulhom biex ma jagħmluhx hemmhekk għax hemmhekk hemm fdalijiet storiċi.", "X'se nagħmlu issa( Fejn se nagħmluh dan il-parkeġġ jekk ma jistax isir hemmhekk( Mhux qegħdin nifhmu li jekk mhux se nagħmlu parkeġġ għall-Kottonera lanqas il- proġett ma jista' jsir( Jista' l-Ministru jimmaġina li xi ħadd ikolu xi super yacht jew xi yacht ankrat fil-marina ta' Kottonera u tibagħtu jipparkja xi mil 'il bogħod biex imbagħad juża l-yacht tiegħu( Int taħseb li dan il-proġett se jkun suċċess jekk nagħmlu l-affarijiet b'dan il-mod( Hawn xi ħadd li jaħseb li sid ta' yacht ma jsibx jipparkja u jkollu jipparkja ħafna 'il bogħod imbagħad joqgħod iġorr l-affarijiet sal-yacht tiegħu( Ma tagħmilx sens.", "Jiena nibqa' ninsisti li l-kwetjoni tal-parkeġġ hija xi ħaġa kruċjali jekk irridu li dan il-proġett verament ikun suċċess.", "Fuq il-proġett tal-Kottonera, l-Ministru qal - u fuq din naqbel miegħu - li biex il-proġett ikun komplut hemm il-bżonn li jsir il-proġett tal-baċir Nru. 1.", "Dan mhux issa qalu, ilu jgħidu ħafna snin.", "Per eżempju< f'Awissu ta' l-1999 kien intqal li:", "\"Dettalji dwar il-fażi li fiha waslu l-pjan ta' l-Iżvilupp ta' dan il- baċir Nru. 1 ingħataw il-bieraħ mill-Ministru Zammit Dimech.\".", "Imbagħad f'Ottubru ta' l-1999 kienet saret mistoqsija parlamentari u l- Ministru kien irrisponda hekk:", "\"Il-konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ consortia għadhom għaddejjin u jinstabu fi stat avvanzat.\".", "Fl-1999 konna wasalna fi stat avvanzat fin-negozjati biex niżviluppaw il- baċir Nru. 1 u nistggħu nibqgħu sejrin hekk matul dawn is-snin kollha fejn kemm-il darba l-Ministru qed jgħid nittama li dan il-proġett tal-baċir Nru. 1 se jibda.", "F'Lulju tas-sena 2000, għal mistoqsija parlamentari oħra l- Ministru wieġeb hekk:", "\"Fi żmien qasir ikolli laqgħa maċ-chairman tal-kunsill tat-tarzna biex niddiskutu dawn l-iżviluppi.\".", "Sa Jannar ta' din is-sena stess il-Ministru fuq \"In-Nazzjon\" qal hekk:", "\"Ix-xogħol fuq il-baċir Nru. 1 f'Bormla se jkun parti integrali mill- proġett tal-Kottonera u se jagħti ħajja ġdida lil-Bormla hekk kif il- bqija tal-proġett se jkun jagħmel żvilupp għaż-żona tal-Kottonera.\".", "Fuq dan jiena naqbel miegħu.", "Huwa importanti ħafna li jsir dan l-iżvilupp tal-baċir bħala parti mill-iżvilupp ta' Kottonera, imma meta se jsir( F'Mejju ta' din is-sena, il-Ministru f'mistoqsija parlamentari oħra risponda hekk:", "\"Ninsab informat li bħalissa t-tarzna għaddejja b'diskussjonijiet ma' l-aworita` ta' l-ippjanar dwar il-pjan li għandu jsir għal baċir Nru. 1.\".", "Dejjem nitkellmu fuq pjanijiet.", "Il-Ministru Josef Bonnici f'risposta parlamentari f'Settembru ta' din is-sena qal hekk:", "\"Il-proġett tal-baċir Nru. 1 tat-tarzna għadu qed jiġi kkunsidrat.\".", "Nikkonsidraw u nikkonsidraw, imma meta se naslu?", "Erba' snin ilna nikkonsidraw dan il-proġett tal-baċir Nru. 1!", "Dan huwa sinjal ta' gvern kollu enerġija.", "Hekk qal il-Prim Ministru.", "Fejn hija l-enerġija li għandkom?", "Fejnha l-enerġija, meta biex tiddeċiedu fuq proġett tal-baċir Nru. 1 tieħdu erba' snin u ma wasaltu mkien?", "Din l-enerġija li għandkom?", "Fejn hu l-impenn biex l-affarijiet verament jirnexxu meta intkom stess tirrikonoxxu l-importanza tal-proġett u ma tagħmlu xejn dwaru?", "Fuq il-proġett tal-Kottonera hemm ħafna xi tgħid.", "Jiena mhux se noqgħod nitkellem fuq in-nuqqas ta' aċċess fejn għalqu l-aċċess li n-nies tal- Birgu kellhom biex imorru l-Kalkara.", "Fil-kuntratt suppost li dan m'għamluhx, pero' għamluh xorta waħda.", "Riedu wkoll jagħmlu boatyard ġewwa l- Kalkara mbagħad ma saritx hemm.", "Suppost iddiljaw mal-consortia ħa jsibulhom żewġ siti oħrajn u ma nafux x'qed jiġri.", "Ma nistax ma nitkellimx ukoll fuq każ partikolari fuq il-proġett ta' Kottonera, u hawn qed nirreferi għall- ispekulazjzoni enormi li qed issir hemmhekk.", "Il-Ministru ftaħar li l-proġett inbeda u nfetaħ il-Casino di Venezia.", "Tafu x'ħallsu l-Casino di Venezia biex lilhom tawhom il-permess joperaw il- casino hemmhekk, Iktar minn Lm2.5 miljun.", "Taf kemm ħallas il-consortium lill-gvern Malti biex ħa l-permess tal-casino?", "Lm100!", "That's cool!", "Ara kif tagħmilhom malajr il-flus!", "Tajjeb kieku Lm2.5 miljun nagħmluhom hekk aħna.", "Dak huwa żvilupp!", "Imbagħad jgħidulna li din mhux spekulazzjoni .", "Mela x'inhi jekk mhux spekulazzjoni, li ma tagħmel xejn u ddaħħal Lm2.5 miljun fil-but?", "Issa qed jgħidulna se tinbena lukanda adjoining mal- casino.", "Kemm se jħallsu għaliha din il-lukanda?", "Għidilna kemm se jħallsu u għidilna kemm se jieħu l-gvern minnha!", "X'se jieħu l-gvern minnha( Xejn ma ħa l-gvern, lanqas il-laudemium ma ħa.", "Xejn m'hu qed jieħu l-gvern!", "Il-mod kif qed nippermettu li jiġi spekulat il-wirt storiku ta' pajjiżna huwa skandaluż.", "Imbagħad xi ngħidu għall-famużi appartamenti li telgħin maġenb Sant'Anġlu( L-iktar ħaġa kerha li qatt ġrat f'dan il-pajjiż.", "Il-Ministru Zammit Dimech u dan il-gvern ta' Fenech Adami se jibqa' magħruf li rrovina darba għal dejjem il-promontory tal-Birgu.", "Mhux imbilli jiġi l-Prim Ministru jgħidilna li hija l-MEPA li ħarġet il-permessi.", "X'għandha x'taqsam il- MEPA?", "Int il-gvern mhux il-MEPA!", "Int kif tippermetti li jiġru dawn il- ħniżrijiet?", "Il-Ministru Zammit Dimech qalilna li mhux se jħalluhom itellgħu sular ieħor.", "Jiena stess kont li waqqafhom milli jtellgħu sular ieħor.", "Għidilna x'qed jitolbuk il-consortium issa għax ma ħallejthomx itellgħu sular ieħor kif fthemt magħhom fil-bidu!", "Veru qegħdin jitolbuk li tagħtihom parti minn Sant'Anġlu?", "Lill-Ministru jien ngħidlu: Ara tagħtihulhom parti minn Sant'Anġlu għax ħażin ikun.", "Din m'għandha tingħata lill-ebda consortium.", "Sant'Anġlu mhux tiegħek biex tagħtih lil xi ħadd.", "Ma tistax taqbad u għax għamilt żball tirranġah billi tagħtihom parti minn Sant'Anġlu.", "Qed ngħidulek aħna bħala oppożizzjoni Laburista li m'aħniex se nippermettu dawn l-affarijiet.", "Dan il-ħniżrijiet f'dan il-pajjiż ma nistgħux nippermettuhom iktar.", "Ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin hekk, spekulazzjoni ta' l-għaġeb.", "Dan huwa l-proġett ta' Kottonera li ridtu tagħmlu?", "Nixtieq issa nitkellem fuq proġetti oħrajn fosthom il-proġett ta' Manoel Island.", "Issa fl-aħħar jidher li telaq xi ħaġa hemmhekk wara erba' snin nitkellmu u ninnegozjaw pero` rrid nistaqsi lil-Ministru: Fuq il-proġett ta' Manoel Island il-gvern x'daħħal s'issa?", "Ħa ngħid lin-nies x'daħħal s'issa l-gvern mill-proġett ta' Manoel Island.", "Fil-kuntratt li għamel il- gvern mal-consortium, dan wegħedhom li se jagħtihom il-post with vacant possession, jiġifieri mingħajr nies fih, u l-gvern intrabat li jekk mhux se jagħtihulhom b'dan il-mod, ikollu jħallas multa lill-consortium.", "Il-multa kellha tkun Lm150 kuljum sa Diċembru 2001 u Lm500 kuljum minn Diċembru 2001 sal-lum.", "Taf kemm il-consortium qed jitlob lill-gvern biex iħallas?", "Lm200,000!", "Il-consortium Midi jrid mingħand il-gvern Lm200,000 għax il- gvern ma tahx il-vacant possession li wiegħdu.", "Dan x'atteġjament hu?", "X'aġir hu ta' gvern li jippretendi li huwa serju!", "Minflok aħna nitolbu mingħand il-consortium, il-consortium jitlob li nagħtu lilu!", "Hekk spiċċajna!", "Mhux hekk biss, għax kieku s'hemmhekk lanqas jimporta, il- consortium qed jinsisti li qabel ma jingħata l-vacant possession ma jħallas xejn.", "Taf x'kellu jħallas lill-gvern il-consortium?", "Skond il-kuntratt, il-consortium kellu jħallas premium mal-firma tal- kuntratt ta' Lm800,000, Lm5,000 expenses oħrajn u Lm40,000 kera.", "Kellu jħallas premium ieħor fil-30 ta' Settembru ta' din is-sena ta' Lm550,00 u b'kollox dawn jiġu kważi Lm1.4 miljun.", "Il-Midi qed tgħidilhom li m'hi se tħallas xejn qabel ma jagħtuha l-vacant possession.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni redikola fejn aħna għaddejna art lill-Midi, din fl-aħħar qed tiżviluppa xi ħaġa hemmhekk, ma ħallset xejn ta' dak li qed tagħmel, u l- gvern irid jaħtiha Lm200,000 jew iktar.", "Ara x'sitwazzjoni redikola!", "Issa fl-istorja daħal ċertu Albert Caruana, jekk għandi l-isem tiegħu tajjeb, li jaħdem fil-private secretariat tal-ministeru.", "Jiena ma nafx kif daħal dan Albert Caruana, pero' hu qed jipprova jara kif se jirranġa l-affarijiet, pero' ħalli nibdew mill-ewwel ħaġa.", "Dan Albert Caruana qiegħed fis-segretarjat privat tal-Ministru Zammit Dimech m'għandu l-ebda dritt jitkellem fuq xejn għax ħaddiem fis- segretarjat privat ma jkollux function eżekuttiva.", "Imma dawn hekk jagħmluhom l-affarijiet.", "Dan qed jiddilja mal-Midi u għamlilhom proposta forsi jirranġaw l-affarijiet.", "Għamlilhom proposta biex jilħqu ftehim li jekk huma jħallsu l-flus dovuti u minnhom jaqtgħu dawn il-Lm200,000 li għandu jagħtihom il-gvern, hu Albert Caruana se jiffranka lill-Midi kważi Lm90,000 milli għandhom jagħtu lill-gvern.", "B'liema dritt Albert Caruana – u nerġa' ngħid li jien ma nafx min hu - imur jinnegozja f'isem il-gvern u jipproponi li jiffranka l-flus lill-consortium Midi?", "Dawn tal-Midi rrispondewh: Nitkellmu.", "Dan Albert Caruana kiteb lill-Ministru tal- Finanzi u l-Ministru tal-Finanzi kitiblu lura u qallu biex minflok naslu sal-31 ta' Diċembru idaħħal il-flus qabel ħalli jkunu jistgħu jidħlu fil- kotba tal-gvern ta' din is-sena.", "Dan Albert Caruana reġa' kiteb lura lill- Midi u qalilhom forsi jirranġaw sal-15 ta' Diċembru minflok sal-31 ta' Diċembru, u xorta se jiffrankawlhom Lm50,000.", "Is-Sur Muscat, li hu ċ-chief executive tal-Midi qallu li issa jaraw kif se jirranġaw fuq hekk.", "Dawn x'affarijiet huma?", "Mela aħna ninnegozjaw il-flus tal-gvern b'dan il- mod?", "Din hija s-serjeta`?", "Dan Albert Caruana x'jidħol fl-istorja kollha?", "Safejn naf jien skond il-liġijiet ta' dan il-pajjiż l-uniċi li jistgħu jinnegozjaw l-art huwa d-dipartiment ta' l-artijiet.", "Mhux issa spiċċajna li dan Albert Caruana qed jinnegozja hu mal-consortium.", "X'jiġifieri jmur hu jinnegozja u jiffranka l-flus?", "Mela lil dawn iffrankajnilhom Lm3 miljuni taxxa tal-boll, għaddejnilhom il-permessi mill-planning authority biex inħaffu u issa se nkomplu niffrankawlhom minn flus li għandhom jagħtu lill- gvern wara li tajnihom dan kollu.", "Meta jsiru dawn l-affarijiet mhux bilfors ikun hemm lok għall-abbuż?", "Jien ma nafx, normalment meta xi ħadd jiġi jgħidlek ħa niffrankalek xi ħaġa, int se tgħidlu issa nieħu ħsiebek.", "Hekk hi l-istorja.", "Il-Ministru jista' jqis ruħu bħala raġel fuq l-irġiel kemm irid, imma dawn l-affarijiet ma tantx huma sinjal ta' rġulija.", "Din hija waħda mill-abużi kbar li qed isiru minn dan il-gvern.", "Qed nippermettu li bniedem li m'għandux l-inkarigu, li jinnegozja f'isem il-gvern u dan mhux talli jmur jinnegozja talli jibda jagħti discounts qisna qegħdin f'ħanut tal-lira.", "Niġu issa għall-proġett ta' St. James Cavalier.", "Ilna nitkellmu ħafna fuqu, imma kulma se ngħid fuqu huwa li dan il-proġett li suppost kellu jiswa inqas minn Lm2 miljun ġie jiswa Lm4 miljun.", "Kien proġett li suppost kien parti integrali minn proġett ħafna ikbar, il-famuż proġett ta' l-opera house.", "Niftakru kemm intqal diskors fuq il-proġett ta' l-opera house.", "Anke fil-manifest tal-partit Nazzjoanlista jissemma.", "Ħalli ngħid x'qalu fuq l- Iżvilupp ta' l-opera house fil-manifest elettorali.", "Nirriferi għall-wegħda numru 49 li tgħid hekk:", "\"Il-PN mill-ġdid fil-gvern iwettaq proġetti kbar għall-pajjiż li kienu x'aktarx maħsuba minnu u li Sant ma rnexxilux iwettaq, fosthom l-art centre fejn hemm it-Teatru Rjal.\".", "U veru, kif inbidel il-gvern beda jgħid li mhux biss kien se jiżviluppa l- opera house, imma ried jiżviluppa Bieb il-Belt u jagħmel il-bus terminus taħt l-art u jiżviluppa anke Pjazza Ħelsien.", "Fil-gazzetta \"The Malta Independent\" ta' l-1 ta' Ottubru ta' l-1998 il-Ministru Zammit Dimech qal hekk fuq dan il-proġett:", "\"The construction of the art centre is expected to be ready by the year 2002.\".", "Skond il-Ministru Zammit Dimech dan il-proġett kellu jkun lest sal-lum!", "Imbagħad qal li se nagħmlu master plan, qabbad lill-perit Richard England u tah ma nafx kemm flus biex jagħmel dan il-master plan.", "Din kienet l-unika persuna li marret tajjeb minn din l-istorja kollha.", "F'risposta li tani l- Ministru Zammit Dimech f'Novembru ta' l-1998 qalli li l-proġett se jiġi jqum Lm30 miljun.", "Il-Ministru Zammit Dimech reġa' kellimna fuq l-istess proġett f'\"The Times\" ta' Frar ta' l-1999.", "Dakinhar kien qal hekk:", "\"In other words...\",", "- u hawn qed jirriferi għall-proġett ta' l-opera house -", "\"... the government is in the driving seat and will remain in the driving seat.\".", "Jiġifieri hu kien se jmexxi l-proġett 'il quddiem.", "Kien qed jirriferi għall-fatt li mhux se jdaħħal il-privat miegħu.", "F'risposta għal mistoqsija parlamentari oħra li għamiltlu f'April ta' l-1989 in-nefqa tal-proġett minn Lm30 miljun telgħet għal Lm38 miljun.", "In-nefqa ta' dan il-proġett baqgħet dejjem tielgħa 'l fuq, minn Lm38 miljun għal Lm40 miljun, Lm40.25, Lm40.5 miljun u mbagħad Lm50 miljun.", "Il-figuri nsemmuhom bl-amment!", "Ħarġet il-call for applications għall-consortia għax il-gvern ried li jkun hemm il-consortia involuti fih.", "Żewġ consortia tefgħu it-tender tagħhom u suppost morna ħalli dawn jiġu aġġudikati.", "Fil-frattemp il-gvern kien qed jgħid ukoll li se nġibu finanzjament mill-European Investment Bank.", "Per eżempju, fl-20 ta' Novembru tas-sena 2000 il-Ministru qal: \"Irrid ngħid li kelli laqgħat pożittivi mal-bank Ewropew ta' l-investiment li ried ikun assoċjat mal-proġett ta' dak il-livell.\"", "Hekk qal il-Ministru.", "Kif għedt, ħarġu ħarġu call for proposals fis-16 ta' Diċembru tas-sena 2000 u sas-sajf tas-sena 2001 suppost kellu jintgħażel wieħed miż-żewġ consosrtia li ssottomettew it-tender.", "At that stage, fid-29 ta' Marzu tas- sena 2001 il-proġett ta' bieb il-Belt kellu jiġi jqum Lm50 miljun.", "Jiġifieri dan beda bi Lm30 miljun u spiċċa b'Lm50 miljun.", "F'\"The Times\" tad-29 ta' Marzu, 2001 Zammit Dimech qal: \"The areas covered by the Lm50 million project.\",", "F'Marzu tas-sena 2001 il-ministru reġa' qal:", "\"The EIB will probably ask to be directly involved in the project which might be prepared to grant the full loan of Lm40 million.\".", "Il-figura reġgħet niżlet għal Lm40 miljun għax miljun 'l hemm u miljun 'l hawn, ma jimpurtax!", "Issa drajnieha din tal-miljuni!", "U bqajna sejrin hekk, dejjem ngħidu li dan il-proġett se jasal.", "F'Ġunju tas-sena 2001 il-Minstru Zammit Dimech qal:", "\"The adjudicating board of the City Gate project next month is expected to advise the government about which consortium of developers it should start negotiating with.\".", "Fis-17 ta' Settembru tas-sena 2001 il-Ministru Zammit Dimech reġa' ftaħar:", "\"The City Gate project will be the largest that the current government will undertake.\".", "Imbagħad fil-budget speech tas-sena li għaddiet kont għamilt riferenza għal dan il-proġett u l-Minstru qalli: Iva, qed nikkonsidrawh - jekk irid naqralu s-silta, imma m'għandix ċans - u nittamaw li ntellquh 'il quddiem dan il-proġett.\".", "Fit-18 ta' Ġunju ta' din is-sena faqqgħet il-bomba meta l-Minsitru Zammit Dimech, f'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Leo Brincat, qal: \"Il- proġett ta' Bieb il-Belt bħalissa ġie pospost\".", "Naturalment meta tħabbar dan, il-consortia involuti ħaduha bi kbira mhux ħażin għax kienu nefqu ħafna flus biex għamlu s-submissions tagħhom.", "Dawn staqsewh għal meta ġie pospost u qalihom hekk: \"When contacted, Dr. Zammit Dimech said it has not been decided yet for how long the development has been postponed.\".", "Mela dawn telqu b'wegħda elettorali li se jagħmlu dan il-proġett, qalu li se jkun proġett kbir u se jonfqu sa Lm50 miljun, se jinvolvu l-EIB, lill- privat, il-bus terminus, is-city gate, u lanqas naf x'semmew iżjed, għamlu erba' snin jitkellmu fuq dan il-proġett b'ħafna hyping imbagħad one fine day, jiġu hawn il-Ministru u jgħid li mhux se jsir dan il-proġett.", "Dan hu l- mod kif jiġu ttrattati l-wegħdiet li l-PN jagħmel lill-elettorat u din hija s-serjeta` li l-Prim Ministru Fenech Adami tant ftaħar biha meta tkellem?", "Minn fuq, bil-wiċċ tost kollu, l-Onor.", "Zammit Dimech ġie kkwotat riċentament li qal hekk:", "\"Il-proġett ta' Bieb il-Belt dejjem twaqqaf minn gvernijiet Laburisti.\".", "Ara aħna x'għandna x'naqsmu mal-waqfien tal-proġett din id-darba!", "Dawn qed jippruvaw anke jdawru l-verita` magħrufa.", "Nitkellem fuq proġett ieħor, il- proġett connections, li huwa proġett ieħor li wkoll kien imwiegħed mill-PN, wegħda numru 52 u din tgħid:", "\"Iwettaq il-proġett tal-konnessjoni bejn iż-żewġ portijiet fuq iż-żewġ naħat tal-Belt.\".", "X'sar minnu dan il-proġett matul dawn is-snin kollha?", "Xejn!", "Kliem biss!", "Jekk wieħed iħares lejn l-istorja ta' kemm ilu li tela' fil-gvern, il-PN, fl-1998 insibu li l-Ministru Zammit Dimech qal:", "\"We shall be evaluating the proposals for the connections project.\".", "Dak intqal f'Diċembru ta' l-1998 u dawn baqgħu sejrin hekk għax f'risposta li tagħni riċentament, qalli li n-negozjati għadhom għaddejjin u diffiċli li wieħed jipprevedi meta se jkunu konklużi dawn in-negozjati.", "Jiġifieri f'erba' snin, kull ma għamel hu li jinnegozja!", "Sur President, dan il-gvern m'għandux ħeġġa biex isolvi l-problemi tal- pajjiż, dan hu gvern rieqed, gvern skadut u gvern li ma jafx xi jrid jagħmel.", "Dan il-gvern qed jipprova jkompli fuq dak li ħallejna aħna u mhux qiegħed jasal għaliex m'għandux il-kapaċita` li jasal.", "Kelma fil-qosor fuq l-embellishment project għaliex ma fadalix ħafna ħin.", "Il-PN qal li kien se ikompli l-embellishment project imma f'sentejn ta' gvern Laburista, fuq dan il-proġett intefqu Lm2 miljun fl-1997 u Lm2.23 miljun fl-1998 filwaqt li dawn, f'erba' snin lanqas nefqu dak kollu u s- sena li għaddiet nefqu Lm893,000 biss, basta jgħidu li se jibqgħu għaddejjin bi proġetti ta' embellishment u li se jagħmlu tax-Xagħjra.", "X'għamlu fix-Xagħjra?", "Issottomettew applikazzjoni u naf dan, għaliex jiena inzertajt il-perit tal-kunsill hemmhekk imma dak kull ma għamlu biss!", "Qalu li se jibdew il-Qajjenza?", "L-istess, ma ġara xejn.", "Dawn qalulna fuq l-importanza ta' San Ġiljan u ta' Paceville, wegħdu li se jkabbru l-bajja ta' San Ġorġ u ma nafx kemm-il darba qalu li se jagħmluha bir-ramel imma s'issa, din il-bajja kif kienet għadha.", "Iżjed minn hekk, x'sar fuq il-parks din is-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid x'sar?", "Ngħid kelmtejn fil-qosor fuq is-sitwazzjoni ta' l-iskart f'pajjiżna.", "L- Onor. Joe Mizzi tkellem tajjeb fuq l-iskart u fuq il-problema tal-Magħtab, problema li għandna bżonn insibu soluzzjoni għaliha malajr kemm jista' jkun u dan qed jgħidu kulħadd inkluż il-Malta hotels and restaurants association u l-federation of industry.", "Il-gvern ħabbar li se jagħmel strateġija biex jittratta din il-problema u l-Ministru Zammit Dimech, fl-elezzjoni li għaddiet, qalilna li l-istrateġija dwar il-waste management se tiġi odattata mill-gvern tiegħu fit-totalita` tagħha.", "Issa spiċċaw waqfu ħafna bordijiet u aġenziji u dan l-aħħar jidhirli li waqfu wkoll xi kumpannija għall-waste management.", "Il-Ministru jiftaħar u jgħid li ħadu 23 minn 56 inizjattiva skond il-waste management strategy.", "Darba minnhom kien qed jitkellem waqt inawgurazzjoni ta' press room – kamra li kienet boardroom u l-Ministru dehrlu li għandu jonfoq Lm18,500 biex jagħmilha press room biex din tintuża darba kull tant – u dan qal li huma dejjem jieħdu l-inizjattivi kollha skond dak li jgħidulhom dawk fl- istrateġija tal-waste u hawn jiena ngħidlu, skond l-istrateġija tal-waste, dan suppost għamel capital expenditure fis-sena 2002 ta' Lm 9 miljun biex jipprovdi diversi faċilitajiet, fosthom biex jitkabbar il-composting plan, isir materials recovery facility, landfill, u xi ħaġa għal construction waste.", "Dan kellu jonfoq Lm9 miljuni fl-2002 u suppost għandu jonfoq Lm 9 miljuni oħra fl-2003 biex din l-istrateġija tibda titwettaq u hawn qed naqra minn l-strateġija li l-Ministru qal li l-gvern tiegħu se jadottatha fit-totalita` tagħha.", "Issa jekk inħarsu lejn il-budget ta' din is-sena, insibu li fil-budget dan għandu Lm1.1 miljun u allura kif jista' jkun se jonfoq Lm18 miljun!", "Dawn iridu jgħaddu n-nies biż-żmien!", "Qabel nagħlaq, irrid nitkellem fuq dipartiment ieħor li jinkwetani ħafna, id-dipartiment tad-drenaġġ.", "Dan huwa dipartiment li għandna anarkija sħiħa fejn ġo fih jiġri minn kollox barra dak li suppost jiġri.", "Matul din is-sena stess, kellna diversi każi fejn kien hemm allegatament każi ta' korruzzjoni u ta' extortion.", "Fuq dan id-dipartiment, saru ħafna wegħdi, per eżempju, saret il-wegħda li s-sena d-dieħla se tingħata l-bidu għall-impjant ta' trattament tad-drenaġġ ġewwa Għawdex, saret il-wegħda li se jissolva l- problema tad-drenaġġ ta' Wied Żnuber billi jsir il-main ta' Ħal Far, saret il-wegħda li s-sena d-dieħla se jitkompla l-main li se jibqa' tiela' l- Mensija għar-Rabat.", "Dawn il-wegħdi kollha saru imma imbagħad tmur tara l- estimi u jekk inti tgħodd kemm hemm bżonn flus biex isiru dawn l- affarijiet, issib li l-vot ivvutat lanqas biss jibda għal dawn ix- xogħlijiet kollha li hemm bżonn li jsiru!", "Ħa nitkellem ftit wkoll dwar il-mod kif isiru l-affarijiet f'dan id- dipartiment fejn per eżempju, ftit ilu ħarġet tender biex isir id-drenaġġ fi triq li jismha Vittorio Cassar f'Marsascala imma hemm problema waħda, id- drenaġġ diġa` qiegħed hemm!", "Kien sar ftit tas-snin ilu u kellhom jerġgħu jaqilgħuha għaliex ma sarx tajjeb.", "Joħorġu tenders minn dan id-dipartiment biex isir xogħol sabiex ibidlu xogħol ieħor li huwa tajjeb!", "Per eżempju, ħarġet tender biex isir xogħol ġewwa l-Imqabba u mhux se nsemmi t-triq biex ma jiġix identifikat il-kuntrattur involut.", "Mela dan il-kuntrattur rebaħ tender biex jirranġa main li kien qed jagħti t-trouble.", "Dan mar hemmhekk u sab li l-main ma kellu xejn ħażin u allura dan staqsa għalfejn iridu jibdlu main tajjeb u dawn qalulu biex jagħmel ix-xogħol xorta waħda u jitħallas tiegħu.", "Main li huwa tajjeb kienu se jaqbdu u jibdluh dawn!", "Kumment fuq kif jikrew l-jetting bowsers, per eżempju.", "Ħarġet tender biex jinkrew il-jetting bowsers u kumpannija partikolari offriet b'Lm 3.95 imma f'daqqa waħda, dan iddeċieda li ma jridx jagħmilha u l-gvern kellu jaqa' għall-tieni offerta li kienet b'Lm 6.90.", "Issa mill-informazzjoni li għandi, din mill-ewwel kienet maħsuba biex ta' l-ewwel ma jeħodhiex u jeħodha dak li offra b' Lm6.90 u hekk, l-gvern jispiċċa jħallas id-doppju għax-xogħol li se jagħmlulu bil-jetting bowsers.", "Il-mod kif jingħataw il-kuntratti kbar ta' miljuni kbar, kuntratt ta' Lm1 miljun b'direct order lid-ditta Daniża ta' konsulenti per eżempju.", "Hemm problemi bin-nies li jaħdmu ġod-dipartiment ukoll fejn hemm perit li hu akkużat bi ħlassijiet doppji, dan kien imur u jkejjel xogħol li diġa` jkun sar u issa tressaq il-qorti.", "Il-famuż każ ta' l-Inġinier Mark Mangion, li dan mar jitlob il-flus lill-kuntrattur talli jagħtih ix-xogħol u anke dan spiċċa l-qorti u għalhekk ma rridx nikkummenta ħafna fuqu.", "Hemm każ ieħor ta' Vince Cilia, uffiċjal ieħor tad-dipartiment, li ġie akkużat minn kuntrattur li dan qiegħed jitlob il-flus sabiex jagħmel ix-xogħol tiegħu u issa, anke dan qiegħed il-qorti.", "Aparti hekk, meta tkun fiċ-ċivil u tkun akkużat b'reat kriminali, suppost inti tkun suspendut b'half pay.", "Dawn mhux talli mhumiex sospenduti talli fil-każ ta' Vince Cilia, dan ħa promotion u laħquh operations manager wara li ssemma dan il-każ!", "Dan biex taraw kemm in-Nazzjonalisti jieħdu ħsieb in- nies tagħhom meta jkunu fil-gvern!", "Dan Vince Cilia laħaq operations manager wara li spiċċa quddiem il-qorti b'każ ta' extortion!", "Sur President, nixtieq nibqa' għaddej imma ma fadallix ħin, ngħid kumment qasir fuq il-famuża awtorita` tar-riżorsi.", "Din m'għamlet xejn ħlief kriet post, jekk m'iniex sejjer żball, b'Lm32,000 fis-sena.", "Għandna ministeru li jaħseb li għax iħabbar proġett, allura dan ikun sar.", "Għandna ministeru magħruf għar-rapporti li jħejji fejn f'dawn l-erba' snin ġew ikkummissjonati 40 rapport u minjaf kemm ġew jiswew dawn.", "Dan hu ministeru li meta ngħalqu d-diskussjonijiet ma' l-EU fuq l-ambjent, għamel riċeviment u nefaq ma nafx kemm-il mitt lira biex il-Ministru tiegħu stess lanqas biss kien ministru għall-ambjent għax dan ġie sfiduċjat mill-Prim Ministru stess!", "Dan hu ministeru li ħsiebu biex jordna il-kalendarji u ordna 5,000 kalendarju bi spiża kbira u dan hu ministeru li jippretendi li qed imexxi ħafna u m'hu qed imexxi xejn.", "Għal din ir-raġuni nixtieq inressaq din l-emenda għal din il-mozzjoni:", "\"VOT 28 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm14,280\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm14,279\".", "Delete the figure \"Lm14,280\" and substitute therefore the figure \"Lm14,279\".", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni skada.", "Issa l-ħin li fadal huwa kollu għan-naħa tal-gvern.", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, meta tisma' lill-oppożizzjoni titkellem, mill-ewwel tinduna li l-kampanja ta' l-oppożizzjoni hija mibnija fuq il-perċezzjoni u fil-fatt, il-gvern ta' Alfred Sant f'dawk is-sentejn, kien gvern li jibbaża kollox fuq il-perċezzjoni għax meta tiġi biex tifhem is-sustanza, ma ssib xejn jew ftit li xejn minn dak li jkun qiegħed jingħad.", "Anke illum, l-għan politiku ta' l-oppożizzjoni huwa li tinħoloq perċezzjoni falza u sfortunatament, dan iwassal biex wieħed iħares lejn l- oppożizzjoni - u l-akbar prova kienet is-sentejn li kienu fil-gvern - bħala oppożizzjoni b'ħafna kliem sabiħ imma ftit li xejn sustanza.", "Jien ippreparajt diskors għal dalgħodu pero` se nibdlu naqra biex nirrispondi għal dak li qalu ftit mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Jiena kont imsiefer Strasbourg fuq xogħol tal-parlament u x'ħin dalgħodu rajt dik it-tapestry quddiem il-Bieb tal-Bombi li tirreplika proprju dan il-bini, jiena ħsibt li din kienet idea tajba ħafna li tgħatti ix-xogħol ta' restawr b'dik it-tip ta' arti li tgħaxxaq l-għajnejn għaliex wieħed mill-punti importanti ta' l-ambjent huwa proprju l-estetika.", "L-estetika hi importanti u hi waħda mill-affarijiet li kull perit iżomm f'rasu aLLAvolja tiġi tiswa l-flus.", "Kieku min bena l-Belt, ma riedx jonfoq flus u ma kienx jagħti kas ta' l-estetika, il-Belt kienet tkun kwadra u ċatta.", "Ir-realta` hi li trid tagħti kas ta' l-estetika u din tiswa l-flus.", "Jiena tabib u qrajt studji xjentifiċi li jispjegaw l-importanza li l- estetika għandha fuq il-moħħ tal-bniedem f'dak li għandu x'jaqsam mal- perċezzjoni u ma kif, bniedem iħares lejn il-ħajja.", "Mela jiena nibda biex nirringrazzja lil min ħa din l-inizjattiva għax din kienet idea tajba.", "Jien kont f'Berlin u Brandenburg Gate – li huwa simbolu nazzjonali fil-Ġermanja – li qed jiġi restawrat ukoll, hu mgħotti bl-istess tip ta' facade li għandu l-Bieb tal-Bombi.", "Fi Strasbourg ukoll, kien qed isir xi xogħol ta' restawr fil-pjazza ewlenija u dan il-bini kien totalment mgħotti b'dik it- tip ta' tapestry li hija replika tal-bini li kien hemm taħtha u dan kollu biex ma tintilifx l-estetika tal-post.", "Dan it-tip ta' xogħol hu importanti u jiena ngħid li kull restawr ta' dan it-tip u ta' din l-importanza għandu jkun akkumpanjat minn dan it-tip ta' tranġar estetiku.", "Il-falliment ta' l-oppożizzjoni ma jidhirx biss mill-kritika superfiċjali li jagħmlu imma hi riżultat tal-politika tagħhom li essenzjalment, mhux ma tatx imma ma tistax tagħti frott speċjalment fil-qasam ambjentali.", "L-Onor.", "Buhagiar semma s-sewage system, din is-sistema kellna target li ssir kollha sas-sena 2002 jew 2003 imma x'ġara?", "Tela' l-Labour Party fl- 1996 u wieħed mill-ewwel proġetti li waqqaf kien proprju l-proġett tas- sewage system, fejn dan kien proġett biex id-drenaġġ kollu tagħna jiġi ttrattat qabel ma joħroġ fl-ibħra Maltin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, nitolb l-Onor.", "Asciak ikun korrett f'dak li qed jgħid.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, dan m'huwiex point of order!", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-Onor.", "Asciak qed jgħid affarijiet mhux minnhom.", "Aħna komplejna bix-xogħol tat-tkabbir ta' l-impjant tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin u mhux waqqafnih.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: F'Sant Antnin, il-gvern Laburista rranġa biex ineħħi r-riħa u sewwa għamel pero` dak hu proġett li bdieh il-PN.", "Aparti hekk, biex jiġi treated is-sewage f'Malta, mhux Sant Antnin biss hemm bżonn, hemm bżonn ta' xi tlieta jew erba' sewage systems oħra u dan kien wieħed mill-proġetti li intom ipposponejtu bħal ma pposponejtu l-proġett tal-bdil tal-buses li issa qiegħed isir u dawn it-tnejn kienu l-ikbar żewġ fallimenti fl-ambjent li kellu l-gvern Laburista.", "Imbagħad inħarsu lejn l-estimi ta' dan il-budget u nsibu li tnejn mill- proġetti kbar li qed jagħfas fuqhom il-PN huma proprja s-sewage system u l- waste management.", "Rigward il-waste management, il-problema tal-Magħtab ilha magħna żmien twil u kien proprju dan il-gvern li b'mod serju prova jittekilja l-problema u mhux billi ttir bil-helicopter minn fuqha u tgħid li se tagħmel xi ħaġa imma ma jsir xejn.", "Bil-fatti, dan il-gvern qed jagħmel xi ħaġa biex isolvi din il-problema.", "Il-problema tal-Magħtab mhux se tissolva mil-lum għal għada, din hija problema serja u rridu nagħmlu l- istudji kollha neċessarji għaliex bl-addoċċ ma jsir xejn pero` aħna wegħdna li sas-sena 2004, il-Magħtab jingħalaq u hekk se jsir.", "Jekk tħares lejn il-budget, per eżempju, lejn dawk li huma voti kapitali, naraw li l-gvern għas-sewage treatment plant biss, qiegħed jalloka kważi Lm5 miljun.", "Jekk tħares lejn il-vot tal-waste management services, tara li għandek 'il fuq minn Lm1 miljun.", "Issa dan hu vot kapitali u mhux dak rikurrenti fejn fuq affarijiet ambjentali hemm aktar minn Lm24 miljun, żewġ miljuni iktar milli kien hemm is-sena l-oħra.", "Pero` dan mhux il-punt tiegħi, il-punt tiegħi hu li l-oppożizzjoni dejjem titkellem u tparla fuq l- ambjent u bil-fatti, ma tagħmel xejn u dan ifakkarni f'dik l-istorja fil- Bibja fejn missier qal lil wieħed mit-tfal tiegħu biex imur jaħdem u dan qallu li ma jridx imma mar jaħdem xorta filwaqt li meta l-istess missier qal lit-tifel l-ieħor biex imur jaħdem, dan qallu li se jmur imma ma mar xejn.", "Meta taqra l-artiklu ta' Joe Mizzi f'\"The Sunday Times\" tal-bieraħ, taħseb li jew inti qiegħed fil-qamar jew inkella, l-oppożizzjoni kollha qiegħda fil-qamar għax tibda tara l-ineżattezzi iġennuk.", "Tara sforz enormi biex tingħata l-perċezzjoni li dan il-gvern m'għamel xejn u l-oppożizzjoni tista' tagħmel ħafna bħalma kieku ma nafux li fis-sentejn li għamlu fil- gvern, huma kienu li m'għamlu xejn!", "L-artiklu li semmejt, ta' l-Onor.", "Joe Mizzi, hu artiklu mimli b'affarijiet tad-daħk.", "Dan semma fuq l-umbrella ta' l-Etna u qal li l-gvern missu għamel xi ħaġa pero` mhux se nidħol f'din għax żmienha għadda.", "Semma kwestjonijiet bħal per eżempju fuq l-ilma tal-baħar u din veru tad-daħk, għax l-uffiċjal responsabbli miċ-checking tas-sewage fil-baħar fis-sentejn li kien hemm il-partit Laburista fil-gvern kien proprju jiena u dawn iridu jagħtu l-impressjoni li s-sewage fil-baħar illum huwa agħar milli kien f'dawk is-sentejn li kienu fil-gvern huma.", "Din jiena ngħidilha ċajta għaliex il-fatti hemm qegħdin, ir-rapport li kkwota minnu Joe Mizzi m'għandux x'jaqsam mas-sewage u l-iċċekkjar tal-bacteria, dak huma għal affarijiet oħra bħal minerali fil-baħar u huma kriterji totalment differenti pero` fuq dak li huwa sewage fil-baħar, illum huwa ħafna aktar baxx milli kien fi żmienhom.", "Din hija r-realta` u għandna l-fatti man-naħa tagħna pero` l-klassika ta' Joe Mizzi tal-bieraħ hija din:", "\"Admittedly, rapid economic development and increased tourists arrivals under a Labour government, has put a strain on our water resources but Labour also has solutions for this problem.", "Reverse osmosis plants were introduced precisely to ease pressure on ground water.\".", "Dan qed jgħid li l-gvern Laburista tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet introduċa r-reverse osmosis plant biex isolvi l-problema ta' l-ilma u din mhux perċezzjoni falza tar-realta` li nistgħu naqbduha b'idejna, ma nafx x'inhu!", "Sur President, jien ma tantx baqagħli ħin u se nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "Kien hemm teologu Ġermaniz, Paul Tillich u dan qal li gvern li fil-viżjoni tiegħu jfittex li jkun awtonomu żżejjed - li semmiha awtonomija falza - mill-kumplament tal-popli ta' madwaru u li jfittex politika ta' isolationist, iwassal biex dan il-gvern ikun awtoritarju.", "Gvern li jfittex l-awtonomija falza u l-iżolament ikollu falliment fil-politika estera tiegħu, ikollu falliment fil-politika interna tiegħu u jkollu falliment fil- politika ambjentali.", "Sfortunatament, din hija l-pożizzjoni tal-partit Laburista illum, pożizzjoni fejn dan qiegħed ifittex li jiżola lil Malta mill-kumplament ta' l-Ewropa u tad-dinja, biex iġib lil Malta f'pożizzjoni ta' isolationist u jekk jiġri hekk, se ikollu falliment f'dik li hija politika interna, dik estera u anke dik ambjentali minħabba n-nuqqas ta' solidarjeta` li tintwera lejn l-ambjent inġenerali.", "Din hija politika li tfalli bl-ikrah mhux biss għax ikun hemm nuqqas ta' fondi mill-UE li jistgħu jgħinuna imma anke minħabba l-attitudni ta' dak it-tip ta' gvern lejn il-politika ambjentali per se.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, huwa fatt magħruf li aktar kemm pajjiż joħloq ġid, aktar jiġġenera skart.", "Huwa fatt magħruf ukoll li l-ekonomija ta' pajjiżna splodiet 'il fuq f'dawn l-aħħar snin taħt gvern Nazzjonalista.", "Dan ifisser li aħna qed niffaċċjaw problemi ambjentali li nsibuhom ukoll f'ekonomiji oħra żviluppati bħalma huma dawk tal-pajjiżi industrijalizzati.", "Wieħed jista' jaqsam dawn il-problemi fi tliet kategoriji, tniġġis fl-ibħra tagħna, t-tniġġis ta' l-arja tagħna u l-problema ta' l-iskart.", "Ta min wieħed isemmi li problemi ambjentali bħal dawn mhux biss inaqqsu mill- kwalita` tal-ħajja minħabba raġunijiet ta' estetika imma anke minħabba li jġibu magħhom problemi kbar ta' saħħa.", "Aħna għandna rati għoljin ħafna ta' asthma u hay fever fost il-poplu Malti u anke fost it-tfal u m'hemmx dubju li dan huwa dovut prinċipalment minħabba t-tniġġis li għandna fl-arja tagħna.", "Sur President, ir-riżultati tajbin fl-isfera tat-titjib ta' l-ambjent ma nistgħux naslu għalihom mingħajr għajnuna u l-aħjar post minn fejn issib din l-għajnuna hi mingħand nies jew entitajiet li għandhom rekord ambjentali tajjeb ħafna u esperjenza f'dan il-qasam.", "M'hemmx dubju li l-iktar entita` li hija magħrufa għall-kuxjenza ambjentali tagħha hi l-UE.", "F'dak li hu ħarsien ta' l-ambjent illum il-ġurnata l-ebda entità jew pajjiż ieħor ma jħabbatha ma' l-Unjoni Ewropea ̧ lanqas l-Istati Uniti ta' l- Amerika.", "Għalhekk meta fi ftit xhur oħra, jekk Alla jrid, nidħlu fl- Unjoni Ewropea ̧ il-poplu Malti se jkun jista' jdur lejn sħabu fl-Unjoni Ewropea mhux biss għax dawn għandhom l-esperjenza imma wkoll biex tingħatalna għajnuna teknika.", "Minħabba l-limitazzjonijiet li għandna u minħabba l-problemi kbar li qed naffaċċjaw f'pajjiżna se tingħatalna wkoll għanjuna finanzjarja.", "B'hekk l-ambjent intejbuh bil-fatti u mhux bil-kliem biss.", "Illum il-kollega tagħna l-Onor.", "Joe Mizzi tkellem fuq din il-problema u semma l-problema tal-Magħtab.", "Fil-fatt wegħedna li f'inqas minn sentejn - jekk b'xi forma ta' skerz il-partit Laburista jitla' fil-gvern - hu u sħabu se jsolvu l-problema kbira tal-Magħtab.", "Ovvjament kif se jsolvu din il-problema ma jgħidilniex u Alla jbierek dawn qed jittamaw li fi ftit ġimgħat oħra se jkunu fil-gvern u għadhom lanqas biss identifikaw is-siti għall-engineered landfills li jaqblu li għandhom isiru biex jissosstitwixxu l-Magħtab.", "Allura dawn lanqas għadhom għamlu studju jew pjan dwar dan?", "Lill-Onor.", "Mizzi nixtieq nistaqsih ukoll minn fejn se jġib il-finanzjament biex jagħmel l-affarijiet sbieħ li qed iwiegħed fil-qasam ambjentali.", "Aħna nafu li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea se jkollna għajnuna finanzjarja kbira fil-qasam ambjentali u se jkollna wkoll għajnuna teknika imma jekk mhux se nkunu membri sħaħ mhu se jingħatalna xejn.", "Allura l-Onor.", "Joe Mizzi minn fejn qed jimmaġina li se jġib il-finanzjament li għandna bżonn biex insolvu din il-problema kbira?", "Jista' jkun li qed jikkonsidra xi żieda fit-taxxi jew forsi xi bio-taxation kif hemm f'pajjiżi oħra?", "Pero' dawn l-affarijiet mhux se jgħidhomlna kif mhux se jgħidilna fejn, jekk jaf ̧ qed jikkonsidra li jagħmel l-engineered landfill, li ma jmurx il- partit Laburista jitlef xi vot.", "L-importanti għal dawn in-nies huwa li jiggranfaw il-poter u allura ma tistax tafdahom.", "Sur President, fil-passat diġà ħadna miżuri ambjentali permezz tal- budgets.", "Per eżempju ̧ il-budget ta' din is-sena qed jinkoraġġixxi l- karozzi u l-muturi li jaħdmu bl-elettriku, l-użu ta' prodotti magħmulin minn sistemi ta' riċiklaġġ u l-użu ta' prodotti li huma biodegradable.", "Aħna qed nipprovaw nirranġaw il-problemi ambjentali kbar li għandna bil- fatti u mhux bil-kliem.", "Nixtieq insemmi wkoll miżuri oħrajn li wettaqna fis-snin li għaddew fil- qasam ta' l-ambjent.", "Aħna naqqasna l-VAT fuq apparat ta' enerġija alternattiva bħal solar heaters u solar panels minn 15% għal 5%.", "Biex jitnaqqas l-iskart tal-kostruzzjoni li jifforma 84% ta' l-iskart li jintefa' fil-Magħtab tkompla t-tħaddim li jkisser u jfarrak it-terrapien f'daqsijiet żgħar biex dan ikun jista' jintuża għal skopijiet ta' riċiklaġġ fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Nista' ngħid li 'l fuq minn 80,000 tunnellata ta' skart mill-kostruzzjoni ġew ittrattati b'din il-miżura.", "Kwantità konsiderevoli minn dan l-iskart intuża fuq xogħlijiet ta' toroq filwaqt li kwantità oħra bdiet titħallat mal-kompost biex tintuża minflok il-ħamrija.", "F'dan il-qasam inħoss li għad hemm ħafna u ħafna xi jsir.", "Kif igħidu l- Ingliżi dejjem jibqa' room for improvement u fil-qasam ta' l-iskart li jiġi mill-industrija tal-kostruzzjoni inħoss li għad hemm ħafna aktar xi jsir.", "Fil-passat jien tkellimt ħafna drabi fuq il-possibbiltà li nirriklamaw l-art mill-baħar permezz ta' l-iskart li jiġi mill-industrija tal-kostruzzjoni liema skart ma jistax jintuża u jiġi riċiklat.", "Ma nafx jekk nistgħux nikkonsidraw skemi ġodda, bħal ̧ per eżempju l-użu ta' ġebel ta' bini li qed jitwaqqa' jew ġebel ta' xi post li jkun qed jiġġarraf.", "Ma nafx jekk dan il-bini jistax jiġi konservat biex jekk ma jintużax fl-istess sit forsi jkun jista' jintuża f'siti oħra.", "Kif jaf kulħadd illum l-art għoliet ħafna u qed inħaffru għall-basements u forom oħra ta' żviluppi.", "Għalhekk ma nafx jekk forsi għandniex nintroduċu skema li permezz tagħha ninkoraġġixxu l-użu ta' blat maqtugħ fl-istess sit partikolarment fil-każ ta' proġetti kbar.", "Nafu li hekk kien isir fil- passat u allura naħseb li nistgħu nagħmlu hekk issa wkoll.", "B'hekk inkunu qed innaqqsu l-uniku riżors naturali li għandna f'dan il-pajjiż.", "Il-gvern Nazzjonalista ħa ħafna miżuri ta' fejda għall-ambjent.", "Per eżempju, wieħed għandu jsemmi li għandu jkompli jintefa' l-iskart fil- barrieri liċenzjati għal dan il-għan.", "Inbeda wkoll proġett ġdid li permezz tiegħu bdiet timtela' barriera bit-terrapien nadif biex din tkun ikkonvertita f'art agrikola.", "It-taqsima tal-parks u konservazzjoni li llum ġiet ikkritikata qed taħdem biex jitkabbar u jissebbaħ il-park nazzjonali ta' Ta Qali.", "Din qed twettaq ħidma kbira barra s-swar tal-Kottonera f'Ħaż Żabbar biex dik l-area tinbidel f'park reġonali u qed twettaq ukoll xogħol ta' tisbiħ fl-inħawi ta' Għar Ħasan u San Pawl il-baħar.", "Qed taħdem ukoll fuq programmi ta' afforestation f'Pembroke u l-Mellieħa.", "Din is-sezzjoni bdiet proġett għat-tneħħija ta' tankijiet tal-ħadid li tant ikerrħu l- ambjent Malti minn fuq il-ħitan tas-sejjiegħ tagħna.", "Ta' min igħid li tneħħew madwar 10,000 tank f'dawn l-aħħar ħames xhur.", "Issaħħet ukoll is-sezzjoni tal-ġbir ta' l-iskart separat għar-riċiklaġġ.", "Dan l-iskart inġabar mid-dipartimenti tal-gvern, azjendi pubbliċi u kunsilli lokali.", "Fil-fatt sa Ġunju ta' din is-sena ġabru madwar 460 tunnellata karta u 33 tunnellata kartun li kollha ġew riċiklati lokalment.", "Madwar tmien tunnellati ta' ħġieġ u landa u plastik inġabru mill-iskips għal skart separat li tpoġġew f'Pembroke u Marsascala.", "Qed jitwettqu proġetti pilota għas-separazzjoni ta' l-iskart fis-Swieqi u f'Santa Luċija.", "Din is-sena inbdiet ukoll skema ta' recycling banks għall-ħġieġ u metalli f'postijiet frekwentati minn ħafna nies.", "Fix-xitwa dawn il-postijiet kienu jinkludu Ta Qali, Kennedy Grove, Marsaxlokk u Ta' Sliema.", "Fis-sajf ir- recycling banks ġew introdotti fuq xtut l-iżjed popolari bħalma huma Għajn Tuffieħa, l-Għadira u Pretty Bay.", "Matul is-sena li għaddiet is-sezzjoni tal-parks u konservazzjoni tal-pajsaġġi għamlet manutenzjoni ta' aktar minn 44 metru kubu ta' ħitan tas-sejjiegħ u neħħiet madwar 95 kubu ta' skart goff.", "Issa ħalli nsemmi miżuri oħra.", "Il-unit għas-servizz ta' tisbiħ neħħa 'l fuq minn 30,000 tunnellata materjal jew aktar minn 2,000 trakk minn diversi bnadi ta' Malta f'dawn l-aħħar sentejn.", "Dan qed isir biex inneħħu l-ħmieġ jew it-terrapien li ġieli jintefa' bl-addoċċ fil-pajsaġġ Malti.", "Is- sezzjoni kontra t-tniġġiż taż-żejt fil-baħar ħadet azzjoni f'għaxar inċidenti taż-żjut li ntefgħu fil-baħar tagħna jew li niġġsu l-kosta ta' madwar il-gżejjer Maltin.", "F'dawn l-aħħar erba' snin sar investiment ta' aktar minn Lm13 miljun fis- sistema tad-drenaġġ.", "Hawnhekk nixtieq infaħħar ix-xogħol siewi ħafna li sar f'Ħ'Attard li qiegħed fid-distrett tiegħi ̧ li rnexxa bil-kbir.", "Din is- sena qed isiru aktar minn 60 proġett ta' restawr din is-sena pero' ġie kkritikat il-metodu professjonali ħafna li bih qed nimxu fil-proġett ta' restawr tal-Porte de Bombes.", "Jien ikolli ningħaqad mal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Asciak għax wieħed irid joqgħod attent li kemm jista' jkun ma jgħollix l-ispejjeż ta' proġetti bħal dawn, imma fl-istess ħin irid joqgħod attent li meta jkun hemm high profile projects li jinvolvu siti li tant jolqtu l-għajn, mhux biss tal-Maltin imma ta' kull barrani li jiġi f'pajjiżna ...", "Jien m'għandix dubju li kull barrani li jiġi f'pajjiżna jara kif jagħmel biex iżur il-belt kapitali ta' pajjiżna.", "Ma jistax ikun li min ikun dieħel lejn il-belt kapitali ta' pajjiżna jara dak it-taħwid ta' scaffolding, kif kien jara kieku ma kienx għal dak il-covering li sar fuq l-iscaffolding.", "Kieku ma sarx hekk konna nagħtu impressjoni verament dillettantesk lill-poplu Malti kollu.", "Dan jagħmel reklam ħażin ħafna lill-poplu Malti.", "Jien ma naħsibx li dan kien ħela ta' flus għaliex huwa parti essenzjali ta' kull proġett ta' restawr fid-dinja moderna tal-lum li kemm jista' jkun tipprova tnaqqas mill-impatt negattiv estetiku li jkollok fi proġetti bħal dawn.", "Sur President, nikkonkludi – ma rridx nieħu mill-ħin tal-kollega tiegħi l- ministru għax m'għandix dubju li għandu ħafna u ħafna xi jgħid biex jirrispondi għall-kritika li saret illum, ħafna minnha nġusta – billi ngħid li gvern Nazzjonalista dejjem ipprova jimxi permezz tal-fatti u mhux permezz ta' kliem sabiħ.", "Hemm ħafna u ħafna x'jista' jsir f'dan il-qasam u żgur li qatt ma nistgħu nagħmlu biżejjed.", "Dan huwa qasam vast li anke pajjiżi li għandhom riżorsi ferm akbar minn tagħna jsibu problemi kbar biex ilaħħqu miegħu, imma qed nagħmlu dak li nistgħu bir-riżorsi li għandna.", "Jekk Alla jrid se nkunu nistgħu nagħmlu wisq u wisq aktar meta fi ftit xhur oħra jkollna l-għajnuna teknika u finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea għax meta nidħlu bħala membri nibdew nitqiesu bħala parti mill-familja Ewropea, liema familja kemm jista' jkun tipprova tgħin wieħed lill-ieħor.", "Diġa` kien hemm forom ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea u m'għandix dubju li dawn se jkomplu jiżdiedu u se nkunu nistgħu, jekk mhux insolvu l-problemi ambjentali kollha - għax aħna m'għandniex il-bakketta maġika kif għandu l- Onor. Joe Mizzi jew kif jipprova jagħti l-impressjoni li għandu - almenu intaffuhom.", "L-Onor.", "Mizzi waqa' għaż-żufjett mal-poplu Malti u Għawdxi kollu meta ta x'wieħed jifhem li kieku kien għalih il-problema tat-trab fin li waqa' fuqna meta żbroffa l-Etna kien se jsolviha waħdu kieku kien qiegħed fil-gvern.", "Sur President, aħna bakketta maġika m'għandniex, imma permezz ta' l-għajnuna, naslu.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Ministru Zammit Dimech biex jagħmel l-għeluq tad-dibattitu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, l-ewwelnett nibda biex nirringrazzja lid-diversi kelliema li ħadu sehem f'dan id-dibattitu, kemm min-naħa ta' l-oppożizzjoni kif ukoll minn naħa tal-gvern.", "Bla ebda dubju qegħdin niddiskutu ministeru b'impatt importanti fuq il-pajjiż u nipprova li fil-ħin li fadal mhux biss nirriferi għal diversi rimarki li saru b'mod partikolari min-naħa ta' l-oppożizzjoni imma xtaqt anke nindika fil-qosor il-ħidma li għaddejja minn dan il-ministeru.", "Sur President, ngħid mill-ewwel li filwaqt li pajjiżna qiegħed f'mument kruċjali ħafna anke mill-lat storiku, meta nħarsu lejn l-aħħar erba' snin sodisfatti li saret ħidma bla heda fl-oqsma diversi tal-ħidma pubblika f'dan il-pajjiż; żgur b'mod rifless tajjeb fl-istess ministeru għar-riżorsi u infrastruttura fejn naraw proġetti kbar ta' tisbiħ, proġetti estensivi ta' restawr u riabilitazzjoni, gvern li qed jieħu bis-serjeta` il-problema ta' l-iskart, kemm likwidu kif ukoll solidu u li jagħmel dan kollu biex jagħti lill-pajjiż il-kwalita` ta' servizz li aħna nippretendu.", "Imma ħalli issa nirriferi ftit għal xi rimarki li saru f'dan id-dibattitu.", "L-Onor.", "Mizzi beda d-diskors tiegħu billi rrifera għal darb'oħra għall- fuljett pitazz maħruġ mill-Labour party.", "Jien għad irrid nara lil xi ħadd li jipproduċi ftit karti li jekk tagħsarhom ma joħroġ sustanza minnhom kważi xejn, u li f'kull okkażjoni li jkollu fil-pubbliku jaqbeż u jifraħ bih.", "Dan il-fuljett diġa` kien ikkritikat mill-għaqdiet li suppost l- iktar li jikkummentaw favorelment għalih li kieku kien tassew dokument ambjentali - qed nirriferi għall-kritika li saret minn diversi għaqdiet ambjentali.", "Dan huwa dokument li ħlief li jgħid dak li hu ovvju, jiġifieri jgħid dak li jgħidu t-tfal fl-iskola primarja, bħal per eżempju, irridu l-arja nadifa u rridu nimmaniġjaw l-iskart, ma jagħmilx.", "Jekk wieħed iħares lejn il-parti li ssemmi l-iskart, li tinsab f'paġni 19 sa 22 minn total ta' 30 paġna li għandu dan id-dokument, isib li hemm miktub li l- gvern Laburista jħeġġeġ li jsir riċiklaġġ ta' l-iskart speċjalment tal- ġebla mhux lanqas permezz ta' riklamazzjoni ta' l-art mill-baħar.", "Imma din hija xi ħaġa ġdida?!", "Hija xi ħaġa differenti mill-istrateġija li ħareġ il- gvern f'dan ir-rigward?", "Sur President, dawn kulma jgħidu huwa li għandhom bżonn sena u disa' xhur biex jagħlqu l-miżbla tal-Magħtab u jsolvu kollox; fil-bidu kienu qalu sena, imbagħad qalu sena u nofs, imma issa qalu li biex ikunu aktar preċiżi iridu tliet xhur iżjed.", "Imma kif?", "Għaliex dawn stess jammettu li biex tagħlaq faċilita` eżistenti jrid naturalment ikollok il-faċilitajiet ġodda f'posthom.", "U l-faċilitajiet ġodda f'posthom jinkludu l-engineered landfills.", "Issa jekk l-atteġġjament tagħhom dwar l-engineered landfills hu sempliċement li jgħidu li jridu jimxu fuq kriterji u regoli internazzjonali ...", "Dan biss hu dak li qal illum għal darb'oħra l-Onor.", "Mizzi.", "Qalilna li hu r-rapporti li kellu hu m'aċċettahomx imma mkien ma jirriżulta li dan bagħat daqxejn ta' ittra li tgħid li dak ir-rapport ma kienx jaqbel miegħu u ried li jerġa' jiġi rivedut.", "Jista' forsi jkun hawn min jgħidli li mkien lanqas m'hemm ittra li tgħid li huwa jaqbel, imma allura l-verita` hi li raqad fuq ir-rapport li kellu, liema rapport qed jgħid li hu ma jaqbilx miegħu, u m'għamel xejn biex jipprova jmexxi r-rapport f'xi direzzjoni differenti.", "U lanqas ma qalilna llum xi jrid jagħmel fuq dan is- suġġett.", "L-unika ħaġa li wieħed jista' jifhem li jrid jagħmel huwa li jibda l-proċess kompletament mill-ġdid.", "Naturalment aħna konxji tal-fatt li dan għandu bniedem, li jikkonsidra lilu nnifsu bħala espert, impjegat mal-gvern jagħtih il-pariri u jiktiblu ftit min-notamenti meta hu jiġi biex jitkellem hawnhekk, imma jien ngħidlu biex joqgħod attent għaliex dan l- espert li jagħtih ħafna pariri huwa l-iktar persuna li jkun minn ta' quddiem biex imur jagħti pariri lin-nies oħra li jkunu qegħdin jaħdmu mal- gvern u jara kif jitħallas mill-angoli kollha immaġinabbli.", "Joqgħod attent għaliex jekk dan huwa t-tip ta' ftehim li l-oppożizzjoni qed tagħmel ma' ċerti nies, allura qiegħda ddaħħal lilha nnifisha fi sqaq li minnu ma nafx minn fejn trid toħroġ jekk qatt xi darba tkun fdata bit-tmexxija tal-pajjiż f'idejha.", "Imma jien ipprovajt insegwi wkoll xi argumenti oħrajn.", "Sur President, l-Onor.", "Mizzi mbagħad għadda biex jikkwota lil ħaddieħor u qal li aħna rridu nagħmlu l-infurzar u d-dixxiplina.", "Imma mhux ovvju?!", "Imma jekk l-oppożizzjoni tikkritikana għaliex tgħid li aħna għandna kollox iddettat minn Brussell, allura x'fiha ħażin li ngħidu li r-responsabbilta` hija ta' pajjiżna?", "Li ma kkwotax l-Onor.", "Mizzi - u naħseb li nduna – kien fejn kien hemm miktub li se tingħata l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea meta Malta tidħol membru.", "Qal ukoll li hemm elementi li jridu jkunu twettqu qabel ma nidħlu.", "Iva, hemm elementi li jkunu twettqu qabel u hemm elementi oħrajn li jitwettqu wara.", "Jekk wieħed iħares lejn dan id-dokument, li huwa l-istrateġija ta' l- immaniġġjar ta' l-iskart f'pajjiżna, jara li dan jestendi sas-sena 2014.", "Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' l-2004 u allura jkun għad fadal 10 snin sħaħ sat-twettiq ta' din l-istrateġija u jkun hemm diversi partijiet minn din l-istrateġija li jistgħu, skond din il-kwotazzjoni li tana llum stess l-Onor.", "Mizzi, ikunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea skond il-fondi strutturali.", "U jien nista' ngħid li l-ministeru tiegħi ipprepara dokumentazzjoni dettaljata, kif qed jagħmlu id-diversi ministeri fil-gvern, u għamel il-homework meħtieġ biex nidentifikaw diversi proġetti ta' natura ambjentali u nfrastrutturali li jistgħu jitwettqu għall-ġid ta' pajjiżna fil-parti l-kbira b'finanzjament mill-Unjoni Ewropea.", "U ppruvajt nifhem argumenti oħrajn.", "Qalilna l-Onor.", "Mizzi li aħna darba għedna li t-twettieq ta' din l- istrateġija kellu jiġi jiswa Lm120 miljun, imbagħad darb'oħra għedna li s- somma hija ta' Lm70 miljun.", "Jekk wieħed iħares lejn paġna 97 ta' dan id- dokument jara li l-capital costs jistgħu jvarjaw bejn Lm69 miljun u Lm74.5 miljun.", "Jiġifieir s-Lm70 miljun hija ċ-ċifra li tindika l-istrateġija bħala n-nefqa kapitali.", "Naturalment, meta aħna nikkwotaw iċ-ċifra ta' l- infiq tagħna ġieli nagħmlu riferenza wkoll għal spejjeż oħra li m'humiex ta' natura kapitali, pero` bir-rispett kollu, anke jekk jien nieħu l- argument ta' l-Onor.", "Joe Mizzi bħala wieħed validu, bilfors ikolli nistaqsi jekk dan huwiex qed jinduna li d-differenza niżlet u mhux telgħet.", "Kif tista' tistaqsi fejn marret id-differenza bejn il-Lm120 miljun li ssemmiet fil-bidu u s-Lm70 miljun li qed tissemma issa?", "Kif tistaqsi fejn marret id- differenza jekk jien qed ngħid li s-somma naqset mhux għoliet?", "Kif tiġi hawn tgħidli li dawn ma nafx fejn marru?", "Jekk il-kalkoli jkunu ta' nefqa inqas, naturalment dan ikun ifisser li l-gvern ikun iffranka minn stimi oriġinali, imma fil-verita` jkun hemm spejjeż iżjed li jiġu approvati kull sena f'dan il-parlament permezz tal-proċedura ta' l-estimi, u għada pitgħada jkun hemm ukoll l-eżami ta' l-accounts tal-kumpannija li twaqqfet biex tamministra l-istrateġija.", "Imma biex tiġi hawnhekk u tistaqsi fejn marret id-differenza meta fil-fatt is-somma tkun naqset u mhux telgħet, bilfors li tkun qed tirraġuna bil-loġika ta' kif jirraġunaw ċerti mħuħ f'dan il-parlament.", "Sur President, ma setax jonqos li l-Onor.", "Mizzi jerġa' jikkwota lill-Malta institute of waste management.", "Issa din hija interessanti ħafna għaliex din dwarha kellna dibattitu fuq it-television – is-suġġett kien magħżul mill-partit Laburista u allura l-Onor.", "Mizzi kellu jagħmel il-ftuħ u l- għeluq ta' dak id-dibattitu – u kont nimmaġina li fl-għeluq kien se jagħmel xi erba' sorpriżi kbar, imma fl-għeluq ta' dan il-famuż dibattitu fuq it-televiżjoni l-Onor.", "Mizzi kulma qal kien li mhux veru li dak li kitbu fuq l-ambjent kien xi ħmerija għax anke l-Malta institute of waste management kien faħħarhom u qabel magħhom.", "U beda jikkwota l-partijiet li qabillu mill-ittra tal-Malta institute of waste management, pero` imbagħad dan l-istitut wieġbu u fost affarijiet oħra qallu hekk: \"L-istitut iħoss li l-Onor.", "Mizzi kien qiegħed ikun partiġġjan meta njora partijiet minn din l-istess ittra u b'hekk indika u ta x'jifhem li l-Malta institute of waste management kien qed japprova bis-sħiħ id-dokument tal-partit Laburista\".", "Tawh ħasla.", "Jiġifieri l-famuż għeluq ta' l-Onor.", "Mizzi ta' dak id- dibattitu kellu ċ-ċaħda totali tal-Malta institute of waste management għaliex qalu li ma kenux ikkwotati tajjeb, li l-Onor.", "Mizzi ma fehemx dak li kien hemm fl-ittra.", "Pero` li jolqotni wkoll f'dan kollu u li fl- opinjoni tiegħi huwa interessanti, huwa li jekk wieħed isegwi d-diversi stqarrijiet u kitbiet ta' l-Onor.", "Mizzi u tal-partit Laburista b'mod ġenerali, isib li filwaqt li fil-bidu dawn kienu qed ifaħħru lil dan l- istitut, fil-fatt jekk wieħed iħares lejn \"l-orizzont\" tal-21 ta' Ottubru jara li f'paġna 28 b'ittri kbar hemm li l-istitut Malti għall-immaniġġjar ta' l-iskart jifraħ lill-partit Laburista, meta ħarġet l-istqarrija ta' dan l-istitut li diġa` ikkwotajt u dehret fil-gazzetti, it-tweġiba ta' l-Onor.", "Mizzi kienet li l-\"head of Malta institute of waste management has conflict of interest\".", "Mela l-conflict of interest issa sar jiddependi minn jekk bniedem ifaħħrekx jew jikkritikakx?", "Mela issa ġejna f'sitwazzjoni fejn meta Joe Mizzi fehem li faħħruh, allura jgħidilhom bravi u jagħlaq id- dibattiti fuq it-televiżjoni billi jikkwota minn dak li jkunu qed jgħidu, imma meta mbagħad qalulu li kien partiġġjan, ma fehmx l-ittra tagħhom u ma fehmex li hemm differenzi fl-opinjoni ta' bejniethom, jgħajjarhom!", "L-oppożizzjoni tippriedka li għandha l-bibien miftuħin, imma dawn il-bibien huma miftuħin biss għal min joqgħod jilgħaqhom, iżiegħel bihom u jgħaddilhom il-karti; għall-oħrajn il-bibien huma miftuħin biex ikeċċuhom 'il barra.", "U dan fuq l-istess bniedem; filli jfaħħruh u filli jikkritikawh!", "U allura jien nista' b'xi mod nieħu l-argumenti li jagħmlu b'mod kredibbli?!", "Anke dwar il-kwestjoni tal-plastic – illum ma tantx semmiha imma biss aċċenn għaliha b'mod indirett – jien nista' ngħidlu li l-pożizzjoni llum hi li l-kontenituri kollha tal-plastic f'pajjiżna jispiċċaw il-Magħtab.", "U dan mhux biss dak li jiġi minn barra għaliex jekk nieħdu biss l-ilma li nagħmlu f'Malta stess naraw li dan jimtela' f'kontenituri tal-plastic li kollha jispiċċaw il-Magħtab.", "Jekk inħarsu lejn diversi prodotti li jiġu minn barra fi fliexken li m'hemmx id-deposit scheme fuqhom, bħal per eżempju, ċerti fliexken tal-birra, jew prodotti oħrajn li jiġu fil-plastic, naraw li dawn kollha jispiċċaw il-Magħtab.", "Fl-istrateġija għall- immaniġġjar ta' l-iskart qed ngħidu li minbarra li hemm perijodu ta' transizzjoni twil biżżejjed biex l-industrija f'Malta tadatta b'mod li jkunu jistgħu jidħlu prodotti fil-plastic anke drinks minerali, u meta dawn jistgħu jidħlu - għaliex hija kwestjoni mhux biss ta' ambjent imma hija wkoll kwestjoni ta' free competition - m'hemm l-ebda obbligu fuq l- industrija f'Malta li taqleb għall-plastic.", "Jekk ma tridx taqleb għall- plastic tista' ma taqlibx, imma l-argument m'huwiex jekk hi għandhiex l- obbligu li taqleb għall-plastic imma jekk tistax.", "Għaliex jekk tagħmel dawk il-prodotti bil-ħġieġ u żżomm lil ħaddieħor milli jagħmilhom fil- plastic f'Malta jew barra, tkun qed toħloq dak li jissejjaħ non tariff barrier.", "Imma l-argument m'huwiex dan biss, l-argument huwa li wara l-perijodu ta' transizzjoni biex l-industrija Maltija jekk trid tadatta, tadatta, irid ikun hawn fil-pajjiż sistemi ta' immaniġjar ta' l-iskart li jinkludu r- riċiklaġġ u d-disponiment totali tal-kontenituri kollha, inkluż dawk il- miljuni ta' fliexken tal-plastic li llum imorru l-Magħtab.", "Mela meta Malta jkollha dan kollu jseħħ, il-verita` hija li l-immaniġġjar ta' l-iskart imur aħjar għaliex illum il-muntanja ta' plastic magħmulha minn fliexken li huma prodotti f'Malta, inkluż dik li marru jippużaw ħdejha l-Onor.", "Joe Mizzi u l- Kap ta' l-Oppożizzjoni ...", "Għaliex dawn ma sabux dawn il-fliexken x'imkien u ġabuhom f'Malta b'xi mod illegali biex jagħmlu punt u jgħidulna xi fliexken se jibdew deħlin; dawn għamlu muntanja b'dawk li diġa` jmorru l- Magħtab u marru jippużaw ħdejhom.", "Meta jkollok l-immaniġġjar ta' l-iskart li jinkludi r-riċiklaġġ tal-plastic u anke d-deposit schemes fuq il- fliexken kollha, allura mbagħad ma jibqgħux imorru iktar il-Magħtab.", "Mela l-verita` hija li b'din l-istrateġija l-immaniġjar ta' l-iskart imur aħjar.", "L-Onor.", "Mizzi reġa' semmielna l-golf course.", "Hawnhekk jien irrid infakkru li l-kritika li huwa qala' hija l-kritika li qalagħha fil-gazzetta uffiċjali tal-partit Laburista, \"Il-KullĦadd\".", "Meta kienet dehret din il- kritika fil-paġna ambjentali tal-ħarġa tal-Ħadd, 22 ta' Settembru ta' dan il-ġurnal, għall-ewwel l-Onor.", "Mizzi kien qalilna li ma jafx min kitibha għax kienet anonima, imma imbagħad, f'dibattitu li kellna jien fakkartu li min kiteb kien iffirma u fil-fatt huwa Joseph F. Cachia.", "U x'qaltlu fil- fatt dan persuna li suppost l-Onor.", "Mizzi jafha sewwa, liema persuna tikteb b'impenn fuq l-ambjent fil-ġurnal uffiċjali tal-partit Laburista?", "U mhux billi llum jiġi hawn u jikkwota \"Il-Mument\"; jien se nikkwotalu \"Il- KullĦadd\", l-organu uffiċjali tal-partit Laburista.", "Din il-persuna qaltlu: \"Tassew tkun ġennata u nuqqas ta' qima lejn min m'għandux mezzi finanzjarji sabiex jidħol fiċ-ċirku esklussiv tal-golf bl-idea tal-golf course fil-Magħtab.", "Aħna nemmnu li hemm ħsebijiet moħbija wara din il- proposta\".", "Imbagħad l-Onor.", "Mizzi jieħu għalih għax aħna nikkwotawlu din!", "It-tweġiba tal-gvern kienet - anke meta kkowta x'weġibt jien lill-\"l- orizzont\" - jekk għandniex proposti quddiemna li jinkludu golf course.", "Dażgur li jekk hemm tmien konsorsja li bagħtu proposti differenti u għandi bejn wieħed u ieħor idea ta' x'inhuma l-kunċetti li qed jiġu proposti, ngħid li kien hemm proposta hekk!", "Mela ma ngħidx li hemm proposta ta' min irid jagħmel mining ta' partijiet u juża l-materjal biex jinħolqu gżejjer fil-baħar!", "Mela aħna nagħmlu xi ħaġa b'mod sigriet?", "Mela ma ngħidx li hemm il-minimum intervention concept li kulma tagħmel huwa li tgħattiha biss?!", "Aħna għandna dawn il-proposti quddiemna u ngħidu pubblikament x'hemm, pero` id-differenza kruċjali hija li minflok ma l-gvern qabad xi proposta li tinstema' sabiħa ħafna u qal li għandna naqbdu u nagħmluha hekk għaliex solvejna kollox, fehem li biex timmaniġġja l-iskart bis-serjeta` fil-pajjiż trid, qabel ma tagħżel xi waħda, hi liema hi, mill-proposti li għandna quddiemna, ikollok analisi xjentifika dettaljata ta' x'hemm il-Magħtab, il- Qortin u Wied Fulija.", "U l-gvern ma staħax, anzi kellu l-kuraġġ li jqabbad konsulenti internazzjonali magħrufa biex jagħmlulna din l-analisi.", "Dawn tawna rapport ta' fażi oħra riċenti ħafna u nawgura li fl-ewwel xahar jew xahrejn tas-sena l-ġdida jkollna r-rapport totali.", "Imbagħad skond dak ir- rapport, wieħed mhux biss jagħmel l-aħjar għażla mill-options li għandna quddiemna, imma tkun xi tkun l-għażla li nagħmlu jkollna wkoll l- indikazzjoni ta' x'inhu l-metodu ideali li għandna nużaw għar- riabilitazzjoni.", "Ħalli nagħti eżempju fil-qosor.", "Per eżempju, wieħed jista' jgħid li jrid jagħmel golf course pero` il- prekawzjoni li rridu nieħdu għal dan irid jinkludi t-teħid ta' ċerti miżuri biex nassiguraw li l-gassijiet ikunu eliminati kollha, li waqt li jkun għaddej ix-xogħol tgħatti u tagħlaq biss b'materjal li jkun ideali.", "U allura jekk inti se tagħmel dan ix-xogħol b'kuntratt, tagħmlu b'mod li jkollu dawn il-kundizzjonijiet inklużi.", "U mela nfajru l-affarijiet bl- addoċċ biex imbagħad ngħidu: Ara x'ġaralna?!", "Taparsi tinħoloq golf course biex imbagħad min imur hemmhekk ikun soġġett għal perikli ta' saħħa!", "Dan hu l-metodu kif l-oppożizzjoni trid timxi bis-serjeta`?", "Aħna għedna li hemm bżonn ta' din l-analisi, li ma nafx hu jekk l-Onor.", "Mizzi jaqbilx għaliex meta jien kont f'dibattitu ieħor miegħu, filli bdejt nifhmu u kont sorpriż favorevolment li issa jaqbel li hemm l-analisi xjentifika qabel u filli ma qabilx.", "Insomma mhux l-ewwel darba li l-Onor.", "Mizzi ma jifhmux kulħadd mill-ewwel għaliex anke min għandu experjenza tiegħu kif jivvota fl-awtorita` ta' l-ippjanar jaf li għandu modi oriġinali ħafna kif jesprimi lilu innifsu.", "Jiġifieri ma tagħtix tort lil min ma jasalx għall-konklużjoni preċiża.", "Mandankollu jien għadni ma nafx jekk l- Onor. Mizzi jaqbilx jew le ma' l-analisi; donnu mingħalih li tant għandna informazzjoni li ma kienx hemm bżonn ta' analisi.", "Jien ngħidlu lil jagħmel x'jagħmel bħala proċedura ta' riabilitazzjoni se jkun investiment mitqlu deheb li jkollna mhux biss din l-analisi imma li jkollna wkoll l- indikazzjoni preċiża ta' kif issir ir-riabilitazzjoni wara.", "Rigward l-engineered landfills naħseb li għedna biżżejjed.", "Li qed jagħmel il-gvern hu li jimxi bil-proċeduri kollha li f'dan il-każ jinkludu li ngħidu li hawn \"dawn\" is-siti li kienu identifikati - u mhux tnejn ġew identifikati imma kienu identifikati madwar 16-il sit oriġinarjament; kienet saret ix-short listing ta' tnejn, ħareġ il-project description statement biex ikun hawn verament il-kunsultazzjoni pubblika - ...", "Jiġifieri jekk l-oppożizzjoni m'hijiex qed taqbel ma' dan kollu jfisser li jekk xi darba tkun fil-gvern trid tagħmel dak kollu mill-ġdid u m'hemmx mod kif dawn jagħlqu l-Magħtab f'sena u disa' xhur jekk iridu jagħmlu kollox mill-ġdid.", "Niggarantilhom li m'hemmx mod.", "Mela għamilna project description statement biex il-kunsilli lokali, għaqdiet ambjentali u nies tas-soċjeta` ċivili li jridu jgħidu li l-environmental impact assessment għandu jinkludi, per eżempju, l-impatt fuq residenzi u fuq komunita` agrikola, għandu jinkludi ħarsien tal-materjal ġeoloġiku li rridu naraw iktar dwaru, l-impatt fuq l-industrija tat-turiżmu jew l-effett fuq il- water table ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Veru li wħud minn dawn il-kriterji jkunu hemm, imma ridna nassiguraw li t-terms of reference ta' l- environmental impact assessment ikunu saru b'konsultazzjoni pubblika biex meta aħna nagħtu l-kuntratt lil min se jagħmel l-environmental impact assessment ikollu terms of reference li jirriflettu l-ħsebijiet, is- suġġerimenti u dak kollu li n-nies forsi jixtiequ li forsi nissalvagwardaw għar-rigward tas-siti proposti u għar-rigward tas-siti oħrajn.", "Din hija l- proċedura li aħna imxejna biha.", "Imma allura hemm xi ħaġa ħażina f'dan ir- rigward?!", "Sur President, nista' ngħid ukoll li aħna offrejna lill-kunsilli lokali kollha biex jagħmlu site visit - naturalment permezz ta' rappreżentanti tagħhom - ta' engineered landfills barra minn Malta għax hemm bżonn li ma nibqgħux ngħidu li għaliex din kienet issir ħażin se tibqa' issir dejjem ħażin.", "Nista' ngħid li l-kunsill lokali tan-Naxxar laqa' din l-istedina min-naħa tal-gvern u marret delegazzjoni magħmulha minn żewġ kunsilliera li jirriflettu opinjonijiet politiċi differenti, is-segretarju eżekuttiv u rappreżentanta mill-ministeru tiegħi.", "Ir-rappreżentanti tal-kunsill għamlu r-rapport tagħhom, li bagħtuli kopja tiegħu, u għamlu wkoll sunt tiegħu fuq il-website minn fejn kulħadd jista' jarah.", "Jien hawnhekk se nikkwota xi siltiet żgħar minnu.", "Dawn marru jżuru l-Cambridge hazardous waste transfer station u skond kif informati, f'din il-faċilita` li ilha taħdem għal dawn l-aħħar 30 sena kienet tispikka l-indafa u l-unika riħa li xxomm pjuttost insinifikanti kienet biss fejn jinżammu l-kimiċi fuq ġewwa.", "Naturalment faċilitajiet moderni huma bil-wisq aħjar.", "Marru jżuru wkoll Buckden landraise site fejn qalu li ma xammew l-ebda riħa mill-iskart li kien hemm fuq il-post.", "Żaru wkoll Newton Longville landfill site fi Bletchley liema landfill site ilha tintuża sa mill-aħħar tas-snin sittin u għalkemm ma naqsux il-problemi minn dan is-sit, dawn il-problemi dejjem ġew solvuti.", "Dawn qalu li f'dan is-sit hemm faċilitajiet sportivi mibnija fuq il-landfill stess għall-użu tal- komunita` u meta tidħol fih tkun stħajjiltek dħalt ġo park.", "Raw ukoll ċellula ppreparata biex tibda tilqa' fiha l-iskart.", "Din tinsab proprju taħt il-bini residenzjali u hija verament impressjonanti.", "Dan ir-rapport huwa ffirmat kemm mill-kunsillier li jirrappreżenta lill-partit Nazzjonalista kif ukoll mill-kunsillier li jirrappreżenta lill-partit Laburista u naturalment mis-segretarju eżekuttiv.", "Hekk għandna nimxu f'pajjiżna, mhux bil-partiġġjaniżmu, bis-slogans u billi nippruvaw inbeżżgħu lill-komunita`!", "Sur President, nitlob il-permess sabiex inqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' rapport li sar mill-kunsill lokali tan-Naxxar datat 8 ta' Novembru 2002 lili wara żjara li saret minn rappreżentanti ta' l- istess kunsill lokali fir-Renju Unit dwar faċilitajiet ta' mmaniġġjar ta' l-iskart.", "Niġi issa għal xi rimarki oħrajn li saru mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Jien onestament niskanta kif l-ewwel kritika li beda biha kienet dwar il- fatt li saret dik il-forma ta' sheeting fuq il-faċċata ta' Bieb il-Bombi, proġett kruċjali ta' restawr f'pajjiżna.", "Imma għaliex dak li jsir f'tant pajjiżi barranin, forsi xi drabi anke fuq monumenti ta' importanza storika inqas u li juru x-xogħlijiet li jkunu qed isiru u li b'dak il-mod is-sit tkun qed tipproteġih aħjar, ma nibdewx nagħmluh anke f'Malta?", "Jien deherli li fil-każ tal-proġett ta' Bieb il-Bombi kien jixraq li nuru x'qed isir u li dak l-iscaffolding, minflok inħalluh espost għall-elimenti kollha ngħadduh b'impressjoni ta' l-istess Bieb il-Bombi kif se jkun wara li jitlesta u b'hekk inkunu għamilna anke f'pajjiżna dak li ħaddieħor jagħmel fuq siti storiċi ugwalment jew iżjed jew inqas importanti.", "Jien naħseb li hawnhekk, il-valutazzjoni li trid issir hi ta' l-importanza storika tas-sit in kwestjoni u mhux noqogħdu ngħidu kemm jiġi r-ratio fuq ir-restawr in kwestjoni.", "Jien nista' ngħid li kelli suġġeriment fuq kif dan il-proġett nagħmluh b'xejn u żgur li ma qbiltx miegħu.", "Dan is- suġġeriment kien jikkonsisti f'li jkun hemm billboards mod ieħor mad-dawra ta' Bieb il-Bombi biex ikun hemm ir-reklami fuqhom u allura min jagħmel ir- reklami jkun qed jiffinanza ir-restawr.", "Imma aħna hekk se nibqgħu nirraġunaw f'pajjiżna?", "Jew inkella ngħidu li dan huwa proġett importanti ta' restawr, nagħmluh fiż- żmien li rridu aħna bħala gvern u nindikaw lill-pubbliku x'qed nagħmlu fuq sit ta' importanza kbira?", "Jien naħseb li kienet idea tajba u li żgur li f'pajjiżna, naturalment mhux ma' kullimkien, għandna naraw iżjed minnha.", "Għar-rigward ta' restoration beħsiebni nindika id-diversi proġetti li saru u rrid ngħid mill-ewwel li altru li naqblu li dawn huma proġetti importanti u meħtieġa għal pajjiżna.", "Pero` qabel ma nagħti lista min-naħa tiegħi xtaqt inwieġeb malajr għal xi numru ta' domandi li saruli u nibda mill- pavimentar ta' Merchants Street.", "Staqsewni x'sar mit-tender.", "Kif nafu, f'dan il-każ kien hemm xi diffikultajiet li semmiet il-kamra tal-periti, iddiskutejnihom magħha, din qablet li l-proċess ikompli, ridna li hi tinnomina anke persuni tagħha fil- bord ta' l-għażla, dan sar u fil-bidu tas-sena l-ġdida nibdew il-proċess ta' l-aġġudikazzjoni.", "Rigward Forti Sant'Iermu nista' ngħid li sar xogħol preparatorju anke biex ikun hemm bażi ta' proġett kapitali kbir f'pajjiżna.", "M'iniex se ngħid li dan joħroġ immedjatament ġimgħa oħra jew xahar ieħor għaliex trid tagħmel ċertu phasing bejn proġett u ieħor, pero` il-ħsieb huwa li dan ikun proġett li jista' jitwettaq.", "Sur President, l-Onor.", "Buhagiar ma setgħax ma jsemmix id-diversi proġetti kapitali kbar.", "L-ewwelnett irrid ngħid li mill-mod kif tkellem u spjega l- proġetti, fil-fatt ta ċertifikat lill-gvern li wħud mill-ikbar proġetti nbdew għaliex qal li l-cruise liner terminal beda u qal li hemm bini għaddej - differenti minn dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġimgħatejn ilu għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni suppost mar viċin il-post u qal li ma beda xejn imma l-Onor.", "Buhagiar hawnhekk qal li beda u sar xi bini u li x- xogħol miexi, fil-fatt m'għamilniex kritika f'dan ir-rigward – u kkonferma wkoll li l-proġett ta' Manoel Island telaq bis-serjeta`.", "Barra minn dan għamel xi rimarki wkoll dwar il-proġett tal-Kottonera, pero` ħalli għalissa niġi għall-punti interessanti fuq Manoel Island.", "L-ewwelnett żgur li naqblu li l-marina hija importanti u f'ċertu sens hija l-iktar parti li tgħaqqad il-proġett kollu flimkien, pero` naħseb li naqblu wkoll li l-marina trid issir bis-serjeta`, wara li aħna nsistejna mal- konsorsju li jkun hemm l-istudji arkeoloġiċi marittimi meħtieġa għaliex ma tistax taqbad tagħmel marina f'post li jista' ikun sensittiv mil-lat storiku mingħajr ma tkun għamilt il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.", "Hawnhekk ukoll hawn l-involviment ukoll ta' Campers & Nicholson.", "Kieku wieħed kellu jistaqsi lili kont ngħid li setgħu għaġġlu iżjed, imma aħna żgur ma konniex se nċedu għall-pressjoni u ngħidu \"iva ibdew, se nagħtukom permess aħna\" kif qed tgħid l-oppożizzjoni li tagħmel jekk xi darba tkun fil-gvern.", "Għaliex issa hekk qed nisimgħu; li fuq il-proġetti l-kbar jibdew jgħadduhom b'liġijiet speċjali minn hawn u dan il-parlament, jekk ma jkunx ukoll il-gvern b'mod eżekuttiv, direttament jgħid li dawk huma eżenti mill-MEPA.", "Aħna m'aħniex se nimxu hekk, anzi nsistejna li jsiru l- proċeduri kollha meħtieġa.", "Il-permess inħareġ fil-11 ta' Ottubru u allura nippretendi li x-xogħlijiet meħtieġa jinbdew.", "Fl-istess ġurnata nħarġu l- permessi wkoll għall-mollijiet li jrid jagħmel il-gvern u allura nistgħu nimxu wkoll fuq il-mollijiet li donnu qed naqblu flimkien li hemm bżonn isiru.", "Għar-rigward tal-parkeġġ irrid ngħid li altru milli għamilna proċeduri; għamilna proċeduri tad-disinn ta' kif għandu jsir u jitmexxa bl- involviment anke ta' min għad irid joperah.", "Għamilna l-proċeduri kollha u morna quddiem il-MEPA u fost l-oħrajn l-Onor.", "Mizzi – li huwa membru tal- bord – beda jgħid li issa rridu naraw jekk hemmx xi fdalijiet storiċi.", "Jien għandi nassumi li qal dan bi skop ġenwin, pero` irrid ngħid li dawn l- indikaturi biex naraw hemmx xi parti li wieħed irid jevita saru u mill- informazzjoni preliminari li għandi x'issa - naturalment ma nistax nikkummenta x'jiġri sa l-istadju finali tal-permess - huwa li jekk hemm xi partijiet storiċi li wieħed irid jevita, m'hijiex se teffetwa l-footprint kollha u allura l-parkeġġ ikun jista' jsir xorta waħda b'aġġustament fid- disinn tiegħu.", "Jiġifieri altru milli mxejna, pero` qed nimxu bil-proċedura kif suppost.", "Erġajt smajt, kif forsi stennejt li nisma', diskors dwar il-Casino di Venezia u x'se jiġri dwar il-lukanda eċċ. Jien naħseb li rridu niddeċiedu darba għal dejjem kif irridu li jimxu proġetti kapitali bħal tal-Kottonera, ta' Manoel Island, il-cruise liner passenger terminal, il-connections – meta jsir – is-sit tat-teatru u oħrajn li jistgħu jinħolqu inkluż dawk li l- partit Laburista mill-oppożizzjoni qal li jrid jeżenta b'xi mod jew ieħor mill-proċedura normali ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Irriduhom jimxu b'mod li nagħmluhom bl-investiment privat, imbagħad meta s-settur privat jagħmel l-iżvilupp totali, jittrasferixxi l-komponenti kollha li jagħmel lil ħadideħor u jibda jbigħhom?", "Jew se ngħidu li jagħmilhom is-settur privat pero` ma jistax jittrasferixxi?", "Jekk inhu hekk allura nibdlu l- filosofija kollha, imma rridu niddeċiedu.", "Jien ma neskludix li llum li ż-żewġ naħat tal-Kamra għaddejna mil-learning curve ngħidu ċerti proġetti nagħmluhom b'kumpanniji tal-gvern, naraw x'inhuma l-komponenti prinċipali involuti, ngħidu \"hawn\" ġej restaurant, \"hawn\" ġej casino, \"hawn\" jistgħu jiġu xi appartamenti, \"hawn\" tista' tiġi lukanda u \"hawn\" tista' tiġi area ta' leisure għall-familja, imbagħad noħorġuhom wieħed wieħed.", "Nistgħu nagħmlu hekk, imma meta n-naħa ta' l- oppożizzjoni kienet fil-gvern ma mxietx hekk.", "U l-mument li tgħid li trid toħroġ dan il-proġett b'mod globali u li tgħaqqad il-piż diffiċli mal-piż iktar faċli, trid tħalli lil min irid jagħmel il-proġett jittrasferixxi elementi minnu.", "U nagħti eżempju fuq proġett li apparti l-punti li saru llum normalment ma ssirx kritika dwaru.", "Qed nirriferi għall-proġett ta' Manoel Island u Tigne` Point.", "Dan il-proġett donnu huwa wieħed mill-iktar li għandu l-barka taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "U jiena nistaqsi lill-Onor.", "Buhagiar li staqsieni fuq it- trasferiment ta' l-art li trid isir il-lukanda: Jiena illum suppost noqgħod nindaga x'inhu l-prezz li qed jintalab u li qed ikun akkwistat mill- consortium Midi fuq trasferimenti ta' appartamenti li għadhom on plan li se jinbdew Tigne`?", "Jiġifieri jien suppost li nagħmel kritika jekk nisma' – jien nisma' bħal kulħadd għaliex f'Malta ngħix – li l-penthouses hemmhekk qed imorru b'somom fenominali?", "Jew inkella suppost għandi ngħid prosit għaliex dan huwa l-proġett li ż-żewġ naħat tal-Kamra riedu u li hekk irridu nkomplu niżviluppaw?", "Jew issa fl-oppożizzjoni qed tidħol il-mentalita` li tgħid li ma tistax tagħmel profitt minn proġetti bħal dawn?", "Imma jekk inhu hekk allura ma naħdmux mal-privat.", "Imma rridu nitkellmu ċar; jew ħaġa jew oħra!", "Jew se nagħmlu proġetti bħala gvern jew se ndaħħlu lill-privat.", "Dan hu l-konċett kollu.", "Jien hawnhekk irrid infakkar li qed nitkellmu ma' oppożizzjoni li tagħmel minn kollox biex tipprova tnessina li kienet fil-gvern pero` li fil-verita` għamlet kważi sentejn fil-gvern – u dan m'ilux ħafna – u l-għażla li għamlet hi kienet favur l-involviment tal-privat.", "U nikkwota minn stqarrija tad-dipartiment ta' l-informazzjoni datata 25 ta' Awissu 1998 fejn intqal li l-Prim Ministru Alfred Sant – u naturalment ħa kważi nofs il- kabinett miegħu; il-Ministri George Vella, Joe Debono Grech u Karmenu Vella – mar jara s-sit tal-proġett ta' Manoel Island u Tigne` Point u qal li dan qed isir \"bil-għan li jinħolqu impjiegi ġodda u attivita` kummerċjali akbar.\"", "Nikkwota wkoll x'kien qal fuq l-istess proġett l-Onor.", "Mangion f'Ġunju ta' l-1998 meta diġa` kienu jafu bil-problemi politiċi kbar li kellhom.", "Huwa kien qal li \"we should wrap it up by the end of June.\"", "Issa dan qalu fil-bidu ta' Ġunju u meta ħadna l-gvern aħna, mid-disgħa li konna għadna ma ftehemniex magħhom – qabel l-1996 kien hemm 80 familja u konna ftehemna ma' 71 minnhom – ma naqasx wieħed għaliex disgħa ħallejna u disgħa sibna.", "Mank għamlu ftehim ma' wieħed!", "U aħna ftehemna magħhom kollha.", "U dawn li kienu qalu li they should wrap it up by the end of June!", "Pero, mhux hekk biss.", "Il-filosofija li dawn jagħmluhom mas-settur privat toħroġ ukoll minn intervista interessanti li kien ta Dr. Alfred Sant bħala prim ministru fil- 3 ta' Awissu 1998 lill-\"orizzont\" fejn fost affarijiet oħra ta r-raġuni għaliex il-gvern jagħmel dawn il-proġetti mas-settur privat u qal hekk:", "\"Hemm żewġ raġunijiet għala dan se jsir kif se jsir.\",", "- hawnhekk qed jirriferi għat-terminal tal-cruise liners –", "\"L-ewwel raġuni hija li l-gvern għandu problemi finanzjarji kbar u biex jonfoq spiża kapitali bħal din jenħtieġu miljuni kbar.", "It-tieni nħossu li proġetti li jrendu b'mod produttiv m'għandux jidħol għalihom il-gvern imma għandu jingħata nifs lis-settur privat kif konna wegħedna qabel l- elezzjoni ta' l-1996 għax huwa mod kif niġġeneraw iktar investiment produttiv lil pajjiżna li tant għandu bżonnu.\".", "Mela dakinhar kienu jemmnu fin-nifs u issa n-nifs iridu jagħlquh!", "Apparti minn hekk, jekk wieħed jaqra x'kien qal Dr. Alfred Sant bħala prim ministru fil-famuża seduta ta' Lulju ta' l-1998 - erġajt qrajt siltiet minnha dan l- aħħar - apparti mill-fatt li jerġa' joqgħod jiftakar fil-fireworks u fil- prim ministru jitkellem mod u n-Nutar Sciberras Trigona jieħu għalih minn wara, imbagħad jaqbeż Dom Mintoff imbagħad l-Onor.", "Debono Grech jerġa' jargumenta, it-tema prinċipali tad-diskors kienet il-bżonn ta' l- investiment barrani.", "Mela issa, għax consortium Malti jagħmel ftehim ma' kumpannija Taljana, il-Casino di Venezia, minflok ngħidu prosit li l- investiment barrani ġie veru u mhux bil-ħolm, nippruvaw nagħmlu l-kritika u rridu nkunu nafu x'inhu l-valur tat-trasferiment!", "La aħna għaddejna l-proġett għand consortia differenti ma jinteressaniex b'kemm il-Midi consortium ibigħ il-penthouses f'Tigne`, b'kemm ibigħ l- appartamenti, b'kemm għad jagħti r-restaurants u b'kemm għad jagħti faċilitajiet oħra li joħloq.", "Ma jinteressaniex lanqas xi trasferimenti jsiru mill-consortium li qed imexxi l-cruise liner terminal.", "U l-istess japplika għall-Kottonera.", "Daqshekk sempliċi!", "Pero` irrid hawnhekk infakkar lill-Onor.", "Buhagiar f'xi ħaġa oħra li għandha x'taqsam ma' dik l- intervista.", "Dakinhar, min kien qed jagħmel id-domandi lill-Onor.", "Alfred Sant staqsih: \"Imma l-ajruport ta' Malta ma sarx permezz ta' finanzjament ta' l-Istat?\".", "Jiġifieri hawnhekk l-imbekkata kienet: Għaliex dawn il-proġetti ma jagħmilhomx il-gvern ħalli imbagħad jispekola hu u l-profitt jagħmlu kollu hu?", "Hekk kienet tfisser id-domanda u forsi d-dispjaċir tiegħi huwa li bħalissa m'hawnx l-Onor.", "Leo Brincat biex jieħu nota fuq dan għax nixtieq nikkwotalu r-risposta ta' Dr. Alfred Sant għal din id-domanda li naħseb li tinteressah.", "Fil-fatt it-tweġiba tal-prim ministru Alfred Sant f'Awissu ta' l-1998 kienet din: \"Għaliex il-gvern għandu jidħol u jiddedika l- miljuni għal proġetti bħal dawn meta għandu deficits għaddejjin ta' Lm150 miljun fis-sena?\".", "Smajtuha din?", "Issa dawn dan l-aħħar qed jgħidulna li l- Lm150 miljun ivvintahom John Dalli u n-nies tiegħu.", "Dawn kienu qed jgħidulna li d-deficit kien ferm inqas.", "Imma kif nistgħu nemmnu lill- oppożizzjoni?!", "Sur President, hawnhekk ma nistax ma nirriferix għar-rimarki li saru fil- konfront ta' Dr. Albert Caruana li huwa impjegat fil-ministeru tiegħi.", "L- ewwelnett nixtieq nieħu din l-opportunita` biex nirringrazzja kemm lilu kif ukoll lil ħafna oħrajn għall-ħidma tagħhom.", "Irrid nibda billi nagħmilha ċara li Dr. Albert Caruana huwa uffiċjal pubbliku u huwa impjegat tal- gvern, jiġifieri m'għaġintux jien jew sibtu ma nafx minn fejn.", "Huwa impjegat bħala projects co-ordinator li hija kariga li teżisti f'segretarjati privati u żgur li hija kariga meħtieġa u għandna nirringrazzjawh għall-ħidma tiegħu.", "Pero` għalija huwa skandaluż u hija diżonesta` politika assoluta li l-Onor.", "Buhagiar, l-ewwel jikkwota u jgħid għaliex hemm penali dovuti ta' Lm200,000, imbagħad jikkwota siltiet minn responsabbilta` li refa' fuqu Dr. Albert Caruana biex dak l-exposure, minħabba problemi ta' vacant possession, inaqqsu favur il-gvern u jikkwota l-biċċa qisu qed jagħmel xi diskussjoni fuq il-monti mal-consortium Midi.", "Imma x'serjeta` hi din?", "Minflok ngħidulu grazzi li qed iħares l-interess tal-gvern?!", "Il-penalitajiet kif ikkwotati jammontaw għal Lm210,000.", "Issa quddiemi għandi l-ittra – u l-Onor.", "Buhagiar għandu kopja tagħha jiġifieri ma kellux isib problema li kieku kkwota kollox – fejn qed jiġi ssuġġerit lill-partijiet biex jiffrankaw billi l-Midi jipposponu l-pagament tagħhom u allura jiffrankaw ċertu ammont ta' imgħax.", "U se nikkwota l-aħħar sentenza li forsi sakemm ġie biex jikkwotaha, l-Onor.", "Buhagiar weħlitlu l-batterija u ma wasalx s'hemmhekk.", "Din tgħid hekk:", "\"In this way Midi would have still saved Lm103,493 in interest and ground rent and government would not be liable to pay the penalties incurred which amounts to Lm210,000.\".", "Mela hawnhekk hawn eżerċizzju ta' kif uffiċjal pubbliku, b'responsabbilta` qed inaqqas l-exposure tal-gvern b'Lm107,000.", "Jien nirringrazzja lil min hu involut bis-serjeta` u niskandaliża ruħi bis- serjeta` b'dawn ir-rimarki li saru.", "Is-soltu l-Onor.", "Buhagiar joqgħod iktar attent milli jagħmel rimarki ta' attakk kważi personali b'dan il-mod fuq uffiċjal pubbliku.", "Imma l-Onor.", "Buhagiar li għandu l-ittri f'idejh mhux ovvju li qrahom kollha?", "Mela għalfejn jikkwotalna biċċa u ma jikkwotax l-aħħar sentenza?", "Din hija diżonesta` skandaluża!", "(Interruzzjonijiet) Ma jkun ġara xejn basta nkun għedt il-verita`.", "L- ikbar lealta` tiegħi hija lejn il-verita`.", "Imma ħalli issa ngħaddi biex nirrispondi għal xi kummenti li saru fuq id-dipartiment tad-drenaġġ.", "Jien irrid nifraħ lil dan id-dipartiment li kien l-ewwel wieħed fi ħdan it- taqsima tax-xogħlijiet li ħa l-quality service charter.", "Dażgur li qed jaħdem id-dipartiment tad-drenaġġ!", "Dażgur li qed jagħmel dak li suppost!", "U hawnhekk reġgħu issemmew uffiċjali pubbliċi, ċioe` Vince Cilia u l- inġinier Mangion.", "L-ewwelnett irrid ngħid li m'hu veru xejn li ħa xi promozzjoni għaliex il-proċedura tal-public service commission hi li probabbli jistennew l-eżitu tal-kawża li hemm kontra tiegħu.", "Pero` naħseb li l-Onor.", "Buhagiar - li ma niddejjaq xejn li jkun b'dak kollu kollu li hemm għaddej fil-ministeru u fid-dipartimenti - jaf li mill-mument ta' l- allegazzjoni fiż-żewġ każijiet in kwestjoni, jien personalment irriferejt direttament lill-kummissarju tal-pulizija u tlabt li jsiru l- investigazzjonijiet kollha.", "Taf x'ma nagħmilx jien?", "Jien ma nitfax akkużi fuq persuni u b'xi mod nipprova niskolpa lil ħaddieħor.", "Lanqas ma nġib cheques hawnhekk u ngħatti l-isem tal-kuntrattur biex ma jmorrux jinvestigaw lilu wkoll.", "Jien irrid noqgħod lura milli ngħid ċerti affarijiet la hemm il-proċeduri pendenti, pero` ma nistax ma narax il-fatt li f'każ hemm l-allegazzjoni li persuna talbu l-flus u hu ma riedx jagħtih il-flus, u fil-każ ta' wara l-allegazjzoni hi li mar hu biex jagħtih il- flus.", "Issa x'konklużjoni wieħed jasal għaliha f'dawn is-sitwazzjonijiet - apparti mill-fatt li l-pulizija s'issa għal raġunijiet legali ma resqux lill-inġinier Mangion il-qorti, ħa nkunu korretti anke ma' l-argumenti kollha – affari tiegħu.", "Sur President, jien ma nistax inħares lura lejn l-erba' snin lil għaddew u ma ngħidx x'nefaq il-gvern preżenti.", "Il-gvern preżenti, permezz tal- Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għamel nefqa ta Lm14.5 miljun.", "U l-fatt li s-sena d-dieħla hemm stmat Lm15.8 miljun Ii minnhom Lm5.3 miljun huma għar-restawr u r-riabilitazzjoni jirrifletti ruħu ...", "M'għandux ikun kburi l-gvern bil-fatt li sar tul ta' kilometru u nofs ta' promenade f'tas- Sliema fejn ħarisna d-dettalji kollha?", "M'għandux ikun kburi bil-kilometru l-ieħor ta' promenade ta' San Ġiljan?", "M'għandux ikun kburi bix-xogħlijiet li għaddejjin f'partijiet minn Paceville, liema xogħlijiet se jitlestew sa l-aħħar tas-sena?", "M'għandniex għalfejn inkunu kburin li naraw u nitkellmu dwar il-promenades ta' Birżebbuġa, Marsaxlokk u Marsascala u b'dak li għamilna f'għar Lapsi( M'għandniex għalfejn inkunu kburin li għamilna postijet bħal misraħ il- pjazza l-Mellieħa fejn irrestawrajna u tajna l-ħajja mill-ġdid liċ-ċentru riakreattiv, li rrestawrajna l-istatwa tar-Re Gorġ V fil-Furjana jew li sebbaħna misraħ il-parroċċa ġewwa l-Imġarr?", "M'għandniex għalfejn inkunu kburin li s-sena d-dieħla se nkomplu b'aktar xogħlijiet f'San Ġiljan u f'Marsascala, apparti x-xogħlijiet li hemm ippjanati fil-promenade tax- Xgħajra?", "Jekk imbagħad nitkellmu fuq riabilitazzjoni, m'għandux għalfejn ikun kburi dan il-gvern bil-proġett ta' restawr ta' affreski fil-Palazz jew l-affresk fid-daħla tal-palazz?", "M'għandux għalfejn ikun kburi bil-proġetti ta' manutenzjoni speċjalment fis-soqfa tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann u bix- xogħol tal-bronż ta' Algardi u l-leġġii tal-bronż?", "Fil-knisja tal-Ġiżwiti tlestew seba' altari u qed isir xogħol fuq żewġ pitturi importanti, qed isir xogħol ta' restawr ta' partijiet dekorattivi tal-faċċata inkluż il- bronż u l-irħam fil-knisja tal-Vitorja, qed isiru tiswijiet ta' ħsarat strutturali u restawr tal-monument prinċipali tal-ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, ingħata bidu tal-pavimentar fil-ġnien tal-Barrakka t'Isfel u sar iċ- ċint ta' barra tal-ġnien ta' Hastings.", "Tlestiet ukoll l-ewwel fażi tax- xogħol tal-ground ta' Salinos, ġew restawrati l-funtani ta' Pjazza San Ġorġ, u pjazza San Ġwann, sar ir-restwr ta' l-istatwi li hemm fil- kantunieri tat-toroq tal-Belt, sar ir-restawr ta' gallariji ta' l-injam, saret sistema ta' irrigazzjoni fil-mall il-Furjana u sar restawr tal- monument ta' l-ajkla fl-istess mall, ġew irranġati l-bankini tal-qawwi fi Pjazza Tonna fil-Furjana u ġie restawrat il-monument ta' de Vilhena.", "Xi ngħidu imbagħad għall-Imdina?", "Almenu hawnhekk kellna ftit kumplimenti!", "Hemmhekk sar xogħol biex jitniżżel il-wiring kollu taħt l-art.", "U l-Onor.", "Buhagiar qalilna: Kif tista' taħdem f'post storiku bħal dak u ma tgħaġġilx iktar?", "Aħna dejjem inkunu nixtiequ ngħaġġlu iktar, imma stajna ngħaġġġlu iktar?", "Aħna ridna li dak kollu jsir bl-arkeoloġisti preżenti magħna.", "Hemmhekk instabu skavi storiċi u biċċiet minn dawn se jkunu qegħdin f'mużew apposta u biċċiet oħra se jibqgħu jidhru bħalma sar fil-proġett - li kburin bih - tal-bitħa tal-Palazz Vilhena.", "U dwar dan il-Palazz Vilhena qalilna li l-konsenturi qed jitwessgħu iktar.", "L-ewwelnett jien trid tara l- istaġun, għax dawn daqqa jitwessgħu u daqqa jidjiequ, naturalment skond kemm jiskula ilma min taħt l-art, pero` il-verita` hi li aħna kkummissjonajna esperti li għamlulna monitoring is-sena kollha biex ikollna l-effett staġjonali kollu u jkollna indikazzjoni preċiża tar- riabilitazzjoni li rridu nagħmlu fuq dan il-palazz għax hemmhekk ma tistax taqbad u sempliċement tagħmillu xi ħaġa minn taħt jew tagħmillu ċinturin mad-dawra biex forsi jieqaf; irid ikollok ir-restawr preċiż li hemm bżonn isir.", "U aħna ma qgħadniex inħarsu lejh kif għamel il-gvern Laburista fis- sentejn li dam fil-gvern, imma qed nagħmlu dak kollu meħtieġ biex nassiguraw li x-xogħlijiet isiru.", "Fil-każ tar-riabilitazzjoni li saret fil-Kottonera għandna għalfejn inkunu kburin bir-restawr tal-faċċata tal-Knisja ta' San Pawl f'Bormla, bir- restawr tal-bieb ta' Santa Liena ġewwa Bormla u bil-pavimentar li għamilna tal-belveder ta' Couvre Porte fil-Birgu.", "Veru li għad fadal xi dettalji żgħar li għadhom m'humiex lesti, imma żgur li diġa` għandna dehra assolutament ġdida fid-daħla kollha tal-Birgu.", "U dan apparti x-xogħol li nagħmlu mal-kunsill lokali mhux l-inqas anke biex jirriabilitaw dawn il- kmamar ġodda.", "Sar ukoll restawr ta' l-istatwa tar-Rebħa, titjib tat-triq u l-Pont Boffa, restawr fl-armerija tal-Birgu, pavimentar u titjib fil- Pjazza San Mikiel l-Isla u restawr u xogħol ieħor fil-bieb ta' Sant'Anna.", "Fil-fatt naħseb li biex insemmi dak kollu li għandi fil-lista jrid ikolli ħafna iktar ħin, pero` ma rridx ninsa nsemmi li għas-sena d-dieħla, għal dak li jirrigwarda l-Kottonera, għandna ippjanat il-pavimentar fil- Collachio fil-Birgu u t-tkomplija tal-proġett biex l-erba' knejjes parrokkjali jkunu aċċessibbli għan-nies bi bżonnijiet speċjali.", "U la qed nitkellem fuq proġetti ta' restawr ma nistax ma nsemmix dak li wettaqna fil-Kavallier ta' San Ġakbu fejn erġajna smajna dwaru hawnhekk.", "Iva, aħna kburin - forsi mhux kulħadd kien konvint fil-bidu li dak il- proġett kien meħtieġ u fi żmien il-gvern Laburista dak il-proġett kien wieqaf għal kollox – li llum għandna ġojjell ta' proġett, liema proġett mhux biss huwa restawr totali ta' bini li nfakkar l-aħħar użu tiegħu kien bħala stamperija tal-gvern ...", "Meta jien dħalt fih kont sibtu bil-linka u ż-żjut ma' l-art, bil-karti u bil-posters ma' kullimkien u bil-partitions tat-three ply.", "Hekk kien il-Kavallier ta' San Ġakbu, mentri llum dan huwa post b'attivita` kulturali kontinwa, tant li malli tmur biex tagħmel booking għal attivita` hemmhekk jgħidulek \"dik\" il-parti biss għaliex fil- parti l-\"oħra\" hemm attivita` oħra.", "F'dan il-post qegħdin isiru esebizzjonijiet, hemm area taċ-ċinemagrofija fejn jintwerew cinema d'arte li kien ukoll importanti li jsir, hemm kamra riżervata għal skopijiet ta' mużika, insomma hemm għaddejja attivita` kontinwa u żaru l-post aktar minn 200,000 ruħ.", "Naturalment wieħed jibqa' jixtieq li mhux biss isir il-Kavallier ta' San Ġakbu li huwa parti mill-master plan għad-daħla tal-Belt imma jsir il- proġett kollu tad-daħla ta' Bieb il-Belt, inkluż is-sit tat-Teatu Rjal.", "Il- gvern preżenti, li għamel bħala prijorita` l-kontroll tad-deficit nazzjonali - u aħna dak lil ngħidu nagħmluh, mhux noqogħdu ngħidu \"ħofra, ħofra\" u l-ħofra nkabbruha minflok inċekknuha – qal li f'dan l-istadju, dan m'huwiex prijorita` daqskemm huma proġetti oħrajn u jien illum m'iniex f'qagħda li ngħid meta dan għandu jsir, pero` l-kunċett huwa li għandu jsir il-proġett tad-daħla ta' Bieb il-Belt kollu.", "Nerġa' ngħid li l- finanzjament mill-EIB kien, għadu u safejn naf jien se jibqa' available, pero` kif għedtlu s-sena li għaddiet, dan huwa finanzjament ta' bank u mhux finanzjament ta' xi sponsor, jiġifieri ma jiġix jgħidlek li se jagħtik ċekk u mexxi imma forsi jgħidlek li għandek żmien itwal biex tħallas jew li forsi għandek rata ta ' imgħax orħos, naturalment imbagħad trid tqabbilha ma' ta' banek oħrajn.", "Pero` xorta waħda huma mhux biss interessati imma akkaniti li dak il-proġett jagħmluh.", "U nsemmi xogħlijiet oħra li saru matul is-sena li għaddiet: Il-monument ta' Sir Alexander Ball, il-Polverista Curtain, Ospizio fil-Furjana, il- funtani ta' pjazza San Ġwann, il-funtana ta' l-ajkla fil-ġonna ta ' Sant'Anton, il-mina storika tal-Kunċizzjoni, il-kappella tal-Madonna tad- Duluri l-Pieta`, it-torri ta' San Tumas, in-niċċa ta' San Pawl ir-Rabat, is- saqaf tal-knisja ta' Lapsi f'San Ġiljan, l-imħażen tas-santwarju l- Mellieħa, l-istatwa tal-Immakulata Konċizzjoni, ġnien is-sindku ż-Żejtun, il-kappella ta' Sant'Andrija l-Mosta, il-paviment tal-bitħa ta' dan il- palazz, il-kappella ta' Sant'Antnin ta' Padova fil-Palazz tal-Verdala, u tant oħrajn.", "Dan hu, Sur President, it-track record li qed nitkellmu dwaru.", "Saret riferenza wkoll għall-proġett tal-Kottonera u qalu li aħna qed nipproponu li nagħtu parti mill-area tal-Forti Sant'Anġlu ma' l- appartamenti.", "Imma din hija l-kritika min-naħa ta' l-oppożizzjoni?", "Imma bis-serjeta` jgħiduhom dawn l-affarijiet?", "L-ewwelnett irrid inserraħ ras l- oppożizzjoni kollha kemm hi li jekk niftehmu mal-consortium fuq xi żvilupp alternattiv għal volum ta' appartamenti fejn il-gvern qabel biss tkellmet l-oppożizzjoni intevjena bi żjarat fuq il-post u qal li l-volum hemmhekk kellu jonqos bi 22 appartament, jien niġi f'dan il-Parlament u nagħmel il- fatti kollha ċari.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li jekk qed nitkellmu fuq l- area tal-Forti Sant'Anġlu fejn gvern Laburista preċedenti kien għamel proġett turistiku u hemm binjiet ta' kmamar ħdejn xuxlin li kellhom ikunu l- appartamenti għat-turisti li suppost kellhom imorru hemmhekk u qatt ma marru u fejn hemm swimming pool li għadha eyesore kruċjali fuq il-forti Sant'Anġlu.", "Meta jien inħares lejn l-area tal-Birgu u Forti Sant'Anġlu ngħid li diġa` neħħejna eyesores li għamel il-gvern Laburista, bħal dak il- pont li kien intenzjonat li jitwassal għal dan l-iżvilupp turistiku u bħal dak il-bini taċ-Ċiniżi li jidħol fil-Forti Sant'Anġlu.", "Sur President, ma xtaqtx li nagħlaq mingħajr ma nagħmel diversi ringrazzjamenti.", "Irrid nirringrazzja lid-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent – kritikawni għaliex għamilt riċeviment li qalu li ġie jiswa ma nafx kemm-il mija – lin-nies li ħadmu miegħi li bl-expertise tagħhom Malta għalqet il-kapitlu dwar l-ambjent fit-taħdidiet biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzja wkoll lin-nies li qed jidħlu ġodda fl- istruttura tal-minsteru bħalma huma ċ-chairman tal-bord, iċ-chief executive u impjegati fl-MRA, iċ-chairman u l-bord tal-waste management services limited, l-istaff permanenti, is-segretarju permanenti u d-direttur ġenerali.", "U hawnhekk ningħaqad mal-kliem kollu ta' ħajr lilu li żgur ħadem bla heda f'dawn l-10 snin biex it-taqsima xogħlijiet tieħu l-istatura li ħadet.", "Nirringrazzja wkoll lid-diretturi, il-heads of units, iċ-chief executives tar-rehabilitation projects, iċ-chairman tar-rehabilitation projects, lis-segretarjat privat, Dr. Albert Caruana, l-assistent personali, in-nies fis-segretarjat privat, il-comunications office, in-nies fil-customer care u n-nies li tant jerfgħu b'sagrifiċċji personali.", "Jien nirringrazzjahom kollha għaliex bil-ħidma tagħhom kienu parti mis- soluzzjoni mhux mill-problema.", "Sur President, nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra folder li jispjega wħud mix-xogħlijiet prinċipali li qegħdin nippjanaw għas-sena d-dieħla.", "Is-sena d-dieħla hija sena ta' sfidi kbar, hija sena fejn Malta tkun lesta għall-opportunita` storika tagħha ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, anke bil-ħidma li saret f'dan l-istess ministeru.", "Aħna nippreżentaw fatti u mhux ħolm u ftajjar kif tippreżenta l-oppożizzjoni.", "Din hija wkoll l-aqwa opportunita` storika għall-istess politika tagħna, għall-istess immaniġjar ta' l-iskart likwidu u solidu tagħna, għall-ħarsien tar-riżorsi tagħna, u fuq kollox għall-ġid tagħna nfusna bħala poplu Malti.", "Lesti għal dik l-isfida b'wiċċna minn quddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Rapport maħruġ mill-ministeru tiegħi ntitolat \"Proġetti li jsebbħu u jimmodernizzaw pajjiżna\", flimkien ma' diversi ritratti li juru proġetti ta' restawr u tisbiħ f'Malta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 28 imressqa mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fin-12.30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 28 imressqa mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "372", "FAVUR: 25", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe | |", "KONTRA: 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 28 - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 23,258,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 28 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT V - MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,908,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V - Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot V għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 28 u V tal-Ministeru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI : Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2003", "Il-Ħames Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 307.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - KAŻ DWAR PORNOGRAFIJA", "36816.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 36224, jista' l- Ministru jgħid għaliex ma ddaħlitx il-pulizija fil-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma ddaħlitx il-pulizija għax wara konsultazzjoni mat-tifla u l-ġenituri tagħha ippreferew hekk.", "Il-parir li ingħata kien li t-tifla tiġi evitata minn trawma akbar.", "UNIVERSITA' - STUDENTI BI PROBATION", "36861.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema korsijiet li bdew l-Universita' f'din is- sena akkademika tħallew jidħlu studenti fuq bażi ta' probation?", "Kemm daħlu studenti bi probation f'kull kors?", "Għaliex hemm fakultajiet li aċċettaw studenti bi probation u oħrajn le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li daħlu bi prova (probationary students) hu kif ġej:", "|Kors |Total| |Bachelor of Commerce | 8 | |Bachelor of Engineering |10 | |Bachelor of Sciene in Inf. | 9 | |Technology | | |Bachelor of Science (Hons) |24 | |Bachelor of Science (Hons) | 1 | |Comm Therapy | | |Bachelor of Arts |13 | |Bachelor of Arts in European | 1 | |Studies | | |Bachelor of Arts in Legal & |10 | |Humanistic Studies | | |Doctor of Medicine | 7 |", "Informat li student jista' jidħol bi prova meta ma jkollux ir-rekwiżiti kollha għad-dħul.", "Għalhekk id-dħul ta' studenti bi prova hi konċessjoi mogħtija mill-Fakulta` konċernata u mhux dritt ta' l-istudent.", "Jistgħu jkunu varji r-raġunijiet li jwasslu Fakulta` li ma tikkonċedix li jidħlu studenti bi prova iżda ġeneralment ir-raġuni prinċipali tkun li Fakulta` tkun tal-fehma li meta studenti ma jkollhomx ir-rekwiżiti kollha meħtieġa aktarx li jsibuha diffiċli jsegwu l-kors.", "Raġuni sekondarja tista' tkun ukoll in-numru ta' studenti li jkunu ammessi bħala studenti regolari.", "Raġuni aktar sempliċi hi li ma jkunx hemm domanda minn studenti li jistgħu jkunu konsidrati għad-dħul bħala studenti bi prova.", "BIBLJOTEKA NAZZJONALI - STUDENTI", "36862.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn meta ttieħdet id-deċiżjoni li studenti sekondarji ma jitħallewx jidħlu l-Bibljoteka Nazzjonali biex jikkonsultaw materjal għar-riċerka ta' xogħol skolastiku tagħhom?", "Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni?", "X'passi ttieħdu biex ix-xogħol li jikkonsultaw l-istudenti jitqiegħed f'post ieħor biex ikunu jistgħu jarawh?", "Normalment x'materjal kienu jitolbu li jikkonsultaw l-istudenti sekondarji?", "Fejn se jsibu dan il- materjal li qabel kienu jmorru l-Bibljoteka Nazzjonali għalih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li nhar is-27 ta' Diċembru 2001 il- Bibljoteka Nazzjonali ġiet mogħtija il-quality service charter.", "Dan sar wara li saret ħidma qawwija biex jittejjeb is-servizz li din toffri.", "Kellhom ukoll jiġu aġġornati r-regolamenti mħaddma mill-istess Bibljoteka.", "Persuna tista' tidħol tagħmel riċerka fil-Bibljoteka Nazzjonali jekk din ikollha 15-il sena jew tkun qegħda fil-ħames sena ta' livell sekondarju.", "Sar studju dettaljat dwar ir-regolamenti u s-sigurta` li wieħed isib f'Librerija Nazzjonali, f'pajjiżi barranin.", "L-eta` ta' dħul ta' persuna fil-biċċa l-kbira ta' dawn il-libreriji hija minn 16 jew 18-il sena 'l fuq.", "Sar ko-ordinament mal-Librerija Pubblika Ċentrali fil-Furjana biex nassiguraw ruħna li materjal normalment mitlub minn dawn l-istudenti jkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-Furjana.", "BDIEWA - DĦUL MILL-PRODOTTI", "37390.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-bdiewa jkollhom 80% dħul mill- prodotti tagħhom jew 60%?", "Jekk iva, fuq liema kriterji?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 37379.", "BUDGET 2003 - ĊENSIMENT", "37392.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid minn min u meta sar iċ-ċensiment msemmi fid- diskors tal-budget għall-estimi finanzjarji tas-sena 2003?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iċ-ċensiment li rrefera għalih il-Ministru tal- Finanzi hu ċ-ċensiment nazzjonali li sar mill-Awtorita' ta' l-Istatistika s-sena l-oħra.", "Pero' nfakkar l-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l- istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa se tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.", "BDIEWA - ĊENSIMENT", "37393.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li fuqhom sar iċ-ċensiment imsemmi fil-budget ?", "Kemm minnhom kienu part-time u full-time u kemm Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 37379.", "BDIEWA – PRODUZZJONI AGRIKOLA", "37394.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kalkolu tal-produzzjoni agrikola staġun, staġun, li ttieħdet fiċ-ċensiment tal-dħul tal-bdiewa sabiex irriżulta għall-gvern li l-bdiewa jaqilgħu 80% mill-produzzjoni tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 37379.", "ĊENSIMENT", "37395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani meta rċieva ċ-ċensiment li semma fil- budget?", "X'diskussjoni saret dwaru u min kienu l-uffiċjali tad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru li ddiskutew u qablu dwar il- konkluzjonijiet taċ-ċensiment in kwestjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iċ-ċensiment li rrefera għalih il-Ministru tal- Finanzi fid-Diskors tal-Budget hu dak nazzjonali li sar is-sena l-oħra u li għadu ma ġiex ippubblikat.", "Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l- istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa ser tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.", "ĊENSIMENT", "37396.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani liema kienu dawk l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li ġew infurmati bil-konkluzzjonijiet taċ-ċensiment li ssemma fid-diskors tal-budget mill-Ministru tal-Finanzi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-għaqdiet/kooperattivi li ġew mistiedna biex jiddiskutu t-tassazzjoni tal-bdiewa kienu dawn:", "L-Għaqda Bdiewa Progressivi Kooperattiva Agrikola Għawdxija Gozitano Farmers Wine Cooperatives", "Malta Agricultural Lobby", "L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Il-Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa Kooperattiva Għawdxija Bdiewa tas-Serer Limitata Apex tal-Kooperattivi", "Agricultural Cooperative Ltd", "Pero' infakkar l-Onor Interpellant li, bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l- istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa se tiġi RDUPPJATA għal 40%, li allura tfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.", "ST.", "NICHOLAS MARRIED QUARTERS - METERS TA' L-ILMA", "37438.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-meters ta' l-ilma li jinsabu preżentement fuq barra tal-flats li hemm f'St. Nicholas Married Quarters jidħlu ġewwa billi kif inhuma se ssirilhom ħsara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se tinstalla kaxxa madwar il-meter ta' l-ilma tal-flats imsemmija.", "BORMLA - TRIQ XANDRU - FOND NRU.", "25", "37439.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-post 25, Triq Xandru, Bormla - preżentement f'idejn l-Uffiċċju Konġunt - jinħareġ għall-bejgħ possibbilment bi prezz aktar konvjenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jagħmel il-verifiki neċessarji qabel ma tittieħed deċiżjoni jekk il-fond jinbiegħx skond id-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta` Artijiet tal- Gvern.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - SIGURTA KONTRA N-NIRIEN", "37457.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet minn uffiċjali tad- diviżjoni fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti biex jiġi żgurat li huma attrezzati għal kontra n-nirien u li għandhom apparat apposta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel tal-Knisja għandhom il- fakulta` li jappuntaw health and safety teachers li l-ħlas tagħhom isir mill-Istat.", "Ma jsirux spezzjonijiet regolari minn uffiċjali tad-Diviżjoni fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.", "Madanakollu, kull meta jintalbu għajnuna jew pariri minn xi skola (jew skejjel), Uffiċjali tad-Diviżjoni jagħtu l-pariri u l-għajnuna tagħhom.", "NIGHT CLUBS/DISKOTEKI - SPEZZJONIJIET", "37458.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet din is-sena minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'night clubs, discos etc. Instabu xi nuqqasijiet?", "X'passi ttieħdu fejn irriżulta li kien hemm nuqqasijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Bord ta` Sorveljanza għas-Saħħa u għall-Ħarsien f`lokalitajiet ta` divertiment skond ir-Regolament 13 tar-Regolamenti ta` l- 1995 dwar iż-Żamma ta` Bon Ordni f`lokalitajiet ta` divertiment li għandu rappreżentanza fih id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, iltaqa` seba` darbiet fejn wettaq spezzjonijiet f`diversi stabbilimenti ta` divertiment ġewwa Paċeville, Buġibba u San Ġwann.", "Nuqqasijiet li nstabu matul dawn l-ispezzjonijiet ġew irrapportati lill- Pulizija.", "NIGHT CLUBS/DISKOTEKI - VITI TA' L-ILMA", "37459.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Peress li l-liġi ma tippermettix li viti ta' l-ilma f'discos, night clubs etc, jinżammu magħluqa, jista' il-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet għall-għarrieda biex ikun żgurat li dan qed jiġi osservat?", "Jekk iva, kemm saru s'issa?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 23181, ninsab informat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f`postijiet ta` divertiment għal kwalunkwe` ksur ta` xi regolamenti.", "SEJĦIET GħALL-OFFERTI", "37460.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37251, jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu sejħiet għall-offerti f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Meta nħarġet l-aħħar sejħa għall-offerti?", "Kemm kien hemm li tefgħu l-offerta?", "Kemm kienet kull waħda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-1994 sal-lum ħarġet sejħa waħda għall-offerti f'April 2000.", "Kienu ntefgħu żewġ offerti li d-dettalji tagħhom huma dawn:", "1.", "Mark Cassar li kien offra roħs ta' 5% fuq il-prezz applikabbli ta' dak iż-żmein li kien 12.5 ċenteżmu l-litru (jiġifieri 11.8 ċenteżmu), jekk il- kontijiet jitħallsu fi żmien 60 ġurnata.", "2.", "Falzon Service Station li kien offra diversi prezzijiet: 11.8 ċenteżmu jekk il-ħlas isir fi żmein 30 ġurnata 12-il -ċenteżmu jekk il-ħlas isir fi żmein 60 ġurnata, 12.2 ċenteżmu jekk il-ħlas isir fi żmien 90 ġurnata, 12.4 ċenteżmu jekk il-ħlasma jkunx sar sa 120 ġurnata.", "Il-kuntratt kien ingħata lil Mark Cassar.", "PULIZIJA – KAŻI TA' SERQ", "37461.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' serq irrapportati lill-pulizija f'Novembru ta' din is-sena?", "Kemm kien hemm serq minn djar, lukandi, ristoranti eċċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-istatistika tal-Pulizija għax- xahar ta` Novembru għadha qed tinġabar.", "PULIZIJA - SERQTA' VETTURI", "37462.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid matul Novembru 2002 kemm kien hemm serq ta' vetturi u minn vetturi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-istatistika tal-Pulizija għax- xahar ta` Novembru għadha qed tinġabar.", "MEPA - INTERNAL MEMORANDUM", "37475.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar jiem inħarġet internal memorandum lill-impjegati tal-MEPA sabiex ma jagħtux informazzjoni dwar applikazzjonijiet lil periti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li nħarġet instruction note biex tfakkar lill-uffiċjali ta` l-awtorita` dwar il-provvedimenti għar-rigward ta' l- aċċess għall-informazzjoni lill-pubbliku dwar applikazzjonijiet ta` żvilupp kif provdut fl-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp.", "Ta` min isemmi li kien taħt dan il-Gvern li għaddiet liġi li permezz tagħha l-pubbliku issa għandu aċċess akbar għall-informazzjoni.", "Dan seħħ wara li taħt amministrazzjoni Laburista saret emenda fil-liġi li tnaqqas dan l- aċċess.", "DIRETTORAT TAT-TOROQ - MANAGERS", "37476.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru managers fi ħdan ir- Roads Directorate?", "Min huma dawn il-persuni u xi kwalifiki għandhom sabiex jimlew dawn il-postijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fuq parir ta' Boards ta' l-għażla, l- Awtorita' dwar it-Trasport ħatret, lis-Sur Felix Gauci, lill-Perit John Demicoli u lill-Perit Robert Zerafa bħala Managers fid-Direttorat għat- Toroq.", "Dawn il-ħatriet saru wara sejħiet interni fl-awtorita' biex jimtlew dawn il-postijiet.", "BIEB IL-BOMBI - POSTER", "37477.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid min kien responsabbli għal- printing tal-poster kbir li twaħħal ma Bieb il-Bombi?", "Kemm ġie jiswa dan il-poster?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol tal-printing tal- poster imsemmi ġie mogħti lil 'The Fotografer' tal-Fgura għas-somma globali ta' Lm7,486 wara sejħa għal offerti (tender) li saret għal dan l-iskop.", "GIS", "37478.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Breferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 37053, jista' il-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li qegħdin jitħallsu ta' l- overtime?", "Dawn il-persuni ingħataw xi taħriġ fuq is-sistema tal-GIS jew xogħol relatat mas-sezzjoni fejn qegħdin illum, matul dawn l-aħħar erba' snin kemm Malta kif ukoll barra?", "Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa dan it-taħriġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-taħriġ taż-żewġ persuni li qegħdin jaħdmu fuq is-sistema tal-GIS kien jifforma parti ntegrali tar-Raba' Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja u kien jinkludi kemm taħriġ f'Malta kif ukoll taħriġ ta' ġimgħatejn ġewwa Bologna fl-Italja.", "L-overtime li sar fuq xogħol li jirrigwarda s-sistema tal-GIS sar minn persuna waħda u ma nħossx li għandi nagħti l-isem ta' din il-persuna.", "Pero', jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq, jiena lest li ngħaddilu dan l- isem b'mod privat.", "FGURA - ZEBRA CROSSING", "37485.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal dewmien biex jinżebgħu l-linji bojod fiż-zebra crossing ta' quddiem il-knisja tal-Fgura meta skond kif ġie mwiegħed dan ix-xogħol kellu jsir ġimgħat ilu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat illi fil-lokalita' indikata mill-Onor.", "Interpellant hu ppjanat li ssir pelican crossing u għalhekk ma jistgħux jinżebgħu l-linji bojod taż-zebra crossing.", "Ix-xogħol biex jitwaħħlu l- arbli tlesta l-ġimgħa l-oħra u kellu jibda x-xogħol tad-dawl din il-ġimgħa.", "Dan ix-xogħol hu ppjanat li jibda hekk kif jieqaf il-maltemp.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET- FOND APROPRJAT", "37488.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jingħata l-kumpens għall-fond aproprjat u cioe' il- fond numru 5, Alley 2, Laqxija B'Kara?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament se jingħata l-kumpens għall-fond approprjat u ċioe` il-fond numru 5, Alley 2, Laqxija B`Kara fi żmien qasir, possibilment sa l- aħħar ta` Diċembru 2002.", "MALTACOM – IMPJEGATI", "37498.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha mpjegati l-Maltacom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "TARXIEN - PLOT ŻDINGAT", "37499.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jindaga u jara li l-plot żdingat u mitluq fi Triq Anġlu Mangion, f'Ħal Tarxien jiġi mnaddaf mill-aktar fis u jekk hemm bżonn jiġi reċintat biex ma jintefax aktar skart fih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari 36537, ninsab informat li l- verifikazzjonijiet neċessarji dwar l-art in kwestjoni waslu biex jiġu finalizzati u f`qasir żmien l-Uffiċċju Konġunt ikun f`pożizzjoni biex jiddeċiedi dwar l-aħjar użu ta' l-art in kwestjoni u fl-istess ħin jiġi eliminat xi inkonvenjent li qed jinħoloq peress li din l-art hija vakanti.", "GUDJA - ASFALTAR TAT-TOROQ", "37500.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani fuq l-aħħar żviluppi sabiex jiġu asfaltati t-toroq fl-area Ta' Xlejli fil-Gudja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat illi l-Kunsill Lokali tal-Gudja ħareġ sejħa biex jitqabbad Project Manager għat-twettieq tax-xogħlijiet fl-area tax-Xlejli li qed isiru taħt il-Pilot Agreement li se jiġi ffirmat bejn l- Awtorita' Dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali.", "Jiena nformat ukoll li malli dan il-Project Manager jipprepara l-istejjem neċessarji, il-ftehim ikun jista' jiġi ffirmat u x-xogħol ikun jista jitwettaq.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI - IMPJEGATI", "37501.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm kien il-gross salaries xahar b'xahar individwalment ta' l-impjegati li jaħdmu mal-fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bejn Jannar 2002 u l-aħħar ta' Novembru 2002?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - SUPERVISOR", "37502.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartiment qiegħda u x'inhu l-grad tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "X'inhuma l-benefiċċji u l-allowances li jitħallas lil din il-persuna inkluż l-użu tal-karozza, jekk hu l-każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-persuna msemmija jokkupa l-grad ta' supervisor fid-Dipartiment tad-Drenaġġ.", "Il-ħaddiem in kwestjoni għandu dawn il-benefiċċji: drainage allowance, shift allowance, extra hours tal-ħdud u l-festi kif ukoll overtime u użu ta' karozza.", "BORD MEDIKU – PERSUNA BIR-RELIEF", "37511.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jara li l-persuna li qed insemmi separatament tiġi eżaminata minn bord mediku id-dar tagħha mill aktar fis minħabba s-segwenti raġunijiet. a) din qed tgħix bir-relief biss għax hija separata; b) dan inqatalha wara li ma attendietx għall board mediku l- isptar meta fil-fatt din ma setgħetx tmur u bagħtet ċertifikat fejn talbet li l-bord jiġi jaraha d-dar imma għal xi raġuni jew oħra dan iċ-ċertifikat ma wasalx fejn kellu jasal u għalhekk nqatala ir-relief; c) din il-persuna m'għandhiex dħul ieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li r-risposta qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19930728_173d_par.doc", "date": "1993-07-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 173 L-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 173", "L-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.16 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "173", "L-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "778", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "778", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "783", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AGRIKOLTURA U SAJD", "L-Ewwel Qari ........................................", "784", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SANZJONIJIET TAL-KUNSILL TAS-SIGUREZZA TAN-NAZZJONIJIET UNITI", "It-Tieni Qari ......................................", "785", "Kumitat ............................................", "823", "It-Tielet Qari .....................................", "824", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "825", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "832", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 172 li saret fis-27 ta' Lulju, 1993, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - SWAT LILL-ĊITTADIN LIBJAN", "7776.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li xi żmien ilu f'risposta għal mistoqsija parlamentari tiegħi l-Ministru qalli li l-Maġistrat Padovani waslet biex tlesti r- rapport dwar ix-xebgħa li membri ta' l-SAG hu allegat li taw lil ċittadin Libjan, jista' jgħid meta se jitlesta r- rapport?", "Minħabba s-serjeta' tal-każ, jikkonsidra l-Ministru li jpoġġi kopja tar- rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Filwaqt li nirreferi 'l Onor. Membru għat-tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari numri 6684 u 11838, nassigurah li daqsu nixtieq li l-materja tiġi magħluqa iżda għandu jifhem li dan il-Ministeru m'għandu l-ebda kontroll fuq il- Maġistratura li hi indipendenti u li minnha jidde- pendi r-rapport imsemmi.", "L- aħħar tagħrif li kelli kien fis-sens li r-rapport kien qed jinkiteb mill-maġistrat involut.", "Se nikkonsidra f'mument aktar opportun il-proposta kontenuta fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "APPLIKAZZJONIJIET GĦAL TAILOR GRADE \"D\"", "8635.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Lino Spiteri) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid meta ħarġet l- aħħar sejħa interna għal applikazzjonijiet għal Tailor Grade \"D\"?", "Kemm kienu applikaw?", "Saru xi trade tests?", "Meta?", "Kemm se jiġu maħtura minn dawk li applikaw?", "Meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'żieda mat-tweġiba diġa' mogħtija għal din il- mistoqsija fl-1 ta' Marzu, 1993, ninsab informat li l-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku ddeċidiet li taħtar Bord ta' għażla ġdid biex jagħmel stima mill-ġdid ta' l- applikanti oriġinali għall-post imsemmi.", "SCRAPYARDS", "8696.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux kontra l-liġi li l-iscrap li jkun hemm fi scrapyard ikun għoli iktar miċ-ċint li jdawwar l-istess scrapyard?", "Jekk fil-każ dan ikun kontra l-liġi, x'passi jittieħdu minn min hu responsabbli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm żewġ tipi ta' scrapyards.", "Waħda hija dik fejn issir attivita' kummerċjali, fejn persuna uffiċjalment tixtri u tbigħ materjal u bċejjeċ ta' karozzi eċċ. u fejn hija meħtieġa liċenzja tan- negozju mingħand il-Pulizija bħal kull attivita' oħra.", "F'każijiet bħal dawn issir enfasi kbira biex jittella' ħajt għoli biżżejjed mad-dawra kollha tal-post biex l-imbarazz ta' ġewwa ma jidhirx minn barra.", "Imbagħad hemm dik fejn l- iscrapyards huma biss post fejn xi ħadd firex u ħażen imbarazz għall-użu tiegħu stess.", "F'dan il-każ is-sitwazzjoni hija diffiċli li tiġi kontrollata speċjalment fejn l-art hija tal-privat.", "Fl-aħħarnett nerġa' nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet dwar l-istess suġġett mogħtija sew minni kif ukoll mill-Ministru ta' l- Ambjent.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed nifhem sew li min ikollu scrapyard jista' jtella' l- iscrap fil- għoli kemm irid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- ewwelnett jien ma nkunx naf fid-dettall kemm wieħed jista' jtella' l-iscrap fil-għoli.", "Illum is-sitwazzjoni qed tiġi regolata bir-regolamenti u bil- provvedimenti l-ġodda ta' l-Att dwar l- Iżvilupp.", "Fil-fatt kif kellna l-okkażjoni nwieġbu riċentement, illum il- materja ġiet vestita fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fi ħdanha hemm Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp.", "Hija din il- Kummissjoni li fl- aħħar mill- aħħar trid tapprova l-użu ta' l-arei għal dan l-iskop u taħt liema kondizzjonijiet jistgħu jiġu wżati.", "Jien naf li reċentement saru restrizzjonijiet sostanzjali f'dan il- qasam.", "Rigward il-kwestjoni tal- Pulizija, s'issa għandna l- Licensing Authority, pero' nilliċenzjaw fuq approvazzjonijiet li jagħmlu dipartimenti oħrajn.", "Din hija materja ta' użu ta' art li jiġi regolat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Ministeru għall- Ambjent, illum taħt il-provvedimenti ta' l-Att dwar l-Iżvilupp.", "Meta jkollna każijiet problematiċi - u naf li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar diġa' għandha quddiemha każijiet bħal dawn - ta' scrapyards, jittieħdu l- passi.", "Fejn ikun hemm kollox regolari jiġu liċenzjati u jintużaw għal skopijiet kummerċjali.", "Dwar kemm għandu jkun għoli l-ħajt tagħhom ma nafx inwieġbek għax mhix materja li tirrigwarda lili.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien informat li minħabba l- kwestjoni ta' visual impact ma jistax jitla' kemm irid.", "Jien għamilt mistoqsijiet fuq din il- materja li huma ċari u jirrigwardaw l-iscrapyard li hemm il-Kalkara.", "L- iscrap issibu anke mat-triq u proprju dwar dan ġbidt l-attenzjoni.", "Jien ma nistax nifhem kif marru l-pulizija jinvestigaw u wara dan kollu baqa' kollox kif kien, anzi l-munzelli żdiedu.", "Għaliex meta l-awtoritajiet jafu li anke t-triq qed tiġi okkupata mill-iscrapyard mhux qed jittieħdu passi?", "Il- Ministru għandu jara li min hu responsabbli jagħmel xogħlu u għallinqas, jekk m'hemm xejn ċar dwar kemm jista' jgħolli fl-iscrapyard ...", "Jien ċert li kulħadd huwa kontra dik l- iscrapyard li hemm fil-Kalkara, inkluż dak li llum huwa Ministru u kien qal li meta jitla' fil-gvern se jiġġieled biex ineħħiha.", "Għalkemm din għadha ma telqitx minn hemm jien għallinqas nifhem li l- Ministru konċernat jaqbel miegħi rigward dan.", "(Interruzzjonijiet) Jekk kien ħażin qabel għadu ħażin illum u ma nistax nifhem għaliex għadha ma tneħħietx.", "MR SPEAKER: Tiddibattux bejnietkom.", "Onor. Mizzi, jekk jogħġbok, agħmel il-mistoqsija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk kien ħażin jien ngħid li dan għadu ħażin.", "Issa inti għidt li se tneħħiha.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, id-domanda oriġinali kienet ifformolata b'mod ġeneriku ħafna u ma kenitx tirreferi għal din l-iscrapyard partikolari li qed isemmi l- Onor. Membru.", "Se nindaga fuqha u nkun nista' nagħtih sodisfazzjon anke fil-vaganzi tas-sajf.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, kien hawn membri minn din in-naħa li għamlu domandi rigward żewġ scrapyards speċifiċi, waħda tinsab f'Tal- Barrani u l-oħra fit-triq ta' Burmarrad.", "Jien li jinteressani kien li dawn qabdu u neħħew il-ħamrija mingħajr permess.", "Jien kont qomt biex nagħmel domanda supplimentari u r- risposta li kien tani l- Ministru kienet li ma kienx hemm permess biex titneħħa l- ħamrija.", "Dawn huma żewġ scrapyards li qed ikerrhu kullimkien.", "Dik ta' Burmarrad kulħadd jaraha u dawn iż-żewġ domandi fuq dawn l-iscrapyards u anke d-domandi supplimentari kienu saru qabel ma twaqqfet l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, u allura m'għandniex għalfejn noqogħdu ninħbew warajha.", "Għaliex din l-Awtorita' - jekk tippermettuli nuża l-espressjoni - qisha landa taż- żibel għaliex meta tressaq xi ilmenti jgħidulek: Hemm l- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Pero' dawn l-affarijiet kienu saru qabel ma twaqqfet din l- Awtorita'.", "Issa hemm scrapyard oħra f'Għawdex, aħna u sejrin lejn ir-Rabat.", "Jien ma nippretendix li l-Ministru jagħtina risposta llum, pero' din id-domanda ma saritx illum biss; fil-fatt saret disa' xhur ilu meta kienet saret mistoqsija dwar x'sar mill- ħamrija u kellna r-risposta li qegħdin jittieħdu l-passi.", "Pero' l-ħamrija ntradmet qisu ma ġara xejn.", "Issa ma nistax nifhem kif din l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tagħmel il- miraklu li terġa' tiġbor il- ħamrija kollha li kien hemm u tqassamha!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tistax tagħmel mirakli u lanqas hija mistennija tagħmel mirakli għas-sitwazzjonijiet li żviluppaw matul iż-żmien.", "Għar-rigward tal- lokalita' Tal- Barrani, naf x'inhi l-kwestjoni għaliex kont involut personalment waqt li kienet diskussa mal-Pulizija u fuq din diġa' kienu qed jiġu prospettati passi.", "Dwar ta' Burmarrad u ta' Għawdex personalment ma naf xejn pero' ħadt nota ta' l-erba' lokalitajiet u flimkien mal- Ministru Falzon li kien qiegħed isegwi wkoll, inkunu nistgħu narw x'inhi l- pożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Irrid ngħid li naf personalment li fuq il-każ ta' Burmarrad ħadna passi u qiegħed f'idejn il-Pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Nixtieq ngħid li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn hemm każijiet li diġa' għandhom permessi tal- Pulizija, jiġi- fieri fejn laħqu ħarġu l- permessi kollox huwa regolari, ma tista' tagħmel xejn.", "Pero' fejn sar abbuż fil-passat, allavolja sar qabel ma twaqqfet, jekk dan l-abbuż qatt ma ġie regolarizzat, għandha l- poteri biex tieħu l-passi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Bħala bniedem li qiegħed fuq l- Awtorita', nixtieq nippreċiża ċerti affarijiet.", "Il-problema li qed issib il-Planning Authority hija li minkejja li l-liġi - jekk m'inix sejjer żball f'subartiklu 50 (1) - tagħti d-dritt li wieħed jista' anke jiċċensura affarijiet li ġraw qabel ġiet imwaqqfa l- Awtorita', qed ikollna ħafna interpretazzjonijiet differenti tal-liġi mill-Uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali u mill- konsulent legali tal-Planning Authority u bħalissa għandna clash.", "Allura l-Awtorita' ma tistax tmidd saqajha qabel tkun taf li se tmiddha fis-sod għaliex inkella tiġbed fuqha l- penali.", "Jiġifieri hemm planning biex dawn jieħdu ħsiebhom imma li qed jiġri hu li l-advice li qed ikollna huwa konfliġġenti, min qed jgħidilna mod u min jgħidilna mod ieħor.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nista' nikkonferma li l-iskop tal-liġi kif saret huwa li l-Awtorita' jkollha l-poteri li qed jgħid li għandha l-konsulent legali tagħha.", "Fi ftit kliem, bil- liġi l-Awtorita' għandha d- dritt li taqbad u tagħmel l- affarijiet hi wara li tagħti n- notice lil dak li jkun biex jirranġa l-affarijiet u ma jirranġahomx.", "Fi kwestjonijiet fejn fil- passat ittieħdu proċeduri fil-Qorti - u għad hemm proċeduri pendenti fil- Qorti - hemm dubju jekk l- Awtorita' għandhiex tieħu azzjoni waqt li dawk l- affarijiet għadhom sub judice.", "Dan hu l-argument legali.", "Nerga' ngħid li l-liġi saret biex l-Awtorita' jkollha wkoll dak il-poter, pero' issa mhux l- intenzjoni li tgħodd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Jien xtaqt nistaqsi lill-Ministru Galea - ovvjament jien konvint li jaf bil-mistoqsijiet li għamilt hawnhekk - rigward l- iscrapyard li hemm fil-wied sabiħ ta' Birzebbugia.", "Bħalissa insejt x'jismu dan il- wied, imma żgur li l-Ministru jaf bih għax qiegħed fil- kostitwenza tiegħu u kulma jiġu jgħidu lili jgħiduh lilu.", "In vista tal-fatt li l-Gvern weġibni li dik l-iscrapyard m'għandhiex permess u qed jittieħdu l-passi meħtieġa u in vista ta' dak li qed jiġri f'ħafna scrapyards oħra, filwaqt li l-Gvern juża l-liġi u jieħu l-passi u jtella' lil dak li jkun quddiem il- Qorti u l-każ idum iġebbed is-snin u l-maġistrati mhux dejjem iħarsu b'mod simpatiku lejn problemi ambjentali ....", "Nafu wkoll li kien hemm persuna li nqabdet tagħmel il-bombi u fl-appell ħarġet liberata u meta nisma' dawn l-affarijiet jien inħoss fuqhom.", "Nerġa' ngħid li l- maġistrati mhux dejjem ikunu sensittivi għax-xewqat tar- rappreżentanti ta' dan il-poplu biex jiġi protett l-ambjent.", "In vista ta' dan kollu l- Ministru lest li jikkonsidra, hu nnifsu jew permezz ta' l- Awtorita', li jemenda l-liġi biex jieħu passi diretti bil- pulizija jew inkella permezz ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ħalli jekk dik l-iscrapyard ma nħarġilhiex permess, titneħħa?", "M'għandniex noqogħdu nistennew il-ħniena tal-Qorti li mhux dejjem taqtagħha skond ix-xewqa ta' din il-Kamra.", "Dan huwa l- punt tiegħi u nixtieq inkun naf jekk il-Gvern jikkonsidrax li ladarba qed jiġri hekk, jemenda l-liġi biex kemm il- Ministru Galea bħala Ministru responsabbli mill-Pulizija u kemm il-Ministru Falzon bħala l-Ministru responsabbli mill- Awtorita' ta' l- Ippjanar, ikollhom aktar snien.", "Ladarba qed ngħid hekk, nixtieq nistaqsi lill-Gvern jekk jikkonsidrax dak li qal l-Onor.", "George Vella li hemm nuqqas ta' kompatibilita' bejn dak li qed jaħseb l-Avukat Ġenerali tar- Repubblika u dak li hemm fil- liġi, ħalli jġib emendi hawn ġew biex lil din l- Awtorita' nagħtuha s-snien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq ngħid li għalkemm is- snien ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadhom snien ta' l-infanzja, jidher li jigdmu mhux ħażin u kulħadd qed joqgħod attent għalihom.", "Naħseb li nkun qed nikkonstata sitwazzjoni ta' realta' jekk ngħid li l-abbużi fil-qasam tal-bini, jekk ma spiċċawx mija fil-mija, żgur li ġew ridotti għall-iktar livell minimu possibbli.", "Għalhekk irridu nitilqu mill-aspett pożittiv li l- Awtorita' ta' l- Ippjanar kienet struttura bżonnjuża u li fil-ftit xhur li ilha teżisti diġa' ħalliet ġid sostanzjali fil-pajjiż, għax almenu waqqfet l-istat ta' illegalita' li ħafna nies kienu qed jirrikorru għalih fil-qasam tal-bini.", "Għar-rigward tal- pulizija, nista' ngħid biss li dawn jistgħu jaġixxu skond il- liġijiet tal-pajjiż.", "Il- pulizija qatt ma jistgħu jarrogaw għalihom infushom poteri li ma jagħtuhomx il- liġijiet.", "L-Onor.", "Membru qed jgħidilna li fil-każ ta' l-iscrapyard f'Birzebbugia l- individwu konċernat ġie mogħti l- ordnijiet biex ma jiksirx il- liġi, ma tax kas, tellgħuh il- qorti, weħel il-piena, u fil- preżent għaddejjin proċeduri anke minn awtoritajiet oħra kompetenti.", "Meta ċ-ċittadini jkunu qed jiksru l-liġi f'dan il-kontest, tista' timxi bil- metodi li tagħtik il- liġi.", "Rigward il-punt ta' interpretazzjoni, nista' ngħid li dak huwa suġġett li għadu qed jiġi diskuss u naħseb li għad irid jiġi maturat, u għalhekk wieħed irid jistenna sakemm din il- materja tiġi maturata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "TQEGĦHID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 95 ta' l- 1993 - Avviż ta' Bidu fis- Seħħ ta' l-Att ta' l- 1993 li jemenda l-Att dwar il- Karti ta' l-Identita'.", "Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi t-tipoloġija dijanjostika tal-pazjenti li huma rikoverati fir- Residenza San Vinċenz de Paule, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9594;", "Lista li turi d-direct orders għal xiri ta' mediċini ta' valur li jaqbeż l- Lm1,000 fis-snin 1988 sal-1992, bi tweġiba għall-mistoqsija parla- mentari numru 9772;", "Kopja ta' ċirkolari datata 27 ta' Marzu 1993 maħruġa mill-Isptar San Luqa lill- ispiżjara fi sptarijiet tal-Gvern dwar mediċini skaduti, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10037; u", "Kopja ta' estratt ta' avviż maħruġ mill-Kunsill Mediku biex jiggwida t- tobba dwar l-etika professjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11898.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Sigurta' Soċjali.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Inqiegħed fuq il- Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 96 ta' l- 1993 - Ordni ta' l-1993 dwar l-Awtorita' tad- djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru. 5).", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: F'isem il-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 97 ta' l- 1993 - Ordni ta' l-1993 li Jirrevoka l-Ordni li Jirregola l-Ġarr ta' Merkanzija bil-Baħar.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Segretarju Parlamentari): Inqiegħed fuq il- Mejda tal- Kamra:", "Ir-Rapport Annwali u Accounts għas-sena 1992 ta' l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu.", "Kopja ta' dan ir-rapport se titqassam lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, nitlob il-permess tal- Kamra biex inressaq l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AGRIKOLTURA U SAJD", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-1993 dwar l- Agrikoltura u Sajd.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1993 dwar l- Agrikoltura u Sajd\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SANZJONIJIET TAL-KUNSILL TAS-SIGUREZZA TAN-NAZZJONIJIET UNITI", "UNITED NATIONS (SECURITY COUNCIL SANCTIONS) BILL", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex ikun jista' jingħata effett lil ċerti dispożizzjonijiet taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Nissekonda.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, skond ftehim li ntlaħaq bejnietna nipproponi li l-ħin għad-diskussjoni fuq it- Tieni Qari ta' dan l-Abbozz jibqa' sejjer sad-9.00 p.m. u l-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni, bil-winding -up għall-Gvern.", "Wara l-Kamra tgħaddi għall-istadju ta' Kumitat u t-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, u naturalment wara jittieħed l- Aġġornament.", "MR SPEAKER: Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, din hija liġi li effettivament tirrifletti l- obbligi li għandu kull stat taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Forsi xi ħadd jgħidli: Jekk Malta ilha membru tan- Nazzjonijiet Uniti mill- Indipendenza 'l hawn, jiġifieri mill-1964, x'inhi r-raġuni li issa qegħdin ngħaddu din il- liġi?", "Naħseb li din hija domanda li jien stess għamilt lill-advisors tagħna meta kelli xi diffikultajiet u naħseb li hija domanda li kulħadd għandu dritt jagħmel.", "Is-sanzjonijiet mhumiex novita' għan- Nazzjonijiet Uniti u lanqas għal League of Nations.", "Pero' s- sanzjonijiet qegħdin joħolqu sitwazzjoni li trid tiġi regolata fil-pajjiż li jkun u qegħdin jieħdu xeħta, li ċertament qegħda tinħoloq fl- istati kollha membri ...", "Hemm pajjiżi bħall-Ingilterra li ħasbu biex jagħmlu liġi bħal dik li aħna qegħdin nagħmlu llum - l-Ingliżi għamluha fl- 1946, voldieri sena wara li ġiet approvata l-Karta ta' San Francisco - pero' effettivament kull pajjiż jipprova japplika s-sanzjonijiet li joħorġu mill- Kunsill tas-Sigurezza abbażi tad-dispożizzjonijiet tal- liġijiet li jkollu dak il- pajjiż.", "Per eżempju, tista' tuża l-Exchange Control Act biex tapplika xi liġijiet finanzjarji.", "Barra minn hekk, tista' tapplika liġijiet doganali eżistenti biex permezz tagħhom tinforza ċerti liġijiet.", "Wieħed jista' jibqa' sejjer b'dawn l-eżempji kemm hemm bżonn, pero' l- konsulenti legali tagħna xi drabi bdew isibu ruħhom f'diffikulta' dwar jekk hemmx xi rimedju amministrattiv jew legali li jista' jiġi applikat f'każ ta' sanzjonijiet li joħorġu mill- istess Kunsill tas-Sigurta'.", "Kif jafu l- Onor. Membri, is- sistema hija li una volta l- Kunsill tas-Sigurta' jkun għadda riżoluzzjoni biex japplika s-sanzjonijiet, dan jiġi notifikat lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin mis- Segretarju Ġenerali tan- Nazzonijiet Uniti u mbagħad il- Gvern jieħu l-passi neċessarji ma' diversi ministeri, ma' diversi entijiet u mad-diversi oqsma ta' l-amministrazzjoni preċiżament biex jiġu applikati s-sanzjonijiet kif inhu d-dover ta' kull pajjiż.", "Sur President, irrid nenfasizza dan il-fatt tad-dover ta' kull pajjiż.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex il-pajjiżi għat-tenur tac-Charter huma obbligati li jottemperaw ruħhom ma' dak li jordna l-Kunsill tas- Sigurta' li jagħti mandat lill-pajjiżi membri biex jieħdu dawk id- deċiżjonijiet kif tipprovdi l- Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Artiklu 41 tal-Karta tan- Nazzjonijiet Uniti proprju jgħid hekk:", "\"The Security Council may decide what measures not involving the use of armed force are to be employed to give effect to its decisions, and it may call upon the Members of the United Nations to apply such measures.", "These may include complete or partial interruption of economic relations and of rail, sea, air, postal, telegraphic, radio, and other means of communication, and the severance of diplomatic relations.\".", "Dan għaliex il-Kunsill tas- Sigurta' għandu din is-saħħa mogħtija lilu in virtu' tal- Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u min jintrabat li jaġixxi taħt l- istess Karta tan-Nazzjonijiet Uniti irid jottempera ruħu mad- deċiżjonijiet tal-Kunsill tas- Sigurta'.", "Mela dan l-Abbozz ta' Liġi aħna qegħdin nagħmluh preċiżament biex ma nkunux f'pożizzjoni li ma nistgħux jew m'għandniex il-mezzi legali kif nottemperaw ruħna jew inkella jkollna noħolqu mezziad hoc biex nottemperaw ruħna b'mod tali li jista' jqegħedna f'pożizzjoni ta' inottemperanza għal ċertu ammont ta' żmien ma' dak li jkun ġie ordnat lill- membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex isegwu d-direttiva u s- sanzjonijiet ordnati mill- Kunsill tas-Sigurezza.", "Mingħajr ma noqogħdu nidħlu f'materja ta' dettall, ngħid li ħadd ma jieħu pjaċir japplika sanzjonijiet.", "U meta n- Nazzjonijiet Uniti jkunu fl- istadju li japplikaw sanzjonijiet in virtu' ta' dan l-artiklu li qed nirreferi għalih jien, f'ċertu sens, dan m'hu rebħa għal ħadd, lanqas għan- Nazzjonijiet Uniti.", "Dan in quanto che l-iskop prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti hu li jkun hemm dak li jissejjaħ peaceful settlement of disputes taħt Kapitlu 6 li jinvolvi l- attivita' sħiħa u li jinkoraġġixxi l-metodi kif għal kwalunkwe problema li tinqala' l-partijiet konċernati, taħt l- awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti u taħt dak kollu li n- Nazzjonijiet Uniti tista' tikkontempla permezz ta' l- organi tagħha, isibu metodu paċifiku kif dawn il-problemi internazzjonali jiġu riżolti.", "F'dan il-kontest l-iskop prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti mhuwiex li tiddedika ruħha għas- sanzjonijiet, imma li tipprova ssib soluzzjoni paċifika għal kull vertenza li tista' tinqala' fi ħdan il- pajjiżi membri.", "Pero' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il- metodi paċifiċi tar- riżoluzzjoni tal-problemi ma jaslux u allura l-Kunsill tas- Sigurezza, kif inhu mogħti l- poter in virtu' tal-Karta ta' l-istess Nazzjonijiet Uniti, ikollu jieħu ċerti deċiżjoni- jiet li jkunu mandatarji fuq il-membri ta' l-istess Nazzjonijiet Uniti.", "Din hija r-raġuni wara dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ma jistax ikun li pajjiżna ma jkunx konformi mad- deċiżjonijiet ta' dan il- Kunsill tas- Sigurezza u allura jkollu neċessarjament japplikahom kif inhu obbligu tiegħu una volta ddeċieda li jidħol fin-Nazzjonijiet Uniti u ddeċieda li bħall-pajjiżi l- oħra jottempera ruħu ma' dawn l-obbligi internazzjonali.", "Dawn l-obbligi jissemmew anke fil-Kostituzzjoni ta' Malta - għalkemm taħt aspett differenti - fejn tirreferi preċiżament għall-obbligi li għandha Malta fi ħdan is-sħubija tagħha fin- Nazzjonijiet Uniti.", "Natural- ment wieħed jista' jgħid li dawk it-tip ta' sanzjonijiet ma jogħġbuhx, li ma jaqbilx ma' dik id-deċiżjoni li ttieħdet, li dik id-deċiżjoni hija eċċessiva jew forsi ma kellhiex tkun applikata.", "Dan kollu jista' jkun pero' meta wieħed jipparteċipa f'organizzazzjoni internazzjonali dedikata għall- paċi fid-dinja jrid iħallas ċertu prezz.", "F'dan il-kontest u f'dan l-isfond, għalkemm wieħed jista' jsib xi difetti, nuqqas ta' qbil jew raġunijiet għaliex għandu jiddistakka ruħu, ma jistax jissepara ruħu mill- obbligi internazzjonali li jkun assuma.", "Dawn huma l- obbligi li kull pajjiż ċivili deherlu li għandu jassumi u josserva.", "Malta hija pajjiż ċivili li assuma dawn l-obbligi u huwa obbligat li jesegwixxi dak li l- Organizzazzjoni tan- Nazzjonijiet Uniti, permezz tal-korpi kostitwiti tagħha - f'dan il-każ il-Kunsill tas- Sigurezza - jkun jeħtiġilha tapplika.", "Dan hu l-iskop li għalih qed inressqu dan l- Abbozz ta' Liġi.", "Jien ikkonsultajt ruħi - kif inhu dover tiegħi - ma' min għandu x'jaqsam f'din il-ħaġa f'dan il-Parlament, u ħadt ukoll nota tad-diffikultajiet li prima facie saruli biex dan l-Abbozz ta' Liġi jkun jista' jirrispondi għal dak li aħna naħsbu li hu l-aħjar li jiġi kostruwit.", "Pero' indipendentement minn dan, il-piż u r- responsabilita' tagħna huma li la għandna obbligi li joħorġu mill-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, dawk l-obbligi għandna nassumuhom u nsolvuhom anke jekk ikun hemm mumenti u ċirkostanzi fejn wieħed jista' jħoss ċerta diffikulta' biex japplikahom u jenforzahom.", "Dan qed ngħidu għaliex jien naf is-sitwazzjoni li nħolqot u li tista' teżisti.", "L-importanti huwa li llum kull pajjiż jirrealizza u jifhem il-bżonn ta' organizzazzjoni internazzjonali għall-ħarsien tal-paċi.", "Wieħed jista' jsemmi l- imperfezzjonijiet li hemm f'din l-organizzazzjoni jew jagħmel litanija sħiħa tad-difetti li hemm fil-membri li jikkomponu din l- organizzazzjoni, pero' indipendentement minn dan huwa fl-interess ta' kull stat ċivili li hemm f'din l- organizzazzjoni li jħoss li hemm metodu kif sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu regolati skond il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti li aħna ffirmajna u li aderejna għaliha.", "Jekk pajjiżi ħafna ikbar minna jħossu n-neċessita' illi jkun hemm dik il- protezzjoni li toħroġ mill- Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, li titkellem dwar il-bżonn ta' soluzzjoni paċifika, li titkellem dwar sitwazzjonijiet fejn jidħlu miżuri oħrajn dwar il-ħarsien tas-sovranita', indipendenza u sigurezza tal- pajjiżi, ċertament li din hija ħaġa li tolqot iktar lil pajjiż bħal tagħna.", "F'liema kontest jintlaqat l-aktar pajjiż bħal tagħna?", "Pajjiżna għandu - u din ma nixba' qatt ngħidha - kontradizzjoni kbira, li hija l-hallmark u r-realizzazzjoni ta' l-istorja kollha tiegħu, u din hija li hu pajjiż ta' daqs limitat u ta' relevanza strateġika sostanzjali.", "Din il-kontradizzjoni fil-ħajja ta' pajjiżna f'ċerti ċirkostanzi tirrendi l-aspett ta' l- Organizzazzjoni tan- Nazzjonijiet Uniti fundamentali għall- ħarsien tagħna stess.", "Huwa f'dan il- kontest u f'kontest iktar wiesa' ta' solidarjeta' bejn l-istati tad-dinja illi wieħed iħoss in-neċessita' ta' l-applikazzjoni ta' xi forma ta' metodu ta' inforzar tal- ħarsien tal-paċi.", "Anke l-paċi trid tiġi difiża.", "Hemm sitwazzjonijiet li jitolbu minn kulħadd difiża stess tal-paċi, għax jekk il- paċi ma tiġix difiża, tispiċċa biex ikollha s-sewwa tas-saħħa u mhux is- saħħa tas-sewwa li aħna nixtiequ naraw jirbaħ fil-mod kif iġibu ruħhom il- pajjiżi membri.", "Nerġa' ngħid li n- Nazzjonijiet Uniti mhijiex simbolu tal- perfezzjoni, anzi hija simbolu tad-difetti li huma preżenti ħafna fil-ħajja internazzjonali.", "Pero' din id- dinja kienet tkun ħafna agħar kieku ma kienx hemm l- Organizzazzjoni tan-Nazzjoni- jiet Uniti illi fil-limitazz- jonijiet tagħha bil-metodu u fil-perjodu tranżitorju tagħha u fis-sistemi li qed jevolvu wara li ntemmet il-gwerra bierda ma tkomplix tiġi msaħħa biex tkun ta' servizz għall- paċi u għad-difiża ta' l-istess paċi.", "Dan huwa l-iskop tal- Gvern huwa u jressaq dan l- Abbozz ta' Liġi quddiem il- Kamra.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-mod kif id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin ippreżenta dan l-Abbozz jidher sempliċistiku ħafna.", "L-Abbozz jitkellem fuq sanzjonijiet u fl-opinjoni tiegħi dan huwa misnomer għaliex meta tisma' b'sanzjonijiet tiddevja ruħek.", "Fil-fatt l-Abbozz, kif se nispjega aktar 'il quddiem, ikopri aktar minn sanzjonijiet.", "Hu tkellem ukoll fuq l-obbligu li għandha Malta li kulma joħroġ mill-Ġnus Magħquda u mis-Security Council taċċettah qisu l-Bibbja għaliex quddiemu trid tagħlaq għajnejk, tbaxxi rasek, taċċettah u timplimentah.", "Jiena niftakar li fit-30 ta' April, meta l-Onor.", "De Marco informani li kellu f'rasu li jressaq din it-tip ta' liġi, kien tani x'nifhem li kien hemm possibilita' ta' sanzjonijiet imminenti kontra r- Repubblika tal-Bosnja fl-ex Jugoslavja, fakkarni li fl-Ingilterra għandhom liġi li ilha mwaqqfa mill-1946, u qalli wkoll li l- Gvern qed iħoss li din hija xi ħaġa urġenti u għalhekk għandu jgħaddi liġi f'dan is- sens.", "L-ewwel impressjoni li ħadt kienet li dan irid xi ħaġa f'idejh biex jekk kemm-il darba jinqala' l-każ kif fil-fatt kien inqala' - u din in-naħa kienet ġiet ikkritikata meta qanqlet il-kwestjoni l-ewwel darba, pero' mbagħad l-Istat Amerikan ikkonfermah u ħadu azzjonijiet kontra l-vapuri li jtajru l-bandiera Maltija u li kienu qegħdin jiksru s- sanzjonijiet tas- Security Council - ...", "Mr Speaker, x'kien fih l- Abbozz oriġinali?", "Fl-ewwel Abbozz konnna nsibu - u dan ma semmihx id-Deputat Prim Ministru - li rridu nagħtu ċerti poteri lill-Prim Ministru, u dan huwa l-crux ta' kollox.", "Kien ġie propost ukoll li l-Qrati tal-Maġistrati ta' Malta u Għawdex jingħataw il- kompetenza li jkunu jistgħu jaġixxu bħala qrati ta' ġudikatura kriminali.", "Fl- Abbozz kien hemm ukoll li l- Avukat Ġenerali jkollu dritt ta' l-appell minn dawn id- deċiżjonijiet għall-qorti kriminali kemm fuq punti ta' liġi kif ukoll fuq punti ta' fatt. Barra minn hekk kien hemm speċifikati l-pieni li jistgħu jiġu stabbiliti mill- Prim Ministru fuq il-liġijiet li jirrigwardaw din il-liġi, u dawn kienu jew priġunerija sa massimu ta' għaxar snin ħabs - u ma kienx hemm minimu - jew multa sa Lm55,000, jew inkella t-tnejn.", "L- ewwelnett jekk il- liġi Ingliża ilha mill-1946, għaliex issa hawn din l- għaġġla kollha?", "X'ġara f'daqqa waħda?", "Barra minn hekk għaliex il-Prim Ministru, li għandu tant responsabilita' fuq spallejh u tant affarijiet x'jagħmel, għandu jitgħabba b'poteri hekk kbar?", "Punt ieħor li f'daqqa waħda rreaġixxejt għalih kien il-fatt li l-Parlament jiġi maqbuż meta s- Security Council iħabbar ċerti sanzjonijiet, għax dawn jiġu applikati mill- Prim Ministru b'regolamenti u hawnhekk ma jingħad xejn.", "Il- Parlament hekk se nistmawh, li naqbżuh kompletament u l-Prim Ministru jagħmel kollox?", "Imbagħad kien hemm ukoll il- fatt li ħassejt li fejn kienu diġa' jeżistu liġijiet fil- Kodiċi Kriminali Malti li jistgħu jiġu applikati meta jittieħdu dawn is-sanzjonijiet - u dan kollu għidtu lid- Deputat Prim Ministru - kellhom jiġu wżati proprju dawn il-liġijiet u mhux jinħolqu liġijiet ġodda.", "Qabel inkompli ta' min jagħmel ftit rimarki fuq id- differenza - hawnhekk intqal li l-Ingilterra diġa' għandha liġi f'dan is-sens - bejn il-liġi Ingliża u din li qegħdin nikkontemplaw hawnhekk.", "Il- liġi Ingliża li hija l-United Nations Act ta' l-1946 titkellem biss fuq artiklu 41 ta' Chapter VII tac-Charter tal-Ġnus Magħquda.", "Artiklu 41 - u hawnhekk se nikkwota - jgħid hekk:", "\"Il-Kunsill tas-Sigurta' jista' jiddeċiedi liema miżuri ...\"", "- u hawnhekk il-kliem \"liema miżuri\", huwa importanti għax ifisser li mhux sanzjonijiet biss jistgħu jiġu applikati, bħalma qal id-Deputat Prim Ministru fil-bidu, imma anke affarijiet oħra -", "\" ... li ma jinvolvux użu ta' forza armata ...\"", "- għax dan ovvjament imbagħad jeħodna f'artiklu 40 tac- Charter -", "\" ... għandhom jiġu użati biex jagħtu effett lid- deċiżjonijiet tiegħu u jista' jitlob lill-Membri tal-Ġnus Magħquda biex jimplimentaw dawn il- miżuri.", "U dawn jistgħu jinkludu interruzzjoni sħiħa jew parzjali f'rel- azzjonijiet ekonomici, kif ukoll qtugħ ta' kommuni- kazzjoni bil-ferrovija, baħar, ajru, posta, telegrafu, radju u mezzi oħra ta' kommunikazzjoni, u dan minbarra l-qtugħ tar-relazzjonijiet diplomatici.\".", "Mela l-liġi Ingliża titkellem biss - u hawn hi d-differenza - fuq artiklu 41, filwaqt li l- Abbozz li għandna quddiemna qed jgħid li kull meta l- Kunsill tas-Sigurta' waqt li jaġixxi skond Kapitlu VII tac- Charter - qed isemmi l-kapitlu kollu - jirrakkommanda lill- istati membri tan- Nazzjonijiet Uniti biex jieħdu miżuri sabiex tibqa' tinżamm jew terġa' tinġieb il-paċi u s-sigurta' nazzjonali jew titlob lil dawk l-istati membri biex japplikaw xi miżuri - mhux is- sanzjonijiet biss - biex jagħtu effett lil xi deċiżjoni ta' l- imsemmi Kunsill tas-Sigurta' - miżuri li fihom ma jidħolx l- użu ta' forza armata skond artiklu 42 tac-Charter, u allura hawnhekk qed jiġi eskluż biss article 42 - il-Prim Ministru jista', b'ordni fil- Gazzetta, jagħmel dan li qed jitlob l-Abbozz tal-Liġi hawnhekk.", "Mela din hija differenza bażika li rridu nerġgħu nigu għaliha aktar 'il quddiem.", "Fil-liġi Ingliża jingħad ukoll li:", "\"His Majesty may by order- in-council make such provisions ...\".", "Hawnhekk ma rridux ninsew ukoll li l-Ingilterra hija membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurta' u tkun diġa' ħadet parti fid-deċiżjonijiet qabel saru hemmhekk, fejn għandha d-dritt li jekk ma taqbilx, tuża l-veto u twaqqaf ċerti deċiżjonijiet, dritt li dan pajjiżna żgur li m'għandux.", "Pero' anke meta jsir order-in- council irid jitpoġġa fuq il- Mejda tal- Kamra tal-Parlament Ingliż.", "Rigward x'jgħid iċ-Charter tal-Ġnus Magħquda diġa' tkellimt fil-qosor, pero' tajjeb li wieħed jgħid illi Chapter VII, li hawn referenza għalih fl-Abbozz ta' Liġi, ma jikkonsistix biss f'article 41, imma fih minn article 39 sa article 51.", "Filwaqt li l- artikli tal-bidu jitkellmu fuq id-dritt tas-Security Council li jiddeċiedi hu meta jidhirlu li għandu jieħu azzjonijiet u jordna anke miżuri temporanji, article 41 jitkellem fuq dawk il-miżuri li ma jinvolvux l-użu tal-forzi armati u artiklu 42, li hu eskluż fl-Abbozz li għandna quddiemna, ovvjament jaqta' barra l-użu tal-forzi armati.", "Pero' mbagħad hemm artiklu 43 li, fost affarijiet oħra jgħid li:", "\"Il-Membri kollha tal-Ġnus Magħquda bħala kontribut għaż-żamma tal-paċi u sigurta' internazzjonali jintrabtu li joffru lis- Security Council, meta dan jitlob u skond arranġ- amenti jew arranġamenti speċjali, forzi armati, assistenza, faċilitajiet - inkluż id-dritt tal- passaġġ mill-ajru jew mill- art - neċessarji biex tinżamm il-paċi u s-sig- urta' internazzjonali.\".", "Artiklu 44 jgħid kif il-forzi armati jiġu mistiedna biex jieħdu parti fit- twaqqif ta' military staff committee, li fil-każ tagħna mhuwiex daqshekk importanti.", "Pero' mbagħad hemm artiklu 50 li se naqrah ukoll biex inkunu nafu fuqiex qed nitkellmu.", "Dan jgħid hekk:", "\"Jekk miżuri preventivi jew ta' inforzar kontra xi Stat jiġu meħuda mis- Security Council, kull Stat ieħor membru tal- Ġnus Magħquda jew anke jekk mhuwiex membru tal-Ġnus Magħquda, li jsib ruħu konfrontat minn problemi speċjali ta' natura ekonomika li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal- miżuri, ikollu dritt li jikkonsulta lis-Security Council biex tinstab soluzzjoni għal dawn il- problemi.\".", "Mela mhux veru li malli jkun hemm sanzjonijiet u malli jiddeċiedi s- Security Council, trid tagħlaq għajnejk, torbot idejk u tgħid: Isir minni skond il-volonta' tiegħek.", "Għandek ukoll mezzi biex tipprova twaqqaf jew titkellem fuq ċerti miżuri.", "Pero' ma ninsewx li dan huwa Charter iffirmat, bħalma qal id-Deputat Prim Ministru, f'Ġunju ta' l- 1945, beda jseħħ ftit xhur wara, f'Ottubr, u u li sal-lum tant mhux aġġornat li jitkellem fuq enemy states, li jfisser kull stat li matul it- Tieni Gwerra Dinjija kien l- għadu ta' wieħed mill-membri firmatarji ta' din iċ-Charter.", "F'artikli 53 u 107 hemm dawn ir-referenzi u dawn ukoll jagħmlu parti miċ-Charter.", "Jien ma nafx kif wara dawk il- laqgħat kollha li jsiru daqstant ta' spiss, dawn l- affarijiet ma ġewx aġġornati.", "Iċ-Charter jitkellem ukoll fuq international trusteeship system, jiġifieri donnu għad hemm min jemmen li għad hemm pajjiżi li jridu jiġu meħlusin minn taħt id-difer ta' xi ħadd li qed jiddominahom u jiġu mogħtija bħala trustee biex jieħu ħsiebhom xi ħadd minn dawn il-membri.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq dan it-tip ta' charter.", "Pero' huwa tajjeb li l- Kamra tkun taf li ċ-Charter jitkellem ukoll dwar kif għandhom jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "U din id-drawwa li s-Security Council arroga għalih innifsu d-dritt li jagħmel dawn is-sanzjonijiet u jieħu d-deċiżjonijiet, hija tgħawwiġ taċ-Charter tal-Ġnus Magħquda.", "Għaliex?", "Għax artiklu 18 ta' Chapter IV jgħid li deċiżjonijiet ta' l- Assemblea Ġenerali fuq affarijiet importanti jittieħdu b'vot ta' żewġ terzi mill- membri preżenti li jivvotaw u li dawk il-problemi jinkludu rakkommandazzjonijiet \"with respect to the maintenance of international peace and security.\"", "Mela s-saħħa qegħda strettament f'idejn l-Assemblea Ġenerali.", "Artiklu 24 ta' Chapter V jagħmilha ċara illi biex tiġi assigurata azzjoni malajr u effettiva - u dan huwa l-iskop - mill-Ġnus Magħquda, il- membri jitfgħu fuq is-Security Council - mela dan huwa poter delegat lis-Security Council mill-Assemblea Ġenerali - ir- responsabilita' primarja li jżomm il- paċi u s-sigurta' internazzjonali.", "Jaqblu wkoll li meta dan qed jaqdi d- doveri tiegħu taħt din ir-responsabilta' ikun qed jaġixxi f'isem l- Assemblea Ġenerali.", "Mela kull stat membru li jipparteċipa fl- Assemblea Ġenerali għandu d- dritt - u dan id-dritt fi żmienna aħna użajnieh u ma għaddasniex rasna u għidna li għax is-Security Council qal \"hekk\" m'għandniex id-dritt li mmorru nagħmlu l-lobbying u ngħidu dak li għandna ngħidu u nqajmu reazzjoni u noħolqu opinjoni u jekk hemm bżonn jerġa' jissejjaħ lura s- Security Council, kif kien sar wara li sar l-ewwel attakk kontra l-Libja - ...", "Allura dan ma jfissirx li meta m'hemmx urġenza d- deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fl-Assemblea Ġenerali flok fis-Security Council b'żewġ terzi?", "Kieku jkun hemm urġenza wieħed jifhimha, imma meta wieħed qed jikkontempla x'se jagħmel biex iżomm il-paċi u s-sigurta' internazzjonali u għandu ż- żmien, għaliex m'għandhiex tiltaqa' l-Assemblea Ġenerali u wieħed jimxi ma' artiklu 18 ta' Chapter IV li jgħid illi deċiżjonijiet importanti għandhom jiddependu mill-vot ta' żewġ terzi ta' l- Assemblea Ġenerali?", "Issa x'bidliet saru mill- ewwel draft ta' l-Abbozz li kien ħejja d- Deputat Prim Ministru għal dak li għandna quddiemna llum?", "Mill-Abbozz li għandna quddiemna jidher illi d-dritt li l-Avukat Ġenerali jista' jappella, ma jissemmiex iktar; il-piena massima - u dan ngħidu bi pjaċir għax aħna oġġezzjonajna mill-ewwel illi l-piena ta' għaxar snin kienet ħarxa wisq - niżlet għal ħames snin, u l-pieni f'multi ta' flus baqgħu xorta, jiġifieri Lm50,000.", "Fl-Abbozz li għandna quddiemna qed jingħad ukoll li fejn jeżistu l-pieni għal ksur ta' liġijiet li diġa' jeżistu, jiġu applikati huma minflok il- liġijiet jew ir-regolamenti li l- Viċi Prim Ministru qed jipproponi f'dan l-Abbozz.", "Din in-naħa tal-Kamra qed tirraġuna b'mod li biex napprovaw dan l- Abbozz ta' Liġi rridu nagħmlu tliet premessi.", "L-ewwel ħaġa rridu nkunu lesti li nċaħħdu lil dan il- Parlament mid-dritt sagrosant li jiddiskuti miżuri mħabbra mill-Kunsill tas- Sigurta' tal-Ġnus Magħquda u ngħidulu li m'għandux x'jaqsam iktar.", "Mr Speaker, it-tieni ħaġa hi li rridu nkunu sodisfatti bil-mod kif jaħdem il- Kunsill tas-Sigurta' u naqblu b'mod inkondizzjonat ma' dak kollu li jiddeċiedi.", "U t- tielet premessa hi li jrid ikollna fiduċja kompleta u sħiħa fil-Prim Ministru, ħaġa li din in-naħa tal-Kamra, għal raġunijiet ovvji, m'għandhiex.", "Dan mhux għal xi raġunijiet personali imma n-nuqqas ta' fiduċja tagħna huwa fih bħala Prim Ministru li qed imexxi l- Gvern.", "Ħalli nieħdu dawn l- oġġezzjonijiet waħda waħda u naraw fejn naslu.", "Rigward l- ewwel premessa, nixtieq li meta nkunu fl-istadju tal-winding up, il-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm-il pajjiż mill- 184 Membru tal-Ġnus Magħquda għandu liġi bħal din, pero' ma jsemmilniex l-Ingilterra u l- membri l-oħra li huma permanenti fil-Kunsill tas- Sigurta'.", "Għandu informazzjoni dwar kemm-il pajjiż fil- Commonwealth madwar id-dinja għandu liġi bħal din?", "Bl- injoranza kollha tiegħi, irrid ngħid li jien inħoss li din tmur kontra t-teorija kostituzzjonali tal-bilanċ tal- poter.", "Il- Parlament u l-Prim Ministru qegħdin hemm biex jibbilanċjaw il-poteri li jista' jkollhom.", "Jekk f'daqqa waħda l-Parlament se jabroga dan id-dritt u jagħtih lill- Prim Ministru, dan se jneħħi ċ- ċans li jkun jista' jgħarbel u jara l-affarijiet kif inhuma.", "Jekk kemm-il darba ma jsirx dibattitu fil- Parlament u l- Prim Ministru, ikun min ikun, jaqbad u jaġixxi billi jagħmel ir-regolamenti għax hekk ikun qal is-Security Council, min se jagħmel l- analiżi, jgħarbel il- fatti, u jara x'inhu l-interess tal-pajjiż u kif se jintlaqat il-pajjiż b'dawk is-sanzjonjiet?", "Min se jara jekk kemm-il darba jaqbillux ma jiftaħx ħalqu, ma jitkellimx u dawn japplikahom u jmur jagħmel protesta, jew inkella ma japplikahomx jekk jidhirlu li dawn tant se jkunu ħorox li se jagħmlu ħafna ħsara?", "Min-naħa l-oħra, jekk din il-liġi tgħaddi, il-Prim Ministru jkollu d-dritt li jagħmel ir- regolamenti, ipoġġihom fuq il- Mejda tal-Kamra, u skond l- iStanding Orders aħna għandna d-dritt li sa tlett ijiem noġġezzjonaw għalihom u nitolbu li jsir dibattitu fuqhom.", "Li se jiġri hu li jekk tgħaddi din il-liġi, il-Prim Ministru se jagħmel ir-regolamenti, nagħmlu dibattitu fuqhom - u ovvjament dawn se jgħaddu għax il-Gven ikollu l-maġġoranza - u jerġgħu jitpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Ma jkunx iktar serju u demokratiku li kieku meta niġu mitluba biex isiru ċerti sanzjonijiet, isir dibattitu kif għandu jsir h awnhekk, kulħadd iperreċ dak li għandu jgħid u mbagħad jekk jgħaddu jgħaddu u jekk ma jgħaddux ma jgħaddux?", "B'hekk għallinqas id-dover tagħna li nkunu nformajna lill-pajjiż bl- implikazzjonijiet li jistgħu joħorġu minn dawk is- sanzjonijiet, inkunu għamilnih.", "Min-naħa l-oħra, anke jekk tgħaddi din il-liġi, għallinqas għandna ngħidu li l-Prim Ministru jista', \"b'riżoluzz- joni approvata mill-Parlament\", jagħmel regolamenti, eċċ.", "Mr Speaker, rigward it-tieni oġġezzjoni nibda biex ngħid - ħalli ma niġux interpretati ħażin - illi aħna m'aħniex kontra l-konċett tal-Ġnus Magħquda u ma nistgħux inkunu kontra li jkun hemm korp ta' pajjiżi illi flimkien jagħmlu l-almu tagħhom biex iġibu l- paċi u s-sigurta' u jaqtgħu l- atti terroristiċi minn madwar id-dinja imma aħna kritiċi ta' kif taħdem il- Ġnus Magħquda.", "Aħna m'aħniex mummji u ngħidu li la dak qiegħed \"hekk\", allura kollox sew.", "Aħna mxejna 'l quddiem mill- idea ta' l-1964 - għalkemm in- naħa l-oħra donnha għadha taħseb f'din il-linja - minn meta ksibna l-hekk imsejħa indipendenza ġdida, u l-Onor.", "Borg Olivier fil-United Nations kien qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"We are prepared humbly to offer the services of Malta and the Maltese in any form which might be considered useful in the eyes of this organisation for the purpose of conciliating in any dispute or of solving some difficulty that might arise.\".", "Aħna ngħidu li llum Malta m'għadhiex li kienet.", "Il-Ġnus Magħquda lanqas għadha dik li kienet fl-1964 u x-xenarju internazzjonali tant tbiddel illi jidher ċar illi l-Ġnus Magħquda, bis-sistemi antikwati u biċ-Charter mhux aġġornat li għandha, saret anakroniżmu għax mhijiex miexja maż-żmenijiet.", "U għalhekk qed jidhru difetti kbar fil-Ġnus Maħquda.", "Illum ir-rwol tal- Ġnus Magħquda, li fil-bidu kien dak ta' peacekeeping, jiġifieri li tibqa' żżomm il-paċi, sar aktar rwol ta' peacemaking, jiġifieri li tipprova tagħmel il-paċi u mhux iżżommha biss, u allura fejn m'hemmx il-paċi tirranġa l-affarijiet u ġġib il-paċi.", "Il-problema hi illi llum il- ġurnata l-Ġnus Magħquda la għandha l-mezzi neċessarji u lanqas is-setup neċessarju biex tkun tista' taqdi l-funzjoni tagħha.", "Huwa fatt illi l-operazzjonijiet ta' peacekeeping u peacemaking huma biss frazzjoni żgħira mix-xogħol kollu li tagħmel il-Ġnus Magħquda.", "Pero' huwa fatt ukoll illi l- ispiża għal dawn l- operazzjonijiet tant kibret li filwaqt li kien ikkalkolat li fl-1990 intnefqu $40 miljun, din is-sena huwa kkalkolat li se jintnefqu madwar $3 biljun li 30% minnhom suppost li huma mħallsin mill-Istati Uniti, pero' kulħadd jaf li din għandha ħafna djun b'lura, dejjem tgħid li se tħallas imma ma tasal qatt.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li l-Ġnus Magħquda tifrex ix-xogħol tagħha ħafna iktar 'il bogħod mill-peacekeeping u peacemaking.", "Din l-għaqda għandha aġenziji oħra li jien ċert li qegħdin jagħmlu xogħol utli ħafna imma hemm oqsma oħra umanitarji u soċjali li fihom jistgħu jifirxu l-funzjonijiet tagħhom.", "Kif diġa' għidt, iċ- Charter ta' l-1945 ftit li xejn tbiddil u allura huwa anakroniżmu fid-dinja tal-lum, aktar u aktar minn mindu kien hemm il- kollass tas-sistema ta' l-Unjoni Sovjetika fejn jidher li l-Assemblea Ġenerali se jkollha iktar responsabilita' diretta u se tiġi kkonsultata ħafna iktar spiss milli qed isir fil-preżent.", "Kulħadd jaf li bħalissa għaddejjin polemiki kbar, per eżempju rigward jekk għandhomx jiżdiedu l- membri permanenti fis-Security Council.", "Qed jissemmew pajjiżi bħall-Japan, il-Ġermanja, il- Brażil u pajjiżi kbar oħra.", "Għandhom jidħlu membri ġodda?", "Għandu jibqa' d-dritt tal-veto?", "Id-dritt tal-veto għadu ġej miż-żmien kolonjali, minn wara l-gwerra, u permezz tiegħu kull wieħed mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill jista' jwaqqaf proċess li jkunu qablu dwaru l- Assemblea u s-Security Council kollu.", "Din hija d-demokrazija u dan huwa l- konċett ta' bilanċ ta' poter li qed jiġu prattikati fis- Security Council!", "Jien qed ngħid dawn l- affarijiet kollha għaliex dan kollu jorbot mal- kwestjoni tas- sanzjonijiet, fejn kif se naraw iktar 'il quddiem, hemm min qiegħed jagħmel hijacking u użu mill-Kunsill tas-Sigurta' biex jagħmel il- politika li jrid hu.", "Allura aħna għandna nitkellmu u nkunu kritiċi, u mhux ngħidu: Iva, jekk qal hekk is-Security Council aħna naċċettaw.", "Aħna ngħidu li għandu jerġa' jidħol il-makkinarju li meta jkun hemm iċ-ċans, il- problema terġa' tmur lura għall-Assemblea Ġenerali.", "Dan diġa' tkellimt fuqu u nħoss li hu punt importanti f'dan li qegħdin niddiskutu.", "Jidher li dan mhux qed isir, iktar u iktar minn mindu laħaq Butros Butros Ghali - li huwa bniedem kontroversjali u hemm ħafna opinjonijiet fuqu - u jidher li mil-lat politiku x-xogħol tal-Ġnus Magħquda kiber ħafna.", "Min-naħa l-oħra, mil-lat ekonomiku - li suppost qiegħed hemm biex ilaħħaq mal-politika li trid titwettaq - tant hemm inċertezza dwar pajjiżi membri li ma ħallsux u li ma jridux jagħtu l-kontribut tagħhom, li ma jistax isir forward planning bis-serjeta' biex wieħed ikun jaf x'se jiġri.", "Butros Ghali għamel l-almu tiegħu biex jipprova jbiddel din l-istruttura tal-Ġnus Magħquda li tant qed nisimgħu fuqha.", "Huwa kiteb il-famuża \"Agenda for Peace\" li tispjega aħjar l-ideat tiegħu rigward il-peacekeeping, pero' din ma tgħid kważi xejn fuq kif trid tiġi ristrutturata l-Ġnus Magħquda.", "Ma rridx ngħid li m'hu qed isir xejn għax fil- fatt qed jagħmel ħafna, pero' minħabba li qed jirfes ħafna kallijiet, ma tantx huwa ben visto fi New York fejn hemm ċerti interessi li ma jridux jiċċaqilqu.", "Jien qed insemmi fatti allavolja b'dak li qed ngħid nistgħu niġu akkużati li qed nikkritikaw wisq lill- Amerika.", "Wieħed jista' jgħid li fis-Security Council illum hemm dominanza Amerikana u Ewropea, u mhux veru li dan hu organu rappreżentattiv tad- dinja.", "Meta hemm rappreżen- tanza tant kbira ta' pajjiżi Ewropej b'siġġu permanenti fis- Security Council, bħall- Ingilterra u Franza - u 'l quddiem ma nafx ikunx hemm ukoll il-Ġermanja - u mbagħad hemm ukoll l-Amerika - u allura huma l-interessi tal-punent - żgur li ma tistax tgħid li dan il-Kunsill qed jirrifletti s- sitwazzjoni fil- pajjiżi kollha membri fil-Ġnus Magħquda.", "Dan maż-żmien sfortunatament akkwista record ta' bias politiku mxaqleb lejn ċerti preġudizzji u deċiżjonijiet.", "Minħabba dan, Butros Ghali tilef ħafna mill-kredibilita' tiegħu għax suppost li din l- organizzazzjoni tkun body onest u tipprova tagħmel minn kollox biex iżżomm is-sigurta' u l- paċi.", "Pero' l-paċi ma tintlaħaqx jekk tkun qed iżżomm ma' wieħed jew l-ieħor, jew inkella tippreferi wieħed minn ieħor.", "Is-Security Council ilu jiġi akkużat bil- policy ta' two weights and two measures, jiġifieri ma' wieħed jimxi mod u ma' l-ieħor jimxi mod ieħor.", "Huwa interessanti li meta l- Unjoni Sovjetika kienet fl-aqwa tagħha, l-Amerikani kienu jikkontrollaw id-deċiżjonijiet li ma jridux li joħorġu mis- Security Council bid-dritt tal- veto billi jżommu dawk li ma jkunux iridu li jgħaddu.", "Illum, allavolja d-dritt tal-veto għadda lir-Repubblika tar- Russja, l-Istati Uniti għadha tikkontrolla billi tipprovdi l- akbar forza u billi tiddomina fil-kontroll ta' kif jiġu esegwiti l-missjonijiet tal- kontroll tal-paci jew tal- peacemaking li jidħlu fihom.", "Jien ċert li tan-naħa l-oħra se jgħidu li aħna qed nitkellmu b'dan il-mod għax aħna dejjem konna kontra l-Amerika u nitkellmu kontriha.", "Jien se nikkwota minn \"The Economist\" tat-12 ta' Ġunju, 1993 fejn intqal ċar u tond li:", "\"The Security Council has become little more than an extra arm of western foreign policy ...\".", "Mela l-western foreign policy mhijiex il-politika globali li suppost qed tiġġestixxi l-Ġnus Magħquda.", "Barra minn hekk, fit-13 ta' Jannar, is- Segretarju ta' l-Istat Amerikan, Warren Christopher, kienet żelqitlu kelma li tfisser ħafna - li jgħidulha a Freudian slip of the tongue - meta apparti li qal li jridu jħallsu l-kontijiet li għandhom, qal ukoll:", "\"The United Nations has become such an important instrument of American foreign policy ...\",", "u f'daqqa waħda waqaf u qal:", "\"... or at least such an important aspect of Amer- ican foreign policy ...\".", "Jiġifieri kkorreġa lilu nnifsu għax ra li żelqitlu meta qal li l-Ġnus Magħquda hija strument tal-foreign policy Amerikana.", "Jidher biċ-ċar li l- ħsieb qiegħed hemmhekk; l-idea hija konċepita b'dak il-mod u qed titħaddem ukoll b'dak il-mod.", "Imma appena Warren Christopher ħarġitlu dik il-kelma, ġibidha lura billi qal li mhux instrument u minflok qal:", "\"... important aspect of American foreign policy, that it seems to me that the Department of Defence budget ought to be at least partly responsible for helping us make up that arrerages and for producing the funds necessary as we place more and more burdens on the United Nations.\".", "Allura meta konna dejjem ngħidu li mhux sew li s-Security Council u l-Ġnus Magħquda ma' pajjiż jimxu mod u ma' pajjiż ieħor jimxu mod ieħor, konna qegħdin inkunu kattivi?", "\"The Economist\" qed jgħid ċar li l- Ġnus Magħquda saret branka tal- politika barranija tal-Punent.", "Hawnhekk jekk wieħed jidħol f'diskussjoni jibda jistaqsi jekk meta l-Amerika kellha s- saħħa fuq is-Security Council kenitx aġixxiet l-istess fil- kwestjoni tal-Lvant Nofsani, il-kwestjoni ta' Israel, fejn għal kważi 50 sena baqgħet timblokka r-riżoluzzjonijiet kollha li kienu ħarġu biex ma jiġux attwati, u fil- kwestjoni ta' l-Iraq meta f'daqqa waħda, ftit snin ilu, attakkat lil dan il- pajjiż bl-iktar mod massiv u militarizzat biex tillibera lill-Kuwajt.", "Nerġa' ngħid li aħna m'għandna xejn kontra li pajjiż żgħir jiġi difiż, anzi aħna, bħala pajjiż żgħir, għandna nkunu l-iktar li ngħajtu favur li pajjiż żgħir għandu jiġi difiż.", "Pero' bħalma għidt fil-bidu, għandek tuża l- istess miżuri fl-istess ċirkostanzi.", "Fis-Security Council hemm saħħa u influwenza kbira mill-Amerika fid- deċiżjonijiet li qed jittieħdu.", "Il- Kunsill tas-Sigurta' mexa l- istess fil-kwestjoni tal-Libja u fil-kwestjoni tal-Bosnja?", "Jekk wieħed jara kif saru l- affarijiet jibqa' mistagħġeb bid- differenza u ma jemminx kif dawn id-deċiżjonijiet ħarġu mill-istess body tal-Kunsill tas-Sigurta'.", "Imma din hija xi ħaġa li tinvolvi diskussjoni għaliha waħedha, jiġifieri dwar kif is-Security Council jiġi mbottat mill- interessi Amerikani u mill-interessi li jiddependu fuq interessi ekonomiċi, bħal supply taż- żejt, trade rules u affarijiet oħra, li jġiegħluh jaġixxi mod f'ċirkostanza u mod ieħor f'ċirkostanza oħra.", "Aħna qegħdin naraw li filwaqt li fir-rigward ta' pajjiżi oħra, is-Security Council kien ħafna aktar kalm, kwiet u bla għaġġla - qed nirreferi għal-kwestjoni tal-Lvant Nofsani, meta l- Palestinjani ġew imkeċċija mill-Isreal u baqgħu xhur sħaħ fuq il-fruntiera mal-Lebanon; u hemm riżoluzzjoni f'dan ir- rigward - X'għamlet is- Security Council f'dak il-każ?", "Kienu marru bl-ajruplani biex jibbombardjawhom bħalma għaml fuq l-Iraq biex jiġi liberat il-Kuwajt, jew dawn huma tip ta' nies differenti?", "Din hija r-raġuni għaliex jidher li għas-Security Council kif ukoll għall-Amerika, li qed tiddomina l-mod kif jitħaddem, ċerti nies huma differenti minn ħaddieħor.", "Apparentement l- Għarab mhumiex nies għall- Amerika jew għas-Security Council!", "Nerġa' ngħid li f'ċerti ċirkostanzi rajna azzjoni malajr, determinata u li tista' tiġri fi ftit sekondi, mentri f'ċirkostanzi oħrajn stennew is-snin bla ma ġara xejn.", "Wieħed jara kif ħadmet l-Amerika - u issa niġi għaliha iktar tard - meta reġgħet attakkat lill-Iraq bla ma kellha mbottar mis-Security Council jew konsultazzjonijiet miegħu.", "Ħalli naraw x'qal il- President Amerikan Clinton f'Novembru li għadda meta kien f'Georgetown.", "Dan qal li:", "\"The collapse of communism ... \"", "- u dan qed norbtu mal-fatt li l-Amerika trid li dan it-tip ta' ganċjament jibqa' għax jinteressaha -", "\" ... does not mean the end of danger ...\"", "u ħafna min-naħa l-oħra qed jgħidulna li issa d-dinja m'għadhiex bipolari, imma dħalna in a new world order!", "Dan kompla jgħid:", "\" ...", "A new set of threats in an even less stable world will force us, even as we restructure our defences, to keep our guard up.\"", "Mr Speaker, jekk tippermettili nagħmel parentesi żgħira, hawnhekk ngħid li din neħodha bħala risposta għal min ma jemminx aktar fil-bżonn tan- newtralita' u non-allinjament.", "Kultant biex mingħalihom jirredikolawna jistaqsuna: \"Newtrali kontra min?", "Non- allinjati kontra min?\"", "Jien ngħidilhom biex jistaqsu lil Clinton, għax huwa qed jgħid li hawn aktar instabilita' u perikli u li l-Amerika se żżomm her guard up u se toqgħod attenta biex tilqa' mill- perikli.", "Mela fadal perikli f'din id-dinja!", "Allura huwa tajjeb li wieħed ma jkunx imċappas la ma' naħa u lanqas ma' l- oħra.", "Dan qed ngħidu għal min qed jipprova jissimplifika ħafna l- affarijiet.", "Jekk kemm-il darba wieħed jara kif illum qegħda tiffunzjona l- Ġnus Magħquda, din is-super struttura enormi li teżisti, isib li hemm taħwid enormi fiha.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma se nikkwota minn \"The Economist\" li qalet:", "\"The secretariat in New York is stacked from basement to the thirty- eighth floor with dead wood.\".", "Fi kliem ieħor dawn huma nies li m'għandhom x'jagħmlu xejn.", "\"The good guys have far too much to do.", "Departments and agencies waste their time in turf battles.", "The place is such a mess of infighting that it is not even able to publish an internal telephone directory.\".", "Ara kemm huma ordinati hemmhekk!", "Dan l-artiklu jkompli jgħid li:", "\"The staffing problems are grotesque; people cannot be fired, either because of the Secretary General's pledge or because it would cost a bomb in compensation.\",", "jiġifieri trid tħallashom talli tkeċċihom.", "Imma agħar minn hekk insibu li:", "\"Discipline is non- existent.", "People get their jobs for life on grounds of nationality rather than competence.\".", "Din hija l-Ġnus Magħquda li tant qed nitkellmu b'awra ta' għaġeb dwarha u kulma tgħid qed neħduh bħala Bibbja u bħala Evanġelu!", "\"The Economist\" ikompli jgħid li: \"The performance evalua- tion system is bent on giving practically every- body a positive rating, however useless he or she may be.", "There are excellent people working for the United Nations but not enough of them.", "The morale is low, duplication is endemic and some do pretty well on their own.\",", "u hawn jitkellem fuq branches bħal UNICEF u UNHCR.", "Pero' skond dan l- artiklu waħda mill- frustrazzjonijiet hija \"trying to make the United Nations work better in a deliberately decentralised system now in obvious need of strong leadership from the centre\".", "Mela fi ftit kliem - għax hemm ħafna iktar affarijiet x'tgħid fuq dan - qed jgħid f'liema stat qegħda l- Ġnus Magħquda.", "Barra minn hekk, dan l-aħħar - u dan huwa interessanti ħafna - il-mod kif l-Istati Uniti qed jużaw il-Ġnus Magħquda u s- Security Council biex jilħqu l- għanijiet tagħhom, mhux aħna biss qed nikkritikawh.", "Jien ċert li bħalissa hawn widnejn weqfin bl-għama li jgħidu li qed nerġgħu nieħdu pożizzjoni kontra l-Amerika u kontra l- Punent.", "Dan m'hu veru xejn.", "Fil-bidu jien għidt li aħna kritiċi u ma naċċettawx kollox.", "Issa se ngħid kif mhux aħna biss qed nikkritikaw il-mod kif din l- organissazzjoni qed taħdem, imma anke l-Parlament Ewropew.", "Fl-14 ta' Lulju, jiġifieri wara l-attakk moqżież li l-Amerikani reġgħu għamlu fuq Baghdad - u hawnhekk nerġa' ngħid li aħna bl-ebda mod ma qed ngħidu li t- terroriżmu huwa tajjeb, anzi aħna nikkundannaw it-terroriżmu, jiġi minn fejn jiġi u jsir għal xiex isir għax it-terroriżmu huwa kollu ħażin, imma nikkundannaw ukoll il-high-handedness ta' dawn il- poteri li għax għandhom is- saħħa f'idejhom jagħmlu li jridu - il-Parlament Ewropew, f'dibattitu li sar b'urġenza fi Strasbourg għadda riżoluzzjoni - li favur tagħha kien hemm 122 u kontra tagħha kien hemm 88 - li fiha kkundanna dan l- attakk Amerikan fuq Baghdad bil-qtil ta' ruxxmata nies ċivili.", "F'din ir- riżoluzzjoni, il-Parlament Ewropew ikkundanna din l-azzjoni ta' l-Amerikani li ttieħdet mingħajr konsultazzjoni mas-Security Council.", "Ir-riżoluzzjoni għamlet appell lill-Istati Uniti u lill-membri l-oħra tas- Security Council biex ma jirrikorrux għall-użu tal-forza speċjalment jekk din ma tkunx deċiżjoni tas-Security Council biex jieħdu azzjoni unilaterali.", "F'dak id- dibattitu saru ħafna rimarki.", "Jien jiddispjaċini li l-gazzetti tagħna - għalkemm ma nippretendix li l-oħrajn iġibuhom - ma jġibux dawn l- affarijiet.", "Il-membri tal- Parlament Ewropew qalu li l- Istati Uniti ta' l- Amerika kienu obbligati li qabel jieħdu azzjoni - li ttieħdet għax qalu li kien sar attentat biex jinqatel il-President Bush - jikkonsultaw lis- Security Council.", "Fid-diskussjoni ssemmiet li din hija prova - u hawnhekk qed nikkwota mill- \"Agence Europe\" li toħroġ proprju mill-Parlament Ewropew u hija faithful għal dak li jintqal - ta' double moral standards.", "Fil- fatt dawn huma t-two weights and measures li tkellimna fuqhom.", "Xi ħadd qal - u dan huwa interessanti - li huwa aktar importanti li l- pulizija juri rispett lejn ir- regolamenti u mhux jiksirhom hu stess.", "Il-kelliem kompla jgħid li f'dan il-każ jidher ċar li l-Istati Uniti ta' l- Amerika has stepped over the line, jiġifieri marret oltre dak li għandha dritt tagħmel.", "Imbagħad kien hemm membru tal- Parlament li għamel rimarka interessanti fejn staqsa: Min jaf kieku s-CIA Amerikana kkonfoffat u qatlet lill- President Allende taċ-Ċile u ċ- Ċilejani marru jibbombardjaw Washington?!", "Jien se nieqaf hawnhekk fuq dan u nħalli f'idejn min jifhem biex jeżamina daqsxejn il-konċett li qed tapplika l-Amerika f'dawn l- affarijiet u kif anke l- Parlament Ewropew qed jikkritika u jikkundanna dan l- aġir.", "Dan l-aġir aħna minn hawnhekk nikkundannawh ukoll u kieku kellna nitkellmu mill- ewwel u nagħmlu dikjarazzjoni, id-dikjarazzjoni kienet tkun favur l-Iraq, kontra l-Amerika u kontra l-Punent.", "Dan mhux aħna biss qegħdin ngħiduh imma anke l-Parlament Ewropew fejn tan-naħa l-oħra jgħidu li għandhom ħafna ħbieb u li qegħdin jaspiraw li jkunu membri f'dan il- Parlament Ewropew meta nsiru membri sħaħ tal-Komunita' Ewropea, 'l quddiem għandi xi mistoqsijiet dwar din il-kwestjoni.", "Għalhekk aħna qegħdin insibu oġġezzjoni għall-fatt li ntqal li dak li jgħidu l-Ġnus Magħquda u l- Kunsill tas-Sigurta' għandna naqbdu u nemmnu b'għajnejna magħluqin.", "Dan qed ngħidu u nerġa' ngħidu mhux biex inċekknu lill-Kunsill tas- Sigurta' jew lill-Ġnus Magħquda, imma biex inkunu oġġettivi u għaliex ninsab ċert li xi ħadd se jdawwar il-fatti.", "Dan qed ngħidu wkoll biex inkunu nafu fuq min qegħdin nitkellmu.", "Dan il-Kunsill huwa mmexxi min-nies, għandu d- difetti tiegħu u għandu t- tajjeb tiegħu, pero' ma nistgħux - bis-soltu mentalita' antika kolonjali tagħna - naċċettaw dawn l-affarijiet qishom affarijiet neżlin mis- sema.", "Imbagħad kien hemm oġġezzjoni rigward il-Prim Ministru.", "Jien irrid ngħid li jekk aħna se naċċettaw li nagħtu dawn il- poteri lill-Prim Ministru, skond ma jitlob dan l-Abbozz, jien għan-nom ta' l- Oppożizzjoni nista' ngħid li għandi r-riżervi tiegħi u li aħna ma nistgħux nafdaw lill- Prim Ministru - u jista' jgħid li hawnhekk se nkunu personali, imma dawn huma l-fatti - li b'valutazzjoni korretta u analiżi oġġettiva jivvaluta l- interessi ta' Malta.", "Mill- affarijiet li ġraw sal-lum u minn kif rajnih jaħdem u jaġixxi jidher ċar li aħna ma nistgħux ngħidu li għandna moħħna mistrieħ li għandna Prim Ministru li jaf jivvaluta l- affarijiet u jivvalorizzahom, li għandu għal qalbu lil Malta u li l-interessi ta' Malta se jkunu mħarsin.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex anke kieku naqblu ma' dak kollu li hemm fl-Abbozz, għandna dubji serji - ibbażati fuq fatti li ġraw kemm ilu fil-kariga ta' Prim Ministru - kemm għandna nagħtu lill- Prim Ministru personalment il-poter li jirċievi d-direttivi mis- Security Council u awtomatikament japplikahom.", "Il-Prim Ministru ma jagħmilx valutazzjoni korretta u oġġettiva u lanqas għandu dik il-viżjoni politika li tħares 'il quddiem u tara x'se jiġri biex ikun jista' jilqa' ħalli ma ssirx ħsara lil Malta.", "Per eżempju, meta l-Prim Ministru, appena ħa l- kariga tiegħu fl- 1987, laqqa' lill-ambaxxaturi kollha fis-sala ta' Kastilja, qal ċar u tond li l-valur strateġiku ta' Malta spiċċa.", "Kif jista' Prim Ministru bħal dan, li qed jarmi l-valur strateġiku ta' pajjiżu, jivvaluta kemm jiswa pajjiżu jekk jiġi ddettat mis-Security Council biex jagħmel ċerti affarijiet?", "Jekk naraw kemm dan il-Prim Ministru kien eżatt fil-kalkoli u l-previżjonijiet li għamel fuq id-dħul ta' pajjiżna fil- Komunita' Ewropea naraw li dan mhux talli mar żmerċ imma he missed the mark completely u filwaqt li suppost kellu jmur il-lvant, fil-fatt mar il- punent.", "Jiġifieri lanqas tista' tgħid li dan forsi seta' kellu challenge jew idea, ivvalutaha, wasal għal deċiżjoni u l-affarijiet ġraw kif qal hu.", "Mhux talli hekk, talli ġara l-kontra.", "Ma kien hemm l-ebda idea ta' time- frame jew ta' x'kellu bżonn il-pajjiż biex jagħmel dak il-pass li hu kien qed jaħseb li l-pajjiż għandu jagħmel.", "M'hemm assolutament l-ebda analiżi li għaliha nistgħu nagħtuh plus.", "Kif nistgħu aħna minn din in- naħa nafdaw Prim Ministru u nagħtuh dawn il-poteri meta l- istorja tiegħu bħala Prim Ministru turi dawn l- affarijiet?", "Skond artiklu 50 taċ-Charter, jekk kemm- il darba l-interessi ekonomiċi tal- pajjiż se jkunu milqutin minn sanzjonijiet li se jiġu mposti mill-Kunsill tas-Sigurta', il- pajjiż, anke jekk mhux membru, għandu d-dritt li jinnegozja u jitkellem mas-Security Council biex jara l-interessi tiegħu.", "Aħna nistgħu bil-kuxjenza kollha ngħidu li għandna Prim Ministru li kapaċi jinnegozja?", "Tinnegozja meta tbigħ ruħek kompletament u tgħidilhom li trid tingħaqad magħhom, ikunu xi jkunu l-kondizzjonijiet?", "Ħafna drabi jgħid li se ninnegozjaw b'kondizzjonijiet aħjar imma safejn naf jien il- Viċi Prim Ministru f'April ta' l-1992 f'Lussemburgu għamel dikjarazzjoni fejn qal li aħna lesti li naċċettaw it-Trattat ta' Maastricht kif inhu u bl- emendi kollha li se jsirulu sakemm aħna nsiru membri tal- Komunita'.", "Dan hu n-negozjar?!", "Jien din għidtha kemm-il darba u nkompli ngħidha għax tant hija redikola u ma tagħtikx saħħa biex targumenta u biex għada pitgħada tagħmel in- negozjati tiegħek.", "Min diġa' jaf li int kommess, taf xi trid u taf fejn trid tmur, se jpoġġi l-prezz, il-kondizzjonijiet u anke d-data.", "Lill-Prim Ministru m'għandix fuq xiex nagħtih fiduċja, la fuq valutazzjoni tal-valur ta' Malta bħala Malta, la fuq il- kalkoli politiċi li għamel u lanqas fuq il-valutazzjoni ta' time-frame ta' kif sejrin l- affarijiet fl- Ewropa, x'inhu l- logħob diplomatiku li jgħaddi bejn il-pajjiżi ta' l- Ewropa, kif jaqbdu pajjiż żgħir u jarmuh meta ma jkollhomx x'jambuh, u kif jużawh meta jkollhom bżonnu ...", "Dawn huma affarijiet li aħna, bħala pajjiż żgħir, irridu nżommuhom f'moħħna l-ħin kollu għax jekk xi ħadd jaħseb li lilna se jagħtuna l-istess weight bħalma jagħtu lill-Ġermanja u lil Franza, ikun sejjer żball.", "Aħna għandna l-weight u l- importanza tagħna, imma l- importanza u l-weight tagħna rridu nagħmluhom aħna billi nieħdu ċerti pożizzjonijiet u ċerti vantaġġi miċ-ċirkostanzi kif ikunu.", "Dan tista' tgħidlu brinkmanship, imma huwa importanti li tilgħab il-karti tiegħek meta taħseb li jkun opportun għal pajjiżek li tilgħabhom u mhux meta jiddettalek ħaddieħor jew għaliex il-moda hija hekk, allura tagħmel bħalhom.", "Jaqblilna naġixxu b'dan il-mod?", "Nistgħu nieħdu dawn il-miżuri mingħajr ma nagħmlu ħsara lil pajjiżna?", "Jien inħoss li l- Prim Ministru li għandna mhuwiex f'pożizzjoni li jiġi mgħobbi b'responsabilita' bħal din u għalhekk bħalma għidt fil-bidu, inħoss li d- diskussjoni trid tiġi fil- Parlament ħalli d- diffikultajiet u l-affarijiet li ma jarax hu, jiġu mqajma minn din in- naħa jew minn sħabu stess.", "Kollegi min-naħa tiegħu jistgħu jissollevaw problemi li jien ċert li hu jista' jimmissjahom kompletament.", "Kif nista' nafda Prim Ministru li fid- dinja tal-lum ma jivvalutax il- valur ta' l-istatus newtrali u tan-non-allinjament f'pajjiżna?", "Semmejt x'qal Clinton, mexxej ta' wieħed mill-ikbar pajjiżi tad-dinja meta qal li qiegħed għassa għaliex mhux veru li hawn il-paċi fid-dinja, imma hawn ħafna instabilita' u jista' jinqala' l-inkwiet minn kullimkien.", "Imbagħad il-Prim Ministru tagħna jiġi jgħidilna li m'għandniex għalfejn inkunu allinjati ma' ħadd u newtrali kontra ħadd!", "Dawn huma affarijiet li bilfors irridu ...", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Jidhirli li qed niddiskutu liġi li ssemmi \"il-Prim Ministru\" u mhux lill-Prim Ministru Fenech Adami.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru qed ikun personali żżejjed għaliex din hija liġi li se tibqa' għal dejjem.", "(Interruzzjonijiet) Natural- ment aħna ma naqblux ma' l- ideat tiegħu.", "Fil-liġi jissemma \"il-Prim Ministru\" u mhux il-Prim Ministru Fenech Adami.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien għandi l-ikbar rispett personali lejn Edward Fenech Adami bħala ċittadin, imma huwa l-obbligu tiegħi li nikkritika l- funzjoni tiegħu fl-uffiċċju tiegħu bħala Prim Ministru ta' Malta fis-sitt snin li għaddew.", "Jien qed nagħmel dawn ir- rimarki fil-konfront tiegħu għaliex bħalissa huwa qiegħed in office u jekk se nivvota għal din il-liġi, se nagħtih dawn il-poteri li qed jitlobni.", "Qed nagħmel valutazzjoni tal- persuna li jien irrid nafda f'dan l-inkarigu li qed titolbuni li nagħtih.", "Għalhekk qed nikkritika lilu għaliex jien qed nara jekk nistax nafda lil dan il-bniedem b'dawn il- poteri.", "Il-valutazzjoni ta' din in-naħa hija li f'dan il- każ ...", "Kieku kien Prim Ministru ieħor forsi kont nitkellem b'mod differenti, imma l-istorja ta' dan il-Prim Ministru partikolari qed nanalizzaha ħalli nkunu nistgħu niddeċiedu nagħtuhx dawn il- poteri jew le.", "Ovvjament f'dan il-każ il-kwestjoni hija fin- negattiv.", "Rigward l-azzjonijiet li qed jittieħdu kontra l-Iraq, il- Prim Ministru ma jemminx li l- affarijiet kellhom ikomplu jimxu bid-diplomazija paċifika, kif konna ridna aħna u kif kien ried il-Papa dak iż-żmien.", "Allura napprovaw dak li għamlet l-Amerika u Schwarzkopf għax dawn għandhom is- saħħa u biex jeħilsu mill-problemi jaqbdu u jibbombardjaw?", "Dan narawh kuljum fuq it-television fuq is-CNN.", "Jiena ma nemminx li għandi naqbel ma' Prim Ministru bħal dan.", "Ma naqbilx ukoll ma' Prim Ministru li fil-każ ta' Lockerbie, minkejja l- investigazzjonijiet li għamel hu jgħid li ma ġara xejn.", "Meta ġie hawn Malta Abu Dourda li hu kważi Prim Ministru tal-Libja, il-Prim Ministru Malti għamel dikjarazzjoni uffiċjali fejn qal li hu jemmen li minn hawn Malta m'għadda xejn.", "Allura mbagħad kif ma jargumentax ma' l-Amerikani li għamlu s- sanzjonijiet kontra l-Libja, iżda minflok jgħidilhom li se jobdi s-sanzjonijiet?", "Jekk il-Prim Ministru għamel l- investigazzjonijiet u ma rriżultalu xejn, kif emmen lil dak, għax ġie biċ- chewing gum min-naħa ta' l-Amerika?!", "Dan hu l-Prim Ministru li qed nitkellem fuqu.", "Jien diġa' semmejt kif dan mar żmerċ u kif ma tawhx il- kredibilita' li għandu jkollu fit-trattati mal-Komunita' Ewropea.", "Dan ġie jgħid li wegħduh li se jdaħħluna u qalulu li għada żgur se jkun ...", "Iżda ma rridx niftaħ dan l-argument għax kemm-il darba tkellimna fuqu.", "Allura dan m'għandu ebda weight ma' l- irjus fl-Ewropa, għax kieku ma jgħadduhx biż- żmien b'dan il- mod.", "Kif nista' nafda Prim Ministru bħal dan?", "Kif nista' iktar u iktar nafda Prim Ministru li jaf li għandu nies bħalma hu ċ- Chairman ta' Air Malta li filwaqt li qed jgħid li se jobdi s-sanzjonijiet qed jinnegozja mal-Libjani - u din il-Prim Minsitru innegaha imma l-provi qegħdin hemm - biex b'xi mod minkejja s-sanzjonijiet, iġibu ajruplani Libjani hawn Malta, jagħmlulhom l-arma ta' Air Malta u jtajruhom minn hawnhekk?", "Jiena ngħid li barra minn hekk rridu nkunu attenti meta nitkellmu fuq sanzjonijiet - u dan għidtha fil-bidu - għax fiċ-Charter jissemmew \"miżuri\".", "U jekk article 43 jgħid li hemm ir-right of passsage, naf li dan il-Prim Ministru se jgħidilhom: \"It-truppi tagħkom iridu jgħaddu minn hawnhekk?", "Jgħaddu minn hawn; mhux xorta la intom qed tgħidu hekk!\"", "Għax jekk tkun daqshekk kondexxenti u tbaxxi rasek għall-Kunsill ta' l-Ewropa, se taċċetta kollox.", "Jien assolutament ma naqbilx ma' dan u ma nagħmel l-ebda riżerva meta ngħid li lil dan il-Prim Ministru partikolari ma nagħtihx id-dritt li jagħmel regolamenti hu.", "U bħala prinċipju iktar u iktar ma nagħti dritt lill-ebda Prim Ministru li jaqbeż il-Parlament u jagħmel dawn l-affarijiet.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi min ilum lill-Oppożizzjoni li tkun kritika?", "Jien nixtieq li għada ma narax gazzetti li jergħġu jittimbrawna li erġajna morna fejn konna.", "Nerġa' ngħid li aħna nemmnu fl-istruttura tas- Security Council u fil-Ġnus Magħquda, irriduhom jiffunzjonaw aħjar, imma nemmnu wkoll li r-rappreżentanti tagħna hemmhekk għandhom iħufu fil- kuriduri, jagħmlu x-xogħol tagħhom u jqajmu kuxjenza ħalli kemm jista' jkun dawn l- affarijiet li qed nitkellmu fuqhom hawnhekk jinstemgħu u tinħoloq il-kuxjenza li s- Security Council mhux jikkmanda u jagħmel kollox hu.", "Nixtieq li qabel nagħlaq nitlob lid-Deputat Prim Ministru jgħidilna ma' min se jżomm il-Partit Nazzjonalista fuq l-issue li semmejt jien dwar l- attakk ta' l-Amerikani fuq Baghdad, jekk hux ma' sħabu tal-Parlament Ewropew jew ma' l-Amerikani.", "Huwa interessanti li wieħed ikun jaf dawn l- affarijiet.", "Qatt smajna lill- Prim Ministru jikkritika lill- Ġnus Magħquda għal xi aġir diskriminatorju li semmejt jien kontra l-Lvant Nofsani, l-Iraq u l-Libja?", "Qatt ma smajna kundanna kontra l-Ġnus Magħquda.", "Il-Prim Ministru qed jikkontempla - u nixtieq risposta fuq din għaliex dan huwa każ imminenti - x'forma ta' konsultazzjonijiet se jagħti lis-Security Council skond artiklu 50 jekk kemm-il darba se jissaħħu s-sanzjonijiet kontra l- Libja?", "Kulħadd jaf li f'nofs Awissu qed nistennew li se jiħraxu s- sanzjonijiet kontra l-Libja.", "Veru li hemm l-interessi tal-pajjiżi membri l- oħra, bħalma hija l-Italja u l-Ġermanja, jiġifieri l-Amerika mhux se tara l-interessi tagħna, imma aħna bħala pajjiż żgħir, skond artiklu 50, se nintlaqtu sewwa ekonomikament jekk kemm-il darba jsir dak li qed jgħidu li se jsir.", "Allura l-Prim Ministru lest li jmur jiddiskuti mas-Security Council u ħejja l-oġġezzjonijiet tiegħu għaliex għandna nużaw artiklu 50?", "Issa jekk jiġi mitlub ir- right of passage ta' l-art jew ta' l-ajru, il- Prim Ministru lest li jekk ikollu dawn il- poteri f'idejh jaċċetta li jħalli lit-truppi jgħaddu?", "Jekk kemm-il darba għada pitgħada jiġi mitlub li jibgħat xi truppi Maltin - naf li se jgħidli li dan huwa eskluż għaliex artiklu 42 huwa maqtugħ mil-liġi - ...", "Imma diġa' kien hawn żmien meta kellna Deputat Prim Ministru li kien ħareġ jgħid bit-tbissima - biex ma ngħidlhiex b'ċajta - li se nibagħtu n-nies bl-elmu blu biex imorru jiġġieldu fil- Bosnja meta ħaddieħor qiegħed hemmhekk imwerwer għaliex qed jisparaw fuqhom u joqtluhom.", "L-aħħar mistoqsija tiegħi hija din: X'inhu l-iskop proprju ta' din il- liġi?", "Din hija xi forma ta' prezz li l- Partit Nazzjonalista jew il- Gvern demokristjan Nazzjonalista jrid iħallas biex jidher gustuż u biex ipatti għall- image negattiva li ħoloq ma' l- Amerika meta kellna l-kwestjoni tal- vapuri Jugoslavi reġistrati hawn Malta li kisru s-sanzjonijiet u iktar u iktar il-kwestjoni ta' Ali Rezaq?", "F'isem l-Oppożizzjoni rrid ngħid li aħna ta' din in-naħa m'għandniex fiduċja fil-Prim Ministru biex napprovaw li jkollu dawn il-poteri f'idejh u m'aħniex kuntenti bil-mod kif qed jaħdem u kif qed jopera l- Kunsill tas-Sigurta' u għalhekk il-vot tagħna se jkun definittivament kontra dan l- Abbozz.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, meta għandna quddiemna liġi fejn effettivament qed niġu mitluba nagħtu blank cheque lill-Prim Ministru u kwalunkwe Prim Ministru li jista' jiġi wara, b'poteri diskrezzjonali kbar ħafna li żgur mhumiex aċċettabbli għalina, jeħtieġ li f'ċirkostanza bħal tal-lum jiġi reġistrat il-fatt li l-Gvern Malti sal-lum, tul iż-żewġ leġislaturi tiegħu, naqas serjement milli juri impenn serju favur id- demokratizzar tal-Ġnus Magħquda.", "Dan sfortunatemnt spikka l-iktar tul il- presidenza Maltija ta' l-Assemblea Ġenerali meta minflok li stinkat favur riformi radikali, kif għamlu diversi pajjiżi bħalna, Malta għażlet li sservi ta' eku ta' min kien determinat li ma jagħmel xejn ħlief tibdiliet kosmetiċi għaliex hekk kien jaqbel lil pajjiżu.", "L-ewwelnett bħal sieħbi, l- Onor. Geerge Vella, nixtieq nagħmilha ċara li dak li qed ngħid m'għandux jirrifletti fuq il-Ġnus Magħquda bħala organizzazzjoni iżda għandu jirrifletti fuq dawk il-pajjiżi li wżawha u għadhom qed jużawha sal-lum bħala biċċa għodda biex taqdi l-politika barranija tagħhom.", "U jien hawnhekk mingħajr ma nsemmi lil ħadd b'ismu nikkwota mill-kitba ta' wieħed ġurista famuż li dan l- aħħar qal hekk:", "\"The United Nations member states have far too long not let it become what it set out to be.\".", "Mingħajr ma nidħlu f'każi individwali kulħadd jaf li f'ċerti każi riċenti l- Ġnus Magħquda kemm kemm ġiet mitluba tagħti l-approvazzjoni tagħha lil ċerti azzjonijiet unilaterali ta' ċerti pajjiżi li fil-fatt kienu diġa' ttieħdu.", "Ħadd ma jista' jinsa meta ftit wara l-Gwerra tal- Golf is- Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Perez de Cuellar kien indirizza lill- Parlament Ewropew - jekk m'inix sejjer żball kien f'April ta' l-1991 - fejn kien qal li minkejja kulma qalu nies oħrajn, din mhux veru kienet gwerra tal-Ġnus Magħquda għaliex wara kollox - u kien qalha sarkastikament - il- Ġeneral Schwarzkopf ma kienx liebes l-elmu blu tal-Ġnus Magħquda.", "Mr Speaker, huwa stat ta' fatt li l-Karta tal-Ġnus Magħquda spiss qed tiġi mgħawġa u spiss qed tiġi interpretata b'tali mod li tfisser dak li qatt ma kienet intenzjonata li tfisser.", "Kulħadd jaf li r- raison d'etre tal-Ġnus Magħquda kif imnaqqxa fiċ-Charter ta' l- istess Ġnus Magħquda dejjem kienet - u nikkwota fedelment - \"li ssalva lill- ġenerazzjonijiet futuri mis- saħta tal-gwerra u li ssolvi tilwim internazzjonali b'mezzi jew metodi paċifiċi\".", "Illum veru li spiss nisimgħu l-idea ta' l-ordni dinjija ġdida - għalkemm forsi dan l-aħħar m'għadhiex tinstema' wisq din il- cliche' - iżda jidher ċar li l-makkinarju tal-Ġnus Magħquda, abbażi tar- record tiegħu f'dawn l-aħħar snin, mhux biss spiss falla milli jagħti riżultat, iżda kien makkinarju li spiss wassal biex anke pprevala l- użu tal-forza.", "Iżjed u iżjed wara dak li ġara fil-gwerra tal-Golf, aktar hemm min jikkontendi li kull intervent tal-Ġnus Magħquda għandu jkun taħt il- kmand u l-kontroll sħiħ ta' l-istess Ġnus Magħquda u jkun ukoll ta' natura purament difensiva.", "Għalkemm huwa veru - u hemm ħafna li jikkontendu dan - li l-Ġnus Magħquda użat kejl differenti f'diversi konflitti li kien hemm - l- aktar tlieta li jispikkaw huma ta' l-Iraq, tal-Bosnja u tas- Somalja - jibqa' l-fatt li jekk dawn kellhom xi ħaġa in komuni kienet li f'kull waħda minnhom in varying degrees - u kienu veru varying id-degrees - rajna attentati ddisprati mill-Ġnus Magħquda biex timponi l- awtorita' tagħha jew bl-użu tal-forza jew inkella bit- theddid li tuża l-forza militari.", "Illum naraw li anke pajjiżi membri bħar-Renju Unit, li huwa membru permanenti tal- Kunsill tas-Sigurta' - u għalhekk ovvjament ma jkollhomx l-interess, għallinqas fl- interess ta' pajjiżhom, li jbiddlu ċerti affarijiet li forsi huwa fl-interess tagħna li jinbidlu - minn studju li sar dan l-aħħar mill- Foreign Affairs Committee tal-House of Commons, jidher li kkonkludew li l- espansjoni tar-rwol militari tal-Ġnus Magħquda kien qed isir b'pass imgħaġġel wisq u kien qed isir b'nuqqas ta' ħsieb adegwat.", "Wieħed irid jagħmilha ċara li hemm distinzjoni bejn ir-rwol tradizzjonali tal-Ġnus Magħquda li huwa peacekeeping u li fih fl-imgħoddi u anke fil-preżent spiss ħadu sehem anke xi pajjiżi newtrali, speċjalment dawk tat-tramuntana, u dak li llum qed jiġi msejjaħ peacemaking, kif semma sieħbi l-Onor.", "George Vella, jew anke peace enforcement, li meta tagħsarhom issib li m'huma xejn ħlief ewfemiżmi għall-intervent militari.", "Jiena llum mhux se noqgħod nidħol fil-merti - għaliex lanqas il-ħin ma jippermetti - jekk meta ngħidu li hemm bżonn issir riforma tal-Ġnus Magħquda għandhiex tinkludi jew teskludi tibdil taċ-Charter tal-Ġnus Magħquda nnifisha.", "U dan għaliex filwaqt li hemm min iħoss li hemm bżonn reviżjoni anke tal- Karta nnifisha sabiex forsi jiġu riflessi aktar fedelment ir-realtajiet ġodda tad-dinja li qed ngħixu fiha llum, hemm oħrajn li jsostnu b'ċertu konvinzjoni li għalkemm ir- riforma strutturali hemm bżonn li ssir, forsi din tista' ssir mingħajr tibdil fiċ-Charter innifsi.", "Iżda meta wieħed normalment jitkellem dwar riformi - jiġifieri kull min jikkritika dawn l-affarijiet, u allura kulħadd barra l-Gvern Malti u l-membri permanenti nfushom tal-Kunsill tas- Sigurta' - ikunu x'ikunu l- argumenti li jġib, kważi invarjabbilment dejjem jibda bil-Kunsill tas-Sigurta' nnifsu.", "U r-raġuni hija sempliċi, għaliex l-istruttura ta' dan il-Kunsill hija meqjusa minn ħafna bħala kontradizzjoni fiha nnifisha anke meta wieħed iqabbel, biex ngħid hekk, il- poteri u l-istruttura tiegħu ma' l-affermazzjoni li hemm fiċ-Charter tal- Ġnus Magħquda speċjalment artiklu 2.1 li jitkellem fuq sovereign equality of all its members.", "Jista' jkun li fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija ċ- ċirkostanzi kienu jiġġustifikaw sitwazzjoni simili għax is- scenario kien kompletament differenti, iżda fi żmenijietna kemm il-kompożizzjoni tal- Kunsill tas-Sigurta' kif ukoll il-voting rights tal-membri permanenti - fil- fehma mhux biss tiegħi imma ta' ħafna - jidhru li huma anakroniżmu iżjed u iżjed meta qed ngħixu f'dinja fejn il-power structures inbidlu u daħlet inter-dipendenza ġdida fost il- popli.", "Jien naħseb li huwa fatt magħruf li ħafna jħossu li l-Ġnus Magħquda għandu jkollha sistema effettiva ta' checks and balances - għax illum din ma teżistix - u ħafna jikkontendu - anke fil- punent stess - li hemm bżonn li din ikollha capability imtejba biex tantiċipa u tevita l-konflitti.", "Dawn iridu jkunu mekkaniżmi verament effettivi u mhux isiru biss fuq il-karta.", "Tant hu hekk li hemm min qed isejjaħ dan kollu the establishment of a global emergency system jew global watch.", "Jien mhux se ngħid li kienu nvoluti mexxejja Soċjalisti bħal Carlsson, Brandt, u Brundtlands iżda jekk hemm studju li javvoka riformi fil-Ġnus Magħquda b'ċerta serjeta' dan huwa the Stockholm Initiative on Global Security and Governance li kien ġie pubblikat fit-22 ta' April 1991.", "Dan sar minn perspettiva tal-punent imma minkejja dan kollu, min kitbu la beża' jagħmel suġġerimenti konkreti u lanqas beża' jirfes fuq il- kallu ta' ħaddieħor, diment li kien iħoss li moralment kellu raġun.", "Fost ir-riformi li l-aktar li qabdu l-art f'dawk il- pajjiżi li qed jiżviluppaw, hemm l-ħtieġa ta' aktar poteri għall-Assemblea Ġenerali.", "Ir- raġuni hija li din hija xi ħaġa ferm aktar wiesgħa u rappreżentattiva mill- Kunsill tas-Sigurta' nnifsu.", "Option oħra li qed tissemma wkoll for consideration hija li hemm bżonn ta' aktar poteri u strutturi effettivi f'idejn is- Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda ħalli hu jkun effettivament l-ewwel bniedem li jkun jaf meta jqumu l- konflitti u jkun f'qagħda effettiva li jieħu ċerti azzjonijiet preventivi.", "Ħafna qed isostnu li dan mhux biss għandu jkollu l-għodda u l- poteri biex jagħmel dan imma qed isostnu li biex dan ikun jista' jaqdi xogħlu bla xkiel għandu jkun kapaċi jagħmel dan mingħajr il-kunsens bil-quddiem tal-Kunsill tas- Sigurta'.", "Sakemm il-Ġnus Magħquda ma toħloqx confidence building measures effettivi, l-kliem kollu li nisimgħu dwar crisis management, conflict resolu- tion, conflict prevention u affarijiet oħra jibqa' biss kliem sabiħ fuq il-karta.", "Jien napprezza li jistgħu jinqalgħu - as a very last resort - ċirkostanzi li jitolbu l- inforzar militari, iżda dawn għandhom jaqgħu f'idejn il- Military Staff Committee tal- Ġnus Magħquda.", "Dan huwa mekkaniżmu li għal raġunijiet ovvji ilu fil-limbu minn żmien il-gwerra bierda.", "Illum dan qed jgħiduh diversi pajjiżi.", "Fil-fatt hemm min qed jgħid li jekk l-MSC għandu jiġi revived, hemm bżonn li fih ikollu mhux biss nies militari imma wkoll nies politiċi u nies legali.", "Dan l-aħħar fl- Ingilterra kien hemm sitwazzjoni fejn b'riżultat tal-bombardament ta' l- Iraq - li semma sieħbi l- Onor. George Vella - ġie mxellef għall-ewwel darba t- tripartisan consensus li s-soltu jeżisti bejn it-tliet partiti ewlenin fil-politika barranija.", "Meta ġara dan, la ggwadanja u lanqas tilef xi pajjiż ieħor imma fil-fehma tiegħi l-aktar li tilfet kienet il- kredibilita' tal-Ġnus Magħquda nnifisha, għax wieħed kien jippretendi li din kellha tiġi kkonsultata qabel ma ttieħdet l-azzjoni u mhux wara.", "Frankament jien m'inix bniedem legali imma l-argumenti kollha wżati dwar is- self-defence ftit jidhru li kkonvinċew nies intiżi fil-qasam tal-liġi internazzjonali.", "Jien naf li ħafna jaħsbu li se nkun ottimist iżżejjed iżda sinċerament nawgura li meta fi żmien sentejn il-Ġnus Magħquda tagħlaq in-nofs seklu ta' ħidma tagħha nkunu nistgħu ngħidu li l-proċess tad-demokratizzazzjoni tagħha jkun diġa' nbeda.", "Għalhekk nistgħu ninjettaw fiduċja ġdida f'din l- organizzazzjoni, nitkellmu dwar il-ħolqien ta' ordni internazzjonali ġdid u nevitaw il-kejl differenti fl-infurzar tar-riżoluzzjonijiet kollha tal- Ġnus Magħquda inklużi dawk fil-konfront ta' pajjiżi viċin tagħna bħal-Lvant Nofsani u Ċipru meta jkollna Ġnus Magħquda msaħħa, aġġornata, modernizzata u demokratizzata.", "Jien nixtieq nagħlaq bi kwotazzjoni ta' Sunny Rampal.", "Dan mhuwiex xi wieħed anti- Amerikan imma għal xi snin kien is-Segretarju Ġenerali tal- Commonwealth.", "Dan l-aħħar fi studju li ppubblika qal hekk:", "\"Minkejja l-ispirtu ta' trionfaliżmu f'ċerti nħawi, il-kriżi tal-Golf żgur ma kenitx xi esperjenza glorjuża għad- dinja, aktar u aktar għall-Ġnus Magħquda li la kienet kapaċi tevita l- kriżi u lanqas li ssolviha b'mod paċifiku.", "Qabel nitkellmu dwar ordni ġdid hemm bżonn li t- tibdil nagħmluh ilkoll kemm aħna minn ġewwa għax inkella nispiċċaw b'ordni dinji antik, kollu moffa, sempliċement b'isem ġdid miżjud miegħu.\".", "Dan huwa l-ispirtu ta' l-appell tiegħi lill-Komunita' Internaz- zjonali, b'mod partikolari lill-Gvern Malti li jidher li tant hu moħħu biex jogħġob lil ħaddieħor li rrenda ruħu insensittiv għall-aspirazzjoni- jiet li għandu jkollu pajjiż tagħna, pajjiż bil-qagħda strateġika tagħna u pajjiż fil- fażi ta' l-iżvilupp li ninsabu fih aħna.", "Il-Gvern Malti rrenda ruħu b'tali mod li abdika kompletament għall- vokazzjoni Mediterranea u qed jagħmel minn kollox biex iwarrabha u jċekkinha minħabba l-ħolma utopjana li għandu li xi darba nidħlu nagħmlu parti mill-Għaqda Ewropea.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mintoff, on a personal explanation.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Mr Speaker, nixtieq inkun naf kif wasaltu għall- konklużjoni li jkollna debate bħal dan fejn tkellmu wara xulxin żewġ membri min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "B'dan il-mod ma jsirx verament debate.", "Qatt f'għomri ma rajt debate ta' din il-kwalita'.", "Għalfejn dan id-debate, fuq ħaġa ta' importanza għan- nazzjon, kien daqshekk fil- qosor?", "Jien wieħed minn dawk il-kelliema li xtaqt inqum nitkellem imma mhux se nitkellem fil- ħin ta' sħabi.", "Barra minn hekk ridt ngħid affarijiet oħrajn li ma qalux huma.", "B'dan il-mod jimxi l- Parlament?!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, meta wieħed isegwi d-dibattitu tal-lejla u jisma' diversi referenzi għar-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti, fl- aħħar mill-aħħar naraw li qed nirreferu għal numru ta' prinċipji bażiċi.", "L- ewwel prinċipju bażiku f'dan il- kontest huwa l-prinċipju ta' obbligi li għandu pajjiż jew nazzjon bħala membru tal- komunita' internazzjonali.", "Ir- regoli l-iktar elementari taċ- ċivilta' u ta' l-obbligi li pajjiż jassumi bħala membru ta' dik il-komunita' internazzjonali huwa preċiżament li jsegwi dawk id-direttivi u l- bżonnijiet kollha li jkun hemm biex wieħed ikun jista' realment jagħti effett għal sistema ta' dritt internazzjonali u wkoll ċivili.", "Naħseb li din hija l-għażla fundamentali li jrid jagħmel kull pajjiż.", "Fil-Kamra ilna nisimgħu diskors dwar ir-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti, li ma jistax ma jfakkarnix fir-rwol altro che pro-attiv li ħa u qed ikompli jieħu l-Gvern preżenti, anke fi ħdan l-istess Nazzjonijiet Uniti biex naturalment wieħed isegwi l-aspett istituzzjonali u ta' riforma li jkun marbut ma' l-aspetti istituzzjonali, anke b'suġġerimenti ta' parteċipazzjoni pro-attiva biex istituzzjoni ta' din l- importanza tadatta dejjem kemm għall-bżonnijiet ġodda li jinħolqu fid-dinja tal-lum, kif ukoll għall-bżonnijiet li jirriflettu s-sitwazzjoni internazzjonali ġdida li nafu li llum evolviet.", "Pero' meta niġu biex nagħmlu għażla fundamentali bħal din, ma naħsibx li qatt iktar nistgħu nitkellmu b'lingwa li timplika li tista' tħares lejn in- Nazzjonijiet Uniti jew lejn kwalunkwe istituzzjoni oħra f'termini ta' x'jaqbillek u ma jaqbillekx.", "L-obbligi ta' tisħib sħiħ f'komunita' internazzjonali huma l-obbligi li int tassumi kollha flimkien mad-drittijiet li jkollok.", "Naħseb li wieħed m'għandux juża t-tip ta' lingwa li uża l-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qal espressjonijiet bħal \"x'tagħmel Malta biex tgħid kif se tintlaqat\" u \"jekk hux se jaqblilha jew le\" għaliex dawn jirriflettu attitudnijiet li m'għadhomx aktar relevanti għal kif wieħed iħares lejn istituzzjoni bħal din u bla dubju jirriflettu atteġġjament li wieħed jixtieq li m'għadux jifforma parti mill-ħsieb ta' l- Oppożizzjoni.", "Mr Speaker, irridu naslu għall-konklużjonijiet loġiċi tad-diversi argumenti li rridu nagħmlu.", "X'inhuma l-argumenti?", "Jekk wieħed jirreferi għan- Nazzjonijiet Uniti u għall- istrutturi kollha fi ħdanha jrid jew jgħid li ma jaqbilx ma' din l-istituzzjoni - u meta f'ħin minnhom kważi tisma' dan minn taħt l-ilsien, tibda tgħid li jekk wieħed ma jaqbilx ma' dik l-istituzzjoni għandu jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu fi ħdanha - jew inkella jgħid li jaqbel kompletament magħha, jaħdem fi ħdanha stess għal kwalunkwe riformi li jkun irid jara jitwettqu hemmhekk u ladarba jkun membru ta' dik il- Komunita' jaġixxi bl-aktar mod assolut u mingħajr ekwivoċi biex josserva r-regoli kollha ta' dik l-istess istituzzjoni.", "Mr Speaker, fl-intervent qasir tiegħi nixtieq nenfasizza kif dan kien il- ħsieb li ispira lill-Gvern meta kellu t-test li huwa, flimkien mal- kumplament tal-komunita' internazzjonali, jagħti sehmu għall-impożizzjoni ta' diversi sanzjonijiet u miżuri, inklużi dawk li saru kontra l-ex repubblika tal- Jugoslavja, jiġifieri s-Serbja u l-Montenegro.", "Jien ma nistax ma nfakkarx lil din il-Kamra li meta ġew applikati dawk is- sanzjonijiet mill-Kunsill tas- Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti, il-kritika li saret lill-Gvern min-naħa ta' l- Oppożizzjoni kienet li l-Gvern b'xi mod ma kienx qed jimxi ma' l-istess sanzjonijiet, meta r- realta' turi mod ieħor għax il- Gvern qal bl-aktar mod ċar li se jimxi mingħajr ebda ekwivoku ma' l-istess sanzjonijiet.", "Huwa tajjeb li dan illum ikun enfasizzat għaliex irridu nevitaw l-ambigwita' u li l- attitudni li fuq materji bħal dawn nagħmlu dak li jaqblilna, tkun użata ukoll fl-argumenti politiċi li jintużaw.", "Għaliex jekk l-Oppożizzjoni meta tħoss li hekk jaqblilha, tikkritika lill-Gvern - mingħajr ma tkun rat il-fatti kollha - li mhuwiex qiegħed jimxi mas- sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għar- rigward ta' l- obbligi li kellna fuq vapuri reġistrati f'Malta, u mbagħad illum, ftit xhur wara, nisimgħu dan l-atteġjament daqshekk kritiku lejn il- Gvern għaliex irid isaħħaħ il-poteri leġislattivi tiegħu biex hu jkun jista' dejjem ikompli jimxi mas-sanzjonijiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti, naħseb li l-unika konklużjoni li jasal għaliha kwalunkwe bniedem li jsegwi bl-akbar oġġettivita' dan il-proċess kollu fil- pajjiż, hija l-konklużjoni li l-Oppożizzjoni mhix qegħda tkun konsistenti imma qegħda timxi b'approach li titkellem kif jaqblilha.", "Jekk l- Oppożizzjoni tħoss li f'mument partikolari billi tikkritika b'ċertu mod tista' forsi ssir xi ħsara lill-Gvern preżenti ...", "Imbagħad jekk wara niġu għat-test reali u kruċjali billi niġu quddiem dan il-Parlament biex jissaħħu l- poteri leġislattivi li jkollu bżonn il-Gvern ħalli żgur ikun jista' jattwa dejjem ir- riżoluzzjonijiet kollha li joħorġu mill-Kunsill tas- Sigurta' tan- Nazzjonijiet Uniti, u l-atteġġjament ikun wieħed ta' kritika, ikun wieħed b'referenza għal oġġezzjonijiet anke għal dak li llum joħroġ mill-Kunsill tas-Sigurta' tan- Nazzjonijiet Uniti, dan l- atteġġjament ma jkun jaqbel assolutament xejn ma' dak li konna nisimgħu fi stqarrija wara l-oħra li kien jagħmel il- Kap ta' l-Oppożizzjoni rigward l-aġir ta' Malta - li aġixxiet bl-akbar serjeta' - fuq il- kwestjoni ta' vapuri reġistrati f'pajjiżna, dejjem għar- rigward tas-sanzjonijiet fil- konfront ta' l-ex- Jugoslavja.", "Allura llum tajjeb li wieħed jerġa' jqiegħed on record kif il- Gvern Malti mexa b'konsistenza fir-rigward ta' dawk is- sanzjonijiet.", "Irrid ngħid li wara li kienet ħarġet l-ewwel riżoluzzjoni fuq dan is- suġġett - li kienet Riżoluzzjoni Nru 757 fit-30 ta' Mejju, 1992 - il-Gvern Malti immedjatament kien ħa passi biex jinforma lir-rappreż- entanti tas- sidien tal-vapuri f'Malta dwar il-partijiet relevanti ta' dawk is- sanzjonijiet.", "Immedjatament kien waqqaf ir-reġistrazzjoni- jiet taħt il- bandiera ta' Malta ta' vapuri li l-proprjeta' tagħhom setgħet tiġi konsidrata bħala waħda Serba jew Montenegrina.", "Il-Gvern Malti immedjatament irrefera lill-kumitat li kien twaqqaf fin- Nazzjonijiet Uniti, bir-rwol li jagħmel monitoring tas- sanzjonijiet biex ikun jista' jsegwi dak kollu li konna qed nagħmlu hawn Malta u immedjatament assigura li jittieħdu miżuri addizzjonali biex nassiguraw li la jkun hemm merkanzija li tiġi minn Serbja jew Montenegro u lanqas naturalment ma jkun hemm merkanzija li tmur lejn l-ex- repubblika tal-Jugoslavja.", "Irrid infakkar li fis-16 ta' Novembru kienet għaddiet Riżoluzzjoni Nru. 787 min Nazzjonijiet Uniti, fejn kompla jiżdied l-iskop tas- sanzjonijiet imposti oriġinar- jament.", "Hawnhekk ukoll il-Gvern kien ta avviż formali lill- assoċjazzjonijiet kollha ta' bastimenti ta' vapuri reġistrati fil-pajjiż, u f'diversi stqarrijiet kien indika bl-aktar mod ċar u mingħajr ekwivoku li m'hu se jittollera l-ebda vjolazzjoni tas-sanzjonijiet imposti u li jekk ikun hemm xi vapur Malti li jintuża bi vjolazzjoni ta' dawk is- sanzjonijiet, dan ikun konsidrat kontra l-interess ta' pajjiżna.", "Allura jekk ikun hemm prova ta' dan, tittieħed azzjoni biex jekk ikun hemm bżonn nikkanċellaw minn fuq ir- Reġistru tal-vapuri Maltin lill-vapur li fil-fatt ikun jirriżulta li għamel vjolazzjoni ta' dawk is- sanzjonijiet.", "Irrid ngħid ukoll li meta kienu saru numru ta' allegazzjonijiet fuq dan is- suġġett, dawn ġew eżaminati kollha bl-aktar mod metikoluż u meta l- Gvern Malti, f'każ partikolari minnhom - il-każ tal-vapur \"Dimitrakis\" - ma kienx sodisfatt bl-ispjegazzjoni li kienet ingħatat mis- sidien ta' dak il-vapur, kien ħa l-passi meħtieġa biex dak il-vapur ikun kanċellat minn fuq ir-Reġistru tal-vapuri Maltin.", "Irrid infakkar li din hija l-iktar miżura radikali u iebsa li jista' jieħu Gvern ta' kwalunkwe pajjiż kontra vapur reġistrat fuq il-kotba tiegħu, għaliex din hija l-ekwivalenti għat- tneħħija ta' ċittadinanza għal dak il-vapur.", "Jiġfieri bħalma n-nies igawdu ċittadinanza ta' pajjiż partikolari, il-post ta' reġistrazzjoni ta' vapur huwa l-ekwivalenti għall-proċess ta' ċittadinanza li jgawdu l- bnedmin.", "Fejn kien hemm każ meta ma konniex sodisfatti bl- ispjegi li ngħataw, aħna ma qgħadniex lura milli nipproċedu nieħdu anke din il-miżura fl- interess nazzjonali.", "Irrid ngħid li ir-rappreżentant tad- Dipartiment ta' l-Istat Amerikan, fit-8 ta' Marzu ta' din is-sena, Richard Boucher, kien ħareġ avviż formali fejn informana formalment b'dawn il- preċiżi kelmiet:", "\"We appreciate Malta's statements of commitment to the United Nations sanctions regime and its efforts to date to investigate allegations of violations.", "In particular we applaud your action in deflagging the \"Dimitrakis\" which was caught in a flagrant violation of the United Nations sanctions regime.", "We want to continue work with you to make an all out effort to strengthen sanctions enforcement and put violators on notice that their actions will not be tolerated.\".", "Mela meta wieħed iħares lejn il-prova reali ta' dak kollu li għamel il- Gvern Malti f'dan ir-rigward, naraw li fil-fatt il- Gvern Malti ngħata l- apprezzament kollu għall- azzjonijiet li segwa, dejjem fil-kontest tas- sanzjonijiet kif kienu qed joħorġu mill- Kunsill tas-Sigurezza tan- Nazzjonijiet Uniti minn żmien għal żmien, għaliex wieħed ma jistax jinterpreta sanzjonijiet b'referenza għal dak li ma jkunx inkluż fl-istess sanzjonijiet.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li bl-Abbozz ta' Liġi għandna quddiemna għad-diskussjoni, li jirrigwarda li jista' jkun hemm preċiżament fuq materja bħal din, il-Gvern qiegħed jagħti lilu nnifsu dawk il- poteri li jistgħu jkunu meħtieġa biex fejn ikollok sitwazzjoni ta' sanzjonijiet li ma tistax timplimentahom taħt il-liġijiet eżistenti tal- pajjiż, bis-saħħa tar- regolamenti li jsiru taħt din il-liġi dak il-poter fil-fatt jingħata lill-Gvern.", "Dan huwa mportanti għaliex irridu napprezzaw ilkoll li jista' jkun hemm sitwazzjonijiet, bħal sanzjoni ta' freezing of assets u ta' kanċellament mir-reġistru tal-vapuri Maltin, fejn fir- rigward ta' dawk li jkunu kisru s-sanzjonijiet ikun hemm bżonn li wieħed ma jestendix it- termini eżistenti taħt il-Liġi dwar Bastimenti Merkantili.", "Hemm ukoll ċirkostanzi oħrajn fejn inti trid tagħmel dawk il- provvedimenti neċessarji fis- sistema legali tagħna biex fil-limiti eżistenti li rridu nosservaw, inkunu nistgħu nkomplu nosservaw l-obbligi internazzjonali li dejjem urejna mingħajr ma jkun hemm problemi ta' natura legali domestika fil-pajjiż tagħna stess.", "F'dan ir-rigward naħseb li d-diversi rimarki u premessi li rrefera għalihom il-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni, huma premessi li fil-fatt la għandhom jinkwetaw lill- Oppożizzjoni u lanqas lil ħadd f'dan il- Parlament.", "Jien se nirreferi għalihom fil-qosor.", "Li wieħed jgħid li b'dan li qed jiġi propost l-awtorita' ta' dan il- Parlament qegħda b'xi mod tiġi mnaqqsa, naħseb li t-tweġiba tahielna l- istess Viċi Kap meta rrefera għall- provvedimenti legali tagħna, li huma wkoll fl-Intepretation Act, li jgħidu li kull regolament li joħroġ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hemm ukoll il-proċeduri speċjali ta' din il-Kamra li jistgħu jintużaw għad-diskussjoni dwar l-istess regolamenti.", "Pero' wieħed irid ikollu l-proċedura legali neċessarja biex l- affarijiet jagħmilhom fiż-żmien rikjest u mhux bi proċedura li ttawwal il-proċeduri mingħajr ħtieġa.", "Rigward ir-referenza li għamel il-Viċi Kap għall- Kunsill tas-Sigurta' tan- Nazzjonijiet Uniti, naħseb li jekk hu stess jirreferi għall- emenda kostituzzjonali li kienet saret minn dan il- Parlament, meta ddaħħal subartiklu 3 (b), isib li dan jagħmel referenza mhux biss għal dak li jirrigwarda sanzjonijiet ekonomiċi imma anke għal dak li jirrigwarda preżenza militari ta' forzi barranin fil-pajjiż jmur oltre the right of passage li hu rrefera għalih.", "Waħda mill- eċċezzjonijiet jew kontemplati minn dan il-Parlament fi Frar ta' l-1987, hija preċiżament meta jkun hemm ordni tal- Kunsill tas-Sigurta' tan- Nazzjonijiet Uniti.", "Dawn huma l-kliem li ssib fil-Kostituzzjoni ta' Malta kif kienet emendata dak inhar.", "Jien ma nistax nifhem għaliex illum qed issir din ir-riżerva kollha għal provvedimenti li lanqas jaslu għal dak previst f'dik l- emenda kostituzzjonali.", "Dwar l-aħħar rimarka li saret rigward il-Prim Ministru, naħseb li meta wieħed jitkellem fuq materja bħal din irid japprezza li l-Gvern, ikun kompost kif ikun kompost, irid jerfa' r-responsabilita' permezz ta' l-ogħla kariga tiegħu fl-interess nazzjonali ta' dak li jkun hemm bżonn isir, anke skond l-obbligi internazzjonali li pajjiżna assuma u li għandu l-unur li jkompli jassumi.", "Mr Speaker, il-liġi li għandna quddiemna qed tkompli turi li Malta hija lesta biex tagħti s-sehem pro-attiv kollu li hi tista' tagħti sabiex ir- regoli bażiċi ta' ċivilta' u ta' ordni internazzjonali jkunu osservati bis- sehem dirett ta' dak li aħna nistgħu nagħmlu għar-rigward ta' l-osservanza ta' dawn l-istess regoli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill- Viċi Prim Ministru jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Sur President, smajt il-kritika li għamlu kollegi tiegħi għal dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni qal tajjeb li jien kont urejtu t- test ta' l-Abbozz ta' Liġi qabel.", "Jien jidhirli li din hija prattika li hemm bżonn issir u li hemm bżonn li tiġi stimulata f'dan il-Parlament.", "Jiena niftakar li l-Onor.", "Vella kien għaddieli xi osservazzjonijiet li mbagħad jien żidt magħhom xi osservazzjonijiet oħra, partikolarment rigward l- kwestjoni tal-piena ta' għaxar snin priġunerija kif kienet oriġinarjament kontemplata.", "Aħna u niddiskutu flimkien dehrilna li din għandha tiġi ridotta u effettivament irriduċejtha għal ħames snin kif inhi fl-Abbozz ta' Liġi u kont informajtu b'dan ukoll.", "It-tieni każ kien rigward id- dritt ta' appell li talab l- Avukat Ġenerali, u meta din rajniha flimkien deherli li jekk nagħmlu strapp għal ċerti prinċipji li normalment hemm fid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-liġi tagħna, inkunu qisna qegħdin noħolqu preċedenti li m'għandniex ninkoraġġuhom.", "Voldieri anke dan ikkontemplajnih.", "Rajna wkoll il-mod kif nixtiequ li din il-liġi tkun verbalizzata, naturalment mingħajr impenn assolut minn ebda parti għaliex kull parti dejjem tibqa' libera li tikkritika kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi.", "L-Onor.", "George Vella semma wkoll diversi artikli li hemm f'Kapitlu VII tal-Karta tan- Nazzjonijiet Uniti u qal: Għaliex ma ndividwajniex artiklu 41?", "Jiena ma nsib l- ebda diffikulta' li nindividwaw artiklu 41 meta niġu għall- istadju tal-Kumitat pero' r- raġuni għaliex ma ndividwajniex artiklu 41 hija ovvja, għaliex l-artikli l-oħra jirreferu għal azzjonijiet li jinvolvu passi oħrajn.", "Pero' jekk wieħed irid ikun aktar ċert u aktar preċiż u jrid li jevita u jelimina kull possibilta' ta' dubju ...", "Jien ippreparat li noqgħod għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- iskop veru u korrett ta' din in-naħa - li naħseb li taqbel miegħu anke n-naħa l-oħra - li nillimitaw ruħna għall-uniku artiklu f'Kapitlu VII tal-Karta tan- Nazzjonijiet Uniti li jitkellem dwar dan.", "Voldieri aħna rridu li kemm jista' jkun ikollna liġi li tirrifletti l- bżonnijiet.", "L-Onor.", "Vella semma ħafna affarijiet fil-konfront tal- Prim Ministru li jien xtaqt li ma sarux, għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għaliex dawn huma poteri li jingħataw - bħalma hemm is- sistema ta' l-order in council fl-Ingilterra u d-decreto legge fl-Italja u bħalma hemm dispożizzjonijiet oħra f'diversi pajjiżi oħrajn - meta jkun hemm il-ħtieġa li ċerti dispożizzjonijet ta' ordnijiet jidħlu in vigore immedjatament.", "Aħna għandna s-sistema - għalkemm dan mhuwiex paragun perfett - li meta jkollok liġi finanzjarja, toħroġ il-proklama li tirrendi d-dispożizzjoni effettiva immedjatament allavolja l-liġi ma tkunx għadha għaddiet mill- Parlament.", "Dan minħabba li jista' jkun li biex xi dispożizzjoni dwar sanzjonijiet ikollha effikaċja, trid tiġi applikata immedjatament.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Jekk ikun hemm kwestjoni dwar transfer jew freezing of assets, wieħed ma jkollux is- saħħa li jwaqqaf dawk l-assi immedjatament u ma tistax toqgħod tistenna sakemm jgħaddi ż-żmien tal-proċess parlamentari - u l-proċess parlamentari neċessarjament jieħu ż-żmien tiegħu - għax jilħaq itir l- għasfur u l-effett tas- sanzjonijiet ma jkunux jistgħu jintlaħqu jew jiġu implimentati.", "Per eżempju, fl- Ingilterra għandhom is- sistema ta' l-order in council, fl- Italja għandhom is-sistema tad- decreto legge - u qed insemmi żewġ pajjiżi li forsi nafuhom iżjed minn oħrajn - u aħna għandna s-sistema tar- regolamenti li bħar-regolamenti kollha jistgħu jinġiebu għad- diskussjoni fil-Kamra.", "Fil- fatt hemm perjodu li fih l- Oppożizzjoni - jew anke ħaddieħor - tista' tressaq dawk ir-regolamenti għad- diskussjoni fil-Kamra u allura bis-saħħa tal-Parlament, id- delegated legislation - bħalma huwa dan il-każ - issir in virtu' tal- poteri li jagħti l- Parlament anke taħt l- Interpretation Act.", "Dan qed ngħiduh biex ma noqogħdux niddramatizzaw sitwazzjoni li għalkemm għandha mid- drammatiku, l-istesura tal- liġi saret bil-loġika kif kellha ssir.", "Irrid nitkellem ftit fuq aspetti oħrajn li ssemmew f'dan il-Parlament mill-Onor.", "George Vella u mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Fil-fehma tiegħi, fil- konfront tal-Prim Ministru saret kritika inġusta.", "Il-Prim Ministru jerfa' dan il-piż għax għandu responsabilita' ta' Prim Ministru.", "Kif spjegajt jien, dan ma jistax joħroġ sanzjonijiet jekk mhux dawk li jkun ħareġ is- Security Council.", "Aħna m'aħniex qed niddelegaw lill-Prim Ministru poter li joħloq sanzjonijiet ad hoc anzi kif hemm provdut fid- dispożizzjoni ta' l- Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, l- Prim Ministru jkollu jqiegħed id- dispożizzjonijiet tar- riżoluzzjoni tas-Security Council u peress li hemm diġa' liġi li tkoprihom, m'hemmx għalfejn jitkellem.", "Min-naħa l-oħra fejn m'hemmx liġi li tkoprihom hu għandu r- responsabbilta' li fir- regolamenti igħid li min jikser id-dispożizzjonijiet tar-riżoluzzjoni jeħel it-tali piena.", "Inkella għandha ssir xi miżura jew jintużaw xi mezzi oħrajn biex dawk l-assi ma joħorġux jew biex jikkomtemplaw ir-riżoluzzjoni tas- Security Council.", "Mela allura aħna x'qed ngħidu?", "Aħna qed ngħidu li l-Prim Ministru mhux se jivvinta xi riżoluzzjoni.", "Ir- rwol li se jkollu l-Prim Ministru - u dan seta' kien il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jew kien min kien - hija li jagħżel dan il-kontest.", "Fir-Renju Unit huwa l-Kap ta' l-Istat jiġifieri r-Reġina li toħroġ l-order in council.", "Voldieri din mhijiex kwestjoni ta' soluzzjonijiet, imma ta' sistema kif tidħol immedjatament in vigore dispożizzjoni ta' ordni tas-Security Council.", "Ma tistax tkun membru ta' organizzazzjoni jekk inti tagħmilha a la carte għax f'organizzazzjoni internazzjonali m'hemmx sistema ta' a la carte.", "Għandek il-Karta tan- Nazzjonijiet Uniti, għandek is- sistema li kulħadd jaf li dieħel għaliha, jemmen li dik hija s-sistema li għandha vantaġġi li jissuperaw l- iżvantaġġi - fil-ħajja neċessarjament kollox huwa hekk - u mbagħad meta tiżen il- vantaġġi u l-iżvantaġġi tara li jkun jaqbillek li tkun qiegħed fiha.", "Allura ċertu kliem li ntqal, forsi seta' sar f'eċċess ta' zelu politiku, pero' mhux f'eċċess ta' żelu għal dak li jirrigwarda l- mod kif inhi formulata l-Karta tan- Nazzjonijiet Uniti u r- responsabilitajiet tagħna taħtha.", "Naħseb illi l-fiduċja li għandu l-Prim Ministru ma tiġix minn jekk l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jew il-Viċi Kap ta' l- Oppożizzjoni jidhrilhomx li dan il-poter għandu jkun vestit fih jew le, imma ġej mill-fatt li l-kap attwali jiġifieri l-Prim Ministru, bħala kap ta' partit, mexxa lill-partit tiegħu għall- fiduċja tal-maġġoranza assoluta tal-poplu għal tliet darbiet konsekuttivi.", "Naħseb li minn hemmhekk ġejja l- fiduċja li għandu l-Prim Ministru.", "U kif taf il-Kamra u kif jaf il-poplu Malti, huwa l-bniedem li għandu l-fiduċja mhux biss tal-poplu imma anke tad-Deputati fil- Parlament.", "U b'hekk ikollok sistema demokratika li aħna lkoll hawn ġew marbutin li nosservaw.", "Dan biex nevitaw kliem, kritika u battibekki li ċertament ma kienx advisable li jsiru u ċertament li mhumiex relevanti lanqas fiċ- ċirkostanzi tas-sitwazzjoni.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni tal-kritika għall-Istatut u għall-Karta tan- Nazzjonijiet Uniti.", "Jien inzertajt li naf xi ħaġa fuq in-Nazzjonijiet Uniti, dwar il-merti tagħha, dwar ix-shortcomings tagħha, dwar il-bżonn ta' riforma fiha u naħseb illi naf bid- diffikultajiet li hemm, naf kemm hu diffiċli li tressaq lill-184 pajjiż - li huma kollha sovrani - lejn qbil u lejn linja ta' sitwazzjoni u nifhem ukoll illi n-Nazzjonijiet Uniti mhumiex a superstate.", "In-Nazzjonijiet Uniti, Sur President - u tajjeb li dan ngħiduh u nirrepetuh - mhumiex a super sovereign state.", "L- Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għandha saħħa skond kemm dawk l-istati sovrani membri tagħha jridu jagħtuha.", "Din hija s-sitwazzjoni li hemm.", "Meta aħna nitkellmu dwar in- Nazzjonijiet Uniti u dwar obsolete clauses bħalma hija dik dwar \"enemy states\" - veru li it is an obsolete clause; din tirreferi għall-Italja, għall-Ġermanja u għall-Ġappun, barra xi pajjiżi oħra li kienu jifformaw parti mill-Axis ...", "Illum qed jiġi propost li preċiżament tnejn minn dawn il- pajjiżi hekk imsejħa \"enemy states\", ikunu membri permanenti tal-Kunsill tas- Sigurezza.", "Dan qed ngħidu għax l-Onor.", "Vella semma l- anakroniżmu.", "Naturalment hemm elementi anakronistiċi, imma fihom infushom hemm rifless id- dinamiżmu ta' l-istess Nazzjonijiet Uniti.", "F'Ġunju ta' l- 1991 kont qed nitkellem ma' Bessmertynick fil-Foreign Office f'Moscow u konna qed niddiskutu d-dritt tal-veto u nipprovaw naraw x'inhi l- funzjoni ta' dan il-veto, li qabel fi żmien il-gwerra bierda kien jiġi użat ripetutament.", "Dak inhar Bessmertynick qalli li llum il-funzjoni tal-veto hi li ġġib lill-partijiet jitkellmu flimkien sabiex isibu soluzzjoni flimkien.", "Il- funzjoni tal-veto mhix qegħda tant fl-użu tiegħu imma fin- non-użu tiegħu biex il- partijiet jaraw kif jagħmlu u jaslu għal ftehim bejniethom.", "Din hija evoluzzjoni.", "Fil-fatt il-veto effettivament qatt ma ġie wżat, ħlief f'okkażjoni waħda biss, minn mindu spiċċat il-gwerra bierda 'l hawn.", "Dan qed ngħidu, Sur President, għaliex anke hawnhekk irridu nifhmu fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Irridu nifhmu meta aħna qed nitkellmu dwar is- saħħa tal-Kunsill tas-Sigurezza irridu nifhmu wkoll li l-idea prinċipali kienet li jipperpetwa dawk il-potenzi li kienu refgħu l-ikbar piż fil- ġlieda kontra l-Assi.", "Dak kien li spira l-Karta ta' San Francisco lil dawk il-ħames potenzi - ir-Russja, l-Istati Uniti ta' l- Amerika, l- Ingilterra, Franza u ċ-Ċina, li kienu tant preżenti - biex effettivament ikollhom il-gwida għal dak li jirrigwarda s- sigurezza tad- dinja wara l- 1945.", "Il-fatti urew mod ieħor.", "L-ewwelnett urew kambjamenti enormi, kambjamenti f'dak li jirrigwarda l-approach - u nistgħu nsemmu l-famuż \"le\" li kien jgħid Molotov li kien ipparalizza lin- Nazzjonijiet Uniti għal kważi 45 sena ...", "Ġraw fatturi pożittivi wkoll f'dak il-perjodu u d- dekolonizzazzjoni hija mertu tan-Nazzjonijiet Uniti f'dawk il-45 sena.", "Dan huwa fatt illi wieħed ma jistax jiċħdu.", "Pero' huwa fatt ukoll li peress li kien hemm dan il-paralizzar, effettivament in- Nazzjonijiet Uniti kienu qed jiffunzjonaw b'diffikultajiet kbar.", "Pero' dan hu l-appell tiegħi lill- kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra li kienu tant kritiċi fil- konfront tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Altru li tista' tkun kritiku ta' organizzazzjoni li tieħu ħsieb 184 pajjiż!", "De Gaulle kien jgħid: Kif tista' tiggverna lil Franza u ġġib lill-Franċiżi kollha flimkien meta hemm 771 kwalita' differenti ta' ġobon?", "Forsi mhux kull pajjiż huwa daqstant eleganti fil-ġobon bħalma hija Franza, pero' ċertament li meta għandek 184 pajjiż li kull wieħed minnhom jekk m'għandux il-ġobon għandu xi affarijiet oħrajn differenti, huwa diffiċli ħafna biex ġġibhom kollha jiftiehmu lejn xi linja politika.", "Naċċerta lill-Onor.", "Vella li dan huwa ferm diffiċli u ħafna drabi huwa iktar diffiċli fil-konfront ta' min tkun qed tipprova taħdem preċiżament għall-aħjar interess tiegħu.", "L-Onor.", "Brincat qal li hemm bżonn li l-Assemblea Ġenerali tiġi f'tagħha.", "Nieħu pjaċir nisma' dan għax dak hu li ili nipprova nissemina kemm f'Malta u kemm barra minn Malta, li jkun hemm rivitalizzazzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali.", "Jien kont l-uniku wieħed li għamilt mozzjoni presidenzjali biex tiġi rivitalizzata l-Assemblea Ġenerali u llum id-diskussjonijiet li qegħdin isiru fin-Nazzjonijiet Uniti fuq ir- rivitalizzazzjoni ta' l- Assemblea Ġenerali huma riżultat ta' sena sħiħa ta' impenn, ta' diskussjoni u ta' mozzjoni presidenzjali, li ġiet approvata unanimament u li kont ippreżentajt fl-aħħar seduta preseduta minni.", "Dan ifisser li hemm bżonn ikun hemm Assemblea Ġenerali iktar preċiża, iktar attiva u anke iktar konxja tad-drittijiet tagħha.", "Pero' li wieħed għandu joqgħod attent għal dak li jirrigwarda ċerta preċiżazz- joni.", "Mhijiex l-Assemblea Ġenerali li tiddelega l-poteri lill-Kunsill tas- Sigurezza imma huma l-membri li jiddelegaw lill-Kunsill tas- Sigurezza dawk il-poteri li hemm imsemmija.", "Biex inkun preċiż, se niċċita minn artiklu 24 tac-Charter li jgħid hekk:", "\"In order to ensure prompt and effective action by the United Nations, its members confer on the Security Council primary responsability for the maintenance of international peace and security and agree that in carrying out its duties under this responsibility, the Security Council acts on their behalf.\".", "Dan huwa artiklu 24 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti li bl- iktar mod preċiż jagħti ċerti poteri speċifiċi lill-Kunsill tas-Sigurezza li dwaru qegħdin nitkellmu hawnhekk.", "Natural- ment filwaqt li jiena nirrikonoxxi l- forza ta' artiklu 24 - ma tistax ma tirrikonoxxihx għax qiegħed hemmhekk - jien dejjem sostnejt li l-Assemblea Ġenerali għandha dritt titlob lill- Kunsill tas-Sigurezza biex jara x'rapporti jsiru ħalli hi tkun tista' tara u tiddiskuti riżoluzzjonijiet u affarijiet oħra li jistgħu jinqalgħu.", "Naturalment l-Assemblea Ġenerali dejjem għandha ċertu saħħa, kif jikkontemplaw artikli 10, 11 u 12 ta' l- istess Charter tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Pero' issa rridu nkunu realistiċi.", "L-iskop wara d- distinzjoni li hemm bejn il- Kunsill tas-Sigurezza u l- Assemblea Ġenerali huwa preċiżament għax kienu jaħsbu u għadhom jaħsbu li aktar faċli tittieħed azzjoni immedjata b'consensus ta' 15-il pajjiż - u dan in-numru jista' jiġi miżjud għal iżjed, forsi għal 20 pajjiż - milli tittieħed b'consensus ta' 184 pajjiż llum jifformaw l- Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti.", "Mhux korrett li wieħed jgħid li l- Assemblea llum ....", "(Interruzzjonijiet) Il- consensus mhux fis-sens ta' ftehim iżda l-kunsens tan-nies li jkun hemm.", "F'dak il-kontest qed nuża din il-kelma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Ta' dawk il-pajjiżi li għandhom il- veto, għaliex il-pajjiżi l- oħrajn m'għandhomx veto.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Fil- fatt għandhom a sixth veto.", "Għaliex hemm a sixth veto?", "Kieku l-pajjiżi l-oħra jingħaqdu, għandhom is-saħħa li jwaqqfu xi riżoluzzjoni milli tgħaddi.", "(Interruzzjonijiet) Preċiżament u din hija l- problema kbira li għandu l- Kunsill tas-Sigurezza.", "Għaliex there is a sixth veto u li peress li d-deċiżjonijiet tal- Kunsill tas-Sigurezza jirrik- jedu maġġoranza kwalifikata, kieku l-pajjiżi l-oħrajn isibu kif jintegraw ruħhom, ikollhom saħħa ta' veto flimkien, su per ġiu kważi flimkien.", "Dan għaliex qed ngħidu, Sur President?", "Qed ngħidu biex inqiegħdu s-sitwazzjoni kemm jista' jkun preċiża fil-limiti tad-diskors li qegħdin nagħmlu hawnhekk fil-Parlament.", "L- Organizzazzjoni tan-Nazzjoni- jiet ma saritx anakroniżmu u dan li nitkellmu fuq anakroniżmu proprju ment meta issa n-Nazzjonijiet Uniti qed tipprova timxi 'l quddiem huwa żball.", "Huwa tajjeb noqogħdu attenti mill-iżbalji li qed isiru, noqogħdu attenti, per eżempju, dwar x'qiegħed isir fis-Somalja u rridu noqogħdu attenti ferm dwar x'missu sar fil-Bosnja Herzegovina.", "Jien nista' ngħid x'għamlet Malta fuq il-Bosnja Herzegovina.", "Meta ġie hawn Malta l-Ministru Sloven Rupel għidnielu li jekk iridu li verament nagħmlu xi ħaġa, nistgħu noħolqu cordon solitaire madwar Sarajevo.", "Dwar diversi postijiet oħra fejn hemm il-Bosnijaċi Musulmani bażikament qed jipprovaw jagħmlu eżerċizzju għall-għajxien tagħhom kemm bħala poplu u kemm bħala pajjiż.", "Pero' jiddispjaċini li dwar din l-inizjattiva li ħadna flimkien mal- Ministru Rupell ??? tas-Slovenja u bgħatniha lis-CSCE kollu - u llum s- CSCE fih 54 pajjiż voldieri m'aħniex qed nitkellmu dwar pajjiżi bla sinifikat, kemm numeriku u kemm ta' saħħa - nista' ngħid li ma sibniex appoġġ.", "Illum ħarġu bl-idea s-safe havens pero' dawn m'għandhomx is- sinifikat li kien ikollu l-cordon solitaire meta aħna dddiskutejnih u pproponejnih għall-attenzjoni internazzjonali mingħalija f'Novembru tas- sena li għaddiet.", "Għalhekk hemm bżonn li wieħed joqgħod attent meta jikkritika.", "Żgur li wieħed jista' jgħid ...", "(Interruzzjonijiet)", "Dan l-aħħar kien hemm il-vot fuq it-tneħħija ta' l-arms embargo fil- konfront tal- Bosnja.", "Jien se nitkellem għalija nnifsi u ngħid x'inhuma l- fehmiet tiegħi dwar dan.", "Is- Serbi għandhom l-armata sħiħa ex-Jugoslava għad-dispożizzjoni tagħhom ġewwa l-Bosnija Herzegovina, il-Kroati jsibu miżura ta' appoġġ mill-Kroazja u l-Musulmani Bosnijaċi ...", "Issa jekk nagħmlu embargo kontra kulħadd, dan jolqot speċifikatament lill-Musulmani Bosnijaċi.", "Allura x'razza ta' deċiżjoni għaqlija hija din?", "Meta din id- deċiżjoni ġiet għar-riżoluzzjoni quddiem il- Kunsill tas-Sigurezza, sitta biss vvotaw favur tagħha.", "Issa dawn huma minn diversi postijiet, mill- Afrika, mill- Asja, mill-Karibej, u postijiet oħra.", "Voldieri din mhix biss kwestjoni biss ta' affermazzjoni Amerikana, kif ipprova jgħid l- kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella.", "Allura x'inhi s- sitwazzjoni li nixtiequ naraw tiżviluppa fin-Nazzjonijiet Uniti?", "Aħna attivi fin- Nazzjonijiet Uniti u nispera li nibqgħu attivi; konna attivi meta pproponejna ideat rivoluzzjonarj fin-Nazzjonijiet Uniti, konna attivi meta Malta kienet Membru tal-Kunsill tas-Sigurezza, u konna attivi wkoll meta Malta ħasbet li kellha bżonn l-intervent tal- Kunsill tas-Sigurezza f'ċerti sitwazzjonijiet li kienu jeżistu f'ċertu mument.", "Aħna konna wkoll attivi meta ħadna l-presidenza ta' l-Assemblea Ġenerali u dehrilna li għandha tkun preżenti f'sitwazzjonijiet fejn aħna dehrilna li hu essenzjali li n-Nazzjonijiet Uniti jkunu preżenti.", "Issemmiet il-kwestjoni tat- two weights and two measures.", "Ma kienx hemm oħrajn li preċiżament ġimgħa qabel ma bdew l-ostilitajiet għal- liberazzjoni tal-Kuwajt marru jitkellmu apertament mal- Palestinjani?", "Anke fl- awtoritajiet ta' Israel ma jistax ikun hemm two weights and two measures għaliex id- drittijiet inaljenabbli tal- poplu Palestinjan għandhom jiġu protetti u konsegwiti.", "Voldieri dan sar f'kontest ta' valorizzazzjoni sħiħa tan- Nazzjonijiet Uniti.", "Meta tkellimna dwar il- bżonn li l- Assemblea Ġenerali tiġi rivitalizzata, dan għidnieh mhux biss fi sfond li tiġi rivitalizzata l-Assemblea Ġenerali, imma għax aħna rrealizzajna li l-unika istituzzjoni fi ħdan in- Nazzjonijiet Uniti fejn kull membru huwa membru permanenti hija preċiżament l-Assemblea Ġenerali.", "Aħna komplejna ngħidu li t-tisħiħ ta' l- Assemblea Ġenerali, abbażi ta' l- istess Karta tan-Nazzjonijiet Uniti huwa neċessarju għaliex jekk ma jkunx hemm bilanċ bejn il-Kunsill tas-Sigurezza, l- Assemblea Ġenerali u s- Segretarju Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti, dan l- izbilanċ joħloq sitwazzjoni ta' misconceptions fejn ikun hemm diversi żbalji li jagħmlu ħsara kbira anke għall-futur tad- dinja.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet ta' serjeta' kbira għall-futur tagħna lkoll.", "L-Onor.", "Leo Brincat għamel referenza għal dik il-karta li Madame Brundtland u oħrajn ipprovaw jagħtu.", "Imma effettivament dawn x'ipprovaw jagħtu?", "Ipprovaw jagħtu preċiżament iktar saħħa biex in-Nazzjonijiet Uniti ma tkunx biss organizzazzjoni għall- peaceful settlement of disputes, imma tirrealizza ruħha iktar għal peacekeeping operations u tkun iktar forza attiva fejn jidħlu peacemaking operations.", "Sur President, l-Onor.", "Brincat għamel ukoll referenza għall-Military Staff Committee kontemplat ukoll fl-artikli l- oħrajn li hemm imsemmija fil- Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Huwa għaqli li jiżviluppa ruħu l-konċett tal-military staff council kif hemm konċepit fl- artikli sussegwenti f'Kapitlu VII tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Pero' anke hawnhekk, wieħed għandu joqgħod attent.", "Dan kif seta' qatt ġie konċepit meta fi żmien il-gwerra bierda, il- Military Staff Committee kien ifformat mill-ħames permanent members tal-Kunsill tas- Sigurezza u dawn il-ħames membri kienu deċiżament kontra xulxin?", "Jien kelli l-privileġġ nisma' lil Shevarnadze jitkellem meta kien Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Sovjetika.", "Dan kellu l-kuraġġ jgħid li issa huwa l- mument li wieħed jibda jaħseb bis- serjeta' għall-Military Staff Committee biex in- Nazzjonijiet Uniti verament jiżviluppaw ruħhom f'forza internazzjonali għall-paċi.", "Pero' min jaħseb li anke kieku jsir dan l-iżvilupp, in- Nazzjonijiet Uniti se tkun bla tebgħa, bla żbalji mhux se tiġi f'sitwazzjonijiet imbarazzanti, u mhux se jsiru affarijiet li forsi wieħed ma jistax jaqbel magħhom ...", "Sakemm kull struttura umana hija soġġetta għad-diffikultajiet u għall- iżbalji li jagħmel kulħadd, iktar u iktar meta din hija struttura politika fejn l- element u l-preżenza politika tal-pajjiżi għandha ċertu effett u relevanza, żgur li dan kollu se jibqa' jiġri.", "Żgur li wieħed jifhem u japprezza d- diffikultajiet kollha li hemm u jirrealizza li hemm pajjiżi li għandhom ħafna iktar saħħa minn pajjiżi oħrajn.", "F'Malta lanqas m'għandna tarf ta' missila, mentri pajjiżi oħra jista' jkollhom missili diretti għal xi pajjiż ieħor sitwat eluf ta' mili 'l bogħod u ċċentrati fuq kwartier speċifiku ġo belt kbira.", "Mela aħna għandna din is-saħħa, din il-potenza jew dan il- potenzjal?!", "Wieħed jirrealizza li għalkemm id- drittijiet tal-pajjiżi membri huwa drittijiet sovrani, hemm dak li jissejjaħ Real Politik.", "Pero' aħna dan li qed nipprovaw narġinaw u nikkontrollaw.", "L- iskop hu li nixtiequ nagħtu iktar saħħa lin-Nazzjonijiet Uniti, preċiżament biex ma jkunx hemm iżżejjed elementi raccapriccante ta' min għandu ħafna aktar saħħa a skapitu ta' min għandu dritt pero' m'għandux is-saħħa.", "Dan huwa l- iskop ta' din id- dispożizzjoni tal-liġi li aħna qed navvanzaw għax aħna rridu u nixtiequ naraw tirrealizza ruħha verament a new world order.", "Dażgur li dak id- dokument li semma l-Onor.", "Leo Brincat huwa dokument interessanti u progressiv, u wieħed jista' jħares lejh bl- iktar mod pożittiv.", "Ċertament li din hija d-direzzjoni li għandha tieħu n-new world order.", "L-Onor.", "George Vella kkwota kkwota minn artiklu f\"The Economist\".", "Dażgur li hemm ħafna xi tgħid f'dan il- kontest u hemm ħafna areas ta' riforma.", "Dażgur li hemm dead wood fin-Nazzjonijiet Uniti bħalma hemm f'kull organizzazzjoni internazzjonali u anke nazzjonali.", "Dażgur li hemm min hu moħħu biex jiġġieled għat- turf tiegħu għax jimmaġina li ħaddieħor se jidħollu fih.", "Dawn l-affarijiet huma reali u jeżistu u sakemm jibqgħu mmexxija mill-bnedmin u organizzazzjonijiet politiċi, bħal kwalunkwe partit politiku u organizzazzjoni, dawn l- affarijiet se jibqgħu jeżistu.", "Pero' issa wieħed irid jgħid x'inhi l-aħjar triq.", "Aħjar li kieku d-dinja tkun mingħajr Nazzjonijiet Uniti?", "X'inhi l- aħjar triq?", "Nagħmlu t-triq tal-League of Nations, li pajjiż jinvadi l-Abissinja, jagħmilha tiegħu u qisu ma ġara xejn?", "Ma' dan naqblu aħna?", "Naturalment fit-triq se jsiru żbalji u iktar ma n- Nazzjonijiet Uniti se jkollha poteri, aktar se jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn isiru żbalji.", "Pero', l-ewwelnett bl- iżball wieħed jitgħallem, u barra minn hekk mill-esperjenza li qed ikollna aħna lkoll fin- Nazzjonijiet Uniti wieħed jgħid li din hija t-triq għall- pajjiżna u għall-pajjiżi kollha tad-dinja.", "L-aktar ħaġa li tolqtok fin- Nazzjonijiet Uniti hija d- differenza u l- varjeta' tal- pajjiżi kollha li hemm.", "Niftakar li meta ridt nagħti iktar saħħa biex nirrivitalizza n-Nazzjonijiet Uniti, partikol- arment l- Assemblea Ġenerali - u kont inlaqqa' lid-diversi gruppi reġjonali.", "Ħafna drabi l-inqas komprensjoni li kont insib kienet preċiżament minn dawk il- pajjiżi l-iktar foqra, l-iktar li m'għandhomx saħħa u l-iktar li qed jiġu sfruttati fil-materji primi li għandhom.", "Huwa fl-interess ta' dawn il- pajjiżi li jkollhom saħħa politika għax dik is-saħħa politika tagħtihom anke saħħa ekonomika.", "Ħafna drabi ma ssibx il-komprensjoni preċiża- ment minn min l-iżjed li tkun qed tipprova tavvanza.", "Dan għaliex qed ngħiduh?", "L-Onor.", "George Vella, jekk mhux anke l- Onor. Leo Brincat, għamel referenza għall-politika Mediterranea.", "Iva, dan il- Gvern huwa kommess lejn politika Mediterranea għaliex ma tistax tgħix f'nofs il- Mediterran u ma jkollokx politika Mediterranja.", "Min ipprova jiddistakka lil Malta mill- Mediterranea li ngħixu fih ma jkun qed jifhem u ma jkun qed jirrealizza xejn.", "Meta ngħidu li Malta għandha bżonn politika Mediterranea ma nkunux qed ngħiduh b'xi pika ma' xi ħadd jew biex inkomplu jew ma nkomplux politika ta' ħaddieħor, imma għax huwa fl- interess ta' Malta li jkollha politika Mediterranea.", "Mhuwiex veru li politika Ewropea u politika Mediterranea huma kontra xulxin, iżda waħda hija komplimentari għall-oħra.", "L- aktar appoġġ li sibt fuq dawn l-affarijiet - jiġifieri fuq il-fatt li l-politika Ewropea u l-politika Mediterranea huma komplimentarji għal xulxin, kienet preċiżament minn pajjiżi tan-naħa t'isfel tal-Mediterran li jifhmu u jirrealizzaw li Malta fl-Ewropa ssaħħaħ id- dimensjoni Mediterranea u ssaħħaħ ukoll ir-relevanza tal- politika Mediterranja ta' l- istess Komunita'.", "Għaliex qed ngħiduh dan, Sur President?", "Għaliex ħafna drabi wieħed forsi mhux iweġġa', - għax din hija kelma iebsa żejjed - imma jiddispjacih meta jisma' ċerti diskors.", "Forsi jgħid: Imma possibbli li l- Gvern qed jiġi kkritikat preċiżament għaliex għandu l-kuraġġ jimxi fuq politika li avolja hemm xi wħud 'l hawn u 'l hemm li qegħdin jipprovaw iqegħduha fuq bażi differenti u għaliex preċiżament aħna fost l-aktar li rridu nemmnu fuq il-mod fejn dawn it-tnejn huma miżżewġin flimkien destinati bilfors li jgħixu flimkien?", "Dan hu li qegħdin nipprovaw nagħmlu, u meta nitkellmu dwar in- Nazzjonijiet Uniti u dwar il- bżonn li din l- organizzazzjoni tissaħħaħ, dan nagħmluh għax għandna interess vitali li n- Nazzjonijiet Uniti tissaħħaħ.", "Aħna pajjiż żgħir, pajjiż li mhux qiegħed mixħut f'tarf ta' baħar ma nafx kemm eluf ta' mili 'l bogħod mill-kontinent l-aktar viċin li huwa l- kontinent ta' l-Afrika bħall- ġżira ta' Santa Elena u xejn iżjed.", "Aħna qegħdin fl-eqqel tal-baħar Mediterran li mhux biss huwa mimli bi storja imma mimli bi problemi u b'possibilitajiet kritiċi li jistgħu jaffettwaw il-futur ekonomiku, soċjali, politiku u tas- sigurezza tagħna stess.", "Issemmiet il-kwestjoni tan- non-allinijament imma aħna għall-mument mhux lejn din il- kwestjoni qed inħarsu.", "Aħna anzi qegħdin insaħħu n- Nazzjonijiet Uniti li anke fil- Moviment Non-Allinjat inħarsu lejha bħala l- iktar tarġa importanti għall-eżistenza ta' dawn il-pajjiżi.", "Dan hu li qegħdin nipprovaw nagħmlu u li qegħdin nipprovaw insaħħu.", "Nistgħu niġu kkritikati għaliex xi drafting ma sarx tajjeb jew għaliex qegħdin insostnu li l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, li aħna forsi aktar min-naħa l-oħra konxji mid-diffikultajiet u anke preġudizzji kbar li hemm fiha ...", "Pero' llum hemm xi ħaġa aħjar minnha?", "Mhux biss m'hemm xejn aħjar, imma l- inizjattivi tagħna għandhom ikunu diretti lejn kif aħna nistgħu nsaħħu n-Nazzjonijiet Uniti.", "Għalhekk l-appell tiegħi lill-kollegi tan-naħa l-oħra huwa dan: Dan l-Abbozz ta' Liġi għandu l-ħsieb li kif filwaqt li nirrikonoxxu l- problemi li joħorġu mill- enforzar tas- sanzjonijiet - u xi drabi nbatu u jista' jkun inbatu aktar fl-enforzar tas- sanzjonijiet - .....", "Aħna dejjem wassalna l-ħsieb tagħna bl-aktar mod univoku u forsi anke hawn batejna u ġejna mgħajrin li qatt ma kelllna relazzjonijiet hekk ħżiena ma' l-Amerika.", "Jien effettivament inħoss li b'dan il-mod ikun qed niġi kkritikat u mhux mgħajjar, u kulħadd għandu dritt għall- kritika tiegħu.", "Pero' aħna fuq dan irridu nimxu u fuq dan irridu nimxu u nimxu wkoll fuq ix-scia ta' dak li dejjem sostna kull Gvern Malti.", "Fi ħdan ir-responsabilitajiet internazzjonali ta' dan il- pajjiż hemm interessi li aħna għandna l-obbligu li nosservaw.", "Dan beħsiebna nagħmluh u jien nixtieq li llum, permezz tat- Tieni Qari l-Kamra tapprova dan l-Abbozz ta' Liġi li ressaqt quddiemha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex ikun jista' jingħata effett lil ċerti dispożizzjonijiet taċ- Charter tan-Nazzjonijiet Uniti\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Division.", "Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. ntalbet votazzjoni, l-Kamra ġiet sos- piża u rriżumiet fid-9.20 p.m. MR SPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kamra li l-Onor.", "John Dalli, l-Onor.", "Joe Fenech, l- Onor. Michael Frendo u l-Onor.", "Richard Muscat huma paired ma' l-Onor.", "Charles Buhagiar, l- Onor. Michael Farrugia, l- Onor. Tony Nicholl u l-Onor.", "Karmenu Vella.", "|VOTAZZJONI NRU. | |61 | |FAVUR : 30 | KONTRA : 27 | | | | |L-Onor. |L-Onor. | | | | |Bonello Du Puis | Abela Wistin | |George | | |Bonnici Josef |Attard Montalto | | |John | |Bonnici Michael |Bartolo Evarist | |Borg Tonio | Borg Carmel | |Cassar Joe | Brincat Joseph | |Cuschieri Louis |Brincat Leo | |Debono Giovanna |Buhagiar Louis | |Deguara Louis |Calleja Reno | |De Marco Guido | Cilia Joe | |Falzon Michael | Debono Grech | | |Joe | |Fenech Adami | Farrugia Noel | |Eddie | | |Galea Ċensu |Gatt George | |Galea Louis |Grech Edwin S | |Galea Mario |Mangion Charles | |Gatt Lawrence |Micallef Freddie| |Gauci Borda Lino | Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Hyzler George |Mintoff Dom | |Mifsud Bonnici | Mizzi Joe | |Antoine | | |Mifsud Bonnici | Moran Vincent | |Ugo |C. | |Muscat Claude |Muscat Philip | |Psaila Savona | Portelli Alfred| |Joseph | | |Refalo Louis | Refalo Anton | |Refalo Michael |Sant Alfred | |Angelo | | |Rizzo Naudi John | Sant Salvu | |Spiteri Carm Lino|Schembri Adami | | |Sandro | |Tabone Anton | Spiteri Lino | |Vella John | Vella George | |Zammit Ninu | | |Zammit Stanley | | |Zammit Dimech | | |Francis | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien inħoss li l-Gvern ma ta l-ebda raġunijiet għax hemm din l- urġenza kollha għal din il-liġi hekk importanti.", "Jien ma naqbilx li s-Second Reading u t-Third Reading isiru f'daqqa llejla.", "MR SPEAKER: Il-ftehim tal- Kamra kien li l-Kamra tirrisolvi ruħha f'Kumitat li jibqa' sejjer sad-9.30 p.m. imbagħad jittieħed nofs siegħa Aġġornament sa l-10.00 p.m. Dak kien il-ftehim tal-Kamra u biex ftehim tal- Kamra jitħassar irid isir ftehim ieħor.", "Jiġifieri sakemm l-arranġament jibqa' dak li hu ...", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien ma naqbilx u qed nitlob ruling tiegħek.", "Jien ma naqbilx ma' dan il-metodu kif qed isir il- Parlament u ma naqbilx li l- ispeeches tagħna jiġu ċensurati - ma nafux minn min - qabel ma jiġu ppubblikati.", "Inti għandek id-dritt tiċċensura waqt li qed nitkellem imma wara li nkun tkellimt ħadd m'għandu d-dritt li jaqbad l-iscript tiegħi u jirranġah.", "Jien ma naqbilx ma' ħafna affarijiet u waħda mill- affarijiet li mhux se naqbel magħha llejla hi li f'seduta importanti bħal din mingħajr l- ebda raġuni ta' urġenza u mingħajr ebda raġuni ta' xejn, f'daqqa waħda se jsir is-Second Reading u t-Third Reading ta' l-istess Abbozz.", "Kieku kien hawn raġunijiet ta' urġenza kont nasal biex nibqa' hawn sa l-10.00 p.m. imma se ngħid quddiem kulħadd li ma kontx naf li se ndumu hawn sa l-10.00 p.m. u li se nagħmlu s-Second Reading u t-Third Reading fuq xulxin.", "Nerġa' ngħid li jien noġġezzjona li jsiru dawn l- affarijiet u rrid ruling tiegħek ħalli jekk ikun hemm bżonn jiġi ċċallinġjat.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa minnu, Sur President, li kien hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li naħdmu b'dan il- mod, ftehim li kien ġustifikat bil-ħsieb li x-xogħol tal- Parlament jispiċċa llum, imma jien informat li effettivament ix-xogħol tal-Parlament mhux se jispiċċa llum imma se jkompli nhar il-Ġimgħa.", "Fl-istess ħin inħoss li, jekk qed nifhem tajjeb, skond l- iStanding Orders il-ftehim li kellna bejnietna jibqa' kondizzjonat mill- punt li jekk ikun hawn membru wieħed fil-Parlament li joġġezzjona, allura jibqgħu għaddejjin l-iStanding Orders.", "F'dan il-kontest u peress li huwa missier il-Kamra li qed jagħmel din l-oġġezzjoni, jien inħoss li għandna nkomplu bix- xogħol tagħna fuq dan l-Abbozz nhar il-Ġimgħa.", "MR SPEAKER: Il-pożizzjoni kif naraha jiena hi li ġie stabbilit li ntlaħaq ftehim aktar kmieni f'din is-seduta u dak il-ftehim sar bil-kunsens tal-Kamra kollha u ma kien hemm ebda oġġezzjoni għalih.", "Dak il-ftehim ireġi u biex dak il- ftehim jitħassar, irid isir ftehim ieħor tal-Kamra u jekk ikun hemm oġġezzjoni għat- tħassir ta' dak il-ftehim, anke minn membru wieħed, allura t- tħassir ta' dak il-ftehim ma jistax iseħħ.", "Jiġifieri biex jitħassar l-arranġament u l- ftehim tal-Kamra jrid ftehim ieħor tal- Kamra.", "Din hi l- pożizzjoni kif naraha jien.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jiena tajt ir-raġunijiet tiegħi u ma tkellimtx dak il- ħin għaliex stennejt li se jkun hemm xi ħadd li se jagħti r-raġunijiet ta' l-urġenza.", "MR SPEAKER: Napprezza, Onorevoli.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Jien stennejt li se jkun hemm xi ħadd li se jispjega għaliex hawn din l-għaġġla kollha u għaliex ma konniex informati qabel.", "Mr Speaker, inti agħti r-ruling tiegħek għaliex għandek ir-responsabilita'.", "Hawnhekk ħadd minna ma jista' jikkmanda lil ħaddieħor, inti biss tista' tikkmandana.", "Inti agħti r-ruling tiegħek u jien diġa' għidt l-affarijiet tiegħi.", "Imma qed niddikjara hawn li mil-lum 'il quddiem jien ma nagħti consensus f'xejn f'dan il-Parlament.", "Noqogħdu bl-iStanding Orders inkella hawnhekk jien l-ewwel wieħed li naqbel li .....", "Għaliex il- Parlament ġibnih bħala ftehim ta' qabda flimkien biex naraw kif nagħmlu u neħilsu.", "Dan ma naqbilx miegħu jien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, il-kwestjoni tal- ftehim biex ngħaddu għal stadju ieħor ta' l-istess liġi fl- istess seduta jsir biss meta dak l- item jerġa' jidher fuq l- agenda fl-istess seduta.", "Jiġifieri jekk hemm xi oġġezzjoni biex ngħaddu għall- Committee Stage, din trid issir issa.", "MR SPEAKER: Onorevoli, il- pożizzjoni hija din u l- prinċipju stabbilit hu li jekk il-Kamra tilħaq ftehim bil- kunsens ta' kulħadd, u ma jkunx hemm oġġezzjoni f'dak l- istadju, dak il-ftehim minn hemm 'il quddiem jirregola l- proċedura.", "Biex jitħassar dak il-ftehim irid ikun hemm ftehim ieħor.", "Sakemm ma jkunx hemm ftehim ieħor tal-Kamra kollha biex jitħassar dak l- ewwel ftehim, jien ikolli nsegwi l- ordni tal-Kamra stess.", "L-ordni tal- Kamra aktar kmieni kienet li immedjatament wara l- votazzjoni ngħaddu għall- Kumitat ta' dan l-Abbozz.", "Dan huwa r-ruling tiegħi u jkollna nimxu bih.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment għandek id-dritt kollu li jkollok l- opinjoni tiegħek.", "Il-Kamra issa tirriżolvi ruħha f'Kumitat biex tikkonsidra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Setgħa tal-Prim Ministru li jagħmel regolamenti", "Clause 3 - Power of the Prime Minister to make regulations", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Mr Chairman, aktar kmieni jiena smajt lill-Onor.", "George Vella jitkellem rigward il-bżonn li jkun hemm referenza għal artiklu 41 tal-Karta tan- Nazzjonijiet Uniti.", "Jien ngħid li dak kien il-ħsieb tiegħi ukoll, kif jaf hu, għaliex konna tkellimna qabel.", "Fil- fatt se nintroduċi emenda f'dan il-kontest li tgħid hekk:", "\"A\" Fis-subklawżola (1) tal- klawżola 3, minflok il- kliem \"skond il- Kapitlu VII taċ-Charter, jirrakkommanda lill-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex jieħdu miżuri sabiex tibqa' tinżamm jew terġa' tinġieb il-paċi u s-sigurezza internazzjonali, jew jitlob lil dawk l- istati membri\" għandhom jidħlu l-kliem \"skond l- Artikolu wieħed u erbgħin tal-Kaptilu VII taċ- Charter, jitlob lill- istati membri tan- Nazzjonijiet Uniti\".", "\"A\" In subclause (1) of clause 3, for the works \"under Chapter VII of the Charter, recommends to member states of the United Nations to take measures to maintain or restore international peace and security, or calls upon such member states\" there shall be substituted the words \"under Article forty- one of Chapter VII of the Charter, calls upon member states of the United Nations\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"A\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l- President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "MR SPEAKER: Issa nistgħu ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi skond ftehim milħuq iktar kmieni fis-seduta.", "Nistieden lill- Viċi Prim Ministru iressaq it- Tielet Qari.", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex ikun jista' jingħata effett lil ċerti dispożizzjonijiet taċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nisse- konda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex ikun jista' jingħata effett lil ċerti dispożizzjonijiet taċ-Charter tan- Nazzjonijiet Uniti\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar il- Ġimgħa, 30 ta' Lulju, fid-9.00 a.am. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar id-Dazju tas-Sisa fuq il- Birra.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, xtaqt li llum inqajjem suġġett li ssemma f'dawn l-aħħar ġimgħatejn u li baqa' jiġi njorat min-naħa tal- Gvern, u dan huwa preċiżament it-tmexxija tal-Freeport.", "Min- naħa tal- management u tal-Bord tal-Freeport isiru press conferences waħda wara l- oħra biex jgħidu kif l-affarijiet sejrin mit-tajjeb għall-aħjar.", "Imbagħad meta ssir xi kritika lill-Freeport, ma jirrispondix l-istess Chairman tal- Bord li huwa s-Sur Hili, imma jintuża d-Dipartiment ta' l- Informazzjoni.", "Jiġifieri żgur li ħadd ma jkun jaf eżattament min qiegħed jirrispondi għal din il-kritika.", "Xahar wara l- ieħor u sena wara l-oħra, il- Freeport beda jiftaħar li qiegħed jagħmel qligħ.", "Minnufih tqum il-mistoqsija dwar minn fejn ġej dan il- qliegħ tal-Freeport u aħna assolutament nibqgħu bla ma jkollna risposta ċara.", "Ħalli ngħid x'qal l-Onor.", "George Bonello Du Puis dwar il-kritika li kienet qegħda issir dan l- aħħar - jien kont fost dawk li kienu qed jagħmlu l-kritika - dwar it-tmexxija skandaluża tal-Freeport.", "L-Onor.", "Du Puis meta rrisponda għal din il- kritika qal li dawn huma bżieżaq tas-sapun u sostna quddiem it-television u l-PBS li l-mistoqsijiet li kienu saru - li kont għamilt jien, fost oħrajn - kienu kollha ġew imwieġba mill-Freeport.", "Fost il-bżieżaq tas-sapun illi tkellem dwarhom l- Onor. Du Puis kien hemm rapport li deher fil- gazzetta \"Kulħadd\" ta' nhar il- Ħadd li għadda intitolat \"Free ride mal-Freeport\" li jitkellem bl-aktar mod dokumentat dwar l- iskandlu ta' kif il-General Manager tal-Freeport ħallas l- ispejjeż tal-honeymoon tiegħu direttament mill-fondi tal- Freeport.", "L-informazzjoni li ngħatat hija preċiża, u tinkludi: Lm230 biljetti ma' Alitalia, Lm192 għal tliet iljieli fil-lukanda Colomba d'Oro ta' Verona, Lm159 għal tliet iljieli fil-lukanda Roma ta' Firenze, u Lm222 għal erbat iljieli fil-Lukanda Metropole ta' Ruma.", "Il-Freeport, b'ġenerożita' kbira, ħallas ukoll it-taxxa ta' Lm12.40 li ħallsu l-General Manager Paris u s-sinjura tiegħu fl-ajruporti Taljani u l-levy ta' Lm57.30 li jimponi l-Gvern Malti!", "Wieħed kien jistenna li meta t- tmexxija serja fil-Freeport tara akkuża bħal din, minn nhar il-Ħadd 'l hawn kellha toħroġ stqarrija u tispjega x'inhuma l-fatti u x'ġara.", "Pero' għaddew tlett ijiem u dwar dan ir-rapport, li jidher li huwa dokumentat tajjeb, ma sar xejn u naħseb li kien il-mument li nerġa' nqajjem dan il-punt u nerġa' nindika li t-tmexxija tal-Freeport hija waħda skandaluża li sejra mill-ħażin għall- agħar.", "Hemm fatti oħra li qed jissemmew u l-Freeport qed tieħu r-reputazzjoni li m'hi xejn ħlief borma tad-deheb għal ċerti bażużli u għal ċerti nies ta' ġewwa.", "Biżżejjed insemmi, per eżempju, x'qiegħed jintqal dwar it-tmexxija tas-security fil-Freeport.", "Jidher li hemm xi ħadd li huwa mlaħħaq mas- security u qiegħed jippretendi li jkun hu li jirranġa min jidħol u min ma jidħolx jaħdem fit-taqsima tas-security fil- Freeport u qed jintqal li din il-persuna bħala ħaraġ tas- servizzi li tagħti biex iddaħħal lin-nies fil- Freeport waslet fi stat li tippretendi parti mill-ewwel salarju - jekk mhux kollu - ta' min jiddaħħal jaħdem fis-security.", "Dawn huma affarijiet li qed jingħadu, affarijiet li qed isiru magħrufa u affarijiet li bl-ebda mod m'huma qed jiġu kontestati.", "Issemma wkoll każ ieħor dwar għadd ta' containers li ttieħdu min-nies li jaħdmu fis-security tal-Freeport, u meta nstab min kienu dawn in-nies minflok ma ġew irrapportati u proċessati, għaliex huma qrib il-Ministru Louis Galea, irranġawlhom baxx baxx ħalli l-affari titwitta.", "Dawn huma affarijiet li qed jintqalu ma' kullimkien dwar il-Freeport, Sur President.", "Mhux veru li hemm xi kontrolli serji u xi tmexxija serja fil-Freeport.", "Dan kollu jintrabat ukoll man-nuqqas ta' tagħrif ċar li qed tagħti l- Freeport dwar kif qegħda titmexxa.", "Sena wara l-oħra l- Freeport qegħda tippreżenta stampa tagħha nnifisha bħala li qegħda tagħmel xi profitti kbar mit-trasbord, pero' dan mhux minnu.", "Il-Freeport saret qisha qroqqa li taħtha hemm għadd ta' kumpanniji, bħalma huma l- kumpannija Industrial Storage, il-kumpannija Freeport Terminal Limited u l-kumpannija Oil Tanking Limited, li bejniethom taparsi għaddejjin it- transazzjonijiet, pero' ma tafx eżattament min qed iħallas lil min, min qed jimpjega lil min, min qed jagħmel il-profitti u min qed jagħmel telf.", "Meta l- ġimgħa li għaddiet ippressajt lit-tmexxija tal-Freeport biex tgħid ċar u tond kemm mid-dħul tagħha ġej minn xogħol ta' trasbord u kemm ġej minn xogħol ieħor li qed tagħmel, ikkonfermat li d-dħul tagħha - u allura l-qliegħ tagħha - ġej minn żewġ sorsi, jiġifieri x- xogħol ta' trasbord u xogħol ieħor li issa nitkellmu dwaru, imma baqgħet lura milli tagħti breakdown ta' kif dan id- dħul ġej minn sorsi differenti.", "Barra s-sors mix-xogħol ta' trasbord, il-Freeport innifisha suppost li qed tagħmel xogħol fuq il-bini tal-Port ta' Marsaxlokk u allura qed tingħata l-inkarigu biex tagħmel dan ix-xogħol ta' bini tal-port, faċilitajiet u attrezzaturi għall-freeport innifsu, imbagħad qed tieħu kummissjoni ta' inġinier fuq dan ix-xogħol li qed isir.", "Parti sostanzjali tad-dħul li qed tagħmel il-Freeport mhuwiex ġej mix-xogħol tat-trasbord, imma ġej minn dan ix-xogħol li l-Freeport qed tagħmel fuq l- istallazzjonijiet tagħha nnifisha bi flus li qed tgħaddilha sena wara l- oħra l- Kaxxa ta' Malta.", "F'dawn l- aħħar tliet snin għaddew madwar Lm30 miljun jew iktar lill- Freeport biex tkompli tibni l- faċilitajiet ta' Marsaxlokk u parti minn dawn il-flus il- Freeport qed turihom bħala qliegħ u mbagħad turihom bħala qliegħ li qed tagħmel bħala organizzazzjoni.", "Minn infor- mazzjoni parzjali li qed tinħareġ wieħed jista' jiġbed il- konklużjoni li mix-xogħol ta' trasbord il-Freeport qed titlef sew.", "Ix- xogħol li qed tagħmel għat-trasbord qed ikun ikkwotat u costed maż-żewġ kumpanniji kbar li qed jaħdmu fil-freeport b'rati li fuqhom il-Freeport qegħda titlef.", "Il- Freeport qed tikklejmja li f'dawn l-aħħar snin għaddiet miljuni ta' containers, pero' l-preċiżazzjoni hi li fuq kull container li qed tgħaddi qed tagħmel telf u iktar ma tgħaddi containers bir-rati li qed tħallas liż-żewġ kumpanniji kbar li hija kkuntrattata magħhom, aktar qed tagħmel telf u qed tgħatti dan it-telf li qed tagħmel fuq it-trasbord billi timmonta u ttella' x- xogħol li tkun qed tagħmel fuq il-bini u l- attrezzaturi tal- freeport innifsu mħallsa minn flus tal-Gvern u li fuqu l- Freeport qed tieħu commission.", "Dawn huma affarijiet li qed isiru mingħajr trasparenza ta' xejn, huma fondi tal-poplu li qed jintużaw biex taparsi l- Freeport tespandi u tista' turi, bil-propaganda tas-soltu, kemm sejra tajjeb, kemm qed tespandi, kemm qed tagħmel xogħol u kemm qed tagħmel flus, pero' l-accountability u t- trasparenza f'dan kollu ma teżisti mkien.", "Minn hawnhekk ngħid li responsabbli għal dan kollu l-ewwel u qabel kollox mhuwiex il-Ministru Bonello Du Puis - li m'hemmx dubju li ma jaf xejn dwar x'qed jiġri - imma huwa ċ-Chairman tal- Freeport, is-Sur Marin Hili li huwa wieħed min-nies li għandu rabtiet kummerċjali li ta' min jirrifletti aktar fuqhom.", "Ta' min jirrifletti wkoll kemm dan bħalissa qiegħed f'postu u x'inhi l- istrateġija kummerċjali ta' kumpannija li qed tonfoq u teħel il-miljuni ta' flus mingħajr accountability u trasparenza ċara, imma b'modi ta' tmexxija li huma kjarament skandalużi.", "Qed ngħid dan għax meta chairman ta' kwalunkwe azjenda serja jiġi ffaċċjat b'rapport bħal dan f'gazzetta, l- għada stess kien imissu jagħti spjega pubblika.", "Il-Freeport mhijiex qed taħdem bil-flus tat- trasbord imma qed taħdem bil- miljuni ppompjati fiha mit- taxxi u minn flus il-poplu.", "Inutli nibqgħu għaddejjin b'din ir-rata, b'din l-istorja u b'din il-proċedura li biha noqogħdu nibnu b'mod pubbliċitarju storja ta' kemm sejrin tajjeb l-affarijiet meta minn taħt kulħadd ikun jaf kemm l-affarijiet huma skandalużi.", "L-iskandli jmorru aktar 'il bogħod mit-tmexxija finanzjarja u amministrattiva tal-post.", "Intqal kemm-il darba - u m'għandix dubju li dan huwa minnu - li l-Freeport innifisha u l-mod kif titħaddem, titmexxa u kif jiġu ppostjati, ippremjati, imwarrba u magħżula n-nies qed isiru mhux biss skond kriterji partiġġjani, imma skond kriterji interni tal-Partit demokristjan Nazzjonalista.", "Hemm ċerta kompetizzjoni bejn ċerti barunijiet - għax hemm min għandu s-saħħa u hemm min m'għandux saħħa - u nies li jkunu ngaġġati fuq bażi partiġġjana.", "Fil-fatt il- partiġġjaniżmu intern qed iwassal għal aktar u aktar inġustizzji u tmexxija skandaluża.", "Għalhekk illum jien qiegħed nerġa' ninsisti fuq it- talba li għamilt il-ġimgħa li għaddiet u nibqa' nsostni li t- tmexxija tal-Freeport għandha bżonn taqa' taħt skrutinju ta' inkjesta miftuħa ħalli naraw fejn tinsab tabilħaqq il- Freeport u x'inhu jiġri finanzjarjament u kummerċjal- ment.", "B'hekk il- poplu jkun jaf eżattament x'inhu għaddej fil- freeport rigward dak li għandu x'jaqsam mal-bażi kummerċjali tiegħu, mad-dħul, mal-ħruġ, mal-costs, ma' l-ispejjeż li għaddejjin u mal-kontrolli fuq l-ispejjeż.", "Għalkemm qed issir ħafna propaganda u hawn l- impressjoni li kollox sejjer tajjeb, bħalissa fil-Freeport għandna sitwazzjoni fejn il- fondi tal-Gvern joħorġu mill- Budget biex minnhom jiġu mibnija taparsi profitti tal- Freeport u jkunu jistgħu jkantaw vittorja.", "Il-manage- ment tal-Freeport lanqas kellu d-deċenza jirrispondi għall- iskandlu li ġie rrapportat il- Ħadd li għadda.", "Dan huwa l- ewwel punt li fuqu għandha ssir inkjesta miftuħa, il- mod kif qed jitmexxew l-affarijiet fi ħdan il-Freeport u kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' personnel u ma' deċiżjonijiet kummerċjali, għax hemm suspetti fondati li wħud mid- deċiżjonijiet kummerċjali li jittieħdu mhumiex marbuta tabilħaqq ma' x'għandha tkun l- istrateġija kummerċjali tal- Freeport, imma huma marbuta ma' interessi personali privati ta' min jinsab fid-direzzjoni tal- Freeport.", "Huwa fl- interess ta' kulħadd li dawn is-suspetti jiġu investigati u ċċarati u ma jerġax jiġi xi Ministru ieħor tal-Gvern jiftaħar li dawn m'huma xejn ħlief bżieżaq fl- ajru għaliex il-bżieżaq fl-ajru xi kultant għandhom ħabta li jitqalu u jaqgħu fuq min qed jgħid li huma bżieżaq.", "Dawn fil-fatt m'huma bżieżaq tas- sapun xejn u huma parti mill- problema kbira li qed jiffaċċja dan il-Gvern bħalissa.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jinħass li dan huwa Gvern li ma jemminx fit-trasparenza, li jaħbi l-affarijiet għaliex huwa inkompetenti u tilef il- kontroll fuq kif imexxi, u allura n-nuqqas ta' trasparenza li qed toħorġ kull darba li qed nagħmlu l-mistoqsijiet, il- mod kif jinħbew u jitgħattew l- affarijiet juru kif fil-fatt dan il-Gvern qiegħed jegħreq fl-għaraq tiegħu stess; qiegħed jinħall għaliex mhuwiex kompetenti biżżejjed f'dak li jmexxi u allura mhuwiex lest li jiffaċċja lill-poplu u jagħtih rendikont ċar u sħiħ.", "Biex inżomm fuq l-istess argument, nixtieq insemmi każ ieħor ta' nuqqas ta' trasparenza li mhuwiex marbut mal-Freeport imma huwa marbut ma' xi ħaġa ta' importanza kbira wkoll.", "Dan huwa l-mod kif il-Gvern qiegħed jirrifjuta li jitkellem dwar x'qal lill- Komunita' Ewropea f'Settembru tas-sena li għaddiet meta l- Gvern demokristjan Nazzjonalista għamel memorandum lill- Komunita' Ewropea fejn rabat lilu nnifsu fuq ċerta linja ta' politika f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-attentati tiegħu biex idaħħal lil Malta bħala membru sħiħ tal-Komunita' Ewropea.", "Li nafu minn dan il- memorandum joħroġ mill-avis li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropea nnifisha u li ddiskutejna f'dan il-Parlament daqs tliet ġimgħat ilu.", "Sur President, ħalli ngħid xi tgħid il-Kummissjoni Ewropea fuq dan il- memorandum li ntbagħat lilha mill-Gvern demokristjan Nazzjonalista Malti fil-11 ta' Settembru 1992.", "Għandna tliet kwotazzjonijiet li huma misluta mill- avis tal-Kummissjoni Ewropea.", "Dwar il-kondizzjonijiet kollha ta' sħubija, il-Gvern kiteb hekk lill-Kummissjoni Ewropea:", "\"The Government of Malta has continually underlined its commitments to fulfil all the obligations and the responsibilities resulting both from the original three treaties as amended and strenghtened by the Single European Act and those resulting from the European Union Treaty signed at Maastricht on 7th February, 1992.\".", "Dwar il-qbil ma' impenn li lest jagħmel il-Gvern preżenti għal difiża komuni, fil-memorandum ta' Settembru li għadda l-Gvern qal hekk lill- Komunita' Ewropea:", "\"The Maltese Government believes it to be in Malta's interest to subscribe to the European Union's Common Foreign and Security Policy including the eventual framing of a common defence policy which might in time lead to a common defence.\".", "It-tielet kwotazzjoni minn dan il-memorandum mibgħut f'Settem- bru li għadda lill-Komunita' Ewropea mill-Gvern preżenti huwa dwar qbil min-naħa tagħhom għal sħubija tat-tieni klassi fi ħdan il-Komunita' Ewopea.", "Dawn qalulhom hekk:", "\"The Maltese Government understands that Malta's application could appear to prematurely raise the issue of institutional development for the Community.", "The Government agrees with the Commission that all questions concer- ning Malta's participaton in the Community institutions would be able to be resolved in an appropriate manner in accession negotiotions.", "The Maltese Government therefore looks forward to the Commission's proposals in its opinion on Malta's application\".", "Kif għidt, dawn huma tliet siltiet mill-memorandum ta' Settembru 1992 li bagħat il- Gvern Malti lill-Komunita' Ewropea u din l-informazzjoni qed neħduha mhux għaliex ħariġha l-Gvern Malti imma għaliex ħarġet fl-avis tal- Kummissjoni Ewropea.", "Meta f'dan il-Parlament permezz ta' interpellanza tlabt lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin biex ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-memorandum sħiħ ħalli l-poplu Malti kollu jkun jaf x'qiegħed jintqal min- naħa tal-Gvern lill-Komunita' Ewropea, ir-risposta kienet li mhijiex il-prassi li dokumenti bħal dawn jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Qed jgħid li mhijiex il-prassi li dokumenti bħal dawn jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra meta dan id- dokument qiegħed jiġi kkwotat b'dan il-mod estensiv mill- Kummissjoni Ewropea.", "Din hija raġuni li ma tagħmilx sens għaliex huwa fl-interess nazzjonali u fl-interess tal- poplu Malti li la dan id- dokument qiegħed ikun ikkwotat fl-avis tal-Kummissjoni Ewropea, il- memorandum kollu ta' Settembru 1992 jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l- poplu kollu jkun jaf x'inhuma tabilħaqq il-proposti u l- proponimenti li qed jagħmel il- Gvern demokristjan Nazzjonalista fit-trattattivi tiegħu mal- Komunita' Ewropea.", "Dan huwa nuqqas ċar ta' trasparenza u ta' fiduċja fil- poplu Malti għaliex il-Gvern qed jirrifjuta li saħansitra jikkwota u jpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra, dokument li ġie kkwotat b'mod estensiv mill- Komunita' Ewropea.", "Għaliex qed insemmi dan il- punt, Sur President?", "Filwaqt li nikkundanna r- rifjut tal-Gvern li dan id-dokument jesponih għall-iskrutinju pubbliku, nerġa' ninsisti li n-nuqqas ta' trasparenza li qed naraw madwarna u li qed tiżdied hija r-raġuni tal-konklużjoni li wasal għaliha l-Gvern, cioe' li jenħtieġlu jaħbi mill-poplu safejn waslet id-deliquescenza, il-mod kif il- Gvern qiegħed jinħall u jitlef mis-saħħa tiegħu fil-mod kif imexxi.", "Hemm sinjali ċari li l-Gvern qiegħed jitlef il-kontroll fuq is-sitwazzjoni għaliex qed jinduna li t-tmexxija tiegħu sejra mill-ħażin għall-agħar.", "Din mhijiex kwestjoni ta' tgergir fuq il-problema ta' l- ilma u fuq l- għoli tal-ħajja; imma morna pass aktar 'il bogħod minn hekk, għaliex il- poplu m'għadux igerger u jitkellem biss fuq dawn l- affarijiet imma qiegħed jitkellem fuq il-mod kif il- Gvern qiegħed jinħall u jitlef il-kontroll fuq it-tmexxija.", "Qiegħed jitlef il-kontroll f'kull sens ta' direzzjoni li tkun b'xi mod jew ieħor - kelma li ilna nisimgħu ħafna - direzzjoni pożittiva.", "Ma jeżistix sens ta' direzzjoni, Sur President, u għalhekk imbagħad iqumu l- iskandli u jsiru l-abbużi għaliex minflok ma l-Gvern jaħdem fuq dawn l- iskandli u jagħmel minn kollox biex l-abbużi jneħħihom min- nofs jew jipprova jiċċarahom u jwittihom quddiem kulħadd permezz ta' inkjesti miftuħa, iħalli lil min, kif qed jiġri fil-Freeport, jibqa' għaddej għal għonq it-triq qisu ma ġara xejn; ikomplu jitberbqu l-flus, isiru l-iskandli u kulħadd jipprova jdaħħal idejh f'din il-borma tad-deheb qisu ma ġara xejn.", "Għalhekk, Sur President, bl- akbar sens ta' responsabilita' qiegħed ngħid li jekk jibqa' jirrenja dan in-nuqqas ta' trasparenza se jkollna mhux biss il-bidu tat-tmiem ta' dan il-Gvern, imma t-tmiem ta' kriżi ta' kif jista' jkun responsabbli għat-tmexxija dan il-Gvern.", "Ma jistax ikun li skandli bħal dawk li hemm fil- Freeport jibqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn u l- Gvern jirrifjuta kull talba għal inkjesta pubblika miftuħa taħt l-iskuża banali li dawn huma kollha bżieżaq tas-sapun.", "Din hija tajba biex tgħidha għal mument jew tnejn, imma l-fond tal-kwestjoni kollha huwa s- sens ta' serjeta' li l-poplu qed jistenna minn dan il-Gvern, is-serjeta' li m'għadhiex hemm, mhix qegħda hemm u li huma responsabbli għaliha, apparti mill-Prim Ministru u l-Viċi Prim Ministru, il-Ministri kollha kollettivament u individwalment li qed iħallu dawn l-iskandli għaddejjin; il-Ministru Galea, il-Ministru George Bonello Du Puis u l- Ministru Dalli.", "Kull talba serja għal inkjesta miftuħa qed jipprovaw ifarfruha taħt it- tapit.", "Mr Speaker, it-tapit tagħhom issa qed jimtela, hemm tant ħmieġ, imbarazz u remiżolji li r-reputazzjoni u l-fama personali tagħhom qed tiġi mittiefsa u tispiċċa suspettuża.", "Għandu jkollhom is-sens ta' responsabilita' li quddiem skandli bħal dawk tal- Freeport, per eżempju, jaċċettaw it-talba sinċiera li qed nagħmlu, u li se nibqgħu nsostnu, għal inkjesta miftuħa li mbagħad tkun miftuħa għall- iskrutinju pubbliku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "Fadal biss erba' minuti.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, la qed tgħidli li fadal biss erba' minuti, minflok ma nitkellem dwar il-kontijiet ta' Telemalta se ngħaddi biex nitkellem fuq suġġett li huwa wkoll ta' importanza, cioe' l- liċenzja għal Super I Television.", "Qabel ma ngħataw il-frekwenzi għall-istazzjoni- jiet tar-radju rriżulta li kien hemm interferenzi fuq frekwenzi li se jingħataw.", "Fil- fatt f'Lulju ta' l-1991 minn testijiet li saru mill- awtoritajiet irriżulta li kien hemm interferenza għal Super I Radio minn Radio Stampa Sud, u - kopja ta' dan it-test kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra b'referenza għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt.", "Jiġifieri l- frekwenza li qed juża Super I Radio qed tiġi interfered with minn stazzjon Taljan.", "Jiġifieri għalkemm l-Awtorita' kienet taf li fuq il- frekwenzi li kienu se jingħataw l- istazzjonijiet lokali kien hemm interferenza, xorta allokat dawn il-frekwenzi.", "Meta ġejna għall- istazzjonijiet tat- television, Super I Television talab channel 29 u l- Awtorita' ġabet skuża li fuq din il- frekwenza hemm interference.", "Allura jien ma nistax nifhem kif meta ngħataw il-frekwenzi tar-radju ma ġabitx dan l- argument imma issa għax Super I irid stazzjon tat-television qed iġibu skuża għal channel 29.", "Dan ma għandux ikun.", "Jekk l-Awtorita' jidhrilha li hemm xi interferenza mhux hija għandha tara dawn l- affarijiet, imma min ikun se jieħu l- istazzjon.", "Jiġifieri jien ma nistax nifhem kif din meta trid tuża l-kriterju li tagħti l- frekwenzi allavolja jkun hemm interference fuqhom, u meta trid tgħid li ma tagħtix frekwenza għax hemm interference.", "Dan mhux argument; jew f'kull każ meta jkun hemm l- interference ma tagħtix frekwenzi, jew inkella tagħti xorta waħda u mbagħad tara x'jiġri.", "Jiġifieri din hija skuża għax jafu li anke meta saru testijiet irriżulta li l-frekwenza ta' channel 29 f'ċerti areas ma jkunx hemm stazzjon fuqha għax ma jidħolx.", "Jiġifieri mhux veru li ma tistax tintuża kullimkien.", "Jekk imbagħad hemm problemi oħra jsolvihom Super 1.", "Mela jekk il-Broadcasting Authority għandha din il-problema, din m'hi problema xejn għax dik tħalliha għal Super 1 Radio u Super 1 Television biex isolvuha huma, imbagħad meta jingħataw channels oħra lil Malta, Super 1 Television jara x'jagħmel biex itejjeb iċ- channel tiegħu.", "Jiġifieri jien issa nistenna li l-Broadcasting Authority mill-aktar fis possibbli toħroġ il-liċenzja lil Super 1 Television għax m'hemmx raġuni għaliex dan ma jingħatax iċ-channel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il- ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Lulju fid-9.00 a.m. bl-agenda kif kommunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Kummissjoni tal-Bio Etika gree,Kummissjoni tal-Bio Etika gall,Kummissjoni tal-Bio Etika KUMMISSJONI TAL-BIO ETIKA", "9069.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni tal-Bio Etika reġitx ġiet imwaqqfa?", "Jekk le, għaliex?", "Jekk fl-affermattiv, min huma l-Membri u ċ-Chairman?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l- aħħar Rapport Annwali ta' din il-Kummissjoni qabel ma ġiet xolta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA; Il- Kumitat Konsultattiv dwar il- Bioetika ġie rikostitwit fit-13 ta' April, 1993.", "Il-Membri ta' dan il-Kumitat huma kif ġej:-", "President: Dr Joseph L Grech, MD., DCP (Lond), DMJ., FRC Path, FRCPA", "Viċi President: Prof. Alfred Cuschieri MD., PHD (Lond).", "Rappreżentanti fuq il-Kumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Bioetika: Rev. Fr. Charles G. Vella.", "Segretarju: Rev. Dr Emanuel Agius SThD (Louv), MA Phil.", "Membri: Prof Mark Brincat MRCS., LRCP., MRCOG., PhD (Lond).", "Dr Anthony Fiorini MB., ChB., MRCE (UK), Consultant Geriatrition", "Prof Abraham Galea MD (Malta) MRCP (Edin), PRCP (Glasg.)", "MRC Psych, FRCP (Edin), FRC Psych", "Dr Lino John German MD, MRCOG, FRCOG.", "Dr Herbert Sultana MD, DMR (T)", "Dr Anthony Vassallo MD (Malta), DHP (RCPS) Eng.", "MFCM, FFPHM.", "Dr Joseph Zarb Adami MD (Malta),", "MRCS (Eng), LRCP (Lond).", "Dr M'Anne Lauri BA (Hons), MSc Psych (Lond).", "Dr Patrick Galea LLD", "Dr Joseph Micallef Stafrace BA, LLD", "Ms. Odette Grixti BSc (Nurse)", "Rev. Prof George Grima SThD (Louvi), Ma, BA.", "Ms M'Anne Sant Fournier B. Pharm (Hons), Phil.", "Ms Maureen Cole BA, BSoc UK (Hons)", "Mr Alfred Bezzina BA", "S'issa ma kienx issir rapport annwali iżda jinżammu minuti tal-laqgħat li jsiru.", "Minn din is-sena l-Kumitat hu marbut li jagħti rapport annwali għal kull sena li tagħlaq fil-31 ta' Diċembru.", "Sptarijiet,Health Assistants bonm,Sptarijiet,Health Assistants gall,Sptarijiet,Health Assistants SPTARIJIET - HEALTH ASSISTANTS", "9071.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Meta hemm il-ħsieb li joħroġ ir-riżultat ta' l-eżami li sar mill- Health Assistants f'Diċembru, 1992?", "Għaliex kien hawn dan id- dewmien biex joħroġ dan ir- riżultat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat kif ġej:-", "F'Jannar 1992, 207 Trainees Health Assistants bdew kors ta' sentejn.", "F'Ottubru 1992, 188 minnhom qadu għall-assessment li kien jikkonsisti f'eżami ta' kitba u evalwazzjoni tar- rapport tax-xogħol prattiku.", "Minn dawn 118 ma ssodisfawx il- livell meħtieġ.", "F'Diċembru 1992 ġew mogħtijin ċans ieħor kemm f'assessment tal-kitba u komplew jiġu assessjati fuq ix- xogħol prattiku.", "Informat li issa ġew iffinalizzati b'aktar rapport u qed tittieħed deċiżjoni finali fuq ir- riżultat globali.", "Sadanittant kulħadd kompla fil-placement li kienu qegħdin u b'hekk ħadd ma tilef xejn, la t-trainee ma tilef l-esperjenza u lanqas ma intilef il- kontribut li dna it-trainees jagħtu anke waqt it-training tagħhom.", "Sptar San Luqa,Prigunieri galm,Sptar San Luqa,Prigunieri gall,Sptar San Luqa,Prigunieri SPTAR SAN LUQA - PRIĠUNIERI", "9169.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew referiti b'kollox priġunieri għall-Isptar San Luqa tul l-1990, l-1991, l- 1992, sena b'sena?", "Kemm minnhom intbagħtu lura u kemm inżammu għal aktar kura?", "X'inhu jsir biex kemm jista' jkun fil-Ħabs Civili jkun hemm facilitaijiet medici ħalli l- priġunieri ma jiġux referiti l- Isptar San Luqa għal problemi li jistgħu facilment jiġu trattati fil-ħabs stess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab issa f'pożizzjoni li nagħti t- tagħrif għall- ewwel parti tal- mistoqsija parlamentari numru 9169.", "It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:-", "Fl-1990, ġew referiti 542 għall-isptar San Luqa, 24 minnhom inżammu għal aktar kura.", "Fl-1991, ġew referuti 822 għall-isptar San Luqa, 47 minnhom inżammu għal aktar kura.", "Fl-1992, ġew riferiti 1441 għall-isptar San Luqa, 86, minnhom inżammu għal aktar kura.", "Sptar San Luqa,Visiting Consultant Clinic galm,Sptar San Luqa,Visiting Consultant Clinic gall,Sptar San Luqa,Visiting Consultant Clinic SPTAR SAN LUQA - VISITING CONSULTANT CLINIC", "9192.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Madwar sena ilu saret bidla fit-tmexxija tal-Visiting Consultant Clinic (VCC) ta' l- Isptar San Luqa.", "Peress li wara din il-bidla diversi kelliema ta' l- Oppożizzjoni fosthom anke l- ġurnali Socjalisti bassru li din il-bidla kienet se tolqot ħażin il-VCC, jista' l-Ministru jgħid jekk issa, sena wara, kellux rapporti favorevoli jew ilmenti dwar il-VCC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Visiting Consultants li regolarment jinvistaw pazjenti Maltin fl- isptar San Luqa, għamlu rapporti tajbin ħafna fuq l- istaff il-ġdid ta' din il- Klinika.", "L-istaff inbidel fl-20 ta' Mejju, 1993.", "Il-complement ta' din il-clinic illum huwa fformat minn Staff Nurse, Enrolled Nurse, Health Assistant u Ward Clerk.", "Ma nistax ma ngħidx li dan it-team ħa over mingħajr il-ko- operazzjoni ta' dawk ta' qabel biex il-bidla ssir mingħajr skossi u biex il- pazjenti ma jbatux.", "Ix-xogħol jitmexxa b'effiċjenza akbar illum u l- amministrazzjoni u r-records ta' din il-klinika huma kollha komputerizzati.", "Minn dak inhar sal-lum il- konsulenti barranin invistaw 'il fuq minn 2,800 pazjent.", "Dan in-numru jikkonsisti f'każijiet ġodda kif ukoll follow up cases li kultant żmien ikollhom bżonn li jiġu invistati minn dawn il- konsulenti barranin.", "Minn Mejju 1992 'l hawn saru 169 operazzjoni fuq il- qalb fl- isptar San Luqa u 163 pazjent kellhom jintbagħtu barra għall- kura.", "Diġa' ingħata 48 appuntament għall-operazzjonijiet fuq il-qalb li se jsiru f'Malta fit-tliet xhur li ġejjin.", "Sal-lum hemm biss 17- il appuntament pendenti li minħabba raġunijiet mediċi dawn il-pazjenti jenħtieġilhom li jintbagħtu barra għal kura.", "Dawn il-konsulenti barranin iħejju rapporti wara kull viżita.", "Minn dawn ir-rapporti joħroġ ċar ħafna li dawn it- tobba huma kuntenti ħafna bl- effiċjenza u d-dedikazzjoni ta' l-istaff ta' din il-klinika.", "Aktar importanti minn hekk kull min ikollu bżonn is-servizz ta' din il-klinika jikkonferma l- opinjoni tal-konsulenti u joħroġ sodisfatt bis-servizzi first class li jingħataw.", "Sptar San Vincenz de Paule,Pazjenti gree,Sptar San Vincenz de Paule,Pazjenti gall,Sptar San Vincenz de Paule,Pazjenti SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - PAZJENTI", "9594.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar it- tipoloġija dijanjostika tal- pazjenti li huma rikoverati fl- isptar San Vincenz de Paule fuq bażi ta':-", "ksur b'riżulat ta' waqa';", "stroke;", "kardjorespiratorji; u", "oħrajn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nformat li t-tobba tar- Residenza San Vinċenz de Paule ħadu sample ta' admissions ta' residenti fl-istess residenza f'perjodu ta' sitt xhur.", "F'dan il-perjodu ġew ammessi 142 resident.", "Il-lista li turi t-tipoloġija dijanostika ta' dawn il- pazjenti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid farm,Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid gall,Sptarijiet,Bini ta' sptar gdid SPTARIJIET - FTUĦ TA' SPTAR ĠDID", "9769.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm kien hemm individwi jew kumpanniji Maltin jew barranin li kienu mħajjra jiftħu sptar privat f'Malta imma wara rtiraw l-applikazzjoni f'dawn l-aħħar sitt snin?", "Kemm ħarġu permessi għal sptarijiet privati?", "Lil min?", "Meta hemm il-ħsieb li jibdew jilqgħu pazjenti fihom?", "X'inhuma l-kondizzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien hemm diversi individwi jew kumpanniji li esprimew interess jiftħu sptar privat iżda wara irtiraw jew ma komplewx bl- inizjattiva tagħhom.", "S'issa ma ħarġet ebda liċenzja.", "Din toħroġ biss meta l-individwu jew kumpannija tlesti l-proġett.", "Kif għidt diġa' fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1219, il- ftuħ ta' sptar privat jiddependi mill-interessi privati.", "Ir- regolamenti dwar kliniċi u sptarijiet privati se jiġu ppubblikati dan is- sajf.", "Sptarijiet,Xiri ta' medicini farm,Sptarijiet,Xiri ta' medicini gall,Sptarijiet,Xiri ta' medicini SPTARIJIET - XIRI TA' MEDIĊINI", "9772.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm-il direct order għal xiri ta' mediċini saru tul dawn l- aħħar ħames snin li l-valur tagħhom qabeż l-Lm1,000?", "Lil min saru, kemm kien il- valur u liema kienu l-mediċini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-direct orders għal xiri ta' mediċini li saru tul dawn l-aħħar snin u li l- valur tagħhom qabeż l- Lm1,000 kienu:-", "1988 7 1989 20 1990 10 1991 24 1992 34", "Tagħrif dwar liema kienu l- mediċini, kemm kien il-valur u lil min saru għal kull sena msemmija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "Ninsab informat li din l- istatistika ma tinkludix dawk id-direct orders li jingħataw ex-tender jiġifieri wara li tinħareġ tender.", "Dan jiġri meta:-", "(1) ma jintbagħtux l-ebda offerti (2) l-ebda offerta ma tkun aċċettabbli.", "Ma tinżammx statistika ta' dawn id-direct orders li jsiru ex-tender.", "Sptar San Luqa,Spizeriji farm,Sptar San Luqa,Spizeriji gall,Sptar San Luqa,Spizeriji SPTAR SAN LUQA - SPIŻERIJI", "10037.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Ġew każi f'idejja riċentement fejn pazjenti ngħataw Mycostatin cream (b) 000611 li kien expired fi 11/92 mill-isptar San Luqa.", "Jista' l-Ministru jara li jkun hemm ordnijiet ċari fl- ispiżeriji kif ukoll fis-swali ta' l-isptar ħalli prodotti li jkun skadilhom iż-żmien jiġu mneħħija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jeżistu direttivi ċari kemm fl- ispiżeriji tal-Gvern kif ukoll fis-swali tad-diversi sptarijiet li l-mediċini għandhom jitneħħew minn fuq l- ixkaffa meta jaslilhom iż-żmien ta' l-iskadenza.", "Dwar dan inħarġu ċirkolarijiet ripetutament.", "Kopja ta' waħda tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Mid-dettalji mogħtija lili mill-Onor.", "Interpellant ma nista' ngħid xejn aktar.", "Habs Civili,Ufficjali morv,Habs Civili,Ufficjali gall,Habs Civili,Ufficjali ĦABS ĊIVILI - UFFIĊJALI", "10041.", "L-ONOR.", "VINCENT MORAN staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dawk l-uffiċjali tal-Ħabs li ntbagħtu d-dar reġgħu daħlu lura għax-xogħol?", "Jekk le għaliex?", "Meta hu maħsub li dawn jiġi mdaħħla lura għax-xogħol peress li kontra dawn ma nħareġ l-ebda charge?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- uffiċjali kollha tal-Ħabs li kienu ġew mitluba biex ma jirraportawx għax-xogħol daħlu lura għax-xogħol.", "Tmien gwardjani tal-Ħabs reġgħu lura fuq xogħolhom.", "Tliet Uffiċjali tal- Ħabs ġew trasferiti fuq dmirijiet oħra.", "Sptar San Luqa,Operazzjonijiet gree,Sptar San Luqa,Operazzjonijiet gall,Sptar San Luqa,Operazzjonijiet SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "10044.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni illi fl- Operating Theatres fl-Isptar San Luqa nhar il-Ħamis 8 ta' April, 1993 l- operazzjonijiet kollha li kellhom isiru, fosthom Cardiac Operations kollha ġew sospiżi wara li pazjenti li kienu ġew preparati għall-operazzjonijiet kollha kellhom jiġu kkancellati, u wara illi l-lista ta' l- operazzjonijiet bil-ġurnata kienet diġa' ġiet iffissata u t-theatres preparati għall- operazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li nhar il-Ħamis 8 ta' April għal ħabta tas-7.15 a.m. żviluppat ħsara f'kanna ta' l- ilma fit-Theatre Suite.", "Minħabba l-ilmijiet li ħarġu u t-tiswija b'urġenza li kellha ssir ġiet sospiża kull elective surgery fuq parir tal- Bakterjoloġista.", "Dan sar minħabba li ħafna ħaddiema kellhom jidħlu fil- post biex ix- xogħol ikun jista' jitlesta fl-iqsar ħin possibbli.", "Sptar San Luqa,Impjegati gree,Sptar San Luqa,Impjegati gall,Sptar San Luqa,Impjegati SPTAR SAN LUQA - IMPJEGATI", "10045.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li nhar il-Ħadd 4 ta' April, 1993, impjegati fl- Isptar San Luqa baqgħu mingħajr ikel fil-break ta' 12.00 a.m..", "Dawk l-impjegati li telgħu għall-ikel f'12.00 a.m. intbagħtu lura mill-mess.", "Jista' l-Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni ta' dan in- nuqqas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li mhux minnu li f'xi ġurnata l- impjegati ta' l- isptar San Luqa baqgħu bla ikel u mhux minnu wkoll li dawn l- impjegati ntbagħtu lura.", "Fil-ġurnata msemmija ma kienx fadal tiġieġ u minflok l- impjegati ngħataw laħam.", "ir-raġuni li ma servewx it- tiġieġ dak inhar kienet li sar eċerċizzju biex jinstab eżatt kemm ikun hemm ħela waqt il- preparazzjoni, tqattigħ u tisjir tat-tiġieġ tal-friża.", "Sptarijiet,Kazijiet ta' nisa msawwta galm,Sptarijiet,Kazijiet ta' nisa msawwta gall,Sptarijiet,Kazijiet ta' nisa msawwta SPTARIJIET - NISA MSAWWTA", "10085.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti figuri, sena b'sena, mill-1985 sal-lum, kemm iddaħħlu każijiet ta' nisa msawwta fil-Casualty Department ta' l- isptar San Luqa f'Malta, u fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Kemm minn dan is-swat kien jinvolvi nisa tqal?", "Kemm minn dawn il- każijiet kienu riferiti lill-pulizija, u kemm lid-Dipartiment tal- Familja u Assistenza Socjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-istatistika mitluba għar-rigward ta' l- isptar San Luqa hi kif ġej:-", "Sena Numru Numru ta' Numru Totali Nisa Tqal riferuti għal Pulizija 1985 ) 1986 ) M'hemmx statistika 1987 ) 1988 13 / 11 1989 18 1 10 1990 32 1 6 1991 16 / / 1992 28 / 5 1/1/93 - 30/6/93 12 / 5", "Fl-Isptar Generali ta' Ghawdex kull kaz ta' dan it-tip jigi riferut kemm lill-Pulizija u kemm lid-Dipartiment tal- Familji u Assistenza Socjali izda l-istatistika trid tingabar.", "Fil-kaz ta' l-Isptar San Luqa l-kazi jigu riferuti generalment lill- Pulizija u skond ic-cirkostanzi anke lid- Dipartiment tal-Familja u Assistenza Socjali izda din l- ahhar tip ta' statistika ma tinzammx.", "Tlabt li jigi accertat li kull kaz ta' dan it-tip li jiddahhal l-Isptar San Luqa jigi riferit lid-Dipartiment tal-Familja u Assistenza Socjali u tinzamm l-istatistika mehtiega.", "Annimali,Postijiet ta' kenn bare,Annimali,Postijiet ta' kenn gallAnnimali,Postijiet ta' kenn ANNIMALI - POSTIJIET TA' KENN", "10222.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Jista' l-Ministru jghid kemm hemm organizzazzjonijiet, u liema huma, li ghandhom permess biex joperaw bhala postijiet ta' kenn ghall- annimali, l- aktar klieb abbandunati?", "Wasal iz-zmien biex dawn l- organizzazzjonijiet ikunu regolamentati b'ligijiet serji biex kemm l-annimali nfushom u n-nies li jigu f'kuntatt maghhom jigu mharsa minn tixrid ta' mard bhar-Ringwood u s- Sandfly?", "ONOR LOUIS GALEA: L-unici zewg postijiet ta' kenn ghall- annimali li huma licenzjati huma l-SPCA tal-Floriana u l- SPCA t'Ghawdex.", "Postijiet ohra li bdew joperaw dan l-ahhar huma fil- process ta' licenzjar.", "Fuq investigazzjonijiet li saru mill-Occupational Health Unit, qed jittiehdu diversi mizuri biex jitnaqqas il- periklu ta' tixrid ta' mard bhal dak indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Sptarijiet,Specjalisti gree,Sptarijiet,Specjalisti gall,Sptarijiet,Specjalisti SPTARIJIET - SPEĊJALISTI", "10388.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH Staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: B'referenza ghall-mistoqsija parlamentari numru 10229, Seduta 134 ma jidhirlux l- Ministru li f'dawk il-kazi ta' konsulenti li ghadhom impjegati fuq bazi ta' kuntratt ghandu jintlahaq kompromess fejn jigu appuntati fuq bazi permanenti u b'hekk tigi evitata l-procedura li dawn il- persuni li ilhom jaghtu servizz ta' konsulenti jkollhom jergghu japplikaw ghal post taghhom stess, meta fil- fatt diga' hemm precedent bhal fil-kaz ta' Deputat Direttur fid-Dipartiment tal-Kirurgija fejn dan l-arrangament gie attwat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id- Dipartiment tas-Sahha jinsab f'korrispondenza mal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex tintlaqa` t-talba tieghu li dawn il-konsulenti jigu appuntati fuq bazi permanenti.", "Id-decizjoni finali hija fil-kompetenza ewlenija ta' din il-Kummissjoni.", "Sptar San Luqa,Hruq ta' karozza galm,Sptar San Luqa,Ha,Hruq ta' karozza gall,Sptar San Luqa,Hruq ta' karozza SPTAR SAN LUQA - ĦRUQ TA' KAROZZA", "10746.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Wara l-incident li gara nhar il- Hamis 20 ta' Mejju, 1993 fil- parking ta' l-Isptar San Luqa fejn inharqet karozza u kellu jkun ghal intervent immedjat ta' numru ta' Security Officers li b'sogru kbir mhux biss kaxkru karozzi ohra li kienu pparkjati fil-vicinanzi biex in-nar ma jinferixx, izda sahansitra dahlu fin-nar, kissru hgiega tal-vettura qed taqbad u b'fire extinguisher tfew il-vettura, jikkonsidra d- Dipartiment tas-Sahha li jirrikonoxxi ufficcjalment, imqar b'ittra, l-intervent f'waqtu li wettqu dawn l- ufficjali tas-sigurta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id- Dipartiment tas-Sahha, permezz tas-Supretendent Mediku ta' l- Isptar San Luqa, diġa' wera l- apprezzament tieghu ghall-agir tal-Hospital Surveillance Officers involuti fl-incident imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "Hal Far,Dritt ghal access manc,Hal Far,Dritt ghal access gall,Hal Far,Dritt ghal access ĦAL FAR - DRITT GĦAL AĊĊESS", "10788.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: B'referenza ghar-risposta moghtija ghall-mistoqsija parlamentari numru 10529, jista' l-Ministru jghid jekk il-Pulizija investigatx x'gara f'Hal Far bejn il-15 u 16 ta' Mejju, 1993?", "X'kien ir-rizultat ta' l- investigazzjoni?", "X'passi ttiehdu jekk ittiehdu, kontra min kiser il- ligi u ghalaq bla permess l- access ghal Hal Far?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-ezitu ta' l- awtoritajiet tal- Pulizija ma zvela l-ebda ksur tar- regolamenti.", "Pulizija,Kaz ta' qtil galm,Pulizija,Kaz ta' qtil gall,Pulizija,Kaz ta' qtil PULIZIJA - KAŻ TA' QTIL", "10796.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Dan l-ahhar saret mistoqsija parlamentari fuq kazi ta' qtil mhux solvuti fiz-zmien l- amministrazzjoni prezenti, jista' l-Ministru gentilment jghidilna kemm gew solvuti kazi ta' qtil fl-istess zmien?", "X'inhu r-relazzjoni ta' dan in-numru man-numru tal-kazi mhux solvuti ta' qtil fiz-zmien l-amministrazjoni prezenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-kazi ta' qtil solvuti mill- Pulizija u ghal- kazi li sehhew mill-1987 hu kif se nghid:", "Data Post tad-delitt Isem tal-Vittma", "30.01.87 Paola Gemma Fonk 27.03.87 Sliema Mohamed Muthnani 17.04.87 Cospicua Carmelo Farrugia 25.08.87 Bugibba Raymond Vella 02.09.87 Valletta Oscar Bonnici * 02.10.87 Valletta John Lepre 02.02.88 Ta' Xbiex Peter Read 12.02.88 Valletta Gullaume Andre Nichol Levarlet 18.02.88 Zurrieq George Cucciardi 18.02.88 Valletta Alfred Darmanin 25.09.88 San Giljan Eve Camilleri 02.02.89 Paola Mary Douglas 07.07.89 Ghawdex Francis Sultana 14.09.89 Naxxar Saviour Cachia 12.01.90 M'Scala Stephen Ellul Bonnici 23.05.90 Zejtun Temi Desira 16.05.91 Valletta Robert Vella 10.06.91 Paceville Raymond Cassar 17.11.91 Paceville Salah Shahaty 22.03.92 Paceville Diego Farrugia 17.05.92 Zejtun M'Rose Baldacchino 17.05.92 Zejtun Anton Baldacchino 17.05.92 Zejtun Anthony Baldacchino 18.03.92 Paola Yvette Bonnici 18.03.92 Paola Shawn Bonnici 13.01.93 San Gwann Victorio Cassone 04.04.93 Rabat Sylvia King 11.04.93 Hamrun Godwin Cutajar 13.06.93 Swatar l/o Dingli Maurice Seguna 21.07.93 Naxxar Peter Cilia", "* Persuna tressqet il-Qorti u giet liberata waqt il-guri.", "Ir-relazzjoni ta' kazi ta' delitti ta' qtil solvuti ghall- kazi mhux solvuti hu kif se nghid:", "Sena Kazi solvuti Kazi mhux maghluqa", "1987 6 2 1988 2 (wiehed jinvolvi 1 erba vittmi)", "1989 3 1", "1990 2 3 (wiehed jinvolvi zewg vittmi)", "1991 3 xejn", "1992 3 (wiehed mill-kazi 4 jinvolvi tliet vittmi(wiehed mill-kazi filwaqt li ieħor jinvolvi mewta jinvolvi żewġ vittmi suspettuza)", "1993 1 4", "Pulizija,Kazi ta' qtil sans,Pulizija,Kazi ta' qtil gall,Pulizija,Kazi ta' qtil PULIZIJA - KAŻI TA' QTIL", "10814.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: B'referenza ghat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari numru 10439 dwar kazi ta' qtil li mhumiex solvuti u li graw f'dawn l-ahhar sitt snin, jista' l-Ministru jghid ghaliex fit-twegiba moghtija ta' nies maqtula ssemma isem ta' persuna li ma giex maqtul u thalla barra isem ta' persuna li verament giet maqtula?", "Ghaliex fl-istess lista moghtija ma giex imnizzel l- isem ta' Oscar Bonnici li gie maqtul fi zmien l-amministrazzjoni prezenti u li l-kaz tieghu ghadu mhux solvut?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Membru ghal diversi twegibiet ghall- mistoqsijiet parlamentari fuq is-suggett, ninsab informat li meta ngabret l-informazzjoni, billi kienet tressqet persuna biex tirrispondi ghal dan il- kaz, bi zvista fl-informazzjoni li nghatat dan il- kaz thalla barra.", "Rigward it-tieni parti tal- mistoqsija l-kaz gie ezawrentement trattat mill- Qorti Kriminali.", "Sptar San Luqa,Trapjanti tal-kliewi gree,Sptar San Luqa,Trapjanti tal-kliewi gall,Sptar San Luqa,Trapjanti tal-kliewi SPTAR SAN LUQA - TRAPJANTI TAL- KLIEWI", "10857.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH: staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Jista' l-Ministru jghid kemm saru trapjanti tal-kliewi sena b'sena mill-1987 sal-lum fl- Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jghid jekk il-makna tal-kliewi li zdiedet fir-Renal Unit ta' l-Isptar San Luqa hijiex l-istess wahda li ngiebet mill-Isptar Generali ta' Ghawdex?", "Fil-prezent hemm makna tal-kliewi fl-Isptar Generali ta' Ghawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat kif gej:", "(A) Trapjanti tal-kliewi li saru fl-Isptar San Luqa mill- 1987 kienu hekk:", "1987 5 1988 7 (+ 1 in UK) 1989 3 (+ 1 in UK) 1990 8 1991 9 1992 2 1993 (sa 2/6/93) 4", "(B) Il-makna tal-kliewi, li giet moghtija lill-Isptar Generali ta' Ghawdex qeghda tintuza fl-Isptar San Luqa.", "Dan sar ghaliex instab illi fl- Isptar ta' Ghawdex is-servizz ma setax jinghata fl-ahjar interess tal- pazjenti li xorta kellhom jigu Malta ghal hafna servizzi.", "Il-popolazzjoni ta' Ghawdex hija zghira u n-numru ta' persuni Ghawdxin li jinhtiegu servizz ta' makna tal-kliewi dejjem kien zghir (bhalissa hemm pazjent wiehed).", "Dawn il-pazjenti jinhtiegu follow-up kontinwu ta' esperti mharrga u mhux prattikabbli li jkollok nies b'esperjenza bizzejjed f'sitwazzjoni fejn in- numru ta' kazi huwa zghir hafna.", "Jekk 'l quddiem xi wiehed minn dawn il-fatturi jinbidel, din id-decizjoni tigi riveduta.", "Ghaldaqstant fil-prezent m'hemmx makna tal-kliewi fl- Isptar Generali ta' Ghawdex.", "Sptar San Luqa,Dip ta' l-Oftalmija gree,Sptar San Luqa,Dip ta' l-Oftalmija gall,Sptar San Luqa,Dip ta' l-Oftalmija SPTAR SAN LUQA - DIP TA' L- OFTALMIJA", "10865.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Jista' l-Ministru jghid meta l- apparat sofistikat ghall- operazzjoni VITRECTOMY gie nstallat fid-Dipartiment ta' l- Oftalmija, fl- Isptar San Luqa?", "Kemm kienet jew se se tkun l- ispiza ghal dan l-apparat meta jkun komplut?", "Kemm saru operazzjonijiet ta' din in- natura minn meta gie nstallat dan l-apparat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-apparat principali tal- Vitrectomy gie installat f'April 1993.", "Mieghu hemm l-apparat ta' l- endolaser li se jigi installat fi zmien qasir, filwaqt li l- microscope u l-intraocular instruments huma ordnati.", "L-ispiza globali ghal dan l- apparat meta jkun komplut hija ta' madwar Lm36,000.", "In-numru ta' kazi li saru Malta kien ta' hamsa.", "Dawn setghu jsiru ghax kienu kazijiet li ma kienx mehtieg l- uzu ta' laser jew intra-ocular instruments.", "Sptar Generali gree,Sptar Generali gall,Sptar Generali SPTAR ĠENERALI", "10947.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Billi fl-Isptar Generali ta' Ghawdex bhalissa qieghed isir xoghol ta' kostruzzjoni ta' wing gdid (mentali) u refurbishment ta' l- istess sptar, jista' l-Ministru jghid meta kien beda x-xoghol fuq il- kostruzzjoni tal-wing gdida (mentali) u kemm se tkun l- ispiza totali?", "Jista' l- Ministru jghid ukoll jekk ir- refurbishment hux se jkopri l- ward tal-Pedjatrija li kienet sofriet xi hsara u ilha ma tistax tintuza ghal zmien twil?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xoghol fuq il-kostruzzjoni ta' Sptar Mentali beda fl-1989 u mahsub li l-ispiza tilhaq madwar Lm1.1 miljun.", "Ix-xoghol fuq il- Mental Wing ma ghandux x'jaqsam mar-refurbishment tal-ward tal- Pedjatrija.", "Xoghol ta' site investigations sabiex jigi determinat kif saret il-hsara fil- Pedjatrija u kif l-ahjar li tissewwa qed isir minn ditta specjalizzata f'dan il-qasam.", "Sptar Generali,Sodod gree,Sptar Generali,Sodod gall,Sptar Generali,Sodod SPTAR ĠENERALI - SODOD", "10948.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Jista' l-Ministru jghid x'se jkun il-complement ta' sodod fil- wing gdid li qeghda tinbena fl-isptar Generali ta' Ghawdex ghall-pazjenti bi problemi mentali?", "Jista' l-Ministru jispjega kif l-awtoritajiet responsabbli waslu ghal dan in-numru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' sodod fil-wing il- gdida li qeghda tinbena fl-Isptar Generali ta' Ghawdex huwa ta' 100 sodda.", "Qieghed isir ezercizzju bhalissa biex tigi riveduta d- distribuzzjoni tas- sodod fil- kumpless kollu ta' l-Isptar Generali ta' Ghawdex biex jigu moqdija l-hteġijiet urgenti li qed naffaccjaw minhabba l- hsarat strutturali li zviluppaw f'dan l-Isptar.", "Il-htegijiet ta' sodod ibbazat fuq il-firxa ta' servizzi psikjatrici li jridu jigu zviluppati gewwa Ghawdex trid tigi bilancjata, bil- htegijiet fl- oqsma tal-Medicina u Kirurgija akuta, Pedjatrija, Maternita` u Gerjatrija kif ukoll tas-support services mehtiega li jinkludu: Fizjoterapija u Occupational Therapy.", "Sptar San Luqa,Qasam ta' l-Endeskopija buhl,Sptar San Luqa,Qasam ta' l-Endeskopija gall,Sptar San Luqa,Qasam ta' l-Endeskopija SPTAR SAN LUQA - QASAM TA' L- ENDESKOPIJA", "11106.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Zvilupp Socjali: Billi fil-Qasam ta' l- Endoskopija hemm waiting list anke ghal min qieghed ikollu bzonn dawn l-interventi urgenti, jista' l-Ministru jghid x'inhi l-qaghda f'dan li gej:-", "a) kemm hemm oesophago- gastroscopes fid-dipartiment?", "Kemm minnhom huma bil-hsara?", "X'qieghed isir biex is- sitwazzjoni titjieb?", "b) kemm hemm bronchoscopes u x'inhi l-qaghda f'dan ir- rigward;", "c) l-istess ghal mediastainoscopy u cystoscopes?", "d) x'inhi s-sitwazzjoni fil- Qasam tal-Laparascopy u l- apparat li jkun hemm bzonn biex isiru interventi kirurgici fil- Qasam tal-Laparaskopija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li rigward l-Endoscopy l-interventi urgenti jistghu jsiru bla dewmien b'arrangament bejn il-Konsulent u l-Kap tas- sala fl-istess Endoscopy Unit.", "a) In-numru ta' oesoghago- gastroscopes huwa ta' 7 (wiehed minnhom Paediatric).", "Tnejn minn dawn qed jahdmu; wiehed huwa 'adult size u l-iehor huwa paediatric size.", "Il-hamsa l- ohra jinsabu barra minn Malta ghal tiswijiet permezz ta' l- agenti lokali.", "Fil-Main Operating Theatre hemm gastroscope wiehed li jinsab barra ghal tiswijiet.", "b) In-numru ta' bronchoscopes huma ta' tnejn u wiehed minnhom bil-hsara u qieghed ghat-tiswija barra minn Malta.", "c) Mediastainoscopy - Hemm apparat wiehed fil-Main Operating Theatre.", "d) Cystoscopes - In-numru ta' cystoscopes li jiffunzjonaw huwa ta' sitta.", "Fil-Main Operating Theatre hemm 10 cystoscopes (adult size) u wiehed neo-natal.", "Rigward is-sitwazzjoni fil- qasam tal-laparaskopija (cholecystectomies) qed jittiehdu passi biex l-apparat mehtieg jigi ordnat mid- Dipartiment tas- Sahha.", "S'issa l-interventi li saru kien permezz ta' apparat misluf ghal demonstration purpose minn ditti privati.", "Servizzi tas-Sahha,Finanzjament buhl,Servizzi tas-Sahha,Finanzjament gall,Servizzi tas-Sahha,Finanzjament SERVIZZI TAS-SAĦĦA - FINANZJAMENT", "11108.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Billi l-piz finanzjarju tas- Servizzi tas-Sahha mistenni jizdied, u billi l-progress f'dan il-qasam mistenni li jinvolvi izjed investiment kapitali u rikorrenti, jahseb il-Ministru li jkun ghaqli li jinhatar kumitat maghzul tal- Kamra biex jistudja, jissuggerixxi u forsi anke jimplimenta, sistemi jew pjani ta' dan il-finanzjament fil- futur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru tpoggi subghajha fuq wiehed mill-punti l-aktar nevralgici tas-sistema tas-Sahha: il- finanzjament taghha.", "Jidher car li l-Onor.", "Membru ta' l-Oppozizzjoni qieghed japprezza li l- finanzjament tas-sistema tas-Sahha hu problema ta' importanza li jrid jaffaccja sew dan il-Gvern, sew il-Gvern ta' ghada (li jista' jkun format mill-Partit illum fl-Oppozizzjoni), kif ukoll il- gvernijiet tal-pajjizi kollha li ghandhom sistemi ta' sahha zviluppati.", "Il-mistoqsija turi wkoll apprezzament ghall-fatt li biex inzommu u ntejjbu l- kwalita` tas-servizzi tas- sahha, kif ukoll minhabba l- avvanzi medici u xjentifici, l- ispiza kapitali u rikorrenti ma tistax ma tizdiedx.", "Sa hawn ma jidher li tezisti l-ebda kontroversja u jidher li jaqbel kulhadd.", "Il-kontroversja tibda meta wiehed jigi ghall-problema tewmija ta' min, u kif, se jgorr dan il-piz finanzjarju; u liema huma dawk il-mizuri mehtiega biex jigi assigurat li z- zieda fl-ispiza ssehh biex tinzamm u titjieb il-kwalita' fi kwadru ta' management u auditing mill-aktar effettiv tas-sistema.", "Madwar sena ilu tkellimt pjuttost fit-tul fuq il- prospetti tal- finanzjament tas- sistema kollha tas-servizzi socjali, inkluz is-sahha, waqt id-diskussjoni f'din il-Kamra fuq l-emendi ghall-ligi dwar is-Sigurta' Socjali.", "F'dak id- diskors kont fissirt li din mhix problema li twieldet illum jew li hi ta' dan il-Gvern.", "Kont sostnejt ukoll li hu fl- interess fondamentali tas- socjeta` taghna li lkoll flimkien naffaccjaw il- problema, nanalizzawha u naghmlu hilitna kollha biex nippruvaw insibu soluzzjonijiet konkreti u prattici, biex nassiguraw ghas-socjeta`, tal- lum u ta' ghada, sistema socjali tas-sahha li hi ta' kwalita` li nistghu insostnuha u li hi miftuha ghal kulhadd b'mod l-aktar ekwu u gust possibbli.", "F'dak id-diskors kont appellajt lil kulhadd ghal diskussjoni kalma, mahsuba u li thares fit-tul, oggettiva, bla ebda motivi partiġġjani, konxju tal-verita` li l-problemi li ma naffaccjawx illum, se jkunu problemi akbar ghal gvernijiet futuri.", "Tista' tghid li dan l- appell waqa' fuq widnejn torox.", "Din il-mistoqsija toffri l- possibilita` li d-diskussjoni fuq dan is-suggett forsi tibda.", "Qieghed nassumi li l-proposta ta' l-Onor.", "Membru qed isir bl-appogg tal- Grupp tieghu.", "Nahseb li lkoll naqblu li l- utilita` u l-effettivita` ta' diskussjoni fuq dan is-sugget jiddependu mill-atteġġjament li kull min jiehu sehem jadotta.", "Jekk l-atteggjament ikun wiehed dommatiku, nahseb li l- ezercizzju jkun sterili.", "Jekk, kif hafna drabi jigri, nidhlu ghaliha bl- iskop li niskurjaw goals partiġġjani allura ahjar ma ssirx flimkien ghaliex il- kobba tista' aktar tithabbel.", "Per ezempju, ma tistax naha titkellem fuq il-htiega ta' analizi u kontroll ta' l-abbuz tas-sistema, u n-naha l- ohra tistrumentalizza u tghawweg is- sens kollu ta' dan id-diskors.", "Din la tixhed genwinita', la serjeta` u lanqas kompetenza.", "Minn naha l-ohra jekk wiehed jiftiehem li fis-sistema tas- sahha hemm certi parametri li ghandhom ikunu is-sisien tas- sistema ta' pajjizna, hemm min hemm fil-Gvern, u naqblu fuq mizuri li huma essenzjali ghall-gejjieni ahjar tas- servizzi tas-sahha, allura l- gid li jista' johrog ghall- poplu taghna jkun kbir, u l- mertu jinqasam bejn dawk kollha li jkunu taw il- kontribut taghhom.", "Il-Prim Ministru, meta kien qed iwiegeb mistoqsija ta' l- Oppozizzjoni dwar ir-riforma fl-isptarijiet, qal li l-Gvern behsiebu jinforma l- Oppozizzjoni bid-dettalji ta' din ir- riforma.", "Din l-okkazzjoni ghandha toffrielna l- possibilita` naghmlu stima ahjar tal-fattibilita` tal- proposta ta' l-Onor.", "Membru li nqisha pożittiva.", "Videos,Piraterija bril,Videos,Piraterija gall,Videos,Piraterija VIDEOS - PIRATERIJA", "11160.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Billi l-kollega tieghek il- Ministru tal-Gustizzja ftit ilu qal li mindu ddahhlet il-ligi l-gdida tal-copyright l- affarijiet bdew mexjin f'mod ghas-sodisfazzjon tad- distributuri tal-videos, tista' tghid kemm kien hemm kazi fejn ttiehdet azzjoni mill-pulizija dwar ksur tal-ligi minn:", "sidien tal-hwienet;", "hawkers; u", "bejjiegha fuq il-monti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ttiehdu passi kriminali f'kaz ta' bejjiegha tal-Monti kif se nghid:", "REAT NUMRU TA' KAZI", "Ksur ta' A.L. 120 ta' l-1992 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet ta' l-Awtur 2", "Ksur ta' l-Art.", "298 B tal-Kodici Kriminali dwar ksur ta' jeddijiet ta' l-Awtur 1", "Sptarijiet,Infermiera gree,Sptarijiet,Infermiera gall,Sptarijiet,Infermiera SPTARIJIET - INFERMIERA", "11189.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Jista' l-Ministru jghid kemm hemm postijiet ta' infermiera li huma vakanti fil-prezent kemm fl-isptarijiet u istituzzjonijiet ohra ta' l- Istat?", "Jista' l-Ministru jaghti breakdown fejn dawn il- postijiet vakanti jezistu u ta' liema grad?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nikkonferma li hemm nuqqas ta' numru sostanzjali ta' nurses, ninsab informat li ghadhom ma jistghux jinghataw il- figuri peress li fil-prezent hemm ezercizzju ghaddej li se jistabbilixxi l- complements godda fid-dawl tal-progett ta' l-isptarijiet, filwaqt li tittiehed konsiderazzjoni tal- bdil mehtieg, specjalment fil- gradi, konsegwenza tal-ftehim milhuq dwar l-infermiera.", "Filwaqt li gew impjegati numru kbir ta' casual u part-time nurses, ittiehdu diversi mizuri biex jattiraw aktar zghazagh ghal din il-karriera.", "Dawn l- isforzi jindikaw li qed ihallu frott.", "Sptar San Luqa,Interventional Cardiologists sana,Sptar San Luqa,Interventional Cardiologists gall,Sptar San Luqa,Interventional Cardiologists SPTAR SAN LUQA - INTERVENTIONAL CARDIOLOGISTS", "11623.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Jista' l-Ministru jekk joghgbu jwiegeb ghall-Interpellanza precedenti li ghamiltlu dwar il-complement ta' Interventional Cardiologists fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'zieda mat-twegibiet diga' moghtija ghall- mistoqsijiet parlamentari numri 8855, 9566, 11112, 12443 irid jinghad dan li gej:", "Ninsab inforamt li bejn it-2 ta' Marzu 1992 u s-6 ta' Marzu 1993 gew Malta erba' visiting consultants bit-teams taghhom fl-Interventional Cardiology li bejniethom ghamlu 12-il zjara u li n-nefqa ghalihom kienet ta' 118,125 Liri Sterlini.", "Ninsab informat ukoll li fil- qasam ta' l-Angioplastija ghadna ma nistghux inkunu awtonomi ghaliex m'ghandniex kirurgu kardijaku.", "Ghall- kuntrarju fil-qasam ta' l- Angiografija ghandna l- ispecjalisti u t-taghmir mehtieg biex inkunu indipendenti.", "Infatti, numru ta' angiograms li saru miz-zewg Kardjologisti Maltin, Dr Herbert Felice u Dr Robert Xuereb diga' huma aktar minn 350 u hija l-policy tad- Dipartiment li dan ix-xoghol ikompli jsir ukoll kemm jista' jkun minnhom ghaliex wiehed mill-effetti pozittivi huwa li n-nefqa fuq dan is-servizz tonqos.", "Kif diga' ghidt, Dr Albert Fenech, Konsulent Kardijaku fi Brook General Hospital ta' Londra u s'issa Visiting Consultant Cardiologist fl- Isptar San Luqa, fi Frar li ghadda, gie nominat Consultant Cardiologist fid- Dipartiment tas-Sahha.", "Dr Albert Fenech mistenni jibda x-xoghol f'Ottubru li gej peress li kien jinhtieglu jikkonkludi mpenji li kellu fl-Ingilterra fejn kien jghix f'dawn l-ahhar 18-il sena.", "Nghid ukoll li sadanittant it-Tabib Ever Grech kien gie mahtur Senior Registrar.", "Wara li hadem ftit granet fl-Isptar, ha leave minghajr hlas u ghal dawn l-ahhar sentejn kien qieghed fl-Ingilterra biex igib il-Ph.D. fil- Medicina.", "Id-Dipartiment tas-Sahha huwa mpenjat li jaghmel hiltu kollha biex jikkontjeni kemm jista' l- ispiza konnessa mat-trattament ta' pazjenti barra minn Malta u mas-servizzi medici ta' tobba barranin f'Malta.", "Biex fil-qasam tal- kardjologija niffrankaw aktar flus, ninsab informat li l- aktar li ghandna bzonn huwa, kif diga' ghidt, kirurgu kardijaku li hu mehtieg anke biex isiru interventi ta' l- Angioplastija fejn ikun hemm il- htiega li dan il-kirurgu jkun prezenti ghal xi kumplikazzjoni li tista' tinqala'.", "Huwa l-aktar minhabba n-nuqqas ta' dan il- kirurgu li l-Gvern qed ikollu jibghat pazjenti barra minn Malta.", "Ghal dan l-iskop id- Dipartiment tas-Sahha, f'dawn l-ahhar ftit xhur, kien qieghed ifittex Cardiac Surgeon ta' kompetenza indubbja u ta' esperjenza biex joffrilu kuntratt ta' xoghol b'residenza f'Malta.", "S'issa d-dipartiment ghadu ma rnexxilux jikkonkludi fuq din il-materja.", "Ninsab informat li bhalissa ghandna tabib iehor Malti li qieghed barra jispecjalizza fil-kirurgija kardijaka u li jonqsu certu zmien biex jikkonkludi l-esperjenza mehtiega.", "Nittama li meta jsir il-waqt dan it- tabib Malti ikun jista' jikkonsidra, u jigi konsidrat, ghal xoghol fl- Isptarijiet Maltin.", "Meta jirnexxu dawn il-pjanijiet is- servizz tal- kardjologija u tal- kardjokirurgija jkun komplut b'mod li jista' jinghata primarjament minn Malta.", "F'kaz li l-Onor.", "Kap ta' l- Oppozizzjoni jkollu bzonn aktar taghrif m'ghandux jezita li jikkomunika direttament mat- Tabib Principali tal- Gvern.", "Pulizija,Vetturi li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex galm,Pulizija,Vetturi li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex gall,Pulizija,Vetturi li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex PULIZIJA - VETTURI LI JAQSMU BEJN MALTA U GĦAWDEX", "11678.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Meta hemm nuqqas ta' pulizija, xi skop fadal li jinhlew numru ta' pulizija fic-Cirkewwa Malta u l-Imgarr Ghawdex jirregistraw in-numri tal-karozzi li jaqsmu?", "Dan ix-xoghol jista' jsir minn ufficjali ta' l-Awtorita' tat-Trasport?", "X'inhi r-raguni ezatta li ghaliha ssir din il-bicca xoghol tedjanti?", "Fil- fatt ghad hemm il-htiega li titkompla?", "Jekk hu daqshekk importanti li tibqa' ssir, ghaliex ma ssirx b'xi mod komputerizzat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li ninsab informat li t-taghrif migbur jista` jkun ta' ghajnuna ghall-Pulizija fil-qadi ta' dmirijietha, se nkompli niddiskuti ma' l-awtoritajiet kompetenti l-punti mqanqla mill-Onor.", "Membru.", "Dipartiment tas-Sahha,Inkjesti gree,Dipartiment tas-Sahha,Inkjesti gall,Dipartiment tas-Sahha,Inkjesti DIPARTIMENT TAS-SAHHA - ENQUIRIES", "11834.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Jista' l-Ministru jghid kemm kienu n-numri ta' Dipartment Enquiries u Magisterial Enquiries fid-Dipartiment tas- Sahha sena b'sena f'dawn l- ahhar hames snin?", "Kemm minn dawn l-enquiries gew konkluzi u f'kemm minnhom kien hemm il- bzonn li jittiehdu passi dixxiplinarji jew xi azzjoni ohra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' Inkjesti Dipartimentali u Magisterjali li saru fid- Dipartiment tas-Sahha f'dawn l- ahhar hames snin u nofs kien imqassam hekk:", "Sena Inkjesti Konkluzi Inkjesti Konkluzi Dipartimentali Magisterjali", "1988 7 6 4 3 1989 10 10 9 7 1990 7 6 5 5 1991 19 14 7 6 1992 10 5 5 4 1993 (sa Gunju) 3 1 1 -", "F'disa' kazi ta' Inkjesta Dipartimentali ttiehdu passi dixxiplinari kontra 18-il impjegat tad-Dipartiment.", "Disgħa impjegati nstabu hatja, tlieta kienu liberati mill- akkuzi migjuba kontrihom filwaqt li ghal sitt impjegati ohra l-proceduri ta' dixxiplina ghadhom m'humiex finalizzati.", "F'hames kazi ta' Inkjesti Dipartimentali ttiehdu passi biex jigu implimentati r- rakkomandazzjonijiet tal- Bordijiet rispettivi.", "Ghar-rigward ta' Inkjesti Magisterjali li l-parti kbira minnhom kienu dwar imwiet fl- isptarijiet, kien hemm kaz wiehed fejn inbdew proceduri kriminali.", "KLINICI PRIVATI - KUMMISSJONI LIT-TOBBA", "11898.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Zvilupp Socjali: Hija kkonsidrata bhala etika professjonali li meta tabib privat jibghat pazjent tieghu ghand klinika privata ghal xi testijiet tad-demm, ta' l-urina u testijiet toxikologici ohra, dan jippretendi bi dritt li jinghata kummissjoni talli jkun baghat il-pazjent hemmhekk?", "Jaf il-Ministru li din qed tintalab ukoll minn xi agenzji tal-vapuri li jibghatu xi bahri li jkollu bzonn dawn it- testijiet waqt li jkun hawn Malta?", "Jaf il-Ministru li dawn il- klinici privati qed ikollhom jghollu il- 'fees' taghhom minhabba f'hekk?", "Jista' l-Ministru jiehu azzjoni billi jinvestiga u jwaqqaf dan l-abbuz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif kont informajt lill-Kamra meta jiena wegibt preliminarjament din il- mistoqsija fl-14 ta' Lulju, 1993, jiena kont bghatt l- istess mistoqsija ghall- konsiderazzjoni tal-Kunsill Mediku.", "Il-Kunsill Mediku informani kif gej: 1.", "Dwar l-ewwel mistoqsija jidher illi jkun kontra l-etika professjonali, kif spjegat fil- paragrafu 30 ta' l- Avviz mahrug mill-Kunsill Mediku biex jiggwida lit-tobba, li huma jaccettaw jew jaghtu xi kummissjoni ghall-introduzzjoni ta' pazjent jew klient lil xi tabib, istituzzjoni jew xi persuni ohra.", "Se npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Hin ta' Tqieghed ta' Karti estratt relattiv ta' l-imsemmi Avviz.", "2.", "Ghat-tieni mistoqsija dwar xi agenziji tal-vapuri, ghandu jghodd l- istess regolament.", "3.", "Isegwi li l-fees tal- klinici m'ghandhomx jigu misjuda minhabba dawn il- kummissjonijiet, jekk veru qed jinghataw.", "4.", "Ghall-ahhar mistoqsija, jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi kazi specifici jista', jekk irid, jirreferihom lill-Kunsill Mediku, in kwantu jistghu jolqtu tobba jew persuni ohra li jaqghu taht il-gurisdizzjoni tal-Kunsill.", "Sptarijiet,Tmexxija awtonoma gree,Sptarijiet,Tmexxija awtonoma gall,Sptarijiet,Tmexxija awtonoma SPTARIJIET - TMEXXIJA AWTONOMA", "11989.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH: staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Socjali: Billi issa ghaddew numru ta' snin minn mindu nfetah l-Isptar Zammit Clapp u li dan l-isptar huwa mmexi b'tip ta' Management differenti minn sptarijiet ohra tal-Gvern li l-Ministru kellu l-hsieb li fil-futur jkun jista` jigi applikat u mdahhal fi sptarijiet ezistenti ohra, jidhirlu l-Ministru li wasal iz-zmien li dan jista' jibda jigi esegwit, s'intendi jekk il-Ministru huwa kuntent bil- Management ta' l-Isptar Zammit Clapp?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Numru kbir ta' impjegati minn kull settur fid- Dipartiment tas- Sahha li fl-ahhar gimghatejn jippartecipaw f'laqghat ta' diskussjonijiet u fl-ippjanar fuq is-Suggett: \"L-Isptarijiet Maltin ghas- Sena 2000\" jaqblu li wasal iz-zmien li sptarijiet ohrajn jibdew jitmexxew b'tip ta' Management awtonomu.", "Il-Fondazzjoni ghal Xjenzi u Servizzi Medici qed thejji numru ta' proposti alternattivi ghall-konsiderazzjoni tal-Gvern fuq dan is-suggett.", "Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura gree,Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura gall,Sptarijiet,Pazjenti msiefra ghall-kura SPTARIJIET - PAZJENTI MSIEFRA GHALL-KURA", "12042.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH: staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Socjali: Jista` l-Ministru jara ghaliex id-Dipartiment tas-Sahha qed jirrifjuta li jhallas nofs l- airfare fil-kaz ta' tarbija minn Ghawdex li kienet intbaghtet ghal operazzjoni tal-qalb fl-Ingilterra f'Marzu, 1993 (Ref.", "D467/93/65) u fejn sfortunatament it-tarbija mietet wara li saritilha l- operazzjoni peress li ma nhossx li wara t-telfa ta' binthom il- genituri ghandhom isofru iktar bi problemi finanzjarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- ammont ta' flus involut (jigifieri nofs il-passagg Londra-Malta) se jithallas.", "Sptarijiet,Anabolic Steroids cilj,Sptarijiet,Anabolic Steroids gall,Sptarijiet,Anabolic Steroids SPTARIJIET - ANABOLIC STEROIDS", "12351.", "L-ONOR.", "JOE CILIA: staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12189, tista' tinġabar l-informazzjoni għall-perjodu 1990 sal-lum, partikolarment b'referenza għall-drogi indikati fit- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12188?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-anabolic steroids li ġew reġistrati li daħlu hawn Malta bejn l-1985 sat-23 ta' Lulju, 1993 kienu dawn:", "1990 1991 1992 1993", "Nandrolene phenylpopionate (Duabolin) 25mg/ml phials 165 735 150 104", "Nandrolene deconoate 25mg/ ml phials (Deca-Durabolin) 1x3 160 300 170 160", "Testosterone undecanoate (Restandol) caps x 60 128 - 115 60", "Testosterone propionate & other salts (Sustanon) 25mg phials Testosterone implants 490 250 889 580 + - - 35 65", "Testosterone 100mg injec- tions 700 400 900 600 + 870", "Oxymetholone 50mg (Anapolon) tabs x 100 13 39 17 16", "Mesterolone tab 25mg (Pro-Viron) x 20 (Primobol) x 30 5300 8300 4515 5200", "Methenolone acetate 5mg tab (Primobolan) tab 730 300 1430 940 Ma jinżammux records jew statistici ta' l-individwi li jieħdu dawn il- mediċini.", "L-Aġenti ta' dawn id-drogi huma:", "John Meli & Co. Ltd., Cherubino Ltd., Marksons Ltd., Alfred Gera & Sons Ltd., Daniel's Co. Ltd., TLR Ltd.", "Valletta,Kumitat ta' Rijabilitazzjoni schsValletta,Kumitat ta' Rijabilitazzjoni falm,Valletta,Kumitat ta' Rijabilitazzjoni VALLETTA REHABILITATION COMMITTEE", "8345.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li l- Arkitett u Inġinier Ċivili Jean Marie Layienne minn Franza kellha x'tagħmel mal- Valletta Rehabilitation Committee?", "Hi kienet hawn fuq stedina?", "Jekk fl- affermattiv, min stedinha tiġi u x'kien l-iskop ta' din l-istedina?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- perit Jean Marie Lajeune, kif jixhed sewwa ismu, huwa raġel u mhux mara.", "Huwa l-Koordinatur tal-Belt ta` Cannes u offra li jagħti parir b`xejn lill-uffiċċju tal- Valletta Rahabilitation Project.", "Marsa,Triq Sant'Antin,Bankini SCHS,Marsa,Triq Sant'Antin,Bankini FALM,Marsa,Triq Sant'Antin,Bankini MARSA: TRIQ SANT'ANTIN - BANKINI", "8469.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li l-bankini f'St. Anthony Street, fil- Marsa, jiġu rranġati għax ilmentaw miegħi ħafna dwar dan?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jara x`jista` jagħmel dwar l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant.", "Qrati,Kamra tal-President SCHS,Qrati,Kamra tal-President FENJ,Qrati,Kamra tal-President QRATI - KAMRA TAL-PRESIDENT", "8494.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' jiġi kkonfer- mat li r-redekorazzjoni tal- Kamra tal-President tal- Qorti, fl-Edifiċju tal-Qorti ġiet tiswa madwar Lm23,000?", "Minn min sar dan ix-xogħol u kemm tħallsu?", "ONOR.", "JOE FENECH: Hemm bzonn li jsir upgrading fl- ambjent kollu tal-Qorti kif sar fl-annexxe u partikolarment fis-sigrieta ta' l-Imhallfin li huma gabubi zghar li m'għadhomx tajbin ghaz-zmenijiet tal-lum.", "Is- Sigrieta tiehu lill- Imhallef, id-deputat Registra- tur, il-purtier u Machine Operator.", "Ix-xoghol li sar fl-ambjent tal-Qorti ta' l-Appell kien li saret kamra fuq is-sigrieta tal-Qorti ta' l-Appell li qabel kienet gallerija bl- imbarazz u f'din il-kamra hemm l-impjegati addetti ghal Qorti ta' l- Appell.", "Is-Sigrieta tal-Qorti ta' l- Appell fejn isiru il-laqghat tal-Imhallfin giet upgraded billi tbajjdet, saru purtieri, tapit, sufan u pultruni kif jixraq lill-kamra simili li ssib f'sigrieti ta' Qrati gholja barra minn Malta.", "Ix-xoghol meta jitlesta se jqum madwar Lm5,000.", "Valletta,Dip ta' l-Ilma SCHS,Valletta,Dip ta' l-Ilma FALM,Valletta,Dip ta' l-Ilma VALLETTA - DIPARTIMENT TA' L- ILMA", "8627.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jiġi kkonfermat li t-taqsima ta' l- Ilma fil-Belt Valletta se tiġi trasferita fejn l-ex-Airport Hotel u dan bi tbatija kbira għal dawk li jkunu jridu jikkontestaw xi kont?", "X'wassal għal din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- Ilma li qegħdin il-Belt, eventwalment se jitilgħu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Korporazzjoni li jinsab f`Ħal Luqa (fejn qabel kien hemm l-Airport Hotel).", "Il-Korporazzjoni beħsiebha iżżomm uffiċċju il-Belt għal ħlasijiet u Customer Services biss.", "Banek,Imghaxijiet SCHS,Banek,Imghaxijiet DALJ,Banek,Imghaxijiet BANEK - IMGĦAXIJIET", "8718.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu s'issa bis-serjeta' biex tiġi riveduta l-politika dwar l-imgħaxijiet bl-iskop li titwaqqa' l- inizjattiva imprenditorjali ħalli niżviluppaw aktar suq kapitali dinamiku, u x'diffikultajiet sab s'issa l- Gvern fil-miexja bejn l- attwazzjoni ta' dan?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Rigward il-politika tal-Gvern dwar l- imgħaxijiet, nirreferi lill- Onor. Membru għal dak li għidt fil-Kamra fl-24 ta' Novembru, 1992 meta ressaqt il-Budget għal 1993.", "Inċidentalment, ma rridx nifhem li l-Onor.", "Membru irid li titwaqqa' l- inizjattiva imprenditorjali kif hemm fil- mistoqsija tiegħu.", "Jiena jihdirli li din għandha tissaħħaħ u għal dan il-għan, ħadna l-miżuri neċessarji kif diġa' ħabbart fid-Diskors tal- Budget.", "Air Malta,Komputerizzazzjoni SCHS,Air Malta,Komputerizzazzjoni BONG,Air Malta,Komputerizzazzjoni AIR MALTA - KOMPUTERIZZAZZJONI", "8747.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti barranin li għenu u li qed jgħinu lill- kumpanniji dwar l-implimentazzjoni ta' l- eżerċizzju tal- komputerizzazzjoni li qed isir jew li qed ikompli jsir fl- Air Malta?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Fl-eżercizzju tal-komputer- izazzjoni Air Malta inqdiet bil-konsulenza tad-ditti magħrufa Ernst & Whinney u Coppers & Lybrand.", "Bħalissa ħadd minn dawn id-ditti m'hu involut fil- komputerizzazzjoni tal-kumpannija.", "Ministeri,Infiq fi stampar CALR,Ministeri,Infiq fi stampar DALJ,Ministeri,Infiq fi stampar MINISTERI - INFIQ FI STAMPAR", "12097.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 11082, jista' l-Ministru jgħidli kemm nefaq kull Ministeru f'dawn l-aħħar sitt snin, sena b'sena fuq xogħol ta' stampar?", "Jista' l-Ministru jgħidli f'liema stamperiji jew, printing presses kull Ministeru għamel l-istampar f'dawn l- aħħar sitt snin, sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "Għalhekk risposta tingħata f'xi Seduta ohra.", "Kumpanniji Parastatali,Infiq f'rapporti CALR,Kumpanniji Parastatali,Infiq f'rapporti DALJ,Kumpanniji Parastatali,Infiq f'rapporti KUMPANNIJI PARASTATALI - INFIQ F'RAPPORTI", "12098.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 11045, peress li dawn il- kumpanniji parastatali qed jonfqu flus il-poplu, jista' l- Ministru jordnalhom li jibdew joħorġu offerti flok jippermettulhom jagħtu xogħol ta' stampar lil minn iridu meta mhux bilfors ikun bl-aħjar prezz u kondizzjonijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet kull kumpannija parastatali f'dawn l- aħħar sitt snin, sena b'sena fuq xogħol ta' stampar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba moghtija għall- mistoqsija parlamentari numru 11045 mogħtija f'Seduta 158.", "Air Malta,Tqassim ta' imbid fuq l-ajruplan CALR,Air Malta,Tqassim ta' imbid fuq l-ajruplan BONG,Air Malta,Tqassim ta' imbid fuq l-ajruplan AIR MALTA - TQASSIM TA' IMBID FUQ L-AJRUPLAN", "12143.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11048, jista' l-Ministru jgħid liema imbid ta' ditta Maltija bħalissa qed jitqassam fuq it- titjiriet ta' Air Malta?", "Dawn l-imbejjed huma ta' l- istess ditta li kienu jinbiegħu sena ilu fuq l-istess titjiriet?", "Dan ifisser li ladarba Air Malta bidlet il-kuntrattur li jissupplixxi l- imbejjed fuq it- titjiriet tagħha, għamel dan għax kellhom offerta aktar vantaġġjuża?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien informat li bħalissa fuq Air Malta qed ikun servut imbid ta' aktar minn ditta waħda.", "Gudja,Rifuzjoni ta' kontribuzzjonijiet lir-residenti CALR,Gudja,Rifuzjoni ta' kontribuzzjonijiet lir-residenti FALM,Gudja,Rifuzjoni ta' kontribuzzjonijiet lir-residenti GUDJA - RIFUŻJONI TA' KONTRI- BUZZJONIJIET LIR-RESIDENTI", "12171.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Peress li individwu li kellu art f'Birzebbugia Road, il-Gudja, ingħata l- permess biex ibiegħ l-art tiegħu li qabel kienet green area u issa saret bil-permess tal-bini, residenti li bnew f'din it-triq kienu ħallsu kontribuzzjoni doppja għaliex sa dak iż-żmien l-art imsemmija ma kienx hemm permess fuqha, jista' l-Ministru jreġġa' lura nofs il-flus li ħallsu dawn ir- residenti?", "Peress li l-art imsemmija għandha faċċata oħra f'Safi Road, Gudja u r- residenti ta hemmhekk, l-istess ħallsu kontribuzzjoni doppja, jistgħu jingħataw nofs il-flus lura?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: F`każi fejn residenti jkunu ħallsu kontribuzzjoni tat-triq b`rata għolja għax ma jkunx ippjanat li se jinbena quddiemhom u wara jirriżulta li fil-fatt ikun inbena, dawn jistgħu jiktbu u jitolbu lit- Taqsima tax- Xogħlijiet biex jingħataw lura d-differenza bejn iż-żewġ rati.", "Wara li ssir talba formali u jiġu verifikati l-fatti, id- dipartiment jirrifondi d- differenza msemmija.", "Gwardamangia,Ipparkjar hazin CALR,Gwardamangia,Ipparkjar hazin GALL,Gwardamangia,Ipparkjar hazin GWARDAMANGIA - IPPARKJAR ĦAŻIN", "12172.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jordna li ma jsirx ipparkjar fuq iż-żewġ naħat tat-triq ta' Triq id- Duluri, Gwardamangia, f'dik il- parti li ġġibek għal Danny Cremona Street, Ħamrun, peress li din hi triq dejqa u qed tinħoloq konġestjoni ta' traffiku meta jiltaqgħu karozzi ġejjin miż-żewġ naħat tat-toroq imsemmija?", "Jista' għallinqas il-Ministru, jekk hu diffiċli li jiġi kontrollat il-parking fuq żewġ naħat jagħmel din it- triq one-way għal dawk is- sewwieqa li jkunu ġejjin minn Danny Cremona Street biex dawk li jkunu ġejjin minn Triq id- Duluri jsibu t-triq ħielsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba tiegħu se titressaq quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għall- konsiderazzjoni.", "Barra minn hekk ninformah ukoll li l-Puliżija se tkompli s-sorveljanza tagħha f'din il- lokalita' fejn diga` ngħataw 950 ċitazzjoni matul din is- sena.", "Pulizija,Membri ta' l-SAG sospizi CALR,Pulizija,Membri ta' l-SAG sospizi GALL,Pulizija,Membri ta' l-SAG sospizi PULIZIJA - MEMBRI TA' L-SAG SOSPIŻI", "12173.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-uffiċjali u pulizija ta' l-SAG li ġew sospiżi għaliex daħlu b'dimostrazzjoni Kastilja dak inhar li tħabbar il-pakkett taż-żieda fil-pagi għall-Pulizija?", "Fil-waqt li l- Interpellant jixtieq jifrah lill-Kummissarju ta' l-azzjoni dixxiplinarja li ħa kontra dawn il-pulizija, li ma fehmux li dawn qegħdin taħt dixxiplina militari, jista' l-Ministru jgħid x'se jkun il-kastig għal dawn il-pulizija li taw eżempju ħażin?", "Jista' jassigura lill- Kamra li dawn qatt ma jerġgħu lura għal SAG?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Issa ma jarax l-Onor.", "Membru li mhux se nilqa' is- suġġeriment tiegħu fl-ewwel parti tal-mistoqsija ladarba dan m'huwa xejn fl- interess pubbliku.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ma nistax ma ninnotax kemm il- mentalita` Soċjalista ta' l-antik għadha taħkem il-Membru ta' l- Oppozizzjoni.", "Dan il-Gvern jagħmel ħiltu kollha biex jirrispetta d- drittijiet tal- ħaddiema u l- liġijiet fil-pajjiż.", "Fid-dawl ta' dan ir-rispett il-Ministru qatt ma jindaħal fil-proċeduri ta' dixxiplina jew ippustjar ta' Pulizija.", "Jazz Festival,Importanza ekonomika GALM,Jazz Festival,Importanza ekonomika FREM,Jazz Festival,Importanza ekonomika JAZZ FESTIVAL - IMPORTANZA EKONOMIKA", "12246.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: X'importanza ekonomika għandu avveniment bħalma hu l-Jazz Festival li se jsir f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il- Jazz Festival huwa avveniment kulturali ta' l- aqwa kwalita' internazzjonali dirett kemm lejn il-poplu Malti kif ukoll lejn it-turiżmu kulturali.", "Dan l-avveniment, li issa żamm tliet edizzjonijiet tiegħu b'artisti ta' fama mondjali, ġiebet eluf ta' spettaturi u din is-sena wkoll saret pubblicita' u reklamar internazzjonali li ġiebet turisti speċifikament għall- istess Festival.", "Dan il- Festival huwa ezempju wieħed biss ta' kif il-kultura tagħti kontribut dirett lill- ekonomija Maltija.", "Shooting ranges GALM,Shooting ranges FREM,Shooting ranges SHOOTING RANGES", "12247.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Kemm hawn shooting ranges f'Malta u Għawdex?", "Fejn qegħdin?", "Kemm intnefqu f'din l-aħħar sena f'shooting ranges?", "Xi pjanijiet għandu l- Ministeru tiegħek għal aktar shooting ranges?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Is- shooting ranges li hawn Malta u Għawdex huma dawn:", "Malta:", "Bidnija, Ħal Far, Żebbuġ, Qormi, San Ġiljan.", "Għawdex: Żebbuġ.", "F'din l-aħħar sena saret nefqa sostanzjali biex saru żewġ ranges ġodda biss għal upgrading fil-Bidnija mmexxijin mill-Federazzjoni Nazzjonali ta' l-isparar.", "In-nefqa kienet tlaħħaq għal Lm67,076.00.", "Fl-istess proġett ġie utilizzat id-diżlivell tal-post biex saret struttura li, taħt is-shooting range tal-plattini, għandha tiġi żviluppata f'indoor shooting range għal air guns u air pistols.", "Komunita' Ewropea,Rapport dwar il-Biedja BARE,Komunita' Ewropea,Rapport dwar il-Biedja GATL,Komunita' Ewropea,Rapport dwar il-Biedja KOMUNITA' EWROPEA - RAPPORT TA' KIF TINTLAQAT IL-BIEDJA", "12282.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Kemm-il rapport sar kemm minn esperti lokali kif ukoll minn dawk barranin dwar kif tintlaqat il-biedja Maltija bi sħubija fil-Komunita' Ewropea?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapporti kollha li saru?", "Twaqqfu xi kumitati ta' studju biex jevalwaw dawn ir- rapporti?", "Sa meta jridu jagħtu r-rapporti tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Wara talba li saret mill-Ministeru, esperti tal- FAO għamlu studju fuq l-agrikoltura lokali.", "Fuq l-informazzjoni li ġabru dawn lestew seba' rapporti, wiehed prinċipali u s-sitta l-ohra jittrattaw setturi differenti li jolqtu l-biedja u s-sajd.", "Dawn ir-rapporti diġa' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fit-3 ta' Mejju 1993, meta ngħatat tweġiba ghad-Domanda Numru 9842.", "L-istudju li kellhom jagħmlu l-uffiċjali tista' tgħid tlesta kollu u l- kummenti u s- suġġerimenti issa se jiġu kkonsidrati minn National Advisory Board on Agriculture.", "Djar tal-Gvern BARE,Djar tal-Gvern HYZG,Djar tal-Gvern DJAR TAL-GVERN", "12283.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Xi pjanijiet hemm biex:-", "(a) jinbnew appartamenti;", "(b) jingħataw plots għall- bini f'dawn il-postijiet, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Dingli, Mġarr u Rabat?", "F'liema inħawi ta' kull raħal?", "Kemm f'kull każ se jinbnew jew jingħataw għall-bini?", "F'kull każ meta se joħorġu?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Billi għadhom qed isiru l-preparamenti dwar il- postijiet kif ukoll dwar il-permessi neċessarji, risposta dettaljata tingħata aktar 'il quddiem.", "Mdina,Ismijiet tat-toroq BARE,Mdina,Ismijiet tat-toroq FALM,Mdina,Ismijiet tat-toroq MDINA - ISMIJIET TAT-TOROQ", "12284.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li fil-Belt ta' l-Imdina:", "1) Jiġu mqegħda plakki bl- ismijiet tat-toroq ġodda peress li hemm minnhom mibruxa u ma jingħarfux; u", "2) jara li jsir patching suret in-nies f'ċerti toroq sekondarji bħalma huma Triq San Nikola, Triq San Pietru u oħrajn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartimenti konċernati tat-Taqsima tax- Xogħlijiet jaraw x`jistgħu jagħmlu dwar l- ilmenti ta` l-Onor.", "Interpellant.", "Mdina,Manutenzjoni BARE,Mdina,Manutenzjoni FALM,Mdina,Manutenzjoni MDINA - MANUTENZJONI", "12285.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11295 fejn il- Ministru qal li l-parti mis-sur li tidħol għalih minn Casa Magazzini hemm dritt għalih minn terzi, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pubbliku in ġenerali jistax juża dan il- bieb biex jammira l-veduti minn hemm?", "Ix-xogħol ta' tindif u manutenzjoni minn min sar u kemm sewa?", "X'kien ix-xogħol ta' manutenzjoni li sar?", "Dan issa tlesta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qatt ma ttieħdet deċiżjoni biex il- pubbliku in ġenerali jkollu aċċess kif qed jindika l-Onor.", "Interpellant.", "Ix-xogħol ta` manutenzjoni sar mill-ħaddiema tad- Dipartiment tad- Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet filwaqt li t-tindif sar mis-sid ta` Casa Magazzini.", "Ix-xogħol ta` manutenzjoni kien jikkonsisti f`tiswijiet tal-bjut li issa tlesta.", "Cable Television,Channel 22 BARE,Cable Television,Channel 22 MIFU,Cable Television,Channel 22 CABLE TELEVISION - CHANNEL 22", "12286.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: F'dawn l-aħħar jiem fuq Kanal 22 tal-Cable TV qed tidher stampa li tgħid li dan il-kanal huwa tad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni u preċiżament tat- Taqsima Arti u Komunikazzjoni tad-Dipartiment f'Bighi.", "X'hemm ippjanat mid- dipartiment għal dawk li huma programmi, eċċ?", "Meta hemm il-ħsieb li jibda jxandar?", "Min hu nkarigat biex ilesti dawn il-programmi?", "Taħt liema kondizzjonijiet id-dipartiment għandu f'idejh dan il-kanal?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Minn meta bdiet tiffunzjona s- sistema tal- cable f'Malta, f'Lulju tas-sena l-oħra, il- Melita Cable Limited offriet kanal għall-użu tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "id-Dipartiment, għalhekk qiegħed iħejji biex jintrama stazzjoni f'Bighi, fl-istess bini li jħaddan fih iċ-Ċentru Arti Komunikazzjoni.", "B'dan il- mod iċ-CAK se jiġbor fih l- attivitajiet kollha ta' xandir, bir-radju u bit- televiżjoni, li jagħmel id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni.", "Huwa mistenni li mill-bidu tas-sena d-dieħla jibda jsir xandir fuq il- Kanal 22 - dan waqt li l-ħinijiet li huma normalment riservati għall- programmi taċ-CAK fl-iskeda ta' TVM jibqgħu jintużaw ukoll.", "Skejjel,Nefqa fuq kotba BARE,Skejjel,Nefqa fuq kotba MIFU,Skejjel,Nefqa fuq kotba SKEJJEL - NEFQA FUQ KOTBA", "12287.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi stmata n-nefqa tal-kotba mislufa jew mogħtija lil kull student f'kull sena ta' l- iskola Primarja?", "Jista' jagħti l-figuri għal kull klassi?", "Kemm hu stmat li se jinxtraw kotba għall-istess klassijiet għas-sena skolastika li jmiss?", "Issa li għalqet is-sena skolastika 92/93 kemm-il ktieb kellu jintrema għaliex ma kienx f'kondizzjoni tajba?", "Kemm ma ġewx ritornati mit- tfal?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Santa Marija Convoy Memorial BUHC,Santa Marija Convoy Memorial FALM,Santa Marija Convoy Memorial SANTA MARIJA CONVOY MEMORIAL", "12314.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- financial report 1992 jista' l- Ministru jgħid x'inhi r- raġuni għaliex għalkemm is-somma ta' Lm150,000 kellha tintnefaq għall-bini ta' Santa Marija Convoy Memorial fil-fatt is- somma li ntnefqet kienet ta' Lm307,570 aktar mid-doppju ta' dak li kien ippjanat?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- somma ta` Lm150,000 għall-bini ta` Santa Maria Convoy Memorial kienet biss \"provision\" għaliex sa dak iż-żmien ma konniex nafu l-ammont total ta` nfiq.", "Barra minn hekk kien il-ħsieb li parti sostanzjali tan-nefqa, jiġifieri mal-Lm230,000, jintnefqu mill-budget kapitali tal-Valletta Rehabilitation Project.", "Ministeru ghall-Ambjent,Progett M09 \"GIS Pilot\" BUHC,Ministeru ghall-Ambjent,Progett M09 \"GIS Pilot\" FENE,Ministeru ghall-Ambjent,Progett M09 \"GIS Pilot\" MINISTERU GHALL-AMBJENT - PROGETT M09 \"GIS PILOT\"", "12315.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-Businesses Plan 1993 tal-Management System Unit, jista l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġett M09 \"GIS Pilot\" għall-Ministru għall- Ambjent tlestiex sa Ġunju 1993 kif kien ippjanat?", "Jekk fl-affermattiv, x'konklużjonijiet ħarġu minn dan l-istudju?", "Il-konklużjonijiet saru b'forma ta' rapporti u jekk fl- affermattiv jista' l-Prim Ministru ipoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ġejt informat li l-proġett M09 magħruf bħala GIS Pilot, tlesta.", "Dan l-istadju għall- ġbir ta' Tagħrif Ġeografiku huwa attivita' li l- konklużjonijiet dwarha ma sarx f'forma ta' rapport iżda huwa proġett ongoing ta' ġbir ta' tagħrif għall-użu minn bosta dipartimenti governattivi.", "Ninsab informat li l-għanijiet tal-proġett twettqu kollha b'riżultat li:-", "- ġiet żviluppata sistema pilota li tinkludi l-ħteġijiet ta' Land Information System, li issa tkun tista', permezz ta' titjieb teknoloġiku li se jiġi ntrodott, tagħti benefiċċji akbar lir-Reġistru ta' l- Artijiet;", "- ħafna mill-ħteġijiet li se jkollhom bżonn il-Kunsilli Lokali jistgħu jitwettqu biss bl-għajnuna ta' dan il-proġett;", "- l-applikazzjoni ta' l-GIS se tkun ta' siwi kbir għall- Awtorita' ta' l- Ippjanar għal dak li għandu x'jaqsam mal- Building Development Control;", "- tħarrġu għadd ta' impjegati tal-Gvern fit-teknoloġija ta' l-GIS.", "Kif diġa' għidt, peress li dan ix-xogħol jinvolvi implimentazzjoni ta' software, ma kienx hemm ħtieġa li jsir rapport dwaru.", "Ilma,Rapport minn konsulenti Francizi BUHC,Ilma,Rapport minn konsulenti Francizi FALM,Ilma,Rapport minn konsulenti Francizi ILMA - RAPPORT MINN KONSULENTI FRANCIZI", "12316.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ħejjew il- konsulenti Franċiżi BRGM dwar \"ground water management\"?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li f'dan ir-rapport il- konsulenti rrakkomandaw li l- ippumpjar ta' l-ilma mill- \"aquafer\" għandu jitnaqqas drastikament?", "Jekk fl-affermattiv kif jista' l-Ministru jispjega l- fatt li fin-naħa t'Isfel ta' Malta, minflok ma sar hekk l- ippumpjar ta' ilma żdied konsideralment?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f`seduta oħra.", "Ministeru ghall-Ambjent,Progett M15 \"Non Urban Roads\" BUHC,Ministeru ghall-Ambjent,Progett M15 \"Non Urban Roads\" FENE,Ministeru ghall-Ambjent,Progett M15 \"Non Urban Roads\" MINISTERU GHALL-AMBJENT - PROGETT M15 \"NON URBAN ROADS\"", "12317.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-Businesses Plan 1993 tal-Management Systems Unit, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġett M15 \"Non Urban Roads\" għall- Ministru għall- Ambjent tlestiex sa Ġunju, 1993 kif kien ippjanat?", "Jekk fl-affermattiv, x'konk- lużjonijiet ħarġu minn dan l- istudju?", "Il-konklużjonijiet saru b'forma ta' rapport u jekk fl- effermattiv, jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat il-proġett għall-ħolqien ta' sezzjoni fi ħdan tas-Segretarjat Ambjent bl-isem Non Urban Roads Section kien implimentat qabel Ġunju ta' din is-sena.", "Din is- Sezzjoni fil-fatt illum topera minn bażi ġewwa Kordin taħt direzzjoni ta' Environment Manager.", "Din is-Sezzjoni nħolqot biex tiġbor fiha daqs 200 ħaddiem industrijali li kien fadal fl- hekk imsejjaħ Proġett Imnaddfu Malta.", "Din ta' l-aħħar inħolqot eżatt wara l-elezzjoni ta' l-1987 biex tinsab sistemazzjoni għal madwar 1000 ħaddiem bla sena, li bosta minnhom kienu ġew impjegati mal- Gvern b'mod irregolari ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Minħabba n-numru kbir tagħhom, dawn il-ħaddiema tqassmu fost id-distretti tat-Taqsima tax- Xogħlijiet taħt l-ordnijiet ta' l-istess supervisors ta' dan id- dipartiment.", "Din kienet soluzzjoni li għamlet ħafna sens taħt dawk iċ-ċirkostanzi partikolari iżda li ma baqgħetx ideali meta n- numru tal-ħaddiema naqas daqshekk.", "Għalhekk id-deċiżjoni li dawn il-ħaddiema jiġu organizzati taħt sezzjoni ġdida bid-dmir li jieħdu ħsieb tat-tindif u xogħol ta' landscaping fi triqat barra mill-ibliet u rħula.", "Dan kien meħtieġ għaliex filwaqt li minn dejjem kienet teżisti t-Taqsima Ndafa Pubblika biex tnaddaf it-toroq fl- ibliet u rħula (permezz tal- kennies tal-karretta) ma kienx hemm struttura ekwivalenti biex tieħu ħsieb tat-toroq f'żoni mhux urbani.", "In-Non Urbann Roads Section ġiet organizzata fuq bażi ta' numru ta' gangs bi ftit ħaddiema, bil-flessibilta' meħtieġa biex dawn jew jaħdmu flimkien fuq biċċa xogħol kbira jew inkella separatament, kif huwa iktar komuni.", "It- tranżizzjoni kienet waħda minn xogħol magħmul bħala reazzjoni għal xi talba għal wieħed imqassam skond programm.", "Kull biċċa xogħol tingħata job number u ssir stima tal-mezzi u ħin meħtieġ biex titlesta.", "Wieħed mill-karatteristiċi ewlenin ta' din is-sezzjoni huwa kunċett ta' intervent integrat; mhux biss tindif iżda wkoll ta' landscaping u anke xogħol ta' tħawwil ta' arbuxelli eċċ. Bdiet tingħata attenzjoni partikolari bit- tiswija u bini ta' ħitan tas- sejjieħ.", "Għadu ma sarx rapport finali dwar is-Sezzjoni minħabba li, sadanittant, dan il-proġett ġie integrat f'wieħed ħafna iktar vast fejn il-Gvern qed iħares lejn it-tranżizzjoni meħtieġa għall-introduzzjoni tal- Kunsilli Lokali.", "Dan l- eżerċizzju ngħata l-isem ta' Migration Plan u jolqot kull Dipartiment jew Sezzjoni li għandu dmirijiet konnessi ma' tindif jew xogħol ieħor relatat.", "Dan il-Miġration Plan għandu jwassal għal tqassim mill-ġdid ta' bosta xogħol u dettalji dwar dan mistenni li jitħabbru fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru.", "Fosthom ir-responsabbilitajiet tas-Sezzjoni Non Urban Roads se jitbiddlu u din is-Sezzjoni se tingħata l-isem ta' Non Urban Areas.", "Fil- qasir, is-sistemi addattati s'issa minn din is- sezzjoni se jiġu mplimentati fi ħdan id-Dipartiment tat-Triqat u tad-Distretti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, li se jidħlu huma responsabbli għat-tindif tat-triqat barra mill-ibliet u rħula.", "Minnflok, is-Sezzjoni tan-Non Urban Areas se tassumi rwol ġdid biex tieħu ħsieb żoni ta' rikreazzjoni u tagħmel interventi ta' tindif ġewwa l- kampanja.", "Santa Venera,Tiswija ta' toroq BUHC,Santa Venera,Tiswija ta' toroq FALM,Santa Venera,Tiswija ta' toroq SANTA VENERA - TISWIJA TA' TOROQ", "12318.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-parti ta' Old Railway Junction, kantuniera ma' Braille Street, Santa Venera titwessa' kif inhu propost peress li l-bini f'din il-parti ta' triq issa tlesta u fl-istat li hi toħloq periklu għal min igħaddi minnha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Diġa' qed jittieħdu passi neċessarji biex titwessa` kif inhu propost u jitneħħa l-periklu.", "Ministeru ghall-Ambjent,Sant'Antnin Waste Management BUHC,Ministeru ghall-Ambjent,Sant'Antnin Waste Management FENE,Ministeru ghall-Ambjent,Sant'Antnin Waste Management MINISTERU GHALL-AMBJENT - SANT'ANTNIN WASTE MANAGEMENT", "12319.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-Businesses Plan 1993 tal-Management Systems Unit, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġett M14 \"Sant'Antnin Waste Management\" għall- Ministru għall-Ambjent tlestiex sa April 1993 kif kien ippjannat?", "Jekk fl-affermattiv, x'konk- lużjonijiet ħarġu minn dan l- istudju?", "Il-konklużjonijiet saru b'forma ta' rapport u jekk fl- affermattiv, jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-proġett M14 \"Sant Antnin Waste Management twettaq għalkemm kien hemm xi dewmienn sakemm ġie finalizzat l- estenzjoni tal-kuntratt mal- kumpannija barranija li kient ħadet it-tender għall- makkinarju tal-Composting Plant.", "Fil-fatt il-commissioning ta' l-impjant beda fit-22 ta' Mejju ta' din is-sena.", "Bħalissa dan il-commissioning sejjer skond il-pjan.", "F'nofs ix-xahar ta' Lulju ntlaħqet il- figura ta' 30 scammel ibattlu l-iskart tagħhom f'Sant'Antnin (mit-total ta' 79 scammel li joperaw f'Malta).", "Jiena mgħarraf li sa l-aħħar ta' Lulju, 1993 il-figura għandha titla' għal 50.", "L-estensjoni tal-kuntratt ikopri tul sitt xhur.", "Il-parir ta' l-MSU u l- ħsieb tas- Segretarjat Ambjent huwa li wara dak il-perjodu t-tmexxija ta' l- impjant ta' Sant'Antnin tingħata lis-settur privat wara l-ħruġ ta' tender għal dan il- għan.", "Ma nħassitx il-ħtieġa li jinħareġ rapport formali.", "Rabat,Bankini f'tal-Virtu' FARN,Rabat,Bankini f'tal-Virtu' FALM,Rabat,Bankini f'tal-Virtu' RABAT - BANKINI F'TAL-VIRTU'", "12335.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi l-bankini tat-toroq kollha f'Tal-Virtu' limiti tar-Rabat jenħtieġu li jitnaddfu mill-ħaxix li kiber inkluż iċ-centre-strip li hemm f'Carlo Flamingo Street, jista' l-Ministru jara li jsir it- tindif u manutenzjoni oħra meħtieġa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is- suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat.", "Ix-xogħol ta` qtugħ ta` ħaxix isir hekk kif ikun possibbli.", "Sptar San Luqa,Files mitlufin FARN,Sptar San Luqa,Files mitlufin GALL,Sptar San Luqa,Files mitlufin SPTAR SAN LUQA - FILES MITLUFIN", "12344.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega kif il-file 314870 (m) li kien infetaħ fil-15 ta' Settembru, 1992, meta din il-persuna ddaħħal l-isptar għaliex safa mtajjar minn karozza, intilef?", "Jista' jgħid lill-Kamra kemm huma dawk il-files irrapportati nieqsa jew mitlufa fl-Isptar San Luqa sena b'sena mill-1990 'l hawn?", "Jista' l-Ministru jara li jsir l-aġġornament li hemm bżonn sabiex ikun assigurat lill-pazjenti aktar servizz effiċjenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li meta s-Supretendent Mediku talab il-file (fit-22 ta' Lulju, 1993) bin-numru 314870(M) dan instab mill-ewwel bid-dettalji kollha kif imsemmija fil-mistoqsija.", "Skond il-Medical Records Section ma hemmx files mitlufin għalkemm f'xi kliniċi speċifiki jista' jagħti l-każ li jkun hemm xi files li ma jkunux hemm fil-ħin.", "Birzebbugia,Relief main tad-drenagg SANS,Birzebbugia,Relief main tad-drenagg FALM,Birzebbugia,Relief main tad-drenagg BIRZEBBUGIA - RELIEF MAIN TAD- DRENAĠĠ", "12354.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid hekk ir-relief main tad- drenaġġ li sar sentejn ilu f'San Ġorġ, Birzebbugia hux qed jaħdem kif suppost?", "Hekk ir-risposta hi fl- affermattiv, x'inhi r-raġuni li d-drenaġġ baqa' ħiereġ ta' spiss fil-bajja ta' San Ġorġ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ir- relief main ta` Birżebbuġia qegħda taħdem, u tieħu d- drenaġġ ta` Qajjenza lejn Birżebbuġia.", "Aktar 'il quddiem dan il- main jibda jieħu wkoll id-drenaġġ ta` Marsaxlokk.", "Fil-bajja ta` San Ġorġ, kontra dak li qed jallega l- Onor. Interpellant, ma kienx hemm rapporti ta` drenaġġ ħiereġ ta` spiss.", "Kulma kien hemm kienu żewġ okkażjonijiet meta twaqqfet il-pompa f`Birżebbuġia minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru.", "Pensjoni ta' l-Irtirar GREE,Pensjoni ta' l-Irtirar MIFU,Pensjoni ta' l-Irtirar PENSJONI TA' L-IRTIRAR", "12378.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li persuna li rtirat bl- eta' fit-3 ta' Ġunju, 1989 meta kien diġa' inizjalat l- Organisation Agreement ma' l- MUT u li f'4 ta' Ġunju ġie ffirmat, din il-persuna minħabba ftit sigħat tilfet pensjoni ta' mill-anqas Lm50 fix-xahar u somma ta' flus konsiderevoli, liema persuna kienet imwegħda li din il- problema kellha titranġa ruħha, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex din il- persuna tieħu dak li ħaqqa?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Skond ir-Records Section tad- Dipartiment l- ebda impjegat ma rtira bl-eta' fit-3 ta' Ġunju, 1989.", "Impjegat wieħed biss kien irtirat bl-eta' b'effett mit-2 ta' Ġunju, 1989, jiġifieri l- aħħar ġurnata tax-xogħol kienet fl-1 ta' ġunju 1989.", "Il-ftehim bejn il-Gvern u l- Malta Union of Teachers kien effettiv mit-2 ta' Ġunju, 1989.", "Sptar Generali,Patologista GREE,Sptar Generali,Patologista GALL,Sptar Generali,Patologista GĦAWDEX: SPTAR ĠENERALI - PATOLOĠISTA", "12396.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Patoloġista fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex qed ikollu jiġi hawn Malta biex jaħdem fl- isptar San Luqa ġurnata fil- ġimgħa?", "Veru li dan l- ispeċjalista jintbagħatlu xogħol Għawdex ta' Istopatoloġija ta' pazjenti li jkunu ttrattati Malta biex jirrapporta fuqhom waqt li jkun Għawdex?", "Dawn ir-riżultati u affarijiet oħra jkunu jridu jiġu ttrasferiti Malta wara li jkun tlesta x-xogħol?", "Jidhirlu l-Ministru li dan hu management li jista' jissejjaħ effiċjenti u cost effective?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It- tweġibiet għall-ewwel tliet partijiet tal- mistoqsija huma fl-affermattiv.", "Dwar ir-raba' parti ngħid li għalkemm is-servizz ta' patologu f'Għawdex full-time għax-xogħol f'Għawdex biss mhux necessarjament hu cost- effective, wiehed irid ihares ukoll lejn iċ-ċirkostanzi speċifiċi t'Għawdex.", "Għalhekk hu tajjeb li dan il-patologu jintbagħtlu x-xogħol minn Malta biex jinħadem hemm.", "Telephones,Hsara f'Tel No. 896349 SANS,Telephones,Hsara f'Tel No. 896349 ZAMF,Telephones,Hsara f'Tel No. 896349 TELEPHONES - IRRANĠAR TA' TEL NO.", "896349", "12397.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Kommunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex it-telefon li jġib in- numru 896349 jiġi rranġat bis- serjeta' peress li f'dan l- aħħar xhar ġie rrapportat ta' l-anqas tliet darbiet u s- sitwazzjoni baqgħet l- istess?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-abbonat li semma' l-Onor.", "Interpellant qiegħed jieħu s- servizz fuq l-exchange taż- Żejtun tat-tip E10 tal-bidu li allavolja huwa exchange diġitali, parti żgħira minnu taħdem fuq sistema antika li tista' tikkawża double switching limitat.", "Huwa mistenni li dan l- apparat jitbiddel fl-1996, metu tkun implimentata t-tielet fażi tal- programm ta' espansjoni u modernizzazzjoni tan-network.", "B'danakollu l- Korporazzjoni Telemalta qegħda tieħu passi mmedjati biex dan l-abbonat ma jibqax ibati minn dan l- inkonvenjent.", "Xtut,Tabelli ghall-ghawwiema SANS,Xtut,Tabelli ghall-ghawwiema GALL,Xtut,Tabelli ghall-ghawwiema XTUT - TABELLI GĦALL-GĦAWWIEMA", "12398.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi serji qed jittieħdu mill-Gvern sabiex isir monitoring tal- kondizzjonijiet tal-bajjiet madwar Malta u Għawdex matul is-sena kollha?", "Jista' l-Gvern jikkonsidra li flok biċċa karta mwaħħla mal- ħajt bħala notice għall- għawwiema jittellgħu f'post prominenti fuq l-istess bajjiet bnadar kif isir f'pajjiżi Ewropej?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- kontroll fuq l-ilma baħar isir skond protokol ta' ħidma miftehma bejn is-Segretarjat ta' l-Ambjent u d-Dipartiment tas- Saħħa bbażat fuq kriterji Interim li fuqhom qablu l- pajjiżi li ffirmaw il- Barcellona Convention ta' 1985.", "Is-suġġeriment tal-bnadar qed jiġi kkonsidrat.", "Bahrija,Servizz tad-drenagg FARN,Bahrija,Servizz tad-drenagg FALM,Bahrija,Servizz tad-drenagg BAĦRIJA - SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "12400.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 12057?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għalkemm saru ħafna xogħlijiet ta` drenaġġ fil- Baħrija, jien informat li l-parti msemmija għad trid issir is-sena d- dieħla billi din ma kenitx inkluża fil-programm ta` din is-sena.", "Pulizija,Kazi ta' serq u hold-ups FARN,Pulizija,Kazi ta' serq u hold-ups GALL,Pulizija,Kazi ta' serq u hold-ups PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ U HOLD-UPS", "12401.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 12060?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Pulizija għadha qed tipprova tiġbor it-tagħrif mitlub f'kull parti tal-mistoqsija.", "Zejtun,Funtana fil-gnien pubbliku GALM,Zejtun,Funtana fil-gnien pubbliku FALM,Zejtun,Funtana fil-gnien pubbliku ŻEJTUN - FUNTANA FIL-ĠNIEN PUBBLIKU", "12402.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hu maħsub li ssir il-funtana fil-ġnien taż- Żejtun li kienet inbdiet madwar sena ilu?", "Liema dipartiment hu responsabbli li jagħmel dawn il-funtani?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol imsemmi se jsir mid- Dipartiment tad- Distretti tat-Taqsima tax- Xogħlijiet fi żmien qasir.", "Wied il-Ghajn,Tindif GALM,Wied il-Ghajn,Tindif FALM,Wied il-Ghajn,Tindif WIED IL-GĦAJN - TINDIF", "12403.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Tista' t-taqsima nkarigata tara li titnaddaf Triq il-Buttar, f'Wied il-Għajn li għandha dehra ta' żdingar minħabba l-ħmieġ u l-iskart li fiha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li għalkemm id- Dipartiment tad- Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet għadu kif għamel manutenzjoni fl-area in kwestjoni, xi persuni rresponsabbli baqgħu jitfgħu skart tal-bini fl- area.", "Tlabt lid-Dipartiment konċernat iżomm din l-area taħt sorveljanza.", "Servizz Civili,Haddiema mislufa ma' Trade Unions GALM,Servizz Civili,Haddiema mislufa ma' Trade Unions DALJ,Servizz Civili,Haddiema mislufa ma' Trade Unions SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA MISLUFA MA' TRADE UNIONS", "12404.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma mħallsa mill-Gvern u qegħdin seconded f'xogħol trejdjunjonistiku ma' trade unions?", "Ma' liema unions qegħdin?", "Meta kienu seconded mal- unions rispettivi tagħhom?", "Kemm huma ntitolati il-unions għal dawn it-tip ta' secondments?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm sitt ħaddiema/skrivani li mill-Gvern issa qegħdin seconded mal- Unions sabiex jagħmlu xogħol trejdjunistiku.", "Il-Unions koncernati huma l-General Workers Union; il-Union Ħaddiema Magħqudin; il- Malta Union of Teachers; u l- Confederation of Malta Trade Unions.", "Fit-8 t'Awwissu ta' l-1989, il-Gvern kien daħal f'arranġament mal-Unions u ġie stabbilit kriterju kemm kull Union għandha jkollha ħaddiema/skrivani mħallsa mill- Gvern jaħdmu magħha biex jagħmlu xogħol trejdjunistiku.", "Dan ġie stabbilit hekk.", "Kull Union li għandha bejn 1,000 u 5,000 membru għandha jkollha ufficjal wieħed u jekk il-Union ikollha minn 5,000 membru 'l fuq għandha dritt ta' żewġ uffiċjali.", "Fl-arranġament hemm ukoll stabbilit li kull Union għandha ġġedded it-talba tagħha kull sena.", "Is-sitt uffiċjali li huma seconded mal-Unions huma: 2 mal-Union Ħaddiema Magħqudin li s-secondment tagħhom beda fis-7 ta' Jannar 1992 u s- 27 ta' Lulju 1992 rispettivament.", "2 mal-General Workers Union li s-secondment tagħhom beda fit-23 t'Awwissu 1992 u fit-30 ta' Settembru 1992 rispettivament.", "1 mal-Cofederation of Malta Trade Unions li beda fl-24 t'Awwissu 1992.", "1 mal-Malta Union of Teachers li beda fl-24 t'Awwissu 1992.", "Wied il-Ghajn,Pixxina SANS,Wied il-Ghajn,Pixxina FREM,Wied il-Ghajn,Pixxina WIED IL-GĦAJN - PIXXINA", "12406.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 11563 u mistoqsija parlamentari numru 11751 dwar l-istess suġġett dwar il-Pixxina ta' Wied il- Għajn.", "Jista' l-Ministru forsi jgħidilna x'ġiegħlu li jirrispondi l-aħħar mistoqsija parlamentari qabel l-ewwel waħda?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma kien l-ebda skop speċifiku għaliex l-aħħar mistoqsija parlamentari li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet imwieġba qabel l-ewwel waħda.", "Sempliċement li d-dettalji tal-mistoqsija parlamentari numru 11751 ġew miġbura qabel dik ta' 11563.", "Dipartiment tas-Sahha,Mizuri ghal aktar efficjenza gree,Dipartiment tas-Sahha,Mizuri ghal aktar efficjenza gall,Dipartiment tas-Sahha,Mizuri ghal aktar efficjenza DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MIŻURI GĦAL AKTAR EFFIĊJENZA", "12428.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li fir-Rapport ta' l- Ewwel Sena tat-Tieni Leġislatura dwar il-Qasam tas- Saħħa huwa rrapportat li d- Dipartiment tas-Saħħa huwa kommess li jrid l-effiċjenza u jara l-aħjar użu tar-riżorsi biex ikun possibbli li s- servizz jkun jista' jibqa' jespandi u jitjib, jista' l- Ministru jispjega x'qed jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex jasal għal dan il-għan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fir- Rapport li rrefera għalih l- Onor. Interpellant wieħed isib tagħrif dwar dawk il-mizuri u programmi li huma ntizi biex izidu l-effiċjenza u jagħmlu l- aħjar uzu tar-rizorsi li għandu d-Dipartiment tas-Saħħa.", "Id- Dipartiment diġa` beda jattwa uħud minnhom filwaqt li għal oħrajn qed isiru t-tħejjijiet meħtieġa fil-kuntest tal-pjan approvat mill-Kabinett għat- twettiq tar-Riforma fis- Servizzi tas-Saħħa.", "Centri tas-Sahha,Servizz ta' Kura Primarja gree,Centri tas-Sahha,Servizz ta' Kura Primarja gall,Centri tas-Sahha,Servizz ta' Kura Primarja ĊENTRI TAS-SAĦĦA - SERVIZZ TA' KURA PRIMARJA", "12429.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega l- istrateġija li beħsiebu juża d- Dipartiment tas-Saħħa dwar il- futur taċ-Ċentri tas-Saħħa u l- Bereġ biex dawn isaħħu l- konċett tal-kura tas-saħħa primarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-irwol taċ-Ċentri tas-Saħħa fil- kuntest tal-Kura Primarja tas- Saħħa għandu jkun dak li minbarra li jipprovdu servizz kurattiv joffru wkoll servizz preventiv.", "Dan għandu jkun ibbazat fuq servizz personalizzat li joffri kontinwita ta' kura lill-individwu.", "Iċ-Ċentri tas-Saħħa, filwaqt li jkomplu joffru s-servizzi li qed joffru bħalissa għandhom:", "1. jespandu r-rwol tagħhom fil-qasam edukattiv fuq dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa.", "2. iservu ta' sors fejn jista' jsir it-tagħlim u t- taħriġ ta' diversi dixxiplini fil-qasam tal-mediċina.", "3. ikunu l-punt fokali ta' attivitajiet/programmi preventivi bħalma huma screening programmes.", "4. iservi ta' bridge bejn il-qasam primarju u l-qasam sekondarju fejn tobba tal- familja u specjalisti jkunu jistgħu jaħdmu flimkien fil- kura tal-pazjent.", "Impiegi,Permessi tax-xoghol ghal barranin gree,Impiegi,Permessi tax-xoghol ghal barranin fene,Impiegi,Permessi tax-xoghol ghal barranin PERMESSI TAX-XOGĦOL GĦALL- BARRANIN", "12430.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk raġel ta' nazzjonalita' ta' wieħed mill-pajjiżi tal- Komunita' Ewropea li hu miżżewweġ Maltija b'residenza hawn Malta, huwiex eliġibbli li japplika għal xi xogħol mall- Gvern jew xi kumpannija/ korporazzjoni Parastatali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal ingaġġ mal-Gvern jesiġu li l-applikanti jkunu ta' nazzjonalita' Maltija.", "Fejn ma jinstabx kandidat Malti biex jimla' l-vakanza, applikanti barranin jistgħu jiġu kkonsidrati għax-xogħol.", "Din hija wkoll l-prattika fil- korpi parastatali.", "Sptarijiet,Kura psikjatrika fil-kommunita' gree,Sptarijiet,Kura psikjatrika fil-kommunita' gall,Sptarijiet,Kura psikjatrika fil-kommunita' KURA PSIKJATRIKA FIL-KOMMUNITA'", "12431.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid twaqqfitx il-Kummissjoni (kif kien ippjanat) li se tkun responsabbli li tippjana b'mod dettaljat programm ta' kura psikjatrika fil-kommunita'?", "Jekk fl-affermattiv min huma l-membri ta' din il-kummissjoni inkluż iċ- Chairman, u x'xogħol li sar s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- Kummissjoni li nifhem li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant se titwaqqaf dalwaqt.", "Filwaqt li s-servizzi psikjatriċi fil-komunita' se jkun element importanti, il- Kummissjoni se ikollha terms of reference aktar wiesgħa li fil- fatt jikkomprendu l- aspetti kollha tas-saħħa mentali f'pajjiżna.", "Medicini SANS,Medicini GALL,Medicini MEDIĊINI", "12447.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Gvern iwaqqaf l-abbuż ta' ċertu tobba wkoll fi kliniċi tal-Gvern li qed jisfruttaw il-mard li żviluppaw dan l-aħħar l-aktar fit- trabi fejn qed jordnaw mediċini li se jiskadu f'Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena u li ħafna minn dawn il-mediċini mhumiex veru effettivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id- deċizjoni jekk pazjent għandux jingħata mediċina jew le f'kaz ta' mard, u liema mediċina, hija deċizjoni klinika li jieħu t-tabib u normalment il-Gvern ma jintervenix sakemm ma tinkisirx il- liġi jew f'xi ksur ta' proċeduri amministrattivi.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu xi kaz speċifiku jista' jressaq l- ilment tiegħu lill-Kunsill Mediku li huwa korp statutorju li jirregola l-etika fil- prattika tal-mediċina.", "Fil-kaz ta' tabib tal-Gvern, l-ilment jista' jitwassal anke lid- Dipartiment tas-Saħħa.", "Universita',Kap tat-Taqsima Audio Viziva MIZJ,Universita',Kap tat-Taqsima Audio Viziva MIFU,Universita',Kap tat-Taqsima Audio Viziva UNIVERSITA' - KAP TAT-TAQSIMA AUDIO VIŻIVA", "12455.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid:", "(1) Min huwa l-Kap tat- Taqsima Audio Viżiva ġewwa l- iskola Medika fl- Universita'?", "(2) Kemm hemm impjegati jaħdmu hemm?", "(3) Din it-taqsima hi awtorizzata li tagħmel xogħol privat iva jew le?", "(4) X'servizzi tagħmel din it-taqsima?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-Manager (Audio Visual Instruction Support Service) ta' l-Universita' huwa Mr Carmel Borg Galea li għandu l- uffiċċju ġewwa l-Medical School.", "Huwa jagħti s-servizz tiegħu lid-Dipartimenti kollha ta' l-Universita', inkluża l- Fakulta' tal-Mediċina.", "Barra mill-Manager, hemm Laboratory Officer I u Electrician li qiegħed jgħin u jiġi mħarreġ f'Audio Visual Techniques.", "M'għandux u safejn hu magħruf, ma jsirx xogħol privat f'din it-taqsima.", "Is-servizzi li tagħmel din it-Taqsima jinkludu Medical Photography, fotografija għall- konferenzi, seminars, lectures u pubblikazzjonijiet.", "Materjal ta' fotografija għat-tagħlim li jinkludi video filming, slides, overheads, computer generated slides, eċċ. isir ukoll minn din it-taqsima.", "Pulizija,Ufficjali li nqabdu jisirqu MIZJ,Pulizija,Ufficjali li nqabdu jisirqu GALL,Pulizija,Ufficjali li nqabdu jisirqu PULIZIJA - UFFIĊJALI LI NQABDU JISIRQU", "12456.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'pieni/multi weħlu barra minn Malta uffiċjali għolja tal- Pulizija li nqabdu b'\"shoplifting\" fl-Ingilterra u l- Ġermanja rispettivament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat kif ġej:", "a) Fis-6 ta' Lulju 1992 membru tal-Korp tal-Pulizija ġie liberat minn akkuzi ta' serq fl-Ingilterra.", "b) Il-Pulizija m'għandha l- ebda informazzjoni dwar kazijiet ta' serq fil-Ġermanja minn membri tal-Korp tal- Pulizija.", "Pulizija,Ufficjali li nqabdu jisirqu MIZJ,Pulizija,Ufficjali li nqabdu jisirqu DEMG,Pulizija,Ufficjali li nqabdu jisirqu PULIZIJA - UFFIĊJALI LI NQABDU JISIRQU", "12457.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'pieni/multi weħlu barra minn Malta uffiċjali għolja tal-pulizija li nqabdu b'\"shoplifting\" fl- Ingilterra u l-Ġermanja rispettivament?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali għad- domanda Nru. 12456 tas-seduta tal-lum.", "Skejjel,Manutenzjoni BRIL,Skejjel,Manutenzjoni MIFU,Skejjel,Manutenzjoni SKEJJEL - MANUTENZJONI", "12466.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Minħabba l-istat ta' telqa li jinsabu fihom ħafna skejjel tal-Gvern jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx programm ta' maintenance maħsub għax xhur tas-sajf qabel ma jiftħu l-iskejjel b'mod partikolari fir- rigward ta' l-iskola Sir Adrian Dingli li tinsab fi stat ta' abbandun?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Nixtieq nirripunja bil-qawwa kollha d- domanda hawn fuq imsemmija u niċħad kategorikament li l-iskola Sir Adrian Dingli - Sandhurst - tinsab fi stat ta' abbandun.", "Jidher biċ-ċar li l-Onor.", "Interpellant ilu ma jersaq lejn din l-iskola u qed jibni d- domanda tiegħu fuq informazzjoni żbaljata.", "L-iskola ġiet mogħtija manutenzjoni ġenerali.", "Intnefqu aktar minn Lm40,000 f'dak li għandu x'jaqsam ma żebgħa u fencing madwar l- iskola.", "M'hemm l-ebda requisition għal xi xogħol ġdid pendenti.", "Qed jiġi konsidrat li l-kċina li hemm ta' żmien is-Servizzi tiġi mibdula f'gymnasium modern.", "Skejjel,Trasport BRIL,Skejjel,Trasport MIFU,Skejjel,Trasport SKEJJEL - TRASPORT", "12467.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Huwa minnu li qed tingħata konsiderazzjoni lit- talba/suġġeriment ta' diversi ġenituri biex fid-dawl tad- diversi nuqqasijiet fis-sistema tat-trasport ta' l-iskejjel, minflok tibda tingħata allowance lill-ġenituri biex huma jkunu jistgħu jagħmlu l- arranġamenti tat- trasport għal rashom?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: In-nefqa għas-sena bażika 1992 ammontat għal Lm1,025,239.", "Din in-nefqa tvarja minn sena għal sena bi ftit minħabba żieda/nuqqas fi ġranet ta' l- iskola eċċ. Tvarja sostanzjalment kull meta jiġi rivedut in- noll tat-trasport tat-tfal ta' l- iskejjel statali.", "Skejjel,Trasport BRIL,Skejjel,Trasport MIFU,Skejjel,Trasport SKEJJEL - TRASPORT", "12468.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kenn jintnefaq kull sena fuq trasport għat-tfal ta' l- iskejjel tal-Gvern?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni, almenu minn kemm ilni responsabbli għalih jien, ma jieqafx mill-ħidma tiegħu biex itejjeb is-sistema tat- trasport.", "Għandi ngħid li f'dawn l-aħħar sitt snin sar titjib sostanzjali fit-tagħlim u fl-effiċjenza, waqt li l- ispejjeż inżammu f'limiti raġjonevoli.", "Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet studjata fl- 1988, iżda skartata għaliex dispendjuża żżejjed fi flus u f'ħin għall-istudenti.", "Minn naħa l-oħra l-użu tat- trasport provdut mhux bilfors.", "Hemm diversi ġenituri li jwasslu l-uliedhom huma.", "Meta minħabba strikes jew diffikultajiet oħra, ġiet addottata s-sistema tar- rifużjoni tal-ħlas tal- karozzi tal-linja, ħafna ġenituri ma talbux rifużjoni.", "Ajruplani licenzjati BRIL,Ajruplani licenzjati ZAMF,Ajruplani licenzjati AJRUPLANI LIĊENZJATI", "12469.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Kommunikazzjoni: Kemm hemm ajruplani privati bil-liċenzja?", "Liema huma u f'isem min/liema ditta jinsabu reġistrati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ajruplani privati (jiġifieri fil- kategorija ta' \"general aviation\" li għalihom inħarġet liċenzja lill- Operator huma dawn:-", "Sabre 65 9H-ABO Eurocereals Co. Ltd.", "Piper Navajo 9H-ACF Excelair Services Ltd.", "Cessna Caravan II 9H-ACI Excelair Services Ltd.", "*.ixSegretarju Parlamentari,Kaz ta' tixhim BRIL,Segretarju Parlamentari,Kaz ta' tixhim FENE,Segretarju Parlamentari,Kaz ta' tixhim SEGRETARJU PARLAMENTARI - KAŻ TA' TIXĦIM", "12470.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl tal-każ li hemm quddiem il-Qorti dwar allegat att ta' attentat ta' tixħim ta' Segretarju Parlamentari, x'passi se jieħu l-Prim Ministru meta fil-Qorti rriżulta li flok ħa azzjoni mmedjata mal-Pulizija, is- Segretarju Parlamentari kkonċernat għall-ewwel ipprova imewwet kollox?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'hemm ebda passi oħra x'jittieħdu."]} {"filename": "20000201_231d_par.doc", "date": "2000-02-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 231 It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 231", "It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "231", "It-Tlieta, 1 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 451", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 451", "TQEGĦID TA' KARTI 457", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIFUĠJATI (IT-TIENI QARI)", "REFUGEES BILL (SECOND READING) 457", "AĠĠORNAMENT 481", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 488", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 230 li saret fil-31 ta' Jannar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - Y2K", "12437.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K?", "Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Rigward l- ispiza biex jittieħdu miżuri fil-head office tal-ministeru, fl-uffiċċju tas- segretarju permanenti, fid-dipartimenti u fil-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-istess ministeru biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K, nixtieq nikkonferma li l-MITTS kienet ġiet inkarigata biex tagħmel extensive testing b`kuntratti speċifiċi, sentejn wara xulxin.", "Il-valur tal-kuntratt bejn il-MITTS u l-ministeru tal-ġustizzja fl-1998 qam Lm8,960, waqt li l-valur tal-kuntratt li sar fl-1999 mill-OPM u l- MITTS jinkludi l-ispiża kollha tad-dipartimenti li kienu jaqgħu taħt l- istess uffiċċju, inkluż il-ministeru tal-ġustizzja.", "Fl-ufficcju ta' l-avukat ġenerali ġie ngaġġat skrivan biex jaħdem tliet sigħat overtime l-Ħadd 2 ta` Jannar, 2000 dwar Y2K testing fil-criminal registry computersation system, bi spiza minima.", "Dwar embedded systems, bħal fax machines, photocopiers, etc., is- suppliers li kienu pprovdew diversi tipi ta` equipment lill-ministeru, dipartimenti u kummissjonijiet, ġew mitluba jagħmlu it-testijiet neċessarji.", "Billi m`hemm l-ebda spiża nvoluta, ma rċevejna ebda kontijiet.", "AFFARIJIET BARRANIN - Y2K", "12438.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K?", "Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Il-ministeru nefaq Lm35,902, li minnhom Lm10,586 u Lm23,492 tħallsu lill-MITTS fis-snin 1998 u 1999 rispettivament filwaqt li s-somma ta' Lm1,824 tħallset lid-ditta MALPRO.", "Ix-xogħol konness mal-problema tal-Y2K sar mid-direttorat tas- servizzi korporattivi tal-ministeru b'kordinazzjoni sħiħa mall-MITTS u l- ambaxxati Maltin.", "Fil-każ tal-Kummissjoni Għolja Maltija ġewwa Londra ttieħdu wkoll miżuri mid-ditta MALPRO, li hija responsabbli mill-management ta' Malta House, li kif għedt tħallset is-somma ta' Lm1,824.", "POLITIKA SOĊJALI - Y2K", "12439.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill- ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K?", "Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K fl-1999 saru l-ispejjeż elenkati f'Appendiċi \"A\" li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Minbarra dan, id-dipartiment tas-servizzi korporattivi li jamministra il- vot kapitali ta' l-informatika, ħallas lill-MITTS is-somma ta' Lm46,278 b'kuntratti biex isiru testijiet fuq computers u sistemi ta' l-informatika.", "Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-materjal kollu in konnesjoni ma' dan li qed ngħid.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li ma kienx hemm diffikultajiet fil-proċedura u s-sistema ta' komputerizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' monitoring u management ta' pensjonijiet u benefiċċji oħra?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nikkonferma li saru l-eżerċizzji kollha u ma rriżultawx problemi.", "FINANZI - Y2K", "12440.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu biex tiġi evitata l- problema tal-Y2K?", "Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq fil-Mejda tal-Kamra.", "INTERN - Y2K", "12441.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu biex tiġi evitata l- problema tal-Y2K?", "Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li l-ammont ta` Lm61,781 tħallas lil MITTS bħala l-organizzazzjoni li kienet inkarigata mill-gvern biex tieħu ħsieb il-problema tal-Y2K fil-ministeru u fid- dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru.", "Rigward is-sistemi l-oħra li ma kenux jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- MITTS, ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej: -", "|Diparti|Spiza|Kumpanij|Kriterji | |ment |Lm |a | | |Reġistr|69.00|Computer|Aġenti | |azzjoni| | |tas-siste| |Ċivili | | |ma | | | | |tal-passa| | | | |porti | | |24.50|Solution| | | | |s Ltd | | | | |(overtim| | | | |e) | | |Faċilit|854.0|Advanced|Aġenti | |a` |0 |Tele-Com|tas-siste| |Korrett| |municati|ma | |iva ta`| |ons |tal-PABX | |Kordin | |Systems | | |Taqsima|468.0|(overtim| | |tal-Pro|0 |e) | | |prjeta'| | | | |tal-Gve| | | | |rn | | | |", "Fil-każ ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar nista' ngħid li ma ntefaq l-ebda sold esklussivament u speċifikament sabiex tiġi evitata l-problema tal- Y2K.", "Kull xogħol ta` upgrades li sar kien fl-andament naturali tal- progress fit-teknoloġija u sar b`tender pubbliku.", "BIEDJA U SAJD - Y2K", "12442.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K?", "Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan x-xogħol u fuq liema kriterji ntagħżel?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Il-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu għandhom software support mill-MITTS li għamlu x-xogħol meħtieġ għal din is-sitwazzjoni wkoll.", "L-ispiża għal dan is- servizz biex tigi evitata l-problema hija nkorporata f'dik li l-ministeru jħallas kull sena biex jingħata s-support kollu li jkun meħtieg.", "PULIZIJA - TAĦRIĠ BARRA", "12698.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija jew uffiċjali li ngħataw taħriġ barra jew f'Malta sabiex itejbu aktar il-professjonalita' tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas-sena 1999, ninsab informat li l-informazzjoni mitluba dwar uffiċjali tal-korp tal-pulizija hi kif jidher hawn taħt :", "22 uffiċjal attendew 17-il kors differenti lokalment kif ukoll fl- Italja, fir-Renju Unit, fi Spanja, fil-Ġermanja, fil-Ġappun u fl- Eġittu;", "20 uffiċjal attendew 5 korsijiet differenti fl-Universita` ta' Malta;", "76 uffiċjal attendew għal korsijiet li jwasslu sa` l-eżami fil-livell ordinarju fi tmien suġġetti differenti fl-akkademja tal-pulizija matul is-sena akkademika 1998/1999.", "67 uffiċjal bdew jattendu għal korsijiet li jwasslu sa` l-eżami fil- livell ordinarju f`ħames suġġetti differenti fl-akkademja tal-pulizija matul is-sena akkademika 1999/2000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru ma speċifikax eżattament f'liema kategoriji tħarrġu dawn il-pulizija, jista' jgħid kenux fuq esperjenza kriminali, vjolenza domestika jew xi xorta oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, lill-Onor.", "Interpellant nista' ngħidlu li m'hemmx \"O\" level fil-criminal law u fid-domestic violence u allura l- uffiċjali li attendew il-korsijiet ibbażaw l-aktar fuq il-lingwi - għax biex tkun eleġibbli għal spettur trid tkun surġent b'mill-inqas ħames \"O\" levels - u allura dawk li m'għandhomx \"O\" levels tajnihom l-opportunita' li jagħmlu korsijiet u jersqu għall-eżamijiet u jkunu eleġibbli biex internament isiru spetturi.", "L-oħrajn, jiġifieri t-22 uffiċjal mill-korp tal-pulizija li attendew 17- il kors differenti, kellhom suġġetti differenti ħafna.", "Wieħed minnhom kien fuq training course tal-MITTS, jiġifieri għandu x'jaqsam aktar ma' computers; oħrajn fuq combating white - collar crime, jiġifieri reati ta' natura ekonomika bħal frodi, money laundering, eċċ.; oħrajn marru għall- korsijiet fuq public relations; dawk li marru l-Italja ħadu korsijiet kontra d-droga; oħrajn fuq negotiations, l-aktar għar-rigward ta' terroristi u hijacking; oħrajn fuq crime analysis b'mod ġenerali; u ieħor fuq it-terroriżmu.", "Dwar x'tip ta' korsijiet saru l-universita', għandek tmienja li qed jagħmlu l-ewwel tliet snin tal-kors tal-liġi; hemm ieħor li daħal fit- tieni fażi, jiġifieri għamel l-ewwel tliet snin u issa se jsir avukat din is-sena; imbagħad għandek oħrajn li se jiggradwaw fil-kummerċ; u hemm min qed jistudja għal diploma fis-social studies.", "GĦELIEQI - ĦITAN TAS-SEJJIEGĦ", "12699.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li hu ta' b'risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "8855, għall-perijodu sa l-aħħar ta' Diċembru 1999?", "Jista' jinformana bil-programm ta' bini ta' ħitan tas- sejjiegħ li se jsir matul din is-sena sabiex il-bdiewa jiġu megħjuna jirranġaw ħitan imġarrfa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minn Ġunju sa Diċembru 1999 saru xogħlijiet ta' bini ta' ħitan tas-sejjiegħ għand il-bdiewa.", "Id-dipartiment jinsab għaddej bil- proċess biex iżid in-numru ta' ħaddiema f'din is-sengħa u dan bil-għan li jkun hawn sezzjoni mħarrġa għal dan it-tip ta' xogħol.", "Diġa' nbdew xi xogħlijiet ta' tiswija f'toroq prinċipali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt lill-Ministru jinformani x'inhi l-proċedura meta l-bdiewa jkunu jridu dan it-tip ta' servizz jew din it-tip ta' għajnuna.", "Dawn iridu jirrikorru għand l-extension services, jew iridu jiktbu direttament lid-dipartiment ta' l-agrikoltura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għandhom iż-żewġ options li semma l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri jistgħu jmorru l-extension services kif ukoll jiktbu lid-dipartiment.", "RABAT - TRIQ BORG OLIVIER - QTUGH TA' DAWL", "12701.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ ta' dawl fi Triq Borg Olivier u Triq San Pubbliju fir-Rabat xi jiem ilu?", "Jista' jara li jsiru xogħlijiet ta' bdil ta' wires u manutenzjoni oħra fil-lokal tar-Rabat ħalli ma jiġux ikkawżati ħsarat simili?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba għal bdil ta` wires u manutenzjoni oħra fis-sistema ta` l-elettriku fir-Rabat giet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta biex tingħata attenzjoni xierqa.", "RABAT - TRIQ BORG OLIVIER - ONE-WAY TRAFFIC", "12702.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "9215 tad- 19 ta' Lulju, 1999 dwar l-ilmenti tar-residenti ta' Triq G. Borg Olivier, Rabat, jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi li saru matul l-1999 u dawk li se jsiru matul din is-sena?", "Peress li qed issir reżistenza mir- residenti ta' Ħad-Dingli u ħafna Rabtin oħra sabiex din it-triq ma ssirx one-way, jista' l-Ministru jgħidilna jekk it-talba tar-residenti hijiex se tiġi milqugħa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): M`għandi xejn x`inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "9215.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li bl-ebda mod ma rrid nagħti l-impressjoni li din hija xi problema partikolari għall-ministeru, u peress li naħseb li l-Ministru japprezza li dawn ir-residenti jeħtieġ li jkunu informati dwar x'se tkun il-pożizzjoni tagħhom, jista' jgħidilna eżatt x'se jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, il-pożizzjoni għadha li Triq Borg Olivier fir-Rabat issir one-way, bi qbil mal-kunsill lokali u ma' diversi organizzazzjonijiet oħrajn.", "Hemm ukoll l-impenn li qabel ma din it-triq issir one-way tiġi rranġata wkoll il-bypass ta' l-Imtarfa, almenu fid- direzzjoni mir-Rabat lejn il-Belt.", "Dan ix-xogħol diġa' nbeda u malli jkun lest jitwaħħal is-sinjal tal-one-way fl-imsemmija triq.", "Nispera li f'dak il-mument l-istess Onor. Interpellant, li għamel diversi domandi fuq dan is-suġġett, minflok jieħu l-pożizzjoni ta' dawk li qed jipprotestaw jieħu l-pożizzjoni tar-residenti ta' Triq Borg Olivier.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, 'il hemm minn dak li qed jgħid il- Ministru, jien bħalu nirrapreżenta l-komunita' u ma jagħmilx sens li jgħid li nagħti appoġġ lil naħa u mhux oħra.", "Jidhirli li kienu r-residenti Rabtin kif ukoll il-kunsilliera Dinglin li talbu biex qabel tittieħed deċiżjoni finali jsir eżerċizzju temporanju, fis-sens li t-triq issir one- way bi prova għal xahar.", "In vista li l-Ministru forsi qiegħed jipprova jabbina l-pożizzjoni tiegħi personali ma' dak li jien qed nistaqsi bir- responsabbilta' kollha f'din il-Kamra, nixtieq nistaqsih jekk warrabx kompletament il-proposti li sarulu biex issir din il-prova u ssir evalwazzjoni ta' l-impatt li miżura bħal din tista' tħalli.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, jiena ma warrabt xejn għax il- pożizzjoni dwar Triq Borg Olivier għadha dik li kienet, ċioe' li fil-mument li tiġi fis-seħħ il-one-way din se tkun għal perijodu temporanju.", "Fil-fatt il-kunsill lokali ssuġġerixxa li din it-triq issir one-way għal perijodu ta' tliet xhur biex wieħed ikun jista' jara r-riżultati miksuba.", "Ċertament li l-kunsill lokali tar-Rabat mhuwiex kontra li l-ħruġ issir one-way iżda l- kunsill lokali ta' Ħad-Dingli ma jaħsibhiex l-istess u fil-fatt għamel sottomissjoni biex dan ma jseħħx.", "Din il-pożizzjoni kienet ikkonsidrata, ġiet diskussa ma' l-istess kunsill u dan għadu ta' l-istess fehma li din it- triq ma ssirx one-way.", "Pero' fl-aħħar mill-aħħar id-differenza bejn li tkun membru ta' l- oppożizzjoni u membru parlamentari b'kariga ministerjali hi li finalment il- ministru jrid jerfa' r-responsabbilta' politika u jara li l-bordijiet li jaqgħu taħtu jaslu f'deċiżjoni, għax ma nistgħux noqogħdu ngħidu \"iva\" lil kulmin jagħmel xi protesta.", "Naħseb li l-Onor.", "Farrugia għadda minn din l- esperjenza meta kien ministru; bħalissa għaddej minnha jien u naħseb li jerġa' jgħaddi minnha hu meta jerġa' jkun f'pożizzjoni li jkollu jiddeċiedi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien kelli l-impressjoni li l-Ministru kien irċieva xi petizzjoni mingħand 'il fuq minn 1,200 firmatarju.", "Jiġifieri ma jirriżultalux li d-dipartiment jew il-kunsill irċeva din il-petizzjoni?", "F'dan ir-rigward li kont qed nagħmel riferenza għal dawk iċ-ċittadini Rabtin li rreġistraw nuqqas ta' qbil li t-triq issir one-way.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, inzertajt jien ukoll nirrappreżenta dak id-distrett partikolari u għalkemm naf li kien hemm diversi xniegħat li fir- Rabat kienet qed tinġabar petizzjoni f'dan ir-rigward, safejn naf jien din il-petizzjoni qatt ma waslet fil-ministeru jew fid-dipartiment.", "Żgur li din il-petizzjoni ma rajthiex u naħseb li kieku waslet kont niġi informat biha għax 1,200 huwa numru fih innifsu pjuttost qawwi.", "RABAT - VENDA", "12703.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li minn stħarriġ li sar mill-kunsill lokali tar- Rabat jirriżulta li r-Rabtin mill-ġdid iridu li l-venda ssir fi Triq Santa Rita, jista' l-Ministru jara li jsir it-tibdil neċessarju mill-aktar fis possibbli sabiex ma jkomplix ikun hemm inkonvenjent għar-residenti tal- lokal?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku qed tara kif tista' timplimenta t-talba tal-kunsill lokali li treġġa' lura l-venda tar-Rabat fil-pożizzjoni li kienet qabel, u dan wara l- istħarriġ li sar mill-istess kunsill lokali u wara li l-istess awtorita' kienet ċaqalqet il-venda fuq talba ta' l-istess kunsill.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ma nafx jekk il-Ministru jistax ikun aktar preċiż u jagħti target date, jew almenu jgħidilna meta jaħseb li finalment il-venda se tmur fil-post oriġinali, ħalli ċ-ċirkostanzi li huma ta' diffikulta' għall-istess komunita' jiġu rrimedjati mingħajr aktar telf ta' żmien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, il-ġimgħa li għaddiet kelli l-okkażjoni nispjega dwar l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet min-naħa tal-public transport authority.", "F'dan il-każ partikolari l-awtorita' dwar it-trasport puibbliku faċilment tista' tgħid li l-kunsill lokali l-ewwel talabha tneħħi l-venda minn post biex tagħmilha f'post ieħor, hi aċċettat li tagħmel dan bi ftehim ma' l-assoċjazzjoni tas-sidien tal-karrozzi tal- linja, iżda wara survey li sar ħareġ li l-maġġoranza kbira tan-nies jaqblu li jsir mill-ġdid it-trasferiment tal-venda għal Triq Santa Rita.", "Naturalment l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku kellha bilfors terġa' tibda diskussjonijiet ġodda ma' l-assoċjazzjoni tas-sidien mhux biss fuq il- pożizzjoni tal-venda imma anke dawn l-arranġamenti li kienu saru bħala konsegwenza tal-bidla minn Triq Santa Rita għal fuq is-Saqqajja.", "Dawn id- diskussjonijiet għadhom għaddejjin u nispera li jkunu lesti fi żmien qasir.", "Nista' ngħid li l-assoċjazzjoni tas-sidien qiegħda toġġezzjona għall- bidla mill-ġdid tal-venda u fl-istand li qed tieħu hija msaħħa mill-fatt li n-numru ta' passiġġieri li jużaw is-servizz dan l-aħħar żdied konsideralment.", "Imma peress li hemm it-talba tal-kunsill lokali tar-Rabat u hemm ix-xewqa tar-residenti, m'hemmx dubju li din id-deċiżjoni trid tiġi implimentata fl-iqsar żmien possibbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru ma speċifikax meta hu l-iqsar żmien possibbli, jista' jagħti l-każ li kemm-il darba ma jkunx hemm qbil f'dawn in-negozjati l-materja tkompli titwal?", "Jew hemm xi żmien partikolari li jekk l-arranġamenti ma jintlaħqux, il-ministru se jara li l- venda tmur lura f'St. Rita Street?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, ix-xewqa tal-maġġoranza tan-nies li wieġbu għall-kwestjonarju tal-kunsill lokali tar-Rabat hija li l-venda tirritorna fejn kienet qabel imma mbagħad hemm il-minoranza li qegħdin jipprotestaw bil-maqlub.", "Naturalment id-deċiżjoni li tiġi implimentata hija dik tal-maġġoranza.", "Huwa inutli li ngħid li sa l-10 ta' Frar din il- venda se tkun irritornat lura fil-post il-qadim meta naf bid- diskussjonijiet li għaddejjin u bid- diffikultajiet li nħolqu proprju minħabba l-fatt li kien hemm bidla deċiżjonali f'perijodu hekk qasir ta' żmien.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar assistenti diretturi maħtura fid-dipartimenti tal-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13397.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt ta' ħatra ta' manager responsabbli mit-tindif ta' l- isptarijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13103.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIFUĠJATI", "REFUGEES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-31 ta' Jannar, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR.", "SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, il-bieraħ fid-diskors tiegħu l- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici qal li dan l-abbozz ta' liġi għandu jagħmel distinzjoni netta bejn dawk il-persuni li qed ifittxu asil u dawk li għandhom status ta' refuġjati, u fil-fatt nikkondividi għal kollox dan l- istatement li għamel l-Onor.", "Membru.", "Segwejt ukoll id-diskors ta' l-Onor.", "Bartolo b'interess kbir għaliex fid- diskors tiegħu huwa rnexxielu jinkwadra dan l-abbozz ta' liġi fix-xena internazzjonali filwaqt li tana overview verament wiesgħa ta' x'inhu faqar, u anke ta' x'inhuma d-doveri u d-drittijiet tagħna bħala soċjeta` li tifforma parti mill-umanita`.", "Min-naħa tiegħu waqt li kien qed jintroduċi din il-liġi, il-Ministru Tonio Borg qal li abbozz ta' liġi bħal dan iqanqal ħafna emozzjoni, u naħseb li dan bir-raġun għaliex ikolli nammetti li jien waħda minn dawk li meta nkun qed nisma' xi diskussjoni dwar dan il-qasam nispiċċa nlissen il-kliem \"imsieken\" u \"jaħasra\" għal dawk il-persuni li qed jgħixu fostna, iktar u iktar għaliex rajt b'għajnejja stess li dawn qed jgħixu ħajja li hija nieqsa għal kollox mid-dinjita` u minn kondizzjonijiet li aħna li ngħixu f'pajjiżi żviluppati u demokratiċi neħduhom tant for granted.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi qafas legali għar-refuġjati u għal dawk il-persuni li qed ifittxu asil f'pajjiżna, u dan huwa meħtieġ li jsir mill-iktar fis possibbli għaliex irridu nkunu konsistenti f'dak kollu li nagħmlu għal dawn il-persuni, iktar u iktar meta nafu li din il-problema mhux talli m'hijiex se tisparixxi imma talli milli jidher iktar se tikber, kif smajna lill-Onor.", "Bartolo jgħidilna l-bieraħ.", "Wara kollox din hija problema li ilna nħossuha għal ħafna snin u għalhekk jeħtieġ li nindirizzawha qabel ma tkompli tikber.", "Minkejja li pajjiżna huwa żgħir u għandu bosta limitazzjonijiet, il-poplu Malti u Għawdxi għandu qalb verament kbira, u jien m'iniex qed ngħid dan bi ftaħir imma għaliex hemm fatti konkreti li juru li dan il-poplu, peress li jemmen bis-sħiħ fid- drittijiet fundamentali tal-bniedem u fil-prinċipji tas-solidarjeta`, dejjem irnexxielu jwettaq id-doveri tiegħu f'dan il-qasam, anke internazzjonalment.", "Quddiemna għandna abbozz ta' liġi li qed iġib l-istint naturali għall-protezzjoni personali u nazzjonali f'konfront dirett mal- prinċipji u mal-konċetti nobbli ta' l-umanita`, tal-ħniena u ta' l- għajnuna, li m'għandix dubju li aħna, li lkoll kemm aħna niftaħru li nemmnu fihom, nipprattikawhom ukoll.", "Diġa' għedt illi ntqal li abbozz ta' liġi bħal dan iqanqal ħafna emozzjoni, u fil-fatt jien naħseb li l-emozzjoni ma kenitx nieqsa waqt dan id-dibattitu għaliex kull min għamel l-intervent tiegħu tkellem b'ċerta dieqa fuq in-numru kbir ta' persuni li jkunu kostretti li jabbandunaw lil art twelidhom, lill-familji tagħhom u lil dak kollu li jkunu ħadmu għalih matul ħajjithom u jibdew ħajja ġdida f'pajjiż ieħor, li ħafna drabi jkollu kultura differenti għal kollox minn dik ta' pajjiżhom.", "Hawn m'aħniex qed nitkellmu dwar persuni li qed ikollhom jaħarbu minn pajjiżhom b'kapriċċ jew inkella biex ifittxu ġejjieni aħjar imma qed nitkellmu dwar persuni li huma kostretti li jaħarbu minn pajjiżhom jew minħabba persekuzzjoni politika, jew minħabba persekuzzjoni reliġjuża jew inkella minħabba li jkun hemm theddida għal ħajjithom u għal dik tal-familjari tagħhom, u għalhekk qed jaħarbu minn pajjiżhom biex ikollhom ġejjieni.", "Hawnhekk lanqas m'aħna qed nitkellmu dwar persuni li qed taħkimhom xi biża' immaġinarja imma qed nitkellmu dwar persuni li l-biża' li qed taħkimhom hija msejsa fuq ir- realta`, jiġifieri dan huwa well-founded fear.", "Mr Speaker, m'ilux wisq li konna qed insegwu minn fuq is-settijiet tat-television x'kien kien qed iseħħ f'pajjiżi mhux 'il bogħod ħafna minna, u hawn qed nirriferi għal dak li kien qed iseħħ fl-Albanija, fil-Kosovo u fir-reġjuni ta' l-ex- Jugoslavja.", "Fi żmenijiet oħra aħna segwejna wkoll dak li kien għaddej f'partijiet oħra tad-dinja fejn stajna naraw b'għajnejna x-xeni ta' terrur, ta' massakri u ta' ħruxija mingħajr rażan, liema xeni kważi kważi jwassluk biex tikkonkludi li l-bniedem jaf ikun agħar mill-annimal għaliex minkejja li għandu r-ruħ, ir-raġuni u l-emozzjonijiet tiegħu xi kultant, bl-atti li jagħmel, tibda tiddubita jekk il-bniedem huwiex magħmul differenti mill- annimal.", "Fuq il-gazzetti kemm-il darba rajna ritratti u stejjer ta' qtil, ta' tortura, ta' ġenoċidju u ta' stupru, u hawn ta' min ifakkar li dawn l- atti ma jsirux biss fuq l-adulti imma jsiru wkoll fuq it-tfal u t-trabi.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li l-poplu Malti u Għawdxi, meta ra u sema b'dawn il-ħruxijiet, mhux biss iddispjaċieh għal dawn il-persuni li kienu qed ibatu imma ma naqasx ukoll milli jdaħħal idejh fil-but biex jagħtihom kontribut finanzjarju, kif wara kollox kien xieraq.", "Jien għadni niftakar li meta fis-snin sebgħin kienu ġew Malta numru ta' Asjatiċi wara li tkeċċew mill-Uganda fi żmien il-mexxej Idi Amin aħna lqajniegħhom b'dirgħajna miftuħa - fil-fatt uħud mit-tfal tagħhom kienu jattendu fl-iskola fejn kont ngħallem jien dak iż-żmien - u huma għexu f'pajjiżna għal diversi snin sakemm il-maġġoranza tagħhom reġgħu marru lejn pajjiż ieħor.", "Meta Malta ffirmat il-konvenzjoni ta' l-1951 u l-protokol ta' l-1967 il- Gvern Malti kien għażel li japplika l-limitazzjoni ġeografika, kif inhu permess li jsir, u għalhekk l-obbligazzjonijiet ta' Malta kienu limitati biss għal dawk il-persuni ġejjin mill-Ewropa.", "Pero` fil-verita` pajjiżna ta protezzjoni lil persuni li huma ġejjin minn kull parti tad-dinja u meta Malta saret firmatarja mhux biss irrikonoxxejna l-istatus tar-refuġjati imma wkoll assumejna ċerti responsabbiltajiet fil-konfront tagħhom.", "Madanakollu l-obbligazzjonijiet li assuma l-Gvern ta' Malta f'dan il-qasam sal-lum għadhom qatt ma ġew inkorporati f'qafas legali u kull min jiġi jfittex ir-refuġju fi gżiritna qed ikun soġġett għal dak li hemm fl-Att dwar l-Immigrazzjoni ta' l-1972.", "Tul dawn l-aħħar għaxar snin aħna rajna resqin lejn Malta persuni li huma ġejjin minn pajjiżi bħall-Iraq, l- Alġerija, is-Sudan, il-Palestina, is-Somalia u bil-ġrajjiet li rajna jseħħu fil-Lvant ta' l-Ewropa matul dawn l-aħħar snin in-numru ta' persuni li ġew lejn Malta minn dawn l-inħawi spara 'l fuq.", "Fil-fatt l-emigrazzjoni minn ċerti pajjiżi u l-immigrazzjoni f'pajjiżi oħrajn huma fenomenu tas-seklu 20 li affettwa lid-dinja kollha, u Malta, bħala pajjiż li jifforma parti minn dinja ħielsa, ma jistax jonqos li tkun effettwata wkoll minn dan iċ-ċaqliq.", "Hawnhekk ta' min jgħid li filwaqt li fl-1970 kien hemm inqas minn tliet miljun refuġjat mad-dinja kollha, il- bieraħ smajt lill-Onor.", "Bartolo jgħid li din iċ-ċifra sparat 'il fuq għal madwar 23 miljun, għalkemm jien qrajt li llum din tlaħħaq anke t-30 miljun.", "Dan biex ma nsemmux ukoll li hemm numru kbir ieħor ta' nies li ma jinsabux f'art twelidhom u li għadhom ma ssettiljawx f'pajjiż ieħor, jiġifieri la nistgħu nikkalkolaw il-movimenti tagħhom u wisq inqas l-effetti li se jħallu l-movimenti tagħhom.", "Tletin sena ilu l-maġġoranza tar-refuġjati kienu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Afrika u ta' l-Asja, pero` llum anke l- Ewropa qiegħda fiċ-ċentru ta' din il-problema globali.", "Meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Gavin Gulia ma rreżistiex għat- tentazzjoni li joħloq battuta politika anke fuq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u qal li l-gvern preżenti dan l-abbozz qed iressqu biex jobdi l-ordnijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ngħid il-verita`, waqt li kien qed jitkellem l-Onor.", "Gulia kont fil-librerija tal-parlament pero` xorta waħda stajt ninnota li kien qed jgħid dan b'ċerta tbissima, donnu hu stess irrikonoxxa li ormai issa saret konswetudini li għal kull ħaġa li jressaq il-gvern quddiem din il-Kamra tqum l-oppożizzjoni u tgħid li l-gvern qed jagħmel hekk minħabba li dak huwa d-digriet li ngħata minn Brussels.", "Jien ngħid li domna naħsbuha mhux ħażin f'dan biex nonoraw l-obbligazzjonijiet tagħna u ninkorporaw fil-liġi d-drittijiet tar-refuġjati kif ukoll il- mekkaniżmi li aħna bħala pajjiż għandna nadottaw, u f'dan l-abbozz ta' liġi qed nonoraw dak li jmissna ilna li onorajna, jiġifieri qed nifformalizzaw dak li fil-prattika ilu jseħħ.", "B'dan l-abbozz ta' liġi aħna se nkunu qed nagħmlu pass biex indaħħlu lil pajjiżna f'sistema li hija bbażata fuq ir-rieda tajba, fuq id-diskrezzjoni u fuq is-sentiment tal-ħniena, u se nkunu mexjin lejn sistema li toffri protezzjoni legali u tiggarantixxi d-drittijiet bażiċi tar-refuġjati u ta' oħrajn li qed ifittxu l-asil.", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni jaqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi minkejja li smajna lil diversi legalisti min-naħa ta' l- oppożizzjoni jħeġġu li għandna nżommu ċerta kawtela u prudenza biex ma niftħux il-bibien tagħna għal problemi ikbar minn dawk li nifilħu għalihom.", "Fil-fatt jien ma naqbilx ma' diversi punti li huma għamlu, pero` kulħadd qed jaqbel illi jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn l-obbligazzjonijiet li għandna fix-xena internazzjonali u bejn l-interessi nazzjonali tagħna, li huma ġustifikati wkoll, u naħseb li dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi kompromess f'dan is-sens.", "Mr Speaker, xi ftit tal-jiem ilu l-Onor.", "Helena Dalli u jien konna mistednin għal programm fuq stazzjon tar-radju proprju biex nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Kont naf li hawn ħafna Maltin li għandhom riżervi kbar dwar x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi ta' abbozz ta' liġi bħal dan, anke mill-ittri li jinkitbu fuq il-gazzetti u mill-programmi lokali televiżivi u radjofoniċi, pero` qatt ma stennejt dik iż-xenophobia kollha li ġiet espressa minn uħud mis-semmiegħa li ċemplu matul il-programm, iktar u iktar meta kkonsidrajt fuq liema stazzjon tar-radju kien qed jixxandar.", "Jidher ċar li l-preżenza tar-refuġjati fostna minn uħud minna hija meqjusa bħala theddida għas-soċjeta` Maltija, forsi għax jibżgħu li ġaladarba ngħaddu abbozz ta' liġi bħal dan jibdew ġejjin f'pajjiżna gzuz ta' rifuġjati.", "Fil- fatt uħud minn dawk li ċemplu waqt il-programm qalulna li jekk ngħaddu liġi bħal din se nispiċċaw biex ikollna naqbżu l-baħar għax ma jkollniex iktar spazju fejn noqogħdu u fejn nimxu, filwaqt li oħrajn esprimew il-biża' li mhux se jkollna servizzi u mpjiegi biżżejjed u li dawn il-barranin se jkunu ta' piż fuq l-ekonomija tagħna, speċjalment fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni u fuq dak tas-saħħa.", "Ikun interessanti jekk wieħed jgħid li kien hemm min issuġġerixxa saħansitra li għandna nilleġislaw sabiex ma nħallux lill- barranin jingħataw refuġju u protezzjoni hawn Malta.", "Matul dan il-programm smajna l-frażi \"charity begins at home\" kemm-il darba u kien hemm min anke qal li aħna l-membri ta' din il-Kamra ma nafux x'qegħdin nagħmlu jekk se napprovaw abbozz ta' liġi bħal dan.", "Ta' min isemmi wkoll lil dak il-wieħed li ċempel u kien aggressiv u insolenti ħafna lejn semmiegħa li kkwotat il- vanġelu.", "Mr Speaker, jien u sħabi l-membri ta' dan il-parlament kollha nifhmu t- tħassib ta' pajjiż żgħir bħal tagħna f'ċirkostanzi bħal dawn, iktar u iktar meta nafu li anke l-pajjiżi l-kbar għandhom ċerti riżervi fuq id-dħul ta' numru kbir ta' persuni barranin f'pajjiżhom, partikolarment meta dawn jidħlu f'pajjiż b'ta' fuqhom senduqhom.", "Madanakollu jkun tajjeb jekk nifhmu li, kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici l-bieraħ, aħna m'aħniex se niftħu l-bibien tagħna biex kulmin ikun irid jidħol, ikun jista' jidħol u kif qal l-Onor.", "Herrera, lanqas se nagħtu carte blanche lil kulmin jiġi hawn Malta biex igawdi minn dak li se tkun tippermetti din il-liġi.", "Fil- fatt ikun tajjeb jekk nenfasizzaw il-fatt li se jkun hemm kummissarju tar- refuġjati li se jiddeċiedi jekk persuna hijiex refuġjata jew le u l-liġi se timponi test iebes biex tistabilixxi l-istatus ta' refuġjat, liema test se jkun meħud kelma b'kelma mill-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda u se jkun ibbażat fuq il-well-founded fear li semmejt iktar kmieni matul id-diskors tiegħi.", "Għalhekk peress li l-kummissarju se jkollu xogħol ta' responsabbilta` kbira, l-għażla ta' din il-persuna se ssir bl-iktar mod għaqli.", "Mr Speaker, kien hemm min qal f'din il-Kamra li forsi jkun aħjar jekk ma ġġorrx din ir-responsabbilta` kollha persuna waħda.", "Jekk niftakar sew, il- Ministru Borg ta spjegazzjoni dwar ir-raġuni li għaliha dan l-abbozz ta' liġi qed joħloq il-kariga ta' kummissarju u mhux ta' kummissjoni, u hawn wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll tal-fatt li din il-persuna se jkollha lil diversi consultative bodies biex jgħinu fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Ta' min jgħid ukoll li se jitwaqqaf bord ta' l-appell sabiex kemm l-applikant kif ukoll il-ministru responsabbli mill-immigrazzjoni jkunu jistgħu jagħmlu appell jekk kemm-il darba jħossu li d-deċiżjoni li jkun ħa l-kummissarju ma tkunx tajba.", "Huwa importanti ħafna li kull min ikun qed japplika biex jingħata refugee status jiġi mgħarbel sew u li kull applikazzjoni tiġi vetted bl-ikbar reqqa, pero` biex dan isir filwaqt li min ikun qed jagħmel dan il-vetting ma jridx ikun maħkum minn ċerta emozzjoni żejda, min-naħa l-oħra għandu jkollu sens ta' umanita` u ta' sensittivita`.", "Mr Speaker, subklawsola (2) ta' klawsola 8 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid li persuna li tkun qed tfittex li tingħata refugee status għandha tiltaqa' mal-kummissarju fi żmien ġimgħa.", "Dan żgur li se jgħin biex dawn il-persuni ma jibqgħux jgħixu fil-limbu iktar milli jkun hemm bżonn, pero` jekk m'iniex sejra żbaljata jidhirli li dan l-abbozz ta' liġi ma jistabilixxix it-terminu ta' żmien li fih għandu jieħu d-deċiżjoni l- kummissarju.", "Ta' min jgħid ukoll li kull min jasal f'pajjiżna u jitlob l- asil se jkollu d-dritt għal intervista minn uffiċċjal ta' l-immigrazzjoni malajr kemm jista' jkun filwaqt li għandu jkun mgħarraf bid-drittijiet li għandu, u hekk għandu jkun, pero` jien ma' dan inżid xi ħaġa oħra u ngħid li dawn in-nies ma jkunux jeħtieġu biss persuni li jgħinuhom fuq bażi legali imma jkunu jeħtieġu wkoll persuni mħarrġa fil-qasam psikoloġiku għaliex dawn ikunu għaddejjin minn trawma kbira.", "Fil-fatt dawn ikunu telqu minn pajjiżhom b'biża' kbir u hekk kif jaslu hawn Malta jibqgħu mbeżżgħin għaliex ikunu għadhom ma jafux x'se jsibu ma' wiċċhom u kull persuna li jaraw toħolqilhom element ta' biża' għaliex huma ma jkunux jafu x'se tkun ir-reazzjoni tagħha.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar id-dritt ta' mpjieg għar-refuġjati.", "Ta' min ifakkar li l-Kostituzzjoni ta' Malta, f'subartiklu (1) ta' artiklu 1, tiddikjara li:", "\"Malta hija Repubblika demokratika bbażata fuq ix-xogħol u fuq ir- rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' l- individwu.\".", "Illum huwa fatt magħruf minn kulħadd li x-xogħol mhux biss jagħti mezz t'għajxien lill-bniedem imma jagħtih ukoll dinjita` u motivazzjoni.", "Matul dan id-dibattitu smajna lill-membri ta' l-oppożizzjoni jagħmlu battuta dwar is-sitwazzjoni tal-qgħad hawn Malta, fosthom lill-Onor.", "Gulia li qal illi ngħidu x'ngħidu l-qgħad qed jiżdied.", "Jien diġa' għedt u se nerġa' ngħid għal darb'oħra li l-ebda statistika ta' qgħad m'hi ġustifikabbli għax wara kull statistika hemm persuna u l-probabbilta` hi li wara kull persuna hemm familja sħiħa, pero` hawn ikolli ngħid illi l-istatistika turi li kontra t- trends tas-soltu, f'Diċembru ċ-ċifra ta' qgħad niżlet 'l isfel, u bla ebda dubju ċ-ċifra ta' qgħad ta' 5.3% m'hijiex meqjusa bħala waħda għolja ħafna.", "Fil-fatt hemm pajjiżi oħra b'ċifra ta' qgħad li tammonta għad-doppju tagħna u dawn xorta waħda qed iżommu numru kbir ta' refuġjati.", "Hawn wieħed irid jammetti wkoll li f'Malta għandna diversi ċittadini Maltin li jirrifjutaw illi jagħmlu ċertu xogħol għaliex iqisuh ta' strapazz jew inkella li m'huwiex tal-qagħda tagħhom u jiddispjaċini ngħid li xi kultant jidhirli li jkun hemm min jesaġera meta jiġi biex jagħżel x'tip ta' mpjieg ikun irid.", "F'Malta daħlet ukoll kultura ta' xogħol illegali li lkoll nafu biha u filwaqt li xi kultant jinqabdu wħud jaħdmu bla permess, kif qal l-Onor.", "Herrera, jekk wieħed imur fil-postijiet tad-divertiment, fil-lukandi jew f'postijiet li fihom ikun qed isir xogħol ta' kostruzzjoni jsib numru sostanzjali ta' nies li jkunu qed jaħdmu b'mod illegali u li jkunu qed jiġu sfruttati minn min ikun qed iħaddimhom.", "Mhux l-ewwel darba li smajna b'każijiet ta' ħaddiema li għax ikollhom bżonn l-iktar affarijiet bażiċi biex jgħixu jkollhom jaħdmu sigħat twal b'kondizzjonijiet mill-agħar u jiġu mħallsa bi ftit ċenteżmi, meta jiġu mħallsa.", "Fil-fatt dawn il-ħaddiema ma jgawdu mill-ebda benefiċċju u hawnhekk nasal biex ngħid li dawn jifformaw parti mill-skjavitu` moderna.", "F'Malta hawn nies barranin li għamlu snin twal ta' studju, li għandhom potenzjal li aħna għadna lanqas biss nafu bih u li f'pajjiżhom kienu professjonisti, pero` meta ġew f'pajjiżna bit-tama li jsibu futur hawnhekk huma spiċċaw jaħslu l-platti u jagħmlu l-iktar xogħol li jirrikjedi strapazz.", "Fil-fatt dawn jgħidulek li m'għandhomx għażla u ma jistgħux jgħixu mod ieħor, kif tgħid dik il-frażi li jien tant nobgħod \"beggars can't be choosers\".", "Għalhekk dawn jispiċċaw f'sitwazzjoni fejn jekk jimirdu ma jaħdmux u jekk ma jaħdmux ma jaqilgħux x'jieklu u jibqgħu bil-ġuħ.", "Naturalment dan jistgħu jagħmluh biss għal ftit żmien għaliex imbagħad jew jispiċċaw biex jittallbu jew jirrikorru għand xi għaqda volontarja biex tgħinhom jew inkella jkollhom jiksru l-liġi.", "Min- naħa tagħna, aħna l-Maltin meta nisimgħu li xi ħadd barrani kiser il-liġi nibdew naħsbu li dawn kollha huma l-istess, speċjalment meta dawn il- barranin ikunu ġejjin minn pajjiżi li m'humiex Ewropej.", "Mr Speaker, il-Ministru Borg qal li madwar 80% tar-refuġjati li għandna f'pajjiżna għandhom impjieg u li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi mil-lum 'il quddiem ir-refuġjati se jitħallew jaħdmu permezz ta' regolamenti li jkun hemm qbil dwarhom, imma madanakollu dan l-abbozz ta' liġi lir- refuġjati mhux se jipprovdilhom id-dritt għax-xogħol u l-permess biex dawn il-persuni jingħataw ix-xogħol se jibqa' fid-diskrezzjoni tal-ministru ta' l-intern bi ftehim mal-ministru li huwa responsabbli mill-impjiegi.", "Issa wieħed jista' jifhem għaliex il-ministru ta' l-intern se jkollu din id- diskrezzjoni; għaliex l-awtoritajiet ċivili jibżgħu li jekk ix-xogħol isir dritt legali għar-refuġjati, dan iħajjar lil ħafna refuġjati biex jiġu hawn Malta.", "Mill-banda l-oħra wieħed jista' jifhem ukoll it-tħassib li għandhom l-għaqdiet volontarji li tant ħadmu biex dan l-abbozz ta' liġi jitressaq quddiem il-parlament, u dan għaliex huma jistgħu jbassru minn issa li kull meta ċ-ċifra tal-qgħad ta' pajjiżna tibda tiela' l-ewwel m'huma se jbatu huma r-refuġjati.", "Jekk aħna se noffru refuġju legali rridu naraw li bħala pajjiż nimxu kif jixraq, anke jekk inkunu taħt ċirkostanzi differenti, għaliex ir-refuġjati li jgħixu f'pajjiżna jrid ikollhom mezz ta' għajxien.", "Jekk aħna rridu verament li nagħtu lir-refuġjati ta' pajjiżna l- possibbilta` li jibnu ħajja ġdida rridu nagħtuhom id-dritt għax-xogħol, u jekk ma naslux biex nagħtuhom id-dritt għax-xogħol almenu rridu nagħtuhom id-dritt għall-għajnuna soċjali.", "Jeħtieġ li neliminawha l-mentalita` li kull min jitlob refuġju hawn Malta u t-talba tiegħu tiġi aċċettata, jiġifieri jiġi aċċettat bħala refuġjat, għandu jkompli jgħix bil-karita`, bil-loqom u bir-rieda tajba ta' ħaddieħor, u r-refuġjati għandhom jiġu pprovduti mezz ta' għajxien għaliex inkella wisq nibża' li iktar inkunu qed noħolqu problemi milli nsolvu.", "Issa se ngħaddi biex nagħmel punt ieħor li m'għandix dubju li l-ministru se jitkellem fuqu fil-winding-up, u jien napprezza ħafna jekk huwa jagħmel dan għaliex forsi jkun jista' jiċċarahuli.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn subklawsola (2) ta' klawsola 11 isib li din tgħid hekk:", "\"Il-membri dipendenti tal-familja ta' persuna dikjarata bħala rifuġjat li jkunu qegħdin Malta filwaqt tad-dikjarazzjoni jew li jingħaqdu magħha f'Malta, ikollhom l-istess drittijiet u benefiċċji bħar- rifuġjat innifsu.\".", "Meta qrajt din is-subklawsola jien fhimtha li persuna li tkun ġiet iddikjarata bħala refuġjata se jkollha dritt iġġib lill-familja tagħha f'pajjiżna wkoll, pero` milli jidher fhimt ħażin għaliex il-Ministru Borg, fid-diskors tiegħu, qal li kien hemm min qed jikkritika dan l-abbozz ta' liġi minħabba li jħoss illi dawk il-persuni li jiġu ddikjarati bħala refuġjati għandu jkollhom ukoll id-dritt li jġibu lill-familji tagħhom hawn Malta.", "Matul dan id-dibattitu kemm-il darba tqajjem il-punt dwar kemm huwa importanti li l-familja tkun unita u għalhekk naħseb li r-refuġjati għandhom ukoll jingħataw id-dritt li jġibu lill-familja immedjata tagħhom f'pajjiżna, l-iktar jekk ikunu se jdumu jgħixu hawn Malta għal diversi snin.", "F'ittra li dehret fuq il-gazzetta l-ġimgħa li għaddiet intqal li jekk ir-refuġjati jingħataw id-dritt li jġibu lill-familja tagħhom hawn Malta, in-numru ta' barranin li jgħixu f'pajjiżna tant jikber li l-Maltin ikollhom ifittxu art oħra, imma madanakollu jien nibqa' nsostni li d-dritt tal-familja ta' kull wieħed u kull waħda minna għandu jiġi rispettat dejjem.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll il-fatt li ġeneralment ir-refuġjati jagħmlu biss ftit snin jgħixu f'pajjiżna għax imbagħad imorru jgħixu f'pajjiżi oħra li huma kapaċi joffrulhom opportunitajiet ikbar u aħjar minn dawk li jista' joffrilhom pajjiżna.", "Hawn ta' min iżid jgħid li meta s- sitwazzjoni ta' pajjiżhom titjieb ir-refuġjati jkollhom seba' mitt sena biex jerġgħu jmorru jgħixu f'pajjiżhom.", "Mr Speaker, minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' pajjiżna aħna bilfors naraw moviment qawwi ta' nies, u sfortunatament matul dawn l-aħħar snin rajna diversi każijiet ta' traffikar ta' nies.", "Fil-fatt l-introjtu li qed tħalli din l-industrija illegali qed tegħleb saħansitra l-industrija tat- traffikar tad-droga.", "Jien naqbel li għandna nkunu konxji kontinwament tal- limitazzjonijiet naturali u ekonomiċi li għandu l-pajjiż u li għandna nieħdu ċerta kawtela u nżommu ċerta prudenza, pero` min-naħa l-oħra m'għandniex nibqgħu lura milli nipprattikaw dawk il-prinċipji li ngħidu li nemmnu fihom issa li wasal iż-żmien - u jien ngħid li messu ilu li wasal dan iż-żmien - li ninkorporaw l-obbligazzjonijiet li għandna vis-a-vis ir- refuġjati fil-liġijiet tagħna.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ningħaqad mal-membri kollha ta' din il-Kamra u nirringrazzja lill-għaqdiet volontarji kif ukoll lill-individwi kollha li ħadmu tul is-snin sabiex seta' jitressaq dan l- abbozz ta' liġi quddiem il-parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, ma nistax nibda dan id-diskors mingħajr ma qabel xejn infaħħar il-provvedimenti ta' dan l-abbozz ta' liġi, liema abbozz ta' liġi huwa ta' sinifikat konsidervoli għaliex qed ipoġġi f'ambitu` legali dak li kien qed jiġri diġa' filwaqt li qed jagħraf x'inhuma d-drittijiet tar-refuġjati, fosthom id-dritt ta' appell minn dawk id-deċiżjonijiet li jittieħdu fir-rigward tagħhom stess.", "Hija verament xi ħaġa ta' min ifaħħarha li għalkemm żgħir, pajjiżna qed joħroġ l-id tas- solidarjeta` għal dawk il-persuni legalment ikkonsidrati bħala persuni li jkunu qed ħarbu minn xi forma ta' persekuzzjoni politika, reliġjuża jew nazzjonali f'pajjiżhom, li anke tista' twassal biex serjament tipperikola l- ħajja tagħhom u tal-membri tal-familji tagħhom.", "Il-Gvern Malti, minkejja li ma kienx marbut legalment li jagħmel dan, diġa' kien qed jippermetti lir- refuġjati li jagħmlu użu mill-isptarijiet tagħna u mill-iskejjel tagħna, kif ukoll kien qed jagħtihom ċerti benefiċċji soċjali pero` issa b'dan l- abbozz ta' liġi huma se jkollhom dritt għal dan kollu.", "Issa hawnhekk ta' min ifakkar li l-pajjiżi li jkunu ġejjin minnhom dawn ir-refuġjati ma jkunux iħaddmu sistemi demokratiċi imma jkunu jħaddmu sistemi pjuttost totalitarji u ħorox, u minħabba li ma jkunux jaqblu mad- dittaturi ta' pajjiżhom, dawn ir-refuġjati jkollhom jaħarbu minn hemmhekk għaliex ikunu ċerti li jekk ma jagħmlux dan jitfgħuhom f'xi ħabs jew inkella jqaċċtulhom rashom.", "Għalhekk dawn ma jkollhomx għażla oħra ħlief li jmorru jfittxu l-ġejjieni tagħhom f'pajjiż li jkun ġdid għalihom u li ma jkunux jafuh, liema pajjiż ġeneralment lanqas biss ikun iħaddan l-istess kultura li jkunu twieldu u għexu fiha huma.", "Bir-raġun kollu l-ewwel ħsieb li jiġihom f'moħħhom dawn il-persuni huwa li jridu jerġgħu jibdew ħajjithom mill-ġdid għaliex f'pajjiżhom ikunu tilfu kollox, u għalhekk huwa xieraq li pajjiżna jkun solidali b'kull mod possibbli ma' dawn in-nies, ġaladarba jiġu ddikjarati bħala refuġjati mill-ministru u mill-kummissarju tar- refuġjati li se jwaqqaf dan l-abbozz ta' liġi, u dan sakemm f'pajjiżhom jgħaddu l-perikli kollha u jkunu jistgħu jirritornaw lura lejn art twelidhom.", "Mr Speaker, sa xi erba' jew ħames snin ilu jien kont naħdem bħala tabib mal-gvern u fil-fatt għamilt sentejn nieħu ħsieb ir-refuġjati mil-lat mediku.", "Niftakar li dak iż-żmien kelli taħt il-ħarsien tiegħi xi 500 refuġjat, il-maġġoranza l-kbira tagħhom kienu ġejjin mill-Iraq - għaliex peress li ħafna minnhom kienu nsara, kienu ħassew li ħajjithom kienet mhedda taħt it-tmexxija ta' Saddam Hussein - għalkemm kien hemm nies oħra li kienu ġejjin mis-Sudan u mill-Etjopja u saħansitra oħrajn li kienu ġejjin mill-ex-Jugoslavja.", "Ta' min jgħid li għalkemm dawn in-nies kienu grati ħafna lejn il-poplu Malti u lejn il-Gvern ta' Malta għall- opportunitajiet li offrielhom, fosthom għall-opportunita` li tahom illi jgħixu f'pajjiżna u li jiġu kkurati u edukati b'xejn, dawn kienu qed isibu diffikultajiet kbar biex imantnu lilhom infushom u lill-familji tagħhom, iktar u iktar għaliex ħafna mir-refuġjati rġiel diġa' kellhom bejn il-50 u l-55 sena u kellhom il-mara u xi żewġ jew tlett itfal.", "Huwa veru li ħafna minn dawn ir-refuġjati kienu qegħdin Malta sakemm jingħataw il-visa biex imorru l-Istati Uniti jew il-Kanada - u fil-fatt illum minn madwar 500 refuġjat baqa' biss xi 150 -, pero` dawn ħafna minnhom damu xi tlieta, erba' jew ħames snin hawn Malta u matul dak il-perijodu kienu jiddependu totalment mill-għajnuna li kien jagħtihom il-gvern, mill-kummissjoni ta' l- emigranti, li kienet tipprovdielhom il-postijiet fejn joqogħdu u x'jilbsu u minn dak li jagħtuhom in-nies.", "Għalhekk huwa tajjeb li dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti lill-ministru d-dritt li joħroġ work permit lir-refuġjati biex dawn li jkunu se joqogħdu f'pajjiżna għal ċertu tul ta' żmien ikunu jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom, speċjalment jekk dawn ikollhom familja, kif inhu tajjeb ukoll li l-ministru qed jingħata d-dritt li joħroġ ċerti regolamenti biex jekk jirriżulta li jkun qed jitwettaq xi abbuż, dan ikun jista' jiġi kkontrollat mal-ewwel.", "Madanakollu jien naħseb li ġaladarba nkunu aċċettajna lil dawn il-persuni f'pajjiżna bħala refuġjati, għandna wkoll nagħtuhom id-dritt li jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "Il-bieraħ meta kien qed jitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi l-Onor.", "Evarist Bartolo semma ż-xenophobia, li hija biża' esaġerata minn dak kollu li huwa barrani, u ż-xenophilia, li hija mħabba żejda għal dak li huwa barrani.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Membru, la għandek tmur f'estrem u lanqas għandek tmur fl-estrem l-ieħor.", "Madanakollu waqt li kont qed nisma' lill- Onor. Bartolo jgħid dan il-kliem jien staqsejt bejni u bejn ruħi: F'Malta min qed irewwaħ ċerti elementi ta' xenophobia?", "Hawnhekk jaqblilna noqogħdu attenti għax, fl-opinjoni tiegħi, dan il-ħafna agħjat u storbju li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea se jiġu n-nies ma nafx minn fejn u jeħdulna xogħolna huwa kollu trewwiħ biex in-nies jaqgħu f'xenophobia.", "Issa dan m'hu minnu xejn għaliex ir-realta` turi li f'dan il-każ iċ-ċaqliq ikun biss ta' xi 1%, u dan iċ-ċaqliq iktar ikun minn pajjiżi b'riżorsi żgħar, bħal tagħna, lejn pajjiżi b'riżorsi kbar, bħal Franza, l-Ingilterra, il-Ġermanja u l-Italja, milli vice versa.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-biża' li qed nipprovaw innisslu fost il-poplu Malti u Għawdxi li jekk ningħaqdu ma' l- Unjoni Ewropea se jiġu l-barranin u jeħdulna xogħolna qed iħalli l-effetti tiegħu, u għalhekk m'għandniex għalfejn nistgħaġbu meta mbagħad jiġi l- gvern biex jagħmel din it-tip ta' liġi u jsib li jkun hemm uħud li jkollhom reazzjoni negattiva għaliha minħabba li jibżgħu li jekk nagħtu lir- refuġjati ċerti drittijiet, dawn se jeħdulna xogħolna.", "Issa hawn jien infakkar li qed nitkellmu biss fuq 150 ruħ pero`, kif jgħidu bl-Ingliż, if you sow the wind you'll reap a whirlwind, jiġifieri jekk tiżra' r-riħ tispiċċa biex taħsad riefnu.", "Sfortunatament huwa fatt li ħadd ma jista' jinnegah illi min-naħa l-oħra ta' din il-Kamra qed jiġu mrewħa ċerti ideat ta' xenophobia, u hawn tqum immedjatament il-mistoqsija: Din il-mentalita` kemm qed tagħmel ġid?", "Possibbli li ma nifhmux illi jekk niżirgħu fi ħdan il-poplu Malti u Għawdxi ċerta biża' infondata, din taf tħalli riżultati ħżiena anke f'oqsma oħra?", "Mr Speaker, x'inhuma ċ-ċirkostanzi li jġiegħlu lil bniedem jiġi meqjus bħala refuġjat?", "Aħna nafu li s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiżi tad-dinja m'hijiex l-istess għaliex filwaqt li kien hemm pajjiżi li kellhom ċerta kultura u ċirkostanzi li wassluhom biex jistagħnew, sfortunatament hemm pajjiżi oħrajn li l-kultura u ċ-ċirkostanzi li kellhom jgħaddu minnhom wassluhom biex jibqgħu lura, u ħafna drabi dan ma jkunx tort taċ-ċittadini li jkunu qed jgħixu f'dawn il-pajjiżi.", "Issa r-refuġjat huwa dak il-bniedem li jkun qed jaħrab minn xi forma ta' persekuzzjoni għad-drittijiet fundamentali tiegħu u għalhekk dak il-bniedem li jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor sempliċement biex ifittex ħajja ekonomikament aħjar m'huwiex ikkonsidrat bħala refuġjat.", "Hawn jien nistaqsi wkoll: X'inhuma l-kawżi li jwasslu lin-nies biex jiċċaqilqu minn pajjiż għal ieħor?", "Minbarra li bħalma għadni kif għedt, ikun hemm min jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor biex imur f'pajjiż iktar żviluppat minn tiegħu - u għalkemm dan m'huwiex meqjus bħala refuġjat xorta waħda huwa spunt biex wieħed jiċċaqlaq minn fejn kien qed jgħix - hemm min jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor ukoll minħabba l-andament politiku li jkun għaddej minnu pajjiżu.", "Sfortunament sal-lum għad hemm ħafna pajjiżi fid-dinja li għadhom ma żviluppawx demokratikament u jeżistu dittaturi li ma jagħtux id-drittijiet fundamentali lil nieshom, anzi huma jibqgħu dejjem jippersegwitawhom, sakemm fl-aħħar ħafna min-nies li jkunu qed jgħixu f'dak il-pajjiż ikollhom jaħarbu minn hemmhekk għaliex inkella jew jitfgħuhom f'xi ħabs jew inkella saħansitra joqtluhom.", "Ir-raġuni ma tridx forza u r-raġuni morali ta' din in-nies turihom hi stess li huma ma jistgħux jibqgħu jgħixu f'dik il-ħajja.", "Il-kittieb famuż C.S. Lewis, f'waħda mill-essays tiegħu li jisimha \"On Ethics\", isemmi l-punt illi l-etika naturali tal-bniedem hija xi ħaġa mgħaqqda mal-bniedem, jiġifieri m'hijiex xi ħaġa li tikkompeti mal-liġijiet u mad-demokrazija tal-bniedem imma hija xi ħaġa fundamentali li kienet, qiegħda u se tibqa' taħt it-tessut integru tal-bniedem.", "Fil-fatt xi kultant dawn il-ġibdiet morali u etiċi tant ikunu qawwija li jwasslu lill- bniedem biex ixellef difru mad-dittaturi jew mar-reġimijiet politiċi ta' pajjiżu u għalhekk ikollu jaħrab.", "Ċertament li lil dawn in-nies għandna nilqgħuhom f'pajjiżna u għandna nilqgħuhom mhux biss biex inkunu solidali magħhom imma wkoll għaliex ħafna drabi dawn in-nies iġibu magħhom wirt kulturali u intellettwali kbir.", "Kif għedt diġa', meta jien kont it-tabib ta' dawn ir-refuġjati Iraqini għaraft kemm dawn il-persuni, li xi wħud minnhom kienu professuri fl-universita` ta' pajjiżhom, kellhom snajja', intellettwaliżmu profond, savoir faire u kemm kellhom x'jistgħu joffru lill- poplu Malti u Għawdxi, u jien ninsab persważ illi kieku dak iż-żmien l- abbozz ta' liġi li qed inressqu llum kien diġa' tressaq quddiem dan il- Parlament dawn kienu jagħtu kontribut kbir lis-soċjeta` Maltija bit-talenti li għandhom.", "Bħalissa qed niftakar ukoll f'kittieb ieħor Ingliż, G. K Chesterton, illi kien iħobb isemmi l-punt li fil-ħajja ma jeżistux biss affarijiet tajbin għax kieku dawn iwasslu lill-bniedem biex jiżbalja u l-fatt li fil-bniedem jeżisti ċertu potenzjal ta' nuqqas ta' virtu` - biex ma ngħidx ħażen - jgħin biex il-bniedem jibqa' fil-kontroll moderat tal-fakultajiet tiegħu.", "Issa jien personalment hawnhekk ma tantx naqbel ma' Chesterton pero` li jrid jgħid hu li l-bniedem għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu, pero` t-tajjeb jibbilanċja dak li jista' jkollu ħażin.", "Din il-filosofija tgħodd anke għal dan li qed niddiskutu llum għax f'dan il-każ, fejn wieħed jista' jinħakem minn xenophobia minħabba li jibża' li r-refuġjati se jeħdulna postna, huwa importanti li naraw it-tajjeb illi jista' joħroġ minn din iċ-ċirkostanza.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li ħafna min-nies li joqogħdu fil-pajjiżi ta' l- Afrika qed imorru lejn it-tramuntana u dan mhux minħabba raġunijiet ekonomiċi imma minħabba li qed jiġu ppersegwitati f'pajjiżhom.", "Il-bieraħ l- Onor. Bartolo beda jgħid li dan iċ-ċaqliq huwa kkaġunat minħabba l-free trade u minħabba li l-pajjiżi tan-north ma jagħtux kas lill-pajjiżi tas- south.", "Sa ċertu punt dan huwa minnu pero` min-naħa l-oħra ħadd ma jista' jlum lil dawk il-pajjiżi li huma kapaċi jaqdfu 'l quddiem għaliex kif jaf kulħadd, fid-dinja kulħadd jaqdef skond il-kapaċitajiet tiegħu.", "Fil-fatt jien naħseb li rridu ngħidu wkoll illi fid-dinja hemm strutturi u istituzzjonijiet li jipprovaw jimmoderaw dan iċ-ċaqliq għal raġunijiet ekonomiċi, u dan jagħmluh billi jirranġaw is-sitwazzjoni f'pajjiżi li m'humiex żviluppati daqsna filwaqt li jipprovaw joħolqu kultura demokratika f'pajjiżi li m'għandhomx kultura demokratika, bħal ħafna pajjiżi ta' l- Afrika, biex b'hekk ir-refuġjati jkunu jistgħu jerġgħu jgħixu f'art twelidhom u jkomplu jikkontribwixxu għall-ġid komuni ta' pajjiżhom.", "Ta' min jgħid li fost dawn l-istrutturi u l-istituzzjonijiet insibu l- UNCHR, il-UNESCO, il-UNICEF u l-WHO, li qed jgħinu ħafna biex is- sitwazzjonijiet ekonomiċi u politiċi f'dawn il-pajjiżi sotto-żviluppati jiġu mtejba.", "Jeżistu wkoll arranġamenti fuq sfera settorali f'dan ir- rigward u fil-fatt l-Ewropa għandha diversi istituzzjonijiet illi l-għan tagħhom huwa li jsaħħu l-istrateġija ta' sigurta`.", "Issa meta ngħid \"isaħħu l-istrateġija ta' sigurta`\" m'iniex qed nirriferi unikament għas-sigurta` militari għax illum is-sigurta` m'għadhiex biss waħda militari imma dawn l- istituzzjonijiet qegħdin isaħħu wkoll is-sigurta` ekonomika, politika, soċjali u globali.", "Ta' min isemmi li llum fl-Ewropa, minħabba d-diviżjonijiet li kienu jeżistu għaxar snin ilu bejn l-Ewropa tal-Lvant u l-Ewropa tal-Punent, fost istituzzjonijiet oħrajn insibu lill-OSCE, in-NATO u ċertament il-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Fil-fatt il-Kunsill ta' l-Ewropa jaħdem ħafna biex fil- pajjiżi Ewropej jiġu dejjem rispettati d-drittijiet fundamentali tal- bniedem, kemm fl-aspett demokratiku, kemm fl-aspett ekonomiku, kemm fl- aspett soċjali, kemm fl-aspett edukattiv kif ukoll f'aspetti oħra.", "Dan il- Kunsill ta' l-Ewropa tant qed jagħmel xogħol siewi li ħadd mill-membri ta' din il-Kamra ma joħlom li ma nipparteċipawx fih, la l-membri ta' din in- naħa tal-Kamra u lanqas il-membri tan-naħa l-oħra, u għalhekk aħna nitilgħu hemmhekk darba kull tliet xhur biex nagħtu l-kontribut tagħna ħalli tikber is-sigurta` fl-Ewropa u fil-Mediterran għaliex ma rridux ninsew li t- tramuntana tal-Mediterran hija magħmula minn pajjiżi ta' l-Ewropa.", "Issa se ngħaddi biex nitkellem dwar organizzazzjoni oħra li qed tagħti kontribut kbir biex tissaħħaħ is-sigurta`.", "Mr Speaker, sfortunatament in-naħa l-oħra tal-Kamra, biż-xenophobic process li qed toħloq fil-pajjiż qiegħda taħbi l-valur veru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb kulħadd jaqbel miegħi li l-pajjiżi ta' l-Unjoni huma fost l-iktar pajjiżi li mxew 'il quddiem f'dak li huwa ġid materjali, u dan għaliex 50 sena ilu kellhom l-għerf li minflok ma joqogħdu jiġġieldu ma' xulxin jingħaqdu bejniethom u jimxu 'l quddiem.", "Ovvjament kulmin jissieħeb fl-Unjoni jkollu dritt jaqsam dan il-ġid materjali, u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil-fatt aħna wkoll qed nipprovaw nidħlu fl-Unjoni biex naqsmu dan il-ġid materjali, pero` meta ġimgħa ilu Romano Prodi indirizza l- assemblea tal-Kunsill ta' l-Ewropa, fejn kienu preżenti għaliha nies miż- żewġ naħat ta' din il-Kamra, l-enfasi m'għamlux fuq il-ġid materjali.", "Fil- fatt huwa qal hekk: Bħalissa hemm 12-il pajjiż li jixtiequ jidħlu fl- Unjoni, u dawn il-pajjiżi ma jridux jidħlu primarjament biex jaqsmu dan il- ġid materjali imma biex ikollhom garanzija li s-sigurta` politika tagħhom se tiżdidielhom, kemm f'dik li hija demokrazija kif ukoll f'dik li hi sigurta` soċjali, u hawn Prodi enfasizza s-sigurta` soċjali li toffri l- Unjoni.", "Romano Prodi qal ċar u tond li dak hu l-ikbar ġid li jieħdu l- pajjiżi msieħba fl-Unjoni; li jkollhom sigurta` soċjali għax il-ġid materjali huwa aspett sekondarju, u huwa żied jgħid li dan għandu jibqa' t- tir ewlieni li għalih il-pajjiżi jidħlu f'din l-unjoni.", "Fil-fatt anke s- Soċjalista Karamanlis, il-mistieden li ġab il-Partit Laburista, qal li kemm il-partiti politiċi ta' Ċipru kif ukoll il-poplu Ċiprijott iridu jidħlu fl- Unjoni Ewropea minħabba s-solidarjeta` politika u ekonomika li din toffri.", "Mr Speaker, forsi hawn wieħed jistaqsi: Imma x'għandha x'taqsam l-Unjoni Ewropea mar-refuġjati?", "Fil-fatt jien semmejt l-Unjoni minħabba l-fatt li fil-pajjiżi tal-Mediterran qed tiġi integrata proprju strateġija ta' sigurta` li toffri l-Unjoni.", "Issa hawn ta' min jgħid li l-Unjoni għandha proġett enormi għall-pajjiżi tal-Mediterran, liema proġett qed jirriferu għalih bħala l-proġett Ewro-Mediterranju u jinvolvi fih il-pajjiżi kollha tat-tramuntana tal-Mediterran, il-pajjiżi tal-lvant tal-Mediterran, inkluż il-Middle East, kif ukoll il-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Mediterran, ċioe' l- Afrika ta' Fuq.", "Fi kliem ieħor, permezz ta' dan il-proġett, l-Unjoni Ewropea qed testendi dak li wettqet fi ħdan il-pajjiżi Ewropej għal dawn il- pajjiżi li huma inqas żviluppati u ovvjament, iktar ma dan il-proċess jissaħħaħ, l-Unjoni iktar se tkun kapaċi toħloq patt ta' stabilita` u ta' sigurta` fil-pajjiżi tal-Mediterran, bir-riżultat li la jibda jkun hemm min jiċċaqlaq minn pajjiżu minħabba raġunijiet ekonomiċi - li, kif għedt diġa', dawn m'humiex meqjusa bħala refuġjati - u wisq inqas ikun hemm min jiċċaqlaq minn pajjiżu minħabba raġunijiet politiċi jew soċjali.", "Għalhekk awtomatikament tqum il-mistoqsija: Allura għalfejn xi kultant nisimgħu ċerti argumenti ta' xenophobia min-naħa ta' l-oppożizzjoni?", "Jien m'għandix dubju li l-oppożizzjoni Laburista, bħall-gvern Nazzjonalista, tixtieq li jkun hemm sigurta` fil-Mediterran, tixtieq li jinħoloq potenzjal ġdid għall-pajjiżi Afrikani u Asjatiċi, u allura trid tipparteċipa fil-proġett Ewro-Mediterranju ta' l-Unjoni.", "Fil-fatt jien nemmen li Malta għandha tieħu sehem b'mod sħiħ f'dan il-proġett u għandha tieħu sehem fih mhux biss biex tieħu imma wkoll biex tagħti.", "Allura possibbli li ma nifhmux illi jekk kemm-il darba aħna nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni nkunu nistgħu nikkontribwixxu b'mod iktar sħiħ f'dan il-proġett Ewro-Mediterranju?", "Din hija xi ħaġa ovvja.", "Per eżempju, jekk ma tkunx membru f'każin tal-football jew f'każin tal-banda inti ma jistax ikollok sehem dirett daqs min huwa membru għax meta tkun membru l-kelma u l- potenzjal tiegħek ikunu jistgħu jaslu iktar.", "Mr Speaker, l-ewwel jien semmejt lin-NATO.", "Fil-fatt minbarra li tħaddan prinċipji militari, din l-organizzazzjoni tħaddan ukoll prinċipji ta' sigurta` soċjali u politika u Malta għalhekk kienet issieħbet fil- partnership for peace, bit-tir speċifiku li jkollha din it-tip ta' sigurta`.", "Ta' min jgħid li llum in-NATO tinvolvi fiha saħansitra pajjiżi mil-lvant ta' l-Ewropa, bħalma huma l-Polonja u l-Ungerija.", "Il-gvern Nazzjonalista kien irid idaħħal lil Malta fil-partnership for peace, u fil- fatt kien irnexxielu jagħmel dan, pero` l-partit Laburista, minħabba li huwa marbut b'politika barranija kkastrata, antika u newtrali, li ma tista' tagħti l-ebda frott, huwa deċiż li pajjiżna la għandu jissieħeb fil- partnership for peace u lanqas fl-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, id-diskussjoni qed tiżbilanċja sewwa għaliex hawnhekk suppost qed nitkellmu fuq ir-refuġjati.", "Naturalment dan se joħloq anke komplikazzjonijiet fil-kontinwazzjoni tad-dibattitu għax ovvjament jien, bħala membru ta' l-oppożizzjoni, irrid nirribatti dawn il- kummenti li qed isiru mill-kollega tiegħi.", "Għaldaqstant nappella biex inżommu d-diskussjoni marbuta mal-qasam tar-refuġjati.", "MR SPEAKER: Onor. Asciak, jien ukoll nitolbok biex torbot id-diskors tiegħek mas-suġġett li għandna quddiemna għad-diskussjoni.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, jien li qed ngħid hu li jekk kemm-il darba Malta tkun membru ta' organizzazzjonijiet ta' sigurta`, bħalma huma l- partnership for peace, il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, dan lilna jagħtina l-potenzjal illi lir-refuġjat ngħinuh ħafna iktar milli qed inkunu nistgħu ngħinuh illum għaliex mhux biss inkunu nistgħu ngħinuh b'mod dirett, kif qed nagħmlu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, imma nkunu nistgħu ngħinuh ukoll b'mod indirett billi f'pajjiżhom noħolqulhom ċirkostanzi li bihom ikunu jistgħu jgħixu aħjar, u huwa għalhekk li jien irbatt dan il-punt ma' din id-diskussjoni.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi ngħid illi l-gvern preżenti mhux biss għandu jieħu mertu minħabba l-fatt li ressaq abbozz ta' liġi bħal dan quddiem il-parlament imma wkoll minħabba li qed jipprova jżid is-sigurta` ekonomika u politika fil-Mediterran b'mod konkret, u dan qed jagħmlu billi qed jipparteċipa fl-organizzazzjonijiet li jagħtu din it-tip ta' sigurta` u billi qed jipprova jkollu sehem sħiħ f'waħda mill-ikbar organizzazzjonijiet li qed tagħmel minn kollox biex toffri din it-tip ta' sigurta` lill-pajjiżi Mediterranji, li hija l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, illum għandna quddiemna abbozz ta' liġi li qed jagħmel pass meqjus 'il quddiem għaliex qed juri li dan il- parlament għandu kemm ruħ kif ukoll qalb.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l-ministru ta' l-intern qed juri li aħna rridu nagħtu importanza lill- umanita` fil-leġislazzjoni tagħna and that we mean what we say and we say what we mean meta nkunu qed inħambqu li hemm bżonn illi l-pajjiżi jkunu solidali bejniethom.", "Ċertament dan l-abbozz ta' liġi li qed jiġi propost minn pajjiż żgħir jidher bħala pass ċkejken fix-xena internazzjonali, pero` żgur li huwa pass ġgantesk 'il quddiem għal Malta, u għalhekk aħna għandna biex niftaħru bil- fatt illi f'dan il-mument ta' l-istorja leġislattiva ta' pajjiżna qegħdin inressqu għad-diskussjoni abbozz ta' liġi bħal dan, iktar u iktar meta nafu li sfortunatament f'pajjiżi ikbar minn tagħna, li ma jinsabux 'il bogħod ħafna minn pajjiżna, mhux talli m'humiex qegħdin jiddiskutu xi drittijiet għandhom jagħtu lir-refuġjati jew kemm huwa importanti li dawn il-persuni ma jiġux emarġinati imma talli qed jiddiskutu kif jistgħu jiddiskriminaw kontrihom u jkeċċuhom minn pajjiżhom.", "Pero` dwar dan beħsiebni nitkellem iktar 'il quddiem għax qabel nixtieq ngħaddi xi kummenti dwar dan l-abbozz ta' liġi legalistiku, għalkemm nista' ngħid bla tlaqliq li l-bieraħ l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici tkellem b'abbilta' kbira dwar dan l-abbozz ta' liġi u rnexxielu jqaxxar l-aspetti prinċipali tiegħu.", "Mr Speaker, subklawsola (2) ta' klawsola 11 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid hekk:", "\"Il-membri dipendenti tal-familja ta' persuna dikjarata bħala rifuġjat li jkunu qegħdin Malta filwaqt tad-dikjarazzjoni jew li jingħaqdu magħha f'Malta, ikollhom l-istess drittijiet u benefiċċji bħar- rifuġjat innifsu.\".", "Din is-subklawsola hija pożittiva ħafna, pero` sfortunatament il-leġislatur m'huwiex qed jirrikonoxxi li dak huwa dritt awtomatiku, dak li bl-Ingliż jissejjaħ ir-\"right to family reunification\".", "Madanakollu jien naqbel li dan id-dritt qed jiġi kkristalizzat f'dan l-abbozz ta' liġi għaliex nemmen li l-familjari ta' dik il-persuna li tkun mogħtija l-istatus ta' refuġjat għandu jkollhom l-istess drittijiet ta' refuġjat huma wkoll, anke qabel ma dawn jaslu Malta.", "Fil-fatt jekk wieħed jaqra anke l-kotba ta' l-United Nations dwar dan is-suġġett huma jenfasizzaw fuq kemm huwa importanti li peress li ħafna drabi refuġjat idum f'pajjiż - f'dan il-każ Malta - għal ċertu ammont ta' żmien, ġieli anke xhur twal, huwa għandu jingħata d-dritt awtomatiku li ma jkunx maqtugħ mill-familjari tiegħu, li Alla biss jaf f'liema pajjiż ikunu qed jgħixu.", "Għalhekk naħseb li jkun xieraq jekk il- leġislatur idaħħal this automatic right to family reunification f'dan l- abbozz ta' liġi sabiex il-membri tal-familja jkunu jistgħu jgawdu d-dritt ta' refuġju flimkien mal-qarib tagħhom li jkun ġie ddikjarat bħala refuġjat f'Malta awtomatikament.", "Klawsola oħra li nixtieq nikkummenta dwarha hija klawsola 10, li titkellem dwar dawk il-persuni li qed ifittxu l-asil, Sur President.", "Jien ħadt pjaċir ħafna li din il-klawsola qed tagħmilha ċara li min ikun qed ifittex l-asil ma jkunx jista' jiġi mkeċċi minn Malta qabel ma t-talba tiegħu tkun ġiet determinata u f'każ li jkun hemm appell, wara li tkun ingħatat id-deċiżjoni ta' l-appell.", "Fil-fatt ta' min jirrimarka li din il- klawsola tgħid ukoll illi anke waqt li t-talba tar-refuġjat tkun għadha qed tiġi proċessata, huwa xorta waħda għandu jkollu aċċess għall-edukazzjoni ta' l-Istat u għall-għajnuna medika li jkollu bżonn, bħal kwalunkwe ċittadin ieħor, u din hija xi ħaġa ġustifikata għax l-umanita` hekk titlob.", "Imma sfortunatament din il-klawsola ma tikkontemplax kif inhuwa mistenni li tgħix din il-persuna matul il-perijodu li ddum Malta.", "Ma rridux ninsew li dawk il-persuni barranin li jkunu qed jitolbu l-asil ma jsibux impjieg kif ġieb u laħaq f'pajjiżna - aħseb u ara kemm dawn il-persuni jistgħu jeħdulna xogħolna! - u għalhekk sakemm it-talba tagħhom tkun għadha qed tiġi pproċessata huma jkollhom bilfors jiddependu fuq il-karita` u fuq il- provvidenza.", "Jien naħseb li jkun tajjeb jekk naraw kif dawn il-persuni jistgħu jgħixu jekk kemm-il darba ma tkunx għall-provvidenza u għall- karita` u nemmen illi m'hijiex idea ħażina li l-istat jagħtihom xi forma ta' għajnuna.", "Fil-fatt jien inżid ngħid li dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu l-asil, sakemm it-talba jew l-appell tagħhom ikun għadu qed jiġi pproċessat, għandhom ukoll jingħataw id-dritt li jaħdmu, naturalment dejjem sakemm l-ebda Malti ma jkun jista' jagħmel jew irid jagħmel dak it-tip ta' xogħol.", "B'hekk inkunu qed innaqqsu n-numru ta' abbużi.", "Wara kollox ġaladarba r-refuġjati ngħataw dan id-dritt, dawk il-persuni li qed ifittxu l-asil għaliex m'għandhomx jingħataw dan id-dritt huma wkoll?", "Mr Speaker, klawsola 8, li titkellem dwar l-applikazzjonijiet għal status ta' refuġjat, hija verament interessanti pero` nixtieq ngħaddi mal-ewwel biex nagħmel kumment fuq subklawsola (7) ta' din il-klawsola, li tgħid hekk:", "\"Il-Kummissarju jista' jirrikmanda lill-Ministru li, minkejja l-fatt li persuna ma tkunx tissodisfa l-ħtiġiet biex tiġi rikonoxxuta bħala rifuġjat, dik il-persuna għandha tingħata protezzjoni umanitarja f'Malta.\".", "Dan ukoll huwa konċett pożittiv ħafna pero` sfortunatament imbagħad dan l- abbozz ta' liġi mhux qiegħed jispeċifika d-drittijiet, il-benefiċċji u l- obbligi - għax kif nafu, id-drittijiet iġibu magħhom anke l-obbligi - li għandu jkollhom dawk il-persuni li se jingħataw din il-protezzjoni umanitarja f'Malta.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa kompletament silenzjuż fuq dan l-aspett u jien naħseb li jkun tajjeb jekk nillleġislaw b'mod illi nuru li dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu l-asil għandhom jingħataw l-istess drittijiet u benefiċċji bħar-refuġjati għaliex inkella, għalkemm ma nkunux qed nagħmluha b'mod deliberat, inkunu qed nagħmlu distinzjoni - m'iniex se ngħid \"diskriminazzjoni\" - bejn dawk li jingħataw l-istatus ta' refuġjat, bejn dawk il-persuni li jkunu qed jistennew biex jingħataw l-istatus ta' asylum seekers u bejn dawk li jkunu qed jingħataw protezzjoni umanitarja f'Malta.", "Dan l-abbozz ta' liġi stess qed jikkontempla humanitarian protection, u allura jien ma nistax nifhem għaliex lill-asylum seekers u lil dawk li jkunu qed jingħataw protezzjoni umanitarja m'huwiex qed jagħtihom l-istess drittijiet, benefiċċji u obbligi li qed jagħti lir- refuġjati.", "Almenu l-asylum seekers u dawk li jkunu qed jingħataw protezzjoni umanitarja għandu jkollhom id-dritt għax-xogħol, għall- edukazzjoni, għas-servizzi mediċi u għal family reunification.", "Jeħtieġ illi waqt li l-leġislatur ikun qed jilleġisla, dan iżomm quddiemu l- prinċipju li għandna nkunu umani, għandna nuru solidarjeta` u għandna nuru sedqa u wens ma' min huwa fil-bżonn.", "Issa jekk din il-persuna fil-bżonn tissejjaħx refuġjat, tissejjaħx asylum seeker jew tissejjaħx persuna li qiegħda protezzjoni umanitarja l-prinċipju għandu jibqa' l-istess.", "Ta' min isemmi wkoll li subklawsola (7) ta' klawsola 8 ma tipprovdi l- ebda dritt ta' appell lil dawk il-persuni li jkunu qed jingħataw protezzjoni umanitarja f'Malta, u naħseb li dan huwa nuqqas kbir.", "Kif spjega l-kelliem ta' qabli, kemm dawk il-persuni li jkunu ddikjarati bħala refuġjati kif ukoll dawk li jkunu ddikjarati bħala asylum seekers għandhom dritt jappellaw għad-deċiżjoni li tkun ittieħdet fil-konfront tagħhom u allura m'huwiex sew li dawk il-persuni li jkunu qed jingħataw protezzjoni umanitarja f'Malta ma jingħatawx dan id-dritt huma wkoll.", "Jien naħseb li din hija ħasra, iktar u iktar għaliex f'subklawsola (8) ta' l-istess klawsola hemm miktub li:", "\"Meta ssir tali rakkomandazzjoni, il-Ministru għandu jagħti dik il- protezzjoni umanitarja; dik il-protezzjoni għandha tieqaf jekk il- Ministru jkun sodisfatt, wara li jikkonsulta lill-Kummissarju, li dik il-protezzjoni ma tkunx aktar meħtieġa.\".", "Jiġifieri jekk il-ministru jiddeċiedi li persuna ma jkollhiex bżonn dik il- protezzjoni umanitarja iktar, din il-persuna ma jkollha l-ebda dritt titlob lill-qorti biex tagħmel judicial review ta' dik id-deċiżjoni, jew fi kliem ieħor, ma jkollha l-ebda dritt li tappella.", "Issa jien inħoss li dawn il- persuni għandhom jingħataw dritt t'appell huma wkoll jekk aħna nemmnu verament fil-ġustizzja, fit-trasparenza u fil-protezzjoni.", "Sur President, rigward subklawsola (1) ta' klawsola 8 rrid ngħid li fl- opinjoni tiegħi din is-subklawsola għandha tkun iktar ċara.", "Fil-fatt din is-subklawsola titkellem dwar il-bżonn li hekk kif persuna li tkun qed tfittex asil f'Malta tasal f'xi post ta' dħul f'Malta, għandha ssirilha intervista minn uffiċjal ta' l-immigrazzjoni kemm jista' jkun malajr u tista' tapplika quddiem il-kummissarju biex tiġi ddikjarata bħala refuġjata jew inkella bħala persuna li qed tfittex l-asil.", "Madanakollu jkun hemm diversi każi fejn l-uffiċjali ta' l-immigrazzjoni, forsi minħabba li jkunu żelużi żżejjed f'xogħolhom, jaqbdu u jiddikjaraw bniedem bħala immigrant illegali u jkeċċuh minn pajjiżna, u dan meta jista' jkun illi kieku segwew ċerti proċeduri kienu jindunaw li dan kien każ ġenwin ta' refuġjat li għandu dritt jingħata t-trattament li titlob din il-liġi.", "Għalhekk jien naħseb li, kif għedt diġa', din is-subklawsola għandha tinkiteb b'mod iktar ċar ħalli jkun evidenti li l-uffiċjal ta' l-immigrazzjoni ma jistax jieħu deċiżjonijiet dwar jekk persuna għandhiex tiġi ddikjarata bħala refuġjata jew inkella bħala persuna li qed tfittex l-asil jew le.", "Aħna nafu li jekk kemm-il darba l-uffiċjal ta' l-immigrazzjoni jiddeċiedi li l-persuna li jkollu quddiemu għandha titkeċċa minn pajjiżna hekk isir u dik id-deċiżjoni tkun finali, jiġifieri ma jista' jkun hemm l-ebda dritt ta' appell fuq dik id-deċiżjoni.", "Sur President, subklawsola (9) ta' klawsola 7 tgħid illi:", "\"... id-deċiżjoni tal-Bord ...\"", "- hawnhekk qed tirriferi għall-bord ta' l-appell - \"... tkun waħda finali u konklużiva u ma tkun tista' tiġi kontestata jew appellata quddiem ebda qorti tal-ġustizzja.\".", "Issa l-esperjenza fil-qorti tiddetta li l-ebda mħallef m'hu perfett u għalkemm jista' jkun għaref fil-liġi, qatt ma jista' jkun perfett.", "Għalhekk naħseb illi għandu jiġi introdott element ta' judicial review.", "Il- kodiċi ta' proċedura tagħna jikkontempla li anke deċiżjoni li jkun ħa mħallef fil-qorti tista' tiġi eżaminata minn qorti oħra taħt il-kappa ta' judicial review għaliex dan l-imħallef seta' abbuża mill-poter li għandu jew inkella seta' mar lil hinn minn dak li kien mitlub jiddeċiedi.", "Allura hawn jien nistaqsi: Għaliex bord ta' l-appell m'għandux ikun ukoll taħt l- iskrutinju ta' judicial review minn qorti indipendenti u imparzjali?", "Subklawsola oħra li forsi tista' tiġi mtejba hija subklawsola (2) ta' klawsola 10, li tispjega kif għandhom jiġu trattati dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu asil għaliex din m'hijiex qed issemmi x'inhuma l-grounds li fuqhom persuna li tkun qed tfittex asil tista' tiġi detenuta.", "L-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa lodevoli, pero` jeħtieġ illi noqogħdu attenti ħafna li ma titkeċċa l-ebda persuna minn pajjiżna - hi min hi din il-persuna; żgħira kemm hi żgħira u kbira kemm hi kbira, u hawn nixtieq infakkar f'dak li għedt l-ewwel rigward l-uffiċjali ta' l- immigrazzjoni - qabel ma t-talba tagħha tkun ġiet ipproċessata u miflija kif suppost.", "Għaliex?", "L-ewwelnett għaliex inkunu qed nagħmlu inġustizzja - u kif dejjem inħobb ngħid, l-agħar inġustizzja hija dik li ssir f'isem il- ġustizzja - u t-tieni nett għaliex inkunu qegħdin inxejnu din il-liġi li qed infasslu, jiġifieri nkunu ħlejna l-ħin niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għalxejn, u jien ninsab persważ li dan ħadd ma jridu.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li kull min ikun se jkun involut f'dan il- proċess jassumi fuqu r-responsabbilta` li jkun hemm drabi fejn id-deċiżjoni tiegħu tkun tiddetermina l-ħajja jew il-mewt ta' persuna, u jien naħseb li jekk hemm xi ħaġa li għandha tixxokkja, li għandha twerwer u li għandha tagħmel sensibbli lil kwalunkwe persuna, din hija l-fatt illi jkollha f'idejha l-poter u d-dritt li tiddetermina l-ħajja ta' persuna, anke jekk din ma tkunx tafha.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar id- diskriminazzjoni.", "Sur President, fi klawsola 9 hemm prinċipju internazzjonali, li huwa l- pedestall ewlieni tat-trattati kollha li jittrattaw dwar ir-refuġjati, u hawn qed nirriferi għal subklawsola (1), li tgħid hekk:", "\"Persuna ma għandhiex titkeċċa minn Malta jew titreġġa' lura b'xi mod li jkun lejn il-fruntieri ta' territorji fejn il-ħajja jew il-liberta` ta' dik il-persuna jkunu mhedda minħabba fir-razza, reliġjon, nazzjonalita`, sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew il-fehma politika tagħha.\".", "Issa jien ma naħsibx li nkunu qed nagħmlu ħażin jekk inżidu li persuna m'għandhiex titkeċċa minn Malta jew titreġġa' lura b'xi mod lejn dawk il- fruntieri ta' territorji fejn il-ħajja jew il-liberta` ta' dik il-persuna jkunu mhedda minħabba diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess.", "Qed ngħid dan għax kif nafu, hemm pajjiżi fejn jekk tikkommetti reat mara l-pieni huma ħafna iktar ħorox milli kieku kkommetta l-istess reat raġel u għalhekk ikun tajjeb jekk hawnhekk ninkludu wkoll id-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess.", "Sur President, issa li għaddejt il-kummenti li kelli ngħaddi fuq dan l- abbozz ta' liġi nixtieq nitkellem fil-qosor dwar ir-refuġjati vis-a-vis l- Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt ftit ilu ġie f'idejja dokument li jitkellem fuq l- opinjoni li ġiet espressa mill-committee of the regions ta' l-Unjoni Ewropea fis-17 ta' Novembru, 1999.", "Ta' min jgħid li din hija:", "\"an opinion on the proposal for a council decision establishing a community action programme to promote the integration of refugees.\".", "Għalhekk anke minn hawn wieħed jista' jinduna kemm l-Unjoni għandha ruħ soċjali għaliex qed naraw li din l-unjoni mhux talli m'hijiex qed tkeċċi lir-refuġjati mill-pajjiżi membri tagħha imma talli qed toħloq a community action programme proprju biex tintegra lil dawn ir-refuġjati.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-committee of the regions, li huwa wieħed mill-organi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, ma jieħu l-ebda deċiżjoni hu imma jagħti biss opinjonijiet.", "Imma biex inkompli nitkellem dwar il-qasam tar-refuġjati, irrid ngħid li kien fil-bidu tas-sena l-oħra li l-parlament Ewropew issuġġerixxa lill-committee of the regions sabiex jipproponi a community action programme ħalli permezz tiegħu r-refuġjati jiġu integrati u finalment jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji mill- kunsill tal-ministri.", "Fil-fatt fis-6 ta' Lulju tas-sena l-oħra l-kunsill tal-ministri kien għamel talba biex jikkonsulta mal-committee of the regions, skond kif wara kollox huwa obbligat li jagħmel bit-trattat ta' Maastricht għax il-prinċipju tal-konsultazzjoni bejn l-organi interni ta' l- Unjoni Ewropea huwa sagrosant.", "Biex seta' jsir dan il-community action programme, li jkopri l-perijodu ta' bejn l-1 ta' Lulju, 1999 u l-31 ta' Diċembru, 2000, ġew ivvotati ammonti ta' flus - għal min jinteressah ġew ivvotati 5 miljun Euro għall-1999 u 9 miljun Euro għas-sena 2000 - u wara li jintemm dan il-programm temporanju, li kif għedt diġa', qed isir sabiex jiġu integrati r-refuġjati, hemm il-ħsieb li jinbeda programm ieħor li se jkun itwal.", "F'dan id-dokument li semmejt hemm miktub li l-għan tal-committee of the regions huwa li jagħmel programm:", "\"which focuses on innovative actions with a clear European added value and not on proposals with a purely local or national impact\".", "Ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li fost il-miżuri li qed jippjana li jieħu dan il-committee of the regions hemm:", "\"The setting-up and running of large multi-dimensional innovative projects with a clear innovative added value, the setting-up and running of community level projects, the creation and development of transnational networks, the exchange of experience and the assessment, monitoring and evaluation of projects and practice leading to the identification of innovative approaches to the integration of refugees\".", "Fil-fatt dan id-dokument ikompli jsemmi li l-committee of the regions se jieħu ħsieb jara li jkun hemm", "\"the collection, compilation and dissemination of data and reports and the provision of information, of programming and the dissemination of its results\".", "Il-committee of the regions jipprovdi wkoll li jkun hemm kumitat kompost minn rappreżentant ta' kull pajjiż li huwa membru ta' l-Unjoni u ppresedut minn rappreżentant tal-kummissjoni sabiex jimplimenta dawn il-miżuri.", "Naturalment dan qed isir għaliex il-pajjiżi kollha li huma membri ta' l- Unjoni Ewropea jaqblu li huwa importanti ħafna li r-refuġjati jiġu integrati, speċjalment wara l-Geneva Convention ta' l-1951, li kienet il- prekursur ta' l-inizjattivi kollha favur ir-refuġjati.", "Sur President, ikun interessanti wkoll jekk insemmi xi proposti għamel il-committee of the regions għall-community action programme.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra dan il-kumitat qal hekk:", "\"The committee of the regions trusts that local and regional authorities will be directly involved in the implementation of the action programme in close cooperation with the member States and all their organisations and institutions which are involved in the integration of refugees.", "Local and regional authorities play a major role in the integration of refugees.\"", "Hawn qed naraw lil dan il-committee of the regions jipproponi li fl- implimentazzjoni ta' dan l-action programme ikunu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali, inkluż il-kunsilli lokali, li hemm fi ħdan il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Jiġifieri wieħed jista' jinnota l-aspett ta' konsultazzjoni li hemm viġenti fi ħdan l-Unjoni.", "Madanakollu l-committee of the regions ma waqafx hawn imma għamel proposta interessanti fejn qal li r-refuġjat m'għandux jibbenefika biss bħala persuna imma wkoll bħala familja.", "Fil-fatt huwa kompla b'dan il-kliem:", "\"Keeping families together will make it easier to find a lasting solution to the problems caused by refugees' special circumstances\".", "Jien naħseb li din il-proposta li għamel il-committee of the regions hija importanti ħafna għax kif għedt diġa', għalkemm dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jagħti ċerti drittijiet lill-familja immedjata tar- refuġjat, huwa qed jipproponi li biex dan isir il-familjari tar-refuġjat iridu jkunu qegħdin Malta, u aħna nafu li ħafna drabi dan ma jkunx il-każ.", "Għalhekk jien naħseb li jekk nestendu d-definizzjoni ta' \"refuġjat\" anke għall-membri tal-familja tiegħu nkunu iktar ekwi, ġusti u prattiċi.", "Mr Speaker, dokument ieħor li ġie f'idejja huwa l-\"Manual on International and Regional Instruments Concerning Refugees and Human Rights\", liema manual huwa maħruġ mill-UNHCR, u biex nuri kemm dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jinkorpora fih il-prinċipji bażiċi kollha li bihom ir-refuġjat jiġi ssalvagwardjat se nikkwota l-iktar prinċipji bażiċi li huma mitluba mill-UNHCR u minn kull trattat li sar fuq dan il-qasam.", "L- ewwel prinċipju li tħaddan il-UNHCR huwa proprju \"the fundamental principle of non-refoulement\", u fil-fatt subklawsola (1) ta' klawsola 9 tagħmilha ċara li persuna m'għandhiex titkeċċa minn Malta jew titreġġa' lura b'xi mod jekk fejn tintbagħat hija tkun se ssib ruħha soġġettata għal xi diskriminazzjoni jew theddid.", "It-tieni prinċipju ta' l-UNHCR huwa li", "\"All asylum seekers, in whatever manner they arrive, must be referred to the body responsible for deciding on claims for asylum\".", "Kif rajna diġa', dan l-abbozz ta' liġi qed ikopri anke dan il-prinċipju u fil-fatt qiegħed jipproponi ċerti proċeduri trasparenti f'dan ir-rigward, fosthom illi meta jkun possibbli, il-formola preskritta għal dikjarazzjoni għandha tkun miktuba b'lingwa li l-applikant ikun jifhimha.", "L-UNHCR tħaddan ukoll il-prinċipju li:", "\"The body responsible for deciding on claims for asylum seekers must be an independent and specialised authority\";", "u anke hawn, dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li din l-awtorita` għandha tkun indipendenti u speċjalizzata bl-iktar mod ċar.", "Prinċipju ieħor li ssemmi l-UNHCR u li huwa propost f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li:", "\"The decision makers of that independent body must have expertise in international refugee law and international human rights law.\"", "Fil-fatt ta' min isemmi li l-persuna li se tkun maħtura biex tissorvelja dan il-proċess se tkun mgħallma sew f'dan il-qasam.", "Il-UNHCR qed issemmi wkoll prinċipju importanti ħafna, dak li", "\"This independent body must be provided with services of a documentation office whose task should be to impartially collect and provide them with objective and independent information on the human rights situation in asylum seekers' countries of origin\".", "Ta' min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum qed jipproponi li dan l-independent body ikun ipprovdut b'uffiċċju li jkun attrezzat b'dak kollu li jkollu bżonn ħalli mhux biss jistudja s- sitwazzjoni tal-pajjiżi minn fejn ikunu ġew il-persuni li jkunu qed ifittxu l-asil imma anke s-sitwazzjoni tal-pajjiżi li jkunu sejrin fihom u b'hekk jiġi assigurat li l-pajjiżi li jkunu sejrin fihom dawn il-persuni jkunu jirrispettaw id-dinjita` tagħhom u mhux, kif jgħid il-Malti, imorru minn ġot-taġen għal ġon-nar.", "Prinċipju ieħor li tħaddan il-UNHCR u li huwa inkorporat fl-abbozz ta' liġi tagħna huwa dak li", "\"All asylum seekers must benefit from the right to legal council and interpreters\",", "u fil-fatt f'dan l-abbozz ta' liġi hemm ukoll ipprovdut illi jekk persuna li tiġi Malta ma jkollhiex flus, din tista' tagħmel użu mil-legal aid li jipprovdi l-Istat.", "Il-prinċipju ta' l-UNHCR li jgħid:", "\"All asylum seekers must receive written reasons if their asylum claim is rejected and have the right to appeal against a negative decision\",", "huwa inkorporat ukoll fl-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Refuġjati, pero` hawn nixtieq nerġa' nappella lil-leġislatur biex jikkontempla li fil-każ ta' dawk il-persuni li ma jiġux rikonoxxuti bħala refuġjati u li jingħataw id- dritt għal protezzjoni umanitarja f'Malta għandhom jingħataw ukoll id-dritt t'appell għax inkella nkunu qed nagħmlu distinzjoni bejn dawn il-persuni u bejn dawk il-persuni li jkunu ġew rikonoxxuti bħala refuġjati jew inkella bħala asylum seekers.", "Dawn huma l-prinċipji bażiċi li l-UNHCR, fost diversi trattati li hija kkontemplat matul is-snin, ħasset illi huma importanti u vitali biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tar-refuġjati.", "Dawn huma l-istess prinċipji li l-leġislatur tagħna qed jikkontempla fl- abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum, u jien ngħid li l-Parlament Malti għandu jiftaħar b'dawn il-prinċipji.", "Fil-fatt hawn nixtieq nerġa' nieħu l- okkażjoni biex ngħid illi għandna niftaħru li pajjiż żgħir bħal tagħna qed jikkontempla liġi li permezz tagħha pajjiżna se jiftaħ il-bibien għal min huwa fil-bżonn.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, mhux kulħadd huwa lest li jieħu din it-tip ta' attitudni, u infatti hemm partiti u pajjiżi li ma tantx huma ħerqana li jaċċettaw immigrant.", "Issa ovvjament hawn jien m'iniex qed nirriferi għall-immigranti illegali, u Allaħares pajjiżna jiftaħ il-bibien tiegħu għall-immigranti illegali għax ikollu rebus sħiħ, pero` huwa biżżejjed li nosservaw x'qed jiġri fl- Awstrija f'dawn il-ġranet għaliex hija xi ħaġa verament serja li pajjiż bħall-Awstrija għandu kap ta' partit li ftit li xejn qed juri dispjaċir għall-passat nazista ta' dan il-pajjiż.", "Min iħobb jaqra l-gazzetti barranin, bħalissa żgur li qed josserva kemm il-pajjiżi Ewropew qed juru biża' u tħassib għal dak li qed jiġri fl-Awstrija, u fil-fatt dawn il- pajjiżi tant jinsabu inkwetati fuq is-sitwazzjoni li għaddejja minnha l- Awstrija bħalissa li ftit ġranet ilu l-Unjoni waslet biex saħansitra twissi serjament li jekk l-affarijiet mhux se jirranġaw, hija se tkun lesta tiżola lill-ambaxxaturi ta' dak il-pajjiż kif ukoll lill-Awstrija fil-fora internazzjonali.", "Jien naħseb li din l-attitudni li wriet l-Unjoni għandha sservi ta' ġid għaliex biha din l-unjoni qed turi li l-pajjiżi li jinsabu fi ħdanha ma jridux li l-passat jirripeti ruħu.", "Jeħtieġ li kulħadd jifhem darba għal dejjem illi ħafna drabi min jinsa l-passat huwa kkundannat li jerġa' jgħixu fil-futur, għalkemm forsi taħt forma differenti.", "L-istorja ta' l-umanita` matul il-millennju li għadda wriet li l-bniedem kien lest jasal għal ċerti eċċessi f'isem l-interessi ta' pajjiżu, fosthom biex il- barranin ma jeħdux xogħol il-Ġermaniżi.", "Per eżempju, aħna lkoll nafu kif bdiet l-istorja għat-tieni gwerra dinjija.", "Mr Speaker, biex nikkonkludi dan l-intervent tiegħi fuq l-abbozz ta' liġi dwar ir-refuġjati nixtieq nerġa' nenfasizza li l-istorja dejjem uriet li m'huwiex għaqli li pajjiż jibża' jinfetaħ għall-barrani dment li dan il- barrani jkun fil-bżonn u jkun ekwu u ġust.", "Wara kollox is-solidarjeta` kollettiva hekk titlob.", "Is-solidarjeta` ma titlobx illi s-soċjeta` għandha toffri wens u sedqa fuq skala nazzjonali biss imma anke fuq skala internazzjonali, u għalhekk aħna, bħala Maltin, għandna nkunu kburin li f'dan il-mument il-Parlament Malti qed jiddiskuti abbozz ta' liġi bħal dan.", "Kif għedt diġa', jien nemmen li għandna biex niftaħru b'dan il-fatt u għandna biex ngħallmu lil pajjiżi oħra li huma ferm ikbar minna xi tfisser verament solidarjeta` bejn il-pajjiżi u bejn il-popli.", "Il-gvern preżenti huwa mmexxi minn partit bi prinċipji li bihom lill-bniedem qed ipoġġih fiċ- ċentru tal-politika tiegħu, u din il-politika qed tittrasmetti ruħha anke f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan il-gvern irnexxielu juri lill-pajjiżi kollha tad-dinja li we say what we mean and we mean what we say.", "M'hijiex kumbinazzjoni li dan l-abbozz ta' liġi tressaq quddiem il-parlament proprju issa mill-gvern preżenti, u dan mhux biss huwa mertu ta' dan il-gvern u tal- ministru ta' l-intern li qed jipproponih imma huwa mertu wkoll ta' dan il- parlament li se japprovah.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nibda l-intervent tiegħi billi naqra l-għanijiet u raġunijiet ta' l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddibattu, li jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' l-Abbozz hu sabiex jagħmel provvediment dwar, u jistabbilixxi proċeduri li jkunu jirrigwardaw persuni li jfittxu asil u rifuġjati u sabiex jinkorpora l-obbligazzjonijiet li Malta għandha taħt il-Konvenzjoni ta' l-1951 dwar l-Istatus ta' Rifuġjati.\".", "M'hemmx dubju li l-oppożizzjoni Laburista tirrikonoxxi l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, u naħseb li jkun tajjeb jekk hawnhekk wieħed jagħmel riferenza għall-kontibut kbir li tagħti l-oppożizzjoni f'dan il-qasam.", "Naturalment meta wieħed ikun qed jiddiskuti abbozz ta' liġi bħal dan, huwa għandu jżomm kontinwament quddiem għajnejh il-limitazzjonijiet li għandu pajjiżna, mhux biss f'dawk li huma riżorsi umani imma fl-oqsma kollha.", "Per eżempju, dalgħodu l-ministru ta' l-intern wieġeb domanda parlamentari li għamiltlu jien dwar kemm hemm pulizija u uffiċjali tal-korp tal-pulizija li qed jitħarrġu barra minn Malta sabiex itejbu l-professjonalita` tagħhom u jaġġornaw ruħhom għall-bidliet li jkunu qed isiru.", "Minkejja li llum qegħdin niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi, s'issa għadu ma ntbagħat ħadd barra minn Malta biex jitħarreġ dwar x'se jkun ix-xogħol tal-pulizija hekk kif persuni barranin jagħmlu l-point of entry tagħhom f'pajjiżna.", "Sħabi li tkellmu minn din in-naħa tal-Kamra kkonfermaw li huma jirrikonoxxu l- għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi u bl-ebda mod ma pprovaw ineħħulhom is-sustanza tagħhom pero`, kif se jkolli ħin nispjega iktar 'il quddiem, ma rridux ninsew li pajjiżna għandu diversi limitazzjonijiet.", "Abbozz ta' liġi bħal dan forsi jieħu seduta, tnejn jew l-iktar tlieta biex jgħaddi minn dan il-parlament imma mbagħad iridu jkunu l-pulizija, bl- għajnuna tal-ministru u ta' l-uffiċjali tad-dipartiment u tal-ministeru, li jinforzaw il-liġi.", "Għalhekk jien nistieden lill-ministru li qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi biex jispjegalna ftit xi preparamenti saru u fejn intbagħtu jitħarrġu l-pulizija, jew inkella fejn se jintbagħtu jitħarrġu biex ikunu kapaċi jinforzaw din il-liġi li qed nikkontemplaw.", "Nistenna li fil-winding-up il-ministru jagħti indikazzjoni ċara dwar it- tip ta' eżerċizzju li hemm maħsub biex din il-liġi li qed niddiskutu tiġi inforzata verament u dwar it-tip ta' korsijiet li ngħataw jew se jingħataw l-uffiċjali tal-pulizija sabiex jaġġornaw ruħhom ħalli jkunu kapaċi jwettqu l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi fil-parametri tal- limitazzjonijiet tagħna.", "Meta wieħed jikkonsidra l-fatt li pajjiżna jinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran iktar ikun jista' jifhem il-ħtieġa li l- membri tal-pulizija u oħrajn li jkunu at the point of entry jkunu mħarrġa sew, għaliex aħna nafu li f'pajjiżna ma jiġux biss persuni li jikkwalifikaw biex jiġu ddikjarati bħala refuġjati imma jiġu wkoll persuni bil-għan li jipprovaw itejbu l-qagħda ekonomika tagħhom minħabba ċerti żvantaġġi li jkunu qed isofru f'pajjiżhom.", "Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet konċernati jkunu mħarrġa f'dan ir-rigward anke biex kemm jista' jkun l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi ma jiġux abbużati.", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara li bl-ebda mod ma jien qed ngħid dan biex noħloq xi polemika dwar l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum imma qed ngħid dan għaliex naf li l-limitazzjonijiet ta' pajjiżna jpoġġuna f'diffikultajiet kbar.", "Aħna nafu li minkejja ċ-ċokon ta' gżiritna, aħna nazzjon ħieles u kull sena jkollna mal-miljun turist f'pajjiżna.", "Aħna nafu wkoll li dawk il-persuni li għandhom f'idejhom is-sigurta` ta' pajjiżna għandhom ċerti limitazzjonijiet u għalhekk m'hemmx dubju li meta nkunu qed niddiskutu abbozz ta' liġi bħal dan għandna nassiguraw li jkun hemm preparazzjoni attiva għall-infurzar li nkunu qed nipproponu u napprovaw minn din il-Kamra.", "Matul dan id-dibattitu diġa' kien hemm min semma d- distinzjoni li teżisti bejn refuġjat u immigrant illegali u naħseb li kulħadd jifhem illi jeħtieġ li nagħmlu monitoring għal dak li jkunu qed jagħmlu l-organizzazzjonijiet internazzjonali tar-refuġjati u dawn jipprovduna b'ċerta informazzjoni.", "Issa hawnhekk nixtieq nerġa' nagħmel riferenza għat-tweġiba li tani l- Ministru Borg dalgħodu, fejn minnha rriżulta li matul is-sena li għaddiet ma ntbagħat ħadd jitħarreġ f'dan il-qasam, u dan meta kif għedt diġa', hemm ħtieġa kbira li l-point of entry jkun organizzat u strutturat b'mod li ma jagħtix lok li jinħolqu polemiċi.", "F'dan id-dibattitu jien qed nitkellem biss bħala layman għaliex la għandi esperjenza ta' dan it-tip ta' enforcement u lanqas għandi esperjenza tal-mod kif tista' tiġi interpretata jew ikkontestata l-liġi f'dan ir-rigward imma xorta waħda nagħraf li hemm bżonn illi l-persuni li se jkunu qed jeżerċitaw l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jiġu mħarrġa f'dan ir-rigward.", "Per eżempju, jien informat li riċentement kien hemm każ ta' individwu li ġie jitlob kenn hawn Malta u spiċċa ngħata xebgħa mill-pulizija tant li kellu jerġa' jitlaq lura minn fejn ġie.", "Fil-fatt wara li dan l-individwu fieq mill-inċident li ġarrab huwa fetaħ kawża li qiegħda tiġi ttrattata quddiem il-qorti sabiex dan l-individwu jingħata kumpens jew almenu jingħata sodisfazzjon għal dak li ġralu.", "Issa nispera li ma jkun hawn ħadd min jaħseb li nixtieq noħloq xi kritika negattiva għall-korp tal-pulizija għax jien qed insemmi dan l-inċident sempliċement biex f'dan il-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nuri kemm huwa importanti li kull min ikun qed jaqdi dmirijietu at the point of entry jkun jaf x'inhuma l-obbligi tiegħu u x'politika qed inħaddnu fil-konfront tar-refuġjati.", "Fil-fatt ikun tajjeb ukoll li dawk li se jeżerċitaw l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l- abbozz ta' liġi jkunu jafu x'limitazzjonijiet għandu pajjiżna.", "Per eżempju, sħabi minn din in-naħa tal-Kamra għamlu riferenza għall- problema tal-qgħad u għal diversi problemi oħra li għandna f'pajjiżna u pprovaw iwasslu l-messaġġ li abbozz ta' liġi bħal dan se jkompli jagħfas il- problemi li jeżistu f'pajjiżna għal dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċċji u ma' assistenzi soċjali oħra.", "Naturalment huma m'għamlux dan għaliex iħossu li m'għandniex ngħinu lil ħaddieħor li jinsab fil-bżonn, pero` aħna kważi lkoll missirijiet u rridu li wliedna jkollhom futur aħjar milli kellna aħna u mhux agħar.", "Ħadd ma jista' jinnega l-fatt li dan l-abbozz ta' liġi li qed nipproponu se jpoġġi fuq pajjiżna ħafna iktar xogħol amministrattiv u ta' enforcement, u din id-darba m'aħniex se nkunu qed neżerċitaw obbligi nazzjonali imma obbligi internazzjonali.", "Għalhekk jien nemmen li għandu jiġi identifikat b'mod iktar ċar kif se tiġi organizzata din l-istruttura ħalli b'hekk nassiguraw li din tiġi implimentata b'mod illi jiġu indirizzati l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed jitressaq u li se jiġi approvat minn dan il-parlament iktar 'il quddiem.", "Sur President, ma nistax nagħmel diskors bħal dan mingħajr ma nirriferi għal dak li ntqal minn xi wħud mill-kollegi tan-naħa l-oħra, speċjalment mill-Onor.", "Asciak, fejn dan qal illi l-oppożizzjoni Laburista qed tnissel fost il-poplu Malti ċerti elementi ta' xenophobia, u dan sempliċement minħabba l-fatt li l-oppożizzjoni ma temminx illi l-aħjar triq għal pajjiżna hija li dan isir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa jien ma kellix ħsieb li f'dan l-intervent tiegħi nitkellem fuq l-Unjoni għaliex ma nħossx li huwa serju li meta nkunu qed niddiskutu materja bħal din li qed niddiskutu llum nitkellmu fuq l-opinjonijiet differenti li għandhom iż-żewġ naħat tal-Kamra fuq din l-unjoni, pero` ġaladarba kien hemm min infilza lill-Unjoni f'dibattitu bħal dan bilfors irrid ninnega l-fatt illi aħna, bħala oppożizzjoni, assolutament m'aħniex nidduttrinaw lin-nies kontra l- Unjoni.", "Dan assolutament m'huwiex il-każ, u dan qaluh kemm-il darba l- membri ta' l-oppożizzjoni u l-uffiċjali tal-Partit Laburista.", "Bħala Partit Laburista aħna m'għandna xejn kontra l-Unjoni imma qed ngħidu sempliċement li sħubija sħiħa fl-Unjoni toħloq żvantaġġi kbar għal pajjiżna u għalhekk nemmnu li din m'hijiex it-triq li pajjiżna għandu jfittex sabiex ikompli jiżviluppa l-ġid komuni tal-gżejjer tagħna.", "Fil- fatt aħna tajna wkoll numru ta' indikazzjonijiet li jirriżultaw minn organizzazzjonijiet u minn istituzzjonijiet internazzjonali li huma rikonoxxuti ma' l-erbat irjieħ tad-dinja biex nipprovaw dan, jiġifieri dan li qed ngħidu aħna m'aħniex qed nivvintawh mill-arja.", "Hawnhekk irrid nerġa' nenfasizza wkoll li aħna m'aħniex nesprimu din l-opinjoni għax għandna xi ħaġa kontra l-Unjoni imma għaliex huwa fatt ipprovat li iktar inkunu nistgħu nħarsu l-identita` u l-ġid komuni ta' pajjiżna jekk kemm-il darba nibqgħu 'l barra minn din l-unjoni milli jekk nissieħbu fiha, u huwa ħażin li xi ħadd jipprova jinterpreta dan l-impenn leġittimu ta' l- oppożizzjoni ma' affarijiet li, fl-opinjoni tiegħi, huma ambigwi u artifiċjali.", "Per eżempju, aħna nafu li għalina l-Maltin u għall-industrija tat-turiżmu ta' pajjiżna huwa importanti ħafna li l-provvista` ta' l-ikel tagħna tkun flessibbli, kemm f'dik li hija produzzjoni kif ukoll f'dak li huwa prezz ta' kompetittivita`, pero` hekk kif beda millennju ġdid rajna lill-gvern preżenti jneħħi s-sussidji li kienu indirizzati sabiex il-prezzijiet tal- prodotti essenzjali ta' l-ikel ikun jilħaq il-bwiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, u dan sabiex jaġġorna ruħu mas-sistema politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni.", "Infatti filwaqt li qabel Lm2 miljun mit-taxxi li jħallsu ċ- ċittadini Maltin u Għawdxin kienu jkunu indirizzati lejn is-sussidju tal- ħobż biex b'hekk il-familji tagħna jkunu jistgħu jħallsu biss 11c għall- ħobża ta' kuljum, illum biex jixtru ħobża ta' 800 gramma.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, ma nafx is-sussidju tal-ħobż x'għandu x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi dwar ir-refuġjati!", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membru sabiex iżomm mas-suġġett tad-diskussjoni.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, l-Onor.", "Michael Asciak għamel 20 minuta jitkellem fuq in-NATO u ħa 15-il minuta oħra jitkellem fuq l-Unjoni Ewropea, u għalhekk inħoss li bħala kelliem min-naħa ta' l-oppożizzjoni għandi nagħmel riferenza għal dak li tħalla jingħad mis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Unjoni Ewropea l-ewwel li ssemmiet kien mill-Onor.", "Gulia - meta qal li aħna qed nipproponu dan l-abbozz ta' liġi minħabba l- Unjoni - u l-Onor.", "Asciak qal sempliċement li dan m'huwiex minnu pero` li huwa veru li l-Unjoni tipproteġi l-interessi u d-drittijiet tar-refuġjati.", "Imma s-sussidju tal-ħobż x'għandu x'jaqsam ma' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: U n-NATO x'għandha x'taqsam ma' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna!", "ONOR.", "TONIO BORG: In-NATO m'għandhiex x'taqsam ma' din id-diskussjoni lanqas.", "L-Unjoni Ewropea għandha x'taqsam mal-kwestjoni tar-refuġjati għaliex hija għandha sett ta' regoli ta' protezzjoni għalihom.", "Pero` naturalment hemm pajjiżi oħra li qegħdin barra mill-Unjoni u jipproteġu lir- refuġjati xorta waħda, għaliex inkella se naslu f'sitwazzjoni fejn ngħidu li min m'huwiex membru ta' l-Unjoni lir-refuġjati jsawwathom!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ġaladarba l-Onor.", "Asciak tħalla jikkritika lill-oppożizzjoni li qed tħares lejn l-Unjoni b'mod negattiv u mod irresponsabbli, issa wieħed għandu jieħu paċenzja u joqgħod jisma' bil- kwiet.", "(Interruzzjonijiet) Iva, huwa veru li waqt li kien qed jitkellem l- Onor. Asciak jien qomt u għamilt point of order biex niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l-Onor.", "Membru kien qed jiżbilanċja d-diskussjoni, pero` dak għamiltu wara li kien ilu 20 minuta għaddej, jiġifieri 20 minuta wara li la s-Sedja u lanqas ħadd min-naħa l-oħra ma ħa interess jiġbed l-attenzjoni għal dan.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, jien li kont qed nipprova ngħid qabel ma qam il-Ministru Borg jagħmel il-point of order tiegħu kien illi l-limitazzjonijiet li għandu pajjiżna diġa' qed jagħfsu lill-gvern biex jieħu numru ta' miżuri diffiċli li filwaqt li qabel kien jiċħadhom, issa qed jirrikonoxxihom.", "Għalhekk meta aħna min-naħa tagħna bħala oppożizzjoni nesprimu r-riżervi li għandna f'dan ir-rigward ma nkunux qed nagħmlu dan minħabba li ma naqblux ma' l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi imma għaliex bħala nies li nirrappreżentaw lill-poplu tagħna nirrikonoxxu l-impatt li se jħalli l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum, liema impatt se jkollu jħallas għalih il-poplu tagħna.", "Meta l-oppożizzjoni tkun qed tiġbed l- attenzjoni tal-poplu dwar il-limitazzjonijiet li għandu pajjiżna ħadd m'għandu jikkategorizza jew ifixkel billi jgħid li hija qed tagħmel dan biex tbeżża' jew biex toħloq xi ħsebijiet differenti f'dak li għandu jaħseb u jiddeċiedi l-poplu, u dan biex jaljena lill-poplu milli jħares lejn il- limitazzjonijiet li qiegħda titkellem dwarhom l-oppożizzjoni.", "Kont qed nispjega iktar kmieni, il-miżuri li qed jittieħdu biex jiġi indirizzat id- deficit li għandu pajjiżna qed iġibu magħhom diversi problemi u għaldaqstant irridu naraw li l-istruttura li se noħolqu biex tattwa dak li qed jiġi propost fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma tkunx qed iżżarma knisja biex tarma oħra.", "Aħna lkoll nafu li f'pajjiżna għandna diversi oqsma li jrid isir enforcement fihom u allura għalkemm huwa tajjeb li nitkellmu fuq il-prinċipji, min-naħa l-oħra rridu naraw li biex il-gvern jaqdi l-obbligi li qed jipproponielu dan l-abbozz ta' liġi ma jkunx qed jinsa li pajjiżna għandu l-limitazzjonijiet tiegħu.", "Issa hawn irrid ngħid bl-iktar mod ċar li minkejja li pajjiżna għandu l-limitazzjonijiet tiegħu, l-oppożizzjoni temmen li għandna nagħtu s-sehem tagħna fil-konvenzjonijiet li jsiru dwar il-ġuħ fid-dinja għax nafu li miljuni ta' anzjani, żgħażagħ, nisa u tfal imutu bil-ġuħ kuljum.", "Madanakollu bħalma jiġri dejjem, din il- liġi li qed nipproponu tista' tiġi abbużata u għalhekk hawn wieħed irid jenfasizza li filwaqt li għandna nimpenjaw ruħna bis-sħiħ biex inwettqu l- għanijiet u raġunijiet ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, qabel ma nagħmlu dan għandna norganizzaw l-infrastruttura li għandna bżonn, iktar u iktar għaliex minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' gżiritna fir-reġjun tal- Mediterran jista' jkun hemm diversi okkażjonijiet fejn wieħed jipprova jabbuża minn din il-liġi li qed nipproponu bil-konsegwenza li joħloq ċerti problemi fuq iż-żamma ta' l-ordni ta' pajjiżna.", "Sur President, ħadd ma jista' jinnega l-fatt li aħna minn dejjem konna poplu ħanin, minn dejjem fhimna lil dawk il-persuni li kellhom iħallu lil art twelidhom sew minħabba gwerer kif ukoll minħabba ċirkostanzi oħra u bħala nazzjon minn dejjem għenna fl-iżvilupp ta' kull inizjattiva favur id- drittijiet tal-bniedem.", "Madanakollu nerġa' nirripeti li jkun inutli li nippilotaw u nemendaw il-liġijiet jekk kemm-il darba ma nidentifikawx ir- responsabbiltajiet li jkun jirrikjedi dak li nkunu qed nipproponu, u bla ebda dubju sal-lum għad hemm ċerti nuqqasijiet fl-enforcement li jsir at the point of entry.", "Għaldaqstant in-naħa ta' l-oppożizzjoni bilfors qed ikollha tagħmel ċerta pressjoni biex fil-winding-up il-ministru jgħid xi programm hemm maħsub għal din is-sena u għas-snin li ġejjin sabiex l- għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi li se jiġi approvat quddiem il-parlament ikunu jistgħu jiġu indirizzati bil-limitazzjonijiet li għandu pajjiżna.", "Kif għedt diġa', dan wieħed dejjem għandu jżommu quddiem għajnejh meta jiġi biex ifassal abbozzi ta' liġi ta' din ix-xorta.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, bla ebda dubju dan l-abbozz ta' liġi qajjem interess kbir minkejja xi kritika żgħira li saret għalih, u għalkemm m'iniex xi profeta, jien naħseb li dan l-abbozz ta' liġi se jiġi approvat miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li f'dan il- parlament, bħalma ġara fid-diskussjonijiet li saru barra minn dan il- parlament dwar dan is-suġġett, kien hemm ċertu taħwid ta' konċetti u kien hawn min beda jħallat lir-refuġjati ma' l-immigranti illegali.", "Fil-fatt ta' min jgħid li dan l-iżball ma sarx biss barra minn dan il-parlament imma anke minn uħud mill-membri ta' dan il-parlament.", "Sal-lum aħna għadu qatt ma kellna sistema uffiċjali dwar ir-rikonoxximent tar-refuġjati u dejjem irrikonoxxejna dak li tirrikonoxxi n-Nazzjonijiet Uniti.", "Ta' min jgħid li jekk naraw kemm għandna refuġjati rikonoxxuti f'Malta llum ma' nsibux iċ-ċifra ta' 4,000 - liema ċifra ssemmiet f'xi gazzetta u kienet tiġbor fiha dawk l-immigranti illegali li xi darba f'dawn l-aħħar snin ġew Malta, kemm dawk li nqabdu kif ukoll dawk li ma nqabdux - imma nsibu ċ-ċifra ta' 166.", "Terġa' minn dawn il-166 - hawn irrid niġbed l- attenzjoni li ġieli f'Malta kellna anke 400 jew 500 refuġjat - hemm 44 tifel u tifla, jiġifieri mil-lat ta' permessi ta' xogħol nistgħu ngħidu li hawnhekk qed nitkellmu biss fuq 120 każ.", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara mal-ewwel li l-intenzjoni tal-gvern biex ifassal abbozz ta' liġi bħal dan kienet illi joħloq bilanċ bejn l-interessi tal-komunita` u l-interessi tar- refuġjati u li jiġi evitat li jkun hemm min jabbuża u jiġi Malta bl-iskuża li applika għal refuġjat biex sakemm tiġi pproċessata l-applikazzjoni tiegħu, li ħafna drabi tieħu xhur sħaħ, ikun jista' jibqa' jgħix f'pajjiżna.", "Sur President, nibda biex ngħid li minkejja li f'xi pajjiżi oħra dawk li japplikaw għall-istatus ta' refuġjat jitħallew liberi, f'Malta m'aħniex qed nagħtu din il-garanzija, u m'aħniex qed nagħtuha biex jekk jiksru l- liġijiet ta' l-immigrazzjoni tagħna l-pulizija jkollhom dritt iżommuhom f'kustodja.", "Fil-fatt sal-lum dan il-prinċipju dejjem ġie segwit u taħt dan l-abbozz ta' liġi se jibqa' jiġi segwit.", "Nerġa' nirripeti li fil-liġi tagħna mhux talli m'hemm xejn li jagħti xi dritt ta' liberta` lill-asylum seekers jekk dawn ikunu kisru l-liġijiet ta' l-immigrazzjoni tal-pajjiż imma talli l-ministru għandu d-diskrezzjoni li anke lil dawk li m'humiex taħt kustodja u li allura ma kisrux il-liġijiet ta' l-immigrazzjoni, il- ministru jista' jiddeterminalhom fejn għandhom joqogħdu, jiġifieri għalkemm dawn ma jkunux taħt arrest il-ministru jista' jordnalhom biex joqogħdu fit- tali post biss, imma ovvjament huwa se juża din id-diskrezzjoni biss f'każijiet estremi.", "Min-naħa l-oħra dawk li jidħlu f'pajjiżna illegalment se jkunu taħt kustodja u jekk ma jiġux rikonoxxuti bħala refuġjati, huma jitkeċċew minn pajjiżna.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti għaċ-ċerti elementi ta' xenophobia li qed ikun hemm f'ċerti diskorsi u f'ċerti artikli li dehru fuq il-gazzetti għaliex anke l-media tagħna, għal żmien twil - u hawn qed nirriferi għall-media in ġenerali, jiġifieri mhux għall-media ta' xi naħa politika jew oħra - meta kien jasal xi ħadd f'Malta b'dgħajsa li fiha kien ikun hemm xi 20 persuna barranija, kienu jgħidu \"daħlu r- refuġjati\", u dan meta fil-verita` huma kienu jkunu klandestini.", "Issa ovvjament dan ma jfissirx li f'dik id-dgħajsa ta' 20 ruħ ma setax ikun hemm tlieta jew ħamsa minnhom li jistgħu jiġu ddikjarati bħala refuġjati, imma sal-lum aħna dejjem imxejna mad-definizzjoni ta' \"refuġjat\" li hemm fil-konvenzjoni ta' Ġinevra ta' l-1951, liema konvenzjoni tirrikonoxxi bħala refuġjat biss lil dawk il-persuni li ma jistgħux imorru lura f'pajjiżhom minħabba a well-founded fear, jiġifieri minħabba biża' li tkun imsejsa fuq ir-realta` u li tkun approvata.", "S'issa l-UNHCR dejjem irrifjuta li jiddikjara bħala refuġjat lil dak li jkollu biss biża' vaga, jiġifieri li m'għandux a well-founded fear, u jien nimmaġina li l- kummissarju li ġie propost li jinħatar f'dan l-abbozz ta' liġi se jimxi fuq l-istess passi tiegħu.", "Hawnhekk ta' min isemmi każ li jekk m'iniex sejjer żball ġara matul ix-xitwa li għaddiet fejn daħlet f'Malta dgħajsa mimlija persuni barranin li Alla jbierek, kollha bdew jgħidu li huma mis-Sierra Leone.", "Ovvjament huma bdew jgħidu li huma mis-Sierra Leone minħabba li hemmhekk hemm it-taħwid u għalhekk huma ħasbu li jekk jgħidu li huma minn dak il-pajjiż se jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati, pero` fil-fatt ma ġie rikonoxxut ħadd minnhom bħala refuġjat.", "Minn każijiet bħal dawn nindunaw kemm qed isiru kontrolli ta' dan it-tip f'pajjiżna.", "Sur President, l-Onor.", "Gulia, li hu l-kelliem ewlieni min-naħa ta' l- oppożizzjoni dwar il-qasam ta' l-intern, qal li għalkemm l-oppożizzjoni se tivvota favur dan l-abbozz ta' liġi, huwa jaf li dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq quddiem il-parlament mill-gvern preżenti minħabba li rridu nissieħbu fl-Unjoni Ewropea - hekk jew hekk il-botti fuq l-Unjoni dejjem iridu jagħmluhom! - u huwa kompla jgħid illi prova ta' dan huwa l-fatt li filwaqt li aħna ffirmajna l-konvenzjoni ta' Ġinevra fl-1971 u l-protokoll ta' New York ta' l-1967 iffirmajnieh f'Settembru ta' l-istess sena, dan l- abbozz ta' liġi qed inressquh 30 sena wara.", "Huwa veru li mill-1971 sa llum l-ebda amministrazzjoni qatt m'għaddiet liġi minn dan il-parlament biex nassumu l-obbligi internazzjonali li għandna taħt il-konvenzjoni ta' Ġinevra bis-saħħa ta' liġi, pero` wieħed irid jgħid ukoll li meta kienet ġiet iffirmata dik il-konvenzjoni tant għamilna reservations għaliha li lanqas kien hemm bżonn illi nagħmlu liġi f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt konna għamilna żewġ reservations billi għedna li nistgħu nirrikonoxxu lil bniedem bħala \"refuġjat\" biss jekk dan il-bniedem ikun diġa' ġie rikonoxxut bħala refuġjat minħabba avvenimenti li saru qabel l- 1951 u jekk kemm-il darba dawn ir-refuġjati jkunu ġejjin mill-kontinent Ewropew.", "Għalhekk ma kienx jagħmel sens li fl-1971 noqogħdu nfasslu liġi għal dawk biss li saru refuġjati 20 sena qabel u li ġejjin mill-kontinent Ewropew.", "Meta mbagħad f'Settembru ta' l-istess sena irratifikajna l- protokoll ta' New York, aħna neħħejna l-limitazzjoni tad-data, jiġifieri l- obbligu tagħna beda jinkludi wkoll lil dawk il-persuni li kienu ddikjarati bħala refuġjati minħabba avvenimenti li seħħu fl-1951, pero` l-geographic limitation, jiġifieri li jridu jkunu ġejjin mill-kontinent Ewropew, baqgħet hemmhekk, u din xi ftit jew wisq irrestrinġiet l-obbligu internazzjonali tagħna għaliex minkejja li fil-kontinent Ewropew hemm ċertu nkwiet ukoll, għall-grazzja t'Alla l-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej għandhom demokrazija stabbli, u l-ftit li hemm li m'għandhomx demokrazija stabbli dawn huma kollha pajjiżi stabbli, jiġifieri ma jagħtux lok għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm xi ċittadini li jkollhom jaħarbu minn pajjiżhom.", "Hawnhekk wieħed irid iqis ukoll li ma tistax tqabbel il-mezzi tat-trasport li għandna llum mal-mezzi ta' trasport li kienu jeżistu fl-1971.", "Biżżejjed ngħid illi l- linja ta' l-ajru tagħna bdiet fl-1974 u fil-bidu din lanqas kellha r-rotot għal kull pajjiż tad-dinja, anke għaliex dak iż-żmien kien għadu lanqas biss inbeda l-konċett tal-hub, li għalkemm huwa konċett ekonomikament tajjeb jista' joħloq diversi problemi għall-qasam ta' l-intern.", "Sur President, minkejja li pajjiżna għandu limitazzjoni ġeografika, matul dawn l-aħħar 15-il sena l-gvern Malti beda jirrikonoxxi lir-refuġjati - naturalment huwa sal-lum dejjem kien jirrikonoxxiehom biss b'mod amministrattiv għax kif għedt diġa', sal-lum ma kellna l-ebda liġi dwar dan - abbażi ta' kif tirrikonoxxiehom in-Nazzjonijiet Uniti.", "Ovvjament xi darba din is-sitwazzjoni riedet tinbidel, irrispettivament minn jekk napplikawx jew nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le, għaliex ejjew ngħiduha kif inhi, liema gvern sovran u indipendenti jista' jibqa' għal żmien twil jistrieħ biss fuq id-deċiżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar jekk persuna tistax tiġi meqjusa bħala refuġjata jew le?", "Jien nifhimha li sakemm fassalna l-liġi tagħna straħna fuq id-deċiżjonijiet li jieħu l-UNHCR, imma issa, li għandna l-esperjenza ta' dawn l-aħħar 15-il sena fejn matulhom bdejna naċċettaw refuġjati anke minkejja li kienu jmorru lil hinn mill- obbligi internazzjonali tagħna, se nibqgħu nħaddmu sistema li biha kull refuġjat li jiġi f'pajjiżna nkunu rridu nżommuh hawn sakemm il-karti jmorru Ruma, imbagħad Ruma jibdew jistaqsu ħafna domandi u l-kummissjoni ta' l- emigranti tagħmilha ta' aġent ta' l-UNHCR?", "Jien naħseb li anke għalina stess, għandu jkollna organi lokali li jipproċessaw l-applikazzjonijiet tar-refuġjati, jiġifieri issa ejjew ma noqogħdux nitfgħu l-botti li hija l-Unjoni li qed iġġiegħlna nressqu dan l- abbozz ta' liġi quddiem il-parlament illum.", "Il-verita` hija li f'Malta dejjem kellna bżonn ta' liġi tar-refuġjati, u tant kulħadd qed jirrikonoxxi dan il-bżonn li milli jidher dan l-abbozz ta' liġi se jgħaddi unanimament minn din il-Kamra.", "Issa jekk dan il-pass se jgħinna mmexxu 'l quddiem il- proċess biex insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea tant l-aħjar, imma dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq quddiem dan il-Parlament mhux minħabba l- Unjoni imma minħabba li minnu nnifsu huwa pass pożittiv.", "Dan qed ifakkarni f'dak li konna nitgħallmu fid-duttrina; li ċerti affarijiet huma ħżiena mhux għax il-Knisja tgħid li huma ħżiena imma għaliex huma ħżiena fihom infushom.", "Aħna rridu nirregolizzaw dan il-qasam sabiex inħarsu l-interessi tagħna u tar-refuġjati.", "Issa jekk dan se jservi wkoll ta' vantaġġ għalina biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea tant l-aħjar, imma mhux imbagħad naqilbu r- raġunament, bħallikieku huma l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea biss li jipproteġu lir-refuġjati.", "Mela dawk il-pajjiżi li m'humiex imsieħba fl- Unjoni Ewropea m'għandhomx liġijiet favur ir-refuġjati wkoll?!", "Fl-opinjoni tiegħi, huwa fl-interess tagħna li nipproponu abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna għax ma jistax ikun li llum, wara l-esperjenza kollha li ksibna, nibqgħu nittrasferixxu l-poter tad-deċiżjoni tagħna lill-UNHCR.", "Ovvjament jien ma nafx x'se jiġri fil-futur u ma nafx jekk il-kummissarju li se naħtru permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi huwiex se jirrikonoxxi refuġjati li ma kenux ġew rikonoxxuti mill-UNHCR.", "Hawnhekk ta' min isemmi każ partikolari li ġara dan l-aħħar - fil-fatt jien qrajt dwar dan il-każ fuq gazzetta lokali - fejn minkejja li kien hemm individwu minn xi pajjiż fil-Persja li kellu sinjali ta' torturi fuqu, huwa ma ġiex rikonoxxut bħala refuġjat mill-UNHCR.", "Naturalment jista' jkun ukoll li jiġri bil-maqlub; li ċerti persuni li ġew rikonoxxuti mill-UNHCR bħala refuġjati ma jiġux rikonoxxuti b'dan il-mod mill-kummissarju tar- refuġjati li se naħtru għax isib li l-biża' li għandhom biex jirritornaw lura lejn pajjiżhom m'hijiex a well-founded fear.", "Ta' min iżid jgħid ukoll li peress li meta tittieħed deċiżjoni jkun hemm min jgħid \"prosit\" u jkun hemm ukoll min jgħid \"ajma\", dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti dritt ta' appell kemm lir-refuġjat kif ukoll lill-ministru - u ta' min jenfasizza li anke l-ministru qed jingħata dan id-dritt għax kienu ftit dak li semmewh dan il-fatt - jiġifieri l-ministru jista' jappella għan-nom tal-gvern għal xi deċiżjoni li jkun ħa l-kummissarju tar-refuġjati.", "Punt ieħor interessanti li joħroġ minn dan l-abbozz ta' liġi huwa li se titneħħa l- limitazzjoni ġeografika li konna għamilna fl-1971, jiġifieri dik li nirrikonoxxu biss lil dawk ir-refuġjati li huma ġejjin mill-Ewropa, u din se titneħħa għaliex huwa ġust li jsir hekk.", "Sur President, mid-diversi interventi li saru matul dan id-dibattitu ħarġu żewġ attitudnijiet.", "Per eżempju, l-Onor.", "Bartolo, iktar milli ddiskuta l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa ddiskuta l-aspett filosofiku tiegħu għaliex ġab l-argument li huwa tajjeb li nipproteġu lir- refuġjati imma rridu naraw li neqirdu wkoll dak li qed jikkaġuna lin-nies jiċċaqilqu minn post għall-ieħor.", "Dan huwa veru, u fil-fatt jien nixtieq li għandna xi poter li neqirdu dak li qed jikkaġuna lin-nies biex jiċċaqilqu minn post għall-ieħor għaliex kieku żgur li konna nużaw dan il- poter.", "Mid-diskors ta' l-Onor.", "Bartolo l-messaġġ favur dan l-abbozz ta' liġi ħareġ ċar, jiġifieri huwa ma wassalx il-messaġġ li għandna nibżgħu mill-barranin, u jeħtieġ li wieħed jifhem darba għal dejjem li hekk kif f'Malta jiġu barranin biex jagħmlu l-ħsara, daqstant ieħor jiġu barranin biex nagħtuhom il-protezzjoni li jkun ħaqqhom, u dawn huma r-refuġjati ġenwini.", "MR SPEAKER: Ministru, ippermettili ninterrompik imma li sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi l-Aġġornament għal Tlieta, 1 ta' Frar, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.).", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, fil-bidu tas-seduta tal-bieraħ ingħataw il-kondoljanzi wara d-diżgrazzja li kellna f'dawn l-aħħar ġranet u f'dan l- aġġornament nixtieq li nieħu ftit minuti biex bħala kelliemi ta' l- oppożizzjoni għax-xogħol u taħriġ inwassal jiena wkoll il-kondoljanzi lill- familjari f'dan il-mument diffiċli.", "F'mumenti bħal dawn issibha diffiċli li ssib il-kliem sabiex tesprimi d-dwejjaq u n-niket li ġrajjiet hekk koroh iġibu magħhom.", "Dawn it-tliet ħaddiema ħarġu mid-djar tagħhom qawwijin u sħaħ sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom u tal-familjarji tagħhom iżda x- xorti riedet li ma kellhomx jirritornaw lura lejn darhom fl-istess kondizzjonijiet.", "Dan għaliex kif jaf kulħadd tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom fuq il-lant tax-xogħol.", "F'din id-diżgrazzja, Mr Speaker, rajna xempju ta' solidarjeta' bejn il-ħaddiema fejn f'tentattiv sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lil seħibhom huma wkoll spiċċaw tilfu ħajjithom diżgrazzjament.", "Mr. Speaker, din id-diżgrazzja saret fl-istess perijodu meta eżattament fit-3 ta' Frar ta' ħames snin ilu tmien ħaddiema tilfu ħajjithom fit- tarzna.", "Kull meta tiġri xi diżgrazzja fuq il-post tax-xogħol li tissarraf f'xi ħajja ta' xi ħaddiema fil-pajjiż tqum u tirrenja diskussjoni nazzjonali dwar il-problema kbira li teżisti ta' nuqqas ta' sigurta' f'diversi postijiet tax-xogħol.", "Madankollu jispiċċa jgħaddi ż-żmien, l- affarijiet jintesew u minkejja kampanji ta' tagħrif dwar is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol jibqa' jkollna ħafna inċidenti fuq il- lantijiet tax-xogħol.", "Isiru sforzi minn kull gvern li jkollna, mill- unions, minn min iħaddem kif ukoll mill-ħaddiema nfushom sabiex ikun hemm aktar sigurta' fuq il-post tax-xogħol iżda kif għedt u kif qed naraw sena wara l-oħra qed jibqa' jkollna l-inċidenti fatali.", "Fis-sena 1990 kellna 5,430 inċident fuq il-post tax-xogħol li minnhom 12 kienu fatali.", "Is-sena li għaddiet kellna wkoll tmien persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu qegħdin jagħmlu d-doveri tagħhom fuq il-post tax- xogħol.", "Għalhekk hemm bżonn ta' impenn akbar minn kulmin hu involut fil- qasam tax-xogħol sabiex ikun hemm aktar miżuri ta' prekawzjoni, kif ukoll li tiddaħħal aktar dixxiplina sabiex jonqsu dawk li jabbużaw b'periklu għal ħajjithom kif ukoll għal dawk ta' madwarhom.", "J'Alla, Mr Speaker, li din it- traġedja tagħtina tagħlima sabiex ngħożżu aktar il-valur tal-ħajja għaliex żgur li m'hemm xejn aktar prezzjuż mill-ħajja.", "Sabiex nagħlaq, irrid ngħid li għandna nagħmlu kull sforz sabiex possibbilment ma jkollniex aktar imwiet bħal dawn fejn ħaddiema jitilfu ħajjithom waqt li qed jaqilgħu l-għajxien għalihom u għal familji tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr. Speaker, bħal-lum tmint ijiem ilu kont mistieden biex nindirizza laqgħa organizzata mill-UHM għax-shop stewards u membri tagħha bħala parti minn kors li qegħdin jagħmlu biex ikunu nformati rigward ir-relazzjonijiet ta' Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Dawn stednuni sabiex inkun nista' nispjegalhom x'inhi l-politika tal-Partit Laburista u anke biex niddiskutu bejnietna problemi li jista' jkun hemm.", "Nista' ngħid li kien hemm attendenza sabiħa ħafna u għaddejna sagħtejn sħaħ niddiskutu.", "Barra minn hekk kien stipulanti ħafna li tara kif ċerti nies iħarsu lejn ċerti problemi.", "Mr. Speaker, jiena ridt pubblikament nirringrazzja lil UHM għal din l-inizjattiva.", "Kien hemm ħafna u ħafna approach oġġettiv lejn is-sitwazzjoni u għal xi eċċezzjoni żgħira ma kienx hemm emozzjoni.", "Sempliċement tkellimna b'mod oġġettiv fuq il-fatti, ovvjament kien hemm ċertu nuqqas ta' qbil ma' ċerti nies, imma l-oġġettivita' kienet qegħda hemmhekk.", "Per eżempju ħadt gost ukoll li kien hemm l-avukatessa tal-UHM preżenti li bl-ikbar sinċerita' ressqet xi fatti li qegħdin jiġu interpretati ħażin.", "F'dan il-każ ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni jew nuqqas ta' qbil rigward il-fatti bħala fatti pero' mbagħad ovvjament hemm l-interpretazzjoni tal-fatti.", "Mr. Speaker, dan qed ngħidu għax ovvjament il-gazzetti l-għada rrapportaw din il-laqgħa u jien hawnhekk ngħid li hija ħasra li rrapportaw dak li għedt jien biss.", "Li kieku r-reporters baqgħu hemmhekk biex jisimgħu l-bqija tad- diskussjoni u l-mistoqsijiet u r-risposti kienu jindunaw li hemm ħafna affarijiet interessanti li ħarġu minn dawk is-sezzjonijiet.", "Ir-reporters ħafna drabi jkunu pressati u jridu jagħmlu affarijiet oħra pero' jiena niskanta kif ċerti gazzetti mbagħad jagħtu importanza b'titli grassi lil ċerti affarijiet, filwaqt li fuq is-sanzjonijiet li huwa suġġett li jidher li hawn ammont ta' qbil mhux ħażin bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra - u bl- umilta' kollha ngħid li dwar dan għamilt kontribut ta' siegħa u kwart riċerkat - ma deher assolutament xejn fl-ebda gazzetta.", "Forsi dan suġġett that doesn't sell well, pero' hija ħasra, għaliex wieħed jippretendi li ċerti affarijiet għandhom ikunu wkoll mogħtijin.", "Jien mhux se noqgħod ngħid jekk dan huwiex breach of privilege għax ma jinteressanix, imma kienet ħasra li ħadd ma ġab għallinqas linja waħda biss fuq dak is-suġġett.", "Mr. Speaker, iżda l-għaġeb tiegħi hu li jkollna kollega hawnhekk - u hawn qed nirriferi għall-Onor.", "Jason Azzopardi - li mela aġġornament b'ħafna affarijiet Ii qalu l-gazzetti. għax l-ewwel qam jgħajjar bid-diżonesta' intellettwali mbagħad iktar 'il quddiem irrifera għalija li jiena politiku responsabbli.", "Jiena ma naħsibx li għandu jsir hekk sempliċement għaliex ma naqblux fuq l-interpretazzjoni tal-fatti.", "Mhux kulħadd jaf li dik in-naħa tinterpreta l- affarijiet mod u hawnhekk ninterpretaw affarijiet mod ieħor?", "Imma allura jekk ma naqblux ngħid li sieħbi tan-naħa l-oħra huwa diżonest intellettwalment?", "Issa ħalliha li ftit ġranet qabel kien hemm artikolista f'\"The Times\" li mhux is-soltu jagħmel kumplimenti u qal li ma jistax jimmaġina li jiena jkolli diżonesta' intelettwali.", "Dan ma kienx xi kumplement li ħadt pjaċir bih għaliex immaġinajtu kumpliment it-tip ta' dawk li għamel Mark Antonio fil-funeral ta' Ċesri meta beda jgħid li Brutus u sħabu kollha huma nies ta' l-unur, imma jiena ma nistax nifhem kif jekk bniedem ma jaqbilx ma' xi ħadd jibda jgħid li huwa diżonest, li qed jivvinta l-affarijiet, li mhux serju u li mhux responsabbli.", "Jiena mhux se noqgħod ngħajjar b'mod personali pero' rrid ngħid li meta smajt il-preambolu li għamel l-Onor.", "Azzopardi dwar il-fatt li wieħed għandu jitkellem id-dritt u għandu d-dover li jinforma bil-fatti ħsibtu se jagħmel xi awtokritika għall-partit tiegħu u jgħid fejn kienu diżonesti intellettwalment f'eluf ta' każi.", "Jien mhux se nsemmi l-programm elettorali tagħhom li kien iwiegħed mod u fil-fatt qed isir mod ieħor.", "Mhux se nsemmi l-kwestjoni ta' kemm damu jgħidu li se nidħlu fl-Unjoni Ewropea u kienu jafu li għadna 'l bogħod.", "Dik kienet diżonesta' intellettwali.", "Barra din kien hemm ukoll il-Lm100 miljun li ex-ministru ta' l-affarijiet barranin ħajjar lill-votanti bihom.", "Dawn ma ġewx.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal- Kalaxlokk.", "Dik hija d-diżonesta' intellettwali, meta qed twiegħed xi ħaġa konxjament lil xi ħadd li mbagħad xahar wara li titla' fil-gvern tkeċċih 'il barra mill-post u tagħtih il-flus biex jitlaq 'l hemm.", "Hemm ħafna modi ta' diżonesta' intellettwali bħal per eżempju li twiegħed li m'intix se tgħolli l-income tax u mbagħad iċċaqlaqha.", "Jien ħsibt li meta semma d-diżonesta' intellettwali l-Onor.", "Azzopardi kien se jagħmel awtokritika ta' dawn l-affarijiet.", "Ara dik le, u għalhekk jiena niskanta kif imbagħad fuq interpretazzjoni ta' fatti qagħad isemmi d- diżonesta intellettwali.", "Din m'hijiex xi ħaġa meta oġġett abjad tgħidlu iswed.", "Id-diżonesta intellettwali hi meta inti taf li s-sigaretti jikkaġunaw il-cancer u li joqtlu n-nies u għaliex forsi jkollok konnessjoni ta' qligħ ta' flus minn din l-industrja tgħid li dawn ma jagħmlux ħsara.", "Dik hija diżonesta' intellettwali fl-opinjoni tiegħi.", "Dan m'huwiex il-każ rigward dak li semma' l-Onor.", "Azzoppardi għax dak li rrefera għalih bħala diżonesta' intellettwali huwa sempliċement opinjoni differenti.", "Sur President, nibda biex ngħid li meta qrajthom dawn skantajt.", "Jekk se mmexxu d-dibattitu fuq l-Unjoni Ewropea b'dan it-ton...", "Issa jiena ma jidhirlix li l-Onor.", "Azzopardi tkellem fid-dibattitu tal-foreign affairs, imma jekk inhu daqshekk in gamba jmisshom tawh iktar ħin ħalli jagħmel il-kummenti tiegħu pero' ejja naraw x'qal fil-bidu.", "L-ewwel ħaġa oġġezzjona għall-fatt li r-rapport ta' dak li għedt jien qal li ż-żieda fil-prezzijiet kien l-ewwel pass għal żidiet oħra li rridu naraw 'il quddiem meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "X'hemm żbaljat fiha din?", "L- affarijiet mhux jogħlew qegħdin?", "Qed jogħla t-telephone, qed jogħla t- trasport u għola l-ħobż.", "Kollox qed jogħla għax dawn serje ta' passi.", "Imbagħad daħal fl-argumenti li jiena għedt - u nibqa' ngħid u nsostni li hekk hu - li l-gvern ħa dan il-pass ħalli jkun aktar konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni.", "Hu jemmen li l-gvern neħħa s-sussidju għal ċerti raġunijiet u jien ngħid li l-gvern neħħihom l-ewwelnett minħabba l-ħofra kbira li għandu ħalli ma jonfoqx il-flus għas-sussidji, imma iktar u iktar ħalli jidher li qiegħed konformi mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan qal li din hija falsita'.", "Issa jekk inti temmen mod u jien nemmen ieħor, noħodlok b'idejk u ngħidlek: Isma' inti żomm l-opinjoni tiegħek u jiena tiegħi, pero' l- poplu jżomm l-opinjoni tiegħu wkoll, għaliex il-poplu qed iħallas il-flus.", "Issa jiena ma nistax ngħid li mhux veru nipprevedi li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea l-prezz tal-ħobż irid jerġa' jogħla.", "Din hi opinjoni bbażata fuq il-fatti, fuq kif jimxu l-affarijiet u fuq x'irid jiġri jekk aħna nibdew nixtru l-qmuħ tagħna bil-prezzijiet li tiddetta l-Unjoni Ewropea.", "Issa jekk hu jemmen differenti dik affari tiegħu.", "Jekk l-Onor Azzopardi ma jiftakarx jiena rrid infakkru li dan mhux jien għedtu.", "Nerġa' nikkwota mill-famuż dokument li kien immarkat \"to be treated as strickly confidential\" li nkiteb mill-ministru għall-affarijiet barranin preżenti li dak iż-żmien kien il-kap tad-direttorat ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan kien kiteb lill-Prof. de Marco f'Ottubru 1995 u qallu li se niffaċċjaw problema jekk kemm-il darba ma jsirx miraklu u dan il-pajjiż ikun permess mill-Unjoni Ewropea li jibqa' jixtri l-qmuħ bil-prezz sussidjat.", "Issa jien niċċalinġjah biex jgħidli liema pajjiż qed jixtri l-qmuħ - biex ma nsemmux iz-zokkor, il-butir, il-ħalib u l-affarijiet oħra - bi prezz sussidjat.", "Jekk kemm-il darba dan qed jippretendi li se jkun jibqa' jixtrih bl- intervention price li tagħti l-Unjoni Ewropea, allura dik hija storja oħra imma mbagħad mhux jgħid li din falsita'.", "Hekk ġara f'kull pajjiż u hekk se jiġri f'Malta.", "Issa jekk jiġri miraklu mbagħad ngħidu li sar miraklu, imma l-gvern mhux qed jgħid li jekk ma jagħmlux hekk jew jekk ma jagħtuniex hekk se jħassar kollox.", "Għaliex jekk trid takkwista xi ħaġa li hija eċċezzjonali trid tagħmel pressjoni u jekk hemm bżonn trid tpoġġi t-taħdidiet at stake.", "L-Onor.", "Borg, li dak iż-żmien ma kienx fil-parlament, jitkellem ċar.", "Dan mhux talli kiteb dak li għedt jiena talli kiteb ukoll li l-effett jista' jolqot setturi industrijali b'mod negattiv inkluż it-turiżmu minħabba the higher cost of living.", "Jekk l-Onor.", "Jason Azzopardi jrid din il-faċċata nagħtihielu.", "Din ikkwotajtha hawnhekk u semmejtha u għedtha kemm-il darba.", "Dan qed jgħid li l-hard wheat aħna nġibuh mill-Ewropa, mill-Kanada, l- Istati Uniti u mis-Saudi Arabia u jekk se japplikaw ir-regolamenti kif suppost il-prezz tal-ħobż se jesplodi u se jkollu ripple effect fuq dawn is- setturi kollha.", "Mr. Speaker, jiena mhux se noqgħod naħli l-ħin naqra dan id-dokument pero' l-Onor.", "Borg tkellem fuq l-effett jekk mhux biss il-qamħ, imma anke il-qamħirrun u l-affarijiet l-oħra li nitimgħu l-annimali jogħlew.", "Dan wasal biex spekula li jkollna inqas annimali, inqas demel għar-raba' u tbati anke l-agrikoltura.", "Dan beda jara affarijiet marbutin ma' xulxin imma l-Onor.", "Azzopardi forsi dawn l-affarijiet jarahom b'iktar mod sabiħ u b'inqas problemi madwaru.", "Dawn mhux qed nivvintahom jien imma huma l- biżgħat li għandu min jaf kif taħdem l-Unjoni Ewropea, min jaf x'ġara fil- passat u min jista' jimmaġina x'se jiġri fil-futur għaliex Malta m'hijiex xi ħaġa speċjali.", "Mr. Speaker, barra minn dan hemm xi ħaġa oħra li aħjar ikun jafha hawnhekk.", "F'dan ir-rapport l-Onor.", "Borg qal lill-Ministru ta' dak iż-żmien li:", "\"Malta does not produce grain and therefore it cannot benefit from EU subsidies on agriculture reproduction upon EU membership.\"", "Dwar il-flus li jgħidu li suppost ġejjin għall-agrikoltura, l-Onor.", "Borg, li dak iż-żmien ma kienx fil-Parlament qallu li Malta ma tipproduċix qmuħ u allura ma tistax tibbenefika minn sussidji tal-produzzjoni agrikola meta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa jekk kemm-il darba tgħid dawn l- affarijiet tkun diżonest intellettwalment?", "Ejja ngħidu għandna interpretazzjoni differenti, fejn int tinterpretahom mod u jien ninterpretahom ieħor!", "Dik naċċettaha imma li tgħid li diżonest politikament ma naċċettahiex.", "Din l-istess bħal kwestjoni tat-tarznari.", "Dan qal li aħna għidna li m'hemmx sussidji għat-tarznari.", "Din hija gidba.", "Aħna għidna li l-operational aid - li hi għajnuna li tmur biex biex tissussidja l-pagi u l-cost tal- produzzjoni - prattikament se tispiċċa sa l-aħħar tas-sena 2000.", "Imbagħad qal li qisna aħna qed inpinġu stampa li fl-Unjoni Ewropeali ma jeżistux tarznari u li l-Unjoni m'hijiex favur it-tarznari.", "Dan mhu veru xejn.", "Aħna mhux hekk għidna.", "Aħna dejjem għidna li tarznari li m'humiex vijabbli...", "Imbagħad qal li l-Onor.", "Joe Borg spjega b'abilita' kbira.", "B'abbilta kbira!", "Jiena stess semmejt l-aħħar dokument li jispjega l-policy ta' l-Unjoni Ewropea rigward is-sussidji.", "Huwa veru li hemm sussidji varji għar-riċerka, għall-iżvilupp, għal biex tagħlaq u għall-ambjent imma li jinteressa lilna - u Dr Azzopardi suppost jaf - l-iktar hu l-ammont ta' għajnuna diretta bħala operational aid.", "Din hija l-iktar għajnuna ristretta u l-iktar għajnuna kontrollata li jista' jkollha tarzna jekk tkun qed topera fl- ambitu ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura fejn hija d-diżonesta' intelletwali?", "Għax qed nagħtu l-verżjoni tal-fatti kif nafuhom?", "Id-dokument li tkellem fuqu jien semmejtu.", "Dan ma poġġejtux fuq il-mejda tal-Kamra għax nassumi li llum b'daqqa ta' computer kulħadd itellgħu.", "L-Onor.", "Borg kompla jispjega fit-tul il-partijiet varji tiegħu u poġġieh fuq il-mejda tal-Kamra.", "Dan mhux xi sigriet.", "Allura fejn hi d-diżonesta?", "Qegħdin ngħidu li mhux veru jkun hemm sussidji?", "Imma mbagħad skond x'sussidji u jekk kemm-il darba s- sussidji japplikawx għal dak li għandek bżonn inti.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Azzopardi qal ukoll li l-kwestjoni ta' jekk 'il quddiem inkunux nistgħu nixtru prodotti agrikoli bi prezzijiet li m'humiex ta' l-Unjoni Ewropea hija suġġett għan-negozjati.", "Mela issa rridu niġġieldu għalih dan!", "Allura dan m'għadux awtomatiku!", "Mela kien tajjeb dak li għedt jien il-bieraħ lill-ministru għall-agrikoltura li r-rapport ta' l- iscreening qal li għad irid isir studju ta' l-impatt fuq ħafna mis-setturi agrikoli ħalli naraw kif se jintlaqtu.", "Issa qegħdin jgħidu li għad irridu ninnegozjaw dawn l-affarijiet!", "Dan ma qaluhx fil-programm elettorali.", "Kieku kienu fatti ċerti kollox sew, dan huwa fatt, imma l-fatt bħalissa huwa li dawk il-kondizzjonijiet li tkellimt fuqhom jien għadhom jeżistu.", "Issa l-Gvern Malti b'qalb kbira u b'tama kbira qed jittama li jċaqlaq l- Unjoni Ewropea u jġib kondizzjonijiet differenti milli ġabu l-pajjiżi l- oħra kollha.", "J'Alla jġibuhom!", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li jiena rritajt ruħi mhux ftit bil-mod testard li l-Onor.", "Azzopardi semma' dak li kien hemm rapportat f'ħarġa ta' \"The Times\" tad-29 ta' April ta' l-1998 fejn il-prim ministru ta' dak iż- żmien Alfred Sant ġie rapportat li qal li biż-żona ta' kummerċ ħieles ma jkunx jista' jagħmel eċċezzjoni għall-meat products, għall-agrikoltura u għall-industrija tat-tjur.", "Huwa veru li dan kien rapport li ħareġ f'\"The Times\" tad-29 ta' April ta' l-1998 pero' huwa fatt li dan ġie mmeri mill- prim ministru ta' dak iż-żmien.", "Fid-diskussjoni li konna għamilna f'dan il- parlament rigward it-tieni l-avis ta' l-Unjoni Ewropea - u dan qiegħed kemm fir-records tal-parlament u anke pubblikajnih fi ktieb aħna bħala partit, u lill-Onor.", "Azzopardi indikajthomlu biex jekk ma kienx hawn jarahom - kont spjegajt pass pass u semmejt dokumenti b'riferenza għal laqgħat li juru kemm dan huwa reporting ħażin.", "Jiena semmejt id-dokumenti - li wara kollox qegħdin fil-ministeru għall-affarijiet barranin u jista' jarahom meta jogħġbu - semmejt il-laqgħat, semmejt meta l-prim ministru kkommetta ruħu rigward il-levies fuq l-agrikoltura, semmejtlu l-laqgħat li kien hemm meta kont preżenti jien u kienu preżenti wkoll l-Onor.", "John Attard Montalto, ċ- chamber of commerce u l-federation of industry, semmejtlu għaliex ħafna mill-affarijiet joħorġu mill-istess talba tar-rapporti ta' l-FOI u allura m'għandniex inkomplu ngħaddu ż-żmien bin-nies nirrepetu l-istess affarijiet.", "Għaliex għandna noqogħdu fuq x'qal reporter ta' \"The Times\" li nafu kemm għandha qalbha taħraqha għall-Partit Laburista u ninsew dak li hemm f'dokumenti uffiċjali li jinsabu fil-ministeru għall-affarijiet barranin u f'laqgħat minuted tal-FOI u taċ-chamber of commerce?", "Ħalli ma nerġax nuża l-kelma diżonesta' intelletwali, dan huwa l-mod kif tipprova timmiżgwida lin-nies u tagħmel kapital minn xejn?", "Jekk se nibqgħu ninħlew fuq dawn l-affarijiet se naħlu ż-żmien ta' din il-Kamra u nkunu qegħdin immexxu lill-poplu minn imnieħru.", "Ħaġa oħra li qal kienet li - u ma nafx kif fehem hekk - f'ħin minnhom jiena għedt li meta nkunu fl-Unjoni Ewropea n-nies ikunu jistgħu jiġu jgħixu hawnhekk, jagħmlu negozju hawn u jirtiraw hawnhekk.", "Dan għamel patafjum diskors li n-nies se jiġu biex jieħdu l-pensjoni minn Malta.", "Jiena m'għedtx hekk.", "Jiena għedt li min għandu l-pensjonijiet ta' barra jkun jista' jiġi jpappiha tajjeb hawnhekk u jiġi joqgħod hawnhekk u jgawdi x- xemx, il-baħar u l-ospitalita' tal-Maltin.", "Jekk kemm-il darba jara x'qalu l- Ingliżi li ġew intervistati dwar fejn jixtiequ jirtiraw 'il quddiem isib li dawn qalu li l-ewwel jippreferu x'imkien fi Spanja u t-tieni post huwa Malta.", "U ma' l-Ingliżi jkollna Franċiżi, Taljani u l-Ġermaniżi.", "Dan qal li jiena tajt l-impressjoni li jiġi bniedem ta' 60 sena minn barra u jieħu l- pensjoni għax qiegħed fl-Unjoni Ewropea.", "Min qalu dan?", "Jien ma nafx bihom dawn l-affarijiet u dawn il-ħmerijiet.", "Imbagħad qal: liema bniedem f'sensieh se jmur f'pajjiż fejn il-livell ta' l-għixien huwa inqas minn tiegħu?", "Din ma tapplikax u rridu nkunu ċari fuqha.", "Il-cost of living u l- quality of life huma importanti.", "Jekk kemm-il darba għandi pensjoni ta' Lm100 fil-ġimgħa u bil-Lm100 ngħix daqskemm jgħix komdu min għandu DM1,000 fil-Ġermanja, x'differenza tagħmel?", "Meta ngħidu dawn l-affarijiet ejja nitkellmu b'serjeta'.", "Jekk nibqgħu nagħmlu r-retorika fuqhom ma naslu mkien.", "Mr. Speaker, imbagħad l-Onor.", "Azzopardi reġa' qal li aħna irresponsabbli għax ma rridux nassumu r-responsabilitajiet skond il-ġurament li ħadna meta tlajna membri tal-parlament.", "Jiena ħsibt li se jitkellem fuq il-partit tiegħu.", "Dan nesihom is-sentejn li l-partit tiegħu dam jimmina d- demokrazija parlamentari meta baqgħu barra mill-parlament minflok ġew biex jiddiskutu u jagħmlu li kellhom jagħmlu?", "Meta noqogħdu nsemmu dawn l- affaijiet nibda ninkwieta.", "Imbagħad qal li ħa għalih għax jien għedt li l- fondi huma diffiċli biex tottjenihom mill-Unjoni Ewropea.", "Forsi dan m'huwiex veru?", "Lin-nies li kienu hemmhekk spjegajtilhom li fil-pre- accession phase, għal kull lira li nieħdu rridu noħorġu tlieta għax biex tagħmel ċerti strutturi m'hemmx il-Lm100 miljun li l-ex ministru ta' l- affarijiet barranin kien qalilna li se ningħataw fis-sena biex jagħmlu tajjeb għal kollox.", "Ma kull lira li jagħtuk trid toħroġ tlieta, imbagħad wara li ssir membru, wara li tkun għaddejt minn dawn l-affarijiet kollha...", "Hu qalilna: Mela m'għandniex bżonn biex nirranġaw il-mostru tal-Magħtab?", "Dażgur li għandna, imma għax ma jgħidx lil sieħbu l-Onor.", "Zammit Dimech għaliex inħoloq dak il-mostru tal-Magħtab?", "Għaliex ma jgħidx li wara 15-il xahar wara li tlaqna aħna baqa' jgħabbi u jkabbar u jtella' m'għola smewwiet il-mostru tal-Magħtab?", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Azzopardi għalaq fuq kumment għax jien għedt li Malta would be a net contributor.", "\"The Times\" ovvjament taqbad biċċa minn sentenza u tagħmel heading \"Malta would be a net contributor\" - George Vella\".", "Ma qalitx li l-proprja kelma kienet in no time, jiġifieri fi żmien qasir.", "Jien għedt li jekk wieħed jagħmel il-kalkoli jsib li anke wara li nkunu sirna membri nistgħu nkunu qegħdin iktar nagħtu lil-Unjoni milli ndaħħlu.", "Wieħed irid iżomm f'rasu mhux x'tagħtik bħala fondi jew self imma wkoll dak li tħallas lura bħala taxxi u kemm qed tonfoq iktar flus fuq il- prodotti agrikoli u agro-industrijali li qegħdin imorru lejn l-Unjoni Ewropea.", "Jekk se tagħmel bilanċ b'mod li mhux ikun hemm l-emozzjoni biss dawn trid tgħoddhom ukoll.", "Dawn huma l-affarijiet li l-Onor.", "Azzopardi ma qabilx fuqhom.", "Għandu dritt ma jaqbilx fuqhom, u Alla jħares jaqbel kulħadd magħna, imma m'hemmx affarijiet li oġġettivament huma foloz.", "Mr. Speaker, jista' jgħidli wkoll li ma jaqbilx miegħi li s-sovranita' ma tiġix mimsusa bħalma qalilna wieħed mill-ħafna li ġew - u minn jaf kemm se jiġu iktar minnhom - pero' din hija opinjoni.", "Ara l-Onor.", "Borg meta kien għadu kap tad-direttorat ta' l-Unjoni Ewropea, ippubblika ktieb fl-1995 li għandu chapter fuq state sovereignty.", "Dan il-ktieb jara l-aspetti pożittivi u l-aspetti negattivi.", "Hekk għandu jkun id-diskors intelliġenti imma mbagħad jiena għandi d-dritt li ngħid li iktar ninkwieta mill-parti li teħodli milli mill-parti li tagħtini u l-ieħor għandu dritt jgħid bil- maqlub.", "Lill-Onor.", "Azzopardi ngħidlu li jekk nitkellmu fuq is-sovranita' rridu noqogħdu attenti li ma nħalltux l-identita' nazzjonali mas- sovranita'.", "L-identita' nazzjonali li tibqa' titkellem bil-Malti, li tibqa' tagħmel il-kokotina u l-bigilla, probabbilment se tibqa' jekk ir-regolament ta' l- Unjoni Ewropea jippermettu imma s-sovranita' li tirregola r-regolamenti tal- parlament tiegħek u li tieħu d-deċiżjonijiet monitarji tal-bank ċentrali tiegħek u tal-qrati tiegħek se jkunu soġġetti għal dak li hemm fi Brussels u bl-ebda stretching ta' l-imaġinazzjoni ma tista' tgħidli li dan m'huwiex tnaqqir tas-sovranita'.", "Issa jekk kemm-il darba jifhem mod ieħor affari tiegħu imma jien mhux qed ngħid affarijiet li huma gideb.", "Se jkollok tnaqqir fid-dritt li tilleġisla għax deċiżjoni li toħroġ mill-Parlament Ewropew tissorvola fuq deċiżjoni tal-Parlament Malti, u l-istess japplika għad-deċiżjonijiet tal-qorti Ewropew fuq il-qorti Malti u tal-bank ċentrali Ewropew fuq il-bank ċentrali Malti.", "Hemm għalfejn naħbuhom dawn l- affarijiet?", "Issa jekk kemm-il darba jgħid li dan m'huwiex tnaqqir tas- sovranita', kollox sew, jgħid li jrid, imma l-fatt jibqa' li għandek tnaqqir ta' dawn id-drittijiet.", "M'hemmx għalfejn immorru 'l bogħod għax jekk kemm-il darba naraw x'ġara fid-Danimarka meta ġew biex jagħmlu referendum ħalli jieħdu t-trattat ta' Maastricht, malli dawn ivvutaw kontra werwruhom li se taqa' d-dinja madwarhom, li se jinżel xita ta' nar u ma nafx xiex sakemm ġiegħluhom jerġgħu jivvutaw f'referendum ieħor ħalli jaċċettaw.", "Dan rajnih ukoll fil- kas ta' l-Awstrija - u hawn ma rridx ninftiehem b'mod li nirrifletti fuq x'naħseb fuq Haider u x'qed jiġri fl-Awstrija - fejn l-Unjoni Ewropea qegħda tagħmel pressjoni fuq id-deċiżjonijiet demokratiċi tal-poplu Awstrijak.", "Issa ma rridx ngħid li jien naqbel ma' Jörge Haider għax nafu l- gazzetti kif jagħmlu, imma kien il-poplu Awstrijak, li suppost huwa sovran, li ddeċieda.", "L-Unjoni Ewropea qed tgħidilhom: Ara ma jkunx hemm xi konnessjoni ma' dak li eleġġejtu għax se jkollkom il-problemi magħna, jiġifieri s-sovranita' f'dan il-każ bl-iktar mod manifest qed tiġi soġġetta għad-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni kollha.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk m'inix qed ngħid favur jew kontra l-partit ta' Haider, għandi opinjonijiet tiegħi fuq dawn l-affarijiet, imma qed insemmi każ ċarissimu riċenti fejn l-Unjoni Ewropea qed tagħmel pressjoni fuq deċiżjoni elettorali tal-poplu Awstrijak.", "Dawn huma l-affarijiet li għandna niddibattu u nitkellmu fuqhom.", "Ejja naċċettaw li hemm opinjonijiet differenti, imma jien ma naċċettax li għax bniedem jgħid il-fatti u jinterpretahom b'mod differenti mill-ieħor għandek tgħidlu diżonest intelletwalment.", "Inkun diżonest intelletwalment jekk naf li qed nara ġebla u naf kemm hi iebsa u lil dak li ma jafx ngħidlu biex iħabbat rasu magħha għax dik ma tweġġgħux.", "Dik hi d-diżonesta intellettwali, imma li ngħidlu li dik il-ġebla probabbilment ġiet minn tali barriera jew mill-barriera l-oħra l-oħra hija differenza fl-opinjoni.", "Mr. Speaker, jiena nappella biex jekk kemm-il darba rridu dan il-pajjiż verament jasal ħalli jibda jifhem in-naħa differenti u l-verżjonijiet differenti rigward x'għandhom ikunu r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea, jibda jsir bħalma qed tagħmel il-UĦM.", "Minn hawnhekk jiena nerġa' nirringrazzjahom, dawn jagħmlu laqgħat miftuħin fejn kulħadd jgħid dak li jħoss u jistaqsi dak li jħoss ħalli niskuntraw bejnietna l-opinjonijiet, nispjegaw id-diffikultajiet u nifhmu lil xulxin aħjar.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla t-Tlieta, 1 ta' Frar, fis-6.00 p.m. bl- agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PATATA ALPHA", "12704.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz ta' l-ewwel 3000 tunnellata Alpha għas-sena 1999 skond il-kuntratt eżistenti?", "Jista' jgħid ukoll kemm huwa l-prezz ta' l-ewwel 3000 tunnellata Alpha għas-sena 2000 u 2001 li jkopri l-istess kuntratt?", "Dawn it-tunnellaġġi huma fuq bażi ta' prezz finali jew prezz minimu garantit?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ħlas għall-esportazzjoni tal-patata Alpha minn Malta bejn l-1999 u 2001 huwa rregolat permezz tal-kuntratt eżistenti li l- Onor. Interpellant kien għaġbu jikkonkludi b'tant ħerqa.", "Fil-fatt il-prezz minimu garantit għall-ewwel 3,000 tunnellata huwa NLG30.60 kull xkora ta 25Kgs, imwassla fl-imħażen tal-kuntrattur.", "PULIZIJA - CLAMPING/TOWING TA' VETTURI", "12800.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew clamped u towed karozzi matul is-sena 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999, in-numru ta` vetturi li ġew irmunkati u kklampjati mill-pulizija kien ta` 4,397 u 309 rispettivament.", "VRT - KAROZZI TAL-GVERN", "12801.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi tal-gvern li telgħu għal VRT u weħlu, s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tal-Liċenzi u Testijiet ma jżommx din it-tip ta` statistika.", "Iżda billi kważi il-vetturi kollha tal-Gvern għandhom in-numru tar-reġistrazzjoni jibda bl-ittra `G`, il-liċenzja tagħhom trid tiġġedded fix-xahar ta` Lulju.", "Għaldaqstant min minnhom imissu jagħmel it-test din is-sena, ikun jinħtieġlu jagħmel dan aktar tard din is-sena.", "VRT", "12802.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu karozzi għal VRT s'issa u kemm weħlu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li mill-1 ta` Ottubru, 1999 sa l-aħħar ta` Diċembru 1999 telgħu 18,062 vettura għall-Vehicle Roadworthiness Test.", "Minn dan it-test weħlu 3,224 vettura.", "VRT - SCRAPPING TA' KAROZZI", "12803.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped karozzi minn mindu ddaħħlet il-VRT?", "Kemm minn dawn kienu telgħu għat-test u ma għaddewx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li mill-1 ta` Ottubru, 1999 jiġifieri minn mindu daħal il-Vehicle Roadworthiness Test, sat-18 ta` Jannar, 2000 ġew skrappjati 1,745 vettura.", "Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jkollux informazzjoni dwar kemm minn dawn il-vetturi jkunu telgħu għat-test u ma għaddewx.", "Ta` min jgħid li fl-istess perjodu kienu ġew skrapjati 696 vettura fl- 1996, 1055 vettura fl-1997 u 1308 vettura fl-1998.", "PULIZIJA - ŻWIEMEL/KLIEB", "12804.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern fuq servizzi veterinarji biex jinżammu b'saħħithom u jitfiequ minn xi mard iż-żwiemel u l-klieb tal- pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul l-1999, l-ispiża totali fuq servizzi veterinarji li ngħataw lill-klieb u żwiemel tal-Korp tal-Pulizija kienet ta` Lm269.", "XIRI TA' OQBRA", "12805.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew biex jixtru qabar għall- familja mingħand il-gvern?", "Meta hemm il-ħsieb li jibdew jintlaqgħu l-ewwel applikazzjonijiet?", "X'qed jagħmel il-gvern biex isolvi l-problema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-lum hemm 2923 persuna li għamlet talba biex tixtri qabar mingħand il-gvern.", "Applikazzjonijiet jintlaqgħu kontinwament matul is-sena u jinġabru f'waiting list skond iċ-ċimiterju li jiġi rikjest.", "Biex il-gvern ilaħħaq ma' din id-domanda ta' oqbra, qiegħed jaħdem fuq diversi estenzjonijiet ta' ċimiterji ġa eżistenti.", "WAGES COUNCILS", "12952.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jeżistu Wages Councils f'pajjiżna, għal-liema setturi, u kif u minn min huwa ffurmat kull Wages Council?", "Jista' jgħid jekk hemmx Wages Councils mhux imwaqqfin jew xi postijiet vojta f'dawk eżistenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent hemm żewġ wages councils konstitwiti; il-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li Jipprovdi Servizzi ta' Tindif, u l- Kunsill tal-Pagi għas-Settur li Jipprovdi Servizzi ta' Sigurta'.", "Il-Kunsilli tal-Pagi huma komposti minn dawn il-persuni:", "KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA' TINDIF", "Persuni Indipendenti", "Dott. Ian Micallef - Chairman Dott. Nicholas Bonanno - Deputat Chairman Is-Sur Anthony Attard", "Persuni li Jirrapreżentaw lill-Prinċipali", "Is-Sur Emanuel Degiorgio Is-Sur Victor Del Ceppo Is-Sur Ray Fenech", "Persuni li Jirrapreżentaw lill-Ħaddiema", "Is-Sur Lino Vassallo Is-Sur Gaetan Mercieca Ms Christine Gauci", "Segretarju", "Is-Sur Anthony Azzopardi", "KUNSILL TAL-PAGI GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA' SIGURTA'", "Persuni Indipendenti", "Is-Sinjura Carmen Delia - Chairperson Is-Sur Joseph Borg - Deputat Chairman Is-Sur Joseph Cassar", "Persuni li Jirrapreżentaw lill-Prinċipali", "Is-Sur Ray Attard Is-Alfred Mallia Milanes Is-Sur Gordon Mifsud", "Persuni li Jirrapreżentaw lill-Ħaddiema", "Is-Sur Joe Morana Is-Sur Karmenu Vella Is-Sur Arthur Rossi", "Segretarju", "Is-Sur Anthony Azzopardi", "Hemm 29 kunsill tal-pagi mhux kostitwiti.", "Fil-bidu tas-snin disgħin, xi kunsilli tal-pagi ġew kostitwiti għal-żmien determinat biex jemendaw is- siegħat ta' xogħol għal erbgħin siegħa fil-ġimgħa.", "M'hemmx postijiet vojta fil-kunsilli eżistenti.", "NEGOZJI - LIĊENZJI", "12953.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm jeżistu liċenzji ta' negozji sa l-aħħar ta': (a) 1996; (b) 1997; (ċ) 1998; u (d) 1999?", "Jista' l-Ministru f'kull każ jagħti breakdown tal-kategoriji tan-negozji għal kull sena mitluba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infomat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. terpellant dwar in-numru ta` liċenzji ta` negozji sa l-aħħar tas-snin speċifikati hu kif ġej : -", "Sena 1996 1997 1998 1999", "Numru ta` liċenzji 12,838 13,256 13,644 14,085", "Ninsab informat ukoll li t-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.", "NEGOZJI", "12954.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti lista lokal lokal ta' liċenzji ta' negozju maħruġin mill- pulizija u għal kull liċenzja jgħid għal liema stabbiliment/ditta/individwu tapplika tali liċenzja, fuq liema indirizz u x'tip ta' negozju huwa permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din l-informazzjoni hi voluminuża u meta xi darba titpoġġa fuq CD-Rom l-Onor.", "Membru jingħata kopja.", "MINISTERU GĦAL AFFARIJIET BARRANIN - KAROZZI IMPRESSED", "12972.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Is-segretarjat privat tiegħi għandu karozza waħda impressed miegħu u l-ministeru għandu tnejn oħra.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministeru tal-Politika Soċjali.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KAROZZI IMPRESSED", "12973.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 13-il karozza impressed mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Nissuġġerixxi li t-tieni parti tal-mistoqsija tiġi riferuta lill- Ministeru tal-Politika Soċjali.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KAROZZI IMPRESSED", "12974.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi m`hawn l-ebda karozza impressed fid-dekasteru tiegħi.", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.", "PIXXINA NAZZJONALI - INFIQ", "13080.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12351 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt tħallas VAT fuq id-dħul mill- pixxina nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammont totali ta' taxxa li tħallset mill- Pixxina Nazzjonali fl-1999 kienet ta' Lm7,163.", "Matul is-sena li għaddiet saru skambji ta' korrispondenza bejn il-Bord ta' Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali u d-Dipartiment tal-VAT bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-kategorija li l-Pixxina għandha tikkonforma ruħha magħha.", "Il-kwestjoni għadha ma ġietx konkluża.", "Sadanittant, is-somma sħiħa ta' Lm7,163 tħallset kollha.", "PIXXINA NAZZJONALI - PROĠETTI", "13081.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Wara d-diskors tas-segretarju parlamentari ta'nhar is-Sibt li għadda meta ltaqa'ma' l-atleti u uffiċjali għall-għażliet ta'sportivi tas-sena, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ppjanati li jsiru fil-pixxina nazzjonali matul din is-sena finanzjarja?", "Kemm se jqum kull proġett?", "Kif se jiġi ffinanzjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proġetti kapitali ipprogrammati li jsiru fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali għas-sena finanzjarja 2000 huma dawn:", "|Stima | |bini ta' zewg Squash | | |Courts godda fi Block A |Lm23,00| | |0 | |tkomplija ta' l-East |Lm38,40| |Block |0 | |tlestija ta' Functional | | |Diagnostic Lab | | |tlestija ta' intermediate| | |floor fil-West Block* |Lm70,00| | |0 | |porgetti ohra bhal | | |tlestija ta' fitness gym,| | |ufficini tal-KOM, | | |ufficini tal-ASA | |", "Il-finanzjament ta' dawn il-proġetti jiġu minn fondi allokati għal Vot Kapitali fil-budget għas-sena 2000 riżervati għal programmi kapitali (Lm200,000).", "* Rigward l-intermediate floor fil-West Block inkiseb il-kontribut tal- Ministeru ta' l-Ambjent permezz tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.", "Il-bord tal-pixxina sejjer jiffinanzja parti mill-ispejjeż ta' ċaqlieq ta' uffiċini.", "KUMITAT SPORT FOR ALL - ATTIVITAJIET", "13082.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-attivitajiet li organizza l-kumitat Sport for All matul l-1999?", "F'liema attivita' falla dan il-kumitat, u dan dejjem skond il-kritika li saret mis-segretarju parlamentari?", "Min huma l- membri ta' dan il-kumitat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena 1999 il-Kumitat Sport for All organizza Beach Volley Open Tournament flimkien mal-Malta Volleyball Association u weekend ta' attivitajiet (Beach games) f'Awissu.", "F'Diċembru ġiet organizzata Sports Extravaganza flimkien mal-Kumitat SkolaSport li fiha ħadu sehem diversi għaqdiet, fosthom għaqdiet ta' arti marzjali, ġinnastika u żfin.", "Ta' min jinnota li fid-diskors tiegħu, s-Segretarju Parlamenetari b'ebda mod ma qal li l-Kumitat Sport for All kien falla.", "Huwa ikkummenta biss li kien stenna ħafna aktar minn dan il-kumitat in vista ta' l-appoġġ li kien qiegħed jingħata mis-segretarjat.", "Il-membri tal-kumitat huma:", "Chairman - Dr Herbert Messina Ferrante Vici Chairman - Is-Sur Tony Debono Segretarju - Is-Sur John Farrugia Membri - Is-Sur Tony Ghio Is-Sur Daniel Buhagiar Is-Sur Joseph Urpani Ms Tanya Zahra Ms Mariella Piscopo Ms Envic Galea Is-Sur Joseph Cardona Is-Sur Mark Farrugia Ms Marina Bonello Ms G. van Vuuren Cassar", "SIĠĠIEWI: BONI STREET - TOROQ", "13095.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li New Street in Boni Street/Nikola Sawra Street, Siġġiewi, tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal- Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prioritajiet li se jirriżultaw minn dan il-programm.", "PITKALIJA", "13096.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pitkalija qegħdin jidħlu ħxejjex qabel il-ħin, b'dannu għal min idaħħal kaxex fil-ħin?", "Jista' l- Ministru jara li jekk dan hu każ jieħu azzjoni biex dan ma jsirx?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li ebda' ħaxix ma' jidħol l-Pitkalija qabel il-ħin stipulat.", "Narfu wkoll li ma tagħmel ebda' differenza x'ħin jidħol il-ħaxix (bejn it-8.30 a.m. u 1.00 p.m.-it-Tnejn u l-Ħamis, u bejn is-6.30 a.m. u 10.30 a.m.-it-Tlieta u l-Ġimgħa), għaliex il- bejgħ kollu jibda' fl-istess ħin, jiġifieri it-Tnejn u l-ħamis fis-1.30 p.m. u t-Tlieta u l-Ġimgħa fil-11.00 a.m.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "13103.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' ħatra ta' manager tat-tindif ta' l-isptarijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kuntratt mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINSTERU TAS-SAĦĦA - KAROZZA", "13104.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk inkritx jew ġietx leased karozza minflok il-karozza uffiċjali tiegħu?", "Mingħand min ġiet mikrija jew leased?", "Jista' jgħid jekk fil-fatt il-karozza hijiex mikrija jew leased?", "Kemm hu l-ħlas kuljum, jekk inhi mikrija jew leased?", "F'każ ta' leasing jew kiri, jista' l- Ministru jgħid għal kemm tul ta' żmien sar il-ftehim?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minflok il-karozza uffiċjali tal-Ministru inkriet karozza mingħand IML Ltd bir-rata ta' Lm16 kuljum li għad irid jiġi deċiż flimkien ma' l-insurances minn min se jitħallsu.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KAROZZA", "13105.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid mingħand min hija mikrija l-karozza Ford Mondeo li qed tintuża minn persuna fis-segretarjat?", "Kemm hi l-kirja kuljum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-karozza msemmija inkriet mingħand Peppin Garage ta' Ħal-Għaxaq bir-rata ta' Lm6.70 kuljum.", "Din qed tintuża minn membru tas-Segretarjat skond kif stipulat fir- regolamenti stabiliti permezz taċ-ċirkolari MPO 52/72 ta' 28 ta' Ottubru, 1998 u li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru, 1998.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KAROZZA", "13106.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid xi ħsara fiha u kemm hi l-istima tal-ħsara li għandha l- Alfa Romeo 155, numru JAB342?", "Fejn qed tissewwa?", "Inkriet karozza mid- Dipartiment tas-Saħħa jew mill-ministeru għall-perijodu ta' żmien li din il- karozza tkun qed tissewwa?", "Jekk fl-affermattiv, minn fejn inkriet?", "Kemm hi l-kirja ta' kuljum ta' din il-karozza mikrija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-ħsara fl-Alfa Romeo 155, numru JAB 432 żviluppat meta inqatgħet it-timing belt fit-Timing Mechanism u hi stmata mal-Lm1200.", "Il-karozza qed tissewwa għand UCIM Ltd.", "Sakemm tissewwa inkriet karozza mingħand Vince Garage ta' l-Imsida bir-rata ta' Lm5.00 kuljum.", "SIĠĠIEWI - DAWL", "13107.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li partijiet mis- Siġġiewi ta' kuljum qed tkun, f'xi ħin jew ieħor, bla dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-interruzzjonijiet fid- distribuzzjoni tad-dawl fis-Siggiewi li kien hemm matul Jannar kienu dovuti għal ħsarat fuq is-sistema ta` vultaġġ għoli u minħabba raġunijiet ta` overloading.", "Is-sospensjoni tal-provvista minħabba vultaġġ għoli kienet darba u kien effettwat is-Siġġiewi kollu, waqt li f`ħames okkażjonijiet kien hemm sospensjoni f`partijiet differenti ta` dan ir-raħal minħabba overloading.", "SPTAR ĠENERALI", "13171.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jaf il- Ministru li l-appuntamenti mit-taqsima tad-dentistrija fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex qed jingħataw għal 15-il ġurnata wara, minkejja li l-pazjent ikun muġugħ?", "Jista'l-Ministru jieħu passi biex din il-problema tiġi solvuta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għal darba oħra nerġa' nitlob biex domandi li għandhom x'jaqsmu m'Għawdex isiru lill-Ministru konċernat.", "TOROQ - TENDERS", "13172.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tenders bin- numri WB25/99 u WB26/99, konnessi ma' rranġar jew asfaltar ta' toroq, ma ngħatawx lil min kellu l-irħas u l-aktar offerta vantaġġjuża?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Billi ma jirriżultax li ħarġu tenders konnessi ma rranġar jew asfaltar ta` toroq bir-riferenzi indikati mill-Onor.", "Interpellant, jista' l-Onor.", "Interpellant jindikali għal-liema tenders qed jirriferi.", "IMPJANT TAR-REVERSE OSMOSIS - ILMA", "13175.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13059?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul Dicembru 1999, l-ammont ta` ilma prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis kien ta` 1.47 miljun metru kubu, filwaqt li l-ammont ta` ilma mtella` mill-acquifer, kemm minn Malta kif ukoll minn Ghawdex kien ta` 1.54 miljun metru kubu.", "Il-persentaġġ ta` l-ilma prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis, matul dak ix-xahar, imqabbel mal-produzzjoni totali huwa ta` 49.16%, filwaqt li dak imtella` mill-acquifer huwa ta` 50.84% tal-produzzjoni totali ta` l- ilma.", "TOROQ - TISWIJIET", "13178.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12383 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid x'se jsir sabiex tissewwa t- triq li nqalgħet kollha bil-maltemp, li mill-Kalkara tagħti għal Birgu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li t-tiswija ta' parti mill- ħsara f'din it-triq tirrikjedi li jsir xogħol fil-baħar id-Dipartiment tat- Toroq inkariga il-Marine Section tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet biex l-ewwel issir it-tiswija tal-moll.", "TARZNA - VAPURI AMERIKANI", "13179.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12390?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bejn l-1991 u l-1999, fit-Tarzna ta` Malta daħlu 87 vapur Amerikan biex isirilhom xogħol fuqhom.", "Il-valur tax-xogħol matul dawn is-snin kien jammonta ghal madwar Lm19.5 miljun.", "TARZNA - VAPURI GĦARAB", "13180.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12387?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn l-1991 u l-1999 mill-pajjizi Gharab dahlu 110 vapuri biex jissewwew fit-Tarzna ta` Malta.", "Il-valur tax- xoghol minn dawn il-vapuri kien jammonta ghal madwar Lm19,840,000.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "13181.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Fl- aħħar għaxar snin, kemm kien hemm priġunieri nisa li welldu tarbija waqt li kienu qed jinżammu l-ħabs?", "F'liema sena?", "F'kull każ kemm damet il-ħabs wara li welldu?", "X'ġara mit- trabi f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif ġej :", "Sena Kemm damet wara li welldet X`gara mit-tarbija ------------------", "1993 6 xhur Iddahhlet f`istitut", "4 xhur wara t-twelid", "1997 10 xhur Giet fostered xahrejn", "wara t-twelid", "1999 27 jum Inzammet minn ommh", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "13182.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikollha tistenna dan iż-żmien kollu l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex tiġi operata fl- għaksa tagħha u biex issirilha ż-żarbuna meħtieġa biex timxi aħjar milli qiegħda timxi?", "Meta se tiġi operata din il-persuna minħabba li l-kondizzjoni li tinsab fiha qed toħolqilha ħafna uġiegħ u problemi differenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Riċentement inġibditli l-attenzjoni mill-Legal Advisor tad-Diviżjoni li informazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda parlamentari tagħti l-kunsens espress tagħha bil-miktub.", "Il-kunsens irid jispeċifika liema informazzjoni għandha tingħata.", "Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi lid-Diviżjoni tas-Saħħa mad- domanda.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI NISA", "13183.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'policy teżisti, dikjarata jew mhix, dwar x'jiġri lill-priġuniera mara li jkollha tarbija waqt li tkun qed tinżamm il-ħabs jew tkun qed tiskonta s-sentenza tagħha?", "X'għajnuna tingħata?", "Fejn tinżamm?", "X'jiġri mit-tarbija?", "Fejn tinżamm it-tarbija meta tibda tikber f'tifel/tifla?", "ONOR.", "TONIO BORG: Regolament 38 tar-Regolamenti dwar il-Ħabs ta` l-1995 jgħid : -", "(1) Fil-każ ta` priġunieri nisa tqal, għandhom isiru arranġamenti għal kura ta` qabel il-wild u għat-trasferiment tagħhom fi sptar ghaż-żamma tagħhom u għall-ħlas tat-tarbija.", "(2) It-tarbija ta` priġunier mara tista tiġi` milqugħa u miżmuma fil-ħabs biex tieħu ħsiebha l-imsemmija priġunier sa meta t-tarbija jkollha sena.", "Għandhom isiru arranġamenti għall-indukrar u s-sigurezza kif imiss tat- tarbija miżmuma fil-ħabs kulmeta t-tarbija ma tkunx taħt il-ħarsien ta` l- omm.", "(3) Ebda tarbija ta` eta` ta` aktar minn sena ma għandha tinżamm f`ħabs kemm-il darba d-Direttur ma jkunx sodisfatt li jkun hemm raġunijiet speċjali li jiġġustifikaw perijodu itwal.", "(4) Jekk tarbija titwieled fil-ħabs il-fatt li t-tarbija tkun twieldet hemmhekk ma għandux jissemma` fl-att tat-twelid u għandu jissemma` biss l- isem tal-lokalita` li fiha jkun il-ħabs.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - RESERVED PARKING", "13184.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir spazju riżervat quddiem id-dar tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li juża s-siġġu tar-roti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ħareġ il-permess tiegħu biex isir ir-Reserved Parking quddiem ir-residenza tal-persuna konċernata fit-18 ta' Jannar 2000.", "Il-Unit għall- Ambjent Nadif tal-Ministeru ta' l-Ambjent qed jieħu ħsieb li jimplimenta din id-deċiżjoni.", "SKEJJEL - SKOLA NAWTIKA", "13185.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti li ressqu l- istudenti ta' l-iSkola Nawtika fl-ittra li kitbulu bid-data ta' l-14 ta' Jannar, 2000 minħabba nuqqasijiet serji li qed iħallulhom effetti ħżiena ħafna fuq il-kwalita' ta' l-edukazzjoni li jingħataw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti, wara li rċieva l-ittra ta' l-14 ta' Jannar 2000 dwar l-Iskola Nawtika, informani li mhix l-ewwel darba li l-iskola ressqet studenti għaċ- Ċertifikat tal-Kompetenza Class 3 u dejjem kellha suċċess.", "L-għalliem tan- Navigazzjoni hu Master Mariner b'ħafna esperjenza.", "L-istudenti privati li jissemmew fl-ittra huma Fizzjali tas-Sea Malta, Gozo Channel u Sea Service u Port Pilots.", "Dawn l-uffiċjali kellhom jattendu l-kors biex ikunu konformi mar-regolamenti.", "Il-lezzjonijiet tal-Communication li tilfu l- istudenti ta' l-Iskola Nawtika kienu diġa' ngħataw żejda fl-ewwel ħmistax ta' Ottubru.", "Il-lezzjonijiet tas-Signals kienu ngħataw lil għalliem ieħor, iżda l-istudenti ma' attendewx.", "Normalment iċ-Charts għar-reviżjoni jinxtraw mill-istudenti.", "Billi l-għalliem ta' dan is-suġġett jippreparahom ukoll għall-oral, hu beda s-suġġett sakemm waslu ċ-Charts.", "Il-lezzjonijiet ta' Stability u Operational Safety saru matul Otubru kollu u komplew fis-7 ta' Diċembru 1999.", "F'Novembru l-għalliem kien imsiefer minħabba raġunijiet personali.", "Żdiedu l-lezzjonijiet fil-ġimgħa biex l-istudenti jġibu l- lezzjonijiet li tilfu.", "Il-librerija se tinfetaħ f'ħinijiet regolari.", "DJAR - IMTARFA", "13186.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex jitneħħa l-perikolu gravi għar-residenti li joqogħdu f'appartamenti fi blokki tal-gvern fl-Imtarfa, per eżempju, Block G u Block R, Binja Buqana, ħalli ma jilħqux jisfrondaw xi soqfa u jmutu n-nies qabel ma jittieħdu l-passi meħtieġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta fuq dan is-suġġett diġa ngħatat fit- Tweġiba għall-PQ 1943 datata 30 ta' Novembru 1998.", "ZABBAR - DAWL", "13196.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ilment tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar li l-Enemalta għadha ma pprovdietx fittings biex ikunu jistgħu jsiru arbli tad-dawl fil-ġenb ta' Triq is-Santwarju, Zabbar, li l-ispejjeż tagħhom, inkluż il-konsum, jien informat li se jitħallas mill-istess kunsill lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.", "ZABBAR - MISRAĦ IS-SLIEM", "13197.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li madwar sena ilu kien sar ftehim mal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar biex isiru pjanti f'Misraħ is-Sliem, Zabbar, liema spejjeż kellhom jitħallsu mill-istess kunsill?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv, għaliex s'issa la waslu l-pjanti imsemmija u wisq inqas il- ħaddiema mwegħda biex iwaħħluhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor. sieħbi li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ZABBAR - TRIQ IĊ-ĊAWSLI - TOROQ", "13198.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu d-Dipartiment tat-Toroq għal Triq iċ-Ċawsli (Triq l-10 ta' Settembru) Zabbar, li ilha snin sħaħ tiġi rranġata u terġa' tinżel, bil-konsegwenza li qed iżżomm ħafna ilma u qed issir ħsara kbira lill-vetturi apparti li jkunu qed jirriskjaw li jinqalbu minħabba l-mod kif niżlet u sfrundat f'ċertu partijiet minnha?", "Billi din hi triq passaġġa ħafna għaliex tgħaqqad iż- Żejtun ma' Ħaż-Żabbar u l-Fgura, hemm ħsieb li tiġi rranġata b'mod permanenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq indikata mill-Onor.", "Interpellant diġa ġiet spezzjonata f`eżerċizju li qed isir mill-Konsulenti Ġermaniżi u d-Dipartiment tat-Toroq sabiex isir programm separat għar- restawr ta` toroq bħal din, li għalkemm mhumiex toroq arterjali għandhom `linking furction` għat-trasport bejn l-ibliet u l-irħula.", "ZABBAR - GIRDLE STREET - TOROQ", "13199.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d- Dipartiment tat-Toroq biex tinstab soluzzjoni permanenti għal Girdle Road, Zabbar, bit-tama li tingħata kisja tarmac, kif intalab mill-istess kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar, ħalli b'hekk jiżdied it-traffiku f'din it-triq u dan fih innifsu jservi ta' deterent għal min jabbuża u juża din it-triq biex jitfa' żibel u imbarazz jew għall-affarijiet oħra illeċti?", "X'inhi l- pożizzjoni tal-Ministeru dwar din it-triq li llum saret problema kronika ta' Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-titjib fil-Girdle Road diġa ġie diskuss mal-Kunsill Lokali ta` Haż Żabbar u anki saru testijiet li wrew li t-triq mhux biżejjed li tingħata kisja tarmak, iżda għandha bżonn xi xogħol ta` rikostruzzjoni.", "Qed isiru wkoll diskusjonijiet mal-Kunsill biex titjieb is-sistema tat- traffiku fil-Girdle Road,Labour Avenue, Triq il-Mina ta` Hompesch u Triq il- Foss.", "It-Titjib għalhekk isir meta dawn l-affarijiet jiġu finaliżżati.", "ZABBAR - TOROQ", "13200.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-ittra li dehret fuq \"l-orizzont\" tal- Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999 f'paġna 11 tas-sindku ta' Ħaż-Żabbar, is-Sur Joe Fenech, jista' l-Ministru jikkummenta dwar talba tal-kunsill biex culvert li tiela' minn Wied il-Għajn jiġi estiż għal Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq l-Iskola, Zabbar, biex jinqata' l-għargħar minn dawn it-toroq?", "Saret inspection mir-Roads Department u mill-Istorm Water Division?", "Meta saret jekk saret din il-laqgħa u fil-fatt dan ix-xogħol li qed jitlob il- kunsill se jsir?", "Jekk iva, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari Nru. 13199 u 12018 li diġa ttrattaw fuq dan is- suġġett.", "Ix-xogħol irid bilfors isir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.", "MAGĦTAB - MIŻBLA - TAJN", "13201.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jieħu l-passi urġenti ħalli t-tjun fit-toroq tal-Magħtab li joħroġ mill-miżbla permess ta' diversi inġenji jiġi mnaddaf ħalli jonqos kemm hu possibbli l-perikolu għas-saħħa tar-residenti tal-Magħtab u ta' madwar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minkejja li t-tindif tat-toroq ma jaqax taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru tas-Saħħa, xorta waħda saru spezzjonijiet fil- postijiet imsemmija.", "Dan biex jiġi żgurat jekk jeżistix periklu għas-saħħa pubblika.", "Il-Kunsill Lokali kkonċernat ġie mgħarraf bis-sitwazzjoni u mħeġġeġ jieħu l- passi meħtieġa.", "PA - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT TAT-TARZNA", "13204.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12382, fejn l-Ministru qal li t-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna ta' Bormla hu kopert bil-permess tal-PA maħruġ fit-8 ta' Novembru, 1999, jista' jgħid meta se jibda t-twaqqigħ ta' dan il-ħajt u kemm hemm il-ħsieb li jdum dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi x- xogħol fuq il-ħajt il-ġdid li ser jieħu post il-ħajt antik tal-Baċir Nru 1 diġa beda.", "Huwa mistenni illi meta dan ix-xogħol jasal fi stadju fejn jista' jitneħħa l-ħajt l-antik, dan jitneħħa.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - SPIŻJARA", "13211.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi wħud mill-ispiżjara fil-health centres qed inaqqsu l-ammont tal-mediċina lill-pazjenti u jgħidulhom biex imorru għand it-tabib tagħhom biex jirrevedilhom ir-riċetta minħabba li qed jieħdu wisq mill-mediċina preskritta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ispiżjara fiċ-Ċentri tas-Saħħa jnaqqsu l-ammont tal-mediċini lill-pazjenti biss f'dawk il-każi meta l-ammont ta' mediċina partikolari mitlub ikun jeċċedi l-massimu tad-doża rakkomandata mill- awtoritajiet farmaċewtiċi nternazzjonali w għalhekk jista' jkun ta' ħsara għas-saħħa tal-pazjent.", "F'każi bħal dawn il-proċedura hija illi l-ispiżjar jinforma lill-pazjent illi d-doża massima rakkomandata qed tiġi maqbuża.", "L-ispiżjar jiddispensa għal xahar l-ammont massimu li ma jeċċedix ir- regolamenti farmaċewtiċi, u javża lill-pazjent biex jikkonsulta lit-tabib tiegħu.", "Dożi aktar minn dawk rakkomandati jinħarġu biss jekk il-pazjent jippreżenta ċertifikat mit-tabib kuranti tiegħu, li jkun ħareġ ir-riċetta, fejn jikkonferma illi hemm bżonn dik id-doża żejda u jassumi r- responsabbilta' tagħha.", "Din il-proċedura hija konformi mal-liġi MKPO (Medical and Kindred Profession Ordinance) No. 30(2).", "QORMI - TRIQ STA.", "KATERINA - SQAQ NRU.2", "13212.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħammel l-isprall li jiġbor fih l-ilma tax-xita fi Sqaq Nru.2, fi Triq Sta.", "Katerina, Ħal Qormi, li minħabba li jinsab mimli, jista' fl-eventwalita' ta' xita qawwija bħalma kellna dan l- aħħar, jgħarraq id-djar ta' biswit?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Membru hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali interessat.", "SKEJJEL - TAL-ĦANDAQ - PJANĊI", "13213.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manuntezjoni tal- pjanċi li jgħattu l-passaġġi li jinsabu fuq barra fl-iskola tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi, minn fejn jgħaddu t-tfal għal klassijiet, minħabba li dawn huma imtaqqbin, bil-konsegwenza li meta tkun ix-xita, it-tfal jixxarrbu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SKEJJEL - TAL-ĦANDAQ - LOCKERS", "13214.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu ntrodotti l-lockers għat-tfal li jattendu fl-iskola tal-Ħandaq, Qormi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżultax li xi studenti jew ġenituri qatt talbu li jkun hemm lockers.", "L-iskola hija lesta li tistudja l-possibilta` li jkun hemm lockers għall-istudenti.", "Informat ukoll li peress li f'din l-iskola tintuża s-sistema fejn l- istudenti jmorru fil-klassi tas-suġġett u mhux l-għalliem tas-suġġett imur fil-klassi, anke jekk ikun hemm lockers, ma jkunx possibli li jkunu viċin l- istudenti.", "DAY CENTRES - CSAS", "13215.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-applikazzjonijiet għal care workers ħarġux għas-CSAs li jaħdmu d-day centres biss, jew għas-CSAs kollha nklużi dawk li jaħdmu fid-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal \"care workers\" hija miftuħa skond id-dettalji murija fil-gazzetta tal-Gvern tas-7 ta' Jannar 2000.", "SKEJJEL SPEĊJALI - ADULT TRAINING CENTRES", "13216.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena l-Adult Training Centres humiex se jaċċettaw studenti li spiċċaw mill-Ispecial Schools?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru tirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "ŻEBBUĠ - DAWL", "13270.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tliet familji fi Triq it-12 ta' Mejju, Ħaż-Żebbuġ, (fil-bidu tagħha tal-parti li tagħmel ma' Triq il-Kbira) qegħdin ħafna drabi jkunu mingħajr dawl elettriku fid-djar tagħhom?", "X'inhi l-kawża?", "Meta, jekk hemm ħsara, din se tissewwa b'mod permanenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.", "ŻEBBUĠ - TRIQ SAN ĠUŻEPP - ILMA", "13271.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li Sqaq Nru. 1, Triq San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ qiegħed jilqa' ġewwa fih kwantita' kbira ta' ilma li prinċipalment ikun ġej mill-pjazza prinċipali ta' Ħaż-Żebbuġ wara kull ħalba xita, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lid-dipartiment billi jsewwwi l-ħsara li hemm fl-istess Misraħ ta' sprall li huwa ikkonnettjat mal-ġibjun ta' taħt iz-zuntier tal-Knisja?", "Jikkonsidra wkoll li l-ilma li jkun ġej għall-isqaq imsemmi jintefa' f'shelter li hemm quddiem Nru. 23, Triq San Ġużepp?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Membru hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali interessat.", "DJAR - SPEZZJONIJIET", "13279.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l- ħaddiema/periti tal-Gvern jara l-kondizzjoni tas-saqaf ta' flat tal-gvern li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija biex issir ix-xogħol bżonnjuż minħabba l-istat li fih jinsab?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "PULIZIJA - DGĦAJSA MHUX REĠISTRATA", "13298.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-pulizija meta xi persuna tirrapporta li nstabet dgħajsa mhux reġistrata f'Malta mitluqa fil-baħar?", "Min isib din id-dgħajsa jkollu dritt għaliha wara ż-żmien speċifiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-każ li qed jirreferi għalih l- Onorevoli Interpellant, il-Pulizija tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex ikun stabbilit jekk tali sejba tkunx riżultat ta` xi reat jew aċċident.", "Jekk ikun il-każ, ikun anke` infurmat il-Maġistrat tal-Għassa.", "Isiru investigazzjonijiet mill-Pulizija sabiex tkun stabbilita` l-identita` tas-sid, anke` jekk meħtieġ bl-assistenza ta` l-Interpol.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, dan huwa parir purament legali.", "ŻEBBUĠ - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL", "13308.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi partijiet ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ qegħdin ikunu mingħajr dawl elettriku partikolarment filgħaxija?", "X'inhu jsir mill-Enemalta dwar dawn ir-rapporti?", "Għaliex fi Triq 12 ta' Mejju, Triq Paris, Triq ġdida fi Triq G.B.Debono qegħdin ikunu mingħajr dawl?", "Jikkonsidra l-Ministru li ssir investigazzjoni dwar il-kawża ta' dan il- qtugħ ta' dawl kollu f'Ħaż-Żebbuġ?", "Min hu responsabbli li jsewwi din il-ħsara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ASSISTENTI DIRETTURI", "13397.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12845, jista' l-Prim MInistru jgħid min huma l-persuni u f'liema dipartimenti nħatru l-assistenti diretturi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li turi dettalji tal-126 ħatra ta' Assistenti Diretturi.", "TOROQ - ASFALTAR", "13398.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13052, jista' l-Ministru jagħti breakdown għal kull lokalita' separatament ta' l-20 kilometru tarmac li ngħata matul is-sena 1999?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.", "PENSJONIJIET", "13399.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l- ammont ta' pensjoni li tingħata fil-ġimgħa l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Kemm kienet tammonta fil-ġimgħa ż-żieda għall-għoli tal-ħajja li ngħatat din il-persuna b'seħħ mill-1 ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru illi ż-żieda fil- pensjoni tal-persuna minnu indikata hija tajba.", "Irrid inżid ngħid illi 'l- persuna msemmija qed tirċievi pensjoni taħt il-ftehim reċiproku bejn Malta u l-Awstralja.", "Għaldaqstant ir-rata ta' pensjoni li qed jirċievi hija pro- rata u għalhekk iż-żieda għall-għoli tal-ħajja hija pro-rata wkoll.", "Il-persuna kkonċernata se tkun infurmata bil-miktub dwar dan.", "ENEMALTA - RIĊEVUTI FISKALI", "13400.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta hijiex marbuta li tagħti rċevuti fiskali meta jinxtraw ċilindri tal-gass, kemm ġodda kif ukoll bdil?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jinghad li l-Korporazzjoni Enemalta ma tigborx Taxxa fuq il-Valur Mizjud meta tbiegh prodotti taghha hlief fejn jidhol bejgh ta` petrol u diesel.", "Is-servizzi l-ohra provduti mill- Korporazzjoni huma ezenti mill-hlas tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud.", "Ta` min jinnota li fil-kaz tac-cilindri tal-gass, dawn jitqassmu mid- distributuri u mhux direttament mill-Korporazzjoni Enemalta.", "Id- distributur mhuwiex obbligat johrog ricevuta fiskali lil kull konsumatur, izda johrog wahda fl-ahhar tal-gurnata li tkun tkopri l-bejgh kollu ta` dik il-gurnata partikulari.", "Il-bejgh kollu ta`cilindri tal-gass huwa kkontrollat mill-Korporazzjoni li min-naha taghha tinforma lid-diversi dipartimenti tal-Gvern dwar bejgh li jkun sar minn kull distributur.", "WIED IL-GĦAJN - ASFALTAR TA' TOROQ", "13401.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta u liema toroq se jingħataw wiċċ ġdid ġo Wied il-Għajn skond l-iskeda tad- Dipartiment tat-Toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Diġa ħarġu sejħiet għall-offerti biex jiġu asfaltati Triq Mintba, Triq il-Menħir.", "Numru ta` toroq oħra ser jpoħorġu l-offerti għalihom fi żmien qasir.", "PA - UFFIĊJAL", "13402.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12994, jaf il-Ministru li n- numri fi triq imsemmija (Santa Tereża, Ħaż-Żabbar) ġew mibdula riċentement u l-uffiċjal ta' l-awtorita' kellu n-numru tal-bieb (41) li issa għadda għand il-familja Burnell milquta?", "Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni għamlet il-pulizija f'dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija jirriżulta li n-numru tal-bieb ta` fejn seħħ l-att vandalu li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant, sa ftit taż-żmien ilu kien jappartjeni għar-residenza ta` uffiċjal ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Għalkemm wieħed jista` jispekula x`seta ġara, m`hemm xejn li jikkonferma dan, u l-Pulizija għadha sejra bl-investigazzjonijiet tagħha.", "SKEJJEL - LATIN/GRIEG", "13403.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jikkonsidrax li jerġgħu jiddaħħlu s-suġġetti klassiċi fil-livell sekondarju, bħalma huma l-latin u l-grieg", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WIED IL-GĦAJN - EMBELLISHMENT", "13404.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu miexi x-xogħol ta' embellishment fin-naħa tax-xlokk u ta' isfel ta' Malta, partikolarment dak ta' Wied il-Għajn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EU - IBĦRA TERRITORJALI", "13405.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward l-ibħra territorjali, is-sajd u d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kif jaf l-Onor. siehbi bħalissa qed jiġi ppreparat il- pjan Nazzjonali ta' l-addozzjoni ta' l-Acquis Communitaire.", "Għaldaqstant dettalji dwar is-suġġett tal-mistoqsija jkunu ippublikati meta jiġi ppublikat dan il-pjan.", "WIED IL-GĦAJN - LATRINI", "13406.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinfetħu l-latrini li jagħmlu parti mill- embellishment f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.", "RAĦAL ĠDID/FGURA - WIED BLANDUN - TINDIF", "13407.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13015 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid meta se jibda jitnaddaf Wied Blandun f'Raħal Ġdid/Fgura?", "Hemm ħsieb li dan il-wied jiġi żviluppat?", "Jekk iva, x'tip ta' żvilupp hu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.", "SCUD MISSILES - AWTORITAJIET LIBJANI", "13412.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi protesti mill- awtoritajiet Libjani wara l-inċident ta' l-spare parts ta' l-iscud missiles, li ġie rrapportat fil-media dan l-aħħar?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma saret l-ebda protesta mill-awtoritajiet Libjani wara li ġie ppubblikat fil-media rapport dwar 'spare parts' ta' 'scud missiles', għalkemm dan is-suġġett ġie mqajjem minn u diskuss mal-Awtoritajiet Libjani."]} {"filename": "20001027_410d_par.doc", "date": "2000-10-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 410 Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 410", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "410", "Il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 336", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 336", "TQEGĦID TA' KARTI 341", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ", "IL-POST TAX-XOGĦOL (KUMITAT)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 341", "AĠĠORNAMENT 371", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 377", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 409 li saret fis-27 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PBS - PROGRAMM \"VIVA MALTA\"", "19654.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm se titħallas persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament għall-programm \"Viva Malta\" fuq l-istazzjon tal-PBS li qiegħed jittella' mill-MIC?", "Jista' jgħid kemm-il sensiela se ssir?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, il- persuna msemmija ma' titħallasx mill-Malta/EU information centre u dan iċ- ċentru lanqas ma joħroġ flus għall-produzzjoni ta' dan il-programm.", "S'issa hemm sensiela waħda ppjanata.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm se titħallas din il- persuna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Il-MIC huwa responsabbli għalih l-isteering and action committee.", "Imma peress li dan il-programm huma mtella' mill-PBS, għandi nissoponi li l-ħlas lil din il-persuna jsir mill-PBS.", "F'dak il-każ il- ministru responsabbli huwa l-ministru ta' l-edukazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jien kif nista' nistaqsi lill-ministru ta' l- edukazzjoni meta qiegħed imsiefer!", "Mhux sew li nagħmlu l-interpellanzi u nibqgħu bla tweġiba.", "(Interruzzjonijiet) MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jgħidilna eżattament fiex jikkonsistu r-responsabbiltajiet tiegħu vis-a-vis l-MIC?", "Għax din issa qiegħda tintervjeni fix-xandir u anke qed tidher kitba fil- gazzetti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-responsabbilta' tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin tikkonsisti biss fil-fatt li fil-budget jiġi allokat ammont ta' flus li huwa ddedikat lill-MIC, li għandu l-bord tiegħu.", "Barra minn hekk, il-MIC jagħmel rapporti lill-MEUSAC u kull meta ċ- ċentru jkollu bżonn xi informazzjoni, tingħatalu mill-MEUSAC.", "Jien la nitlob u lanqas għandi dritt nitlob informazzjoni mill-MIC għax m'hijiex responsabbilta' tiegħi imma hija responsabbli minnha l-MEUSAC.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, il-Ministru huwa responsabbli għall-voti li għandu taħt il-ministeru tiegħu.", "Ma naħsibx li qed jagħti risposta tajba meta qed joqgħod jgħid li hemm mjaw mjaw 'l hemm u mjaw mjaw 'l hawn biex jgħatti r-responsabbiltajiet tiegħu!", "Jekk il-voti jinsabu taħt il-ministeru ta' l-affarijiet barranin, kif jiġi l-Ministru u jgħidilna li mhux hu se jirrispondi fuq l-MIC imma l-mjaw mjaw!", "Min hu responsabbli tal-mjaw mjaw hawnhekk, jista' jgħidilna, jekk jogħġbu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Forsi wuwu mhux mjaw mjaw!", "(Interruzzjonijiet) Jekk irridu nieħdu l-affarijiet bis-serjeta' neħduhom imma jekk irridu noqogħdu nidħqu, nidħqu aħna wkoll!", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel jiġi bil-mjaw mjaw u mbagħad jitlob point of order!", "MR SPEAKER: On a point of order, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru għadu kemm qalilna li mhux hu responsabbli tal-MIC.", "Kif jista' jkun ladarba l-vot qiegħed taħtu?", "Qalilna hemm il- MEUSAC, mjaw, mjaw!", "(Interruzzjonijiet) Jista' jgħidilna jekk huwiex responsabbli jew le?", "Jekk il-vot jaqa' taħtu, hu jrid jirrispondu quddiem dan il-parlament u ħadd aktar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Jien m'iniex responsabbli għall-operat tal-MIC għax dak jirrispondi għalih il-MEUSAC, dak li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed isejjaħlu mjaw mjaw.", "Jekk hemm xi diffikulta' dwar il-flus, peress li dawn jaqgħu taħti, issir id-domanda u jekk ma jkollix l-informazzjoni f'idejja nieħu ħsieb inġib l- informazzjoni dwar kif ikunu ntefqu, pero' ma nistax nindaħal lill-MEUSAC dwar l-operat tagħhom.", "Hawnhekk il-mistoqsija kienet dwar x'intefaq u jiena rrispondejt li l-MIC ma nefqet xejn f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħlas ta' din il-persuna li ħadet sehem f'dan il-programm, għas-sempliċi raġuni li din tqabdet mill-PBS u allura jekk se titħallas, se titħallas mill-PBS.", "Jiġifieri f'dak ir-rigward ma nistax nipprovdi l-informazzjoni għax il-PBS ma jaqax taħt idejja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidilna jekk il-MIC taħdimx b'budget u jekk dan il-budget jiġix approvat minnu?", "Għax inutli jgħidilna li jiġi approvat mill-MEUSAC, għax il-MEUSAC ma jirrispondix quddiem dan il-parlament imma hu jirrispondi quddiem dan il-parlament.", "U l- mistoqsija toħroġ minnufih mar-risposta tiegħu.", "Il-budget tal-MIC jgħaddi minn quddiemu?", "Hu japprovah?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Il-MEUSAC għandha vot li jaqa' taħt il-ministeru ta' l- affarijiet barranin u jiġi approvat anke mill-parlament.", "Il-MIC jagħmel il- budget jew business plan għal sena partikolari, jirraporta lill-MEUSAC u jiena bħala chairman - u mhux fil-vesti ta' ministru - inkun naf x'ikun fih dan il-budget.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri jekk qed nifhem sew il-Ministru qed jgħid li hu responsabbli għall-vot imma m'huwiex responsabbli għall-budget tal- MIC, ħalli nkunu ċari.", "Il-Ministru għadu kemm qal li bħala chairman tal- MEUSAC japprovah, mjaw mjaw!", "(Interruzzjonijiet) Imma skużi, xi ħadd irid jirrispondi quddiem dan il-parlament għall-vot tal-MIC.", "U ċertament hija din il-mistoqsija tiegħi.", "Il-Ministru, qua ministru, jarah il- budget tal-MIC?", "Japprovah?", "Lest li jiddefendih quddiem dan il-parlament?", "Imbagħad id-domanda supplimentari l-oħra hija din: Veru jew mhux veru li f'dawn l-aħħar xahrejn reġa' sar restructuring tal-budget tal-MIC u li ċerti voti ta' kif kienu se jonfqu l-affarijiet biddluhom minn fuq personal emoluments u waddbuhom fuq affarijiet ta' propaganda?", "Jaf bihom il- Ministru dawn l-affarijiet?", "Japprovahom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: L-ewwelnett il-vot li huwa allokat għall-MIC jaqa' fir- responsabbilta' tiegħi u nirrispondi jien fil-parlament.", "Dment li l- information centre ma jeċċedix dak il-vot, allura l-programm dwar kif se jintefqu dawk il-flus il-MIC jirrapporta dwarhom lill-MEUSAC u l-MEUSAC jiddeċiedu jekk il-programm ta' kif se jintefqu dawk il-flus huwiex tajjeb jew le.", "Jiġifieri dak il-programm li ġie rrapportat lill-MEUSAC jiddeċiedu dwaru l-core group tal-MEUSAC.", "Ċertament li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-operat ta' l-information centre huwa l-core group li huwa responsabbli.", "Dwar il-mistoqsija supplimentari ma nafx ngħidlek, pero' kieku kellha ssir xi ħaġa għandi nifhem li l-MIC jirrapporta lill-MEUSAC.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-Ministru ma jafx biha bħala ministru jew bħala chairman tal-MEUSAC?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: La bħala ministru u lanqas bħala chairman għax safejn naf jien għadha ma ġietx quddiem il-MEUSAC.", "Jien mhux qed ngħid li ma sarx hekk imma li m'għandi ebda idea li sar hekk, fil-każ bħala chairman tal- MEUSAC nindaga u jekk hemm l-idea li jsir hekk, nitlob lill-head tal-MIC biex jirrapporta lill-MEUSAC.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, jekk il-Ministru ma jafx biha allura ma saritx.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri l-Ministru qed jgħidilna li m'hemmx dan it-trasferiment min-naħa għall-oħra tal-budget, hux veru?", "Ma jistax ikun li tkun chairman tal-MEUSAC u ma tkunx tafhom dawn l- affarijiet!", "Jekk ma jafx biha, allura ma ġratx għax biex tiġri trid tkun approvatha minnu.", "Jista' jekk jogħġbu, jew bħala ministru jew bħala chairman tal-MEUSAC, jgħidilna eżattament il-prijoritajiet tan-nefqa tal-MIC kif saru fil-budget attwali tiegħu li ma nbidilx f'dawn l-aħħar xahrejn?", "Il-Ministru qalilna li sakemm nibqgħu fil-vot allokat m'hijiex problema.", "Jien naħseb li hi problema għax jekk hemm nefqa li hi extra u żejda, meta m'hemmx bżonnha, xorta hija problema fiċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-pajjiż.", "Imma l- Ministru qed jgħidilna li sakemm jibqa' fl-allokazzjoni mhux problema.", "Jista' jekk jogħġbu jgħidilna kif intlaħqu l-prijoritajiet fin-nefqa tal- budget tal-MIC?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Ovvjament fil-bidu tas-sena l-MIC għamel il-pjan ta' l- operat tiegħu, li fih kellek il-programm ta' l-inizjattivi kollha ta' informazzjoni li kellu jagħmel matul is-sena.", "Kien hemm ukoll inkluż il- pjan għall-ħlas tas-salarji ta' l-impjegati kollha tal-MIC.", "Issa mill- informazzjoni li għandi qiegħed jaġixxi within the vote għal dawk li huma salarji u għal dak li huwa programm ta' ħidma għal din is-sena.", "Jekk jirriżulta li bħala salarji jonfoq inqas milli fil-fatt ġew riservati għas- salarji - m'iniex qed ngħid li dan huwa l-każ - għax forsi jkunu daħlu nies iżjed tard milli kien previst fil-bidu tas-sena, f'dak il-każ jifdal xi possibbilta' ta' savings u jista' jiġi awtorizzat li jużahom għal programm ta' informazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, il-mistoqsija tiegħi ma kenitx jekk jistax imma jekk ġratx.", "Il-Ministru għadu kif qal li ken hemm allokazzjoni għal personal emoluments li ma ntużatx kollha matul is-sena u mbagħad f'daqqa waħda fetħu jdejhom u ta' l-RTK kollha daħħluhom fil-MIC - ibda mill-editur ta' \"il-ĠENS\" - imma xorta sabu li għandhom tranche ta' personal emoluments li qiegħda tperper, u minflok faddluhom dawk il-flus nefquhom f'pubbliċita'.", "Il-Ministru jista' jispjegalna dwarha din il-ħaġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: L-ewwelnett safejn niftakar ma ġewx recruited in-nies kollha previsti fil-bidu tas-sena għax kienet ħarġet call for applications għal research officers u oħra għal media officers.", "Għal research officers kien hemm nies over and above dawk li kien hemm bżonn u allura ġie recruited in-numru kollu li kien previst, filwaqt li għal media officers kien hemm over and above pero' ma kellhomx il-kwalifiki li kienu kkonsidrati biżżejjed biex jieħdu dak l-impjieg, u allura ġew recruited inqas.", "B'hekk f'dak li hu ammont ta' flus dedikat għall-emoluments, il-MIC se jkun nefaq inqas minn dak li ġie vvotat.", "Pero' f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni s'issa għadu within the original budget, jiġifieri ma nefaqx iżjed minn dak li kien ġie allokat fil-bidu tas-sena.", "Pero' hemm dawn il-flus li huma savings, ħa nsejħulhom hekk, u f'każ li l-MIC se jkollu bżonn iżjed, jista' jiġi awtorizzat biex jużahom għall-informazzjoni jew inkella jiġu carried forward għas-sena d-dieħla, dejjem jekk ikun hemm l-approvazzjoni tal-ministru tal-finanzi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jikkjarifika jekk hux veru li t-travel expenses tal-MIC qed jiġu allokati fuq ministeri differenti?", "Per eżempju, jekk ikun hemm sezzjoni għall-agrikoltura, il- crowd kollha tal-MIC li titla' Brussels minflok tħallashom mill-vot tagħha, twaddabhom fuq l-agrikoltura.", "Veru jew mhux veru din il-ħaġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Bir-rispett kollu, naħseb li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu xi ftit tal-konfużjoni.", "Normalment jekk tmur delegazzjoni tal-MIC fi Brussels jew ma jmur ħadd jew imur wieħed - normalment imur il-kap jew xi ħadd mill-uffiċjali - u l-ispejjeż għall-ivvjaġġjar jitnaqqsu mill-vot li hemm iddedikat għall-MIC.", "Għar-rigward tal-MEUSAC, meta kienu jitilgħu core group members fi Brussels għal waqt l-iscreening, dawn kienu jaqgħu taħt il-vot tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Meta kienu jitilgħu special interest members għall-iscreening sessions fi Brussels, u kien jitla' per eżempju special interest member mill-agrikoltura jew special interest member mill-ambjent, f'dak il-każ l-ispejjeż kienu jitħallsu mil- line ministry.", "Qabel kienu jitilgħu fiżikament minħabba l-iscreening, imma issa n-negozjati qegħin isiru biss by exchange of correspondence.", "Jiġifieri aħna nippreparaw in-negotiating position, ngħadduha lil Brussels, il-kummissjoni fi Brussels tiċċirkolaha fost il-Member States, dawn jagħmlu l-pożizzjoni tagħhom u mbagħad tiġi fformulata l-common position ta' l-EU u dik tiġi kkomunikata lilna.", "S'issa saret hekk għax ma kienx hemm lok ta' chapters li fuqhom bdew in- negozjati fiżikament fuq transition periods u special arrangements li qed nitolbu.", "Probabbilment dawk se jibdew issa għall-bidu tas-sena d-dieħla u hemmhekk naraw il-possibbilta' li jitilgħu fiżikament in-nies.", "Pero' probabbilment tinżamm l-istess sistema, fis-sens li jekk jitilgħu nies mill- foregin office jew inkella li huma l-core group members tal-MEUSAC, jitħallsu mill-vot tagħna u jekk jitilgħu mil-line ministries jitħallsu mill-vot tal-line ministries.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: U min jiddeċiedi min se jitla', il-MIC, il-MEUSAC, il-ministeru għall-affarijiet barranin jew il-line ministry konċernat?", "Għax ħafna nies qed jgħidu li l-MIC tiddeċiedi!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Il-MIC m'għandhiex say f'dan kollu.", "Normalment jitla' il-kap tagħha waħdu jew xi ħadd ieħor biex ikun f'pożizzjoni li jirrapporta x'ġara, altrimenti d-deċiżjoni finali ta' min jifforma n-negotiating group jeħodha l-MEUSAC, approvata wkoll mill-cabinet committee.", "Il-line ministry tagħżel l-individwi partikolari li għandhom jitilgħu, pero' jekk il-il-line ministry tagħżel persuna li l-MEUSAC jew in-negotiating team iħossu li m'hijiex persuna adatta, jista' jitlob lill-ministeru konċernat għal sostituzzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, filwaqt li l-Ministru qed jitkellem fuq il-MIC, jista' jgħidilna jekk huwiex kuntent bil-mod kif dan qed jopera?", "Għax dan l-aħħar kien hawn persuna li mexxiet information centre ġewwa Sweden, tip ta' uffiċċju simili għall-MIC, u l-mod kif din spjegat l- imparzjalita' ta' l-informazzjoni żgur li m'hijiex l-istess bħalma hawn hawn Malta.", "Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex il-MIC spiċċa ċentru ta' propaganda pro-EU membership u mhux qiegħed ixerred informazzjoni fuq l-EU?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Din hija dikjarazzjoni gratwita magħmula mill-kollega tiegħi.", "Jien naħseb li l-MIC qed jagħti informazzjoni oġġettiva.", "Mill- feedback li għandu l-MEUSAC minn korpi kostitwiti li l-MIC jiltaqa' magħhom - bħaċ-chamber of commerce, l-FOI, il-GRTU, il-UHM, il-GWU - jidher li dawn il-korpi huma sodisfatti bl-informazzjoni li jagħti l-MIC - anke saħansitra għamlu programmi ta' tagħrif lil dawn il-korpi u lil dawn l- unions - u l-informazzjoni li waslitilna hi li dawn mhumiex qed jagħtu xi biased information imma qegħdin jagħtu l-fatti - meta jkun hemm mistoqsijiet dwar x'inhuma l-aspetti negattivi jirrisponduhom ukoll - u allura bl-edba mod ma naqbel ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Vella, li l-MIC qed tagħti xi informazzjoni li hija biased.", "Jista' jkun li din qed tingħad fuq livell personali, bħalma jien żgur li l-kap ta' l-information centre ta' l-Isvezja u n-nies li kienu jaħdmu magħha kienu fuq livell personali favur, pero' iridu joqogħdu attenti li meta jiġu biex jagħtu l-informazzjoni jagħtuha b'mod oġġettiv u fattwali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, l-information centre qiegħed first and foremost għall-informazzjoni tal-pubbliku.", "Jien kuntent li kif qed jgħid il-Ministru l-constituted bodies huma sodisfatti, pero' jista' jgħidilna jekk kemm-il darba l-MIC, li qiegħed f'xenarju fejn għandek poplu li għad irid jiddeċiedi fuq deċiżjoni li għad trid tiġi aktar 'il quddiem, ħareġx xi ħaġa biex jinforma lill-poplu dwar il-ftehim li sar dan l-aħħar bejn l-EU u l-Iżvizzera?", "U jekk ma sarx dan, għaliex ma sarx meta din hija informazzjoni li tinteressa prattikament nofs il-popolazzjoni tagħna.", "MR SPEAKER: Il-Minstru.", "ONOR.", "JOE BORG: It-terms of reference tal-MIC huma biex iċ-ċentru jpprovdi informazzjoni dwar il-pros and cons ta' l-isħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea u mhux li jikkonsidra alternattivi oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' impjegati fir-residenza St Vincent de Paule, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20533; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar sejħiet għal applikazzjonijiet għal postijiet akkademiċi fl-Universita' ta' Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20574;", "Lista ta' mpjegati mhux akkademiċi fl-Universita' ta' Malta li jieħdu l-qualification allowance, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20578;", "Tagħrif dwar impjegati fl-Universita' ta' Malta li ħadu unpaid leave bejn l-1994 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20582.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19723.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "Klawsola 12 - Setgħa li jsiru regolamenti.", "(Kont.)", "Clause 12 - Power to make regulations.", "(Cont.)", "Ikompli mis-27 ta' Ottubru 2000.", "THE CHAIRMAN: Konna qegħdin f'klawsola 12.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, irrid nirrimarka li meta wieħed jara klawsola 12 fid-dettall - din tagħti s-setgħa lill-ministru li jagħmel ċerti regolamenti - din tant hija vasta li kważi kważi ngħid li jew setgħet saret hi biss u l-kumplament tal-liġi ma saritx, jew inkella l- affarijiet l-oħra, li diġà rrimarkajna dwarhom minn din in-naħa, li jagħtu ċertu poter lill-ministru, setgħu ġew esklużi u jibqa' dan kif inhu.", "Jien mhux qed nippretendi li ssir xi emenda partikolari.", "Imma issa ħalli niġi għal mistoqsija partikolari li nixtieq nagħmel lill-ministru, li tirrigwarda paragrafu (g) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 12, li tittratta dwar il-ħinijiet li ħaddiem jista' jkun meħtieġ li jaħdem.", "Kif jaf kulħadd, il-gvern talab deroga lill-Unjoni Ewropea rigward il- council directive 93/104 li tesiġi li l-ħaddiema li jaħdmu fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea ma jistgħux jaħdmu aktar minn a 48 hour week, inkluż l-overtime.", "L-ewwelnett nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk din id- deroga ġietx aċċettata.", "Jekk ma ġietx aċċettata, kemm jaħseb li se jkun it- terminu ta' transizzjoni sakemm aħna nkunu nistgħu naderixxu u fil-fatt id- deroga taqa'?", "Nistaqsih ukoll jekk hemmx il-ħsieb li d-deroga tibqa' hemmhekk għal dejjem.", "Effettivament ma naħsibx li se jsir hekk.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-ewwelnett dwar il-kumment.", "Is- sabiħa hi li meta jien oġġezzjonajt għax ġejt ikkritikat li sirt awtokratiku xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni qalli li mhux veru li għamluli din il-kritika.", "Imma issa qed nerġa' nismagħha.", "L-ewwelnett aħna naqblu jew le li l-ministru jrid jagħmel ir-regolamenti?", "Jew hawn xi ħadd li qed jipproponi li l-awtorità trid tagħmel ir-regolamenti?", "Naqblu li l- ministru għandu jagħmel ir-regolamenti.", "Irbatna lill-ministru li ma jistax joħroġ ir-regolamenti jekk qabel ma jkunx ħa l-parir mingħand l-awtorità.", "Naqblu jew le li s-soltu l-liġijiet fl-aħħar ikollhom klawsola li tgħid li l-minisru għandu l-poter li jagħmel ir-regolamenti taħt din il-liġi?", "Stajna għamilna hekk.", "Kultant ngħid li hekk imissna għamilna għax kienet tgħaddi din il-klawsola fl-aħħar qisu qatt ma kien xejn.", "Minflok ma għamilna hekk, għamilna klawsola u tajna parametri.", "Issa veru wieħed jista' jgħid li mbagħad paragrafu (j) ta' subklawsola 12(1) jgħid:", "\"dwar kull ħaġa oħra li għandha x'taqsam mal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol\",", "imma tajna parametri ġenerali.", "Jiġifieri jien nargumenta bil-kontra.", "Kif inhi llum, fil-kuntest tal-liġi dwar il-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, mingħajr l-awtorità, jien nista' nagħmel li rrid regolamenti, imma b'din il-liġi qed nagħmel parametri li prattikament jien insostni li jillimitawni.", "Allura l-kumment bil-kontra jrid ikun, li b'dan li qed nagħmel qed innaqqas mill-poteri li għandi llum u mhux inżidhom.", "Naħseb li konna oġġettivi throughout, ejja nkomplu nkunu oġġettivi u mhux nitilqugħha hekk.", "Dan kien ukoll kumment min-naħa tiegħi.", "Naċċetta li wara kollox qegħdin hawnhekk biex kultant ninku ftit lil xulxin ukoll.", "Dwar il-punt fuq il-ħinijiet tal-ħaddiema, noqogħdu attenti li aħna mhux deroga tlabna imma perijodu ta' transizzjoni.", "Jiġifieri hemm perijodu ta' żmien - jekk tagħtini ftit tal-ħin aktar 'il quddiem ngħidlek preċiż kemm - u mhux open-ended.", "U dwar dan għad iridu jiġu ppubblikati regolamenti aktar fid-dettall biex wieħed ikun jaf x'inhi l-pożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, xtaqt tweġiba fuq il-kwestjoni li qajjem l- Onor. Karl Chircop, rigward council directive 93/104, li tesiġi li l- ħaddiema li jaħdmu fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea ma jistgħux jaħdmu aktar minn a 48 hour week, inkluż l-overtime tagħhom.", "Naħseb li din se tinteressa ħafna lill-ħaddiema u lill-employers.", "Issa nirriferi għal paragrafu (i) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 12 li jgħid li l-ministru jista' jagħmel regolamenti:", "\"dwar id-dritt li ħaddiem jista' jirrifjuta xogħol jew li jagħmel xogħol partikolari, dwar iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom dan id-dritt hu eżerċitabbli.\"", "Din ukoll hija issue li tinteressa ħafna lill-ħaddiema.", "Nafu ħafna ħaddiema li jidħlu għal impjieg ġdid u wara li jkunu qalulhom li x-xogħol tagħhom, per eżempju, se jkun ta' handyman, imbagħad jagħtuhom xogħol ta' bajjad u jġegħluh jitla' f'għoli ta' xi tliet sulari.", "U jekk forsi dan il-ħaddiem ma jkunx kapaċi jaħdem f'dak l-għoli - għax hawn min ma jaċċettax li jaħdem fl-għoli għaliex jistordi - malli dan ma jaċċettax li jagħmel dak ix-xogħol, jiġi mkeċċi.", "Għalhekk din il-liġi kif se tipproteġi lill-ħaddiema li jkunu daħlu għal xogħol partikolari u mbagħad l- employer tagħhom iqabbadhom jagħmlu xogħol ieħor?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli mmur lura fuq il-punt li qajjem l-Onor.", "Karl Chircop, sempliċement għall-informazzjoni tal-Kamra.", "Il-perijodu ta' transizzjoni huwa ta' erba' snin.", "Fuq il-punt li qed tqajjem l-Onor.", "Rita Law, nerġa' ngħid li noqogħdu attenti għax din il-liġi ma tittrattax kondizzjonijiet ta' xogħol imma tittratta aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' saħħa u sigurtà fuq il-post tax- xogħol.", "Eżempju li jaqa' taħt paragrafu (i), jiġifieri \"dwar id-dritt li ħaddiem jista' jirrifjuta xogħol jew li jagħmel xogħol partikolari\", huma r- regolamenti li jipproteġu lin-nisa tqal, li fil-fatt huma fis-seħħ.", "Dawn jagħtu d-dritt lin-nisa tqal li jirrifjutaw li jagħmlu ċertu xogħol li jkun ta' periklu għalihom waqt it-tqala tagħhom.", "Eżempju ieħor huma r-regolamenti li jipproteġu d-drittijiet ta' ħaddiema żgħażagħ li huma taħt l-età, li wkoll huma applikabbli llum, però din is- sena aġġornajniehom.", "Anke hemm hemm id-dritt li ħaddiem jirrifjuta xi xogħol partikolari.", "U jekk ħaddiem jirrifjuta x-xogħol li jkun perikoluż għas-saħħa, per eżempju, ta' mara tqila, l-employer ma jistax jitterminalha l-impjieg jew jieħu passi dixxiplinarji fil-konfront tagħha minħabba dik is- sitwazzjoni partikolari.", "Naturalment dejjem fil-kuntest tal-liġi dwar is- saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u mhux fil-kuntest tal-liġi li tirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol għax dak huwa qasam ieħor li wieħed ukoll irid jidħol fih, imma mhux f'din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ħalli nerġa' mmur fuq il-punt li qajjem il-kelliem tan-naħa tagħna fuq is-servizzi soċjali.", "Nifhem li l- ministru jrid joħroġ ir-regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' din il-liġi, imma jien nemmen li hawnhekk qed inħallu vacuum, u dan qed jidher ukoll f'liġijiet oħra ta' l-istess tip.", "L-inizjattiva biex joriġina regolament fuq min hi incumbent, għand l-awtorità jew għand il-ministru?", "Issa veru li f'subklawsola (2) ta' klawsola 11 qed ngħidu li:", "\"L-awtorità għandha, sew fuq inizjattiva tagħha stess kif ukoll fuq talba tal-Ministru, tagħti parir lill-ministru fuq kull ħaġa ...\".", "Jiġifieri hemmhekk l-awtorità tista' toriġina parir fuq kollox, imma ma jfissirx li l-inizjattiva għal regolament toħroġ minnha, tista' imma mhux bilfors.", "Taħt subklawsola (4) ta' klawsola 11 il-ministru għandu jitlob il- parir ta' l-awtorità.", "Jiġifieri l-ministru qabel ma joħroġ regolament irid imur għand l-awtorità.", "Agreed, imma xorta tibqa' l-mistoqsija: Min għandu l-inizjattiva ta' regolament?", "Strettament kif inhi miktuba huwa l-ministru, hux hekk?", "Imma l-liġi lanqas qed tgħid hekk.", "Il-liġi qed tgħid li l- ministru jista' jagħmel regolamenti, jiġifieri r-responsabbiltà biex joħroġ regolament hija fuq il-ministru.", "Ġeneralment f'liġijiet bħal dawn fl-Ewropa - ħalli nuża l-kelma Ewropa - jingħad x'inhija l-proċedura li biha twassal biex isir regolament, iżda hawnhekk mhux qed issir.", "Nistgħu naqgħu between two stools, fejn il- ministru jgħid li hu m'għandux parir fuq materja \"X\" u allura ma jeħux l- inizjattiva, u min-naħa l-oħra l-awtorità tgħid li hi m'għandhiex talba għall-parir mingħand il-ministru, u dik il-ħaġa tibqa' ġġammjata.", "Mhux bilfors li jiġri hekk imma jista' jiġri hekk.", "Naħseb li għandu jkun hemm proċedura aktar preċiża u jissemma espliċitament li l-awtorità għandha responsabbiltà wkoll li tibda l-proċedura għal regolamenti.", "Naħseb li dan ma jingħadx hawnhekk.", "Dan hu l-punt tiegħi.", "Jiġifieri l-mod proċedurali kif regolament jiġi triggered amministrattivament u poltikament ma joħroġx ċar minn hawnhekk.", "Hawn vacuum ta' kif tiġi implimentata ħaġa bħal din, li qed tirriżulta wkoll f'ċerti liġijiet oħra fejn jitwaqqfu awtoritajiet bħal dawn.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb li m'aħna qed nivvintaw xejn ġdid għax qed insegwu proċedura u prattika kostanti.", "Pero' kif inħares lejha jien, klawsola 12 tagħmel dikjarazzjoni ċara li l-ministru għandu s- setgħa li joħroġ ir-regolamenti.", "Din qiegħda ċara u naħseb li hekk għandu jkun.", "Anke bħala policy, il-ministru jrid joħroġ ir-regolamenti.", "Ma ninsewx li wara dan kollu hemm il-proċedura parlamentari li legal notice titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra biex ikun hemm l-opportunità li l-membri jikkontestaw dawk ir-regolamenti.", "Jiġifieri fuq dik aħna agreed u ma rridux inbiddlu dik il-proċedura.", "Mela l-ministru għandu s-setgħa.", "Li hawn differenti hu li hawnhekk lill-ministru qed nitfgħulu obbligu li ma jeżistix f'diversi liġijiet oħra, li qabel ma joħroġ dawk ir-regolamenti hu obbligat li jmur għand l-awtorità għall-parir.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed ngħid li f'din biss imma fil-maġġoranza tal-każi mhux hekk.", "Allura qed ngħidu li l-ministru għandu jmur għand l-awtorita'.", "Però l-punt li qed iqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa jekk l-awtorità għandhiex il-fakultà li hi stess, on it's own initiative, tirrikkmanda lill- ministru, mingħajr ma l-ministru jkun talabha l-parir, li jsiru xi regolamenti fuq xi aspett partikolari.", "U r-risposta hija: Iva.", "Klawsola 11 tagħti l-fakultà lill-awtorità li hi stess tagħmel ir- rakkmandazzjonijiet lill-ministru, li mbagħad finalment irid jieħu d- deċiżjoni jippubblikahomx jew le.", "Fl-opinjoni tiegħi bħala proċedura hija ċara daqs il-kristall.", "Il-ministru obbligat li jieħu l-parir mingħand l- awtorità.", "Fil-fatt il-ministru huwa obbligat aktar minn hekk għax jekk naraw subklawsola (5) ta' klawsola 11 insibu li l-ministru jista' jirċievi parir li ma jkunx ġej mill-awtorità imma mingħand ħaddieħor - jista' jkun xi korp kostitwit, jista' jkun il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, jista' jkun xi ħadd li tkellem hawnhekk f'aġġornament u qajjem punt importanti li l-ministru jidhirlu li huwa validu - u f'dak il-każ il- ministru jrid jgħaddi dak il-parir lill-awtorità, li tevalwah u tagħtih lura r-rakkmandazzjoni tiegħu.", "Jiġifieri hawnhekk hawn makkinarju interessanti li jien ma niddejjaqx li kieku kellu jiġu kkopjat anke f'oqsma oħrajn.", "Il-punt huwa li din hija awtorità li tinkludi wkoll l-imsieħba soċjali u allura kollox idur madwar il-kunċett li kull darba qed tisforza l- konsultazzjoni li tgħaddi għand l-aworità li fiha hemm ir-rappreżentanti ta' l-imsieħba soċjali.", "Allura fuq dan ma jidhirlix li hemm xi grey areas.", "Il-proċedura hija sempliċi għax il-ministru dejjem għandu s-setgħa f'idejh, però l-inizjattiva tista' toriġina minn tliet inħawi, cioe' mill- ministru nnifsu, mill-awtorità nnifisha u, kif inhi miktuba, jien ngħid li anke minn persuni terzi.", "Jiġifieri skond subklawsola (5) ta' klawsola 11 - veru morna lura għal klawsola oħra, imma ma ġara xejn - anke terza persuna tista' tikteb lill-ministru u tixpruna, tistimola u tixgħel is-switch tal- proċedura.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Biex inkunu qbilna fuq dan il-punt jien se nagħmel pass lura fuq klawsola 11.", "Irridu nifhmu li subklawsola (2) ta' klawsola 11 li tgħid li:", "\"L-awtorità għandha, sew fuq inizjattiva tagħha stess kif ukoll fuq talba tal-Ministru, tagħti parir lill-Ministru ...\",", "anke hemmhekk il-parir jista' jkun ifisser li tagħmel mudell ta' regolament bħala parir li tibagħtu lill-ministru.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Biex nikkonferma doppjament li hekk hu, ngħidlek li fil-kuntest tal-liġi ta' l-1994, mhux l-ewwel darba li ġara hekk bil- kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol, jiġifieri li l-inizjattiva titwieled direttament mill-kummissjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma mbagħad tibqa' fl-arja!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imbagħad dejjem il-ministru jrid jieħu d- deċiżjoni.", "Imma naħseb li l-mistoqsija li qed tagħmel int hija: L- awtorità on it's own initiative tista' tagħmel rakkmandazzjoni lill- ministru biex jagħmel sett ta' regolamenti?", "U r-risposta hija b'mod inekwivoku: Iva.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela jekk qed nikkonfermaw dan taħt subklawsola (2) ta' klawsola 11, naħseb li l-punt huwa clear.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nirriferi għal paragrafu (f) ta' klawsola 12 li tgħid li l-ministru jista' jagħmel regolamenti:", "\"dwar in-notifika, ir-rapport u l-investigazzjoni ta' imwiet, mard, korriment jew inċidenti oħra fil-post tax-xogħol.\"", "Meta qed ngħidu \"mard\" qed nifhmu mard in ġenerali, jew inkella mard li huwa konness max-xogħol jew ġej min-natura tax-xogħol?", "Jekk nifhmu l- falliment mix-xogħol kaġun ta' mard normali, dik hija xi ħaġa differenti assolutament.", "Jiġifieri x'qegħdin nifhmu eżatt meta hawnhekk qed ngħidu \"mard\"?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hawnhekk bażikament qed ngħidu li l-ministru jista' jagħmel regolamenti fuq dawn l-oqsma, mingħajr ma nidħlu wisq fid- dettall.", "Hawnhekk qed ngħidu kategorija, that's all, imbagħad 'il quddiem jistgħu jsiru regolamenti dwar il-proċedura.", "F'dan il-każ qed nitkellmu pjuttost fuq proċedura dwar in-notifika.", "Dan il-punt huwa importanti għall-ġbir ta' l-istatistika.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra lmentajna, bir-raġun, li naħsbu li m'għandniex stampa preċiża tar-realtà ta' l-inċidenti, korrimenti jew mard b'riżultat tal-korrimenti fuq il-post tax-xogħol.", "Jien naħseb li hekk hu.", "Waħda mill-affarijiet l-aktar importanti biex ikollna stampa reali hija li jkollna proċedura ħafna aktar irifnuta milli għandna llum dwar in- notifika, jiġifieri r-rappurtaġġ lill-awtorità ta' dan it-tip ta' mard, korriment jew inċidenti oħra.", "Allura paragrafu (f) qed jgħid li l-ministru jista' joħroġ regolamenti li jispjegaw preċiż il-proċedura kif għandna tkun.", "Naħseb li l-mistoqsija li qed jagħmel l-Onor.", "Vella tkun imwieġba f'dawk ir-regolamenti.", "Il-kriterju kostanti throughout din il-liġi huwa l- affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol u mhux affarijiet li m'humiex relatati ma' dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, ma nistgħux ngħidu li mhumiex relatati.", "Mhux se nidħol f'dan id-dettall imma ma nistgħux ngħidu li mhux relatati għax ħafna drabi ma tkunx taf jekk humiex relatati jew le.", "Din hi l-kwestjoni kollha.", "Meta qed ngħidu \"mard\", ma mhumiex qed nitkellmu biss fuq mard li huwa ċertifikat li hu relatat max-xogħol partikolari li qed jagħmel l-individwu, imma anke fuq assenza mix-xogħol minħabba influwenza, per eżempju.", "Jien naħseb li hija xi ħaġa importanti anke għall-skop ta' statistika.", "Qed nitkellem fl-ambitu ġenerali ta' mard.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, jista' jkun li aktar kmieni forsi ma spjegajtx ruħi sew u għalhekk se nerġa' mmur għal paragrafu (i) li jitkellem dwar id-dritt li ħaddiem jista' jirrifjuta xogħol jew li jagħmel xogħol partikolari li jkun qabbdu l-employer tiegħu.", "Jekk jiġri hekk, jista' l-ministru jgħid kif l-awtorità se tipproteġi lil dan il-ħaddiem?", "X'azzjoni se tieħu vis-a-vis din il-problema meta ħaddiem jidħol għal impjieg partikolari u mbagħad iġegħluh jagħmel xi xogħol ieħor?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nerġa' ngħid li kemm jista' jkun noqogħdu mal- klawsoli għax jista' jkun li nkunu qed ngħaġġlu u nkunu qed nidħlu fi klawsoli oħrajn li nsibuhom 'il quddiem fil-liġi.", "Għall-mument f'din il- klawsola qed ngħidu li jistgħu jsiru regolamenti fuq dawn l-affarijiet, u jista' jkollok regolament li jistabilixxi li f'ċerti ċirkostanzi ħaddiem jista' jirrifjuta milli jagħmel ċertu xogħol.", "Dawk iċ-ċirkostanzi huma stabiliti f'regolamenti li għad iridu jiġu ppubblikati.", "Aktar kmieni jien tajt eżempju ta' regolamenti li mhux biss huma ppubblikati imma diġà huma in vigore.", "Ir-regolament li jipproteġi mara tqila li tkun qiegħda taħdem mhux biss huwa ppubblikat imma huwa applikabbli.", "Jiġifieri taħt ir- regolamenti li jeżistu llum, jekk mara tqila tiġi sfurzata li tagħmel ċertu xogħol u tirrifjuta minħabba saħħitha, is-sid ma jistax ikeċċiha.", "Illum hija protetta b'dak ir-regolament u mbagħad jidħol il-makkinarju l-ieħor.", "Din hija l-klawsola li qiegħda tgħid li l-ministru jista' jagħmel regolamenti fuq dawn l-affarijiet, però mhux qed ngħidu x'inhuma d-dettalji ta' dawn ir-regolamenti.", "Kulma qed ngħidu hawnhekk huwa li jistgħu jsiru regolamenti fuq dawn l-affarijiet, dan biss.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Filwaqt li f'subklawsola (1) ta' klawsola 12 qegħdin ngħidu li l-ministru għandu s-setgħa li jagħmel regolamenti dwar dawn l- affarijiet li hawn imniżżlin hawnhekk, imbagħad f'subklawsola (2) qegħdin nagħmlu xi eċċezzjonijiet bażikament.", "Jien li nsib daqsxejn inkwetanti huwa paragrafu (b) ta' subklawsola (2).", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Minsitru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Onor. Chircop, bl-emendi oriġinali dan il- paragrafu (b) huwa mħassar.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda għal klawsola 12, kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"S\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 – Personalità ġuridika u rappreżentanza.", "Clause 13 - Legal personality and representation.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, klawsola 13 ma tantx għandi xi ngħid fuqha, fis-sens li din hija standard fil-liġijiet kollha.", "Hawnhekk qed nagħtu personalità ġuridika lill-awtorita', li oriġinarjament mingħajrha ma tistax topera.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President jien naqbel mal-kunċett, però din qed nara li hija wiesgħa wisq għaliex tgħid li:", "\"L-awtorità tista' tinnomina wieħed jew aktar mill-membri tagħha, jew wieħed jew aktar mill-uffiċjali jew impjegati tagħha ...\"", "Jiġifieri tibqa nieżla way down u mhux il-membri ta' l-awtorità biss.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Irid ikun hemm a board resolution għal dak l- iskop.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma hawnhekk miftuħa kompletament u kważi kważi tibqa nieżla sal-bidillu!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Però kollha hekk isiru, ikollok board resolution fejn l-awtorità tiddelega l-poter.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 – Disposizzjonijiet rigward il-proċeduri ta' l-Awtorità.", "Clause 14 - Provisions with respect to proceedings of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, anke din hija pjuttost kwestjoni ta' proċedura, quorum, etc. Din il-klawsola hija wkoll meħuda minn liġijiet oħrajn, u anke hawn m'għandix kummenti ta' sustanza x'nagħmel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Peress li subklawsola (2) ta' klawsola 14 tgħid li:", "\"Nofs l-għadd tal-membri li f'dak iż-żmien ikunu jifformaw l-awtorità jkun quorum\",", "u n-numru jkun farradi, ngħidu aħna disgħa, kemm qegħdin neħduha li jridu jkun il-quorum, erbgħa jew ħamsa?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iridu jkunu ħamsa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 – Ħatra ta' uffiċjali.", "Clause 15 - Appointment of officers.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, issa dħalna għal Taqsima IV u din biex nifhmuha sew irridu norbtuha mal-liġi ta' l-1994 għax fuqha hija mibnija.", "Fil-fatt klawsola 15, li titkellem fuq il-ħatra ta' l-uffiċjali, hija meħuda kważi word for word mill-Att VII ta' l-1994, b'xi differenzi, irfinaturi żgħar li wkoll kienu saru mill-espert li kien ġie mill-ILO.", "Però essenzjalment titkellem fuq kif jinħatru l-uffiċjali, li l-uffiċjali għandhom ikollhom xi forma ta' identification meta bħala uffiċjali maħtura ta' l-awtorità, imorru jagħmlu inspection, għaliex naturalment persuna għandha dritt titlob biex tara li dak l-uffiċjal għandu mezz ta' identifikazzjoni li veru jawtorizzah li jagħmel dik l-inspection.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Peress li nafu bix-xogħol vast li se jkollhom dawn l- ispetturi u nafu li se jkun hemm bżonn numru sostanzjali minnhom, jista' l- ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex jitħarrġu nies biex ikunu inspectors?", "Għaliex jien naħseb li persuna li tingħata dan l-inkarigu jrid ikollha ċertu taħriġ li jieħu ż-żmien.", "Nixtieq issa nagħmel mistoqsija rigward il- protezzjoni għal dawn l-ispetturi.", "Preżentement aħna nafu x'inhu jiġri fil-każ tal-gwardjani tal-kunsilli lokali.", "Dawn kultant isibu ruħhom f'diffikultajiet għax ikun hemm min jeħodha kontra tagħhom meta jkunu qed iwettqu dmirijiethom.", "Issa kif se jkunu protetti dawn l-ispetturi u uffiċjali li se jkollhom dan l-inkarigu?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li din il-mistoqsija weġibtha diġà għax kienet saret meta konna qed nagħmlu xi klawsola oħra.", "L-ispetturi li hemm bħalissa intbagħtu jieħdu t-taħriġ.", "Ma ninsewx li kien beda kors ta' diploma fl-università li huwa proprju ffokat fuq dan il-qasam.", "Ċertament li sar ħafna xogħol fil-passat.", "Imma l-aktar importanti huwa li meta għamilna l-konferenza hawn Malta li għaliha attendew ministri oħrajn responsabbli għall-politika soċjali, tkellimna ma' l-espert ta' l-ILO - u jien personalment tkellimt ma' l-assistent għad-direttur ġenerali ta' l- organizzazzjoni dinjija tax-xogħol - dwar sħubija bejn il-Gvern Malti u l- ILO għall-korsijiet ta' taħriġ speċjalizzati li jistgħu jsiru Malta.", "Jiġifieri nistgħu nġibu esperti hawn Malta u jista' jkun li aħna nibagħtu lil dawn l-ispetturi biex jitħarrġu barra.", "Meta kien hawn iċ-chairperson tal-British safety council f'Mejju li għadda tkellimna magħhom biex naraw il-possibbiltà li huma jibagħtu l-esperti tagħhom hawn Malta biex jagħtu lectures jew inkella aħna nibagħtu l-ispetturi barra għal korsijiet ta' taħriġ.", "Jiġifieri hawnhekk għad fadal ħafna xogħol xi jsir, imma l- intenzjoni tagħna hija li nagħtu t-taħriġ massimu possibbli biex il-persuni involuti jkollhom il-background tekniku neċessarju.", "Dwar il-protezzjoni ta' dawn l-istess ħaddiema, naturalment huma għandhom responsabbiltà mhux żgħira fl-implimentazzjoni mhux ta' din il-liġi biss imma anke ta' l-Att ta' l-1994 għall-Promozzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol.", "Waħda mir-responsabbiltajiet tagħna llum, anke jekk għadha m'għaddietx din il-liġi, hija li lill-ispetturi tagħna nagħtuhom it-taħriġ neċessarju biex huma stess ikunu l-ewwel nies konxji tal-perikli li jistgħu jiffaċċjaw.", "Però fil-klawsoli li jmiss se naraw li uffiċjal jista' jitlob anke l-protezzjoni tal-pulizija.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Punt żgħir ieħor fuq l-istess suġġett.", "Xi kemm għandna spetturi ppreparati għal dan l-inkarigu?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalissa għandna 12-il spettur.", "Jekk nimxu bil- benchmark internazzjonali li tawna mill-organizzazzjoni dinjija tax-xogħol, ifisser li jrid ikollna spettur wieħed għal 7,000 ħaddiem.", "Dan huwa benchmark li jista' jfisser u jista' ma jfisser xejn.", "Id-darba l-oħra xi ħadd għamel punt rilevanti ħafna li mhux bilfors irridu nqabblu ma' pajjiżi li għandhom territorju mifrux u industrija ta' ċertu tip, għaliex Malta għandha territorju żgħir b'ċirkostanzi differenti.", "Jiġifieri l-benchmark aktar qiegħed hemm bħala indikazzjoni - ma neħduhx bħala vanġelu - u kieku kellna nieħdu dik l-indikazzjoni, ifisser li aħna rridu nitilgħu għal 20 spettur.", "Issa noqogħdu attenti għaliex spettur huwa qisu l-general practitioner, jiġifieri jkun il-jack of all trades imma master of none, fis-sens li int kapaċi jkollok bżonn konsulenti esperti f'oqsma partikolari.", "Aħna mhux qed nippretendu li dawn l-ispetturi jkunu esperti fil-kimika, esperti fil- kostruzzjoni u f'ħafna affarijiet.", "Le, imma jrid ikollhom dak il- background u taħriġ tekniku li jindunaw malli jkun hemm xi ħaġa li tista' tikkawża periklu.", "Mingħajr ma ħadd jindikalhom, huma stess ixommu li hemm id-diffikultà, imbagħad allura jiskatta l-proċess kollu biex jidħlu l- esperti ħalli jaraw jekk hux veru jew le hemm dak il-periklu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Għandi diffikultà rigward id-dipartiment ta' l- impjiegi u relazzjonijiet industrijali għaliex dan id-dipartiment fih innfisu diġà jinkorpora ċertu ammont ta' spetturi, mingħalija hemm xi tmienja.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tnax li hemm huma mpjegati tal-unit tal-health and safety fi ħdan id-dipartiment tax-xogħol u relazzjonijiet industrijali, il-labour office l-antik.", "Però, biex ikollkom stampa sħiħa, hemm unit ieħor li jaqa' taħt is-saħħa li huwa wkoll a health and safety unit.", "Dan huwa occupational health unit - as distinguished from health promotion unit - fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa, li dak ukoll irid jiċċaqlaq minn hemm u jiġi nkorporat hawnhekk biex ikollok post ċentrali ta' l-expertise.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 – Setgħat ta' l-uffiċjali.", "Clause 16 - Powers of officers.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 16 tispjega s-setgħat ta' l-uffiċjali u hawnhekk għandna t-tweġiba għall-punt li qajmet l-Onor.", "Rita Law ftit tal- ħin ilu.", "Hawnhekk mhux biss qed insemmu s-setgħat li għandu l-uffiċjal imma anke ċerti drittijiet li hu għandu biex jipproteġi lilu nnifsu fl- eżekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu.", "Il-biċċa l-kbira tal-klawsola hija meħuda mill-Att VII ta' l-1994, jiġifieri dawn huma poteri li diġà jeżistu f'idejn l-ispetturi li hemm illum bis-saħħa ta' l-Att VII ta' l-1994.", "Issa għandi żewġ emendi li safejn naf jien m'humiex ta' sustanza.", "L- ewwel emenda li se naqra hija parti mis-sett oriġinali li qassamt lill- kollegi ta' l-oppożizzjoni:", "\"T\" Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 16:-", "(a) minflok il-paragrafu (b) għandu jidħol dan li ġej:-", "b) li jitlob l-għajnuna ta' membru tal-korp tal-pulizija fl- esekuzzjoni tad-dmirijiet ta' l-uffiċjal;\"; u", "(b) fit-test Ingliż tal-paragrafu (e), minflok il-kliem \"or evidence\" għandhom jidħlu l-kliem \"or as evidence\", u minnufih wara l-kliem \"post tax-xogħol\" għandhom jidħlu l-kliem \", jew ta' xi ksur allegat ta' dan l-Att jew ta' xi regolamenti magħmulin bis-saħħa tiegħu\".", "\"T\" In subclause (1) of clause 16:-", "(a) for paragraph (b) there shall be substituted the following:-", "\"(b) to request the assistance of a member of the police force in the execution of the officer's duties;\"; and", "(b) in paragraph (e), for the words \"or evidence\" there shall be substituted the words \"or as evidence\", and immediately after the words \"or disease\" there shall be added the words \", or of any alleged violation of this Act or of any regulations made thereunder\".", "Ħalli nispjega għaliex saret din l-emenda.", "Kif inhi miktuba qiegħda li uffiċjal ikollu s-setgħat li ġejjin, fosthom:", "\"li jkun assisstit minn membru tal-pulizija fl-eżekuzzjoni tad- dmirijiet tiegħu\".", "Din tista' tinftiehem li bilfors, dejjem irid ikollu l-pulizija miegħu, mentri mhux hekk, imma meta hu jidhirlu li hemm bżonn jista' jitlob li jkun assisstit.", "Allura issa l-wording ta' l-emenda jgħid hekk:", "\"li jitlob l-għajnuna ta' membru tal-korp tal-pulizija fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet ta' l-uffiċjal.\"", "Issa sadanittant wasalli suġġeriment mit-tekniċi biex nagħmlu emenda żgħira f'subparagrafu (iii) ta' paragrafu (i) li jgħid:", "\"ċertifikat iffirmat minn tabib rigward is-saħħa fuq il-post tax- xogħol ta' xi ħaddiem jew klassi ta' ħaddiema, liema ċertifikat għandu jiġi mogħti lit-tabib ta' l-awtorità.\"", "Is-suġġeriment ta' Dr. Mark Gauci huwa li flok il-kliem \"lit-tabib\" għandhom jidħlu l-kliem \"lil tabib\".", "Donnha hija emenda fit-test Malti biss.", "Jekk tippermettuli ħalli nara t-test Ingliż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jien naħseb li dik tista' tiġi taqra hekk:", "\"liema ċertifikat għandu jiġi mogħti lil espert tas-saħħa.\"", "THECHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-test Ingliż huwa tajjeb jgħid hekk:", "\"A certificate signed by a medical practitioner relating to the occupational health of any worker or any class of workers, which shall be presented to a medical officer of the authority.\"", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma safejn segwejt jien m'hemm imkien fil-liġi xi ħadd li huwa designated bħala medical officer of the authority.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma l-awtorità tista' timpjega n-nies magħha.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma jekk issa hawnhekk f'daqqa waħda se nivvintaw \"medical officer of the authority\", irridu niddefinixxu wkoll issa xi grad se jkollu jew x'se jkun ir-rwol tiegħu dan.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalfejn?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif għalfejn!", "Nerġa' ngħid dak li għedt l-aħħar darba jien.", "Mela l-awtorità tista' taqbad tabib kwalunkwe u tappuntah!", "Dan irid ikollu ċertu standing, ċerti kwalifiki.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ippermettuli ftit, hawnhekk x'qegħdin ngħidu?", "Bħal kull awtorità oħra, l-awtorita' jrid ikollha d-dritt li timpjega n- nies magħha u dan tista' tagħmlu b'żewġ metodi.", "Infatti dawn huma klawsoli li nsibuhom aktar 'il quddiem.", "L-awtorità trid tistieden lill-impjegati li jeżistu diġà biex jiġu assorbiti ma' l-awtorita' nnifisha.", "Jiġifieri jista' jkun hemm it- trasferiment ta' mpjegati li jeżistu diġà fid-dipartiment għal ma' l- awtorità.", "Dak l-ewwel pass.", "Però mbagħad, anke in vista ta' responsabbiltajiet ħafna akbar li se jkunu qed jingħataw lill-awtorità, as against dak li hemm illum, l-awtorità indubjament se jkollha bżonn timpjega aktar nies.", "L-awtorità se jkollha bżonn ħafna affarijiet oħrajn, fosthom post minn fejn topera, li jkun attrezzat sew se jkollha bżonn nies li huma kapaċi jistimolaw l-informazzjoni u dawn l-affarijiet kollha.", "Jiġifieri l-awtorità se jkollha ukoll il-poter li timpjega.", "Naturalment wieħed mill-uffiċjali li l-awtorità jkollha timpjega huwa tabib.", "Issa aħna qed ngħidu li dan kollu jrid isir b'estimi li se jkollhom jgħaddu mill-proċess ta' l-approvazzjoni, jiġifieri l-proċess ta' l- accountability hemm qiegħed.", "Imma ma nistgħux lill-awtorita' ngħidulha li ma tistax timpjega n-nies, għax inkella nkunu qegħdin inżommuha mill- flessibilità li għandha bżonn biex topera.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jien naħseb li biex insolvu din il-problema rridu mmorru lura għal klawsola 8, li tiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-bord ta' l- awtorità.", "Hemmhekk il-ministru se jinnomina espert li jkun responsabbli għas-saħħa u espert responsabbli għall-affarijiet ekonomiċi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma dawk esperti u mhux neċessarjament impjegati.", "Id-darba l-oħra konna qed nitkellmu fuq reġistru li fih ikunu reġistrati dawn l-esperti ħalli f'każ li l-awtorità jkollha bżonn ta' xi expertise partikolari tkun tista' tagħżel minn dan ir-reġistru.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Allura t-tobba jistgħu jkunu fuq dak ir-reġistru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naturalment, però ma jżomm xejn lill-awtoirtà milli timpjega full-timer magħha.", "Illum id-dipartiment għandu s-servizzi kollha tal-gvern available.", "Jekk ikollu bżonn parir ta' tabib tal-gvern għandu l-isptar kollu għad-dispożizzjoni tiegħu, għax huwa dipartiment tal- gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Forsi nistgħu ngħidu \"mogħti lit-tabib ta' l- awtorità\", preferibbilment wieħed magħżul minn dawk il-listi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, bagħtuli nota li fiha punt importanti ħafna li ma kienx għaddieli minn rasi.", "L-idea li ċertifikat mediku jingħata lil tabib, f'dan il-każ impjegat ta' l-awtorità, hija biex tiġi ggarantita l-konfidenzjalità.", "Dan il-kunċett diġà jidher fl-Att ta' l- 1994.", "Jiġifieri f'dan il-każ iċ-ċertifikat tal-mard mhux qed jingħata lil kwalunkwe impjegat ta' l-awtorità imma qed jingħata minn professjonist lil professjonist.", "Veru li huwa mpjegat ta' l-awtorità, imma l-aspett tal- kunfidenzjalità f'dak il-livell qed jinżamm bejn tabib u tabib.", "Dan il- kunċett huwa meħud kompletament mill-liġi ta' l-1994.", "Mela ħalli nerġa' naqraha:", "\"ċertifikat iffirmat minn tabib rigward is-saħħa fuq il-post tax- xogħol ta' xi ħaddiem jew klassi ta' ħaddiema, liema ċertifikat għandu jiġi mogħti lit-tabib ta' l-awtorita'.\"", "Naħseb li tista' tibqa' kif inhi.", "Fil-każ nagħmluha \"lil tabib\" minflok \"lit-tabib\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Allura wieħed ma jistax jgħid:", "\"mgħoddi lill-awtorità permezz ta' tabib innominat mill-awtorità\"?", "Jiġifieri jiġi mgħoddi through a medical person biex tinżamm il- konfidenzjalità.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li rridu naraw dan ix-xenarju fejn għandek tabib ta' l-awtorità, impjegat ta' l-awtorità, li jirċievi ċertifikat konfidenzjali u allura marbut bis-sigriet professjonali.", "Dak it-tabib, peress li huwa impjegat ta' l-awtorità, jista' jistimola azzjoni interna ta' spettorat mill-awtorità, mingħajr ma jikxef id-dettalji konfidenzjali taċ-ċertifikat.", "Dan hu l-iskop ta' dan is-subparagrafu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Allura trid tiġi \"lil tabib\" u mhux \"lit-tabib\".", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela nista' nipproponi emenda verbali f'dan is- sens.", "Il-verżjoni Ingliża qiegħda tajba \"to a medical officer.\"", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, paragrafu (k) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 16 jgħid: \"għall-għanijiet tal-prosekuzzjoni ta' xi reat taħt dan l-Att, jew għall- għanijiet ta' xi appell quddiem il-bord ta' l-appelli kontra xi ordni ta' uffiċjal, li jikxef fil-qorti jew fil-bord ta' l-appelli dawk ir-riżultati jew informazzjoni li jkunu ġew riċevuti jew miġbura waqt il-kors ta' l- investigazzjonijiet.\"", "Qed neħduha b'mod ġenerali, pero' hawnhekk qed nifhem ukoll li tapplika l- prudenza rigward il-konfidenzjalità ta' l-informazzjoni medika, li neħodha li tinkludi wkoll ċ-ċertifikati mediċi?", "Hemmhekk tibqa' l-konfidenzjalità?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, dak jibqa' konfidenzjali.", "U jidhirli li fi klawsola li diġà għaddejna hemm il-garanzija tal-konfidenzjalità.", "Il-punt huwa li bilfors trid tibqa' konfidenzjali għax koperta bis-sigriet professjonali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma inti taf li fil-qrati ħafna drabi t-tobba jiġu ssikkati daqsxejn waħda mhux ħażin minkejja s-sigriet professjonali.", "U f'dan il-każ, id-diċitura li tgħid \"għall-għanijiet ta' prosekuzzjoni ta' xi reat\" tiġi kkwotata li l-informazzjoni trid tinkixef għax qiegħda koperta bil-liġi.", "Ikun aħjar jekk nissalvagwardawha b'xi mod, forsi billi nżidu l-espressjoni \"dejjem b'rispett lejn il-konfidenzjalità ta' informazzjoni ta' natura medika\".", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Irridu noqogħdu attenti li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar setgħat ta' l-uffiċjali.", "Bħala uffiċjal, jekk tidħollu informazzjoni li jkun ġabarha b'riżultat ta' investigazzjoni, huwa obbligat li jgħaddiha, imma ċertifikat mediku, kif għedna f'subparagrafu (iii) tal- paragrafu (i), ma jgħaddihx għand l-uffiċjal li qed jinvestiga imma jgħaddih lit-tabib ta' l-awtorità li jkun marbut bis-sigriet professjonali.", "Allura jkun dak it-tabib se mai li jgħaddi l-informazzjoni minima neċessarja lill-ispettur biex l-ispettur ikun jista' jagħmel l- investigazzjoni.", "Però t-tabib ma jikxifx id-dettalji personali tal- persuna.", "Fi kliem ieħor jista' jkun hemm impjegat ta' fabbrika li jmur għand tabib għax marad, u x'aktarx il-marda tkun ġejja minn xi periklu fuq il-post tax-xogħol.", "It-tabib ta' l-individwu jagħmel ċertifikat mediku u dak l-individwu jieħdu għand it-tabib ta' l-awtorità.", "B'dawn id-dettalji f'idejh, it-tabib iqabbad uffiċjal ta' l-awtorità biex imur f'dik il- fabbrika jinvestiga għal dawn it-tip ta' affarijiet mingħajr ma jkun bl- ebda mod obbligat li jikxef il-persuna.", "Paragrafu (k) qed jitkellem fuq il-mument fejn l-uffiċjal li għamel l- investigazzjoni, mhux it-tabib li jkun irċeva ċ-ċertifikat, jitla' quddiem qorti u jgħid li hu kellu rapport li hemmhekk kien hemm dawn it-tip ta' konsegwenzi.", "Huwa jgħid li mar jinvestiga u sab li kien hemm ksur tal-liġi .", "Dan huwa x-xenarju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Naħseb li l-ministru jaf iktar minni li dan mhux sempliċi daqshekk, imbagħad fil-qrati!", "F'kawża li taf tammonta għal eluf kbar ta' liri bħala compensation jew addirittura għeluq ta' fabbrika, naħseb li min ikun qed iressaq każ żgur li mhux se jieqaf fuq dak li jgħid l-uffiċjal, imma jar li jiġu mgħajta nies li jkunu wasslu l-informazzjoni lill-uffiċjal.", "Iktar u iktar meta jkollok nuqqas ta' qbil bejn dak li jkun qal it-tabib privat u t-tabib tal-kumpannija.", "Jien dan qed ngħidu mill- esperjenza.", "Minkejja kollox, il-qrati ġieli jissikkawk biex tagħti ċerta informazzjoni u trid tiġġieled biex iżżomm ċerta konfidenzjalità.", "Jien ngħid li hawnhekk għandna nagħmlu xi ħaġa, dejjem b'rispett lejn il- konfidenzjalità ta' informazzjoni medika, safejn hu possibbli, anke biex għallinqas jitniżżel on record x'inhu l-ħsieb tal-leġislatur.", "Kien hemm żmien meta l-assoċjazzjoni medika kienet qed taħseb bis-serjetà biex lanqas jitniżżel in-natura tal-mard fuq iċ-ċertifikati tal-mard.", "Kien hemm anke movimenti fl-Ewropa meta kienu qed jgħidu li ċ-ċertifikati tal- mard għandhom sempliċement jgħidu li wieħed huwa marid u mhux toqgħod tinforma x'għandu u x'ma għandux.", "Il-kollegi tobba jafu bħali li ħafna drabi anke nniżżlu ħaġa flok oħra biex ma nikxfux lil dak li jkun għax iċ- ċertifikat jiġri fid-dipartiment kollu.", "Jien qed ngħid li l- konfidenzjalità ta' ċerta informazzjoni tista' tasal għand it-tabib ta' l- awtorità, u allura hemmhekk se tibqa' għaddejja l-konfidenzjalità, però fil- qrati ħafna drabi jkun hemm issikkar biex tiġi żvelata ċerta informazzjoni li tkun ġiet riċevuta b'mod konfidenzjali, imma forsi tkun importanti għall- prosekuzzjoni jew inkella għad-difiża.", "Avukat ikollu bżonn ċerta informazzjoni biex jagħmel il-każ tiegħu iktar tajjeb u allura tabib jiġi ssikkat.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien nifhem li tiġi ssikkat u naħseb li f'ċertu sens ngħidlek li huwa inevitabbli, però anke jekk kien hemm każi ta' ssikkar, dan il-prinċipju, safejn naf jien, dejjem ġie sostnut mill-qrati tagħna għax huwa prinċipju kardinali.", "Il-konfidenzjalità ta' tabib ma' tabib għandha tibqa' protteta bis-sigriet professjonali.", "Fil-fatt in-nota li għadu kemm bagħatli l-espert tgħid li sal-lum il-proċedura dejjem kienet li meta jidħol xi lment ta' dan it-tip, hemm formola apposta li l-ħaddiem, li jkun weġġa' jew li għandu xi marda eċċ., jiġi mitlub li jiffirma formola li biha jawtorizzah li jikxef d-dettalji li qed jagħtih.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Din bħalma nagħmlu aħna meta nirċievu mingħand insurances ta' barra biex nagħtuhom informazzjoni dwar nies li qegħdin jieħdu ċerti pensjonijiet.", "Filwaqt li dawn jitolbuna din l-informazzjoni fuq il-pazjent, jibagħtulna l-awtorizzazzjoni ta' l-individwu biex aħna nkunu nistgħu nagħtuhom din l-informazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Di hija l-policy li ġiet ipprattikata sal-lum, anke jekk mhux imniżżla fil-liġi ta' l-1994, u ninsisti li tibqa' tiġi pprattikata.", "U hemm klawsola li diġà għamilnieha fejn hemm il-garanzija tal-konfidenzjalità.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, jien tinkwetani wkoll subklawsola (2) ta' klawsola 16 li tgħid hekk:", "\"Uffiċjal ma għandux jidħol f'xi post tax-xogħol li f'dak iż-żmien ikun qed jintuża bħala abitazzjoni mingħajr il-kunsens ta' min jokkupah, jew sakemm dak l-uffiċjal ma jkunx akkompanjat minn uffiċjal tal-pulizija li ma jkunx taħt ir-rank ta' spettur.\"", "Hawn Malta għandna ħafna minn dawk li jissejħu family-run businesses jew businesses ta' natura żgħira ħafna.", "Biżżejjed naraw kif joperaw il- furnara, li ħafna minnhom ikollhom il-forn mad-dar tagħhom stess.", "Hawn ukoll il-farms fejn irabbu l-annimali u r-raħħala jkunu joqogħdu fuq l- istess premises u anke jħaddmu xi nies magħhom.", "Hemm diversi ħwienet oħra żgħar bħal stationeries, eċċ li joperaw minn kamra li tkun adjoining l- istess residenza tagħhom.", "Barra minn hekk għandna ċerti fabbriki stabiliti u kbar li joperaw billi jagħmlu farming-out ta' parti miċ-chain ta' xogħol li tkun involuta fil-manifattura tal-prodott tagħhom.", "F'din is-subklawsola qegħdin ngħidu li l-uffiċjali ta' l-awtorità ma jistgħux jidħlu jiċċekkjaw ad hoc għand min ikun qed jimpjega lil dawn in-nies, li ħafna minnhom lanqas ikunu unionised.", "Jista' jagħti lok li jkun hemm dan il-loophole.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, m'hemmx loophole.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Qed nitkellem f'sens ta' periklu, biex kemm jista' jkun nagħlquha.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fhimtek, imma m'hemmx loophole.", "Jekk taqra sew x'tgħid din is-subklawsola ssib li tgħid hekk:", "\"Uffiċjal ma għandux jidħol f'xi post tax-xogħol li f'dak iż-żmien ikun qed jintuża bħala abitazzjoni mingħajr il-kunsens ta' min jokkupah.\"", "Kieku tieqaf hawn ngħidlek għandek raġun, però tkompli tgħid hekk:", "\"jew sakemm dak l-uffiċjal ma jkunx akkompanjat minn uffiċjal tal- pulizija li ma jkunx taħt ir-rank ta' spettur.\"", "Għaliex?", "Meta qed titkellem fuq private property, f'dan il-każ użata bħala abitazzjoni, illum il-pulizija lanqas għandu dritt jaqbad u jidħol f'dar ta' xi ħadd jekk ma jkollux warrant iffirmat mill-ispettur.", "Biex jidħol jagħmel search f'dar ta' xi ħadd, pulizija għandu bżonn warrant iffirmat minn spettur; u daqstant ieħor uffiċjal tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax- xogħol, jekk dak il-post tax-xogħol inzerta f'dak il-mument qed jintuża bħala abitazzjoni.", "In that case ikollu bżonn il-warrant ta' l-ispettur, imma m'aħniex qed ngħidu li ma tistax issir.", "Li jrid isir huwa li l- uffiċjal imur għand l-ispettur, jagħtih il-warant u jkun jista' jidħol.", "ONOR.", "KARL CHIIRCOP: Xorta naħseb li tista' ssir b'mod li nagħmlu iktar enfasi fuq din id-differenza.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għax int jista' jkollok il-kunsens.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Imma forsi tista' tiġi hekk:", "\"Uffiċjal m'għandux jidħol f'xi post tax-xogħol, li fl-istess ħin ikun qed jintuża bħala abitazzjoni, mingħajr il-kunsens ta' min jokkupah .....\"", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma ninsewx li l-protection of private property huwa dritt kostituzzjonali,", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Imma xorta nħossha daqsxejn vaga.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħda fil-liġi tas-sanità bl-istess mod.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, nafu li dawn l-uffiċjali se jkollhom ħafna setgħat, allura huwa faċli li jkun hemm lok għal ċertu abbuż.", "X'jiġri jekk dawn l-uffiċjali jinqabdu jagħmlu xi forma ta' korruzzjoni jew xi ħaġa li biha jkunu qegħdin jiksru l-liġi?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm klawsola iktar 'il quddiem li tistabilixxi li dawn l-uffiċjali huma kkonsidrati bħala public officers, allura jekk jinqabdu jagħmlu hekk mhux biss jeħlu l-piena normali ta' xi ħadd li jkun qed jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu, imma l-piena hija aggravata iżjed għax huma jokkkupaw pożizzjoni ta' uffiċjali pubbliċi.", "Apparti minn hekk, biex inkunu tajna rimedju, qed ngħidu wkoll li hemm proċedura ta' appell.", "Għalhekk uffiċjal li jħoss li ma jaqbilx ikun jista' jappella mid- deċiżjoni.", "Hemm ukoll proċedura li biha qed nagħtu l-fakultà lill-ħaddiem jew lill-employer li jekk irid jista' anke jappella minn deċiżjoni li jkun ħa l-ispettur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: F'paragrafu (f) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 16 jingħad li uffiċjal ta' l-awtorità għandu s-setgħa li jieħu kampjuni għall- eżami ta' kull ħaġa, sustanza jew materjal li jinstab f'xi post tax-xogħol, u li jiżgura li dawn il-kampjuni jinżammu biex jintużaw bħala prova f'xi proċeduri li jittieħdu skond dan l-Att.", "Hawnhekk qegħdin naraw li din l- awtortà se jkollha bżonn xi strongroom fejn tista' taqfel dawn il-kampjuni u tassigura li ma jinsterqux.", "Għalhekk nistaqsi jekk din l-awtorità hijiex se tkun attrezzata għal dan il-għan.", "Barra minn hekk, meta 'l quddiem naraw dawn il-każi sejrin quddiem il-qorti, il-biża' tiegħi hija waħda, kemm se tkun effiċjenti l-qorti biex tiddeċiedi dawn il-każi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan huwa punt li forsi nittrattawh fil-klawsola li jmiss.", "Jekk nagħlqu din il-klawsola u nibdew l-oħra se nittrattaw proprju dan il-punt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Però nixtieq insemmi punt ieħor dwar klawsola 16.", "Il- paragrafu (g) jgħid li l-uffiċjal għandu s-setgħa:", "\"li jordna li ma jiċċaqlaq xejn f'xi post tax-xogħol għal xi perijodu li jista' jkun meħtieġ raġonevolment għall-għan ta' xi eżami, investigazzjoni jew spezzjoni ...\"", "Naħseb li ebda employer ma jieħu gost li jiġrilu inċident fil-fabbrika tiegħu.", "Għalhekk nappella li l-investigazzjonijiet li jkollhom isiru għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli ħalli x-xogħol f'din il-fabbrika jkun jista' jkompli.", "U hawnhekk nerġa' niġi għall-punt li kont qed nagħmel qabel, dwar il-ħtieġa li l-qorti tħaffef id-deċiżjonijiet tagħha.", "Għax skond dan il-provvediment ma jrid jiċċaqlaq xejn minn fuq il-post tax- xogħol sakemm ttittieħed id-deċiżjoni mill-qorti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, rigward paragrafu (j), fejn jingħad \"sustanza jew kimika li tiġi importata\", nixtieq inqajjem l-istess diffikultà li qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'xi klawsola preċedenti tal- liġi.", "Ma narax għalfejn m'għandhiex tidħol \"importata jew manifatturata lokalment\" jew tinqata' kompletament, kif għamilna qabel.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, għandu raġun l-Onor.", "Chircop.", "B'konsistenza ma' dak li għamilna fi klawsoli preċedenti, se nagħmel emenda verbali biex il-kelma \"importata\" fil-paragrafu (j) tiġi mħassra, u fil-verżjoni Ingliża nagħmlu l-istess.", "Jiġifieri l-kelma \"imported\" tiġi deleted.", "Mr Chairman, niġbed l-attenzjoni għall-verżjoni bil-Malti ta' l-istess paragrafu (j) li jibda \"li jeħtieġ kull min iħaddem\".", "Din trid tinbidel u tiġi \"li jeħtieġ lil kull min iħaddem\".", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Naħseb li tista' tiġi aħjar jekk nagħmluha \"li jeħtieġ minn kull min iħaddem\" jew \"jitlob minn kull min iħaddem\".", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sewwa, għandek raġun.", "Għalhekk, Mr Chairman, nipproponi emenda verbali biex minflok \"li jeħtieġ kull min iħaddem\" tiġi \"li jeħtieġ minn kull min iħaddem\".", "Dwar il-punt li qajmet l-Onor.", "Rita Law dwar il-qorti, irridu nagħmlu distinzjoni.", "Għandek sitwazzjonijiet fejn ikun ġara inċident u weġġa' xi ħadd, u għandek sitwazzjonijiet oħra fejn ma jkunx ġara inċident pero' jkun qed jirriżulta periklu.", "L-uffiċjal għandu ċerti poteri li fejn ikun ġara inċident u jkun weġġa' xi ħadd, dan imur fuq il-post tax-xogħol u jgħidilhom biex ma jmissu xejn qabel ma jmur maġistrat jagħmel inkjesta.", "Jiġifieri jista' jimblokka s-sitwazzjoni.", "Mentri f'sitwazzjoni fejn ma jkun ġara ebda inċident però jirriżulta li xi ħadd qed jikser il-liġi u hemm il-periklu, hemmhekk l-uffiċjal jista' joħroġ ordnijiet.", "Il-liġi qed taħseb – again qed nikopjaw ħafna mill-Att ta' l-1994 – biex f'ċerti ċirkostanzi l-uffiċjal ikollu poter li jagħti ordni u ma joqgħodx jistenna lill-qorti, imbagħad dik l-ordni tiġi segwita.", "Imma jekk min iħaddem ikun jidhirlu li l-uffiċjal mhux qed ikun ġust għandu l-proċedura ta' l-appell stabilita bil-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Ministru, jiena qed nitkellem fuq inċidenti fatali jew fejn xi ħadd ikun korra gravi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fhimtek, però dik hija xi ħaġa li m'hijiex taħt il-kontroll ta' din il-liġi.", "Jiġifieri l-proċeduri tal-qorti u kemm il- qorti tgħaġġel biex tagħmel l-inkjesta u tasal għall-konklużjoni ta' x'danni hemm u x'danni ċivili għandu jkun hemm u x'għandu jitħallas, u min hu responsabbli, dik hija xi ħaġa li taqa' taħt il-liġijiet ċivili.", "Din il- liġi ma tistax tidħol fil-kwestjoni ta' kumpens u danni ċivili li jistgħu jirriżultaw.", "Dik proċedura tal-qorti.", "Kollha kemm aħna nittamaw li l-proċeduri tal-qorti jitħaffu, speċjalment f'każi bħal dawn, ħalli jekk inhu possibbli bniedem mhux biss jieħu kumpens, imma min hu irresponsabbli u kriminalment negliġenti jiffaċċja l- konsegwenzi.", "Però l-effettività tal-qorti hija xi ħaġa 'l hinn mill-ambitu ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Però meta qegħdin nitkellmu dwar inċidenti fatali l- qorti tordna li jingħalaq il-post tax-xogħol u sakemm ittella' lill-persuna l-qorti u jispiċċa l-proċess kollu tal-qorti, jilħaq jgħaddi ħafna żmien.", "Sadanittant il-post tax-xogħol jibqa' magħluq u ċerti oġġetti jew makkinarju jitpoġġew fi strongroom biex jintużaw bħala prova fil-proċeduri tal-qorti, b'konsegwenzi ferm ħżiena għall-ħaddiema l-oħra li jistgħu jispiċċaw bla xogħol.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-prattika naħseb li ma jiġrix hekk, però f'ċertu sens huwa inevitabbli.", "Qegħdin nitkellmu fuq inċidenti fatali.", "Anke li kieku m'hawnx din il-liġi, illum imur maġistrat fuq il-post tax- xogħol u jgħidlu biex jagħlaq il-post u qabel ma jmur l-espert u jkun ivverifikalu kollox ħadd ma jkun jista' jidħol hemm ġew.", "Dak bilfors trid tagħmlu!", "Jekk ma tagħmilx hekk tkun qed tipperikola li xi ħadd ibagħbaslek l-evidenza u min hu responsabbli jiżgiċċalek għax l-affarijiet ma tkunx għamilthom kif suppost.", "Fid-dinja ma tistax iġġibha dejjem viċin il-likk.", "Speċjalment f'każi fatali, naħseb li huwa importanti li l-qorti, il- maġistrat u anke l-uffiċjali jkollhom id-dritt li jordnaw li ma jintmiss xejn fuq il-post ta' l-inċident qabel ma jmorru l-esperti.", "Kultant ikunu jridu jmorru esperti forensiċi biex jiċċekkjaw.", "Huwa inevitabbli li post tax-xogħol ikollu jingħalaq għal perijodu ta' żmien sakemm issir l- inkjesta.", "Il-verità hi li fil-prattika kulħadd iżomm kollox quddiem għajnejh u naħseb li meta kellna inċidenti bħal dawn ....", "L-ikbar traġedja li kellna fejn il-pajjiż waqaf kienet it-traġedja tad-Drydocks.", "Il-parti ta' fejn kien hemm il-vapur li sploda trid tagħlaqha sakemm issir l-ispezzjoni.", "Dik inevitabbli, ma tistax taħrab minnha.", "Ma jfissirx li t-tarzna kollha waqfet u waqfet għal xhur twal, imma kien hemm perijodu ta' żmien fejn kellha tingħalaq dik il-parti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Qed nifhem il-punt tiegħek, però tajjeb li naraw li r- ritmu tax-xogħol fil-qrati jiżdied ħalli jitħaffu l-kawżi għaliex nafu minn liema tbatijiet ikunu għaddejjin nies li jkunu weġġgħu fuq il-post tax- xogħol.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, paragrafu (ċ) jgħid:", "\"li jagħmel mistoqsijiet, waħdu jew fil-preżenza ta' xhieda...\".", "F'każ li l-uffiċjal ikun waħdu u jħoss il-ħtieġa li aħjar ikun recorded on tape dak li jkun qed jingħad bejnu u l-persuna l-oħra, per eżempju l-owner ta' fabbrika, se jkun permess li jintuża tape recorder?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, naħseb li teknikament iva, però noqogħdu attenti għax hawnhekk hawn il-poter li tagħmel mistoqsijiet imma m'hawnx l-obbligu li twieġeb.", "Din qiegħda għall-iskop li jekk uffiċjal imur jagħmel il-mistoqsijiet, l-individwu ma jkunx jista' jgħidlu li m'għandux dritt ikellmu.", "Il-liġi qiegħda tgħid li l-uffiċjal jista' jmur jistaqsi u jista' jagħmel l-investigazzjonijiet, però jekk l-individwu jagħżel li ma jweġibx għax ikun se jinkrimina ruħu, dak dritt li qatt ma nistgħu neħdulu lill-persuna.", "Jien nankra dejjem mal-klawsola.", "Il- klawsola qiegħda tgħid x'inhuma s-setgħat ta' l-uffiċjal, u hawn qed ngħidu li l-uffiċjal għandu setgħa li jagħmel mistoqsijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Li wieħed għandu setgħa li jagħmel mistoqsijiet imma m'għandux dritt għal tweġiba, jien naraha daqsxejn stramba.", "Inti qed issemmi dritt li joħroġ minn liġi oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Aħna qed nikkonsidraw li nemendaw il-Kodiċi Kriminali biex nagħtu d-dritt lill-akkużat li jkun qed jiġi investigat mill- pulizija, biex waqt l-istadju ta' l-investigazzjoni - jiġifieri għadu lanqas tela' l-qorti dan - ikollu l-avukat tiegħu preżenti.", "Illum jekk taqbad lil xi ħadd qed jisraq jew qbadtu qed joqtol quddiem għaxra min-nies u l-pulizija jeħdulu statement, dan jista' jgħidlek li ma jridx iwieġeb.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għallinqas kif jirraġuna moħħi, dawn l-affarijiet narahom daqsxejn strambi.", "Jien m'iniex avukat u nista' nifhem għalfejn idumu l-qrati.", "Issa bl-ispjegazzjoni ta' l-Onor.", "Gonzi, li hu stess huwa avukat, nifhem għalfejn idumu l-qrati.", "Però ejja nagħtu l-kas li l-persuna li jkunu qed isirulu l-mistoqsijiet ma jkolu l-ebda problema li jwieġeb, jista' l-uffiċjal, meta jkun waħdu, jirrikordja dak li jkun se jingħad għar- raġunijiet tiegħu, li jistgħu jkunu diversi?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Minsitru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ippermettili ftit għax l-esperti qed jiġbduli l- attenzjoni għal paragrafu (e) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 39 li jgħid:", "\"Kull persuna li, dwar xi ħaġa skond dan l-Att –", "(e) bi ksur tal-liġi tirrifjuta jew tonqos milli twieġeb skond l-aħjar tagħrif tagħha għal xi mistoqsija magħmula lilha minn uffiċjal fit- twettiq tad-dmirijiet tiegħu; jew tonqos mnilli tgħin lill-uffiċjal fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu;", "tkun ħatja ta' reat skond dan l-Att.\"", "Hawnhekk nagħmel korrezzjoni ta' dak li għedt qabel.", "Imma, kif kont qed ngħid qabel, il-klawsola li qed nagħmlu bħalissa qed titkellem fuq is- setgħat ta' l-uffiċjal.", "Issa rridu noqogħdu attenti għax imbagħad hemm klawsoli oħrajn li se jittrattaw affarijiet oħra.", "Fosthom hemm din, li jekk xi ħadd jagħti informazzjoni falza lill-uffiċjal fit-twettiq tad- dmirijiet tiegħu jkun ħati ta' reat, skond dan l-Att.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din il-klawsola li għadek kemm ikkwotajt serrħitli rasi iktar għax għallinqas mhux qed qed nagħmlu xi ħaġa li mbagħad tista' tiġi mwaqqfa għas-sempliċi raġuni li xi ħadd ma jweġibx għall-mistoqsijiet.", "Il-mistoqsija tiegħi kienet jekk, sakemm l-uffiċjal qiegħed waħdu, jistax jirrekordja dak li jingħad jekk iħoss il-ħtieġa.", "Per eżempju, jekk uffiċjal ġie fuq il-post tax-xogħol tiegħi biex jagħmilli xi mistoqsijiet, u jien ma nixtieqx li niġu recorded u ngħidlu li l-liġi ma tippermettilux li jirrikordja dak li ngħidu.", "Issa jekk qed ngħidu li jista' jagħmel recording ta' l-intervista, forsi ta' min iżid xi ħaġa f'dan is-sens fil- liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li r-risposta hija li jekk il-persuna toġġezzjona li tiġi recorded, allura ma jkunx jista' jsir dak ir- recording.", "Però ma ninsewx li fil-klawsola preċedenti lill-uffiċjal tajnieh id-dritt li jitlob li jkun akkumpanjat minn uffiċjal tal-pulizija, f'liema każ jekk xi ħadd ikun qed jirrifjuta li jwieġeb jista' jġib ukoll lill-uffiċjal tal-pulizija li jkollu bħala xhud ta' dak li jkun qed jingħad.", "Però r-risposta hija li ma tistax tisforza lill-individwu bilfors li jaċċetta li jkun hemm recording għax dik tfisser li, next stage, trid tisforzah biex jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub.", "Ir-recording wara kollox mhuwiex neċessarjamnt l-aħjar prova.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jekk ikun hemm il-qbil taż-żewġ naħat naturalment ma tkunx problema u lanqas ikun hemm bżonn li tidħol fil-liġi.", "Però nkun korrett meta ngħid li persuna ma tistax tirrifjuta li jkun hemm xi ħadd ma' l-uffiċjal, skond kif jgħid paragrafu (b) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 16?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, ma tistax, għax din l-klawsola tgħid li l- uffiċjal ikollu s-setgħa:", "\"li jkun assistit minn membru tal-pulizija fl-esekuzzjoni tad- dmirijiet tiegħu.\"", "Aħna biddilnieha li jista' jitlob li jkun assistit.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għandi mistoqsija oħra dwar paragrafu (f) li jgħid li l-uffiċjal jista' jieħu kampjuni għall-eżami.", "Dan ifisser li jkun l- uffiċjal stess li jieħu l-kampjuni jew jista' jqabbad lil xi ħadd?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-uffiċjal għandu s-setgħa li jagħmel hekk għax hawnhekk qed nitkellmu dwar is-setgħat ta' l-uffiċjali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Allura uffiċjal irid ikun jaf kif jieħu kampjun!", "Ġustament inti semmejt qabel li dan mhux se jkun espert f'kollox imma se jkun jaf ftit fuq kollox, ikollu knowledge iktar milli jkun espert.", "Jekk ikun hemm bżonn jieħu kampjuni kimiċi li jirrikjedu ċerta teknika, jista' jgħid lil xi ħaddieħor?", "Dan il-paragrafu jibda hekk:", "\"li jeżamina jew jordna l-eżami ta' postijiet tax-xogħol\".", "Jiġifieri hawnhekk qed jgħid li jeżamina hu, jekk ikun jaf, jew inkella jġib espert ieħor li jeżamina hu.", "Imbagħad qed ngħidu li \"jieħu kampjuni għall-eżami ta' kull ħaġa\" mhux li jista' jqabbad lil xi ħaddieħor li jieħu kampjuni.", "Qed tiftiehem b'dan il-mod jew ikun jista' jqabbad lil xi ħaddieħor li jieħu kampjuni?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Aktar qabel fil-klawsoli awtorizzajna li jkun hemm esperti li jkollhom l-ekwivalenza ta' uffiċjal.", "Allura f'dan il-każ spettur jista' jieħu wieħed mill-esperti li jkunu fuq ir-reġistru u bl- istess poter ikun jista' jiġbor il-kampjun li jkun hemm bżonn.", "Jiġifieri mhux neċessarjament ikun l-uffiċjal jew l-inspector, imma jista' jkun hemm espert li jkun awtorizzat li jiġbor is-sample hu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri hawnhekk m'hemmx il-bżonn li tiġi emendata ftit biex wieħed ikun jista' jippermetti lil ħaddieħor jieħu l- kampjuni.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, għax koperta bil-klawsoli li għamilna qabel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma fl-istess paragrafu qed nara li qisu hemm żewġ affarijiet differenti.", "L-ewwel jgħid li jeżamina hu jew jordna lil ħaddieħor u fir-rigward tal-kampjuni qisha qiegħda tgħid li jrid jissolleva l-kampjuni hu, mhux li jista' jqabbad lil ħaddieħor jieħu kampjuni.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fhimtek, imma dak ix-xenarju huwa kopert b'klawsola 9 u qiegħda spelt out li jingħataw dawn il-poteri.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Chairman, se nitkellem ftit fuq subparagrafi (i) (ii) u (iii), fejn qed ngħidu li l-uffiċjal jista' jordna lil min iħaddem biex jipprovdi ċertifikat iffirmat minn perit jew inġinier ċivili, inġinier mekkaniku jew elettriku, jew anke tabib, skond ma jirrikjedi l-każ in kwestjoni.", "Issa subparagrafu (iv) jgħid:", "\"Kull informazzjoni li għandha x'taqsam mas-saħħa u mas-sigurtà fuq il- post tax-xogħol, inkluża informazzjoni li tirrigwarda miżuri protettivi\".", "Hawnhekk ħassejt li kellha tidħol xi ħaġa fis-sens li esperti fuq aspetti partikolari jkunu jistgħu jagħmlu ċertifikati huma għax mhux dejjem ikollok bżonn perit jew inġinier mekkaniku, jew tabib, imma jista' jkun ikollok bżonn esperti oħra.", "Allura nħoss li għandna niftħuha billi ngħidu espert fuq l-inċident ikkonċernat, ħalli ċ-ċertifikat tkun tista' tagħmlu l- persuna kwalifikata f'dak il-qasam in kwestjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li dan il-punt huwa kopert b'paragrafu (j) li jgħid:", "\"li jeħtieġ minn kull min iħaddem, aġent, manifattur, importatur, fornitur, persuna li tuża jew xi persuna oħra biex jipprovdu, bi spejjeż tagħhom, xi dokument, ċertifikat jew lista ta' speċifikazzjonijiet tekniċi rigward kull ħaġa li għandha x'taqsam mas- saħħa u mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-metodu ta' kif jiġu maniġġati jew użati xi impjant, stallazzjoni, apparat, makkinarju, ħaġa, sustanza jew kimika li tiġi wżata jew maħsuba li tintuża fuq ix- xogħol.\"", "Jiġifieri dak il-paragrafu jagħti wkoll il-poter li l-uffiċjal jitlob ċertifikat minn min iħaddem f'diversi oqsma tax-xogħol.", "Jiġifieri l- paragrafu (i) jispeċifika ċerti oqsma, però il-paragrafu (j) imbagħad isemmi ħafna oqsma oħrajn.", "Mr Chairman, aktar kmieni jiena tlabt li nagħmlu xi verbal amendments għal klawsola 16, però fuq parir tal-Clerk qed ngħidu li aħjar ikun hemm written amendments u allura se nipproponi din l-emenda:", "\"U\" Klawsola 16 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fit-test Malti tal-paragrafu (j) tas-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"li jeħtieġ kull min iħaddem,\", għandhom jidħlu l- kliem \"li jeħtieġ minn kull min iħaddem,\"; u", "(b) fl-istess paragrafu (j) tas-subklawsola (1) tagħha, minflok il- kliem \"sustanza jew kimika li tiġi importata, użata jew maħsuba li tintuża\" għandhom jidħlu l-kliem \"sustanza jew kimika li tiġi wżata jew maħsuba li tintuża\".", "\"U\" Clause 16 shall be amended as follows:-", "(a) in the Maltese text of paragraph (j) of subclause (1) thereof for the words \"li jeħtieġ kull min iħaddem,\" there shall be substituted the words \"li jeħtieġ minn kull min iħaddem,\"; and", "(b) in the same paragraph (j) of subclause (1) thereof, for the words \"substance or chemical which is imported, used or intended to be used\" there shall be substituted the words \"substance or chemical which is used or intended to be used\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"T\" kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"T\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"U\" kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"U\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 16, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 – Ordnijiet minn uffiċjali.", "Clause 17 - Orders by officers.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-klawsola, li fil-biċċa l-kbira tagħha hija meħuda wkoll mill-Att ta' l-1994, titkellem fuq l-ordnijiet li jistgħu joħorġu minn uffiċjal.", "Però hawnhekk qed nistabilixxu l-prinċipju li l- individwu li fil-konfront tiegħu tkun ħarġet ordni minn uffiċjal għandu r- rimedju ta' l-appell.", "Waħda mill-emendi fil-lista li li konna bdejna biha fil-bidu tal- konsiderazzjoni tal-kumitat tirrigwarda t-tieni proviso ta' subklawsola (1) ta' klawsola 17 li jgħid:", "\"Iżda wkoll kull ordni li jingħata verbalment għandu jiġi konfermat bil- miktub u mwassal għand il-persuna li lilha jkun mogħti fi żmien tlett ijiem.", "Hawnhekk m'huwiex ċar jekk humiex tlett ijiem tax-xogħol jew inkella le, jiġifieri tinkludix is-Sibt jew il-Ħadd jew inkella festi pubbliċi.", "Għalhekk nipproponi din l-emenda:", "\"V\" Fit-tieni proviso għas-subklawsola (1) tal-klawsola 17, minflok il- kliem \"tliet ijiem.\" għandhom jidħlu l-kliem \"tlett ijiem tax- xogħol.\".", "\"V\" In the second proviso to subclause (1) of clause 17, for the words \"three days.\" there shall be substituted the words \"three working days.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, effettivament joħorġu diversi diffikultajiet minn klawsola 17.", "L-ewwelnett għandi diffikultà fuq subklawsola (1) li tgħid hekk:", "\"Uffiċjal jista' jagħti ordni, verbalment jew bil-miktub, biex jissalvagwarda s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u kull persuna għandha tobdi dan l-ordni minnufih sakemm ma jiġix revokat minn uffiċjal jew mill-bord ta' appelli.\"", "Dik il-kelma \"minn uffiċjal\" għalija hija daqsxejn ambigwa.", "Hawnhekk qed nirriferu għall-istess uffiċjal, jew jista' jkun uffiċjal kwalunkwe ta' l- awtorità, dak il-ħin stess jew wara ammont ta' żmien?", "Għandi dawn id- diffikultajiet li nixtieq li l-Viċi Prim Ministru jelabora daqsxejn fuqhom, jekk ma jimpurtax.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li s-sens tagħha huwa again biex nippermettu l-massimu tal-flessibbiltà.", "F'dawn l-affarijiet kultant tistaqsi lilek innifsek: Ta' min nagħmilha jew le?", "Jiena nemmen li għandna nħallu l-massimu tal-flessibbiltà.", "Ma ninsewx dak li għedna fit- Tieni Qari għax nixtiequ li nevitaw il-giljottina u li nużaw l- inkoraġġiment.", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn uffiċjal ta' l-awtorità, li jkun sab xi ħaġa li m'hijiex qiegħda skond il-liġi fuq post tax-xogħol, jgħid lill-employer li jrid ibiddilha fi żmien jumejn.", "Jgħaddu l-jumejn u jmur uffiċjal ieħor, għax dak li jkun mar l-ewwel darba jkun bil-leave, u jsib li għamilha u jgħidlu: Prosit!", "Issa forsi jkun hawn min jgħid li aħjar ikun l-istess uffiċjal, imma naħseb li ma jaqblilniex u allura aħjar inħallu din il-flessibbiltà.", "Wara kollox, fuqhom hemm l-uffiċjal eżekuttiv, li mbagħad irid jara li l-affarijiet ikunu qed isiru bis- serjetà.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Però jiena naħseb li xorta rridu nispeċifikaw li dak l-uffiċjal li mbagħad jiddeċiedi li jirrevoka, ikun ta' l-istess rank ta' dak li jkun ta l-ordni fil-bidu.", "At least ikun ta' rank ta' inspector, mhux uffiċjal.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed nitkellmu fuq uffiċjal ta' l-awtorità, jiġifieri kollha l-istess rank ikollhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: It-tieni diffikultà li għandi hija dwar l-ewwel proviso li jgħid:", "\"Iżda persuna li tirċievi ordni, kemm jekk dik il-persuna tkun ħaddiem jew min iħaddem, tista' tiddefendi ruħha mill-akkuża li tkun kisret l- ordni jekk tipprova li kieku kkonformat ruħha ma' dak l-ordni kien ikun ta' detriment immedjat għas-saħħa u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.\"", "Id-diffikultà tiegħi qiegħda dwar il-kliem \"jekk tipprova\".", "Kif se tipprova?", "Dak il-ħin stess li jkun inqala' l-inċident u jkun hemm l- uffiċjal ta' l-awtorità fuq il-post tax-xogħol?", "Se jkollha tieħu xi pariri legali u tidħol f'xi spejjeż extra biex tipprova dan?", "Dan għandu jseħħ f'xi perijodu ta' żmien definit minn qabel biex imbagħad allura d-deċiżjoni li tkun ittieħdet tiġi revokata immedjatament?", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-persuna li tirċievi l-ordni mill-uffiċjal ta' l-awtorità, li tista' tkun kemm employer kif ukoll employee, għandha d-dritt li tiddefendi ruħha minn din l-akkuża, basta ġġib il-provi favur tagħha illi kieku obdiet dik l- ordni, fl-aħħar mill-aħħar kien se jkun ta' detriment għas-saħħa u għas- sigurtà fuq dak il-post tax-xogħol.", "Imma dik il-persuna kif tista' tipprova dawn il-fatti?", "Naħseb li tajjeb li nelaboraw aktar fuqha din.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sempliċi!", "Għalhekk hemm il-proċedura ta' appell u hemm il-bord ta' appell.", "Hemm klawsoli dwar dan l-aspett li għad irridu nidħlu fihom.", "Ejja nieħdu l-każ li l-ispettur ħareġ ordni u l-invidivdwu ma obdihiex.", "Il-klawsola qed tgħid li hija difiża valida li l-individwu jgħid li dik l-ordni m'obdihiex għax kieku għamel hekk kien jipperikola s- saħħa u s-sigurtà ta' xi nies.", "Allura ħadd ma jista' jgħidlu li missu obdieha bilfors.", "U dan isir quddiem il-bord ta' appell.", "Din m'hiijex kwestjoni ta' dak il-ħin u mhux dak il-ħin.", "L-inspector ħareġ ordni li l- individwu m'obdiex u l-inspector qallu li se jieħu passi kontra tiegħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jien ngħid li aħjar nispeċifikaw li jrid isir permezz tal-bord ta' l-appell.", "Għaliex qisha qiegħda tiftiehem li min hu implikat jista' dak il-ħin stess jirrevoka d-deċiżjoni mingħajr ma joqgħod imur għand il-bord ta' appell.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, mhux hekk.", "Jista' jiddefendi ruħu mill- akkuża.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Iva, imma xorta jista' jiddefendi ruħu mill-akkuża dak il-ħin stess.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli nispjega x'inhu l-parir li qed jagħtuni l- esperti.", "Hawnhekk qed ngħidu li jekk xi ħadd jiġi akkużat li m'obdiex l- ordni ta' spettur - u aktar 'il quddiem fi klawsola 39 insibu li jekk inti ma tobdix ordni tkun ħati ta' reat u tista' tittella' quddiem maġistrat - tkun difiża aċċettabbli jekk il-persuna tipprova, wara li tkun ġiet akkużata, li hi m'obdietx dik l-ordni għax, li kieku obdiet, kienet tipperikola s-saħħa u s-sigurtà ta' xi ħadd.", "Qed naċċettaw bħala prinċipju li bniedem jista' jagħmel dik id-difiża.", "Nirrepeti li hawn klawsoli oħrajn li se jirregolaw din il-proċedura kollha imma teknikament qegħdin ngħidu li spettur ħareġ ordni, xi ħadd ma obdiex dik l-ordni u l-ispettur itellgħu quddiem maġistrat talli m'obdihiex.", "Il-persuna tista' tiddefendi ruħha billi titla' quddiem il- maġistrat u tgħidlu li m'obdietx l-ordni ta' l-ispettur għax kieku obdietha u tfiet dawk il-makni, kienet tispiċċa tipperikola l-ħajja ta' ħaddiema oħrajn.", "Jekk dak jiġi pprovat quddiem maġistrat, dik tkun difiża aċċettabbli.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"V\" kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"V\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 17, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17, kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 18 - Uffiċjali jitqiesu bħala uffiċjali pubbliċi.", "Clause 18 - Officers to be deemed public officers.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 18 tistabilixxi li l-uffiċjali ta' l- awtorità se jitqiesu bħala public officers.", "Din għandha żewġ implikazzjonijiet.", "L-ewwelnett li bħala uffiċjali pubbliċi huma mistennija jilħqu standards ta' etika u korrettezza iżjed minn ħaddieħor.", "Dan iwieġeb għall-punt li qajmet l-Onor.", "Law meta staqsiet x'jiġri jekk wieħed minn dawn l-uffiċjali jikkorrompi ruħu, jagħmel preferenzi, eċċ. Jekk uffiċjal pubbliku jiġi akkużat b'dan it-tip ta' aġir jeħel anke iżjed minn ħaddieħor, proprju għax hu uffiċjal pubbliku.", "Viċe versa imma, jekk xi ħadd jikkommetti reat fil-konfront ta' l- uffiċjal pubbliku - per eżempju l-inspector ħareġ ordni u l-employer ħareġ għalih u ċapċaplu daqqa ta' ponn - huwa ħati ta' reat li jiġi aggravat għax ikun attakka uffiċjal pubbliku, jiġifieri għandha l-vantaġġi tagħha min- naħa l-oħra.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Ebda responsabbiltà.", "Clause 19 - Non-liability.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 19 hija importanti wkoll għax tipproteġi lill-awtorità fl-eżekuzzjoni tal-poteri tagħha.", "Din tgħid:", "\"Ma jkunx hemm, u ma tistax tiġi istitwita, l-ebda azzjoni, dixxiplinarji jew mod ieħor, jew xi proċedura oħra għad-danni, kontra l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni jew kontra xi uffiċjali ta' l-Awtorità għal xi att magħmul jew li ma ġiex magħmul minnhom bona fidi fl- eżekuzzjoni jew fl-eżekuzzjoni maħsuba ta' xi setgħa, dritt jew dmir skond dan l-Att jew skond xi regolament magħmul taħtu.\"", "Jiġifieri, biex inkunu ċari, uffiċjal li qed jaqdi dmiru fil-parametri tal- liġi huwa protett minn kwalunkwe azzjoni li xi ħadd jista' jieħu kontrih.", "Ħalli nfisser xi rrid ngħid.", "Inspector għandu l-poter li jmur f'post tax- xogħol u jgħid li hemmhekk hemm periklu serju għas-saħħa tal-ħaddiema għax hemm kimika tossika - qed nivvinta biex nagħti eżempju - u jordna li jingħalaq il-post immedjatament ħalli jiċċekja l-affarijiet.", "L-inspector imur l-għada jiċċekkja u jsib li ma kienx hemm periklu u ma rriżulta xejn.", "Il-fatt li għamilha in buona fede għaliex veru kellu indikazzjonijiet li seta' kien hemm periklu, ma jintitolax lill-employer li jfittxu għad-danni għaliex tellfu ġurnata xogħol.", "Però sakemm l-affarijiet isiru bis-serjetà kollha li jkun jistħoqq fiċ-ċirkostanzi.", "Din il-klawsola hija importantissima biex l-uffiċjali jkunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jiena naqbel mal-ġist ta' din il-klawsola però xorta nibża' li jista' jkun daqsxejn diffiċli li tipprova li jkun għamel hekk in buona fede.", "Kif se tipprova każ fejn l-uffiċjal inkarigat għandu xi għan partikolari, li forsi jixxaħħam?", "Jiġifieri hawnhekk irridu nħarsu wkoll lejn l-interessi ta' l-employers u anke tal-ħaddiema.", "Jiena nemmen li dan l-artiklu huwa magħmul b'sens tajjeb, għax huwa importanti li l-uffiċjali ta' l-awtorita' ikollhom dan il-poter, però min-naħa l-oħra nistgħu niċċekkjawhom ħalli verament inkunu żguri li qegħdin jaġixxu in buona fede skond il-parametri tal-liġi?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li huwa diffiċli li niddefinuha.", "Din hija waħda minn dawk is-sitwazzjonijiet fejn trid tħalli f'idejn il-ġudikant.", "Hawnhekk il-piż tal-prova huwa fuq l-ispettur li jrid jipprova li l-azzjoni għamilha in buona fede.", "U l-ġudikant irid jiddeċiedi u jgħid: Iva, kieku jien kont fiż-żarbun ta' dan l-ispettur, b'dawn l-indikazzjonijiet jien kont nagħmel bħalu biex naqdi d-dmirijiet tiegħi ta' uffiċjal.", "Jiena hekk naraha.", "Niggarantilek li huwa impossibbli li nddefinuha u twerwirni li kieku kelli niddefiniha għax jew inkun qed nesaġera, u allura jidħolli xi ħadd mit-tieqa li jkun taparsi buona fede u ma jkunx, jew inkella nkun qed nagħmilha ristretta żżejjed.", "Nippreferi nħalliha f'idejn il-ġudikant li jkun irid jiddeċiedi x'inhu buona fede jew le.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Naf li se niżvija ftit, però nixtieq nistaqsi x'jiġri jekk ikun hemm xi ħadd li jinduna li f'xi post tax-xogħol hemm xi ħaġa li tista' tkun ta' periklu għall-ħaddiema.", "L-individwu jista' jirrapporta lill-ispetturi biex imorru jagħmlu spezzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta hija iva u dan huwa parti mill-proċess importanti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Appelli minn ordnijiet mogħtija minn uffiċjal.", "Clause 20 - Appeals from orders given by an officer.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 20 qed tistabilixxi dritt għall-appell minn ordnijiet mogħtija minn uffiċjal.", "Naħseb li m'hemmx diffikultajiet hawnhekk għax il-klawsola titkellem waħedha.", "Kull persuna, kemm jekk din il-persuna tkun ħaddiem, min iħaddem jew persuna terza, li tħoss ruħha aggravata minn xi ordni mogħtija minn xi uffiċjal, tista' tappella quddiem il-bord ta' l-appell.", "Fit-Taqsima V li jmiss se nittrattaw proprju l-bord ta' appell.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Twaqqif u għamla tal-Bord ta' Appell.", "Clause 21 - Establishment and composition of the Appeals Board.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 21 tistabilixxi t-twaqqif tal-bord ta' appell li l-funzjoni tiegħu tkun li jiddeċiedi appelli minn ordnijiet ta' xi uffiċjal.", "Il-klawsola tittratta wkoll il-kompożizzjoni tal-bord ta' appell li għandu jkun magħmul minn president u żewġ membri u jispjega kif jiġu maħtura.", "Hawnhekk qed nipprovaw inżommu kemm jista' jkun l- indipendenza ta' dan il-bord.", "Difatti f'paragrafu (a) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 21 qed ngħidu li:", "\"(a) il-president tal-bord ta' appell ikun wieħed minn lista ta' persuni nominati mill-prim ministru, li jkunu persuni li huma avukati b'esperjenza ta' għall-inqas seba' snin ...\"", "Wieħed mill-ewwel jinduna li l-kriterji li qed nużaw hawnhekk huma dawk li nużaw biex jintgħażel maġistrat.", "Allura qed infittxu l-oġġettività, l- esperjenza u l-kapaċità.", "Imbagħad paragrafu (b) jgħid li:", "(b) iż-żewġ membri l-oħra tal-bord ta' appell għandhom jiġu magħżula mill-president minn żewġ listi ta' persuni li ma jkunux la avukati u lanqas prokuraturi legali, maħtura mill-Ministru biex iservu bħala membri tal-bord ta' appell kif tkun teħtieġ is-sitwazzjoni.\"", "Għaliex qed ngħidu li ma jkunux avukati jew prokuraturi legali?", "Il-bord ta' appell ma rriduhx ikun bord legali.", "Min jippresjedih irid ikun jaf il- proċedura legali u allura japplika l-prinċipji ta' ġustizzja naturali u ta' proċeduri ta' dan it-tip, però ma ġenbu jrid ikollu nies tekniċi li jgħinu lill-bord biex jasal għal deċiżjoni.", "Għal paragrafu (b) se nipproponi emenda, li hija parti mill-emendi oriġinali li qassamna, fejn qed neliminaw il-bżonn ta' żewġ listi u nirriduċuha għal lista waħda.", "Lanqas jiena ma fhimt għaliex konna għedna li se nagħmlu żewġ listi fit-test tal-liġi, però issa qed nirriduċuha għal lista waħda.", "Mela allura qegħdin ngħidu li l-president jagħżel żewġ membri minn lista ta' nies li jkunu indikati.", "Ikun hemm sistema ta' rotation, jiġifieri jista' jkun hemm aktar minn bord ta' appell wieħed jisma' l- każijiet.", "Is-subklawsoli l-oħrajn huma pjuttost proċedurali u jittrattaw x'jiġri f'każ li xi ħadd jimrad jew f'każ ta' mewt ta' xi membri.", "Naturalment qed ngħidu wkoll li għandu jkun hemm segretarju tal-bord.", "Jiġifieri hawnhekk essenzjalment qed ngħidu kif se jkun kompost u x'jiġri f'ċerti sitwazzjonijiet.", "Anke din il-klawsola titkellem waħedha.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, fis-Second Reading ta' din il-liġi jien kont għedt li ma naqbilx mal-mod kif inhuma phrased ċerti kliem.", "Aħna qegħdin nistabilixxu li bord ta' appell għandu jkun magħmul minn tliet persuni, iżda hemm proviso li jgħid li f'ċerti każi, li forsi jkunu ta' natura mhux daqstant serja, il-bord ta' appell jista' jkun magħmul biss mill-president.", "Il-bord ta' appell bażikament se jittratta każi ta' litigazzjoni bejn l-employer u l-employee.", "Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar għandek persuna waħda li qed tiġi investigata li qiegħda tappella u se tkun affrontata mill-bord.", "Imma f'dan il-każ qegħdin inħallu persuna waħda biss tikkostitwixxi l-bord ta' appell, li f'dan il-każ huwa l-president.", "Issa jien nibża' li hawnhekk il-liġi qiegħda aktar tiffavorixxi l-interessi ta' l-employer milli ta' l-employees - j'Alla ma jiġrix hekk u j'Alla l-ħsieb tiegħi mhux se jseħħ - meta jkun il-president waħdu li jikkostitwixxi l- bord ta' appell.", "Nafu li forsi jistgħu jintużaw mezzi illeċiti biex wieħed jipprova jbiddel l-opinjoni tal-president.", "U naħseb li l-employer se jkun f'pożizzjoni aktar vantaġġjata finanzjarment mill-ħaddiem biex jagħmel dan.", "Għalhekk ftit nista' naqbel ma' dan il-proviso.", "Nemmen li l-bord ta' appell għandu jkun kostitwit minn tliet persuni kontinwament, huwa x'inhuwa l-każ.", "Meta fl-istess liġi lanqas biss qed niddefinixxu x'inhuma l-każi li se nikkonsidraw bħala każijiet serji jew inkella każi ta' natura minuri, se nħallu loophole enormi.", "Min se jkun qiegħed hemmhekk biex jinterpeta x'inhu serju u m'huwiex serju, x'inhu gravi u mhux daqstant gravi?", "Jekk kemm-il darba jkollna każ gravi li, għal raġunijiet li forsi jaqbel lil min iħaddem, jiġi mgħoddi bħala każ mhux daqstant serju, biex imbagħad il-bord ta' appell jiġi kostitwit minn persuna waħda biss, il-president.", "Dan isir ħalli mbagħad, ras imb'ras, dawn jirranġaw kollox bejniethom.", "Dan jagħti lok kbir għal abbuż.", "Jien personalment inħossni fid-dover li nopponih bl- akbar qawwa u bl-akbar serjetà għaliex nemmen li ma jagħmilx ġieħ lanqas lil din l-istess liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nagħmilha ċara li għalija m'huwiex punt ta' prinċipju and I am open to suggestions.", "Mhux qed ngħid li bilfors għandu jsir hekk.", "Però ħalli nipprova nindirizza l-punti li qed iqajjem l-Onor.", "Chircop.", "L-ewwelnett kif se niddefinixxu liema huma l-każi serji jew le.", "Ir-risposta hija li huma definiti għax subklawsola (4) ta' klawsola 21 tgħid li:", "\"Il-bord ta' appell għandu jikkonsisti mill-president waħdu f'appelli kontra ordnijiet mogħtija minn uffiċjali, minbarra dawk l-ordnijiet li jittrattaw l-imbarrar sħiħ ta' post tax-xogħol, jew ordnijiet li jittrattaw il-projbizzjoni ta' l-użu ta' xi apparat, makkinarju, impjant jew stallazzjoni fuq ix-xogħol li, kieku l-ordni kellu jiġi obdut, jirriżultaw fil-waqfien ta' l-attivitajiet kollha tax-xogħol.\"", "Dawk huma l-każi is-serji fejn il-kompożizzjoni tal-bord ta' appell trid tkun bilfors ta' tliet membri, ħlief kif hemm imsemmi fil-proviso ta' wara:", "\"Iżda l-persuna li tirċievi ordni minn uffiċjal ikollha d-dmir li titlob li l-appell jinstema' minn bord ta' appell magħmul minn tliet membri fil-każi imsemmija aktar qabel, iżda d-deċiżjoni jekk il-każ għandux jiġi deċiż mill-bord kif hekk kostitwit jew mill-president waħdu għandha dejjem tittieħed mill-president waħdu waqt l-istadju preliminarji ta' l-appell.\"", "Issa kif qed nifhem hawnhekk - nitlob lit-tekniċi jsegwuni ħalli naraw li qegħdin ċari f'moħħna x'qegħdin nipproponu, ħalli mbagħad naraw jekk hux il- każ li ntejbu - għandek każi serji definiti bil-liġi u l-kriterju huwa meta post tax-xogħol jingħalaq, li f'dak il-każ il-bord irid bilfors jisma' l- każ bi tlieta min-nies, m'hemmx option.", "Għandek każi oħrajn li m'humiex serji fejn jista' jinstema' mill-president waħdu, però l-persuna li tkun qiegħda tappella tista' titlob li l-każ tagħha jinstema' quddiem tlieta.", "Imma l-president waħdu jiddeċiedi jekk jilqax dik it-talba jew le.", "Hija diskrezzjoni tal-president fl-istadju preliminari.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Hemm qiegħed l-iżball, għax id-deċiżjoni m'għandux jeħodha l-president waħdu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma biex nindirizza t-tieni punt li qajjimt inti dwar il-possibbiltà li jkun hemm ftehim tête a tête, ejja nimxu bil-mod għax l-uffiċjal li ħareġ l-ordni huwa l-prosekutur f'dan il-każ.", "Jiġifieri dan mhux każ li ħriġt ordni kontra tiegħi, jiena m'għoġbitnix l-ordni u għamilt appell; imbagħad morna jien u l-maġistrat nitkellmu ftit flimkien u pprovajna naslu għal xi soluzzjoni.", "Mhux hekk.", "Fil-proċess quddiem il- bord ta' appell għandek l-ekwivalenti ta' qorti, cioe' għandek il- president, għandek il-persuna li kontra tagħha tkun ħarġet l-ordni, min qed jappella, u kontra l-appellant għandek l-uffiċjal.", "Jien hekk qed naraha s- sitwazzjoni għalkemm issa nikkonsulta ftit.", "L-intenzjoni hija li fejn ikun hemm każi serji, il-bord ta' appell bilfors irid ikun kompost minn tlieta, il-president flimkien ma' żewġ membri.", "Dawk il-każi serji huma dawk li essenzjalment ikunu jfissru l- għeluq ta' post tax-xogħol.", "Imbagħad għandek il-każi l-oħrajn kollha fejn il-każ jinstema' minn president waħdu, però l-persuna li tkun qed tappella kontra dik l-ordni għandha d-dritt li tgħid li l-appell għandu jinstema' mhux minn persuna waħda imma minn tlieta.", "Il-klawsola hawn trid tiġi emendata għax fil-proviso qed ngħidu: \"Iżda l-persuna li tirċievi ordni minn uffiċjal, ikollha d-dmir li titlob li l-appell jinstema' ...\"", "Hawnhekk mhux \"dmir\" irridu ngħidu imma \"dritt\".", "Jiġifieri l-appellant jista' jgħid li hu jrid li l-każ tiegħu jinstema' mill-president biss li huwa l-avukat, jew inkella jista' jitlob li l-każ tiegħu jinstema' minn tlieta min-nies.", "Il-klawsola tkompli tgħid li d-deċiżjoni finali jekk il- każ jinstemax mill-president waħdu jew mit-tlieta li huma, jeħodha l- president fl-istadju preliminari ta' dan il-proċess.", "Mela din hija l- intenzjoni.", "Il-punt li qajjem l-Onor.", "Chircop kien dan: Jekk dan huwa l-każ, imma għandna nagħmlu hekk?", "Għax m'għandniex nagħmluha li l-bord ikun dejjem bi tliet membri ħalli naqtgħuha għad-dritt?", "Il-concern tagħna hija l- prattiċità, aħna ma nixtiequx li jkollna lista twila ta' kwestjonijiet, uħud minnhom jistgħu jkunu żgħar u wħud minnhom jistgħu jkunu kbar, li jiġu staġnati minħabba l-fatt li kull każ irid jinstema' bilfors quddiem dawn it- tlieta min-nies.", "U jista' jkollok komplikazzjonijiet għax inti jista' jkollok għaxar każi f'ġurnata li l-ewwel każ irid jinstema' minn president u żewġ esperti li jifhmu fil-mekkanika, it-tieni każ ikun irid jinstema' minn president u żewġ esperti li jifhmu fil-kostruzzjoni, it-tielet każ ikun irid jinstema' minn president u żewġ esperti differenti.", "U allura xtaqna ndaħħlu element ta' flessibbiltà li però jiggarantixxi t-trasparenza tagħha din.", "Din hi r-raġuni li xtaqna jkollna sitwazzjoni fejn każ ikun jista' jinstema' mill-president waħdu.", "Aktar qabel l-Onor.", "Chicrop semma il-periklu li min qed jappella jista' jmur quddiem il-maġistrat u jiftiehem miegħu u jagħmel xi arranġament taħt il-mejda.", "Kif kont qed ngħid l-ewwel, il-proċess jinvolvi lill-uffiċjal ta' l-awtorità bħala l-prosekutur, il-persuna li ħarġet l-ordni.", "Fuq dik l- ordni qed isir l-appell.", "Mela inti għandek borma fuq tliet saqajn, ċioe' l- president li jrid jiddeċiedi fil-preżenza tal-prosekutur li huwa l- uffiċjal, li allura jrid jispjega għaliex ħareġ dik l-ordni u li kontra dik l-ordni qed isir l-appell.", "Issa jiena ma nistax nagħti garanziji bit-timbru u bil-boll, imma hija proċedura li tiggarantixxi ċertu accountability jew korrettezza mingħajr ma nista' ngħidlek li għandi s-soluzzjoni perfetta.", "M'għandix is-soluzzjoni perfetta imma qiegħed maqbud f'din is-sitwazzjoni bejn li jkolli proċedura effiċjenti, però li jkolli proċedura wkoll fair, korretta u ġusta fil- konfront tal-partijiet kollha.", "Din hi s-sitwazzjoni.", "Issa jekk nistgħu ntejbu, bil-qalb kollha ntejbu, mingħajr ma noħolqu wisq komplikazzjonijiet biex proċess ikun jista' jimxi.", "Għaliex qed nibża li f'ċerti każijiet ma jkunx hemm komplikazzjonijiet, ikunu ordnijiet minimi, però jista' jkun hemm ordnijiet oħrajn li jkunu urġenti li jiġu deċiżi u allaħares noħolqu iktar komplikazzjonijiet.", "Aħna għamilna dan il-bord ta' appell biex ma noqogħdux ngħaddu mill- proċeduri u mill-kuriduri tal-qorti, biex noħolqu a fast track.", "Għalhekk issa noqogħdu attenti li f'dak il-fast track aħna stess ma nivvintawx affarijiet b'intenzjoni tajba però li jtawlu l-proċess.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli niċċara l-ewwelnett il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan li qed ngħidu.", "Qed nitkellmu hawnhekk fuq ordnijiet mogħtija minn uffiċjali minbarra dawk l-ordnijiet li jittrattaw l-imbarrar sħiħ ta' postijiet tax-xogħol.", "Jekk ordni toħroġ miżuri dwar kif se jiġi ttrattat post tax-xogħol, imma tasal sa mbarrar ta' post tax-xogħol, allura l-appell isir kontra l-fatt li ma waslitx sa mbarrar ta' post tax-xogħol.", "Ma nafx jekk iniex qed nispjega ruħi tajjeb.", "Kif inhija koperta minn din il-ħaġa?", "Jiġifieri din id-darba mhux se jkun l-employer li se jappella imma se jkun in-naħa tal-ħaddiem jew in-naħa li qed tirrappreżenta l-interess ċivili tal- ħaddiema.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, xi ħadd li ma jkunx obda l-ordni ta' uffiċjal jappella, għax l-uffiċjal ikun ħareġ ordni li hu ma riedx jobdi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma stenna ftit, appell jista' joħroġ minn motivi differenti.", "Per eżempju, trade union tista' tgħidlek li f'ċertu post tax- xogħol missha ngħatat ordni aktar qawwija minn hekk.", "Qed tifhem x'qed nipprova ngħid?", "Trade union jew parti interessata jew li għandha standing f'din iċ-ċirkostanza tkun trid tappella kontra deċiżjoni ta' l-awtorità li minflok waslet sal-limitu, waqfet 'il hinn mil-limitu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandek raġun, hemmhekk tista' tappella.", "Fi klawsola 20 hemm li kull persuna tista' tappella.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma l-punt tiegħi huwa dan issa.", "F'kuntest bħal dan, kif tiġi affettwata sitwazzjoni bħal din?", "Ħalli nifhmu fejn hi l- field of application ta' dan li qed ngħidu l-ewwel.", "Jekk jien inħoss li d- deċiżjoni ta' l-awtorità missha kienet li timbarra l-post tax-xogħol jew tieħu azzjoni aktar drakonjana milli ħadet, din il-klawsola qed tfisser li huwa l-president waħdu li jiddeċedi dwar dan?", "Għax hemmhekk hija l- problema mbagħad.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, mhux neċessarjament ikun l-għeluq ta' post tax- xogħol.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, bħala eżempju ġibtu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, imma anke kif inhu l-wording tal-klawsola, m'hemmx għalfejn jirriżulta l-fatt ta' l-għeluq.", "Imma anke li kieku hemm il-potenzjal ta' l-għeluq ...", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, il-potenzjal ta' l-għeluq mhux qiegħed hawn.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, jekk tkompli taqra ssib li subklawsola (4) tgħid li:", "\"Il-bord ta' appell għandu jikkonsisti mill-president waħdu f'appelli kontra ordnijiet mogħtija minn uffiċjali, minbarra dawk l-ordnijiet li jittrattaw l-imbarrar sħiħ ta' post tax-xogħol - meta dan bħala fatt - jew ordnijiet li jittrattaw il-projbizzjoni ta' l-użu ta' xi apparat, makkinarju, impjant jew stallazzjoni fuq ix-xogħol li, kieku l-ordni kellu jiġi obdut, jirriżultaw fil-waqfien ta' l-attivitajiet kollha tax-xogħol.\"", "Jiġifieri x-xenarju hawnhekk huwa li għalkemm ma ngħalaqx il-post tax- xogħol, imma li kieku kellha tiġi esegwita dik l-ordni kienet tinvolvi l- għeluq tal-post tax-xogħol.", "Il-kriterju hawn huwa li fejn hemm waqfien ta' post tax-xogħol, il-bord ta' appell irid ikun kompost minn tlieta.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa jien qed inħares lejn xenarju differenti minn dan, li l-ordni li ngħatat tieqaf 'il hinn mit-twaqqif ta' post tax-xogħol.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: That's the other side of the coin.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Exactly!", "Issa min qiegħed jappella qed jgħid li din l- ordni missha waslet sa hemm, u l-president hemmhekk jgħid li hu biss jiddeċiedi.", "F'dan il-każ mhux l-employer jagħmel l-appell imma l-persuna jew il-korp li għandu standing biex jgħid li din l-ordni missha waslet sa hemm.", "U mhux qed nirriferi bilfors għal meta jkun hemm ordni ta' mbarrar sħiħ tal-post tax-xogħol imma anke għal meta jkun hemm ordni dwar affarijiet l-oħra.", "Naħseb li għandu raġun il-kollega tiegħi meta jgħid li jekk ikun hemm contestation ta' ordni, allura l-appell għandu jinstema' minn tlieta.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux bilfors!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Meta jkun hemm kontestazzjoni fuq jekk l-appell jinstemax mill-president tal-bord biss jew minn tlieta, jekk min qiegħed jagħmel l-appell jgħid li jrid li jinstema' minn tlieta, allura dak l- appell għandu jinstema' minn tlieta.", "Qed tifhmu l-punt?", "Imma mhux jiddeċiedi l-president!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kapaċi jkollok min għandu l-interess li jikkomplika l-affarijiet.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din għandha l-pros u l-cons tagħha, għandek raġun ukoll.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma naħseb li l-miżien aħjar inxaqilbuh favur l- effiċjenza u l-għaġġla.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma l-problema hija li ġeneralment l-effiċjenza u l- għaġġla jaħdmu favur min għandu l-aktar makkinarju f'idejh, u l-employer l- aktar li għandu makkinarju f'idejh, għax għandu l-aħjar avukati, l-aktar flus u l-aħjar riżorsi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Eżattament!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jekk ikun wieħed biss qed jiddeċiedi!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma l-employer jista' jirraġuna li jekk jinsisti li jkollu bord bi tlieta dan il-każ kapaċi jtawlu għal xahar?", "ONOR.", "ALRED SANT: Allura għaliex ma ndaħħlux terminu ċar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din m'hijiex kwestjoni ta' terminu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hekk kont qed tgħid inti, li hija kwestjoni ta' kemm ittawwal.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, le, għax forsi ma segwejtnix.", "L-ewwel għamilt punt jien fejn spjegajt it-tliet persuni min huma.", "L-ewwelnett hemm il-president li huwa avukat biex jieħu ħsieb li l- proċeduri jsiru b'ġustizzja naturali, bir-regolamentazzjoni li wieħed jistenna fi proċedura purament legali.", "Però mbagħad hemm żewġ membri oħra li jintgħażlu mil-lista ta' esperti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dak l-argument segwejtu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: lssa ejja ngħidu li jien ġejt iffaċċjat b'ordni ta' uffiċjal u ridt nikkontestaha għax naf li, jekk nimplimenta dik l- ordni, probabbilment jien se nippreġudika l-business tiegħi u allura jaqbilli ntawwal il-proċess.", "Allura jien ninsisti, allavolja tkun ħaġa sempliċi, li l-każ jinstema' quddiem bord ta' tlieta.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq dan il-punt għandek raġun, imma issa ejja nħarsu lejn in-naħa l-oħra.", "Kif se nipproteġu lin-naħa l-oħra?", "Xi ħadd li qed jikkontesta li ma wasalniex sa l-aħħar, mhux min-naħa ta' l-employer issa, imma min-naħa tal-parti lesa, hux hekk kont qed tgħid inti?", "Ejja nagħtuk raġun fuq dak li qed tgħid inti, imma n-naħa l-oħra kif se nipproteġuha wkoll?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma fil-miżien ma rridux indaħħlu wkoll l-irwol ta' l-uffiċjal, jiġifieri ta' l-ispettur stess, li in the first place ħareġ l-ordni?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tridni nkun skjett fuq din il-ħaġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux aħjar!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nibża' li dawn in-nies ikunu taħt ċerti pressures, ħa nitkellmu hekk.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fhimtek!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Trid tħares lejn in-naħa l-oħra tal-mera issa.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Aħna m'aħna nitfgħu dellijiet fuq ħadd imma obbligati li nikkonsidraw ix-xenarji kollha, inkluż ix-xenarju fejn ikollok spettur li ma jkunx qed jagħmel dmiru.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, tħarisx lejha hekk.", "Jien ma ngħidx li ma jkunx qed jagħmel dmiru imma li ma wassalx l-analisi tiegħu sal-punt fejn jiena, bħala parti lesa, qed ngħid li kellu jwassal għaliex hemm xi ħaġa iktar serja minn hekk.", "Qed tifhem x'irrid ngħid?", "Ma nitfgħu dellijiet fuq ħadd, u mbagħad at that stage, meta tiġi biex tikkontesta d-deċiżjoni tiegħu, din qed twaddbek f'diffikultà.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ejja ma nitfgħux dellijiet.", "Mela spettur ġenwinament deherlu li m'hemmx periklu jew il-periklu ma jwassalx sal-punt li kellu jagħlaq il-post tax-xogħol.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux li jagħlaq il-post tax-xogħol biss imma anke ordnijiet li jittrattaw il-projbizzjoni ta' l-użu ta' xi apparat eċċ.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, issa qegħdin ngħidu li spettur aġixxa ġenwinament, u jkun hemm a third party li għandha dritt tappella, li tista' tkun union, li jidhrilha li l-ispettur ħa deċiżjoni żbaljata u kellu jkun iktar iebes fid-deċiżjoni tiegħu.", "Jekk l-appell isir mit-trade union u l- argumentazzjoni tkun li l-ispettur imissu għalaq dak il-post tax-xogħol, f'dak il-każ l-appell għandu jinstema' minn tlieta, peress li hemm involut l-għeluq il-post tax-xogħol?", "Jiena naħseb li f'dak il-każ għandu jinstema' minn tlieta min-nies għaliex hemmhekk qed nitkellmu fuq il-potenzjal ta' għeluq tal-post tax-xogħol.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif inhi miktuba mhux hekk qed tgħid.", "Jekk l-ordni ma titkellimx dwar l-imbarrar ta' post tax-xogħol l-appell ma jinstemax minn tlieta min-nies.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli niċċekkja ftit.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Subklawsola (4) ma tgħidx hekk.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien naħseb li subklawsola (4) għandha bżonn rewording biex tiġi iktar ċara.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Rigward subklawsola (5) ta' klawsola 21 li tgħid:", "\"Il-Prim Ministru u l-Ministru, kif ikun il-każ, jistgħu minn żmien għal żmien, wara konsultazzjoni kif stabbilit f'dan l-artikolu, ivarjaw ...\"", "Għaliex qed issir b'dan il-mod dik id-diċitura?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaliex paragrafu (a) ta' subklawsola (2) jgħid li:", "\"il-president tal-bord ta' appell ikun wieħed minn lista ta' persuni nominati mill-Prim Ministru\"", "u mhux mill-Ministru.", "Imbagħad paragrafu (b) jgħid li:", "\"iż-żewġ membri l-oħra tal-bord ta' appell għandhom jiġu magħżula mill- president - qabel kienet \"minn żewġ listi\" u issa ġiet minn lista waħda - minn lista ta' persuni li ma jkunux la avukati u lanqas prokuraturi legali, maħtura mill-Ministru\".", "Mela l-ministru jagħmel lista ta' esperti li mbagħad l-għażla tagħhom issir mill-president tal-bord ta' appell.", "Nirripeti li l-prim ministru jaħtar il-president tal-bord ta' appell.", "Il- ministru jipprepara u jippubblika l-lista ta' esperti oħrajn u l-president li jkun ġie maħtur mill-prim ministru, jagħżel iż-żewġ membri li jkunu miegħu fuq dan il-bord, skond l-issues li jkunu qegħdin jiġu ttrattati minn dan il-bord.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma min huwa responsabbli għall-kompożizzjoni tal- listi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kompożizzjoni tal-lista ta' l-esperti hija f'idejn il-ministru, kif jgħid paragrafu (b), mentri l-president l- president tal-bord ta' appell ikun wieħed mil-lista ta' persuni nominati mill-prim ministru, li jkunu persuni li huma avukati b'esperjenza.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-prim ministru responsabbli mill- presidenti u l-ministru responsabbli mil-lista ta' membri.", "F'dak is-sens li qed jidħlu t-tnejn.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, f'dak is-sens.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ikkomplikata l-istorja, ikkomplikata żżejjed!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, naħseb li stajna ssimplifikajnieha.", "Dan huwa punt li rridu nirriflettu fuqu wkoll għaliex naħseb li nistgħu nissimplifikawha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, kif qiegħda mitkuba tista' tfisser li għalkemm il-lista ta' l-esperti nnominata mill-ministru, il-bidla tagħhom tista' ssir mill-prim ministru.", "Ma nafx iniex qed nispjega ruħi tajjeb.", "Qed jiġi spjegat li l-lista ta' l-esperti hija maħtura mill- ministru.", "F'daqqa waħda b'din id-diċitura qegħdin ngħidu li l-prim ministru jista' jbiddel il-lista ta' esperti maħtura mill-ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, is-subklawsola tgħid \"kif ikun il-każ\".", "ONOR.", "ALFRED SANT: Kif tqum l-okkorrenza ta' bidla.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fit-test Ingliż qiegħda \"as the case may be\".", "Dan ifisser li jekk qed nitkellmu fuq il-lista tal-presidenti, allura jbiddel il-prim ministru, u jekk qed nitkellmu fuq il-lista ta' l-esperti allura jbiddel il-ministru.", "That is as the case may be.", "ONOR.", "ALFRED SANT: La qed tgħidha on record, tfisser hekk.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandix dubju li huwa hekk, però naħseb li nistgħu nissimplifikawha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Nieqfu hawn għalissa għax sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni fuq Klawsola 21 kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, Iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 30 ta' Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kulħadd jaf li fejn ikun hemm rispett reċiproku normalment ma jkunx hemm diżgwid, imma meta xi ħadd jipprova jnaqqas mid-drittijiet ta' xi ħaddieħor ikun hemm id-diżgwid u hekk qed jiġri f'dan il-parlament.", "Kemm skond l-oppożizzjoni kif ukoll skond il-gvern, l-affarijiet fil- parlament mhux mexjin sew.", "Iż-żewġ naħat qegħdin naqblu dwar dan.", "Imma x'inhu jwassal għal dan id-diżgwid?", "Għaliex mhux miexi sew ix-xogħol tal- parlament?", "Għaliex in-naħa tal-gvern dejjem takkuża lill-oppożizzjoni li qed tagħmel il-bsaten fir-roti biex ixxekkel ix-xogħol parlamentari meta dan mhuwiex minnu?", "L-oppożizzjoni qed tiġġieled għad-drittijiet tagħha biex issaħħaħ id-demokrazija parlamentari, imma l-gvern qiegħed jaħseb li għax għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet - li żgur ma jirriflettix l-ammont ta' voti li ġab fl-aħħar elezzjoni - jista' jaqbad u jgħaddi minn fuq kulħadd.", "Nixtieq infakkar kif kienu jimxu l-affarijiet f'dan il-parlament meta fl-1989 jiena kont ġejt maħtur bħala whip tal-grupp parlamentari Laburista, Mr Speaker.", "Dak iż-żmien, bħal kull żmien ieħor, konna wkoll niltaqgħu ma' diffikultajiet imma peress li aħna min-naħa ta' l-oppożizzjoni dejjem konna lesti li nikkollaboraw, bħalma aħna lesti li nikkollaboraw illum, dawn id- diffikultajiet dejjem konna ngħelbuhom u x-xogħol kien jimxi kif suppost.", "X'konna nagħmlu biex ix-xogħol parlamentari jimxi b'mod li jkun tajjeb għal kulħadd?", "Iż-żewġ whips taż-żewġ gruppi parlamentari flimkien ma' l-ispeaker ta' dak iż-żmien konna spiss niltaqgħu biex naraw kif għandna nqassmu x- xogħol tal-Kamra u dejjem konna naslu għall-kompromess.", "Dejjem kien hemm rieda tajba min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Fid-diskussjonijiet li kien ikollna ma' l-iSpeaker konna niftiehmu liema liġi se tiġi diskussa, imbagħad l-oppożizzjoni laburista kienet tindika l-ismijiet tal-membri li jkunu se jitkellmu dwar dik il-liġi u b'hekk ix-xogħol parlamentari kien jimxi bl-aktar mod smooth.", "Minkejja dan, meta mbagħad il-Partit Laburista tela' fil-gvern l-affarijiet bdew ikunu mod ieħor.", "Mr Speaker, niftakar li fil-laqgħat tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, l- Onor. Ċensu Galea, dak iż-żmien whip tal-grupp parlamentari Nazzjonalista, u l-Prof.", "Guido de Marco lanqas bejniethom ma kienu jaqblu.", "L-Onor.", "Galea kien jipprova jasal għall-ftehim u l-Prof. de Marco kien jopponi għal kollox.", "Per eżempju, kien jgħid li l-parlament m'għandux jiltaqa' filgħodu għax il-membri parlamentari m'humiex full-timers.", "Ara llum ħadd minnhom mhu qed jgħid hekk.", "Minkejja li konna nagħtu raġunijiet validi għaliex ċerti ġranet il-parlament għandu jiltaqa' filgħodu dawn qatt ma riedu jiftehmu magħna.", "La kienu jridu jiftehmu fuq kemm wieħed kien jaħseb li hemm bżonn ta' seduti biex tiġi diskussa liġi partikolari, la fuq kemm kien se jkun hemm kelliema min-naħa tagħhom u lanqas fuq kemm ħin kull membru jista' jdum jitkellem.", "Kienu jgħidulna jitkellem min irid u jdum kemm ikun hemm bżonn.", "Issa llum li qegħdin fil-gvern, dak li kienu jgħidu m'għadux jgħodd u qegħdin jipprovaw joħonqu lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, nista' ngħid li l-backbenchers, minkejja li ma ħarġux dan fil-beraħ, qed jgħidu lill-gvern li ma jistax ikun li nibqgħu sejrin, ġimgħa wara l-oħra, bis-seduti filgħodu u filgħaxija għax huma m'humiex full-timers u jkollhom xogħol ieħor x'jagħmlu.", "Barra minn hekk b'dan il-mod il-parlament mhux qed jiffunzjona tajjeb.", "Dan l-aħħar smajt li kien hawn min qed jitlob biex jiġi installat il-cable television biex il-membri jkunu jistgħu jsegwu x'inhu jiġri barra, u hawn anke membri parlamentari li qed jitolbu li jkollhom is-segretarji magħhom.", "Dan li qed ngħid mhux qed nivvintah, kulħadd jaf li hu minnu.", "Mhux qed ngħid li dawn huma affarijiet ħżiena, anzi ngħid li jekk il-parlament se jibqa' jiltaqa' b'din il- frekwenza xi ħaġa jrid isir.", "Mr Speaker, ta' min wieħed jinnota wkoll li qed issir pressjoni fuq in- naħa ta' l-oppożizzjoni biex isir dak li jrid il-gvern u jgħaddi liġijiet kemm jista' jkun malajr u bl-addoċċ għax hekk jaqbillu.", "Minħabba f'hekk qed ibatu wkoll il-backbenchers tan-naħa tal-gvern, u dan qed jesprimuh bil- manuvri li qed isiru.", "Mhux sewwa li n-naħa tal-gvern tiġi toqgħod tgħajjar lill-oppożizzjoni li qed tipprova xxekkel ix-xogħol tal-Kamra.", "L- oppożizzjoni qed tiġġieled, skond ir-regolamenti li għandna, biex tiddefendi d-demokrazija parlamentari.", "Tan-naħa tal-gvern qed jiskandalizzaw ruħhom għax in-naħa ta' l-oppożizzjoni spiss titlob għall- quorum.", "Mela nsew kemm kienu jitolbu għall- quorum meta konna aħna fil- gvern?", "Aħna konna noqogħdu attenti biex kemm jista' jkun tul is-seduta parlamentari ma ninqabdux mingħajr il-15-il membru li bihom wieħed jifforma l-quorum għax din iktar hija responsabbilita' ta' min ikun fil-gvern ħalli x-xogħol li jkollu pprogrammat isir mingħajr telf ta' żmien.", "Dawn skandalizzaw ruħhom għax f'waħda mis-seduti ta' din il-ġimgħat f'temp ta' sitt minuti darbtejn intalab quorum.", "Għaliex sar dan?", "Għax ma nistgħux inkomplu nipprovaw ngħaddu ż-żmien bin-nies.", "Kif jista' jkun f'nofs siegħa winding-up is-segretarju parlamentari jirrispondi għal dak kollu li jkun intqal f'xi seba' seduti?", "Din x'serjeta' hi!", "Apparti dan kollu, is-segretarju parlamentari beda jipprova jirredikola dak li ntqal mill-kelliema ta' oppożizzjoni u jiena qomt u għajjat quorum.", "Hekk kif s-seduta rriżumiet, bil-wiċċ tost kollu, reġa' beda jitfa' ċertu diskors biex jipprova jżeblaħ lil dak li jkun u jiena, bir-raġun kollu, erġajt għajjat quorum.", "Għalhekk sejjaħt quorum darbtejn u mhux billi s-segretarju parlamentari beda jgħid li aħna qed intellfuh mill-ħin tiegħu.", "Jiena ngħidlu li għalkemm ir-regolamenti jgħidu li hu għandu tant ħin għall-winding-up, kieku talab il-permess tal-Kamra sabiex ikompli jitkellem ħadd ma kien se jiċħadulu allavolja qed jgħidu li l-oppożizzjoni trid ixxekkel ix-xogħol tal-parlament.", "Huwa evidenti li n-naħa tal-gvern qed ixxekkel lin-naħa ta' l-oppożizzjoni milli tagħmel dmirha kif suppost għax mhux qed tħalli lill-membri ta' din in-naħa jitkellmu għal iktar minn erbgħin minuta.", "Mela m'hemmx każi fejn dak li jkun għandu bżonn ta' iktar ħin biex jiżviluppa l-argument tiegħu?", "Kif jista' jkun noqogħdu għal dawn l-affarijiet aħna!", "Kif jista' jkun naċċettaw li l-mistoqsijiet parlamentari jiġu mwieġba b'mod vag jew inkella lanqas biss tingħata risposta?", "Allura mhux bilfors ikollna nipprotestaw b'dan il-mod biex nuru lill-poplu kif miexi l-parlament.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni pprovat timxi bil-mod li kienet timxi bih qabel sabiex id-diffikultajiet li jinqalgħu jiġu megħluba imma sfortunatament la kien hemm rieda tajba min-naħa tal-gvern u, forsi minħabba nuqqas ta' esperjenza jew minħabba l-mottiv politiku, lanqas min- naħa tas-Sedja.", "Jiddispjaċini ngħid li llum m'hemmx dik ir-reċiproċita' li kien hemm fi żmien Speakers oħrajn.", "Jiena nitkellem open, m'hemmx kantunieri, għax inħoss huwa fl-interess tal-pajjiż li l-affarijiet jirranġaw.", "Dawn huma affarijiet li nħosshom jien u jħosshom min jixtieq il-ġid lill-pajjiżna.", "Mela ejja ma nkunux ipokriti min-naħa tal-gvern, ejjew nuru rieda tajba għax jekk ikun hemm rieda tajba l-affarijiet jitjiebu u jimxu 'l quddiem.", "Imma sakemm l-oppożizzjoni tibqa' tara li m'hemmx rieda tajba min-naħa tal-gvern bilfors ikollha tibqa' topponi għal ċerti affarijiet biex ma tħallihx għaddej minn fuqha.", "Hawn nuqqas ta' irġulija u onesta' min-naħa tal-gvern.", "Jiena ma naħsibx li jekk twaqqaf lil xi ħadd milli jgħaddi minn fuqek tkun qed tfixkel jew tostakola.", "Alla ħares ma nagħmlux hekk għax kieku nispiċċaw bil-gvern jiġi hawn u jagħmel li jrid u li jfettillu.", "Mr Speaker, nixtieq issa ngħid xi ħaġa dwar il-problemi kbar ambjentali li għandna ma' wiċċna.", "Hemm bżonn li ma nibqgħux nagħmlu studji iktar għax għamilna biżżejjed u nafu x'għandu jsir.", "Jekk verament irridu ntejbu l- ambjent irridu nibdew, u ma ndumux iktar, nisseparaw l-iskart at source u rridu naraw x'se nagħmlu bil-miżbla tal-Magħtab.", "Jien diġa' għamilt suġġeriment biex tinbena golf course, u naf żgur li hawn min irid jinvesti fiha.", "Kieku kellu jsir hekk neqirdu dik l-eyesore darba għal dejjem.", "Anke dwar dak it-trab iswed li joħroġ mill-power station tal-Marsa u li hu ta' dannu għal saħħet il-poplu Malti, speċjalment għal dawk li joqogħdu n-naħa t'isfel ta' Malta, hemm bżonn naraw li jsir xi ħaġa.", "Hemm bżonn li tittieħed azzjoni u mhux isiru ħafna rapporti u studji u jibqa' ma jisr xejn.", "Għax ma nagħmlux dawk il-filters li hemm bżonn ħalli ntaffu din il- problema?", "Mr Speaker, is-sitwazzjoni ambjentali f'pajjiżna hija allarmanti u jekk il-gvern mhux se jibda jiċċaqlaq din il-problema se tibqa' tmur għall-agħar.", "Mr Speaker, dan l-aħħar, waqt li jiena kont imsiefer fuq xogħol parlamentari, f'dan il-parlament sar ħafna diskors minn xi kelliema min- naħa tal-gvern fuq kemm hi effiċjenti l-planning authority.", "Donnhom approfittaw ruħhom min-nuqqas tiegħi biex jagħmlu dan l-eloġju favur din l- awtorita'.", "Hawn segretarju parlamentari li hu perit - dan għandu uffiċċju tiegħu - li mingħajr ma jidher hu jagħmel pressjoni fuq l-enforcement section biex ma joħorġux ċerti enforcement notices u jippressa biex joħorġu l-permessi li hu jkun involut fihom għax hu għandu perċentaġġ mill-flus li jdaħħal minn dak l-uffiċċju.", "Jekk mhux veru nistieden lil dan is-segretarju parlamentari jagħmel dikjarazzjoni ġuramentata li hu ma jieħu l-ebda sehem mill-uffiċċju tiegħu u li hu ma kellem lil ħadd mill-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Din hija s-sitwazzjoni mwiegħra f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, se nitkellem issa fuq il-qasam tat-telekomunikazzjoni u ngħid x'qed jiġri bħalissa fil-Maltacom.", "Bħalissa fil-Maltacom hemm sitwazzjoni tal-biki.", "Ħadd mill-ħaddiema ma jaf fejn qiegħed u ħadd ma jaf fejn se jsib ruħu.", "Suppost kellu jsir job evaluation biex kulħadd jiġi ppostjat skond ix-xogħol li jagħmel u minflok spiċċajna b'indħil politiku fejn min hu tal-qalba jieħu l-aħjar postijiet.", "Spiċċajna bil-kapijiet qishom puppets on a string!", "Għandna chairman li qiegħed hemm biss biex jattwa deċiżjonijiet politiċi.", "Mhu qed jagħmel xejn li hu fl-interess tal- Maltacom.", "Qiegħed hemm biex jagħmel vendikazzjonijiet politiċi.", "Qiegħed hemm biex jekk ikun hemm xi ħaddiem li jħaddan l-istess twemmin politiku tiegħu li jkun żbalja jagħmel minn kollox biex flok jagħtih il-kastig li ħaqqu jgħattilu l-iżball u l-Maltacom sejra l-baħar.", "Mr Speaker, meta konna fil-gvern aħna l-Maltacom kienet waslet f'pożizzjoni li l-ħsarat li kienu jiġu rrapportati kienet issewwihom mil- lum għal għada.", "Ġieli kien ikun hemm xi ħsara daqsxejn gravi li l-iktar li ma kenitx tieħu iktar minn tlett ijiem biex tissewwa.", "Illum l-iċken ħsara ġieli jdumu ġimgħa biex jirranġawha.", "Konna wasalna f'pożizzjoni li nħaddmu skema ta' service on demand, tapplika għat-telphone llum u tinqeda l-għada u l-istess ħaġa fil-każ ta' l-applikazzjonijiet għal transfer, imma llum hawn min applika għal transfer f'Jannar u sal-lum għadu lanqas inqeda.", "Jiena m'iniex nivvinta qed insemmi każ fejn biex itellgħu biċċa cable biex jagħmlu DP u mbagħad jagħmlu cut over fi Triq il-Farfett tal-Fejġel f'Ħaż- Żabbar, ilhom minn Jannar.", "Biex nagħti prova ta' dan nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-acknowledegement li l-Maltacom bagħtet lil din il-persuna.", "Mr Speaker, bħalissa l-konsumaturi qed jirċievu kontijiet tat-telephones esaġerati u għalxejn imorru jipprotestaw għax qatt ma jieħdu raġun, lanqas meta jkollhom.", "Bħalissa fil-Maltacom qed isiru ħafna abbużi u hemm taħwid kbir.", "Per eżempju, m'ilux x'imkien in-naħa tal-Mosta għamlu cut over li fuq waħħlu linji ta' xi ħadd li mhux suppost u dan beda jirċievi faxes li suppost kellu jirċievi xi ħadd ieħor u qisu ma ġara xejn għax ma ttieħdu passi kontra ħadd.", "Għaliex?", "Għax hemm chairman li qiegħed hemm biex jgħatti l-iżbalji tan-nazzjonalisti.", "Aħna ma konniex nimxu hekk.", "Aħna ridna li l-Maltacom tqum fuq saqajha fl-interess tal-ħaddiema u fl-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Aħna konna qegħdin nipprovaw intejbu s- servizz li jingħata lill-konsumatur u fil-fatt kien diġa' beda jitjieb.", "Mr Speaker, il-maġġoranza ta' l-affarijiet li qed isiru illum f'dak li għandu x'jaqsam ma' telekomunikazzjoni kienu diġa' maħsuba li jsiru meta konna fil- gvern aħna.", "Kellna ħafna pjani u kienu jkunu effiċjenti iktar, imma ma nafx għaliex xi ħadd għandu l-interess li l-Maltacom ikkissirha, forsi hemm xi ħadd ieħor fil-privat li lill-partit nazzjonlaista jaqlagħlhom il-flus.", "Ma nafx, imma hekk naħseb.", "Mr Speaker, illum tkellimt fil-qosor fuq dawn l-affarijiet - kieku kelli nispjega fit-tul ma nieqaf qatt - biex nuri li f'dan il-pajjiż ħadd ma jaf fejn hu sejjer.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Mizzi jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra d-dokument li rrifera għalih?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, mezz ta' komunikazzjoni importanti li ċertament għandu influwenza kbira fuq is-soċjeta' b'mod ġenerali huwa dak tax-xandir u naturalemnt min ikollu f'idejh kontroll ta' mezzi tax-xandir għandu poter u jista' jikontrolla l-opinjoni pubblika fuq suġġetti li jkun jrid ittella' fl-agenda pubblika.", "Aħna l-membri parlamentari u oħrajn li huma fil-kamp politiku nagħtu importanza kbira lill-mezzi ta' komunikazzjoni bħalma huma l-gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi għax b'dawn il-mezzi l-ħidma tagħna tidher u tasal għand il- pubbliku ġenerali b'mod aktar qawwi u aktar maljar.", "Jekk wieħed ikollu l- kontroll ta-maġġoranza assoluta tal-mezzi tax-xandir, b'mod partikolari tal- gazzetti, tar-radijiet u ta' l-istazzjonijiet televiżivi allura jista' jinfluwenza b'iktar qawwa l-opinjoni pubblika.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għax jidher ċar li l-maġġoranza kbira tal- media lokali, b'mod partikolari l-gazzetti ta' kuljum u dawk ta' nhar ta' Ħadd, jappoġġjaw b'mod dirett lill-partit nazzjonalista.", "Għalkemm ipenġu lilhom infushom bħala xi mezz ta' xandir indipendenti wieħed malajr jinduna li ċerti aħbarijiet li jkunu jridu jaslu għand il-poplu jkunu mmexxija mill- istess id, mill-istess moħħ u allura s-sors ikun l-istess wieħed.", "Jekk il- Partit Nazzjonalista jrid ikollu fuq l-agenda nazzjonali ċertu suġġett, naturalment permezz tal-media li tappoġġjah, anke b'mod apert, dan ikun jista' jsir.", "Sitwazzjoni bħal din tpoġġi fi żvantaġ mhux biss lill-partit laburista imma kull idea oħra li tkun indipendenti miż-żewġ partiti ewlenien.", "Mr Speaker, li jkollok persuna jew persuni fi ħdan partit politiku li jiddettaw dak li jidher fuq il-gazzetti li suppost huma indipendenti hija tmexxija stil komunista.", "Il-manuvri li jisru huma manuvri stil komunista.", "Ovvjament mhux kollox huwa negattiv fil-komuniżmu għax hemm ċerti aspetti li jistgħu jkunu pożitivi jekk ikunu mħaddmin kif għandhom jitħaddmu.", "Qed ngħid dan għax nemmen li kull ħaġa fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha biex ma jkunx hawn xi ħadd jaħseb li jiena komunist.", "Pero' fl-opinjoni tiegħi f'dan li għandu x'jaqsam ma' mezzi tax-xandir il-Partit Nazzjonaista qed jimxi bi stil komunista fejn wieħed jikkontrolla b'mod assolut dak li jixxandar fuq it-televiżjonijiet, fuq ir-radjijiet u fuq il-gazzetti.", "Naħseb li l- awtorita' tax-xandir għandha rwol ferm importanti f'dak li jirrigwarda xandir.", "L-ewwelnett din trid tara li dak li jixxandar ikun imparzjali u jekk ikun hemm xi żbilanċ trid tara kif tpatti għalih.", "Il-fatt li għandek żewġ partiti li għandhom ir-radju u t-televiżjoni tagħhom joħloq ċertu bilanċ u allura r-rwol ta' l-awtorita' tax-xandir f'dan il-qasam għandu jkun li tara li l-ebda partit ma jabbuża mill-mezzi tax-xandir li għandu.", "Ta' min jgħid li fil-qasam tal-gazzetti peress li l-Partit Laburista m'għandux il- gazzetta tiegħu ta' kuljum - għandu biss waħda li toħroġ nhar ta' Ħadd - hemm ċertu żbilanċ u dan ikompli jikber għax il-maġġoranza tal-gazzetti, speċjalment dawk bl-Ingliż, jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista.", "Barra minn hekk xi kultant l-awtorita' tax-xandir tipprova anke toħnoq l-istess mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista.", "Dan rajnih fil-passat riċenti u naħseb li dan m'għandux ikun ir-rwol ta' l-awtorita' għax b'hekk flok tkun qed issaħħaħ il-bilanċ tkun qed tipprova toħnoq dak li jista' jkun ta' bilanċ fil-qasam tax-xandir.", "Għalhekk huwa importanti li l-awtorita' tax- xandir tagħmel daqsxejn l-eżami tal-kuxjenza tagħha u tara l-ispektrum b'mod sħiħ.", "Mr Speaker, jiena nħoss li f'dak li għandu x'jaqsam ma' rapportaġġ mill- parlament permezz tal-gazzetti qed ikun hawn żbilanċ kbir.", "Mhux sew li gazzetta tirrapporta dak li qalet naħa u mbagħad tinjora dak li jintqal min- naħa l-oħra u se nsemmi eżempju ċkejken li kont involut fih jien.", "Meta s- Segretarju Parlamentari Mugliett kien tkellem f'aġġornament dwar il- kontroversja li kienet qamet dwar iż-żjara li kien għamel ġewwa Sydney meta kien hemm il-logħob olimpiku, liema żjara aħna konna sejjaħnilha ġita, il- gazzetta \"The Malta Indepedent\" tat-28 ta' Settembru kienet tat prominenza kbira lid-diskors tiegħu tant li kienet imliet iktar min-nofs it-tieni paġna tal-ġurnal b'dak li kien qal l-Onor.", "Mugliett.", "Imbagħad meta jiena f'aġġornament ieħor kont weġibt għad-diskors li kien għamel l-Onor.", "Mugliett, l-istess gazzetta mhux talli ma tatx l-istess prominenza lid- diskors tiegħi talli lanqas biss irrapportatu.", "Jiena naħseb li f'dak li huwa rapportaġġ mill-gazzetti għandu jkun hemm ċertu bilanċ u mhux sewwa li naraw affarijiet bħal dawn isiru minn min jgħid li l-gazzetta li jmexxi hu hija indipendenti.", "Mhux qed nirreferi biss għall-ġurnal li għadni kemm semmejt imma anke għall-ġurnali oħrajn.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi każ ieħor dwar iż-żjara li l-Onor.", "Mugliett kien għamel ġewwa Sydney.", "Fil-ġurnal \"in-nazzjon\" kienet dehret ittra ta' persuna li tappoġġja lis-Segretarju Parlamentari Mugliett dwar din il-ġita ġewwa l-Awstralja, u peress li kemm jien kif ukoll il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ssemmejna b'mod indirett ħassejt li kelli nirrispondi għaliha.", "Allura kont ktibt ittra li bgħatt lill-editur u wara li rajt li għadda ċertu żmien u l-ittra tiegħi kienet għadha ma dehritx ċempilt biex nara meta l-ittra tiegħi se tidher.", "Wara li ċempilt l-ittra tiegħi dehret pero' kien hemm ċerti affarijiet importanti li nqatgħu barra.", "Jiena nifhem li l- editur għandu jiddeċiedi dwar dak li għandu jidher fil-gazzetta li jmexxi hu, pero' naħseb bħala etika, ladarba jien kont qed nirrispondi b'mod dirett korrispondent li semma lili bħala wieħed li tkellimt fuq dak li kiteb hu, naħseb li kellu jikkontattjani u jinformani b'dak li kien se jagħmel.", "Jekk ħass li l-ittra tiegħi kienet twila - u ma naħsibx li kienet twila wisq - messu ċempilli u flimkien konna naraw x'nistgħu nħallu barra minnha u mhux qabad u ġab dak li għoġbu hu.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem issa fuq l-arroganza ta' ċerti persuni li ġew maħtura mill-gvern nazzjonalista biex iservu u jmexxu korporazzjonijiet pubbliċi u se nsemmi każ li fih huwa involut is-Sur Maurice Zarb Adami li huwa ċ-chairman tal-Maltacom.", "Ftit ilu ġurnalista tas-Super One kienet staqsiet lis-Sur Zarb Adami kemm kien hemm nies appuntati minnu sabiex jagħtu pariri lil Maltacom u dan kien wieġeb li ma kienx f'pożizzjoni li jagħti din l-informazzjoni.", "Għadda ftit taż-żmien u reġa' ġie mistoqsi l- istess mistoqsija u dan b'ċerta arroganza qal li kien jaf kemm hemm nies appuntati biex jagħtu pariri lil Maltacom pero' li riedx jagħti din l- informazzjoni.", "Jiena naħseb huwa dritt tal-poplu li jkun jaf dawn l- affarijiet għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-Maltacom hija ażjenda li fiha l- gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma u ċ-chairman huwa appuntat mill- gvern.", "Din l-arroganza tirrifletti wkoll fuq l-istess gvern nazzjonalista li jaħtar lil dawn il-persuni u wieħed ma jiskantax b'din l-arroganza meta wieħed jara kif il-gvern nazzjonalista qed jimxi fil-parlament.", "Mr Speaker, din l-arroganza qegħdin narawha wkoll fil-mod ta' kif l- ministri nazzjonalisti jirrispondu għal ċerti mistoqsijiet parlamentari li jsiru min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Dawn kemm-il darba ġew mistoqsija sabiex jagħtu rendikont ta' kif il-gvern qed jonfoq flus il-poplu u minkejja li dawn il-mistoqsijiet ikunu skond l-istanding orders ir-risposti għalihom ma jingħataw qatt.", "Dawn dejjem jgħidulna li biex tingħata risposta għal dawn il-mistoqsijiet irridu nagħtuna raġuni għaliex qed isiru tali mistoqsijiet.", "Jiena ngħidilhom li dawn il-mistoqsijiet qed isiru għax il-poplu li jħallas it-taxxi għandu kull dritt li jkun jaf kif qed jintnefqu flusu.", "Mr Speaker, naħseb li dan huwa każ ieħor ta' arroganza min-naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Nikkonkludi billi ngħid li mhux biżżejjed li wieħed jippriedka d- demokrazija imma huwa importanti, anzi essenzjali, li dak li nippriedkaw inwettquh fil-prattika bis-serjeta' għaliex inkella ma nkunu demokratiċi xejn jekk dak li ngħidu ma npoġġuhx fil-prattika.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 30 ta' Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PALAZZ - LIFT", "19720.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa sa issa l-ispiża ta' l-istallazzjoni tal- lift fil-Palazz?", "Jista' jgħid meta huwa maħsub li jibda jiffunzjona?", "Jista' jgħid min għamel ix-xogħol u kemm-il darba sar tibdil fix-xogħol?", "X'kienet ir-raġuni għal dan it-tibdil?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari numri 15205, seduta 271, numru 20099, seduta 399, u numru 20018, seduta 400.", "SLIEMA - TRIQ SAN PUBLIJU - ILMA", "19721.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kwalita' ta' ilma li qed jirċievu r-residenti fl-inħawi tax-xatt ta' Tas-Sliema, partikolarment Triq San Publiju, qed tkun ħażina ħafna u ta' kulur kannella?", "Peress li dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti u qed ikunu kostretti li jaħlu ħafna ilmijiet żejda, peress li ma jistax isir użu minnu għal tisjir u ħasil, jista' l-Ministru jgħid x'rimedju ser jingħata lir- residenti f'dawn l-inħawi msemmija aktar 'il fuq u jekk hux ser isir tnaqqis fil-kont għal ħela bla bżonn ta' ilmijiet li qed ikunu kostretti li jagħmlu sakemm l-ilma jiċċara u jsir tajjeb għall-użu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-problema tal-kwalita' ta' l-ilma bis-sadid f'dawn l-inħawi jidher li ġejja minn xi tibdil li sar fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma ta' dan il-lokal.", "Dan it-tibdil sar biex il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tkun tista' tagħmel l-istudji tagħha dwar il-leakage control.", "Minħabba din il-problema ta' ilma bis-sadid, il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ser tara x'jista' jsir biex tissolva din il-problema.", "Immedjatament, ser isiru wash-outs, u wara jsir ukoll bdil fil-pajpijiet u aċċessorji oħra", "DJAR - PEMBROKE - KUNTRATTI", "19722.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li numru ta' residenti minn Juno Flats, Pembroke, għadu ma sarilhomx il- kuntratt tax-xiri tal-post tagħhom meta dawn ilhom li għamlu l-konvenju għal żmien twil?", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal għal dan id-dewmien żejjed?", "Jaf jew le l-ministru li, minkejja li dawn għamlu l-konvenju b'intenzjoni li jixtru l-proprjeta' ta' fejn jgħixu, xorta rċevew avviż ta' żieda fil-kera?Jista' jgħid jekk jaħsibx li dan hu ġust?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li din iż-żieda fil-kera tiġi annullata peress li dawn se jixtru l-proprjeta' tagħhom u żgur it-tort ta' dewmin biex isir il-kuntratt m'huwiex ħtija tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija, ninsab informat li l-awtorita' tad-djar qed tistenna informazzjoni mid- dipartiment konċernat dwar il-provenjenza ta' l-art li fuqha hemm mibnija l- proprjeta' ndikata biex tkun tista' tikkonkludi l-kuntratti.", "Barra dan, ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-karta li rċevew l-inkwilini hija parti mill-proċedura għal għoti ta' sussidju fuq il-kera.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "19723.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Peress li kif ingħad diversi drabi s-sistema ta' ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali hija waħda komputerizzata u effiċjenti, jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "19134?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-valur ta` dawn iċ-ċitazzjonijiet jammonta għal Lm689,441 li minnhom s`issa tħallsu Lm230,84l, jiġifieri 33.5%.", "TEŻOR - LM10 TAL-ĦOBŻ", "19726.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ma rċevitx Lm10 tal-ħobż kif imħabbar fl-aħħar budget?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill- investigazzjoni li għamel id-dipartiment tat-teżor, irriżulta li l- imsemmija persuna ġiet imħallsa, flimkien mal-kumplament tal-persuni li jgħixu fl-istess residenza, cheque maħruġ mid-dipartiment tat-teżor fid-29 ta' Jannar, 2000 u li ġie msarraf fit-8 ta' Frar.", "KALENDARJU AGRITURISTIKU - ATTIVITAJIET ĠODDA", "20256.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani bl-attivitajiet ġodda li kienu mgħarrfa fil-kalendarju agrituristiku bejn il-perijodu ta' Jannar u Ottubru ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-attivitajiet ġodda għas-sena 2000, bejn Jannar u Ottubru, li kienu mgħarrfa fil-kalendarju agrituristiku bejn il-perijodu ta' Jannar u Ottubru ta' din is-sena huma kif ġej:", "|monthly talks |Malta | | |Geographical | | |Society | |one mid-week |Malta | |walk |Geographical | | |Society | |woman's day |ladies culture | |celebration |club | |lecture |cacti & succulent| | |show 1996 in | | |England | |lecture |cacti of the USA | |group tours |Kirkop village | | |and planting of | | |indigenous trees | |cactus & |show at Naxxar | |succulent | |", "SIGURTA' SOĊJALI - IMPJEGATA", "20257.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellha increments, bejn l-1991 u l-1994, il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, peress li din ġiet informata li fil-perijodu bejn l-1991 u l- 1994, meta kienet għadha taħdem fid-dipartiment, kellha increments?", "Fil- fatt l-aħħar increment li ħadet meta kienet fuq Skala 10 bħala principal officer, li dak iż-żmien kienu jissejjħu administrative officers, kien f'Jannar ta' l-1994 liema increment ingħata skond Increment Warrant No. 0098/94?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba fir-riforma fis-salarji l-ebda increments ma ġew mogħtija lill- impjegati tal-Gvern bejn l-1991 u l-1993.", "L-increments reġgħu ġew mogħtija f'Jannar 1994 wara li tlestiet ir-riforma fis-salarji.", "Fil-fatt il-persuna msemmija ġie mogħti increment f'Jannar 1994 u wara ngħata l-arretrati mill- 1991.", "EU - SPEZZJONIJIET", "20320.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk spetturi ta' l-Unjoni Ewropea humiex se jkunu jistgħu jagħmlu spezzjonijiet, flimkien ma' uffiċjali tas-sajd, fuq bastimenti tas-sajd Maltin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li xi spezzjonijiet f'oqsma oħra li għandhom x'jaqsmu mal-ħut ilhom regolarment isiru f'Malta għal ċertu snin.", "Fil-futur, jekk ikun hemm raġuni għalfejn, aħna lesti nilqgħu l-ispetturi ta' l-Unjoni Europea sabiex jaraw bastimenti tas-sajd Maltin ukoll.", "UE - LOGBOOKS", "20321.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sajjieda ġewx ikkonsultati u mgħarrfa dwar il-logbooks li se jkollhom iżommu biex ikunu konformi mar-regolamenti ta' l-UE?", "Jista' jgħid x'dettalji se jkollhom iniżżlu s-sajjieda f'dawn il- logbooks?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "UE - APPARAT", "20324.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx stima dwar l-apparat li s- sajjieda li jkollhom bastiment ta' iktar minn 20 metru se jkollhom iwaħħlu minħabba r-regolamenti ta' l-UE biex ikunu jafu kull ħin u kull mument fejn ikunu qed jistadu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li stima ta' l-apparat li jitwaħħal fuq dgħajsa sabiex din tkun tista' tinforma l- pożizzjoni tagħha saret.", "KONSERVAZZJONI U MANIĠĠAR TAL-ĦUT", "20327.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk sajjieda barranin humiex se jingħataw liċenzji jew permessi biex jistadu fl-ibħra Maltin skond kif hemm fl-Att dwar il-Konservazzjoni u Maniġġar tal-Ħut?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- prezent u fil-passat id-dipartiment kien illiċenzja u qiegħed jilliċenzja barranin li xtraw dgħajjes Maltin tas-sajd u nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li hemm ukoll bastimenti barranin jistadu taħt bandiera Maltija.", "PROPRJETA' TAL-GVERN - VALWAZZJONI", "20503.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inbidlitx is- sistema ta' l-iskala tal-valwazzjoni ta' proprjeta' tal-gvern li jkunu ġew offruti għall-bejgħ lill-inkwilini tagħhom billi jidher li hemm avarija sostanzjali bejn prezzijiet għall-istess fondi kkwotati dan l-aħħar u xi ftit tas-snin ilu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- valutazzjonijiet li qegħdin isiru taħt l-iskema eżistenti biex tħajjar inkwilini f'postijiet proprjeta' tal-gvern isiru sid darhom, qegħdin isiru żewġ valutazzjonijiet ta' l-istess fond, waħda bħala post okkupat u oħra bħala post mhux okkupat.", "Jingħata sussidju fuq il-valur tal-post kif valutat bħala okkupat.", "Għaldaqstant l-inkwilini jħallsu biss lill-Awtorita' tad-Djar id-differenza bejn is-sussidju mogħti fuq il-prezz skond l-Iskema, liema sussidju huwa relatat mad-dħul ta' l-applikanti, u l-prezz kif valutat bħala okkupat.", "Jekk u meta dan il-fond jerġa jinbiegħ mill-benefiċjarji ta' l-Awtorita' tad-Djar lill-terzi, dan irid jirrifondi lill-Awtorita' tad-Djar id- differenza bejn il-prezz li tħallas għall-fond u l-prezz tal-fond valutat bħala mhux okkupat.", "F'każ ta' trasferiment b'causa mortis ma jsir l-ebda rifużjoni lill-Awtorita' tad-Djar.", "LIBRERIJA PUBBLIKA ĊENTRALI - IMPJEGATI", "20508.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati kwalifikati fil-librarianship fil-Librerija Pubblika Ċentrali?", "X'inhu x-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-Librerija Pubblika Ċentrali hemm erba' impjegati li għandhom kwalifiki fil-librarianship (Diploma in Libraries And Information Studies).", "Ix-xogħol tagħhom huwa:", "* Joe Debattista - Senior Principal - Officer i/c Central Public Library * Michael Cachia - Asst.", "Librarian - Asst.", "Officer i/c of Area Library Support Unit", "* John Mary Farrugia - Library Officer - Officer i/c Rabat Regional Library", "* Steve Borg - Library Asst. - Cataloging Section.", "LIBRERIJA PUBBLIKA ĊENTRALI - TELEPHONES", "20509.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.", "19470, jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri u użu ta' telephones għas- sistema komputerizzata tal-librerija pubblika ċentrali kif ukoll branch u regional libraries għal kull sena matul is-snin 1990-2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn l-1990 u l-1995 ma sar ebda nfieq għaliex is-sistema bdiet tinħadem fl-1996 wara li fl-1995 il-MITTS (MSU) kienet nidiet il-proġett.", "Informat ukoll li ċ-ċifri minfuqa fuq kiri u uża ta' telefons għas-sistema kompjuterizzata tal-librerija pubblika ċentrali kif ukoll tal-fergħat u reġjonali fis-snin ta' wara:", "|SENA |LIBRERIJ|FERGĦAT |TOTAL | | |A |REĠJONALI| | | |ĊENTRALI| | | |1996 |1,112 |463.00 |1,575.0| | | | |0 | |1997 |1,090 |2,833.80 |3,923.8| | | | |0 | |1998 |800 |3,456.58 |4,256.5| | | | |8 | |1999 |1,054 |5,507.00 |6,561.0| | | | |0 | |2000 |862 |7,082.00 |7,944.0| | | | |0 |", "* sa nofs Ottubru 2000.", "LIBRERIJA NAZZJONALI - BIBLIJOGRAFIJA NAZZJONALI", "20510.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.", "19477, jista' l- Ministru jgħid kemm il-ktieb ġie katalogat fil-Librerija Nazzjonali kull sena matul is-snin 1990-2000?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Librerija Nazzjonali għandhiex ħsieb tibqa' tkompli toħroġ il-biblijografija nazzjonali għax l-aħħar waħda tkopri is- sena 1994?", "Hemm xi raġuni speċifika għaliex ix-xogħol waqa' lura daqshekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammont ta' kotba li ġew ikkatalogati fil-Librerija Nazzjonali fis-snin 1990-2000, sena b'sena kien:-", "1990 - 422 1995 - 485 1991 - 429 1996 - 393 1992 - 405 1997 - 301 1993 - 385 1998 - 103 1994 - 386 1999/2000 *", "*(Ix-xogħol tal-katalogar fuq dawn is-snin għadu għaddej)", "Il-Librerija Nazzjonali għandha l-ħsieb li tibqa' tippubblika l- Biblijografija Nazzjonali u fil-fatt bħalissa qed isir xogħol fuq il- Biblijografija li tkopri s-snin 1995-1996.", "Dan ix-xogħol għandu jkun lest sa tmiem Diċembru ta' din is-sena biex immedjatament wara jibda l-proċess li din tkun mitbugħa.", "Barra minn dan tajjeb jingħad li l-programm ta' ħidma mfassal biex tinħadem il-Biblijografija 1995-1996, ġie estiż b'mod li sa tmiem Diċembru 2001, ikun tlesta x-xogħol kollu fuq il-Biblijografiji għas-snin 1997-1998 u 1999-2000 biex dawn ukoll jiġu mbagħad mitbugħa.", "Ir-raġunijiet għala x-xogħol kien lura huma li ma kienx hawn impjegati li xogħolhom ikun li jikklassifikaw il-kotba u li kien hemm nuqqas ta' staff biex jikkataloga l-kotba.", "Dan ġie rimedjat billi d-Dipartiment kiseb is- servizzi ta' konsulent b'esperjenza fl-ikklassifikar tal-kotba li qed jagħti l-konsulenza tiegħu għal erba' siegħat fil-ġimgħa u fl-istess ħin iħarreġ u jgħallem lill-impjegati, liema konsulenza ser tibqa' għaddejja sa tmiem Diċembru 2001 u ukoll billi kien hemm żieda fl-istaff tat-taqsima tal- katalogar b'uħud mill-impjegati miżjuda jipposjedu kwalifiki fil- Librarianship.", "SKEJJEL - FAQQIEGĦ", "20511.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ngħata permess biex taħt l-iskola sekondarja ta' l-Imtarfa jitħalla jitkabbar il-faqqiegħ (mushrooms)?", "F'liema sena ngħata l-permess biex persuna tibda żżom żiemel fuq art tal- iskola primarja tal-Fgura?", "Jekk dan iż-żiemel beda jinżamm bla permess, meta beda dan l-abbuż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-liċenzja maħruġa mill-pulizija biex jibda jitkabbar il-faqqiegħ fis-sotterran ta' taħt l-iskola Sekondarja Subien, Mtarfa iġġib id-data ta' Ġunju 1994.", "Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qatt ma tat permess biex persuna tibda' żżomm żiemel fuq art biswit l-iskola Primarja tal-Fgura.", "Informat ukoll li d-Diviżjoni ħarket lil din il-persuna u permezz ta' sentenza mogħtija fil-5 ta' Ottubru 2000, il-Qorti ordnat lil din il- persuna biex toħroġ minn din l-art fi żmien xahar.", "SKEJJEL - SAĦĦA TA' L-ISTUDENTI", "20512.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tar- riċerka msemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "20234", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser ngħaddi kopja tar-rapport imsemmi lill-Onor Membru.", "SKEJJEL - ĠENITURI", "20513.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-bidu tas-sena skolastika kien hemm każi fejn ġenituri daħlu jaħbtu għall-għalliema fl-iskola primarja tal-Belt?", "Kemm daħlu persuni?", "X'passi ttieħdu kontra tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm każ wieħed ta' inċident bejn ġenituri u għalliema fl-iskola primarja tal-Belt.", "Kien hemm tnejn min-nies involuti.", "Diġa' ittieħdu proċeduri fil-Qorti Kriminali tal-Maġistrati u ingħatat sentenza.", "ASSEMBLEA ĠENERALI - ISRAEL", "20522.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kif ivvotat Malta fil-vot li kien hemm fl-Assemblea Ġenerali dwar Israel fil-kuntest tal-konflitt tal-Lvant Nofsani?", "ONOR.", "JOE BORG: Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-vot li ttieħed fit-\"Tenth Emergency Special Session\" ta' l-Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti li nżammet nhar il-Ġimgħa 20 t'Ottubru 2000 dwar ir- riżoluzzjoni \"Illegal Israeli Actions in Occupied East Jerusalem and the Rest of the Occupied Palestinian Territory\", nixtieq ninforma lill- Onorevoli Interpellant li Malta vvutat favur din ir-riżoluzzjoni.", "TAXXI INTERNI - MANIFATTURA TAŻ-ŻEBGĦA, DETERĠENTI U MEDIĊINI", "20523.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta mistennija tingħata tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "20339?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20339 f'seduta 404.", "TAXXI INTERNI - RETURNS", "20524.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta mistennija tingħata tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "20405?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20405 f'seduta 404.", "TAXXI INTERNI - RETURNS", "20525.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta mistennija tingħata tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "20406?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija nru.", "20406 f'seduta 404.", "TAXXI INTERNI - REAL ESTATE COMPANIES", "20526.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta mistennija tingħata tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "20407?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20407 f'seduta 404.", "S.V.P.R - RESIDENTI", "20529.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jiswa kull resident/a fil-S.V.P.R. kuljum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fl-1999, kull resident/a f'San Vinċenz hu kkalkulat li sewa Lm17.84c kuljum.", "Jekk wieħed jikkunsidra n- nefqa rikorrenti din is-sena bejn Jannar u Settembru, din is-somma titla' għal Lm18.76c kuljum.", "PARKER - PERMESSI", "20530.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri biex persuna tkun tista' tapplika għal-parker ?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux vaganzi għall-dan il-post?", "Jekk iva, fejn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lil Onor. Interpellant biex jagħmel il- Mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.", "PENSJONIJIET", "20531.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex pensjonant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija mhux qiegħed jirċievi skond kemm ħallas meta dan ħallas il- bolla full?", "Jistgħu l-ħaddiema tad-dipartiment jagħtu spjegazzjoni lil dan is-sinjur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi 'l-persuna minnu indikata qed tirċievi pensjoni kif suppost.", "Ir-rata ta' pensjoni li qed tieħu hija skond it-tnax l-Iskeda ta' L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.", "AUBERGE D'ITALIE - XOGĦLIJET", "20532.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li se jitlesta x-xogħol f'Auberge d'Italie li issa ilu għaddej aktar minn tliet snin?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li d-diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan il- Ministeru ta' l-Ambjent hi nkarigata mix-xogħol nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Onor. sieħbi.", "S.V.P.R", "20533.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'S.V.P.R u ta' liema grad huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "PA - XOGĦOL BLA PERMESS F'TAS-SLIEMA", "20534.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-PA ħarġitx xi enforcement order fuq xi bini ta' kmamar li nbnew bla permess f'xi fergħa ta' bank f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.", "S.V.P.R. - OVERTIME", "20535.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jħallas pagi u overtime fl-S.V.P.R.?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qeda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta.", "MELLIEĦA - GĦAJN TAL-MELLIEĦA - TISWIJA", "20536.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista l-Ministru jara li t-triq magħrufa bħala l-Għajn tal-Mellieħa, Mellieħa tiġi fformata fuq il-linja uffiċjali peress li fl- istat li hi, qegħdin isiru ħafna abbużi bil-konsegwenza li diversi residenti ma jkunux jistgħu jgħaddu minnha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-formazzjoni tat-triq b`mod li tirrispetta il-linji uffiċjali hija responsabilta' ta` l-iżviluppatur mal- ġenb tat-triq.", "S.V.P.R.", "20537.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jonfoq f'sena il-gvern biex jkun jista' jmexxi l-S.V.P.R esklużi l-proġetti ta' swali ġodda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-nefqa rikurrenti għar-Residenza ta' San Vinċenz de Paule matul l-1999 ammontat għal Lm6,642,703.", "L-ispiża rikurrenti għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2000, laħqet Lm5,245,026.", "KWALITA' TA' ARJA - STUDJU", "20538.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid xi studju qed issir fuq il-kwalita' ta' arja li għandna?", "Jekk iva, u qed isiru eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r- riżultati fuq dan l-istudju lokal b'lokal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent għaddej bi programm intensiv biex jigu stabbiliti livelli tal-kwalita ta' l-arja f'Malta u Għawdex.", "Dan il-Monitoraġġ qed isir permezz ta' 'mobile station' li jirrekordja livelli ta' 'carbon monoxide', 'sulpher dioxide', 'nitogen oxides', 'ozone u particulate matter'.", "L-ewwel riżultati juru li bl-eċċezjoni tal-'particulate matter' (trab) fil- biċċa l-kbira tal-lokalitajiet ġo Malta u Għawdex il-kwalita' ta' l-arja tikkonforma ma standards fl-Ewropa.", "Id-data voluminuża li qed tinġabar qiegħda tiġi proċessata biex fil-futur qarib tibda tiġi ppublikata fuq bażi regolari.", "KOTTONERA - PROĠETT", "20540.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Kottonera?", "Jista' jispeċifika x'inhuma dawk ix-xogħlijiet li saru s'issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma l-Onor.", "Interpellant illi x- xogħlijiet fuq dan il-proġett mixjin skond il-kuntratt.", "Biss, minħabba attivita tal-Kavalieri ta' San Ġwann illi sejra ssir f'Diċembru li ġej, ċerti xogħlijiet kellhom jitwaqfu.", "Fost xogħlijiet illi saru s'issa hemm it-twaqqieħ ta' bini perikoluz fejn il-menqa, it-twaqqieħ tal-bini magħruf bħala 'Starkey Block', preparazzjonijiet għall-provista ta' servizzi essenzjali u 'survey' ta' l- istat tal-mollijiet.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-QADI - BOZZA", "20548.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Possibbli l-Enemalta tara li tinxtegħel il-bozza ta' ħdejn ir-residenza \"San Antonio\", Triq il-Qadi, Żejtun li kienet intfiet mill-ħaddiema ta' l- Enemalta xi tliet ġimgħat ilu waqt li bdiet tissparkja bil-maltemp u baqgħet mitfija sal-lum?", "Possibbli li din il-bozza tinxtegħel għax minkejja diversi telefonati mir- residenti, s'issa għadha mitfija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li x-xogħol li kien meħtieġ biex tinxtegħel din il-bozza sar fl-24 ta' dan ix-xahar.", "PULIZIJA - TISRIF TA' FLUS", "20553.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew arrestati persuni li jkunu jsarfu flus barranin mingħajr liċenzji jew permess bejn 1999 sa Ottubru 2000?", "Kemm minnhom ġew mtella' l-Qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill- Onorevoli Interpellant kien hemm 23 persuna li ġew investigati mill- Pulizija dwar tisrif ta` flus barranin mingħajr permessi meħtieġa.", "Ninsab infurmat ukoll illi ttieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 13 minnhom.", "SKEJJEL - B.EDUC", "20554.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li qed jagħmlu B.Educ fl- Edukazzjoni Fiżika għandhomx xi credit/s marbuta mal-persuni b'diżabilita'?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-syllabus ta' dan is-suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti li qed jagħmlu l-B.Ed (Hons.) fl-Edukazzjoni Fiżika għandhom mhux anqas minn żewġ study-units marbuta ma' persuni b'diżabilita`.", "Minbarra dawn, bosta mill-units l-oħra jitrattaw dan l-aspett.", "Is-sillabu ta' dan is-suġġet jingħata lill-Onor.", "Membru aktar tard.", "SKEJJEL SPEĊJALI - EDUKAZZJONI FIŻIKA", "20555.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika fl- iskejjel speċjali?", "Kemm isiru attivitajiet sportivi f'dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm żewġ għalliema ta' l-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel speċjali.", "Dawn għandhom tlett skejjel kull wieħed.", "Il- lezzjonijiet isiru regolarment.", "Fl-aħħar ta' Novembru dawn l-iskejjel sejjer ikollhom Sprots Festival.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ABBUŻI SESSWALI / SWAT", "20564.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin u barranin (skond in-nazzjonalita') tagħhom, li sfaw vittmi ta' abbużi sesswali jew swat matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qeda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "ABBUŻI SESSWALI / SWAT - GĦAJNUNA", "20565.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l- Aġenziji, Dipartimenti tal-Gvern u għaqdiet volotarji li qed jgħinu b'xi mod lil vittmi ta' abbużi sesswali u swat?", "Teżisti statistika ta' rapporti ta' reati bħal dawn imsemmija hawn fuq u mhux għand il-pulizija?", "Jekk teżisti statistika, x'inhija skond l-abbuż irrapportat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qeda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "PULIZIJA - ABBUŻ SESSWALI / SWAT", "20566.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija li huma stazzjonati fl-iskwadra li jaħdmu kontra l-abbużi sesswali, swat u vizzji oħra?", "X'inhuma l-gradi tal-membri ta' din l-iskwadra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fl-iskwadra tal-Pulizija li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellanti, hemm stazzjonati żewġ Spetturi, żewġ Surġenti u tlett Kuntistabbli.", "Infurmat ukoll illi Spettur u Kuntistabbli minnhom, fil-preżent, qegħdin jattendu kors l-Universita`.", "PULIZIJA - ABBUŻ SESSWALI / SWAT", "20567.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija fuq adulti u anzjani rigward swat u abbuż sesswali kemm fuq dawk ta' sess feminili kif wkoll dawk ta' sess maskili?", "Kemm tressqu l-Qorti f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena fuq reati bħal dawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, il-Pulizija kellha rapporti ta` 579 persuna, bejn it-18 u 59 sena, li kienu vittmi ta` xi forma ta` swat.", "Minn dawn 204 kienu tas-sess femminili waqt li 375 kienu tas-sess maskili.", "Kien hemm ukoll 21 rapport ta` xi abbuż sesswali.", "Dawn kollha kienu tas- sess femminili.", "Matul l-istess perijodu kien hemm 20 persuna anzjana, jiġifieri ta` 60 sena jew aktar, li kienu vittmi ta` xi offiża fuq il-persuna.", "Minn dawn 7 kienu tas-sess femminili waqt li 13 kienu tas-sess maskili.", "Ma ġewx rappurtati abbużi sesswali fuq anzjani.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma komputerizzata.", "27/10/2000", "PULIZIJA - SWAT FUQ TFAL", "20568.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija rigward swat fuq tfal taħt is-16-il sena u, dawk bejn is-16 u t-18-il sena?", "Kemm tressqu l-Qorti f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena fuq reati bħal dawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, il-Pulizija kellha rapport wieħed ta` swat fuq tfal taħt is-16-il sena, filwaqt ma` kien ebda każi ta` l- istess reat fuq persuni bejn is-16 u 18-il sena.", "Dwar l-aħħar parti tal- Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma komputerizzata.", "PULIZIJA - ABBUŻ SESSWALI", "20569.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija rigward abbuż sesswali fuq tfal taħt is-16-il sena u, dawk bejn is-16 u t-18-il sena?", "Kemm tressqu l-Qorti f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena fuq reati bħal dawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, il-Pulizija kellha 22 każ ta` abbuż sesswali fuq tfal taħt is-16-il sena u 10 każi ta` l-istess reat fuq tfal bejn is-16 u 18-il sena.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma komputerizzata.", "B`referenza għal tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19693 niġbed l- attenzjoni tal-Kamra li kien hemm żball fir-risposta li riedet tkun li n- numru ta` dawk abbużati, li l-eta` tagħhom tvarja bejn il-5 xhur u l-14-il sena, kien ta` 19 u mhux ta` 33.", "SKEJJEL - BENNEJJA", "20570.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intlaqgħu applikazzjonijiet għall-iskola tal- bennejja matul is-snin 1990-2000, kull sena separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola tas-Snajja', Gerolamo Cassar, mhijiex skola tal-bennejja iżda fiha l-istudenti ta' bejn l-14 u s-16-il sena minbarra suġġetti akkademiċi bħal ma hu mitlub mill-kurrikulu minimu nazzjonali jitgħallmu wkoll is-snajja' tal-kisi, u tat-tqegħid tal-madum.", "Sa s-sena 1998, kien hemm żewġ korsijiet fl-iskola, dawk għall-istudenti taħt is-sittax-il sena bħal ma hu msemmi aktar il-fuq u kors ta' tliet snin ta' l-E.S.T.S. li kien iwassal għall-Journeymen certificate.", "Bit-taħriġ mogħti mill-iskola, jiġifieri teorija u prattika tal-bini, l- istudenti ta' l-E.S.T.S. kienu jkunu jistgħu jersqu għall-eżami tal-ħruġ ta' liċenzja tal-bennejja.", "Il-kors ta' l-E.S.T.S. 1995-1998 attendew għalih 7 studenti minn Għawdex u ma kien hemm ebda student minn Malta.", "Bejn is-snin 1990-2000 intlaqgħu applikazzjonijiet għall-korsijiet ta' E.S.T.S kif se nsemmi:", "SENA STUDENTI", "1990-91 58 full-time 53 part-time 1991-92 77 full-time 1992-93 76 full-time 1993-94 38 full-time 1994-95 34 full-time 23 part-time 1995-96 27 full-time 1996-97 25 full-time 1997-98 7 full-time 1998-99 1 full-time", "DIPARTIMENT TA' L-AVJAZZJONI ĊIVILI - RADJAZZJONI", "20571.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarx xi studju fuq ir- radjazzjoni li toħroġ mis-sistema tar-radar li d-Dipartiment ta' Avjazzjoni Ċivili għandu f'Ħad-Dingli u l-effett li jista' jkollha r-radjazzjoni fuq ir-residenti tar-raħal?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li r-Radar ta' Had-Dingli gie nstallat fl-1986 u beda jaħdem fl-1987.", "F'Novembru 1987, id-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili talab lill-Occupational Health Officer tad-Dipartiment tas-Saħħa biex jinvestiga jekk dan ir-Radar kienx qiegħed joħloq periklu għas-saħħa f'Ħad-Dingli u jissuġġerixxi xi forma ta' soluzzjoni jekk il-każ kien hekk.", "F'Marzu 1988, l-Occupational Health Officer informa lid- Dipartiment li ma kienx hemm sinjali ta' radjazzjoni fuq l-impjegati ta' dan il-post.", "Saru wkoll arranġamenti ma l-Awtorita' ta' l-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit biex espert minn tagħhom jiġi u jinvestiga hu wkoll din il-kwistjoni.", "Dan l-espert, fir-rapport tiegħu f'Awissu 1988, ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda sinjal ta' radjazzjoni fl-istazzjon u li minħabba d-distanza li hemm bejn l-istazzjon u Ħad-Dingli kif ukoll minħabba d-direzzjoni ta' l-aerial tar-Radar, ma kienx hemm xi periklu għall-abitanti ta' Ħad-Dingli.", "Jien infurmat ukoll li fl-1989 twaħħlet biċċa apparat sensittiva biex tkejjel l-ammont ta' radjazzjoni li jista jkun hemm fl-akwata ta' l- istazzjon.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn ma kienx hemm rapporti li kien hemm xi leakages ta' radjazzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li dan l-istazzjon għadda f'idejn il-Malta International Airport mill-1 ta' Mejju 1998 meta d-Dipartiment ta' l- Avjazzjoni Ċivili ma baqax l-Operatur ta' l-Airport.", "SKEJJEL - BENNEJJA", "20572.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għaddew mill-eżami tal-bennejja li jsiru mill-masons board matul is-snin 1990-2000, kull sena separatament?", "Min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord tal-bennejja llum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Waqt li nirreferi l-Onor. interpellant għat- tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 17687 seduta 339, ninformaħ li issa in-numru ta' dawk li għaddew din is-sena huwa ta' disgħa (9).", "Il-Bord għall-Bennejja hu ffurmat minn:", "Arch. Franco E. Montesin Chairman, Arch. Carmelo Barbara Member, Mr. Joseph Camilleri Member, Mr. Paul E. Cassar Member, Mr. Joseph Farruġia Member, Mr. Joseph Gatt Member, Mr. George Calleja Segretarju", "IRMIĠĠI", "20573.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.", "20461, x'inhu n- numru ta' irmiġġi li l-gvern ta l-impenn li se jipprovdi aktar minn dak li huma stipulati fil-kuntratt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-Numru ta' irmiġġi li l-Gvern ser jipprovdi aktar minn dak li hemm stipulat fil-kuntratt hu ta' massimu ta' 90 irmigg.", "Dan ifisser li il-membri kollha ta' l-Għaqda Sajjieda Dilettanti u Barklori li jammontaw għal 240 ser ikunu provduti b'post ta irmiġġ.", "Qed isiru wkoll diskusjonijiet mal-'Consortium' dwar l-irmiġġ addizzjonali għal-Barklori u Sajjieda Dilettanti li diga għandhom irmiġġ in-naħa tal- Birgu.", "Il-Gvern qed jagħmel l-istess impenn favur dawn in-nies, kif għamel għar-rigward tal-isla.", "SKEJJEL - UNIVERSITA'", "20574.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet fl-Universita' ta' Malta mis-sena 1998 'l hawn għall-postijiet akkademiċi u minn min imtlew il-postijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SKEJJEL - UNIVERSITA'", "20575.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm membri ta' l-istaff mhux akkademiku fl-Universita' ta' Malta li ġew sekondati mal-gvern jew entitajiet oħra minn Jannar 1997 'l hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'hemm ebda membru ġdid ta' l-istaff mhux akkademiku fl-Universita` ta' Malta li ġie sekondat mall-gvern jew entitajiet oħra minn Jannar 1997 'l hawn.", "UNIVERSITA' - REĠISTRATUR", "20576.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk ir-registratur ta' l-Universita' tax awtorizzazzjoni li l-graduate trainees li daħlu s-sena li għaddiet ser jiġġeddidilhom il-kuntratt minkejja li fis-sejħa għall-applikazzjoni kien kemm stipulat li l-kuntratt ma jistax jiġġedded?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "UNIVERSITA' - QUALIFICATION ALLOWANCE", "20578.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid min huma dawk il-persuni mhux akkademiċi fl-Universita' ta' Malta li kienu qed jieħdu l-qualification allowance fil-bidu tas-sena 2000?", "Liema pożizzjonijiet kienu jokkupaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "UNIVERSITA' - UNPAID LEAVE", "20582.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm membri ta' l-istaff mhux akkademiku fl- Universita' ta' Malta li ħadu unpaid leave mis-sena 1994 'l hawn?", "Min huma u liema gradi jokkupaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm 69 persuna li ħadu unpaid leave mis-sena 1994 'l hawn fl-Universita` ta' Malta.", "L-informazzjoni dwar min huma u l-gradi li jokkupaw qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra."]} {"filename": "20011017_620d_par.doc", "date": "2001-10-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 620 L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 620", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "620", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 740", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 740", "TQEGĦID TA' KARTI 744", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 745", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (IT-TIENI QARI)", "CULTURAL HERITAGE BILL (SECOND READING) 745", "AĠĠORNAMENT 760", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 764", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 619 li saret fis-16 ta' Ottubru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MALTA/LIBJA – TRAFFIKAR TA' DROGA", "28475.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm laqgħat saru bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Libjani matul dawn l-aħħar tliet snin sabiex tkun ikkontrollata aħjar il-problema tat-traffikar tad-droga?", "Xi żviluppi saru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "RABAT – TRIQ DEPIRO - DAWL", "28535.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiddawwal aħjar Triq M. Depiro fir-Rabat?", "Meta se jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.", "Naturalment wieħed irid jikkonsidra l-fatt li l-korporazzjoni għandha diversi talbiet pendenti u allura huwa diffiċli li nagħtih data meta se jsir ix-xogħol.", "FUELS – KONSUM", "28536.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "28137?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-bejgħ ta' fuels bejn l-1 ta' Jannar 1997 u t-30 ta' Ġunju 2001 kien kif ġej:", "|SENA|PETRO|PETROL |DIESEL|PITROL| | |L |BLA |LITRi |JU | | |NORMA|ĊOMB | |LITRI | | |LI |LITRI | | | | |LITRI| | | | |1997|37,82|11,937,|43,358|12,381| | |5,096|680 |,378 |,040 | |1998|34,82|13,698,|46,717| | | |8,030|770 |,532 |2,504,| | | | | |370 | |1999|33,61|15,451,|47,859| | | |9,234|902 |,990 |6,859,| | | | | |840 | |2000|30,13|17,378,|48,988| | | |2,827|425 |,308 |7,450,| | | | | |930 | |2001|27,64|18,367,|54,511| | | |3,032|523 |,007 |7,126,| | | | | |070 |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, preċedentement il-Ministru informana li bejn l-1999 u l-2000 iċ-chairman tal-Medigrain siefer 24 darba fuq xogħol.", "Jista' allura jispjega kif wara din il-ħidma kollha min-naħa taċ-chairman, il-kumpannija spiċċat biex għamlet telf ta' Lm150,000 fuq is-sena ta' qabel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, irridu nżommu quddiem għajnejna li ċ- chairman u l-uffiċjali tal-Medigrain huma responsabbli mill-kwalita' tal- qamħ li jixtru u allura x-xogħol tagħhom jinvolvi safar, spezzjonijiet u diskussjonijiet.", "Naturalment din mhix responsabbilta' żgħira għax jekk il- qamħ li jinxtara ma jkunx adattat jew ma jkunx ta' kwalita' tajba, jista' jkun li tiġina z-zalza ogħla mill-ħuta.", "Irridu nifhmu li l-profitt li tagħmel il-kumpannija jiddependi mill-prezz tal-qamħ, li jaf jiġi affettwat kemm mill-prezz ta' barra kif ukoll mill- andament li jkun għaddej minnu pajjiżna.", "Ċertament hemm ħafna fatturi u żgur li ma nistgħux nissimplifikaw l-affarijiet b'dan il-mod.", "L-Onor.", "Interpellant kien ministru u jaf x'jiġifieri tmexxi entitajiet ta' din in- natura.", "Naħseb li l-profitti li qed tagħmel il-Medigrain huma tajbin u jistgħu jiġu utilizzati f'partijiet oħra fl-istess settur - per eżempju, għall-price stabilisation fund - u allura m'huwiex il-każ li dawn il-flus qed imorru għand il-gvern biex jonfoq kemm irid, imma qed jiġu ploughed back into the same sector.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma una volta l-Medigrain għamlet telf ta' madwar Lm150,000 fuq is-sena ta' qabel, jista' l-Ministru jgħidilna jekk saritx analisi bil-għan li dan it-tnaqqis – ħalli ma nużax il-kelma \"telf\" – ma jirripetix ruħu fis-snin li ġejjin?", "Jien naħseb li hemm bżonn inkunu nafu x'kienu r-raġunijiet ta' dan it-tnaqqis u x'hemm lest għalina, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jiena nerġa' ngħid illi l-qligħ tal- Medigrain ivarja minn sena għal oħra.", "Fil-fatt kien hemm snin fejn il- profitti kienu ferm inqas.", "Wieħed irid joqgħod attent ukoll x'ifisser biha meta jgħid li kien hemm qligħ.", "Il-preferenza tiegħi hija il ma jkun hemm qligħ xejn u li dan imur kollu għand il-konsumatur, ħalli l-konsumatur ikollu prezz aktar irħis.", "Jien nista' ngħid li qegħdin naħdmu fuq pjan li bih inbiddlu l-istrutturi tal-Medigrain biex dan li qed ngħid ikun jista' jseħħ.", "Din pjuttost ġejja mis-sistema tal-bulk-buying, sistema li kien ivvinta gvern Laburista u qegħdin fi proċess li nadattawha għaż-żmenijiet tal-lum.", "Issa l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li f'sena minnhom il-profitti kienu ta' Lm900,000 u f'sena oħra kienu ta' Lm800,000 - ħaġa normali li jkollok din id-differenza minn sena għal oħra – u hawn noġġezzjona għall-kelma \"telf\" għax dan huwa tnaqqis fil-profitti u mhux telf.", "Ikollok it-telf meta l- profitt ikun below zero, bħalma kienet is-sitwazzjoni qabel ma l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern, fejn kemm il-Medigrain kif ukoll il-Kordin grain terminal kellhom problemi kbar.", "Li nista' ngħid hu li jiena ma qgħadtx nagħmel polemika, anzi dak iż-żmien fil-Medigrain ħallejt l-istess chairman, ex-ministru Laburista, u dan kien għadu hemm sa sena u nofs ilu.", "Meta kien hemm il-problemi ma qgħadtx nippolitiċizza u l-affarijiet mxew b'ċertu understanding.", "Issa l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra qiegħed jgħid li l-qligħ naqas b'Lm100,000 u allura rridu ninvestigaw għala ċ-chairman siefer daqshekk drabi.", "Imma din x'mentalita' pwerili hi!", "Għalfejn niġu hawnhekk biex nirrispondu l-mistoqsijiet jekk dawn isiru b'daqshekk bażi baxxa u bla raġuni?", "Jien niftakar f'okkażjoni meta l-Medigrain kellha tarmi kunsinna qamħ il- baħar għax meta ġew biex iħottuh tefgħu xi żejt fuqu b'accident.", "Dan kien fi żmien il-gvern preċedenti u aħna la għamilna kjass u lanqas ippolitiċizzajna l-każ għax dawn affarijiet li jiġru.", "Jekk l-Onor.", "Membru jrid joqgħod jippolitiċizza l-issue tal-Medigrain, jiena nista' nagħmel hekk fuq patafjun affarijiet oħra.", "Li wieħed joqgħod jimplika ċerti affarijiet m'huwiex sew la għall-gvern u lanqas għaċ-chairman preżenti.", "L- Onor. Farrugia kien ministru u jaf x'jiġifieri ġġorr ir-responsabbilta' u jaf x'jiġifieri meta l-affarijiet ma jmorrux sew u jkollok issib soluzzjoni għalihom.", "Jiena qatt ma staqsejtu dwar iż-żjarat li saru fi żmienu, avolja kien hemm ċerti indikazzjonijiet li wieħed seta' jidħol fihom.", "Kieku ridna konna nafu nimxu b'dan il-mod aħna wkoll.", "MALTA/LIBJA – TRAFFIKAR TA' DROGA", "28552.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tliet snin kemm laqgħat saru bejn l- awtoritajiet Maltin u dawk Libjani sabiex tkun ikkontrollata aħjar il- problema tat-traffikar tad-droga li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi?", "Xi żviluppi saru?", "Meta se jkomplu dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Fl-aħħar tliet snin kien hemm żewġ laqgħat uffiċjali bejn l-awtoritajiet Libjani u dawk Maltin fuq koperazzjoni f'każi ta' traffikar ta' droga u reati oħra.", "Kuntatti mhux uffiċjali bejn aġenziji tat-twettiq tal-liġi saru wkoll.", "Bejn l-14 u l-15 ta' Lulju, 2001 saret laqgħa fi Tripli u għaliha kont attendejt jien flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, l-Assistant Kummissarju Andrew Seychell u l-Assistant Kummissarju Michael Cassar.", "Bejn il-11 u s-17 ta' Settembru, delegazzjoni Libjana ġiet Malta għall-istess skop.", "Laqgħa oħra ta' livell għoli hi prevista li ssir f'Malta għall-bidu tas-sena li ġejja.", "Nixtieq ngħid ukoll li matul dawn il-laqgħat ġew diskussi affarijiet oħra, fosthom it-trasferiment ta' priġunieri Libjani jew Maltin skond il-ftehim ta' l-1994 li daħal fis-seħħ fl-1996.", "F'dan il-kuntest ma sar xejn bil- moħbi u m'huwiex veru li dan it-trasferiment sar minħabba xi strajk tal- ġuħ.", "Din niċħadha bl-aktar mod assolut.", "Fil-fatt ħafna talbiet kienu qed jiġu pproċessati ħafna qabel ma kien hemm l-istrajk tal-ġuħ fil-ħabs.", "Dan l-istrajk kien pjuttost sar għaliex ma bdejniex nagħtu r-raġunijiet għala l- gvern kien qed joġġezzjona li ċertu nies jiġu ttrasferiti.", "Aħna m'għandna l-ebda obbligu nagħtu r-raġunijiet għaliex qed nibagħtu lil xi ħadd u mhux lil xi ħadd ieħor.", "Wara kollox jekk priġunier ma jkunx irid imur il-Libja ma nsaqsuhx ir-raġuni għala ma jridx imur.", "Fil-fatt kien hemm min xtaq imur u l-gvern ma ħallihx u kien hemm min l-gvern ma oġġezzjonalux u pprefera joqgħod fil-ħabs ta' Malta.", "Hija ipokrezija kbira daparti ta' l-Oppożizzjoni Laburista li tipprova tagħmel kapital politiku rħis mit-trasferiment tal-priġunieri.", "L-aktar li kont urtat jiena – għax imbagħad waqgħu għaċ-ċajt quddiem l-opinjoni pubblika - kien meta qalu li dawn se jiġu ttrasferiti għal-Libja, bħallikieku kienu se jmorru barra fit-triq u mhux ġol-ħabs!", "Dawn huma priġunieri Libjani kkkundannati f'Malta li se jiġu ttrasferiti f'ħabsijiet fil-Libja u ħadd m'għandu dritt, lanqas l-oppożizzjoni, tikkundanna l- ħabsijiet Libjani.", "Jiena ma mortx f'ħabs Libjan u ma nistax ngħid, pero' ħadd m'għandu dritt joqgħod jgħid x'fih u ma fihx.", "Skond il-ftehim li sar, il-Gvern Malti għandu d-dritt jekk irid li jivverifika li dawn qegħdin f'ħabs Libjan.", "Fl-opinjoni tiegħi mhux talli ma sar xejn ħażin imma talli l-attitudni ta' l-Oppożizzjoni hija insult kemm għall-Gvern Malti kif ukoll għall-gvern Libjan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien kont qed nirriferi għal-laqgħat bejn l-awtoritajiet Maltin u Libjani dwar il-kontroll aħjar tal-problema tat-traffikar tad-droga u ma staqsejtx dwar il-ħabs u l-ħabsin!", "Il-fatt li aħna suppost poplu ġar u poplu ħabib tal-Libja – għalkemm ħafna familji Maltin u Għawdxin m'humiex ta' l-istess sentiment – allura ma jaħsibx il- Ministru li l-problema tat-traffikar tad-droga għandu jagħtiha priorita' akbar u għandu jara li jkun hemm aktar diskussjoni mal-partijiet soċjali, kemma Maltin kif ukoll Libjani, sabiex din il-problema tiġi handled b'mod xieraq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Veru li s-suġġett li staqsieni dwaru l-Onor.", "Interpellant kien dwar id-droga, pero' deherli li kelli nidħol ukoll fuq il- kwestjoni tal-priġunieri.", "Wara kollox l-Onor.", "Interpellant mhux l-ewwel darba li għamel domandi supplimentari li ma jkollhom x'jaqsmu xejn mad- domanda oriġinali!", "Jiġifieri m'hemm xejn ħażin billi jiena nirrispondi fuq is-suġġett b'mod ġenerali.", "Aħna ma nistgħux nitolbu l-koperazzjoni tal-Gvern Libjan fuq dawn l- affarijiet pero' xorta waħda ngħid li sar progress kbir f'dan il-qasam.", "Kien ilu ma jsir skambju f'dan ir-rigward fuq livell ministerjali u malli jiena ġejt mistieden, mall-ewwel ilqajt l-istedina.", "Is-sena li għaddiet kont iltqajt mal-ministru Libjan f'Valencia fil-laqgħa tal-ministri ta' l- intern ta' l-oċċident, forum interessanti ħafna għax huwa l-uniku post fejn il-ministri ta' l-intern tal-Mediterran jiltaqgħu mal-ministri ta' l- intern ta' l-Afrika ta' Fuq u hemmhekk isiru l-kuntatti.", "Fil-fatt mort f'Lulju ta' l-2001 ġewwa Tripli bħala kap ta' delegazzjoni magħmula mis-segretarju permanenti fil-ministeru tiegħi, iż-żewġ assistenti kummissarji li semmejt, il-kummissarju tal-pulizija u s-segretarju privat tiegħi fejn ġew diskussi diversi affarijiet, fosthom il-koperazzjoni u l- iskambju ta' informazzjoni mhux fuq id-droga biss imma anke fuq affarijiet li jistgħu jkunu ta' ħsara għaż-żewġ pajjiżi, dejjem fir-rispett tal- Kostituzzjoni ta' Malta u dik tagħhom għax ħadd ma jista' jimponi lil ħadd fuq xejn.", "F'dan il-kuntest ġie diskuss ukoll it-trasferiment ta' priġunieri imma bl-ebda forma ta' theddid jew ta' rikatt.", "Jiena ngħid li m'għandniex nippretendu li jekk xi Malti jiġi arrestat f'pajjiż ta' l-Afrika ta' Fuq għandna nġibuh Malta – naturalment fejn għandna ftehim, għax ma' ċerti pajjiżi m'għandniex ftehim, bħal fil-każ tal-Marokk - u mbagħad lil xi ħadd li jitlob li nibagħtu lura f'pajjiżu liċ- ċittadini tiegħu, ngħidulu li ma nistgħux nagħmlu dan minħabba li għandu akkuża ta' traffikar tad-droga.", "Jiena m'iniex qed ngħid li kull priġunier Libjan li qiegħed Malta se nibagħtuh f'pajjiżu imma qed ngħid li kull każ għandu jiġi kkonsidrat fuq il-merti tiegħu.", "Per eżempju, minn dawk it-tliet priġunieri Libjani li kienu ġew trasferiti wieħed minnhom kien akkużat fuq serq – u dan kellu jinħeles fid-29 ta' Ottubru ta' din is-sena, dak il-famuż \"skandlu\" għax bgħatna priġunier li xorta waħda kien se jiġi released! - ieħor kien il-famuż baruni tad-droga li nqabad fil-pussess ta' mitt gramma eroina, li għandu jinħeles fit-2 ta' Ġunju tas-sena d-dieħla; u ieħor li wkoll kien ħati ta' pussess ta' mitt gramma eroina u li se jiġi meħlus fis-26 ta' April tas-sena d-dieħla.", "Issa skond il-ftehim li għandna mal-Gvern Libjan - jiġifieri bil-kunsens tal- Gvern Libjan, bil-kunsens tal-Gvern Malti u bil-kunsens tal-priġunier innifsu - u wara li jien ġibt ukoll il-vetting ta' l-Assistent Kummissarju Michael Cassar, dawn it-tliet priġunieri kienu ġew trasferiti.", "Ġieli jkun hemm każi fejn bniedem ma jiġix trasferit minħabba diversi raġunijiet, fosthom għax ikun se jixhed f'xi każ partikolari, pero' ma jagħmilx sens li ngħidu li l-Libjani kollha li jiġu akkużati fuq drogi m'għandhomx jiġu ttrasferiti lejn pajjiżhom.", "Trid tqis li wieħed minn kull ħames priġunieri li hemm fil-ħabs ta' Kordin huwa Libjan u trid tara kull każ x'ikun.", "Naturalment il-ftehim sar biex jiġi attwat u f'dan il-każ, kemm minħabba n-natura tar-reati u kemm minħabba d-durata tas-sentenza tagħhom u l-mod kif ikkomportaw ruħhom, il-Gvern Malti ddeċieda li jattwah.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lil hinn mid-diskussjonijiet li qed isiru bejn l- awtoritajiet, meta nafu li kwestjoni bħal din tista' ttappan ir- relazzjonijiet bejn is-soċjetajiet rispetttivi minħabba li ħafna Maltin u Għawdxin llum huma ta' l-opinjoni li qed isir sfruttament f'dak li huwa traffikar minn persuni Libjani f'pajjiżna – kif fuq kollox joħroġ minn dak li qal il-Ministru stess, u cioe' li wieħed minn kull ħamsa fiċ-ċentru ta' korrezzjoni ġewwa Kordin huwa Libjan – allura ma jkunx aħjar li wieħed jifrex id-diskussjoni biex ikun hemm aktar understanding u aktar kontroll fuq livell soċjali biex dan il-proċess jinħema għall-ġid komuni taż-żewġ popli.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-maġġoranza stragranti tal-Libjani li jiġu Malta – is-sena li għaddiet ġew madwar 40,000 Libjan – ma joħolqu l- ebda problema.", "Ma jfissirx li għax wieħed minn kull ħamsa li għandna fil- ħabs huwa Libjan, allura wieħed minn kull ħamsa li jiġu hawn Malta jagħmel xi ħaġa ħażina!", "Ħafna drabi l-proporzjon ta' barranin fil-ħabs ikun aktar għoli għax ma jingħatawx il-pleġġ minħabba li huma barranin.", "Filwaqt li Malti m'għandux inċentiv li jaħrab, barrani għandu inċentiv u allura aktar hemm ċans li Malti jingħata l-pleġġ milli jingħata wieħed barrani.", "Jiena ngħid li bħalma xi ħadd qed idaħħal id-droga f'pajjiżna mil-Libja, daqshekk ieħor hawn xi ħadd li qiegħed jirċeviha hawn Malta.", "Jiġifieri jekk hemm racket Libjan ta' min iġib id-droga f'Malta, hawn racket Malti li lesti jiffinanzjaw dik l-operazzjoni pero' huwa fatt li ħafna minn nies li għandhom x'jaqsmu ma' importazzjoni tad-droga f'Malta sfortunatament huma mil-Libja.", "U la aħna m'aħna kuntenti u lanqas il-gvern Libjan m'huwa kuntent.", "Anzi din hija problema żejda u l-Gvern Libjan kif ukoll l- ambaxxatur dejjem jgħidulna li huma jaħslu jdejhom kompletament minn dawn in-nies u li huma lesti li jikkoperaw magħna fil-ġlieda kontra d-droga, u hemm mezzi kif nistgħu nikkoperaw.", "Din il-koperazzjoni proprja saret fuq livell ministerjali ħalli l-messaġġ jieħdu kulħadd, inklużi l-forzi ta' l-ordni taż-żewġ pajjiżi.", "Nieħu gost ngħid li d-delegazzjoni li ġiet b'riżultat ta' dik il-viżita kienet delegazzjoni teknika.", "Is-sena d-dieħla għandha tiġi wkoll delegazzjoni fuq livell ministerjali ħalli tirreċiproka l-viżita li għamilt jiena s-sajf li għadda.", "KORDIN – FAĊILITA' KORRETTIVA – ĦABSIN", "28554.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li fil-preżent qed jiskontaw sentenza ta' priġunerija?", "Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija u minn fejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta' persuni li fil- preżent qed jiskontaw sentenza ta' priġunerija fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin huwa ta' 183 - minn dawn hemm 41 li huma ta' nazzjonalita' barranija – u cioe':", "|Maltin | 142| |Libjani | | | |26 | |Alġerini | | | |1 | |Awstraljani | | | |1 | |Renju Unit | | | |1 | |Olandiżi | | | |3 | |Eġizzjani | | | |2 | |Taljani | | | |1 | |Jugoslavi | | | |1 | |Palestinjani | | | |1 | |Tuneżini | | | |4 | |TOTAL | 183 |", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni fuq kummissjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28676.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq kiri u xiri ta' karozzi minn dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministru tal-finanzi, matul il-perijodu bejn l-1999 u Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28805; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq kiri u xiri ta' karozzi minn dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, matul il-perijodu bejn l-1999 u Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28820.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Il-minuti konfermati tal-laqgħat bejn Nru. 51 tat-23 ta' Ottubru 2000 u Nru 100 ta' l-10 ta' Ottubru 2001 tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Ottubru, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, meta madwar 35 sena ilu kont nattendi l- iskola sekondarja, biex nistudjaw l-istorja ta' Malta konna ningħataw żewġ kotba, \"Gateway to Maltese History\" - li iktar kien fih ritratti illustrati milli informazzjoni – u \"Outline of Maltese History\".", "Permezz tar-ritratti li kienu available dak iż-żmien, bil-ftit il-ftit, kull student kien jirnexxielu jassorbi informazzjoni bażika dwar il-pre-istorja u d-diversi ħakmiet li kien hawn f'pajjiżna, bħall-ħakma tal-Kartaġiniżi, tar-Rumani u tal-Feniċi, sa l-aħħar gwerra dinjija.", "Tul dawn l-aħħar snin, l-interess u l-attenzjoni fil-patrimonju kulturali tagħna u fil-protezzjoni ta' l-antikitajiet kibru.", "Anke l-istudju dwar l- istorja ta' pajjiżna żdied, u sa mis-snin '70 bdew jinħolqu diversi NGOs bħal \"Din l-Art Ħelwa\" u kumitati u għaqdiet oħra li lkoll bdew jieħdu iktar interess u jagħtu iżjed importanza li dak li hu storiku fil-gżejjer tagħna.", "Effettivament dawn l-NGOs wasslu biex aħna l-Maltin napprezzaw iktar il-valur tal-wirt storiku li nsibu fil-gżejjer tagħna.", "Bosta pajjiżi kbar jiftaħru għax f'pajjiżhom għandhom fdalijiet ta' 800 sena ilu, mentri aħna f'din id-daqsxejn ta' gżira għandna fost l-oħrajn tempji ta' żmien il- pre-istorja, l-iktar tempju antik f'dak li għandu x'jaqsam mat-tempji ta' taħt l-art, u għandna fdalijiet tal-kultura Ewropea u Mediterranja li jmorru lura sa 5000 sena.", "Mr Speaker, illum wasalna fi stadju fejn wara li għal żmien twil il- fdalijiet antiki kienu protetti biss bil-Kap.54 tal-Liġijiet ta' Malta, dawn jibdew jiġu protetti wkoll b'din il-liġi li għandna quddiemna, li għalkemm iż-żewġ naħat tal-Kamra ma jaqblux dwar il-mod ta' kif għandna noperaw biex nipproteġu l-wirt kulturali tagħna u napprezzawh iżjed, kull kelliem tkellem b'sens pożittiv dwar il-fatt li għandna nipproteġu u nikkonservaw il-patrimonju tagħna u nieħdu ħsiebu iżjed minn qatt qabel.", "Fortunatament Malta gawdiet minn diversi kulturi tal-Mediterranean basin li kienu jaħkmu lil dawn il-gżejjer tul iż-żmien.", "Għalhekk kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex jeżistu siti li jagħtu ġieh lil kull min kien jgħix f'dan il-pajjiż, għax kienu kapaċi jesprimu l-kultura tagħhom u jħallu hawnhekk simboli ta' dik il-kultura.", "Iktar minn hekk, peress li jingħad li Malta kienet isservi ta' pont bejn l-Afrika u l-Ewropa, insibu wkoll fdalijiet storiċi u pre-istoriċi anke fil-baħar ta' madwarna.", "L-istess bħall- fdalijiet ta' fuq l-art, hemm bżonn insibu l-mezzi neċessarji biex mhux biss nikkonservaw dan il-wirt, imma nqiegħduh għad-dispożizzjoni ta' dawk li tinteressahom l-antikita', il-kultura, il-patrimonju u l-istorja tagħna.", "Sfortunatament, matul din is-sena, Malta esperjenzat atti vandali fuq wieħed mit-tempji taż-żmien ta' qabel Kristu, tempju li għal kull min tinteressah l-istorja tal-qedem, għandu importanza strateġika kbira.", "Għalkemm il-ħsara li saret ġiet irranġata, jien għandi d-dubji tiegħi dwar kemm il-protezzjoni li tingħata lil dawn is-siti hija biżżejjed.", "Per eżempju, lili jirriżultali li sal-lum it-tempji tal-Ġgantija f'Għawdex, monument mill-isbaħ, m'humiex protetti biżżejjed, la mill-elementi u lanqas minn xi vendikazzjonijiet li jistgħu jsiru kontra l-kultura Maltija.", "Hemm bżonn li iżjed milli nistazzjonaw suldati jew għassiesa ma' dawn il- postijiet, ninfiltraw iżjed fl-imħuħ tal-Maltin kollha, ta' kull livell ta' edukazzjoni, mill-kbir saż-żgħir, biex insawru fil-poplu Malti ċertu element ta' kburija għaliex f'pajjiżna għandna dawn il-monumenti.", "Ma rridux ninsew li jekk f'Malta jiġu 1.3 miljun turist fis-sena, il- maġġoranza tagħhom iżuru dawn il-postijiet.", "Kontra pajjiżi oħra li għandhom x'joffru biss resorts fejn wieħed jista' jgawdi x-xemx u l-baħar Malta għandha x-xorti, li toffri taħlita ta' x'wieħed jagħmel meta jkun hawnhekk.", "Filwaqt li t-turist li jiġi f'pajjiżna jista' jgawdi l- arkitettura u l-fdalijiet storiċi u pre-istoriċi, jista' jgawdi wkoll il- baħar, il-ħwienet u l-ħajja ta' filgħaxija.", "Ta' min jgħid li b'vantaġġ fuq pajjiżi oħra Ewropej, pajjiżna jista' joffri multitudni ta' eżempji ta' x'kienu kapaċi jagħmlu l-ħakkiema differenti li kellna tul iż-żmien.", "Għalkemm pajjiżi oħra għandhom ħafna x'joffru, il-wirt storiku tagħhom m'huwiex mifrux fuq wesgħa kbira ta' żmien bħal dak ta' Malta.", "Sur President, huma proprju l-fdalijiet li għandna, li jmorru lura sa żmien il-pre-istorja, li wassluna għal din il-liġi li għandna quddiemna.", "Din il-liġi se tipprova tagħmel inventarju, aħjar minn dak li hemm s'issa, tal-wirt li għandu pajjiżna.", "Għax għalkemm insibu ammont sostanzjali ta' kitbiet dwar l-istorja ta' pajjiżna, dawn m'humiex qegħdin f'ordni kronoloġika u dettaljata biżżejjed.", "Sfortunatament għad m'hawnx riferenza waħda li tkopri l-informazzjoni kollha dwar l-istorja u l-wirt ta' pajjiżna.", "Għalhekk aħna naħsbu li huwa d-dover ta' min se jkun inkarigat, skond din il-liġi, mill-patrimonju kulturali Malti, li jagħmel inventarju ta' dak li aħna ngħożżu bħala storja u kultura tagħna.", "Ikun tajjeb, per eżempju, kieku b'apprezzament għal dak li qed nippruvaw noħolqu, issir lista ta' dawk l-antikitajiet ta' ċertu valur storiku li jinsabu f'djar privati, speċjalment f'dawk antiki, biex b'hekk l-inventarju li jsir ikun verament jirrifletti l-wirt kollu li għandna f'pajjiżna.", "Forsi tista' tinħoloq ukoll sistema fejn jekk persuna tkun trid tiddisponi minn ċerti rikkezzi antiki tkun tista' tagħmel din billi tbiegħhom lill-gvern bi prezz ekwu, u allura jkomplu jżidu mal-wirt storiku li għandu l-istat, b'hekk anke l-poplu Malti in ġenerali jkun jista' japprezza dan il-wirt.", "Din il-liġi se ssir biex il-wirt storiku li għandna jkun iktar protett, u tabilħaqq, minn dan il-wirt għandna ħafna.", "Jekk wieħed imur sa l-Imdina jara li bħalissa, fil-pjazza tal-Katidral, qed isir xogħol ta' skavar li qed ikompli jikkonferma li fi żmien iżjed antik, taħt din il-belt kien hemm belt oħra.", "Qed jinkixfu ħitan, prattikament sħaħ, li jmorru lura għal żmien ir-Rumani u qed jinstabu biċċiet taċ-ċaqquf li jmorru lura għal żmien inqas antik.", "Jien naħseb li jkun tajjeb kieku wara li dan il-fdalijiet jiġu skavati, jiġu msaqqfa b'xi materjal li jiflaħ għall-passaġġ tan-nies, u jekk ikun hemm bżonn, anke għall-karozzi, biex kulħadd ikun jista' jgawdi dak li qed jinstab, permezz ta' aċċess minn xi proprjeta' li għandu jew li jista' jakkwista l-gvern f'dawk l-inħawi, biex kulħadd ikun jista' japprezza dak li għamlu ta' qabilna.", "Ftit 'il bogħod minn fejn qed jinstabu dawn l-antikitajiet, il-gvern kellu skola sekondarja li llum qed tintuża bħala biblijoteka, u dan il-bini, li qiegħed f'Villegaignon Street, kantuniera ma' Misraħ il-Katidral, huwa ideali biex minnu jinħoloq aċċess għal dawn l-iskavi.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li għal żmien twil, bejn ir-Rabat u l-Imdina kienet teżisti biċċa art magħrufa bħala x-Xagħra ta' Kola, fejn jingħad li teżisti villa Rumana li għandha aċċess minn taraġ li jagħti għall-bini li jmiss ma' Triq il-Karrijiet, fir-Rabat.", "Sfortunatament sal-lum din m'hi xejn għajr għalqa mħarbta, li minħabba l-kawżi pendenti li hemm mas-sidien tagħha, la ġiet protetta b'mod li dak li hemm taħt ikun protett, u lanqas tkomplew l-iskavi li kienu bdew isiru madwar għaxar snin ilu.", "Kemm-il darba ġew persuni minn pajjiżi barranin li għamlu xi xogħol, f'din l- għalqa, imma wara ftit taż-żmien din terġa' tiġi abbandunata.", "Jien nispera li bil-ħeġġa ġdida li se jkun hemm min-naħa ta' min se jifforma parti mill- amministrazzjoni tal-patrimonju kulturali Malti, din l-art tiġi esproprjiata billi s-sidien tagħna jiġu kkompensati u allura tgħaddi f'idejn il-gvern.", "B'hekk ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet arkeoloġiċi meħtieġa biex jiġu skavati l-fdalijiet Rumani li hemm mirdumin.", "Hija sfortuna li din l-art li taħtha hemm ammont sostanzjali ta' wirt storiku u arkeoloġiku, isservi ta' parking li jista' faċilment isir jew fil-ground tal-football ta' ħdejn l-Imdina jew fi nħawi oħra fir-Rabat.", "Ma jistax ikun li minkejja li nafu li taħt il-wiċċ ta' l-art hemm fdalijiet storiċi, nħallu lill-vetturi, trakkijiet u anke cranes jipparkjaw hemm.", "Hemm bżonn li dak il-wirt li nafu li jeżisti imma li għandu m'huwiex qed jiġi kkonservat, jibda jintuża, għall-benefiċċju tal-poplu Malti u tal-barranin li jiġu jżuruna, u dan qabel ma ssirlu ħsara irreparabbli.", "Jekk nibqgħu fir-Rabat naraw li fi żmien ir-Rumani, din il-lokalita' kienet isservi ta' post residenzjali.", "Dan jixhduh il-katakombi ta' San Pawl u ta' Sant'Agata, li jagħtu idea tal-Kristjaneżmu fil-bidu tiegħu f'Malta.", "Hawnhekk ta' min irodd ħajr lis-soċjeta' missjunarja ta' San Pawl għax- xogħol siewi li tagħmel fuq il-wirt storiku u kulturali Ii hemm fir-Rabat.", "Din is-soċjeta' mhux talli żviluppat u ħadet ħsieb il-katakombi ta' Sant'Agata, talli minkejja li fi proprjeta' privata, qiegħdet għad- dispożizzjoni tal-poplu Malti u tat-turisti, kumpless sħiħ ta' katakombi li huwa uniku minħabba l-pitturi u t-taqsimiet li fih.", "Il-kelliema ta' qabel qalu kemm hawn siti storiċi li hemm bżonn li jridu jiġi protetti, u sfortunatament, fir-Rabat ukoll hemm bosta siti oħra li jew minħabba nuqqas ta' ħaddiema jew minħabba l-fatt li d-dipartiment ta' l-istorja ma jlaħħaqx magħhom, m'humiex ikkonservati biżżejjed.", "Per eżempju minkejja x-xogħol intensiv li sar mill-Kanonku Azzopardi qrib il-knisja ta' Sanċir, ħdejn Għajn Qajjet, għal darb'oħra din l-area tinsab fi stat ta' abbandun.", "Anke l-katakombi li kienu nstabu f'Daħlet id-Dejr u l-fdalijiet li hemm fil- kantuniera bejn Triq San Tumas u Triq San Piju V m'humiex ikkultivati biżżejjed.", "Ta' min jgħid li dan l-istat ta' abbandun ma jeżistix biss fir- Rabat, għax anke lejn in-naħat taż-Żebbiegħ, l-Imġarr u Għajn Tuffieħa hemm fdalijiet storiċi li m'humiex qed jiġu kkultivati.", "Sur President, nistgħu ngħidu li kull knisja li hawn f'pajjiżna għandha patrimonju kulturali, kemm fl-arkitettura, kif ukoll fil-pittura, fl- istatwi u fil-monumenti li jintużaw għall-festi.", "Per eżempju hawnhekk fil- Belt, kull żewġ passi nsibu post ta' importanza kulturali.", "Naraw li minn kull pajjiż li ġew il-Kavallieri, għandna berġa li tirrappreżenta l- arkitettura ta' dak il-pajjiż, filwaqt li l-isbaħ xempju tax-xogħlijiet li saru f'dak iż-żmien huwa dan il-palazz li fost affarijiet oħra, iħaddan fih il-parlament.", "Iva, il-patrimonju kulturali tagħna jinfirex fuq medda kbira ta' żmien, huwa massiv meta kkomparat maċ-ċokon ta' dan il-pajjiż, u għalhekk hemm bżonn li dan jiġi protett bl-aħjar mod possibbli.", "Tul dawn l- aħħar snin, il-gvern kien ta d-dritt lill-planning authority biex tikklassifika ċerti proprjetajiet mibnija bi stil partikolari bħala protetti, kemm f'dik li hija faċċata u jekk ikun il-każ, anke fil-binja interna tagħhom.", "Pero' qabel ma toħroġ dikjarazzjoni ta' konservazzjoni ta' proprjeta', l-awtorita' għandha tara li l-ewwel u qabel kollox, id- dikjarazzjoni ma taqax wara xi sena jew sentejn għax ikun hemm bżonn ta' xi żvilupp kummerċjali.", "Barra minn hekk, ma jiswa xejn li l-awtorita' tkun trid tikkonserva proprjeta' li tkun okkupata minn persuni li m'għandhomx il- mezzi neċessarji biex jieħdu ħsiebha u jħalluha fi stat li jkun qed ikompli jagħmel ħsara lill-bini.", "Jien nispera li dawk in-nies li bis-saħħa ta' din il-liġi se jkunu nkarigati mill-protezzjoni tal-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna, ikun ppreparati tajjeb, b'mod professjonali, u jkollhom l-amor proprio għax- xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Per eżempju hemm bosta nies bħar-Rev.", "Maurice Zerafa u Profs.", "Bonanno li l-interess tagħhom f'dik li hi arkeoloġija u patrimonju kulturali Malti jmur oltre minn dak li titlob il-pożizzjoni tagħhom.", "Għalhekk nispera li din it-tip ta' kultura tinħoloq anke f'dawk li se jkunu nkarigati minn dawn l-entitajiet li se jinħolqu.", "Nispera wkoll li l-fondi li se jiġu vvotati għal dan l-iskop jintużaw b'mod għaqli, fis- sens li jkun aħjar li jiġu protetti 50 sit b'mod tajjeb milli jiġu protetti 300 sit, imbagħad wara li x-xogħol ikun sar, dawn jiġu abbandunati għax ma jkunx hemm fondi biżżejjed biex issirilhom manutenzjoni kultant żmien.", "Jien naħseb li dan l-Att huwa pass pożittiv lejn iż-żamma tal-kultura tagħna, u li minkejja li hu ppreżentat mill-ministru ta' l-edukazzjoni, jinvolvi wkoll lill-ministru ta' l-ambjent u prattikament lill-ministeri l- oħra kollha, għax għalkemm m'humiex se jkunu konparteċipi fl-istess att u fl-impożizzjoni tiegħu, ħafna minnhom jokkupaw postijiet li għandhom importanza kulturali.", "Għalhekk ħafna minnhom, b'mod indirett iridu jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom b'risq dan l-Att.", "Jiena nawgura li dan l-Att mhux biss jiġi approvat minn din il-Kamra, wara li jkun ġie analizzat klawsola wara klawsola biex jiġi aċċertat li żgur ikun l-aħjar Att li seta' jitfassal f'dan ir-rigward, imma jinżamm ħaj, anke billi kultant żmien isirulu l-iżviluppi u l-emendi meħtieġa.", "Dan l-Att lilna jagħtina sens ta' kultura, u bis-saħħa tiegħu se nibdew ngħallmu lil uliedna dwar l- importanza tal-wirt kulturali tagħna, biex il-vendikazzjonijiet u l-atti vandali li seħħew fuq siti antiki u s-serq ta' pitturi li esperjenzajna dan l-aħħar ikunu ġrajjiet tal-passat, u minflok nibdew napprezzaw iżjed dak li l-istorja tat lilna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, kif għadu kemm qal tajjeb l-Onor.", "Abela, bħalissa f'din il-Kamra qed niddiskutu l-liġi li se tieħu ħsieb il- wirt kulturali li għandna f'pajjiżna.", "Il-volum ta' kultura li għandna f'pajjiżna jista' jitkejjel biss meta mqabbel ma' dak ta' pajjiżi oħra.", "Fil-bidu tas-snin 80, meta kont għadni student, kont żort il-Guggenheim museum li jinsab fi New York, u kien laqatni għaliex minkejja l-kobor tiegħu, il-valur ta' l-opri li hemm esebiti lanqas biss ilaħħqu mal-valur ta' l-entrata ta' dan il-palazz.", "Għal min qatt ma żaru, dan il-mużew huwa edifiċju kbir mibni fuq open plan, u l-maġġoranza ta' l-opri li fih huma pitturi moderni, astratti għall-aħħar, u collage daqs nofs din il-Kamra magħmula minn partijiet mgħaffġin tal-karozzi.", "Quddiem dan il-bini hekk kbir, li fi New York tant jagħmlu għagħa bih, jien għedt kif jista' jkun li hawn Malta, fejn għandna affarijiet ħafna iktar prestiġjużi minn dawk esebiti f'dan il-mużew, ħadd m'għandu l-kirjanza li jesebihom f'mużew simili biex niġbdu aktar turiżmu lejn pajjiżna.", "Xi ħaġa oħra li laqtitni dwar il-Guggenheim museum kienet li l-arkitett famuż Frank Lord Wright iddisinja dan il-mużew minn fuq it-tempji pre-istoriċi tagħna.", "Mr Speaker, il-punt tiegħi hu li għaċ-ċokon ta' pajjiżna, il-wirt kulturali u storiku li għandna huwa immens, meta mqabbel ma' dak ta' pajjiżi oħra.", "Pero' meta wieħed ikun qed ifassal liġi bħal din li għandna quddiemna, irid jara l-oriġini ta' dawn l-opri u l-monumenti.", "Jekk inħarsu lejn l-Ewropa, il-benniena taċ-ċivilta', insibu li fattur importanti kienet il-Knisja.", "Fil-fatt fl-Italja u fil-pajjiżi ta' madwarha nsibu li l-maġġoranza tal- knejjes, bl-iskulturi u l-pitturi ta' ġo fihom, ħafna mużewijiet bħal- Louvre ta' Pariġi, u l-ambjent ta' madwarhom, kienu kkummissjonati mill- Knisja.", "Għalkemm l-Istat dejjem ta' l-parti tiegħu, il-fattur ewlieni wara l-bini ta' dawn l-opri ta' l-arti dejjem kienet il-Knisja.", "Fl-Italja imbagħad konna nsibu xi familja bħad-de Medici, li kienet tikkummissjona xi opra strutturali hi ukoll, pero' meta mqabbla ma' dawk ikkummissjonati mill- Knisja, dawn kienu limitati.", "Ix-xogħlijiet li kkummissjonat il-Knisja matul iż-żminijiet tant kienu kbar li ħafna mill-istili ta' bini, bħall-barokk u l-gotiku, ħarġu proprju minn dawk li kienet tiffinanzja l-Knisja.", "F'pajjiżna nistgħu ngħidu li ġraw l-istess affarijiet, għax il-Knisja kienet u għadha sal-lum il-fattur ewlieni għal kummissjonijiet ta' din ix- xorta.", "Per eżempju t-tempji pre-istoriċi tagħna huma frott tat-twemmin ta' dak iż-żmien.", "Barra minn hekk, il-knejjes u l-kappelli li hawn imferrxin ma' l-irħula u l-bliet tagħna, li huma mimlijin bir-rikkezzi, kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa, huma lkoll frott tar-reliġjon tagħna.", "Anke d- diversi ħakkiema li kien hawn, speċjalment il-Kavallieri ta' San Ġwann, ilkoll ħallewlna rikkezzi ta' din ix-xorta sforz ir-rabta li kellhom mar- reliġjon.", "Pero' jekk niġu għaż-żminijiet tal-lum, x'inhu s-sehem tal-Knisja u ta' l-Istat fil-protezzjoni tal-wirt kulturali li għandna?", "Rigward dan insibu li l-Knisja qiegħda fuq quddiem.", "Għalkemm għamlet bosta żbalji, il-Knisja f'Malta qiegħda tagħti sehem ferm ikbar minn dak li qed jagħti l-istat, għax ħażin jew tajjeb, ta' l-inqas qed tipprova tagħmel ir-restawr li hemm bżonn f'ċerti knejjes.", "Ta' min jgħid li l-iżbalji li għadni kif semmejt ma sarux għal ta' l-apposta imma saru sforz in-nuqqas ta' edukazzjoni ta' min kien responsabbli għar- restawr, u wkoll sforz il-pika li nibtet bejn raħal u ieħor.", "Il-mentalita' ta' min jieħu ħsieb il-ħtiġijiet tal-knejjes m'għandhiex tkun li jara x'għamel ir-raħal l-ieħor biex hu jagħmel bħalu.", "Dan huwa ħażin, l- ewwelnett għaliex li japplika għal knisja waħda mhux bilfors li jkun tajjeb għal knisja oħra, u t-tieni nett għax ma nistgħux ninsew li l-knejjes tagħna huma monumenti u għalhekk kull żieda li ssirilhom se tkun ta' sfreġju.", "Irridu nqisu li dawn it-tempji m'humiex xi dar komuni, fejn jekk wieħed iċarrat tieqa, kerha jew sabiħa, ma jkun ġara xejn.", "Kull girfa li ssir f'dawn il-knejjes hija sfreġju permanenti, pero' xorta ngħid li anke jekk ir-restawr ma jsirx b'mod tajjeb, il-Knisja tibqa' l-iktar entita' li tagħti attenzjoni lill-wirt kulturali Malti.", "Mr Speaker, jien nistaqsi x'inhu jagħmel l-istat biex jieħu ħsieb il-wirt storiku u kulturali tagħna?", "Huwa fattur verament disgustanti li l-Istat għandu f'idejh nies li kapaċi jagħtuh parir aħjar dwar kif isir ir-restawr, għandu anke l-għajnuna tal-Knisja, u minkejja din l-għajnuna kollha ma jagħmel xejn.", "Ikolli ngħid li fir-rigward tal-wirt storiku u kulturali, hawn apatija assoluta.", "Veru li, per eżempju, kemm-il darba ġew restawrati l-pitturi li nsibu f'dan il-Palazz, imma x-xogħol tant qed isir mingħajr ebda ppjanar li s'issa għadu ħadd ma nduna li l-ħsara li qed issir fil-pittura ta' hawn ġew hija kkawżata mix-xita, li xxarrab il-ħitan u eventwalment il-pitturi.", "Każ ieħor li juri l-apatija ta' dan il-gvern, avolja l-membri tiegħu jiġu f'dan il-Palazz kważi kuljum, ġara ftit qabel mal-Kamra aġġornat għal wara l-vaganzi tas-sajf, fejn kien hemm maduma maqlugħa u ħadd ma ndenja ruħu jqiegħdha f'post sikur biex ma tintilifx.", "Il- punt tiegħu hu li f'wieħed mill-isbaħ palazzi ta' pajjiżna qed issir ħsara tremenda, u aħna l-membri parlamentari li niġu hawn kuljum lanqas biss nagħtu kas ta' dan, aħseb u ara kemm se nieħdu ħsieb il-wirt storiku l- ieħor li hemm imferrex mal-gżejjer tagħna!", "Mr Speaker, f'dan l-intervent ma nistax ma nsemmix lill-Għawdex, fejn anki hemm qed issir ħsara lil ċertu bini ta' valur storiku, fosthom dak li jintuża bħala qorti, u li jinsab fiċ-Ċittadella.", "Kulħadd jaf li dan il-post m'huwiex addattat għal qorti, kemm minħabba l-problema ta' parkeġġ kif ukoll minħabba d-daqs u t-tqassim ta' dan il-bini.", "Kulħadd jaf ukoll li kienet ittieħdet id-deċiżjoni li dan il-post li modifikat biex ikun addattat għaż-żmenijiet tal-lum, imma li ġara kien li bit-twaqqigħ tal- ħitan u l-ftuħ ta' bibien, sar sfreġju permanenti.", "Kieku dak il-bini kien xi dar privata, żgur li l-awtorita' ta' l-ippjanar ma kinetx tagħti permess biex din tiġi modifikata, allura fil-każ tal-qorti t'Għawdex, min kien li ħareġ il-permessi u approva li jsir ċertu xogħol?", "Ma kienx ikun iktar għaqli kieku dak il-bini ġie miżmum fl-istat oriġinali tiegħu u ntuża għal skop ta' turiżmu?", "Imma sfortunatament il-mentalita' ta' dan il-gvern ma twassalx s'hawn, u għalhekk jien jiddispjaċini, għax minkejja l-liġijiet li ngħaddu minn dan il-parlament, x'ħin ikunu se jiġu attwati, itir mar-riħ.", "Din hija s-sitwazzjoni miskina li jinsab fiha pajjiżna llum, fejn il- liġijiet jgħaddu minn hawn ġew qishom pastizzi, imbagħad x'ħin niġu għall- fatti ma nsibu xejn.", "Biex nibqgħu f'Għawdex, nixtieq nistaqsi x'sar mill-iskavar li kien qed isir madwar is-swar taċ-Ċittadella fis-snin 60.", "X'manutenzjoni qed issir lill-ħitan li jdawru s-swar, ħitan li qed jiżżarmaw?", "X'użu qed isir mill- bini li hemm fis-swar biex inkabbru t-turiżmu u ndaħħlu iktar flus?", "Xejn, bħalissa kollox jinsab abbandunat, miexi għal riħu.", "Ċittadella oħra li fl-antik kienet inbniet biex taqdi l-ħtiġijiet ta' l- Għawdxin kien il-forti Chambray, li għax-xogħol li saru fuqu, l- oppożizzjoni Laburista m'għandha xejn fuq il-kuxjenza, għax kienet għamlet ħilitha kollha biex l-iżvilupp li kien hemm proġettat ma jsirx, imma l- gvern Nazzjonalista għoġbu jwebbes rasu, u l-isfreġju li sar fuq dan il- forti illum huwa rreparabbli.", "Irridu nkunu verament ippassjonat biex ma nammettux il-ħsara li saret, fejn bil-gabubi li nbnew ġo fih, is-swar m'għadhomx jidhru.", "Iva, il-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna, bil-ftit il-ftit qiegħed jitkisser, waqt li aħna niġu hawn biex naħlu l-ħin, għax m'hu qed isir xejn biex il-liġijiet li jgħaddu minn dan il-parlament jiġu attwati.", "Mr Speaker, meta wieħed jitkellem dwar il-wirt tagħna l-Għawdxin ma jistax iħalli barra lil Għar Ilma, fejn fuq dik l-għolja kien hemm wieħed mill- eqdem settlements t'Għawdex.", "Dan is-sit minn dejjem kien barra miz-zona ta' żvilupp, imma f'daqqa waħda, min ma beda jara xejn quddiem għajnejh ħlief il-flus, ġie jaqa' u jqum mill-wirt storiku li kien hemm, u ta l-permess għal estensjoni mal-bini eżistenti, bini li għandu iktar minn 300 sena.", "U Alla jbierek, ħadd mill-membri tal-gvern ma' tkellem dwar dan, anzi ppruvaw jgħattu xturhom billi qalu li la fuq dik l-għolja diġa' kien hemm il-bini, ma kien hemm xejn xi jżomm milli joħorġu l-permessi għal żvilupp ġdid.", "Min hu ppassjonat u jagħżel li jgħid hekk biex jgħatti d-deċiżjoni li ħa, jagħmel li jrid, imma l-verita' hi li fuq l-għolja ta' Għar Ilma sar skandlu kbir.", "Illum fuq din l-għolja hemm erba' vilel bil-għadd, li jagħmlu x'jagħmlu, kemm jekk iżidu l-kmamar kif ukoll jekk jagħmlu swimming pool, ħadd ma jagħti kas, u addio l-wirt kulturali tagħna u l-liġijiet li jgħaddu minn hawn ġew, għax quddiem dak li qed jiġri, dawn ma jiswew xejn.", "Mr Speaker, dan l-aħħar sar sforz biex jiġu rranġati t-torrijiet li jdawru lil xtutna.", "Dan huwa pass għaqli, pero' ta' min jinnota l-fatt li x- xogħlijiet m'humiex qed isiru mill-istat, imma minn xi kumpannija privata jew minn xi għaqda non-governattiva bħal Din l-Art Ħelwa.", "Qed ngħid dan mhux għax hemm xi ħaġa tal-mistħija, imma għax min-naħa tal-gvern m'hu jsir xejn biex dawn it-torrijiet jiġu mħarsa.", "Każ partikolari kien dak tat-Torri ta' Kenuna, li għalkemm m'huwiex daqshekk antik, għax kien inbena fi żmien l-Ingliżi, xorta ġie rrestawrat, peress li kien abbandunat u l-vandali għamlulu anke ħsara permanenti.", "Għalkemm dan kien pass għaqli, il-proġett li sar fuq dan it-torri kien over-designed, u dan m'iniex qed ngħidu jien biss imma qaluh bosta periti u dekoraturi.", "Dan għaliex l-area ta' madwar it-torri, minflok tħalliet fl-istat naturali tagħna, bil-flora u l-fauna li kien fiha, inbidlet f'serje ta' passaġġi li iktar kienu ta' dannu milli ta' ġid għall-modifikazzjoni ta' dan it-torri.", "Qed ngħid dan biex 'il quddiem, meta jsir restawr ta' din ix-xorta, noqogħdu iktar attenti biex ma jsirx xogħol żejjed u minflok nippreservaw dan li għandna, iktar nitfgħuh lura.", "Ma rridux ninsew li r-restawr ma jfissirx li wieħed jaqla' u jibdel dak li jkun hemm, qisu ma ġara xejn.", "Restawr għaqli ifisser il-preservazzjoni ta' dak li hu marid, mhux tibdil bla rażan.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid li hemm l-bżonn li nieħdu ħsieb il- wirt storiku u kulturali tagħna huwa imminenti, u dwar dan kulħadd jaqbel.", "Li nieħdu ħsieb dan il-wirt ma jfissirx li niġu hawn biex ngħaddu l- liġijiet u nieqfu hemm, imma jfisser li nagħmlu pjan fit-tul, pjan bil- għaqal u prattiku, ta' kif għandu jsir ix-xogħol.", "Barra minn hekk ma rridux ninsew li t-turiżmu huwa wieħed mill-pilastri ewlenin ta' pajjiżna, u r-realta' hi li dan qed jiġu mhedded mill-pajjiżi ta' madwarna.", "Għalhekk hemm bżonn li dak kollu li b'xi mod jattira lit-turiżmu lejn pajjiżna, jiġi użat.", "Din l-liġi li għandna quddiemna ma tkun tfisser xejn jekk ma jkollniex ir-rieda tajba biex eventwalment nattwawha.", "Qed ngħid dan għax minkejja li għaddejna bosta liġijiet u minkejja li l-poplu ħallas il-flus, dawn sfaxxaw fix-xejn.", "Fosthom insibu l-liġi tal-VRT, li minkejja li saret biex jonqsu l-inċidenti fit-toroq u jonqos it-tniġġiż ta' l-arja, kollox baqa' kif kien.", "Għalija b'dak li qed isir, jiġifieri li niġu hawn biex ngħaddu l-liġijiet li fil-prattika ma nattwawhom qatt, qegħdin nagħtu eżempju ħażin lill-poplu Malti.", "Sur President, iktar kmieni fid-diskors tiegħi tkellimt dwar il-monumenti li għamlet il-Knisja tul iż-żmien.", "Għedt ukoll li għalkemm saru bosta affarijiet tajbin, kien hemm ħafna żbalji, fosthom it-twaqqigħ ta' ċerti knejjes, li minkejja ċ-ċokon tagħhom, kienu rikki f'dik li hi arkitettura u skultura, biex inbnew knejjes ikbar, li fl-opinjoni tiegħi iktar milli ta' benefiċċju, kienu ta' ħsara, minħabba proprju l-fatt li biex inbnew huma, kellhom jitwaqqgħu knejjes ferm iktar sbieħ u interessanti.", "Jien dawn l- iżbalji m'iniex insemmihom biex nikkritika lil xi ħadd, imma biex niġbed l- attenzjoni għall-mod ta' kif qiegħda ssir ċerta ħidma.", "Irridu noqogħdu attenti li qabel nagħmlu xi xogħol f'ċerti monumenti storiċi, naraw li nagħmlu ħsara mill-inqas.", "Per eżempju f'dawn l-aħħar għaxar snin daħlet id- drawwa li jinbidlu l-altari tal-knejjes, li għalija, mil-lat arkitettoniku dan kien żball kbir.", "MR SPEAKER: Onor. Borg, ippermettili ninterrompik għax skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Carmelo Borg ikompli jinstema'.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Borg ikompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Carmelo Borg ikompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, rigward l-altari li kont qed insemmi, irrid ngħid li għalkemm ir-rit tal-quddies inbidel miż-żmien ta' meta nbnew dawn il-knejjes sal-lum, u għalhekk, minn dan il-lat, il-bdil ta' l-altari jista' b'xi mod ikun ġustifikat, jekk inħarsu mill-perspettiva arkitettonika naraw li sar żball kbir, iktar u iktar għaliex biex inbidlu l- altari, kellu jinbidel ukoll il-paviment, li kien magħmul mill-iktar materjal fin.", "F'ħafna każi rajna wkoll li l-altari ġodda li saru ma kienu jaqblu xejn ma' l-istil tal-Knisja, għax fejn per eżempju l-knisja hi mibnija fuq stil barokk, l-altar il-ġdid sar fuq stil modern, b'materjali ġodda.", "Dawn huma inizjattivi li minflok itejbu u jgħollulu l-valur tal- knejjes, iktar jitfgħuhom lura, u għalhekk huwa mportanti li noqogħdu attenti f'kull tibdil li nagħmlu lil xi bini ta' valur storiku.", "Jien nissuġġerixxi li fir-rigward tal-ħarsien tal-wirt tagħna, jkun hemm ħidma mill-qrib bejn il-gvern, l-Istat u l-Knisja, u qabel ma ssir xi modifika, jiġi aċċertat li din se ssir b'mod għaqli u bl-inqas ħsara possibbli.", "Illum li qed jiġri hu li meta titressaq applikazzjoni ta' din ix- xorta quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, din ma tidħolx fil-fond u tara sew x'qed ikun propost li jsir.", "Ħafna drabi l-awtorita' ta' l-ippjanar iddub quddiem is-saħħa li għandha l-Knisja.", "Qed ngħid dan mhux biex noħloq xi konflitti bejn l-awtorita' u l-Knisja imma biex issir ħidma kkordinata ħalli l-monumenti storiċi li hawn f'pajjiżna, kemm dawk ta' l-istat kif ukoll dawk tal-Knisja, jiġu rranġati b'mod għaqli u li jgħolli iktar il- valur tagħhom.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li d-dmir ewlieni tagħna m'huwiex biss li nilleġislaw, imma li minkejja dan, ikollna r-rieda biex il-wirt storiku u kulturali tagħna nieħdu ħsiebu bl-aħjar mod, u nippjanaw fit-tul għall-ġid tal-poplu tagħna, għax wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex nirrappreżentaw lill-poplu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, fl-introduzzjoni tiegħu għal din il-liġi, il-Ministru Galea qal li hu dispost li mhux biss jisma' imma anke lest li jikkonsidra s-suġġerimenti ta' l-oppożizzjoni u jaġixxi fuqhom.", "Għalhekk jiena ppretendejt li wara li l-Onor.", "Evarist Bartolo ċċara l-pożizzjoni tagħna u qal li aħna nħossuna diżappuntati li dwar qasam ta' interess nazzjonali saret liġi ta' din ix-xorta, il-ministru għandu hu stess jipproponi li nieqfu hawn u flimkien naraw x'hemm bżonn li jsir, ħalli eventwalment nagħmlu anke redrafting tal-liġi.", "Din m'hijiex xi ħaġa mpossibbli, għax la jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat, kollox jista' jsir.", "Ta' min jgħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex wieħed sempliċi, għax iktar milli nazzjonali, il-wirt ta' pajjiżna huwa internazzjonali.", "Jien m'iniex se nirrepeti dak li qalu l-kelliema ta' qabli dwar id-diversi siti storiċi li għandhom importanza internazzjonali.", "Li rrid ngħid hu li ma nistax nifhem kif minkejja li l-gvern qed jgħid li dwar il-kwestjoni tal-protezzjoni tal-wirt storiku u kulturali għandna nkunu magħqudin, aktar ma bdejna nisimgħu kelliema min-naħa tal-gvern, aktar l-interventi bdew isiru partiġġjani, u sadattant il-ministru li telaq mill-premessa li hu lest li mhux biss jisma' imma anke jattwa s- suġġerimenti ta' l-oppożizzjoni, m'għamel xejn minn dan.", "Għalhekk jien nistaqsi xi tfisser il-kelma \"nazzjonali\" għall-gvern Nazzjonalista.", "Tfisser il-prepotenza u l-arroganza li dara jamministra biha lil dan il- pajjiż?", "Tfisser li kulħadd irid jaċċetta kollox bħal mazzun għax inkella jkun anti-nazzjonali?", "Dan hu l-mod ta' kif titħaddem id-demokrazija?", "Dan hu l-mod ta' kif l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż taħdem fl-aħjar interess tal-poplu?", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Carmelo Borg, aħna hawnhekk mislufin, aħna sempliċement għodda f'idejn il-poplu, u għaldaqstant, fl-ebda ħin m'aħna tollerati li ninsew dan il-fatt, għax jekk nagħmlu hekk inkunu nonqsu bil-kbir mir-rispett lejn il-poplu tagħna, lejn id-demokrazija u lejn din l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, il-kritika fil-konfront ta' dan l-abbozz ta' liġi m'hijiex issir minna biss imma minn kategoriji differenti ta' nies, fosthom diversi NGOs.", "Quddiem din il-kritika jien nasal għall-konklużjoni li ma saret l- ebda konsultazzjoni ma' l-għaqdiet konċernati, għax kieku sar dan ma konniex nisimgħu ċerti kummenti minn għaqda ewlenija li tħares il- patrimonju Malti.", "Fuq kollox, kieku dawn l-għaqdiet ġew ikkonsultati żgur ma konniex naqgħu fil-bassezza ta' l-Onor.", "Jesmond Mugliett, wieħed minn dawk responsabbli mill-patrimonju u mill-kultura, li ħareġ qatta' bla ħabel kontra l-president ta' Din l-Art Ħelwa għax dan ta s-servizzi tiegħu lil gvern Laburista.", "Dawn huma ħwejjeġ ta' l-iskantament li l-membri tal-gvern jaslu biex jakkużaw lil min hu leali f'xogħlu u li joffri s-servizz tiegħu lil kulħadd.", "Dan ikompli jikkonferma kemm il-membri tal-gvern huma lpup lebsin ta' ħrief, u dan kollu qed ikompli jikkonferma kemm m'huwiex veru li dawn għandhom għal qalbhom l-interess nazzjonali.", "Jiena ngħid li Alla ħares ma kenux l-għaqdiet volontarji bħal Din l-Art Ħelwa biex il-patrimonju Malti jiġi mħares.", "Grazzi għal dawn l-għaqdiet li l-poplu Malti qed isir iktar konxju tat-telqa kbira li għandu dan il-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam mal-wirt storiku u kultura.", "Nerġa' ngħid li jekk l-Onor.", "Galea verament kien qed jemmen f'dak li kien qed jgħid, messu waqqaf id- diskussjoni biex flimkien infasslu abbozz ta' liġi li verament ikun jirrifletti l-interess nazzjonali li ġie fdat lilna, f'isem il-komunita' internazzjonali.", "Sur President, fid-diskors li għamel il-Ministru Refalo qal li jħossu mħawwad għax ma jafx eżattament xi trid l-oppożizzjoni.", "Huwa qal li għalkemm saru ħafna interventi minn diversi kelliema ta' l-oppożizzjoni, s'issa għandu ma sema' l-ebda suġġeriment.", "Jien lill-Onor.", "Refalo ngħidlu li m'għandux għalfejn jitħawwad, għax jekk jagħti ħarsa lejn l-istatistika mill-ewwel jinduna li l-Partit Laburista minn dejjem kellu interess f'dan il-qasam.", "Biżżejjed ngħid li fl-1997, l-unika sena sħiħa li amministra l- gvern Laburista preċedenti, is-somma li nefaq fi protezzjoni tal-patrimonju Malti tiżboq bil-kbir dak li nefqu l-gvernijiet Nazzjonalisti tul is-snin.", "Ta' min jgħid li din l-istatistika ma nġabritx mill-Partit Laburista imma ġiet maħruġa ftit tax-xhur ilu mill-uffiċju nazzjonali ta' l-istatistika.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jiena għedt eżattament kif qalet l-Onor.", "Coleiro, li l-gvern Nazzjonalista nefaq ħafna iktar mill-gvern Laburista.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma jien m'għedtx hekk.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-Partit Nazzjonalista nefaq ħafna iktar mill- Partit Laburista, li min-naħa tiegħu dan lanqas biss nefaq dak li vvota hu stess.", "Fil-fatt l-istatistika turi li fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, kienu ġew ivvotati Lm600,000 għal dan il-qasam, waqt li taħt gvern Laburista kienu ġew ivvotati Lm300,000 biss, li xorta baqgħu ma ntefqux.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, issa bir-raġun nifhem għaliex il-ministru qed iħossu mħawwad!", "Jien lanqas biss semmejt x'qal hu fir- rigward ta' l- infiq.", "Jien għedt biss li l-ministru tħawwad għax ma jafx xi trid l-oppożizzjoni.", "Għedt ukoll li fuq kollox għandu raġun jitħawwad għax f'din il-liġi hawn taħwid sħiħ, ħafna twaqqif ta' strutturi bl-addoċċ li kważi kollha se jagħmlu l-istess ħaġa.", "Tajjeb ngħid li l-istatistika li kkwotajt ħarġet ftit tax-xhur ilu, jiġifieri waqt l-amministrazzjoni preżenti.", "Din l-istatistika dwar il- kultura, l-unika waħda ta' din ix-xorta f'dawn l-aħħar tliet snin, tgħid li fl-1997 kien hemm l-ogħla nefqa f'dik li hija spiża kapitali f'dan il- qasam, nefqa li tiżboq bil-kbir dak li kien intefaq fl-1996 u fl-1998.", "Jiena ma nafx minn fejn kien qed jikkwota l-ministru għax naturalment hu għandu aċċess għal ħafna iktar informazzjoni milli għandi jien, pero' bir- rispett kollu jkolli ngħid li jikkwota minn fejn jikkwota, xorta mhux se jiġi emmnut, għax issa ormai kulħadd intebaħ li l-paroli kollu ta' dan il- gvern ma jiswa xejn.", "Il-Partit Nazzjonalista spiċċa jdaħħak lin-nies, biex ma ngħidx ibikkihom ukoll, għax għalkemm ma jieqaf qatt jgħid li l- ekonomija rrankat u li rnexxielu jdawwar ir-rotta u r-rota, l-esperjenza tal-poplu hija differenti għall-aħħar.", "Jien nappella lill-gvern biex ma jkomplix jitħawwad fir-rotta u r-rota tiegħu, imma jara sew il-fatti x'inhuma biex jifhem dak li qed ngħidu aħna.", "Jekk il-gvern Nazzjonalista verament irid jgħaddi din il-liġi b'kunsens nazzjonali, għadu fiċ-ċans li jagħmel xi ħaġa.", "Imma donnu li dan il-gvern lanqas lilu nnifsu ma jafda.", "F'dan l-abbozz insibu li se jsir forum nazzjonali darba fis-sena li jiġbor lil kulħadd flimkien.", "Allura xi ħaġa bħal din hemm bżonn titniżżel fil- liġi?.", "Jien għandi nifhem li għandu jkun hemm proċess ongoing ta' exchanges u konsultazzjoni, jiġifieri m'hemmx għalfejn inniżżlu fil-liġi li se jsir forum nazzjonali kull sena.", "Jien nittama li l-Ministru Louis Galea jgħidilna x'konsultazzjonijiet għamel ma' l-għaqdiet u ma' kull min hu kkonċernat, jiġifieri anke ma' l- oppożizzjoni.", "Pero', bil-konsultazzjoni u mingħajrha, aħna xorta ma nistgħux naqblu ma' abbozz ta' liġi li se jwaqqaf bejn tlieta u erba' strutturi ġodda.", "U l-istess bħal kull abbozz li għadda minn din il-Kamra waqt din l-amministrazzjoni, dan jgħid li kollox se jkun f'idejn il- ministru.", "Jiġifieri għalkemm qed tingħata l-impressjoni li se jitwaqqfu strutturi awtonomi, 'il bogħod mill-politika partiġġjana, dawn se jsiru biex in-naħa Nazzjonalista jkollha ċerta permanenza fil-pajjiż.", "Dawn l- affarijiet ma jagħmlux sens.", "Kemm se ndumu ngħixu f'sitwazzjoni ta' karnival, fejn kulħadd jilbes il-maskri li jaqbillu?", "Ejjew ngħidulu lill- poplu Malti x'għandu f'moħħu li jagħmel dan il-gvern, għax m'huwiex ġust li filwaqt li aħna għax nattendu f'din il-Kamra nifhmu xi jkun qed jiġri, u l- poplu t'hemm barra ma jkun qed jifhem assolutament xejn.", "Hemm bżonn li ngħidu ċar u tond x'qed jipprova jagħmel il-gvern billi taparsi jaħtar regolatur biex jirregola lilu nnifsu.", "Sur President, iktar 'il quddiem fil-liġi nsibu li hemm iċ-ċans li ċerti siti storiċi jgħaddu mingħand il-gvern għal għand entitajiet privati, dejjem skond il-kondizzjonijiet li jagħmel l-istess gvern.", "Hawnhekk ukoll, tajjeb li nitkellmu b'lingwa li tinftiehem.", "Allura dan ifisser li Ħaġar Qim se jispiċċa f'idejn xi kumpannija kummerċjali?", "Jekk il-gvern għandu l- ħsieb li jipprivatizza anke lil dawn is-siti, tajjeb li jitkellem.", "Din il- liġi tagħti din l-impressjoni, iktar u iktar meta tipprovdi għal regolatur meta huwa fatt magħruf li ħadd ma jirregola lilu nnifsu.", "Ir-regolatur isir biex jissorvelja lil dawk l-entitajiet differenti li jkunu qed jesegwixxu f'qasam wieħed.", "Huwa għalhekk li imbagħad wieħed jibda' jaħseb li l-għan tal-gvern hu li jipprivatizza l-patrimonju tagħna billi jgħaddih lill- entitajiet privati fuq bażi kuntrattwali.", "Rigward l-istrateġija nazzjonali li tant jitkellmu dwarha l-membri tal- gvern, jien ma nistax nifhem b'liema arroganza jiġu f'din il-Kamra jattakkaw lilna l-membri ta' l-oppożizzjoni għax m'humiex jifhmu x'aħna ngħidu.", "Messhom jistħu li m'humiex qed jaqblu magħna.", "Din xi strateġija nazzjonali hi?", "Mela strateġija nazzjonali ssir min-naħa waħda tal-Kamra?", "Allura l-poplu Malti qiegħed jgħix f'dittatorjat, f'one party state?", "Dawn huma l-istess persuni li qed jaspiraw li jsieħbu lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea?", "Jien niskanta kif bl-arroganza kollha, il-gvern qed jippretendi li aħna nistgħu naqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi, li jirrifletti ħela ta' riżorsi, idduplikar ta' xogħol, burokrazija sħiħa.", "U aħna nistgħu naffordjaw li nħallu lil kulħadd jagħmel ħwejjeġ bħal dawn, b'sistema ta' koordinament assolut, meta kulħadd irid jagħmilha ta' ballarin, kulħadd irid jidher hu biss?", "Hemm bżonn li nbiddlu l-mentalita' tagħna, inkunu kapaċi naħdmu bħala team u neliminaw kompletament il-burokrazija.", "Illum ma nistgħux naffordjaw li jkollna ħela ta' riżorsi.", "Id-dinja llum dejjem tfittex biex timminimizza ċerti spejjeż u ċertu ħela ta' ħin.", "Għalhekk imissu jistħi dan il-gvern li jridu naqblu ma' abbozz li se jkompli jkabbar id-dnubiet li għandu dan il-pajjiż.", "Sur President, dalgħodu ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Anthony Abela jagħmel aċċenn partikolari għat-tfal, għall-bżonn li dawn ikunu iktar awareness tal- kobor tal-patrimonju tagħna, u m'hemmx dubju li dwar dan kulħadd jaqbel.", "Allura jekk il-gvern huwa konxju ta' dan il-bżonn, kif per eżempju d- dipartiment ta' l-edukazzjoni m'hu se jikkordina ma' ħadd ħlief maċ-ċentru għar-restawr?", "Jekk irridu li jkollna poplu li jifhem x'ġid kbir għandna madwarna, jifhem il-kobor tal-wirt ta' pajjiżna, minkejja ċ-ċokon tiegħu, irridu nibdew mit-tfal fl-iskejjel.", "Per eżempju ma nistax nifhem għaliex it-tfal rari jittieħdu jżuru postijiet ta' interess kulturali.", "M'iniex qed ngħid li ma jittieħdu qatt, imma jien naf żgħażagħ ta' 16-il sena li ma jafux fejn qiegħed Għar Dalam.", "Dan ifisser li fit-12-il sena li damu jattendu l-iskola, dawn iż-żgħażagħ qatt ma ttieħdu jaraw wieħed mis-siti ewlenin ta' pajjiżna.", "Dan ma jfisser xejn għajr li m'hemmx programmazzjoni serja biex it-tfal tagħna jiġu mrawma miċ-ċokon biex japprezzaw il- patrimonju Malti.", "In-nuqqas ta' apprezzament tal-poplu tagħna fil- konfront tal-wirt storiku u kulturali deher biċ-ċar fil-protesta li kienet saret minħabba l-atti vandali ta' April li għadda, fejn wieħed seta' jgħoddhom fuq subgħajh lin-nies li attendew.", "Huwa għalhekk li l-awareness trid tibda sa miċ-ċokon.", "Per eżempju għalfejn tfal li jattendu skola sajf, darbtejn fil-ġimgħa jittieħdu jieklu l-hamburgers minflok jitħejjielhom programm ta' ħarġiet kulturali?", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li ż-żjajjar kulturali jsiru parti mis-sillabu skolastiku.", "Sur President, jien m'iniex qed nivvinta u nispekula.", "Jien kemm-il darba nistaqsi lil tfal minn skejjel differenti dwar il-ħarġiet li jorganizzawlhom, u ninnota li hemm skejjel fejn jorganizzaw ħarġiet kulturali b'mod regolari u hemm oħrajn li ma jagħtu każ ta' xejn.", "Jien naħseb li dawn iż-żjajjar m'għandhomx jitħallew fid-diskrezzjoni tal- kapijiet ta' l-iskejjel, għax jista' jkun hemm min ma jkunx daqshekk konxju tal-wirt li għandu pajjiżna.", "Hemm bżonn innisslu fit-tfal l-imħabba għall- patrimonju Malti u s-sens ta' kburija għax huma Maltin.", "Dan huwa importanti, għalhekk jien kont nippretendi li f'liġi bħal din, b'dawn l- istrutturi kollha li qed ikun propost li jitwaqqfu, ikun hemm kordinament kontinwu mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, biex it-tfal, sa miċ-ċokon jidraw iħobbu lil art twelidhom u jkunu jafu iktar dwar l-oriġini tagħna.", "Ta' min jgħid li din l-awareness li rridu nrawmu fit-tfal tagħna tista' sservi wkoll ta' ġid għall-qasam tat-turiżmu.", "Pajjiżna m'għandux areas riservati kompletament għat-turisti, u areas oħra fejn ngħixu aħna l- Maltin.", "F'pajjiżna t-turiżmu jitħallat magħna.", "Jien naħseb li kulħadd xi darba jew oħra ġie mwaqqaf minn xi turist biex jagħtih xi informazzjoni dwar fejn jinsab xi sit partikolari.", "Jekk aħna jirnexxielna nimpressjonaw lit-turisti li jżuru pajjiżna, dawn se jmorru lura b'togħma tajba.", "Kollha kemm aħna sifirna, jiġifieri nafu li jkun hemm pajjiżi li jolqtuha u oħra li le, u l-istess jiġrilhom dawk li jiġu għal btala f'pajjiżna.", "Sur President, ma nistgħux nippretendi li jirnexxielna ntellgħu tfal li jkunu konxju u li japprezzaw il-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna, jekk min-naħa l-oħra ma nagħtux is-support meħtieġ lill-għalliema.", "Ma rridux ninsew li mhux kull għalliem huwa daqshekk abreast mal-history ta' pajjiżna u mas-siti storiċi.", "Bħalma meta tkellimna dwar oqsma oħra, għedna li hemm bżonn li l-għalliema jingħataw it-tagħrif u t-taħriġ meħtieġ, anke f'dan ir- rigward, irid isir l-istess.", "Huwa fatt magħruf li l-għalliema, speċjalment dawk ta' l-iskejjel primarji, jgħaddu n-knowlegde tagħhom lill-istudent tul il-ġurnata kollha, jiġifieri ma jieqfux għal xi ħin partikolari biex jagħtu lezzjoni speċifika dwar l-istorja ta' Malta.", "Kultant l-għalliema jkunu kapaċi jisfruttaw dik l-opportunita' biex jgħaddu ċerta informazzjoni lill- istudenti żgħar tagħhom.", "Xtaqt nitkellem issa dwar ċerti aspetti tal-liġi li għandna quddiemna li fl- opinjoni tiegħu għandhom bżonn jerġgħu jiġu tackled b'mod aħjar, speċjalment il-kwestjoni tad-duplikar.", "Per eżempju jekk inħarsu lejn subklawsola (2) ta' klawsola 7 u subklawsola (2) ta' klawsola 8 li jitkellmu dwar is-sovrintendenza u l-aġenzija operattiva rispettivament, insibu li dawn huma prattikament identiċi, u għalhekk bir-raġun li wieħed jibda' jitħawwad.", "Jien naħseb li huma proprju minħabba dan li l-Onor.", "Refalo tħawwad u mhux minħabba dak li sema'.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qrajtha l-liġi u fhimtha, imma l-libsa ġuridika mhux inti wkoll tagħtiha, skond il-funzjoni ta' dik l-entita' partikolari?", "(Interruzzjonijiet) Mela la din hija xi ħaġa teknika, m'għandix għalfejn nidħol fiha u nirtira dak kollu li għedt, imbagħad fl-istadju ta' kumitat tkun tista' tiġi spjegati aħjar, anke mill-membri ta' din in-naħa.", "Ngħaddi issa għal paragrafu (f) ta' subklawsola (4) ta' klawsola 8, li tinsab f'paġna C1697.", "Hawnhekk qed jingħad li l-aġenzija operattiva se tassisti lill-kunsilli lokali fit-twettiq ta' dmirhom li jippreservaw il- patrimonju kulturali fil-lokalita' tagħhom.", "Jiena ngħid li bażikament il- patrimonju Malti huwa mifrux ma' kull rokna ta' pajjiżna, u għalhekk li sempliċiment tassisti m'huwiex biżżejjed.", "Iktar milli tassisti lill- kunsilli lokali, l-aġenzija trid tħeġġiġhom għax hemm ċerti kunsill li m'humiex daqshekk konxji tal-patrimonju li għandhom fil-lokalita' tagħhom.", "Irridu nifhmu wkoll li l-patrimonju Malti ma jfissirx biss Ħaġar Qim u ċerti mużewijiet, għax anke sempliċi niċċa f'kantuniera jkollha storja warajha.", "Jekk nieħdu l-lokalita' ta' Ħal Qormi nsibu li xi darba, fi triq partikolari kien hemm fdalijiet Rumani, imma llum hemmhekk tela' l-bini u għalhekk huwa mpossibbli li dawn il-fdalijiet jerġgħu jiġu skavati.", "Kieku ma kienx Joe Grima, li fuq inizjattiva tal-kunsill lokali, ippubblika ktieb dwar l-istorja ta' Ħal Qormi, kieku ħafna Qriema għadhom sal-lum ma jafux li fi triq San Edwardu kienu nstabu xi fdalijiet Rumani.", "Jien nixtieq li xi darba mqar titwaħħal irħama biex ikun imfakkar li hemm instabu dawn il- fdalijiet.", "B'hekk ma jkunx hemm għalfejn li wieħed jaqra ktieb voluminuż biex isir jaf b'dan.", "Hawn ħafna nies li l-qari m'huwiex daqshekk ħabib tagħhom, u għalhekk, b'dan il-mod anke t-tfal jistgħu jsiru konxji ta' dawn il-fdalijiet Rumani.", "Sur President, jekk din il-liġi hija daqshekk serja daqs kemm qed jgħid il- gvern, allura, kif diġa' għedt, l-aġenzija m'għandhiex biss tassisti lill- kunsilli lokali.", "L-ewwelnett, din kif tista' tassistihom jekk il-fondi li għandhom huma limitati?", "Jekk, per eżempju, il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi jibda jagħti kas tal-patrimonju kollu li hemm f'dak ir-raħal, bil-fondi li għandu lanqas biss jibda.", "Jekk jiddeċiedi li jirrestawra imqar żewġ kappelli, żgur li se jkollu jonfoq il-fondi ta' ħames snin sħaħ, aħseb u ara jekk jiddeċiedi li jieħu ħsieb il-ħafna sqaqien li minnhom infushom huma kollha storiċi.", "Anke jekk il-capital outlay biex jiġu restawrati ċerti areas storiċi jingħata mill-gvern ċentrali, il-fondi tal-kunsill xorta ma jkunux biżżejjed, għax imbagħad, biex dawn jibqgħu jiġu maintained, irid jsiru nefqiet kbar.", "Jien li rrid ngħid hu li hawnhekk il-gvern gvern qed jipprova jdaħħak, għax biex taparsi ma nesiex lill-kunsilli lokali, ra kif għamel u żeffinhom fin-nofs ukoll.", "Sur President, tħares minn fejn tħares lejha, din il-liġi ma tirriflettix serjeta'.", "F'Malta hawn ċerti kunsilli lokali li m'humiex aware biżżejjed tal-patrimonju storiku u kulturali, u hemm oħrajn li għalkemm huma aware m'għandhomx l-expertise.", "Allura dawn fiex se jiġu assistiti?", "Jekk verament irridu nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta' biex pajjiżna inġibu 'l quddiem il- patrimonju Malti u biex ikollna politika nazzjonali, ejjew nagħmluha sew.", "L- affarijiet ma jsirux hekk billi nressqu abbozz ta' liġi quddiem din il- Kamra u kulħadd jirfes fuq xulxin, b'ħafna entitajiet taparsi awtonomi u li taparsi se jħarsu l-interess nazzjonali, biex fuq kollox se jiġu maħtura mill-ministru.", "Dan m'hu xejn għajr ħela ta' riżorsi, u f'ċertu sens anke ta' riżorsi umani.", "Rigward ir-restawraturi u l-esperti, j'Alla f'pajjiżna hawn nies li jaħdmu f'dan il-qasam daqs kemm qed jagħti l-impressjoni dan il-gvern, għax jien qatt ma kont ta' l-idea li minn dawn in-nies hawn kemm irridu.", "Jien nixtieq li jiġi aċċertat li f'pajjiżna hawn biżżejjed esperti biex jaħdmu fis-sovrintendenza, fl-aġenzija operattiva, fiċ-ċentru Malti għar-restawr u fl-entitajiet l-oħra li se jinħolqu permezz ta' din il-liġi.", "J'Alla hawn nies biżżejjed biex mhux biss jokkupaw il-pożizzjonijiet maniġerjali imma anke biex jesegwixxu x-xogħol.", "Nispera li issa ma jiġix il-ministru jgħidilna li hemm bżonn li nħarrġu n-nies biex jaħdmu f'dan il-qasam.", "Sur President, dan il-gvern żgur li ma jistax jitwemmen li għal dak li għandu x'jaqsam mal-patrimonju Malti, qed jieħu l-affarijiet bis-serjeta'.", "Biżżejjed ngħidu li l-iskola ta' l-artiġjanat lanqas ħamilha tiffunzjona, u spiċċa biex eliminaha.", "Jekk hemm xi ħaġa li żgur tagħmel parti mill- patrimonju tagħna, ma tista' tkun xejn għajr l-artiġjanat.", "Iva, l- artiġjanat ukoll jagħtina ċerta identita'.", "Biżżejjed ngħidu li meta nsemmu l-bizzilla, mill-ewwel niftakru f'Għawdex.", "Għalhekk l-artiġjanat għandna nieħdu ħsiebu, għax huwa parti mill-patrimonju Malti, u għalhekk hemm il- bżonn li titwaqqaf istituzzjoni li tħeġġeġ lit-tfal biex jiżviluppaw ħiliet fl-artiġjanat.", "Illum il-ġurnata, kieku ma jkunx għall-organizzazzjonijiet non-governattivi li jerġgħu jagħtu l-ħajja lil ċerti ħiliet, kieku ħafna minnhom spiċċaw għal kollox.", "Per eżempju bħalissa hawn craze għall-granutill, li kieku ma kienx għal ċerti individwi li xprunaw lil xi għaqdiet biex dan jerġa' jiġi mgħallem, kieku m'għandna xejn nazzjonali.", "Jekk għada pitgħada dawn l-għaqdiet jiddejqu jagħmlu dan ix-xogħol, se jispiċċa jintesa, għax m'għandna xejn nazzjonali biex din it-tip ta' ħila tkompli tiġi mgħallma.", "Jekk ma noqogħdux attenti, din il-liġi m'hijiex se ssaħħaħ il-patrimonju Malti.", "Hemm bżonn li l-gvern jieħu l-inizjattiva biex l-artiġjanat Malti jittieħed bis-serjeta' u jibda' jiġi mgħallem, mhux bis-sulluzzu u bl-iskossi, imma b'mod programmat u minn nies imħarrġa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Coleiro, ippermettili ninterrompik għax skadielek il-ħin u biex tkompli tinstema' għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Marie Louise Coleiro tkompli tinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, fl- opinjoni tiegħi din il-liġi li qed ngħaddu bħalissa hija liġi ta' importanza kbira u li tinteressa mhux biss lilna l-membri ta' din il-Kamra imma lil kull min għandu għal qalbu l-gżejjer tagħna, lil kull minn verament jemmen li madwarna għandna ġawhar li jekk ma nibżgħux għalih, se jkunu ta' detriment mhux biss għalissa biss, imma anke għaż-żmien li ġej.", "Kien proprju għalhekk li l-Onor.", "Louis Galea ressaq dan l-abbozz ta' liġi, sabiex aħna nħarsu dak li lilna qed jagħmlilna ħafna ġid, dak li aħna tant kburin bih.", "Semmejt dak li hu ta' ġid għall-gżejjer tagħna, u ovvjament, anke f'Għawdex insibu diversi siti arkeoloġiċi u storiċi li ġibdu l-ammirazzjoni mhux biss tal-poplu Malti imma wkoll tad-diversi barranin li jżuru l-gżejjer tagħna.", "Minħabba dan il-fatt, il-ministeru għal Għawdex kull sena jivvota somma ta' flus għall-manutenzjoni tal-postijiet storiċi u arkeoloġiċi.", "Dan ix-xogħol jaqa' f'idejn id-dipartiment tal-kultura t'Għawdex, li minbarra l-isport u l-attivitajiet kulturali, jieħu ħsieb ukoll dawn is-siti, il-mużewijiet u diversi oqsma oħra.", "Sur President, ma nixtieqx li noqgħod nelabora wisq fil-kliem, imma se ngħaddi mill-ewwel għall-fatti, għal dak li twetaq s'issa u għal dak li għad irid isir, għax is-sustanza qiegħda fil-fatti u mhux fil-kliem.", "Jien inħoss li għandi ninforma lil din il-Kamra u lil kull min qed isegwina b'dak kollu li qed isir bħalissa f'Għawdex, f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur.", "Għalhekk ngħaddi mill-ewwel biex nidentifika uħud minn dawn ix-xogħlijiet, u nibda miċ-Ċittadella, fejn ix-xogħol ma waqaf qatt, għax il-ħtiġijiet huma kbar u importanti.", "F'Għawdex hemm grupp ta' ħaddiema li qegħdin dejjem allokati fl-istess post, madwar iċ-Ċittadella, biex jagħmlu l-manutenzjoni u x-xogħol kollu meħtieġ.", "Dan isir taħt gwida professjonali, taħt is-superviżjoni ta' persuna esperta f'dan il-qasam.", "Irrid ngħid li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, sar ħafna xogħol ta' restawr u ta' riabilitazzjoni f'din il-belt il-qadima ta' Għawdex.", "Minbarra x- xogħol li sar f'għadd ta' mużewijiet, għaliex proprju fil-qalba taċ- Ċittadella hemm numru l-mużewijiet tagħna, ħadna ħsieb ukoll biex ta' kuljum jinqata' l-ħaxix li jista' jkun ta' ħsara għal dan il-post.", "Barra minn hekk saru wkoll diversi xogħlijiet f'dik li hija żebgħa u manutenzjoni ta' street furniture.", "Ħadna ħsieb ukoll mad-dawra taċ-Ċittadella ssir rikostruzzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ.", "Irrid ngħid li llum f'Għawdex hemm grupp ta' ħaddiema, li ġew trained apposta għal dan ix-xogħol, u li huma responsabbli biss mill-bini tal-ħitan tas-sejjieħ.", "Sar ukoll xogħol ta' restawr anke fil-foss, għax dan ukoll huwa ta' attrazzjoni kemm għat- turisti kif ukoll għall-Maltin.", "Dan l-aħħar ħsibna wkoll li jkun aħjar kieku jkollna uffiċini apposta għall- mużewijiet li hemm fiċ-Ċittadella, speċi ta' ċentru li jikkoordina l- attivita' kollha ta' madwar iċ-Ċittadella, u għalhekk qed issir rikostruzzjoni ta' dar fiċ-Ċittadella biex tkun tista' tinbidel f'uffiċini.", "Ix-xogħol ta' restawr ta' din id-dar kien jikkonsisti f'rikostruzzjoni ta' parti mill-faċċata, bdil ta' travi, xorok u ċangaturi u tneħħija ta' strutturi addizzjonali biex il-post ikun jista' jerġa' jiġi lura għall- istat oriġinali tiegħu.", "La semmejt il-mużewijiet tajjeb li ngħid li aħna ridna wkoll li jkollna sistema ta' sigurta', u fil-fatt diġa' ġiet stallata closed-circuit system fil-mużew ta' l-arkeoloġija u fil-Mitħna ta' Kola, fix-Xagħra.", "Dan l-aħħar ħarġet ukoll it-tender għal closed-circuit fil- mużew tax-xjenza naturali u f'dak tal-folklor.", "Qed ngħid dan għaliex nemmen li s-sigurta' hija mportanti u meħtieġa.", "Żgur li dan l-apparat ta' closed-circuit se jgħin biex dawn il-mużewijiet ikunu protetti.", "Lura għax-xogħol ta' restawr fil-mużewijiet li nsibu f'Għawdex, irrid ngħid li ħarġu offerti biex isir xogħol estensiv ta' manutenzjoni fuq il-bjut tal- mużew ta' l-arkeoloġija u tal-mużew tal-folklor, għax dawn kienu fi stat diżastruż u li żgur ma jagħmilx ġieh.", "Pero', minbarra r-rikostruzzjoni, il- manutenzjoni u r-restawr, dan l-aħħar ġiet introdotta s-sistema ta' labelling ta' l-affarijiet esebiti fil-mużew ta' l-arkeoloġija, sistema moderna li se tiġi applikata wkoll fil-mużewijiet l-oħra.", "Dan ix-xogħol kollu qed isir għaliex huma ħafna n-nies li jżuru dawn il-postijiet.", "Biżżejjed ngħid li bejn Settembru tas-sena l-oħra u Awwissu ta' din is- sena, 22,633 persuna żaret il-mużew ta' l-arkeoloġija żaruh, waqt li 22,979 oħra żaru l-mużew tal-folklor.", "Dawn iċ-ċifri lilna jkomplu jħeġġuna biex nimpenjaw iktar irwieħna u naraw li x-xogħlijiet meħtieġa f'dawn il- postijiet tant imfittxija kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin, eventwalment isiru.", "Dan l-aħħar, fil-mużew tal-folklore kienet saret ħsara kbira minħabba l- maltemp, u għalhekk kien hemm bżonn ta' xogħol infrastrutturali biex permezz tiegħu ssir rikostruzzjoni ta' ċerti affarijiet, fosthom ħajt fil- ġnien li kien kważi waqa'.", "Ma rridx ninsa ngħid li waqt li kien qed isir dan ix-xogħol, inkixef ħajt iktar antik, li ħadd ma kien jaf bih, u issa dan tħalla mikxuf u espost għall-pubbliku.", "Tiskanta kif kultant joħroġ il- ġid mill-inċidenti li jsiru.", "Insemmi wkoll il-ħabs il-qadim li ftit tas- snin ilu għadda f'idejn is-sezzjoni tal-mużewijiet t'Għawdex u beda jinfetaħ għall-pubbliku, fejn matul is-sena li għaddiet ġiet reġistrata ċ- ċifra ta' 22,279 visitatur, ċifra li tikkonferma kemm kienet deċiżjoni tajba li l-ħabs il-qadim jgħaddi f'idejn is-sezzjoni tal-mużewijiet t'Għawdex u jkun miftuħ għall-apprezzament tal-pubbliku.", "Matul is-sena li għaddiet sar xi xogħol ukoll fil-Mitħna ta' Kola, xogħol ta' manutenzjoni fuq il-mekkaniżmu intern u estern tagħha, biex il- preservazzjoni ta; din il-mitħna żgur tkun garantita.", "L-istess bħax- xogħlijiet l-oħra kollha, dan ix-xogħol sar minn persuni esperti.", "Insemmi wkoll sit arkeoloġiku ieħor, din id-darba il-Ħaġra l-Wieqfa fil-Qala, fejn hemmhekk twaħħal information board li jispjega l-importanza ta' dan is-sit.", "Sur President, ma nistgħux nitkellmu dwar is-siti arkeoloġiċi li nsibu f'Għawdex u ma nsemmux it-tempji tal-Ġgantija, tempji li kemm il-Maltin kif ukoll l-Għawdxin, ninsabu kburin bihom għaliex huma ta' importanza mondjali.", "F'April li għadda inbeda scaffolding madwar it-tempju ta' nofsinhar, scaffolding speċjali li dwar saru studji dettaljati.", "Dan ix- xogħol, li kien delikat ħafna, sar taħt id-direzzjoni tal-perit Dr. Mark Bonello.", "Dawn it-tempji qegħdin ukoll fil-pjan tal-gvern ċentrali biex 'il quddiem tkompli ssirilhom il-manutenzjonijiet meħtieġa.", "Gall-ewwel darba fil-gżejjer tagħna, fit-tempji tal-Ġgantija ġiet introdotta sistema ta' interpretazzjoni tas-sit, fuq idea tal-ministeru t'Għawdex.", "Dawn is- servizzi interpretattivi huma pprovduti b'ħames lingwi, bil-Malti, bl- Ingliż, bil-Franċiż, bit-Taljan u bil-Ġermaniż, u għalhekk, waqt li persuna tkun qed iddur ma' dawn it-tempji, tista' tisma' spjegazzjoni pass, pass, fuq bażi individwali, ta' dak li tkun qed tara.", "Irrid ngħid li t-test li jintuża ġie mħejji minn Dr Anthony Bonanno, professur ta' l-arkeoloġija.", "Din kienet l-ewwel darba li fit-tempji megalitiċi tagħna ġiet introdotta din is-sistema ta' interpretazzjoni, u mill-177,364 persuna li żaru t- tempji tal-Ġgantija tul is-sena li għaddiet, kienu ħafna dawk li għamlu użu minnha.", "Sur President, aħna dejjem nippruvaw nagħtu lill-Ġgantija u lil siti storiċi oħra l-importanza li jixraqilhom, u saħansitra nirreklamawhom permezz ta' attivitajiet kulturali.", "Per eżempju f'dan is-sajf ġew organizzati tlett ijiem ta' festi madwar iċ-Ċittadella, fejn kienu ħafna dawk it-turisti li attendew u apprezzaw l-importanza u l-ġmiel taċ- Ċittadella.", "L-istess kien sar fil-Ġgantija, fejn għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju kienet ittellgħet attivita' kulturali fejn dawk li attendew kellhom l-opportunita' li japprezzaw aktar dan il-post.", "F'Għawdex insibu għaqda non-governattiva, li ġġib l-isem ta' Wirt Għawdex, u li minn hawnhekk nirringrazzja għal dak kollu li tagħmel b'risq il-gżira Għawdxija, fejn bħalissa qed tagħmel xi xogħlijiet, bi sħab mal-ministeru għal Għawdex, fuq it-torri ta' Mġarr ix-Xini, li jinsab fi stat diżastruż.", "Ta' min jgħid li dan m'huwiex l-uniku torri li qed jiġi rranġat, imma hemm bosta torrijiet oħrajn, li f'ċerti każi, anke bl-inizjattiva tal-kunsilli lokali, qed issirilhom il-manutenzjoni li jinħtieġu.", "Sur President, irrid ngħid li minn dak li elenkajt, jidher bl-aktar mod ċar li aħna qatt m'abbandunajna dak kollu li hu marbut mas-siti storiċi fil- gżira ta' Għawdex.", "Aħna nemmnu li f'Għawdex, minkejja li huwa gżira verament żgħira, hemm siti storiċi u arkeoloġiċi importanti ħafna, mhux biss biex nitpaxxew bihom aħna imma anke biex permezz tagħhom nattiraw iktar turisti lejn din il-gżira.", "Aħna ninsabu konxji tal-fatt li Għawdex jiddependi ħafna mill-industrija tat-turiżmu, u għalhekk niddedikaw irwieħna biex inżommu s-siti storiċi li jiffrekwentaw it-turisti, fi stat tajjeb, biex kulħadd ikun jista' jibbenefika mill-ġmiel li toffri l-gżira ċkejkna tagħna.", "Minn hawnhekk irrid nieħu l-okkażjoni biex inħeġġeġ lill-iskejjel f'Għawdex ħalli jkomplu bir-ritmu li qabdu, fejn kważi l-iskejjel primarji kollha u anke uħud minn dawk sekondarji, b'mod regolari jieħdu lill-istudenti tagħhom f'postijiet ta' interess kulturali, bħall-Ġgantija, iċ-Ċittadella u l-mużewijiet li għamilt riferenza għalihom iktar kmieni.", "Jiena nemmen li jridu jkunu l-iskejjel li jimbottaw lil uliedna biex jieħdu interess f'dawn il-postijiet, għax sfortunatament, kieku ma jkunx għall-għalliema li jieħdu lit-tfal biex iżuru dawn il-postijiet, ħafna familji ma jindenjawx ruħhom jieħdu lill-uliedhom f'dawn il-postijiet, u għalhekk ikunu qed itellfuhom minn aspett edukattiv importanti ħafna għal ħajjithom.", "Jien nappella lill- poplu Għawdxi in ġenerali biex ikompli jgħin f'dik li hija preservazzjoni ta' dawn is-siti u ndafa fl-inħawi tal-madwar.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid li ħassejt li kelli nagħmel riferenza għall-fatti li ġraw u li għadhom qed jiġru, għaliex nemmen li għalkemm il-paroli huwa mportanti, il-fatt huma ħafna iżjed, għax huma l- ikbar prova ta' l-impenn u tal-ħeġġa tagħna favur dawn il-postijiet.", "Għalhekk kien għaqli l-Ministru Galea li ressaq din il-liġi biex tkompli tgħin fl-impenn tagħna favur dan il-wirt storiku u kulturali tal-gżejjer Maltin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, hekk kif kont qed nisma' lill-Onor.", "Debono tagħmel l-intervent tagħha, bejni u bejn ruħi għedt li kien kollu għalxejn id-diskors kollu li sar dwar din il-liġi għax skond dak li qalet hi diġa' sar kollox!", "Għalfejn se nkomplu nitkellmu meta kollox huwa lest?", "Naħseb li m'għandna għalfejn ngħidu u nagħmlu xejn iżjed!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, ħadt pjaċir li din il-ġimgħa smajt li l-Knisja, wara 2000 sena, indunat kemm għandha affarijiet prezzjużi u ta' valur, u għalhekk se tagħmel inventarju.", "Imma dawk l-affarijiet li nsterqu mill-knejjes iż- żgħar, bħall-pitturi u l-gandlieri li kienu nxtraw b'wegħda u li spiss narawhom jinbiegħu waqt x'irkant se nerġgħu nġibuhom lura?", "L-aħħar skandlu ta' din ix-xorta kien dak tal-knisja ta' San Alfons f'Birkirkara.", "Qabel kien jingħad li jitla' Mintoff fil-gvern u jagħlaq il-knejjes u jagħmilhom swali.", "Din id-darba la hawn Mintoff fil-gvern u lanqas il-Partit Laburista, u din il-knisja, li għalina hija ġawhra, inbidlet f'sala, bl- isem \"Sala Madonna tal-Karmnu\".", "Kif jista' jkun li kulħadd qed jitħalla jħawwad kif irid?", "Nafu li dik il-knisja kienet inbniet b'wegħda?", "Mela allura knisja bħal dik m'hijiex storika, u wieħed jista' jagħmel biha li jrid, imbagħad sempliċi dar se taqa' f'biċċiet ma tistax tintmiss!", "Jew inkella biex altar jiċċaqlaq minn post għal ieħor fl-istess knisja, ma jingħatax permess, imbagħad il-knisja ta' San Alfons inbidlet f'sala għax ingħad li kienet qed taqa', u għax fuq kollox f'dawk l-inħawi hemm il- knisja ta' Santa Tereża.", "Allura biex din il-knisja nbidlet f'sala, instabu l-fondi meħtieġ, u biex tiġi rranġata, ma kienx hemm flus biżżejjed.", "Sur President, jekk inħarsu lejn il-knejjes żgħar li hemm imxerrdin fil- kampanja tagħna, naraw li dawn kollha qed jinsterqu u jitkissru.", "Per eżempju fil-Qrendi hemm knisja li kellha bosta pitturi li ttieħdu biex jiġu restawrati u qatt ġa reġgħu ġew lura.", "Jien nixtieq nistaqsi min hu responsabbli ta' dawn l-affarijiet?", "Fil-Gudja wkoll hemm il-knisja antika tal-Lunzjata, li hija ġawhra għax fiha ħafna affarijet antiki.", "Pero', min hu responsabbli ma jridx jagħmel l-arranġementi li tinħtieġ din il-knisja, għax inkella tinfetaħ għall-pubbliku u tieħu x-xogħol tal-parroċċa, bħal żewġ fabbriki li jikkompetu biex jieħdu x-xogħol lil xulxin.", "Dawn x'affarijiet huma?", "U fuq kollox, x'jiġifieri l-ewwel inħallu kollox jitkisser, imbagħad noħolqu l-awtoritajiet, l-għaqdiet u l-bordijiet biex nirranġaw dak li tħalla għal żmien twil abbandunat?", "L-Onor.", "Anthony Abela għamel riferenza għall-wirt li ħallewlna r-Rumani, li l-istess bħas-siti l-oħra, tħallew jitkissru u jindifnu.", "Din l-awtorita' li se tinħoloq taf kemm trid miljuni ta' liri biex terġa' ġġib lill- patrimonju Malti fuq saqajh?", "Biżżejjed ngħid li biex ġiet irranġata l- faċċata tal-knisja ta' Birkirkara, mingħajr il-cost tal-labour, għax il- ħaddiema ntbagħtu mill-gvern, intefqu madwar Lm0.25 miljun.", "MR SPEAKER: Onor. Debono Grech, ippermettili nwaqqfek hawn imma sar il- ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, xtaqt nuża xi ftit ħin minn dan l- Aġġornament biex inwieġeb għal ċerti insinwazzjonijiet, akkużi jew kummenti - għidilhom li trid - li għamel l-Onor.", "Mizzi fil-konfront ta' l- investigazzjonijiet li qed tagħmel il-pulizija dwar l-att vandalu li sar fit-tempji ta' l-Imnajdra.", "Naħseb li huwa ħażin li f'dan il-Parlament nitfgħu l-akkużi b'mod ambigwu u ġenerali biex meta imbagħad wieħed jisfida lil dak li jkun biex iġib il- provi, jissostanzjaha jew jispeċifika, jibda jgħid li hu ma qalx eżattament hekk.", "Dan huwa perikoluż aktar għaliex kieku l-Onor.", "Mizzi, li għamel dawn l-akkużi, qal li \"dik\" il-persuna qed tagħmel hekk, allura \"dik\" l-istess persuna tkun tista' tiddefendi ruħha, imma imma meta l-akkużi jintefgħu bl- addoċċ u b'mod ġenerali, l-affarijiet isiru aktar gravi għaliex tkun qed tħammeġ aktar minn persuna waħda.", "U x'kien dan il-kumment jew insinwazzjoni?", "L-insinwazzjoni hi li min f'dan il-pajjiż għandu s-setgħa li jinvestiga reati kriminali, daħħal il-politika fil-każ ta' l-investigazzjoni ta' l-att vandalu li sar bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira fuq is-sit tal-wirt ta' l-umanita` li huma t-tempji ta' l-Imnajdra.", "Issa jien nibda biex ngħid li din l-akkuża hija gidba.", "Jekk b'xi mod hija diretta lejn il-kapijiet politiċi ta' min hu responsabbli għall-pulizija, nisfida lill-Onor.", "Mizzi minn issa sabiex jgħidha barra minn din il-Kamra u dakinhar stess jirċievi ċitazzjoni jew libell.", "Daqshekk hija serja din il-biċċa, Mr Speaker, għaliex biex tagħmel akkuża fejn tgħid li f'investigazzjoni kriminali mill- pulizija fuq ħaġa daqshekk serja hemm imdaħħla l-politika, jew trid tissostanzjaha għaliex jekk huwa veru allura jridu jittieħdu passi serjissimi, jew inkella terfa' r-responsabbilta` ta' dik l-istess insinwazzjoni.", "Jiena rrid ngħid li l-pulizija kollha u kulmin huwa nvolut f'din l- investigazzjoni – l-investigazzjoni qiegħda ssir ukoll mill-maġistrat pero` jien qed nitkellem għall-pulizija għaliex kellimthom u kellimt ukoll lill- assistent kummissarju li huwa responsabbli minn din l-investigazzjoni – ħassewhom urtati li hemm xi insinwazzjoni x'imkien li ddaħħlet il-politika.", "Jiena, bħala ministru ta' l-intern, meta sar dan l-attentat li waħħax lil kulħadd indagajt dwar liema toroq kienu qed jagħżlu l-pulizija u fiex waslu l-investigazzjonijiet u rrid ngħid li l-investigazzjonijiet ma kenux mexjin fuq pista waħda.", "Fil-fatt ġew arrestati diversi nies u ma naf bl-ebda persuna b'konnessjoni qawwija b'saħħitha fil-Partit Nazzjonalista li ġiet investigata – anke jekk ġiet investigata sewwa għamlu l-pulizija – sakemm ma tgħidlix li xi ħadd huwa Nazzjonalist u xi ħadd huwa Laburist għaliex f'dan il-pajjiż, skond l-aħħar elezzjoni, hawn 52% li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista, 49% li vvotaw lill-Partit Laburista u 1% li vvotaw lill- Alternattiva Demokratika.", "Jiġifieri skond il-liġi tal-probabbilta`, jekk jiġi arrestat xi ħadd fuq kwalunkwe reat, hemm il-possibbilta` li jkollu dawn il-fehmiet politiċi.", "Imma allura dan ifisser li l-pulizija tarresta lin-nies skond il-fehmiet politiċi tagħhom?", "Mr Speaker, jien naħseb li min joqgħod jitfa' l-akkużi u jħammeġ lil kulmin ikun qiegħed jinvestiga billi jippruva jdaħħal akkużi ta' natura politika, fejn il-politika ma daħlet assolutament xejn, għandu jerfa' r- responsabbilta` ta' l-affarijiet li jgħid.", "Jien, bħala ministru ta' l- intern, niċħad din l-akkuża bil-qawwa kollha.", "Jien nammetti li ndħalt fl- investigazzjoni, imma ndħalt biex nagħfas lill-assistent kummissarju u lin- nies responsabbli mill-investigazzjoni sabiex dan ir-reat jiġi solvut, pero` lil min investigaw u kif investigawh, ħallejtha fid-diskrezzjoni tagħhom.", "Fil-fatt ġew arrestati diversi nies u xi wħud minnhom ġew arrestati aktar minn darba, pero` jien ma nistax nagħti informazzjoni għaliex dan jippreġudika l-investigazzjoni.", "Nixtieq ngħid li l- investigazzjoni ma rabbietx it-trab fuq il-file imma hija investigazzjoni li għadha ħajja anke għaliex il-pulizija dejjem qiegħda takkwista informazzjoni minn hawn u minn hemm.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li mhux sewwa li xi ħadd jakkuża li l-gvern, jew il-pulizija jew xi ħadd ieħor, hu min hu – hu tefagħha b'mod ġenerali ħalli jolqot u jħammeġ lil kulħadd imma fl-istess ħin b'tali mod li jekk ikun hemm min jistaqsih jekk hux qed jirriferi għalih, jgħidlu le ...", "Għaliex l- Onor. Mizzi la semma lili, la semma lis-segretarju parlamentari u lanqas lill-assistent kummissarju, imma fl-istess ħin semma lil kulħadd!", "U din l- akkuża hija gidba għaliex il-pulizija marru hemmhekk, raw jekk kienx hemm fdalijiet jew traċċi li minnhom setgħu jieħdu eżamijiet u sfortunatament sabu li ma kienx hemm daqskemm wieħed xtaq li jkun hemm.", "Ġie investigat, arrestat u nterrogat kulmin anke remotament seta' kellu xi motiv li jwettaq dan ir-reat faħxi u ċerti nies ġew arrestati aktar minn darba, pero` s'issa l-pulizija għadhom ma tellgħu lil ħadd il-qorti.", "Dan ma jfissirx li xahrejn, tliet xhur oħra m'humiex se jkollhom każ biżżejjed biex imexxu kontra xi ħadd, imma s'issa dehrilhom li m'għandhom imexxu kontra ħadd għar- raġunijiet li l-investigazzjonijiet jindikaw.", "Qiegħed noqgħod attent xi kliem nuża għaliex kull kelma żejda li nista' ngħid hawnhekk tista' tgħarraq l-investigazzjonijiet.", "Imbagħad intqal ukoll li xi ħadd li suppost għandu konnessjonijiet mal- Partit Nazzjonalista, il-planning authority għamlitlu xi enforcement order.", "Jiġifieri dan ix-xi ħadd, li ma nafux min hu, u li għandu saħħa kbira fil- Partit Nazzjonalista xorta waħda waqqgħulu!", "Issa jiena diġa` għedt li rajt il-lista ta' min hu ndagat u m'hemm ħadd li naf li għandu xi konnessjoni qawwija u b'saħħitha fil-Partit Nazzjonalista, ħlief li xi ħadd jista' jkollu fehma u xi ħadd jista' jkollu fehma oħra.", "Jiena ma naħsibx li kulmin ġie arrestat huwa Laburist u lanqas naħseb li kulmin ġie arrestat huwa Nazzjonalist, imma mhux noqogħdu ngħidu li hemm min għandu saħħa kbira fil-Partit Nazzjonalista.", "U dan li suppost għandu din is-saħħa mhux enforcement order biss għamlulu imma għamlulu wkoll enforcement action u waqqgħulu l-post!", "Qed ngħid dan għaliex l-Onor.", "Mizzi semma lil min waqqgħulu dan il-post u allura jien naturalment fittixt u sibt li dan il- post veru twaqqa'.", "Imma issa mhux nibdew ngħidu li l-investigazzjoni hija mdardra għar-raġunijiet politiċi fuq każ daqshekk serju, qisu l-gvern għandu xi interess li dan il-każ ma jsolvihx!", "L-għada li sar ir-reat il- kritika dawn qalulna \"X'jiġifieri l-pulizija għadhom ma solvewx il-każ!\"", "Qisu l-pulizija għandha taqbad mill-għada lil xi ħadd li għamel ħsara f'post abbandunat kompletament, lejliet il-Ġimgħa l-Kbira fi dlam ċappa.", "Jien naħseb li kulħadd japprezza li bil-mod kif sar u ġie mwettaq dan ir- reat ma jagħmlux daqshekk faċli li wieħed isolvih, imma li jkun hawn min jgħid li ma solvejnihx minħabba l-politika, hija akkuża fil-vojt bħall- akkuża fil-vojt li darba kien għamel fejn qal li kienu qegħdin jitteppjawlu t-telephone imbagħad skoprejt li kien qed jirriferi għal żmien meta kien għadu magħna Pierre Muscat, u kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ċerti karti.", "Meta jien kont rajt dawn il-karti sibt li ma kien hemm assolutament l-ebda indikazzjoni jew prova li xi ħadd bagħbas mat-telephone ta' l-Onor.", "Mizzi, apparti mill-fatt li naħseb kulħadd għandu ħafna aktar x'jagħmel milli jiżfoga f'dawn il-gosti.", "Nerġa' ngħid li rridu noqogħdu attenti kif nagħmlu l-akkużi.", "Mr Speaker, ġieli jkun hemm kritika, anke li tkun saret mill-Onor.", "Mizzi, li meta tmur tiċċekkja tgħid li għandu raġun.", "Allaħares aħna niġu hawnhekk nagħmlu li rridu u qatt ma nisimgħu l-kritika ta' l-oppożizzjoni.", "Kemm meta konna fl-oppożizzjoni aħna u anke meta kienu fl-oppożizzjoni huma, saru domandi parlamentari li bis-saħħa tagħhom jew jien skoprejt xi ħaġa li ma kontx nafha jew inkella ħadt passi li kienu meħtieġa.", "U anke meta kienu fil-gvern huma, ġieli għamilt domandi parlamentari u wara l-affarijiet iċċaqalqu.", "Why not!", "Imma li issa f'dibattitu fuq liġi dwar il-wirt kulturali f'Malta nagħmlu akkużi ta' din ix-xorta qisna qed nagħmlu l- pastizzi u nitfgħuhom b'ċerta leġġerezza biex qisu tħammeġ illum u tħammeġ għada forsi jibqa' xi ħaġa, ma jagħmel ġieħ lil ħadd.", "Jiena nerġa' ngħid li kellimt lill-pulizija involuti u kollha ċaħdu li xi ħadd qatt kellimhom, anke b'mod remot, fuq il-politika, pero` nerġa' ngħid li jekk l-Onor.", "Mizzi b'xi mod qed jimplika jew lili jew lil xi ħaddieħor jgħidha barra u dakinhar stess jirċevih il-libell.", "Ara kemm qed neħodha b'serjeta` din il-ħaġa!", "Dawn huma akkużi li jekk wieħed ma jkollux il- provi biex jagħmilhom, m'għandux jagħmilhom.", "Darba kien hemm xi ħadd Ġermaniż li qal li ikbar ma tkun il-gidba iktar jgħidha ħalli forsi n-nies aktar jemmnuha.", "Jien ma naħsibx li l-poplu Malti huwa daqshekk mazzun li jemmen dawn l-affarijiet.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, ippermettili nkompli fuq dak li għadu kemm qal l-Ministru Tonio Borg.", "Jiena wkoll smajt dak li qal l-Onor.", "Joe Mizzi ġo din il-Kamra u rrid ngħid kif fil-fatt ġraw l-affarijiet.", "Minn informazzjoni mogħtija lili jidher li dik il-persuna, li skond l-Onor.", "Mizzi hija tant influwenti fil-Partit Nazzjonalista, ċemplet lis-segretarju tal-bord ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar.", "Irrid hawnhekk ngħid pero` li ma kien hemm ebda komunikazzjoni mas- segretarju imma kien hemm enforcement notice ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar u ġiet notifikata l-persuna li kellhom iwaqqgħulha.", "Fil-fatt marru jwaqqgħulha imma waqt li kien għaddej it-twaqqiegħ din il-persuna talbet li jieqaf it-twaqqiegħ peress li f'waħda mill-binjiet li kienet qed titwaqqa' kien hemm xarabank li kienet qiegħda tiġi rranġata jew mibnija.", "Din il-persuna talbet li tingħata ċans joħroġ din il-vettura minn ġol- garaxx u wara kellha tkompli twaqqa' hija stess.", "Dik it-talba ġiet komunikata mhux mis-segretarju tal-bord iżda mill-assistent direttur ta' l- ippjanar inkarigat mill-azzjonijiet diretti waqt laqgħa – jiġifieri din m'hijiex xi ħaġa li kienet minn taħt – li fiha kien hemm preżenti ċ- chairman ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar kif ukoll id-direttur ta' l- ippjanar.", "Din it-talba ġiet milqugħa għaliex ġie verifikat li x-xarabank ma setgħetx tiġi mċaqalqa bla ma ssirilha ħsara.", "Irrid ngħid hawnhekk li minkejja li din il-persuna tat kelmta li se toħroġ din il-vettura minn hemm u tkompli twaqqa' hi, fil-fatt ma żammitx kelmtha u allura l-awtorita` ta' l-ippjanar marret tkompli twaqqa' hi.", "Jiġifieri jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Joe Mizzi jiġi hawnhekk u jipprova jimplika ċerti affarijiet anke wara dak li ġara u anke fuq l-inkjesta.", "Nista' ngħid li din il-persuna hija fost il-ħafna li ġew interrogati mill- pulizija.", "Ix-xogħol tal-pulizija għadu għaddej u huwa rresponsabbli mhux biss min jipprova jgħid diskors bħal dak li qal l-Onor.", "Joe Mizzi imma huwa rresponsabbli kulmin jipprova jfixkel dik l-investigazzjoni u x-xogħol li għaddej min-naħa tal-pulizija.", "U jien, l-istess kif għamel l-Onor.", "Tonio Borg, ngħid lill-Onor.", "Mizzi biex jekk jrid jimplika lili jew lill-ministru f'din l-akkuża li għamel hawn ġew li għal xi raġunijiet ta' konnessjonijiet politiċi l-pulizija ma pproċedewx kontra din il-persuna, jirrepeti dan id- diskors barra ħalli nieħdu l-proċeduri kollha kontrih.", "Huwa assolutament irresponsabbli l-Onor.", "Mizzi li jiġi hawnhekk u jipprova mingħalih jitfa' dan it-tip ta' kumment fuq każ serju bħala dan.", "Dan m'huwiex biss każ serju għalina bħala Maltin imma huwa każ serju għall-umanita` kollha għaliex dak li hemm Ħaġar Qim u dak li hemm l-Imnajdra huwa patrimonju dinji.", "Jien nassigura mhux biss lill-Onor.", "Mizzi imma lill-poplu Malti kollu li l- gvern u l-korp tal-pulizija huma deċiżi li jsir dak kollu possibbli sabiex dawk li huma ħatja jinġiebu għall-ġustizzja u jieħdu dak li ħaqqhom.", "Imma huwa żbaljat, anzi ngħid li huwa malinn, min jipprova jagħmel akkużi ta' dan it-tip biex mingħalih jieħu xi vantaġġ politiku.", "L-Onor.", "Mizzi għandu ħabta jiġi jfendi hawn ġew imma jrid joqgħod attent li ma jfendix affarijiet li jiġu kontrih.", "Hawnhekk m'huwiex il-monti jew xi laqgħa ta' xi każin fejn tfendi; dan huwa l-parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u nippretendi mill-Onor.", "Mizzi li jkun jaf x'inhu jgħid.", "L- investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u nassigura lill-poplu Malti li l- ebda konnessjoni politika m'hi se jkollha xi effett fuq dawn l- investigazzjonijiet.", "Dan huwa każ serjissimu u se nibqgħu naġixxu bis- serjeta` kif aġixxejna s'issa.", "Mr Speaker, jien nittama li l-Onor.", "Membru jkollu almenu d-diċenza għalih innifsu u għall-partit li jirrappreżenta u jammetti li għamel żball u jekk għandu informazzjoni jgħaddiha, imma joqgħod attent fid-diskors li jagħmel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru, 2001 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12:30p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRIĠUNIERI GĦARAB", "28556.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid billi fic-CCF jirriżulta li hemm numru ta' priġunieri Għarab, jista' l-Ministeru jikkunsidra li jibdew jingħataw lezzjonijiet tal- Lingwa Għarbija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi wara li kienet saret talba minn resident Malti f`isem diversi residenti fil-Faċilta` Korrettiva ta` Kordin biex jibdew isiru lezzjonijiet ta` l-Għarbi, kienu saru kuntatti informali ma` l-awtoritajiet Libjani f`Malta dwar il-possibilita` li jipprovdu għalliema fil-lingwa Għarbija.", "Mhux eskluż li jingħataw lezzjonijiet fil-lingwa Għarbija jekk jirriżulta illi l-priġunieri għandhom interess ġenwin li jitgħallmu dan is-suġġett u jinstab għalliem għal dan l-iskop.", "BULLYING", "28668.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri mill-perpetrators ta' każijiet regolari ta' bullying fl-iskejjel?", "Jingħataw għajnuna?", "X'tip?", "Jiġu mifruda mill-kumplament tal-klassi jew studenti oħra li ħafna drabi jkunu l-vittma, fis-sens, dawn jintbagħtu f'xi post għal ta' l-apposta fejn ikunu jistgħu jidħlu f'xi programm li permess tiegħu jkunu jistgħu jegħelbu l-problemi tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-politika Nazzjonali dwar l-ibbuljar ġiet ippublikata f'Novembru 1999 u taħseb fi strutturi fuq livell ta' skola u livell ċentrali biex jintervjenu f'każijiet ta' ibbuljar.", "Din il-politika teżiġi mill-iskejjel li każijiet ta' ibbuljar jiġu ttrattati fl-iskola nnifisha u bil-mezzi ta' l-iskola sakemm dan hu possibli, anke f'dawk li jkunu nvoluti f'azzjonijiet ta' ibbuljar b'mod regolari.", "Ir-riċerka turi li l-aktar mezzi effettivi biex tiġġieled l-ibbuljar u li jħallu effetti fit-tul huma dawk li jittrattaw il-każ fil-kuntest tiegħu, jiġifieri fl- iskola fejn ikun qed iseħħ l-att innifsu.", "F'każijiet gravi il-buli jista' jiġi mifrud minn sħabu jew sħabha għal xi żmien predeterminat u mhux twil.", "F'dawn il-każijiet tiġi offruta għajnuna tat-tip psikoloġiku jew bħala terapija tal-familja jew forom oħrajn li għandna għad-dispożizzjoni.", "L- effettivita` ta' din l-għajnuna tiddependi naturalment minn kemm il-buli lest jikkopera u jħalli l-għajnuna tagħmel l-effett tagħha.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "28676.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Onor.", "Viċi Prim Ministru jwieġeb b' referenza għal PQ 27774, għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar l- entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dwar l-impjegati fis-servizz pubbliku nirreferi lill-Onor.", "Interpellanti għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 27774 f'Seduta Numru 594.", "KULLEĠĠ MALTI GĦALL-ARTI, XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "28681.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta wieħed jara x' rekwiżiti li ntalbu għall- impjiegi fil-livelli differenti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, il-Ministru jinsab żgur li f' kull każ dawk magħżula kellhom ir-rekwiżiti meħtieġa kif imniżżla fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet ippubblikati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru japprezza li l-materja hi regolata mill- Bord tal-Gvernaturi.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu tagħrif dwar xi każ partikolari jista' jgħaddihuli għall-konsiderazzjoni tal-Bord.", "STUDENTI - KORSIJIET ĠODDA", "28683.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti bdew korsijiet ġodda f' istituzzjonijiet post-sekondarji f' din is-sena skolastika ġdida:", "1) Junior College 2) MCAST 3) Istituzzjonijiet Governattivi 4) Istituzzjonijiet tal-Knisja 5) Istituzzjonijiet Privati", "a) f' Malta u b) f' Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li matul Ottubru s-sitwazzjoni tkun għadha fluwida peress li jkun hemm studenti li applikaw sew għal aktar minn istituzzjoni waħda kif ukoll oħrajn li applikaw mat-tieni sejħa.", "L- istatistika definita tinġabar f'Novembru.", "ACCOMMODATION OPERATIONS", "28685.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x' kienu r-raġunijiet kollha l-għala l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ma ġiex aċċettat għall-kors ta' l-Accommodation Operations meta kellu 83 credits?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Filwaqt li nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajtu għal Mistoqsija 28593, ninsab infurmat li għalkemm il-persuna msemmija minnu kellha credits akkademiċi tajbin, waqt l-interview kif ukoll fit-testijiet isometriċi ġab punti baxxi ħafna.", "Għaldaqstant ma ġiex placed fl-ewwel tlieta u tletin post jiġifieri daqs kemm kien hemm postijiet għall-kors.", "Fil-fatt ġie 47 minn 50.", "TRIQ G. MUSCAT AZZOPARDI", "28715.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b' riferenza għall-PQ nru W258 dwar Triq G. Muscat Azzopardi Qormi, jekk id-Dipartiment tat-Toroq għamilx l- ispezzjoni fit-triq imsemmija u x' konklużjonijiet hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment spezzjona t-triq msemmija mill-onor.", "Interpellant u jirriżulta illi żewġ terzi min din it- triq huma diġa asfaltati.", "It-terz li baqa` għadu mhux asfaltat u x-xogħol f`din il-parti tat-triq ikun jista` jsir meta d-Dipartiment tat-Toroq ilesti l-programm għal asfaltar ta` toroq li qed iħejji u x-xogħol fil- lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "AZZUR AIR", "28718.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija tal-ajru Azzur Air, li għanda sehem kbir tal-Air Malta, trid tagħti lura l-ajruplani RJ70?", "Jekk dan huwa minnu, x' użu jista isir minn dawn l-ajruplani mill-kumpanija nazzjonali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali kunfidenzjali u jidhirli li ma jkunx fl-aħjar interess tal-Kumpanija li tali nformazzjoni tixxandar.", "Tajjeb jingħad ukoll li din il-kumpanija għandha fiha shareholding privat.", "GĦALLIEM TA' L-ISTORJA TA' MALTA", "28719.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minkejja li wiegħed il-Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari nru 27177 fis-seduta 574, xorta kien kemm lmenti minn ġenituri li l-istess għalliem għadu jgħallem l-istorja ta' Malta fil-Forms 3 u 4 minkejja li ma jafx bil-Malti?", "Jaf il-Ministru li huwa kien ta' tweġiba simili lil Onor. Mario Galea dwar l-istess suġġett?", "Għaliex hemm dan in-nuqqas ta' interess mid-Divizjoni tal-Edukazzjoni fejn jidħol il-futur tal-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliem inkwistjoni qatt ma ġie approvat mid-Diviżjoni biex jgħallem l-Istorja ta' Malta għax ma kellux il-kwalifiki minimi fis-suġġett jiġifieri \"A\" Level.", "Kien ġie approvat biex jgħallem il- Ġografija.", "Wara Mistoqsija Parlamentari oħra il-Kap ta' l-iskola ingħata l-parir ċar biex l-għalliem in kwistjoni ma' jibqax jgħallem l-Istorja ta' Malta u kien mitlub li jikkonforma minnufih ma' dan il-parir.", "Jidher mill-Misotqsija Parlamentari preżenti li l-Kap ta' l-iskola din is- sena reġa' ma' tax kas il-parir li tatu d-Diviżjoni u reġa' ta t-tagħlim ta' l-Istorja ta' Malta fit-tielet u raba' sena tas-sekondarja lil dan l- istess għalliem.", "Dan sar meta xi ġenituri kienu ilhom jilmentaw fuq dan l- għalliem għal aktar minn tlett snin.", "Uffiċjali tad-Diviżjoni għandhom iżuru l-iskola u l-klassi ta' l-għalliem konċernat.", "PHOTOCARDS - TENDER", "28720.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija tiegħi 27073?", "Jista' jgħid jekk id-diffikultajiet waqt il-proċess tat-tender għal provista tal-photocards ingħalbux?", "Lil min ingħatat din l-offerta?", "Kemm applikaw għall-offerta u kemm talbet kull kumpanija eċċ?", "Meta hu maħsub li jintbagħtu l-liċenzji l-ġodda tas-sewqan bil-photocard?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-diffikultajiet waqt il-proċess tat- tender għall-provista tal-liċenzji tas-sewqan photocard ġew superati u t- tender ingħatat mid-Dipartiment tal-Kuntratti lid-ditta Joseph Cachia & Sons Ltd.", "Kien hemm żewġ offerti mingħand:", "A.G. Packaging Systems Ltd.", "Joseph Cachia & Sons Ltd.", "Peress li din it-tender ġiet proċessata skond it-Tmien Skeda tar- Regolamenti ta` l-1996 dwar akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku, jiġifieri li l-offerti jsiru fi tliet pakketti separati, jista` jingħata biss tagħrif dwar l-offerta finanzjarja tad-ditta li ġiet mogħtija l- kuntratt, Joseph Cachia & Sons Ltd. li offriet Lm1.29c għal kull Liċenzja tas-Sewqan photocard.", "L-offerta finanzjarja ta` A.G. Packaging Systems Ltd. mhux magħrufa għaliex skond it-Tmien Skeda msemmija l-pakkett finanzjarju ma jiġix miftuh jekk l- offerta ma tiġix rikkommandata wara li jkunu nfetħu l-ewwel żewġ pakketti.", "Mis-27 ta` Settembru 2001 bdew jintbagħtu l-ewwel liċenzji tas-sewqan photocard.", "STORJA TA' MALTA", "28721.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministu jikkonferma li l-Istorja ta' Malta hija obbligatorja fl- iskejjel tagħna - tal-Istat, indipendenti u tal-Knisja?", "Jikkonferma pero' li mhux l-iskejjel kollha iwasslu lis-studenti biex joqgħodu għall-eżami tas-SEC f'dan is-suġġett?", "Jista' jara jekk hemm xi skola tal-bniet tal- Knsija li neħħiet l-Istorja ta' Malta mill-kurrikulu tagħha f'livell sekondarju (l-isem tal-iskola qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istorja ta' Malta hija obbligatorja fl- iskejjel tagħna, ta' l-Istat, Indipendenti u tal-Knisja.", "Fl-iskejjel ta' l-Istat, studenti li għandhom lezzjoni waħda biss fl- Istorja ta' Malta jaslu għall-eżami tas-SEC fl-Environmental Studies (li fih taqsima fuq l-Istorja ta' Malta) u mhux għall-eżami tas-SEC fl-Istorja ta' Malta.", "Għall-eżami tas-SEC fl-Istorja ta' Malta jaslu dawk l-istudenti li jkunu għażlu dan is-suġġett speċifikament u jkollhom erba' lezzjonijiet fih.", "Informat ukoll li l-iskola msemmija tgħallem l-Istorja ta' Malta fl-ewwel u t-tieni klassi ta' l-iskola sekondarja.", "Fit-tielet sena toffri għażla ta' suġġetti biex jiġu studjati mit-tielet sena 'l fuq, fost dawn is-suġġetti hemm l-Istorja ta' Malta.", "Jirriżulta li f'din l-iskola n-numru ta' studenti li għażlu l-Istorja ta' Malta kien tant żgħir li ma setgħetx tifforma klassi.", "L-eżami tas-SEC f'din iċ-ċirkustanza ma jistax isir.", "ISKOLA STEFANO ZERAFA - STUDENTI B'MWIES", "28725.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li fost studenti li qed jagħmlu korsijiet li bdew fl-Iskola Stefano Zerafa tan-Naxxar qed ikun hemm min ikollu mwies b'periklu għall-istudenti l-oħra?", "Jistgħu jittieħdu passi biex jekk jirriżulta li dawn ir-rapporti jkunu veri, jitneħħa dan il- periklu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li student ta' l-ewwel sena ġie rrappurat minn sħabu tal-klassi li kellu lighter b'tarf forma ta' sikkina.", "L- amministrazzjoni ta' l-iskola investigat minnufih iżda kollox irriżulta fin- negattiv, u l-amministrazzjoni ta' l-iskola ammoniet severament lill- istudent konċernat.", "Il-ġenituri tiegħu ġew ukoll avżati.", "Dan kien każ iżolat.", "MCAST", "28726.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid issa li għalqet it-tieni sejħa għall-applikazzjoni ta' studenti mal-MCAST, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-listi sħaħ ta' l-istudenti skond l-ordni tal-mertu kif wieġeb għall-mistoqsija 28442?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28582.", "SMART CARD", "28727.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex l-smart card ta' l-istudenti post-sekondarji u terzjarji tkun tista' tintuża għax- xiri ta' photocopies u materjal edukattiv ieħor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ismart card ta' l-istudenti post sekondarji u terzjarji, diġa' barra mill-kotba, tista' tintuża għal materjal edukattiv ieħor u wara xi każi partikolari li ġew għall-attenzjoni tal-Bord qed jittieħdu passi biex l-użu tagħha jkun estiż biex tilqa' għalihom ukoll.", "Għal dak li jirrigwarda l-fotokopji, il-Bord ukoll qed jistudja każi fejn f'korsijiet partikolari jsiru aktar użu minn fotokopji ta' noti tal-lecturers milli minn kotba.", "Wieħed pero` jrid jiftakar li hemm fotokopji, bħal dawk ta' partijiet minn kotba, li mhux permessi minħabba l-liġi tad-drittijiet ta' l-awtur u fil- fatt l-assoċjazzjoni Maltija li tirrappreżenta lill-awturi diġa` pprotestat mal-Bord u ġibdet l-attenzjoni għal din il-liġi.", "Għalhekk mhux il- fotokopji kollha huma permessi, iżda dawk li jistgħu jsiru l-Bord qed jagħmel arranġamenti biex ikun jista' jilqa' għal dawn il-bżonnijiet.", "PEMBROKE - SKOLA PRIMARJA ĠDIDA", "28770.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi il-qagħda attwali dwar il-bżonn ta' bini ta' Skola Primarja Ġdida f'Pembroke?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-qagħda attwali hija kif indikata fit- tweġiba parlamentari numru 28275 f'Seduta 607.", "PEMBROKE - KAROZZI TAL-LINJA", "28772.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-awtorita' tat- trasport pubbliku biex tintroduċi rotta ġdida għall-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Pembroke, dan sabiex tiżdied il-frekwenza sabiex ir-residenti jkunu jistgħaw jinqdew aħjar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-servizz tat-Trasport Pubbliku li qed jingħata għall-lokalita` ta` Pembroke huwa skond rotta 671.", "Dan apparti rotot oħra li jaħdmu għal Baħar iċ-Cagħaq, St. Andrews u Swieqi (rotot 68,67,64 rispettivament).", "L-Awtorita` qedgħa f`diskussjonijiet ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku fejn qed jiġi diskuss titjieb u rotot ġodda in ġenerali nkluż il- lokalita` ta` Pembroke.", "Appena ikun hemm xi żviluppi, l-Aworita` tippubblika l-informazzjoni fuq il-media kif ukoll fuq il-website tagħha.", "PEMBROKE - SLIPWAY", "28774.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba tal-kunsill lokali ta' Pembroke biex il-Gvern ċentrali joħloq slipway għad-dilettanti tad-dgħajjes fl-akwati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li qed jiġu studjati proposti mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il- Ministeru għall-Ambjent biex tkun sottomessa applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward din is-slipway.", "SAN ĠILJAN - WATERPOLO - PIXXINA", "28775.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 24706, jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasslet din l-inkjesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed ninformaw ruħna dwar l-aħħar żviluppi biex nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.", "TRIQ L-10 TA' SETTEMBRU 1797 - ĠIBJUN", "28776.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn qed imur l-ilma li jinżel fil- culvert taħt il-bankina fi Triq l-10 ta' Settembru 1797 ġewwa Ħaż-Żebbuġ?", "Jikkonferma l-Ministru li dan l-ilma, snin ilu kien imur ġewwa ġibjun u dan issa ma jistax isir għax il-ġibjun ġie magħluq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-toroq indaga dwar il-każ mas-Segretarju tal-Kunsill ta` Ħaż-Żebbuġ u ġie nfurmat li m'hemmx triq li jisimha 10 ta` Settembru 1797 ġo Ħaż-Żebbuġ.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jiċċekja sew għal liema lokalita` l-mistoqsija qed tirreferi.", "VETTURI", "28804.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħat f'xi Seduta oħra.", "VETTURI", "28805.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal- llum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba", "VETTURI", "28806.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal- llum?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VETTURI", "28807.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal- llum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li n-nefqa fuq hiring, leasing u xiri ta' vetturi huwa kif jidher hawn taħt:", "1999 Kiri ta' vetturi Lm126,150.", "Xiri ta' vetturi Lm 45,816.", "2000 Kiri ta' vetturi Lm195,659.", "Xiri ta' vetturi Lm 20,985.", "2001 Kiri ta' vetturi Lm108,862.", "Xiri ta' vetturi Lm 26,520.", "VETTURI", "28809.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li matul is-snin 1999, 2000, 2001 sa llum id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet nefaq fuq hiring ta` vetturi Lm3,541.56, Lm3,577.69 u Lm 2,678.38 rispettivament.", "SECOND TENANTS", "28818.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "26071 kemm fadal persuni li huma fuq in-9th scheme li kienet ħarġet fl-1988, jiġifieri dawk li huma meqjusa bħala s-second tenants ta' plots mogħtija mill-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għas- sidien ta' plots li kellhom l-għażla jirrivertu għall-kondizzjonijiet tad- Disa' Ħarġa u li l-Awtorita' tad-Djar għad ma akkwistatx l-art u minħabba f'hekk il-kuntratt ta' enfitewsi ma jistax isir, dawn jammontaw għal 105.", "VETTURI", "28820.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba"]} {"filename": "20010604_546d_par.doc", "date": "2001-06-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 546 It-Tnejn, 4 ta' Ġunju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 546", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "546", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju, 2001", "WERREJ", "3", "MINUTI 209", "KOMUNIKAZZJONI 209", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 209", "TQEGĦID TA' KARTI 213", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATAABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-ERARJU (IT-TIELET QARI)", "REVENUE (SAFEGUARD) (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 214", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU", "U SOĊJALI (IT-TIELET QARI)", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL (THIRD READING) 215", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTI ARTIJIET (IT-TIENI QARI)", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL (SECOND READING) 215", "AĠĠORNAMENT 237", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 242", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 545 li saret fit-30 ta' Mejju, 2001 ġew konfermati.", "KOMUNIKAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li skond l- artikolu 10 ta' l-Att Nru VIII ta' l-1997 is-Sedja kienet irċeviet kopja tar-Rapport tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.", "Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport Nru 8 tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji għas- sitt xhur bejn it-2 ta' Diċembru 2000 u l-1 ta' Ġunju 2001; u", "Rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f'Mejju 2001 intitolat \"Inquiry into the Administration of the National Aquaculture Centre (1992-1997)\".", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, niġbed l-attenzjon li m'hawnx quorum u bħala turija ta' suppost għall-kumitat ta' azzjoni biex ma jinqeridx il- wied tal-Kalkara qed nitlob quorum", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Billi fis-6.11 p.m. ma kienx hemm quorum, is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MTA", "25408.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-impjegati li għandha magħha l-Malta Tourism Authority – li qabel kien l-NTOM - fl-uffiċċju ta' l-Ingilterra?", "Meta kienu impjegati u x'xogħol jagħmlu?", "X'tip ta' kuntratt għandhom?", "Meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet?", "Kemm applikaw?", "Xi kwalifiki għandhom dawk l-impjegati?", "Kemm għandhom salarju u x'allowances għandhom dawn l- impjegati?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) (f'isem il-Ministru tat- Turiżmu): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub li jinkludi kemm il-kwalifiki akkademiċi ta' l-impjegati kif ukoll l- esperjenza tagħhom fix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli kif l-isem ta' persuna li hija familjari tal-Ministru Refalo m'hijiex imniżżla fil-lista ta' mpjegati li ħarġet pubblikament?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jiena qed nirrispondi f'isem l-Onor.", "Refalo u m'għandix aktar informazzjoni ħlief ir-risposta li tajt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kienu saru żewġ domandi parlamentari dwar din il-persuna li qed nirriferi għaliha.", "F'waħda mir-risposti kien ġie nnegat li din il-persuna kienet impjegata ma' l-ambaxxata Maltija ġewwa l- Ingilterra filwaqt li fl-oħra kien ġie kkonfermat li din il-persuna kienet impjegata ma' l-NTOM.", "Jista' l-Ministru jgħidli għala llum reġa' ġie nnegat li din il-persuna verament hija mpjegata f'dan l-uffiċċju?", "Jaf il- Ministru li din il-persuna inqabdet bla working permit fl-Ingilterra u mbagħad biex jgħattulha qalu li hija impjegata mal-High Commission ta' Malta ġewwa Londra?", "Jaf li meta ntalbet lista ta' persuni li jaħdmu ma' l- ambaxxata, isem din il-persuna ma deherx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett jidhirli li m'għandhomx isiru dawn id- domandi kollha.", "Naħseb li dan huwa l-uniku parlament fejn isiru tmien supplementary questions at one go.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ħalli nerġa naqra d-domanda ftit ftit.", "Din tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati ta' l-MTA fl- Ingilterra?\".", "Mela mhux tal-High Commission jew ta' xi ħaġa oħra imma tal-Malta Tourism Authority li qabel kienet tissejjaħ l-NTOM.", "Din id-domanda tkompli hekk:", "\"Meta ġew impjegati?", "X'tip ta' kuntratt għandhom?", "Meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet?", "Kemm applikaw u xi kwalifika għandhom dawk l-impjegati?", "Kemm għandhom salarju?", "X'allowances għandhom dawn l-impjegati?\"", "Issa l-Ministru għat-Turiżmu qiegħed lista dettaljatissma fuq il-Mejda tal- Kamra mhux biss bl-ismijiet ta' l-impjegati iżda wkoll bid-date of employment, il-pożizzjoni tagħhom, it-tip ta' kuntratt, id-data tas-sejħa ta' l-applikazzjonijiet, in-numru ta' applikanti għal diversi postijiet, is- salarji u l-allowances li dawn jingħataw f'ċifri li huma sterling.", "Il-Ministru ta wkoll lista tal-kwalifiki ta' kull wieħed minn dawn il- persuni.", "Terġa' għal kull wieħed minnhom hemm il-work history, jiġifieri mhux biss fejn qed jaħdmu llum imma anke fejn kienu jaħdmu qabel.", "Jekk f'din il-lista hawn xi wieħed minn dawn l-impjegati li jiġi mill-Ministru nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħidli min hu u mbagħad naraw.", "Pero' il- Ministru Refalo bl-ebda mod m'hu qed jaħrab mill-informazzjoni li qed jagħti.", "Anzi t-tmien domandi li għamel l-Onor.", "Interpellant kollha ġew imwieġba.", "Jien iċċekjajt fil-file u dan li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant ma jirriżultalix.", "MR SPEAKER: l-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bint il-Ministru Refalo hijiex impjegata ma' l-MTA?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Le dan ma nistax nikkonfermah.", "Jien poġġejt il-lista li għandi dwar l-impjegati li hemm jaħdmu ma' l-MTA ġewwa l-Ingilterra li turi s-sitwazzjoni attwali tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jassumi responsabbilta' li jaċċertana li bint il-Ministru Refalo m'hijiex impjegata ma' l-MTA?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien qed ngħid li saret domanda limitament għall- uffiċċju ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu f'Londra u dik l-informazzjoni li nġabret mill-ministeru poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, skond l-informazzjoni li għandi it- tifla ta' l-Onor.", "Refalo hija mpjegata mal-MaltaTourism Authority ġewwa l- Ingilterra.", "Jekk dan huwa minnu, u din il-persuna m'hijiex imniżżla mal- lista ta' impjegati li hemm jaħdmu ma' dan l-uffiċċju, bla dubju ta' xejn il-Kamra qed tiġi żvijjata.", "Il-Ministru jikkonferma li din il-persuna ma kellhiex working permit u li kienet diġa' qiegħda l-ajruport meta ntervjeniet il-kummissjoni għolja Maltija fl-Ingilterra biex isirilha arranġament speċjali u tkun tista' tibqa' taħdem hemm?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma nistax nikkonferma xejn minn dan kollu, anzi nkun qed nimmislidja lill-Kamra jekk nikkonfermah għax jiena tajt lista ta' min huma l-impjegati ta' l-MTA kif ġejt mistoqsi nagħmel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li l-Kamra xorta tkun qed tiġi misgwidata ladarba fir-risposta għal mistoqsija parlamentari l-isem li semmejt diġa' qiegħed imniżżel?", "Il-Ministru m'għandux informazzjoni dwar dan li qed ngħid?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien diġa' poġġejt lista ta' persuni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri l-Ministru ta' l-Intern li qed jirrispondi f'isem il-Ministru tat-Turiżmu – li mhux qiegħed preżenti - jintrabat li l-informazzjoni li għandu quddiemu hija retta u fidila lejn din il-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, hawnhekk qed nitkellmu bil-Malti u m'aħniex niftehmu.", "Id-domanda kienet dwar l-impjegati li hemm fil-branch ta' l-awtorita' għat-turiżmu ġewwa Londra u jien, f'isem il-Ministru tat- Turiżmu, poġġejt lista' dettaljata ta' dawn l-impjegati fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Issa min jiġih il-kappell jilbsu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jaħsibx il-Ministru li hija ksur ta' etika li jkun hemm xi ħadd li jkun mpjegat ma' l-MTA li jkun qarib tal-ministru responsabbli minn din l-awtorita' jew tal-familja tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-domanda hija dwar l-impjegati ta' l-NTOM u jiena tajtu risposta għaliha pero' ma jistax joqgħod jitlobni pariri dwar il- Kodiċi ta' l-Etika!", "MR SPEAKER: Domandi ipotetiċi ma jistgħux isiru.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, mhux biċ-ċajt qed ngħid.", "Jiena poġġejt l- informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra imma pariri ma nistax nagħtih u l-ebda Ministru ma jista' jagħtih pariri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Taf is-Sinjorija Tiegħek li kien hemm mistoqsija parlamentari dwar dawn l-impjegati u fir-risposta ingħata isem it-tifla tal- ministru?", "Allura dan m'huwiex qed jimmislijdja lill-Kamra?", "Issa jien qed nitlob lilek, Mr Speaker, biex tinvestiga u tqabbel ir-risposta li ngħatajt illum mar-risposta li semmejt.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Safejn naf jien il-protezzjoni tas-Sedja nista' nitlobha kull meta jkun hemm il-bżonn.", "Jiena qed nitlob lis-Sedja biex tindaga u tara li f'risposta għal mistoqsija oħra simili diġa' ngħata l- isem tat-tifla tal-Ministru.", "Għalhekk qed niskanta kif dan issa m'huwiex inkluż f'din il-mistoqsija li qed nerġa' nagħmel jien!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi xejn xi nżid.", "Saret domanda f'ċerta data li tgħid min huma l-impjegati u dik l-informazzjoni ngħatat.", "(Interruzzjonijiet) Jien fuq id-domanda li saret illum nista' nagħtih risposta għax id-domanda l-oħra li qed isemmi m'hijiex qiegħda quddiemi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nitlob lis-Sedja li meta jkun hemm mistoqsija parlamentari u tingħata risposta u jerġa' jkun hemm mistoqsija parlamentari għall-istess informazzjoni kważi u r-risposta tingħata b'mod differenti, dan ifisser li hemm xi ħaġa ħażina u qed timmislidja lill- Kamra.", "Għalhekk qed nitlob lis-Sedja biex tinvestiga u jekk hemm bżonn tieħu passi.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, inti taf li l-Ministru ssirlu d-domanda u r- risposta li huwa jagħti hija formali u finali għad-domanda li tkun saret.", "(Interruzzjonijiet)", "KAROZZI MIKRIJA", "25248.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is- sena l-oħra u kemm kien l-fuel bill tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "KAROZZI MIKRIJA", "25249.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il- fuel bill tagħhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Jiena nformata li fil- preżent hemm disa' karozzi mikrija mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il- Ministeru għal Għawdex.", "Matul is-sena 2000 dawn il-karozzi swew b'kollox Lm9,808.17,8 li minnhom ntefqu Lm2,926.21,8 fuq fuel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nisimgħu ħafna kliem dwar persuni li jaħdmu f'entitajiet li jaqgħu taħt ċerti ministeri li jużaw il-karozza tal-gvern anke fil-weekends.", "Tista' l-Ministru tgħidilna din il-pożizzoni kif tħares lejha u x'passi jittieħdu biex għallinqas dan ma jsirx b'abbuż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Safejn naf jien il-persuni li għandhom il- karozza mikrija jużawha skond kif jitolbu r-regolamenti.", "Jekk ikun hemm xi ħadd li ma jkunx miexi skond il-policies aħna lesti li nieħdu l-passi kontra tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi mikrija fid-dikasteru li għalih hu responsaabbli l-Prim Ministru matul l-2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "25250.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar advisers u membri ta' bordijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali matul l-2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "25252;", "Kopja tal-financial statements tal-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti għas-sena 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "26064;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li attendew l-Aġenzija Sedqa minħabba problemi konnessi mad-droga jew l-alkoħol bejn Jannar u April 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "26098;", "Tagħrif dwar persuni b'diżabilita' mentali jew intellettwali li attendew korsijiet ta' taħriġ organizzati mill-Korporazzjoni għax- Xogħol u Taħriġ jew istituzzjonijiet oħra bejn l-1993 u l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "26206;", "Tagħrif dwar persuni b'diżabilita' mentali jew intellettwali li nstabilhom xogħol wara li temmew korsijiet ta' taħriġ organizzati mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bejn l-1995 u l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "26207;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar trasferimenti mogħtija bejn il-11 ta' Settembru 2000 u Ġunju 2001 lill-impjegati fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l- Ministru tal-Finanzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "25387.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar trasferimenti mogħtija bejn il-11 ta' Settembru 2000 u Ġunju 2001 lil impjegati fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "25389.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar uffiċjali pubbliċi fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, li huma fuq performance agreement li barra performance bonus irċevew ħlas, kumpens jew benefiċċju għal xi ħatra jew nomina oħra waqt li kienu fuq performance agreement bejn l-1998 u l-2000, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "25893.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pożizzjoni li addottat Malta fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fuq Kapitolu 14 – Enerġija li dwaru Malta rċeviet il- pożizzjoni komuni ta' l-Unjoni Ewropea; u", "Tagħrif dwar uffiċjali pubbliċi fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, li huma fuq performance agreement li barra performance bonus irċevew ħlas, kumpens jew benefiċċju għal xi ħatra jew nomina oħra waqt li kienu fuq performance agreement bejn l-1998 u l-2000, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "25894.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-ERARJU", "REVENUE (SAFEGUARD) (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR JOHN DALLI: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju, Kap. 62\", ikun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI", "MALTA COUNCIL FOR ECONOMIC AND SOCIAL DEVELOPMENT BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvillup Ekonomiku u Soċjali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-Twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u għal affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu miegħu\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur ?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR RESTITUZZJONI TA' ĊERTI ARTIJIET", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-30 ta' Mejju, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiem din il-Kamra bħalissa għandna dan l-abbozz ta' liġi li tressaq mill-ministru ta' l-intern, liġi li tipprovdi għar-restituzzjoni ta' art esproprjata bis-saħħa ta' l-Att dwar l- Arei għall-Iżvilupp tal-Bini.", "Din id-diskussjoni issa ilha għaddejja għal xi żmien u jien nista' ngħid li segwejt kemm-il intervent minn din in-naħa tal-Kamra kif ukoll min-naħa l-oħra.", "Nistgħu ngħidu wkoll li dan l-abbozz ta' liġi qajjem ċertu interess għall-fatt li l-art hija limitata u għalhekk wieħed irid jibża' għaliha u jagħraf sew kif jużaha.", "L-art hija prezzjuża u għalhekk tajjeb li dan il-parlament ikollu l-okkażjoni li jitkellem fid- dettal u b'mod wiesa' dwar Din il-liġi u ovvjament imbagħad jifrex fuq suġġetti oħra li għandhom x'jaqsmu magħha.", "Minħabba l-fatt illi l-art hija xi ħaġa prezzjuża, wieħed irid jara kif jużaha bl-aħjar mod possibbli u bl-aktar mod bil-għaqal.", "Anke meta artijiet jgħaddu għall-iżvilupp għand ċerti kumpanniji min-naħa tal-gvern, jew anke meta jsiru aplikazzjonijiet biex jiġu żviluppati ċerti artijiet, wieħed irrid joqgħod attent li l-art verament tkun qed tintuża' b'mod għaqli.", "Importanti li l-art verġni li għad baqa' f'xi partijiet ta' pajjiżna, il- ftit natura li għandna bħall-widien u x-xtajtiet, wieħed jara kif jibża' għalihom.", "L-art agrikola trid tiġi ssalvagwardata u mhux mittiefsa u meqruda minn ċertu żvilupp.", "Jiena u dieħel il-parlament stajt nara grupp ta' attivisti li jifformaw parti minn kumitat ta' azzjoni mill-Kalkara, li kien qed jipprotestaw quddiem il-bini tal-parlament dwar it-theddida preżenti li l-wied tal-Kalkara jiġi żviluppat u eventwalment meqrud.", "Il- ministru qed jgħid: X'għandu x'jaqsam!", "Lill-ministru nassigurah li mhux se nintilef nagħmel xi diskors sħiħ fuq il- wied tal-Kalkara, imma nħossu d-dover u d-dmir tiegħu bħala membru parlamentari li nsemmi dan il-punt la qed nitkellmu fuq l-artijiet u kif l- art għandha terġa' tgħaddi lura għand ċerti individwi.", "Jien nemmen li l-art pubblika la hi tal-gvern u lanqas ta' l-oppożżizjoni imma tal-pubbliku, u għalhekk ma nistax ma nurix solidarjeta ma dawk in-nies meta waqt li kont fil-kunsill fil-lokalita ta' San Ġiljan, kont għaddejt minn esperjenza simili.", "Nafu li anke jekk l-art ma tkunx pubblika, kif qed jgħid il- ministru, il-gvern għandu d-dritt u d-dover li jipproteġi art verġni u ma jħallihiex tinqered.", "Nafu li fl-inħawi tal-Kottonera, fost il-massa ta' bini u postijiet industrijalli bħat-tarzna eċċ., dan il-wied tal-Kalkara hu parti żgħira fejn wieħed jista forsi jgħid li fadal ftit natura.", "Il- ministru qed jgħid li din hija art privata u li hija skedata.", "Issa jekk se toqogħdu tinterrompu stennew għax ser ikollkom ċans tagħlqu d-dibattitu.", "(Interruzzjonijiet)", "Lill-ministru ngħidlu li fis-snin '60, fi żmien gvern Nazzjonalista, kien ukoll ħareġ permess għall-iżvilupp fil-wied ta' San Ġiljan, u llum nafu x'qirda saret minn dak il-wied, li jibqa' sejjer sa San Gwann u mbagħad jgħaddi mis-Swieqi u jibqa tiela' saħansitra sal-Għargħur.", "Nafu wkoll kif widien oħra ġew meqruda.", "Dawn il-permessi għall-bini ma nħarġux mill-privat iżda ħariġhom il-gvern tal-ġurnata jew l-entita' li tirrapreżentah, f'dan il-każ l-awtorita ta' l-ippjanar, li għalkemm hija awtonoma hija maħluqa mill-gvern.", "Nafu wkoll kif gvernijiet Nazzjonalisti ta' l-1987 u l-1992, minkejja l-pressjoni kemm mill-kunsill lokali u mir-residenti ta' San Giljan, kif ukoll minn kull min kellu għal qalbu l-ambjent, ma kellhomx il- kuraġġ jieħdu deċiżjoni li jirtiraw dawk il-permessi.", "Sur President, jien ngħid li jekk jinstab li f'xi żmien fil-passat - kien min kien fil-gvern, ħalli ma nippolitiżżawx il-biċċa - inħarġu permessi fuq art ta' natura ambjentali li wieħed għadu jista jissalvagwardaha u jipprotegiha, ma nistax nifhem għaliex insibuha diffiċli li nirtiraw dawn il-permessi.", "X'inhi din id-diffikulta'?", "Forsi biża' minn fallout politiku?", "Ngħid għalija fil-kwestjoni tal-wied ta' San Ġiljan, fejn bqajna kważi neżlin sa l-aħħar tal-wied, setgħet ittieħdet deċiżjoni li jiġu rtirati ċerti permessi.", "B'hekk ma kienx jinbena dak il-mostru li minħabba fih min illum ikun għaddej minn Regional Road u jħares l-isfel, bil-kemm għadu jarah il-wied.", "Ħallew biss biċċa mill-wied, hekk bħal kanal ta' l-ilma!", "Hekk ġie l-wied ta' San Giljan illum, l-uniku wied f'dik l-area, li nerġa' ngħid jibqa' sejjer sas-Swieqi, jgħaddi minn San Gwann u jibqa' tiela' l- Għargħur.", "Sur President, hawnehekk mhux qed nitkellem fuq xi biċċa proprjeta' li tinteressa lil xi partit politiku jew lil xi individwu iżda din kollha kemm hi tal-poplu Malti, li l-gvern irid jiżviluppaha b'mod li minnha jiġġenera l-ekonomija.", "Qed nitkellem fuq art ambjentali u nemmen illi l-ftit art li fadlilna għandna noqogħdu b'seba' għajnejn li nipproteġuha.", "Ma rridux inħallu l-ilpup u l-iljuni li huma għatxana biex jaħtfu din il-ftit art li għandna biex jibnuha, jiżviluppawha u jħaxxnu bwiethom.", "Ejja nammettu li saru żbalji kbar fil-passat.", "Mhux se noqgħod insemmi gvern jew ieħor - fil- ħajja kulħadd jiżbalja u fil-politika mhux b'inqas – iżda rridu nieqfu u naraw illi ta' l-inqas dawn l-iżbalji ma nirrepetuhomx.", "Jekk se nibqgħu sejrin b'dawn l-iżbalji li għamilna fil-passat, nistgħu ngħidu li xejn m'hu sabiħ il-futur għal dawk l-areas ta' art verġni li għad baqa' f'pajjiżna.", "L-istess dwar il-każ tal-Kalkara li kont qiegħed nitkellem dwaru.", "Privat jew mhux, fl-ischeme jew mhux, diskors dwar ċerti deċiżjonijiet kontroversjali li tieħu l-awtorita' ta' l-ippjanar nisimgħuh ta' kuljum minn kulhadd, nisimgħuh fuq ir-radju u fuq it-televiżjoni, naqrawh fil- ġurnali u fuq l-internet, tista' tisimgħmu kullimkien.", "Meta inti tisma' u tara dan kollu, bilfors li tibda tistaqsi għaliex qiegħed jingħad dan id- diskors.", "Żgur li dan mhux diskors superfluwu u li qed jingħad għal xejn, biex wieħed jimla argument jew għax m'hemmx fuqhiex wieħed jitkellem.", "Iva, ċerti deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtorita' ta' l-ippjanar huma deċiżjonijiet kontroversjali li joħolqulek ċertu dubji dwar kemm id- deċiżjonijiet li jkunu jittieħdu jkunu deċiżjonijiet ġusti, kemm tista' tgħid li jkunu l-istess bħal deċiżjonijiet passati fil-konfront ta' ħaddieħor.", "Per eżempju, rajna kif f'dawn il-ġranet, permess ta' lukanda li kienet inbniet illegalment ġie rranġat f'sempliċi multa.", "(Interruzzjonijiet) Ma jien se niddefendi lil ħadd li abbuża f'dan ir-rigward, kien min kien, imma żgur li ma ntużax l-istess kejl, per eżempju, fil-konfront ta' dawk li bnew il-kmamar fl-Għadira u fl-Armier.", "Lil dawk ma għamlulhomx l-istess, ma qalulhomx iħallsu multa u daqshekk!", "Allura għalfejn two ways, two measures?", "Jekk inti għandek tieħu passi, ħu l-passi kontra kulħadd.", "Jekk inti trd tkun kredibbli fid-deċiżjonijiet li tieħu, jekk hemm bini bla permess, hu ta' min hu, ħu deċiżjoni.", "Issa jekk teħux deċiżjoni li twaqqa' jew li twaħħal multa dik storja oħra, imma ma tistax tieħu deċiżjoni mod fil-konfront ta' wieħed u deċiżjoni mod ieħor fil-konfront ta' ieħor.", "Bilfors li dak li jmur l-agħar ikollu raġun li joqmos u jgħid illi l-gvern tal-ġurnata jew l-entita' maħluqa mill-gvern tal-ġurnata qed jimxu b'ċertu favoritiżmu.", "Jekk qegħdin isiru dawn l-iżbalji li jtellfu l-kredibilita' ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, għandna naraw li dawn mhux biss ma jibqgħux isseħħu iżda wkoll jekk huma każi reċenti, għandna naraw x'wassal biex ittieħdu ċerti deċiżjonijiet għax minkejja li hemm l-awtonomija, il-gvern tal-ġurnata xorta waħda jibqa' responsabbli li ma jħallix li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, anke minn entitajiet awtonomi li jaqgħu fi ħdanu.", "Jien nemmen li f'każi bħal dawn li għadni kif semmejt, għandha tidħol ir- responsabbilta' politika li titlob li l-ministru - jew min hu responsabli f'dan ir-rigward - għandu jkun ċert li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu b'mod ġust skond ir-regolamenti.", "Jekk ir-regolamenti qegħdin jitgħawġu għandna naraw li dawn ir-regolamenti ma jibqgħux jitgħawġu u għandna nirranġawhom.", "Irridu naraw li d-deċiżjonijiet jittieħdu l-istess fil-konfront ta' kulħadd, mhux ta' min mod u ta' min mod ieħor.", "Hawnhekk, Sur President, ridt nitkellem fuq ċerti areas li appuntu huma artijiet tal-gvern.", "Nafu li l-gvern jgħaddi ċerti artijiet lil ċerti kumpanniji wara riżoluzzjoni li tkun mgħoddija minn dan il-parlament jew wara xi avviżi legali li jkunu ħarġu biex isir żvilupp fuqhom.", "Waħda minn dawn l-artijiet li għalija hi imprezzabbli u li għaddiet għall-iżvilupp - u jien ngħid li kien żball li għaddiet għall-iżvilupp - hija l-art fejn illum qed terġa' tinbena l-Excelsior.", "Hemmhekk għattejna sur biex tellajna mostru, u meta dan il-mostru ġie biex jaqa' għax kien hemm oppożizzjoni kbira għalih u anke ġie kkundannat, erġajna ħriġna permess ieħor.", "Dan ikompli ma dak li kont qed ngħid qabel, jiġifieri li nwettqu żball darba, imbagħad l-istess żball nerġgħu nwettquh.", "Kif qed jgħid ukoll il-kollega tiegħi, l- iżviluppatur daħal fis-swar u ħadd ma kellmu.", "Anke ħareġ iktar fuq il- baħar milli oriġinarjament kien suppost u ħadd ma tkellem.", "L-iżvilupp ta' din il-lukanda issa ilu snin għaddej - lanqas li konna qed nibnuha fuq il- qamar għax kienet titlesta qabel! - iżda qisu mhu qed jiġri xejn.", "Kollox kwiet u ħadd ma jiftaħ ħalqu, waqt li l-iżviluppattur jagħmel li jrid, u dan meta din hia art tal-gvern!", "Sar it-tieni żball li reġa' nħareġ il-permess għax hemmhekk saret pastażata kbira u għattejna s-swar li aħna l-poplu Malti suppost li niftaħru bihom.", "Mela minflok ngħidu li issa la darba dik il-lukanda ma tistax tinbena, allura għandha taqa' u daqshekk, nagħmlu żball u nerġgħu nirrepetuh.", "Iżda araw x'ġara' fl-Armier u fl-Għadira - intenni li m'iniex qed niddefendihom lil dawn għax hemmhekk hemm art naturali u rridu nissalvagwardawha – u għax hemmhekk hemm iż-żgħir immorru bis-suldati, bil-pulizija u bil-gafef u nkaxkru lil kulħadd.", "Hemmhekk m'hemmx saħħa finanzjarja u saħħa oħra.", "Jien nistaqsi: X'inhi din is-saħħa biex fil-każ ta' xi wħud jittieħdu passi kontrihom u fil-każ ta' xi wħud oħra le?", "Nifhem li jkun hemm min irid jinvesti flusu, imma issa ejja ma naqgħux għar-rikatt ta' l-abbuż ta' min se jinvesti flusu, joħloq ix-xogħol u jiġġenera l-ekonomija.", "Jekk aħna rridu nissejħu serji u jekk aħna rridu nissejħu politiċi veri, m'għandniex naqgħu għar-rikatt b'dan il-mod.", "Meta niftaħru li l-ekonomija tagħna sejra tant tajjeb u tant 'il quddiem u tant qed toħloq ġid, ma naħsibx li għandna bżonn inbaxxu rasna għal kollox u qisu mhu qed jiġri xejn.", "Għalhekk niskanta jien kif ċerti deċiżjonijiet u ċerti passi ma jitteħdux, Sur President.", "Segwejt l-intervent li għamel il-ministru għall-ambjent fuq din l-istess liġi u dan bilkemm ma riedx jakkuża gvernijiet Laburisti tal-passat għax qassmu plots f'ċerti areas biex jinbnew minn familji tal-ħaddiema!", "Bilkemm ma riedx jgħid li dan kien sagrileġġ!", "Qal li dan ma kienx housing soċjali – min irid jista' jmur hemmhekk u housing soċjali jsib u mhux vilel – u wasal biex qal li t-tqassim ta' dwan il-plots kien żball.", "Jekk l-Onor.", "Zammit Dimech isejjaħlu żball, jien ma nsejjaħlux żball, anzi nħossni kburi li nagħmel parti minn dan il-partit li lill-ħaddiem dejjem tah id-dinjita' tiegħu.", "Lil min hu inqas u lil min jiflaħ l-inqas, il-partit tagħna dejjem għollieh 'il fuq.", "Ħafna familji ta' ħaddiema li fil-passat ma kenux kapaċi jibnu d-dar tagħhom, dan setgħu jagħmluh bis-saħħa u bl-għajnuna ta' gvernijiet Laburista li tawhom l-art biex jibnuha u jkollhom dar dinjituża, bħalma jkollu kulmin hu sta bene u kull min ġej minn familja ta' l-elite.", "Donnu li l-familji ta' l-elite jista' jkollhom dar sura ta' nies, imma jekk ħaddiem jimxi naqra 'l quddiem nibdew ngħidu ċertu diskors.", "Jien nitkaża nisma' dan it-tip ta' diskors, u mbagħad mingħand min ġie hawn u ppropona li jgħaddi biċċtejn art - qed nirriferi għal Tigne' u Manoel Island - biex isir żvilupp fuqhom.", "(Interruzzjonijiet) S'hemmhekk m'hemm xejn ħażin, iżda mbagħad lil min hu sta bene u lil dak li għandu l-but mimli naħfrulu l- bolli!", "Mela lil dan nagħtuh l-aħjar kondizzjonijiet u ma nitkażawx bih, u lill-ħaddiem għax bena daru u għax forsi għandu dar diċenti bħal kull familja oħra, dak nagħtuh ġo rasu!", "Jiena nżur djar bħal dawn f'Pembroke u s-Swieqi, fejn qassmu tant artijiet gvernijiet Laburisti, għax jagħmlu parti mid-distrett tiegħi.", "Għaliex m'għandux dritt il-ħaddiem jgħix ħajja deċenti?", "Jew irriduh jgħix fil- kerrejiet jew fl-appartamenti bilfors għax ħaddiem?", "Jiġifieri aħna qed ngħidu li ma kellniex nagħmlu pass soċjali 'l quddiem biex il-ħaddiem jkollu daru?", "Gvernijiet Laburisti dan il-kunċett attwawh bil-provi.", "Fost il-Partit Nazzjonalista kien hemm min qal lill-ħaddiem li jiggarantilu li jkollu daru u anke li jsir sid ta' daru.", "Intqal ħafna paroli kieku, imma llum tmur għand l-awtorita tad-djar, timla formola u mbagħad jibagħtu jgħidulek li biċċa flat ġo Pembroke, proprjeta' tal-gvern u se jaqa biċċiet, li kien jagħmel parti mill-kwartieri tas-suldati, trid tħallas għalih Lm 45,000!", "X'garanzija dik li ssir sid ta' darek, imbierek Alla!.", "L-istess fuq il-famuż carpark tal-Furjana, pastażata oħra, dnub ieħor li tiegħu huwa ħati l-gvern Nazzjonalista u ma nistax ma nsemmihx, Sur President.", "Min jgħaddi minn hemmhekk illum jara balla konkos illi xejn ma taqbel ma' l-estetika tal-kumplament tal-Belt Valletta u, apparti t-taħwid u t-tgerfix u ma nafx xiex biex il-carpark ittieħed minn għand min ittieħed, l-iżvilupp tiegħu għadu mhux mitmum wara dawn is-snin kolla.", "Naturalment il-carpark dejjem mimli bil-karozzi, il-flus deħlin għand l- investituri u għand min imexxih u ma tistenna li jsir xejn!", "Imma l- awtoritajiet fejn qegħdin?", "L-awtoritajiet li għalihom dan il-parlament japprova mijiet ta' eluf ta' liri fis-sena biex jitmexxew u biex ikollhom minn fejn iħallsu l-pagi ta' l-impjegati, li suppost qegħdin hemm biex jagħmlu xogħolhom, x'inhuma jagħmlu?", "Ma jistax ikun li kollox għaddej u s- sitwazzjoni tibqa' l-istess, u mhux biss fil-każ tal-carpark tal-Furjana, għax semmejt diversi każi u għad fadalli x'insemmi.", "Ma jistax ikun li dan il-parlament jibqa' jivvota l-flus għal entitajiet li jaqgħu taħt il-gvern imma li għandhom ċerta awtonomija, u l-uffiċjali ta' dawn l-awtoritajiet illi jiġu mpoġġija f'dawn l-awtoritajiet mill-gvern tal-ġurnata, ma jeħdux il-passi li suppost jittieħdu.", "Irridu naraw li l-quddiem dawn l-affarijiet f'pajjiżna jitranġaw.", "Ma jistax ikun illi lil kull min tiġi mgħoddija proprjeta' jew art tal-gvern biex jiżviluppaha, wara li tkun għaddiet għandu, dan ma jkollu kontroll ta' xejn u jibqa' għaddej kif irid hu jħawwad u jgerfex u ħadd ma jieħu passi.", "Dan ma jistax jibqa' sejjer, Sur President.", "Nafu wkoll, per eżempju, li ftit tal-ġimgħat oħra - ma nafx meta saret imma l-ħsieb qiegħed hemm - ser issir offerta pubblika biex jiġi żviluppat ix- Chalet ta' Tas-Sliema.", "ONOR.", "TONIO BORG: Issa anke x-Chalet!", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Dik ukoll art pubblika.", "ONOR.", "TONIO BORG: X'għandu x'jaqsam?", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Ministru, jekk dan li qed ngħid mhux jogħġbok mhux ħtija tiegħi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'din il-liġi li għandna quddiemna qed nittrattaw art tal-gvern meħuda mingħand il-privat u issa se tingħata lura.", "Allura fejn jidħol ix-Chalet u fejn tidħol l-Excelsior?", "Xejn m'għandhom x'jaqsmu!", "Kieku kellhom l-iċken rabta mal-liġi noqgħod bi kwieti imma m'għandhom x'jaqsmu xejn.", "Jekk m'intix preparat fuq din il-liġi għid li m'intix, imma mhux nistaqsik domandi li lanqas biss taf tirrispondihom!", "Lanqas biss qrajtha din il-liġi int!", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Nista' nifhem li l-ministru xejn m'hu qed jieħu pjaċir b'dan li qed ngħid.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dak li qed jgħid l-Onor.", "Cuschieri m'għandu assolutament xejn x'jaqsam mal-liġi li għandna quddiemna.", "Forsi x-Chalet u l-Excelsior ittieħdu bil-provvedimenti tal-BDA u se jingħataw lura lill- privat?", "Ma naħsibx!", "MR SPEAKER: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri li l-għan dikjarat ta' dan l-abbozz ta' liġi hu sabiex jipprovdi għar-restituzzjoni ta' art lura lis-sidien oriġinali, f'areas għall-iżvilupp ta' bini li ma jkunux meħtiega mill-gvern.", "Ikompli l-Onor.", "Cuschieri u nitolbu jorbot l- argumenti tiegħu ma' l-għan tal-liġi.", "ONOR JOSEPH CUCSHIERI: Sur President, jien smajt l-interventi ta' kollegi oħra miż-żewġ naħat tal-Kamra u kulħadd tkellem kif deherlu u fl- ebda mument ma qam il-ministru.", "Issa forsi l-interventi tiegħi jkunu xi naqra provokattivi u naf li ma tantx jinżlu għasel ma' tan-naħa l-oħra iżda mhux ħtija tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Skużani jekk ma jogħġbokx l-istil tiegħi iżda mhux tort tiegħi!", "Jiena nipprova nwassal il-messaġġ bl-istil tiegħi u sta għall-ministru jekk irid jieħu nota ta' dak li qed ngħid.", "Naħseb li s'issa m'offendejt lil ħadd u ma weġġajt lil ħadd imma qed ngħid dak li hu reali u dak li jgħidu n-nies fit-triq.", "Jiena ma nistax ma niġix f'din il-Kamra u ma nqajjemx ċerti punti li għandi nqajjem.", "Ma nafx għalfejn il-ministru qomos daqstant għaliex fettilli semmejt il-każ tax- Chalet f'Tas-Sliema!", "B'daqshekk!", "Anke dik kienet art f'idejn il-privat.", "Naf ukoll li l-ministru kemm-il darba kien informat dwar is-sitwazzjoni ta' Cresta Quay f'San Giljan.", "Hemm ukoll kien hemm min qabad u mar jokkupaha u naf ukoll li l-ministru kien informat għax il-kunsill lokali intervena mhux darba u tnejn.", "Jekk il-ministru ma jogħġbux jitkellem fuq ix-Chalet, mela mmorru fuq in-naħa l-oħra tax-xatt ta' San Giljan u nitkellmu fuq Cresta Quay!", "Jiena nixtieq inkun naf x'passi ttieħdu hemmhekk biex art li għamlu l-flus minnha terġa' tinfetaħ għall-pubbliku.", "Veru li hemm partijiet minnha li qegħdin mikrijin mill-privat, imma partijiet oħra m'humiex u ma jistax ikun li issa l-privat jieħu kollox u ħadd ma jitkellem, bħalma kont qed ngħid qabel.", "Kif ħadd ma jitkellem?", "Aħna qed nitkellmu fuq ir-restituzzjoni ta' art.", "Iva, il-gvern qed jerġa' jgħaddi lura artijiet li kien ħa fil- passat mingħand is-sidien.", "Imma meta ngħaddu ċerti artijiet aħna stess f'dan il-parlament, kemm b'avviżi legali u kemm b'modi oħra, kemm nosservaw u naraw li għallinqas dawk l-artijiet qed jintużaw b'mod tajjeb u kif oriġinarjament ingħataw?", "Aħna nafu ukoll li jkun hemm okkażjonijiet li f'dan il-parlament tgħaddi mod, imbagħad wara ftit tittranġa ftit 'il hemm u ftit 'il hawn, u tittranġa ftit min-naħa ta' l-awtorita ta' l-ippjanar u ftit minn x'imkien ieħor, u nispiċċaw nagħmlu jigsaw puzzle u l-kuntratt jew il-ftehim oriġinali jinqaleb ta' taħt fuq.", "Għalhekk nistenna li nara xi tip ta' riżultat għal dawn il-punti kollha li qajjimt, Sur President.", "Dwar l-artijiet tal-gvern naf illi, per eżempju, xi ħames snin jew sitt snin ilu, il-kunsill lokali ta' San Giljan kien issottometta landscaping project quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Issa dan il-proġett mhux darba tkellimt fuqu f'din il-Kamra u nibqa' nitkellem fuqu.", "Dan kellu jkun proġett ekoloġiku li jgħaqqad il-wied tal-Balluta flimkien mal-wied ta' San Giljan, ħalli jsir żvillupp f'dik l-area tal-housing estate.", "Issa l-housing estate f'Ta' Giorni huwa l-iktar housing estate abbandunat, u sew għamel il- kunsill lokali ta' San Giljan li ħaseb biex wieħed mill-ewwel żviluppi jsir f'dik l-area.", "Wara li issottometta applikazzjoni, il-kunsill lokali kien ġie avviċinat mid-dipartiment tal-bini u konstruzzjoni biex iċedi parti mill-art - art pubblika li tiġi taħt il-playing field, fejn kien se jsir masġar - biex il-gvern ikun jista' jibni l-appartamenti.", "Il-kunsill lokali kien laħaq ftehim illi minflok isir masġar, dik l-art tiġi mgħoddija lid- dipartiment biex jitilgħu blokkijiet t'apartamenti u bħala ħlas lura d- dipartiment kellu jiżviluppa playing field fil-qasam tad-djar f'Ta' Giorni.", "Sur President, għaddew is-snin, inħarġu l-permessi, inbnew l-appartamenti u tista' tgħid kważi kollha ġew allokatti, u llum in-nies qed joqogħdu fihom.", "Iżda ħaġa ta' l-għaġeb kif l-iżvilupp tal-playing field f'Ta' Ġiorni baqa' qatt ma seħħ, u dan meta hemm ftehim bil-miktub bejn id-dipartiment u l-kunsill lokali.", "Mhux talli ma seħħx iżda lanqas biss ġew ivvotati flus f'dan ir-rigward.", "Kien hemm playing fields oħra li saru mill-istess dipartiment.", "Per eżempju, jiġini f'moħħi l-playing field f'Tal-Pieta'.", "Hemmhekk ma kien hemm l-ebda ċirkostanza fejn il-kunsill jew ir-residenti jew xi ħadd ċeda xi art biex ma tiġix żviluppata kif kien ippjana oriġinarjament l-kunsill u minflok żviluppaha d-dipartiment, imma kien il- ħsieb biss tad-dipartiment illi jibni l-playing field.", "Hemmhekk sar il-vot tal-flus, sar ix-xogħol, tlestiet il-playing field u giet inawgurata.", "Imma fil-każ ta' Ta' Giorni, wara li l-kunsill ċeda dik l-art, mhux biss ma ġewx ivvotati flus u ma ġietx żviluppata l-art, talli lanqas hemm ħsieb ta' meta dan ix-xogħol se jinbeda jew meta se jitlesta.", "Nerġa' ngħid li dan huwa wieħed mill-agħar housing estates u dan ma ngħidux jien biss.", "Issa jien ngħid li l-gvern għandu jintervjeni f'ċerti lokalitajiet fejn tiġi sitwazzjoni li l-kunsill lokali m'għandux flus biżżejjed biex jagħmel żvilupp ta' ċertu kobor.", "Ma jistax jkun li l-kunsill iwettaq proġġetti ta' ċertu kobor bil-fondi limitati li għandu meta l-fondi huma trickle.", "Jgħidu li żiduhom u meta nistaqsu fiex żiduhom iwieġbu li l-kunsill għandu l-parti tal-liċenzji, imbagħad meta tnaqqas dik il-parti tal-liċenzji li jkunu ngħataw mingħand tal-ħwienet eċċ., tgħid mela dawn mhux żiduhom imma naqqsuhom!", "Imma ħalli ma niżvijax mill-punt oriġinali, jiġifieri li l-gvern għandu jintervjeni biex l-affarijiet jitranġaw f'ċerti ċirkostanzi, fejn jidħlu ċerti areas, bħal housing estates u oqsma industrijali.", "Naħseb li dan il-qasam tad-djar f'Ta' Giorni m'għandu xejn inqas minn oqsma tad-djar oħra madwar il-pajjiż.", "Waqt li qed nitkellmu fuq l-artijiet, xtaqt insemmi xi ħaġa dwar it-toroq li ovvjament huma parti mill-art limitata li għandna.", "Dwar dan is-suġġett tkellimt kemm-il darba f'dan il-parlament u semmejt kemm-il darba wkoll kif ċerti flus intefqu u qegħdin jintefqu u kif ċertu xogħol sar u għadu jrid isir f'dan il-qasam.", "Minkejja li għedt ċar u tond li f'disa' snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista ntefqu Lm60 miljun, il-ministru responsabbli qatt ma ta risposta sodisfaċenti biex jiċħad dak li kont qed ngħid jien.", "Nafu li llum anke ċerti toroq qed jinbnew ħażin.", "Nemmen ukoll li t-toroq li għandna huma ħafna għaċ-ċokon ta' din l-art, imma din hi r-realta' u rridu nammettuha u ma tistax taqbad tiknes kollox u terġa' tibni mill-gdid.", "Allura rridu noqogħdu aktar attenti li dak li jkun qed isir illum għallinqas isir bil-għaqal u li l-flus li nkunu qed nonfqu nkunu qed nonfquhom bil-għaqal ukoll.", "Għandna l-każ tipiku ta' Mdina Road, fejn għaddew xhur u ntefqu ma nafx kemm u hemmhekk is-sitwazzjoni għadha diżastruża.", "Jiena xtaqt nistaqsi jekk huwiex il-każ li la darba sar ħafna xogħol hażin f'dik it-triq u kellu jerġa' jinqala, minkejja li marbut b'ċerti kondizzjonijiet, il-kuntrattur qed jittutiba apposta fuq dan il-proġett għax issa mix-xogħol ħażin li sar dan se jispiċċa li ftit li xejn se jkun gwadanja.", "Jekk dan huwa l-każ, il-gvern irid jara x'se jagħmel u hawnhekk ma jidħlux uċuh issa għax jidħlu flejjes pubbliċi ukoll.", "Ix-xogħol jrid jitkompla u eventwalment jitlesta, irrellevanti min hu l-kuntrattur u irrellevanti min hija l-persuna.", "Aħna rridu nassiguraw li x-xogħol illi jingħata f'dan il-qasam isir tajjeb u jsir sew.", "Jien nappella biex il- ftit art li għandna, speċjalment l-areas ambjentali, l-areas agrikoli u x- xtajtiet, nibżu għalihom u ma nħallux lil min jabbuża.", "Irridu nużaw l- istess kejl ma kulħadd.", "Dan huwa l-messaġġ importanti fl-opinjoni tiegħi, li mhux bil-paroli biss imma bil-fatti rridu naraw illi jseħħ.", "Bħalma llum b'dan l-abbozz li għandna quddiemna l-gvern qed jerġa' jrodd artijiet lura lis-sidien, issa rridu naraw ukoll li l-art li għandu l-gvern stess jibża' għaliha.", "L-iżvilupp li jkun miftihem meta l-gvern jgħaddi art lill-iżviluppaturi minn dan il-parlament, isir hekk u xejn iktar.", "Kull min jabbuża fuq art governattiva, hu min hu, kemm dak li għandu ġid kemm jiflaħ u għandu butu mimli, kif ukoll l-iżgħar wieħed fis-soċjeta, m'għandux jabbuża minn art publika għax dik hija tal-poplu u l-passi għandhom jittieħdu kontra kulħadd l-istess.", "Jekk entitajiet li jikkontrollaw dak li jkun għaddej, bħad-dipartiment ta l-artijiet u l-awtorita' ta' l-ippjanar, b'xi mod ma jkunux qed josservaw dak kollu, ikunu qed jitilfu l- kredibilita' li jista' jkollhom mal-poplu u ħadd ma jkun jista joħodhom bis- serjeta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Hose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi lili jinteressani b'mod partikolari fuq il-kwestjoni tal-possession and use u se nispjega għaliex.", "Ili għal żmien twil nipprova ninvita lill-gvern - kemm dan il-gvern kif ukoll il-gvern ta' qabel - biex jagħti ftit konsiderazzjoni għas-sitwazzjoni ta' dawk in-nies li jinsabu f'pożizzjoni anomala.", "Jien naħseb li kif inhi l-liġi mhux qed tikkonsidra din il- kwestjoni u għalhekk se nagħmel xi suġġerimenti.", "Din forsi l-ministru ma jafx biha u għalhekk nistiednu minn hawnhekk biex jagħraf din il-qagħda ta' dawn in-nies.", "Is-sena l-oħra jiena ppreżentajt petition għan-nom ta' mitejn u ħamsin persuna, fejn tlabt lill-gvern jara x'jista' jagħmel u jindaga sabiex il- qagħda prekarja tagħhom tiġi b'xi mod sanzjonata bil-liġi.", "Qed nitkellem b'mod ġenerali issa.", "M'hemmx mijiet iżda hemm eluf ta' nies illi jokkupaw proprjeta' tal-gvern.", "Hemm min jokkupa flat lest u hemm min jokkupa dar li bniha hu stess.", "Il-pussess ta' l-art jew tal-flat ikun ingħata lilu mill- gvern meta l-gvern ma kellux titlu fuqha.", "Fil-fatt din il-pożizzjoni anomala twieldet l-aktar meta ħarġet il-liġi tal-BDA fl-1983, imma rridu ngħidu wkoll li din is-sistema kienet tippersisti anke minn qabel.", "Nieħdu l-eżempju ta' City Gate qabel l-1983, fejn il-gvern kien jieħu pussess ta' proprjeta' mingħajr ma qatt irratifika l-pożizzjoni tiegħu.", "Imbagħad fl- 1983 il-gvern kien ħareġ policy - kellu r-raġunijiet tiegħu u nuġġistifikahom ukoll aktar 'il quddiem - li biha kienet issir dikjarazzjoni illi l-proprjeta' kienet tkun tifforma parti minn area ta' żvilupp u kien jieħu pussess tagħha.", "X'kien jagħmel imbagħad il-gvern kemm fl-1983 u kemm qabel?", "Kien jibni blokk flats, per eżempju, imbagħad dawn jingħataw lin-nies u n-nies iħallsu recognition rent lill-gvern u mhux lis- sid oriġinali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR TONIO BORG: Mr Speaker, imma hawn ma tidħolx il-BDA għax il-gvern jakkwista l-proprjeta' u allura biex jittrasferiha lil ħaddieħor ma jkollu l-ebda' diffikulta'.", "Sewwa għalhekk li qed ngħaddu din il-liġi għax bħalissa biex tagħti lura proprjeta' tal-gvern trid tagħmel kuntratt, u aħna qegħdin ngħidu li ma tagħmilx kuntratt.", "L-Onor.", "Membru qed jirriferi, sa fejn naf jien, għall-artijiet li l-gvern ħa bil-possession and use, jew inkella għalkemm ħadhom b'expropriation għadu m'għamilx kuntratt mas-sidien u allura ma sarx proprjetarju tagħhom.", "La dan ma sarx proprjetarju, ma jistax jagħti l-proprjeta' lura lil ħaddieħor!", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Iva, fil-fatt jien ngħid li l-ministru għamel sew meta ppilota dan l-abbozz ta' liġi, li jirriferi wkoll għal meta proprjeta' tkun ittieħdet mingħajr is-soltu proċeduri.", "Biex inkun qed ngħid kollox, id-diskors introduttorju tal-ministru ma smajtux viva voce imma naf kif ġie rrapportat fil-gazzetta \"The Times\" tas-16 ta' Mejju – nispera li rrapportawh tajjeb – u ħadt spunt mill-mod kif il-ministru daħal fis- suġġett tal-proprjeta' kollha li l-gvern għandu f'idejh b'mod anomalu.", "Kif qed jgħid hu hawnhekk, qed nitkellmu fuq każi fejn il-gvern għandu titlu, iżda qed nitkellmu wkoll dwar kif il-gvern qabel kien jiddikjara li kellu bżonn proprjeta' għal xi skop pubbliku jew inkella kien jgħid li l- art qiegħda tmiss ma' l-iżvilupp u jeħodha iżda mbagħad ma jużahiex.", "Ma jagħmilx sens li inti tieħu proprjeta' għal skop pubbliku, iċċaħħad lis-sid mill-qligħ jew mit-tgawdija tagħha u mbagħad ma tużahiex għal skop pubbliku.", "Fil-fatt kien hemm kawżi l-qorti - waħda minnhom kawża ta' Dr. Tonio Borġ kontra tiegħi stess, dik il-famuża kawża ta' Vella – fejn il- qorti qatgħetha li għandha dritt tissindika x'inhu \"public purpose\".", "Iżda qed immur at a tangent, Sur President, u għaldaqstant nerġa' lura għall- punt li meta proprjeta' tittieħed mil-gvern u ma tintużax, tagħmel sens li tingħata lura.", "Dan hu l-punt u jekk ma naqblux fuq dan ma nafx fuqhiex irridu naqblu hawn ġew!", "Pero' l-ministru daħal ukoll fil-kwestjoni tal-possession and use li jien ili nħanbaq fuqha ħafna għaliex hija problema soċjali kbira.", "F'Malta hawn eluf ta' nies illi ħadu plot b'konvenju, bnewha u l-gvern intrabat li jbiegħhilhom kif appena jakkwistaha.", "Il-konvenju jkun għal ċertu ammont ta' snin, dawn jibnu d-dar, jonfqu ħafna flus iżda jispiċċaw għandhom biss l-użu tal-proprjeta' mingħajr titlu ta' xejn – bħal dawn hemm mhux mijiet iżda eluf ta' każi - imbagħad jgħaddi ż-żmien u jkun hemm koppji, miżżewġin jew għarajjes, li jħassru.", "Dawn ikunu bnew dar, villa jew appartament fuq bażi ta' konvenju, imbagħad jiġu biex jillikwidaw iżda l-proprjeta' ma tkunx tista' tinbiegħ.", "Mela nkunu bnejna dar flimkien b'sagrifiċċji kbar, isseparajna u d-dar ma nistgħux inbigħuha!", "Nieħu eżempju ieħor ta' koppja għarajjes li xtraw plot mill-gvern fuq konvenju u żviluppaw is-sit iżda finalment m'għandhom xejn.", "Jien għandi każi hekk fejn koppja tibni dar fuq proprjeta' – proprjeta' mhix tal-gvern, m'hix tal-koppja - dawn jiġġieldu iżda ma jistgħux jiddisponu minnha.", "Hemm kawżi interessanti, għax il-liġi tħallik tittrasferixxi d-drittijiet tiegħek fuq konvenju meta tagħmel il- konvenju - għandi dokument mid-dipartiment konċernat dwar dan – iżda jekk inti tidħol f'kawża għax ma tkunx wasalt fi ftehim, fil-qorti l-imħallef kemm se jkollu dritt jordna ċ-ċitazzjoni ta' personal rights?", "Jiena ngħid li ma jkollux dritt.", "Mela mbagħad x'jiġri minn dawk il-persuni li jkunu qegħdin, per eżempju, f'separazzjoni u l-uniku ġid tagħhom tkun id-dar li tkun qiegħda fuq konvenju?", "Tikkawża frustrazzjoni kbira u l-qorti tkun trid tara kif se ssolvi din il-problema li mhix żgħira.", "Fil-fatt hemm mijiet ta' każi simili.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dejjem suġġett li jkollna the necessary backing, l- idea hi li l-liġi nemendawha biex isir xi forma ta' depożitu mingħajr inibizzjoni għal dak li jkun qiegħed jikkontesta l-ammont, u allura awtomatikament il-proprjeta' ssir tal-gvern.", "Issa kif se ssir u jekk tkunx naħa jew oħra għad irridu niddiskutuha fil-parlament, pero' l-idea hija din għax ma jistax ikun li nibqgħu sejrin b'din is-sitwazzjoni.", "Fil-fatt illum veru li teżisti s-sistema tac-ċedoli imma trid tkun taf minn huma s-sidien, għax iċ-ċedola tad-depożitu tagħmilha biss wara n-notice to treat u xorta waħda qed neħlu hemmhekk.", "Iva, l-idea hi li l-proprjeta' ssir tal-gvern mill-ewwel, il-flus jitpoġġew f'account li huwa interest-bearing u naturalment imbagħad dak li jkun ikun jista' jikkontestaha.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Tajjeb li qed niddibattu s-suġġett b'dan il-mod għax issa tant għadda żmien li anke għandna problemi ta' suċċessjoni.", "Mela l-Kodiċi Ċiviili tagħna jrid li jkollok ordinament fil-pajjiż, fejn ma jkunx hemm taħwid f'dawk li huma titli u proprjeta' immobbli.", "Tant hu hekk li matul iż-żmien dan il-parlament saħħaħ l-insinwa b'riżultat li llum mhux biżżejjed li jsir kuntratt imma l-art trid tiġi rreġistrata.", "Il-gvern għandu fissazzjoni li biex ikollok pajjiż organiżżat – mhux qed nirriferi għall-gvern attwali iżda għal kulħadd - fl-aħjar interess ta' l-ekonomija jrid ikollok iċ-ċertezza ta' minn huma s-sidien.", "Allura aħna dejjem saħħaħna l-insinwa biex tirreġistra l-proprjeta' hemmhekk u mhux biss tagħmel kuntratt, u f'dan is-sens kollox hu ordnat.", "Iżda minħabba l- problemi li semmejt jien hemm babilonja u konfużjoni sħiħa, fejn ħadd ma jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu u l-problemi jikbru aktar meta niġu għas- suċċessjoni.", "Kif qal tajjeb il-ministru, hawn qed nitkellmu fuq drittijiet personali.", "Nieħdu eżempju fejn jien wieħed ikun qed jokkupa post li fuqu hemm konvenju minngħand il-gvern għal ħames jew għaxar snin, iż-żmien tal-konvenju jgħaddi u ħadd ma jindenja ruħu li jġeddu - għax ħafna nies mingħalihom li d-dar tkun tagħhom - u l-persuna tmut u tintiret.", "F'dak il-każ ta' min hija l-proprjeta?", "Il-werrieta ser jiddikjarawha fil-causa mortis?", "Jien nagħtihom parir li jiddikjarawha ħalli għallinqas ikun hemm xi ħaġa, iżda hawn tkun qed toħloq inċertezza u babilonja sħiħa.", "Qed nieħu pjaċir nisma' lill-ministru jgħid li qed jaħseb li għada pitgħada jressaq abbozz ta' liġi – nittama wara li jsir studju akkurat tas-sitwazzjoni - biex naraw kif sejrin negħlbu din il-problema, problema serja ħafna.", "Imbagħad anke għal min jikri, per eżempju, Sur President.", "Il-policy tal-gvern, kemm dan u kemm l-ieħor, kienet li fejn jista' jkun meta proprjeta' tkun tal-lands, is-sidien jixtru dik il-proprjeta'.", "Hekk tagħmel sens għax la jaqbel għall-gvern li tibqa' għandu bil-kera u lanqas jaqbel lis-sidien.", "Jekk ikun hemm prezz sussidjat u raġonevoli, tajjeb li dak li jkun jixtri proprjeta' għax għall-anqas ikollu investiment.", "Nieħu l- eżempju ta' City Gate fejn għandek nofs in-nies li setgħu jixtru u n-nofs l- ieħor ma setgħux.", "Dawn naturalment iħossuhom ippreġudikati għax huma ħadu l- post ta' ħaddieħor.", "Mela l-oħrajn xtrawh u dawn ma jistgħux jixtruh.", "Għandna problemi serji u kbar u meta niddibattu liġi bħal din għandna inqajmuhom dawn l-affarijiet.", "Min-naħa tiegħi jien żgur li nqajjimhom dawn il-problemi kull darba li nitkellmu fuq xi ħaġa simili.", "Meta konna qed niddiskutu l-liġi dwar it-trasferiment ta' art tal-gvern ftit xhur ilu, dawn il-kwestjonijiet qajjimthom.", "Kull darba li niddiskutu xi abbozz ta' liġi jew xi mozzjoni relatata ma' dan is-suġġett, dawn il-kwestjonijiet jien li naħdem fil-kamp legali nara li nqajjimhom.", "Il-verita' hi li għandna problema li qed tikber u għad tisplodi, u naħseb li wasal iż-żmien li llum qabel għada nindirizzawha għax bħalissa hawn konfużjoni sħiħa.", "Iżda mhux daqshekk faċli li nindirizzawha issa għax tant għadda żmien li ma nafux min huma s-sidien.", "Dawn mietu, hemm eredi kontra eredi, eċċ, eċċ. u suppost li qed titħallas ir-recognition rent, iżda xi jsir minn din ir-recognition rent il-Bambin biss jaf!", "Naħseb li qed tinżamm mill-gvern u s-sidien lanqas qed jieħdu kumpens.", "Mela qegħdin fi stat fejn għalkemm legalment u teknikament m'hemmx it-trasferiment tat- titlu, fil-fatt proprjeta' privata kienet ittieħdet mingħand in-nies snin ilu, bħal fejn se jsir il-proġett ta' Bieb il-Belt u fejn kien hemm it- teatru.", "Jiġifieri qegħdin fi stat illegali u anti-kostituzzjonali, fejn proprjeta' privata ttieħdet, is-sidien dejjem jisperaw u jistennew iżda kumpens ma jieħdu qatt.", "Għall-inqas meta qed nitkellmu fuq il-liġi li qed issir riferenza għaliha hemm previst li ħaddieħor se jieħu xi tip ta' kumpens imma dawn xejn.", "Allura jekk m'aħniex se norganizzaw ruħna se jfaqqgħu xi kawżi kostituzzjonali li se jkollhom riperkussjonijiet li jistgħu jriegħdu lill-istess gvern.", "Jekk, per eżempju, jigi żviluppat t-Teatru Rjal f'City Gate, ibqa' żgur li s-sidien se jitolbu kumpens.", "Dawn in-nies kollha se jispiċċaw ifajru kawża kostituzzjonali ħalli jieħdu kumpens għax lin-nies ma tistax teħdilhom il- proprjeta'.", "Jekk il-gvern irid ikun soċjali jkun soċjali kemm irid pero' mhux a skapitu tal-privat u lanqas a skapitu tiegħi.", "L-ewwelnett ir- recognition rent hija peanuts u, apparti dan, lanqas in-nies ma jriduha r- recognition rent.", "Dan tistgħu tarawh jekk tiċċekkjaw mad-dipartiment.", "Minn riċerka akkurata li kont għamilt kont sibt illi tant jgħaddi żmien li ħadd ma jaf lil min ser iħallas u ħadd m'hu qed jirċievi recognition rent.", "Il- maġġoranza tan-nies ma jeħduhiex.", "L-ewwelnett din tkun kontestata għaliex l- ammont ikun deminimis ħafna.", "Imbagħad dawn ħaduhielhom jew ma ħaduhilhomx l-art?", "Ittieħdet jew ma itteħditx?", "Recognition rent legalment ma tfisser xejn, hija fiction, għax inti tista' tagħtini proprjeta' b'kera - bħal meta kien hemm ir-requisitions - imbagħad nieħu post mingħand il-housing, nagħti l-proprjeta' lil ħaddieħor u nimponi kera jien, u allura haddieħor qed iħallas il-kera u jien is-sid qed nirċievi l-kera bid-drittijiet kollha.", "B'recogniton rent jiena qisni qed ngħid li għalissa m'għandi xejn imma nitolbok taċċetta dan l-ammont imbagħad naraw!", "Dik tfisser recognition rent, fejn il-pożizzjoni legali eżatta ma tirriżultax.", "Issa ħalli mmorru ftit fuq il-kwestjoni ta' dan l-abbozz fejn il-proprjeta' li ma ntużatx tista' tingħata lura, u tagħmel sens nerġa' ngħid.", "Tagħmel sens ukoll li jkun hemm kumpens.", "Faċilment il-ministru responsabbli jista' jiddikjara li proprjeta' li l-gvern kien ħa taħt il-BDA u li ma użahiex se jagħtiha lura lis-sidien oriġinali, skond x'titlu kellhom qabel, u min kellu xi drittijiet ta' kera jew min kellu xi ħaġa oħra, dik se jeħodha lura u se jiġi kollox kif kien qabel.", "Iżda hemm ukoll dritt ta' kumpens għall-preġudizzju li jkun sofra s-sid minħabba d-dewmien li jkun jammonta aktar mill-valur ta' l-art, u allura dan ikun jista' jiftaħ kawża l-qorti u jitlob kumpens addizzjonali.", "Per eżempju, f'każ li l-gvern ikun ħa biċċa art tiswa' Lm5000 u din tkun damet għoxrin sena f'idejh, jekk is-sid oriġinali jista' jipprova li billi ma kenitx għandu dan iż-żmien kollu dan tilef introjtu minnha li huwa ogħla mill-valur ta' l-art, allura dan jista' jitlob kumpens.", "Jekk il-valur ta' l-introjtu m'huwiex ogħla mill-valur ta' l-art, allura ma jistax jitlob kumpens.", "Jiena ma naqbilx ma din il-logħba, Sur President.", "Ma tagħmilx sens għax hawnhekk qed ngħidu li min bata preġudizzju jew danni sostanzjali jieħu l-ammont kollu, iżda min ma batiex preġudizzju daqstant sostanzjali ma jeħux kumpens.", "Jekk il-gvern - hu min hu, mhux qed nitkellem b'mod partiġjan illum - ħa proprjeta' mingħand xi ħadd b'kapriċċ għal xi dipartiment jew aġenzija oħra, żammha għandu għal ċertu żmien iżda baqa' ma użahiex u allura reġa' taha lura, is-sid oriġinali ma jieħu xejn?", "Ma rridx insemmi każi partikolari imma naf bihom - per eżempju toħroġ biċċa art kbira, taparsi sa tużaha għal oġġett imbagħad tispiċċa f'idejn il- freeport – u allura fejn saru xi abbużi u l-gvern ħa proprjeta' illi ma wżax u żammha għandu għal snin sħaħ, lil-privat itteħidlu d-dritt tat- tgawdija tal-proprjeta' u dan għandu jieħu kumpens.", "Jiena naħseb li mhux biżżejjed, skond id-drittijiet inerenti fil-Kostituzjoni u fil-Konvenzjoni Ewropea, illi l-gvern jagħti lura art lis-sid oriġinali u dan m'għandu dritt ta' xejn, wara li l-gvern ikun ħadlu l-art, żammha għandu għoxrin sena u m'użahiex waqt li s-sid oriġinali ma setax jiżviluppha.", "Ma naħsibx li tista' tirraġuna hekk u għalhekk qed ninvita lill-gvern jirrikonsidrha.", "Jien ngħid li din il-klawsola fil-liġi hija anti-konstituzzjonali.", "Talli l- gvern iċaħħdek mill-użu tal-proprjeta' tiegħek, m'hu se jagħtik kumpens ta' xejn?", "Kif jista' jkun?", "Ma naħsibx li tista' tgħaddi f'soċjeta ta' llum b'dan it-tip ta' liġijiet.", "Qabel forsi l-gvern kien iktar liberu jaġixxi b'ċertu mod, forsi l-prinċipji soċjali kienu differenti.", "Wara l-gwerra kellek ċerti prinċipji fejn il-gvern bilfors kellu jieħu d-djar mingħand in- nies biex jgħin lil min ma kellux dar għax kienet waqgħetlu.", "Forsi qabel il-gvern kellu inqas proprjeta' u bilfors kellu jieħu over proprjeta' privata, jagħmel requisition orders u jimxi b'dan il-mod.", "Dawk kienu ċirkostanzi soċjali differenti iżda issa ż-żmenijiet inbidlu.", "Ma tistax titkellem favur id-drittijiet tal-bniedem u favur il-Konvenzjoni Ewropea mbagħad tibqa' tħaddan ċerti prinċipji.", "Illum il-gvern m'għandux skuża.", "Anzi llum il-gvern għandu proprjeta' kemm irid wara l-ftehim li għamel mal- Knisja.", "Issa hawnhekk, Sur President, se jkolli nikkritika l-mod burokratiku, sfrenat u ħażin li bih il-gvern qed jamministra proprjeta' tal- Knisja.", "Irrid nikritika lill-joint office għall-mod diżastruż ta' kif il-proprjeta' tagħna l-Maltin, tal-Gvern u ta' l-Istat Malti, li tista' ssolvi tant problemi soċjali ta' housing u problemi bi skopijiet pubbliċi, qed tiġi amministrata.", "Qisu m'hemm xejn, x'disgrace!", "Tipprova tasal fi ftehim magħhom, tipprova tixtri mingħandhom, tipprova tagħmel kuntratt magħhom, tipprova tagħmel kirja magħhom u ma tasal qatt.", "Il-burokrazija f'dak id- dipartiment hija inspjegabbli.", "L-iskemi li għandhom biex jimxu jdumu s- snin; per eżempju, nies li għandhom proprjeta' fejn għalqilhom iċ-ċens jew iridu jifduh qabel jew jaslu f'xi arranġament mal-gvern biex jifduh.", "Iżda meta ma jaslux, jispiċċaw biċ-ċens magħluq u qed jgħixu f'din il-proprjeta' mingħajr titlu.", "Eżempju ieħor ta' proprjeta' tajba, fabrikabbli, fejn jistgħu jitilgħu housing estates lanqas għandhom eżatt x'inhuwa l- alignment.", "Hemm total abandonship.", "Il-gvern akkwista dik il-proprjeta' kollha u ttraskurha.", "Għal tletin sena oħra m'għandux bżonn proprjeta' iktar għax għandu dik il-massa ta' proprjeta', u jiena nikkritika bil-qawwa kollha lil min qed imexxi l-joint office.", "Hu skandaluż kif inhuma mexjijn l- affarijiet hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Iżda mhux nagħmlu liġi u l- gvern jieħu l-proprjeta' bl-addoċċ!", "Inti qed tgħid li jekk il-gvern ħadhielek u żammhielek għal għoxrin sena, u jekk inti d-danni li batejt jiswew iktar mid-dar u mill-art, il-gvern jagħtik kumpens, iżda jekk le m'hemmx x'tagħmel.", "Dan huwa ħażin.", "Mhux biex niġġustifika l-liġi tal-1983 li kien għadda l-Partit Laburista fil-gvern - qed inkun oġġettiv hawnhekk - iżda mhuwiex ġust illi inti tipprova tkejjel riforma jew xi ħaġa li għamel gvern għoxrin sena ilu mas-sitwazzjoni jew iċ- ċirkostanzi tal-lum.", "Fl-1983 il-gvern kien daharu mal-ħajt.", "Kien hemm problema soċjali ta' housing esaġerata u n-nies riedu jgħixu x'imkien.", "Allura l-gvern ried b'emerġenza jieħu artijiet minn hawn u minn hemm mingħajr ma jkun jaf ta' min huma - u għalhekk li m'hemmx kollox in regola - biex jipprovdi għad-demand kbira li kien hawn.", "Għalhekk aġixxa b'dak il- mod.", "Li kieku l-gvern jaġixxi hekk illum jaġixxi ħażin għax iċ-ċirkostanzi ta' dak iż-żmien m'għadhomx japplikaw illum.", "Kif qed niprova nispjega, anke l-ħsieb legali jew il-ħsieb politiku inbidel.", "Jiġifieri dak li llum ma tistax tiġġustifika, dak iż-żmien kien hemm bżonn li jsir hekk.", "Il-ħażin kien illi ma kienx hemm provvediment adegwat għal forma ta' kumpens għal min ġie mċaħħad mill-proprjeta', skond il-liġi l-antika.", "Skond il-proċedura normali toħroġ requisition order, tittieħed l-art u mbagħad għandek dritt tmur arbitration, eċċ. Anke hemmhekk hemm skandlu, għax il- gvern jieħu l-proprjeta' tan-nies, kif għandu dritt f'kull pajjiż, basta for a public purpose.", "Jekk il-gvern irid jgħaddi triq jew jibni sptar, ma jistax ma jeħux proprjeta' tan-nies.", "Allaħares tgħid li l-Istat qatt m'hu se jkollu dritt jieħu proprjeta' for a public purpose.", "Pero' meta jagħmel dan irid jikkumpensa b'mod ġust u mhux in-nies iridu jmorru arbitration biex jiġu kkumpensati u jdumu għoxrin, tletin, erbgħin sena u ma jieħdu xejn.", "Il-hsieb mhux ħazin imma l-kumpens u l-abbużi jew l-interpretazzjoni ta' x'inhu \"public purpose\" li kienu ħziena Illum nafu x'inhu \"public purpose\".", "\"Public purpose\" mhux il-bini ta' football club u lanqas ta' housing estate, imma l-bini ta' sptar hu \"public purpose\".", "Nispiċċa billi nieħu l-okkażjoni nikkritika l-mod ta' kif jitmexxa l-land arbitration board.", "Dan l-aħħar l-Onor.", "Austin Gatt ippropona - u qbilt miegħu - illi dawn it-tribunali jiġu ppreseduti minn imħallfin irtirati.", "Jiena nemmen li dawn it-tribunali jridu jkunu ppreseduti mill-membri tal- ġudikatura.", "Kont ipproponejt illi r-retiring age ta' l-imħallfin tkunu 70 sena u li dawn it-tribunali jiġu chaired minn dawk l-imhallfin li jkunu għalqu s-65.", "L-idea tal-ministru hija tajba għax l-imħallfin l-oħra tant għandhom xogħol illi dawn it-tribunali jarawhom żejda.", "Mela wieħed jispera li jkollna mħallef irtirat li jippresedi dan it-tribunal u jmexxi daqsxejn il-kawżi li hemm għax għarukaża li ndumu għoxrin, ħamsa u għoxrin sena.", "Ma jistax ikun illi din it-tip ta' proċedura iddum daqsekk.", "Forsi għadna fiż- żmien li wieħed jaħsibha ftit, iżda ma nafx kemm il-liġi tal-kumpens, kif tiġi maħduma mill-land arbitration board, għada in line mal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Fil-Kostituzzjoni tagħna kellna safeguard li tgħid illi kullħadd għandu dritt ta' kumpens, basta din issir mingħajr preġudizzju.", "Pero' l-liġi li għandna biex jinħadem dak il-kumpens hija l-liġi l-antika li tagħtik peanuts.", "Illum aħna membri firmatarji tal-European Convension fejn m'għandekx dan is- safety valve, u allura ma nafx kemm wieħed jista' jaqbad jgħid li t-tip ta' kumpens li qed jingħata mill-land arbitration board - u hemm kawżi li qed jikkontestawha din - għadu in linea mal-prinċipji li aħna bħala pajjiż illum assimilajna.", "Trid mela tagħmel avvanz f'dawk li huma aspirazzjonijiet ġuridiċi tal-pajjiż.", "Ma tistax tagħmilha bil-paroli biss u tagħti dak li jissejjaħ lip-service.", "Fil-fatt trid tara minn qabel li jekk se tassimila ċerti prinċipji, trid tkun lest li toqgħod għalihom għax inkella tkun ipokrita miegħek innifsek.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, il-qasam li qed niddiskutu huwa importanti ħafna għal pajjiżna peress li nafu li l-art hija riżorsa prezzjuża ħafna.", "Waħda mill-akbar problemi tagħna li qiegħda tikber aktar ma jgħaddi ż-żmien, hija li fir-roqgħa territorju li għandna hemm pressjonijiet differenti biex l-art tintuża għal ħafna skopijiet differenti.", "Dawn l-iskopijiet daqqa jkunu kumplimentari u daqqa jkunu konfliġġenti, għax fl-istess roqgħa art trid taħseb fejn se jgħixu n-nies, fejn se jaħdmu u fejn se jirrikreaw ruħhom.", "Trid taħseb biex tagħmel is- servizzi tat-toroq u servizzi oħra li l-pajjiż ikollu bżonn u jibqa' jkollu iktar bżonn huwa hu jiżviluppa.", "Allura jkollok ħafna talbiet konfliġġenti dwar kif se tintuża din ir-roqgħa art.", "Għalhekk l-akbar sfida li pajjiżi żgħar bħal tagħna għandhom hi l-immaniġjar ta' din ir-riżorsa tant skarsa, li tista' toħloq problemi serji.", "Aħna fost dawk il-45 pajjiż fid-dinja fejn il-popolazzjoni hija taħt il-miljun ruħ, u interessanti li fost l-aktar istituzzjonijiet internazzjonali li jaffrontaw il-problema tat-territorju, ta' l-użu u ta' l-immaniġjar ta' l-art fi gżejjer żgħar u fi stati żgħar insibu l-commonwealth.", "Ħafna mill-pajjiżi membri tal-commonwealth huma kważi kollha ex-kolonji ta' l-Imperu Brittaniku, iżda ħafna minn dawn huma proprju gżejjer jew stati żgħar, u mhix l-ewwel darba li dawn iltaqgħu biex jiddiskutu proprju kif jimmaniġjaw l-art, it-teritorju tagħhom.", "Proprju ħafna minn dawn il-45 pajjiż li semmejt b'popolazzjoni taħt il-miljun ruħ fi ħdan il-commonwealth imxerrdin mal-kontinenti tad-dinja fl-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika u fl- Amerika ta' Fuq u t'Isfel, kemm il-darba ltaqgħu biex jiddiskutu l-problema ta' x'se jagħmlu bl-użu tat-territorju.", "Per eżempju, fost l-aktar li jsemmu bħala nkwiet għalihom hi li r-residenti ta' dawn il-pajjiżi għandhom diġa' problema kbira bil-prezzijiet tal-proprjeta'.", "Aktar u aktar jinkwetaw jekk din il-proprjeta' tkun tista' tinxtara mill-barranin li jkunu ġejjin minn pajjiżi fejn il-problema ta' l-art mhix daqshekk kbira.", "Per eżempju, huwa interessanti li fil-pajjiżi ż-żgħar il-parti mibnija tat-territorju basta drabi hija ħafna ikbar minn tal-pajjiżi l-kbar.", "Jekk ikollok tanaliżża x'persentaġġ għandek mibni mill-pajjiżi l-kbar, bħall-Ġermanja, l-Istati Uniti u l-Ingilterra, u tqabbel dak il-persentaġġ mal-persentaġġ ta' pajjiżi bħal Malta, issib li f'pajjiżi bħal Malta l-persentaġġ ta' art mibnija huwa ħafna u ħafna ikbar minn ta' pajjiżi ikbar, u għalhekk il- pressjoni kemm fuq l-art kif ukoll fuq is-suq tal-proprjeta' hija ħafna ikbar minn tal-pajjiżi l-kbar.", "Il-politiċi u n-nies l-oħra fil-ħajja pubblika li jkunu qed jipprovaw jagħtu sehemhom biex il-ħajja f'dawn il- pajjiżi ż-żgħar titjieb, kemm-il darba juru tħassib ta' x'jiġri lis-suq tal- proprjeta' jekk jinfetaħ mingħajr ebda kontroll u mingħajr ebda limitu għal residenti minn barra l-pajjiż, li jistgħu jiġu jixtru proprjeta kemm iridu u allura jżidu l-problemi diġa kbar li għandhom ir-residenti u ċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi ż-żgħar.", "Interessanti kif fost il-laqgħat li saru mill-commonwealth biex jiddiskutu din il-problema, ħadu sehem anke ċittadini minn pajjiżi li m'humiex stati sovrani fihom infushom imma ġejjin minn teritorju żgħir, u huma nkwetati wkoll minnħabba li b'xi mod jew ieħor għandhom relazzjoni fil-qrib ħafna mar-Renju Unit.", "Allura r-regolamenti li jorbtu lir-Renju Unit bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jorbtu lilhom ukoll u huma nkwetati dwar kif jolqtuhom.", "F'waħda mill-laqgħat li saret tal-commonwealth għall-pajjiżi ż- żgħar - ħadu sehem politiċi u membri parlamentari miċ-Channel Islands, Guernsey, Jersey u anke mill-Falklands, għalkemm forsi din tinħass stramba peress li l-Gżejjer Falklands għadhom territorju dipendenti mir-Renju Unit, u minkejja li jinsabu fuq in-naħa l-oħra tad-dinja, ftit 'il bogħod mill- Arġentina, huma meqjusin li jaqgħu taħt ir-regoli ta' l-Unjoni – membru parlamentari mill-Falkland Islands semma kemm huma nkwetati li l-Unjoni trid li r-regoli li jorbtu lil membri sħaħ jibdew japlikaw ukoll għall- Falkland Islands, għax dak huwa territorju li jaqa' taħt ir-Renju Unit.", "Qed ngħid dan minħabba li hawn min għad għandu l-illużjoni li l-Unjoni se tagħmel xi eċċezzjoni ma' Malta minnħabba ċ-ċokon tagħna.", "L-Unjoni fasslet ir-regoli tagħha f'dan il-qasam qabel ma Malta applikat biex issir membru.", "L-Unjoni fasslet ir-regoli tagħha għal pajjiżi ħafna ikbar minna, għal pajjiżi kontinentali.", "Allura waħda mir-regoli importanti ta' sħubija fl-Unjoni hija li jiġi ifformat suq wieħed, fejn ma jkun hemm ebda kontroll fuq ċittadini li jixtiequ jiċċaqalqu mit-territorju tagħhom u jmorru fit-territorju ta' pajjiż ieħor li jkun membru sħiħ u hemmhekk iwaqqfu negozju, jew jekk iridu jixtru art jew bini.", "Dak huwa regolament importanti ta' l-Unjoni.", "Huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali li fuqu huwa mibni s-suq uniku ta' l-Unjoni, u din tagħmilha ċara li m'hi lesta tagħmel eċċezzjoni ma' ħadd minn dawk il-pajjiżi li jridu jkunu membri sħaħ.", "Jekk trid tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni trid taċċetta r-regoli kollha, huma x'inhuma l-konsegwenzi.", "L-aktar li tista' titlob hi li minflok ma torbtok immedjatament torbtok wara erba' snin, ħames snin, l- iżjed wara seba' snin.", "Imma jgħaddu dawk is-snin - u nafu li fil-ħajja ta' pajjiż seba' snin m'humiex wisq – u mbagħad dik ir-regola tibda tgħodd u tibda' tapplika għalik ukoll.", "Wieħed ma jistagħġibx li anke kif stajna naraw fi stħarriġ fost il-fehma pubblika dwar x'jaħsbu ż-żgħażagħ jekk Malta għandhiex tidħol jew le membru ta' l-Unjoni, anke l-istess żgħażagħ li huma favur li Malta ssir membru sħiħ huma nkwetati b'mod qawwi - qed insemmu aktar minn 80% ta' dan l- istudju - li l-prezz tal-proprjeta' jogħla minħabba li tibda' tapplika f'pajjiżna r-regola li ċ-ċittadini ta' pajjiżi membri fl-Unjoni jkunu jistgħu jixtru l-proprjeta' li jridu u b'hekk jikkompetu, f'artna stess, ma' żgħażagħ Maltin u Għawdxin u ma' kull min ikun irid jixtri proprjeta' biex jibda' familja.", "Importanti li ngħid dan għax jien nemmen li d- diskussjoni dwar x'għanda tagħmel Malta ma' l-Unjoni Ewropea għandna kemm jista' jkun inżommuha fuq linji nazzjonali, fuq linji ta' raġuni fejn kulħadd għandu d-dritt għall-għażla tiegħu.", "Imma għall-inqas dik l-għażla għandha tkun informata tajjeb.", "Min jagħmel l-għażla tiegħu, kemm jekk hu favur li Malta tidħol fl-Unjoni u kemm jekk huwa favur li pajjiżna jkollu rabta differenti ma' l-Unjoni, li tkun infassla skond il-bżonnijiet u ċ- ċirkostanzi ta' pajjiżna, importanti jkun informat.", "Allura dawk li jirriflettu fuq din l-għażla storika li trid issir importanti li jkunu jafu għal xiex deħlin.", "Nerġa' ngħid li fil-laqgħa tal-commonwealth tal-pajjiżi ż-żgħar, l-istess tħassib ta' l-effett ħażin tar-regoli ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea wrewh mhux biss membri parlamentari mill-Falklands iżda anke membri parlamentari miċ-Channel Islands, li allura għandhom relazzjoni differenti ma' l-Unjoni u ma' parti mir-Renju Unit għax mhux ir-regoli kollha ta' l-Unjoni jgħoddu għalihom.", "Il-membri parlamentari taċ-Channel Islands jixtiequ li jżommu dan l-istatus speċjali li għandhom, imma qed tiżdied il-pressjoni fuqhom biex ma jkunx hekk għax il-membri stati l-oħra ta' l-Unjoni jridu li r-regoli kollha ta' sħubija jkunu jgħoddu għaċ-Channel Islands ukoll, waqt li l- membri parlamentari taċ-Channel Islands jargumentaw li huma territorju b'awtonomija importanti ħafna, anke mill-Gvern Britaniku, u jridu jibqgħu jgawdu din l-awtonomija ukoll mill-Unjoni għar-raġuni li huma nkwetati li r- regoli ta' sħubija ta' l-Unjoni jolqtu ħażin lin-nies taċ-Channel Islands, per eżempju fil-qasam tas-suq tal-proprjeta' u anke fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Għalhekk iridu li jżommu l-awtonomija tagħhom biex id- deċiżjonijiet li jieħdu f'pajjiżhom, kemm dwar is-suq tal-proprjeta' u kemm dwar l-oqsma l-oħra tal-ħajja, jeħduhom huma, skond iċ-ċirkostanzi tagħhom u mhux ikollhom joqogħdu bilfors għar-regoli ta' l-Unjoni.", "Jiġifieri importanti ħafna li pajjiżna jkun jaf b'dawn l-affarijiet ħalli meta jiddeċiedi dwar l-Unjoni jiddeċiedi b'għajnejh miftuħa u b'informazzjoni tajba, mhux bl-illużjonijiet u bil-ħolm iżda b'għajnejn miftuħa u b'fatti ċari.", "Importanti li l-poplu tagħna jagħmel is-somom biex jara x'jaqbillu għalih, għall-familja tiegħu u għal uliedu.", "Meta qed niddiskutu din il-liġi fuq il-kwestjoni tat-territorju tagħna u l- użu ta' l-art, qed niddiskutu qasam li huwa importanti ħafna u naħseb li jkollna nammettu wkoll li minħabba l-iskarsezza tiegħu bħala riżorsa, huwa l-aktar qasam li jġib tentazzjoni ta' korruzzjoni.", "Anke fil-ħajja pubblika, naħseb li ż-żewġ naħat ta' l-ispettru politiku għandhom x'jirriflettu bis- serjeta' fuq kif l-art mhux l-ewwel darba li ntużat b'deċiżjoni arbitrarja u politika, biex xi ħadd iħaxxen butu u l-but ta' dawk ta' madwaru, u li hemm it-tentazzjoni li l-art tintuża biex tispekula u biex issir sinjur, għax il-valur tagħha jinbidel skond id-deċiżjonijiet politiċi li tieħu.", "Naħseb li hija tentazzjoni kontinwa li l-politiċi jridu joqogħdu attenti minnha għaliex għandna x'nitgħallmu mil-imgħoddi, kemm ta' naħa u kemm ta' naħa oħra, fil-fehma tiegħi.", "Naħseb ukoll li għad hawn brimb, għad hawn networks, biex jieħdu l-art permess ta' kuntatti politiċi, anke fil-kurja u f'oqsma rispettabli bħall- qasam legali jew il-qasam tal-periti, biex art pubblika, kull tant anke proprjeta' privata, idawruha b'mod li jiggwadanjaw huma minnha, litteralment jesproprjawha għall-ispekulazzjoni u għan-negozju privat tagħhom.", "Naħseb li lkoll kemm aħna li qegħdin fil-ħajja publika rridu noqogħdu attenti illi ma nħallux lilna nfusna nintużaw f'din ix-xibka ta' korruzzjoni, li mhux biss huwa ħażin għax il-korruzjoni hija ħażina, iżda għax ukoll tkun qed iċċaħħad nies oħra milli jużaw art għall-bżonnijiet tagħhom, riżors daqshekk skars u territorju li huwa daqshekk nieqes f'pajjiżna.", "Il-liġi li għandna quddiemna hija proprju deċiżjoni politika, biex art li tkun ħadt għall-użu pubbliku, għall-ġid komuni, terġa' troddha lura lil min kont ħadtha.", "Il-liġi ma tgħid xejn dwar x'mekkaniżmu għandu jintuża f'dan il-qasam.", "S'issa qatt ma kellna, ħalli nagħmluha ċara, imma jiena naħseb li wasal iż-żmien li art li tkun ħadt għall-skop pubbliku u inti m' għandekx bżonnha, huwa ġust li inti tirritornaha lura lis-sidien privati.", "Imma hemm bżonn ukoll li jkollna mekkaniżmu li l-mument li nieħdu art għal skop pubbliku, ikun mument trasparenti u li anke jkun hemm accountability pubblika fuqha, li ma mmurx jien, għax għandi l-poter politiku u rrid inpattiha lil xi ħadd billi neħodlu l-art, noħloq taparsi skop pubbliku biex neħodhielu.", "Naħseb li bħalma aħna l-politiċi fiż-żmenijiet tal-lum, u bir-raġun, irridu nagħtu rendikont ta' għemilna fid-deċiżjonijiet li nieħdu, speċjalment f'pajjiż bħal tagħna fejn it-territorju huwa skars - ħaġa li żgur kullħadd jaqbel fuqha - naħseb li importanti li l-mument ta' fejn nieħdu din l-art irid tkun miftuħ għat-trasparenza, għall-iskrutinju pubbliku.", "Fl-istess mument pero', jekk għal xi raġuni jew oħra dik l-art se nerġgħu nrodduha lura lis-sidien privati, ukoll naħseb li trid tkun miftuħa b'mod trasparenti għall-iskrutinju tal-parlament u tal-pubbliku.", "F'każ li tiġi biex tieħu jew biex tagħti l-art, jista' jkun li d- deċiżjonijiet li tkun qed tieħu ma jkunux ispirati minn xi skop nobbli jew minn xi skop pubbliku iżda minn kwestjoni ta' pjaċiri u ta' preferenzi politiċi u arbitrarji li tkun qed tagħmel.", "Huwa xieraq li f'demokrazija moderna, f'soċjeta' miftuħa, anke t-teħid ta' l-art u r-radd lura ta' l-art ikunu parti mill-proċess demokratiku, parti mill-proċess ta' accountability ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Nistgħu ngħidu li kellna diversi każi, Sur President.", "Ftit wara l-bidla fil-gvern fl-1998, f'din il-Kamra kont qajjimt il-każ ta' l-iskola primarja ta' l-Imġarr, fejn kemm gvern Nazzjonalista kif ukoll gvern Laburista kienu ħadu art tal-privat, in-naħa ta' wara ta' l-iskola primarja ta' l-Imġarr, biex ikabbru l-iskola.", "Din l-iskola kellha bżonn tikber u konna nkwetati ħafna meta bdejna nisimgħu waqt il-kampanja elettorali li wieħed mill-kandidati Nazzjonalisti kien qed iwiegħed lil dawn is-sidien privati li la jitla' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, irodd lura dik l-art lil din il-familja.", "Qajjimna dan il-każ u llum nistgħu ngħidu li għamel tajjeb il-gvern Nazzjonalista li żamm l-art biex tintuża bħala skola primarja.", "L-iżvilupp li kellu jsir hemmhekk sar u llum l-iskola ta' l-Imġarr ċertament hija ħafna isbaħ minn qatt qabel.", "M'inix qed insemmi dan l-eżempju biex nerġa' niftaħ feriti hekk għall-gost iżda biex nuri kif il-proċess, kemm ta' meta tiġi biex tieħu l-art kif ukoll ta' meta tiġi biex trodd lura l-art, jista' jkun miftuh għal abbuż politiku, fejn id- deċiżjoni ma tkunx ispirata mill-ġid komuni iżda tkun ispirata minn xi vantaġġ personali li tkun trid tieħu.", "Naħseb li demokrazzija moderna u miftuħa għandha tpoġġi dan il-proċess tat-trasferiment ta' l-art taħt l- iskrutinju pubbliku u parlamentari.", "Għandna każ simili ż-Żurrieq, Sur President.", "Fl-Imġarr irnexxielna nkabbru l-iskola u sar ix-xogħol meħtieġ – tra parentesi nappella lill-gvern biex ix-xogħol hemmhekk jitkompla għaliex ilu wieqaf xhur u n-nies ta' l-Imġarr jistħoqqilhom li x-xogħol jitkompla biex fl-aħħar ikollhom skola li tixirqilhom, għax ma jistax ikun li jibqa' kollox imwaħħal kif inhu – iżda fil-każ taż-Żurrieq jiddispjaċini ngħid li ma rnexxilniex.", "Hemmhekk ukoll ġiet identifikata biċċa art biex tinbena skola sekondarja.", "L-istess bħall-Imġarr, kien hemm kontinwita' bejn deċiżjoni li ttieħdet mill-ministru ta' l-edukazzjoni ta' dak iż-żmien, il- Perit Michael Falzon, u minni biex nidentifikaw l-art fejn kellha tinbena l- iskola sekondarja taż-Żurrieq.", "Din l-art kienet ittieħdet mingħand il- privat, pero' forsi għax kemm il-Perit Falzon u kemm jien m'aħniex minn dik in-naħa ta' pajjiżna li stajna nieħdu deċiżjoni skond il-ġid pubbliku.", "Warajna ġew ministri minn dik in-naħa tal-pajjiż u allura f'daqqa waħda ma baqax jagħmel sens li l-iskola taż-Żurrieq tinbena fejn ġiet identifikata, minkejja li hekk kienu r-rakkomandazzjonijiet tal-periti u tal-konsulenti tal-gvern u ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Issa dik l-art qed terġa' tingħata lura lill-privat u l-iskola sekondarja se tinbena - jew suppost li tinbena - fil-Karwija.", "Niftakarni naħdem flimkien ma' l-ex-sindku taż- Żurrieq u kollega Joe Cassar biex nippruvaw insalvaw l-iskola, imma d- deċiżjoni kienet ittieħdet u dik l-art kellha terġa' tingħata lura lis- sidien privati.", "Nerġa' ngħid li din qed insemmiha mhux għax għandi xi tama li se nerġgħu lura fuq id-deċiżjoni li ttieħdet, iżda' biex nuri li kemm fit-trasferiment ta' l-art mingħand il-privat għal għand il-gvern u kemm fit-trasferiment ġdid mill-gvern lura għal għand il-privat, hemm bżonn li l-proċess ikun demokratiku u miftuħ għall-iskrutinju tal-pubbliku u tal- parlament.", "Kif diġa' għedt, nafu li f'pajjiżna hu importanti li l-art tintuża b'għaqal għaliex il-pressjonijiet huma kbar, pressjoni biex l-art tintuża għar- residenza, biex tintuża għar-rikreazzjoni u biex tintuża għal skopijiet industrijali jew turistiċi.", "Dawn kollha huma pressjonijiet li joħolqu ħafna u ħafna problemi għall-użu tat-territorju, speċjalment f'pajjiż żgħir bħal tagħna, u waħda mill-affarijiet li probabbli għadna m'aħniex nagħtu kas tagħha biżżejjed hi kif l-użu tat-territorju jħalli effetti kbar anke fuq is-saħħa fiżika u mentali tar-residenti.", "Meta jkollok pajjiż iffullat, pajjiż mibni wisq, fejn m'hemmx biżżejjed spazju miftuħ, fejn m'hemmx biżżejjed fejn in-nies jirrikreaw ruħhom u jieħdu l-ħin tal-mistrieħ tagħhom f'ambjent miftuħ u nadif, dan jaffettwa b'mod negattiv is-saħħa mentali u s-saħħa fiżika.", "Għalhekk irridu naraw iktar fil-bogħod, irridu noqogħdu aktar attenti għall-użu li nagħmlu mill-art li diġa' hija skarsa.", "Hawn ma nistax ma nsemmix ċerti deċiżjonijiet li ittieħdu dan l-aħħar, li se jkomplu joħolqu problema għar-residenti ta' ċerti nħawi minħabba li art li diġa' hija skarsa, se tkun qed tittieħed għal skopijiet li m'humiex kompatibbli mal-bżonnijiet ta' nies li jgħixu f'ambjent san, ambjent tajjeb.", "Per eżempju, ma nistax ma naqbilx ma' dawk ir-residenti fl-inħawi tas- Swieqi u parti minn San Gwann li jiddispjaċihom ħafna li ttieħdet id- deċiżjoni biex il-barriera f'Wied Għomor tkompli tikber f'parti minnha.", "Il- fatt li se tkompli tikber ifisser li se tkompli toħloq problemi għar- residenti ta' l-inħawi.", "Diġa' kellhom problemi ta' trab, theżżiż li jkun hemm minħabba x-xogħol li jkun għaddej fil-barriera u anke minħabba l-mod ta' kif qed inħalluh jinqered Wied Għomor - qed inġibuh Wied l-Għomor, għaliex qed isir wied mejjet, kemm fil-parti ta' fejn issa qed titħalla tikber il-barriera u kemm fil-parti t'isfel! – u min ikun għaddej minn fuq il-pont ta' Regional Road jista' jara kif in-naħa t'isfel tal-wied issa qed tinbena wkoll.", "Kien hemm tama li taparsi se jaslu sax-xifer imbagħad mhux se jitħalla jinbena aktar, imma issa n-naħa t'isfel qed tinbena kompletament.", "Dik kienet deċiżjoni ħażina li kien ħa gvern Nazzjonalista fil-kumitat li kien waqqaf biex jagħmel areas li fihom kien se jħalli żvilupp isir u bini jittella.", "Issa dik in-naħa tal-wied t'hemm isfel qed tinqered kompletament, li hija ħasra għax huwa wieħed mill-ftit widien f'dawk l-inħawi, u jekk ikompli jinbena kif qed isir u min-naħa l-oħra tkompli tikber il-barriera, il-ftit spazju miftuħ li għandna f'dawk l- inħawi se jkompli jinqered.", "Nerġa' nsemmi l-ħsara għas-saħħa fiżika u mentali tan-nies li jgħixu f'dawk l-inħawi, Sur President.", "L-istess huwa ħażin li l-wied żgħir li hemm bejn Pembroke u San Giljan jitħalla jinqered bil-bini ta' carpark.", "Dan huwa wied li rridu nżommuh għalina nfusna u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, għaliex l-ambjent mhux biss tagħna li qed ngħixu llum iżda anke ta' dawk ta' warajna.", "Nistħi ngħid li ta' warajna se jiftakruna bħala l-ġenerazzjoni li qridna dan il- pajjiż u li faċilment se nagħmluh mhux abitabbli minħabba d-deċiżjonijiet li ħadna u li bihom il-bini jibqa' tiela' u jeqred il-widien li għandna, widien li tant għandna bżonnhom għall-kwalita' ta' ħajja li ngħixu.", "Għalhekk huwa importanti li fid-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar l-użu ta' l- art u tat-territorju, irridu nżommu quddiemna l-kunċett ta' l-iżvilupp ekonomiku soċjali u tal-ġustizzja soċjali, iżda rridu nżommu wkoll l-aspett tal-ħarsien ambjentali.", "Ejja nammettu li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed jintrabtu flimkien l-erba' prinċipji fundamentali li għandhom jiggwidawna fid-deċiżjonijiet li nieħdu, ikun x'ikun il-qasam li qed niddiskutu.", "Għandek il-prinċipju ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, imbagħad għandek il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali, li l-ġid ekonomiku jkun tassew ġid aktar sħiħ u aktar bnin, jekk tagħti kas l-aspett soċjali tiegħu; jiġifieri mhux biss kif il-proġett se jolqot lil min għandu l-flus u lil min qed imexxih, iżda' anke kif se jolqot lil min jiġi affetwat minn dak il-proġett.", "Allura l-impatt soċjali ta' kull proġett ekonomiku huwa importanti.", "Kif diġa' għedt, fil-qasam ta' l-użu ta' l-art huwa importanti ħafna li naraw x'ikun l-impatt soċjali tad-deċiżjonijiet li nkunu qed nieħdu.", "Hemm ukoll imbagħad il-ħarsien ambjentali li rridu nagħtu kasu.", "Waħda mill-agħar affarijiet li nistgħu nagħmlu hi li nħalluh sejjer lura, għax meta mbagħad niġu biex nibdew nieħdu passi biex nippruvaw nirranġaw u nfejqu l-problemi ambjentali li nkunu ħloqna, ikun tard wisq u ħafna drabi jkun jiswa ħafna iżjed.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li ħallejna l-kwalita' ta' l-ambjent jaqa' lura tant li qed tolqot ħażin ħafna s-saħħa fiżika u mentali tagħna, minbarra li qed tagħmel ħsara lilna bħala persuni qed iġġib ukoll spejjeż finanzjarji kbar għal dan il-pajjiż.", "Għalhekk huwa importanti li fl-istrateġija ta' żvilupp, jekk jista' jkun il-problemi ma nħalluhomx jinħolqu mbagħad nippruvaw niffaċjawhom wara.", "Mal-prinċipji ta' l-iżvilupp ekonomiku, tal-ġustizzja soċjali u tal-ħarsien ambjentali, hemm il-punt li d-deċiżjonijiet irridu neħduhom f'qafas ta' x'jaqbel lil pajjiżna u f'qafas ta' tmexxija ta' rajna f'idejna.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi jien semmejt li f'territorji żgħar, fi stati u gzejjer ċkejknin bħal tagħna, l-immaniġġjar tat-territorju u l-użu ta' l-art huwa importanti iżjed minn ta' pajjiżi akbar minna, li d-deċiżjonijiet jeħduhom skond l-interessi u l-bżonnijiet tagħhom.", "Pajjiżi oħra li għandhom territorju vast u kbir jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fejn din il-problema ma tantx ikunu għadhom qed iħossuha.", "Imma f'pajjiżi bħal tagħna fejn l-art hi aktar skarsa, huwa importanti ħafna li deċiżjonijiet bħal dawn neħduhom aħna skond l-interessi tagħna u li nissalvagwardaw lilna nfusna u l-poter deċiżjonali.", "Waqt li fil-każ tal-pajjiżi l-kbar il-poter deċiżjonali nazzjonali tagħhom jista' jagħmel ħsara lil pajjiżi oħra - u allura f'dan is-sens wieħed jieħu gost li dawn jaqsmu s-sovranita' tagħhom u t-tmexxija tagħhom flimkien biex għallinqas itaffu l-ħsara li jistgħu jagħmlu lil xulxin - fil-każ ta' pajjiż bħal tagħna l-poter deċiżjonali nazzjonali tagħna, per eżempju fuq kif nużaw l-art, irridu nżommuh fit-territorju tagħna, fin-nazzjon tagħna.", "Għalhekk li qabel ikkwotajt it-tħassib ta' membri parlamentari oħra minn territorji żgħar bħal tagħna, uħud minnhom lanqas biss huma ta' stati sovrani, bħall-Falkland Islands u ċ-Channel Islands, li huma nkwetati li r-regoli ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea jolqtuhom ħażin.", "Dawn ir-regoli lanqas biss jagħtuk iċ-ċans li d- deċiżjonijiet, tajjeb jew ħażin, teħodhom inti fit-territorju tiegħek.", "Fil-każ tagħna, fejn it-territorju ċkejken tagħna rridu nagħmlu l-aħjar użu minnu b'għaqal kbir jekk irridu naraw il-ġid tagħna, ta' uliedna u ta' ulied uliedna fit-tul, huwa importanti ħafna li dawk id-deċiżjonijiet neħduhom aħna fil-kuntest u fil-qafas ta' x'inhu importanti għalina.", "Inkella l-problemi li diġa' għandna se jkomplu jikbru, se tkompli tiżdied il-pressjoni fuq l-użu ta' l-art u minflok pajjiżna jkun qed imur aħjar jew il-kwalita' tal-ħajja titjieb ikun qed jiġri bil-maqlub.", "Għall-ġid tagħna, ta' uliedna u ta' ulied uliedna, huwa importanti ħafna li deċiżjonijiet bħal dawn, li għandhom jittieħdu fid-dawl tal-prinċipji li semmejt qabel, insalvaw għalihom il-poter deċiżjonali nazzjonali biex dawk id- deċiżjonijiet neħduhom aħna, fl-interess tagħna, u mhux jittieħdu skond regoli li jgħoddu għal pajjiżi oħra, u dan minħabba li huma realtajiet differenti, ikbar minna imma li lilna jispiċċaw jagħmlulna ħsara minflok ġid.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-oppożizzjoni se tivvota favur dan l- abbozz, iżda naħseb li ta' min josserva li l-kollegi tagħna tan-naħa tal- gvern, għallinqas uħud minnhom, għoxew fir-retorika.", "Minflok ma ffokaw fuq il-problemi attwali, ħlew ħinhom jikkritikaw dak li għamlu gvernijiet preċedenti Laburisti bejn l-1971 u l-1987.", "Li ma qalux dawn sħabna tan- naħa l-oħra hu li l-gvernijiet tal-Perit Mintoff u ta' l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici ma ħallew ebda' deficit iżda ħallew affarijiet li rrendew għall-ġid komuni, għalkemm nammetti li bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja seta' kien hemm ċerti nuqqasijiet illi b'mod jew ieħor bi ftit attenzjoni aktar setgħu saru aħjar.", "Tiskanta kif ċerti kelliema tan-naħa l-oħra, forsi anke dawk li jirrappreżentaw il-ġenerazzjoni parlamentari ġdida, ikunu daqstant fjakki u xotti fil-kritika tagħhom.", "Ngħid għalija ma kontx nippretendi li deputati Nazzjonalisti li jaspiraw li jkunu ministri għada, forsi anke jokkupaw kariga ta' ċertu prestiġju, bħalma hi dik ta' ministru ta' l-affarijiet barranin, jiġu jagħtu stampa ta' x'ġara fl-imgħoddi u ma jirrealiżżawx, per eżempju, illi bdiewa li tilfu r-raba' tagħhom, bħal fil-każ ta' Santa Maria Estate fil-Mellieħa, ma ngħataw qatt lura d-dritt illi mill-ġdid jaħdmu xi raba' x'imkien ieħor.", "Anke dawk il-bdiewa li tteħditilhom l-art biex ġiet żviluppata l-lukanda Seabank fil-Mellieħa ma ngħataw l-ebda' raba' lura bħala kumpens għal dawk it-tmiem kbar ta' raba' saqwi li kienu jaħdmu.", "Kemm xtaqu li jerġa' jkollhom id-dritt illi jerġgħu jibdew ikabbru l-prodotti tagħhom għallinqas x'imkien ieħor.", "Jien ma nafx x'wiċċ irid ikollu, hu min hu, biex jiġi jippreżenta ruħu u jikkritika ż-żmenijet ta' gvernijiet Laburisti preċedenti u ma jsemmi xejn, per eżempju, dwar l-iżvilupp tal-pompa tal- petrol fil-Mellieħa.", "Hemmhekk nafu li l-familji fejn se jsir dan l-iżvilupp huma assolutament kontra, imbagħad insibu li kulħadd jiskarta dawn il- problemi għax l-importanti li niġu hawn u nagħmlu bħall-nsara pagani - biex nuża espressjoni li ħafna drabi qed tintuża llum għall-festi reliġjużi - u noqogħdu nitkellmu f'dan it-tip ta ambjent u nagħlqu għajnejna biex ma narawx it-travu tagħna u nikkritikaw iz-zokk ta' ħaddieħor.", "Per eżempju, fil-mument hawn mhedda wkoll is-sajjieda tal-Mellieħa, li jużaw u ilhom jużaw għal dawn l-aħħar mitt sena, minn ġenerazzjoni għall- oħra, il-garaxxijiet f'Anchor Bay.", "Hemmhekk hemm min qed jipprova jitfa' 'l barra lil dawn is-sajjieda, li hemmhekk ikollhom il-konzijiet, l-opri tas- sajd u naturalment il-fishing tackle kollu li jużaw biex iwettqu s-sajda tagħhom.", "Mhux biex nitfa` dell ikrah, imma jien nista' ngħid li tkellimt ma' dawn is-sajjieda wara dawn l-aħħar atti li ġraw, meta xi ħadd qal illi l-ħut li f'żewġ okkażjonijiet instab mejjet kien suġġett ta` splużjoni.", "Jien ma nafx għalfejn il-ministru qal illi dawn l-isplużjonijiet saru minn xi sajjieda irresponsabbli u kif sal-lum għadna m'aħniex informati kif ċertu ħut, bħal qarnit irqiq, illi naturalment m'huwiex suġġett għall-mewt bil-ġelatina, instab mejjet u ntqal li miet bil-ġelatina.", "Huwa ovvju għal kulħadd li hemm min għandu interess li dawn is-sajjieda ma jibqgħux jużaw il-garaxxijiet li ilhom jintużaw minn ġenerazzjoni għall- oħra matul dawn l-aħħar mitt sena, u ħadd ma ndenja ruħu mqar jara kif jista` jirrimedja għal din is-sitwazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, b'hekk qed nappartjenu għall-karattru pagan fejn taparsi niġu hawn biex nitkellmu dwar kemm l-affarijiet qed isiru fid-direzzjoni t-tajba, mentri l-affarijiet iktar milli xejn qed jitnawru.", "Dan mhux biss jien qed ngħidu imma issa qed jgħiduh nies bħal Micallef Leyson, illi m`hemmx dubju għall-kwalitajiet u għall-kulur politiku tagħha, u qed jgħiduh ħafna nies oħra.", "Dawn huma l- affarijiet li jien inqanqal f'dibattitu fuq liġi bħal din sabiex nipprovaw niffokaw fuq il-mod veru ta` kif għandna nindirizzaw il-ħteġijiet tal-poplu tagħna.", "F`ħafna ċirkostanzi, iktar ikun moħħna biex nikkritikaw lil xulxin milli tabilħaqq naraw x`qed jistenna il-poplu, x`qed jistennew il-familji mingħandna u nindirizzaw dawn il-prioritajiet.", "Irridu niftakru fis-sitwazzjoni tagħna meta nitkellmu dwar prioritajiet ta` din ix-xorta, fuq il-proprjeta` u fuq l-artijiet.", "Irridu nirriflettu dwar l- impatt u ċ-ċirkostanzi diffiċli li jkabbru d-densita` tal-popolazzjoni tagħna, li hija fost l-ogħla meta nikkomparawha ma' dik tal-pajjiżi ta` l- Unjoni Ewropea.", "Aħna llum nafu li prattikament `il fuq minn 1,300 ruħ joqogħdu f`kilometru kwadru ġo din l-art, waqt li f'pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropeja fl-istess daqs ta` art joqogħdu 300 ruħ.", "Allura dan iktar għandu jwassalna biex nirriflettu ftit fuq ċerti nuqqasijiet li jekk m'aħniex se nindirizzawhom m'aħna se naslu qatt biex inġibu `l quddiem il-qagħda taċ- ċittadini tal-gżejjer tagħna.", "Minn hawn joħroġ anke għaliex l-oppożizzjoni Laburista temmen f'relazzjoni ta` koperazzjoni ma` l-Unjoni Ewropeja, temmen f'politika ta` Svizzera fil- Mediterran, illi ġġib relazzjonijiet mill-eqreb ma` l-Unjoni imma żgur mhux dik ta` sħubija sħiħa.", "Anke fejn jirrigwarda d-daqs ta` l-art, Malta hija żvantaġġata.", "Ma nkun qed nigħid xejn ġdid meta ngħid li f`ċerti setturi Malta hija żvantaġġata u ma nafx għaliex il-gvern jibqa' jinnegahom dawn l- affarijiet.", "Għandna prim ministru jieħu pjaċir jgħid li s-sħubija m'hi se ġġib l-ebda żvantaġġi imma se ġġib vantaġġi biss, u dan meta l-gvern kollu, bil-prim ministru b'kollox, bil-kabinett, bil-grupp parlamentari u kulħadd jaf x`ħareġ min-national plan for the adoption of the acquis, illi mit-taxxi tal-poplu qed inħallsu `l fuq minn Lm10 miljun fis-sena biex taparsi nġibu fis-seħħ dawn il-bidliet li ma nafx min jista' jsejħilhom sostenibbli.", "Waħda mill-affarijiet li tiddikjara l-oppożizzjoni Laburista hija proprju l- problema sija tad-densita` tal-popolazzjoni u sija tad-daqs ta` l-art.", "Dawn il-problemi jpoġġuna f`baħar ta` żvantaġġi mhux biss għaliex jiġu l- barranin jixtru l-proprjeta`, imma anke għall-fatt illi issa ilna nisimgħu għal tant snin lill-gvern ta' Fenech Adami jgħid kemm se nieħdu sussidju biex niżviluppaw is-settur tal-biedja, u anke nisimgħu lill-Ministru Ninu Żammit jgħajjarna scaremongerers u idle conjecturers, u filli jgħid li jifhem u filli jgħid li ma jifhimx.", "Il-fatti jikkonfermaw li jkunu x`ikunu ċ-ċirkostanzi, Malta titlef iktar minn 88% ta` l-għajnuna finanzjarja li l- Unjoni tagħti lill-popli tal-pajjiżi membri għas-settur agrikolu, u dan ovvjament għaliex id-daqs ta` l-art tagħna huwa limitat.", "Dan lilna jagħmilna żvantaġġati u inutli li noqogħdu ngħidu li l-gvern Nazzjonalista se jkun kapaċi jġib fondi biex jagħmel bidliet sostenibbli f'dak li huwa l- iżvilupp rurali.", "Illum il-Maltin u l-Għawdxin, Laburisti u Nazzjonalisti, huma konxji mhux tal-moffa, iżda ta' l-ipokresija u l-inkonsistenza ta' dan il-gvern.", "Qed nuża din il-kelma \"moffa\" għax hekk sejħet Micallef Leyson lil dan il-gvern f'artiklu li kitbet ftit tal-ġimgħat ilu.", "Xiehda ta' dan hija l-istraġi li saret f'dik li hija riabilitazzjoni ta' l-inħawi rurali tal-gżejjer tagħna.", "Ħalli għal dan il-mument ma nsemmix l-abbandun tal- widien u l-problema taċ-Chadwick Lakes u nispjega per eżempju xi ħaġa li għandna nirriflettu fuqha għax aħna jinteressana l-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin iktar mill-pika ta' bejnietna.", "Nibda billi nifraħ lil sħabi, il-ħbieb tiegħi Philip Busuttil u William Chetcuti mill-Manikata, li ġew fl-ewwel u fit-tieni post u kisbu l-medalja tad-deheb u dik tal-fidda fid-double trap ta' l-isparar tal-plattini, u nifraħ lil sieħbi Frans Pace, li ili nafu u napprezza d-dedika tiegħu u l- mod ta' kif jiġbed is-simpatija ta' sportivi oħra dedikati bħalu.", "Jien ngħid li kieku minflok ma noqogħdu noħolmu b'din l-ossessjoni ta' sħubija fl-Unjoni, u kieku minflok ma noqogħdu noħolmu kemm se nkunu aħjar meta nkunu ġewwa, kieku mqarr żviluppajna matul dawn l-aħħar snin kumpless ta' livell internazzjonali ta' l-isparar fejn mhux biss il-Maltin u l-Għawdxin imma anke l-barranin ikunu jistgħu jipprattikaw dan id-delizzju sabiħ .....", "Jien nemmen li faċilment seta' ġie żviluppat il-kunċett li pajjiżna jorganiżża speċi ta' world cup, fejn teams mill-pajjiżi kollha tad-dinja, minflok ma jiġu Malta biex jilagħbu l-football, jiġu biex jieħdu sehem f'dawn il-kompetizzjonijiet ta' l-isparar.", "Illum żgħażagħ bħal Philip Busuttil, Frans Pace u William Chetcuti - dan ta' l-aħħar ma jistax jispara għax għad m'għandux 18-il sena imma jista' jikkompeti barra! - qegħdin jgħidulna li rnexxielhom imorru barra u jġibu medalja għal art twelidhom.", "Mhux qed insemmi dan il-punt għax dawn ħbieb pesonali tiegħi – anzi tnejn minnhom jiġu mid-distrett fejn nikkontesta jien - imma biex nipprova nirreġistra l-punt ta' kemm qegħdin nintilfu fuq ħaġa waħda, din il- fissazzjoni li naraw lil Malta tissieħeb fl-Unjoni, u dan meta għandna ċittadini jistennew li dan il-pajjiż iwettaq politika li tabilħaqq tkun tindirrizza l-bżonnijiet tagħhom, il-mod ta' kif dawn se jiżviluppaw il-ħin ħieles tagħhom, il-mod ta' kif se jikkaratteriżżaw l-isem tal-gżejjer tagħna ma' l-erbat irjieħ tad-dinja f'qasam li fih dejjem irreġistrajna suċċess.", "Wieħed għandu jifli ftit dawn l-affarijiet li qed jiġru quddiem għajnejna llum.", "Għalhekk niskanta bil-mod kif tkellmu l-membri tan-naħa tal- gvern, speċjament ċerti backbenchers li qegħdin jaspiraw li għada pitgħada jkunu f'kabinett futur Nazzjonalista.", "Jiġu jitkellmu b'dan id-djuq kollu, b'din it-tip ta' propaganda rħisa li ma tagħtix kredibilita' la lin-naħa tagħhom u lanqas lill-istituzzjoni ta' dan il-parlament, meta nafu b'dawn in-nuqqasijiet.", "Nappella biex nirriflettu ftit xi tlifna matul dawn is- snin.", "Inti, Sur Gvern Nazzjonalisa, għami wara l-ossessjoni tiegħek li ssieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, għandek il-mod kif tressaq liġijiet minflok ma tagħmel eżerċizzju propagandistiku biex tipprova tiġġustifika kemm għamlu ħażin jew x'setgħu għamlu aħjar amministrazzjonijiet Laburisti preċedenti.", "Fuq kollox l-iskop ta' gvernijiet Laburista preċedenti kien li jinħoloq il- ġid għall-poplu, u fil-maġġoranza tagħhom dawn l-iskemi taw nifs ġdid biex f'pajjiżna jkun hawn standard of living aħjar u standard of housing deċenti u biex f'pajjiżna niżviluppaw komunita' li jkollha rasha mistrieħa li għandha fejn toqgħod u li tista' tlaħħaq mal-prezzijiet tal-proprjeta'.", "Is-sistemi li intom qed tikkritikaw ħolqu dan il-moviment, ħolqu x-xogħol, ħolqu l-ġid biex iktar nies setgħu jitħarrġu fl-industrija tal-kostruzzjoni u iktar nies setgħu jsibu mpjieg u jaqilgħu l-flus bix-xogħol li nħoloq b'dawn it-tip ta' skemi.", "L-istess flus baqgħu jiċċirkolaw fl-ekonomija ta' pajjiżna, flus li ma ġewx mill-ħlas tal-bolla kif qed tagħmlu intom illum.", "Gvernijiet Laburista preċedenti assiguraw it-tkabbir ta' l-ekonomija tagħna u l-ġustizzja soċjali permezz tal-ħlas tas-sigurta' nazzjonali, fejn il- pensjonanti ma kellhomx l-inkwiet li għandhom illum dwar il-pensjoni.", "Għaldaqstant fil-konfront tal-kritika ta' ċerti aspetti ta' xi skemi li taħt gvernijiet preċedenti Laburista setgħu marru ħażin, wieħed irid ikun sod, irid jemmen fil-verita' u jifhem li mhux biżżejjed li mmorru Ruma nċapċpu għad-diskors tal-Papa, u wara li l-Qdusija Tiegħu jaqsam magħna l- messaġġ li jġegħilna niffaċċjaw il-verita', niġu f'dan il-parlament u noqogħdu ngħidu n-nofs veritajiet jew inkella ngħidu dik il-verita' li aħna jidhrilna li biha nistgħu nniġġżu jew inħammġu lil ħaddieħor.", "Dan ma jawgura tajjeb għall-ebda backbencher li qed jaspira li għada pitgħada li jingħata kariga ministerjali.", "Apparti li nsellem lill-isportivi kollha, irrid inġiegħel lill-gvern jirrealiżża li minflok ma noqogħdu ninħlew biex nikkondizzjonaw lil xulxin u ħafna drabi ndejqu lis-semmiegħa bil-kritika żejda, nirriflettu fuq per eżempju episodju sabiħ bħal dan.", "Fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tliet tiraturi Maltin kisbu l-aqwa unuri.", "Kieku lil dawn nisimgħuhom u niltaqgħu magħhom, ikun jagħmel ħafna aktar sens milli noqogħdu naħlu l- flus biex immorru Brussels, flus li jinġabru mit-taxxi tal-poplu.", "Lill- gvern Nazzjonalista ngħidlu: Int qed tonfoq LM11 il-miljun biex tadotta n- national plan for the adoption of the acquis, li fuq kollox jikkonfermalek li m'għandekx art biżżejjed biex twettaq ċertu żvilupp li qed taħseb li jkollok meta tissieħeb fl-Unjoni, u anke jikkonfermalek li ma tistax tieħu 88% tas-sussidji li l-Unjoni tagħti lill-bdiewa u lir-raħħala tal-pajjiżi membri għax m'għandekx l-art.", "Inti li għedt lill-poplu li temmen fil- kuxjenza soċjali – kemm voti sraqtu b'dan il-mod - kieku dawk il-Lm11 miljun infaqthom biex irendu għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin - fosthom il- bini ta' kumpless li hemm bżonn niżviluppaw biex pajjiżna jibda minn sena għal oħra jattira nies mhux biss minn Malta u Għawdex biex jipparteċipaw fil-kamp ta' l-isparar – kieku kont tkun verament qed taħdem għall-ġid tal- poplu.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi, Sur President, ippermettili nagħmel riferenza anke għall-mod ta' kif nittrattaw ma' ċerti setturi oħra.", "Niftakar li meta l-Ġnus Magħquda kienu nidew is-sena internazzjonali taż- żgħażagħ fl-1985, jien kont waqqaft assoċjazzjoni sportiva bil-għan li niżviluppaw ċentru ta' l-off-roading għal dawk iż-żgħażagħ li minħabba l- attivitajiet tagħhom li kienu jorganizzaw permeżż tal-muturi, kienu joħolqu nkwiet fil-kampanja man-nassaba, mal-kaċċaturi u mar-raħħala - kienu għadhom lanqas bdew il-four-wheel drive dak iż-żmien - u dan sar imma donnu li xorta bqajna razzisti.", "Moħħna biss biex naraw min se jibbenefika, u erba' dilettanti tal-plattini u tal-muturi ma nagħtux kashom.", "Jien kelli esperjenza li qsamt ma' l-għomja biex flimkien waqqafna t-torball blind association u nista' ngħid li kienet esperjenza pożittiva, fejn bniedem li tilef id-dawl jew kien qed jitlef id-dawl seta' jintegra ruħu fl-isports, seta' jilgħab il-ballun, seta' jsuq ir-rota, seta' jifraħ.", "Imma anke hemmhekk rajna kif inkunu iebsa ma' dawn il-bżonnijiet li neħtieġu, imbagħad minflok ma nipprovaw niġġustifikaw dawn il-bidliet li għandna bżonn, kemm Laburisti u kemm Nazzjonalisti, Maltin u Għawdxin, niġu hawn u nisimgħu kritika fuq min ħadem għall-ġid komuni b'politika ħajja u attiva.", "L-appell tiegħi jmur anke għall-kwestjoni li għadha tberren f'moħħi, dik tal-bdiewa li għandhom il-problemi dwar iċ-ċnus tagħhom.", "Kien hemm kollox lest min-naħa tad-dipartiment ta' l-agrikoltura, imma għal xi raġuni jew oħra dawk il-bdiewa li ma kenux laħqu rreġistraw l-applikazzjoni tagħhom - naħseb li ma kienx hemm iktar minn mitt bidwi - b'kapriċċ ta' xi ħadd supperv dawn ma ġewx aċċettati.", "Dan għaliex?", "Xi skop għandu l-gvern li jipprova jimpika mad-dgħajjef?", "Imbagħad kien hemm xi ħadd goff, xi ħadd tal-qalba, li mhux ħa biċċa art biex jiżviluppa pompa tal-petrol, iżda qabad u bena lukanda b'mod illegali, u tisma' li l-awtorita ta' l-ippjanar tatu l-permess basta jħallas multa.", "Ejja nifhmu li qed indardru l-ilma li qed nixorbu minnu.", "Aħna hawnhekk għandna obbligu, marbut mal-ġurament li ħadna, ngħidu u nirriflettu f'xogħolna l-fiduċja u l-verita' u li nkunu fidili.", "Imma kif nippretendu li aħna superjuri f'dawn l-affarijiet, li nistgħu nagħmluhom, imbagħad neħduha biss kontra min qed jagħmel il- kritika?", "Għaliex qegħdin inħallu l-moffa tnawwarna daqshekk?", "Ejja nirrealiżaw li dawn m'humiex ħwejjeġ li jixirqu lill-poplu li minn ċkunitu dejjem għaraf ibiddel l-iżvantaġġi f'vantaġġi.", "Nappella wkoll fuq kwestjoni oħra li qiegħda ttambar f'widnejja, il- kwestjoni tal-Qammiegħ.", "Hemmhekk mhux biss kien hemm il-kwestjoni tal-Lm125 żieda bħala reviżjoni taċ-ċens - għalkemm minn dak li spjega l-ministru nifhem li se jersqu emendi f'dan il-parlament biex jiġi revedut iċ-ċens għal livell aċċettabbli ta' Lm8 it-tomna – imma issa qed nisma' wkoll li hemmhekk se jsir impjant tar-riċiklaġġ tad-drenaġġ.", "Irridu nirriflettu ftit għax għandna ċirkostanzi fejn qegħdin naraw il-gvern mitluf fl-ossessjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni u mhux qed jagħmel studju xjentifiku li bih jara kif se jindirizza l-problema tad-daqs ta' l-art tal-gżejjer tagħna u tad-densita' tal-popolazzjoni.", "Irridu nirriflettu li meta għandek soċjeta' fejn f'kilometru kwadru joqogħdu 1,300 ruħ, hemm numru ta' problemi, partikolarment għall-bdiewa, li rridu nagħtuhom il-garanzija li nsostnuhom biex jibqgħu jaħdmu r-raba' u noħolqu dawk l-iskemi u dawk l- għodda li jistgħu jgħinuhom.", "Jien kellimt nies f'pożizzjoni esekuttiva min- naħa tal-gvern u kellimthom b'mod onest u għedtilhom iħarsu ftit x'ġara matul dawn is-sentejn.", "Jien niftakar li gvern preċedenti Laburista kien wasal biex iressaq fil- parlament liġi dwar l-agrituriżmu biex il-ftit art li baqa' fil-kampanja nutiliżżawha biex trendi iktar għall-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin u tal-miljun turist li minn sena għall-oħra jżuru l-gżejjer tagħna u jiġġeneraw xogħol u kummerċ.", "Jien għamiltu għax nemmen fil-ġid komuni u nemmen li rridu nħarsu 'l quddiem, iżda għaddew kważi tliet snin ta' din l- amministrazzjoni u lanqas imqar twaqqfet kummissjoni biex tagħmel dan l- istudju, ħalli ma nkunux wara pajjiżi oħra li nisfruttaw dan it-tip ta' turiżmu f'pajjiżna.", "Gvern preċedenti Laburista kien beda ħidma biex barra li jgħin lill-bdiewa, ma jkomplux jiġġarrfu l-ħitan tas-sejjieħ u ma tkomplix tintilef il-ħamrija mill-uċuħ.", "Gvern preċedenti Laburista kien beda jara kif iwaqqaf proġetti li jirrispettaw l-impatt idroloġiku u ġeoloġiku , jiġifieri l-ilma ġieri, u l-impatt ekoloġiku, b'mod li fl- istess ħin dawn ix-xogħlijiet ikunu għamara għal dan it-tip ta' żvilupp, biex il-kampanja ma tibqax il-miżbla li hija llum u biex il-poplu jifhem u jaċċetta.", "Per eżempju, kienu bdew inizjattivi mid-dipartiment ta' l-ambjent biex fejn ikunu qed isiru dawn ix-xogħlijiet jitneħħew it-tankijiet biex ma jibqax jidher dak il-kulur tas-sadid, affarijiet li stajna għamilnihom biex ġibna l-ħarsien ta' l-iżvilupp rurali, il-ftit art li għandna.", "Imbagħad meta dawn l-affarijiet li jikkundannahom kulħadd, Laburisti, Nazzjonalisti u anke nies li ma tinteressahomx il-politika, jiġu backbenchers Nazzjonalisti li jaħsbu li huma puri, li huma mustaċċuni u li jafu liema huwa s-suf li jridu jaqilgħu u dak li jridu jomxtu, u jinnegaw dawn l-iżballji kollha u jipprovaw jaraw iz-zokk li forsi seta' b'xi mod jew ieħor inqasam f'policies u fi skemi li ħaddmu gvernijiet preċedenti.", "Hawn nerġa' ngħid li gvernijiet Laburisti preċedenti taw sehem kbir biex tabilħaqq is-soċjeta' tagħna tgħolli l-livell soċjali tagħha, mhux biss fil-qasam tal-housing imma wkoll fejn tidħol is-sigurta' tax-xogħol għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Dawn huma affarijiet li l-gvern tal-lum irid jifhimhom għax kulma għamel s'issa kien żball wara żball.", "Inġib eżempju ċkejken ta' x'għamel il- gvern Nazzjonalista meta xtara l-proprjeta' mingħand il-Knisja.", "Kien hemm rapporti li jgħidu li biex il-gvern jinvesti lura r-raba' li nxtrat għal madwar Lm400, dan ried jara kif iġib Lm28 it-tomna għax jekk il-gvern jinvesti Lm100 tal-poplu jrid jara li dik il-Lm100 trendi.", "Dak iż-żmien l-esperti kienu fehmu li bir-rata ta' kapitaliżżazzjoni, il-gvern ried iġib 7% ta' dak l-investiment.", "Imma l-gvern tilifhom matul is-snin għax m'għamilx programm serju u ma ddiskutiex, basta jiftaħar bid-djalogu.", "L-importanti li jaqta' ż-żigarella!", "L-importanti li jixtri ħafna affaijiet u jiffanfra bi flus il-poplu, imma ma jarax kif se jamministra l- ġid komuni tal-poplu.", "Ma neskludix li se jkompli jagħmel hekk, irrespettivament minn dak li jgħidu tan-naħa l-oħra.", "Il-gvern għamel taxxi diretti biex il-bdiewa japplikaw u jiġi rikonoxxut lilhom, għal perijodu ta' xi 15-il sena, it-titlu ta' l-art li b'mod jew ieħor ma kenitx f'isimhom.", "Mhux qed ngħid li dan mhux sew u li l-iskema ma kenitx tajba, imma kien hemm għalfejn nitolbuhom Lm50 għal kull aplikazzjoni?", "Kien hemm għalfejn nitolbuhom Lm4 minflok Lm2 għall-ħlas fuq kull tomna?", "Dawn huma ċirkostanzi li nsemmu għax m'hemmx dubju li huma ħwejjeġ li qed inawru bis- sħiħ lis-soċjeta' tagħna, u qed jirriżultaw f'gvern imnawwar, kif iddikjarat li hu Micallef Leyson u kif aħna ilna niddikjaraw mill-għada li poġġewna fuq dawn il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Dan it-tnawwir issa qed inawwar lis-soċjeta' tagħna, qasam wara qasam, settur wara settur, kategorija wara kategorija u għaldaqstant irrid nappella biex nirrealiżżaw li dak li kellu jkun is-serħan il-moħħ, is- serħan ir-ras, illum sar uġiegħ ras il-Maltin u l-Għawdxin.", "Lill-gvern ngħidlu biex jirrifletti u jqum mill-isturdament li waqa' fih, quddiem poplu li jixraqlu tmexxija kredibbli, quddiem poplu li jixraqlu li jimxi 'l quddiem.", "Sur gvern, tkomplix tistaġna lill-poplu li jrid jimxi 'l quddiem ħalli jgħolli l-livell ta' l-għixien u l-livell ta' l-identita' tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Sur President, qed nitkellmu fuq kif se nimmaniġġjaw l- art bħala dettal imma naħseb li wasal iż-żmien, u wasal bil-kbir, li nirriflettu b'mod strateġiku fuq kif din l-art qed tkun amministrata.", "Dan iż-żmien wasal għal żewġ raġunijiet.", "Wasal għall-fatt li t-talba għall-art dejjem qed tikber, waqt li l-firxa ta' art li hemm lesta biex tiġi utilizzata dejjem qed tonqos, u qed tonqos f'territorju limitat.", "Imbagħad jekk inħarsu lejn dak li għandna bħala art użata, insibu li hemm persentaġġ dejjem jiżdied ta' art li hija maqbuda, fabbrikata, imma fir-realta' mhix użata u mhux qed ingawduha.", "Mela min-naħa għandna din il-pressjoni biex aktar art tintuża f'limitu ta' territorju żgħir, imbagħad art li diġa' ttieħdet biex tintuża qed tkun użata bħala proprjeta' biss, xi ħadd jippossediha mingħajr ma jużaha.", "Naħseb li tajjeb li nużaw dan l-abbozz li għandna quddiemna biex nirriflettu fuq din il-ħaġa.", "Nemmen li f'dan l- istadju l-gvern kellu jagħtina ftit indikazzjonijiet dwar xi ħsebijiet għandu, xi proposti u strateġija għandu dwar kif se tintlaqa' din l-isfida.", "Dan l-ewwel punt.", "It-tieni punt jirrigwarda dak li diġa' semmgħu ħafna minn sħabi u tajjeb li nerġa' nsemmih jien.", "Il-gvern preżenti qed japlika biex jidħol membru ta' l- Unjoni Ewropea u waħda mill-affarijiet li jrid jiffaċċja hija r-regola li kull membru sħiħ ta' l-Unjoni jrid jaċċetta li ċittadini minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni, ażjendi minn pajjiżi ta' l-Unjoni, għandhom il- liberta', id-dritt sħiħ, li jkunu jistgħu jixtru art f'pajjiż ieħor, jagħmlu użufrutt minnha u jikkummerċjawha.", "Quddiem din l-option li ħa l- gvern, wieħed irid jistaqsi x'inhuma l-alternattivi li għandhom iċ- ċittadini ta' pajjiżna.", "Nemmen li waħda mill-problemi kbar li hemm f'din it-triq hija li ma jeżistix pajjiż fl-Unjoni, la fost il-membri eżistenti u lanqas fost il-membri aplikanti, li għandhom territorju daqstant żgħir daqs Malta.", "Veru li hemm pajjiż bħal-Lussemburgu, b'popolazzjoni li tħabbatha ma' dik ta' Malta, fis-sens li għandu anqas minn 400,000 ruħ, imma f'dak li għandu x'jaqsam mal-firxa tat-territorju l-ebda membru u l-ebda applikant membru m'għandu territorju żgħir daqs tagħna.", "MR SPEAKER: Skużani, Onorevoli, imma jkolli nwaqqfek hawn għax sar il- ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Mr. Speaker, erġajna wasalna għal Jum l-Ambjent.", "Kontra qalbi ngħid li nħossni diżappuntat, kif ukoll naħseb li huwa diżappuntat il- poplu Malti u Għawdxi dwar il-qagħda f'pajjiżna fejn jidħol l-ambjent.", "Mhux talli dan il-gvern falla iżda jaf ukoll li l-ambjent sejjer lura u qed ikun kompliċi biex ikompli jħassru.", "Kontra dak li għamel il-Partit Laburista fit-22 xahar li kien fil-gvern, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern jiġi b'ħafna paroli iżda mbagħad meta niġu għall-fatti nsibu l-affarijiet bil-kontra.", "Gvern Laburista preċedenti kellu ftit paroli imma ħa ħafna azzjoni u nsemmi ftit minn dak li għamel il-Partit Laburista meta kien fil- gvern.", "L-ewwelnett nieda studju biex inkunu nafu l-istat ta' l-ambjent - u ovvjament din hija ħaġa li trid tagħmilha biex tkun tista' tieħu azzjoni ħalli ttejjeb l-ambjent - u mbagħad beda jieħu ċerti passi wkoll.", "Per eżempju, il-kwestjoni tat-tinġis ta' l-arja kienet ovvja, xi ħaġa li wieħed irid jaffrontaha bilfors u allura l-gvern Laburista, minkejja li wara snin kbar li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma kien għamel xejn, ra kif għamel biex ikun jista' jġib apparat biex inkunu nistgħu nkejlu l-kwalita' ta' l- arja.", "Veru li kien hemm il-flus ivvotati biex jiġi dan l-impjant, imma minkejja li għal snin twal il-gvern Nazzjoanlsita ma kien għamel xejn, il- Partit Laburista mill-ewwel ħa l-passi biex iġib l-esperti u joħorġu t- tenders biex jinxtara dan l-apparat.", "Fil-fatt ħarġu dawn it-tenders u fl-aħħar perijodu ta' l-amministrazzjoni Laburista, l-apparat nxtara u wasal f'Malta meta kien għadu kemm tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Il-gvern Laburista kien ukoll ħa l-passi meħtieġa biex isolvi l-ilmenti kbar li kien hemm dwar l-impjant ta' Sant'Antnin.", "Il-gvern kien kapaċi - mingħajr ma' jonfoq ammonti kbar ta' flus - ineħħi l-irwejjaħ li fuqhom kienu qed jilmentaw ir-residenti ta' Wied il-Għajn.", "Saħansitra anke l-Onor.", "Lawrence Gonzi kien wasal biex jiddeċiedi li jitlaq mill-post, iżda bil- ħila tal-Partit Laburista baqa' hemmhekk għaliex il-gvern Laburista kien irnexxielu jneħħi dawk l-irwejjaħ u dak l-inkonvenjent.", "Jiddispjaċini ngħid li llum reġa' hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u dan l-impjant reġa' qiegħed mitluq u reġa' beda jagħmel l-irwejjaħ.", "Niftakar ukoll li bħala turija tat-twemmin ambjentali tal-Partit Laburista - u dan bil-provi u bla ħafna paroli - meta beda t-tħaffir tal-bir taż-żejt ġewwa Għawdex, għall-ewwel darba l-gvern ra li jidħlu ċerti kondizzjonijiet favur l-ambjent fil-kuntratt.", "Għall-ewwel darba sar environment impact assessment u jekk wieħed irid jista' jmur Għawdex biex jara' li m'hemm l- ebda impatt ambjentali negattiv fis-sit fejn sar dan it-tħaffir, prova tal- passi li ħa l-Partit Laburista.", "Il-Partit Laburista jirrikonoxxi l-fatt li minħabba li pajjiżna huwa gżira mdawra bil-baħar, jaf li disgrazzja ambjentali marina - partikolarment minn xi bastiment li jkun qed iġorr iż- żejt – tkun theddida serja għal pajjiżna.", "Għalhekk li fil-manifest elettorali għamilnieha ċara li s-sigurta' minħabba tinġis fil-baħar għandha tkun priorita'.", "Fil-fatt permezz tal-protokoll finanzjarju ma' l-Italja, il- gvern Laburista kien ġab apparat li bih nistgħu nilqgħu għal kull tip ta' diżgrazzja u inċident li jista' jkun hemm fuq il-baħar.", "Dawn huma affarijiet li wieħed għandu jiftaħar bihom għalkemm aħna ma daqqejniex trombi.", "Bis-saħħa tal-protokoll Taljan, infaqna l-flus għall-interess ta' pajjiżna u ta' l-ambjent u mhux għall-interess ta' xi persuna biex dan ikun jista' jitfa' fil-but.", "Dawn fatti li wieħed ma jistax jaħrab minnhom, Sur President.", "Anke dwar affarijiet żgħar, per eżempju, it-tankijiet li jkun hemm fuq il- ħitan, kien il-gvern Laburista li bis-serjeta` ħa l-passi biex ineħħhom għax kienu qed ikerrħu l-pajsaġġ.", "L-istess ħaġa fejn jidħlu l-ħitan tas- sejjieħ.", "Kien il-gvern Laburista li beda jieħu ħsieb il-preservazzjoni ta' dawn il-ħitan u anke fuq dan ma' daqqejniex trombi.", "Imma x'ġara mal-bidla fil-gvern?", "Għalkemm il-Partit Nazzjonalista jgħid li hu favur l-ambjent, meta tela' fil-gvern mhux biss ma kompliex ineħħi dawk it-tankijiet li kien għad fadal fuq il-ħitan iżda neħħa minflok lil dawk in-nies li kienu taw sehemhom biex iħejju r-rapport dwar l-istat ta' l-ambjent.", "Dan il-grazzi li ħadu dawn in-nies għas-sehem li taw għall-ambjent, affarijiet li juru kemm il-gvern ta' Fenech Adami mhuwiex favur l-ambjent iżda jrid biss jinqeda bl- ambjent.", "Minkejja s-snin twal li l-Partit Nazzjonalista kien għamel fil-gvern qabel it-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista, stajna naraw li l-gvern Nazzjonalista lanqas ma kien ħa ħsieb l-affarijiet bażiċi ambjentali.", "Lanqas konna għadna bdejna nieħdu ħsieb affarijiet bażiċi bħal kif se niġġeneraw inqas skart jew kif nisseparaw l-iskart u kif nużaw l-iskart, sitwazzjoni tal-biki.", "Minkejja li llum il-gvern qed jgħid li miexi 'l quddiem, kulħadd jgħajru li m'għamel xejn dwar l-ambjent u kulħadd iħajjar lill-ministru biex iwarrab minn postu, għaliex inkompetenti bħall-gvern tiegħu, għaliex la l-gvern ma neħħiħx minn ministru huwa gvern inkompetenti.", "Anke l-Unjoni Ewropea - u ma ninsewx li dan il-gvern huwa ffissat fuq l-Unjoni - qed tgħid li dan il-gvern m'għamel xejn dwar it- tinġis ta' l-arja u dwar il-kwalita` ta' l-ilma, anzi qed takkużah li abbuża mill-flus li ngħata għall-life project - suppost li kellu jħejji rapport dwar l-ambjent – għax ma sar xejn.", "Din hija s-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna u minkejja li meta tela' l-gvern kien qal li fi tliet snin se jagħtih dehra aħjar, issa spiċċajna li f'inqas minn tliet snin dan il-pajjiż kissruh.", "Għax minkejja l-qbil li kulħadd irid jagħti sehmu fuq l-ambjent, u għalkemm il-gvern ftaħar li kien hemm ir-rikonċiljazzjoni, dejjem skarta lill-oppożizzjoni.", "Il-gvern qatt ma staqsa lill-oppożizzjoni għal parir meta aħna nemmnu li fejn jidħol l-ambjent kulħadd għandu jagħti sehmu.", "Bil-paroli l-Partit Nazzjonalista jgħid li hemm konsultazzjoni, iżda dan mhux hekk u nista' nagħti eżempju.", "L-oppożizzjoni żgur li ma ġietx ikkonsultata fil-liġi l-ġdida li ħierġa dwar l-ambjent, u l-gvern ikompli jiftaħar li kulħadd għandu jagħti sehmu f'affarijiet ambjentali.", "Issa l-oppożizzjoni tagħti sehmha waqt id- dibattitu f'din il-Kamra meta dan il-parlament jiddiskuti din il-liġi.", "X'affarijiet huma dawn!", "Sehem l-oppożizzjoni fid-dibattitu biss?", "Jekk il- gvern jemmen li jrid ikun hemm strateġija fit-tul - u suppost li kulħadd jemmen, anke l-esperti - hemm bżonn li kulħadd ikun involut fiha kemm dawk li qegħdin fl-oppożizzjoni u kemm dawk li qegħdin fil-gvern, għaliex faċilment tinqaleb il-folja u dawk li qegħdin fl-oppożizzjoni se jmorru fil- gvern – u hekk se jiġri żgur - u dawk li huma fil-gvern imorru fl- oppożizzjoni.", "Kulħadd irid jagħti sehmu biex il-pajjiż jibqa' miexi bl- istess strateġija, anke meta jinbidel il-gvern, għaliex dan huwa fl- interess tal-pajjiż.", "Bis-saħħa tal-maġġoranza li għandu fil-parlament, il- gvern Nazzjonalista qed jagħmel affarijiet li qed iħassru l-ambjent meta ċ- ċittadini dawn l-affarijiet huma kontra tagħhom assolutament.", "Hawn qed nirriferi għal dawk l-iżviluppi li qed isiru fil-pajjiż li għalkemm qed iħassru l-ambjent, il-gvern jibqa' għaddej – għalkemm qed jinqeda bl- awtorita` ta' l-ippjanar – b'dawn il-proġetti li qed ikunu ta' detriment għall-ambjent ta' pajjiżna.", "Se nsemmi xi affarijiet li juru biċ-ċar li huwa l-gvern stess li qed jeqred il-ambjent.", "Per eżempju, jekk nieħdu Wied Għomor, l-awtorita` ta' l-ippjanar għall- ewwel kienet rrifjutat l-applikazzjoni, iżda mbagħad reġgħet ikkonsidratha u għalhekk il-barriera li hemm f'Wied Għomor se tkompli tespandi.", "U dan mhux minħabba l-awtorita` ta' l-ippjanar, għaliex l-awtorita` hija biss rubber stamp għall-gvern.", "L-istess għall-proġett tal-Multigas f'Ħal Kirkop – hawn qed nitkellmu fuq art tal-gvern, art taċ-ċittadin - għalkemm ir- residenti qed jgħidu \"le\" u għalkemm il-gvern għandu s-saħħa biex dan il- proġett ma jsirx, ma tax kas u nqeda' bl-awtorita` ta' l-ippjanar biex toħroġ il-permess.", "L-istess ħaġa għall-pompa tal-petrol fil-Mellieħa li hija fuq art tal-gvern, iżda anke hawn l-awtorita` ta' l-ippjanar tat il- permess.", "Dak li ma nistax nifhem huwa li l-gvern qed jgħid li dan kollu qed tagħmlu l-awtorita` ta' l-ippjanar, li l-awtorita` miexja sewwa u li qed iżżomm il-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent, iżda fil-fatt meta wieħed jara dak li qed jiġri u meta wieħed jisma' dak li l-poplu qed jgħid fuq l- awtorita` ta' l-ippjanar, isib li mhix qed iżżomm bilanċ bejn l-ambjent u l- iżvilupp.", "L-awtorita` ta' l-ippjanar qegħda hemm biex taqdi l-ispekulaturi l-kbar għaliex meta dawn jagħmlu żball tirranġalhom għaliex għandhom il- flus u jħallsu multa, iżda jekk persuna oħra tagħmel zball l-awtorita` tikkastigahom u tara' kif teħles minnhom, imma lill-ispekulaturi l-kbar ma waqqgħulhomx!", "Per eżempju, is-Seabank Hotel kemm-il darba baqa' jtella' għalkemm kien hemm enforcement order, meta normalment meta jkun hemm enforcement l-awtorita` ta' l-ippjanar għandha dritt twaqqaflek il-permess.", "Iżda madankollu f'dan il-każ tas-Seabank Hotel, l-awtorita` ta' l-ippjanar m'għamlitx hekk.", "L-istess fil-każ tas-Solemar għax għall-bidu kien ċar ħafna li l-awtorita` ta' l-ippjanar kienet qed tirrifjuta li tagħti l-permess, iżda mbagħad bdew jidhru l-intriċċi.", "Per eżempju, waqt laqgħa tal-bord ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar - diġa` semmejt dan il-każ fil-parlament - bla ma' kienet saret sospensjoni u bla ma kien hemm xejn x'juri fuq l-aġenda li kienet se tiġi diskussa l-kwestjoni tas-Solemar, iċ-chairman iddeċieda li jgħajjat lill- investitur biex jiddiskuti miegħu.", "X'affarijiet huma dawn!", "Jiena kont irrimarkajt li l-affarijiet kienu jidhru irregolari u kienu jidhru jintnu, iżda minkejja dan u minkejja li kien ċar li l-maġġoranza tal-membri tal- bord ma kenux qegħdin jaqblu, meta wasalna għad-diskussjoni l-ġimgħa li għaddiet, dan il-proġett ġie approvat.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Ma nistax nifhem dak li qiegħed jiġri għaliex jekk ikun hemm uffiċjal kapaċi li jgħid li m'għandux jingħata l-permess u l-awtorita` ta' l- ippjanar taqbel, kollox sew; iżda jekk l-uffiċjal jgħid li m'għandux jingħata l-permess u l-awtorita' ta' l-ippjanar xorta waħda tagħti l- permess allura jew l-uffiċjali li jagħmlu l-istudju m'humiex kapaċi jew inkella l-membri tal-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar huma iktar kapaċi!", "Bilfors hekk qegħdin l-affarijiet għaliex hekk qiegħed jiġri.", "Anke meta jkun hemm rapporti li jinqalbu, jekk huma l-istess nies li qegħdin jaqilbu r-rapporti jfisser li jew dawn in-nies m'humiex kapaċi jew inkella huma korrotti.", "Ma nemminx li dejjem tkun korrott jew li dejjem tkun inkapaċi, iżda li naf hu li xi ħaġa qed tiġri fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "U la qed nitkellem dwar il-proġett tas-Solemar nixtieq ngħid li ma naqbilx li l- awtorita` ta' l-ippjanar ma tatx permess lill-crew ta' \"Xarabank\" li jiġbdu film tal-laqgħa tal-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar għaliex dan kien public hearing u allura kellhom id-dritt li jiffilmjaw dawn il-proċeduri.", "Il-ġurnata meta l-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar kellu jiddiskuti l- proġett tas-Solemar, jiena kont mort ftit tard għal-laqgħa minħabba kwestjonijiet personali, iżda meta rajt l-andament tad-diskussjoni kont daqshekk diżgustat li ma riedx nieħu sehem f'dak il-ħmieġ u ħriġt 'il-barra mingħajr m'għamilt l-ebda storbju.", "Għalfejn kelli nibqa' hemm meta ma' kontx qiegħed naqbel ma' l-aġir tal-bord u meta kien ċar kif dan se jivvota għaliex f'daqqa waħda nbiddel kollox.", "Dan juri biċ-ċar li meta trid taħbi xi ħaġa u ma tridx turi l-affarijet, ma tħalli lil ħadd jidħol biex il- poplu ma jkunx jaf b'dak li jkun qed jiġri.", "Jiena xtaqt li dakinhar kien hemm il-crew ta' \"Xarabank\" biex jiffilmjaw dak li kien qiegħed jiġri għaliex jiena stess kont nitkellem u l-affarijiet kienu joħorġu fil-beraħ biex kulħadd jinduna bl-ipokrezija ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar u b'dak li qegħda tagħmel.", "Imma ħalli nkompli nitkellem fuq il-programm \"Xarabank\", għaliex meta Peppi Azzopardi għamel programm dwar l-awtorita` ta' l-ippjanar, jiena ma ridtx nattendi għaliex naħseb li dan il-programm huwa żbilanċjat, għalkemm il- preżentatur tiegħu jgħid li s'issa ħadd għadu m'għamel libell kontra dan il- programm.", "Jiena kont naf wieħed tal-Partit tal-Farfett, u daqskemm kien jgħid affarijiet u ħmerijiet, naħseb li wieħed seta' jagħmillu libell iżda ħadd m'għamilulu, u allura skond Peppi Azzopardi dak kellu raġun meta kien jgħid dawk il-ħmerijiet!", "Dawn it-tnejn fl-istess ilma qegħdin għaliex ħadd m'għamlilhom libell.", "(Interruzzjonijiet) X'għandu x'jaqsam!", "Mhux kulħadd jaf li \"Xarabank\" huwa żbilanċat!", "Jiena ma' niddejjaqx mill- konfrontazzjoni, speċjalment fejn tidħol l-awtorita` ta' l-ippjanar u fejn jidħol l-ambjent, għaliex m'hemm xejn x'iħammiġni.", "Jiena naf ħafna affarijiet u nitkellem fil-beraħ fuqhom, iżda anke l-pubbliku li kien preżenti għal dik il-laqgħa seta' jara kemm il-gvern qed juża' l-awtorita` ta' l-ippjanar, kemm qed isiru ħneżrijiet fl-awtorita` u kemm huwa veru li l-awtorita` ta' l-ippjanar qiegħda hemm biss biex tkasbar liż-żgħir u taġevola lil kbir, kbir kemm mill-lat politiku u kemm mill-lat finanzjarju, għaliex s'issa qatt ma rajt hotels jaqgħu!", "Kien hemm ħafna iktar affarijiet bħal dawn, per eżempju l-proġett ta' Verdala, fejn għalkemm kien hemm enforcement order - u qabel titħallas il- multa ma' jistax joħroġ il-permess - il-permess ħareġ u lanqas waħħluhom multa.", "U kieku ma' tkellimtx waqt laqgħa tal-bord lanqas kienet toħroġ multa, għaliex dawk ħadu żball imsieken!", "Iżda meta jkun hemm iż-żgħir ma' jsirx hekk - qaċċat!", "Dawn l-affarijiet qed isiru u huma kollha fatti.", "Imma issa se nirreferri għal aspett li kemm mil-lat ambjentali u kemm mil-lat ta' qerq huwa negattiv għall-gvern Nazzjonalista, u hawn qed nirriferi għall-wied tal-Kalkara.", "Hawn se tiġri l-istess ħaġa li ġrat fil-proġett tal- Kottonera fejn ma sarx traffic impact assessment u allura se jbatu n-nies, imma dan ma' jimpurtax għaliex huma nies minn naħa ta' isfel ta' Malta.", "L- istess se jiġri fil-wied tal-Kalkara u ma nridux noqogħdu nduru mal-lewża.", "Il-gvern iddeċieda li jiżvillupa dak il-post u għalhekk bagħat lill- awtorita` ta' l-ippjanar l-emendi għall-Grand Habour local plan, u l- awtorita` - mhux il-bord, imma l-awtorita` ta' l-ippjanar - qablet mal- gvern.", "Stajt ninduna li hemm l-affarijiet jintnu f'dan il-proġett għaliex f'April 2000, meta kien hemm applikazzjoni nru.", "6492/99 biex isir żvilupp fil-Kalkara, in-notice kienet twaħħlet fi Triq is-Salvatur - post li mhux qiegħed fil-wied - meta l-iżvilupp kellu jsir fil-wied.", "Wara li kienu ġew ikellmuni n-nies li jgħixu fi Triq Santa Liberata, qajjimt din il-kwestjoni fl-awtorita` ta' l-ippjanar biex issir investigazzjoni u meta saret l- investigazzjoni irriżulta li fil-fatt dan kien veru.", "Imma miskin kien ħa żball l-iżviluppatur!", "Ara kieku kien wieħed żgħir kienu jaqtgħulu rasu!", "L-awtorita` ta' l-ippjanar aċċettat li toħroġ l-applikazzjoni u meta din ħarġet bdew jidħlu l-ilmenti u jiena għamiltha ċara li din l-applikazzjoni ma' tistax tiġi kkonsidrata għaliex l-area hija ffriżata u għad irid joħroġ il-Grand Harbour local plan.", "U wara li l-Grand Harbour local plan ikun approvat, dan il-proġett tal-wied tal-Kalkara ma' jistax jiġi kkonsidrat għaliex jekk jiġu kkonsidrati applikazzjonijiet oħra għal dik l-area, dawn għandhom ikunu għal proġetti żgħar u mhux kbar.", "Jien xorta waħda għadni ngħid li għalija hemm m'għandux jintmiss, imma apparti dan, qabel ma ġiet approvata l-applikazzjoni għal żvilupp fil-wied tal-Kalkara, l-indikazzjoni fil-Grand Harbour local plan kienet li dik l-area kellha tibqa' ffriżata mingħajr ebda żvilupp.", "Pero` imbagħad tinduna li dik l-applikazzjoni saret għaliex kien hemm xi ħadd malintenzjonat li jrid jibni bl-iskuża ta' l- istructure plan, u li kieku ma' ġbidtx l-attenzjoni, minkejja li kien ffriżat hemmhekk, il-permess kien se joħroġ.", "Dan stajt nagħmlu għaliex ġibduli l-attenzjoni n-nies li jgħixu hemm u b'hekk stajt nagħmel l- intervent tiegħi, u se npoġġi l-minuti tal-laqgħa tal-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar fuq il-Mejda tal-Kamra biex min irid jara dan id-dokument.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imbagħad f'daqqa waħda din is-sena' nirċievi pjanta, jumejn qabel il-laqgħa tal-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, li tgħid: \"Tibdil fil-Grand Harbour local plan fis-site tal-Kalkara\".", "Daqshekk, pjanta biss!", "Kif nirċievi pjanta hekk f'daqqa waħda meta safejn naf jien dan il-punt lanqas biss kien fuq l-aġenda!", "Meta mbagħad kien hemm il- laqgħa tal-bord, ħallew dan il-punt għall-aħħar u minħabba l-fatt li kelli nitlaq qabel, għamiltha ċara li jiena ma' kontx naqbel u saqsejt x'se jiġri.", "Il-membri l-oħra tal-bord qaluli li din hija ħaġa normali biex toħroġ għall-pubbliku, iżda wara rriżultali li kien hemm ħafna informazzjoni oħra li jiena bħala membru tal-bord ma ngħatatlix.", "Minn din l- informazzjoni kien jidher ċar li kieku ma għamiltx l-intervent tiegħi, fl- applikazzjoni li semmejt qabel - kienet ta' Fino - il-bord kien jagħtih il- permess biex jibni għaliex kien jidher biċ-ċar li l-gvern kien diġa` ikkommetta ruħu li jsir żvilupp f'dik l-area.", "Għalhekk se ngħid x'inhija l- verita` lin-nies tal-Kalkara u tal-Kottonera.", "Il-verita` hi li l-maġġoranza ta' dawn l-ispekulaturi f'din l-area mhumiex kif qalilna l-ministru, koppji li jridu jiżżewġu msieken iżda huma n-nies tal-Big Ben u ta' Fino.", "U wara kollox, meta koppja tmur għand is-segretarju parlamentari dan jgħidilhom li l-awtorita` ta' l-ippjanar hija awtonoma u li hu ma jistax jindaħal, iżda allura kif indaħal?", "Kontradizzjoni waħda wara l-oħra!", "Dan juri biċ-ċar li l-gvern u l-awtorita` ta' l-ippjanar huma ħaġa waħda.", "Jiena ngħidilhom lin-nies tal-Kottonera li huwa inutli li ddur fuq l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Li nista' ngħid hu li għalkemm fl- awtorita` ta' l-ippjanar hemm nies li jiġbdulhom l-ispaga biex jivvutaw favur, jien żgur se nivvota kontra.", "Jiena se nipprova ninfluwenza lill- membri tal-bord għaliex hemm raġunijiet validi għaliex dan il-wied m'għandux jinqered, pero` anke li kieku l-awtorita` ta' l-ippjanar tivvota kontra, żgur li l-gvern huwa kommess u finalment jispiċċa biex jagħti l- permess biex isir l-iżvilupp f'dan il-wied.", "Mela allura nitkellmu ċar u mhux jiġi xi membru min-naħa tal-gvern jgħid li għad iridu jsiru l-istudji meta fil-verita` l-gvern tiegħu diġa` ddeċieda.", "Irridu nkunu rġiel u ngħidulu lill-poplu x'qiegħed jiġri u mhux ningannawh għaliex il-gvern diġa` ħa d-deċizjoni.", "Iżda issa rrid nagħmel talba waħda għax il-maġġoranza tan-nies tal-Kalkara u tal-Kottonera - hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom - ma jridux li hemmhekk jinqered, għax lil dawn in-nies għaffiġnihom biżżejjed!", "Ħadnilhom l-area tad-dockyard, imlejnihom ix-Xgħajra bid-drainage u anke jridu jħabblu wiċċhom mat-tank cleaning tar-Rinella, meta l-irwejjaħ u l- gassijiet li joħorġu minn hemm huma insapportabbli.", "Veru li wara l- intervent tiegħi l-ministru bagħat lil xi persuni biex jaraw x'qiegħed jiġri, iżda għalkemm dakinhar waqaf, l-għada reġa beda kollox.", "Din il- kwestjoni qamet ukoll fl-awtorita` ta' l-ippjanar u din bdiet tinvestiga, iżda għalkemm saru l-investigazzjonijiet u r-rapporti, in-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta xorta għadhom jibilgħu l-gassijiet.", "Il-gvern issa qed jipprova jeqred ukoll l-aħħar wied li hemm f'dawk l-akwati.", "Anke dwar il-wied li hemm il-Fgura, jiena xbajt nitlob lill-gvern biex jieħu deċizjoni u jiskeda dan il-wirt li għandu pajjiżna.", "Ara meta kien hemm postijiet fejn il-gvern kien jaqbillu politikament dawn skedahom f'ġimgħa, imma rigward il-wied tal-Fgura dan ilu x-xhur biex ikun skedat.", "Fuq kollox rridu neqirdu wkoll il-wied tal-Kalkara, li forsi huwa l-uniku wied li għadu jista' jiġi apprezzat għaliex baqa' naturali.", "Daqskemm jiftaħar il-gvern li rridu naħsbu f'uliedna u f'ulied uliedna, jekk il- gvern jeqred dan il-wied ikun qiegħed jeqirdu wkoll għal uliedna u għal ulied uliedna.", "X'ipokrezija hi din!", "Jiena ma' nistax nifhem - u llum li wasalna f'Jum il-Ambjent inħoss qalbi maqsuma - għaliex qed iseħħu dawn id- diżastri.", "F'kull post li semmejt - Wied Għomor, il-Mellieħa u Ħal Kirkop - il- maġġoranza taċ-ċittadini, kemm Laburisti u kemm Nazzjonalisti, qegħdin jipprotestaw għaliex se jsir żvilupp li se jgħarraq l-ambjent.", "Dan il-gvern jiftaħar bl-ambjent iżda huwa l-iktar gvern li qered l-ambjent.", "Ma' nistax nifhem, jiftaħar li huwa l-iktar gvern li jisma' liċ-ċittadin meta huwa l- iktar gvern li qiegħed isawwat liċ-ċittadin.", "Dawn x'affarijiet huma!", "U bħalma kien hemm ċittadin li kellu dritt jagħmel kawża quddiem il-Qorti Kostituzzjonali minħabba l-bini tal-power station, in-nies tal-Kalkara għandhom l-istess dritt.", "In-nies tal-Kalkara għandhom id-dritt li l-gvern ma jċaħħadhomx mill-aħħar pulmun li hemm fil-Kottonera u jagħlaqulhom.", "Jiena ngħid liċ-ċittadini ta' dawk in-naħat biex iżommu d-dixxiplina u jkunu determinati.", "Irridu nkunu determinati u nagħmlu dak li huwa skond il- liġi u skond id-demokrazija biex dan l-iżvilupp ma jsirx, u jiena nkun wieħed minn ta' quddiem, tinkwetaw xejn!", "Jiena nħoss li jekk iseħħ dan l- iżvilupp, ikun seħħ diżastru mhux għall-Kottonera biss imma għal Malta kollha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 5 ta' Ġunju, 2001 fis-6.00 p.m. kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KAROZZI MIKRIJA", "25249.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li fil-preżent hemm 9 karozzi mikrija mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.", "Matul is-sena 2000 dawn il-karozzi swew b'kollox Lm9,808.17,8 li minnu l-ammont ta' Lm2,926.21,8 intefaq fuq fuel.", "KAROZZI MIKRIJA", "25250.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm karrozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "ADVISORS", "25251.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara d- domanda tiegħu.", "ADVISORS", "25252.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ADVISORS", "25253.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall- Ambjent hemm:", "Advisors 7 Board Members 75 SECTION ADVISORS No. Salary Lm.", "Environment 3 8899.72 Rehab.", "Projects 1 7233.00 Ministry 1 4520.00 1 9462.36 St. James Cavalier 1 1313.50 ------------ 31428.58 ------------ SECTION BOARD MEMBERS No. Salary Lm.", "Environment 5 NIL Mason's Board 6 2365.50 Engineering 7 2231.50 Rehab.", "Projects: V.R.C. 14 NIL C.R.C. 15 NIL M.R.C. 10 NIL B.I.C.C. 17 NIL B.I.C.C. 1 7910.00 ------------ 12506.50 ------------ TRASFERIMENTI", "25384.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill- 11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li bejn il-11 ta' Settembru 2000 sal- lum, fid-Dipartiment ta' l-Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, saru dawn it-trasferimenti interni:", "Mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 4 Mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura 12 Mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 2 Mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura 1", "Rigward trasferimenti minn/lejn dan il-Ministeru, nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ser tingħata mill-Prim Ministru għal Mistoqsija Parlamentari Numru 25569.", "Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Ministeru u għal Dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "TRASFERIMENTI", "25385.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi 'transfers' minn dipartimenti/entitajiet li jaqgħtu taħt id-dekasteru ta` l-Intern għal dipartimenti/entitajiet fl-istess dekasteru mill-11 ta` Settembru 2000 sa llum jammonta għal 184.", "Ir-raġunijiet għal dawn it-'transfers' kienu kif ġej:-", "2 fuq talba ta` l-impjegat stess 182 minħabba esiġenzi tas-servizz", "Tagħrif dwar 'transfers' fis-Servizz Pubbliku approvati mill-Management and Personnel Office matul l-istess perijodu jingħata mill-Prim Ministru.", "TRASFERIMENTI", "25386.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn il-11 ta' Settembru 2000 u l- 24 ta' April 2001, sar dan iċ-ċaqlieq ta' ħaddiema fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "dipartiment numru ta' trasferimenti", "Ministeru (inkluż tlitt Segretarjati Privati) 15 Trade Services 20 Consumer and Competition Division 8 Enemalta 39 Air Malta 10 Maltacom 82 Water Services 46 MCED 1 Maltapost 30*", "* Dawn it-trasferimenti ġew attwati b'riżultat tal-\"memorandum of understanding\" milħuq bejn il-Gvern, Maltapost, l-G.W.U. u l-Uffiċċju tal- Prim Ministru.", "Ma narax raġuni għaliex għandi nagħti r-raġuni għaliex sar kull trasferiment.", "Madanakollu nista' ngħid li t-trasferimenti saru minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet;", "Esiġenzi tas-servizz, Promozzjoni, Saħħa jew Talba Personali.", "TRASFERIMENTI", "25387.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "TRASFERIMENTI", "25388.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall- Ambjent saru 109 trasferimenti interni.", "Ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti kienu: 67 minħabba esiġenzi tas-servizz 42 fuq talba ta' l-impjegati stess.", "Rigward trasferimenti fis-servizz pubbliku, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ser jagħti l-Prim Ministru għal Mistoqsija Parlamentari numru 25569 (Seduta 554).", "TRASFERIMENTI", "25389.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal- Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba minn l-Onor.", "Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MALTA/FRANZA - BIEDJA U SAJD", "25771.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24877 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l- progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Franza matul l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi Franza ipprovdit espert fil-ħarsien tal-mard tal-pjanti, u uffiċjal minn Malta żar diversi stabillimenti fi Franza dwar il-ħarsien tal-mard tal-pjanti u l- faċilitajiet li joffru.", "DJAR - PROPRJETA' PRIVATA", "25800.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' xiri ġie konkluż ma' persuni jew soċjetajiet privati għall-akkwist ta' proprjeta' privata mill-housing authority bejn Ottubru 1998 sal-lum?", "Min kienu l-persuni/soċjetajiet konċernati u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopji tal-kuntratti relattivi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25862, f'Seduta Numru 540.", "CAP/UE - PRODUTTURI TAL-MAJJAL", "25801.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24882 jista' l-Ministru jinformana x'derogi u perijodu transitorji pproponew lill-ministeru l- produtturi tal-majjal f'Malta u Għawdex sabiex ikollhom il-flessibbilta' li jaġornaw mas-sistemi u r-regoli tal-CAP?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dak li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant hija informazzjoni li għadha qed tiġi negozjata.", "Għadu mhux il-waqt li tingħata l-informazzjoni mitluba.", "Dawn id-diskussjonijiet għad iridu jiġu diskussi fil-MEUSEC fejn l-Oppożizzjoni tista' tattendi.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION - LAQGĦAT", "25802.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana meta saret l-aħħar laqgħa bejn il-meat sellers association u l-ministeru?", "X'talbu l-meat sellers association u x'iżviluppi kien hemm?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-aħħar laqgħa saret f'Marzu 2001 u din kienet dwar dħul ta' distributuri u ta' bejjiegħa tal-laħam fil-biċċerija.", "MALTA/NEW ZEALAND - BIEDJA U SAJD", "25803.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "24879 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u New Zealand matul l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi ma sar l-ebda żvilupp ta' nota bejn Malta u New Zealand.", "MALTA/ĊIPRU - BIEDJA U SAJD", "25804.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "24876 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Ċipru matul l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta' Ċipru id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji Malti offra li konsulenza lill- counterpart Ċiprijott dwar is-suġġett ta' introduzzjoni tal-kunċett ta' food safety fil-food chain kollha minn stable to table.", "PERFORMANCE BONUS", "25892.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- tinistru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il- Ministeru tiegħu u ċioe: tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus?", "Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju?", "X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li ma kien hemm l-ebda uffiċċjal tal-Ministeru fuq performance agreement li fl-istess żmien kellu xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċieva xi ħlas, kumpens jew benefiċċju.", "PERFORMANCE BONUS", "25893.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus?", "Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju?", "X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar uffiċjali fuq \"performance agreement\" fid-dekasteru tiegħi.", "PERFORMANCE BONUS", "25894.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus?", "Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju?", "X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill- Onorevoli Interpellant.", "ACTION PLAN", "25896.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Billi f'Kapitlu 4 tan-negozjati mal-UE dwar free movement of capital jingħad li \"The State Will Relinquish, by the date of accession, special rights in both already privatised companies as well as in companies that are to be privatised in future\" jista' l-Ministru jgħati aktar dettalji dwar l-action plan li għandu l-Gvern f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOE BORG: L-uniku każ fejn il-Gvern għad għandu drittijiet speċjali f'kumpanniji li għad jiġu pprivatiżżati huwa l-każ tal-Bank of Valletta fejn il-Gvern għandu d-dritt li jaħtar iċ-Chairman allavolja huwa minority shareholder.", "Għal din ir-raġuni, il-Gvern ma jħossx il-ħtieġa li jħejji action plan.", "SIĠURTA' SOĊJALI", "25921.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il- ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali li tħallsu żejda fl- 1999 u 2000 f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "X'qed iżomm milli jsir dan il-ħlas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "STUDENTI BARRANIN", "25922.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jara li isir xi xogħol ta' kordinazzjoni mal-pulizija biex jiġi żgurat li persuni li jingħataw permess iżommu għandhom studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż f'pajjiżna ma jkollhomx konnessjonijiet ma reati dwar abbużi sesswali, drogi u vjolenza domestika?", "Jista' jibda jsir dan il-kordinament biex nipproteġu lill-istudenti barranin?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Napprezza s-suġġeriment tal-Onor.", "Membru u ser nistħarreġ jekk u kif jista' jiġi attirat.", "SIĠURTA' SOĊJALI - GĦAWDEX", "25923.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ittieħdetx xi deċiżjoni biex xogħol konness mas-Sigurta' Soċjali li kien isir Għawdex issa jibda jsir Malta?", "Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni?", "Liema xogħol inġieb Malta?", "Sakemm issir iċ-ċaqlieqa kollha hemm xogħol imwaħħal għax mhux f'postu s-software biex jinħadem ix-xogħol?", "Meta se jkun hemm kollox jerġa jaħdem kif suppost?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ttieħdet l- ebda deċiżjoni li xogħol konness mas-Sigurta' Soċjali u li kien isir Għawdex issa jibda jsir Malta.", "Altru milli jitnaqqas ix-xogħol f'Għawdex ninforma lill-Onor.", "Membru li riċentament d-Dipartiment ittrasferixxa t-Taqsima tal-korrimenti f'Għawdex fl-istess waqt li bdiet titħaddem sistema ġdida ta' software mibnija mill- MITTS.", "Din is-sistema flimkien mal-ħaddiema fit-Taqsima msemmija wettqu din il-bidla mingħajr ebda ntopp ta' xejn.", "Għaddej proċess fejn aktar xogħol konness mas-sigurta' soċjali jsir mill-ħaddiema tad-Dipartiment f'Għawdex.", "Tajjeb infakkar li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kien fost l-ewwel dipartimenti li emmen fil-kapaċita' tal-ħaddiema Għawdxin billi tella' taqsima sħiħa tax-short-term benefits u r-rekords tal-kontribuzzjonijiet f'Għawdex.", "Dawn it-Taqsimiet għadhom impenjati u huma nvoluti bis-sħih fi proġetti mportanti li qed jitwettqu fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali sabiex jitjib is-servizz.", "PERSUNA B'DIŻABILITA'", "25924.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu biex il-persuna b'diżabilita li d-dettalji dwarha huma annessi separatament li qed taħdem fl-Iskola Pawlu Xuereb ir-Rabat (Malta) ikollha l-għajnuna meħtieġa biex ma tibqax waħedha tqandel il-bankijiet, tnaddaf it-twieqi fil-għoli u xogħol ieħor ta' tindif?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-Iskola Primarja Pawlu Xuereb tar-Rabat issa hemm 'full complement' ta' Minor Staff.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA", "25925.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadet il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' dwar l-ilmenti imressaq mil- persuna b'diżabilita' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li waħedha jkollha tagħmel ħafna xogħol li ma tiflaħx għalix fl-iskola fejn taħdem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fit-28 ta' Frar 2001, il- persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ressqet ilment lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' dwar allegata diskriminazzjoni fil- konfront tagħha fuq il-post tax-xogħol għax għandha diżabilita'.", "Skond il-proċedura stabbilita, il-Kummissjoni talbet il-kummenti tal- prinċipal ta' din il-persuna dwar l-ilment.", "Il-Kummissjoni eżaminat il- kummenti sottomessi u wara diskussjoni mal-persuna li ressqet l-ilment, kien hemm qbil li l-kwistjoni ma kienetx waħda ta' diskriminazzjoni minħabba diżabilita' kontemplata fil-liġi, iżda waħda ta' nuqqas ta' staff li kien qed joħloq ċertu tbatija lill-persuna konċernata.", "Dwar dan il- persuna ngħatat parir dwar x'għandha tagħmel.", "Il-persuna li ressqet l-ilment ġiet infurmata b'dan bil-miktub ukoll.", "PULIZIJA - PARKING", "25926.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25099 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu peress li l-każ imsemmi jaqa taħt il-kategorija ta' dawk morda serjament għalkemm mhux diżabbli u ċioe: Jista' l-Ministru jara li l- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament titħalla tipparkja l-karozza tagħha fi spazju qrib id-dar tagħha għax saħħitha qed tkompli tmur lura u ma tistax timxi fit-tul?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għandu l-obligu li joqgħod fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' qabel ma japprova parkeġġ riservat għall- persuni morda.", "Għaldaqstant il-persuna kkonċernata għandha tagħmel l- applikazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.", "Minkejja dan qed nipprova nara jekk hux possibbli li jinstab mod ta' kif ċerti problemi jiġu riżolti.", "HOUSING", "25963.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jiġi installat lift fi block E4, Ta' Xbiex Housing Estate fejn hemm madwar 68 tarġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk fil-blokk E4, hemm persuna li għandha diżabilita' ċertifikata, tista' ssir applikazzjoni lill-Awtorita' tad-Djar, u b'hekk jibda l-proċess għall-installazzjoni ta' lift.", "JOINT OFFICE", "25964.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk hijiex mistennija toħroġ skema ġdida dwar ċnus tal-joint office?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Ministeru flimkien ma` l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jeżamina l-proposti li għamlet il-kummissjoni mwaqqfa biex tipproponi skemi ġodda għal fidi ta` ċens li kienu tal-Knisja.", "PARKING", "26060.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiġi kkontrollat il-parking ta' vetturi kbar fl-areas semi industrijali ma jkunux ta' periklu għar- residenti fit-toroq ta' dawn l-areas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onorevoli Interpellanti tirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Traffic Control Board.", "STREET LIGHTING", "26061.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir street lighting adegwat fi Triq ir-Rebbiegħa kantuniera ma' Triq il-Ħelsien (bejn wieħed u ieħor quddiem in-numri tad-djar 22 u 25)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "FONDAZZJONI ĦAJJA INDIPENDENTI", "26062.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm vetturi li qegħdin jintużaw għas-servizz tat-trasport speċjali għall- persuni b'diżabilita' provdut mill-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti u kemm swew lill-Fondazzjoni vettura b'vettura?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Trasport għall- Ħajja Indipendenti għandha għad-dispożizzjoni tagħha tlett vannijiet u karossa.", "Dawn swew kif ġej:", "- van mixtri fl-1994 u li kien sewa Lm10,000 - van mixtri fl-2000 u li sewa Lm12,000 - van provdut mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' - karozza (hand control adapted) mixtrija second-hand fl-1999 u li swiet Lm1,000", "FONDAZZJONI TRASPORT ĦAJJA INDIPENDENTI", "26063.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l- persuni b'diżabilita' li qegħdin jużaw dan it-trasport speċjali provdut mill-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti għal persuni b'diżabilita' u x'inhi d-destinazzjoni tagħhom - skola jew xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li skond ir-rapport ta' evalwazzjoni sottomess lill-Unit għall-Liaison mal-NGOs, bejn Ottubru 2000 u Marzu 2001, in-numru ta' persuni b'diżabilita' li użaw is-servizz provdut mill- Fondazzjoni ndikata u d-destinazzjonijiet relattivi kienu kif ġej:", "21 Skola jew Universita' 23 Xogħol 12 Korsijiet ta' taħriġ 65 Attivitajiet soċjali", "FONDAZZJONI TRASPORT ĦAJJA INDIPENDENTI", "26064.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif qegħda tiġi l- Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti u x'inhi l-qagħda finanzjarja ta' din l-Fondazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tiċċara l-ewwel parti tal-Mistoqsija.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport ta' l-Awdituri għas-sena 1999.", "FONDAZZJONI TRASPORT ĦAJJA INDEPENDENTI", "26065.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'livell edukattiv, x'nomeklatura u salarju/i u allowance/s għandhom min qed imexxi l-Fondazzjoni Trasport Ħajja Independenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Trasport għall- Ħajja Indipendenti hi mmexxija minn Bord ta' Diretturi.", "Iċ-Ċhairperson tal- Bord hi sekondata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u titħallas fuq skala tas-salarju 15 ta' l-impjegati tal-Gvern.", "Il-ħames membri l-oħra tal-Bord huma fuq bażi volontarja.", "Il-Fondazzjoni ma hijiex organiżżazzjoni governattiva imma tirċieva għajnuna finanzjarja minn għand il-Gvern.", "Għalhekk l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma tistax tingħata.", "SEDQA", "26098.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet fl-aġenzija Sedqa minħabba 1) abbuż tad-droga 2) abbuż mix-xorb alkoħoliku f'dawn l-aħħar xhur?", "Kemm minnhom kienu taħt it-30 sena?", "Kemm irġiel u kemm nisa?", "Kemm nisa tqal?", "Kemm miżżewġin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba għall-perijodu bejn Jannar u April 2001.", "HIV", "26099.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet pożittiva għal 1) HIV 2) Hepatites B 3) Hepatites C f' dan l-aħħar xhur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li fl-ewwel erba` xhur ta` din is-sena kien hemm żewġ każi akuti ta` mard bil-Hepatitis B irraportati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.", "Ma kienx hemm każi ta` Hepatits C jew AIDS.", "L-HIV mhix notifikabli bil-liġi.", "Madanakollu, in-numru ta` tesitijiet li nstabu posittivi għal HIV, l- HbsAg u l-HCV antibodies xahar b'xahar mill-bidu ta` din is-sena huma s- segwenti.", "| | |Hepatiti|Hepatit| | | |s B |is C | | |HIV |HBsAg |HCV | | |antibod| |antibod| | |ies | |ies | |Jannar|1 |8 |8 | |2001 | | | | |Frar |1 |6 |20 | |2001 | | | | |Marzu |1 |12 |17 | |2001 | | | | |April |0 |15 |28 | |2001 | | | |", "Dawn iċ-ċifri jindikaw biss in-numru ta` testijiet li saru fil-laboratorju tal-viroloġija ġewwa l-Isptar San Luqa.", "Jista` jkun hemm testijet li saru aktar minn darba.", "QORTI", "26132.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba:", "i) Traffiku ta' Droga ii) Pussess u Traffikar ta' Droga iii) Pussess ta' Droga", "sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?", "Kemm minnhom kellhom eta' ta' anqas minn 30 sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, ċioe` mill-1996 sal-31 ta' Mejju 2001, tressqu persuni l-Qorti minħabba traffikar/pussess ta' droga kif ġej:-", "| |199|199|199|1999|200|200| | |6 |7 |8 | |0 |1* | |Pussess|70 |72 |98 |109 |128|55 | |u | | | | | | | |Traffik| | | | | | | |ar ta' | | | | | | | |Droga | | | | | | | |Pussess|226|237|233|207 |251|109| |u Droga| | | | | | | |Persuni|218|245|267|230 |287|113| |li | | | | | | | |kellhom| | | | | | | |anqas | | | | | | | |minn 30| | | | | | | |sena | | | | | | |", "sal-31 ta' Mejju.", "DROGI", "26133.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nstabu ħatja persuni minħabba:", "i) Traffikar ta' Droga ii) Pussess u Traffikar ta' Droga iii) Pussess ta' Droga", "sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?", "Kemm minhom kellhom eta' ta' anqas min 30 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi l- mistoqsija tieghu lill-Ministeru koncernat.", "BREATHALYSER TEST", "26134.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-MInistru jgħid kemm-il persuna ntalbet tagħmel breathalyser test f'dawn l-aħħar xhur?", "Kemm minnhom irriżultaw posittivi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-31 ta` Mejju 2001, kien hemm 42 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan- nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv.", "Minn dan in- numru ta` testijiet, 32 irriżultaw pożittivi filwaqt li f`żewġ każi r- riżultat tat-test għadu mhux magħruf.", "JUNIOR COLLEGE", "26135.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Pulizija fil-viċinanzi tal-Junior College fl-Imsida sabiex tiġi nfurzata l-liġi kontra żgħażagħ li allegatament qed jabbużaw mix-xorb u mid-droga fl-inħawi?", "Kemm tressqu l- Qorti f'dawn l-aħħar xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi jsiru diversi spezzjonijiet mill- Pulizija, kemm tad-Distrett kif ukoll tat-Taqsima ta' kontra d-droga, fl- inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.", "Bħala riżultat ta' dawn l- ispezzjonijiet, kien hemm tlett okkażżjonijiet matul din is-sena fejn inħarġu ċitazzjonijiet kontra sidien ta' ħwienet li nstabu li kienu qed jiksru l-kundizzjoni tal-liċenzja.", "DRENAĠĠ", "26164.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li l- Kunsilli Lokali tal-Mtarfa, għal bosta drabi lmenta mad-Direttur tat- Taqsima tad-Drenaġġ dwar houses li qed jarmu fi spieri illegali b'detriment għas-saħħa tar- residenti ta' l-inħawi, jista' l-Ministru jintervieni sabiex laqgħa li talab il-kunsilli msemmi mad-direttur issir u tinstab soluzzjoni għal problema ndikata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi d-Direttur qatt ma ntalab personalment jiltaqa' mal-Kunsill ta' l-Imtarfa.", "Rigward l-ilment imsemmi dan qiegħed jiġi nvestigat u, wara kuntatti li saru issa biex tkun tista' ssir din il-laqgħa, d-Dipartiment għadu qed jistenna risposta min-naħa tal-Kunsill.", "ROAD REINSTATEMENTS", "26165.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinterveni mad-direttur tat-Toroq u jagħti tweġiba għat-talba tal-Kunsilli Lokali Mtarfa sabiex jingħata l- ewwel road reinstatments f'Mtarfa Road, Mtarfa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lid-direttur jinvestiga x-xewqa ndikata, li ħafna minnha tiddependi minn korporazzjonijiet oħra biex tiġi solvuta.", "FINAL DRAFT", "26166.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti ftit informazzjoni tal-Final Draft tal-proġett tal- Kottonera billi jpoġġi l-pjani finali fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Anke jekk il-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant mhix ċara biżżejjed biex inkun nista' nifhem eżattament xi trid, nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-Kuntratt ta' Enfitewsi tal-Proġett tal-Kottonera kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u effettivament approvat minn dan l-istess Parlament fid-19 ta' Mejju 1999.", "F'dak l-istess kuntratt kien hemm l-obbligu fuq il-Konsortia li jridu jġibu l-permessi neċessarji mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dan qiegħed isir fit-termini tal-kuntratt approvat.", "Ma jidhirlix li hemm xi dokumenti oħra li nista' nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ĦADDIEMA FIL-PROĠETT TAL-KOTTONERA", "26167.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-working days u x'ħinijiet (min x'ħin sa x'ħin) jagħmlu l-ħaddiema fil-proġett tal-Kottonera, speċjalment f'dak ix-xogħol ta' madwar Sant Anġlu fil-Birġu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-Kuntratturi tal- Konsorzju responsabbli ta' dik il-parti tal-proġett madwar il-Fortizza ta' Sant'Anġlu qegħdin jaħdmu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-sitta ta' filgħodu u s-sitta ta' filgħaxija u nhar ta' Sibt sa nofsinhar.", "Il-'Construction Management Plan' kif approvata mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar tistipula illi l-ġarr ta' materjal tal-kostruzzjoni u ta' skart tal-bini minn fuq is-sit tax-xogħlijiet jista' jsir biss mid-9.00a.m. sas- 2.00p.m. mill-1 ta' Ottubru sal-15 ta' Ġunju u mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru mid-9.00a.m. sa 12.00p.m. u mis-2.00p.m. sal-5.00p.m.", "TOROQ", "26168.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu kompluti bit-tarmac Triq Pawlu Schembri u Triq is-Sorijiet f'Ħal Tarxien dan peress illi ngħataw sodda tal-konkos biex isir it-tarmac fil-każ ta' Triq Pawlu Schembri u s-servizi kollha ġew mgħoddija fiż-żewġt toroq?", "Jaf li fl-istess inħawi saħansitra saru l-konki għas-siġar fuq il-bankini waqt li dan iż- żewġt toroq baqgħu mingħajr asfalt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li wara li ngħata s-cement stabilization kellu jgħaddi perjodu ta' żmien biex jingħata l-wiċċ fuqu u biex isiru t-testijiet meħtieġa.", "Ir-riżultati issa ħarġu u t-tarmak qiegħed jingħata f'dawn il-ġranet.", "PRISON WARDEN", "26171.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-persuna li d-dettalji tagħha qiegħdin jintbagħtu separatament illi taħdem bħala prison warden fil- faċilita korrettiva ta' Kordin tingħata t-transfer illi hija talbet mid- Diviżjoni illi hija qiegħha fija bħalissa, u dan minħabba raġunijiet serji ta' saħħa skond ċertifikati ppreżentari minnha diġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jindika għal liema post din il-persuna talbet \"transfer\".", "MALTA ELECTRICITY BOARD", "26172.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tkun implimentat il- ftehim milħuq mal-G.W.U. f'April 1970 u ppublikat fil-Memo Nru 344 sabiex dawk l-impjegati li kienu mal-Malta Electricity Board u issa fil-Korp Enemalta jingħataw il-pensjoni kif kien miftiehom f'dak il-Memo?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija numru 21375 waqt is-Seduta numru 435 - liema mistoqsija kienet titratta l-istess materja.", "MINA", "26173.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li l-Grupp li qed jagħmel xogħlijiet fuq il-proġett tal- Kottonera u għalaq il-Mina li mix-Xatt tal-Birgu twassal sa Sally Port (it- Toqba), jiftaħ din l-istess mina għall-areas tal-pubbliku kull filgħaxija wara li jieqaf ix-xogħol?", "Jaqbel il-Ministru li din hi caħda lin-nies tal- Kottonera minn mixja li mdorrijin jagħmlu ħafna residenti tal-Kottonera fis- sajf?", "Jista' l-grupp jara li, jekk wara kollox l-iskuża hi sigurta', fuq saħħet in-nies u l-inġenji użati, ikollhom nies imqabbda apposta għas- sigurta' tal-inġenji u ilqugħ għall-perikli għal-saħħet in-nies biex il- mina terġa' tinfeteħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħal kull proġett ta' din in-natura, ikun hemm ċirkostanzi li joħolqu inkonvenjent fl-inħawi ta' fejn ikun qed isir ix-xogħol.", "Din hija xi ħaġa temporanja sakemm isir ix-xogħol u allura l- post ikun jista' jitgawda ferm aħjar minn kif kien qabel.", "Il-kwestjoni li qajjem l-Onorevoli Interpellant hija proprju waħda minn dawn il-każijiet.", "Allovalja l-mina ma tiffurmax parti mill-Enfitewsi illi għaddiet għand il- konsorzju 'Cottonera Waterfront Group' jibqa' l-fatt iżda, illi kif eżattament toħroġ minn ġol-mina, tiġi fuq art illi tifforma parti mill- Enfitewsi li għaddiet f'idejn l-istess Konsorzju.", "Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant fuq dan is-sit qegħdin isiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni u għalhekk tista' tiġi klassifikata bħala sit ta' kostruzzjoni li normalment siti simili ma jkunux aċċessibli għall-pubbliku.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant illi skond l-istess kuntratt ukoll, il-Konsorzju huwa obbligat illi jerġa' jiftaħ l-aċċess għall-pubbliku, la darba jitlesta x-xogħol.", "ŻABBAR - TRIQ IL-FARFETT TAL-FEJĠEL", "26174.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jittellgħu ħitan mal-plots mhux mibnija li hemm fi Triq il- Farfett tal-Fejġel, Żabbar, u dan kif wara kollox titlob il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ara r-risposta fuq wara.", "AIR DISASTER BOXES", "26175.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-mediċinali u l-apparat mediku li hemm fil-Air Disaster Boxes li hemm fil-klinika tal-Airport ilu ma jiġi ċċekkjat żmien twil?", "Meta l-aħħar li ġew iċċekjati?", "Veru li hemm items skaduti?", "Jista' jara li l-affarijiet ikunu ċċekkjati peress li jekk Alla ħares qatt isir xi inċident tal-ajru, l-konsegwenzi kemm ikunu akbar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li fil-Klinika ta` l-Ajruport Internazzjonali ta` Malta, jinżamm kwantita` ta` apparat u mediċinali fl- 'Air Disaster Boxes', għal użu f'xi emerġenza f'inċident ta` l-ajru.", "Dawn huma estenzjonijiet ta` l-apparat li jinżamm ġewwa l-Isptar San Luqa bħala 'National Disaster Equipment'.", "Kull darba li jinżamm 'Mock exercise' f'inċident ta` l-ajru ġewwa l- ajruport, dan l-apparat u mediċinali jintużaw, u dak li jinħela jiġi mibdul.", "L-aħħar 'mock exercise' sar fi tnax ta` Marzu, 2001.", "Jinżamm akkont regolari tal-mediċinali w dak li joqrob id-data ta` l- iskadenza, jinbidel mill-provista regolari ta` mediċinali li jinżammu ġewwa l-istess klinika.", "SCRAP YARDS", "26176.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn scrap yards li għandhom il-permessi meħtieġa biex joperaw f'Malta kif wkoll f'Għawdex?", "Jista' jgħid fl'liema lokalitajiet jinstabu?", "Jista' jgħid wkoll kemm hawn scrap yards li qed joperaw u li ma għandhomx il-permessi meħtieġa?", "Jista' jgħid f'liema lokalita' jinstabu?", "X'qed isir dwar dawn u biex jirregolarizzaw il-posizzjoni tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi hawn 8 liċenzji tal-Pulizija li jkopru scrapyards.", "Dawn jinsabu kif ġej:- 2 f`Ħal Luqa u 1 f`kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: Kalkara, Għaxaq, Żejtun, Mosta, Burmarrad, San Pawl il-Baħar.", "Min-naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi hemm 73 azzjoni pendenti kontra scrap yards li m`għandhomx il-permessi meħtieġa f`dawn il-lokalitajiet:", "|Birżebbugia |9 |Għajnsielem |4 | |Għaxaq |1 |Gudja |2 | |Iklin |2 |Luqa |3 | |Mġarr (Malta)|9 |Mosta |5 | |Marsascala |1 |Marsaxlokk |2 | |Naxxar |1 |Qormi |1 | |Qrendi |1 |Rabat Malta |3 | |Siġġiewi |1 |San Lawrenz |1 | |San Pawl |3 |Santa Luċija|2 | |il-Baħar | | | | |Xagħra |5 |Xewkija |3 | |Żabbar |3 |Żebbuġ Malta|1 | |Żejtun |6 |Żurrieq |4 |", "Dawn il-każi huma f`diversi stadji ta` proċess jiġifieri:", "Qegħdin fl-istadju fejn il-liġi tipprovdi għal sottomissjoni ta` appell kontra l-Avviż jew applikazzjoni sabiex jiġi ssanzjonat l-iżvilupp; jew", "Qegħdin jistennew eżitu minn appell jew applikazzjoni; jew", "Ġew riferuti sabiex tittieħed azzjoni diretta mill-Awtorita` ta` l- Ippjanar stess.", "BANKINA", "26177.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-bankina li qed tikkumplimenta il- ħajt ta' No. 1 Dock ta' Bormla ilu sejjer il-kostruzzjoni fuqu għal din l- aħħar sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bankina msemmija mill-Onorevoli Interpellant inbeda f'nofs Jannar ta' din is-sena.", "Kien hemm diversi problemi li tawlu ż-żmien ta' din il-biċċa xogħol fosthom: diffikultajiet dwar qlugħ ta' siġar, cables tad-dawl, switchboard ta' l-MDD li tneħħa dan l-aħħar, culvert ta' l-ilma tax-xita u anke bdil fil-pjanta biex ikun hemm aktar parking.", "Bħalissa qiegħed isir sforz biex din il-bankina titlesta kemm jista' jkun malajr.", "ENEMALTA", "26178.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal-dewmien biex jinbidel arblu tad-dawl antik li jinsab fi Triq il-Kapuċċini b'kantuniera ma Triq il-Ġir, meta dan kellu diversi nterventi biex jinqala u jinbidel min għand il- kunsilli Lokali u anke residenti t'hemm stess?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "Dwar data ta' meta jsir ix-xogħol, dejjem jekk jirriżulta li jkun il-każ li tittieħed azzjoni, dan jiddependi minn diversi fatturi fosthom l-urġenza tal-każ.", "LEGAL NOTICE", "26179.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li ftit ilu ħarġet legal notice għas-sidien tal-klieb li jħammġu toroq u ma jnaddfux, jista' jgħid jekk din tapplikax wkoll għas-sidien taż-żwiemel u annimali oħra?", "Jista' jgħid jekk sa issa inqabdux sidien tal-klieb li kienu fit-toroq u kien bla boroż tal-plastic?", "Kemm kien dawn u kemm weħlu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "RELIEF", "26180.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna ta' ċittadinanza Maltija li qatt ma ħadmet f'pajjiżna u li ġiet mill-Ingilterra 15 il-sena ilu u għexet dejjem fuq ir-relief tkunx intitolata għall- pensjoni tal-eta' malli tagħlaq il-61 allavolja qatt ma ħadmet?", "Jgħoddu l- bolol li kienu tħallsu minn dawn l-individwu l-Ingilterra għall-kalkolu ta' din il-pensjoni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuna li qatt ma ħadmet f'pajjiżna u allura qatt ma ħallset kontribuzzjonijiet tas- sigurta' soċjali ma tistax tikkwalifika għall-pensjoni kontributorja għal min jirtira (60 sena għal mara u 61 sena għal raġel).", "Għaldaqstant persuna bħal din tista biss tikkwlaifika għal pensjoni tal-eta' (dik mhux kontributorja) li tingħata skond 'test' tal-meżżi stabilit bl-Att dwar is- Sigurta' Soċjali (Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta) meta wieħed jew waħda jgħalqu 60 sena.", "Fl-istess waqt jekk il-persuna ħadmet u ħallset il-kontribuzzjonijiet ġewwa l-Ingilterra, meta tagħlaq 65 sena tista' tikkwalifika għall-pensjoni taħt l-iskema tar-Renju Unit.", "It-talba għal din il-pensjoni tista' issir fid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali (fl-uffiċċini distrettwali) hawn Malta.", "Inżid ngħid illi kif 'l-persuna msemmija tibda tirċievi il-pensjoni Ingliża il-pensjoni mhux kontributorja (dik lokali) tista' tonqos.", "PENSJONI", "26181.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li jekk anzjan li jkun qed jieħu pensjoni non-kontributorja u jkollu valur kapitali ta' aktar minn Lm 4,000 titwaqqafflu din il-pensjoni?", "Għad-dipartiment tas-sigurta' soċjali x'inhu ikkunsidrat bħala valur kapitali?", "F'dak il-każ li persuna jkollha Lm 4,500, din titwaqqfilha l-pensjoni?", "U jekk fl-affermattiv, allura trid tonfoq dawn il-flus biex terġa tikkwalifika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, biex persuna weħida (ġuvni jew xebba) tkun intitolata għall-pensjoni mhux kontributorja, l-assi kapitali tagħha ma jridux ikunu jaqbżu l-Lm4,000.", "Biex jiġi stabbilit il-valur ta' l-assi kapitali jiġu meqjusa;", "1. depożiti l-bank;", "2.flus miżmuma d-dar; u", "3. kull proprjeta' mobbli u immobbli, barra d-dar residenzjali, dar ta' villeġġjatura u karozza għall-użu personali.", "Ir-risposta għat-tielet parti tal-Mistoqsija hi fl-affermattiv.", "Fil-każ indikat, il-persuna terġa tikkwalifika għall-pensjoni meta l-assi kapitali tagħha jinżlu għal Lm4,000 jew anqas.", "ENEMALTA", "26182.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema mal-Enemalta minn 1990 sal-lum sena b'sena?", "Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin l- impjegati illum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: In-numru ta' ħaddiema, sena b'sena, impjegati mal- Korporazzjoni Enemalta bejn l-1990 u l-31 ta' Mejju ta' din is-sena kien hekk:", "1990 1884 1991 1925 1992.", "1982 1993.", "2015 1994.", "2047 1995.", "2050 1996.", "2063 1997.", "2064 1998.", "2010 1999.", "1976 2000.", "1981 2001.", "1944", "Il-ħaddiema li bħalissa huma mpjegati mal-Korporazzjoni ġejjin prattikament minn kull lokalita' ta' Malta u Għawdex.", "W.S.C.", "26183.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema mal-W.S.C. mill- 1990 sal-lum sena b'sena?", "JIsta' jgħid minn liema lokalita' ġejjin il- ħaddiema illum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qabel xejn, tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma twaqqfet fl-1992, In-numru ta' ħaddiema impjegati mal- Korporazzjoni sena b'sena bejn dik is-sena u s-sena kurrenti kien kif ġej:", "1992.", "1669 1993.", "1548 1994.", "1453 1995.", "1398 1996.", "1356 1997.", "1316 1998.", "1259 1999.", "1200 2000.", "1194 2001.", "1178", "Il-ħaddiema li bħalissa hemm jaħdmu mal-Korporazzjoni tista' tgħid li ġejjin minn kull lokalita' ta' Malta u Għawdex.", "ALPA", "26187.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda (basic u l-allowances) mogħtija lill-pilots membri fl-ALPA, u dan skond l-agreement li ġie ffirmat riċetment", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Billi kif spjegajt diversi drabi qabel l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali, ma nħossx li jkun prudenti li nagħti dettalji dwar xi żieda mogħtija lill-pilots membri ta' l-ALPA fl-aħħar collective agreement.", "MOSTA", "26188.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid in vista tax-xogħolijiet li qed siru f'Valletta Road, il-Mosta, x'qed isir biex jilqa' għall-ilmijiet li jgħaddu minn dan il-wied u b'hekk tingħeleb id-diffikulta' kbira għal kull min jgħaddi minn hemm hekk?", "Se jsiru culverts jew xi faċilita' oħra għal ilqugħ ta' l-ilma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jibni culverts neċessarji f'din it-triq biex l-ilma tax-xita ikun jista' jiġi kkontrolat.", "Dawn il-culverts għalissa ser ikunu magħluqa sakemm il- kumplament ta' l-istorm water plan tal-Mosta North Ring Road u l-kumplament ta' Valletta Road ikunu mibnija.", "DIPARTIMENT TA' L-INFORMAZZJONI", "26189.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għal press release nru.", "802 tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (29.05.2001) dwar kif żdiedu l-allowances għall-kapijiet taċ-Ċivil, jista' jekk jgħoġbu jikkonferma li fl-istess żmien, ma saru ebda xidiet fl-allowances tal- membri tal-Kabinett?", "Fil-każ li saru xi żidiet, jista' jagħti informazzjoni dwarhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonferma li fl-istess żmien ma saru ebda żidiet fl-\"allowances\" tal-membri tal-Kabinett.", "HOUSING AUTHORITY", "26190.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-każ li single mother li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament li għandha mal-Housing Authority tingħata l-attenzjoni u tiġi informata bl-aħħar żviluppi", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat flimkien ma' oħrajn simili.", "PENSJONI", "26191.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li pensjonant li ħareġ bil- wieħed u sittin sena jibda jirċievi l-pensjoni peress li mhu qed jirċievi xejn?", "Id-dettalji tiegħu qed jitbagħtu separatament min din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata ser titħallas fl-aħħar ta' din il-ġimgħa.", "L-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.", "DAR TA' L-ANZJAN", "26192.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara jistax jitmexxa 'l quddiem il-każ ta' l-anzjana li l-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, biex tidħol f'dar ta' l-anzjan tal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żvillupi dwar dan il-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata applikat biex tidħol fid-Dar ta' l-Anzjani f'Mejju 1999.", "Fl-istess xahar saru l-assessments relatati u tpoġġiet fuq il-'waiting list' għax ma kienx każ urġenti.", "F'Mejju ta' din is-sena reġa' sarilha assessment soċjali.", "ENEMALTA", "26193.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara issir spezzjoni fuq il-post li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li minkejja li l-post ma jintużaw, qed jiġu kontijiet tad-dawl u ilma għolja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "SEA PASSENGER TERMINAL", "26194.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkumenta dwar ir-rapport li s-sea passenger terminal ġewwa l-Mġarr, Għawdex sejjer jiġi jqum ħafna aktar milli proġettat oriġinarjament?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-bini u tal-pjanti approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li rigward il-permessi u l-pjanti tal- bini, l-Awtorita' Marittima fil-ġimgħat li għaddew reġgħet issottometiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kopja riveduta tal-pjanti tal-proġett li qed jiġu evalwati mill-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Kopja tal-permess u pjanti tas-Sea Passenger Terminal tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra meta dawn ikunu approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Sal-lum imkien mhu qed jirriżulta li ser ikun hemm iż-żidiet tat-tip indikata f'ġurnal lokali, fl-istima tax-xogħol.", "BARKLORA", "26195.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma liċenzjati li jaħdmu bħala barklora?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta' persuni liċenzjati li jaħdmu bħala barklora fil-preżent huwa ta' 19.", "SECOND CLASS WATER", "26198.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża (operation & maintenance) għall- produzzjoni ta' kull metru kubu ta' second class water mill-impjant tat- trattament tad-drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ispiża (O & M) għall- produzzjoni ta' l-ilma fl-impjant ta' Sant'Antnin, hi kif ġej:", "PRODUZZJONI PREZZ/METRU KUBU (Lm)", "2,000 metru kubu 0.146 6,000 metru kubu kuljum 0.065 10,000 metru kubu kuljum 0.055 14,000 metru kubu kuljum 0.046 17,000 metru kubu kuljum 0.042", "Jiġifieri jekk il-produzzjoni tkun ta' 2000 metru kubu kuljum il-prezz huwa ta' 14c6 kull metru kubu, eċċ.", "OVERTIME", "26199.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija nru.", "26106?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-ħaddiema tas-sitt distrett ħadmu l-overtime li jidher kif ġej:", "Ġunju 2000 Lm21,806.574 Jannar 2001 Xejn Lulju Lm12,297.077 Frar Lm6,365.949 Awissu Lm 3,532.386 Marzu Lm2,824.000 Settembru Lm 8,987.162 April Lm4,711.588 Ottubru Xejn Mejju Lm5,705.430 Novembru Xejn Diċembru Lm10,748.451", "In-numru ta' ħaddiema li ħadmu overtime matul dawn it-tnax-il xahar huma:", "Ġunju 2000 49 Jannar 2001 47 Lulju 46 Frar 48 Awissu 46 Marzu 48 Settembru Xejn April 47 Ottubru 48 Mejju 32 Novembru 46 Diċembru 46", "F'dan id-distrett hemm 63 ħaddiem.", "L-overtime fost il-ħaddiema jitqassam skond l-esiġenza tax-xogħol.", "ŻBROFF", "26200.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija nru 26127?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "PA", "26201.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tivverifika dak li qiegħed isir skond PA929/00 peress li jidher ix-xogħol ma jikkonformax mall-pjanti approvati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi saret spezzjoni mill-Uffiċjal ta` l-Infurzar inkarigat mill-Area u rriżulta li x-xogħol li sar s'issa huwa skond il-pjanti approvati fil-permess PA929/00, li nħareġ fis-7 ta' Marzu, 2001.", "Bħalissa qiegħed isir xogħol ta' tikħil fuq il-faċċata (fuq il-fil), li ukoll huwa kopert bl-imsemmi permess.", "S.V.P.R.", "26203.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li anzjana ta' 86 sena tiddaħħal l-S.V.P.R. minħabba l-bżonnijiet urġenti li għandhom.", "Id- dettalji ta' l-anzjana qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata applikat f'April li għadda.", "L-Onor.", "Interpellant żgur li japprezza l-fatt li hemm lista ta' applikazzjonijiet pendenti li huma ġenwini.", "Il-każ tal-persuna msemmija ġie mgħoddi lill-Board għall-attenzjoni u azzjoni meħtieġa.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "26204.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm assistant lecturers, lecturers, associate professors jjew professors ta' ċittadinanza Maltija jaħdmu bħala mpjegati full-time ta' l-Universita' ta' Malta bejn l-1995 u l-2001 (n-numru huma gentilment mitlub separat għal kull kategorija u għal kull sena)", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ogħla salarju fil-grad ta' assistant lecturer, lecturer, senior lecturer, associate professor u professor matul dan il-perijodu?", "Kemm kien hemm assistant lecturers, lecturers, senior lecturers, assiate professors jew professors li kien ta' nazzjonalita' barranija u li kienu jaħdmu full-time bħala mpjegati ta' l-Universita' ta' Malta f'xi żmien bejn l-1995 u l-2001?", "MIn kienu dawn il-barranin?", "Min minnhom kellu dottorat?", "Kemm kien is-salarju fis-sena ta' kull wieħed u waħda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SKOLA SPEĊJALI", "26205.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija preċendenti tiegħi 25639 li erġajt irrepetejtha (25939) u li baqgħet ma ġietx imwieġba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "ETC", "26206.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux possibli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25637 u li erġajt irrepetejtha f'mistoqsija nru.", "25941?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika speċifika dwar in-numru ta' persuni b'diżabilita' fiżika li jintbagħtu għall-korsijiet ta' taħriġ organiżżati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għax dawn il-persuni jintbagħtu b'mod regolari flimkien ma' oħrajn li m'għandhom ebda diżabilita.", "Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni m'għandiex l-informazzjoni mitluba li tmur lura b'għaxar snin.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni miġbura mill-Korporazzjoni dwar persuni b'diżabilita' mentali jew intellettwali.", "ETC", "26207.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25638 li erġajt irrepetejtilu (nru.", "25940)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26202 f'din l- istess Seduta, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l- informazzjoni dwar persuni b'diżabilita' mentali jew intellettwali li temmew korsijiet ta' taħriġ organiżżati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.", "HOME HELP", "26218.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistiex sistema ta' home help għall-anzjani/morda li fil-fatt jgħixu ma ħaddieħor li iżda minħabba x- xogħol ma jkunux jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom matul xi ħinijiet filgħaxija?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti xi dettalji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz tal- Home Help jingħata matul il-ħin ta' filgħodu u mhux filgħaxija.", "DWANA", "26220.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega kif il-persuna li d-dettalji tagħha jidhru taħt separate cover, li kienet taħdem bħala general hand mad-Dipartiment tad-Dwana, Marsa Bonded Stores, u li issa ġiet trasferita għad-Dwana, il-Belt, xorta waħda qed titħalla tagħmel overtime il-Bonded Stores, Marsa?", "Meta wieħed jikkonsidra li l-overtime soltu jsir mill-ħaddiema t'hemm hekk stess li jaħdmu f'ċirkostanzi diffiċli u iebsa għaliex dan l-overtime, a skpaitu tagħhom, jigħata lil persuna oħra li tkun qed taħdem komodament f'sezzjoni different?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan it- transfer kien wieħed minn numru ta' transfers oħrajn li jsiru perjodikament fid-Dwana u sar għax inħass li kif huma l-affarijiet setgħu jonqsu tnejn min-nies minn Newport.", "L-arranġament li sar ma jtellef xejn minn dak li kienu jaqilgħu dawk li għalissa baqgħu Newport.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li fil-futur jistgħa jkun hemm transfers li jolqtu lil ħaddieħor biex kemm jista' jkun wieħed jaqsam l-iebes u l-komdu.", "DRYDOCKS", "26221.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi awtorizzata ż- żieda lil pensjonanti tad-drydocks li suppost ingħatat f'Jannar li għadda?", "Dawn il-pensjonanti ser jitħallsu imgħax ta' 1% fix-xahar fuq l-ammont dovut lilhom, bħal ma jiġi intaxxati jekk iħallsu t-taxxa tard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, f'Jannar ta' din is-sena, kull pensjonant irċieva żieda ta' Lm1 fil-ġimgħa fil-pensjoni li kienet tirrappreżenta żewġ terzi ta' l-għoli tal-ħajja.", "Iż-żiediet fil-pensjonijiet tas-Sigurta' Soċjali fuq bażi personali, skond il-grad u l-provvedimenti tal-ftehim kollettiv li jkopri l-post li kien jokkupa l-pensjonant, tħallsu jew ser jitħallsu fis-26 ta' Mejju, fid-9 u fit-30 ta' Ġunju 2001, skond it-tip ta' pensjoni.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jipprovdix għall-ħlas ta' imgħax fil-każ indikat minnu.", "ĦLAS", "26222.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta ser jitħallsu is-sidien ta' postijiet li kienu twaqqgħu f'Marsa Road, Marsa u li l-qorti kienet qaltilhom li jitħallsu skond iż- żmien?", "JIstgħu dawn l-individwi jiġi nfurmati bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi f`Marsa Road twaqqgħu b`kollox sitta u tletin (36) post. Il-ħlas lis-sidien ta` wieħed u għoxrin (21) post minnhom tlesta.", "Għar-rigward tal-ħmistax-il post li l-ħlas għadu ma sarx, qegħdin isiru r-riċerki neċessarji, biex dawn jitlestew mill-aktar fis possibli.", "ROASTER 3", "26224.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta' staff f'Roaster 3 f'St Luke's Hospital?", "F'liema swali hemm nuqqas u x'inhu l-grad ta' staff nieqes f'kull ward u unit f'roadster 3 f' St Luke's?", "Possibli d-divizjoni tas-Saħħa tieħu passi biex dan in-nuqqas jiġi rimedjat?", "Għaliex mhux qed isir eċċezzjoni u mhux qed isir użu mill- overtime fil-Ħdud u l-festi pubbliċi f'roaster 3 meta hemm dan in-nuqqas tan-nurses?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li f'roster numru 3 ta` l-Isptar San Luqa hemm 9 Nursing Aides nieqsa li qiegħdin fl-M2, M4, M6, M7, M8, S3, WS1, WS2.", "Hemm ukoll nurse waħda nieqsa fil-Gynae Ward.", "Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq overtime biex jintela xi nuqqas kull meta jkun meħtieġ.", "Il-problema tqum meta ma ssibx min jaħdem overtime.", "KWALITA TA' L-ILMA", "26225.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li waslu għandi mingħand bdiewa full time li l-ilma mill-Ippjant ta' San Antnin m'huwiex ta' kwalita' tajba u dan qed jirrifletti f'uċuħ ta' raba ta' kwalita inferjuri?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20001017_396d_par.doc", "date": "2000-10-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 396 It-Tlieta, 17 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 396", "It-Tlieta, 17 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "396", "It-Tlieta, 17 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 552", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 552", "TQEGĦID TA' KARTI 555", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI", "TAS-SAJD (IT-TIENI QARI)", "FISHERIES CONSERVATION AND MANAGEMENT BILL (SECOND READING) 555", "AĠĠORNAMENT: 574", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 578", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 395 li saret fis-16 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - STUDENTI TA' 16-IL SENA", "16851.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jispiċċaw tfal mill-iskola fi ftit ġimgħat oħra għax ikunu laħqu l-eta' ta' 16-il sena?", "Jista' jagħti dettalji dwar kemm se jispiċċaw mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-knisja u skejjel indipendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li n-numru ta' tfal li se jagħlqu jew għalqu s-16-il sena matul is-sena skolastika li spiċċat din is-sena huwa kif ġej:", "2006 fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat;", "419 fl-iskejjel tas-snajja';", "1326 fl-iskejjel sekondarji tal-knisja 292 fl-iskejjel sekondarji indipendenti.", "Informat ukoll li ma' dawn hemm 62 oħra li għalqu s-16-il sena iżda li ma kenux fil-final year tas-sekondarja.", "Ta' min isemmi wkoll li kien hemm numru żgħir ieħor ta' studenti li għalqu s-16-il sena matul is-sena skolastika u ħarġu mill-iskola qabel Ġunju li għadda.", "Fl-aħħarnett informat li jkun hemm min ikompli l-istudji tiegħu f'korsijiet post-sekondarji u għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li ngħid kemm minn dawn it-tfal se jispiċċaw mill-iskola.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, is-sajf li għadda fl-Iskola Santu Wistin kien hemm 52 student li wara li weħlu għal darbtejn mill-eżamijiet, ma tħallewx jitilgħu għal-livell sekondarju.", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan imur 'il hinn mill-obbligu nisrani ta' skejjel li jridu jiddefinixxu lilhom infushom skond xi kariżma reliġjuża?", "Ma jaħsibx li dan huwa preċedent perikoluż li nagħtu ċans lill-iskejjel tal-knisja - wara kollox lil dawn nagħtuhom Lm8 miljun fis-sena - jimxu b'dan il-mod?", "Barra minn hekk, ma jaħsibx li la hu edukattiv u lanqas ġust li l-iskejjel ta' l-Istat jieħdu r- rwol ta' dumping ground għal studenti li jiġu minn skejjel oħrajn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, fil-fehma tiegħi l-iskejjel kollha, ta' l-Istat, tal-knisja u anke dak indipendenti, għandhom jerfgħu r- responsabbilta' ta' l-edukazzjoni tat-tfal li jiġu fdati lilhom.", "Ħalli nieħdu l-iskejjel indipendenti.", "Nemmen li ladarba dawn ikunu aċċettaw lill-istudenti u l-ġenituri jkunu aċċettaw li jħallsu l-miżati - il-miżati x'aktarx jogħlew minn sena għal oħra - l-iskejjel għandhom jerfgħu r-responsabbilta' li jfittxu l-iżvilupp edukattiv tat-tfal.", "Illum il-pajjiż qiegħed jadotta politika ta' edukazzjoni inklussiva u allura din it-tip ta' skola għandha tara li jkun hemm il-possibbilta' li jekk tfal ikollhom bżonnijiet speċjali, jiġu kkurati u mogħtija l-appoġġ meħtieġ.", "Dan isir anke jekk it-tfal ikunu ġew assessed li ma laħqux il-livell edukattiv f'xi klassi partikolari jew oħra.", "Jien jidhirli li l-iskejjel għandhom isegwu policies li bihom isibu r- rimedju kif lil dawk it-tfal partikolari jgħolluhom għal-livelli meħtieġa billi jagħmlulhom programmi partikolari.", "Qed nitkellem fuq skejjel indipendenti u nista' nirriafferma kemm dan għandu aktar għax iseħħ fl- iskejjel tal-knisja.", "Fil-fatt nista' nikkonferma li dan diġa' jsir fl- iskejjel ta' l-Istat.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Bartolo li l-iskejjel tal-knisja, li huma appoġġjati mill-Istat b'mod notevoli, għandhom ukoll jassiguraw li t-tfal ma jintefgħux 'il barra għax ma jkunux issodisfaw il-livelli akkedemiċi meħtieġa, għax inkella l-iskejjel ta' l-Istat se jispiċċaw jerfgħu r- responsabbilta' ta' kulħadd.", "Naturalment l-iskejjel ta' l-Istat qatt m'huma se jirrifjutaw lil ħadd, imma l-iskejjel tal-knisja għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex ikollhom din it-tip ta' politika.", "Nemmen li għandu jkun hemm limitu safejn skola tista' tieħu l-passi li jidhrilha li huma xierqa, ġusti u opportuni biex twettaq il-missjoni tagħha.", "Ma tistax tgħid li skola kemm tal-knisja kif ukoll indipendenti, m'għandha tkeċċi lil ħadd għall-ebda raġuni, għax jista' jkun hemm ċirkostanzi ta' nuqqas ta' dixxiplina jew ta' ċertu tip ta' mġiba u jekk lil dak l-istudent partikolari tħallih hemm, tkun qed tiċħad il-missjoni ta' dik l-iskola.", "F'pajjiżna għandna bżonn ta' istituzzjoni tajba - din mhux l-ewwel darba li qed ngħidha - fejn inkunu nistgħu nieħdu ħsieb tfal li l-bżonnijiet tagħhom ikunu ta' ċertu tip, li kultant trid taqlagħhom mill-ambjent ta' skola u tagħti kas l-iżvilupp edukattiv u psiko-soċjali tagħhom f'ambjent ftit differenti.", "Dan kollu jrid jiġi regolat minn prinċipju importanti ieħor, li l-iskejjel tal-knisja u l-iskejjel indipendenti għandhom it- tmexxija tagħhom, għandhom l-awtonomija tagħhom, għandhom l-identita' tagħhom u għandhom il-karattru tagħhom, u allura huwa importanti li dak il- prinċipju jiġi salvagwardat u appoġġat u bl-ebda mod m'għandu jiġi attakkat.", "Naturalment wieħed għandu jaġixxi skond iċ-ċirkostanzi ta' kull każ.", "Meta tinqala' xi sitwazzjoni bħal din, irridu naraw li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni taġixxi bħala regolatur u li l-iskejjel jimxu skond l- awtonomija tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, il-Ministru semma' numru żgħir ta' studenti li joħorġu qabel jagħlqu l-eta' obbligatorja ta' 16-il sena.", "Jista' jgħidilna x'inhuma l-linji ta' gwida u x'support għandhom il-familji ta' dawn l-istudenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Meta l-ġenituri jinsistu li t-tfal joħorġu mill- iskola qabel l-eta' obbligatorja ta' 16-il sena, il-każ jiġi riferut lit- taqsima tas-social welfare fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, issir investigazzjoni u jkun hemm ċirkostanzi fejn din it-talba tiġi milqugħa.", "Jiena ħassejt li dan l-obbligu m'għandux ikompli jeżerċitah direttament il- ministru u ddelegajtu lid-direttur ġenerali - għax skond il-liġi huwa l- ministru li jrid jiddeċiedi jekk student għandux joħroġ mill-iskola jew le - biex nassigura li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu assolutament ibbażati fuq il-bżonnijiet edukattivi tat-tfal u fuq kriterji ta' prattika psiko-soċjali, li hija oġġettiva u li tħares l-ewwel l-interessi tat-tfal u mbagħad tal-familja konċernata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, ħa mmur lura għall-każ li qajjimt qabel.", "Jiena nemmen li la l-kapijiet ta' l-iskejjel tal-knisja u lanqas l- uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma jafu fejn qegħdin dwar din il- ħaġa.", "Ma jaħsibx il-Ministru li għandhom isiru diskussjonijiet ċari?", "Jiena ċert li fil-każ tal-Kulleġġ Santu Wistin inqala' kjass għax in-numru ta' studenti kien daqsxejn kbir, imma mbagħad hemm skejjel oħrajn li l- affarijiet jagħmluhom bil-kwiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien naħseb li l-materja qatt ma ġiet diskussa b'mod tajjeb la mal-ministeru u lanqas mad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "Il-każi li seta' kien hemm forsi kienu waħdiet u allura ma ġibdux l-attenzjoni.", "Kultant jista' jkun hemm ġustifikazzjoni oġġettiva għaliex il-ħaġa ssir u allura qatt ma nħass il-bżonn li wieħed jgħid eżatt x'inhu l-irwol regolatorju tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni f'dan il-kamp.", "Fil-verita', x'qed jirregola t-tmexxija ta' l-iskejjel?", "X'qed jirregola l- kwalita' tas-servizz edukattiv li qed nagħtu fl-iskejjel kollha?", "Jien insib li għandna djufija kbira f'dan il-kamp.", "Jiena naqbel mal-kollega tiegħi li din il-materja trid tiġi diskussa u nnegozjata ma' kulħadd biex naraw x'inhuma l-parametri li fuqhom għandha timxi skola.", "Jiena nieħu gost nisma' l-pariri ta' kulħadd dwar din il-materja, anke ta' l-oppożizzjoni, ħalli nkunu nistgħu noħolqu din il-politika li biha l- iskejjel ikollhom idea aktar ċara dwar kif għandhom jaġixxu.", "SKEJJEL - SIR ADRIAN DINGLI", "17253.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li bħalissa x-xogħol fuq il-bini tal-junior lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke jinsab wieqaf, jirriżultalu l-Ministru li fuq il-lant tax-xogħol hemm periklu għat-tfal u l-istaff?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li jiġi assigurat li l-ambjenti wżati mit-tfal u l-għalliema jkunu għal kollox safe u secure.", "Ninsab assigurat li m'hemmx periklu fis-sens li tkellem l-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, peress li x-xogħol fuq il-bini ta' l- iskola Sir Adrian Dingli ilu wieqaf żmien twil minħabba problemi li hemm min-naħa tal-kumitat tal-kuntratti - u allura din l-iskola ma tistax tilqa' fiha la studenti u lanqas għalliema - jista' jgħidli meta se jitkompla dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, dan huwa każ ta' diżappunt u frustrazzjoni li jaħkem lil kull ministru f'dan il-kamp.", "Din l-iskola għandha location tajba u għandha storja twila, għax minn barracks ta' l- Ingliżi ġiet trasformata fi skola primarja u mbagħad sekondarja, pero' biex tilħaq il-livelli tagħha jenħtiġilha major refurbishment.", "Wara li saru l- ispecifications, ħarġu t-tenders, ttieħdet il-proċedura kif inhija stabilita mir-regolamenti finanzjarji li t-tender tiġi aġġudikata u ppubblikata fuq in-notice board tal-kumitat tal-kuntratti, inħolqu diffikultajiet rigward il-prezz totali li kien se jiġi jiswa dan ir- refurbishment u allura l-kumitat tal-kuntratti ddeċieda li terġa' toħroġ it- tender mill-ġdid.", "Fil-fatt hemm żewġ toroq x'wieħed jista' jagħżel għax jew noqogħdu għad- deċiżjoni tal-kumitat tal-kuntratti li t-tender toħroġ mill-ġdid - u s'issa d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hi favur din id-deċiżjoni biex jinħela żmien mill-inqas - jew inkella mmorru quddiem il-kabinett, infissrulu ċ- ċirkostanzi bid-dettalji kollha kif inhuma - għax meta teżamina l-każ pass pass ta' kif evolva, wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li m'huwiex ġustifikat li ħaġa bħal din għandha titwal b'sena oħra wara li tlifna diġa' madwar erba' snin - u nitolbu l-awtorizzazzjoni tal-gvern li jikkonsdira kollox u jerfa' r-responsabbilta' tad-deċiżjoni fl-interess ta' dik l- iskola.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq trasport mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 20058; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u l-Matsec, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "20059.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra :", "Tabella li turi l-għadd ta' anzjani li kienu vittma ta' reat matul l- 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20081; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet maħruġa minn gwardjani lokali bejn Jannar u Settembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20079.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD", "FISHERIES CONSERVATION AND MANAGEMENT BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Ottubru 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet .", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fl-introduzzjoni tiegħi kont qiegħed nispjega li l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Baħar, li hawn riferenza għaliha f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, ma tagħmilx il-maġġoranza tal-provvedimenti li hawn f'din il-liġi.", "Dalgħodu qrajt ukoll numru ta' riferenzi li dwarhom l-oppożizzjoni setgħet tifforma opinjoni fir-rigward ta' din il-liġi.", "Waqt li kont qed nispjega bdejt nagħti r-raġunijiet għaliex aħna ta' din in-naħa jidhrilna li numru ta' provvedimenti li fiha din il-liġi se jkunu ta' żvantaġġ għas-sajjieda, meta matul din is-sena l-gvern kemm il-darba qal li se jkollna management aħjar u sostenibbli ta' l-industrija tas-sajd f'pajjiżna.", "Mr. Speaker, għedt ukoll li meta ltaqa' l-general fisheries council tal- Mediterran f'pajjiżna ftit tax-xhur ilu, l-uffiċjali Maltin ma ressqux l- ilment tas-sajjieda li reġgħu qed jintużaw id-drift nets minn sajjieda tal- pajjiżi tal-Mediterran u li kawża t'hekk naqset il-qabda tal-pixxispad.", "Dan tikkonfermah ukoll l-istatistika għal din is-sena.", "Kien hemm ukoll rapporti li tlabt lill-ministru jinvestiga dwar il-fatt li 40 mil nawtiku 'l bogħod mix-xlokk ta' Malta kien hemm tliet bastimenti jistadu bid- driftnets.", "Dawn huma tip ta' xbieki illegali li jimmaljaw lill-ħut u jikkawżaw dannu għal speċi ta' ħut ieħor li huma protetti bħal dniefel u fkieren.", "Kont qed nispjega wkoll li fis-6 ta' Lulju ddaħħal f'Malta tonn li ma għaddiex mill-pixkerija u daħal fil-menqa.", "X'aktarx li dan kien tip ta' tonn li jgħolli l-livell ta' histamine u jikkawża allerġija fuq il- bniedem.", "Wieħed jistenna li fil-winding-up il-ministru jagħti spjegazzjoni x'ġara minn dan it-tonn ħalli aħna nserrħu rasna.", "Mr. Speaker, il-gvern qed jgħid li din il-liġi se tkun hemm biex tagħmel management aħjar tas-sajd, pero' fl-opinjoni tagħna din l-istess liġi qed tagħti poteri kbar ħafna lid-direttur u lill-uffiċjali tas-sajd.", "Aħna ma nifhmux kif dawn il-poteri se jiġu amministrati għax wara kollox dan id- dipartiment anke bix-xogħol li għandu fil-preżent għandu diffikulta' minħabba l-limitazzjonijiet li għandu.", "Per eżempju, is-sajjieda qed isibu diffikulta' anke biex jippruvaw ikellmu lid-direttur.", "Jiena nifhem li dan qed ikun dejjem imħabbat biex jaġġorna ruħu dwar kif l-aħjar isiru n- negozjati għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, pero' fl-opinjoni tiegħi s- sajjieda m'għandhomx jiġu injorati.", "Nista' ngħid li ltqajt mad-direttur tal-biedja u s-sajd għal Għawdex u meta staqsejtu dwar din il-liġi qalli li għad iridu jiddiskutuha mad-dipartiment.", "La għad irid jiddiskutiha mad- dipartiment, allura jiena għandi nifhem li lanqas mas-sajjieda Għawdxin ma saret konsultazzjoni.", "Barra minn hekk, għalkemm din hija liġi teknika, jiena kont nistenna li mqar ikun hemm id-diċenza li xi nies li ħadmu miegħi, inkluż espert tas- sajd li għadu hemm sal-lum, jikkonsultaw anke miegħi.", "Espert ikun espert veru meta jkollu ċ-ċans jiltaqa' ma' kulħadd u mhux meta b'xi mod jew ieħor ma jqisx lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "Dan qed ngħidu għax qed titressaq liġi li apparti l-konvenzjoni tal-Liġi tal-Baħar tal-Ġnus Magħquda, din il-liġi li qed iressaq il-gvern fiha numru ta' provvedimenti li żgur ma timponihomx din il-konvenzjoni imma huma ddettati mill-aġenda tal-gvern li Malta issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Veru li d-daqs ta' l-art ta' pajjiżna huwa żgħir imma l-ibħra tagħna jistgħu jikbru għax filwaqt li Malta ma tistax tikber mil-lat ġeografiku, illum hemm metodi kif il-kosta tas-sajd tista' tiġi estiża.", "Iva, nerġa' ngħid li l-esperti kien imisshom xtarru aktar u wrew aktar impenn u mhux lanqas kellhom ċans jiltaqgħu mas-sajjieda jew mad-direttur ta' Għawdex biex jieħdu l-opinjoni tiegħu.", "Lanqas ma' ċerti nies li fl-opinjoni tiegħi hu importanti għalihom li jivverifikaw dak li qed tipproponi din il-liġi ma kien hemm konsultazzjoni.", "Sur President, jien għamilt aċċenn ukoll li fil-bord ma hemmx rappreżentanza tal-part-time fishermen.", "Issa jiena nifhem li s-sajjieda Maltin u Għawdxin full-time ma jeħdux pjaċir bil-part-timers, imma d- dilettanti bilfors irid ikollhom posthom sostnut fil-gżira tagħna.", "X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawn il-part-timers fishermen?", "Se jkollhom il-vuċi aktar maħnuqa?", "Aħna ma rridux noħolqu sitwazzjoni fejn kontinwament ngħidu lin-nies biex ma jixorbux alkoħol u biex joqogħdu 'l bogħod mill-vizzju tal- logħob, u mbagħad ftit tad-delizzju nippruvaw b'xi mod jew ieħor innaqqsulu l-istruttura tiegħu biex mal-medda taż-żmien jinqata'.", "Għadu kemm kellna traġedja fuq il-baħar li kienet tinvolvi tliet sajjieda dilettanti - wieħed minnhom salva, ieħor ittella' mejjet u t-tielet wieħed għadu ma ġiex identifikat - u jekk verament din il-liġi qed tirrappreżenta l-interessi tas-sajjieda kollha, ma nistgħux nifhmu kif fil-bord m'hemmx rappreżentanza ta' kulħadd.", "Mr. Speaker, irrid ukoll nagħmel riferenza għall-fatt li l-aħħar paragrafu f'artiklu 8(1) hemm li l-kaptan, is-sid u min jikri jistgħu jeħlu multa ta' mhux inqas minn Lm1,000 u mhux iżjed minn Lm25,000 kull wieħed.", "Ftit tas-sigħat ilu f'dan il-parlament għaddiet il-liġi tas- sigurta' fuq il-post tax-xogħol u jiena diġa' għedt li bejn l-1998 u din is- sena weġġgħu fuq il-post tax-xogħol 40 sajjied.", "Nistgħu wkoll nifhmu li dawn is-sajjieda jkunu għamlu investiment ta' eluf ta' liri fl-opri tal- baħar biex ikunu jistgħu jmorru jistadu.", "Jien ngħid li m'għandhomx jeħlu huma jekk xi ħadd jabbuża u forsi flok idaħħal il-ħut il-pixkerija, idaħħal l-għaġin jew it-televisions.", "Aħna rridu nkunu nafu għaliex il-gvern se jneħħi r-responsabbilta' totali minn fuq il-kaptan u se jitfagħha fuq is- sid, meta jista' jagħti l-każ li jekk is-sajjied ikun ma jiflaħx jew ikun indispost, dan aktarx li se jara kif jirranġa biex jikri d-dgħajsa ħalli almenu jdaħħal xi ħaġa waqt li hu jkun wieqaf.", "Jekk l-abbuż isir min dak li jikri l-opra tal-baħar, is-sid m'għandux jispiċċa vittma ta' xi ħaġa li fuqha finalment ma kellux kontroll.", "Din hija xi ħaġa li trid tiġi spjegata, Mr Speaker.", "U hawn wieħed jistaqsi għaliex qed infarfru r- responsabbilta' minn fuq il-kaptan u nitfgħuha fuq is-sid.", "Mr. Speaker, aħna llum għandna sistema li meta bastiment tas-sajd ikun għaddej sa 25 mil mill-kosta tagħna jitlob permess, jgħaddi u naturalment ma jieqafx biex jistad.", "Issa bis-sistema l-ġdida, vapur mhux biss irid jagħti informazzjoni imma jrid ukoll jiddikjara l-ispeċi tal-qabda tal-ħut li għandu fuqu.", "Naturalment ta' min jistaqsi x'finanzjament hu meħtieġ biex dipartiment tas-sajd ikun jista' jlaħħaq ma' din l-amministrazzjoni, li allura se tkun parti mis-sistema l-ġdida li qed ngħidu li se tagħti aktar saħħa u struttura lill-management tas-sajd fil-gżejjer tagħna.", "Allura nistgħu ngħidu li jingħad x'jingħad mill-gvern, xorta se jibqa' l- fatt li kemm-il darba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, bil-liċenzji li se jingħataw xorta se jkun permess li s-sajjieda tal-pajjiżi membri jiġu jistadu hawnhekk.", "Ma nistax nifhem kif il-ministru qed jistaqsi min se jkun dak il-baħnan ta' sajjied barrani li se jiġi jistad fl-ibħra tagħna u fl-istess ħin qed jipprepara kondizzjonijiet fil-liġi li m'hemmx dubju li jippermettu li jingħataw il-liċenzji meħtieġa.", "U dan qed ngħiduh mhux biex inċajpru l-impenn u l-ħidma tal-gvern, imma għax l-ewwel għan ta' l- oppożizzjoni hu li d-dħul finanzjarju u x-xogħol tas-sajjieda Maltin u Għawdxin ikun dejjem assigurat u sostenut kemm fil-bidliet reġjonali u kemm f'dawk globali.", "F'dan ir-rigward spjegajt li l-politika Laburista ta' Malta, Svizzera tal- Mediterran, tfassal il-parametri leġislattivi tagħha dwar l-industrija tas- sajd u l-ambjent f'qiegħ il-baħar permezz tal-linji ta' gwida mill-general fisheries council of the Mediterranean, li hija struttura li wkoll tifforma parti mill-Ġnus Magħquda.", "Waqt li nifhmu l-bidliet li qed tagħmel l-Unjoni Ewropea bl-appoġġ tar-rappreżentanti tagħha f'dan il-forum, għandna naraw li tiġi rrispettata l-ħajja f'qiegħ il-baħar u jkun imħares ukoll l-interess tas-sajjieda Maltin li jkunu jistgħu liberament imorru jistadu għall-pixxispad, li ma jkunx inqabad b'mod illegali mis-sajjieda barranin, li naturalment itellfu ħafna mill-qabda li għaliha tant jippreparaw is-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Mr Speaker, fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru għamel tajjeb li qal li dan l-abbozz diġa' kellu l-ewwel qari fis-seduta tat-23 ta' Novembru, 1992 u kien reġa' ġie ppubblikat fis-suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern numru 16,266 tad-19 ta' April, 1996 bħala abbozz numru 31.", "Għalhekk mhux veru, kif qal il-Ministru, li dan qiegħed jitressaq għall-ewwel darba.", "Dan juri li l-gvern Nazzjonalista qatt ma kompla jiddiskuti dak l-abbozz ta' liġi għax kien jaf li se jaffetwa ħażin lis-sajjieda Maltin u billi kienet waslet l-elezzjoni kien jibża' li jitlef il-voti.", "Issa, wara li tressaq l- NPAA, il-gvern huwa marbut biex iwettaq dawn l-istess bidliet minħabba pressjoni mill-Unjoni Ewropea.", "L-isfortuna se tmiss lill-Ministru Zammit li jkollu jara kif jiddefendi l-aġenda tal-gvern kontra l-ħafna problemi u żvantaġġi kbar li se jsibu ma' wiċċhom is-sajjieda Maltin u Għawdxin, kemm dawk li huma full-timers kif ukoll dawk part-timers.", "F'artiklu 2 hemm it-tifsira ta' \"bastiment tas-sajd tal-konvenzjoni\".", "Il- konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ma tipprovdix li bastiment tas-sajd tal- pajjiżi aderenti jissejħu bastimenti tal-konvenzjoni.", "Għaliex qed isir dan il-provvediment?", "Jaqaw biex bastimenti tas-sajd mill-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jistadu fl-ibħra Maltin mingħajr il-ħtieġa li jiġu reġistrati f'Malta?", "L-istess per eżempju f'artiklu 3.", "X'inhuma l-ibħra tas-sajd ta' Malta?", "Jekk veru l-gvern irid il-ġid lis-sajjieda, għax ma nwessgħux l- ibħra tas-sajd tagħna sa fuq il-Blata Kontinentali kollha biex is-sajjieda Maltin ikollhom aktar fejn jistadu?", "Dan qed ngħidu għax kif spjegajt, meta tintuża d-drift net b'mod illegali jinqered ħafna ħut.", "Mr. Speaker, skond artiklu 4, id-direttur se jkollu poteri li joħroġ, jibdel, jissospendi, jirrevoka u jħassar liċenzji tas-sajd ta' l- akwakultura, tat-trasport, ta' tagħmir tas-sajd u ħidmiet oħra li jinħtieġu permess u liċenzja taħt dan l-Att.", "Dan ifisser li se jkun hemm permessi u liċenzji differenti għal ħut differenti?", "Kemm se jkun il-ħlas ta' dawn il- liċenzji għall-ispeċi ta' ħut u ta' qabdiet differenti?", "Il-gvern għandu jgħid ċar u tond x'se jiswa lil pajjiżna l-management ta' dawn l-artikli tal-liġi, u x'se jiswa dan kollu lis-sajjied direttament.", "Illum nafu li biex tirreġistra l-qbiela u l-imħażen tiegħek tar-raba' trid tħallas Lm50 applikazzjoni u trid tħallas Lm3-il metru kwadru 'l fuq minn kejl ta' 30 metru kwadru.", "Issa se mmorru fuq is-sajjieda u ngħidulhom li se jkun hemm liċenzji differenti għall-ispeċi tal-ħut?", "Aħna irridu naraw dawn x'se jinvolvu bħala spiża mhux biss għall-operat tad-dipartiment tas-sajd imma wkoll lis-sajjieda infushom.", "Jien għedt ukoll li s-sajjieda qed jistennew li jinqatgħu l-abbużi bħall-użu tax-xbieki illegali u ta' l-ajruplani spotters li jintużaw biex jiġi identifikat fejn qiegħed it-tonn.", "U meta qed nitkellem fuq is-sajd tat-tonn, jiena konvint li l-ministru jaqbel miegħi li għandna nkomplu ninvestu fih ħalli d-dħul tas-sajjieda jkun tabilħaqq sostenibbli.", "Mr. Speaker, x'se tiswielu din il-liġi lis-sajjied Malti u Għawdxi, full- time jew part-time?", "Nafu li sal-lum is-sajjied Malti jirreġistra l-opra tas- sajd tiegħu ma' l-awtorita' marittima u jrid iħallas ċertu ammont ta' flus għal din ir-reġistrazzjoni.", "Imma 'l quddiem x'se tiswilu l-liċenzja għal kull tip ta' ħut?", "Forsi se jkun mitlub iħallas liċenzji għal kull staġun?", "U mbagħad kemm se tinvolvi lid-dipartiment biex isostni l-management li jirrikjedi dan it-tibdil?", "Per eżempju f'artiklu 5 jingħad li n-numru ta' rappreżentanti tal-koperattiva qiegħed jiġi limitat.", "X'jiġri jekk ikun hemm koperattivi oħrajn fil-futur?", "Se jkollhom id-dritt huma wkoll li jkunu rappreżentati fil-bord?", "F'artiklu 6 jissemma' x'jista' jagħmel il-bord biex jiddaħħlu miżuri li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-qbid ta' speċi ta' ħut u jħarsu l- konservazzjoni ta' l-istess ħut.", "U hawnhekk irridu naraw jekk il- bastimenti humiex se jiġu ordnati jibqgħu marbuta fil-port u ma joħorġux jistadu.", "Ta' min jgħid li dan il-provvediment ma joħroġx mill-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda imma mill-common fisheries policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, aħna bilfors nistaqsu lill-esperti dwar kif jippretendu li aħna naqblu li jagħtu dawn il-poteri lid-direttur meta la d-direttur t'Għawdex, la l-kelliema ta' l-oppożizzjoni u lanqas is-sajjieda ma ġew konsultati.", "Hawn m'inix qed ngħid għad-direttur per se, għax dan ħdimt miegħu, bniedem ħabrieki u m'għandix dubju mill-kwalitajjiet tiegħu personali.", "Li ma nistax nifhem hu li se jingħatawlu dawn il-poteri kollha meta bħala dipartiment diġa' għandu l-limitazzjonijiet tiegħu.", "Il-bord ukoll, Mr Speaker, se jkun jista' jagħmel proposti biex, skond artiklu 18, bastimenti tas-sajd ta' stati oħra u assoċjazzjonijiet barranin ikunu jistgħu jistadu fl-ibħra tagħna.", "Dan ma jfisser xejn ħlief li bastimenti tas-sajd mill-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi li l-istess Unjoni għandha ftehim reċiproku magħhom se jitħallew jistadu fl-ibħra Maltin.", "M'hemmx dubju li l-konvenzjoni ta' l-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar li għaliha qed jirriferi l-gvern żgur li ma toqgħodx tagħmel dawn il-provvedimenti kollha.", "F'artiklu 7 jingħad li d-direttur se jkun jista' jħassar bastiment tas- sajd minn fuq ir-reġistru jekk dan ma jġorrx it-tagħmir u jekk ma jħarisx ħteġijiet oħra li jistgħu jkunu preskritti.", "Dan qed jiġri għax biex jobdi r-regolamenti li timponi fuqu l-Unjoni Ewropea, il-gvern se jdaħħal il-log books għal kull bastiment tas-sajd 'il fuq minn għaxar metri.", "F'dawn il-log books iridu jitniżżlu dettalji bħall-qabda tal-ħut, fejn inqabad, il-qies u d-daqs u naturalment dettalji oħra.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Dawn l- esperti raw x'implikazzjonijiet hemm qabel ma pproponew lill-gvern dawn il- provvedimenti tal-liġi?", "Raw is-sajjieda xi jridu?", "Raw x'diffikultajiet is- sajjieda se jiltaqgħu magħhom?", "Jiena qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għax is-sajjieda li tkellimna magħhom aħna ftit li xejn għandhom għarfien ta' dak li qed jiġi propost li jinbidel.", "Naħseb li ma jkunx matur u serju li nagħmlu dawn l-emendi mingħajr ma nqisu l-obbligi tagħna lejn dawn is- sajjieda u d-drittijiet tagħhom fil-liġijiet li nilleġiżlaw.", "Fuq kollox wieħed għandu jifhem id-diffikultajiet li m'hemmx dubju jġib miegħu l- mistier tas-sajd.", "Is-sajjieda jkunu bejn sema u ilma 'l bogħod mill- familjari tagħhom biex iwettqu xogħolhom.", "Mr. Speaker, artiklu 8 jikkonferma li s-sajjieda Maltin se jkollhom bżonn ta' liċenzja jew permess kemm biex jistadu fl-ibħra Maltin kif ukoll fl-ibħra internazzjonali jekk l-Unjoni Ewropea tordna li dawn ikunu areas li jkunu jinħtieġu liċenzja jew permessi biex jistadu fihom.", "Il-multi għal min jistad bla liċenzja jew permess huma bejn Lm1,000 u Lm25,000.", "Huwa tajjeb li jkollok kontroll u regoli, imma aħna rridu nifhmu x'tip ta' assigurazzjoni se jkun hemm f'dan il-każ.", "Dan qed ngħidu għax meta qed nitkellmu fuq multa ta' Lm25,000 għandi nifhem li jrid ikun hemm xi tip ta' bank guarantee biex ikun assigurat li dawn il-flus jinġabru.", "X'se tkun il- pożizzjoni jekk is-sajjieda ma jkunux kapaċi jintrabtu b'ċerti garanziji bankarji?", "Dawn jistgħu jispiċċaw bla liċenzja?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet tekniċi u jiena qed nistaqsi dawn l-affarijiet għax naf li jistgħu jinħolqu diffikultajiet kbar.", "Biex tipprepara għal sajda ma toqgħodx tara x'irid id-dipartiment imma tara li jkollok biżżejjed fuel, biżżejjed equipment u biżżejjed staff biex meta tkun qed tistad tħares lilek innifsek mid-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu u terġa' lura qawwi u sħiħ.", "U hawnhekk qed insemmu l-multi u l-implikazzjoni li s-sajjieda Maltin jistgħu jiġu mmultati regolarment minħabba xi nuqqasijiet.", "Jiena ma rridx noqgħod inbeżża' imma ta' min jgħid li xbajna naqraw f'ġurnali Ingliżi u barranin dwar il-multi kbar li qed ikunu suġġetti għalihom is- sajjieda tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea minħabba dawn ir-regoli li minn żmien għal żmien jinbidlu minn xi esperti li qajla jikkonsultaw lis- sajjieda.", "Jien għalhekk nappella biex esperti Maltin ma jeħdux l-iżball li għamlu l-esperti ta' l-Ewropa li bla diskussjoni mas-sajjied, fasslu u pproġettaw.", "Mr. Speaker, artiklu 9 jikkonferma li mhux biss se jkun hemm bżonn ta' liċenzja u permess biex is-sajjieda Maltin ikollhom jistadu fl-ibħra Maltin u internazzjonali, imma l-istess ibħra se jkunu mqassma f'areas u s- sajjieda Maltin se jingħataw permess jistadu f'waħda jew uħud minnhom biss.", "Dan ifisser li s-sajjieda ma jkunux jistgħu jistadu fejn iridu.", "Min jikser dawn ir-regoli jeħel multa ta' Lm500 jew Lm5000.", "Mela again, artiklu 9 jitkellem dwar multi oħra ta' Lm500 u ta' Lm5,000 li s-sajjieda Maltin u Għawdxin iridu jkunu suġġetti għalihom.", "X'se tkun il-pożizzjoni f'dan ir- rigward?", "Jafu dawn is-sajjieda li se jkunu suġġetti għal dawn il-multi u dawn il-provvedimenti kollha?", "Mr Speaker, aħna nafu mill-esperjenza xi problema jkollhom is-sajjieda meta d-dipartiment ta' l-istatistika kontinwament jibgħat għalihom.", "U m'hemmx dubju li s-sitwazzjoni se tkun diffiċli kemm għad-dipartiment u kemm għas-sajjied li jrid ikun konformi ma' dawn l-artikli biex ma jeħilx dawn il-multi li għadni kemm semmejt.", "Artiklu 10 jikkonferma li l-gvern se jagħti liċenzji biex sajjieda barranin, kemm ta' l-Unjoni Ewropea u kemm oħrajn, jistadu fl-ibħra tas- sajd.", "Artiklu 12 se jagħti poteri enormi lid-direttur tas-sajd fuq is- sajjieda Maltin.", "Dan l-artiklu jikkonferma wkoll li s-sajjieda Maltin mhux biss se jkollhom bżonn liċenzja differenti, imma se jkunu jistgħu jistadu biss f'areas li għalihom tkun inħarġet il-liċenzja, iż-żmien li fih ikunu jistadu, il-kwota u l-qies tal-ħut li jistgħu jaqbdu u fejn jitniżżel biex jiġi spjezzjonat.", "Dan kollu ġie ikkonfermat ukoll fl-NPAA.", "Dawn huma bidliet li jinvolvu l-ispejjeż, u d-dipartiment min-naħa tiegħu jrid iqis kemm se tkun l-ispiża għalih f'dan ir-rigward u kemm se tkun l-ispiża għall- istess sajjieda biex ikunu konformi mal-provvedimenti u mar-regoli tal- liġi.", "Żgur li l-konvenzjoni ma torbotx lill-Gvern Malti biex idaħħal dawn il-provvedimenti, dawn ir-regoli u dawn il-kondizzjonijiet kollha fil-liġi.", "Id-direttur se jkun jista' jibdel, jirrevoka jew jissospendi l-liċenzja tas-sajd jekk fil-fehma tiegħu jkun meħtieġ li jkun regolat is-sajd fil- baħar, il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tas-sajd fl-ibħra tas-sajd jew għall-benefiċċju ekonomiku ta' Malta.", "Id-deċiżjoni tiegħu ma tistax tiġi kkontestata, lanqas fil-qorti, u mhux se jkun responsabbli għal xi danni kawżati lis-sajjieda.", "Dan se jsir biex jiġu obduti r-regolamenti imposti mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda u r-regoli li minn żmien għall- ieħor timponi l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, aħna rridu nafu fejn huma speċifikati fil-konvenzjoni dawn it-tip ta' sistemi u kondizzjonijiet, ħalli nifhmu aħjar x'qed jipprova jingħad u fejn huma d-drittijiet tas-sajjieda tagħna.", "Dan qed nitolbuh aktar u aktar meta d-deċiżjoni tad-direttur ma tistax tiġi kkontestata lanqas fil-qorti u mhux se jkun responsabbli għal xi danni kkawżati lis- sajjieda.", "Jekk qed ngħidu lis-sajjieda biex jinvestu u biex jagħmlu management aħjar, għaliex id-drittijiet tagħhom mhux se jkunu jistgħu jfittxuhom biex jekk wieħed għamel żball il-familja tiegħu tipprova tiddefendi l-għejxien tagħha?", "Dawn huma sitwazzjonijiet li aħna ma ngħiduhomx bħala kritika imma għax meta qed nitkellmu fuq l-ibħra tas-sajd ta' Malta, irridu nqisu l-iżvantaġġ ġeografiku li għandna.", "F'pajjiżna għandna art limitata u għaldaqstant l-uniku sors li nistgħu niddefendu huwa l-baħar tagħna.", "Issa se naraw kif noħolqu l-provvedimenti fil-liġi fejn b'xi mod jew ieħor inkissru.", "Jiena konvint illi kemm it-Taljani kif ukoll il-Franċiżi għamlu ħafna riċerka fuq qiegħ il-baħar f'Malta.", "X'jista' jiġri għada pitgħada jekk aħna nkunu suġġetti li nagħtu dawn il-poteri kollha fuq riżors li għalina jiswa d-deheb?", "Waħda mill-affarijiet li ddiżgustatni fil- politika kienet meta ministru tal-kabinett Nazzjonalista preċedenti kien informat fejn se jiġi żviluppat l-isptar il-ġdid, ra kif biegħ dik l-art minn qabel u mbagħad din ġiet esproprjata biex jinbena dan l-isptar.", "Dawn l- affarijiet ġraw u hemm anke kawżi l-qorti dwarhom.", "Ma jissemmewx għax ovvjament il-maġġor parti tal-gazzetti huma aktar favur il-gvern milli huma favur l-oppożizzjoni.", "Dan qed ngħidu għax jiena x'garanzija għandi li għada pitgħada xi ħadd ma jsirx midħla ta' din it-tip ta' informazzjoni, u nispiċċaw b'diretturi oħra li jkunu marbuta b'responsabbilta' għal tliet snin, jiddeċiedu li jirriżenjaw u l-ministru ma jkunx jista' jwaqqafhom?", "Niġi issa għal artiklu 13.", "Dan jikkonferma li abbord ma jistax jinżamm ħut li ma jkunx inqabad skond il-liċenzja mogħtija skond dan l-Att.", "F'dan il-każ ejja nieħdu s-sitwazzjoni ta' part-time fisherman.", "Dan imur jistad għall-vopi u jaqbad ukoll is-sawrell pero' ma jkollux liċenzja għas- sawrell.", "Allura dan se jkollu jarmih?", "Dawn huma affarijiet li jridu jiġu spjegati, għax il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda ta' l-1982 tal-Liġi tal- Baħar ma tagħmilx dawn il-provvedimenti.", "Kif spjega l-ministru, hawnhekk għandna liġi li qegħda tħares id-drittijiet, il-management u l-iżvilupp sostenibbli ta' din l-industrija f'pajjiżna.", "Dan huwa skop tajjeb, imma m'hemmx dubju li hemm bżonn il-pariri ta' l-esperti dwar dawn il-bidliet u għalhekk aħna ta' l-oppożizzjoni qegħdin nistaqsu dawn il-mistoqsijiet.", "Mr. Speaker, dan kollu qed ngħidu għax fil-liġi qegħdin nelenkaw regoli u kondizzjonijiet li la timponihom il-Ġnus Magħquda u lanqas jimponihom il- general fisheries council of the Mediterranean li għandu r-responsabbilta' tal-Mediterran għal dak li huwa management ta' l-industrija tas-sajd fir- reġjun.", "Dan ikompli jsaħħaħ l-osservazzjoni kontinwa li qed tagħmel l- oppożizzjoni li dan juri ċar li din il-liġi hija umbrella biex taħtha jiġu mdaħħla u integrati provvedimenti biex permezz tagħhom niġu in line ma dak li trid l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma affarijiet li aħna ma naqblux magħhom minħabba li huma ta' dannu għas-sajjieda tagħa.", "Wara kollox aħna għandna l- interess li nħarsu lis-sajjieda u li nifhmu x'inhuma l-problemi tagħhom.", "Hawnhekk m'għandniex noqogħdu ngħidu kemm se nagħtuhom sussidju imma rridu li l-liġijiet ta' pajjiżna ma joħolqulhomx problemi, żvantaġġi jew burokrazija imma joħolqulhom inċentivi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jieħdu ħsieb l-istocks tal-ħut, ikabbru s-sajda tagħhom u jipproteġu lilhom infushom u l-opri tal-baħar tul iż-żmien li huma jagħmlu fuq il-baħar kif ukoll l-interessi tad-dħul tagħhom.", "Niġi issa għal artiklu 14, Mr Speaker.", "Is-sajjieda Maltin ma jkunux jistgħu jistadu f'areas li ma jkunux liċenzjati għalihom kemm fl-ibħra tagħna kif ukoll fl-ibħra internazzjonali.", "Naturalment ksur ta' dan l- artiklu jfisser multa ta' minn Lm2000 sa Lm25,000 u l-qorti tista' tordna l- konfiska ta' kull tagħmir tas-sajd li jkun abbord jew li jkun intuża.", "Ġaladarba issa se nimponu fuq is-sajjieda Maltin numru ta' multi ġodda, jagħmel sens li l-esperti jgħidulna x'se jkun it-tip ta' sajd li fuqu wieħed jista' jeħel sa Lm25,000.", "Għandi nifhem li meta d-dipartiment jiggarantixxi liċenzja jkun irid xi tip ta' garanzija f'każ li din il-liġi tinkiser.", "Mr. Speaker, dawn l-osservazzjonijiet qed nagħmluhom issa mhux biex niżgwidaw l-opinjoni pubblika imma biex insaħħu l-argumenti tagħna li lil hemm mill-esperti, mill-uffiċjali, mid-direttur u mill-bord, hemm is- sajjieda li jridu jaqilgħu l-għejxien tagħhom.", "Niġi issa għal artiklu 15.", "Dan ukoll jagħti poteri kbar lid-direttur tas- sajd biex qabel joħroġ liċenzja tas-sajd ikun jista' jitlob lis-sid, il- kaptan jew il-kerrej ta' bastiment it-tagħrif kollu li jidhirlu.", "Id- direttur se jkollu wkoll is-setgħa li jordna li kull sajjied, pitkal, bejjiegħ bl-imnut u kull stabiliment li jipprovdi l-ikel biex jimtlew formoli skond kif jordna dwar il-qbid tal-ħut u jista' jordna li jitniżżel l-art dak li jkun inxtara, dak li nbiegħ u dawn id-dettalji kollha.", "Mr Speaker, f'dan il-każ aħna rridu nifhmu x'se jsir, għaliex u x'riżultat se jkollna.", "Li tagħmilli dawn il-kondizzjonijiet u dawn il-provvedimenti kollha u mbagħad ma nkunx naf x'inhuma t-targets tal-gvern għalija ma jkun ifisser xejn ħlief retorika biex naħbu l-fatt li qed nagħmlu din il-liġi sempliċement biex nakkomodaw il-bidliet li rridu nagħmlu ħalli nkunu konformi ma' l-Unjoni Ewropea.", "Niġi għal artiklu 16, Mr Speaker.", "Dan ukoll jagħti poteri lill-ministru li joħroġ liċenzji jew permessi għat-trasport u l-esportazzjoni tal-ħut.", "Kondizzjonijiet differenti jistgħu jiġu magħmula għal bastimenti tas-sajd differenti jew ta' deskrizzjoni differenti.", "Dan ifisser li kemm it-trasport ta' ħut minn bastiment għal ieħor u anke l-esportazzjoni tat-tonn u kull ħut ieħor għall-Ġappun jew għal pajjiżi oħra li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea, irid ikun bilfors skond ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien nirrispetta dawn l- istandards, imma again kif jista' jkollna fiduċja meta fis-6 ta' Lulju din is-sena, kif diġa' għedt, kellna tonn li ma għaddiex mill-pixkerija u daħal il-mMenqa?", "U x'ċertifikati kien hemm?", "Xi standards ġew applikati dakinhar?", "Dawn huma affarijiet li bilfors ikollna nitolbu lill-ministru biex jinvestiga għax forsi ma jafx bihom.", "Min hu responsabbli jrid iwieġeb u jagħti lil din il-Kamra spjegazzjoni ċara dwar dawn l-affarijiet u jkun inutli li noħorġu b'xi stqarrija li tiddefendi din il-pożizzjoni.", "Jekk ma sarux il-verifiki għandna ngħidu għaliex ma sarux.", "Almenu dan il-każ jista' jwassal biex l-istess uffiċjali u awtoritajiet jirrikonoxxu li bħalma huma għandhom id-diffikultajiet tagħhom, is-sajjieda tagħna wkoll se jsibu d-diffikultajiet biex ilaħħqu ma' dan il-patafjun ta' liġijiet u ta' regolamenti li bilfors irridu nimponu fuqhom f'daqqa waħda mingħajr ebda perijodu transitorju.", "Dan qed ngħidu għax kemm it-trasport tal-ħut minn bastiment għal ieħor u l-esportazzjoni tat-tonn u kull ħut ieħor għal dawn il-pajjiżi se jkun marbut ma' dawn ir-regoli addizjonali li jridu jkomplu jidħlu biex iġibu lil pajjiżna in line mal-common fisheries policy ta' l- Unjoni Ewropea.", "Artiklu 17 ukoll jagħti poteri lill-ministru biex jagħti permessi lill- kaptani ta' bastimenti biex jagħmlu riċerka xjentifika fl-ibħra tas-sajd jew f'areas ta' l-ibħra tas-sajd u jeżentahom mill-provvedimenti ta' dan l- Att.", "Dan ifisser li l-gvern se jħalli bastimenti minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewoprea biex jagħmlu riċerka fl-ibħra tas-sajd Maltin biex mhux biss l- Unjoni Ewropea tkun taf x'riżorsi għandna, imma tkun tista' tordna li jitħallew bastimenti tagħha jistadu fl-ibħra Maltin.", "Dwar dan, sieħbi l- Onor. George Vella u jien u kelliema oħra minn ta' din il-Kamra konna nistaqsu lill-ministru dwar din il-ħaġa, forsi kultant anke b'mod daqsxejn goff, imma wieħed irid jifhem il-preokkupazzjoni tagħna dwar id-dritt ta' l- għejxien tas-sajjied Malti.", "Aħna nafu li se jkun diffiċli għal pajjiżna li jibqa' jiddefendi - mhux ikabbar imma jiddefendi - il-25 mil tat- territorju tas-sajd tagħna għax meta nissieħbu fl-Unjoni Ewropea hemm punt ċar u kardinali li dawn iridu jsiru common shores.", "Issa jiena naf illi d- dipartiment qed ifittex esperti biex jgħinuh jipprogramma kif jista' jiddefendi dan it-territorju.", "Dwar dan il-ministru kien jgħid li l-25 mil kellhom jiġu estiżi għal 40 mil taħt sistemi ġodda biex imbagħad il-gvern ikun jista' jillimita s-sajd fl-ibħra tagħna, kemm għas-sajjieda minn pajjiżi barra mill-Unjoni u kemm għal dawk minn pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-Unjoni.", "Meta tkun parti mill- Unjoni Ewropea, Malta bilfors ikollha tiftaħ u tkun konformi ma' dawn ir- regoli.", "Issa jien għandi mistoqsija għall-ministru?", "X'se tkun il- pożizzjoni tagħna jekk għada pitgħada tiġi kumpannija Russa jew Amerikana li jkun jinteressana ħafna li nagħmlu l-kummerċ magħha u din tkun trid tagħmel xi riċerka f'qiegħ il-baħar u ma tingħatax permess minħabba li Malta tkun saret parti mill-Unjoni Ewropea?", "Fil-politika Laburista li minn Malta nagħmlu Svizzera fil-Mediterran, dawn il-kumpanniji jkunu jistgħu jagħmlu din ir-riċerka u huwa għalhekk li aħna nesiġu li jkollna spjegazzjoni għal dawn l-artikli li, kif qal tajjeb fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru, huma artikli tekniċi li jinvolvu esperti li bifors iridu jkunu ntiżi f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, anke artiklu 18 jikkonferma li l-gvern għandu l-ħsieb li bastimenti tas-sajd ta' Stati jew assoċjazzjonijiet barranin jingħataw liċenzja jew permess biex jistadu fl-ibħra Maltin.", "Id-definizzjoni ta' Stat f'subartiklu (3) ta' dan l-artiklu tinkludi kull organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li lilha tkun ingħatat is-setgħa mill- pajjiżi membri li tinnegozja ftehim ta' assoċjazzjoni.", "Din fl-opinjoni tiegħi m'hi xejn ħlief riferenza mill-aktar ċara għall-Unjoni Ewropea.", "Dwar dan irridu spjegazzjoni għax meta qed nitkellmu fuq konvenzjoni tal- Ġnus Magħquda m'aħniex qed nirriferu għal stat jew għal gvern u allura ma nippretendix li nsibu din it-tifsira.", "Il-fatt li ftehim ma jibdiex iseħħ qabel ma jkun awtorizzat b'riżoluzzjoni mill-parlament ma jfisser xejn għax il-gvern dejjem ikollu l-maġġoranza fil-parlament (Interruzzjonijiet) Iva, sħabi u jien ipprovajna nifhmu kull artiklu u għamilna l-homework tagħna tajjeb fuq din il-liġi.", "Dan qed ngħidu biex ma niġux interpretati li rridu biss infixklu jew noħolqu kritika li permezz tagħha mmorru lil hemm minn dak li għandna quddiemna f'dan il-parlament.", "Nerġa' ngħid li l- konvenzjoni ta' l-1982 tal-Ġnus Magħquda ma tagħmel ebda provvediment jew kondizzjoni biex il-pajjiżi jagħmlu xi tip ta' ftehim.", "Mr Speaker, artikli 19 u 20 jagħtu poteri enormi lill-uffiċjali tas-sajd li jwaqqfu bastimenti tas-sajd, jordnaw lill-kaptan biex iwaqqaf is-sajd u jtella' t-tagħmir, għandhom id-dritt jitilgħu abbord, jinterrogaw lill- ekwipaġġ, jagħmlu tfittxija abbord bla ċitazzjoni, mandat jew proċeduri oħra, jieħdu persuna, jew jordnaw lill-kaptan jeħodha f'port Malti u jressquha l-Qorti, jaqbdu l-bastiment, u affarijiet oħra.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli, imma skadielek il-ħin u biex tkompli għandek bżonn extension.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ippermettili nagħmel din l- osservazzjoni.", "Din il-liġi ilha ġejja mill-1971.", "Għall-ewwel darba għandna ċans li fl-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna niddiskutu l-ideat tagħna dwarha u m'huwiex sew li hawn ġew ikollna din it-tip ta' giljottina.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, inti kellek għad-dispożizzjoni tiegħek 90 minuta.", "Issa jekk hawn talba għal extension jiena lest li nsejjaħ għal proponent u sekondant, altrimenti jkolli nistaqsi għal aktar rimarki.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, għandna quddiemna Att li jipprovdi għar- regolazzjoni, konservazzjoni u amministrazzjoni tas-sajd f'Malta u għal ħwejjeġ anċillari għalihom.", "Dawn huma tliet kelmiet li jkopru suġġett vast.", "Regolamentazzjoni hija ħaġa li tista' tikteb u tilleġisla, pero' anke minn kif qegħdin naraw miktuba din il-liġi diġa' hu kkumplikat li tagħmel hekk, aħseb u ara kemm huwa aktar diffiċli biex timplimentaha.", "Konservazzjoni huwa kunċett ukoll diffiċilissimu f'dinja dejjem aktar rgħiba li ssir sinjura malajr u għalhekk il-kunċett ukoll huwa prinċipju diffiċli u fl- amministrazzjoni almenu fil-qasam tas-sajd, nistgħu ngħidu li għadhom jeżistu ħafna problemi antiki li magħhom żdiedu problemi ġodda wkoll.", "Din hija liġi li tipprovdi qafas li fuqu wieħed jista' jtejjeb il- leġislazzjoni f'żewġ oqsma pjuttost differenti - anke jekk it-tnejn jittrattaw il-baħar u l-ħajja ta' ġo fih - : li huma s-sajd u l- akwakultura.", "Din hija liġi mqassma fi 13-il taqsima, fiha 40 artiklu, hija liġi teknika imma jiena se nipprova nagħti overview ta' l-industrija antika tas-sajd u dik ultra-moderna ta' l-akwakultura, li t-tnejn huma ta' interess kemm għall-konsumatur kif ukoll għall-ekonomijia tal-pajjiż.", "Is-sajd flimkien mat-trobbija ta' l-annimali huma fost l-eqdem ħidmiet li missirijietna kienu u għadhom jagħmlu kemm minħabba l-viċinanza tal-baħar kif ukoll minħabba l-fatt li ħafna drabi l-ħakkiema ta' pajjiżna dejjem kellhom konnessjoni marittima.", "Irħula sħaħ viċin il-baħar kellhom għadd kbir ta' nies tagħhom konnessi mas-sajd.", "Dari l-inħawi ta' Wied il-Għajn u San Ġiljan ukoll kienu postijiet tas-sajjieda.", "Illum, minħabba moviment kbir ta' emigrazzjoni integra u minħabba l-iżvilupp tat-turiżmu, dawn it- tip ta' rħula tas-sajjieda tista' tgħid li spiċċaw, ovvjament bl-eċċezzjoni ta' Marsaxlokk li huwa l-kapitali tas-sajd ta' pajjiżna per eċċellenza minhkejja l-ħafna kritika li saret anke f'din il-Kamra li bil-power station dan ir-raħal se jispiċċa.", "Illum għadu hemm, jaqdi l-funzjonijiet tiegħu.", "Mr. Speaker, xi darba kien hemm il-mentalita' li r-riżorsi tal-baħar ma jispiċċaw qatt.", "F'ċertu sens jiddispjaċini ngħid li għadna sal-lum b'din il- mentalita'; speċjalment bil-mod kif narmu l-iskart tagħna fil-baħar Mhux talli l-baħar huwa ambjent li għandu l-limiti produttivi tiegħu, imma llum permezz ta' għarfien ekoloġiku nafu kemm dan huwa ambjent fraġili u limitat.", "It-tinġis ta' l-ibħra jaffetwa l-ħajja marittima.", "Per eżempju, ċerti metalli tqal bħall-merkurju ikunu aktar konċentrati fil-laħam tal-ħut li jkun kiel ħut ieħor u dan ikollu konsegwenzi ħżiena fuq il-konsumatur.", "Mr Speaker, l-akwakultura, li hija wkoll marbuta mar-raħal ta' Marsaxlokk, hija industrija relattivament ġdida għal pajjiżna.", "Din il-liġi tipprovdi wkoll għal leġislazzjoni f'dan il-qasam.", "Aħna ma rridux inħarsu lejn din l-industrja bħala xi ħaġa, kif spiss nisimgħu u naqraw fil- gazzetti, li taħdem kontra s-sajd, kontra s-sajjieda jew kontra l-ambjent, anzi, skond kif ġie anke stabbilit f'ċerti nħawi tad-dinja, tista' tkun ir- raġuni ta' riġenerazzjoni fl-interess ta' dak kollu li jipprovdi l-baħar.", "Issa jiena qed nitkellem fuq din il-liġi minħabba l-fatt li fil-Kunsill ta' l-Ewropa jiena qiegħed iċ-chairperson tal-kumitat tas-sajd.", "Barra minn hekk, kif jaf kulħadd, membru tal-familja tiegħi huwa proprju l-pijunier ta' din l-industrija f'pajjiżna.", "Se nitkellem ukoll ftit fuq il-konvenzjoni tal-Liġi tal-Baħar, li pajjiżna huwa assoċjat ħafna magħha.", "Barra din il-konvenzjoni hemm proviżjonijiet f'din il-liġi biex aħna niġu in line ma' dak li jsir f'pajjiżi oħrajn u ma l-NPAA.", "Dwar il-famuża United Nations convention on the Law of the Sea ta' l-10 ta' Diċembru ta' l-1982 rrid ngħid li sehem pajjiżna huwa wieħed kbir b'tali mod li isem Malta huwa assoċjat magħha.", "Interessanti ħafna kif fl- 1609 l-Olandiż Hugo Degroot, li dak iż-żmien kellu biss 21 sena, kien tqabbad mid-Dutch East India Company biex jikteb ktieb jismu \"Mare Libero\", u dan kien intiż biex jikkonvinċi lil grupp ta' shareholders li kien possibbli li jkun hemm il-liberalizzazzjoni tat-tbaħħir u l-kummerċ.", "Dan il- manuskritt - għax inkiteb bl-idejn dak iż-żmien - intuża kontra l-Portugal u kontra Spanja u anke kontra l-Gran Brittanja mill-istess Olandiżi li riedu jġibu 'l quddiem l-idea ta' free shipping u free trade.", "Minkejja li nkiteb fis-seklu sbatax, riedu jgħaddu 350 sena qabel ma beda jsir xi kontroll internazzjonali f'dan is-sens.", "Is-sajd tant sar mifrux li waħda mill-aktar problemi urġenti tas-seklu li għadu kif spiċċa u llum għadha magħna, huwa l-qbid żejjed ta' ħut li bl-ebda mod ma jirrispetta lin- natura.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li jien nieħu pjaċir nisma' l-kritika pero' ma niħux gost li nbeżżgħu lin-nies speċjalment fejn jidħol is-sajd.", "F'din il- Kamra, safejn naf jien, m'hawn ħadd li għandu first-hand experience ta' dan ix-xogħol.", "X'tgħid il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda li aħna, bħala membri sħaħ, nikkontribwixxu għaliha?", "Din tgħid li għandu jkun hemm regolamenti u kontroll speċifiku fuq ċerti speċi ta' ħut, speċjalizzazzjoni f'dawk li huma fishing grounds, diversifikazzjoni fil-produzzjoni f'numru ta' speċi u bidla fil-mod kif isir il-kummerċ f'dan il-qasam.", "Teżisti wkoll għaġġla kbira fil-proċess ta' kordinament u speċjalizzazzjoni ta' kumpanniji tas- sajd fuq skala globali.", "Veru li l-Mediterran ma tistax issejjaħlu baħar żgħir pero' huwa baħar pjuttost magħluq u dawn il-fatturi wkoll b'xi mod jaffetwaw is-sajd f'pajjiżna.", "Ħafna drabi jitfasslu policies li jilqgħu għall-isfidi kollha, u fost dawn insibu n-new international fisheries order.", "Naħseb li wara dan iż-żmien kollu li pajjiżna ma ddiskutiex liġi fuq is- sajd, din il-liġi, hekk imsejħa \"omm\", tista' tmexxi din l-industrija f'din id-direzzjoni wkoll.", "Hawnhekk m'għandniex inħarsu biss lejn piżijiet u burokrazija.", "Meta nitkellmu fuq tibdil naħseb li tajjeb li naraw ukoll il-vantaġġi u l-immodernizzar fl-interess ta' din l-industrija.", "Il- liġijiet u r-regolamentazzjoni f'pajjiżna jmorru lura sas-sena 1953 għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li naġġornaw dan is-settur tant dinamiku.", "F'dan il-parlament għadna kif għaddejna liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Ħafna mill-kelliema, fosthom jien, qablu li kien missha ilha li għaddiet, Mr Speaker.", "Mela xi ngħidu issa li rridu mmorru tant lura fiż-żmien biex insibu xi ċaqliq sostanzjali dwar il- liġi tas-sajd?", "Ħafna jsostnu, u xi ftit naqbel magħhom ukoll, li m'huwiex faċli li tirregola dan il-qasam.", "Barra minn hekk l-oppożizzjoni qed turi dejjem xettiċiżmu dwar kemm dan se jkun fl-interess tas-sajjieda u ta' l- industrija f'pajjiżna.", "Bħalma qiegħed jiġri fil-kas ta' kull liġi, l- oppożizzjoni qed tuża din il-liġi wkoll biex iġġib argumenti kontra s- sħubija sħiħa tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Għal dan kollu ta' min wieħed igħid li kieku ma kinetx l-insistenza ta' dan il-gvern li ngħaddu minn proċess ta' integrazzjoni tagħna fid-dinja moderna, aġġornata u ta' livell ogħla ta' għejxien, kieku liġi ta' din it-tip il-Bambin jaf meta kienet tersaq quddiem dan il-parlament.", "Jiena naħseb, Mr Speaker, li l-ġlieda tagħna bħala parlamentari għandha tkun u tibqa' li jkollna liġi tajba u fair ma' kulħadd, biex b'hekk ninnegozjaw fl-aħjar interess ta' pajjiżna anke f'dan il-qasam.", "Mr. Speaker, f'paġna 128 ta' l-NPAA insibu hekk:", "\"The Fisheries Conservation and Management Act will provide for the adoption of subsidiary legislation to cover all aspects of the fisheries acquis.\"", "Ċara u tonda, Mr Speaker, dan huwa wieħed mill-iskopijiet ta' din il-liġi u kontra l-impressjoni li ngħatat, aħna m'aħniex qegħdin nippruvaw naħbu xi ħaġa.", "Minflok ma ngħidu li xi ħadd qed iġegħelna nagħmlu xi ħaġa missna ngħidu li t-tibdil f'dan il-qasam kien missu ilu li ġie aġġornat.", "Seħibna qal ukoll li din il-liġi hija waħda teknika.", "Illum, Mr Speaker, kollox sar tekniku, u issa jidher li din il-lezzjoni qed jitgħallmuha wkoll sħabna ta' l-oppożizzjoni.", "Fis-snin tmenin, il-partit ta' l-oppożizzjoni li kien fil-gvern, kien kontra l-computer pero' llum jirreklamawh fuq il- billboards.", "Fil-bidu l-istess partit kien xettiku lejn l-industrija ta' l- akwakultura imbagħad ukoll biddel il-fehma tiegħu.", "M'hemmx għalfejn noqgħod nirrepeti l-pożizzjoni tal-Partit Laburista fuq l-Ewropa.", "Din hija pożizzjoni li ma taqbel xejn ma' dik ta' sħabhom soċjalisti Ewropej li fil- qasam tas-sajd nista' ngħid li ħadu u għadhom jieħdu ħafna battikati, qegħdin jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom u jaħdmu ma' pajjiżi oħrajn mingħajr biża' jew xkiel.", "Sa hekk imsejħa gwerra tas-sajd kellna, Mr Speaker.", "M'għandniex għax immorru daqshekk 'il bogħod, pero' rrid ngħid li qabel ma jkollna verament regolamentazzjoni serja is-sajjieda tagħna se jibqgħu jbatu fil-ġlieda tagħhom ta' kuljum, u m'hemmx għalfejn insemmi l- inċidenti li jseħħu minn żmien għal żmien fil-baħar tagħna.", "Mr. Speaker, fis-sezzjoni \"Għanijiet u Raġunijiet\" jingħad li dan l- abbozz se jkun minflok l-att dwar l-industrija tal-ħut u li qed jidħol minħabba r-ratifikazzjoni minn Malta tal-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq il-liġi tal-baħar.", "Dan l-aħħar, bħala ċ-chairperson ta' dan il-kumitat fi ħdan il-Kunsill ta' l-Ewropa, attendejt għal laqgħa teknika dwar sajd illegali u sajd mhux rapportat.", "Hawnhekk qed jinħadem pjan internazzjonali ta' azzjoni li jindirizza din il-problema serja.", "Huwa kkunsidrat li dan is- sajd li jibqa' ma jkunx identifikat u kwantifikat jimmina s-sostenibilita' ta' l-istess industrja tas-sajd.", "Huwa veru li kwalunkwe regola tfisser xi ftit tal-piż, imma meta titkellem mas-sajjieda tħoss li dawn tant qed jaraw l-industrija tagħhom bla regolamenti ta' xejn li ħafna drabi jgħidulek li agħar milli huma ma jistgħux ikunu.", "Għalhekk kull sforz li nagħmlu għal titjib huwa apprezzat.", "U din il-liġi hi sforz f'din id-direzzjoni u għandha twassal għal inqas tbatija għas-sajjieda u għal sajd aktar ibbażat fuq informazzjoni xjentifika li tinġabar u tkun magħrufa bejn il-pajjiżi ġirien.", "Mr. Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-konservazzjoni.", "Is-sajd esaġerat ma jirrispettax it-tnissil regolari tan-natura u jwassal biex l- ispeċi, ibda mill-baliena sa l-inqas dudu li jgħix fl-abbiss ta' l-oċean, jiġu estinti jew kważi.", "L-overfishing, Mr Speaker, qed iwassal għal deterjorament sħiħ ta' l-ambjent, ħsara li mhux diffiċilment tissewwa, jekk qatt tista' tissewwa.", "Żgur li dawk l-ispeċi li jispiċċaw darba għal dejjem jintilfu għall-umanita', mingħajr ma nkunu nafu x'jista' jkun il-kontribut tagħhom.", "Jista' jkun il-każ li nitilfu elementi li jistgħu jservu anke fil- ġlieda tagħna kontra l-mard li jaffettwa l-bniedem.", "Fil-kunsill ta' l- Ewropa nsibu għadd ta' dokumenti u riżoluzzjonijiet relatati ma' dan il- qasam.", "F'Marzu ta' l-1998 saret konferenza parlamentari f'Pariġi dwar l- oċeani li mbagħad tkompliet f'Lisbona bit-tema li l-ibħra u l-oċejani huma l-wirt tal-futur.", "Insibu wkoll trattati, dokumenti u ħafna informazzjoni li torbot ma' dak kollu li hemm f'kull artiklu ta' din il-liġi bħala background dwar l-isfidi u l-iżvilupp estensiv ta' l-akwakultura, il-common fisheries policy mill-bidu tagħha sa l-aħħar tibdil li sar u dwar nuqqasijiet u ambigwitajiet f'din il-policy, li sa ċertu punt l-objettivi tagħha tant ma ntlaħqux.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li minn banda għandek settur tekniku ħafna li nistgħu nsejħulu xjentifiku u mill-oħra għandek is-sajjieda li qegħdin fuq il-frontline, jiffaċċjaw litteralment il-ħalel biex jaqilgħu l-għejxien tagħhom.", "Ħafna drabi anke l-istess statistika li joffru dawn iż-żewġ sorsi tkun inkonsistenti.", "Is-sena li għaddiet, jien u l-Onor.", "Joe Debono Grech konna f'wieħed mill-ifjen postijiet ta' riċerka li għandhom Franza u rajna d-diskrepanza kbira bejn l-osservazzjonijiet li joffru x-xjenzjati u dawk li joffru s-sajjieda.", "Minn dan li qed ngħid wieħed irid jifhem aktar li din hija verament sitwazzjoni kkumplikata.", "Wieħed irid jara wkoll kif jolqot id-drittijiet tas-sajd l-isfaxxar ta' l-Unjoni Sovjetika.", "Diġa' dehru flotot ġodda li qabel kienu parti mill-Unjoni Sovjetika, bħall-flotta ta' l-Ukraina u tal-Litwanja tistad fuq xi wieħed mill-oċejani, u anke fil- baħar madwarna.", "Pajjiżna jista' jiggwadanja wkoll minn dawn l-esperjenzi.", "L- Ewropa hija kontinent marittimu, għandha kosta vasta u hemm ħafna faċilitajiet madwar il-Mediterran stess li aħna nistgħu nutilizzaw.", "Nixtieq nagħmel kelmtejn wkoll dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar.", "Huwa importanti li nifhmu kif jaħdem dan l-ambjent biex ma nkissruhx darba għal dejjem.", "Il-projbizzjoni ta' l-użu ta' antibiotiċi fit- trobbija ta' l-annimali, inkluż dawk tal-baħar, kien pass għaqli.", "L- antibiotiċi suppost jintużaw biex joqtlu l-mikrobi, imma ħafna drabi jintużaw ukoll bħala growth promoters u dan jista' jinkludi wkoll il-ħut u l-frott tal-baħar.", "Dokumenti li wieħed jista' jikkonsulta li wkoll huma konnessi ma' l-artikli f'din il-liġi huma l-aġenda 2000, fejn jidħol ħafna l-aspett ta' l-ambjent u il-common fisheries policy.", "Ta' min igħid li fis- sena 2002 l-istess common fisheries policy ma tibqax tapplika.", "Dan minħabba li din għadha ma laħqitx l-għanijiet tagħha għal diversi raġunijiet, fosthom li hemm min ma jemminx li jeżisti overfishing u ma jaqbilx ma' l- istatistika miġbura minn sorsi ta' sajjieda, ta' xjenzjati u minn dokumenti li jitkellmu fuq formazzjoni ta' dik l-imsejħa l-Blue Europe, li fi ftit kliem tfisser policy strutturali fir-rigward tas-sajd li suppost twassal biex ikun hemm xi ftit ta' l-ordni f'dan il-qasam.", "Wieħed irid jifhem li meta nsemmu dan il-qasam wieħed irid jifhem li qed nitkellmu fuq industrija li kważi kważi m'għandhiex boundaries għax il-prodott tagħha qiegħed jimxi minn post għal ieħor u allura ċertament li teħtieġ ħafna u ħafna ħsieb.", "Mr. Speaker, nixtieq issa ngħaddi biex nagħmel ftit osservazzjonijiet fuq it-taqsimiet differenti ta' din il-liġi.", "L-ewwel taqsima tittratta għadd ta' definizzjonijiet u se nħalli għall-istadju ta' kumitat biex nagħmel kummenti dwarhom.", "Naħseb li hemm definizzjonijiet oħra li jridu jidħlu f'din it-taqsima, pero' again din hija an enabling law u allura tħalli għal quddiem tibdiliet li jkun meħtieġ isiru.", "It-tieni taqsima, Mr Speaker, hija qasira ħafna, titkellem fuq l-ibħra tas-sajd u żgur li hija importanti u taħraq.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq id- definizzjoni ta' l-ibħra tas-sajd u aħna wkoll irridu li jkollna l-aħjar kundizzjonijiet għal pajjiżna.", "Irrid ngħid li aħna d-deputati m'aħniex se nibqgħu lura milli naraw li dan il-gvern jinnegozja l-aħjar kundizzjonijiet speċjalment fuq dan il-punt.", "Dawn huma punti li dwaru għandna nkunu magħqudin bħala Kamra, ħalli nippruvaw inġibu l-aħjar riżultat għal pajjiżna.", "Taqsima 3 titkellem dwar l-amministrazzjoni u tħares lejn il-monitoring u sorveljanza ta' ħidmiet tas-sajd.", "Diġa' għedt li dan mhux se jkun faċli minħabba li ċerti statistiċi ma jaqblux.", "Section (d) hija mbagħad aktar wiesgħa u ġenerali.", "F'din it-taqsima hemm ukoll it-twaqqif ta' bord tas- sajd u l-funzjonijiet tiegħu.", "Taqsima 4 titkellem fuq reġistrazzjoni ta' bastimenti tas-sajd lokali u rrid ngħid li għalkemm il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni qal li dan kollu qed isir minħabba l-piżijiet li dan il-gvern tgħabba bihom biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, jiena smajt li ħafna drabi dawn ir-regolamenti jiffurmaw parti minn dak li qed tipproponi l-istess FAO.", "Artiklu 9 jitkellem fuq permessi biex bastimenti tas-sajd lokali jkunu jistgħu jistadu barra l-ibħra tas-sajd tagħna.", "Jiena m'inix sajjied, Mr Speaker, u ma nifhimx f'din l-industrija, pero' nista' ngħid li din naraha xi ħaġa pożittiva għax tagħti opportunitajiet ġodda lis-sajjieda tagħna.", "Hemm ukoll taqsima 5 li titkellem fuq bastimenti tas-sajd barranin.", "Hawnhekk Artiklu 10 jgħid:", "\"Sajd minn bastimenti barranin fl-ibħra tas-sajd hu projbit jekk ma jkunx awtorizzat b'liċenzja mogħtija skond dan l-Att.\"", "Jien naħseb li bħal kull liġi oħra din trid tkun rinforzata bis-serjeta'.", "Jiena ngħid li għandu jsir kull sforz biex indaħħlu ftit ordni f'dan il- qasam għax naħseb li s-sitwazzjoni preżenti titkellem weħidha.", "Taqsima 6 tittratta l-ħteġijiet u l-kundizzjonijiet f'liċenzja dwar il- bastimenti tas-sajd kollha.", "Jekk wieħed jaqra l-code of contact for responsible fisheries ta' l-FAO li ħareġ ħames snin ilu fl-1995 isib li dan sa ċertu punt jorbot ukoll lill-pajjiżi li jidħlu għalih u aħna wkoll parti mill-FAO.", "Taqsima 7, Mr Speaker, issemmi l-arranġamenti speċjali u tħares lejn permessi għar-riċerki dwar is-sajd u ftehim dwar aċċess għas-sajd.", "Wieħed irid jirrimarka l-importanza tar-riċerka anke f'dan il-qasam.", "Huwa interessanti li ngħid kif din l-informazzjoni miġbura tista' tintuża għall- benefiċċju u l-interess ta' pajjiżna.", "Ħafna drabi r-riċerka toffrielna bażi fuqiex nistgħu nieħdu deċiżjonijiet tajbin.", "Sfortunatament fil-passat din il-kelma spiss kienet qisha xi forma ta' dirty word.", "Kultant tingħata l- impressjoni li din ir-riċerka se sservi biss l-interessi ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' min se jagħmel ir-riċerka, u li aħna ma se niggwadanjaw xejn minnha.", "Naħseb li l-verita' qiegħda x'imkien in between.", "Li rrid ngħid hu li aħna m'għandniex nibżgħu mir-riċerka.", "Fuq kollox aħna rridu nkunu nafu aktar dwar dan ir-riżors.", "Aħna dejjem nitkellmu li m'għandniex riżorsi imma l-baħar tagħna għad irridu niskopruh, u hawn mhux qed nirreferi biss għall-ħut li jgħix fih imma għall-istess qiegħ tiegħu wkoll.", "Jiena nispera li fuq dan il-punt nisma' aktar diskussjoni kostruttiva min- naħa ta' l-oppożizzjoni, għax dan id-dibattitu jista' jservi ta' bażi biex 'il quddiem aħna nkunu nistgħu ninnegozjaw ukoll dwar dan il-qasam.", "It-tmien taqsima hija l-itwal waħda bħala text u hija intitolata \"L- inforzar ta' dan l-Att\".", "Waħda mill-problemi kbar f'dan il-pajjiż fi kwalunkwe' liġi huwa l-inforzar ta' l-istess liġi, pero' jeħtieġ li nibdew nemmnu u naħsbu li mhux impossibbli li tħares ukoll dak li hemm provdut fil- liġi.", "Artiklu 25 jitkellem dwar disponiment ta' ħut u oġġetti maqbuda li jistgħu jiddeterjoraw.", "Ħafna drabi, meta l-ħut jitħalla għal ċertu ħin mhux maħżun kif suppost, jista' wkoll iġib avvelenament.", "Hija ħaġa tajba li f'din il-liġi qed jittieħed ukoll ħsieb ta' l-istivar tal-ħut biex dan iċ-ċans jonqos.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nitkellem ftit fuq taqsima 9.", "Kif diġa' għedt aktar qabel, fuq l-akwakultura smajt xi ħaġa għalkemm m'inix involut direttament fiha.", "Meta fil-bidu tas-snin tmenin il-pijunier fuq din il- linja, il-Profs.", "Carmelo Agius ipprova jdaħħal din l-industrija f'pajjiżna, huwa ma kienx milqugħ.", "Kien biss bl-għajnuna tal-ministru Nazzjonalista Lawrence Gatt li din il-ħaġa tpoġġiet fuq l-aġenda tal-gvern ta' dak iż- żmien.", "Mr Speaker, din hija sezzjoni li għall-ewwel darba tittratta dan is- suġġett.", "Kieku ma kienx għall-ħidma li saret minn dawn in-nies, illum m'aħniex qegħdin nilleġislaw f'dan il-qasam.", "It-triq qatt ma kienet faċli, kollox ried isir mill-bidu f'din l-industrija li tista' tgħid kienet ġdida għal kulħadd u mhux f'Malta biss.", "Prova li l-proġett irnexxa kien il-fatt li wara l-1992, is-sena li fih ġiet formalment stabbilita din l-industrija f'pajjiżna, din sabet l-appoġġ mhux biss ta' kull gvern li ġie wara dik id- data, imma wkoll l-interess tal-privat.", "Minkejja x-xettiċiżmu ta' xi wħud dak iż-żmien u anke llum, ma jonqosx ukoll it-tħassib ambjentali u hawn irrid insemmi l-proġett tat-tkabbir tat-tonn.", "Dan ukoll issa tpoġġa f'postu u poġġa lil pajjiżna fuq il-mappa internazzjonali f'dik li hija akwakultura.", "Kif diġa' għidt f'dan il-parlament meta konna qed niddibattu l-NPAA, nittama li f'dan il-qasam nerġgħu naqbdu t-triq it-tajba, għax teżisti kompetizzjoni qawwija madwar ix-xtut tagħna u wisq nibża' li fil-passat stajna gerrixna xi investimenti importanti li setgħu għamlu din l- industrija aktar sostenibbli.", "Hawnhekk qed inkabbru oġġett li jittiekel u qed indaħħlu fis-sistema xi ħaġa li nistgħu nibqgħu nagħmlu bħalha mingħajr l-ebda deterjorament fl-ambjent.", "Din m'hijiex xi simenterija, din hija xi ħaġa naturali.", "Veru li jkun hemm xi problemi, imma żgur li dawn jistgħu jintegħelbu.", "Mr. Speaker, hawnhekk irrid ngħid li dan il-prodott m'għandux jittiekel mis-sinjur biss jew jinxtara mir-ristoranti biss.", "Dan qed ngħidu għaliex huwa fatt li d-dinja għandha bżonn ta' aktar produzzjoni ta' ikel nutrittiv u nafu lkoll li dan l-ikel jinkludi l-ħut, għax dan fih ħafna proteini u żjut li huma ta' benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem.", "Barra minn hekk aħna nafu li bħala poplu aħna nieklu ħafna aktar laħam milli ħut, u din m'hijiex xi ħaġa tajba.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għax ikun ta' interess għal kulħadd li tingħata informazzjoni u edukazzjoni kemm dwar il-valur nutrittiv tal-ħut kif ukoll dwar is-sajd innifsu u l-importanza li jiġu mħarsa l-fkieren, id-dniefel u speċi oħra protetti tal-baħar.", "Nispera li fl-istadju tal-kumitat ikollna l- okkażjoni li nidħlu aktar fid-dettal dwar punti oħra li jaqgħu taħt din it- taqsima, bħal, ngħidu aħna l-kontroll ta' kull skal pubbliku għax dan huwa ta' interess ġenerali.", "Biex nagħlaq, Mr Speaker, ngħid li din hija an enabling law li minnha għandhom joħorġu regolamenti u legal notices oħrajn biex tabilħaqq nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam.", "Issa li se jkollna din il-liġi nittamaw li naraw it- titjib li ilu mistenni minn industrija li kulma tmur qed tiżviluppa u tespandi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-ministeru tas- sajd, għallinqas kif inhu definit fil-mission statement li nsibu fl-estimi, hu li l-ministeru jagħmel djalogu kontinwu mas-sajjieda biex jesplora l- opportunitajiet u l-isfidi ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea u biex jiżgura parteċipazzjoni attiva waqt in-negozjati.", "L-ewwel kwestjoni li nixtieq nittratta hija proprju jekk fit-tfassil u fit-tħejjija ta' dan l-abbozz sarx dan id-djalogu kontinwu mas-sajjieda biex jiġi spjegat lilhom x'qed jiġi propost.", "Nixtieq inkun naf kemm saru laqgħat u kemm-il sajjied jaf bl-implikazzjonijiet, l-effetti u l- konsegwenzi ta' dan l-abbozz u kif dan jolqtilhom ħajjithom, xogħolhom u l- futur tagħhom.", "Dan qed ngħidu għax għalkemm fl-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz aħna naqraw li kollox qed isir minħabba r-ratifika min-naħa ta' minn Malta tal-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq il-Liġi tal-Baħar, jidher ċar li l-għan prinċipali għala qed jitressaq dan l-abbozz ta' liġi huwa biex jidħlu r-regoli, il-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea li hemm bħalissa fil-qasam tas-sajd.", "Huwa impossibbli li r-regolamenti u l- liġijiet li jiġu proposti hawnhekk ma jidħlux qishom qed jidħol xi kuntrabandu.", "Dan qed ngħidu għax l-Unjoni Ewropea ma tissemma mkien f'dan l- abbozz, għalkemm l-iskop veru għaliex qed jidħol huwa minħabba f'hekk.", "Issa jiena qed insemmi dan il-punt mhux biex wieħed jgħid li la hija mdaħħla l-Unjoni Ewropea kulma hemm kollu ħażin.", "Mhux dak il-punt imma l- punt hu li fil-fehma tiegħi ma tistax tagħmel fit-tul dak li jissejjaħ policy making by stealth, jiġifieri li ddaħħal il-bidliet fil-pajjiż minn wara dahar in-nies li jkunu milquta.", "Jiena għalhekk nistaqsi bis-serjeta' dwar kemm sajjieda Maltin u Għawdxin ġew ikkonsultati u x'ġie spjegat lilhom dwar dan l-abbozz.", "Wara kollox isiru konferenzi stampa dwar l- affarijiet li jidhru sbieħ u li jħallu benefiċċju bħall-programmi edukattivi Socrates u Leonardo - u aħna naqblu magħhom u nieħdu gost naraw żgħażagħ jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma' oħrajn - iżda meta niġu biex ngħaddu liġijiet li min-natura tagħhom bilfors iġibu ċertu ugigħ għas- settur, hemmhekk nagħmlu camouflage.", "U f'dan il-każ qed ninħbew wara l- camouflage tal-Ġnus Magħquda biex jekk hemm xi uġigħ jew skossi dawn jiġu jidhru li jridu jsiru xorta waħda minħabba li qed timbottana l-Ġnus Magħquda.", "Naħseb li politika ta' dan it-tip ma tagħmilx ġid.", "M'għandux ikun li wieħed idaħħal l-affarijiet bil-ħabi u bl-ingann minn wara dahar in-nies għax dak ma jagħmel ġid lil ħadd.", "Dan qed ngħidu għax m'hemmx dubju li ħafna mir-regolamenti u li qed jiġu proposti f'dan l-abbozz huma biex ikunu in linja ma' l-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb jew ħażin - u hawn huwa l-vizzju strutturali ta' dan il-gvern - flok ma nanalizzaw il-qasam tas-sajd u naraw il-problemi u d-diffikultajiet li qed jiffaċċja, u noħorġu bi proposti u nfasslu regolamenti u liġijiet għaliha dejjem fi sfond internazzjonali, aħna qed nagħmlu bil-maqlub.", "Naraw x'inhuma r-regolamenti fuq iċ-checklist ta' l-Unjoni Ewropea, u tagħna nbiddluhom mhux biex noħolqu opportunitajiet ġodda għas-sajjieda tagħna imma biex niġu in line mar-regoli ta' l-Unjoni.", "Jekk ikun hemm xi opportunitajiet ġodda li qed jinħolqu tant aħjar, imma mhux dak l-għan prinċipali għax il-prijorita' hi li nkunu fil-linja ta' l- Unjoni.", "Mr. Speaker, l-f'paġna 127 l-NPAA jagħmilha ċar li dan l-abbozz huwa marbut proprju mal-pjan tal-gvern biex jieħu passi ħalli jressaq lil Malta lejn sħubija fl-Unjoni.", "Fil-fatt f'din il-paġna naqraw dan:", "\"The Fisheries Conservation and Management Act has already been given a first reading in Parliament and will be adopted by the third quarter of the year 2000.\"", "Aktar minn hekk jingħad ċar u tond li:", "\"The Act has been drafted to conform to the basic fisheries legislation on management of resources and control.\"", "Mela hawnhekk qed jagħmilha ċara li dan l-abbozz li qed niddiskutu, għalkemm qed jitressaq taħt il-camouflage tal-Ġnus Magħquda, ġie mfassal biex aħna niġu konformi mal-liġijiet bażiċi tas-sajd ta' l-Unjoni.", "Dan qed ngħidu biex fejn l-affarijiet huma tajbin ngħidu li huma tajbin, u fejn għandhom effett ħażin ngħidu li għandhom effett ħażin, imma dejjem għandna naraw x'jaqbel lill-pajjiż tagħna, lis-sajjieda tagħna.", "Hekk l-affarijiet isiru aħjar.", "Mr. Speaker, fif-NPAA ukoll il-gvern jgħid li jrid iġib regolamenti oħrajn dejjem biex ikun in line mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar x'tagħmir jista' jintuża għall-qbid tat-tonn, dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajjieda Maltin u Għawdxin u dwar il-pixkerija.", "Jekk hemm dan il-pjan ta' ħidma, għax ma jitressaqx ukoll f'din il-Kamra ma' din il-liġi?", "Dan qed ngħidu għax s'issa kienet qed tingħata l-impressjoni mill-ministru li din hija xi ħaġa teknika li tbiddel ftit affarijiet.", "Mela allura la se jkollna dan it-tibdil f'dan is-settur, għaliex flimkien ma dan l-abbozz ma jitressaqx dak il-pjan ta' ħidma li l-gvern qed jgħid li jrid jagħmel fl- aħħar tliet xhur ta' din is-sena?", "Att bħal dan iġib miegħu responsabbiltajiet u sfidi ġodda għad-dipartiment żgħir tas-sajd u allura aktar u aktar ikun tajjeb kieku ma titressaqx il-liġi waħedha imma jitressaq ukoll dan il-pjan ta' azzjoni.", "L-NPAA isemmi mhux biss il-bżonn ta' bidliet fil-liġijiet imma wkoll il- bżonn ta' faċilitajiet ġodda.", "Per eżempju, jissemma l-bżonn li jinstab post ġdid għall-pixkerija u tajjeb li nkunu nafu meta se tinbena din il- pixkerija l-ġdida, fejn se ssir, kemm se tiġi tiswa u meta naħsbu li se tibda taħdem flimkien ma strutturi ġodda oħra li hemm bżonn għaż-żamma tal- ħut u għall-ħażna u l-bejgħ tiegħu.", "Dawn huma kollha fatturi importanti dwar it-tibdil li jrid iseħħ f'dan is-settur, u jekk ma nsemmuhomx se nkunu qisna qegħdin nitkellmu biss dwar x'jiġri fuq il-karta biex lill-uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea nkunu nistgħu ngħidulhom li t-tibdil fil-liġijiet u fir-regolamenti għamilnieh ukoll.", "Il-pjan nazzjonali għad-dħul tal-liġijiet u r-regoli ta' l-Unjoni f'pajjiżna isemmi wkoll il-bżonn ta' strutturi ġodda fejn is-sajjieda tagħna jkollhom fejn jorbtu f'postijiet bħal Marsascala, Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar u Marsalforn, minħabba li l-faċilitajiet li għandna bħalissa m'humiex tajbin biżejjed.", "Tajjeb li affarijiet bħal dawn niddiskutuhom ukoll fil-qafas tat-tibdil leġislattiv li qegħdin niddiskutu hawn, u f'dan il-każ irridu nitilqu minn direzzjoni totalment opposta ta' kif qed jagħmel il-gvern.", "Il-gvern telaq minn x'hemm imfassal fil-liġijiet u fir-regoli ta' l-Unjoni u dawn il-provvedimenti aħna se jkollna naddotawhom u ndaħħluhom, jgħoddu u ma jgħoddux għalina.", "Hemm minnhom li jgħoddu għalina imma hemm oħrajn li tfasslu għal realta' differenti, minħabba li jkunu wirt ta' tradizzjoni differenti u ħerġin minn kultura soċjali u ekonomika differenti minn tagħna, u allura ma jgħoddux għalina.", "Aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq settur żgħir li għandu bejn 370 u 390 sajjied full time, li bejniethom għandhom xi 300 biċċa tal-baħar - imbagħad jidher li għandna madwar 1,500 sajjied part-time - u żgur li ħafna mil- liġijiet u r-regoli li tfasslu mill-Unjoni ma kenux maħsuba għax-Xlukkajri jew għall-Għawdxin.", "Fassluhom skond ir-realta' tal-pajjiżi l-kbar, għax il- pajjiżi ta' l-Unjoni li għandhom kosta u industrija tas-sajd importanti, huma fost l-ikbar pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "U huwa proprju għalhekk li rridu nistaqsu jekk il-liġijiet u r-regoli kollha ta' l-Unjoni dwar is-sajd jgħoddux għal pajjiżna jew le.", "Din hija d-differenza bażika bejn iż-żewġ partiti.", "Meta tmur għat-triq ta' sħubija sħiħa jkollok bilfors, trid u ma tridx, taddotta dawk il-liġijiet u r-regoli.", "U anke il-kelma negozjati m'għadhiex tagħmel sens, għax mhux veru tista' tinnegozja.", "Qed ikunu riġidi u ebsin ħafna fuq l-eċċezzjonijiet.", "U meta pajjiż juri li tali liġi jew regola ma tkunx tgħodd għalih, ikun qed juri li mhux lest biex jissieħeb.", "Din hija d- differenza bażika bejn iż-żewġ partiti.", "Il-Partit Nazzjonalista jgħid li għandna akkost ta' kollox nidħlu fl-Unjoni u l-Partit Laburista jgħid li rridu nitilqu mir-realta' tagħna.", "Dak li jgħodd għalina fl-Unjoni Ewropea m'għandna l-ebda problema nadottawh, anke f'din il-liġi.", "U m'hemmx dubju li hemm affarijiet li jkun importanti naħdmu u nimxu dwarhom.", "Issa biex is- sajd ikun sostenibbli rridu l-ewwel niżguraw li l-Mediterran ma jispiċċax mejjet u nafu li dan huwa baħar bi problemi kbar.", "Minħabba li l-Mediterran baħar magħluq, irid xi 80 jew 70 sena biex l-ilma tiegħu jinbidel matul is-snin, u allura t-tinġis li qed ikollu minn ħafna areas differenti aktar qed joqtlu.", "Faċli wkoll li minħabba li huwa baħar magħluq ikun hawn fih sajd żejjed.", "Issa ħafna mis-sajd fil-Mediterran lanqas biss isir mill-pajjiżi tal-Mediterran imma jiġu sajjieda minn barra.", "Mela tajjeb li nibżgħu għar-riżors tal-baħar u naraw li s-sajd ikun f'livell sostenibbli.", "Dawn huma kollha affarijiet importanti, għax fit-tul jagħmlu ġid anke lis-sajjieda nfushom, imma ċertament il-gvern irid iħares ukoll lejn ir-realta' ta' l-industrija tas-sajd lokali.", "Il-gvern stess fid-dokumenti li ressaq lill-Unjoni Ewropea jsejjaħ din l- industrja settur jew industrija artiġjanali.", "Dan huwa veru u m'hemmx għalfejn nitbegħdu ħafna minn Marsaxlokk jew mill-Imġarr f'Għawdex biex nindunaw b'dan.", "Ftit mili 'l bogħod minn Malta, f'Mazara del Vallo, wieħed jista' jara qabża kbira fid-daqs u fil-kwalita' tas-sajd li jsir minħabba li d-dimensjonijiet huma differenti, u għalhekk huwa importanti li l- proposti dwar dan is-settur ikunu fir-realta' lokali u mhux il-ħin kollu nħarsu lura biex l-uffiċjali ta' l-Unjoni jgħidulna jekk aħniex nimxu jew le mar-regoli tagħhom.", "Aħna mhux lejn l-uffiċjali ta' l-Unjoni rridu nħarsu imma lejn is-sajjieda ta' Marsaxlokk, ta' San Ġiljan, ta' San Pawl il-Baħar u ta' Għawdex.", "Irridu naraw x'inhuma l-problemi tagħhom, li huma serji u serji ħafna.", "Punt li jiena nħoss li dan l-abbozz ftit li xejn jagħmel aċċenn dwaru u li rridu bilfors niffaċċjaw, u mhux faċli, huwa li jekk irridu nġeddu u nagħtu futur u opportunitajiet ġodda lil dan is-settur mhux biss irridu nedukaw lis-sajjieda dwar l-effett ekoloġiku ta' sajd żejjed imma rridu naraw ukoll li jkollna ġenerazzjonijiet ġodda ta' sajjieda.", "Qed naraw nibdewx il-higher national diploma ma' l-Universita' ta' Plymouth, imbagħad min irid ikompli jistudja biex jieħu degree fis-sajd.", "Qegħdin naraw ukoll li jkollna nies intiżi fl-industrija ta' l-akwakultura - u jekk m'inix sejjer żball għandna xi 15-il Libjan jistudjaw hawn f'dan il-qasam - imma m'għandna l-ebda proposta għas-sajjieda nfushom.", "Mela se jkollna n-nies bid-degree, biex jissorveljaw x'ser jagħmlu s-sajjieda, u min se jkun fuq il-baħar jistad ma jidħol imkien!", "Qegħdin nagħmlu passi biex ngħabbu lill- pajjiż bi spejjeż ta' strutturi sekondarji li jirreġistraw lis-sajjieda, li jkejlu kemm jaqbdu ħut u fejn jinqabad, u dan permess ta' diploma u grad universitarju - m'għandi xejn kontra dan - imma jekk ma noqogħdux attenti se jkollna nies ikkwalifikati ħafna biex jistudjaw lis-sajjieda u sajjieda ma jibqgħalniex!", "Jien imkien ma nara proposta dwar x'nistgħu nagħmlu biex nagħtu taħriġ ġdid u nagħmlu l-immodernizzar li hemm bżonn.", "Nitkellmu, per eżempju, fuq il-bżonn ta' flotta moderna.", "Tajjeb li timmodernizza dak li jissejjaħ il-hardware, jiġifieri l-apparat, id- dgħajjes u l-bastimenti, imma s-sajjieda nfushom x'se jagħmlu?", "Jaqaw qtajna qalbna kompletament li jkun hemm xi skema ta' apprentistat jew xi forma ta' taħriġ u edukazzjoni għalihom?", "Qed ngħid hekk għax illum nitkellmu li fil-pajjiż se jkun hawn kulleġġ vokazzjonali u dan irid jagħti snajja' ġodda lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ tagħna.", "Fuq il-biedja nitkellmu xi ftit, għalkemm ma naħsibx li biżżejjed, u snajja' ġodda fil-biedja m'hemmx dubju li għandna bżonnhom, imma allura fil-qasam tas-sajd qtajna qalbna kompletament li nagħmlu xi ħaġa?", "Se nkomplu naħsbu li s-sajd jintiret meta nafu llum kemm hemm affarijiet u ġibdiet oħra f'oqsma oħra?", "Mr. Speaker, xtaqt li kelli l-istatistika ta' x'inhuma l-etajiet tan- nies li għad għandna fis-settur tas-sajd, kemm għandna bejn 18 u 25, bejn 26 u 30, bejn 30 u 35 u nibqgħu sejrin hekk.", "M'għandix u nkun prużuntuż jekk niġbed xi konklużjoni, imma nissuspetta li dawk li għadhom joħorġu jistadu huma kbar fl-eta' u ftit qed jidħlu ġodda.", "Dan qed ngħidu għax mhux biss għandna nagħmlu minn kollox biex naraw x'tip ta' ħut jinqabad u li ma jkollniex overfishing, imma għandna naraw ukoll li s-sajjieda tagħna ma jsirux huma wkoll xi tip ta' endangered species.", "Mhux il-ħut biss jista' jiġi kklassifikat bħala endangered species imma anke s-sajjieda tagħna jekk ma nagħtux kas il-bżonnijiet f'dak il-qasam.", "U din il-liġi ma titkellimx fuq hekk.", "Il-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis, għal-liġijiet u r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, isemmi l-bżonn tat-taħriġ u l-edukazzjoni għall-uffiċjali li jħaddmu s-sistema imma fuq is-sajjieda nfushom m'hemm xejn.", "Bħalma qed naħsbu li jkollna dawn l-affarijiet fil-qasam ta' l- akwakultura għandna naħsbu li jkollna dawn l-affarijiet fil-qasam tas-sajd ukoll.", "Semmejt diġa' li l-gvern qed jimpenja ruħu li fl-ewwel tliet xhur tas- sens d-dieħla, dejjem jekk wieħed joqgħod fuq dak li naqraw fl-NPAA, se jsir xogħol fuq l-immodernizzar tal-flotta tas-sajjieda lokali biex dawn ikollhom postijiet aħjar għall-irmiġġ, impjanti aħjar fejn jipproċessaw il- ħut u wkoll titjib tal-bejgħ tal-ħut, regoli aħjar għall-ħwienet li jbiegħu dan il-ħut u kif isir il-bejgħ tiegħu.", "Kien jagħmel sens kieku flimkien ma' l-abbozz ta' din il-liġi, kien jitressaq ukoll il-pjan dwar kif il-gvern qed jaħseb li ser jimxi f'dan il-qasam minn Jannar li ġej.", "U ta' min jistaqsi x'għajnuna se jkollna mill-Unjoni Ewropea għal dan it-tibdil li qed nagħmlu biex insiru bħalhom.", "U dan qed ngħidu għax xi tibdil li jrid isir se jsir biex iġġedded dan il-qasam u biex tagħtih ħajja ġdida, imma mbagħad hemm bidliet oħra li qed ikollna nagħmlu sempliċement biex inkunu bħal ta' l-Unjoni.", "Għallinqas għal dik il-parti ta' l-ispiża, l-Unjoni se tgħinna permezz ta' fondi?", "Fil-pjan ta' l-adozzjoni ta' l-acquis jissemma li fit-tliet snin li ġejjin, inkluża din is-sena, il-gvern se jkollu bżonn xi Lm0.33 miljun lira biex jagħmel l-istrutturi amministrattivi meħtieġa biex idaħħal il-bidliet kif trid l-Unjoni u biex jamministrahom.", "Kemm se tkun l-għajnuna ta' l- Unjoni f'dan il-qasam?", "M'hemmx għalfejn wieħed joqgħod jirrepeti kemm konna mwiegħda li se jiġu miljuni ta' liri mill-Unjoni Ewropea u kemm fil-fatt ġew jew ġejjin.", "Bejn wieħed u ieħor nikkalkula li l-Ewropej qed jagħtuna daqskemm aħna nagħtu lill-pajjiżi tal-missjoni!", "Kull sena minn Malta joħorġu madwar Lm3.5 miljun lill-pajjiżi fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerka Latina fejn hemm il-proġetti tal-missjunarji għaddejjin, u aħna nagħtuhomlhom bħala att ta' solidarjeta', u nagħmlu sew.", "Minn Brussels jidher li lilna jqisuna bħala tal-missjoni wkoll, għax daqshekk qed jibagħtulna, xi Lm3.5 miljuni!", "Dawn żgur li m'humiex biżżejjed għat-tibdil li għandna bżonn, qasam wara l-ieħor, biex insiru bħal ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, nixtieq issa nagħmel xi mistoqsijiet li l-kollega tiegħi, l- Onor. Noel Farrugia, diġa' staqsa biex forsi l-affarijiet jiġu ċċarati.", "Jiena għedt li din il-liġi missha l-ewwel ġiet spjegata fi kliem li jinftiehem lis-sajjieda nfushom biex l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' għoti ta' liċenzja u affarijiet oħra jiġu spjegati lilhom eżatt, ħalli mbagħad wieħed jieħu r-reazzjoni favur jew kontra.", "Dak huwa kruċjali.", "Aħna noqogħdu ninkwetaw li l-parlament jidher 'il bogħod min-nies u li l- politiċi ma tantx igawdu fama tajba magħhom, u meta nilleġislaw b'dan il-mod inkunu aktar qed inżidu l-isfiduċja fil- parlament bħala istituzzjoni u l-isfiduċja fina l-politiċi.", "Tifhimha li ċ- ċittadini jibdew jissuspettaw, kif kienu jagħmlu fl-għoxrinijiet u t- tletinijiet meta kienu jaħsbu li n-nutar, l-avukat u t-tabib kienu qed jaħdmuhom minħabba li kienu jitkellmu bit-Taljan, ilsien li huma ma kinux jifhmu.", "U jekk aħna ma nagħmlux dawn l-affarijiet f'pajjiżna, faċilment noħolqu dik il-klima, għax iċ-ċittadin jispiċċa jgħid li ladarba aħna nitkellmu b'mod li ma niftehmux magħhom, allura hemm xi ħaġa tinten.", "Għalhekk importanti d-djalogu kontinwu tal-ministeru tas-sajd mas-sajjieda.", "Jekk dan id-djalogu kontinwu mhux qed isir, allura se jkun hemm il-problemi f'dan il-qasam.", "Issa nitkellem ftit fuq il-qasam importanti ta' l-akwakultura li qed jiffaċċja problemi serji, fosthom il-common external tariff ta'15% li s- sidien ta' l-irziezet tal-ħut f'Malta għadhom isibu ma wiċċhom meta jesportaw lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela aħna ma nżommux dazju fuq il-ħut li jidħol mill-Unjoni, imma fuq il-ħut li jidħol f'pajjiżhom minn Malta huma qed jiċċarġjaw il-common external tariff ta' 15%.", "Saru diversi sforzi biex din it-tariffa titnaqqas jew titneħħa, imma s'issa jidher li ma tawx riżultati u jidher li l-industrija ta' l-irziezet tal-ħut f'pajjiżna qed tiffaċċja problemi serji minħabba f'hekk.", "Dan huwa settur li rridu nieħdu ħsiebu għax minnu jista' jkollna dħul ta' Lm2 miljun fis- sena.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li wieħed jara xi problemi hemm li jirrendu lill-industrija tagħna ta' l-akwakultura inqas kompetittiva minn ta' locations oħrajn biex jittieħdu l-passi neċessarji biex anke f'dan il- qasam ikollna futur.", "Ċertament irridu nagħtu kas l-aspett ekonomiku pero' tajjeb ukoll li jkun hemm sforzi biex inħarrġu nies u żgħażagħ jidħlu f'dan il-qasam.", "Jiena nemmen li s-sistema edukattiva tagħna trid toħloq opportunitajiet ġodda f'dan il-qasam, għax għadna ma wasalniex noffru għalih degree courses, bħal pajjiżi oħra.", "Barra minn hekk tajjeb ukoll li lil dawk li jaħdmu f'dak il-qasam nagħtuhom l-informazzjoni edukattiva u professjonali li għandhom bżonn, għax aktar ma jgħaddi ż-żmien, ir-riżorsa umana li taħdem f'dak il-qasam tista' tkun f'qagħda kruċjali u dak l- investiment jista' ma jibqax sostenibbli.", "Nemmen ukoll li rridu nagħtu kas aktar ta' l-impatt ambjentali.", "Dan għandna ngħiduh bla ma noqgħodu nallarmaw u nbeżżgħu.", "Naħseb li m'aħniex nieħdu bis-serjeta' l-effett ambjentali madwar il-kosta tagħna.", "M'inix qed ngħid għal fejn hemm baħar miftuħ, għax hemm, għallinqas, skond studji li saru f'inħawi qrib tal-Mediterran bħal Sardenja u Sqallija, fejn hemm il- kurrenti, m'hemmx daqshekk problema.", "Din tidher li tikber fejn l-irziezet ikunu ġol-bajjiet magħluqin.", "U bl-ikbar rispett lejn il-kollegi universitarji, irridu noqogħdu attenti, għax xi kultant il-persuni li jagħmlu l-istudji ta' l-impatt ambjentali ta' dawn l-irziezet ikunu l- istess nies li lis-sidien ikunu qed jagħtuhom il-pariri f'oqsma oħra dwar il-ħut.", "Allura ngħid li f'dan il-qasam għandu jkun hemm iżjed trasparenza.", "Ilni x-xhur nitlob f'dan il-parlament rapport ta' l-impatt ambjentali ta' l- irziezet tal-ħut tagħna fid-diversi lokalitajiet li għandna fin-naħa t'isfel, fin-naħa ta' fuq ta' Malta u bejn il-Fliegi.", "Ma nafx għax m'għandux ikollna dawn ir-rapporti, u l-assenza tagħhom tqanqallek is- suspetti li jkun hemm xi ħaġa moħbija.", "Dwar l-istudji li saru f'locations oħra, ma jfissirx li għax Sardenja jew Sqallija instab hekk, allura jfisser li Malta hija hekk, għax kull bajja, kull lokazzjoni, trid trid tiġi studjata fuq il-merti tagħha.", "Ikun hemm postijiet fejn l-ilma jitħammeġ, oħrajn fejn l-ilma jiddardar.", "Ikun hemm postijiet ukoll fejn is-sediments li jaqgħu minn dawn l-irziezet ibiddlu anke l-ekosistemi lokali immedjati ta' l-inħawi, fejn il-ħut li jidħol u ma jkunx tal-post, joħloq il-problemi għax jiekol ħut ieħor li mdorri joqgħod fl-inħawi.", "Dwar dawn l-affarijiet qed inkunu wisq leġġeri Illum nafu li l- investiment ekonomiku serju jrid jagħti kas ukoll ta' l-impatt ambjentali ġo fih biex ikun sostenibbli, biex ikun fit-tul, għax inkella llum jew għada ser ikollu jiċċaqlaq, u nemmen li f'dan il-qasam għandu jkollna ħafna iżjed trasparenza.", "Meta f'dan il-parlament nitolbu li l-awtorita' ta' l- ippjanar tgħidilna kemm qed isiru studji, meta saru l-aħħar, meta nitolbu r- rapport ta' l-impatt ambjentali li qed isir, x'effett qed iħalli, għaliex ma ningħatawx din l-informazzjoni?", "Ma nkunux qed nagħmlu dan biex naqtgħu qalb xi ħadd jew biex dawn l-affarijiet ma jsirux imma inkunu qed nagħmlu dan għax nemmnu li biex dan il-qasam ikun sostenibbli rridu nagħtu kas sew ta' l-impatt ambjentali tiegħu.", "Jekk ma nagħmlux hekk ikollna problemi serji u fit-tul.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT:", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, it-Tlieta 17 ta' Ottubru 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi se nipprova kemm jista' jkun nitkellem dwar dak li n-nies titkellem dwaru.", "In-nies tal- business jitkellmu biss dwar l-istaġnar li hawn fil-pajjiż.", "Forsi tan-naħa l-oħra jaraw l-affarijiet minn angolu differenti u jagħtu l-impressjoni li fil-pajjiż sejjer kollox sew imma kulħadd għandu dritt jaħseb u jitkellem kif irid.", "Mhux nies Laburisti biss jgħidu li x-xogħol naqas imma anke dawk Nazzjonalisti.", "Dan nafuh għax aħna jkollna kuntatt anke man-negozjanti Nazzjonalisti, għax għalkemm politikament ma jaqblux magħna naħseb ikun żball li ntellgħu ħajt bejnietna.", "Wara kollox dawn huma n-nies li jipprovdu x-xogħol u allura jkun tajjeb li nibnu relazzjoni tajba magħhom kemm issa kif ukoll meta nkunu fil-gvern.", "Hemm ħafna fatturi li tefgħu lura l-ekonomija tal-pajjiż.", "Insemmi l- kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma li qegħdin jaslu u ilhom jaslu minn meta tela' gvern Nazzjonalista u li l-Onor.", "Josef Bonnici qal li se jorħsu u se jiġu kif kienu qabel l-1996.", "Il-kontijiet huma għoljin u mhux l-ewwel darba li kont li qabel kien ta' Lm32, illum il-ġurnata tela' għal Lm130, Lm140 u anke Lm300.", "Biex tħallas kontijiet ta' dan it-tip in-nies, li ħafna minnhom ikunu anzjani jgħixu waħedhom, qed tnaqqar il-flus li qabel kienet tonfoq.", "Bla dubju ta' xejn l-ekonomija qed tistaġna wkoll minħabba l- kontijiet li qegħdin jintbagħtu mid-dipartiment tat-taxxi interni.", "Dan id- dipartiment m'għadux jagħti żmien biex wieħed iħallas u jekk wieħed ma jħallasx mill-aktar fis dan jeħel il-multa.", "Xtaqt nitkellem ukoll dan l- awtorita' ta' l-ippjanar, Mr Speaker.", "Kont qed nitkellem ma' ħabib tiegħi li jixtieq jinvesti flusu fil-bini.", "Din hija ħaġa tajba għax il-ġebla toħloq ix-xogħol u żgur li mhux l- interess tal-gvern li l-ġebla tkun wieqfa.", "Madankollu fl-awtorita' ta' l- ippjanar hemm ċerta burokrazija żejda li qed iżżomm lura l-progress f'dan il-qasam.", "Dan il-ħabib qalli li hemm dar f'San Ġiljan li qed jitlob li titwaqqa' u flokha jitla' block flats.", "Saru t-talbiet kollha li kien hemm bżonn imma l-awtorita' rrifjutat li tagħti dan il-permess u saret objection biex terġa' tersaq quddiem il-bord.", "Huwa veru li l-awtorita' ħadet ukoll deċiżjonijiet tajbin - per eżempju, kieku kienet teżisti din l-awtorita' ma kienx isir it-twaqqigħ ta' dar ġo Raħal Ġdid li fiha kien jgħix Ninu Cremona l-kittieb - pero' jidhirli li f'dan il-każ l-awtorita' ma mxietx kif suppost.", "Jiena se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti li juru din it- triq f'San Ġiljan, fejn hemm postijiet oħra li ma jaqblu xejn ma' l- estetika, u allura jiena jidhirli li m'hemm xejn x'iżomm il-ħruġ ta' dan il- permess.", "Se npoġġi wkoll ir-ritratt li juri din id-dar li qegħdin jgħidu li għandha xi ħaġa storika u li juri wkoll it-triq kollha fejn m'hemm ebda sistema ta' estetika.", "Se npoġġi wkoll il-file ta' dan l-individwu.", "Mr. Speaker, dan il-każ qed insemmih biex nuri li għalkemm l-awtorita' għamlet affarijiet tajbin qed ikun hemm wisq tgergir u qegħdin jitwaqqfu ħafna permessi.", "Qed inpoġġi dawn ir-ritratti u dokumenti fuq il-Mejda tal- Kamra biex l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu dan il-każ u każi oħra simili aktar bis-serjeta' minħabba li hawn ħafna permessi miżmumin li jistgħu joħolqu ħafna xogħol għall-ħaddiema tagħna.", "U min jgħid f'din il-Kamra li m'hawnx ħaddiema biżżejjed għax-xogħol, jiena lest li nagħtih l-ismijiet ta' nies li ġew ikellmuni għax jixtiequ jsibu xogħol biex, jekk tassew għandu x-xogħol, dan jagħtih lill-mijiet ta' żgħażagħ li ilhom żmien jirreġistraw.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi wkoll il-waqfien mix-xogħol li qiegħda tordna l-GWU għal nhar il-Ġimgħa filgħodu.", "Il-GWU qiegħda tieħu azzjoni paċifika fejn qiegħda tgħid li dak li sar fil-budget li għadda ma jistax jiġi ripetut din id-darba.", "Jekk il-gvern qed jgħid li l-pajjiż miexi 'l quddiem, ma jistax jitfa' fuq il-poplu Malti u Għawdxi taxxi ġodda.", "Din il- ħaġa turi d-differenza li hemm bejn dak li jgħid u dak li fil-fatt jagħmel il-Partit Nazzjonalista.", "Per eżempju, intqal li kif nitfgħu l- applikazzjoni ta' pajjiżna biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropa ningħataw Lm100 miljun.", "Fejn huma dawn il-Lm100 miljun?", "IIlejla se jkolli ċans nitkellem f'din il-liġi li qegħdin niddiskutu ħalli ngħid lis-sajjieda fiex se jitfagħhom il-gvern Nazzjonalista.", "Jien konvint li nhar il-Ġimgħa se nieħu pjaċir nara l-entużjażmu fost il- ħaddiema żgħażagħ, pensjonanti, familji bi dħul baxx.", "Dawn posthom se jkun ġewwa l-Belt biex jingħaqdu mal-GWU u lkoll flimkien ngħidu li ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż nibqgħu sejrin hekk.", "Fl-aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista tkellem ħafna dwar ġustizzja soċjali u staqsiena ħafna fejn marret ir-ruħ soċjali.", "Nhar il-Ġimgħa, bil-kwiet u b'determinazzjoni, il- poplu se jgħid lill-gvern Nazzjonalista li ma jistax jibqa' sejjer f'dik it- triq.", "Se jwissieh li aħjar jisma' mill-ikbar union li għandu fil-pajjiż.", "Fl- aħħar mill-aħħar huwa l-obbligu tal-gvern li jisma' lill-unions.", "Wara kollox jekk il-GWU toqgħod siekta u ma tagħmel xejn tkun irresponsabbli.", "Mr. Speaker, il-Partit Nazzjonalista dejjem rebaħ l-elezzjonijiet bl- ingann, imma tinganna darba, u tinganna darbtejn, fl-aħħar il-poplu jinduna.", "U meta aħna nidħlu fid-djar tan-nies u ninżlu fit-toroq naraw kif il-poplu Malti u Għawdxi qed jinduna li ġie ngannat mill-gvern Nazzjonalista.", "L-għoli tal-ħajja mhux il-Laburisti biss qed ibatu minnu imma anke n-Nazzjonalisti li tant għajtu li riedu bidla f'dan il-pajjiż.", "Illum ħadha l-bidla l-poplu permezz tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, tal- kontijiet tat-telephone, permezz ta' l-għoli tal-ħajja u fin-nuqqas ta' servizz mid-dipartimenti tas-saħħa.", "Dan li ħa l-poplu bil-bidla.", "Ħarsu lejn il-ħwienet tan-negozju u tindunaw li fl-aqwa ħinijiet tan-negozju dawn ikunu baħħ!", "Mr. Speaker, jiena nispera li fhimna li filwaqt li l-awtorita' ta' l- ippjanar tagħmel affarijiet tajbin, din tagħmel ċerti affarijiet oħra li m'għandhomx jibqgħu jsiru.", "Dwar dan irrid ngħid li gvern Laburista jrid jagħmel ċerti bidliet f'din l-awtorita' li żgur trid tiġi aġġornata bħalma aġġornajna.", "Biex nagħlaq nappella biex nhar il-Ġimgħa l-poplu jmur bi ħġaru ġewwa l- Belt biex flimkien ma l-akbar union f'pajjiżna, jesprimi x-xewqa tiegħu li l-budget li se jixxandar fi ftit ġimgħat oħra ma jkunx budget ta' qerq, kif kienu l-aħħar żewġ budgets ta' din il-leġislatura.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn pemess biex l-Onor.", "Parnis iqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra ż-żewġ ittri li rrifera għalihom aktar kmieni?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, l-aġġornament iservi biex wieħed ikun jista' jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet għal ċerti nuqqasijiet lampanti u li jkunu ilhom jippersistu f'lokalita' jew distrett partikolari biex forsi min ikun responsabbli jiċċaqlaq u jagħmel xi ħaġa.", "Fost l-affarijiet li għalihom nixtieq niġbed l-attenzjoni hemm il- problema ta' l-iskola primarja ta' Ħal Luqa, lokalita' fejn hemm popolazzjoni li qed tiżdied minħabba li żdiedu magħha areas bħal Ħal Farruġ, fejn hemm familji żgħażagħ li għandhom it-tfal żgħar.", "Mela waqt li l-popolazzjoni qed tiżdied, hemm il-problema li parti sostanzjali mill- iskola ma tistax tintuża.", "Din għandha difetti strutturali li ilhom jinħassu u ta' min itenni li fil-budget ta' l-1998, gvern laburista kien alloka somma ta' flus sostanzjali ħalli l-iskola, jew parti minnha, titwaqqa' u terġa' tinbena mill-ġdid.", "Fl-istess waqt kien sar arranġament biex parti mill-klassijiet jiġu spustjati fl-istess raħal ta' Ħal-Luqa, bl- approvazzjoni u bi qbil ma' l-entitajiet ekkleżjastiċi fil-lokal, ħalli dan ix-xogħol ikun jista' jsir.", "Mr. Speaker, minn wara l-elezzjoni 'l hawn is-sitwazzjoni aggravat.", "Sena ilu kellna problema kbira bix-xita li daħlet u sar ħafna rranġar ta' malajr u traqqigħ ta' pannu bil-qargħa aħmar.", "Il-problema effettivament qiegħda hemm u trid tiġi indirizzata.", "Ma jistax ikun li dawn il-problemi jibqgħu jistennew minħabba l-planning, minħabba expropriation ta' biċċa art u minħabba l-fatt li m'hemmx il-ħeġġa min-naħa ta' l-awtoritajiet konċernati ħalli dan ix-xogħol jibda, jibqa' għaddej u jitlesta.", "Jien kemm- il darba għamilt mistoqsijiet parlamentari dwar dan.", "Dejjem jgħidulna li qed jistennew l-approval fil-prinċipju, jistennew l-awtorita' ta' l- ippjanar, u jistennew daqqa ħaġa u daqqa oħra.", "Mr. Speaker, jeħtieġ li x-xogħol jinbeda għax m'hemmx ambjent tajjeb għat- tfal tal-kindergarten, tal-primarja u għall-għalliema li jqattgħu sigħat sħaħ kuljum fiha.", "Ta' min igħid li jekk dan ix-xogħol isir, l-iskola tkun tista' tintuża għal ħafna skopijiet oħra wara l-ħinijiet tax-xogħol.", "Din hija parti minn proċess edukattiv biex wara l-ħinijiet ta' l-iskola jsiru attivitajiet extra kurrikulari u soċjali.", "Bil-preżenza tal-kunsilli lokali u bil-preżenza tal-kunsill ta' l-iskola, illum m'huwiex diffiċli wieħed jgħaqqad dak il-proċess ħalli l-iskejjel tagħna jintużaw f'dan is- sens.", "Jien nappella lill-ministru ta' l-edukazzjoni biex dikinhar tal- prize day jgħidilna li fl-aħħar wasalna biex nibdew.", "Reġgħet bdiet sena skolastika u s-sitwazzjoni baqgħet li kienet.", "Issa qegħdin nistennew li x- xogħol verament jinbeda u jibqa' għaddej.", "L-affarijiet ma jistgħux jibqgħu jiġu posposti minn data għal oħra jew jintesew.", "Sur President, xtaqt nitkellem ukoll dwar telqa li tipprevali fil-ħafna housing estates madwar Malta u Għawdex li żviluppaw matul dawn l-aħħar 30 sena.", "M'ilux kellna l-każ tal-cluster houses fl-Imtarfa li nbnew ġodda imma li fihom difetti strutturali.", "Ma nafx l-awtorita' konċernata x'passi qed tieħu, imma mill-ftit rapporti li qrajt ma tantx jidher li ħadet passi effettivi.", "Agħar minn hekk, fil-gazzetti stajna naqraw dwar l-istat xejn sabiħ ta' kif din il-lokalita' qed tiżviluppa.", "Din hija xi ħaġa li qed tiġri fis-sena 2000.", "Din it-telqa fl-ambjent ta' barra tipprevali f'ħafna housing estates, fosthom fid-distrett li niġi minnu jien, speċjalment f'dak ta' Ħal Farruġ, li hu relattivament ġdid u li kien intiret mingħand il- forzi IngIiżi.", "Dak iż-żmien kien miżmum tajjeb, imma kemm ilu li ġie f'idejn l-awtoritajiet lokali u ġie estiż għall-akkomodazzjoni soċjali dan il-post iddegrada ruħu u l-infrastruttura hi fi stat miskin ħafna.", "Barra dan insibu ħafna skart mitluq 'l hemm u 'l hawn, nuqqas ta' manutenzjoni u telqa sħiħa u f'dan l-ambjent xejn sabiħ għandna familji żgħażagħ, ħafna bi tfal żgħar, fejn il-koppji jaħdmu t-tnejn u allura jidħlu filgħaxija fit-tard f'ambjent mudlam.", "Dan kollu minkejja l- investiment li jkun sar biex tingħata l-akkomodazzjoni.", "Ħafna housing estates oħra, bħal dawk ta' Ħal Qormi, Tal-Ħandaq, Fuq Tal-Blat u Ta' Farsina ukoll jeħtieġu manutenzjoni estensiva.", "Dawn huma kollha housing estates kbar, fejn għandek ambjent mitluq.", "Mr. Speaker, kif qed ikunu mqassmin il-ħaddiema ta' l-ambjent, tal-public works, tal-manutenzjoni u dawk li jaqgħu taħt l-awtorita' tad-djar?", "Min qed jimmaniġjahom?", "X'ikunu qegħdin jagħmlu?", "Wieħed kemm se jibqa' jdum jgħid li l-ħaddiema fis-settur pubbliku ma jagħtux il-kontribut tagħhom?", "Il-problema tibda minn fuq għal isfel.", "Din hija kwestjoni ta' management.", "Per eżempju, hemm il-kunsilli lokali li jistgħu jgħinu lill-gvern ċentrali f'forom ta' partnership.", "Hekk isir barra minn Malta u forsi b'dan il-mod din il-problema ma tibqax tikber u tiżdied.", "Kull fejn tmur f'housing estate, ir-residenti jgħidulek li huma mpestati bil-ġrieden, ħmieġ mitluq 'l hemm, min iħammeġ 'il hemm u min iħammeġ 'il hawn.", "Veru li hemm nies li ma jafux iżommu l-indafa.", "Barra minn hekk ħafna drabi jkollok ċentri żgħar industrijali fil-qrib u biswit id-djar u dawn joħolqu problemi.", "Wieħed irid jikkonsidra li jekk ikunu qegħdin jaħdmu industrijalment u għandhom iċ- ċmieni, dawn irid ikollhom il-filters u l-cleaners neċessarji biex ma jnittnux lin-nies, ma jħammġux l-arja u ma jniggżux l-ambjent li jkunu qegħdin jaħdmu fih.", "Dawn huma konsiderazzjonijiet li fil-liġijiet u fir-regolamenti kollha tagħna qegħdin hemm, imma d-difett ta' dan il-pajjiż kien, u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiggrava, in-nuqqas ta' enforcement tar- regolamenti.", "Jekk il-gvern li jkun responsabbli għal dawn l-affarijiet jonqos li jorganizza lilu nnifsu biex isebbaħ l-ambjent, it-telqa se tikber.", "Mhux biżżejjed ngħidu lin-nies biex jibżgħu għall-ambjent.", "In-nies irid ikollhom xi ħaġa għal xiex jibżgħu.", "Jekk l-ambjent ikun mitluq, jekk il-ħitan ikun mwaqqgħin, jekk il-ħaxix ħażin jikber 'l hemm u 'l hawn, dan kollu jagħti aspett ta' telqa, ta' ħmieġ u ta' nuqqas ta' manutenzjoni u allura r-residenti li jkunu qegħdin jgħixu fil-post qajla jibżgħu għal dak li għandhom.", "L-appell isir, hemm ir-riżorsi fiżiċi, umani u oħrajn li għandu l-gvern, il-flus qegħdin jintnefqu, il-pagi qegħdin jitħallsu u r- residenti ta' dawn il-lokalitajiet bi dritt jippretendu li t-taxxi li jkunu qegħdin iħallsu jintnefqu b'mod effettiv u mhux ma jaraw riżultat ta' xejn.", "Wieħed ma jistax ma jistaqsix hawnhekk dwar meta se titlesta Mdina Road.", "Kien hemm fażi meta dehret lesta u kulħadd kien qed jieħu r-ruħ, pero' issa qegħdin jerġgħu jaqilgħu t-triq biex jgħaddu l-mains ta' l-ilma.", "Ta' min jgħid li sena jew sentejn ilu kien għadda l-main ta' l-ilma prinċipali.", "Allura għaliex issa qed nerġgħu naqilgħu t-triq minn żewġ naħat biex nerġgħu ngħadduh?", "Dan x'ippjanar hu?", "Għaliex il-main ta' l-ilma ma ġiex mgħoddi meta t-triq kienet maqlugħa kollha?", "Issa din hija triq traffikuża immens u qegħda fi stat diżastruż, fejn wieħed jista' jara biċċiet ta' traffic islands spustjati 'l hemm u 'l hawn.", "Din it-triq suppost li kellha titlesta s-sena li għaddiet u ma tlestietx.", "Li trid issir triq wieħed jifhimha u jieħu paċenzja, imma meta jgħaddu x-xhur u anke s-snin wieħed jibda' jinduna bin-nuqqas ta' ppjanar li hemm minkejja li t-termini tal- kuntratt ikunu ċari u min hu responsabbli jrid jieħu ħsieb li l-affarijiet isiru b'mod tajjeb.", "Ma qed nippretendu xejn għajr li flus il-poplu jkunu minfuqa kif għandu jkun.", "Fl-aħħar żewġ minuti li baqa' rrid niġbed ukoll l-attenzjoni għal kif qed jingħataw ċerti kuntratti min-naħa tal-kunsilli lokali.", "Reċentement qamet il-kwestjoni dwar għotja ta' kuntratt ta' tindif - jekk m'inix sejjer żball fin-Naxxar - b'ammont ta' Lm20,000 iktar mill-offerta.", "Ma kienx hemm raġuni valida għaliex dan il-kuntratt ingħata b'dan il-mod.", "Hemm il-kriterji fissi ta' kif jingħataw il-kuntratti u għalkemm mhux neċessarjament l-irħas offerta hija l-aħjar, ma jistax ikun li jkollna diskrepanza bħal din, aktar u aktar meta ma jkunx hemm raġuni valida għaliex tintgħażel offerta minflok oħra.", "Il-kunsilliera jridu jagħtu rendikont u spjegazzjoni tajba kif ikun hemm tender li tingħata lil \"A\" u mhux lil \"B\".", "Din ir-raġuni iridu jagħtuha pubblikament u trid tkun tiftiehem u aċċettabbli u mhux nivvintaw xi skuża banali.", "Dan mhux il-mod kif il-kunsilli lokali jiżviluppaw bħala bħala gvern lokali u dawn m'għandhomx jaqgħu f'sistemi ta' nuqqas ta' trasparenza u ta' accountability li ħafna drabi nakkużaw bihom lill-gvern ċentrali.", "Jekk iridu jirnexxu u jibqgħu mexjin 'il quddiem, huwa importanti li d- deċiżjonijiet tagħhom ikunu għal kollox accountable u trasparenti.", "Bħala partit dan nibqgħu nesiġuh minn kwalunkwe aspett għax huwa dritt tat- taxpayer li qed jipprovdi l-fondi li jkun jaf li flusu qed jintefqu sew u obbligu ta' min joħroġ għar-responsabilita' ta' kunsillier, u iktar minn hekk, ta' sindku li l-flus jonfoqhom tajjeb.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla t-Tlieta, 17 ta' Ottubru 2000, fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - SKOLA SIR TEMI ZAMMIT", "18256.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-riħa ta' gass li kien hemm fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit, Imtarfa, li hija kkawżata mill-fabbrika tal-mushrooms li hemm taħt l-iskola?", "X'kienu r-riżultati jekk sar stħarriġ u x'passi sejrin jittieħdu biex meta terġa' tibda l- iskola jkun tneħħa dan il-perikolu li hemm għat-tfal, kif ukoll għall- għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni ġew informati mill-Occupational Health and Safety Unit u mill- Pollution Control Coordinating Unit li ordnaw lis-sid tal-Quality Mushrooms Ltd, Mtarfa, biex jissottometti rapport mingħand Engineer espert f'dan il- qasam sabiex fost l-oħrajn jindirizza l-problema msemmija mill-Onor.", "Membru.", "L-awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed jikkonsidraw jieħdux passi legali jekk dan l-inkonvenjent jew periklu ma jitneħħiex.", "Informat ukoll li d-Direttur Ġenerali, akkumpanjat minn uffiċjali mid- Diviżjoni u mill-Kap ta' l-Iskola msemija, għamlu żjara sabiex jinġabar aktar tagħrif dwar is-sitwazzjoni.", "Ġie deċiż li jitwaqqaf kumitat ad hoc sabiex jitratta din il-kwistjoni", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "19113.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li f'Birżebbuġa jsiru faċilitajiet sportivi bħal 5 aside?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bdew taħditiet sabiex tiġi identifikata biċċa art ġo Birżebbuġa li tista tiġi żviluppata f'faċilita sportiva.", "DAR IL-MEDITERRAN TAL-KONFERENZI", "19347.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jittiedħu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret referenza fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar mużika li tibqa' sejra sas-1.00 a.m. u l- istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer sas-2.30 a.m.?", "Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il- bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l- affarijiet tal-catering?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord tat-tmexxija huwa konxju mill- ilmenti tal-ġirien tad-Dar tal-Mediterran u ser jittieħdu passi sabiex jonqos l-inkonvenjent u fl-istess waqt tkun salvagwardjata l-vijabilita` taċ-Ċentru.", "Fil-fatt il-caterer intalab sabiex ma jżarmax bil-lejl wara l- function iżda jżarma l-għada filgħodu.", "Meta jkun hemm il-mużika, din qed titbaxxa għall-volum li ma jdejjaqx lill-ġirien wara l-ħdax ta' bil-lejl.", "Informat ukoll li sabiex ikun eliminat l-użu tal-bieb fi Triq l-Ibjar, qed isir xogħol minn konsulent sabiex isir it-tibdil strutturali meħtieġ biex isiru , pantries, stores u coldrooms ġodda fuq in-naħa ta' Triq il- Mediterran.", "Dan kollu jinvolvi spiża qawwija u xhur twal ta' xogħol peress li l-bookings li kienu daħlu jridu jkunu onorati.", "SKEJJEL - HAIRDRESSING AND BEAUTY THERAPY", "19365.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li tista' tilqa' fiha l-iskola tal- Hairdressing u Beauty Therapy f'Tas-Sliema?", "Kif inhu stabbilit dan il-massimu?", "Kemm applikaw din is-sena biex jidħlu f'din l-iskola u kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra għax ma kienx hemm biżżejjed spazju fl- iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-massimu ta' studenti ġodda li tista' tilqa' fiha l-iskola tal-Hairdressing u Beauty Therapy f'kull kors hu ta:", "24 għall-kors tal-Hairdressing 24 għall-kors tal-Hairdressing taħt l-iskema ta' Taħriġ Estiż 14 għall-kors ta' Beauty Therapy full-time", "Din is-sena applikaw 181 student li kellhom il-kwalifiki meħtieġa u ser jidħlu 66.", "Il-104 l-oħra qegħdin fuq il-waiting list.", "Il-massimu ta' studenti f'kell klassi huwa regolat mill-ftehim mal-Unions u mir- regolamenti ta' l-ILO fejn jidħlu l-workshops.", "Naturalment huwa wkoll kostrett minn numru u d-daqs ta' l-iskola.", "SKEJJEL - KARTA IGENIKA", "19483.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li talbu lill- istudenti jieħdu magħhom l-karta igenika l-iskola għall-użu personali tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'żieda mat-tweġiba li diġa' tajt għall-Mistoqsija numru 19483 f'Seduta numru 375, inħoss li, wara spjega li ta l-Kap ta' l- Iskola Primarja ta' l-Imġarr, għandi niċċara l-impressjoni żbaljata li setgħu taw sew il-Mistoqsija kuf ukoll it-tweġiba.", "It-talba biex it-tfal iġibu żewġ rolls toilet paper qatt ma kienet intenzjonata biex dawn jintużaw għall-bżonnijiet sanitarji u iġeniċi tat- tfal, iżda biex jintużaw waqt il-perjodi tal-Mid-Week Project li jsir darba f'ġimgħa.", "F'dan il-ħin it-tfal jużaw poster colours, ilma, finger paint, kolla, eċċ. Ġie konsidrat li l-irħas mezz biex it-tfal jimsħu jdejhom hu toilet paper minflok tissue packs u kitchen rolls li huma ogħla fil-prezz.", "It-toilets u l-istore ta' l-iskola jkunu akar minn provduti bit-toilet paper iġenika meħtieġa għas-spiża pubblika.", "ITS - ĦADDIEMA ĠODDA", "19267.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-ITS mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv jista' l- Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija fil- mistoqsija ma ġewx impjegati ħaddiema fl-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi.", "DIPARTIMENT TAL-WIRELESS TELEGRAPHY - ĦADDIEMA", "19268.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li matul il-perjodu 5 ta' Jannar, 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 ħames impjegati ġew trasferiti mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili għal Dipartimenti oħra.", "Dawn kienu:", "Principal li ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Kultura b'effett mit-13 ta' Jannar 2000,", "Clerk li ġiet trasferita għad-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi fl- istess Ministeru b'effett mill-1 ta' Frar 2000,", "Postal Auxiliary li ġie trasferit għas-Segretarjat tal-Ministeru tas- Servizzi Ekonomiċi b'effett mit-3 ta' April 2000,", "General Hand li ġiet trasferita għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru b'effett mis-16 ta' Mejju 2000,", "Clerk li ġiet trasferita għad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni b'effett mit-12 ta' Lulju 2000.", "Dawn it-trasferimenti kollha saru fuq talba ta' l-istess individwi.", "DIPARTIMENT TAT-TURIŻMU - ĦADDIEMA ĠODDA", "19269.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Turiżmu mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl- affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ;odda fid- Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.", "DOI - ĦADDIEMA", "19270.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-DOI?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li mill-5 ta' Jannar sa l-10 ta' Settembru 2000, ingħataw erba' trasferimenti fuq talba tal-ħaddiema nvoluti u ieħor wara li nħatar fi grad għola fil-kategorija tal- Messaġġiera.", "DIPARTIMENT TA' L-INDAFA PUBBLIKA - ĦADDIEMA", "19271.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi ingħataw erbgħa u tletin (34) transfer mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika.", "Dawn kienu: 2 Persuni gew trasferiti għad-", "Divisioni ta' l-Edukazzjoni;", "2 Persuni gew trasferiti għad-Divisioni tas-Saħħa;", "1 Persuna waħda giet trasferita għad-Divisjoni tax-Xogħlijiet;", "Dawn it-trasferimenti saru fuq talba tal-Ħaddiema stess.", "4 Persuni gew trasferiti għad-Dipartiment ta' l-Agrikultura wara li ħadu promozzjoni;", "4 Persuni gew trasferiti għad-Divizjoni tas-Saħħa wara sejħa ta' Applikazzjonijiet;", "21 Persuna gew trasferiti għall-Unit għal-Ambjent Nadif fl-istess Ministeru għall-Ambjent.", "Dawn saru skond il-ħtieġa tad-Dipartiment.", "Jekk fil-futur isiru xi trasferimenti oħra, dawn isiru skond l-esiġenzi tad- Dipartiment jew ta' l-individwi.", "DIPARTIMENT TA' L-IMMIGRAZZJONI - ĦADDIEMA ĠODDA", "19272.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill- Onor. Interpellant ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mill-Korp tal- Pulizija bħala Uffiċjali ta` l-Immigrazzjoni.", "MTARFA - XOGHOLIJIET", "19841.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinfurmani kemm hemm applikazzjonijiet għal xogħlijiet fuq il- Bypass tal-Mtarfa?", "Jista' l-Ministru jinformani fiex waslet l-azzjoni tal-awtorita dwar il- ħajt li nbena bil-balal ta' konkos fl-aktar area sensittiva ta' l-irdum ta' l-Imtarfa", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 15695 u Nru. 16687, ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni PA 3110/00 għal xogħlijiet ta` titjieb ġenerali fil-Bypass ta` l-Imtarfa li tinkludi wkoll l-imsemmi ħajt tal-konkos.", "L-applikazzjoni msemmija għadha preżentament pendenti.", "Fil-fatt, wara li l- uffiċċjal inkarigat minn din l-applikazzjoni ikkonsulta ma` l-Environment Management Unit fl-Awtorita` stess, ġew identifikati n-nuqqasijiet fis- sottomissjonijiet, u dawn ġew ikkomunikati lill-applikant.", "Malli l- applikant jippreżenta r-reazzjoni tiegħu l-applikazzjoni tkun tista` tkompli tiġi evalwata skond il-proċeduri stabbiliti", "MOSTA - TRIQ IL-KUNGRESS EWKARISTIKU", "19844.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta kellha ssir one way b'sistema apposta u skond mistoqsija parlamentari numru 17121 li jien għamilt fis-16 ta' Ġunju ta' din is-sena ġejt infurmat li ħarġu t- tenders sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa, jista' l-Ministru jinfurmana bl- iżviluppi u bil-progress li sar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-sistema opposta ta' one way fi Triq il-Kungress Ewkaristiku hija marbuta mal-proġett tan-North Ring Road li għalih saru sejħiet għal offerti.", "MOSTA - NEW STREET IN CONSTITUTION STREET", "19848.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li l-Ministru għall-mistoqsija tiegħi tas-27 ta' Ġunju ta' din is-sena kien infurmani li ta struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq sabiex, flimkien mal-kunsill lokali tal-Mosta, jipproponu x'inhu l-aħjar li jsir sabiex tiġi rranġata New Street in Constitution Street, Mosta, jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi li saru matul Lulju, Awissu u Settembru?", "Peress li r-residenti ilhom is-snin jistennew li xi ħadd jagħti kas din it- triq, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet jibdew bla aktar dewmien?", "Jista' jpoġġi l-pjanti relatati fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment għamel spezzjoni fil- lokalita' u l-akbar diffikulta hija li għalkemm tqegħdu l-mains tad- dranaġġ, dawn għadhom ma jistgħux jintużaw peress li għad trid tinbena l- pump room mid-Dipartiment tad-Dranaġġ.", "Sakemm dan ix-xogħol isir, id-djar u l-workshops fil-lokalita' ma jistgħux jitneħħewlhom il-fosos, u għalhekk dawn it-toroq ma jistgħux jiġu asfaltati għalissa.", "PATATA - SUQ OLANDIŻ", "19849.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz li ġabet il-varjeta' Sante' fl-ewwel erba' ġimgħat ta' din is-sena u kemm kien il-prezz li l- Alpha bikrija ġabet fis-suq Olandiż fl-ewwel erba' ġimgħat ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dwar il-prezz tas-Sante miksub din is-sena, nixtieq nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17658.", "Din is-sena, fl-ewwel erba' ġimgħat li l-Alpha waslet l-Olanda, ġabet prezz medju ta' NLG28.92.", "BAR CODING", "19851.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'sar xogħol fuq il-bar coding mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Settembru 2000?", "Kemm saru laqgħat ta' preparazzjoni, fejn u ma' min saru matul l-istess perijodu?", "X'punti tqanqlu, kemm intnefqu flus sa issa u kemm huwa mistenni li jkomplu jintnefqu fuq dan il-proġett?", "Kif se jiġi affettwat aħjar id-dħul tal-bdiewa mill-prodotti tagħhom b'din is-sistema?", "Meta se jiġi finalizzat dan il-proġett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul il-perjodu imsemmi saru diversi laqghat bejn il- MITTS, ufficjali tal-Ministeru kif ukoll ufficjali tal-Pitkalija.", "Sal-lum tħaffru it-trinek kollha li hemm bżonn biex jiġi nstallat il-Fibre Optic bejn il-Block Amminstrattiv u diversi postijiet fil-Pitkalija.", "Dawn jinkludu il-Pitkala kollha, il-Gate, l-FCCS u l-APS Bank.", "Sa issa barra ix-xiri tal-Fibre Optic (li sar mill-MITTS) intefqu madwar Lm20,000 għat-trinek u tqegħid ta' katusi.", "Il-MITTS qabdu Kuntrattur sabiex jgħaddi il-Fibre Optic sal-postijiet hawn fuq imsemmija u wara jsir ix-xogħol l-ieħor konness mal-proġett.", "Bis-saħħa ta' dan il-proġett, il-bidwi jkun jista' iserrah rasu li jieħu ħlas tal-prodott li huwa tassew tiegħu u bil-prezz verament miftiehem.", "KACCATURI - EŻAMIJIET U LIĊENZJI", "19853.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinfurmani kemm huma n-numru ta' kaċċaturi li fil-preżent qed jistennew biex jaghmlu l-eżami għal-liċenzja tal-kaċċa u tal-insib?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li in-numru ta' applikanti li qed jistennew biex isilhom l-eżami huwa ta' 397.", "QRATI - ĠURIJIET", "20015.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti ġurijiet idumu biex jitressqu quddiem il-Qorti Kriminali għal ġuri bħal dak li għaddej issa fejn il-każ hu allegat li sar kważi għaxar snin ilu?", "Teżisti xi ordni speċifika ta' kif jinstemgħu il-ġurijiet", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jezistu diversi fatturi li jtawwlu l-proceduri fil- Qorti Kriminali sabiex jigu appuntati gurijiet.", "Normalment il-Qorti Kriminali zzomm is-sekwenza ta' l-appuntamenti hekk kif jigu pprezentati l-Atti ta' l-Akkuza mill-Avukat Generali tar-Repubblika fir-Registru ta' dik il-Qorti.", "Wahda mir-ragunijiet principali tista' tkun il-fatt li jigi prezentat appell mill-eccezzjonijiet preliminari.", "F'dan il- kaz il-Qorti Kriminali ma tkunx tista' tappunta l-guri sakemm jigi deciz l- appell.", "Fattur iehor ghal tali dewmien jista' jkun ghar-raguni li d-difensuri u/jew il-Prosekutur jkunu okkupati f'gurijiet ohrajn u ghalhekk il-Qorti tkun kostretta li tappunta l-gurijiet ghal dati miftehma ghal dan il-ghan.", "Ta' min ighid ukoll illi l-gurijiet fejn l-akkuzati ma jkollhomx il- beneficcju tal-liberta' provizorja jinghataw precedenza fl-appuntament fuq dawk li jkunu barra bil-liberta'.", "ETC - SPONSORSHIP", "20046.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'għajnuna konkreta ngħata ż-żagħżugħ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament biex il-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ issib sponsor ħalli jissapportjah fl-iskema ta' apprendistat fil-qasam ta' l-Applied Information Technology?", "Għaliex illum żewġ uffiċjali tal-Korporazzjoni li d-dettalji taghħom qegħdin jintbagħtu separatament ħadu bil-herra lil dan iż-żagħżugħ u beżżgħuh li jitkeċċa jekk fi żmien xahrejn jibqa' bla sponsor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filwaqt li r-responsabbilita' li jinstabu ażjendi li joffru sponsorship lill-apprendisti hi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, jekk l-apprendist jintgħażilx jew le mill-ażjenda jiddependi mill- kapaċita' u mir-riżultati ta' l-iskola tal-apprendist.", "Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant kien ġie minn ta' l-aħħar kemm fl-eżamijiet ta' nofs is-sena kif ukoll dawk annwali.", "Minkejja li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bagħtet lil din il-persuna għal tmien intervisti, ma' ditti privati kif ukoll ma' korpi parastatali, din il-persuna baqgħet ma ntgħażlitx.", "Ġranet ilu l-Korporazzjoni għamlet arranġamenti biex din il-persuna terġa' tattendi għal intervista oħra bil-ħsieb li tiġi aċċettata għal sponsorship, iżda din ma żammetx l-appuntament mingħajr ma tat raġuni valida.", "Kien għalhekk li uffiċċjal tal-Korporazzjoni bagħat għal din il-persuna biex tagħti spjegazzjoni dwar dan in-nuqqas.", "Ninsab infurmat ukoll li f'ebda ħin waqt din il-laqgħa ma din il-persuna ttieħdet bl-herra.", "SKEJJEL - CLEANERS/HANDYMEN", "20056.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "7079?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tqassim tal-cleaners sar sabiex kull skola jkollha numru ta' cleaneres skond kwota stabbilita fir-rapport imsemmi.", "Dan l-aġġustament sar, iżda hemm xi nuqqas f'xi skejjel u qed jittieħdu passi biex ikun hemm il-kompliment meħtieġ.", "Fil-Human Resources Branch, tpoġġa uffiċjal ġdid li hu nkarigat li jattwa (flimkien mal-unit tiegħu) il-proċeduri ta' dixxiplina kif huma stabbiliti fil-Public Service Commission Disciplinary Procedure Regulations, 1997.", "Minn meta ħa l-ħatra dan l-uffiċjal il-proċess ta' dixxiplina tħaffef.", "SPTAR SAN LUQA - INKJESTI FUQ KAŻI TA' MWIET", "20057.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "10738?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qegħda tiġi aġġornata u għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.", "SKEJJEL - TRASPORT", "20058.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "11954?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "20059.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "6718?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6718 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "20079.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena u għaliex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PULIZIJA - LITTER ACT", "20080.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mill-pulizija jiksru l-litter act din is-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' abbużi kienu u x'allegatament wettqu dawk li nqabdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 37 persuna fuq reati konnessi mal-Litter Act.", "PULIZIJA - ANZJANI", "20081.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittmi ta' reat din is-sena?", "X'tip ta' reati kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PULIZIJA - SERQ TA' VETTURI", "20082.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm insterqu karrozzi jew vetturi bil-mutur din is-sena u kemm kien in-numru ta' vetturi misruqa li għadhom ma nstabux?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-vetturi irrappurtati nieqsa bejn l-ewwel ta` Jannar u l-aħħar ta` Settembru ta` din is-sena, kienu 851.", "Filwaqt li 564 ġew irrappurtati misjuba, hemm 287 li għadhom irrappurtati nieqsa.", "JOINT OFFICE - IMSIDA - PROPRJETA'", "20083.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-joint office għandux jew hux qed jamministra proprjeta' ġo Triq Sciberras, Imsida?", "Inbiegħet xi proprjeta' din is-sena?", "Jekk iva, kif sar il-bejgħ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju Konġunt jamministra diversi proprjetajiet ġo t-triq li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant, iżda din is-sena ma nbiegħet l-ebda proprjeta` fit-triq imsemmija.", "QRATI - BARRANIN", "20084.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista l- Ministru jgħid kemm tresqu barranin il-Qorti din is-sena u fuq xiex kienu akkużati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija ressqet 602 persuna ta` nazzjonalita` barranija quddiem il-Qorti.", "L-akkużi kienu jinkludu serq, traffikar ta` droga, pussess ta` droga, attakk u reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, offiżi fuq il-persuna u ksur tal-liġi ta` l-Immigrazzjoni."]} {"filename": "20030212_870d_par.doc", "date": "2003-02-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 870 L-Erbgħa, 12 ta' Frar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 870", "L-Erbgħa, 12 ta' Frar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "870", "L-Erbgħa, 12 ta' Frar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 304", "MISTOQSIJIET GĦAL - TWEĠIBIET ORALI 304", "TQEGĦID TA' KARTI 308", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMEDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 308", "AĠĠORNAMENT 327", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 332", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 869 li saret fil-11 ta' Frar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET GĦAL - TWEĠIBIET ORALI", "UE – TARIFFA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TAX-XORB", "38276.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari 38120 u anke għall-fatt li waqt il-ħin tal-mistoqsijiet - jien u nikkwota informazzjoni mill-website relattiva - il-Ministru beda jgħid li t- tariffi li jien kont qed nikkwota huma esaġerati u m'humiex veri, jista' jgħidilna x'inhi t-tariffa korretta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt lill-Ministru jinformani x'inhi r-raġuni li mhux qed jintbagħat attendant sabiex is-sajjieda, speċjalment dawk ta' Marsaxlokk, ikunu jistgħu jħaddmu l-winch.", "Din l-assenza ilha tinħass iktar minn sena u s-sajjieda ma jistgħux jagħmlu x-xogħol tagħhom kif tirrikjedi s-sengħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Irrid ngħid li konna ġejna informati li bil-mod kif kienet qed tiġi operata l-winch ta' Marsaxlokk, kienet qed issir diskriminazzjoni bejn sajjieda u oħrajn.", "Jien tkellimt fuq dan mat-tekniċi u mad-diriġenti tad-dipartiment tas-sajd u dawn min-naħa tagħhom daħlu f'din il-problema, li safejn naf jien issa ġiet solvuta, Sur President.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħidli li għad hemm x'ilmenti, għada filgħodu stess nerġa' niċċekkja l-affarijiet sewwa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma hemm xi raġuni għala ħadtu sena biex tibagħtu attendant?", "Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jara li jiġu rrimedjati l-problemi tas-sajjieda u ma jiġrix iktar dak li qed jiġri fil- parti ta' Xatt il-Wilġa u l-parti ta' ħdejn il-power station, fejn is- sajjieda hemmhekk ilhom mingħajr dawl sa mill-Erbgħa li għaddew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Li nista' ngħidlek hu li wara li xi ħmistax jew tliet ġimgħat ilu kellmuni xi sajjieda, inkarigajt lil min hu responsabbli mill-qasam tas-sajd biex jieħu ħsieb din il-problema.", "Issa nhar is-Sibt stess kelli laqgħa mas-sajjieda - kien hemm mal-mija minnhom - iżda ħadd ma reġa' semmihieli u allura stajt nifhem li l-problema ġiet solvuta, Sur President.", "Milli jidher, il-winch kienet qed tiġi operata minn xi ħadd imdaħħal fil- kunsill lokali ta' Marsaxlokk u, għax jien ma rridx li jkun hemm preferenzi bejn sajjieda u oħrajn, tajt l-inkarigu lill-kunsill biex jidħol fil- problema.", "Nerġa' ngħid li nhar is-Sibt kien hemm 'il fuq minn 100 sajjied fil-każin ta' San Ġorġ ta' Bormla u ħadd minnhom ma semmieli din il- problema.", "Rigward il-problema tad-dawl in-naħa tal-power station, din issa qed nismagħha.", "Lili ħadd ma semmieli xejn – naf li dalgħodu inti kont Marsaxlokk u forsi xi ħadd semmihielek - iżda għada filgħodu niċċekkja fuqha.", "UE – TARIFFA FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' TABAKK", "38277.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38121 u anke għall-fatt li waqt il-ħin tal-mistoqsijiet - jien u nikkwota informazzjoni mill-website relattiva - il-Ministru beda jgħid li t-tariffi li jien kont qed nikkwota huma esaġerati u m'humiex veri, jista' jgħidilna x'inhi t-tariffa korretta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fid-dawl ta' dak li qal dalgħodu l- kap ta' l-oppożizzjoni li e-mail li ntbagħtet minn uffiċjal tar- relazzjonijiet pubbliċi tad-WTO tikkonferma li Malta m'għandha l-ebda obbligu li tneħħi l-levies ta' protezzjoni fuq prodotti tal-biedja, jista' il-Ministru jispjega għalfejn repetutament f'dan il-parlament u barra minnu jagħmel dikjarazzjonijiet foloz meta jgħid li nidħlu jew ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea, Malta trid tneħħi t-tariffi protettivi fuq il-biedja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien la qatt għamilt u qatt m'hu se nagħmel dikjarazzjonijiet foloz.", "Dawk jagħmilhom min irid jidħak bil-poplu.", "Jien kulma ngħid huwa iswed fuq l-abjad u żgur ma niġix hawnhekk u nagħmel bħalma għamel Alfred Sant fil-budget, meta qal li t-tariffi ta' l-ilma li attwalment iħallsu r-raħħala, huma ogħla minn kif kien għamilhom hu.", "Dawk żgur affarijiet foloz!", "Illum kont ta' l-ilma jiġi wieħed minn sebgħa ta' dak li kien fassal dak li llum huwa l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Issa l-Onor.", "Interpellant bagħat e-mail lill-public relations officer tad- WTO u dan wieġbu li l-levies jistgħu jibqgħu.", "Naturalment kulħadd għandu dritt jgħid li jrid, għalkemm din żgur ħrafa għax kulħadd jaf li l- agreement ta' Marrakesh ta' l-1994 isemmi developing countries.", "Issa aħna ma rridux nibqgħu pajjiż tat-third jew tal-fourth division, anzi rridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nippreparaw ruħna u nidħlu ma' dawk il- pajjiżi żviluppati.", "Għalhekk li aħna nnegozjajna ma' l-Unjoni Ewropea u ġejna aċċettati u llum nistgħu ngħidu li fil-preżent qegħdin fil-kenn ta' l- Unjoni Ewropea.", "Biex inti tkun parti minn suq wieħed trid tbiddel ċerti affarijiet, u waħda minn dawn hi li l-levies iridu jmorru.", "Din hija l- istorja kollha, Sur President.", "F'Marrakesh fl-1994 kienu qalu li d-developing countries jistgħu jżommu ċerta protezzjoni, imma d-dinja żgur li ma waqfetx hemm!", "Per eżempju, is- sena l-oħra kien hemm laqgħa oħra tal-WTO f'Doha u iżjed tard din is-sena se jkun hemm laqgħa oħra fil-Messiku u dejjem għandek tistenna li jkun hemm dikjarazzjoni finali.", "Issa d-dikjarazzjoni li rrifera għaliha l- oppożizzjoni hija dik ta' Marrakesh, li kienet titkellem fuq developing countries.", "Aħna żgur ma rridux nibqgħu pajjiż tat-third jew tal-fourth division.", "Min jitkellem bil-mod kif jitkellmu tan-naħa l-oħra juri li jrid iżomm il-pajjiż lura, irid iżommu fi żvantaġġ u jrid iżommu fit-third jew fourth division.", "Aħna lanqas fil-first division ma hu tajjeb għalina imma rridu nitilgħu premier!", "Fil-fatt applikajna u ġejna aċċettati biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u ġaladarba hemm għandek suq wieħed, ovvjament il-levies iridu jispiċċaw.", "Barra minn hekk, irrid ngħid li d-WTO miexja lejn sitwazzjoni fejn kull forma ta' protezzjoni li tagħmel distortion tas-suq trid titneħħa, b'mod partikolari fil-qasam tal-biedja.", "Jiġifieri hawn qegħdin ngħidu li sabiex dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħataw iċ-ċans li jesportaw u jidħlu fi swieq li llum huma magħluqa għalihom, irridu naslu għal prezz internazzjonali wieħed mad-dinja kollha.", "Lil hemm miexja d-dinja u 'l hemm miexja d-WTO.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jinvestiga għala l-pipe tat-tisqija ta' Sant Antnin, li huwa għaddej minn Triq Xrob l-Għaġin, fiż-Żejtun, ilu ġimgħat bil-ħsara, bil-konsegwenza li madwar għaxar bdiewa mhux qed ikollhom ilma?", "Hemm ukoll numru ta' open channels ta' l-istess sistema tat-tisqija li huma mfarrka, anke fl-inħawi ta' Ħaż-Żabbar.", "Dawn huma mibnijin fuq ħitan tas- sejjieħ u jekk bil-maltemp iċedu, jaqgħu ċ-channels.", "Nista' nifhem li d- dipartiment għandu xi pjan biex isewwi din il-ħsara, imma nixtieq il- konferma tal-Ministru li l-affarijiet se jsiru b'tali mod biex fis-sajf il- bdiewa ma jkunux bla ilma, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien ħadt nota ta' l-ilment mqajjem mill-Onor.", "Membru u ovvjament se nagħti struzzjonijiet biex jekk hemm xi ħsara tiġi msewwija.", "Biss fuq in-network kollu ta' Sant Antnin, ta' min jgħid li dan sar f'forma li jkun open channel, jiġifieri għandek katusa forma ta' \"U\" mingħajr għatu u allura l-ilma jimxi biss għan-niżla.", "Għal fuq ma tistax ittellgħu għaliex inkella jaqbeż il-ġnub ta' l-istess katusa u l-ilma ma jasalx fejn għandu jasal.", "Aħna ilna ngħidu li dan in-network ma sarx bil-mod ideali għaliex meta jkollok open channels, ma tkunx tista' tuża l-pressa għal ġon-network.", "Dan in-network kollu jrid jiġi rranġat billi jsir pressurised, ħalli mbagħad tkun tista' tippompjah.", "Dan il-proġett se jiddaħħal taħt il-pjan ta' żvilupp rurali u diġa' saru l-preparamenti kollha.", "Irrid ngħid li din is- sena li qegħdin fiha, l-Unjoni Ewropea diġa' tatna Lm1.3 miljun bħala pre- accession għal dan il-pjan rurali.", "Parti minn dawn il-flus se jmorru għal xogħol relatat ma' din is-sistema ta' tisqija li ssemmiet.", "Il-problema li semma l-Onor.", "Mario Galea nqalgħet minħabba li dawn iċ- channels ġew mgħoddija b'mod ta' kafkaf.", "Uħud minnhom ġew mgħoddija fuq ħitan tas-sejjieħ u ovvjament meta taqa' parti minn ħajt tas-sejjieħ, għandek il-katuża li wkoll taqa' 'l isfel.", "Ċertament li din is-sistema ta' network li għaddejja fil-preżent trid tiġi mibdula kollha b'katusi li jgħaddu fuq sodda ħalli ma jiċċaqilqux.", "Il-katusi bħalissa m'humiex qegħdin fuq sodda stabbli u meta jkollok parti minn din is-sodda li tinżillek, il- katusa tinfaqa' u jkollok ukoll leakages.", "Dawn in-nuqqasijiet jissarfu f'telf ta' ilma tant essenzjali biex issir it-tisqija tar-raba'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma b'liema mod jasal biex jgħid il-Ministru li jekk pajjiżna jsostni l-protezzjoni tal-levies, ikun pajjiż tat-tielet dinja?", "Qed ngħid hekk għax il-protezzjoni li tippermetti d-WTO għall-qasam agrikolu jibbenefikaw minnha pajjiżi bħall-Amerika, il-Kanada, l-Awstralja, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Isvizzera.", "Ċertament li dawn m'humiex pajjiżi tat-tielet dinja!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvju li dawn m'humiex pajjiżi tat-tielet dinja!", "Ħadd m'hu se jmerik meta tgħid li l-Istati Uniti huwa pajjiż żviluppat, li l-blokk ta' l-Unjoni Ewropea huwa blokk żviluppat, li l-Awstralja huwa post żviluppat.", "Anke l-Isviżżera huwa pajjiż żviluppat.", "Dawn għandhom safeguard mechanisms, dawk il-famużi 800 u ma nafx kemm aktar li ta' spiss isemmi l- Onor. Interpellant.", "Dawn lesti jippermettu l-importazzjoni sa ċertu ammont minn third world countries.", "Dawk huma s-safeguard mechanisms.", "L- Ewropa diġa' ħarġet bil-kunċett ta' everything but arms, fis-sens li pajjiżi tat-tielet dinja jistgħu jesportaw il-prodotti kollha basta mhux armi u armamenti.", "Il-pajjiżi li għadu kemm semma l-Onor.", "Farrugia mhux talli mhumiex imbeżżgħin, talli lill-pajjiżi tat-tielet dinja qegħdin jagħtuhom n-nifs biex eventwalment jinqered il-ġuħ.", "Lil dawn in-nies qed jagħtuhom iċ-ċans li jesportaw biex idaħħlu l-flus.", "Dik hija s-serjeta' u dik hija s- solidarjeta'.", "L-Unjoni Ewropea diġa' bdiet dan il-programm ta' everything but arms, li permezz tiegħu qed tagħti ċ-ċans lil dawk il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jesportaw lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, fil-każ ta' pajjiżi oħra li m'humiex tat-third world, l-Unjoni Ewropea għandha ftehim - per eżempju, mill-Arġentina, l-Unjoni Ewropea ma tixtrix bl-amment u jekk jinqabeż dak l-ammont hemm tariffa – biex tikkontrolla l-importazzjoni ħalli ma jinfaqax is-suq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Kemm huwa minnu dak li jingħad minn kelliema ta' l-oppożizzjoni li l-prezz tal-laħam, taċ-ċanga b'mod partikolari, se jogħla b'ħames darbiet fuq il-prezz tal-lum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dwar iċ-ċanga importata ilna nisimgħu ċifri li kieku wieħed kellu jemminhom, jispiċċa Mount Carmel!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "L-Onor.Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għall-korretezza, l-oppożizzjoni qed tgħid li l- laħam taċ-ċanga tal-friża se jogħla b'75c u l-laħam l-ieħor tal-friża se jogħla b'Lm1.", "Imbagħad hemm Lm5 fuq il-laħam tal-ħaruf importat minn New Zealand bi kwota li ħadd għadu ma qalilna x'se jkun l-impatt tagħha, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, din li qed jgħid hija ħrafa oħra.", "Xi sentejn ilu jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra l-workings li konna għamilna dwar kemm jista' jogħla l-ħaruf u ħadd ma merieni.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għandix faħam miblul għax dak li ngħid huwa kollu dokumentat!", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru għax kulma togħla ċ-ċanga – u dan skond rough calculation li saret bil-prezzijiet ta' sentejn ilu – huwa xi 10% biss.", "Rigward iċ-ċanga, l-Onor.", "Farrugia kien ġie rrapportat li qal li l-prezz minn $3,000 it-tunnellata se jogħla għal $15,000 it-tunnellata.", "(Interruzzjonijiet) Ara ''l-orizzont'' tas-7 ta' Frar, 2001 u ara l- \"KullĦadd\" ta' l-4 ta' Frar, fejn int ġejt irrapportat li għedt li minn $3,000 it-tunnellata, iċ-ċanga se togħla għal $15,000.", "Dak kollu gideb, dik ħrafa!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Is-Sedja għandha tgħidlu biex jirtira l-kelma \"gideb\".", "Dak l-artiklu jirriferi għal-laħam li jkun ġej minn barra l-Unjoni u mhux għal-laħam li jkun ġej mill-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma u l-ordni.", "Ikompli l- Ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru qed jgħid li l-oppożizzjoni qalet il-gideb.", "Jien wieħed mill-oppożizzjoni u jien ma għedtx gideb.", "Jien niċċallinġjak biex iġġibli l-provi fejn jien għedt il-gideb.", "Jekk ma jirtirahiex ngħidlu li l-giddieb huwa hu u bil-provi.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "ONOR.", "MEMBRU: Mifxulin!", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.29 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Għadda l-ħin tal-mistoqsijiet u ngħaddu mill-ewwel għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG(Ministru ta` l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-minuti tal-laqgħat tal-kummissjoni nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38461; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali 59 ta' l-2003 – direttiva għall-ħruġ ta' ammont li ma jeċċedix Lm 35 miljun 5.4% stock tal-Gvern ta' Malta 2010 (ir-raba' ħruġ);", "Avviż Legali 60 ta' l-2003 - direttiva għall-ħruġ ta' ammont li ma jeċċedix Lm 20 miljun 5.9% stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (it-tieni ħruġ, fungibility issue); u", "Lista ta' għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn fondi mqassma mill-fond tas-super-5, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38529.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali( Mozzjonijiet( Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMEDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nippropona t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Kodiċi Ċivili, Kap. 16\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda(", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, hawnhekk qegħdin inressqu emenda għall- Kodiċi Ċivili li huwa ġabra tal-liġijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet u d-drittijiet ċivili fis-soċjeta`.", "Din l-emenda hija waħda pjuttost teknika u mhux faċli biex tinftiehem minn dawk li m'humiex addetti ai lavori kif jiġu kalkolati d-danni.", "Hawn qegħdin nipproponu emenda għal żewġ artikli partikolari, l-artiklu 1045 u l-artiklu 1046.", "Il-każi li qegħdin inħarsu lejhom huma dawk fejn xi ħadd iweġġa' jew isofri danni.", "Dan jista' jkun fuq il-post tax-xogħol, bħala konsegwenza ta' inċident tat-traffiku, ikun għaddej mit-triq u taqa' xi ħaġa min ġo dar fuqu jew minħabba aċċident.", "Fil-kunċett tal-liġi d-dannu joħloq żewġ obbligazzjonijiet fuq dik il-persuna li tkun ikkaġunat id- dannu; li jagħmel tajjeb għat-telf dirett li jkun sofra u f'ċerti każijiet oħra, fejn bħala konsegwenza ta' dak id-dannu tirriżulta inkapaċita` fiżika jew f'każ estrem il-mewt, jinħoloq l-obbligu li jitħallsu d-danni għal dak li fil-futur dik il-persuna se titlef minħabba li ma tistax tibqa' tagħmel il-funzjonijiet kollha tagħha.", "Biex nispjega ftit minn fejn tlaqna u fejn nixtiequ naslu se naqra l-artikli 1045 u 1046 biex nispjega l-pożizzjoni tal-liġi llum.", "Illum artiklu 1045 bl-Ingliż jgħid hekk:", "\"The damage which is to be made good by the person responsible shall consist in the actual loss which the act shall have directly caused to the injured party, in the expenses which the latter may have been compelled to incur in consequence of the damage in the loss of actual wages or other earnings.\".", "Dan ifisser li l-ewwel parti tad-dannu huwa li jiġi mħallas dak li effettivament intilef.", "Nistgħu nieħdu l-każ ta' xi ħadd li qala' daqqa ta' karozza u kellu jħallas tabib, jirranġa l-karozza tiegħu u jitlef għaxar ġimgħat xogħol jew aktar u għamel spejjeż oħra direttament relatati, jiġifieri jkun ħareġ flus mill-but għax ma setax imur jaħdem, dak huwa dannu dirett li jrid jiġi riżarċit.", "It-tieni tip ta' dannu li ssemmi din il-liġi \"consists in the loss of future earnings arising from any permanent incapacity, total or partial, which the act may have caused\".", "Hawnhekk il-liġi qed tipprevedi li jekk wieħed bħala konsegwenza ta' dak li ġara tilef idejh u allura għandu diżabilita' parzjali tant li dak li jaqla' fil-futur se jkun inqas, isir kalkolu ta' dak id-dannu futur li jintilef.", "Fil-fatt fl-istess artiklu l-liġi tkompli tgħid hekk:", "\"The sum to be awarded in respect of such incapacity shall be assessed by the court having regard to the circumstances of the case, and particularly, to the nature and degree of incapacity caused, and to the condition of the injured party.\"", "L-unika direttiva li tagħti l-qorti hija li meta tiġi evalwata l- inkapaċita` jrid ikun hemm il-livell ta' inkapaċita` li wieħed ikollu.", "L-artiklu 1046 jgħid hekk:", "\"Where in consequence of the act giving rise to damages death ensues, the court may, in addition to the actual loss and expenses incurred, award to the heirs of the deceased person damages as in the case of permanent total incapacity.\".", "Hawnhekk qed ngħidu li d-dritt li semmejna jaqa' wkoll fuq l-eredi tal- vittma li bħala konsegwenza jkun sofra l-mewt.", "Wieħed jara mill-ewwel li l-liġi tagħna hi qasira ħafna u minn dan il-qosor ġiet żviluppata ġurisprudenza vasta ħafna ta' kif jiġu kalkolati d-danni.", "Qed ngħid li hi vasta ħafna għax naħseb li fl-aħħar 30 sena pprogredejna u varjajna sew dawn l-interpretazzjonijiet.", "Hawnhekk m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall tas-sentenzi, għalkemm għandi lista sħiħa anke tad-danni li ġew mogħtija f'ħafna każijiet li jidhru wkoll fil-gazzetti tagħna.", "Wieħed jinnota li l-ewwelnett it-tendenza hi li qed jiżdied l-ammont ta' danni li jiġu kkalkolati fil-każijiet ta' diżabilita' parzjali, totali u ta' mewt.", "Wieħed jinnota wkoll it-tendenza tal-qrati tagħna li jinterpretaw bl-iktar mod vast il-kelma \"eredi\" fil-każ ta' mewt.", "Il-liġi tgħid li d-dritt għal riżarċiment ta' danni fil-każ ta' mewt tispetta lill-eredi.", "Għandna sentenzi fejn din il-kelma ma ġietx interpretata fis-sens strett ta' eredi imma ġiet ukoll interpretata f'eredi potenzjali bħall-aħwa li strettament m'humiex eredi bil-liġi ħlief f'ċerti okkażjonijiet partikolari.", "It-tielet ħaġa li wieħed jinnota hi li hemm problema oħra għax għandna sentenzi diverġenti fuq min hu d-dipendent ta' persuna, jiġifieri min jiddependi minnha.", "Fl-antik dawn kienu jinkludu l-mara u t-tfal u llum jidher li hemm tendenza li l-qorti twessa' ħafna aktar din l- interpretazzjoni.", "Ir-raba' problema hi li f'sentenzi reċenti jidher li hemm tendenza li l-qrati tagħna japplikaw dawn ir-regoli għal min għadu minuri u jitlef ħajtu, per eżempju f'inċident tat-traffiku.", "Dan jagħti d-dritt ta' riżarċiment kważi bl-istess mod daqskemm ikun hemm riżarċiment fir-rigward tat-tfal, per eżempju, jekk imut il-missier.", "Kif għedt, ma naħsibx li hawnhekk huwa l-lok fejn wieħed jidħol fid- dettall.", "Forsi wieħed jista' jespandi dan l-argument iktar fl-istadju ta` kumitat.", "Pero` ċertament hawn tendenza li rrid ngħid li m'hijiex xi ħaġa ġdida li ġrat f'Malta għax ġrat ukoll f'pajjiżi oħra.", "Illum hemm żewġ toroq ta' leġislazzjoni.", "Hemm ġurisdizzjonijiet li baqgħu fuq it-triq Amerikana fejn hemm ftit regoli, imma l-poter ħafna drabi huwa f'idejn il-qorti.", "Il- ġurisdizzjonijiet Amerikani huma magħrufa ħafna għar-riżarċimenti qawwijin ħafna.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq miljuni u għexieren ta' miljuni.", "Hemm ukoll il-ġurisdizzjonijiet Ewropej, fejn il-Parlament fid-dawl ta' dak li kien qed jiġri fil-qrati dehrlu li kien wasal iż-żmien li jagħmel linji gwida ta' kif jiġi kalkolat ir-riżarċiment, jiġifieri li jillimita d- diskrezzjoni tal-qorti u jitlobha timxi fuq ċerti linji gwida li jkun hemm.", "Aħna jidhrilna li wasal iż-żmien li dan isir għal żewġ raġunijiet.", "Waħda minnhom hi għax illum is-sentenzi tal-qrati huma diverġenti, għalkemm din hija ħaġa naturali speċjalment meta jkun qed isir żvilupp ġurisprudenzjonali.", "Jiena m'għandi ebda problema b'dan, pero` hemm żewġ raġunjiet paritkolari li nemmen li għandi niċċita.", "Fil-każ eċċezzjonali ta' libelli diġa` għandna limitazzjonijiet fuq id-danni li jistgħu jitħallsu, kuntrarju għal ħafna ġurisdizzjonijiet fejn l-ammont ta' riżarċiment fil- każ ta' libelli huwa liberu u fid-diskrezzjoni tal-qorti.", "Pajjiżna minn dejjem irregola l-ammont ta' riżarċiment li wieħed jista' jieħu meta jiġi danneġjat fir-reputazzjoni tiegħu.", "Illum qiegħed għal-livell ta' Lm5,000, pero` iktar minn hekk, il-gvern jidhirlu li wasal iż-żmien fejn din ir- regolamentazzjoni tibda ssir peress li indubjament li qed jiġri fis- soċjeta` huwa li l-premiums ta' l-assigurazzjoni qed jiġu affettwati bir- riżarċimenti kbar li hemm.", "It-tendenza hi li llum jingħataw.", "Jidhrilna wkoll li fejn jiġi kalkolat il-livell tad-diżabilita` jew id- dritt ta' riżarċiment m'huwiex tajjeb li jkollna diverġenzi bejn il-qrati tagħna.", "L-imħallfin Maltin dejjem ħadu l-linja li huma m'għandhomx jagħmlu sentencing policies u allura m'għandhomx ftehim bejniethom dwar kif jittrattaw il-linja massima f'ċerti kawżi.", "Dan huwa dritt tagħhom.", "F'ħafna pajjiżi oħra jagħmlu hekk u mhux qed nikkritika dan, pero` meta ma jkunx hemm sentencing policies jiġri li għall-istess tip ta' inċident quddiem imħallef wieħed, bniedem jieħu Lm50,000 f'danni u quddiem ieħor kwart ta' miljun.", "Jidhrilna li speċjalment f'soċjeta` żgħira bħal din m'għandniex inħallu ħaġa bħal din tiġri mingħajr ma jkun hemm policy u allura l-għan huwa li naqbdu dawn iż-żewġ artikli u nerġgħu niktbuhom.", "Irrid ngħid li l- aħħar emendi li saru f'dawn iż-żewġ artikli kienu fl-1938 u fl-1962 u naħseb id-dinja f'40 sena tbiddlet sostanzjalment.", "Il-possibbiltajiet ta' danni minn inċidenti kibru sostanzjalment u allura wasal iż-żmien li wieħed jirregola.", "Qed tiġi proposta regolamentazzjoni ġdida fejn għalissa fil-liġi qegħdin ngħidu li l-massimu li jista' jiġi likwidat bħala danni għall-inkapaċita` permanenti huwa ta' Lm250,000, somma li minn żmien għal żmien il-ministru jista' jgħolli permezz ta' avviż legali.", "Qed ngħidu li għandha tiġi pubblikata skeda li għadna qed niddiskutu ma' l-esperti u li tistabbilixxi l-perċentaġġi li għandhom jitħallsu fil-każ li l-inkapaċita` ma tkunx totali imma tkun parzjali.", "It-tieni emenda li qed tiġi suġġerita hija li nagħmlu distinzjoni bejn dawk li huma teknikament dipendenti u bejn dawk li m'humiex dipendenti.", "Fl-ewwel każ qegħdin nagħmlu regoli iktar dettaljati ta' kif għandu jiġi kalkolat id- dannu u fit-tieni każ qegħdin nagħmlu regoli differenti.", "Fil-qosor id- distinzjoni hi li waqt li min huwa dipendenti minn min weġġa' jrid ikun living and maintaine' fil-każ ta' l-oħrajn se jkun living and not maintained minn dak li jieħu ħsiebu.", "Jekk nidħol kemm kemm f'iktar dettal fl-artiklu ġdid 1046 insib li qed ngħidu li fejn l-att li joħloq d-dannu jirriżulta f'mewt, barra t-telf u l- ispejjeż diretti għandhom jitħallsu lill-eredi tal-mejjet, lid-dipendenti u lill-qraba d-danni relattivi skond is-subartikli li ġejjin biss u m'għandhom ikollhom ebda dritt għal danni bbażati fuq il-qligħ potenzjali futuri.", "Hawnhekk qed inbiddlu r-regola preżenti tal-possible future earnings għal regoli iktar dettaljati li se niżvolġu fl-artikli li ġejjin.", "Qegħdin ngħidu li fil-każ ta' persuna dipendenti li hija r-raġel jew il- mara tal-mejjet, dixxendent jew axxendent - jiġifieri tfal jew missieru u ommu - jew aħwa tal-mejjet u li fiż-żmien meta tokkorri l-mewt kienu mantnuti mill-persuna li mietet, is-somma totali li titħallas hija ta' Lm250,000.", "Fejn tidħol total permanent disability hemm regoli oħrajn.", "Qegħdin ngħidu wkoll li qed nispeċifikaw iċ-ċirkostanzi aktar milli huma speċifikati s'issa.", "Dan biex il-qorti tasal għal somma attwali.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-ammont għandu jkun dak li probabbilment kienet tħallas bħala manteniment il-persuna mejta.", "Hawnhekk jitqies iż-żmien li fih il-persuna kienet dipendenti u kemm ikun baqgħala żmien tiddependi.", "Jitqies ukoll jekk kienx hemm il-possibbilta` li xi darba l-manteniment jieqaf.", "Dan għandu jittieħed in konsiderazzjoni.", "Qegħdin niddefenixxu wkoll x'inhu \"close relative\" tal-mejjet u qed ngħidu hekk:", "\"For the purpose of this article, a close relative of the deceased is a spouse, descendant, ascendent or brother or sister of the deceased living in the same household of the deceased.\".", "Fil-każ li l-istess persuni li jgħixu mal-mejjet ma kenux qed jiġu mantnuti minnu r-riżarċiment huwa ħafna għax ma kienx hemm dipendenza.", "Hemm ukoll il- poter li 'l quddiem joħorġu skedi detaljati li qegħdin fid-diskussjoni dwarhom ma' l-esperti kemm biex nistabilixxu l-livelli ta' diżabilita' parzjali kif ukoll biex nispeċifikaw iktar ir-regoli li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni fil-kalkolu tar-riżarċiment.", "Irrid nagħmilha ċara li qegħdin naħdmu ħafna minn fuq leġislazzjoni ta' barra minn pajjiżna speċjalment dik Ingliża, Taljana, Ġermaniża, Franċiża u dik li hemm fl-Isvezja.", "Fi kliem ieħor mhux qed nivvintaw imma qegħdin biss nirregolaw bl-iktar mod strett il-kalkolu tad-danni.", "Kif għedt, ir-raġuni prinċipali hija li l-aħħar emendi f'dawn l-artikli saru fl-1962 u minn 1962 'l hawn sfortunatament in-numru ta' inċidenti mhux irdoppja u ttripla imma żdied bil-bosta mhux għax żdied it-traffiku biss imma għax żdiedu ħafna inċidenti fuq ix-xogħol.", "Għandna ħafna kawżi li qed isiru minħabba riżarċiment għad-danni u għandna wisq interpretazzjonijiet differenti mill- qrati tagħna.", "Dan irrid ngħidu mingħajr ma nikkritika l-interpretazzjoni, pero` bil-linji gwida li ngħataw mill-Parlament s'issa lill-qrati tagħna kien ftit diffiċli li jkun hemm uniformita` fl-iżvilupp li sar fil- ġurisprudenza.", "Irrid infaħħar dan l-iżvilupp fil-ġurisprudenza għax fl-aħħar mill-aħħar huwa frott ta' ħsieb ta' l-imħallfin tagħna, tal-mod kif huma jaraw li qegħdin jiżviluppaw l-affarijiet u ta' kif il-qrati tagħna jirrispondu għall-esiġenzi soċjali li jkun hawn f'pajiżna meta l-liġi ma tagħtihomx gwida dettaljata.", "Is-soluzzjoni li qegħdin nipproponu ma turix li għandna xi ambizzjoni li nkunu perfetti imma turi l-bidu ta' kif nistgħu nagħtu linji gwida iktar dettaljati biex il-qrati tagħna jaħdmu bihom.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, dan l-abbozz li għanda quddiemna ġie diskuss mill-oppożizzjoni bħalma niddiskutu kull abbozz ieħor.", "Dan il- Parlament qed jipprova jintroduċi emendi għal Kodiċi Ċivili biex il-qrati tagħna jkollhom linji gwida meta jiġu biex jagħmlu l-likwidazzjoni tad- danni.", "Il-ministru jaf li hemm diversi deċiżjonijiet li jittieħdu mill-qrati meta jkun hemm ħlas ta' danni fuq diżabilita' parzjali, totali jew mewt.", "Hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq il-każistika li għadna nużaw illum.", "Kien hemm każi fejn il-qorti ħadmet il-likwidazjzoni tad-danni ta' persuna li sofriet diżabilita` permanenti fuq 25 sena, ladarba din il-persuna jkollha ċerta eta`.", "Hemmhekk kien hemm żvilupp interessanti fil-ġurisprudenza tagħna.", "Dawn bdew jiġbdu linja anke sa 45 sena ladarba l-persuna tkun għadha żgħira ħafna.", "Irrid ngħid li jkun hemm ċirkostanzi oħra li l-qrati kienu jaraw u għalhekk meta wieħed jara l-Kodiċi Ċivili u l-artiklu 1045 li għadu kif iċċita l-ministru irid iħares lejn diversi aspetti.", "Meta l-qorti tkun qed tqis id-danni tara ċerti kriterji li tagħtiha l-liġi imma ma torbotx idejha.", "Fost dawn il-kriterji tara t-telf effettiv li l-għemil tagħha jkun ġab direttament lill-parti li tkun qed tbati l-ħsara.", "Dan huwa kriterju oġġettiv li l-qorti trid timxi miegħu.", "Ċertament l-ispejjeż joħorġu minn din il-parti li setgħet tkun għamlet il-ħsara.", "Aħna qegħdin ngħidu li b'dawn l-emendi se nħallu dawn il-kriterji hemm, imma se ndaħħlu kriterju ieħor ta' ammont li m'għandux jiġi maqbuż.", "Dawn l-emendi se jkunu qegħdin ixekklu lill-istess qorti meta tagħti s- sentenzi tagħha għax din jista' jkollha każ fejn persuna jkollha 100% diżabilita' u jkollha 19-il sena.", "Barra li tiġi diżabilitata l-persuna tiġi kompletament dipendenti.", "Jista' jkun hemm każ bħal dan fejn l-ammont li għandu jiġi likwidat jista' jaqbeż l-ammont permessibbli f'din l-emenda jew waħda mill-emendi.", "Jien qed nagħmel riferenza għall-istess emenda fejn il- ministru qed jgħid li s-somma li għandha titħallas lill-persuna li tkun ġarrbet diżabilita' totali m'għandhiex tkun iżjed minn Lm250,000 jew dik is- somma li l-ministru responsabbli bi ftehim mal-ministru tal-finanzi jkun jista' jistabbilixxi b'avviż minn żmien għal żmien.", "Hawnhekk aħna qegħdin nistaqsu għaliex qed isir hekk.", "Il-qorti kellha l-fakulta` li tara u tiżen dak kollu li jinġieb quddiemha biex tasal għal deċiżjoni iktar ċara, ġusta u ekwa fiċ-ċirkostanzi.", "Bl-emenda li qed tiġi proposta qegħdin noħolqu barriera safejn wieħed jista' jasal u dan ma naqblux miegħu.", "Filwaqt li għandi l-kritika tiegħi għal deċiżjonijiet li jagħtu fil-qrati Amerikani u naqbel mal-ministru li l- esaġerazzjonijiet li joħorġu mill-qrati Amerikani huma kbar, aħna m'għandniex għalfejn nitkażaw bihom.", "Aħna rridu naraw kif imxew il-qrati tagħna.", "Ma kellna l-ebda sentenza ta' barra minn hawn għalkemm veru kien hemm żvilupp fil-ġurisprudenza fejn għandha x'taqsam il-likwidazzjoni tad- danni.", "Sar dan il-pass u forsi mhux kulħadd kien jaqbel miegħu.", "Wieħed jista' jikkritika b'mod oġġettiv il-qrati tagħna, basta tkun kritika ġenwina mingħjar ma jiġi kkritikat il-ġudikant.", "Il-ġudikant huwa parti mis- sistema u allura m'għandux jiġi individwilizzat minħabba dik is-sentenza għax hija pronunzjament tad-deċiżjoni tal-qorti.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li kif se jingħata l-poter il-ministru u kif se jikkontrolla l-istess deċiżjoni tal-qrati tagħna huma interferenzi diretti fuq is-sistema ġudizzjarja.", "Dan ma naqblux miegħu għax se ndaħħlu l- kriterju oġġettiv ta' kif il-qrati tagħna għandhom jikkalkolaw meta jiġu biex jagħtu deċiżjoni jew sentenza.", "Dak huwa kriterju li huwa mibni fuq ħafna ħsibijiet u meta l-leġislatur għadda l-liġi fl-1962 mexa anke fejn għandha x'taqsam is-somma li għandha tiġi mogħtija għall-inkapaċita`.", "Din kienet tiġi stabbilita mill-qorti wara li l-istess qorti tqis iċ-ċirkostanzi tal-każ u b'mod partikolari l-grad ta' inkapaċita` kkaġunata.", "Dan huwa bbażat fuq ċertifikazzjoni medika, esperti mediċi u ħafna affarijiet oħra.", "Bl-emendi qegħdin nagħmluha ċara li apparti li dan se jibqa' hemm, se nintroduċu artiklu ġdid 1046(a) li se jistabbilixxi l-kriterji li trid timxi fuqhom il-qorti.", "Il-ministru qed jgħid lill-qorti li trid timxi fuq ir-regolamenti li joħroġ hu bħala ministru responsabbli mill-ġustizzja.", "Dawn ir-regolamenti jridu jitqiesu mill-qrati biex jiġu stabbiliti d-danni dovuti għal telf ta' qligħ.", "Din hija manifestazzjoni ċara ta' ndħil fis-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna fejn jidħlu dawn it-tip ta' kawżi.", "Il-qrati għandna nħalluhom liberi biex jagħtu d-deċiżjonijiet tagħhom u jekk kemm-il darba jkun hemm xi sentenza li tirrifletti li kienet b'xi mod qed toħloq kritika, il-pubbliku jirreaġixxi.", "Naħseb li għandna ħafna metodi kif jingħataw il-messaġġi lill- qrati.", "Illum, tajjeb jew ħażin hemm il-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u l-qrati tagħna huma taħt skrutinju kontinwu allura m'għandux għalfejn inkunu aħna jew l-eżekuttiv li jipprova jeżerċita kontroll fuq kif għandha tingħata sentenza u fuq liema standards għandha tingħata.", "Biżżejjed ngħidu li jekk wieħed iħares lejn x'ġara bejn Ottubru tas-sena 2001 sa Settembru li għadda jsib li ħarġu diversi rapporti mill- kummissjoni.", "Kien hemm anke ilmenti fil-konfront ta' avukati u fil-konfront ta' ġudikanti.", "Il-pubbliku ressaq 61 ilment.", "Tajjeb jew ħażin hemm il- kontroll imma issa se nidħlu f'kontroll ta' l-eżekuttiv li hu perikoluż.", "Hanwhekk qegħdin f'kamp perikluż fejn il-ministru se joħroġ regolamenti li bihom se jiġi mogħti s-setgħa minn dawn l-emendi biex hu jagħti l-kriterju.", "L-oppożizzjoni ma taqbilx ma' dan għax dan huwa pass fid-direzjoni l-ħażina speċjalment illum meta nafu li l-qrati tagħna għaddejjin minn perjodu sensittiv ħafna anke wara ċerti avvenimenti li ġraw is-sena l-oħra f'pajjiżna.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss.", "L-istess kummissjoni li hija preseduta mill-President tar-Repubblika qiegħda tgħid li baqa' problemi kbar fis-sistema speċjalment fil-qrati tagħna u li wieħed għandu jipprova jirriafferma l-fiduċja fil-ġudikatura u fis-sistema ġudizzjarja Maltija.", "Dawn jgħidu li wieħed jista' jibni fiduċja fil-qrati tagħna billi jħalli lil-membri tal-ġudikatura jaħdmu bl-iktar mod ħieles u trasparenti.", "Ma naħsibx li aħna għandna nagħtu linji gwida għax il-qorti taf teħodhom hi mill-provi li jkollha.", "Forsi dawn l-emendi qed isiru għaliex hemm xi pressjoni jew għaliex għandna diversi każi li m'humiex allineati ma` xulxin.", "Jien ngħid li m'hemm xejn ħażin f'dan.", "Jekk wieħed jara l-każistika tal-House of Lords isib li dawn jaqilbu ċerti ġudizzji anke fuq dettall.", "Din hija l-evoluzzjoni tal-ġudikatura u s-sabiħ tagħha f'kull pajjiż fejn din tkun ħielsa minn xi tip ta' influenza li tiġi mill-eżekuttiv u aktar u aktar minn hawn.", "Hawnhekk ngħaddu dawk il-liġijiet li s-soċjeta` tistenna li ngħaddu biex ikollna l-aħjar ġid għall-pajjiż imma kif tingħata sentenza u safejn għandha tingħata għandha tarah il-qorti.", "Fil-kodiċi ċivili kif inhuwa llum u mhux kif qed jiġi propost hemm il-problema ta' l-interpretazzjoni tal- werriet.", "Il-liġi fl-artikolu 1046 tal-kodiċi ċivili tgħid li jekk minħabba l-għemil li jagħti lok għad-danni xi ħadd imut, il-qorti tista' u għalhekk għandha l-fakulta` li tara u tiżen biex tasal li flimkien mat-telf u spejjeż attwali kkaġunati tagħti lill-werrieta tal-mejjet – apparti mid- danni li qed nitkellmu fuqhom- id-danni speċjalment fil-każ ta' inkapaċita' totali għal dejjem skond id-dispożjoni ta' l-aħħar artikolu.", "Dan jimxi skond dak li għadni kif irreferejt ftit qabel għalih meta tkellimt fuq kif jitqiesu d-danni taħt l-artiklu 1045.", "Dan huwa wkoll suġġett għal dak li l-qorti tagħna tara fiċ-ċirkostanzi ta' kif għandha tikkontifika.", "Huwa veru li mill-1962 meta saru l-aħħar emendi fil-kodiċi ċivili saru ħafna żviluppi u llum in-nies ikorru aktar minħabba aktar teknoloġija u karozzi fit-toroq.", "Madankollu jibqa' l-fatt li l-qrati tagħna dejjem imxew fuq il-persentaġġ ta' l-inkapaċita` ta' dik il-persuna li tkun sofriet id-danni, l-eta' tal-persuna meta tkun weġġgħet u kriterju ieħor li dejjem imxiet fuqu li hu kemm kien id-dħul ta' dik il-persuna qabel ma' weġġgħet.", "Il-qorti dejjem imxiet fuq dawn il-kriterji.", "Fattur li ma tantx daħlu fih l-qrati tagħna, u tajjeb li wieħed jara żvilupp fih, hu dak tad-danni morali fejn wieħed jitlef tifel jew tifla b'diżgrazzja jew inċident stradali.", "Kultant id-danni mħallsa ma jkunux jirriflettu d-dannu morali li wieħed ikun sofra.", "Dan huwa kamp ieħor wiesa` li hemm ħafna ġuriprudenza barranija titkellem fuqu u mhux se nitkellem fuqu hawn.", "L-emendi li għandna, Sur President, huma emendi li fl-opinjoni tagħna huma perikolużi minħabba l-fatt li qed nidħlu f'kamp li m'għandniex nidħlu fih minħabba l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Ma naqblux li l-ministru - jkun min ikun - jieħu fuqu l-kriterji li għandha tuża' l-qorti.", "Ma naqblux li ministru li huwa enti politika, f'isem l-eżekuttiv jieħu l-briga biex joqgħod jagħmel ir-regolamenti jew bi ftehim mal-ministru tal-finanzi jistabbilixxi dak l-ammont massimu li għandu jingħata bħala danni.", "Naf li din it-tip ta' leġislazzjoni teżisti barra minn pajjiżna imma hemm bżonn inżommu saqajna ma' l-art.", "Il-verita` hi li l-kriterji aċċetabbli għal din is-soċjeta' li ngħixu fiha kienu dejjem kriterji li l-qrati tagħna dejjem qagħdu attenti li jużaw u kif jużaw.", "Jekk wieħed jara li qed ikun hawn ħafna sentenzi f'dan il-pajjiż li qabżu ċertu limitu li mhux aċċetabbli fis- soċjeta` ta' llum ikun aċċettabbli li jsir xi ħaġa minn naħa tal-Parlament u mill-leġislazzjoni.", "Madankollu hawnhekk ma kienx il-każ u wieħed jista` jibgħat messaġġi aktar sottili mingħajr ma jkun hemm indħil dirett għall- qrati tagħna.", "Il-qrati tagħna fl-ebda mument ma taw messaġġi li huma jixtiequ li jkollhom kriterju f'dan ir-rigward u se nagħti eżempju.", "Kultant f'sentenza ta' qorti l-ġudikant jinduna li t-tali emenda, t-tali liġi jew it-tali artikolu tal-kodiċi ċivili jmur kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u jibgħat il-kopja tas-sentenza lill-president biex aħna nilleġislaw.", "Kellna każijiet hekk u l-aħħar wieħed li kien hemm kien meta kien hemm deċiżjoni mill-prim awla fuq id-dritt tat-tfal illeġittimi fejn jidħol wirt mill-missier naturali.", "Din nifhmuha għax hawnhekk ikun qed jibgħat il-messaġġ il-ġudikant u jkun qed jitlob li ssir emenda.", "Hawn ma kellniex dawn it-tip ta' messaġġi mill-qrati tagħna u jiena ma rajt l-ebda sentenza fejn il-qorti kellha xi diffikulta' biex hi tasal għad-deċiżjoni tal-likwidazzjoni tad-danni.", "Is-soċjetajiet ta' l-assigurazzjoni li għandna hawn Malta qed jibagħtu dawn it-tip ta' messaġġi imma din hija xi ħaġa oħra, Sur President.", "Dan il- Parlament ma jistax jintuża' biex nipprovaw nakkomodaw xi għajta jew xi messaġġ mingħand xi kumpannija jew kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li jgħidu li l-ammont ta' likwidazzjoni m'għandux jaqbeż xi limitu li huma jidhrilhom li hu tajjeb jew ħażin.", "Din hija perikoluża għax inkunu qed nitkellmu fuq kumpanniji privati ta' l-assigurazzjoni li jistgħu jinfluwenzaw u jwassluna biex nilleġislaw għal dak li qed jgħidu huma.", "Dik hi kwestjoni oħra u l-leġislatur m'għandux ikun staffa għal dawn it-tip ta' nies.", "Il-leġislatur għandu jara li dak li għandu jingħata lill-persuna jew lill-werrieta ta' persuni f'danni minħabba diżabilita' jew mewt għandu jitħalla bl-aktar mod ħieles biex il-qrati tagħna jiġġudikawh skond il- kriterji u l-provi li jkollhom.", "Jiena qrajt diversi sentenzi f'dan ir-rigward u rrid ngħid li ġeneralment is-sentenzi huma allineati għax jintużaw l-istess kriterji.", "Il-qrati joqogħdu attenti ħafna.", "Hawn mhux se nsemmi ismijiet imma hemm kawża fejn qed jintalab l-ammont għal 30% diżabilita`.", "Għalkemm l-esperti mhux dejjem jaqblu fuq il-persentaġġ il-qorti qed tieħu l-aktar triq aċċettabbli.", "Hemm sens ta' raġuni kbira u allura s-sentenzi - għalkemm fihom x'wieħed jikkritika wkoll – ikunu raġunati ħafna.", "Nifhem li ssir kritika anke għal deċiżjonijiet ta' l-appell imma ġeneralment hemm il-ħsieb.", "L-oppożizzjoni ma temminx li dan il-Parlament għandu jasal fil-livell li jemenda u jilleġisla biex il-qorti tiġi kkontrollata.", "Aħna naqblu li l-qorti għandha titħalla fil-liberta` kollha li tiddeċiedi u la qed nitkellem fuq il-qorti, irrid ngħid li kien ikun ħafna aħjar li wieħed jara x'inhu jsir fil-qorti fil-preżent milli niġu hawn u nipprovaw nagħmlu emendi ta' dan it-tip fil- kodiċi ċivili.", "Il-qorti għandha problemi kbar oħra fuqhiex taħdem.", "Sur President, il- bieraħ jew il-bieraħt lura ħriġt stqarrija għall-pubbliku biex kulħadd ikun jaf x'qed jiġri fil-qorti fejn għandhom x'jaqsmu l-kawżi, speċjalment dawk li ġew preżentati fil-prim'awla tal-qorti ċivili.", "Il-kawżi kollha li ġew ippreżentati fil-prim'awla, għalkemm ġew appuntati wara xi erba' xhur, ġew differiti kollha.", "Hawnhekk reġa' għandna mijiet ta' kawżi għax is-sistema tal-master spiċċat.", "Jien qatt m'għedt kemm hi tajba jew ħażina s-sistema tal-master, pero' hemm qbil li hi problema li ma ġiex appuntat imħallef.", "Issa l-problemi ġejjin għalina għax jekk Alla jrid fiż-żmien li ġej nieħdu l-gvern u nagħmlu dak li għandna nagħmlu biex dan il-pajjiż jimxi aħjar.", "Li hu żgur hu li ma kellux jiġri li kawża li tidħol fir-reġistru tiġi appuntata lil xi ħadd li se jibda l-kawżi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-reġistratur ma jistax jappunta kawżi.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien qed ngħid x'seta' jsir b'mod mgħaġġel.", "Jekk ġara xi ħaġa ma jfissirx li l-qorti ma tridx timxi.", "Hawn mijiet ta' każijiet u dan huwa nuqqas serju li jfisser li l-kawżi kollha li kienu tpoġġew fil-lista tpoġġew għalxejn.", "L-ewwel kien hemm sistema fejn l- imħallfin kollha ġew imċaqilqin.", "Ma nafx kemm l-imħallef intalab fl-appell u ma nafx jekk humiex ħamsa jew sitta.", "L-avukati ma jkunux jafu lil min messet kawża għax imorru jaraw il-lista ta' wieħed u jgħidulu li qiegħda għand ieħor.", "Hemm ħafna differimenti anke għal erba` xhur wara sakemm ġurnata qabel ma joħroġx avviż fil-gazzetta li t-tali mħallef iddiferixxa l- lista kollha għat-tali xahar.", "Dan wara li wieħed ikun ipprepara l-każ u wara li jkun ħarrek ix-xhieda biex jinstema' l-każ.", "Din hija sitwazzjoni inaċċettabbli fil-ġudikatura f'pajjiżna u xi ħadd irid jiġbed l-attenzjoni.", "Anke l-kummissjoni rrimarkat li dehrilha li għandha tagħti l-attenzjoni tagħha għall-problemi ta' dewmien fis-smiegħ ta' kawżi fil-qrati tagħna.", "Hawn qed nagħmel referenza, Sur President, għall-press release li ħarġet il- kummissjoni ftit ġranet ilu.", "Hemm problemi kbar oħra f'dawk li huma każijiet soċjali jew tal-familja u li jitolbu attenzjoni urġenti.", "Is-sitwazzjoni li għandna fis-sekond' awla bħalissa hi tal-biża`.", "Kulħadd jaf li l-imħallef Depasquale fid-19 ta' Frar - u minn hawnhekk insellimlu u nawguralu li jkollu iktar żmien feliċi - se jispiċċa.", "Dan se jagħmel get together u jieqaf imma għadu ma ġiex appuntat imħallef ieħor minfloku fis-sekond' awla.", "Lil dan ħallewħ waħdu u tant hemm każijiet b'lura, digrieti u rikorsi li kulħadd spiċċa jistenna.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn kulħadd jistenna d-digriet ta' dak u ta' l-ieħor u r-rikorsi tant telgħu bil-mijiet li lanqas biss qed jiġu mogħtija attenzjoni minn dan l-imħallef għax m'hemmx ħin.", "Il-ġranet tiegħu huma magħduda u ħadd ma jaf x'se jsir – la l-avukati u lanqas in-nies konċernati.", "Min m'għandux problemi bil-kemm ikun jaf fejn hu l-qorti, imma min għandu l-problemi jrid ikun jaf x'inhu jsir.", "Ħadd ma jaf, Sur President, li meta se jibdew is-seduti ta' dawn ir-rikorsi lanqas se jkun hemm imħallef appuntat.", "Hemm każijiet pendenti ta' manteniment fejn mara tad-dar ikun telaqha r-raġel u ma jagħtihiex flus biex tgħix hi u t-tfal tagħha.", "Hemm min ilu jistenna digriet ta' manteniment għal iktar minn erba` xhur u dawn in-nies ma jistgħu jagħmlu xejn.", "Dawn huma każijiet soċjali li jolqtu sew fil-laħam il-ħaj tas- soċjeta' Maltija.", "Jien mhux qed ngħid x'inhu jiġri mil-lat ta' prattika tiegħi biss, iżda qed ngħid x'inhu jsir b'mod regolari minn dak li jgħiduli sħabi l-avukati u kull min jaħdem fil-qorti.", "Is-sekond' awla ilha mhux inqas minn tmien xhur tiddeterjora, sa wasalna fil-punt li trid isseħħ xi ħaġa urġenti mingħajr ebda telf ta' ħin.", "Hemm sitwazzjoni oħra li ili ngħid li se tisplodi.", "Hemm kważi mal-100 kawża relatata mad-droga.", "Hemm każijiet li huma ta' pussess aggravat u anke traffikar ta' droga.", "Dawn kienu quddiem l-imħallef Noel Cuschieri u kienu qegħdin jinstemgħu b'mod regolari.", "Illum, għalkemm jidher li tqassmu xi wħud minnhom lil ċerti maġistrati ħadd m'hu qed jisma' xejn fuqhom.", "L-ebda kawża m'hi qiegħda tinstema' quddiem xi maġistrat jew l-ebda maġistrat m'hu qed jagħti deċiżjonijiet fuq dawn il- kawżi.", "Wieħed jistaqsi x'inhi r-raġuni li qed jiġri dan.", "Din hija proċedura kriminali u minħabba li ċerti każi jridu jiġu rinvjati minħabba t-terminu ta' xahar jista' jkun hemm problema ta' nullita fil-proċedura.", "Din hija serja ħafna u jidhirli li għandha tiġi mogħtija attenzjoni immedjata għax qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Is-sitwazzjoni hija kważi kaotika u diżastruża.", "Ix-xogħol f'dan ir-rigward qiegħed lura ħafna u qiegħed jinkwieta ħafna anke lill-istess impjegati.", "Jien naf li fis-sekond' awla kien hemm nies li kienu motivati u riedu jaħdmu fil-qorti u li llum minħabba t-twemmin politiku tagħhom mhux talli ma ġewx mogħtija dak li ħaqqhom imma ġew imwarrba b'mod sistematiku minn dan il-gvern biex ġew aġevolati nazzjonalisti magħrufin li huma iżgħar minnhom u li ilhom inqas hemm.", "Illum dawn jokkupaw pożizzjoni ogħla minn nies li ilhom snin jagħtu servizz kbir lil dan il-pajjiż fix-xogħol tal- qrati tagħna.", "Dawn il-laburisti spiċċaw demoralizzati, imwarrba u miċħuda minn dak li huwa bi dritt tagħhom.", "Dawn ma kenux xi nies li telgħu fuq it- trakk tal-partit tagħna meta kien hemm xi mass meeting.", "Dawn huma biss nies li għandhom twemmin laburista.", "Jiena nistaqsi jekk dan hux il-mod kif aħna għandna nħarsu lejn l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-qrati tagħna.", "Jien ngħid li ħadd minn dawk li hemm fl-amministrazzjoni tal-qorti ma jifhem fis- sistema ġudizzjarja.", "Illum hemm nies li jippuppaw, jidhru u jippożaw imma meta niġu għall-fatti ma jafux kif għandu jitmexxa l-qorti.", "Wieħed jistaqsi fejn huma l-iskrivani u l-assistenti tal-qorti.", "Naħseb li dawn huma l-affarijiet li kellhom jiġu indirizzati u mhux il- kriterji tas-sentenzi.", "Hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq kif għandu jirranġa s- sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna.", "Il-qorti tagħna, Sur President, irridu nibżgħu għalih u mhux talli nagħtuh dak li għandu bżonn biex jaħdem talli rridu naraw li nattrezzawh bl-aħjar nies u nagħtu ġieħ lil dawk li verament ħadmu u li għandhom dritt jibqgħu jaħdmu fih.", "Dan qed ngħidu kemm għal Malta u kemm għal Għawdex.", "Irridu naraw li min jinfluwenza b'mod negattiv jitneħħa.", "Tajjeb li wieħed jara x-xogħol li qed isir.", "Aħna mhux qed nistennew li jsiru mirakli fil-qrati tagħna imma nifhem li wieħed għandu jara li jekk żdiedu l-kawżi quddiem it-tribunal tat-talbiet iż-żgħar irridu nindirizzaw l-istruttura.", "Dan ġara minħabba li kellna t-taqlib tal- kompetenza tal-qorti tal-maġistrati u l-prim' awla.", "Illum nafu li l-prim' awla tant ixxotat mill-kawżi li ftit li xejn hemm attivita` fit-tieni sular.", "Fis-sular ta' isfel hemm konfużjoni sħiħa u jien qed insejjaħ biex tiġi indirizzata din il-problema.", "Wieħed irid ikun prattiku u ma jistax joqgħod jgħid li l-problemi m'humiex daqshekk kbar.", "Ħadd ma jista' jgħid li l- problema tat-tariffi m'hijiex qed tweġġa' ħafna nies.", "L-oppożizzjoni qed tiddikjara minn hawnhekk li t-tariffi kollha tal-qrati se jiġu riveduti.", "Din il-wegħda qiegħda fil-programm elettorali tagħna.", "Ma jagħmilx sens li persuna ma tistax tmexxi kawża minħabba li hemm esaġerazzjonijiet fil-finanzjament tal-kawżi.", "Il-ministru jaf li ħafna mill- kawżi li jkollhom il-werrieta jkunu fuq id-diviżjoni.", "Illum diviżjoni ta' ftit proprjeta' tant tiswiehom flus li ċerti werrieta jippreferu jħallu l- art indiviża.", "Il-problemi fil-proprjeta' qed isiru regolari minħabba dan il- ġenn u din l-eseġerazzjoni ta' tariffi.", "Xi ħadd mela ras ħafna spekulaturi tal-bini li aħjar ma jbiegħux għalissa u jistennew l-esidu tar-referendum.", "Hemm min inqabad f'konvenju u wħud minn dawn huma koppji żgħar li se jixtru l-ewwel post tagħhom.", "Dawn qed isallbuhom u jġibulhom kull skuża biex ma jersqux għall-kuntratt bil-ħsieb futur li jekk Malta tiddeċiedi li tidħol fl-Ewropa jgħollu l-prezz għax ikunu jistgħu jixtruha l-barranin.", "Qed isiru ħafna ittri uffiċjali biex iġiegħlu lill-venditur jersaq għall-konvenju.", "Huwa fatt inkredibbli li ittra uffiċjali bħal din illum tiġi Lm54, Sur President.", "Koppja żagħżugħa li għadha se tiżżewweġ qed teħel Lm54 biex il- bejjiegħ jersaq għall-kuntratt.", "Dawn huma l-affarjiet li jrid jisma` l- pubbliku Malti.", "Dawn huma l-problemi li għandna fil-qrati tagħna.", "Bilfors li kollox jixxotta meta wieħed jara l-eseġerazzjoni ta' dawn it-tariffi.", "L-isfortuna ta' dan il-gvern hija li t-tariffi f'Ottubru li ġej se jagħlqu tliet snin.", "Kulħadd ra li l-effett tagħhom kien viżibbli u rimarkabbli sew minħabba li l-kawżi fil-prim' awla naqsu sew.", "Anke l-kummissjoni kienet ġibdet l- attenzjoni tal-gvern.", "F'din il-kummissjoni m'hemmx dilettanti imma hemm il- ġudikatura, nies minn naħa ta' l-avukat tar-reppublika, minn naħa tal-kamra ta' l-avukati, rappreżentant ta' l-oppożizzjoni u rappreżentant tal-gvern.", "Dawn qalu li għallinqas fejn hemm konvenut, irrdu naraw li ma jkunx hemm spejjeż żejda.", "Hawnhekk wieħed jiddaħħal bilfors il-qorti u jkollu jħallas l-ispejjeż ta' nofs ir-reġistru.", "Dan mhux biss joħloq tbatija żejda imma joħloq inġustizzja fis-sistema demokratika ta' pajjiżna.", "Dan il-pajjiż ma jistax jitħalla jitmexxa hekk.", "Il-gvern mingħalih li għax jgħolli t-tariffi jkun qed jirregola imma l-pubbliku jaf li l-qorti ma tistax titmexxa hekk.", "Illum kulħadd hu mwerwer fuq kawżi ta' rinfurzar fuq l-immobbli.", "Ħadd m'hu qed jagħmel rinfurzar fuq il-kawżi għax dan ikun għalxejn u għalkemm għamilna l-emendi fil-kumitat illum nafu li għad baqa` dawn il-problemi.", "Il- problemi ilhom ġejjin u mhux biss ma indirizzawhomx imma ħallewhom jikbru.", "Illum inutli noqogħdu nilgħabu il-figuri u noħorġu l-ktejjeb bil-kaxxi u bil-preżentazzjonijiet.", "Il-verita' hi li fil-prattika n-nies iridu jaraw x'inhu għaddej, x'inhuma jsofru u jekk humiex qed jieħdu r-riżultat.", "Tajjeb li nitkellmu fuq l-e-government imma dawk l-affarijiet m'humiex biżżejjed.", "Irridu naraw verament jekk il-pubbliku huwiex sodisfatt bis-sistema ġudizzjarja kif inhi jew le u x'sar matul dawn l-erba` snin jew aktar fil- gvern biex verament dan il-pajjiż ikollu sistema ġudizzjarja tajba u effettiva.", "Wieħed jistaqsi x'sar biex il-pubbliku Malti jkollu l-aħjar sistema li ma tkunx esaġerata u li jkun jista` jlaħħaq magħha u jieħu dak li hemm bżonn u dritt jieħu.", "Din hija testimonjanza ta' gvern li ma jinteressahx mill-ġid tal-pubbliku Malti.", "L-oppożizzjoni ilha tavża lill-gvern biex ma jtawwalx u jieħu ħsieb dawn l-affarijiet u minflok qed iwebbes rasu.", "Issa nafu li qegħdin tard wisq u issa qegħdin wara l-bieb ta' l-elezzjoni.", "Meta l-Partit Laburista jkun fil-gvern se jirranġa din is-sitwazzjoni immedjatament.", "Il- problemi kbar li hemm fis-sistema ġudizzjarja huma inkreddibli.", "Wieħed isemmi n-nuqqas serju li hemm u l-atteġjament li hemm bejn l-impjegati fejn wieħed ma jkellimx lill-ieħor.", "Nies li huma kapaċi u għandhom l-esperjenza qed jiġu skartati għax għandhom tendenzi laburisti.", "Oħrajn jitfugħom f'postijiet fejn m'hemmx sahra għax din jeħduha l-preferuti.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq dipartiment tal-gvern imma fuq il-qorti.", "Issa l-ministru qed jiġi hawn u jagħmlilna l-kriterji li ma jaqbżux Lm250,000.", "Huwa ndħil li l-ministru jgħid li s-somma totali li għandha tingħata lid-dipendenti kollha taħt dan l-artiklu 3 li qed jagħmel referenza għal artikolu 1046, m'għandhiex tkun iżjed mis-somma li kieku titħallas li kieku ma mietx imma baqa' ħaj b'diżabilita' totali wara li jitnaqqsu 30%.", "Sur President, dan huwa dettall li taf tagħmlu l-qorti b'mod oġġettiv.", "Aħna m'għandniex nipparteċipaw f'xi ħaġa li m'hijiex il-funzjoni tagħna.", "Il- parlamentari għandhom funzjoni differenti minn dik tal-ġudikaturi.", "Aħna m'għandniex niġu hawn u ngħidu x'għandha tkun is-sentenza.", "Irrid nistaqsi kif jien nista' ngħid lill-qorti kif għandha tqis l-ammont ta' manteniment li persuna mejta kien ikollha titħallas li kieku baqgħet ħajja.", "Il-qorti tista' tara hi x'għandu jkun il-manteniment.", "Il-ministru semma' wkoll il- kwalifiki tal-werrieta.", "Il-qorti meta tara kollox taf min jistgħu ikunu l- werrieta f'każijiet fejn ikun hemm qraba.", "Il-qorti tara wkoll li ċerti werrieta li ma jkunux daqshekk viċini ikunu verament dawk li kienu jmantnu lill-persuna dipendenti.", "Il-qorti taf tagħmel hi dawn il-kriterji.", "Wieħed mill-ikbar każijiet li kellna f'pajjiżna kien tat-tanker Um El Farouk li kien sploda fit-tarzna.", "Hemm dan u każijiet oħra li nafu li jkun hemm tentattivi biex jaslu għal ftehim barra mill-qorti.", "Nistaqsi jekk dawn l-emendi hux se jaffettwaw ukoll dawk li jridu jagħmlu ftehim barra mill- qorti għaliex dan huwa kriterju legali.", "Jekk kemm-il darba aħna se nagħtu standards, dawn se jkunu applikati għal kulħadd.", "Nistaqsi jekk hux possibbli li dawk li jagħmlu ftehim barra mill-qorti jeċċedu l-ammont li qed insemmu f'dawn l-emendi.", "Dawn huma kriterji perikolużi anke minħabba li qed jiġu introdotti meta hemm problemi aktar urġenti fil-qrati tagħna.", "Dawn l-emendi huma kontra l- ispirtu tal-kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Kulħadd jaf li biex demokrazija tibqa' b'saħħitha rridu naraw li l-eżekuttiv, il-ġudikatura u l-leġislattiv ma jidħlux f'xulxin.", "Infakkar kemm kienu attakkaw lill-Partit Laburista meta konna ċaqlaqna xi imħallef mill-qorti kostituzzjonali.", "Dak iż-żmien kienu għamlu ħafna storbju meta hawnhekk qed ngħidulhom li għandna każ ċar fejn il-qorti qed ikollha indħil manifest mill-eżekuttiv.", "Wara li aħna xtarrejna tajjeb din il-liġi għedna li ma nistgħux nivvotaw favur tagħha, Sur President.", "Aħna ddiskutejniha fit-tul għaliex nemmnu li fejn jidħol is-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna rridu nkunu minn ta' quddiem.", "Aħna rridu nħarsu lejn il-ġudikatura bl-aktar mod ħieles u indipendenti u rridu naraw ukoll li bl-ebda mod ma ndaħħlu xi feles li bih nistgħu nibagħtu messaġġ.", "Jiena rajt ukoll leġislazzjonijiet oħra u sibt li t-Taljani m'għandhomx idejhom marbutin.", "L-Amerikani għandhom idejhom wiesa` ħafna u ma naħsibx li għandhom ikunu l-eżempju għal dan il-każ.", "Hawnhekk il- ministru responsabbli għall-ġustizzja qed jitħalla jagħmel hu regolamenti għall-fini ta' l-artikolu u hu qed jistabillixxi r-regoli li għandhom jitqiesu mill-qrati biex jiġu stabilliti d-danni dovuti.", "Din ma naqblu magħha assolutament xejn.", "Ħdejja hawn l-Onor.", "Herrera li naf li se jidħol fiha f'aktar dettall għaliex dawn m'humiex kriterji li l-Parlament għandu jidħol fihom.", "Dawn huma kriterji li għandhom jitħallew f'idejn il-qrati tagħna.", "Il-ministru qed joħroġ regolamenti biex jistabillixxi l-qligħ potenzjal li għandu jittieħed bħala bażi biex jiġu kkalkolati dawk id-danni.", "Nistaqsi jekk fl- 1938 u fl-1962 iddeċidewx ħażin fuq l-artiklu 1045.", "Ma naħsibx li l-qorti minn dak iż-żmien qatt kellha bżonn il-kriterji tal-ministru.", "Il-qorti taf x'għandha tagħmel.", "Aħna ma nistgħux naqblu li l-qorti toqgħod fuq regolamenti li l-ministru joħroġ b'avviż legali.", "Din hija kontradizzjoni oħra għax lanqas qed ngħidu li l-ministru se jiġi hawn u jara jekk il- Parlament jaqbilx.", "Il-ministru qed jistabilixxi wkoll il-formolat ta' kif għandhom jintużaw il-kalkoli dwar id-danni.", "Nistaqsi jekk qattx kien hemm xi sentenza li tant kienet skandaluża li qajmet xi furur kbir f'dan il- pajjiż.", "Irrid nistaqsi qattx kien hawn xi ħadd f'dan il-pajjiż li sar sinjur minn fuq xi kawża għax ħa aktar milli kien dovut.", "Hu semma l-miljuni imma safejn naf jien qatt ma ngħataw il-miljuni hawn.", "Hawnhekk dejjem ftit eluf jew għexieren ta' eluf ta' liri ngħataw.", "F'każijiet partikolari u eċċezzjonali kultant qabżu l-mitt elf jew xi ħaġa aktar.", "Irrid ngħid li jkun hemm ċerti raġunijiet għaliex jinqabeż dak l- ammont u jkun hemm raġunijiet għaliex ma jingħatawx ħafna.", "Jista' jagħti l- każ li l-persuna li tkun sofriet id-danni jkollha parti mit-tort anke minħabba negliġenza u allura tieħu inqas milli suppost kienet tieħu kieku ma kienx hemm dik in-negliġenza.", "Wieħed jistaqsi kif jistgħu isiru regolamenti biex jiġu stabbiliti l- fatturi li jitqiesu jew li jistgħu jitqiesu mill-qorti meta tiġi biex tikkalkula dawn id-danni.", "Wieħed jistaqsi x'inhuma l-fatturi li min żmien għal żmien jista' jagħmel il-ministru.", "Jien qed nistaqsi: X'inhi l- possibilta' li jinħolqu fatturi?", "Għax xi ħadd imur ikellem lill-ministru?", "Jien mhux qed nindirizza lill-Ministru Gatt għaliex għandi kull fiduċja fih imma hawn qed nitkellem fuq il-liġi.", "Wieħed jista' jitlob lill-ministru biex idaħħal xi fattur ġdid b'konsegwenza li l-qorti tqisu bħala fattur għaliex wieħed ikun tilef l-impjieg.", "Il-qorti taf kif għandha tħares lejn l- istorja ta' l-impjieg.", "Bħalma l-qorti titlob riċevuti tat-taxxa tista' titlob evidenza minn terzi persuni li jkunu viċini jew li jkunu fil-lista tax-xhieda biex tistabbilixxi ċerti kriterji.", "Il-Parlament jew il-ministru m'għandux jagħti d-direzzjoni lill-qorti biex jgħidilha kif għandha tistabilixxi l-istorja ta' l-impjieg jew il-prospetti li l-vitma jista' jkollha qabel l-inċident.", "Dawn huma affarijiet li taf tagħmel il-qorti.", "Nistaqsi jekk għandniex xi suspett li l-qorti ma kenitx kapaċi tiddeċiedi jew għamlet xi żball kardinali fil-mod kif tkun waslet biex tagħmel il- prospett dwar il-vittma qabel l-inċident.", "Nistaqsi jekk hawnx xi sentenza li ngħatat minn din il-qorti fejn il-ġudikant – kien min kien - ma kienx għamel xi kalkoli u ma kienx jaf kif għandu jasal fuq l-istat ta' saħħa tal- persuna li weġġgħet jew li llum hija persuna b'diżabilita'.", "Nistaqsi wkoll kienx hemm xi miskalkolu dwar il-potenzjal li jkollu għar-riabilitazzjoni tiegħu il-bniedem li jkun weġġa'.", "Nistaqsi min jista' jgħid minn dan il- Parlament kif għandna nissindikaw jekk il-ġudikant kienx għamel sew meta wasal biex jagħti l-ġudizzju ta' kawża li jkun ilu jistudja.", "Ċerti kawżi – kif jista' jgħid l-Onor.", "Jose' Herrera – jieħdu s-snin u l-ġudikant ikun għex il-kawża.", "Il-ġudikant ikun dara l-partijiet u jkun jaf eżattament fejn qed iħares.", "Minkejja dan kollu qed jiġi l-ministru biex jgħidilna li se jgħaddi emenda biex hu jistabbilixxi regolament li bih il-ġudikant jagħraf kif jimxi mal-vittma jew mal-werrieta.", "Jien ma nistax nifhem għaliex il-ministru daħal għal dan l-inkwiet kollu.", "Żgur li ma kienx hawn xi opinjoni pubblika baxxa li għamlet pressjoni li turi li hemm bżonn li jsir xi ħaġa fil-pajjiż fejn għandhom x'jaqsmu kawżi dwar likwidazzjoni ta' dan it-tip.", "Jista' jkun li kien hemm xi ħaġa min- naħa tal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni u ngħid li bir-rispett kollu lejhom jien m'għandi l-ebda rabta magħhom u ma naħdem għall-ebda waħda minnhom imma naħdem għal nies individwali.", "Jekk persuna ħaqqha tieħu tant ammont ta' flus f'danni m'għandu jkun hemm ebda kriterju leġislattiv li jorbot jingħatax aktar jew anqas.", "Għandna nħallu f'idejn il-qorti biex tistabbilixxi kemm għandha tagħti.", "Aktar minn hekk, aħna nafu li tradizzjonalment il-qrati tagħna mxew bi kriterji oġġettivi.", "M'iniex ngħid li ma kienx hemm fuqhiex wieħed jista' jikkummenta.", "Wieħed jista' jgħid li hemm post għall-kritika imma mhux fl- estrem li ngħidu li kien hemm xi sentenza ħażina.", "L-ebda sentenza ma kienet ħażina tant li ħolqot xi furur fil-pajjiż u li kulħadd baqa' jħares lejha.", "Il-qorti tagħna taf kif tasal għall-iskala tal-perċentwalita' ta' l- inkapċita', kemm fir-rigward ta' feriment partikolari, kemm dwar inkapaċita' parzjali u kemm dwar inkapaċita' totali.", "Nistaqsi: Min jista' jkejjel il-kriterju jekk ma jkunx kriterju mediku?", "Mhux biss se nkunu qed nikkontrollaw lill-qrati tagħna imma wkoll lit-tobba u lill-ispeċjalisti tagħna għaliex se nagħtuhom l-istandards minn hawn.", "Dan huwa ġenn.", "Din hija avventura li għandha tiġi skartata kompletament.", "Din il-leġislazzjoni li għandna quddiemna mhux talli ma tagħmilx sens talli hija perikoluża f'kull sens.", "Huwa ta` periklu li wieħed jagħmel regolamenti biex jistabbilixxi skala tal-perċentwali ta' inkapaċita' parzjali.", "Nistaqsi jekk jgħidu x'jgħidu t-tobba, l-ispeċjalisti u l-esperti tal-qorti hux se npoġġu standards li jidhrilna li huma tajbin għax ħarġu mill-ministru.", "Aħna ma' dan ma naqblu assolutament xejn.", "Nirreferi wkoll għar-regoli ta' proċedura.", "Din dejjem tista' ssir u wieħed jista' jitlob min-naħa tal-werrieta li s-somma m'għandhiex tkun aktar minn Lm20,000.", "Jien ngħid li Allaħares ma jkunx ingħata appoġġ kontinwu lill- persuna li tkun weġġgħet għax biex tinqata' kawża ddum is-snin sakemm jiġu stabbiliti ċerti fatti.", "Min jista' jillikwida d-danni jekk mhux min ikun verament għex il-kawża?", "Hu l-ġudikant li jkun jista' jgħid li dawk il- persuni li jkunu ħadu ħsieb dik il-vittma għandhom jingħataw tant flus f'danni.", "Min jista' jgħidha jekk mhux il-ġudikant li jkun għex, ra, sema' u żviluppa l-idea hu stess b'moħħu biex jasal għal dan?", "Hawnhekk qed norbtu kompletament lill-qorti biex tkun tista' tagħti d-deċiżjoni tagħha.", "Għalkemm dan l-abbozz jidher li huwa intenzjonat biex jintroduċi regoli ġodda ta' iktar ekwita' f'każijiet ta' danni li joriġinaw minn diżabilita' u minn mewt, fil-veru sens tal-kelma mhux talli ma jagħtix iktar ekwita' imma talli joħloq inġustizzja.", "Dan minħabba li l-qorti ma tkunx ħielsa kompletament fid-deċiżjoni tagħha.", "Dan iwassalni biex ngħid li hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn qed nippruvaw nilleġislaw sitwazzjonijiet li m'humiex verament bżonjużi għax fl-ebda mument ma kien hemm l-għajta tal- pubbliku għalihom.", "Dawn m'humiex sitwazzjonijiet fejn tant kellna diverġenzi bejn sentenza u oħra li b'xi mod wieħed jibda jistaqsi x'inhu jsir.", "Hawn m'għandniex dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Jien ma nafx bihom.", "Jien ma nafx għalfejn qegħdin nagħmlu dawn l-emendi proprju issa meta hemm ħafna affarijiet oħra urġenti li qed jistennew li jsiru f'dan il-pajjiż fejn għandhom x'jaqsmu l-qrati.", "M'hemmx dubju li l-poplu Malti jaf li issa ma jistax jiġi aljenat u li rridu niffaċċjaw il-vera problemi fil-pajjiż.", "Fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja kulħadd qed jgħid li jrid isir xi ħaġa urġenti speċjalment fis-servizzi u fl-istennija tal-ġustizzja f'pajjiżna.", "Wara erba' snin u nofs ta' gvern nazzjonalista il-problemi baqgħu hemm u żdiedu.", "Illum ma baqa' xejn iktar ħlief li wieħed jaspira li fil-ġimgħat li ġejjin fl-elezzjoni ġenerali l-poplu jtella' gvern Laburista li jista' jindirizza dawn il-problemi bil-għaqal.", "Il-Partit Laburista llum hu ppreparat aktar minn qatt qabel f'kull kamp inkluż il-kamp tal-ġudikatura.", "Nafu x'inhuma l-problemi u nafu min huma dawk in-nies li mhux talli ma ndirizzawx il-problemi talli żieduhom.", "Aħna nieħdu ħsieb dawn id- deċiżjonijiet ħżiena.", "Dan il-gvern qagħad lura milli jinforza deċiżjonijiet biex iġibu l-ordni u rridu naraw li mill-ewwel ġimgħa ta' gvern Laburista aħna ninforzaw dawk id-deċiżjonijiet.", "Hawn qed nirreferi għad-deċiżjonijiet li l-gvern Nazzjonalista kapriċċjożament żamm milli jinforza fit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji.", "Għandna numru ta' kawżi fejn il-qrati tagħna taw raġun lil nies laburisti li ġew trattati bl-iktar mod ħażin u bl-iktar mod diżonest mill-gvern Nazzjonalista.", "Dawn għadhom jistennew li jingħataw rimedju.", "Għamilniha ċara u nagħmluha ċara minn dan il-Parlament li l-Partit Laburista fil-gvern mill- ewwel se jattwa dawk id-deċiżjonijiet.", "Nappellaw lil dawn in-nies biex ma jaqtgħux qalbhom.", "Il-Partit Laburista se jieħu ħsieb it-tariffi u se jirranġahom ħalli naraw li jsiru fl-interess pubbliku.", "Dawn weġġgħu kemm lin-nazzjonalisti u kemm lil-laburisti.", "Hemm nazzjonalisti li bħalna huma ħaddiema u dawn għad jindunaw u jiġu magħna biex il-Partit Laburista jikber u biex naraw li dan il-pajjiż jerġa' jieħu n-nifs.", "Il-ġudikatura qiegħda hemm biex tagħti d-deċiżjonijiet bl-iktar mod ħieles, pero' l-pubbliku Malti jrid jingħata n-nifs biex min irid jidħol fil-qorti ma jkollux għalfejn iħaffer il-but tiegħu u meta jieħu sentenza jkun jaf li dik se tiġi implimentata irrispettivament jaqbilx magħha l-gvern tal- ġurnata jew le.", "Lejliet l-elezzjoni l-poplu jrid ikun jaf li aħna se nippreżervaw l-indipendenza tal-ġudikatura kif titlob il-kostituzzjoni ta' pajjiżna u bl-ebda mod m'aħna se nidħlu u ninterferixxu fix-xogħol tagħha.", "Bl-ebda mod m'aħna se nibagħtu messaġġi li b'xi mod inkunu qed nikkontrollaw lil xi ħadd li jkun qiegħed fis-sistema ġudizzjarja tagħna.", "Fl-istess ħin irridu naraw li l-pubbliku Malti jingħata d-dinjita', id- dritt u l-privileġġ li dejjem gawda tul is-snin.", "Dan hu d-dritt għall- aċċess liberu bi ħlas ta' tariffi moderati u aċċettabbli fis-soċjeta' tal- lum.", "Hawn nitkellmu ħafna fuq l-Unjoni Ewropea u fuq ir-referendum konsultattiv.", "Madankollu ħadd ma jinforma lill-pubbliku Malti kemm irid iħallas biex jippreżenta kawża fil-qorti ta' l-Ewropa.", "Dan l-aħħar kelli korrispondenza ma' avukat Franċiż li hu ħabib tiegħi.", "Talli kiteb ittra legali fuq parir talab lill-klijent Lm150.", "Irrid nistaqsi min se joqgħod iħallas dawn l- ispejjeż meta allaħares qatt nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Il-pubbliku Malti jrid ikun jaf dawn l-affarijiet.", "Nispera li n-nazzjonalisti ma jemmnux li t- tariffi tagħna għandhom jiġu bħat-tariffi li għandhom il-pajjiżi msieħba fl- Unjoni Ewropea.", "Dan huwa ġenn.", "Il-poplu Malti jrid jinsa d-differenzi tal-partiġġjaniżmu u jara l- bżonnijiet tal-pajjiż.", "L-unika salvazzjoni li għandu hi li jkun hemm il- Partit Laburista fil-gvern biex dan il-pajjiż f'kull livell, inkluż is- sistema ġudizzjarja, jingħata l-aħjar nifs biex kulħadd ikollu dritt għall- ġustizzja.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, din hija liġi qasira li fiha tliet paġni, pero' sieħbi Anglu Farrugia għandu raġun jgħid li din hija liġi inkwetanti ħafna.", "Fl-objects and reasons ta` dan l-abbozz ta` liġi jingħad li the object of the bill is to introduce new more equitable rules in cases of damages arising from disability and death.", "L-iskop ta' din mhux dan imma li l-ministru jindaħal b'mod dirett fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Biex inkun onest naħseb li din il-liġi żellaqha l-AG lill-ministru.", "Dan l-aħħar kellna xi sentenzi interessanti ħafna fuq din il-kwestjoni ta' diżabilita'.", "Jien se nidħol fihom u se ngħid għaliex għaddejja din il-liġi.", "Din il-liġi għaddejja minħabba ċerti sentenzi li jingħataw mill-qrati u se niċċara x'inhuma.", "Meta naqra din il-liġi bilfors niftakar fl-ewwel sentenza li qatt ingħatat u li kkwantifikat danni personali.", "Din kienet il-famuża sentenza Butler vs Herd fl-1967.", "Din jafuha ħafna nies speċjalment dawk l- avukati li jagħmlu kawżi ta' dan it-tip, fosthom jien.", "Għall-ewwel darba l- qrati tagħna b'kuraġġ kienu stabbilew kif tinħadem somma li trid tingħata lil bniedem li jkun sofra diżabilita'.", "Din kienet somma ferm iktar baxxa mil-lum għaliex il-kriterju kien differenti.", "Jien għedt li ttieħdet b'kuraġġ għaliex fis-sistema Maltija kuntrarjament għal dak li nsibu f'pajjiżi oħra m'għandniex dawk li jissejħu danni morali.", "L-uniċi danni li jeżistu huma danni materjali.", "Jekk bniedem ikorri u jsofri diżabilita', teknikament l-uniċi danni materjali li huwa jkun sofra huma spejjeż tat-tabib, spejjeż tal-mediċini, spejjeż ta' infermiera jew fiżjoterapisti u spejjeż materjali oħrajn.", "Hemm id-danni li huma danni għall-potenzjal ta' qligħ li tista' tagħmel il-persuna kieku ma ssofrix id- diżabilita'.", "Din hija formula fittizja li żviluppaw il-qrati tagħna biex jipprovaw jiġġustifikaw tip ta' kumpens.", "Dan għaliex fir-realta' ħafna drabi min isofri diżabilita' ta' 5%, 10% jew 20% xorta jibqa' jaħdem u ħafna drabi jibqa' jagħmel l-istess xogħol li kien jagħmel qabel.", "Madankollu l-qrati tagħna b'sens ta' ġustizzja, b'għerf u b'esperjenza qalu li bniedem jimmanka ruħu anke jekk se jibqa' jaħdem u għall-preġudizzju li hu sofra minħabba inċident jieħu xi danni.", "Dawn il-qrati stabbilixxew id- diżabilita' u qabel kienu jaħdmuha sa 20 sena.", "Illum jaħdmuha sakemm wieħed jagħlaq 61 u jikkalkulaw iż-żmien li fadallu jaħdem multiplikat b'10% diżabilita'.", "Fir-realta' hemm formola aktar komplikata imma jien qed nagħti idea vaga.", "It-tip ta' danni li jingħataw f'inċidenti awtomobilistiċi jew fuq impjieg huma danni fittizji u m'humiex danni reali.", "Aħna qed insejħulhom danni materjali għaliex il-qrati riedu joħolqu tip ta' danni li ma kenux jeżistu qabel.", "Pajjiżna baqa' lura għaliex fejn f'pajjiżi oħra d-danni baqgħu jitilgħu f'pajjiżna baqgħu l-istess.", "Fl-Amerika, l-Ingilterra, l-Italja u pajjiżi oħra jekk bniedem jispiċċa ġo siġġu tar-roti jieħu mijiet ta' eluf ta' liri.", "Jekk bniedem jispiċċa f'qiegħ ta' sodda fl-Ingilterra jieħu mijiet ta' eluf ta' liri.", "F'Malta bqajna lura ħafna għaliex il-qrati tagħna kienu jaħdmu fuq formola li kienet ġiet stabbilita b'kuraġġ fl-1967 u fejn il-massimu li bniedem seta' jieħu kien sa 20 sena anke jekk ikollu 14-il sena meta jkun weġġa'.", "Kienu jnaqqsulu wkoll 20% minn dak l-ammont għaliex kien taparsi se jiffranka l-imgħax minħabba li kien jieħu somma sħiħa.", "Għadda ż-żmien u kien hemm imħallfin aktar kuraġġużi.", "Hawnhekk insemmi l- Imħallef Mifsud Bonnici li kien prim imħallef u kien ta sentenza fil-każ Kevin Agius vs Murphy.", "Din niftakarha għaliex jien kont l-avukat u kienet seħħet fl-1988/89.", "Għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna l-lump sum tneħħiet u r-raġunar tal-qorti kien li dik titnaqqas jekk tiftiehem ma' l- assigurazzjoni.", "Jekk bniedem jagħmel seba' jew tmien snin il-qorti m'għandniex innaqqsulu 20% lump sum.", "L-iktar ħaġa importanti f'din is- sentenza kienet li tiġi kompjutata s-somma skond il-ħajja laborattiva ta' dak li jkun.", "Jekk wieħed ikollu 30 sena meta jseħħ l-inċident is-somma li tinħadem tkun fuq medda ta' 31 sena u hawnhekk isir fence.", "F'dan is-sens hawnhekk reġa' kellna titjib.", "L-20% lump sum spiċċat u bniedem beda jieħu kumpens sakemm jagħlaq 61 sena.", "Biex nuri kemm verament dawn it-tip ta' danni huma fittizji, persuna ta' 70 sena li ma baqgħaliex potenzjal ta' xogħol u tispiċċa ġo siġġu tar-roti ma kienet tieħu xejn.", "Biex il-qrati jibdew jagħtu xi ħaġa ikkonstataw li jekk wieħed ikun qabeż il-perjodu ta' żmien laborattiv jieħu almenu ħames snin, qisu baqgħalu ħames snin jaħdem.", "Jekk bniedem ma jkollux xogħol u qed jirreġistra ma kien jieħu xejn u l-qorti ħadmet din fuq il-paga minima.", "Irrid ngħid li kellna dawn l-iżviluppi li seħħu b'għaqal kbir u kellna case law interessantissima.", "Hemm ħafna avukati li jispeċjalizzaw f'din it-tip ta' liġi li żviluppat fuq medda ta' 40 sena u li qed tagħti ġustizzja.", "Almenu pajjiżna wara dan iż-żmien kollu wasal sa ċertu livell għalkemm għadna 'l bogħod ħafna mit-tip ta' danni li jingħataw f'pajjiżi oħra.", "Irrid ngħid li l-emendi mhux qed isiru minħabba s-sentenzi li ċċitajt issa.", "Dan l-aħħar l-imħallfin tagħna reġgħu għamlu pass ta' kuraġġ kbir għal dak li jikkonċerna l-kwestjoni ta' mewt.", "M'iniex se nsemmi l-kawża, pero' se nsemmi l-imħallef għaliex il-kawża hija tiegħi ukoll.", "L-Imħallef huwa Giannino Caruana Demajo u ftit snin ilu dan reġa' għamel pass u għamel żvilupp interessantissimu fil-qrati.", "Qabel, jekk bniedem imut f'inċident tat-traffiku, il-mod ta' kif kienu jiġu kompjutati d-danni kien li jqisu li għandu 100% diżabilita'.", "L-eredi hawnhekk kienu jieħdu danni ta' 100% diżabilita' pero' kien jitnaqqas il-personal consumption, id-dependency u l- 20% lump sum.", "B'dan il-mod it-telf ta' ħajja ta' bniedem kien jiġi jfisser inqas minn diżabilita' u dan ma kienx jagħmel sens.", "Jekk bniedem isofri diżabilita' ta' 25% imbagħad jibqa' jgħix kien jieħu somma ferm akbar milli jieħdu l-eredi ta' bniedem li jkun miet.", "Ir-raġunament ta' l-Imħallef Caruana Demajo kien raġunament ottimu.", "L-imħallef seta' jara li hemmhekk kien hemm anomalija.", "Il-provvedimenti tal-liġi tas-suċċessjoni japplikaw mutatis mutandis għal dawn it-tip ta' affarijiet u qal li allura l-eredi kellhom jieħdu daqslikieku kien hemm 100% diżabilita'.", "Il-kwestjoni tal- personal consumption jew dependency hawnhekk spiċċat għall-ewwel darba.", "F'każ ta' mewt l-eredi għandhom jieħdu aktar milli kieku kien hemm diżabilita' u dan jagħmel sens għax kieku wieħed kien jaqbillu jtajjar lil xi ħadd b'karozza u joqtlu milli jagħmillu diżabilita'.", "Il-qrati tagħna qatgħu dawn il-ħmerijiet u għamlu dan l-iżvilupp interessantissimu.", "Sfortunatament dan il-każ u każijiet oħra spiċċaw quddiem il-qorti ta` l- appell.", "Hemm ħafna każi qed jistennew l-eżitu ta' din is-sentenza u dan kollu spiċċa fil-bir tas-skieken u ilu hemm is-snin.", "Dan il-każ interessanti ħafna ilu s-snin quddiem il-qorti ta' l-appell, minn ħafna qabel kien hemm Noel Arrigo u qatt ma kellna sentenza b'konsegwenza li hemm ħafna kawżi li qed jistennew l-eżitu ta' dik is-sentenza.", "Dawn l-emendi qed isiru b'mod żleali u jien nemmen li din il-liġi żellaqa l- avukat ġenerali lill-ministru.", "Hawnhekk nirreferi għall-kawżi li semmejt u kawżi oħra li l-gvern għandu.", "It-tarznari għandhom każi pendenti quddiem il- qrati u hawn se ngħaddu liġi biex inbiddlu kollox waqt li għad hemm dawn il- każi.", "Dan hu inaċċettabbli.", "Wieħed jiskanta li jkollna liġi bħal din għaliex psikoloġikament u moralment qed tagħti messaġġ u tagħnmel pressjoni fuq il-qrati.", "Il-ministru qed jgħid li qed nemendaw l-artiklu 1045 tal-Kodiċi Ċivili għaliex minnu żviluppat dik il-każistika u dik il-ġurisprudenza li qed insemmi.", "Il-liġi kienet tgħid li bniedem li jkorri għandu dritt jieħu kumpens ta' telf ta' xogħol u affarijiet oħra.", "Minn telf ta' xogħol attwali l-qrati bdew jiżviluppaw il-potenzjal ta' telf ta' xogħol.", "Issa se nbiddlu dik il-liġi u l-ministru se jgħid kif se tibda tinħadem is-sistema ta' kumpens minflok l-imħallef.", "Il-ministru se jagħti d-direttiva lill- imħallfin li quddiemhom hemm il-kawżi pendenti biex l-imħallfin jikkompjutaw id-danni kif jgħid l-eżekuttiv.", "L-ewwel ħaġa li jgħallmu meta jibda l-kors tal-liġi fil-kostituzzjoni hija l-kwestjoni tas-separation of powers fejn hemm l-organu ġudizzjarju, l-organu leġislattiv u l-eżekuttiv.", "Meta wieħed jiddiskuti dan is-suġġett jidħol fil-fond u jgħid li m'huwiex ideali li l-imħallfin b'mod frivolu, arbitrarjament jew b'leġġerezza jaqbdu u jannullaw il-liġijiet tal-Parlament, anke jekk ikun hemm issue kostituzzjonali.", "Il-qrati tagħna matul iż-żmien urew ruħhom reżistenti li jaqbdu u jbiddlu l-liġijiet jew jannullawhom.", "Meta jkun hemm każ klassiku wieħed jannulla l-liġi imma kemm jista' jkun il-qrati ma jindaħlux fix- xogħol tal-Parlament.", "Bl-istess mod il-Parlament irid ikun sensittiv kif jindaħal b'mod dirett fix-xogħol tal-qorti għaliex inkella l-kunċett tar- rule of law u tas-separation of powers jinkiser meta ngħaddu liġi bħal din.", "Jista' jibda jiġri li kull sentenza li tingħata minn xi imħallef u li ma togħġobx lill-gvern jew xi lobby, tinbidel.", "Jista' jibda jiġri li jkun hemm xi lobbying group bħal ta' l-assigurazzjoni li jmur għand l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali jew għand xi ħadd u nispiċċaw niġu l-Parlament biex inbiddlu dak li qed jgħidu l-qrati.", "Jista' jkun li biex nagħmlu pjaċir lil xi ħadd niġu l-Parlament u nibdlu l-liġi.", "Huwa anti-kostituzzjonali li l- Parlament jimxi b'dan il-mod.", "Il-funzjoni tal-Parlament hi biex jilleġisla u joħloq leġislazzjoni u mhux li jgħaddi direttivi jew liġijiet biex jittronka l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Irrid ngħid għaliex nemmen li din il-liġi jrid idaħħalha l-attorney general.", "Dan l-aħħar kien hemm każ jaħraq fejn mietu n-nies bil-gass u hawn bdew it-trattativi ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Bħalissa għaddejja kawża kbira oħra li kumbinazzjoni qiegħed involut fiha jien ukoll.", "Din hi ta' meta waqa' l-ajruplan ta' Bartlu u mietu n-nies.", "Hemmhekk hemm kawża kontra l-gvern ukoll, u naturalment f'dawn it-tip ta' kawżi l- pretenzjonijiet tal-plaintiffs qed jiġu maħduma fuq l-aktar sentenzi riċenti fejn meta jmut xi ħadd ma jitnaqqasx il-personal consumption jew tiġi ċċekkjata d-dipendenza.", "Dawn it-tip ta' kawżi li qed jiġi ffaċċjat bihom il-gvern qed idejqu b'mod dirett lill-avukat ġenerali.", "Jekk irid jista' jmerini.", "Jien stess kont għaddej b'negozjati ma' l-avukat ġenerali fuq dawn u qalli li ma jaqbilx mas-sentenza ta' l-Imħallef Caruana Demajo u sentenzi oħrajn.", "Din hija liġi li qed issir minħabba l-pożizzjoni li qed jagħtu l-qrati.", "L- avukat ġenerali ma jaqbilx magħhom u qed jisserva bil-ministru tal- ġustizzja u b'dan il-Parlament biex ibiddel dak li qed jgħidu l-qrati u l- imħallfin tagħna.", "Din hija inaċċettabbli u m'hijiex demokrazija.", "Allaħares naslu fi stat li l-imħallef jagħti sentenza u l-gvern jibda jbiddel kollox.", "Diġa' għandna sentenzi mogħtija mill-imħallfin li qegħdin subjudice quddiem il-qorti ta' l-appell u jekk se jgħaddu r-regolamenti tal-ministru, l-imħallfin ta' l-appell ikollhom iċedu rashom u jbiddlu l-affarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gatt, on a point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'hemm ebda intenzoni ta' retroattivita', lanqas fuq kawżi pendenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Jien m'għedtx li din se ssir hekk imma li qiegħda hemmhekk.", "Dan jista' jsir u jekk ma jkunx dan il-ministru jista' jkun ieħor għax il-liġi tagħti fakulta' lill-gvern li jagħmel dan billi jagħmel liġi retroattiva.", "Nistaqsi jekk jistax jimmaġina imħallfin li għandhom każ quddiemhom biex jirrevedu sentenza ta' prima stanza fuq danni kompjutati bis-sistema l-antika fejn il-parti l-oħra qed tikkontesta l-mod ta' kompjutazzjoni u f'daqqa waħda niġu ffaċċjati b'liġi li qed tgħid li d- danni għandhom jiġu kompjutati mod ieħor.", "Dan ifisser li l-imħallfin ta' l- appell se jagħtu sentenza mod f'każ \"A\" u sentenza mod ieħor f'każ \"B\" Din hija pressjoni kbira fuq rashom.", "Fil-każ ta' mewt il-kompjutazzjoni qed tinħadem agħar minn qabel.", "Spjegajt l-anomalija li kien hemm qabel fejn ta' l-assigurazzjoni kien jaqblilhom li l-vittma tmut u mhux tkorri għax kienu jnaqqsu l-consumption u affarijiet oħrajn.", "Kif inhi qiegħda l-liġi se nerġgħu nnaqqsu kollox imma l-massimu ta' mewt se tkun ta 30%.", "L-eredi se jieħdu massimu ta' Lm20,000.", "Qabel il- pożizzjoni kienet diżgustanti għax għal mewt kienu jingħataw Lm8,000.", "Jekk lill-ġenituri jmutilhom tifel ta' 19-il sena peress li m'huwiex dipendenti u peress li l-ġenituri ma jiddependux minnu lanqas jieħdu ċenteżmu għaliex il-kunċett ta' l-eredita' tas-suċċessjoni inqata' barra.", "Issa mhux l-eredi qed jirtu.", "Jekk hemm xebba u ma hemm ħadd jgħix magħha jew dipendenti fuqha u jtajjarha xi ħadd, il-kumpannija ta' l-assigurazzjoni ma tħallas kważi xejn.", "Din m'hijiex ġustizzja.", "Biex naġevolaw il-kumpanniji ta' l- assigurazzjoni qed naqgħu għar-redikolu.", "Jekk imut ir-raġel ta' xi ħadd jitnaqqas l-ammont ta' kemm kien jiekol u kemm kien ipejjep u l-mara tieħu xi ħaġa għax tkun dipendenti fuqu.", "Nistaqsi x'jiġri jekk lili tmutli l-mara li ma taħdimx.", "Kemm ili fil-Parlament f'din l-aħħar leġislatura qatt ma ġejt iffaċċjat b'liġi bażwija daqs din.", "Din hija liġi li bellgħuha lill-Ministru.", "Personalment naħseb li l-ministru f'dawn l-aħħar erba' snin għadda liġijiet tajbin ħafna.", "Jien ivvotajt favur ta' ħafna minnhom u meta tkellimt faħħart l-inizjattiva li jkun ħa anke jekk ma naqblux f'kollox.", "Hawn ministri ma jagħmlux affarijiet ħżiena għax ma jagħmlu xejn u hawn ministri li jagħmlu tlieta tajbin u waħda ħażina.", "Din il-liġi li għandna quddiemna hija ħażina.", "Jekk taraha sew, din il-liġi tfisser li jekk jien għandi tifel ta` 14-il sena li waqt li kien qiegħed jogging ittajru karozza u jmut, jiena m'iniex intitolat li nieħu kumpens għad-danni.", "Hekk tfisser din il-liġi.", "Jiġifieri l-valur tal-ħajja ma jiswa assolutament xejn.", "Imbagħad għandek li fuq mewt il-maximum hija somma ta` Lm20,000 u tinħadem b'disability maximum ta` 30% u jirtu biss id-dependents.", "Għalija din hija totalment inaċċettabbli.", "Anke fuq il-kriterju, qabel meta kienu fuq kemm tinħadem is-somma ma kenux joqogħdu jaraw l-istat ta` saħħa tiegħu jew jekk kienx jaħdem jew inkella waqafx xi perjodu mix-xogħol.", "Din kienet tinħadem hekk: Jekk bniedem kien ilu jaħdem tliet snin jew erba` snin kien jieħu fuq dawk it-tliet snin jew erba` snin.", "Kif qiegħda l-liġi issa f'section 1046A (c) min huwa unemployed ma jieħu xejn.", "Min huwa unemployed għax ma sabx xogħol jew inkella għandu 17-il sena ma jieħu xejn.", "Issa ġiet li biex inti tieħu d- danni trid tkun taħdem, min jiġġuddikak irid jara kemm ilek taħdem, kemm kont konsitenti fix-xogħol u x'tip ta` salarju kellek.", "Mentri l-qrati tagħna b'esperjenza, b'għaqal u kawtela qalu: Le, ma jagħmilx sens li għax bniedem għandu 17-il sena u għadu ma bediex jaħdem u ttajru karozza u jintefa` f'wheelchair ma jieħu xejn.", "Il-qrati tagħna kienu qalu li jekk dan kien l-universita` naħdmuha fuq Lm100 fil-ġimgħa u jekk dan inzerta li kien mingħajr \"O\" levels ta` xejn u b'diżgrazzja spiċċa ġo wheelchair ma ngħidux li dan huwa mbarazz għar-rimi.", "Fl-agħar ipotesi jew fi probabbilta` f'xi żmien dan kien se jsib job.", "U fl-agħar ipotesi wkoll il-minimum wage tiggaratilu l-istat.", "Allura l-imħallfin tagħna qalu: Ħa naħdmuhielu fuq il- minimum wage sas-sittin sena, inżidulu persentaġġ għall-għoli tal-ħajja, inneħħulu parti għal-lump sum u nissetiljawha hekk.", "Mela niġu ngħidu li jekk persuna ma taħdimx ma jieħu xejn.", "Se jieħu gost biha din ta` l- insurances.", "Jiena ma nafx x'wiċċ tost għandhom dawn ta` l-insurances.", "L-ewwelnett l- insurances hawn Malta huma għoljin immens.", "Jekk wieħed jiċċekkja ftit kemm jaqilgħu flus l-insurances malajr jinduna li l-profitti li jagħmlu f'sena huma xi ħaġa ta` barra minn hawn.", "Il-premiums li nħallsu hawn Malta huma għoljin ħafna, imbagħad ħafna drabi meta tiġi biex tissettilja claim ta` personal injuries u anke ta` ħabta normali jeħdulek saħħtek għax trid iddum tinnegozja u tikteb u terġa` tikteb ma nafx kemm-il darba.", "Ikunu jridu ċ- ċertifikat u ħafna affarijiet oħra u ma tasal qatt u issa se nagħmluhielhom li bażikament personal injuries m'hu se jeħlu xejn dawn.", "Kien hemm każ ta` wieħed li kien ġie mtajjar waqt li kien qed jagħmel jogging – l-Onor.", "Jason Azzopardi kien l-avukat tiegħu – li ħa Lm0.25 miljun.", "Illum, taħt din il-liġi, fl-istess ċirkostanzi ma teħux one penny.", "Illum jekk bniedem waqa` u baqa` jzappap, għandu 5% jew 10% disability pero` xorta l-għada mar għax-xogħol, skond din il-liġi jieħu xi ħaġa.", "Jekk wieħed ta` 18-il sena miet jieħu inqas minn dan li qed izappap ftit.", "Tagħmel sens liġi bħal din?!", "Din hija liġi li ma tagħmel sens xejn.", "Xejn ma tagħmel sens.", "Sur President, jiena nixtieq nistaqsi lill-Ministru dwar dawk in-negozjati li qed isiru fuq ċerti kawżi li hemm fejn għandu interess il-gvern.", "Diġa` semmejt il-kawża ta` dak l-ajruplan li kien waqa` meta kienu mietu ta` Bartolo u oħrajn li qiegħed involut fiha jien.", "Kien hemm il-kawża ta` dawk li mietu bil-gass li wħud minnhom aċċettaw kumpens u wħud minnhom għadhom il-qorti jew qed jittrattaw ma` l-avukat ġenerali.", "Għandek oħrajn li mietu fit-tarzna li għandhom kawżi u qegħdin f'negozjati.", "Dawn in-nies kollha li qegħdin f'negozjati ma` l-uffiċċju ta` l-avukat ġenerali se jiġu ffaċċjati b'din il-leġislazzjoni?", "M'hemmx sentenzi, ftit minnhom saru kawżi u ftit oħra se jsiru kawżi.", "Dawn se jiġu ffaċċjati b'din it-tip ta` leġislazzjoni moqżieża, li xi ħadd mietlu t-tifel, it-tifla jew żewġha u jieħu din il- miżerja?!", "Hekk nistmawhom il-ħaddiema tagħna?", "Dan l-aħħar għaddejna liġi fuq is-siġurta` fuq il-post tax-xogħol u tgħidx kemm faħħartha għax kienet tajba.", "Jiena kont għedt li wasal iż-żmien li nagħmlu żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett għaddejna liġi fl-1973 fejn suppost hemm fund fejn min jimpjega jikkontribbixxi f'dan il-fund biex jekk imut xi ħadd dan il-fund ikun jista` jagħmel tajjeb jekk l-employer tiegħu jkun fallut.", "Jien kelli każ ta` wieħed li weġġa` fuq ix-xogħol, qatgħulu siequ, għamilt kawża u ma ħadna xejn għax il-kumpannija kienet broke.", "Din il-liġi li għaddejna fl-1973 sal-lum għadha qatt ma ġiet skattatha u 20 sena wara tkellimt fuqha.", "Jekk inħobbu lill-ħaddiema tagħna mhux ngħaddulhom liġi moqżieża bħal din, imma almenu niskattaw dik il-liġi li kien għamel il- gvern Laburista fl-1973.", "Għal xi raġuni jew oħra, ma nafx għaliex ma kienx skattaha.", "Jiena ngħid li kien għamel ħażin ukoll.", "Il-gvern Nazzjonalista għamel l-istess u ma skattahiex lanqas.", "Hemm din il-liġi u trid tiġi skattatha bilfors.", "Jiena naħdem ħafna fid-danni, apparti fil-kriminal, imma s-soft spots tiegħu huma dawn it-tip ta` kawżi.", "Tiġġennen tara bniedem li korra jfittex u ma jista` jieħu xejn.", "U hemm liġi li tikkomtempla dawn iċ-ċirkostanzi.", "Jekk ikun hemm xi ħadd ħanżir li m'għandux insurance u jtajjar lil xi ħadd hemm dik il-liġi tal-motor insurance bureau, tmur quddiemhom u jagħtuk kumpens.", "Allaħares ma kienx hemm din il-liġi.", "Niftakar li qabel am ġiet skattatha dik il-liġi fil-late eigħties kien ikollok każi ta` hit and run u ħadd ma kien ikollu dritt għall-kumpens.", "Għandna liġi eżatt bħal dik tal- motor insurance bureau li saret 20 sena ilu u għadha m'hijiex skattatha.", "Din kont tkellimt fuqha meta daħħalna l-liġi tas-sigurta` fuq il-post tax- xogħol.", "Dik hija liġi tajba u hemm ħafna affarijiet tajbin fiha pero` m'humiex biżżejjed.", "Jien kont għedt ħaġa oħra.", "Għedt huwa tajjeb li nagħmlu ċerti prinċipji dwar is-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, pero` kont irrikmandajt l-oppost li hawn f'din il-liġi li għandna quddiemna llum.", "Kont għedt li sfortunatament għalina l-avukati u għan-nies, din il-kwestjoni tad-danni m'hemmx konsistenza ta` sentenzi quddiem il-qrati.", "Għaliex?", "Għax għandek periti legali antiki li kienu jikkompjutaw id-danni fuq is-sistema ta` Butler Vs Herd.", "Per eżempju, l-avukat Joe Stafrace, ir-rapporti tiegħu hekk jgħidu.", "Kellek l-imħallef Joe Galea Debono li wkoll kien jaħdem il- kompjutazzjoni tagħhom fuq din is-sistema.", "Kellek ukoll l-imħallfin l- antiki bħal Berti Manche` li kienu jiddeċiedu hekk.", "Imbagħad għandek sentenzi iktar novattivi bħal, per eżempju, dik li kien ta Noel Arrigo meta kien imħallef fil-prim' awla fejn id-danni li kien ikolli fuq ix-xogħol lanqas kien ikolli għalfejn nipprova n-negliżenza.", "Is-sitwazzjoni m'għadhiex iktar ex delicti fejn wieħed ikun irid jipprova magna culpa lil min iħaddmu imma d-danni li jieħu huma ex contracti.", "Fl- għerf tagħhom l-imħallfin qalu li l-ħaddiem irid jiġi skużat jekk ikun ftit aljenat kultant u ma jistax ikun li għax dan jaljena ruħu għal ftit, min iħaddem ikun liberu minn kull responsabilita' ta' ħaddiem li jista' jispiċċa f'siġġu tar-roti.", "Hawnhekk kien hemm sentenzi innovativi fosthom ta' Noel Arrigo li kien ta waħda mill-ewwel sentenzi lil ċertu Keith, pero` bidilha għax qal li dawn huma ex contracti.", "It-trend tal-qrati kienet li naqilbu kollox.", "L-imħallfin l-antiki li kienu ffissati baqgħu jużaw il- formularju ta' dik il-kawża famuża ta' Butler.", "Dawn bdew jikkrollaw u l- avukat ġenerali m'għoġbitux minħabba li għandu interess ieħor.", "Il-gvern m'għoġbitux lanqas għax hemm ċerti kawżi li jolqtuh fil-laħam il-ħaj u għalhekk huwa skandaluż kif niġu f'dan il-parlament u nreġġgħu l-arloġġ lura 30 sena.", "Li qed isir issa hu agħar mill-formularju ta' dik il-kawża ta' l-1967 fuq il-mewt.", "Illum il-ħajja ta' bniedem skond din il-liġi tiswa inqas mill-ħajja ta' kelb għax il-familja tiegħu ma tieħu kważi xejn.", "Dan m'huwiex sew.", "Meta konna qed ngħaddu l-liġi tas-sigurta` jien għedt li hawn din il- konfliġġenza ta' sentenzi għax hemm il-ħsieb l-antik u l-ħsieb il-ġdid.", "Jekk wieħed imur quddiem imħallef jaħdimhielu mod u ieħor jaħdimhielu mod ieħor.", "Wieħed jistaqsi min hu l-perit legali minn qabel u jkun jaf kif se jaħdimha.", "Is-sitwazzjoni kienet li min jiġbed hawn u min jiġbed hemm u ma kienx hemm qbil.", "Jien kont issuġġerejt fil-Parlament li għandna bżonn nilleġislaw liġi bħal din li tgħid l-oppost ta' dak li qed jgħidu l-emendi u nixtieq li l-membri jaraw id-diskors li għamilt meta għaddejna dik il- liġi.", "Jien kont għedt li għandu jsir studju mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali biex janalizza dawn is-sentenzi reċenti li jagħmlu sens u li m'għandhomx l-għanqbut magħhom biex nilleġislaw liġi li tirrispekkja s- sentenzi innovativi u moderni li ngħataw matul dawn l-aħħar snin.", "Jien ridt li neżaminaw il-ġurisprudenza u l-każistika reċenti ta' dawn l- aħħar 34 sena u nagħmlu studju ta' kif żviluppa l-kunċett ta' personal injuries f'Malta.", "Barra minn Malta hemm avukati jaħdmu fuq dawn l- affarijiet biss u hemm qrati kważi speċjalizzati li jagħtu dawn it-tip ta' sentenzi.", "Stajna naraw dan l-Iżvilupp, inbiddlu u ngħaddu liġi biex dak li jiġi quddiem imħallef li għadu jaħsibha b'mod antikwat ma jiġix preġudikat għax ġie quddiem imħallef \"A\" u mhux quddiem imħallef \"B\".", "Jien kelli kawżi ta' 20% diżabilita' quddiem imħallef \"A\" u ħadu Lm40,000 u quddiem imħallef \"B\" ħadu Lm8,000.", "Dik hija d-disparita` u jiena għedt li dawn is- sentenzi moderni li jagħmlu ħaqq lill-ġustizzja tagħna, li jagħmlu sens u li ġabuna aġġornati ma' pajjiżi ċivilizzati u moderni għandhom jiġu addottati u jsiru parti mil-liġi tagħna biex ma jibqax ikun hawn dawn l- inġustizzji skaċċanti.", "Issa se ngħaddu liġi li tmur lura aktar mill-metodu li jużaw l-imħallfin l- antiki u se mmorru agħar milli konna fl-1967.", "Hawnhekk se mmorru lura iktar minn 35 sena ta' każistika u ġurisprudenza tal-qrati tagħna.", "Din hi liġi pwerili, stupida, magħmula bl-għaġġla u li saret minħabba l-interessi li għandu l-avukat ġenerali.", "Hawnhekk mhux qed nirreferi għal interessi personali imma għall-kawżi li qed jidher għalihom hu fejn għandu interess dirett il-gvern.", "Kont għedt ukoll li Malta hu l-uniku pajjiż fid-dinja fejn m'għandniex danni morali.", "L-imħallfin u l-qrati donnhom jibżgħu minn dawn.", "Id-danni morali daħlu fit-tribunal tax-xogħol fejn ikun hemm tkeċċija inġusta jew fittaġni u fit-tribunal tal-konsumatur li jidhirli hu inqas importanti minn dak li qed nitkellmu fuqu hawn.", "Jekk bennej jinstamat ma jimpurtax għax ikun jista' jkompli bix-xogħol tiegħu u għax m'huwiex mudell ma jieħu xejn.", "Dan ma jieħu xejn għax id-diżabilita' ma taffettwalux ix-xogħol tiegħu.", "Każ ieħor hu jekk mara tisfreġja koxxitha.", "Jekk din tkun mudella ta' 18-il sena allura għandha diżabilita' u tieħu d-danni għax is-sbuħija tagħha hija parti mix-xogħol imma jekk mara normali ta' ħamsin sena tagħmel l-istess sfreġju ma tieħu xejn għax ma taffettwax ix-xogħol.", "Dan m'huwiex sew.", "Jekk jien insofri xi forma ta' danni kemm fuq ix-xogħol jew f'accident il- ġustizzja tibki biex niġi kumpensat.", "Dawn huma l-ħsibijiet moderni ta' danni u personal injuries u mhux din il-liġi diżastruża li qed jippreżentaw illum.", "Jien għedt li kien wasal iż-żmien li ma' dan il-ħsieb indaħħlu għall-ewwel darba l-leġislazzjoni għad-danni morali għax il-qrati tagħna jibżgħu minnha.", "Biex wasalna fejn wasalna domna 35 sena, pass wara l-ieħor.", "Konna nagħmlu tnejn lura mbagħad ikun hemm xi mħallef ieħor li jerġa' jimbotta 'l quddiem u jinbidel l-appell.", "Madankollu jien ngħid li għalkemm ma ħsibniex fuqhom wasal iż-żmien li nibdew nieħdu ħsieb id-danni morali.", "Meta ngħidu danni morali mhux qed nippretendi li nsiru bħall-Amerika fejn jilħqu US$800,000, US$1 miljun, US$2 miljun u anke US$3 miljun.", "Jien m'iniex nippretendi li nħallu d-danni morali miftuħin u nħallu l-imħallfin jiddeċiedu kollox huma.", "F'liġi bħal din irridu nkunu moderni u ndaħħlu ceiling ta' danni morali.", "Nistgħu ngħidu, per eżempju, li l-qrati, meta qed jikkonsidraw xi personal injury claim fuq ix-xogħol jew minħabba ħabta jistgħu jikkonsidraw ukoll tip ta' danni morali.", "Kif spjegajt qabel, raġel jista' jinħaraq u jiġi jidher ikrah pero` dan ma jaffettwalux il-potenzjali tiegħu għax-xogħol.", "F'dan il-każ il-qrati tagħna għandhom jingħataw is-saħħa u l-poter li jitolbu għal xi danni u jagħmlu ceiling, fejn wieħed jgħid li ċerti kriterji jwasslu għal massimu ta' Lm3,000 u taħt ċertu kriterju ieħor ikun hemm massimu ta' Lm5,000.", "Din ma fiha xejn ħażin u m'għandniex nibżgħu minnha.", "Mhux qed ngħidu li għandha tkun miftuħa beraħ imma b'din niġġustifikaw jew nissanzjonaw ħafna inġustizzji li jsiru.", "Dawn huma affarijiet li jiġru kontinwament.", "Wieħed jiġi jgħidilna li ħabat u għamel 30 punt fl-istonku u tliet ġimgħat l-isptar isofri bl-uġigħ.", "Dan ikun sofra l-iskomdu u t-trawma intortament.", "Xi ħadd ieħor ikun weġġa' għax min ikun ħaddmu jipprovdilu makkinarju ħażin.", "Dan jagħmel xi żmien l-isptar u ta' dan ma jieħu xejn.", "Dan ikun mar għand speċjalista li jgħidlu li se jfiq imma jien nistaqsi jekk tax-xokk u t-tbatija li bata għandux jiġi kumpensat.", "Fuq dawn kont tkellimt meta tkellimna fuq il-liġi tas-sigurta` fuq ix-xogħol.", "Biex nagħlaq irrid nappella lill-Ministru b'mod ġenwin u mhux b'mod partiġġjan biex f'din il-liġi jieqaf hawn u jappunta bord speċjali ħalli jeżamina dawn l-emendi.", "Nipproponi li fost il-bord ikun hemm avukati bħal Zammit McKeon u oħrajn li jifhmu f'din it-tip ta' liġi u jirreveduha għax nemmen li bil-mod kif se ssir se mmorru ħamsin sena lura.", "Nirringrazzjak.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex f'isem il-Viċi Prim Ministru jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 17 ta' Frar, 2003 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, fid-dibattitu li kellna fil-bidu ta' din is-sena dwar l-UE, jiena għedt li d-dikjarazzjoni jew l-protokoll li għamel il-gvern Malti huwa suspettuż minħabba li kif sejrin l-affarijiet l-UE li qed tfassal kostituzzjoni li se tkun suprema għal-liġi tal-pajjiżi kollha membri nklużi l-membri kandidati, kull dikjarazzjoni unilaterali, jiġifieri d-dikjarazzjoni li l-gvern Nazzjonalista qed jgħid li għamel dwar in-newtralita` u dwar l-abort, tiġi superseded mill-Kostituzzjoni Ewropea.", "Dan ifisser li l-arranġamenti li qed jagħmel il-gvern ta' Fenech Adami dwar l-abort u dwar in-newtralita` ma jfissru xejn minħabba li l-Kostituzzjoni Ewropea se tkun suprema fuq kull pajjiż ieħor u allura dak li qed jgħid il- gvern assolutament ma jagħmel l-ebda sens.", "Jekk Malta tingħaqad ma' l-UE f'pajjiżna se jkun hawn ċittadini Ewropej u nkunu pajjiż kosmopolitan.", "Bħalissa diġa` hawn numru mhux ħażin ta' barranin u dan in-numru jikber meta nidħlu bħala membri sħaħ.", "Issa n-nisa li ġejjin minn pajjiżi Ewropej bħall-Ġermanja, Franza u l-Isvezja se jkunu mdorrijin b'ċerta liġijiet bħall-abort u jippretendu li f'pajjiżna jkollhom l-istess drittijiet li għandhom f'pajjiżhom.", "Dawn in-nisa se jesiġu li jkollhom dawk id- drittijiet li għandhom f'pajjiżhom u jekk mara tiġi hawnhekk u jkollha bżonn ta' abort u aħna nkunu membri ta' l-UE, minkejja dak li qed jgħid il- Prim Ministru Malti, dawn se jesiġu li jkollhom l-istess drittijiet ta' l- Ewropej u jekk il-kostituzzjoni Ewropea se tkun suprema fuq il-liġijiet tal- pajjiż, ovvjament dawn se jesiġu li jeżerċitaw id-drittijiet li jkunu mdorrijin bihom f'pajjiżhom.", "Sur President, dawn l-affarijiet ġraw f'pajjiżi oħrajn.", "L-Irlanda, per eżempju, wkoll esiġiet u għamlet protokoll speċjali f'Maastricht biex jipproteġi l-liġijiet Irlandiżi mis-supremazija Ewropea.", "Pero` jiena ngħid li minkejja dak kollu li qal il-gvern Malti li ġab għall-pajjiżna, dan ma jfisser xejn minħabba li l-liġi Ewropea hija suprema u minħabba li d- dikjarazzjoni li għamel il-gvern Malti hija dikjarazzjoni unilaterali.", "Meta l-Prim Ministru rrisponda fl-għeluq tad-dibattitu, dan tkaża bija għax semmejt il-kwestjoni ta' l-abort fid-dibattitu u kważi qal li jiena ma kontx naf x'qed ngħid.", "Fil-fatt, il-ġimgħa l-oħra meta jien kont imsiefer, ġejt informat li l-Prim Ministru f'waħda mid-diskussjonijiet li qed ikollu dan l-aħħar qal li jien injorant - għax issa il-Prim Ministru ħadha drawwa li min ma jaqbilx miegħu, issejjaħlu injorant - u mbagħad ikkoreġa ruħu u qal li jiena tfixkilt u ma kontx naf x'jien ngħid u dan għaliex jiena sempliċement ma qbiltx miegħu dwar dak li qal dwar l-abort.", "Issa l-bieraħ jien kont qed infittex dwar x'qed tgħid l-UE dwar dan is- suġġett u fil-ġurnal ''Enlargement Weekly'' - li huwa ġurnal preparat għad- direttorat ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea u qed npoġġi extract minnu fuq il-Mejda tal-Kamra - hemm eżattament dan il-kliem: ''The unilateral declarations that candidate countries have added as annexes mainly reflect specific national concerns or aspirations.", "For instance Poland and Malta have both registered their insistance that the Treaty may not require them to change their national legislations on subjects such as abortion.''", "Jiġifieri dan qed jgħid li d-dikjarazzjonijiet li għamlu pajjiżi bħal Polonja u Malta huma dikjarazzjonijiet unilaterali u huma intiżi biex ma jaffettwawlhomx il-leġislazzjoni nazzjonali dwar l-abort.", "Imma mbagħad ikompli jgħid li fit-test finali, hemm inkluż dikjarazzjoni mill-ħmistax- il membru ta' l-UE li jistipulaw li l-ebda dikjarazzjoni unilaterali mill- membri ġodda m'hija suprema għat-trattat ta' l-UE.", "Jiġifieri dawn qed jgħidu li t-test finali tat-trattat ta' l-UE li l-gvern ta' Fenech Adami se jiffirma, jekk il-poplu jiddeċiedi li nidħlu bħala membri sħaħ ta' l-UE, jinkludi li l-ebda dikjarazzjoni unilaterali ma tiġi suprema għat-trattat.", "Dan kollu jagħti raġun lili u mhux lill-Prim Ministru li qed jgħid li hemm xi trattat unilaterali li se jkun suprem għall-liġi Ewropea.", "Jiena ma kontx se nagħmel plejtu li kieku l-Prim Ministru m'għamilx kif għamel u għajjarni injorant, u min hawn nistiednu li jiddikjara pubblikament jekk l-arranġament ma' l-UE huwiex xi dikjarazzjoni unilaterali jew jekk huwiex xi protokoll bħalma għamlet l-Irlanda f'Maastricht.", "Huwa assolutament importanti li jiddikjara quddiem il-poplu Malti kollu x'arranġament sar fuq l-abort.", "Jekk l-arranġament hu sempliċement dikjarazzjoni unilaterali, l-UE pubblikament qed tgħidlu li din id-dikjarazzjoni unilterali m'hijiex suprema għat-trattat li huwa sejjer jiffirma.", "Jekk min-naħa l-oħra, dan huma protokoll, jiena nitolbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-protokoll.", "Mhux sewwa li l-Prim Ministru jiġu hawn u jgħid li li l-membri li jirrappreżentaw lill-poplu huma injoranti u li hu u sħabu biss l-bravi u dak kollu li jingħad anke mill-UE ma jagħmel l-ebda sens.", "Jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjoni maħruġa mill- organi ta' l-UE u importanti li l-Prim Ministru jiċċara lill-poplu Malti jekk l-arranġament dwar l-abort huwiex sempliċement dikjarazzjoni unilaterali jew protokoll.", "Sur President, sfortunatament f'pajjiżna għaddejjin mill-fażijiet kollha li għaddew pajjiżi oħrajn.", "Jien kont qed naqra l-bieraħ artiklu fuq is- ''Sunday Telegraph'' ta' l-Ingilterra li jismu ''The wolf is at the door''.", "Dawn qed jgħidu li meta l-Ingilterra daħlet fl-UE fl-1973, ma daħlitx f'political union imma fi free trade area li maż-żmien evolviet biex saret kif nafuha illum.", "Fil-fatt, Sur President, dawn jinsabu nkwetati ħafna għall-fatt li fil-Kostituzzjoni Ewropea li qed tiġi mfassla hemm miktub ċar u tond f'artikolu 9:", "\"The Constitution and law adopted by the Union institutions in exercising competences confirmed on it by the Constitution shall have primacy over the law of member states.\".", "Jiġifieri f'artikolu 9 tal-Kostituzzjoni Ewropea li qed tiġi mfassla jidher ċar u tond li l-liġi Ewropea se tkun suprema għal kwalunkwe liġi li tidħol fil-pajjiżi l-oħrajn.", "F'dan l-artiklu li semmejt jissemmew erba' fażijiet ta' kif l-affarijiet jisvolgu u jevolvu fl-UE u l-eżempju li jiena sejjer nuża hu l-abort avolja dan li ġej jgħodd għal kull kwestjoni li kien hemm.", "L-ewwel fażi hi dik li l-pożizzjonijiet jieħdu l-partijiet favur jew kontra fuq xi kwestjoni ta' l-UE u dawk favur jgħidu li dawk ta' kontra qed iġibu l-affarijief fit-tarf eżatt bħalma ġara f'pajjiżna fejn qalulna li qed inpinġu kollox iswed u nieħu l-affarijiet għall-estrem.", "Pero` meta mbagħad l-affarijiet jimxu u jidħlu għat-tieni fażi fejn l-affarijiet jimxu għad- direzzjoni li n-naħa ta' kontra tkun qiegħda twissi, dawk favur jgħidulhom li veru li qed jitkellmu fuq dak li qalu ta' kontra pero` mhux vera jriduha, u hawn nfakkar il-fatt li kemm-il darba smajna li l-UE qed titkellem li fil-pajjiżi Ewropej kollha għandu jidħol l-abort imma mhux veru jriduha.", "Fit-tielet fażi, dawk favur jibdew irattbu l-pożizzjoni tagħhom u jgħidu x'fiha ħażin li l-UE trid li l-abort jidħol f'pajjiżna u fl-aħħar fażi, l-abort jidħol f'pajjiżna u dawk favur jgħidu li dawk kontra kellhom raġun imma issa too late għax fatta.", "Dawn l-erba' fażijiet għaddew minnhom pajjiżi oħrajn u din hija l-esperjenza ta' dan il-ġurnalista Ingliż li għandu l-esperjenza ta' kif evolvew l-affarijiet fl-Ingilterra.", "Għalhekk hu importanti li l-poplu Malti niftħulu għajnejh għal dawn l-erba' fażijiet li pajjiżi oħra għaddew.", "Mela l-ewwel fażi jgħidu li m'għandniex għalfejn ninkwetaw għax dik il-problema ma tapplikax għalina, fit-tieni fażi jgħidu li din tapplika għalina imma ma fiha xejn u mhux se jġibuha, fit-tielet fażi jgħidu li din ma fiha xejn ħażin u fir-raba' fażi jgħidu li issa din daħlet u għalxejn noqogħdu nibku. għax ma nistgħux immorru lura.", "Il-poplu għandu joqgħod attent għal dak kollu li tgħid l-Oppożizzjoni għax in-naħa tal-gvern ovvjament dejjem sejra tipprova tnessi dak kollu li aħna nġibu għall-konsiderazzjoni tal-pubbliku fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l- UE u l-gvern dejjem sejjer jgħid li m'hemm problemi ta' xejn.", "Meta nagħmlu r-riċerki tagħna, nsibu li l-UE qed tappoġġja dak kollu li qed tgħid in- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jien pprovajt nirrispondi lill-Prim Ministru għax mhux vera li l-affarijiet huma ċari kif qed jgħid hu.", "Jiena nistiednu biex jgħidilna x'tip ta' arranġament għamel dwar l-abort, jekk hux dikjarazzjoni unilaterali jew protokoll għax jekk għamel dikjarazzjoni unilaterali, kif qed tgħid l-UE stess, din id-dikjarazzjon unilaterali m'għandha l-ebda sens, it doen't hold any water u dak li qed ngħidu aħna dwar l-abort huwa minnu u cioe` li m'hemm l-ebda garanzija li l-liġijiet tagħna se nżommuhom.", "Il-liġi Ewropea se tkun superjuri għal dak kollu li nixtiequ aħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Għandi nifhem li l-Onor.", "Farrugia għandu xi dokumenti li jrid ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Estratt minn pubblikazzjoni \"Enlargement Weekly\" maħruġa mid- Direttorat Ġenerali dwar it-Tkabbir fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, fil-11 ta' Frar 2003.", "MR SPEAKER: Hawn iktar riamrki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, f'idejja għandi ċirkolari maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi iffirmata mill-Ministru tal-Finanzi bid-data ta' 24 ta' Jannar, 2003.", "Din hija MF circular 2/2003 li fiha l-Ministru tal- Finanzi qed jikteb lill-Ministri u lis-segretarji parlamentari u jgħidilhom li ma jistgħux jonfqu iżjed minn 90% tal-budget li għaddejna minn dan il- Parlament għas-sena 2003.", "Jiġifieri dan qed jagħmel cut ta' 10% across the board fil-ministeri u fl-organizzazzjonijiet kollha tas-settur pubbliku u sejjer nikkwota paragrafu partikolari:", "\"In 2003 the programmable amount has been established at 90% of total expenditure.", "Accordingly, permanent secretaries are hereby being requested to submit to the budget office of this ministery by not later than the 28 February, 2003, revised estimates of expenditure clearly indicating how this 90% threshold is to be achieved.", "The established revised estimates form should be used for this purpose.", "Permanent secretaries and heads of department will be held personally accountable if their ministry/ department exceed the established 90% expenditure ceiling without the prior authorisation of the ministry of finance.\".", "Dan ifisser li f'din iċ-ċirkolari ta' l-24 ta' Jannar, 2003, il-Ministru tal-Finanzi John Dalli ordna li jsiru spending cuts slavaġġ ta' 10%.", "Jien sejjer nistaqsi biss fuq il-qasam li jien insegwi regolarment li huwa l- qasam tal-ministeru ta' l-edukazzjoni u qed nistenna kif se jsir dan it- tnaqqis ta' 10% fil-budget tal-ministeru ta' l-edukazzjoni meta 85% tan- nefqa f'dan il-ministeru huma fuq salarji.", "Allura dawn it-tnaqqis ta' l- 10% se jseħħu fuq is-salarji wkoll?", "Jekk mhux se jseħħu fuq is-salarji wkoll, l-10% se jseħħu fuq il-15% li jkun baqa', fuq nefqa ta' inizjattivi fuq l-edukazzjoni?", "Jiġifieri jekk aħna nivvotaw Lm70 miljun f'dan il- Parlament għall-budget edukattiv, ifisser li l-Lm7 miljun li jrid jaqta' l- Ministru tal-Finanzi mhux se jkunu fuq il-pagi imma se jkunu fuq dak li jibqa' wara li taqta' l-pagi.", "Jien ma naħsibx li l-Ministru tal-Finanzi qed jgħid lid-dipartimenti biex jaqtgħu l-pagi b'10%!", "Għalhekk dan ifisser li se jbatu l-proġetti kapitali u l-inizjattivi u jien nixtieq inkun naf x'passi se jittieħdu.", "Fil-qasam edukattiv, jien wieħed minn ta' l-ewwel li ngħid li qabel nitolbu li jkun hemm iżjed nefqa, naraw li n-nefqa ssir bis-serjeta` u kull lira minfuqa tkun minfuqa sew, iżda hemm diffikultajiet serji f'dan il- qasam.", "Se nsemmi daqsxejn l-Universita` li bħalissa tinsab għaddejja minn problemi finanzjarji serji u se tibda tieħu sensiela ta' miżuri biex tnaqqas u taqta' l-ispejjeż tagħha.", "Naf li per eżempju, li din diġa` se tibda tieħu passi biex tnaqqas is-servizz tal-playschool bl-isem ''Tajra'' u din it-tajra se jkollha ttir aktar fil-baxx fis-snin li ġejjin minħabba li l-Universita` qed tgħid li m'għandhiex biżżejjed flus biex toffri dan is- servizz ta' playschool lill-istaff u lill-istudenti tagħha għax għandha problemi ta' budget.", "Ma nafx x'passi oħra se jittieħdu pero` naf żgur, u tajjeb li jkun jaf l-istaff akkademiku ta' l-Universita`, li għal din is- sena n-nefqa fuq dak li jissejjaħ l-academic work resources - li huma l- flus li l-istaff akkademiku juża biex isiefer barra u jieħu sehem f'konferenzi u proġetti edukattivi - se jinżel għal ftit iżjed minn Lm0.5 miljun meta sentejn ilu kien aktar minn Lm700,000.", "Jiġifieri f'sentejn dan l-academic work resources ta' l-istaff akkademiku ta' l-Universita` se jkun inqata' b'26%.", "Minn barra dan il-Junior College, li huwa parti mill-Universita`, għandu problemi serji ta' budget fejn mhux qed jingħata fondi għal-librerija tiegħu u għal din is-sena l-budget tiegħu se jerġa' jkun Lm200,000 anqas mhux minn dak li jixtieq jagħmel, imma minn dak li għandu bżonn jagħmel biex iżomm fil-wiċċ!", "Jiġifieri dan mhux qed nitkellmu fuq nuqqas ta' fondi biex ikabbar l-istruttura għax hemm problemi serji u jeħtieġ li l-post jikber imma qed ngħidu li n-nuqqas ta' fondi qegħdin biex dan ikompli l- ħidma tiegħu kif inhi issa.", "Qed ngħid dan kollu għaliex il-problemi finanzjarji li għandha l- Universita` u li ilha titkellem dwarhom, se jsiru iżjed serji bl-effetti ta' sħubija sħiħa fl-UE.", "Se jsiru iżjed serji għaliex l-Universita` tkun trid bilfors tiftaħ il-bibien tagħha għal studenti mill-UE u tittrattahom kif tittratta studenti Maltin.", "L-Universita` diġa` għandha problemi serji biex tlaħħaq man-numru ta' studenti li qed jattendu bħalissa, u r-rapporti li l-Universita` kienet ikkummisjonat biex tistudja l-effetti ta' sħubija sħiħa fl-UE, għamluha ċara li jekk il-livell ta' flus li jingħata mill- gvern lilha jibqa' kif inhu, l-Universita` m'hijiex f'pożizzjoni li tiftaħ il-bibien għal iżjed studenti.", "Mindu tlesta dak ir-rapport, f'din il-Kamra tal-Parlament tressqu tliet budgets għas-snin 2001, 2002, 2003 u l-fondi għall-Universita` ma żdidux, filwaqt li l-istudenti żdiedu bil-konsegwenza li l-Universita` qed taffaċja problemi finanzjarji.", "L-Universita` żgur ma tiflaħx għall-effett li tiftaħ lilha nnifisha għall- istudenti mill-UE u għalhekk ir-rapport tal-Kummissjoni mmexxi mill- Professur Josef Lauri għamilha ċara li l-problemi ta' nuqqas ta' riżorsi umani u ta' faċilitajiet fl-Universita` jsiru ħafna iżjed serji jekk l- Universita` jkollha tiftaħ il-bibien tagħha għall-istudenti mill-UE.", "L- Universita` se ssib ruħha f'sitwazzjoni fejn il-gvern ma żidilhiex il-fondi u allura ma ppreparahiex għall-effett ta' sħubija sħiħa imma din xorta se jkollha bilfors tiftaħ il-bibien għal studenti mill-UE.", "Ir-rapport ta' Lauri jagħmilha ċara li jkun hemm mijiet ta' studenti mill-UE li jitħajru jiġu jistudjaw Malta.", "Aħna mhux qed inbeżżgħu hekk bl-addoċċ imma qed nikkwotaw mir-rapport li jinstab fuq il-website ta' l-Universita` u wieħed jista' jiċċekkja faċilment x'hemm f'dak ir-rapport.", "Jiġifieri żgur li m'għandi l-ebda interess li nżid, ngħawweġ jew nesaġera.", "Meta l-Universita` tiġi f'din is-sitwazzjoni se jkollha tliet toroq, jew tillimita n-numru ta' studenti barranin li jidħlu fl-Universita`, u din nafu li ma tistax tagħmilha għax bil-liġijiet ta' l-UE lil dawn trid tistmahom daqs il-Maltin, jew iddaħħal xi limitu jew kwalifiki ogħla li japplikaw kemm għall-istudenti mill-UE u kemm għall-istudenti minn Malta u minn Għawdex jew inkella ddaħħal ħlassijiet l-istess għal kulħadd għax ma tista' tiddiskrimina bl-ebda mod bejn ċittadini Ewropej u dawk Maltin..", "Importanti li dawn l-affaijiet jingħadu għax jekk min-naħa waħda l- Universita` se titgħabba b'aktar piżijiet u min-naħa l-oħra l-gvern mhux se jagħtiha l-fondi biex tkun tista' ġġorr dawn il-piżijiet - u nafu li dawn il-fondi ġejjin mit-taxxi.- l-UE flok se tkun qed tiftaħ iżjed bibien għall- istudenti tagħna f'pajjiżi oħra se tkun qed tagħlaqhom f'pajjiżna stess.", "Jiġifieri ma tistax min-naħa waħda tgħolli u tgħabbi l-Universita` b'iżjed spejjeż u b'iżjed piżijiet u min-naħa l-oħra ma tiffinanzjahiex iżjed.", "Nerġa' ngħid li f'dawn l-aħħar tliet snin, minkejja li l-gvern kien jaf b'dan ir-rapport u minkejja li qalulu biex jipprepara l-Universita` għal sħubija sħiħa, dan m'għamel xejn u s'issa għaddew diġa` tliet budgets u l- Universita` diġa` tinstab f'sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ħafna issa, aħseb u ara meta nidħlu.", "Dan li qed ngħid jiena tant hu minnu li fir- rapport ta' Lauri jissemma li kull fakulta` għandha bżonn tagħmel eżerċizzju biex tikkalkula kemm tiflaħ studenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-faċilitajiet.", "Aħna lkoll nafu li hemm problemi fil-faċilitajiet tal- librerija, tal-canteen u tal-laboratorji għax dawn kollha jkunu jridu jikbru u jiżdiedu għax inkella se jkollhom iżommu lill-istudenti barra u nerġa' ngħid li ma tistax tiddiskrimina bejn Maltin u ċittadini ta' l-UE.", "Importanti li ngħiduhom dawn l-affarijiet għaliex jingħad ħafna diskorsi li l-Universita` ġiet mwiegħda għajnuna finanzjarja biex tħejji lilha nnifisha għal pass bħal dan imma imbagħad l-fondi ma jidhru mkien.", "Minn fejn ġejjin dawn il-fondi?", "Mill-fondi strutturali ta' Lm33 miljun li l-gvern irid iressaq il-proposti dettaljati tiegħu sal-aħħar ta' Marzu?", "Kemm hemm minnhom li se jkunu biex jgħinu lill-Universita` tkabbar il-faċilitajiet tagħha u ddaħħal aktar nies magħha biex tagħmel tajjeb għall-piżijiet il- ġodda li sħubija sħiħa fl-UE ġġib fuq l-Universita`?", "L-istess argument li semmejt jgħodd ukoll għall-Junior College li jinstab f'sitwazzjoni ferm aktar diffiċli u s'issa salva u żamm fil-wiċċ minħabba l- fondi li tgħaddilu l-Universita`.", "Dan l-istess argument jgħodd ukoll għall- MCAST li għadu fil-bidu tiegħu u għadu mhux f'pożizzjoni li jiftaħ il- bibien biżżejjed għall-Maltin u l-Għawdxin u dan se jiġi f'pożizzjoni li jrid jiftaħ il-bibien għall-barranin ukoll.", "Huwa importanti li issir diskussjoni fuq dawn l-affarijiet minflok joqogħdu jwebblu lill-istudenti b'affarijiet li ma jeżistux.", "Per eżempju, waħda mill-gidbiet li tingħad hi li l-UE għandha xi skema li biha studenti Maltin u Għawdxin imorru jistudjaw barra b'xejn.", "Dan m'hu veru xejn!", "Hemm programmi edukattivi li fihom tista' tqatta' semester imma l-bqija jekk inti trid tmur tieħu second degree jew doctorate degree f'xi pajjiż ta' l-UE, wieħed irid iħallas il- fees biex jitgħallem, irid iħallas il-kera, l-ikel u t-trasport fost oħrajn u għalhekk hu importanti li ngħiduhom dawn l-affarijiet liż-żgħażagħ ħalli jkunu jafu kif inhi verament is-sitwazzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għat-Tnejn, 17 ta' Frar, 2003 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE: IMPORTAZZJONI TA' IKEL PROĊESSAT - TARIFFA", "38278.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38122 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt informazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jista' jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "UE: IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L -IKEL - TARIFFA", "38279.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38123 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt informazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jista' jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "UE: IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL - TARIFFA", "38287.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38131 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt informazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jista' jekk jogħġbu jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "UE: IMPORTAZZJONI TA' XORB - TARIFFA", "38289.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38132 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt informazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jista' jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "RATIFIKA TA' PROTOKOLLI DWAR IT-TINĠIS TA' L-ARJA", "38458.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid meta beħsiebu l-gvern jirratifika l-protokolli li joħorġu mill-konvenzjoni ta' l-1979 ta' Ginevra dwar it-tinġis ta' l-arja, fosthom il-protokolli li jirrigwardaw il-kubrit fl-emissions, in-nitrogen oxides, il-heavy metals u l-volatile organic compounds?", "Fejn jista' wieħed isib dawn il-pjani li għandu l-gvern sabiex niġu konformi magħhom?", "Jista' il-Ministru jgħid s'issa kemm-il komunikazzjoni ġiet trasmessa lis- segretarjat tal-konvenzjoni f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar erba' snin saru emission inventories, skond il-metodoloġija rikjesta?", "Kemm uffiċjali ambjentali ġew impjegati f'dawn l-aħħar sentejn fit-taqsima ta' l-air pollution?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ħsieb huwa li dawn il-protokolli jiġu rratifikati meta jkun il-waqt u għalhekk il-pjani relattivi se jitħejjew din is-sena.", "Il-konvenzjoni dwar long-range transboundary air pollution ġiet adottata fl- 14 ta' Marzu, 1997 kif ukoll l-EMEP protocol .", "Ma saru l-ebda komunikazzjonijiet mas-segretarjat tal-konvenzjoni.", "Ma saru l-ebda emission inventories imma għal din is-sena hemm diġa` fondi ivvotati biex isiru dawn l-inventarji.", "Fit-taqsima ta` l-air pollution hemm principal environmental officer, senior enviornmental inspector u ħames inspectors.", "MEPA - LUBRICATING OILS", "38459.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jissottometti ċifra ta' kemm ġie rrapportat mill-MEPA li ddaħħlu lubricating oils u kemm minnhom ġew miġbura?", "Meta kulħadd jaf li 'l fuq minn 4 miljun litru lubricating oils jiġu importati kull sena f'Malta, kif beħsiebu l-gvern sa l-aħħar ta' l-2003 imexxi skema ta' ġbir u riċiklaġġ ta' żjut skartati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Hu stmat li matul is-sena 2002 ġew importati f`Malta 4.5 miljun litru ta` lubricating oils u li dan iġġenera madwar 2.25 miljun litru ta` waste oils, li minnhom hu stmat li nġabru madwar 1.4 miljun litru.", "L-avviż legali 161 ta` l-2002 dwar il-waste oils jobbliga lil kull min jiġġenera waste oils biex jiddisponi minnhom b`mod li ma ssirx ħsara lill- ambjent, u anke jagħti linji gwida kif dan għandu jsir.", "L-intrapriża privata li tiġbor u tirriċikla l-waste oils għandha kapaċita` biżżejjed biex tirriċikla l-waste oil kollu li jiġi ġġenerat.", "Il-MEPA se tikkonsidra numru ta` options kif il-prinċipju ta' producers responsibility jista` jiġi applikat fil-każ ta` lubricating oils.", "MEPA - REGOLAMENTI", "38460.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jissottometti l-pjan ta' kemm se jittieħdu kampjuni u minn fejn se jittieħdu, sabiex il-MEPA tiġi konformi ma dak li wiegħdet, jiġifieri li sa l-aħħar tas-sena 2002 ikollha f'postu pjan sabiex iġġib fis-seħħ dawn ir-regolamenti?", "Min se jkun ir-regolatur fil-każ ta' dawn ir-regolamenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispecifika ghal liema regolamenti qieghed jirriferi, peress li kull regolament jispeċifika awtorita' kompetenti.", "COMMISSION FOR SUSTAINABLE DEVELOPMENT", "38461.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti u r- rakkommandazzjonijiet tal-laqgħat tal-commission for sustainable development?", "X'kienu l-kummenti tagħha fir-rigward tal-progress li qed jagħmel id-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent fi ħdan il-MEPA?", "X'inhuma l-kummenti ġenerali ta' dan il-kumitat issa li l-MEPA ser tagħlaq sena mill-inkarigu tagħha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Waqt li l-Onor.", "Membru huwa mitlub jinnota li hu bħala membru attenda laqgħa waħda biss minn tmienja, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-minuti li jinkludu r-rakkommandazzjonijiet tal-laqgħat ta` l-istess kummissjoni, liema laqgħat huma pubbliċi.", "Dwar il-parti tal-mistoqsija li tikkonċerna l-MEPA, ninforma lill-Onor.", "Membru li l-kummissjoni m`għandha l-ebda awtorita` li tissorvelja l-operat tal-MEPA.", "MEPA – BATHING WATER QUALITY", "38466.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa l-komponent tal-chemicals monitoring is- sena l-oħra sabiex il-MEPA tkun tista' timxi mal-provvedimenti tal-bathing water quality directive?", "Din id-direttiva ġiet inkorporata fil-Liġijiet ta' Malta?", "Liema regolamenti jaraw li l-obbligi tal-bathing water quality directive jiġu fis-seħħ?", "Meta ħarġu u meta beħsiebu l-gvern iġibhom fis- seħħ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab informat illi l-komponent tal-chemicals monitoring relatati mal-bathing water quality directive sewa Lm15,600.", "Għall-kumplament tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domandi tiegħu lill-ministru konċernat.", "MEPA - WATER FRAMEWORK DIRECTIVE", "38467.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jissottometti l-inventarji ta' l-iskarġi ta' effluents għal ġol-baħar għat-33 priority substances, kif mitlub taħt il-water framework directive li għadha kif ġiet approvata bħala regolament mill-bord tal-MEPA, liema regolament daħal fis-seħħ dan l-aħħar?", "Kemm minn dawn is- sustanzi qed jiġu mwaddbin fis-sistema tad-drenaġġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Veru li r-regolamenti li jimplimentaw il-water framework directive ġew approvati mill-bord tal-MEPA, iżda dawn għadhom m`għaddewx mill-fażi ta` konsultazzjoni hekk kif meħtieġ bl-Att għall- Ħarsien ta' l-Ambjent u lanqas ma ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lista tal-priority substances għadha qed tiġi kkumpilata.", "SAN ĠWANN: TRIQ IŻ-ŻNUBER - WIRES TAD-DAWL", "38514.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li l-korporazzjoni Enemalta tinvestiga b'urġenza każ ta' wires tad-dawl li hemm fit-tarf ta' Triq iż-Żnuber, f'San Ġwann, fejn hemm il-garaxxijiet, l-aktar minħabba li r-residenti qed jibżgħu li dawn jistgħu jkunu live?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-korporazzjoni, jirriżulta li l-wire li qed issir riferenza għalih ma jappartjenix lill-Enemalta iżda lill-Maltacom.", "Il-kumpannija ġiet informata bil-każ.", "EDUKAZZJONI – RESIT SUBJECTS", "38535.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti li jiġu offruti bħala resits, kemm fil-livell SEC kif ukoll dak MATSEC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fl- uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PASSIVE SMOKING - STUDJU", "38536.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk qattx sar studju dwar l-effetti ta' passive smoking?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li studji epidemoloġiċi ta' din ix-xeħta qatt ma saru hawn Malta.", "UE - ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "38554.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm huma l-kwoti għall-esportazzjoni bla dazji minn pajjiżna lejn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, prodott prodott u settur settur, bħala associate member ta' l-istess Unjoni?", "Kemm fil- fatt ġew esportati minn pajjiżna lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea prodott prodott u settur settur matul 2002?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR – ALLOKAZZJONI TA' POSTIJIET", "38555.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati djar mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali matul l- 2002?", "Fejn qegħdin dawn id-djar?", "Fejn joqogħdu l-applikanti li ngħataw post?", "Kemm minn dawn il-postijiet huma postijiet tal-privat rekwiżizzjonati?", "Kemm mill-applikanti li ngħataw post kien ilhom li applikaw għal aktar minn erba' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali għamel 115-il allokazzjoni matul is-sena 2002, li 41 minnhom kien ilhom li applikaw iżjed minn erba' snin.", "Il-postijiet allokati u l-persuni allokati ġejjin minn diversi postijiet madwar Malta.", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fir-raba' parti tal-mistoqsija.", "MSIDA: MISRAĦ IL-BARRIERI - FLOODING", "38557.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, Msida minħabba flooding fid- djar kull meta jkun il-maltemp?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MSIDA – TALBA LILL-ETC", "38558.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-ETC tikkonsidra xogħol adegwat fil-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab tirreġistra għax-xogħol.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu indikata se tiġi intervistata mill-uffiċjal tal-korporazzjoni.", "F'din l-intervista wieħed ikun jista' jiddiskuti prospetti ta' impjiegi u diversi dettalji oħra.", "DINGLI – NEGOZJU TAT-TAKE-AWAY", "38559.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija fil-konfront ta' negozju take-away li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, billi dan qiegħed jibqa' miftuħ isajjar u jservi klijenti sas-1.30 a.m., speċjalment fil-weekends?", "Jassigura l-Ministru li dan l-abbuż ma jissuktax?", "Jista' jara li jsir intervent min-naħa tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili billi ċ-ċilindri tal-gass fl-imsemmi stabiliment tpoġġew proprju taħt il-grill tal-cooker u huma ta' periklu għall-ġirien fl-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija qed tagħmel spezzjonijiet regolari fil-ħanut imsemmi sabiex ma jkunx hemm inkonvenjent, għalkemm s'issa qatt ma rrizulta illi dan il-ħanut kien miftuħ fil-ħin imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Ninsab informat ukoll illi saret spezzjoni fuq il-post nhar is-Sibt, 8 ta' Frar, 2003 fis-6.45p.m. minn membri tal-protezzjoni ċivili.", "Fil-post instab ċilindru tal-gass ta' 12-15kg vicin l-entratura għall-parti tal- kċina u mhux taħt il-grill tal-cooker.", "Dan iċ-ċilindru jintuza sabiex ihaddem grill wieħed peress li l-kumplament tal-makkinarju li jintuza ghat- tisjir jahdem bl-elettriku.", "DINGLI – NEGOZJU TAT-TAKE-AWAY", "38560.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jikkonferma li n-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, m'għandux shaft skond il-liġi tas-sanita`?", "Jista' jgħid x'passi se jittieħdu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DINGLI – NEGOZJU TAT-TAKE-AWAY", "38561.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu fil-konfront tan-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, billi ċ-ċumnija tal-ħanut mhux għolja biżżejjed u meta ddaħħan qegħda tikkaġuna foga u inkonvenjent lill-ġirien ta' l-inħawi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija tieghu lill-ministru konċernat.", "DINGLI – NEGOZJU TAT-TAKE-AWAY", "38562.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu fil-konfront tan-negozju li d- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi qiegħed iżomm ċilindru tal-gass taħt il-grill tal-cooker b'periklu kbir għall-ġirien ta' l-inħawi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tagħmel l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tieħu l-azzjoni relattiva.", "AIR MALTA", "38563.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 34225, jista' il- Ministru jelenka x'investigazzjonijiet saru u l-ammonti msemmija u jgħid jekk itteħdux passi dixxiplinarji?", "Jekk ittieħdu l-passi, x'kien l-eżitu ta' kull każ fir-rigward tal-persuna jew persuni involuti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 34225.", "ŻEJTUN: TRIQ IS-SUQ – SUBSTATION", "38564.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-korporazzjoni Enemalta tara li l-kuntrattur li tqabbad minnha biex jibda xogħol fuq is-substation fi Triq is-Suq, fiż-Żejtun, f'Lulju li għadda u li kellu jieqaf wara li ġie mwaqqaf mill-kunsill lokali, inaddaf ix-xaħx u ħmieġ ieħor li ħalla warajh fil-post u li qed iħammeġ it-triq?", "Possibbli li l-Enemalta tieħu passi immedjati biex minnufih tibni lqugħ madwar ħofra kbira li għamlet fl-istess triq, fejn kienet ġejja s- substation, qabel jaqa' xi ħadd peress li kif inhi hi ferm perikoluża?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Membru ġie mgħoddi lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI - DRENAĠĠ", "38565.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li ilha pendenti snin twal biex fi Triq tal-Barrani, Zejtun, in-naħa ta' Bir id- Deheb, jitkompla id-drenaġġ?", "Billi dawn il-familji ilhom snin twal jitolbu biex jitkompla d-drenaġġ, possibbli ningħata informazzjoni fejn waslet din it-talba u meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "--------"]} {"filename": "19990525_107d_par.doc", "date": "1999-05-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 107 It--Tlieta, 25 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 107", "It-Tlieta, 25 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "107", "It-Tlieta, 25 ta' Mejju, 1999", "WERREJ", "MINUTI 264", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 264", "TQEGĦID TA' KARTI 268", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL", "MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 268", "AĠĠORNAMENT 287", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 291", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 106 li saret fil-25 ta' Mejju, 1999 kienu konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "STATISTIKA - TRASFERIMENTI", "6464.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' April, 1999 fl-uffiċċju ta' l-istatistika?", "Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Matul il- perijodu msemmi ma sarux trasferimenti ta` ħaddiema fl-uffiċċju ċentrali ta` l-istatistika.", "AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR - TRASFERIMENTI", "6465.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' April, 1999 fid-dipartiment tal-konsumatur?", "Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma kienx hemm trasferimenti ta` ħaddiema fid- dipartiment għall-affarijiet tal-konsumatur matul il-perijodu msemmi.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista l-Ministru jgħid x'inhu jsir mill-ministeru tiegħu u minn dan id-dipartiment biex tissaħħaħ il-funzjoni tiegħu vis-a- vis il-konsumatur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment din m'għandhiex x'taqsam mat- trasferimenti pero' l-uffiċċju tal-konsumatur għandu l-funzjoni importanti li jiżgura illi l-konsumatur ikollu a fair deal.", "Hemm diversi mekkaniżmi kif dan isir.", "Meta l-uffiċċju tal-konsumatur ma jkunx jista' jsib ftehim bejn min għandu l-ilment u min qed ibiegħ il-prodott jidħol it-tribunal.", "Ħafna drabi d-direttur ta' l-uffiċċju jintervjeni u jipprova jwassal għal soluzzjoni.", "Meta dan l-attentat ma jirnexxix, il-konsumatur għandu dritt li jmur quddiem it-tribunal.", "Ikun hemm diversi każijiet li t-tribunal jisma' kull xahar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Dak li qed jispjega l-Ministru m'huwiex dak li staqsejtu fuqu.", "Jiena staqsejtu x'qed isir biex dan id-dipartiment jissaħħaħ.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nista' ngħid li qed isiru diversi affarijiet għat- tisħiħ ta' l-uffiċċju għall-affarijiet tal-konsumatur.", "L-ewwelnett qed naraw jekk hemmx bżonn reviżjoni tal-liġi nnifisha.", "Barra minn hekk huwa mistenni li f'qasir żmien wieħed ikun jista' jdaħħal fis-seħħ legal notices li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tal-konsumatur.", "L-uffiċċju tal-konsumatur qed jagħmel ukoll monitoring aħjar tal-customer care tad-diversi korporazzjonijiet.", "Irrid ngħid li mhux il- korporazzjonijiet kollha qegħdin fl-istess borma, għax hemm korporazzjonijiet li għandhom customer care service tajjeb pero' hemm oħrajn li għandhom bżonn itejbu dan il-qasam.", "L-uffiċċju tal-konsumatur qiegħed jiġi wżat biex jagħti pariri dwar kif dan ix-xogħol jista' jissaħħaħ biex b'hekk il-konsumatur dejjem ikun moqdi aħjar mhux biss meta jilmenta fuq prodott li jkun xtara imma wkoll vis-a-vis l-korporazzjonijiet li kultant ma jagħtuhx l-attenzjoni xierqa.", "L-uffiċċju tal-konsumatur għandu bżonn jissaħħaħ ukoll permezz ta' aktar staff.", "Id-dipartiment huwa understaffed u f'ċerti sezzjonijiet m'għandux il-personnel adegwat għalkemm qegħdin isiru l-isforzi kollha biex is- sitwazzjoni tiġi rrimedjata.", "Per eżempju, jien informat li s-section tal- weights and measures m'hijiex fully manned u dan huwa ta' detriment għal meta jkunu jridu jsiru ċerti testijiet.", "Naħseb li d-dipartiment tal-konsumatur baqagħlu ħafna iktar x'jagħmel.", "Qiegħed ukoll jagħmel kampanji kontinwi ta' informazzjoni permezz ta' leaflets u qiegħed ukoll jipprovdi servizz ta' free-phone.", "Dawn is-servizzi kollha jridu kemm jista' jkun jitjiebu biex il-konsumatur ikollu l-mezzi kollha biex jipproteġi d-drittijiet tiegħu, ovvjament mingħajr ma jabbuża, għax din hija problema oħra li tinqala'.", "Kultant isiru ċerti claims minħabba li prodott ma jkunx qed jiġi wżat kif suppost.", "Irrid ngħid ukoll li d-dipartiment tal-konsumatur ikollu mijiet ta' claims kull xahar.", "M'għandix iċ-ċifri hawn imma jekk m'inix sejjer żball ikollu mat-300 telefonata fix-xahar mingħand konsumaturi li jikkonsidraw li jieħdu l-ilment għandhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Xtaqt nistqasi lill-Ministru jekk ingħatax terminu ta' żmien lil dik it-task force li twaqqfet dan l-aħħar biex taġġorna l- liġijiet jew tallineahom mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x'jaqsam ma' consumer affairs.", "Xtaqt nistaqsi wkoll jekk wara disa' xhur ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, il-gvern tax konsiderazzjoni pożittiva jew negattiva lill- abbozz ta' liġi li kien ħejja gvern Laburista biex titwaqqaf awtorita' għall-affarijiet tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni ġusta.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar jekk wasalx f'xi forma ta' konklużjoni dwar jekk awtorita' simili għandhiex titwaqqaf jew le.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk m'inix sejjer żball hemm terminu ta' żmien ta' xi xahrejn għal dik it-task force.", "Dwar l-awtorita' illi kienet ippjanata mill-gvern preċedenti, nista' ngħid li qegħdin fl-istadju li qed jiġi reviewed l-abbozz ta' liġi li kien ġie ppreparat.", "Hemm diversi opinjonijiet dwar dan minħabba l-fatt li l- awtorita' li kienet qed tiġi ppjanata kienet qed tgħaqqad l-uffiċċju tal- konsumatur ma' l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta.", "Dawn huma żewġ entitajiet illi għandhom funzjoni differenti.", "Qed jiġi studjat jekk dawn iż- żewġ uffiċċji jistgħux jiġu nkwadrati fl-istess awtorita'.", "Dan kien il-pjan tal-gvern preċedenti.", "S'issa rrid ngħid li għad m'għandix ir-rapport finali dwar il-proposti pero' sadanittant kemm l-uffiċċju tal-konsumatur kif ukoll l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta qed jaħdmu fuq diversi legal notices li għandhom x'jaqsmu ma' standards ta' product liability.", "AIR MALTA- TRASFERIMENTI", "6466.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' April, 1999 fl-Air Malta?", "Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-perijodu in kwestjoni kien hemm 24 trasferiment minn fost l-2,000 persuna li hemm jaħdmu ma' l-Air Malta.", "F`kumpanija ta` din l-entita`, it-trasferimenti jkunu meħtieġa skond l- esiġenzi tas-servizz u ma nistax nara li ma jkunx hemm bzonnhom ukoll fil- futur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Minħabba d-diversi diċeriji li hawn, jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jipprivatizza l-Air Malta?", "Jekk inhu l-ħsieb tal-gvern li jagħmel hekk, meta beħsiebu jipprivatizzaha?", "Kemm persentaġġ mix-shareholding li għandu beħsiebu jipprivatizza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kumpannija Air Malta toffri servizz lill-pajjiż kollu.", "Naturalment fuqha jiddependi s-settur tat-turiżmu u hija kumpannija li bħalissa qiegħda fi stadju fejn qed jissaħħaħ l-operat tagħha, speċjalment l-operat finanzjarju.", "L-Air Malta għandha anke sussidjarja barra minn Malta li wkoll qiegħda fi stadju fejn qed tiġi riorganizzata u msaħħa.", "Hemm ħafna elementi li lill-Air Malta jagħmluha investiment strateġiku u allura wieħed ma jistax jikkonsidraha fl-istess qafas tal-kumpanniji oħra bħall-banek, li għalkemm huma relevanti għall- ekonomija dawn huma wkoll diversifikati.", "Fil-każ tal-banek m'għandekx settur bħal tat-turiżmu li jiddependi minn kumpannija waħda.", "Rigward il-privatizzazzjoni, il-ministru inkarigat mill-privatisation unit huwa l-ministru tal-finanzi u naħseb li jkun aħjar jekk din il-mistoqsija tiġi indirizzata lilu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li safejn jaf hu m'huwiex il-ħsieb tal-gvern li tiġi pprivatizzata l-Air Malta fil-futur qarib?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena qed ngħid li l-Air Malta għandha element strateġiku relevanti meta wieħed iħares lejn l-operat tagħha.", "Dwar l- intenzjonijiet jekk tiġix privatizzata jew le, il-mistoqsija għandha ssir lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Id-deċiżjonijiet ta' privatizzazzjoni ta' kumpanniji tal-gvern hija deċiżjoni ta' ministru wieħed jew deċiżjoni tal- kabinett?", "U jekk hija deċiżjoni tal-kabinett, naħseb li l-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi għandu jkun informat b'dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hemm dokument li qed jiġi ppreparat fuq privatisation policy u ma narax għaliex wieħed għandu jitkellem iktar fuq dan id-dokument f'dan l-istadju.", "Naħseb illi għedt biżżejjed dwar l-importanza ta' l-Air Malta u waqt li nifhem li l-Onor.", "Interpellant jixtieq risposta speċifika dwar il- privatizzazzjoni, jiddispjaċini ngħidlu li dik it-tip ta' risposta m'hijiex se tingħata.", "Naħseb li hija xi ħaġa illi trid titħalla għal stadju ieħor meta dan id-dokument ikun lest.", "MALTACOM - TRASFERIMENTI", "6467.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' April, 1999 fil-Maltacom?", "Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-perijodu msemmi n-numru ta` mpjegati li ġew trasferiti minn taqsima għal oħra tal-Maltacom kien ta` 47.", "Dawn it- trasferimenti saru fid-dawl tal-job evaluation exercise u minħabba ħtiġijiet oħra ta` servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-Ministru għadu kemm qal li ċaqliq minn taqsima għall-oħra jissejjaħ transfer.", "Dan jikkontrasta bil-kbir ma' dak li qal il- bieraħ il-ministru għall-politika soċjali fir-rigward tas-CSAs.", "Jista' l- Ministru jispjega dan il-fatt?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hemm diversi definizzjonijiet li tista' tuża.", "Fil- każ tal-Maltacom ma nixtieqx nidħol f'wisq dettalji minħabba n-natura kummerċjali tagħha.", "Fil-fatt l-informazzjoni li tajt hija ferm iktar milli ssuġġeriet il-Maltacom.", "Naħseb li jkun aħjar jekk f'dan il-każ wieħed ma jidħolx wisq fid-dettall għax il-Maltacom hija kumpannija li qed tikkompeti f'ċerti setturi, hija kumpannija parzjalment privatizzata u naħseb li rridu nħallulha leeway biżżejjed biex tkun tista' tagħmel iċ-ċaqliq li jkollha bżonn tagħmel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr. Speaker, meta l-Partit Laburista kien fil-gvern u l- Maltacom kienet diġa' saret kumpannija privata jiena kont nagħti l- informazzjoni li nista', imma għall-istess raġuni li semma' l-Ministru u minħabba n-natura kummerċjali tal-kumpannija, mhux dejjem kont inkun nista' nirrispondi u minħabba f'hekk kienu jakkużawni li mhux qed inkun trasparenti.", "Il-Ministru jaħseb li l-kritika li kienu jagħmlu lilna kienet ġusta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena għidt li l-informazzjoni li tajt hawnhekk hija ferm iktar minn dik li kienet issuġġerita li tingħata mill-Maltacom.", "Issa fil-każ ta' l-Onor.", "Mizzi jiena ma nafx x'kien jingħad u ma nistax nirrispondi għal mistoqsijiet li kienu jsiru lilu.", "Li nista' ngħid huwa li l-Maltacom tipproteġi l-pożizzjoni tagħha.", "Meta ma naqbilx mal-Maltacom ikolli diskussjonijiet maċ-chairman dwar kif għandha tkun ir-risposta u jekk jista' jkun nagħti l-informazzjoni mingħajr ma jkun hemm implikazzjonijiet kummerċjali.", "Fil-każ illi jkolli dubji, jiena nagħti risposta iktar xotta u ngħid li minħabba raġunijiet kummerċjali ma nistax nagħti dik l-informazzjoni.", "L-informazzjoni li ntalbet fid-domanda tajtha għax naħseb li ċ-ċaqliq ta' nies m'huwiex xi ħaġa daqshekk ta' natura kummerċjali imma ma nħossx li għandi noqgħod nirrispondi dwar f'liema sections sejrin dawn in-nies għax dan jista' jaffettwa l-aspett kummerċjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' priġunieri fil-ħabs bejn l-1982 u l-21 ta' Mejju, 1999 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7109; u", "u f'isem il-Ministru tas-Saħħa inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' pazjenti admitted, re-admitted u discharged fl-Isptar Monte Carmeli mill-1 ta' Jannar sa l-20 ta' Mejju, 1999 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7157.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-25 ta' Mejju 1999", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela huwa in possession .", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzjak Mr Speaker.", "Qabel inkompli bid- diskors tiegħi nixtieq li f'isem l-oppożizzjoni, bħala kelliem fuq iż- żgħażagħ u l-isports, nifraħ lill-kumitat olimpiku Malti wara li l- applikazzjoni tiegħu għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fis-sena 2003 ġiet aċċettata.", "Jiena naħseb li din għandha tkun okkażjoni li permezz tagħha pajjiżna jingħata aktar reklamar u nawgura li dan il-logħob ikun suċċess, kemm mil-lat ta' l-istess logħob kif ukoll għal pajjiżna b'mod ġenerali.", "Huwa tajjeb li nifhmu l-importanza ta' l-isports.", "Naħseb li pajjiżna għad għandu bżonn jinvesti ħafna iktar fis-settur sportiv u għalhekk għandna nirrikonoxxu dak li jkun għamel kull gvern u nkomplu nibnu fuqu.", "Fil-ftit xhur li dam fil-gvern, il-Partit Laburista għamel l-input tiegħu anke permezz ta' żieda fil-flus lill-kumitat olimpiku Malti.", "Huwa importanti li l-flus li jiġu vvotati għas-settur ta' l-isports kemm jista' jkun ikomplu jiżdiedu anke fil-futur.", "Naħseb li f'dawn l-affarijiet m'għandniex inħarsu lejn politika għalkemm sfortunatament mhux dejjem hekk jiġri.", "Mr. Speaker, jiena se nkompli fejn ħallejt dalgħodu meta kont qed nitkellem fuq il-bżonn li ntejbu l-prodott.", "Jiena spjegajt anke dwar il- proġetti li gvern Laburista kien ħadem bis-sħiħ fuqhom u li jidher li anke gvern Nazzjonalista se jkompli bihom, għalkemm forsi wħud minnhom mhux bl- istess ħsieb u ideat ta' gvern Laburista.", "Barra minn hekk kont bdejt nitkellem fuq il-ħtieġa li l-lukandi u postijiet l-oħra ta' divertiment għandhom ikunu tajbin u ta' kwalita' għolja.", "Fil-fatt kont waqaft fuq punt li kellna xi ftit nuqqas ta' ftehim dwaru, meta kont qed ngħid li fil- passat in-naħa Laburista kienet qed tagħmel il-kritika li biex nagħmlu lukandi 4-Star u 5-Star, li huwa importanti li jkollna, konna qed nittraskuraw il-lukandi 3-Star u inqas.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti li pajjiżna jkun jista' jakkomoda u jilqa' lil kulħadd u jekk jiġi turist li r-riżorsi finanzjarji tiegħu huma limitati għandu jsib post fejn joqgħod.", "Aħna bħala pajjiż għandna bżonn lil kulħadd u ma nistgħu nagħlqu l- bibien lil ħadd.", "Mr. Speaker, la qiegħed nitkellem dwar il-lukandi nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-applikazzjonijiet li jkollha quddiemha l- awtorita' ta' l-ippjanar sabiex jinbnew lukandi, applikazzjonijiet oħrajn kif ukoll applikazzjonijiet għal proġetti li jistgħu jsiru kemm mill-gvern kif ukoll mill-privat.", "Ftit ta' żmien ilu, bi prominenza kbira l-gazzetti ħarġu jirrapportaw l- attakk qawwi li l-Ministru Refalo għamel fuq l--awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ma kienx l-ewwel wieħed li kkritikaha u naħseb li lanqas se jkun l-aħħar wieħed pero' xtaqt nagħmel parentesi dwar il-mod kif taġixxi l-media.", "Per eżempju, gvern Laburista bħala prijorita' kellu l-qasam tal-housing soċjali u kien ikollna diversi battibekki ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar minħabba li l-gvern kien ried jibni aktar postijiet sabiex ikun jista' jagħtihom lil dawk il-persuni li verament huma fil-bżonn.", "Imma għax dak iż-żmien konna aħna li nikkritikaw lill-awtorita' ta' l-ippjanar - kif wara kollox kien jagħmel kulħadd - konna naqilgħu ħafna kritika mill-media.", "Ara l-kritika ġusta li għamel il-ministru ftit ta' żmien ilu, ċertament din ma ġabitx l- istess reazzjoni negattiva min-naħa tal-media u naħseb li anke hawnhekk hemm bżonn li l-media tkun aktar matura.", "Qed ngħid dan mhux għax il- ministru għamel ħażin li kkritika l-operat ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar imma jiena naħseb li m'hijiex maturita' li l-media ddawwar l-argumenti kif jaqbel lil-linja editorjali tagħha.", "Per eżempju, kien jingħad li aħna naqbżu lill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Din il-kritika kienet inġusta mija fil-mija, għax wara kollox, l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet iżżomm kull ħaġa li ried jagħmel gvern Laburista fil-qasam tal-housing.", "Mr. Speaker, f'dawn l-aħħar seduti tkellimna fuq ħolqien ta' awtorita' oħra.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb li wieħed iħares ftit lejn il- funzjonijiet ta' din l-awtorita' għax jista jagħti l-kas li f'uħud mill- instances din l-awtorita' se tkun qisha pupu f'idejn il-ministru.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Meta aħna ressaqna xi emendi għall-awtorita' ta' l-ippjanar konna ġejna kkritikati għax kien hemm il-kelma \"ministru\" mniżżla aktar minn darba.", "Intqal li l-ministru se jikkontrolla u se jiddetta kollox hu mentri dan ma kienx il-każ.", "Issa f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna l-ministru jidħol kważi f'kull funzjoni li l-awtorita' tat- turiżmu se jkollha.", "Il-ministru, ikun min ikun, għandu jagħti spazju lill- membri li se jkunu fuq din l-awtorita'.", "Ġaladarba l-gvern se jafda nies fuq din l-awtorita', ċertament li dawn għandu jkollhom in-know-how neċessarju fis-settur tat-turiżmu u għandu jkollhom liberta' assoluta biex ikunu jistgħu jaġixxu.", "Nemmen li l-gvern għandu jagħti linja ta' policy pero' huwa importanti li l-ministru, minkejja li jissemma' ħafna drabi f'din il- liġi, jagħti n-nifs lill-awtorita' tat-turiżmu.", "Qed ngħid dan għax l-HCEB bagħtet ittra lill-membri parlamentari ta' din il-Kamra kollha u kkritikat il-fatt li l-ministru qisu se jkun il-factotum ta' kollox.", "Dawn qed jirraġunaw li din l-awtorita' qisha se tkun xi pupu f'idejn il-ministru.", "Dan jiddependi mill-ministru tal-ġurnata, ikun min ikun.", "Irridu noqogħdu attenti li minn banda ma nispiċċawx bħall-awtorita' ta' l-ippjanar, li ma jista' jindaħlilha ħadd, u mill-banda l-oħra ma nispiċċawx b'awtorita' qisha pupu f'idejn il-ministru.", "Il-bilanċ huwa importanti li jinżamm minn kulħadd, kemm mill-membri ta' l-awtorita' kif ukoll mill-ministru tal- ġurnata.", "Dak huwa l-punt li xtaqt nagħmel fuq dawn il-funzjonijiet.", "Waħda mill-funzjonijiet li se jkollha din l-awtorita' hi li se jkollha dritt twaħħal il-pieni.", "Forsi jista' jkun hemm min jgħid li dawn huma pieni ħorox u jista' jkun hemm min jgħid li dawn m'humiex ħorox biżżejjed.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li aktar ma l-pieni jkunu ħorox, akbar ikun id-deterrent.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq settur delikat ħafna u għalhekk naħseb li huwa importanti li l-pieni jkunu ħorox.", "Fl-aħħar mill- aħħar, jekk wieħed se jagħti isem ħażin, dan m'huwiex se jagħtih lill- lukanda jew lir-restaurant biss imma se jagħtih lil pajjiżna.", "Minħabba f'hekk ibati l-poplu Malti u Għawdxi u għalhekk huwa importanti li l-pieni li jingħataw ikunu ħorox, biex min ikun qed jonqos joqgħod attent u jirranġa d-difetti li jista' jkollu fis-settur tiegħu.", "Il-pieni jistgħu jiġu aċċettati kif inhuma pero' jekk naraw li dawn m'humiex ħorox biżżejjed, għandna ngħolluhom ħalli min jibqa' jabbuża jħallas ta' l-abbuż tiegħu.", "Mr Speaker, naħseb li nkunu qed nagħmlu żball jekk aħna bħala pajjiż nikkonċentraw l-isforzi tagħna kollha fuq it-turiżmu biss.", "Qed ngħid hekk għax dan huwa settur delikat ħafna u jekk per eżempju tinqala' gwerra fil- viċin, jista' jkollok prodott ta' kwalita' u jista' jkollok l-irħas prezzijiet għax it-turisti xorta ma jiġux f'pajjiżek.", "Dan ifisser li hemm bżonn li jkollna setturi oħrajn biex jekk Allaħares qatt jinqala' xi ħaġa lil dan is-settur tant importanti, aħna nkunu nistgħu nistrieħu fuq xi ħaġa oħra.", "Fl-istess ħin li ngħid dan, ġaladarba fil-preżent u fil-futur qarib jidher li s-settur turistiku se jibqa' wieħed mill-aktar importanti, allura hemm bżonn li nagħmlu dak kollu possibbli biex nikkoltivaw dak li għandna u naħdmu biex inkabbru dan is-settur.", "L-awtorita' tat-turiżmu se jkollha funzjoni importanti ħafna u naħseb li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se tikber l-importanza tagħha.", "S'issa jidher li m'hemmx settur ieħor li jista' joqrob lejn is-settur tat-turiżmu b'tali mod u manjiera li jħalli l- istess ammont ta' qligħ.", "Għalhekk huwa importanti li nibżgħu għal dak li għandna u nippruvaw nagħmlu l-almu tagħna kollu sabiex intejbuh u nsaħħuħ.", "U kif nistgħu ntejbu u nsaħħu dak li għandna?", "Jiena naħseb li f'Malta għandna difett li m'aħniex biżżejjed professional f'dak li nagħmlu.", "Illum bdejt billi semmejt il-kamp sportiv.", "Naħseb li anke fil-kamp sportiv għandna ħafna nuqqas ta' professjonalita'.", "Meta wieħed iqabbel ma' pajjiżi barranin jinduna kemm għadna lura.", "Huwa veru li saru ċerti avvanzi pero' ċertament li għad fadlilna x'naqdfu meta nqabblu ma' ħaddieħor.", "Anke fis-settur tat-turiżmu hemm bżonn li nkunu aktar professjonali għax wara kollox dan is-settur jimpjega numru kbir ta' ħaddiema kemm full-time kif ukoll part-time.", "Huwa faċli li wieħed imur jaħdem anke' bħala waiter f'restaurant u għalhekk huwa importanti li anke f'dan is-settur inkunu professjonali fis-servizzi li nagħtu.", "Biex tidħol il-professjonalita' hemm bżonn li l-ITS tingħata aktar importanza sabiex tħarreġ aktar studenti biex ikunu jafu kif jagħtu servizz aħjar u kif itejbu l-prodott ta' fejn ikunu qed jaħdmu.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo għamel mistoqsija parlamentari interessanti dwar kemm studjaw żgħażagħ minn mindu fetaħ l-ITS, kemm hemm li temmew l-istudju u ngħataw ċertifikat u kemm minnhom ma baqgħux jaħdmu fit-turiżmu wara li spiċċaw l-istudju tagħhom.", "Staqsa wkoll jekk isirx xi tracer study biex wieħed jibqa' jsegwi dawn l-istudenti.", "Il-ministru wieġeb li s'issa għadu ma jsirx tracer study imma hemm il-ħsieb li jkun hemm sistema komputerizzata.", "Dan l-istudju huwa importanti għax fl-aħħar mill-aħħar qed jintnefqu l-flus sabiex aħna nħarrġu lil dawn iż-żgħażagħ pero' imbagħad m'aħniex insegwu kemm minnhom qed jaħdmu fis-settur turistiku u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu.", "Huwa importanti li jsir dan l-istudju anke biex naraw x'diffikultajiet qed jiltaqgħu magħhom dawn l-ex-studenti ta' l-ITS, biex f'dan il-każ l-istitut tat-turiżmu jieħu ħsieb jagħmel updating tiegħu nnifsu.", "Huwa importanti wkoll li naraw għaliex ftit minn dawk l-istudenti li joħorġu b'ċertifikat mill-ITS għal xi raġuni jew oħra ma jsibux post f'dan is-settur.", "Suġġeriment ieħor li nixtieq li nagħmel huwa li fl-ITS mhux biss għandhom imorru studenti imma għandhom imorru anke dawk li ilhom snin twal jaħdmu fis-settur turistiku biex jingħataw short courses.", "Jiena ma nafx jekk dawn it-tip ta' courses jeżistux jew le imma fil-każ li jeżistu hemm bżonn li jinfetħu aktar.", "Forsi għada pitgħada min ma jkollux għallinqas ċertifikat ta' kors ma jkunx jista' jaħdem f'ċertu livell.", "Huwa importanti li l-ITS ikompli jikber u hemm bżonn li nkomplu ninċentivaw lill-istudenti biex imorru jistudjaw hemmhekk.", "F'dan is-sens wisq nibża' li d-deċiżjoni tal- kabinett li japprova tnaqqis ta' Lm300 fuq medda ta' tliet snin mill- istipendju ta' dawn l-istudenti tmur direttament fid-direzzjoni opposta.", "Irrid ngħid ukoll li huwa importanti illi anke' l-universita' tirrikonoxxi li għandu jkun hemm degree courses għal min ikun irid ikompli javvanza wara li jlesti kors fl-ITS.", "Din l-importanza li nagħtu lis-settur tat-turiżmu għandna nuruha f'kull livell bis-serjeta' u allura naħseb li anke' l- universita' għandha tagħti s-sehem tagħha.", "Mr Speaker, tajjeb ukoll illi naraw ftit ċerti abbużi u sfruttament ta' ħaddiema li jsir fis-settur turistiku għax fl-aħħar mill-aħħar dan jolqot ħażin lil dan is-settur.", "Ċertament li diversi ħaddiema barranin jiġu sfruttati.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, ippermettili ninterrompik imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nipproponi li l-Onor.", "Abela jkompli jinstema'", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Abela jkompli bl-intervent tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondat u lill- Kamra.", "Mr Speaker, huwa magħruf li ammont kbir ta' ħaddiema barranin qegħdin jaħdmu f'pajjiżna bla permess.", "Ħafna minnhom jaħdmu fis-settur turistiku u dawn qed jiġu sfruttati bla ħniena.", "Għandna wkoll diversi ħaddiema Maltin li wkoll qed jiġu sfruttati u abbużati għaliex ma jitħallewx jidħlu f'union biex jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom.", "Hemm min kważi jgħidlilhom li jekk jidħlu f'union ma jiddaħħlux jaħdmu fl- istabiliment tagħhom.", "Din il-ħaġa ma tiġrix fis-settur turistiku biss imma tiġri b'mod ġenerali wkoll u qed insemmiha għax jekk il-ħaddiema jkunu għal qalbhom u d-drittijiet tagħhom ikunu qed jiġu ssalvagwardati, allura huma jkunu jistgħu jagħtu l-aħjar li jistgħu sabiex is-settur turistiku jimxi 'l quddiem anke' mill-lat ta' servizz.", "U għalhekk huwa importanti li naraw illi dawn l-affarijiet jiġu osservati.", "Mr Speaker, mistoqsija li nagħmel lili nnifsi u li smajtha kemm-il darba hija: It-turisti x'jiġu jfittxu f'pajjiżna?", "Meta jiġu Malta x'jistennew illi jsibu?", "Meta nitkellem ma ċerti nies maturi aktar fl-eta' dawn jgħidulek li jiftakru Malta isbaħ għax kien hawn ħafna inqas bini milli hawn illum.", "Żgur li t-turisti jippretendu li jaraw ħwejjeġ li ma jsibux f'pajjiżhom.", "Pajjiżna għandu l-ħaddiema u t-tradizzjonijiet tiegħu u naħseb li għandna nagħmlu minn kollox biex dawn nerġgħu nqajmuhom mill-ġdid.", "Kelliema oħra minn din in-naħa taw eżempju ta' kif ċerti drawwiet u ċerti affarijiet li pajjiżna kien magħruf għalihom fil-passat illum qed imutu.", "Irridu noqogħdu attenti li dawn ma jispiċċawx darba għal dejjem mill- gżejjer.", "Dawn għandna nagħtuhom prominenza għax wara kollox huma dawn l- affarijiet li jinteressaw lil ċerti turisti.", "Inutli nibnu lukandi lussużi għax dawn jistgħu jsibuhom f'pajjiżi oħrajn imma dak li hu Malti jistgħu jsibuh hawnhekk biss.", "U huma dawn l-affarijiet li aħna rridu nbiegħu sabiex ħaddieħor jiġi f'pajjiżna.", "Mr. Speaker, xtaqt insemmi wkoll l-istorja li għandu pajjiżna.", "Ħafna drabi meta titkellem ma' persuni barranin u tgħidilhom bir-rikkezzi u bil- kobor ta' l-istorja u ta' wirt kulturali li għandu dan il-pajjiż ċkejken, dawn jibqgħu mmeraviljati.", "Dawn huma l-affarijiet li aħna rridu nippromwovu u nbiegħu lit-turist u allura huwa importanti li nieħdu ħsiebhom.", "U wieħed bilfors li jweġġa' qalbu meta jara tempji neolitiċi li huma ttraskurati.", "Dawn mimlijin ħaxix ħażin u mdawrin b'fences imsaddin.", "Issa dawn huma affarijiet li ma jridux il-mijiet u l-eluf ta' liri biex jiġu rranġati imma huma affarijiet żgħar.", "U jekk l-affarijiet iż-żgħar nitilquhom, aħseb u ara kemm se nitilqu iktar l-affarijiet il-kbar.", "Darba kont qiegħed il-Kanada u ħaduna Quebec biex naraw is-swar li hija mdawra bihom dik il-belt.", "Għalihom hija belt antika, imma din m'għandhiex storja ta' aktar minn tliet mitt sena.", "Dawn is-swar m'għandhom x'jaqsmu xejn mas- swar li għandna aħna.", "Il-gwida li kellna magħna nzerta ġie Malta kemm-il darba għax tinteressah ħafna l-istorja ta' pajjiżna u dan qalilna li m'aħna se naraw xejn aħjar minn dak li għandna f'pajjiżna.", "Forsi aħna ma tantx napprezzaw dak illi għandna għax imdawrin bih imma meta naraw affarijiet f'pajjiżi oħra, imbagħad hemmhekk nibdew napprezzaw aktar dak li għandna.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li jiena naraha perikoluża hi li mhux dejjem nagħtu lit-turist dak illi jiġi mwiegħed.", "Per eżempju, fi brochure tkun tissemma swimming pool f'lukanda u meta t-turist imur fil-lukanda jsib illi biex imur fis-swimming pool irid jaqsam it-triq!", "F'dan il-każ it-turist joħroġ diżilluż u għalhekk huwa importanti li meta nwegħdu xi ħaġa lit-turist din nagħtuhielu, għax inkella dan se jagħmel riklam ħażin għal pajjiżna.", "Importanti wkoll illi mhux nipprovaw nisirqu ħaj lit-turist u nitolbu prezzijiet esaġerati.", "Dan il-punt issemma' minn ħafna kelliema u rridu nibqgħu nsemmuh biex nedukaw lill-poplu fuq dawn l-affarijiet.", "Aġir ta' din il-kwalita' jservi ta' reklam ħażin u għalhekk huwa importanti li nieħdu l- passi meħtieġa sabiex min qed jabbuża jħallas ta' l-abbuż tiegħu.", "Mr Speaker, ħafna drabi nirreklamaw lil pajjiżna bħala post tax-xemx u tal-baħar imma naħseb li għandna nirreklamaw ukoll lil pajjiżna għal affarijiet oħra li jista' joffri.", "Per eżempju, pajjiżna jista' jservi bħala post fejn jistgħu jiġu jistudjaw.", "F'pajjiżna għandna numru mhux ħażin ta' skejjel ta' l-ingliż li qed jagħtu l-kontribut tagħhom għas-settur turistiku.", "Jiena naħseb li m'għandniex nibqgħu nikkonċentraw biss fuq il- lingwa Ingliża imma għandna nintroduċu wkoll studji oħrajn.", "Forsi ta' min jistudja aktar fil-fond dwar kif dan it-tip ta' turiżmu jista' jikber f'pajjiżna.", "Ħaġa oħra li anke' semma' l-Onor.", "Michael Farrugia dalgħodu hija li nsibu diversi anzjani, l-aktar mir-Renju Unit, illi fix-xhur tax-xitwa jsibu r- refuġju tagħhom f'pajjiżna.", "Jiena ltqajt ma' dawn in-nies li jħossuhom komdi li sena wara l-oħra jiġu f'pajjiżna u joqogħdu hawnhekk għal żmien relattivament twil.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb li naraw kif nistgħu nisfruttaw aktar dan il-fatt billi nirreklamawh, għax forsi mhux kulħadd tiġih f'moħħu din il-ħaġa.", "Ikun tajjeb illi nirreklamaw anke' f'pajjiżi differenti sabiex inħajru aktar anzjani biex fix-xhur tax-xitwa jżuru pajjiżna.", "Ċertament fix-xhur tax-xitwa s-settur turistiku jkun f'livell aktar baxx, għax il-peak tiegħu huma x-xhur tas-sajf u tar-rebbiegħa, u naħseb li huwa importanti li jkollna ammont ta' turisti tul is-sena kollha.", "Aspett ieħor li naħseb li m'aħniex nisfruttaw biżżejjed u għandna naraw kif nistgħu nkabbru d-dħul minnu huwa l-kamp sportiv, l-aktar dak l-isport illi għandu x'jaqsam mal-baħar.", "F'pajjiżna fortunatament għandna klima li tippermettielna l-prattika ta' l-isport kważi s-sena kollha.", "Pajjiżi oħra jkollhom jieqfu minn ċerta attivita' sportiva f'ċertu perijodu tas-sena u għalhekk għandna nħajru lil dak li jkun biex ċerti attivitajiet sportivi jiġi jagħmilhom hawn.", "Dan jista' jinvolvi li pajjiżna jattrezza ruħu aħjar għal ċerti dixxiplini sportivi u għalkemm inizjattiva bħal din tinvolvi element ta' flus pero' in the long run pajjiżna jaqbillu jagħmel hekk għax id-dħul ikun pjuttost kbir.", "Sa ftit tas-snin ilu kienu jiġu diversi teams tal-football jagħmlu training camp f'pajjiżna, speċjalment mill-Ġermanja, imma llum qisu dan in-numru naqas.", "Ħaġ'oħra li tajjeb illi nirreklamaw aktar u naraw kif nistgħu niżviluppaw aktar huma l-events kulturali.", "Jiena naħseb li m'aħniex nirreklamaw tajjeb biżżejjed sabiex inġibu lil dawk in- nies illi jinteressawhom l-events kulturali bħall-karnival u festivals oħrajn li jsiru tul is-sena.", "Mr Speaker, naħseb li llum kulħadd jaqbel illi gvern Laburista dawwar ir- rotta li kien ħa t-turiżmu.", "It-turiżmu kien qabad ir-rotta 'l isfel u fi ftit xhur il-gvern Laburista għamel l-almu kollu tiegħu sabiex din it- trend mhux biss iwaqqafha imma erġajna bdejna telgħin 'l fuq.", "M'inix se noqgħod insemmi ċifri pero' kemm l-ammont ta' turisti kif ukoll l-ammont ta' dħul żdied meta wieħed iqabbel mas-snin ta' qabel.", "Jien ngħid li hemm bżonn illi nkomplu naħdmu biex inkomplu għaddejjin b'dan ir-ritmu li pajjiżna qabad bis-saħħa tal-gvern Laburista.", "Raġuni ewlenija li għenet lis- settur turistiku jerġa' jaqbad ir-ritmu li jinsab għaddej bih bħalissa hi t- tneħħija tat-taxxa tal-VAT.", "Minn 15% it-taxxa fuq it-turiżmu saret 5% u din ċertament għamlet id-differenza kollha.", "Jiena naħseb li l-gvern preżenti għandu joqgħod attent u jsegwi dak li qed jiġri wara li reġa' daħħal il-VAT għax din it-taxxa tista' tħalli effett fuq is-settur turistiku.", "Il-gvern għandu jkollu l-kuraġġ ukoll illi jirranġa u jbiddel jekk is-settur turistiku jkun qed isofri b'mod sostanzjali.", "Mr Speaker, donnu li jidher li hawn ammont sostanzjali ta' qbil fuq il- politika dwar it-turiżmu.", "Dan huwa importanti pero' naħseb li huwa importanti li jkun hawn dan il-qbil ukoll fost operaturi, gruppi u għaqdiet li jaħdmu fis-settur turistiku.", "Qed ngħid dan għax jidher li forsi jista' jkun hemm ċerti bakkibekki bejn l-għaqdiet tal-lukandi, ristoranti u stabilimenti tal-catering.", "Huwa importanti li naraw il-problemi li jista' jkun hemm bejniethom jiġu tackled u forsi l-ministru jista' jqabbad lil xi ħadd biex jara x'inhu dan in-nuqqas ta' ftehim li jista' jkun hemm u kif jista' wieħed jirranġah.", "Huwa importanti wkoll li wieħed jibni fuq it- tajjeb li jkun għamel ta' qablu għax anke' din il-ħaġa turi maturita' politika.", "Huwa mportanti wkoll li dawk l-operaturi li għandhom kuntatt dirett u li minnhom jiddependi s-settur turistiku jiċċaraw l-affarijiet u d- diffikultajiet li jkun hemm bejniethom.", "Fl-aħħarnett, Mr Speaker, ma nistax jien ukoll ma nsemmix l-opportuniżmu politiku li l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni wera meta l-gvern Laburista kien ressaq din il-liġi.", "Qed ngħid dan mhux biex insemmi dan il- fatt bħalma diġa' għamel ħaddieħor imma anke għax l-istess liġi hija marbuta ma dak li ġara ftit tax-xhur ilu.", "Naħseb li kellna nkunu aktar maturi politikament fuq ħaġa li naqblu fuqha u li nafu li hija importanti għal pajjiżna.", "Il-Partit Nazzjonalista mexa ħażin meta b'opportuniżmu politiku vvota kontra.", "Fl-Italja kellek l-oppożizzjoni tivvota mal-gvern fuq jekk il-pajjiż jiħux sehem jew le fil-gwerra tal-Kosovo.", "Kieku l- oppożizzjoni ma vvutatx favur, il-Gvern Taljan kien jidħol fi kriżi pero' hemmhekk urew ċerta maturita' li f'pajjiżna sfortunatament ma ntwerietx.", "Mr Speaker, jiena nagħlaq fuq il-punt li f'dan is-settur qatt m'għandna nserrħu rasna u għandna naħdmu sabiex kemm jista' jkun naslu li tant ikollna prodott tajjeb li t-turist li jiġi f'pajjiżna jkun irid jerġa' jiġi u jagħmlilna riklam tajjeb.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan mhux biss jerġa' jiġi hu għal btala fil-futur imma miegħu jġib ukoll lil ħaddieħor.", "Aħna nonfqu ħafna flus fir-reklamar imma dan ir-reklam jista' jsir free of charge jekk kemm il-darba t-turisti li jiġu f'pajjiżna joħorġu sodisfatti b'dak li noffrulhom.", "Minn dan is-settur igawdi kulħadd, huwa settur illi għandna nieħdu ħsiebu u m'għandna nagħmlu xejn li jfixklu.", "Fl-aħħarnett, Mr Speaker, nawgura lill-membri ta' l-awtorita', huma min huma, li jżommu quddiem għajnejhom l-ewwel u qabel kollox l-interess ta' pajjiżna.", "Nawguralhom ukoll ħidma siewja u ta' fejda għal pajjiżna b'risq it-turiżmu b'mod ġenerali.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-awtorita' tat-turiżmu hija xi ħaġa importanti bħalma huwa importanti l-qasam turistiku għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Żgur li din l-awtorita' se tħares l-interess tat-turiżmu, pero' aktarx li jkun hemm bżonn awtoritajiet oħra biex jieħdu ħsieb affarijet oħra biex il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Wieħed jifhem illi mhux l-awtorita' tat-turiżmu biss trid tkun imma għandu jkun hemm awtoritajiet oħra biex flimkien joħolqu bilanċ ħalli l-pajjiż ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Illum qed niddiskutu t-twaqqif ta' awtorita' oħra li se tieħu ħsieb settur importantissimu, pero' din l-awtorita' diġa' kienet ġiet diskussa madwar sena ilu f'dan il-parlament, fejn kellna anke' dikjarazzjoni min-naħa ta' l- oppożizzjoni ta' dak iż-żmien - u din kienet saret proprju mill-persuna li llum hija l-ministru tat-turiżmu - fejn qalet li hija taqbel ma din il- liġi.", "Fl-istess żmien konna qed niddiskutu proġett li direttament għandu x'jaqsam mat-turiżmu, jiġifieri l-proġett tal-Kottonera u hemmhekk wieħed seta' jara d-differenza bejn naħa u oħra.", "Il-Partit Laburista kemm fil- gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni dejjem ra l-interessi ta' pajjiżu imma l- Partit Nazzjonalista meta jkun fl-oppożizzjoni jinqeda bl-affarijiet biex taparsi juri li għandu l-interess ta' pajjiżu għal qalbu imma fil-fatt ikun qed jagħmel minn kollox biex jipprova jieħu vantaġġ politiku.", "Dan deher anke vis-a-vis l-proġett tal-Kottonera.", "Kulħadd kien jaqbel illi dak kien proġett importantissimu għall-iżvilupp tat-turiżmu ġewwa pajjiżna u kulħadd kien jaqbel li dak il-proġett kien ta' interess reġjonali għall-Kottonera pero' imbagħad kulħadd jaf x'ġara.", "U jiena se nitkellem dwar dan il-proġett għal-żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett dan il-proġett għandu konnessjoni diretta mat-turiżmu u t-tieni nett se nitkellem dwaru għax, kif jafu ħafna, meta ftit ġranet ilu ġie diskuss il-proġett jiena kont imsiefer fuq xogħol programmat minn qabel.", "Jiena kont ġbidt l-attenzjoni tal-gvern li kelli nkun fist il-kelliema ewlenin dwar dan il-proġett imma l-gvern ma tax widen.", "Meta ġejna biex tkellimna fil-kumitat tax-xogħol tal-Kamra, għamilt l-istess ħaġa u ġbidt l-attenzjoni pero' xorta min-naħa tal-gvern baqgħu jinsistu li għandu tiġi diskussa fil-parlament f'dak il-perijodu.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas ippruvaw għallinqas iġebbduha mqar b'jumejn biex inkun ilħaqt wasalt!", "Mr. Speaker, jiena dejjem tajt attenzjoni speċjali lill-Kottonera għax jien id-dover tiegħi nagħmlu minkejja li ġieli ġejt akkużat li qisni m'għamilt xejn għal din l-area.", "Sa kien hemm anke interventi diretti fil- konfront tiegħi minn min kien qed imexxi l-Malta Drydocks dak iż-żmien għax kont qed ngħid il-verita' dwar il-problemi li għandna fil-Kottonera.", "Min naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista bil-paroli igħid li se jagħti attenzjoni speċjali lill-Kottonera imma mbagħad meta aħna konna qegħdin inressqu dan il-proġett, dawn mhux talli ma tawx l-attenzjoni, talli bdew jostakolaw.", "L-ewwelnett dawn kienu qalu li għandha niddiskutu dan il- proġett quddiem xi kumitat biex nivverifikaw l-affarijiet.", "X'tivverifika?", "Ma kienx hemm x'tivverifika għaliex kollox kien fil-beraħ u kollox sar b'mod trasparenti, kontra dak li ġara llum meta l-Partit Nazzjonalista qiegħed fil-gvern.", "Illum il-gvern għoġbu jinqeda bil-public accounts committee imma madankollu ma ħarġet l-ebda informazzjoni importanti dwar x'se jiġri u ma jiġrix, speċjalment fejn jidħol l-investiment barrani.", "Jidher ċar illi filwaqt li taħt gvern Laburista kien hemm investiment barrani ġej fiż-żgur, taħt gvern Nazzjonalista dan l-investiment ma jeżistix.", "Barra minn hekk, qabel kienu jgħidu li għandna nagħtu d-dinjita' li tixraq lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż imma llum din l-istess istituzzjoni nqdew biha.", "Dawn użaw il-public accounts committee biex taparsi se jagħtu l-informazzjoni u biex taparsi jkunu trasparenti imma minn dan il-kumitat ma ħareġ xejn.", "Dan bħal meta kien hemm il-kriżi politika u fuq dan l-abbozz l-ewwel qalu li se jivvutaw favur imbagħad ivvutaw kontra.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm il-Partit Nazzjonalista jinqeda bis-sitwazzjoni u mhu veru xejn li jġib l-interess ta' pajjiżu l- ewwel u qabel kollox.", "Lanqas hu veru li qed jagħti attenzjoni speċjali lill- Kottonera.", "Saħansitra kien jiġi attakkat personalment anke' l-mexxej tal- Partit Laburista għaliex il-Partit Nazzjonalista jemmen li b'dan il-mod l- iktar li jista' jagħmel ħsara lill-Partit Laburista.", "Issa ejja naraw daqsxejn x'inhi d-differenza bejn il-proġett li ried jagħmel il-gvern Laburista u dak li jrid jagħmel il-gvern Nazzjonalista.", "Wieħed għandu jħares lejn proġett bħal dan l-ewwelnett mil-lat ta' interess nazzjonali u mbagħad għandu jara wkoll l-interess reġjonali tal- Kottonera.", "L-interess nazzjonali hu li kemm jista' jkun inti ġġib introjtu għall-pajjiż.", "Issa f'dan l-agreement mhux hekk ġara, kuntrarjament għal meta ppreżentah gvern Laburista.", "Il-gvern Laburista verament ħadem għall- interess ta' pajjiżna.", "L-ewwelnett kien ħajjar biex jiġi nvestiment barrani u t-tieni nett gvern Laburista kien se jdaħħal flus tajba għall-art li kienet proposta li tiġi żviluppata.", "Il-flus li se jdaħħal illum il-gvern huma ħafna inqas meta tikkompara l-kobor ta' l-art li hemm proposta li tiġi żviluppata.", "Barra minn hekk, il-kondizzjonijiet huma ferm differenti mill- kondizzjonijiet li kien se jagħmel il-gvern Laburista.", "Illum m'hemm xejn ċar u hemm kontroversji kbar.", "Dan qed isir fl-interess nazzjonali?", "Fl- interess nazzjonali wieħed kien jistenna li l-gvern idaħħal ħafna aktar ladarba żdiedet l-area.", "Per eżempju, qabel ma kienx hemm art illi wieħed seta' jinnegozjaha imma llum hemm u l-art tal-Maltin tista' tibiegħ lill- barranin.", "Mela hemm differenzi kbar u hemm l-interess nazzjonali fin- nofs.", "Għaliex fl-interess nazzjonali ma ħarġitx tender?", "Hekk tkun it- trasparenza.", "Dan kollu kien għamlu l-Partit Laburista meta konna aħna fil- gvern.", "Mr. Speaker, ipokresija oħra tal-Partit Nazzjonalista hi li qabel kien oppona l-fatt li l-art kienet se tingħata għal 99 sena ċens u issa tawha huma b'ċens ta' 99 sena.", "Mela hawnhekk qed naraw id-differenza wkoll anke' fejn jidħol l-interess nazzjonali.", "Issa ħalli nitkellem dwar l- interess reġjonali.", "Iż-żewġ partiti jgħidu li jemmnu li l-Kottonera għandha tingħata attenzjoni speċjali pero' fir-realta' min-naħa tan-Nazzjonalisti dan huwa kollu paroli fil-vojt.", "Meta jiena kont fl-oppożizzjoni qabel ma tlajna fil- gvern kont nipprova nagħmel il-parti tiegħi fil-parlament u minħabba f'hekk driver ta' ex-ministru Nazzjonalista kien ġie biex isawwatni.", "Sa erba' bullies ta' ex-ministru ġew heddewli l-familja.", "Dakinhar kont ressaqt ksur ta' privileġġ imma waqa' kollox mar-riħ.", "Mr. Speaker, dan qed ngħidu biex nurik kemm il-Partit Nazzjonalista huwa ipokrita.", "U rridu noqogħdu attenti għax il-Partit Nazzjonalista taparsi nbidel imma ma nbidel xejn.", "Illum reġa' qiegħed fil-gvern u diġa' bdew jidhru ċerti affarijet fil-Kottonera.", "Diġa' bdew jidhru ċerti nies li se jibdew jagħtu bis-sikkina u ma jiġri xejn.", "U f'dan il-każ issa lit-tifel ta' ex-ministru qed isemmu.", "Hekk spiċċajna issa!", "Il-Partit Nazzjonalista jippriedka li huwa qaddis imbagħad issib li huwa l-kontra.", "Per eżempju, x'beda jgħid meta l-Partit Laburista ressaq il-proġett?", "L-ewwel m'għamel kien li beda jxewwex lil xi ħadd u jgħidlu li se jsir ħażin, li issa ma tkunx tista' tgħum, li ma tkunx tista' tbiegħ il-ruġġata u ħafna affarijiet minn dawn.", "Issa dawn qed jagħmlu l- istess.", "Jekk dawn l-affarijiet ma setgħux isiru dakinhar lanqas illum ma jistgħu jsiru!", "(Interruzzjonijiet) Mela allura għalfejn akkużajtu lilna u llum qed tagħmlu l-istess?", "Jiena qed insemmi biss dawn l-affarijiet għax imbagħad mortu oltre minn hekk.", "Kemm saru affarijiet li m'humiex fl-interess tal-Kottonera jew fl- interess nazzjonali!", "Kemm mortu kontra deċiżjonijiet u pjani reġjonali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li intom tant kontu tgħidu li għandu jimxi magħhom kulħadd!", "Kemm kienu jgħidu li qed nipprovaw inkissru lil din l- awtorita' meta konna ngħidu xi ħaġa fuqha!", "Illum l-awtorita' ta' l- ippjanar tfajtuha f'kantuniera biex ma tidhirx minħabba l-interessi ta' ċerti negozjanti.", "U jien għalhekk ngħid li m'hu veru xejn li hemm l- interess nazzjonali imma hemm interessi ta' individwi fejn wieħed irid jieħu proġett u l-ieħor irid jispekula l-art.", "Hekk sar f'dan il-consortium.", "Issa l-gvern donnu li nsihom il-kondizzjonijiet u r-regolamenti ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fil-proġett aħna ma kellniex inkluż il-parti ta' l-Isla bħala l-post fejn se jiġu l-pontoons għax biex tinvolvi dik il-parti se toħloq ċerti problemi.", "Bil-pontoons fuq in-naħa tal-Birgu kien ikun hemm l-istess ammont ta' yachts imma n-nies ta' l-Isla kieku jkunu jistgħu jibqgħu jilagħbu l-waterpolo u dawk li għandhom l-opri kienu jkunu jistgħu jtellgħuhom fuq l-art.", "Konna ftehmna wkoll mal-kunsill lokali ta' l-Isla biex dawn jibdew imexxu l-Maċina huma flimkien mal-privat u niftakar li qabel l-elezzjoni kont irċevejt ittra mingħand is-sindku ta' l-Isla fejn intqal li dawn għadhom b'dik l-intenzjoni.", "Issa jekk isiru l-pontoons hemmhekk se nispiċċaw noħolqu problemi kbar.", "Jekk tagħmel pontoons in-naħa ta' l-Isla trid ukoll post fejn tipparkja.", "Barra minn hekk se jkun hemm traffiku kbir li l-Isla ma tiflaħx għalih.", "Issa hemmhekk m'hemmx fejn tagħmel parking area.", "Ma tistax tagħmlu fejn is-swar, għax l-awtorita' ta' l-ippjanar ma tagħtix permessi għal bini fejn is-swar, u jekk hemm spazju fl-Isla dan għandek tużah biex tagħmel post biex iż-żgħażagħ ikollhom fejn jirrikreaw ruħhom.", "Mr Speaker, barra r-rapport li kien sar mill-awtorita' ta' l-ippjanar dwar l-iżvilupp ta' l-area ta' madwar il-port, jiena se nsemmi r-rapport għall-pjan reġjonali soċjo-ekonomiku għan-naħa ta' isfel ta' Malta, rapport li kien għamel il-gvern Laburista u li fih kienu nvoluti l-għaqdiet reliġjużi, il-partiti politiċi, l-għaqdiet filantropiċi, il-Knisja u kulħadd.", "F'dan ir-rapport il-Kottonera kienet maqsuma għaliha għaliex għandha l-affarijiet tagħha li huma differenti minn ta' ħaddieħor.", "Kien hemm ukoll esperti li taw il-parti tagħhom flimkien mal-kunsilli lokali.", "Wara li tlesta, dan ir-rapport kien ġie ppreżentat lill-kabinett Laburista li approvah u mbagħad kien anke tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u kien qabel miegħu kulħadd.", "Kien ġie miftiehem ukoll li kellu jsir kumitat biex jibda jiġi implimentat dak li hemm f'dan ir-rapport u hekk sar.", "Imma x'ġara?", "Saret l-elezzjoni u tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Pubblikament u anke permezz ta' l-Onor.", "Lawrence Gonzi ġewwa Bormla, kien intqal li dan il- pjan huwa pjan tajjeb u se jitwettaq.", "Bil-paroli hekk intqal imma minn meta dan il-kumitat kien intalab biex jirriżenja sal-lum għadna ma nafu xejn dwaru.", "Issa kulħadd kien qabel mal-proposti li kien hemm u, oltre minn hekk, l-awtorita' ta' l-ippjanar aċċettat li dan il-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa ta' isfel ta' Malta għandu jiġi ntegrat mal-pjani lokali u l-pjan reġjonali għall-area ta' madwar il-port.", "Jekk hawn xi ħadd li ma jemminx, jien lest li nipprovdilu l-minuti ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li juru dan.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn ir-rapport ta' żvilupp isib li fir- Rinella m'hemmx indikat li ssir boatyard u l-parti ta' Sant'Anġlu, li kienet ta' l-Ingliżi, kellha tiġi pjazza pubblika.", "Dawn qed imorru kontra dak li tgħid l-awtorita' ta' l-ippjanar anke f'dak li hu bini ta' penthouses.", "Dawk ukoll m'humiex fil-pjan.", "Mela min hu arroganti?", "Il-Partit Laburista jew il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, li tant jiftaħar li jimxi tajjeb ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Jiena naħseb li l-poplu nduna l- ipokrezija fejn hi.", "Il-Partit Nazzjonalista jinqeda bin-nies tal-Kottonera biex taparsi se jagħtihom xi ħaġa u kulma qed jagħmel huwa proġett motivat b'interessi individwali, fejn wieħed irid jieħu l-pontoons, l-ieħor irid jagħmel boatyard - għax ma rnexxilux jagħmilha x'imkien ieħor - u l-ieħor irid jagħmel casino.", "Issa fil-pjan għan-naħa ta' isfel ta' Malta hemm imniżżel li hemm bżonn li ż-żgħażagħ tal-Kottonera jkollhom fejn jirrikreaw ruħhom u jinġabru.", "Jien naħseb li l-casino ma jaqax taħt din il-parti.", "Din bħal ta' Bormla, fejn ipprovajna nagħmlu crisis intervention centre meta f'dan il-pjan kien hemm ċar u tond li l-ewwel ma għandna nagħmlu hu li nsibu post biex iż-żgħażagħ isibu fejn jikkreaw ruħhom ħalli ma jaqgħux fil- vizzji.", "Mr. Speaker, tan-naħa l-oħra kienu jgħidu wkoll li jekk nagħmlu l- pontoons fid-daħla tal-Birgu nistgħu neqirdu l-affarijiet arkeoloġiċi u ta' importanza nazzjonali li hemm f'qiegħ il-baħar.", "Din il-ħaġa ma qaluhiex iktar, insewha.", "X'ipokrezija!", "(Interruzzjonijiet) Jekk int kont temmen hekk dak iż-żmien, suppost għadek temmen hekk illum ukoll!", "Kienu jgħidu wkoll li fil-Kottonera m'hemmx art biżżejjed u issa se jmorru kontra l-awtorita' ta' l-ippjanar, li tgħid li hemmhekk mhux suppost jinbena.", "Jien niftakar li meta f'isem il-korp tal-pulizija kont tlabt biex tinbena fire station fil- Furjana, ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar kienu qaluli li din ma tistax tinbena għaliex hemm is-swar.", "Dik hi l-policy u ma nafx kif se jagħtuhom permess biex jibnu hemmhekk.", "Aħna konna ngħidu li kull biċċa art li hemm fil-Kottonera għandna nutilizzawha jekk jista' jkun għan-nies ta' hemmhekk, imbagħad insibu li tal-consortium jistgħu jifdu ċ-ċens biex ibiegħu u biex jagħmlu negozju.", "X'affarijiet dawn!", "Dan fl-interess tal-Kottonera qed isir?", "Dan fl-interess nazzjonali jew fl-interess ta' xi erba' individwi?", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi wkoll l-imħażen tas-siment fejn Xatt ir-Risq.", "Nista' ngħid li dawn l-imħażen tas-siment kienu se jispiċċaw ukoll taħt il- gvern Laburista.", "Jiena kelli diskussjonijiet mal-kumitati tal-banda tal- Birgu li kienu se jmorru hemmhekk minflok dawk l-imħażen.", "Fil-fatt konna temporanjament tajnihom maħżen fejn hemm il-mużew marittimu.", "Dan juri li aħna konna qed nieħdu ħsieb anke l-kultura tal-Kottonera.", "Aħna ma konniex qed naħsbu f'dawk in-nies li jmorru jkellmu lil xi ex-ministru, jisfrundaw il-bieb ta' xi maħżen u jħalluhom irabbu t-tiġieġ u jagħmlu dawn l- affarijiet.", "Aħna ma nagħmluhomx dawn l-affarijiet imma jinteressana biss il- ġid tan-nies tal-Kottonera.", "Mr. Speaker, xtaqt nitkellem ukoll fuq l-area tal-Kalkara fejn qed jiġi ppjanat li ssir boatyard.", "L-ewwelnett jien diġa' għedt li skond il-pjan dan ma jistax isir.", "Jiena niftakar li kont tkellimt mas-Sur Manuel Borda, li dak iż-żmien kien membru parlamentari, u kien qabel miegħi li hemmhekk ma jistax ikun hemm scrapyard meta ż-żewġ naħat kienu jaqblu li dik l-area kellha tiġi żviluppata għat-turiżmu.", "Imbagħad kien il-Partit Nazzjonalista li ħarġilhom il-permess.", "X'kontradizzjonijiet!", "Imma apparti dik, is-Sur Borda kien jgħid ukoll - u jien naqbel miegħu - li r-Rinella għandna niżviluppawha għan-nies ta' l-akkwati u l-parti l-oħra tal-fortizza tar- Ricasoli għandna niżviluppawha f'area turistika fejn nibqgħu telgħin sal- kanun tal-mija li hemm f'Wied Għammieq.", "Is-Sur Borda sa kien qal li anke t- tank cleaning farm għandu jispiċċa minn hemm.", "U meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern diġa' kien ħaseb biex dik l-area wkoll jagħtiha dehra isbaħ biex it-turisti li jmorru hemmhekk mhux jaraw dik il-miżbla ħdejn iċ- ċimiterju ta' Wied Għammieq.", "F'dan iċ-ċimiterju hemm midfunin nies li kienu mietu bil-pesta u speċjalment f'Novembru.", "Il-Maltin imorru hemmhekk jagħtu qima.", "Dawn kienu jitkażaw meta kienu jaraw dak iż-żibel kollu, aħseb u ara t-turisti.", "Il-Gvern Nazzjonalista qatt ma għamel xejn.", "Meta tlajna aħna fil- gvern bdejna mill-area ħdejn tal-films, irranġajniha, tajniha t-tarmac u rranġajna l-bajja tar-Rinella biex igawdiha l-poplu Malti u Għawdxi kollu speċjalment in-nies tal-Kottonera.", "U konna se nibqgħu nirranġaw anke x-xatt tal-Kalkara, konna se nagħmlu l-proġett tal-Birgu u konna se nibqgħu nirranġaw il-Kottonera kollha.", "Kulħadd jista' jara x-xogħol li għamilna f'sena u tmien xhur, minkejja li kellna dawk l-ostakli kollha.", "Hemm tara l- veru interess fil-Kottonera fejn qiegħed.", "Mr Speaker, lin-nies tal-Kalkara qalulhom: Araw kemm ħadna ħsiebkom, daħħalnikom f'parti minn dan il-proġett!", "U kif se jsir dan?", "Billi jibnulhom boatyard hemmhekk!", "Imma tibni boatyard meta diġa' hemm waħda fil- Kalkara, li anke din ħolqitilna problemi għaliex in-nies - u għandhom raġun igergru - isibu ostaklu biex jidħlu għal Bighi rocks?", "Min-naħa l-oħra ma nagħtihx tort lil min għandu l-boatyard għax dan irid jaħdem imma żgur li ċ- ċittadin għandu dritt li jkollu passaġġ biex jgħaddi.", "Fi żmienna kienet saret diskussjoni ma sid il-boatyard u huma wasalna għal soluzzjoni li dan kellu jżomm passaġġ wiesa' biżżejjed biex jgħaddu n-nies.", "Dan kien se jintrabat li bi spejjeż tiegħu jagħmel it-triq għal Bighi rocks a spejjeż tiegħu.", "Anke fuq bażi nazzjonali kien se jgawdi wkoll il-pajjiż.", "Imma ħalli nerġa' mmur għall-boatyard l-oħra li hemm propost li ssir f'Rinella.", "F'dan il-każ nista' ngħid li hemm l-interessi personali ta' bażużlu.", "Snin ilu meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, dan kien diġa' tefa' għajnejh biex jipprova jagħmel boatyard fir-Rinella jew f'Marsaxlokk imma dakinhar ma rnexxilux.", "Illum sabu l-opportunita' biex lil dan il-bażużlu jagħtuh permess biex jagħmel boatyard il-Kalkara.", "Jiena naċċertakom minn issa li kemm il-kunsill lokali u kemm in-nies tal-Kalkara huma kontra tagħha u mhux se jaċċettaw.", "Issa l-ministru qal li jekk il-kunsill lokali u n-nies tal-Kalkara ma jaċċettawx, din il-boatyard ma ssirx.", "Lin- Nazzjonalisti ma tantx tista' tafdahom għaliex dawn dejjem jgħidu mod u mbagħad jagħmlu mod ieħor, allura dejjem trid toqgħod on the alert.", "Irrid ngħid ukoll li l-art fir-Rinella fejn qed jgħidu li jridu jagħmlu l- boatyard kienet ippjanata li ssir ġnien pubbliku.", "Anke l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien jgħid li dik kellha ssir ġnien pubbliku, allura issa għalfejn iridu jdawruha f'boatyard?", "Mr Speaker, kif qed jgħidu li se jsir il-proġett mhux fuq il-Kottonera biss se jħalli impatt imma se jħalli impatt ukoll fuq lokalitajiet viċin il- Kottonera bħal, per eżempju, il-Fgura, minħabba t-traffiku li se joħloq.", "Jiena nispera li l-awtorita' ta' l-ippjanar, bħalma tagħmel fi proġetti oħra anke ħafna iżgħar, tagħmel impact assessment fuq it-traffiku u fuq it- toroq bis-serjeta'.", "Din l-awtorita' kienet tagħmlilna ħafna ostakli fuq ċerti proġetti u issa nispera li dawn l-affarijiet jiġu studjati bis- serjeta'.", "Fil-Fgura diġa' hemm problemi kbar bit-traffiku u bid-drenaġġ.", "Nispera li issa jarawhom dawn l-affarijiet għax donnhom li dawn m'huma xejn għalihom.", "Aħna diġa' konna qegħdin naraw x'se nagħmlu fuq din il-problema u issa iktar u iktar għandu jsir xi ħaġa ladarba l-iżvilupp sar ikbar.", "Mr Speaker, forsi tgħidli imma inti m'intix tara l-impjiegi?", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Mizzi, ippermettili ninterrompik imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Mizzi jkompli jinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mizzi jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Dwar l-impjiegi kien hemm xi ħadd min-naħa l-oħra li meta konna qed inressqu l-proġett aħna kien qal li l-ammont ta' l-impjiegi għandu jitniżżel minn qabel fil-kuntratt.", "Illum ma sarx hekk.", "Jekk intom tant persważi li se jkun hemm ċertu ammont ta' impjiegi, għamluha fil-kuntratt ħalli tkunu konsistenti ma dak li kontu tgħidu!", "Jekk intom qed tgħidu l- verita', għidu solennement f'dan il-parlament li jekk mhux se jkun hemm daqshekk impjiegi intom bħala gvern għandkom tirriżenjaw jew almenu għandu jwarrab il-ministru.", "Jekk intom irġiel u temmnu li veru tridu tagħtu l- impjiegi lin-nies tal-Kottonera għandu jiġi l-ministru responsabbli u jgħid: Iva, jien nintrabat li jekk ma jkunx hemm daqshekk impjiegi għan- nies tal-Kottonera nirriżenja.", "Mr Speaker, aħna verament nagħtu attenzjoni speċjali lill-Kottonera u minħabba f'hekk ċedejna l-gvern bi prinċipju.", "Aħna wrejna kemm qiegħda għal qalbna l-Kottonera meta fuq riżoluzzjoni li taffettwa lill-Kottonera tan- naħa l-oħra ġabu l-interess tal-partit tagħhom l-ewwel u ngħaqdu ma' ħaddieħor b'interessi personali u minħabba f'hekk aħna ċedejna l-gvern.", "Tiftakruha l-istorja?", "Dan lili kien jiġi jgħidli: X'għamilt għan-nies tal- Kottonera int?", "Kien jgħidli biex nagħmel il-headquarters tat-Telemalta fis- swar ħalli ma jkollniex għalfejn nonfqu spejjeż żejda f'air-conditioning.", "Affarijiet tad-daħk!", "Jew inkella kien jiġi jgħidli: X'għamilt inti biex taqta' d-drogi mill-Kottonera?", "U jekk jien kont responsabbli biex nara li dawn l-affarijiet ma jsirux, se mmur ngħid fil-beraħ dwar x'qed nagħmel biex inwaqqafhom!", "Issa jien nistaqsi: Dak li kien kompliċi magħkom illum x'qal fuq l-affarijiet li intom għedtu li m'humiex tajbin u issa qed tagħmluhom?", "X'għamel issa biex jiddefendi l-Kottonera?", "X'qal dwar il-fatt li art mill-Kottonera tista' tingħata lill-barrani?", "Ftehmtu miegħu issa?", "Dawn l-affarijiet juru li intom il-poter ridtu u xejn aktar.", "U x'jinteressakom billi llum qed niddiskutu l-awtorita' tat-turiżmu, li suppost li hija ħaġa li veru li għandha tagħmel ġid lil pajjiżna għaliex it- turiżmu huwa pilastru ta' l-ekonomija tagħna.", "Kieku tiġikom l-opportunita' li tkunu fl-oppożizzjoni u terġa' tinqala' opportunita' simili, l-istess ħaġa terġgħu tagħmlu!", "Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux imma saru u dan juri li m'hu veru xejn li l-Partit Nazzjonalista għandu għal qalbu l-interess tan-nies tal-Kottonera.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi wkoll il-baċirn numru 1 f'Bormla.", "Jekk tara l-pjan reġjonali ssib li diġa' kien hemm il-kriterji biex isir l-iżvilupp hemmhekk.", "Nerġa' nirripeti li dan il-pjan qbiltu miegħu intom, qbilna miegħu aħna, għadda mill-kabinett, ġie ppreżentat fil-parlament u l- awtorita' ta' l-ippjanar aċċettatu wkoll.", "Allura dan kif ma sarx?", "Aħna qabel ma tlifna l-gvern konna ġibna l-permess biex inbaxxu ċ-ċint u għaddejna l-cables tat-telephone minn taħt l-art biex ikun jista' jitneħħa ċ-ċint.", "Kien se jitneħħa wkoll crane.", "Imma x'sar illum ?", "Saret biss propaganda qabel l-elezzjoni mill-Onor.", "John Dalli.", "Dak li sar u xejn iktar.", "Mr Speaker, affarijiet bħal dawn iweġġgħu bis-serjeta' għax wara kollox dik l-area għandha x'toffri ħafna.", "Din l-area mhux yacht marina biss għandha x'toffri imma għandha x'toffri wkoll storja kbira.", "Dawk in-naħat għandhom x'joffru kważi iktar minn postijiet oħra f'Malta u Għawdex imma dan il-gvern ma rax kif dawn l-affarijiet jista' jippreservahom u jipproteġihom ħalli jġib iktar turiżmu.", "Mr Speaker, dan il-gvern inqeda b'dan il-proġett biex ikun hemm min jieħu vantaġġ minnu.", "Per eżempju, se jieħu vantaġġ min ra kif għamel fil-kuntratt biex x'imkien jieħu yachtyard.", "Se jieħu vantaġġ ukoll dak li jrid jagħmel negozju mill-artijiet kontra l-pjan ta' l-area ta' madwar il-port u kontra wkoll il-pjan reġjonali.", "Se jieħu vantaġġ ukoll min se jagħmel casino.", "Issa jidher biċ-ċar li hemm ċerti affarijiet li l-awtorita' ta' l-ippjanar ma tistax taċċettahom u iktar minn nofs l-affarijiet li hemm proposti ma jistgħux jitmwettqu.", "Din hi s-sitwazzjoni.", "Dawn ma jistgħux jitwettqu jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar tagħmel xogħolha kif għandha tagħmlu.", "Jien din ma nistax nifhimha u għalhekk ngħid li l-partit fil-gvern kulma għamel hu li nqeda bil-public accounts committee biex jgħaddi ż-żmien għax ċerta informazzjoni baqgħet ma ngħatatx.", "Mr Speaker, jiena diġa' għedt li ma konniex se ninvolvu lill-Isla għaliex dak kien ikun ta' detriment kemm ambjentali u kemm għat-traffiku, pero' l- Isla kienet se tgawdi min negozju li kien se jinħoloq bil-yacht marina li ssir in-naħa l-oħra.", "Kien hemm min qal li fi żmienna konna se nagħmlu pompa tad-diesel hemmhekk.", "Jiena naf fiċ-ċert, għaliex kont tkellimt ma' sħabi, li jekk kien hemm xi ħsieb li ssir pompa tad-diesel, din żgur li ma kenitx se ssir hemmhekk.", "Ara fi żmienhom, qabel ma tlajna aħna fil-gvern, dawn kienu qed jaħsbu li jagħmlu son et lumière flok il-ground tal-football u kienu se jieħdu Sant'Anġlu wkoll.", "Aħna ma għamilniex hekk u nispera li ma jiġrix hekk issa.", "Mr Speaker, tan-naħa l-oħra vvotaw kontra r-riżoluzzjoni li ressaqna aħna għax kienu qalu li riedu jiddiskutuha fil-kumitat permanenti.", "Kienu qalu wkoll li hemmhekk wieħed mhux se jkun jista' jgħum u ħafna ħmerijiet minn dawn.", "Huwa veru li llum morna fil-kumitat imma dan spiċċajna nużawh sempliċement bħala rubber stamp għax ma ngħatat l-ebda informazzjoni.", "Meta tara dan kif tista' tiġi takkuża lilna għax ivvotajna kontra?", "Li kieku l- gvern aċċetta l-emendi li ressaqna aħna ta' l-oppożizzjoni biex intejbu l- affarijiet, kieku stajna nivvotaw favur.", "Bħala riżoluzzjoni ma stajniex nivvotaw favur ċerti affarijiet li huma ta' detriment kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali.", "U kieku l-gvern kellu veru l-interess nazzjonali u l- interess reġjonali tal-Kottonera kien jaċċetta dawk l-emendi imma l-gvern m'għandux dan l-interess.", "Dawn qegħdin fil-gvern bil-gerrymandering li kienu għamlu fid-distretti.", "Illum qegħdin b'ħames siġġijiet minn fuq u dan huwa ħafna meta tikkomparah ma' meta konna aħna fil-gvern, meta konna b'differenza ta' siġġu wieħed.", "Dak iż-żmien suppost li aħna kellna iktar siġġijiet imma għax kellna siġġu wieħed maġġoranza, tan-naħa l-oħra ħadu l-opportunita' biex ikkonfoffaw ma' xi ħadd biex ma jħallux lill-gvern jiffunzjona.", "Issa spiċċaw biex lil dan il-pajjiż kissruh u firduh.", "Spiċċajna li l-individwu l-ewwel hu, it-tieni hu u li jibqa' jieħdu huwa wkoll.", "Illum ma fadalx il-proxxmu l-ieħor, ma fadalx ħuħ jew sieħbu.", "Il-poplu qed iħossu dan.", "Anke l-attakki personali bil-ħdura qed iħoss.", "Lill-poplu hekk qed jipprovaw iġibuh, li wieħed jiħdar kontra l-ieħor.", "Dan minflok li naħdmu bħala team.", "Spiċċajna biex minflok naraw l-interessi nazzjonali u l- interessi tal-Kottonera se nkissru l-Kottonera u se nkissru pajjiżna, u dan kollu biex nakkomodaw lil ċerti nies li għandhom sehem f'dan il-consortium.", "Għallinqas qabel, wieħed mid-deputati tan-naħa l-oħra kien jiġġieled biex jitjiebu ċerti affarijiet fil-Kottonera.", "Forsi dak iż-żmien ma konniex naqblu fuq il-mod kif dan għandu jsir imma at the end konna naqblu fil- prinċipju u l-ġlieda konna niġġielduha flimkien.", "Illum le, illum in-naħa tal-gvern ma taċċetta xejn mill-proposti tagħna, imbagħad jakkużaw lilna li aħna ngħidu \"le\" għal kollox.", "Aħna rriduh il-proġett imma rriduh bl-affarijiet irranġati, li ma jkunux ta' detriment għalina.", "Madanakollu hekk se jiġri u għalhekk aħna vvotajna kontra r-riżoluzzjoni u ressaqna l-emendi.", "Aħna pprovajna ntejbu l- affarijiet imma n-naħa tal-gvern urietna li mhux veru qed tagħmel dan fl- interess tal-Kottonera u fl-interess nazzjonali imma qed tagħmel dan fl- interess tan-Nazzjonalisti jew ta' min hu fil-kamp Nazzjonalista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, sieħbi l-Onor Joe Mizzi għadu kemm spiċċa jitkellem fuq l-interess nazzjonali.", "Huwa pjaċir tiegħi li spiċċa jitkellem fuq dan is-suġġett għaliex proprju dan li qed nitkellmu fuqu llum, jiġifieri l-awtorita' tat-turiżmu, hija liġi li tinteressa bi sħiħ lill-poplu Malti.", "Ma nistax ma nibdiex dan l-intervent tiegħi billi nagħti ħarsa fuq fuq minn fejn telaq dan l-abbozz ta' liġi u nixtieq nibda biex ngħid x'ġara fis-seduta numru 183 tal-11 ta' Frar 1998.", "Se nfakkar x'ġara dakinhar biex il-poplu Malti jkun jaf x'aħna niddiskutu, ikun jaf minn fejn tlaqna u iktar u iktar minn hekk ikun jaf l-ipokrezija tal-gvern li għandna llum.", "Dakinhar, l-Onor.", "Karmenu Vella, dak iż-żmien ministru tat-turiżmu u self employed, ippropona t-tieni qari ta' dan l-abbozz ta' liġi u l-Onor.", "Michael Refalo, dak iż-żmien shadow minister għat-turiżmu, issekonda.", "Sfortunatament dan l-abbozz beda jiġi diskuss f'dan il-parlament fi żmien meta f'pajjiżna kienet qed tiġi ttraduta r-rieda tal-maġġoranza tal-poplu, kif espressa fl-elezzjoni ta' Ottubru 1996, meta twarrab dak il-gvern li kien falla lil Malta.", "Il-partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni ma felaħx jaċċetta dik id-deċiżjoni demokratika u bl-ebda mod ma ried jifhem li kien tilef il-poter li tant kien u għadu ggranfat miegħu.", "Kulħadd jiftakar il- konfoffi li kienu saru u ħadd ma jista' jinsa kif kienu jsiru, minn min kienu jsiru u kif kienu jsiru l-laqgħat ġewwa dan il-parlament.", "Kulħadd jiftakar it-tradiment ta' l-interessi nazzjonali minn min kien jippoppa sidru bħala xi difensur tad-demokrazija.", "Jiena ngħid li huwa inkredibbli li tasal biex tittradixxi abbozz ta' liġi li suppost li huwa fl-interess nazzjonali.", "Dan kien tradiment ta' min qatt ma aċċetta t-telfa ta' l-1996 u tradiment ta' min għalih is-siġġu tal-poter jiġi qabel l-interessi tal- pajjiż.", "Il-kilba ta' l-għaġeb li kellha l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien biex taħtaf taħt difrejha l-poter kien jista jaraha kulħadd.", "Mr Speaker, jiena nixtieq nikkonferma kemm dak iż-żmien sar tradiment lill-interessi tat-turiżmu u se nikkwota l-bidu tad-diskors tal-Ministru Refalo, dak iż-żmien shadow minister, fl-istadju tat-tieni qari.", "L-Onor.", "Membru, proprju fl-ewwel paragrafu kien qal hekk:", "\"Madam Speaker, l-ewwelnett nibda biex ngħid li ħadt pjaċir nissekonda lill-ministru li ppilota dan l-abbozz ta' liġi.", "Jiena nħoss illi din il-Kamra llum għandha quddiemha abbozz ta' liġi li għandu importanza kbira''.", "Mela l-Onor.", "Refalo ddikjara li dan hu abbozz ta' liġi ta' importanza kbira imma mbagħad wasal biex ivvota kontrih għall-interessi partiġġjani.", "Imbagħad l-Onor.", "Refalo kompla hekk:", "\"Wara kollox din il-Kamra tmur fl-istadju tat-tieni qari sabiex l- Onor. Membri jkunu jistgħu jargumentaw u jipperswadu lil xulxin u, f'dan il-każ, kważi kważi m'għandniex bżonn nipperswadu lil xulxin fuq il-prinċipju imma fid-dettall.\"", "Dan ikkwotajtu biex nuri kemm tan-naħa l-oħra kienu jaqblu ma' dan l- abbozz.", "L-Onor.", "Refalo kompla hekk:", "\"Meta naslu fl-istadju ta' kumitat jien se nerġa' nagħmel aċċenn għal dawk l-affarijiet li nixtieqhom jiġu emendati.", "Naturalment dak li qed ngħid m'iniex qed ngħidu fl-interess partiġġjan imma qed ngħidu fl- interess ta' l-industrija, speċjalment tas-settur privat.\".", "Minkejja li qal dan il-kliem, kulħadd jaf kif l-Onor.", "Refalo, flimkien mal- kumplament ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, aġixxa b'mod partiġġjan u vvota kontra dak li skond hu huwa ta' interess għall-industrija, speċjalment għas-settur privat.", "Mr Speaker, infakkar ukoll illi dan l-abbozz kien ġie ssekondat minn min fit-22 ta' Marzu, 1999 f'dan il-parlament kien indirizza lili u qal:", "\"Jien nippreżumi li l-Onor.", "Cuschieri jaf li aħna nissejħu Onor. Membri mhux għax inkunu lħaqna xi ħaġa billi nkunu tlajna fil- parlament iżda għaliex kull kelma li ngħidu hawnhekk irridu nistqarruha fuq l-unur tagħna u biex inżommu għoli l-istima tal-kariga u r-responsabbilta' li għabbiena biha l-poplu.", "Il-poplu jiġġudikana jekk aħniex denji li nokkupaw din il-kariga u l-ebda membru ma jista' jgħid dawk l-affarijiet lil membru ieħor.\".", "Jien lill-Ministru Refalo mhux se ngħidhomlu dawn l-affarijiet imma jekk wieħed janalizza dak li ntqal meta kien qed jiġi diskuss dan l-abbozz fi żmien gvern Laburista u kif verament aġixxa l-Onor.", "Michael Refalo, kulħadd jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "Li tasal biex l-ewwel tissekonda abbozz ta' liġi imbagħad għax l-għatx tal-poter ikun għamel bik tibda tivvota kontra, ma jfisser xejn għajr li l-interessi partiġġjani tal-partit li tkun tappartjeni għalih jiġu qabel l-interessi nazzjonali.", "Min jagħmel dawn il- kuntrumbajsi politiċi jixraqlu jissejjaħ onorevoli?", "Min jagħmel dawn it-tip ta' kuntrumbajsi jħoss il-kuxjenza tiegħu safja meta jkun qed itellef sena ta' ħidma lill-awtorita' tat-turiżmu?", "Minn naħa tiegħi ma tantx naħseb li min għamel dan l-att li jweġġa' l-fond tal-qalb tas-settur turistiku ddispjaċih b'li għamel għax illum għandna konferma li dan ma ddispjaċihx.", "Il-Ministru Refalo pubblikament - dan deher f'\"l-orizzont\" - qal hekk:", "\"Segwejna tattika politika li ngħidu le għal kull ħaġa.\".", "Dan huwa l-interess nazzjonali, li t-tattiċi politiċi għall-interess tal- partit jiġu qabel l-interess nazzjonali?", "Dan hu dak li għamel min tant jiftaħar li għandu għal qalbu dan is-settur.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa att li għandu jħammar wiċċ lil tan-naħa l-oħra.", "Dan l-att li ta min jikkundannah bl-akbar qawwa.", "Huwa att li diffiċli li jintesa' minn min hu involut fil-qasam turistiku.", "U dan l-abbozz li għandna quddiemna jibqa' meqjus bħala mafkar ta' min għall-interessi partiġġjani tiegħu ttradixxa l- interessi tal-qasam turistiku ta' pajjiżna u vvota kontra meta kien hu stess li ssekonda.", "Hekk għamel min fid-diskors tiegħu fl-istadju tat-tieni qari ddikjara hekk:", "\"L-ewwel punt huwa li t-turiżmu hija l-industrija ta' kulħadd, tal- poplu kollu, tas-settur privat u tal-gvern.", "U wara x-xogħol kollu li sar f'dawn l-aħħar snin, din l-industrija saret pilastru ta' l- ekonomija u kull Malti u Għawdxi għandu role x'jaqdi.", "It-tieni punt huwa li dan l-abbozz ġie ssekondat minni preċiżament għalhekk kif ukoll għaliex hemm qbil fil-prinċipji.\".", "Kuntrumbajsa politika bħal din jien għad irrid nara.", "Mr Speaker, niġi issa biex nirrispondi xi punti li kien irrisponda għalihom il-Ministru Refalo fit-22 ta' Marzu, 1999 għall-aġġornament li kont għamilt jiena ħamest ijiem qabel.", "Jiena kont wegħidtu li ma l-ewwel okkażjoni li jkolli nirrispondih u hekk se nagħmel.", "Dakinhar jiena kont semmejt li l-uffiċċju tar-registrar ta' l-ITS kien qed jitmexxa mingħajr direzzjoni u b'nies mingħajr esperjenza u kwalifiki.", "Il-ministru ċaħad immedjatament imma fl-istess ħin bil-passi li ħa - u jien naf bihom - ikkonferma dak li kont għidt jien.", "Fil-fatt ftit ġranet wara l-intervent tiegħi tpoġġiet taħdem persuna - li l-ministru żgur jaf min hi - li fil- passat kienet diġa' serviet f'dan id-dipartiment tant vitali ta' l-ITS.", "Mossa bħal din altru milli tikkonferma dak li kont qed ngħid jien.", "Kont għamilt xi lmenti wkoll dwar l-istores.", "Il-ministru, biex jiġġustifika dak in-nuqqas li kont semmejt jien, kien semma' diversi raġunijiet, fosthom li meta sar ministru kien sab it-taħwid f'dak id- dipartiment.", "Jiena se nikkwota mid-diskors tal-ministru.", "L-Onor.", "Membru qal hekk:", "\"L-ewwel xogħol li għamel kien li jagħti r-responsabbilta' għall- purchasing ta' foodstuffs lil persuna differenti minn dak li kien jaċċettahom.", "Dawn għandhom jinxtraw mill-wholesalers u mhux mingħand is-supermarket li normalment kienu jixtru mingħandu.", "Ovvjament meta inti tixtri mingħand supermarket tkun qiegħed tixtri b'ċertu prezz u meta tixtri mingħand wholesaler tkun qed toħroġ b'irħas.\"", "Lill-ministru ngħidlu li jew dak li qalulu kien ħolm jew inkella riedu jisgwidawh.", "Fil-fatt ħafna mix-xogħol u foodstuffs għadhom jinxtraw mill- istess supermarket li kienu jinxtraw mingħandu taħt amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista u taħt amministrazzjoni preċedenti Laburista.", "Jekk il-ministru jiċċekkja jkun jista' jikkonferma dak li qed ngħid jien.", "Kont ukoll nistenna, Mr Speaker, li dakinhar il-ministru kien jgħid kollox dwar l-istores u mhux nofs l-informazzjoni.", "Qal li meta sar ministru sab it- taħwid imma ma semmiex li meta spiċċa minn ministru fl-1996 lanqas il- computer ta' l-istores ma nstab.", "Jiena ma nafx minn min insteraq dak il- computer imma faċilment wieħed jassumi x'ġara.", "Il-computer insteraq waqt il- bidla fil-gvern.", "Mr. Speaker, jiena kont għamilt akkużi wkoll li ħaddiema tad-dipartimenti kienu qed jiġu wżati biex jagħmlu xogħol f'residenza privata ta wieħed mill- uffiċjali privati tal-ministru.", "Biex jipprova jmeri dan, il-ministru kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjonijiet ta' dawk kollha nvoluti.", "Issa jien nistaqsi lill-ministru jekk min hu responsabbli u serju joqgħodx sempliċement fuq dikjarazzjoni ta' ħaddiem.", "X'ippretenda l-ministru li l- ħaddiema se jiktbulu li kienu qed jiġu wżati u abbużati?", "X'ippretenda li jien tant beċċun li b'daqshekk se jikkonvinċini?", "Kont nippretendi li l- ministru jagħmel investigazzjoni u mhux jagħmel tentattiv biex jgħatti x- xtur ta' dawk ta' madwaru, li ma tantx jista' jeħles minnhom malajr.", "L- attitudni tal-ministru, Mr Speaker, ma tantx tawgura tajjeb biex tinżamm is- serjeta' u d-dixxiplina fid-dipartimenti tiegħu.", "Issa jekk il-ministru jogħġbu jħalli lil kulħadd jagħmel li jrid fid-dipartimenti, dik affari tiegħu, għax hu accountable għal dak li jiġri fid-dikasteru tiegħu imma, jekk hu hekk, il-ministru għandu jiftakar li dan jikkontrasta bil-kbir ma' dak li qal u ddikjara sieħbu l-ministru tal-finanzi dwar id-dixxiplina fuq il-postijiet tax-xogħol fid-diskors tal-budget illi għadda.", "Infakkar ukoll li dakinhar il-ministru nfexx jattakka u jikkundanna lili għax sempliċement kont qed insemmi l-abbużi li kienu qegħdin isiru, kif wara kollox għandi d-dover li nagħmel.", "Nassigura lill-ministru li dawn l- attakki lili xejn ma jaffettwawni pero' kont nistenna li jieħu pjaċir li kont qed ninformah b'dawn l-abbużi u mhux jinfexx jattakka lili qisni għamilt xi att kriminali.", "Mill-ministru kont nistenna li jattakka u jikkundanna lil min isserva bil-pożizzjoni tiegħu u uża l-ħaddiema għall- interessi personali tiegħu.", "Din bħal meta l-ministru kien għoġbu jinnega li hemm diżastru fl-ITS, diżastru kkonfermat mill-istatements ta' l-istess ministru u mill-istatements ta' diversi membri tal-board of governors li saru fit-2 u fit-23 ta' Frar li għadda, jiġifieri ftit qabel ma tkellimt jien.", "Hawnhekk il-ministru jammetti li kien hemm diżastru fl-ITS.", "Jekk il- ministru jitlobni jien lest nurih.", "Issa nitkellem fuq l-istudenti ta' l-ITS, dawk li konna npinġuhom bħala li huma l-anġli tagħna meta konna fl-oppożizzjoni.", "Se nikkwota dak li ntqal fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista dwar dan il-qasam.", "F'punt 114 jingħad hekk:", "\"Terġa' tingħata spinta lill-istudju u t-taħriġ tat-turiżmu, li reġa' sfaxxa taħt Alfred Sant, kif kien ġara taħt Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici.", "Għandu jerġa' jissaħħaħ l-istitut għall-istudji tat-turiżmu li tajjeb li jkun assoċjat aktar ma' l-universita'.\"", "Dan hu d-diskors li ngħad fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Kemm fil-fatt dan hu minnu ma nafx.", "Kemm se jżommu din il-wegħda minn naħa tal-gvern ma nafx lanqas.", "Il-verita' hi li wara li wiegħed stipendji sħaħ, il-gvern, permezz tal-kabinett, aċċetta dak li pproponiet il-kummissjoni Galdes, jiġifieri li l-istudenti ta' l-ITS jieħdu stipendju inqas minn dak li qed jieħdu llum.", "Ħa nikkwota x'qalli dwar dan il-ministru fl- aġġornament tat-22 ta' Marzu, 1999.", "Il-ministru kien qalli hekk:", "\"Pero', għax jien dejjem nagħti the benefit of the doubt, irrid naħseb li l-Onor.", "Cuschieri ġralu bħall-mazzun u bela' kulma qalulu u meta tkellem emmen li kien qiegħed jgħid il-verita'..\".", "Il-Ministru kien qal ukoll:", "\"...", "Allura jien nibda nissuspetta li d-diskors tiegħu m'għamlux għax kien hemm min sabu beċċun u bellagħlu gamblu jinten għax forsi għadu ġdid u mingħajr esperjenza jew għax żelaq u żbalja imma għax ried iħammeġ b'malinjita' u bi ħdura għal skop propagandistiku, stil ta' Goebbels, il-ministru tal-propaganda ta' Hitler, biex forsi jkollha xi ħaġa xi tgħid il-gazzetta ''KullĦadd'' jew is-Super One.\".", "Issa nispera li l-ministru ma jerġax jakkuża lil għax wara kollox din id- darba l-ministru ftit li xejn jista' jakkużani b'dan il-mod.", "Lill-ministru jiena ngħidlu li jkun aħjar jekk jgħid il-verita' lill-istudenti ta' l-ITS dwar x'hemm moħbi wara l-kwinti għalihom.", "Mr Speaker, il-ministru jrid li fuq medda ta' tlieta jew erba' snin inaqqas l-istudenti ta' l-ITS bin-nofs, minn 900 għal 500 student.", "Dan hu l- futur li qed joffri dan il-gvern ta' kuxjenza soċjali lit-tfal tal- ħaddiema.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed jikkonferma li hekk se jsir.", "L-istudenti ta' l-ITS fi żmien tlieta jew erba' snin iridu jitnaqqsu bin- nofs.", "Dan hemm moħbi minn wara dahar l-istudenti.", "U l-opportunitajiet imbagħad lil min jingħataw?", "(Interruzzjonijiet) Naf ħafna x'jiena ngħid, Onor. Ministru.", "Dan id-diskors qatt m'għidtulhom lill-istudenti!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Cuschieri, indirizza lis-Sedja.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, il-ministru qatt ma qalilhom dan id- diskors lill-istudenti.", "Il-ministru wera li jaqbel ma dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Carmelo Abela iktar qabel, jiġifieri li fl-ITS għandna nagħtu spazju lil dawk il-ħaddiema li diġa' jaħdmu fis-settur, u mill-banda l-oħra lanqas irid iżomm l-ammont li hemm illum.", "Din hi kontradizzjoni fuq l-oħra.", "U l-ministru kien qed jirriferi kemm għall-part-time u anke għall-full time, li jridu jiġu eliminati nofs l-istudenti li hemm fl-ITS.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Ministru, jekk trid, nurik personalment.", "Dan hu dak li jrid jagħmel min jiftaħar li għandu għal qalbu l-futur tas-settur turistiku ta' pajjiżna!", "Din hi l-istrateġija ta' dan il-gvern li tant jiftaħar kemm għandu għal qalbu l-edukazzjoni!", "Fejn hu d-dmugħ tal- kukkudrilli li bkew in-Nazzjonalisti meta gvern Laburista - mhux qed ngħid li kien jagħmel sew - kien jillimita d-dħul fl-universita'?", "Illum dan qed jagħmlu ministru sieħbek, Onor. Galea!", "Dan hu l-inkoraġġiment li qed nagħtu liż-żgħażagħ tagħna biex jistudjaw u biex jinteressaw ruħhom fil- qasam turistiku?", "Jew hemm problemi ta' flus u issa l-money no problem saret money is a problem?", "Dawn huma l-opportunitajiet li qiegħed joffri l-gvern liż-żgħażagħ u lil ulied il-ħaddiema?", "Għax wara kollox hemmhekk ulied il- ħaddiema jkun hemm, Mr Speaker.", "Dan huwa s-serħan il-moħħ li wiegħed dan il-gvern qabel l-elezzjoni?", "Jew dak issa ntesa' għax l-elezzjoni għaddiet?", "Jien ngħid illi dan m'hu serħan il-moħħ xejn.", "Din hija s-sitwazzjoni gravissima li jinsab fiha l-gvern Nazzjonalista u hija sitwazzjoni li ma toffrix il-fiduċja u d-direzzjoni li ġew imwiegħda.", "Hija sitwazzjoni fejn għandna gvern li wara ftit xhur biss jinsab rieqed waħda sew.", "Għandna gvern li la għandu direzzjoni u wisq inqas strateġija.", "Huwa gvern niexef mill- ideat u bla motivazzjoni, fejn kull ministru jfendi għal rasu.", "B'dan kollu xejn ma jien sorpriż, Mr Speaker, għax wara kollox dan hu gvern ifformat mill-istess nies li mlew lil Malta bid-dejn qabel l-1996.", "Biex nagħlaq fuq l-ITS, lill-istudenti nfakkarhom illi min qiegħed jaħmi dan kollu minn wara daharhom u jheddidilhom il-futur tagħhom huwa l-istess bniedem li bħal dan iż-żmien sena f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż iddikjara hekk:", "\"X'għandu jagħmel min għandu moħħu floku, jiżnatura l-ITS?", "Ċertament li le.\"", "Dan id-diskors mhux jien għidtu.", "Dak kien żmien ieħor, għeżież studenti, fejn il-konfoffi u l-qerq kienu fl-aqwa tagħhom għax il-kilba għall-poter kienet diġa' bdiet tagħmel tagħha.", "Illum ħadd m'għandu dubju li għall- partit Nazzjonalista mhux l-interessi nazzjonali jiġu l-ewwel imma l-poter biex igawdu huma u l-klikka ta' madwarhom.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq il-qasam turistiku f'pajjiżna.", "Aħna bħala deputati u bħala poplu verament irridu nieħdu dan il-qasam bis- serjeta?", "Nafu verament xi jkun qed jistenna t-turist li jiġi f'pajjiżna?", "U aħna x'qed noffrulu lit-turist?", "Il-prodott Malti qed nagħtuh importanza?", "Il- wirt patrimonjali u l-kultura Maltija qed nieħdu ħsiebha biżżejjed?", "Kemm qed nagħtu attenzjoni lis-swar li jdawru diversi nħawi tal-gżejjer Maltin?", "Aħna għandna x-xorti li għandna fortifikazzjonijiet li f'pajjiżi oħra m'hemmx.", "Dawn il-fortifikazzjonijiet isawru parti kbira mill-istorja ta' dan il-pajjiż imma sfortunatament ħafna minnhom mhux qed jintużaw b'mod li jattira t-turiżmu.", "Ma tantx huma f'sitwazzjoni li jistgħu jattiraw lit- turist.", "Anke l-użu tagħhom ma tantx qed isir fl-interess li nattiraw lit- turist.", "L-istess jista' jingħad għall-monumenti.", "Kemm qed nieħdu ħsieb il- monumenti tagħna?", "Jiena nara monumenti f'diversi nħawi ta' Malta li ftit jingħataw attenzjoni.", "Speċjalment il-Belt Valletta u fil-ġnien tal-Mall fil- Furjana hemm diversi monumenti li xejn ma jingħataw attenzjoni.", "Dawn jinsabu kollha mitluqin u ħadd ma jieħu ħsiebhom.", "L-istess jista jingħad għall-bini storiku, bħat-tempji li għandna.", "Illum ħadt pjaċir naqra li twaqqaf kumitat biex jieħu ħsieb dawn it-tempji u nixtieq nissuġġerixxi li jiġi mwaqqaf kumitat li jidentifika l-wirt patrimonjali kollu u jfassal kif dan għandu jitħares u jiġi restawrat.", "Dak li ħallewilna missirijietna m'għandniex inħalluh jinqered għax inkella la nsibuh aħna, la jsibuh il- ġenerazzjonijiet futuri u wisq inqas it-turisti li aħna rridu nattiraw.", "Per eżempju, taħt gvern Laburista kien ġie ntrodott il-bini tal-girni.", "Din hija xi ħaġa tradizzjonali Maltija li żgur illi taqbel sew mal-kultura Maltija.", "Jiena nemmen li t-turist jiġi f'pajjiżna mhux biex isib dak li għandu f'pajjiżu imma biex isib xi ħaġa differenti li tattirah.", "Jiena nemmen li l-girni għandhom jiġu introdotti wkoll f'diversi ġonna Maltin.", "Mr Speaker, jiena nemmen ukoll li rridu nipppromwovu iktar l-arti Maltija.", "Jien nemmen illi mhux qed issir promozzjoni biżżejjed lill-arti Maltija, li wkoll għandha x'toffri.", "Hawn ħafna nies, fosthom żgħażagħ, li huma kapaċi li lit-turist ibiegħulu l-kultura tagħhom u l-arti tagħhom.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt nissuġġerixxi hija l-kultura tat-triq.", "Din diġa' bdiet f'pajjiżna imma naħseb għadna daqsxejn lura.", "Jekk issiefer barra minn Malta tiltaqa' magħha f'kull kantuniera, speċjalment fiċ-ċentru ta' l- ibliet, imma naħseb illi f'pajjiżna għadna neqsin minn din il-ħaġa u l- gvern għandu jagħmel sforz biex jgħin u jinkoraġġixxi lil żgħażagħ u nies li huma nvoluti fil-kultura biex jagħmlu dan.", "B'dan il-mod il-gvern ikun qiegħed ukoll jippromwovi l-kapaċitajiet ta' l-artist malti.", "Nemmen ukoll li għandha ssir promozzjoni u nkoraġġament lit- tradizzjonijiet ta' Malta, lill-istorja ta' Malta, lill-wirt naturali ta' Malta u l-istorja ta' l-ibliet u ta' l-irħula maltin.", "Ħafna bliet u rħula Maltin huma antiki ferm u l-karatteristika u l-estetika tal-bini tagħhom tattira lil diversi turisti li f'pajjiżhom ma jsibux dan it-tip ambjent.", "Għandna ħafna x'noffru f'pajjiżna, mhux il-festi biss, għalkemm dawn ukoll jattiraw lit-turisti.", "Jien nemmen illi għandna wkoll nippromwovu l-kultura, l-arti, u l-istejjer tal-knejjes f'Malta.", "Nemmen li aħna għandna storja kbira u storja vasta.", "L-arti fil-knejjes Maltin hija wkoll xi ħaġa bla limitu u għalhekk nemmen li għandna nindirizzaw ukoll lis-setturi turistiċi li jinteressaw ruħhom fl-arti, speċjalment dik tal-knejjes.", "Mr Speaker, nemmen ukoll li l-kunsilli lokali jistgħu jagħtu sehem qawwi f'dak li semmejt.", "Nemmen li l-kunsilli lokali għandhom jiġu aktar involuti f'kull lokalita' biex dan li għadni kif semmejt ikun jista' jinħadem f'kordinament sħiħ bejnhom u bejn il-ministeru u d-dipartimenti tat- turiżmu.", "Kull kunsill lokali għandu informazzjoni dwar il-lokalita', jaf x'hemm bżonn fil-lokalita', jaf l-istorja tal-lokalita' u b'koperazzjoni magħhom żgur li nkunu nistgħu nwasslu dak li għandna f'pajjiżna barra minn xtutna permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni u mezzi moderni li għandna llum fosthom l-internet.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll il-pjanijiet li kellu l-gvern Laburista biex jattira t-turiżmu f'pajjiżna.", "Per eżempju nixtieq nistaqsi x'sar mill- ħsieb li kellu gvern Laburista u li kien mexxa 'il quddiem mhux ħażin dwar il-bini ta' golf courses f'pajjiżna.", "Ftit qed jingħad dwar dawn u ftit hawn informazzjoni dwar x'se jiġri eżatt.", "Nixtieq nistaqsi x'se jsir u jekk huwiex il-ħsieb ta' dan il-gvern li jmexxi 'l quddiem dan il-proġett li kien beda gvern laburista.", "Insemmi wkoll il-bżonn ta' proġetti kapitali f'diversi nħawi fejn it- turist ikun ta' spiss.", "Taħt gvern Laburista kien beda u tlesta l-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba.", "Kienu saru wkoll il-proġett ta' Marsaxlokk, il-proġett ta' Wied il-Għajn, ta' Birżebbuġa, ta' Marsalforn u anke tax- Xlendi.", "Dawn il-proġetti kienu nbdew, uħud minnhom ma kenux għadhom spiċċaw - dan f'sena u tmien xhur biss - u jiddispjaċini ngħid li wħud minnhom ma tkomplewx.", "Jekk tmur f'ċertu nħawi ssib li dan ix-xogħol ma tkompliex u dan jikkontrasta bil-kbir mal-wegħda li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fil- programm elettorali tiegħu, fejn f'punt 117 jgħid:", "\"Isiru proġetti oħrajn għall-erba' zoni ewlenin fil-pajjiż li jilqgħu l-aktar lit-turisti, f'Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar, fejn jitkompla x-xogħol u jiġi rranġat dak li sar ħażin.\".", "F'sezzjoni \"C\" jingħad ukoll:", "\"F'Wied il-Għajn, Birżebbuġa u f'Marsaxlokk isir u jitkompla x-xogħol għal dehra iktar li tilqgħek.\".", "Jien jiddispjaċini ngħid li donnu ġara xi ħaġa u dan ix-xogħol ma tkompliex.", "Minkejja li deħlin fl-istaġun turistiku, diversi nħawi f'pajjiżna mhux qed jingħataw attenzjoni biżżejjed.", "Jekk wieħed imur Tas- Sliema, San Ġiljan u Buġibba faċilment jista' jara b'għajnejh dak li qiegħed ngħid jien.", "Dan kollu jeżisti minkejja li l-Ministru Zammit Dimech mal-bidla fil-gvern wiegħed li se jnaddaf Malta kollha.", "Jiena hawnhekk nistaqsi jekk dan il-proġett bediex.", "Jekk wiegħed li jnaddaf Malta u qal li x-xogħol beda, lanqas effett ma jidher.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-proġett li hemm maħsub għal Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Jiena kont ktibt u kont għidt ukoll f'dan il- parlament illi naqbel ma' dan il-proġett, naqbel li hemm bżonn li l- promenade u l-inħawi ta' Tas-Sliema jiġu up-graded imma dak iż-żmien kont għamiltha ċara - u nerġa' nagħmilha ċara llum - illi ma naqbilx illi dan il-proġett isir a skapitu taċ-ċittadini maltin u għawdxin, speċjalment dawk slimiżi u ġiljaniżi.", "Jiena ngħid li lanqas ċentimetru wieħed ta' l-aċċess pubbliku m'għandu jintmess.", "Fuq bażi personali, jekk ikun hemm il-ħjiel li se jintmess l-aċċess pubbliku - għax fuq bażi ta' partit ma nafx imbagħad xi tkun l-oppożizzjoni - se nkun minn ta' quddiem li dan ma nħallihx isir.", "Mr Speaker, irrid insemmi wkoll il-widien ta' Malta.", "Jiena nemmen li l- widien hemm bżonn illi jiġu mnaddfa u jingħataw aktar attenzjoni biex ikollna iktar ħdura u jkollna arja iktar pura.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Cuschieri, imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR MICHAEL REFALO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Nemmen illi l-ħdura fil-pajjiż hija importanti għax anke t-turisti jfittxu l-widien u l-ħdura.", "Per eżempju, jien meta nsiefer inħobb immur fil-kampanja.", "Hawn turisti li jiġu hawn Malta għax iħobbu jaraw il-widien.", "L-Ingilterra u l-Ġermanja m'għandhomx dawn it-tip ta' widien sbieħ li għandna oħra imma li sfortunatament ma neħdux ħsiebhom biżżejjed.", "Importanti wkoll illi diversi soft areas li għandna jiġu miżmuma fi stat tajjeb u jsir upgrading tagħhom b'estetika purament Maltija.", "Jien m'inix tekniku imma xi kultant il-mod loġistiku tal-ħsieb iġiegħlek biex tasal għal ċerti suġġerimenti li faċilment wieħed jista' jwettaq.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, ippermettili mwaqqfek għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Iva, Mr Speaker, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru għat-Turiżmu biex iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada s-26 ta' Mejju, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili –it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum kont beħsiebni nagħmel xi rimarki rigward l-ambitu tal-politika soċjali kif ukoll dwar id-dinja tal- benefiċċji soċjali.", "Nibda biex ngħid li bħala membru ta' din il-Kamra, kemm waqt din il- leġislatura kif ukoll fil-leġislatura ta' qabel, saru ħafna affarijiet li forsi wieħed tajjeb li jikkummenta dwarhom.", "L-iktar ħaġa li laqtitni kien proprju l-punt li l-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li għaddiet inqeda bl- għajta li l-gvern Laburista mmexxi mill-Onor.", "Alfred Sant kellu nuqqas ta' kuxjenza soċjali.", "Minħabba f'hekk, waħda mill-ewwel affarijiet li għamilt meta erġajt ġejt elett f'din il-Kamra kien proprju li għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Gonzi fejn staqsejtu kemm flus ġew effettivament dedikati għall-politika soċjali u għall-benefiċċji soċjali matul dawn l- aħħar 20 sena.", "Oħroġ il-għaġeb, l-ogħla figura, jiġifieri dik ta' 12%, ġiet milħuqa proprju mill-gvern imexxi mill-Onor Alfred Sant.", "Ma jistax ikollok prova aktar ċara minn hekk, fejn għandek tabella li turi li l-gvern Laburista mmexxi mill-Onor.", "Alfred Sant nefaq l-akbar ammont ta' flus fil- qasam soċjali.", "Mr Speaker, għalfejn qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għaliex il-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern bl-għajta tal-kuxjenza soċjali u tela' jippreżenta ruħu bħala tarka għal dawk l-aktar nies l-iktar li għandhom bżonn il-benefiċċji soċjali imma llum mhux talli ma jidhirx li qiegħed jasal biex jilħaq dawk il-wegħdiet, talli qiegħed jipproponi biex isir l-oppost ta' dak li wiegħed.", "Per eżempju, il-Partit Nazzjonalista wiegħed lill-pensjonanti li kien se jagħtihom iż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja.", "Jiena hawnhekk illum nistaqsi lill-pensjonanti: Din il-wegħda nżammet mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern?", "Ir-risposta hija li mhux talli ma nżammitx, talli qegħdin naraw stqarrija wara l-oħra mill- ministri ewlenin fejn qegħdin jgħidu li l-benefiċċji soċjali kollha jridu jiġu riveduti permezz tal-welfare reform commission.", "Mr. Speaker, wieħed mill-argumenti li jġibu biex jissostanzjaw dawn it- tibdiliet li qegħdin jippromwovu huwa l-argument ta' l-ageing population.", "Pajjiżna huwa meqjus illi għandu standard of living tajjeb fejn għandek aktar nies qegħdin jixjieħu u inqas nies qegħdin jaħdmu u jikkontribwixxu għall-benefiċċji soċjali.", "U din il-ħaġa turi d-differenza kbira li hemm bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.", "Bħala Partit Laburista, aħna nemmnu li f'dan il-każ iż-żiemel għandu jiġi qabel il-karrettun u mhux il-karrettun qabel iż-żiemel.", "Aħna ħassejna li l-kriżi finanzjarja - li tant konna nisħqu fuqha meta konna fil-gvern u li l-Partit Nazzjonalista fl- oppożizzjoni kien jinnega - kellha tiġi indirizzata kif suppost u fost l- affarijiet li konna għamilna biex intejbu r-ritmu ta' l-ekonomija kien proprju li qabbadna r-rankatura lis-settur turistiku.", "Meta tlajna fil-gvern sibna li fl-aħħar sena li kien għamel fil-gvern il-Partit Nazzjonalista t- turiżmu kien naqas b'5.4% u aħna fl-ewwel sena erġajna żidnieh b'madwar 6%.", "B'dan il-mod stajna nerġgħu nkabbru l-GDP nazzjonali biex inkunu nistgħu nindirizzaw aktar flus għall-benefiċċji soċjali.", "Mr Speaker, ħaġ' oħra li tinkwetani hi li l-Ministru Dalli fl-aħħar budget żied il-bolla b'ammont sostanzjali.", "Dik illi qabel konna nsejħulha bolla balla issa ġibniha bolla bomba u effettivament din il-mossa politika se twassal biex il-gvern Nazzjonalista jdaħħal madwar Lm14 miljun iktar minn but il-ħaddiem.", "Jiena nistaqsi: Li kieku verament il-gvern Nazzjonalista kien inkwetat bis-sitwazzjoni fil-pensjonijiet, għaliex dawn l-Lm14 miljun extra li se jiġu miġbura ma ġewx floated fuq l-istock exchange?", "B'dawn l-Lm14 miljun extra għaliex ma kkreajniex fond biex inkunu nistgħu xi ftit jew wisq nindirizzaw il-problema li għandna f'dan is- settur?", "U nerġa' ngħid, Mr Speaker, li nonostante l-fatt li writna sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra f'Ottubru ta' l-1996, aħna konna kapaċi nkunu l-gvern li ddedika l-akbar persentaġġ tal-GDP għall-infiq soċjali matul dawn l-aħħar għoxrin sena.", "Mr Speaker, il-Prim Ministru Fenech Adami ħareġ stqarrija pubblika fejn qal li l-benefiċċji soċjali ma ġewx imnaqqsa pero' llum il-ġurnata qegħdin ninnotaw li effettivament il-benefiċċji soċjali ġew imnaqqra b'tali mod li anke' s-central bank qed jgħid - u dawn huma ċifri uffiċjali - li matul ix- xahar ta' Frar kellek żieda fl-għoli tal-ħajja ta' 0.44%.", "Ftit aktar min nofs il-prodotti li għolew huma affarijiet ta' l-ikel u anke' mediċinali.", "Issa kif jaf kulħadd dawn il-prodotti m'humiex intaxxati bil-VAT pero' kulħadd jaf li din it-taxxa ġġib magħha multiplier effect fl-ekonomija.", "Kellna esperjenzi fejn sfortunatament jirriżulta li prodotti ta' l-ikel, mediċinali u anke' servizzi tat-tobba żdiedu b'mod kemmxejn allarmanti.", "Mr. Speaker, jekk kemm-il darba l-gvern qiegħed jikkonsidra li jkun hemm xi tibdil radikali fis-sistema' tal-pensjonijiet hawn Malta tajjeb illi wieħed jgħid mill-ewwel illi f'pajjiżi fejn il-pensjonijiet ġew privatizzati kellek żewġ kategoriji ta' nies li nqarsu u ngidmu bil-kbir.", "Kellek l-ewwelnett il-kategorija l-iktar baxxa, dawk il-pensjonanti li l- għixien tagħhom jiddependi fuq pensjoni non-kontributorja; imbagħad kellek saff ħafna ikbar, jiġifieri s-saff tal-middle class, li wkoll qegħdin isibuha diffiċli biex ilaħħqu ma' l-infiq addizzjonali li jridu jħallsu biex jikkontribwixxu għall-pensjonijiet.", "Dawn ġeneralment ikunu koppji li jkunu għadhom qegħdin irabbu familja, li jkunu għadhom qegħdin jifformaw darhom u ħafna drabi jkunu għadhom qed iħallsu loans fuq id-dar jew fuq il- karrozza.", "Dawn it-tip ta' nies jaf ikollhom ukoll xi żewġt itfal li jattendu fi skejjel privati.", "Effettivament dawn in-nies diġa' jkollhom ċertu ammont mill-ispending power tagħhom imnaqqas minħabba li jridu jlaħħqu ma' dawn it-tip ta' spejjeż ta' kull xahar u issa hemm iċ-ċans li se nippreżentawlhom piż ieħor biex jagħmlu funding ta' pensjoni addizzjonali.", "Jiena qiegħed ngħid dan mhux għax il-Partit Laburista m'huwiex konxju ta' din is-sitwazzjoni demografika li qed tiżviluppa u li se tkompli tiżviluppa f'pajjiżna.", "Aħna konna kkommissjonajna żewġ studji fuq il-pensjonijiet pero' nerġa' naċċenna hawnhekk li aħna ma konniex se nħallu din is- sitwazzjoni titlagħlna fuq rasna.", "Aħna konna l-ewwel qegħdin nindirizzaw il- problema tas-sitwazzjoni mwiergħa billi nrażżnu r-rankatura ta' l-infiq u ma nibqgħux għaddejjin bil-politika tal-money no problem.", "Din kienet politika li sfortunatament kienet introdotta matul l-amministrazzjoni ta' qabel dik ta' l-1996 u li ġabet lill-gvern Malti, lill-pajjiż u lill-poplu għarkubbtejhom finanzjarment.", "Sfortunatament jekk aħna m'aħniex se nindirizzaw din il-problema kif suppost, lanqas biss se jkollna l-finanzi biex nirranġaw il-benefiċċji soċjali.", "Jiena nagħlaq billi nfakkar li l-gvern għandu jaġixxi bil-kawtela fuq din il-kwestjoni kollha u għandu dejjem jieħu ħsieb li dawk iż-żewġ saffi li semmejt kemm jista' jkun ma jinqarsux.", "Jekk aħna se nippreżentawlhom piż addizzjonali, lil dawn se nnaqqsulhom l-ispending power u se nkunu qegħdin innaqqsulhom ukoll il-kwalita' tal-ħajja tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iżjed rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, illum ħarist lejn id-diskors li kien sar mill-ministru tal-finanzi attwali meta konna qegħdin niddiskutu l-estimi ġenerali għas-sena li qegħdin fiha u f'dan id-diskors spikkat in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-privatizzazzjoni li kien hawn ippjanata għal matul din is-sena.", "Fil-fatt kulma kien hemm f'dak id-diskors kien li għandna ndaħħlu mas-Lm60 miljun mill-privatizzazzjoni.", "L-unika informazzjoni li kien hemm kienet li se titwaqqaf xi forma ta' aġenzija biex tidentifika l- entijiet pubbliċi plawsibbli għal privatizzazzjoni.", "Dakinhar kont għedt li kien hawn nuqqas ta' ppjanar pero' llum wieħed jirrealizza li mhux talli kellna nuqqas ta' ppjanar talli ma kellna l-ebda programm.", "Barra minn hekk kien ġie abbandunat il-programm li kellu l-gvern Laburista li apparti l- Maltacom kellu f'rasu illi jipprivatizza anke' l-MIA.", "Kif inbidlet il- folja l-gvern kien qal li l-MIA ma kenitx preparata.", "Jiena ngħid: Ma kinetx preparata meta din kellha profitti li rrdoppjaw matul dik is-sena partikolari?", "Mr Speaker, il-każ klassiku ta' l-HSBC huwa prova ta' kemm fil-qasam tal-privatizzazzjoni m'hawnx ippjanar.", "Meta konna qegħdin niddiskutu dan il-bejgħ fil-public accounts committee, il-Ministru tal-finanzi stqarr li ma kienx għadu jaf jekk il-Mid-Med Bank kienx se jiġi pprivatizzat pero' mbagħad feġġet l-offerta ta' l-HSBC u fi kwestjoni ta' ħmistax il-ġurnata sar l-ippjanar kollu li kien hemm bżonn.", "Fil-kumitat ukoll il-ministru kien qal li dan id-deal mhux daqstant jolqot l-ekonomija tagħna.", "Jiena nixtieq ngħid li l-filosofija tal-Partit Laburista in kwantu għall-privatizzazzjoni għandha żewġ binari.", "L-ewwel binarju huwa l-apprezzament b'mod oġġettiv u realistiku ta' l-ekonomija Maltija u ovvjament ta' l-entita' pubblika kkonċernata u t-tieni binarju hu li l-privatizzazzjoni huwa mezz ta' tkattir ta' l-effiċjenza u tal-kwalita' tas-servizz jew tal-prodott li jkun qed jiġi offrut.", "Jidher li fil-każ ta' l-HSBC ma kien hemm l-ebda apprezzament oġġettiv u realistiku ta' din l- isfera ta' l-ekonomija.", "Anke' mill-prezz finali u mill-mod kif saru l- affarijiet jidher ċar li ma kenux qed jittieħdu in konsiderazzjoni l- impatti ekonomiċi u soċjali li asset bħalma huwa l-Mid-Med Bank iġorr miegħu.", "Mr Speaker, aħna nemmnu li l-privatizzazzjoni għandna tgħin biex tiġi risanata l-qagħda tad-deficit finanzjarju b'mod gradwali iżda regolari u biex titkattar l-effiċjenza, għax finalment aħna qegħdin hawnhekk biex nirrispekkjaw dak li jrid il-konsumatur ukoll.", "Bdejna naraw ukoll li l- introjtu mill-privatizzazzjoni ma jiġix immirat biss għall-famuża ħofra finanzjarja imma ridna li jkun hemm pjan ta' ri-investiment soċjo- ekonomiku.", "Fil-fatt kien proġettat - u dan kien konfermat fil-manifest elettorali - li għal din is-sena 20% tad-dħul mill-privatizzazzjoni tal- Maltacom kellu jmur biex jiffinanzja r-ristrutturazzjoni tant meħtieġa ta' l-industrja biex pajjiżna jkollu kummerċ ħieles ma' l-Unjoni Ewropea.", "S'issa min naħa tal-gvern għadna ma smajna xejn rigward ir-ri-investiment ta' flus li jidħlu minn assi pubbliċi.", "Mr Speaker, jiena smajt lil sieħbi jitkellem fuq il-qasam soċjali u tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li għal matul din is-sena kien ppjanat pakkett soċjali marbut mal-privatizzazzjoni għax 20% tad-dħul mill- privatizzazzjoni li kienet se ssir matul l-1999 kienu se jmorru għall- familji b'ġenitur wieħed, għar-romol u għall-ħaddiema żgħażagħ li ma jistgħux isibu mpjieg.", "Fil-każ ta' dawn iż-żgħażagħ, sfortunatament is- sitwazzjoni tagħhom iktar qed tmur għall-agħar għax hija statistika magħrufa li ma' l-1400 ħaddiem tilfu l-impjieg mill-bidla ta' l- amministrazzjoni 'l hawn.", "Barra minn hekk nafu xi pjaga soċjali kbira hawn għall-ħaddiema li qabżu l-40 sena għax dawn issa reġgħu twarrbu darba għal dejjem fil-ġenb.", "Xi rrid ngħid jien b'dan kollu?", "Li anke' f'miżuri ekonomiċi biex isewwu l-qagħda finanzjarja ma jistax ikun illi nabbandunaw il-qasam soċjali u nikkonċentraw biss fuq is-sadd tat-toqob.", "Dan żgur mhux l-għan ewlieni għaliex għandu jkun hawn il-privatizzazzjoni.", "Mr. Speaker, aħna nemmnu wkoll li fiċ-ċokon tiegħu pajjiżna bilfors huwa suġġett għal ċertu monopolju f'ċerti attivitajiet essenzjali u għalhekk huwa importanti li l-gvern jibqa' jkollu l-kontroll fuq dawn l-attivitajiet billi jkun f'pożizzjoni li permezz ta' regolamentazzjoni jiżgura li l- monopolju ma jiġix abbużat a skapitu tal-konsumatur.", "Dan huwa importanti u hawn fejn qed naraw preċedent ikrah fil-privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank.", "Jidher li l-gvern qed iwarrab il-kontroll maġġoritarju tiegħu f'ċerti azjendi pubbliċi b'mod estrem.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li m'huwiex biżżejjed li jkollna a one-time set-off għad-deficit finanzjarju b'dan il-bejgħ imma wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-miljuni li se jitlef mid-dħul annwali fi profitti.", "Fil- fatt jidher li f'dan il-każ ma saret l-ebda fażi preparatorja xierqa.", "Il- gvern daħal mill-ewwel f'dan id-deal u addio l-ippjanar u l- identifikazzjoni li kien hemm bżonn.", "Mr Speaker, ta' min jaċċenna wkoll għall-fatt li rajna wkoll ċertu ndħil mill-gvern fil-qasam tal-Mid-Med Bank.", "Per eżempju, smajna ħafna dwar il- pass li l-Mid-Med Bank kellu jixtri 3% mill-ihsma biex ikattar il-valur tax- shares fis-suq, li kulħadd kien jaqbel illi kienu undervalued.", "B'deċiżjoni tal-bord tad-diretturi, il-gvern għażel it-triq tal-pressjoni politika.", "Rajna wkoll id-deċiżjoni tas-sospensjoni tan-negozju fix-shares mill-istock exchange.", "Huwa tajjeb illi jittieħdu ċerti prekawzjonijiet - u jridu jittieħdu ċerti prekawzjonijiet - imma l-gvern huwa marbut b'deal li għadda b'riżoluzzjoni minn dan il-parlament b'offerta ta' Lm2.90 fis-suq u issa mhux qed iħalli s-suq isib l-livell tiegħu.", "Jiena kont naħseb illi l- gvern Nazzjonalista kien jemmen fil-fair competition imma fil-każ ta' l- HSBC dan wera ċar u tond li ma jemmen xejn f'din it-triq.", "Mr Speaker, ħarġu ċerti kriterji oħrajn minn dan id-deal.", "Per eżempju, għall-ewwel darba qed naraw ix-shareholders Maltin jiġu mwarrbin totalment f'dak kollu li kien għaddej.", "Barra minn hekk mhux qed tingħata l- possibbilta' li l-poplu Malti wkoll jidħol għat-tmexxija u għall-profitti ta' dawn l-azjendi billi jkun jista' jixtri ishma.", "Dan il-prinċipju ġie abbandunat bħal ma ġie abbandunat il-prinċipju tal-worker director.", "Il- poplu Malti bata ħafna biex jidħol dan il-prinċipju f'ċerti azjendi u issa f'daqqa waħda l-gvern qed iwarrbu.", "Jiena nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll in kwantu għall-kondizzjonijiet li kien hemm.", "Il-mod mgħaġġel li bih sar dan id-deal bilfors li se jħalli riperkussjonijiet.", "Kien hemm min qal li Lm10 miljun 'l hemm u Lm10 miljun 'l hawn ma jagħmlux differenza imma jiena ma naħsibx li qegħdin f'sitwazzjoni finanzjarja daqshekk tajba li tippermettielna li nieħdu dawn l-affarijiet daqshekk lightly.", "Mr Speaker, kulma jmur il-poplu Malti qed jirrealizza - u anke' klijenti personali tiegħi li ma jaqblux magħna politikament jgħiduli dan - li fuq din il-kwestjoni l-oppożizzjoni għandha raġun.", "Sfortunatament minkejja l- proċess kollu kemm fil-public accounts committee u kemm hawnhekk ma ħarġux daqshekk il-fatti u l-verita' illi ridna.", "Aħna ninsabu għaddejjin biż- żjarat fid-distrett, morna Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u l-Marsa u llum komplejna l-Gudja u jiena konvint illi kull fejn imur, il-Partit Laburista qed isib dejjem appoġġ akbar għat-triq illi ħa in konnessjoni ma' dan id- deal.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 26 ta' Mejju, 1999 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MIA - TRASFERIMENTI", "6468.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-MIA?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-perijodu imsemmi ma ngħata ebda trasferimenti fil-Malta International Airport.", "It-trasferimenti jsiru skond il-bżonnijiet tal-kumpannija biex tipprovdi servizz tajjeb lill- klijenti.", "WSC - TRASFERIMENTI", "6469.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-WSC?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-perijodu imsemmi saru 14-il trasferiment fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma.", "Ir-raġuni għaliex saru hija din:", "2 minħabba raġunijiet ta` saħħa", "6 għaliex il-pumping station fejn kienu ma baqgħetx manned.", "2 bdew jaqdu d-doveri ta` xufiera maċ-Ċhairmen tal-Korporazzoni u ta` l- MDS 1 għaliex kien meħtieġ s-servizz tiegħu fis-Sezzjoni ta` l- Amministrazzjoni.", "3 għaliex qed tiġi riveduta l-funzjoni ta` l-Internal Audit Unit.", "Jekk l-eżiġenzi tax-xogħol u l-bżonnijiet umanitarji ikunu jitolbu hekk, il-korporazzjoni tagħmel trasferimenti.", "SPTAR SAN LUQA - IMWIET", "6951.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: L- inkjesti li hemm referenza għalihom fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6535, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni f'kull każ li mexxew dawn l-inkjesti, x'inhi l-ħatra tagħhom f'kull każ, x'kienu t- terms of reference ta' kull inkjesta u f'kull każ min ittella' jixhed quddiem il-bordijiet ta' inkjesta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Biex ma ssir l-ebda forma ta' pressjoni fuq il- Bordijiet ta' l-Inkjesta ma nħossx li għandi nippubblika dettalji dwar ismijiet u l-ħatriet tal-membri tad-diversi bordijiet, jew l-ismijiet tax- xhieda.", "It-terms of reference fihom dettalji li jiksru l-konfidenzjalita' medika jekk jiġu ppublikati.", "UE - PJAN LEĠISLATTIV", "6952.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid sa l-aħħar ta' din is-sena xi pjan leġislattiv għandu xahar b'xahar biex mill-parlament Malti jgħaddu l- liġijiet kollha lokali li jridu jiġu mibdula biex isiru bħal dawk ta' l- Unjoni Ewropea bħala parti mill-proċess ta' screening li għaddej bħalissa?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-pjan leġislattiv rigwardanti il-liġijiet li jridu jgħaddu mill-Parlament, sew dawk li huma marbuta mal-proċess ta` addattament tal-liġijiet tagħna ma dawk tal-Unjoni Ewropea u oħrajn, jkun irid jitressaq quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra min żmien għal żmien skond ma jkun opportun.", "QRATI - PROPOSTA ĠDIDA DWAR IL-PROTOKOLL", "6953.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-ministeru dwar ir- reazzjoni tal-maġistrati li ma jaċċettawx il-preċedenza allokata lilhom fil- proposta l-ġdida dwar il-protokoll?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6564.", "SPTAR SAN LUQA - IMWIET", "6954.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu t-tliet inkjesti li kellhom isiru dwar imwiet fl- Isptar San Luqa bejn Settembru, 1998 u April 1999?", "Bla ma jingħata tagħrif konfidenzjali, jista' jgħid x'ikkaġuna l-imwiet ta' l-erba' persuni li dwarhom saru l-inkjesti bejn Settembru 1998 u April 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn meta tajt ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6535 f'Seduta Nru. 95, id-dipartiment irċieva r-rapport ta' waħda mill-inkjesti pendenti.", "Dan ir-rapport jikkonferma li l-kawża tal-mewt kienet sitwazzjoni irreversibbli u ma sab ebda evidenza ta'negliġenza fil-każ.", "SKEJJEL PRIMARJI - EDUKAZZJONI KUMPLIMENTARI", "6955.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li kull min għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni kumplimentari fl- iskejjel primarji tal-gvern huwa tal-fehma li l-ħafna xogħol li jkun sar tajjeb sat-tieni sena tal-primarja qed jintilef għax l-istudenti ma jingħatawx għajnuna fit-tielet sena u wara, jistgħu jittieħdu passi biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni li qed tkisser il-futur ta' ħafna studenti minn eta' żgħira?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm fil-preżent is-servizz ta' l- edukazzjoni kumplementarja fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa ffukat fuq it-tieni sena, mhux korrett għal kollox jingħad li s-servizz ma jingħatax fit-tielet sena u wara.", "Infatti matul din is-sena skolastika, f'Malta u Għawdex, madwar 208 student qegħdin jingħataw l-għajnuna fit-tielet sena; filwaqt li 36 student qegħdin jingħataw l-għajnuna fir-raba' sena;", "Hija l-intenzjoni li dan is-servizz jiġi estiż iżjed, u d-Diviżjoni qegħda fil-proċess li minn sena għall-oħra s-servizz jiżdied fil-limiti tar- riżorsi speċjalment dawk umani.", "SKEJJEL: ŻEBBUĠ - SCREENING", "6956.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jattendi t-tielet sena tal-primarja ta' Ħaż-Żebbuġ (Malta) jiġi screened malajr kemm jista' jkun biex isir magħruf jekk għandux il- kondizzjoni tad-dyslexia?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li l-każ jingħata l-prijorita` li jistħoqqlu.", "GREEN WEEK", "7055.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani x'kienu l-ispejjeż għall-Green Week ta' Berlin u ta' Malta sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar minn uffiċjali nkarigati, u nagħti risposta f' xi seduta oħra.", "RESERVIORS TA' L-ILMA", "7056.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6877 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid liema huma dawk ir-reserviors ta' l-ilma tax- xita li jeħtieġu manutenzjoni, tindif, eċċ f'Malta u Għawdex?", "Kemm hu l- kalkolu ta' l-ilma globali li jirċievu dawn ir-reserviors ta' l-ilma?", "Meta se jsiru dawn il-manutenzjonijiet u kemm hemm flus ivvotati għall-programm ta' manutenzjoni ta' din is-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "WIDIEN - TINDIF", "7057.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6874, jista' l- Ministru jinformani meta hu maħsub li jkun lest il-pjan tat-tindif tal- widien?", "Huwa possibbli li l-Ministru jinformani min huma l-uffiċjali responsabbli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DRENAĠĠ - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "7058.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6873?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf, id- Dipartiment tad-Drenaġġ dejjem jagħmel preventive maintenance billi jnaddaf bl-użu tal-jetting-suction bowsers il-medded tad-drenaġġ ta' postijiet ħdejn il-baħar, speċjalment fejn hemm stabbilimenti ta' l-ikel minħabba x- xaħmijiet, bħal fil-każ ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra.", "Id-difetti fis-sistema tad-drenaġġ f'dawn l-inħawi huma", "(i) parti minn Triq l-Imħar, Qawra", "(ii) parti minn Triq is-Sajjied, Buġibba", "(iii) parti minn Triq Barnaba, Buġibba", "(iv) parti mill-main li għaddej minn fuq il-boathouses li hemm taħt Santa Maria Estate, Mellieħa", "(v) parti mill-Coast Road Qawra faċċata l-boathouses", "(vi) Miżieb, għax ma jlaħħaqx mal-peak flow.", "Fil-każi (i), (ii), (iii) u (iv) saru CCTV surveys biex jiġi stabbilit il- ħsara u dawn għandhom jissewwew.", "Rigward il-(v), din il-ħsara saret minn kuntrattur tar-Roads Department u għandu jsewwieh hu.", "Rigward is-(vi), din il-problema għandha tiġi solvuta bil-masterplan.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - DIRETTURI", "7077.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji neħħa l-gradi ta' direttur ġenerali u direttur għall-Urbal Rural Landscaping li kienu ġew approvati taħt l-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Taħt l-istruttura li qed tiġi attwata gradwalment fid- dekasteri kollha, ma jinħassx il-bżonn li jiġu mwaqqfa dawn iż-żewġ postijiet fil-livelli ndikati.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - MAPEP TA' ROTOT INFORMATTIVI", "7085.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-uffiċjal responsabbli mill-kalendarju agrituristiku barra li lesta l-ktieb informattiv dwar il-widien tal-gżejjer li ġie preżentat riċentement lill-Prim Ministru, kellu wkoll iħejji mapep ta' rotot informattivi għall-mixjiet fil-kampanja għat-turisti fil-madwar tal- widien u l-kampanja ta' l-inħawi bħal fil-każ ta' Wied il-Qlejgħa li kellu jkun hemm ukoll rotta għar-roti, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ktejjeb dwar il-widien?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamel tliet applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitwaħħlu f'diversi mkejjen mapep kbar li jagħtu tagħrif fuq il-kampanja u l-wirt storiku tal- lokal.", "Żewġ applikazzjonijiet minnhom ġew rifjutati u għalhekk qed isir il- proċess mill-ġdid fil-parametri mogħtija mill-awtorita'.", "Dwar il-ktieb The River Valleys of the Maltese Islands li nassumi li qed jirriferi għalieħ l- Onor. Interpellant, ninformaħ li dan jinsab għal bejgħ mill-Foundation for International Studies bil-prezz ta' Lm5 il-kopja, pero' se nibagħtlu kopja tiegħu għalih personali.", "HCEB - LUKANDI/GUESTHOUSES", "7086.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-bini ta' lukandi u guest houses għand l-HCEB din l-aħħar sena?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li bejn Marzu 1998 u April 1999 saru sitt applikazzjonijiet għal-lukandi u żewġ applikazzjonijiet għall- guest houses lill-HCEB.", "ARTIJIET - CAMPING SITES", "7087.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għand id-dipartiment ta' l- artijiet għal camping sites ġodda?", "Jista' l-Ministru jgħid min għamel dawn it-talbiet u meta saru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-1998 kienet saret sejħa pubblika sabiex min kien interessat seta` jindika xi biċċa art li kien lest li fiha jiżviluppa camping site.", "Kien hemm 11-il kumpanija/persuna li ndikaw 23 biċċa art.", "Ninsab informat ukoll li fi Frar ta' l-1999 ħarġet tender għal żvilupp ta' biċċa art fl-Aħrax tal-Mellieħa biex tiġi żviluppata f'camping site u li għaliha applikat biss l-Adventure Camping and Leisure Company Ltd.", "Din it-tender qed tiġi kkonsidrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Talba oħra kienet saret fl-1989 mill-1st Birkirkara Scout Group għal biċċa art f'Baħar iċ-Ċagħaq sabiex din tkun tista` tiġi wżata għall- attivitajiet tagħhom.", "Din it-talba għada qed tiġi kkonsidrata mid- Dipartiment ta' l-Artijiet.", "SKEJJEL SPEĊJALI - COMPUTERS", "7106.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm computers biex jintużaw mit-tfal fl- iskejjel speċjali?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skola skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel Speċjali hemm 65 computer.", "Dawn huma mqassmin kif se ngħid:", "SKEJJEL COMPUTERS", "Santa Maria, Msida 12 Dun Manwel Attard, Wardija 14 Mater Dei, Msida 6 Guardian Angel, Hamrun 12 San Miguel, St Andrews 9 Sannat Unit, Gozo 2 Qrendi Special School 6 Mosta Hearing Impaired Unit - Lily of the valley 2 Special Education Centre - Floriana 2", "TOTAL 65", "BOROZ TA' STUDJU - APPLIKANTI", "7107.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti għal boroz ta' studju offruti mill-Gvern Taljan?", "F'liema areas ta' speċjalizzazzjoni?", "Min huma l-persuni fuq il-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "JOE BORG: In-numru ta` applikanti għal boroż ta` studju offruti mill-Gvern Taljan għas-sena 1999/2000 kien ta` 33.", "Areas ta` speċjalizzazzjoni mitluba mill-applikanti huma:", "Arti - pittura Kommunikazzjoni Civil engineering - Roads structures Psikologija klinika Ekonomija u management Industrial design Interior design Letteratura taljana Farmaċija Museoloġija Mużika - arpa/pjanu", "Ph.D: Letteratura anglo-taljana Konservazzjoni ta` monumenti arkitettoniċi Xjenza zooteknika Riċerka: Storja Teatru taljan Restawr: Tal-bizzilla Monumenti Pitturi Mediċina veterinarja", "Il-bord ta` l-għażla huwa kompost minn:", "Chairperson mill-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin,", "Membru tal-Bord mill-iStaff Development Organisation (OPM),", "Membru tal-Bord mill-Ministeru ta` l-Edukazzjoni,", "Rappreżentanti ta` l-Istitut tal-Kultura Taljan u/jew ta` l-Ambaxxata Taljana,", "Rappreżentant ta` l-Universita` ta` Malta,", "Segretarja tal-Bord mill-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin.", "L-individwi partikolari jistgħu ivarjaw minn żmien għal zmien.", "L-aħħar bord tal-għażla kien kompost minn:", "Mrs C. Attard Pirotta, Chairperson - Ministry of Foreign Affairs Mr F. X. Grima, Member - Staff Development Organisation, (OPM) Mr E. Caruana, Member - Ministry of Education", "Dottoresa R. Cravenna - Director, Italian Cultural Institute Ms G. Stivala - Italian Cultural Institute", "Prof J. Eynaud - University of Malta Ms J. Pisani, Secretary - Ministry of Foreign Affairs", "PERSUNI SELF-EMPLOYED", "7108.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni self-employed għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 separatament?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-", "Sena Nisa Irġiel Total", "1995 1,920 13,853 15,773 1996 1,927 13,640 15,567 1997 1,941 13,487 15,428 1998 1,906 13,329 15,235 1999 1,940 13,393 15,333 (sa Frar)", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "7109.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' priġunieri sena b'sena, mill-1980 'il hawn?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni f'nisa u rġiel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li, mir-rekords disponibbli, t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AJRUPORT - OPERAT", "7125.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid: (a) jekk l-operat ta' l-ajruport ta' Malta hux se jkun affettwat mill-1/2K; (b) jekk jistax jagħti garanzija li kemm f'Awissu li ġej, meta hu mistenni li jkun hemm effett fuq is-sistemi tas-satelliti u kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000 mhux se jkun hemm xi riskji li s-sistemi użati kemm fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll fis-sistemi tan-navigazzjoni u radors jieqfu ħesrem; u (ċ) x'passi ħadet u/jew qed tieħu l-MIA biex tassigura li dan ma jsirx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.", "PET SHOPS - BEJGĦ TA' PETS", "7136.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6088, jista' l-Ministru jgħid liema uffiċċju tal-gvern jimmonitorja l-liġi fis-settur tal-bejgħ tal-pets?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jsirx monitoring speċifiku dwar prezzijiet tal- pets.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "7137.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6018, jista' l-Ministru jindika b'mod ċar liema huma l-istandards u l-code of practice li huma applikati f'pajjiżi oħra li fuqhom il-kuntratturi huma mistennija li jieħdu l-miżuri xierqa meta jagħmlu xogħlijiet fit-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li s-sewqan isir fuq in- naħa tax-xellug bħalma jsir fl-Ingilterra, il-`code` li jrid jintuża huwa dak magħruf bħala MOT, traffic signs manual, Chapter 8, traffic safety measures and signs for roadworks and temporary situations.", "Il-kuntratturi ġie pprovdut lilhom manual konċiż ta` dan il-code.", "TOROQ - PATCHING", "7138.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6020, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-esperti Ġermaniżi dwar il-kwalita' ta' materjal għal patching tat-toroq humiex jiġu segwiti?", "Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel il-monitoring dwar il- kwalita' tax-xogħol ta' patching fit-toroq biex jiġi assigurat il-value for money?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol ta` patching jitwettaq minn ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet jew minn kuntratturi appuntati mill-kunsill lokali, madankollu qed isiru preparamenti biex isiru diskussjonijiet mall-kunsilli lokali dwar dan is-suġġett.", "QORMI: TRIQ SAN ĠORĠ - LAMPA", "7139.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5850, jista' l-Ministru jgħid kif jiġi deċiż li triq tkun tenħtieġ aktar dawl jew le?", "Jaf il-Ministru li xi żmien ilu fi Triq San Ġorġ kien hemm lampa li nqalgħet u li llum per konsegwenza anzjani u residenti oħra li jgħixu f'din it-triq spiċċaw qishom priġunieri f'darhom fil-għaxija minħabba d-dlam ċappa li jkun hemm?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.", "QORMI: TRIQ IĊ-ĊAWSLI - DAWL", "7140.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6022, jista' l-Mnistru jgħid minn fejn jirriżultalu li Triq iċ-Ċawsli kantuniera ma' Mdina Road, m'hemmx ħtieġa li jiżdied id-dawl?", "Jaf li din it-triq tinsab f'area mwarba fejn hemm imħażen u fejn xi ftit taż-żmien ilu kien hemm mewġa ta' serq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.", "PA - ENFORCEMENT/STOP NOTICES", "7141.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-enforcement notices/stop notices li ħarġet il-Planning Authority mit-twaqqif tagħha s'issa u lil liema individwi jew kumpanniji ħarġithom?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif dettaljat hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant jenħtieġ ħafna żmien u riżorsi biex jinġabar li ma nħossx li hu ġustifikat.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4958 dwar l-istess suġġett.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "7157.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew discharged pazjenti fl-isptar Monte Carmeli, ġimgħa b'ġimgħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum?", "Kemm ġew admitted pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli ġimgħa b'ġimgħa għall-istess perjodu?", "Kemm kien hemm re-admissions?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' pazjenti li mill-1 ta' Jannar 1999 sal- lum ġew admitted, re-admitted u discharged fl-Isptar Monte Carmeli hu skond il-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR MONTE CARMELI - MALE WARD 10", "7158.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li pazjenti rġiel fl-Isptar Monte Carmeli li huma priġunieri jkollhom post adegwat għalihom fil-Male Ward 9 minflok fejn huma bħalissa fil-Male Ward 10?", "Jikkonferma l-Ministru li hemm rapport ta' perit fejn jgħid li s-saqaf tas-sala numru 9 huwa kkundannat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qiegħed isir stħarriġ fuq il-bżonnijiet strutturali, riżorsi umani, struttura ta` tmexxija u finanzjar ta` Unit Forensiku.", "Diġa qed isiru laqgħat ta` livell għoli biex id-deċiżjonijiet meħtieġa jittieħdu.", "Għadu mhux deċiż liema sala se tiġi wtilizzata.", "Ir-risposta għall-aħħar parti tad-domanda hija fin-negattiv.", "SPTAR MONTE CARMELI - MANAGEMENT COMMITTEE", "7159.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid: a) Minn min hu kompost il-Management Committee ta' l- isptar Monte Carmeli? b) Min huma l-membri ta' l-executive committee?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Hospital Management Team huwa kompost minn:", "Chairperson: Dr Andrew Amato Gauci Department Health Policy", "and Planning", "Members: Mr Edward Borg Head of Accounts Mr Joseph Borg Manager Nursing Services Mr Joseph Busuttil Principal Occupational Therapist Ms Jackie Mangion Senior Pharmacist Prof Mark O'Callaghan Health Division-University of Malta Dr Joseph R Saliba Director of Psychiatry Mr Victor Saliba Head of Maintenance Ms Louise Xerri Head Social Worker", "Secretary: Mr Lino Callus Principal Officer", "Il-Hospital Management Board huwa kompost minn:", "Chairperson: Dr Joseph R Saliba Director of Psychiatry", "Members: Mr Edward Borg Head of Accounts Mr Joseph Borg Manager Nursing Services Ms Mary Cachia Hospital Lay Administrator Mr Victor Saliba Head of Maintenance", "Secretary: Ms Sylvia Ebejer Principal Officer", "SPTARIJIET - IKEL LILL-IMPJEGATI", "7160.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Peress li fl-isptarijiet tal-gvern ċertu kategoriji ta' impjegati jiġu ntaxxati talli jieklu l-ikel offrut lilhom u li huma ntitolati għalih waqt il-ħin tax- xogħol, filwaqt li kategoriji oħra qed jieklu allavolja mhux intitolati u ma jiġux intaxxati, jista' l-Ministru jara li din l-anomalija tispiċċa darba għal dejjem?", "X'passi se jieħu d-dipartiment tas-saħħa f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett nixtieq niċċara li l-impjegati li huma ntitolati għall-ikel waqt il-ħin tax-xogħol tiżdiedilhom is-somma ta` Lm25 fis-sena mad-dħul lokali tagħhom meta tinħareġ il-P3.", "Il-benefiċċju ta` l-ikel waqt il-ħin tax-xogħol kienu igawdu minnu biss dawk li kienu jaħdmu f'kuntatt kontinwu mal-morda.", "Maż-żmien żdiedu diversi kategoriji oħra.", "Il-proposta tal-Onor.", "Interpellant biex xi anomaliji li jista` jkun hemm jiġu mneħħija se tiġi kkonsidrata.", "SPTAR MONTE CARMELI - KLIEB U QTATES", "7161.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli jiġu kkontrollati l-klieb u l- qtates li ta spiss ikunu qed jiġġerrew fl-isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-klieb kollha li kien hawn fil-grounds ta` l- isptar nqabdu u ttieħdu l-SPCA.", "Kull meta n-numru ta` qtates ġewwa l- isptar ikun kiber wisq, dawn jinqabdu u jittieħdu wkoll l-SPCA."]} {"filename": "20000124_225d_par.doc", "date": "2000-01-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 225 It-Tnejn, 24 ta' Jannar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 225", "It-Tnejn, 24 ta' Jannar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "225", "It-Tnejn, 24 ta' Jannar, 2000", "WERREJ MINUTI 165", "KUNSENS GĦAL ATTI 165", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 165", "TQEGĦID TA' KARTI 172", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-FORZI ARMATI TA' MALTA", "(L-EWWEL QARI)", "RIŻOLUZZJONI DWAR GĦOTI B'ĊENS LILL-MIDI plc TA' ART F'MANOEL ISLAND", "U TIGNE' 174", "AĠĠORNAMENT 201", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 207", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 224 li saret fid-19 ta' Jannar, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta jogħġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. II ta' l-2000 - Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar it- Tarzna ta' Malta.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZI EKONOMIĊI - RIGALI", "12324.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl- okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid- dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir- rigali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ma ngħataw l-ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas- sena 2000 minħabba l-kariga tiegħi.", "Barra minn hekk, ninsab informat li lanqas jirriżulta li ngħata xi rigal għall-istess okkazjonijiet mill-uffiċċju tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-mistoqsija tikkonċerna wkoll dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-ministru għas-servizzi ekonomiċi, jista' l-Ministru jgħidli jekk ingħatawx rigali f'dawn l-entitajiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, fil-file m'għandi l-ebda dettalji li ngħataw xi rigali minn xi entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi.", "Pero' rrid ngħid li meta jsiru dawn it-tip ta' mistoqsijiet dwar ministeru daqshekk wiesa' jinħlew ħafna riżorsi biex tinġabar l- informazzjoni u ma narax l-iskop li noqogħdu nidħlu f'dan it-tip ta' dettall biex tingħata risposta għal din it-tip ta' domanda.", "Pero' nista' ngħid li min-naħa tiegħi ma ngħataw l-ebda rigali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-mistoqsija tiegħi tikkonċerna infiq minn flus miġbura mit-taxxi mposti fuq il-poplu Malti, inkun qed nifhem sewwa jekk ngħid li l-opinjoni tal-ministru hi li mistoqsija bħal din m'għandhiex ir-relevanza tagħha fejn jikkonċerna infiq pubbliku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-infiq pubbliku jikkonċerna lil dan il- parlament u fil-fatt għandna kumitat speċifiku li huwa l-public accounts committee, li għandu l-faċilitajiet kollha li jidħol fid-dettalji kollha li jkun hemm bżonn.", "Jien ma narax għaliex dawn it-tip ta' mistoqsijiet, jekk ikunu rilevanti, ma jitqajmux fil-public accounts committee, li ċ- chairman tiegħu huwa maħtur min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jiġifieri m'hijiex kwestjoni ta' x'qed jiġi rrapportat lill-Kamra imma hija kwestjoni ta' fejn dan għandu jsir u x'tip ta' dettall qed jintalab.", "Kieku, per eżempju, issir mistoqsija dwar x'infiq pubbliku kien involut meta sar il-kuntratt tat- trawlers taħt l-amministrazzjoni preċedenti li ma setax jiġi onorat - u spiċċajna b'infiq pubbliku ta' xi Lm120,000 minflok Lm2 miljun bħala danni - nifhem li dik tkun mistoqsija rilevanti ħafna għaliex tirrigwarda ċerti policies li kien mexa fuqhom il-gvern preċedenti.", "Imma ma narax l-iskop li noqogħdu nidħlu f'dan it-tip ta' dettall f'din il-Kamra biex nirrispondu mistoqsija bħal din.", "Se mai, jekk hemm xi mistoqsijiet hemm l-awditur u hemm il-public accounts committee, li liberament jistgħu jidħlu f'dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li kif jaf il-Ministru l-public accounts committee huwa magħmul minn ċerti membri minn din il-Kamra, u peress li kull membru parlamentari għandu dritt jagħmel mistoqsijiet parlamentari skond kif provdut fl-iStanding Orders, u xi kultant diversi mistoqsijiet parlamentari jsiru fil-kapaċita' tal-membru parlamentari nnifsu - ma jidhirlux il-Ministru li kull membru f'din il-Kamra għandu dritt jitlob informazzjoni mingħajr il-ħtieġa li jmur quddiem il-public accounts committee, iktar u iktar meta xi kultant lanqas ikollu l-faċilita' li jmur quddiem dan il-kumitat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-public accounts committee għandu l-fakulta' li jitlob kwalunkwe rapport li jkun jeħtieġ u kulma jrid huwa l-permess ta' tliet membri minn dan il-kumitat.", "Issa l-oppożizzjoni għandha tliet membri fil-public accounts committee u għalhekk għandha l-opportunita' kollha li tgħarbel il-kontijiet kollha tal-gvern.", "Pero' jien ma nistax nifhem l- iskop ta' mistoqsijiet bħal dawn f'dan il-parlament li jkunu qishom fishing expedition u li jinvolvi sigħat twal ta' xogħol minn ħaddiema li jkollhom xogħol ieħor x'jagħmlu.", "Jekk hemm każ x'jitressaq, għandu jitressaq quddiem il-public accounts committee għaliex f'dawn l-affarijiet m'hemmx x'wieħed jaħbi.", "Imma li noqogħdu ripetutament nagħmlu l-istess mistoqsija li, bħalma saret lili, naħseb li saret lill-ministri kollha, fuq kemm ingħataw rigali ma naħsibx li tagħmel sens.", "L-ewwelnett irridu nkunu saqajna ma' l-art għaliex jien ma nafx li l- ministri jagħtu r-rigali!", "It-tieni nett hemm il-mezz fejn dan kollu jista' jsir b'iktar dettall u b'iktar reqqa minn uffiċjal ta' din il-Kamra, li huwa l-awditur ġenerali, quddiem kumitat imwaqqaf minn din il-Kamra.", "Naħseb li jekk il-public accounts committee jkun qed jgħarbel il-kontijiet pubbliċi, ikun qiegħed f'pożizzjoni li jagħżel x'inhu l-iktar rilevanti u għaliex jidħlu f'dawn it-tip ta' issues.", "Imma jien ma narax għaliex għandi ngħaġġel lill-ministeru kollu, lid-dipartimenti u lill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi biex jidħlu f'ċertu dettall ta' dan it-tip.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid jistaqsi fuq xi ħaġa speċifika għandu jagħmel dik il-mistoqsija imma mhux jagħmel speċi ta' fishing expedition li tiġġamja s-sistema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Kif jaf il-Ministru, meta l-informazzjoni tkun ppubblikata dak li jkun ikun jista' janalizzaha u jasal għal ċerti konklużjonijiet u jkun jista' jmur quddiem il-public accounts committee.", "Ma jafx il-Ministru li permezz tal-mistoqsijiet parlamentari jkunu qed jiġu ppubblikati ċerti dettalji li kull membru ta' din il-Kamra għandu dritt jiġbor, u allura jkun f'dak il-mument li kull membru jkun jista' jmur quddiem il-public accounts committee u quddiem l-awditur ġenerali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, kull sena jsir ir-rapport mill-awditur ġenerali u l-public accounts committee jidħol fid-dettall ta' dan ir- rapport li fih hemm lok għal kollox.", "Pero' ma nistax nifhem x'inhu l-iskop li ssir mistoqsija bħal din li qed titlob ċertu dettall bla raġuni speċifika.", "Min-naħa tiegħi weġibtu rigward il-ministeru tiegħi u rigward dak li jaqa' direttament taħt l-uffiċċju tiegħi, pero' ma jidhirlix li din it-tip ta' mistoqsija għandha tiġi mifruxa għall-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi meta l-accounts tagħhom jiġu quddiem il-public accounts committee.", "Assolutament ma narax li għandha niġġamjaw is-sistema b'mistoqsijiet li nħoss li m'huma xejn ħlief fishing expedition min-naħa ta' l-Onor.", "Interpellant.", "EDUKAZZJONI - RIGALI", "12325.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal- Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-ministru jgħid lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li s-segretarjat parlamentari qassam fliexken tax-xorb - wieħed f'kull każ - lit-taqsimiet ta' l-aħbarijiet, lill-mezzi ta' l-istampa u lil tax-xandir rispettivament bħala rikonoxximent għas- servizzi tagħhom matul is-sena 1999.", "L-uniku rigal li nxtara mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija fl- okkażjoni tal-Milied 1999 kien ktieb dwar il-fidda antika ta' Malta, li jiswa Lm25, u ngħata lis-Sinjura Maria Luisa Vitobello, ta' nazzjonalita' Taljana, bħala rikonoxximent talli f'koperazzjoni mal-kap eżekuttiv ta' l- MCST irnexxielhom iġibu Euro 65,000 minn wieħed mill-programmi ta' riċerka ta' l-Unjoni Ewropea għall-mużew ta' l-arkeoloġija, sabiex tkun tista' ssir riċerka fuq oġġetti arkeoloġiċi Maltin.", "Is-Sinjura Vitobello kienet Malta f'dawk iż-żmenijiet b'konnessjoni ma' xogħol fuq l-istess proġett.", "Informat ukoll li t-Teatru Manoel nefaq mhux aktar minn Lm30 f'CDs ta' Miriam Gauci għall-ambaxxaturi li jgħinu lit-teatru, filwaqt li l- Mediterranean Conference Centre nefqet Lm570 fi 38 rigal identiku li ġew mogħtija lill-impjegati li jaħdmu f'Dar il-Mediterran.", "Ħlief għall-kalendarju tal-millennju, li kopja tiegħu ingħatat ukoll lill-Onor.", "Membri, kemm il-ministeru ta' l-edukazzjoni u kif ukoll id- dipartimenti u l-entitajiet l-oħra li minnu jagħmlu parti, ma nefqu xejn f'rigali fil-perijodu msemmi.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - RIGALI", "12326.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl- okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid- dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir- rigali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ma ngħataw l- ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 minħabba l-kariga tiegħi.", "Barra minn hekk, ninsab informat li lanqas jirriżulta li ngħata xi rigal għall-istess okkażjonijiet mill-uffiċċju tiegħi.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nixtieq nikkummenta li dawn it-tip ta' domandi m'għandhomx isiru u lanqas għandhom jiġu mwieġba.", "Jekk l-Onor.", "Membru jkollu xi raġuni għaliex qed jitlob ċerta informazzjoni, allura nifhem li għandha ssir id-domanda u tingħata risposta.", "Ma jistax ikun li niġu f'dan il-parlament u jissemmew persuni ...", "(Interruzzjonijiet) Jien fuq point of order qomt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond l-istanding orders hija s-Sedja li tiddeċiedi dwar il-mistoqsijiet u l-ebda membru mill-ebda naħa tal-Kamra ma jista' jagħmel dan.", "Għalhekk il-Prim Ministru qiegħed out of order għaliex hija s-Sedja li tiddeċiedi dwar dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jiena smajt risposti fejn issemmew nies u ngħataw dettalji għaliex ġie rikonoxxut minn xi dipartiment jew xi ministeru li kellu jingħata rigal.", "Ma jidhirlix li għandhom jissemmew ismijiet f'dan il-parlament bla bżonn, u ma jistax ikun li biex nissodisfaw il-kurżita' ta' xi membru parlamentari niġu nitkellmu fil- pubbliku fuq xi ħaġa li tkun saret b'mod diċenti, qisha saret xi ħaġa straordinarja jew li m'hijiex normali.", "Fil-fatt lili saritli domanda bħal din li se tidher għada u r-risposta tiegħi se tkun li ma nagħtix l-informazzjoni qabel ma l-Onor.", "Membru jgħidli għaliex qiegħed jitlob l-informazzjoni.", "Il-parlament m'huwiex qiegħed biex jissodisfa l-kurżita' imma aħna qegħdin hawn biex naqdu dmirna lejn min eliġġiena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar, on a point of order.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, skond l-istanding orders l-ebda membru tal-Kamra ma jista' jgħaddi kummenti fuq ir-risposta li jingħataw f'din il-Kamra, lanqas jekk ikun il-prim ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Kull membru parlamentari għandu dritt jagħmel il- mistoqsijiet f'din il-Kamra u dment li jkunu fil-parametri ta' l-istanding orders u jiġu aċċettati mis-Sejda, l-ebda membru m'għandu dritt jgħid li dawk il-mistoqsijiet qatt ma messhom saru.", "Hija s-Sedja biss li tiddeċiedi liema mistoqsijiet jiġu aċċettati jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, skond l-istanding orders kull membru jista' jagħmel sa sitt mistoqsijiet f'kull seduta li jridu jiġu mwieġba fi żmien tlett ijiem.", "Pero' li jiġi ministru, jew xi prim ministru, u jagħti risposta għal mistoqsija li għadha se tidher fuq l-order paper huwa kontra r-regolamenti u huwa disprezz lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "AFFARIJIET BARRANIN - RIGALI", "12327.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl- okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid- dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ma ngħataw l-ebda rigali minni lill xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1999 minħabba l- kariga tiegħi.", "Barra minn hekk, ninsab informat li lanqas jirriżulta li ngħata xi rigal għall-istess okkażjoni mill-uffiċċju tiegħi.", "POLITIKA SOĊJALI - RIGALI", "12328.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill- uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12328.", "FINANZI - RIGALI", "12329.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali?", "ONOR.", "JOE BORG (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma ngħataw l-ebda rigali minni jew mid-dipartimenti ta' dan il-ministeru fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000.", "Iżda ninsab informat illi l-bank ċentrali nefaq Lm545 f`rigali u l-Borża ta' Malta nefqet Lm464 f`hampers u li fiż-żewġ każi, bħalma sar fis-snin ta' qabel, ingħataw lill-persuni li kienu ta' servizz matul is-sena liż-żewġ istituzzjonijiet.", "PULIZIJA - SERQIET", "12356.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12088 għall- perijodu ta' Diċembru, 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li matul Diċembru ta' l-1999, il-pulizija kellha 89 rapport ta' serq minn bars, hotels u retail outlets.", "Ninsab informat ukoll li fl-istess perijodu tressqu l-qorti disa' persuni in konnessjoni ma' dan it-tip ta' reat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nixtieq li l-Ministru jinformani daqsxejn dwar il- policy tal-gvern fir-rigward ta' komunikazzjoni televiżiva bis-satellita minn każini, ħwienet tax-xorb u ħwienet tad-divertiment.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jerġa' jagħmel id- domanda għaliex ma fhimthiex.", "Għall-closed-circuit television qed tgħid?", "Naħseb li jeżistu xi sistemi ta' closed-circuit television f'xi bars u fil- fatt hemm l-intenzjoni li l-closed-circuit television jiġi introdott mill- pulizija fit-toroq tagħna.", "Imma ma nistax ngħid bl-amment jekk teżistix xi forma ta' komunikazzjoni mal-pulizija permezz tal-closed-circuit television mill-bars.", "Naf li wħud mill-banek tagħna għandhom din is-sistema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li l-Ministru ma fehemniex tajjeb għaliex jien qed nitkellem fuq trasmissjonijiet televiżivi permezz tas-satellita li jintwerew fil-ħwienet tad-divertiment.", "Id-domanda tiegħi hi din: Il-każini jew bars lokali li għandna, għandhom il-permess li jittrasmettu bis-satellita programmi ta' sports jew programmi mużikali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk xi ħadd f'bar għandu d-dritt li jirċievi trasmissjoni, il-pulizija ma tistax tindaħallu x'tip ta' trasmissjoni jirċievi.", "F'każ li l-pulizija taqbad lil xi ħadd jagħmel xi ħaġa illegali bħal, per eżempju, logħob ta' l-azzard fuq tiġrijiet jew inkella fuq xi logħba football li tkun qed tiġi trasmessa fuq it-television permezz tas- satellita, trid tieħu passi - għalkemm mhux dejjem huwa faċli li jinqabdu - u min ikun responsabbli jittella' l-qorti.", "Imma l-bqija kulħadd jimxi skond il-kondizzjonijiet tal-liċenzja tiegħu u l-pulizija tindaħal biss biex tara li qed jiġu osservati r-regolamenti ġodda fejn jidħlu ħinijiet ta' postijiet ta' divertiment, imma fuq affarijiet ta' satellite television ma tindaħalx.", "PULIZIJA - HOLD-UPS", "12357.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12087 għall- perijodu tax-xahar ta' Diċembru 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul Diċembru 1999, il-pulizija kellha rapport wieħed ta' hold-up u żewġ rapporti ta' attentat ta' hold-up li għadhom qed jiġu investigati.", "PULIZIJA - SERQ MINN VETTURI", "12358.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12085 għall- perijodu tax-xahar ta' Diċembru 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul Diċembru ta' l-1999, il- pulizija kellha 277 rapport ta' serq minn vetturi.", "Ninsab informat ukoll li fl-istess perijodu tressqu l-qorti żewġ persuni in konnessjoni ma' dan it-tip ta' reat.", "AGRIKOLTURA U SAJD - SAFAR", "12359.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12089 għall-perijodu ta' Diċembru, 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fix-xahar ta' Diċembru, 1999 ma kien hemm l-ebda delegazzjoni li siefret b'konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "UE - INDUSTRIJA LOKALI TAL-POULTRY", "12552.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet, regoli, liġijiet u direttivi ta' l-Unjoni Ewropea li trid tikkonforma ruħha magħhom l-industrija lokali tal-poultry, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nistax nagħti risposta għax għadhom ma ġewx negozjati.", "UE - INDUSTRIJA LOKALI TAL-ĦALIB", "12553.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet, regoli, liġijiet u direttivi li trid tkun konformi magħhom l-industrija lokali tal-ħalib frisk, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nistax nagħti risposta għax għadhom ma ġewx innegozjati.", "POSTIJIET TAX-XOGĦOL - INĊIDENTI FATALI", "12700.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?", "Kemm kienu rapportati korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol fl-istess perjodu?", "Kemm tħallsu benefiċċji soċjali fl-istess perijodu mid-dipartiment tas- sigurta' soċjali?", "Meta d-dipartiment tas-sigurta' soċjali jagħti benefiċċji, x'ikun l- obbligu ta' l-employer f'dawk li huma benefiċċji?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): In-numru ta' talbiet għall-benefiċċju tal- korriment u l-ammont imħallas hu kif jidher hawn taħt:", "|Sena|Mwiet|Talbiet |Ħlasijiet | | | |għal | | | | |korrimen| | | | |ti | | |1996|12 |6,134 |Lm380,847 | |1997|5 |5,723 |Lm464,556 | |1998|12 |5,430 |Lm420,419 | |1999|8 |5,151 |Lm428,642 | | | | |(proviżorja) |", "Meta persuna tkun koperta taħt l-Att li jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l- Impjieg ikollha dritt għal paga sħiħa għal perijodu massimu ta' sena mid- data ta' l-inċident.", "Il-prinċipal jkollu dritt jitlob lura l-flus li tkun irċeviet f'benefiċċju l-persuna li jkollha l-inċident.", "SKEJJEL - P. PULLICINO", "12710.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola sekondarja P. Pullicino tar-Rabat m'għandhomx sala fejn jistgħu jsiru attivitajiet extra kurrikulari bħal prize day u quddies?", "X'qiegħed iżomm milli tinbena sala meta tmiss ma' l-iskola hemm biċċa art proprjeta' tal-gvern?", "Jaf il- Ministru li l-amministrazzjoni ta' l-iskola ilha snin titlob biex tinbena sala?", "Jista' jgħid jekk ġietx konsidrata din it-talba u x'sar f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Il- proposta qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' ħafna oħrajn minn skejjel diversi.", "ĊILINDRI TAL-GASS", "12711.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kondizzjonijiet u regolamenti jingħataw permessi lil restaurants li jagħmlu parti minn blokk ta' bini residenzjali biex jinżammu numru ta' ċilindri tal-gass fix-shafts jew btieħi interni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li fil-każ ta' stabilimenti ġodda, qabel ma tissupplixxi ċ-ċilindri tal-gass l-Enemalta, tispezzjona l-post.", "Il-permess għall-ħażna ta' ċilindri tal-gass jigi kkonsidrat skond iċ- ċirkostanzi tal-lokalita' partikolari.", "Tajjeb jingħad li l-korporazzjoni, meta jaslulha rapporti ta' irregolarita', tinvestiga l-każ u tieħu l- azzjoni relattiva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jaħsibx li nevitaw ħafna perikli jekk almenu f'restaurants ġodda u lokalitajiet simili jiġu evitati numri ta' ċilindri tal-gass, speċjalment fi blocks ta' bini residenzjali, u minflok jintużaw appliances ta' l-elettriku.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment l-użu tal-gass dejjem fih ċertu ammont ta' periklu pero' wieħed irid jifhem ukoll li d-dawl jiswa ħafna iktar mill-gass.", "Jiġifieri wieħed irid iħalli lill-individwi konċernati biex jiddeċiedu huma basta jiġu rrispettati r-regolamenti tal-ħażna tal-gass u ma jkollniex każi - u dawn dejjem jiġu investigati - fejn jkun hemm ħażna ta' ħafna ċilindri tal-gass bla bżonn li allura tista' twassal għal xi inċident serju.", "Jiena naf ukoll li ċerti lukandi, per eżempju, minflok jużaw ċilindri tal- gass jużaw tank apposta li jkun maħżun u nstallat b'mod adattat li jnaqqas ħafna iktar il-periklu u jagħti supply iktar konsistenti.", "F'dawn it-tip ta' ċirkostanzi l-Enemalta dejjem tipprova tinkoraġġixxi lill-individwi biex jagħmlu dan l-investiment biex b'hekk wieħed ikollu riżors ta' enerġija ferm iktar adattata għal-lokalitajiet li jkunu qegħdin fiha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 5 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar skema ta' taħriġ estiż fis-snajja';", "Avviż Legali Nru. 6 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw l-iskema dwar apprendistat tekniku; u", "Tagħrif dwar reġistrazzjoni għax-xogħol matul Ottubru, Novembru u Diċembru 1999, maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12943.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport f'żewġ volumi tal-bord ta' inkjesta dwar l-inċident li fih kien involut l-ajruplan Piper Lance, li seħħ fit-3 ta' Diċembru 1995; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar sussidju maħruġ mill-gvern lill-Malta Drydocks u lill- Malta Shipbuilding bejn l-1992 u l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12822.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' permessi maħruġa mill-awtorita' ta' l-ippjanar għal swali tat-tiġijiet flimkien mas-site plans rilevanti, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 12715; u", "Tagħrif dwar l-ammont u t-tip ta' droga maqbuda mill-pulizija matul l- 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12766.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-FORZI ARMATI TA' MALTA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta, (Kap. 220)\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2000 li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta, Kap. 220\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "RIŻOLUZZJONI DWAR GĦOTI B'ĊENS LILL-MIDI plc TA' ART F'MANOEL ISLAND U TIGNE'", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nipproponi din ir-riżoluzzjoni:-", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jagħti b'ċens lill- MIDI plc art f'Manoel Island u Tigne' kif hi deskritta aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, għaż-żmien, biċ-ċens u taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att Nru. XIV ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta' tal- Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita \"skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment\";", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-art f'Manoel Island u Tigne' kif deskritta aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'ċens lill-MIDI plc għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmijin fl-istess abbozz.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nixtieq nistaqsi jekk hawnx xi ftehim dwar kif se jinqasam il- ħin.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, safejn naf jien l-oppożizzjoni talbet ammont ta' ħin li huwa ekwivalenti għal żewġ seduti u l-ftehim hu li jkun hawn tliet seduti b'kollox.", "Jiġifieri minn tliet seduti, l- oppożizzjoni se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha ħames sigħat biex titkellem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma naħseb li n-naħa tal-gvern m'hijiex se tieħu s- seduta kollha tal-lum u mbagħad l-oppożizzjoni jkollha s-seduta kollha ta' għada u l-aħħar waħda.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-ministru ma jistax jieħu s-seduta kollha llum għaliex jibqa' mingħajr il-winding-up.", "Jieħu kemm għandu bżonn biex jintroduċi r-riżoluzzjoni u l-oppożizzjoni jkollha ħin ekwivalenti għal żewġ seduti sħaħ imma fin-nofs jista' jintervjeni xi ħadd.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma għallinqas l-aħħar seduta tkun bilanċjata bejn in- naħa tal-gvern u l-oppożizzjoni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-aħħar seduta bilfors trid tkun hekk għaliex ma jistax ikollna seduta sħiħa jekk illum se jieħu biċċa l-ministru.", "MR SPEAKER: Nerġa' nsejjaħ issa lill-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, huwa ta' pjaċir għaliha li qed inressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-Kamra tad-Deputati għaliex naturalment il-Kamra kollha taqbel li minn mindu Malta saret indipendenti fl-1964 iktar minn 35 sena ilu, taħt gvernijiet differenti, ilkoll ħlomna li xi darba jsir il-famuż proġett ta' Manoel Island.", "Nafu li kien hemm diversi nies li esprimew interess, inkluż prinċpijiet u żviluppaturi oħra li ressqu b'xi proposta jew oħra minn żmien għal żmien.", "Il-proposti kollha differenti li saru kellhom il-karatteristika li f'pajjiżna jkun jagħmel sens li jkun hemm żvilupp kordinat f'area bħal din - imbagħad magħha kienet żdiedet il-ponta ta' Tigne' - għal skop ekonomiku modern, għal skop turistiku, għal skop ta' ippjanar aħjar u anke għal skop ta' tiġdid u ħolqin ta' impjiegi fil-pajjiż.", "Qed nitkellmu fuq ħolma nazzjonali li ilha magħna għal iktar minn 35 sena u jekk għall-argument nillimita ruħi għall-kuntratt fil-format preżenti tiegħu u għall-istorja li wasslitna għal dan il-kuntratt preżenti, nista' ngħid mill-ewwel illi fil- fatt qed nitkellmu dwar kuntratt li għandu storja ta' madwar għaxar snin.", "Infatti l-kuntratt fil-format preżenti jaf il-bidu tiegħu fl-1990, meta kien tħejja abbozz ta' development brief mit-taqsima għall-ippjanar tas- servizzi fi ħdan il-ministeru għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura.", "Imbagħad f'Mejju tas-sena ta' wara, fl-1991, il-gvern kien iddikjara l- intenzjoni tiegħu li jiżviluppa Manoel Island flimkien mal-ponta ta' Tigne' u ħareġ stedina għal kull min kien interessat jiżviluppa dawn iż-żewġ siti.", "Fost affarijiet oħra, dan l-iżvilupp kellu jkun marbut mar-restawr tal- wirt storiku li jeżisti fl-inħawi.", "Kien f'Lulju ta' l-1991 li nħatar steering committee u ħarġet sejħa għall-proposti li għaliha kien hemm 54 tweġiba.", "F'Novembru ta' l-1991 il-gvern kien approva l-brief finali u għaddih lil disa' consortia li kienu ġew short-listed mill-54.", "Naturalment segwa l-proċess ta' l-aġġudikazzjoni li ma kienx faċli u nista' ngħid - ħalli dejjem ikollna daqsxejn perspettiva storika tal-kuntratt li għandna quddiemna - li kien fil-21 ta' Diċembru 1993, meta ġiet iffirmata l-letter of intent bejn il-gvern u l-consortium MIDI, u immedjatament wara bdew id- diskussjonijiet bejn iż-żewġ partijiet dwar it-tfassil ta' kuntratt u dwar materji marbuta ma' pussess ta' proprjeta'.", "Bejn il-21 ta' Diċembru ta' l- 1993 u Ottubru ta' l-1996, jiġifieri sa inqas minn tliet snin wara, nista' ngħid illi kien hemm prinċipji ġenerali u anke abbozz ta' ftehim li kellhom jirrigwardaw il-kuntratt li kellu jsir bejn il-gvern u l-consortium MIDI.", "Nista' ngħid ukoll li sa Ottubru ta' l-1996 kienu saru anke d-disinji bażiċi dwar l-iżvilupp f'Manoel Island u Tigne'.", "Mal-bidla fil-gvern fl-1996, l-amministrazzjoni Laburista ġeddiet il- letter of intent li mal-MIDI u kienet qabbdet ukoll żewġ ditti biex jevalwaw l-art in kwestjoni u finalment kienet aċċettat l-offerta li saret mill-consortium.", "Għalhekk in-negozjati setgħu jitkomplew u kif nafu f'dawk in-negozjati spikka l-fatt illi l-gvern Laburista kien aċċetta li jagħti l-proprjeta' lill-consortium b'enfitewsi perpetwa ħlief għall- proprjeta' ta' wirt storiku.", "Mal-bidla mill-ġdid fil-gvern f'Settembru ta' l-1998 il-gvern ħass illi kellu jinnegozja mill-ġdid il-kwestjoni taċ-ċens perpetwu u jikkonkludi fl-iqsar żmien id-diskussjonijiet mal-consortium minkejja d-diffikultajiet kollha li kien għad hemm pendenti, mhux l-inqas id-diffikultajiet marbuta kollettivament ma' dak illi aħna nirriferu għalih bħala l-vacant possession issue, jiġifieri partijiet mill-art li jkunu ġew indikati sa mid-development brief u mil-letter of intent fl-1993 li huma parti minn sit li se jkun żviluppat mill-consortium MIDI, imma li, għal xi raġuni jew oħra, ikunu għadhom okkupati b'xi titolu - m'iniex qed ngħid għall-isquatters - minn persuni, minn għaqdiet, minn entitajiet kummerċjali u minn clubs sportivi u li jkunu għadhom qed jiġġestixxu l-attivita' tagħhom minn dak il-bini li jkun hemm f'Manoel Island u f'Tigne'.", "Naturalment huwa kontro-sens illi l-gvern ma jagħtix terminu preċiż ta' meta se jirriżolvi dawn il-partijiet mis-sit illi hu stess se jagħti għall- iżvilupp jekk dawn se jibqgħu okkupati mir-residenti, minn għaqdiet sportivi, minn clubs sportivi jew minn entitajiet kummerċjali.", "U nista' ngħid illi fis-16-il xahar li għaddew wieħed mill-impenji prinċipali tagħna kien preċiżament li nirriżolvu dawn il-kwestjonijiet li kienu għadhom pendenti.", "Kif kont ħabbart permezz ta' stqarrija parlamentari li kont għamilt lejn tmiem id-diskussjonijiet mal-consortium fis-27 ta' Settembru tas-sena l-oħra, irrid ngħid li llum dan il-consortium huwa kompost minn Alf.", "Mizzi & Sons, Gasan Group u Hili Group li għandhom 15% ta' l-ishma kull wieħed, Barter Holdings, Valletta Investment Bank u Middle Sea Valletta Life Assurance b'10% kull wieħed, Vassallo Builders, Polidano Brothers, De Vilhena u Jimmy Gatt b'6% kull wieħed u Pinin farina b'sehem ta' 1%.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll illi n-negotiating team tal-gvern, li kelli l-unur u l-pjaċir illi mmexxi, iltaqa' kważi kull ġimgħa ma' dan il- consortium f'dawn l-aħħar 16-il xahar, inkluż il-perijodu tal-vaganzi li l- Kamra tieħu minn żmien għal żmien.", "Apparti l-laqgħat li konna qed nagħmlu mal-consortium konna qed nagħmlu ukoll laqgħat f'diskussjonijiet separati biex nirriżolvu madwar 60 każ ta' vacant possession li kien għad fadal.", "Irrid ngħid ukoll illi kemm il-gvern u kif ukoll l-awtorita' ta' l-ippjanar mill-bidunett kienu qed jimmiraw għal żvilupp kwalitattiv u żvilupp li joħloq standards ġodda fl-ippjanar urban tal-gżejjer Maltin mill-proġett ta' Manoel Island u Tigne'.", "Minn dejjem kienet ix-xewqa tal-gvern li apparti illi jħares b'mod serju s-siti storiċi, dan l-iżvilupp ikun ippjanat b'mod ħolistiku, b'mod integrat u l-użu tiegħu joħloq ambjent bilanċjat li jagħti spazju għal postijiet residenzjali, għal ħwienet, għal postijiet ta' rikreazzjoni, għal stabbilimenti ta' l-ikel, għal żvilupp turistiku, għal yacht marina u attivitajiet konnessi magħha, għal attivitajiet sportivi u għal attivitajiet kulturali.", "Dawn l-ingredjenti kollha integrati fi żvilupp jistgħu joffru lill-poplu kollu tagħna proġett ħaj, dinamiku u proġett li żgur għandu jkun ta' ġid għal kulħadd.", "Huwa importanti li wieħed jinnota wkoll li f'dan il-proġett il-volum tal-bini u l-għoli tiegħu, speċjalment fuq Manoel Island, kien ristrett b'mod konsiderevoli għaliex irridu li madwar Forti Manoel ikun hemm spazji miftuħa u kbar u jkun hemm aċċessibbilta' akbar għall-poplu milli kien hemm sal-lum.", "Irrid ngħid ukoll li l-iżviluppaturi mxew fin-negozjati bi professjonalita' kbira mat-tliet gvernijiet ta' qabel l-1996, il-gvern ta' bejn l-1996 sa l-1998 u l-gvern preżenti ta' wara l-1998 u infatti din wasslitni diversi drabi biex nuża l-frażi li nirripetih illejla hawnhekk li nistgħu nirriferu għal dan il-kuntratt bħala wieħed li sar taħt tliet saltniet.", "Apparti li l-iżviluppaturi mxew b'serjeta' u bi professjonalita' sħiħa huma ħejjew ukoll il-pjanti kollha tal-proġett u beda l-proċess tal- konsultazzjoni pubblika għaliex kif nafu, il-consortium diġa' għamel il- proċess kollu marbut ma' l-outline development application li llum ħareġ il- permess fuqha.", "Fil-fatt ma' dak il-proċess kien hemm ukoll l-assessment ta' l-impatt ambjentali u kien hemm il-konsultazzjoni kollha meħtieġa li kienet rikjesta skond il-proċeduri ta' l-impatt ambjentali, l-impatt tat- traffiku u anke impatti oħra li l-awtorita' ta' l-ippjnar ma naqsitx milli teżamina.", "Kif kelli l-okkażjoni ngħid kemm meta għamilt l-istqarrija parlamentari u kif ukoll fil-kumitat nazzjonali dwar il-verifika tal- kontijiet pubbliċi, dan se jkun l-ewwel kuntratt approvat minn dan il- parlament għaliex l-ebda gvern ma mexa b'dan il-mod qabel il-kuntratt ta' Manoel Island u Tigne'.", "Apparti li l-kuntratt li huwa ta' entita' kbira fih id-dettalji kollha li wieħed jistenna imma, fl-opinjoni tiegħi, fih aspett interessanti ħafna li s'issa huwa uniku fil-kuntratti kollha li qatt saru minn kwalunkwe gvern fil-pajjiż - u anke jekk għada pitgħada jiżdiedu oħrajn bħalu żgur jibqa' l-ewwel wieħed bħala mudell - għaliex fost l-annexes marbuta mal-kuntratt, insibu l-outline development permit maħruġ mill- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Dan ifisser li l-iżviluppaturi għandhom gwida preċiża fuq liema linji jridu jimxu biex jagħmlu dan il-mix ta' żvilupp u l- gvern għandu diġa' bil-quddiem indikazzjoni ċara tat-tip ta' ippjanar li se jsir f'dan il-proġett, liema tip ta' ippjanar jrid jipprevali fl-għaxar snin li ġejjin meta huwa mistenni li l-proġett ikun komplet fit-totalita' tiegħu.", "Dan ifisser ukoll - u naħseb illi mil-lat ekonomiku dan huwa fattur importanti ħafna - illi l-lead time bejn l-approvazzjoni tal- kuntratt u l-iffirmar tal-kuntratt u bejn l-iffirmar tal-kuntratt u l-bidu tax-xogħlijiet ikun inqas milli jkun fuq kwalunkwe kuntratt ieħor.", "U r- raġuni hija ovvja għaliex jekk jien niġi awtorizzat mill-parlament li għan- nom tal-gvern niffirma kuntratt ma' kumpannija, tkun xi tkun, fuq proġett partikolari f'xi parti tal-pajjiż u mbagħad ikun hemm iż-żmien meħtieġ biex isir il-kuntratt pubbliku u mill-kuntratt pubbliku ma jkunx hemm l-outline development application in place, naturlament ifisser li jkun jrid isir dak il-proċess kollu ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jekk l-outline development permit huwa f'postu tant li huwa annex għall-kuntratt, ifisser ili d-developers se jmorru quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar bi proċessi addizzjonali ta' ippjanar għaliex ma tistax tibda tibni fuq outline permit imma jrid ikollok ukoll il-full development permits.", "Pero' l-full development permits għandhom ukoll bażi ta' riferenza preċiża fuqxiex jintalbu u fuqxiex jinħarġu u allura t-terminu ta' żmien bejn l- iffirmar tal-kuntratt u l-bidu tax-xogħlijiet fuq is-sit f'dan il-każ huwa mistenni li jkun iqsar u fil-fatt għandna assigurazzjoni min-naħa tal- consortium MIDI li sew qabel l-aħħar ta' din is-sena x-xogħlijiet ikunu fiżikament bdew, apparti li l-mobilisation u s-site offices huma ppreparati li jmorru immedjatament fil-post u jibdew jimmobilizzaw immedjatament wara l-approvazzjoni tal-kuntratt minn dan il-parlament u wara l-iffirmar ta' l-att pubbliku li jissiġilla rabtiet kuntrattwali bejn il-gvern u l-consortium, liema att pubbliku huwa mistenni li jsir lejn l- aħħar ta' Frar.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll illi f'dan il-kuntratt għandek diversi aspetti importanti li wieħed irid iħares lejhom u anke għall-benefiċċju ta' dan il-parlament, irrid nagħti mill-ġdid fil-qosor analisi ta' x'se jfisser dan il-kuntratt bħala dħul għall-gvern u bħala ġenerazzjoni għall- attivita' ekonomika għall-pajjiż.", "L-ewwelnett irrid nispjega li meta kuntratt jgħid li ċ-ċifri jittieħdu at current value - qed nieħu eżempju żgħir apparagun maċ-ċifri li jissemmew f'dan il-kuntratt - ifisser li jekk il-kuntratt jgħid li bniedem irid jagħtik Lm10 illum u Lm10 oħra sena oħra inti tgħid li bejn illum u sena oħra se tkun daħħalt Lm20.", "Qed nispjega xi tfisser at current value għax għalkemm forsi tinstema' ovvja, illum it- tendenza hi li jsir kalkolu discounted għall-valuri tal-lum.", "Jiġifieri bl- eżempju sempliċi li kont qed nagħti, jekk jiena għandi nieħu Lm10 illum u Lm10 sena oħra, ma ngħidx se nieħu Lm20 imma ngħid li se nieħu Lm18.", "U r- raġuni hi li tagħmel dak li jgħidulu discounting ta' dak illi se ddaħħal fis-snin ta' wara biex iġġibhom għall-valur tal-lum għax il-flus m'humiex f'idejk illum.", "Qed nispjega dan kollu għaliex ħafna drabi ngħidu li dan huwa kuntratt li se jirrendi lill-gvern introjtu ta' kważi Lm40 miljun.", "Illum irrid nippreċiża - għalkemm din ġieli għidniha f'kumitati oħrajn - illi l-introjtu ta' Lm40 miljun huwa kkalkolat b'dan id-discounting process.", "Jiġifieri bi proċeduri stabbiliti fost accountants u awdituri, isir discounting ta' dak kollu li se jidħol is-sena d-dieħla u fis-snin ta' wara u naturalment jibqgħu sejrin hekk fuq perijodu ta' 99 sena.", "Malajr wieħed jinduna li iktar ma' titkellem fuq flus li se jidħlu fis-snin iktar 'il bogħod, iktar id-discounting tagħhom at net present value jiġi iżgħar għal raġunijiet ovvji marbuta mal-valur tal-flus.", "Imma meta qed nitkellmu fuq introjtu totali kumulattiv ta' Lm40 miljun minn dan il-kuntratt qed nitkellmu at net present value.", "Jekk ngħoddu, kif aħna iktar mdorrijin nagħmlu, it-total kollu li l-gvern minn issa sa 99 sena oħra se jkun daħħal fi flus kontanti f'idejh u ma nagħmlu discounting xejn, insibu li l-valur tal-kuntratt ikun ta' aktar minn Lm117-il miljun.", "Fil-fatt tradizzjonalment il-kalkoli fuq il-kuntratti kienu jsiru b'dan il-mod.", "Allura biex il-perspettiva tagħna tkun ċara, anke għall-benefiċċju tal- media li bil-paċenzja jsegwuna u b'paċenzja ikbar forsi jipprovaw jispjegaw lill-pubbliku x'inkunu qed ngħidu f'din il-Kamra, qed nitkellmu fuq żewġ ċifri li fil-verita' huma - għal min jagħmel analiżi tagħhom mil-lat ta' accountancy - identiċi.", "Il-gvern fuq perijodu ta' 99 sena se jkun daħħal iktar minn Lm117-il miljun u kieku kellu jagħmel dan l-eżerċizzju ta' discounting biex jasal għal dak li jissejjaħ net present values, dawn ifissru daqslikieku daħħlu kważi Lm40 miljun illum il-ġurnata.", "Mr Speaker, huwa kkalkolat illi l-gvern - issa se noqgħod fuq current values u m'iniex se noqgħod nagħmel discounting hawn ukoll għax inkella nispiċċaw nikkomplikaw ħafna, għalkemm nista' nagħmilha jekk xi ħadd jitlobni l-informazzjoni - fi premia biss - għax hemm premiums differenti - se jkun daħħal at current value kważi Lm40 miljun u d-differenza, jiġifieri Lm78 miljun, huwa t-total ta' ċens li se jdaħħal mill-ewwel sena sad-99 sena, liema ċens se jitħallas bir-rata ta' Lm480,000 fis-sena għal 25 sena, wara 25 sena dik ir-rata titla' għal Lm840,000 u wara 50 sena ċ-ċens jerġa' jitla għal Lm960,000 fis-sena.", "Irrid nispjega wkoll illi f'dan il- proġett, b'mod oġġettiv u b'mod fattwali, għandna kalkoli preċiżi mogħtija minn min se jagħmel l-iżvilupp - hawnhekk se nuża dejjem at current values - fejn huwa kkalkolat li apparti l-introjtu favur il-gvern ta' Lm118-il miljun, il-proġett se jiswa lill-consortium Lm126 miljun.", "Jekk wieħed iħares lejn l-employment impact tal-proġett isib li fil-fażi tal- kostruzzjoni se jkun hemm 495 person years annually - kien iktar faċli li nikkalkolaw bil-person years milli bil-man hours għax inkella konna nispiċċaw f'ċifra eżorbitanti - during the 8 years of construction.", "U din l-istima titla' għal 565 person years jekk wieħed jikkonsidra wkoll l- impjiegi indiretti marbuta mas-settur tal-kostruzzjoni.", "Jiġifieri bħala xogħol marbut ma' kostruzzjoni qed nitkellmu fuq 495 person years kull sena għal perijodu ta' tmien snin u jekk iżżid l-indirect employment nitilgħu għal 565 person years.", "Naturalment huwa wkoll kruċjali li jkollna kalkolu ta' kemm se jiġġenera mpjiegi proġett ta' din l-entita' ladarba jkun lest.", "Fil-fatt il-kalkolu li għandna huwa li dan il-proġett huwa mistenni jiġġenera 2,760 impjieg fil- qasam tar-retail, fil-qasam ta' l-amministrazzjoni fl-uffiċini, fil-qasam kummerċjali, fil-lukanda li hija nkluża wkoll u fil-qasam tal-leisure u dak kollu li jikkomponi l-proġett fit-totalita' tiegħu.", "Pero' hemm madwar 1,400 impjieg minn dawn l-2,760 li huma relocation, jiġifieri kumpannija li jkollha uffiċini f'xi post ieħor madwar Malta tiftaħ uffiċini f'Manoel Island jew f'Tigne' u l-impjegati li kellha f'dawk l-uffiċini f'xi post ieħor madwar Malta ġġibhom hemmhekk.", "Jiġifieri minn 2,760 qed nitkellmu fuq 1,400 impjieg li huma relocation of existing jobs at the relevant timeframe, pero' għandek ġenerazzjoni ta' madwar 1,300 impjieg ġdid.", "Naturalment dawn huma kalkoli konservattivi għaliex huwa stmat ukoll - pero' dan huwa diffiċli li tistmah minn issa - li l-proġett iwassal għal spin-off effects oħra li jiġġeneraw iktar impjiegi u iktar investiment.", "Mr Speaker, kif diġa' spjegajt, il-consortium huwa lest biex jimmobilizza mill-ewwel hekk kif ikun iffirmat il-kuntratt mal-gvern lejn l-aħħar ta' Frar.", "Fil-fatt diġa' ġew identifikati żewġ siti f'Manoel Island li kienu wżati mill-gvern u li issa ġew cleared biex isiru s-site offices.", "Il- project team diġa' qed jagħmel ir-recruitment fil-livell maniġerjali tiegħu, inkluż l-identifikazzjoni ta' min se jkun iċ-chief executive tal- proġett.", "Naf ukoll li qed isir recruitment ta' project management u fil- ġimgħat li ġejjin il-consortium MIDI se jkollu bżonn team inizjali ta' madwar 50 ruħ fil-livell professjonali u fil-livell tekniku li jinkludi numru kbir ta' periti u draughtsmen, surveyors u nies oħra li se jkunu parti mill-initial mobilisation qabel jibdew is-site works li huma mistennijin jibdew għall-ħabta ta' Ottubru ta' din is-sena.", "Ir-raġuni li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni mistennija jibdew f'Ottubru hija li wara l- iffirmar għandek proċess ta' madwar tliet xhur biex isiru l- applikazzjonijiet għall-full development permits inizjali li naturalment jridu jiġu konsidrati mill-awtorita' ta' l-ippjanar bi gwida preċiża ta' l- outline development application.", "Kif diġa' spjegajt, fis-27 ta' Settembru jien kont għamilt stqarrija f'dan il-parlament u fis-17 ta' Novembru l-consortium MIDI iffirma l- letter of commitment li hija l-ittra ta' impenn min-naħa tiegħu.", "Din hija l-formola li l-gvern preżenti beda juża biex sakemm tkun saret id- diskussjoni totali fil-parlament, il-gvern jorbot lill-consortium bil- kondizzjonijiet li jkun ftiehem dwarhom mingħajr ma l-gvern jintrabat min- naħa tiegħu għaliex wara kollox il-gvern irid jiġi fil-Parlament għall- approvazzjoni ta' dan il-proġett.", "Il-gvern preżenti, mhux bil-kliem biss imma bil-fatti, irid li kuntratti ta' din l-entita' jkunu soġġetti għall- iskrutinju pubbliku.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet il-gvern emenda l-liġi dwar l-uffiċċju tal-verifika nazzjonali sabiex il-kumitat li hemm imwaqqaf taħt dik il-liġi, li huwa kumitat parlamentari importanti ħafna għaliex jagħmel il-verifika tal-kontijiet għal skop ta' audit nazzjonali, ikun ukoll il-kumitat li jagħmel l-analiżi bir-reqqa u metikoluża f'kull dettall immaġinabbli tal-kuntratti li jkunu qed jitressqu.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi jien għedt li dan huwa l-ewwel kuntratt li se jkollu annexed miegħu l-outline development permit mill-planning authority, pero' nista' ngħid ukoll li storikament dan se jkun ukoll l- ewwel kuntratt li għadda mill-għarbiel tan-national audit accounts committee.", "Fil-każ tal-kuntratt tal-Kottonera, ridna li jkun hemm l-istess tip ta' għarbiel, pero' billi l-liġi dwar in-national audit accounts committee kienet għadha ma ġietx emendata, l-għarbiel fil-każ tal-proġett tal-Kottonera sar mill-public accounts committee.", "Pero' bħala l-ewwel att ta' trasferiment ta' proprjeta' tal-gvern li ġie mgħarbul bl-iktar mod metikoluż u dettaljat u f'atmosfera mill-iktar kostruttiva bejn il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra li jikkomponu dan il- kumitat huwa l-kuntratt ta' Manoel Island u Tigne'.", "Fil-fatt jien kelli l- letter of commitment u bid bond ta' Lm1 miljun mill-consortium fis-17 ta' Novembru u l-għada, għat-terminu ta' din il-liġi kif emendata, jiena ktibt lill-Iskrivan tal-Kamra biex jirriferi l-abbozz tal-mozzjoni u l-abbozz tal-kuntratt lill-kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal- verifika.", "Bħala riżultat ta' hekk, dan il-kumitat iltaqa' erba' darbiet, fl-24 ta' Novembru, fit-30 ta' Novembru, fis-6 ta' Diċembru u fl-14 ta' Diċembru u għamilna ftit aktar minn seba' sigħat u nofs niddiskutu u nagħrblu dan il-kuntratt.", "B'sodisfazzjon ngħid illi ħlief għal dettall, li issa nirriferi għalih, dan il-kuntratt ġie approvat unanimament miż-żewġ naħat tal-Kamra fid- dettalji kollha tiegħu.", "Tant hu hekk, illi aħna kellna t-tama - għax dik il-liġi fiha wkoll dak l-iskop - li jekk il-kumitat għarbel bil-lenti d- dettalji kollha tal-kuntratt u qabel b'mod unanimu li dak huwa kuntratt tajjeb, allura ma kienx hemm għalfejn jitressaq għad-diskussjoni f'din il- Kamra.", "Pero' sinċerament ngħid li m'iniex konvint li l-oppożizzjoni riedet tagħmel dibattitu fuq dan il-kuntratt f'din il-Kamra għaliex ma qablitx li l-consortium ikun eżentat mill-ħlas tat-taxxa tal-boll.", "Jekk dik kienet ir- raġuni vera, allura kont nippretendi li llum niftiehmu li nagħmlu sagħtejn niddiskutu biss jekk il-consortium għandux iħallas it-taxxa tal-boll fuq il-kuntratt kollu jew le.", "Pero' naħseb li dik kienet iktar skuża biex il- kuntratt jerġa' jiġi riferut lil din il-Kamra.", "Fil-fatt l-oppożizzjoni talbet żewġ seduti, il-gvern ħass illi m'għandux jieħu żewġ seduti min-naħa tiegħu imma se jieħu seduta waħda biss u dan ifisser illi se nagħmlu seba' sigħat u nofs oħra niddiskutu dan il-kuntratt.", "Pero' jien insib daqsxejn sorprendenti l-fatt illi l-oppożizzjoni ħasset il-bżonn illi tirriferi l- kuntratt lil din il-Kamra meta kien hemm qbil fuqu bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra kważi fit-totalita' tiegħu.", "Jien naf li l-oppożizzjoni se tagħmel il- kummenti u l-kritika kollha li tixtieq tagħmel pero' nappellalha, anke b'rispett għall-fatt illi dan hu kuntratt negozjat, fl-aħħar mill-aħħar miż- żewġ naħat tal-Kamra, biex nuru consensus dwaru.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, dan huwa kuntratt nazzjonali li ilna noħolmu dwaru 35 sena u għalhekk għandna ngħidu li issa din il-ħolma qed inwettquha flimkien.", "Għandna nkunu kburin ilkoll kemm aħna li se jkollna kuntratt ta' Lm126 miljun investment, apparti l-introjtu lill- gvern ta' iktar minn Lm117-il miljun, kuntratt li fil-projections realistiċi tiegħu se jġib żvilupp ekonomiku sostanzjali f'pajjiżna għall- għaxar snin li ġejjin.", "Għaliex m'għandux ikun kuntratt li nkunu avviċinajnih b'bipartisan approach?", "Jien naħseb illi dan huwa t-tip ta' kuntratt li jippresta ruħu għal dan l-approach u nispera li ma nkunx qed inżid xi ħolma oħra meta qed nesprimi din ix-xewqa fil-bidu ta' dan id- dibattitu.", "Mr Speaker, niġi issa għall-famuż argument dwar it-taxxa tal- boll.", "Meta qed nitkellmu dwar kuntratt ta' din l-entita', huwa evidenti li min se jagħmel il-proġett se jara fl-aħħar mill-aħħar kemm se jonfoq biex jirrealizza dan il-proġett.", "Illum meta individwu jixtri biċċa art biex jibni dar, maisonette jew flat jikkalkola kemm irid iħallas għal dik il- biċċa art, kemm irid iħallas lin-nutar u kemm irid iħallas f'taxxa tal-boll u jekk jara li se joħroġ iktar minn dak li jaffordja jonfoq allura ħafna drabi jmur lura għand sid l-art u jitolbu jnaqqaslu l-prezz ta' l-art.", "Jista' xi ħadd jimmaġina li meta qed nitkellmu fuq kuntratt bħal dan il- consortium m'huwiex se jagħmel il-kalkoli tiegħu, speċjalment fuq is- snin tal-bidu u anke fuq is-snin ta' wara dwar l-ammont globali li se joħroġ biex jagħmel dan il-proġett?", "Allura wara li jkun sar il-ftehim f'daqqa waħda you push the goalpost u tgħidilhom li jridu jżidu wkoll it- taxxa tal-boll?", "Mr Speaker, irrid ngħid illi dan il-punt kien diskuss ukoll taħt tliet saltniet għaliex il-consortium kien indika b'mod ċar lill-gvern ifformat mill-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-1996 illi ried jagħmel il-kalkolu tiegħu abbażi li l-boll ma jitħallasx.", "Issa jekk il-gvern wara li jagħmel il-kalkoli tiegħu dwar dak li jrid idaħħal joqgħod jgħid lill-consortium li se jnaqqsilhom minn naħa biex huma jkunu jistgħu jħallsu t-taxxa tal- boll ma jkun qed jagħmel xejn ħlief jilgħab biċ-ċifri!", "Meta l-consortium iddiskuta mal-gvern preċedenti fformat mill-Partit Laburista dan il-punt ħareġ ukoll b'mod ċar tant illi fit-23 ta' Jannar, 1998 il-consortium MIDI kiteb lill-Onor.", "Alfred Sant, dak inhar Prim Ministru u bagħatlu dokument sħiħ bl-isem \"Manoel Island Project: Financial and Other Proposals\", u tah il-kalkoli b'mod dettaljat dwar dak li se joħroġ il-consortium biex jingħata d-dritt li jagħmel dan il-proġett.", "Fil-fatt dan id-dokument tant kien serju li l-gvern preżenti kompla jibni fuqu fid-diskussjonijiet li kellu mal-consortium.", "Fost annexes oħra, il-consortium għamel kalkolu tal-project impact on overall government cash flows mill-1998 - għax kien mistenni li jibda dak iż-żmien - sas-sena 2012; għamel kolonna oħra li kienet tindika kemm se joħorġu premiums; kolonna oħra dwar government expenditure - dan il- kalkolu sar biex juru lill-gvern li għalkemm se joħroġ il-flus, per eżempju, fuq l-infrastruttura, xorta se jdaħħal iktar minnhom - li kienet a positive cash flow; għamlu kolonna oħra dwar kemm se jkunu taw lill- gvern sas-sena 2012 fi ground rent, kolonna oħra dwar l-ETS on MIDI costs - peress li dak iż-żmien kien hemm it-taxxa fuq l-ispejjeż tal-MIDI - u għamlu wkoll kolonna ta' 7% stamp duty on sales għaliex meta l-consortium ibigħ il-units lil terzi persuni trid titħallas it-taxxa tal-boll u allura għamlu kalkolu dwar kemm idaħħal il-gvern mill-boll meta third parties jixtru l-appartamenti mingħand il-consortium u spiċċaw saħansitra għamlu kolonna dwar il-planning authority fees.", "Issa f'dawn iċ-ċifri kollha m'hawn imkien indikat illi l-gvern preċedenti kien se jdaħħal il-flus tal- boll.", "Naf li wara li saru diskussjonijiet ma' uffiċjali tal-gvern preċedenti qalulhom li kien hemm misunderstanding.", "Imma bir-rispett kollu, jien ma nistax nifhem kif wara li tkun irċevejt tabella bil-cash flows preċiżi dwar x'se ddaħħal anke mill-boll li jħallsu t-third parties li 'l quddiem jixtru mingħand il-consortium u saħansitra jkollok indikat kemm se ddaħħal anke f'fees permezz tal-planning authority mill-1998 sas- sena 2012 tiġi tgħid li kien hemm misunderstanding!", "Pero' meta l-consortium inċidentalment reġa' kiteb lill-Onor.", "Alfred Sant, bħala prim ministru ta' dak iż-żmien, fis-6 ta' Frar u baqgħu jibbażaw fuq l-istess ċifri, ħadd ma qalilhom inizjalment li kien hemm xi misunderstanding u meta aktar tard beda jqum dan l-argument it-tweġiba tal- consortium kienet sempliċi ħafna, cioe' li huma kienu għamlu l-kalkoli tagħhom bbażati fuq l-outflow min-naħa tagħhom u jekk il-gvern riedhom iħallsu t-taxxa tal-boll kellu jaqtagħlhom l-ekwivalenti tal-boll minn affarijiet oħra u huma kienu lesti li jħallsu l-boll.", "Fin-negozjati li saru mal-gvern preżenti, jien deherli li la l-gvern kien se jkollu introjtu at current value ta' Lm117-il miljun ma kien hemm l-ebda interess li lill-consortium ngħidlu li se naqbdu Lm3 miljun minnhom u nsejħulhom taxxa tal-boll jew li se naqtgħulu parti mill-premia ħalli ma jkunx qed joħroġ flus żejda mill-but.", "Ir-realta' hi li l-consortium ma jimpurtahx x'titoli nużaw aħna u jekk ngħidilhom li xi darba xi ħadd ra l-ostriches jiġru ġewwa Manoel Island u rrid noħloq ostrich fund ta' Lm1 miljun jagħtuhuli basta naqtgħahulhom mill-premium!", "Qed nagħti dan l-eżempju biex nuri li lill-consortium ma tagħmillux differenza x'inhuma t-titoli li nużaw.", "Il-consortium qed jgħid lill-gvern li bejn ċnus, premia u affarijiet oħra se jagħtih total ta' Lm117-il miljun pero' lilu ma tagħmillux differenza jekk iqassamhom taħt items differenti.", "Fid-dawl tad-diskussjonijiet li saru kemm mal-gvern preċedenti bejn l-1996 u l- 1998, kemm mal-gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1993 u l-1996 li huwa l- istess gvern kif inhu fformat illum u kif ukoll fid-dawl tad- diskussjonijiet li għamilt jien fis-16-il xahar li għaddew, għandna noqogħdu nagħmlu dawn it-tip ta' fictions biex taparsi ngħidu li ġbarna t- taxxa tal-boll?", "Mr Speaker, fil-fatt jien staqsejt kemm hu l-boll biex naraw fuq xiex qed nitkellmu.", "MR SPEAKER: Ministru, ippermettili imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Zammit Dimech ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Jiena tlabt lin-nutar fl- Uffiċċju ta' l-Artijiet biex jikkalkola b'mod preċiż kemm hu l-boll fuq kuntratt ta' din l-entita' u r-risposta li kelli kienet li kien ftit inqas minn Lm3 miljun.", "Ma jagħmilx sens li wara li jkunu saru dawk in- negozjati kollha taħt tliet gvernijiet f'daqqa waħda b'daqqa ta' pinna naqbdu u nżidu Lm3 miljun bħala taxxa tal-boll.", "Dawn ifakkruna f'tattiċi li nispera li huma sorpassati f'pajjiżna.", "Ma jistax inkun naslu f'sitwazzjoni li minflok lill-consortium nħeġġuh biex dan il-proġett li se jkun ta' ġid ekonomiku għall-pajjiż, ngħidulu li mhux qed jogħġobna kif qed jimxi - safejn naf jien kull min innegozja ma' dan il-consortium irrikonoxxa s-serjeta' tiegħu - u wara għaxar snin li ilu sejjer dan il- proċess ta' negozjati ngħidulu li ma rridux li jagħmel dan il-proġett!", "Pero' meta vverifikajt ukoll biex nara jekk qattx ingħataw eżenzjonijiet mit-taxxa tal-boll fil-fatt sibt li ġieli ngħataw eżenzjonijiet minn diversi gvernijiet.", "U llum se nagħti eżempju wieħed.", "Per eżempju, fil-kuntratt datat 23 ta' April, 1998 dwar it-trasferiment tal-Premier, il-gvern ta' dak iż-żmien innegozja kondizzjonijiet serji u tajbin pero' ħass illi għandu jagħti exemption order iffirmata mill- ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Leo Brincat li kienet annessa wkoll mal-kuntratt.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-iktar ħaġa importanti li rridu nħarsu lejha hija jekk dan il-kuntratt huwiex se jissarraf f'package deal tajjeb għal pajjiżna.", "U hawnhekk irrid nenfasizza li package deal tajjeb m'għandniex inkejluh sempliċement minn kemm il-gvern se jdaħħal mit- taxxa tal-boll jew mill-ħlasijet tan-nutara - filwaqt fuq il-ħlasijiet tan-natura l-consortium talab li jkun eżentat pero' la aħna u lanqas il- gvern ta' qabel ma qabel li jkun eżentat - jew miċ-ċens kull sena.", "M'iniex qed ngħid li dawn m'humiex importanti imma għalija d-dħul lejn il- gvern ta' Lm117-il miljun at current value f'dawn id-99 sena li ġejjin huwa ugwalment importanti daqs l-investiment ta' Lm126 miljun biex dan il- proġett jimxi bl-ispin-offs fis-settur tal-kostruzzjoni u fis-setturi kollha marbuta ma' dan is-settur għaliex kif nafu ladarba jitlesta l-bini jridu jiġu mgħoddija s-servizzi tad-dawl u l-ilma, irid isir it-tibjid, irid isir ix-xogħol tal-ħadid u ħafna affarijiet oħra li se jiġġeneraw l- impjiegi fil-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll, Mr Speaker, li se jkunu diversi gvernjijet matul id- 99 sena li se jkollhom l-opportunita' illi jgawdu l-benefiċċju ta' dan il- kuntratt.", "Is-suċċess ta' dan il-proġett jitkellel mill-ispin-offs li jkunu qed isiru, minn kemm jinbiegħu appartamenti, minn kemm il-lukanda timxi 'l quddiem, minn kemm l-attivita' kummerċjali jew fil-leisure area tkun għaddejja b'ritmu mgħaġġel, minn kemm qed ikunu qed jidħlu taxxi addizzjonali mill-attivita' ekonomika u minn kemm ikunu qed jiġu ġenerati impjiegi.", "Dak għandu jkun il-kejl tas-suċċess tagħna u mhux jekk fl-aħħar tas-sena daħħalniex Lm3 miljun boll jew jekk iċ-ċens huwiex tajjeb jew le għaliex dawk huma affarijet sekondarji.", "Ma nafx jekk huwiex frott id-destin illi se jkun il-gvern Nazzjonalista li beda dan il-proċess fl-1990 biex iwettaq din il-ħolma nazzjonali u jiffirma dan l-istess kuntratt.", "Pero' filwaqt illi ngħid li gvern Nazzjonalista huwa kburi li se jagħti dan il- proġett lil pajjiżna, irrid ngħid ukoll li għandna nkunu kburin li f'ħafna aspetti nistgħu nqisu lilna nfusna bħala joint authors li ħdimna flimkien fuq proġett importanti għal pajjiżna u għalhekk flimkien għandna naraw x'inhuma d-dettalji li rridu niddiskutu sabiex dan il-kuntratt jiġi ffirmat u jibda l-proċess kollu li jrid isir wara.", "Qabel nagħlaq nixtieq inressaq numru ta' emendi għall-kuntratt li fuqhom, b'eċċezzjoni żgħira, kien hemm qbil fil-kumitat tal-verifika tal- kontijiet pubbliċi u nipprova nispjegahom fil-qosor ħafna peress li diġa' ddiskutejnihom f'dan il-kumitat.", "Se nressaq ħames emendi għad-draft deed li ladarba jiġi approvat nkunu jfisser li nkunu qed napprovaw id-deed subject.", "L-ewwel emenda tgħid hekk:", "\"A\" L-Abbozz ta' kuntratt li jinstab mar-riżoluzzjoni għandu jiġi emendat kif ġej:-", "Minnufih wara l-paragrafu tnejn tas-subklawsola wieħed ta' klawsola tnejn (2.1.2) għandu jidħol il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"2.1.3 Upon conversion, the Residential Unit the title of which will have been so converted may not without theconsent of the Grantor be used for the retail sale of goods or as a restaurant or bar.\".", "The draft deed attached to the resolution shall be amended as follows:", "Immediately after paragraph two of subclause one of clause two (2.1.2) there shall be inserted the following new paragraph:", "\"2.1.3 Upon conversion, the Residential Unit, the title of which will have been so converted, may not without the consent of the Grantor be used for the retail sale of goods or as a restaurant or bar.\".", "L-iskop ta' din l-emenda huwa biex il-units residenzjali biss jistgħu jkunu konvertiti f'titolu ta' ċens perpetwu bħala proprjeta' ħalli ħadd ma jkun jista' jaqleb l-użu ta' bini residenzjali li jkun b'ċens perpetwu - sakemm ma jagħtix il-permess il-gvern - u minfloku jagħmel xi bar, restaurant jew retail outlet.", "Din l-emenda saret ukoll bi qbil ma' l- oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nipproponi t-tieni emenda, bi qbil ma' l- oppożizzjoni wkoll, li tgħid hekk:", "''B'' L-Abbozz ta' kuntratt li jinstab mar-riżoluzzjoni għandu jiġi emendat kif ġej:-", "Fis-subklawsola erbgħa tal-klawsola sitta (6.4) minnufih wara l-kliem \"at the said Yachting Centre\" f'tarf is-subklawsola, għandhom jiżdiedu l-kliem \"in respect of berths held by such persons\".", "The draft deed attached to the resolution shall be amended as follows:", "In subclause four of clause six (6.4) immediately after the words \"at the said Yachting Centre\" at the end thereof, there shall be added the words \"in respect of berths held by such persons\".", "L-iskop ta' din l-emenda huwa biex meta l-awtorita' marittima tkun qed tagħmel it-tiġdid tat-terminu tal-yachting centre tagħti r-right of first refusal lill-istess konsorzju.", "Pero' jekk għal xi raġuni jew oħra ma tasalx mal-konsorzju biex iġġedded it-terminu tal-yachting centre aħna qed ngħidu li min ikollu ftehim għall-berth hemmhekk, dak id-dritt irid jibqa' rikonoxxut.", "Jiġifieri anke jekk l-awtorita' marittima tagħmel ftehim ma' xi ħaddieħor jew iżżomm id-dritt tal-yachting centre f'idejha, xorta trid tagħti right of first refusal lil min għandu berth u billi ma kenitx ċara li qed nitkellmu fuq il-berths, wara l-kliem \"yachting centre\" qed inżidu l-kliem '\"in respect of berths held by such persons\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nipproponi t-tielet emenda li tgħid hekk:", "''C'' L-Abbozz ta' kuntratt li jinstab mar-riżoluzzjoni għandu jiġi emendat kif ġej:-", "Fil-paragrafu tlieta tas-subklawsola wieħed tal-klawsola tmienja (8.1.3) u fil-paragrafu erbgħa tas-subklawsola wieħed ta' klawsola tmienja (8.1.4) minflok il-kliem \"five (5) years\" kull fejn jinstabu għandhom jidħlu l-kliem \"three (3) years\".", "The draft deed attached to the resolution shall be amended as follows:", "In paragraph three of subclause one of clause eight (8.1.3) and paragraph four of subclause one of clause eight (8.1.4) for the words \"five (5) years\" wherever they appear there shall be substituted the words \"three (3) years\".", "L-iskop ta' din l-emenda huwa biex ladarba jibdew ix-xogħlijiet fuq fażi partikolari tal-proġett jew addirittura fuq il-proġett kollu, norbtu lill- consortium b'termini preċiżi ta' tliet snin li l-iktar jistgħu jdumu biex ilestu.", "Jekk jinqabeż dak iż-żmien jibdew jeħlu multa kuljum u jekk dak iż- żmien jerġa' jitwal iżjed jeħlu multa ikbar kuljum.", "Pero' mbagħad hemm miktub ukoll illi jekk jaqbeż il-perijodu ta' ħames snin, mhux biss jeħlu multa kuljum imma jitilfu dik il-parti tal-kuntratt li fuqha jkun hemm id- dewmien jew jekk ikunu damu fuq il-kuntratt kollu jistgħu jitilfu l-proġett kollu.", "Jiġifieri din hija l-iktar parti gravi tal-kuntratt.", "Irrid nirrimarka li din saret bil-kunsens tal-consortium stess.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, ir-raba' emenda hija waħda teknika u nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-oppożizzjoni li din m'hijiex waħda minn dawk illi għamilna fin-national audit accounts committee.", "Pero' ma naħsibx illi se tkun punt ta' kontroversja għaliex hija iktar teknika minn hekk ma tistax tkun.", "Din l-emenda tgħid hekk:", "\"D\" L-Abbozz ta' kuntratt li jinstab mar-riżoluzzjoni għandu jiġi emendat kif ġej:-", "Fil-klawsola 13.5 minflok il-kliem \"one thousand nine hundred and ninety nine (1999)\" daħħal il-kliem \"two thousand (2000)\".", "The draft deed attached to the resolution shall be amended as follows:", "In clause 13.5 for the words \"one thousand nine hundred and ninety nine (1999)\" there shall be inserted the words \"two thousand (2000)\".", "Din l-emenda saret minħabba l-legal notice li se joħroġ fuq designated area bi preferenza għal Manoel Island u peress li dħalna fis-sena 2000 il-legal notice ma tistax iġġib id-data tas-sena 1999.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nipproponi l-ħames emenda li saret ukoll fin-national audit accounts committee u din tgħid hekk:", "\"E\" L-Abbozz ta' kuntratt li jinstab mar-riżoluzzjoni għandu jiġi emendat kif ġej:-", "Il-klawsola dsatax (19) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala subklawsola wieħed ta' klawsola dsatax (19.1), il-kliem minn \"The Emphyteuta shall furnish\" sal-kliem \"is to be noted in the policy\" fl- istess subklawsola 19.1 għandhom jiġu mħassra u minnufih wara s- subklawsola wieħed tal-klawsola dsatax (19.1) kif enumerata mill-ġdid għandha tidħol is-subklawsola tnejn ta' klawsola dsatax (19.2) u subklawsola tlieta ta' klawsola dsatax (19.3) li ġejjin:", "\"19.2 The Emphyteuta shall insure or cause to be insured in accordance with normal practice, third party legal liability for death or personal injury or loss of or damage to property arising out of the execution of the works contemplated in this Deed.", "19.3 The Emphyteuta shall furnish to the Grantor at its request, satisfactory evidence of all insurance cover obtained by it pursuant to this article and the regular maintenance of such cover.", "The interest of the Grantor is to be duly noted in the policies.\".", "The draft deed attached to the resolution shall be amended as follows:", "Clause nineteen (19) shall be renumbered as subclause one of clause nineteen (19.1), the words from \"the Emphyteuta shall furnish\" to the words \"is to be noted in the policy\" in the same subclause 19.1 shall be deleted and immediately after subclause one of clause nineteen (19.1) as renumbered there shall be inserted the following subclause two of clause nineteen (19.2) and subclause three of clause nineteen (19.3):", "\"19.2 The Emphyteuta shall insure or cause to be insured in accordance with normal practice, third party legal liability for death or personal injury or loss of or damage to property arising out of the execution of the works contemplated in this Deed.", "19.3 The Emphyteuta shall furnish to the Grantor at its request, satisfactory evidence of all insurance cover obtained by it pursuant to this article and the regular maintenance of such cover.", "The interest of the Grantor is to be duly noted in the policies.\"", "Din l-emenda saret ukoll fuq suġġeriment mill-oppożizzjoni waqt il- kumitat tal-verifika tal-kontijiet pubbliċi biex kif hemm il-prinċipju ta' insurance cover fuq liability diretta tal-consortia waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, ikun hemm ukoll cover favur it-third parties jekk issir xi ħsara lil nies oħra.", "Naturalment il-prinċipju li jridu jagħtuna kopji ta' l-insurance policies japplika għall-insurance policies kif previsti fid- draft oriġinali u biż-żieda tal-policies addizzjonali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nissekonda.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nerġa' nappella biex dan il-kuntratt ikun approvat fuq bażi ta' bipartisan approach.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, naħseb illi kien pass għaqli meta l- membri Laburisti fuq il-kumitat tal-verifika tal-kontijiet pubbliċi esprimew ir-riservi tagħhom fuq ċerti aspetti finanzjarji ta' dan il- proġett, b'mod partikolari għall-kwestjoni marbuta mal-boll, kemm minħabba l-valuri intrinsiċi ta' din l-istand li ħadet l-oppożizzjoni u kif ukoll għaliex naħseb illi konsegwenza tagħha wasalna biex din ir-riżoluzzjoni u d-draft contract jiġu diskussi mill-Kamra kollha u mhux minn sempliċement kumitat parlamentari, iktar u iktar meta dan huwa proġett ta' portata nazzjonali.", "Huwa ironiku li proprju meta l-gvern jidher illi qed jipprova jimbarka fuq kampanja kontra l-evażjoni tat-taxxa u t-tax avoidance permezz ta' twaqqif ta' tax compliance unit - li forsi jkollna ċans nikkummentaw dwaru iktar 'il quddiem f'din il-Kamra - għandna quddiemna suġġeriment min-naħa tal-gvern biex jeżenta lill-promoturi ta' dan il-proġett mill-boll li fi kliem l-ministru stess jammonta għal madwar Lm3 miljun.", "Jien naħseb illi bħala pajjiż żgur ma nistgħux naffordjaw, sempliċement għax qed nitkellmu dwar proġett ta' ċertu portata u ta' ċertu valur, li f'daqqa waħda ninjoraw l-importanza ta' Lm3 miljun għall-Kaxxa ta' Malta.", "Għalhekk żgur ma nistax naqbel mal-loġika rationale tal-ministru meta donnu ried jagħti l- impressjoni li dan huwa proġett ta' ċertu kobor u għaldaqstant Lm3 miljun 'il hemm jew 'il hawn ma jagħmlux daqstant differenza!", "Dan huwa argument li diġa' smajnih fil-kuntest tal-privatizzazzjoni li saret iktar kmieni din is-sena u għalhekk jidher illi f'daqqa waħda għal dan il-gvern il-miljuni qishom tilfu l-importanza tagħhom.", "Għalkemm jiena naqbel illi l- investiment għandu jiġu megħjun u sostnut għax wara kollox, kif qal tajjeb il-Ministru, dan kien proġett illi mexa ħafna 'il quddiem anke taħt gvern Laburista, pero' ma nistgħux bħala pajjiż nimxu b'kejl differenti ma' ħaddiema bil-paga, ma' self-employed, man-negozjanti kwalunkwe u ma' promoturi ta' proġetti mdaqqsin.", "Lanqas ma naqbel mal-ministru meta akkuża lill-gvern Laburista li mexxa l-lasti f'dan ir-rigward u b'dak illi qal u b'dak illi kkwota l-Onor.", "Zammit Dimech illejla m'għamel xejn ħlief ikkonferma li din m'hijiex xi invenzjoni li vvintajniha issa għax qegħdin fl-Oppożizzjoni biex noħolqu xi issue ġdida, imma kompla kkonferma bi kliemu stess li l-pożizzjoni ta' gvern preċedenti Laburista kienet illi t-taxxa tal-boll għandha titħallas, iżjed u iżjed billi marġinalment u proporzjonalment tirrappreżenta persentaġġ relattivament żgħir komparat mal-capital outlay illi se joħorġu l-promoturi f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Zammit Dimech ġab l-eżempju tal- kuntratt tal-Premier li sar taħt gvern Laburista pero' rrid nagħmilha ċara hawnhekk li l-kuntratt tal-Premier ma għaddiex minn dan il-parlament imma kienu dealings illi saru purament mal-lands department.", "Għalhekk naħseb illi jekk irridu nagħmlu xi paraguni għandna nqabblu like with like u cioe' nagħmlu paragun bejn il-kuntratti li għaddew minn dan il-parlament.", "Fil-fatt ir-record tagħna juri li l-ebda proġett illi għadda mill- parlament taħt gvern Laburista qatt ma ngħata xi eżenzjoni mit-taxxa tal- boll.", "Għalhekk nixtieq inressaq emenda għall-abbozz tal-kuntratt ta' Manoel Island u Tigne' illi bażikament qed titlob li tiġi mħassra l- klawsola ta' qabel ta' l-aħħar illi titkellem dwar l-exemption order maħruġa mill-ministeru tal-finanzi biex teżenta l-emfitewta mill-pagament tal-boll u minflok qed nipproponu li għandu jidħol paragrafu ġdid illi jgħid illi għandha tinġabar id-duty on documents u li l-ministru għandu jawtorizza li dan il-pagament minflok ma jsir f'daqqa jsir fuq medda ta' ħames snin simultanjament mal-ħlas taċ-ċens li jkun dovut.", "Fil-fatt din l- emenda tgħid hekk:", "''F'' The draft deed attached to the resolution shall be amended as follows:", "Delete the penultimate clause which states:", "\"An exemption order issued by the Ministry of Finance exempting the Emphyteuta from the payment of the relative duty on documents is annexed hereto marked Document R.\", and add the following to preceeding paragraph:", "\"duty on documents shall be leviable and the Minister may by order authorise the payment of such duty over a period of time not exceeding five years to be paid simultaneously with the relative ground rent.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "ONOR LEO BRINCAT: Nerġa' ngħid illi dan il-proġett jeħtieġ illi jiġi diskuss mill-Kamra għal żewġ raġunijiet prinċipali; l-ewwelnett minħabba l- portata nazzjonali tal-proġett innifsu u t-tieni nett minħabba l-għamla u s-sura mibdula radikalment mill-pjani oriġinali ta' snin ilu hekk kif evolva l-proġett.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li din il-Kamra tkun konxja ta' x'inhi effettivament tapprova.", "L-iktar aspett ta' dan il-proġett li rrid nittekilja huwa l-aspett ta' traffiku u l-impatt fuq ir-residenti ta' l-akwati.", "Jiena ngħid li huwa ta' għajb li minkejja li għaddew numru ta' xhur għad m'għandniex quddiemna konklużjonijiet, għallinqas pubbliċi, ta' traffic impact assessments dwar dan il-proġett.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Buhagiar li huwa l-kelliemi ewlieni għall-oppożizzjoni fuq il-qasam ta' l-ambjent qed jikkonfermali li lanqas huwa għadu ma ra l-ebda traffic impact assessment.", "Mr Speaker, ma nistgħux ninjoraw il-mod kif se jintlaqtu r-residenti tal- Gżira, ta' Ta' Xbiex u ta' Tigne' bl-iżviluppi li hemm kontemplati f'dan il- proġett, iktar u iktar meta dan se jieħu numru ta' snin biex jitlesta u allura se jikkaġuna uġigħ ta' ras ikbar għal dawn in-nies.", "Jiena naħseb ill kienet f'waqtha ferm l-osservazzjoni li kien hemm għad-dokument PA6798/98 dwar il-proposed link road minn ħdejn it-tankijiet tal-gass f'Regional Road għal Marina Street, Gżira u l-Manoel Island project, fejn il-planning authority ilmentat illi oriġinarjament tant ingħatat ftit informazzjoni dwar dan kollu li ma setax jinħareġ development permit sħiħ bil-konsegwenza li l-planning authority board kellu jikkonsidra li joħroġ outline permit b'ċerti reserved matters u kemm-il darba jinħareġ l-outline permit ir-roads department kellu jissottometti d-drawings dettaljati bbażati fuq surveyed plan sabiex l-awtorita' ta' l-ippjanar tkun tista' toħroġ il-permess sħiħ.", "L-istructure plan innifsu lanqas jindika r-rotta li kellha tieħu din il-link road iżda sempliċement ta l-parir li kienu meħtieġa studji dettaljati sabiex wieħed jasal għal dak illi jissejjaħ l- optimal route.", "Fil-fehma tagħna, il-fatt li ma ġiex konkluż traffic impact statement jista' jkollu konsegwenzi kbar għaliex filwaqt illi raw jekk t-triq proposta tiflaħx it-traffiku kurrenti ta' l-area u miegħu kien hemm żidiet ta' madwar 3% fis-sena għal 15-il sena li ġejjin, ma sar l- ebda kalkolu taż-żieda fit-traffiku li mistennija tiġi ġġenerata mill- iżvilupp u mit-tħaddim ta' dan il-proġett.", "U naħseb illi huwa importanti li dan il-punt jiġi enfasizzat.", "Dwar il-Kappara roundabout illi nqalgħet ftit ilu biex suppost tiġi upgraded, sabu li l-pjani sottomessi fil-proposta kienu saħansitra inqas dettaljati minn dawk approvati fl-outline permit innifsu.", "Sa mill-bidunett kien intqal illi ċerti xogħlijiet kellhom ikunu koperti minn permess temporanju u li ma kellhomx isiru ħlief meta jiġu finalizzati l-pjani għall- flyover.", "Kien intqal ukoll illi l-pjani finali kellhom jiddependu fuq traffic impact statement illi mhux biss kellu jqis il-proġett ta' Manoel Island iżda wkoll proġetti oħra fir-reġjun.", "Nagħti xi eżempji li nsibuhom fid-dokumenti li qed niċċita minnhom, fosthom iż-żieda eventwali li se jkun hemm fil-housing ta' Pembroke u l-estensjoni ta' l-isptar ta' Tal- Qroqq.", "Tant kollox jorbot mal-ħtieġa ta' traffic impact statement illi lanqas seta' jiġi determinat jekk l-introduzzjoni ta' traffic-lights waħedhom kenux biżżejjed u ma jkunx hemm serjeta' jekk fl-istudji li qed isiru ma jiġix ikkalkolat it-traffiku li l-proġett ta' Manoel Island sejjer effettivament joħloq.", "Bħala deputat tad-disa' distrett nappella biex dak illi jsir ma joħloqx inkonvenjenzi kbar lir-residenti tal-Gżira.", "Mr Speaker, irrispettivament minn min se jħallas għar-road works u min se jkun responsabbli għal dawn ix-xogħlijiet, inħoss illi fil-parti l-kbira huma konsegwenzjali għall-proġett aktar u aktar minħabba ż-żieda fit- traffic load.", "Tajjeb li wieħed ifakkar illi fir-rapport oriġinali tiegħu waqt il-fażi inizjali tad-diskussjonijiet, il-consortium MIDI kien qal lill-gvern li l-ħtieġa tal-link road bejn il-Kappara Junction u l-Gżira Strand u l-aċċellerazzjoni fit-timing huma iktar direttament influwenzati mill-proġett milli mill-junction innifisha.", "Għaldaqstant, fil- fehma tagħna, l-impatt fuq ir-residenti tal-Gżira, ta' Ta' Xbiex u ta' Tigne' huwa rilevanti u dan it-tħassib ġie espress ukoll minn x'uħud mill- kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet - għalkemm mhux il-kunsilli lokali kollha nvoluti wrew l-istess ammont ta' interess u tħassib.", "Ċertament li jien naqbel ma' dak illi qal il-kunsill lokali tal-Gżira li f'ittra li bagħat liċ-chairman ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar fis-27 ta' Settembru, 1999 qallu li peress li l-proġett huwa ta' entita' kbira, il-komunita' tal-Gżira se tħabbat wiċċha ma' inkonvenjent kbir u l-ambjent se jsofri wkoll danni irreparabbli.", "Dan huwa kliem il-kunsill lokali li ovvjament jirrappreżenta nies ta' fehmiet politiċi differenti.", "Naħseb li dan huwa l- iktar punt vitali.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Sur President, aktar ma jitwal iż-żmien biex dan il-proġett jitlesta - u fil-fatt fl-aħħar estimi jissemma l-perijodu ta' bejn 10 u 20 sena - ir-residenti tal-Gżira u anke l-kunsill lokali għandhom jingħataw kumpens xieraq u jsiru garanziji bankarji għall-ħsarat u għad-danni li żgur se jsiru matul iż-żmien tal-kostruzzjoni.", "Għalhekk il-kunsill lokali tal- Gżira kien talab formalment illi dawn l-affarijiet jiġu identifikati u msemmija minnufih.", "Huwa importanti li, per eżempju, il-passaġġi tal- vetturi nvoluti fix-xogħol ta' Manoel Island jiġu speċifikati u anke miftiehma mal-kunsill.", "L-ispustar ta' faċilitajiet, inklużi dawk sportivi u marittimi, għandhom jitlestew kmieni u s-servizzi infrastrutturali, bħall-elettriku, l-ilma u d-drenaġġ illi jgħaddu mit-toroq tal-Gżira għandhom isiru qabel ma jibda l-proġett u dan kollu għandu jsir bi ftehim mal-kunsill lokali.", "Kwalunkwe attivita' oħra li tista' tkun ta' preġudizzju mhux raġjonevoli għar-residenti tal-Gżira għandha tkun meħuda wara konsultazzjoni fi żmien xieraq mal-kunsill jew ma' rappreżentanti maħtura minnu.", "Huwa importanti wkoll illi jkun hemm garanziji li kull ħsara f'bini, f'toroq, bankini jew kwalunkwe struttura oħra tiġi rranġata fi żmien qasir u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumpens miftiehem mal- MIDI u li dan għandu jiġi nkluż ukoll fl-att ta' trasferiment ta' din il- proprjeta'.", "Huwa importanti wkoll illi wieħed jikkonsidra fatturi oħra li diġa' ġew elenkati mill-kunsill lokali tal-Gżira, fosthom illi jkun hemm aċċess għall-pedestrians fil-waterfront tal-Gżira waqt il-fażi tal-kostruzzjoni, li l-vejikoli tal-kostruzzjoni jkollhom rotot predeterminati u li għandu jkun hemm dak li jissejjaħ a shallow water bath fil-project gate biex it- toroq tal-Gżira ma jimtlewx kollha ħamrija mxarrba.", "Huwa importanti li l- maintenance ta' Strand Road mill-Kappara għal Tas-Sliema tiġi ddikjarata kmieni kemm jista' jkun bħala a distributory road ħalli l-maintenance tagħha jaqa' mill-ġdid f'idejn ir-roads department għaliex il-kunsill lokali tal-Gżira żgur m'għandux il-mezzi finanzjarji biex jagħmel il- maintenance ta' din it-triq, iktar u iktar meta wieħed iqis il-heavy vehicles illi jużawha.", "Mr Speaker, hemm bżonn illi jkun hemm kontinwita' fl-użu tal- faċilitajiet tal-football ground, tas-slipway u tal-mooring of small craft sakemm dawn jiġu biex jiċċaqilqu u hemm bżonn ukoll illi d-distributory road il-ġdida mill-Kappara jsirilha upgrading ta' l-underground services tagħha, partikolarment meta jkun hemm l-istorm water.", "Waqt ix-xogħol ta' kostruzzjoni għandhom ikomplu jitgawdew ċerti faċilitajiet pubbliċi bħalma huma l-bus stops, il-kiosks, il-petrol station u l-waterfront amenities ħalli l-komunita' tal-Gżira tibqa' kemm jista' jkun magħquda u bla mittiefsa.", "Mr Speaker, nappella wkoll biex il-visual back drop tas- swar tal-Belt mill-water front ta' Ta' Xbiex għal Tas-Sliema ma jitgħattix ħalli jkun jista' jibqa' jitgawda.", "Peress li l-proġett se jkollu impatt dirett fuq il-Gżira football club, huwa importanti li jittieħdu in konsiderazzjoni żewġ aspetti vitali billi l-club house u n-Nicholl ground jiġu mogħtija lill-football club b'titlu, jekk jista' jkun qabel ma l-art tiġi ttrasferita lill-MIDI consortium u x- xogħlijiet fuq Manoel Island innifsu jibdew bil-football pitch ħalli t- training ma jieqafx.", "Dan huwa importanti ħafna għall-membri tal-club tal- Gżira pero' l-club house jista' jinbena iktar tard, għalkemm huma ma jixtiequx illi jkun hemm ħafna dewmien.", "Sakemm jinbenda dan il-club house, qed jiġi ssuġġerit illi jistgħu jintużaw in-nissen huts illi hemm ħdejn il- football pitch il-ġdid.", "Mr Speaker, huwa importanti wkoll li jittieħdu in konsiderazzjoni l- ħteġijiet ta' Testaferrata Street business operators association illi kienu minn ta' l-ewwel illi ressqu l-ilmenti tagħhom.", "Din l-assoċjazzjoni flimkien mal-kunsill lokali għandhom jiġu konsultati dwar kif għandu jiġi managed u kkontrollat it-traffiku meta jgħaddi minn Ta' Xbiex, mill- Gżira u anke mill-Imsida.", "Wieħed ma jridx jinsa li fl-environment assessment study illi sar iż-żieda fit-traffiku waqt u wara l-iżvilupp tal- proġett, it-telf tal-marine ecology, it-tinġis ta' l-arja u żieda fit- traffiku tal-baħar kollha ġew identifikati bħala aspetti negattivi.", "Fi żmienna aħna konna kkummissjonajna żewġ evaluations, waħda mingħand Frank Salt, li huwa estate agent ewlieni fil-pajjiż u l-oħra mingħand il-Perit Lino Bianco.", "Għalkemm l-istimi tagħhom kienu jvarjaw b'mod konsiderevoli minħabba l-kriterji applikati, fil-fehma tagħna, iż-żewġ studji kienu rilevanti ħafna anke minħabba ċerti konklużjonijiet illi waslu għalihom.", "L-istudju li sar mid-ditta Frank Salt jgħid li t-tul ta' żmien ta' bini u inkonvenjenza kien se jkollu effett ukoll fuq il-valur potenzjali tas- siti konċernati.", "Id-ditta Frank Salt ma kenitx sempliċement qabblet il- valur tal-proprjeta' ma' dik ta' proprjetajiet oħrajn f'zoni oħra stabbiliti f'postijiet oħrajn madwar Malta, iżda, jekk niftakar sew, kienet għamlet studji komparattivi ta' proprjetajiet simili barra l-pajjiż ħalli tistabbilixxi l-potential sale price tal-units li se jinbnew f'Manoel Island u f'Tigne'.", "Niftakar illi fost l-osservazzjonijiet illi għamlet id- ditta Frank Salt biex turi li dan il-proġett jirnexxi l-aktar jekk jirnexxielu jiġbed il-barranin kien hemm illi l-Maltin ma jħobbux jixtru proprjeta' f'development areas kbar u ġodda qabel ma jarawhom lesti; li l- Maltin ma jħobbux iħallsu maintenance charges għoljin għal dawk illi huma common utilities u li x-xerrejja Maltin ma jeħdux gost li min iżurhom ikollu juża l-car park qabel ikun jista' jasal għandhom u li l-Maltin ma jħobbux it-temporary leases.", "Huma ma eskludewx illi bħala fall-back situation kwantita' minn din il-proprjeta' setgħet taqa' f'idejn il-Maltin għax ma tkunx sabet xerrejja barranin biżżejjed.", "Meta wieħed iqis il-mod drammatiku li bih waqgħu s-swieq tal-proprjeta' fi Spanja, fil-Portugal, fi Franza, fil-Greċja, f'Ċipru u anke fi Florida f'dawn l-aħħar seba' snin, wieħed mill-ewwel jintebaħ illi ninsabu għat-telgħa anke f'dan ir-rigward.", "Skond l-istudju ta' Frank Salt, l-overseas markets interest f'Malta huwa wieħed limitat l-aktar minħabba nuqqas ta' tagħrif xieraq u promozzjoni estensiva tas-suq tal-proprjeta' f'Malta barra l-pajjiż.", "Sadanittant ta' min wieħed ifakkar ukoll illi l-prezz tal-proprjeta' f'Malta baqa' dejjem tiela' matul is-snin b'rata ogħla minn dik tal-kompetituri tagħna.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li filwaqt illi aħna għandna kull fiduċja fl-operaturi Maltin involuti - u rrid nagħmel enfasi fuq dan il-punt biex ħadd ma jifhimni ħażin u jimmiżinterpretani - kuntrarju għal dak li jgħid il-gvern, nemmnu li huwa importanti wkoll li jkun hemm sehem - jekk mhux ukoll sħab - barrani.", "Naħseb li meta qed ngħid dawn l-affarijiet ma nkunx qed nagħti biss opinjoni personali imma nkun qed nirrifletti t-thinking ta' l-oppożizzjoni in ġenerali.", "Wara kollox dan kien rikonoxxut mill- konsorzju MIDI nnifsu meta s-Sur Albert Mizzi, iċ-chaiman tal-MIDI, kien bagħat ittra lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant bid- data tat-23 ta' Jannar, 1998 fejn kien qallu illi l-MIDI kienu bdew taħdidiet ma' sħab barranin prospettivi f'dan il-proġett.", "Fil-fatt f'memorandum il-MIDI kienu qalu wkoll illi:", "\"MIDI has reiterated that it would be in a much better position to secure foreign direct investment in the project through a shareholding once it can demonstrate that it has secured the deal.", "At the moment it had understandibly a credibility problem in marketing the project to potential investors.\".", "Naturalment il-konsorzju MIDI kien qed jitkellem b'dan il-mod għaliex kienu għadhom ma ftehmux mal-gvern dwar il-prezz tal-proġett.", "Jiġifieri fi kliem ieħor is-Sur Albert Mizzi, iċ-chairman tal-MIDI kien qed jgħid li huma kienu jħossu li kellu jkun hemm hemm sħab barranin f'dan il-proġett u fil-fatt kienu diġa' bdew taħdidiet preliminari u esploratorji ma' sħab prospettivi barranin imma ovvjament qabel ma jikkonkludu d-deal mal-gvern - u dan huwa argument loġiku min-naħa tagħhom bħala promoturi - kien se jkollhom ċertu handicap għaliex kien se jkollhom ċertu nuqqas ta' kredibilita' fil-marketing.", "Jien nifhem il-pożizzjoni ta' l-iżviluppaturi għaliex ovvjament meta tmur tagħmel marketing ta' proġett bħal dan u tkun għadek ma kkonkludejtx id-deal mal-gvern, inqas ikollok saħħa biex tiġbed investiment barrani.", "Imma issa li qegħdin lejliet il-konklużjoni ta' dan id-deal u l-ministru f'xi diskors li għamel il-ġimgħa li għaddiet diġa' ndika d-dateline ta' mid-February, naħseb illi issa iżjed u iżjed għandhom jiġu mistħarrġa l-possibilitajiet li jkun hemm investiment barrani allavolja nerġa' ntenni li aħna għandna kull fiduċja fil-promoturi Maltin li hemm involuti f'dan il-proġett.", "Mr Speaker, dwar Tigne' l-promoturi qed jintrabtu li jibdew minnufih bl- iskavar u bid-demolition works u għalhekk tajjeb illi wieħed ikun jaf x'impatt se jkun hemm fuq is-servizzi fis-site in ġenerali u kif se jkun skedat ix-xogħol fuq id-drenaġġ kemm għal Manoel Island u kif ukoll għal Tigne' Point għaliex f'rapport tal-MIDI stess jintqal illi dan jista' jkollu impatt materjali fis-snin 2004 u 2005.", "Tajjeb illi nkunu nafu wkoll jekk għadx hemm il-ħsieb illi jinbnew id-drainage retention reservoirs kemm f'Manoel Island u kif ukoll f'Tigne' Point.", "Jien ngħid illi hemm ħafna x'wieħed jitgħallem minn dan l-eżerċizzju.", "Jiena ma nħossx illi l- kunsilli lokali kienu kkonsultati biżżejjed u l-ħin kollu.", "M'iniex qed ngħid illi ma sarux konsultazzjonijiet ħalli ma niġux mifhum li qed inpinġi kollox iswed imma naħseb illi l-livell ta' konsultazzjoni fuq proġett illi fi kliem il-ministru stess huwa a mega project, seta' kien iktar sostnut u iktar intensiv.", "Dan m'iniex qed ngħidu biex indaħħal xi feles politiku fl-okkażjoni tal-lum, imma jixhduh anke ċerti ittri li kitbu l-istess kunsilli lill-awtoritajiet tal-pajjiż.", "Barra minn hekk, ma nħossx illi l-impenn mill-kunsilli lokali kien wieħed konsistenti mill-bidu sa l-aħħar għaliex filwaqt li kien hemm ċerti kunsilli lokali li wrew ċertu level-headedness u ċertu loġika u kien hemm kunsilli lokali li ħarġu għonqhom bil-kbir biex jaraw illi l- interessi taċ-ċittadini li jirrappreżentaw jiġu mħarsa kif suppost, kien hemm kunsilli lokali oħrajn - u ma jien se nsemmi lil ħadd b'ismu ħalli ma nkun qed nidentifika lil ħadd - illi minħabba interessi personali ta' xi ftit jew minħabba l-għamad politiku żammew lura milli jipprovaw iwaqqfu xi ftit ir-riedni tal-gvern u juru r-riservi tagħhom fuq ċerti affarijiet illi kienu qed jiġu proposti.", "U dan jixhdu l-fatt illi filwaqt illi ċerti kunsilli ngħaqdu u pproponew ċertu tibdil, kunsilli lokali oħrajn baqgħu fommhom sieket.", "U jiena nixtieq nistaqsi għaliex.", "Jien nemmen li quddiem proġett nazzjonali ta' din il-portata l-kunsilli lokali kollha għandhom ikunu vuċi waħda fit-tħassib tagħhom dwar ċerti elementi, mingħajr ebda diżrispett lejn il-promoturi jew lejn il-gvern innifsu.", "Mr Speaker, irrid infakkar li waqt public hearing li saret fis-7 ta' Ottubru tas-sena l-oħra - li jien kont preżenti għaliha - r-rappreżentanti tal-kunsilli lokali lmentaw illi ma ġewx ikkonsultati dwar il-link road li tinkludi l-flyover f'Regional Road junction fil-Kappara fejn diġa' kien hemm xi xogħlijiet għaddejjin u dak inhar il-proġett kien ġie deskritt bħala wieħed perikoluż, inaċċettabbli u li jista' jkollu konsegwenzi gravi.", "Irrid ngħid ukoll illi dak inhar kien hemm qbil li għalkemm il-link road proposta dehret li ma kenitx se tkun kapaċi tlaħħaq mal-capacity imbassar, mingħajrha s-sitwazzjoni kienet tkun ferm agħar.", "Pero' nixtiequ li l-gvern iserraħ moħħ il-poplu illi fl-attwazzjoni tal-proġett se tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-aspetti kollha negattivi li ħarġu mill- environment assessment study.", "Irridu niftakru li meta l-awtorita' ta' l- ippjanar approvat il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' f'Ottubru għamlet ċerti kondizzjonijiet illi rridu niżguraw illi jiġu osservati, fosthom li l-iżviluppaturi se jkunu marbuta jħallsu għall-esperti biex jimmoniterjaw id-diversi fażijiet tal-proġett innifsu.", "Huwa importanti li naraw illi b'riżultat tal-proġett ma jkollniex komunitajiet maqsumin fin-nofs u nerġa' nenfasizza li l-cohesion tal-komunitajiet konċernati għandha tiġi salvagwardata.", "Daqstant ieħor ma rridux naraw li ċerti komunitajiet stabbiliti tan- negozji jiġu emarġinati mit-traffic flow li kien jiġġeneralhom il-ħobża ta' kuljum.", "Ma rridux ninsew illi qabel daħlu n-negozjaturi tal-gvern taħt gvern Laburista, il-konsorzju MIDI kien qed jinsisti bil-miktub - u dan jirriżulta minn dokumenti pubbliċi - illi ma riedx jintrabat bl-ebda timeframe fil-provvediment u fil-kontribuzzjoni lejn l-infrastruttura pubblika u r-restoration costs u għall-ewwel riedu jorbtu kollox mal-mod kif kienet tiżviluppa l-analiżi kontinwa tal-kondizzjonijiet tas-suq tal- proġett u kieku ma nsistix gvern Laburista lanqas konna niġu ppreżentati b'dettalji dwar il-projections tal-profitabilita' tal-proġett innifsu.", "Fil-fatt f'Jannar ta' l-1998 il-gvern Laburista nsista li jingħata l- financial and marketing information kollha rilevanti.", "Nerġa' ntenni illi għalkemm il-Ministru Zammit Dimech jidher li għandu opinjoni differenti - u fil-fatt fl-erba' laqgħat tal-kumitat tal-verifika tkellem ukoll f'dan ir- rigward - aħna nħossu illi jkun aħjar jekk ikun hemm parteċipazzjoni barranija fil-proġett.", "Fil-fatt anke l-MIDI stess fil-bidu kienu interessati ferm fi sħab barranin f'dan il-proġett.", "Pero' kif għamel fil- każ tal-proġett tal-Kottonera, il-ministru ma ħassx illi dan huwa xi punt vitali li wieħed għandu jisħaq fuqu b'ċertu enfasi u b'ċertu importanza.", "Jien naħseb li kieku l-konsorzju MIDI ma kienx interessat fi sħab barranin ma kienx jgħid li ladarba jiġi konkluż id-deal ikun f'qagħda ferm aħjar illi jikseb investiment barrani dirett fil-proġett permezz ta' shareholding - dan kien il-kliem li kienu wżaw - għaliex sakemm kien qed jiġi finalizzat id-deal kien qed ikollu l-problema ta' kredibilita' illi semmejt iktar kmieni.", "Huwa importanti wkoll illi din il-Kamra tiġi aġġornata dwar l-obbligi tal-gvern innifsu f'dan kollu għaliex ċerti aspetti ma joħorġux mill-kuntratt innifsu, fosthom dwar il-vacant possessions ta' Manoel Island għaliex l-informazzjoni li għandi hi li hemm ċerti reallocations li għadhom ma ġewx finalizzati għal kollox u ma nafux jekk il-ventures kummerċjali humiex se jieħdu lump sum bħala kumpens jew inkella hux se jinstabilhom sit alternattiv kummerċjali qrib Manoel Island fejn ikunu jistgħu jkomplu jaqdu l-klijentela antika u stabbilita tagħhom.", "L-oppożizzjoni wriet ċertu serjeta' meta nsistiet illi dan il-proġett kellu jerġa' jiġi diskuss f'din il-Kamra għaliex wara kollox l-outline development permit li nħareġ huwa differenti ħafna mill-brief oriġinali li kien inħareġ taħt il-Ministru Dalli meta nħarġet il-call for interested parties biex jiġi żviluppat Manoel Island għall-ewwel darba.", "U għalhekk fil-kumitat sħaqna biex inkunu nafu għaliex sar tibdil sostanzjali fil- brief minn mindu nħareġ sal-lum u ridna nkunu nafu wkoll id-differenzi bejn l-outline permit kif ġie żviluppat u d-development brief kif inħareġ oriġinarjament.", "Kien rilevanti ħafna li l-Kamra tkun taf dan kollu għaliex il-brief tant inbidel illi probabbilment lanqas għadu jintgħaraf mill-brief oriġinali li ħareġ.", "Barra minn hekk, inbidlu radikalment ukoll il-komponenti tal-MIDI nnifsu.", "Meta saru l-economic impact studies tal-proġett kien hemm ċerti elementi bħalma kienet il-lukanda li issa m'għadhiex hemm u għalhekk nixtieq nistaqsi jekk huwiex opportun illi dan l-economic impact jiġi aġġornat għaċ-ċirkostanzi kif mibdula.", "L-oppożizzjoni għandha wkoll ċerti riservi dwar il-vijabilita' ta' casino iktar u iktar meta wieħed jaf li l- casinos qed ifaqqsu fil-pajjiż u allura rridu naraw jekk casino ieħor hemmhekk ikunx ta' vantaġġ jew żvantaġġ għall-casinos l-oħra li hemm proġettati fil-pajjiż, kemm dawk illi diġa' qed joperaw u kif ukoll dawk illi diġa' ġew approvati.", "Meta din il-ġimgħa erġajt qrajt l-economic impact study - u hawnhekk irrid ngħid li teknikament huwa tajjeb - l- overall impression li ħadt kienet li kien pjuttost ottimista ż-żejjed u deher illi donnu kien miktub minn ottika li jrid iġib il-likk proprju fejn iridu l-gvern.", "Fil-fatt dan l-istudju wera ċerti riservi dwar l- investiment barrani fil-proġett u ġab l-argument li meta jkollok investiment barrani u jsir il-qliegħ, parti minnu jiġi ripatrijat barra mill-pajjiż.", "Allura b'dan il-kejl ma nġibu l-ebda nvestiment barrani fil- pajjiż għax kull min jiġi jinvesti f'Malta fil-manifattura jew fis-servizzi se jkollu dritt jirripatrija l-profitti li jagħmel u jekk ikun hemm bżonn ikollu dritt ukoll jirripatrija l-kapital jekk jiddeċiedi li jxolji l- proġett tiegħu.", "Għalhekk naħseb illi dan il-kumment kien daqsxejn żejjed u barra minn loku.", "Mr Speaker, filwaqt li nawgura li dan il-proġett iseħħ, nixtieq nappella li għandna naraw li l-għanijiet fundamentali tiegħu jintlaħqu ħalli f'Manoel Island għall-ewwel darba jkollna organised recreation, tramite il- marina village innifsu u anke l-isports centre.", "Naħseb li b'dan il-mod inkunu qed nikkontribwixxu biex ngħollu l-kwalita' tal-livell ta' l- għajxien tan-nies f'dawk l-akwati li wara kollox qed jiġu mitluba jagħmlu ħafna sagrifiċċji biex dan il-proġett effettivament ikun jista' jsir.", "Jiena nittama wkoll illi l-proġett isir fi żmien raġjonevoli u mhux noqogħdu nistennew il-limiti aħħari tiegħu ta' 20 sena.", "Huwa importanti wkoll - naħseb dan huwa punt validu ħafna - illi jkun hemm good practice fix-xogħlijiet li jsiru għaliex dawn m'humiex se joħolqu biss problemi tat- traffiku imma se jżidu l-problemi tat-tniġġis ta' l-arja u tal-ħoss - sfortunatament hawn Malta għandna t-tendenza li n-noise pollution ma nagħtuhiex l-istess importanza daqs l-air pollution - flimkien ma' disturb u anke inkonvenjent ieħor għar-residenti ta' l-akwati.", "Sur President, dan il-proġett irid jiġi assessed fit-totalita' tiegħu billi nħarsu lejn l-aspett tal-vijabilita' finanzjarja tiegħu u lejn il- kontribuzzjoni ekonomika f'dawk illi huma impjiegi, output generation u revenue għall-Kaxxa ta' Malta.", "Ma rridux nilludu ruħna li ma jeżistux riskji għaliex ċerti riskji jeżistu u fil-fatt anke l-ekonomisti Delia u Vassallo fis-social economic impact study dwar dan il-proġett tkellmu dwar dawn ir-riskji.", "Huwa veru li dan il-proġett huwa importanti biex jagħti kick-start lill-ekonomija tagħna imma huwa importanti wkoll illi l- ekonomija tkun qed tikber simultanjament.", "Qed ngħid hekk għaliex kif ikkonkludew tajjeb l-ekonomisti li ħejjew dan ir-rapport, jista' jiġri li l-opportunitajiet ta' xogħol li dan il-proġett jista' joħloq fil-qasam tar- retail, tal-catering u ta' l-office works jispiċċaw jagħmlu displacement ta' impjiegi f'areas oħrajn minflok joħolqu żieda netta f'dawk illi huma impjiegi fil-pajjiż, xi ħaġa li hija meħtieġa ħafna bħalissa meta għandna problema serja ta' unemployment.", "Se nagħlaq dan id-diskors tiegħu billi nikkwota silta minn dan l-istudju li għadni kif semmejt:", "\"The overall social impact of the project is definitely positive, both in terms of the enrichment to the existing infrastructure in the areas concerned and in the provision of new services both to the existing communities around the area to be developed and to the new communities that will develop on the sites themselves.", "These impacts however will remain positive as long as the project once undertaken will be brought to term and all the property is in use.", "If this does not materialise the social impact would turn to be negative, not only because they would not have satisfied the aspirations generated among many but also because the services promised would not be maintained.\".", "Dan huwa proġett illi għandu element ta' riskju minħabba l-kobor tiegħu, minħabba l-ammont ta' provvista ta' proprjeta' illi se jiġġenera u kif ukoll minħabba l-upfront investments meħtieġa mill-banek u mill-promoturi.", "Għalhekk huwa importanti li kollox jiżviluppa b'mod bilanċjat għaliex wara kollox jekk dan il-proġett ikunx sostenibbli jew le jiddependi fuq il-kisba ta' taħlita xierqa ta' dawn il-fatturi kollha.", "Ftit ilu ġie f'idejja ktieb bl-isem \"An Island Within an Island\" li kien jittratta dwar il-wirt arkitettoniku ta' Manoel Island.", "Fil-fatt l-awtur jiddeskrivi lil Manoel Island bħala the green lung - ovvjament qed jitkellem mil-lat ambjentali - għall-ibliet ta' madwar li huma ultra żviluppati u hawnhekk kien qed jirriferi għal Tas-Sliema, il-Gżira, l- Imsida u l-Pieta' u jgħid hekk:", "\"Unless the development of Manoel Island is treated sensitively, the unique character of this place could be ruined.\".", "Nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi anke jien nawgura li l-iżvilupp f'Manoel Island jiġi ttrattat b'mod sensittiv.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Sur President, kull meta jitkellem il-ministru jħobb jagħti x'jifhem illi donnha f'Malta x-xemx telgħet fl-1987 u qabel dan iż-żmien ma ġara xejn f'pajjiżna u l-perijodu ta' 22 xahar ta' gvern Laburista qisu ma eżistiex.", "Fil-fatt illum jien nixtieq nagħmel bħalu u nibda billi nagħti daqqa t'għajn dwar kif żviluppa l-proġett ta' Manoel Island u ta' Tigne' Point, pero' nixtieq immur naqra iktar lura milli mar hu għax hu mar lura sa l-1990 mentri jien nixtieq ngħid x'ġara fis-sena 1985, 1986 u 1987.", "Dakinhar proprju taħt gvern Laburista mmexxi mill-prim ministru ta' dak iż-żmien, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, sar l-ewwel tentattiv serju sabiex tiġi żviluppata Manoel Island.", "Fil-fatt tramite l-MDC, li dak iż-żmien kienet taqa' taħt l-Onor.", "Karmenu Vella, kien beda jsir tiftix għall- interess għall-iżvilupp ta' Manoel Island u effettivament kien hemm kumpannija barranija interessata li tiżviluppa Manoel Island.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħir u ngħid li ma nistax nifhem kif dejjem irid ikun gvern Laburista li jsib il-barranin li jkunu interessati jinvestu fil-pajjiż u gvern Nazzjonalista dejjem isib id-diffikultajiet biex iġib l-investiment barrani f'pajjiżna.", "Dak inhar gvern Laburista kien sab consortium immexxi mill-Prinċep Taljan Emanuele di Savoia li fih kellu kumpannija Ġermaniża b'saħħitha ħafna tramite kumpannija sussidjarja tagħha Franċiża li kien jisimha Klokner.", "Fil-fatt għar-records ta' din il- Kamra nixtieq ngħid li dan il-consortium kien ingħata letter of intent sabiex jiżviluppa Manoel Island u kienu bdew isiru l-pjanti u l-istudji mill-Klokner biex Manoel Island setgħet tiġi żviluppata b'mod illi jkun hemm proġett feasible.", "Pero' waslet l-elezzjoni ta' l-1987 u waqaf kollox għaliex kif tela' gvern Nazzjonalista, il-letter of intent twaqqfet u għall- perijodu ta' tliet snin prattikament ma sar xejn ħlief għal xi artikli li bdew jinkitbu fil-gazzetti minn diversi persuni, b'mod partikolari minn ċerti żviluppaturi, dwar il-bżonn li Manoel Island u Tigne' Point jiġu żviluppati.", "Jekk m'iniex sejjer żball, żviluppatur wieħed partikolari, is- Sur Anġlu Xuereb, kien jikteb ripetutament dwar il-potenzjal ta' żvilupp f'Tigne' Point.", "Naturalment dak iż-żmien il-gvern ra li f'Manoel Island - u naħseb li din naqblu magħha - ma setax isir żvilupp intensiv peress li kien hemm ħafna fdalijiet storiċi li biex tirrestawrahom trid tonfoq ħafna flus u l- ammont ta' żvilupp li seta' jsir kien żgħir.", "Għalhekk ikkombina Manoel Island li seta' jieħu ċertu ammont ta' investiment u r-return ma kienx daqstant tajjeb ma' Tigne' Point li kellha potenzjal ta' żvilupp u kienet waħda mill-prime sites f'Malta li permezz ta' investiment seta' jsir proġett li jirrendi.", "U allura nħolqot l-idea li jkun hemm kombinazzjoni ta' żvilupp f'Manoel Island u Tigne' Point.", "Imbagħad inħareġ id- development brief, 54 żviluppatur urew interess, ġew magħżulin disgħa li tefgħu s-sottomissjonijiet tagħhom u mbagħad kien hemm shortlisting ta' tlieta.", "Fl-aħħar kien intgħażel consortium li suppost kellu interessi Taljani flimkien ma' interessi Maltin u interessi Ingliżi imma meta ġew għall-firma tal-letter of intent għal xi raġuni jew oħra l-parti Ingliża tal-consortium spiċċat barra u l-letter of intent ġiet iffirmata mal- consortium li dak inhar kien magħmul minn shareholding Taljan u shareholding Malti.", "Fil-fatt f'idejja għandi kopja tal-letter of intent li kienet iffirmata mal-consortium MIDI u dakinhar li ġiet iffirmata dan il- consortium kien għadu in formation.", "Dak iż-żmien il-consortium MIDI kien ifformat minn kumpannija li kien jisimha MGH Limited li tfisser, Mizzi, Gasan u Hili, li kellhom 45% tax- shareholding, id-ditta ta' imprendituri Taljani COGEFAR li kellhom shareholding ta' 45% u d-ditta Pininfarina Extra li huma disinjaturi b'shareholding ta' 10%.", "Dan ifisser li meta ġiet iffirmata l-letter of intent mal-consortium MIDI, l-investiment barrani fil-MIDI kien jiżboq dak Malti għaliex l-investiment barrani kien jammonta għal 55% filwaqt li l- investiment Malti kien jammonta għal 45%.", "Ir-raġuni għal dan kienet illi meta kienet ħarġet is-sejħa għal min kien interessat, il-Ministru Dalli kien għamel enfasi kbira dwar il-bżonn illi jkun hemm investiment barrani għal dan l-iżvilupp.", "Għalhekk dak inhar il-consortium MIDI kellu maġġoranza ta' shareholding barrani.", "Issa ma nafx għaliex f'daqqa waħda nbidlet id-diska f'dan il-parlament u l-affarijiet li kienu tajbin għaxar snin donnhom m'għadhomx aktar tajbin.", "Għaliex illum in-naħa tal-gvern qed tgħid li m'hemmx għalfejn ikollna investiment barrani f'dawn it-tip ta' proġetti u li dawn il-proġetti jistgħu jsiru mill-Maltin stess?", "Aħna għandna fiduċja fil-Maltin daqskemm għandha n-naħa l-oħra pero' naħseb li lkoll naqblu illi aħna l-Maltin m'għandniex esperjenza f'dawn it-tip ta' proġetti.", "Irridu nkunu realistiċi u nammettu li f'pajjiżna għadu qatt ma sar proġett ta' din l-entita' u jekk proġett bħal dan ma jsirx sewwa, jistgħu jinħolqu problemi għall-pajjiż kollu.", "Meta nafu illi hawn Malta m'għandniex nies biżżejjed li għandhom expertise jew esperjenza fuq dawn it- tip ta' proġetti, jagħmel sens illi titlob illi jkun hemm għajnuna permezz ta' investiment minn shareholders barranin.", "L-uniku proġett li forsi jqarreb ftit lejn il-proġett illi għandna llum quddiemna kien il-proġett ta' Santa Maria Estate li kien sar fuq art privata minn kumpannija fis- sittinijiet u li ċ-chairman tagħha dak inhar inzerta l-istess chairman tal-MIDI llum, cioe' s-Sur Albert Mizzi.", "Issa kulħadd jaf li l-problemi li għadda minnhom il-pajjiż minħabba l-proġett ta' Santa Maria Estate kienu dovuti għall-fatt li ma kienx hemm biżżejjed nies esperti biex imexxu proġett ta' dik l-entita' kbira li sar fuq medda ta' snin.", "Naħseb illi f'dan il-parlament kulħadd jiftakar id-diffikultajiet kbar illi kien hemm fuq it-toroq u fuq is-sistemi tad-drenaġġ u l-mod kif sar l-iżvilupp u kif daru l-pjanti hemmhekk.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet għaliex aħna jidhrilna li meta nagħmlu proġetti li għal Malta huma ġodda, għandna naraw illi jekk jista' jkun inġibu magħna nies minn barra l-pajjiż illi għandhom esperjenza f'dan id-daqs ta' proġetti u għandhom l-expertise f'dawn it-tip ta' proġetti biex jgħinuna anke billi jinvestu f'dawn il-proġetti.", "Jien ngħid li jekk fl-aħħar mill-aħħar tkun temmen fi proġett għandek tinvesti fih u mhux tiġi mqabbad bħala operatur jew bħala project manager.", "Jekk aħna nsibu investituri barranin li jemmnu fi proġett bħal dan għandna ndaħħluhom magħna sabiex huma jipparteċipaw ukoll.", "Pero' issa ħalli nkompli fuq kif żviluppa l-proġett.", "Il-letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point. ġiet iffirmata fit-22 ta' Diċembru, 1993, mal-consortium MIDI li ffirmaw għalih MIDI is-Sur Albert Mizzi u s-Sur Paolo Pininfarina.", "Din il-letter of intent kienet tindika b'mod preċiż kif kellu jsir l-iżvilupp li eventwalment ried iwassal għal din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna llum.", "Għalhekk tajjeb illi wieħed jara daqsxejn kif żviluppa l-proġett f'dak il-perijodu u x'sibna aħna meta tlajna fil-gvern fl-1996.", "Kif diġa' qal qabli l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Leo Brincat, aħna ndunajna li mal-medda tas-snin il-proġett inbidel ħafna minn dak illi kien hemm fil-brief oriġinali.", "U se nagħti xi ftit eżempji ta' kif inbidlu l-affarijiet kemm fuq Manoel Island u kif ukoll fuq Tigne' Point.", "Il-brief kien jgħid illi f'Manoel Island kellu jkun hemm 400 residenza u effettivament spiċċajna b'499 residenza, il-brief kien jgħid ukoll illi f'Tigne' Point kellu jkun hemm 300 residenza u spiċċajna b'413-il residenza.", "Dan ifisser li minn 700 residenza tlajna għal iktar minn 900 residenza fil-proġett kollu.", "U hawnhekk nixtieq nistaqsi: Għaliex żdiedu n-numru ta' residential units f'Manoel Island u Tigne'?", "Għal dak li jirrigwarda l-office space, il- brief kien jgħid illi f'Manoel Island kellu jkun hemm 10,000 metru kwadru ta' office space u effettivament fl-1996 sibna li kien hemm 1,100, jiġifieri dan naqas drastrikament b'900%.", "L-istess sar ġewwa Tigne' Point fejn l-office space naqas minn 20,000 metru kwadru għal 14,500 metru kwadru.", "Rigward l-area għall-catering and retail facilities fil-brief kien hemm maħsub illi f'Manoel Island jkun hemm 12,000 metru kwadru mentri aħna sibna li l-iżvilupp li kien hemm ftehim miegħu mal-planning authority kien ilaħħaq id-29,000 metru kwadru, aktar minn darbtejn u nofs dak li kien hemm fil-brief.", "L-istess sar ġewwa Tigne' Point fejn l-area for retail and catering facilities minn 15,200 metru kwadru telgħet għal 22,550 metru kwadru.", "Dan ifisser li illi f'Manoel Island u f'Tigne' Point żdiedu r- residential units u r-retail and catering facilities u naqas l-office space.", "Barra minn hekk, nafu wkoll li f'Manoel Island suppost kellhom jinbnew żewġ hotels kbar ta' 1,200 sodda pero' effettivament issa dawn il-lukandi m'humiex se jinbnew u f'Tigne' Point minflok se tinbena hotel ta' 720 sodda se nispiċċaw b'lukanda ta' 600 sodda.", "Minħabba li żdiedu r-residential units u żdiedet l-area għar-retail facilities, il-planning authority nsistiet illi jiżdiedu n-numru ta' parking bays u effettivament fil-każ ta' Manoel Island minn 1,400 żdiedu għal 1,589 parking bay u fil-każ ta' Tigne' Point minn 500 żdiedu għal 1,037 parking bay.", "Irrid nirrimarka wkoll li f'dan il-proġett iddaħħlu affarijiet oħra illi qabel ma kenux hemm u fost dawn insibu l-leisure facilities.", "Fil-fatt f'Manoel Island se jiġu allokati 16,200 metru kwadru għal-leisure facilities filwaqt li f'Tigne' Point se jiġu allokati iktar minn 10,000 metru kwadru għal din l- istess għan.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll il-yacht marina li se jkun fiha 347 berth.", "Meta wieħed jara dawn id-dettalji jirrealizza li l-affarijiet inbidlu b'mod sostanzjali minn meta ġie ppubblikat il-brief u jien ngħid li jista' jagħti l-każ - m'iniex ngħid li se se jiġri hekk - li jkun hemm min jgħid li kieku kien jaf illi l-proġett se jinbidel b'dan il-mod kien ikun ukoll interessat fih.", "Sur President, fejn qabel l-enfasi għall- iżvilupp ta' dan il-proġett kien iktar fuq it-turiżmu issa qiegħed iktar fuq residential accommodation u commercial and retail activity.", "Ta' min jinnota wkoll li minn meta ġiet iffirmata l-letter of intent mhux il-brief biss inbidel imma nbidlet ukoll il-kompożizzjoni tal-consortium.", "Kif għidt iktar kmieni fid-diskors tiegħi, meta ġiet iffirmata l-letter of intent il-consortium kien kompost minn 45% shareholding tal-MGH Limited, 45% shareholding tal-COGEFAR u 10% shareholding ta' Pininfarina.", "Pero' meta aħna tlajna fil-gvern fl-1996 sibna li dan kollu kien inbidel u minn dak ix-shareholding maġġoritarju barrani spiċċajna bi tliet partners li kienu Alf.", "Mizzi, Gasan u Hili li kellhom stake fil-proġett, daħlet in- NOVITA minflok it-Taljani u l-ammont ta' shareholding ta' Pininfarina minn 10% niżel għal 1%.", "Il-kumpannija NOVITA kienet magħmula minn ħames kuntratturi pero' sussegwentement tnejn minnhom telqu u daħlu minflokhom l-Mizzi Group u Dr. Mamo bil-kumpannija tiegħu.", "Sur President, irrid ngħid x'kien sar bejn l-1996 u l-1998 minn gvern Laburista biex itejjeb dan id-deal li dak iż-żmien kien qed jieħu ħsiebu l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Charles Mangion.", "Fl-1996 aħna sibna li l-ground rent li kienet ġiet negozjata ma' gvern Nazzjonalista preċedenti kienet tammonta għal Lm600,000 per annum.", "Effettivament bin-negozjati li għamel gvern Laburista l-ground rent tellajniha għal Lm1,050,000 li sal-year 51 kellha titla' għal Lm1,200,000.", "X'għamel iktar gvern Laburista meta nnegozja mal-consortium?", "Il-ministru jħobb jitkellem ħafna fuq kemm se jiggwadanja l-pajjiż minn dan il-proġett u jgħid illi minnu se ndaħħlu madwar Lm40 miljun fi premia.", "Qabel l-1996 gvern Nazzjonalista kien innegozja li kellu jkun hemm premium ta' Lm12.5 miljun fuq rebated ground rent; premium ta' Lm3 miljun minħabba l-off site obligations; Lm0.75 miljun oħra minħabba xi xogħlijiet li kellhom isiru; restoration commitments ta' Lm5 miljun u Lm8 miljun minħabba l-infrastructural works li kellhom isiru.", "Dan ifisser li gvern Nazzjonalista kien ftiehem illi bħala premia kellu jdaħħal Lm28 miljun.", "Meta tela' fil-gvern il-Partit Laburista u beda jinnegozja mill-ġdid mal-MIDI, dawn it-Lm28 miljun tellagħhom għal Lm40 miljun li kienu maqsumin kif ġej: Lm20 miljun bħala cash premium; il-premium tal-works minn Lm3.75 miljun tela' għal Lm6 miljun; il-Lm5 miljun premium għar-restoration baqa' l-istess u l-premium għall-infrastructural works minn Lm8 miljun tela' għal Lm9 miljun.", "Aħna nistgħu niftaħru li permezz ta' l-impenn li wrejna mal-MIDI fin-negozjati konna kapaċi ngħollu l-ground rent b'mod sostanzjali u nżidu l-premium minn Lm28 miljun għal Lm40 miljun.", "Aħna niftaħru li għamilna dawn l- affarijiet mhux għalina personali imma għaliex ridna nagħtu deal aħjar lill- pajjiż.", "Jekk wieħed jara dawn l-affarijiet u xogħlijiet oħrajn li saru waqt li gvern Laburista kien qed jinnegozja mal-MIDI, wieħed isib illi konna bdejna biex nirrivedu dak illi kien ġie miftiehem sa l-1996 b'mod illi jagħmel ċertu sens.", "Per eżempju, aħna la qatt qbilna mal-MIDI li nagħtuhom liċenzja tal-casino - u fuq din nitkellem iktar tard - u lanqas li naħfrulhom it-taxxa tal-boll, minkejja dak kollu li qal il- ministru.", "Huwa veru li l-consortium MIDI talab li jingħata liċenzja tal- casino u talab biex tinħafirlu t-taxxa tal-boll, imma min-naħa tagħna ma qbilniex.", "Meta nbidel il-gvern fl-1998 il-ministru preżenti sab li diġa' kien hemm ftehim fuq ground rent ta' ċertu ammont u sab ukoll ftehim ta' Lm40 miljun fi premia.", "Meta tara dawn l-affarijiet kollha tirrealizza li gvern Nazzjonalista mhux tlali ma kellux għalfejn jibda from scratch talli kellu ħafna fuqxiex jaħdem.", "Huwa veru li kien hemm l-issue tal-vacant possession li kienet taħraq ħafna u kien hemm ħafna xi jsir fuqha.", "Fil- fatt il-Ministru Zammit Dimech impenja ruħu fuq din l-issue li sfortunatament għadha m'hijiex solvuta kollha u għad hemm ħafna xi jsir fuqha.", "Pero' jidher li x-xogħol miexi sewwa għalkemm irrid ngħid ukoll li kien proprju gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 li ħadem fuq din l-issue tal-vacant possession u rnexxilu jsolvi l-aktar żewġ problemi kbar li kien hemm li kienu l-kwestjoni tal-Manoel Island yacht repair yard u l- kwestjoni tal-Medserv.", "Fil-fatt il-Medserv ġiet rilokata u ttieħdet il- Freeport filwaqt li fil-każ tal-Manoel Island yacht repair yard intlaħaq ftehim dwar kif kellha tiġi integrata fil-proġett.", "Imbagħad fl-1998 saret l-elezzjoni, tela' l-Partit Nazzjonalista fil- gvern u l-Ministru Zammit Dimech ingħata l-inkarigu li jmexxi 'il quddiem il-proġetti kapitali tal-pajjiż.", "Jien dejjem ngħid li l-Ministru Zammit Dimech huwa ottimist ħafna kemm metajitkellem u kif ukoll meta jikteb.", "U se nikkwota x''qal fis-27 ta' Novembru 1998 meta kien qed jitkellem fuq il- MIDI consortium:", "\"We have made great progress with the MIDI consortium.", "Discussions are at a very advanced stage and it is still possible to sign an agreement by the end of December 1998.\".", "Effettivament l-agreement ġie ffirmat sena wara!", "F'dan l-istess rapport jgħid illi dan il-proġett għandu jieħu bejn tmien u għaxar snin u għandu jqum madwar Lm120 miljun.", "Imbagħad fl-ewwel tas-sena 1999 reġa' kiteb artiklu fil-ġurnal \"The Times\" li kien iġib l-isem \"Malta in 1999\" fejn qal hekk:", "\"1999 will be a year of intense activity when major projects take off.", "Agreements regarding Cottonera as well as Manoel Island, Tigne' should be signed in the first weeks.\".", "Jiġifieri fl-ewwel ġimgħa tas-sena 1999 kellu jsir il-ftehim fuq il- proġett ta' Manoel Island u Tigne'.", "Effettivament qegħdin fis-sena 2000 u naħseb għad jonqosna ftit ieħor qabel ma naslu għal ftehim aħħari fuq dan il-proġett.", "Pero' minkejja kollox il-proġett mexa 'l quddiem.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi wkoll għal risposta oħra li kien tani l- Ministru Zammit Dimech għal mistoqsija parlamentari li kont għamiltlu fid- 9 ta' Novembru 1998 dwar il-proġett ta' Manoel Island fejn kien irrispondini b'dan il-mod:", "\"Madanakollu l-gvern għadu ottomist.", "Negozjati jiġu konklużi sa tmiem din is-sena, jiġifieri l-1998.", "Il-bidu tal-proġett huwa kondizzjonat mill-approvazzjoni li trid issir mill-awtorita' ta' l-ippjanar, filwaqt illi nawgura li nkunu nistgħu naraw il-bidu tal-proġett fl- ewwel xhur tas-sena d-dieħla 1999.\".", "Pero' minkejja l-goodwill kollha li kien qed juri l-ministru dan baqa' ma seħħx.", "Irridu nkunu realistiċi u nammettu li minkejja l-intenzjonijiet tajba li jista' jkollna aħna, ikun hemm xi affarijiet oħrajn li jżommu proġett bħal dan milli jimxi 'l quddiem.", "U hawnhekk nixtieq nieħu l- opportunita' u ngħid li filwaqt li aħna favur il-proġett kif inhu propost ħlief għal kondizzjoni waħda li tkellem fuqha l-kollega tiegħi l-Onor.", "Leo Brincat u li għaliha ressaqna emenda pero' hemm bżonn li nitgħallmu ftit kif isiru l-affarijiet.", "Naqbel mal-ministru li l-mod kif ġie ttrattat dan il-proġett kemm mil- lat ta' diskussjoni u kif ukoll minħabba l-fatt illi nġab outline planning permit qabel ma tressaq fil-parlament kien ħafna aħjar minn kif kienu trattati proġetti oħrajn li tressqu quddiem dan il-parlament.", "Jiddispjaċini li ma saritx l-istess ħaġa fuq il-proġett tal-Kottonera għax kieku naħseb imxejna ħafna iktar malajr fuq dak il-proġett ukoll.", "Jiena naħseb li l-fatt li hemm qbil fuq dan il-proġett miż-żewġ naħat tal-Kamra jawgura tajjeb biex proġett ta' din l-entita' jkun jista' jimxi 'l quddiem b'mod illi jagħmel aktar sens.", "Pero' aħna meta nitkellmu fuq proġett ta' din in-natura nħarsu lejh minn diversi lentijiet.", "Naħseb li apparti li naraw x'inhuma d-drittijiet tal-gvern f'dan il-kuntrastt u dak illi se jdaħħal il-gvern minn dan il-proġett, irridu naraw ukoll kif se jintlaqtu d-diversi azjendi u d-diversi nies illi se jkunu affettwati minn dan il-proġett.", "Jien nifhem li l-proġett fih innifsu jista' joħloq xi inkonvenjent lil ċerti nies imma jekk dan se jgħaddi wara ċertu żmien u se jinħoloq iktar ġid u investiment li jistgħu jissarrfu f'iktar xogħol, allura wieħed jasal biex jgħid li dan l-inkonvenjent se npattu għalih 'il quddiem.", "Imma xorta waħda jibqa' l-fatt illi wieħed għandu joqgħod attent biex l-inkonvenjent li jinħoloq kemm jista' jkun ikun mill-inqas.", "Sur President, se nagħti issa daqqa t'għajn lejn il-kuntratt innifsu kif ippreżentat għax għalkemm fil-kumitat ta' dan il-parlament kellna ċans niddiskutuh u nifluh tajjeb xorta nixtieq nerġa' nirripeti xi punti rilevanti - allavolja ma kenux xi breaking points fuq il-kuntratt - li tqajmu waqt id-diskussjoni.", "Per eżempju, waħda mill-issues li ssemmiet ħafna kienet il-kwestjoni tal- concession fuq bażi mhux perpetwa imma għal 99 sena.", "Din hija issue li ma tirrigwardax biss dan il-proġett u fil-fatt kienet issue kbira fuq il- proġett tal-Kottonera u issa reġgħet tfaċċat fuq dan il-proġett.", "Gvern Nazzjonalista ftaħar li daħħal l-idea li minflok il-concession tingħata għal terminu perpetwu tingħata għal 99 sena.", "Pero' ħalli naraw effettivament x'inhi d-differenza bejn dak li kien hemm qabel u dak li hemm issa.", "Fi żmien gvern Laburista kien ġie miftiehem illi l-concession tingħata għal terminu perpetwu għal dak li jirrigwarda r-residential units u l-parti kummerċjali imma l-fdalijiet storiċi ma kenux se jingħataw b'ċens perpetwu u l-areas pubbliċi bħat-toroq, per eżempju, kienu se jerġgħu lura għand il-gvern.", "Issa d-differenza li nsibu f'dan il-kuntratt ma' dak ta' qabel hija li llum minflok ir-residential units se jingħataw b'ċens perpetwu, se jingħataw b'ċens għal 99 sena pero' hemm klawsola li tgħid li meta jridu jistgħu jaqilbu għal ċens perpetwu u ultimately jifduh ukoll.", "Jiena kont naħseb illi meta l-gvern qed jagħti din il-konċessjoni li minn ċens għal 99 sena jistgħu jaqilbu għal ċens perpetwu kien se jdaħħal xi kemxa flus mhux ħażin pero' l-verita' hi li biex dawn in-nies li se jixtru r-residential units ikunu jistgħu jaqilbu ċ-ċens ta' 99 sena għal ċens perpetwu kulma jridu jħallsu huwa l-awdemju li jiġi sena ċens.", "Jiġifieri jekk ikollhom Lm150 ċens fis-sena jħallsu Lm150 oħra u ċ-ċens minn 99 sena jinqaleb għal ċens perpetwu.", "Għalhekk kienet ġusta l- kritika lill-gvern min-naħa tagħna meta għidnielu li jekk verament jemmen li ħadd m'għandu jkollu ċ-ċens perpetwu imma se jagħti dan id-dritt lil min iridu, għallinqas għandu japprofitta ruħu iktar u mhux jitlob li jitħallas l-awdemju biss!", "Ma rridux ninsew li mbagħad minn ċens perpetwu wieħed faċilment jista' jaqleb għal outright purchase, dejjem fil- parametri tal-liġi li tirregola kif wieħed jaqleb minn ċens perpetwu għal outright purchase.", "Allura aħna konna nippretendu li bħalma jiġri meta proprjetajiet tal-joint office li jkunu b'ċens għal 99 sena u mhux b'ċens perpetwu u jkunu jridu jinxtraw outright, jintlabu eluf ta' liri biex tagħmel dan it-tip ta' trasferiment ta' title ...", "Jien naf b'każi fejn min kellu ċens ta' ftit ċenteżmi fis-sena talbuh Lm6,000 biex jagħmel outright purchase.", "Jekk il-gvern kellu l-ħsieb li jagħmel dawn it-tip ta' dealings nifhimha imma ma nistax nifhem kif il-gvern għamel dan l-istorbju kollu fuq il-kwestjoni taċ-ċens perpetwu meta kulma se jdaħħal jekk iċ-ċens minn 99 sena jinqaleb għal ċens perpetwu hija one year's amount of lease!", "Naħseb li waħda mill-affarijiet tajbin u interessanti li nsibu f'dan il- kuntratt huwa l-mod kif inħadem il-ground rent illi ġie definit per square metre għal kull proprjeta'.", "Pero' jien ma nistax nifhem kif fi żmien il- gvern Laburista l-ground rent kien miftiehem li kellu jitla' għal Lm1,050,000 kull sena u sal-year 51 kellu jitla' għal Lm1,200,000 u issa f'dan il-kuntratt insibu li f'daqqa waħda minn Lm1,050,000 niżel għal Lm840,000 u s-somma ta' Lm1,200,000 niżlet għal Lm960,000.", "X'inhi -raġuni għal din ir-reduction fl-ammont ta' lease li se jdaħħal il-gvern?", "Forsi għaliex iċ-ċens m'għadux perpetwu?!", "Imma jekk din hija r-raġuni jiddispjaċini ngħid li ma tagħmilx sens għaliex kif għadni kemm spjegajt, l-ammont ta' flus li se jdaħħal il-gvern meta min jixtri jaqleb għal ċens perpetwu huwa żgħir ħafna meta mqabbel ma' l-ammont ta' flus illi jdaħħal il-gvern jekk jiġu maħduma ċ-ċnus.", "Hawnhekk il-gvern se jiġi jitlef madwar Lm200,000 ċens fis-sena u forsi l-ministru jista' jispjegalna kif f'daqqa waħda kien hemm din id-differenza fl-ammont li kellu jdaħħal.", "Sur President, taħt gvern Laburista kienu saru diskussjonijiet għal dak li jirrigwarda l-premiums u kien intlaħaq qbil li l-gvern kellu jdaħħal Lm40 miljun fi premiums.", "Fil-fatt il-Ministru Zammit Dimech iħobb jiftaħar li meta jsir il-kuntratt il-gvern jibda jdaħħal Lm40 miljun mill-premiums, pero' tajjeb li nispjegaw lill-poplu kif inhuma maqsuma dawn il-premiums: L-ammont ta' Lm5,570,000 premium se jitħallas fuq perijodu ta' snin, Lm20 miljun oħra se jitħallsu fuq perijodu ta' snin li jiġi wara li jitħallsu l-Lm5,570,000 - u dawk l-Lm20 miljun jistgħu wkoll jinqalbu f'shares - Lm9 miljun oħra huma abbinati ma' żviluppi infrastrutturali u Lm5 miljun għar-restoration works.", "Imma effettivament meta l-gvern jiffirma l-kuntratt mal-MIDI minn Lm40 miljun se jdaħħal Lm200,000.", "Issa l-gvern se jkun out of pocket għaliex meta tara x'inhuwa tenut li joħroġ il-gvern bħala parti mill-kuntratt issib li jrid joħroġ is-somma ta' Lm5,570,000 mill-ewwel bħala expropriation and reallocation costs, jiġifieri se jdaħħal Lm200,000 u jrid joħroġ Lm5,570,000, irid joħroġ ukoll madwar Lm3.5 miljun biex jagħmel il-Gżira link road bejn id-dħul ta' Manoel Island u l-Kappara Junction ta' ħdejn it-tankijiet tal-gass u jrid joħroġ ukoll - għalkemm s'issa għadha m'hijiex definita - ammont ta' flus lill-water services corporation - veru li dawn huma flus minn but għal but - minħabba li l-impjant tar-reverse osmosis f'Tigne' ġie żarmat u l-water services corporation qed titlob kumpens ta' Lm2,800,000.", "Jiġifieri b'kollox il-gvern se jdaħħal Lm200,000 meta jiffirma l-kuntratt u f'perijodu relattivament qasir se jispiċċa joħroġ 'il fuq minn Lm11-il miljun.", "Jien ma nafx jekk dan nistgħux insejħulu a good deal!", "Sur President, waħda mill-affarijiet strambi li sibt meta kont qed nara l-mod kif żviluppaw l-affarijiet kienet illi jekk taqra l-letter of intent issib illi l-gvern kien rabat lill-consortium li jrid joħroġ xi flus għall-expropriations li kellhom isiru.", "U se nikkwota din il-klawsola:", "\"The government would agree to evict all other tenants provided that all costs incurred in removing the tenants are borne by the promoter up to an agreed limit of Lm3 million.\".", "Issa jien ma nistax nifhem min se joħroġ id-differenza bejn is-somma ta' Lm5,570,000 li hija stmata li hemm bżonn biex tagħmel l-expropriations u r- reallocation costs u s-somma ta' Lm3 miljun li qed tissemma f'din il- klawsola u nixtieq li l-ministru jagħtina daqsxejn ta' spjegazzjoni.", "Il- ministru llum qalilna li fuq perijodu ta' 99 sena, il-gvern se jdaħħal Lm117 miljun pero' tajjeb li nkunu nafu kif se ndaħħluhom dawn il-Lm117 miljun.", "Effettivament fil-bidu kulma se jdaħħal il-gvern se jkunu Lm200,000 u biex idaħħalhom se jkollu joħroġ madwar Lm11 miljun.", "Mr Speaker, kien hemm diversi kwestjonijiet oħra li ħarġu mill-kuntratt u li ġew diskussi fit-tul fil-kumitat pero' kien hemm ċerti kwestjonijiet li nixtieq nerġa' nsemmihom bħal, per eżempju, il-kwestjoni tal-peaceful and vacant possession.", "Permezz ta' dan il-kuntratt il-gvern huwa tenut li jgħaddi s-site f'Manoel Island lill-MIDI in peaceful and vacant possession.", "Pero' effettivament dan m'huwiex il-każ għaliex f'Manoel Island għad hemm in-nies u m'humiex se jitilqu minn hemmhekk qabel is-sena 2001, skond ftehim li għandu l-istess gvern.", "Jiġifieri f'dan il-Parlament aħna qed niġu mitluba napprovaw transfer of property in peaceful and vacant possession meta effettivament m'hijiex hekk.", "U llum nerġa' nqajjem il-punt li qajjimt dak inhar meta staqsejt jekk aħniex qed niġu mitluba napprovaw kuntratt ta' biċċa art li se tingħata b'vacant possession lil xi ħadd meta din l-art m'hijiex vacant.", "Fil-fatt aħna konna tlabna parir legali fuq din il-kwestjoni għaliex jien jidhirli li din il-ħaġa ma tistax issir.", "Pero' ladarba qed nitkellmu fuq vacant possession irrid ngħid ukoll illi anke fil-każ ta' Tigne' hemm il-problemi.", "Il-ministru qalilna li huma rnexxilhom jiftehmu ma' kulħadd fuq din l-issue li kienet taħraq ħafna u fil-fatt jien naqbel miegħu li l-issue tal-vacant possession kienet komplikata ħafna.", "Pero' x'insibu fuq Tigne'?", "Fil-fatt fil-każ ta' Tigne' qabdu u ddettaw kondizzjonijiet li riedu huma mingħajr ma kien hemm ftehim ma' l-għaqdiet sportivi.", "Per eżempju, lill-club tas-Sliema Wanderers qalulhom li l-ground tagħhom se jeħduh biex isir żvilupp hemmhekk u u se jagħtuhom post ieħor.", "Dan il-gvern jiddelitta ħafna biex jieħu l- football grounds tal-clubs tagħna għaliex l-ewwel ħa l-ground tal-Furjana għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju u issa se jieħu l-ground tas-Sliema Wanderers u tal-Gżira minħabba l-proġett ta' Manoel Island u Tigne'.", "Pero' s'issa għadu ma sar l-ebda ftehim mas-Sliema Wanderers.", "MR SPEAKER: Onorevoli Buhagiar, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra għal din l-estensjoni.", "Il-Ministru qal li kien ftiehem ma' l- AST li l-MIDI se jagħtuhom premises li huma indaqs għal dak li se jieħdulhom.", "Imma x'se jiġri sakemm jingħataw il-premises għaliex ħafna minn dawn l-għaqdiet sportivi lanqas għandhom fejn jittrejnjaw u sakemm isiru premises ġodda jridu mill-inqas jgħaddu sentejn oħra jew iktar?", "Meta dawn id-diversi dixxiplini sportivi marru jitkellmu mal-ministru, bagħathom għand is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Jesmond Mugliett biex jiftehmu miegħu fejn se jittrejnjaw!", "Dan m'huwiex ftehim għaliex jekk verament trid tiftiehem magħhom trid tgħidilhom eżattament fejn se jmorru jittrejnjaw.", "Kulma għamel il-ministru kien li ddetta ftehim kif deherlu hu.", "Mr Speaker, fl-introduzzjoni tiegħu għal din ir-riżoluzzjoni l-ministru qal li jittama li sa l-aħħar ta' din is-sena - u jekk m'iniex sejjer żball semma anke x-xahar ta' Ottubru - jibdew is-site works.", "U hawnhekk nissuġerixxi lill-ministru biex jaqra dak li se jiġi ffirmat ma' dawn l- iżviluppaturi għaliex fost affarijiet oħra, artiklu 8 li jitkellem fuq development phasing and obligations jgħid hekk:", "\"The Emphyteuta shall apply for the relative full development permit and other permits and authorisations referred to in this paragraph by not later than 12 months.\".", "Jiġifieri jekk il-kuntratt jiġi ffirmat fl-aħħar ta' Frar, il-konsorzju se tagħtih 12-il xahar biex japplika għall-permessi u mhux biex ikollu l- permessi.", "Issa aħna nafu li kull consortium jieħu ż-żmien kollu li jippermettulu l-istess kondizzjonijiet tal-kuntratt - fil-każ tal-proġett tal-Kottonera kien ħa ftit aktar - u għalhekk nistgħu nibqgħu ċerti illi t- 12-il xahar se jeħodhom biex japplika għall-full development permit.", "Allura kif il-ministru qiegħed jgħid f'din il-Kamra li x-xogħol se jibda f'Ottubru meta l-kuntratt se jiġi ffirmat fl-aħħar ta' Frar u għandhom 12- il xahar biex japplikaw għall-permessi?", "Naħseb li lkoll kemm aħna nafu kif tmexxi l-affarijiet il-planning authority!", "Jien ngħid li jridu jgħaddu sentejn oħra biex jibda l-proġett.", "Aħna naqblu ma' dan il-proġett imma rridu nkunu realistiċi u ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Jiena nittama li l-proġett jibda kemm jista' jkun malajr, imma naħseb illi nkunu ottimisti ż-żejjed meta ngħidu li l-works on site se jibdew sa Ottubru ta' din is-sena.", "Fid-diskussjonijiet illi kien jagħmel il-ministru qabel ma ressaq din ir-riżoluzzjoni fil-parlament dejjem kien jitkellem fuq proġett li se jdum bejn tmienja u għaxar snin.", "Effettivament jekk wieħed jara waħda mill-kondizzjonijiet li għandna f'dan il-kuntratt isib illi:", "\"The entire development shall be substantially completed by the 31st day of March of the year 2023.\".", "Jien nistqarr f'din il-Kamra li waħda mill-iktar affarijiet li tinkwetani f'dan il-proġett hija li qed nagħtuhom 23 sena biex jagħmlu dan il- proġett.", "Mela ma nafux kemm jistgħu jinbidlu l-affarijiet fi 23 sena?", "Jiġifieri s-site ta' Manoel Island u ta' Tigne' Point se tħallihom building site għal 23 sena u n-nies illi joqogħdu fl-akwati ta' Qui-si- Sana, ta' Tigne', in-naħa tal-Gżira u ta' Ta' Xbiex u dawk l-akwati minn fejn irid jgħaddu l-affarijiet biex isir dan il-proġett iridu jdumu 23 sena jbatu l-inkonvenjent ta' dan il-proġett?", "Jidhirli li dan m'huwiex mod serju ta' kif isiru l-affarijiet.", "F'għomri lanqas qatt ma smajt bi proġett li dam 23 sena biex tlesta u jekk il-ministru jaf b'xi wieħed nitolbu jsemmihulna!", "Safejn naf proġett l-iktar li jieħu żmien biex jitlesta huwa bejn ħames u seba' snin, imma qatt ma smajt bi proġett li dam 23 sena biex jitlesta għaliex fi 23 sena l-affarijiet tant jinbidlu illi dak il- proġett jispiċċa outdated u jiġi mibdul għax ma jkunx jagħmel iktar sens!", "Jien jidhirli li t-terminu taż-żmien li huwa previst biex jitlesta dan il- proġett huwa twil wisq.", "Waħda mill-affarijiet illi lili tinkwetani wkoll hija l-off-site works li l-gvern huwa committed li jagħmel biex dan il-proġett jirnexxi.", "Per eżempju, żgur li l-gvern irid jagħmel upgrading tas-sistema tad-drenaġġ għaliex is-sistema tad-drenaġġ f'Tas-Sliema u fil-Gżira m'għandhiex kapaċita' kbira biżżejjed biex tlaħħaq mad- domanda li se jkun hemm ladarba jsir dan il-proġett.", "Meta lill-ministru staqsejtu jekk sarux xi tip ta' stimi fuq l-infrastruttura u l-upgrading li jrid isir, qalli biss iva u ma qallix jekk sarux xi stimi biex ikunu jafu u kemm se jqumu x- xogħlijiet.", "Sal-lum din il-Kamra għadha ma tafx kemm huwa stmat illi se jqum ix-xogħol li hemm bżonn isir biex tiġi upgraded is-sistema tad- drenaġġ.", "Aħna nafu li fil-preżenti l-pumping station tal-Gżira ma tlaħħaqx mad-drenaġġ li jkun ġej minn Tas-Sliema - apparti dak ta' Manoel Island - għaliex m'għandhiex kapaċita' biżżejjed u l-pumping station ta' l-Imsida ma tlaħħaqx mad-drenaġġ li jkun ġej mill-Gżira u fil-fatt diġa' għandek l- overflows.", "Barra minn hekk, il-main li mill-Imsida jitla' għal Gwardamangia ma jlaħħaqx għax huwa żgħir ħafna, dan il-main minn Gwardamangia jmur il-Marsa u l-pumping station tal-Marsa ma tlaħħaqx.", "X'se jiswielu l-gvern biex jagħmel l-upgrading tas-sistema tad-drenaġġ?", "Jien ma naħsibx li tista' tagħmel proġett mingħajr ma tieħu ħsieb dawn l- affarijiet.", "Għalkemm naf illi l-ministru tkellem ma' l-entitajiet kollha u qalulu li x-xogħol jistgħu jagħmluh imma aħna għadna ma nafux kemm se jqum dan ix-xogħol u nafu biss illi trid issir il-famuża link road li se tgħaqqad ir-roundabout ta' ħdejn it-tankijiet tal-gass mad-dħul il-ġdid għal ġo Manoel Island fejn se jsir il-bridge il-ġdid.", "Meta l-consortium tkellem fuq il-bżonn li jagħmel trunk roads ġewwa l- proprjeta' tiegħu dejjem qal li t-toroq, kemm f'Manoel Island u kif ukoll fil-Ponta ta' Tigne' ried jagħmilhom underground ħalli ma jiddisturbax l- ambjent bit-traffiku.", "Allura ġaladarba l-consortium irid jagħmel it- toroq tiegħu underground, għaliex il-gvern ma ħasibx biex din it-trunk road li trid tgħaqqad mir-roundabout ta' ħdejn it-tankijiet tal-gass għall-pont il-ġdid ta' Manoel Island ma ssirx underground ukoll?", "Din tista' ssir underground.", "(Interruzzjonijiet) L-Ingliżi għaddew tunnel minn ġol-baħar li hija iktar twila minn din it-trunk road.", "Dawn huma affarijiet illi jsiru.", "Jekk it-trunk road issir kif inhi proposta - naf li din m'hijiex parti mill-proġett ta' Manoel Island imma hija effett tal-proġett ta' Manoel Island - il-Gżira se tinqasam fi tnejn.", "U l-Marsa hija eżempju ċar ta' x'jiġri meta taqsam raħal fi tnejn għaliex meta saret Triq Diċembru Tlettax il-Marsa nqasmet fin-nofs u llum għandek parti tal-Marsa li tiġi fuq in-naħa ta' Triq Diċembru Tlettax u l-parti l-oħra li tinsab fuq in- naħa l-oħra tal-Marsa u min jipprova jaqsam din it-triq ikun qed jaqsam at his own risk bit-traffiku li jgħaddi.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq triq li suppost se tkun a very fast track into Manoel Island u għalhekk tista' tgħid li l-komunita' tal-Gżira se tispiċċa għaliex ir-raħal se jinqasam fi tnejn.", "Nistgħu ngħidu wkoll li n-negozji f'Testaferrata Street se jispiċċaw għax in-nies m'humiex se jibqgħu jgħaddu aktar minn hemm.", "Kulmin għandu l- istess eta' tiegħi jaf x'ġara meta saret Triq Diċembru Tlettax ġewwa l- Marsa u n-negozji li kien hemm in-naħa ta' Paul & Rocco sal-knisja tal- Marsa - u kien hemm ħafna negozji hemmhekk - minn fejn kienu jgħaddu l- karozzi tal-linja qabel, prattikament kellhom jagħlqu peress li t-triq ingħalqet għat-traffiku u ħafna minnhom tilfu l-business kollu li kellhom.", "U l-istess ħaġa se tiġri lin-nies li għandhom negozju ġewwa Testaferrata Street.", "Jiena ngid li għandna nerġgħu naħsbuha dwar din it-triq allavolja m'hijiex parti mill-proġett.", "Meta l-ministru tkellem fuq din it-triq qal li għalkemm m'hijiex parti mill-proġett il-consortium xorta se joħroġ il- flus għaliha Pero' ma qalx li minn Lm3.5 miljun li hija stmata li se tqum din it-triq, kulma se joħroġ il-consortium huma Lm150,000.", "Mr Speaker, m'għandniex nagħtu impressjoni żbaljata ta' dak li se jsir u hemm bżonn li l-affarijiet narawhom bis-serjeta' għax filwaqt li l-proġett minnu nnifsu huwa tajjeb u aħna se nivvotaw favur tiegħu, min-naħa l-oħra ma jistax ikun li ma narawx l-impatti li se jkollu l-proġett kemm fuq l-areas li huma fil- proġett innifsu u kif ukoll fuq areas oħra li jinsabu fil-viċinanza.", "Mr Speaker, nixtieq inkun naf ukoll x'se jkun l-effett tal-proġett fuq in-nies tal-Gżira li jmorru jgħumu fuq in-naħa ta' barra ta' Manoel Island għaliex meta jibda jsir il-proġett dawn mhux se jkollhom aċċess aktar għal din il-parti ta' Manoel Island mhux għaliex se jingħalaq il-foreshore imma għaliex hemmhekk ikunu qed isiru x-xogħlijiet.", "X'se jkun l-impatt fuq dawk li bħalissa għandhom il-berthing place tad-dgħajjes tagħhom mal-moll fejn kien hemm il-Medserv?", "Safejn naf jien dawn il-berthing places se jitneħħew minn hemm issa għax dik il-parti se tiġi żviluppata mill-consortium.", "Fejn se jmorru jorbtu d-dgħajjes tagħhom dawn in-nies?", "L-aħħar darba li qajjimna dan il-punt fil-kumitat il-ministru kien qalilna li se jingħataw ir-right of first refusal.", "Imma ta' xiex se jingħataw ir-right of first refusal?", "U sakemm ikun qed isir il-proġett fejn se jmorru jorbtu d-dgħajjes tagħhom?", "Biżżejjed għandna problemi ta' nuqqas ta' mooring places hawn Malta u jekk ma noqogħdux attenti din il-problema se tkompli tikber.", "MR SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru għall-Ambjent biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal- Kamra għal għada, it-Tlieta, 25 ta' Jannar, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar l-għoti b'ċens lill-MIDI plc ta' art f'Manoel Island u Tigne' - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – it-Tielet Qari.", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nhar l-Erbgħa li għaddew il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor.", "John Dalli, tkellem biex - jekk nista' nuża din il- kelma - jirribatti dak li kont stqarrejt jien ġranet qabel f'dan il- parlament dwar il-każ tad-Daewoo.", "Jiddispjaċini ngħid li qed nuża l-kelma \"jirribatti\" għax kienet stqarrija mill-aktar patetika.", "L-ewwelnett meta tkellimt f'dan il-parlament jien ma indirizzajtx lilu imma indirizzajt lill- Prim Ministru u fakkartu li f'nofs ix-xahar ta' Diċembru kont tlabtu jinvestiga bis-serjeta' fatti lampanti li jien kont poġġejt quddiem l- opinjoni pubblika u quddiem dan il-parlament illi kienu ta' l-akbar gravita'.", "Jiena tkellimt b'mod ċar u għidt li s-skiet deliberat illi kien qed iżomm il-gvern quddiem il-fatti lampanti li jien poġġejt quddiem l- attenzjoni pubblika ma kien jagħmel l-ebda unur lill-gvern u ċertament lanqas lill-Prim Ministru.", "Wara li għamilt l-intervent qasir tiegħi, effettivament kien hemm mill-inqas żewġ editorjali f'gazzetti kompletament differenti li qatt kważi ma jaqblu ma' xulxin illi effettivament komplew jisħqu fuq il- bżonn li l-gvern jieħu passi.", "Pero' jien bqajt skantajt meta nhar l-Erbgħa smajt lill-ministru tal- finanzi fil-parlament jgħid li l-gvern kien irrisponda għal dak li kont għidt jien u li din kienet kollha montatura min-naħa tiegħi għaliex m'għoġobniex dak li qal il-gvern!", "Fil-fatt l-Onor.", "Dalli qal li kienet messa in scena għaliex mhux talli ma kienx hemm skiet min-naħa tal-gvern imma kien hemm risposta min-naħa tal-gvern li għax m'għoġbitx lili personali, allura għamilt din il-messa in scena.", "Semma, per eżempju, li l- aktar ħaġa ċara kienet li l-ewwel rimarka li għamilt jiena fuq il-budget għas-sena 2000 kienet b'riferenza għad-Daewoo.", "Jien ma nara l-ebda montatura f'din il-ħaġa u kulma għamilt kien li ħloqt paralleliżmu bejn il- mod kif ittellgħu l-budgets bejn l-1992 u l-1996 li kien responsabbli għalihom l-Onor.", "Dalli, budgets fejn kollox kien jintwera sabiħ u mbagħad sibna l-ħofor kbar li kien hemm, u l-mod kif il-kumpannija Daewoo konsistentement matul is-snin uriet accounts imbażwra u mħarbta lill-Bank of Valletta li ġew aċċettati bħala tali.", "Il-poplu Malti aċċetta bħala tali l-accounts tal-pajjiż li kien tella' l-Ministru Dalli bejn l-1992 u l-1996 u l-bord tal-Bank of Valletta aċċetta bħala tali l-accounts imbażwra u anke xi drabi falsifikati tad-Daewoo li ttellgħu għal snin sħaħ.", "Dan kien parallelliżmu u lingwaġġ politiku, u bl-ebda mod ma kienet xi messa in scena.", "Imbagħad il-ministru tal-finanzi qal li dan kien attakk personali kontrih u bdejna naraw s-soltu strateġija ta' min irid jilgħabha tal- martri u tqajjem l-argument ta' kompliċita' ma' frodisti jew appoġġ lill- frodisti.", "Jekk se nkunu personali, nixtieq nistaqsi jekk il-kompliċita' ma' frodisti kinetx xi tip ta' kompliċita' bħal meta jkun hemm xi ħadd li jdaħħal konsenja sħiħa ta' ilma, id-dwana jirriżulta li jkun whisky u l- każ jibqa' ma jitressaqx il-qorti jew hijiex kompliċita' mal-frodisti meta punti importanti li kienu tqajmu dwar l-inċident ta' l-AMS jibqgħu ma jissemmewx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq ninforma lill-Kap ta' l-Oppożizzjon li hemm proċeduri quddiem il-qorti dwar il-każ tal-whisky u ta' l-ilma, kulħadd ittella' l-qorti u ħadd ma ġie protett.", "Naħseb li l-pulizija rat il-files ukoll.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, dan m'huwiex point of order.", "Jiena ma nterrompejtx meta l-ministru tal-finanzi kien qed jagħmel l-intervent tiegħu.", "Pero' meta jkun hemm interruzzjonijiet bħal dawn naħseb li l- poplu jiġġudika x'inhu l-animu wara l-interruzzjonijiet li jsiru u l- mistoqsijiet li jistgħu jitqanqlu fuq bażi personali, per eżempju, dwar il- każ tal-kumpannija Win Containers.", "Imbagħad il-ministru qajjem il-punt dwar il-konflitt ta' interess personali.", "Jien nibqa' nisħaq li f'din il- kwestjoni hemm konflitt ta' interess professjonali u għalhekk ma bqajtx nindirizza aktar lill-ministru tal-finanzi imma bdejt nindirizza lill-Prim Ministru.", "Mr Speaker, il-ministru tal-finanzi stqarr quddiem din il-Kamra illi għal xi xhur huwa kien konsulent finanzjarju tal-kumpannija Daewoo u qal li l- loans li ħarġu lid-Daewoo saru xhur wara li kien spiċċa hu.", "Min se jemmen li dawn l-affarijiet isiru mil-lum għal għada?!", "Allura meta l-ministru tal-finanzi kien konsulent mad-Daewoo, ma kienx hemm problemi finanzjarji?", "Jien ngħid li żgur kien problemi finanzjarji!", "Meta tkun qed tinnegozja xi xiri jew bejgħ ta' lukanda jew ix-xiri jew il-bejgħ ta' fabbrika u tibda tara d-dejn tal-kumpannija nvoluta ssib li dan ikun ilu jakkumula matul ix- xhur!", "Għalhekk la l-ministru tal-finanzi fil-kapaċita' professjonali tiegħu kien konsulent tad-Daewoo, il-każ jafu minn ġewwa u allura bl-ebda mod ma nistgħu naċċettaw li la kien f'dik il-pożizzjoni ma kellux jieħu pass lura fuq każ bħal dan u ma jeħux deċiżjonijiet għaliex kien hemm konflitt ta' interess professjonali lampanti.", "Din għidtha, nibqa' ngħidha u kull min jaf kif jaħdmu dawn l-affarijiet jaf li għandi raġun.", "Għalhekk qed ngħid li l-intervent li għamilt f'dan il-parlament ma kienx indirizzat lill-ministru tal-finanzi imma kien indirizzat lill-Prim Ministru li huwa l- ogħla istanza ta' l-istat li f'affarijiet bħal dawn iridu jittieħdu.", "U hawnekk irrid infakkar lill-Prim Ministru fil-mileage politiku u l-kliem kollu li kien qal fuq każ ieħor li kellu x'jaqsam ma' sitwazzjoni bankarja, il-każ tal-loans li ħarġu mill-Mid-Med Bank qabel l-1987 fejn mhux biss għamel inkjesta li damet għaddejja s-snin imma dak inhar kien għamel storbju sħiħ pubbliċitarju fuq dak li kien ħareġ mill-inkjesta.", "Allura jekk qed ngħidu li l-kwestjoni tad-Daewoo taqa' taħt is-segretezza bankarja u hemm il-proċeduri kollha li se jieħdu ħsiebha bħall-każ tal- whisky u ta' l-ilma fejn l-affarijiet qed jimxu waħedhom, għaliex fil-każ li kellu x'jaqsam mas-self tal-Mid-Med Bank ma saritx l-istess ħaġa?", "Kienet kwestjoni ta' two weights and two measures?", "Jien ma nemminx li dan kien il-każ, anzi nemmen li dan jirrinforza l-argument tagħna li fil-każ tad-Daewoo hemm interventi politiċi li qed iwasslu l-affarijiet għal xiex qed iwasslu.", "Niġi issa għal punt ieħor.", "Dan il-parlament għandu juri interess f'dak li qed jiġri bejn il-Bank of Valletta u d-Daewoo?", "Jien ngħid li għandu juri interess għaliex sal-lum il-gvern għandu 25% mill-ishma tal-Bank of Valletta, il-poplu qed jinvesti flusu fil-Bank of Valletta u ċ-chairman tiegħu huwa appuntat mill-gvern.", "Għalhekk iktar u iktar jinħass il-bżonn li jkun hemm iktar trasparenza dwar kif ittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Il- ġimgħa li għaddiet il-ministru qal li ċ-chairman li ġie appuntat minna ddeċieda dawn l-affarijiet.", "Dan m'hu veru xejn għaliex aħna kkonfermaja ċ- chairman li kien hemm, Dr. John Grech.", "Issa kif diġa' għedt f'dan il- parlament il-loan il-kbira ta' Lm8 miljun ġiet konsolidata u kkonfermata erbat ijiem wara li Dr. Grech spiċċa minn chairman tal-Bank of Valletta.", "U fl-opinjoni tiegħi, ħaġa bħal din minnha nnifisha toħloq mistoqsijiet kbar.", "Għaliex chairman li qed jispiċċa jiddeċiedi affarijiet bħal dawn?", "Naħseb li kull min qed isegwi l-aħbarijiet barranin u jaf x'qed jiġri fil- politika Ġermaniża bħalissa jifhem il-ħtieġa li f'każ bħal dan irid ikun hemm accountability sħiħa.", "Jien ma nistax nifhem kif self-employed żgħir itertqulu qalbu u jaqilgħulu fwiedu biex jagħtuh xi loan imbagħad f'dan il- każ il-miljuni tal-liri baqgħu ħerġin qisu ma ġara xejn!", "L-argument tal-Ministru Dalli l-ġimgħa li għaddiet kien li m'hu veru xejn li baqgħu siekta fuq dan il-każ, anzi qal li huma rrispondew pero' r- risposti tagħhom m'għoġbux lili.", "Dan m'hu veru xejn!", "Jien qed ngħid li l- gvern baqa' sieket fuq dan il-każ għaliex meta jqum xi ħadd biex jirrispondi jew xi ħadd jikteb biex jirrispondi, ir-risposta tkun li m'għandhom xejn xi jgħidu u li l-affarijiet se jimxu bil-proċedura tas- soltu.", "Allura meta qed tgħid li m'għandek xejn xi tgħid ma jfissirx li se tibqa' sieket!", "Jien ngħid li s'issa din kienet konsistentement l- attitudini tal-gvern, tal-Prim Ministru, tal-gvernatur tal-Bank Ċentrali u taċ-chairman tal-Bank of Valletta.", "U hawnhekk nixtieq ngħid liċ- chairman tal-Bank of Valletta biex joqgħod attent kif jitkellem meta jmorru jkellmuh ix-shareholders għaliex bil-mod kif qed jitkellem mhux biss qed iwaddab suspetti fuqu imma apparti mir-responsabbilta' personali tiegħu qed juri li hemm kompliċitajiet personali.", "F'kull pajjiż demokratiku u modern, din l-attitudni ta' skiet bilfors tinxtamm tinten u għalhekk żewġ editorjali ta' żewġ gazzetti differenti qablu li hemm bżonn li l-Prim Ministru jiċċaqlaq u jieħu pożizzjoni issa.", "Naħseb li skiet bħal dan la jagħmel ġieħ lill-gvern u lanqas lil pajjiżna.", "Nagħlaq billi nfakkar lill-Prim Ministru x'inhuma t-tliet punti li fuqhom għandu jinvestiga dan il-każ għaliex ma jistax ikun li li ngħidu li rridu li l-affarijiet isiru b'mod tajjeb u serju u mbagħad ċerti nies jintgħafsu apposta b'ċerti piżijiet filwaqt li ħaddieħor jitħalla xxamplat.", "U se nibda mill-ewwel punt.", "Il-kumpannija Daewoo għadha għaddejja bi djun ta' aktar minn Lm8 miljun mal-Bank of Valletta li assolutament m'humiex secured, anzi huma mbażwra.", "Barra minn hekk, l- imgħaxijiet fuq dawn id-djun li jammontaw għal madwar Lm0.75 miljun m'humiex qed jitħallsu.", "Għalhekk il-Prim Ministru għandu jinvestiga dan il- każ u jara kif qed jitħallu jiġru dawn l-affarijiet.", "It-tieni punt li għandu jinvestiga huwa għaliex il-VAT u n-national insurance ma tħallsux mill-kumpannija Daewoo.", "Hawnhekk biex noħolqu duħħan issemmew il-kumpanniji tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista li ma ħallsux il-VAT u n-national insurance.", "Min se jemminhom dawn il-ħmerijiet meta kulħadd jaf li anke fejn hemm affarijiet bħal dawn in-negozjati u l-arranġamenti li saru in terms of normal operating arrangements għaddejjin bħal kumpanniji oħra li mbagħad saru bi ftehim mal-gvern?", "Imma fil-każ tal-kumpannija Daewoo huma djun ta' snin twal u allura hemm bżonn li l-affarijiet jiġu investigati.", "Niġi issa għat-tielet punt li huwa l-iktar wieħed serju.", "F'nofs Diċembru li għadda jien poġġejt provi lampanti fuq il-Mejda tal-Kamra biex nuri li l-klijenti tad-Daewoo ħallsu iktar minn Lm1.5 miljun fuq il- karozzi tagħhom li nxtraw by hire purchase pero' l-flus li suppost għaddew lill-bank baqgħu x'imkien fid-Daewoo.", "Dawn huma l-veru frodi.", "Għalhekk il-Prim Ministru għandu d-dmir u d-dover li jinvestiga għaliex skond kif jinżammu l-kotba, il-Bank of Valletta għadu jista' jdur fuq dawn il- klijenti - u aħna tajna l-ismijiet kollha tagħhom bl-ID card number ukoll - u jitlobhom il-flus lura.", "Issa jew il-Bank of Valletta se jagħlaq ħalqu u l-frodi jġarrabhom hu jew se jdur il-klijenti li jkollhom iħallsu l-effett tal-frodi.", "Għalhekk hemm bżonn ta' investigazzjoni għaliex x'aktarx li waħda mir-raġunijiet hija li dawk il-flus sparixxew biex wieħed mix- shareholders tad-Daewoo jitħallas, jitlaq mill-kumpannija u dawk li jibqgħu jkunu jistgħu jibqgħu sejrin għal rashom.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li bħalissa qegħdin quddiem purtiera ta' skiet fuq dan il-każ u qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru għandu d-dmir li jieħu passi u jinvestiga.", "Jekk jistaqsuni għaliex m'għamilthomx jien dawn l-affarijiet ngħidilhom li jien ma kontx naf b'dawn il-fatti għaliex kieku kont nieħu passi minnufih, jista' jkun min ikun.", "Pero' mid- dehra f'dan il-każ hemm xi ħaġa li qed iżżomm lill-Prim Ministru milli jinvestiga u jieħu l-passi u l-poplu għandu raġun jinkwieta u jgħid li fuq il-każ tad-Daewoo waqgħet purtiera ta' skiet u hemm protezzjoni għaddejja pero' ħaġa bħal din m'hijiex tollerabbli f'soċjeta' demokratika.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li kienet fuq fomm kulħadd matul dawn l-aħħar xhur kienet is-sitwazzjoni tal-ħmieġ li jeżisti fl-Isptar San Luqa.", "Illum ħafna nies isegwu xi jkun qiegħed jiġri u ġieli nisimgħu b'xi aħbar fejn rappreżentanti tal-ħaddiema jordnaw xi direttivi u l-ħaddiema ovvjament jobduhom, pero' ħafna drabi l-affari tieqaf hemm għaliex ftit inkunu nafu eżatt x'ikun għaddej u xi żviluppi kien hemm.", "Pero' żgur li t-tort għal dawn it-tip ta' azzjonijiet ikun ta' xi ħadd u fil-fatt fil-ftit ħin li għandi se nelenka ċerti affarijiet li ġraw matul dawn l-aħħar xhur li jindikaw b'mod ċar il-mod irresponsabbli u bla pjan ta' kif tmexxiet ir-riforma ta' l-indafa fl-isptarijiet.", "Nibda billi ngħid li kważi kull meta xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni jew xi ġurnal jiftaħ ħalqu biex jagħmel xi kritika, l-akkolti tal-ministeru tas-saħħa joħorġu jgħidu li l-Partit Laburista huwa kontra r-riformi.", "Dan m'hu veru xejn għaliex jekk kien hawn partit li f'perijodu qasir beda jimplimenta diversi riformi fis-settur tas-saħħa, żgur li kien il-Partit Laburista meta kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998, apparti n-numru kbir ta' riformi li kienu saru qabel l-1987 kemm fil-qasam tas-saħħa u kif ukoll fil-qasam tas-servizzi soċjali.", "Mr Speaker, it-tender li ħarġet fil-gazzetta tal-gvern biex isiru l- kwotazzjonijiet għat-tindif ta' l-Isptar San Luqa kellha tiġi awarded għall-perijodu ta' sena.", "Wara li ntefgħu l-applikazzjonijiet kollha, ġie deċiż min kellu jieħu t-tender.", "Ovvjament min ħa t-tender beda l-preparamenti kollha tiegħu kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' equipment u kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam ma' manpower, ħalli malli jiffirma l-kuntratt mal-gvern ikun jista' jibda mill-ewwel ix-xogħol neċessarju tat-tindif fl- isptarijiet.", "Pero' f'daqqa waħda l-kuntrattur li kien jieħu ħsieb it- tindif ta' l-isptar qabel beda jiġġeddidlu l-kuntratt minn ġimgħa għal ġimgħa u minn xahar għal xahar, għaliex jidher li kien hemm ċertu pressjoni minn xi ħadd li ma kienx kuntent b'min rebaħ it-tender is-sena li għaddiet.", "Imbagħad xi ħadd ġibed l-attenzjoni tal-gvern li fi żmien gvern Laburista kien hemm il-pjan biex sa l-aħħar tas-sena 2000 tiġi introdotta sistema maħduma bi pjan serju biex it-tindif ma jibqax jingħata lis-settur privat imma ssir riforma ta' l-impjegati fis-settur tas- saħħa, il-manpower plan ta' l-1998/2000, biex numru ta' ħaddiema fis- settur tas-saħħa, cioe' il-hospital auxilliaries jibqgħu jieħdu ħsieb it- tindif ta' l-isptarijiet.", "Issa skond risposta li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari jirriżulta li hemm 21 hospital auxiliaries - issa hospital auxiliary huwa departmental grade u ismu miegħu suppost li dawn jaħdmu fl-isptarijiet - li qed jaħdmu kullimkien barra fid-dipartiment tas-saħħa u fid-dipartiment tal- ministeru għall-politika soċjali għal dak li għandu x'jaqsam ma' San Vincenz de Paule u mas-settur ta' l-anzjani.", "Imbagħad jgħidu li m'għandhomx nies biżżejjed biex jgħinu fit-tindif!", "Dan kollu juru nuqqas ta' serjeta' fil-pjanijiet li jsiru.", "Minn risposta oħra li ngħatajt jirriżulta li hemm madwar 53 persuna oħra li qegħdin fis-settur ta' l- anzjani li ma jagħmlux xogħol ta' tindif.", "Meta staqsejt lill-ministru tas- saħħa dwar in-numru ta' persuni li la jagħmlu xogħol ta' tindif u lanqas jaħdmu fil-koperativa tal-laundry, il-ministru għoġbu ma jirrispondinix.", "Kieku l-gvern kellu pjan serju għal dan il-qasam, żgur li kien ikollu numru adegwat ta' ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' tindif u ma kienx ikun hemm għalfejn joqogħdu jduru lill-health assistants ħalli jaraw lil min se jagħżlu fosthom biex jibagħtuhom fuq xogħol ta' tindif.", "Bħalissa l-ministri qegħdin attenti biex ħadd mill-kostitwenti tagħhom ma jiġi mċaqlaq biex jintbagħat jagħmel xogħol ta' tindif u biex żgur il- ministri jkunu aġevolati għadha kemm ħarġet ċirkolari Nru. 12 tas-sena 2000, datata 20 ta' Jannar, 2000 mill-MPO li ntbagħtet lis-segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u kapijiet ta' organizzazzjonjiet parastatali, fejn qed titlob li min qiegħed fi grad wieħed jew tnejn tal- grad industrijali jista' jagħżel li jmur jagħmel xogħol ta' tindif fl- isptarijiet fid-diviżjoni tas-saħħa.", "Jekk il-gvern iddeċieda li jneħħi l- kuntrattur li kien awarded it-tender għal sena u li kien se jħaddem madwar 172 ruħ, għaliex ma ħadimx pjan serju minflok ma għamel l-affarijiet bl- addoċċ u bla pjan u mhux se jibda b'numru minimu ta' ħaddiema 'l bogħod ħafna minn 172?", "Madwar ġimgħa ilu smajna direttur jgħid li se jipprovaw isibu madwar 50 impjegat ieħor minn x'imkien sa l-aħħar ta' din il-ġimgħa.", "Jekk dan huwa xempju tar-riformi li rridu nagħmlu fis-settur tas-saħħa iktar 'il quddiem - u jien nifhem li hemm bżonn ta' ħafna riformi li jieħdu ċertu tul ta' żmien - allura jiddispjaċini ngħid li se jkollna diżastru.", "Jien nammetti li fis-settur tat-tindif jkun hemm ċertu teething problems u fil-fatt fil-bidu għalaqt ħalqi u lanqas tkellimt, imma meta għaddew ġimgħa, ħmistax u xahar u l-problemi minflok ssolvew saru agħar allura bilfors kelli nitkellem.", "Meta pjan ikun maħdum b'mod serju tkun tista' ċċaqlaq xi nies minn x'imkien u ssib alternativa għalihom.", "Pero' meta ġew biex jimpjegaw manager li tieħu ħsieb is-settur tat-tindif fl-isptarijiet, kollox kien ippjanat u fil-fatt fil-31 ta' Awissu il- Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi kitbet lill-ETC għal permess biex tingaġġa persuna bħala manager li tieħu ħsieb it-tindif ta' l-isptarijiet u lill-ETC qaltilha li din il-persuna se tiġi mpjegata fuq bażi ta' position of special trust daqslikieku kienet xi segretarja personali taċ- chairman jew xi driver personali fejn irid ikun hemm relazzjoni ta' fiduċja fil-persuna!", "U minflok ma ħarġet sejħa fil-ġurnali għall-mili ta' dan il-post ta' manager, ipprovaw jinqdew bil-pożizzjoni ta' special trust li wieħed isib f'section 15 paragrafu (2) ta' l-Employment and Training Act u pprovaw jagħmlu bypassing tas-sistemi kollha ħalli jħaddmu lil din il-manager għaliex qalu li m'hawnx min huwa kwalifikat daqsha fis- settur tat-tindif.", "Kif jafu meta lanqas biss ħarġet sejħa normali?", "Fil-fatt anke l-istess ETC indunat li l-affarijiet m'humiex qegħdin isiru sewwa u farfret minn fuq spallejha u lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi fl-1 ta' Settembru qaltilha li jekk huma jħossu li dan il-post għandu jkun b'pożizzjoni ta' special trust allura għandhom ikomplu mmexxu huma mingħajr ma qaltilhom iva jew le.", "U fil-fatt lil din il-persuna tawha kuntratt ta' eluf ta' liri.", "Issa din il-persuna tant hija abbli li ftit wara li ngħatat il-kuntratt lanqas kienet kapaċi tipprepara pjan serju ta' tindif bil-konsegwenza li wara xahrejn li bdiet ir-riforma tat-tindif fl-isptar San Luqa, qegħdin f'sitwazzjoni li qed jiddaħħlu skrivani bil- lejl overtime ħalli jagħmlu t-tindif, nurses qed jaqbdu u jnaddfu s-swali u qraba ta' pazjenti qed jgħinu wkoll fit-tindif tas-swali.", "Jien insellem lil dawn in-nies imma qatt m'hu se naċċetta li jsiru riformi bla pjan bil-konsegwenza li fl-aħħar mill-aħħar issir ħsara lis- settur tas-saħħa u lill-pazjenti li qegħdin fl-isptarijiet tagħna.", "Dan huwa kollu tort tat-tmexxija ħażina u bla pjan tal-Gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 25 ta' Jannar, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PA - PERMESSI GĦAL SWALI", "12715.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12348?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fir-rigward tal-mistoqsija parlamentari numru 12348, kopji tal-permessi kif inħarġu fid-data tal-ħruġ tagħhom, kif ukoll is-site plans relatati għat-tliet applikazzjonijiet li saret riferenza għalihom fl- istess mistoqsija, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Iż-zoning ta` l-areas li fihom inħarġu dawn il-permessi hu kif ġej : -", "Applikazzjoni Zoning", "PA 5172/87 Inside Scheme - terraced houses", "PA 5130/93 Outside Scheme", "PA 2640/93 Outside Scheme", "Ġejt informat ukoll li minbarra l-applikazzjonijiet għal swali tat- tiġijiet indikati hawn fuq, jirriżulta li kien hemm ħames applikazzjonijiet oħra għal reception hall, li għalkemm fl-applikazzjonijiet ma kienx indikat li se jintużaw bħala swali tat-tiġijiet, hu mifhum li dawn se jintużaw għal dan l-iskop.", "Iż-zoning ta` l-areas li fihom saru dawn il-ħames applikazzjonijiet hu kif ġej : -", "Applikazzjoni Zoning", "PA 4106/93 Inside Scheme - terraced houses", "PA 5884/94 Inside Scheme - terraced houses", "PA 2777/97 Outside Scheme", "PA 4740/94 Existing Building Scheme", "PA 7386/96 Outside Scheme", "Kopji tal-permessi u s-site plan dwar erba` mill-applikazzjonijiet indikati hawn fuq, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta filwaqt li dwar l-applikazzjoni PA 7386/96 poġġejt biss is-site plan peress li l-applikazzjoni ġiet approvata fis-16 ta` Diċembru, 1999, kienet suġġetta għal multa, li tħallset u ġiet rċevuta mill-Awtorita` ta` l- Ippjanar fid-19 ta` Jannar, 2000; għalhekk s`issa il-permess għadu mhux maħruġ.", "PA - BUĠIBBA/QAWRA", "12716.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikkummissjonat studju dwar bini ta' medium u high rise blocks fl-area ta' Buġibba/Qawra?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja ta' dan l-istudju fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma kkummissjonat l-ebda studju dwar l-għoli ta` bini fil-Qawra u Buġibba, pero` qegħda tikkonsidra l-effett li dan jista` jkollu fuq il-policies li qegħdin jiġu formulati fil-Pjan Lokali tal-Majjistral ta` Malta.", "ST.", "JAMES CAVALLIER - XOGĦLIJIET PUBBLIĊI", "12717.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema u minn liema dipartiment tad-divizjoni tax-xogħlijiet pubbliċi ħadmu fuq il-proġett ta' St James Cavallier?", "Kemm ħadmu sigħat ta' overtime dawn il-ħaddiema fuq dan il-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minn meta beda l-proġett ta' St. James Cavalier, jiġifieri lejn l-aħħar ta' l-1995, sa l-aħħar ta' Diċembru 1999 kien hemm madwar 19-il ħaddiem mill-Architectural Consultancy Services Unit li prattikament ħadmu kontinwament fuq dan il-proġett.", "Barra dan kien hemm madwar 25 ħaddiem ieħor mid-Dipartiment tal- Manifattura u Servizzi, madwar 15-il ħaddiem mid-Dipartiment tal- Kostruzzjoni u Manutenzjoni u madwar għaxar ħaddiema mill-ewwel distrett li ħadmu fuq dan il-proġett f'xi żmien jew ieħor.", "Mhux eskluż li kien hemm numru ta' ħaddiema oħra li ħadmu fuq il-proġett minn żmien għal żmien kif kien jirrikjedi x-xogħol iżda li ma damux aktar minn ftit ġranet kull wieħed.", "Bejniethom dawn il-ħaddiema ħadmu 14,110 siegħa ta' overtime fuq dan il- proġett.", "ATTARD: TRIQ TAR-RABAT - XOGĦLIJIET", "12718.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jiġri fix-xogħol li qiegħed isir fit-Triq tar-Rabat, mill-Isptar Monte Carmeli, l/o Attard, peress li jidher li dan ix-xogħol ilu mitluq għal ħafna xhur?", "Fiex jikkonsisti x-xogħol proġettat u meta hu maħsub li jispiċċa x-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq dan is-sit, id-Dipartiment għal Agrikoltura u Sajd talab illi ġiebja fil- lokal ma titkissirx, u li jinħoloq parkeġġ għall-bowsers ta` l-ilma li jimlew il-ġiebja.", "Ix-xogħol għalhekk kellu jieqaf sakemm tinstab soluzzjoni għal din it- talba u sabiex ikun hemm l-approvazzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, li issa waslet biex toħroġ il-permessi tagħha u b`hekk ix-xogħol ikun jista` jitkompla.", "DIVIŻJONI TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - PERITI", "12719.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi hemmx periti li għandhom permess li jaħdmu fil-privat?", "Jekk fl- affermattiv, min huma dawn il-periti u fuq liema kriterji ngħataw dan il- permess?", "X'jiġri f'każ li perit li m'għandux permess jinqabad jipprattika mal-privat waqt il-ħin tax-xogħol mal-gvern?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-periti fi ħdan it- Taqsima tax-Xogħlijiet li għandhom permess jaħdmu fil-privat huma:", "* Robert Fenech - permess biex jaħdem fil-privat bħala Graphic Artist.", "* Lawrence Buttigieg - permess biex jaħdem fil-privat bħala Artist and Art Instructor.", "F'każ li perit jinqabad jipprattika mal-privat waqt il-ħin tax-xogħol, jinbdew proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tiegħu sew jekk dan ikollu jew ma jkollux permess biex jaħdem fil-privat.", "ŻEBBUĠ - ILMA KONTAMINAT", "12720.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal prekawzjonijiet lill-pubbliku dwar ilma kontaminat f'Ħaż-Żebbuġ, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għal din il-kontaminazzjoni?", "X'kienu r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet?", "Liema huma r-reservoirs li qegħdin jiġu flushed?", "Jikkunsidra l-Ministru li l-Water Services Corporation tagħmel studju dwar l-effett tal-farms li hemm f'Ħaż-Żebbuġ bħala s-sors ta' kontaminazzjoni ta' l-ilma?", "Meta huwa stmat li l-pożizzjoni tiġi għan-normal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l- Ilma dentifikat is-sors ta` kontaminazzjoni fi żmien qasir.", "Din kienet il- borehole ta` Wied Qirda li minnufih kienet izolata mis-sistema tad- distribuzzjoni ta` l-ilma u twaqqfet il-produzzjoni minnha.", "Ġew identifikati wkoll iz-zona u t-toroq milquta.", "Il-korporazzjoni bdiet ezerċizzju ta` ħasil u disinfettar tal-mains ta` l- ilma fit-toroq milquta u bdew jittieħdu sensiela ta` kampjuni ta` l-ilma tal-vit mir-residenzi taz-zona ta` Hal Mula u Wied Qirda sabiex isiru testijiet għal traċċi kimici u batterjoloġiċi.", "Dawn il-kampjuni u testijiet bdew jittieħdu wkoll mid-dipartiment tas-saħħa.", "F`dan l-inċident l-ebda ġibjun fis-sistema tad-distribuzzjoni ma ġie affettwat.", "Għaldaqstant ma kienx hemm bżonn ta` wash-outs fil-ġibjuni li huma kolleġati fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma.", "Dawn il-wash- outs saru biss fis-sistema tad-distribuzzjoni fit-toroq milquta.", "Hemm il-possibbilta` li, b`effett tal-maltemp, id-drenaġġ spiċċa fil-wied u dan seta` kkontamina din il-borehole.", "Madanakollu din il-possibbilta` għadha ma ġietx ikkonfermata mill-investigazzjonijiet li saru.", "F`dan ir- rigward il-korporazzjoni qed tiġbor informazzjoni dwar l-irziezet fil- viċinanzi, kemm dawk registrati magħha kif ukoll dawk li m'humiex.", "Dan ser isir sabiex bl-għajnuna ta` dipartimenti u entitajiet pubbliċi oħra, bħal dawk tas-sahha, drenaġġ, ambjent u agrikoltura, jiġu regolarizzati l- kundizzjonijiet sanitarji tagħhom.", "Id-dipartiment tas-saħħa avża biex l-ilma mill-vit ma jinxtorobx u jintuża biss għal ħteġijiet iġeniċi.", "Fil-preżent ir-residenti qed jistennew li dan id-dipartiment joħroġ avviż ieħor li jaġġornhom dwar is-sitwazzjoni.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - VETTURI", "12721.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ministeru tal-ġustizzja u l-gvern lokali u d- dipartiment` kummissjonijiet li jaqgħu taħtu ma rċevew ebda vettura permezz ta` donazzjoni mill-1987 sa l-1996.", "GĦAWDEX - VETTURI", "12722.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha mill-1987 sa l-1996?", "Tista' tgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li b'kollox kien hemm tliet vetturi li lkoll ġew mogħtija lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1987 sa l-1996.", "Dawn il-vetturi kienu Mercedes bus mogħtija mill-welfare committee f'Novembru 1991, Kia Asia bus mogħtija minn Maria Bugeja Cash for Cancer f'Diċembru, 1995 u Volkswagen van mogħtija mill-Gozo Friends of the Sick and the Elderly fi Frar, 1997.", "AGRIKOLTURA U SAJD - VETTURI", "12723.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn l-1987 u l-1996 l-ministeru ta' l-agrikoltura u sajd irċieva żewġ vetturi bħala donazzjoni.", "Il-vetturi kienu Mercedes Unimog truck u Mercedes fire engine.", "Dawn ġew ippreżentati lill-ministeru ta' l-agrikoltura u sajd fl-1994 mill- International Tree Foundation (Malta).", "Din l-għaqda rċeviet il-vetturi mingħand The People of Minden (Germany) bl-iskop li tgħaddihom lill-gvern ta' Malta.", "SAĦĦA - VETTURI", "12724.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma ġiet mogħtija ebda donazzjoni ta` vetturi bejn l- 1987 u l-1996 lill-ministeru tas-saħħa.", "INTERN - VETTURI", "12725.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellanti, in-numru ta` vetturi li ġew mogħtija permezz ta` donazzjoni lill-ministeru u d-dipartimenti u l-entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru ta` l-Intern kien ta` 3.", "Dawn kienu ġew mogħtija lill-pulizija bħala donazzjoni mill-Ġermanja; waħda fl-1993 u tnejn fl-1994.", "Kollha kienu tal-marka Volkswagen.", "Ta`min jgħid li, fl-1997 il-kumpanija li timporta l-karozzi tal-marka Daewoo tat b`donazzjoni għaxar vetturi lill-korp tal-pulizija.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - VETTURI", "12726.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministeru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn l-1987 u l-1996 l-ebda dipartiment, korporazzjoni jew entita` li tifforma parti mid-dekasteru tieghi ma rceviet xi vettura taħt forma ta` donazzjoni.", "SAN ĠILJAN - TRIQ B'KARA - XITA", "12734.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm maħsub għal Triq Birkirkara, San Ġiljan, biex jiġi evitat li kull darba li tagħmel ftit xita toħloq diffikultajiet għat-traffiku u għar-residenti u s-sidien tal- ħwienet?", "Peress li din hija arterja prinċipali tat-traffiku, jista' jara li ssir xi ħaġa urġenti biex tittaffa din il-problema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li saret l-ewwel fażi ta` mina biex tkun tista` tieħu l-ilma tax-xita, u fil-preżent id-Diviżjoni tax- Xogħlijiet tal-Ministeru għall-Ambjent ħarġet sejħa għall-offerti għat- tħaffir tat-tieni fażi ta` din il-mina.", "PULIZIJA - GAMBLING MACHINES", "12735.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999 kemm inqabdu makni tal-logħob - gambling machines - fi stabbilimenti ta' divertiment bħal, bars, restaurants, każini, eċċ?", "F'liema lokalitajiet instabu?", "X'passi ttieħdu kontra s-sidien ta' dawn l-istabbilimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999 il-Pulizija qabdet 35 kaxxi tal-logħob illegali minn dawn il-lokalitajiet : Qawra, Mellieħa, Valletta, Fgura, Tarxien, Żejtun, Floriana, Qormi, Paceville, Marsaxlokk, Buġibba, Marsa, Senglea u Wied il-Għajn.", "Ninsab informat ukoll li f`dan ir- rigward, tressqu l-Qorti 26 persuna.", "PULIZIJA - STABBILIMENTI TA' DIVERTIMENT", "12736.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xahar ta' Diċembru li għadda 1999, u fl- ewwel għaxart ijiem ta' dan ix-xahar, kemm-il persuna taħt is-16-il sena nqabdet f'xi bar u/jew postijiet ta' divertiment kontra l-liġi?", "F'liema lokalitajiet?", "X'passi ttieħdu kontra s-sidien ta' dawn l-istabbilimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li għalkemm fil-perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant ma nqabdet ebda persuna taħt is-16-il sena fil- postijiet indikati fil-mistoqsija, matul l-1999 inqabdu 127 persuna f`dawn il-postijiet.", "PULIZIJA - IMPJEGATI", "12737.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li huwa dovut lil dawk il- membri tal-Korp tal-Pulizija li fl-1999 għamlu extra duty mal-banek, tiġijiet, djar privati, eċċ.?", "Jista' jelenka min huma dawk il- persuni/organizzazzjonijiet li għandhom jagħtu flus ta' xogħol li sar minn membri tal-korp?", "Kemm hu l-ammont f'kull każ?", "Hemm xi għaqdiet/persuni li għadhom ma ħallsux ta' xogħol extra li sar mill-pulizija fl-1999 jew is- sena ta' qabel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għadu qed jinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "MATSEC - EŻAMIJIET", "12738.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11985 u t-tweġiba tagħha, jista' issa l-Ministru jagħti l-figuri finali għal dawk l-istudenti li se joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC u s-suġġetti li se jiġu eżaminati fihom?", "Kemm hemm studenti minn skejjel tal-Knisja u privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' weġibt, ġejt informat li d-dettalji mitluba jkunu jistgħu jingħataw wara t-tieni ġimgħa ta' Frar 2000 meta jkunu pproċessati l-applikazzjonijiet kollha.", "SKEJJEL - SKOLA ĠUŻEPPI DESPOTT", "12739.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li meta studenti li jattendu l-iskola Ġużeppi Despott (magħrufa wkoll bħala Verdala) jispiċċaw mil-lezzjonijiet kmieni wara nofsinar qed ikun hemm numru kbir minnhom li qed ikollhom jistennew it-trasport barra ħdejn triq traffikuża mingħajr superviżjoni u b'perikolu għall-istess studenti, jista'l-Ministru jara li dan ma jkomplix isir u li jkun hemm xi ħadd inkarigat biex jara li ma jsirx ġiri bl-addoċċ fit-triq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-karozzi ma jistgħux jidħlu ġewwa l- iskola u għaldaqstant it-tfal jistennewhom fid-daħla maġenb l-iskola fejn il-Kap jew l-Assistent Kap jibqgħu għassa sakemm l-aħħar tifel ikun tela' fil-karozza.", "ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-MILLENJU - TENDERS", "12742.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12245 u tikkonferma jekk ġewx dejjem osservati l-Financial Regulations tal-gvern?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li nħarġu żewġ tenders u li ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-Gvern.", "Dawn ngħataw lil Prostage Ltd għas- somma ta' Lm8625 u lil Sourcelite Ltd għas-somma ta' Lm7031.50.", "Dawn it- tenders kienu approvati mill-Ministeru tal-Finanzi skond ir-Regolamenti Finanzjarji.", "B'KARA - TRIQ IL-KAN.", "KARMENU PIROTTA - TARMAK", "12743.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bit-tarmak Triq il- Kan.", "Karmenu Pirotta, B'Kara li hi fi stat diżastruż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi biex din it-triq tinfetaħ għal ġol-Bypass ta` B`Kara u b`hekk tkun tista` tinfetaħ it-triq u tiġi asfaltata.", "KERA TAT-TELEFON - VAT", "12744.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-VAT fuq il-kera tat-telefon mill-Maltacom għall- konsumatur?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-rata tal-VAT fuq il-kera tat-telefon mill-Maltacom għall-konsumatur hija ta` (15%).", "Iżda, kif imħabbar fid-diskors tal-Budget 2000, fil-każ tat-telefon minħabba l- aġġustament li għamlet il-Maltacom fil-prezzijiet tagħha biex tpatti għar- rifużjoni li se tieħu, il-prezzijiet għall-konsumatur ser jiżdiedu biss b`5%.", "ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "12745.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex kumpannija f'Malta li tirriċikla l- karti u li kienet tuża siti fil-RDC qabel 1996, u li ġie tterminat l- arranġament tiegħu mill-amministrazzjoni preċedenti hemmx il-ħsieb li terġa' tingħata l-istess għajnuna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi l-kumpanniji kummerċjali jirċievu l- għajnuna mill-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "VAPUR \"ERIKA\"", "12746.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema hi d-ditta tal-avukati Maltin li kienet ipproċessat ir-reġistrazzjoni tal-vapur ''Erika'' f'pajjiżna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-vapur ERIKA ġie reġistrat l-ewwel darba taħt il-bandiera Maltija f`Diċembru ta` l-1990 taħt l-isem ta` PRIME NOBLE.", "F`Diċembru ta` l-1994, il-vapur għadda f`idejn il-kumpannija Tevere Shipping Co. Ltd. u l-isem inbidel għal dak ta` NOBLESS.", "F`Lulju tal-1996, l-isem tal-vapur inbidel għal ERIKA.", "SKEJJEL - ĦAMRUN - KAŻI TA' BULLYING", "12747.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar il-każ ta' bullying li twettaq fl-iskola M'Assunta, il-Ħamrun, it-Tnejn, 10 ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-każ ġie riferut lill-Guidance and Counselling Unit u lill-iSchool Psychologist għal kwalunkwe azzjoni meħtieġa sew biex ikunu protetti tfal oħra mill-bullying, kif ukoll għall- ġid ta' l-istudenta nnifisha.", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "12748.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjonijiet għal nursing aides li kienu ħarġu f'Awissu 1997?", "Għaliex dawk li applikaw qatt ma ġew imsejħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11579.", "ITS - STIPENDJU", "12749.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti li għandhom il-freedom of movement u li jattendu għal xi kors fl-ITS ma jingħatawx stipendju bħal studenti oħra li jattendu f'istituzzjonijiet edukattivi bħal dawk ta' Targa Gap, il-Higher Secondary u l-Junior College?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li r-regolamenti ta' l-ITS fuq l- għotja ta' stipendji jesiġu li student ikun intitolat għal stipendju jekk dan, jew din, ikunu ċittadini ta' Malta.", "Għaldaqstant, student jew studenta li jkollhom passaport barrani, iżda li jkollhom wieħed mill-ġenituri tagħhom Maltin ma jkunux intitolati għal stipendju iżda dawn jingħataw it-tagħlim bla ħlas.", "QORMI - SQAQ TAL-FAĦAL - TISWIJA", "12750.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li Sqaq tal- Faħal, limiti ta' Ħal Qormi, jiġi rranġat?", "Meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant mitluba tagħti aktar informazzjoni dwar il-lokalita' biex din tkun tista tiġi spezzjonata mill- uffiċjali tad-dipartiment.", "TOROQ - CULVERTS", "12751.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol (ġranet, nies tax-xogħol) fuq Triq 10 ta' Awissu, 1798 (bejn il-Mina ta' Hompesch, Żabbar u r-roundabout lejn it-triq taż-Żejtun) fuq il-culverts u jidhirlux li r-riżultati xorta baqgħu ħżiena ħafna?", "Jista' jgħid jekk id-dipartiment hux se jikkonsidra soluzzjoni oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "ŻABBAR - GIRDLE ROAD", "12752.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12429, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta ġie riferut il-każ (tal-miżbla ta' Girdle Rd, Żabbar) lill-unit għall-ambjent aħjar, x'sar s'issa u x'inhuma l-pjanijiet biex din il-problema titneħħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-każ imqajjem mill-Onor.", "Interpellant kien riferut lill-unit għal ambjent aħjar b'komunikazzjoni datata 13 ta' Jannar, 2000.", "L-istess unit ivverifika li l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar kien qed jikklerja din it-triq regolarment.", "TOROQ - RABA'", "12753.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq qalb ir-raba' minn Settembru, 1998 sal-lum u f'liema areas dawn saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - PROMOZZJONIJIET", "12754.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet ta' promozzjoni (promotions) li qed ikunu ttrattati fid-Dipartiment tal-Mużewijiet u liema huma dawk il-postijiet fid-dipartimenti li huma ta' ngaġġ ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet ippubblika sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-Assistent Kuratur (Etnografija), Assistent Kuratur (Marittimu), Kuratur (Storja Naturali) u sejħa oħra għall- perit.", "L-applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet vakanti qed jiġu pproċessati.", "Fl-aħħar tas-sena l-oħra, 24 Kustodju u Gwida fid-Dipartiment tal-Mużewijiet ġew nominati uffiċjali tal-mużewijiet.", "Informat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Ippjanar u Żvilupp qed jieħu ħsieb l-ingaġġ ta':(a) School secretaries; (b) Subject Coordinators - Primary u (c) Education Officers (Trade School) bħala uffiċjali ġodda fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni filwaqt li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji qed jitratta l-ingaġġ ġdid ta' library assistants.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-LVANT - SLEEPING POLICEMEN", "12755.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-isleeping policemen fi Triq il-Lvant, Żejtun saru skond l-pjan tat-Traffic Control Board?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma ħareġ ebda approvazzjoni biex issir sleeping policeman fi Triq il-Lvant, Zejtun.", "ŻEJTUN - BOZZA", "12756.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa bozza viċin d-dar Nru.21, Triq il-Kostituzzjoni, Żejtun?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-bozza li għaliha qed issir riferenza issewwiet fit-19 ta` dan ix-xahar.", "RAĦAL ĠDID RAMPA", "12758.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li rampa li hemm f'Paola Hill, Raħal Ġdid quddiem l- istage lejn il-Belt 'il fuq mill-pompa tal-petrol ta' Grech & Ellul, tinżebagħ peress li hija perikoluża u din it-triq imsemmija taqa' taħt il- gvern ċentrali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-dipartiment konċernat biex it- talba ta' l-Onor.", "Interpellant tiġi nkluża fil-programm tax-xogħol.", "TARXIEN: JOANNE GARDENS - XOGĦLIJIET", "12759.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk qattx ġie approvat li x-xogħol kollu f'Joanne Gardens ġewwa Ħal Tarxien issir mill-Ministeru ta' l-Ambjent a spejjeż tiegħu?", "Jista' jgħid jekk din id-deċiżjoni inbidlitx?", "Jekk fl- affermattiv, meta u għaliex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ftehim li kien hemm mat- Taqsima tax-Xogħlijiet, kien ikopri dawn ix-xogħlijiet:", "(i) xogħol ta' konkos u kurduna ġdida li qed isir minn ħaddiema tad- dipartiment.", "(ii) pavimentar ġdid.", "(iii) arbli u stallazzjoni ġdida tad-dawl.", "(iv) bankijiet.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "12760.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħin fil-każ ta' housing li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il- mistoqsija peress li hemm problemi kbar soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment qed jagħmel investigazzjonijiet ulterjuri dwar id-dikjarazzjoni li ssottomettiet l-applikanta.", "AGRICULTURE LEASES (RELETTING) ACT", "12761.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 2503 li kont għamilt fid-9/12/98?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt fil- mistoqsija parlamentari numru 2503.", "ANZJANI - SERVIZZ TAL-HOME HELP", "12762.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jingħata servizz lil anzjana li, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għalkemm tinsab weħidha għandha bżonn għajnuna ta' servizz tal-Home Help peress li t-tfal jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-anzjana li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament applikat għall-Home Help iżda l-bord deherlu li m'għandux jingħatala dan is-servizz.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "12763.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħin fil-każ ta' l- anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab waħedha u mhux tajba aktar li tgħix waħedha tiġi megħjuna biex tidħol f'xi dar ta' l-anzjani bħal SVPR?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament applikat sabiex tidħol fir-residenza San Vinċenz fit-30 ta' Settembru, 1999 u fit-18 ta' Jannar, 2000 waslet l-applikazzjoni tagħha sabiex tidħol fid-dar ta' l-anzjani f'Bormla.", "Fiż-żewġ applikazzjonijiet, dan il-każ qed jingħata l-attenzjoni meċessarja u skond il-prijorita' li tiġi stabilita mill-assessment tas- social worker u tat-tabib.", "PULIZIJA - ROAD BLOCKS", "12764.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-pulizija matul is-sena 1999 u x'kien ir-riżultat tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul l-1999 il-Pulizija għamlet 2,477 roadblock, f`diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.", "Waqt dawn ir-roadblocks numru ta` persuni nstabu qed jiksru r-regolamenti tat- traffiku, instabu tliet karozzi misruqa u oħra li kienet intużat fi snatch & grab, persuna nstabet li kellha l-Cannabis u żewġ persuni kellhom transceivers mingħajr liċenzja.", "ARMATA - ROAD BLOCKS", "12765.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Minsitru jgħid kemm saru road blocks mill-Armata matul is-sena 1999 u x'kien ir-riżultat tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hi:", "|Numru ta' road blocks |680 | |Numru ta' vetturi mwaqqfa |5731 | |Numru ta' |431 | |kontravenzjonijiet | | |Każi relatati ma drogi | 54 | |Oġġetti sensittivi |74 | |mgħoddija lill-Pulizija (ez| | |skieken,snieter, munizzjon,| | |eċċ) | | |Numru ta' nies miżmuma u | 104 | |mgħoddija lill-Pulizija | |", "Il-persuni suspettati kif ukoll l-oġġetti misjuba waqt ir-road blocks tal- Forzi Armati dejjem jingħataw f'idejn il-pulizija għal aktar stħarriġ.", "PULIZIJA - QBID TA' DROGA", "12766.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-pulizija matul is-sena 1999 u x'tip ta'droga kienet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ammont u t-tip ta` droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-1999 hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦABS ĊIVILI - DROGA", "12767.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm instabet droga ġewwa il-Ħabs matul is-sena 1999 u x'tip ta' droga kienet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999 kien hemm seba' każi meta nstab xi trab suspettuż ġewwa l-ħabs.", "Ninsab informat ukoll li f`wieħed mill-każi rriżulta li t-trab kienet eroina, filwaqt li fil-każi l-oħra, dawn għadhom qed jiġu nvestigati mill- pulizija.", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA", "12768.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies il-Freeport matul is-sena 1999?", "Jista' jgħid min liema distrett elettorali kienu dawk li daħħlu?", "Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabel ma daħlu?", "X'xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul l-1999 ġew impjegati 57 ħaddiem ġdid mal-Freeport.", "Dawn il-ħaddiema ġejjin minn dawn id-distretti elettorali", "|L-1 distrett |12-il ħaddiem | |It-2 Distrett|5 ħaddiema | |It-3 Distrett|5 ħaddiema | |Ir-4 Distrett|5 ħaddiema | |Il-5 Distrett|6 ħaddiema | |Is-6 Distrett|5 ħaddiema | |Is-7 Distrett|6 ħaddiema | |It-8 Distrett|3 ħaddiema | |Id-9 Distrett|2 ħaddiema | |L-10 Distrett|4 ħaddiema | |l-11-il |1 ħaddiem | |Distrett | | |It-12-il |3 ħaddiema | |Distrett | |", "Wieħed u erbgħin (41) minn dawn il-ħaddiema kienu qed jirreġistraw għax- xogħol qabel bdew jaħdmu l-Freeport.", "Il-ħaddiema ġodda ġew ingaġġati f`dawn il-gradi.", "Planner Trainee, Legal and Claims Manager, Systems Network Support, Assistant Operations Manager, Operations Clerk, Accounts Clerk, Equipment Operator, Mechanic, Handyman Rigger, Systems Administrator, Data Entry Operator, Security Controller u Clerk.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA", "12769.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu nies ma' l-Air Malta matul is-sena 1999?", "Minn liema distrett elettorali kienu?", "Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol qabel ma ddaħħlu?", "X'xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "WSC - ILMA KKONTAMINAT", "12815.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal joint press release maħruġa mill-Water Services Corporation u d-dipartiment tas-saħħa \"The Times\" 15 ta' Jannar, jista' l- Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu d-dipartiment tas-saħħa dwar il- kontaminazzjoni ta' l-ilma f'Ħaż-Żebbuġ?", "Għaliex din il-press release dehret biss f'din il-gazzetta?", "Ma jidhirlux il-Ministru li każ bħal dan kellu jixxandar fuq il-mezzi kollha tal-media, partikolarment dak televiżiv għal awareness tal-pubbliku Żebbuġi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12815, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li immedjatament kif id-Dipartiment tas-Saħħa kien informat bil-problema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma, beda għaddej b'sensiela ta' investigazzjonijiet mill-lokalitajiet indikati mill-istess korporazzjoni anke matul il-ġranet tas-Sibt u l-Ħadd.", "Il-kampjuni ta'l-ilma qegħdin jiġu analizzati fil-laboratorju tad- dipartiment u qabel ma' dawn jindikaw li l-kwalita' ta' l-ilma huwa tajjeb għall-konsum, uffiċjali minn dan id-dipartiment se jkomplu bl- investigazzjonijiet tagħhom.", "Nixtieq ninforma li l-press release ġiet maħruġa mal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma, liema press release aħna nformati, ġiet irriferuta lil diversi entitajiet u mezzi oħra tax-xandir fosthom: Ministry for Economic Services, DOI, Radju Malta 2, RTK, Radio 101, Super 1, Bay Radio, Calypso, Smash Radio, Island Sound, The Times, In-Nazzjon/Il-Mument, l-Orizzont/It- Torċa, The Malta Independent u Il-Kulħadd.", "QORTI KRIMINALI - OMIĊIDJI VOLONTARJI", "12816.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'il hawn?", "Kemm instabu ħatja, x'piena ngħataw u kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin kull persuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferiha lill-Ministru kkonċernat.", "Tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija tkun tista` tingħata wara li l- ewwel parti tkun ġiet imwieġba.", "QRATI TAL-ĠUSTIZZJA - KAŻI TA' FERITI GRAVI", "12817.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' ferita gravi, segwita bil-mewt, quddiem il-qrati tal-ġustizzja mill-1987 'l hawn?", "Kemm instabu ħatja?", "X'piena ngħataw u f'każ li ntbagħtu xi persuni l-ħabs, kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal kull persuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12816 f`din l-istess seduta.", "SAĦĦA - VAĊĊIN KONTRA L-HEPATITIS", "12818.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqt li t-tfal ta' l-iskejjel ta' l-Istat ingħataw il-vaċċin kontra l-hepatitis fl-iskola tagħhom stess, dawk it-tfal li huma studenti fl-iskejjel privati u tal-Knisja kellhom imorru fil- polyclinics tad-distrett għat-tliet dożi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-istudenti fl-iskejjel privati biss intbagħtu fiċ- Ċentri tas-Saħħa biex jingħataw il-vaċċin kontra l-Hepatitis B. It-tfal fl- iskejjel tal-knisja ingħataw il-vaċċin (l-ewwel u t-tieni doża) fl-iskola tagħhom stess bħas-sena ta' qabel it-tielet doża għad trid tingħata.", "L-istudenti fl-iskejjel privati ma ngħatawx il-vaċċin fl-iskola tagħhom stess għaliex is-servizz mediku ta' l-iskejjel għadu mhux estiż għall- iskejjel primarji privati, iżda d-dipartiment ħass li xorta għandu jipprovdi mezz biex dawn l-istudenti tingħatalhom b'xejn il-vaċċin tal- Hepatitis B.", "TRIQ REĠJONALI - MANUTENZJONI TA' PONT", "12819.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar eżerċizzju ta' manutenzjoni fuq il-pont li hemm fil-bidu tat-telgħa ta' Triq Reġjonali, li mill-inħawi tiegħu f'Novembru li għadda waqa' ammont ta' ġebel waqt il- maltemp?", "Jista' jgħid x'inhi l-prassi f'dik li hi manutenzjoni ta' pontijiet u tunnels?", "Din issir fuq bażi regolari minn nies professjonali li jagħtu rapport bil-miktub tax-xogħol meħtieġ u tax-xogħol li jsir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li sar xogħol ta' manutenzjoni fit- triq li tgħaddi minn fuq dan il-pont f'Mejju ta' l-1998.", "Id-Dipartiment tat-Toroq xtara apparat biex bih ikun jista' jiġi assessjat l-istat ta' kostruzzjoni ta' pontijiet u ttieħdu passi wkoll f'diversi snin biex jinġabru records tal-pontijiet fit-toroq Maltin.", "L- iskop hu li bil-mod il-mod tiġi stabbilita prassi ta' spezzjonijiet u manutenzjoni regolari ta' pontijiet.", "Irrid ngħid illi fil-każ ta' meta waqgħet blata fit-triq ħdejn il-pont indikat mill-Onor.", "Interpellant, din ma waqgħetx mill-pont iżda mill-blat fil-ġemb tat-triq.", "FOREIGN ARTISTS/ENTERTAINERS - TAXXA", "12820.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista'l- Ministru jgħid kemm qed jiġi kkalkolat li se jikber id-dħul tal-gvern matul is-sena 2000 mit-taxxa l-ġdida fuq foreign artists/entertainers?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-iskop ta` l- emenda dwar rata ta` taxxa fissa ta` 10% fuq dħul minn foreign artists\\entertainers mhix intenzjonata biex jiżdied id-dħul tal-gvern iżda biex tkun simplifikata l-proċedura eżistenti.", "Din mhix xi taxxa ġdida .", "S`issa kull foreign entertainer li kien jiġi Malta biex jagħti xi wirjiet kien obbligat li jimla' l-formola tat-taxxa u jibgħat ir-rendikont ta` dħul u spejjeż li kien ikollu konnessi ma`dawn il-wirijiet.", "Kien qed jinħolqu diffikultajiet kbar kemm għall-persuni involuti kif ukoll għad-dipartiment biex ikun stabbilit il-qligħ li għandu jkun intaxxat bir-riżultat li kwestjonijiet bħal dawn kienu jibqgħu ikaxkru għal diversi xhur jew snin sħaħ.", "Għalhekk bl-emenda issuġġerita fil-budget speech dawn l-artisti issa se jkunu intaxxati b`rata fissa fuq id-dħul li jkollhom, u din tkun finali u ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jibagħtu l-formoli tat-taxxa u r-rendikont kif kien isir.", "MIMCOL/MGI LTD - SHAREHOLDING", "12821.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'shareholding għandha l-MIMCOL u l-MGI Ltd f'entrapriżi/azjendi oħrajn?", "F'liema entitajiet u kemm hu stmat li jiswa dan ix-shareholding f'kull każ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MALTA DRYDOCKS/MALTA SHIPBUILDING - SUSSIDJU", "12822.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ħareġ il-gvern għall-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding, separatament u sena b'sena, mill-1992 'l hawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 12822, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "FURNARA - LAQGĦAT", "12823.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm inżammu laqgħat mal-furnara dwar it- tneħħija tas-sussidju fuq il-ħobż, kif imħabbra fil-budget ta' din is- sena?", "Meta saru dawn il-laqgħat u ma' min?", "Meta nbeda dan is-sussidju u għal kemm kien jammonta sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul l-1999 saru diversi laqgħat bejn il- Koperattiva tal-Furnara u l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici dwar il-prezz tal-ħobż tal-Malti.", "Dawn il-laqgħat saru kemm fid-dawl ta` talba mill- furnara għal kumpens għal żidiet fl-ispejjeż tagħhom kif ukoll b`relazzjoni mal-ħsieb tal-Gvern li jispiċċa s-sussidju fuq id-dqiq li minnu jsir l- istess ħobż tal-Malti, kif fil-fatt sar.", "Prinċipalment dawn il-laqgħat saru fuq żewġ livelli.", "Saru laqgħat ta` natura purament teknika, li tmexxew mid-Direttur tal-Kummerc, u oħrajn li matulhom kont preżenti jiena.", "Il-laqgħat tekniċi saru direttament mar- rappreżentanti tal-Koperattiva tal-Furnara inklużi l-President u l- konsulent finanzjarju taghha.", "Fil-laqghat li saru miegħi attenda wkoll rappreżentant tal-GRTU.", "Is-sussidju fuq konsum ta` dqiq għall-użu fil-produzzjoni tal-ħobż tal- Malti nbeda fl-1993.", "L-ammont ta` sussidju kull sena kien kif gej:", "|1993 |Lm 32,005 | |1994 |Lm 77,397 | |1995 |Lm 448,488 | |1996 |Lm 542,420 | |1997 |Lm 690,859 | |1998 |Lm1,096,321 | |1999 |Lm1,346,542 |", "TARZNA - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT", "12824.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet għat-twaqqigħ tal-ħajt tad-dock tat-Tarzna f'Bormla?", "Meta hu mistenni li jibda dan ix-xogħol?", "Min se jagħmlu u b'liema kondizzjonijiet miftiehma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi x-xogħol fuq is-sit biex ikun jista' jitwaqqa' l-ħajt tal-Baċir Nru. 1, diġa' beda u dan qiegħed isir b'kollaborazzjoni bejn it-Tarzna u t-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "PULIZIJA - INTERNAL AFFAIRS UNIT", "12918.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid jekk ċittadin li jagħmel rapport fuq membru tal- korp tal-pulizija biex jiġi nvestigat mill-Internal Affairs Unit, għandux dritt li jitlob li jagħti x-xiehda jew l-evidenza tiegħu, biex b'hekk ikun hemm a fair trail u jinstemgħu iż-żewġt verżjonijiet, kemm tal-membru in kwestjoni kif ukoll taċ-ċittadin li jressaq ir-rapport?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-proċedura addotata fl- investigazzjoni ta` lmenti kontra membri tal-Korp tal-Pulizija, m'hemm xejn x`jipprekludi lil persuna li tkun għamlet l-ilment milli titlob li tkun mismugħa mill-uffiċjal li jkun qiegħed jinvestiga l-ilment.", "PULIZIJA - INTERNAL AFFAIRS UNIT", "12919.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid minn min hu kompost l-Internal Affairs Unit tal-Korp tal- Pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Internal Affairs Unit fil-Korp tal- Pulizija huwa kompost minn spettur u kuntistabbli.", "KUNSILL LOKALI - GŻIRA", "12920.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm problemi dwar it-titlu tal- fond li akkwista il-Kunsill Lokali tal-Gżira għal użu bħala day centre li jkun jista' jiġi wżat mill-anzjani tal-lokal?", "X'se jiġri f'dawn iċ- ċirkostanzi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` konċernata.", "GŻIRA - POLIKLINIKA - LIFT", "12921.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi nstallat il-lift fil-poliklinika tal- Gżira?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin mal-partijiet konċernati sabiex ikun jista' jiġi nstallat il-lift fil-poliklinika tal- Gżira.", "PULIZIJA - GĦASSA TAL-GŻIRA", "12922.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk tistax tieħu passi biex l-għassa tal-pulizija tal-Gżira tkun miftuħa 24 siegħa kuljum għal konvenjenza tal-Gżirjani?", "L-entratura għaliha tista' tiġi fi Pjazza Meme Scicluna flok tibqa' fi Triq Belvedere?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4413 u 11375.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, informat li s- suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant diġa` qed ikun ikkonsidrat.", "GŻIRA - TRIQ IX-XATT - DRENAĠĠ", "12923.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar id-drenaġġ miżdud li spiss jakkumula ħafna ilma fi Triq ix-Xatt, Gżira?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-problema li tinqala' fi Triq ix-Xatt, Gżira hija biss waqt ix-xita u mhux għax hemm xi sadd fis- sistema tad-drenaġġ.", "Ladarba tieqaf ix-xita, il-flow fil-main tad-drenaġġ jerġa' jiġi għan-normal", "SKEJJEL - ŻEJTUN - KINDERGARTEN", "12940.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li ġiet irranġata l-Kindergarten taż- Żejtun, reġgħetx twaħħlet l-irħama ta' meta din kienet infetħet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol għadu ma ġiex iffinalizzat.", "ŻABBAR - TRIQ L-10 TA' SETTEMBRU, 1797", "12941.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq l-10 ta' Settembru, 1797 ġewwa Ħaż-Żabbar, li tinsab fejn il-mitħna u l-Mina ta' Hompesch, tiġi rranġata wara l-ħsara li saritilha minħabba l-maltemp?", "Jista' jikkonsidra li din it-triq tinbena mill-ġdid minħabba li l-ilma jinġabar fit-triq għax m'hemmx mod kif dan ma jibqax hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-tiswija tal-ħofor wara l-maltemp ta' dan l-aħħar qiegħda għaddejja.", "Din it-triq, 'l quddiem trid terġa tinbena skond kif muri fil-programm li ppreparaw l-esperti Ġermanizi għat- toroq arterjali u distributorji.", "ŻEJTUN - LEJLA MALTIJA/KULTURALI", "12942.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lejla Maltija/kulturali li kienet issir fiż-Żejtun lejliet San Girgor, hux se ssir aktar jew le?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li qatt ma kien hemm l-ebda lejla Maltija/kulturali organizzata mill-NTOM/MTA nhar lejliet San Girgor.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "12943.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - POSTIJIET", "12944.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji (bħal prezz li tħallas, mingħand min inxtraw u f'liema lokalita' qegħdin) tal-postijiet li l-Awtorita' tad-Djar xtrat mingħand il-privat minn Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn Settembru 1998 sal-lum l-Awtorita' tad-Djar ma xtrat l-ebda bini mingħand il-privat.", "Biss, bħalissa l-awtorita' qed tevalwa l-offerti li rċievet wara li ħarġet skema għal xiri ta' postijiet mingħand il-privat.", "PA", "12945.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-awtorita' hux suppost li tintervjeni f'każi li jkunu ilhom li saru aktar minn 15-il sena, bħal ngħidu aħna tordna li jitneħħew twieqi ta' l-aluminiuum jew jitneħħa mużajk minn fuq il-faċċata ta' dar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Taqsima V (Twettieq tal-Kontroll), ta` l-Att I ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp:", "l-awtorita` għandha tgħasses fuq kull operazzjoni ta` żvilupp biex isir biss skond il-ħteġijiet ta` dan l-att u b`osservanza tad-deċiżjonijiet meħuda legalment taħt dan l-att; u", "l-awtorita` għandha wkoll tirrevedi l-iżvilupp kollu li sar qabel il-bidu fis-seħħ ta` dan l-att mingħajr ma ġew osservati l-pjanijiet jew il- policies fis-seħħ fiż-żmien li l-iżvilupp ikun sar;", "Għaldaqstant m'hemmx preskrizzjoni fit-twettiq tal-liġi dwar l-iżvilupp mingħajr permess.", "BORMLA: SQAQ SANTA TEREŻA - BOZZA", "12946.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-bozza fi Sqaq Sta.", "Tereża, Bormla ilha tiġi rrapportata li maqtugħa fuq il-freephone għal numru ta' ġimgħat u għadha ma ssewwietx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-ħsara li għaliha qed issir riferenza ġiet investigata u l-manutenzjoni meħtiega saret fl-20 ta` dan ix- xahar", "BORMLA - BOZOZ", "12947.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex żewġ bozoz fi Blokk 2, Fuq San Pawl, Bormla ilhom jiġu rrapportati maqtugħa fuq il-freephone għal numru ta' ġimgħat u għadhom ma ssewwewx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li ma jirriżultax li hemm bozoz maqtugħin, li huma responsabbilta` ta` l-Enemalta, madwar blokk numru 2 fi Triq San Pawl, Bormla.", "KOTTONERA - KUMPLESS SPORTIV", "12948.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal- kumpless sportiv fil-Kottonera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tal-pjanti tal-Kumpless Sportiv fil-Kottonera tkun tista' titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra aktar 'l quddiem.", "GĦAWDEX - TAĊ-ĊAWLA - GARAXXIJIET", "12996.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li s-soqfa tal- garaxxijiet li hemm f'Taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex jiġu rranġati kemm jista' jkun malajr minħabba l-fatt li dawn jinsabu fi stat perikolanti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel it- tweġiba lill-Ministru kkonċernat.", "SLIEMA/SAN ĠILJAN/SWIEQI - RESERVED PARKING SPACES", "12997.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi tul is-sena 1999 biex isiru reserved parking spaces f'Tas-Sliema, San Ġiljan u Swieqi?", "Kemm ġew irrifjutati applikazzjonijiet fl-istess lokalitajiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li permessi għar-reserved parking għal persuni b`diżabilita` tul is-sena 1999 ġew approvati kif ġej:", "Sliema - 30 San Ġiljan - 8 Swieqi - 1", "Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mhux f`pożizzjoni li jgħid kemm ġew irrifjutati applikazzjonijiet għax il-vetting (mediku) isir mill- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b`Diżabilita`.", "ANZJANI - CARE WORKERS", "13008.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-postijiet ta' care workers fid- Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani, liema sejħa saret fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 7 ta' Jannar 2000 f'paġna 74, partikolarment għall- paragrafu 6 fejn jintqal (quote) \"L-applikanti għandhom jinnominaw żewġ persuni biex jagħmluha ta' referees (politikanti u qraba ta' applikanti ma jistgħux jaġixxu bħala referees)\" (unquote), jaħseb il-Viċi Prim Ministru li: (1) peress li l-kelma \"politikanti\" skond id-dizzjunarju tal-Professur Joseph Aquilina, maħruġ fl-1990 f'paġna 1067, il-kelma \"politikant\" tfisser \"petty politician jew dabbler in politics\" il-kelma adatta kellha tkun \"politiċi\" għaliex \"politikanti\" tammonta għal insult għal klassi politika Maltija;", "(2) il-fatt innifsu li l-politiċi, inkluż membri parlamentari, ma jistgħux jagħmluha ta' referees timplika nuqqas ta' fiduċja fil-klassi politika Malija u/jew li m'humiex responsabbli biżżejjed biex jagħmluha ta' referees, meta l-istess membri parlamentari jistgħu jagħmluha ta' referees f'diversi applikazzjonijiet għal xogħol kif ukoll bħala xhieda li r- ritratti ta' applikanti jkunu verament tal-persuna konċernata u anke biex jifformaw applikazzjonijiet uffiċjali, bħal dak tal-passaport; u", "(3) taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-klawsola msemmija f'gazzetta uffiċjali tal-Gvern m'għandhiex tiġi ripetuta fil-futur għaliex tista' timplika nuqqas ta' serjeta' u allura sfiduċja fil-membri parlamentari Maltin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: (1) Huwa veru li l-użu tal-kelma \"politiċi\" għandha tifsira aħjar minn \"politikant\".", "(2) u (3) Il-fatt li l-politiċi ma jistgħux jagħmluha ta' referees tidher li hija politika tal-Public Service Commission u l-Management and Personnel Office, u allura dan id-dipartiment mhux f'posizzjoni li jwieġeb din il- parti tal-mistoqsija.", "B'KARA - NAXXAR ROAD", "13009.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti istruzzjonijiet lill-Maltacom biex outlet point quddiem id-dar \"St Anthony\" ġo Naxxar Road, Birkirkara, tiġi illivellata għax qed jaqgħu n-nies fiha u wkoll hemm bżonn tiġi mkaħħla sew għaliex qed joħorġu l-ġrieden minnha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Maltacom biex tieħu l-azzjoni neċessarja.", "PROĠETT TAL-KAVALLIER TA' SAN ĠAKBU", "13025.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif dwar il-Proġett tal-Kavallier ta' San Ġakbu: (1) Kemm kien stmat li se jqum il-proġett; (2) Kemm fil-fatt ġie jiswa; (3) Kif intgħażel il-konsulent ewlieni; (4) Kemm tħallas il- konsulent s'issa u kemm hu stmat l-ammont finali; (5) Fid-dawl tan-natura ferm sensittiva ta' dan il-patrimonju nazzjonali għaliex ma saritx kompetizzjoni fuq bażi nazzjonali u ladarba l-konsulent ġie magħżul, għaliex il-proposti ma ġewx esebiti għal kummenti tal-pubbliku milli l- poplu ġie mogħti \"fait accompli\", speċjalment fid-dawl tan-natura kontroversjali ta' l-intervent fuq dan il-wirt storiku; (6) Għas-sit ta' l- Opera House kienu sar żewġ kompetizzjonijiet nazzjonali u ġew identifikati l-aħjar proposti.", "X'inhi r-raġuni li x-xogħol tal-konsulenza/disinn se jerġa' jingħata b'direct order, flimkien mal-bus terminus?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: 1.", "L-istima tal-proġett kienet fil-bidu ta' l-1995 ta' madwar Lm2,000,000.", "Din kienet ibbazata fuq Concept Designs biss u kif il-proġett beda jiġi disinjat u t-tenders għax-xogħlijiet jinħarġu, din l-istess stima kienet qed tkun aġġornata.", "2.", "Huwa stmat li meta jkun lest il-proġett ikun sewa Lm3,678,830.", "3.", "Il-konsulent ewlieni intgħazel wara sejħa pubblika għal turija ta' interess mingħand periti għad-disinn ta' Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti.", "Ġew mitfugħa 19-il applikazzjoni li minnhom intgħazlet dik tal-Profs.", "Richard England.", "4.", "Sżissa l-konsulent tħallas Lm157,350 u għad fadal madwar Lm20,000 x'jitħallas.", "5.", "Bħalma taf l-Onor.", "Interpellant, kompetizzjonijiet ta' din in-natura fuq bazi nazzjonali qatt ma taw rizultat mixtieq.", "Ezempju ċar huwa proprju dak għall-iżvilupp tas-sit ta' l-Opera House, li huwa parti integrali ukoll mix-xogħol li sar fuq il-Kavallier ta' San Gakbu.", "Għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li minflok issir kompetizzjoni għad- disinn, kien ikun aħjar li jintgħażel perit fost dawk li kienu interessati fil-proġett.", "B'dan il-metodu seta' isir aktar djalogu dirett ma' min ikun qiegħed jiddisinja u għalhekk ir-rizultat ikun ferm aħjar milli kieku wieħed jitħalla għal rasu u joħroġ disinn fi żmien qasir u li ma jkunx jirrifletti il-bżonnijiet tal-klijent.", "Bħalma għedt diversi drabi, l-gvern flimkien mal-perit u l-konsulenti l- oħra tiegħu dejjem qagħad attent biex bix-xogħol li jsir f'dan il-post, ma jsir xejn li jkun ta' dannu għall-wirt storiku tal-post.", "Il-pjanti kollha ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-approvazzjoni tagħhom u l-awtorita' segwiet mill-qrib ix-xogħol kollu li sar.", "6.", "Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li ż-żewġ kompetizzjonijiet nazzjonali li rriferiet għalihom it-tnejn taw rizultat negattiv.", "Bħalma kien irrealizza l-gvern ta' qabel fil-proposti tiegħu għall- Proġett 'Malta 2000', is-sit tat-Teatru Rjal ma jistax jiġi zviluppat waħdu imma jrid ikun qiegħed integrat mal-proposti l-oħra ta' Pjazza Ħelsien.", "Dak inhar Pjazza Ħelsien ġiet marbuta ma' l-izvilupp tat-Teatru Rjal u l-bus terminus kien qiegħed jitqies bħala proġett għalih indipendenti mill- izvilupp l-ieħor.", "Tħalla barra l-izvilupp ta' Bieb il-Belt li suppost li kellu jgħaqqad dawn iż-żewġ proġetti flimkien.", "Għalhekk inħasset il-ħtieġa li, qabel ma nkomplu sejrin f'din it-triq, isir master plan għal din il- parti tal-Belt li tkun tinkludi l-izvilupp tas-sit tat-Teatru Rjal, l- izvilupp ta' Pjazza Ħelsien, Bieb il-Belt, il-bus terminus u l-inħawi ta' madwarhom.", "Dan li ġie mqabbad jagħmel il-konsulent.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13026.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, meta familja tkun qed tgħix f'post ikkundannat u li jkun tal-privat u din il-familja tapplika għall-akkomodazzjoni alternattiva għand il-housing, x'metodi ta' selezzjoni jintuża sabiex dawn in-nies ma jibqgħux jissugraw ħajjithom u jinħarġu minn ġo dan l-istat ta' miżerja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kull persuna li tapplika għall-akkomodazzjoni alternattiva mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali tkun mitluba tiddikjara jekk il-post li qed tgħix fih huwiex perikoluż jew le.", "Dan isir sabiex id-dipartiment ikun jista jevalwa kull każ ippreżentat quddiemu.", "Ovvjament kull dikjarazzjoni tkun riflessa f'punti li fl-aħħar mill-aħħar huma wieħed mill-fatturi prinċipali ta' kull allokazzjoni.", "Biss, irrid nenfasizza li s-sid biss għandu r-responsabbilta' tal-periklu li jkun fih il-post.", "Dan iffisser li l-inkwilini għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li s-sid ineħħi l-periklu mill-post li jabitaw fih.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13027.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta post tal- gvern ikun diġa' ġie kkundannat u fih qed jabitaw in-nies, x'inhi l- politika tal-gvern f'dawn il-każi?", "Il-gvern huwa kommess li tinstab akkomodazzjoni alternattiva biex jinstab post alternattiv immedjatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Postijiet tal-gvern li jiġrilhom ħsara waqt li jkunu mikrija jiġu msewwija mid-Dipartiment ta' Bini u Tiswija ta' Djar.", "Ġeneralment il-periklu jitneħħa mingħajr bżonn ta' akkomodazzjoni alternattiva.", "CHALLENGE 2000 - XIRI TA' APPARAT", "13028.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu dawk il-persuni li kienu nvoluti fit-task force taċ-Challenge 2000, iżda li m'humiex impjegati tal-gvern?", "X'kien l-apparat li nxtara sabiex tmexxiet il-kampanja 2000?", "Kien inħareġ tender għal dan l- apparat?", "Kemm sewa dan l-apparat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "PENSJONANTI", "13029.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r- reazzjoni tiegħu għall-kliem iebes fl-editorjal tan-Newsletter \"il- Pensjonant\" fejn il-pensjonanti jikkritikaw bl-aħrax l-għaġir tal-Gvern fil- konfront tagħhom?", "Il-Gvern Nazzjonalista beħsiebu jwettaq il-wegħda elettorali li għamel f'dan il-qasam, u jekk fl-affermattiv meta, ċioe' li jingħataw iż-żidiet sħaħ fil-pensjonijiet u jekk hux beħsiebu jkompli jċaħħad lill-pensjonanti milli jieħdu iż-żidiet li jinħarġu fil-collective agreement (billi minflok tingħata lump sum payment biss)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern Nazzjonalista jilqa' kull kritika kostruttiva li jsirlu bi spirtu ta' djalogu.", "Fir-rigward tal-pensjonijiet naħseb li diġa' spjegajt fit-tul dwar il-Politika tal-Gvern f'dan il-qasam fit-tweġibiet li tajt għall- mistoqsijiet parlamentari numri 6218 u 12069.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant huwa tajjeb li nippreċiża li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tipprovdi għar-reviżjoni tal-pensjoni fuq il-bażi taż-żiediet li jkun hemm fis-salarju jew paga bażika tal-post li kellu il-pensjonant.", "Il-collective agreements isiru bi ftehim wara diskussjonijiet bejn il- unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u min iħaddem.", "Kif spjegajt diġa', wara li jsir dan il-ftehim il-pensjonijiet tas-sigurta' soċjali jiġu riveduti mill-ewwel Sibt ta' Jannar ta' kull sena abbażi ta' l-istrutturi ġodda ta' salarji bażiċi nklużi fil-collective agreement ġdid.", "Inżid ngħid li l-istess liġi ma tippermettix li jittieħed xi ammont li ma jkunx parti ntegrali mill-paga bażika ta' ftehim kollettiv ġdid.", "ETC - IS-SUR LAURENTI/IS-SUR CAMILLERI", "13030.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi d- domanda 11897 li saret iktar minn xahar ilu (fit-3/12/99) u li sas- 17/1/2000 għadha ma ġietx risposta?", "Jista' l-Ministru jispjega għalfejn kien hawn dan id-dewmien kollu meta l-informazzjoni mitluba ma tirrikjediex riċerka partikolari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dettalji dwar l-ingaġġ tas-Sur John Camilleri fil- kariga ta' chief executive officer ta' l-ETC diġa' ngħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10,637.", "Dwar id-dokument tal-kuntratt għall-ħatra taċ-chief executive officer il- ġdid, jien informat li dan għad irid jiġi ffinalizzat.", "CARITAS/SEDQA", "13031.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-Mons.", "Victor Grech, direttur tal-Caritas, kif irrapportat fit-Torċa tal-Ħadd 16 ta'Jannar fejn qal \"Għadu ma nħoloqx koordinament effettiv bejn il-Caritas u s-Sedqa, flimkien mal-entitajiet kollha li jaħdmu f'dan il-qasam\".", "X'miżuri qed jittieħdu sabiex tiżdied il-kooperazzjoni bejn dawn l- imsemmija entitajiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-Sedqa, bħala l-Aġenzija Nazzjonali, taħdem fil- qrib kemm mal-Caritas kif ukoll ma' Aġenziji oħra mhux governattivi.", "Dan isir fil-qasam tal-Prevenzjoni u tas-Saħħa u Kura, kif ukoll billi toffri taħriġ lill-ħaddiema ta' dawn l-aġenziji.", "Barra minn hekk, il-Gvern waqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż ta' Droga, Akolħol u Dipendenzi Oħra, li fost x-xogħol ewlieni tagħha, hemm proprju il-koordinament tax-xogħol li jsir mid-diversi aġenziji li jaħdmu fis-settur.", "BELT/FLORIANA - STALLAZZJONI TA' LIFTS", "13034.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk hux tabilħaqq se jiġu nstallati l-lifts fil-bini tal-housing fiz-zoni tal-Belt u Floriana?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji ta' fejn u meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar qegħda fil-proċess li timpjega Perit Ċivili u engineer biex jiġi studjat fid-dettal fejn jistgħu jiġu installati il-lifts f'dawk il-blokki li r-residenti tagħhom applikaw taħt l- iskema relattiva.", "Meta jiġu ddentifikati dawk il-blokki fejn jista' jiġi installati il-lifts, jinbdew immedjatament il-proċeduri neċessarji.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13035.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm attwalment applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali minn ċittadini li jgħixu fil-Belt, Floriana u Hamrun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 362 applikazzjoni mill-Belt, 159 mill-Ħamrun u 91 applikazzjoni mill- Furjana.", "VAPURI - INĊIDENTI", "13036.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti li jikkonċernaw vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija f'dawn l-aħħar sentejn?", "Jista' jagħti dettalji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar, madanakollu nitlob l-Onor.", "Interpellant jispeċifika x`tip ta` inċident qed jirriferi għalih.", "XATT TAL-BELT/MARSA - ĦWIENET TAD-DUTY FREE", "13037.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kumpens se jingħata lil dawk il-ħwienet tad-duty free fix-Xatt tal-Belt/Marsa wara li dawn se jkollhom jiġu żgumbrati minħabba t-terminal l-ġdid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FURJANA - BOZOZ", "13039.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-bozoz tad-dawl f'dawn il-lokalitajiet fil- Furjana: Capucchin Street, kantuniera ma' P. Floriani Street; St. Anne Square; V. Dimech Street, fejn il-klabb tal-boċċi u ħdejn it-telephone booth ihom maqtugħin ix-xhur, tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb mill-aktar fis?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta biex tieħu l-passi necessarji.", "MALTA DRYDOCKS - VAPURI MILL-AFRIKA", "13040.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri ta' pajjiżi ta' l- Afrika ta' Fuq kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin fil-Malta Drydocks?", "Kemm ħallew flus?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "SPTARIJIET - MEDICAL/PAEDIATRIC WARDS", "13041.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti f'medical/paediatric wards fl- isptarijiet San Luqa, Karen Grech, Boffa u Zammit Clapp b'chest infection u gastroenteritis mill-bidu tas-sena 'l hawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - VETTURA GVH-092", "13055.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-vettura GVH-092 tad- Dipartiment ta' l-Agrikoltura ilha pparkjat fl-istess triq f'Raħal Ġdid għal xhur sħaħ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati sabiex jinvestigaw dwar id-domanda li għamel l-Onor.", "Interpellant.", "GĦAWDEX - QORTI - TELEPHONE", "13056.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jaf il-Ministru li fil-Qorti ta' Għawdex minn żewġ linji tat- telephone, linja waħda ilha bil-ħsara mit-Tnejn, 17 ta' Jannar, 2000?", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb biex din il-linja titranġa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-Qorti ta` Għawdex għandna tliet linji li fuqhom jista` iċempel l-pubbliku minn barra.", "Waħda minn dawn (557531) kienet bil- ħsara nhar it-Tnejn 17 ta` Jannar, 2000.", "Din issewwiet l-ghada it-Tlieta pero' rega' kien hemm xi ħsara.", "Pero' reġgħet issewwiet.", "Tajjeb ukoll li insemmi li fil-Qorti ta` Ghawdex hawn installata phone booth biex il- pubbliku ikun jista` jċempel minn ġol-Qorti.", "MARSA - REVERSE OSMOSIS", "13058.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-impjant tar- reverse osmosis fil-Marsa għadu mhux qiegħed jiffunzjona sal-lum?", "Kemm ilu wieqaf dan l-impjant?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra"]} {"filename": "20000710_342d_par.doc", "date": "2000-07-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 342 It-Tnejn, 10 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 342", "It-Tnejn, 10 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "342", "It-Tnejn, 10 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 43", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 43", "TQEGĦID TA' KARTI 47", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'(KONTINWAZZJONI) 47", "AĠĠORNAMENT 64", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 68", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 341 li saret fl-10 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "WIED IL-GĦAJN - ĊENTRU TA' MATUL IL-JUM", "17616.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif qed jintuża l-bini kollu taċ-ċentru ta' matul il-jum f'Wied il-Għajn?", "Jista' jgħid min huma l-persuni li għandhom uffiċini f'dan il-bini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li l-kumpless li fih hemm iċ-ċentru ta' matul il- jum f'Wied il-Għajn jikkonsisti f'basement u tliet sulari.", "Dawn qed jintuzaw kif gej:", "Parti mill-basement jintuża bħala store, parti mill-pjan terren jintuża bħala kċina u l-kumplament jintuża mic-ċentru ta' matul il-jum.", "L-ewwel u tieni sular jikkonsistu f'20 appartament, li tnejn minnhom qed jintużaw temporanjament miċ-ċentru ta' matul il-jum u appartament ieħor li qed jintuża bħala uffiċċju.", "Fil-preżent hemm tliet uffiċini f'dan il-kumpless, wieħed għall-kap taċ-ċentru ta' matul il-jum, wieħed għall-manager li tieħu ħsieb il-kċina u ieħor għall-kap li qed jieħu ħsieb l-iżvilupp tas-servizzi residenzjali f'dan il-kumpless.", "Ninsab informat ukoll li fil-preżent qed jitħejja pjan komprensiv kif l- aħjar jintuża sal-massimu possibbli dan il-kumpless u qed jiġi stallat lift biex il-partijiet kollha tal-kumpless ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' mingħajr diffikulta'.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi waiting list sabiex persuni b'diżabilita' jidħlu f'dawn it-tip ta' ċentri, fosthom dak ta' Wied il-Għajn?", "Is-swimming pool li hemm fiċ-ċentru ta' Wied il-Għajn ġiet irranġata u qiegħda tintuża?", "Il-ħaddiema li jaħdmu f'dan iċ-ċentru jingħataw taħriġ marbut max-xogħol tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nikkonferma li għandna waiting list, mhux biss għaċ-ċentru ta' Wied il-Għajn imma għaċ-ċentri kollha, li tinkludi fiha dawk il-persuni li l-bżonn li jattendu għal servizz ta' adult training centre żviluppa f'dawn l-aħħar sentejn għax ikunu spiċċaw jew qegħdin fl- aħħar sena ta' l-iskejjel speċjali.", "Qegħdin nagħmlu sforz biex din is-sena nilqgħu t-talbiet kollha fiċ-ċentri li għandna.", "Iċ-ċentru ta' Wied il-Għajn huwa proġett li sar pjuttost riċentement u għalkemm il-kuntratt kien sar bejn l-1995 u l-1996, dan infetaħ uffiċjalment fl-1997 u llum il-ġurnata huwa mimli.", "Jidher ċar li wasal iż- żmien li naħsbu għal adult training centre ieħor għax fil-waiting list għandna madwar 60 persuna.", "Nikkonferma wkoll li fiċ-ċentru ta' matul il-jum ġewwa Wied il-Għajn hemm swimming pool.", "Din qatt ma ntużat għax meta nxtara l-post kienet bil-ħsara u biex tintuża jridu jintefqu ħafna flus.", "Barra minn hekk, meta fil-bidu tal-karriera tiegħi bħala ministru kont żort dan iċ-ċentru, ġie deċiż li l- istallazzjoni ta' lift tkun ta' prijorita' aktar minn kwalunkwe ħaġa oħra għax mingħajru ma jistgħux jintużaw il-kmamar li hemm fl-ewwel u fit-tieni sular.", "Dawn il-kmamar huma attrezzati b'kollox u hemm il-ħsieb li jiġu żviluppati għall-ġid ta' min hu b'diżabilita'.", "Il-proġett ta' stallazzjoni ta' lift qiegħed fi stadju avvanzat u ladarba jkun lest - nittama sa l- aħħar ta' din is-sena - inkunu nistgħu niffokaw fuq l-użu ta' l-iswimming pool.", "Sur President, kmieni din is-sena sar seminar għall-ħaddiema kollha li jaħdmu f'dawn iċ-ċentri u qegħdin jiġu pproġettati konferenzi oħrajn.", "Dan is-seminar jien attendejt għalih u nista' ngħid li kien interessanti ħafna, pero' bla dubju ta' xejn hemm bżonn li t-taħriġ ikun ħafna iżjed iffokat skond il-kategorija ta' ħaddiema u skond is-servizz li jkunu qed joffru.", "Fil-fatt huwa ppjanat li fil-ġimgħat li ġejjin gruppi ta' ħaddiema jingħataw it-taħriġ f'setturi differenti.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - IKEL", "17617.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' ikel tħejja tul l-ewwel ġimgħa ta' Ġunju 2000 għal persuni fiċ-ċentri ta' matul il-jum?", "X'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-ikel huwa skond dak irrikmandat bħala ikel san u tajjeb għas- saħħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "17618.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' taħt is-16-il sena fiċ-ċentri ta' matul il- jum?", "F'liema ċentri qegħdin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li ma hemm ebda persuna b'dizabilita' taħt is-16 il-sena fiċ-ċentri ta' matul il-jum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l- etajiet tal-persuni li jattendu f'dawn iċ-ċentri?", "Minn dawk is-60 persuna li qegħdin fil-waiting list, hemm min hu taħt is-16-il sena?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naf li f'dawn iċ-ċentri ir-range ta' etajiet tvarja minn 18-il sena u tibqa' tiela' sa 50 sena.", "Il-maġġoranza huma minn 25 sena 'il fuq - qed nitkellem sotto correzione - pero' ma nistax nagħti iżjed dettalji għax m'għandix l-informazzjoni hawnhekk.", "Jekk l-Onor.", "Membru jagħmilli mistoqsija nkun nista' nagħtih analisi ta' l-etajiet differenti, nindika l-gruppi kif inhuma u fejn hi l-focus partikolari.", "Dwar it-tieni domanda - anke hawn nitkellem bil-possibbilta' ta' korrezzjoni - il-probabbilta' kbira hi li fil-waiting list m'hemmx persuni taħt is-16-il sena, pero' nagħmel ir-riżerva li nkun nista' nivverifika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma m'hemmx persuni taħt is-16-il sena - din aktar qed nagħmilha bħala osservazzjoni milli bħala mistoqsija - għax forsi tirriżulta xi diffikulta' jew għax mhux qed ikunu attirati li jattendu f'dawn iċ-ċentri?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ġeneralment persuni ta' 16-il sena jew anqas ikunu jew qed jattendu skejjel speċjali jew ikunu jattendu fl-iskejjel b'mod integrat, pero' nerġa' ngħid li qed nitkellem taħt korrezzjoni.", "Ladarba qegħdin nitkellmu dwar dan is-suġġett - u jiena qabel għedt li wasal iż-żmien li naħsbu f'adult training centre ġdid - ir-realta' hi li meta nanalizzaw l-istatistika kif qiegħda tiżviluppa qed jirriżulta b'mod ċar illi l-proċess ta' edukazzjoni inklussiva qiegħed ifisser li n-numru ta' persuni b'diżabilita' fi skejjel speċjali qiegħed jinżel - u loġikament hekk għandu jkun - għax numru sostanzjali minnhom qed jidħlu fis-sistema ta' l-edukazzjoni inklussiva.", "Jiġifieri jekk fis-snin li ġejjin in-numru ta' tfal fi skejjel speċjali se jkompli jonqos - u nittama li jonqos għax il-mira tagħna hi li naħdmu lejn edukazzjoni inklussiva - ikun ifisser li rridu niddiskutu l-iżviluppi futuri għal dak li għandu x'jaqsam ma' skejjel speċjali.", "Fil-fatt jiena kelli diskussjoni preliminari ħafna mal-ministru ta' l-edukazzjoni.", "Imma biex niġi lura għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Farrugia, il- probabbilta' kbira hi li la f'dawn iċ-ċentri u lanqas fil-waiting list m'hemm persuni taħt is-16-il sena għax jew jattendu skejjel speċjali jew skejjel tal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ġaladarba l-Viċi Prim Ministru semma' l-edukazzjoni inklussiva, ġieli jirriżulta li jkun hemm studenti li jagħmlu xi żmien - xi kultant mhux qasir - li ma jattendux l-iskola minħabba li ma jkunx hemm facilitators għalihom.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi diskussjonijiet mal-ministeru ta' l-edukazzjoni dwar dan is-suġġett u jekk hemmx xi suġġerimenti jew ideat oħra għall-futur?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kont nippreferi kieku din il-mistoqsija saret lill- ministru ta' l-edukazzjoni b'mod speċifiku, pero' t-tweġiba tiegħi hi li saru ħafna diskussjonijiet mal-ministeru ta' l-edukazzjoni fil-livell ta' uffiċjali magħżulin apposta biex jiddiskutu kif nistgħu niżviluppaw il- proċess ta' l-edukazzjoni inklussiva u nagħmlu pass ieħor 'il quddiem.", "L- edukazzjoni inklussiva poġġejniha bħala objective nazzjonali u fl-opinjoni tiegħi għamilna tajjeb pero', bħalma jiġri fi kwalunkwe ħaġa oħra, malli tagħmel pass 'il quddiem tibda tinduna li għandek sfidi ġodda u allura diffikultajiet ġodda li tkun trid tindirizza.", "Żgur li waħda mill-affarijiet li saret diskussjoni twila fuqha kienet li nirrikonoxxu l-fatt li kull persuna b'diżabilita' minn eta' żgħira ħafna mhux biss għandna nipprovdulha edukazzjoni inklussiva billi jkollna post għaliha fil-klassi u billi jkollok facilitator ....", "Dik hija simplifikazzjoni ta' sitwazzjoni ħafna iżjed ikkomplikata minn hekk u sitwazzjoni li fl-opinjoni tiegħi tkun trid tipprovdi soluzzjoni personalizzata għall-bżonn partikolari ta' dik it-tifel jew tifla jew ta' dak iż-żagħżugħ jew żagħżugħa.", "U allura parti mid-diskussjonijiet li kienu saru matul ix-xhur li għaddew kellhom x'jaqsmu ma' twaqqif ta' statementing board, ma' proċess li jkun jista' jfassal pjan ta' edukazzjoni għat-tfal b'diżabilita' speċifiku għalihom u għall-bżonnijiet tagħhom u llum hemm strutturi mwaqqfa fi ħdan id-dipartiment ta' l-edukazzjoni li qegħdin jiffunzjonaw, li rridu nkomplu nsegwu ħa naraw kif nistgħu noħorġu l-aħjar possibbli u li jitolbu li aħna nibqgħu nimmoniterjaw is-sitwazzjoni.", "Jiġifieri t-tweġiba hi li saru diskussonijiet u se jkomplu jsiru matul ix- xhur li ġejjin biex dejjem infasslu u naġġornaw il-policy tagħna f'din it- triq ambizzjuża u diffiċli li pero' tagħmlilna ġieħ.", "Jien dejjem sostnejt li l-gvern kollu - mhux biss il-ministeru ta' l- edukazzjoni jew il-ministeru tal-politika soċjali - jopera b'mod sħiħ u mhux bil-pigoen holes.", "Il-ministeru għall-politika soċjali ma jistax jaqdef għal rasu mingħajr ma jkun qiegħed jikkordina l-ħin kollu l- attivita' tiegħu mal-ministeri l-oħrajn kollha tal-gvern.", "Dan il-każ partikolari bla dubju ta' xejn jaqa' taħt id-dekasteru tal-ministeru ta' l- edukazzjoni pero' jinteressa wkoll lill-ministeru għall-politika soċjali.", "Jien insostni bil-qawwa kollha li l-edukazzjoni inklussiva hija riflessjoni ta' valuri soċjali u dan ifisser li kulħadd għandu jkollu l-opportunita' li jiżviluppa sal-massimu possibbli l-potenzjal li għandu bħala bniedem, hi x'inhi ċ-ċirkostanza tiegħu u hi x'inhi d-diżabilita' tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' dan li qed jgħid il-Viċi Prim Ministru, saru diskussjonijiet dwar liema programmi edukattivi jistgħu jsiru għal dawk il-persuni b'diżabilita' 'il fuq minn 16-il sena li f'ċertu sens ikunu nqatgħu minn dik il-rutina ta' livell edukattiv u jkun jenħteġilhom li jkunu konformi ma' ċertu bidliet li jsiru minn żmien għal ieħor?", "Dan il-għan qed jiġi analizzat mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni u qegħdin isiru korsijiet jew evening classes bl-iskop li dawn il-persuni jkomplu jiġu megħjuna biex itejbu aktar il-livell edukattiv tagħhom vis-a- vis l-isfidi tal-ġurnata tal-lum?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan huwa suġġett vast għax ma jaqax biss taħt id- dekasteru u r-responsabbilta' tal-ministeru ta' l-edukazzjoni imma jinteressa ħafna lill-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ li tagħti servizzi indirizzati speċifikament għal dawn il-persuni.", "Irridu noqogħdu attenti li ma niġġeneraliżżawx għax id-diżabilita' tista' tkun fiżika, tista' tkun mentali u tista' tkun tant u tant problemi oħrajn.", "F'dan l-ambitu m'għandekx biss l-edukazzjoni u l-ETC imma għandek ukoll l-adult training centres.", "Jiena ilni ngħid is-snin li għandna bżonn riforma mill-qiegħ fil- kunċetti ta' l-adult training centres.", "Sal-lum il-biċċa 'l kbira ta' l-adult training centres jipprovdu servizz li bih iżżomm persuna b'diżabilita' okkupata matul il-ġurnata u jiena jidhirli li għandna nħarsu aktar 'il hinn.", "Jiena ma nixtieqx li nipprovdu servizz li jkun ekwivalenti għal kindergarten tal-kbar imma pjuttost ikun ċentru ta' taħriġ għal persuni b'diżabilita' fil-veru sens tal-kelma.", "Dan ifisser li jekk jiena se nħarreġ lil xi ħadd se nħarrġu għax għandi oġġettiv u mira partikolari li rrid nasal għaliha.", "Kieku kellna nistaqsu permezz ta' l-adult training centres kemm-il persuna ħarriġna tul is-snin u kemm-il persuna sibnilha opportunita' ta' xogħol jew tajniha skills biex tkun tista' tgħix b'mod aktar indipendenti, mhux dejjem ikollna tweġiba anke għax naħseb li għad irridu naqdfu sew f'dan il-qasam.", "Għalkemm qegħdin nagħmlu l-isforzi tagħna, nemmen li rridu nagħmlu riforma mill- qiegħ biex nipprovdu servizz aktar imfassal proprju għal dawk iż-żgħażagħ li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Farrugia, jiġifieri li jkunu spiċċaw mis- sistema ta' edukazzjoni u jkunu waslu biex jew jitħarrġu u jsibu post tax- xogħol u joperaw indipendentement, jew jaħdmu biex isibu soluzzjonijiet fejn ikollhom supported employment, jiġifieri post tax-xogħol li jkun appoġġjat b'job coach kontinwu l-ħin kollu ma l-individwu, u jekk dawn il- possibbiltajiet ma jkunux possibli, ikollok soluzzjonijiet oħrajn.", "Waħda mis-soluzzjonijiet li ġiet diskussa hija li jkollok koperattiva li tkun magħmula b'mod illi tkun integrata bejn persuni b'diżabilita' u persuni li ma jkollhomx diżabilita', pero' li jkunu jistgħu joperaw f'sitwazzjoni li tkun ekonomikament vijabbli, li tagħmel sens u mhux taparsi qegħdin jagħmlu xi xogħol li ma jwassal imkien.", "Din hija kwestjoni wiesgħa u kkomplikata ħafna, trid investiment mhux biss finanzjarju imma ta' riżorsi umani kbar, trid expertise u training u allura rridu naslu għalihom bil-mod il-mod billi nibnu biċċa biċċa.", "Din l- opportunita' setgħet offritilna l-adult training centre ta' Wied il-Għajn għax din kienet hotel u kieku qbadniha mill-bidunett stajna mmexxuha bħala adult training centre ġdid imma fl-istess ħin bħala hotel, bħala impriża kummerċjali mmexxija minn persuni b'diżabilita'.", "Sfortunatament l- iżviluppi li kellna ma ppermettulniex din it-tip ta' soluzzjoni imma qegħdin nipprovaw soluzzjonijiet oħrajn simili imma differenti minn din.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar korsijiet ta' taħriġ għal care workers u assistant care workers li jaħdmu fiċ-ċentri ta' matul il-jum, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 17620.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'(KONTINWAZZJONI)", "Ikompli mill-10 ta' Lulju 2000", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, fl-introduzzjoni tiegħi kont qed ngħid li l-għaqdiet volontarji f'pajjiżna, minbarra li joħolqu iktar attivita' biex is-soċjeta' tagħna tkun parteċipattiva, iwettqu wkoll skop importanti, li jdaħħlu liż-żgħażagħ f'aktar responsabbilta' tat-tmexxija, biex minn ġenerazzjoni għal oħra jkun hemm żgħażagħ li mhux biss jipparteċipaw imma wkoll jamministraw dawn l-għaqdiet.", "Kont qed ngħid ukoll li fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn ta' spjegazzjoni ta' x'kienu r- raġunijiet għaliex it-talbiet pendenti ta' xi għaqdiet li jridu jġibu 'l quddiem id-dixxiplina sportiva tagħhom, għadhom ma ġewx indirizzati, u dan minkejja li f'pajjiżna jinħass il-bżonn ta' għaqdiet bħal dawn.", "Fil-fatt l- Onor. Lawrence Gonzi għadu kif qal li f'pajjiżna għandna bżonn ta' adult training centres biex jilqgħu firxa iktar wiesa' ta' żgħażagħ b'diżabilita'.", "Waħda mill-għaqdiet li t-talba tagħha għadha ma ġietx rikonoxxuta hija t- torball blind association.", "Jien kont il-fundatur tagħha u għalhekk l-uniku nteress li għandi u li jibqa' jkolli huwa li nara li din l-għaqda tkompli tindirizza l-bżonnijiet li għandhom il-persuni għomja f'pajjiżna.", "Din l- għaqda rat kif tindirizza ċerti bżonnijiet u żviluppi meta forsi kien diffiċli għal għaqdiet oħra ta' persuni b'diżabilita' u anke għal kumitati sportivi fosthom il-kumitat olimpiku Malti li jagħmlu dan.", "Meta kien hawn nuqqas ta' opportunitajiet sportivi għall-għomja, din l-għaqda kienet minn ta' quddiem li żviluppat sports għal dawn in-nies, u għal numru ta' snin, it-torball blind association kienet anke torganizza logħbiet mat-team nazzjonali Malti tal-football.", "Din l-għaqda mhux biss ġabet 'il quddiem l-interessi sportivi, imma bdiet tikkrea programmi edukattivi bil-għan li żżomm lill-persuni għomja dejjem attivi.", "Sa ftit tas-snin ilu, kieku ma kienx għall-vantaġġi u għall-ideat ta' din l-għaqda, l-attivitajiet kienu jibqgħu wisq indoor.", "Fil-fatt l-uniċi opportunitajiet għall-persuni neqsin mid-dawl kienu li jitħarrġu biex iservu ta' telephone operators jew jitħarrġu fis-sistema tal-computers.", "F'dan ir-rigward ukoll, it-torball blind association kienet minn ta' quddiem li mexxiet dawn l-għanijiet.", "L-isolation hospital li kien jintuża fi żmien il-militar Ingliż, għalkemm minn dejjem kien jingħad li kellu jiġi żviluppat, frankament qatt ma sar xejn, u issa ilu abbandunat sa mill-1994.", "Għalkemm issemmew bosta proġetti, ir-realta' hi li sal-lum dan il-post mhux talli ma ġiex żviluppat talli kompliet issirlu ħsara strutturali kbira.", "It-torball blind association minn dejjem baqgħet tħoss il-bżonn li twaqqaf ċentru modern biex tinċentiva u tintegra lill-għomja f'ambjent apert.", "Hemm il-ħsieb li f'dan iċ-ċentru jkun hemm ġnien li l-manutenzjoni, l-upgrading u l- landscaping tiegħu jsir minn dawn iż-żgħażagħ għomja, mhux biss biex iżommu lilhom infushom attivi imma biex ikollhom l-iskop li għada pitgħada jattiraw anke lill-pubbliku in ġenerali biex iżur dawn il-ġonna.", "Jien m'iniex ngħid li l-opportunitajiet li jeżistu llum mhumiex tajbin, jiġifieri li m'huwiex tajjeb li l-għomja jitgħallmu s-sena tal-cane.", "Li qed ngħid hu li din l-għaqda, li żgur qatt ma talbet ebda finanzjament mingħand il-gvern u li issa talbet biex tiżviluppa post li ilu abbandunat għal dawn is-snin kollha, jimmeritaha li l-gvern jikkonsidra mhux biss it- talba tagħha imma wkoll il-pjanti li kienu preżentati lill-Ministru Tonio Borg u lill-Ministru Lawrence Gonzi.", "Fost ix-xogħolijiet diversi li jagħmlu dawn iż-żgħażagħ, minn żmien għal żmien itellgħu korsijiet dwar il-ġeografija.", "Din l-għaqda qiegħda f'konsultazzjoni ma' organizzazzjoni ta' attivitajiet edukattivi għall- persuni għomja fir-Renju Unit, bil-għan li l-persuni għomja li jinteressahom dawn il-programmi ma jkunux provduti biss per eżempju bil- marki tal-braille mal-buttuni tal-lift, imma jiġi ffurmat globu li minn fuqu jkunu jistgħu jħossu d-differenzi fil-partijiet kollha tad-dinja, fejn hemm is-sħana u fejn hemm is-silġ.", "B'dan il-mod, il-persuni għomja ma jkunux biss qed jgħollu l-livell ta' l-edukazzjoni tagħhom, imma jkollhom ukoll mezz ta' rikreazzjoni biex iħossuhom iktar integrati fis-soċjeta'.", "Jiena ma nistax nifhem kif it-talbiet ta' għaqdiet bħal dawn jaqgħu fuq widnejn torox, għaliex kieku din l-għaqda qed titlob li tieħu l-fondi ta' xi organizzazzjoni jew ta' xi ministeru, nasal biex nifhem, imma din l- għaqda ddikjarat kemm-il darba li dak li tagħmel trid tagħmlu minn rajha bl-inqas impatt possibbli fuq l-awtoritajiet.", "Wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh li bdejna seklu ġdid u dawn iż-żgħażagħ għadhom qed jinżammu milli jagħmlu dan ix-xogħol kollu, u dan meta nafu li l-għaqda ta' l-għomja li tirrappreżenta l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, irrikonoxxiet bis-sħiħ l- impenn tat-torball blind association, li għall-ewwel darba ssuġġeriet li l- għaqdiet ta' l-għomja fil-pajjiżi tal-Mediterran janalizzaw kif jistgħu jagħmlu attivitajiet komuni.", "Sfortunatament, bil-mod ta' kif inhi mqassma l-ġerarkija ta' l-NGO's fi ħdan il-United Nations, parti mill-Mediterran tappartjeni għall-għaqdiet ta' l-għomja Għarab, parti oħra tappertjeni għall-organizzazzjoni Afrikana u parti oħra tappartjeni għall-Ewropa.", "Israel u l-Palestina m'huma marbuta ma' l-ebda parti minħabba l-inkwiet li hemm, avolja l-persentaġġ ta' persuni neqsin mid-dawl f'dawn il-pajjiżi huwa allarmanti meta mqabbel ma' pajjiżi oħra.", "Fid-dawl tal-fatt li t- torball blind association hija organizzazzjoni attiva li ġġib 'il quddiem l- interessi ta' l-imsieħba tagħha u toffrilhom orizzonti ġodda, wieħed jistenna iktar li l-gvern jagħti dawn il-premises lil din l-għaqda.", "Xtaqt nagħlaq billi nagħmel referenza għall-assoċjazzjoni sport muturi, li wkoll ikkontribwiet biex tinħoloq iktar kuxjenza u edukazzjoni dwar l- isports tal-muturi.", "Din l-għaqda, sa mill-1985 'l hawn, għad m'għandhiex informazzjoni dwar x'se jiġri mill-proprjeta' li tuża biex torganizza l- attivitajiet nazzjonali f'Ta' Qali.", "Minkejja li minn dejjem kien jintqal li din l-assoċjazzjoni se tingħata xi biċċa art oħra bil-għan li tiżviluppa aħjar dan l-isports, naħseb li dawn ir-rapporti huma biss xniegħat, għax fir-realta' ħadd ma jaf fejn qiegħed.", "Dan huwa ħażin, għaliex din l- għaqda, minbarra li tgħolli l-livell tad-dixxiplina sportiva, f'dan il-każ il-livell tal- kompetizzjonijiet tal-muturi, tgħolli wkoll il-kuxjenza favur sewqan aħjar.", "Jien naħseb li l-inqas liċenzja tas-sewqan li tirrikjedi responsabbilta' hija proprju l-liċenzja għas-sewqan tal-muturi, għaliex sal-lum, per eżempju, l-ebda sewwieq ma jingħata informazzjoni dwar ta' liema standard għandha tkun il-helmet li jrid jilbes waqt li jkun qed isuq il-mutur.", "Huwa ovvju li għaqdiet bħal dawn ikabbru l-awareness fost is-sewwieqa, għalhekk huwa xieraq li jingħataw premises addattati biex jipprattikaw l- isport tagħhom kif ukoll biex iġibu 'l quddiem ċerti żviluppi xjentifiċi fid-dixxiplina sportiva tagħhom.", "Huwa importanti li lil din l-għaqda nagħtuha l-istess saħħa u rispett u nirrikonoxxuha bl-istess prijoritajiet li nirrikonoxxu għaqdiet oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, qomt biex nitkellem f'dan id-dibattitu għaliex naħseb li huwa mportanti li wieħed jispjega l-aspetti ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna.", "Jiena smajt diversi kelliema ta' l-oppożizzjoni jistaqsu x'kien se jiġri fuq il-bini ta' hostel u affarijiet oħra.", "Din m'hijiex xi ħaġa li ħadd ma jista' jifhimha.", "Jiena niftakar meta din kienet qed tiġi nnegozjata, imma sadanittant kont mort f'ministeru ieħor, u meta ġejt lura u sibt li kien għadu ma ġara xejn, erġajt qajjimt il-kwestjoni.", "Oriġinarjament dik il-hostel kienet se tinbena fejn illum inbnew appartamenti tal-gvern, faċċata tal-ministeru tat-turiżmu.", "Tant hu hekk li l-kuntratt oriġinali jgħid li l-hostel se tinbena \"for the benefit of the Institute of Toursim Studies on a site in St. George's Bay, St. Julians to be indicated by government at a later date\".", "Jiġifieri sa dak il-ħin il- prinċipju kien li tinbena hostel fil-bajja ta' San Ġorġ, f'sit indikat mill- gvern.", "Din il-hostel kienet se tinbena għaliex minn żmien għal żmien l-institute jospita gruppi ta' studenti barranin li jiġu hawn fuq exchange schemes, u għalhekk l-idea kienet li minflok nalloġġjaw lil dawn l-istudenti f'appartamenti jew f'lukandi, nalloġġjawhom f'dik il-hostel.", "Ma konniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa kbira għaliex b'Lm25,000 ma tistax tibni wisq.", "F'din il-kwestjoni ma kienx hemm bidla ta' policy imma konna nnegozjajna mal-Corinthia Group, li min naħa tiegħu xtaq jestendi l-grounds tal-lukanda u jġonġi t-triq li tgħaddi minn quddiem l-istitut ma' dik li tgħaddi minn wara l-istitut, jiġifieri dik il-biċċa triq li ħa mill-ġnien ta' l- institute kienet ukoll public highway.", "Meta erġajt sirt ministru responsabbli mit-turiżmu u staqsejt x'kien ġara, għaliex irrealizzajt li l- ebda hostel ma kien inbena, spjegawli r-raġunijiet u għalhekk iddeċidejt li nerġgħu nipprovaw nitolbu lil-lands għall-permess biex il-Lm25,000 jingħataw lill-institute biex jagħmel it-tiswijiet li jkun hemm bżonn li jsiru minn żmien għal żmien.", "Laqatni ħafna d-diskors ta' l-Onor.", "Joe Mizzi meta qal li hija għarukaża li għaddew tmien snin u min jaf kemm tlifna imgħax, għax Lm25,000 ta' tmien snin ilu m'humiex Lm25,000 tal-lum.", "Dan kollu veru imma l-Onor.", "Mizzi donnu nesa li kien hemm sentejn minn dawk it-tmienja fejn hu seta' jagħmel dak li qed nagħmlu aħna llum.", "Il-verita' hi li m'hemmx affarijiet oskuri wara din il-bidla tal-kundizzjonijiet.", "Din hija kwestjoni ta' bidla taċ- ċirkostanzi, għaliex fejn kien maħsub li tinbena hostel, illum hemm affarijiet oħra, u minflok ħallejna Lm25,000 pending u min jaf meta jittieħdu, innegozjajna li ningħataw il-Lm25,000 li oriġinarjament konna mwiegħda.", "L-Onor.", "Charles Mangion ukoll qal li kien hemm xi bidla ta' policy, imma fil-fatt ma kien hemm xejn minn dan, u dawk il-Lm25,000 kienu bonus li nnegozja l-ministeru għat-turiżmu u li biex ingħatawlu kellu jitlef biċċa mill-ġnien ta' l-institute.", "L-institute jista' jgħix mingħajr il-hostel u fil-fatt l-istudenti li jiġu minn barra qed jitqiegħdu f'lukandi u f'appartamenti u xorta kulħadd qed jinqeda.", "Apparti minn dan, xtaqt nitkellem ukoll dwar Dokument ''F'' fejn qed isiru ħafna riżoluzzjonijiet għat-timijiet tal-water polo, tat-tennis, tal- judo, tal-football u tal-pitches tal-boċċi.", "Jiena nieħu gost li s- segretarju parlamentari responsabbli mill-isports fittex il-karti l-antiki u riesaq ħafna għall-policy li kienet deċiża mill-kabinett fl-1995/96.", "Qed ngħid dan għaliex min kien hawnhekk dak iż-żmien jaf li meta sar l- aġġornament tal-parlament fl-1996, minflok kien hemm aġġornament għal aġenda biex tiġi diskussa, deċiża jew imħabbra, bħala item fuq l-aġenda kien hemm riżoluzzjoni, għax kien kollox lest biex aħna bħala gvern nikkonċedu dawn l-artijiet lill-clubs sportivi, imma sfortunatament ma konniex aħna li tlajna fil-gvern.", "Dan kien eżerċizzju twil li b'kumbinazzjoni kien għamlu s-Sur Chris Falzon, li llum jokkupa l-kariga ta' chairman tal-planning authority.", "Fil-fatt ir-riżoluzzjoni kien se jressaqha l-Onor.", "Francis Zammit Dimech li dak iż-żmien kien responsabbli mid-dipartiment ta' l-artijiet, u permezz tagħha konna se nikkonkretizzaw politika ċara għall-isport.", "F'dik ir-riżoluzzjoni konna qed ngħidu li l- isport huwa ta' l-isportivi, għalhekk it-tmexxija tiegħu għandha titħalla f'idejn l-isportivi.", "Dan l-aħħar, minn xi kelliema ta' l-oppożizzjoni, donni ħadt l- impressjoni li l-gvern għandu jindaħal fl-affarijiet ta' l-isport.", "Il- gvern għandu jindaħal f'dawn l-affarijiet meta tinqala' xi kwestjoni ta' doping, meta tiġri xi ħaġa ta' mistħija bħal xi aġir ħażin u fi kwestjoni ta' xi ħadd li jmur jirrappreżenta lil Malta f'pajjiż barrani mingħajr ma jkollu dritt.", "F'dawn il-każi l-gvern għandu jidħol bħala sostenn u appoġġ.", "U fil-fatt din ir-riżoluzzjoni qed turi li l-gvern huwa ta' sostenn u appoġġ u qed tgħid ukoll li dan il-gvern jemmen li t-tmexxija ta' l-isports għandha tkun f'idejn l-isportivi.", "Dak iż-żmien aħna konna mxejna fuq żewġ binarji, li nagħmlu fondazzjoni sport li tamministra l-flus li ġejjin mid- dħul ta' l-artijiet kollha u kunsill ta' l-isport li huwa t-think-tank għall-politika sportiva.", "L-iżjed ħaġa li rrid nenfasizza fuqha hija li nieħu pjaċir li l-Onor.", "Mugliett qed jikkonferma ċerti affarijiet li jien kont għamilt commitment personali dwarhom meta kont ministru.", "Minkejja l-fatt li anke meta konna fl-oppożizzjoni kien intqal li ma kien hemm l-ebda deċiżjoni li l-Malta tennis federation ma tieħux is-sit tagħha biex tkun tista' tibni l- headquarters u l-courts tagħha, dan il-fatt li għandna quddiemna llum juri kif il-committment li kien sar dak iż-żmien qed jiġi konkretizzat u wkoll konfermat.", "L-istess jista' jingħad dwar il-Pembroke rackets u l-Malta judo federation.", "Fil-fatt aħna konna anke għaddejna xi flus lill-Malta judo federation, lill-Melita u lill-Pembroke rackets biex ikunu jistgħu jibnu fuq dak is-sit.", "Niftakar li meta konna wasalna biex nibnu l-access road għal ġo Pembroke, kellha tinqata' parti mill-court ta' Pembroke rackets u parti mill-ground tal-basketball ta' l-Atleta Juvenis.", "Illum, kif jirriżulta minn din il-mozzjoni, kollox qed jiġi konkretizzat, u għalhekk minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Mugliett li żamm il-commitment li kont tajt jien.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech tkellem ħafna fuq il-football imma tkellem ukoll fuq is-cycling.", "Jekk l-Onor.", "Membru jistaqsi lill-Malta cycling federation, din żgur tgħidlu li meta kont ministru jien, il-gvern mhux talli għenha talli ħallsilha l-fees ta' żewġ coaches barranin li kienu ġew biex jittrenjaw liċ-ċiklisti, u din ma kinetx kwestjoni ta' xi Lm100 jew Lm200.", "U anke meta kont responsabbli mit-turiżmu, ukoll saru ħafna affarijiet.", "Per eżempju lit-tour of Malta għadna ngħinuhom sa issa, għaliex dawn jorganizzaw f'Malta event internazzjonali u mill-ftit fondi ta' promotion li jkollu l-ministeru għat-turiżmu u xi drabi wkoll l- awtorita', peress li din l-attivita' ma tgħinx biss l-isports imma tgħin ukoll lit-turiżmu, aħna nagħtu l-kontribuzzjoni żgħira tagħna.", "Jekk kien hemm xi ħaġa li kemm domt ministru responsabbli mill-isports tatni sodisfazzjon kbir kien il-kuntatt li kelli mal-volontarjat, li minn hawn nixtieq ngħid li nammirahom għall-isforzi li jagħmlu.", "M'iniex qed nitkellem fuq il-volontarjat li jgħin lill-persuni b'diżabilita', imma qed nirreferi għall-volontarjat fil-kultura, il-volontarjat fil-qasam taż- żgħażagħ u l-volontarjat li jaħdem fil-minor sports, li l-inqas li jkollu għajnuna għaliex m'għandux profile daqshekk għoli u għalhekk ma jġibx ħafna sponsorships.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir li taħdem ma' dawn in-nies ta' qalb kbira li dak li jagħmlu jkunu qed jagħmluh biex jaraw lil ħaddieħor javvanza.", "F'Dokument ''G'' hemm miġbura l-korrezzjonijiet kollha li kellhom isiru għaliex xi ħadd, minflok ta każ tar-rapport u tal-miżurazzjonijiet li kienu ttellgħu kif suppost fl-1996, fl-1997 għamel it-trasferimenti malajr malajr.", "Ħafna minn dawk il-qisien ma kienux korretti, u għalhekk se jkollhom jiġu kkoreġuti l-kuntratti kollha, tal-Luxol ta' San Ġiljan, tan- Neptunes, tas-Sirens u ta' l-assoċjazzjoni sportiva Hibernians.", "Ta' min jgħid li dawn kienu kollha parti mir-riżoluzzjoni li ressaqna quddiem il- Kamra, avolja fit-22 xahar li għamel fil-gvern, il-partit Laburista ried jieħu l-mertu ta' din il-policy hu.", "F'Dokument ''I'' qed nitkellmu fuq il-Malta aviation museum, u minn hawn nixtieq insellem lil dawk il-ftit voluntiera li b'qalb kbira qed jipprovaw kemm jista' jkun jagħtu sfog għad-delizzju tagħhom li jirrifletti parti mill-istorja ta' dan il-pajjiż.", "Jien nammira tassew lil dawn in-nies għaliex b'rikonoxximent għal dak li qed jagħmlu, jiġifieri jirrikreaw ajruplani li servew hawn Malta fi żmien il-gwerra, Il-Malta aviation museum tassew jixraqlu li jieħu l-biċċa art li jixtieq.", "Fl-aħħar nett, il-foundation ta' l-iskola St. Michael's, li ma kinetx laħqet għamlet il-kuntratt fiż-żmien meta saru l-kuntratti kollha, fl-aħħar se jkollha t-titolu li għandha bżonn u li jistħoqqilha li tieħu.", "Għalhekk nixtieq nerġa' nirringrazzja lil sħabi talli ressqu din il-mozzjoni li turi l-ħsieb ċar u lineari tal-gvern rigward l-oqsma ta' l-isport u tal- volontarjat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, din it-tip ta' mozzjoni ħafna drabi tippermettielna li nitkellmu dwar id-dipartiment ta' l-artijiet, dipartiment li għal ħafna huwa misterjuż, għax mhux kulħadd jaf kif jaħdem u għaliex għal ħafna snin, għalkemm kien responsabbli għal wieħed mill- iktar riżorsi mportanti li għandu l-gvern, qatt ma kien jingħata l- importanza u r-riżorsi meħtieġa sabiex il-proprjeta' tal-gvern tiġi amministrata u esplojtata bl-aħjar mod.", "Bħalma għedt, il-proprjeta' pubblika hija t-tieni l-akbar riżors tal-gvern, ovvjament wara l-poplu, u għaldaqstant jeħtieġ li tiġi amministrata b'tali mod li tagħti l-aħjar returns għall-gvern tal-ġurnata.", "Billi qed ngħid hekk ma rridx infisser li huwa neċessarju li l-proprjeta' tal-gvern kollha trid tiġi kummerċjalizzata.", "Anzi r-riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna llum huma kollha bbażati fuq il-fatt li ħafna mill-proprjeta' tal-gvern se tintuża minn għaqdiet sportivi u volontarji.", "Hemm diversi metodi ta' kif il-gvern jista' jgħaddi proprjeta' lil terzi persuni, u dan huwa wieħed minnhom, li jiddisponi mill-proprjeta' permezz ta' riżoluzzjoni fil-Kamra.", "Fost il- metodi l-oħrajn hemm dak li tinġieb riżoluzzjoni quddiem il-parlament anke għal proġetti speċifiċi bħalma kien il-proġett tal-Kottonera.", "Permezz tar-riżoluzzjoni li għandna quddiemna llum, il-gvern se jgħaddi diversi artijiet lil diversi għaqdiet sportivi.", "Jiena mhux se nidħol fil- mertu ta' min kienet l-idea li jsir dan, imma l-idea li l-gvern jgħaddi proprjeta' b'titolu ta' ċens, ħafna drabi ta' 49 sena, lill-għaqdiet sportivi biex ikunu jistgħu jamministrawha, hija idea tajba.", "Hija tajba għal żewġ raġunijiet, għall-fatt li ħafna drabi l-gvern ma jkollux fondi biżżejjed biex jieħu ħsieb dik il-proprjeta' kollha, u b'konsegwenza ta' hekk dik il-proprjeta' ma tingħatax l-attenzjoni meħtieġa.", "Apparti minn hekk, l-idea hija tajba għaliex l-għaqdiet se jkollhom titolu reali għall- proprjeta' li jkunu qegħdin jamministraw.", "Dan iwassalni għall-ewwel punt li xtaqt nagħmel.", "Fil-passat il-gvern għadda diversi proprjetajiet lill-għaqdiet sportivi bħall-clubs tal-football.", "Imma mhux il-clubs tal-football kollha huma sinjuri.", "Forsi l-clubs tal-premier li ma jkollhomx ħafna dejn ikunu sinjuri, imma l-clubs tas-second u tat-third division ikunu ħafna inqas sinjuri.", "U ħafna drabi l-gvern għadda lil dawn il-clubs proprjeta' li għandha bżonn ta' tiswija kbira li tqum l-eluf tal-liri.", "Bħalissa f'moħħi qed jiġuni żewġ każi, il-grounds tal-football tas-Siġġiewi u ta' Ħad- Dingli.", "Dawn iż-żewġ grounds għaddew għand il-clubs rispettivi tagħhom b'riżoluzzjoni ta' din il-Kamra, imma peress li dawn huma clubs li jilagħbu f'divisions minuri, id-dħul tagħhom huwa limitat ħafna.", "Biex l-affarijiet aktar jikkomplikaw ruħhom, dawn iż-żewġ grounds inzertaw jintużaw għall- football kompetittiv tal-MFA, u allura bilfors iridu jinżammu f'ċerta kondizzjoni.", "Id-dmir li dawn il-grounds jinżammu f'kondizzjoni tajba jaqa' fuq il-clubs.", "Il-club tal-football tas-Siġġiewi għandu problema bil-fencing ta' madwar il-ground u bil-kontijiet tad-dawl tal-floodlights waqt li fil-ground tal- football ta' Ħad-Dingli hemm problema ikbar, għax ir-retaining wall li jdawwar lill-ground, peress li hu mibni f'livell aktar għoli mit-toroq tal- madwar, qiegħed iċedi, u għalhekk ir-retaining wall taż-żewġ naħat tal- ground irid jitneħħa u jinbena mill-ġdid.", "Spejjeż bħal dawn huma enormi għal club tal-football bħal ta' Ħad-Dingli, li għandu riżorsi limitati ħafna.", "Fil-fatt id-diriġenti ta' dan il-club qegħdin jittamaw li xi ħadd jgħinhom isolvu din il-problema qabel ma dan il-ħajt jixpakka u jaqa' fuq min ikun għaddej mit-triq.", "Naħseb li wasal iż-żmien li qabel ma l-gvern jgħaddi dawn it-tip ta' proprjetajiet lill-għaqdiet sportivi, jara lil min se jagħtihom, għax jekk ikunu clubs żgħar, dawn żgur ma jkollhomx ir-riżorsi neċessarji biex jagħmlu l-manutenzjoni meħtieġa u jispiċċaw biex iħallu kollox kif inhu u l- affarijiet ikomplu jiġġarrfu.", "Fil-każ tal-ground tal-football ta' Ħad- Dingli, il-club qed jagħmel mill-aħjar li jista' biex jirranġa l-problema kbira li għandu, imma sfortunatament m'għandux ir-riżorsi neċessarji biex jagħmel dan.", "Għalhekk meta ssir riżoluzzjoni ta' dan it-tip, wieħed irid iħares ukoll lejn problemi bħal dawn.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa li jidhirli li permezz ta' din ir- riżoluzzjoni, hemm sebgħa clubs li se jingħataw proprjeta' ġewwa Pembroke, liema proprjeta' kienet taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-kunsill lokali ta' Pembroke.", "Għalhekk jien kont nippretendi li għallinqas il-kunsill lokali ta' Pembroke ikun mgħarraf bil-pjanijiet li għandu l-gvern li jgħaddi dawn l-artijiet lill-għaqdiet sportivi.", "Il-kunsill lokali ta' Pembroke ipprova jkun jaf x'inhuma l-ħsibijiet tal-gvern, u fil-fatt anke talab laqgħa ma' l-Onor.", "Jesmond Mugliett u ma' xi uffiċjali oħrajn biex jiġi nfurmat b'dak li se jsir.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onor. Buhagiar.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Nixtieq nikkoreġi lill- Onor. Buhagiar għaliex m'huwiex veru li jien ma ltqajtx mal-kunsill lokali ta' Pembroke.", "Fil-fatt iltqajt miegħu darbtejn, darba minnhom anke fil- preżenza ta' l-Onor.", "George Pullicino, u ltqajt għal ħafna drabi mal- Pembroke Atleta.", "Pero' wara dawn iż-żewġ laqgħat il-kunsill lokali baqa' jitlob għal aktar laqgħat, imma aħna dehrilna li konna ċċarajna l- affarijiet biżżejjed u għalhekk ma kienx hemm lok għal aktar laqgħat.", "Jekk il-kunsill xtaq li jitkellem ma' l-għaqdiet, dik hija kwestjoni li aħna ma nidħlux fiha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Forsi l-verżjoni li ngħatajt inbidlet xi ftit, imma l-kunsill lokali ta' Pembroke iħoss li meta ltaqa' mas-segretarju parlamentari u ma' xi uffiċjali oħra, ma ngħatax informazzjoni biżżejjed.", "Il-kwestjoni ta' Pembroke hija mportanti għaliex ħafna mill-faċilitajiet m'humiex se jingħataw lill-għaqdiet ta' Pembroke infushom, imma lill- għaqdiet bħall-judo association u l-għaqda tal-BMX, li huma għaqdiet nazzjonali.", "F'Pembroke hemm il-fortuna jew l-isfortuna li hemm ħafna skejjel u ħafna nies sportivi, u għalhekk il-kunsill lokali ħass li area sostanzjali minn Pembroke m'għandhiex tingħata lill-għaqdiet sportivi li m'humiex tal-lokal, għax jixtieq li t-tfal ta' Pembroke ikollhom fejn jilagħbu, għaliex fuq kollox l-għaqdiet li se jingħataw dawn il- faċilitajiet m'hu se jkollhom l-ebda obbligu li jipprovdu dawn l-istess faċilitajiet għall-użu tat-tfal tal-lokal.", "Il-problema ta' dan il-kunsill lokali partikolari ma tiġrix kullimkien, għax jekk club tal-football tal-lokal jingħata ground biex jagħmel użu minnu, awtomatikament it-tfal tal-lokal ukoll se jużaw dak il-ground.", "Jien naħseb li x-xewqa tal-kunsill lokali ta' Pembroke hi li t-tfal tal-lokal ikunu jistgħu jużaw il-faċilitajiet li se jingħataw lill- għaqdiet barranin.", "Naħseb ukoll li għad għadna ċ-ċans li nagħmlu xi ħaġa dwar din il-kwestjoni, jiġifieri dwar il-kwestjoni ta' l-użu ta' faċilitajiet f'lokalita' partikolari.", "It-tielet punt li xtaqt insemmi huwa dwar il-kwestjoni tal-hostel li semma' l-Onor.", "Michael Refalo.", "Il-hostel kienet kondizzjoni mniżżla fil- kuntratt li permezz tiegħu l-Five Star HHotels Ltd, li wara saret il- Corinthia, ħadet biċċa art u fuqha bniet il-Corinthia San Ġorġ.", "Il- kondizzjoni eżatta kienet li trid tinbena hostel għaż-żgħażagħ u li min ħa l-Corinthia jrid iħallas massimu ta' Lm25,000 bħala kontribuzzjoni għal dan il-bini, imma effettivament ma sar xejn.", "Il-Ministru Refalo qal li l- Partit Laburista għamel 22 xahar fil-gvern u m'għamel xejn fuq din il- kwestjoni.", "Ngħid għalija, jien li kont ministru responsabbli mil-lands, din il-kwestjoni ma kontx naf biha, qatt m'għaddiet minn fuq id-desk tiegħi u nammetti li nsejtha totalment.", "Apparti minn hekk, l-argument ta' l-Onor.", "Refalo ma jreġġix għax dan l- arranġament sar fl-1992, u għalhekk irridu naraw aktar fil-fond xi jfisser legalment li kundizzjoni f'kuntratt ma tiġix esegwita.", "Veru li lanqas fl- 1992 ma kien se jinbena hostel b'Lm25,000, imma l-punt hu li kien hemm kundizzjoni f'kuntratt li ma ġietx esegwita mill-iżviluppatur, f'dan il-każ mill-Corinthia.", "Issa inutli li tmien snin wara, il-gvern jgħid li kellu jieħu Lm25,000 u ma ħadhomx, u li lanqas il-partit Laburista, fit-22 xahar li dam fil-gvern, ma nduna bihom.", "M'huwiex xorta li minflok ħadna Lm25,000 dak iż-żmien, neħduhom issa.", "Tajjeb kieku l-kuntratti jsiru hekk, tajjeb li kieku wieħed ma jkollux aptit jesegwixxi kondizzjoni f'kuntratt u jħalli s-snin jgħaddu sakemm ikollu aptit iwettaqha.", "L-affarijiet ma jsirux hekk.", "Kuntratt huwa kuntratt.", "F'dan il-każ, il-Corinthia huma in breach of contract, u għalhekk jien nixtieq inkun naf legalment x'jista' jagħmel il- gvern mhux biex jieħu l-Lm25,000, imma talli l-iżviluppatur m'esegwixxiex parti mill-kuntratt li kellu.", "Ma nafx hijiex kumbinazzjoni, pero' ftit qabel ma tressqet din ir- riżoluzzjoni quddiem il-parlament, il-gvern, permezz tal-dipartiment ta' l- artijiet, ressaq applikazzjoni lill-planning authority biex issir language school bl-ispazju għall-akkomodazzjoni fl-area ta' St. George's Bay.", "Il- Ministru qal li fejn kienet se ssir il-hostel, issa nbnew il-flats tal- gvern, imma jekk il-gvern veru jrid jibni hostel, għandu iktar artijiet f'St. George's Bay fejn jista' jagħmel dan.", "Tant hu hekk li għadha kif tressqet applikazzjoni biex tinbena language school.", "Jiġifieri l-iskuża li ma nbnietx il-hostel biex jinbnew il-flats tal-gvern ma treġġix.", "Jiena naqbel ma' l-oppożizzjoni Laburista li qalet li għallinqas l-unika ħaġa li seta' għamel il-gvern kienet li jekk fl-1992 kien talab Lm25,000, ra l-ekwivalenti tagħhom illum, għax naħseb li Lm25,000 ta' 8 snin ilu, illum saru Lm60,000.", "Dan il-gvern veru qiegħed tajjeb, jiġbor it-taxxa mingħand kulħadd, jitlob lil kulħadd biex ikun ġust fil-ħlas tat-taxxi, imma fejn jidħlu l-iżviluppaturi l-kbar, lil dawn jaħfrilhom it-taxxa tal- boll u ma joqgħodx jagħti każ li Lm25,000 li suppost kellhom jagħtu 8 snin ilu, illum irduppjaw.", "L-importanti għal dan il-gvern huwa li jiġbor it- taxxa mingħand iż-żgħir u jaġevola lill-kbir.", "M'huwiex fair li l- iżviluppaturi jiġu aġevolati b'dan il-mod.", "M'huwiex fair li mhux talli l- iżviluppatur kiser kundizzjoni ta' kuntratt, imma issa l-gvern lanqas biss se jieħu dak li hu tiegħu bi dritt, għax il-gvern kellu jieħu Lm25,000 tmien snin ilu mhux illum.", "Illum irid jieħu iktar.", "Mela jekk wieħed ma jħallasx it-taxxa fil-ħin, jeħel 1% imgħax kull xahar fuq l-outstanding amounts, u Alla jbierek, tmien snin wara, lil dawn li ma ħallsux inħalluhom għaddejjin, għaliex dawn tal-Corinthia mhux Ċikku l-poplu.", "Jiena jiddispjaċini meta l-gvern jagħmel dawn l-affarijiet, għaliex żgur li ma jkunx qed jibgħat messaġġ tajjeb.", "Ma jidhirlix li dan huwa l-mod ta' kif il-gvern għandu jaħdem.", "Permezz ta' wieħed mid-dokumenti li għandna quddiemna, se tingħata art lill-iscouts f'Għajn Tuffieħa.", "Fi żmien gvern Laburista wkoll kienet tressqet riżoluzzjoni quddiem dan il-parlament biex art ġewwa Għajn Tuffieħa tingħata lill-assoċjazzjoni ta' l-iscouts bħalma kienet se tingħata biċċa art lis-St.", "Michael's Foundation biex tinbena skola.", "Rigward l-iskola li riedet tibni s-St.", "Michael's Foundation ġewwa Tal- Balal, jiena qabbilt il-kuntratt kif propost mill-amministrazzjoni Laburista u l-kuntratt kif inhu propost illum, u nista' ngħid li huwa identiku, jiġifieri l-kuntratt li sar minn gvern Nazzjonalista jitkellem fuq l-istess biċċa art, l-istess talbiet, l-istess ammonti u kundizzjonijiet kif proposti fil-kuntratt li kien sar minn gvern Laburista.", "Mhux l-istess jista' jingħad għall-kuntratt ta' l-assoċjazzjoni ta' l- iscouts, fejn kien hemm xi tibdil għal dak li kien propost qabel.", "U jiena nixtieq nistaqsi għaliex sar dan it-tibdil li permezz tiegħu, il-poplu Malti iktar se jitlef milli jiggwadanja.", "Per eżempju, waħda mill- kondizzjonijiet tal-kuntratt kif drafted minn gvern Laburista kienet li l- pubbliku jista' jagħmel użu minn parti mill-art li se tingħata lill- iscouts, imma fl-agreement li hemm propost għall-iscouts illum, din il- kundizzjoni ma tidher imkien.", "Fatt ieħor kurjuż huwa li filwaqt li taħt amministrazzjoni Laburista, l-art kienet se tingħata lill-iscouts speċifikament biex tiġu użata bħala camping site, f'dan id-dokument, l- iskop għaliex se tingħata din l-art qed jitħalla vag ħafna.", "Qed jingħad li se jinħoloq bini amministrattiv u xi faċilitajiet, imma mhux qed jingħad li se ssir camping site.", "Ma rridx nagħti l-impressjoni li għandi xi ħaġa kontra l-iscouts, imma minħabba dan it-tibdil f'din ir-riżoluzzjoni, bilfors ikolli naħseb ħażin u nitlob spjegazzjoni għaliex sar dan.", "Għaliex paragrafu 5 tal-kuntratt kif propost minn amministrazzjoni Laburista jgħid ċar u tond li l-imsemmija proprjeta' għandha tintuża biss bħala camping site ta' livell internazzjonali għaż-żgħażagħ u scouts.", "Iżda fir- riżoluzzjoni li għandna quddiemna, dan id-diskors ma jidher imkien.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR JESMOND MUGLIETT: Bħalma għedt fil-bidu ta' din id-diskussjoni, se jsiru numru ta' emendi, ippreżentati mis-Segretarju Parlamentari George Pullicino, u li se jkunu jinkludu ħafna minn dan it-tibdil li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Jekk għandna l-assigurazzjoni tas-segretarju parlamentari li dak li qed nipproponi jien se jkun parti mill-emendi li se jitressqu, allura jiena nieqaf nitkellem fuq dan il-punt.", "Illum il-gvern qed jgħaddi proprjetajiet lill-għaqdiet sportivi, u qiegħed jagħmel tajjeb li qed jirrestrinġi l-attivitajiet li jistgħu jsiru f'dawn il-proprjetajiet.", "Pero', wara l-esperjenzi ta' għaqdiet li sabu ruħhom f'diffikulta', u li f'dan id-diskors tiegħi semmejt tnejn minnhom, naħseb li l-gvern għandu jikkonsidra l-proposti ta' dawk l-għaqdiet li jixtiequ jagħmlu użu differenti mis-sit li l-gvern tahom aċċess għalih, dejjem jekk l-attivitajiet proposti jkunu marbutin ma' l-isport.", "Ħafna drabi l-għaqdiet ikollhom idea ta' kif jistgħu jiżviluppaw aktar il- faċilitajiet li jkunu ngħataw, pero' il-mod ta' kif qed jiġu drafted il- kuntratti mhux qed jippermetti li dan isir.", "Kif inhi s-sistema bħalissa, naħseb li biex għaqda tbiddel l-attivita' li tkun qed tagħmel trid terġa' ġġib il-kuntratt quddiem il-Parlament u titlob biex jiġi emendat.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar dak li jiena nħoss li huwa rwol importanti ħafna fi ħdan id-dipartiment ta' l-artijiet li jieħu ħsieb il-proprjeta' pubblika u li jara kif din il-proprjeta' tista' tiġi żviluppata biex tagħti l-aħjar return lill-gvern.", "U l-ħsieb ta' l-amministrazzjoni preċedenti li jkun hemm lands u estates management department kien proprju dan, għax il- gvern Laburista ried li l-lands department jieħu ħsieb id-day-to-day administration tal-proprjeta' tal-gvern f'dak li hu ġbir ta' ċnus, kirjiet u affarijiet bħal dawn, u l-estates management department jissuġġerixxi lill-gvern kif jiżviluppa l-proprjeta' tiegħu bl-aħjar mod, jiġifieri jekk proprjeta' partikolari jkollha valur kummerċjali, din tiġi żviluppata b'mod kummerċjali, mhux bilfors mill-gvern stess, biex l-introjtu tal-gvern ikun kbir kemm jista' jkun.", "Jien naħseb li huwa mportanti li dan jibqa' jsir, u għalhekk hemm bżonn ukoll li d-dipartiment ta' l-estates management ikun fornut bl-istaff u r-riżorsi meħtieġa.", "Aħna li qegħdin ngħidu hu li within inverted commas, il-gvern jagħmilha ta' developer għall-proprjetajiet li għandu mhux billi jiżviluppahom hu, imma billi jipproponi proġetti li jkun jista' jgħaddihom lil terzi biex jiġu żviluppati.", "Irrid infakkar li din kienet l-idea wara d-diversi riżoluzzjonijiet tal-proġetti kapitali l-kbar, fosthom il-Manoel Island, il- proġett tal-Kottonera u s-sea passenger terminal, liema riżoluzzjoni għadha ma tressqitx.", "Huwa hawnhekk fejn l-estates management department irid joqgħod attent, għaliex filwaqt li l-gvern huwa obbligat li jieħu l-aħjar introjtu li jista' minn proprjeta' pubblika, m'huwiex marbut li jagħsar dik il-proprjeta' biex jesplojtaha to the maximum, bħalma hu marbut li jagħmel il-privat.", "Il-gvern irid ikun dik l-entita' li tipproponi proġetti li jagħtu return mingħajr ma jagħmlu ħsara fl-ambjent jew fil-kundizzjonijiet ta' l-akwati u tar-residenti ta' l-area fejn ikun sar il-proġett.", "Bla dubju li proġett li jaqa' taħt dan it-tip ta' ambitu huwa l-proġett tal-Kottonera li għadda b'riżoluzzjoni minn dan il-parlament.", "Waħda mill- affarijiet li donnu dan il-gvern, jew għallinqas il-Ministru Zammit Dimech, ma fehemx, hija li jista' jkun li żvilupp ikun jagħmel sens kummerċjalment, imma fl-aħħar mill-aħħar dak l-iżvilupp jista' jkun kbir wisq għas-sit propost.", "Żgur li l-mod ta' kif qed jiġi propost il-proġett tal-Kottonera huwa eżempju ċar ta' over development, għaliex qed issir proposta għal żvilupp bejn żewġ peninsuli li d-dħul għalihom, mhux biss għall-karozzi u għan-nies imma anke għas-servizzi infrastrutturali, huwa ristrett ħafna.", "Apparti minn hekk, f'dan il-każ partikolari, l-area għall-iżvilupp trid tiġi trattata b'ċerta sensittivita' għaliex hija area storika.", "Jiena jiddispjaċini ngħid li dan il-gvern tratta lill-proġett tal-Kottonera b'nuqqas ta' sensittivita', għaliex ma jistax ikun li f'tarf ta' peninsula jiġu proposti 150 appartament, lukanda, casino, health centre, marina, ma nafx kemm-il ħanut u language school.", "Kulma ġihom f'moħħhom l- iżviluppaturi qalu li se jiffitjawh hemmhekk.", "U l-Ministru Zammit Dimech kien ferħan għax il-proġett tal-Kottonera tkabbar u minflok Lm6 miljuni se jiġi jiswa Lm16-il miljun!", "Possibbli li l-Onor.", "Zammit Dimech ma rrealizzax li bl-iżvilupp kbir li se jsir se jinħoloq slum kbir?", "Biex proġett ikun jagħmel sens, m'hemmx għalfejn jinbnew skyscrapers.", "Jista' jsir proġett fuq skala ħafna iktar żgħira u sensittiva imma li xorta ekonomikament ikun jagħmel sens.", "U dan kien dak li ppropona l-partit Laburista meta kien fil-gvern.", "Iktar minn hekk, apparti milli se jinbena l-proġett, se jitwaqqa' l-bini storiku.", "Fil-fatt diġa' ħareġ il-permess biex jitwaqqgħu l-imħażen ta' żmien il-Kavallieri.", "Jien kont staqsejt lill-Ministru Tonio Borg kif jippermetti li jitwaqqgħu l-imħażen storiċi, u weġibni li l-planning authority, qabel ma ħarġet il-permessi għat-twaqqigħ, ikkonsultat mad- dipartiment tal-mużewijiet u mal-heritage advisory committee.", "Ir-risposta eżatta tal-ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 17808 tgħid li: \"Il- Kumitat jaqbel mal-proposta li ż-żewġ imħażen tal-cooperage jistgħu jitwaqqgħu, u dan minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih, kif fil-fatt jidher mir-ritratti sottomessi.\".", "Jiġifieri l-kumitat, mill-ftit ritratti li ingħatawlu, għaliex ħadd ma jaf jekk saritx site inspection jew le, iddeċieda li peress li dawn l-imħażen se jaqgħu, allura might as well jitwaqqgħu.", "Allura jmissu jsir hekk għal kull biċċa bini storiku li hawn f'Malta, u kull fejn hemm bini storiku li se jaqa', inkomplu nwaqqgħuh!", "Din hi xi ħaġa veru tal-mistħija li kumitat li suppost jipproteġi l-bini storiku ta' pajjiżna, jippermetti li dan jitwaqqa' għax jinstab fi stat ħażin.", "Għax allura nistgħu nwaqqgħu l-bini storiku kollu, għax tlett kwarti minnu jinstab fi stat ħażin.", "Rigward il-proġett tal-Kottonera nniffsu, dan tant ma kienx ippjanat tajjeb li llum qed joħorġu l-konsegwenzi.", "Dan l-aħħar qrajt xi domandi parlamentari li saru mill-kollegi tiegħi lill-Ministru Francis Zammit Dimech, u fost affarijiet oħra, in-nies tal-Kottonera qed jinkwetaw għaliex hemmhekk jirmiġġaw madwar 350 frejgatina imma l-kuntratt speċifika li l- marina għandha tipprovdi rmiġġ għal 150 frejgatina biss.", "Iktar minn hekk, max-Xatt tal-Birgu jorbtu t-tug boats li lanqas biss huma msemmija fil- kuntratt.", "In-nies ta' dawk l-inħawi qed jistaqsu x'se jiġri għax meta l- kunsilli lokali tkellmu kemm mal-consortia kif ukoll mal-gvern, ma ngħatawx risposta.", "Għalhekk jien nixtieq li xi ħadd min-naħa tal-gvern jiċċara dawn l-affarijiet.", "Ħaġa oħra li mhux suppost saret hija li l-planning authority, għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, ħarġet permess qabel ma sar l-istudju meħtieġ, jiġifieri t-traffic impact assessment.", "Kulħadd jaf li meta xi ħadd imur jitlob permess lill-planning authority għax xi proġett kbir, qabel ma tagħtih il-permess titolbu jagħmel kull tip ta' studju, u dan nista' nikkonfermah mill-esperjenza privata tiegħi ta' perit.", "Imma rigward il- proġett tal-Kottonera, il-planning authority mxiet bil-maqlub u ħarġet il- permess avolja l-istudju kien għadu ma sarx.", "Meta aħna staqsejna lill- ministru x'sar minn dan l-istudju, huwa weġibna li se tinħareġ tender biex isir l-istudju ta' l-impatt tat-traffiku fuq il-Kottonera.", "Basta bdew il- proġett billi waqqgħu l-imħażen storiċi, imbagħad l-istudju fuq l-impatt tat-traffiku mhux talli għadu ma bediex, talli lanqas il-konsulenti għadhom ma nħatru, u dan meta suppost li qabel ma beda x-xogħol, mhux talli sar it- traffic impact assessment, talli ġie sottomess lill-awtorita' ta' l- ippjanar flimkien mal-proposti ta' dak li kellu jsir biex ma jinħoloqx inkonvenjent għat-traffiku!", "Quddiem dawn l-affarijiet wieħed jirrealizza kemm dan il-ħafna ftaħir fuq il-proġett tal-Kottonera huwa bla sens.", "L- uniċi persuni li se jmorru tajjeb minn dan il-proġett li għadda b'riżoluzzjoni minn dan il-parlament huma l-iżviluppaturi.", "Huwa għalhekk li dawn bdew billi waqqgħu l-imħażen storiċi biex jibdew jibnu l- appartamenti, għaliex ovvjament, mill-proġett kollu, dik hija l-iktar parti li se trendilhom.", "Mr Speaker, jien nixtieq nagħlaq b'dan l-argument, li hemm bżonn li meta f'dan il-parlament nagħmlu riżoluzzjoni biex proprjeta' pubblika tingħata lil terzi persuni biex tiġi żviluppata, b'mod partikolari jekk l-art tingħata għal żvilupp kummerċjali, inkunu ħafna iktar serji, trasparenti u professjonali fil-mod ta' kif nagħmlu l-affarijiet.", "Il-gżira tagħna hija żgħira, u għalhekk ma naffordjawx li nħarbtu biċċa minn hemm u biċċa minn hawn, għax fl-aħħar se nispiċċaw biex inħarbtu kollox.", "Jiddispjaċini ngħid li ħafna drabi ninqdew bir-riżoluzzjonijiet biex inħarbtu biċċiet minn pajjiżna għall-ispekulazzjoni tal-ftit.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, irrid nibda billi ngħid li l-gvern se jippreżenta xi emendi fejn fost l-oħrajn qed tingħata konċessjoni lill-Birżebbuga sports club, fejn se jsir xi tibdil żgħir fit-test minħabba li kien hemm żball f'dak oriġinali.", "Tibdila oħra tirrigwarda lill-Qormi hockey club, fejn partijiet minn taħt l-iskola qed jiġu esklużi mill-konċessjoni li qed tingħata f'din ir-riżoluzzjoni.", "Hemm ukoll tnaqqis ta' parti li kienet se tingħata lill-boċċi club ta' l-Isla u li issa qed jingħad biċ-ċar li din hija proprjeta' tal-gvern u għalhekk m'hijiex inkluża f'din il-konċessjoni.", "Hemm ukoll emendi għall-proprjeta' li dan il-parlament qed jiġi mitlub li jgħaddi lill-iscouts association f'Għajn Tuffieħa.", "Irrid ngħid li saret konsultazzjoni ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex kemm jista' jkun ikun hemm kordinazzjoni f'dawn it-trasferimenti ta' proprjeta'.", "Qed ngħid hekk għaliex jiena niftakar f'riżoluzzjonijiet oħra ta' trasferiment ta' proprjeta' fejn l-awtorita' ta' l-ippjanar ma kenitx tiġi kkonsultata.", "F'dawk il-każi ġieli kien jiġri li wara li t- trasferimenti jiġu konfermati mill-parlament, l-awtorita' ta' l-ippjanar toġġezzjona.", "Naħseb li dak kien eżerċizzju ħażin ħafna għas-sempliċi raġuni li huwa żball kbir li l-organizzazzjoni nazzjonali responsabbli mill- ippjanar ta' l-użu ta' l-art ma tiġix ikkonsultata.", "F'kull waħda minn dawn ir-riżoluzzjonijiet li għandna quddiemna, l- awtorita' ta' l-ippjanar ġiet ikkonsultata u dawn ir-riżoluzzjonijiet waslu quddiem il-parlament għax l-awtorita' stqarret li m'għandhiex oġġezzjoni għas-siti li qed jiġu ttrasferiti.", "Dan ma jfissirx li m'għandhiex il-jedd li topponi għal xi żvilupp propost fuq dawn is-siti, imma għallinqas l- awtorita' m'għandhiex objections li dawn is-siti jingħataw għall-attivita' speċifikata fir-riżoluzzjoni.", "Naħseb li dan huwa diġa' pass 'il quddiem f'dik li hija kordinazzjoni.", "Permezz tal-konsultazzjoni li saret ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar rigward dawn ir-riżoluzzjonijiet, il-gvern wera li lest li jikkonsidra l-pożizzjoni ta' l-awtorita' minn qabel ma jipproponi t- trasferimenti ta' l-artijiet fil-parlament.", "Mr Speaker, apparti xi eċċezzjoni 'l hemm u 'l hawn, prinċipalment l- artijiet qed jingħataw li żewġ gruppi, lill-għaqdiet sportivi, kemm ta' sport ġenerali kif ukoll ta' xi sport partikolari, u lill-għaqdiet volontarji, jew aħjar lin-non-governmental organisations, u l-iktar lill- għaqdiet ta' l-iscouts u l-girl guides.", "U ma naħsibx li din hija b'kumbinazzjoni, għax il-moviment ta' l-iscouts u l-girl guides huwa wieħed mill-iktar movimenti li għadu jagħti spazju ta' attivita' kreattiva għat- tfal.", "Peress li l-moviment ta' l-isports qiegħed dejjem jikber, il-gvern iddeċieda li jsostnih permezz ta' dawn l-artijiet li se jittrasferixxi.", "Jiena rrid ngħid li dawk in-nies li jieħdu ħsieb l-organizzazzjonijiet kollha msemmija f'din ir-riżoluzzjoni jiddedikaw parti sostanzjali minn ħajjithom għat-tfal u ż-żgħażagħ ta' pajjiżna, biex dawn ikollhom opportunita' ta' attivitajiet li jgħinu fl-iżvilupp sħiħ tal-persuna umana.", "Fir-riżoluzzjoni qed isir ukoll trasferiment ta' proprjeta' fil-Belt Valletta biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment ta' l-ambaxxata Franċiża għal ġewwa l-Belt Valletta kif ukoll faċilita' edukattiva għas-St.", "Michael's School f'Tal-Balal.", "Meta wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-lista sħiħa jsib li mhux inqas seba' faċilitajiet qed jingħataw lill-għaqdiet f'Pembroke, u naħseb li dan huwa fatt pożittiv għaliex ħafna minn dawn l-għaqdiet ilhom is-snin jipprattikaw l-isports f'dan il-lokal u issa, permezz ta' din il- konċessjoni, se jkunu jistgħu jkabbru l-attivita' tagħhom u jtejbu l- faċilitajiet li għandhom.", "Irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Buhagiar li ħafna minn dawn l-għaqdiet diġa' jilqgħu fihom tfal residenti f'Pembroke.", "M'huwiex veru li t-tfal ta' Pembroke huma esklużi minn dawn l- għaqdiet.", "Per eżempju persentaġġ qawwi mill-membri u mit-tfal li jattendu l- Pembroke Athleta ġejjin minn Pembroke stess.", "Apparti mit-tfal u ż-żgħażagħ ta' Pembroke, f'dawn il-clubs jipparteċipaw ukoll tfal u żgħażagħ minn Tas- Sliema, San Ġiljan, St. Andrew's, Ta' l-Ibraġġ, is-Swieqi, il-Gżira, l- Imsida u minn lokalitajiet oħrajn.", "Pembroke qed isir ċentru reġjonali ta' l-isport u għalhekk inħeġġeġ lil dawn l-għaqdiet biex ikun hemm ħafna iktar kordinazzjoni bejniethom.", "Jiena nemmen fl-opportunita' u fil-possibilta' li Pembroke ma jservix biss għat-tfal u ż-żgħażagħ ta' din iż-żona, imma jservi wkoll bħala post li jilqa' t-turiżmu ta' l-isports.", "Jien m'għandix dubju li l-Onor.", "Mugliett se jkun qiegħed jaħdem biex dawn l-għaqdiet joffru pakkett koordinat ta' marketing għal għaqdiet barranin biex jiġu jużaw il-faċilitajiet ta' Pembroke, peress li issa f'Pembroke se jkunu qed jiġu prattikati ħafna dixxiplini, fosthom judo, tennis, football, basketball, BMX, car racing u oħrajn.", "Punt ieħor li xtaqt ngħid rigward Pembroke huwa li tajjeb li wieħed jikkonsidra kif qed jiġu proposti r-riżoluzzjonijiet.", "Per eżempju biċċa art li tmiss ma' l-iskola Sir Adrian Dingli hija proposta li tiġi utilizzata mill-girl guides u l-iscouts.", "Intgħażlet proprju dik l-area għaliex anke l-kap ta' l-iskola tixtieq li jkun hemm estensjoni ta' l-użu ta' l-inħawi ta' l-iskola anke wara l-ħin ta' l-iskola u fil-weekend.", "Dan għaliex waħda mill-problemi li għad hemm f'din l-iskola hija li fil- ħinijiet ta' wara l-iskola u matul il-weekend isir għadd kbir ta' vandaliżmu.", "B'hekk, bl-użu ta' dawn l-inħawi wara l-ħinijiet ta' l-iskola, il-vandaliżmu probabbli jonqos.", "Barra minn hekk, it-tfal li jattendu din l- iskola jkunu jista' jieħdu sehem f'attivitajiet siewja bħall-girl guides u l-iscouts.", "Rigward l-art li qed tiġi konċessa lill-Pembroke Athleta, f'diskussjonijiet li kien hemm ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar ġiet enfasizzata l-ħtieġa ta' kordinazzjoni fl-użu tal-faċilitajiet ma' rikjesta għal convention centre minn waħda mil-lukandi li ġiet elenkata fil-pjan lokali għan-naħa tat-Tramuntana tal-portijiet.", "Per eżempju, jekk se jsiru parking facilities, dawn jintużaw kemm mill-għaqdiet sportivi kif ukoll mill-convention centre.", "Huwa mportanti li wieħed jinsisti ħafna fuq il- kordinazzjoni biex ma jinqalgħux diffikultajiet bejn id-diversi għaqdiet.", "Per eżempju meta tkellimt mal-girl guides u ma' Pembroke fuq l-art li qed tiġi proposta għal Pembroke, inqalgħet diffikulta' żgħira, u domna mhux ftit biex ġegħelnihom jirrealizzaw li hemm bżonn li jaqsmu din il-biċċa art u jiddefinixxu flimkien kif se jużawha biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm ħela ta' art.", "Personalment qatt ma kont irrealizzajt li żewġ għaqdiet li oriġinaw mill-istess fundatur jista' jkollhom daqshekk friction bejniethom.", "Ħadt gost imbagħad li waslu fi ftehim kif jutilizzaw il-biċċa art li se tingħatalhom u li hija waħda mis-siti primarji li għad għandu l-gvern.", "Huwa importanti li kulħadd jifhem li l-gvern ma jqassamx artijiet bl- addoċċ, għaliex dawn huma wieħed mill-ftit riżorsi li għandna u għalhekk kulħadd għandu jifhem il-ħtieġa li l-art tkun użata bl-aħjar mod mingħajr ma jkun hemm ħela.", "Irrid ngħid ukoll li waqt il-ħin ta' l-iskola, it-tfal jistgħu jużaw il- faċilitajiet sportivi ta' Pembroke waqt li l-kunsill lokali qed jingħata 15- il ġurnata fis-sena li fihom ikun jista' juża dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Jien naħseb li l-idea ġenerali ta' din ir-riżoluzzjoni hija tajba għaliex jien ma nemminx li għandu jkun il-kunsill lokali li jikkontrolla u jmexxi l-attivitajiet sportivi, imma għandhom ikunu l- għaqdiet sportivi stess li jagħmlu dan ix-xogħol, anke jekk jaqsmuh mal- kunsill lokali, imma m'għandux ikun biss il-kunsill lokali li jkollu kontroll fuq il-faċilitajiet sportivi.", "Se ngħaddi issa għal dik il-parti tar-riżoluzzjoni li titkellem dwar l- art li se tingħata lill-iscouts f'Għajn Tuffieħa.", "Se nsemmi l-iktar tibdil importanti li hemm fl-emendi li qed iressaq il-gvern.", "L-iscouts association ta' Malta jista' jibdel din iz-zona f'camping site ta' livell internazzjonali, kemm għall-użu ta' l-iscouts lokali u internazzjonali kif ukoll għall-użu ta' individwi li m'humiex scouts, bil-kundizzjoni li l- istess faċilita' tibqa' tiġi operata u tibqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l- iscouts association ta' Malta, biex ma jkun hemm ħadd li jgħid li f'dak il- mument hu ma kienx responsabbli.", "Jiġri x'jiġri, ir-responsabbilta' taqa' taħt l-iscouts association ta' pajjiżna.", "Fil-fatt, l-ewwel emenda li qed nagħmlu fit-tielet paragrafu ta' l-ewwel paġna hija li kull fejn fil- kuntratt hemm l-isem ta' l-enfitewta \"scouts association\", dan jiġi sostitwit bil-kliem \"the scout association of Malta\", biex żgur ir- responsabbilta' tkun ta' l-iscouts association of Malta.", "Emenda oħra li qed nagħmlu hija li fi klawsola 9 fejn il-kliem minn ''il- proprjeta'\" sa \"sigurta''' jiġi sostitwit bil-kliem", "''Il-proprjeta' tkun għall-użu tal-fergħat kollha ta' l-iscouts association of Malta kif ukoll għaż-żjarat fil-ħinijiet ta' l-iskola għat-tfal ta' l-iskola, bla ħlas ħlief għal servizzi provduti ta' tindif u sigurta'\".", "Jien naħseb li din hija emenda importanti għaliex tassigura li waqt il- ħin ta' l-iskola l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu użu bla ħlas ta' din il- faċilita'.", "Ovvjament, irid isir ħlas għas-servizzi ta' tindif u sigurta' għaliex l-iscouts association trid tmexxi dan is-sit b'effiċjenza u b'sigurta' għal min juża dan is-sit għall-ikkampjar taħt it-tined.", "Ir-raba' tibdila li qed nagħmlu hija fi klawsola 11, fejn il-kliem ''kull persuna nkarigata'' għandhom ikunu sostitwiti bil-kliem ''kull persuna awtorizzata mill-istess ministru jew segretarju parlamentari f'kull każ din l-ispezzjoni għandha ssir fil-preżenza ta' uffiċjal inkarigat ta' l-iscouts association of Malta.''.", "Qed ngħidu dan sabiex ikun hemm monitoring ta' dak li jkun qiegħed isir f'dawn is-siti.", "Il-ħames emenda hija li fl-aħħar ta' klawsola 12 tiddaħħal is-sentenza ''id-dipartiment ta' l-edukazzjoni u s-segretarjat parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ ikollhom id-dritt li jagħmlu użu jew jorganizzaw attivitajiet f'dan is-sit konċess kontra ħlas li jkopri biss l-ispejjeż involuti.", "Dan isir bi pre-avviż ta' mhux inqas minn sitt ġimgħat sakemm ma jkunx hemm qbil xort'oħra bejn il-partijiet.''.", "Din anke torbot ma' emenda nru.", "3, fejn id-dipartiment ta' l-edukazzjoni u anke s-segretarjat parlamentari jkun jista' juża dan is-sit mingħajr ħlas ħlief għall-ispejjeż involuti.", "Is-sitt emenda li l-gvern qed jipproponi hija li fit-tielet linja ta' klawsola 13, il-kliem ''is-sena 2000'' jiġu sostitwiti bil-kliem ''sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jkunu tlestew il-benefikati permanenti fi klawsola 4 ta' dan l-att.''.", "Klawsola 18 għandha tinbidel bil-paragrafu sussegwenti : ''l-emfitewta għandu l-obbligu mhux biss li jżomm l-immobbli fi stat tajjeb ta' manutenzjoni, iżda wkoll li jkollu preżenza effettiva ta' warden fl-istess sit.''.", "Qed isir dan biex fuq il-post ikun hemm sigurta' kemm jista' jkun, anke biex ma jkunx hemm vandaliżmu.", "Dan ix-xogħol ta' warden trid tikkordinah u tħallas għalih l-iscouts association of Malta.", "Għandha tidħol klawsola 19 bil-kliem:", "''Il-gvern jintrabat li permezz tal-Ministeru ta' l-Ambjent jagħmel a spejjeż tiegħu x-xogħlijiet segwenti: fencing jew boundary wall tal- ġebel jew enclosure bis-siġar, formazzjoni ta' passaġġi, tħawwil ta' siġar u landfill, kemm-il darba jkun neċessarju, u dan skond il-pjanti approvati mill-Ministeru ta' l-Ambjent u l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.''.", "L-aħħar emenda hija li klawsola 18 tiġi renumbered bħala klawsola 20.", "Mr Speaker, dawn kienu l-emendi li qiegħda tressaq in-naħa tal-gvern għal din il-konċessjoni.", "Nixtieq issa nkompli nitkellem fuq punti oħrajn tar-riżoluzzjoni.", "Huwa pożittiv ħafna l-fatt li qed nikkonċedu art mhux biss lill-aviation museum imma anke art biex issir estensjoni ma' dan il-mużew li tibda tintuża bħala mużew tal-karozzi militari.", "Jiena rrid infaħħar ix-xogħol tajjeb li għamel il-grupp ta' volontarji, li mhux biss irranġaw l-ajruplani u l-karozzi militari li kienu żdingati, imma rranġaw ukoll in-nissen huts li kien hemm f'Ta' Qali u li issa ħolqu attrazzjoni turistika ta' livell għoli ħafna.", "Fil-fatt, it-turisti jitkellmu b'mod pożittiv ħafna fuq l-attivita' li hemm f'Ta' Qali.", "Jien naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Charles Buhagiar li huwa importanti ħafna għall-gvern li jagħmel l-aħjar użu mill-proprjeta' tiegħu, f'isem il-poplu Malti.", "Dan l-aħħar kelli l-opportunita' li ndur numru ta' fortizzi mad-direttur ġenerali tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Hija sfortuna li fis-snin passati wirt daqshekk kbir ingħata użu li f'ċerti każi kerrah l-estetika ta' dawn il-fortizzi u kkawża ħsarat strutturali.", "Jiena nixtieq il-koperazzjoni ta' kulħadd biex nagħtu attivita' iktar mixtieqa lil dan il-wirt nazzjonali li rridu noqogħdu attenti li ma nitilfuhx.", "Qbilt ukoll ma' l-Onor.", "Buhagiar meta qal li kemm jista' jkun, il-gvern għandu jisfrutta b'mod pożittiv, mhux neċessarjament f'estremita' kummerċjali, l-art li għandu.", "Huwa proprju dan li l-ministeru ta' l-intern u d-dipartiment ta' l-artijiet qed jippruvaw jagħmlu, li permezz ta' l- estates management department jaraw li fis-siti primarji ta' pajjiżna jkun il-gvern stess li joħroġ applikazzjonijiet għal proġetti li fihom mhux biss ikun hemm attivita' li tirrendi kummerċjalment, imma anke attivita' li tirrispondi għall-ħtiġijiet indikati bħala faċilitajiet komunitarji mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar jew minn xi awtorita' oħra.", "Per eżempju dan l-aħħar tressqet applikazzjoni mill-estates management department biex is-sit ġo San Ġorġ magħruf bħala Moynihan House ikun żviluppat b'mod li jilħaq id-domanda li qed tagħmel l-awtorita' ta' l- ippjanar fil-pjan lokali għat-tramuntana tal-portijiet, jiġifieri li jkun hemm parkeġġ kbir biex it-triq il-ġdida ta' Pembroke tkun tista' tiġi utilizzata mingħajr ma jkun hemm influss ta' karozzi ġo Pembroke.", "Ġie propost ukoll li fuq dak is-sit ikun hemm attivitajiet oħra kummerċjali biex jingħata l-massimu ta' attivita' fuq dik l-art u b'hekk il-gvern ikun qiegħed jimmassimizza dak li jista' jieħu mill-art li għandu llum.", "Il-gvern beda billi għamel inventarju ta' l-artijiet li għandhom id- dipartimenti tiegħu.", "Hija sfortuna li xi kultant id-dipartimenti tal- gvern, ikollhom kemm ikollhom art, xorta jitolbu iktar, avolja forsi ma jkunx hemm biżżejjed eżerċizzju ntern biex l-attivita' li tista' ssir fuq l- art li diġa' għandhom tiġi massimizzata.", "Hemm ukoll volum ta' spazju li m'huwiex utilizzat tajjeb imma li d-dipartimenti xorta jżommuh taħt il- kappa tagħhom avolja ma jippruvawx jisfruttawh.", "Huwa importanti li mhux biss dawn l-għaqdiet li se jgawdu minn din ir-riżoluzzjoni, imma kulħadd jifhem li l-qies ta' l-art f'pajjiżna huwa żgħir u għalhekk hemm bżonn nimmassimizzaw il-volum ta' attivita' li nistgħu nagħmlu.", "Jidhirli li semmejt il-punti kollha li xtaqt inqajjem, għalhekk se nippreżenta l-emendi li qegħdin nagħmlu għal din ir-riżoluzzjoni u nittama li l-għaqdiet kollha li se jieħdu din l-art jagħmlu l-aħjar użu minnha mhux biss fl-interess tagħhom imma fl-interess ta' pajjiżna biex ma tkunx biss ta' ġid għalihom imma tkun ta' ġid għall-pajjiż kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda dawn l-emendi?", "ONOR TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR JOSEPH SAMMUT: Din hija riżoluzzjoni xi ftit differenti minn dawk li normalment niddiskutu f'dan il-parlament.", "Hija riżoluzzjoni li titratta l-għoti ta' art jew bini eżistenti lil diversi għaqdiet.", "Huwa interessanti li wieħed jinnota li dawk li se jibbenefikaw minn din ir-riżoluzzjoni jinqasmu f'erba' kategoriji, il-korp li jindika l-għoti ta' fondi urbani, il-korp li jikkonsisti f'art ta' natura kummerċjali, korp ieħor imdaqqas li jikkonsisti u jaġevola gruppi sportivi u scouts u korp li jirrigwarda mużew.", "Din ir-riżoluzzjoni tagħti l-idea li l-gvern qed jipproponi li jqassam u jġib 'il quddiem l-element soċjali, li huwa karatteristika ta' kull gvern.", "L-istat, irrispettivament minn liema gvern ikun immexxi, huwa dak l-organu li jieħu ħsieb jamministra l-ġid komuni ikattar il-ġid u jqassmu indaqs lill-poplu.", "Mr. Speaker, il-maġġor parti tar-riżoluzzjoni li qed jgħaddi l-gvern tal- ġurnata oriġinat minn amministrazzjonijiet preċedenti.", "Permezz ta' dikjarazzjoni il-gvern qed jgħaddi biċċiet ta' art lil diversi assoċjazzjonijiet.", "Is-sugu ta' din ir-riżoluzzjoni hu li qed tqassam dak li hu tal-poplu.", "Hawnhekk tajjeb li nagħmel referenza għal meta kien qed jiġi diskuss ir-rapport dwar il-housing, fejn kien intqal ħafna diskors li jamalgama ruħu ma' din it-tip ta' riżoluzzjoni.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq dawk in-nies li huma mingħajr saqaf.", "Smajna ħafna diskors u kien hemm ħafna pjanijiet, imma sfortunatament, sal-lum, il-lista ta' dawk mingħajr saqaf fuq rashom qiegħda dejjem tikber u ma tidhirx li se tittaffa.", "Naħseb li jkun utli ħafna li l-amministrazzjoni tal-ġurnata, taħt il-kappa ta' l- awtorita' tad-djar, tagħmel eżami dettaljat ta' x'inhi l-proprjeta' tal- gvern.", "Nafu li hemm ħafna proprjeta' li hi tal-Knisja, ħafna proprjeta' li hi tal-gvern, u hemm ħafna siti abbandunati li qed joħolqu problema lill- kunsilli lokali minħabba li jservu ta' skips biex kulħadd iwaddab l-iskart ġo fihom.", "Il-kunsilli lokali m'għandhomx il-forza li jġiegħlu lid- dipartiment, lill-awtorita' tad-djar jew lill-joint office jieħdu ħsieb dawn is-siti biex ma jibqgħux iservu ta' eyesores iktar milli huma.", "Naħseb li jkun opportun ħafna jekk tinġabar lista dettaljata tal-proprjetajiet li għandu l-gvern għad-dispożizzjoni tiegħu biex dawn jitqassmu lill-poplu, għax apparti li għandna ħafna nies homeless, hemm ukoll numru sostanzjali ta' familji li qed jgħixu fi djar ikkundannati u li għalhekk għandhom bżonn ta' akkomodazzjoni alternattiva.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa eżerċizzju li għandu jsir immedjatament qabel ma sseħħ xi traġedja oħra.", "Lura għal din ir-riżoluzzjoni rrid ngħid li n-natura u l-iskop tagħha huwa nobbli u denju fih inniffsu.", "L-ewwel kategorija, li tiġbor fiha fondi urbani, titkellem dwar l-istitut internazzjonali dwar l-eta'.", "Dan huwa xi ħaġa li għandu jiġi promoss u mkattar fost is-soċjeta' Maltija, soċjeta' li l-popolazzjoni tagħha qiegħda tixjieħ.", "Huwa unur li f'pajjiżna jkollna dan l-istitut dinji, u huwa ta' unur ukoll li bħala pajjiż qegħdin inkabbru l- awareness biex l-anzjani tagħna jingħataw iktar attenzjoni biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja iktar komda.", "L-istess jista' jingħad rigward il-bini li qed jingħata lit-trade unions.", "It-trade unions huma r-riżultat ta' stat demokratiku u l-fatt li l-gvern jgħinhom b'dan il-mod juri li f'pajjiżna hawn demokrazija fis-sens li l-gvern jippermetti li jiġi kritikat.", "Għalhekk, il-fatt li l-gvern tal- ġurnata jgħin lit-trade unions għandu jiġu nkoraġġit.", "Fir-riżoluzzjoni hemm ukoll għotja lill-assoċjazzjoni tad-Down's syndrome, u dan ukoll għandu jiġi nkoraġġit, għaliex hawnhekk qed nitkellmu dwar nies li jinħtieġu għajnuna kbira.", "Mr Speaker, dokumenti \"F\", \"G\", u \"H\", jitrattaw l-għoti ta' artijiet lil għaqdiet sportivi u lill-iscouts.", "Kif diġa' qalu l-kelliema ta' qabli, dawn huma dixxiplini li kwalunkwe soċjeta' avvanzata għandha tippromwovi biex jiġu kkreati l-oqsma kollha possibbli biex it-tfal ikollhom fejn jiżvogaw.", "Fil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu llum, naħseb li kulħadd jaqbel li lit-tfal tal-lum, anke l-idea ta' ġuvintur spiċċatilhom.", "Spiċċa dak iż- żmien fejn is-subien kienu jqattgħu ħinijiet twal jilagħbu l-ballun u l- bniet jilagħbu ż-żibeġ.", "Illum, l-istudju u l-kotba ħadu l-post ta' kollox.", "Barra minn hekk bit-traffiku kontinwu li jiċċirkola fit-toroq tagħha m'għadux possibbli għat-tfal li joħorġu jilagħbu barra.", "Punt interessanti ħafna f'din ir-riżoluzzjoni huwa dokument \"I\", l-għotja lill-Malta aviation museum foundation.", "Hija xi ħaġa nkoraġġanti li l-gvern jgħin fit-twaqqif u fit-tkabbir tal-mużewijiet.", "Xi ħaġa li lili taffaxxinani u fl-istess ħin tinkwetani hija l-fatt li għalkemm il-pajjiż żgħir tagħna huwa mogħni bi storja kbira, il-mużewijiet tagħna huma foqra.", "Qed ngħid hekk għaliex huwa fatt magħruf ma' kulħadd li hawn Malta għandna ħafna affarijiet antiki li jinsabu f'kollezzjonijiet privati.", "Jiena m'inix kontra li bniedem jippreserva l-affarijiet antiki, imma l-istat, għalkemm għandu bosta liġijiet severi biex jipproteġi u jqiegħed relikwi antiki fil- mużewijiet, jidher ċar li f'din is-sistema falla.", "Għalhekk naħseb wasal iż- żmien li l-liġi tiġi emendata f'dan is-sens, u jittieħdu l-passi neċessarji biex kemm jista' jkun, il-wirt nazzjonali tagħna jkun iktar espost għall- pubbliku.", "Minħabba li l-liġijiet li għandna huma riġidi, meta persuna privata ssib xi affarijiet ta' natura storika waqt li tkun qed tibni xi sit, din teqred dak li tkun sabet għax tibża' li l-gvern se jeħdilha dak is- sit.", "Naħseb li hawnhekk, kif diġa' kelli l-opportunita' li ngħid, wasal iż- żmien li l-liġi tiġi emendata u għandu jinstab mod kif dawn l-antikitajiet jiġu akkwistati mill-gvern biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tat-turisti.", "Għalhekk hija xi ħaġa sabiħa l-Malta aviation museum foundation qed tingħata sit biex tkun tista' tkompli tkabbar in-numru ta' affarijiet għall-wiri.", "Dokument ''E'' li jitratta l-Five Star Hotels Ltd. jitkellem ukoll dwar l- għoti ta' art, imma sfortunatament, fl-opinjoni tiegħi hawn indikazzjoni negattiva għax għalkemm din il-kumpannija diġa' bbenefikat minn din l-art li ġiet mogħtija lilha, u għamlet anke profitti u avvanzi kbar minnha, illum qed jirriżulta li waħda mill-kundizzjonijiet imposti fil-kuntratt ġiet miksura.", "Fl-opinjoni tiegħi m'għandux jitħalla li kuntratti magħmula mill-gvern bl-approvazzjoni ta' dan il-parlament jinkisru qisu qatt ma ġara xejn.", "Ma ninsewx li f'dan il-każ, għalkemm l-art hija ta' valur għoli, ingħatat għall-kundizzjoni ta' Lm25,000, liema kundizzjoni xorta ma nżammitx.", "Jien ta' l-opinjoni li ssir reviżjoni ta' dan il-kuntratt u jittieħdu passi sabiex ksur tali ma jsirx.", "Fir-riżoluzzjoni hemm ukoll dokument li jirrigwarda l-bdil fl-isem tas- soċjeta' 'Ħamrun Spartans'.", "Hawnhekk nixtieq nindika xi ħaġa li forsi ma ssemmietx imma li fl-opinjoni tiegħi hija mportanti.", "Din is-soċjeta' qed titlob li tbiddel isimha minn Ħamrun Spartans association għal Ħamrun Spartans Ltd..", "Forsi għal ħafna din il-bidla ma hija xejn, imma fir-realta' hija tibdila ta' mportanza massima, għaliex is-soċjeta' Ħamrun Spartans qed titlob li isimha jsir wieħed b'responsabbilta' limitata mentri fil-preżent hija responsabbli mill-għemil tagħha kollu.", "Jekk din il-klawsola tiġi aċċettata, il-kredituri li kienu taw is-servizzi tagħhom lill-Ħamrun Spartans association se jitilfu kwalunkwe saħħa legali fuq il-proprjeta' li qed tintalab biex tiġi annessa taħt l-isem ta' Ħamrun Spartans Ltd..", "Ma naħsibx li huwa l-każ li l-parlament iservi ta' strument biex jitbiddlu ċerti affarijiet li jagħtu saħħa legali lil xi kredituri bil-konsegwenza li dawn jitilfu l-uniku mod li permezz tiegħu jistgħu jitħallsu.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi nenfasizza l-punt li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar mezz kif il-gvern jagħmel distribuzzjoni tal-proprjeta' tiegħu biex permezz tagħha jsir il-ġid.", "B'hekk, dawk il-gruppi li se jibbenefikaw minn din ir-riżoluzzjoni se jkollhom il-fakulta' li joffru rikreazzjoni liż-żgħażagħ tagħna b'mod li jżommhom 'il bogħod mill-vizzji qerrieda.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici) Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, tajjeb li mmorru ftit lura u niftakru li meta l-Partit Laburista kien fil-gvern kien ta bidu għal dan l- eżerċizzju li permezz tiegħu ċerti faċilitajiet jgħaddu minn idejn il-gvern għal idejn l-għaqdiet sportivi.", "Naħseb li din hija xi ħaġa tajba għaliex turi fiduċja fl-istess nies li jmexxu dawn l-għaqdiet, li żgur li jagħmlu ħafna sagrifiċċji personali minħabba li jagħtu ħinhom u anke flushom biex jaraw lill-għaqda tagħhom timxi 'l quddiem.", "Jiena nemmen li anke wara li l- gvern jgħaddi l-artijiet lill-għaqdiet, xorta m'għandux iħoss li r- responsabbilta' tfarfret minn fuqu u jħalli lill-għaqdiet għal rieħhom.", "Huwa mportanti li l-gvern jibqa' jgħin lill-għaqdiet sportivi anke wara għotja bħal din, għaliex kulħadd jaf kemm għaqdiet bħal dawn ikollhom bżonn finanzi.", "Jiena naf li fejn seta, il-gvern dejjem għen, u fil-fatt il- gvernijiet Laburisti kienu għenu ħafna biex il-clubs sportivi jimxu 'l quddiem, għaliex l-isports huwa għal qalb il-partit Laburista.", "Meta f'pajjiżna bdew jinbnew il-housing estates, il-Partit Laburista ħa ħsieb li kważi f'kull housing estate ikun hemm pitch tal-boċċi, logħba tradizzjonali li għadha popolari ma' ħafna nies speċjalment fl-istaġun tas- sajf.", "Jien naħseb li anke l-kunsilli lokali jridu jgħinu lill-għaqdiet sportivi.", "Qed ngħid dan mill-esperjenza li kelli bħala membru fil-kunsill tal-lokal ta' Raħal Ġdid, fejn kienu jiġu bosta membri ta' clubs sportivi differenti biex jitolbu l-għajnuna tagħna biex isolvu l-problemi finanzjarji li kienu jiltaqgħu magħhom.", "Aħna bħala kunsill, bil-mezzi limitati li kellna, dejjem ippruvajna ngħinuhom.", "Jekk il-kunsilli lokali jgħinu aktar lil dawn l-għaqdiet, fl-aħħar mill-aħħar ikunu qed jgħinu wkoll lil-lokal tagħhom biex l-isports jimxi 'l quddiem.", "Din il-ġimgħa kont qed nitkellem mas-sindki ta' lokalitajiet differenti u jidher li kellhom xi diżgwid mal-kunsill Malti għall-isport, għaliex f'din il-kwestjoni l-kunsilli lokali ġew imwarrba.", "Jien niftakar li għalkemm in- nursery ta' Raħal Ġdid kienet ingħatat f'idejn il-club, bit-tħarbit u t- tkissir li kien fih dan il-club, bilfors kellu jkun il-kunsill li jirranġah.", "Clubs bħal dawn jaħdmu b'mod volontarju.", "Jien dejjem emmint fil- volontarjat għaliex għandu ċerta mportanza.", "Kull min jaħdem f'dawn il- clubs żgur li jagħmel dan għaliex jemmen fil-prinċipji li ħaddnu ta' qabilna.", "Jien naqbel li l-propjeta' tgħaddi f'idejn il-clubs rispettivi, għaliex b'hekk il-kumitati jaħdmu b'mod iktar ġenwin u jieħdu iktar interess biex ikabbru l-għaqda tagħhom.", "Kulħadd jaf li f'dan kollu se tkun involuta l-awtorita' ta' l-ippjanar, li għalkemm għandha t-tajjeb tagħha, f'ħafna każi tiġġamja kollox.", "Jien m'għandi xejn kontra l-ħaddiema f'din l-awtorita', li ma naqbilx huwa mas- sistema li biha timxi.", "Issa, li quddiemha se jkollha t-tibdiliet li żgur li l-għaqdiet li se jingħataw xi proprjeta' se jitolbu biex jagħmlu, nittama li ma tkunx hi li twaqqaf lil dawn il-clubs milli jimxu 'l quddiem.", "Mr. Speaker, fil-ftit ħin li fadalli nixtieq nitkellem dwar l-importanza ta' l-isports.", "Bil-pressure kbira li hawn fost it-tfal minħabba l- edukazzjoni u l-eżamijiet huwa tajjeb li t-tfal jiġu mħeġġa jipprattikaw xi sport.", "Jien nemmen li l-kunsilli lokali għandhom iħeġġu lit-tfal biex wara ġurnata studju, jibdew jipprattikaw xi sport biex forsi anke jaslu biex jirrappreżentaw lil pajjiżna f'xi kompetizzjoni nternazzjonali.", "B'dispjaċir ngħid li għalkemm f'Raħal Ġdid hemm kumpless sportiv kbir, fejn fost il-faċilitajiet insibu l-club house u l-VLTC, huma ftit dawk it- tfal li jafu li fil-lokal tagħhom jeżistu faċilitajiet sportivi bħal dawn.", "Jien nittama li dawn l-għaqdiet li issa se jibdew jamministraw il- proprjeta' huma stess u mhux mill-gvern, jikkreaw ambjent akkoljenti biex aktar nies jitħajru jużaw il-faċilitajiet tagħhom.", "Nerġa' ngħid li l- kunsilli lokali għandhom jgħinu bis-serjeta' lil dawn il-clubs biex joħolqu postijiet fejn it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jirrikreaw irwieħhom.", "Ma rridx inħalli barra l-pubbliċita'.", "Huwa mportanti ħafna li fil- pitches tal-football tingħata pubbliċita' kontra d-drogi li qed jeqirdu liż- żgħażagħ tagħna.", "Fix-xogħol tiegħi jien nitkellem ħafna maż-żgħażagħ u għalhekk naf kemm f'pajjiżna, minkejja li hawn ħafna postijiet fejn jistgħu jmorru, iż-żgħażagħ xorta jħossu nuqqas ta' sodisfazzjon.", "Jiena nemmen li ż- żgħażagħ Maltin huma kapaċi, u kollha għandhom xi ħaġa x'joffru.", "Irridu nuru fiduċja fit-tfal u fiż-żgħażagħ għaliex għada pitgħada, se jkunu huma li jmexxu lil pajjiżna.", "Għalhekk għandna ngħinuhom ikunu kontra d-droga, l- alkoħol żejjed u dak kollu li jista' jagħmlilhom ħsara.", "Nieħu din l-okkażjoni biex inħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jiddedikaw parti żgħira mill-budget tagħhom għall-għaqdiet sportivi biex ikunu jistgħu jagħmlu din il-pubbliċita' kontra dak kollu li jista' jagħmel ħsara lit- tfal u liż-żgħażagħ tagħna.", "Fil-ftit minuti li fadalli nixtieq nagħti prosit lill-club tar-regatta tal-Marsa għax-xogħol li jagħmel.", "Jien nawgura lill-membri ta' dan il-club li jkollhom riżultati pożittivi fir-regatta li jmiss, bħala premju tal- ħidma kontinwa li jagħmlu fil-ħin liberu tagħhom.", "Anke l-club tal-boċċi tal-Paola Wolves jinsab entużjasmat li l-club se jingħata f'idejhom, u naf li diġa' għandhom pjan biex jagħmlu estensjoni ta' dan il-club.", "Jien nittama wkoll li l-club tal-boċċi ta' Ħal Tarxien, li jinsab fejn fit- tempji neolitiċi, ikompli miexi 'l quddiem.", "Jien nieħu pjaċir niddiskuti dwar dawn in-nies f'dan il-parlament, għaliex dawn huma n-nies li niltaqgħu magħhom, inkunu magħhom u nitkellmu magħhom ta' kuljum.", "Nawgura li f'dawn il-ġranet tas-sajf, iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom suċċess fis-summer leagues li qegħdin jorganizzaw, u nittama li meta l-proprjetajiet imsemmija f'din ir- riżoluzzjoni jingħataw lill-clubs rispettivi, dawn joħorġu b'aktar ideat ġodda biex ikomplu mexjin 'il quddiem b'impenn wieħed, li t-tfal, iż- żgħażagħ u l-familji Maltin ikollhom post fejn jirrikreaw ruħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 11 ta' Lulju, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-Aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Proprjeta' - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards – Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, illum ħassejt li dan l-aġġornament għandi niddedikah għall-problema tat-trab iswed li qed taħkem lin-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment lill-Kottonera, il-Fgura, Raħal Ġdid u Ħaż-Żabbar.", "Peress li jien noqgħod il-Fgura nista' nixhed eżatt kemm din il-problema qed toħloq inkonvenjent għar-residenti ta' dawn l-inħawi.", "Għalkemm aħna l- membri ta' l-oppożizzjoni kemm-il darba ressaqna mistoqsijiet parlamentari fuq dan is-suġġett, il-gvern ħa d-drawwa li jinjora l-problemi li jkunu qed jolqtu liċ-ċittadin u awtomatikament jinjora wkoll is-saħħa tal-poplu u jħalli l-affarijiet għaddejjin qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Mr. Speaker, il-bieraħ fil-Fgura ġiet iċċelebrata l-festa tal-parroċċa, u minħabba din l-okkażjoni, jiena flimkien ma' deputati oħra ġejna bbumbardjati biex nippruvaw insemmgħu leħen ir-residenti tal-Fgura f'din l- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex forsi l-problema ta' dan it-trab iswed tittaffa.", "Jien ma nistax nifhem kif il-gvern nazzjonalista, għalkemm għandu numru ta' partitarji li joqogħdu f'dawn l-areas, xorta qed idawwar dahru għal din il-problema u jinjora l-ilmenti tagħhom.", "Waqt il-festa tal-Fgura jien kelli nżomm fuqi kopja ta' l-aħħar mistoqsija parlamentari li għamilt lill-gvern fuq dan is-suġġett biex min jiġi jilmenta fuq din il-problema nurih ir-risposta rresponsabbli li ngħatajt mill-gvern nazzjonalista.", "Kif diġa' għedt, din m'hijiex l-ewwel darba li aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni għamilna mistoqsijiet parlamentari lill-ministru konċernat fuq din il-problema.", "Għal interpellanza partikolari, l-Onor.", "Joe Mizzi ġie informat li r-risposta għal x'inhi l-problema ta' dan it-trab iswed kellha tingħata f'nofs din is-sena.", "Fil-fatt il-gvern kellu jqabbad kumpannija Ingliża biex tagħmel studju xjentifiku fuq l-oriġini ta' dan it-trab.", "F'nofs Ġunju ta' din is-sena jien għamilt il-mistoqsija parlamentari li ġġib in-numru 17531 lill-ministru ta' l-ambjent, fejn tlabtu biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat ta' l-ewwel fażi ta' l-istudju li kellu joħroġ sa l-aħħar ta' Ġunju.", "It-tweġiba tal-ministru kienet tgħid li biex l- istudju jkun jinkludi parti mis-sajf, bi qbil mal-konsulenti Ingliżi, il- perijodu ta' l-istudju ġie kemmxejn estiż.", "Qal ukoll li dan ifisser li r- rapport ikun jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra sa l-aħħar ta' Settembru.", "Mela forsi għaliex ma jabitax f'dawk in-naħat, il-Ministru aċċetta li noqogħdu nistennew lil dawn l-esperti jieħdu l-vaganzi tas-sajf biex imbgħad f'Settembru forsi jagħtuna r-riżultat.", "Mr Speaker, dan m'huwiex aġir ta' gvern serju, li jwarrab problemi bħal dawn għax moħħu biss biex jgħaddi liġijiet kemm jiflaħ biex jogħġob lill- Unjoni Ewropea.", "Jien għandi d-dubji tiegħi kemm dan ir-riżultat verament se jasal f'Settembru, għaliex wisq naħseb li qed jittawwal iż-żmien biex min qed jikkawża dan it-trab iswed jilħaq ilesti mix-xogħol li qed jagħmel.", "Wieħed irid ikun jgħix f'dik l-area biex jifhem eżatt il-gravita' tas- sitwazzjoni.", "Wara kollox ħadd ma jaf x'inhi dieħel fil-pulmuni tan-nies li joqogħdu f'dawk in-naħat!", "Barra minn hekk, ir-residenti ta' dawk l-inħawi ma jissugrawx jiftħu t-twieqi għall-arja, għax jimtlielhom kullimkien trab iswed, u peress li mhux kulħadd jaffordja air-conditioner, ikollhom ibatu l- qilla tas-sħana tas-sajf.", "Jien nixtieq li l-gvern nazzjonalista ma jwarrabx din il-problema u jagħti lir-residenti tal-Kottonera u l-areas tal-madwar dak li ħaqqhom.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, biex inżid ma' dak li għadha kemm qalet l- Onor. Rita Law, din il-kwestjoni tan-nugrufun ilha sejra snin twal, sa mill- amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996.", "Niftakar li meta l-Partit laburista tela' fil-gvern fl-1996, l-ewwel ħaġa li għamilt kienet li ltqajt mal-ministru ta' l-ambjent biex flimkien naraw kif se nsolvu din is- sitwazzjoni.", "Dakinhar sibna li ma kellniex l-apparat adegwat biex nistabilixxu x'qed jikkaġuna dan it-tniġġiż u għalhekk il-ministru ta' l- ambjent kien ħareġ tender biex jinxtara l-apparat meħtieġ.", "Fil-fatt l- apparat inxtara imma minkejja li sar dan, għaddew sena u tmien xhur u kulħadd baqa' jsaffar!", "Mr. Speaker, jiena ma tantx għadni nagħmel mistoqsijiet parlamentari għax ir-risposti li jingħataw huma redikoli.", "Minflok, qed nieħu vantaġġ mill-fatt li jien membru fl-awtorita' ta' l-ippjanar u kull darba li jkollna laqgħa tal-bord niġbed l-attenzjoni ta' l-awtorita' biex flimkien insibu tarf ta' problemi bħal dawn.", "Fil-fatt jien nista' ngħid li kienu diġa' ġew identifikati żewġ postijiet li qed jikkaġunaw dan it-trab iswed imma minkejja dan ma ttieħdu l-ebda passi għaliex għad m'hemmx ċertezza minn wieħed minnhom ġej dan in-nugrufun.", "Il-post li qed jikkawża dan it- trab ma jistax jiġi identifikat għaliex fost dan it-trab hemm trab ieħor li ma jidhirx u għalhekk m'huwiex jattira l-attenzjoni tan-nies.", "Fil-fatt jiena kont wissejt lir-residenti tan-naħa ta' isfel ta' Malta biex joqogħdu attenti għax minn studju li sar irriżulta li fl-arja hemm trab li jikkaġuna l-cancer.", "Il-gvern jaf b'dan l-istudju li sar u jaf anke min għamel dan l- istudju, iżda minkejja dan kollu, xorta għadu qed joqgħod lura.", "Mr. Speaker, jiena minn hawnhekk irrid naċċerta lir-residenti ta' dawn l- inħawi li fil-laqgħa tal-planning authority li jmiss se nerġa' nagħmel pressure biex jittieħdu passi u biex toħroġ ir-realta' biex il-poplu Malti jkun jaf f'liema sitwazzjoni qed jgħix .", "Huwa l-obbligu tiegħi, kemm bħala l-kelliem ewlieni għall-ambjent kif ukoll għaliex fl-elezzjoni jiena noħroġ bħala kandidat fuq dak id-distrett, li nara li l-affarijiet isiru sew.", "Din il-problema donnha reġgħet qamet peress li ġiet iċċelebrata l-festa tal- Fgura.", "Ma din il-problema rrid inżid li f'dawn il-ġranet, fl-inħawi tal- Kottonera u tal-Fgura kien hemm riħa qawwija ta' fuel.", "Jiena naċċerta lir- residenti ta' dawn l-irħula li l-oppożizzjoni m'hijiex se tibqa' rieqda rigward dan il-fatt, u se tagħmel pressjoni qawwija biex jittieħdu l-passi neċessarji.", "Mr. Speaker, se ngħaddi issa għas-suġġett li kont ippreparat li nitkellem dwaru, li wkoll jittratta każ allarmanti.", "Qed nirreferi għall-proġett tal- Kottonera.", "Jiena nħeġġeġ lin-nies tal-Kottonera biex iqumu mir-raqda għax l- affarijiet għaddejjin minn fuqhom u m'humiex jindunaw.", "Dan il-proġett suppost qed isir biex jgħin lin-naħa ta' isfel ta' Malta kemm ekonomikament kif ukoll soċjalment imma l-veru għan li għalih il-gvern se jagħmel il- proġett tal-Kottonera huwa li jaqla' l-flus.", "M'huwiex veru li dan il- proġett se jsir għax il-gvern jinteressah min-nies tal-Kottonera u tal- Fgura.", "L-iktar ħaġa ċara li tindika dan hija li suppost sar traffic impact assessment imma dan baqa' ma sarx.", "Minħabba f'hekk mhux suppost ħarġu l- permessi imma dawn mhux talli ma ħarġux talli ħarġu in full minkejja li f'dawn l-inħawi għandna ħafna problemi tat-traffiku.", "Mr. Speaker fl-awtorita' ta' l-ippjanar jien għamilt sitt sigħat sħaħ nikkumbatti l-argumenti u nġib il-provi li se tinqered l-arkitettura u li n- nies tal-Kottonera u tal-Fgura se jbatu minħabba t-traffiku imma jiddispjaċini ngħid li ma smajt l-ebda kumment mingħand il-poplu li jiena kelli raġun f'dak li għedt.", "Illum kulħadd qed jintebaħ b'dak li qed isir.", "In-nies tal-Birgu qed jindunaw li għalkemm qalulhom li l-proġett m'hu se jgħattu lil ħadd, fil-fatt hemm min se jiġrilu dan.", "Qed jindunaw ukoll li l- arkitettura ta' Sant' Anġlu se tispiċċa, u dan minkejja li qalu li se joħolqu sistema ġdida li jħalltu l-modern ma' l-antik.", "Jien jiddispjaċini li l-gazzetta \"The Malta Independent\" ippubblikat artiklu bit-titlu \"Cottonera residents set up association\"li jgħid hekk:", "\"I am actually all out in favour of such a project but they cannot just demolish these old buildings as if it were nothing.", "No one is raising a finger about the ravishing of the historical sites, not even the MP's on our district.\"", "Dawn l-argumenti li hawn f'dan l-artiklu qajjimthom quddiem fl-awtorita' ta' l-ippjanar, bqajt niġġieled u anke allarmajt lill-poplu tal-Kottonera li se jkissrulna dan il-bini storiku u allura nħoss li huwa nġust li f'dan l-artiklu jintqal li l-ebda membru parlamentari m'għamel xi ħaġa fuq dan.", "Personalment jien nista' ngħid li meta qed nagħmel dan qed nissogra ħafna għaliex saħansitra ġejt anke mhedded.", "Fl-awtorita' ta' l-ippjanar, minkejja li jien biss wieħed minn erbatax, għamilt l-oppożizzjoni kollha u anke vvotajt kontra li jsir żvilupp f'din il-parti tal-Kottonera.", "Jien ma bżajtx niġġieled għad-drittijiet tan-nies tal-Kottonera, u bqajt nagħmel il- mistoqsijiet biex kulħadd ikun jaf x'qed jiġri fir-realta'.", "Mr. Speaker, fost l-oħrajn staqsejt lill-awtorita' ta' l-ippjanar jekk il-bini fis-sit li qed insemmu huwiex kunsidrat bħala storiku jew le, u r- risposta kienet fin-negattiv.", "Jiena staqsejt kif jista' jkun dan, għaliex meta kont ministru jien, f'dik il-parti tal-Kottonera lanqas biss kien jingħata l-permess biex isiru alterazzjonijiet tal-faċċata.", "Tant hu hekk li l-gvern laburista preċedenti ma kienx inkluda lil din il-parti fil-proġett tal-Kottonera.", "L-ewwelnett hemmhekk hemm maħżen li jinfed ma' ħabs ta' żmien il-kavallieri fejn għad hemm il-postijiet fejn kienu jintrabtu l- priġunieri u anke xi ismijiet imnaqqxin.", "Taħt il-mina hemm ukoll salib li għandu storja kbira u antika.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar qalet li m'hu se jintmiss xejn u qalet ukoll li d-diriġenti tal-mużew tawha l-go ahead.", "Dan m'hu veru xejn, u għalhekk nagħmel challenge lil min imexxi l-mużew biex jekk inhu veru, jikkonfermaw dak li qalet l-awtorita'.", "Mr. Speaker, il-files tal-lands juru li gvern laburista lanqas l-arkati ma kien ippermetta li jitwaqqgħu, għaliex dawn huma antiki.", "Allura issa kif se jitwaqqgħu dawn l-istess postijiet?", "Jien jiddispjaċini ngħid li meta kkummentajt fuq dan fl-awtorita' ta' l-ippjanar, ħadd ma tagħni backing fil-public hearing, lanqas l-għaqda \"Din l-Art Ħelwa\".", "Biex inkun ġust kien hemm kummenti minn rappreżentanti tal-kunsilli lokali tal-Birgu, tal-Kalkara, ta' l-Isla u ta' Bormla.", "U dawn in-nies jistgħu jikkonfermaw x'battalja kelli mar-rappreżentanti tal-konsorzju u ma' l-istess awtorita' ta' l-ippjanar.", "Is-sabiħa hi li l-akbar battalja kienet proprju ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar, li suppost qiegħda hemmhekk biex tipproteġi l- affarijiet u biex tara li kull żvilupp isir fejn għandu jsir.", "Iktar minn hekk, kien id-direttur ta' l-awtorita' stess li miflok iddefenda l-bini storiku tal-Kottonera, iddefenda lill-iżviluppatur, lill- privat.", "Id-direttur ipprova jgħid ukoll li hemm traffic impact assessment, u meta staqsejtu fejn jinstab, qalli li fil-grand harbour local plan kien sar traffic impact assessment.", "Huwa veru li kien sar traffic impact assessment, imma kien sar skond il-proġett kif kien se jsir qabel, u peress li issa kulħadd qed jiftaħar li l-proġett se jkun ikbar, allura bilfors irid isir traffic impact assessment ieħor għaliex l-impatt tat-traffiku issa se jkun ikbar.", "Id-direttur ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar beda jiftaħar ukoll li sar development brief, imma l-istess, dan sar fuq il- proġett li kien se jsir qabel.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Jien ninsab ċert li saret pressjoni fuq il-ħaddiema tal-planning authority biex ma jsirux id-development brief u t-traffic impact assessment meta suppost bil-liġi kellhom isiru.", "Mr. Speaker, il-Ministru Zammit Dimech kien saħaq li jħalli lill- awtorita' ta' l-ippjanar fil-liberta' biex timxi skond il-liġi imma kemm kien hemm kuntatti bejn l-Onor.", "Zammit Dimech u rappreżentant tal-gvern fil- planning authority biex isiru ċerti affarijiet!?", "Fil-fatt, meta ndunaw li kien se jkun iebes biex isir traffic impact assessment, dawruha li dan se jagħmlu l-gvern bil-mod wara.", "Biex wieħed ikun jaf iktar bl-intriċċi li hemm f'dan il-proġett, irrid ngħid li ddaħħlet klawsola li tgħid li fejn Simonds Stores jista' jkun hemm area fejn isir bejgħ ta' affarijiet ta' l-ikel.", "F'kelma waħda, indirettament qed jingħad li minn xejn jista' jinħoloq supermarket - u saħansitra diġa' hemm min hu interessat - li se jeqred il-ħwienet iż-żgħar tal-merċa tal-Kottonera kollha.", "Dan meta suppost li l-iżvilupp li se jsir se jkun soċjo-ekonomiku.", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux, u għalhekk nerġa' ntenni lin-nies tal- Kottonera biex jiftħu għajnejhom u jqajmu kuxjenza kontra dawn l-intriċċi li qed isiru minn taħt.", "Jien se nibqa' nagħti s-sehem tiegħi biex kulħadd isir jaf il-verita'.", "Jien qatt ma bżajt mill-verita', u dejjem kont minn ta' quddiem biex niġġieled kontra ċerti affarijiet.", "Kulħadd jiftakar kemm kont ġejt mhedded minn ċerti nies fil-Malta Drydocks għax ħriġt fil-beraħ il-problemi li kienu qed jiġu kkawżati minn hemm.", "Kulħadd jaf xi ġrali meta tkellimt dwar dawk li hawnhekk jilagħbuha tal-qaddisin imbagħad jipproteġu lid-drogati tal-Kottonera.", "Imma llum iż-żejt tela' f'wiċċ l-ilma mhux għax dawn il-persuni tawni raġun, imma għax in-nies tal-Kottonera ħadu passi.", "Meta kont tkellimt fil-każin tal-banda ta' San Ġorġ, fejn kont għedt li fil- Kottonera hemm il-problema li ħafna min-nies li jmorru joqogħdu hemmhekk ikunu kriminali, kont ġejt mgħajjar li jien qed ngħajjar lin-nies tiegħi stess imma mbgħad wara rrealizzaw li kont qed ngħid il-verita'.", "Mr. Speaker, nagħlaq dan id-diskors billi nerġa' nappella lin-nies tal- Kottonera biex ma jibqgħux kwieti u biex ma jemmnux dak kollu li jintqal.", "Jien naqbel li l-proġett tal-Kottonera għandu jsir, ma naqbilx biss ma ċerti żviluppi li se jeqirdu partijiet mill-istorja ta' pajjiżna.", "Jiddispjaċini ngħid li fi żmien qasir se nibdew ngħidu li xi darba kellna forti li kien jismu Sant'Anġlu u li issa ġie meqrud.", "Grazzi Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 11 ta' Lulju, 2000 fid-9.00 a.m., bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM", "17618.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' taħt is-16-il sena fiċ-ċentri ta' matul il-jum?", "F'liema ċentri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ma hemm ebda persuna b'diżabilita' taħt is-16 il-sena fic-ċentri ta' matul il-jum.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - CARE WORKERS", "17619.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li suppost għandhom xogħol ta' care workers u assistant care workers fiċ-ċentri ta' matul il-jum iżda li fil-fatt qegħdin jagħmlu xogħol ieħor?", "X'xogħol qed jagħmlu?", "Min qed jagħmel ix-xogħol tagħhom minn flokhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fic-ċentru ta' matul il-jum hemm żewġ careworkers li qed jagħmlu xoghol ta' maintenance, u żewġ assistant care workers li qed jagħmlu xogħol ta' tindif.", "Fil-każ taż-żewġ care workers li qegħdin fuq maintenance dawn ikollhom magħhom xi persuni b'diżabilita' biex jgħiuhom meta x-xogħl ikun ħafif u mhux ta' periklu għal persuni b'diżabilita'.", "Iż-żewġ assistenti care workers li qed jagħmlu xogħol ta' tindif ma jistgħux jagħmlu x-xogħol normali tagħhom minħabba diżabilita' fiżika iżda huma kapaċi jagħmlu xogħol ta' tindif mingħajr tbatija.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - CARE WORKERS - TAĦRIĠ", "17620.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul din is- sena hemmx xi korsijiet ta' taħriġ għal care workers u assistant care workers li jaħdmu fiċ-ċentri ta' matul il-jum?", "Jekk saru jew se jsiru fiex jikkonsisti dan it-taħriġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - INFIQ", "17621.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999 kif intnefqu l-flus fuq iċ-ċentri ta' matul il-jum?", "Kemm fuq pagi?", "Kemm fuq ikel?", "Kemm fuq żvilupp tal-programmi għal persuni b'diżabilita'?", "Kemm fuq spejjeż amministrattivi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-ammonti ta' flus minfuqa fl- 1999, fuq ic-ċentri ta' matul il-jum kien kif ġej:", "| |Lm | | | | |Pagi (Personal |511,123 | |Emoluments) | | |Ikel |31,055 | |Zvilupp ta' |139,985 | |Programmi | | |Spejjez |145,091 | |amministrattivi | |", "VARJETA' SANTE'", "17658.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru semma li l-prezz tal-varjeta' bikrija Sante' kien maqsum fuq erba' prezzijiet għat-tunnellaġġ ta' l-2,000 tunellata bikrija, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju kieku ġew esportati l-2,000 tunellata u kemm fil-fatt kien il-prezz medju għall- kwalita' li ntbagħtet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt dwar mistoqsija parlamentari nru.", "15362.", "Rigward il-prezz medju li din is-sena kisbet is-Sante', dan irriżulta li kien NLG29.70 kull xkora ta' 25kg imwassla l-Olanda.", "Il-prezz medju, kieku ġew esportati 500 tunellata kull ġimgħa fil-perjodi speċifikati fil- kuntratt, kien ikun ta' 30.75NLG kull xkora ta' 25kg.", "Minn dan il-prezz imbagħad jinqatgħu l-ispejjeż.", "ESPORTAZZJONI - PATATA", "17659.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż għall-esportazzjoni ta' l-1,200 tunnellata Sante' bikrija u kemm kienu l-ispejjeż għall- esportazzjoni ta' l-ewwel 1,200 tunnellata Alpha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Filwaqt li l-ispejjeż kollha għall-esportazzjoni ta' l-1,200 tunnellata Sante huma kkalkulati li laħqu madwar Lm99,160, dawk ta' l-Alpha għadhom ma ġewx stabiliti minħabba li l-kontijiet għadhom ma ġewx magħluqa.", "AGROTURIŻMU", "17660.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' policy ta' l-agroturiżmu fil-gżejjer Maltin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-konribut li tagħti l-agrikoltura lis-settur turistiku huwa rikonoxxut mill-karattru ta' multi-functionanlity tal- biedja.", "Kemm il-Gvern Malti kif ukoll l-Unjoni Ewropea tagħraf dan ir-rwol tal-biedja.", "Dwar turiżmu ta' natura speċifika li jirrigwardja agrikoltura, il-Ministeru tiegħi jinkoraġixxi dan it-tip ta' żjarat fostna u kull meta jkun hemm gruppi ta' interess speċifiku fl-agrikoltura, uffiċjali tad- dipartiment jinvolvu ruħhom attivament fit-tfassil tal-programmi.", "CAP", "17661.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li f'mistoqsija parlamentari nru.", "17278 il-Ministru baqa' ma qalx jekk jeżistux bidliet miftiehma diġa' għar-rigward tal-common organisation ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu fis-seħħ fis-snin li ġejjien, jista' l-Ministru jikkonferma jekk jeżistux, iva jew le?", "Jekk jeżistu, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-vantaġġi għar-raħħala Maltin u Għawdxin minn dawn il-bidliet?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-bidliet ġodda li se jsiru bejn is-sena 2000 u 2006 f'din il- policy tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalkemm m'għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 16297 u 16986, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jista' jsib id-direttivi/regoli in vigore fil-preżent fl- Official Journal of the European Communities L 160 Vol 42 tas-26 ta' Ġunju, 1999.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf eżatt x'se jkun it-tibdil/żieda/tnaqqis fl-ammont ta' direttivi/regolamenti sas-snin 2003, 2005, 2008, huwa għal darba oħra ġentilment mitlub jgħaddili l-istess informazzjoni.", "PA - TALBIET", "17662.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, id- dipartiment ta' l-artijiet għal żvilupp jew estensjonijiet ta' art u/jew għal użu ta' bini eżistenti għal kmamar tan-nar?", "Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?", "X'inhija l-pożizzjoni ta' dawn l-għaqdiet/organizzazzjonijiet eċċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bħalissa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiema tliet applikazzjonijiet pendenti li jirrigwardjaw kmamar tan-nar.", "Waħda minnhom hija talba ta` rikonsiderazzjoni.", "Applikazzjoni PA 4732/99 ġiet sottomessa fl-1 ta` Settembru, 1999 minn Fontana Brothers u PA 5253 ġiet sottomessa fl-4 ta` Ottubru, 1999 minn Dilettanti tan-Nar Munxar.", "PA 6007/98 ġiet sottomessa fil-15 ta` Ottubru, 1998 mis-Sur Reno Schembri u ġiet rifjutata mill-Bord tal-Kontroll ta` l-Iżvilupp fl-4 ta` Awissu, 1999.", "Dwar din ta` l-aħħar ġiet sottomessa talba għal rikonsiderazzjoni minn din id-deċiżjoni u bħalissa l-applikazzjoni qiegħda tistenna deċiżjoni fuq din it-talba.", "Ninsab informat ukoll li bħalissa m`hemmx talbiet pendenti għand it- Taqsima Proprjeta` tal-Gvern għal żvilupp jew estensjonijiet ta` art u/jew għal użu ta` bini eżistenti għal kmamar tan-nar.", "POWER STATION - MARSA", "17663.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar overall ta' turbina Nru. 7 tal-Power Station tal-Marsa?", "X'kien jirriżulta dak iż-żmien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-aħħar overhaul maġġuri tat- turbina numru 7 saret fl-1994.", "Dan kien jikkonsisti fi ftuħ u spezzjoni tat-turbina, tiswijiet u bdil ta` partijiet fejn meħtieġ, kif ukoll testijiet dwar il-kondizzjoni ta` l-istess turbina.", "Huwa ppjanat li major overhaul ieħor isir is-sena d-dieħla.", "Fil-fatt diġa` saru preparamenti billi ġew ordnati partijiet tat-turbina li jridu jinbidlu.", "Fl-aħħarnett ta` min jinnota li manutenzjoni oħra fuq it-turbina u l- impjant assoċjat magħha jsir fuq bażi regolari.", "RADJU FM BRONJA", "17799.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Filwaqt li wieħed japprezza l-kontenut u l-kontribut u l- kultura li jiddissemina lis-semmiegħa tiegħu Radju FM Bronja, jista' l- Ministru jgħid kemm sewa l-istazzjoni bħala ħlasijiet lill-kontributuri tiegħu matul l-1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nemmen bis-sħiħ f'servizz ta' xandir pubbliku bħal dak li jagħti Radju FM Bronja li, fil-fehma tiegħi għandna nsaħħuħ u ntejbuh biex jiġbed udjenza aktar popolari, ninsab informat li l- ħlasijiet lill-kontributuri ta' Radju Bronja matul is-sena 1999 ammontaw għal Lm14,732.70.", "KUNSILL LOKALI - GWARDJANI PRIVATI", "17800.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 13741 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'riferenza għal avviż għal għanijiet ta' l-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali \"Att Numru XIII ta' l- 1996\" Numru 898 maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 16,878 bid-data ta' 26 ta' Novembru 1999, paġna 8366, għaliex il-lista ta' l-applikazzjonijiet li rċieva l-Kummissarju tal-Pulizija, skond Artikoli 7 u 8 ta' l-Att ta' l- 1996 dwar il-Gwardjani Privati u Lokali, ma ġietx stampata kif attwalment jindika l-avviż imsemmi?", "Jista' l-Ministru jagħti din il-lista ta' l- applikazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kull applikazzjoni li saret mal- pulizija għal liċenzji ta` gwardjani lokali, gwardjani privati, kif ukoll aġenziji ta` gwardjani lokali jew gwardjani privati, ġew ippubblikati fil- Gazzetta tal-Gvern skond kif titlob il-liġi.", "Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onor.", "Interpellanti tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni."]} {"filename": "20001018_398d_par.doc", "date": "2000-10-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 398 L-Erbgħa, 18 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 398", "L-Erbgħa, 18 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "398", "L-Erbgħa, 18 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 614", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 614", "TQEGĦID TA' KARTI 618", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI", "TAS-SAJD (IT-TIENI QARI)", "FISHERIES CONSERVATION AND MANAGEMENT BILL (SECOND READING) 619", "AĠĠORNAMENT 636", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 641", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 397 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "HCEB - ĦADDIEMA ĠODDA", "19279.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-HCEB mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l- impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) (f'isem il-Ministru għat- Turiżmu): Informat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' l-HCEB bejn id- dati msemmija fil-mistoqsija.", "WHITE ROCKS HOLIDAY COMPLEX - TRANSFERS", "19280.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-white rocks holiday complex?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Informat li ma ngħata l-ebda trasferiment lill-ħaddiema tal-white rocks holiday complex bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.", "HCEB - TRANSFERS", "19281.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-HCEB?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Informat li ma ngħata l- ebda trasferiment lill-ħaddiema tal-HCEB bejn id-dati msemmija fil- mistoqsija.", "GĦAWDEX - ĦADDIEMA ĠODDA", "19282.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, tista' l-tgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, tista' l-Ministru tgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall- imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, tista' tgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għal Għawdex): Jien informat li kien hemm 12-il impjegat li bdew jaħdmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru għal Għawdex bejn il-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000.", "L-impjegati huma:", "* tliet ħaddiema li kienu mpjegati fi grupp 1 tal-gradi industrijali tas- servizz pubbliku mill-MPO u bdew jaħdmu f'Ġunju 2000;", "* żewġ ward clerical assistants li kienu applikaw wara sejħa għal applikazzjonijiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-21 ta' April, 1995;", "* senior registrar (pedjatrija) li nħatar wara sejħa għal applikazzjonijiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-5 t' Ottubru, 1999;", "* senior pharmacist li nħatret wara sejħa għal applikazzjonijiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fit-28 ta' Ġunju, 1999;", "* teacher li nħatret wara sejħa għal applikazzjonijiet mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni;", "* tliet casual substitute executive officers ingaġġati wara sejħa għal applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Diċembru, 1999; u", "* casual substitute principal ingaġġat wara sejħa għal applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Diċembru, 1999.", "EDUKAZZJONI - ĦADDIEMA ĠODDA", "19283.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l- għadd ta' ħaddiema, inkluż l-għalliema fl-iskejjel statali, li ġew impjegati matul il-perijodu indikat huwa kif se nsemmi.", "Dawn ġew impjegati b'riżultat ta' sejħiet għal applikazzjonijiet li dehru fil- Gazzetta tal-Gvern fid-dati indikati fl-aħħar kolonna.", "|GRAD |NRU |DATA | |Teacher | 3 |27.04.99 | |Temporary | 3 |17.08.99 | |teacher | | | |School | 44 |12.10.99 | |secretary | | | |Part-time | 6 |28.05.99; | |clerk | |01.10.99 | |Supply | 58 |15.11.96 (open | |teacher | |call) | |Supply |108 |14.09.99; | |kindergart| |23.11.99; | |en | |04.04.00 | |assistant | | | |Casual | 45 |28.05.99; | |cleaner | |01.10.99; | | | |12.10.99; | | | |18.04.00 |", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19284.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati maċ-ċentri tas-saħħa mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l- impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mill-5 ta` Jannar sal-10 ta` Settembru, 2000 ġew impjegati 13 il-ħaddiem ġdid fiċ-ċentri tas-saħħa, tmienja minnhom fuq bażi każwali, sakemm is-sejħa għal applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet fuq bażi permanenti li ħarġet fil-Gazzetta tal- Gvern, kif jidher hawn taħt, tiġi pproċessata mill-kummissjoni dwar is- servizz pubbliku.", "Il-ħames ħadiema l-oħra ġew impjegati bħala casual substitute clerks fuq bażi ta` kuntratt wara li ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern fl-20 ta` Lulju, 1999.", "|Grad |Numru|Data | | | |tas-Sejħa | | | |fil-Gazzetta| | | |tal-Gvern | |Enrolled Nurse|1 |25.07.2000 | |Spiżjar |5 |29.08.2000 | |Pharmacy |1 |ħierġa | |Technician | |dalwaqt | |Speech |1 |01.09.2000 | |Therapist | | |", "TRASPORT - ĦAJJA INDIPENDENTI - SUSSIDJU", "19925.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna b'diżabilita' li ma tużax it-trasport provdut mill-fondazzjoni trasport ħajja indipendenti biex tmur ix-xogħol, għandhiex dritt għas-sussidju mogħti mill-gvern lill-fondazzjoni biex tuża l-istess sussidju ma' kumpannija oħra tat-trasport?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Persuna b'diżabilita' li ma tużax it-trasport provdut mill- fondazzjoni trasport ħajja indipendenti biex tmur għax-xogħol m'għandhiex dritt għal sussidju dirett jekk tagħżel li tuża mezz ta' trasport provdut minn ħaddieħor.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, bla ma noħloq polemika xtaqt inkun naf jekk lill-Viċi Prim Ministru jirriżultalux, bħalma jirriżulta lili, li numru ta' persuni b'diżabilita' jixtiequ jibdew jingħataw xi tip ta' għajnuna meta jfittxu personalment it-trasport.", "Qiegħed jiġi kkonsidrat dan?", "Jeżistu xi rimedji oħrajn kif dawn il-persuni jressqu l-ilmenti tagħhom b'mod kollettiv biex aktar igawdu ħajja indipendenti?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, meta kienet ittieħdet l-inizjattiva li titwaqqaf il-fondazzjoni trasport ħajja indipendenti, organizzazzjoni ssussidjata totalment mill-gvern, l-idea kienet li nintroduċu firxa ta' servizzi biex ninkoraġġixxu stil ta' ħajja indipendenti għal persuni b'diżabilita'.", "Kienu ttieħdu miżuri differenti, li jinkludu titjib sostanzjali fil-faċilitajiet li kienu jeżistu għal dak li għandu x'jaqsam ma' inċentivi għal persuni b'diżabilita' li jew setgħu jsuqu huma jew xi ħadd minn tal-familja.", "Uħud minn dawn huma l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa f'każ ta' xiri ta' karozza, l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja, l- introduzzjoni tal-blue sticker, żieda ta' reserved parking spaces ma' kullimkien u affarijiet oħra bħal dawn.", "Mr Speaker, ridna nintroduċu l-kunċett ta' fondazzjoni biex tipprovdi trasport, permezz ta' vettura jew tnejn, li jkun imħallas mill-persuni b'diżabilita' imma b'rata aċċettabbli.", "Dan kien esperiment, b'ħafna xettiċiżmu min-naħa tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', fis- sens li l-prinċipju jmur kontra l-integrazzjoni, għax għalkemm il-prinċipji qegħdin hemmhekk biex insegwuhom, trid toqgħod attent li ssegwihom dejjem b'saqajk ma' l-art.", "Il-verita' hi li qegħdin nipprovdu sistema ta' trasport li ma tintegrax imma tissegrega.", "Aħna qegħdin ngħidu li rridu trasport differenti għal persuni b'diżabilita'.", "Fl-istess waqt li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' kienet irrealizzat li hemm bżonn titjib f'dan is-servizz, bdiet ukoll kampanja biex meta pajjiżna jiġi biex jagħmel bidliet f'dak li għandu x'jaqsam mat- trasport pubbliku, nieħdu in konsiderazzjoni l-bżonnijiet ta' dawn il- persuni u jekk jista' jkun ikollna servizz li jilqa' lil dawn il-persuni fih.", "Din hija sfida kbira, tiddependi ħafna mir-riżorsi kif ukoll mill- aspetti prattiċi tal-pajjiż pero' hija wkoll xi ħaġa li wieħed jista' idealment jimmira għaliha.", "Naturalment meta tibda servizz jibdew ukoll ix- xewqat ta' titjib ta' dak is-servizz.", "Il-fondazzjoni trasport ħajja indipendenti issa ilha topera dan is- servizz għal madwar disa' snin.", "Jiena ma naħsibx li nistgħu nwessgħu dan is-sevizz billi nagħmluh b'xejn għal kulħadd imma li rridu nagħmlu hu li nanalizzaw l-esperjenza li kellna s'issa u naraw kif nistgħu ntejbuh.", "Irrid infakkar li hemm organizzazzjonijiet oħrajn, bħal Corradino centre, fejn jipprovdu servizz ta' trasport.", "Dan iċ-ċentru, li għandu numru ta' karozzi li huma adattati, jipprovdi servizz ta' trasport f'ċerti ċirkostanzi u għal ċerti bżonnijiet, jirċievi għajnuna mingħand il-gvern u jekk m'iniex sejjer żball anke d-drivers huma mpjegati tal-gvern.", "Jiena konvint li kieku kellna nidħlu fid-dettall u nikkordinaw ftit iżjed dawn is-servizzi nkunu nistgħu nagħtu servizz aħjar u ħafna aktar mifrux, pero' ma naħsibx li huwa l-każ li nieħdu d-deċiżjoni li dan it-tip ta' servizz nipprovduh b'xejn u fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata.", "L-idea tal- fondazzjoni trasport ħajja indipendenti kienet li jekk persuni b'diżabilita' jkunu jridu joħorġu filgħaxija - forsi jmorru jaraw film jew xi party, jew imorru Paceville jew x'imkien ieħor - ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz u jħallsu għalih, pero' qatt ma kien il-ħsieb li tagħti dan is-servizz b'xejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk qed nifhem sew l-istess fondazzjoni tista' tikkonsidra li tgħin inizjattivi simili li jsiru minn għaqdiet oħra ta' persuni b'diżabilita', bħall-għaqda ta' l-għomja, li bilfors jirrekjedu din it-tip ta' għajnuna.", "Hemm il-ħsieb li din il-fondazzjoni tagħtihom ċerta għajnuna finanzjarja?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, l-objettiv tal-fondazzjoni mhux li hi tipprovdi għajnuna lil għaqdiet oħrajn imma pjuttost biex tipprovdi servizz hi - fil-każ wieħed irid jara kif l-għajnuna tista' tingħata f'xi forma oħra - pero' ħalli nagħmilha ċara.", "Jiena ninsisti li l-persuni neqsin mid- dawl - kien l-Onor.", "Farrugia li għamel riferenza għalihom - għandhom jagħmlu użu mis-servizzi tat-trasport pubbliku.", "Dan is-servizz li qed insemmu għandu jiġu pprovdut biss lil dawk li għandhom problemi serji ta' mobilita' u m'għandhomx aċċess biex jużaw is- sistema tat-trasport pubbliku - naturalment nittama li xi darba għad naslu li jkollna sistema ta' trasport kemm jista' jkun integrata, dak ikun l- ideal - u ma naqbilx li dan is-servizz għandu jiġi provdut lil dawk il- persuni li għandhom faċilita' ta' mobilita'.", "Jiġifieri l-focus tagħna għandu pjuttost ikun fuq persuni b'diżabilita' li - qed nirriferi l-ewwel u qabel kollox għal dawk li jużaw is-siġġu tar-roti - m'għandhomx mezzi kif jistgħu jinqdew.", "Sur President, irridu nifhmu wkoll l-aspett prattiku għax faċli tgħid li rridu nipprovdu servizz tat-trasport, imbagħad meta tiġi għall-prattika ssib kwantita' ta' diffikultajiet.", "Per eżempju, naf li hemm persuni b'diżabilita' differenti li jagħmlu użu minn dan is-servizz biex imorru jaħdmu u jerġgħu jirritornaw lejn id-dar.", "Il-problema hi li f'ħin wieħed stabilit fil-ġurnata għandek domanda ta' trasport f'ħafna lokalitajiet differenti.", "Jiġifieri m'hijiex kwestjoni li jkollok vettura waħda li tkun wheelchair accessible u mingħalik li se tmur f'għaxar postijiet differenti.", "F'mument wieħed tista' taqdi persuna waħda jew inkella tista' taqdi grupp ta' persuni li jridu jmorru f'post wieħed imma mhux għaxar persuni li jridu jmorru f'għaxar postijiet differenti.", "Per eżempju, ir-residenti ta' Dar il-Wens għandhom vettura waħda li filgħodu twassal għaxar min-nies u teħodhom jaħdmu ġo fabbrika f'Ħal Far, pero' kieku dawn kellhom imorru f'postijiet differenti fl-istess ħin trid għaxar vetturi.", "Allura għandek problema enormi ta' provision ta' flotta biex tkun tista' taqdi dan il-bżonn, u dan lanqas mill-aspett prattiku ma jista' jsir.", "Għajnuna lil għaqdiet oħrajn tingħata f'forom differenti, pero' wieħed dejjem jesplora l-possibilitajiet ta' kif jista' jgħin aktar.", "Pero' l- prinċipju għandu jkun li ninkoraġġixxu li persuni b'diżabilita' jiġu mainstreamed, anke fl-użu ta' servizz tat-trasport pubbliku, u allura rridu noqogħdu attenti li fis-servizzi li nistgħu nintroduċu jew fl-ideat li jista' jkollna, dawn is-servizzi ma jwasslux għal segregazzjoni jekk jista' jkun.", "Veru li kultant bilfors ikollok tagħmel hekk biex inti tkun tista' taqdi l-bżonnijiet tal-persuna għax tkun qed tilqa' skop aktar importanti, li f'dan il-każ hu li naraw lil dawn il-persuni jmorru għax- xogħol.", "Minn mindu ġie introdott dan is-servizz ta' trasport solvejna l-problema li kellhom ħafna nies b'diżabilita' u ċioe' li kienu kapaċi jaħdmu imma ma kellhomx mezz kif imorru fuq il-post tax-xogħol.", "B'hekk ftaħnilhom orizzonti ġodda u m'għadhomx jiddependu mill-benefiċċji soċjali u mill- pensjoni tal-persuni b'diżabilita' imma qed jaqilgħu paga li jistgħu jgħixu biha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' dak li qed jispjega l-Viċi Prim Ministru, aktar qed nikkonvinċi ruħi kemm qed jagħmlu tajjeb dawn in-nies li jinsistu li jkollhom ċertu tip ta' għajnuna - jekk mhux fuq bażi regolari, almenu fuq bażi temporanja - biex igawdu l-prinċipju li jgħixu indipendenti.", "Ejja nieħdu eżempju ta' persuna li għandha hearing aid u m'hijiex tikkomunika biżżejjed, jew persuna nieqsa mid-dawl, li ilha tieħu l-inizjattiva li tmur minn jeddha għax-xogħol u f'ċerti ċirkostanzi nqabdet mingħajr trasport - għax forsi nkissrilha l-bastun jew ġara xi ħaġa oħra - din kif se tagħmel biex indipendentement tasal fuq il-post tax-xogħol mingħajr l-użu tal-fondazzjoni?", "Jekk din il-persuna tidħol f'xi forma ta' spejjeż f'dak il-perijodu, il-fondazzjoni m'hijiex se tikkumpensaha jekk din ma tordnax it-trasport mingħandha?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ma jagħmilx sens li nagħtu kumpens lil xi ħadd għax marritlu l-hearing aid jew għax inkisirlu l-bastun u flok għamel użu mit-trasport pubbliku kellu jieħu taxi.", "Il-mistoqsija ta' l- Onor. Farrugia hija jekk il-gvern għandux jagħti kumpens finanzjarju lil xi ħadd li għal xi raġuni jew oħra ma nqediex bis-servizz tat-trasport tal- ħajja indipendenti u jiena ngħidlu li Allaħares nużaw dan il-kriterju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi d-dħul mill-mużewijiet u siti storiċi u pre-istoriċi, bejn Settembru u April tas-snin bejn l-1995 u 1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20101.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD", "FISHERIES CONSERVATION AND MANAGEMENT BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-17 ta' Ottubru 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li se jemenda sostanzjalment dak li kien qabel Kap. 138 tal-Liġijiet ta' Malta, il-Fish Industry Act.", "Dan huwa abbozz li naħseb se jaġġorna t- teknika u li se jġibna in line ma'dak li qiegħed jiġri fid-dinja tas-sajd illum.", "Effettivament hawn qegħdin ngħidu li hemm bżonn nirregolaw b'mod iżjed intensiv u eżatt id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' kif isir is- sajd f'Malta, kif jiġi pproċessat il-ħut, kif jitrabba u kif jiġi wżat dan is-settur ta' l-ekonomija Maltija biex nikkonservaw dak li huwa available illum u ma nħallux lil min jabbuża minnu.", "Mr Speaker, jekk tara kif il-membri tan-naħa l-oħra oġġezzjonaw għal xi wħud mill-klawsoli ta' din il-liġi bilfors ikollok tieqaf taħseb u tgħid: Imma possibbli dawn m'humiex qegħdin jirrealizzaw il-mod kif qed jiġi organizzat is-sajd barra minn Malta u kif kif pajjjiżi oħra qegħdin jipproteġu l-ibħra tagħhom!", "Iva dawn ma jarawx il-mod kif sajjieda barranin qed jabbużaw u jiġu jistadu f'areas fejn suppost huma amministrati minn sajjieda Maltin!", "Ma tridx tmur 'il bogħod wisq biex tara kif il-barranin illum qegħdin jistadu, anke fl-ibħra territorjali li se jibqgħu aċċessibbli għal kulħadd.", "Qegħdin fi stadju fejn speċjalment it-Taljani qegħdin jorganizzaw is-sajd b'mod li ma jkunx hemm telfien ta' ħin, ta' enerġija u sparpaljar ta' flus fit-tfittxija għall-ħut mill-istess sajjieda.", "Illum dawn qegħdin iduru areas kbar permezz ta' helicopters li għandhom, ikollhom fishfinders potenti ħafna biex imbagħad is-sajjieda ikunu jafu fejn għandhom jistadu mingħajr ħela ta' enerġiji.", "Mr Speaker, aħna għandna bżonn norganizzaw għallinqas dak li għandna f'idejna.", "Hemm bżonn li nirregolaw sew ukoll dak li jista' jsir 'il barra minn dak li nsejħulu l-ibħra territorjali tagħna, dik li hija l-economic zone tal-baħar madwar Malta.", "Irridu nirregolaw dan għax kulma mmorru, tneħħi l-areas li huma ftit mimsusa bħall-Golf ta' Sirte u n-naħa tat- tramuntana ta' l-Afrika, nafu li s-sajjieda Maltin u anke Taljani qegħdin jilmentaw li iktar ma qiegħed jiżvojta l-baħar, aktar qegħdin jiġu fil- Mediterran flotot ta' vapuri barranin, bħal dawk Ġappuniżi, li qed jistadu l-aktar għat-tonn.", "Dawn ikunu factory ships li jaħdmu kollox fuq l-istess vapur, biex il-prodott li jaqbdu jinbiegħ direttament lill-konsumatur.", "Mr Speaker, ta' min jistaqsi jekk din il-liġi tagħtix id-dritt li eventwalment ikun hemm dak il-perijodu li t-Taljani jsejħulu \"periodo fermo biologico\", fejn is-sajjied, għal ċertu perijodu fis-sena, ma joħroġx jistad biex il-ħut jilħaq jirriġenera u jikber.", "Dan qed ngħidu għax ma jagħmilx sens li wieħed joħroġ jistad għat-tonn u għal ħut ieħor meta dan ikun għadu żgħir.", "Hawn ħut li l-palat tiegħu huwa ibnen u jkun aħjar jekk jinqabad żgħir, iżda hawn ħut ieħor li huwa aħjar jekk isir is-sajd għalih meta jkun kiber u jkun sar ta' ċertu piż.", "Jekk huwa intenzjonat li jkun hemm dan il-perijodu, ikun interessanti wkoll jekk il-ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li s-sajjieda Maltin jingħataw xi kumpens għal dan il- waqfien mis-sajd.", "F'dan il-kuntest ukoll nixtieq li l-ministru jinformana x'miżuri se jittieħdu biex jitwaqqaf darba għal dejjem is-sajd bil-bomba.", "Sfortunatament għad baqa' nies li \"jistadu\" billi jitfgħu l-ġelatina fil- baħar, il-ħut jiġi stunned u jitla' fil-wiċċ, jinġabar u jinbiegħ.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi jekk isirx checking fil-pixkerija biex jaraw li l- ħut ikun inqabad b'mezzi konvenzjonali u mhux b'mezzi li jistgħu jagħmlu ħsara għall-qiegħ il-baħar u għall-ġenerazzjoni tal-ħut fil-ġejjieni.", "Mr Speaker, jekk wieħed jara klawsola 19 ta' dan l-abbozz isib li d- direttur se jkollu ħafna saħħa.", "Jekk id-direttur juri xi preferenzi jew xi nepotiżmu lejn xi ħadd, bid-drittijiet kollha li għandu jista' litteralment ifalli lis-sajjied.", "Dan għandu d-dritt jikkonfiskalu l-fishing gear li jkollu u anke jeħodlu jew iżommu milli jħaddem bl-opra tal-baħar tiegħu.", "Biex is-sajjied jieħu dawn l-affarijiet lura dan irid jirbaħhom lura bil- qorti.", "Naħseb li kulħadd għandu idea tal-qorti u kulħadd jaf x'jiġri meta dawn l-affarijiet iseħħu.", "Wisq nibża' wkoll li s-sajjied tagħna mhux se jkun kapaċi jagħti ċerti garanziji mitluba biex ikun jista' jerġa' joħroġ jistad.", "Għaldaqstant, waqt li wieħed jispera li l-liġijiet jiġu osservati u li anke s-sajjieda josservaw ir-regolamenti, min-naħa l-oħra nisperaw li ma jkunx hemm atti frivoli li jikkawżaw hardship bla bżonn.", "Aħna nafu li qabel ma jsir is-sajd, għal xhur twal, speċjalment matul ix- xitwa, lis-sajjieda tarahom Marsaxlokk, il-Ġnejna u anke n-naħiet tar-Rabat - għax hemmhekk ukoll għandna sajjieda - jippreparaw il-konzijiet u x- xbieki u allura rridu noqogħdu attenti qabel ma nagħtu d-dritt lil xi ħadd li jikkonfiska l-għodda li jaħdem biha sajjied.", "(Interruzzjonijiet) Bħallikieku għax bidwi għamel xi ħaġa ħażina tista' tikkonfiskalu l- imgħażqa!", "Filwaqt li l-imgħażqa jew it-tractor jistgħu jerġgħu jinxtraw malajr, fil-każ tal-għodda tas-sajd mhux daqshekk faċli.", "Din issirlha ħsara jekk tintelaq u ma ssirilhiex il-maintenance meħtieġa u wisq iżjed tirrikjedi ammont sostanzjali ta' żmien biex tinħadem.", "Qed ngħid dan kollu għax fl-opinjoni tiegħi għandu jkun hemm regolamenti li sakemm l-infrazzjoni li ssir ma tkunx xi waħda sostanzjali, bħal fil-każ ta' xi ħadd li jispiċċa bi ftit ħut li mhux suppost li stad għalih għax ikun inqabad fin-nassi tiegħu, dan ma jispiċċax bil-gear tiegħu konfiskat.", "Forsi tajjeb nissuġġerixxi lis-sajjieda li joħorġu jistadu 'l barra mill- ibħra territorjali ta' Malta, biex qabel ma jidħlu lura Malta jirrappurtaw lit-turretta jew mod ieħor li l-qabda tagħhom tkun saret 'il barra mill- ibħra territorjali.", "B'dan il-mod jekk jiġu mwaqqfin mid-direttur, li se jkun qed jieħu ħsieb il-ħarsien ta' dan l-Att, ikollhom evidenza li dan il- ħut ma nqabadx fl-ilma territorjali ta' Malta u għaldaqstant il-qabda tagħhom ma tkunx suġġetta għar-regolamenti inklużi hawnhekk.", "Mr Speaker, apparti l-obbligi din il-liġi tagħti wkoll id-drittijiet.", "Anke jekk tħares lejn it-titlu biss, tinduna li dan mhux qiegħed Att sabiex iwaqqaf, jirriduċi, jillimita l-konservazzjoni u l-immaniġjar u l- amministrazzjoni tal-ħut f'Malta, pero' huwa Att sabiex jirregola.", "Dan qed ngħidu għax m'hijiex l-intenzjoni ta' dan l-abbozz li noqtlu lis-sajjieda bil-ġuħ billi nillimitawlhom il-qabda tagħhom kif qalu ċerti membri min- naħa l-oħra.", "Wisq inqas inħoss li dan huwa xi Att li b'xi mod se jnaqqas xi ħaġa milli għandhom is-sajjieda llum, anzi jien naħseb li permezz tiegħu se nirregolaw l-affarijiet b'mod li s-sajjied se jkollu ċerti drittijiet li sal-lum ma kellux.", "Per eżempju, se jkun jista' jaġixxi ma' min jipprova jieħu l-liġi b'idejh għax se jkollu min jipproteġieh.", "Permezz ta' din il-liġi s-sajjied se jkun jista' jitlob lill-awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu l-passi kontra min imur jistadlu fl-area li tkun ġiet allokata li jmur jistad fiha hu.", "Din hija ħaġa li jgergru minnha s-sajjieda tagħna speċjalment fil-perijodu tal- qbid tal-lampuki meta jkunu tefgħu ċ-ċimi u f'perijodi oħrajn wara li jkunu poġġew il-floats biex jattiraw lill-ħut.", "Din il-liġi se tagħti d-dritt lis- sajjied li jitlob protezzjoni ħafna aħjar milli għandu llum.", "Mingħajr ma noqogħdu nbeżżgħu nies jien ċert li l-ebda sajjied m'hu qed jiġi b'xi mod ristrett fil-ġestjoni tiegħu u wisq inqas milli jbiegħ dak li jaqbad.", "Aħna nafu li s-sajd taħt dan il-gvern ma ngħatax daqqa ta' ħarta, pero' ftit xhur ilu kien hawn kwestjoni dwar id-duty tad-diesel li jinbiegħ lis- sajjieda u l-Ministru Zammit iltaqa' mas-sajjieda u rabtilhom id-duty tad- diesel ma' l-ammonti li jiddikjaraw huma bħala qabda ta' ħut.", "Mr Speaker, ma nistgħux nippretendu li jiġi xi ħadd jgħidlek li qabad erba' kaxxi ħut imbagħad jgħidlek li uża10,000 litru diesel biex mar jistad.", "Għax kien hemm każi fejn id-diesel li jinxtara mis-sajjieda spiċċa jintuża minn trakkijiet fuq l-art li jmorru għall-ġebel!", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li wieħed ma jistax joħroġ jistad u ma jaqbad xejn, u allura għax- xogħol li jkun għamel m'hu se jieħu xejn.", "Li qegħdin nagħmlu hu li qegħdin nipprovaw indaħħlu kultura li wieħed jagħmel logging eżatt - u suppost li kull bniedem li joħroġ fuq il-baħar iżomm logbook - ta' dak li jkun qed jiġri fuq il-baħar.", "Jekk is-sajjied se jkollu regolamentat fil-log tiegħu informazzjoni dwar x'nefaq u l-ħin li għamel bil-muturi mqabbdin se jkun iżjed faċli għalih li jitlob għas-sussidju jew għajnuna.", "Mr Speaker, aħna qegħdin nimxu b'element ta' gvern ħabib mas-sajjied.", "Il- gvern qed jipprova jgħin lis-sajjied u jipproteġih dejjem aktar mis-sajjied barrani li jista' jipprova jiġi u jidħol hawn Malta.", "F'din il-liġi qegħdin nispeċifikaw ukoll li rridu nagħtu liċenzji biex bniedem ikun jista' jistad f'ċerti areas.", "Qegħdin nagħtu dawn id-drittijiet biex is- sengħa tas-sajd f'Malta tibqa' ħajja, tkompli tissaħħaħ u tingħata dejjem iżjed għajnuna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jien ukoll xtaqt nagħti l-kontribut tiegħi dwar dan l-abbozz ta' liġi li qiegħed jipprovdi għar-regolazzjoni, konservazzjoni u ammistrazzjoni tas-sajd f'pajjiżna.", "L-għan ta' dan l- abbozz huwa biex isiru dispożizzjonijiet ġodda biex jirregolaw, jikkonservaw u jamminstraw is-sajd f'Malta minħabba r-ratifika tal- Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq il-Liġi tal-Baħar.", "Mr Speaker, jien ġej minn distrett li oriġinarjament kien raħal tas- sajjieda.", "Il-ftit abitanti li kienu jgħixu fih kienu jaqilgħu ħobżhom mis- sengħa tas-sajd, sengħa li f'pajjiżna wieħed jista' jsejjħilha tradizzjoni.", "Għal bosta Ġiljaniżi s-sajd kien delizzju u għal uħud minnhom mezz ta' għajxien.", "Nafu li dan huwa xogħol li jirrikjedi ħafna tbatija u jlaqqa' lis-sajjied Malti ma' kull tip ta' periklu fuq il-baħar, u nafu kemm kellna inċidenti xejn pjaċevoli fuq il-baħar għax, kif jgħid il-Malti, il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa.", "Bla dubju min jaħdem fuq il-baħar ibati fil-ħidma tiegħu.", "Imbagħad anke meta jinżlu l-art il-ħidma tas-sajjieda tkompli għaddejja.", "Jerġgħu jduru x-xbiek, l-inġenji u l-bastiment tagħhom.", "Hawn Malta ma tantx għandna bastimenti kbar, u jiddispjaċini ngħid li ftit inkoraġġejna lil min xtaq jixtri bastimenti ta' ċertu qies biex ikun jista' jikkompeti ma' dawk ta' pajjiżi viċin tagħna.", "Apparti San Ġiljan, għandna numru ta' sajjieda minn Tas-Sliema - jekk wieħed ikun għaddej minn Għar-id-Dud, ħdejn l-area ta' l-Exiles, jara numru ta' sajjieda Slimiżi - u anke minn lokalitajiet oħra li għandhom il- kamra tagħhom u jiltaqgħu hemmhekk.", "Uħud minnhom huma part-time fishermen u oħrajn huma full-time.", "Meta fil-bidu dawn kienu jiltaqgħu hemmhekk la kellhom il-kmamar, la l-garaxxijiet u lanqas ċerti faċilitajiet.", "Kien gvern Laburista li bnielhom il-kamra fejn ipoġġu l-affarijiet tagħhom, fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u fejn permezz tal-għaqda ta' bejniethom ikunu jistgħu jippjanaw aħjar is-sajda tagħhom.", "Dan l-aħħar inbnew ukoll xi garaxxijiet taħt il-famuża Taormina, li jiddispjaċini ngħid ma ġewx mgħoddijin kollha lis-sajjieda.", "F'San Ġiljan kelli l-opportunita' naħdem fil-qrib ma' dawn is-sajjieda.", "Dawn huma nies b'qalb kbira li jħobbu x-xogħol tagħhom daqskemm iħobbu lill- familja.", "Huma nies dedikati u kemm domt kunsiiler iltqajt magħhom diversi drabi kemm b'mod formali kif ukoll b'mod informali.", "Konna nitkellmu dwar il- problemi tagħhom, dwar ċerti lmenti li kellhom, u ħdimna flimkien.", "Ippruvajna ntejbu s-sitwazzjoni, daqqa rnexxielna u daqqa le, daqqa kien faċli u daqqa ma kienx imma jibqa' l-fatt li għamilna kemm stajna biex intejbu s-sitwazzjoni ta' dawn is-sajjieda.", "Mr Speaker, ħaġa li tolqotni f'dan l-abbozz, aktar u aktar mill-klawsoli li fih, huwa l-fatt li qiegħed jitressaq biex Malta tirratifika konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq il-Liġi tal-Baħar imma mbagħad qed ninkludu diversi klawsoli sempliċement biex inġibu r-regolamentazzjoni ta' pajjiżna konformi ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nafu kemm fl-NPAA kien hemm talbiet ta' x'għandu jsir u ma jsirx, nafu xi jgħid l-acquis communautaire dwar is-sajd u nafu li dan ikun ifisser bidla radikali fil-qasam tas-sajd f'pajjiżna.", "Huwa appuntu għalhekk li forsi nissorprendi ruħi.", "U jiena nittama li dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex qed isir sempliċement biex il-gvern, bħas-soltu, ibaxxi rasu quddiem dak li trid l-Unjoni Ewropea.", "Nittama li mhux hekk għalkemm id-dubji tiegħi huma kbar.", "Mr Speaker, apparti l-ħidma tas-sajjieda nnifishom, l-industrija tas-sajd f'pajjiżna hija mifruxa fuq diversi fronti.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix il-forniment li jsir mill-pixkerija u anke minn ċerti sajjieda lil ċerti oqsma ta' l-industrija ta' l-ikel, u nafu kemm il-ħut li jaqbdu s-sajjieda Maltin għandu togħma tajba, l-aktar għat-turisti li jżuruna.", "Nafu li dawn, li jiġu l-aktar mill-Ewropa, mill-Ingilterra u mill-Ġermanja, l-ewwel ikla tagħhom tkun ikla ħut mill-baħar Malti.", "Nafu illi l-qasam tas-sajd m'huwiex biss is-sajjied li jitlaq bid-dgħajsa jew bil-luzzu tiegħu u jerġa' lura bil-qabda u jmur il-pixkerija, imma huwa mifrux fuq diversi fergħat oħra ta' industrija.", "Nafu wkoll li għandna fabbriki li jipproċessaw il-ħut u appuntu għalhekk li meta wieħed iħares lejn dan l-abbozz m'għandux jiftakar biss fis-sajjieda.", "Wieħed irid iġib quddiem għajnejh id-diversi industriji oħra li jiddependu mis-sajd f'pajjiżna.", "Sħabi semmew in-numru ta' part-time u full-time fishermen f'pajjiżna.", "Dawk huma l-aktar importanti imma mbagħad ma tistax telimina lil dawk l- industriji l-oħra li jagħmlu użu siewi mill-ħut li jinqabad.", "Kieku għas- saħħa ta' l-argument ma għandniex sajjieda f'pajjiżna, aħna jkollna nimportaw ħut minn barra u nafu li kien hemm żmien meta l-importazzjoni tal-ħut minn barra setgħet taffetwa lis-sajjieda Maltin.", "Nafu wkoll illi hemm pajjiżi mbiegħda li jħarsu b'interess lejn il-qbid tal-ħut Malti, speċjalment tat-tonn, u għalhekk ma nistax ma nsemmix ukoll li nistgħu nisfruttaw din l-industrija f'oqsma oħra.", "Sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo staqsa jekk qtajniex qalbna li nagħtu ċerta edukazzjoni lil sajjieda żgħażagħ f'pajjiżna u lis-sajjieda li għandna preżentament.", "Nafu li fejn jidħol il-baħar u l-ambjent hemm ħafna x'wieħed jitgħallem għalhekk wieħed jista' jorganizza diversi laqgħat - aħjar insejħulhom hekk, għax jekk insejħulhom klassijiet għas-sajjieda forsi ma tantx tinstema' sabiħa - fejn tkun tista' tingħata spjegazzjoni dwar kemm hu importanti li l-baħar ta' madwarna jinżamm nadif, kif jinżamm nadif u x'tip ta' qabdiet u daqsijiet ta' ħut għandhom jaqbdu s-sajjieda.", "Barra minn hekk, nafu li fuq il-baħar wieħed jista' jiltaqa' ma' ċerti diffikultajiet u maltemp.", "Kellna każ ta' tliet vittmi, li ma kenux sajjieda imma setgħu kienu, li ftit tal-ġranet ilu ltaqgħu mhux biss ma' maltemp kbir imma ġarrbu wkoll ħsarat fl-inġenji.", "Kien hemm każi simili fejn is-sajjieda ma kellhomx mezz ta' komunikazzjoni ma' l-art.", "Kien hemm ukoll każi fejn minkejja li kellhom ir-radio, ma kinux jafu kif jagħmlu użu minnu u hawnhekk aktar toħroġ l-importanza ta' l-edukazzjoni.", "Mr. Speaker, huwa importanti wkoll li s-sajjied mhux ikun imkisser biss fis-sengħa tiegħu imma jkollu wkoll ċertu know-how, informazzjoni bażika dwar il-biċċa tal-baħar, il-bastiment jew l-inġenji li jkun qed juża, dwar kif jitħaddem, kif għandu jirranġa ċerti ħsarat li jkunu żviluppaw, li jkollu ċerti spare-parts fuq il-bastiment tiegħu ħalli jsewwi l-ħsara li tkun saret, li meta dan jinqabad f'nofs ta' baħar ikun jaf x'għandu jagħmel.", "B'hekk ikun jista' jindirizza l-problema li jkollu quddiemu waħdu jew bl-għajnuna ta' min ikun hemm miegħu, mingħajr il-ħtieġa li jsejjaħ għall-għajnuna.", "Iktar ma s-sajjieda tagħna jkun mħarrġa iktar aħjar.", "Meta kien hemm Gvern Laburista kien qiegħed isir sforz biex anke t- tarznari f'pajjiżna jkunu jistgħu jibnu ċerti inġenji tas-sajd għal pajjiżi oħra.", "Kienet kważi saret konklużjoni ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Libjan għall-bini ta' 9 trawlers tas-sajd għall-Libja.", "Nafu li l-bini tat- trawlers kien jimla l-baċiri tat-tarznari tagħna b'ħafna xogħol għal numru konsiderevoli ta' snin imma ħaġa ta' l-iskantament, wieħed ma jafx eżattament jekk komplewx id-diskussjonijiet, saritx il-konklużjoni tiegħu jew kienx hemm aktar interess miż-żewġ partijiet biex dan isir.", "Wieħed għandu jara fejn wasalna, għax naħseb huwa importanti li t-tarznari f'pajjiżna jkollhom in-know-how mhux biss dwar kif jibnu vapuri tal- passiġġieri jew kif jirranġaw vapuri tal-merkanzija jew navali, kif kien isir fil-passat, imma anke jkunu jafu kif f'pajjiżi oħra qed jibnu l-flotot tagħhom tas-sajd.", "Mr. Speaker, jekk kif ġejna mwegħdin diversi drabi, l-Unjoni Ewropea tagħti diversi għajnuniet lis-sajjieda f'pajjiżna biex itejbu l-inġenji tagħhom u jkunu iktar attrezzati, inkunu jistgħu jikkompetu aktar mal- pajjiżi viċin tagħna.", "S'issa ma nafx jekk pajjiżna rċeviex xi tip ta' għajnuna.", "Jekk irċieva nixtieq li għallinqas inkun informat u jkun informat ukoll kulmin għandu għal qalbu s-sajd f'pajjiżna għax fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jingħad ċar li b'għajnuna u fondi mill- Unjoni Ewropea kellna nattrezzaw aħjar l-inġenji tas-sajd u s-sajjieda jingħataw għajnuna.", "Sal-lum, safejn naf jien, u jekk qiegħed żbaljat nikkoreġi ruħi, din l-għajnuna għadha ma waslitx.", "Wasal biss dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li ta' min jgħid kien tressaq biss għall- ewwel qari fl-1992, madwar sitt xhur wara li l-Partit Nazzjonalista rebaħ l- elezzjoni imbagħad reġa' kien ġie ppublikat fil-gazzetta tal-Gvern numru 16,266 tad-19 ta' April 1996, bejn wieħed u ieħor ħames jew sitt xhur qabel l-elezzjoni ta' dik is-sena.", "Forsi f'dan li għandna quddiemna hemm ċerti tibdiliet mhux kbar mill-abbozzi oriġinali imma nafu wkoll li dan l-abbozz ma tantx iħeġġek.", "Dan tressaq ta' malajr, ċerti klawsoli tiegħu xejn m'huma popolari u se jeffetwaw ħażin lill-qasam tas-sajd f'pajjiżna.", "Mr. Speaker, jien ma naqbilx ma' l-abbużi u min jabbuża għandu jiġu ppenalizzat.", "Id-dixxiplina u s-serjeta' huma importanti wkoll.", "Tajjeb li jkun hemm ċerti guidelines biex wieħed ikun jaf x'għandu jagħmel.", "Huwa importanti wkoll li jkun hemm is-serjeta' u nibżgħu għal dak li għandna madwarna għall-benefiċċju tas-sajjied tal-futur.", "Inutli tħalli kollox għaddej għal riħu, bis-sajjieda jaqbdu l-iżgħar ħut immaġinabbli u kif semma aktar qabel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Tony Abela bl-użu tal-bombi li joqtlu kull xorta ta' ħut u ħlejjaq tal-baħar, imma mill-banda l-oħra hemm diversi klawsoli f'dan l-abbozz li ma nistgħux naċċettaw.", "Naqblu li fejn ikun hemm l-abbużi jittieħdu passi, imma ma nistgħux naċċettaw ċerti klawsoli fejn per eżempju l-Ministru issa jista' jagħti lis-sajjieda barranin il-permess biex jiġu u jistadu fl-ibħra territorjali Maltin.", "U m'hemmx dubju għaliex dan qiegħed jiġi nkluż.", "Nafu li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni, pajjiżna bilfors se jkollu jċedi l- blata kontinentali tiegħu għas-sajjieda barranin, waqt li anke s-sajjieda Maltin nittama li jkunu jistgħu jmorru jistadu fil-blata kontinentali ta' pajjiżi viċin tagħna, bħal Sqallija u postijiet oħra.", "Issa tgħidli, imma ma jkunux jistgħu s-sajjieda tagħna jmorru fl-ibħra Sqallin?", "Veru, imma forsi wieħed ma jirrealizzax li s-sajjieda Maltin, minkejja li issa se jiġu attrezzati aħjar, se jkollhom iħabbtuha mas-sajjieda Sqallin, li flotta waħda tagħhom tammonta għas-sajjieda kollha li hawn Malta u li l- inġenji li għandhom huma bil-wisq aktar sofistikati, moderni u avvanzati minn dawk tal-Maltin.", "Issa tan-naħa l-oħra jistaqsuk: Imma fejn hi l- fiduċja?", "Dejjem dan ikun l-argument.", "Aħna għandna fiduċja, assoluta fis- sajjied Malti imma minħabba l-limitazzjonijiet ta' riżorsi matul is-snin dan kien kapaċi jilħaq biss ċertu livell.", "Bis-saħħa ta' gvernijiet Laburisti ngħata għajnuna kbira biex jattrezza l-inġenji tiegħu, pero' l- livell hu dak li hu.", "Daqshekk ippermetta pajjiżna.", "Mr Speaker, m'għandniex dubju mill-ħila tas-sajjied tagħna imma ninsabu pre-okkupati dwar il-kapaċita' tal-bastimenti u l-inġenji Maltin a paragun ma' dawk ta' pajjiżi viċin tagħna.", "Din kienet l-ewwel ħaġa li baxxejna rasna għaliha quddiem l-Unjoni Ewropea.", "Flok ngħidulha li min-naħa tagħha trid tgħinna nattrezzaw lis-sajjieda tagħna, aħna qed inbaxxu rasna.", "Dan bħal fil-każ ta' l-armata l-ġdida ta' l-Unjoni Ewropea, l-aqwa li Abdullah ta' l-Unjoni Ewropea tana dik l-ordni u aħna nsallu quddiemu!", "Jiddispjaċini ngħid li sitwazzjonijiet bħal dawn jumiljaw lil pajjiżna.", "M'inix ser nidħol fl-argument jekk hux tajjeb jew le li nidħlu fl-Unjoni Ewropea, imma rrid ngħid li f'dan il-każ il-gvern, bħalma għamel f'każi oħra, qed ibaxxi rasu u jaċċetta b'għajnejh magħluqa.", "Tan-naħa l-oħra jsemmgħu n-negozjati.", "Dawn x'negozjati huma!", "Negozjati meta l-Unjoni tordnali nagħmel hekk u hekk u ma nieħu xejn lura!", "Negozjati jsiru billi jien inċedi din imma inti issa trid tgħinni.", "Wara kollox aħna pajjiż li m'huwiex żviluppat 100% a paragun ta' pajjiżi viċin tagħna fl- Unjoni Ewropea.", "U dawn jibilgħuna kieku kellna naċċettaw dan kollu b'għajnejna magħluqa.", "Nittama li ma nibdewx inċedu l-blata kontinentali u li ma nibdewx noħorġu l-permessi biex sajjieda barranin jiġu jistadu fil- blata kontinentali tagħna qabel pajjiżna, il-Bambin jaf meta, jissieħeb fl- Unjoni Ewropea.", "Jiena ma nieħu xejn b'sorpriża, għax-tan-naħa l-oħra kollox qed jaċċettaw.", "Mr Speaker, wieħed ma jistax ma jirrimarkax li l-multi fuq is-sajjieda li qed jiġu proposti f'dan l-abbozz huma astronomiċi u fenomenali.", "Per eżempju, f'artiklu 8 jingħad li l-multi għal min jistad bla liċenzja jew permess huma bejn Lm1,000 u Lm25,000.", "Issa fuq din forsi xtaqt nagħmel parentesi żgħira.", "Mela issa s-sajjied irid jgħid: Jiena sajjied tal-vopi jew tat-tonn u daqshekk.", "Jiġifieri jrid ikollok il-liċenzja.", "L-istess fejn se tistad.", "Qed jingħad ċar f'dan l-abbozz li wieħed ma jistax jistad fejn irid u jekk jinqabad fejn mhux suppost jista' jeħel bejn Lm1,000 u Lm25,000.", "Tal-għaġeb, Mr Speaker!", "Safejn naf jien f'pajjiżna ftit hawn liġijiet fejn min jiksirhom jeħel dawn il-multi.", "Forsi t-traffikanti tad-droga biss jeħlu dawn il-multi.", "Issa ta' min igħid li meta jsiru abbużi fuq l-ambjent fuq l-art, dak li jkun ma jeżistux l-istess multi.", "U s-sajjied kemm-il Lm25,000 jdaħħal?", "Qisu s- sajjieda kollha għandhom il-vilel, is-swimming pools, il-yachts u l- Mercedes!", "M'humiex dawk is-sajjieda Maltin.", "Is-sajjieda Maltin huma dawk li joħorġu jistadu, ibatu, jaqilgħuha u jikluha u forsi jwarrbu xi ħaġa żgħira.", "M'humiex dawk in-negozjanti li bit-taħwid u t-tgerfix jagħmlu ħsara lill-ambjent f'pajjiżna, xi kultant bil-protezzjoni ta' kbarat, li anke meta jinstabu ħatja ma jħallsux dawn il-multi.", "M'inix qed ngħid li naqbel ma' l-abbużi, dan għedtu qabel u nerġa' nikkonfermah imma l-multi li qed jiġu imposti hawnhekk, għalija huma astronomiċi.", "Imma żgur li mhux sew li dawn qegħdin jitpoġġew fl-istess keffa ta' min jittraffika d-droga.", "Dawk jeħlu dik il-multa f'pajjiżna.", "Warajhom jiġu s-sajjieda jekk jaqbdu l-ħut iż-żgħir u ma jitfgħux lura l- baħar.", "Jiena naħseb li issa qed nesaġeraw.", "Wieħed forsi jistaqsi: Kif wasalna għal dawn il-multi?", "Min fassalhom?", "Fuq liema kriterji ġew mfassla?", "Tajjeb li wieħed jirrispondi ħalli nkunu nafu eżattament għaliex hemm dawn il-multi daqshekk fenomenali.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel il-punt ukoll dwar jekk aħniex ninformaw lis- sajjied b'dan l-abbozz.", "Is-sajjieda jafu x'aħna ngħaddu hawnhekk minn dan il-parlament u x'se jkunu r-regolamenti li qed nimponu fuqhom?", "Hu importanti li s-sajjied ikun informat, mhux naqbdu nagħmlu l-liġijiet, imbagħad naqbdu sajjied u ngħidu li qed jabbuża.", "Issa hawnhekk mhux qed ngħid fil-każ tal-bombi, għax kulħadd jaf li dan kontra l-liġi, imma hawnhekk għandna regolamentazzjonijiet ġodda li ħafna sajjieda ma jafux dwarhom u għandhom ikunu nformati.", "Ejja nedukawh lis-sajjied, ejja ninformawh.", "Jien għandi d-dubji tiegħi kemm is-sajjieda huma nfurmati x'aħna niddiskutu hawn f'din il-Kamra u kemm jafu dawn ir-regoli ġodda li qegħdin ngħidu li se nagħmlu f'dan il-pajjiż.", "Per eżempju, saru konsultazzjonijiet mas-sajjieda dwar dan li qed jiġi propost?", "Mhux qed ngħid li ma sarux imma qed nistaqsi.", "Apparti dak li għedt fil-bidu, li issa sajjieda barranin se jkunu jistgħu jiġu jistadu fl-ibħra territorjali Maltin, skond dawn ir-regolamenti s- sajjied irid ikun jaf fejn se jistad, għalxiex, fejn għandu jħott il-ħut, kif irid jagħmel ċerti kalkoli u kif jintiżen il-ħut.", "Anke sajjied li huwa tradizzjonalment imdorri jaqbad il-luzzu u joħroġ, jitfa' x-xibka jrid jimxi ma dawn ir-regolamenti u dan mhux se jkun faċli għalih li jifhem din il-bidla kbira li qed issir.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, ippermettili nwaqqfek imma skadielek il-ħin u biex tkompli titkellem għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "JOE CILIA: Nipproponi li l-Onor.", "Cuschieri jkompli jitkellem.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli jitkellem?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia, on a point of order.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr. Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal-quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fl-10.34 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, id-diskorsi li saru min-naħa ta' l- oppożizzjoni fuq din il-liġi wieħed jista' jaqsamhom f'żewġ kategoriji.", "L- ewwelnett qalu li dan l-abbozz ta' liġi qed isir minħabba l-famuża Unjoni Ewropea.", "Dan il-kliem jgħiduh dwar kull abbozz ta' liġi li jgħaddi minn dan il-parlament u sakemm nidħlu membri naħseb se nibqgħu nisimgħuh.", "Imbagħad kien hemm il-kritika li dan l-abbozz qed isir ta' malajr u min-naħa l-oħra qegħdin jistaqsuna ripetutament jekk saritx konsultazzjoni mas-sajjieda Maltin u Għawdxin u mar-rappreżentanti tagħhom.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr. Speaker, jiena qed inqum nitkellem għax nemmen li kull wieħed minna li jiġi jitkellem f'din il-Kamra għandu jgħid il-fatti kif ikunu ġraw.", "Kieku kien hawn kritika li dan l-abbozz ta' liġi dam iżżejjed biex wasal quddiem dan il-parlament, b'xi mod kont nasal biex ngħid li f'ċertu sens hemm raġun.", "Barra minn hekk, tneħħi xi rtokki li aktarx huma relatati mal- grammatika u mal-preżentazzjoni, l-abbozz li għandna quddiemna huwa l- istess bħal dak li kien ġie ppubblikat fid-19 ta' April, 1992 - l-ewwel qari tiegħu kien sar fit-23 ta' Novembru, 1992 - meta żgur li ma kellniex l-acquis communautaire quddiemna.", "Ma kien hemm xejn miktub dwar x'għandu jsir u ma jsirx biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, pero' quddiemna kellna kwestjonijiet marbuta mas-sajd, dwar il-mod kif nikkontrollaw, nikkonservaw u namministraw is-sajd.", "Mr. Speaker, m'għandix dubju li min jaħdem f'dan il-mestier irrid jiffaċċja ħafna problemi, fosthom li jkun kontinwament qiegħed jissogra ħajtu.", "Il-parti l-kbira ta' ħajjitna aħna għaddejniha naħdmu fuq l-art u forsi rsaqna lejn il-baħar sempliċement biex ngħumu u allura ma nistgħux napprezzaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom dawn in-nies waqt li jkunu qegħdin jaħdmu.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-fatt li l-impjieg tas- sajjied jiddependi minn ħafna affarijiet.", "Barra li jista' jitlef ukoll ħajtu, kif ġieli ġara, imma mhux darba u tnejn li l-opra tal-baħar, l-uniku mezz ta' l-għixien tas-sajjied, tkun ukoll esposta għar-riskji li tinħaraq, li titkisser mal-blat jew li tinqasam f'nofs ta' baħar.", "Mr Speaker, meta bdiet titfassal din il-liġi numru ta' snin ilu ridna naraw li n-nies marbutin ma' dan il-mestier ikunu jafu kontinwament x'qed jiġri.", "Saret id-domanda aktar minn darba jekk aħna għamilniex konsultazzjoni mas-sajjieda.", "L-ewwelnett l-abbozz ta' liġi ppubblikat fl- 1996 ġie studjat fid-dettal minn bord tas-sajd li huwa r-rappreżentant tas- sajjieda u fil-fatt kien hemm diversi emendi li daħlu f'dan l-abbozz proprju wara li kienet saret din il-konsultazzjoni.", "Naturalment il-ministru preżenti kompla għaddej bid-diskussjonijiet tiegħu matul is-sentejn li għaddew.", "Jiena ngħid li forsi kienu s-sentejn bejn l-1996 u 1998 li fihom ma sar xejn fuq dan l-abbozz.", "Qalulna wkoll li bħala oppożizzjoni jaqblu li għandu jkun hemm il- kontroll pero' dan il-kliem ukoll qaluh b'ċertu ton.", "Fil-fatt spiċċajna l- ħin kollu nisimgħu lil tan-naħa l-oħra jgħidu li rridu noqogħdu attenti li dan ma jfissirx li nispiċċaw biex nikkontrollaw iżżejjed u li se jkun hemm min jitlef l-impjieg tiegħu.", "L-aħħar kumment li sar kien jikkonċerna t-tip ta' multi li għandna quddiemna u sar paragun bejn l-ambjent fuq l-art u dak fuq il-baħar.", "L-ewwelnett naħseb li kulħadd, b'mod partikolari s-sajjieda u n-nies li jaqilgħu l-għixien tagħhom mill-baħar, għandu jkun jaf preċiżament fuqiex qegħdin nitkellmu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu dwar liġi li ma tħallix lil xi ħadd jagħmel xi ħaġa.", "Mhux qegħdin nitkellmu dwar liġi li xxekkel lis-sajjied.", "Qegħdin nitkellmu dwar liġi li tiggarantixxi l-eżistenza tas-sajjied għaż-żmien li ġej.", "Wara kollox is-sajjied ta' għada wkoll għandu jkollu d-dritt li jmur jistad u mhux imur idur bl-opra tal-baħar tiegħu, jitfa' x-xibka u ma jaqbad xejn.", "Qegħdin nitkellmu fuq il-possibilita' li fiċ-ċokon tagħna aħna wkoll nikkontribwixxu biex l-istocks u l-ispeċi tal-ħut - u nafu li l- Mediterran huwa baħar x'aktarx fqir - jibqgħu jeżistu fis-snin li ġejjin.", "Jekk ma jkunx hemm ħut x'jinqabad ta' xejn tgħid li int sajjied, u permezz ta' din il-liġi qegħdin nitkellmu fuq il-possibilita' li għall-quddiem niggarantixxu li jibqa' xi ftit tal-ħut fil-baħar.", "Dak li qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "U jkun għalxejn li fil-ġurnali lokali ssib min jitkaża għax id- dipartiment tas-sajd qed jipprova jirrestrinġi lil min jaqbad, kemm jaqbad u kif jaqbad il-ħut.", "Mr Speaker, jekk irridu bis-serjeta' li fil-futur ikollna ħut x'nistgħu naqbdu rridu mil-lum nagħtu s-sehem tagħna biex nippreżervaw dak li hemm fil-baħar.", "Dan ma jfissirx li qegħdin ngħidu lis-sajjieda biex jagħmlu xi għaxar snin ma jmorrux il-baħar.", "Qed ngħidu li jekk minflok fl-ewwel ġimgħa ta' Awissu, is-sajd għal-lampuki jibda isir wara Santa Marija.", "Wara kollox nafu x'ikun ir-riżultat.", "Minflok taqbad lampuka ta' 100g taqbad dik li tpassi warajha li tkun ta' 500g.", "Forsi veru li fl-ewwel ġimgħa ta' Awissu l-lampuka ġġib Lm2-il kilo mentri jekk taqbadha aktar tard tista' ġġib inqas, pero' b'dan il-mod inkunu qegħdin niggarantixxu wkoll li tiġi Santa Marija oħra s-sena d-dieħla u s-sajjied ikun jista' jaqbad xi waħda mil- lampuki li ma nkunux qbadna din is-sena.", "Mr. Speaker, sfortunatament dan il-punt il-ħin kollu qed jinqabeż min-naħa ta' l-oppożizzjoni minħabba l- ossessjoni tagħhom li kulma jsir f'dan il-parlament iridu jabbinawh mal- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Tan-naħa l-oħra qalulna wkoll li l-iskop ta' din il-liġi hu aktar biex niġu in line ma' l-Unjoni Ewropea milli biex nilħqu l-għanijiet u r- raġunijiet li huma mniżżlin f'dan l-abbozz.", "Imma fejn waslet l-oppożizzjoni ta' dan il-pajjiż?", "Dawn jafu daqsna li qed inressqu din il-liġi prinċipalment biex nilħqu l-għanijiet u r-raġunijiet li hemm imniżżlin fl- istess liġi.", "Naturalment il-konvenzjoni marbuta mal-Ġnus Maqgħuda mhijiex xi konvenzjoni li ġiet fuq dan il-parlament qisha waqgħet minn fuq il- qamar.", "Din hija konvenzjoni li ffirmatha l-Unjoni Ewropea wkoll u allura torbot ukoll lill-pajjiżi membri.", "Issa d-domanda li għandna quddiemna hija: Din hija konvenzjoni tajba?", "Tħares bis-serjeta' l-futur tas-sajjied f'pajjiżna?", "Tħares bis-serjeta' l-possibilita' li jkun hawn stocks ta' ħut li 'l quddiem aħna nkunu nistgħu nibbenefikaw minnhom?", "U r-risposta ta' kull membru minn din il-Kamra, hu x'inhu t-twemmin politiku tiegħu, naf li f'qalbu hija iva.", "U proprju għalhekk għandna dan l-abbozz ta' liġi quddiemna.", "Mr. Speaker, jien niskanta kif l-oppożizzjoni tkażat għax il-gvern preżenti ma tax kas li ċerti inizjattivi li kienu ttieħdu mill-gvern preċedenti fil-GFCM.", "Dan m'huwiex veru.", "Il-gvern preżenti baqa' għaddej bl-inizjattivi li kienu marbuta mas-sajd f'dan il-pajjiż għax dak li hu tajjeb ħadd ma jista' jgħid li hu ħażin.", "Naf ukoll li d-dipartiment tas- sajd baqa' jipprova jikkontrolla lis-sajjieda Maltin u lis-sajjieda barranin li b'xi mod jistgħu jidħlu jistadu fl-ibħra tagħna.", "Naturalment nistgħu nibqgħu fil-pożizzjoni xorta jkun hemm min jipprova jabbuża mil- leġislazzjoni, pero' fl-aħħar mill-aħħar kull liġi li teżisti fid-dinja jkun hemm min b'mod jew ieħor jipprova jabbuża minnha.", "Mr. Speaker, hawnhekk għandna wkoll id-definizzjonijiet tal-postijiet fejn wieħed jista' jistad u x'inhuma l-obbligi ta' min ikun se jmur jistad f'dawn il-postijiet.", "Dawn ir-restrizzjonijiet qed nagħmluhom għaliex qegħdin ngħidu lis-sajjied li qabel ma jidħol fl-area tas-sajd, qabel joħroġ mill-area tas-sajd, kemm jekk inhu Malti u kemm jekk inhu barrani, irid jiddikjara x'tip ta' equipment għandu fuq l-opra tal-baħar tiegħu.", "Dan qed isir għax naħseb li lkoll naqblu li jekk hemm xibka li mhux suppost tiġi wżata waqt is-sajd, dik ix-xibka m'għandhiex tkun parti mill- affarijiet li jkun hemm fuq l-opra tal-baħar.", "U dan huwa l-mod kif wieħed jista' jikkontrolla li ma jkunx hemm sajd illegali bi xbieki li huma illegali.", "Issemmew il-mist nets, id-drift nets u diversi affarijiet oħrajn u ssemmew ukoll l-inizjattivi li ttieħdu fil-passat mill-GFCM biex jiġi kontrollat dan it-tip ta' sajd.", "Dawn huma miżuri tajba pero' l-uniku mod kif tikkontrolla li dik ix-xibka ma tintużax huwa billi ma tħallihiex fuq id-dgħajsa.", "U hekk qegħdin ngħidu hawnhekk.", "L-istess jingħad għall-ħut li jinstab fuq l-opra tal-baħar waqt xi spezzjoni.", "Dan jitqies bħallikieku nqabad mill-post jew mill-viċinanzi fejn ikun inqabad il-vapur.", "Qegħdin ngħidu dan kollu għax irridu niggarantixxu li ma jkunx hemm nies li meta jinqabdu b'ċerti tipi u daqsijiet ta' ħut jgħidu li dan ma qabduħx mill- baħar tagħna.", "Jekk xi ħadd jinqabad fl-ibħra li huma meqjusin tas-sajd u fuqu jkun hemm ħut li mhux suppost jinqabad jew mezzi tas-sajd illegali, anke jekk il-ħut ma jkunx qabdu minn hemmhekk, għall-iskop ta' din il-liġi xorta waħda jiġi meqjus bħallikieku qabdu hemmhekk.", "Din il-patri saret biex min jabbuża ma jkollux toqob minn fejn jaħrab.", "Mr. Speaker, il-messaġġ li qed twassal l-oppożizzjoni hu li minħabba l- fissazzjoni tiegħu li jidħol fl-Ewropa, il-gvern Nazzjonalista mhux qiegħed jagħti kas it-370 sajjied full-time li għandu l-pajjiż.", "Dan m'huwiex minnu.", "Aħna gżira fil-Mediterran bi tradizzjonijiet tas-sajd.", "Apparti San Ġiljan li semma' l-Onor.", "Cuschieri, għandna wkoll Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr, Għajnsielem, iż-Żurrieq u diversi postijiet oħrajn li huma rħula tas-sajd.", "Aħna nafu xi sforzi jsiru minn dawn il-persuni biex minkejja d-diffikultajiet kollha jibqgħu jaqilgħu l-għixien tagħhom billi jmorru jistadu u l-garanzija tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern m'hijiex dik li se jagħmel xi ħaġa biex jeqred lis-sajjied imma hija l-garanzija li bħalma għamilna matul is-snin li għaddew, nibqgħu nagħtu l-ikbar għajnuna lis-sajjieda tagħna biex jibqgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom u jkunu wkoll fil-qagħda li jippreżentaw b'mod aħjar dak li jaqbdu lill-mara tad-dar.", "U jippreżentawh b'mod aħjar għax il-bastiment tas-sajd ikollu fuqu iktar equipment li jiggarantixxi li l-ħut li jinqabad jitwassal għand il- konsumatur fl-aħjar stat possibbli.", "Dawn huma kollha miżuri li ttieħdu matul is-snin li għaddew u wieħed jista' jgħid li l-gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista żgur qatt ma għamel xejn biex lis-sajjied inaqqaslu, itellfu jew b'xi mod ineħħilu d-drittijiet tiegħu.", "Fil-passat l-oppożizzjoni qalet aktar minn darba - ma jidhirlix li nġieb dan l-argument f'dan id-dibattitu pero' żgur li ntuża fil-passat - li l- Partit Nazzjonalista fil-gvern tant hu kontra s-sajjieda li ta l-għajnuna tiegħu biex f'pajjiżna jkollna l-akwakultura ħalli l-ħut li jaqbad is- sajjied Malti ma jkollux fejn ibiegħu u allura jkollu jżarma.", "Kumbinazzjoni l-bieraħ jew il-bieraħt lura, f'artiklu f'wieħed mill-ġurnali lokali ntqal li l-akwakultura qiegħda tiffaċċja diffikultajiet kbar minħabba li l-gvern tal-lum ma rnexxilux ineħħi jew inaqqas il-15% tad-dazju li hemm impost fuq l-esportazzjoni ta' dan il-ħut lejn l-Unjoni Ewropea.", "Dan l-artiklu aktar ġegħelni nibki milli nidħak u dan qed ngħidu għax l-oppożizzjoni tal-lum taf li f'Ottubru 1996 konna wasalna fi ftehim biex mill-1 ta' Jannar 1997 dawk il-15% dazju jibdew jitnaqqsu gradatament sakemm nispiċċaw b'zero taxation pero' malli tela' l-gvern laburista u ffriża l-applikazzjoni għal sħubija dan il-ftehim waqa' kollu.", "U jiena ċert li l-persuni li qegħdin fl- akwakultura jifhmu li dawn il-15% aktar qegħdin jitħallsu minħabba li l- Unjoni Ewropea tagħmilha aktar diffiċli għal pajjiżi mhux membri biex idaħħlu dawn il-prodotti ġewwa l-Ewropa.", "Mr. Speaker, illum għandna wkoll parteċipazzjoni sħiħa ta' diversi sajjieda li fehmu li huma wkoll għandhom sehem kbir x'jagħtu fl-akwakultura ta' pajjiżna.", "Illum l-akwakultura ma tikkonċernax biss l-awrat u l-ispnott imma tikkonċerna wkoll it-trobbija tat-tonn.", "Forsi sa ftit tax-xhur ilu ħafna nies f'pajjiżna kienu jaħsbu li hija ħolma li taqbad it-tonn meta jkun għadu żgħir, tqegħdu ġo xibka u tkabbru biex tesportah imma llum din il-ħaġa qiegħda ssir realta'.", "Il-bieraħ kellna domanda parlamentari dwar kemm esportajna tonn minn dak li tkabbar fix-xibka.", "Bħal dak li qallu ma nafux kemm irid idum jitkabbar fix-xibka t-tonn li nqabad matul l-istaġun li għadda!", "Mr. Speaker, l-oppożizzjoni qed tgħid lis-sajjieda biex joqogħdu attenti għax il-Partit Nazzjonalista fil-gvern irid jeqridhom.", "Jiena naħseb li jkun aħjar jekk flok jisimgħu dak li tgħid l-oppożizzjoni s-sajjieda jaraw x'għamilna matul is-snin kollha li għaddew.", "Jekk jagħmlu hekk anke jekk ma jkollhomx l-opinjoni politika tal-gvern, żgur li jifhmu u japprezzaw il- miżuri li qegħdin jittieħdu.", "Mr. Speaker, din il-liġi tiggarantixxi wkoll li l-individwu li jkun fuq id-dgħajsa jkun qiegħed f'qagħda kemm jista' jkun safe, biex jekk Alla jħares qatt tinqalgħalu problema bogħod mill-art ikollu sistema ta' komunikazzjoni adegwata bħal two way radio jew sistema ta' VHF.", "Il-liġi li għandna quddiemna qed tagħti l-poter lid-direttur li jiċċekkja l-equipment biex ikun garantita s-safety tas-sajjied.", "B'kumbinazzjoni għadna kif għaddejjna l-liġi dwar is-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Jiena ma nafx jekk issemmietx il-problema tas-sajjieda fuq il-post tax-xogħol pero' żgur li l-baħar huwa wieħed mill-aktar postijet esposti għar-riskji u f'dan l- abbozz ta' liġi rridu naraw li dak li hemm fuq l-opra tal-baħar iżomm lis- sajjied f'kuntatt mal-art.", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni dwar l-illiċenzjar.", "Kieku kelli noqgħod fuq il-kliem li qalet l-oppożizzjoni nasal għall-konklużjoni li minn 370 sajjied full-time u 1,000 part-time se naslu fil-pożizzjoni li jkollna xi erba' jew ħamsa biss għax issa d-dipartiment tas-sajd se jitlob li jkun hemm din il-liċenzja.", "Din m'hijiex l-intenzjoni ta' din il-liġi.", "Fuq kollox din il-ħaġa talbuha iktar minn darba l-istess rappreżentanti tas- sajjieda, b'mod partikolari dawk full-time biex meta jmorru għal-lampuki ma jkunx hemm xi ħadd minna li għandu cabin cruiser u jmur idawrilhom l- irmiġġi u l-postijiet tas-sajd tagħhom mingħajr ma jkollu ebda liċenzja u jidħollok b'40 jew 50 kaxxa lampuki fil-pixkerija.", "Dan huwa mod ieħor ta' kif din il-liġi tagħti protezzjoni b'mod partikolari lil dawk li huma sajjieda full-time.", "Ħafna drabi wkoll nisimgħu li ġew it-Taljani jew l- Isqallin biex iħarbtu s-sistema tas-sajjieda Maltin u mhux darba u tnejn ikun hemm xi ħadd li għandu cabin cruiser jew speed boat li jiddeċiedi li jmur jistad, jaqbad tonn jew tnejn u jdaħħlu l-pixkerija.", "Naturalment dan ikun qed jikkompeti mas-sajjied li huwa full-time, u minflok Lm2-il kilo t- tonn jinbiegħ Lm1.50 jew Lm1-il kilo.", "Dan ifisser li s-sajjied li jrid jaħdem biex jaqla' l-għejxien tiegħu jispiċċa f'kompetizzjoni inġusta ma' dan it-tip ta' sajjied.", "Mhux qegħdin ngħidu li min irid imur jistad għat- tonn mhux se jkollu l-possibilita', imma jrid ikollu l-liċenzja u mod ta' kontroll.", "L-Onor.", "Cuschieri qalilna li issa se niġu fil-pożizzjoni li s-sajjied irid jiddikjara jekk hux se jaqbad il-vopi jew is-sawrell.", "Darba, biex jiċċajta l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien staqsa kif tagħraf jekk il- ħuta hijiex mara inkella raġel meta tinqabad u naħseb li l-kumment ta' l- Onor. Cuschieri jaqa' wkoll fl-istess ambitu.", "Dan qed ngħidu għax l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhux qed jitkellem fuq xi ħadd li se jmur għall-vopi, għas-sawrell, għall-aċċoll u xi ħaġa oħra imma qed jitkellem biss fuq il-mod ta' kif nistgħu nistadu.", "Dan importanti li jifhmuh l-aktar in-nies li qegħdin f'dan il-mestier u r-rappreżentanti tas-sajjieda f'pajjiżna.", "Dawn iridu jifhmu wkoll li permezz ta' din il-liġi m'haħniex se neqirdu b'xi mod is-sajd jew inkella lis-sajjied tagħna imma se niggarantixxu li tibqa' l-ħtieġa tas-sajjied u l-possibilita' li l- konsumatur jixtri u jieklol ħuta li tkun nqabdet mis-sajjieda lokali.", "Jekk ma ninfurzawx din il-liġi wara li tgħaddi minn dan il-parlament ikun għalxejn li noqogħdu ngħidu li din qed issir minħabba hekk u hekk.", "Irridu niggarantixxu li meta din il-liġi tgħaddi minn dan il-parlament, nattwawha u nħaddmuha.", "Jiena ċert li se nħaddmuha mhux b'impożizzjoni imma b'kollaborazzjoni, b'koperazzjoni u b'fiduċja sħiħa min-naħa tas-sajjieda.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, l-għan ewlieni ta' dan l-abbozz ta' liġi suppost li huwa li minflok ikollna l-Att dwar l-industrija tal-ħut isiru dispożizzjonijiet ġodda biex jirregolaw, jikkonservaw u jamministraw is- sajd f'Malta minħabba r-ratifikazzjoni minn Malta tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda fuq il-Liġi tal-Baħar pero' fil-verita din il-liġi se ssir sabiex nikkonformaw ma' dak li titlob l-Unjoni Ewropea.", "Fix-short term priorities tal-pjan li tqassam ftit ilu u li ġie diskuss f'din il-Kamra fejn tidħol leġislazzjoni dwar is-sajd naraw li:", "''The fisheries Conservation and Management Act will be adopted by Parliament by the third quarter of 2000 and will provide for the adoption of subsidiary legislation to cover all aspects of the fisheries Acquis.''", "Naħseb li l-liġi kif preżentata l-lum tirrifletti eżattament dak li qed jgħid f'dan il-programm għal adozzjoni ta' l-acquis.", "Minkejja li forsi fil- passat in-numru ta' persuni li kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mis-sajd kien ħafna u ħafna akbar minn dak li għandna llum, iżda xorta waħda jibqa' l-fatt li rridu nagħmlu l-almu tagħna sabiex nissalvagwardaw l-impjiegi tas- sajjied full-time u part-time li għandna f'pajjiżna.", "Għalkemm m'għandniex l-eluf, iżda żgur li n-numru ta' sajjieda Maltin jikkontribwixxu b'ħafna modi differenti, ekonomikament, soċjalment kif ukoll kulturalment għal pajjiżna.", "Per eżempju jekk wieħed jasal wasla sar-raħal ta' Marsaxlokk, li hu magħruf għan-numru ta' sajjieda li hemm fih, wieħed jiltaqa' ma' bosta turisti li jmorru hemmhekk sabiex jammiraw l-ambjent ta' raħal tipikament tas-sajjieda.", "Dan hu mod ieħor kif il-qasam tas-sajd qiegħed jikkontribwixxi għal-lat ekonomiku ta' pajjiżna.", "Il-fatt li l-gżejjer tagħna huma mdawrin bil-baħar b'kosta li tlaħħaq mal- 179 kilometru huwa wieħed mir-raġunijiet ta' l-importanza tas-sajd għal pajjiżna.", "Ma nistgħu qatt nieħdu r-riskju li dan il-mistier neqirduh biex nissodisfaw xi waħda mill-kondizzjonijiet mitluba mill-Unjoni Ewropea.", "Ma nistgħux nirriskjaw li ntellfu lis-sajjieda tagħna l-ħobża ta' kuljum, li lkoll napprezzaw it-tbatija u l-periklu tax-xogħol tagħhom, biex indaħħluhom f'kompetizzjoni diretta ma' sajjieda barranin.", "Bħala oppożizzjoni aħna ilna ngħidu li sħubija sħiħa se twassal sabiex sajjieda barranin, b'opri ħafna akbar, armati ħafna iktar mis-sajjieda tagħna, jkunu jistgħu jiġu jistadu fl-ibħra tagħna.", "Minkejja li sal-lum ebda dgħajsa tas- sajd barranija ma tista' tistad hawn, mhux l-ewwel darba li kellna każi ta' sajjieda Sqallin jew minn pajjiżi Għarab li nqabdu jistadu kontra l-liġi fl-ibħra Maltin.", "Niftakar ukoll meta kellna ilmenti minn sajjieda kontra flotot ta' dgħajjes kbar ta' sajjieda barranin li gwidati minn ajruplan żgħir kienu jistadu viċin l-ibħra territorjali tagħna.", "F'dan il-każ l- ajruplan kien jindikalhom areas abbundanti bit-tonn u dan kien jinqabad a skapitu ta' sajjieda Maltin.", "U hawn nistaqsi: Kif jistgħu jikkompetu s- sajjieda Maltin mal-kobor ta' dawn il-flotot tas-sajd?", "Kif għidt, in-numru ta' sajjieda Maltin mhuwiex xi wieħed esaġerat.", "Hemm mal-230 opra reġistrati full-time u 1,350 opra oħra reġistrata bħala part- time.", "Tajjeb jew ħażin dawn is-sajjieda kollha jaqilgħu parti mill- għajxien tagħhom minn dan ix-xogħol u żgur li dan ma jagħmluhx b'kapriċċ, għax wara kollox aħna nafu l-periklu u t-tbatijiet li jinvolvi dan ix- xogħol.", "Għalkemm irridu nammettu li numru minn dawn il-part time fishermen huma dilettanti, xorta jibqa' l-fatt li jekk dawn huma reġistrati mad- dipartiment tas-sajd u mad-dipartiment tas-sigurta' soċjali bħala part-time fishermen dawn iridu jissodisfaw ammont ta' qbid ta' ħut matul is-sena.", "Sur President, jiena xtaqt li f'dan l-intervent qasir nitkellem dwar il- liġi.", "Fi klawsola 4 jissemmew ir-responsabbiltajiet varji li se jkollu d- direttur li se jkun maħtur mill-Prim Ministru.", "Naraw li d-direttur se jkun responsabbli għall-ħruġ, bdil, sospensjoni u revoka tal-permessi u liċenzji għas-sajd, akwakultura, trasbord, tagħmir ta' sajd u ħidmiet oħra li jeħtieġu permessi u liċenzji skond dan l-Att.", "Id-direttur ser ikun responsabbli wkoll mill-ġbir ta' drittijiet dwar permessi u liċenzji ta' reġistrazzjoni fir-reġistru, dwar bastimenti tas-sajd u kategorija oħra ta' permessi.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb li jkollna spjegazzjoni dwar x'tip ta' permessi u liċenzji se jkun hemm.", "Tajjeb li jingħad ukoll xi ħlasijiet ser ikun hemm għal dawn il-liċenzji.", "Nafu sewwa t-tbatijiet tas-sajjieda tagħna u l-ilmenti tagħhom dwar l-ispejjeż li dejjem jiżdiedu u dwar kemm jonqsulhom il-profitti u allura jkun xieraq li nkunu nafu x'liċenzji ġodda se jintalbu jħallsu.", "Fi klawsola 7 qed ngħidu li d-direttur se jkun jista' jħassar bastiment tas-sajd minn fuq ir-reġistru jekk il-bastiment ma jġorrx dak it-tagħmir u ma jkunx iħares dawk il-ħtiġijiet oħra li jistgħu jkunu preskritti.", "Hawnhekk qed nikkonfermaw dak li jgħid l-istess pjan ta' l-adozzjoni ta' l- acquis fejn jgħid li:", "''The Fishing Fleet Subsidiary Legislation will also institutionalize the catch logbook for every fishing vessel with a lenght in access of 10 metres.", "The logbook will become compulsory with the fourth quarter of 2001.", "The Fishing Fleet Subsidiary Legislation will specifically provide for the establishment of a satellite based vessel monitoring system for all the fishing craft with a length over 20 metres.", "The system will be introduced by the second quarter of 2001.''", "Dan naħseb huwa mod ieħor ta' kif qed nikkonformaw ma' dak li jgħidu r- regolamenti tas-sajd mitluba mill-Unjoni Ewropea.", "Qed naraw li se jkollhom jiddaħħlu logbooks għal kull opra tas-sajd 'l fuq minn 10 metri, u f'dawn il-logbooks iridu jitniżżlu ħafna dettalji dwar kemm inqabad ħut, x'tip, minn fejn ikun inqabad, il-kobor, u dettalji oħra li jitolbu l-istess liġijiet.", "Naraw ukoll li d-dgħajjes tas-sajd akbar minn 20 metru se jkollhom iwaħħlu apparat apposta li jittrażmetti f'uffiċini fejn tinġabar l- informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' dawn id-dgħajjes.", "Naqbel perfettament ma' dak li għadu kif qal l-Onor.", "Ċensu Galea, li dan hu apparat bżonnjuż u l-opri tal-baħar ma jgħaddux mingħajru pero' x-xiri ta' dan l-apparat żgur se jinvolvi spejjeż kbar lis-sajjieda.", "U hawn nistaqsi jekk il-gvern hux se jkun fil-pożizzjoni li jagħti sussidji għal dawn l-ispejjeż żejda li se jidħlu għalihom is-sajjieda, jekk humiex se jispiċċaw is-sussidji li sal-lum jingħataw lill-part-time u lill-full-time fishermen għax-xiri ta' opri tagħhom u jekk il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd wasalx fi ftehim mal-koperattiva tas-sajd biex is-sajjieda jkunu jistgħu jingħataw ammont ta' duty free diesel.", "Bħalissa kull sajjied full- time jingħata allokazzjoni ta' fuel duty free skond il-qabda tal-ħut li jkun iddikjara fis-sena ta' qabel.", "B'din il-liġi, dan l-ftehim li sar mal- koperattiva tas-sajjieda se jispiċċa?", "Klawsola 10 titkellem ċar li l-bastimenti tas-sajd barranin jistgħu jistadu fl-ibħra tagħna biss meta jkollhom il-liċenzja.", "Dan ifisser ukoll li se jkun hemm il-possibilta' ta' ħruġ ta' liċenzja għall-bastimenti tas- sajd barranin li jiġu jistadu hawn.", "B'dan il-mod is-sajjieda tagħna issa se jkunu f'kompetizzjoni diretta ma' dawk is-sajjieda barranin li jinħarġilhom il-permess li jistadu fl-ibħra tagħna.", "Klawsola 13 titkellem dwar iż-żamm ta' ħut abbord id-dgħajjes tas-sajd.", "Hawn qed ngħidu li ma jistax jinżamm xi tip ta' ħut differenti minn dak li suppost ikun qed jinqabad mis-sajjied f'dak l-istaġun partikolari.", "Issa jekk sajjied ikollu liċenzja għal xi tip ta' ħut u waqt is-sajda tiegħu jinzerta jaqbad xi ħut li mhux suppost qed jistad għalih, allura dan se jkollu jitfa' dan il-ħut il-baħar?", "Nerġa' ngħid li naqbel ma' l-Onor.", "Ċensu Galea dwar l-istocks tal-ħut u huwa tajjeb li jiġu mħarsa l-istocks tal-ħut tal-Mediterran, pero' rridu nkunu ċari x'qegħdin ngħidu b'dan li qed nilleġiżlaw.", "Ma' din il-klawsola hemm marbuta wkoll klawsola 14 fejn qed ngħidu li s- sajjied Malti ma jistax jistad fejn irid hu iżda biss fejn ikollu liċenzja li jistad u biss għal dak il-ħut li jkollu liċenzja maħruġa għalih.", "Klawsola 16 mbagħad titkellem dwar it-trasbord ta' ħut minn bastiment għal ieħor.", "Hawnhekk qed naraw li d-direttur se jkollu s-setgħa li jimponi kondizzjonijiet differenti dwar bastimenti tas-sajd differenti jew oħrajn b'deskrizzjoni differenti.", "Marbut ma' din il-klawsola hemm it-trasbord tat- tonn.", "F'dawn l-aħħar snin kellna numru ta' bastimenti Ġappuniżi li kienu jixtru t-tonn lokalment, jaħdmuh fuq l-istess vapur u jlestuh għall- esportazzjoni.", "Meta din il-liġi tkun infurzata dan ix-xogħol se jibqa' jsir kif s'issa dejjem sar?", "Klawsola 18 naħseb li hija ta' mportanza kbira għall-eżistenza tas- sajjied Malti.", "Din il-klawsola tikkonferma dak li aħna ilna ħafna ngħidu dwar il-ħsieb u l-possibilita' li bastimenti ta' sajjieda barranin jingħataw permessi jew liċenza biex jistadu fl-ibħra tagħna.", "Kif se jkunu preparati s-sajjieda tagħna għall-kompetizzjoni diretta li issa se jkollhom meta forsi jinħarġu liċenzji lis-sajjieda barranin?", "Forsi hawn min jgħid li l-baħar hu kbir u dawn m'humiex se jaffettwaw lis-sajjieda tagħna.", "Dan m'huwiex il-każ għax nafu kemm dgħajjes tas-sajd barranin jistadu viċin l- ibħra tagħna.", "Waqt il-maltemp kwanita' kbira ta' trawlers Sqallin u forsi wkoll minn pajjiżi Għarab ikunu jistkennu fil-port tagħna billi jirmiġġjaw fil-belt u anke fid-daħla tat-Tarzna.", "Dawn żgur li dawn jidħlu f'pajjiżna għax ikunu viċin aktar l-art Maltija milli l-art ta' pajjiżhom, u dan iwassal għall-konklużjoni li dawn ikunu qegħdin jistadu fil-qrib.", "Illum dawn jistadu fl-ibħra tagħna mingħajr permess imma bid-dħul ta' din il-liġi żgur li se jkunu jistgħu liberament.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħidli li le.", "Naħseb fil-winding up ikun jista' jirrispondi għal dawn il- mistoqsijiet li qegħdin nagħmlu aħna ta' l-oppożizzjoni.", "Il-kobor tal- bastimenti barranin jagħmilha possibbli li dawn isalpaw għal ħafna mili 'l bogħod minn arthom.", "Barra minn hekk dawn joħorġu jistadu għal ħafna ġranet u anke għal xhur.", "Sur President, tit ilu kont qed nitkellem ma' sajjied Sqalli li kellu t- trawler tiegħu marbut fid-daħla ta' Bormla u dan qalli li ġieli joħorġu jistadu anke għal xahar barra minn arthom.", "Issa s-sajjieda tagħna, bl-opri tal-baħar li għandhom, se jkunu f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jikkompetu ma' dawn is-sajjieda?", "Barra dan irrid ngħid ukoll li s-subclause ta' dan l-istess artiklu qiegħed hemm għalxejn, għax f'kull leġislatura kull gvern ikollu dejjem il- maġġoranza u għalhekk meta l-Gvern jitlob awtorizazzjoni tar-ratifika ta' dan l-artiklu żgur li din se tkun approvata għax hemm il-maġġoranza.", "Klawsola 21 tissokta dwar x'irridu nissodisfaw b'relazzjoni mad-dħul tagħna bħala membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan l-artiklu se jkun qed jagħti l-poter lill-ispetturi tas-sajd ta' pajjiżi barranin, u allura ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni, li jitilgħu fuq bastimenti tas-sajd tagħna sabiex jaraw li dawn qed jobdu r-regolamenti kollha ta' l-Unjoni dwar is- sajd.", "U dan mhux meta jkunu qed jistadu fl-ibħra barra mit-territorju Malti, iżda meta s-sajjieda Maltin ikunu qed jistadu fl-ibħra tagħhom.", "Sur President, ikun tajjeb ukoll li ninfurmaw lis-sajjieda Maltin dwar liema regolamenti huma marbuta bihom.", "Diġa' tkellimna dwar il-logbooks u apparat ieħor li jrid ikollhom is-sajjieda.", "Barra minn hekk id-direttiva 92/29 ta' l-Unjoni titkellem dwar titjib ta' trattament mediku ta' ħaddiema fuq opri tal-baħar fosthom is-sajjieda.", "Din id-direttiva titkellem dwar items tal-mediċina - li jvarjaw minn 46 item għal 39 item - li jridu jinġarru fuq bastimenti sabiex jintużaw minn sajjieda f'każ li tinqala' xi marda jew emerġenza waqt li jkunu abbord il-bastiment tagħhom.", "Jiena naqbel perfettament ma' din id-direttiva iżda tajjeb li min ikun involut ikun infurmat dwar dak mitlub minnu.", "Dawn huma bidliet li għalkemm f'ħafna każi huma tajbin, dawn iridu jsiru f'ċerti timeframes u mhux indaħħluhom mil-lum għall-għada.", "Biex nagħlaq, Sur President, jidher ċar li dan l-abbozz huwa ieħor mill- kullana ta' liġijiet li jridu jiddaħħlu minħabba l-ossessjoni tal-gvern biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Minn dak li joħroġ minn din il-liġi se naraw li s-sajjieda tagħna se jkunu affettwati b'mod negattiv għax se niftħulhom il-bibien għal kompetizzjoni diretta u allura nibża' li n-numru ta' sajjieda Maltin se jibda jonoqs fiż-żmien li ġej.", "It-tama tiegħi hija li l-gvern, fil-ġenn tiegħu li jissodisfa dak mitlub mill-Unjoni, ma jagħmilx dan a skapitu tal- ħaddiema Maltin, f'dan il-każ tas-sajjieda.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, meta konna nistudjaw it-teoloġija u l-filosofija kulħadd kien iġib l-argumenti u kulħadd jgħid li għandu raġun.", "Jien l-iswed ngħidlu iswed u l-abjad ngħidlu abjad.", "Il-liġi fiha nnifisha hija tajba, pero' mill-banda l-oħra l-gvern għandu jgħid mill- ewwel li din hija liġi ntiża l-aktar biex niġu in line ma' l-acquis ta' l- Unjoni Ewropea.", "Meta inti qed tagħti drittijiet lill-barranin jiġu jiċċekkjaw l-affarijiet tas-sajjieda Maltin tkun qed tagħmel xi ħaġa li l- Ewropej qegħdin jobbligawna nagħmluha.", "Ċertament li kull liġi jkun fiha t- tajjeb u jkun fiha l-ħażin ukoll.", "Ma nistgħux ngħidu li kulma hawn f'din il- liġi huwa perfett, pero' rridu nżommu quddiem għajnejna li llum qegħdin nittrattaw suġġett delikat ħafna fuq nies li għandhom xogħol ta' rkaptu, ta' tbatija u ta' sogru.", "Il-ġimgħa l-oħra ddibattejna l-liġi dwar il- protezzjoni u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u naħseb li l-iktar nies li għandhom bżonn din il-protezzjoni huma dawn in-nies.", "Sur President, aħna nafu li m'għandniex xi numru kbir ta' sajjieda u nemmen li l-għada li nsiru parti mill-Unjoni Ewropea din l-industrija tibda titfarrak bil-mod il-mod.", "M'inix qed ngħid hekk biex xi ħadd jaħseb li jiena m'għandix fiduċja fis-sajjied Malti.", "Jiena għandi fiduċja kbira fihom, u naħseb li kulħadd għandu, għax kull gvern u kull ministru, kemm Nazzjonalista kif ukoll Laburista li kien responsabbli kemm mis-sajd u kemm mill-agrikoltura pprova jagħmel l-aħjar tiegħu biex lis-sajjieda jtellagħhom 'il fuq.", "Irid ikun ministru miġnun biex lil dawn in-nies ma jagħtihomx l-għajnuna kollha.", "Wara kollox dawn huma nies li jaqilgħu l- għejxien tagħhom bi tbatija, jabbandunaw il-familja u joqogħdu bogħod minnha għal żmien twil.", "F'ċerti staġuni tal-ħut dawn jagħmlulek l-iljieli barra u mhux dejjem il-baħar ikun ħanin magħhom.", "Kien hawn sajjieda li saħansitra tilfu ħajjithom u ħallew familja warajhom.", "Hawn min lanqas jaf lil missieru, għax dan ħareġ u ma ġiex lura.", "Għalhekk qed ngħid li trid tkun ministru miġnun biex ma teħux ħsieb dawn in-nies.", "Sur President, kif qal l-Ministru Ċensu Galea, se nagħmlu liġi li se tipproteġi lil dawn in-nies.", "Per eżempju, illum hawn id-drawwa li dak li jkun japplika għal-liċenzja ta' part-time fisherman mhux għax ikun sajjied imma għax il-liċenzja hija irħas.", "Jien ma naqbilx ma din il-ħaġa.", "Illum hawn min għandu yacht jiswa Lm70,000 jew Lm80,000 - mhux luzzu tas-sajd imma yacht - li biex ma jħallasx ċerti taxxi u liċenzji japplika għal part- time fisherman.", "Jien kont nopponihom dawn l-affarijiet.", "Kien hawn min kien jgħidli li mhux sewwa nagħmel hekk imma biex tabilħaqq nipproteġu l- industrija tas-sajd ċerti affarijiet m'għandhomx isiru.", "L-ewwel li għandna nipproteġu hu l-full-time fisherman li jaqla' l-ħobża minn hemm.", "Jiena naqbel li partijiet fil-liġi qegħdin hemm biex jipproteġuhom, u għamel sew il-ministru li ġġieled biex id-diesel li jużaw għall-bastimenti jkun issussidjat skond il-qabda li ssir.", "Wara kollox min qiegħed fl- agrikoltura u s-sajd - u l-Ministru Ninu Zammit jaf x'jiġifieri - mhux qiegħed ġo xi fabbrika fejn irid itella' l-production 80% jew 90% imma jiddependi mill-ajru u mill-baħar u minn kemm ikun irid il-ħut.", "Nafu kemm jagħmlu spejjeż is-sajjieda meta jiġu biex jarmaw għal-lampuki.", "Minkejja dawn l-ispejjeż jaf jiġik staġun fqir u jiena għalhekk ngħid li l-ewwel irridu nipproteġu lill-full time fisherman, li qiegħed jaqla' l-ħobża tiegħu minn hemm.", "Jekk ma nagħmlux hekk inkunu irresponsabbli.", "Sur President, lis-sajjieda tagħna rridu l-ewwelnett nipproteġuhom mis- sajjieda barranin.", "Hawn mhux qed nirreferi għas-sajjieda minn Norway jew mill-Greċja, imma għal dawk Sqallin.", "Is-sajjieda Maltin jinsabu msallbin bihom.", "Ħafna mis-sajjieda joħorġu armati għax jiġu mhedda, għax l-opri tal- baħar tagħna mhumiex kbar daqs dawk ta' l-Sqallin.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħid għall-Ġappuniżi u għan-Norveġiżi għax dawk għadu ħadd ma laħħaq magħhom.", "Jiena u l-Onor.", "John Vella konna Norway u stajna naraw kif inhuma armati dawn in-nies.", "U Norway ma tridx tidħol fl-Unjoni Ewropea proprju għax trid tipproteġi s-sajd.", "Norway għandha flotta kbira u dejjem ikollha xi tgħid ma' l-Ingliżi fin-North Sea.", "Aħna lanqas kieku rridu ma jista' jkollna dawk il-flotot.", "Aħna lanqas flotta daqs dik ta' Sqallija ma jista' jkollna, imma l-flotta żgħir tagħna Maltija rridu nipproteġuha.", "Sur President, fl-aħħar laqgħa li jien u l-Onor.", "Francis Agius kellna fi Brussels intqal li t-25 mile limit irid jispiċċa.", "Dan ifisser li jekk għada se nidħlu fl-Unjoni Ewropea l-flotta tagħna se tispiċċa tikkompeti mal-flotta Taljana, l-iktar dik Sqallija, u dan huwa ħażin.", "Qed ngħid hekk għax kulmin bħali mar Mazara del Vallo jaf li dawn għandhom affarijiet enormi u aħna ma nistgħux nikkompetu magħhom.", "Aħna l-ewwelnett m'għandniex is-sistema li hemm Sqallija fejn id-dgħajjes huma owned bejn erba' jew ħames padruni.", "Hawnhekk għandek biċċa luzzu ta' forsi 25 pied li jkun bejn tliet full-time fishermen.", "Aħna ma nistgħux nikkompetu.", "Jien naf li meta jweġibni, l-Ministru se jgħidli li dan mhux veru pero' jiena wkoll kont ministru ta' l-agrikoltura u sajd u naf x'inhuma l-limitazzjonijiet tagħna.", "Sur President, ta' min isemmi wkoll it-Tuneżini li joħorġu jistadu u għandhom baħar sinjur fuq in-naħa tal-Libja.", "Meta kont ministru jiena - u naħseb li l-Perit Lawrence Gatt din kien kompla fuqha - aħna kellna joint ventures mal-Libjani li għandhom baħar sinjurun.", "Jekk għada nidħlu fl- Ewropa nkunu nistgħu nagħmlu trattat mal-Libjani biex immorru nistadu fl- ibħra tagħhom?", "Jew inkella l-kuntratti tibda tagħmilhom Brussels biss?", "Dan qed ngħidu għax fi Brussels hemm il-kummissarju li għandu x'jaqsam ma' l- agrikoltura u s-sajd u dan jipproponi u jagħmel il-kuntratti hu.", "Sur President, qed ngħid dan kollu għax ta' min verament jistaqsi jekk b'din il- liġi humiex se jkunu tabilħaqq protetti s-sajjieda tagħna.", "Hawnhekk m'inix qed nirreferi għall-part-time fishermen imma għas-sajjied veru li l- għejxien tiegħu jaqilgħu biss mis-sajd bis-sagrifiċċji li jagħmel hu.", "B'din il-liġi qed ngħidu li jekk sajjied jinqabad jistad f'ċerti postijiet jew b'ċertu mod se nwaħħluh multa kbira.", "Hawnhekk qed naħsbu li jekk naqbdu sajjieda barranin dawn jeħlu Lm20,000 u Lm30,000?", "Kollha nafu l-inkwiet li jkollna meta tinqabad skuna Taljan tistad fl-ibħra tagħna.", "Barra minn hekk konna naqbdu biss waħda f'mija u meta naqbduha kien ikollna pressjoni sħiħa mill-ambaxxati, imbagħad nitilgħu l-qorti u din tissekwestralu d-dgħajsa, dawn ngħidu dawn iridu jaħdmu u d-dgħajsa nitilquha.", "L-ebda dgħajsa minn dawn ma baqgħet hawnhekk, la fi żmien il- gvern laburista u lanqas fi żmien il-gvern nazzjonalista.", "Dawn inwaħħluhom Lm40, Lm50, Lm100 jew Lm1,000 u d-dgħajsa titlaq u qisu ma ġara xejn.", "Dawn jistadu fl-ibħra territorjali Maltin kienu u jistadu għadhom.", "Issa la nidħlu fl-Unjoni Ewropea u l-kwestjoni tal-25 mil tispiċċa, x'sigurta' se jkollna?", "Kontra min irridu nipproteġu lis-sajjieda tagħna?", "Kontra sħabna l- Libjani, l-Alġerini u t-Tuneżini?", "Kontra l-Isqallin jew min jiġi jistad hawn mill-Ewropa ma tista' tipproteġi xejn.", "L-iskuni Sqallin għandhom veloċita' li lanqas bit-tug boats li għandna m'inti se taqbadhom.", "Mela ejjew nitkellmu ċar u tond.", "Dan qed ngħidu għax għalkemm din il-liġi m'hijiex liġi ħażina, nemmen li fl-istadju ta' kumitat iridu jiġu rranġati ċerti multi esaġerati li jġiegħlu lis-sajjied iżarma.", "Ħaġa li qbilt magħha hi li dgħajjes ta' ċertu tul għandu jkollhom l- apparat biex jikkomunikaw.", "Kull full-time fisherman għandu jkollu l-apparat meħtieġ mhux biss biex jgħid x'qabda u xi kwalita' ta' ħut qabad, imma biex jekk iweġġa' jkun jista jitlob għall-għajnuna.", "Ta' min igħid li t- traskuraġni li hawn hija xi ħaġa kbira, u hawn nappella lill-maritime authority biex ikun hemm spettur li jmur għall-għarrieda fuq dawn id- dgħajjes u jara jekk għandhomx apparat sodisfaċenti.", "Barra minn hekk għandna naraw ukoll li d-dgħajsa tkun seaworthy.", "M'għandux ikun li jiena għabbejt in-nies, mort nistad u din id-dgħajsa lanqas naf jekk hix tajba jew le.", "Hawn qed nirreferi anke għall-part-time fishermen, għax dawn iħallsu t-taxxi li jħallsu l-full time.", "Dan qed ngħidu għax ħafna mill- accidents isiru għax hemm traskuraġni kbira.", "Kulmin hu mdaħħal f'dawn l- affarijiet jaf xi traskuraġni hawn.", "Illum wieħed għandu dgħajsa li ma nafux jekk għadhiex seaworthy u dan joħroġ jistad fuq iċ-ċimi li qegħdin 'il barra ħafna mill-art.", "Ħaġa li ma naqbilx magħha fil-liġi hija li meta sajjied ikollu xi kwestjoni, id-direttur għandu dritt jikkonfiskalu kollox u jtellgħu l- qorti.", "Kulħadd jaf id-dewmien fil-qrati.", "Sakemm tinqata' l-kawża jistgħu jgħaddu s-snin u jekk is-sajjied ikollu raġun u jerġgħu jagħtuh ix-xbiek u d-dgħajsa lura dawn se jkunu f'kundizzjoni ħażina għax kulħadd jaf li jekk ma tikkurahomx kull sentejn l-opri tal-baħar jispiċċaw.", "Min se jidħol responsabbli jekk dan ma sabulu xejn, ħareġ liberat u d-dgħajsa tiegħu ma tibqax seaworthy?", "Fil-liġi m'hemm xejn kif is-sajjied, f'dan il-każ, jista' jiġi protett.", "Ikollok luzzu sura ta' nies - u dan nafu kemm jiswa' - jinħataf u jintefa' x'imkien imbagħad wara xi sentejn, tlieta tinqata' l- kawża.", "Għaliex m'għandux ikun hemm tribunal magħmul mill-maritime authority u minn maġistrat ta' l-affari tiegħu li jkun imwaqqaf għal dawn it-tip ta' każi biss?", "Bħalma naqbel li jkollok inspector biex malli jaqbad lil xi ħadd jabbuża dan jikkonfiskalu kollox naqbel ukoll li mbagħad mhux iddewmu sentejn jew tlieta biex tinqatagħlu l-kawża.", "Għandu jkun hemm bord immexxi minn maġistrat jew imħallef ħalli fi żmien ħmistax din tinqata'.", "Għax jekk dan joħroġ illiberat, biex se jaħdem?", "Imbagħad fi ħmistax-il ġurnata dan se jkollu d-dritt imur jirreġistra biex jieħu xi ħaġa jew inkella m'hu se jieħu xejn?", "U anke ħmistax il-ġurnata f'dan il-każ jistgħu jkunu ħafna.", "Id-dgħajsa se tibqa' fil-baħar, ħadd ma jagħti kasha għax tkun maqbuda mill-pulizija u fil-maltemp tibqa' hemm ukoll.", "Minħabba f'hekk, is-suġġeriment tiegħi huwa li jekk inqabdet, sid ta' dgħajsa għandu għallinqas ikollu d-dritt li jdurha hu sakemm tinqatgħalu l-kawża.", "Jiena naqbel li jkollna s-serjeta', imma l-liġi qiegħda hemmhekk biex tipproteġi u mhux biex tkisser lil dak li jkun.", "M'għandhiex issir liġi biex lis- sajjied tfarrku iżda biex tipproteġih.", "Hemm xi affarijiet li naħseb li l- gvern jista' jirranġahom jekk għadu m'huwiex marbut mal-Kummissjoni Ewropea rigward is-sajd.", "U rridu nirranġawhom a favur kemm tal-ħaddiem, kemm ta' l- owner u kemm biex nipproteġu lill-poplu.", "Sur President, kif qal l-Onor.", "Ċensu Galea, mhux sewwa li bniedem joħroġ jistad, jaqbad 16-il kaxxa lampuki isib wieħed tar-ristorant u jbigħhomlu.", "Jiena m'inix qed ngħid li wieħed għandu joħnoq lil dawk jieħdu pjaċir imorru jistadu imma erbat iħbieb qabdu tużżana lampuki u qasmuhom mod u mort bla liċenzja u qbadt 30 kaxxa lampuki, tunnaġġ, fanfri u qarnit, sibt ristorant u begħethomlu mod ieħor.", "B'dan il-mod ikun qed jitkisser is- sajjied.", "U jiena għalhekk fil-bidu għidt li għandha ssir xi ħaġa biex min għandu xi yacht jiswa l-eluf m'għandux jirreġistra bħala part-time fisherman.", "(Interruzzjonijiet) Nafu biżżejjed x'inhu jiġri.", "Dan qed ngħidu għax lis-sajjied Malti mhux biss is-sajjieda barranin ikissruh, imma jkissruh ukoll dawk li huma taparsi dilettanti.", "Mela s- sajjied li jrid iħallas it-taxxa u l-bolla għax huwa self-employed u li ġieli tiġieh ħażina u jagħmel ġimgħa jew tnejn ma joħroġx minħabba l- maltemp qiegħed kopert taħt din il-liġi li barra li tissalvagwardjah timponilu wkoll ċerti obbligi li jekk jiksirhom ibati l-konsegwenzi imma mbagħad dawk li huma part-time fishermen x'se jiġri minnhom?", "Xejn.", "Dawn m'humiex koperti hawn.", "Sur President, fil-bidu għidt li kulħadd iġib argument u kulħadd jgħid li għandu raġun.", "Huwa veru li għandu jkun hemm closed season tal-ħut, imma meta jkun hemm dan il-closed season is-sajjied minn fejn se jiekol?", "Meta niġu għall-prattika x'se jiġri?", "Dawn se jmorru jagħmlu part-time job u jkomplu jħallsu t-taxxi talli jagħmlu l-part-time job?", "Is-sajjied qiegħed hemmhekk biex jaqla' l-ħobża tiegħu u jiena għalhekk qed ngħid li għandna nipproteġuh.", "Per eżempju llum naraw l-inkwiet fuq iċ-ċimi pero' mbagħad meta niġu għas-sustanza fil-liġi ma nsibu xejn dwar dan.", "Sieħbi l-Onor.", "Abela qal li lis-sajjieda qed nipproteġuhom.", "Jien nixtieq naf kemm tellajna nies il-qorti u ħadna passi kontrihom talli qegħdin jiksru l-liġi.", "Għandna l-liġi li jekk inti tinqabad tmissilhom iċ-ċimi, suppost tittella' l-qorti u teħel pero' kemm fil-verita' qed jittellgħu l-qorti?", "L-inkwiet ibatih is-sajjied, u dan rajnieh meta s-sajjieda barranin kissrulhom iċ- ċimi, daħlu fl-ibħra territorjali tagħna u sawtuhom.", "Minn fuq, għax sajjied tagħna kellu senter biex jiddefendi ruħu għamilnilu ċitazzjoni, u tellajnih il-qorti.", "Dawn huma affarijiet li għaddejna minnhom.", "U jekk l-Ewropa trid tgħinna, l-ewwel trid taqbad lill-Isqallin u tgħidilhom biex iħalluna bi kwietna.", "U mela tiġi tagħmel liġijiet li jippermettu lill-Ingliżi, lit- Taljani, lill-Griegi jiġu jistadu hawnhekk!", "Jiena ma naħsibx li l-flotta tagħna se tlaħħaq ma' dawn.", "Min se jipproteġiha l-flotta tas-sajd tagħna?", "Min se jipproteġi lil dawk il-230 jew ftit iktar full-time fisherman li għandna?", "Jekk tara l-iskejjen li għandna tgħoddhom fuq subgħajk, u ħafna minnhom lanqas jifilħu penny.", "U hawnhekk irrid indaħħal lill-maritime authority biex tara jekk kull skuna li titla' l-art hijiex seaworthy.", "Dawn ħafna minnhom jixtruhom, jagħtuhom passata żebgħa u flok joħorġu jistadu jieħdu l-klandestini biex jitilquhom f'nofs ta' baħar Sqallija.", "Min jagħmel dan għandu jitteħidlu kollox.", "Mr. Speaker, jiena ma nixtieqx intawwal.", "Irrid ngħid li meta niġu fi stadju ta' kumitat għandna naraw li b'din il-liġi ngħinu lil din l- industrija u ma nħalluhiex titfarrak.", "Jien nemmen li bir-rieda tajba miż- żewġ naħat u mingħajr ma nkunu oppressati la mill-Ewropa u minn ħadd nistgħu naslu biex nagħmlu din il-liġi taħdem veru għall-ġid tas-sajjied Malti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 18 ta' Ottubru, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari (Kontinwazzjoni);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Jinsab quddiem il-Kumitat Permanenti.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, xtaqt nitkellem fuq it-tipjip, suġġett li mhux assolutament kontroversjali imma inkwetanti.", "It-tipjip f'pajjiżna u f'pajjiżi oħra, speċjalment dawk Ewropej, huwa droga perikoluża li sfortunatament l-istess bħall-alkoħol hi tip ta' droga aċċettata mis- soċjeta'.", "In-nikotina fit-tabakk hi droga u l-istess bħal drogi oħrajn, tagħmlek dipendenti fuqha.", "Għal xi ħadd li jkun ipejjep mhux faċli li jaqta' t-tipjip.", "Dan is-suġġett ġie ttrattat ftit jiem ilu mill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Asciak.", "Hawn bżonn ta' aktar kuxjenza fuq it- tipjip u nsemmi bħala eżempju t-tipjip fil-parlament.", "Barra minn Malta trid tfittex post fejn tmur tpejjep imma hawn Malta trid tfittex post fejn ma jkunux qed ipejpu!", "F'dan il-parlament tista' tpejjep kullimkien, m'hawn l-ebda post ħlief din il-Kamra li suppost ma tistax tpejjep, imma jpejpu xorta.", "Napprezza li dawk li jpejpu għandhom id-dritt li jagħmlu dan, imma dawk li ma jpejpux, bħali, aħna m'għandniex drittijiet għaliex kull fejn tmur issib lil xi ħadd ipejjep.", "Id-differenza hi li meta inti tkun tpejjep int trid tagħżel fejn se tpejjep, imma jekk inti ma tpejjipx u ma tridx toqgħod għad-duħħan għaliex idejqek u jista' joqtlok u jmardek, allura m'għandekx dritt tagħżel għaliex tkun fejn tkun, jista' faċilment ikun dan il- parlament, jiġi xi ħadd u jpejjep ħdejk.", "Il-bieraħ filgħaxija, biex nieħu eżempju, kont qed nitkellem ma' wieħed uffiċċjal li kellu sigarett u fgani.", "Jien għedtlu biex jekk ma jimpurtax jitfi s-sigarett.", "Jiena ma niddejjaqx ngħid li jien ażmatiku u li d-duħħan jagħmilli l-ħsara.", "Dan l- uffiċċjal qalli li ma jistax jitfi s-sigarett għaliex jekk jitfih ma jkunx jaf x'inhu jgħidli.", "Is-sigaretti mhux biss huma an anti-social habit - għax li wieħed joqgħod jibla' d-duħħan u mbagħad joqgħod jonfħu f'wiċċek mhix xi ħaġa sabiħa - imma aktar minn hekk is-sigaretti huma perikolużi.", "Is-sigaretti joqtlu lil kemm lil dawk li jpejpu u jmarrdu anki lil dawk li ma jpejpux.", "Kull sigarett li wieħed ipejjep fih madwar erbat elef kimika velenuża, li sittin minnhom huma magħrufa li jikkawżaw il-kanċer.", "Ir-riċerka turi li ftit minn dawn il-kimiċi li fihom is-sigaretti, fosthom in-nikotina li hija droga addictive, tagħmel ħsara lis-sistema vaskulari, jiġifieri lill-vini u lill-arterji, tgħaqqad id-demm, tgħolli l-cholesterol u l-pressjoni.", "In- nikotina fiha t-tar, dak li hu magħruf bħala tartru, f'ammonti żgħar li hu kawża ewlenija tal-kanċer.", "Dawn il-kimiċi fihom ukoll il-formalina li tintuża fil-laboratorju sabiex jippreservaw xi katavru.", "Fl-operating theatre, meta taqta' xi organu jew xi biċċa, u tibgħatha għal biopsy fil- laboratorju, trid tippreservaha fil-formalina.", "Is-sigaretti fihom ukoll l-ammonia li tintuża fid-deterġenti li nużaw id-dar, l-arsenic li huwa velenu, iċ-ċomb li jagħmel ħsara kbira lin-nervituri u l-hydrogen cyanide fl-Amerika jużawh bħala tablets biex jagħmlu l-istate executions.", "Il- hydrogen cyanide jinsab ukoll f'ammonti żgħar fis-sigaretti, għaliex kieku jkun f'ammonti akbar joqtlok.", "Is-sigaretti fihom ukoll ir-radon li huwa radio active gas, apparti li fih il-carbon monoxide li jieħu post l-ossiġnu fid-demm.", "Fil-fatt malli tpejjep sigarett, jekk inti tagħmel analiżi tad- demm, issib mal-ewwel il-preżenza tal-carbon monoxide fid-demm għaliex jieħu post l-ossiġnu.", "It-tipjip huwa assoċjat ma' diversi tipi ta' kanċer fosthom kanċer tal- pulmun, kanċer tas-sider, kanċer fil-bużżieqa ta' l-urina, kanċer fil-ħalq, fil-kliewi, fl-istonku u fil-fwied.", "Hu magħruf ukoll li t-tipjip jikkawża l-leukaemia.", "Huwa stmat minn riċerka li għamlu dan l-aħħar, li min ipejjep għoxrin sigarett kuljum jista' jkun qed jitlef sa ġurnata ħajja fil-ġimgħa.", "Fid-dinja fil-preżent, it-tabakk huwa stmat li joqtol erba' miljun ruħ kull sena.", "Fi żmien tletin sena oħra, skond Dr Bruntland, direttur ġenerali tad-WHO, it-tipjip hu mistenni li jibda joqtol għaxar miljun ruħ fis-sena.", "Għalhekk it-tipjip waħdu qed joqtol ħafna iktar nies milli jmutu bil-malaria, bit-TB, bil-mard tat-tfal u mard ieħor tan-nisa waqt li jkunu qed jistennew, speċjalment fit-tielet dinja.", "It-tipjip waħdu joqtol iktar minn dawn il-mard flimkien.", "It-tipjip jikkawża pressjoni għolja, mard tal-qalb u diversi tipi ta' mard ieħor, fosthom fis-sistema respiratorja.", "Bħala eżempju għandek l-emphysema li prattikament tkisser it-tessut tal-pulmun.", "Il-bniedem jieħdu n-nifs permezz ta' bżieżaq żgħar imma bl-emphysema dawn il-bżieżaq tal-pulmun litteralment jinfaqgħu.", "It-tipjip hu assoċjat ukoll mal-bronchitis u ma' l- osteoporosis li hija marda fil-għadam.", "It-tipjip jista' jikkawża problemi ta' infertilita' fin-nisa u fl-irġiel.", "Min ipejjep waqt it-tqala jkun qed jissogra li jkollu kumplikazzjonijiet waqt il-ħlas jew anki waqt it-tqala għax hu magħruf li jikkawża korriment waqt it-tqala.", "It-tarbija tista' wkoll titwieled żgħira jew qabel iż-żmien.", "Min ipejjep ikun qed joqtol lilu nnifsu bil-mod.", "Fuq din hemm ċajta ta' wieħed li mar għand tabib u qallu: Inti qed tpejjep?", "Dak qallu: Iva, u reġa' staqsieh.", "Kemm tpejjep?", "Hu wieġbu li jpejjep għoxrin sigarett kuljum.", "It-tabib qallu li b'hekk qed joqtol lilu nnifsu bil-mod il-mod.", "Il-pazjent wieġbu: Tinkwetax Dottore, m'għandix għaġġla, m'iniex imdejjaq hawn!", "Min ipejjep ħdejn ħaddieħor li ma jpejjipx ikun qed jagħmel suwiċidju u jkun qed jagħmel omiċidju wkoll għaliex it-tipjip ta' ħaddieħor ħdejn xi ħadd li ma jpejjipx huwa magħruf u stmat li fil-fatt joqtol u jista' jmarrad lin-non-smokers.", "Fil-fatt dawk li ma jpejpux imma li huma esposti għal ħinijiet twal għad-duħħan tas-sigaretti ta' ħaddieħor, il- passive smoking, huma xorta waħda f'riskju kbir.", "Fl-Ewropa biss huwa stmat li jmutu madwar tnejn u għoxrin elf ruħ kull sena minħabba li huma esposti għad-duħħan ta' ħaddieħor.", "Dawn il-passive smokers, għandhom 30% ċans aktar li jimirdu bil-kanċer tal-pulmun.", "Fil- fatt il-passive smoking, jiġifieri ma tpejjipx iżda espost għad-duħħan ta' ħaddieħor, huwa stmat li joqtol tlett mitt ruħ bil-kanċer tal-pulmun kull sena.", "Min ma jpejjipx, iżda jkun espost għad-duħħan ta' ħaddieħor xorta waħda jispiċċa jibla' l-erbat elef kimika differenti li jkun fih sigarett.", "Anzi agħar għaliex filwaqt li dawk li jpejpu għandhom il-filter tas- sigarett, min ikun ħdejn xi ħadd li jkun qed ipejjep, se jkollu l-arja ta' madwaru mimlija duħħan li jispiċċa jibilgħu mingħajr filter.", "Jekk tkun espost għal dan id-duħħan għal tul ta' żmien, għandek riskju kbir li timrad b'mard serju, l-istess bħal min ipejjep, fosthom mard tal-qalb, kanċer tal- pulmun, emphysema, bronchitis, osteoporosis u l-affarijiet kollha li semmejt.", "L-iktar mard li joqtol Maltin u Għawdxin kull sena f'Malta u joqtol nies ta' eta' żgħira, huwa l-mard tal-qalb.", "It-tipjip huwa assoċjat direttament mal-mard tal-qalb.", "Il-bieraħ kien hawn tabib li huwa membru ta' din il- Kamra, li qalli li mar is-CTS l-isptar ifittex pazjent.", "Dan it-tabib kien għadu kif pejjep sigarett u kien jinxtamm.", "Meta dan it-tabib ltaqa' ma' Mr Alex Manche', li huwa l-cardiac surgeon li jopera f' St. Luke's, dan qallu li ġie jistaqsi għall-pazjent li kien għadu kif kien operat.", "Mr Manche', bl- istil tipiku tiegħu qallu: illum ġejt tistaqsi għal dan il-pazjent li operajtu open-heart surgery, u jekk se jibqa' jpejjep dalwaqt jiġu jistaqsu għalik għaliex mhux fil-bogħod li inti wkoll tgħaddi minn taħt idejja.", "Din hi r-realta', jiġifieri li min ipejjep għandu riskju, ferm u ferm akbar li jimrad bil-mard tal-qalb.", "Għaliex mhux tajjeb li tpejjep fejn nies li ma jpejpux?", "Stħarriġ li sar fl-1996 fl-Ingilterra, min-national asthma campaign, NGO volontarja li taħdem ħafna u għandna rikonoxximent tax-xogħol li tagħmel b'risq dawk li jbatu bl-ażżma u tagħmel ukoll ħafna riċerka, juri li 80% mit-3.4 miljun ruħ li jbatu bl-ażżma fl-Ingilterra, ammettew f'survey li sar, li t-tipjip ta' ħaddieħor jikkawżalhom attakki ta' l-ażżma.", "Dan hu veru.", "M'ilux kellna tabib, li hu deputat ta' din in-naħa, li kellu jmur l-isptar u jagħmel lejl hemm minħabba li meta kien ġol-government members' room kulħadd beda jdaħħan u dan qabdu attakk ta' l-ażżma u spiċċa kellu jagħmel lejl l-isptar wara seduta parlamentari.", "Dan ġara biss ftit xhur ilu.", "F'wieħed mill-ktejjeb li tibgħat, in-national asthma campaign tiftaħar li waħda mill-akkwisti kbar li għamlet tul is-sena li għaddiet kien lobbying fost il-membri parlamentari biex ikun hemm smoking policy biex jitħarsu d- drittijiet ta' dawk li ma jpejpux u anki biex issir ban fuq ir-reklamar tas- sigaretti, \"to set out employees rights about smoking in the workplace and jointly with other organisations to lobby successfully for a ban on tobacco advertising.\"", "L-attivitajiet sportivi kollha li jsiru f'Malta huma kollha riklamati bis-sigaretti.", "Din għalija hija dagħwa għaliex jekk hemm xi ħaġa li hija kontra l-isports huwa t-tipjip għax dan hu magħruf li jnaqqaslek in- nifs u li jikkawżalek ħafna problemi.", "Għalhekk jekk trid tkun sportiv tajjeb u tieħu l-isports bis-serjeta', naħseb li l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hi li taqta' s-sigaretti.", "Imbagħad għandna tazza hekk u tazza hekk, biex ma nsemmix ismijiet u ma nagħmilx riklami jiena wkoll, fejn prattikament ħafna mill-attivitajiet sportivi f'Malta huma fil-fatt riklamati minn aġenziji tat-tabakk.", "Skond statistika internazzjonali huwa stmat li kull sena madwar sbatax-il elf tifel u tifla taħt il-ħames snin jiddaħħlu l-isptar kawża tat-tipjip ta' ħaddieħor, ħafna drabi l-ġenituri tagħhom stess.", "Kull ġenitur li jkollu t-tfal żgħar, jiena kelli tfal żgħar għalkemm issa m'għadhomx żgħar imma above the age of cot death, l-iktar ħaġa li twerwirhom hija l-cot death li hija l-famuża misteru li, sal-lum għadna ma nafux eżatt minn xiex tiġi, li inti tmur filgħodu u ssib it-tarbija mejta.", "Meta kont il-casualty iltqajt ma' xi tliet jew erba' każi fejn iġibulek tarbija mejta u jgħidulek li sabuha mejta ġol-cot.", "Dawn iltqajt magħhom fil-ħmistax-il sena li għamilt il-casualty u ma jiġrux kuljum, fil-fatt għandna persentaġġ żgħir hawn Malta.", "Din il-cot death twerwer lill-ġenituri kollha.", "Ir-riċerka turi li t-tipjip ħdejn trabi żgħar jiddupplika r-riskju ta' cot death.", "Jiena konvint li hemm membri tan-naħa ta' l-oppożizzjoni li ma jpejpux li wkoll jaqblu miegħi.", "Jiena konvint ukoll li hemm min ipejjep li jaqbel li għandu jkun hawn smoking policies.", "F'Malta qed nonfqu madwar miljun lira Maltin fil-ġimgħa għas-servizzi tas-saħħa.", "Din l-ispiża se titla' għal Lm1.2 miljun, mill-inqas, meta jkollna l-isptar il-ġdid in operation.", "Sbatax il-miljun lira Maltin fis-sena qed jintefqu fuq mediċini u disposable equipment għall-isptar, u Lm1.2 miljun fil-ġimgħa fis-servizzi tas-saħħa.", "Allura meta qed nonfqu dawn il-flus kollha, qed nagħmlu ħażin li nagħmlu t-taxxa fuq is-sigaretti meta s-sigaretti bil-provi huma magħrufa li huma waħda mill-fatturi ewlenin ta' l-imwiet u ta' mard serju?", "Jiena konvint li kieku nagħmlu kampanja u aktar investiment biex in-nies li jpejpu ngħinuhom biex jaqtgħu t-tipjip, naħseb li niffrankaw ħafna spejjeż lill-gvern għaliex ħafna minnhom xi ħin jew ieħor jispiċċaw l- isptar b'mard tal-qalb jew b'mard ieħor li jkollu bżonn ħafna kura għal tul ta' żmien, jekk ukoll mhux mejta.", "Il-bieraħ waqt li kont qed nipprepara dan id-diskors ċempilt lil health promotion unit u kellimt lil Maryanne Massa, li hija s-senior health promotion officer.", "Din qaltli bi studju interessanti li kienet għamlet fejn marret fl-iskejjel u ntervistat tlett elef tifel u tifla ta' etajiet bejn ħdax, tlettax u ħmistax-il sena.", "Nixtieq nirringrazzja lil Maryanne Massa ta' l-għajnuna, u wkoll lil sħabha fil-health promotion office.", "Jirriżulta li 30% qalu li jpejpu mill-inqas darba kuljum, 4% minnhom qalu li jpejpu for leisure, jiġifieri meta joħorġu kuljum ipejpu kuljum u jekk joħorġu darba fil-ġimgħa jpejpu darba fil-ġimgħa.", "Fuq kollox dan is-survey li għamlet wera li 6% ta' l-eta' ħdax, tlettax u ħmistax-il sena kienu jpejpu b'mod regolari.", "Dan huwa survey li sar riċenti f'Malta fost tfal Maltin mill-health education unit taħt l-awspiċi tad-WHO.", "Hu nkwetanti li dawn it-tfal kollha ammettew li s-sigaretti jixtruhom u jakkwistawhom b'mod liberu.", "Jista' jkun hemm persentaġġ minnhom li jeħduhom mingħand il-ġenituri, imma hemm persentaġġ għoli wkoll li s- sigarett jistgħu jixtruh.", "Minkejja li huwa llegali li jinbiegħ tabakk lit- tfal taħt is-sittax-il sena, jekk tmur f'ħafna bars u postijiet fejn ibiegħu t-tabakk, tista' tgħid li jekk jidħol tifel u jgħidlu: Agħtini pakkett sigaretti għal papa, dan se jagħtihulu.", "Għalhekk il-problema mhijiex biss li għandna tfal ipejpu imma wkoll li m'aħniex nagħmluhielhom diffiċli biex ma jpejpux, anzi pjuttost hija faċli ħafna.", "It-tipjip mhux sempliċiment idejqek imma aktar milli jdejkek jista' joqtlok.", "Naħseb li għandna bżonn investiment qawwi biex nagħmlu smoking policy, u hawnhekk se ngħaddi suġġeriment f'dan is-sens fil-house business committee.", "Naħseb ukoll li għandna nibdew nikkunsidraw li f'dan il- Parlament nagħmlu smoking policy bl-għajnuna tal-health promotion unit.", "Id- drittijiet ta' dawk li jpejpu għandhom jiġu mħarsa, ma nippretendix li għandna nagħmlu xi witch-hunt kontra dawk li jpejpu għaliex min ipejjep għandu problema, qed isir addictive għat-tabakk u mhux faċli jaqtgħu.", "Naħseb li għandu jkun hawn smoking policy f'dan il-parlament fejn tkun tista' tpejjep f'ċerti postijiet u mhux kullimkien, per eżempju ġol- kurituri.", "Ħafna deputati jpejpu u għandhom dritt, u ma dawn irridu nżidu n-nies li jidħlu fil-parlament u x-xufiera.", "Jiena għandi ammirazzjoni lejn l-uffiċċju ta' l-assistenti tal-Clerk - fejn hemm Pauline, Josanne u Raymond - għax safejn naf jien hu l-uniku post fejn dawn iddeċidew, u għamlu sew, li fl-uffiċċju tagħhom ma jħallu lil ħadd ipejjep.", "M'ilux daħal ġurnalist miegħi li kellu sigarett.", "Dawn qalulu bl-edukazzjoni biex jitfih għaliex fl-uffiċju ma tistax tpejjep.", "Dan il-ġurnalist qabad u tfiħ.", "Nammirahom għaliex dawn iddeċidew li l-uffiċċju tagħhom jagħmluh a non-smoking zone u ħadd ma jidħol ipejjep hemmhekk safejn naf jien.", "Naħseb li għandu bżonn li jkun hawn aktar postijiet fejn ma jsirx tipjip għax prattikament m'hawnx post fejn wieħed ma jistax ipejjep.", "Hemm bżonn ta' postijiet ventilati sew fejn tkun tista' tpejjep, u għandu jkun hemm kamra li hija smoking room u l-canteen fejn tkun tista' tpejjep.", "Imma mbagħad għandu jkun hemm postijiet oħra li huma non-smoking, għax biex ikollok post fejn tista' taħdem u ma ssibx lil xi ħadd ipejjep trid tfittxu bil-lenti.", "It-tipjip ta' ħaddieħor mhux sempliċement idejqek imma jmarrdek u joqtlok.", "Fl-Ewropa jmutu tnejn u għoxrin elf ruħ fis-sena minħabba t-tipjip ta' ħaddieħor.", "F'dan il-parlament, fejn l-Iskrivan tal-Kamra qed jismagħni u safejn naf jien ma jpejjipx hu wkoll, għandna bżonn b'mod urġenti li nordnaw ftit non- smoking signs.", "Naħseb li n-non-smoking signs ma jiswewx ħafna flus, għandna l-iSpeaker ma jpejjipx ukoll u ħadd ma jpejjep minn dawk li hawn fil-Kamra, qegħdin f'minoranza.", "Fil-librerija rajt ukoll min ipejjep.", "Dawk li ma jpejpux għandu jkollhom id-drittijiet tagħhom, għaliex li tpejjep hija deċiżjoni konxja, taf li se jagħmlulek il-ħsara u tpejjep.", "Imma li jiġi xi ħadd u jpejjep ħdejk u tissogra li qed jagħmillek ħajtek u saħħtek f'riskju kbir, naħseb li hi inġusta.", "Min ipejjep għandu drittijiet imma min ma jpejjipx għandu drittijiet tiegħu wkoll.", "Il-parlament għadu kif iddiskuta l-liġi fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il- post tax-xogħol fejn saru diskorsi tajbin miż-żewġ naħat, minn madwar tlieta u tletin deputat, li jammontaw għal madwar tlieta u għoxrin siegħa ta' diskussjoni.", "Id-deputati għandhom jagħtu eżempju.", "Ir-regolamenti li ħarġu ftit ilu fis-sena 2000, li jemendaw l-Att ta' l-1994 dwar il- ħtiġijiet minimi tal-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol se jiġu in vigore f'April 2003.", "Dawn ħarġu issa biex l-employers ikunu jafu x'fihom u jippruvaw jiġu in line magħhom.", "Klawsola sitta u għoxrin tgħid li:", "\"The employer shall identify those areas where smoking could cause a risk of fire or explosion and he shall ensure that smoking is not allowed in such areas.", "The employer shall identify areas which are physically separated from other areas where smoking is allowed, in which smoking is prohibited as to protect non-smokers against discomfort caused by tobacco.\"", "Dan ifisser li kull min iħaddem, f'kull post tax-xogħol, għandu jagħmel regoli ċari fejn ċertu postijiet huma smoking areas u oħrajn non-smoking areas biex jipproteġi lil dawk li ma jpejpux.", "Imma dawn ir-regoli se jidħlu in vigore f'April tas-sena 2003, meta għamilna tlieta u għoxrin siegħa niddiskutu s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, fejn hemm anki provi u riċerka xjentifika li tgħid li dawk li ma jpejpux imma li jkunu esposti għad-duħħan tas-sigaretti ta' ħaddieħor jistgħu jispiċċaw jimirdu fosthom b'kanċer tal-pulmun jew bil-qalb jew inkella jmutu minħabba t-tipjip ta' ħaddieħor.", "It-tipjip hu riskju għas-saħħa tal-ħaddiem.", "Jekk inti tkun f'uffiċċju u kuljum minn filgħodu sa filgħaxija ħlief duħħan tas- sigaretti ma tiblax qiegħed f'riskju.", "Aħna li għamilna tlieta u għoxrin siegħa niddiskutu għandna nagħtu eżempju u we should set the tone hawnhekk, mhux nippriedkaw biss imma nipprattikaw dak li ngħidu.", "Aħna nemmnu f'dak li ngħidu għaliex li tippriedka faċli ħafna u dawk sħabi li jpejpu nixtieqhom jinnutaw dan għaliex hu tajjeb li nagħmlu diskorsi sbieħ imma rridu nkunu aħna li nagħtu eżempju.", "Nikkonkludi billi ngħid li t-tabakk joqtol mhux biss erba' miljun ruħ fis- sena, imma f'Malta biss illum se tmut persuna kawża tas-sigaretti, għada se jmut xi ħaddieħor u l-bieraħ miet xi ħaddieħor minħabba s-sigaretti.", "F'Malta, b'popolazzjoni ta' tlett mija u sittin elf ruħ, imutu mill-inqas erba' mitt ruħ kull sena minħabba s-sigaretti.", "Min irid isir numru f'din l-istatistika, jew min irid jagħmel lil uliedu stess numru f'din l- istatistika għandu jmur ipejjep id-dar jew għandu jkompli jpejjep ħdejn sħabu fuq ix-xogħol.", "Diġa' hija traġedja nazzjonali li min ipejjep jagħżel li jpoġġi saħħtu f'riskju ċar u kbir.", "Naħseb li ħadd m'għandu dritt ipoġġi ħajjet jew saħħet ħaddieħor f'periklu kbir, inkluż is-saħħa tat-tfal żgħar.", "Jien waħda mill-iktar affarijiet li kienet tirrabbjani meta kont qed nistudja u konna nagħmlu l-community nursing, jiġifieri li tmur fid-djar tan-nies, kien li tmur għand xi ħadd li jkollu tfal morda bl-ażżma, tidħol għandu u ssib lill-missier jew l-omm ipejpu ħdejn it-tfal.", "Dan għalija hu child abuse għax tifel li jbati bl-ażżma, li għandu drittijiet u ma jafx jiġġieled għalihom, huwa abbuż li l-ġenituri jpejpu ħdejh.", "Niftakru li fl- Ewropa, sbatax-il elf tifel u tifla jidħlu kull sena l-isptar taħt l-eta' ta' ħames snin minħabba t-tipjip tal-ġenituri tagħhom ħafna drabi.", "Il-fatt li ma tpejjipx ħdejn ħaddieħor mhux biss huwa rispett imma ta' l- inqas huwa solidarjeta'.", "Jiena nħoss li f'dan il-parlament wasal iż-żmien li nagħmlu smoking policy, biex ta' l-inqas għal darba, aħna d-deputati nieqfu nippriedkaw u nibdew nipprattikaw.", "Jien qed nagħmel awto-kritika għalina d-deputati kollha u ma qed nikkritika lil ħadd, għax lanqas aħna d- deputati m'għandna kuxjenza, u mhux qed nitfa' l-ballun f'saqajn ħadd, għax it-tort hu tagħna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-lejla l-Erbgħa, 18 ta' Ottubru 2000 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BDIEWA - QBIELA", "19928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana għaliex il-gvern huwa favur il-ħlas ta' Lm4.00 t-tomna għall-qbiela tal-bdiewa u kontra l-ħlas ta' Lm2.25c għal qbiela li l-gvern preċedenti kellu bħala rata ġdida għal ħlas tal-qbiela?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-iskema ġdida tal-qbiela tar-raba' tal-gvern kif imħabbra dan l-aħħar u li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija intiża biex tirregolarizza lil dawk li qed jaħdmu r-raba' tal-gvern mingħajr titlu, jiġifieri b'mod irregolari.", "Dawn qed jingħataw l-opportunita' li jġibu l-affarijiet tagħhom skond ir- regola billi jidħlu f'din l-iskema.", "Nixtieq hawnhekk nispjega illi, għall- kuntrarju taż-żidiet proposti fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, din l- iskema mhijiex se taffettwa lil dawk il-bdiewa li għandhom titlu regolari tal-qbiela tagħhom.", "Sadanittant ninsab infurmat illi ż-żidiet maħsuba fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, li kienu ser jaffettwaw anke lil min kellu titlu għar-raba' tiegħu, kienu ser ikunu ferm iżjed minn Lm4 it- tomna.", "Niġbed l-attenzjoni ta' kulħadd illi min qed iħallas qbiela b'titlu regolari ser jibqa' jħallas l-istess ammont ta' qbiela.", "BDIEWA - QBIELA", "19932.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispjega għaliex aċċetta li l-ħlas tal-qbiela tal- bdiewa jkun ta' Lm4 kull tomna u ta ' Lm3 metru fuq imħażen li huma aktar minn 30 metru kwadru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Wara li saru d-diskussjonijiet bejn id-dipartiment ta' l-uffiċċju konġunt, id-dipartiment ta' l-artijiet u d-dipartiment ta' l- agrikultura, ġew stabiliti r-rati li permezz tagħhom dawk li kienu qed jaħdmu raba' tal-gvern mingħajr titolu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom billi jidħlu f'din l-iskema.", "Peress li din l-iskema qiegħda tiġi ntrodotta issa u t-titoli ser jiġu regolarizzati issa, hija ħaġa loġika li r-rati jkunu jirriflettu l-qbiela u l-kera ta' dawn iż-żmenijiet.", "BDIEWA - PREZZIJIET", "19938.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana għaliex ma ddiskutiex ma' l-għaqdiet tal- bdiewa l-problema li qed tikkawża l-iskema l-ġdida tal-prezzijiet għolja tal-qbiela u ta' l-imħażen tar-raba'?", "Jista' jgħid f'liema paġna tal- programm elettorali l-partit Nazzjonalista kien qal li se jgħolli l-ħlas tal-qbiela u ta' l-imħażen?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-ispjegazzjoni li tajt fir-risposti għal mistoqsija parlamentari nru.", "19928 u 19933.", "Nixtieq inżid illi ma kienx ikun għaqli li jsiru diskussjonijiet ma' dawk li kienu qed jokkupaw art mingħajr titolu minħabba fil-possibbilta' li setgħa jinħoloq lok għal xi abbużi.", "QBIELA", "19947.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jnaqqas ir-rata tal-qbiela skond l-iskema l-ġdida tal-qbiela li ħareġ il-gvern peress li din il-miżata qed toħloq problemi lill-bdiewa?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mgħarraf li saru laqgħat ma` rappreżentanti tal-bdiewa u qed jiġu kkunsidrati t-talbiet tagħhom.", "Tajjeb jiġi nnotat pero` li kemm dawn ir-rappreżentanti kif ukoll il-gvern qablu li ma għandu jkun hemm ebda bidla fil-konfront ta` min hu rregolari.", "Barra minn hekk, ir-rata tal-qbiela ta` Lm4 it-tomna hija meqjusa bħala rata xierqa meta wieħed jikkunsidra l-qbiela li qiegħda titħallas fil-privat.", "RABAT - L-GĦALQA TA' KOLA", "19949.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinfurmana x'inhi l-pożizzjoni dwar l-għalqa Ta' Kola, fir-Rabat?", "Peress li r-residenti tal-lokal, kif ukoll il-pubbliku u t-turisti issa huma mxebbgħa jħabbtu wiċċhom mat-trabijiet u d-dehra kerha u żdingata f'dawn l-inħawi tant frekwentati, jista' l-Ministru jara li jsir xi forma ta' ftehim sabiex dan is-sit jiġi mogħti xi forma ta' cold tarmac, li barra li jtaffi l-inkonvenjent għar-residenti jilqa' aħjar l-ilma tax-xita ħalli ma jippenetrax fil-fdalijiet li għadhom ma ġewx skavati u li għadhom jinsabu taħt l-art?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SKEJJEL - TRASPORT", "20075.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jiġu verifikati, u jekk jirriżultaw veri jittieħdu passi, biex tinżamm id-dixxiplina fuq il-karozza li ġġor l- istudenti mill-Mellieħa u lura mill-iskola sekondarja tas-subien ta' l- Imtarfa peress li qed ikun hemm rapporti ta' ġlied bejn it-tfal u f'każ minnhom is-sewwieq niżżel it-tfal 'il bogħod mid-dar u kellhom ħafna x'jimxu fix-xita?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt assigurat li qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex l-istudenti li mhux qed iġibu ruħhom sewwa jiġu identifikati u mwissija dwar l-imġieba tagħhom.", "ENEMALTA / WSC - KONTIJIET", "20091.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li nqatagħlhom is- servizz ta' l-ilma u/jew dawl għax ma ħallsux il-kontijiet tagħhom din is- sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għall-ewwel tliet xhur tas-sena, nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "15998 waqt seduta nru.", "293.", "L-informazzjoni mitluba għax-xhur wara Marzu għadha qed tinġabar.", "MALTACOM - KONTIJIET", "20092.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tat-telephone maqtugħ għax għandhom kontijiet pendenti mal-Maltacom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent hemm 2,362 abbonat li għandhom is- servizz tat-telefon maqtugħ peress li naqsu milli jħallsu l-kontijiet, anke wara li kien hemm restrizzjoni fuq is-servizz tagħhom.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ID CARDS", "20093.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn ID-Cards skaduti llum?", "Jista' jgħid jekk ID-Card skaduta tistax tintuża, u jekk xi azjenda jew dipartiment jistax jirrifjuta li jaqdi lil xi ħadd għax għandu ID-Card skaduta?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija mhix miżmuma mill-pulizija u lanqas ma hi fil-pussess tagħhom.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, irrid ngħid li kull karta ta` l- identita` maħruġa qabel l-1 ta` Jannar, 2000 li tiskadi wara dik id-data tibqa` valida sakemm jinħareġ avviż mill-prim ministru fil-Gazzetta tal- Gvern.", "SKEJJEL - SCHOOL GIRLS' MOTHERS UNIT", "20094.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bniet ta' l-iskola li ma attendewx skola din is-sena għax huma tqal?", "Kemm hemm tfal jattendu l- ischool girl's mothers unit bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' tfajliet studenti li ma attendewx l-iskola bejn Jannar u Ottubru, 2000 għax huma tqal huwa ta' 34.", "Fil-preżent hemm 28 tfajla tqila li qed jattendu l-programm tal-girl's mothers unit.", "Uħud minnhom għandhom aktar minn 16-il sena.", "Hemm ukoll 30 tfajla, uħud minnhom 'il fuq minn 16-il sena - li jattendu f'dan il-unit flimkien mat-tarbija.", "Informat ukoll li 20 tfajla li għalqu s-16-il sena u li kellhom tarbija baqgħu jattendu għall counselling f'dan il-unit.", "DJAR - AKKOMDAZZJONI ALTERNATTIVA", "20095.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - se tingħata akkomodazzjoni alternattiva peress li qed tgħix fil-periklu, kif juri r-rapport tal-perit li qed jintbagħat ukoll separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ qed jiġi kkunsidrat.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TWELID", "20096.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm twieldu tfal minn tfajliet taħt is-16-sena, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fir-reġistru pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "GĦAWDEX - KARTI SOFOR/ROŻA", "20100.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "6884 rigward il-karti sofor?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Peress li l­applikazzjonijiet għall­karta s­safra (Schedule V) jintlaqgħu u jiġu pproċessati mis­sezzjoni tas­saħħa f'Malta, nitlob lill­Onor Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill­ministru konċernat.", "MUŻEWIJIET/SITI PREISTORIĊI - DĦUL", "20101.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "6966?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal- mistoqsija tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija fuq it-ticketing system, kif diġa' għedt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "6674, it-tender qiegħda tiġi evalwata.", "ĊENTRU TA' TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI - IMPJEGATI", "20103.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru wieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "6990?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "6990 kienet ingħatat permezz tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "7282 tal-31 ta' Mejju, 1999 (Seduta Nru. 110.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn ġew ingaġġati 28 care workers kemm minn gradi oħra ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fiċ-ċentri tat-taħriġ u kemm minn barra, jiġifieri care workers ġodda.", "Il-Ministeru bħalissa se jdaħħal sitt care workers oħra kif ukoll numru ta' support workers oħra.", "Fi Frar 2000 ġie wkoll ingaġġat assistent direttur biex jieħu ħsieb iċ- ċentri tat-taħriġ.", "Barra milli għandu diploma fis-social work u masters degree fil-ġerantologija, dan l-assistent direttur għandu esperjenza twila mal-persuni b'diżabilita' u esperjenza amministrattiva.", "TAXXI INTERNI - SAJJIEDA FULL-TIMERS", "20127.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena jistax jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' full-timers sajjieda?", "Kemm minnhom iddikjaraw dħul taħt il-Lm5,000 u kemm minnhom iddikjaraw dħul bejn Lm6,000 - Lm10,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.", "TAXXI INTERNI - RETURNS", "20128.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena jistax jiġi stabilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-quarrying?", "Kemm minnhom iddikjaraw dħul taħt il-Lm5,000 u kemm iddikjaraw dħul bejn l-Lm11,000 - Lm60,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi ppubblikat meta jkun il-waqt.", "TAXXI INTERNI -FOOD AND BEVERAGES MANUFATURERS", "20129.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jistax jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-manifattura tal-food and beverages?", "Kemm minnhom irreġistraw telf?", "Kemm minnhom iddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi ppubblikat meta jkun il-waqt.", "TAXXI - INCOME TAX", "20130.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid skond ir-returns li daħlu din is-sena kemm hemm ħaddiema bil- PAYE 1i jaqilgħaw: (a) bejn Lm 5,000 - Lm 7,500? (b) bejn Lm 7,500 - Lm 10,000? (ċ) bejn Lm 10,000 - Lm 15,000? u (d) 'il fuq minn Lm 15,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi ppubblikat meta jkun il-waqt.", "TAXXI INTERNI - MANIFATTURA TAŻ-ŻEBGĦA, DETERĠENTI U MEDIĊINI", "20131.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jistax jiġi stabilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-manifattura taż-żebgħa, detergenti u mediċini?", "Kemm minnhom iddikjaraw telf, dħul taħt it-Lm3,000 u dħul taħt is-Lm7,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi ppubblikat meta jkun il-waqt.", "TAXXI - TAXABLE ALLOWANCES", "20132.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'sar dwar it-taxable allowances li kien irrifera għalihom il-Ministru fil-Budget 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment qiegħed jiffinalizza r-regoli li se jistabilixxu l-metodi kif għandhom ikunu vvalutati l-fringe benefits biex ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ mis- sena d-dieħla.", "TEATRU MANOEL - RAPPREŻENTAZZJONIJIET", "20140.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rendikont għal din is- sena tar-rappreżentazzjonijiet li ttellgħu fit-Teatru Manoel, fejn ġiet segwita r-rakkmandazzjoni ta' l-awditur ġenerali fir-rapport annwali 1998 li jiġi stmat kemm se jintnefaq f'kull rappreżentazzjoni u kemm fil-fatt intnefaq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - OĠĠETTI TA' WIRT STORIKU U KULTURALI", "20141.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema ministeri wieġbu s'issa għaċ-ċirkulari li ntbagħtet f'Diċembru 1999 biex jgħidu x'oġġetti ta' wirt storiku u kulturali nazzjonali hemm fil-bini tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ministeri li wettqu listi sħaħ ta' oġġetti ta' wirt storiku fil-bini tagħhom huma l-ministeru ta' l- edukazzjoni u l-ministeru tas-saħħa.", "Ma' l-inventarji ta' dawn il- ministeri hemm inkluż l-inventarji tad-diversi dipartimenti, sezzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-kariga tagħhom.", "Il-ministeri li għamlu kuntatt mad-dipartiment tal-mużew, bħala l-ewwel pass meħtieġ skond iċ-ċirkulari ta' Diċembru 1999, huma dawn:", "* office of the prime minister, Auberge de Castille * armed forces of Malta, management and efficiency unit, management & personnel office, EU directorate * ministry for social policy * department of housing * ministry for the environment * works division * ministry for economic services * department of trade, central office of statistics, Malta council for economic development, department for citizenship & expatriate affairs, department for civil registration * ministry for agriculture * ministry for Gozo", "Fid-29 ta' Settembru ntbagħat reminder lill-bqija tal-ministeri, dipartimenti u entitajiet oħra dwar l-obbligu tagħhom li jsegwu l- istruzzjonijiet taċ-ċirkulari ta' Diċembru 1999.", "DJAR", "20194.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex biċċa art li tagħmel parti minn flat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija ttieħdet?", "Hemm persuni oħra fl-istess flat li għandhom art mal-flat?", "Din l-art hija tal-lands?", "Jekk le, ta' min hija?", "Jekk iva, għaliex ma tingħatax lill-familja li qegħda tokkupaha?", "Jekk mhux se tingħata lill-familja li qiegħda titlobha, x'użu se jsir minnha?", "X'konnessjoni għandha din il-biċċa art ma' l-awtorita' tad- djar?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li hemm dwar din l-art u min għandu l-ewwel dritt li jeħodha?", "Jaf il-Viċi Prim Ministru li minħabba din il-biċċa art persuna b'diżabilita' mhux se tgħix ma' din il-familja għax tneħħilha l-aċċess?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li d-drittijiet dwar l-art in kwestjoni għad iridu jiġu stabiliti definittivament mad-dipartiment ta' l- artijiet u għalhekk ma tistax tingħata risposta f'dan l-istadju.", "SWDP - GĦAWDEX", "20195.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Meta anke l-qrati tal-maġistrati ta' Għawdex ibbenefikaw mis-servizz professjonali ta' l-SWDP t'Għawdex, jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid x'għażla għandhom il-qrati Għawdxin meta jiġu biex jaħtru l-esperti tagħhom f'każi soċjali?", "Il-Viċi Prim Ministru nforma lil min kien jagħmel użu minn dan is-servizz, speċjalment lill-qrati, li dan is-servizz kellu jispiċċa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-qrati f'Għawdex għandhom żewġ għażliet meta jaħtru l-esperti tagħhom.", "Jistgħu jagħżlu li jaħtru esperti Għawdxin miċ- ċentru ħidma soċjali jew mill-SWDP.", "Dawn ta' l-aħħar huma ffokati b'mod partikolari fuq każi ta' protezzjoni għat-tfal u dawk dwar vjolenza domestika.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RELIEF", "20196.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jinħareġ ir- relief ta' omm xebba bil-ġenituri mejta li tinsab bla ebda dħul finanzjarju li, id-dettalji dwarha u korrispondenza importanti oħra qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?", "Jaf li biex tmantni lit-tifel ta' ħames xhur din l-omm xebba jkollha tgħix b'dak li jagħtuha n-nies?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna ndikata qiegħed jerġa' jiġi mistħarreġ mid-dipartiment konċernat u l-persuna mistennija tirċievi risposta fil-jiem li ġejjin.", "SWDP - GĦAWDEX", "20197.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għaż-żjara li l-Ministru għal Għawdex u l-Ministru għall-Politika Soċjali għamlu fl-SWDP f'Għawdex wara r-rebħa elettorali ta' l-1998 fejn il-Ministru għall-Politika Soċjali faħħar tant is-servizz billi ġie kkwotat li qal:", "'Minn biċċa drapp qed tagħmlu libsa ta' tieġ'.", "Jista' l-Viċi Prim-Ministru jispjega għaliex mhux biss lil dawn il-part- timers baqa' ma tahomx support permezz ta' ħaddiema kwalifikati full-time Għawdxin jew għallanqas administrative support workers, iżda saħansitra wieħed mill-kollegi ġie mitlub jirriżenja mill-impjieg għax intqal li m'hemmx bżonn ta' servizz ta' counselling f'servizz ta' social work?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħidma soċjali ġenerika f'Għawdex hi f'idejn iċ- ċentru ħidma soċjali u għalhekk kull għajnuna f'dan ir-rigward tinstab fiċ- ċentru.", "In-numru ta' każi speċjalizzati in konnessjoni ma' protezzjoni tat- tfal u vjolenza domestika huma relattivament ftit u ma jiġġustifikax il- preżenza ta' ħaddiema klerikali.", "L-interventi soċjali minn social workers u l-counselling isiru minn nies li huma mħarrġa professjonalment għal din il-ħidma u anke dan isir taħt superviżjoni.", "Dan hu l-mod li wieħed irid jassigura li l-interventi jkunu professjonali.", "Is-social workers tal-SWDP kellhom it-taħriġ u s- superviżjoni neċessarja.", "SWDP - GĦAWDEX", "20198.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim-Ministru jagħti spjega: (a) Għaliex l-uffiċċju ta' l-SWDP f'Għawdex għalaq kiesaħ u biered? (b) Għaliex l-uffiċċji ġew żarmati minn ġewwa pero' tħalliet fuq barra l-plakka li tindika lil pubbliku li f'Għawdex hemm servizz ta' l-SWDP? (ċ) X'sar minnhom il-ħaddiema kwalifikati f'dan is-settur?", "Ma jaħsibx li dan huwa ħela ta' riżorsi umani? (d) Xi pjani għandu l-Ministeru sabiex itejjeb is- servizz tal-welfare f'Għawdex fuq bażi almenu bħal dak ta' Malta? (e) Kif qed ikampaw familji u/jew individwi vulnerabbli Għawdxin sabiex is-servizzi ta' l-SWDP ta' Malta (taqsima vjolenza domestika, taqsima ħarsien tat-tfal, servizz ta' terapija għal-familja eċċ) ikunu jistgħu jiġu pprovduti lilhom, meta qabel kien hemm ko-ordinazzjoni ta' dawn is-servizzi f'Għawdex u issa dan is-servizz spiċċa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: (a) Il-każi li taħdem fuqhom l-SWDP f'Għawdex huma speċjalizzati u għalhekk huma ftit.", "F'dan ir-rigward is-social worker jagħmel visti fid-djar tal-klijenti meta jkun meħtieġ jew jarahom fiċ- ċentru ħidma soċjali jew anke f'istituzzjonijiet fejn ħafna mill-każi ta' vjolenza domestika jkunu qeda.", "(b) Il-plakka li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant tneħħiet il-gimgħa l-oħra.", "(c) L-ebda wieħed mill-part-timers li kien hemm fl-Lulju ma' xtaq jaħdem fuq każi konnessi ma' Għawdex.", "Wieħed minnhom wera x-xewqa li jgħamel xogħol ma' l-SWDP f'Malta.", "L-SWDP qed tikkonsidra din ix-xewqa.", "(d) Is-servizzi speċjalizzati huma għal qadi ta' l-Għawdxin ukoll u għalhekk il-ħidma ta' l-SWDP hi aċċessibbli għal Għawdex ukoll.", "Il-ħidma soċjali ġenerika hi f'idejn iċ-ċentru ħidma soċjali.", "Il-gvern hu kommess li s-social work ikun organizzat fuq livell reġjonali minfejn jingħata s- servizz ta' social work iżda f'kordinament ma' entitajiet oħra li jipprovdu ħidma soċjali bħal ETC, l-awtorita' tad-djar u siġurta soċjali.", "Għawdex qed jitqies bħala wieħed minn dawn ir-reġjuni.", "Kull żvilupp f'dan il-qasam qed jieħu din id-direzzjoni.", "(e) Il-familji Għawdxin qed jinqdew billi jużaw is-servizzi ta' l-SWDP l- istess bħal kull familja Maltija oħra u għal ħidma soċjali ġenerika jistgħu jirrikorru għaċ-ċentru ħidma soċjali f'Għawdex stess."]} {"filename": "19941031_331d_par.doc", "date": "1994-10-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 331 It-Tnejn, 31 ta' Ottubru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 331", "It-Tnejn, 31 ta' Ottubru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 331", "It-Tnejn, 31 ta' Ottubru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 509", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 509", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 515", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS BILL", "It-Tieni Qari 515", "AĠĠORNAMENT 539", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 546", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 330 li saret fis-26 ta' Ottubru, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKOLA SACRED HEART - FTUĦ TA' BIEB GĦALL-ISPTAR ZAMMIT CLAPP", "21407.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Hemm xi oġġezzjonijiet min-naħa ta' l-isptar Zammit Clapp biex l-iskola tas-Sacred Heart tiftaħ bieb għal ġol-parking area ta' l-isptar u b'hekk it-tfal, l-għalliema u kull min juża din l-iskola jkun jista' jidħol fl-iskola minn dik in-naħa biex b'hekk jitnaqqas il-periklu li toħloq il-konġestjoni tat-traffiku fi Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq is- Sorijiet, Triq Ballut u Triq Imrabat f'San Ġiljan?", "X'inhuma dawn l- oġġezzjonijiet?", "Jista' dak li jmexxi l-isptar jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu u jwarrab l-oġġezzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): L-Onor.", "Membru għandu japprezza d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu meta wieħed jibdel il-parking area fi triq passaġġa.", "B'danakollu, ġejt informat li ma jkunx hemm ostakolu biex jinfetaħ bieb għal ġol-parking area, sakemm il- bieb jintuża biex il-vetturi kollha li jwasslu tfal jew persuni oħra jidħlu fil-proprjeta' ta' l-iskola biex iħottu l-passiġġieri, u jagħmlu l-istess meta jiġu jistennew biex jgħabbu.", "Inżid ngħid li fi kwalunkwe każ dan għandu jsir b'sempliċi tolleranza daparti tal-management ta' l-Isptar Zammit Clapp.", "SKOLA SACRED HEART - FTUĦ TA' BIEB GĦALL-ISPTAR ZAMMIT CLAPP", "21408.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: 1.", "Jikkonferma li fit-13 ta' Lulju, 1993 id-Dipartiment ta' l-Artijiet ta permess lill-iskola tas-Sacred Heart biex tiftaħ bieb għal ġol-parking grounds ta' l-Isptar Zammit Clapp biex b'hekk it-tfal u kull min juża l- iskola jkun jista' jidħol fiha minn dik in-naħa u b'hekk tonqos ħafna l- konġestjoni u l-konfużjoni fi Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq is-Sorijiet, Triq Ballut u Triq Imrabat f'San Ġiljan?", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tat il-permess meħtieġ biex il-bieb jinfetaħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): M'hemmx bżonn permess ta' l-iżvilupp għax-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "Il-ftuħ ta' bieb fil-ħajt ta' bejn l-iskola tas-Sacred Heart għall- parking area ta' Zammit Clapp skond Ordni ta' l-1993 dwar Żvilupp Ġenerali ma jitqiesx bħala żvilupp u għaldaqstant ma kienx hemm bżonn permess min- naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Id-Dipartiment ta' l-Artijiet ta permess lill-iskola tas-Sacred Heart biex jiftħu bieb mill-grounds ta' l-iskola għal fuq il-parking area ta' l- isptar Zammit Clapp.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed nifhem sew li jekk, per eżempju, inkun irrid nagħlaq bieb f'xi proprjeta' tiegħi, m'hemmx bżonn napplika għal permess tal-Planning Authority?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kwestjoni m'hijiex l-istess.", "Aħna konna qed nitkellmu rigward ftuħ ta' bieb fil-ħajt bejn l-iskola u l-parking area.", "L-Ordni dwar Żvilupp Ġenerali ta' l-1993 tgħid speċifikament liema huma l-każi fejn m'hemmx bżonn permess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gerge Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Allura kieku jien kelli niftaħ bieb id-dar jew f'xi fabbrika jew azjenda oħra, m'hemmx bżonn ta' permess?", "Safejn naf jien, għall-iċken ħaġa li tagħmel għandek bżonn il-permess.", "Jien ma nafx x'inhi l-Ordni ta' l-1993 u l-poplu kull darba qed jiġi żgwidat.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Ordni ta' l-1993 titkellem ċar u tagħmel distinzjoni bejn meta tkun trid tiftaħ bieb addizzjonali ma' dak li jkun hemm fil-faċċata, jew inkella bieb minn ħajt diviżorju fi proprjeta' fejn ikollok permess biex tiftħu.", "Dan il-każ jaqa' taħt dik il-kategorija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Fl-iskola li hemm fi Fleur-de-Lys, x'permess intalab minn sid il-ġonna biex għamilhom garaxxijiet?", "Barra minn hekk, dan naqqas biċċa mill-bitħa ta' l-iskola biex saret triq ħalli jkun jista' jiftaħ dawn il-garaxxijiet, għax ma kienx hemm triq għalihom", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-każ li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant jidher li huwa differenti minn dan li qed nitkellmu dwaru, u għalhekk nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika fuq dan il-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Billi l-Gvern ta permess li jinfetaħ il-bieb għal ġol-parking area jfisser li dawn se jkollhom dritt permanenti għalih?", "Jiġifieri jekk il-Gvern xi darba jkollu bżonn juża dik il-parking area għal skopijiet pubbliċi jkun jista' jirrevoka l-permess li jkun ta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Gvern permezz tad-Dipartiment ta' l- Artijiet - mil-lat ta' permessi oħra diġa' wieġeb l-Onor.", "Louis Galea - ma jkunx ta permess permanenti, la bħala Dipartiment ta' l-Artijiet u lanqas bħala permessi oħrajn.", "Li jsir ikun b'tolleranza skond l-esiġenzi u l- Gvern ikun jista' jirrevoka l-permess mogħti mingħajr l-ebda diffikulta'.", "SWIEQI - TRIQ SANT'ANDRIJA", "21409.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex fi Triq Sant'Andrija bejn Swieqi u Pembroke jittieħdu passi biex issir anqas perikoluża għal nies li jimxu fiha jew iridu jaqsmu minn naħa għall-oħra?", "Fiex jikkonsisti dan il-pjan u meta se jitwettaq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien għadni ma fhimtx x'inhi r-responsabilita' tal-Ministru Zammit Dimech u r-responsabilita' tal-Ministru Frendo fejn jidħlu t-toroq - jista' jkun li problema ta' l-I.Q. tiegħi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien wieħed minn dawk li nirrispetta l-I.Q. ta' l-Onor.", "Bartolo, jiġifieri naħseb li meta nispjegalu se jibqa' jifhem anke għall-futur.", "Id-distinzjoni hija sempliċi ħafna.", "L-Onor.", "Michael Frendo, bħala Ministru responsabbli għat-trasport huwa responsabbli wkoll għar-Roads Department u għas-sistemi tat-traffiku.", "Issa l-Onor.", "Interpellant qed jitkellem dwar pjan biex fih jittieħdu passi ħalli Triq Sant Adrija li tinsab bejn Swieqi u Pembroke issir inqas perikoluża għan- nies li jimxu fiha jew li jkunu jridu jaqsmu.", "Mela hawn qed jitkellem fuq proċedura li b'xi mod se tibdel il-konfigurazzjoni ta' dik it-triq.", "Apparti l-kwestjoni li biex tibdel il-konfigurazzjoni tat-triq trid tgħaddi wkoll għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-inizjattiva tittieħed minn min hu responsabbli għat-trasport, li jinkludi miżuri ta' kontroll tat-traffiku, traffic calming u traffic management.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jien ma nafx jekk fhimtux tajjeb lill-Ministru meta qal li l-Ministru Frendo huwa responsabbli għal toroq ġodda.", "It-toroq ġaladarba jsiru ma jibqgħux ġodda; allura min ikun responsabbli għalihom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett, kif probabbli jaf l-Onor.", "Gatt, meta triq ikollha bżonn tiġi reconstructed - fl-antik konna ngħidu li jerġa' jsir il-wiċċ kollu u biex tagħmel dan trid taqlagħha - dik teknikament titqies bħala triq ġdida, jiġifieri m'hux bil-mod lajk kif nitkellmu jien u int meta ngħidu li triq ġdida hija biss triq li ma teżistix.", "Triq ġdida tinvolvi triq qadima li qed tagħmel rikostruzzjoni tagħha.", "Huwa tajjeb li nkunu nafu dan ħalli ma jkunx hemm misunderstanding fuq dan il-punt.", "Barra minn hekk, jekk f'dan il-każ qed titkellem fuq triq fejn is-suġġeriment ma jkunx biss li taqlagħha mill-wiċċ imma tkun trid taqlagħa mill-qiegħ u tagħmlilha konfigurazzjoni differenti, il-materja ta' traffic management u ta' traffic planning tappartjenti wkoll lill-ministru li jkun responsabbli għat-trasport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Min ikun responsabbli fil-każ li jkun hemm triq ġdida u wara xahrejn jew tlieta jkollha bżonn ta' patching?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Meta ġieli saru mistoqsijiet kienu jgħidulna li jekk xi kuntrattur jagħmel trinka għandu jagħmel ir-resurfacing.", "Illum jekk ikun hemm bżonn ta' patching liema Ministru huwa responsabbli?", "Jien naf li int responsabbli imma nitieq li wieħed ikun ċar.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-patching jibqa' responsabilita' tal- Ministeru għall-Ambjent u għalhekk fit-tweġiba tiegħi kont speċifiku u għidt li jekk tkun tinvolvi r-rikostruzzjoni tat-triq teknikament terġa' tiġi qisha triq ġdida.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' patching u mili ta' ħofor jew biex triq tiġi rranġata bil-cold asphalting jagħmel parti mix- xogħol tal-Ministeru għall-Ambjent, dejjem f'każ ta' triq sekondarja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, wara seba' snin ta' tkissir u gandotti fit-toroq - kienu jgħidu li x-xjuħ għad iridu jiġu joqogħdu ħdejna, imma meta kienu qed iħaffru jien ħsibt li anke l-mejtin ġejjin joqogħdu ħdejna! - u wara li ħaffirna Malta kollha, l-Prim Ministru qal li s-sena li ġejja t-toroq se jaqgħu f'idejn il-kunsilli lokali - jiġifieri xahar ieħor għax ma tantx fadal.", "Allura dan ifisser li l-Gvern m'huwiex iktar responsabbli mit-tifrik kollu li sar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Gvern qed jgħid li mill-1 ta' April tas- sena d-dieħla l-kunsilli lokali, mad-doveri u d-drittijiet eżistenti tagħhom se jkollhom ukoll id-dritt li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tat- toroq sekondarji fil-lokalita' tagħhom.", "Dan ifisser li r-riforma kbira li saret fil-pajjiż meta twaqqfu dawn il-kunsilli lokali, se tkompli tissaħħaħ billi se jgħaddu għandhom aktar poteri.", "Naturalment dan ifisser ukoll li l-Gvern se jressaq il-voti neċessarji f'dan il-Parlament biex ikollhom allokazzjoni ta' flus biex jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tat-toroq sekondarji.", "Meta jsir dak il-vot ta' flus għal skop ta' manutenzjoni ta' toroq, il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħtu kuntratti għax-xogħol li jkun hemm bżonn - f'dan il-każ lid-Dipartiment fi ħdan it-taqsima tax- xogħlijiet jew f'ċerti każijiet ikollhom ukoll id-dritt li jagħtu kuntratti lill-privat.", "L-inkoraġġiment u s-sistemi li qed nipprovaw nippromwovu huma li l- ewwelnett ikun hemm l-allokazzjoni ta' flus li jkun hemm bżonn biex il- kunsilli lokali jkunu jistgħu jassumu dan id-dover.", "Dawn ikollhom l- allokazzjoni meħtieġa li naturalment tirrispekkja l-għadd ta' toroq li jkollhom responsabilita' għalihom fil-konfini ta' kull kunsill lokali.", "Ikollhom ukoll model contracts li huma lesti li jindikaw ir-rati li wieħed irid iżomm biex issir dik il-manutenzjoni, jiġiferi r-rate per metre u speċifikazzjonijiet u guidelines oħrajn dwar il-kwalita' tax-xogħol li jkun irid isir.", "Hemm ukoll il-metodu li dawn allura jinkarigaw lill-istess dipartiment li jagħmel dak ix-xogħol biex ikompli jagħmlu, kif ukoll is- salvagwardja li jekk dak il-metodu ma jkunx għas-sodisfazzjon tal-kunsill lokali ikunu jistgħu jikkuntrattaw separatament biex isir dak ix-xogħol.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaqbel li dan huwa kollu pass fid-direzzjoni t-tajba għall-pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jien ħadt pjaċir nisma' lill- Ministru, pero' xejn ma kkonvinċieni għaliex illum il-Gvern diġa' qed jidħol f'kuntratti.", "Per eżempju, l-aħħar darba hawnhekk kien qam il-Prim Ministru jitkellem fuq dak il-gandott li kellu jsir fejn l-iskola u kien irrispondieni li se jittieħdu l-passi.", "Il-Gvern bagħat lis-surveyor u saru l-arranġamenti kollha u ħarġet it-tender.", "Wara li kien hemm xi ħadd li mar għand il-Prim Ministru, reġgħet ħarġet it-tender mill-ġdid u l-prezz ta' l- offerta minn Lm16,000 tela' għal Lm20,000.", "Reġgħu bagħtu għan-nies u l- prezz reġa' niżel għal Lm15,000.", "Imbagħad jgħidu li l-Gvern ma jidħolx f'dawn l-affarijiet!", "Din hija s-sitwazzjoni u meta l-Ministru qal li 'l quddiem it-toroq se jkunu taħt il-kunsilli m'hu veru xejn.", "GĦaliex?", "GĦax aħna ilna ħafna nagħmlu mistoqsijiet parlamentari u la toroq sekondarji u lanqas toroq primarji jew highways ma ġew irranġati.", "Jien nista' nfakkar lill-Kamra fil-\"famużi 20 punt\" - wieħed mill-punti kien li ma jkunx hawn iktar ħofor u li jkun hawn toroq tajbin.", "Issa se jkollna nistennew li jiġi l-1 ta' April biex jirranġaw it-toroq sekondarji ta' l-irħula li wara x- xita li niżlet imtlew kollha ħofor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru assolutament m'għandux raġun.", "Fl-1 ta' April ikollna d-devoluzzjoni addizzjonali tal- poter għand il-kunsilli lokali.", "Sadanittant jistgħu jsiru wkoll it-talbiet bil-proċedura normali kif dejjem sar u skond programm konsistenti ta' xogħlijiet li ilu jsir f'dan ir-rigward.", "Rigward it-triq li tinsab madwar l-iskola ta' Birkirkara, il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara, ħadha bħala inizjattiva tiegħu li joħroġ tender għax- xogħol li hemm bżonn madwar din l-iskola.", "Pero' l-Gvern ma rrinunzjax li jekk ikun hemm bżonn xi xogħol addizzjonali li jkun jista' jsir b'kollaborazzjoni ma' dak il-Kunsill Lokali ma jsirx.", "Il-fatt li l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara ħa din l-inizjattiva huwa mertu ta' l-istess kunsill li qed imexxi b'mod korrett ħafna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jien napprezza x'inhu jgħid l-Onor.", "Zammit Dimech, imma allura meta xi ħames snin ilu, jien kont għamilt mistoqsijiet rigward Psaila Street, Ta' Paris u l-gandott li hemm madwar l- iskola, il-Ministru ta' dak iż-żmien kien qed jimmiżlijdja lili u lill- Kamra?", "Il-gandott li kien hemm f'Main Street issewwa f'żewġ minuti u ma damx ħames snin.", "Allura minn dak iż-żmien sal-lum, kull meta għamilt xi mistoqsijiet parlamentari u rrispondewni li se jittieħdu l-passi meħtieġa, ma sar xejn?", "Wara l-aħħar xita, fi Psaila Street stajna' nilagħbu l- waterpolo!", "Allura anke għall-aħħar mistoqsija parlamentari li għamilt, daħku bija?", "Issa l-Ministru ġie jgħid li l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara ħa nteress.", "Dan ma għandu x'jaqsam xejn għax il-kunsill lokali ġie fformat f'Jannar ta' din is-sena - għadu lanqas għalaq sena - filwaqt li l-Ministru preċedenti kien tani l-ewwel risposta erba' snin ilu, tenniha tliet snin ilu u reġa' qalli l-istess ħaġa sentejn ilu.", "Jien sal-lum għadni bla risposta u qed idurli mal-lewża.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jien informat li l-Gvern kien qed jipprepara u għamel xi xogħol in kwestjoni, imma ma rridux ninsew li l- Gvern jimxi skond il-prioritajiet li jkollu minn mument għall-ieħor.", "Jekk l-Onor.", "Debono Grech irid jagħmel xi mistoqsijiet partikolari biex ikun jaf x'sar, nitolbu biex jimxi skond il-proċedura, jiġifieri jerġa' jagħmel id- domandi, jirreferi għad-domandi li kien għamel u aħna ninformawh bix-xogħol kollu li sar.", "Il-Ministeru għall-Ambjent jista' jirriproduċi lista tax- xogħol kollu li sar fuq patching u fuq xogħol ieħor li sar f'ħafna postijiet, inkluż Birkirkara.", "Imma l-akkuża li aħna għadna lura fix-xogħol żgur ma tistax issir.", "Naturalment aħna dejjem ikollna volum kbir ta' xogħol; ikun hemm xogħol li jkun irid isir f'ċerti mumenti u jkun hemm xogħol li jrid isir iktar tard għax ix-xogħol għandu jsir skond il- prioritajiet li jkun hemm minn żmien għal żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Deherli li meta l-Ministru spjega x'inhi r- responsabilita' tiegħu spiċċa biex ħawwad lil kulħadd għax dik li qal li ma kenitx responsabilita' tiegħu, irrisponda għaliha wkoll.", "Issa naraw min se jirrispondini għall-mistoqsija li se nagħmel, forsi jirrispondini l- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija!", "Meta jkun hemm xi lment dwar l-istat li jinsabu fihom xi toroq - kemm mir- rappreżentanti tal-poplu, kemm mill-kunsilli lokali u kemm mir-residenti - il-Gvern jieħu nota tagħhom u azzjoni dwarhom?", "Jekk il-Gvern jieħu azzjoni jista' l-Ministru jgħidli x'tip ta' azzjoni tittieħed?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-domanda tant hi vaga li ma tistax tagħti tweġiba għaliha.", "Naturalment kull ilment li jidħol - l-Onor.", "Interpellant iressaq ħafna lmenti huwa stess - nieħdu nota tiegħu imma mbagħad wieħed irid jipprogramma skond l-esiġenzi tax-xogħol li jitqassam minn ħin għal ieħor mad-distretti.", "Ħafna drabi trid tikkordina preċiżament anke fid-dawl tal-fatt li jkollok ilmenti u suġġerimenti varji bħal dawk li jagħmel l- Onor. Joe Mizzi - u probbabilment jekk qed nitkellmu dwar l-inħawi tiegħu anke s-suġġerimenti ta' l-Onor.", "Borda - bħal dawk li jiġu mill-kunsilli lokali, kif ukoll ta' dawk li jidħlu mingħand in-nies privatament.", "Allura rridu nikkonsidraw kollox bl-akbar serjeta' mingħajr ma nagħtu primat u kuruni lil ħadd partikolari u nagħmlu x-xogħol skond il-programm tagħna minn żmien għal żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru aktar qabel qal lill-sieħbi biex juża l- proċeduri normali u jagħmel mistoqsija bil-miktub jekk jixtieq li jingħata risposta.", "Issa jiena għamilt il-mistoqsijiet bil-miktub u bqajt mingħajr risposta u għamilthom verbalment u bqajt bla risposta.", "Peress li s-Sibt li għadda saret press conference mill-Kumitat Lokali tal-Kalkara dwar it-toroq tal-post, allura għandi nifhem li r-risposti li se jingħataw se jkunu bbażati fuq dak li ntqal fil-press conference?", "Jista' l-Ministru jispjegali għaliex f'risposti parlamentari jingħad li x-xogħol ikun se jsir dalwaqt jew li jkun imdaħħal fil-programm ta' xogħol għas-sena ta' wara, jgħaddu erba' snin u x-xogħol jibqa' ma jinbediex?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal xi każ partikolari għandu jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Ħafna drabi l-ilmenti li jsiru - b'mod partikolari ta' l-Onor.", "Mizzi - verament jiġu kkonsidrati u verament ninkluduhom fil-programm tax-xogħlijiet li nagħmlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, huwa minnu li l-Ministru ħafna drabi jaslulu l-istess mistoqsijiet min-naħa tagħna, imma wieħed irid iġib għall- konsiderazzjoni tal-Kamra l-bużullotti li jiġru f'ħafna ċirkostanzi.", "Hawnhekk kull darba jsemmulna il-prijoritajiet u mbagħad waħda mit-toroq prinċipali li għandna fir-Rabat, il-bypass ta' l-Imtarfa, sena wara l-oħra mhux talli qed jiġrilha l-ħsara ...", "L-Onor.", "Carm Lino Spiteri u l-Onor.", "Ċensu Galea huma t-tnejn periti u nimmaġina li m'humiex skantati - u bla dubju jgħaddu wkoll il-kritika tagħhom u ma nistax nifhem kif wieħed jista' jaċċetta jew jippermetti li l-Oppożizzjoni toqgħod għall-ispjegazzjoni li kull darba ningħataw.", "Xi ħaġa jrid isir.", "Huwa tajjeb li wieħed jipprova jistenna li jgħaddi l-ħin tal-mistoqsijiet, imma lanqas hu sewwa li aħna niġu rredikolati b'dan il-mod.", "Qed ngħid hekk għax hawnhekk issemmew il- prioritajiet għaliex ikun hemm triq tat-turisti, triq taċ-ċittadini kollha, triq li ma tappartjenix biss għar-raħal ...", "Jien naħseb li l-bypass ta' l- Imtarfa hija waħda mill-iktar toroq popolari, l-iktar mat-turisti għaliex jiġu 'l fuq minn miljun persuna matul is-sena, u dawn kollha jiffrekwentaw dawk l-inħawi.", "(Interruzzjonijiet) Jekk għandu xi mistoqsijiet x'jagħmel l-Onor.", "Ċensu Galea jagħmilhom ukoll.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Frendo.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Mr Speaker, ma naħsibx li l-Onor.", "Membru huwa ġust magħna meta jgħid li fir-risposti nkunu qed ngħaddu ż-żmien.", "Ma naħsibx li dan huwa minnu.", "Ftit ilu huwa semma post li qiegħed fil-Manikata li kien issemma qabel ukoll minn diversi Membri min-naħa l-oħra u anke minn din in- naħa.", "Fil-fatt daħħalna Triq Dun Manwel Grima fil-pjani li għandna sa l- aħħar ta' din is-sena biex nipprovaw nagħmlu xogħlijiet li huma ta' emerġenza, għax din it-triq veru hemm bżonn li ssir.", "Hemm ħafna bżonnijiet fit-toroq u jien ma nlumx, anzi nirrispetta, lill-membri parlamentari kollha li jagħmlu d-dover tagħhom u jressqu l-ilmenti tal-kostitwenti tagħhom.", "Ma naħsibx li nkunu ġusti jekk ngħidu li l-problema tat-toroq twieldet illum jew il-bieraħ.", "Hija problema li ilha għal ħafna snin f'dan il-pajjiż, u l-ikbar problema hija li m'għandniex soluzzjonijiet strutturati.", "Dak li rridu nipprovaw nagħmlu huwa li nagħtuhom soluzzjonijiet strutturati.", "Sal-lum għamilna distinzjoni bejn it-tiswijiet ordinarji u tiswijiet straordinarji.", "It-tiswijiet ordinarji, bħalma jiġri fil-Liġi tal-Kera - għal min għandu l-background legali - dawk jieħdu ħsiebhom il-Ministeru għall-Ambjent, l-istraordinarji jieħu ħsiebhom il- Ministeru tat-Trasport.", "Pero' mis-sena d-dieħla d-distinzjoni se ssir iżjed netta u se tkun li l-kunsilli lokali jieħdu ħsieb il-local roads u l-Gvern jieħu ħsieb it-toroq arterji distributorji.", "Jien stess kelli laqgħat mas-sindki u ma' l-uffiċjali tal-kunsilli lokali u tlabthom biex sa April jgħidu x'inhuma l-prioritajiet tagħhom, bl-għajnuna anke tad- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, dwar liema toroq iħossu li huma l-iktar importanti li ssirilhom manutenzjoni.", "Fil-fatt ġbarna d-diversi punti u prioritajiet li tawna l-kunsilli lokali li se jkunu l-bażi tal-programm tagħna sa April li ġej.", "Naturalment ikun hemm xi bidliet peress li t- talbiet m'hux kollha jidhru li huma ta' ċerta importanza għaliex ħafna minnhom huma resurfacing of existing roads u ma tantx tawna lista ta' toroq ġodda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' reati rapportati matul l-1993 u sa l-aħħar ta' Ġunju 1994, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22069;", "Lista bl-ammont ta' droga li nqabdet matul dawn l-aħħar tliet snin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22111.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' impjegati f'kull kategorija mal-Korporazzjoni Telemalta minn Mejju 1987 sal-lum, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22098.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-25 ta' Ottubru, 1994.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, kieku barrani kellu jħares lejn is- soċjeta' tagħna u ngħidu aħna, jagħti kas tad-dish antennas li hawn fuq il- bjut, il-mobile telephones f'idejn in-nies u t-tip ta' karozzi li hawn fit- toroq tagħna, jieħu l-impressjoni li qed ngħixu f'xi soċjeta' li hija pjuttost avvanzata.", "Pero' mbagħad mill-band l-oħra jekk tmur ftit iktar fil-fond u teżamina ftit is-soċjeta' tagħna ssib li, kuntrarjament għal first impressions li jista' jkollok, is-soċjeta' tagħna ma tantx hija żviluppata u bħala soċjeta' hija ħafna inqas matura.", "Dan qed ngħidu għax wieħed m'għandux iqis lis-soċjeta' bħala waħda żviluppata minn jekk ikollhiex it-tlellix li wieħed is-soltu jassoċja ma' din it-tip ta' soċjeta'.", "Jien inqis li soċjeta' hija żviluppata jekk ma jkunx hemm ċans li xi parti minnha tieħu xi vantaġġ fuq parti oħra.", "Fis-soċjeta' tagħna għandu jkun hemm checks and balances li permezz tagħhom l-ebda parti mis- soċjeta' tagħna ma tkun żvantaġġjata.", "Forsi minħabba raġunijiet storiċi, aħna qed ngħixu f'soċjeta' fejn dawn it-tip ta' istituzzjonijiet għadhom ma żviluppawx biżżejjed.", "Veru li sar żvilupp mhux żgħir fil-qasam trejdjunjonistiku, imma f'oqsma soċjali u kummerċjali oħrajn għadu ma sarx żvilupp biżżejjed sabiex ikollna soċjeta' li hija verament ġusta.", "Dawn it- tip ta' organizzazzjonijiet forsi huma komuni ħafna f'pajjiżi oħrajn u wieħed isib diversi pressure groups, lobbies u organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb l-interess ta' ċertu qasam partikolari fis-soċjeta'.", "Dawn ilhom ħafna jeżistu barra pajjiżna imma f'pajjiżna ftit li xejn għandna minnhom.", "Ħafna drabi f'pajjiżna dawn jiġu fformati jew jingħataw is-saħħa meta xi parti mis-soċjeta' tkun għaddejja minn xi kriżi.", "Ftit taż-żmien ilu meta kienu ġew leġislati regolamenti ġodda tal-kaċċa u l-insib, il-lobby tal-kaċċa u l-insib f'pajjiżna ħa s-saħħa billi daħlu membri ġodda fl-għaqda u saret anke għaqda oħra ġdida, biex b'hekk il- kwestjonijiet li kellhom x'jaqsmu mal-kaċċa u l-insib bdew jiġu tackled bis- serjeta'.", "Dan l-aħħar permezz tal-Liġi tal-VAT soċjeta' oħra, il-GRTU, issaħħet ħafna fin-numru ta' membri.", "Għax in-negozjanti ż-żgħar, li jifformaw parti minn dan il-grupp, ħassew li hemm bżonn jingħaqdu ħalli jkollhom aktar saħħa biex jinnegozjaw mal-Gvern.", "Mr Speaker, jekk f'pajjiżna hemm komponent li ftit għandu saħħa huwa l- konsumatur.", "Fil-bidu tas-snin tmenin meta kienet għadha kif twaqqfet l- għaqda tal-konsumaturi, bdejna nisimgħu bil-kelma \"konsumatur\".", "Dik il- ħabta ħafna nies kienu tkażaw u qalu li din hija xi front organisation tal- Malta Labour Party u m'għarfux għalfejn saret din l-għaqda.", "Huwa importanti li aħna bħala Partit Laburista nagħmlu minn kollox biex noħolqu bilanċ xieraq fis-soċjeta' tagħna.", "U llum dan huwa importanti iktar minn qatt qabel għax il-Gvern dejjem jiftaħar li lliberalizza l-kummerċ u li issa għandna kummerċ ħieles.", "Fil-fatt f'dan il-pajjiż ma għandniex kummerċ liberu imma għandna libertinaġġ fil-kummerċ - li hija xi ħaġa totalment differenti minn kummerċ liberu - għax għandna l-liberta' li kulħadd jagħmel li jrid.", "Meta jkun hemm libertinaġġ fis-suq, bilfors ikun hemm bżonn ta' counter measures, ta' vuċi soda u b'saħħitha li tkun tista' tieħu ċerti azzjonijiet sabiex tipproteġi dak li hu tal-konsumatur.", "L-GĦaqda tal-Konsumatur twaqqfet sabiex tippromwovi l-interessi tal- konsumatur, u llum nistgħu naraw kemm kienet tajba dik l-idea.", "Illum għandna dipartiment apposta għall-konsumatur li ġie fformat mill-GĦaqda tal- Konsumatur li kien hawn qabel, u dan għandu wkoll il-funzjoni li jara li l- affarijiet isiru sew.", "Din il-liġi qed tiġi diskussa sentejn u nofs wara li tressqet il-White Paper fuq il-konsumatur f'dan il-Parlament.", "Jien ngħid li dan hu pass fid-direzzjoni t-tajba għax l-GĦaqda tal-Konsumatur u d- dipartiment tal-konsumatur ma kellhomx is-saħħa leġislattiva sabiex verament jipproteġu lill-konsumatur.", "Kulma setgħu jagħmlu dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet kien li wara li jmur għandhom xi konsumatur b'xi lment, kienu jistudjaw l-ilment, f'każ li l-konsumatur ikun xtara l-prodott li qed jilmenta dwaru mingħand tal-ħanut, jipprovaw jikkuntattjaw lil tal- ħanut, u jaraw jekk ikunux jistgħu jirranġawlu xi ħaġa.", "Imma f'każ li ma jirranġawx ma' tal-ħanut, dawn ma kellhomx triq oħra x'jagħżlu ħlief li jgħidu lill-konsumatur konċernat biex imur il-qorti.", "Imma ovvjament il- konsumatur mhux se joqgħod jitla' l-qorti fuq affarijiet ta' valur żgħir.", "Għalhekk kien hemm bżonn li ssir din it-tip ta' liġi, għalkemm din ma tmurx 'il bogħod daqskemm nixtiequ aħna.", "Waħda mill-isfortuni hija li peress li d-dipartiment tal-konsumatur u l-GĦaqda tal-Konsumatur ma kellhomx saħħa leġislattiva, ma kenux jistgħu jużaw affarijiet tajbin li għamlu huma stess.", "Per eżempju, hawnhekk għandi riżultat ta' stħarriġ dwar ilma bottiljat f'Malta, li d-dipartiment tal-konsumatur inkariga lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jagħmel.", "Dan kien stħarriġ ta' ċerta importanza għax id- Dipartiment tas-Saħħa ġie mitlub jiċċekkja jekk dak li hemm miktub fuq it- tikketti tal-fliexken huwiex korrett.", "X'inhi l-importanza ta' dan?", "Dan hu importanti għax ħafna drabi min jixrob minn dan l-ilma jista' jsofri problemi fiżiċi minħabba xi kimika li jkun fih u li ma tkunx tajba għalihom.", "Minn stħarriġ serju li għamel id-dipartiment tal-konsumatur irriżulta li l-label ta' l-ilma li tibbottilja d-ditta \"Marsovin\" tikkonforma mal-kimiċi li jużaw għal dan l-ilma.", "Rigward l-ilma \"Kristal\" li tibbottilja l-kumpannija \"General Soft Drinks\", hemm miktub li \"the comments label gives grossly misleading information\", jiġifier l-label ma taqbel xejn ma' dak li hemm fil-flixkun.", "Mill-istħarriġ li sar, irriżulta li fil-każ ta' l-ilma \"Flavia\", bottiljat minn Aquatess Limited, il-label li hemm mal-flixkun \"gives misleading information concerning nitrates content\".", "In-nitrates huma kimika perikoluża ħafna li tinsab fl-ilma.", "Dwar l-ilma \"Aquadot\" prodott minn Portanier Brothers Limited hemm miktub li m'hemmx kummenti, jiġifieri dak li jiddikjaraw fil-label jeżisti vera fl- ilma tal-flixkun.", "Dwar l-ilma \"San Michel\" tad-ditta Farsons hemm miktub \"label giving misleading information concerning nitrate and chloride contents\".", "Dan ifisser li dawn għandhom żewġ tipi ta' kimika li ma kinux imniżżlin korrettament fil-label tal-flixkun.", "L-\"Elan\" li hu tip ta' ilma ieħor maħruġ minn \"Farsons\" hemm miktub: label giving misleading information concerning nitrate and chloride contents.", "Dan kien studju serju.", "Imma x'ġara hawnhekk?", "Peress li d-dipartiment tal-konsumatur ma kellu l-ebda forza sabiex b'xi mod jipprova jġiegħel lil dawk li qed iqarrqu, jimxu kif suppost, dawn ir-riżultati qatt ma ġew pubblikati, bil-konsegwenza li ħadd ma kien jaf b'dan l-istħarriġ.", "Bil- permess tal-Kamra, jien nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istħarriġ.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra datata 3 ta' Ġunju 1993 mibgħuta mid-Dipartiment tas-Saħħa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd dwar analiżi ta' ilma bbottiljat lokalment.", "Jien inħoss li l-konsumatur għandu jkollu aċċess għal din it-tip ta' informazzjoni għax id-dover tad-Dipartiment tal-Konsumatur m'huwiex biss li jagħmel l-istudji neċessarji imma, iktar minn hekk, huwa d-dover tiegħu li jinforma lill-konsumatur.", "Naħseb li dan hu nuqqas serju u jien nispera li permezz tal-Liġi l-ġdida li qed niddiskutu, dan in-nuqqas jiġi rranġat.", "Mr Speaker, jien xtaqt nitkellem ukoll fuq kif qed jintlaqtu l- konsumaturi minn korpi parastatali li jipprovdu s-servizzi.", "Aħna nafu li din il-Liġi se tkun tkopri wkoll is-servizzi mogħtija lill-pubbliku minn korpi parastatali u minn dawk li jipprovdu prodott.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk aħna naraw kif bħalissa dawn l-organizzazzjonijiet jittrattaw lill- konsumatur.", "Jien se nitkellem biss dwar korporazzjoni waħda, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Mr Speaker, kulħadd jaf li din il-Korporazzjoni hija totalment sussidjata mill-flus tat-taxpayer, għax il-Gvern jgħaddilha sussidju ta' xi Lm5 miljun, Lm6 miljun jew Lm9 miljun fis-sena sabiex jagħmel tajjeb għax- shortfall li jkollha bejn il-ħruġ u d-dħul tagħha.", "GĦalhekk din il- Korporazzjoni hi totalment sussidjata mit-taxpayers.", "Imma din il- Korporazzjoni kif tittratta lill-konsumaturi li huma l-istess nies li qed jissussidjawha?", "Mr Speaker, ħalli nieħu eżempju ta' kif il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tittratta ma' dawk in-nies li jinqalgħalhom xi ħsara fil-kanen u jagħmlu talba sabiex tiġi rranġata.", "Il-Korporazzjoni għandha regola li x- xogħol fil-mains isir a spejjeż tagħha u xogħol addizzjonali jsir a spejjeż tal-konsumatur.", "Jien nasal biex nifhem għalfejn għandu jkun hekk, għax ix- xogħol li jkun a benefiċċju tal-konsumatur għandu jħallas għalih hu.", "Pero' li ma nistax nifhem hu kif il-Koporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, li tippretendi li hija tant serja, tibgħat ċerti kontijiet għoljin lill- konsumatur.", "Hawnhekk għandi kont mibgħut lil xi ħadd li joqgħod Ħ'Attard għal xi xogħol li sarlu fid-dar tiegħu u li kien jinkludi l-bdil ta' diversi pajpijiet ta' l-ilma.", "Kieku dan ix-xogħol kellu jagħmlu plumber privat forsi kien jieħu nofs ta' nhar, imma l-Korporazzjoni lil dan l-individwu ċċarġjatu Lm36.70 bħala labour costs.", "Jien naċċertakom li kieku dan ix- xogħol kellu jagħmlu plumber privat ma kienx jiġih aktar minn nofs dan il- prezz, u mhux qed nieħu in konsiderazzjoni l-ħlas tal-materjal, għax dak, jixtrih min jixtrih, dejjem l-istess jibqa'.", "Allura jien nistaqsi: Kif tista' l-Korporazzjoni tiġġustifika dawn il-fatti?", "Jien naf - għax qalli min tani dan il-kont u jien diġa' tkellimt mal-Korporazzjoni fuq dan il- kont partikolari - li meta dan ipprova jivverifika l-kont sab li n-nies tal- Korporazzjoni ħadu għaxar sigħat biex għamlu dan ix-xogħol.", "Skond dan l- indivdwu - li qed jgħid dan b'affidavit - veru li l-ħaddiema ħadu għaxar sigħat, imma fi tliet kwarti mill-ħin ma kienu qed jagħmlu xejn u allura hu bħala individwu se jispiċċa jħallas għall-ħin miltuf ta' l-impjegati tal- Korporazzjoni.", "Dawn imorru hemmhekk, ma jagħmlu xejn, imbagħad fuq il- worksheet iniżżlu li ħadmu għaxar sigħat u jitħallsu tagħhom.", "Mr Speaker, dan mhux sew għax issa ġejna f'sitwazzjoni fejn għandna korporazzjoni sussidjata direttament bit-taxpayers' money, korporazzjoni li hija ineffiċjenti - u llum nafu kemm hija ineffiċjenti l-Korporazzjoni għas- Serizzi ta' l-Ilma għax minn kull tliet galluni, tnejn qed jinħlew u ħadd ma jaf x'inhu jsir minnhom - u mbagħad bil-wiċċ tost kollu lill-konsumatur qed iġġiegħlu jħallas għar-rata ta' l-ineffiċjenza tal-ħaddiema tagħha.", "Dan huwa l-mod kif qed taħdem din il-Korporazzjoni.", "Basta taparsi għamilna l-customer care service biex nieħdu ħsieb il-konsumaturi.", "Ix-xogħol għal dan il-kont li rreferejt għalih, kien sar fis-6 ta' Lulju tas-sena li għaddiet u nħadem bir-rata ta' Lm1.60 fis-siegħa.", "Jiġfieri lill- Korporazzjoni bniedem jiswiha Lm1.60 fis-siegħa.", "Tliet xhur wara ġiet persuna oħra bl-istess tip ta' ilment għax ħasset li l-ammont ta' flus iċċarġjat mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għax-xogħol li għamlulha kien eċċessiv.", "Ta' dan ix-xogħol, li kien jikkonsisti fi bdil ta' pipe ta' 15-il pied, żammewlha Lm25.", "Kieku dan ix-xogħol kellu jsir minn ħaddiema privati kien isir f'siegħa.", "Imma mhux talli hekk, talli f'Lulju l-Korporazzjoni kienet qed tħallas lin-nies tagħha bir-rata ta' Lm1.60 fis-siegħa, mentri tliet xhur wara din ir-rata saret Lm3.50 fis- siegħa.", "Jiġifieri mingħajr l-ebda raġuni ta' xejn, fi żmien tliet xhur il- Korporazzjoni għolliet ir-rata tal-ħlas ta' l-impjegati tagħha minn Lm1.60 għal Lm3.50 fis-siegħa!", "Dan ifisser li kull ħaddiem f'ġurnata ta' tmien sigħat iqum lill-Korporazzjoni Lm28.", "Ma nafx kemm għandhom pagi n-nies tal- Korporazzjoni pero' żgur li m'għandhomx Lm28 kuljum!", "Jidher biċ-ċar li minkejja l-kliem sabiħ u minkejja l-pubbliċita' li qed tagħmel din il- Korporazzjoni biex tipprova tagħti image sabiħ tagħha nnifisha, ir-realta' hija li biex tkun kummerċjali minflok tara kif iġġib l-effiċjenza fiha nnifisha qed tippretendi li l-konsumaturi jħallsu għall-ineffiċjenza tan- nies tagħha stess.", "Dan m'huwiex aċċettabbli u nispera li permezz tal-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur in-nies ikunu jistgħu jagħmlu rikors kontra l-Water Services Corporation.", "Nispera wkoll li jkunu jistgħu jagħmlu rikors biex meta jirċievu kontijiet tad-daħk ikollhom ċans jirrikorru għand xi ħadd sabiex jieħdu sodisfazzjon.", "Ma jistax ikun li bniedem jiġi ċċarġjat Lm25 ta' siegħa xogħol!", "Nixtieq li dawn iż-żewġ kontijiet inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli n-nies ikunu jistgħu jaraw il-vilta' ta' din il-Korporazzjoni li tgħolli l-kontijiet tagħha minn ġurnata għall-oħra.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' kont ta' l-ilma mibgħut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lis-Sinjura Lucia Vella minn H'Attard u korrispondenza dwaru; u", "Kopja ta' kont ta' l-ilma mibgħut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lis-Sur Robert Smith minn H'Attard u korrispondenza dwaru.", "Ħalli nsemmi każijiet oħra dwar il-Korporazzjoni ta' l-Ilma.", "Nafu li f'diversi areas f'pajjiżna - għalkemm forsi mhux daqs qabel - ħafna djar ma jkollhomx servizz ta' l-ilma b'mod regolari għal żmien twil.", "Allura meta ma jkollokx servizz għandek dritt titlob lill-Korporazzjoni sabiex tagħtik rebate minħabba li ma tkunx qed tuża s-servizz tagħha għax il-provvista tkun sospiża?", "Nixtieq inkun naf kif se jkun affettwat il-konsumatur.", "Każ ieħor komuni ta' lmenti mill-konsumatur - din tapplika għall- korporazzjonijiet kollha tal-Gvern - huwa meta bniedem jaħseb li l-kont li ntbagħtlu jkun eċċessiv.", "Illum meta jibgħatulek kont eċċessiv trid tħallas fee biex jiċċekkjawlek jekk dak il-kont huwiex korrett jew le.", "Fil- maġġoranza kbira tal-każi, wara li tkun ħallast il-fee, tirċievi nota fejn jgħidulek li l-kont tiegħek ġie ċċekkjat u nstab li kien korrett.", "X'trasparenza hi din ta' kif tagħmel l-affarijiet?", "Fejn tkun taf jekk dak il-kont ġiex iċċekkjat jew le, jekk jibagħtulek karta u sempliċement jgħidulek li huwa korrett?", "Hemm bżonn li lill-konsumaturi nistmawhom ta' nies u nuru ċerta onesta' u serjeta' lejhom.", "Jien jidhirli li dawn il- korporazzjonijiet għandhom ikunu minn ta' quddiem nett sabiex jagħtu l- eżempju tajjeb, għax bil-mod kif qed jimxu m'humiex qed jagħtu eżempju tajjeb, imma qed jgħidu lin-nies li huma b'saħħithom u kulħadd irid joqgħod għal dak li jgħidu.", "B'dan il-mod tkun qed timxi meta bniedem li jkun talbek biex tiċċekkjalu kont tibgħatlu ittra xotta xotta u tgħidlu li dak il-kont kien korrett.", "Din hija s-sitwazzjoni li għandna fil-preżent.", "Nispera li permezz ta' din il-Liġi u permezz tad-diskussjoni li qed tqajjem din il-Liġi dawn il-korporazzjonijiet, li fl-aħħar mill-aħħar huma tal- poplu u tat-taxpayers, jibdew jagħtu servizz aħjar lill-istess konsumaturi u ma jibqax ikun hemm dan in-nuqqas ta' trasparenza fil-mod kif isiru l- affarijiet.", "Ħalli nitkellem fuq qasam ieħor fejn il-konsumatur sfortunatament assolutament m'huwiex meqjus.", "Qed nirreferi għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar u għall-industrija tal-bini b'mod ġenerali.", "Sfortunatament jekk hawn qasam fejn tista' tgħid li l-konsumatur m'hu protett xejn, huwa l-qasam tal-bini, saħansitra minn meta tapplika għall-permessi tal-bini.", "Aħna nafu li ftit tas-snin ilu Gvern Nazzjonalista kien irreveda r-rati għall-ħlas tal- permessi tal-bini.", "Dak inhar ir-raġuni li ngħatat kienet li biex jiġu proċessati l-permessi tal-bini jrid isir ċertu xogħol u huwa fair li min japplika biex isirlu dan ix-xogħol iħallas għalih.", "Din aċċettajnieha, ġew stabbiliti fees għolja ħafna, u meta twaqqfet l-Awtorita' dawn il-ħlasijiet reġgħu ġew reveduti.", "Imma llum x'inhi s-sitwazzjoni?", "Qabel ma wieħed japplika jrid iħallas żewġ tipi ta' fees; fee biex jarawlu l-applikazzjoni u fee biex jifformulawlu t-triq u jagħtuh id-drenaġġ.", "Dan, nerġa' ngħid, qabel ma jkun applika.", "Meta tapplika jgħidulek li skond il-liġi suppost li fi tmien ġimgħat jingħatalek il-permess.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni li fi żmien tmien ġimgħat minn meta perit jissottometti applikazzjoni, lanqas acknowledgement ma jkollok, u dan jistgħu jikkonfermawh il-ħbieb tiegħi tan- naħa l-oħra li huma periti.", "Jiġifieri fi żmien tmien ġimgħat lanqas acknowledgement ma jkollok, aħseb u ara kemm se jkollok permess.", "Imbagħad jibagħtulek l-acknowledgement u jgħidulek li fi żmien tmien ġimgħat mid- data ta' l-acknowlegement, se jagħtuk il-permess.", "Malli mbagħad tibda toqrob il-ġurnata li fiha suppost jinħareġ il-permess, jibagħtulek ittra oħra fejn jgħidulek li mhux se jlaħħqu u għandhom bżonn ta' extension.", "Imma jien ngħid: Din x'serjeta' hi?!", "B'dan il-mod aħna nittrattaw liċ- ċittadin konsumatur Maltin?", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għolliet il-fees biex taparsi tkun effiċjenti, taparsi tħaddem iktar nies u taparsi kollox jimxi fuq ir-rubini u minn dan m'hu jsir xejn.", "Allura l-konsumatur li japplika għal permess qed jingħata a fair deal meta jħallas dawn il-flus kollha u jispiċċa mingħajr permess?", "Jien nistieden lill-Ministru nkarigat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar - forsi qiegħed jisma' - biex jgħidilna kemm verament inħarġu permessi fi żmien tmien ġimgħat minn meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet.", "Jien ngħidlu li, jgħid xi jgħid, lanqas kien hemm wieħed biss li ħareġ fiż-żmien stipulat.", "Jien perit u nista' ngħid li fl-uffiċċju tiegħi ħadd minna ma ħariġlu permess fi żmien tmien ġimgħat.", "Allura din tista' ssejħilha serjeta'?", "Hija serjeta' li tiċċarġja fees li huma verament għoljin biex tagħti servizz u mbagħad is- servizz ma tagħtihx?", "Forsi xi ħadd jgħid li hemm dritt redress u jekk ma tirċevix il-permess fi żmien tmien ġimgħat tista' tappella.", "Imma biex tappella lill-Awtorita' teħel fee ta' Lm80 oħra.", "U x'jiġri jekk tappella?", "Barra minn hekk fis-sezzjoni ta' l-appelli hemm backlog ikbar milli hemm fis-sezzjoni ta' l-applikazzjonijiet.", "Allura x'jaqbillek, tħallas Lm80 oħra biex tappella, jew tħalli l-proċeduri għaddejjin?", "Ir-realta' hija li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar suppost li qed tagħti servizz u dan is-servizz m'hijiex tagħtih.", "Dan is-servizz li ċ-ċittadin qed iħallas flejjes kbar għalih mhux qed jingħata.", "Meta tapplika għal permess tal-bini tħallas biex jagħtuk is-servizz tad- drenaġġ u ssir it-triq.", "Aħna lkoll nafu - u jsiru ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar dan - kemm dan attwalment mhux qed isir.", "Ħafna nies japplikaw u jħallsu, imma jgħaddu snin twal sakemm issir it-triq u jiġi mgħoddi d-drenaġġ.", "Jien nista' nifhem għaliex qabel, meta kien hemm il- PAPB u l-ħlasijiet tat-triq kienu jsiru wara li jkun inħareġ il-permess, dawn il-faċilitajiet ma kenux isiru mill-ewwel, imma ma nistax nifhem kif issa, meta l-ħlasijiet isiru qabel, jiġifieri meta tapplika għall- permessi, dawn xorta ma jsirux.", "Jien din ma nistax nifhimha.", "Allura għalfejn qed iħallsu n-nies?", "GĦalfejn qed iħallas il-konsumatur meta dawn is-servizzi m'humiex jingħataw?", "Nitlob lill-Ministru biex meta jagħmel il- winding up jgħidilna jekk permezz tal-Liġi dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur, il-konsumatur hux se jkun protett kontra dawn l-abbużi li qed isiru mid-dipartimenti tal-Gvern, f'dan il-każ abbużi li jsiru għax ikun diġa' sar il-ħlas.", "Ħalli ngħidu li wara li tkun applikajt għall-permess u jkunu għaddew mhux tmien ġimgħat, imma tmien xhur, forsi jinħareġ il- permess tal-bini, imbagħad forsi wara tmien snin, jew 15-il sena, bħalma ġara f'ċerti każi, issir it-triq.", "Meta mbagħad tiġi biex tibni jibdewlek il-problemi.", "Fejn jidħlu l-building trades, iċ-ċittadin, bħala konsumatur, għandu problemi kbar.", "Ix-xogħol ta' skavazzjoni, il-qtugħ tal- blat, il-bini, il-konkos, it-tibjid, it-tqegħid tal-madum, eċċ., huma kollha parti mill-building trades, u f'dan il-qasam hemm problemi kbar għax m'għandniex sistema tajba ta' kif isiru l-affarijiet hawn Malta.", "Għandna anarkija sħiħa, kulħadd jagħmel li jrid.", "F'dan il-pajjiż għandna l- isfortuna li s'issa n-nies involuti fil-building trades kollha, ħlief il- bennej u l-electrician, m'għandhom bżonn l-ebda permess jew liċenzja biex jaħdmu.", "Allura jiġri li kull min jaf jagħmel barmil tajn isir bennej, kull min jaf jaqbad pinzell isir bajjad u kull min jaf itektek maduma jaf ipoġġi l-madum.", "M'hemm standards ta' xejn.", "Din hija r-realta'.", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm klijent li qalli biex immur nara x'għamillu wieħed fid-dar.", "Dan kellu bżonn jagħmel xogħol ta' tibjid, dawl, ilma, bibien u madum, u sab persuna waħda li qaltlu li hija kapaċi tagħmel kollox biex tagħmillu x-xogħol kollu.", "Dan li suppost kien Jack of all trades, was master of none għax għamillu ħerba sħiħa fid-dar tiegħu.", "F'każ bħal dan trid toqgħod tmur il-Qorti biex tieħu sodisfazzjon.", "Din m'hix serjeta'.", "Jien ma nippretendix li dawn l-affarijiet għandhom isiru.", "Barra minn Malta dawn it-trades kollha jkunu organizzati b'mod serju, għax huwa fl-interess ta' min huwa tradesperson tajjeb li dawn l-affarijiet jagħmilhom sewwa.", "Sal-lum f'Malta m'għandniex dan, imma nispera li 'l quddiem niġu f'sitwazzjoni fejn kull min jgħid li jrid jipprattika sengħa, isirulu xi tip ta' tests minn qabel biex jiġi assigurat li verament ikun kapaċi għal dik is-sengħa.", "Illum il-ġurnata meta tqabbad bajjad ma toqgħodx tistaqsih għaċ-ċertifikat, għax ma jkollux.", "Qegħdin f'sitwazzjoni - u dan ma japplikax biss għal bini ġdid, imma japplika għal kollox - fejn il- konsumatur qiegħed jiġi totalment misled f'dawn l-affarijiet u ma jafx x'se jagħmel.", "Ħafna drabi jimxi by word of mouth; xi ħadd jgħidlu li t-tali huwa tajjeb u hu jaħdem bih, allura jqabbad lilu.", "Din m'hijiex serjeta', Mr Speaker.", "Ma jistax ikun li l-affarijiet isiru b'dan il-mod f'dan il- qasam.", "Irridu niftakru li ħafna mit-trades fil-qasam tal-bini jinvolvu mijiet u eluf ta' liri.", "Illum il-ġurnata jekk tqabbad bennej jibnilek terraced house żgħira, miżerjament jeħodlok Lm8,000 jew Lm10,000.", "Allura tista' timmaġina dan xi jfisser jekk ma jagħmillekx xogħol tajjeb.", "Għaldaqstant, Mr Speaker, nispera li 'l quddiem naslu fi stat fejn lin-nies li jaħdmu f'dawn it-trades - jekk verament irridu li l-konsumatur ikun protett fid-diversi trades tal-bini - jinħarġilhom xi tip ta' permess biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "F'dan il-pajjiż hemm bżonn li nitgħallmu wkoll li inti tħallas għal dak li tieħu.", "Sfortunatament il-konsumatur m'għandux idea ta' kwalita' f'dan il-pajjiż.", "Hawn ħafna nies li jgergru bejniethom, imma jaċċettaw kollox.", "Anke dan irid jinqata'.", "Ma jistax ikun li nibqgħu naċċettaw kulma jagħtuna.", "Hemm prodotti oħra li jidħlu fl-industrija tal-bini u li meta tordnahom ma jkollok ebda kontroll fuqhom.", "Jekk tordna trakk concrete għal saqaf, per eżempju, il-kuntrattur jista' jibgħatlek li jrid u int ma jkollok l-ebda kontroll fuqu, għax ma tistax tara l-prodott u ma tistax tgħid x'fih.", "Anke hawnhekk inħoss li hawn nuqqas kbir f'dan il-pajjiż.", "GĦad m'għandniex xi tip ta' standard laboratories li kapaċi jeżaminaw il- prodotti li jingħataw lill-konsumaturi - f'dan il-każ prodotti li jintużaw fil-bini - biex jiġi assigurat li huma tal-kwalita' rikjesta.", "Nafu kif isiru ċerti affarijiet f'dan il-pajjiż; nafu li hawn importaturi li jġibu ċeramika li tkun ta' l-aħħar grad, ibigħuha bħala first-class u mbagħad min ikun qed iqiegħed il-madum isib li x-xogħol mhux ġej sewwa u jinqala' ħafna nkwiet.", "Ħafna drabi wieħed jgħidlek li l-madum mibrum, filwaqt li n- negozjant jgħidlek li l-floorlayer ma jafx ipoġġih.", "Dawn m'humiex affarijiet li jsiru f'pajjiż serju.", "GĦalhekk jiena bdejt biex għidt li aħna għandna soċjeta' li m'hijiex matura.", "GĦax is-soċjeta' tagħna, minnha nnifisha ma fihiex il-mekkaniżmi neċessarji li ma jippermettux li dan isir.", "B'liema jedd negozjant ibigħ ċeramika ta' terza qualita' b'ċeramika ta' prima qualita'?", "Aħna nafu li dan jiġri f'pajjiżna.", "Min b'xi mod huwa konness ma' l-industrija tal-bini jaf li dawn l-affarijiet jiġru.", "Dan ma jiġrix biss fl-industrija tal-bini imma f'kollox.", "Per eżempju, jien naf b'importaturi li jġibu ikel skadut, ibiddlulu l-label biex ma tidhirx l- expiry date u jbigħuh daqslikieku għadu tajjeb.", "Dawn huma affarijiet aktar preokkupanti, affarijiet li ġraw u għadhom jiġru f'Malta.", "Pero' hawnhekk ukoll hawn nuqqas min-naħa ta' l-Istat, għax il-Gvern ma għandux mekkaniżmu apposta biex jara li l-prodott li qed jingħata lill-konsumatur huwa tajjeb.", "GĦalhekk jien nappella biex apparti l-leġislazzjoni meħtieġa ħalli l-konsumatur ikun protett, hemm bżonn ta' mekkaniżmi meħtieġa ħalli naċċertaw li l-prodott li qed jinbiegħ ikun ta' kwalita' tajba, barra li ma jsirx qerq fin-negozju nnifsu.", "Mr Speaker, jien naħseb li din hi xi ħaġa li s'issa f'dan il-pajjiż aħna neqsin minnha; neqsin mill-mekkaniżmi neċessarji sabiex nassiguraw li l-konsumatur jingħata fair deal.", "Imma bħalma jiġri dejjem f'dawn it-tip ta' liġijiet, m'huwiex biżżejjed li jkollok il-liġijiet, jekk imbagħad ma jsirx enforcement tagħhom.", "F'dan il- pajjiż aħna għandna ħafna liġijiet, imma ftit li xejn jiġu nforzati.", "Jien nappella wkoll sinċerament lill-Ministru biex apparti l-liġi li qed jagħmel, jara li l-provvedimenti li hemm fil-Liġi jiġu inforzati bis- serjeta' għax inutli li nagħmlu liġi u ma ninforzaw xejn.", "Jekk jiġri dan, aħjar ma nagħmlu xejn mill-ewwel.", "Apparti l-enforcement, l-edukazzjoni wkoll hija importanti ħafna.", "Mr Speaker, fl-aħħar mill-aħħar wieħed jipproteġi lilu nnifsu skond kemm ikun edukat u skond kemm ikollu tagħrif sabiex ikun jaf xi jrid jagħmel.", "Sfortunatament f'pajjiżna għad ma għandniex edukazzjoni biżżejjed dwar x'inhuma d-drittijiet tal-konsumatur, apparti li f'ċerti nies għad hawn ċerta injoranza.", "Jien nixtieq insemmi każ ta' persuna li naf personalment.", "Dan ordna kċina mingħand ditta ta' l- għamara li tagħmel għamara sabiħa ħafna - u ta' dan titħallas tajjeb ukoll - u din il-kċina tawhielu sitt xhur wara d-data li kienu tawh.", "Wara li għadda ż-żmien, iltqajt ma' dan il-bniedem u qalli li se jmur jordna kamra tas-sodda mingħand l-istess fabbrika li tawh l-għamara sitt xhur tard.", "Dan juri nuqqas ċar ta' edukazzjoni min-naħa tal-konsumatur.", "Għax jekk dan ma tahx servizz tajjeb, għalfejn reġa' mar għandu?", "Jien naħseb li dan l- eżempju jirrifletti xi ftit il-mentalita' tagħna lkoll.", "Naħseb li aħna l- Maltin xi ftit masokisti, probabbilment inħobbu nissawtu.", "Mr Speaker, hemm bżonn li bħala poplu, nedukaw ruħna iktar f'dan il- qasam.", "Jien naħseb li huwa d-dover tad-Dipartiment tal-Konsumatur li jgħallem u naf li qed isiru sforzi biex il-konsumatur isir iktar konxju dwar x'inhuma d-drittijiet tiegħu.", "Pero' hemm bżonn li jsiru iktar sforzi biex nieħdu ħsieb id-drittijiet ta' l-individwi.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk id-drittijiet ta' l-individwu ma jeħux ħsiebhom hu, min se jeħodlu ħsiebhom?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru għat- Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, jien inħoss li l-fatt li ġiet ippreżentata din il-Liġi huwa xi ħaġa tajba għal pajjiżna.", "Din hija liġi li kellha żmien twil ta' konċepiment u ġestazzjoni.", "Fil-fatt din il-Liġi tirrifletti il-bżonnijiet reali tal-pajjiż, li allura hija liġi diretta lejn is-soċjeta' tagħna kif żviluppat illum.", "Għalkemm fis-snin ta' qabel dan il-Parlament għadda liġijiet varji, pero' jien naħseb li lkoll inħossu l-bżonn li għandna niffokaw fuq il-qasam tal-konsumatur.", "Għalhekk din il- liġi qed tippermettilna niffokaw fuq is-soċjeta' tagħna u tajjeb li nkomplu nsaħħula l-istrutturi tagħha biex b'hekk inkunu nistgħu ngħinu lill- konsumatur.", "Is-soċjeta' tagħna nbidlet u għadha qed tinbidel radikalment u dan narawh fil-mod kif qed topera d-dinja tal-kummerċ.", "Is-sitwazzjoni tal- qasam tal-kummerċ kien b'kontrolli kbar u issa dan is-settur qiegħed miexi għal sistema ta' kummerċ iktar ħieles fil-pajjiż u allura hemm il- possibilita' ta' aktar kompetizzjoni u ta' aktar għażla.", "Jiġifieri dawn huma kollha affarijiet li żgur jagħmlu ġid lill-konsumatur.", "L-agħar sitwazzjoni li jista' jkollu l-konsumatur hija meta jrid imur biss għand source wieħed biex jakkwista l-prodott jew is-servizz li jixtieq.", "Mela ladarba għandna s-sitwazzjoni ta' suq ħieles, fejn hemm l-għażla u l- kompetizzjoni, forsi wieħed jista' jgħaddilu minn rasu u jistaqsi għalfejn għandha ssir din it-tip ta' leġislazzjoni.", "Mr Speaker, jien ngħid li iktar ma jkun hemm il-possibilita' li l-kummerċ jiżviluppa fil-pajjijż u iktar ma jinbidel il-bażi ta' l-attivita' ekonomika fil-pajjiż, bħal stati moderni oħra li hemm fl-Ewropa llum, iktar trid tħares lejn id-drittijiet partikolari tal-konsumatur fis-soċjeta' tagħna.", "Iktar ma l-kummerċ jissaħħaħ u aktar ma l-organizzazzjonijiet jikbu, iktar il-konsumatur, bħala individwu, għandu bżonn tal-protezzjoni tal-liġi għaliex din qiegħda hemm biex tagħti s-saħħa lil min m'għandux saħħa daqs ħaddieħor.", "GĦalhekk naħseb li din il-liġi hija parti mill-qafas li l-Gvern qiegħed jiżviluppa f'pajjiżna ħalli jiġi regolat il-kummerċ b'mod differenti, liġi li tidħol fil-qafas tal-kummerċ ħieles, liġi li tidħol fil-qafas ta' liġijiet oħrajn dwar il-kompetizzjoni f'pajjiżna, bħall-anti-trust.", "GĦalhekk din hija liġi li torbot mal-konċett innifsu ta' soċjeta' fejn is- suq ikun liberu u m'hux bażat fuq il-konċett ta' kontroll sħiħ ta' l-istat ta' l-ekonomija u ta' l-għażliet li għandu quddiemu ċ-ċittadin.", "Din hija liġi li taqbad il-figura tal-konsumatur u titlaq 'il bogħod minn dak il- konċett li forsi baqa' jiġri magħna minn żmien id-dritt Ruman li min jixtri jrid joqgħod attent.", "Il-konċett modern tal-konsumatur m'huwiex li min jixtri jrid joqgħod attent - naturalment kif qal tajjeb l-Onor.", "Membru li tkellem qabli huwa l-konsumatur innifsu li jrid ikollu l-attenzjoni kollha f'dak li jagħmel - imma llum il-bażi ta' relazzjonijiet bejn il- konsumatur u l-kummerċjant hija tali li hemm anke responsabiltajiet li għandhom jaqgħu fuq il-kummerċjant sew rigward il-prodott kif ukoll dwar is-servizz li jagħtik.", "Allura anke fl-istruttura tagħna bħala sistema legali tagħna nħarsu lejn il-konsumatur b'mod li jingħata protezzjoni partikolari għaliex fir-relazzjoni bejn id-dinja tal-kummerċ u bejnu, il- konsumatur huwa konsidrat bħala l-parti d-dgħajfa li għandha bżonn li jkollha l-għajnuna tal-liġi nnifisha.", "Tajjeb li ngħidu li fid-definizzjoni tal-kelma \"konsumatur\" din il-liġi tħares m'hux lejn ir-relazzjonijiet ta' l-individwi li huma stess qegħdin fil-kummerċ, fin-negozju jew fil- professjoni bejniethom imma tħares lejn dak l-individwu li qed ifittex il- bżonnijiet fil-ħajja tiegħu personali m'hux bħala operatur ekonomiku imma sempliċement bħala ċittadin ta' soċjeta' billi qed jagħmel użu, qed jixtri jew qed jikri oġġetti mingħand persuni li huma fil-kummerċ jew qed jieħu servizzi li jingħataw minn persuni li huma fil-kummerċ ukoll.", "Mr Speaker, dan iwassalni biex ngħid li huwa importanti li din il-liġi ma tkoprix biss prodotti.", "Forsi għal ħafna nies, meta wieħed jitkellem dwar il- konsumatur awtomatikament f'moħħhom ikollhom biss li jiġi mħares min imur jixtri prodott.", "Pero' din hija liġi li fid-definizzjoni tagħha ta' \"kosumatur\" qed tinkludi wkoll lil min jirċievi servizz.", "GĦalhekk qed tirregola wkoll dikjarazzjoni li hija marbuta ma' l-iżvilupp ta' l- ekonomija moderna li jkun hemm aktar servizzi li jingħataw fis-soċjeta' tagħna u li jkunu regolati għall-ġid tal-konsumatur innifsu.", "Mr Speaker, din hija liġi li b'limitazzjoni li tagħmel hija stess - marbuta bil-fatt li l-Prim Ministru jrid jistabbilixxi b'avviż fil-gazzetta minn żmien għall-ieħor; naħseb li din hija xi ħaġa li se tiddaħħal għall- ewwel darba fis-sistema tagħna - taċċetta li dipartiment tal-Gvern, korporazzjoni, awtorita' jew organizzazzjoni li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill-konsumatur bi ħlas huma konsidrati konċettwalment bħala kummerċjanti u allura jistgħu jaqgħu taħt l-operat ta' din il-liġi nnifisha.", "Jien naħseb li hawnhekk għandna qabża kulturali fil-ħsieb, pero' naturalment wieħed ma jistennix li, għax tgħaddi liġi, allura nagħmlu qabża mil-lum għall-għada fil-mod ta' kif naħsbu u kif naġixxu.", "Din il- Liġi ċertament hija waħda progressiva u qed timbotta 'l quddiem ir- realtajiet f'pajjiżna għaliex qed tintroduċi konċetti u ideat li wasal iż- żmien għalihom imma li forsi ħafna nies m'humiex biżżejjed konxji minnhom.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed jgħid li fis-soċjeta' tagħna, issa li ilna 30 sena indipendenti u li għaddejna minn diversi perjodi ta' żvilupp politiku u ekonomiku, inħarsu lejn drittijiet oħrajn li s-soċjeta' tagħna għandna bżonn minħabba l-istadju ta' żvilupp li waslet fih illum.", "Għalkemm il-konċett daħal, pero' wieħed għandu jistenna li jkun hemm proċess ta' ħsieb u maturazzjoni ta' applikazzjoni ta' liġi bħal din biex ikun jista' jiġi attwat dan il-konċett fil-kompletezza tiegħu mal-mgħodija taż-żmien.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li fil-qalba tagħha din il-Liġi toħloq l-istrutturi - id-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur, id-Dipartiment u anke l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur - u allura aktar hija liġi li toħloq il-qafas milli liġi li trid issegwi dawk ir-regoli sostantivi li jridu jsegwu wara li tgħaddi liġi bħal din u li wħud minnhom huma msemmijin fil-White Paper \"Drittijiet għall-Konsumatur\" - ħarġet fl- 1991; dak iż-żmien jien kont responsabbli għal dan il-qasam u fiha kien hemm proposti l-istrutturi li wħud minnhom ġew mibdula kif jidher f'dan l- Abbozz - u proposti oħra ġodda għar-rigward ta' diversi aspetti tal-qasam tal-konsumatur.", "Il-qasam tal-konsumatur huwa qasam li kontinwament qed jiżdied, jissaħħaħ u dejjem jikber.", "Dan jinkludi fih il-kwestjonijiet bħal labelling u marking.", "Aħna nafu kemm illum qed tikber iktar il-kuxjenza dwar labelling u marking, speċjalment fejn jidħlu \"il-best before\" u affarijiet oħra bħal dawn.", "Tajjeb li jsir iktar żvilupp f'dan il-qasam, jekk inhu possibbli, biex il-konsumatur ikun jista' jiggwida ruħu aħjar fix-xiri li jagħmel.", "Dik il-White Paper kienet tħares ukoll lejn ir-reklamar li jsir f'pajjiżna.", "Dan huwa importanti għaliex ir-reklamar qiegħed kontinwament jikber bħala parti mill-attivita' ekonimika tal-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll li dan il- qasam li jirrigwarda r-reklamar fit-televiżjoni u fuq ir-radju huwa wkoll fil-fatt ikkontemplat fil-Liġi dwar ix-Xandir li dan il-Parlament kien għadda fl-1991 pero' jidher li jonqos iktar regolamenti xi jsiru biex jiġu regolati r-reklami fil-ġurnali.", "Dik il-White Paper kienet tħares ukoll lejn bidla fil-Kodiċi Ċivili.", "Nieħu gost ngħid li waħda mill-affarijiet sostantivi li din il-Liġi qiegħda tagħmel - apparti li toħloq l-istruttura li naturalment hija essenzjali biex dan il-qasam tal-konsumatur ikun jista' jikber u jiżviluppa - hija li qed tbiddel dik ir-referenza li tgħid li wieħed għandu żmien xahar fejn jista' jagħmel claim jekk isib xi diffett inerenti f'xi oġġett mobbli li jkun xtara.", "Din il-Liġi qed ittawwal dan iż-żmien għal sitt xhur.", "Jien naħseb li din il-bidla hija meħtieġa ħafna u importanti.", "Dawk li għaddew minn esperjenza ta' l-avukatura fejn ġew imqabbda f'każijiet ta' dan it-tip jafu kemm ikun hemm tbatija u anke ingann peress li t-terminu ta' xahar jgħaddi malajr, speċjalment meta ssib lil xi ħadd fil-kummerċ - naturalment wieħed ma jistax ipoġġi lil kulħadd f'qoffa waħda - itawwal in-negozjati apposta sabiex jilħaq jgħaddi dan it-terminu.", "Allura din il-Liġi qed tagħmel din il-bidla u għalkemm forsi tidher bidla żgħira, pero' fil-fatt hija bidla kbira.", "Ir-raġuni hija li qabel il-Kodiċi Ċivili kienet tirrikonoxxi biss oġġetti ta' valur kbir u konsiderevoli, bħal artijiet, eċċ., li huma oġġetti immobbli fejn it-terminu għal dawn l-affarijiet kien pjuttost twil ħdejn it-terminu għall-oġġetti mobbli.", "Għalhekk jien naħseb li kulħadd għandu jieħu gost b'din il-bidla.", "M'hemmx dubju li kull min jaħdem fil-qrati, jiġifieri fil-qasam legali, iltaqa' ma' dawn l- okkażjonijiet u jaf li kif kienet il-liġi, kienet qed toħloq problemi kbar.", "Jien nista' ngħid li l-problemi qed ikomplu jiżdiedu aktar ma l-valur ta' dawn l-oġġetti jikber.", "Għal din ir-raġuni qed insemmi din il-klawsola partikolarment għaliex nemmen li din hija klawsola importanti fil-bdil li qed isir.", "Hemm diversi proposti oħra li jissemmew fil-White Paper ta' l-1991, u li jitkellmu fuq supply of goods and services, unfair contract terms, product liability and safety u pricing.", "GĦaliex qed insemmi dawn l-affarijiet?", "Jekk wieħed iħares lejn il-White Paper li ħarġet dak iż-żmien, isib li dik il-White Paper m'hux biss hija punt għal diskussjoni, imma hija litteralment programm ta' azzjoni f'dan il-qasam, programm ta' azzjoni li ma setax jibda qabel ma jkollok l-istrutturi f'posthom.", "Imma issa dan se jibda u allura l-valur kbir ta' din il-Liġi li għandna quddiemna huwa li minnha se jitwieldu liġijiet oħra u li se sservi ta' bażi għall-programm li jrid isir fil-qasam tal-konsumatur f'pajjiżna għar-rigward ta' regolamentazzjoni .", "Meta ngħidu li nħolqu diversi strutturi, nsibu li fost oħrajn inħolqot l-istruttura tad-Direttur għall-Affarijiet tal- Konsumatur bid-Dipartiment u bil-funzjonijiet partikolari tiegħu u b'mod parallel ma' dan inħolqot l-istruttura tal-Kunsill għall-Affarijiet tal- Konsumatur; kunsill li għandu funzjoni konsultattiva u ta' monitoring importanti, li joħroġ b'ideat ġodda, li jkun catalyst ħalli jkun jista' jġib aktar bidliet f'dan il-qasam, li huwa dinamiku għall-aħħar - fid-dinja kollha, partikolarment fid-dinja żviluppata, kontinwament qed isiru liġijiet ġodda li fihom hemm diversi direttivi tal-Komunita' Ewropea li qed jittieħdu bħala sens ta' direzzjoni għal kif għandhom jimxu l-pajjiżi Ewropej - u biex jagħmel dan, il-Kunsill se jkollu l-għajnuna tad- Direttur.", "Wieħed mill-poteri li għandu dan id-Direttur - u tajjeb li wieħed jagħmel highlighting tiegħu - huwa li għandu l-possibilita' li joħroġ avviżi pubbliċi.", "Din hija għodda f'idejn id-Direttur għall- Affarijiet tal-Konsumatur u jrid jużaha għall-ġid tal-konsumatur, b'attenzjoni u b'responsabilita' kbira.", "Biex il-Liġi tissalvagwarda li kollox isir bl-akbar responsabilita' u m'hux ikun hemm diskrezzjoni li tista' tintuża b'mod leġġer, tesiġi li biex jagħmel dan, id-Direttur irid ikollu l-qbil tal-Kunsill.", "GĦalhekk għandek żewġ entitajiet li jridu jiftiehmu bejniethom biex ikun jista' joħroġ avviż pubbliku.", "Dan mhux se jkun avviż pubbliku li wieħed jieħdu biċ-ċajt, għaliex fih id-Direttur jista':", "\"... jidentifika u jwissi jew jgħarraf dwar xi ħaġa minn dawn li ġejjin:", "oġġetti li m'humiex tajba biżżejjed jew li huma perikolużi u persuni li jfornu dawk l-oġġetti;", "servizzi li jingħataw b'mod mhux sodisfaċenti u persuni li jfornu dawk is-servizzi;", "kull prattika ta' kummerċ li hi ta' detriment għall-interessi ta' konsumaturi u ta' persuni li jieħdu sehem f'kull prattika bħal dik; u", "kull ħaġa oħra li tolqot jew tista' tolqot ħażin kuntrajru kull interess tal-konsumaturi f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri ta' oġġetti jew l-għoti ta' servizzi minn kummerċjanti.\".", "Dan m'huwiex poter żgħir, għax fid-dinja tal-kummerċ, l-isem tajjeb li jkollu kummerċjant huwa importanti ħafna għax-xogħol tiegħu, għall-kummerċ tiegħu u għall-mod kif jista' jkabbar il-business tiegħu.", "Allura jekk id- Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur, bi qbil mal-Kunsill, jagħmel dikjarazzjoni pubblika li fiha jiddenunċja xi kummerċjant, isemmi lill- persuni in kwestjoni, isemmi l-prodott partikolari jew servizz li qed jingħata ħażin, jew inkella xi prattika ta' kummerċ li hi ta' detriment għall-konsumatur, dan żgur li jkollu saħħa kbira, għax il-konsumaturi jkunu qed jiġu mwissija mid-Direttur u mill-Kunsill responsabbli għall-affarijiet tal-konsumatur dwar xi ħaġa li jridu joqogħdu attenti għaliha.", "Dan huwa metodu li jintuża f'diversi partijiet ta' liġijiet oħrajn - mhux neċessarjament f'pajjiżna - u bħalissa jiġini f'moħħi l-metodu li jintuża permezz tal-Kumitat tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat- Tortura, li bil-liġi għandu l-poter li jinforma lill-pubbliku u lill-media internazzjonali.", "Fil-każ tal-Liġi li għandna quddiemna, id-Direttur u l- Kunsill għandhom il-poter tad-denunċja permezz tal-media nazzjonali.", "Fis- soċjeta' tagħna, fejn l-informazzjoni tiġri malajr u fejn in-nies huma mdorrijin jirċievu u jgħarblu informazzjoni li tingħata, dan huwa poter importanti f'idejn id-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur, fl-interess tal-konsumatur innifsu.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jieħu nota ta' dan il- poter, li żgur jista' jkun ta' ġid kbir għall konsumatur, għax jista' jservi ta' deterrent għal min irid jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu fis-suq, għal min jabbuża mis-saħħa kummerċjali tiegħu billi ma jeħux ħsieb l- interessi tal-konsumatur u ma jagħtix is-servizzi li jwiegħed jew oġġetti ta' kwalita' lil min jixtri mingħandu.", "Tajjeb ngħidu li l-Kunsill li qiegħed hemm biex iħares l-interessi tal- konsumatur, għandu wkoll il-funzjoni li jissorvelja u li jżomm under review diversi affarijiet li qegħdin jiġru f'dan il-qasam f'pajjiżna.", "Dan se jkun ukoll ta' advisor għall-Ministru dwar il-formulazzjoni tal-politika dwar il-konsumatur li taħtha d-Direttur u d-Dipartiment iridu jiffunzjonaw.", "Apparti minn hekk, dan il-Kunsill hu istituzzjoni li jrid jara kif il- liġijiet għar-rigward tal-komsumatur f'pajjiżna qed jiġu nforzati, u jrid jirrevedi r-regoli ta' prattika dwar ir-registrazzjoni tal-consumer associations f'pajjiżna.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jagħti poteri lill-Ministru rigward dak li jagħmel wara konsultazzjoni mal-Kunsill innifsu, partikolarment dwar regolamenti li jistabbilixxu direttivi għall-protezzjoni tal-konsumatur rigward l-għoti ta' servizzi, bejgħ jew kiri ta' oġġetti lill-konsumatur.", "Allura nistennew li mill-qafas ta' dan l-Abbozz joħorġu regolamenti aktar dettaljati li jistgħu jagħtu saħħa lill-konsumatur innifsu.", "Punt interessanti mil-lat legali huwa dak li hemm fi klawsola 10 fejn qed jingħad li l-kummerċjant għandu liability għal dak li jagħmel l-impjegat tiegħu rigward ta' offiżi taħt dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Din hija xi ħaġa li wieħed iħares lejha b'interess, għaliex għal darb'oħra turi s-serjeta' li biha l-Abbozz qed iħares lejn il-protezzjoni li jrid jagħti lill-konsumatur f'pajjiżna.", "L-aħħar struttura li dan l-Abbozz ta' Liġi joħloq - għax kif diġa' għidt, dan huwa l-bidu ta' liġijiet u regolamenti oħrajn - hija t-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi.", "Dan huwa tribunal speċjalizzat fil-qasam ta' l- affarijiet tal-konsumatur.", "Jien naħseb li dan it-tribunal għandu jagħmilha aktar faċli biex il-konsumatur ikollu sodisfazzjon għat-talbiet tiegħu u jagħmilha aktar faċli għan-negozjant għaliex il-proċeduri jimxu b'aktar ħeffa.", "Dan għandu jkun tribunal li jkun ta' utilita' mhux biss għall- konsumatur, imma wkoll għal kull min jaħdem fil-kummerċ għaliex ikun tribunal li jispeċjalizza f'dan il-qasam.", "Dan se jkun tribunal li jiżviluppa esperjenza għar-rigward tal-Liġi tal-Konsumatur f'pajjiżna li huwa qasam li huwa dgħajjef u li għadu m'huwiex żviluppat.", "Pero' m'hemmx dubju li aktar ma s-soċjeta' tagħna tiżviluppa kummerċjalment, dan it- tribunal aktar isir importanti għar-rigward ta' l-amministrazzjoni tal- ġustizzja f'pajjiżna.", "Mr Speaker, din il-Liġi tirregola wkoll l-assoċjazzjonijiet dwar il- konsumatur li f'pajjiżna huma importanti u wieħed jispera li abbażi ta' din il-liġi jieħdu fama tajba ta' assoċjazzjonijiet serji li jagħmlu x-xogħol għall-interess uniku tal-konsumatur u għall-ebda skop ieħor.", "Huwa importanti li naraw li dawn l-assoċjazzjonijiet ikunu veri, li jkunu bona fede, li ma jkunux front għal ħaddieħor, li fihom taġixxi d-demokrazija u li jkun hemm elezzjonijiet liberi għalihom.", "Fil-fatt il-Liġi nnifisha tgħid li biex tiġi reġistrata assoċjazzjoni bħal din, l-istatut tagħha jrid ikollu mniżżel fih li din l-assoċjazzjoni titmexxa liberament minn membri li jittellgħu f'elezzjoni li ssir għallinqas darba fis-sena.", "Hawnhekk qed nissalvagwardaw is-serjeta' u l-kredibilita' ta' assoċjazzjonijiet bħal dawn għax qegħdin inħarsu lejn liġi li dawn l-assoċjazzjonijiet tiggarantilhom ċerti drittijiet u anke li jkollhom protezzjoni milli jkollhom liability għal xi azzjonijiet li jieħdu.", "Huwa importanti li f'pajjiżna jkun hawn consumer associations li jiżviluppaw u nawgura li din il-Liġi tkun il-bidu ta' iktar kuxjenza f'dan il-qasam, ta' aktar nies fis- soċjeta' tagħna li jiddedikaw il-ħin tagħhom biex ikunu jistgħu jagħtu protezzjoni lill-konsumatur u fuq kollox biex ikunu jistgħu jedukaw lill- konsumatur.", "Ma naħsibx li nagħmlu sew jekk inħarsu lejn dawn l-assoċjazzjonijiet bħala għedewwa tal-kummerċjanti jew il-kummerċjanti jkunu għedewwa ta' dawn l-assoċjazzjonijiet.", "Naħseb li jagħmel sens li min ikun qiegħed jaħdem bis- serjeta' f'dan il-qasam jara li l-interessi taż-żewġ naħat jiġu salvagwardati, li kollox isir in bona fede u li fl-aħħar mill-aħħar issir ġustizzja.", "Naturalment ma jfissirx li din għandha dejjem tkun lejn in-naħa tal-konsumatur għax m'aħniex qegħdin ngħidu li l-konsumatur dejjem għandu raġun.", "Għandna nkunu mill-aktar oġġettivi u ngħidu li jkun hemm okkażjonijiet fejn il-konsumatur ukoll jista' jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu u jista' jabbuża minn min ikun qed jagħmel kummerċ f'pajjiżna.", "Allura f'każ bħal dak wieħed għandu wkoll jipproteġi lil dak in-negozjant ġust li jkun qed jagħmel negozju b'mod ġust.", "Din il-Liġi fil-fatt tindika u tiffoka fuq dak il-kummerċjant li ma jagħmilx ġustizzja mal-konsumatur u tipproteġi dik il-parti l-oħra tal-kummerċjanti li jagħmlu n-negozju tagħhom bis-serjeta'.", "GĦalhekk din Liġi fuq kollox hija favur il-kummerċ ġust u għandu jkun sodisfatt biha min permezz tagħha jiġi identifikat bħala kummerċjant ġust mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u mill-fatt li d- Direttur u l-Kunsill dwar il-Konsumatur ma jkunx qed jindika li dak il- kummerċjant ikun qed jagħmel xi ħaġa li tmur kontra l-interessi tal- konsumaturi.", "GĦalhekk din tagħti l-possibilita' li f'pajjiżna jkun hemm ukoll premju, fis-sens ta' reputazzjoni tajba għal min jaħdem sabiex il- kummerċ tiegħu jkun kummerċ serju u ta' l-affari tiegħu.", "Naturalment aħna għandna kummerċjanti ta' l-affari tagħhom bħalma għandna kummerċjanti li jfittxu li jisirqu lill-konsumatur u bħalma għandna konsumaturi li jfittxu li jisirqu lill-kummerċjanti.", "GĦalhekk liġi bħal din trid toħloq il- ġustizzja billi tfittex li tnaqqas l-abbuż, billi tieħu azzjoni kontra l- abbuż u fl-istess ħin tippremja lil min isegwi r-regolamenti tagħha.", "Ħaġa oħra interessanti hija li l-assoċjazzjoni tal-konsumaturi hi reġistrata wkoll biex tagħmel rapporti u complaints f'isimha.", "F'dan il-każ m'huwiex neċessarju li l-individwu nnifsu jagħmel il-complaints u r- rapporti, imma dawn jistgħu jitwasslu permezz ta' l-assoċjazzjoni tal- konsumatur.", "U din hija xi ħaġa ta' nteress għar-rigward ta' din il- leġislazzjoni għax tagħti timbru partikolari lil leġislazzjoni bħal din u turi li din trid tiffaċilita l-mod kif il-konsumatur iwassal il-complaint tiegħu ħalli jsib soluzzjoni għaliha.", "Mr Speaker, jien naħseb li meta tkun qed tħares lejn liġi bħal din għandek taraha bħala liġi li qed tittratta l-kummerċ b'mod partikolari.", "Hemm diversi pajjiżi fejn minflok ma jitkellmu fuq drittijiet tal- konsumatur jitkellmu fuq kummerċ ġust u fuq ġustizzja fir-relazzjoni ta' kummerċ bejn il-kummerċjant u l-konsumatur.", "Hemm pajjiżi oħrajn li jagħmlu enfasi fuq il-konsumatur u jgħidu li f'dik ir-relazzjoni huwa l-konsumatur li għandu bżonn l-iktar attenzjoni.", "Naħseb li fil-kontest Malti minkejja li din il-Liġi titkellem fuq id-drittijiet tal-konsumatur, huwa mportanti li nifhmu li aħna qegħdin inħarsu lejn kif in-negozju ġust għandu jiżviluppa f'pajjiżna.", "U dawk in-negozjanti li għandhom interess li n- negozju tagħhom jagħmluh bis-serjeta' u b'mod li jagħtu servizz lill- konsumatur filwaqt li jagħmlu l-qliegħ għall-għajxien tagħhom, għandhom ikunu fiduċjużi u pożittivi dwar liġi bħal din.", "Mr Speaker, jien nemmen li Liġi bħal din għandha sservi wkoll biex tkabbar il-possibilita' li jkun hawn iktar edukazzjoni dwar il-konsumatur u nemmen ukoll li kemm id-Dipartiment għall-Affarijiet dwar il-Konsumatur kif ukoll il-Kunsill għall-Affarijiet dwar il-Konsumatur għandhom responsabilita' kbira biex ikomplu jedukaw lill-konsumatur f'pajjiżna li għandu bżonn jifhem il-ħtiġijiet tas-soċjeta' tagħna biex jiġu ssalvagwardati d-drittijiet tiegħu.", "Huwa importanti li min imur jixtri jitgħallem kif għandu jixtri u min ikollu l-għażla f'idejh jitgħallem jutilizza dik l-għażla.", "Huwa importanti wkoll li kull min ikollu complaint jagħmlu fil-qafas li ttih liġi bħal din minflok ma joqgħod igorr u ma jagħmel xejn.", "Hu meħtieġ li l-konsumatur f'pajjiżna jifhem ukoll li issa li għandu tant għażla f'idejh, li hawn daqshekk kompetizzjoni favur tiegħu u li hawn soċjeta' li qed tagħti servizzi u prodotti varji, permezz ta' l- edukazzjoni tiegħu, dan irid ikun jaf jagħmel l-aqwa protezzjoni tiegħu nnifsu.", "L-edukazzjoni hija l-aqwa protezzjoni li jista' jkollu l-konsumatur, imma din hi liġi li ma torbotx biss fuq l-edukazzjoni għax tagħti protezzjoni lill-konsumatur bl-istituzzjonijiet u bit-tribunal li toħloq.", "Jien ma għandix dubju li din il-Liġi se tkun bażi tajba biex il-programm ta' azzjoni u ta' leġislazzjoni ta' bidliet importanti f'pajjiżna fil-qasam tal- konsumatur ikomplu mexjin 'il quddiem abbażi ta' l-ideat li ngħataw fil- White Paper ta' l-1991 u abbażi ta' l-ideat li ġew żviluppati f'pajjiżna issa li l-bażi kollha ta' kif isir il-kummerċ f'pajjiżna, bil-liġijiet kollha li għaddew f'dawn l-aħħar snin minn dan il-Parlament inbidel radikalment.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, bħalissa qed jingħadu ħafna affarijiet fuq id-drittijiet u s-sovranita' tal-konsumatur u taċ-ċittadin.", "Jien naħseb - u kif fil-fatt sar miż-żewġ naħat tal-Kamra waqt id-diskorsi li smajt - li l-aħjar mod kif inħarsu lejn il-problematika tal-konsumaturi fis-soċjeta' tagħna hi li nħarsu lejha b'mod integrali wkoll u mhux narawha biss mill-aspett kummerċjali.", "Kif diġa' għidt, fis-soċjeta' tagħna nitkellmu ħafna fuq is-sovranita' tal-konsumatur u taċ-ċittadin li llum għandhom id-drittijiet tagħhom, pero' ħafna drabi, jekk nidħlu fil-fond insibu li dawn id-drittijiet huma astratti.", "Qed ngħid dan għax jien naħseb li waħda mill-kriżi li jbatu minnha l-istituzzjonijiet pubbliċi u s-settur tal-kummerċ f'pajjiżna ġejja min-nuqqas ta' sodisfazzjon li għandhom il- konsumaturi u ċ-ċittadini biex jitħarsu d-drittijiet tagħhom; kemm meta dawn jaġixxu bħala konsumaturi kif ukoll meta jaġixxu bħala ċittadini.", "Suppost il-konċett ta' ċittadin jinkorpora fih il-konsumatur għax ħafna drabi naraw li jekk qed nitkellmu dwar l-istess persuna, il-ħarsien tal- konsumatur l-ewwelnett jiddependi mill-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadin.", "Jekk fis-soċjeta' tagħna d-drittijiet taċ-ċittadin ma jkunux imħarsa bis- serjeta', iktar u iktar mhux se jkunu mħarsa sew id-drittijiet tal- konsumatur.", "Jien naħseb li rridu ngħelbu t-tentazzjoni li meta nitkellmu fuq il-bżonn tal-ħarsien tal-konsumatur jew taċ-ċittadin, narawha bħala xi ħaġa passiva.", "M'hemmx dubju li l-aħjar mezz biex kemm iċ-ċittadini kif ukoll il-konsumaturi jieħdu d-drittijiet tagħhom m'huwiex li jkunu taħt xi umbrella li jipprovdilhom xi ħadd, iżda li nagħtuhom il-mezzi biex kemm jista' jkun is-saħħa tal-konsumaturi jew taċ-ċittadini tkun f'idejhom.", "Il- konsumaturi u ċ-ċittadini jridu jfittxu d-drittijiet tagħhom huma stess u mhux joqogħdu jistennew lil xi ħadd jieħu ħsiebhom.", "Aħna nafu li sfortunatament f'Malta għad għandna l-kultura soċjali li l-problemi narawhom individwalment u ħafna drabi għall-problemi soċjali li jeżistu - anke fil-qasam tal-konsum, kemm dak tal-prodotti kif ukoll tas-servizzi - nipprovaw infittxu soluzzjoni privata.", "Kulħadd jgħidlek biex tkellem lil dak jew lill-ieħor u jekk int jirnexxielek tirranġa, ma tagħtix kas jekk dak is-servizz tjiebx jew le.", "Is-soċjeta' tagħna m'hijiex se tieħu r-ruħ sakemm tibqa' din it-tip ta' kultura soċjali fejn il-problemi jeżistu biss sakemm jolqtuna bħala individwi u s-soluzzjoni li nippruvaw infittxu tkun soluzzjoni individwali meta fil-fatt l-aħjar soluzzjoni tkun li ningħaqdu ma' min għandu problemi bħalna u naraw x'nistgħu nagħmlu biex inbidlu din is-sitwazzjoni.", "Allura għandna nagħmlu kull ċaqlieqa li tista' ssir - u din il-Liġi ninterpretaha li hija pass fid-direzzjoni li tagħmel din iċ- ċaqlieqa - biex inħeġġu liċ-ċittadini nfushom jieħdu d-destin tagħhom f'idejhom stess ħalli jfittxu d-drittijiet tagħhom.", "Naħseb li biex f'pajjiżna nersqu bis-serjeta' lejn din is-sitwazzjoni, għandha tidħol il- kultura l-ġdida tal-kuntratti, fis-sens li min-naħa ta' min qiegħed jixtri prodott jew jieħu servizz għandu jkun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu u l- istess għal min ikun qed ibiegħ jew jipprovdi dak is-servizz.", "F'Malta għad għandna arranġamenti informali ħafna f'dan il-qasam u ma jeżistux relazzjonijiet kuntrattwali, drittijiet u obbligi.", "Ħafna drabi l- arranġamenti jsiru b'mod informali u bil-fomm u għalhekk tgħaddi ta' min hu b'saħħtu u mhux ta' min huwa dgħajjef li jħossu waħdu quddiem istituzzjonijiet pubbliċi jew quddiem forzi ekonomiċi b'saħħithom.", "Bis- serjeta' naħseb li f'pajjiżna għandha tidħol il-kultura tal-kuntratti ħalli f'kollox u f'kull ma nagħmlu nkunu nafu sewwa sew x'inhuma d-drittijiet, id- dmirijiet u l-obbligi ta' kull parti li tkun involuta f'xi servizz jew negozju li jingħata.", "F'pajjiżi oħra diġa' qed jitkellmu mhux biss fuq statut tad-drittijiet tal-konsumatur iżda anke fuq statut tad-drittijiet taċ-ċittadin.", "Kien hawn diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra li tkellmu fuq il-problema tar- reklamar.", "Din għandna ħafna x'ngħidu fuqha għax fil-fehma tiegħi għad għandna ġungla sħiħa f'dan il-qasam u għad m'għandniex kodiċi li jirregola x'jista' jkun hemm u ma jkunx hemm fir-reklamar u għalhekk għandna nitkellmu bis-serjeta' dwarha.", "Pajjiżi oħra diġa' qed jaħsbu li t-teknika tal-propaganda politika għandha tkun soġġetta għal xi forma ta' kodiċi ta' etika għax ħafna drabi din torbot biss b'mod morali lil kull min ikun attiv f'dak il-qasam.", "Illum it-teknika ta' reklamar fil-qasam kummerċjali u t- teknika tal-propaganda fil-qasam politiku jikkonverġu u lanqas tagħraf waħda minn oħra.", "Ħafna drabi t-teknika li tintuża biex tipprova tbiegħ sapuna tintuża wkoll biex tipprova tbiegħ personaġġ jew policy ta' partit.", "F'ċerti pajjiżi diġa' qed tidħol l-idea li għandu jkun hemm statut ta' drittijiet taċ-ċittadin kif ċittadin jista' jfittex lil dik il-kupannija pubbliċitarja li tagħmel reklamar falz, li twiegħed affarijiet li imbagħad ma tagħtihomx, li tgħid li dak il-prodott fih soluzzjonijiet maġiċi għall- problemi li wieħed ikollu, li dak il-prodott fih elementi li se jagħmlu liċ- ċittadin ħafna ġid u mbagħad fil-fatt ma jwettqux dak li jkunu wegħdu.", "Hemm ukoll min qed jgħid li din għandha tidħol fil-kuntratt li għandu jkun hemm bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, anke dawk politiċi.", "Forsi jkun hawn min iħoss li affarijiet bħal dawn għadhom remoti f'pajjiżna pero' naħseb li jekk irridu naffrontaw bis-serjeta' il-kriżi ta' fiduċja u l- kriżi ta' kredibililta' li anke l-qasam politiku jsoffri minnha f'pajjiżna, hemm bżonn li naħsbu f'dawn l-affarijiet ukoll.", "Imbagħad fuq il-kwestjoni tar-reklamar hemm ħafna x'ngħidu fuqu anke dwar ir-reklamar ta' barra minn Malta, imma ovvjament se nitkellem l-aktar fuq dak Malti.", "Il-kwestjoni tar-reklamar huwa miftuħ għal ħafna abbużi.", "Suppost li r-reklami twieldu biex jinfurmaw lill-konsumaturi bil- kwalitajiet ta' ċertu prodott, imma ħafna drabi mhux hekk jagħmlu.", "Iżda l- aktar parti inkwetanti li nħoss li hija fix-xena lokali hija l-pressjoni li ssir minn min jirreklama fuq il-mezzi tal-media.", "Naf li min jaħdem fil- media forsi ma tantx jieħu gost jitkellem dwar dawn l-affarijiet għax jibża' li jitlef ir-reklami, iżda naħseb li ma nkunux realistiċi jew sinċieri jekk ma nitkellmux fuq il-pressjonijiet li jsiru f'Malta min-nies fil-qasam tal-kummerċ u minn kumpanniji kummerċjali biex il-mezzi tax- xandir u l-ġurnali ma jitkellmux fuq ċerti problemi fil-qasam kummerċjali fis-soċjeta' tagħna għax jibżgħu li jitilfu r-reklami u min jagħti r- reklami jhedded li jtellef ir-reklami jekk iġibu informazzjoni ta' dak it- tip.", "Il-media m'għandhom l-ebda dritt f'dan il-qasam u kulma jistgħu jagħmlu huwa li jissugraw li jikxfu dawn l-intriċċi li jiġru wara l-kwinti.", "Min jgħid li dawn ma jiġrux huwa jew għax ma jafx f'liema pajjiż qed jgħix jew inkella jrid ikompli jxerred il-gidba li l-partiti politiċi biss jindaħlu fil-mezzi tax-xandir u fil-mezzi tal-ġurnali.", "Ħafna drabi l-ispot light ikun fuq il-politiċi u fuq il-partiti, pero' x'jagħmlu n-nies fil- qasam tal-kummerċ u tan-negozju ftit li xejn isir magħruf għaliex mezz importanti ta' dħul għall-istazzjonijiet tar-radju, għat-televiżjoni u għall-ġurnali huwa r-reklami.", "Min jagħti r-reklami jaf b'din is-saħħa u jużaha biex iħares l-interessi tiegħu u dan żgur ma jkunx biex jagħti servizz lis-soċjeta', aktar u aktar meta f'soċjeta' żgħira bħal tagħna l- qasam kummerċjali u dak politiku huma minsuġa flimkien.", "Nafu anke b'każi fejn xi ħadd li jkun qed jinnegozja ftehim kollettiv ma' union li jkollha gazzetta tagħha jgħidilha li jekk mhux se jiftehmu jaqtagħlha r-reklamar mill-ġurnali.", "Fil-fehma tiegħi dawn huma affarijiet serji għaliex meta nitkellmu fuq id-drittijiet tal-konsumatur ngħidu li wieħed mid-drittijiet bażiċi ta' konsumatur ċittadin hu li jkun informat fuq dak li jkun għaddej f'oqsma partikolari.", "Insibu li waħda mill-problemi li għandha l-media f'pajjiż żgħir bħal tagħna hi li ftit għandha spazju fejn tkun awtonoma u indipendenti mill-forzi ekonomiċi.", "Nisimgħu ħafna kliem fuq kif il-partiti jew il-politika tikkontrolla l- mezzi tax-xandir u ta' l-informazzjoni, iżda l-forza okkulta - qed ngħid hekk għax m'hijiex exposed anke mill-media nnifisha - u b'saħħitha ta' kif in-nies fil-kummerċ jikkondizzjonaw lill-media jagħmel ħafna ħsara fis- soċjeta tagħna, għax jekk il-media tkun taf b'affarijiet fil-qasam kummerċjali li jolqtu lil xi kumpannija li tagħmel ħafna reklami f'ċerti ġurnali, fuq ir-radju jew fit-televiżjoni, ftit hemm ċans li dawk il- ġurnali jew radjijiet jigdmu l-id li titmagħhom.", "Imbagħad marbuta ma' din għandna sitwazzjoni f'Malta fejn in-nies tan-negozju u tal-kummerċ jixtru - forsi hija kelma li tinstema' goffa - spazju fil-ġurnali tagħna mhux biss bir-reklami li jagħtu, u allura jkollhom mod kif jilwu idejn min imexxi l- mezzi ta' l-informazzjoni, iżda jixtru spazju għaliex joffru vjaġġi u rigali lir-reporters biex jiktbu dwar xi prodott kummerċjali.", "U dak m'huwiex servizz ta' informazzjoni imma servizz ta' promozzjoni.", "Wieħed min-nuqqasijiet li hawn fil-qasam ġurnalistiku f'Malta hu li meta kumpannija tħallas reporter biex tibagħtu barra minn Malta għax tkun se ssir launching ta' xi prodott ġdid, bħal per eżempju karozza ġdida, lil dan jagħtuh ċans isuqha u jikteb dwarha, imma meta jiġi lura u jikteb dwar dak il-prodott jgħidulu biex ma jgħidtx lill-qarrejja tiegħu li l-kumpannija ħallsitlu dak il-vjaġġ.", "Barra minn Malta hemm postijiet fejn din tiġri fil- ġurnali għax għandhom mezzi ekonomiċi aktar qawwija minn dawk ta' Malta u allura jistgħu jkunu iktar indipendenti u l-biċċa l-kbira ta' l-editorial policy tal-ġurnal tkun li ma jaċċettax stedini bħal dawn li permezz tagħhom wieħed ikun qed jixtri influwenza fil-ġurnal.", "Wieħed jista' jaffronta din il-problema billi meta jkun hemm artiklu ta' dak it-tip, fl-aħħar jingħad li min kiteb dwar dak il-prodott kien mistieden mill-kumpannija stess u ħallsitlu l-vjaġġ u l-lukanda.", "Inkella hemm ġurnali oħra li meta jagħmlu dan it-tip ta' servizz jiktbu li hu reklam.", "F'Malta dawn l-affarijiet ma nagħmluhomx u jien inħoss li dan huwa perikoluż għax m'huwiex mod kif il-mezzi ta' l-informazzjoni qegħdin jedukaw u jinformaw liċ-ċittadin konsumatur, imma huwa mod kif il-ġurnali u l-mezzi tax-xandir minflok ma jservu bħala mezz ta' informazzjoni, jservu biss bħala mezz ta' propaganda u ta' reklamar.", "Suppost hemm differenza kbira bejn ix-xogħol ta' ġurnalist li qed jirrapporta u qed jinforma u dak ta' public relations officer.", "Ħafna drabi f'Malta d-differenza bejn PRO, reporter u ġurnalist sfortunatament ma teżistix.", "Naħseb li din hija ħaġa li rridu naħsbu dwarha bis-serjeta' għaliex hija perikoluża u fil-fehma tiegħi hija aktar perikoluża għaliex issa din it-teknika qed tintuża wkoll anke minn korporazzjonijiet pubbliċi.", "Per eżempju, il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tħallas xi ġurnalisti biex jiktbu features dwar dan il- qasam u dwar il-problemi li tiffaċċja din il-Korporazzjoni.", "Jien inħoss li huwa dmir u obbligu editorjali li f'ħaġa bħal din il-ġurnal jgħid lill- qarrejja tiegħu li dak l-artiklu dwar l-ilma ġie ffinanzjat mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u mhux tagħti l-impressjoni li m'hemmx differenza bejn dak it-tip ta' artiklu li għalih il-korporazzjoni tkun ħallset flus tajbin u artiklu ieħor li l-ġurnalist ikun għamel riċerki dwaru biex wasslu lill-qarrejja.", "Naħseb li din hija xi ħaġa perikoluża għax hija mod kif ikollok dak li jissejjaħ top down communication.", "F'każi bħal dawn il-ġurnalisti ma jkunux qed jinformaw liċ-ċittadini konsumaturi, imma l-mezzi ta' informazzjoni jkunu qed iservu biss ta' transmitter jew ta' conveyer belt bejn il-forzi b'saħħithom ta' fuq li jikkondizzjonaw lil ta' taħt, peress li jkunu litteralment xtraw is-servizzi tagħhom biex jagħtu dak it-tagħrif.", "Dan żgur li mhux il-mod kif iċ-ċittadini konsumaturi f'pajjiżna jkunu nformati.", "Ma tistax taqbad budget - qed insemmi l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għaliex naf li din il-ħaġa ġrat hemm u kieku naf b'korporazzjonijiet oħra nsemmihom ukoll - ta', per eżempju, Lm10,000 - u hawn min jgħid li qabdu iktar pero' jien ngħid Lm10,000 - u tagħtihom lil aġenzija tar-reklmar li tavviċina diversi ġurnalisti biex jiktbu fuq is-sitwazzjoni ta' l-ilma.", "Ix-xogħol ta' dawn ma kienx biex jiktbu fuq is-sitwazzjoni ta' l-ilma f'pajjiżna u l- kwalita' ta' ilma li għandna, imma biex jagħtu image tajjeb lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Meta jkollok din it-tip ta' xibka ta' dipendenza bejn min qed iħallas u min qed jagħti l-informazzjoni ma jistax ikun li tagħti informazzjoni korretta u indipendenti.", "Jien insibha diffiċli biex nuża l-kelma \"oġġettiva\" għaliex wieħed ikun presuntuż li juża l-aġġettiv \"oġġettiva\", imma għallinqas informazzjoni indipendenti mis- source ta' min qed iħallas il-flus.", "L-Onor.", "Buhagiar semma l-problemi dwar il-kwalita' ta' l-ilma f'dak li għandu x'jaqsam mal-kumpanniji privati, mentri jien inħoss li l-istess problema qegħda, per eżempju, fil-kwalita' ta' ilma li joħroġ mill-vit tagħna.", "Kultant id-Dipartiment tas-Sanita' stess jittestja ilma tal-vit u lil min ikun tahulu biex jiċċekkjah jgħidlu li ma jkunx tajjeb għax-xorb.", "Jien inħoss li wasal iż-żmien li d-Dipartiment tas-Saħħa jkun obbligat li jxandar - bħalma jagħmel dwar statistika ta' mard f'pajjiżna - ir- riżultat tal-kwalita' ta' l-ilma għax jekk dan tagħmlu l-Korporazzjoni stess tista' tipprova tagħti l-aħjar image tagħha nnifisha.", "Dan iservi ta' pressjoni fuq il-Korporazzjoni ħalli ttejjeb il-kwalita' ta' l-ilma.", "Nitkellmu ħafna fuq drittijiet, trasparenza u li ċ-ċittadini għandhom ikunu informati b'dawn l-affarijiet, pero' jekk mhux se naslu biex f'kull qasam partikolari ...", "Jien ma naħsibx li d-drittijiet tal-konsumaturi ċittadini jistgħu jiġu mħarsa jekk id-drittijiet tagħhom qegħdin qishom xi ghetto.", "Hemm liġi apposta għall-konsumatur imbagħad x'jiġri fil- kumplament tas-soċjeta' qisu ma jaqax taħt l-affarijiet tal-konsumatur.", "Jien naħseb li l-aħjar drittijiet tal-konsumatur huma jekk ikunu nklużi u jsiru parti integrali mill-istituzzjonijiet pubbliċi u mis-settur kummerċjali f'pajjiżna.", "Mr Speaker, qasam ieħor tar-reklamar li jintuża f'pajjiżna li huwa perikoluż hu meta l-interessi kummerċjali jitħalltu ma' l-interessi politiċi.", "Fil-fehma tiegħi, ħaġa li hi perikoluża u li rridu naħsbu dwarha hi meta il korporazzjonijiet pubbliċi u kumpanniji parastatali - żgur li l-flus tagħhom ma jistgħux jitqiesu mic-chairman bħala flus tiegħu - ma jeħdux gost b'artikli li jidhru dwarhom u allura jgħidu li se jikkastigawhom u ma jirreklamawx fihom.", "Din hija xi ħaġa li m'għandhiex tiġi aktar tollerata f'pajjiżna, jiġifieri li partit li jkun fil-gvern jabbuża b'dan il-mod; nies li jkunu tal-partit li jkun fil-gvern jabbużaw b'dan il-mod.", "Qed nuża dan il-kliem biex ma nagħtix l-impressjoni li din hija xi ħaġa li ġrat biss fl-aħħar seba' snin.", "Pero' m'għandniex nużaw in- nuqqasijiet u l-iżbalji ta' xulxin bħala alibi biex ma nbiddlux il-vizzji tagħna.", "Ħafna drabi nsibuha komda li nużaw id-difetti ta' xulxin mhux biex nitgħallmu minnhom u ma nagħmluhomx, imma biex qisna nagħtu blank cheque lilna nfusna; jekk huma żbaljaw kilo, aħna għallinqas għandna dritt li niżbaljaw forsi tliet kwarti ta' kilo!", "Dan żgur li mhux il-mod kif tinbidel is-soċjeta' tagħna.", "Persuna li dan l-aħħar, bl-aktar mod oxxen, qed juża r-reklamar b'dan il-mod partiġġjan huwa Dr. Richard Galea Debono tal-Korporazzjoni Telemalta, li għaliex ma jeħux gost bl-affarijiet li jidhru dwar Telemalta fil-ġurnal \"KullĦadd\" iddeċieda li m'għandux jirreklama fih.", "Din hi informazzjoni li wara kollox l-eluf ta' qarrejja li jaqraw \"KullĦadd\" għandhom dritt li jkunu jafu dwar Telemalta.", "Mr Speaker, dwar il-kultura tal-kuntratti li kont qed nitkellem dwarha u li hemm bżonn li tidħol f'pajjiżna ħalli nkunu nafu x'inhuma d-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini konsumaturi min-naħa u ta' min jipprovdi s-servizzi min-naħa l-oħra, naħseb li hemm bżonnha ħafna peress li ħafna drabi f'Malta għandna l-mentalita' li min jipprovdi prodotti u serrvizzi jiġri warajk kemm jiflaħ sakemm ibiegħlek xi ħaġa iżda mbagħad is-servizzi li jagħtik wara kważi jintesew u ttertaq qalbek jekk ikollok bżonn xi ħaġa.", "Sakemm ibiegħlek xi ħaġa kulħadd iżiegħel bik imbagħad wara jekk ikollok bżonn issewwi xi ħaġa jew ikollok bżonn ta' xi manutenzjoni assolutament qisu ma jeżisti ebda obbligu.", "Hemm oqsma oħra li jien naħseb li għandna nagħtu kashom.", "Hawnhekk jidħol il-bżonn ta' informazzjoni - dan għandu jkun wieħed mix-xogħlijiet li jrid jagħmel il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur fir-rigward tal-ftit drittijiet li jgwadu l-konsumaturi f'pajjiżna - li l-konsumatur għandu jkun mgħarraf biha.", "Għad issib nies li jduru bieb bieb biex jbiegħu l- encyclopedias, li jiswew madwar Lm360 jew iktar.", "Dan qed ngħidu għaliex ġeneralment il-familji li jmorru għandhom ma jiġux informati bid-drittijiet li għandhom.", "Jiġifieri ma tkunx l-ewwel darba li jdaħħluhom f'obbligi fejn la jkun ġie ffirmat kuntratt, allura bilfors irid isir il-ħlas għax inkella jdaħħluhom fil-Qorti.", "Jiġifieri meta għandna din is-sitwazzjoni fejn iċ- ċittadini konsumaturi ma jkunux jafu x'inhuma d-drittijiet li għandhom, ħafna drabi jkunu miftuħin għal aktar abbuż.", "Għalhekk jien nifhem li parti mix-xogħol li jrid jagħmel il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur huwa li jkun jaf x'qed jiġri f'dawn l-affarijiet biex b'hekk ikun jista' jesponihom.", "Nifhem ukoll li parti importanti minn dan il-Kunsill m'għandux ikun qisu l-ħajt tal-biki fejn imorru jibku għandu l-konsumaturi.", "Din għandha tkun parti mill-funzjoni tiegħu, li l-konsumatur imur għandu biex iressaq l-ilment tiegħu.", "Il-Kunsill għandu jkun pro-attiv, fis-sens li jkun jista' jieħu l-inizjattivi hu fejn jara li qed isiru abbużi u jesponihom mingħajr ma joqgħod jistenna li jiġu l-konsumaturi individwali għandu.", "F'dan il-qasam il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandu jieħu l-inizjattivi bis-serjeta'.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Charles Buhagiar, kien qed isemmi n-nuqqas ta' liċenzjar li jeżistu f'ċerti oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-bini.", "Pero' għandna oqsma oħra f'pajjiżna fejn l-idea ta' liċenzjar ma teżistix u jien ngħid li din hija perikoluża daqs dawk il-problemi li jistgħu jinħolqu fl-industrija tal-bini, anzi f'ċerti każi nista' ngħid li huma agħar.", "Waħda mill-affarijiet li rridu nagħtu kas f'pajjiżna hija żgur s-servizzi li qed jingħataw lill-konsumaturi ċittadini minn nies li jsejħu lilhom infushom psikologi.", "Jien naraha serja għaliex bħalissa f'pajjiżna ma jeżisti l-ebda mod kif min jaħdem fil-qasam tas-servizzi psikoloġiċi u tal-psikjatrija jingħata warrant.", "Hemm minnhom li ġabu first degree, anke kultant iġibu second degree minn pajjiż ieħor, pero' dawn ma jkollhom ebda bażi medika fl-informazzjoni tagħhom.", "Meta jiġu lura minn barra, dawn it- tip ta' nies jiftħu clinics biex jagħtu pariri kważi mediċi liċ-ċittadini konsumaturi.", "Jidher li wieħed mis-sinjali tal-progress huwa li nsiru aktar nevrotiċi.", "Dan ifisser li żdidet aktar il-problema psikoloġika fis- soċjeta' tagħna u allura mmorru għand il-psikjatra u għand il-psikologu - ix-shrinkheads - il-qassisin il-ġodda tas-soċjeta' tagħna li ma jmorrux il- knisja.", "Għad ma jeżistix il-mod kif wieħed għandu jkollu warrant biex jipprattika f'dan il-qasam.", "Naf li bħalissa għaddeja kontroversja sħiħa u konflitt bejn il-paroċċa tal-psikologi u l-parroċċa tal-psikjatri, fejn jgħidu lil xulxin li m'għandhomx kwalifiki biżżejjed.", "Għalhekk l-aħjar huwa li f'dan il-qasam nidħlu bis-serjeta' u ma ngħidux li din hija xi battuta taċ-ċajt, anzi jien naħseb li hija perikoluża.", "Ħafna nies qed jingħataw pariri kważi mediċi min-nies li m'humiex bilfors ikkwalifikati biex jagħtu dawk il-pariri.", "Hemm qasam ieħor - ma rridx ngħid li huwa relatat ma' dan - li qed jikber fis--soċjeta' tagħna u li wkoll huwa perikoluż.", "Dan huwa l-qasam tal- beauticians.", "Dan huwa qasam ieħor minn fejn wieħed jista' jagħmel il-flus.", "Jiġifieri jekk issa l-mod li kif tagħmel il-flus huwa li tagħmel il- kaboċċi, allura tagħmel il-kaboċċi.", "U hekk qed jiġri fil-qasam tal- beauticians.", "Allura wieħed jara x'jagħmel biex isir beautician.", "Il- problema hija serja għaliex il-linja rqiqa li hemm bejn il-qasam mediku u l- qasam tal-beautician kultant lanqas tingħaraf.", "Jiġifieri dawn huma nies li m'humiex kwalifikati u jsejħu lilhom infushom beauticians u m'hemmx min jiċċekkja fuq dawk il-beauticians li lilhom qed tingħata l-liċenzja, jekk humiex verament kwalifikati għal hekk.", "Dan ma jeżistix biex jaraw li l- clinics li qed jinfetħu huma verament postijiet fejn jistgħu jingħataw pariri, ħafna drabi jingħataw ukoll pilloli, bħal per eżempju, biex jirqaqu.", "Dawn huma l-witchdoctors moderni tas-soċjeta' tagħna li ma naħsibx li għandna nħalluhom sejrin hekk.", "Jiġifieri dawn huma affarijiet ta' min jagħti kashom bis-serjeta' u nittama li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur jidħol fihom.", "Dawn huma tip ta' problemi li mhux se jiġi għandek individwu bihom; huwa l-Kunsill li jrid jara x'qed jiġri.", "Għalhekk nittama li dan il-Kunsill ikollu mezzi ta' riċerka li jistgħu janalizzaw dawn l-affarijiet u joħolqu kuxjenza dwarhom għaliex mhux sewwa li għalina l-problemi tal-konsumatur - kif intqal miż-żewġ naħat tal-Kamra - jirriduċu ruħhom biss għal prodotti skaduti u kwalita' ta' prodotti biss.", "Aktar ma jidħlu dawn l-attivitajiet f'pajjiżna aktar hemm bżonn li naraw xi jkunu d- drittijiet tal-konsumaturi.", "Imbagħad hemm affarijiet oħra li nħoss li rridu nagħtu kashom bis-serjeta' iktar milli qed nagħtu issa.", "Per eżempju, fuq il-kultura tal-kuntratti li għandhom jeżistu bejn il- ġenituri u l-iskejjel.", "F'dawn l-aħħar snin growth area oħra kienet fil- qasam edukattiv.", "Fetħu ammont ta' skejjel privati - qed nitkellem fuq l- iskejjel kummerċjali, mhux fuq l-iskejjel tal-Knisja - għax raw li l-mod kif tagħmel il-flus fis-soċjeta' tagħna hu li tiftaħ skola.", "L-istess ħaġa hawn, ma jeżistu ebda drittijiet għall-ġenituri tat-tfal li jibagħtu lil uliedhom f'dawn l-iskejjel privati.", "Ma naħsibx li hija ġusta li nħallu r- relazzjoni bejn il-ġenituri u min imexxi dawn l-iskejjel kif inhi, fil- ġungla ta' bħalissa.", "Ngħid hekk għax ma naħsibx li hu ġust li, per eżempju, waslet biex tibda s-sena skolastika u l-ġenituri għadhom ma jafux kemm se tkun il-miżata dik is-sena.", "Jasal l-ewwel jum ta' l-iskola u jsibu li l-miżata tas-sekondarja, per eżempju - qed nitkellem hawnhekk għall- iskola ta' San Anton ta' l-Imselliet - għoliet b'Lm50 kull term mingħajr ma jkunu avżaw lill-ġenituri minn qabel.", "Dawk li telgħu minn junior għal sekondarja għollewhielhom b'Lm70 kull term.", "Kien hemm skejjel ukoll fejn il-miżata fl-ewwel term tibda tant u minn Jannar il-miżata taqbeż b'xi Lm20 kull term.", "Ikun hemm raġuni, għax ikunu żdiedu t-teachers, ikunu tawhom iż- żieda tal-cost of living.", "GĦandna naħsbu bis-serjeta' f'xi strutturi li b'xi mod jew ieħor il-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fl-iskejjel privati jkollhom xi forma ta' sodisfazzjon u anke ta' pre-avviż ta' x'qed jiġri f'dan il-qasam.", "Nista' nsemmi affarijiet agħar minn hekk.", "Per eżempju, l-iskola ta' St Michael's, mingħajr ma jafu liema art se jingħataw biex jibnu skola - jew għallinqas jekk jafu, aħna f'dan il- Parlament ma nafux - minn xhur qabel, biex ma ngħidx minn snin qabel, qed jieħdu depożitu ta' Lm500 minn fuq il-ġenituri biex jibnu l-iskola tagħhom.", "Sadanittant la jgħidulhom fejn se tinbena u lanqas kemm se tiswa din l- iskola, imma jieħdu l-flus mingħand il-ġenituri tagħhom għaliex il-ġenituri jkunu f'qagħda vulnerabbli u fraġli ħafna illi la jridu jibagħtu lit-tfal tagħhom f'dik l-iskola, jaqbdu u jħallsu.", "Jiġifieri dawn qed jiġbru l- flus, jiddepożitawhom fil-bank u jaħdmu bihom.", "Din is-sena kellna każijiet oħra ta' skejjel privati li ġabru l-flus, il-ġenituri ferħanin li t-tfal tagħhom ġew aċċettati f'dik l-iskola, imbagħad fl-ewwel jiem tas-sena skolastika l-iskola ma fetħitx għax lanqas biss għandha premises fejn tilqa' lil dawn it-tfal.", "Imbagħad iġibu l-iskuża li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma tathomx permess.", "Ma naħsibx li huwa ġust li nħallu lill- ġenituri f'dan il-baħar mingħajr ebda protezzjoni ta' xejn.", "Nixtieq nagħmel punt ieħor fuq l-edukazzjoni.", "Jien ma nafx fiex wasal u x'kienu l-konklużjonijiet ta' dik il-kummissjoni li daħlet fuq il-kodiċi ta' etika ta' l-uffiċjali pubbliċi, għalkemm naf li x-xogħol tlesta.", "Ma nafx x'ikkonkludew dwar il-conflict of interest li jista' jkun hemm - u li ħafna drabi hemm - fis-settur pubbliku fejn min jipprovdi servizz fis- settur pubbliku, fl-istess ħin jipprovdih fis-servizz privat.", "Fil-qasam edukattiv għandna l-problema tal-lezzjonijiet privati.", "Naf li dan huwa suġġett li hawn min jibża' jitkellem dwaru għax tista' titlef il-voti, tista' tiġi interpretat ħażin u tista' toħloq ostilita'.", "Pero' naħseb li għandu jkollna kull dritt u dmir li nitkellmu dwar dawn l-affarijiet.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien - u sfortunatament fl-aħħar ftehim bejn l-MUT u l- Gvern lanqas biss tissemma din il-problema - li naraw jekk għandux jibqa' aċċettabbli li l-istess għalliema li qed jgħallmu l-iskola, jagħtu lezzjonijiet privati lill-istess tfal wara l-iskola?", "Jien naħseb li moralment din is-sitwazzjoni m'hijiex aċċettabbli.", "Hija ħasra li fil- ftehim bejn l-MUT u l-Gvern problema bħal lanqas biss ġiet trattata.", "Jien inħoss li hija problema serja li għalliema jagħtu l-privat lill-istess studenti tagħhom wara l-ħin, meta dawn suppost li qed jipprovdu servizz tajjeb waqt il-ħin li għalih huma mħallsin.", "Meta jkollok konflitt ta' interess ta' dak it-tip, naħseb li jbatu d-drittijiet taċ-ċittadin konsumatur.", "Affarijiet bħal dawn għandna nidħlu fihom bis-serjeta', għax inkella nkunu qed nitkellmu fuq qasam dejjaq ħafna.", "M'hijiex sitwazzjoni healthy li l-istess nies li suppost qed jipprovdu servizz fil-ħin li huma mħallsin għalih, ikollhom kull inċentiv biex dak is-servizz ma jagħtuhx ħalli lit-tfal jgħidulhom li għandhom bżonn il-privat biex jimxu 'l quddiem.", "Din m'hix sitwazzjoni aċċettabbli u għandu jkollna l-kuraġġ li nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Fil-qasam tas-saħħa wkoll jeżistu conflicts of interest serji, għax nies li qegħdin f'karigi importanti ħafna fl-isptar pubbliku għandhom kliniċi privati jew laboratorji privati li jipprovdu l-istess servizz.", "Allura dawn għandhom kull inċentiv li jaraw li s-servizzi pubbliċi ma jaħdmux tajjeb biex jiżdidulhom il-klijenti fis-servizz privat.", "Ma nafx x'ikkonkludiet dik il-kummissjoni fuq id-dmirijiet u d-drittijiet ta' uffiċjali pubbliċi, u l-possibiltajiet u l-perikli ta' conflicts of interest.", "Iżda ma jistax ikun li ċ-ċittadin konsumatur barra li diġa' jħallas it-taxxi biex ikun moqdi mis-servizz pubbliku, imbagħad ikollu jħallas privatament għax dak is- servizz pubbliku li qed jingħata m'hux tal-kwalita' li qed iħallas għaliha.", "Għax inkella jiġi ċirku vizzjuż.", "Naħseb li jrid ikollna l-kuraġġ nitkellmu fuq id-drittijiet tal-konsumatur ċittadin f'dawn l-oqsma.", "Jekk wieħed jara ċerti liġijiet ta' pajjiżi oħra, per eżempju, il-liġi Svediża, naħseb isib li r-role tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandha tersaq ħafna lejn il-konċett ta' ombudsman tal-konsumatur.", "Wieħed jista' jgħid li dan huwa logħob bil-kliem, għax l-importanti huwa x'jagħmel.", "Sa ċertu punt dan huwa veru, imma qed ngħid li r-rwol tiegħu għandha tersaq lejn il-konċett ta' ombudsman għax huwa importanti ħafna li jservi ta' mezz effettiv u attiv biex iċ-ċittadini konsumaturi jkunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom u tassew ikunu jistgħu jħarsuhom.", "MR SPEAKER: Ippermettili.", "Skadielek il-ħin.", "Għandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "SALVU SANT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Evarist Bartolo jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "Il-punt li kont qed nipprova nagħmel huwa illi f'dan is-sens jidhirli li l-konċett ta' ombudsman, iktar milli ta' direttur, ikun aktar attiv; ma jkunx mezz passiv jew sempliċement ħajt tal-kenn għall- konsumaturi.", "Jien nara li dan li qed nagħmlu hawn jista' jkun il-bidu tajjeb tal-mod kif il-protezzjoni jew id-drittijiet tal-konsumaturi ċittadini jkunu espressi u artikolati attivament.", "GĦalhekk semmejt l-idea ta' l-ombudsman, għax id-definizzjonijiet li nsibu fil-bidu ta' l-Abbozz - u din diġa' tkellmu fuqha sħabi, fosthom anke l-Onor.", "Lino Spiteri - jinkorporaw mhux biss is-servizzi privati, iżda anke servizzi provduti minn dipartimenti, korporazzjonijiet, eċċ. Jiena naqbel ma' l-osservazzjoni li għamlet l-Għaqda tal-Konsumaturi, jiġifieri li mhux sew li l-Prim Ministru jaqbad u jiddeċiedi liema dipartiment tal-Gvern jew korporazzjoni pubblika taqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' din il-Liġi, imma għandhom jaqgħu taħt din il-Liġi d-dipartimenti tal-Gvern, il-korporazzjonijiet pubbliċi, l- awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu oġġetti jew servizzi lill-konsumatur.", "Naħseb li mod kif id-drittijiet tal-konsumaturi jiġu espressi u difiżi tajjeb huwa billi dawn l-aġenziji, awtoritajiet pubbliċi, kumpanniji parastatali u kumpanniji pubbliċi jkollhom huma stess uffiċċji serji fejn jistgħu jagħtu kas id-drittijiet tal-konsumaturi, u mhux nitfgħu kollox fuq il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa li l-Kunsill għall-Affarijiet tal- Konsumatur - u hawnhekk nitkellem fid-dawl ta' dak li tgħid il-liġi Svediża dwar dan il-qasam - għandu jkollu l-poter li fejn hemm test case, li jista' jkollu implikazzjonijiet ġenerali, għandu jidħol għalih u l- ispejjeż jefagħhom l-Istat.", "Skond ma huwa indikat f'dan l-Abbozz, ir-role li għandhom il-Kunsill u d-Direttur huwa wieħed passiv, għax jistgħu biss jagħtu pariri, imma mhux jidħlu f'każijiet huma stess.", "Naħseb li tkun idea tajba kieku nirriflettu u nikonsidraw ftit dwar dak li qed jiġi propost, biex l-asserzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi ma tkunx xi ħaġa passiva, imma xi ħaġa attiva.", "Lil din l-istituzzjoni li se noħolqu għandna nagħtuha s-saħħa u għandna nipproponu emendi fis-sens li fejn ikun hemm każijiet li jistgħu jservu bħala test cases għax ikun hemm implikazzjonijiet ġenerali fuq is-soċjeta' kollha kemm hi, jiġifieri ma jkunux każijiet daqshekk uniċi imma jistgħu jservu biex jimmodifikaw u jbiddlu d-drawiet u l-imġieba fil- konfront tal-konsumatur, allura d-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur jew il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandhom jidħlu biex iressqu dan il-każ huma u anke l-ispejjeż jidħlu għalihom huma, jiġifieri l- ispejjeż jitħallsu mill-mezzi li l-Kunsill ikollu biex imexxi 'l quddiem l- affarijiet tal-konsumatur.", "Jien nagħlaq billi ngħid li tajjeb li qegħdin nagħmlu dawn il-passi, pero' hemm bżonn li jsir ħafna aktar xogħol f'dan il-qasam.", "Hemm bżonn li nifhmu - u jien qed nara li dan bdejna nifhmuh - li l-ħarsien jew l- asserzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi ma jiddependux biss mil-liġijiet u r-regolamenti li jistgħu jeżistu bħala protezzjoni tal-konsumatur.", "GĦandha tinfirex il-kultura li kemm fil-qasam kummerċjali kif ukoll fil- qasam pubbliku jrid ikun hemm aktar relazzjonijiet ċari u kuntratti ċari, kemm minn naħa u kemm minn oħra, ta' x'inhuma d-drittijiet u l-obbligi ta' min jidħol f'xi forma ta' relazzjoni ta' servizzi jew xiri ta' prodotti eċċ. Jekk ma nagħmlux hekk, nerġa' ngħid, l-isfiduċja li teżisti fil- konfront tal-qasam kummerċjali, tal-qasam pubbliku u anke tal-qasam politiku hemm ċans li tinfirex u tissaħħaħ.", "Din tkun xi ħaġa ħażina għaliex titfa' lura l-kwalita' tal-ħajja ċivika u ċivilizzata li ngħixu flimkien meta f'pajjiżna għadha teżisti ħafna l-idea passiva li xi ħadd għandu jieħu ħsiebek.", "F'Malta, ftit hawn protezzjoni mill-mezzi ta' informazzjoni għaċ-ċittadini konsumaturi tagħna għar-raġunijiet li, kif spjegajt qabel, f'dak li għandhom x'jaqsmu mal-forzi politiċi huma ċari pero' f'dak li għandhom x'jaqsmu mal-forzi kummerċjali ħafna nies ma jafuhomx u mhumiex ċari imma huma hemm biex jikkondizzjonaw kif toħorġ l- informazzjoni fis-soċjeta' tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, dak li jinteressaħ lill-konsumatur mhuwiex kemm indumu nlabalbu aħna f'dan il-Parlament, kemm isiru liġijiet sabiex fil-Qorti jkun hemm xalata ta' kif dawn jiġu nterpretati, x'jiġi mwiegħed bħala prekawzjoni jew kemm il-Gvern jiftaħar li qed jagħmel liġijiet.", "Il- konsumatur jinteressah li kull Gvern f'kull żmien jagħtih protezzjoni mill- ilpup li jeħdulu jew jisirqulu flusu f'dak li jixtri jew jikkonsma.", "Il- konsumatur jippretendi li l-oġġetti u s-servizzi jkunu ta' kwalita' tajba u jsarrfu l-valur tal-prezz li jħallas għalihom.", "F'kelma waħda, il- konsumatur, kulma jistenna hu li ma jiġix ingannat jekk mhux ukoll misruq.", "Dan hu dritt li kull ċittadin huwa intitolat għalih u f'dawn l-aħħar snin żgur li ma ngħatax mill-Gvern preżenti.", "Dan il-Gvern ħalla lill-pajjiż fi stat fejn l-abbużi u l-korruzzjoni huma l-ordni tal-ġurnata, fejn id- dixxiplina spiċċat, fejn min jabbuża aktar jissaħħaħ u fejn min jisraq lill- proxxmu tiegħu aktar qed jiġi ppremjat.", "Mr Speaker, bis-saħħa tan-nuqqas ta' dixxiplina nħolqu cartels ta' ċertu qawwa u f'din il-gżira żgħira spiċċajna bi ftit familji jikkontrollaw il-ħajja tagħna, jikkontrollaw x'nieklu u kif nonfqu flusna, u finalment il-flus jerġgħu jirritornaw fi bwiethom.", "Bit-tneħħħija tal-bulk buying, dawn in-nies żiedu l-profitti tagħhom, iżda l-konsumatur, talab kemm talab għall-protezzjoni, qatt ma sabha mill-Gvern.", "F'dawn l-aħħar snin l-oġġetti kollha ta' l-ikel, mediċini, plots ta' art u materjal ieħor koness mal-bini, kif ukoll is- servizzi kollha għolew b'mod fenomenali.", "Fi kliem ieħor f'dawn l-aħħar snin għola dak kollu li hu neċessarju għall-ħajja ta' kuljum.", "Barra minn hekk, matul dawn l-aħħar seba' snin ġew dumped f'Malta oġġetti skaduti.", "Aħna minn din in-naħa tal-Kamra kemm-il darba qajjimna kuxjenza dwar dawn l- affarijiet u saħansitra wasalna - jiena naf b'ċertezza - biex ċerti aġenti mpjegaw nies apposta beix jgħattu t-tikketti ta' l-expiry date ta' l- oġġetti li qed jimportaw.", "Lanqas il-parir li kien ta l-Prim Ministru lanqas servieha lill-mara tad-dar.", "Ma ninsewx li l-Prim Ministru kien qal lill-mara tad-dar biex iddur il-ħwienet u tara fejn issib l-irħas u l- aħjar, imma min għamel hekk sempliċement spiċċa b'żarbun imqatta'.", "Għalkemm suppost li kellha ssib prezzijiet irħas minħabba l-kompetizzjoni li kellha ġġib il-liberalizzazzjoni fl-importazzjoni, fil-fatt ma sabet xejn.", "Dan hu t-tip ta' protezzjoni li ta dan il-Gvern, jagħti pariri bħċalma ta l-Prim Ministru lill-mara tad-dar u fl-istess ħin kollox baqa' jogħla.", "Xi protezzjoni oħra ta l-Gvern?", "Possibbli kellhom ikunu l-gazzetti lokali biex jgħidulna pubblikament illi ħobża li tqum 11-il ċenteżmu suppost li tiżen 600g?", "Kellhom ikunu l-istess gazzetti li jgħidulna li l- użin tagħha llum ivarja bejn 416g u 480g?", "Dan huwa serq li qed isir kuljum fil-konfront tal-konsumatur.", "Kellhom ikunu l-gazzetti lokali biex jgħidulna li fis-suq ikun hawn ċertu ilma tal-fliexken li m'huwiex tajjeb għall-istess konsumatur?", "Allura x'qed jagħmlu l-uffiċjali u l-impjegati tad-Dipartiment tal-Konsumatur biex jipproteġu l-konsumatur?", "Mr Speaker, il-biżgħa tiegħi fuq din il-Liġi hi li se jiġri bħalma ġara fil-każ tal-Liġi ta' l-Ambjent.", "Meta konna qed niddiskutu dik il-Liġi f'dan il-Parlament, kulħadd tkellem, imma wara kulma sar kien li nħoloq Segretarju Parlamentari bl-istaff tiegħu, bit-trasport u bl-overtime bis- Sibtijiet b'kollox, intnefqu l-miljuni fi proġetti bħal dawk tas-solid waste recycling plant u ta' l-impjant tad-drenaġġ, ingħata xogħol ta' tindif lill-kuntrattur, ħriġna lit-tfal ta' l-iskola biex inaddfu l- ħurrieq, u fl-aħħar mill-aħħar, il-Gvern għadda din ir-responsabilita' fuq il-kunsilli lokali wkoll.", "U issa spiċċajna biex anke t-turisti qed jiktbu fil-gazzetta dwar in-nuqqas ta' sodisfazzjon tagħhom f'dan ir-rigward.", "Imbagħad kellna xi Membri Parlamentari, bħall-Onor.", "Mario Galea, li qalulna li l-aqwa difiża tal-konsumatur hi l-informazzjoni.", "Imma x'se jiġri bl-informazzjoni, jekk ma jkunx hemm min jikkontrolla u ma jkunx hemm enforcement tal-liġijiet?", "Jien niftakar li ftit taż-żmien ilu, l-Onor.", "Refalo - dak iż-żmien kien għadu nkarigat mit-turiżmu - kien ġie hawn ġew stess u qalilna li driver tal-karozza tal-linja żamm Lm2 lil turist biex wasslu minn Marsaxlokk sal-Belt.", "Dan ifisser li inutli jkun hawn l- informazzjoni, għax jekk ħadd ma jagħti kas, l-affarijiet ikomplu sejrin kif sejrin issa.", "Permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, ilna ħafna nistaqsu dwar kif varjaw il-prezzijiet matul l-1993 u l-1994, u l-iskop għaliex għamilna dawn il-mistoqsijiet kien biex wieħed ikun jista' jikkompara l-affarijiet, anke meta tidħol fis-seħħ il-Liġi tal-VAT.", "Imma s'issa bqajna mingħajr risposta.", "Per eżempju, il-ġimgħa l-oħra stess, jien għamilt diversi mistoqsijiet lill-Ministru tal-Finanzi u f'waħda minnhom - din id-domanda għamilthielu fis-17 ta' Ottubru u rrispondieni fl-24 ta' Ottubru - jien staqsejtu liema huma dawk l-oġġetti jew servizzi li mhux se jitħallas VAT fuqhom u kemm hu d-dazju fuq l-istess oġġetti.", "Jien staqsejtu wkoll liema huma dawk l- oġġetti li s'issa mhux qed jitħallas dazju fuqhom u li issa se jiġu soġġett għall-VAT.", "Imma tiskanta, għalkemm ninsabu lejlet l-introduzzjoni tal-VAT - li se tiddaħħal xahrejn oħra - ir-risposta tal-Ministru kienet:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni kollha se tkun tista' tinkiseb faċilment minn ktieb li dalwaqt se jiġi pubblikat.\".", "Din hi l-kwalita' ta' informazzjoni li l-Gvern qed jagħti liċ-ċittadin sabiex ikun jaf l-affarijiet tiegħu!", "Imbagħad skond intervista li ta f'gazzetta l-Onor.", "Josef Bonnici, intqal li d-dħul għall-ħaddiema għola aktar milli għoliet il-ħajja.", "Per eżempju, qal li filwaqt li fl-1987 paga ta' ħaddiem kienet ta' Lm41, fl-1993 kienet ta' Lm62 u fl-1994 kienet ta' Lm67.", "L-ewwelnett lill-Onor.", "Josef Bonnici ngħidlu li l-fatt li l-paga tal- ħaddiem minn Lm41 fl-1987 għoliet għal Lm67 fl-1994, jikkonferma kemm verament għoliet il-ħajja għall-konsumatur, għaliex il-Gvern m'hux miġnun; mhux se jagħti żidiet fil-pagi jekk il-ħajja ma togħliex.", "Barra minn hekk nistaqsi lill-Onor.", "Bonnici jekk huwiex tajjeb għal pajjiż bħal tagħna, li kważi ma jipproduċi xejn, li l-pagi u s-salarji jibqgħu jogħlew b'dan il- mod?", "U wara kollox, żdiedu kemm żdiedu l-pagi, għall-konsumatur u għall- ħaddiem dan id-dħul mhux minn but daħal u minn ieħor ħareġ?", "Infakkar lill- Onor. Bonnici li mhux il-figuri tal-pagi jrid jara, imma x'kien jixtri l- ħaddiem b'Lm41 fl-1987 u x'jixtri llum b'Lm67.", "Probabbilment dak iż-żmien kien jista' jixtri kulma kien ikollu bżonn, mentri llum ma jlaħħaqx jixtri l-ħteġijiet ta' kuljum għall-familja.", "Imbagħad l-Onor.", "Bonnici kompla jgħid li l-qliegħ tal-wholesaler u r- retailer bejn l-1991 u l-1994 żdied b'Lm5 miljun, u l-qliegħ fil- manufacturing sector żdied b'Lm2.5 miljun.", "Iżda lill-konsumatur li jinteressah m'hux jekk il-qliegħ għall-wholesaler u r-retailer żdiedx daqstant, jew kemm kienet iż-żieda fil-manufacturing sector, imma jinteressah x'ħa minn dan kollu.", "U l-konsumatur minn dan kollu ma ħa xejn, anzi kkontribwixxa aktar miż-żieda żgħira li ħa fil-paga.", "F'Lulju ta' l-1992 kienu ħarġu regolamenti dwar il-labelling, fejn kien ġie stipulat li minn Ottubru ta' l-1993 kellhom jibdew jitwaħħlu labels li juru d-date of manufacturing u l-expiry date fuq il-prodotti kollha.", "Dan kien qanqal xi protesti mill-industriji lokali, għalkemm ma nifhimx ir- raġuni għaliex ipprotestaw,ipprotestaw fuq din il-ħaġa għaliex illum din kullimkien issir u jien nara li hija xi ħaġa sempliċi.", "Din il-kwestjoni semmejtha drabi oħra hawnhekk.", "Per eżempju, il-kartuna tal-ħalib ibiddluha kull meta jkun riesaq il-Milied, l-Għid u anke meta kien hawn il- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.", "Jiġifieri meta jridu, malajr ibiddlu t- tikketta tal-container tal-ħalib.", "Għalhekk ma nistax nifhem x'kienet id- diffikulta' li sabu l-industrijalisti lokali dwar il-kwestjoni tal- labelling.", "Issa l-Gvern qed jipproponi li l-effective date, jekk tinżamm, għandha tkun Jannar ta' l-1995.", "Dan kollu juri kemm il-Gvern lanqas dan is-servizz ma ta lill-konsumatur.", "Mr Speaker, meta l-poplu jara dan kollu, bilfors ma jemminx u ma jeħux lill-Gvern bis-serjeta' f'dik li hija protezzjoni li jistenna bħala konsumatur.", "Tant hu hekk, illi meta tħabbret il-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur - kienet tħabbret fl-1993 u kien responsabbli għaliha l-ex Ministru Gatt - il-poplu kien wera sfiduċja, fis- sens li m'emminx li l-Gvern ried jagħmel xi ħaġa dwar dan il-qasam.", "Fil- fatt il-Ministru Gatt kien ilmenta li 16-il għaqda u madwar seba' individwi biss kienu bagħru r-reazzjonijiet tagħhom dwar din il-White Paper.", "Issa qed nibża' li f'din il-Liġi se jiġri l-istess.", "Il-liċenzji tas-swali, tal- ħwienet eċċ, żdiedu dan l-aħħar.", "Meta tħabbru dawn iż-żidiet, il- prezzijiet għall-konsumatur mill-ewwel żdiedu.", "Fil-fatt saru xi protesti minn xi wħud li ntlaqtu minn dawn iż-żidiet u minħabba f'hekk kien hemm ukoll tnaqqis fin-numru ta' liċenzji.", "Pero' l-konsumatur xorta baqa' jħallas il-prezz l-għoli.", "Jiġifieri għall-konsumatur l-ispejjeż ma naqsux.", "Illum biex tikri sala tat-tiġijiet tiġik madwar Lm500 u jekk, per eżempju, jispiċċaw jagħtuk siġġijiet aktar, tkun trid tħallas 50c ta' kull siġġu extra li tieħu!", "Aħna li rridu meta jsiru abbozzi ta' liġijiet bħal dawn, huwa li għallinqas il-konsumatur jiġi verament protett.", "S'issa - u dan intqal anke minn sħabi - meta jkollok bżonn xi spareparts, ngħidu aħna, jew tħallas tajjeb jew inkella ma ssibhomx, għax tmur fejn tmur, jgħidulek li jekk trid iġibuhomlhok bl-ajru imma trid tħallas tant.", "Dan huwa s-servizz li qed jingħata.", "GĦal sempliċi element ta' electric kettle li tiswa ¥17 trid tħallas ¥9.", "L-istess għall-white goods, washing machines u karozzi.", "Jien nistaqsi: GĦaliex meta jiġu mportati oġġetti ta' ċertu valur, il-Gvern ma jinsistix li jkun hemm available ammont ta' spare parts il-ħin kollu?", "Jekk importatur jimporta 100 karozza, għandu jkollu stock ta' spare parts biżżejjed ukoll.", "Din hija xi ħaġa li l-Gvern jista' jesiġiha.", "Din il-Liġi se tagħti protezzjoni fejn hemm il-monopolji, bħal fil-każ ta' Telemalta u fil-każ tas-servizz tal-cable television?", "Iċ-ċittadin għandu xi forma ta' protezzjoni?", "Jista' jkun li Enemalta tvarja l-vultaġġ tad-dawl u dan jagħmel ħsara lill-appliances.", "X'rikors għandu l-konsumatur għad-danni li jbati f'każ bħal dan?", "Iċ-ċittadin għandu dritt jieħu kumpens għall-ħsarat li jkun ġarrab meta jibqa' dieħel f'ħajt għaliex jinfaqagħlu xi tyre waqt li jkun qed isuq minħabba xi ħofra fit-triq?", "Jien naħseb li l- Gvern dan l-Abbozz qed iressqu sabiex jaljena lill-poplu mill-VAT, filwaqt li xorta waħda se jħalli lill-konsumatur jibqa' jiġi misruq.", "Pero' sadanittant qagħad attent li lill-importaturi l-kbar jirrifondilhom id- dazju li ħallsu fuq xi stock li għandhom qabel l-introduzzjoni tal-VAT waqt li l-konsumatur dejjem iħallas bl-għoli.", "Meta jorħsu l-affarijiet jew meta jkun hawn stock li nxtara b'irħis, dak dejjem jibqa' profitt għall-aġent jew għall-importatur, waqt li l-konsumatur dejjem iħallas bl-għoli.", "Jiġifieri l-konsumatur qatt ma kellu protezzjoni.", "B'din il-Liġi il-Gvern irid ifarfar ir-responsabilita' tiegħu u fl-istess ħin ukoll joħloq erba' postijiet oħra b'din il-liġi.", "Jien ma nistax nifhem kif bniedem serju bħall-Onor.", "Tonio Borg jista' jiġi jiftaħar li issa b'din il-Liġi se jibda jingħata kumpens ta' Lm250.", "Qalilna wkoll li jistgħu jingħataw bejn Lm15 u Lm100 għal danni morali.", "Din isbaħ!", "Lill-Onor.", "Borg ngħidlu li l-morali għandek tapplikahom qabel ma tinganna lil dak li jkun u mhux wara.", "Mela bi Lm15 se tixtri l-morali?", "Il-moral għandu jidħol meta lil bniedem illi qed jixtri xi ħaġa mingħandek ma tqarraqx bih.", "Il-kuxjenza m'għandhiex tibda taħdem meta xi ħadd jaqbdek.", "Fiċ-Ċina, għaliex ma tantx japplikaw il- morali, dan l-aħħar tħabbar illi min jinqabad jiffalsifika sempliċement karti tal-VAT jaqtgħulu rasu.", "Dawk ma japplikawx il-morali!", "Imma aħna suppost li kollha għandna ċerti morali f'din il-gżira.", "F'din il-liġi l-Gvern seta' ġabar ġieħu u ta xi ħaġa lura lill- konsumatur.", "Per eżempju, fil-liġi ssib illi l-Prim Ministru jaħtar lid- Direttur, imbagħad hemm kantaliena oħra; il-Ministru jaħtar liċ-Chairman u lill-membri tal-Kunsill, il-Ministru jista' jneħħi lill-Kunsill, eċċ. Meta l-Gvern waqqaf il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qatagħha għaliha, taha ċerta awtonomija.", "Din il-Liġi l-Gvern seta', kieku ried, taha kollha lill-konsumatur biex imexxiha hu, u mhux il-Prim Ministru joqgħod jidħol biex jaħtar hu ...", "Nikkonkludi billi ngħid li l-Gvern tant ma ried jagħtih xejn lill-konsumatur, li anke f'din il-Liġi żamm il-kontroll assolut taħt idejh.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, din il-Liġi li għandna quddiemna li tittratta dwar il-protezzjoni li għandu jingħata jew jista' jingħata l- konsumatur, evidentement qajmet ħafna interess.", "Kienu ħafna dawk li tkellmu minn aspetti differenti dwar il-provvista ta' servizzi u prodotti u l-mod kif jinlaqat il-konsumatur.", "Dan l-interess joħroġ ċar u jidher iktar minħabba l-fatt li l-protezzjoni li l-konsumatur jingħata, fl-opinjoni tiegħi, hija marbuta mal-livell ta' l-għajxien tal-konsumatur u taċ- ċittadin f'kull pajjiż.", "Aħna ħafna drabi nitkellmu fuq pajjiżi Ewropej li għandhom livell ta' l-għajxien għoli u ninsew insemmu li dak il-livell ta' għajxien huwa rispekkjat fil-liġijiet iebsa li għandhom dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u fil-mentalita' li teżisti f'dawn il-pajjiżi fis-sens li l- bżonn tal-konsumatur jiġi l-ewwel u allura l-konsumatur għandu jingħata l- aħjar servizz u l-aħjar prodott.", "Kull min qiegħed fil-qasam ekonomiku, biex ikun vijabbli u jibqa' miexi 'l quddiem, l-ewwel jagħmel assessment tal-bżonnijiet li jkollu l-konsumatur.", "Meta għandna din il-Liġi quddiemna, tajjeb li wieħed jara u jeżamina ftit is-sitwazzjoni li teżisti u tipprevali fil-pajjiż.", "Jiena se nirreferi għal xi rapporti li dehru fil-gazzetti u li ċerti individwi għamlu dwar id- drittijiet tal-konsumatur.", "Qed nirreferi partikolarment għar-rapport li kien hemm f'\"The Times\" tal-bieraħ, fejn is-Sur Adrian Muscat Inglott - li jiena ngħid li qed jagħti servizz lill-konsumatur, bħalma taw oħrajn ukoll - wera biċ-ċar kif inhi l-qagħda f'pajjiżna.", "Se nikkwota ftit l-istorja riprodotta fil-gazzetta biex nifhmu x'inhi s-sitwazzjoni tal-konsumatur.", "Għax niftaħru ħafna bil-qabża fil-kwalita', niftaħru ħafna li mxejna 'l quddiem u li hawn is-servizzi kollha li trid.", "Imma dawk is-servizzi u dik il-qabża fil-kwalita' kemm huma reali u mhux sempliċement servizz jew prodott provdut biex inqaxxru l-flus mill-bwiet tal-konsumatur?", "U mhux talli ħafna drabi l-konsumatur ma jeħux dak li hu intitolat għalih, talli m'għandu ebda forma xierqa ta' redress.", "Veru li jeżistu forom ta' redress, imma nafu li dawk li jeżistu bil-liġi kif inhi s'issa altru li m'humiex adegwati.", "Is-Sur Adrian Muscat Inglott fl-artiklu tiegħu f'\"The Times\" irrapporta każ ta' individwu li jixtri qalziet, talab size 40 u s-salesman tah size 54 - għax qallu li dak jiġi size 40 - u li m'għandux għalfejn jipprovah imma jekk isib xi ħaġa ħażina lest li jbiddilhulu.", "Fil-fatt dan l-individwu ħadu, u meta pprovah sab li hu żewġ sizes ikbar minn dak li talab.", "Meta dan il-konsumatur mar jilmenta mas-salesman li bellagħlu dak il-qalziet - għax f'dan il-każ din hi l-kelma adattata - dan beda jġiblu l-iskużi kollha, ipprova jagħtih qalziet ta' kulur u kwalita' differenti għax ma sabx bħalu fis-size li ried il-klijent, u ma kienx lest li jirrifondih il- flus li kien ħallas, iżda offrielu li jagħmillu credit note.", "Jiġifieri dak il-konsumatur kellu bilfors jieħu xi ħaġa oħra minn dak il-ħanut flok il- qalziet li ried.", "Issa dan kollu ġara sempliċement minħabba l-pressjoni li għamel dak is-salesman - naturalment dejjem biex jipprova jbigħ - biex ikkonvinċa lil dik il-persuna li spiċċat xtrat il-qalziet, ma kienx tajjeb għaliha u kellha tikkuntenta b'biċċa karta, credit note, ħalli forsi xi darba tmur tixtri xi ħaġa oħra minn dak il-ħanut.", "Naħseb li dan l-inċident jirrispekkja l-qagħda tal-konsumatur Malti fil-preżent, li jinsab mhux biss flooded bil-pubbliċita' ta' elf miljun oġġett, li jħajruh jikkonsma, imma qed iqaxxrulu flusu mill-but u ma jagħtuhx dak li jippretendi.", "Jekk inħarsu lejn rapport ieħor f'gazzetta oħra lokali nsibu li fil-qasam turistiku jidher li l-motto f'Malta hu li the customer is always wrong.", "Fejn jidħol l-ikbar settur li għandna f'pajjiżna, filwaqt li qed niftaħru bin-numru kbir ta' turisti li jiġu jżuruna, qed ninsew il-kwalita'.", "Ħafna drabi qed tipprevali l-idea li f'dan il-qasam il-konsumatur - f'dan il-każ hu t-turist - dejjem għandu t-tort.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nibqa' in possession, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion jibqa' in possession.", "Sar il-ħin.", "L-Aġent Prim Ministru , jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, it-it- Tlieta, 1 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Bidu fis-Seħħ ta' Ċerti Emendi fl-Att dwar is- Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien xtaqt li fil-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nitkellem fuq suġġett li hija ħasra li jkollna nittrattawh bħala suġġett għal Aġġornament.", "Imma minħabba l-poteri li għandu l-Gvern, fejn jevita kemm jista' li f'din il-Kamra jkollna dibattiti serji u informati fuq il-politika barranija, jien se jkolli nkompli mad- drawwa li ħadna li biex insemmgħu leħinna fuq din il-kwestjoni, nitkellmu waqt xi Aġġornament, nieħdu xi press release jew xi press conference.", "Ma nafx x'inhu l-iskop li hawnhekk la qatt ikun hawn dibattitu u lanqas stqarrijiet fuq dan is-suġġett.", "Issa nitkellem fuq dan ir-rigward iktar 'il quddiem.", "Meta xi Ministru jagħmel xi dawra barra minn Malta, jiġi hawnhekk u lanqas biss jagħmel stqarrija biex wieħed ikun jista' jiddiskutiha.", "Fuq it-television naraw lill-Ministru jiġi intervistat kif jasal l-airport, naqraw xi intervisti li jkun hemm fuq il-ġurnali - ġeneralment dawn l-intervisti jsiru minn ġurnalisti Maltin u barranin - pero' hawn ġew ma jkunx hawn dibattitu.", "Jien naħseb li m'huwiex biżżejjed li darba f'sena jkun hawn id-debate tal-Budget, ikollna skambju ta' siegħa u nofs fejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern jgħidu dak li jkollhom xi jgħidu u jkun mingħalina li għamilna dibattitu.", "Is-suġġett ta' l-affarijiet barranin illum huwa iktar importanti minn qabel minħabba l-fatt li dan il-Gvern bena l-politika tiegħu kollha fuq id- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Filwaqt li qed jiżviluppaw u qed nisimgħu dawn l-affarijiet kollha, il-Ministru ma jkunx qiegħed hawnhekk.", "Jien m'iniex se ngħid li l-Ministru ma jkunx hawn minħabba x-xogħol li għandu barra minn Malta għax dik hi affari tiegħu imma jien jiddispjaċini li llum il-Ministru m'huwiex qiegħed hawn imma ma nistax noqgħod nistenna sa meta jkun qiegħed hawnhekk biex forsi nitkellmu.", "Madankollu meta l- Ministru jkun qiegħed hawnhekk, żgur li aħna t-tnejn se nispiċċaw nagħtu verżjonijiet differenti.", "Pero' jien jidhirli li f'din is-soap opera li kaxkret seba' snin - għax din tixbah lil dawk it-telenovelas li jaraw in- nisa tad-dar wara nofsinhar - il-poplu beda jiġi mgħoddi biż-żmien sena wara l-oħra.", "Rigward il-kwestjoni tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, għaddejna seba' snin ta' ħabi ta' fatti, ta' tgħawwiġ ta' informazzjoni, ta' ħafna ħolm fil-vojt u ta' targets politiċi li m'humiex milħuqa.", "Jien naħseb li jekk dan il-Gvern ma ħaqqu premju ta' xejn, żgur li ħaqqu premju ta' l-ikbar illużjonista li għal seba' snin irnexxielu jibqa' jgħaddi n-nies biż-żmien, jibdel verżjoni wara l-oħra u l-fenek li suppost joħroġ minn ġol-kappell tal-bużullotti jispiċċa biex ma joħroġ qatt.", "Kull darba li l-Gvern jieħu disfatta jkollu l-kapaċita' li quddiem il-poplu jpinġiha bħala suċċess u l-poplu dejjem jibla, pero' kieku dan il-Gvern ma kienx megħjun minn xi ħadd, kieku ma kienx ikollu dan is-suċċess.", "Jiena nikkundanna ċar u tond ċerti media li fl-opinjoni tiegħi jaraw biss l-interessi tan-nies tan-negozju, jappoġġaw lill-Gvern anke fid-disfatti tiegħu u jagħtuh il-coverage kollu sabiex ikun jista' jidħaq bil-poplu.", "Dawn il-media huma preġudikati kontra l-viżjoni u kontra r-rieda tal-Partit Laburista kif dejjem kienu u m'aħniex qed nippretendu li xi darba se jkunu favur tagħna.", "Għalhekk qegħin naqdfu għal rasna u llum għandna l-gazzetti, ir-radju u anke l-istazzjon tat-television tagħna għaliex b'hekk biss nistgħu nwasslu l-messaġġ tagħna.", "Jien ma naċċettax il-fatt li ċerta media, tkun kemm tkun kontra tiegħek, għandha tagħmel minn kollox biex tipprova tħammġek.", "Jekk din tkun media privata m'hemmx x'tagħmel imma mbagħad jekk ikollok il-manipulazzjoni tal-Public Broadcasting Service, li qed jagħti disservizz lill-poplu u jgħid biss dak li jidhirlu li għandu jgħid il-Gvern u jagħti versjonijiet assolutament iċċensurati ta' l- affarijiet kif inhuma ...", "Meta fi żminna kienu jgħidu li x-xandir kien biased kultant kont ngħid li f'ċerti affarijiet kellhom biċċa raġun, imma ma kontx nippretendi li min kien jikkritika daqshekk lil ħaddieħor illum isir agħar milli qatt seta' kien dak li kien qed jiġi kkritikat.", "Ħalli naraw daqsxejn x'kien iwiegħed il-Partit Nazzjonalista.", "Il-Partit Nazzjonalista f'dak li jirrigwarda affarijiet barranin kien wiegħed id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea mill-iktar fis possibbli u bħala full member għaliex assolutament qatt ma kien jaċċetta li nkunu membri tat-tieni klassi.", "Għalhekk tratta ma' dawn in-nies għax kienu jgħidu li kellhom ħafna ħbieb hemmhekk u biex dejjem joskurawna qalu li aħna kontra l-Ewropa, li ma kellniex politika kredibbli versu l-Ewropa u affarijiet bħal dawn li bihom kienu jmorru jxewxu fil-Kunsill ta' l-Ewropa, fil-Parlament Ewropew - qed nirreferi għall-istorja ta' l-1982, ta' l-1983 u l-istejjer ta' wara.", "Mhux talli hekk, talli meta l-Partit Laburista kien pijunier fil-politika Mediterranja - m'iniex se noqgħod insemmi Ħelsinki u Madrid; ngħid biss li konna nitkellmu fuq il-konċett ta' newtralita' u non-allineament li wara kollox il-Gvern tal-lum aċċetta u vvota għalih fil- Parlament - konna niġu mżebilħin u kienu jippruvaw jidħku bina għaliex konna qed inżommu l-konferenza tas-CSCE wieqfa u kienu jikkonċentraw biss fuq li jagħmlu ħsara lilna u malli telgħu fil-gvern iffissaw fuq din is- sħubija sħiħa u waqafna hemmhekk.", "F'dan l-eżerċizzju tad-daħk spiċċajna biex qed ikunu iktar Ewropej mill- Ewropej stess għax qatt ma rajna l-ebda pajjiż li kellu din il-ħeġġa li jidhru li għandhom in-naħa tal-Gvern.", "Ħafna min-nies bdew jemmnu bis-sħiħ meta dan ġie minn hemmhekk u beda jgħid li għandu ħafna ħbieb u li tkellem ma' ħafna rjus kbar.", "Kulħadd jiftakar li l-Onor.", "Fenech Adami, f'Diċembru ta' l-1992, qal li Kohl qallu li Malta se ssir membru sħiħ ma' l-ewwel grupp fl-1995.", "Min kellu daqsxejn moħħ u min kellu viżjoni seta' jibda jagħmel il-kalkoli tiegħu u jara l-affarijiet sew.", "Aħna bħala Partit, qabel ma sar il-Kunsill ta' Lisbona, konna diġa' għamilna press conference fejn jien kont għidt li l-poplu ma jixraqlux jibqa' jiġi mitmugħ il-propaganda falza.", "Min qed isegwi x'inhu jiġri b'daqsxejn sens komun jista' jara li l-affarijiet m'humiex kif qed jgħidhom il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, imma billi l- Prim Ministru kien qal li Kohl qallu hekk ħafna nies komplew jemmnuh.", "M'hemmx għalfejn immorru ħafna lura.", "Meta ħareġ l-avis f'Ġunju ta' l-1993, id-daqqa' ta' ħarta ammettiha l-Prim Ministru u qal \"daqqa' ta' ħarta imma m'hux daqskemm konna qed nippretendu\".", "Fil-bidu ta' din is-sena stess, l- Onor. De Marco kien ikkwotat fil-gazzetta \"The Times\" li qal: \"Malta hopes to join European Union by 1996\".", "Mela lill-poplu qed inkomplu nġeddulu t- tamiet, nidħku bih u ngħidulu l-ħmerijiet, imma l-fatti bdew jiżviluppaw kontra tagħhom għax kull min għandu għajnejh miftuħin, jarah dan.", "F'Ġunju 1994 jien kont għidt lill-Prim Ministru biex ikun onest u jgħid lill-poplu eżattament x'inhi l-informazzjoni li għandu minn Brussels, imma hawnhekk il-Prim Ministru ma qamx.", "Jien kont għadni ġej minn hemmhekk fejn qaluli dak li qalu lill-Prim Ministru, u semmewli wkoll il-messaġġ li wassallu Van Den Broek meta ġie fl-GĦid ta' din is-sena.", "F'Ġunju ta' din is-sena lill-korrispodent ta' Reuter, Crispian Balmer, il-Prim Ministru qallu li d-dħul ta' Malta fl-Ewropa m'huwiex garantit.", "Meta jien ikkritikajtu fuq din l-intervista, id-DOI kien pront u ħareġ press release fejn qal li fl-intervista tal-Prim Ministru ma kien hemm ebda element li m'hux magħruf minn kull min isegwi b'attenzjoni u serjeta' l-iżvilupp ta' l- Unjoni Ewropea.", "Mela dan kien qed jippretendi li l-poplu għandu joqgħod jaqra l-gazzetti, isegwi l-Euronews u s-CNN biex jara x'inhuma jgħidu fi Brussels u jara xi press releases ħerġin biex jieħu d-deċiżjoni tiegħu, meta hu għandu r-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament li għandhom l-obbligu li jinformawh b'dan.", "Pero' mbagħad id-DOI fl-istqarrija tiegħu m'hux biss skuża lill-Prim Ministru talli ma nformax lill-poplu, talli pprova jirredikola l-politika alternattiva Ewropea tal-Partit Laburista billi jgħid li t-twaqqif ta' zona ta' kummerċ ħieles m'hix alternattiva serja.", "Aħna nafu min iqabbad lid-DOI biex jikteb dawn l-affarijiet; dawn mhux id- Direttur jiktibhom, imma min iqabbdu.", "Mela d-DOI qal li zona ta' kummerċ ħieles m'hijiex alternattiva serja u li jistenna lill-Partit Laburista jieqaf milli jfixkel l-interess nazzjonali.", "Mela aħna qed nagħmlu ħsara u qed infixklu!", "Jien ngħid li l-ewwel interess nazzjonali huwa li l-poplu jkun informat.", "Dak huwa l-ewwel obbligu li għandna lejn il-poplu.", "Imbagħad, wara dawn l-iżviluppi, f'Awissu l-Onor.", "De Marco ried li f'daqqa waħda jkollu trump card f'idejh u qal li Malta se timbotta biex ikun hemm bidu kmieni għan-negozjati ħalli nsiru membri fl-Unjoni Ewropea.", "Mela l-ewwel qal li ma nafux jekk aħniex se nsiru membri u mbagħad f'daqqa waħda qal li se nimbottaw.", "L-Onor.", "De Marco qal ukoll li Malta ma tara l- ebda rabta bejn in-negozjati tad-dħul u l-konferenza li se ssir fl-1996 bejn il-membri kollha li diġa' hemm fl-Unjoni Ewropea ħalli jaraw kif se jinbidlu r-regolamenti tagħha ħalli jkunu jistgħu jaċċettaw membri żgħar bħalma hija Malta, li qed jgħidulhom il-midget states jew micro-states; pajjiżi li tant huma żgħar li għandhom problemi.", "Pero' mbagħad inbidlet id- diska għaliex filwaqt li f'Jannar jew Frar qal li Malta dieħla fl-1996, f'daqqa waħda, f'Awissu, l-Onor.", "De Marco - għalhekk jien għidt li huwa illużjonista u ma nafx in-nies x'jistgħu jibdew jemmnu; hawnhekk qed insemmu lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u mhux xi membru tal-Partit li jkun fil-każin tar-raħal - qal li \"it was Malta's objective to become a European Union Member before the end of the century\".", "Mela mill-1996 morna erba' snin lura!", "Ma ġara xejn, reġgħu pprovaw jgħaddu lin-nies biż-żmien; diġa' kważi għaddew seba' snin u beħsiebhom ikomplu jibqgħu jgħaddu lin- nies biż-żmien.", "Nerġa' ngħid li l-Ministru De Marco qal li \"it was more Malta's objective to become a European Union member before the end of the century\".", "In-nies tisma' u s-soap opera tibqa' għaddejja.", "Imbagħad bdew ġejjin u sejrin barra, filli hawn u filli hemm, u ma ningħataw sodisfazzjoni ta' xejn dwar fejn ninsabu.", "Ma nafu xejn dwar fejn qegħdin.", "Imbagħad f'daqqa waħda bdew jagħtu iktar attenzjoni lill-politika Mediterranja, lit-twaqqif tas-CSCM u t-twaqqif ta' Kunsill tal- Mediterran.", "Fil-fatt naf li kellu ħafna kritika anke minn membri tal- Partit tiegħu stess minħabba l-fatt li issa f'daqqa waħda qed idur fuq hemmhekk.", "Ovvjament jekk qed jara li dak li kien qed jimmira għalih huwa magħluq u ma nafux meta se naslu, kellu jibda jikkonċentra fuq dawn l- affarijiet.", "Dawn huma ideat tal-Malta Labour Party u aħna kburin li dawk l- affarijiet li minħabba fihom kienu jidħku bina u jirredikolawna bihom, issa l-Partit Nazzjonalista, irrappreżentat mill-Onor.", "De Marco, kull fejn imur jiftaħar bihom; kullimkien jiftaħar bil-politika Mediterranja u bir-rabta bejn is-sigurta' fil-Mediterran u dik fl-Ewropa.", "Dawn l- affarijiet min qalhom?", "GĦidniehom aħna, minħabba fihom qlajna r- redikolaġni u l-kritika tal-Partit Nazzjonalista u llum saru l-qofol tal- politika barranija ta' l-istess Partit fil-gvern.", "Ma ġara xejn.", "Mr Speaker, fid-19 ta' Ottubru, bi qbil unanimu, ġie pubblikat ir- rapport tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea - dan mhux il-Partit Laburista ppubblikah - li ntbagħat għall-konsiderazzjoni tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.", "X'kien fih dan ir-rapport?", "Inċidentalment il-Gvern qal li dan ir- rapport kien għandu u ma xandrux.", "Jien ngħid li mhux veru li kellu dan ir- rapport - jekk kellu nakkużah li kien diżonest mal-poplu għax messu xandru - imma kellu biss in-news item li ħareġ mill-Associated Press.", "Aħna ksibna dan ir-rapport u xandarnieh is-Sibt ħalli l-poplu jkun jaf.", "Aħna mhux se ngħidu li għandna ħafna affarijiet f'idejna u ma nuru xejn.", "Il-Ħadd, meta normalment jitkellmu kullimkien, ħadd min-naħa Nazzjonalista ma rreaġixxa, la l-Prim Ministru u lanqas il-Ministru De Marco.", "Min-naħa l-oħra, \"The Times\" - ta' dan nirringrazzjaha minn hawnhekk - tatna front page coverage u qalet l-affarijiet kif inhuma.", "F'daqqa waħda deher paniku, il-Ministru De Marco għaqqad delegazzjoni u ħarab lejn Strasbourg fejn qed jiltaqa' l- Parlament Ewropew.", "U ngħid għaliex inqala' paniku.", "Aħna konna ppreparati biex nhar l-Erbgħa li għaddew - u s-Sinjorija Tiegħek taf - fil-Parlament niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi tal- Kamra li ried jippreżenta l-Onor.", "De Marco.", "Kif taf inti, Mr Speaker, jien kont għidtlek biex din id-diskussjoni nħalluha lura fuq l-aġenda ħalli ma jkollhiex konnessjoni mad-diskussjoni fuq il-kumitati.", "Il-Whip staqsieh jekk dan l-Abbozz hux se jitressaq lura u hu qallu li se niddiskutuh l- Erbgħa.", "Imma f'daqqa waħda, wara li ħareġ dan ir-rapport, it-Tnejn ġie jsibni hawnhekk u qalli li l-Erbgħa konna se niddiskutu l-mozzjonijiet ta' l-Onor.", "Lino Spiteri ħalli jkollna biex nimlew, għaliex ma kienx previst li jmur Strasbourg daqshekk malajr.", "Din hi l-prova ta' kemm ittieħed by surprise u kellu jaħrab lejn Strasbourg ħalli jara x'se jagħmel b'dan ir- rapport illi fixkillu l-programm tiegħu kollu.", "Jien hawnhekk ma xtaqtx noqgħod naħli ħafna ħin biex ngħid x'fih ir- rapport.", "GĦidna diġa' li dan huwa rapport li jitkellem fuq it-twaqqif ta' zona ta' stabilita' u sigurta' fil-Mediterran.", "Din hija l-viżjoni ta' l- Ewropa li qamet quddiem il-veritajiet u r-realtajiet li hemm fil- Mediterran, il-problemi soċjali, kummerċjali, industrijali, etniċi, ta' reliġjon, eċċ. Hija qalet li lil dan ir-reġjun ma tistax tkompli tinjorah.", "Dan qed jagħmluh b'reazzjoni għall-fatt illi l-Ġermanja qed tiġbed iktar lejn pajjiżi bħalma huma l-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u dawn il-postijiet.", "Dawn qegħdin jaraw li taħthom hemm time-bomb.", "Fil-fatt il- Partit Laburista fl-1975 ġo Helsinki kien wissiehom li jekk mhux se joqogħdu attenti għas-sigurta' tan-naħa t'isfel, lanqas huma ma jkunu żguri.", "Issa ġew lura għal din il-viżjoni u qalu li jaqbel li jikkonċentraw fuq dan ir-reġjun u jagħmlu pjan globali għalih; jitfgħu iktar flus, iktar koperazzjoni u jagħmlu iktar investiment f'dan ir-reġjun u jidħlu fi trattati ma' dawn il-pajjiżi, għax huwa importanti li jieħdu ħsiebhom.", "Dan huwa bażikament dak li ġara.", "L-Onor.", "DeMarco, jgħid kemm jgħid, u l-kor ta' akkolti li għandu bħal \"The Independant\", li kważi kważi qed jgħidilna li lanqas nafu naqraw bl-Ingliż ...", "\"The Times\" qaltilna li m'aħniex thinking people u qalet ukoll li \"the niceties of the language eluded the Deputy Leader\", jiġifieri fejn tidħol lingwa daqsxejn fina, aħna ma nifhmuhiex.", "Qaltilna wkoll li fuq dawn l-affarijiet għandna messy thinking, jiġifieri għandna taħwid f'moħħna.", "Jiena ngħid ma nafx għaliex \"The Times\" ma tagħmilx xi erba' editorjali fuq it-thinking tal-Gvern rigward il-politika barranija għaliex jekk kien hemm xi ħadd li għamel messy thinking u kellu oġġettivi li ma waslux u kellu viżjoni assolutament żbaljata, kien dan il-Gvern.", "Dak m'hux messy thinking?", "Tagħna huwa messy thinking li bdejna ngħidu ċerti affarijiet u kemm ilna f'din il-leġislatura għamilna policy Ewropea fejn tkellimna fuq twaqqif ta' zona ta' kummerċ ħieles f'affarijiet industrijali bejnna u bejn l-Ewropa; għidna li rridu nagħmlu trattati bilaterali fuq ħafna oqsma bejn Malta u l-Ewropa fl- interess tal-poplu Malti, u għidna li din hija xi ħaġa li nistgħu nagħmluha immedjatament mingħajr ma noqogħdu nistennew meta l-Ewropa jogħġobha tagħmel dawn l-affarijiet?", "Dan huwa messy thinking?", "Dan huwa t- thinking li ħareġ f'dan id-dokument, li jgħid ċar li l-Ewropea qed tara li trid tagħmel dan it-tip ta' trattati mal-pajjiżi kollha tal-Mediterran.", "Mhux billi jiġu jgħidulna li f'paġna minnhom ir-rapport qal li Malta, Ċipru u t-Turkija qegħdin fil-proċess biex xi darba jsiru membri.", "Mela issa l- fatt li nitpoġġew fid-dgħajsa ma' Ċipru u mat-Turkija ma jweġġagħniex?", "Issa qegħdin niftaħru?", "Allaħares il-Prim Ministru u l-Ministru għall- Affarijiet Barranin qed jipprevedu li pajjiżna jibqa' marbut fl-istess dgħajsa mat-Turkija, jekk veru jridu li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea!", "Ħalliha li aħna ma naqblux, imma allaħares jien kelli nkun sostenitur tal- Partit Nazzjonalista li issa qed jikkonsla b'dan id-dokument li pajjiżna xi darba se jidħol għaliex dieħla t-Turkija u allura jidħol magħha!", "M'hux talli hekk, talli dan id-dokument isemmi li t-Turkija se tispiċċa biex tagħmel customs union sas-sena d-dieħla, pero' fuq Malta ma jgħid xejn.", "Jien nitlobkom sabiex issibuli fejn dawn jagħtu indikazzjoni ta' xi data, mhux ta' meta se nsiru membri, imma ta' meta se jibdew it-taħditiet.", "X'għamel il-Ministru għall-Affarijiet Barranin?", "Dan mar Strasbourg, qalulna li tkellem ma' xi sitta jew seba' kummissjonarji - għaliex issa hekk saru, qisek qed tixtri l-pastizzi, tmur il-United Nations u titkellem ma' 30 Ministru għall-Affarijiet Barranin u tmur Strasbourg titkellem ma' seba' kummissjonarji - u lanqas kellhom id-diċenza li lill-poplu jinformawh dwar min kienu dawn il-kummissjonarji; jekk kenux dawk li se jispiċċaw, jekk kenux dawk li se jibdew jew jekk kenux dawk li se jibdlu l-portfolio li għandhom.", "Min huma dawn?", "Iltaqgħu magħhom fil-kuridur, marru ħadu kikkra kafe' magħhom u għamlu diskussjoni ta' siegħa flimkien?", "Min huma dawn?", "U kemm se ndumu nisimgħu x'qalilhom hu?", "Il-poplu Malti jrid ikun jaf x'qalu huma lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, mhux x'qalilhom hu.", "Aħna nafu x'qalilhom; mar jagħmel attentat biex fuq l-aġenda tagħhom jibqgħu jżommu l-kwestjoni ta' Malta.", "Għalfejn dan il-hassle u l-inkwiet kollu, jekk hu daqshekk ċert u għandhom assigurazzjonijiet li aħna qegħdin hemmhekk?", "Kważi kważi tibda la tagħti kas x'tgħid \"The Malta Independent\" u lanqas x'tgħid \"The Times\".", "Kif għidt fil-bidu, \"The Malta Independent\" tiġi tgħidlek li l-Ministru għamel \"tour de force\"!", "X'jiġifieri għamel tour de force?", "Jien ngħid tour de farce, għaliex hija farsa li tmur hemmhekk u ddur ħafna kummissjonarji, imbagħad tiġi lura u lill-poplu ma tgħidlu xejn, let alone lill-Parlament!", "X'qalilna l-Onor.", "De Marco?", "Dan, nerġa' ngħid, lanqas qalilna min huma l-kummissjonarji li ltaqa' magħhom.", "Mr Speaker, dawn il-laqgħat tant kienu importanti li minn informazzjoni li għandi lanqas biċċa press release waħda ma ħarġet fi Strasbourg mil-laqgħat kollha li kellhom il-kummissjonarji u mill-press office ma kien hemm l-ebda biċċa news item dwar il-fatt li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' Malta ltaqa' mat-tali jew mat-tali kummissjonarju.", "Dan iltaqa' mal-membri tal- Parlament Ewropew u ġie jgħidilna x'qalilhom hu; mar jgħidilhom dak li jaf kulħadd u ġie lura jaf dak li hu ovvju.", "Għalfejn noqogħdu nagħmlu dawn l- ispejjeż kollha minn flus il-poplu u nieħdu terrimot assistenti personali biex niġu ngħidu lill-poplu Malti li issa sirna nafu li biex isir it- tkabbir irid ikun hemm tibdil istituzzjonali?", "Mur obsor!", "Ma konniex nafuha din?", "Hemm għalfejn immorru Strasbourg b'terrimot nies u nkellmu lill-kummissjonarji biex insiru nafu dan?", "Din issibha fl-aqwa ktieb; kulħadd jgħidlek li jrid isir it-tibdil qabel ma jkun hemm tkabbir.", "Li ma qalilniex huwa li mar jitkarrab hemmhekk biex jibdew l-accession talks ħalli għall-elezzjoni li ġejja jkollna xi ħaġa fuq xiex nitkellmu.", "Mr Speaker, jien ngħid lill-Gvern li m'humiex se jagħtuh din it-trump card u jien naf li m'humiex se jagħtuhielu.", "Jekk irid xi ħadd taparsi jibda xi taħditiet esploratorji biex taparsi qed jagħmel xi ħaġa għall-propaganda, jiena nikkonċediha u ngħid li disa' u disgħin fil-mija hekk jiġri għaliex għandhom ħbieb biżżejjed hemmhekk biex jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Pero' fejn jidħlu bis-serjeta' n-nuts and bolts, l-accession talks m'humiex se jibdew qabel tispiċċa l-konferenza ta' l-1996.", "U meta l-Ministru jiġi lura u ma jgħid xejn lill-poplu, ngħidulu aħna.", "Mill-pajjiżi li applikaw diġa' daħal l-ewwel grupp u aħna ma dħalniex u issa mit-tieni grupp li qed tiġbidhom 'il ġewwa l-Ġermanja ...", "Li l- Ministru ma qalx lill-poplu huwa li fil-Kunsill tal-Ministri li jmiss isir, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta' dawk il-pajjiżi huma nistednin jattendu l-Kunsill tal-Ministri.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti mistieden jew m'huwiex mistieden?", "Jiena kieku nieħu pjaċir narah mistieden, almenu jagħtuh daqsxejn rispett, għaliex issa xbajna naraw l- umiljazzjoni tal-tilgħiq, tal-krib u tat-taħbit mal-bibien biex forsi jiftħulna.", "Aħseb u ara kemm fadlilna saħħa biex ninnegozjaw!", "Issa rigward x'intqal jew ir-reazzjoni ta' Strasbourg ma qalulna xejn.", "Naf biss li l- bieraħ kien hemm intervista sħiħa fuq \"The Malta Independent\" li kienet interessanti, pero' meta tagħsarha ma ssib xejn.", "L-ewwelnett hawnhekk lanqas biss għandu referenza għad-dokument, qisu m'eżistiex.", "Bħallikieku aħna m'aħniex fil-Mediterran; m'aħniex parteċipi fih u ma jinteressaniex!", "Fl-opinjoni tiegħi, hawn ħafna tidwir ta' diskors u hawn ċertu taħwid.", "Per eżempju, il-Viċi Prim Ministru għamel żball meta qal li aħna rridu nidħlu fil-Komunita' ħalli n-nies tagħna jkunu jistgħu jipparteċipaw fil- programmi edukattivi ta' l-Unjoni, bħal Leonardo u Socrates.", "Il-Viċi Prim Ministru ma jafx li anke minn barra nistgħu nipparteċipaw fihom, jekk ninnegozjaw f'dan is-sens?", "Ir-reporter stess li ntervistah ġibidlu l- attenzjoni għal dan, u mbagħad biddel il-verżjoni u qallu: Iva, għax b'kumbinazzjoni l-Parlament Ewropew għadda mozzjoni biex jippressa ħalli Malta tipparteċipa.", "Mela m'hemmx għalfejn inkun membri sħaħ għal dawn l- affarijiet.", "Qalilna wkoll li rridu nitbiddlu u ngħaddu minn mentalita' insulari għal approach Ewropew.", "Dan huwa insult għalina!", "Jiġifieri qed jgħid lill-poplu Malti li baqa' insulari?", "Lill-poplu Malti qed tgħidlu li huwa insulari?", "Hemm għalfejn il-Ministru jmur fi Strasbourg biex jgħidilna li rridu nbiddlu l-approach?", "Malta ilha tant miftuħa, mhux sempliċement għall-Ewropea imma għal kulħadd!", "Tant m'aħniex insulari u tant m'aħniex maqtugħin għalina nfusna, li dejjem tkellimna fuq ir-relazzjonijiet li jrid ikollna ma' kulħadd.", "Aħna miftuħin għal kulħadd, naċċettaw lil kulħadd u nirrispettaw lil kulħadd.", "Allura min hu insulari?", "Insulari huwa l-Gvern, għax qed iħossu żgħir u bilfors irid dan il-kenn ta' l-Ewropa, qisu se jiġi xi ħadd jgħerreqna u jiblagħna.", "Jien ngħid li l-Gvern huwa insulari u mhux aħna.", "Din in-naħa dejjem żammet id-dinjita' tagħha u dejjem iġġieldet għas- sovranita' ta' pajjiżna.", "Anzi l-iżball pjuttost seta' kien li konna nimmaġinaw li aħna kbar wisq.", "Nikkonċedi li dan fosi kien l-iżball tagħna u mhux li konna insulari.", "Qalilna wkoll li n-newtralita' m'hijiex problema.", "Din xeba' jgħidha, pero' minn hawn se nwissi li n-newtralita' qiegħda fil-Kostituzzjoni u suppost li għandna lill-President li huwa l- gwardjan tal-Kostituzzjoni.", "Min qed jgħid li din m'hijiex problema, qed jgħidha biex ilablab u biex jgħaddi ż-żmien bin-nies.", "In-newtralita' qiegħda fil-Kostituzzjoni, jitkellem fuqha l-avis u jwissi lill-Gvern li jrid maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Parlament ...", "Ma jistax il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin b'responsabilita' jmur barra, ilablab u jgħid: Ma jimportax, in-newtralita' m'hijiex problema.", "Il-Ministru qal ukoll li lanqas il-fatt li m'hawnx consensus f'dan il-pajjiż m'huwa problema.", "Jiġifieri għax ġab maġġoranza ta' 13,000 vot, jista' jmur jagħmel li jrid!", "Pajjiżi ċivilizzati u serji waslu biex aċċettaw li jagħmlu referendum.", "Għalina r-referendum se jkun l-elezzjoni li ġejja.", "Il-poplu jrid jiftaħ għajnejh biex ikun jista' jara l-falliment kontinwu u għalhekk l-elezzjoni li ġejja se niġġelduha proprju fuq din il-kwestjoni.", "Imbagħad ħareġ bil-famuża espressjoni: We must give momentum to the European Union application.", "Min jaf ftit physics jaf li kemm il-flywheel u kemm it-train għandhom momentum.", "Id-differenza li hemm bejniethom hija li l-flywheel tagħqad u tibqa' fl-istess post, filwaqt li t-train allaħares toqgħod quddiemha għax tixkanak.", "Il-momentum tagħna hu l-istess bħal tal- flywheel għax qed naħlu ħafna żmien u, bħaż-żiemel tas-sienja, matul il- ġurnata qed nimxu mili sħaħ imma dejjem nibqgħu fl-istess post. Il-Gvern hemm baqa' bil-momentum kollu li għandu!", "Jekk dan il-Gvern għandu momentum ġdid, għandu jgħidilna biex naraw min irid jagħti l-momentum; jekk hux Malta jew l-Ewropa.", "Jien naħseb li l-Gvern ma naqasx li jagħmel minn kollox biex jipprova jagħti l-momentum, imma lill-Ewropa ma jistax iċaqlaqha.", "Kif għidt qabel, il-Ministru ma għamilx referenza għad-dokument, pero' skond \"The Times\" tas-Sibt, 28 ta' Ottubru, qal xi ħaġa importanti.", "Dan tkellem fuq interim arrangements, li huma arranġamenti temporanji bejn issa u meta xi darba nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qabel qatt ma tkellem fuq dan!", "F'Settembru tas-sena l-oħra jien kont għamilt għaxar mistoqsijiet lid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "GĦal mistoqsija minnhom, fejn staqsejt jekk il-Gvern jikkontemplax interim arrangement għas-sigurta' tal-pajjiż bejn issa u s-snin li jridu jgħaddu sakemm insiru membri, baqa' ma rrispondieni ħadd; la l-Prim Ministru, la l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u lanqas id-Department of Information.", "Imma issa l-Ministru qed jitkellem fuq interim arrangements dwar edukazzjoni, xjenza, riċerka, politika barranija u sigurta'.", "Fil-messaġġ li tawh mill-Ewropa qalulu li minħabba li għad fadal ħafna biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, għandna nkunu fitted fil-pjan globali li hawn għax postna huwa hemmhekk.", "Qalulu wkoll li l-arranġamenti bilaterali li qed jitkellem fuqhom l-Onor.", "De Marco hemmhekk qegħdin, anke f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta' u l-politika barranija.", "Dan huwa l-programm u l-viżjoni korretta tal-Partit Laburista!", "Din hija r-redikolaġni li rredikolana biha d-DOI meta tkellimna!", "Din hija l-viżjoni kollha tal-Partit Laburista, fejn qed jagħti option li hi prattika, immedjata u aċċettabbli għall-Ewropa u ma tħalliniex fil-limbu nistennew x'se jiġri minn dawn l-imberkin Ewropej ħalli jipprovaw jagħmlu ħniena magħna u jissodisfaw il-wegħdiet li għamilna lill-poplu Malti.", "Aħna nisperaw li bħalma l-Partit Nazzjonalista kkopjana u addotta l-policy tagħna fuq il-Mediterran, fuq is-CSCM, fuq il-Forum tal-Kunsill Mediterranju u fuq affarijiet l-oħra, jaddotta l-politika tagħna fuq din il- kwestjoni wkoll.", "Iż-żmien li fadal huwa twil.", "L-option tal-Partit Laburista titkellem ċar fuq l-istess linji li qed titkellem il-Kummissjoni, jiġifieri li titwaqqaf zona ta' kummerċ bejnna u bejn l-Ewropa fuq dawk li huma prodotti industrijali ħalli nagħtu ċans lill-industrija tagħna tiżviluppa u tadatta ruħha għall-kompetizzjoni li tiġi mill-Ewropa.", "Fir- rapport insibu ċar li rridu nagħmlu numru ta' trattati bilaterali ma' l- Ewropa, anke fuq is-sigurta'.", "Nixtieq nagħlaq billi nappella biex lill-poplu nittrattawh ta' matur billi nagħtuh aktar dibattiti u nformazzjoni oġġettiva fuq dawn l- affarijiet.", "GĦandna nneħħu l-preġudizzju mill-gazzetti għaliex issa l- poplu qed jinduna li ċerti gazzetti li jinbigħu b'ruħhom u b'ġisimhom għandu jkollhom iktar oġġettivita' f'dak li jingħad.", "Aħna lkoll kemm aħna m'aħniex qegħdin hawn biex nissalvagwardaw l-interessi settorali, la ta' l- investituri u lanqas tan-nies tal-flus, imma qegħdin hawn biex nissalvagwardaw l-interess tal-kotra.", "U l-interess tal-kotra jiġi m'hux meta tagħmel l-interess tas-settur tal-flus imma meta tuża l-media li għandek f'idejk b'mod oġġettiv - qed nirreferi għall-gazzetti - tiżen l- affarijiet sew u tgħid il-verita', m'hux tagħmel propaganda partiġġjana u tgħid dak li jaqbel lilek, imma tgħid il-fatti kif inhuma.", "U l-fatti huma dawn li qed insemmi jien illejla.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, l-1 ta' Novembru 1994, fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SWIEQI/PEMBROKE - TRIQ SANT'ANDRIJA", "21410.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex fi Triq Sant'Andrija bejn Swieqi u Pembroke jittieħdu passi biex issir anqas perikoluża għal nies li jimxu fiha jew iridu jaqsmu min-naħa għall-oħra?", "Fiex jikkonsisti dan il-pjan?", "Meta se jitwettaq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'hemm l-ebda pjan speċifiku għal din it-triq imma id-Dipartiment tat-Toroq qed jezamina kif jista' jsir:", "(a) Bus Bay (b) Bankina (c) Pelican crossing.", "KUNSILLI LOKALI - REVIŻJONI DWAR IL-BUDGET", "21411.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Fil-laqgħat li qed ikollok mal-Kunsilli Lokali qed jaslulek ilmenti li hemm bżonn ta' reviżjoni tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali dwar il-mod kif jinħadem il-budget allokat għal kull lokalita'?", "Veru li bħalissa t-toroq ġodda mhumiex ikkalkolati għall-mod kif jinħadem il-budget għat-tindif u hekk hemm lokalitajiet - bħas-Swieqi - fejn hemm ħafna toroq ġodda dan il-budget ikopri biss terz tal-bżonnijiet?", "X'se jagħmel il-Gvern dwar din il-problema?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-ammont ta' flus mgħoddi lill-Kunsilli Lokali sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom hu regolat mill- artikolu 55 ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Att nru XV ta' l- 1993), kif ukoll mill-formula stabbilita skond l-Għaxar Skeda ta' l-istess Att.", "Fil-laqgħat li qed ikolli mal-Kunsilli Lokali, minbarra li nippreżenta lis-Sindku l-Insinja tal-Lokalita', qed nieħu l-opportunita' li niltaqa' u nidjaloga mal-Kunsillieri dwar kull materja li jressqu.", "Xi Kunsilli lmentaw li l-allokazzjoni finanzjarja li messet lilhom skond il-formula ma kenitx biżżejjed biex tkopri l-programmi u l- proġettazzjonijiet tagħhom għas-sena finanzjarja li qegħdin fiha.", "Ma jirriżultalix madankollu, li hemm il-ħtieġa ta' reviżjoni tal- provvedimenti ta' l-imsemmi Att dwar il-mod kif jiġu allokati l-fondi lill- Kunsilli Lokali, u dan għaliex ċerti rimedji diġa' jinsabu fl-Att.", "Fil- fatt, l-Artikolu 58 ta' l-istess Att jipprovdi għal sitwazzjonijiet fejn jistgħu jintalbu fondi addizzjonali \"għal ħteġijiet speċjali ta' lokalita' jew lokalitajiet\", iżda dawn iridu l-approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, hija ħaġa loġika li jekk tlestew xi toroq ġodda wara li sar l-istudju li fuqu hu bbażat il-kuntratt dwar it- tindif tat-toroq, dawn mhux qed jidhru fl-istess kuntratt.", "L-eżerċizzju ta' aġġornament tat-toroq hu wieħed li għadu sejjer.", "Dan hu eżerċizzju kontinwu maħsub sabiex is-sitwazzjoni tkun tista' tiġi evalwata minn żmien għal żmien.", "It-tiġdid tal-kuntratt, għalhekk, ikun jirrifletti s-sitwazzjoni attwali.", "Għalkemm il-Kunsilli huma statutorjament awtonomi, u jistgħu jekk iridu jagħmlu dan l-eżerċizzju huma stess, il-Gvern beħsiebu jibqa' joffri dan is- servizz u servizzi oħra lill-Kunsilli Lokali.", "L-Onor.", "Membru japprezza li bl-introduzzjoni tal-Kunsilli Lokali ħafna mix-xogħol li qed isir huwa wieħed illi qed isir għall-ewwel darba u għalhekk dan jieħu ċertu żmien sakemm ikun stabbilit.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "21442.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Kemm hemm minnhom li qed jingħataw il-Methadone?", "Kemm hemm minnhom li bdew jingħataw il-Methadone wara li ddaħlu Kordin?", "Il-persuni kollha f'Kordin qed jiġu ttestjati għad-drogi?", "Kif isiru t- testijiet?", "Kemm hemm persuni f'Kordin li għandhom Epatite B?", "Kemm hemm li għandhom Epatite C?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħalissa hemm 202 persuna miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.", "Mogħti l-parir li minħabba n-natura tal-popolazzjoni ristretta li fuqha qed nitkellmu, kif ukoll għal raġunijiet ta' etika professjonali medika, mhix policy tajba li jingħata tagħrif pubbliku dwar il-kondizzjoni medika ta' l-inmates tal-Faċilita'.", "FGURA - TISWIJA TA' TOROQ", "21578.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-Interpellanza numru 20486 fejn kont tlabt biex Triq Louis Schikluna u Triq San Gwann, il-Fgura, jiġu rranġati mill-iktar fis, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq kitibx lir-residenti biex jiġbdilhom l-attenzjoni tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Wara r-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru.", "20486 saret laqgħa mal-Kunsilli Lokali fejn ġew mitluba jagħtu lista ta' prioritajiet għat-toroq biex jiġi mfassal ix-xogħol għal- 1995.", "Il-Kunsill Lokali tal-Fgura diga' bagħat il-lista tal-prioritajiet tiegħu u fiha hemm imnizzla Triq San Gwann bħala l-għaxar priorita' fil-lista..", "Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jibgħat in-notifika li għaliha hemm referenza fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru.", "20486 lir-residenti fit-toroq imsemmija.", "KALKARA - TISWIJA TA' SKAL PRINĊIPALI TAX-XEWKIJA", "21579.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jistgħu jsiru t-tiswijiet meħtieġa fl- iskal prinċipali tax-Xewkija, il-Kalkara, għaliex kull min ivara u jtella' d-dgħajsa qed jiltaqa' ma diffikultajiet kbar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sejra ssir spezzjoni tas-slipway tax-Xewkija l- Kalkara biex wieħed jara kemm għandha bżonn tissewwa u x'jista' jsir biex min ivara u jtella' d-dgħajsa ma jibqax jiltaqa'ma' diffikultajiet.", "BORMLA - STAT ĦAŻIN TA' TRIQ SAN LAZZRU", "21580.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Peress li n-naħa ta' fuq ta' Triq San Lazzru, Bormla tinsab fi stat ħażin u hemm bosta anzjani jgħixu fiha, jista' l-Ministru jagħtiha priorita' b'għoti ta' kisja asfalt jew tarmac?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li għal matul dawn ix-xhur li baqa' ta' din is-sena ma jistax isir aktar xogħol milli kien hemm ippjanat.", "ZEJTUN/FGURA - TRASPORT PUBBLIKU", "21581.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Hu possibbli li karozza tal-linja, almenu darba f'siegħa tgħaddi miż-Zejtun għat-Triq Dejma, minn Triq il-Karmnu u minn Triq is-Sur, qabel taqbad it-triq prinċipali?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jgħid eżatt x'rotta jixtieq li din il-karozza ssegwi peress li jien informat li minn stħarrig preliminari li għamlet l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jirriżulta li m'hemm l-ebda rabta bejn Triq Dejma u Triq is-Sur filwaqt li Triq il-Karmnu tidher li fiż-Żejtun ma teżistix.", "KALKARA - KAMRA FIL-GROUND TAL-FOOTBALL", "21582.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Hu possibbli li tinbena kamra għall-użu ta' dawk li jilagħbu fil-ground tal-football, kalkara?", "Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li din il-kamra jkollha l-faċilitajiet kollha neċessarji bħal toilets u showers?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Peress li din hija spiża kapitali u l- proġetti għal din is-sena huma konfermati, t-talba ta` l-Onor.", "Interpellant se tiġi konsidrata għas-sena li ġejja.", "BIRGU - RESTAWR TA' SANT'ANĠLU", "21583.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ir-restawr ta' Sant'Anġlu il-Birgu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ix-xogħlijiet ta` restawr li qed isiru bħalissa fil-forti Sant` Anglu huma t-tindif tal-ħitan tal-Palazzo Magistrale (kemm minn barra, kif ukoll minn ġewwa); it-tikħil tal-fili; u t-tibdil ta` xi ġebel tal-gwarniċjun tal-bejt, fejn hu meħtieġ.", "S`issa għad ma nbediex ix-xogħol fuq it-tromba w it-taraġ medjaevali (fuq in-naħa ta` nofsinhar tal-palazz) minħabba li għadhom qed jiġu studjati l-varji prospeti għar-restawr tagħhom.", "It-taraġ ta` żmien l-Ingliżi (fuq in-naħa ta` l-Lvant ta` l-istess palazz) gie smuntat u parti perikolanti tal-ħajt tat-tromba qed tiġi smuntata ukoll biex tinħoloq tromba ġdida, kemm jista jkun bl-użu ta` ġebel antik, għall-taraġ ġdid u elevator.", "Billi kienu perikolamti, ġew ukoll smuntati in parti l-erba ħnejjiet (fuq in-naha ta` nofs inhar) maġenb it- taraġ medjaevali.", "Dawn il-ħnejjiet ġew sussegwentement rikostruiti, kemm kien possibbli bl-istess ġebel tagħhom.", "Ir-restawr tal-forti Sant` Anġlu qed isir mill-Ordni ta` San Ġwann.", "Dan ix-xogħol huwa taħt id-direzzjoni tal-perit Roger Degiorgio u qed jiġi sorveljat minn Kumitat Tekniku, mwaqqaf mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, li jikkonsisti mill-Perit Reuben Abela (Planning Directorate), il-perit Paul Bianchi (Heritage Advisory Committee), Dott. Mario Buhagiar (Development Control Commission), il-Perit Michael Ellul (Heritage Advisory Committee) u Dott. Tancred Gouder (Direttur tad-Dipartiment tal-Mużewijiet).", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - SKANDLI FL-GĦOTI TA' IMPIEGI", "21626.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Billi minn dokumenti uffiċjali li jġibu d-data ta' l-1 u l-15 ta' Marzu jirriżulta li kien hemm skandli fl-għoti ta' impiegi mill-ETC meta kienet taħt it- tmexxija tal-Ministru L. Galea u jirriżulta ukoll li kien hemm indħil mill- Ministru Galea u minn huh biex l-impiegi mal-Gvern u korpi parastatali jingħataw lil min riedu huma u mhux lil min kien ħaqqu, dak li qabel kien Chairman ta' l-ETC irreżista bil-qawwi dawn l-abbużi, ma jidhirlux l- Ministru li għandu jagħmel inkjesta pubblika kif kienet saret fl-aħħar tas- sittinijiet taħt il-Maġistrat Soler meta dak inhar ukoll kien hemm abbużi serji fl-għoti ta' mpiegi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-allegazzjonijiet li qed isemmi l-Onor Membru ġew investigati dak iż-żmien stess u rriżulta bl-aktar mod ċar li ma kien fihom l-ebda verita'.", "Dak li b'tant sensazzjonaliżmu qed jallega l- Onor Membru ġie allegat diġa' snin ilu, imsemmi fil-Kamra diversi drabi u daqstant ieħor miċħud mill-Ministru konċernat.", "Fil-fatt Bord ta' Inkjesta stħarreġ l-allegazzjonijiet kollha li kienu saru, sema' lil min għamilhom u nvestiga d-dokumenti kollha meħtieġa u nstab li ma kien hemm l-ebda verita' f'dak li qed jallega l-Onor Membru.", "PULIZIJA - INVESTIGAZZJONIJIET DWAR SPARAR FUQ IX-SHOWROOM TAD-DOMESTICA", "21627.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Billi fi stqarrija li għamel Charles Muscat li hu akkużat li qatel żewġ persuni fil- Mosta qal li kien hu li spara għax-showroom tad-Domestica u s-sidien tad- Domestica kienu tefgħu l-offerta għal proġett tal-Freeport, billi Charles Muscat huwa mill-Mosta u persuna prominenti fil-Mosta li għandha sehem qawwi f'ditta rebħet il-kuntratt msemmi, jista' l-Ministru jordna investigazzjonijiet indipendenti mill-pulizija biex jiġi stabbilit jekk Muscat kienx mġiegħel minn xi ħadd li ħa l-kuntratt tal-proġett tal- Freeport biex jispara fuq ix-showroom tad-Domestica?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern ma jindaħal b'ebda mod lill-Pulizija kif hija għandha tmexxi l-investigazzjonijiet tagħha.", "DITTA NOVITA' - KUNTRATT TAL-FREEPORT", "21628.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Billi Marin Hili huwa mdaħħal permezz tal-familja tiegħu fid-ditta Novita' li rebħet il- kuntratt tal-Freeport, ma jidhirlux l-Ministru li dan hu konflitt ta' interess?", "Ma jidhirlux l-Ministru li Marin Hili f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jirriżenja minn Chairman tal-Freeport Authority u li għandu jiftaħ investigazzjoni biex jara jekk Hili użax l-influwenza tiegħu bħala Chairman biex id-ditta Novita' li l-familja tiegħu għandha sehem minnha tirbaħ il- kuntratt imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li la s-Sur Marin Hili u lanqas il-familja tiegħu m'huma mdaħħla fid-ditta NOVITA.", "Irrid nirrimarka li ma jidhirlix li huwa sewwa li l-Onor.", "Membru jitfa' allegazzjonijiet u jagħmel insinwazzjonijiet mingħajr ma jivverifika fatti essenzjali.", "Dan l-aġir mhux onorevoli.", "ĦAL SAFI - PERMESSI TAL-BINI", "21685.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx xi permess għal bini f'għalqa f'Ħal Safi kantuniera ma' Triq San Gwann (Site Notice Number P5235/94)?", "Jekk iva, kif ħareġ dan il-permess meta din l-għalqa dejjem kienet kkonsidrata bħala green area?", "Jaf il-Ministru li din l-għalqa dejjem kienet msemmija li fiha se ssir playing field għat-tfal ta' Ħal Safi?", "Din l-għalqa se timbena fejn se ssir il-playing field issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li ma ngħataw l-ebda permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq is-sit imsemmi, tant hu hekk li l-applikazzjoni PA5235\\94 għadha qed tiġi proċessata.", "ŻURRIEQ: TRIQ IT-TORRI - DAWL", "21686.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li minkejja l-interpellanza tiegħi li saret qabel ir-recess tal- Parlament dwar bozza fi Triq it-Torri, ż-Żurrieq li minkejja diversi rapporti fl-uffiċċju ta' Enemalta f'Ħal Luqa baqgħet ma saritx sal-lum din il-bozza u għada mitfija?", "Meta tqis kemm din hi triq mudlama u kemm hemm bini ġdida fiha, għaliex il-bozza baqgħet ma nxtegħlitx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-bozza li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tranġat fl-10 ta' Ottubru, 1994.", "ŻURRIEQ: TRIQ FILLIPPU FARRUGIA - WIRE PERIKOLUŻ TAD-DAWL", "21687.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li minkejja li saru rapporti fl-uffiċċju ta' Enemalta dwar wire perikoluż tad-dawl li nqala' minn postu fi Triq Fillippu Farrugia, ż- Żurrieq dan il-wire baqa' ma ġiex rranġat mill-ħaddiema ta' Enemalta?", "Għaliex l-interpellant qed jirċievi rapporti persistenti min kostitwenti fiż-Żurrieq li l-uffiċċju ta' Enemalta f'Ħal Luqa qed jinjora talbiet tar- residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan l-ilment qed jiġi investigat.", "SPTAR SAN LUQA - \"ST.MICHAEL'S WARD\"", "21869.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-lokal li kien ġie attrezzat għal priġunieri tal-Ħabs fl-Isptar San Luqa u li kien ġie msemmi \"St. Michael's Ward\" issa se jintuża għal xi funzjoni oħra?", "Veru li issa l- allokazzjoni għal priġunieri issa se tkun parti mill-istores li l-aċċess għalih se jkun minn ħdejn il-bieb prinċipali ta' l-istess stores?", "Veru li l-ħitan li jifirdu dan il-post mill-istores wiesgħa mhux aktar minn disgħa pulzieri?", "X'se ssir mill-akkommodazzjoni ta' qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-Pjan ta' Tiġdid ta' l-Isptar San Luqa is-sit oriġinarjament magħżul għal St. Michael's Ward se jintuża għal skop ieħor.", "Nikkonferma li bħalissa qed isir xogħol biex ikollna faċilita' apposta,anke jekk temporanja, fejn ikunu jistgħu jiġu kkurati priġunieri li jkollhom bżonn is-servizzi ta' l-Isptar San Luqa.", "Qed jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm il-faċilitajiet meħtieġa ta' sigurta'.", "L-Onor.", "Membru jaf li llum l-unika sigurta' possibbli hi l-għassa li jkollhom waqt li jkunu l-Isptar.", "SPTAR SAN LUQA - MR CHARLIE BONDIN", "21870.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol jagħmel is-Sur Charlie Bondin fl-Isptar San Luqa?", "Veru li dan Bondin għandu l-mara tiegħu taħdem bħala Ward Clerk fl-istess sptar?", "Veru li ħafna drabi is-Sinjura Bondin ma tidħolx għax-xogħol u tibqa' titħallas xorta waħda billi r-raġel tagħha tant jagħmel li jrid li jmur jiffirmalha isimha fuq ir-reġistru tar- rassenja, kemm fil-ħin tad-dħul u tal-ħruġ?", "Dan ir-reġistru tar-rassenja jinżamm ħdejn l-uffiċċju tas-Supretendent li qatt ma ħa passi kontra dan l-abbuż, forsi għax għandu saħħa kbira Bondin.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - PROMOZZJONIJIET TAS-SUR CHARLIE BONDIN", "21871.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi promozzjonijiet ħa s-Sur Charlie Bondin kemm ilu jaħdem l-isptar San Luqa u meta?", "Veru li fil-post fejn jaħdem Bondin dan imexxi negozju ta' bejgħ ta' oġġetti bħal ġgieget tal- ġild, flokkijiet, arloġġi, telephones cordless, ċomb ta' l-airguns, T- shirts, sandlijiet, trombi u ħafna ħwejjeġ oħra?", "Meta kulħadd jaf li qed isir dan fl-isptar, kif is-Supretendent ma jindunax bih?", "Forsi għalhekk mhux ta' b'xejn li s-Sur Bondin sikwit jinstema' jgħid kemm hawn ġid taħt dan il-Gvern.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-OUT-PATIENTS - LIFT", "21872.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li wieħed miż-żewġ lifts tad- Dipartiment ta' l-Out-Patients ilu bil-ħsara għal numru ta' xhur?", "Dan qiegħed jikkaġuna inkonvenjenza kbira fost il-pazjenti li jattendu il- clinics fis-sulari ta' fuq u l-impjegati li jaħdmu hemm?", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan id-dewmien kollu biex jissewwa dan il-lift li huwa tant bżonnjuż fi blokk ta' tliet sulari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'żieda ma' l-informazzjoni li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru.", "20582, ġejt informat li minn dak iż-żmien ittieħdet id- deċiżjoni li jinbidel il-mutur kif ukoll is-sistema tal-kontroll tal- livelli u mhux li l-lif' jinbidel.", "Intalbu quotations u offerti mingħand aġenti lokali u qed isiru l-offerti għal dan ix-xogħol.", "SPTAR SAN LUQA: DIPARTIMENT TA' L-OUT-PATIENTS - STAFF", "21873.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi tkun il-medja ta' staff nieqes kuljum fost l-infermiera paramediċi u ħaddiema oħra fid-Dipartiment ta' l- Out-Patients fl-Isptar San Luqa minħabba sick leave u raġunijiet oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat kif ġej:", "Il-medja ta' staff nieqes, kuljum, fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa huwa kif ġej:", "Authorized Leave", "|Staff|'Enro|Health|'Hospi|Casua| | |lled | |tal |l | | | |Assist|Auxili|Ward | |Nurse|Nurse|ants |aries | | | | | | |Clerk| | | | | |s' | |3.3 | 4.8 |3.5 |1.1 |0.5 |", "'Sick Leave'", "|1.3 |1.5 |0.6 |1.1 |0.8 |", "Din l-informazzjoni hija bbażata fuq il-ġimgħa ta' bejn it-3 u t-8 ta' Ottubru 1994.", "SPTAR SAN LUQA: DIPARTIMENT TA' L-ENT - OPERAZZJONIJIET", "21874.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-waiting list għal operazzjonijiet fid-Dipartiment ta' l-ENT fl-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li ċertu operazzjonijiet ma jistgħu jsiru minħabba n-nuqqas ta' strument (driller) minkejja li kien ikun hemm tnejn minn dan it-tip ta' strument; wieħed bil-ħsara u l-ieħor sparixxa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat kif ġej:", "Il-waiting list għal operazzjonijiet ta' l-ENT fil-21 t'Ottubru, 1994, kienet kif ġej:", "Mr. Pace Balzan: Minor cases 4 Major cases 7", "Mr. Grixti Soler: Minor cases 23", "Ma' dawn kien hemm 30 każ ta' operazzjonijiet fuq il-widna li kienu jinvolvu bone-work.", "Dawn kienu jenħtieġu l-użu tal-micro-drill, u ġew akkumulati dawn l-aħħar ħames xhur peress li bone-drill il-ġdid kien għadu ma wasalx.", "Il-bone-drill l-antik la ntilef u lanqas insteraq.", "Kienu nbdew passi biex jinbidel, iżda dan waqaf f'daqqa sitt xhur ilu.", "Ġew mgħaġġla l- proċeduri u madwar ġimgħatejn ilu wasal id-drill il-ġdid.", "Infatti l- waiting list ta' operazzjonijiet fuq il-widna li jinvolvu bone-work diġa' bdiet tonqos.", "RABAT: GĦAR BARKA - TRASPORT PUBBLIKU", "21891.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi ntqalu diversi drabi li s-servizz tat-trasport pubbliku se jiġi estiż għal Għar Barka wkoll, jista' l- Ministru jgħid x'qed jikkawża dan id-dewmien?", "Jista' l-Ministru għaldaqstant jara li ma tkomplix issir inġustizzja mar- residenti ta' Għar Barka li ilhom is-snin jistennew is-servizz tat-trasport pubbliku u jirrimedja bl-iżviluppi meħtieġa?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li għadu ma ntlaħaqx qbil ma' l- Għaqda tas-Sidien tal-karrozzi tal-linja dwar l-introduzzjoni ta' dan is- servizz.", "RABAT: DAĦLA TA' GĦAR BARKA - DAWL", "21892.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fid-daħla ta' Għar Barka minn Misraħ Suffara Rd hemm dlam ċappa li qed joħloq saħansitra tensjoni fost it-tfal, jista' l-Ministru jirrispetta iċ- ċirkostanzi u jawtorizza lil Enemalta biex jiġu stallati l-bozoz meħtieġa sabiex tiddawwal immedjatament?", "Għaliex matul dawn l-aħħar tmien snin din il-parti tħalliet daqstant mudlama?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Membru biex isir dawl fid-daħla ta' Għar Barka minn Misraħ Suffara Road qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MTARFA - TRASPORT PUBBLIKU", "21893.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-aħħar żviluppi sabiex jitjieb is-servizz tat-trasport pubbliku għar-residenti ta' l-Imtarfa?", "Meta huwa programmat li jsiru rotot aħjar għas-servizz tar-residenti li dejjem qed jiżdiedu f'din il-belt?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien nformat li għad m'hemmx qbil min-naħa tal- Għaqda tas-Sidien tal-Karrozzi tal-Linja biex jiżdiedu l-vjaġġi lejn u mill- Imtarfa.", "RABAT: TRIQ ĠORĠ BORG OLIVIER - TRASPORT PUBBLIKU", "21894.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jafu d-dipartimenti konċernati li kellhom isiru tabelli u sorveljanza biex tkun osservata aħjar il-qagħda tat-trasport fi Triq \"Ġorġ Borg Olivier\", ir- Rabat, Malta?", "Billi residenti ta' din it-triq jixtiequ li jiġu osservati l- kondizzjonijiet stabbiliti diġa' mill-pulizija ċioe' biex f'din it-triq ma jiffrekwentawx heavy vehicles, jista' d-dipartiment jara dan l- inkonvenjent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "RABAT: TRIQ ĠORĠ BORG OLIVIER - TRASPORT PUBBLIKU", "21895.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jafu d-dipartimenti konċernati li kellhom isiru tabelli u sorveljanza biex tkun osservata aħjar il-qagħda tat-trasport fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta?", "Billi residenti ta' din it-triq jixtiequ li jiġu osservati l- kondizzjonijioet stabbiliti diġa' mill-Pulizija ċioe' biex f'din it-triq ma jiffrekwentawx heavy vehicles, jista' d-dipartiment jara dan l- inkonvenjent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li min-naħa tal-Pulizija dawn diġa' jagħmlu sorveljanza.", "Bħalissa hemm sinjal wieħed li juri li ma jistgħux jitilgħu vetturi itqal minn ħames tunellati.", "Il-materja dwar sinjali oħra meħtieġa għandha tiġi riferita lid-Dipartiment tat-Toroq.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "21896.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi saru diversi talbiet mir-residenti sabiex jissaħħaħ il-vultaġġ tad-dawl tal- bozoz f'Lampuki Street u toroq oħra f'San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jara li jsiru xogħlijiet meħtieġa sabiex tiġi rimedjata din il-problema?", "Billi għall-interpellanzi tiegħi f'seduta 276, il-Ministru kien qal li ġew approvati għal stallazzjoni bozoz ġodda f'dawn it-toroq, jista' jgħid għaliex dawn għadhom ma sarux u meta fil-fatt se jiġu stallati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol li ġie approvat nista' ngħid li issa nbeda u se jitkompla f'qasir żmien.", "KONVENZJONIJIET/TRATTATI - INKORPORAZZJONI FIL-MERCHANT SHIPPING ACT", "22004.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Liema huma dawk il-konvenzjonijiet jew trattati bilaterali li l-Gvern jixtieq jikkonsidra biex 'il quddiem jistgħu jiġu nkorporati fil-liġi diġa' eżistenti u cioe' il-Merchant Shipping Act 1973?", "ONOR.", "JOE FENECH: Din il-mistoqsija tirigwarda lill-Ministeru tat- Traspost, Telekommunikazzjoni u Teknoloġija u nissuġġerixxi li tiġi mgħoddija lil dak il-Ministeru.", "KONVENZJONIJIET/TRATTATI - INKORPORAZZJONI FIL-MERCHANT SHIPPING ACT", "22005.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Liema huma dawk il-konvenzjonijiet jew trattati bilaterali li l-Gvern jixtieq jikkonsidra biex 'il quddiem jistgħu jiġu nkorporati fil-liġi diġa' eżistenti u cioe' l-Merchant Shipping Act 1973?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li hemm diversi trattati li qed jiġu nklużi biex jiġu nkorporati fil-legiżlazzjoni dwar il-Bastimenti Merkantili.", "Tant hu hekk li qed isir studju f'dan ir-rigward iżda għadu ftit kmieni biex wieħed jagħti lista dettaljata ta' dawn it-trattati.", "SANT'ANTNIN - IMPJANT TA' RIĊIKLAĠĠ", "22006.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Wara li ġie mwaqqaf Monitoring Board ippresedut mis-Segretarju Parlamentari Stanley Zammit dwar l-impjant ta' Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid x'ġie deċiż li jsir biex jitnaqqsu l-irwejjaħ minn dan l-impjant?", "Minn huma l-Membri ta' dan il-Monitoring Board?", "X'xogħlijiet huma meħtieġa f'dan l-impjant biex titaffa l-problema tar- riħa?", "Bejn wieħed u ieħor x'inhi l-ispiża?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Monitoring Board imsemmi mill-Onor.", "Interpellant diġa' ltaqa' darbtejn.", "Il-membri fuq dan il-board huma:", "Is-Segretarju Parlamentari għall-Ambjent bħala Chairman,", "Rappreżentant mill-Kunsill Lokali ta' Marsascala,", "Rappreżentant mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u,", "Rappreżentant tal-kuntrattur li bħalissa qed iħaddem l-impjant.", "Għadu kmieni wisq biex wieħed jitkellem dwar ix-xogħlijiet meħtieġa.", "Issemmew diversi interventi kif tista' titjieb l-effiċjenza tal-filters eċċ., iżda l-ħsieb preżenti hu li l-Monitoring Board jagħżel team ta' konsulenti u jingħata l-inkarigu lilhom biex jidentifikaw l-aħjar soluzzjoni.", "Għad mhux possibbli li ssir stima ta' l-ispejjeż meħtieġa.", "Ta' min isemmi iżda li l-Gvern qed jalloka miljun lira bħala fond speċjali biex ikopri x- xogħol kollu li jista' jkun hemm bżonn.", "SPTAR SAN LUQA - RADIOS FID-DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA U FL-AMBULANZI", "22007.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti biex jinxtraw u jiġu nstallati settijiet tar-Radios ġodda fl-ambulanzi u fl-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa?", "Meta hu maħsub li jibdew jaħdmu dawn ir-Radios l-ġodda?", "Kemm se tiġi tiswa din is-sistema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID/FGURA - TRAFFIKU", "22008.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz- joni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex tonqos il-konġestjoni ta' traffiku fil-Pjazza ta' Raħal Ġdid u f'Żabbar Road l- aktar fil-parti tal-Fgura?", "Għaliex s'issa ma twaħħlux \"traffic lights\" f'dawn il-postijiet sabiex fl- istess ħin isservi ta' prova għal \"improvement tal-flow\" tat-traffiku?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi l-Onor.", "Membru għar-riposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru.", "22009.", "RAĦAL ĠDID/FGURA - TRAFFIKU", "22009.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara x'jista' jsir sabiex tonqos il-konġestjoni ta' traffiku fil- Pjazza ta' Raħal Ġdid u f'Żabbar Road l-aktar fil-parti tal-Fgura?", "Għaliex s'issa ma twaħħlux \"traffic lights\" f'dawn il-postijiet sabiex fl- istess ħin isservi ta' prova għal \"improvement tal-flow\" tat-traffiku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fir-rigward tat-Traffiku fil-Pjazza tar- Raħal Ġdid, jien informat li t-Traffic Planning Unit ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għadu kif approva li ssir lay-by għall-karozzi tal-linja fil- parti ta' fuq tal-pjazza, jiġifieri ħdejn fejn qabel kien jintrema' s-suq.", "Xogħol fuq din il-lay-by jibda hekk kif il-Kunsill Lokali jiddeċiedi fuq il- pjanta ta' upgrading ta' l-intorni.", "Fir-rigward ta' Żabbar Road, Fgura, jien informat li bħalissa l-Kunsill Lokali qed jagħmel studju intensiv tal-problema tat-Traffiku fl-area, bil- għan li jagħmel is-suġġerimenti tiegħu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "22010.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' serqiet li saru f'dawn l- aħħar snin u kemm kien il-valur jew somma ta' flus li ġew misruqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub irid jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRŻEBBUĠIA - TRIQ IX-XATT - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "22011.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ttieħdu l-ebda passi dwar id-drenaġġ li ħiereġ fit-Triq ix-Xatt, Birżebbugia u li sejjer fil-baħar?", "Jaf il-Ministru li n-nies ta' l-inħawi ilhom li rrapportaw dan l-iżbroff għal aktar minn ġimgħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li din il-ħsara fuq il- pompi seħħet l-Erbgħa 19 ta' Ottubru 1994 u ssewwiet sal-Ġimgħa 21 ta' Ottubru 1994.", "RABAT - ĠRIEDEN FI TRIQ GUŻEPPI CARUANA", "22033.", "L-ONOR.", "CARMLINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitneħħa l-inkonvenjent ta' ġrieden li qed joħorġu mit-tappieri tad-drenaġġ fi Triq Gużeppi Caruana Tal- Virtu', l/o Rabat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PREZZ TAL-ĠWIEŻ", "22034.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga r-rapporti li f'dawn l-aħħar ġimgħat il-prezz tal-ġwież ogħla b'mod sostanzjali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-Dipartiment tal-Agrikoltura investiga r-rapporti dwar il-prezz tal-ġwież u rriżulta li l-ġwież m'huwiex jinbiegħ ogħla mill- prezzijiet minn kif ġew l-aħħar stabiliti fl-1988.", "VALLETTA - ASFALTAR TA' TOROQ", "22035.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex it-tarmac li ingħata f'Old Bakery Street, minn South Street l'isfel fil-Belt, ftit tax-xhur ilu inqala' ma l-ewwel xita?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "RABAT: TRIQ SAN VINCENZ FERRERI -XOGĦOL f'FATIMA HOUSE", "22057.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni li sar fil- proprjeta' Fatima House, St. Vincent Ferreri Street, Rabat hux kopert bil- permess tal-bini meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li minn spezzjoni li saret, jirriżulta li x-xogħol li sar ma jirrikjedix permessi.", "Dan ix-xogħol jikkonsisti f' ħajt diviżorju li ġie mgħolli b'madwar ħames filati għall- iskopijiet ta' privatezza.", "Ħajt ieħor intern ġie mgħolli b'filata waħda.", "Qed isiru aktar indaġini sabiex jiġi stabbilit jekk jirriżultawx xi irregolaritajiet oħra.", "Jekk ikun il-każ jittieħdu l-miżuri u passi neċessarji.", "SKEJJEL:LICEO P. VASSALLI - DISKUSSJONI DWAR IL-VAT", "22059.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara li kien diġa' ngħata l-permess għal diskussjoni dwar il-VAT fost l-istudenti tas- VIth Form tal-Liceo P Vassalli li kellha ssir nhar il-Ġimgħa 21/10/94 din l- attivita' tħassret għax ġiet allegatament miżmuma mill-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li xi ftit ilu, student talab permess lill-kap tal-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo biex jorganizza diskussjoni dwar il-VAT.", "Il-kap ta' l-iskola ma kellhiex oġġezzjoni u qalet li l-istudenti kellhom jitkellmu ma' l-għalliema biex dawn jgħinuhom fl-organizzazzjoni u fl-istess ħin l-istudenti jkunu qegħdin jagħmlu eżerċizzju li minnu jitgħallmu.", "Ġara iżda li tard nhar il-Ħamis 20 ta' Ottubru, l-istess student li kien ħareġ bl-idea tad-diskussjoni mar għand il-kap ta' l-iskola u qalilha li d- diskussjoni kellha ssir l-għada l-Ġimgħa u li minħabba f'hekk kellhom jitħassru tliet lezzjonijiet għall-istudenti kollha.", "Qalilha wkoll li għad- diskussjoni kienet mistiedna l-istampa.", "Il-kap ta' l-iskola spjegatlu li l-affarijiet ma setgħux isiru hekk, mil- lum għal għada, għaliex kien hemm proċeduri li biex issegwihom il-kap stess riedet aktar żmien.", "Il-kap iżda wiegħdet li d-diskussjoni tista' ssir aktar 'il-quddiem jekk l-affarijiet isiru sew.", "Huwa assolutament mhux minnu li kien hemm xi intervent mill-Ministeru dwar dan il-każ.", "SKEJJEL - TRASPORT GĦALL-ISTUDENTI", "22060.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jieħu passi biex l-istudenti minn San Ġwann li jattendu l-iskola Sekondarja Antonio Bosio tal-Gżira ikollhom regolarment it-trasport kif suppost u li dawn l-istudenti, meta ma jkollhomx lezzjoni, ma jitħallewx (ġieli għal siegħa jew siegħa u nofs) fil- ground fix-xemx u trabijiet bl-iskuża li l-iskola żebgħuha inkella jħammġuha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ma kienx hemm ilmenti dwar it- trasport ta' l-istudenti bejn San Ġwann u l-Gżira.", "Jirriżultali li ebda lment ma sar fir-rigward lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, lanqas lill-kap ta' l-iskola, u lanqas lill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku.", "Jien informat ukoll li ttieħdu passi biex it-tfal ma jitħallewx fil-bitħa fil-ħin li ma jkollhomx lezzjonijiet.", "PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN - GĦAJNUNA FINANZJARJA MILL-UNJONI EWROPEA", "22061.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Mill-5.5 Biljun E.C.U. allokati għall-pajjiżi tal- Mediterran mill-Unjoni Ewropea taħt il-Free Trade Zone & Security Pact propost, kif inhuma mistennija li jiġu mqassma dawn il-flus u kemm minnhom mistennija li jiġu allokati lil Malta?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nibda biex nigbed l-attenzjoni ta` l-Onor.", "Membru li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ghal Euro-Mediterranean Partnership, li jkun jinvolvi, fost affarijiet ohra, zona ta` kummerc hieles u koperazzjoni ghall-paci u sigurta` fir-regjun, ghad trid tigi diskussa mill- Ministri ta` l-Affarijiet Barranin ta` l-Unjoni fil-31 ta` Ottubru u mbaghad fil-Kunsill Ewropew ta` Essen fid-9 u 10 ta` Dicembru 1994.", "Il-proposta, kif approvata mill-Kummissjoni fid-19 ta` Ottubru, ma taghti l-ebda indikazzjoni ta` kif l-ammont ta` 5.5 biljun ECU se jitqassam fost il-pajjizi tal-Mediterran.", "Minn ricerka li ghamel il-Ministeru tieghi, jidher li l-kontribuzzjoni finanzjarja ta` l-Unjoni lejn il-pajjizi tal-Mediterran se tkun tikkonsisti kemm fi protokolli finanzjarji bilaterali, kif ukoll fl-hekk imsejjah horizontal financing jigifieri ghal programmi ta` dimensjoni regjonali.", "Id-dokument tal-Kummissjoni jghid li l-proposta tirrigwarda principalment ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjizi tal-Maghreb u l-Mashreq u Israel, waqt li jinnota l-importanza ta` relazzjonijiet partikolari ma` Malta fil-kuntest tad-dhul taghha fl-Unjoni.", "Sakemm li Malta tkun ghada ma saritx membru ta` l-Unjoni, hu kontemplat li jsir protokol approprijat li jkun mahsub li jghin biex Malta tintegra ruha fl-Unjoni Ewropea.", "La darba Malta ssir membru tibda tibbenefika mill- fondi strutturali ta` l-Unjoni u tkun tista tippartecipa fil-programmi li l- Unjoni ghanda ghall-membri taghha stess.", "Dawn il-beneficcji jkunu bil-ferm akbar minn dak li Malta tista qatt tottjeni mill-Politika Mediterranja ta` l-Unjoni kieku kellha tibda ma ssirx membru.", "Meta Malta ssir membru ovvjament tibda tippartecipa fil-Politika Mediterranja ta` l-Unjoni fil-kapacita taghha bhala membru u permezz t`hekk tkun tista taghti l-kontribuzzjoni taghha ghall-pjan ta` partnership bejn l- Unjoni u l-Mediterran li qieghed jigi propost.", "MSIDA/GŻIRA - PROBLEMA TAL-FLOODING MILL-ILMA TAX-XITA", "22062.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rrimedjata l-problema tal-flooding mill-ilma xita fl-Imsida (faċċata tal-MLP Club) u f'St. Andrews Rd, St. Andrews (qrib is-Sunrise Inn)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol imsemmi fuq l-Imsida Relief Flood bħalissa jinsab wieqaf minħabba mandat ta' inibizzjoni mill-Qorti li waqqaf it-twaqqigħ ta' parti mid-djar eżistenti.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jrreferiha lill-Ministru konċernat.", "GĦAWDEX: NADUR - BUS SHELTER", "22063.", "L-ONOR.", "GIOVANNA DEBONO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bus shelter fl-HOS Tal-Ħali, Nadur, Għawdex, preferibbilment fi Triq Għajn Qasab, fejn ilha ħafna tinħass il-ħtieġa ta' dan is-servizz b'mod partikolari minħabba t-tfal ta' l-iskola?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li t-talba ta' l-Onor.", "Membru se tkun ikkonsidrata aktar 'il quddiem peress li bħalissa m'humiex isiru bus shelters ġodda billi se tinħareġ sejħa għal offerti mill-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku ħalli l-bus shelters jibdew isiru b'mod li jibda jkun hemm kompatibbilita' ta' stil bejn il-bus shelters u l-lokal fejn jitqiegħdu.", "BORMLA: VERDALA - SLEEPING POLICEMAN", "22064.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli f'liema data l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva t-talba biex fuq Verdala, Bormla jsiru sleeping policeman?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru responsabbli għat-Trasport.", "BORMLA: VERDALA - SLEEPING POLICEMAN", "22065.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħidli f'liema data l- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva t-talba biex fuq Verdala, Bormla jsiru sleeping policeman?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva biex fuq Verdala, Bormla jsiru sleeping policeman waqt laqgħa tal-Bord, fl-4 ta'Mejju 1994.", "KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA NDIPENDENTI", "22066.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li f'diskussjoni pubblika f'Għawdex kunsilliera stqarrew illi l- Ministeru qed ikun partiġġjan ma' ċerti kunsilliera ndipendenti fis-sens li ma jagħtix kas l-ilmenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid min huma l- persuna/persuni responsabbli biex jikkomunika ma' membri tal-kunsilli?", "Kif jiġu pproċessati l-ilmenti tal-membri tal-kunsill?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena ċert li l-Onor. interpellant jifhem li l- Kunsilli Lokali mhumiex u m'għandhomx ikunu sistema ta' klijenteliżmu.", "Għalhekk jifhem ukoll li l-ilmenti li l-kunsilliera individwali jista' jkollhom għandhom igħadduhom mill-Kunsill tagħhom.", "Il-Ministeru għal Għawdex ma jittrattax ma' kunsilliera individwali - indipendenti jew m'humiex - iżda jagħmel laqgħat regulari mal-Kunsilli kollha ta' Għawdex u jiddiskuti magħhom il-bżonnijiet tal-lokalitajiet tagħhom ħalli jkun jista' jdaħħalhom fil-programm tiegħu skond il- prioritajiet tal-gżira kollha.", "KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA", "22067.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li kunsilliera Għawdxin ġew mhedda illi jekk jipparteċipaw fl- istrike ġenerali jingħataw transfer għal Malta, jikkonferma l-Ministru jekk dawn intbagħtux mill-Ministeru għal Għawdex?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jidher li l-Onor interpellant għaġġel jikkonkludi b'mod tassattiv li kunsilliera Għawdxin ġew mhedda illi jekk jipparteċipaw fl-istrike ġenerali jingħataw transfer għal Malta.", "Żgur li l-Ministeru għal Għawdex ma hedded lil ħadd.", "It-theddid mhuwiex parti mill-politika tal-Gvern preżenti.", "Għall-kuntrarju, il-politika li l- Ministeru għal Għawdex iwettaq attivament hija li jinħolqu l-ikbar numru ta' postijiet tax-xogħol f'Għawdex biex l-Għawdxin - huwa x'inhuwa t- twemmin politiku tagħhom - ikunu jistgħu jaħdmu f'Għawdex stess fis-sliem, ġid u demokrazija.", "Konferma ta' din il-politika huwa fatt li f'dawn l- aħħar seba' snin u nofs mijiet ta' ħaddiema tal-Gvern Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex fejn inħolqu servizzi ġodda għall- benefiċċji ta' l-Għawdxin kollha in ġenerali u tal-ħaddiema in partikolari.", "Konferma oħra huwa l-fatt li filwaqt li f'April 1987 kien hemm 6339 biss jaħdmu f'Għawdex, illum hemm 9523 żieda ta' 3184 post tax-xogħol f'Għawdex.", "L-Għawdxin dan jafuh u japprezzawh u taw xiehda ta' l-apprezzament tagħhom nhar it-Tnejn 24 ta' Ottubru.", "PULIZIJA - KAŻI TA' STUPRU", "22068.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 21997 cioe' jista' jgħid kemm-il każ ta' stupru u vjolenza fil-familja fuq nisa u/jew irġiel u vjolenza fuq tfal ġew rapportati mill-1990 sa l-1994?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Stajna niġbru tagħrif mingħand id-Dipartimenti tal- Familja u Assistenza Soċjali u tal-Pulizija.", "Tagħrif ieħor relatat jista' jinstab għand l- Education Welfare Unit tad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u fid-Diviżjoni tas-Saħħa: (Dipartiment tal- Psikjatrija (Young Peoples Unit, Child Guidance Clinic, Mount Carmel Hospital, Psychiatric Outpatient Clinic eċċ.'), 'Department of Institutional Health' u d-'Department of Public Health').", "Qed issir riċerka dwar dan.", "L-istatistika miġbura mid-Dipartiment tal-Familja u Assistenza Soċjali hija din:", "|Sess |Abbuż |Abbuż | | |sesswal|fiżiku | | |i | | |(1990) | | | |Rġiel |- |3 | |Nisa |- |22 | |Tfal |11 |14 | | | | | |(1991) | | | |Rġiel |- |- | |Nisa |- |8 | |Tfal |5 |12 | | | | | |(1992) | | | |Rġiel |- |- | |Nisa |- |- | |Tfal |7 |1 | | | | | |(1993) | | | |Rġiel |- |- | |Nisa |- | 4 | |Tfal |7 |4 | | | | | |(1994) | | | |(sa | | | |21.10.94)| | | |Rġiel |- |1 | |Nisa |- |8 | |Tfal |6 |3 |", "L-istatistika miġbura mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Pulizija kienet din:", "Każijiet irrapportati lill-Pulizija:", "|Sena|Nisa|Swat |Swat |Defile|Stupr| | |Msaw|fuq |fuq |ment |u | | |ta |it-Tf|l-irġ|of | | | | |al |iel |Minors| | | | | | | | | |1990| - |- |- |?/5 |4 | |1991|- |- |- |?/16 |5 | |1992|77/6|- |3 |?/21 |5 | | |4 | | | | | |1993|68/4|- |1 |?/15 |5 | | |3 | | | | | |1994|37/1| | xejn|10/19 |3/4 | | |4 |xejn/| | | | | | |1 | | | |", "Nota - dawk in-numri li jidhru wara is-sinjal(/) jindikaw każijiet ta' dak it-tip li tressqu quddiem il-Qorti.", "Qed isir xogħol biex l-informazzjoni nieqsa mit-tables ta' hawn fuq tinġabar.", "PULIZIJA - KAŻI TA' CRIMES", "22069.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 21998 cioe' jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-crimes rapportati xahar b'xahar matul l-1993 u l-1994?", "Jista' jikklassifika l-crimes skond in-natura tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba dwar reati rapportati fl- 1993 u din is-sena tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt, il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar din is-sena qed tingħata informazzjoni sa l-aħħar ta' Ġunju.", "PULIZIJA: MEMBRI TAL-KORP -ABBUŻI MILL-KARIGA", "22070.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21917, jidher ċar illi l-Kummissarju tal-Pulizija diġa' ta r-rakkomandazzjoni tiegħu dwar pulizija li abbużaw mill-kariga tagħhom.", "Meta wasal għand il-Ministru dan ir-rapport?", "X'passi ttieħdu fuqu?", "Peress illi l-Gvern għamel użu propogandistiku dwar dawn il-pulizija, jidhirlu li l-poplu għandu jkun mgħarraf b'dan ir-rapport?", "Ma jħossx il-Ministru illi dan in-nuqqas ta' trasparenza tellef il- fiduċja fil-pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nassigura l-Kamra li kull każ ta' abbuż ta' pulizija mill-kariga tagħhom, li jiġi għall-għarfien ta' l-Awtorita' kompetenti, jiġi nvestigat u proċessat skond il-liġi u l-proċedura fil- materja.", "Kif diġa' kont għidt fil-mument opportun il-poplu jkun mgħarraf b'dak li jkun ġie deċiż.", "STRIKE ĠENERALI", "22071.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Nhar l-istrike nazzjonali apparti mill-ħaddiema tal-Gvern u Korporazzjonijiet Parastatali li kienu on strike, kemm kien hemm nies:", "On leave;", "On sick leave;", "Eżentati milli jistrajkjaw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QORTI TA' GĦAWDEX - PULIZIJA WAQT IS-SEDUTI", "22087.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jara li fil-Qorti ta' Għawdex waqt is- Seduti tal-Qorti, jkun hemm preżenti membru tal-Korp tal-Pulizija għaż- żamma tal-buon ordni u paċi pubblika kif kien dejjem isir fl-antik?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiena nformat li fit-12 ta' Frar 1993 il-Qorti ta' Għawdex kienet ordnat sabiex jiġi provdut uffiċjal tal-pulizija fl- edifiċċju tal-Qorti għaż-żamma tal-buon ordni waqt li jkunu qed jinżammu s- seduti.", "Ir-reġistratur kienet kitbet lill-Ispettur tal-Pulizija tar-Rabat, Għawdex fis-16 ta' Frar 1993 biex jipprovdi tali uffiċjal tal-Pulizija regolarment għas-seduti kollha.", "Iżda, meta kien ikun previst li se jkun hemm xi kawża ċivili taħraq kienet tinfurmahom biex jintbagħat tali uffiċjal.", "Ir-reġistrat ma jidhirlix li għandha bżonn uffiċjal tal-Pulizija regolari waqt is-seduti taċ-Ċivil peress li hemm il-Marixxal li qed jieħu ħsieb li tinżamm l-ordni u l-kwiet fl-edifiċċju tal-Qorti.", "SPTAR ĠENERALI - NUQQAS TA' ĊAVETTA T'AMBULANZA", "22088.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jistħarreġ kif insterqet jew instabet nieqsa ċavetta t'ambulanza mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "X'wassal għal min huwa responsabbli mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li jidentifika żewġ persuni bħala li huma responsabbli minn dan in-nuqqas?", "X'wassal għal min huwa responsabbli mill-Isptar Ġenerali li minħabba dan l-inċident, beda jgħid kliem superfluwu u bla bżonn kontra l-General Workers Union u kontra li strajk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat hekk:", "Fl-24 t'Ottubru 1994, l-M.T.D. tax-shift ta' fil-għodu sabu ċ-ċavetta tal- van numru M-0871 tal-Fiżjoterapija nieqsa u l-wires ta' l-ignition maqlugħin u l-isparking plugs maqlubin.", "Dan l-inċident qed jiġi nvestigat.", "Min hu responsabbli mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex ma identifika lil ħadd bħala li huwa responsabbli, iżda kellem lil kull min kellu x'jaqsam mal- Garaxx ta' l-Isptar biex jistħarreġ il-każ.", "M'huwiex veru li minħabba l-inċident, min hu responsabbli mill-Isptar t'Għawdex qal xi kliem superflu u bla bżonn kontra xi union iżda semma biss il-possibilita' li dak li ġara seta' kellu x'jaqsam ma' l-Istrajk imsejjaħ mill-GWU għal dak il-jum.", "GĦAWDEX - QTUGĦ TA' DAWL FIL-QORTI", "22089.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Peress li l-provvista tad-dawl f'Għawdex għadha tinqata' bl-istess frekwenza bħal qabel, ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li fil- lista ta' prioritajiet għall-Qorti t'Għawdex għandu jpoġġi x-xiri ta' generator żgħir?", "Jaf il-Ministru li l-ġimgħa li għaddiet is-seduta taċ-Ċivil quddiem il- Maġistrat Paul Coppini kellha tiġi sospiża għal ftit tal-ħin minħabba dan il-fatt?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiena nformat li l-provvista tad-dawl f'Għawdex ma għadhiex tinqata' bl-istess frekwenza bħal qabel.", "Pero' naqbel li hemm bżonn li l-Qorti ta' Għawdex ikollu ġeneratur għal meta jinqata' d-dawl.", "Għalkemm il-ġimgħa li għaddiet inqata' d-dawl għal ftit ħin pero' s- seduta ma ġietx sospiża għaliex it-tape recorder tħaddem bil-batteriji.", "QRATI - NUMRU TA'IMPJEGATI FIL-QORTI TA' GĦAWDEX", "22090.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Qorti t'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jagħt il-grad tagħhom wieħed wieħed?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx minnhom li għandu xi allowance u min minnhom għandu din l-allowance u r-raġuni għaliex?", "Dawn l-aħħar sentejn kemm kien hemm minnhom, persuna b'persuna li kienu sick jew b'xi mod assenti minn fuq ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-lista turi li 22 impjegat jaħdmu fil-Qorti ta' Għawdex bil-grad tagħhom.", "SERVIZZ GENERALI Numru ta' mpjegati", "A/Registrar 1 Principal 1 A/Principal 2 Executive Officer 3 Marshal 1 Data Entry Operator 1 Clerk 4 Leading Bookbinder 1 Usher 1 Clerical Assistant 2 Messenger II 1", "PROFESSJONALI", "Magistrat 1", "INDUSTRIJALI", "Group A (2 Charwonen, 1 Labourer, 1 Caretaker) 4", "23", "Jane Refalo, Anthony Mizzi, Joseph Camilleri, Francis Attard u Anton Cordina jieħdu on call allowance meta jkunu ta' l-għassa għal każijiet urġenti.", "Connie Rapa, Tiziana Camilleri, Lina Buttigieg u Gregory Calleja jieħdu allowance ta' 30c kull pagna għat-traskrizzjoni tax-xhieda.", "Il-lista segwenti turi kemm ħadu sick leave l-impjegati.", "Ħadd ma kien assenti minn fuq ix-xogħol ħlief għal ħin temporanju u dan wara li jkun ingħata l-permess meħtieġ.", "1993 1994 Assistant Registrar - Refalo Mrs Jane 15 1/2 26 Principal - Mizzi Anton 2 - Asst.", "Principal - Camilleri Joseph 4 - Asst.", "Principal - Attard Francis 8 - Executive Officer - Rapa Maria Concetta 4 4 Executive Officer - Xuereb Maureen 8 4 Data Entry Operator - Camilleri Tiziana 6 10", "Clerk - Grima Stephanie preżentament marida bla paga għax eżawriet l'entitlement ta' sick leave 13 152 Clerk - Buttigieg Michelina 2 6 Clerk - Borg Maria 12 6 + 1 one day absent on 24/10/94) Clerk - Formosa Vicki 12 7 Usher - Portelli Mario - 6 Leading Book -binder - Micallef John 14 13 Clerk Assistant - Calleja Gregory - 33 Clerk Assistant - Dingli Augustine - 3 Messenger II - Gatt Emanuel 33 1/2 13 Charwoman - Vella Maria Theresa 14 15 Charwoman - Mercieca Maria Dolores 10 2 Labourer - Scicluna Saviour 14 19", "QRATI - COFFEE MACHINE FIL-QORTI T'GĦAWDEX", "22091.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Min hija l-persuna responsabbli li ddeċieda li fil-Qorti t'Għawdex eżattament quddiem il-bieb tal-Kamra ta' l-Avukati għandha tiġi nstallata Coffee Machine?", "Ma jidhirlux il-Ministru li fil-post fejn ġiet installata din qegħda mhux biss tkerraħ l-ambjent tal-Qorti, imma wkoll se twassal f'nuqqas ta' indafa u ħmieġ fil-Qorti stess?", "Jidhirlu l-Ministru li jekk titħalla din il-coffee machine għandha titħalla fejn hi, almenu jitpoġġew bins biex jevitaw dan il-ħmieġ u skart?", "Min se jħallas għad-dawl u ilma ta' din il-coffee machine u l-ispejjeż li ntnefqu biex jiġi installat għaliha tank ta' l-ilma fuq il-bejt?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nformat li kienet ilha tinħass il-ħtieġa ta' coffee machine għas-servizz tal-pubbliku.", "Għalhekk l-awtoritajiet kompetenti ddeċidew li tiġi nstallata makna f'kamra fejn il-pubbliku jistenna sakemm jiġu msejjħa l-kawżi.", "Tqiegħed ukoll orderly bin ħdejha.", "Mhux korrett li jingħad li din tpoġġiet eżattament quddiem il-bieb tal- kamra ta' l-avukati.", "Il-konsum tad-dawl w ilma għaliha se jitħallsu mill-Qorti iżda l-ispejjeż tat-tank u ta' l-istallazzjoni tħallsu minn min installaha.", "QRATI - KAMRA GĦALL-AVUKATI FIL-QORTI TA' GĦAWDEX", "22092.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: X'inhi r-raġuni li l-Avukati f'Għawdex ilhom privi mill-Kamra tagħhom għal aktar minn tlett snin?", "Għaliex fil-kamra li suppost hija ta' l-Avukati min huwa responsabbli fil- Qorti ta' Għawdex daħħal fiha jaħdmu terzi persuni li ma għandhom x'jaqsmu xejn max-xogħol ta' l-Avukati?", "ONOR.", "JOE FENECH: Jiena nformat li fil-Qorti ta' Għawdex l-Avukati għandhom kamra available għalihom u ilha hekk għal madwar tmien (8) snin.", "Fil-bidu ta' Ottubru li għadda kien hemm il-ħtieġa li jsir kors ta' taħriġ għall-impjegati rigward il-komputerizzazzjoni tax-xogħol tal-Qorti.", "Peress li ma kienx hemm kamra oħra adatta, il-kors qasir sar fil-kamra ta' l-avukati.", "Barra minnhekk tliet uffiċjali mill-MSU għadhom kultant jmorru u jagħmlu t-testing tal-programm fuq il-computers fl-istess kamra pero' l- avukati xorta jistgħu jużaw il-kamra tagħhom.", "ANZJANI - DAR TA' L-ANZJANI", "22093.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlu anzjani:-", "(a) f'San Vinċenz; (b) f'Zammit Clapp din is-sena?", "Kemm minn dawn iddaħħlu mid-djar tagħhom mill-isptar San Luqa jew minn postijiet oħra f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' anzjani li ddaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule bejn Jannar 1994 u Ottubru, 1994 kien 273 u dawn kienu mqassma hekk:", "Mill-Isptar San Luqa 142 Mill-Isptar Monte Carmeli 2 Mill-Isptar Zammit Clapp 14 Minn Djar ta' l-Anzjani 3 Mid-Djar Tagħhom 112", "TOTAL 273", "Informat ukoll li l-anzjani li ddaħħlu fl-Isptar Zammit Clapp bejn Jannar 1994 u s-26 ta' Ottubru, 1994 kien 732 u kienu mqassma hekk:", "Anzjani li ddaħħlu mid-djar tagħhom 358 Anzjani li ddaħħlu mid-Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern 3", "Anzjani li ddaħħlu mid-Djar ta' l-Anzjani tal-Knisja 23", "Anzjani li ddaħħlu mid-Djar ta' l-Anzjani Privati 2", "Anzjani li ddaħħlu minn Kliniċi Privati 4", "Anzjani li ddaħħlu mill-Isptar San Luqa 337", "Anzjani li ddaħħlu mill-Isptar Monte Carmeli 3", "Anzjani li ddaħħlu mill-Isptar Paul Boffa 1 Anzjani li ddaħħlu mir-Residenza San Vinċenz de Paule 1", "TOTAL 732", "PULIZIJA - FRODI TA' OLAF CINI", "22097.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21956, jista' l- Ministru jagħti risposta għat-tielet parti tal-mistoqsija dwar it-transfer ta' l-istess surġent imsemmi fil-mistoqsija parlamentari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-Korp tal- Pulizija huwa Korp dixxiplinat u l-postings tal-Membri tal-Korp isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Ninsab informat li l-każ tas-Surġent imsemmi huwa wieħed minnhom.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - IMPJEGATI", "22098.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jagħti numru ta' mpjegati ma' Telemalta f'kull kategorija minn Mejju 1987 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Lista ta' mpjegati f'kull kategorija mal- Korporazzjoni Telemalta minn Mejju 1987 sal-lum. tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - DIRECT ORDERS", "22099.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Kemm ingħataw direct orders minn Telemalta mill-1 ta' Mejju, 1987 sal-lum għal-liema xogħol u lil min?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: L-informazzjoni qed tingabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - MELITA CABLE TV - DUCTING", "22100.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' ducting ta' Telemalta ntuża s'issa mill-Melita Cable TV?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li skond ir-records tal- Korporazzjoni Telemalta, il-Melita Cable TV għamlet użu minn madwar 110 kilometru ta' ducting.", "KORPORAZZJONI TELEMALTA - UŻU LLEGALI TA' \"CORDLESS TELEPHONES\"", "22101.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ qabdet Telemalta dwar użu llegali ta' \"cordless telephones\"?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ma ġie rreferut l-ebda każ lill-Korporazzjoni Telemalta dwar użu llegali ta' cordless telephones.", "GATT - NET BENEFICIARY", "22106.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21942, ċioe' mil-kalkoli li għamel il-Gvern Malti, Malta se tkun \"Net Beneficiary\" tal-ftehim riċenti tal-GATT jew le?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: B`referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21942 nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 17801.", "PULIZIJA - TAQSIMA TAL-KLIEB", "22109.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' klieb (sniffer dogs) fit-taqsima tal-klieb tal-pulizija?", "Kemm-il darba saret tfittxija għad-droga fil-Yacht Marina fis-snin 1992, 1993 u 1994 u x'kienet il-kwantita' ta' droga li nqabdet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat kif se ngħid:", "Fit-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija hemm 11 -il kelb.", "Dawn huma mqassma kif se ngħid:", "Klieb imħarrġa fuq tfittxija tad-droga 7", "Klieb imħarrġa fuq tfittxija ta' armi u splussivi 2", "Hemm ukoll żewġt iklieb oħra li qed jiġu mħarrġa, wieħed fuq tfittxija tad-droga u l-ieħor fuq tfittxija ta' armi tan-nar u materjal splussiv.", "Informat li fl-1992 it-Taqsima tal-Klieb għamlet żewġ tfittxijiet fil- Yacht Marina.", "Fl-1993 u fl-1994 dan ix-xogħol beda jsir mit-Taqsima tal- Klieb tad-Dwana.", "Fit-tfittxijiet li saru fl-1992 ma nqabdet l-ebda droga.", "PULIZIJA - MEMBRI TAL-KORP", "22110.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata, grad b'grad tal- complement tal-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba sas-27 ta' Ottubru, 1994, hi kif tidher hawn taħt:", "Kummissarju 1 Deputat Kummissarju - Assistent Kummissarju 4 Supretendenti 12 Spetturi 68 (Nisa 4) Surġent Maġġur ta' l-Ewwel Klassi 8 Surġent Maġġur tat-Tieni Klassi 15 Surġenti 289 (Nisa 19) Kuntistabbli 1348 (Nisa 183)", "Total 1745", "DROGA - TRAFFIKAR TA' DROGA", "22111.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm inqabdu Maltin bi traffikar ta' droga matul is-snin 1992, 1993, 1994?", "X'tip ta' droga kienet?", "Kemm kienet il-kwantita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat kif se ngħid:", "Fl-1992 18-il persuna tressqu l-Qorti fuq traffikar, importazzjoni jew kultivazzjoni.", "Fl-1993 27 persuna tressqu l-Qorti fuq traffikar, importazzjoni, jew kultivazzjoni ta' drogi.", "Fl-1994 (sad-19 ta' Settembru) 28 persuna tressqu l-Qorti fuq traffikar, importazzjoni jew kultivazzjoni tad-Droga.", "Dwar ammonti ta' droga maqbuda qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ammonti ta' droga li nqabdet.", "Il-lista tad-droga li nqabdet matul dawn l-aħħar tliet snin tinkludi kemm droga li nqabdet minn nies li kienu qed jittraffikawha, jikkultivaha jew jimportawha, kif ukoll droga li kienet fil- pussess ta' persuni, peress li ma tinżammx statistika separata.", "DROGA - MALTIN MAQBUDA BI DROGA FL-ITALJA", "22112.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi raġel jew irġiel Maltin maqbudin mill-awtoritajiet Taljani bi traffikar ta' droga?", "Jekk iva, min huma, meta nqabdu u x'tip ta' kuntatt sar mill-awtoritajiet Maltin ma' dawk Taljani?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li raġel Malti, ċertu Paul Debattista u ċertu Joseph Spiteri li għandu ċittadinanza Ingliża, ġew arrestati mill- Awtoritajiet Taljani in konnessjoni ma' drogi.", "Il-Pulizija Maltija qegħda f'kuntatt mal-Pulizija Taljana, biex ikollha aktar tagħrif dwar dan il-każ.", "DROGA - NUMRU TA' NIES LI JIEĦDU D-DROGA", "22113.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Qatt sar xi survey mill-Gvern biex jara kemm hu kbir in-numru ta' drug addicts f'Malta u Għawdex?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jellabora fid-dettal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li bħalissa qed isir l-ewwel survey u huwa ppjanat li l-ewwel riżultati joħorġu għal ħabta ta' nofs is-sena d- dieħla.", "KUMPANNIJA MEDAVIA - PROBLEMI FL-OPERAT", "22114.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk jeżistux xi problemi fil-kumpannija \"Medavia\" rigward l-operazzjonijiet tagħhom fil-Libja?", "Jekk iva x'inhuma?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Iva, jeżistu problemi u jien informat li, bħalma jsir f'kull każ ieħor, ntalab il-parir tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurta' ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq dan il-każ u mexjin fuq il- pariri li ngħataw.", "SKOLA GAN FRANGISK ABELA - TFAL TAL-KLASSI 4B", "22116.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex it-tfal fi Klassi 4B, Skola Gan Frangisk Abela qegħdin jitilfu ħafna lezzjonijiet?", "Jista' mbagħad l-Ministru jwieġeb lill-Kamra ir-raġunijiet li jsib?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fl-iskola Ġan Franġisk Abela m'hemmx klassi 4B.", "KONVENZJONIJIET DWAR ID-DRITT MARITTIMU - RATIFIKAZZJONI", "22118.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-konvenzjonijiet li Malta rratifikat s'issa fejn jidħol id-Dritt Marittimu u li qed isibu r-rifless tagħhom fil-Merchant Shipping Act 1973?", "X'konvenzjonijiet jihrilha li għandha tirratifika aktar biex din il-liġi tkun prodott ta' konvenzjonijiet ta' portata mhux biss rikka iżda wkoll aktar kompleta?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`seduta oħra.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PERMESSI TAL-BINI", "22119.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għaliex applikazzjonijiet lill- Planning Authority PA 46/94 u PA 1898/93 għalkemm ġew approvati mid- Development Control Commission, sal-lum il-permessi relattivi għadhom ma inħarġux minkejja li l-pjanti emendati skond l-istruzzjonijiet tad-DCC ilhom li ġew sottomessi xhur ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li għar-rigward ta' l- applikazzjoni Nru. 46/94, din ġiet quddiem id-DCC fil-15 ta' Lulju 1994 u d- DCC talab pjanti emendati li ddaħħlu fil-file fit-8 ta' Awissu 1994.", "Ftit wara, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għalqet biex tiċċaqlaq għal St Francis Ravelin.", "Fit-13 ta' Ottubru 1994, il-perit kellu laqgħa mat-team leader responsabbli u issa l-file qiegħed jistenna jerġa' jitla' quddiem id-DCC għad-deċiżjoni.", "Għar-rigward ta' l-applikazzjoni Nru. 1898/93, lanqas dan mhu approvat mid-DCC.", "Id-DCC iddiskutiet din l-applikazzjoni fl-1 ta' Ġunju u talbet pjanti ġodda li ma jinkludu ebda tibdil fil-faċċata, wara li dan kellu rakkomandazzjoni ta' rifjut mill-case officer, sabiex tagħti ċans ieħor li din l-applikazzjoni tiġi aċċettata.", "Dawn il-pjanti ġodda ddaħħlu fil-file fl-1 ta' Awissu, u wara li ġew proċessati, il-file qiegħed jistenna jitla' quddiem id-DCC biex tapprova jew le dawn il-pjanti ġodda.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA - SERQ TA' ILMA", "22120.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jisirqu l-ilma mill-1 ta' Jannar, 1994 sal-lum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-1 ta' Jannar 1994 sat-28 ta' Ottubru 1994 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ressqet 39 rapport ta' serq ta' l-ilma lill-Pulizija.", "MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA - PERSUNI BIL-LEAVE U S-SICK LEAVE FL- ISTRAJK ĠENERALI", "22121.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni bil-leave u sick leave nhar it-Tnejn 24 ta' Ottubru, 1994 fil-Ministeru u Dipartimenti tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-għadd ta` nies li kienu fuq strajk f`dan il-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu kien ta` 34 minn total ta` impjegati ta` 316 u dan kif jirriżulta minn Press Release 1390 li kopja tagħha tqiegħdet fuq il-Medja tal-Kamra fl-24 ta` Ottubru 1994.", "Għal aktar tagħrif nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija lill-Prim Ministru li huwa ukoll responsabbli mis-Servizz Ċivili.", "FABBRIKI", "22135.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 21945, jista' l-Ministru jgħidli minn Ġunju ta' l-1987 sa l-aħħar ta' Settembru 1994 kemm għalqu fabbriki u kemm kien hemm nies li ħadu s-sensja?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba diġa' ngħatat fit-tweġiba li l-Onor.", "Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi ta għall-mistoqsija parlamentari numru 20910 (Seduta 313).", "BIRKIRKARA - MSIDA STREET - TISWIJA TA' SOQFA", "22136.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d-dipartiment konċernat jibgħat Perit jara l-ħsara fis-soqfa tal- familja Bugeja 56, Msida Str, Birkirkara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika jekk il-fond in kwestjoni hux proprjeta' tal-Gvern.", "VALLETTA - OLD BAKERY STREET - TISWIJA TA' FOND", "22137.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 21990 dwar il-post tal-familja Schembri ta' 3, Flat 8, Old Bakery Str, Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif persważ li japprezza l-Onor.", "Interpellant, deċiżjoni jinbidilx saqaf jew le, tittieħed fuq kriterji tekniċi wara li dawn ikunu ġew spezzjonati mill-Periti tad-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar.", "Saqaf jinbidel biss meta jiġi kkonsidrat li hu perikoluż u li ma jissewwix.", "F'ħafna każijiet, inkluż dan partikolari, minħabba n-natura tal-ħsara jiġi deċiż li jissewwa u mhux jinbidel.", "Fil- fatt f'dan il-każ mhux minnu li nbidlet id-deċiżjoni.", "Kulma sar kien li l- ewwel darba li marru l-periti ordnaw li tinkixef ix-xibka minn taħt biex ikunu jistgħu jistabilixxu eżatt kemm hemm ħsara.", "Meta rriżulta li l-ħsara kienet waħda limitata ġie deċiż li s-saqaf jissewwa u fil-fatt jien informat li x-xogħol bħalissa jinsab fl-idejn.", "MELLIEĦA - KAXXA TAL-POSTA", "22154.", "L-ONOR.", "CARMLINO SPITERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jordna li l-kaxxa tal- posta li hemm fejn l-Għassa tal-Pulizija tal-Mellieħa terġa' tinfetaħ, għaliex din tintuża ħafna mill-poplu tal-Mellieħa li jmur għall-karozza tal- linja kif ukoll mit-turisti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Minn survey li għamel riċentament id-Dipartiment tal-Posta rrizulta li l-kaxxa ta' l-ittri li hemm fejn l-Għassa tal- Pulizija tal-Mellieħa mhijiex qiegħda tintuża biżżejjed u għalhekk m'għandiex terġa tinfetaħ.", "Id-Dipartiment għandu ħsieb illi jaqla' din il- kaxxa ta' l-ittri u titwaħħal fi Triq il-Għasel kantuniera ma' Triq il- Migbħa.", "MOSTA: TRIQ ĠUŻEPPI HYZLER - PROVVISTA TA' DAWL U ILMA", "22155.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r-raġuni li fuq naħa waħda ta' Ġużeppi Hyzler Street, Santa Margherita, Mosta, issa li d-drenaġġ għadda, imma r-residenti xorta qed jinżammu mingħajr dawl u ilma, minkejja li l-permessi u l-applikazzjonijiet ilhom li saru?", "Peress li dan qiegħed joħloq inkonvenjenti kbar għall-familji nvoluti, jista' l-Ministru jirranġa biex jiddaħħal id-dawl u l-ilma fil-postijiet konċernati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjonijiet konċernati jieħdu ħsieb l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "TELEMALTA - RAPPORT TAL-KUMITAT TA' L-APPELLI", "22156.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra, ir-Rapport tal-Kumitat ta' l-Appelli (Promozzjonijiet) li kien claimed mis-Sur E.W.Micallef għall-promozzjonijiet mogħtija mit-Telemalta f'Gunju, 1990?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru.", "21982.", "NAXXAR - TWAĦĦIL TA' TABELLA FI TRIQ SAN ĠORĠ", "22167.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' titwaħħal tabella ġewwa St. George's Str, Naxxar biex turi l-isem tat-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt biex jittieħdu passi malajr kemm jista' jkun biex titwaħħal it-tabella bl-isem tat-triq.", "MOSTA - KAPPELLA TA' L-ISPERANZA", "22168.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-Kappella storika ta' l-Isperanza ġewwa l-Mosta ma tibqax tispiċċa \"flooded\" kull darba li tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment konċernat jieħu ħsieb biex isiru paracque fil-bibien, jiġu modifikati t-tarġiet tal-bibien prinċipali u jsir gandott quddiem l-istess bibien.", "Se nitlob ukoll lid-Dipartiment tad-Distretti biex jieħu ħsieb inaddaf l- isprall li hemm taħt il-bankina quddiem il-Kappella.", "NAXXAR: TRIQ L-EMIGRANTI/ LABOUR AVENUE - TARAĠ", "22169.", "L-ONOR.", "LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tidher li hija x-xewqa ta' ħafna mir-residenti tas-Sgħajtar, in-Naxxar illi jsir taraġ bejn Triq l-Emigranti u Labour Avenue biex ikun aktar faċli għalihom jaqbdu l-karozzi tal-linja.", "X'possibilita' hemm li dan it-taraġ jinbena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar is-suġġeriment ta' l- Onor. Interpellant.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TAX PAYERS", "22170.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Fis- sena bażi 1992 u fis-sena bażi 1993, rispettivament, kemm kien hemm tax payers li ddikjaraw dħul ta' aktar minn Lm20,000, Lm10,000, Lm8,000, Lm5,000 u inqas minn Lm5,000, rispettivament?", "Kemm hemm tax payers li jħallsu l-ogħla rata ta' taxxa ċioe' bil-35%, bl- 20%, bl-10% u b'inqas minn 10%, rispettivament għas-sena bażi 1992 u s-sena bażi 1993, rispettivament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li twegiba ghal din id-domanda tinghata f'xi seduta ohra.", "WIED IL-GĦAJN - TISWIJA TA' TOROQ", "22171.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' tiġi rranġata l-bankina u wiċċ it-triq fit-Toroq La Sengle u Triq il- Knisja, f'Wied il-Għajn?", "Jaf id-dipartiment konċernat illi ħdejn \"il-Magħluq\", f'Wied il-Għajn meta dan l-aħħar għamlet ix-xita fit-triq kien hemm ilma mħallat bid- drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Distretti tat- Taqsima tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, d-Dipartiment tad-Drenaġġ qed jinvestiga din il-problema.", "AWTORITA' TAD-DJAR - KERA GĦOLI", "22172.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Għaliex il-kera tal-familja Caruana ta' Flat 3, 13, Blk B, Triq it-Tramuntana, Valletta minn Lm186 fis-sena saret Lm249 fis- sena meta hemm mara u raġel pensjonanti u binhom ġuvni li jeħtieġ l- ispejjeż għall-kura kontinwa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferik ghar-risposta li tajt ghall-mistoqsija parlamentari numru.", "21182 (Seduta 316).", "BORD GĦALL-KONTROLL TAL-PREZZIJIET - KONTROLLI FUQ PREZZIJIET", "22181.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' affarijiet li għad hemm kontroll fuq il-prezz tagħhom u jgħid b'liema mod qed jiġu kkontrollati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li twegiba ghal din il-mistoqsija tinghata f'xi seduta ohra.", "BORD GĦALL-KONTROLL TAL-PREZZIJIET - KONTROLL FUQ PREZZIJIET", "22182.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu kkontrollati l-prezzijiet ta' l-oġġetti?", "Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu kkontrollati l-prezzijiet tas- servizzi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din id-domanda tingħata f'xi seduta oħra.", "BURMARRAD - GĦOLI PERMESS TAL-BINI FI TRIQ ID-DWIELI", "22183.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fi Triq id-Dwieli, Burmarrad kemm hu l-għoli permess tal-bini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-għoli permess tal-bini f'din iż-żona huwa ta' żewġ sulari u basement.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KAŻI TA' MALARIA", "22184.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' Malaria kien identifikat hawn Malta fl-aħħar sena?", "Kemm kien hemm Maltin u barranin?", "Fejn ġew ikkurati dawn il-pazjenti?", "Il-barranin ġew mibgħuta pajjiżhom qabel jew wara li ġew ikkurati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-1993 kien hemm erba' każijiet ta' Malaria f'Malta, li kollha ġew importati minn barra.", "Tliet każijiet involvew persuni Maltin, waqt li r-raba' involva persuna barranija.", "Il-persuna barranija u waħda mill-persuni Maltin bdew il-kura barra u mbagħad iddaħħlu fi Sptar Malta.", "Persuna oħra ħadet il-kura fi sptar Malta waqt li r-raba' persuna ma ġietx ammessa fi sptar.", "Fl-1994 sal-lum (28.10.94) kien hemm żewġ każijiet, li it-tnejn ġew importati minn barranin.", "Persuna waħda ġiet ikkurata fi Sptar Malta waqt li l-persuna l-oħra ġiet ikkurata fi Sptar Għawdex.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - PERMESSI GĦALL-BINI", "22185.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jiggarantixxi li kull applikazzjoni għall-permess tal- bini tiġi ttrattata skond l-ordni tad-data tal-preżentazzjoni tagħha?", "Ġieli ġew mogħtija priorita' uħud li daħlu wara applikazzjonijiet oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk issir il-garanzija li qed jitlob l- Onor. Membru tfisser li applikazzjonijiet ta' entita' żgħira jkollhom jistennew oħrajn li għal raġunijiet oħra bħal konsultazzjoni ma' dipartimenti jew informazzjoni rikjesta mill-applikant, idumu biex ikunu proċessati.", "Minn naħa l-oħra, sakemm hu possibbli fil-kuntest ta' dan li spjegajt, is- sekwenza tinżamm.", "Tajjeb li l-Onor.", "Membru ikun jaf li l-applikazzjonijiet jintgħażlu malli jidħlu skond konfini ġeografiċi biex jinħadmu minn teams skond dawn iż-żoni.", "Ġieli kien hemm applikazzjonijiet li ngħataw priorita' b'mod speċifiku minħabba raġunijiet ġusti iżda dawn huma każi rari.", "MOSTA - TWAQQIGĦ TA' DAR F'ROTONDA SQR", "22186.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li d-dar li twaqqgħet f'Rotonda Sqr, il-Mosta li skond informazzjoni li għandi hi tas-Sindku tal-Mosta, ġietx mogħtija priorita' fuq oħrajn li kienu ilhom aktar pendenti?", "Jista' jagħti d-data ta' l-applikazzjoni u n-numru tagħha u kemm ħadet żmien biex ġiet proċessata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma jidhirx li din l-applikazzjoni PA 4461/93 ingħatat priorita' fuq oħrajn peress li din daħlet fid-Direttorat fl-20 ta' Novembru 1993 u ġiet deċiża mid-DCC fis-6 ta' Ġunju 1994 jiġifieri ħadet madwar sitt xhur biex ġiet proċessata.", "PORT ĦIELES - XOGĦOL FUQ TERMINAL 2", "22187.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar ix-xogħol tal-Freeport Terminal 2?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jiena nformat li ħarġet il-letter of intent u li fi ftit żmien ieħor mistennija toħroġ il-letter of acceptance."]} {"filename": "19991129_191d_par.doc", "date": "1999-11-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 191 It-Tnejn, 29 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 191", "It-Tnejn, 29 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "191", "It-Tnejn, 29 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 490", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 490", "TQEGĦID TA' KARTI 494", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2000 495", "AĠĠORNAMENT 519", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 520", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 190 li saret fid-29 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - REMUNERAZZJONI", "11363.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-settur kollu tas-saħħa li fl- ewwel għaxar xhur ta' din is-sena qalgħu bejn paga, allowances, bonus u overtime minn Lm 8,000 sa Lm 9,000; minn Lm 9,000 sa Lm10,000; minn Lm10,000 sa Lm11,000; u iktar minn Lm11,000?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hija kif tidher fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Pero` rrid ngħid illi fl-ewwel għaxar xhur tas-sena bejn paga, allowances, bonus u overtime kien hemm 120 ruħ li qalgħu bejn Lm8,000 u Lm9,000; 69 ruħ li qalgħu bejn Lm9,000 u Lm11,000; 58 ruħ li qalgħu bejn Lm10,000 u Lm11,000; u kien hemm 31 ruħ li qalgħu iktar minn Lm11,000.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' l-inkjesta li kienet saret madwar sena ilu, fejn kien ingħad illi kwalunkwe qligħ ta' overtime li jkun jammonta għal iktar minn Lm100 fix-xahar huwa ta' min jikkundannah, jista' l-Ministru jikkonferma li hawnhekk qed nitkellmu fuq iktar minn 250 persuna li mill-inqas qed jaqilgħu Lm100 fix-xahar overtime?", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll jekk illum għadux isostni dak li kkonkludiet dik l-inkjesta farsa li kienet saret?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, l-ewwelnett nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jikkoreġi l-aġġettiv li uża għall-inkjesta li rrifera għaliha.", "Fil-fatt il-konklużjoni li kien hemm għall-inkjesta li kienet saret kienet tgħid li sakemm ma jkunx hemm każi verament urġenti, m'għandux jingħata overtime iktar minn ċertu ammont u, jekk jiġri hekk, dan irid ikun ċertifikat bħala essenzjali mis-superjur tal-persuna li tkun involuta.", "Madanakollu jien naħseb illi qabel ma wieħed jaqbad u jiġbed il- konklużjonijiet bl-addoċċ, ikun tajjeb li jqis ir-raġunijiet li għalihom illum ċerti persuni qed jaqilgħu iktar minn Lm100 overtime fix-xahar.", "Per eżempju, billi perfusionist għandna wieħed biss u billi s-servizzi tiegħu huma essenzjali ħafna, huwa impossibbli li dan ma jagħmilx ċertu numru ta' sigħat overtime, iktar u iktar għaliex dan m'għandu lil ħadd lil min jeħodlu postu.", "Jien niftakar li l-inkjesta li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant kienet ikkundannat il-fatt li żewġ persuni li kienu jaħdmu fil-customer care services kienu qed jaqilgħu iktar minn Lm20,000 kull wieħed.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jien naf li fil-ħin tal- mistoqsijiet parlamentari mhux suppost nikkummenta pero` rrid ngħid illi ma naf bl-ebda inkjesta li tiġbed konklużjoni fuq persuna waħda biss.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok għaddi għall- mistoqsija.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Ministru semmielna każ ta' perfusionist imma jien nassumi li dawk il-persuni li ssemmew fir-risposta tiegħu m'humiex kollha perfusionists!", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa huwiex qed jieħu xi passi biex isir dak li ntqal fil-budget, jiġifieri biex l-ammont ta' overtime jonqos?", "Jekk iva, x'passi qed jittieħdu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien diġa' rrispondejt għal din il-mistoqsija parzjalment billi għedt li llum m'għadux jiġri kif kien jiġri sa ftit taż- żmien ilu, jiġifieri l-ewwel jittieħed l-overtime u mbagħad jiġi awtorizzat.", "Il-prassi li qed tiġi segwita llum hija li l-overtime l-ewwel jiġi awtorizzat sabiex wieħed ikun ċert mill-bżonn illi jittieħed u mbagħad jittieħed wara.", "Ovvjament jien naħseb li jkun aħjar jekk wieħed iħares lejn il-lista ta' nies li bejn allowances u bonuses qed jeċċedu ċ-ċifri li semmejt, qabel ma jasal għal ċerti konklużjonijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, billi wieħed qed jinnota li bis- sistema l-ġdida li qed tiġi mħaddma l-overtime minn sena għall-oħra minflok ma qed jonqos qiegħed jiżdied, jidhirlu l-Ministru li din is-sistema m'hijiex qed tissodisfa x-xewqa li jista' jkollu l-Ministru?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li hawnhekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal xi ħaġa li ssemmiet fuq il-gazzetti kemm-il darba, jiġifieri għall-fatt illi fi sptar wieħed biss, li huwa relattivament żgħir, qed nonfqu madwar Lm60,000 f'overtime, u nista' ngħid mill-ewwel li f'dan il- każ l-Onor.", "Interpellant huwa korrett.", "Ta' min jgħid li dan kollu huwa kkaġunat minħabba li hemm reżistenza qawwija mill-impjegati ta' dan l- isptar, fosthom min-naħa tan-nurses u tal-health assistants, biex ikunu flessibbli.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li sal-lum għadna ma rnexxilniex nagħmlu minkejja li ilna li bdejna diskussjonijiet minn Frar ta' din is- sena ma' l-unions konċernati f'dan ir-rigward, hija li jiġi aċċettat fil- prattika l-prinċipju li l-impjegati ta' dan l-isptar, b'mod partikolari l- health assistants u n-nurses - u qed ngħid fil-prattika għaliex fil- prinċipju dan kulħadd jaċċettah - m'għandhomx jibqgħu bil-mentalita` li fix- xogħol tagħhom għandhom ikollhom x'jaqsmu biss ma' sala waħda imma jridu jkunu flessibbli li jaħdmu wkoll fi swali oħra, ħalli b'hekk il-workload ikun jista' jitqassam aħjar.", "Ikolli ngħid b'ċertu dispjaċir li minkejja li ilna ħafna nagħmlu diskussjonijiet intensivi u kontinwi biex nilħqu dan il- għan, s'issa għadna ma rnexxilniex nilħquh.", "SPTARIJIET - TINDIF", "11372.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm kwotazzjonijiet għal xiri ta' apparat industrijali tat-tindif fl-isptarijiet?", "Minn min saru l-kwotazzjonijiet f'kull każ?", "Kemm kien il-valur ta' kull kwotazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li wara li nkiseb permess mingħand il-ministeru tal-finanzi, kien hemm tliet kumpaniji li bagħtu l-offerta tagħhom filwaqt li kumpannija oħra ma rrispondietx.", "L-offerti mibgħuta kienu skond kif ġej:", "Forestals Ltd Lm 6,498 Interpower Ltd 17,400 Bonnici Stores Ltd 18,129 C & H Bartoli Ltd (ma kkwotawx)", "Minn dawn il-kumpanniji msemmija, Forestals Ltd. u Bonnici Stores Ltd. ma kkwotawx għall-makkinarju kollu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jekk il-Ministru għandu l- informazzjoni relattiva f'idejh, nixtieq nistaqsih jekk għadx hemm persuni fil-grad ta' hospital auxiliary li la qed jagħmlu xogħol ta' tindif u lanqas qed jaħdmu fil-laundry.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna wkoll jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-persuni jiġu ttrasferiti għas-sezzjoni tat-tindif taħt il-koperativa li qiegħda tiffunzjona bħalissa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għalkemm hawnhekk m'għandix id-dettalji kollha, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċifri, nista' ngħid illi wara li kien hemm qbil maż-żewġ unions konċernati, sar eżerċizzju li permezz tiegħu ġew approached dawk l-impjegati tal-gvern li fil-job description tagħhom għandhom inkluż xogħol ta' tindif.", "Aħna dehrilna li m'huwiex ġust li l- poplu Malti jibqa' jintalab iħallas madwar Lm600,000 fis-sena biex jinxtraw is-servizzi ta' kumpannija privata tat-tindif meta mal-gvern hemm biżżejjed impjegati biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Fil-fatt ta' min jgħid li meta dawn l-impjegati ġew approached, saru ċerti negozjati u kondizzjonijiet, fosthom illi l-impjegati msemmija jingħataw bonus fis-sena u li dawn se jkunu fil-liberta` li ma jiġux ingaġġati fil-koperativa l- ġdida tat-tindif imma jibqgħu fejn huma.", "Irrid ngħid li għall-ewwel dawn l-impjegati tant oġġezzjonaw għal dawn in- negozjati u l-kondizzjonijiet li kellhom jiġu msejħa r-rappreżentanti taż- żewġ unions, jiġifieri tal-UHM u tal-GWU, liema rappreżentanti taw struzzjonijiet lill-membri tagħhom biex jidħlu għax-xogħol.", "Ta' min jirrimarka li l-parti l-kbira ta' l-oġġezzjonijiet li għamlu dawn l- impjegati ma sarux minħabba l-kondizzjonijiet il-ġodda li sarulhom imma minħabba li huma qed jinsistu li fix-xogħol tagħhom għandu jkollhom x'jaqsmu biss ma' sala partikolari, u minn hawnhekk joħroġ ċar kemm qed ikun hemm reżistenza biex tibda tiġi mħaddma ċerta flessibilita`.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jekk jogħġbok ippermettili nerġa` nirripeti parti mill-mistoqsija li għamilt lill-Ministru għaliex mid-dehra ma tantx kont ċar.", "Hemm impjegati li qegħdin fil-grad ta' hospital auxiliary - u li parti mill-job description tagħhom huwa t-tindif ta' l- isptarijiet - illi m'humiex qegħdin jagħmlu hospital auxiliary duties imma qed jagħmlu xogħol ieħor.", "Allura issa dawn se jiġu msejħa biex jagħmlu t- tindif tas-swali?", "Naturalment hawnhekk jien qed neskludi lil dawk li jaħdmu fil-laundry għax dawn diġa' qed jaħdmu taħt koperativa għalihom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif għedt qabel, jien m'għandix id-dettalji kollha għaliex ma kontx involut f'dawn id-diskussjonijiet u għalhekk jekk l-Onor.", "Interpellant irid id-dettalji eżatti nitolbu jagħmilli mistoqsija bil- miktub.", "Li nista' ngħid biss huwa li d-diskussjonijiet li saru bejn il- unions u d-dipartiment f'dan ir-rigward tmexxew mid-direttur tal-policy and planning.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jien ma tantx jinteressani nkun naf kemm hemm persuni li qegħdin fil-grad ta' hospital auxiliary pero` qed nistaqsi lill-Ministru jekk jirriżultalux illi hemm impjegati li qegħdin fil-grad ta' hospital auxiliary u qed jagħmlu xogħol ieħor.", "Jekk iva, lil dawn l-impjegati se ngħidulhom biex ma jibqgħux jagħmlu xogħol ieħor, bħal xogħol ta' security, u jibdew jagħmlu tindif tas-swali?", "Issa hawnhekk irrid nerġa' nirripeti għal darb'oħra li m'iniex qed nirriferi għal dawk li jaħdmu fil-laundry.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, nerġa' nirripeti għat-tielet darba li bħalissa m'għandix dawn id-dettalji.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf id-dettalji eżatti ...", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li kieku inti kont ministru, lanqas inti ma kont toqgħod tidħol fid-dettalji ta' ċerti negozjati li jkunu qed isiru bejn il-ministeru u l-unions għaliex dawn huma affarijiet li normalment jiġu diskussi f'livell ta' diretturi.", "Kif għedt diġa', bħala prinċipju ma naħseb li hemm xejn skorrett f'dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant, pero` jekk jagħmilli mistoqsija parlamentari bil-miktub inkun nista' nwieġbu b'mod eżatt.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inħoss li rrid ngħid illi, iva, meta kont ministru kont ninvolvi ruħi bħala intermedjarju meta d- dipartiment u l-unions ma kenux jaslu għal ftehim, u fil-fatt fil- maġġoranza tal-każi dejjem wasalna għal soluzzjoni.", "Biżżejjed insemmi għal meta kienu qed isiru diskussjonijiet fuq it-tindif ta' l-Isptar Boffa, liema każ huwa simili għal dak li qed nitkellmu fuqu llum.", "Fil-fatt l- aħħar laqgħa li kienet saret, li matulha kien sar il-ftehim, kont mexxejtha jien, pero` niddejjaq noqgħod niftaħar bl-affarijiet li nkun għamilt jien stess.", "Issa nixtieq nistaqsi lill-Ministru min huwa responsabbli għall- housekeeping ta' l-isptarijiet tagħna u jekk min huwa responsabbli kienx diġa' mpjegat maċ-ċivil jew inkella ddaħħalx maċ-ċivil.", "Jekk huwa ddaħħal maċ-ċivil, kif iddaħħal?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Ministru huwa korrett meta jgħid illi kien iħossu fid-dmir li jagħmilha ta' intermedjarju meta d-dipartiment u l- unions ma kenux jaslu għal ftehim, għaliex allura jidher li lanqas hu ma kien jidħol fin-nofs mill-ewwel.", "Fil-fatt f'dan il-każ jien ma involvejtx ruħi f'dawn id-diskussjonijiet għaliex billi kien hemm qbil assolut bejn l- UĦM, il-GWU u d-dipartiment tal-policy and planning, jien ħassejt, kif kien iħossu l-Onor.", "Farrugia meta kien ministru, li ma kellix għalfejn nindaħal.", "Biex inwieġeb għat-tieni mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Interpellant, irrid ngħid li l-unika persuna li hija kkwalifikata biex tieħu ħsieb it- tindif ta' l-isptarijiet hija dik il-persuna li kienet in charge mill- cleaning services ta' sptar privat, liema persuna ġiet reklutata mill-FMS.", "Ta' min jirrimarka hawnhekk li din mhux biss se tkun in charge mit-tindif ta' l-Isptar San Luqa imma se tkun in charge ukoll mit-tqassim tan-nies u mit-tindif ta' l-isptarijiet kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna ġietx impjegata fuq kuntratt?", "Jekk ġiet impjegata fuq kuntratt, kien hemm xi sejħiet fuq xi ġurnali għal dan il-post, jew inkella saru l-arranġamenti kollha through l-ETC?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien ninsab informat li ma saritx call for applications u din il-persuna ġiet ingaġġata fuq bażi ta' kuntratt, pero` I stand to be corrected.", "Kif għedt diġa', din hija l-unika persuna ta' ċittadinanza Maltija li għandha l-kwalifiki neċessarji biex tieħu din it-tip ta' responsabbilta`.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Billi jidher li din il-persuna ġiet impjegata b'mod dirett, lejn liema kwalifiki kien qed iħares min impjegaha?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex jekk wieħed iħares lejn il-job description ta' l-impjieg ta' din il-persuna jsib illi hawn Malta hawn diversi persuni li għandhom l-istess kwalifiki ta' din il-persuna u li jaħdmu f'setturi differenti, jiġifieri mhux fis-settur ta' l-isptarijiet biss.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nerġa' nirripeti li jien informat illi din hija l- unika persuna li għandha kwalifiki akkademiċi f'dak li huwa management tat- tindif ġewwa l-isptarijiet u, filwaqt li jista' jkun hemm persuni oħra li għandhom l-istess kwalifiki ta' din il-persuna, jien informat li din hija l- unika persuna li għandha kwalifiki speċifikament f'dak li hu tindif ta' l- isptarijiet.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Interpellant jifhem li wieħed ma jistax jikkompara t-tindif ta' l-isptarijiet mat-tindif li jsir fil-lukandi jew fi stabilimenti oħra, għaliex meta jkun qed isir it-tindif ġewwa l-isptarijiet tkun trid tingħata attenzjoni partikolari u jkunu jridu jiġu segwiti ċerti proċeduri partikolari, ħalli b'hekk jiġi żgurat li fl-isptarijiet tagħna ma jkunx hemm cross infections.", "Fil-fatt, kif issemma fil-mistoqsija parlamentari stess, ġeneralment ikollu jinxtara apparat ta' tindif speċifikament għall-isptarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Sur President, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar self mill-European Investment Bank bejn l-1997 - 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11738.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni miżmuma fil-ħabs ta' Kordin fid-29 ta' Novembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11696; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar benefiċċji u allowances li bbenefikaw minnhom periti u inġiniera li jaħdmu mad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi matul l- 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11743.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. 32/17/99 - bye-laws ta' l-1999 dwar reklami fuq għamara tat-toroq (Lija).", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2000", "L-ewwel jum imħolli għall-Oppożizzjoni", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal- public broadcasting services biex jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu s- seduta dirett fuq it-televiżjoni.", "Fis-6.30 p.m. l-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Illum il-Kamra għandha quddiemha l-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq il-mozzjoni biex tmur f'kumitat ta' provvista għall- konsiderazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' spiża għas-sena 2000.", "Skond il-ftehim milħuq is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8.30 p.m., bid-diskors ikun eżenti mil-limiti tal-ħin għad-diskorsi.", "Għalhekk issa nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, meta bħal-lum ġimgħa smajna d-diskors tal-budget, l-ewwel reazzjoni tiegħi u tal-poplu kollu kienet li dan huwa budget tal-biki, kemm teknikament, kemm ekonomikament u kemm finanzjarjament, u fuq kollox budget anti-soċjali.", "Imma forsi l-aktar ħaġa li spikkat fil-pajjiż matul din l-aħħar ġimgħa kienet ir-rabja kbira li nħasset fost iċ-ċittadini għal dan il-budget.", "Jiena kellmuni u kellimt bosta nies, nista' ngħid taż-żewġ kuluri, u effettivament kelli nirrimarka - ma ngħidx li bqajt sorpriż - li din hija rabja li meta tagħsarha ssib li hija rabja ta' nies li ħassew u qed iħossu li ġew ingannati u ttraduti.", "Isemmulek, per eżempju, is-serħan il-moħħ imwiegħed mill-Partit Nazzjonalista qabel u wara l-aħħar elezzjoni u mbagħad jikkontrastawh mad-diskors tal-Prim Ministru, in parallel ma' dak li ntqal fil-budget dwar ir-rota u r-rotta li rnexxielu jdawwar.", "Isemmulek ukoll it-taxxi, isemmulek li qatt ma basru li jirċievu dawn id-daqqiet, b'taxxi li huma mmirati bl-aktar mod deliberat lejn ċittadini u familji ta' dħul baxx jew dħul medju, waqt li dawk li għandhom dħul għoli ġew skansati mija fil-mija minn dan is-swat.", "Dan aktar u aktar, meta mbagħad tifli r- raġuni għal din ir-rabja, għaliex dan l-iżvilupp tal-budget ġie wkoll fi sfond fejn m'huwiex veru li l-attivita` ekonomika rpiljat u m'huwiex veru li b'xi mod l-opportunitajiet tjiebu.", "Biex tagħqad imbagħad - u naħseb li n-nies din il-ħaġa fehmuha wkoll - jirriżulta li l-budget ma joffri l-ebda ideat ġodda biex b'xi mod fil-pajjiż jinħolqu opportunitajiet ġodda għaż- żgħażagħ u għall-familji tal-ħaddiema jew, anke jekk ma jkunx hemm opportunitajiet ġodda, biex għallinqas ikunu sostnuti l-impjiegi li diġa' jeżistu.", "Ħaġa ċara li ħassha kulħadd kienet li effettivament it-taxxi li tħabbru jinnegaw kull ħaġa li kienet tintqal sa ftit żmien ilu dwar kuxjenza soċjali u dwar il-fatt li l-piż tat-taxxi jrid jinqasam b'mod ġust.", "Ħafna nies ma jistgħux jifhmu lanqas - u naħseb li għandhom raġun - għaliex kellhom ikunu l-familji u s-self-employed iż-żgħar li għandhom dħul medju jew dħul baxx li jiġu attakkati b'dan il-mod, fl-istess żmien li l-gvern għaddej jgħid kemm qed jirnexxilu idaħħal fiduċja fil-pajjiż u kemm qed imexxi kollox fuq ir-rubini.", "Aktar u aktar imbagħad meta tqabbel ir-raġuni għala kien hemm din ir-reazzjoni kollha, naħseb li waħda mill-affarijiet li qed toħroġ minn dan hija li kemm il-prim ministru kif ukoll il-ministru tal- finanzi tiegħu m'humiex qed ikunu kredibbli fil-mod kif jispjegaw id- deċiżjonijiet li ħadu u fil-mod kif jimpostaw l-istrateġija li jgħidu li għandhom.", "Imma, nerġa' ngħid, l-aktar ħaġa li mpressjonatni kienet ir- rabja - din għedtha diġa' u nerġa' ngħidha - u fakkritni wkoll fil-klima popolari li kont sibt l-ewwel darba li mort l-Istati Uniti ta' l-Amerika u kien għadu kemm irriżenja l-President Nixon.", "Kien hemm rabja għal Nixon, rabja għal min kien qed imexxi minn Washington.", "U meta kont nistaqsi lill- istudenti u anke lill-professuri għaliex kienu daqstant irrabjati, kważi kien ikun hemm risposta waħda: \"Gidbilna!", "Gidbulna!\"", "U naħseb li r-rabja ta' din l-aħħar ġimgħa fil-pajjiż qiegħda marbuta ma' dan il-punt li, iva, il-gvern preżenti, il-mexxeja tiegħu, fuq l-ewwel linja l-Onor.", "Fenech Adami, imbagħad l-Onor.", "Dalli u l-oħrajn, gidbu lill-poplu u għalhekk il- poplu qed iħoss ruħu ngannat u ttradut.", "Tajjeb li forsi issa nħarsu lejn il-wegħdiet li saru f'dawn l-aħħar sentejn biex nifhmu għaliex il-poplu qed iħossu daqshekk ingannat u ttradut, u nħarsu, per eżempju, lejn x'kiteb l- Onor. Fenech Adami nnifsu.", "Jien għandi ittra, Sur President, li Dr Fenech Adami bagħat lil waħda sinjura, mara tad-dar, fit-28 t'Awissu, 1998 mid-dar tiegħu ta' 176, Main Street, Birkirkara, fl-aħħar ġimgħa u nofs tal-kampanja elettorali.", "U qalilha hekk:", "\"Għażiża Sinjura,", "It-taxxi għandhom isiru fuq min l-iktar jiflaħ iħallashom.", "Qatt m'għandu l-gvern, bil-flus li jeħodlok hu stess, iġibek ma tistax tlaħħaq mal-ħajja.", "Biex gvern jagħmel hekk irid ikun tassew tilef il- kuxjenza soċjali u jieħu deċiżjonijiet bla ma jkun qies sewwa minn qabel l-effetti li jkollhom fuq il-familja.", "Iktar u iktar il-gvern imissu jqis dawn l-effetti meta jkun qed jonqos ix-xogħol, l-iktar għaż-żgħażagħ.\"", "Dan kitbu Dr. Fenech Adami f'Awissu ta' l-1998 u nixtieq inpoġġi din l- ittra fuq il-Mejda tal-Kamra, bil-permess tiegħek, Sur President.", "Imbagħad f'Awissu ta' l-1998 ukoll, l-istess Dr. Fenech Adami bagħat fuljett lid-djar kollha ta' l-anzjani u qalilhom hekk:", "\"Alfred Sant ... ''", "- nimmaġina li ried jgħid ''Elfrid'' Sant! -", "''m'huwiex ħabib tal-familja, kif nafuh hawn Malta.", "L-istess għall- anzjani.", "Fost ħwejjeġ oħra Alfred Sant beħsiebu jieħu Lm6 minn kull Lm10 tal-pensjoni ta' dawk l-anzjani li jidħlu San Vinċenz de Paule.\"", "Dan f'Awissu tas-sena li għaddiet, m'ilhux xi 20 sena jew 15-il sena jew 10 snin.", "In-nies ma tinsiex, Sur President, għax effettivament dan huwa kollu f'linja mal-ħsieb tal-budget, mal-ħsieb anti-soċjali tal-budget.", "Wara dan it-tip ta' diskors, wara dawn it-tip ta' stqarrijiet, f'Awissu ta' din is-sena issa - mela dik li għadni kemm qrajt kienet t'Awissu ta' l- 1998 u din li se naqra issa hija t'Awissu ta' din is-sena - minn konferenza stampa li ta s-segretarju parlamentari responsabbli mill-anzjani, l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici - u qed nikkwota għal ta' l-apposta biex ħadd ma jaħseb li qed nikkwota mill-gazzetta \"Kullħadd\" - qal hekk:", "\"Bħalissa r-residenti ta' San Vinċenz de Paule jikkontribwixxu 40% tal- pensjoni tas-sigurta` soċjali u l-ħsieb hu li din il-kontribuzzjoni titla' għal 60%.\"", "L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, segretarju parlamentari fil-ministeru għall- politika soċjali, qal dawn il-preċiżi kelmiet waqt konferenza stampa ta' l- aħbarijiet.", "Sur President, jien naħseb li l-poplu bir-raġun jirrabja meta jara dak il-gideb sfaċċat li ntqal sena ilu jirriduċi ruħu mbagħad f'bidla totali.", "Għalhekk, Sur President, u anke dawn iż-żewġ ittri, dawn iż-żewġ karti, nixtieq inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa tajjeb ukoll illi niftakru - għalkemm ma rridx intawwal fuq dan il-qasam imma jkun tajjeb li nsammruhom ċerti punti - u tajjeb li nfakkru fil-wegħdi li saru dwar l- Unjoni Ewropea f'Awissu tas-sena li għaddiet.", "Sur President, jien nixtieq nerġa' nirriferi għal \"in-nazzjon\", li rrapporta mass meeting ta' Dr. Fenech Adami li sar fis-16 t'Awissu, 1998, jiġifieri sena u erba' xhur jew l-iktar sena u ħames xhur ilu.", "F'dan il- mass meeting tkellem ukoll Dr Guido de Marco, u skond kif ġie rrapportat f'\"in-nazzjon\" - biex ħadd ma jgħid li qed inpoġġilu l-kliem f'ħalqu - il- viċi-kap tal-Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien waqt dan il-mass meeting żied jgħid li:", "\"L-Unjoni Ewropea għadha kemm irdoppjat il-fondi li tagħti lill- pajjiżi applikanti biex jissieħbu membri u kieku l-applikazzjoni ta' Malta ma kenitx ffriżata...\"", "- niftakru li qed jitkellem Dr de Marco f'Awissu tas-sena l-oħra, waqt il- kampanja elettorali -", "\"... kieku biex jiġbor Lm14-il miljun il-gvern ma kienx ikollu għalfejn jgħolli r-rati tad-dawl u l-ilma.", "Din is-sena biss, qiegħed jgħid Dr. de Marċo, kien ikollu Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea, u dan meta Malta għadha m'hix membru sħiħ.\"", "Dan f'Awissu tas-sena li għaddiet.", "Issa nbidel il-gvern u l-applikazzjoni tneħħiet mill-friża.", "Skond Dr. de Marco, li m'hemmx għalfejn ngħidu kien qed jitkellem f'isem Dr. Fenech Adami, kieku l-gvern ma kienx ikollu għalfejn jgħolli dak li għolla, l-income tax u r-rati l-oħra, għax kien ikollu Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea.", "In-nies dawn l-affarijiet tiftakarhom, Sur President, u tinduna li kif kienu jgħidu l-Amerikani kif spiċċa Nixon: \"Gidbulna!\"", "U għalhekk ir-rabja, is-sens ta' tradiment u ta' ingann.", "Għalhekk nixtieq li anke din inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Imma nixtieq li nieħu silta oħra mill-istess faċċata u din id-darba nikkwota x'qal il-viċi-kap attwali tal-Partit Nazzjonalista, Dr Lawrence Gonzi, fl-istess mass meeting - kienu qed ikellmu lis-segwaċi tagħhom, kienu qed ikellmu lill-poplu - u fis-16 ta' Awissu, 1989 Dr Lawrence Gonzi qal hekk:", "\"Il-poplu Malti għandu jifhem li l-messaġġ li qed iwassal il-Partit Nazzjonalista hu li se jagħti serħan il-moħħ u joħloq fiduċja.\"", "Dawn huma t-tip ta' messaġġi li kienu jgħaddu u li għadhom jgħaddu effettivament.", "Imma l-gideb issa, bħaż-żejt, qed jitla' f'wiċċ l-ilma u qed iqanqal din ir-rabja kollha.", "Inpoġġi din ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra, Sur President.", "Imma issa ħalli nħarsu ftit lejn il-wegħdi li saru fuq it- taxxa, għax kellna ħafna wegħdi, anke wegħdi formali, wegħdi mill-iktar qawwija li saru fuq it-taxxi.", "Per eżempju, nista' nirriferi għat-3 ta' Awissu tas-sena li għaddiet, preċiżament meta l-Onor.", "Fenech Adami kien qiegħed ivara l-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista, taħt is-slogan \"Ġid, Fiduċja u Direzzjoni\", fejn tkellem bl-aktar mod formali.", "Qed nikkwota mill-gazzetta \"in-nazzjon\", li wkoll se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, mill-konferenza stampa li fiha telaq għall-elezzjoni tas-sena li għaddiet u qal hekk:", "\"Dwar it-taxxa tad-dħul, Fenech Adami qal li din se jħalliha kif inhi, kuntrarjament għal dak li kien beħsiebu jagħmel il-gvern, li kien beħsiebu jerġa' jgħolli r-rati.\"", "Qiegħed jagħmilha ċara u qed jgħid li \"se jħalliha kif inhi.\"", "Tista' tkun iktar ċara minn hekk?", "Ma tistax!", "Dr Fenech Adami ma waqafx hemm, ma qalhiex darba u ħallieha biex dak li jkun jgħid li forsi kien lapsus.", "Ma kienx lapsus għax ftit tal-ġranet wara, fit-13 ta' Awissu, 1998, kien Gianpula, fejn kellu laqgħa organizzata għalih min-nisa Nazzjonalisti u fiha tkellem ukoll fuq it-taxxi.", "Anzi r- rapport beda biha u jgħid hekk:", "\"Gvern ġdid Nazzjonalista mhux se jżid ir-rati tat-taxxa fuq id-dħul, anzi għall-kuntrarju jieħu miżuri biex il-piż fuq dawk li ma jifilħux iħallsu jonqos, ħalli b'hekk jerġa' jitkattar il-ġid u allura jiżdied ix-xogħol u jikber in-negozju\".", "Dan qalu Eddie Fenech Adami, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, fit-tieni diskussjoni organizzata mill- moviment nisa tal-partit f'Gianpula r-Rabat.\"", "Qegħdin nagħmlu reklam għal Gianpula, ma jimpurtax!", "Din ukoll se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-punt huwa dan, Sur President, illi l-qerq, l- ingann, il-gideb dwar it-taxxi ma kienx ristrett għall-kampanja elettorali - kieku forsi wieħed jgħid li kien każ ta' lapsus wieħed fuq l-ieħor - imma sa ftit ġimgħat ilu Dr Fenech Adami kien qiegħed iqarraq bil-poplu fuq din tat-taxxi.", "Sur President, mill-ġdid se nirriferi għal intervista oħra, din id-darba mhux tas-sena li għaddiet imma ta' l-4 ta' Settembru, 1999, jiġifieri xahrejn ilu.", "Dr. Fenech Adami, intervistat minn Jesmond Bonello ta' \"The Times\" – din ukoll se nħalliha fuq il-Mejda tal Kamra - kien mistoqsi hekk :", "''\"X'għandu jistenna l-poplu mill-budget?''", "U Dr Fenech Adami qallu: ''M'hu se jkun hemm l-ebda sorpriżi\".''", "Minnufih wara kien hemm mistoqsija iktar speċifika minn hekk:", "''\"Il-gvern se jżid l-income tax u l-VAT?''", "U r-risposta ta' Dr Fenech Adami kienet: \"No, le, le.''\"", "Tista' tkun iktar ċara minn hekk?", "Żgur li ma tistax tkun iktar ċara minn hekk!", "Issa jista' jidħaq kif daħaq fuq in-NET, Dr Fenech Adami, jista' joqgħod jidħaq, imma l-poplu mhux qed jidħaq!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-poplu rrabjat ħafna b'dan il-gideb sfaċċat, dan l-ingann sfaċċat, l- istess kif kien il-poplu Amerikan wara li nqabad jigdbilhom Nixon u nibqa' ngħid jien, Sur President, li ma tistax inti tkun kredibbli meta wara li jkollok dawn il-wegħdiet kollha, tiġi taqa' u tqum minnhom u tagħmel affarijiet illi se jkunu qegħdin iweġġgħu lin-nies u lanqas ikollok id- deċenza li kellu l-gvern Laburista li kien qal: Isma', aħna lesti li naraw jekk se jkunx hemm xi dwejjaq, xi hardship u lesti nirrangaw l-affarijiet.", "Le, diġa' qegħdin jgħidu minn issa: Mhux negozjabbli l-affarijiet li għamilna, mhux negozjabbli!", "Issa, se nagħlaq dan ir-round-up, Sur President, b'xi ħaġa li bagħat Dr. Fenech Adami liż-żgħażagħ, ukoll qabel l-aħħar elezzjoni, u bil-permess tiegħek se npoġġiha wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Qalilhom hekk liż- żgħażagħ Dr. Fenech Adami:", "\"Illum kollox jiswa l-flus, anke sempliċement dawra bil-karozza, l- aktar issa wara l-budget, b'kemm għola l-petrol, taxxi kemm trid u xogħol bil-ftit!", "X'tista' tagħmel b'ħajtek bil-prezzijiet dejjem jogħlew, bir-rankatura li jagħtihom il-gvern stess?", "Jekk nibqgħu sejrin hekk dalwaqt anke min għandu job jibda jibża' li għad jibgħat għalih il-boss u jgħidlu: Sorry, tant naqas ix-xogħol li se jkolli nneħħi n-nies!", "U bla job kif tħallas għal-loan, għall-karozza, għall- post li għandek bżonn toqgħod fih?\"", "Dan huwa l-kliem li Dr. Fenech Adami kien qal lill-poplu anqas minn sena u nofs ilu Sur President.", "Issa tajjeb li npoġġu dan id-diskors fl-isfond tal- miżuri reali li hemm wara dan il-budget u niġbruhom kollha f'daqqa, mela le!", "Għandna żieda fl-income tax, żieda fin-national insurance, żieda fil- prezz tat-trasport pubbliku, żieda fil-prezz tal-petrol u d-diesel minħabba l-VAT, żieda fil-prezz tat-telephones minħabba l-VAT, żieda fil-prezz ta' l-alkoħol, żieda fil-prezz tas-sigaretti, żieda fil-prezz tad-dawl u l- ilma, u fl-istess ħin il-prim ministru jgħid li rnexxielu jibdel ir-rota u jbiddel ir-rotta!", "U l-poplu jistaqsih: Mela għalfejn dan is-swat, għalfejn?", "Issa nbidlet tassew ir-rota, inbidlet tassew ir-rotta, l- ekonomija tal-pajjiż, f'ħolqien ta' investimenti ġodda, f'ħolqien ta' impjiegi ġodda, fl-esportazzjoni, fit-turiżmu?", "Għax wara kollox jekk lill- poplu tgħidlu: Isma', se nagħmlu ċerti piżijiet imma mbagħad tista' tara the light at the end of the rainbow, hekk mod ieħor.", "Wara kollox minn hawnhekk il-mistoqsija kollha: X'opportunitajiet ġodda resqin lejhom?", "Fejn qed jinħolqu l-opportunitajiet?", "Kif qed ikunu sostnuti l- opportunitajiet?", "Allura tajjeb anke li nħarsu, per eżempju, lejn l- ekonomija in ġenerali, lejn l-impjiegi.", "Ħadd ma jista' jaħbi aktar li l-qgħad fl-aħħar sena żdied u ma żdiedx bil- ftit, żdied mhux ħażin - ngħid żdied sew jien - u dan taħt l-istess nies li kienu jgħidu li se jeqirdu l-qgħad.", "Ara x'qal il-ministru tal-finanzi s- sena li għaddiet.", "Is-sena li għaddiet, meta kien qed joħroġ bil-budget għal din is-sena, John Dalli qal hekk:", "\"Irridu fi żmien qasir inniżlu ċ-ċifra tal-qgħad taħt il-4%\".", "Issa dak iż-żmien, sena ilu, iċ-ċifra tal-qgħad kienet 5% u, bil-fiduċja kollha, għax kien għadu kemm wasal fil-bank tal-gvern, Dalli qal li jrid inaqqas il-qgħad għal taħt il-4%\".", "Imma mill-5% li kellna f'Settembru tas- sena li għaddiet illum il-qgħad tela' għal 5.5%, u se jibqa' tiela', għax il-prim ministru stess għadu kemm qalilna l-ġimgħa li għaddiet li f'Diċembru qed jipprevedi li n-numru ta' nies qiegħda se jiżdied.", "Fil-fatt f'din l-aħħar sena ċ-ċifra ta' nies qiegħda telgħet kważi b'1000.", "U l- agħar f'dan kollu hu li fost iż-żgħażagħ in-numru ta' żgħażagħ qiegħda żdied b'16%.", "Issa x'qed jgħid il-ministru tal-finanzi wara din is-sena fil- qasam ta' l-impjiegi?", "Qed jgħidilna:", "\"Matul is-sena d-dieħla se jkun is-settur privat li se jikkontribwixxi lejn żieda fl-impjiegi.", "Huwa mistenni li l-livell tal-qgħad jinżamm għal 5%.\".", "Mela f'temp ta' 12-il xahar spiċċaw it-targets li l-gvern se jżomm il-qgħad taħt l-4% u li se jagħti fawra ta' xogħol fil-pajjiż u qed jirrassenja ruħu diġa' li għallinqas jipprova jżommu at 5%.", "Sur President, il-poplu għamilhom il-kalkoli tiegħu u jekk wieħed iħares lejn x'jippreżenta l-budget biex jgħin ħalli tinħoloq din is-sitwazzjoni, ma jsib xejn ħlief diskors vojt u inċentiv wieħed għal dawk li jridu jbiegħu l-proprjeta' lill-barrani.", "Imma f'dak li għandu x'jaqsam ma' inċentivi jew ma' proposti ġodda biex jinħolqu jobs ġodda u opportunitajiet ġodda m'hemm xejn.", "Issa kieku l-qagħda hija booming wieħed jifhimha li jħalli f'idejn is-settur privat u kollox jimxi fuq ir-rubini, imma meta tifli settur settur issib li s-sitwazzjoni m'hijiex daqstant feliċi.", "U qed nuża l-kliem apposta biex ħadd ma jgħid li qed nipprova nisboħ kollox bl- iswed.", "Ħalli nibda mit-turiżmu, fejn l-Onor.", "Fenech Adami, bil-pompa kollha, mingħalih li kollox sejjer tajjeb, jekk fhimtu sewwa meta konna flimkien fuq in-NET television - hemmhekk tant kienu ferħanin bejniethom li raw kollox roża u sabiħ - iżda lil Dr Fenech Adami ngħidlu: Anke fit- turiżmu qed iberraq, watch it!", "Infakkar lill-Prim Ministru li kieku ma kienx gvern Laburista li rnexxielu jdawwar tabilħaqq ir-rota u r-rotta fuq it-turiżmu - għaliex dak iż-żmien it-turiżmu kien nieżel qisu l-Air Malta! - kieku ma kienx isib turiżmu li beda tiela' u tiela' sewwa.", "Biex għamilna hekk kellna biċċa xogħol kbira - u nerġa' nagħti krettu quddiem kulħadd lill-Perit Karmenu Vella, ħadem ħafna fuqha - imma beyond that ma tridx issa tħalli lit- turiżmu, kif dejjem jagħmlu huma, qisu s-cinderella.", "It-turiżmu kien beda u telaq fuq it-triq tal-fejqan imma issa hemm sinjali li effettivament huma nkwetanti.", "U dawn insemmuhom, mela le!", "Fejn, per eżempju, fl-1997 u fl- 1998 iż-żieda ta' turisti għall-ewwel disa' xhur tas-sena kienet ta' 5.4% u 5.5% rispettivament, din is-sena ż-żieda hija biss ta' 3.4%.", "Jekk inħarsu lejn l-aktar żmien kruċjali għat-turiżmu, jiġifieri r-rebbiegħa u s-sajf, iż-żieda din is-sena kienet biss ta' 1.2%.", "Apparti minn hekk, tul ix-xhur ta' din is-sena kien hemm tnaqqis sostanzjali ta' turisti li ġejjin mill- Ingilterra.", "U dawn huma fatti u ċifri li joħorġu mill-economic survey li ħareġ il-ministru tal-finanzi bħal-lum ġimgħa.", "Jiena ngħid li hawnhekk għandna mill-ġdid il-bozza l-ħamra qiegħda tixgħel.", "Jekk imbagħad tħares lejn x'ġara f'din l-aħħar sena u tliet xhur taħt dan il-gvern ta' ''ġid, fiduċja u direzzjoni'' fiż-żoni turistiċi ta' Paceville, Buġibba u Tas- Sliema ssib li kollox sejjer mill-ħażin għall-agħar - fejn kien hemm investiment sod, li sar anke f'Buġibba, qed jitħalla jitperper u jitmermer - u allura rridu noqogħdu attenti u nħarsu aktar 'il bogħod mill-ponta ta' mneħirna għaliex it-turiżmu m'huwiex it-tiġieġa li dejjem tbid il-bajd tad- deheb.", "Sur President, ngħaddi issa għall-manifattura u nsibu li hawnhekk għandna tnaqqis fl-impjiegi minn Settembru tas-sena li għaddiet għal Settembru ta' din is-sena ta' 250 ruħ.", "Issa kieku konna qed innaqqsu sena wara l-oħra nifhimha imma dan mhu veru xejn.", "Is-sena li għaddiet, gvern Laburista, minkejja li kienu jakkużawh li kien inkompetenti, li ma jafx imexxi, li kien maqsum, li bla kuxjenza soċjali eċċ., bejn Settembru ta' l-1997 u Settembru ta' l-1998 irnexxielu jżid in-numru ta' jobs fil-qasam tal- manifattura b'406.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Xejn spettakolari għax għalija kien imissna għamilna aktar minn hekk, imma ċertament li dak li għamilna aħna jipparaguna tajjeb ħafna ħdejn dak li għamel dan il-gvern f'din l-aħħar sena fil-qasam tal-manifattura.", "Mela allura, anke hemm, konna aħna li dawwarna r-rota u dawwarna r-rotta.", "U fost l-industriji li f'din l-aħħar sena naqqsu l-impjiegi - nistgħu nsemmuhom, u jinkwetawna li hawn din il-lista daqstant twila ...", "Kieku kien hemm settur wieħed u minn hemm intilfu tifhimha, għax tgħid li hemm settur li għandu problema, iżda jekk tħares lejn l-ispettru kollu għandek lista sħiħa ta' setturi li naqqsu l-impjiegi fil-manifattura - ikel, tabakk, żraben, ħwejjeġ, injam, għamara, prodotti tal-karta, ġild u prodotti tal-ġild, prodotti tal-lasktu jew gomma, prodotti kimiċi, makkinarju - uħud minnhom b'rata tassew allarmanti.", "Jekk tinnota l-biċċa l-kbira minn dawn is-setturi huma s-setturi li se jintlaqtu - u qegħdijn jintlaqtu - bit-tneħħija tal-levies.", "F'dawn is- setturi kollha li issa huma mhedda bit-tneħħija tal-levies, minn kif qed jitneħħew il-levies, bħalissa għad baqa' 13,000 ruħ impjegati u għandhom raġun jinkwetaw dawn it-13,000 ruħ.", "Imma barra minn hekk, Sur President, jekk inħarsu lejn il-bejgħ li sar f'Malta minn fabbrikanti u minn ditti industrijali li jaħdmu hawn naraw li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, il-bejgħ tagħhom, Maltin lill-Maltin, naqas minn Lm157 miljun għal Lm146 miljun - bilfors li tinkwieta, issa noqogħdu nitbissmu lejn xulxin kemm irridu u nidħku lejn xulxin kemm irridu! - u dan huwa indikatur, indikazzjoni ta' kemm il-Maltin qegħdin iħossuhom inqas komdi li jixtru u kemm l-industrija li taħdem għas-suq lokali qiegħda taqla' bil-mazza fuq għonqha.", "Issa veru, biex inkunu għedna kollox, li dan it-tnaqqis ta' bejgħ fuq is-suq lokali ġie kkompensat minn bejgħ li sar barra, jiġifieri mill-esportazzjoni - u l-esportazzjoni veru żdiedet għax fil-manifattura żdiedet b'Lm40 miljun fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena - imma meta tipprova tara t-tifsira ta' din iż-żieda u tqabbilha ma' kemm kienet żdiedet l-esportazzjoni tal-manifattura s-sena ta' qabel jirriżulta, Sur President, li s-sena li għaddiet il-manifattura għall-esportazzjoni żiedet mhux b'Lm40 miljun imma b'Lm60 miljun.", "Mela jidher ċar li din is-sena żidna inqas fl-esportazzjoni milli konna żidna s- sena li għaddiet, u żiedna inqas b'Lm20 miljun.", "Issa jekk tippreferi tixkupa kollox taħt it-tapit u tgħid li m'hemm xejn, agħmilha kemm trid, imma ma tkunx qiegħed tirrealizza eżattament x'inhuma l-isfidi li għandna quddiemna bħala pajjiż, Sur President.", "U jien ngħid: Fejn hu l-ġid u d- direzzjoni fl-industrija tal-manifattura, li qiegħda tirrallenta, li qiegħda titlef ir-rata li biha suppost qiegħda żżomm, issostni, tkabbar is- swieq tagħha illi jirrifletti minnufih imbagħad fuq l-impjiegi u fuq l- opportunitajiet?", "Issa jekk wieħed irid iħares lejn il-bejgħ totali li għamlet l-industrija Maltija, kemm barra u kemm f'Malta, iva, din is-sena, jekk tgħoddhom it- tnejn f'salt jirriżulta li il-bejgħ kollu tal-manifattura Maltija żied b'4.6%.", "Jekk iżda, Sur President, tqabbel ma' kemm żdied is-sena li għaddiet, ma' kemm irnexxielhom ibigħu iktar is-sena li għaddiet l- industriji Maltin, is-sena li għaddiet żiedna l-bejgħ totali tal- manifattura bi 11.6%, waqt li l-bejgħ totali ta' l-industrija din is-sena żdied b'4.6%.", "Anke hawn allura jien ngħid li ma tistax tibqa' tgħid li r-rotta biddiltha u tiftaħar biha għax il-verita' hi li minflok sejrin 'il fuq sejrin 'l isfel, u naħseb li għandhom jinkwetaw minflok joqogħdu jidħqu u jitbissmu bejniethom il-ministri ta' Dr Fenech Adami.", "Imbagħad trid tistaqsi: Imma ġejjin proġetti ġodda, ġej investiment ġdid?", "Jekk wieħed iħares lejn l-informazzjoni li joħroġ il-Prof.", "Josef Bonnici fl-economic survey - apparti li lil dak ma tistax tmissu għax kull ħaġa li jagħmel hija perfetta! - u jiċċekkja ftit l-ammont li ħarġet f'soft loans din is-sena l-MDC għall-industrija, u jqabbel din iċ-ifra ma dik tas- sena l-oħra - nagħmilha ċara, ħalli ma jkunx hemm min bħas-soltu jipprova jħawwad l-affarijiet, li l-uniċi soft loans li ħarġu għall-industrija fi proġetti ġodda din is-sena ħarġu mill-MDC, u l-Prof.", "Bonnici ma joqgħodx idaħħlilna lill-IPSE, għax l-IPSE ma ħarġitx soft loans - isib li t-total jitla' għal Lm684,000.", "(Interruzzjonijiet) Mank li kienu miljuni!", "Tista' tidħaq, verament għandek biex tidħaq!", "Imbagħad jekk tħares lejn kemm tat soft loans l-MDC is-sena li għaddiet fl-istess żmien issib li tat kważi Lm2 miljun.", "Dan x'jindika?", "Ma jindikax b'mod ċar li l-proġetti ġodda nixfu u ma jeżistux?", "Ma jindikax bl-aktar mod ċar li effettivament l-ideat għall- investiment mhux qed jitfaċċaw fil-manifattura?", "Mela min-naħa għandna l- industrija eżistenti li qed tistaġna, li mhix sejra 'l quddiem, anzi sejra lura f'ċerti oqsma, u min-naħa l-oħra għandna indikaturi ċari li proġetti ġodda m'humiex qed jitfaċċaw.", "Effettivament għalhekk jien ngħid li jekk din is-sena fuq is-sena li għaddiet qegħdin inqas mit-terz ta' l- investiment li kien qed isir fil-manifattura, hemm bżonn li noħorġu b'ideat u b'opportunitajiet ġodda jekk tassew irridu li ndaħħlu l-ġid u l-fiduċja fil-pajjiż.", "Issa se nitkellem ftit dwar Għawdex għax kellna ħafna wegħdiet li saru fuq Għawdex - u jekk kien hemm xi ħaġa li xxukkjat lill-Għawdxin f'dan il- budget hija li Għawdex bilkemm issemma, anzi ma ssemma xejn - u kienu wegħduhom ħafna affarijiet lill-Għawdxin fl-aħħar elezzjoni, iżda l- andament tan-negozju f'Għawdex, l-andament tax-xogħol f'Għawdex huwa brodu.", "M'hemmx kelma oħra, brodu!", "Ta' F. X. Borg keċċew lill-ħaddiema - issa jekk keċċewhomx għax kellhom ġlieda mal-GWU jew keċċewhomx għax hemm il-kwestjoni tal-levies hija immaterjali għal Għawdex - u allura naqsu dawk l-impjiegi.", "Imbagħad is-sabiħa hija li anke kumpannija li kienet se tistabilixxi ruħha tajjeb f'Għawdex, il-Merit, daret fuq il-ħaddiema tagħha u qed tgħidilhom: Isma', biex tibqgħu taħdmu magħna tridu tmorru lura Malta!", "Qegħdin jieħdu l-makkinarju lura Malta u lill-Għawdxin qegħdin jgħidulhom li jekk iridu jżommu l-job tagħhom iridu jmorru jaħdmu Malta.", "Biex imbagħad inkomplu sopra corna bastonate hemm l-insult li qed isir lil Għawdex bħalissa - għax waħda mill-affarijiet li miexja fuqhom il- ministru għal Għawdex, Alla jberikha, huma ċ-ċelebrazzjonijiet tal- millennju! - u fil-fatt ħarġu l-kuntratti għall-attrezzar u l-armar tal- millennju iżda inspjegabbilment dan ix-xogħol mhux qed jagħmluh l-Għawdxin imma qed jagħmluh it-Taljani.", "L-Għawdxin jistgħu jmorru jaraw lill- ħaddiema Taljani jtellgħu l-attrezzar tal-millennju.", "Allura hawnhekk bilforx ikollna nistaqsu: Qegħdin tabilħaqq naħdmu għall-interess tal- Maltin u l-Għawdxin, jew sempliċement ma jimpurtana assolutament xejn minn dak li qiegħed isir?", "Jiddispjaċini ngħid li din l-aħħar sena Għawdex spiċċat b'industrija waħda, l-industrija tal-Ministru Giovanna Debono - għax biex ikollok job trid tmur tipprova tirranġa u biex tirranġa xi ħaġa trid tgħaddi bilfors mingħand il-Ministru Giovanna Debono - imma mill-bqija fit-turiżmu, fl-artiġjanat, fl-industrija, fil-kummerċ, ir-rota f'Għawdex m'hijiex qed iddur, Sur President.", "Issa ħalli nħarsu lejn il-biedja u s- sajd.", "Dak li qed jiġri fil-biedja u s-sajd din is-sena, minkejja l-ħafna pożi li jiġi bihom hawnhekk l-Onor.", "Ninu Zammit - għax meta mbagħad niġu għas- si u n-no u tistaqsih mistoqsija prattika fuq il-prezz tal-butir u taz- zokkor jgħidlek: Issa noqgħod nistudjaha ftit ieħor u nirrispondik darb'oħra forsi! - il-ministru għall-agrikoltura u sajd la jaf xejn fuq kif inhuma għaddejjin l-affarijiet u lanqas biss jimpurtah.", "Għax l- impressjoni li qed jieħdu l-bdiewa bir-raġun kollu hija illi l-gvern ma tantx jimpurtah minn dan is-settur u, jekk jista' jinsih, jinsih malajr.", "Ir-riżultati jikkonfermawha din il-ħaġa għax il-biedja u s-sajd naqqsu mid- dħul tagħhom b'Lm700,000 fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena.", "Naħseb li m'hemmx x'titbissem u tidħaq b'riżultat bħal dan għax huwa riżultat li bilfors jinkwetana.", "Kieku kien dan biss forsi tasal biex tgħid li l- istorja tista' tirkupra imma agħar minn hekk għandek li n-numru ta' nies li jaħdmu fil-biedja u s-sajd minn Settembru tas-sena l-oħra għal Settembru ta' din is-sena naqas b'70 ruħ.", "Issa kieku kull sena qed jiġri hekk tgħid: Kollox sew, dik hija t-trend, imma m'hu veru xejn għax fis-sena ta' qabel, taħt gvern Laburista, li ''ma jafx imexxi, inkompetenti, assolutament m'għandux idea\" - għax issa suppost li għandna l-whizz-kids li ħadu over - ix-xogħol, il-jobs, in-numru ta' ħaddiema fil-biedja u s-sajd fl-aħħar sena tagħna żdied b'51.", "Mela hemm xi ħaġa sejra ħażin.", "Ma jistax ikun illi taħt il-gvern ta' Fenech Adami, li ggarantixxa x-xogħol lill-Għawdxin fl- aħħar elezzjoni, iggarantixxa x-xogħol lill-Maltin u l-Għawdxin, qasam wara qasam, għandna din ir-retraction, din il-contraction.", "X'inhu għaddej?", "Issa mhux qegħdin nitkellmu fuq setturi mifruxa bħala private market services, li ma jfissru xejn, imma qegħdin nitkellmu fuq setturi preċiżi, setturi fejn hemm ħidma għaddejja, setturi fejn matul is-snin, biex ma ngħidx matul is-sekli, il-poplu tagħna nvesta u nvesta bil-kbir.", "Sur President, fil-qasam tal-produzzjoni diretta, fil-qasam fejn hemm investiment qawwi matul is-snin u fejn in-nies jaħdmu fuq produzzjoni diretta, l-impjiegi naqsu b'1,024 f'din l-aħħar sena!", "Dan huwa l-fus li minnu l-pajjiż jista' jgħix b'ekonomija taħdem.", "Jekk il-produzzjoni diretta jkolla contraction u tonqos b'dan il-mod, hemm xi ħaġa ħażina.", "Ma jistax ikun li nħarsu lejn dan it-tnaqqis tal-produzzjoni diretta u nibqgħu qisu ma ġara xejn u mmorru bil-mantras tagħna, li kollox miexi tajjeb, li kollox miexi sew, illi għandna l-ġid, li għandna l-fiduċja u d-direzzjoni fil-pajjiż.", "Il-verita' hija illi Fenech Adami m'huwiex joħloq opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ u għall-familji tal-ħaddiema, anzi bil- politika tiegħu qed jhedded dak li diġa' saru dak li diġa' ntlaħaq.", "Irridu nammettuha din.", "Għalhekk ir-rabja fil-pajjiż, għalhekk l-ingann illi jaħsbu illi kienu suġġetti għalih in-nies, aktar u aktar għax, nerġa' ngħid, effettivament m'għandna l-ebda ideat ġodda u m'għandna l-ebda proposti ġodda ħalli noħolqu impjiegi produttivi li għandna bżonn bħall- ħobż.", "Imkien ma hemm proposta waħda konkreta illi tiġġustifika għallinqas it-tama li kienu qegħdin ipoġġu n-nies fil-wegħdiet li għamel Fenech Adami.", "Issa fl-istess mument għandna l-fatt l-ieħor, li l-inċertezza mhux tonqos qiegħda iżda tiżdied, xahar wara l-ieħor.", "Qiegħda tiżdied aktar u aktar bil-politika ta' Dr. Fenech Adami, bl-ossessjoni ta' Dr. Fenech Adami li jdaħħal lil Malta akkost ta' kollox fl-Unjoni Ewropea, u nerġa' nagħmilha ċara din, illi l-Partit Laburista jaqbel li għandu jkun hemm l-aħjar rabtiet, l-aħjar ħbiberija bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Aħna naqblu li l- Unjoni Ewropea hija fattur pożittiv fl-iżvilupp tal-paċi fl-Ewropa, tal- prosperita' fl-Ewropa, u allura huwa importanti għalina, mela le, illi jkollna l-aqwa relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, skond iċ-ċirkostanzi tagħna.", "U għalhekk li aħna mexxejna 'l quddiem u nibqgħu mmexxu 'l quddiem il-viżjoni tagħna ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran, li għandha rabta mill-qrib skond iċ-ċirkostanzi tagħna ma' l-Unjoni Ewropea, u li fl- istess ħin tkompli tiżviluppa r-rabtiet tagħha mal-pajjiżi Għarab, ma' l- Istati Uniti ta' l-Amerika u ma' oqsma oħra tad-dinja li magħhom jista' tabilħaqq ikollna relazzjonijiet tajba u li tagħtina mpjiegi u opportunitajiet ġodda.", "Aħna ma naqblux ma' sħubija sħiħa.", "Sħubija sħiħa llum u fil-futur prevedibbli ma tgħoddx għaċ-ċirkostanzi ta' Malta u għalhekk aħna nikkundannaw u nibqgħu nikkundannaw il-mod ossessjonat li bih l-Onor.", "Fenech Adami, akkost ta' kollox, irid jingħoġob ma' Brussels u, biex mingħalih idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea maljar kemm jista' jkun, qiegħed jieħu miżuri li m'humiex fl-interess tal-poplu Malti u m'humiex fl- interess ta' kif aħna nistgħu tabilħaqq noħolqu opportunitajiet ġodda.", "Sur President, dan aktar u aktar għaliex jidher ċar li l-Onor.", "Fenech Adami m'għamel l-ebda studju dwar l-impatt li se jkollu diġa' l-mod kif hu miexi lejn l-Unjoni Ewropea fuq l-ekonomija Maltija, fuq l-opportunitajiet f'Malta.", "La jrid jagħmel studju ta' l-impatt ta' sħubija sħiħa fuq Malta u lanqas irid jikkonsidra u jistudja l-impatt ta' dak li diġa' qed jagħmel biex kemm jista' jkun mingħalih jingħoġob minn Brussels.", "Jiena ngħidlu ċar li aktar ma mingħalih għaliex jitlaq jiġri u jgħidilhom \"Yes Sir!", "Yes Sir!\" allura dawn se jaċċettawh u jagħmlu dak li jrid hu, aktar se jżommuh lura.", "Pajjiż bħal tagħna mhux hekk irid jaħdem.", "Pajjiż bħal tagħna jrid iqis x'inhu tabilħaqq l-interess nazzjonali u, skond iċ-ċirkostanzi li jkun qiegħed fihom, jinsisti li l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-interess nazzjonali ma jċedihom qatt.", "U kull biċċa li jkun qed jinnegozja, jinnegozjaha fl-għarfien sħiħ ta' x'se tkun it-tifsira għaċ-ċittadini Maltin, għall-ħaddiema Maltin, għall-pensjonanti Maltin u għas-self- employed iż-żgħar.", "Imma din hija xi ħaġa li l-Onor.", "Fenech Adami m'huwiex interessat jagħmel.", "Allura aktar u aktar meta, per eżempju, nifhmu li diġa' qed jinħass l- impatt tad-deċiżjoni, li jiena ngħidilha anti-nazzjonali, li l-levies industrijali jitneħħew fuq temp ta' sentejn jew sentejn u nofs, meta nifhmu wkoll li l-Ewropej kienu qablu li nistgħu nneħħuhom f'temp ta' ħamsa għal seba' snin, fejn allura kien ikun hemm nifs tajjeb biex l-affarijiet jirranġaw ruħhom u r-ristrutturar veru jsir, gvern Nazzjonalista minflok aċċetta din il-ħaġa li kienet diġa' miksuba, biex jidher sabiħ ma' Brussels - fil-fatt hija ħaġa ċarissima li bħalissa għandna gvern li qed jgħix fi Brussels u mhux f'Malta - daħħal u qabel li f'temp ta' sentejn u nofs il- levies industrijali jmorru.", "U taħseb li din m'hijiex toħloq inċertezza, Sur President?", "Nista' ngħidlek li matul dawn l-aħħar xhur sħabi u jiena kellna diversi laqgħat ma' nies li, anke jekk il-levies industrijali ma laqtuhomx direttament imma jafu li hemm affarijiet oħra li se jolqtuhom, għamluhielna ċara li qabel ma jkunu jafu kif se jiżviluppaw l-affarijiet m'humiex se jinvestu.", "Din żgur friża!", "Din hija friża ta' investiment għaliex in-nies se jibqgħu jistennew biex jaraw x'se jiġri.", "Meta l-applikazzjoni ta' Malta biex nidħlu fl-Unjoni kienet iffriżata u konna ngħidu lin-nies li ma narawx li fil-futur prevedibbli se nidħlu fl-Unjoni, kellna lista sħiħa ta' investimenti resqin lejn il-pajjiż, pero' malli nqaleb il-gvern għosfru u sparixxew.", "U bir-raġun għaliex l-inċertezza li qed tinħoloq minn din il- politika ta' ossessjoni m'hijiex konduċenti li jkun hawn investiment u opportunitajiet ġodda u, nerġa' ngħid, din hija r-raġuni għaliex il-budget mhu qed jippreżenta l-ebda proġetti siewja ta' ristrutturar ta' l- industrija.", "Sur President, hemm ħafna affarijiet oħra li qed juru kif mexjin u kif qed tiżdied din l-inċertezza.", "U x'għamel dan is-sajf biex mingħalih jingħoġob ma' Brussels l-Onor.", "Fenech Adami?", "Meta l-kuntratturi Maltin kienu joħorġu għall-kuntratti tal-gvern kellhom vantaġġ żgħir ta' 5% fuq kuntratturi minn barra - din pajjiżi oħra jagħmluha wkoll u allura m'hijiex xi invenzjoni tagħna - imma din neħħewielhom b'daqqa ta' pinna.", "Kien hemm xi raġuni għaliex dan kellu jsir?", "Kien hemm xi talba minn Brussels biex issir daqshekk malajr?", "Xejn!", "Sempliċement biex nidhru aktar kattoliċi mill-Papa!", "Fil-qasam tat-telekomunikazzjoni mbagħad il-gvern aċċetta diġa' li fis- sena 2003 se jwaqqaf il-monopolju tal-Maltacom.", "Kulħadd jaf li dak il- monopolju xi darba kellu jispiċċa.", "Fil-fatt konna qed nippjanaw li jitneħħa fis-sena 2010 bi qbil ma' l-unions ħalli mbagħad fuq il-bażi ta' dak il-ftehim in-nies ikunu jistgħu jinkwadraw ruħhom u x-xogħol ikun jista' jinkwadra ruħu.", "Iżda issa, bla qbil ma' ħadd, u sempliċement biex jogħġbu lil Brussels, il-gvern attwali qabad u qal li dan il-monopolju se jispiċċa sas-sena 2003.", "Allura l-inċertezza tkompli tiżdied, aktar u aktar, per eżempju, meta jkun hemm miżuri bħal tal-lum li għadhom lanqas ġew spjegati tajjeb, li mis-6 ta' Diċembru l-Maltacom m'hijiex se tibqa' tbiegħ is-settijiet tat-telefon u lanqas se tkompli tagħmel maintenance work u repair work fuqhom.", "Din hija deċiżjoni oħra li ttieħdet sempliċement biex inkunu aktar kattoliċi mill-Pâpa.", "U jekk l-Onor.", "Fenech Adami jaħseb li b'affarijiet bħal dawn se nkunu qegħdin ningħoġbu u nindehsu ma' Brussels, huwa żbaljat u ma jafx kif taħdem l-Ewropa, jgħid kemm jgħid u jiffanfra kemm jiffanfra bl-Ewropa.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, diġa' bdejna ndaħħlu numru ta' miżuri li ġejjin mill- acquis, mill-kisbiet, mir-regoli u mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qed indaħħluhom bil-mod il-mod, jew qed naċċettaw li se ndaħħluhom bħal, per eżempju, ċerti miżuri li joħorġu mill-għaqda doganali ma' l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, hemm is-sussidju tal-ħobż, li taħt dan il-budget qed jitneħħa.", "Dan huwa parti mill-mod kif ħelu ħelu, mingħalihom, ikunu diġa' qed jibdew jimplimentaw il-politika ta' l-Unjoni f'pajjiżna.", "Li ġara f'din l-aħħar sena wkoll huwa l-mod - din ukoll hija tal-biki - kif l-Onor.", "Fenech Adami tilef il-fondi li kien hemm min-naħa ta' Brussels biex nużawhom għar-ristrutturar ta' l-industrija.", "Kellna fondi taħt ir-raba' protokoll finanzjarju, protokoll ta' ECU 6 miljun, fondi li kienu indirizzati għar-ristrutturar ta' l-industrija, u dawn il-flus tilfuhom.", "Mela mhux talli ma ħarġux b'ideat ġodda għar-ristrutturar talli dak li kien diġa' jeżisti tilfuh, biex ma nsemmux imbagħad il-¥100 miljun li suppost għandna - imma kieku kellna ¥100 miljun lanqas kien ikollna għalfejn nagħmlu budget imma sempliċement nagħtu ċ-ċekkijiet lil kulħadd u noqogħdu xxamplati, tajjeb kieku, u nagħtu karozzi Daewoo ukoll! - imma l- ¥100 miljun spiċċaw!", "Dan kollu, Sur President, qiegħed joħloq inċertezza kbira fil-pajjiż, qed jikkomplika kull pjan ta' investiment li jista' jkun hemm minn kulmin ried joħloq opportunitajiet ġodda.", "Għaliex il-konklużjoni qed tikber u effettivament mhux biss għandna gvern li qed jgħix fi Brussels imma għandna gvern li huwa mbuttat mill-ispag ta' Brussels u d-deċiżjoni li qed jieħdu huma deċiżjonijiet li huma ddettati minn Brussels.", "Ħalli nagħtik eżempju, Sur President, li joħroġ minn dan il-budget li għandna quddiemna.", "Qed nirriferi għad-deċiżjoni li tiżdied is-sisa fuq l-alkoħol prodott f'Malta.", "Din tinħass interessanti, imma kien daqstant importanti li anke f'dan il-qasam il-produtturi Maltin nagħtuhom daqqa ta' sieq fl-għaksa biex ma ngħidx x'imkien ieħor?", "Mid-dehra kienet importanti.", "Quddiemi għandi ittra mibgħuta lill-Ministru John Dalli fit-18 ta' Ottubru 1999 mill- konfederazzjoni Ewropea tal-produtturi ta' l-ispirti.", "Mela dawk kollha li jipproduċu l-ispirti fl-Unjoni Ewropea għamlu konfederazzjoni - u ta' dan nifirħulhom - u bagħtu ittra lill-Ministru Dalli fejn qalulu:", "Isma' ħej, innotajna li meta aħna nesportaw minn Malta għandna ċertu ammont ta' sisa u tariffi u l-produtturi ta' l-alkoħol li jġibu l-alkoħol bil-kbir f'Malta u mbagħad jagħmluh huma, ibigħuh huma, għandhom inqas tariffi minna, għandhom inqas taxxi minna.", "Qalulu: Dan m'hux fair, u allura jekk intom tridu tidħlu fl-Unjoni Ewropea għandkom taraw kif tagħmlu biex iġġibu malajr kemm jista' jkun il-leġislazzjoni tagħkom, it-tariffi tagħkom u d- dazji tagħkom ma' tagħna ħalli aħna nkunu nistgħu nikkompetu mal-Maltin f'Malta.", "Inkella għalfejn tridu tidħlu fl-Unjoni Ewropea?", "Din l-ittra, Sur President, qiegħda quddiemi hawn.", "Dawn anzi jmorru iktar 'il quddiem u lill-Ministru Dalli jgħidulu: Isma', ma tafx fl-Italja kif inhi t-tariffa u s-sisa fuq l-ispirti?", "Għaliex ma tagħmluhiex bħalhom la qegħdin ħdejn l-Italja intom?", "Qiegħda miktuba hawn.", "Issa l-Ministru Dalli, li ma kellux ċans jiltaqa' maċ- chairman jew mal-bord tal-Maltacom dwar il-VAT fuq it-telephones, u li ma kellux ċans jiltaqa' ma' l-għaqdiet kostitwiti, la maċ-chamber of commerce la mal-GWU u lanqas mal-UĦM - imma laqqagħhom malajr flimkien ħalli jkun jista' jiffranka l-ħin u ma joqgħodx jaħli dawk id-disa' sigħat ta' diskussjoni magħhom - mid-dehra din l-ittra qraha, u tant qraha li bejn it- 18 t'Ottubru u meta ġie l-budget għandna l-alkoħol li qed jibda jiġi ċċarġjat f'Malta bil-mod kif tawh parir il-konfederazzjoni Ewropea tal- produtturi ta' l-ispirti.", "Jien ngħid, Sur President: Veru ta' li għandna gvern li mhux biss huwa bla sinsla imma lanqas biss jaf jiddefendi l- interessi tal-Maltin, huma min huma, għax ħaġa bħal din hija tal-mistħija!", "Jien se npoġġi din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa rajna x'inhuma l-inċertezzi li hemm u rajna kif ma ġiex il-ġid u ma ġietx il-fiduċja, imma mbagħad jibqa' l-argument li: Isma', Dr. Fenech Adami qed jgħid illi biddel ir-rotta u bidel ir-rota, u allura ma tagħmilx sens ....", "Kif fettillu jħalli lill-Ministru John Dalli jagħmel dawn it- taxxi kollha li għamel?", "Sforz dan kollu, Sur President, terġa' tiġi l- ħofra, il-ħofra li kienet ħrafa, skond l-Dr.", "Fenech Adami.", "Għax issa f'daqqa waħda bdew jitkellmu sew dwar id-deficit u dwar id-deficit strutturali - infakkar li f'Jannar ta' l-1997 Dr. Fenech Adami kien qal li l-ħofra kienet ħrafa - allura jien nistaqsi: Kif għadu dan, fit-tieni budget tiegħu, idur ma' l-istorja tad-deficit strutturali u tal-ħofra?", "X'ġara?", "Wara dak il-ħafna kliem klamoruż ta' \"ġid, fiduċja, direzzjoni, biddlu r-rota, biddlu r-rotta'', kellhom allura mbagħad għalfejn jagħmlu dan is-swat kollu?", "Hemm xi ħaġa li jiena ngħid: Ma ddoqqx!", "Iktar u iktar ma ddoqqx, Sur President, għax għandna mbagħad il-ftaħir tal-Ministru Dalli li matul din l-aħħar sena, l-ewwel jgħidli l-ħofra ma teżistix u li dik ħrafa, u issa qed jgħidilna li matul dawn l-aħħar xhur irnexxielu jnaqqas id-deficit strutturali.", "Mela nistaqsi jien: Jekk l-affarijiet sejrin daqshekk tajjeb, fuq ir-rubini, jekk id-deficit irnexxielhom inaqqsuh, kif qed iżidu dawn it-taxxi kollha?", "It does not jel, ma tinftiehemx.", "Ġhalhekk jien naħseb li tajjeb illi nenfasizzaw illi l-verita` hi li bil-politika ta' Dr. Fenech Adami, la dieħel ġid u la daħlet fiduċja fil-pajjiż, u inqas u inqas qiegħed jitnaqqas id-deficit strutturali, u nipprova nagħmel l- isforz tiegħi biex nuri din il-ħaġa.", "L-ewwelnett tajjeb li nistaqsu: Dan id-deficit strutturali fiex jikkonsisti?", "Xi tfisser meta tgħid \"deficit strutturali\"?", "Ifisser, Sur President, illi għandek ħruġ bħala gvern, ħlasijiet rikorrenti li tagħmel f'sena, biex tħallas il-pagi u biex tħallas il-maintenance tiegħek, u mbagħad għandek il-ħruġ kapitali, dak li tonfoq biex tagħmel proġetti.", "Mela dak huwa l-ħruġ, in-nefqa tiegħek.", "Imbagħad għandek id-dħul rikorrenti, id- dħul ta' kull sena, li jiġi mit-taxxi, bħall-income tax, mis-social security, illi mbagħad huma dawn li bihom se tħallas għall-ispejjeż li għandek.", "Qabel konna ngħidu: Żomm il-kapital fil-ġenb u ħares biss lejn in-nefqa rikorrenti u d-dħul rikorrenti biex tara fejn qiegħed.", "Iżda iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin nifhmu li l-ispiża kapitali hija meħtieġa fil-pajjiż ukoll biex iżżomm l-ekonomija għaddejja, u l-ebda gvern ma jista' jgħid li se jagħmel sena bla spiża kapitali.", "Mela d-deficit strutturali huwa dik id-differenza bejn l-ispiża li int qiegħed tagħmel ta' kull sena - din trid tagħmilha bilfors, fuq pagi, fuq affarijiet bħal maintenance, fuq kapital, fuq proġetti - u d-dħul tiegħek minn sorsi lokali, minn taxxi lokali, minn affarijiet li huma lokali, b'mod rikorrenti.", "Jekk l-ispiża tegħleb id-dħul, allura għandek deficit, għandek ħofra strutturali u aktar ma tkun kbira aktar tkun problema.", "Dan huwa l- punt kollu, id-dħul minn sorsi lokali kontra l-ħruġ li jagħmel il-gvern b'mod rikorrenti.", "Il-problema kollha li nqalgħet f'dan il-pajjiż hija li din il-ħofra, dan id-deficit strutturali sploda bejn l-1994 u l-1996.", "Din jippruvaw jiċħduha, jippruvaw jgħidu li m'għandha x'taqsam xejn, jgħidu li m'hu veru xejn, u dan m'hu veru xejn.", "Il-problema hi li kulmin għandu rasu fuq għonqu jaf li bejn l-1994 u l-1996 id-deficit strutturali, il-ħofra li għadni kemm semmejt, splodiet f'dan il-pajjiż.", "Tajjeb li nfakkru wkoll li l-istess nies li kienu responsabbli għal dan id-deficit li beda jikber bejn l-1994 u l-1996 huma l-istess nies li huma responsabbli llum, Dr. Fenech Adami u s-Sur Dalli.", "Infakkar illi għall- budget ta' l-1993, il-Ministru Dalli, bħala ministru tal-finanzi, kien għamel din l-istqarrija fil-budget speech tiegħu ta' l-1996:", "\"L-oġġettiv li se npoġġu quddiemna għall-ħames snin li ġejjin huwa li d-deficit tal-gvern jinżamm anqas minn 3% tal-gross domestic product.", "Dan ifisser ukoll li s-self magħmul minn korporazzjonijiet u entijiet governattivi jrid isir bil-ħsieb li r-riżorsi tal-korporazzjoni nnifisha jagħmlu tajjeb għas-servicing sħiħ ta' dan is-self.''.", "Mela t-3% poġġiha bħala target bl-aktar mod solenni u, peress illi hemm min jikkalkula li n-nies tinsa, jiena nixtieq li npoġġi din id-dikjarazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll, biex timmarkaw li fl-1992 kellna diġa' ministru tal-finanzi, l-istess ministru li għandna llum, illi għamel dawn l- affarijiet.", "Imbagħad kien qalilna Dr. Fenech Adami li l-ħofra hija ħrafa - tajjeb li nagħmlu ftit storja fuqha għax dawn jibqgħu jnessu l-affarijiet - u kien qalilna dan f'Jannar ta' l-1997, meta ried jgħid li effettivament il-ħofra kien ivvintha l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Jiena se nerġa' npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, bil-permess tiegħek, Sur President, il-memo sigriet illi kien ġie ppreżentat lill-kabinett Nazzjonalista, jekk niftakar tajjeb f'Mejju ta' l-1996, fejn dan għamilha ċara illi l-affarijiet kienu sejrin ħażin, kienu sejrin hopeless, li kien hemm diżastru riesaq, fejn qalulu ċar u tond lill-kabinett: Isma', id-dħul mhux sejjer tajjeb, sejjer ħażin ħafna u d-deficit se jkun ta' proporzjon tassew allarmanti.", "Kienet xi ħaġa li nżammet mistura din, ma kienu saru l-ebda diskussjonijiet, saret kampanja elettorali ...", "Għax imbagħad x'ġara?", "Minflok iddiskutewha u ppruvaw jiffaċċjawha, ħbewha, ħbewha, ħbewha u sejħu elezzjoni antiċipata f'Ottubru ta' l-1996 biex l-ewwel jaħbuha u mbagħad jaraw x'jagħmlu wara.", "Dan il- memorandum jeżisti, m'huwiex xi joke, m'huwiex xi fabbrikazzjoni, m'huwiex xi invenzjoni, qiegħed hawnhekk u nixtieq inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, biex nuri ċar illi aktar minn kwalunkwe' ħaġa oħra, iva, id-deficit kien tiela' mill-1994 'il quddiem.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa mbagħad għandna din il-logħba li jilgħab Dr. Fenech Adami, waħda mil- logħbiet favoriti tiegħu, illi jgħid li, iva, anke jekk id-deficit jew il- problema bdiet fl-1996, dan ġara għax fl-1996 kien hemm il-VAT, kien hemm id-dħul tal-VAT, u għalkemm il-gvern tal-Labour kien qiegħed jagħmel kampanja tax-xjaten - dak iż-żmien kienu jgħiduli xitan, għadhom jgħiduli xitan u dak iż-żmien sar xitan ukoll - u minħabba fiha in-nies kienu qegħdin ma jonfqux, ċioe' ma jħaddmux il-VAT għax jafu li l-Labour se jneħħiha.", "Dik kienet l-iskuża li beda jġib Dr Fenech Adami.", "Jien ngħid: Imma skużi, kemm hi vera ħaġa bħal din?", "Aħna konna daqshekk qawwija mill- oppożizzjoni li kienu jistmaw li se jdaħħlu Lm110 miljun mill-VAT u mbagħad, bis-saħħa tagħna, bħala oppożizzjoni, id-dħul jaqgħalhom żorba?", "U jien iċċekkjajtha.", "Jiftakar l-Onor.", "Leo Brincat meta kellna l-laqgħa tal- PAC fl-1 ta' Diċembru, 1998 - għal min ma jafx il-PAC huwa dak il-kumitat fejn ikun hemm id-diskussjoni ta' l-accounts tal-gvern - u allura ġie quddiemna s-segretarju permanenti tal-finanzi - dak li ma ħallewhx jixhed imbagħad meta kien hemm ta' l-HSBC, għax imbagħad is-Sur Dalli biss tkellem! - u jien bdejt nistaqsih dwar kif issawret l-istima ta' Lm110 miljun VAT ta' l-1996 li ma ntlaħqitx u ma ntlaħqitx bil-kbir, u ħarġet xi ħaġa kurjuża ħafna.", "Għandna on record, x'qal is-Sur Portelli - din ukoll se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - wieħed mill-aqwa civil servants li hawn bħalissa fil-pajjiż.", "Qalilna hekk:", "\"L-istima li għamel id-dipartiment tal-VAT għal kemm se jkun hemm VAT fl-1996 kienet xi ftit aktar minn dak li kien daħal fl-1995.", "Id- dipartiment qatt ma pproġetta li se jdaħħal dawk il-Lm110 miljun.", "Id- dipartiment xorta waħda ħass li ma kellux jagħmel stima daqshekk għolja pero' l-ministeru tal-finanzi dehrilhom mod ieħor.\"", "Mela ara x'ġara!", "L-esperti tal-VAT tawk stima fl-1996 u l-ministru tal- finanzi ddeċieda li l-istima jtellagħha biex jidher sabiħ u mbagħad waqgħetlu żorba, u mbagħad jiġi Dr Fenech Adami jwaħħalha fuq tal-Labour.", "Ara naqra!", "Se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, Sur President.", "(Onor. Membri : Hear, hear) Jista' jkun hemm xi ħaġa iktar ċara minn hekk?", "Din storja, imma rrridu ngħiduhom dawn l-affarijiet, ħalli nifhmu kif jistgħu jingħaġnu n-numri, u iktar u iktar jifhmu n-nies għaliex noqgħod insemmi tad-Daewoo.", "Kien hemm min qalli: Għaliex toqgħod issemmi tad-Daewoo?", "Imma skużi, id- Daewoo marret quddiem il-Bank of Valletta b'accounts li huma ffalsifikati, imħawda u l-Bank of Valletta tahom il-flus, emminhom.", "Grazzi, l-istess il- poplu Malti meta jkollna l-budget quddiemna, għax il-poplu jiġi ppreżentat bl-accounts u jrid ikun jaf jekk dawk l-accounts humiex veri jew humiex sħab.", "Billi jkollok in-numri quddiemek ma jfissirx li huma xi vanġelu!", "Allura waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu u li rridu nħarsu lejha bl- aktar mod ċar hija eżattament x'hemm moħbi wara n-numri u kif inbnew dawk in-numri u x'inhi l-intenzjoni ta' min qed juża dawk in-numri.", "Mela jiġi Dr Fenech Adami jgħidilna li għax il-Labour kien daqshekk effettiv fl- oppożizzjoni ma daħħlux il-flus!", "Ir-raġuni kienet li kien hemm sforz ta' ingann sħiħ għaddej bejn l-1994 u l-1996 u l-ingann kien biex minflok ikunu responsabbli u jgħidu: \"Il-pajjiż, bl-irresponsabbiltà tagħna, bil-ħela tagħna, qed iżid il-ħofra, qed iżid id-deficit strutturali u dan se jkun ta' deni għall-pajjiż\", minflok kellhom is-sens ta' responsabbilta' u ta' onesta li jgħidu din il-ħaġa, ipprovaw cooking the books, kif jgħidu bl- Ingliż, ikewsu ċ-ċifri.", "Hemm kelma oħra, creative accounting, kif tħawwad iċ-ċifri biex l-affarijiet jekk tridhom koroh jidhru koroh u jekk tridhom sbieħ tagħmilhom jidhru sbieħ.", "Il-poplu għandu dritt u naħseb li għandu d- dmir - u iktar ma jgħaddi ż-żmien għandu jkollu l-ħila u l-intelliġenza - li jistaqsi x'hemm moħbi wara ċ-ċifri u x'inhu eżattament il-mod kif ċifri mbagħbsa jistgħu jwasslu biex l-affarijiet jinħbew.", "Jien ngħid li anke ċ- ċifri li għandna llum huma mħawda biex jaħbu l-fatt li l-politika tal-gvern dwar dak li għandu x'jaqsam mad-deficit strutturali mhix qed taħdem.", "Anzi mhux talli m'huwiex jonqos id-deficit strutturali talli qed jiżdied għax il- verita' hi li din is-sena żdied.", "U x'inhi l-logħba din id-darba?", "Din id- darba l-logħba titlaq minn dak li tkellimt fuqu fit-2 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet, meta kelli nirrispondi għad-diskors tal-budget ukoll.", "Dik is-sena kellna l-gvern Laburista li mexxa sal-bidu ta' Settembru ta' dik is-sena u kellna l-gvern ta' Dr. Fenech Adami li minn Settembru sa l- aħħar tas-sena kien qed imexxi hu, u ġejna ppreżentati b'accounts għas-sena kollha, b'kontijiet tas-sena kollha, li fuqhom bdew jitgħabbew spejjeż li mhux veru kienu qegħdin hemm.", "Mhux veru kienu qegħdin hemm, jew aħjar mhux veru kienu qegħdin hemm bħala spejjeż li saru fl-1998 - arretrati kbar, per eżempju, spejjeż li ma kenux riferibbli għal dik is-sena u kienu saru b'deċiżjonijiet li ttieħdu wara Settembru ta' dik is-sena - kif ukoll imbagħad anke kambjamenti, u rajnieha f'ta' l-ilma wkoll.", "Meta qajjimt l- argument ta' kif intnefqu Lm13 miljun u mbagħad Lm23 miljun din is-sena fuq l-ilma, il-bravu Prof. Bonnici l-ewwel qal li kont qed inħarref u mbagħad ħareġ stqarrija fejn wera kif kienu ntlagħbu l-kotba fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet fuq l-ilma.", "Meta allura tħares lejn dawn trid tikkoreġi.", "Trid tikkoreġi, kif għamilna s-sena li għaddiet, Sur President, billi tnaddaf dak li kellu x'jaqsam mas-sena li għaddiet minn dak li ma kellux x'jaqsam mas-sena li għaddiet, ħalli tkun taf eżattament fejn qiegħed fuq bażi ta' deficit strutturali.", "Issa anke s-sena li għaddiet, meta ltqajna f'Novembru, tawna figuri u sa l-aħħar tas-sena tant kienu nbidlu dawk il-figuri li d-deficit enormi li qal li sab is-sena li għaddiet naqqsu xorta; kien għoli, u allura issa, b'deficit għoli s-sena li għaddiet, qed jgħid li din is-sena naqqas fuq li kien hemm is-sena li għaddiet.", "M'hu veru xejn, Sur President.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li taħdem ir-revenue minn sorsi lokali, li taħdem l-ispiża rikorrenti, li taħdem ukoll l-ispiża kapitali u minnha mbagħad tnaqqas, Sur President, biex inkunu ċari, il- bejgħ ta' l-assi - għax jekk qed tbigħ minn ġewwa dak ma tridx tgħoddu bħala dħul rikorrenti imma qisek qed tbigħ kommodina jew qisek qed tbigħ dar, tliftha darba għal dejjem - u tnaqqas ukoll id-dħul li qiegħed jgħid il-gvern, is-sinking funds of converted loans.", "B'hekk tkun taf eżattament x'inhi l-ħofra, id-deficit strutturali, li jirriżultalek minn ħruġ illi ġej minn sorsi lokali less id-dħul li għandek minn sorsi lokali, u għamilna adjustment, kif għamilna s-sena li għaddiet għal dak li ġara preċiżament is- sena li għaddiet.", "Jirriżulta minn din il-ħaġa, Sur President, illi s- sena li għaddiet id-deficit strutturali veru - mhux dak li qiegħed jgħid il- gvern - kien ta' Lm123 miljun u d-deficit strutturali din is-sena huwa ta' Lm139 miljun.", "Is-sena li għaddiet kien Lm123 miljun u din is-sena qiegħed Lm139 miljun, jiġifieri s-sena li għaddiet fuq din is-sena d-deficit żdied b'iktar minn 13%.", "Din hija r-realta`.", "Hawn hi r-raġuni għaliex qed jaqbdu panic l-gvern għax jaf li minkejja t-tbagħbis li qed jagħmel bil-figuri u biċ-ċifri, ir-realta` tibqa' dik li hi.", "Ma tistax inti toqgħod tbagħbas u tkun taf li qed tbagħbas u mbagħad ma tafx xorta waħda li l-vapur qiegħed jikkrollalek.", "Għalhekk hawn problema ta' ġid, fiduċja u direzzjoni f'dan il-pajjiż bħalissa, għax il-poplu m'għadux jemmen lil Dr. Fenech Adami u lis-Sur Dalli.", "Tajjeb li ngħid, Sur President, illi jekk tħares imbagħad lejn x'ġara realment is-sena li għaddiet, kieku bqajna mexjin kif kien qed jipprospetta li jimxi l-gvern Laburista, id-deficit strutturali kien se jonqos b'10%.", "Iva, is-sena li għaddiet kien se jonqos b'10%.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex tlifna l-elezzjoni, m'hemmx dubju, għaliex in- nies ma ħadux gost li konna qegħdin nagħmlu l-ekonomija u nkunu strinġenti fl-affarijiet.", "Nerġa' ngħid li b'10% konna nnaqqsu s-sena li għaddiet, waqt li din is-sena d-deficit strutturali reġa' żdied bi 13% u għalhekk ninsab inkwetat jien, Sur President.", "Ninsab inkwetat - u bil-permess tiegħek se npoġġi din it-tabella fuq il-Mejda tal-Kamra - għaliex ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-politika tal-gvern m'hijiex taħdem, u m'hijiex taħdem għar-raġuni li l-politika m'hijiex qed tagħti r-riżultat li kien qed jistenna minnha l-gvern, u biex jgħatti din il-ħaġa l-gvern qiegħed jara kif se jkompli jżid id-dħul billi jżid it-taxxi u l-pajjiż ma jiflaħx aktar taxxi, Sur President.", "Issa kemm hija reali s-sitwazzjoni, kemm huwa veru li l-gvern qiegħed jaħdem bis-serjeta' ħalli jikkoreġi d-deficit, ħalli jikkoreġi l-ispiża?", "L-ispiża rikorrenti din is-sena tiela' bi kważi 6%.", "M'hijiex sostenibbli din iż-żieda, hija prattikament l'istess żieda fi spiża rikorrenti li kellna s-sena li għaddiet.", "Dan għalija juri li m'hu veru xejn li l- problema tad-deficit qiegħda tiġi ffaċċjata.", "Issa l-gvern qed jgħid illi se jnaqqas dan id-deficit billi jżid id-dħul tiegħu mit-taxxi, Lm27 miljun aktar mill-income tax u mill-bolla tas-sigurta' u Lm21 miljun aktar mis- sisa u l-VAT.", "Dawn huma affarijiet li se jnaqqsu mill-purchasing power fil- pajjiż, se jnaqqsu mill-ħila tal-konsumatur biex jixtri u se jolqtu żgur mill-ġdid ħażin lin-negozju u l-kummerċ f'pajjiżna.", "Sadanittant il-gvern jidher li teknikament m'huwiex in control.", "Is-sena li għaddiet kienu qalulna li se jdaħħlu sistema ta' accruals accounting, jiġifieri sistema li biha nkunu nafu l-ispejjeż li huma referibbli għal din is-sena u l- ispejjeż li huma riferibbli għal snin oħra.", "Milli nista' nara din is- sistema ta' accruals accounting ma mxietx il-quddiem xejn għax fil-budget ma tissemma xejn.", "Kellna mbagħad il-farsa ta' kif f'dan il-budget tpoġġew charges tal-VAT fuq it-telephone, fejn bħal-lum ġimgħa l-Ministru Dalli qalilna illi kien irranġa mal-Maltacom biex żewġ terzi mill-ispiża tal-VAT teħodha fuqha l-Maltacom, u mbagħad kellna min-naħa tal-Maltacom ir-rifjut, iċ-ċaħda li kien hemm xi forma ta' konsultazzjoni bħal din.", "Anke hawn, il- mod kif qed jiġu ppreparati l-accounts, il-mod kif qed jiġu kkordinati l- accounts, il-kontijiet tal-gvern ma jiftehmux u m'humiex qegħdin jorbtu waħda ma' l-oħra.", "Issa l-aħħar punt li nixtieq nagħmel fuq din il-ħaġa huwa dwar l-ispiża li hemm proġettata min-naħa tal-gvern fuq it-travel u l-kontroll li qed juża l-gvern fuqha.", "Din tindika n-nuqqas ta' serjeta' li biha qed jiġi ppreparat il-budget.", "L-ewwelnett din is-sena l-gvern b'kollox se jkun nefaq, qed jgħid, is-somma ta' Lm900,000 fuq safar, waqt li għas-sena d- dieħla qed jgħid li se jonfoq is-somma ta' Lm1,151,000, żieda ta' kważi 27%.", "Kif tista' tittieħed li qed taħdem bis-serjeta' jekk taċċetta illi jkun hemm żieda bħal din fuq xi ħaġa li hija kontrollabbli?", "Is-safar tista' tikkontrollah u m'huwiex qiegħed jiġi kkontrollat.", "Żieda ta' 27% fuq is-safar hija xi ħaġa li tindika kemm m'hu veru xejn illi tabilħaqq qed issir ħidma ħalli d-deficit strutturali jiġi tackled.", "Allura x'inhi l- konklużjoni, Sur President?", "Il-konklużjoni hi li min-naħa m'hu veru xejn li l-gvern qed jirnexxielu jdaħħal ġid u fiduċja fl-ekonomija tal-pajjiż u m'hu veru xejn li qed joħloq opportunitajiet ġodda għall-poplu.", "Min-naħa l- oħra mbagħad, biex tgħaxxaqha, id-deficit strutturali, il-problema tal- ħofra, li qiegħda hemm u hija problema kbira għall-pajjiż, m'hijiex qed tiġi tackled u m'hu veru xejn li qed tiġi solvuta, anzi qiegħda ssir aktar akuta.", "Imbagħad hawnhekk trid tgħid: B'liema mod ħadem il-gvern?", "Is- soluzzjoni tal-gvern għal din il-problema hi illi jagħmel budget anti- soċjali, fejn idur fuq dawk li għandhom l-anqas dħul u dawk li għandhom medium income, income tan-nofs, u jpoġġi charges fuqhom għax jaf li lilhom l-aktar li jista' jross u jieħu mingħandhom.", "Għamel dan minflok kif konna ppruvajna nagħmlu aħna - u kien beda jirnexxielna - li nikkontrollaw l- ispiża u tabilħaqq nikkontrollaw il-ħala.", "Għaliex anti-soċjali, Sur President?", "Anti-soċjali għaliex miexi fuq żewġ binarji, u l-budget jagħmilha ċara li miexi fuq żewġ binarji.", "Minn naħa, kif diġa' għedt, qiegħed jintaxxa u jżid it-taxxa fuq il-familji bi dħul baxx u familji medji u, min-naħa l- oħra mbagħad, qiegħed jara kif se jqaċċat mill-oqsma kbar tal-qasam soċjali f'pajjiżna, mill-edukazzjoni, mis-saħħa u mis-sigurta` soċjali.", "Per eżempju, qalilna li se jpoġġi l-edukazzjoni bħala target, f'dipartiment u f'ministeru fejn 83% għal 85% mill-ispiża ġejja minn pagi.", "Imma l-mod kif tkellem dwar l-edukazzjoni l-ministru huwa assolutament tal-waħx, għax beda jqabbel l-iskejjel tal-gvern ma' l-iskejjel tal-Knisja mil-lat ta' kif jitmexxew u mil-lat ta' spejjeż.", "Jien ngħid: Isma', jaf x'qed jagħmel il- ministru?", "Il-ministru beda jikkwota minn rapport fejn taw dawn l-ispejjeż komparati, imma jaf li hemm rapport ieħor li jikkontesta l-findings ta' dak ir-rapport li kkwota minnu hu, rapport magħmul minn esperti ta' l- edukazzjoni f'pajjiżna, li jikkontestaw it-tip t'analisi u t-tip ta' logħob biċ-ċifri fir-rapport li semma hu?", "Jaf il-ministru, per eżempju, li hemm ħafna, jew aħjar hemm numru ta' skejjel tal-gvern li qegħdin f'postijiet imwarrba, jew f'postijiet diffiċli, għaliex huma areas illi għandhom bżonn ikollhom skola imma l- ebda skola privata ma tmur hemm?", "Jaf li fuq skejjel bħal dawk ikollok bilfors tonfoq iktar?", "Jaf jew ma jafx?", "Jaf, per eżempju, li fl-iskejjel tal-gvern hemm erba' darbiet iktar tfal b'diżabilita` milli hemm fl- iskejjel privati u tal-Knisja, u li dawn bilfors trid tonfoq iktar fuqhom biex iżżommhom għaddejjin?", "Allura mhux bilfors li jekk tqabbel ħaġa ma' l- oħra tkun qiegħed tqabbel ħassa ma' karrotta?", "U jaf, per eżempju, il- ministru, li anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni, hemm deċiżjonijiet għaddejjin, bħal, per eżempju, biex tinbena skola f'Ħal Kirkop minflok iż- Żurrieq, għaliex ifettillu hekk il-ministru, u dan meta l-esperti kollha ta' l-edukazzjoni jgħidu li jrid isir bil-maqlub?", "Dan it-tip ta' diskors jixxokkjana iktar u iktar, għaliex li ġara f'din l-aħħar sena kien li l- isforz li kien għamel gvern Laburista biex ninvestu iktar fir- riabilitazzjoni ta' l-iskejjel tal-gvern - minkejja li kienu jakkużawh li m'għandux kuxjenza soċjali - waqa' lura.", "Qegħdin jonfqu diġa' Lm400,000 kull sena fuq ir-riabilitazzjoni ta' l-iskejjel, u ċerti proġetti ta' riabilitazzjoni assolutament m'humiex qegħdin isiru.", "Jien għalhekk ngħid li assolutament telaq fuq linja ħażina.", "Jekk biex isolvi l-problema ta' l- ispejjeż li għandu mingħalih li se jdur fuq l-iskejjel tal-gvern, naħseb li mhux biss ikun qed jagħmel dnub soċjali kbir imma jkun qed jagħmel żball strateġiku kbir għaliex huwa fl-interess ta' dan il-pajjiż li l-gvern jinvesti iktar fl-edukazzjoni tal-poplu, jinvesti iktar fis-settur primarju, sekondarju u sekondarju tekniku, inkluż il-persuni b'diżabilita`.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad dwar is-saħħa, Sur President, għaliex hawnhekk l-istess, għamel target fuq is-saħħa.", "Issa jien ukoll nitkaża li meta jitkellem dwar is-saħħa, l-ewwel ħaġa li jsemmi l-ministru tal-finanzi hija kemm jiġu jiswew l-operazzjonijiet tal- by-pass tal-qalb, bħallikieku li dik hija l-problema ta' l-ispiża.", "Jien kont nistennieh, per eżempju, isemmi kif il-Ministru Deguara, sieħbu, qabad u qabbad lil wieħed mill-canvassers tiegħu - ma nafx kemm tah paga - biex jieħu ħsieb il-karozzi tal-ministeru, tad-dipartiment, meta diġa' hemm xi ħadd mid-dipartiment jew mill-ministeru li jista' jagħmilha dik il-biċċa xogħol.", "Jien kont nistennieh ukoll li jsemmi l-biċċa xogħol ta' Skanska, fejn matul din l-aħħar sena l-gvern ta' Dr. Fenech Adami qabad u fl-isptar Tal-Qroqq ta kollox - l-iddisinjar, il-project management, il-kostruzzjoni - f'idejn Skanska.", "Jekk hemm xi ħaġa li hija dispendjuża, imprudenti, li twassal għal spejjeż li ma tistax tikkontrollahom u li tnaqqas it- trasparenza, hija preċiżament dik.", "Jien naħseb li anke fuq dan il-binarju, il-mod kif qegħdin jindirizzaw il-problema hija tal-faċċata.", "Taparsi qed juru jew iridu juru li qegħdin jipprovaw jikkontrollaw id-deficit u m'huma qegħdin jagħmlu xejn minn dan kollu, anzi qegħdin jirrinforzaw kurrenti anti-soċjali fil-pajjiż.", "Daqskemm mhux interessanti d-diskors li sar fil-budget, u anke fid- diskors ta' wara l-budget, dwar l-iskartar li jkun hemm minn fuq ir- reġistru, nies li jirreġistraw u mbagħad jaħdmu xorta waħda!", "Jien naħseb li bilfors trid titbissem meta tisma' xi ħaġa bħal din, għax aħna smajna l- istorja ta' wieħed mid-deputati tal-gvern minn Għawdex illi jirrakkonta kif tnejn mill-kostitwenti tiegħu ġew imbollati għax inqabdu jaħdmu meta kienu jirreġistraw.", "U dan ta' raġel li hu qalilhom: Jiddispjaċini, jekk inqbadtu taħdmu meta qed tirreġistraw, taqilgħuha tridu.", "Imbagħad jumejn, tlett ijiem wara jmorru għandu u jgħidulu: Inti ma rranġajtilniex imma s- Sinjura Debono irranġatilna, taf, u erġajna qegħdin fuq il-lista!", "Kif irridu neħduhom bis-serjeta' dawn il-ħafna kliem li se jagħfsu u mhux se jagħfsu?", "Għaliex ma nibdewx billi nikkorreġu t-taħwid li għaddej fil-grupp parlamentari Nazzjonalista stess?", "Minn hemm irridu nibdew.", "(Onor. Membri : Hear, hear)", "Issa niġi għall-famużi taxxi, il-miżuri anti-soċjali tal-budget, ix-xita ta' swat li kien hemm f'dan il-budget.", "Nerġa' nsostni li l-aktar li hemm anti-soċjali f'dan il-budget huwa li waqt li l-politika tal-gvern mhijiex qed tirnexxi, għax mhix politika li tagħmel sens, li hija vijabbli, li tabilħaqq tiddefendi l-interess tal-Maltin, il-gvern qiegħed jillapazza billi jżid il-piż tat-taxxi u qed jagħmilha bl-aktar mod qawwi.", "M'hemmx dubju, u għalhekk hawn din ir-rabja kollha fil-pajjiż.", "Jien nistaqsi, per eżempju, jekk sarx xi studju fuq l-impatt soċjali ta' dawn il-miżuri.", "Daqskemm kienu qalu li hemm bżonn ta' studju fuq l-impatt soċjali tar-rati tad-dawl u l-ilma!", "Fuq dawn il-miżuri tal-budget sar studju ta' l-impatt soċjali?", "Jien konvint li ma sarx.", "Jekk int skandalizzajt ruħek bl-effett tal-budget ta' l-1998 fuq iċ-ċittadin, iktar imissek tiskandalizza ruħek bl-effett li se jkollhom fuq iċ-ċittadin il-miżuri ta' dan il-budget, u bil-provi!", "Imma iktar minn hekk, l-istrateġija li qed jitkellmu dwarha kienet ħarġet fil-pubblikazzjoni tal-budget li għadda, ''consolidated accounts structure, trends and projections 1985 to 2004'', fejn kitbu hekk - se naqleb bil- Malti dak li kien miktub bl-Ingliż -", "\"Minn sena għal sena għandna niżguraw li nżommu l-għan tagħna li nżidu d-dħul tagħna aktar mill-ħruġ.", "Jekk minkejja dawn l-isforzi dawn it- targets ma jintlaħqux, allura sejrin induru għal tassazzjoni sostenibbli biex inpattu għad-differenza.\"", "Mela din hija ċara, miktuba, li se jżidu t-tassazzjoni kull meta l-ispiża tiġrilhom 'il quddiem u sabiex ilaħħqu magħha jżidu t-tassazzjoni għad- dħul.", "Dan kollu jmur kontra l-loġika ta' kif taħdem l-ekonomija tagħna - għax aktar ma jiġbed taxxi l-gvern aktar qiegħed jolqot, aktar qiegħed jimmina l-ekonomija u t-tmexxija ekonomika fil-pajjiż - u juri wkoll tendenza sħiħa biex l-attakk tat-taxxi jsir fuq dawk li għandhom dħul baxx jew dħul medju.", "Ara kemm għajruna li ma kellniex kuxjenza soċjali fl-1998, imma aħna qgħadna attenti li nagħmlu ħafna affarijiet.", "Per eżempju, fuq it- tariffi tad-dawl u l-ilma konna għedna li se jkun hemm faxxa ta' nies li qegħdin bir-relief jew li ma jaħdmux li se jkunu eżenti miż-żidiet.", "Fuq l- istess suġġett għedna li lesti nbiddlu l-affarijiet fejn jiġi pprovat lilna li hemm hardship qawwi ħafna, u għamilnieha.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' taxxi mbagħad qgħadna żguri u konna żguri li se ndaħħlu taxxi li jolqtu wkoll lil min qiegħed fin-naħa ta' fuq, lil min għandu karozza Mercedes kbira, lil min għandu yacht kbir, ħalli għallinqas tibbilanċjaha l-ħaġa.", "Imma f'dan il-budget xejn!", "Għalhekk jien ngħid li m'humiex jirnexxilhom idawru r-rota, ma rnexxielhomx idawru r-rotta, allura qegħdin iduru fuq min jistgħu jiġbdu, fuq iż-żgħar u fuq dawk li qegħdin fin-nofs, biex ikunu jistgħu jillapazzaw il-problema li għandhom quddiemhom.", "Nerġa' nsostni, Sur President, li l-ingann joħroġ ukoll mill-kwestjoni tad-dawl u l-ilma.", "Kemm qalulna u sawtuna li fuq id-dawl u l-ilma konna assolutament bla kuxjenza soċjali!", "Issa jirriżulta li minkejja l-ħafna diskors, il- ħlasijiet li se jkollu jagħmel il-poplu għall-ilma se jkunu qawwija u qawwija bil-kbir.", "Biżżejjed tħares fuq in-naħa ta' wara tal-kont biex tifhem kif se jkomplu jiżdiedu t-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Imma wieħed jista' jħares ukoll, kif għamilt jien, lejn il-kontijiet li ppreżenta l- gvern stess għall-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, kontijiet li juru kemm il-gvern qed jistma li jdaħħal is-sena d-dieħla mill-ilma li qed jirreġistra u jagħmel billing tiegħu lill-konsumatur.", "Allura hawnhekk qed inkunu ċari li qed nitkellmu fuq ilma li qed jasal għand il-konsumatur din is-sena u fis-sena 2000, imqabbel mad-dħul billed tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma fuq ilma fis-sena 1996/1997.", "Mela qed inqabblu żewġ affarijiet, għax qed inqabblu kemm qed jistma li jdaħħal il-gvern is-sena d-dieħla fuq billing ta' ilma lill-konsumaturi, ma' kemm ħarġet billings u daħħlet il-WSC fl-1996/1997, meta ma kienet għadha bdiet xejn mill- istorja ta' l-ilma.", "Mela, Sur President, id-dħul minn ilma billed fl- 1996/1997 kien ta' ¥4.6 miljun.", "Issa l-gvern qed jgħid li għas-sena d- dieħla fuq l-istess ammont, fuq l-istess billing ta' ilma, se jdaħħal ¥11 miljun.", "Mela l-piż fuq il-konsumaturi aktar milli se jirdoppja u allura jiena ngħid li l-propaganda tagħhom jistgħu jibqgħu jirrepetuha kemm iridu imma l-poplu jinduna b'dawn l-affarijiet u għalhekk hawn din ir-rabja kollha.", "Suppost li din kienet il cavallo di battaglia ta' l-Onor.", "Fenech Adami u issa għas-sena d-dieħla qed jippjana li jdaħħal aktar mid-doppju minn fuq il-konsumaturi.", "Issa jekk din hijiex xi ħaġa li turi l-ingann ta' dan il-gvern naħseb li kulħadd jista' jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "Sur President, is-sens anti-soċjali joħroġ bl-aktar mod ċar mill-miżuri konkreti li joħorġu minn dan il-budget, li diġa' semmejthom, fosthom il- bolla, l-income tax, il-ħobż, il-petrol, it-trasport pubbliku, it- telephones, il-VRT, ix-xorb, l-ilma u d-dawl u s-sigaretti.", "Għalhekk aħna għamilna eżerċizzju biex naraw ftit kif se jintlaqtu l-familji minn din il- ħaġa u naħseb li kien imporanti li dan l-eżerċizzju jsir ħalli naraw ftit fejn qegħdin.", "Jiena tlabt li jekk huwa possibbli dan l-eżerċizzju nagħmluh - u għamilnieh flimkien - fuq l-istess bażi li l-Onor.", "Fenech Adami kien għamel eżerċizzju biex jara kif se jintlaqtu l-familji mill-budget għall- 1998, li kienu qalulna li kien bla kuxjenza soċjali.", "Allura ħarisna ftit lejn familja b'żewġt itfal taħt l-għaxar snin, familja b'karozza waħda.", "Rajna familja bi tlett itfal bejn għaxar snin u 20 sena b'karozza waħda - f'dan il-każ l-Onor.", "Fenech Adami kien għażel li jkollhom żewġ karozzi u aħna għażilna li jkollhom karozza waħda - u rajna wkoll a single parent family b'żewġt itfal, u rajna kif dawn kollha se jiġu affettwati bil-miżuri tal-budget.", "Rajna mbagħad id-dħul ta' kull familja.", "Fil-każ ta' familja b'żewġt itfal taħt għaxar snin, b'karozza waħda - dawn allura jkollhom it- tfal imorru l-iskola, il-karozza jużawha għal ċerti affarijiet - u jew ikollhom income ta' ¥3,000, jew income ta' ¥4,000, jew income ta' ¥5,000, jew income ta' ¥6,000, jew income ta' ¥7,000 jew income ta' ¥8,000 fis- sena.", "Meta l-Onor.", "Fenech Adami għamel il-kalkoli tiegħu sentejn ilu ma kellux din il-kumplikazzjoni għaliex aħna ma konniex missejna l-income tax u ma konniex missejna n-national insurance!", "Dawk huma l-miżuri anti- soċjali li nnova fuqhom ukoll dan il-partit.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Meta taħdem iż-żidiet fin-national insurance, fl-income tax, żidiet tal- VRT, tal-petrol, tax-xorb, tat-telephones, tal-ħobż, tat-trasport pubbliku, ta' l-ilma u dawl u tas-sigaretti, issib illi familja illi għandha dħul ta' Lm3,000 se tkun qed iżżid in-nefqa tagħha fis-sena b'Lm261, jiġifieri Lm5.02 fil-ġimgħa.", "Familja li għandha dħul ta' Lm4,000 se tkun qiegħda żżid in-nefqa tagħha fis-sena b'Lm287 jew inkella Lm5.52 fil-ġimgħa.", "Familja illi għandha dħul ta' Lm5,000 fis-sena se tkun qed iżżid in-nefqa tagħha fis-sena bi Lm300 jew inkella żieda fin-nefqa kull ġimgħa ta' Lm5.77.", "Familja li għandha żewġt itfal taħt l-għaxar snin u karozza waħda li għandha dħul ta' Lm6,000 fis-sena se jkollha żieda fin-nefqa fis-sena ta' Lm350 u kull ġimgħa dik tiġiha Lm6.73.", "Familja li għandha dħul ta' Lm7,000 fis-sena se jkollha żieda fin-nefqa fis-sena ta' Lm417 jew inkella żieda fil-ġimgħa ta' Lm8.02.", "Fl-aħħarnett familja li għandha dħul ta' Lm8,000 fis-sena se jkollha żieda fin-nefqa f'sena ta' Lm482, jiġifieri f'ġimgħa din se tkun qed tonfoq Lm9.27 aktar.", "Mela qed ngħidu illi għal din ir-range ta' familja, b'żewġt itfal taħt l-għaxar snin, u b'karozza waħda, bi dħul ta' bejn Lm3,000 u Lm6,000, din il-familja se jkollha tiffaċċja żieda fin-nefqa ta' bejn Lm261 u Lm482 f'sena.", "Jiena staqsejt: Imma allura familja bħal din kemm kien ġabha li se tmur lura bil-kalkoli tiegħu Dr. Fenech Adami tad-dawl u l-ilma - u kien ħawwadhom ftit dawk il- kalkoli! - fil-budget għall-1998?", "Mela din is-sena se tkun qed tinvolvi spiża addizzjonali ta' Lm261 u, skond Fenech Adami, fl-1998 in-nefqa ta' familja bħal din kienet se tkun ta' Lm257; mela lanqas din is-sena Lm261 u dik is-sena Lm257.", "Allura jekk aħna konna bla kuxjenza soċjali dak iż- żmien, mela x'inhuma dawn, Sur President, li rebħu l-elezzjoni fuq id-dawl u l-ilma u qalu kemm konna kefrin!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Issa ser indur għall-familja bi tlett itfal - u t-tfal għandhom bejn għaxar snin u għoxrin sena - u b'karozza waħda.", "Issa Fenech Adami qal li jkollhom żewġ karozzi, imma ejja nagħmluhom b'karozza waħda aħna u naraw ftit.", "Aħna ħarisna lejn familja li għandha Lm3,000 fis-sena, familja li għandha Lm4,000 fis-sena, familja li għandna Lm5,000 fis-sena, familja li għandha Lm7,000 fis-sena u familja li għandha Lm8,000 fis-sena.", "Ikkontjajna n-national insurance, l-income tax, il-VRT, il-petrol, ix-xorb, it-telephones, il-ħobż, it-trasport pubbliku, l-ilma u d-dawl u s- sigaretti.", "Mela familja bi Lm3,000 se jkollha żieda fin-nefqa kull sena ta' Lm337, jiġifieri Lm6.48 fil-ġimgħa.", "Familja b'Lm4,000 dħul se jkollha żieda fin-nefqa kull sena ta' Lm363, jiġifieri żieda kull ġimgħa ta' Lm6.98.", "Familja li għandha dħul ta' Lm5,000 fis-sena, bi tlett itfal din, se jkollha żieda fin-nefqa ta' Lm376, jiġifieri Lm7.23 fil-ġimgħa.", "Familja li għandna Lm6,000 fis-sena se jkollha żieda fin-nefqa ta' Lm400.26, jiġifieri Lm8.19 fil-ġimgħa.", "Familja li għandha dħul fis-sena ta' Lm7,000 se jkollha żieda fin-nefqa ta' Lm493, ċioe' Lm9.48 fil-ġimgħa.", "Familja li għandna dħul ta' Lm8,000 għandha żieda fin-nefqa fis-sena ta' Lm558, jiġifieri Lm10.73 fil-ġimgħa.", "Jien ngħid li għalhekk indannaw in- nies, jarawhom jidħku lil Fenech Adami, lil Dalli u lil Bonnici fuq NET Television!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Iżda kemm stmahom għal familja bħal din Dr. Fenech Adami meta kien qed jagħmel il-kalkoli tiegħu?", "Issa hemmhekk Dr Fenech Adami qabbel żewġ karozzi u allura ġabha Lm434.", "Inneħħu Lm60 minnhom biex inkunu żguri għall-karozzi u nsibu allura li hu ġabha Lm370; mela ġie taħtna fil-kategorija ta' Lm3,000 u Lm4,000, u minn Lm5,000 'il fuq, dejjem 'il fuq, dejjem qed ipoġġi charges akbar fuq il- familji.", "Jien nistaqsi lil Dr. Fenech Adami: Għamilt studju ta' l-impatt soċjali fuq din il-ħaġa?", "Għax kont tistaqsi lilna għall-impatt soċjali?", "Għamilt studju ta' l-impatt soċjali fuq din il-ħaġa?", "U b'liema wiċċ tiġi tgħidli li dawn m'humiex negozjabbli?", "Għaliex m'għandhomx ikunu negozjabbli?", "Ikkonsultajtu mal-unions?", "Ikkonsultajtu man-nies l-oħra li għandhom x'jaqsmu, li huma b'xi mod jew ieħor konċernati minn dawn l- affarijiet?", "Tafu jew ma tafux li hemm aspettattiva ħażina qawwija fil- pajjiż minħabba dan kollu?", "Tafu li l-inċertezza qed tiżdied?", "Għajjartuna daqstant, imesskom tgħallimtu issa!", "Kif, dawn l-affarijiet insejtuhom?", "Hekk, f'daqqa waħda?", "Bye bye kull ħaġa li għedtu?", "U jien ngħid: Mhux bilfors!", "Għalhekk irrabjati n-nies.", "Dażgur li jkunu rrabjati meta jaraw inkuranza bħal din!", "M'huwiex negozjabbli, ħej!", "Daqshekk, lesta m'humiex negozjabbli dawn l-affarijiet!", "Imma ma rridx ninsa lanqas, Sur President, il-familji ta' single parents b'żewġt itfal, u hawnhekk għamilna erba' fillieri; familja ta' single parent b'żewġt itfal bi Lm3,000 fis-sena, b'Lm4,000 fis-sena, b'Lm5,000 u b'Lm6,000 fis-sena, u rajna ftit kif se jintlaqtu mill-N.I., mill-income tax, mill-VRT, mill-petrol, mix-xorb, mit-telephones, mill-ħobż, mit- trasport pubbliku, mill-ilma u d-dawl u mis-sigaretti.", "Mela jekk familja b'single parent u żewġt itfal għandha Lm3,000, hemmhekk se jkollha żieda fin-nefqa fis-sena ta' Lm268.", "Jekk din il-familja għandha dħul ta' Lm4,000, mela għandha żieda fin-nefqa fis-sena ta' Lm291, jiġifieri kull ġimgħa se tiġiha Lm5.60.", "Jekk inħarsu lejn l-istess familja li għandha dħul issa ta' Lm5,000 fis-sena, din se tiġiha żieda fin-nefqa ta' Lm354, jiġifieri żieda ta' Lm6.81.", "Jekk inħarsu lejn familja bħal din li għandha Lm6,000 fis-sena, hawnhekk iż-żieda fin-nefqa tagħha se tkun ta' Lm379, żieda fin-nefqa kull ġimgħa ta' Lm7.29.", "L-iżgħar nefqa hija ta' Lm268 u l- ogħla nefqa ta' Lm379 fis-sena.", "U wieħed jistaqsi: Imma mbagħad għal familja bħal din kemm kien ġabha Dr. Fenech Adami bil-miżuri tal-budget ta' l-1998, li kien daqshekk tkaża bihom?", "Daqskemm kien tkaża li m'għandniex kuxjenza soċjali!", "Kemm kien ġabha fuq din il-ħaġa?", "Dak iż-żmien tkaża daqstant għax ġabha Lm166 fis-sena imma issa hu qed ipoġġi charges għad- detriment ta' l-istess familji li jvarjaw minn Lm268 għal Lm379, jiġifieri Lm102 iktar fl-inqas każ.", "U jien ngħid: Imma affarijiet bħal dawn jistgħu jsiru f'dan il-pajjiż qisu ma ġara xejn?", "Huwa veru li ż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma imma naħseb li wiċċkom infurrat biż-żejt ukoll, tafux, biex tagħmlu dawn l-affarijiet u qisu ma ġara xejn u toqogħdu tidħku!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mhux ta' b'xejn illi l-poplu huwa rrabjat għax l-ingann tant hu kbir u tant huwa totali illi min akkuża lil ħaddieħor li ma kellux kuxjenza soċjali veru wera illi lanqas kuxjenza m'għandu, apparti mill-ipokrezija.", "Għalhekk huwa budget anti-soċjali, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Se npoġġi dawn fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll u nistgħu naslu għall-konklużjonijiet fuq dan is-suġġett, Sur President.", "Iva, il- poplu għandu raġun ikun irrabjat.", "Il-poplu għandu raġun ikun irrabjat għax ġie ingannat bil-wegħdi li Dr. Fenech Adami se jagħmel affarijiet sbieħ u m'għamilhomx; bil-wegħdi li se joħloq fiduċja ġdida u m'għamilhiex, bil-wegħdi li se jiftaħ toroq ġodda għall-Ewropa li minnhom se jkunu ġejjin Lm100 miljun fis-sena u ma ġewx.", "Imma aktar minn hekk issa, lill-poplu bellagħħielu li l-Partit Laburista kien partit li tilef il-kuxjenza soċjali, li kien hu issa l-kavallier il- ġdid tal-kuxjenza soċjali fil-pajjiż!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-poplu emmnu - għax kien hemm min jagħtih spalla biex jgħinu wkoll - imma issa li l-affarijiet inqalbu l-poplu qed jinduna li l-imperatur m'għandux ħwejjeġ u li effettivament l-unika soluzzjoni li għandu Dr. Fenech Adami biex jibqa' fil-wiċċ huwa li jisloħ it-taxxi minn fuq il-poplu bl-aktar mod anti- soċjali, l-aqwa li jkompli jillapazza.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Ħaġa bħal din se tagħmel ħażin lil żewġ affarijiet.", "Se tagħmel ħażin lill- ekonomija tal-pajjiż, Sur President, u se tagħmel ħażin ukoll għax se tattakka l-fibra soċjali, dik li jgħidulha l-koeżjoni soċjali tal-pajjiż.", "Aktar u aktar għax dieħla l-mentalita' u qed tinħass illi mhux veru li sempliċement l-affarijiet jiġu deċiżi skond l-interess nazzjonali imma li jiġu deċiżi skond l-ossessjoni ta' Fenech Adami fuq l-Ewropa u wkoll skond il-mod kif nies li ma tkunx taf eżattament fejn qegħdin ifasslu l- affarijiet.", "Jiena ninkwieta fuq din il-ħaġa.", "Ninkwieta aktar u aktar fil- kuntest imbagħad tal-punt l-ieħor li bih Dr. Fenech Adami qed jipprova jillapazza l-problema li ħalaq hu stess, il-privatizzazzjoni, għax jinħass ċar issa illi s-salvauomo tagħhom huwa min-naħa l-privatizzazzjoni u min- naħa t-taxxi li jagħfsu fuq iż-żgħar u fuq dawk ta' middle income, ta' l- income tan-nofs.", "Jiena nemmen illi fuq il-privatizzazzjoni hemm bżonn li niddiskutu aktar fid-dettall Sur President, għax elementi li ħarġu f'din l-aħħar sena fuq il- privatizzazzjoni huma affarijiet li mhux sew li saru kif saru.", "Nemmen ukoll li l-poplu jaf li mhux sew li saru kif saru.", "Aħna għednilhom li l- mod kif biegħu, per eżempju, 'il Mid-Med Bank, kien assolutament kemm inkompetenti teknikament u kemm kontra l-interess nazzjonali.", "Issa dn ser insemmiha biss mil-lat finanzjarju.", "Kieku ħadu l-ideat tagħna fuq il-Mid- Med Bank, kieku mill-anqas kien jidħol fil-kaxxa ta' Malta Lm40 miljun aktar milli daħal.", "Imma mbagħad meta kien fl-assemblea ġenerali tal-partit tiegħu, Dr. Fenech Adami qalilhom: U iva, billi Lm10 miljun 'l hemm u Lm10 miljun 'il hawn, x'inhi l-importanza!", "Issa qed narawha l-Lm10 miljun 'l hemm u l-Lm10 miljun 'l hawn!", "Għax l-Lm10 miljun 'l hemm u l-Lm10 miljun 'l hawn qed neħduhom minn fuq it-taxxi żejda li qed jiġu mpoġġija bħala charge fuq familji b'żewġt itfal taħt l-għaxar snin, familji b'single parent b'żewġt itfal u familji bi tlett itfal bejn l-10 snin u l-20 sena!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imbagħad nibqa' ngħid xorta waħda, Sur President, assolutament m'huwiex aċċettabbli l-mod kif sar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank.", "Ma tawniex l-ebda spjega ċara ta' kif saru l-affarijiet.", "Kellna sempliċement lill-Ministru Dalli u jirrispondi hu, kollox hu!", "Lil nies oħra li kellhom x'jaqsmu u ħadmu neħħihom min-nofs, u jiena nistaqsi hawn issa: Veru jew mhux veru illi qabel sar il-bejgħ kien hemm żjara sigrieta tas-Sur Joe Tabone ġewwa Londra, fejn tkellem man-nies ta' l-HSBC u qatt ma kellna rapport fuqha din il-ħaġa?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Veru jew mhux veru?", "U nistaqsi wkoll: Veru jew mhux veru illi ż-żewġ valutazzjonijiet li taparsi ħadem fuqhom il-gvern - il-valutazzjoni li saret fuq kemm jiswa' il-Mid-Med u mbagħad il-valutazzjoni illi saret taparsi biex tiċċekja l-ewwel waħda - ħarġu mill-istess sors, li huwa qrib ta' l-HSBC?", "Ejja ngħiduhom dawn l- affarijiet, ejja niċċarawhom dawn l-affarijiet.", "Tajjeb li hawn dan il- parlament, biex nagħmluha ċara għal min qed nirriferi - qed nirriferi għall- istockbroker ta' l-HSBC, tal-Midland Bank hawn Malta - u għalhekk li ma ridux jagħtuna l-isem ta' min kien.", "Fiż-żewġ każijiet kien mill-istess sors li ħarġet l-analisi, fattwali jew le, ta' kemm kien jiswa' l-HSBC, kemm kien jiswa' l-Mid-Med.", "L-istess ħaġa mbagħad, għax b'liema mod il-Bank of Valletta ġie ordnat ibiegħ ix-shares li kellu tal-Mid-Med Bank bil-prezz li bigħhom il-Ministru Dalli?", "Il-BOV suppost li huwa bank indipendenti u awtonomu mill-gvern u allura għallinqas trid tħallilu l-awtonomija li jiddeċiedi hu b'liema prezz se jbiegħ ix-shares tal-Mid-Med Bank, imma minflok ġie ordnat ibiegħ dawn ix-shares bil-prezz li kien biegħhom il-gvern.", "Minn dak iż-żmien ix- shares tal-Mid-Med Bank telgħu ħafna u allura ara kemm tellfu lill- azzjonisti tal-BOV.", "Jiena għalhekk ngħid li min jaħseb li se jagħlaqli ħalqi li nkompli nistaqsi u nesiġi li jsiru investigazzjonijet serji fuq l- operat tal-BOV, mhux l-inqas fil-każ tad-Daewoo, qed jiżbalja.", "Dan aktar u aktar meta joħorġu fatti bħal dawn li juru li mhu veru xejn li l-BOV jaħdem b'mod awtonomu imma jirrispondi għal pressjonijiet politiċi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, nerġa' nagħmilha ċara wkoll li huwa assolutament kundannabbli li l-ministru tal-finanzi ma rrealizzax li fuq dawk l- affarijiet li staqsejtu jiena għandu konflitt ta' interess.", "U nagħmluha ċara li m'huwiex il-ministru tal-finanzi li jiddeċiedi jekk għandux konflitt ta' interess jew le imma l-poplu.", "U l-poplu qed jiddeċiedi wkoll.", "Ħalli nkomplu imma fuq din it-triq, triq li turina kif effettivament il- gvern qed jgħid li għas-sena d-dieħla se jkun qed jivvaluta li jdaħħal mill- privatizzazzjoni s-somma ta' ¥52 miljun, għaliex qed nassumi li parti mill- flus ivvotati se jidħlu diġa' minn ta' l-HSBC u se jidħlu s-sena d-dieħla.", "Imma skużi, kif min-naħa qed jgħid li se jdaħħal ¥52 miljun u min-naħa l- oħra fid-dokumenti li ppubblika qed jgħid li se jbigħ il-BOV, il-freeport, il-lotterija u l-Malta international airport sa l-aħħar tas-sena?", "X'inhi l-logħba li qiegħda tintlagħab?", "Sur President, jiena naħseb li dawn huma mistoqsijiet li ċertament iridu jsiru għaliex, nerġa' ngħid, il-mod kif qed jitmexxew il-finanzi f'dan il- pajjiż m'huwiex sodisfaċenti.", "Il-mod kif qed titmexxa 'l quddiem l- ekonomija tal-pajjiż m'huwiex sodisfaċenti u allura meta jkollna dan it-tip ta' skariġġi, dawn iwasslu għat-tip ta' konklużjonijiet li jridu li l-bejgħ ta' dawn l-assi jsir man to man, ma' dawk li qed jissejħu strategic partners, ma' nies u kumpanniji magħżula minn qabel.", "U jiena ngħid li m'huwiex aċċettabbli li naħdmu b'dan il-mod.", "Aħna għedna li hemm bżonn isir ċertu ammont ta' privatizzazzjoni, pero' min-naħa l-oħra m'aħniex se nkunu lesti naċċettaw li din il-privatizzazzjoni tibqa' ssir bil-mod kif qed jippjanta l-gvern, fejn jagħżel xi ħadd ma' min jinnegozja, jinnegozja fil-magħluq u mbagħad jiġi l-ministru tal-finanzi jgħidilna li sar il-bejgħ u jagħti risposti fuq din il-bażi.", "Jekk il-gvern ma jridx li jinħoloq it- trouble fil-pajjiż għandu joqgħod attent kif jimxi 'l quddiem fuq l-issue tal-privatizzazzjoni għaliex din hija xi ħaġa serja.", "Qegħdin inbiegħu l- assi tal-pajjiż, qegħdin inbiegħu l-assi tal-poplu u jekk inbiegħuhom bil- galbu, wieħed ikun jista' jifhem li hemm affarijiet li jridu jsiru, imma jekk min-naħa hemm politika finanzjarja irresponsabbli għaddejja u min-naħa l-oħra mbagħad ikunu qed isiru dawn il-maniġġi, biex ċerti qtates ħoxnin ikomplu jeħxienu u jkomplu għaddejjin, hekk le għax imbagħad il-gvern isib lill-oppożizzjoni Laburista four-square kontra tiegħu fuq din il-ħaġa.", "Diġa' qegħdin naraw wisq deċiżjonijiet anti-soċjali jittieħdu u allura wieħed irid iħares 'il quddiem fuq din il-ħaġa.", "Sur President, li qed jinkwetani f'dan kollu huwa l-mod kif qed naraw ċaqliqa biex il-forzi li jiddefendu u jħarsu l-interessi ta' min hu minn taħt jiġu mminati u mċaħħda mis-saħħa tagħhom biex ikunu jistgħu jiddefendu tassew l-interessi tal-ħaddiema, dawk li għandhom dħul medju, dawk li qegħdin minn taħt.", "Jiena nikkundanna bil-kbir, per eżempju, id-deċiżjoni tal-gvern li jtella' lill-attivisti u lil-leaders tal-GWU quddiem il-qorti biex mingħalih jintimidahom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hija parti minn strateġija maħduma din, strateġija biex jipprovaw jintimidaw lil min qiegħed hemm biex dawn l-affarijiet, dawn il-ħniżrijiet li qed isiru, jirreżistihom u ma jħallihomx għaddejja.", "Jien ngħid ukoll li fuq din il- ħaġa l-Partit Laburista, l-oppożizzjoni Laburista se tkun four-square wara l-leaders tal-GWU u wara dawk kollha li qegħdin jitressqu l-qorti.", "Bl- istess mod nappella lill-gvern illi jikkonsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu.", "Mhux se jgħidilna li mhux negozjabbli wkoll!", "Għalfejn fi żmien fejn hawn din ir-rabja kollha fil-pajjiż fi żmien fejn qed jinħmew elementi ta' diżgwid fil-pajjiż, minħabba d-deċiżjonijiet ħżiena tal-gvern, joħloq konfront ieħor magħha din il-biċċa tax-xogħol?", "Għaliex il-gvern ma jaċċettax li fuq ħaġa bħal din ma kienx hemm għalfejn?", "Ara aħna meta kellna l-problema tal-freeport, Sur President, u kellna l- problemi mal-UĦM, iva, kien hemm min ta parir lill-gvern ta' dak iż-żmien, lill-gvern Laburista, biex intellgħu lill-attivisti u lill-mexxejja tal-UĦM il-qorti, għax skond huma kienu għamlu ċerti affarijiet li ma messhomx saru.", "Forsi veru li għamlu ċerti affarijiet li ma messhomx għamlu, imma skużi, jekk għandek leader ta' union jew attivist ta' union li fil-mument jaħseb li għandu jagħmel hekk biex jiddefendi l-interess tal-ħaddiema, allura skużi, anke jekk temmen li għamel ħażin, allura ttellgħu l-qorti?", "X'inhu l-ħsieb warajha din?", "X'inhi l-intenzjoni, li taparsi b'dan il-mod nimminaw u nintimidaw lill-mexxejja ta' l-unions?", "Jien norbot din kemm mal- politika anti-soċjali tal-gvern f'dan il-budget u norbotha wkoll mal-mod kif il-gvern qed jaħseb biex jipprivatizza, waħda ma' l-oħra, Sur President.", "F'dan il-pajjiż qed naraw sforz biex jiċċaqlaq il-bilanċ ta' kif jiġu deċiżi l-interessi fil-pajjiż, u dan il-budget huwa pass kbir biex il- gvern mingħalih jilħaq din il-bidla ta' interessi, ta' ċaqliq fl-interessi.", "Għaliex irid jagħmel hekk?", "Irid jagħmel hekk, Sur President, għaliex jinsab imbuttat ukoll mill-Ewropa biex jagħmel hekk.", "Waħda mill-affarijiet li qed jagħmlulu ċara mill-Ewropa hija li mhux biss jilliberalizza jrid imma jrid ukoll idaħħal deregulation u jrid ineħħi l- mod kif is-soċjeta` b'xi mod jew ieħor tibbilanċja l-affarijiet f'pajjiżna.", "Biex jagħmel hekk il-gvern qed ikollu bilfors jimmina l-interessi ta' min ma jaqbilx ma' dawk li jmexxu l-ekonomija liberali, l-ekonomija free for all. Pajjiżna huwa fraġli wisq għal ħaġa bħal din, Sur President.", "Pajjiżna ma jistax jimxi bi strateġija fejn nipprovaw nikkupjaw il-mudelli ta' l-Ingilterra, ta' l-Ġermanja jew ta' l-Italja.", "Pajjiżna jrid jiżviluppa t-triq tiegħu, iżda l-gvern ma jridux jagħmel hekk għaliex huwa ossessjonat bi sħubija sħiħa u allura kulma għandu quddiemu bħalissa huwa li jara li dak li qed jagħmlu l-Ewropej jikkupjah u jdaħħlu fl-istrutturi tal-pajjiż.", "Ħaġa bħal din se tkompli toħloq diżgwid kbir.", "Ħaġa bħal din se tkompli timbotta lill-gvern biex jieħu miżuri li se jkunu ta' theddida għall-impjiegi li diġa' jeżistu, u m'hijiex se tippermettilu lill-gvern li jiftaħ opportunitajiet ġodda biex għallinqas ipatti għal dak li qed jitlef.", "Immaġina, Sur President, qegħdin jgħidu fil-ktieb tagħhom, tal- privatizzazzjoni, illi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni se jiżdiedu l- impjiegi jekk ineħħu l-monopolju tal-Maltacom.", "Minn fejn ġabuha din il- ħaġa?", "Minn fejn ġabuha din il-ħaġa?", "Għandna lil xi ħadd bravu min-naħa l- oħra li qed jgħid: \"Mad-dinja kollha!\"", "Tant hu bravu dan li ma jirrealizzax li d-dinja kollha Malta tispiċċa, jew biċċa minn Sqallija għal dawn l-affarijiet, u li ''mad-dinja kollha'' imbagħad ifisser li ma' Sqallija jiżdiedu u ma' Malta jonqsu l-affarijiet!", "Ma jirrealizzahomx dawn l-affarijiet!", "Għandna mexxejja hawnhekk, min-naħa tal-gvern, li kulma jagħmlu huwa li jimmepjaw, idaħħlu fil-pajjiż u jdaħħlu f'moħħhom dak li jaqraw bl-ebda mod kritiku, bl-ebda ħsieb kritiku minn barra, sempliċement għaliex sar mad-dinja kollha, jgħidu huma.", "Dan jiġifieri għax saret il- Ġermanja, per eżempju, allura se tiġri Malta wkoll; għax saret Franza se tiġri Malta wkoll.", "Franza ma ġratx għax il-Franċiżi huma iktar kawti minn ħaddieħor; il-Franċiżi jaħsbu b'moħħhom f'dawn l-affarijiet, jaraw x'inhu fl-interess nazzjonali u jaħdmu skond iċ-ċirkostanzi nazzjonali, mhux jibdew jitkellmu b'mod li għax ħaġa tiġri f'pajjiż ieħor allura jagħmluha f'pajjiżhom.", "Dan hu li qed jinkwetana, Sur President.", "Qiegħda tinkwetana strateġija li m'hu veru xejn li qed tikkontja li tabilħaqq tara x'inhuma l- vantaġġi u l-iżvantaġġi.", "Dr Fenech Adami qalha kemm-il darba li m'għamilx studju, ma jridx jagħmel studji fuq jekk jaqbilx li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, għax qal li jaqblilna żgur.", "Meta tagħtih l-eżempju ta' x'inhu l-impatt soċjali, x'inhu l-impatt ekonomiku ta' dak li qed jipproponi, jgħidlek: Int sirt qisek accountant, jien m'iniex accountant!", "Imma ara l-kontradizzjonijiet li qed idaħħal f'pajjiżna!", "Min naħa qiegħed jgħid li ma jridx protezzjoni żejda għall-pajjiż u li jrid ineħħi l-protezzjoni mill-pajjiż - qed ineħħi s- sussidju fuq il-ħobż, qed ineħħi l-levies fuq l-industrija Maltija - u mbagħad miexi għal għonq it-triq li jdaħħal levies u forom ta' protezzjoni oħra għal prodotti li ma nagħmluhomx f'Malta, iz-zokkor, il-qmuħ, il-laħam, u dan biex inkunu qegħdin konformi ma' l-Unjoni Ewropea.", "Tajba din!", "Minn naħa nneħħu l-protezzjoni li tmur għall-industrija lokali u min-naħa l-oħra mbagħad indaħħlu protezzjoni oħra li se żżid l-ispiża għall-konsumatur fuq affarijiet li ma nipproduċux aħna.", "U x'se jiġri biha din?", "Huwa ċar li se jiġri hu li l-ħaddiema li għandhom impjieg f'pajjiżna f'dak il-qasam se jitilfuh, għaliex lanqas xogħol ta' ristrutturar serju m'hu qed isir, u min- naħa l-oħra se nkunu qed inżidu l-ispejjeż fuqna biex aħna nkunu qegħdin naġevolaw lill-bdiewa, per eżempju, lill-produtturi agrikoli ta' pajjiżi oħra, f'affarijiet li aħna ma nipproduċux.", "Din hija t-tip ta' kontradizzjoni li qiegħda tinħema f'dan il-pajjiż.", "L-istess dak li għandu x'jaqsam mat-tarznari.", "Jekk kien hawn partit li ddeċieda bil-kbir li jipprova jirristruttura t- tarzna konna aħna.", "Jien l-ewwel wieħed, min jaf kemm ġejt iffaċċjat mill- ħaddiema tat-tarzna li ma fehmux li qed nipprovaw mill-qalb, b'ġenwinita', inbiddlu t-tarzna ħalli nagħmluha iktar soda u sħiħa, għax ma kienx jaqbel li min-naħa tagħna nkomplu noħorġu sussidji ta' miljuni fuq it-tarzna u dawk il-flus ma nużawhomx għal affarijiet aktar produttivi meta mit-tarzna nistgħu nagħmlu xi ħaġa tajba.", "Imma ċertament qatt ma għedna li l-bidliet li se nagħmlu se jkunu tali li t-tarzna trid tispiċċa bla sussidju.", "Kif jista' jkun!", "Aħna għandu jkollna d-dritt bħala pajjiż li ngħidu: Iva, il- bidliet se nagħmluhom, se nimmodernizzaw it-tarzna, se nimmodernizzaw il- Maltacom, se nimmodernizzaw l-istrutturi tal-gvern, se nimmodernizzaw l- industrija tagħna, imma skond iċ-ċirkustanzi ta' pajjiżna, bil-pass tagħna, mhux bil-pass ta' Brussels.", "Naħseb li l-maġġoranza sħiħa tal-poplu Malti u Għawdxi jaqbel magħha din il-ħaġa għax inkella se nispiċċaw li biex inkunu bħal Brussels u ndaħħlu kull ħaġa li Brussels tgħidilna nagħmlu - semmejt xi ħaġa li forsi mhix daqstant importanti għal xi wħud, l-alkoħol, imma qed nagħmluha fuq ħafna affarijiet oħra - se nkunu qegħdin inkissru l-bilanċ fraġli li żviluppajna matul is-snin.", "Dan huwa pajjiż ċkejken u matul is- snin bena ħafna strutturi li taw l-opportunitajiet ta' xogħol f'ċertu żmien.", "Iva, dawn l-istrutturi rridu nġedduhom, irridu nimmodernizzawhom, imma ma rridux nimmodernizzawhom fuq mudell ta' ħaddieħor li se jispiċċa joqtol dak li għandna u ma jġibilna xejn aktar.", "M'huwiex b'kumbinazzjoni li fir-reġjuni periferiċi, fir-reġjuni imbiegħda ta' l-Unjoni Ewropea, il- qgħad huwa għoli.", "Mhijiex kumbinazzjoni imma hija raġuni li toħroġ mill- mod kif meta qed tħaddem suq kbir, ekonomija kbira fuq kontinent, il-ġid jidħol fiċ-ċentru u fit-trufijiet ikollok in-nuqqasijiet, u l-akbar nuqqasijiet ikunu fit-trufijiet.", "Din il-ħaġa hija naturali.", "F'kull għaqda ġrat din il-ħaġa, allura aħna għandu jkollna l-galbu, il-kuraġġ, għandu jkollna l-interess li dak li bnejna matul is-snin inħarsuh.", "Nerġa' ngħid mhux biex niffriżawh u ma jinbidilx.", "Iva, irridu ntejbuh, nimmodernizzawh; iva, irridu nibdluh imma dan nagħmluh skond iċ-ċirkostanzi tagħna.", "U nerġa' ngħid li jekk inkomplu għaddejjin fuq it-triq li qed jimbuttana Dr Fenech Adami, bl-ossessjoni tiegħu, irridu jew ma rridux, sempliċement biex inkunu bħalhom, ikollna nżidu l-miżuri anti-soċjali fil-pajjiż Wieħed jista' jikkritika s-soċjeta' u l-istrutturi li għandna.", "Jiena wieħed min- nies li kkritikajtha fl-imgħoddi u nibqa' nikkritikaha imma dak li għandna rridu nħarsuh.", "Fejn hemm l-abbużi rridu nsolvuhom u nirranġawhom, fejn hemm il-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter, iva rridu nikkritikawha u nattakkawha u nitkellmu kontra tagħha u nbiddluha, mela le!", "Fejn hemm bżonn titjib u modernizzazzjoni rridu nagħmluha u rridu nsibu bilanċ, bilanċ bejn l- ekonomija tas-suq illi żżomm il-kompetizzjoni għaddejja u ħniena soċjali u rridu nkunu veru flessibbli.", "Sur President, jiena wieħed min-nies li nemmen li meta konna fil-gvern aħna ġejna kkalunjati right across the board għal raġunijiet differenti, raġunijiet diversi, għax ridna nibdlu dan il-pajjiż u nimmodernizzawh, skond iċ-ċirkostanzi tagħna.", "Kien hemm koalizzjoni li ħarġet kontra l- ideali tal-gvern Laburista, għal raġunijiet diversi, imma l-aqwa raġuni kienet għax kien hemm min ried jheżżeż viżjoni ta' dan il-pajjiż li jibqa' jaħdem skond l-interess tiegħu, skond il-conceptions tiegħu, skond il-post li għandu fil-Mediterran - Malta, bħala Svizzera fil-Mediterran - mhux biss fil-qasam politiku imma anke fil-qasam ekonomiku u fil-qasam soċjali.", "Jien nemmen illi dik hija t-triq li tista' tabilħaqq toħloq opportunitajiet ġodda fil-pajjiż.", "Ejja naraw.", "It-triq ta' l-Ewropa li daħal fiha Dr. Fenech Adami bl-ossessjoni tiegħu qed tnaqqas u qed timmina l- opportunitajiet mhux iżżidhom.", "It-triq ta' l-Ewropa li daħal fiha Dr. Fenech Adami bl-ossessjoni tiegħu qed twasslu għal dan il-budget li qed twaqqgħu għaċ-ċajt ma' Malta kollha, għax qed twasslu għall-budget b'miżuri illi huma ħafna agħar minn dawk li kkritika sentejn ilu u li issa llum ikollu jiddefendihom, joqgħod jitbissem dwarhom fuq Net Television.", "Dik hi l-ossessjoni u dak hu l-mod kif it-triq li għażel hu ma tgħoddx għal pajjiżna.", "Jiena konvint, Sur President, li veru konna kkalunjati bħala partit anke fil-gvern, veru sibna min ma fehmniex iżda nemmen illi t-triq li ppuntajna aħna hija t-triq li hija valida u li tibqa' valida għal pajjiżna.", "Nemmen ukoll li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar ħaddiema, aktar nies ta' dħul baxx, aktar nies ta' dħul medju, bil-middle income u anke nies oħra qed jifhmu li t-triq tagħna hija t-triq tas-serjeta', it-triq tal- ġustizzja soċjali, it-triq tal-ħniena, it-triq moderna li tiggarantixxi għal Malta futur li tassew ikun futur ta' opportunitajiet.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għad- diskors tiegħu u nirringrazzja lit-television crew tal-PBS u nitlobhom jirtiraw mill-Kamra.", "Fit-8.30 p.m. il-crew tat-televiżjoni tal-PBS irtira mill-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jekk jogħġbu jgħaddilna kopja tad-dokumenti li rrifera għalihom aktar kmieni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta lin-nisa tad-dar mill-Onor Eddie Fenech Adami, Kap ta' l-Oppożizzjoni, fit-28 ta' Awissu 1998;", "Silta minn fuljett mibgħut mill-Partit Nazzjonalista fid-djar ta' l- anzjani f'Awissu 1998;", "Rapport li deher fil-gazzetta \"in-nazzjon\" ta' nhar il-Ħamis, 12 ta' Awissu 1999 bit-titlu: \"Reviżjoni tal-kontribuzzjonijiet li jagħtu l- anzjani residenti\";", "Żewġ rapporti li dehru fil-gazzetta \"in-nazzjon\" ta' nhar it-Tnejn, 17 ta' Awissu 1998 bit-titlu: \"Id-deċiżjoni ta' Alfred Sant li jiffriża l- applikazzjoni ta' Malta tellfet lil Malta Lm100 miljun\"; u: \"Il-PN biss jerġa' jagħti serħan il-moħħ\" rispettivament;", "Rapport li deher fil-gazzetta \"in-nazzjon\" ta' nhar it-Tlieta, 4 ta' Awissu 1998 bit-titlu: \"Gvern ġdid Nazzjonalista joħloq il-ġid u jqassmu tajjeb\";", "Rapport ta' attivita' organizzata mill-moviment nisa tal-Partit Nazzjonalista, liema rapport deher fil-gazzetta \"in-nazzjon\" ta' nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Awissu 1998;", "Kopja ta' intervista mal-Prim Ministru li dehret fil-gazzetta \"The Times\" ta' nhar is-Sibt, 4 ta' Settembru 1999 bit-titlu: \"Confidence is definitely back\";", "Fuljett maħruġ mill-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1998;", "Kopja ta' ittra datata 18 ta' Ottubru, 1999 mibgħuta mill- konfederazzjoni Ewropea tal-produtturi ta' l-ispirti lill-ministru tal- finanzi;", "Kopja ta' memo to cabinet bit-titlu: \"1996 budgetary projections\";", "Estratt mid-diskors tal-budget għas-sena 1993;", "Estratt mir-rapport uffiċjali u rivedut tal-laqgħa numru 3 tal-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi li saret fl-1 ta' Diċembru, 1998 dwar ir-rapport ta' l-awditur ġenerali għas-sena 1996;", "Tabella li tipparaguna l-istructural deficit għas-snin 1996/2000 u 1997/1999; u", "Tabelli li jindikaw żieda fin-nefqa għal diversi kategoriji ta' familji b'effett tal-miżuri tal-budget 2000.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim MInistru u Ministru għall-Politika Soċjali):Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta, 30 ta' Novembru, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas- Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – it- Tieni Qari. ------------------------------ Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Novembru, 1999 fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - HOSPITALITY", "11473.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Minstru jgħid kif intnefaq il-vot tal-hospitality fl-Isptar Zammit Clapp xahar b'xahar fl-aħħar sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-Isptar Zammit Clapp intnefqu Lm 1001.00 għal `party' tal-Milied f'Diċembru 1998.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TRASFERIMENTI", "9567.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kien hemm tmien transfers ta` mpjegati mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għal dipartimenti oħra mis-27 ta` April, 1999 sal-15 ta` Settembru, 1999.", "Ir-raġuni tat-transfer f`kull każ kienu ħatrijiet ta` mpjegati għal pożizzjonijiet barra d-dipartiment, u reallokazzjoni ta` riżorsi skond l- esiġenzi tad-dipartiment.", "Trasferimenti fid-dipartiment jistgħu isiru aktar `l quddiem skond il- bżonn.", "DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR - IMPJEGATI ĠODDA", "9568.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Konsumatur mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista'l- Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR - TRASFERIMENTI", "9569.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Konsumatur?", "Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DWANA - IMPJEGATI ĠODDA", "9570.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.", "DWANA - TRASFERIMENTI", "9571.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dwana?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l- Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bejn is-27 ta` April, 1999 u l-15 ta` Settembru, 1999 saru 61 trasferimenti interni li fosthom 15 kienu fil-Branka tal-Customs Class waqt li 46 kienu fost tal-General Service.", "Ma kien hemm l-ebda trasferimenti għal barra d-Dwana.", "Ir-raġunijiet għal trasferimenti li saru u li jibqgħu jsiru perjodikament fid-dipartiment ingħataw lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 2673 fis-Seduta Nru. 38.", "UFFIĊĊJU TAL-VAT - TRASFERIMENTI", "9572.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-VAT?", "Jista' l- Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn is-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 kien hemm impjegat wieħed biss li fis-17 ta Mejju, 1999 ġie trasferit mid-Dipartiment tal-VAT għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "It-trasferiment sar fuq talba ta l-uffiċjal.", "Għalkemm in-numru ta' trasferimenti jinżamm limitat kemm jista jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.", "UE - SĦUBIJA", "11012.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9650, jista' l- Ministru jinformani kemm saru laqgħat mal-bdiewa u l-kooperattiv tagħhom kif ukoll mal-Pitkala dwar il-grading skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "Meta saru u x'punti tqajjmu mill-bdiewa mill-koperattivi u pitkala dwar dawn ir-regoli?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Konsultazzjoni ma' kull min hu nvolut sejra ssir fi żmien qasir.", "UE - SĦUBIJA", "11013.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9647, il-Ministru fit-tweġiba tiegħu qed jirriferi għall-istrutturi u l-apparat tal- kwarantina lokali li huma konformi ma' l-istandards u liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nikkonferma li l-liġijiet tal-kwarantina u l- kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni ta' l-annimali huma simili ma' dawk ta' l-Ewropa, jekk mhux iktar stretti.", "UE - SĦUBIJA", "11014.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9649, jista' l- Ministru jinformani bir-regoli l-ġodda fuq il-volum u dispożizzjoni tad- demel mill-irziezet tal-majjal li l-produtturi lokali jridu jkunu konformi magħhom bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Kemm se jiswa fis-spejjeż lir-raħħal produtturi tal-majjal f'Għawdex u f'Malta?", "Kemm saru laqgħat sabiex ir-raħħala jiġu nformati dwar dawn il-bidliet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant li mmaterjalment mis- sħubija ma' l-Unjoni Ewropea, diġa qed jittejbu l-faċilitajiet tad- dispożizzjoni tad-demel mill-irziezet.", "UE - SĦUBIJA", "11015.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma fil-fatt ir-regoli, standards minimi u regoli ta' l-iġjene minimi li qed jirriferi għalihom f'mistoqsija parlamentari numru 9646?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-regoli tal-UE?", "Saru xi laqgħat ma' dawn il-bejjiegħa tal-ħaxix u frott frisk sabiex jiġu mfissra lilhom dawn ir-regoli minimi ta' standards u iġjene ta' l- Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-Regolament tal- Kunsill Nru. 2200/96 u regolamenti oħra relattivi.", "Konsultazjonijiet mal- GRTU sejra ssir fi żmien qasir.", "SAĦĦA - RIMI TA' SKART", "11031.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li d-Dipartiment tas-Saħħa ħa azzjoni kontra tagħhom dwar rimi ta' skart u ħmieġ matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ħa proċeduri legali, kontra mija, tnejn u għoxrin persuna, f'Malta u Għawdex, dwar rimi ta' skart u ħmieġ ieħor, matul dawn l-aħħar ħames snin.", "L-informazzjoni mitluba hija murija sena b'sena fit-tabella annessa.", "Numri ta'ċitazzjonijiet sena b'sena dwar rimi ta' skart u ħmieġ ieħor:", "|Malta| | | | | | | |Sena |1995|1996|199|199|1999 |Tot| | | | |7 |8 |sa |al | | | | | | |Novemb| | | | | | | |ru | | | |28 |9 |14 |20 |24 |95 | |Għawd|10 |8 |7 |2 |0 |27 | |ex | | | | | | | |Total|122 | | | | | |", "MELLIEĦA - XOGĦLIJIET", "11097.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress lli fi Triq id-Denci l-Mellieħa, xogħlijiet fuq is-servizzi ta' l-ilma ma jistgħux jitkomplew għaliex il-formazzjoni tal-livelli ta' din it-triq mhux lesta u għaldaqstant ma jistgħux jitpoġġew il-kanen, jista' l-Ministru jara li jikkordina l-bżonn ta' dawn ix- xogħlijiet u jsiru mill-aktar fis sabiex ir-residenti jkollhom s-servizz ta' l-ilma aċċessibbli fil-ġimgħat li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq id-Denċi hija privata u għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant kellu jsir mill- iżviluppaturi li bnew il-postijiet li jagħtu għal fuq din it-triq.", "Għalhekk tal-parir li dawn l-iżviluppaturi jitkellmu mal-Korporazzjoni ta` l-Ilma biex bejniethom jaraw x`ihnu l-aħjar li jsir.", "KALKARA - BIGHI", "11414.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma eżatt il-pjanijiet tal- gvern dwar Bighi fil-Kalkara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pjan għal Bighi fil-Kalkara mressaq mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ġie apporvat mill-Kabinett fis-26 ta' April 1999 u jinkludi diversi inizjattivi fosthom:", "1.", "Li fl-East Wing u s-Surgical Block ta' l-ex Sptar Navali, jitwaqqaf iċ- Ċentru Malti għar-Restawr.", "Dan il-proġett hu l-ewwel fażi tal-pjan ta' Bighi.", "Fil-fatt, kif spjegat f'aktar dettall fi stqarrijiet għall-istampa kif ukoll f'risposti għal mistoqsijiet parlamentari oħra, iċ-Ċentru Malti għar-Restawr", "a) twaqqaf nhar it-3 ta' Mejju 1999", "b) daħal f'kollaborazzjoni ma' ċentri ewlenin Taljani matul Mejju,", "c) xandar talba għal staff speċjalizzat u għal studenti prospettivi f'Ġunju 1999", "d) fetaħ l-ewwel kors preparatorju għal 157 student fid-19 ta' Lulju, 1999", "e) ħa f'idejh il-bini assenjat f'Bighi nhar l-4 ta' Lulju u nieda xogħol estensiv ta' tiswija u restawr f'dan il-bini storiku", "f) organizza l-eżami tad-dħul fl-Istitut ta' l-Istudji fir-Restawr f'Settembru 1999", "g) fetaħ l-ewwel kors ta' Degree in Conservation & Restoration Studies (kors ta' 4 snin) nhar l-4 ta' Ottubru u liema kors diġa' ġibed lejh studenti barranin", "h) qiegħed ikompli fuq ix-xogħol ta' restawr u modernizzazzjoni tal-bini taċ-Ċentru,", "i) bħalissa qiegħed iħejji biex jipproċessa madwar 40 tender għal b'kemm jiswa aktar minn Lm400,000 f'apparat sofistikat meħtieġ fir-restawr u li sejjer jinxtara b'fondi mir-raba' protocol Taljan.", "2.", "Li r-restawr ġa mibdi mill-1995 ta' Villa Bighi, jitkompla u din tintuża bħala s-seda tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Hu maħsub li s-sular ta' taħt nett (il-basement level) sejjer ikun jista' jintuża bħala sala għall-konferenzi mhux biss mill-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija iżda ukoll minn entitajiet oħra bbażati f'Bighi jew fil-Kalkara (per eżempju l-Kunsilli Lokali) kif ukoll fuq talbiet esterni fuq bażi first come, first served.", "Dan ix-xogħol hu maħsub bħala t-tieni fażi tal-proġett ta' Bighi, matul l-1999", "a) tkompla x-xogħol fuq l-aperturi esterni u interni", "b) tkompla x-xogħol fuq il-kmamar tal-banju u toilets", "c) tkompla x-xogħol fuq ir-raised flooring u twapet", "d) inħarġet is-sejħa għal xogħolijiet ta' inġinier ta' l-impjant elettriku", "e) saru stimi dettaljati fuq ix-xogħol ta' cabling tal-computer", "f) wara li jitlesta x-xogħol ta' installazzjoni tad-dawl u wiring tal- computer ikun jonqos xogħol ta' brix, tikħil u tibjid 3.", "Li l-ex Zymotic Block li bħalissa jinsab ivvandalizzat jissewwa u jintuża bħal \"Discovery & Archaeological Resource Centre\" fejn it-tfal, speċjalment it-tfal ta' l-iskola ta' Malta kollha, jistgħu jmorru biex jitgħallmu b'mod interattiv fuq l-arkeoloġija u x-xjenza sa minn eta` żgħira.", "Dan hu t-tielet fażi tal-proġett ta' Bighi u matul l-1999:", "a) ġie approvat it-twaqqif ta' Project Group għal dan il-proġett;", "b) saru pjanijiet fuq kif għandhom jitqassmu ż-żewġ sulari ta' dan il- blokk, b'sular iddedikat għall-arkejoloġija u ieħor għax-xjenza;", "c) sar studju preliminarju fuq ċentri simili barra minn Malta;", "d) saru serje ta' laqgħat ta' ppjanar fuq l-esibiti meħtieġa għal dan iċ- ċentru kif ukoll fuq l-istaff meħtieġ; u", "e) saru l-ewwel xogħolijiet fuq l-aperturi li kellhom jiġu nterrotti minħabba sgass ripetut fil-bini u vandalizzar; u", "f) saret talba lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex titwaqqaf \"lqugħ temporanju\" fid-daħla ta' Bighi sabiex nies mhux awtorizzati ma jkomplux jisgassaw fil-bini u jivvandalizzaw.", "Din il-fence għandha sservi wkoll biex jitnaqqas il-periklu meta jkunu qiegħdin isiru x-xogħlijiet fuq is-sit.", "4.", "Li l-ex Mental Ward jiġi restawrat u modernizzat biex jilqa' fih xi faċilitajiet oħra meħtieġa għall-kompless ta' Bighi.", "Dan ix-xogħol mistenni li jinbeda bħala r-raba' fażi tal-Proġett ta' Bighi.", "5.", "Li l-ex Cot Lift, li bħalissa qiegħed jintuża bħala Child Care Centre, jerġa' jitħaddem biex jippermetti aċċess mill-baħar għat-tfal ta' l-iskola kif ukoll għat-turisti bħala parti integrali ta' mawra f'Bighi.", "Dan ix- xogħol, li hu l-ħames fażi tal-proġett ta' Bighi, sejjer jinbeda malli jinstab bini alternattiv tajjeb għaċ-ċentru.", "6.", "Li l-West Wing ta' l-isptar li bħalissa jinsab bis-soqfa imġarrfa u biċċa mill-faċċata nieqsa jissewwa sabiex jintuża bħala l-Mużew Nazzjonali għax-Xjenza u Teknoloġija.", "Dan hu s-sitt fażi tal-proġett ta' Bighi u matul l-1999 saru studji preliminari fuq ix-xogħol meħtieġ, fuq il- finanzjament ta' dan iċ-ċentru u fuq id-disinn ta' ċentri/mużewijiet simili barra minn Malta.", "ĊENTRU TA' MALTA GĦAR-RESTAWR - IMPJEGATI", "11544.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa 15 ta'Ottubru 1999, jista' l-Ministru jgħid x'inhu antiċipat li jkun is- salarju u l-benefiċċji l-oħra li se jgawdu minnhom il-Projects Planner u l- Project Management Assistant li sejrin jintgħażlu biex jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr, kif ukoll jgħid minn min se jkun kompost il-bord ta'l-għażla għal dawn is-sejħiet, filwaqt li jagħti l-lista ta' dawk li applikaw għal dawn il-postijiet rispettivi bl-isem, il-kunjom, il-kwalifiki u l-indirizzi tagħhom?", "B'riferenza għall-istess avviż, jista'l-Ministru jgħid x'inhi l-enti msejħa \"Conservation and Restoration Project Management Office\" billi jgħid minn min hi ffurmata din l-enti, min huma l-impjegati ta' din l-enti, billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz u s-salarju u l-benefiċċji li jgawdu minnhom?", "B'riferenza għall-istess enti, jista'l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatut ta' din l-enti, filwaqt li jgħid jekk din l- enti għandhiex l-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tal- Ministeru tal-Finanzi biex topera, filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' dawn l-approvazzjonijiet rispettivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hu mistenni li s-salarju u l-benefiċċji ta' Project Planner u Project Management Co-Ordinator li jistgħu jintgħażlu biex jaħdmu fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr ikun bejn Lm3,600 u Lm5,800 skond il-kwalifiċi u l-esperjenza tal-kandidat magħżul.", "Il-Bord ta' l-Għażla għal din is-sejħa hu kompost miċ-Chairman taċ-Ċentru Malti tar-Restawr, Dr J. Cannataci flimkien ma' żewġ membri oħra tal-Board of Governors, Dr Alex Torpiano u Mr Robert Cassar waqt li s-Sur Louis Borg sejjer ikun is-Segretarju tal-Bord ta' l-Għażla.", "Ġejt mogħti l-parir biex f'dan l-istadju ma jiġux ippubblikati d-dettalji ta' dawk li applikaw għal dan il-post qabel jiġi ffinalizzat il-proċess ta' l-għażla u dan speċjalment meta wieħed jikkunsidra li ħafna minnhom jista' jkun li ma jridux juru lil min qiegħed jimpjegahom bħalissa li qiegħdin ifittxu xogħol ieħor.", "Informat li ċ-Ċentru Malti għar-Restawr qiegħed jirċievi bosta talbiet għal xogħol ta' restawr kemm għal proġetti żgħar kif ukoll għal proġetti ta' ċertu entita`.", "Għaldaqstant, biex dan ix-xogħol ta' restawr isir b'mod professjonali, iċ-ċentru beħsiebu jwaqqaf fi ħdanu diviżjoni amministrattiva li x-xogħol tagħha jkun iffukat fuq xogħlijiet ta' restawr, kemm dawk bil-ħlas kif ukoll xogħlijiet oħra.", "Dan hu r-raison d'etre tal- Conservation and Restoration Project Management Office li hi sempliċiment dipartiment jew diviżjoni fi ħdan iċ-Ċentru Malti għar-Restawr u għalhekk m'għandiex statut indipendenti per se u, peress li hu dipartiment ġdid, lanqas bħalissa m'hemm ebda impjegati fih.", "Iċ-Ċentru Malti għar-Restawr hu istituzzjoni awtonoma li għandha l-jedd li jidħol għal xogħlijiet ta' restawr u jimpjega n-nies għal dawn ix- xogħlijiet u dan kif indikat espliċitament fl-istatut ta' l-istess ċentru, liema statut ġie approvat mill-Kabinett.", "Il-finanzjament pubbliku approvat mill-Gvern hu kif jidher fl-Estimi għas-Sena 2000.", "Iċ-ċentru hu mħeġġeġ jieħu inizjattivi biex jiġġenera finanzi oħra minn servizzi jew skambji li jista' jorganizza.", "Kopja ta' dan l-istatut ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "11545.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'salarji, remunerazzjoniiet u benefiċċji oħra rċieva Dr Joseph Cannataci mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u mill- entitajiet kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, fil-perijodu bejn l-10 ta' Settembru 1998 sal-lum, kif ukoll jgħid x'inhu antiċipat li jirċievi l- istess individwu mill-istess Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u li għandu sehem fihom, dirett jew indirett, għall-perijodu l-1 ta' Novembru 1999 sal-31 ta' Ottubru 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minbarra s-salarju normali tiegħu bħala Senior Lecturer fl-Universita` ta' Malta, Dr Joseph Cannataci mill-10 ta' Settembru, 1998 sal-lum għadu ma rċieva ebda salarju, remunerazzjoni jew benefiċċji oħra mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jew mill-entijiet li jaqgħu taħtu.", "Hu antiċipat li għal kwalunkwe servizz ta' konsulenza professjonali li jingħata fuq bażi part-time lil Ministeru ta' l- Edukazzjoni u li seta' wettaq matul dan il-perijodu jew li jista' jwettaq matul il-perijodi msemmija fil-mistoqsija Dr Cannataci għandu jirċievi ħlas fuq rata komparabbli ma' dik ta' konsulenti ta' ċertu speċjalizzazzjoni u esperjenza.", "It-tagħrif preċiż inkun nista' nagħtih fi żmien qasir meta jiġu ffinalizzati l-proċeduri.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "11546.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tas-sinjuri, Mario Schiavone, Elizabeth Vella, Teddy Kenelly, Carmelo Sciberras, Daniel Farrugia, Spiridione Buttigieg u Maria Verin fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, filwaqt li jgħid x'salarji, benefiċċji jew allowances oħra gawdew minnhom fil-perijodu bejn id-9 ta' Settembru, 1998 sal-lum kif ukoll x'inhu antiċipat li dawn l-individwi jirċievu f'salarji, benefiċċji jew allowances għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1999 sal-31 ta' Diċembru, 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Sinjuri Carmelo Sciberras u Spiridione Buttiġieġ m'għandhom ebda rwol fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni imma jaqdu d-dmirijiet tagħhom fid-dipartimenti rispettivi tagħhom.", "Is-Sinjura Elizabeth Vella taħdem fil-Ministeru u għandha rwol fi ħdan il-Customer Care.", "Mid-9 ta' Settembru, 1998 sal-lum it-tliet persuni msemmija ħadu s- salarji rispettivi tagħhom skond l-iskali kif stabiliti mill-gvern.", "Ħadd minnhom ma ġawda, jew hu antiċipat li jgawdi, minn xi benefiċji jew allowance.", "Is-Sur Mario Schiavone, minbarra li hu c-Chairperson ta' l- iStudents Maintenance Grants Board, għandu rwol ta' Uffiċjal għar- Relazzjonijiet Pubbliċi fi ħdan il-Kumitat għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal- Millenium u jopera mill-uffiċji tal-ministeru.", "Is-salarju u l-allowances li ħa, u li hu antiċipat li jieħu, huma l-istess bħal tal-Communications Co- ordinators fis-Segretarjati Privati tal-ministeri u għandu għad- dispożizzjoni tiegħu l-użu ta' karozza.", "Fi ħdan is-Segretarjat Privat tal-Ministeru is-Sur Teddy Kenely għandu rwol ta' Secretariat Officer, is-Sinjura Maria Verin għandha rwol fis- Secretariat Pool, u s-Sur Daniel Farrugia għandhu rwol fil- Messengerial/Reception Pool.", "Huma gawdew, u hu antiċipat li jgawdu, dawk is-salarji, benefiċji u allowances kif stipulat fil-memorandum Engagement of Staff in Private Secretariats.", "ĊENTRU TA' MALTA GĦAR-RESTAWR - INFIQ", "11547.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' nfiq u lil min sar il-ħlas mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, b'mod dirett jew indirett, b'risq iċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr għall-perijodu bejn l- 10 ta' Settembru 1998 u llum, kif ukoll jagħti x'inhu antiċipat li tkun in- nefqa mill-istess Ministeru jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fil- perijodu bejn l-1 ta' Novembru, 1999 u l-31 ta' Diċembru, 2000, kif ukoll jgħid x'commitments finanzjarji dawn għandhom b'risq l-istess ċentru iżda li s'issa għadhom ma tħallsux jew inkella tħallsu biss partijiet minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iċ-Ċentru Malti għar-Restawr twaqqaf nhar it-3 ta' Mejju, 1999 u għalih kien hemm ivvutati Lm180,000 bħala nfiq fl-estimi ta' l-1999.", "Hu allokat li sas-17 ta' Novembru tħallsu, jew jeżistu commitments finanzjarji għal total ta' madwar Lm172,000 b'risq dan iċ-ċentru.", "Il-flus intnefqu fir-restawr u fit-tagħmir tal-bini storiku taċ-Ċentru f'Bighi kif ukoll fi ħlasijiet lil staff Taljan u Malti li huma mpjegati taċ-Ċentru jew li jaħdmu mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Parti minn dan l-infiq hu rikoverabbli taħt ir-Raba' Protocol Taljan.", "Il-kontijiet verifikati taċ- ċentru jitħejjew fiż-żmien propizju wara li tagħlaq l-ewwel sena ta' operazzjoni taċ-ċentru.", "Dwar rendikont aktar dettaljat minn dak mogħti hawn fuq f'dan il-waqt, jekk id-domanda ta' l-Onor.", "Membru hi motivata minn xi ħaġa aktar minn interess ġenerali hu mistieden jindirizza domanda aktar speċifika.", "Għal risposta tal-bqija ta' din il-mistoqsija nirriferi l-Onor.", "Membru għar-risposta mogħtija għad-domanda tiegħu stess numru 11565.", "EDUKAZZJONI - ĊENTRU MALTI GĦAR-RESTAWR", "11548.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li toħroġ sejħa għall-kwotazzjonijiet għall-provvista ta' żraben tas-sigurta' għaċ- Ċentru Malti għar-Restawr fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Ottubru 1999, filwaqt li jgħid kemm hu antiċipat li tkun in-nefqa għax-xiri ta' dawn iż- żraben u kemm sejrin jinxtraw u mil-liema cost centre u vot sejrin jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inforamt li seta' kien hemm żball amministrattiv fis- sejħa għall-kwotazzjonijiet għall-provvista ta' żraben tas-sigurta` fil- Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Ottubru, 1999 peress li l-avviż kelu jinħareġ f'isem id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li bħalissa hi responsabbli għall- ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni tar-Restawr Ġlormu Cassar (GCRS) u li għalihom teżisti l-ħtieġa għal dawn iż-żraben.", "L-iżball seta' sar minħabba l-fatt li ħafna minn dawn il-ħaddiema bħalissa qiegħdin jagħmlu xogħol ta' restawr fil-kumpless ta' Bighi fejn twaqqaf ukoll iċ-Ċentru Malti għar- Restawr.", "Iż-żraben ta' dawn il-ħaddiema (li jlaħħqu aktar minn 50 u li l- maġġoranza tagħhom jaħdmu fix-xogħol tal-ġebel u kostruzzjoni,) ilhom ma jinbidlu madwar sentejn u ħafna mill-ħaddiema għandhom żraben imqattgħin.", "Informat li għalhekk ġew ornati 100 par żarbun (Kategorija S3) li se jiswew globalment Lm920.", "Il-fondi sejrin jitħallsu mill-Cost Centre Numru 001 (Administration), Vot 21 tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "B'hekk mistenni li l-ħaddiema bi żraben tas-sigurta` mqatta' jistgħu jingħataw żarbun ġdid u tinżamm riserva ta' medja ta' żarbun ġdid għal kull ħaddiem fis-sezzjoni li jista' jinħareġ lill-ħaddiem meta l-ġdid jitherra u sakemm issir l-ordni sussegwenti.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - IMPJEGATI", "11549.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, l-indirizz u kopji tal- curriculum vitae ta' l-applikanti li applikaw għall-post ta' perit/perit junior fid-Dipartiment tal-Mużewijiet kif ukoll jgħid minn min sejjer ikun kompost il-bord ta'l-għażla, filwaqt li jagħti d-dati li fihom sejrin isiru s-sejħiet għal dan il-post?", "B'rifereza għall-istess dipartiment, jista' l-Ministru jagħti struttura organizzattiva li fiha sejjer jaħdem l-istess perit/perit junior, kif ukoll jgħid liema postijiet f'din l-istruttura huma diġa' mimlija u għal- liema postijiet id-dipartiment jonqsu joħroġ is-sejħiet għall-applikazzjoni biex jintlaħaq il-full complement?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proċess ta' l-għażla għall-post ta' Perit/Perit Junior fid-Dipartiment tal-Mużewijiet għaddej mill-proċeduri normali tal-Public Service Commission.", "Għaldaqstant, l-informazzjoni dwar il-kandidati, preżentement hija materja li taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-Public Service Commission.", "Informat ukoll li l-Perit se jaħdem fi strutturi eżistenti li huma ippublikati fl-Estimi għas-sena 2000.", "Dan il-kompliment jinkludi uffiċjal tekniku fi grad għoli.", "Fl-aħħarnett informat ukoll li qabel ma jinħolqu postijiet ġodda, se jiġu ffinalizzati strutturi operattivi ġodda li bħalissa qed ikunu kkonsidrati.", "QORMI - TRIQ 10 TA' SETTEMBRU, 1456", "11568.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq 10 ta' Settembru, 1456, f'Ħal Qormi se ssir?", "X'se jagħmel id-dipartiment dwar it-tajn li niżel minn din it-triq għal ġo Triq San Ġorġ?", "Sadanittant x'se jagħmel id- dipartiment meta ssir Triq 10 ta' Settembru, 1456, biex ma jinżilx volum ta' ilma fi Triq San Ġorġ b'periklu għar-residenti li joqogħdu hemmhekk?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li din it-triq hija mdaħħla fil- programm ta` xogħol li qed iħejji d-dipartiment.", "Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija se nitlob lid-Dipartiment tat-Toroq biex jinvestiga din il-problema u jara x`azzjoni tista` tittieħed.", "ETC - CHIEF EXECUTIVE", "11569.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien fadallu żmien biex is-Sur Robert Laurenti - ex-Chief Executive ta' l- ETC, jagħlaqlu l-kuntratt?", "Għaliex ġie tterminat l-kuntratt tas-Sur Robert Laurenti?", "Kemm kellu remunerazzjoni skond il-kuntratt?", "Kemm ħa f'terminal benefits, mal-waqfien tal-kuntratt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li diġa' tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 10637.", "Is-Sur Laurenti kien fadallu 18-il xahar biex jagħlaqlu l-kuntratt.", "Kien hemm il-ħsieb li s-Sur Robert Laurenti jiġi sekondat, a spejjeż tal-gvern, ma' koperattiva li għandha bżonn tmexxija aħjar u assistenza teknika ta' persuna midħla fis-sistemi koperattivi.", "Dan l-arranġament ma seħħx u għalhekk ma kienx jagħmel sens li l-korporazzjoni jkollha, għal żmien relattiv twil, kemm Chief Executive kif ukoll Chief Executive Designate'.", "Ir-remunerazzjoni li kellu s-Sur Laurenti skond il-kuntratt għaż-żmien li kien fadallu kien ta Lm10,000 fis-sena.", "Skond il-ftehim li intlaħaq bejn il-korporazzjoni u s-Sur Laurenti, il-kuntratt se jiġi terminat mill-1 ta' Jannar, 2000 sa liema żmien is-Sur Laurenti se jutilizza l-leave tiegħu.", "L- ammont li se jieħu s-Sur Laurenti f'terminal benefits hu ta Lm17,119.", "ENEMALTA - SKRIVANI", "11570.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta l-iskrivani li jaħdmu ma' l- Enemalta u li jagħmlu xogħol ta' segretarji, se jiġu promoted, ħalli jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-grad ta` segretarja ma jezistix fl-istruttura tal-gradi ta` l-Enemalta.", "Hemm xi skrivani, li huma assenjati biex jaħdmu ma` managers jew Assistant Managers, li parti minn dmirijiethom huwa li jagħmlu xogħol ta` segretarja.", "Il-korporazzjoni irċeviet talba mingħand l-union li tirrappreżenta lil dawn l-iskrivani biex jircievu allowance sakemm ikunu qed jagħmlu xogħol segretarjali.", "Il-korporazzjoni għadha qed tikkonsidra din it-talba.", "QORMI - TRIQ ĦELSIEN - SLEEPING POLICEMEN", "11571.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi sleeping policeman jew xi forma oħra ta' deterrent fil-bidu ta' Triq Ħelsien, Qormi kantuniera ma' Triq l-Imdina, Qormi biex jiġu evitati inċidenti li ta' spiss iseħħu f'din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Irriferejt is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "QORMI - TRASPORT PUBBLIKU", "11572.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku ħasbitx biex ittejjeb is-servizz tat-trasport pubbliku, għal area f'Ta' Farsina, Ħal Qormi peress li f'din l-area fejn jgħixu għadd kbir ta' nies, karozza tal-linja tgħaddi minn hemm kull siegħa biss?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku kienet għamlet arranġament biex ir-rotta 91 tibda topera minn ta` Farsina.", "Fuq insistenza tal-kunsill lokali din il-venda treġġet lura ħdejn il-knisja ta` San Ġorġ fis-17 ta` Awissu, 1998.", "AWTORITA' TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "11627.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 10941, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-ħidma u x'kienu l-oġġettivi ta' l-uffiċċju ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu, qabel ta' l-NTOM, ġewwa Franza barra minn Malta fis-snin 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11626 f'Seduta Nru. 190.", "AWTORITA' TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "11628.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 10941, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienet il-ħidma u x'kienu l-oġġettivi ta' l-uffiċċju ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu, qabel ta' l-NTOM, ġewwa l-Ġermanja barra minn Malta fis-snin 1996, 1997 u 1998?", "Jistgħu jiġu indikati wkoll l-karigi u l- funzjonijiet tal-ħames impjegati li hemm?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirriferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11626 f'Seduta Nru. 190.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - APPOINTMENTS TA' NURSING AIDE", "11633.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11137 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilek u cioe': tista' tgħid meta ħerġin l-appointments tan- nursing aide ta' l-Isptar San Vincenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-appointments tan-nursing aides li jaħdmu fir- Residenza San Vinċenz qegħdin jiġu ppreparati u se jingħataw f'qasir żmien.", "AWTORITA' TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "11665.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 10941, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li fis-sena li ġejja jiżdiedu l-uffiċċji ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu barra minn Malta f'pajjiżi oħra, u jekk iva, f'liema?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta għadha ma ħadet ebda deċiżjoni f'dan ir-rigward.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - KOTBA STAMPATI", "11666.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li terġa' tiġi stampata mill-ġdid il-Kostituzzjoni ta' Malta, possibbilment b'pubblikazzjoni aħjar billi dik ta' qabel issa spiċċat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li għaddej il-proċess biex il- Kostituzzjoni ta' Malta tiġi stampata.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - KOTBA STAMPATI", "11667.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġie jiswa l-ktieb \"Il-Ħajja ta' Rużar Briffa\" ta' Oliver Friggieri?", "Kemm daħlu flus mill-bejgħ ta' l-istess, senjatament fl- aħħar fiera tal-ktieb miżmuma f'Novembru 1999?", "Jista' l-Prim Ministru jara ikunx hemm sforz biex dawk li għad fadal jiġu mibjugħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-ktieb Il-Ħajja ta' Ruzar Briffa ġie ppubblikat fl-1984 imma ma nżammewx records dwar kemm ġie jiswa.", "Il-ktieb jinbiegħ għal prezz ta' 50c u d-dħul totali mill-bejgħ tiegħu kien ta' Lm127.50.", "Fil-Fiera tal-Ktieb ta' Novembru 1999 nbiegħu tnejn.", "Is-suġġeriment magħmul fl-aħħar parti tad-domanda se jiġi kkonsidrat.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - KOTBA STAMPATI", "11668.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġie jiswa l-ktieb \"The Castellania Palace\" ta' Paul Cassar?", "Kemm daħlu flus mill-bejgħ ta' l-istess, senjatament fl-aħħar fiera tal-ktieb miżmuma f'Novembru 1999?", "Jista' l-Prim Ministru jara jistax ikun hemm sforz biex dawk li għad fadal jiġu mibjugħa?", "F'din id- direzzjoni, jista' wkoll jara jekk dan il-ktieb jistax jiġi mqiegħed għal bejgħ fil-mużewijiet u palazzi storiċi kollha, inkluż fl-istess wieħed?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-ktieb Castellania Palace li ġie ppubblikat fl-1988 ġie jiswa Lm169 u jinbiegħ għal prezz ta' 75c.", "Fil-Fiera tal-Ktieb ta' Novembru 1999 ma sarx bejgħ ta' l-istess ktieb.", "Is-suġġeriment magħmul fl-aħħar parti tad-domanda se jiġi kkonsidrat.", "BORMLA - TRIQ RIKARDU TAYLOR - ĦAJT", "11670.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li l-ħajt li jinsab kantuniera bejn Triq Rikardu Taylor li tmiss ma' Alexander Street, Bormla li jinsab perikoluż ħafna u qed jiddetterjora jiġi rranġat, peress li minn quddiemu jgħaddu t- tfal ta' żewġ skejjel?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita`billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-kunsilli.", "KUNSILL LOKALI - RAĦAL ĠDID - TIWSIJA TA' BANKINI", "11676.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11511, peress li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid hija triq arterjali, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dawn il-bankini?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mhux ir-responsabbilta` tal-ministeru tiegħi biex issir il-manutenzjoni tal-bankini fit-toroq arterjali.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "UE - SELF", "11677.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li l-Ministru kien jitkellem b'ċertezza assoluta li Malta se tingħata Lm100 miljun b'parti self u parti grants, jista' l-Ministru jgħid illum x'kienet id-deċiżjoni li l-Unjoni Ewropea peress li issa hemm ħsieb li ningħataw Lm10 miljuni biss?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-raba' protokoll finanzjarju bejn l-Unjoni Ewropeja u Malta se jispiċċa fl-aħħar ta' din is-sena.", "L-ammont ta' fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea lil Malta, f'forma ta' grants għall-perjodu mis-sena d- dieħla sad-data ta' sħubija għadu mhux iffinalizzat għalkemm jidher li għas- sena elfejn dawn aktarx ikunu madwar 6 miljun Euro.", "Għadu kmieni li wieħed jgħid kemm ser ikunu il-fondi f'forma ta' grants li Malta tkun intitolata għalihom għas-snin sussegwenti sad-data tas-sħubija.", "Matul il-perjodu ta' pre-adeżjoni Malta tkun intitolata wkoll għall-fondi mill-Bank għall-Investiment Ewropew f'forma ta' self.", "Ovvjament b'effett mid-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta tkun intitolata għal fondi sostanzjalment akbar bħala fondi strutturali u fondi ta' coeżjoni bħala grants u fondi mill-Bank għall-Investiment Ewropew f'forma ta' self.", "OFFICE OF REVIEW - MISSION STATEMENT", "11678.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-mission statement ta' l-Office of Review?", "Min se jkunu l-board members jew dawk li se jkunu qed imexxu dan l-uffiċċju f'kull ministeru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-għan prinċipali ta' l-Office of Review huwa li jikkordina u jissorvelja l-proġetti u l-inizjattivi fi ħdan id-diversi ministeri biex il-ħidma tagħhom titwettaq b'mod iktar effiċjenti u effettiv u b'kultura ta'cost consciousness.", "Kull Office of Review se jitmexxa minn change manager li jirrapporta direttament lis-Segretarju Permanenti fil-ministeru.", "Il-proċess biex jiġu ddentifikati l-uffiċjali li se jkunu qed imexxu dan l-uffiċċju għadu għaddej.", "IMPJIEGI", "11680.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se tkun il- politika tal-Gvern biex dawk li ma jaħdmux isibu x-xogħol, peress li fil- budget hemm imwiegħed li se titnaqqas iċ-ċifra tal-qagħad?", "Kif se jkun it-taħriġ vokazzjonali u tekniku għal dawk li mhumiex jaħdmu biex jiġu mhejjija għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fid-diskors tal-budget tiegħu, il-Ministru tal- Finanzi qal: Huwa mistenni li l-livell tal-qagħad jinżamm madwar 5%.", "L-ETC se tieħu diversi inizjattivi ta' taħriġ vokazzjonali biex tħejji lin-nies qiegħda għax-xogħol.", "Minbarra l-programmi ta' taħriġ li ilha toffri, l-ETC se tintroduċi l-kunċett ta' traineeships li jikkombina taħriġ fiċ-ċentri tal-ETC flimkien ma' xogħol u taħriġ prattiku.", "L-ETC se tgħin lil min ilu jirreġistra għax-xogħol biex jipparteċipa fi programm ta' xogħol fil-komunita' bil-ħsieb li persuna titgħallem ħiliet, tagħmel xogħol bżonnjuż u b'hekk issibha aktar faċli li ssib impjieg.", "Dalwaqt se jiġi ntrodott programm f'ħiliet bażiċi biex persuna qiegħda tingħata nformazzjoni dwar is-suq u l-opportunitajiet tax-xogħol u ħiliet biex issib xogħol.", "L-iskop ta' dan il-programm hu li nies qegħda jsiru jafu aktar dwar opportunitajiet tax-xogħol li hawn fil-pajjiż, jaċċettaw il-ħtieġa li jitħarrġu biex jimlew vakanzi li jinħolqu, u jkunu kapaċi jfittxu x-xogħol minn jeddhom.", "Il-gvern irid li ċ-ċifri tal-qagħad ikunu jirriflettu kemm jista' jkun preċiż in-numru ta' persuni li qed ifittxu ix-xogħol u jmorru jirreġistraw.", "Ma rridux min jabbuża mill-benefiċċji li jagħti l-Istat billi jmur jirreġistra għax-xogħol meta fil-fatt ikun jaħdem.", "Għalhekk se jsir sforz biex jiġu applikati l-liġijiet tal-pajjiż f'dan il-qasam, iżda b'mod li mal- ħażin ma jeħlix minn hu ġenwin.", "ĦARSIEN SOĊJALI - MISSION STATEMENTS", "11681.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol se jkollha l- Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Ħarsien Soċjali?", "X'inhuma l-mission statements?", "Min se jkunu l-membri u/jew min huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-termini ta' riferenza u l-kompożizzjoni tal- Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Ħarsien Soċjali ġew pubblikati.", "Il- lista tal-membri ngħatat ukoll fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10773, bid-differenza li Ms Bridgitte Zammit ħadet post Ms Natasha Meli bħala rappreżentanta tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.", "OMMIJIET DRUG ADDICTS - TWELID TA' TFAL", "11693.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet li kienu drug addicts u kellhom bżonn kura intensiva mat-twelid fl-SCBU?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-1 ta` Jannar, 1999 sal-25 ta` Novembru, 1999 kien hemm seba' trabi li twieldu lill-ommijiet li kienu Drug Addicts u kellhom bżonn kura intensiva fl-SCBU.", "PULIZIJA - GĦASSA TAL-GŻIRA", "11694.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun miftuħa fuq bażi regolari l-għassa ħdejn il-polyclinic tal-Gżira?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11375.", "PRODOTTI - TNEĦĦIJA TA' LEVIES", "11695.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi diġa' bdew jitneħħew il-levies fuq prodotti, jista' l- Ministru jgħid x'raħas u b'kemm raħas kull prodott li diġa' kellu il-levy mneħħija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija simili numru 11378 magħmula mill-istess Membru.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "11696.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-popolazzjoni tal-ħabs illum?", "Kemm hemm ġustizzjati?", "X'eta' għandhom u ta' xiex instabu ħatja?", "Kemm kienet il-piena illi weħlu?", "Kemm hemm taħt arrest preventiv?", "X'eta' għandhom?", "X'allegatament wettqu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma ġie ġustizzjat ħadd fil-Ħabs matul din is-sena, peress li fl-1972 ġiet abolita il-piena tal-mewt.", "Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI FUQ LIBERTA' PROVIŻORJA", "11697.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq liberta' proviżorja llum?", "X'tip ta' reat allegatament għamlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.", "ĦABS ĊIVILI - ĦABSIN INFETTATI", "11698.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed ħabsin b'mod infettiv din is- sena?", "X'tip ta' marda kienet f'kull każ u x'prekawzjonijiet jittieħdu biex ma jsirx kuntatt mhux mixtieq bejn id-detenuti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhix prattika li tingħata din it-tip ta` informazzjoni.", "DAR TA' L-ANZJANI - IKEL", "11714.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11143, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi ħlasijiet ta' ikel lil xi kumpannija oħra barra dik imsemmija?", "Kemm tħallsu lill-kumpannija msemmija, xahar b'xahar minn mindu ġie mogħti l-kuntratt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma sar l-ebda ħlas ta' ikel fornut lid-Djar ta' l- Anzjani ħlief lill-kuntrattur imsemmi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11143.", "Lil dan il-kuntrattur, tħallsu dawn l-ammonti:", "1998", "Lulju - Lm11,092.02 Awissu - Lm11,311.12 Settembru - Lm11,187.49 Ottubru - Lm11,427.95 Novembru - Lm10,685.65 Diċembru - Lm10,786.82", "1999", "Jannar - Lm12,370.64 Frar - Lm10,920.38 Marzu - Lm12,106.06 April - Lm11,867.41 Mejju - Lm12,221.28 Ġunju - Lm11,850.41 Lulju - Lm11,804.80 Awissu - Lm12,120.18 Settembru - Lm12,052.61 Ottubru - Lm12,215.90", "SPTARIJIET - TINDIF", "11715.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11145, billi m'iniex espert fil-finanzi, jista' l-Ministru jgħid kif b'nefqa totali ta' Lm600,000 fuq it-tindif ta' l-isptarijiet, kif jirriżultalu li nefqa ta' Lm105,000 fuq apparat se jkollu net capital return ta' anqas minn ħames xhur?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l-apparat tat- tindif inxtara għal diversi raġunijiet, li kollha għandhom rwol sinifikanti u partikolari fl-andament tar-riforma.", "L-apparat inxtara biex jogħla l- livell ta` ndafa fl-isptar u simultanjament jitħaffef ix-xogħol tal- ħaddiema.", "Barra minn hekk, permezz ta` dan l-apparat ikun possibbli li jiġi ntrodott l-element tal-flessibbilta` fuq il-post tax-xogħol, mingħajr ma tiżdied il-pressjoni u tbatija fuq il-ħaddiema.", "Għaldaqstant permezz ta`l-introduzzjoni tal-makkinarju jiġi eliminat il- bżonn li jikber in-numru ta` ħaddiema f'dan is-settur; filwaqt li wkoll nkunu f'pożizzjoni li nutilizzaw u nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi li għandna mingħajr ma nżidu l-piż fuq ħadd.", "Nixtieq nagħmilha ċara lill-Onor.", "Interpellant li s-somma ta` Lm600,000 kienet tirrapreżenta biss l-ispiża għat-tindif ipprovdut mill-privat.", "Ma tinkludix fiha l-ispiża tal-ħaddiema tal-Gvern ukoll.", "Huwa għalhekk li jingħad li n-net capital return fuq l-apparat se jiġi bbilanċjat fi żmien ħames xhur.", "Jiġifieri meta wieħed jikkalkola l-ispiża ta` l-apparat u jikkomparaha ma` l-ispiża globali f'pagi ta` b'kemm kieku kien ikun hemm bżonn jiżdied in-numru tal-ħaddiema f'dan is-settur, isib li dawn iċ-ċifri jkunu jistgħu jibbilanċjaw lil xulxin fi żmien ħames xhur.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "11722.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm sodod f'kull sala ta' l-irġiel u tan-nisa, inkluża is-secure unit u s-sala numru 10 irġiel, fl-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għada qed tinġabar.", "Risposta tingħata f`seduta oħra.", "SPTAR MONTE CARMELI - FUNTANA", "11723.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-funtana li hemm fil-bitħa tal-Male Ward 2 ta' l- Isptar Monte Carmeli ilha abbandunata minn meta ġie inawgurat is-secure unit ta' l-istess sptar?", "Għaliex din il-funtana tinsab bla ilma u qed tiġi kkaġunata ħsara, minkejja l-ispiża li kienet saret biex issewwiet?", "Kemm kienet in-nefqa biex il-funtana reġgħet bdiet taħdem iktar kmieni din is- sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninformak li l-informazzjoni għada qegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata aktar tard.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "11724.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli jixorbux mill- ilma tat-tankijiet ta' fuq il-bjut?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninformak li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata aktar tard.", "SPTAR MONTE CARMELI - ARJA KONDIZZJONATA", "11725.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Monte Carmeli kemm hemm swali li għandhom l-arja kondizzjonata?", "Fl-istess sptar kemm hemm uffiċini li għandhom l-arja kondizzjonata?", "Meta hemm il-ħsieb li swali fl-isptar Monte Carmeli jkollhom l-arja kondizzjonata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għada qed tinġabar.", "Risposta tingħata f`seduta oħra.", "TARZNARI - SUSSIDJU", "11731.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11220?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t- tweġiba tingħata appena tali informazzjoni tkun inġabret.", "TARZNA - PROFITTI", "11732.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11221?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t- tweġiba tingħata appena tali informazzjoni tkun inġabret.", "EIB - KUNTRATTI", "11738.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat mal-Bank of Investment (EIB) għall-iffinazjar ta' proġetti f'Malta matul dawn l-aħħar 12-il sena?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dawn il-kuntratti nkluż id-dati meta ġew iffirmati, l-ammont ta' flus miftiehem, kif iridu jitħallsu lura, fuq liema proġetti ntużaw u x'kondizzjonijiet speċjali oħrajn ġew miftiehma?", "ONOR.", "JOHN DALLI: F`dawn l-aħħar 12-il sena il-Bank Ewropew għall- Investiment (EIB) u l-awtoritajiet Maltin iffirmaw disa` kuntratti għall- iffinanzjar ta` proġetti f`Malta.", "Dettalji kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant huma kif jidhru fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra ma` din ir-risposta aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-kondizzjonijiet miftiehma huma dawk li wieħed normalment isib f`kull ftehim ta` din ix-xorta li fih jingħata self mill-EIB.", "Kif jaf sew l-Onor.", "Interpellant fil-każ tal-proġett Sewerage II, l-EIB għamlu tliet kondizzjonijiet speċjali:", "1. li jitwaqqaf Accounting System komprensiva fid-Dipartiment tad-Drenaġġ;", "2. li fi żmien raġonevoli kellha ssir tariffa fuq l-istess servizz; u", "3. li d-Dipartiment kellu jiġi korporizzat billi jingħaqad mal- Korporazzjoni tal-Ilma.", "Is-self miftiehem għal dan il-proġett partikolari fil-fatt mhux se jittieħed għar-raġunijiet li diġa' tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11434 imressqa mill-istess Interpellant.", "TOROQ - DWAL", "11739.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni regolari fuq id-dawl fit-toroq arterjali għaliex bħalissa hawn partijiet sħaħ ta' toroq arterjali li jinstabu mitfija minħabba ħsarat fis-sistemi tad-dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tistħarreġ l-ilment u jekk ikun il-każ tieħu l-passi meħtieġa.", "DIPARTIMENT TAL-MANIFATTURA U SERVIZZI - XOGĦLIJIET", "11740.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet għadhiex responsabbli mill-manutenzjoni ta' traffic lights u pelican lights?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq il-pelican lights li hemm fejn l-Istitut Fellenberg f'Kordin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi għadha responsabbli mill-manutenzjoni ta' traffic u pelican lights.", "Il-pelican lights li hemm fejn l-Istitut Fellenberg f'Kordin żviluppaw ħsarat kbar fil-cables li kien hemm taħt l-art u kellha ssir stallazzjoni ġdida.", "Fil-fatt din saret u dawn qed jaħdmu.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11741.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li persuni li jkunu waqfu mix-xogħol, ikunu bdew jirreġistraw u wara jibdew bis-sick leave m'għadhomx aktar eliġibbli biex japplikaw għal Pensjoni ta' l-Invalidita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li persuna tkun intitolata għal Pensjoni għal Invalidita' jekk kienet inkapaċi għax- xogħol minħabba marda serja.", "Meta persuna tirreġistra għax-xogħol immedjatament wara li tkun tilfet ix-xogħol b'riżultat ta' nuqqas ta' xogħol, u waqt li tkun qed tirreġistra timrad b'marda serja din ukoll tista' tkun intitolata għal Pensjoni għal Invalidita'.", "Għaldaqstant mhux minnu dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru u cioe' li persuni li jkunu waqqfu mix-xogħol u bdew jirreġistraw u wara tiżvilupalhom marda m'għadhomx eliġibbli għal pensjoni għal Invalidita'.", "Naturalment, id-dipartiment għandu d-dmir li jara li s-sistema ma tiġiex abbużata f'liema każ, jittieħdu l-passi opportuni.", "PERITI/INĠINIERA - BENEFIĊĊJI", "11743.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar benefiċċji u allowances (inkluż dik ta' disturbance) li ngħataw lil periti u inġiniera li jaħdmu mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul dawn l- aħħar 12-il xahar, kull persuna separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BORD TA' L-GĦAŻLA - SPONSORSHIP FIL-MASTER DEGREE", "11744.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex il-kwalifiki meħtieġ sabiex tingħażel għal kors ta' l-MBA skond ir-risposta li ngħatata għall-mistoqsija parlamentari numru 9926?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi l-kwalifiki meħtieġa sabiex persuna tintgħazel għal kors ta' l-MBA huma stabiliti mill- Universita li torganizza l-kors.", "Il-persuna ndikata, li fil-fatt hija perit, ġiet ammessa għall-kors ta' l-MBA.", "Jien informat ukoll li din il-persuna kienet issodisfat ukoll l-kriterji stabbiliti għal dan l-isponsorship.", "ANZJANI - DAR F'BORMLA", "11754.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn min se jitmexxa fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla: il-catering; it-tmexxija; u t- tindif?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li ħarġet sejħa għall-offerti għat-tmexxija tad-Dar ta' Bormla, din se tiġi fdata lill- Health Care Services Ltd.", "Skond kif mitlub mill-istess sejħa t-tmexxija tinkludi fost l-oħrajn il- catering u t-tindif.", "BIRGU - TAL-FORTINI - VULTAĠĠ TAD-DAWL", "11755.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11424 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' l-Ministru jara li jissaħħaħ il-vultaġġ tal-kurrent tad-dawl fil-Housing Estate Tal-Fortini, Birgu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant gie mgħoddi lill- korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtiega.", "IMPJIEGI - ŻIDIET", "11756.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk impjegati fl-Armed Forces ta' Malta, li jispiċċaw mix-xogħol bi żmien, jeħdux żewġ terzi ta' kull żieda li jingħataw membri fl-Armed Forces?", "Jekk fl-affermativ, jista' jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li spiċċa mill-AFM fl-1981, hux suppost li ħa dawn iż-żidiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-impjegati fil-Forzi Armati ta' Malta li jispiċċaw mix-xogħol biż-żmien ikollhom pensjoni tas- servizz jew mill-gvern Ingliż jew mit-teżor, u ġieli anke mit-tnejn.", "Għaldaqstant il-pensjoni tas-sigurta' soċjali li jkunu ntitolati għaliha tkun waħda minn dawk b'rata fissa skond it-Tnax il-Skeda taħt l-istess att dwar is-sigurta' soċjali u mhux taż-żewġ terzi.", "Inżid ngħid illi l-persuna minnhu ndikata se tkun informata bil-miktub dwar il-pensjoni tagħha.", "GĦAJN DWIELI - TRIQ L-AMMIRALJAT - FOND NRU.11", "11757.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-garaxx li huwa tal-Housing Authority u li issa sarulu wkoll il-bieb u t-twieqi, li qiegħed f'numru 11, Triq l-Ammiraljat, Għajn Dwieli?", "X'tista' tagħmel persuna li hi interessata f'dan il-garaxx biex tapplika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar bniet żewġ maisonettes u erba' garages fuq din il-plot.", "Żewġ garages minnhom huma abbinati maż-żewġ maisonettes fuq imsemmija u ż- żewġ garages l-oħra nbiegħu wara sejħa pubblika għall-offerti.", "PENSJONIJIET", "11758.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet il-pensjoni, qabel is-sena 1979?", "Meta daħal fis-seħħ il-metodu tat-two thirds?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-pensjoni qabel l- 1979 kienet Lm12.10 fil-ġimgħa għal raġel miżżewweġ li jkun imantni lil martu, u Lm7.40 għal kull persuna oħra.", "Il-pensjoni taż-żewġ terzi għal min kien impjegat daħlet fis-seħħ fit-22 ta' Jannar, 1979.", "SVPR - ANZJANI", "11759.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' l-anzjana ta' 93 sena, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex tidħol f'SVPR?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament li applikat biex tidħol fl-SVPR qiegħda tingħata prijorita' u se tkun ammessa fi ftit żmien ieħor.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "11761.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ dwar housing li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata attenzjoni minħabba l-problemi familjari kbar li jeżistu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ imsemmi qed ikun ikkunsidrat, flimkien ma' applikazzjonijiet oħrajn li għandu pendenti quddiemu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali."]} {"filename": "20000922_368d_par.doc", "date": "2000-09-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 368 Il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 368", "Il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "368", "Il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru, 2000", "WERREJ MINUTI 328", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 328", "TQEGĦID TA' KARTI 332", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (KUMITAT)", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 334", "AĠĠORNAMENT 360", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 364", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 367 li saret fit-22 ta' Settembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KONSULENTI BARRANIN", "18448.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "18073?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi jintgħażlu dawn il-konsulenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Sur President, il-konsulenti jintgħażlu skond il-każ x'ikun.", "Per eżempju, mas-central office of statistics kien hemm konsulenti min-Netherlands li ntgħażlu wara li saru arranġamenti mal-Eurostat biex jintbagħat xi ħadd li jkun espert fin-national accounts.", "Naturalment wieħed għandu jara li kemm jista' jkun ikollu scelta minn fejn jagħżel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, hawnhekk qed nara kumpannija Olandiża li qed tagħti pariri lis-central office of statistics li qed tieħu Lm75,000; imbagħad hawn kumpannija oħra, naħseb li hija Olandiża wkoll, li qed titħallas Lm54,000 mill-Maltapost.", "Imma possibbli l-Maltin m'humiex kapaċi jagħmlu x-xogħol li qed jagħmlu dawn il-kumpanniji?", "Għalfejn għandna nħallsu l-eluf tal-liri lill-barranin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, irridu noqogħdu attenti kif nitkellmu għax anke l-amministrazzjoni preċedenti kienet timxi b'dan il-mod u fil- fatt kien hemm korporazzjonijiet barranin li kienu jitħallsu l-mijiet ta' l- eluf ta' liri, li ġieli anke qorbu l-Lm1 miljun.", "Il-verita' hi li kultant ikun hemm ċirkostanzi fejn ikollok bżonn ta' konsulenza barranija.", "Issa l-Onor.", "Cuschieri qed jistaqsini għala ntgħażlet kumpannija mill- Olanda b'konsulenza ta' Lm75,000 dwar is-sistema tan-national accounts.", "Jekk l-Onor.", "Membru jrid din it-tip ta' informazzjoni, nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub u nġiblu l-informazzjoni li jrid.", "Iżda nista' ngħidlu li peress li n-national accounts hija xi ħaġa tant speċjalizzata, diffiċli biex issib Maltin li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, bħalissa qegħdin fil-proċess li nwaqqfu l-awtorita' dwar l-istatistika u jidher li se nispiċċaw nonfqu ħafna flus.", "Il-gvern jiftaħar tant li għandu fiduċja fil-Maltin u li għandna tant nies kwalifikati mill-universita', allura possibbli li m'hawnx min hu kapaċi jagħti din il-konsulenza!", "Għandna għalfejn noqogħdu nħallsu l-eluf tal-liri lil barranin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nistieden lill-Onor.", "Membru jsemmili nies li għandhom esperjenza dwar l-implimentazzjoni tan-national accounts, għax din hija sistema ġdida li lanqas biss għada ġiet introdotta hawn Malta.", "Irrid infakkru li jekk hemm xi ħaġa li m'għandux isemmi hija proprju n-national accounts għax tort taż-żewġ naħat tal-Kamra bqajna bl-istess sistema li kellna fl-1950 u issa se nagħmlu upgrading tas-sistema ta' l-1990.", "Allura għandna għalfejn insibu diffikulta'?", "Jekk l-Onor.", "Membru jrid jagħmel xi mistoqsija speċifika dwar kif inħatru dawn in-nies u affarijiet simili nagħtihielu din l-informazzjoni, pero' irridu nżommu naqra serjeta' u mhux għax tajtu l-lista li fiha l- informazzjoni li talabni donnu qed jgħid li ħlejna l-flus!", "Sfortunatament fin-national accounts m'għandniex nies li huma esperti f'din is-sistema l-ġdida, u allura kif tista' ma ġġibx lil xi ħadd li għandu esperjenza fit-tħaddim tagħha!", "Tajjeb ukoll li ngħid li dawn il-flus ġejjin mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-Ministru qed jgħid illi n-national accounts m'humiex kif suppost ikunu għax gvern wara ieħor baqa' ma bidilhomx - għandi nifhem li anke l-istatistika - u jien qed nifhem li anke minħabba l-fatt illi rridu nagħtu ċerta informazzjoni lill-European Union f'dak li huwa purchasing power parities.", "Jista' jisjegalna kif hu allura kien jifforma parti minn partit u minn gvern li kien jgħid li lest li jidħol fl-Unjoni Ewropea meta dawn l-affarijiet lanqas biss kienu xammewhom u lanqas biss bdewhom?", "Għax jew ma kenux jafu li għamluhom hekk jew inkella kienu jafu u ma kenux jgħidu.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'hiex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-Onor.", "Vella qabadli suġġett li nzertajt daqsxejn ntiż fih.", "Il-purchasing power parities bdejna l- eżerċizzju tiegħu fl-1995, dan kompla għaddej fl-1996 u meta l-gvern ta' qabilna ffriża l-applikazzjoni, ġie ffriżat kollox.", "Meta erġajna tlajna fil-gvern kellna nerġgħu nibdew mill-bidu, peress li biex tinġabar l- informazzjoni u tintbagħat l-Eurostat jieħu tliet snien.", "Din kienet waħda mir-raġunijiet għala s-sistema tal-purchasing power parities fil-fatt ma daħlitx.", "Veru li s-sistema tan-national accounts kellha tiġi aġġornata aktar kmieni - fil-fatt jien dejjem hekk kont ngħid - imma kien hemm diffikultajiet tekniċi u s-sistema internazzjonali li għamlu bejn l-1993 u l-1994, aħna bdejna nħaħħluha fl-1995 u issa għaddejjin b'dan il-proċess.", "Dawn l-affarijiet jieħdu ż-żmien u ma tistax tagħmilhom mil-lum għal għada.", "Din is-sistema tinvolvi ġbir differenti u aktar wiesa', affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-servizzi, li qabel lanqas konna nagħmlu measurement tagħhom tajba biżżejjed għax il-produzzjoni ta' prodotti kienet aktar faċli tkejjilha, u s-sistemi kienu ntenzjonati biex jiġu measured il- prodotti u mhux is-servizzi.", "U nerġa' ngħid li dawn il-flus huma parti mill-financing li ġej mill-Unjoni Ewropea.", "Għandna commitment illi s-sistema tan-national accounts trid tkun on the same basis bħalma hi ta' l-Unjoni Ewropea u bħalma hi internazzjonalment tal-UN.", "L-Unjoni Ewropea wkoll m'hijiex qed taħdem għal rasha imma hemm sistema globali biex kemm jista' jkun tkun comparable u bbażata fuq l- istess prinċipji li jżommu mal-bidliet li jseħħu minn żmien għal żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk qed nifhmu tajjeb il-Ministru qed jgħid li din is-sistema trid iddum tliet snin biex tagħmilha.", "Jekk fl-1995 il-Ministru kien jaf li hemm programm ta' tliet snin biex tbiddel l-istatistika ħalli tkun tista' tgħid lill-Unjoni Ewropea x'inhu l-GDP tiegħek u x'inhu l-GDP per capita - u min kien jgħid dawn l-affarijiet kien jagħmel parti mill- istess team - allura kif kienu jgħidu li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1996?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid illi s-sistema tal-purchasing power parities m'ilhiex hemm 20 sena imma bdiet tiġi mbuttata rigorosament mill-1995 'il hawn, jiġifieri hija pjuttost a recent development.", "Li ġara hu li ċerti preparazzjonijiet li bdejna naħdmu fuqhom sfortunatament ġew iffriżati għax l-operazzjoni kienet qed tiġi ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea u meta ffirżajna l-applikazzjoni ffriżajna dik l- assistenza wkoll.", "(Interruzzjonijiet)", "Mhux qed ngħid li l-gvern Laburista qam darba waħda filgħodu u ddeċieda li jiffriża l-applikazzjoni u jiffriża l-iżvilupp ta' l-istatistika.", "Din ġiet by implication, waħda mill-ftit affarijiet illi d-direzzjoni ġdida li tefa' l-gvern Laburista ta' Alfred Sant meta ffriża l-applikazzjoni, u ffriżat il-progress li kien qed isir f'ċertu oqsma.", "Dan huwa veru eżempju ċar u klassiku li kien qed jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Din bħal ta' l-ST Microelectronics li kienet għaddejja bi programm ta' riċerka ta' Lm700,000 li sfortunatament ukoll ġie derailed.", "B'hekk din l-aqwa kumpannija li għandna spiċċat mingħajr dawn il-flus għax ma kellniex fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea u issa għadda ż-żmien biex wieħed jagħmel tajjeb għalihom.", "Dawn huma implikazzjonijiet illi l-gvern preċedenti sfortunatament daħal fihom donnu b'nuqqas ta' ħsieb għax ma naħsibx li ried iżomm l-iżvilupp ta' l-ST Microelectronics l-iżvilupp ta' l-istatistika.", "Imma huwa fatt li meta l-applikazzjoni ġiet iffriżata kellna dawn il-konsegwenzi u mbagħad kellhom joqogħdu jinnegozjaw ma' l-EU biex jaraw kif se ndawru l-fondi u affarijiet bħal dawn.", "Sfortunatament din hi r-realta'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jekk il-Ministru jippermettili nixtieq nagħmel kjarifika u mbagħad nagħmel mistoqsija għax l-Onor.", "Bonnici m'hu korrett xejn.", "Il-kwestjoni ta' l-istatistika ma ġiet imwaqqfa bl-ebda mod.", "Il-Ministru jaf daqskemm naf jien illi wieħed mill-programmi li kien hemm fil-fourth financial protocol - u li kien hemm diskussjonijiet biex jiġi mogħti programm indikattiv ieħor għalfejn se jintnefqu - xorta kien baqa' għaddej u l-istatistika kienet baqgħet u kompliet.", "Li kien hemm hu l- withholding ta' fondi mill-Unjoni Ewropea għax mhux ta' kemm jiġu l-fondi, pero' l-eżerċizzju ta' l-istatistika xorta baqa' għaddej.", "Issa jista' l-Ministru jispjegali kif dik l-istatistika li toħroġ mis- central office of statistics ma taqbel xejn ma' dik li toħroġ mill-ETC?", "Ħa nagħti eżempju.", "Iċ-ċifri li hemm f'paġna 50 u paġna ta' l-53 economic review ta' Jannar/Settembru ta' l-1999 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mad- diskors tal-budget ma jaqblu xejn maċ-ċifri ta' employment - il-gainfully employed u s-self-employed - li joħorġu mill-ETC.", "Jista' l-Ministru jgħidilna liema se nemmnu minn dawn u għaliex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ċertament naqbel ma' l-Onor.", "Vella li l-financing ġie ġġamjat meta ġiet iffriżata l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl- Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) X'ma hu veru xejn, hekk hu!", "Staqsi lil ST Microelectronics għax dik il-kumpannija tilfet Lm700,000!", "Il- financing ġie ġġamjat għax il-finanzjament tal-protokoll kien intiż għal biex insiru membri u kif il-gvern preċedenti waqqaf l-applikazzjoni għas- sħubija, ġew iffriżati l-fondi wkoll.", "U fl-istatistika ġġamjajna għaliex dan kien programm iffinanzjat mill-Eurostat.", "(Interruzzjonijiet)", "Imma skużi, kif jista' l-Onor.", "Vella jgħid li x-xogħol baqa' għaddej meta jien naf illi waqaf u tgħidx kemm batejna biex nerġgħu nqabduh jimxi 'il quddiem!", "Kieku baqa' għaddejn l-eżerċizzju, tal-purchasing power parities konna nippubblikawha sentejn ilu, mhux issa ħareġ l-ewwel indikatur fuq il-purchasing power parity tagħna, li huwa madwar 60% ta' l- EU average.", "Din ħarġet madwar xahrejn jew tliet xhur ilu u semmejtha jien fil-parlament qabel is-sajf.", "Dan kien l-ewwel rapport li kellna.", "Jien qed ngħid dan bil-provi u bil-fatti.", "(Interruzzjonijiet)", "Meta deher l-Onor.", "George Vella fuq it-television f'debate ma' l-Onor.", "Lawrence Gonzi semma' dan l-istess punt u tefagħha hekk.", "Jien ippruvajt niċċekkja għax ma stajtx nifhem x'ried jgħid.", "Qabel ma l-Onor.", "Vella jiġi jgħid li ħaġa ma taqbilx m'oħra, nitolbu jistaqsi bil-miktub u jgħidilna għal xiex qed jirriferi għax la jien ma stajt nifhmu u lanqas l-Onor.", "Gonzi.", "Allura minflok joqgħod jgħidilna li dawn ma jaqblux, nitolbu jagħmlilna mistoqsija dettaljata ħalli jiena nkun naf x'qiegħed jgħid u nkun nista' nirrispondih.", "Imbagħad jekk ikollu raġun nagħtih raġun u jekk m'għandux raġun nispjegalu għaliex.", "(Interruzzjonijiet) Inutli joqgħod jgħidli biex infittex f'paġni 50 u 53.", "Lill-Onor.", "Vella nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nirrispondih b'mod xieraq.", "Meta ppruvajt nistaqsi eżattament għal xiex kien qed jirriferi - għax jiena rajtu l-programm fuq it-television - ħadd ma seta' jirrispondini.", "Għalhekk nitolbu jagħtina l-informazzjoni ħalli nkunu nistgħu naraw jekk hijiex verita' jew le, jekk hijiex problema, jekk kienx hemm xi misunderstanding u jekk nistgħux niċċarawha.", "Aħjar nagħmlu hekk milli noqogħdu nagħmlu dawn l-attakki.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien qed nitkellem off the cuff għax ma kontx ippreparat għal dan imma ċ-ċifri niftakarhom u nista' ngħidomlu eżatt.", "Allura l-Ministru, li sema' d-debate, hu stess qed jgħid li jiġi jaqa' u jqum milli jara x'inhi d-differenza għax kieku kien ifittixha!", "U sieħbu qed jilgħabha ta' l-innoċenti u qed jgħid li ma fehemnix.", "Ħalli nagħtih l- informazzjoni li talabni.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Membri, inżommu quddiem għajnejna li bħalissa m'huwiex il-ħin tad-dibattitu imma l-ħin tal-mistoqsijiet!", "ONOR JOSEF BONNICI: Imma mhux sewwa li l-Onor.", "Vella jgħid li jien niġi naqa' u nqum meta qed ngħidlu li jien ippruvajt niskopri x'qal.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imissek mort tfittex!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Imma xi tridni nfittex jekk ma nistax nifhem fejn qiegħda l-problema!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jiena qiegħed nipprova nsir naf eżattament x'inhi l-problema u qed jgħidli li ġejt naqa' u nqum.", "Imma għaliex ma jgħidx x'inhi l-problema li qed jara hu?", "Għaliex għandu jimplika li jiena ġejt naqa' u nqum u li jien ma nagħtix kas meta dan m'hu veru xejn?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk il-Ministru ra d-dibattitu fuq it-television, jiftakar li jien lil Dr Gonzi wrejtu l-aħħar ċifri mil-lista ta' l-impjiegi li toħroġ regolari mis-central office of statistics u rriferejtu wkoll għall-istess pubblikazzjonijiet li tkellem dwarhom.", "Issa jien qed ngħidlu li qed nitkellem fuq iċ-ċifri ta' l-impjiegi tal-gainfully employed u anke tas-self-employed għas-snin 1996, 1997 u 1998, u nixtieq inkun naf jekk hemmx differenza bejn dawk iċ-ċifri tas-central office of statistics li qed ngħidlu fuqhom jien u dak il-ktieb.", "Din id-diskrepanza tammonta għal aktar minn 2,000 impieg u qed nindikalu eżatt issa u m'għandux għalfejn jilgħabha li mhux qed jifhimni.", "Qed nirriferi għat-total employment.", "(Interruzzjonijiet) Iva, għall-gainfully occupied.", "Qed nikkwotalek eżatt issa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jiena nixtiequ jagħtini aktar informazzjoni billi jgħidli għal liema xhur u għal liema snin qed jirriferi għax mhux sew li wieħed jitfagħha hekk u jħalliha hekk.", "Meta jiena ħarist lejn l-economic survey u lejn in-news release ta' l-impjiegi ma stajt nara l-ebda diskrepanza.", "Għalhekk qed ngħid lill-Onor.", "Interpellant biex jipprova jagħmel il-mistoqsija tiegħu b'mod aktar koerenti.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ma nafx għaliex f'dan il-parlament nitfixklu anke fl-aktar affarijiet sempliċi.", "Din hija statistika ppubblikata u faċli tivverifikaha.", "Anke jien għadni sal-lum ma nistax nifhem x'inhu jgħid l- Onor. Vella.", "Qed jgħid li ċ-ċifri li ġew ippubblikati mill-ETC taħt l- amministrazzjoni Laburista fl-1997 u 1998 kienu foloz?", "Jiena ma naħsibx li huwa hekk.", "Jiena naħseb li din hija kwestjoni ta' statistika uffiċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Lill-Viċi Prim Ministru ngħidlu li ċ-ċifri li kien hemm ippubblikati fi żmien gvern Laburista kienu ġew imnaqqsin b'2,000 wara l-ħruġ ta' ċifri mis-central office of statistics fi żmienkom.", "(Interruzzjonijiet) Issa waqt is-seduta nurik x'qed ngħid imma kun raġel, qum u spjegahomli!", "Pero' kun raġel li jekk ma jaqblux, qum u spjegahomli għax l-irġulija hekk titlob!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti li taw servizz fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18579;", "Tagħrif dwar barranin li nqabdu jaħdmu f'Malta bla permess, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19013; u", "Tabelli li juru l-għadd ta' postijiet allokati bejn Jannar u Awissu 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19020; u", "f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Dettalji dwar xogħol li jagħmlu persuni 'l fuq minn 61 sena li jaħdmu mal-gvern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18699.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-importazzjoni ta' prodotti li tneħħiet il-levy minn fuqhom, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18972;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabelli li jagħtu l-għadd ta' studenti u għalliema fl-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Fgura u Xgħajra għas-sena skolastika 1999-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19015; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport dwar il-ħidma tal-general contracts committee matul l-1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-gradi ta' ħaddiema tal-Gozo Channel li ġew impjegati, irriżenjaw jew ġew trasferiti, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18987;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' strument ta' modifika għall-awtorizzazzjoni u l-ftehim għall- operat ta' sistema ta' telekomunikazzjoni u l-provvediment ta' servizz ta' telekomunikazzjoni u għal ħruġ ta' awtorizzazzjoni għall-operat ta' sistema ta' telekomunikazzjoni u l-provvediment ta' servizz ta' telekomunikazzjoni lill-Maltacom p.l.c., skond artikolu 46 (4) ta' l- Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni, Kap 399;", "Kopja ta' strument ta' modifika għall-awtorizzazzjoni u ftehim għall- operat ta' sistema ta' telekomunikazzjoni u provvediment ta' servizz ta' telekomunikazzjoni lill-Vodafone Malta Limited, skond artikolu 46 (4) ta' l-Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni, Kap 399; u", "Lista ta' garaxxijiet li għandhom il-permess li jagħmlu t-test tal- VRT, bi tweġiba għal misoqsija parlamentari nru.", "19044; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tagħrif dwar avviżi/ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19021.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, jippresjedi", "(Ikompli mit-22 ta' Settembru 2000)", "Klawsola 8 - Provvedimenti rigward il-proċedimenti ta' l-Awtorita'.", "(Kont.)", "Clause 8 - Provisions with respect to proceedings of the Authority.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Chairman, b'riferenza għall-aħħar rimarki mill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Louis Buhagiar, nixtieq ngħid li se nressaq emenda għax fil-fatt hemm żball fit- test Malti.", "Din l-emenda tgħid hekk:", "\"F\" Fit-test Malti ta' subklawsola (5) ta' klawsola 8, minflok il-kliem \"minn xi membru minħabba fil-ksur\" għandhom jidħlu l-kliem \"minħabba fil-ksur minn xi membru\".", "\"F\" In the Maltese text of subclause (5) of clause 8, for the words \"minn xi membru minħabba fil-ksur\" there shall be substituted the words \"minħabba fil-ksur minn xi membru\".", "Fit-test Ingliż din l-anomalija ma teżistix għax l-aħħar sentenza tgħid hekk:", "\"No act or proceeding of the authority shall be questioned on the ground of the contravention...\".", "- din m'hijiex kwestjoni ta' jekk hemmx act done by any person in good faith -", "\"...of the provisions of subartice (8) of article 3 of this Act.\"", "Biex niftehmu hawnhekk qed ngħidu li l-atti li jsiru minn persuna li taġixxi bona fide jitqiesu bħala validi, anke jekk ikun hemm xi difett fil- ħatra ta' dik il-persuna, pero' hawnhekk qed ngħidu li ma jistax ikun hemm mistoqsija dwar xi kontravenzjoni li ssir minn membru ta' l-awtorita' u din hija spjegata f'dan l-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 8, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Ħatriet ta' persunal.", "Clause 9 - Staff appointments.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, bażikament hawnhekk qed ngħidu li l-ħatra ta' uffiċjal u ta' impjegati oħra ma' l-awtorita' għandha ssir mill-awtorita' u l-patti u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg għandhom ikunu stabiliti mill-awtorita' bi ftehim mal-ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, niftakar li meta konna qegħdin nitkellmu fuq klawsola simili fil-Malta Communications Authority Bill kien tqajjem il-punt li billi l-impjegati ta' l-awtorita' jistgħu ma jkunux ġejjin mis-servizz pubbliku, u billii dawn se jaħdmu f'awtorita' li prattikament hija governattiva, dawn għandhom jintrabtu b'ċerti regolamenti u responsabbiltajiet li normalment jintrabtu bihom l-impjegati tas-servizz pubbliku.", "Dan is-suġġeriment kien tqajjem min-naħa ta' l- oppożizzjoni u kienet saret emenda b'dan il-ħsieb.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, ladarba f'dan l-abbozz ta' liġi jingħad li l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg għandhom jiġu stabiliti mill-awtorita' bi ftehim mal-ministru, nifhem li wieħed għandu jagħmel streamlining mas-settur pubbliku b'mod ġenerali.", "Pero' jekk qed nifhem tajjeb, l-Onor.", "Buhagiar jgħid li n-naħa tal-gvern kienet aċċettat emenda f'dan is-sens meta konna qed niddiskutu l-Malta Communications Authority Bill.", "Evidentement ladarba qed nitkellmu fuq affarijiet identiċi naħseb li nistgħu nagħmlu emenda simili, pero' hemm bżonn naraw x'emenda kienet ġiet aċċettata.", "Jien nieħu pjaċir li jkun hemm konsistenza fil-wording ta' dawn it-tip ta' klawsoli.", "Għalhekk nitlob il-permess tal-Kumitat biex nipposponu din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 10 - Ħatra u funzjonijiet ta' l-uffiċjali u l-impjegati ta' l- Awtorita'.", "Clause 10 - Appointment and functions of officers and employees of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, din il-klawsola tgħid hekk:", "''L-awtorita' għandha taħtar u timpjega, b'dik ir-rimunerazzjoni u b'dawk il-patti u kondizzjonijiet ......lil dawk l-uffiċjali u l- impjegati ta' l-awtorita', bħalma jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għat-twettiq dovut u effiċjenti tal-funzjonijiet ta' l- awtorita'.''.", "Naħseb li din hija klawsola ġenerika biex ikun hemm il-fakulta' li wieħed jistabilixxi dawk il-patti u kondizzjonijiet ta' l-impjegati diversi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien inħoss li jekk irridu li jkollna awtoritajiet effiċjenti u fl-istess ħin irridu nindirizzaw il-problema ta' overmanning fis-servizz pubbliku - kultant ikollok nies tajbin li jkunu mpoġġija f'dipartimenti fejn ma jkunux qegħdin jikkontribwixxu biżżejjed skond il-kapaċitajiet tagħhom - l-awtorita' għandha tintrabat, bħala first priority, li l-ewwel tara jekk issibx nies fis-servizz pubbliku li jkunu kapaċi jaqdu l-funzjonijiet rikjesti minnhom mill-awtorita'.", "Il-punt tiegħi huwa li jekk l-awtorita' tħoss li minn żmien għal żmien ikollha bżonn in-nies l-ewwel għandha tħares lejn nies oħrajn fis-servizz pubbliku.", "Imbagħad jekk ma ssibx nies bil-kwalifiki meħtieġa li jkun hemm bżonn tara ssibx nies li ma jkunux fis-servizz pubbliku.", "Issa hawn ma narax li hawn dan l-impenn min-naħa ta' l-awtorita' li tara li l-ewwel u qabel kollox tipprova ġġib impjegati li diġa' jaħdmu fis- servizz pubbliku.", "Inħoss li l-gvern għandu jagħti konsiderazjoni minn dan il-lat biex naraw li jkun hemm l-aħjar użu possibbli min-nies li diġa' għandna fis-servizz pubbliku u fl-istess ħin inkunu qed nindirizzaw il- problema ta' l-overmanning f'dan is-settur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, nista' nikkonferma li bħala policy min-naħa tal-gvern din hija l-proċedura li nsegwu u safejn naf jien dawn huma r-regoli dwar l-impjiegi fis-settur pubbliku li aħna marbutin bihom legalment taħt liġijiet oħra.", "Normalment l-ewwel tagħmel sejħa interna fis-settur pubbliku kollu b'ċirkolari u jekk tibqa' ma ssibx nies tagħmel verifika ma' l-ETC biex tara jekk hemmx xi ħadd jirreġistra għal dik il-kariga partikolari - forsi se nkun ftit frank iżżejjed, pero' naħseb li din tagħmel sens biss meta titkellem fuq minor staff; qed ngħid dan għax jekk inti trid direttur u xi ħadd ikun qed jirreġistra, naħseb li dan diġa' juri li dan mhuwiex kapaċi għal dik il-kariga, pero' dak huwa argument ieħor - u jekk imbagħad iż-żewġ toroq li semmejt ma jkunux suffiċjenti jkollok tagħmel proċedura ta' sejħa pubblika u tara lil min trid timpjega.", "Irridu napprezzaw li din hija awtorita' li se jkollha bżonn diversi nies speċjalizzati u kultant dawn mhux bilfors issibhom mis- suq tax-xogħol partikolari għalihom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mil-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Assenjament ta' uffiċjali pubbliċi biex jaqdu dmirijiet ma' l- Awtorita'.", "Clause 11 - Detailing of public officers for duty with the Authority.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, klawsola 11 tirrigwarda l- assenjazzjoni ta' uffiċjali pubbliċi biex jaqdu dmirijiet ma' l-awtorita'.", "Din ukoll hija klawsola standard f'liġijiet simili u billi hawnhekk qed nitkellmu fuq nies mis-settur pubbliku dan irid isir fuq ordni tal-prim ministru.", "Naturalment wieħed irid jara x'kondizzjonijiet partikolari jolqtu lil dak li jkun qed jiġi assenjat mis-settur pubbliku għal ma' l- awtorita'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, subklawsola (2) ta' klawsola 11 hija standard u din iltqajna magħha anke meta konna qed niddiskutu t- twaqqif ta' awtoritajiet oħrajn.", "Li nixtieq nistaqsi huwa dan.", "Skond din il-klawsola wara sena jispiċċa awtomatikament it-trasferiment li l-prim ministru jkun ordna minn mas-servizz pubbliku għal ma' l-awtorita'?", "Din hija sena ta' prova jew hemm xi skop ieħor?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, m'huwiex l-iskop li din tkun sena ta' prova fil-konfront ta' l-impjegat, jiġifieri din m'hijiex forma ta' probation.", "L-intenzjoni ta' din il-klawsola hija li nixtiequ nevitaw, anke minħabba esperjenza ta' sitwazzjonijiet li ġieli evolvew fil-passat, sitwazzjoni fejn tispiċċa b'nies li jkunu fis-servizz pubbliku mbagħad ikunu assenjati b'ordni tal-prim ministru - dik hija l-proċedura fis-settur pubbliku - għal ma' awtorita' jew enti oħra u jibqgħu hekk b'mod indeterminat.", "Jekk se jkun hemm nies mis-settur pubbliku li jmorru ma' l- awtorita' allura jmorru ma' l-awtoirta' u mhux jibqgħu assenjati fis- servizz pubbliku.", "L-iskop huwa pjuttost ta' brake fuq il-gvern stess għax matul dik is-sena wieħed jara jekk dik il-persuna għandhiex tkun impjegata ta' l-awtorita' u jekk inhu hekk allura ssir impjegat ta' l-awtorita', imma mhux tibqa' mas-settur pubbliku u assenjata ma' l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Status ta' uffiċjali pubbliċi assenjati biex jaqdu dmirijiet ma' l-Awtorita'.", "Clause 12 - Status of public officers detailed for duty with the Authority.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, klawsola 12 hija klawsola pjuttost standard li tirregola l-istatus ta' uffiċjali pubbliċi li jkunu assenjati biex jaqdu dmirijiet ma' l-awtorita'.", "Fost fatturi oħrajn hemm li dawn, anke waqt li jkunu ma' l-awtorita', m'humiex preklużi milli japplikaw għal xi trasferiment f'dipartiment ieħor, li r-remunerazzjoni u l- kondizzjonijiet tas-servizz ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jgawdu mal-gvern u li jkollhom il-jedd li s-servizz tagħhom ma' l-awtorita' jkun ikkonsidrat bħala servizz mal-gvern, b'mod partikolari għal għanijiet ta' pensjoni, gratuity jew xi benefiċċju taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u taħt l-Att dwar il-Pensjonjet lin-nisa romol u tfal iltima.", "Niftakar li meta konna waqqafna l-MIA u konna qed nieħdu nies mill-gvern biex imorru ma' l-MIA dawn kienu t-tip ta' prinċipji li konna stabilejna anke bil-parteċipazzjoni tas-sieħba soċjali.", "Illum dawn ġew standardized u fil-fatt insibu li din il-klawsola tapplika għal awtoritajiet simili.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, impjegat tal-gvern li jiġi ttrasferit għal ma' l-awtorita' u ħaddiem ieħor li qiegħed ma' l-awtorita' - imma mhux ġej mis-settur pubbliku imma wara sejħa minn barra - li jkunu qed jagħmlu l-istess xogħol fi ħdan l-awtorita', se jitħallsu l-istess?", "Nassumi li l- ħlasijiet ta' l-awtorita' se jkunu differenti mill-ħlasijiet tal-gvern.", "Dan huwa l-każ jew jien żbaljat?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, li normalment jiġri f'każi bħal dawn - ma rridx kważi nenfasizza dan il-kunċett iżżejjed għax mhux qed nipprova ninkoraġixxi effett tajjeb ta' garigor 'il fuq li ċerti kondizzjonijiet għandhom ikunu tajbin; naħseb li lkoll naqblu li dawn għandhom ikunu tajbin - huwa li l-kondizzjonijiet ta' impjieg ma' enti kummerċjali jkunu ftit aħjar minn tal-gvern mhux agħar, jiġifieri ma naħsibx li jkun hemm din id-diffikulta'.", "Din qiegħda biex tagħti l- garanzija pero' jekk inti tassenja lil xi ħadd mis-settur pubbliku għal ma' l-awtoirta' u għal xi raġuni dan jiġi li jkollu skala inferjuri għal dak li kellu maċ-ċivil, int ma tistax tgħidlu li issa se tassenjah ma' l- awtorita' u issa dan irid imur b'kondizzjonijiet li huma inqas milli kellu.", "Hawnhekk qed nagħtu garanzija li min imur mal-gvern għal ma' l-awtorita' ma jistax ikollu kondizzjonijiet inqas milli kellu.", "Din hija s- sitwazzjoni.", "Issa fuq id-diffikulta' ta' l-Onor.", "Membru nista' ngħid li sakemm wieħed ikun qed jagħmel paragun ta' like with like, skali tal-gvern paragonabbli ma' skali simili - dawn jistgħu jkunu differenti wkoll ma' l-awtorita' - il-probabbilta' hi li tkun dejjem awtomatika u allura dawk li jkunu ngaġġati ma' l-awtorita' u jkunu fl-istess skala se jkollhom l-istess kondizzjonijiet.", "L-unika diffikulta' li naħseb li tista' tqum hija jekk jiġi xi ħadd minn mal-gvern li kien fi skala ogħla u jkun qed jagħmel xogħol fi skala inqas ma' l-awtorita'; ovvjament dan irid jitħallas b'rata ogħla.", "Issa dan ma jsirx biex tagħmel diskriminazzjoni imma biex tkun ġust miegħu.", "Pero' normalment l-awtoritajiet jipparagunaw kemm kemm aħjar! - nisperaw mhux ħafna aħjar - ma' dawk tal-gvern b'mod ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, il-Ministru qed jgħid li din il- klawsola tiggarantixxi li ħaddiem mis-servizz pubbliku li jmur ma' l- awtorita' ikollu garanzija li jitħallas daqskemm kien jitħallas maċ-ċivil.", "Pero' l-mistoqsija tiegħi kienet jekk impjegat li mis-servizz pubbliku jmur ma' l-awtorita' u impjegat ieħor li jidħol ma' l-awtorita' minn barra jkunux imħallsa l-istess.", "Milli stajt nifhem jidher li dawn se jiġu aġġustati għax-xogħol li jkunu qed jagħmlu u naħseb li dan huwa fair.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien se nagħmel distinzjoni daqsxejn ipotetika żżejjed.", "Per eżempju, messaġġier li jiġi ngaġġat ma' l- awtorita' mhux se jkollu paga inqas minn messaġġier li minn mal-gvern imur ma' l-awtorita', għax probabbilment fl-awtorita' diġa' hemm pegging ftit 'il fuq.", "Jekk għall-argument uffiċjal pubbliku fi skala ogħla jiġi assenjat bħala messaġġier ma' l-awtorita', lil dan ma tistax tagħtih salarju inqas għax hu jkun diġa' laħaq skala ogħla mal-gvern - f'dan il-każ din ma tkunx skala paragonabbli - pero' lill-messaġġiera sħabu ma tistax tgħollihom fl-istess livell, jiġifieri mhux dejjem taħdem two-way.", "Hawnhekk qed inkunu ipotetiċi ħafna u naħseb li l-Onor.", "Abela fehem x'qed nipprova ngħid.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abboz ta' Liġi.", "Klawsola 13- Offerta ta' impjieg permanenti ma' l-Awtorita' lil uffiċjali pubbliċi assenjati biex jaqdu dmirijiet ma' l-Awtorita'.", "Clause 13 - Offer of permanent employment with the Authority to public officers detailed for duty with the Authority.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, klawsola 13 se tkopri s- sitwazzjoni fejn id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 11 ma jibqgħux jgħoddu u għahekk qabel għedt li din hija iktar time limit għall-gvern milli kwestjoni oħra.", "F'din il-klawsola qed nitkellmu dwar sitwazzjoni meta uffiċjal mis-settur pubbliku jkollu offerta ta' xogħol permanenti ma' l- awtorita' u hawn ukoll kif dan ikun regolat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, naħseb li t-tifsira ta' subklawsola (2) ta' klawsola 13 hija ftit dubjuża.", "Qed ngħid dan għax jekk qed nifhem tajjeb hawnhekk qed ngħidu li jekk impjegat minn barra mis-settur privat jidħol ma' l-awtorita' u jaħseb li jkollu kondizzjonijiet li m'humiex favorevoli, mhux sempliċement għax ma jkunux superjuri jew identiċi għal dawk tas-settur pubbliku, jista' jiġi kkonsidrat li dawn ikunu superjuri jekk fil-fehma tal-prim ministru dawn ikunu superjuri f'dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċċji allaċċjati ma' dan l-impjieg.", "Allura jekk il-prim ministru jidhirlu hekk jiġi kkonsidrat li dak l-impjieg huwa aħjar jew ekwivalenti anke jekk fil-fatt il-kondizzjonijiet ma jkunux hekk?", "Naħseb li l-Ministru jista' jispjega subklawsola (2) aħjar.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, l-Ingliżi jgħidu compare apples with apples.", "Dak li qed tipprova tkopri subklawsola (2) huwa li għalkemm qed ngħidu li meta dawn ikollhom offerta ta' mpjieg permanenti ma' l-awtorita' dawn irid ikollhom dawk il-patti u l-kondizzonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jgawdu uffiċjali fid-data ta' dik l- offerta, il-verita' hija li hemm affarijiet li faċli tipparagunahom.", "Normalment hawnhekk wieħed jirriferi għall-paga u jgħid li din m'għandhiex tkun inqas favorevoli pero' ħafna drabi, anke b'riżultat ta' ftehim kollettiv u b'riżultat ta' fatturi oħrajn, ikollok xi fatturi li wħud minnhom forsi jvarjaw u tgħid li aktar kien favorevoli mas-settur pubbliku, pero' ma tkunx tista' taqbad dik il-kondizzjoni waħedha u tgħid li għax dak ġie mis-settur pubbliku se jibqa' b'dik il-kondizzjoni partikolari.", "Per eżempju, awtorita' tista' tħoss li l-ħinijiet tax-xogħol m'għandhiex tirregolahom bl-istess mod li jirregolahom il-gvern.", "Imbagħad jidħlu wkoll affarijiet bħal policies ta' insurance u membership ta' clubs.", "Fil-ftehim kollettiv l-awtoritajiet ġieli jkunu kreattivi mhux ħażin favur l-impjegati.", "Pero' wieħed ma jridx jgħid li t-tali kondizzjoni, per eżempju, hija inqas għax wieħed irid jara l-package kollu.", "Per eżempju, il- prim ministru jrid jara b'mod oġġettiv jekk il-pakkett huwiex ekwivalenti għal dak li joffri l-gvern.", "Ovvjament jekk il-pakkett ikun inqas naturalment ma nkunux nistgħux nagħmluha, pero' jekk dan ikun jekwipara wieħed ikun jista' jagħmel offerta ta' mpjieg permanenti, apparti d-dritt ta' l-impjegat li ma jaċċettax.", "Pero' f'dak il-każ dan jibqa' fis-settur pubbliku, jiġifieri mhux ma jaċċettax u jista' jibdel l-istruttura kollha ta' l-awtorita' li qed nitkellmu dwarha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, nixtieq nagħmel mistoqsija rigward l- aħħar sentenza ta' paragrafu (b) ta' subklawsola (7) ta' klawsola 13 li tgħid hekk:", "''Il-klassifikazzjoni għandha ssir u tkun suġġetta għall-approvazzjoni finali tal-Ministru responsabbli għall-finanzi.''.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-gradi fiċ-ċivil u kif dawn jipparagunaw mal- gradi ta' l-awtorita'.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din: X'inhi r-raġuni li l-ministru tal-finanzi huwa responsabbli u mhux il-ministru responsabbli mis-settur pubbliku, li f'dan il-każ huwa l-prim ministru?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'paragrafu (b) ta' subklawsola (7) li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Abela hemm ukoll riferenza għall-ministeru responsabbli mis-servizz pubbliku.", "Fil-fatt hawnhekk għandna li:", "''...minn bord magħmul minn president li jiġi maħtur mill-ministeru responsabbli għall-finanzi u minn żewġ membri oħra, wieħed maħtur mill-ministeru ċentralment responsabbli għall-policies dwar il- persunal fis-servizz pubbliku u wieħed li jiġi maħtur mill- awtorita'. ''.", "Għalhekk ir-rappreżentanza ta' l-uffiċċju tal-prim ministru qiegħda hemm.", "Jekk nassumu li l-membru maħtur mill-awtorita' u l-membru maħtur mill- ministeru tal-finanzi ma jkunux qed jaqblu bejniethom - naħseb li issa se nkunu ipotetiċi iżżejjed - nifhem li dak maħtur mill-ministeru jmur mal- policy tal-gvern.", "Imma dan huwa bord li l-iskop tiegħu mhuwiex li toqgħod issir votazzjoni u ma jaqblux għax dan mhuwiex xi mini-parliament.", "L- iskop hu li tagħmel klassifikazzjoni li tagħmel sens u biex il-kwestjoni ta' pensjonijiet tkun kemm jista' jkun streamlined.", "Għallinqas f'awtoritajiet oħra qed nimxu dejjem b'dan il-mod.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien nixtieq nirriferi għal sotto- paragrafu (ii) ta' paragrafu (a) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 12 li jgħid hekk:", "''ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tas- servizz tiegħu jkunu inqas favorevoli minn dawk li jkunu konnessi mal- ħatra tiegħu mal-gvern ...''.", "Hawnhekk qed nifhmu li kemm ir-rimunerazzjoni u kemm il-kondizzjonijiet tas- servizz ma jistgħux ikunu inqas favorevoli.", "Qed ngħid dan għax il- Ministru donnu qed jgħid li jekk ir-rimunerazzjoni tkun anqas il- kondizzjonijiet ikunu aktar u allura waħda tpaċi ma' l-oħra, jew jekk il- kondizzjonijiet tas-servizzi jkunu anqas ir-rimunerazzjoni għandha tkun aktar.", "Il-punt tiegħi huwa li hawnhekk qed ngħidu li kemm ir- rimunerazzjoni u kemm il-kondizzjonijiet tas-servizz għandhom ikunu ogħla minn dawk li hemm fis-sistema pubblika.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jirriferi għall-klawsola 12 għax hija rilevanti fid-diskussjoni ta' klawsola 13.", "Pero' jkun tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li fi klawsola 12 qed nitkellmu dwar uffiċjali pubbliċi li huma assenjati biex jaqdu d- dmirijiet ma' l-awtorita' u fi klawsola 13 qed nitkellmu dwar offerta ta' mpjieg permanenti.", "Meta titkellem fuq impjieg permanenti bilfors trid tara l-pakkett kollu.", "Kieku l-ħajja hija daqshekk sempliċi li titkellem biss fuq ir-rimunerazzjoni kieku dan kollu ma jkunx hemm bżonnu, imma llum titkellem fuq sigħat, fuq rimunerazzjoni, fuq jekk wieħed ikunx intitolat għall-karozza f'dak il-grad partikolari, fuq kemm il-unit tat- telephone b'xejn ikollu, jekk għandux xi insurance policy, speċjalment meta tidħol fuq awtoritajiet u mhux direttament il-gvern, fuq jekk tagħtihx xi membership, fuq l-iskemi tas-sick leave u l-leave, eċċ. Dan kollu huwa ftehim kollettiv sħiħ.", "Il-pakkett globali huwa wieħed pjuttost ġeneruż u favorevoli u jirrispekkja wkoll l-obbligi li wieħed ikun qed jistenna minn dawn l-impjegati.", "Għalhekk il-pakketti mhumiex neqsin mill- ġenerożita' imma jirrispettaw, biex inkunu korretti ma' kulħadd, ir- responsabbiltajiet li jassumu dawn it-tip ta' impjegati.", "Din hija s- sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien qed nifhmu l-punt tal-Ministru imma klawsola 11 qed torbot ma' klawsola 12, u klawsola 12 qed torbot ma' klawsola 13.", "Issa klawsola 13 tirrigwarda dawk li jkunu assenjati ma' l- awtorita' u li ssirlhom xi offerta ta' mpjieg permanenti.", "Mela klawsola 13 tirrigwarda lil dawk kollha li se jkunu milquta minn klawsoli 11 u 12.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Almenu qed naqblu fuq ir-riferenzi li qed nagħmlu!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le!", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fi klawsola 13 qed nitkellmu fuq offerta għal impjieg permanenti.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li qed ngħidu aktar minn hekk.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq offerta għal impjieg permanenti lill-uffiċjal assenjat.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, imma biex jieħu l-impjieg permanenti u mhux biex jibqa' assenjat.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Pero' hawnhekk qed nitkellmu fuq uffiċjali assenjati u dawn huma definiti taħt klawsoli 11 u 12, hux hekk?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, pero' minflok jibqa' assenjat temporanjament jiġi mpjegat permanentement.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma hawnhekk qed nitkellmu fuq l-offerta li ssir lill-uffiċjal assenjat, kif definit taħt klawsoli 11 u 12.", "Issa taħt klawsola 11 qed indaħħlu l-kondizzjoni li uffiċjal pubbliku jista' jiġi assenjat bilfors ma' l-awtorita'.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sa massimu ta' sena.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, imma bilfors.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa klawsola 12 tgħid li l-kondizzjonijiet u r- rimunerazzjoni ma jridux ikunu inqas favorevoli.", "Hawnhekk jien qed nitlob kjarifika għax din issa ġejja torbot ma' klawsola 13.", "Jien nixtieq nistaqsi: Hawnhekk qed ngħidu li kemm ir-rimunerazzjoni u kemm il- kondizzjonijiet iridu jkunu ogħla minn dak li wieħed kellu fis-servizz pubbliku?", "Għax allura dan qisu blackmail fuq uffiċjal pubbliku li ġie assenjat bilfors, kellu rimunerazzjoni inqas u kondizzjonijiet tax-xogħol ogħla, imma l-gvern jiddeċiedi li dawn ipaċu.", "Hawnhekk wieħed qisu se jkun maqbud f'morsa li jrid jieħu x-xogħol permanenti bilfors.", "Jien nammetti li ma kontx preżenti meta kienet qed tiġi diskussa klawsola 11, pero' rrid ngħid li din qed insibha abbużiva kif inhi miktuba.", "Imma ħalliha dik għax ma kontx hawn u għaddiet.", "Il-punt tiegħi hu li jista' jsir l- argument li r-rimunerazzjoni u l-kondizzjonijiet ta' xogħol ipaċu ma' xulxin u allura dak l-uffiċjal pubbliku jinqabad fi sqaq.", "Apparti minn hekk meta dan kollu torbtu ma' klawsola 13 issib li dawn l- affarijiet ma jinftehmux.", "Lill-uffiċjal pubbliku trid tagħtih xi forma ta' protezzjoni għax lil dan tkun ħriġtu xi sena jew aktar mis-sistema tiegħu u minkejja li l-gvern jgħidlu li r-rimunerazzjoni u l- kondizzjonijiet ipaċu, allavolja hu ma jkunx qed iħoss hekk.", "Issa meta dan ikun maqbud f'dak il-lembut issirlu proposta on the lines ta' klawsola 12.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett fi klawsoli 12 u 13 għandna kliem identiku għax qed nitkellmu fuq meta ssir offerta b'dik ir- rimunerazzjoni u f'dawk il-patti u kondizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jgawdi dak l-uffiċjal fid-data ta' dik l-offerta.", "Pero' fi klawsola 13 qed nagħtu poter, jekk irridu nsejħulu poter, li biex naraw jekk il-kondizzjonijiet u l-patti fl-offerta humiex inqas favorevoli, m'għandniex noqogħdu naraw kull punt partikolari fih innifsu hux identiku imma rridu naraw il-pakkett.", "Jien qed nifhem - issa hawnhekk tidħol l-interpretazzjoni ta' drafting legali - li la l-gvern qed jitlob dan il-poter f'subklawsola (2) ta' klawsola 13 u mkien m'hu qiegħed jitolbu fi klawsola 12, dan il-paragun ta' pakkett ma' pakkett il-gvern jista' jagħmlu biss jekk jagħmel offerta ta' xogħol permanenti u mhux meta dan l- uffiċjal ikun għadu qed jagħmel xogħol temporanju.", "Per eżempju, l-uffiċjal jista' jgħid li ma jridx jagħmel is-siegħa differenti ta' xogħol kuljum allavolja jkollu paga ferm ogħla.", "Jiġifieri sakemm dan ikun għadu qed jaħdem b'mod temporanju, u allura m'hijiex l-għażla tiegħu jekk imurx jaħdem temporanjament jew le, il-protezzjoni hija ikbar - jekk irridu nsejħula ikbar - fis-sens li m'hemmx din il-fakulta' li noqogħdu nipparagunaw pakkett ma' ieħor.", "Il-fakulta' qed tingħata biss meta niġu għall-offerta ta' xogħol permanenti.", "Jien almenu hekk qed ninterpretaha.", "Kieku s-subklawsola (2) ta' klawsola 13 konna ndaħħluha fi klawsola 12 ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nerġa' nipprova nispjega dak li rrid ngħid.", "Klawsola 13 tintrabat ma' klawsola 12 u ma' klawsola 11.", "Issa skond klawsola 11 uffiċjal pubbliku se jiġi assenjat, irid jew ma jridx, ma' l- awtorita'.", "Tajjeb qed ngħid?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Klawsola 12 tgħid li din l-assenjazzjoni trid tkun marbuta taħt rimunerazzjoni u kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu mhux inqas favorevoli minn dak li kellu qabel.", "Kieku din kienet miktuba b'mod li ngħidu ''kemm ir-rimunerazzjoni u kemm il-kondizzjonijiet tax-xogħol'' ma jkunx hemm problema, imma kif inhi miktuba hawnhekk il-gvern jista' jqis li r-rimunerazzjoni għoliet u l-kondizzjonijiet tax-xogħol naqqsu u allura waħda tpaċi ma' l-oħra.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fejn għandu dan il-poter il-gvern li jgħid hu?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Subklawsola (2) ta' klawsola 12 tgħid:", "\"ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tas- servizz tiegħu jkunu inqas favorevoli minn dawk li jkunu konnessi mal- ħatra tiegħu mal-Gvern.\".", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, imma m'hawnx miktub li din hija skond il-fehma tal-gvern.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma impjegat jista' jippreferi jibqa' bir- rimunerazzjoni li għandu u jkollu siegħa inqas ta' xogħol.", "Il-gvern jista' jgħidlu li se jaħdem siegħa aktar u jagħtih Lm200 aktar, per eżempju.", "Mhux il-gvern jiddeċiedihom dawn l-affarijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hawnhekk m'hawnx dan il-poter favur il- gvern.", "Il-poter ta' subklawsola (2) ta' klawsola 13 mhux qiegħed fi klawsola 12.", "Dan li qed nipprova ngħid.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, hemmhekk qiegħed.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fejn qiegħed għax jien mhux qed narah?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għalissa ħalli nieqfu fuq sub-paragrafu (ii) ta' paragrafu (a) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 12.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Taqbel miegħi li hemmhekk il-gvern jista' jiddeċiedi li jassenjah għal sena bilfors, imma filwaqt li jżidlu r-rimunerazzjoni, per eżempju, jkabbarlu l-kondizzjonijiet tax-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Le, hawnhekk fejn mhux qed naqblu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien għas-sena qed nirriferi.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, għas-sena.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela għalfejn mhux qed naqblu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaliex hawnhekk m'iniex qed narah dan il- poter favur il-gvern.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hawnhekk mhux qed jingħad ''ikun hekk impjegat li kemm rimunerazzjoni u kemm il-kondizzjonijiet tax-xogħol'', imma jew waħda jew l-oħra u waħda tista' tpaċi ma' l-oħra.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'hawnx \"jew\" hawnhekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "Hawnhekk hawn ''li r-rimunerazzjoni u l- kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu jkunu inqas favorevoli\".", "Jiġifieri jista' jkollok rimunerazzjoni aktar u kondizzjonijiet ta' xogħol aktar u allura m'humiex inqas favorevoli skond il-gvern.", "Qed tifhmu l-punt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-punt qed nifhmu imma hawnhekk m'hijiex miktuba hekk.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela x'qed jingħad hawnhekk?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hawnhekk hawn li bniedem:", "''m'għandux waqt iż-żmien li matulu huwa jkun hekk assenjat, ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu''.", "Hawnhekk għandna \"u\", jiġifieri \"both\", u għalhekk dawn ma jistgħux ikunu inqas favorevoli.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri inti qed tgħid hemmhekk li r- rimunerazzjoni trid tkun ogħla u li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu aħjar ukoll?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jew l-istess jew ogħla, hekk qed nifhimha jien.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Pero' hawnhekk mhux hekk qegħda miktuba.", "Barra minn hekk l-ewwel il-Ministru beda jsemmi pakkett.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Le, l-argument tal-pakkett kont qed nagħmlu fil-kuntest ta' subklawsola (2) ta' klawsola 13.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, u jien għalhekk skattajt fuqha.", "Imma l-kelma \"pakkett\" tfisser li tista' tnaqqas ħaġa u tista' żżid ħaġa oħra.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'subklawsola (2) ta' klawsola 13 - din hija kwestjoni ta' drafting u mhux qed nipproponi emendi - hawn miktub hekk:", "''Il-patti u l-kondizzjonijiet f'xi offerta magħmula kif hawn aktar qabel imsemmi ...''.", "- hawnhekk ir-riferenza hija għal subklawsola (1) ta' klawsola 13, jiġifieri m'hawnx riferenza għal subklawsola (2) ta' klawsola 13 -", "''m'għandhiex titqies bħala inqas favorevoli biss għaliex ma jkunux għal kollox identiċi jew superjuri għal dawk li l-uffiċjal involut ...''.", "Mela f'subklawsola (2) ta' klawsola 13 il-gvern qed jagħmel fakulta' li mhux għax hemm xi item partikolari li hija inqas, il-pakkett m'huwiex fit- totalita' tiegħu, ugwali jew aħjar.", "Jien qed nitkellem fuq id-drafting kif inhu issa jiġifieri qed nagħti l- interpretazzjoni tiegħi, sotto correzione mill-esperti legali u oħrajn.", "Il- gvern għamel din il-fakulta' f'subklawsola (2) ta' klawsola 13 u mhux fi klawsola 12.", "Mela jekk inti tkun f'qorti, biex niftehmu, xi ħadd jista' jgħid illi kieku l-gvern ried li l-pakkett jagħmlu fl-assenjazzjoni temporanja wkoll kieku l-leġislatur kien jagħtihielu fi klawsola 12 għaliex klawsola 13 ma tgħidx li din tapplika wkoll għall-assenjazzjoni temporanja.", "Jien qed nagħti din l-interpretazzjoni li tista' tvarja wkoll.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Subklawsola (1) ta' klawsola 13 tgħid hekk:", "\"b'dik ir-rimunerazzjoni u b'dawk il-patti u kondizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jgawdi dak l-uffiċjal fid-data ta' dik l-offerta.''.", "Mela awtomatikament dik hija riferibbli għal klawsola 12 għaliex jekk inti assenjat temporanjament fl-awtorita' l-kondizzjonijiet li għandek għal dak l-assenjament ta' sena jaqgħu taħt klawsola 12.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Le, l-uniku link li klawsola 13 qed tagħmel ma' klawsola 12 hi li l-offerta trid issir lill-uffiċjal assenjat.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hawnhekk qisna qed ngħidu li ma tistax tagħmel offerta lill-uffiċjal li għadu mhuwiex assenjat.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma l-kondizzjonijiet ta' xogħol u r-rimunerazzjoni ta' uffiċjal assenjat minn fejn joħorġu fi klawsola 12?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fi klawsola 12 il-gvern m'għamilx dik il- fakulta'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qed tikkonċernani r-rabta bejn klawsoli 11, 12 u 13.", "Jien ma niftakarx li meta ddiskutejna l-Malta Communications Authority Bill kien hemm dik il-fakulta' li bilfors jibagħtu l-uffiċjali pubbliċi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat anzi li din teżisti fil- liġijiet kollha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma li jordna lill-uffiċjal pubbliku?", "Naħseb li trid toqgħod attent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, fil-fatt din teżisti wkoll fil-liġi ta' l-Enemalta u fil-liġi dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jiġifieri ilna nagħmluha 24 sena din il-ħaġa.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela ħalli nifhmu x'qed ngħidu biex inkunu preċiżi u ma jkunx hemm taħwid ta' pakkett fin-nofs.", "Il-gvern se jkollu l- fakulta' li jassenja bilfors uffiċjal pubbliku ma' din l-awtorita'.", "Il- kondizzjonijiet ta' din l-assenjazzjoni ta' sena, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' rimunerazzjoni u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' kondizzjonijiet ta' servizz, jistgħu jkunu jew l-istess jew aħjar minn dak li jkollu fis-servizz pubbliku.", "Meta mbagħad jiġi biex lil dak l-uffiċjal assenjat joffrilu mpjieg permanenti ma' l-awtorita', f'dak l-istadju jidħlu l-patti u l-kondizzjonijiet ta' xi offerta li l-gvern jista' jbiddilhom 'l hemm u 'l hawn.", "Pero' in toto l-gvern irid ikollu opinjoni u jrid iżomm ma' din il-linja li dawn ma jistgħux ikunu inqas favorevoli minn dawk li hemm taħt klawsola 12 għal sena assenjata.", "Qed nifhem tajjeb?", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jekk m'iniex sejjer żball, jekk l-impjegat iħoss li dak il-pakkett ikun inqas favorevoli imma l-prim ministru jidhirlu li bħala pakkett dik l-offerta hija aħjar milli wieħed kellu mal-gvern, l- offerta tkun kkonsidrata li hija aħjar.", "Dan ifisser li minkejja li mpjegat jista' jħoss li l-pakkett huwa inqas favorevoli milli kieku baqa' jaħdem mal-gvern, il-prim ministru jista' jgħid li bħala pakkett l-impjieg permanenti għandu kondizzjonijiet aħjar.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett fi klawsola 13 qed issir offerta ta' xogħol permanenti u fi klawsola 12 qed nitkellmu fuq assenjazzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nenfasizza l-kunċett li kont qed nenfasizza qabel fejn il-gvern qed jagħmel limitu fuqu nnifsu.", "Kellna diskussjoni qabel dwar jekk din hijiex prova fuq l-impjegat, pero' jien ngħid li l-affarijiet huma bil-maqlub għax din hija rabta li l-gvern qed jimponi fuqu nnifsu.", "Hawnhekk il-gvern qed jgħid li ma jistax iħallik assenjat b'ordni tiegħu u jibqa' ma jafx x'qed jiġri minnek.", "Per eżempju, fil-passat ġieli kellna każi ta' nies ta' korporazzjonijiet bħall-Maltacom u l-WSC li wara li jgħaddu snin twal bilkemm jiftakru taħt liema grad kienu u jekk humiex maċ-ċivil, jekk għadhomx mislufa jew jekk humiex assenjati.", "Din aħna ma rriduhiex u qed ngħidu li wara sena wieħed, jew jerġa' jmur lura maċ-ċivil jew inkella se jkollu l-offerta ta' xogħol permanenti.", "Naħseb li f'ħafna każi se jkun hemm l-offerta ta' xogħol permanenti u l-impjegat ikollu kull fakulta' li jiddeċiedi jekk jaqbillux jew le.", "Meta l-gvern jagħmel l-offerta qed jintrabat li ma jagħtihx patti u kondizzjonijiet inqas tajbin milli għandu mas-settur pubbliku, pero' qed jgħidlu wkoll li wara li qed jagħmillu offerta permanenti, m'għandux joqgħod jipparagunalu bir-riga.", "Ma jistax ikun li wieħed jinsa li jkollu Lm100 paga aktar fix-xahar, għall-argument, u joqgħod jgħid li l-kondizzjoni tal-ħin hija differenti.", "L-impjegat għandu jara l-pakkett u jekk ma jkunx iridu għandu jmur lura fid-dipartiment tal-gvern.", "Dan jew se jerfa' ċ-challenge li se jaħdem f'awtorita' bit-tajjeb u l-ħażin - aħna qed nintrabtu li fit-totalita' l-pakkett ikun ekwivalenti jew aħjar - jew se joqgħod ifettaq fuq kull punt.", "Dan huwa proċess kontinwu li ż-żewġ gvernijiet jgħaddu minnu fil-Posta, fl-airport, eċċ. Issa meta wieħed ikun assenjat temporanjament fil-limitu temporanju ta' sena mhux qed nagħmlu din il-fakulta' favur il-gvern.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nixtieq nagħmel punt ta' kjarifika.", "Jekk ikun hemm uffiċjal li ma jaċċettax li jkompli jaħdem ma' l-awtorita', dan se jmur lura fl-impjieg oriġinali tiegħu, hux hekk?", "Għalkemm din ma tidhirx fil-liġi imma għandi nifhem li hekk jiġri.", "Qed ngħid dan għax qed nitkellmu fuq kull uffiċjal li jaċċetta mpjieg permanenti u ma nafux x'jiġri minn dak l-uffiċjal li ma jaċċettax l-impjieg li jiġi offrut lilu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba għal din il-mistoqsija hija definittivament iva.", "Min ma jaċċettax ix-xogħol permanenti jibqa' uffiċjal pubbliku, jiġifieri m'hemmx għalfejn terġa' tagħmlu uffiċjal pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnanta biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Ħatriet ta' persunal.", "Clause 9 - Staff appointments.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, dwar klawsola 9 l-Onor.", "Buhagiar staqsieni jekk għandniex nagħmlu xi emenda li tkopri l-obbligi li għandhom l-uffiċjali pubbliċi, bħalma hu l-obbligu tal-konfidenzjalita'.", "Aħna ma vverifikajniex li saret xi emenda f'dan is-sens f'liġijiet oħra, biex nibda minn hemm, u jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi emenda speċifika jista' jgħidilna.", "Pero' f'kull każ ma naħsibx li hemm bżonn ta' emenda u r-raġuni hi li l-artikli 92 u 120 tal-Kodiċi Kriminali, li jitkellmu dwar l-obbligi li kien qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru, jagħmlu wkoll riferenza biex dawk l-istess obbligi jkunu jorbtu lil min hu impjegat ma' awtorita' pubblika.", "Fil-fatt artiklu 92 tal-Kodiċi Kriminali jgħid hekk:", "\"The general expression ''public officers'' includes not only the constituted authorities, civil and military, but also all such persons as are lawfully appointed to administer any part of the executive power of the Government, or to perform any other public service imposed by law, whether it be judicial, administrative or mixed.\".", "Imbagħad l-artiklu 120 jgħid hekk:", "\"In the cases referred to in sections 115, 116, 117 and 118, the person who bribes the public officer or servant or the member of the House of Representatives, as the case maybe ....\".", "Hawnhekk hawn riferenza għal dak ir-reat partikolari.", "Dan ifisser li anke fejn tidħol konfidenzjalita', l-obbligi huma estiżi wkoll għal awtoritajiet bħal dawn taħt il-liġijiet ġenerali u anke fid-dawl ta' emendi li se nipproponu biex inkopru dawn it-tip ta' obbligi b'mod ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Dawk li se jkunu impjegati direttament mis- settur privat, se jaqgħu taħt ir-regolamenti ta' dixxiplina bħalma jaqgħu uffiċjali pubbliċi, jew se jkun hemm xi kodiċi ta' dixxiplina li jkun jappartejni għal din l-awtorita' partikolari?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall- Estacode jew għar-regolamenti tal-PSC, safejn naf jien dawn ma japplikawx għall-membri ta' l-awtorita'.", "Dawn jagħmlu proċeduri ta' dixxiplina interni skond il-ftehim kollettiv.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li f'awtoritajiet oħrajn se jiġri hekk ukoll.", "Naf ukoll li dawk li jkunu assenjati temporanjament huma soġġetti għar-regoli ta' dixxiplina taħt il- PSC.", "Pero' ladarba inti mpjegat ta' l-awtorita' b'mod permanenti, ma tistax taqa' taħt dawk ir-regoli li huma speċifiċi ħafna imma tkun soġġett għal dawk il-proċeduri li normalment ikunu stabiliti permezz ta' ftehim kollettiv mill-awtorita' in kwestjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnanta biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - L-infiq ta' l-Awtorita' isir mid-dħul tagħha.", "Clause 14 - Authority to meet expenditure out of revenue.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, fi klawsola 14 qegħdin ngħidu li l-infiq ta' l-awtorita' jsir mid-dħul tagħha.", "Naturalment wieħed jipprova jimxi fuq il-fatt li l-awtorita' titħallas mill-gvern mill-fond konsolidat, pero' wieħed għandu jimxi kemm jista' jkun bi prinċipju li d- dħul ta' l-awtorita' jkun ikopri l-infiq tagħha.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq klawsola standard ħafna li ġeneralment wieħed jiftaħ it-taqsima tal- provvedimenti finanzjarji biha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Setgħa li tissellef jew toriġina kapital.", "Clause 15 - Advances from Government.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fi klawsola 15 qed nitkellmu dwar is-setgħa li għandha l-awtorita' biex tissellef jew toriġina kapital.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien inħoss li fi klawsola 14 qed nagħmluha tassattiva li kemm jista' jkun l-awtorita' x-xogħol tagħha trid tagħmlu mid-dħul tagħha stess.", "Issa fi klawsola 15 qegħdin ngħidu li l-awtorita' tista', bir-raġun kollu, tissellef il-flus biex tkun tista' tiffinanzja l-operat tagħha.", "Pero' jien inħoss li meta awtorita' bħal din tasal biex tissellef, il- parlament u l-poplu għandu jkollhom iżjed salvagwardji u naħseb li l- parlament għandu jingħata xi forma ta' rendikont jekk l-awtorita' ma tkunx qed timxi skond il-klawsola u ma tkunx qed jirnexxilha tiffinanzja x-xogħol tagħha mid-dħul tagħha stess.", "Ovvjament hawnhekk mhux qed nirriferi għal din l-awtorita' biss imma qed nirriferi wkoll għal awtoritajiet oħrajn.", "Jien naħseb li mhux biss il-ministru għandu jkun konxju ta' x'qed jiġri imma anke l-parlament.", "Issa safejn naf jien hawnhekk m'hawnx fejn il- parlament ikun informat jew għallinqas li jista' jiddibatti l-fatt li l- awtorita' m'hijiex kapaċi tkompli tiffinanzja x-xogħol tagħha mid-dħul tagħha stess.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, fid-dinja tal-lum il- poter ta' self huwa frekwenti ħafna.", "Tant hu hekk li anke l-ikbar negozji li jitmexxew bl-aktar mod kummerċjali fuq prinċipji ta' vijabbilta' totali, ikollhom bżonn li jkollhom fakulta' ta' overdraft u fakulta' ta' bank financing.", "Għalhekk ma nistgħux nimmaġinaw li din l-awtorita' mhux se jkollha dawn il-bżonnijiet ukoll.", "Biex inkunu għedna kollox, aħna mhux qed ngħidu lil din l-awtorita' biex tmur tissellef u tagħmel li trid waħedha, imma qed ngħidu li jekk din ikollha bżonn tissellef irid ikollha l-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru tar-riżorsi, f'dan il-każ, wara konsultazzjoni tal-ministru tal-finanzi.", "L-istess tip ta' klawsola teżisti fuq awtoritajiet jew kumpanniji pubbliċi oħrajn u korporazzjonijiet bħalma huma l-Enemalta u l-Water Services Corporation.", "Dan minkejja li jkun hemm l-obbligu li safejn jistgħu jitmexxew b'mod li d-dħul jagħmel tajjeb għall-infiq.", "Issa jekk dan japplika għall- korporazzjonijiet li huma ta' natura purament kummerċjali, aħseb u ara kemm għandu japplika għal awtorita' li qabel m'hi kummerċjali, hija awtorita' regolatorja, awtorita' li forsi fil-qadi tal-mansjonijiet tagħha se jkollha tagħmel diversi doveri li m'humiex ta' natura ta' qligħ ta' flus.", "Per eżempju, din tista' tagħmel kampanja edukattiva dwar l-aħjar użu ta' enerġija, kampanja edukattivi biex ma naħlux l-ilma u tista' tippromwovi sistemi aktar effiċjenti rigward ir-riżorsi minerali eċċ. Għalhekk din qed taqdi ħafna doveri li tradizzjonalment kienu doveri governattivi u ma nistgħux nantiċipaw li din dejjem se titmexxa qisha xi kumpannija li trid taqla' l-flus minn kollox.", "Pero' naħseb li jekk il-kumpanniji li jaqilgħu l-flus minn kollox ineħħu l-overdrafts u l-bank facilities naħseb li nispiċċaw b'nofs tużżana kumpanniji biss.", "Apparti minn hekk ma jistax ikun li għax din l-awtorita' jkollha bżonn tissellef għandna niġu l- parlament u nagħmlu diskussjoni u votazzjoni dwarha.", "Dan żgur li mhuwiex mod prattiku.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, granted li jiġu mumenti li awtorita' bħal din ikollha bżonn tissellef il-flus.", "Pero' fil-kuntest ta' x'ġara f'awtoritajiet u f'korporazzjonijiet oħrajn li ntrabtu b'liġi li ma jagħmlux telf, nista' ngħid li spiċċajna b'korporazzjonijiet li regolarment huma ta' piż fuq il-gvern.", "Hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, l-Water Services Corporation u l-Enemalta, li fil-bidu, anke bil- liġi stess, kienet tassattiva li dawn jiffinanzjaw l-operat tagħhom u li ma jagħmlux self.", "Il-punt tiegħi m'huwiex li għal kull self li jsir għandna noqogħdu niġu f'dan il-parlament u nitkellmu u nivvotaw dwaru, imma jekk naraw li l-awtorita' regolarment, repetutament u suċċessivament għal sena wara l-oħra qed ikollha bżonn tissellef biex tkompli topera, naħseb li għandu jkun hemm xi mekkaniżmu li l-parlament jiġi informat b'dan kollu u jkun hemm lok għal diskussjoni.", "Naf li aktar 'il quddiem se nitkellmu fuq klawsoli fejn l-estimi ta' l- awtorita' se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, pero' jien naħseb li għandu jkun hemm mekkaniżmu fejn jekk l-awtorita' tmur għand il-ministru biex japprovalha s-self u l-ministru jmur għand il-ministru tal-finanzi biex imbagħad hu japprova s-self u din tkun ħaġa repetittiva u s-self fuq l- awtorita' jkun qed jikber, irid ikun hemm mekkaniżmu fejn dan il-parlament mhux biss ikun informat imma jingħata lok għal diskussjoni biex naraw dik l- awtorita' kif se terġa' tmur lura għal klawsola 14 u għaliex ma jkunx possibbli li l-operat tagħha jkompli jitħaddem mid-dħul tagħha stess.", "Jien naħseb li jekk inħarsu lejn l-istorja nsibu li minkejja li inizjalment ċerti awtoritajiet u korporazzjonijiet kellhom intenzjoni tajba u kienu qed jagħmlu xogħol utli spiċċaw b'piż kbir fuq il-pajjiż.", "Għalhekk hemm bżonn li nagħmlu s-salvagwardji biex ħaġa oħra bħal din ma tiġrix, jew għallinqas il-parlament ikun f'qagħda li jagħmel id- diskussjoni tiegħu biex l-affarijiet jitranġaw kmieni kemm jista' jkun qabel ikollna awtoritajiet li jkunu mgħobbija wisq bil-piżijiet tad-dejn u nispiċċaw b'korporazzjonijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, fir-realta' meta jkun hawn diskussjoni fuq estimi, huwa rari li parlament jipprova jeżerċita kontroll ta' x'ikun qed jintnefaq.", "Ħafna drabi d-diskussjoni tkun fuq linji ta' policy ġenerali.", "Illum hawn ukoll l-istruttura tal-PAC, fejn jekk ikun hemm xi membri li jkunu jridu jistaqsu dwar xi ċifri partikolari, dwar proċeduri ta' finanzjament jew dwar kif sejra awtorita' jistgħu jmorru quddiem il-PAC fejn ikunu jistgħu jitkellmu ma' l-uffiċjali involuti.", "Illum il-PAC huwa kumitat mill-aktar importanti li żviluppa f'dawn l-aħħar snin u kif nafu jitmexxa minn membru maħtur mill-oppożizzjoni.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi awtorita' li se toqgħod taħdem wara screen u ħadd ma jkun jaf x'qed jiġri.", "Din hija awtorita' pubblika li l- operat tagħha altru li jkun suġġett għal ħafna skrutinji.", "Naturalment il- gvern jibqa' responsabbli biex fil-parlament iwieġeb għall-mistoqsijiet li jsiru.", "Imma jien ma naqbilx mal-proċedura li għax din l-awtorita' tkun se tissellef, irridu niġu fil-parlament biex napprovaw is-self partikolari - hawnhekk mhux qed nirriferi għal din l-awtorita' biss imma qed nirriferi wkoll kwalunkwe enti, korporazzjoni jew awtorita' oħra - meta din suppost titmexxa b'ċertu indipendenza mill-gvern.", "Diġa' qed nissoġġettaw l-awtorita' għal kontroll mill-gvern u għalhekk il- gvern imbagħad huwa politikament responsabbli li jwieġeb fil-parlament.", "Lil din l-awtorita' mhux qed ngħidulha biex tmur tissellef mingħajr ma ġġib l-approvazzjoni ta' żewġ ministri tal-gvern u allura dan għandu l- konsengwenzi politiċi tiegħu, pero' jekk nagħmlu riżoluzzjoni fuq kull self naħseb ma nkunux qed ngħinu lill-awtorita' anke fl-operat tagħha.", "Immaġina li din l-awtorita' tiftiehem ma' bank jew ma' istituzzjoni finanzjarja internazzjonali u toħroġ bond issue u aħna niġu hawnhekk u napprovaw jekk l-overdraft jitlax sa ma nafx kemm-il miljun jew jekk il- bonds toħroġhomx bis-6.7% jew bis-6.6%.", "Bl-akbar serjeta' ngħid li ma naħsibx li din hija l-funzjoni tagħna f'dan il-parlament.", "Naturalment dan jista' jsir fil-PAC.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor.Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. com. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Avvanzi mill-Gvern.", "Clause 16 - Advances from Government.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, klawsola 16 tgħid li l- ministru responsabbli għall-finanzi, jista', wara l-konsultazzjoni mal- ministru responsabbli mir-riżorsi, jagħmel avvanzi lill-awtorita'.", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellmu dwar avvanzi mill-gvern li jsiru permezz ta' l-accountant general, bid-differenzi ta' dak li konna qed nitkellmu fuqu qabel dwar is-setgħa li jisselfu minn banek kummerċjali u entitajiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17- Self mingħand il-Gvern.", "Clause 17 - Borrowing from Government.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, klawsola 17 titkellem dwar self mingħand il-gvern u kif il-ministru responsabbli għall-finanzi jista' għal kull ħtieġa ta' l-awtorita' ta' xorta kapitali jikkuntratta jew jiġbor kull self jew jidħol f'passiv - jiġifieri li hu jagħti self bħala gvern lil dik l-awtorita' - skond il-kondizzjonijiet kif dawn isiru.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 17 tgħid li:", "''Għandu jingħata avviż dwar kull self, passiv jew avvanz magħmul jew li jsir taħt il-provvedimenti ta' qabel ta' dan l-artikolu lill-Kamra tar-Rappreżentanti kemm jista' jkun prattikament malajr.''.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq flus li qed jgħaddu mill-fondi ċentrali lill- awtorita' kemm jekk huma avvanz, speċi ta' grant, kif ukoll jekk huma fil- forma ta' self.", "F'dak il-każ jingħata avviż lill-Kamra tar-Rappreżentanti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, bħal drabi oħrajn meta jidħlu kliem open-ended bħal ''prattikament malajr'', naħseb li jkun tajjeb li niddefinixxu u nistabilixxu perijodu partikolari.", "Naħseb li f'dan l- istadju tajjeb li wieħed jispeċifika eżattament perijodu partikolari biex kulħadd ikun jaf it-terminu x'inhu.", "Jien nerġa' nirriferi għal dak li għidt qabel li meta jkollna awtoritajiet bħal dawn li suppost qegħdin jaġixxu u joperaw anke mid-dħul tagħhom, li hija tassattiva skond il-liġi, il-Kamra tar-Rappreżentanti għandha tkun informata - u hawnhekk qed tiġi informata - pero' t-terminu għandu jkun speċifikat.", "Naħseb li jkun tajjeb li nagħmlu emenda biex indaħħlu l-perijodu ta' tmien ġimgħat, bħalma hemm fi klawsoli oħrajn li nitkellmu fuqhom iżjed 'il quddiem, fejn il-Kamra tar-Rappreżentanti tiġi informata within a specific period.", "Naħseb li din għandha tidħol hawnhekk ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, jien ma nafx bl-amment jekk għamilniex dan it-terminu rigward avvanzi jew self mill-gvern f'liġijiet simili biex kemm jista' jkun inkunu konsistenti pero' se jkolli nivverifika ftit.", "Naħseb li huwa tajjeb li l-provedimenti finanzjarji jkunu konsistenti minn liġi għal oħra.", "Il-bqija m'għandix diffikulta' ta' prinċiju li nagħmlu terminu biex jingħata l-avviż, ħlief li nippreferi nimxu b'mod konsistenti minn liġi għal oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, filwaqt li jkun tajjeb li l- affarijiet standard inżommuhom f'kull liġi, ma jfissirx li m'għandniex naraw fejn nistgħu ntejbu l-affarijiet.", "Allaħares noqogħdu nirrepetu u nikkuppjaw paragrafu wieħed wara l-ieħor minn liġijiet oħra.", "Għalhekk jekk f'din il-Kamra jsiru suġġerimenti tajbin u prattiċi biex intejbu l- affarijiet għandna nemendaw il-liġijiet tagħna u naddottawhom.", "Per eżempju, fil-Malta Communications Authority Bill sar titjib preċiżament fuq suġġerimenti li saru hawnhekk.", "Fil-fatt f'dak l-abbozz ta' liġi sar sotto- inċiż għal klawsola 5 li kien ġie propost mill-oppożizzjoni u aċċettat min- naħa tal-gvern.", "Il-punt tiegħi hu li jekk isir suġġeriment tajjeb għandna naċċettawh u ma noqogħdux nargumentaw li din hija klawsola standard u m'għandna nbiddlu xejn minnha biex tkun konsistenti.", "Jekk nitkellmu fuq self - kemm jista' jkun dawn l-awtoritajiet ikunu self-financing - il- Kamra tar-Rappreżentanti għandha tingħata l-fakulta' li tiġi informata f'terminu speċifiku.", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħid li tkun iżjed tassattiva jekk nagħmlu li l-Kamra tar-Rappreżentanti tkun informata fi żmien tmien ġimgħat.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Li nistgħu nagħmlu hawnhekk huwa li nagħmlu emenda bi kliem identiku għal dak li għandna fi klawsola 20 u wara l-kliem \"kemm jista' jkun prattikament malajr\" inżidu l-kliem \"u mhux aktar tard minn tmien ġimgħat\" , ovvjament mingħajr riferenza għall-estimi għax hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq l-estimi.", "Pero' hawnhekk irridu nżidu wkoll dik ir-riżerva dwar ir-recess u nistgħu nagħmlu \"jew jekk f'xi żmien waqt dak il-perijodu l-Kamra ta' Deputati ma tkunx qed tiltaqa', fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni\".", "B'hekk inkunu għamilna streamlining ta' kif ninnotifikaw lill-Kamra ta' Deputati rigward l-estimi tagħha u rigward dan l-avviż.", "Jien ma nsib l-ebda diffikulta' li subklawsola (2) ta' klawsola 17 tiġi taqbel, fejn rilevanti, ma' klawsola 20.", "Għalhekk nitlob il-permess tal- Kumitat biex nipposponu din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 18 - Estimi ta' l-Awtorita'.", "Clause 18 - Estimates of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, klawsola 18 titkellem dwar id-dover ta' l-awtorita' li f'kull sena finanzjarja jitħejjew l-estimi u li l-awtorita' għandha tagħmel dawn l-estimi fil-format li jagħti l- informazzjoni meħtieġa.", "Hawnhekk hawn l-obbligu fuq il-ministru kif ikunu l-estimi ta' l-awtorita' approvati minnu wara konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-finanzi.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nixtieq nirriferi għal subklawsola (5) ta' klawsola 18 li tgħid hekk:", "\"Il-Ministru għandu, ma' l-ewwel opportunita' u mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta' l-estimi mingħand l- awtorita', japprovahom bl-emendi jew mingħajrhom, wara konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-finanzi.\".", "Il-ministru se jkun kostrett li japprovahom?", "Jekk f'każ li l-ministru ma jaqbilx ma' l-estimi, dan se jirriferihom lura lill-awtorita?", "X'isir f'dak il-każ?", "U jekk jinqalgħu ċirkostanzi fejn il-ministru ma jaqbilx mal-mod kif isir ċertu infiq u ċertu awditjar ta' l-estimi, xi tkun il-proċedura?", "Dan qed ngħidu iżjed bħala punt ta' kjarifika.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, minn esperjenza ta' awtoritajiet oħra nista' ngħid li veru li l-ministru jrid japprovahom, pero' l-ministru għandu poter kbir li jrid japprovahom b'emendi jew mingħajrhom.", "Bażikament ma tistax ma tapprovahomx ladarba dawk huma l- estimi.", "Dan qisek qed titkellem fuq l-accounts ta' kumpannija li jkollha t- termini tagħha wkoll, jiġifieri din ma tistax timxi mingħajr ma jkollha l- accounts tagħha.", "Imma jekk għall-argument jgħidu li s-sena d-dieħla se jonfqu Lm5 miljun u l-ministru jgħidilhom li dawk huma approvati pero' l- Lm5 miljun se jinbidlu f'Lm0.5 miljun, ikun għamel emenda kbira.", "Veru li l- ministru jrid japprovahom pero' dan għandu l-fakulta' li japprovahom b'emendi, jiġifieri f'dan ir-rigward ma tantx hu nieqes il-poter tal- ministru.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 19 - L-infieq għandu jkun skond l-estimi approvati.", "Clause 19 - Expenditure to be according to approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, klawsola 19 tgħid li l-infiq irid isir skond l-estimi approvati, bis-salvagwardja li hemm f'paragrafu (d) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 19 li tgħid hekk:", "''Jekk għar-rigward ta' xi sena finanzjarja jinstab li l-ammont approvat fl-estimi ma jkunx suffiċjenti jew inkella tkun inqalgħat ħtieġa għal nefqa għal għan li ma jkunx hemm provdut dwaru fl-estimi, l-awtorita' tista' tadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni tal-Ministru, u f'kull każ bħal dawk il-provvedimenti ta' dan l-Att applikabbli għall-estimi għandhom kemm jistgħu jkunu japplikaw għall- estimi supplimentari li għadna kemm irreferejna għalihom għall- approvazzjoni ta' l-estimi supplimentari.''.", "Fil-budget nazzjonali jkollna bżonn estimi supplimentari, jiġifieri wieħed ma jistax ma jagħmilx din il-fakulta' fuq din l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Pubblikazzjoni ta' l-estimi approvati.", "Clause 20 - Publication of approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, klawsola 20 titkellem fuq l- obbligu fuq il-ministru - dan huwa terminu li se nużah bħala bażi għall- emenda ta' klawsola 17 - biex issir il-pubblikazzjoni ta' l-estimi approvati u biex dawn jitqiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nixtieq inqajjem il-punt li l- ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-estimi ta' awtoritajiet.", "Ta' min jgħid li dawn l-awtoritajiet jagħmlu xogħol importanti.", "Per eżempju, l-awtorita' dwar ir-riżorsi se jkollha f'idejha regolamentazzjoni f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija, ma' l- ilma u mal-minerali, jiġifieri se jkollha fakultajiet u saħħa kważi iżjed milli għandha l-Korporazzjoni Enemalta bħalissa.", "Meta konna qed niddiskutu l-Malta Communications Authority Bill kont qajjimt il-punt li dak is-suġġett tant huwa importanti u tant jinbidel minn mument għall-ieħor, li l-Kamra tar-Rappreżentanti għallinqas darba fis- sena għandha tingħata l-fakulta' li tidiskuti l-progress, ix-xogħol u l- operat ta' dik l-awtorita'.", "Dan il-punt inħossu iżjed rilevanti u iżjed importanti dwar l-awtorita' dwar ir-riżorsi.", "Ladarba fil-bidu konna qed ngħidu li l-funzjonijiet ta' din l-awtorita' huma vasti u importanti ħafna għall-pajjiż, il-parlament għandu jingħata l-fakulta' li jiddiskuti l- politika fis-setturi ta' l-enerġija, ta' l-ilma u tal-minerali.", "Il-punt tiegħi huwa li jekk fil-preżent il-parlament qed jingħata l- fakulta' li jiddiskuti s-settur ta' l-enerġija u s-settur ta' l-ilma darba fis-sena, dan għandu jingħata l-opportunita' wkoll li darba fis-sena jiddiskuti l-politika ta' dawn l-awtoritajiet.", "Pero' għal darba wara l- oħra l-gvern jirreżisti li l-Kamra ta' Rappreżentanti tingħata din il- fakulta'.", "Jien inħoss li dan huwa nuqqas min-naħa tal-gvern għax mhuwiex biżżejjed li l-ministru jiġi hawnhekk u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-estimi u ma ningħatawx il-fakulta' li niddiskutuhom.", "Mhuwiex biżżejjed li fuq bażi ta' dawk l-estimi li jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal- Kamra jkollna fakulta' li forsi nagħmlu xi aġġornament jew xi mistoqsijiet parlamentari dwar suġġett li huwa ta' importanza kbira.", "F'kull pajjiż modern ir-regolamenti maniġerjali qed iġiegħlu lill-gvernijiet jitilqu s- settur operativ minn idejhom, jgħadduh lill-privat u jieħdu s-settur regolatorju.", "Jekk il-Kamra tar-Rappreżentanti se tneħħilha l-fakulta' li fiha niddiskutu s-settur regolatorju, allura ftit li xejn se jkollha x'tiddiskuti f'dak li huwa xogħol konċernat ma' dawn l-awtoritajiet.", "Ix- xewqa ta' l-oppożizzjoni hi li l-Kamra tar-Rappreżentanti tingħata l- fakulta' li tiddiskuti mhux biss l-estimi imma l-politika kollha li tkun għaddejja f'dawn l-awtoritajiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, kif qal tajjeb l-Onor.", "Buhagiar, dan it-tip ta' argument qam waqt diversi diskussjonijiet oħra u ilna nisimgħu l-argumenti favur u kontra.", "Pero' billi l-Onor.", "Buhagiar qed jerġa' jagħmel l-insistenza tiegħu, anke permezz ta' emenda fuq dan l- aspett partikolari, illum forsi huwa d-dover tiegħi li nerġa' nfakkar x'inhuma l-argumenti min-naħa tal-gvern fuq din il-kwestjoni.", "L-ewwelnett jekk wieħed jiddiskuti l-estimi ta' l-awtoritajiet kollha li qed jitwaqqfu - ġieli kellna kritika min-naħa ta' l-oppożizzjoni li qed noħolqu wisq awtoritajiet, korporazzjonijiet u entijiet kummerċjali oħajn - ikollna sitwazzjoni fejn l-istess xogħol ta' dan il-parlament ma jkunx wieħed maniġibbli b'mod effiċjenti, serju u prattiku.", "Hawnhekk wieħed jista' jistaqsi: Allura dan jista' jfisser li ma jkunx hawn il-fakulta' li l-membri tal-parlament jagħmlu xi mistoqsijiet partikolari u jqajmu punti partikolari?", "Assolutament le għax meta nitkellmu dwar kif il- parlament jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu rridu naraw il-gamut totali.", "L-ewwel konna qed nitkellmu fuq il-pakkett tal-patti u l-kondizjzonijet ta' l-impjegati.", "Naħseb li hawnhekk huwa xieraq li nitkellmu dwar il- pakket totali ta' kif jaġixxi parlament demokratiku u ta' kif parlament demokratiku jagħmel il-verifiki kollha li jkunu meħtieġa rigward infiq li jappartjeni lis-settur pubbliku fis-sens wiesa' tal-kelma.", "L-ewwel mod ta' verifika huwa l-mod tal-mistoqsijiet parlamentari li jsiru matul is-sena kollha.", "Għandek il-ministru tar-riżorsi li huwa responsabli politikament mill-funzjonament ta' din l-awtorita' u li huwa soġġett li jwieġeb għal mistoqsijiet parlamentari kollha li jsiru mill-membri kollha ta' din il- Kamra fuq l-operat ta' din l-awtorita', fuq l-estimi tagħha, fuq l-aġir tagħha, fuq l-infiq u fuq dak kollu li huwa rilevanti għaliha.", "Imbagħad għandek il-proċedura ta' membri li jitkellmu fuq mozzjoni ta' aġġornament tal-Kamra.", "Korrettement l-Onor.", "Membru qal li meta jkollok diskussjoni bħal din aktar milli nitkellmu fuq l-estimi, nitkellmu dwar il- policies u dwar l-operat.", "Allura jekk hawnhekk nużaw il-fakulta' tal-ħin ta' l-aġġornament tal-Kamra - hawnhekk qed nitkellmu fuq nofs siegħa f'kull seduta allokata preċiżament għal din il-liberta' tal-membri kollha tal- parlament li jitkellmu fuq kwalunkwe oġġett taħt il-kappa tax-xemx - li bi ftehim u bi tradizzjoni tieħdu darba n-naħa tal-gvern u darba n-naħa ta' l- oppożizzjoni, l-oppożizzjoni hija b'xi mod imxekkla milli titkellem fuq l-operat ta' din l-awtorita' meta għandek din il-fakulta' kontinwa fil- ħajja tal-parlament?", "Mela dak huwa t-tieni punt.", "Jista' jqum il-punt direttament marbut max-xewqa ta' xi membri li jagħmlu mistoqsijiet, li jkunu anke inċisivi, u li jkunu jridu kjarifiki oħra fuq infiq partikolari li tkun qed tagħmel din l-awtorita' jew inkella fuq id- dħul, fuq l-operat finanzjarju, fuq regoli ta' accounting u fuq l- accountability tagħha.", "Nerġa' nfakkar dak li għedt ftit mumenti ilu f'din il-Kamra li hawnhekk ħloqna struttura ppruvata li qed taħdem aħjar - dan huwa mertu taż-żewġ naħat tal-Kamra - struttura li żgur toffri s- salvagwardji kollha meħtieġa lill-membri kollha tal-Kamra, mhux l-inqas lill-membri ta' l-oppożizzjoni, li għandhom id-dritt eżerċitat li jaħtru minn fosthom membru biex jippresjedi fil-PAC.", "Dan m'huwiex kumitat fejn sempliċement kull membru jqum u jagħmel id-diskors tiegħu fil-limiti li jipprovdu l-istanding orders u jgħid x'għandu jsir fuq ir-riżorsi, fuq il- barrieri, fuq l-ilma u fuq l-enerġija, għaliex kellna qtugħ ta' dawl u dak kollu li jqum f'diskussjoni ta' natura ġenerali.", "Pero' b'mod aktar effettiv f'dak il-kumitat wieħed jista' jitlob anke għal preżenza taċ- chairman, taċ-chief executive u ta' uffiċjali oħra ta' din l-awtorita' li jmorru quddiem il-kumitat u jwieġbu direttament għal mistoqsijiet kollha li jsiru.", "Il-kumitat jista' jqabbad esperti tiegħu u tista' ssir verifika fid- dettall tal-kontijiet kollha li jkunu qed jiġu diskussi.", "Din hija struttura pjuttost elaborata ta' kif tagħmel il-verifika metikoluża ta' dak kolu li kwalunkwe membru ta' din il-Kamra jħoss rilevanti li jagħmel.", "Illum għandek struttura oħra f'dan il-parlament li huwa relatat ma' l- uffiċċju ta' l-awditur ġenerali.", "Din l-istituzzjoni llum hija rikonoxxuta bħala istituzzjoni parlamentari, jiġifieri mhux qed nitkellmu fuq uffiċċju li m'huwiex uffiċċju parlamentari għax illum l-uffiċċju ta' l-awditur ġenerali, bħalma huwa l-uffiċċju ta' l-ombudsman huwa mod ieħor kif saħħaħna, bħala gvern, il-poteri ta' dan il-parlament.", "Nafu li l- oppożizzjoni ma toqgħodx lura meta jkollha talbiet partikolariri li tista' tħoss li jirrikjedu mhux biss domandi, mhux biss diskussjoni f'livell ta' PAC imma anke analisi b'mod ta' awditjar, jiġifieri b'mod ta' verifika anke indipendenti ta' dak li l-oppożizzjoni jew kwalunkwe membru ta' din il-Kamra jħoss li għandha ssir il-verifika dwaru.", "Din hija istituzzjoni parlamentari li l-oppożizzjoni tista' żgur tirrikorri għaliha jekk tkun tħoss il-ħtieġa.", "Dan apparti l-fatt - ma naħsibx li hemm għalfejn inkun jien li nfakkar lill-oppożizzjoni f'dan ir-rigward - li hawnhekk għandna quddiemna abbozz ta' liġi fejn qed ikollna l-proposta ta' l-Ewwel Qari tiegħu mill- Kap ta' -Oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni tista' tagħmel riżoluzzonijiet fuq suġġetti partikolari u tista' titlob diskussjoni fuq qasam jew ieħor għax kull membru ta' din il-Kamra jista' jipproponi riżoluzzjoni.", "Ma rridux nagħtu l-impressjoni lil min ikun qed jismagħna li qisu l-gvern jissettja l-aġenda tal-parlament waħdu.", "Hawnhekk hawn - almenu kif qed jaġixxi l- parlament f'dawn is-sentejn li għaddew pero' anke qabel - rispett totali għall-kunċett magħruf bħala private members motions.", "Dan il-gvern żgur li għandu track record assolut fejn kull darba li jkun hemm mozzjoni bħal din ippreżentata jagħmel id-dover tiegħu li dik il-mozzjoni jiddiskutiha malajr fil-ġurnata parlamentari riżervata għall-membri ta' din il-Kamra jiġifieri l-ġurnata tal-Ħamis.", "Dakinhar issir id-diskussjoni mitluba fuqha.", "Mela żgur li l-oppożizzjoni m'hijiex qed tiġi b'xi mod ipprivata milli tagħmel id-diskussjoni kollha.", "Ma' dawn il-kunċetti kollha - biex inkunu għamilna l-analisi kollha, naturalment salv xi kummenti oħra li tixtieq tagħmel l-oppożizzjoni - irrid infakkar li l-aġir ta' kull ministru fit-totalita' tiegħu - hawnhekk qed nitkellmu dwar ir-responsabbilta' politika tiegħu u qed ninkludu wkoll ir- responsabbilta' politika għal dik l-awtorita' - huwa skrutinat bl-aktar mod assolut meta f'dan il-parlament niddiskutu l-estimi nazzjonali fejn imbagħad ngħaddu għal diskussjoni fuq il-vot ta' kull ministeru.", "Jekk jien nistaqsi lili nnifsi u ngħid: Kif nipparagunaw is-sitwazzjoni wara li napprovaw din il-liġi mas-sitwazzjoni qabel tkun għaddiet din il-liġi?", "Qabel għaddiet din il-liġi, il-fakulta' regolatorja kollha hi fil-gvern u fil-ministru konċernat.", "Illum għax m'hawnx din l-awtorita' l-ministri konċernati jressqu l-estimi tagħhom fl-aħħar tas-sena fil-ħajja ta' kull parlament u jkun hemm id-diskussjoni.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni, apparti li probabbli tibqa' żżomm it-tradizzjoni li tipprova tesprimi sfiduċja billi titlob għal tnaqqis ta' Lm1 mill-vot tal-ministru partikolari, tagħmel diskussjoni totali fuq l-operat kollu ta' dak il-ministeru, inkluż l-operat ta' kwalunkwe awtorita' li hu jkun responsabbli minnha.", "Mela llum li din l-awtorita' m'hijiex hawn, jekk l-oppożizzjoni trid tagħmel diskussjoni dwar il-policy tagħna fuq l-enerġija, fuq l-ilma, fuq ir- riżorsi minerali, tuża dawn il-poteri parlamentari kollha li jien qed nirriferi għalihom, inkluż id-diskussjoni waqt l-estimi ġenerali tal- pajjiż.", "Qed innaqqsu xi ħaġa billi nwaqqfu l-awtorita'?", "Mhu qed nnaqsu xejn għax l-estimi ġenerali jaslu għal diskussjoni hawnhek u l-oppożizzjoni għandha kull dritt li tiddedika kemm jidhrilha li għandha bżonn ħin fil- ħin li jkun mogħti lilha biex tiffoka fuq ir-responsabilita' tal- ministru in kwestjoni dwar l-aġir ta' l-awtorita' dwar ir-riżorsi.", "Mela l-istrutturi parlamentari qegħdin hemmhekk pero' qegħdin hemmhekk biex nużawhom tajjeb, biex nagħmlu time management, biex l-esperjenza ta' strutturi ġodda li għandna, inkluż l-uffiċċju ta' l-ombudsman, inkluż l-uffiċċju ta' l-awditur ġenerali - li ovvjament huwa iktar relevanti għall- operat finanzjarju ta' enti jew oħra - inkluż l-operat tal-PAC, inkluż meta l-oppożizzjoni tiddeċiedi li tressaq riżoluzzjoni fuq suġġett jew ieħor, inkluż il-mistoqsijiet parlamentari, nagħmlu l-aħjar użu minnhom.", "Dawn kollha huma l-għodda demokratika tagħna fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Jien ma rrid nagħmel l-ebda kritika lill-oppożizzjoni biex dik l-għodda tużaha, pero' ma nistgħux inżiduha meta għandek il-metodi kollha suffiċjenti u neċessarji biex tagħmel din il-verifika.", "Aħna mhux qed ngħidu lill-awtorita' biex tagħmel l-estimi u timxi b'xi mod kummerċjali bħalma jimxu l-kumpanniji u dawk l-estimi ma narawhom qatt.", "Aħna qed ngħidu li dawk l-estimi jridu jkunu approvati fil-livell eżekuttiv tal- gvern imbagħad il-gvern, f'terminu preċiż, jobbliga ruħu li l-estimi jġibhom hawnhekk, iqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra u l-Kamra tuża l-metodi li jidhrilha hi idonei biex tagħmel id-diskussjoni fuqhom mingħajr ma nagħmlu rabta legali li rridu nagħmlu ġurnata jew jumejn partikolari biex niddiskutuhom jew napprovawhom.", "Aħna nemmnu li llum l-istrutturi parlamentari huma suffiċjenti għall-eżerċizju li trid l-oppożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, għal żmien twil din il-Kamra ħasset il-bżonn li regolarment, għal sena wara l-oħra, tiddiskuti l- korporazzjonijiet.", "Fil-fatt fl-aħħar ta' Settembru jitressqu l-estimi tal- Korporazzjoni Enemalta, l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u kienu jitressqu wkoll l-estimi tal-Maltacom.", "Issa l-politika tal-gvern preżenti u ta' gvernijiet oħrajn ukoll hija li l-qasam operattiv jittieħed minn taħt idejn il-gvern.", "Fil-fatt wara l-partial privatisation tal- Maltacom, l-estimi tal-Maltacom ma baqgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra biex niddiskutuhom.", "Meta tressaq il-Malta Communications Authority Bill li se jwaqqaf awtorita' li tirregola l-qasam tal-komunikazzjoni, il-gvern irreżista li din il-Kamra tingħata l-opportunita' li hawnhekk niddiskutu l-politika tal- gvern u ta' l-oppożizzjoni fis-settur tal-komunikazzjoni.", "Minħabba l- proċess ta' diċentralizzazzjoni jew devoluzzjoni ta' dawn l-oqsma operattivi spiċċajna biex dan il-parlament ftit li xejn għandu say biex jiddiskuti b'mod formali l-qasam tal-komunikazzjoni.", "Jien inħoss li hija healthy ħafna li darba fis-sena, forsi f'seduta waħda jew tnejn, in-naħa ta' l-oppożizzjoni toħroġ bis-suġġerimenti tagħha u tikkritika lin-naħa tal-gvern fuq x'inhu sejjer tajjeb u fuq x'inhu sejjer ħażin fis-settur tal- komunikazzjoni.", "Issa bil-politika tal-gvern u b'dak li għaddej fuq din il- liġi stess hija l-intenzjoni tal-gvern li jneħħi l-esklussivita' u jipprivatizza għax hemm l-intenzjoni li fis-settur ta' l-enerġija u fis- settur ta' l-ilma jkun hemm ċertu element ta' privatizzazzjoni.", "Għallinqas 'il quddiem meta niġi biex niddiskutu klawsoli oħra nitkellmu dwar kif dan il-gvern se jneħħi l-esklussivita'.", "Għalhekk jien nistaqsi: Meta titneħħa din l-esklussivita' u tidħol il-kompetizzjoni, se nispiċċaw biex din il-Kamra ma jkollhiex opportunita' formali li tiddibatti dawn l- oqsma hekk importanti għax dawn l-oqsma se jkunu għaddew f'idejn il-privat?", "Ngħid għalija, nipprepara ħafna biex nara x'nistgħu niddibattu hawnhekk u biex nara x'hemm bżonn isir, x'qed jagħmlu pajjiżi oħrajn u kif nistgħu ntejbu l-affarijiet.", "Jien inħoss li l-fatt li jkollna opportunita' li niddibattu f'din il-Kamra huwa healthy għaż-żewġ naħat u għall-pajjiż.", "Hija ħaġa sana li dan il-parlament jingħata din l-opportunita'.", "Issa l-Ministru qal li dawn l-affarijiet jistgħu jiġu diskussi fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, fil-ħin ta' aġġornament u permezz ta' xi mozzjoni.", "U aħna ma nafux kif kultant iwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari l- ministri!", "Kultant tagħmel mistoqsija parlamentari intelliġenti li fiha titlob ċerta informazzjoni u tkun ħerqan li din tasal ħalli tkun tista' tibbaża jew tbiddel il-mod kif tħares lejn xi ħaġa u sfortunatament it- tweġiba ma jkun fiha informazzjoni ta' xejn.", "Kultant ir-risposta tkun li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra u wara li nibqgħu nistennew din it- tweġiba ma tasal qatt.", "Il-punt tiegħi huwa li m'hijiex ħaġa tajba li dan il-parlament ma jingħatax l-opportunita' li ma jiddiskutix dan il-qasam għax issa dan se jgħaddi għand il-privat u għand entitajiet li ma jkunux regolamentati minn din il-Kamra.", "Għalhekk se nispiċċaw indaħħlu liġijiet operativi u awtoritajiet li jirregolaw dan il-qasam u fl-istess ħin ma ningħatawx l-opportunita' li nipprovaw nagħmlu xi titjib f'dan il-qasam.", "Inħoss li dan huwa nuqqas kbir u li qed nisirqu lil din il-Kamra mil- fakultajiet tagħha u mill-kontribuzzjonijiet tal-membri individwali li wara kollox qegħdin hawnhekk biex jagħmlu dawn il-kontribuzzjonijiet.", "Issa lill-Ministru li qal li wieħed jista' jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu wkoll darba fis-sena waqt il-budget ngħidlu li meta tkun qed titkellem fuq estimi ta' ministeru partikolari forsi jkollok siegħa jew siegħa u nofs biex tagħmel intervent tiegħek u kultant dan il-ħin ikun maqsum bejn tliet kelliema.", "Dan ifisser li ftit li xejn ikollok żmien biex tidħol bis-serjeta' f'qasam bħal dan.", "Per eżempju, jien ikolli seduta waħda meta niġu għad-diskussjoni tal-budget u fiha rrid nittratta l- qasam ta' l-ilma, l-qasam ta' l-enerġija u l-qasam tal-komunikazzjoni.", "Allura kif tista' tagħmel kontribuzzjoni bis-serjeta' u suġġerimenti validi?", "Nerġa' ngħid li l-oppożizzjoni qed tagħmel xi ħaġa li tagħmel sens għax mhux biss qed titlob li l-estimi ta' dawn l-awtoritajiet jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra imma qed titlob li jkun hemm ukoll lok għal diskussjoni.", "Dan il-pajjiż huwa mifni b'affarijiet ħżiena li saru u bid-dejn li daħlu għalih il-korporazzjonijiet u dan mhux jien biss qed ngħidu imma qed jgħiduh ukoll in-naħa tal-gvern u l-Unjoni Ewropea.", "Fir- rakkmandazzjonijiet tagħha l-Unjoni Ewropea speċifikament issemmi kemm dawn il-korporazzjonijiet huma mgħobbijin bid-dejn.", "Issa niġu f'dan il- parlament u nwaqqfu awtorita' li għandha tiffinanzja l-operat tagħha stess u li għandha l-fakulta' li tissellef.", "Imbagħad din il-Kamra ma tingħatax l- opportunita' li tiddiskuti l-finanzi tagħha u ta' awtoritajiet bħalha.", "Din hija waħda mill-ħafna awtoritajiet li waqqaf dan il-gvern u dan il- gvern dejjem irreżista li din il-Kamra tingħata l-opportunita' li titkellem fuq dawn l-affarijiet.", "Il-Kamra tar-Rappreżentanti qed tiġi mċaħħda milli tiddiskuti mhux biss il-politika f'dan il-qasamimma qed tiġi mċaħħda wkoll milli tiddiskuti l-estimi finanzjarji ta' dawn l- awtoritajiet.", "Huwa importanti ħafna li dawn l-awtoritajiet ikunu self- financing kif il-gvern stess qed jinsisti li għandhom ikunu.", "Pero' l-gvern għandu jiġi rregolat mill-Kamra tar- Rappreżentanti biex dawn l-affarijiet jiġu hawnhekk għad-diskussjoni fejn tkun tista' ssir sorveljanza effettiva.", "Veru li l-estimi qed jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra imma dik mhijiex sorveljanza effettiva għax m'għandekx fakulta' li tiddiskutihom u tiżvolġi l-argumenti.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, ma nafx għalfejn l-Onor.", "Membru qed iħalli il-maġinazzjoni tigri bih!", "Hawnhekk qed jingħad li l- Enemalta u l-Water Services Corporation se nipprivatizzawhom jew se ngħaddu parti mill-operat tagħhom lill-privat.", "L-Onor.", "Buhagiar jaf li l- liġi dwar l-Enemalta hemm qiegħda u jekk wieħed jirriferi għat-Tieni Skeda, fejn għandek xi emendi dwar l-Att dwar l-Enemalta jew dwar l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, isib li mkien mhu qed ngħidu li d-dibattitu li hemm a tenur ta' dawk iż-żewġ liġijiet ma jsirx.", "Jien ma nistax nifhem l-argument li jekk jinqata' d-dibattitu fuq l-operatur, għandna nagħmlu dibattitu fuq l-aspett regolatorju.", "Se mai dan għandu jsir, jekk u meta jkun hemm emenda f'dan is-sens, mhux f'dan l-istadju.", "F'dan l-istadju ma nistgħux li nippruvaw nantiċipaw ħaġa li se tiġri, li din il-liġi ma tipprevedix, anke fejn qed tagħmel emendi b'riferenza għal- liġijiet li taħthom huma mwaqqfa l-korporazzjonijiet li rrifera għalihom l- Onor. Buhagiar.", "Jien lill-oppożizzjoni ngħidilha biex almenu nistennew din l-evoluzzjoni fil-pajjiż ħalli naraw xi strutturi parlamentari effikaċi għandna bżonn f'dan ir-rigward.", "Għaliex wara kollox kemm se ndumu nikkwotaw mudelli li għandhom aktar minn 20 sena?", "Dawn kienu mudelli li fi żmienhom ħadmu u kienu mudelli ta' twaqqif ta' korporazzjonijiet pubbliċi.", "Dawn kienu xi ħaġa radikali fejn minflok ikollok id-dipartiment tal-posta u t-telephones ikollok korporazzjoni indipendenti li tmexxihom.", "Naturalment din kienet epoka ta' diskussjoni biex il-gvern jibda jwaqqaf strutturi amministrattivi ġodda, tipo l-famuża diskussjoni tas-snin sittin u sebgħin fuq it-twaqqif tal-gas board, per eżempju, u strutturi bħal dawn.", "U meta konna marbutin b'dawn il-kunċetti, li qisu l-gvern kien qed jitlaq minn idejh xi ħaġa li hija purament ta' gvern, il-parlament kien jgħid li l-estimi ta' dawn il- bordijiet u l-korporazzjonijiet iridu jiġu diskussi quddiemu.", "Imma jibqa' jagħmel sens li nitkellmu b'dan il-mod?", "Dawn huma affarijiet marbuta mal- passat u mat-tradizzjonijiet li mhux bilfors għadhom rilevanti kollha meta llum evolvejna strutturi ġodda ta' diskussjoni.", "Per eżempju, sa ftit snin ilu ma kellniex il-PAC immexxi minn membru ta' l-oppożizzjoni, ma kellniex kumitat biex jispeċjalizza u jiffoka fuq il-politika barranija tal-pajjiż, ma kellniex kumitat biex jispeċjalizza u jiffoka fuq politika soċjali u lanqas ma kellna kumitati permamenti oħrajn f'din il-Kamra.", "Naħseb li meta naraw l-isfidi ta' dawn l-entitajiet ġodda kummerċjali u regolatorji li qed jinħolqu, anke fil-proċess li nħarsu b'mod aktar modern u effikaċi lejn l-istanding orders tal-Kamra, nifhem li l-oppożizzjoni, għada pitgħada forsi taqbel li nagħmlu wkoll kumitat permanenti li jibda jħares b'mod kontinwu u regolari lejn l- operat ta' dawn l-awtoritajiet diversi.", "Issa dan apparti li fl-opinjoni tiegħi dan jistgħu jagħmluh diġa' f'kumitat immexxi minnhom stess.", "Hekk irridu nevolvuhom l-affarijiet, inkella se nkunu qegħdin qisna qed nagħmlu grafting - billi dan huwa suġġett mediku, l-Onor.", "Buhagiar jgħallimni - u strutturi ġodda biex imexxu b'mod iktar effiċjenti u modern oqsma kruċjali fil-pajjiż, pero' fuq dawn l-istrutturi naqbdu dan it-transplant li bilfors trid tagħmel dibattitu ta' sessjoni waħda jew tnejn.", "Hawnhekk għandna liġijiet li dwarhom m'għandniex minimu u massimu biex il-parlament jiddiskutihom u japprova l-estimi tagħhom u ngħidu li din l-istruttura trid tibqa' tapplika fuq kull awtorita' ġdida li nagħmlu, ikun xi jkun l-impatt fuq il-ħin parlamentari li għandna u fuq il-fatt li inti normalment tkun marbut li trid tapprova sa ċertu terminu ta' żmien l- estimi in kwestjoni.", "Mela allura trid tapprova l-estimi ġenerali, dawn l-awtoritajiet kollha, il-korporazzjonijiet u l-iskeda parlamentari li ma tkunx maniġibbli għall-istess mod effiċjenti kif trid tmexxi l-parlament.", "Sur President, forsi jkun hemm min igħid li dan se jwassal biex xi ħadd jisraq xi poter jew xi fakulta' li għandha din il-Kamra.", "L- ewwelnett, by definition, kif diġa' għedt qabel, la qed nagħmlu awtoritajiet ġodda qed nirregolaw mansjonijiet ġodda li qabel kienu jagħmlu parti mill-mansjoni tal-gvern u li kienu jiġu diskussi biss fl-estimi nazzjonali.", "Issa qed ngħidu li dik il-funzjoni tal-gvern se tkun eżerċitata minn awtorita' u dak li qabel konna niddiskutu fl-estimi nazzjonali se nibqgħu niddiskutuh fl-estimi nazzjonali.", "Allura min qed jisraq xi ħaġa lil xi ħadd?", "Qed noħolqu xi ħaġa ġdida imma m'hu qed nisirqu xejn.", "Jien ngħid li l-istrutturi kollha ġodda li ħloqna ħloqnihom biex dan il-parlament mhux biss jiskrutinja aktar imma jiskrutinja aktar b'mod li jkun verament effettiv.", "Jekk l-operat ta' din l-awtorita' jista' jkun eżaminat fil-preżenza ta' l-uffiċjali tagħha fil-PAC, allura dak mhux skrutinju aktar effettiv, milli sempliċement nagħmlu diskorsi maratona bħal, per eżempju, kemm-il bozza rridu naraw tixgħel fi triq partikolari?", "Ħafna drabi hekk jispiċċaw id-dibattiti.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dażgur li din hija importanti wkoll u għalhekk hemm il-proċedura tal-mistoqsijiet parlamentari, il-proċedura ta' l- aġġornament tal-Kamra u l-proċedura li l-oppożizzjoni - għalkemm m'għandhiex tużaha b'mod li dik il-proċedura tispiċċa tagħmel inqas sens - tgħid li trid diskussjoni fuq it-tali suġġett.", "Per eżempju, fil-ġimgħat li ġejjin f'dan il-parlament se jkun hawn diskussjoni dwar in-national plan for the adoption of the acquis.", "Se jkollna numru ta' seduti twal biex niddiskutu l-politika tal-gvern preżenti rigward l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hija importanti!", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Membru.", "Jidhirli li l-oppożizzjoni talbet għal erba' seduti għaliha waħedha biex tiddiskuti dan l-aspett.", "Meta l- membri ta' l-oppożizzjoni kienu fuq din in-naħa tal-Kamra u kienu fil- gvern u kien hawn diskussjoni importanti ħafna fuq l-Unjoni Ewropea, niftakru li saret seduta waħda biss li ma tkompliet qatt biex ma nsemmix id- diffikultajiet kollha li kien hemm rigward din id-diskussjoni.", "Jien qed ngħid dan mhux biex nipprova naqleb għal xi suġġett ieħor imma biex nenfasizza li dan il-gvern żgur li ma jistax ikun akkużat li qed inaqqas lill-oppożizzjoni mill-fakulta' li titkellem fuq dak li hi titlob li titkellem dwaru.", "Imma ejja almenu ma noħolqux l-straightjackets, apparti l- proċeduri parlamentari eżistenti.", "Meta l-oppożizzjoni jkollha qasam li trid titkellem dwaru mhux se ngħallimha jien x'għandha tagħmel għaliex taf tajjeb x'għandha tagħmel.", "U l-oppożizzjoni qed tagħmel diskussjoni fuq affarijiet li hi tixtieq li jkollha diskussjoni dwarhom, kif se jkollna l-ġimgħa d-dieħla stess b'riferenza għall-mozzjoni ta' membru tagħha u kif se jkollna billi nallokaw iż-żmien li għandha bżonn min-naħa tagħha rigward il- preparazzjoni li rridu nagħmlu għal addozzjoni ta' l-acquis communautaire.", "Issa fuq l-enerġija, fuq l-ilma u fuq ir-risorsi minerali għandha l- proċeduri parlamentari u tużahom.", "Imma ma noħolqux straightjackets legali fil-liġijiet li qed nagħmlu jekk verament irridu strutturi ġodda f'pajjiżna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Chairman, aħna dan il-punt insostnuh mhux biss biex niddikjaraw li rridu li jkun hawn diskussjoni dwar l-estimi ta' dawn l- awtoritajiet imma mil-lat ta' kif żvolġew l-affarijiet matul dawn l-aħħar 20 sena.", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li llum f'pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn kemm il-gvern kif ukoll il-poplu ma jifilħux għall-ispiża tad-dawl u l-ilma.", "Naturalment ir-raġunijiet huma li l-investimenti li saru fl-imgħoddi ma kenux daqstant ekonomikament vijabbli biex illum li bdejna seklu ġdid ikollna sistemi tad-dawl u l-ilma li jkun jiflaħ iħallas għalihom kemm il-gvern u kemm il-poplu.", "Per eżempju, llum nafu li dwar ir-riżors ta' l-ilma saru xi bidliet bil- għan li dan il-qasam ikun ekonomikament vijabbli pero' jirriżulta li l- gvern ma jaffordjax l-ispiża li jirrikjedi dan il-qasam. llum in- negozjant, il-hotelier, tar-restaurant, il-pensjonant u l-poplu kollu ma jiflaħx għall-ispiża li qed ikollu jiagħmel biex jikkontribwixxi għall- ħlasijiet ta' dan ir-riżors hekk importanti għal ħajja tal-bniedem.", "Nifhem li dan ma tantx jinteressa lill-awtorita' pero' żgur li jinteressa lil din il-Kamra li minbarra li hija responsabbli għal dawn ir-riżorsi li qed insemmu hija responsabbli wkoll għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, irrispettivament jekk il-Ministru jirrikonoxxix li għandhom bżonn bozza u irrispettivament jekk l-awtorita' tirrikonoxxix li dawn għandhom dritt li jkollhom dawn is-sorsi ta' enerġija għal ħajja diċenti.", "M'hemmx dubju li meta issa nibdew niddiskutu l-NPAA se nitkellmu wkoll fuq l-iżviluppi li pajjiżna qed iwettaq fl-aġenda tiegħu.", "Mr Chairman, ta' min isemmi wkoll li minkejja li nfaqna miljuni ta' liri biex l-ilma baħar nibdluh f'ilma ħelu tajjeb għax-xorb - m'hemm xejn ħażin dwar dan - u minkejja li nfaqna miljuni ta' liri biex nirriċiklaw l-ilma tad-drenaġġ u nippurifikawh ħalli jkun tajjeb għat-tisqija u biex meta jintrema ma jħallix impatt fuq l-ambjent, insibu li ftit li xejn għamilna biex nippreżervaw il-provvista' ta' l-ilma ġieri li jiġi mix-xita.", "Dan kollu sar fin-nuqqas ta' aġenda li kienet committed li tirranġa u tippreżerva l-widien tagħna.", "Issa kulħadd jaf xi problemi għandna fl- aquifer, speċjalment minħabba n-numru ta' boreholes li saru. huwa fatt li llum l-ilma baħar m'għadux jintuża biss għas-sajd u għall-industrija ta' l- akwakultura, fost affarijiet oħra, imma minnu tiddependi ħafna l-provvista ta' l-ilma li jikkonsma l-poplu.", "Ma naħsibx li l-awtorita' tar-riżorsi mhux se jkollha xi bakketta maġika biex tirranġa dawn il-problemi soċjali u ekonomiċi kbar.", "M'huwiex biżżejjed li noqogħdu nitkellmu fil-PAC għax huwa aktar matur u ideali li jkun hawn diskussjoni ħajja dwar din l- awtorita', dwar l-estimi tagħha u dwar in-national policy li tajjeb jew ħażin, minn żmien għal ieħor, dejjem trid tinbidel.", "In-nuqqas ta' limitazzjonijiet tagħna joħolqulna ċerti diffikultajiet.", "Minkejja li n-naħa tal-gvern qed tgħid li jeżistu parametri oħra fejn jistgħu jsiru d- diskussjonijiet dwar dawn l-awtoritajiet, aħna nħossu li aktar jagħmel sens li dawn l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pern tas-soċjeta' jiġu diskussi f'dan il-parlament.", "Irridu nifhmu li l-awtorita' għandha responsabbiltajiet eżekuttivi differenti milli għandu dan il-parlament fejn jidħol l-impatt soċjali.", "Din l-awtorita' żgur li m'għandhiex il-piż u r-responsabbilta' li għandhom il- membri ta' din in-naħa tal-Kamra li jiġu eletti miċ-ċittadini ta' pajjiżna.", "Filwaqt li l-Ministru ta indikazzjoni li forsi 'l quddiem ikun hawn kummissjoni parlamentari sabiex ikun hemm diskussjoni li tindirizza aktar l- operat ta' din l-awtorita', għandi nifhem li l-argumenti dwar l-impatt soċjali li dawn ir-riżorsi jkollhom fuq iċ-ċittadini u fuq l-andament ekonomiku ta' pajjiżna jikkaratterizzaw il-prinċipji li qed issostni n- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Silvio Parnis, on a point of order.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Chairman, nixtieq niġbidek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba għal quorum.", "Il-Kumitat huwa sospiż għal ħames minuti.", "Fit-8.40 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u l-Kamra rriżumiet fit-8.45 p.m. skond l-Ordni Permanenti Nru. 112", "MR SEAKER: Is-seduta tkompli.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi", "Klawsola 20 - Pubblikazzjoni ta' l-estimi approvati.", "Clause 20 - Publication of approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, nixtieq nagħmel kumment fuq dak li għadna kemm smajna.", "Irrid ngħid li jekk se nagħmlu diskussjoni fuq it-tariffi ma nispiċċaw qatt.", "Infakkar biss li t-tariffi attwali huma orħos minn dawk li kien impona l-gvern preċedenti.", "Argument ieħor li kont se nżid l-ewwel meta konna qed nitkellmu fuq il- proċeduri parlamentari li għandna kien li m'għandekx bżonn li jkollok dibattitu fuq l-estimi ta' l-awtorita' għax infakkar li fi żmien il-gvern preċedenti, billi konna niġu hawn u nagħmlu diskussjoni fuq l-estimi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jew fuq l-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta, ma naqqasna l-ebda tariffa minn dawk li kien impona l-gvern preċedenti.", "Se mai, mod effiċjenti parlamentari huwa li meta jkun hemm ir- regolamenti speċifiċi fuq it-tariffi, membru tal-Kamra jista' jressaq mozzjoni biex dawk ir-regolamenti jiġu jew emendati jew ma jidħlux fis- seħħ.", "Nixtieq infakkar li fi żmien il-gvern preċedenti, dik il-proċedura jien użajtha.", "Jekk membru ta' l-oppożizzjoni jkollu mozzjoni għandu jressaq id-diskussjoni kemm jista' jkun malajr għaliex jekk ma tressaqx il- mozzjoni, jistgħu ma jidħlux fis-seħħ ir-regolamenti.", "Issa naturalment dak iż-żmien il-gvern kien uża l-maġġoranza tiegħu biex ma jemendax it-tariffi.", "Din mhux qed nimmaġinaha, Sur President.", "Meta aktar 'il quddiem niddiskutu l-fakulta' li għandu l-ministru biex joħroġ regolamenti taħt paragrafu (d) ta' subklawsola (2) ta' artiklu 28 insibu preċiżament riferenza għal regolamenti li jolqtu t-tariffi ta' l-elettriku, ta' ilma, ta' sorsi oħra jew riżorsi li qed nitkellmu dwarhom fil-liġi.", "Mela t-tariffi jsiru b'regolamenti.", "Fil-fatt hawnhekk għandna li:", "''sabiex jiġu stabbiliti t-tariffi u l-ħlasijiet għall-provvista, l- ħażna u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku u ta' xi wieħed mir-riżorsi msemmija ...''", "Dan ifisser li hija ħaġa normali li t-tariffi jsiru b'regolamenti.", "Ir- regolamenti għandhom inbuilt fihom proċedura parlamentari li tista' tiddiskutihom bl-iktar mod ad hoc bħala mozzjoni biex ma jidħolx fis-seħħ dak ir-regolament partikolari.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien l-intervent tal-Ministru fhimtu u segwejtu, pero' jkun tajjeb li nfakkar x'inhuma l-funzjonijiet tal-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Il-Kamra tar-Rappreżentanti għandha funzjoni leġislattiva.", "Aħna niġu hawnhekk biex nifformolaw, niddiskutu u ntejbu l- liġijiet li tagħmel din il-Kamra.", "Pero' barra minn hekk, din il-Kamra għandha wkoll il-funzjoni ta' sorveljanza fuq l-eżekuttiv.", "Dan ifisser li ż-żewġ naħat tal-Kamra, anke l-backbenchers, għandhom il-funzjoni li jiġu hawnhekk jikkritikaw u jagħmlu suġġerimenti lill-gvern biex dan jagħmel l- affarijiet kemm jista' jkun aħjar.", "Issa b'din il-liġi qegħdin nagħtu fakulta' lill-ministru li jagħmel ħafna affarijiet u qed nagħtuh il- fakulta' li jagħżel il-membri ta' din l-awtorita' u jagħtihom is-saħħa tal- funzjonijiet tagħhom.", "Preċiżament kif qal il-Ministru, fi klawsola 28 qed nagħtu s-saħħa lil dan il-ministru jagħmel ħafna regolamenti dwar il-funzjoni ta' l-awtorita' imma fl-istess ħin qegħdin inneħħu s-saħħa ta' din il-Kamra tar- Rappreżentanti li tagħmel sorveljanza fuq il-fakultajiet u fuq is-saħħa li qed nagħtu lill-ministru.", "Dan ma jagħmilx sens fl-isfera demokratiku li qegħdin nitkellmu fuqha.", "Id-demokrazija hija bbażata fuq ħaġa li tikkontrolla lil oħra.", "Din il-Kamra qed tagħti ħafna saħħa lill-ministru, pero' fl-istess ħin qed ninnegaw minn din il-Kamra l-fakulta' li nikkontrollaw u nikkritikaw lill-ministru b'dibattitu parlamentari, kif qal sieħbi l-Onor.", "Farrugia.", "Wara kollox dawn l-affarijiet jolqtu lill-poplu li qed nirrappreżentaw.", "Il-Ministru qal li m'għandniex nerġgħu mmorru lura fuq sistemi antiki.", "Imma r-realta' x'inhi?", "Ir-realta' hija dak li ġara fis-settur tal- komunikazzjoni.", "Fejn qabel dan il-parlament kellu l-fakulta' li jiddiskuti dan il-qasam tant importanti, issa minħabba li ntroduċejna din l-awtorita' regolatorja u minħabba li pprivatizzajna s-settur operattiv tal- Maltacom, din il-Kamra m'għandha l-ebda fakulta' li titkellem b'mod kostruttiv, b'mod spjegat u b'mod definittiv u ppjanat fuq is-settur tal- komunikazzjoni.", "Dan ifisser li qegħdin inneħħu s-saħħa ta' din il-Kamra li tissorvelja l-operat tal-gvern.", "Eventwalment dan liċ-ċittadin jolqtu fil-laħam il-ħaj għax, kif qal il- Ministru, paragrafu (d) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 28 qed tagħti l- fakulta' lill-ministru li jagħmel regolamenti dwar l-istrutturi tal- prezzijiet li jolqtu lis-settur ta' l-enerġija, l-ilma u l-minerali.", "Jekk hemm xi affarijiet li bħalissa qed jolqtu ħażin lill-poplu huma preċiżament il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma u dan minkejja l-wegħda li l- partit Nazzjonalista għamel qabel l-elezzjoni ta' l-1998 li jekk hu jkun fil-gvern iraħħas dawn it-tariffi.", "Allura issa x'fakulta' se jkollu l- poplu li permezz tar-rappreżentanti tiegħu jikkritika lill-gvern biex jipprova jbiddel l-atteġġjament tiegħu?", "(Interruzzjonijiet)", "Hawnhekk qed nagħtu l-fakulta' lill-ministru li jbiddel dawn l- affarijiet - dan jista' jbiddilhom b'mod tajjeb u jista' jbiddilhom b'mod ħażin - imma mbagħad qed ninnegaw lil din il-Kamra biex b'mod kostruttiv, ippjanat u definit il-parlament jiddiskuti s-saħħa li ta lill-ministru.", "Safejn naf jien, f'kull pajjiż demokratiku, is-saħħa li tingħata lill- eżekuttiv tiġi kontrollata mill-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Issa aħna dan m'għadniex nagħmluh.", "Nerġa' ntenni li b'din il-liġi qed nagħtu s-saħħa lill-ministru imma qed inneħħu s-saħħa ta' din il-Kamra li tirregola u tissorvelja l-operat tal-ministru konċernat.", "Dan ma jagħmilx sens, imur kontra l-ispirtu demokratiku u kontra l-ispirtu tar-rappreżentanza tal- poplu f'dan il-parlament.", "Għalija huwa dnub kardinali li nagħmlu affarijiet bħal dawn.", "Qabel nagħlaq nixtieq nipproponi din l-emenda:", "\"G\" Fi klawsola 20 wara l-kliem \"Kamra tad-Deputati\" għandhom jidħlu l- kliem \", u li din il-Kamra tingħata opportunita' ta' seduta biex tiddiskuti dawn l-estimi\".", "\"G\" In clause 20 after the words \"House of Representatives\" there shall be inserted the following words \", and the House shall be given the opportunity of one session to debate these estimates\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien nixtieq nagħmel punt fuq dak li kien qed jgħid il-Ministru u fuq il-bidliet li resqin lejhom.", "Fi ftit ġranet oħra aħna se nkunu qed niddiskutu l-NPAA u m'hemmx dubju li dan se jqanqal diskussjoni fuq kull qasam fosthom fl-oqsma tad-dawl u l-ilma.", "M'hemmx dubju li dawn il-bidliet se jħallu impatt ukoll fl- operat u fil- management ta' din l-awtorita' li trid tassigura aħjar is-sorsi tar- riżorsi tagħna.", "Mela hawnhekk se jkollna sistemi li ma kenux prattikati matul is-snin preċedenti f'dak li għandu x'jaqsam mas-sussidji.", "Allura iktar ikun rilevanti li d-diskussjoni, speċjalment f'dan iż-żmien transitorju, issir fil-parlament.", "Dan biex ma nsemmix, per eżempju, kemm se togħla l-ħajja minħabba ċerti bidliet li pajjiżna jrid jaddotta sabiex ikun konformi ma' l-acquis coummunautaire ta' l-Unjoni Ewropea u minħabba miżuri oħra li għandu fl-aġenda tiegħu.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Għalissa nieqfu hawn.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola u l-emenda \"G\" kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Settembru, 2000, b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "Mr Speaker, f'pajjiżna qed ngħaddu minn ħafna tibdil.", "Illum il-ġurnata ma tiltaqax ma' familja waħda li tgħidlek kemm qegħda komda fil-finanzi.", "Id- diffikultajiet tal-familji rigward il-finanzi huma kbar.", "Saħansitra tiltaqa' ma' familji li sa nofs ix-xahar il-paga tar-raġel diġa' tkun spiċċat, u jekk il-gvern mhux se jieħu ħsieb, dawn il-problemi se jkomplu jikbru fiż-żmien li ġej.", "Dan qed ngħidu għax min-naħa l-Istat qed jgħid li rridu nedukaw u nwasslu għal dak li jkun biex jieħu l-istat tiegħu kif suppost u min-naħa l-oħra dan il-gvern qed joħnoq lill-familji bit-taxxi, bil-piżijiet u bi problemi oħra minħabba nuqqas ta' finanzi.", "Jiena naf żgur li kull min qed jgħix f'pajjiżna qed iħoss dan id-dwejjaq li qiegħed iwassal anke għal problemi matrimonjali.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamlu kollegi tiegħi ħareġ li din is-sena kienet l-iktar sena fejn saru applikazzjonijiet għal separazzjonijiet.", "Dan il-gvern qed ikompli joħnoq lill-familji billi jżid it-taxxi u jaqta' l-benefiċċju tal-mediċini mill-isptar.", "Fil-futur għandna ppjanat li min ikun irid jinqeda fl-isptar se jkollu jħallas u dan minkejja li fis-snin passati kienu wegħduna anke t-tabib b'xejn.", "Lili jiġu jfittxuni nisa u jistqarru miegħi kemm fl-aħħar tax-xahar mhux qed ikollhom biżżejjed biex imantnu lil uliedhom.", "Qed niltaqa' ma' ħafna nisa tad-dar li qed imorru jduru f'diversi postijiet biex ifittxu x-xogħol u qed iħallu lil uliedhom warajhom biex imorru jaħdmu.", "Mr. Speaker, minkejja dan x'qegħdin jgħidulna l-ministri?", "Illum, per eżempju, smajt ministru jgħid illi dawk li qegħdin jirreġistraw huma nies għażżenin.", "Tan-naħa tal-gvern qed jgħidu li xogħol fil-pajjiż hawn, pero' jiena ngħidilhom li tant qed iqattgħu żmien barra minn Malta man-nisa u l- irġiel tagħhom illi lanqas jafu x'inhuma l-ilmenti tal-Maltin.", "Dawn jiġu Malta għal vaganza.", "Qed naraw tfajliet li qegħdin ifittxu xogħol fil- fabbriki u ma jsibux u minn fuq, il-ministri tan-naħa tal-gvern qed jgħajjruhom għażżenin.", "Mr Speaker, għidli daqsxejn kif tista' tkun għażżien meta tara lit-tfal tiegħek jixtiequ li jieħdu l-istat tagħhom u jkollhom il- post tagħhom u jkunu jistgħu jrabbu lil uliedhom u dawn finanzjarjament ma jistgħu jagħmlu xejn!", "Lanqas biss ħwejjeġ biex ikunu jistgħu jaħdmu m'hu qed ikollhom dawn iż-żgħażagħ.", "Imbagħad il-ministru jgħidilna li m'hawnx unemployment.", "Jiena nibqa' nsostni kemm dan il-gvern huwa maqtugħ.", "Ma nistax nimmaġina dawk in-nies li jappoġġjaw lill-gvern kif jista' jkun li ma jkunux qegħdin jitkellmu mad-deputati.", "U jiena naf żgur li d-deputati jinsabu maħnuqin bil- problemi ta' dawn il-familji.", "Kif jista' jkun jibqgħu għaddejjin b'din il- gaffa minn fuq dan il-pajjiż meta nafu li biex aħna ningħaqdu fl-Unjoni Ewropea se nintlaqtu b'aktar taxxi?", "Hawnhekk nistgħu ngħidu li għall- budget li ġej il-poplu jrid iħallas Lm35 miljun iżjed.", "Dawn huma flus li jridu jkomplu jinġabru minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan kif jista' jkun meta inti qed tara familji li lanqas għandhom flus biex jixtru l-affarijiet essenzjali?", "Għaliex lil dawn se tkompli ddaħħlilhom l- istallett ġo darhom?", "Ara l-ministri, dawn se jkomplu bix-xalar, bil-parties u jduru 'il hemm u 'il hawn bil-karozzi lussużi!", "Mr. Speaker, id-dispjaċir tagħna minn hawnhekk ikun li nistaqsu l- mistoqsijiet parlamentari u ma jweġbuniex sew.", "Per eżempju, jiena għamilt domanda fuq il-Forti Ricasoli li kien imbajjad minn kuntrattur privat.", "Dan infetaħ f'Mejju li għadda u eżattament wara li daħal l-istaff hemm ġew reġa' mbarax u reġa' tbajjad mill-ħaddiema tal-gvern.", "U meta tistaqsi lill- ministru jgħidlek li mhux veru u li l-Onor.", "Interpellant hija miżinformata.", "Allura kif jista' jkun illi aħna minn hawnhekk nieħdu lil dan il-gvern bis- serjeta'?", "Daqskemm ma jistax ikun li l-poplu li qed ibati u jagħmel sagrifiċċju jieħu lil dan il-gvern bis-serjeta'!", "U hawnhekk jiena nappella lill-gvern biex ma jkomplix jagħmlilna iktar piżijiet fuq il-familji għax il-familji qegħdin ibatu u qegħdin jitkissru.", "Mr. Speaker, għalfejn il-flus ma ninvestuhomx fit-toroq tagħna?", "F'pajjiżna għandna toroq li jinsabu fi stat mill-agħar.", "Tistħi timxi fit-triq għax ħlief skossi ma ssibx.", "U dawn il-problemi għad irridu nkomplu nisimgħu minnhom meta tibda tagħmel ix-xita u l-għargħar.", "Mela aħna nħallsu t-taxxi u nagħmlu s-sagrifiċċji biex nipprovaw nimlew il-ħofra li għandu dan il- gvern u l-gvern minflok jieħu ħsieb li l-poplu Malti jkun qed jieħu l- benefiċċju minn dan is-sagrifiċċju, imur jonfoq kif irid.", "Ħarsu lejn in- naħat tal-Kottonera u l-Fgura f'liema stat qegħdin!", "Hawnhekk ma jistax ikun jibqgħu jidħku bin-nies.", "Mr. Speaker, hemm ukoll id-daħka sfrenata tal-kontijiet tad-dawl u l- ilma.", "Ta' kuljum ikolli nies li jiġu juruni l-kontijiet li jirċievu fejn min kien iħallas kont ta' Lm30 illum il-ġurnata qed iħallas Lm80 u Lm60.", "Minkejja dan tan-naħa l-oħra jgħidu illi l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma raħħsuhom.", "Il-familji Maltin ma jilħqux iħallsu kont li ma jirċevux ieħor.", "Imbagħad hemm spejjeż oħra bħal per eżempju l-ispejjeż ta' l-uniformijiet.", "Mr. Speaker, il-gvern qed jagħlaq għajnejh għal kull problema.", "Il-poplu Malti għandu jkompli jsemma' leħnu u aħna d-deputati dak li qegħdin nagħmlu.", "Ma jistax ikun li l-gvern jorqod.", "Aħna għandna gvern li għajnejh miftuħin biss biex jara x'inhuma jgħidulu ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu qed ikun mirfus bl-updates ta' l-Unjoni Ewropea li qed ipoġġulna fuq il- Mejda tal-Kamra.", "U jiena nwissi lill-membri parlamentari nazzjonalisti li jekk se jkomplu jgħaffġu lill-poplu aħna se nkunu minn ta' quddiem biex noħorġu fit-toroq.", "Lill-gvern qed ngħidulu minn qabel biex ma jkomplix isawwat lill-familji.", "Fejn hi l-kuxjenza soċjali li kellhom tan-naħa l-oħra qabel l-elezzjoni?", "Fejn qegħdin il-benefiċċji li qed joħloq?", "Xejn, ħlief taxxi m'għamilx!", "U f'pajjiżna m'hawn xejn ħlief biża' għal wara l-ewwel tas-sena, meta dan il-poplu Malti se jkollu jerfa' fuq dahru piż addizzjonali ta' Lm35 miljun.", "Mr. Speaker, jiena nixtieq nappella biex qabel ma' l-ministri jsiefru u jaraw x'inhu jiġri barra, huma għandhom jaraw x'qed jiġri f'pajjiżna u jagħtu kas tal-familji Maltin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR SILVIO PARNIS: Mr Speaker, naħseb ikun xieraq li qabel jiġi ċċelebrat jum l-anzjani nitkellem daqsxejn dwar dan is-suġġett.", "Ma nixtieqx illi jum l-anzjani jkun bħal ġranet oħra u allura jkun tajjeb li nagħmlu r- riflessjonijiet tagħn u naraw x'inhuma l-problemi li qed jiltaqgħu magħhom l-anzjani llum.", "Jiena inżomm ħafna kuntatt ma' l-anzjani, sew ma' dawk li jinsabu fid-djar tagħhom, li ħafna minnhom ma jkunux joħorġu jew inkella jsibuha bi tqila biex fl-uffiċini tagħna u allura jkollna mmorru fid-djar tagħhom aħna, kif ukoll ma' anzjani li jinsabu rikoverati fir-residenza ta' San Vinċenz u fi djar oħra li huma mmexxija sew mill-istat u anke mill- knisja.", "Mr. Speaker, nibda l-ewwelnett biex f'ismi u anke f'isem il-Partit Laburista nsellem lill-ħaddiema f'dan is-settur li jaħdmu bil-għaqal u b'sagrifiċċju.", "Irrid ngħid li l-Partit Laburista għandu fiduċju fil- ħaddiema kollha li jaħdmu ma' l-anzjani li bit-tajjeb u bil-ħażin tagħhom qegħdin jgħinu biex l-anzjan tagħna jgħix ħajja iktar komda.", "Jien nipprova li f'dan il-parlament ma nkunx politiku f'kollox.", "Wara kollox fejn jidħlu l- anzjani żgur li ma tistax tkun politiku, pero' mill-banda l-oħra huwa dmir tagħna li nwasslu l-ilmenti ta' l-anzjani f'din l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż.", "Huwa dmir tagħna wkoll li ninformaw lill-anzjani tagħna dwar x'ikun ġara fuq l-ilmenti li jkunu qajmu.", "Mr. Speaker, sal-lejla stess meta kont qiegħed l-uffiċċju ġiet tkellimni anzjana li tieħu l-pilloli tal-pressjoni.", "Sa sentejn ilu dawn kienet tixtrihom 40c għal 100 pillola u llum spiċċat qed tixtrihom Lm2.80.", "Dawn huma affarijiet li l-anzjan jiltaqa' magħhom kuljum.", "Barra minn hekk l- anzjani jilmentaw ukoll dwar in-nuqqas ta' pilloli li jkun hemm fl- ispiżeriji tal-gvern.", "Sal-lum stess ħassejt li kelli nagħmel mistoqsija parlamentari lill-ministru tas-saħħa biex jgħid x'inhuma l-pilloli li jinsabu out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li mhux imbilli noqogħdu ngħidu f'din il-Kamra li l-anzjani huma sinjuri u ma jonqoshom xejn.", "Hemm anzjani li għandhom tliet pensjonijiet u hemm min għandu pensjoni waħda.", "Jiena dejjem niddefendi lil dawk l-anzjani li għandhom pensjoni waħda u li tant isibuha diffiċli biex dak li ma jsibux mill-ispiżeriji tal-gvern ikollhom jixtruh mill-ispiżeriji tal-privat.", "U qed ngħid dan biex jum l-anzjan, li dalwaqt jiġi ċċelebrat, ma jkunx ġurnata oħra fejn sempliċement ngħidu li ċċelebrajna jum l-anzjan.", "Irridu verament nifhmu u nkunu solidali mal-problemi li jiltaqgħu magħhom l- anzjani.", "Mr Speaker, insemmi wkoll in-numru ta' anzjani li jitolbu għas-servizz ta' home help.", "Ħafna minnhom jingħataw dan is-servizz u oħrajn jiġu jitkellmu miegħek u jgħidulek li t-talba tagħhom ma ġietx aċċettata.", "Jiena nħoss li min hu responsabbli għandu jmur id-dar ta' l-anzjani personalment biex l-assessment li jagħmel isir verament b'reqqa biex min ħaqqu għandu jieħu u min ma ħaqqux ma jeħux.", "Aħna ġieli ltqajna ma' anzjani li jkollhom darbtejn fil-ġimgħa CSA imbagħad xi darba oħra jkollhom seftura privata.", "Hawn min ma jistax iħallas għas-seftura privata.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi wkoll it-tant anzjani li huma mdejqa fid-djar tagħhom għax jinsabu waħedhom, huma morda u jixtiequ li jidħlu f'xi dar ta' l-anzjani u qegħdin isibu l-bibien magħluqa.", "Għal dawn l-anzjani jum l- anzjan hija ġurnata bħall-oħrajn, ġurnata oħra ta' tbatija.", "L-uniku mezz li hemm biex jidħlu fid-djar ta' l-anzjani huwa li jkellmu lis-segretarju parlamentari biex forsi jipprova jżellaqhom.", "Mhux l-ewwel darba li tkellimt miegħu dwar anzjani li jkunu qegħdin ibatu fid-dar tagħhom, u rrid ngħid li kien hemm talbiet li ġew aċċettati u oħrajn li ma ġewx.", "Rigward dawn l-anzjani rrid ngħid li Alla jħares ma jkunx hemm xi ħadd qrib tagħhom li forsi jeħdilhom xi ħaġa ta' l-ikel.", "Mr. Speaker, minn hawnhekk nixtieq insellem ukoll lill-ħaddiema tat- telecare li dejjem ħadmu b'lealta' lejn l-anzjan.", "Anke l-Partit Laburista ħadem ħafna għall-anzjani fis-sentejn li kien għamel fil-gvern un saħansitra kien bidel il-post minn fejn kienu l-ħaddiema tat-telecare għal post aktar deċenti.", "Nixtieq inressaq suġġerimenti li issa ili nressqu għal ħafna drabi biex issa li dieħla x-xitwa, jkun hemm karozza li ddur mal-blokk tar-residenza San Vinċenz de Paule, biex tkun tista' taqdi lill-qraba tal-pazjenti rikoverati hemmhekk.", "Ħafna minn dawk li jmorru jżuru lill-anzjani jkunu anzjani wkoll.", "F'dan il-pajjiż xi kultant lanqas aħna kapaċi nsolvu problema li ilha ġejja taħt diversi gvernijiet.", "Dawn huma affarijiet żgħar imma permezz tagħhom inkunu qegħdin nakkomodaw u nagħtu servizz aħjar lill- anzjani u lil qrabathom.", "Mr. Speaker, il-Partit Laburista qiegħed jipprepara biex meta jkun hu fil-gvern jara li l-miljuni kbar li qegħdin jintnefqu għall-anzjani jkunu qegħdin jintnefqu bil-għaqal.", "Il-Partit Laburista jemmen ukoll li lill- ħaddiem fuq il-post tax-xogħol trid tħallih kuntent u għalhekk se naħdmu biex lill-ħaddiema fis-segretarjat għall-anzjani nħalluhom kuntenti u nkunu nafu x'inhuma l-problemi tagħhom.", "Jekk dawn ikunu kuntenti, ikollhom kondizzjonijet tajbin u jħossuhom li fejn qegħdin jaħdmu hija t-tieni dar tagħhom l-anzjani jieħdu servizz tajjeb.", "Jiena mmur San Vinċenz u nitkellem mal-familji ta' dawn l-anzjani, nidħol fi djar privati u anke tal-Knisja u nisma' ħafna ilmenti li jien persważ li wieħed ma jiħux pjaċir bihom.", "Meta l-Partit Laburista jkun fil-gvern żgur irid jassigura illi b'mod speċjali ġewwa San Vinċenz ikollok iktar indafa u ambjent sabiħ.", "Irridu naraw li l- ikel li jiġi mogħti lill-anzjani ikun ikel li jixirqilhom u li jiġi preżentat kif normalment ikun ippreżentat id-dar.", "Irridu niftakru li l- anzjan li jinsab fis-sodda jew marid forsi m'għandux leħen biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu u għalhekk jridu jkunu l-ħaddiema li jagħtu sehem aħjar lill-anzjani.", "Biex nagħlaq nixtieq nappella biex flimkien niddiskutu t-tajjeb u l-ħażin li spiss nitkellmu fuqu biex jum l-anzjani li se jiġi ċċelebrat ftit tal- ġranet oħra ma tkunx ġurnata bħall-oħrajn.", "B'dan il-mod anke dak l-anzjan li xtaq xi ħaġa u ma nqediex ikun jista' jgħidu li għallinqas ir- rappreżentanti li tella' - li kull wieħed u waħda minnha qiegħed misluf hawnhekk għal ftit taż-żmien - qegħdin iwasslu il-leħen tagħhom qiegħed jasal fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Nawgura jum l-anzjan it-tajjeb lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Settembru, 2000 fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBJENT - KONSULENTI", "18449.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18075?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba hija din:", "|Konsulen|Qasam |Tip ta' |Ħlasij| |ti | |Xogħol |iet | |Barranin| | | | |MVA (UK)|Dipart|Site |GBP | | |iment |Surveys,|9,015 | | |tal-Bi|'transy |u | | |ni u |analysis|Lm100 | | |Inġine|' u |spejje| | |rija |apport. |ż | | | |Dan | | | | |ix-xogħo| | | | |l | | | | |jikkompr| | | | |endi | | | | |jumejn | | | | |ta' site| | | | |survey' | | | | |u erba' | | | | |ġimgħat | | | | |għall-pr| | | | |eparazzj| | | | |oni | | | | |tar-rapp| | | | |ort | | |Cassar, |Sezzjo|Master |Lm174,| |Grech & |ni |Plan |000 | |Ebejer,K|għall-|tad-Dren| | |OCKS |Implim|aġġ | | |Gmbh |entazz|għat-Tra| | | |joni |muntana | | | |tal-Ma|ta' | | | |ster |Malta | | | |Plan | | | | |tad-Dr| | | | |enaġġ | | | |Cassar, |Sezzjo|Master |Lm280,| |Grech & |ni |Plan |000 | |Ebejer,K|għall-|tad-Dren| | |OCKS |Implim|aġġ | | |Gmbh |entazz|għan-Nof| | | |joni |sinhar | | | |tal-Ma|ta' | | | |ster |Malta u | | | |Plan |mistenni| | | |tad-Dr|jkopri | | | |enaġġ |sas-sena| | | | |2005 | | |Dorsh |Sezzjo|Project |Lm608,| |Consult |ni |Manageme|000 | | |għall-|nt fuq | | | |Implim|il-Maste| | | |entazz|r Plan | | | |joni |tad-Dren| | | |tal-Ma|aġġ | | | |ster | | | | |Plan | | | | |tad-Dr| | | | |enaġġ | | | |COWI |Sezzjo|Disinn |Lm | |Consult |ni |finali |35,600| | |għall-|ta' | | | |Implim|l-impjan| | | |entazz|t | | | |joni |għat-tis| | | |tal-Ma|fija | | | |ster |tad-Dren| | | |Plan |aġġ | | | |tad-Dr|fit-Tram| | | |enaġġ |untana u| | | |Master|Għawdex | | | |Plan | | | | |tad-Dr| | | | |enaġġ | | | |Theatre |Rehabi|Konsulen| | |Projects|litati|za | | |Ibbażat |on of |għat-Tea| | |fuq |St. |tru | | |spejjeż |James |tal-Kava| | |Consulta|Cavali|llier | | |nts u |er |ta' San | | |numru | |Ġakbu | | |ta' | | | | |sigħat | | | | |Frank |Rehabi|Konsulen|FF | |Franjue |litati|za |80,000| | |on |fid-dwal| | | |Projec|fuq | | | |t |il-pavim| | | | |entar | | | | |ta' Triq| | | | |ir-Repub| | | | |blika | |", "ĊILINDRI TAL-GASS - REGOLAMENTI", "18471.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13748, jista' l- Ministru jieħu l-passi biex ħanut ta' l-ikel Tork li jinsab fi Triq Mrabat, kantuniera ma' Triq Rudolfu f'Tas-Sliema, issirlu spezzjoni minħabba rapporti li wassluli ta' ħażniet taċ-ċilindri tal-gass li qiegħed iżomm f'fond biswit l-istess ħanut?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li fl-20 ta' Lulju, 2000 saret spezzjoni fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Irriżulta li s-sitt ċilindri tal-gass li kien hemm fil-post kienu kollha għall-użu u għalhekk ma kien hemm ebda ċilindri żejda.", "SKOLA SAJF - STUDENTI", "18539.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li bdew jattendu l- iskola sajf din is-sena?", "X'kien l-istess numru għas-sena '99, '98 u '97?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li ħadu sehem fi Skola Sajf kien:", "|SENA |NUMRU TA' STUDENTI | | | | |1997 |4559 | |1998 |3840 | |1999 |3945 | |2000 |4002. |", "AXMB BOARD - ESPORTAZZJONI", "18540.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid huwiex mistenni li l-bord (AXMB) jiddiskuti l-pożizzjoni ta' l-MRL's fuq l-esportazzjoni tal-ħxejjex u frott lejn il- pajjiżi ta' l-UE?", "Hemm xi kummissjoni maħtura mill-bord biex tistudja dan it-tibdil?", "Jekk iva, minn min hija ffirmata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "10311 ħlief li mhux il-kompitu tal-agricultural export marketing board li jidħol f'dan is-suġġett iżda d-dipartiment tal-agrikoltura għandu uffiċjali mħarrġa f'dan il-qasam u għaldaqstant huma fid-dmir li jaġġornaw u jiggwidaw lill-ministeru tal-agrikoltura u sajd dwar dawn l-iżviluppi.", "Pero' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li meta nitkellmu fuq l-MRL's tajjeb li nżommu quddiem għajnejna l-interessi ta' saħħa tal- konsumatur Malti.", "SAĦĦA - TYPHUS", "18542.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rriżulta li kellhom Typhus matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "X'kien l-istess numru għas-sena '99, '98 u '97 għall-istess perijodu?", "Minn liema nħawi f'Malta ġejjin dawn il- persuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat illi n-numru ta` każijiet ta` Typhus irrapportati fit-taqsima tħaris tal-mard matul l-ewwel sitt xhur ta` din is- sena kien ta` sebgħa.", "Matul l-ewwel sitt xhur fl-1999, fl-1998 u fl-1997 in-numru ta` każijiet ta` Typhus irrapportati kien ta` 10, 15 u 14 rispettivament.", "Il-lokalitajiet li fihom seħħew dawn il-każijiet huma kif indikati fit- tabella hawn taħt:", "|LOKALITA` |1997 |1998 |1999 |2000 | |Baħar |- |- |1 |- | |iċ-Ċagħaq | | | | | |Birkirkara|1 |2 |- |- | |Birżebbuġa|1 |- |1 |- | |Bormla |1 |- |- |- | |Buġibba |- |- |1 |- | |Fgura |1 |- |1 |- | |Gudja |2 |1 |1 |- | |Għajnsiele|- |- |- |1 | |m (G) | | | | | |Għaxaq |- |1 |- |- | |Kalkara |- |1 |- |- | |Kappara |- |- |- |1 | |Kerċem |- |1 |- |- | |M |1 |- |- |- | |arsascala | | | | | |Marsaxlokk|- |1 |- |- | |Nadur (G) |- |- |1 |- | |Naxxar |- |1 |1 |- | |Qala (G) |1 |- |- |- | |Qawra |1 |1 |- |- | |Qormi |- |- |1 |- | |Rabat |2 |1 |- |1 | |Siġġiewi |- |- |1 |1 | |Slie ma |- |1 |- |- | |Swieqi |1 |- |- |- | |Tarxien |- |- |1 |- | |Valletta |- |1 |- |- | |Xagħra (G)|1 |- |- |1 | |Xlendi (G)|- |1 |- |- | |Żabbar |- |- |- |1 | |Żejtun |1 |- |- |- | |Żurrieq |- |2 |- |1 |", "MALTA/LIBJA - LAQGĦAT", "18543.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17921, jista' l- Ministru jgħid għal-liema diskussjonijiet qed jirreferi jekk humiex għal dawk preċedenti jew għad-diskussjonijiet li għamel huwa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru 17921 irriferejt għad-diskussjonijiet li saru mill-5 ta' Settembru, 1998 l'hawn.", "DAWL - QTUGĦ", "18544.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ tal-provvista tad-dawl fir-Rabat Malta nhar it-Tlieta, 18 ta' Lulju, 2000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-qtugħ li kien hemm fil-provvista ta' l-elettriku fir-Rabat, Malta fit-18 ta' Lulju li għadda, kien kaġunat minn ħsara f'żewġ cables separati taħt l-art fuq is-sistema ta' l-11KV.", "DAWL - QTUGĦ", "18547.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Mosta nhar l-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-qtugħ fil-provvista ta' l- elettriku li kien hemm fil-Mosta u nħawi oħra fid-data msemmija seħħ minħabba li iżolaturi fuq il-linja numru tnejn tas-sistema tat-33KV tkissru x'aktarx b'tiri ta' senter.", "Għalkemm ma jistax jingħad fi żgur, probabbli li l-qtugħ kien kaġunat minn titi ta' senter peress li nstabu xi skrataċ fl-art fejn saret il- ħsara.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KONSULENTI", "18559.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 18063, kif jaf sew il-Ministru, tikkonċerna infiq pubbliku li parti sostanzjali minnu jitħallsu mit-taxxi li jħallas iċ-ċittadin, u peress li mhux magħruf min kienu, f'kull każ, dawn l-esperti, x'xogħol għamlu u xi ħlas u kundizzjonijiet irċevew jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba peress li kemm il-Kamra kif ukoll il-pubbliku għandhom dritt ikunu jafu kif u fejn qed jintefqu flushom?", "Jaħsibx jew le li dan huwa parti mill- proċess ta' trasparenza fl-infiq pubbliku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari nri.", "18447 waqt is-Seduta Nru. 367 ta' dalgħodu u 18448 waqt din l-istess seduta.", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "18569.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati/ingaġġati nies fil-kumpless tal- Pixxina Nazzjonali mis-26 t'Ottubru 1998 sal-lum?", "X'inhu l-impjieg tagħhom?", "Fulltime jew part-time?", "Kemm qed jitħallsu?", "Minn fejn huma dawn il-ħaddiema?", "Saru avviżi fil-ġurnali għall-ingaġġ tagħhom u kien hemm il- permess ta' l-ETC?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dati ta' l-avviżi u r-riferenza tal-permess relevanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għall-ewwel parti tad-domanda nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 17820.", "Dawn l-impjegati kollha ġew ingaġġati mill-ETC.", "Għalhekk ma kienx hemm bżonn ta' avviżi fil-ġurnali.", "Il-ħaddiema tal-pixxina nazzjonali jitħallsu dawn il-pagi.", "|Deckhand |Lm 59 | | |fil-ġimgħa | |Cleaner |Lm 56 | | |fil-ġimgħa | |General Hand |Lm 64 | | |fil-ġimgħa | |Front Office |Lm284 fix-xahar| |Staff | |", "POLITIKA SOĊJALI - KONSULENTI LOKALI", "18579.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18099?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 18579 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "FINANZI - KUNTRATTI", "18636.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li suppost jiġu segwiti meta f'xogħol fuq kuntratt pubbliku jiżviluppaw varjazzjonijiet qawwija fuq il-prezz oriġinali li bih il-kuntratt ikun intrebaħ?", "Kemm qed jiġu segwiti dawn il- proċeduri?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li varjazzjonijiet barra l-limitu tal-kondizzjonijiet tat-tender huma dejjem regolati mill- Public Service (Procurement) Regulations 1996 - Legal Notice 70/99.", "Il- klawsola relattiva 5(2) (m) taħt ir-Raba' (4) skeda tistabillixi dawn ir- regolamenti li ġejjin:-", "Ir-RABA SKEDA' (Regolament 5 (2) (m)) Ordnijiet ta' Varjazzjoni", "|1. |F'kull każ meta tenħtieġ | | |approvazzjoni għal ordnijiet | | |ta' varjazzjoni għandha | | |tinkiseb mid-Direttur qabel | | |ma ssir xi rabta bejn | | |id-dipartiment jew | | |organizzazzjoni pubblika u | | |l-kuntrattur. | |2. |Meta tintalab dik | | |l-approvazzjoni, | | |id-dipartiment jew | | |organizzazzjoni pubblika | | |għandhom jippreżentaw | | |dokument li fih jispeċifikaw | | |ir-raġuni u l-kawża ta' dik | | |il-varjazzjoni, l-effett fuq | | |in-nefqa totali ta' l-offerta| | |u kull effett fuq in-nefqa | | |rikorrenti li tirriżulta. | |3. |Fl-għoti jew fir-rifjut ta' | | |talba bħal dik għal | | |varjazzjoni, id-Direttur | | |għandu jispeċifika xi tkun | | |l-opinjoni tiegħu dwar jekk | | |dik il-varjazzjoni setgħetx | | |ġiet evitata u l-proċedura li| | |għandha tiġi segwita | | |fil-ġejjieni mid-dipartiment | | |jew mill-organizzazzjoni | | |pubblika sabiex tiġi evitata | | |rikorrenza. | |4. |Id-Direttur għandu jżomm | | |dokumentazzjoni sħiħa ta' | | |talbiet għal varjazzjoni | | |inkluż isem il-kuntrattur | | |involut u dettalji ta' dawk | | |id-dokumenti speċifikati | | |fil-paragrafi 2 u 3 ta' din | | |l-Iskeda. |", "Dawn il-proċeduri huma invarjabbilment segwiti mid-direttur tal-kuntratti fil-każ ta' kull kuntratt publiku li jkun ingħata minnu.", "(Fejn ikun neċessarju jittieħed il-parir tal-adviser tekniku tal-kumitat tal- kuntratti).", "Varjazzjonijiet fuq kuntratti dipartimentali jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-ministru konċernat, jew id-delegat tiegħu.", "Tali varjazzjonijiet barra l-limitu tal-kondizzjonijiet tat-tender, jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern sa mhux aktar tard minn erba' xhur minn meta jkunu ġew approvati.", "PULIZIJA", "18637.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fl-inħawi ta' Paceville, Pembroke, San Ġorġ u Swieqi biex ikun hemm preżenza aktar qawwija tal-pulizija f'dawn ix- xhur tas-sajf biex jitrażżan l-abbużi u l-ksur tal-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi, bħalma kien sar is-sena l-oħra, matul ix-xhur tas-sajf żdiedu l-patrols f`dawk il-lokalitajiet l-aktar frekwentati matul ix-xhur tas-sajf.", "Barra minn dan, fl-inħawi ta`Paceville, żdieded il-preżenza tal-Pulizija matul il-ħinijiet ta` filgħaxija, kif ukoll ġiet introdotta mobile police station sabiex jinqdew aħjar il-ħteġijiet ta` din il-lokalita`.", "SWIEQI - PJAN LOKALI", "18639.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Biex jitwettqu l-proposti li hemm fil-pjan lokali tas-Swieqi li l-ħwienet jiġu kkonċnetrati flimkien flok jibqgħu mxerrda qalb ir-residenti, se jittieħdu xi passi li jolqtu ħażin lill-ħwienet eżistenti jekk ma jaċċettawx li jmorru fejn se jiġu kkonċentrati l-ħwienet il-ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma wieħed jista` jifhem il-pjan lokali jinkludi diversi tipi ta` policies – dawk illi jobbligaw implimentazzjoni minn xi aġenzija – filwaqt li oħrajn iservu biex ikunu ta` gwida meta jkun hemm applikazzjonijiet ta` żvilupp (enabaling policies).", "Dan ifisser li implimentazzjoni ta` polices bħal dawn iseħħu fuq mhedda itwal ta` żmien.", "Dan allura ifisser illi s-sidien eżistenti tal-ħwienet ma jkunux effetwati.", "DWANA - SPEĊI PROTETTI", "18641.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fl-aħħar sentejn kemm inqabdu persuni mill-uffiċjali tad- Dwana huma u jipprovaw idaħħlu Malta speċi protetti?", "X'tip ta' speċi: rettili, tjur u annimali kienu qed jipprovaw idaħħlu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn kien hemm 29 persuna li ttellgħu l-qorti għax inqabdu mill- uffiċjali tad-dwana huma u jippruvaw idaħħlu Malta speċi protetti:", "L-ispeċi maqbuda kienu :", "195 frieken 652 għasafar ħajjin 216 ġlud tal-għasafar 7 rettili ħajjin", "GĦAWDEX", "18643.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Minn Settembru 1998 sal-lum, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f'Għawdex li għaddew bord mediku biex ma jkomplux jaħdmu u jieħdu l-benefiċċji soċjali?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li minn Settembru 1998 sas-26 ta' Lulju 2000 kien hemm 36 impjegat fil-Ministeru għal Għawdex li għadda bord mediku.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "18699.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-ċivil li għalqu l-61 sena u għadhom jaħdmu mal-gvern taħt xi forma jew oħra?", "X'qed jagħmlu fix-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li għandhom 'l fuq minn 61 sena, u li qed jaħdmu mal-gvern illum huwa ta' 88.", "Lista li turi d-dettalji tax-xogħol li kull wieħed minnhom qiegħed jagħmel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PRODOTTI - TNEĦĦIJA TA' LEVY", "18972.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti l-kwantita' (fejn japplika) u l-valur importat skond il-Code Number u l-artiklu bejn Jannar u Awwissu ta' l-1999 u l-2000 rispettivament ta' dawk il-prodotti kollha li fuqhom ġiet imneħħija l-levy on imported goods fi żmien din l-amministrazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Tajjeb jingħad li l-informazzjoni għax- xhur ta' Lulju u Awissu 2000 għadha qed tinġabar.", "LETTERS OF COMFORT/BANK GUARANTEES", "18973.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista dettaljata skond il-benefiċċjarji, ta' letters of comfort/Bank guarantees li ta l-Gvern, kif kienet fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena bejn l-1979 u l-1995 (iż-żewġ dati inklużi)?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "PROFITTI", "18974.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista dettaljata skond l-azjenda tal-profitti akkumulati u li jappartjenu għas-sehem tal-gvern fl-azjendi u entitajiet parastatali skond il-kontijiet awditjati tagħhom għas-sena 1987?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "POSTERITY FUND - FONDI", "18975.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm intużaw fondi mill-gvern, mill-Posterity Fund kull sena mill-1998 'il quddiem?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul is-snin imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, ma ntużaw l-ebda fondi mill-hekk imsejjaħ posterity fund.", "FINANZI - AMMONTI DOVUTI", "18976.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti stima raġjonevoli ta' l-ammonti dovuti mill-Gvern (inklużi ammonti kontestati jew li l-kontijiet relattivi kienu għadhom ma waslux għand il-Gvern) fil-31.", "12.", "99 rigward: (a) akkwist ta' proprjeta' għal skopijiet pubbliċi; (b) refunds ta' Income Tax/CET - VAT, taxxi oħra bħal Dwana u Sisa; (ċ) ammonti dovuti/arretrati taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali; (d) arretrati ta' pagi, overtime, allowances u pagamenti oħra li jaqgħu taħt il-personal emoluments; (e) kontijiet oħra li jaqgħu taħt: operational and maintenance expenses; programmes and initiatives; contributions to government entities; proġetti kapitali; u contingent liabilities oħra li l- gvern jista' jkollu jagħmel tajjeb għalihom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont dovut mid- dipartiment tat-taxxi sal-31.12.99 rigward refunds ta' income tax kien ta' Lm18.27 miljun.", "Dan l-ammont kien kollu dovut għas-sena 1998 u s-snin ta' qabel.", "Mis-sena 1999 'il quddiem, taħt is-sistema tas-self assessment, ir- refunds jitħallsu mal-ħruġ tar-rendikont jiġifieri fi żmien 6 xhur mid-data tat-tax return.", "L-ammont totali ta' kreditu eċċessiv mitlub minn persuni reġistrati taħt it-tliet sistemi tal-VAT u tas-CET u li kellu jitħallas fix-xhur ta' wara fiż-żmien stipulat bil-liġi kien ta' Lm14,328,720.57.", "Dan l-ammont inbidel maż-żmien skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati bgħatu sakemm ġie biex jitħallas il-kreditu eċċessiv.", "Skond ir-record tad-dipartiment tad-dwana, ma jirriżultax li hemm xi ammonti dovuti mid-dipartiment rigward dak li hu msemmi f'(a), (b), (c), (d) u (e) tal-mistoqsija.", "Hija proċedura doganali li ammonti jiġu depożitati mad-dipartiment f'każ ta' dubbju ta' klassifika ta' prodotti, fl-assenza ta' ċertifikati ta' oriġini, f'importazzjonijiet temporanji u f'xi każi oħra.", "Billi din hi proċedura normali, l-ammonti depożitati mad-dipartiment mhumiex ikkonsidrati bħala ammonti ikkontestati.", "F'każ ta' talbiet għal rifużjoni ta' dazju jew levy, dawn huma normalment issetiljati fi żmien raġjonevoli billi dejjem ikun hemm fondi disponibbli għar-rifużjoni tagħhom.", "Dawn il-każijiet ikunu issetiljati billi l-ammonti jiġu mogħtija lura lill-importatur jew mgħoddija bħala revenue.", "Bħalma jsir kull sena, qabel għalqet is-sena 1999, id-dipartimenti kollha tal-gvern ġew imħeġġa jħallsu l-kontijiet li seta kellhom pendenti (basta jkunu ċertifikazzjoni etc, il-proċeduri meħtieġa saru matul din is-sena u pagamenti relattivi għalhekk saru fix-xhur li għaddew din is-sena.", "Fil- fatt, il-pożizzjoni llum hi tali li pagamenti jiġu pproċessati mid- dipartimenti fiż-żmien proprju tagħhom wara li jkunu ċertifikati korretti.", "Fil-każ ta' spejjeż kapitali, hemm każ pendenti tat-toroq li l-claims relatati tiegħu jammontaw għal Lm2.1 miljuni.", "Bħala contingent liabilities wieħed jista' jsemmi l-art li għaddiet għand il-gvern u li għaliha, għal xi raġuni jew oħra, ma tkunx għadha nħarġet in-notice to treat.", "Każijiet pendenti mill-1972 'il hawn jammontaw għal madwar Lm33 miljun.", "Fil-każ ta' spejjeż rikorrenti, hemm spejjeż pendenti ta' madwar Lm200,000 marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju.", "Dawn issa qed jitħallsu u hu maħsub li l-kontijiet dwar dan is-suġġett jingħalqu qabel l- aħħar ta' din is-sena.", "Fl-aħħarnett, ammonti dovuti oħra jirrigwargjaw spejjeż mediċinali.", "Qed isir arrangament bejn il-ministeru tal-finanzi u l- management ta' l-Isptar biex ftit aktar minn Lm2 miljun jitħallsu sa l- aħħar ta' din is-sena.", "Il-mistoqsijiet (a) u (ċ) ma jikkonċernawx il-ministeru tiegħi.", "BANK ĊENTRALI - TREASURY CASH BOOKS", "18977.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta beħsiebu jirrikonċilja u jiċċertifika l-bilanċi skond it-treasury cash book mal-bilanċi sottomessi mill-Bank Ċentrali rigward: cancelled drafts li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Awwissu 1999; remittance stataments li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Lulju 1997; cheque reconciliations li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Settembru 1994; unpresented drafts li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Settembru 1994; credit notes li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Ġunju 1992; u debit notes li f'Ottubru 1999 kienu l-aħħar rikonċiljati sa Awwissu 1998?", "U kemm hi d-diskrepanza preżenti f'kull każ sal-31.12.99?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. interpellant illi figuri mogħtija f'dan l-istadju ikunu superfluwi billi dawn jista' jkollhom jigu riveduti peress li l-proċess kollu qed isir manwali.", "Xogħol bħal dan jeħtieġ sistema komputerizzata u jinvolvi numru ta' aġġustamenti.", "Għaldaqstant, figuri eżatti ikunu jistgħu jingħataw meta jingħalqu ix-xhur rispettivi.", "L-ispecifcations tas-sistema tal-bank reconciliation gew iffinalizzati u għandhom jiġu implimentati appena jigu kompluti progetti oħra li għaddejjin bħalissa.", "SKEJJEL - GRADI", "18986.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija numru 17730 jista' l-Ministru jagħti l-gradi f'kull suġġett ta' l-2,446 student/a li għaddew?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll il-gradi ta' dawk li għaddew minn xi suġġett jew aktar iżda mhux mill-ħamsa li huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-2,446 student/a li għaddew mis-suġġetti kollha fl-eżami għad-dħul fl-ewwel klassi tal-junior lyceum 2000 ġabu l- gradi kif ġej:", "GRAD MALTI INGLIŻ MATEMATIKA RELIĠJON STUDJI SOĊJALI", "A 305 279 267 429 264 B 897 923 887 847 1029 C 1235 1244 1292 1149 1146 Eżenti 9 0 0 21 7 TOT 2446 2446 2446 2446 2446", "Il-gradi ta' dawk li għaddew minn xi suġġett jew aktar iżda mhux mill-ħames suġġetti huma kif ġej:", "GRAD MALTI INGLIŻ MATEMATIKA RELIĠJON STUDJI SOĊJALI", "A 1 1 2 4 0 B 55 42 37 67 54 C 1050 234 334 1856 1333 D 867 1175 958 224 636 E 236 770 889 49 197 Eżenti 8 0 0 21 8 Assenti 59 63 65 64 57 TOT 2285 2285 2285 2285 2285", "GOZO CHANNEL - ĦADDIEMA", "18987.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija numru 17961, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi rapport dwar il-bżonn li jiġu impjegati aktar ħaddiema mal-Gozo Channel?", "Jekk iva, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk le, tista' tgħid min ħa din id-deċiżjoni li jiġu impjegati dawn il-ħaddiema?", "Tista' tgħid ukoll qabel ġew impjeagti dawn il-ħaddiema, min kien qed jagħmel dan ix-xogħol?", "Ġew impjegati ħaddiema oħra mill-mistoqsija msemmija hawn fuq sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li saru diversi rapporti jew talbiet dwar il-bżonn li jiġu mpjegati aktar ħaddiema mal-Gozo Channel fi gradi differenti.", "Dawn jinkludu:", "(i) Ittra mibgħuta mill-Malta Maritime Authority datata 28 ta' Jannar 1998 dwar \"Safe Manning\" fuq il-vapuri tal-Gozo Channel.", "(ii) Ittra mibgħuta mill-Gozo Channel lic-chairman tal-MIMCOL datata 9 ta' Diċembru 1998.", "(iii) Ittra mibgħuta mill-fleet management executive tal-Gozo Channel lic- chairman ta' l-istess kumpannija, datata 15 ta' Frar 1999 fuq \"staff requirements\".", "(iv) Ittra mibgħuta mill-Gozo Channel lic-chairman tal-MIMCOL datata 5 ta' Marzu 1999 fuq \"staff manning concept - requirement of additional personnel\".", "(v) Ittra mibgħuta mill-Gozo Channel liċ-chairman tal-MIMCOL datata 17 ta' Mejju, 1999 fuq l-istess suġġett.", "(vi) Rapport tal-MISCO datat Lulju 1999.", "Jiena nformata li r-rapport tal-MISCO huwa ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma nħossx li għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Id-deċiżjoni li jiġu mpjegati dawn il-ħaddiema ttieħdet mill-kumpannija Gozo Channel wara li ġabet il-permessi meħtieġa u applikabbli għall- kumpanniji parastatali.", "Qabel ġew impjegati dawn il-ħaddiema ix-xogħol tagħhom kien isir kif ġej:", "|General Manager|- |Mic-Chairman | | | |tal-Kumpanija | |Financial |- |Minn ħaddieħor | |Controller | |li jew rriżenja| |Accounts | |jew ġie | |Manager | |trasferit għal | |Accounts/Payrol| |xogħol ieħor | |l Clerk | |fil-Kumpanija. | |Customer | | | |Service | | | |Operators | | | |Terminal | | | |Assistants | | | |Handymen | | | |Business |- |Dawn huma gradi| |Development | |ġodda | |Manager | |fil-Kumpanija u| |Engineering | |ġew impjegati | |Manager | |biex jittejjeb | |Catering | |is-servizz | |Executive | | | |Customer | | | |Service | | | |Officers | | | |Cabin | | | |Attendants | | | |Masters |- |Dawn huma gradi| |First/Deck | |ġodda | |Officers | |fil-kompitenza | |Chief Engineers| |minħabba | |Electronic | |is-\"Safe | |Engineers | |Manning\" fuq | | | |il-vapuri | | | |l-ġodda u | | | |l-apparat. | |Seamen |- |Minn l-istess | | | |grad jew | | | |bis-sahra jew | | | |mil-leave mhux | | | |mehud. |", "Qed inpoġġi l-lista tal-ħaddiema li ġew impjegati mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-20 ta' Settembru, 2000 inklużi dawk li ġew impjegati mill-1 ta' Lulju sal-ġurnata tal-lum, fuq il-Mejda tal-Kamra.", "CHILD CARE ALLOWANCE", "18988.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li ċ-child care allowance bħal dik mogħtija liċ-chairperson ta' l- awtorita' tad-djar, tinfirex fuq ħaddiema oħra fiċ-ċivil u fil- korporazzjonijiet u l-awtoritajiet oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-gvern huwa favur miżuri li jgħinu lin-nisa jintegraw fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma jxellfu r-responsabbilta' tagħhom lejn il-familja.", "Hemm lista ġmielha ta' miżuri li l-gvern wettaq, fosthom il-maternity leave u l-parental leave sa massimu ta' erba' snin.", "Dan il-ministeru għandhu politika li tħeġġeġ iż-żieda tas-servizzi għal child care u jfaħħar dawk l-ażjendi li juru bil-fatti li huma jaċċettaw ukoll dan il-prinċipju.", "ĦAMRUN - VICTOR TEDESCO STADIUM", "18989.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istadjum ta' kif il-gvern jista' jgħin fit-tkomplija ta' Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ħareġ flus il-gvern għal dan l-istess ground?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-ISPORT - ĦADDIEMA", "18990.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarji tagħhom mid-dipartiment ta' l-isport u jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra għandhom fix-xahar u f'liema grad qegħdin u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-ħaddiema li huma on loan, on secondment, jew inkella t-trasferiment tagħhom għadu mhux uffiċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija parlamentari nru.", "18991.", "DIPARTIMENT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IMPJEGATI", "18991.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarji tagħhom mid-dipartiment taż-żgħażagħ u jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra għandhom fix-xahar u f'liema grad qegħdin u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-ħaddiema li huma on loan, on secondment jew inkella t-trasferiment tagħhom għadu mhux uffiċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li hi l-prassi u lanqas jidhirli li amministrattivament jagħmel sens li d-dipartimenti tal-gvern jippubblikaw it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru.", "Filwaqt li l-kumitat parlamentari tal- kontijiet pubbliċi dejjem jista' jindaga materji fil-kompetenza tiegħu, l- Onor. Membru jista' wkoll jagħmilli mistoqsijiet fuq punti li huma speċifiċi.", "IMPJIEGI - PERSUNI JAĦDMU BLA PERMESS", "19013.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu barranin jaħdmu bla permess f'dawn l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena?", "F'liema settur kienu qed jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - STUDENTI", "19015.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti, sena b'sena, li jattendu fl-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Fgura u Xgħajra?", "Kemm hu n-numru ta' għalliema għal kull skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "IMPJIEGI - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "19017.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Kemm minnhom qabdu jaħdmu tul din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Lulju 2000 kien ta' 302.", "Minn Ottubru 1999 sa Lulju 2000 il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet xogħol għal 24 persuna b'diżabilita'.", "GWARDJANI LOKALI", "19019.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-permess li jaħdmu bħala gwardjani lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sa l-aħħar ta' Awwissu 2000 kien hemm 166 persuna li ngħatalha l-permess biex taħdem bħala gwardjan lokali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "19020.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid- Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, xahar b'xahar minn Jannar 2000 sa Awissu, 2000?", "Fejn kienu l-postijiet allokati?", "Minn fejn kienu l-persuni li ġew allokati dawn il-postijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "19021.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awissu?", "X'tip ta' kontravenzjoni saru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi għat- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "VRT TEST - GARAXXIJIET", "19044.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-garaxxijiet f'Malta u Għawdex li għandhom il-permess li jagħmlu t-testijiet tal-VRT?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR MONTE CARMELI - SECLUSION UNIT", "19046.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il darba saret ħsara fis-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli u minn meta infetħet?", "Xi ħsara saret u kemm kien il-valur ta' ħsara f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MONTE CARMELI - SECLUSION UNIT", "19050.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid li wara li pazjent weħlitlu idejh fit-toilet tas-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli u li kellhom jinġiebu l-membri tal-protezzjoni ċivili ħalli jkissru t-toilet biex jeħilsulu idejh, jekk sarux toilets alternative ħalli din l-istorja ma tirrepetix ruħha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR MONTE CARMELI - SECLUSION UNIT", "19055.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il darba minn meta nfetħet is-seclusion unit fl-Istpar Monte Carmeli ddaħlu fiha pazjenti ta' anqas minn 16-il sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PROTEZZJONI ĊIVILI - SERVIZZI MEDIĊI", "19063.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret bejn id-dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili u l-Federazzjoni għas-servizzi mediċi dwar il-pjani ta' protezzjoni għal kontra l-ħruq, fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "Jekk fl- affermattiv, x'suġġerimenti saru min-naħa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq dan is-suġġett?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-ewwel konsultazzjoni saret ma` Skanska Ltd. għall-bidu tas-sena 1999 fejn ġew diskussi diversi punti fosthom:", "· water supplies for fire fighting · accessibility for fire vehicles and fire fighters · internal fire fighting equipment and compartments · arrival time and number of fire fighters to be on site", "Ninsab informat ukoll li saret konsultazzjoni oħra permezz ta` applikazzjoni nru.", "PA 2498/99 tal-Planning Authority fl-10 ta` April, 2000 u applikazzjoni nru.", "PA 4549/00 riċevuta riċentement fejn se jingħataw ir- rakkomandazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "FEDERAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI", "19066.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm riżenji jew kuntratti mhux imġedda fil- Federazzjoni għas-Servizzi Mediċi mill-1 ta' Jannar 2000 u llum?", "Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li rriżenjaw?", "Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TUG MALTA - ĦADDIEMA", "19076.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-kumpannija Tug Malta toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għal reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda fix-xhur li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "VALLETTA - APPARTAMENTI", "19077.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jinxtraw l-appartamenti f'76, Triq San Nikola, Valletta mill- inkwilini li jgħixu fihom?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - LIFT", "19078.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilta' li l-Awtorita' tad-Djar tinstalla lift fl- appartamenti li ġejjin:", "i) Block D1 Housing Estate, Tax-Xbiex. ii) 131, Triq San Pawl, Valletta. iii) 48, Triq l-Arċisqof, Valletta. iv) 18, Triq il-Punent, Valletta.", "Meta hu maħsub li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI", "19113.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li f'Birżebbuġa jsiru faċilitajiet sportivi bħal 5 aside?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRŻEBBUGA - BENGĦAJSA", "19114.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' twessigħ u kisi tal-wiċċ ta' Triq Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa, Birżebbuga, waqaf ħesrem u ilu hekk wieqaf mis-sena 1989?", "Jista' jgħid meta l-aħħar naqra li fadal se tiġi konkluża?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa' għamel survey biex jistabilixxi x'xogħol għad baqa xi jsir biex ix-xogħol ikun jista' jitwettaq skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu quddiemu d- dipartiment.", "ĊENTRU TA' REKREAZZJONI", "19115.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li jinfetaħ ċentru ta' rekreazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru li jkun aktar speċifiku fil- mistoqsija tiegħu.", "ĊENTRU GĦALL-ANZJANI", "19116.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li f'Birżebbuġa jinfetaħ ċentru għall-anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻURRIEQ - DAWL", "19117.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li t-triq il-ġdida fi Triq it-Torri, Zurrieq: tiġi mdawla stante li hija mudlama; u li l-vultaġġ elettriku jkun stabbli?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.", "ZURRIEQ - TRIQ SAN BASTJAN", "19118.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq San Bastjan fiż-Zurrieq tingħata wiċċ peress li l-istat tagħha huwa wieħed ħażin ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma jirriżultax li hemm Triq San Bastjan fiż-Żurrieq, għalhekk nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħti informazzjoni aħjar.", "STA.", "LUĊIJA - ĠIBJUN", "19119.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf u jiġi rranġat il-ġibjun f'Sta.", "Luċija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa gentilment mitlub li jirriferi din it-talba lil-ministeru kkonċernat.", "ŻEJTUN - TRIQ ID-DWIENES", "19123.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq id-Dwienes, Żejtun li minkejja li fiha ħafna residenti għadha fi stat ħażin?", "Jista' jgħid jekk għallinqas temporanjament tistax tiġi imwittija ftit qabel ma tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal- kunsilli lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li se jirriżultaw minn dan il-programm.", "DAR IL-MEDITERRAN TAL-KONFERENZI", "19124.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi sabiex tiġi rimedjata s- sitwazzjoni li għaliha saret riferenza, fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il- Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar il-mużika li tibqa' sejra sas-1.30 a.m. u l-istorbju mill- ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer 2.30 a.m.?", "Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il- bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l- affarijiet tal-catering?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.", "STA.", "LUĊIJA - MANUTENZJONI", "19127.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16111, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jista' jkun li filwaqt li qed isostni li l-inkwilini tal-insemmi blokk residenzjali għandhom jinżammu responsabbli mit-tindif ta' l-istess basement meta dan huwa proprjeta' tal- gvern meta prova ċara ta' dan huwa l-avviż li deher fil-gazzetta tal-gvern tat-12/3/93, fejn il-gvern qed jirreklama l-bejgħ ta' l-imsemmi basement units, liema unit ninsab informat li baqgħu ma nbiegħux?", "Kopja ta' l- imsemmija gazzetta tal-gvern qed tintbagħat separatament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QORMI - TRIQ L-IMDINA", "19129.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa indikat li se jiġu l- pedestrian lights fi Triq l-Imdina, Qormi?", "Jista' l-Ministru jindika b'mod preċiż fejn se jitqiegħdu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li huwa ppjanat li jsiru peliċan lights fi Triq l-Imdina, Qormi kif ġej: viċin ir-roundabout li tagħti għal Ħal Luqa u Triq Manwel Dimech.", "Quddiem it-Triq tal-Ħandaq li tagħti għal l-iskola.", "Viċin it-triq li tagħti għal Housing Estate ta` Farsina. -----------"]} {"filename": "20000704_336d_par.doc", "date": "2000-07-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 336 It-Tlieta, 4 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 336", "It-Tlieta, 4 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "336", "It-Tlieta, 4 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 599", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 599", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' MALTIJA GĦALL-GĦEMIL TA' STANDARDS (KUMITAT) MALTA STANDARDIZATION AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 604 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR (IT-TIENI QARI) CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 617", "AĠĠORNAMENT 625", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 631", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 639", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 335 li saret fl-4 ta' Lulju, 2000, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "CAP - SUPPORT SYSTEMS", "17446.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-bidliet li jridu jsiru taħt is-support system for the producers matul l-2000, 2001, 2002 u 2003 tal-CAP, jista' l- ministru jinfurmana bis-sistema l-ġdida tal-granting of area payments scheme?", "Jista' l-ministru jgħidilna kemm se jieħdu l-bdiewa fuq l-art li jaħdmu u fuq il-crops li jkabbru?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-prezzijiet medji ta' dawn il-crops fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Għal dak li jieħdu l-bdiewa Maltin u Għawdxin fil-futur meta Malta ssir membru fl- Unjoni Ewropea, l-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li l-pożizzjoni tkun dik li toħroġ min-negozjar u għal dan il-għan qed isiru l-istudji neċessarji.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, li hija ta' natura ġenerali, l- Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel kuntatt mal-Malta EU information centre.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, xtaqt inkun naf aktar dwar xi proċeduri hemm meta bidwi li jkun jaħdem art tal-gvern jiġi nieqes.", "Jista' l- Ministru jgħidli jekk hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin rigward l-ammont ta' ċens jew kera li jkunu jridu jibdew iħallsu l-werrieta jekk ikunu jridu jibqgħu jaħdmu dik l-art?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li dawn ir- rati għandhom jogħlew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nista' ngħid li għaddejjin diskussjonijiet bejn il-lands u l-ministeru għall-agrikoltura u sajd biex jiġi rranġat il-mod kif art tgħaddi mingħand il-ġenituri għal għand l- ulied.", "Jista' jkun li għal dak li jirrigwarda kirjiet ġodda, jiġifieri fejn bniedem ikun qabad u daħal fuq biċċa art mingħajr il-permess tal- lands, il-qbiela tkun ogħla minn dik normali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma li qed nistaqsi jien huwa jekk hemmx diskussjonijiet għaddejjin biex tiżdied il-qbiela ta' dawk li jkunu wirtu xi biċċa art bħal din.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-proċess li jinsab għaddej ma jirrigwardax art li tintiret bi qbiela mingħand il-missier għal għand l- ulied imma jirrigwarda art li xi ħadd ikun daħal fuqha mingħajr il-permess u jkun ilu jaħdimha għal numru ta' snin.", "F'dak il-każ jista' jkun li biex tiġi rreġistrata għall-ewwel darba, il-qbiela tkun ogħla minn dik normali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri mhux se jkun hemm żieda fil-qbiela ta' art li tgħaddi għand l-ulied bħala wirt?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Safejn naf jien, jekk il-missier kien iħallas lira għal kull tomna, meta din l-art tgħaddi fuq uliedu l-qbiela tibqa' l-istess ladarba kollox kien legali.", "Mill-banda l-oħra, meta jkun hemm art li fuqha jkun daħal bniedem mingħajr il-permess tal-lands, biex jingħata rikonoxximent formali dak il-bidwi jiġi mitlub iħallas qbiela ogħla min- normal.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nerġa' nistaqsi jekk il-Ministru jaqbilx li l- qbiela li tkun qed tgħaddi bħala wirt għand l-ulied għandhiex togħla.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, m'għandix xi nżid ma' dak li għedt.", "EU - PRODUZZJONI TA' ĦALIB FRISK", "17447.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru ċaħad ripetutament li hemm bidliet fil-CAP li jridu jseħħu gradwalment bejn is-sena 2000 u s-sena 2006 fid-diversi oqsma tal-biedja u sajd, jista' jinformani bir-riforma li trid issir f'dan il-perijodu fir-rigward tal-common organisation of the market in milk and milk products?", "Jista' jgħidli liema minn dawn il-bidliet huma ta' vantaġġ jew żvantaġġ għall-produtturi lokali tal-ħalib?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandi xejn xi nżid mar-risposti li diġa` tajt għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "16297, 16291 u 16986.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, fir-risposti għad-domandi li għalihom qed jirriferi l-Ministru m'hemmx imniżżla l-informazzjoni li qed nitlob.", "Il-Ministru kien weġibni fis-sens li jekk jien naf x'inhuma dawn il-bidliet, ngħidhomlu.", "Dawn il-bidliet huma approvati mill-Unjoni Ewropea u se jseħħu over a period of years.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru ma jistax jibqa' jaħrab mid-domandi li qed nagħmillu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien diġa' kelli mistoqsijiet simili u rriferejt lill-Onor.", "Interpellant għal Doc.", "L160 Volume 42 tas-26 ta' Ġunju 1999.", "Dan id-dokument jista' jarah kulħadd u fih hemm x'inhuma d-direttivi - f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib - għal dawk il-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Hija ħaġa ovvja li l- miżuri li hemm ikkontemplati għas-snin 2003 - 2005 jistgħu jonqsu jew jiżdiedu u jistgħu anke jiġu mmodifikati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, mid-dokument li qed jirriferi għalih il-Ministru jirriżulta li l-prezz li r-raħħala Maltin u Għawdxin għandhom illum fuq il-kwota tal-produzzjoni tal-ħalib irid jispiċċa u minflok tidħol id-direct payment system li tkun tvarja mis-sena 2005, mis-sena 2006 u mis- sena 2007.", "Jiġifieri f'dan ir-rigward il-Ministru allura qed jgħidilna li jaqbel jew li ma jaqbilx ma' din il-bidla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ngħid li dan id-dokument jgħid x'inhuma r-regolamenti li jeżistu llum għal dawk il-pajjiżi msieħba fl- Unjoni Ewropea - liema regolamenti jistgħu jiżdiedu, jonqsu jew jiġu mmodifikati sas-sena 2003, sas-sena 2006 u sas-sena 2008 - u jien ma nistax ngħid x'se jkunu r-regolamenti fis-sena 2006.", "Għalhekk nerġa' nitlob lill- Onor. Farrugia biex jekk huwa jaf forsi jkun jista' jgħidli.", "Biex aħna nkunu nafu kif se jaffettwawna dawn ir-regolamenti, l-ewwel irridu ngħaddu mill-proċess kollu tan-negozjar.", "Wara li ngħaddu minn dan il-proċess imbagħad inkunu f'pożizzjoni li nkunu nafu eżatt kif se niġu affettwati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien qed nagħmel dak li qed jgħidli l- Ministru, jiġifieri qed infittex minn fuq il-computer il-mistoqsijiet preċedenti li semmieli.", "Għandi fil-fatt dokument hawnhekk li jgħid li diġa` hemm prezzijiet iffissati - Euro 13 għas-sena 2005; Euro 27 għas-sena 2006; u Euro 41 għas-sena 2007 - bħala subsidy għad-direct payment li jridu jieħdu r-raħħala fuq kull baqra.", "Jien għandi nifhem li ġaladarba pajjiżna se jagħmel il-bidliet neċessarji biex jiġi jaqbel mas-sistema tas-CAP ta' l- Unjoni Ewropea, il-Ministru għandu jgħidilna għalfejn qed jgħid li dan se jkun ta' vantaġġ għalina.", "Aħna min-naħa tagħna qed ngħidu li bir-riformi li se jsiru r-raħħala se jintlaqtu ħażin għaliex se jitilfu l-prezz li jġibu ta' gallun ħalib fuq il-kwota u minflok se tidħol is-sistema tad- direct payment, kif hemm ikkwotat f'dokumenti uffiċjali.", "Issa d-domanda tiegħi hi din: Dawn se jkunu ta' żvantaġġ jew vantaġġ għall-bdiewa u raħħala Maltin?", "Xejn aktar u xejn anqas!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, biex wieħed ikun jaf kif issir l- intervention, kif jiġi stabilit il-basic price għall-intervention - meta jkun hemm it-trigger price għall-intervention u affarijiet oħra simili - kulma għandu jagħmel huwa li jfittex fid-dokument li għadni kif għamilt riferenza għalih, jiġifieri Doc.", "L160 Volume 42.", "Fil-każ tagħna nista' ngħid li qegħdin nippreparaw kollox through l-NPAA - qegħdin nippreparaw il-programmi kollha u diversi impact assessments - pero` l-ewwel irridu ngħaddu min-negozjati sabiex inkunu nistgħu nkunu nafu kif se jiġi affettwat eżattament dan is-settur.", "EU - PRODUZZJONI TA' ĦALIB FRISK", "17448.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet u l-prezzijiet tal-ħalib frisk li jġibu fuq il-kwota fil-preżent ir-raħħala tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' għal darb'oħra nirrIferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għal mistoqsija parlamentari nru.", "16986, fejn irriferejtu għall-Official Journal of the European Communities, Doc.", "L160 Vol 42 tas-26 ta' Ġunju 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru jikkonferma li fid-dokument li qed jirriferi għalih jingħad li mhux se jkun hemm prezz għall-ħalib li r- raħħala tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jipproduċu fuq il-kwota?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' ngħid li dan id-dokument jirriferi għall-kondizzjonijiet attwali fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib - u anke f'oqsma oħra - f'dawk il-pajjiżi li fil-preżent huma msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid ukoll li dawn ir-regolamenti jistgħu jiżdiedu jew jonqsu jew jiġu mmodifikati sas-sena 2003, sas-sena 2005, sas-sena 2006 u sas-sena 2008.", "Fir-rigward ta' pajjiżna, nerġa' ngħid li qegħdin nippreparaw l-impact assessments kollha neċessarji u wara n-negozjar li għad irid isir, inkunu f'pożizzjoni li ngħidu lil dawn ir-raħħala tagħna kif se tkun il-pożizzjoni tagħhom.", "Pero` rrid inserraħ moħħ kulħadd billi ngħid li aħna qegħdin naħdmu fuq pakkett li jgħin u jsaħħaħ lill-biedja u mhux li jkasbarha jew ifarrakha.", "QRATI - DROGA", "17457.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kien hemm sentenzi tal-qorti fejn ġiet ikkonfiskata proprjeta`/flus eċċ meta akkużat ikun instab ħati mill-qrati minħabba traffikar, pussess jew kultivazzjoni ta' droga?", "Dawn fil-fatt għaddew f'idejn l-Istat?", "Liema hi l-proprjeta` u x'ammont ta' flus fil- fatt saru ta' l-Istat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): L- informazzjoni dwar din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata aktar 'il quddiem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidli jekk jitteħdux passi fir-rigward ta' persuni li ma jaħdmux u li jkun hemm rapporti li għandhom konnessjoni ma' traffikar tad-drogi.", "Qed nirriferi għal dawk li jmorru jirreġistraw b'karozza li tqum xi Lm40,000, ikollhom post li tqum xi Lm100,000 u jkollhom anke yacht.", "Jista' l-ministru jgħidli jekk hemmx il- ħsieb li fl-aħħar xi ħadd jieħu passi biex jiġi nvestigat minn fejn ikunu ġabu dawn il-flus dawn in-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, sinċerament ma nafx kif nista' ninkwadra din id-domanda, peress li dawk li jirreġistraw jaqgħu taħt l-ETC - ċertament mhux dekasteru tiegħi - waqt li l-investigazzjonijiet isiru mill- pulizija, again mhux dekasteru tiegħi.", "Sinċerament ma nafx kif nista' nirrispondi jien, sakemm l-Onor.", "Mizzi mhux qed juża lili biex iqum xi ħadd u jirrispondih!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru huwa membru tal-kabinett tal- gvern u għalhekk jien staqsejt lilu.", "Il-ministru ta' l-intern qiegħed hawnhekk ukoll u nista' nistaqsi lilu, imma jiena staqsejt lill-Ministru Gatt biex imbagħad forsi l-ministru konċernat jindenja ruħu jaqbeż u jagħti l-kummenti tiegħu, għaliex din hija xi ħaġa li nħoss li għandu jkollna spjegazzjoni tagħha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, il-prattika tal-parlament minn dejjem kienet li d-domandi jsiru lil ministru fuq id-dekasteru tiegħu u domandi ġenerali ta' policy normalment isiru lill-prim ministru.", "Jiena jidhirli li dik il-proċedura m'għandniex inbiddluha.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jixtieq l-opinjoni personali tiegħi, ngħidlu li jien naħseb li dawn l-affarijiet jiġu investigati - kif dejjem ġew investigati - meta l-pulizija jkollha sorsi biżżejjed.", "Ma naħsibx li billi noqogħdu nagħmlu domandi biex nilagħbu għall-gallarija, se nġibu xi vantaġġ jew żvantaġġ partikolari fl-investigazzjonijiet li jsiru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, sewwa qed jgħid il-Ministru li m'għandniex nilagħbu għall-gallerija u nispera li hu mhux qed jagħmel hekk.", "Ir-raġuni għalfejn għamilt din id-domanda hija li meta jien kont responsabbli minn dan il-ministeru, kien ikolli ħafna lmenti mill-pulizija li meta jtellgħu nies il-qorti - u għalhekk staqsejt lilek speċifikament, għaliex inti l- ministru responsabbli mill-qrati - jispiċċaw ma jaslu mkien.", "Dawn kien kważi jkollhom il-prova ta' kif persuna tkun ġabet dawk il-flus kollha meta qiegħda tirreġistra u xorta jispiċċaw jitilfu l-każ.", "Għalhekk jien nerġa' nistaqsi x'beħsiebu jagħmel il-gvern fi kwestjonijiet fejn ikun hemm individwi li qed jirreġistraw u jkollhom yachts, karozzi lussużi u jgħixu ħajja ta' sinjuri.", "Beħsiebu jibda jinvestiga bis-serjeta` lil dawn in-nies?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena ċert li l-awtoritajiet jinvestigawhom kif suppost u jġibu l-provi kollha kif suppost.", "Pero` nispera li ma fhimtx sew li l-idea ta' kif kien jaħdem bħala ministru l-Onor.", "Mizzi kienet li jippretendi li jmur hu l-qorti u jindaħlilha kif tiddeċiedi!", "Ma naħsibx li almenu l-parlamentari sħabna l-oħra qatt ippretendew li huma jissostitwixxu lill-maġistrat, kif jidher li l-Onor.", "Mizzi qed jinvita lilna li nagħmlu!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta jien kont ministru ma kontx nindaħal f'dawn l-affarijiet.", "Jiena għedt li kien ikolli lmenti li meta l-pulizija kienet tressaq nies il-qorti ...", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qal li jien kont nagħmel hekk u għalhekk qed inqum nirrispondih.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onorevoli, il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar inizjattivi meħuda mill-gvern biex jippromwovi l-kunċett ta' gender mainstreaming, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17677;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mid-direttur artistiku tat- Teatru Manoel fit-2 ta' Diċembru 1999 dwar kriterji għall-għażla ta' produzzjonijiet artistiċi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.17680;", "u f'ismi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet fil-listi ta' proprjeta` skond il- ftehim milħuq bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta' Malta, iffirmat fit-28 ta' Novembru 1991;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 114 ta' l-2000 – ordni ta' l-2000 li jemenda l-ordni dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali (emenda nru 7); u", "Tagħrif dwar ġemellaġġi bejn kunsilli lokali f'Malta u dawk ta' bliet barranin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17626.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' MALTIJA GĦALL-GĦEMIL TA' STANDARDS", "MALTA STANDARDIZATION AUTHORITY BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "(Ikompli mit-3 ta' Lulju 2000)", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati jippresjedi.", "Klawsola 17 - Funzjonijiet ta' l-Awtorita`.", "(Kont.)", "Clause 17 - Functions of the Authority.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, il-bieraħ l-aħħar intervent li għamilt kien fuq kummenti li għamel l-Onor.", "Vassallo.", "Jidher li qed ikun hawn xi taħwid fid-distinzjoni ta' bejn x'inhuma standards u x'inhuma specifications tekniċi.", "Meta kienu qed jissemmew il-minimum residue levels l-Onor.", "Vassallo qal li dawk huma specifications u mhux standards.", "Jiena nirriferi lill-Kamra għad-definizzjoni ta' \"standard\" kif inhi fi klawsola 2 ta' l-abbozz li tgħid li:", "\"standard\" tfisser speċifikazzjoni teknika approvata minn korp ta' għemil ta' standards rikonoxxut ...\".", "Jiġifieri l-istandard ma jistax ikun xi ħaġa fl-arja imma jrid isemmi l- ispecificationstekniċi għaliex wara kollox dawk huma li jagħmlu l- istandard.", "Per eżempju, jekk jien ngħid li biex nies ikunu normali f'dik li hija statura jridu jaqgħu bejn it-tali u t-tali kejl, allura dawk li jaqgħu taħt jew 'il fuq minn dik ir-range m'humiex se jkunu normali.", "F'supermarkets barra minn Malta anke l-bajd ikun immarkat grade 1, grade 2 jew grade 3.", "Hawn Malta jsir ukoll il-grading tal-patata li nesportaw, fejn patata li ma tkunx ta' ċertu daqs ma tiġix aċċettata għaliex ma tkunx up to standard.", "Jiġifieri l-istandard fih innifsu huwa speċifikazzjoni teknika.", "Dak li semma' l-Onor.", "Farrugia dwar ir-residues li jkun hemm fil-prodotti agrikoli ma rridux ninsew li \"prodott\" f'din il-liġi huwa deskritt bħala \"prodott manifatturat industrjalment u kull prodott agrikolu inkluż prodotti tal-ħut.\"", "Għaliex anke għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħut aħna rridu naraw sa liema livell huwa aċċettabbli l-ammont ta' traċċi ta' merkurju jew ta' cadmium jew ta' heavy metals oħra ġor-ras tal-ħuta li tkun għall-konsum.", "Aħna rridu ngħidu, per eżempju, li jekk kemm-il darba l- pixxispad se jkollu aktar minn daqstant konċentrazzjoni ta' merkurju fin- naħa tar-ras m'huwiex tajjeb għall-ikel.", "Once li tkun għamilt l- ispecifications tekniċi mbagħad you set the standard.", "Jiena hekk qed nifhem, issa jekk m'huwiex hekk ejjew nitkellmu għaliex inkella m'aħniex se niftehmu.", "M'aħniex ngħidu li l-istandards se tmur toqgħod tkejjilhom l- awtorita` imma trid tkun hi li tiddefinixxi x'inhuwa l-istandard.", "F'seduta oħra semmejt l-eżempju tat-toys u issa semmejt l-eżempju ta' prodotti ta' l- ikel.", "Ejjew inkunu ċari fuqha din.", "L-awtorita` se toħroġ id-dettalji tekniċi u se tispjega x'inhuma l- ispecifications tekniċi tal-prodotti kollha li se jkollha x'taqsam magħhom bħal, per eżempju, mediċini.", "Ikun hemm ċerta kapsula fejn trid tgħid li l- bioavailability tagħha - jiġifieri l-mod kif jitkejjel kemm taħdem - irid ikun daqstant u li x-shelf life huwa ta' tant żmien u li trid tkun miżmuma bejn it-tali u t-tali temperatura.", "Dawn kollha huma specifications tekniċi li din l-awtorita` trid tiddefinixxi biex min imbagħad irid jimmira għalihom sta għalih biex jagħmel hekk.", "Imma rridu nagħmluha ċara għaliex inkella se nibdew inħawdu moħħ xulxin.", "L-Onor.", "Noel Farrugia kellu raġun meta semma l-kwestjoni tar-residues ta' nitrat, ċomb u minerali fil-prodotti agrikoli.", "U għalkemm illum jeżisti dawk li nsejħulu organic farming, jeżistu wkoll standards li jiddefinixxu kemm suppost ikun hemm jew ma jkunx hemm residues fi prodott agrikolu.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq l-istess ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, dment li qegħdin niftehmu li standard tfisser speċifikazzjoni teknika, allura nistgħu nieqfu hemm u m'għandna għalfejn inżidu xejn iżjed.", "Ovvjament din hija materja xi ftit komplessa u nammetti li anke jien sibt ruħi f'xi ftit f'diffikulta` fejn tidħol it-teknika.", "Li rridu nżommu quddiem għajnejna kontinwament huwa l- fatt li fil-kamp ta' l-istandards, il-parti li forsi wieħed ta' min jitfa' għajnejh fuqha b'mod partikolari hija li fid-definizzjoni m'hemmx stipulat li hija meħtieġa ta' bilfors il-konformita` miegħu.", "Voldieri jekk nieħu l-eżempju ta' l-Onor.", "Vella dwar il-kwestjoni tal- bioavilability tal- mediċini, f'dan il-każ il-produttur tal-mediċina se jkun marbut b'dak li huwa l-essential requirement u dak il-laboratorju li jipproduċi dik il- mediċina se jgħid b'liema standard ipproduċiha and that is the test ta' kif wasal għall-bioavilability tagħha.", "Voldieri l-essenzjali tagħha hija li aħna rridu nżommu d-differenza bejn dak li huwa l-essential requirement li se joħroġ taħt liġi oħra, partikolarment Kap 225, u dak li huwa l- istandard li jwasslek għal dak l-essential requirement li joħroġ taħt din il-liġi.", "U meta ngħidu standard inkunu qed ngħidu wieħed minn miljun.", "Ħalli nieħdu l-eżempju ta' bieb li jrid ikun fireproof.", "Hemm diversi modi ta' kif tasal għall-kejl ta' fireproofing u hemm diversi standards li jistgħu jkunu applikabbli; jista' jkollok standard Amerikan, Ewropew jew xi standard ieħor, pero` jien minn jeddi nkun għażilt standard u rrid noqgħod għalih u rrid navża liema test qed nuża biex nasal għal dak l-essential requirement.", "Fil-fatt din kienet id-diffikulta` li kellna fil-liġi l-antika għaliex hemmhekk kellna l-kunċett ta' standard orders u biex jiena ngħid li l-bieb li qed nipproduċi huwa fireproof ridt inkun għamilt it-tali, it-tali u t-tali ħaġa u l-ebda spirtu s-santu ieħor ma kien jista' jindaħal kif nasal għal dak il-fireproofing tal-bieb.", "Din kienet il-problema li kellhom l-MSA u meta ngħid għall-MSA biss għaliex dawn qed jikkonformaw ruħhom mal-kumplament tad-dinja voldieri they are not reinventing the wheel.", "U hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira.", "Meta ngħid they are not reinventing the wheel, m'iniex qed nirriferi għal dak li għandu x'jaqsam ma' strutturi u affarijiet bħal dawn.", "Fil-fatt din il- liġi m'hijiex identika għal liġijiet oħra li ssib la fl-Ewropa u lanqas f'postijiet oħra, voldieri hija pjuttost home grown.", "Għall-kuntrarju tal- liġi li konna qed niddiskutu dalgħodu dwar il-consumer affairs fejn jiena mingħajr tlaqliq għedt li aħna qegħdin nimplimentaw diversi direttivi ta' l- Unjoni Ewropea, fil-każ ta' l-MSA aħna prinċipalment qegħdin nissodisfaw obbligi li għandna taħt id-WTO.", "Meta jekk Alla jrid nidħlu fl-Unjoni Ewropea ikollna wkoll liġi li tkun konformi ma' l-Unjoni Ewropea, pero` essenzjalment hawnhekk qegħdin nikkonformaw ruħna ma' l-obbligi taħt id- WTO.", "Jiena qed nieħu gost li qegħdin naqblu fuqha din għaliex ma naħsibx li għandu jkun hemm iżjed kontroversja minn hekk, pero' these are the two elements li naħseb li huwa mportanti li nżommu quddiem għajnejna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Hyzler x'se jkunu l-konsegwenzi fuq din il-liġi kemm-il darba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħalli nkompli fuq li qed jgħid l-Onor.", "Attard Montalto.", "Jiena qed nieħu gost li qed naqblu dwar x'għandha tkun it- tifsira ta' \"standards\" u t-tifsira ta' \"speċifikazzjonijiet tekniċi\", pero` naħseb li issa qegħdin ngħidu li mhux bilfors li dawn l-istandards jiġu mplimentati minn min qed jipproduċi u allura niġu għall-mistoqsija ta' x'jiġri jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Jien xorta nikkontendi li jekk jien kapriċċuż, għandi fabbrika u rrid inkompli nipproduċi l-affarijiet bil-mod tiegħi, din il-liġi m'hijiex se ġġegħelni nagħmel mod ieħor.", "Imma jekk nagħmel hekk naf li I am closing myself out of the market għaliex dak l- oġġett li qed nipproduċi la se jiġi mogħti ...", "Għaliex ma rridux ninsew li wieħed mis-servizzi li se tagħti aċċess għalihom l-awtorita` huwa dak ta' l- ittestjar.", "Jiġifieri biex jien noħroġ il-prodott tiegħi fis-suq, dan irid ikun ittestjat.", "Biex jiena jkolli ċ-ċertifikat li I am attaining those standards li huma speċifikati fl-istandards li huma maħruġa mill- awtorita`...", "(Interruzzjonijiet) Mela allura kif se jkunu jafu li l- prodotti li jiena pproduċejt jikkonformawx ma' l-istandards jew le?", "U hawnhekk fejn jidħol il-kunċett ta' l-Unjoni Ewropea.", "Onor. Hyzler, inti tajt l-eżempju ta' produzzjoni ta' bibien fireproof.", "Jiena ma naqbilx mal-mod kif għamilt l-argument għaliex jien naħseb li the proof of the pudding is in the eating.", "Dan irid jipprova li l-bieb jiflaħ għal ċertu ammont ta' sħana għal ċertu perijodu ta' ħin mingħajr ma jċedi u mingħajr ma jagħmel fumes tossiċi.", "Issa meta jiena qed nesporta għal pajjiżi li għandhom ċerti standards bilfors li jkolli nilħaqhom inkella nkun sempliċement qed naħli ż-żmien.", "Jiena nista' nkun kapriċċuż u nżomm 200 ruħ jagħmlu affarijiet li ma jinbiegħux u narmihom, imma jekk irrid inbigħ bilfors li rrid inkun konformi ma' xi standard.", "Jiġifieri għalkemm m'huwiex obbligatorju, min irid ibigħ bilfors li jrid jikkonforma ma' dawn il-ħteġijiet.", "U dan bilfors li naqblu fuqu.", "(Interruzzjonijiet) Iva, anke fi free trade area jidħlu dawn l-affarijiet għaliex jekk inti se tesporta lejn is-suq Ewropew il-produttur bilfors irid ikun jaf liema huma l-parameters li fihom jista' jipproduċi prodott inkella malli se jasal fis- suq il-prodott ma jiġix aċċettat.", "Meta hawn Malta kellna l-fabbriki tat- tessuti ma kienx hawn standardisation authority pero` meta kienu jesportaw il-ħwejjeġ, xi drabi kienu jerġgħu jiġu lura għaliex ma jkunux laħqu the required standards; jekk ikollhom il-ħajt żejjed, jew il-ħjata ma tkunx dritta jew ħaġa jew oħra.", "Allura kien hemm pressjoni kbira biex dak li joħroġ mill-fabbrika jkun ta' standard tajjeb ħalli jiġi aċċettat mis-swieq lejn fejn ikunu sejrin.", "Din hija l-istorja kollha.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jiena m'għandi għalfejn nilħaq l-ebda standard.", "Fil- fatt f'gazzetta minnhom illum irrapportawni li għedt - ovvjament irrapportawni ħażin - li għandna nilħqu dawn il-livelli.", "This is not what it's all about.", "Jekk jien irrid nagħmel bieb li ma jikkonforma ma' l-ebda standard, biċċa tiegħi u m'huwiex il-każ li m'iniex se nbigħu għaliex jista' jkun li ma jkunx hemm essential requirements.", "(Interruzzjonijiet) Le, dan huwa l-punt; hemm dawk li jissejħu essential requirements li jridu jintlaħqu bilfors, u hemm dawk li jissejħu technical specifications li jekk trid tilħaqhom u jekk trid ma tilħaqhomx.", "L-istandards huma ħaġa li jekk trid toqgħod għalihom toqgħod għalihom u jekk ma tridx toqgħod għalihom ma toqgħodx.", "Basta li meta tiġi biex tbigħ il-prodott tiegħek it will meet the essential requirements - jekk ikun jeżisti għaliex mhux bilfors li jkun jeżisti - tal-pajjiż li fih tkun se tbigħu.", "Jekk jien irrid inbigħ buttuna u m'hemmx mandatory order li tkopri l- buttuni, qgħadt jew ma qgħadtx għal standard, jekk min se jixtri huwa kuntent bil-prodott, allura kollox sew.", "U għalhekk qed ngħid li l-kunċetti għadhom daqsxejn nebolużi.", "(Interruzzjonijiet) Meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea jekk Alla jrid, minn din il-liġi m'għandu għalfejn jitbiddel xejn.", "(Interruzzjonijiet) Kulħadd għandu l-limitazzjonijiet tiegħu u jien fil- limitazzjonijiet tiegħi qed nipprova mill-aħjar li nista' nikkrea d- differenza bejn il-kunċett ta' standard li huwa biss a technical specification li inti tagħżel wieħed mil-liema trid u jekk trid u dak li huwa essential requirement li jaqa' taħt regime kompletament differenti.", "F'moħħna rridu ninqatgħu darba għal dejjem mill-kunċett tal-mandatory order li aħna mdorrijin bih.", "Aħna f'moħħna għandna li standard huwa xi tip ta' ordni but that is not the case.", "Dan il-kunċett m'għadux jeżisti.", "Il- kunċett ta' standard illum m'għandu x'jaqsam xejn iżjed ma' ordni.", "Illum min irid jipproduċi, jagħżel hu kemm-il darba jrid liema standard se jadotta, jgħid liema hu l-istandard li qed jadotta u dment li huwa standard rikonoxxut, it's all plain sailing.", "Pero` il-kwestjoni hija li meta jiġi biex ibigħ il-prodott hemm il-probabbilta' li it has to meet an essential requirement.", "Jekk nerġa' nieħu l-eżempju tal-buttuni u ngħid li hawn Malta m'għandniex mandatory order li tkopri l-buttuni, allura jien nista' nixtri buttuni minn fejn irrid fid-dinja u jistgħu ma jkunu jaqblu ma' l-ebda standard u xorta nbigħhom.", "Jekk mill-banda l-oħra jien irrid inbigħ mediċini ġo pajjiżi li m'għandhomx essential requirement bħal tagħna, nista' nbigħ li rrid għaliex ħadd ma jagħti kas, imma jekk se nbigħ mediċina hawn Malta first it has to meet essential requirements.", "U tasal għal dawk l-essential requirements billi l-MSA tara t-triq li għażel il-produttur hu biex wasal għal dawk l- istess requirements.", "This is fundamental biex nifhmu din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, din hija l-aħħar rimarka li se nagħmel.", "Hemm bżonn li l-ewwel niddistingwu bejn prodotti li se twaħħalhom x'imkien, jew appliances jew white goods, jew affarijiet ta' lbies, jew affarijiet ta' l-ikel, ħaxix u ħut.", "Jiena qed ninsisti li din l-istandards authority tagħmel anke minimum requirements li prodott irid jilħaq biex joħroġ fuq is-suq.", "Per eżempju, l-awtorita` ma tistax tippermettili li nkabbar kaboċċi valenużi - qed inġib eżempju estrem - u xorta npoġġihom fuq is-suq.", "Jiġifieri apparti milli se tagħmel l-ispecifications li wieħed irid jilħaq biex il-prodott ikun the optimum ħalli jmur fi swieq tajba u jġib flus tajbin, se tagħmel ukoll il-minimum requirements ta' dak li produttur ma jistax jagħmel.", "Aktar kmieni semmejt it-toys għat-tfal.", "Hawnhekk irid ikun hemm il-minimum technical specifications ħalli jekk ikun hemm min huwa kapriċċjuż u jagħmel dawn il-prodotti b'ċertu materjal, mhux talli ma jkunx jista' jbigħhom talli jiġi arrestat għaliex ikun qed jipperikola s-saħħa ta' min jilgħab b'dawk it-toys.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vassallo, allura inti qed tgħid li se jkun hawn free-for-all?", "Jiġifieri kulħadd jista' jagħmel prodott kif irid hu, imbagħad ikun hemm xi iblaħ fis-suq jibilgħu!", "Allura l-konsumatur kif se jkun protett f'dan kollu?", "Il-minimum standards iridu jsiru wkoll ħalli wieħed ikun jaf li ma jistax jipproduċi affarijiet - huma liema huma - inqas minn \"dan\" l- istandard.", "Jekk imbagħad jitla' 'l fuq mill-istandard nazzjonali jilħaq l- istandard Ewropew; imbagħad tħalli f'idejn il-produttur biex jara liema standards irid jilħaq.", "L-Onor.", "Hyzler semma l-mediċini.", "Allura qegħdin ngħidu li għaliex jien inkun se nesporta għal suq ġo xi pajjiż ta' l-Afrika Ċentrali nista' nagħmel l-affarijiet bl-addoċċ għaliex m'hemmx standards li rrid nilħaq!", "In-national standard għandu jkun hemm biex ma jħallix lil dak il-produttur jesporta prodott jekk ma jkunx almenu ta' ċertu livell.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Onor. Hyzler, m'aħniex se naslu għaliex we're talking at cross purposes.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ħalli nagħtikom risposta.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma issa ilek tagħti l-istess risposta!", "L- ewwelnett jien m'iniex se noqgħod nerġa' nidħol fid-distinzjoni ta' bejn quality and standards, u lanqas se nidħol fid-distinzjoni ta' bejn dak li hu volontarju u dak li hu mandatarju, pero` rrid ngħid li l-impressjoni li qed tingħata min-naħa tal-gvern - għalkemm m'hijiex ċara - hija waħda ta' free-for-all meta fir-realta` m'hijiex free-for-all.", "Qed tingħata l- impressjoni li jekk trid tirreġistra u jekk trid ma tirreġistrax, jekk trid tilħaq l-istandard tal-Ġappun u jekk trid tilħaq l-istandard tal- Bangladesh!", "Għalhekk jiena aktar kmieni staqsejt x'jiġri jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "U nixtieq li ningħata risposta għal din id- domanda.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ma jitbiddel xejn minn din il-liġi.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma trid tispjegali għaliex!", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-Onor.", "Vella korrettament qed jirriferi għal dak li hu qed isejħilhom minimum standards.", "Issa jien qed nipprova nipperswadikom tneħħu l-idea ta' \"minimum standard\" and you replace it by \"essential requirement\".", "Dawk li qed issejħulhom \"minimum standards\" - u jien qed nifhimkom u għandkom raġun meta tgħidu li għandhom jiġu stabbiliti - m'għadhomx jissejħu hekk imma qed jissejħu \"essential requirements\" ċioe` \"mandatory orders\" u joħorġu minn kapitlu 225 tal-liġijiet u mhux minn din il-liġi.", "L-affarijiet ta' ikel u pharmaceuticals prattikament ikunu kważi kollha bl-essential requirements jiġifieri m'hemmx lok ta' logħob.", "(Interruzzjonijiet) Bdejna niftehmu; kieku nkomplu niddjalogaw b'dan il- mod, niftehmu.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa qed tiddistingwi bejn xi ħaġa li hija perikoluża fiha nnifisha minħabba saħħa, sigurta` eċċ., (Interruzzjonijiet) Issa qed nitkellmu fuq pharmaceuticals.", "Il- pharmaceuticals u l-ikel b'mod partikolari, se jkunu prattikament marbutin bl-essential requirements taħt Kap 225 u r-rwol ta' l-MSA se jkun fil- formulazzjoni ta' dawk ir-regolamenti, taħt Kap 225.", "Jiġifieri għandu r-rwol speċifiku li jagħti pariri tekniċi fil- formulazzjoni tar-regolamenti partikolarment taħt Kap 225.", "Mela kemm jekk inti trid tipproduċi l-kaboċċi u anke jekk trid tipproduċi l-mediċini se tkun marbut b'dawk l-essential requirements fejn hemm gamma enormi ta' speċifikazzjonijiet tekniċi li minnhom tista' tagħżel biex tilħaq l- essential requirements.", "Issa ħalli niġi għall-eżempju tal-fireproof door.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hawn nofs miljun prodott għall-bejgħ bl-amment ma nistax ngħidlek jekk hux se jkun hawn essential requirement għal \"dak\" u għal \"dak\" it-tip ta' prodott; li qed ngħidlek biss huwa li għal ċerti tip ta' prodotti, partikolarment dawk ta' l-ikel u farmaċewtiċi, se jkun hemm żgur.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Eżempju tajjeb huwa dak tat-toys.", "Taħt Kap 225 hemm imniżżla l-essential requirements, imbagħad hemm madwar sitt standards biex min jipproduċi t-toys ikun jista' jagħżel b'mod volontarju wieħed minnhom biex b'hekk jissodisfa l-essential requirements.", "Issa aħna hawnhekk m'aħniex nittrattaw l-essential requirements għaliex dawk jaqgħu taħt leġislazzjoni totalment differenti.", "Hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu dwar l-istandards u kif se nsibu mezz sabiex nipproduċu standards differenti li pero` jkunu jilħqu għan wieħed.", "U għalhekk il-bieraħ jien għedt li hemm differenza bejn l-għan u l-mezzi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-mezzi għaliex illum il-konċett ta' l- istandards, kif kien qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Hyzler, huwa totalment ġdid minn kif konna nafuh.", "Qabel kellna standard wieħed mandatorju u trid tasal għalih bilfors b'dak il-mod, mentri llum il-ġurnata għandek għażla.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jekk intom qegħdin taħsbu li hemm xi tibdila radikali minn kif inhuma l-affarijiet preżentement, allura ngħidilkom li għandkom żball.", "Ejja nieħdu l-eżempju tal-fireproof doors.", "Kulħadd jaf li l-lukandi bilfors irid ikollhom dawn it-tip ta' bibien ħalli jekk jinqala' xi inċident il-bieb ikun jiflaħ jirreżisti għal ċertu tul ta' ħin u b'hekk jagħti l-opportunita` lil min ikun fil-kamra biex jaħrab.", "Issa sa ftit taż- żmien ilu ħadd ma kien jipproduċi fireproof doors f'Malta, pero` imbagħad kien hemm xi ħadd li beda jipproduċihom.", "Meta wieħed kien jiġi biex jimporta dawn it-tip ta' bibien aħna konna ninsistu li l-ewwel ikollu ċertifikat li jgħid li l-bieb ikun għadda mit-testing ta' laboratorji speċifiċi li hemm fl-Ingilterra, pero` jekk kemm-il darba dak iċ-ċertifikat ma kienx jinkiseb, il-gvern ma kienx jgħid lill-individwu li ma jistax iwaħħal il-bieb; kienu jkunu affarijiet oħra li lil dak l-individwu kienu jwaqqfuh milli jagħmel dan bħal, per eżempju, id-ditta ta' l- assigurazzjoni.", "Id-distinzjoni li qed issir f'din il-liġi hija li qabel dawn kienu kollha jissejħu standards u issa qed issir distinzjoni bejn standards u essential requirements.", "Pero` mill-bqija l-funzjoni ta' l-awtorita` baqgħet kif kienet; l-unika ħaġa differenti hija li qed nagħmlu liġi li se tkopri anke prodotti li m'għandhomx bżonn standards.", "U huwa għalhekk li l-Onor.", "Hyzler qal li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea kollox se jibqa' l-istess għaliex din il-liġi m'hijiex se sservi għal dak li qabel kien imsejjaħ standards obbligatorji u li llum qed jissejjaħ essential requirement.", "L-essential requirement kien hemm, għadu hemm u se jibqa' hemm, kulma qed nagħmlu huwa - u m'iniex qed ngħid li qed nagħmlu xi ħaġa ħażina - liġi ta' standards għal dawk l-affarijiet li m'hemmx bżonn standards għalihom.", "(Interruzzjonijiet) Jien hekk fhimt.", "Inti għadek kemm għedt li jekk xi ħadd irid jimporta buttuni li ma jkollhomx standards, jista' jaqbad u jġibhom u ħadd ma jindaħallu.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed nikkwota x'għedt int. (Interruzzjonijiet) Mela naħseb aħjar tispjega anke għal min qed jismagħna.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jiena naħseb li min qed jismagħna ħawwadnih sew, ovvjament hija kontribuzzjoni ġenerali.", "Il-liġi ta' l-MSA sal-lum ma kenitx tippermetti konformita` b'mod volontarju ma' standards; l-MSA kienet titkellem biss fuq ħruġ ta' standard orders.", "Li qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li qegħdin inħassru l-kunċett ta' standard orders.", "L-uniku standard obbligatorju - ħalli nsejħilhom hekk jiena wkoll biex niftehmu - jaqa' taħt liġi kompletament differenti; il-liġi ta' l-essential requirements.", "B'din il-liġi, fejn se jiġu adottati diversi mijiet ta' eluf ta' standards u li m'humiex mandatorji, se jkunu made available lill-producers li sal-lum għal Malta ma kellhomx imma kellhom biss għal barra minn Malta - ...", "(Interruzzjonijiet) Ara kemm kien hawn standards qabel u ara kemm se jkun hawn wara li tgħaddi din il-liġi.", "Qabel kellna numru ta' standards ta' bilfors għal ċerti prodotti u kienu joħorġu l-hekk imsejħa mandatory orders, pero` malli tgħaddi din il-liġi se jkollna numru enormi ta' standards.", "Per eżempju fil-każ ta' electrical products neħħejna tlieta jew erba' mandatory orders u ekwivalenti għal mandatory order waħda se jkun hemm madwar 2000 standard minn fejn wieħed jagħżel.", "Imma allura ma tistax tiġi tgħidli li l-affarijiet se jibqgħu l-istess!", "U lanqas tista' tgħidli li din qegħdin nagħmluha għal dawk l-affarijiet li s'issa m'hemmx essential requirements fuqhom.", "Din qed nagħmluha għal dawk l-affarijiet li m'hemmx essential requirements u qed nagħmluha għal dawk l-affarijiet li hemm essential requirements li biex tasal għall-essential requirement se tagħti l-istandard li tkun użajt.", "Issa ħalli nagħti risposta dwar dak li ingħad aktar kmieni rigward il-fireproof doors.", "Fil-każ tal-fireproof doors, se jkun hemm essential requirements fil- construction industry, il-fireproof doors jaqgħu taħt il-construction industry u allura se jkun hemm essential requirements għalihom ukoll.", "Kieku mhux għax jaqgħu taħt il-construction industry ma kienx ikun hemm bżonn għall-essential requirement, pero` xorta waħda ħadd m'hu sidi li jekk irrid nagħmel bieb li m'huwiex fireproof, nagħmlu.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nispjega ftit.", "Per eżempju, jien nipproduċi tip ta' bibien li ngħid li huma fireproof.", "Issa jekk ikun hemm xi ħadd li jiċċalenġjani u jgħidli li dak m'huwiex veru fireproof jiena nista' ngħid lill-MSA sabiex tiċċekkja hi u allura jsir test biex jaraw jekk dak il-bieb jikkonformax ma' l- istandard li l-prodottur qed jgħid li ħadmu bih.", "(Interruzzjonijiet) le, dik hija kwestjoni oħra għaliex ma rridux ninsew li aħna qegħdin inwaqqfu direttorat tas-servizz ta' l-ittestjar.", "Jekk illum kumpannija trid iġġib l-ISO certification trid tmur għand kumpannija barranija u tiġi tiswilha balla flus għaliex ikun hemm bżonn ta' audit darba kull tliet xhur jew darba kull sitt xhur u ħafna affarijiet oħra.", "Fil-prattika dan ifisser li l-kumpanniji ż-żgħar ma jistgħux jagħmlu dan għaliex they can't afford it.", "Taħt id-direttorat tas-certification dawn issa jistgħu jibdew isiru mill-MSA.", "(Interruzzjonijiet) Hemm imbagħad id-direttorat ta' l-accreditation li jagħmel l-audit tas-certification.", "Jiġifieri din hija maħduma bizzilla; biċċa tidħol fl-oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma f'Malta kien hawn kumpannija li kienet qed tagħmel dak kollu neċessarju biex hi tkun tista' tagħmel l-ISO certification.", "Jiġifieri din m'hijiex xi ħaġa innovattiva li se tidħol permezz ta' din il-liġi.", "L-ISO hija xi ħaġa privata.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Hekk hu l-ISO bdiet minn kumpannija privata, illum hija rikonoxxuta mid-dinja kollha and they set the standards u jappuntaw l- aġenti 'l hemm u 'l hawn.", "Issa l-MSA, tramite d-direttorat tas- certification, se tkun f'pożizzjoni li toħroġ dak it-tip ta' ċertifikazzjoni u tista' tagħmilha bi prezzijiet raġjonevoli li jistgħu jilħquhom il-kumpanniji ż-żgħar.", "Għaliex waħda mill-problemi li għandna hi li l-kumpanniji ż-żgħar li għandhom bżonn dan it-tip ta' certification ...", "L-aħħar darba jien tajt l-eżempju ta' meta kienu ġew Skanska hawnhekk u kellhom problema li ma kienx hawn kuntratturi li kellhom l-ISO 9002 u kellhom ħafna taħbit biex iġibu dan is-certification u Alla biss jaf xi swietilhom u kemm kellhom jagħmlu kuntrumbajsi.", "(Interruzzjonijiet) Tiswa kemm tiswa; il-kumpanniji ż-żgħar ma jisgħux jaffordjawhom.", "Insa s- subcontracting hawn Malta.", "Jekk kumpannija trid tieħu subcontracting barra minn Malta, l-ewwel ħaġa li se jistaqsuha hija jekk għandhiex l-ISO 9002.", "Issa b'li qed nagħmlu f'din il-liġi se nkunu qegħdin niffaċilitaw il-ħajja ta' kumpanniji żgħar, għaliex kif għedna d-darba l-oħra, kumpanniji kbar m'għandhomx bżonn lilna biex iġibu dan it-tip ta' certification.", "Illum hawn diversi kumpanniji li jintużaw għas-certification, liema certification issa jista' jsir mill-MSA.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Rapport Annwali.", "Clause 15 - Annual Report.", "(Posposta fis-seduta tat-3 ta' Lulju, 2000)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, meta konna qed niddiskutu din il- klawsola kienet qamet id-diffikulta` dwar il-bidla li kienet saret fil- Communications Authority Act fis-sens li fejn kien hemm l-obbligu li l- ministru jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra kemm jista' jkun malajr, kien ġie kwalifikat f'terminu.", "Fil-fatt dan huwa korrett u għalhekk se nippreżenta emenda sabiex din l-awtorita` tkun uniformi ma' awtoritajiet oħra, fis-sens li l-perijodu jiġi kkwalifikat biż-żmien ta' tmien ġimgħat.", "Għalhekk nipproponi din l-emenda:", "\"I\" Minflok il-kliem minn \"Il-Ministru għandu jara\" sal-kliem \"jista' jkun malajr\" għandhom jidħlu l-kliem \"Il-Ministru għandu ma' l-ewwel opportunita' u mhux aktar tard minn tmien ġimħat wara li jkun irċieva kopja ta' kull rapport bħal dak, jew jekk f'xi żmien waqt dak il- perjodu l-Kamra tar-Rappreżentanti ma tkunx qiegħda f'sessjoni, fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li minnufih tmiss wara, jara li kopja ta' kull rapport bħal dak titqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra tar-Rappreżentanti.\".", "\"I\" For the words from \"The Minister shall cause\" to the words \"as soon as practicable\" there shall be substituted the words \"The Minister shall at the earliest opportunity and not later than eight weeks after he has received a copy of every such report, or if at any time during that period the House of Representatives is not in session, within eight weeks from the beginning of the next following session, cause a copy of every such report to be laid on the Table of the House of Representatives\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"I\" kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 15, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Eżenzjoni mill-intaxxar.", "Clause 16 - Exemption from taxation.", "(Posposta fis-seduta tat-3 ta' Lulju, 2000)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, peress li l-bieraħ inġibdet l- attenzjoni li l-awtorita` tal-komunikazzjoni ma kenitx ġiet eżentata mill- ħlas ta' l-income tax u t-taxxa fuq id-dokumenti - filwaqt li l-awtorita` li qed tiġi mwaqqfa permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed tiġi eżentata - nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Il-klawsola 16 għandha tiġi mħassra.", "\"J\" Clause 16 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 16, kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con u Klawsola 16 ġiet imħassra.", "Klawsola 18 - Tibdil, sostituzzjoni jew revoka ta' standards.", "Clause 18 - Variation, substitution or revocation of standards.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din il-klawsola titkellem dwar is-setgħa li għandha l-awtorita` li tibdel, tissostitwixxi jew tirrevoka standards.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien qed nifhem li r-raġuni hija sabiex ikollha l-opportunita` li l-istandards li ma jibqgħux applikabbli tirrevokahom.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fil-fatt tista' tibdel, tissostitwixxi jew tirrevoka.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Tiġi pubblikata lista ta' standards.", "Clause 19 - List of standards to be published.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President għal klawsola 19 nipproponi din l- emenda:", "\"K\" Il-klawsola 19 għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala s-subklawsola (1) tagħha u minnufih wara l-imsemmija subklawsola (1) għandha tidħol is-subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(2) Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Att u ta' kull liġi oħra, il-lista ta' standards imsemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu kif ukoll kull standards magħmula, adottati jew trasposti mill-Awtorita' jistgħu jsiru, jiġu pubblikati, jiġu preskritti jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bl-ilsien Ingliż biss.\".", "\"K\" Clause 19 shall be renumbered as subclause (1) thereof and immediately after the said subclause (1) there shall be added the following new subclause:", "\"(2) Notwithstanding the other provisions of this Act or of any other law, the list of standards mentioned in subsection (1) of this section and any standard made, adopted or transposed by the Authority may be made, published, prescribed or made available to the public in the English language only.\".", "Din il-klawsola qed tgħid li l-awtorita` għandha tippubblika lista ta' standards flimkien ma' l-ekwivalenza internazzjonali tagħhom, fejn ikun il- każ.", "Dawn l-istandards kollha se jkunu meħudin mill-Ingliż u peress li hemm volumi enormi m'huwiex prattiku li dawn jiġu tradotti kontinwament.", "Naturalment hawnhekk qed nitkellmu dwar dawk l-istandards li nġibu minn barra.", "M'hemm xejn xi jżomm lill-awtorita` milli tippubblika bil-Malti dawk l-istandards li jkunu home-grown.", "Li se jiġi ppubblikat bl-Ingliż huwa l-katalogu, li huwa voluminuż ħafna, u mhux l-istandard innifsu għaliex it- text ta' dawk l-istandards huma aċċessibbli għall-pubbliku mill-uffiċċju ta' l-awtorita` u m'humiex se jiġu ċirkolati jew ippubblikati permezz tal- gazzetta tal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, l-ewwel reazzjoni ta' min forsi ma jkunx daħal fil-fond ta' l-emenda li ressaq l-Onor.", "Hyzler tkun li ma jaqbilx magħha.", "Ir-raġuni hija li qed jintqal li se jidħlu ċerti miżuri biex jistgħu jiġu adottati minn ċerti entitajiet li ma jkunux kbar - liema entitajiet ħafna drabi ma jkollhomx in-nies mistħarrġa li jistgħu jifhmu sewwa bil-lingwa Ingliża - ...", "Jiena kkonsultajt ruħi ma' min kellu x'jaqsam ma' l-istandards authority u naf bħala fatt li kien hemm diffikultajiet kbar biex dawn l-istandards, speċjalment meta jkunu ġejjin minn barra, jiġu tradotti għal-lingwa Maltija.", "Pero` jiena naħseb li jkun tajjeb li wieħed jilħaq kompromess.", "U dan jista' jintlaħaq billi dawn jiġu ppubblikati bl-Ingliż, pero` jkun hemm obbligazzjoni li mal-medda taż-żmien jiġu tradotti għall-Malti.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Hawnhekk qed nitkellmu dwar fakulta` li tingħata lill-MSA li tippubblika bl-Ingliż biss.", "Naturalment jekk hi jkollha l- mezzi li tagħmel dawn it-tip ta' translations, well and good, pero` milli jiena nformat I can't see that in the foreseeable future jista' jsir dan it- tip ta' translation anke minħabba l-aspett tekniku tiegħu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kliem li huwa purament tekniku, li fil-prattika se jfisser li l-Malti se jkun totalment in inverted commas jew in italics.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena għadni xorta qed nifhem li din il-liġi qisha \"Sur m'hu xejn\" għaliex ma nistax nifhem x'effett jista' jkollha translation meta mbagħad kulħadd jista' jġib li jrid, jilħaq jew ma jilħaqx l-istandard rikjest.", "Ħalli nġib eżempju, u m'iniex se noqgħod insemmi bibien, ħaxix u frott imma se nsemmi xi ħaġa ftit aktar gravi.", "Se nieħu l- eżempju tal-pulizija tat-traffiku.", "Jiġri li toħroġ tender għal crash helmets u jinxtraw dawk li jkunu l- orħos.", "Jiġifieri dawn il-pulizijia m'humiex protetti bl-istandards rikonoxxuti minn ċerti pajjiiżi li aħna dejjem għedna li għandna nħarsu lejhom bħala eżempju.", "U għalhekk jien qed ngħid li f'kull klawsola qed nara l-element tas-\"Sur m'hu xejn\".", "Din hija awtorita` jew m'hijiex?", "Nerġa' ngħid li ninsabu fis-sena 2000 u għadhom ma jeżistux standards fejn jidħlu l-crash helmets, u naf x'qed ngħid; l-importanti li tilbisha ħalli tiffranka ċitazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ħalli nipprova nispjega anke fuq l-eżempju li ta l- Onor. Farrugia stess, pero` nixtieq li nagħmlu sforz sabiex nifhmu x'inhuma l-implikazzjonijiet anke ta' dan l-eżempju.", "Jekk hemm liġi li tirregola l- użu tal-helmets, jiena għandi nifhem li se jkun hemm essential requirement marbut ma' dak il-helmet, jiġifieri li l-helmet irid ikun ta' ċertu tip altrimenti se nkomplu naraw fit-triq nies għaddejjin fuq il-muturi bil- helmets tat-tfal li tixtri mill-ħwienet tal-ġugarelli biex taparsi jissodisfaw il-liġi.", "Li jien nixtieq li wieħed jifhem huwa li jekk jeżisti essential requirement taħt Kap 225 li jgħid li l-helmet irid ikun ta' ċertu tip, allura jrid ikun ta' dak it-tip.", "Issa meta inti tistieden call for tenders se tistaqsi lil min ikun tefa' t-tender liema standard uża u dak li jgħidlek li ma uża standard ta' xejn probabbilment se taqbad u twarrbu.", "Issa jekk nerġgħu mmorru fiż-żmien fejn it-tenders nagħtuhom lil min jitfa' l-orħos offerta biex niffrankaw il-flus kif konna nixtru t-telephone systems tal-pajjiż qabel, allura dik hija kwestjoni oħra, pero` jien nawgura li dak iż-żmien ħriġna minnu.", "Kieku nkun se noħroġ it-tender jien, inkun irrid niċċekkja liema standard intuża biex ġie milħuq l-essential requirement taħt Kap 225.", "Jekk imbagħad min ikun tefa' t-tender ma jkunx irid jgħidli liema standard uża, probabbilment inwarrabu sakemm ma nkunx miġnun.", "Jekk mill-banda l-oħra, min ikun tefa' t-tender jgħidli li uża ċertu standard jiena nista' nitlob lill-MSA tiċċekkjali l-prodott taħt id- direttorat tas-certification u tgħidli jekk jissodisfax l-essential requirement.", "Voldieri issa mhux aktar każ ta' \"Sur m'hu xejn\" għaliex is-\"Sur m'hu xejn\" se jkollu l-poter li jiċċekkja l-istandard li inti qed tgħid li qed tagħtini!", "Nispera li ċċarajt dan il-punt.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 19, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Marka ta' konformita`.", "Clause 20 - Conformity mark.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din hija l-klawsola li tagħti s-setgħa lill- awtorita` li toħroġ il-permessi għall-użu ta' marka ta' konformita`.", "Issa kif rajna, il-marka tal-konformita` huwa dak il-permess li jingħata mill- awtorita` biex wieħed ikun jista' tgħid li prodott jissodisfa standards u jwettaq il-kondizzjonijiet preskritti f'dawk l-istandards u li inti qed tiddikjara li hemm konformita` magħhom.", "Issa kif rajna, taħt kapitlu 187, il-Malta board of standards ta' dak iż-żmien kien joħroġ marka magħrufa bħala l-flower mark li fil-prattika naħseb intużat ftit li xejn, anzi nista' ngħid li ma tgawdi minn ebda tip ta' isem, tajjeb jew ħażin.", "Issa din il-liġi se tħassar il-marka ta' kwalita` taħt il-liġi l-antika u se ddaħħal minflok kunċett ta' marki ta' konformita` ma' standards.", "Dawn l- istandards kif rajna għad iridu jiġu ppubblikati b'avviż legali u mistennija jintużaw partikolarment fi prodotti lokali jew indiġeni.", "L- eżempji ovvji huma l-bizzilla u l-filugranu għal dak li għandu x'jaqsam ma' artiġġjanat jew fil-każ ta' l-ikel, il-ġbejniet.", "Jiena kont ispirajt li l- ħobż magħmul Ħal Qormi kellna xi tip ta' poter li nagħtu l-marka ta' konformita` ma' standard imma hawn min forsi jsib diffikulta` b'dan!", "Fil-prattika l-mod kif titħaddem hija li l-MSA tħejji kodiċi ta' prattika flimkien mal-kunsill ta' l-artiġjanat, li mbagħad jiġi kkomunikat lill- artiġġjani tagħna li kemm-il darba jkunu jixtiequ li joqogħdu għal dak l- istandard jkunu obbligati josservaw dan il-kodiċi.", "L-infurzar se jsir taħt il-liġi u jsir minn din l-awtorita' stess.", "Huwa importanti ngħidu li l-uniku infurzar li se jsir taħt din il-liġi huwa biss rigward il-marka tal- konformita`.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, m'għandniex rimarki dwar din il- klawsola għaliex naqblu perfettament ma' kif inhi magħmula; naqblu li jkun hemm din il-marka tal-konformita`, naqblu li hemm bżonnha, naqblu mal- ħtieġa tagħha u naqblu li għandu jkun hemm enforzar dwarha wkoll.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela se npoġġi klawsola 20 għall-vot.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Dħul f'fabbriki u teħid ta' kampjuni.", "Clause 21 - Access to factories and taking of samples.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, din il-klawsola tagħti l-fakulta` li l- uffiċjali awtorizzati mill-awtorita` jidħlu f'postijiet fejn jiġu manifatturati prodotti jew jiġu provduti servizzi soġġetti għal marka ta' konformita` għal fini ta' spezzjoni u t-teħid ta' kampjuni.", "Min jopponi din it-tip ta' spezzjoni jista' jkun misjub ħati ta' reat u jiġi espost għal multa ta' bejn Lm50 għal Lm200 jew/u priġunerija minn xahar sa tliet xhur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Charman, hawnhekk ukoll jidher ċar li din il-klawsola qiegħda tipprovdi sabiex prodotti li jkunu ġenwinament magħmulin jiġu mogħtija xi forma ta' protezzjoni biex min ikun qed jabbuża tkun tista' ssir spezzjoni tal-fond tiegħu.", "Din hija konsegwenzjali għall- klawsola Ii qbilna magħha u naturalment qed naqblu ma' din ukoll.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nista' npoġġi klawsola 21 għall-vot.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 21 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti.", "Clause 22 - Power of Minister to make regulations.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, għal klawsola 22 nipproponi din l- emenda:", "\"L\" Is-subklawsola (2) tal-klawsola 22 għandha titħassar u s-subklawsola (1) tagħha għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala l-klawsola 22.", "\"L\" Subclause (2) of clause 22 shall be deleted and subclause (1) thereof shall be renumbered as clause 22.", "Ir-raġuni għal din l-emenda hija ovvja.", "Aħna ma xtaqniex li r-regolamenti jkunu bl-Ingliż biss imma ridna li jkunu anke bil-Malti.", "Jista' jkun li din daħlet hawnhekk minflok fejn kellha tidħol qabel fil-kwestjoni tal- pubblikazzjoni tal-lista ta' l-istandards.", "Voldieri r-regolamenti għandhom isiru kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.", "Issa għal dak li jirrigwarda l- klawsola nnifisha qed nitkellmu dwar is-setgħa tal-ministru li jagħmel regolamenti in konnessjoni mal-marka tal-konformita`.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, jien xtaqt nirrimarka dwar il- fatt li qed jingħad li l-ministru se jkollu l-poteri li jippreskrivi l- marka jew is-simbolu li huma ta' natura dettaljata u naħseb li kien ikun xieraq kieku l-ministru, qabel ma jagħmel dawn ir-regolamenti, jieħu l- parir ta' l-awtorita`.", "Huwa minnu li this is an empowering clause imma naħseb li ikun aktar għaqli kieku l-ministru jaġixxi wara li jkun ikkonsulta ruħu ma' l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, m'għandix diffikulta` li nagħmel emenda f'dan is-sens u sakemm tiġi mħejjija l-emenda nitlob il-permess sabiex din il-klawsola tiġi posposta.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 23 - Emendi konsegwenzjali għall-Att dwar Deskrizzjonijiet Kummerċjali, Kap. 313", "Clause 23 - Consequential amendments to the Trade Description Act, Cap.", "313", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Din il-klawsola tittratta l-emendi konsegwenzjali għall-Att dwar Deskrizzjonijiet Kummerċjali.", "L-applikazzjoni ta' dan l-Att se tiġi estiża biex tinkludi s-servizzi - s'issa kienet tkopri biss prodotti - u qegħdin nikkreaw ukoll spazju għal marka ta' konformita` fis- sens li qed indaħħlu marki ta' konformita` fl-ambitu ta' trade description.", "Oltre minn hekk hemm imbagħad il-kwestjoni tal-pieni fejn apparti l-pieni tal-flus u ħabs li ssib taħt it-Trade Description Act qed jiżdiedu l-pieni ta' konfiska ta' oġġetti u s-sospensjoni tal-liċenzja bħala possibbiltajiet oħra ta' pieni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jiġifieri din il-klawsola qed tiddaħħal sabiex jiġi emendat l-Att dwar Deskrizzjonijiet Kummerċjali ħalli ma jkunx hemm konflitt bejn bejn dan l-att u l-liġi li qed nitkellmu dwarha llum.", "Qed nifhem sew?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Eżattament!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Tħassir u reservi.", "Clause 24 - Repeal and saving.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HZYLER: Din il-klawsola qiegħda tħassar Kap 187 kollu ħlief għal dawk ir-regolamenti maħruġa taħtu.", "Dawk ir-regolamenti se jibqgħu jeżistu daqslikieku qegħdin taħt din il-liġi.", "Din il-klawsola qed tgħid ukoll li l-awtorita` se tkompli sseħħ, jiġifieri mhux tispiċċa u terġa' tibda imma hemm il-kontinwita` u li l-istandard orders, li tant ikkreawlna konfużjoni, se jibqgħu jseħħu wkoll.", "Naturalment dan huwa biss a matter of time, fis-sens li immedjatament li tiġi fis-seħħ din il-liġi, dawn l-orders jibdew jiġu mħassra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 24.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti.", "Clause 22 - Power of Minister to make regulations.", "(Posposta aktar kmieni fil-kumitat)", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, fuq suġġeriment ta' l-Onor.", "Attard Montalto, għal din il-klawsola se nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"M\" Fi klawsola 22 minnufih wara l-kliem \"jagħmel regolamenti\" għandhom jidħlu l-kliem \"wara konsultazzjoni ma' l-Awtorita'\".", "\"M\" In clause 22 immediately after the words \"The Minister\" there shall be inserted the words \", after consultation with the Authority,\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"L\", kif imressqa u moqrja mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"M\" kif imressq u moqrija mis- Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 22, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"N\" Fil-klawsola 1 minflok il-kliem \"għall-Għemil ta' Standards\" għandhom jidħlu l-kliem \"dwar l-iStandards\".", "\"N\" In clause 1 for the word \"Standardisation\" there shall be substituted the word \"Standards\".", "L-iskop ta' din l-emenda huwa sabiex jiġi rifless aħjar l-iskop prinċipali ta' l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "L-emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor Membri: Aye) Dawk kontra?", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR GEORGE HYZLER: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jiġi awtorizzat jikkorreġi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkorreġi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjakom.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' Lulju, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici huwa in possesion.", "ONOR.", "MICHEAL BONNICI: Mr Speaker.", "Kif kont qed ngħid, hawn qbil ġenerali li din il-liġi hi waħda tajba u qiegħda tagħti ċerti drittijiet lill-konsumatur, tpoġġi ċerti obbligi fuq il-kummerċjant u tiddefendi kemm lill-konsumatur kif ukoll lill-kummerċjant.", "Dalgħodu kont qed ngħid ukoll kemm huwa importanti li l-poplu jifhem li din il-liġi qiegħda ssir sabiex huwa jiġi protett minn prodotti jew servizzi li ma jkunux tajbin.", "Fil-fatt taqsima VI tal-liġi tagħmel enfasi għal atti li m'humiex ġusti u tgħid li għandu jiġi stabbilit perijodu li fih il-kummerċjant ikun jista' jiġi avżat b'xi difett fil-prodott jew servizz li jkun bigħ għaliex m'huwiex ġust li l- kummerċjant ma jħallix żmien biżżejjed lill-konsumatur sabiex jipprova l- oġġett li jkun xtara.", "Dan japplika l-aktar fil-każ ta' għarajjes li jixtru ċerti appliances ħafna żmien qabel ma jkunu se jużawhom.", "F'każi bħal dawn isir ftehim bejn min ikun qed jixtri u min ikun qed ibigħ li jgħid li l-garanzija tibda tgħodd minn meta jitneħħa s-siġill minn fuq l-oġġett, pero` jiddispjaċini ngħid li hawn uħud min-negozjanti li dan il-ftehim ma jonorawhx.", "Jien nixtieq li tiddaħħal xi klawsola f'din il- liġi li torbot kemm lill-konsumatur kif ukoll lill-kummerċjant mal-kuntratt li jkunu għamlu.", "Din il-liġi ssemmi affarijiet oħra importanti li jolqtu ħafna lill-konsumatur u għalhekk jiena nagħmel appell sabiex meta din il- liġi tgħaddi mill-Parlament, din l-informazzjoni tiġi ppubblikata ħalli l- pubbliku jkun jaf xi drittijiet għandu meta jkun se jixtri xi prodott jew servizz.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li nitlob li l-ministru jikkonsidra tirrigwarda artiklu 44 kif pospost f'Taqsima VI ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Paragrafu 2 (g) ta' dan l-artiklu jgħid li \"jeħtieġu lil-konsumatur li jkun naqas milli jwettaq l-obbligazzjoni tiegħu, li jħallas b'kumpens lill-kummerċjant ammont li jkun sproporzjonatament għoli ħdejn il-valur ta' l-oġġetti jew is- servizzi mixtrijin jew mikrijin;\".", "Jiena nissuġġerixi li fl-aħħar ta' dan il-paragrafu jiżdiedu l-kliem \"jew inkella mogħtija\".", "M'huwiex ġust li meta persuna ma tasalx biex tħallas għall-prodott li tkun xtrat, minbarra li jitteħdilha l-prodott tkun trid tagħti kumpens lill-kummerċjant; il- kummerċjant għandu jieħu dak li hu tiegħu bi dritt pero` m'għandux japprofitta ruħu minn dak il-konsumatur li ma jkunx wasal biex iħallas.", "Huwa tajjeb għalhekk li din il-liġi qed tipprovdi anke għal din l- eventwalita`.", "Paragrafu (k) ta' l-istess subartiklu jgħid li \"jipprojbixxu lill- konsumatur milli jikseb it-tħassir tal-kuntratt jekk il-kummerċjant jonqos milli jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu;\".", "Dan il-paragrafu qed jipproteġi lil dak il-konsumatur li jkun irid ikompli jinsisti li l- agreement li jkun sar jiġi onorat.", "Nafu kemm f'pajjiżna jinqalgħu argumenti bejn konsumaturi u kummerċjanti dwar pagamenti jew difetti fil- prodotti, liema argumenti ħafna drabi jispiċċaw jitkomplew il-qorti.", "Għalhekk huwa tajjeb li din il-liġi qed tipprovdi anke għal dawn iċ- ċirkostanzi.", "Hemm imbagħad klawsola li titkellem dwar fuq min għandu jidħol responsabbli għal prodotti difettużi.", "Illum il-ġurnata għandna diversi prodotti elettroniċi fis-suq u għalkemm il-kummerċjant jagħmel kull mezz possibbli li jkollu after sales service, jista' jagħti l-każ li ma jkollux nies trained biżżejjed fuq dak il-prodott.", "Hawn ħafna kumpanniji serji li qabel ma jimportaw prodott jibagħtu technicians minn barra sabiex ikunu jistgħu jaraw kif jitħaddmu ħalli jekk jinqala' każ ta' tiswija ikollu n- nies kwalifikati biżżejjed biex jagħmlu dak ix-xogħol, pero` xi kultant tinqalgħalek xi ħsara f'xi prodott u peress li tal-ħanut ma jkollux nies trained biżżejjed biex isewwuh, u peress li jkun għadu taħt garanzija, jgħidlek li se jibagħtulek barra.", "Issa meta jiġri hekk mhux talli ddum tistenna sabiex dak il-prodott jerġa' jiġi lura, talli ħafna drabi jkollok tħallas l-ispejjeż tal-posta wkoll.", "B'din il-liġi li għandna quddiemna, il- konsumatur se jiġi protett billi r-responsabbilta` tad-difetti fil-prodotti se tintefa' fuq il-kummerċjant.", "Mr Speaker, Taqsima VIII ta' l-abbozz titkellem dwar bejgħ ta' oġġetti lil konsumaturi u tgħid li l-garanzija kummerċjali trid tingħata bil-miktub u anke tkun miktuba b'lingwa li tinftiehem.", "Dan ifisser li l-garanziji jridu jkunu miktuba b'mod li the man in the street ikun jista' jifhimhom u jifhem ukoll il-piżijiet li jkun dieħel għalihom.", "Hemm imbagħad klawsoli li jitkellmu dwar l-infurzar tal-liġi u klawsoli oħra li jitkellmu dwar għoti ta' servizzi.", "U xtaqt hawnhekk nitkellem dwar dawn ta' l-aħħar.", "Kulħadd jaf li biex tabib, avukat, nutar, perit, accountant u professjonisti oħra jagħtu servizz għandhom bżonn ta' warrant, filwaqt li dawk li jaħdmu f'diversi snajja' m'għandhomx bżonn dan il-warant.", "Jien hawnhekk nappella lill-gvern sabiex bħalma qiegħed jintroduċi standards għal ċerti prodotti, jara li ssir reġistrazzjoni tan-nies tas-sengħa.", "Ma jistax ikun li bniedem per eżempju imur jaħdem ta' bennej mingħajr ma jkun studja kif jagħmel dak ix-xogħol għaliex għalkemm l-esperjenza hija importanti, il-kwalifiki huma importanti wkoll.", "L-istess jista' jingħad għall-plumbers u l-electricians.", "Jien nappella sabiex kulmin huwa rreġistrat bħala bniedem tas-sengħa jkollu speċi ta' ċertifikat li juri li huwa kapaċi jagħmel dak ix-xogħol partikolari ħalli ma jkollniex aktar complaints minn konsumaturi li jkunu qabbdu nies li ma jkunux tas-sengħa jagħmlulhom xi xogħol u meta joħorġilhom xi difett u jfittxuhom, ma jkunux iridu jirranġawlhom għaliex jgħidulhom li jkun tort tagħhom.", "Huwa veru li aħna l-Maltin kapaċi nitgħallmu sengħa malajr, pero` m'huwiex sewwa li, per eżempju, jkollna mechanics li jkunu ħadu t-training tagħhom sempliċement bl- esperjenza.", "Min jaħdem ta' mechanic ukoll għandu jkollu ċertifikat li juri li huwa kapaċi jagħmel dak ix-xogħol ħalli l-konsumatur ikun jaf li mar għand bniedem li huwa mħarreġ sew f'dik il-materja.", "Mr Speaker, nerġa' hawnhekk nagħmel appell lill-insurance companies li l- aktar li jkollhom agreements miktubin bl-Ingliż.", "Dawn jgħidu li r-raġuni għalfejn jiktbu l-agreements bl-Ingliż hija għaliex għandhom il-parent company Ingliża u allura ma jistgħux jagħmlu agreements bil-lingwa Maltija.", "Huwa veru li kemm-il darba wieħed ma jkunx jifhem bl-Ingliż jista' jitlob li jingħatalu l-agreement bil-Malti, pero` dan jenħtieġ li jiġi nforzat b'liġi.", "Irrid hawnhekk insemmi wkoll ir-reklami li ħafna drabi jagħmlu l-prodott jidher attraenti ħafna billi anke jiġu offruti ċerti discounts pero` imbagħad jinstab li jew il-prodotti għandhom xi difett jew inkella huma second hand.", "Jien nagħmel appell lill-konsumaturi sabiex ma jiġux imqarrqa - u l-liġi tagħmel enfasi kbira dwar dan - bir-reklami.", "U la qed insemmi r-reklami ma nistax ma nsemmix il-mod li bih jiġu rreklamati t-tours.", "Illum hawn ħafna aġenziji ta' l-ivvjaġġar li jirreklamaw it-tours tagħhom pero` ħafna drabi ssib li l-lukandi lussużi u l-excursions li jsemmu fir-reklami jkunu ferm differenti minn dak li fil- fatt wieħed isib meta jmur fuq dak it-tour.", "Safejn naf jien din il-liġi ma titkellem xejn dwar vjaġġi u għalhekk jien nagħmel appell lill-ministru sabiex jdaħħal xi klawsola li tkun tirrigwarda l-vjaġġi għal barra minn Malta.", "L-aħħar ħaġa li ridt nitkellem dwar tirrigwarda l-prezzijiet.", "Jien niskanta meta nisma' bil-prezzijiet esaġerati li qed jiġu ċċarġjati dawk li jattendu ċerti night clubs u restaurants; flixkun ilma li l-iktar li jista' jiswa huwa 20c jew 21c qed jinbiegħ Lm1 u anke Lm1.50.", "Jien nappella ħafna biex ma tkomplix issir din l-inġustizzja speċjalment mat-tfajliet u l- ġuvintur li jattendu dawn il-postijiet ta' divertiment.", "Għaliex għandhom jiġu misruqa b'dan il-mod iż-żgħażagħ li qegħdin imorru f'dawn il-postijiet biex jiddevertu b'mod onest?", "Jien nifhem li l-prezzijiet tar-restaurants jew night clubs ikunu xi ftit aktar għoljin min-normal biex jagħmlu tajjeb għax-shows li jkunu qed isiru, pero` hemm qliegħ raġjonevoli u hemm serq.", "Jien minn hawnhekk nappella sabiex il-prezzijiet ikunu ġusti, u fil-fatt din il-liġi tirrikkmanda sabiex fejn jinstab li jkun hemm abbuż tittieħed azzjoni.", "U hawnhekk xtaqt nagħmel aċċenn għall-irċevuti.", "Huwa mportanti li l- konsumatur jitlob l-irċevuta għaliex din hija l-garanzija tiegħu għas- servizz jew prodott li jkun xtara.", "Ikun stupidu min ma jitlobx irċevuta għaliex b'hekk ikun qed jagħti lok lill-kummerċjant biex japprofitta ruħu.", "Minbarra li n-negozjant ikun qed jisraq lill-konsumatur u ma jkunx qed jonora l-provvedimenti tal-liġi, ikun ukoll qed jeħles mir-responsabbilta` għaliex jekk kemm-il darba dak li jkun xtara l-prodott imur għandu b'xi complaint, dan jista' jgħidlu li dak il-prodott mhux veru mixtri mingħandu għaliex ma jkollux xejn x'juri li hu hekk.", "Mr Speaker, bħalma diġa` għedt, din hija liġi tajba ħafna li se tkompli tħares id-drittijiet tal-konsumatur u nerġa' nappella sabiex malli tgħaddi minn dan il-parlament tiġi ppubblikata b'mod li kulħadd ikun jaf xi tgħid ħalli l-kosumatur ikun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu u l-kummerċjant ikun jaf x'inhuma l-obbligi tiegħu.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chirkop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, kif diġa` qalu diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra, din hija liġi pożittiva li fil-fatt ħadmu fuqha ż-żewġ naħat.", "Iżda għalihom din hija liġi pożittiva, kieku wieħed kellu jifliha sew, isib li hemm ċerti undertones fiha li jissinifikaw li jew kien hemm pressure min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea jew inkella l-gvern għamilhom awtomatikament biex ikun jista' jintogħġob ma' l-istess Unjoni.", "Fost emendi oħra li qed jiġu proposti hemm dik għal Kap 317 li jitkellem dwar il- bejjiegħa bieb bieb - liġi li kienet ġiet mgħoddija minn dan il-Parlament fl-1987 - liema emendi jixbħu ħafna l-kunċett tal-freedom of movement tal- persuni u ħaddiema li għandhom il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero` dwar dan nitkellem f'aktar dettall aktar tard, iżda ma rridx forsi nagħti l-impressjoni li din in-naħa rridu nmaqdru jew inħassru, anzi ngħid mill-ewwel li aħna m'aħniex se nivvotaw kontriha.", "L-Onor.", "Hyzler dalgħodu beda d-diskors tiegħu billi qal hekk:", "\"Qabel ma wieħed jibda jiddiskuti l-liġi fid-dettall, tajjeb li nagħmlu xi ftit riflessjonijiet in ġenerali u naħseb li jkun propizju li l-ewwel ħaġa li għandna bżonn niddefinixxu meta qegħdin niddiskutu din il-liġi tal-konsumatur hija proprju x'nifhmu bit-terminu \"konsumatur\"\".", "Naħseb li l-konsumatur nistgħu niddefinixxuh billi ngħidu li huwa dak il- bniedem, jew inkella grupp ta' individwi, li permezz ta' forma ta' aġent - li llum il-ġurnata mhux bilfors jieħu l-forma ta' persuna imma jista' anke jieħu l-forma ta' xi oġġett tekniku, bħalma huwa l-internet jew l-e-mail, cioe` l-computer - jitolbu u jagħmlu użu minn xi servizz partikolari għal perijodu definit ta' żmien.\".", "Minn din id-definizzjoni naraw li l- konsumatur mhux bilfors huwa persuna waħedha imma fil-fatt tista' anke tikkostitwixxi grupp ta' persuni, bħalma tista' tkun familja intera li tkun qiegħda tixtri vakanza barra l-pajjiż.", "Barra minn hekk, f'din l-istess definizzjoni ta' x'inhu l-konsumatur jidħol ukoll il-kunċett li servizz li jkun qed jixtri jew jikkonsma individwu jew grupp ta' persuni, mhux bilfors ikun servizz ta' għamla permanenti imma jista' jkun ukoll servizz ta' għamla temporanja; hemm differenza bejn li tixtri televiżjoni jew airconditioner għal li tikri post għal perijodu qasir ta' żmien.", "Jien naħseb li nkunu qegħdin nonqsu kemm-il darba din il-liġi ma neżaminawhiex anke mill-aspett ta' globaliżżazzjoni u nformatika.", "Qed ngħid dan għaliex hawnhekk ovvjament jidħol ukoll il-kunċett ta' l- elettronika u l-fenomenu ta' kif il-globaliżżazzjoni qed teffettwa dan il- qasam permezz ta' l-internet u anke forom oħra ta' reklamar jew bejgħ, bħalma huwa t-teleshopping jew il-bejjiegħa bieb, bieb.", "L-avvanzi li saru u għadhom qed isiru fil-qasam tat-teknoloġija tant isiru b'pass mgħaġġel li ħadd ma jkunx jaf għada x'sed jsib ma' wiċċu f'dan il-qasam; sakemm qed nitkellmu hawnhekk illum min jaf kemm qed isiru żviluppi teknoloġiċi f'dan il-qasam!", "L-avvanzi teknoloġiċi mhux biss iġibu tibdil fil-forom ta' l- affarijiet li nikkomunikaw bihom imma anke paripassu jġiegħlu lill-bniedem jimmodifika strutturi sħaħ ħalli jagħmlu tajjeb għal dan l-istess tibdil.", "Per eżempju, l-internet mhux biss qed iġib tibdil fid-dinja tal-computers minn fejn twieled huwa stess bħala servizz, imma qed iġib taqlib sħiħ f'kull qasam tal-ħajja, kemm jekk huwa l-qasam kummerċjali, kemm jekk huwa l-qasam soċjali - bħalma huwa dak li jissejjaħ internet chatting liema servizz ta' komunikazzjoni jużawh nies li jkunu waħedhom, nies għomja jew inkella bi bżonnijiet speċjali li Allaħares ma jkunx dan is-servizz għalihom għaliex inkella ovvjament jispiċċaw aktar u aktar iżolati mill- ħajja ta' kuljum - kif ukoll jekk huwa l-qasam finanzjarju.", "Fil-qasam finanzjarju f'dawn l-aħħar ftit snin rajna t-tfaqqis ta' kumpanniji li jadoperaw l-internet fuq bażi globali u spiss qed jiġri li l- istess kwotazzjoni ta' dawn il-kumpanniji fuq l-istock exchanges tkun ferm ogħla mill-assets li fil-fatt ikollhom.", "Fiha nnifisha li jkollok kumpannija li tkun ikkwotata aktar milli suppost, tista' tkun xi ħaġa riskjuża, iżda li r-riskji tagħha madankollu se jolqtu biss dawk il-ftit li jażżardaw jinvestu f'dawn il-kumpanniji.", "Jien nemmen li l-qasam kummerċjali huwa ferm aktar sensittiv minn hekk u għaldaqstant wieħed irid jimxi b'ħafna aktar kawtela meta jkun qed ifassal xi forom ta' liġijiet li jirregolaw dan il-qasam sabiex verament nipproteġu l-interessi tal- konsumaturi tagħna.", "Għal dak li jirrigwarda l-internet ma nistgħux biss inħarsu lejn l-isfera nazzjonali imma rridu ta' bilfors inħarsu lejn l-isfera internazzjonali għaliex qed ikollok aktar u aktar Maltin li qed jixtru servizzi u prodotti permezz ta' l-istess internet.", "U fid-dawl ta' dan it-taqlib kollu fil- qasam tal-kummerċ bilfors li minn żmien għal żmien inħossu l-bżonn li nemendaw, jekk mhux inbiddlu għal kollox, il-qafas li għandna li jipproteġi lill-konsumatur.", "Wieħed mill-fenomeni li rajna jikber b'rata allarmanti ġo pajjiżna matul dawn l-aħħar ftit snin huwa proprju l-fenomenu tal-bejjiegħa bieb, bieb, pero` dwar dan nitkellem aktar tard.", "Fl-1994 din il-Kamra kienet għaddiet liġi li fiha ġie provvdut għal twaqqif ta' kariga ta' direttur u anke għal kunsill għall-affarijiet tal- konsumatur, u wara perijodu relattivament qasir, qegħdin diġa` inħossu l- ħtieġa li nimmodifikaw ħafna punti minn dik l-istess liġi.", "Aktar kmieni jien għamilt aċċenn fuq kif għandna niddefinixxu l-kelma konsumatur u għedt li l-konsumatur jista' jkun individwu jew inkella grupp ta' persuni.", "U dawn huwa rifless proprju f'waħda mill-ewwel emendi li nsibu f'din il-liġi li tgħid li \"Kull individwu ieħor li ma jkunx ix-xerrej jew benefiċjarju dirett, u sew jekk ikunx jew le membru tal-familja tal-konsumatur, li għax ikun espressament jew taċitament awtorizzat jew permess mill-konsumatur, seta' kkonsma, uża jew ibbenifika minn xi oġġetti jew servizzi pprovduti lill-konsumatur minn kummerċjant li jkun qed jaġixxi fil-kors ta' xi kummerċ ...\".", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin inwessgħu l-umbrella tal- protezzjoni tal-liġi versus l-istess interessi tal-konsumatur.", "Din l-emenda qiegħda tbiddel id-definizzjoni ta' konsumatur li mhux se jibqa' jiġi definit bħala individwu wieħed imma li jista' jinkorpora grupp ta' nies, bħal per eżempju, l-istess familjari jew ħbieb ta' dik il-persuna li tkun xtrat il-prodott u li tkun ġiet fdata biex tagħmel użu minnu.", "Eżempju ta' dan huwa li jekk xi ħadd ikun xtara televiżjoni u tinqalagħlu xi ħsara waqt li ma jkunx qed jużah hu, xorta waħda jkun covered bil- garanzija.", "Kieku ma kienx għal din l-emenda - u jien naqbel perfettament magħha - f'każ bħal dan, il-garanzija ma kenitx tkopri lix-xerrej.", "Artiklu 4 tal-liġi oriġinali jipprovdi għall-mod kif għandu jkun kompost il-kunsill għall-affarijiet tal-konsumatur u forst oħrajn jgħid li kunsilliera lokali ma jistgħux jiffurmaw parti minn dan il-kunsill.", "B'dan l- abbozz ta' liġi dan il-proviso qed jitneħħa, pero` jien personalment nemmen li l-fatt li jista' jkun hemm kunsilliera lokali maħtura mill-ministru fuq dan il-kunsill, jista' joħloq xi tip ta' konflitt ta' interess.", "Jien naħseb li f'dan ir-rigward kien ikun ferm aħjar kieku ħallejna l-liġi kif inhi llum għaliex jista' jinqala' każ fejn kunsillier lokali jkollu xi interess, b'mod anke indirett, relatat ma' xi businessman li jkun qiegħed f'xi argument ma' xi konsumatur, u allura dan il-kunsillier se jkollu l- interess li jiġbed il-ħabel ta' dak il-businessman u minflok ma jkun qed jaġixxi fl-interess tal-konsumatur, ikun qed jaġixxi fl-interess tal- kummerċjant li jista' anke jkun qed iqarraq bl-istess konsumatur.", "Mr Speaker, f'każ li l-prodotti kkonċernati jkunu prodotti bażiċi u neċessarji għall-ħajja, irridu noqogħdu attenti kif nagħmlu ċertu tibdil.", "Qed ngħid dan għaliex filwaqt li f'parti minn dan l-abbozz ta' liġi hemm li l-ministru se jingħata aktar poteri personali, f'parti oħra nsibu li hemm bżonn li nagħmlu kontroll tal-prezzijiet li jkun aktar trasparenti.", "Fl- opinjoni tiegħi, dawn iż-żewġ affarijiet imorru kontra xulxin għaliex jekk inti se tgħaddi poteri f'idejn il-ministru, jiġifieri f'idejn persuna waħda, tkun qiegħed tnaqqashom min-naħa tal-kunsill u allura ma nistax nifhem kif se jkollna kontroll tal-prezzijiet li jkun qed jadopera b'mod aktar trasparenti.", "Mr Speaker, din il-liġi qed tipprovdi anke għall-ministru li jkollu s- setgħa li jagħmel regolamenti dwar ir-reklamar u kull prattika oħra simili sabiex jiġi żgurat li r-reklamar ikun ġust u mhux qarrieqi.", "B'dan ukoll qed ikomplu jiġu protetti l-interessi tal-konsumatur.", "Eżempju komuni ħafna li wieħed jista' jġib f'dan il-każ huwa dak tat-tipjip.", "Kulħadd jaf kemm is- sigaretti jagħmlu ħsara għal saħħet il-bniedem, kemm dan il-vizzju qiegħed fil-fatt jattribwixxi għal imwiet, u kemm qed iwassal lill-gvern jonfoq flus f'dak li għandu x'jaqsam ma' trattament ta' kondizzjonijiet ikkaġunati mit-tipjip.", "Ilkoll nafu li l-pattern tal-konsum tas-sigaretti qiegħed jinbidel minn żmien għal żmien; sa madwar 15-il sena ilu hawn Malta ir-rata ta' mwiet minn cancer fil-pulmun ikkaġunat mit-tipjip kienet ta' żewġt irġiel għal kull mara, mentri llum din ir-rata qiegħda tinbidel b'tali mod li l-imwiet minn cancer tal-pulmun qed ikun kważi l-istess għaż-żewġ sessi.", "Dan qiegħed jiġri l-ewwelnett għaliex in-nisa qegħdin ipejpu aktar minn qabel u t-tieni nett għaliex il-konsum tas-sigaretti mill-irġiel qiegħed jonqos, kemm minħabba l-informazzjoni li qed tingħata kif ukoll għaliex qegħdin jirrealizzaw kemm fil-fatt is-sigaretti huma ħżiena għal saħħithom.", "Sfortunatament dan huwa vizzju li mhux lakemm taqtgħu u għalhekk kienu ddaħħlu regoli, anke fuq bażi internazzjonali, li fuq kull pakkett sigaretti u fuq kull reklam li jorbot mat-tħajjir għall-konsum tas- sigaretti, ikun hemm warning li jgħid li s-sigaretti huma ħżiena għal saħħitna.", "Iżda sfortunatament kulħadd jaf li ħafna drabi dawn l-avviżi jkunu magħmulin b'tali mod u manjiera li bilkemm jolqtu l-attenzjoni ta' min ikun qiegħed iħares lejn ir-reklam jew il-prodott.", "Kienet daħlet id- drawwa bil-mod il-mod li kumpanniji li jimmanifatturaw is-sigaretti jużaw l- isports biex jirreklamaw il-prodotti tagħhom, pero` mis-sena li ġejja mhux se jibqa' jsir aktar reklamar ta' sigaretti f'attivitajiet sportivi.", "Jien nieħu gost ninnota li anke hawn Malta mis-sena d-dieħla stess l- isponsors ta' l-MFA m'humiex se jibqgħu dawk li hemm bħalissa, jiġifieri brand partiikolari ta' sigaretti.", "B'hekk kulmin ikun qed jipprattika xi tip ta' sport inħalluh jagħmel dan bil-kwiet u mingħajr ebda influwenzi negattivi kemm fuqu kif ukoll fuq min ikun qed isegwih.", "Mr Speaker, din il-liġi taħseb ukoll biex tirregola s-suq tal-bejgħ rimot.", "Hemm bżonn li noqogħdu attenti ħafna sabiex verament nikkontrollaw dan is-suq, suq li jikkonċerna mhux biss it-teleshopping, jiġifieri r- reklamar u l-bejgħ ta' prodotti permezz tat-televiżjoni, imma anke x-xiri ta' prodotti u/jew servizzi minn fuq l-internet.", "Kif għedt diġa`, il- fenomenu tat-teleshopping u tal-bejgħ minn fuq l-internet beda proprju f'dawn l-aħħar ftit snin u għadu qed jiġi żviluppat.", "Huwa fenomenu li ġie fuqna minħabba l-istess avvanzi fit-teknoloġija u s-saħħa kbira tal- globalizzazzjoni u fil-fatt illum il-ġurnata nsibu wkoll Maltin li qed jużaw l-internet biex jordnaw servizzi minn barra l-pajjiż u anke jixtru ċerti affarijiet, bħal per eżempju, kotba.", "Dan huwa fenomenu li tista' tgħid m'għandu ebda limitu u għalhekk meta nkunu qegħdin infasslu liġi bħal din irridu nkunu verament konxji mill-fatturi li dan huwa fenomenu riċenti li għadu fit-twelid tiegħu, li hemm avvanzi teknoloġiċi kbar u li l-pajjiżi tad-dinja qegħdin jamalgamaw ruħhom b'mod li qed ikun hemm kompetizzjoni internazzjonali diretta.", "Jien naħseb li ħadd ma jinnega l-fatt li dan huwa żvilupp pożittiv, pero` naħseb li rridu noqogħdu attenti ferm meta niġu biex nilleġislaw biex kemm jista' jkun ma nikkontrollawx iż-żejjed b'mod li noħonqu l-iżvilupp u rridu noqogħdu wkoll attenti għall-aspett soċjali u kummerċjali.", "Mill-aspett soċjali rridu nipprovdu protezzjoni tajba biżżejjed għall-konsumatur b'mod li naraw li dan ma jiġix sfurzat jixtri prodott, anke jekk dan il- bumbardament jikkonsisti biss f'reklamar żejjed.", "Importanti wkoll li nġibu quddiem għajnejna l-interess ta' dawk l-istrati fis-soċjeta` tagħna li jistgħu jkunu aktar vulnerabli għal dan it-tip ta' sfruttament.", "U hemm diversi raġunijiet għalfejn ċerti strati fis-soċjeta` huma aktar vulnerabbli u jibilgħu ċertu lixka iktar minn klassijiet oħrajn.", "Dan jista' jkun minħabba nuqqas ta' edukazzjoni u nuqqas ta' foresight li ġġegħelhom ma jiġġudikawx tajjeb dwar x'verament għandhom bżonn.", "Jien nixba nara pazjenti u ħbieb tiegħi jiġu mbellgħin prodotti kosmetiċi li jġegħeluhom jemmnu li se jagħmlulhom xi mirakli dwar xi problemi mediċi, fosthom problemi tal-vini, ħxuna żejda, stretch marks, ċellulite u affarijiet oħra.", "Ħafna drabi ssib li dawn ikunu nies ġejjin mill-istrati ta' isfel tas-soċjeta` u jispiċċaw jonfqu somom fenomenali għaliex mingħalihom li b'dawn il-prodotti se jikkuraw ruħhom.", "Fil-verita` ċerti prodotti ma jkunux xjentifikament ippruvati, ma jkun hemm l-ebda standards fuqhom li jgħidu li dawn verament jagħmlu xi forma ta' ġid u gwadann mediku.", "Irrid ngħid ukoll - ladarba qegħdin fuq dan is-suġġett - li ġieli tidħol għand nies li lanqas biss ikollhom il-kumditajiet kollha bażiċi anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' struttura ta' djar, ikunu crammed kollha ġo kamra waħda, imbagħad issibilhom aktar minn televiżjoni wieħed, jekk ma ssibilhomx xi satellita wkoll.", "Hawn min jargumenta li strati differenti fis-soċjeta` tagħna jkollhom valuri differenti, u dan huwa veru, imma dawn il-valuri mhux neċessarjament ikunu l-aħjar valuri li jeżistu u allura għandu jkun anke sta għal din l-istess liġi sabiex tipprovdi xi forma ta' rabta ta' garanzija għal edukazzjoni aħjar lill-konsumatur fuq il-prodotti jew servizzi provduti.", "Għalkemm jien flejt din il-liġi sewwa, ma jidhirli li rajt l-ebda aċċenn fuq l-aspett li nedukaw lill-konsumaturi tagħna għal meta jiġu biex jagħmlu l-għażla tal-prodotti li jkunu qed jaħsbu biex jixtru.", "Aspett ieħor li jolqot dan is-suġġett tal-konsumatur mill-aspett soċajli huwa dak tal-peer pressure.", "Huwa wkoll minnu li l-istrati ta' isfel tas- soċjetajiet - mhux ta' Malta biss - ikollhom aktar pressjonijiet fuqhom sabiex jakkwistaw dak li jagħmilhom aktar komdi u dak li jagħmilhom aħjar mill-ġirien tagħhom.", "Mhux darba jew tnejn li reklam iġib persuna tixxenaq għal prodott li jkollu ħaddieħor u dan m'hu xejn ħlief sfruttament ta' sentimenti profondi soċjali għall-gwadann tal-kumpanniji li jkunu jipproduċu dak il-prodott partikolari.", "Għalhekk, permezz ta' din il-liġi għandna kemm jista' jkun neliminaw dan il-fattur darba għal dejjem.", "Tajjeb li issa ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-aspett kummerċjali.", "Importanti ħafna li jekk se nkunu qed ngħinu biex noħolqu sfond li minnu jadoperaw il-bejjiegħa, noqogħdu attenti biex fl-istess ħin ma nkissrux lil tal-ħwienet.", "Importanti li kemm jista' jkun lil dawk l-eluf ta' retailers u aġenti li għandna f'pajjiżna nibżgħu għalihom.", "Id-dinja tan-negozju u l- kummerċ huwa qasam ħaj u dinamiku; hija fin-natura tas-sengħa ta' min ibigħ li dejjem jipprova jżomm pass 'il quddiem mill-kompetituri tiegħu u ħafna drabi dak li jkun l-iktar innovattiv u kreattiv huwa dak li l-iktar jispiċċa jbigħ.", "Pero` minħabba l-pass mgħaġġel ta' żviluppi ġodda d- drittijiet u l-interessi tal-konsumatur jistgħu jiġu kkalpestati min- negozjanti lesti biex jaqilgħu sold malajr, mingħajr ma jħarsu l-interessi tal-konsumaturi nfushom.", "Nistgħu nieħdu bħala eżempju l-istess teleshopping u l-bejgħ permezz ta' l-internet.", "Meta l-konsumatur ikun qed jara prodott fuq it-television jew fuq l- internet ma jkunx jista' jeżamina l-kwalita` tal-prodott daqskemm meta jkun qiegħed jarah f'xi ħanut u għalhekk huwa aktar faċli li jiġi ngannat.", "Jekk dan is-settur tat-teleshopping u l-internet ma jiġix regolat, nispiċċaw biex noħonqu l-iżvilupp stess tiegħu għaliex il-konsumatur ma jibqagħlux fiduċja f'dan il-mezz ta' kummerċ.", "U allura sta għalina wkoll li permezz ta' din il-liġi nippruvaw nirregolaw dan is-settur bl-aħjar mod possibbli.", "Jien hawnhekk nixtieq nistqarr li nemmen li qasam daqshekk importanti m'għandux jiġi regolat permezz ta' regolamenti ad hoc; għandna nkunu aktar serji u nfittxu li nħarsu l-interessi ta' dawk li għandhom ħwienet kif ukoll l-interessi tal-konsumaturi.", "Jiena konvint li l-internet u t- teleshopping qatt ma jistgħu jieħdu post l-inter-personal relationship ta' bejn il-konsumatur u tal-ħanut, biss insibu li dawn iż-żewġ mezzi ta' bejgħ jistgħu jaffetwaw ċertu setturi ta' bejgħ iktar minn oħrajn.", "Per eżempju, barra minn Malta naraw li wieħed mill-oqsma fejn l-internet daħal bis-saħħa huwa proprju fil-qasam tal-bejgħ ta' kotba.", "Illum fl-Amerka qed nassistu wkoll għal ċerti fallimenti li qed iseħħu fil-qasam ta' l-internet.", "Eżempju ta' dan hija l-kumpannija \"Boo\" li kienet tbigħ ħwejjeġ fuq l- internet u li msieħba magħha, fost oħrajn, kien hemm il-famuża kumpannija tal-Benetton.", "Li ġara fil-każ ta' din il-kumpannija kien li minħabba li kienet qed tipprova tinganna l-konsumaturi tagħha, spiċċat biex mhux biss falliet, talli spiċċat biex effettwat b'mod ħażin lix-shares ta' l-istess kumpannija Benetton.", "Din il-kumpanija kienet ġabret miljuni kbar ta' liri minn fuq l-istock exchange Amerikan li ħafna minnhom spiċċaw intnefqu fuq l- advertising.", "Huwa veru li l-bejgħ fuq l-internet joffri opportunitajiet anke għall-konsumatur u għal min ibigħ, pero` x'jiġri f'każ li tkun tajt oġġett fuq it-television, bgħatt il-flus għalih jew inkella ħallast permezz ta' credit card u dan il-prodott ma jasalx jew il-kumpannija tispiċċa tisparixxi jew tfalli?", "X'jiġri jekk pirati ta' l-internet jirnexxilhom isiru jafu n-numru tal-credit card tiegħek u b'hekk ikunu jistgħu jiġbdu flus mill-account tiegħek?", "X'jiġri jekk, per eżempju, dawn il-kumpanniji jbigħu informazzjoni fuqek lil terzi persuni?", "Illum il-ġurnata qegħdin nassistu għal rivoluzzjoni fil-qasam tal-bejgħ.", "Dan għaliex l-att tal-bejgħ qiegħed jitbiegħed dejjem aktar mill-att tal- ħlas.", "U dwar dan irridu noqogħdu ferm attenti għaliex huwa faċli li wieħed jinqabad f'illużjoni tal-feel good factor li ħafna minn dawn is-servizzi fil-fatt jispiċċjaw jikkreaw, pero` meta fl-aħħar jiġu delivered l- affarijiet li nkunu xtrajna permezz tat-teleshopping, ħafna drabi nispiċċaw nieħdu qatgħa għaliex ikollna nħallsu.", "U tajjeb hawnhekk insemmi l-problema ta' l-użura li kulma jmur qiegħda dejjem tikber.", "Għalkemm hemm klawsola f'din il-liġi li qiegħda tagħmel riferenza għal din il-materja, naħseb li din għandha tiġi estiża wkoll għal ċerti użanzi bankarji li minn żmien għal żmien qegħdin narawhom deħlin fis-seħħ.", "Per eżempju, dan l-aħħar assistejna għal tnedija ta' offerti minn banek Maltin fejn qed jiġi offrut kreditu fuq xiri ta' karozzi mingħajr il-bżonn ta' garanziji.", "Din hija ħaġa li tista' tkun perikoluża.", "Nisimgħu wkoll diversi lmenti minn ħafna ġenituri ta' studenti li qed jiġu mħajrin jużaw credit cards minn fuq l-istess premises ta' l-iskejjel.", "Din hija xi ħaġa li rrid niddeplora b'mod assolut u bil-qawwa kollha; m'għandniex inħajru lill-istudenti tagħna jużaw dawn il-credit cards li mbagħad fl-aħħar mill-aħħar iridu jagħmlu tajjeb għalihom il-ġenituri tagħhom.", "Qegħdin naraw ukoll tidħol id-drawwa ta' bejgħ ta' karozzi mingħajr depożiti; riżultat ieħor ta' kilba sfrenata u kompetizzjoni bejn kumpanniji u banek biex jagħmlu aktar qliegħ.", "Fl-introduzzjoni tiegħi għamilt ukoll aċċenn għall-fatt li permezz ta' din il-liġi qiegħed jiġi emendat kapitlu 317 li jitkellem dwar il-bejjiegħa bieb bieb.", "Subartiklu 17 (2) tal-liġi kif inhi llum jgħid li biex tinħareġ liċenzja għal bejjiegħ bieb bieb, dan irid ikun ċittadin Malti.", "Issa b'din il-liġi dan qed jiġi emendat b'mod li qegħdin jitneħħew il-kliem \"ċittadin Malti\" u jidħlu l-kliem \"individwu ta' eta` legali\".", "Jiġifieri m'aħniex se nibqgħu ninsistu li dawn il-bejjiegħa li jaħdmu bieb bieb ikunu bilfors Maltin, iżda sempliċement qegħdin ngħidu li jridu jkunu 'l fuq minn 18-il sena.", "Jiena assolutament ma naqbilx ma' dan u narah laqiżmu sfrenat biex nintogħġbu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt artiklu 19 tal-European social charter - li Malta għadha ma rratifiktx għalih - jitkellem dwar ir- right for migrant workers and their families to protection and assistance.", "Issa kulħadd jaf kif inhi staġnata bħalissa l-ekonomija f'pajjiżna u allura ma nistax nifhem kif niġu nagħmlu emenda bħal din f'din il-liġi fejn qed nagħmlu blank cheque lill-ħaddiema barranin biex jiġu jbigħu prodotti bieb bieb ġewwa pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija waħda mill-aktar emendi oxxeni li qed tiġi proposta f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Kieku wieħed kellu jħares lejn ir-rapport li kont poġġejt jien fuq il- Mejda tal-Kamra fejn fih hemm twissija lill-gvern mill-FAS Ireland - rapport li l-Ministru Gonzi ma riedx ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra - jara li fih hemm stipulat bl-iktar ċar li jekk insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea jkollna large scale redundancies.", "U b'din l-emenda li qed tiġi proposta jista' jiġri proprju hekk.", "Għadu lanqas biss beda jiġi diskuss il- kapitlu dwar il-politika soċjali u diġa` qegħdin inwettqu ċerti bidliet f'dan il-qasam u qegħdin inbaxxu rasna għal dak li qed nipprevedu li se timponielna l-Unjoni Ewropea!", "Jien naħseb li din l-emenda għandha titneħħa speċjalment meta nafu l-limitazzjonijiet tas-suq tagħna u anke meta nafu kif tinsab staġnata - jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra u jipprovdu kemm jipprovdu figuri li juru li l-qgħad jinsab nieżel - l-ekonomija.", "U biex tkun taf f'liema sitwazzjoni tinsab l-ekonomija m'hemmx għalfejn ikollok figuri, kulma trid tagħmel huwa li titkellem man-nies.", "Aħna nitkellmu ma' nies u nisimgħu ħafna garr, kemm minn industrijalisti, aġenti u retailers Laburisti kif ukoll minn dawk Nazzjonalisti.", "Jekk ikun hemm il-ħtieġa jiena lest li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-artiklu 19 tas- social charter tal-Council of Europe li semmejt aktar kmieni li jitkellem dwar id-drittijiet li għandhom ikollhom ħaddiema li jemigraw minn post għall-ieħor.", "Għandi wkoll kopja ta' dokument li juri li pajjiżna għadu ma rratifikax għal dan l-artiklu.", "Jidher pero`, anke minn ċerti emendi li hawn proposti f'din il-liġi, li dan se jkollna nagħmluh malajr kemm jista' jkun.", "Jien nemmen li l-ekonomija Maltija għadha m'hijiex ippreparata għal dawn it-tip ta' skossi.", "Mr Speaker, xtaqt issa nitkellem dwar xi klawsoli oħra li fl-opinjoni tiegħi huma pożittivi.", "Hemm, per eżempju, klawsola 9 li qed temenda artiklu 20 tal-liġi prinċipali fejn hemmhekk hemm provdut li l-piena għal dawk li jinstabu ħatja ta' reat mit-tribunal, minn Lm500 titla' għal Lm1,500.", "Jiena naħseb li din hija ġusta u tagħmel sens għaliex wara kollox il-valur tal-prodotti qiegħed dejjem jogħla u għaldaqstant huwa tajjeb li wieħed iżid dan il-valur ukoll.", "Klawsola 13 imbagħad qiegħda temenda artiklu 28 tal-liġi oriġinali li jitkellem dwar il-kondizzjonijiet li suppost ikollhom għaqdiet biex jiġu aċċettati formalment.", "Qabel kien hemm il-kundizzjoni li l-għaqdiet tal- konsumaturi ried ikollhom mill-inqas 250 membru u f'din il-liġi qed jiġri propost li dan in-nurmu jinżel għal 100 li naħseb li huwa numru aktar raġonevoli.", "Mr Speaker, qed jagħmluli sinjal biex nieqaf u allura jkolli nikkonkludi d-diskors tiegħi.", "Grazzi. .", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob issa lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 5 ta' Lulju 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards – Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġġjanat – Kumitat Permanenti.", "THE SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, f'dan il-ħin allokat għalija xtaqt nitkellem ftit dwar ir-riżultati ta' l-eżamijiet tal-junior lyceum.", "Ftit tal-ġranet ilu, l-istudenti tas-sitt sena fl-iskejjel primarji tagħna rċevew ir-riżultati ta' dawn l-eżamijiet li se jiddeterminalhom il-futur akkademiku tagħhom; jekk għaddew allura se jkomplu jħarsu 'l quddiem fil- ħajja tagħhom fl-iskola, jekk fallew iridu jaraw x'se jiġri f'dawn il-ftit snin li baqgħalhom fl-iskola sakemm jilħqu l-eta` tax-xogħol.", "Nistgħu ngħidu li fl-iskejjel ta' l-Istat għandna kapijiet u għalliema ddedikati u ppreparati sabiex lil uliedna jagħtuhom l-aħjar tagħlim, pero` minkejja dan qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' ħafna problemi, kemm f'dak li jikkonċerna l-istat fiżiku ta' l-iskejjel, kif ukoll f'dak Ii jikkonċerna n- nuqqas ta' rispett lejhom mill-istudenti.", "Fil-ftit xhur li l-Partit Laburista għamel fil-gvern kien ħadem bis-sħiħ sabiex flimkien mal-kunsilli lokali jara li jsir dak ix-xogħol neċessarju sabiex l-iskejjel u l-madwar jingħataw dehra aħjar.", "F'żewġt isjuf taħt amministrazzjoni Laburista kien sar xogħol kbir ta' manutenzjoni f'numru kbir ta' skejjel biex meta l- istudenti daħlu lura l-iskola f'Ottubru sabu skejjel b'dehra aħjar u f'ambjent isbaħ.", "Rigward il-problema ta' nuqqas ta' rispett lejn l-għalliema - problema li nsibuha f'numru ta' skejjel fid-distrett tiegħi - irrid ngħid li għandha tittieħed b'aktar serjeta`.", "Hemm bżonn li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni jaħdem id f'id mal-kunsilli lokali sabiex possibbilment din il-problema titnaqqas.", "Ilkoll nafu li xi kultant l-għalliema jkollhom bżonn iwiddbu lit- tfal sabiex dawn joqogħdu għal dak mitlub minnhom għal ġid tagħhom stess, pero` sfortunatament ikollna każi fejn il-ġenituri ma jaċċettawx dan u jmorru jieħdu sodissfazzjon mingħand l-istess għalliema.", "Mhux talli hekk, talli ġieli kellna każi fejn għalliema ġew mhedda mill-ġenituri.", "Mr Speaker, ma jistax ikun li jibqgħu jiġi aċċettati sitwazzjonijiet fejn l- għalliema tagħna jmorru għal xogħolhom imdejqin u mbeżżgħin; hemm bżonn li nagħtuhom kull protezzjoni u difiża waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Jekk dan ma jsirx, se jkollna numru ta' skejjel f'xi lokalitajiet fejn l-għalliema jibdew jistkerrħu jmorru jgħallmu hemmhekk u jitolbu transfers wieħed wara l-ieħor.", "Jekk jiġri dan, se naraw l-iskejjel li l-aktar huma batuti, jmorru aktar lura.", "Kif għedt aktar kmieni, ftit tal-ġranet ilu 2,400 student irċevew l-aħbar li kienu għaddew mill-eżami tal-junior lyceum, u dan minn total ta' 4,732 student.", "Dan juri li 51% ta' l-istudenti għaddew mill-eżami.", "Iżda aktar milli fuq dawk li għaddew xtaqt nagħmel kumment qasir dwar kemm fil-fatt ressqu għal dan l-eżami.", "Il-poplazzjoni ta' l-istudenti tas-sitt sena tal- primarja li huma eleġibbli joqogħdu għall-eżemi tal-junior lyceum huma ftit aktar minn 6000, u allura mal-ewwel wieħed jistaqsi għalfejn qed ikollna mat-30% ta' l-istudenti li lanqas biss jersqu għall-eżami.", "Kemm dawk li ma jgħaddux kif ukoll dawk li ma jersqux biex jagħmlu l-eżami - li flimkien jammontaw għal 60% ta' l-istudenti - qed ikunu esklużi milli jkomplu fl- livell aħjar ta' tagħlim.", "Dan iwassal sabiex dawn jiġu meqjusa li ma waslux, li huma anqas minn ħaddieħor u li fallew fil-mixja tagħhom għal aktar tagħlim.", "Il-fatt li qegħdin naċċettaw din is-sitwazzjoni fejn 40% biss ta' l-istudenti tagħna jgħaddu minn dawn l-eżamijiet juri li hemm xi ħaġa ħażina fil-qasam edukattiv primarju.", "Hemm bżonn li għallanqas naraw li kull student ikollu l-possibbilta` li joqgħod għal dawn l-eżamijiet u mhux nibqgħu naċċettaw li jkollna tfal li joħorġu mill-iskola lanqas jafu jiktbu u jaqraw, u dan minkejja l-ħafna paroli sena wara l-oħra li s-sitwazzjoni se titjieb.", "Mr Speaker, niftakar li meta konna fil-gvern u l-Onor.", "Bartolo kien ministru responsabbli mill-edukazzjoni, kien tħejja programm sabiex minn eta` żgħira u possibbilment sa mill-ewwel sena skolastika jiġu identifikati dawk it-tfal li juru sinjali ta' diffikulta` fil-qari u fil-kitba.", "Jien ċert li kieku dan ix-xogħol baqa' għaddej, kieku llum nistgħu niftaħru li għandna sitwazzjoni ferm aħjar fil-qasam primarju.", "Jekk m'aħniex se nieħdu bis-serjeta` din il-problema fl-iskejjel primarji u nibqgħu naċċettaw li n- numru ta' l-illiterati jikber, allura wisq nibża' li se jkollna aktar problemi fil-futur qarib fil-qasam soċjali.", "Kif kont qed ngħid, kienu 51% dawk li din is-sena għaddew mill-eżamijiet tal-junior lyceum, pero` irrid ngħid ukoll li tul dawn l-aħħar snin kellna madwar 700 student li weħlu minn suġġett wieħed.", "Aħna bħala deputati niltaqgħu ma' ħafna ġenituri mbikkmin għaliex binthom jew binhom ikun weħel minn suġġett wieħed għal ftit marki.", "Hija ħasra li student ittellfu ċans li jkompli jistudja minħabba forsi nuqqas ta' attenzjoni waqt wieħed mill-eżamijiet.", "Għalhekk jien nixtieq nissuġġerixxi lid-dipartiment ta' l- edukazzjoni sabiex jikkonsidra l-possibbilta` li jkun hemm re-sits għal min jeħel minn suġġett wieħed.", "Dawn ir-re-sits jeżistu f'numru ta' eżamijiet, fosthom il-Matsec u allura forsi tista' tiġi kkonsidrata l-possibbilta` li jkun hemm re-sits anke fl-eżami tal-junior lyceum.", "Mr Speaker, xtaqt issa nitkellem ftit fuq is-suċċessi miksuba f'dawn l- eżamijiet minn dawk li huma ġejjin mill-iskejjel tat-tieni distrett.", "U nibda bl-akbar lokal, dak tal-Fgura.", "Il-Fgura huwa lokal li qed ikompli jikber sena wara l-oħra u l-passes fl-eżamijiet tal-junior lyceums baqa' dejjem kostanti tul dawn l-aħħar seba' snin, bl-eċċezzjoni ta' sena waħda biss.", "Pero` li ma nistax nifhem huwa kif filwaqt li l-iskola primarja tal- Fgura qiegħda dejjem iżżid fin-numru ta' studenti - anke studenti mill- bliet l-oħra tal-Kottonera qegħdin imorru hemm għaliex l-iskola tal-Fgura hija meqjusa aħjar mill-iskejjel tal-Kottonera - in-numru ta' dawk li jagħmlu l-eżami tul dawn l-aħħar sitt snin baqa' jonqos sena wara l-oħra.", "Jien naħseb li huwa inutli li noqogħdu nitkellmu fuq kemm għaddew studenti u ninsew għal kollox lil dawk it-tfal li lanqas biss jaħsbu li jagħmlu l- eżami.", "Niġi issa għal-lokalitajiet ta' Bormla, l-Birgu, l-Isla, l-Kalkara u x- Xgħajra fejn in-numru ta' tfal li jgħaddu mill-eżamijiet qed ikompli dejjem nieżel sena wara l-oħra.", "Jien nittama li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni jagħmel eżerċizzju sabiex jara x'qed jiġri f'dawn l-iskejjel.", "Hemm bżonn li jsir sforz kollettiv, sabiex flimkien, il-kunsilli lokali, d-dipartiment ta' l-edukazzjoni, kif ukoll, naħseb jiena s-saċerdoti f'dawn il- lokalitajiet jaraw x'jista' jsir sabiex din is-sitwazzjoni ma tibqax sejra mill-ħażin għall-agħar.", "Nemmen ukoll li hemm bżonn li l-kunsilli lokali tal- Kottonera jitolbu l-għajnuna taż-żewġ kulleġġi li hemm fil-Kottonera, jiġifieri tal-kulleġġ De La Salle u tal-kulleġġ St. Edward's. Dawn iż-żewġ kulleġġi għandhom ċerta stima u l-maġġoranza ta' l-istudenti tagħhom ikollhom suċċessi kemm fir-riżultati ta' l-eżamijiet kif ukoll fil-ħajja, u allura naħseb li jistgħu jkunu ta' ġid kemm-il darba jaċċettaw li jgħinu lill-kunsilli lokali u lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni sabiex itejbu l- qasam edukattiv fil-Kottonera.", "Ma nistax nifhem kif nistgħu nibqgħu naċċettaw li minn Bormla, mill-Birgu, mill-Isla u mill-Kalkara jgħaddu biss ħames studenti mill-eżami tal-junior lyceum.", "Jekk verament nixtiequ li l- Kottonera tqum fuq saqajha u jekk irridu li dawn il-lokalitajiet ilaħħqu ma' lokalitajiet oħra, irridu ninvestu fl-edukazzjoni.", "Inutli li jkollna l- isbaħ proġetti - għalkemm dan huwa tajjeb u kulħadd qed jistenna l- proġetti infrastrutturali jsiru fil-Kottonera - jekk imbagħad se jibqa' jkollna tfal u żgħażagħ li mhux se jkunu ppreparati sabiex jilħqu għall- isfida tal-futur.", "Jekk se nibqgħu naċċettaw din is-sitwazzjoni fil- Kottonera, il-problemi li hemm se jkomplu jikbru.", "Kif nistgħu nippretendu li n-numru ta' żgħażagħ mill-Kottonera li jattendu l-universita` jikber meta jkollna dawn it-tip ta' riżultati fl- ewwel prova li jridu jagħmlu t-tfal għall-eżamijiet sabiex ikomplu l-ħajja skolastika?", "Mhux ta' b'xejn li n-numru ta' studenti universitarji mill- Kottonera huwa fost l-aktar baxxi!", "Fl-universita` hemm biss 100 student ġejjin mill-Kottonera, numru ferm inqas minn kemm hemm studenti mir-raħal żgħir ta' Ħal Balzan.", "U hawnhekk nistaqsi: X'investiment sar sabiex l- istudenti ta' dawn l-hekk imsejħa educational depressed areas ikunu jistgħu jlaħħqu ma' studenti f'lokalitajiet oħra?", "Jien ċert li ma sar assolutament xejn.", "Minkejja li ilna għexieren ta' snin nisimgħu dwar il-bżonn li ntejbu l-livell edukattiv, f'dawn in-naħat sar ftit li xejn sabiex jitjieb il- livell edukattiv.", "Dan iwassal sabiex ikollna aktar problemi soċjali, fosthom qgħad, kriminalita` u xogħol bi dħul baxx.", "Fejn l-inqas li jkun hemm suċċess fl-edukazzjoni, ikun hemm l-akbar numru ta' persuni jfittxu x-xogħol, ħafna drabi xogħol ta' labourer għaliex la għandhom tagħlim edukattiv u lanqas sengħa.", "Minkejja li esponenti min-naħa tal-gvern jiftaħru li n-numru ta' nies qiegħda qed jonqos, fin-naħat tal- Kottonera dan in-numru baqa' kostanti; 600 persuna jirreġistaw għax-xogħol.", "Ftit tal-ġranet ilu kellna l-launching tal-proġett tal-Kottonera u jien nittama li l-ETC tħejji xi tipi ta' courses ħalli jkollna nies ippreparati minn dawn in-naħat sabiex ikunu jistgħu jidħlu għal dawn l-istess xogħlijiet.", "Mr Speaker, hemm imbagħd il-problema ta' l-assenteiżmu, liema problema teżisti ħafna fil-lokalitajiet li ġej minnhom jien.", "Ftit ilu qrajt risposta li ta l-Ministru ta' l-Edukazzjoni fejn qal li madwar 700 student qed ikunu assenti mill-iskola biċ-ċertifikat tat-tabib.", "Jiena nħoss li l- ewwel snin ta' l-iskola huma l-aktar importanti u għalhekk nemmen li hemm bżonn inderru lit-tfal jifhmu li l-iskola huwa l-post fejn imorru sabiex jitgħallmu u jmorru għal qalbhom u kuntenti.", "Pero` din hija bidla li ma ssirx mil-lum għal għada u lanqas hija biss kwestjoni ta' bidla fil- mentalita` ta' l-istudent, l-għalliem jew il-ġenitur.", "Hemm bżonn li l- gvern jinvesti aktar fl-edukazzjoni, jagħmel programm sħiħ ta' rranġar u bini ta' skejjel ġodda, inaqqas mit-tagħbija esaġerata tal-kurrikulu li għandhom l-istudenti tagħna u jara li t-tfal jinvolvu ruħhom f'aktar attivitajiet extra-kurrikulari sportivi u kulturali.", "Jien ċert li hemm ħafna aktar xi jsir sabiex il-livell edukattiv jitjieb u l-iskejjel tagħna jibdew jiġbdu aktar lejhom it-tfal.", "Ċert ukoll li dan ix-xogħol kollu u ħafna iktar miegħu jista' jsir u għandu jsir sabiex inkunu nistgħu niftaħru li għandna sistema edukattiva li hija miftuħa għal kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nibda biex ngħid li jien naqbel ma' dak li għadu kemm qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Chris Agius fuq ir- riżultati ta' kif qed imorru t-tfal fl-iskejjel tagħna, imma xtaqt inwessa' ftit id-diskussjoni għat-territorju kollu kemm hu, jiġifieri għal Malta u Għawdex.", "Kieku wieħed kellu janalizza ftit kif qed imorru t-tfal tagħna fl-iskejjel primarji u sekondarji, jinduna li għandna għalfejn nitħassbu bis-serjeta` għaliex għandna wisq tfal li wara 11 jew 13-il sena qed joħorġu mill-iskola mingħajr suċċess.", "Illum nafu, iżjed minn qatt qabel, li s-suċċess personali u tal-pajjiż jiddependi mis-suċċess edukattiv.", "Kieku kellna nanalizzaw ir- riżultati tal-junior lyceum li għadhom kemm ħarġu u r-riżultati tas-SEC li kellna s-sena li għaddiet, ilkoll kemm aħna nirrealizzaw li għandna għalfejn inkunu preokkupati u nkwetati.", "Sinċerament u mingħajr ebda sens melodrammatiku ngħid li l-futur ta' pajjiżna jinsab mhedded bis-serjeta` għaliex huwa mhedded il-futur ta' eluf ta' tfal u żgħażagħ.", "U qed ngħid eluf għaliex għalkemm l-istatistika uffiċjali turina li għaddew 51% mill- eżamijiet tal-junior lyceum, kieku wieħed kellu janalizza sew x'marki ġabu dawk l-istudenti, isib li s-sitwazzjoni hija ħafna aktar inkwetanti minn hekk.", "Fil-fatt meta tanalizza dawn ir-riżultati ssib li mill-51% li għaddew, għaddew tajjeb 37% biss; 63% jew m'għaddewx jew tkaxkru.", "U nsemmi is-37% għaliex kieku wieħed kellu janalizza kif imorru l-51% ta' l- istudenti li jkunu għaddew meta dawn imorru fis-sekondarja, isib li bejn wieħed u ieħor jirnexxu fis-sekondarja dawk is-37% li fl-eżami tal-junior lyceum ikunu ġabu \"A\" jew \"B\".", "Ħafna drabi dawk li jkunu ġabu \"C\" fis- suġġetti jibdew jinqatgħu lura.", "Għalhekk m'hemmx dubju li rridu nagħmlu sforzi u nieħdu inizzjattivi kbar biex dawk it-tfal li qed jirnexxu fil- primarji u fis-sekondarji, jirnexxu aħjar, u dawk li qed ifallu jibdew jirnexxu.", "Pajjiżna għandu bżonn li aktar tfal jirnexxu, kemm fil-livell primarju kif ukoll f'dak sekondarju.", "U x-xogħol irid jibda mill-kindergarten.", "Ir- riċerka li ħarġet aktar kmieni din is-sena dwar il-problemi ta' l- illiteriżmu li għandna fit-tfal ta' l-eta` ta' seba' snin, jurina ċar li dawk li jkollhom esperjenza edukattiva tajba fil-kindergarten, imorru aħjar fil-primarja u fis-sekondarja, filwaqt li dawk li ma kellhomx esperjenza edukattiva tajba fil-kindergarten, jew lanqas biss kellhom esperjenza edukattiva fil-kindergarden, jaqgħu lura.", "Għalhekk irridu nagħtu aktar importanza lil dak li qed jiġri fil-kindergarten għaliex jekk it-tfal ma jkollhomx dik l-imbuttatura minn eta` daqshekk kmieni, ikun tard wisq biex imbagħad nirkuprawhom fil-primarja u fis-sekondarja.", "Mr Speaker, l-eżamijiet tal-junior lyceum li r-riżultati tagħhom għadhom kemm ħarġu juruna li s-suġġett fejn l-inqas li għaddew studenti minnu - fil- fatt għaddew biss 57% - huwa l-Ingliż.", "L-Ingliż għadu suġġett li l- istudenti jsibuh problema.", "Warajh imbagħad jiġi l-Matematika li għaddew minnu 59%, filwaqt li mill-Malti għaddew 75%, mill-Istudji Soċjali għaddew 81% u mir-Reliġjon għaddew 91%.", "Irridu nifhmu li mingħajr bażi soda fl- Ingliż u fil-Matematika fil-primarja ma tistax tavvanza fis-sekondarja.", "Ċertament li hemm bżonn ta' imbuttatura akbar fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti, għaliex jekk it-tfal ma jkollhomx il-ħiliet meħtieġa diġa` fil- primarja, ikunu mitlufa fis-sekondarja.", "Mir-riċerka li għandna nafu li kwart tat-tfal tagħna għandhom problemi u diffikultajiet serji biex jitgħallmu jiktbu u jaqraw il-Malti u l-Ingliż u biex iħaddmu l-Matematika.", "Dawn huma affarijiet li għandna bżonnhom ħafna fid-dinja tal-lum fejn qegħdin nitkellmu fuq ix-xjenza, it-teknoloġija u l-bidliet kbar bl- internet u fil-qasam ta' l-elettronika, u meta anke qed nitkellmu fuq in- knowledge society u fuq in-knowledge economy.", "Għalhekk hemm bżonn ta' aktar suċċess u suċċess differenti mis-sistema edukattiva.", "Anke dawk li kienu jirnexxu qabel jew li jirnexxu llum, se jkollhom bżonn jirnexxu b'mod differenti.", "U din se nuriha imbagħad minn dak li qed jiġri fil-qasam sekondarju.", "Bħal dan iż-żmien sena spiċċaw mill-iskejjel sekondarji kollha 5620 student; minnhom għaddew mill-eżami tas-SEC fl-Ingliż 35%, għaddew mill- eżami tal-Malti 47%, u għaddew mill-eżami tal-matematika u tal-fiżika 38%.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn kif inhi s-sitwazzjoni fl-istudji tal-computer - hawnhekk ikollna noqogħdu fuq ir-riżultati li jippubblikaw l-iskejjel - naraw li hija diżastruża għaliex kulma għaddew minn dawn il-5620 student kienu biss 415, jiġifieri 7%.", "Quddiem din is-sitwazzjoni naħseb li huwa ġustifikat li mhux biss nitħassbu bis-serjeta` imma anke naraw li jittieħdu l-passi kollha biex din is-sitwazzjoni tinbidel.", "Din hija sitwazzjoni allarmanti u rridu nagħmlu sforzi kbar biex inbiddluha, pero` jekk inħobbu lil pajjiżna u jekk irridu naraw li ż-żgħażagħ tagħna jirnexxu iżjed fis- sistema edukattiva, irridu nagħmlu l-isforzi tagħna kollha possibbli.", "Hemm bżonn niftakru li llum l-ekonomija saret aktar avvanzata u saru meħtieġa aktar ħiliet avvanzati biex inħaddmu t-teknoloġija li qed tinbidel.", "Illum qed ngħixu f'dinja fejn il-fruntieri qed jinfetħu għal xulxin u fejn il- kapital u l-investiment jiċċaqlaq malajr minn pajjiż għall-ieħor u jmur aktar minn qatt qabel fejn hemm persuni bil-ħiliet meħtieġa.", "Illum il- fruntieri lanqas għadhom jgħoddu; l-aktar ħaġa tajba li gvern jista' jagħmel biex jiġbed żvilupp ekonomiku qawwi lejh huwa li jara li jkollu persuni kwalifikati.", "Mr Speaker, jien naħseb li lanqas huwa biżżejjed li wieħed jgħid li r- riżultati li kont qed nitkellem fuqhom aktar kmieni huma allarmanti.", "Hemm bżonn li nibdew inqabblu dawn l-istess riżultati ma' dawk li qed jiksbu żgħażagħ ta' pajjiżi oħra li qed jikkompetu magħna fid-dinja tal-lum.", "Fejn qegħdin fil-matematika, fl-Ingliż u fix-xjenza t-tfal tagħna ta' seba' snin meta mqabblin ma' tfal oħra ta' l-eta` tagħhom f'Singapore, fir-Repubblika Ċeka, fl-Ungerija, fil-Polonja u fil-Malasja?", "Hekk irridu nagħmluhom il- paraguni u mhux nibqgħu biss inqabblu skola ma' oħra; irridu nqabblu x'qed jiġri f'pajjiżna ma' x'qed jiġri f'pajjiżi oħra.", "Meta nagħmlu dan insibu li ċertament hemm bżonn li jirnexxu iżjed tfal f'pajjiżna.", "U ma jiġix xi ħadd jgħidli li l-figuri li qed nagħti jien huma fil-loġika ta' l- istatistika ta' kemm jgħaddu, ta' kemm hemm tfal bravi, kemm hemm inqas bravi, u kemm hemm tfal li tagħmel x'tagħmel ma jgħaddux.", "Din hija idea żbaljata u perikoluża għaliex iddaħħal fina s-sens ta' li qisu m'hemmx x'nagħmlu; wara kollox għandna sistema edukattiva tajba, għandna tfal bravi, għandna żgħażagħ li meta jmorru jistudjaw barra jmorru tajjeb, u daqshekk.", "Aħna m'għandniex dubju minn dan kollu u j'Alla jkollna aktar studenti li jagħmlu hekk, imma ejjew ma ninsewx il-figuri li semmejt illejla fejn urejt kif aktar min-nofs l-addoloxxenti tagħna ta' 16-il sena qed joħorġu mill-iskola mingħajr il-ħiliet meħtieġa f'ilsien pajjiżhom, fl- Ingliż, fil-matematika, fl-istudji tal-computer u fil-fiżika.", "Kif jistgħu dawn, fil-bidu tas-seklu 21, iħarsu lejn il-futur b'xi tama?", "Din hija sitwazzjoni li għandha tinkwetana ħafna u rridu nieħdu l-passi kollha meħtieġa biex inbiddluha.", "Illum, l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp ta' soċjeta` demokratika jitolbu li jirnexxu fis-sistema edukattiva l-akbar numru ta' studenti possibbli għaliex mill-bqija se jitkisser il-futur mhux biss tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna, imma anke tal-pajjiż.", "Anke jekk inħarsu lejn l-istatistika tal- qgħad - li dejjem jgħidulna li hija nieżla u j'Alla tibqa' dejjem nieżla u anke tisparixxi - naraw li hemm xi ħaġa inkwetanti ħafna fiha.", "Meta qabel konna nitkellmu dwar il-qgħad konna nuru tħassib dwar dak il-grupp ta' nies li għalqu l-45 sena u m'humiex isibu jaħdmu - u nagħmlu tajjeb li niffokaw fuq dak il-grupp u naraw x'inizjattivi jistgħu jittieħdu biex noħorġuhom minn dik il-problema serja - pero` issa qiegħda tiżviluppa problema ġdida li tikkonċerna lil dawk ta' taħt it-30 sena.", "Minn dan il-grupp bħalissa għandna 2145 li m'għandhom l-ebda kwalifika u m'humiex jaħdmu u jien m'għandix dubju li dawn kienu minn fost dawk iż-żgħażagħ li ħarġu mis- sistema sekondarja mingħajr il-kwalifiki meħtieġa.", "Jekk inħarsu lejn l- istatistika uffiċjali tal-gvern li ħarġet għall-aħħar ta' April insibu li għal kull gradwat li m'għandux xogħol, hemm 144 oħra li huma bla kwalifiki li m'għandhomx xogħol.", "Fid-dinja li qed ngħixu fiha llum ix-xogħol li se jiġi maħluq se jkun jitlob aktar ħiliet żviluppati, liema ħiliet ħafna mit- tfal u ż-żgħażagħ tagħna ħerġin mis-sistema edukattiva mingħajrhom.", "Mr Speaker, mingħajr sens melodrammatiku nerġa' ngħid li jekk m'aħniex se nieħdu inizzjattivi serji biex inbiddlu r-rotta, il-futur ta' pajjiżna huwa mhedded.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 5 ta' Lulju 2000, fid-9.00 a.m., bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - GWARDJANI LOKALI", "17458.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mindu ngħataw il-kuntratti għas-servizz ta' wardens, kemm-il kunsill lokali: (a) temm dan is-servizz; (b) wera l- intenzjoni bil-miktub jew verbalment li ma jagħmlux użu minn dan is- servizz; (c) kemm-il kunsill qatt ma applika għal dan is-servizz ta' warden?", "Fil-każ ta' (a) u (b) x'raġunijiet ingħataw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sal-lum ma jirriżultax li xi kunsill lokali iddeċieda li jtemm dan is-servizz jew li ma jridx jagħmel użu minn dan is-servizz.", "Il-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex iffirmaw co-operation agreements bejniethom li permezz tagħhom impenjaw ruħhom li jikkoperaw f'dan il-proċess ta' devoluzzjoni.", "GĦAWDEX - DROGA", "17459.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet jeżistu f'Għawdex biex dawk li jabbużaw mid-droga jkunu jistgħu jfittxu l-għajnuna?", "Tista' tgħid kemm-il persuna talbet għajnuna minħabba l-abbuż mid-droga matul din is-sena?", "X'kienet id-droga abbużata?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li fl-Isptar Ġeneral ta' Għawdex jeżistu l-faċilitajiet taċ-Ċentru tad-Detox u s-servizzi psikjatriċi li jistgħu jagħmlu użu minnhom persuni li jabbużaw mid-droga.", "Matul din is-sena kien hemm erba' persuni li għamlu użu minn dawn is- servizzi peress li kienu jabbużaw mill-eroina.", "Ta' min jinnota li persuni li jabbużaw minn drogi minbarra l-eroina, ġeneralment jagħmlu użu mis-servizzi offruti mill-OASI, mis-SEDQA u mill- CARITAS.", "PULIZIJA - ĦRUĠ TA' SIĠAR", "17460.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex qed tinvestiga kif inbeda l- ħruq ta' siġar quddiem il-kulleġġ De La Sale u biswit l-iskola Verdala (Ġużeppi Despott) nhar il-Ġimgħa 23 ta' dan ix-xahar?", "Fiex waslet din l- investigazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-każ li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant għadu qed jiġi nvestigat mill-pulizija.", "ĦRUQ TA' SIĠAR", "17461.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-ħsara lill-ambjent li saret bil-ħruq ta' siġar fil-post quddiem il-kulleġġ ta' De La Salle u biswit l- iskola tal-Verdala (Gużeppi Despott) nhar il-Ġimgħa 23 ta' Ġunju?", "X'passi se jittieħdu biex is-siġar meqruda jitneħħew u jinżergħu oħra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ħadt nota ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u allavolja s-sit in kwestjoni jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, se nibgħat uffiċjali kompetenti biex jinvestigaw.", "SERVIZZ PUBBLIKU - DIRETTURI/KAPIJIET", "17462.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Billi dan l- aħħar bosta diretturi u kapijiet ta' dipartimenti kienu fl-aħbarijiet minħabba nuqqasijiet serji, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk id- diretturi u kapijiet ta' dipartimenti li mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn bdew jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom?", "Jekk fin-negattiv, għaliex dawn il-passi ma tteħdux?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi mill-1 ta' Jannar, 2000 `l hawn ma bdew jittieħdu l-ebda passi dixxiplinarji kontra xi direttur jew kap ta' dipartiment għax ma jirriżultax li kien hemm nuqqasijiet kif qed jallega l-Onor.", "Membru.", "SKEJJEL - SKOLA NAWTIKA", "17501.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17283?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hu maħsub li l-iskola nawtika tiġi nkorporata fl-Istitut Marittimu tal-Kulleġġ Vokazzjonali.", "Il-bini ta' l- iskola nawtika se jiġi msewwi u rranġat kif jixraq.", "DIPARTIMENT TAS-SANITA' - SPEZZJONIJIET", "17529.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Minsitru jara li jittieħdu passi mid-Dipartiment tas-Sanita' biex l- indirizz li qiegħed jintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija ssir spezzjoni dwar allegat trobbija ta' fniek u annimali oħra illegalment?", "Jista' jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jekk jirriżulta fl- affermattiv dan ma jibqax issir peress li huwa ta' periklu għas-saħħa tar- residenti fil-viċinanza?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-allegat trobbija ta` fniek u annimali oħra llegali fil-fond indikat ġo tas-Sliema, kien diġa nvestigat minn uffiċjali tad-dipartiment fil-25 ta` Mejju 2000.", "Peress li x-xogħlijiet mitluba mid-dipartiment ma sarux, passi legali ttieħdu kontra l-persuna responsabbli fid-19 ta` Ġunju, 2000.", "LAĦAM", "17546.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 17122 u 17123, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-butcher shops u/jew l-aġenti u l-proċessuri lokali sabiex ikun investigat l-ilment dwar l-għoli tal- prezzijiet imsemmija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jindika l- inhawi minn fejn origina l-ilment li rrifera ghalih fil-mistoqsijiet parlamentari numri 17122 u 17123.", "SLIEMA - PROĠETT", "17604.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega kif il-proġett ta' Tas-Sliema għal din is-sena se jispiċċa jiswa Lm800,000 meta fil-budget hemm ivvotati biss Lm150,000?Kemm tħallas overtime lill-impjegati tal-gvern fuq dan il-proġett sal-lum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett kollu ta' Tas-Sliema se jiġi jiswa madwar Lm800,000. li minnhom matul din is-sena se jkunu ntnefqu madwar Lm470,000.", "Fuq il-proġett ta' Tas-Sliema s-somma vvotata hija ta' Lm450,000. u mhux ta' Lm150,000. kif hemm fil-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "S'issa tħallset is-somma ta' Lm74,676. f'overtime lill-ħaddiema tal- gvern.", "KNISJA TA' STA.", "KATARINA D'ITALIA - RESTAWR", "17605.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar għax-xogħlijiet ta' restawr li sar fuq il-faċċata tal-Knisja ta' Sta.", "Katarina d'Italia fil-Belt, Valletta?", "Jekk fin-negattiv, kif ġie permess dan meta xogħlijiet bħal dawn, meta jsiru mill-privat, dejjem jintalab permess għalihom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li l- Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet informata bix-xogħol ta' restawr li għadu kif beda fuq il-Knisja ta' Santa Katerina, u awtorizzat li jsir dan ix- xogħol.", "KNISJA TA' STA.", "KATARINA D'ITALIA - UMDITA'", "17606.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sistema kontra l-umdita' qegħda tintuża fil-Knisja ta' Sta.", "Katarina d'Italia?", "Din is-sistema ġieli ntużat qabel f'Malta?", "Din is-sistema għandha bżonn il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li s- sistema kontra l-umdita' li qed tintuża f'Santa Katerina hi magħrufa bħala l-ADIKOM.", "Din hi teknoloġija li ilha tintuża snin kbar barra minn Malta, tinvolvi t-titqib ta' sensiela ta' toqob żgħar li fihom jiddaħlu vireg tal- ħadid li permezz ta' fenomenu fiżiku ibaxxu l-livell ta' umdita' fil-ħajt.", "Ma jidhirx li s-sistema qatt intużat qabel f'Malta.", "Billi din is-sistema hi kkonsidrata bħala waħda ta' manutenzjoni ma jidhirx li hemm bżonn permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "KOTTONERA - PROĠETT", "17607.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mina li tgħaqqad ix-xatt ta' Sant'Anġlu għal mal-post magħruf bħala l-Ħofra, il-Birgu, ingħatatx lill-consortia li se jagħmlu l-iżvilupp tal-Kottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant huwa nformat illi għalkemm se jsiru xogħlijiet fil-mina stess, din ser tibqa' passaġġ miftuħ għall-pubbliku.", "KNISJA TA' STA.", "KATARINA D'ITALIA - RESTAWR", "17608.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi, lokali u barranin, li qegħdin jagħmlu x-xogħol ta' restawr fil-Knisja ta' Sta.", "Katarina d'Italia?", "X'esperjenza għandhom dawn il-kuntratturi f'dan it-tip ta' xogħol?", "Kemm se jiswa dan il-proġett u kemm minn din is-somma se tinħareġ taħt il- protokoll Taljan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Interpellant li wara sejħa pubblika, x-xogħol fuq il-Knisja ta' Santa Katerina ingħata lil ITERAS Spa, kumpannija Taljana b'esperjenza twila fuq xogħol ta' restawr.", "Il-kuntrattur lokali li se jassisti lil ITERAS hi Nexos Ltd.", "Billi x-xogħol kollu li se jsir hu ffinanzjat mill-Protokoll Taljan, it- tender kien jistipola li x-xogħol kellu jsir minn kumpannija Taljana, b'appoġġ ta' kumpannija lokali.", "Hu stmat li l-proġett jiswa madwar Lm248,000.", "KOTTONERA - TRAFFIC IMPACT ASSESSMENT", "17609.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic impact assessment li l-gvern intrabat li jagħmel għall-proġett tal-Kottonera ġiex kummissjonat?Min ġie magħżul sabiex jagħmel dan il-proġett u kemm se jiġi jiswa dan l- istudju?Meta se jitlesta dan l-istudju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-Traffic Impact Assessment se jingħata bi proċess ta' tender pubbliku u għaldaqstant il-gvern bħalissa mhuwiex f'pożizzjoni illi jiżvela min se jiġi kkummissjonat biex jagħmel ix-xogħol.", "KUNSILLI LOKALI - ĠEMELLAĠĠI", "17626.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ġemellaġġi bejn kunsilli lokali u dawk ta' bliet oħra barranin?", "Liema huma l-kunsilli u l-bliet barranin li magħhom ġew ġġemellati meta saru l-ġemellaġġi u kemm siefru kunsilliera jew impjegati oħra ta' kull kunsill involut biex sar kull ġemellaġġ?", "Kemm nefqu flus kull kunsill fuq kull ġemellaġġ li sar?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se jsiru ġemellaġġi din is-sena?", "Kemm se jsiefru persuni minn kull kunsill involut ma' fejn se jsir il-ġemellaġġ u kemm se jiswa f'kull każ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Parti mill-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward l-infiq għas-safar nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsilli lokali konċernati.", "S'issa m'hemmx applikazzjonijiet oħra pendenti għal din is-sena.", "KUNSILLI LOKALI - SAFAR", "17627.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru sindki, viċi sindki, kunsilliera jew impjegati oħra tal-kunsilli fuq attivitajiet uffiċjali konnessi mal-kunsill tagħhom?", "Minn liema kunsill kienu, fejn marru f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsilli lokali konċernati.", "PULIZIJA - QBID TA' TJUR", "17628.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu għasafar, tjur jew ħlejjaq oħra maqbuda mill-pulizija sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jgħid kemm mietu minnhom fil-magħluq sakemm intelqu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.", "VAT - DĦUL", "17629.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern mill-VAT fuq il-petrol, diesel, u telephone din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar, 2000 u l-15 ta` Ġunju, 2000 ta` din is-sena, d-dħul tal-Gvern mill- VAT fuq il-provvista ta` petrol u diesel u servizzi ta` telephone kien ta` Lm3,062,442.60 u Lm1,937,760.97 rispettivament.", "Dawn l-ammonti jinkludi fihom VAT li tħallset fuq provvista ta` prodotti jew servizzi oħra li l- operaturi nvoluti normalment jagħmlu u li ma jidhrux separatament fid- denunzji tat-taxxa.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA - CHEQUE TAL-ĦOBŻ", "17630.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għadhom ma ħadux iċ-cheque tal- ħobż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f`xi seduta oħra.", "MOBILE PHONES - IMPORTAZZJONI", "17631.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati mobile phones sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li n-numru ta` mobile phones li gew importati bejn is-snin 1996 u 1999 u li jaqgħu taħt il-klassifika ta` l- H.S. 8525209100 kien kif gej:", "1996 4,299 1997 6,690 1998 10,112 1999 18,950", "Tajjeb jingħad li qabel l-1996 ma kenitx tinżamm tali statistika.", "MEMBRI TAL-KABINETT/SEGRETARJI PARLAMENTARI", "17654.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-renumerazzjoni għall- kariga tagħhom (inklużi allowances) li jirċievu l-membri tal-Kabinett u s- segretarji parlamentari individwalment?Kemm minn dawn in-renumerazzjoni u allowances huma suġġetti għat-taxxa fuq l-income?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed nagħti r-remunerazzjoni (inkluż) allowances għall-karigi tal-ministri u segretarji parlamentari.", "L-expense allowance biss mhuwiex taxxabbli.", "| |Salar|Expens|Bonus | | |ju |e | | | | |Allowa|Statut| | | |nce |orju | | |Lm |Lm |Lm | | | | | | |Prim Ministru|11,87|2,500 |220 | | |7 | | | |Ministri |10,53|1,000 |220 | | |1 | | | |Segretarji |10,08|1,000 |220 | |Parlamentari |3 | | |", "RABAT - TRAFFIC LIGHTS", "17655.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm swew it-traffic lights li kienu ġew installati fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex?", "Jekk din l-amministrazzjoni ma kenitx taqbel ma' l-installazzjoni ta' l-istess traffic lights, fl-inkroċju ta' Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex, x'inhi r-raġuni li ma tneħħewx biex jiġu wżati x'imkien ieħor u tħallew jiġu distrutti u imfarrka ftit ftit mit- traffiku?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CESSPITS - XOGĦLIJIET", "17656.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jispeċifika x'inhi r-raġuni illi għadhom ma tħallsux bilanċi dovuti in konnessjoni ma' żvujtar ta' cesspits li sar mill-kuntrattur fl- 1997/98 (files WD323/98/1 u WD 94/98)?", "Jista' jara li dawn il-każi jiġu ffinalizzati u jekk hemm xi differenzi x'jiġu diskussi mal-kuntrattur kkonċernat isir dan biex tinstab soluzzjoni finali għal ħlas dovut?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-pagamenti msemmija qegħdin fil-proċess li jitħallsu.", "MANIKATA - KAĊĊATURI", "17664.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk fiż-żona tal-Miżieb ġol-Manikata wżata mill- kaċċaturi, liema żona jieħu ħsiebha l-kumitat organizzattiv fi ħdan il- federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti li għandhom titolu validu ta' pussess li jingħata u ġie kkonfermat minn amministrazzjonijiet differenti inħariġitx xi permess ta' bini, radam, landscaping jew xorta oħra?", "Jekk le, jaf il-Ministru li dan ix-xogħol qiegħed isir abbużivament u llegalment bi ħsara għal kumitat aktar 'il fuq imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat applikazzjoni (PA 837/00) għall-installazzjoni ta` radio antenna fil-Miżieb pumping station, limiti tal-Mellieħa.", "Ninsab informat ukoll li l-awtorita` ħarġet ukoll erba` avviżi ta` infurzar li d-dettalji tagħhom qed jidhru hawn taħt :", "Nru. ta` l-Avviż Deskrizzjoni Stat ---------------- ------------ ----", "ECF 630/00 Dumping without permit at Riferuta sabiex Ix-Xagħra l-Ħamra, tittieħed azzjoni Mellieħa diretta kif provdut mill-Liġi ta` l- Ippjanar", "ECF 917/99 Dumping on site without Riferuta sabiex permit at Il-Mejjieli, tittieħed azzjoni limits of Mellieħa diretta kif provdut mill-Liġi ta` l- Ippjanar", "ECF 108/00 Dumping of material Riferuta sabiex without permit at tittieħed azzjoni Il-Mejjieli, limits diretta kif provdut of Mellieħa mill-Liġi ta` l- Ippjanar", "ECF 326/97 Illegal dumping on Riferuta sabiex garigue at Triq ix- tittieħed azzjoni Xagħra ta` Barra, diretta kif provdut Mellieħa mill-Liġi ta` l- Ippjanar", "MELLIEĦA - KAĊĊATURI", "17665.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiż-żona ta' l-Aħrax limiti tal-Mellieħa liema żona hija wżata mill-kaċċaturi u liema żona jieħu ħsiebha l-kumitat organizzattiv fi ħdan il-federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti li għandhom titolu validu ta' pussess li ngħata u li ġie kkonfermat minn amministrazzjonijiet differenti inħariġx xi permess ta' bini, radam, landscaping jew xorta oħra?", "Jekk le, jaf il-Ministru li dan ix-xogħol qiegħed isir abbużivament u llegalment bi ħsara għal kumitat aktar 'il fuq imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat applikazzjoni (PA 5131/98) li kienet tipproponi żieda fil-fond tal-ħamrija fuq art diġa` kkultivata f`sit magħruf bħala l-Aħrax tal-Madonna, l-Aħrax ta` Ġewwa, limiti tal-Mellieħa, liema sit jaqa` f`art magħrufa aktar bħala l-Aħrax tal-Mellieħa.", "Ninsab informat ukoll li l-awtorita` ħarġet ukoll tliet avviżi ta` infurzar li d-dettalji tagħhom qed jidhru hawn taħt:", "Ref.", "No. of Notice Description Status ------------------ ----------- ------ EC 109/96 Removal of alka and An application top soil, excavation reference PA of a resevoir without 4802/98 is pending permit on this site", "EC 106/00 Levelling and dumping File referred for without permit direct action", "EC 314/96 Shooting range without An application to permit sanction reference PA 1036/96 is pending", "MIA - ĦSARAT", "17669.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet l-ispiża tal- ħsarat li twettqu f'Awissu 1999 fl-ajurport internazzjonali ta' Malta waqt l-azzjoni industrijali msejħa mill-GWU?", "Huwa minnu li l-fire engines li fuqhom saret ħsara volontarja waqt l- inċidenti li nqalgħu ma setgħux jitranġaw u se jkollhom jinbidlu?", "Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża biex jinxtraw fire engines ġodda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwel parti tal-mistoqsija giet mogħtija mill-Prim Ministru meta wiegeb il-mistoqsija parlamentari numru 9807.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jiena nformat li l-vetturi kienu ssewwew u reggħu bdew jaħdmu fi żmien qasir.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, tajjeb jingħad li għadhom għaddejjin negozjati u peress li din il-materja hija ta` natura kummerċjali, ma nħossx li huwa fl-interess ta` l-MIA li din issir pubblika.", "PTA - FTEHIM", "17670.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17410, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-erba' punti tal-ftehim li għadhom mhumiex jiġu mplimentati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-erba' punti tal-ftehim imsemmi f`mistoqsija parlamentari numru 17410 huma:", "Punt Nru 6 Li jobbliga kull operatur membru tal-GBOA li japplika u jikkwalifika għal ħruġ ta` permess ta` operaturi mill-awtorita` liema permess ikun addizzjonali għall-ħruġ tal-vettura.", "Punt Nru 8 li jobbliga lill-operaturi membri tal-GBOA li jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom bil-għan li jitfasslu regolamenti ġodda biex jitwaqqaf tribunal li jkun kompetenti jiddeċiedi każi ta` ksur ta` regolamenti u liġijiet li jolqtu t-trasport pubbliku.", "Punt Nru 9 Li jirrigwarda l-liberalizzazzjoni tat-trasport pubbliku bla skeda.", "Punt Nru 11 Li jobbliga lix-xufiera kollha liċenzjati biex isuqu Omnibus biex isegwu kors li jsir mill-awtorita` stess.", "GENDER MAINSTREAMING", "17677.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inizjattiva qed jieħu l-gvern biex jippromwovi l-kunċett ta' Gender Mainstreaming?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellanti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PA - DIRETTUR", "17678.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallas direttur fil-Planning Authority?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li s-salarju annwali tad-direttur ta` l-ippjanar li hu l-kap tad-direttorat fil-planning authority hu kif ġej:", "Lm 13,792 salarju; Lm 2,000 allowance għall-spejjeż ġenerali; Lm 748 allowance għall-petrol; Re-imbursement u/jew ħlas ta` spejjeż ta` telephone; Performance bonus sa massimu ta` 15% tal-paga bażika fis-sena; Id-direttur għandu wkoll l-użu ta` karozza ta` l-awtorita`.", "MITTS - CHAIRMAN", "17679.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jitħallas iċ-chairman tal-MITTS?", "Jista' jgħid kemm kien jitħallas is-sena l-oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-kumpannija MITTS, bħala kumpannija tal- gvern, hija kklassifikata category B u għaldaqstant iċ-chairman tal-MITTS jitħallas Lm6,000 fis-sena.", "L-istess ammont tħallas liċ-chairman is-sena l- oħra.", "TEATRU NAZZJONALI - PRODUZZJONIJIET", "17680.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jintgħażlu produzzjonijiet li kumpanniji jkunu jridu jtellgħu fit-teatru nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kriterji mitluba biex jintgħażlu produzzjoni tat-Teatru Nazzjonali huma elenkati fil-press release maħruġa mit-Teatru Manoel fit-2 ta' Diċembru 1999.", "Minbarra l-ġurnali tintbagħat ukoll kopja direttament lill-kumpanniji.", "Kopja ta' l-istqarrija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TEATRU NAZZJONALI - SEATS", "17681.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' seats fit-teatru nazzjonali?", "Jista' jgħid kemm minn dawn is-seats jittieħdu mill-management mingħajr ħlas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' postijiet fit-Teatru Manoel huwa ta' 622 li minnhom il-management jieħu 12 għaċ-chairman u l-membri tiegħu.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "SAHHA - OPERAZZJONIJIET", "W172.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta se ssir l-operazzjoni (knee replacement) fuq il-persuna li se insemmi separatament u li qed imur għall agħar aktar ma jgħaddi ż- żmien?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA : Riċentement inġibditli l-attenzjoni mil-legal advisor tad-diviżjoni li l-informazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda parlamentari tagħti l-kunsess espress tagħha bil-miktub.", "Il-kunsens irid jispeċifika liema informazzjoni għandha tingħata.", "Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi lid-Diviżjoni tas-Saħħa mad- domanda.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "W183.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi llum saret ix-xewqa ta' diversi persuni li jingħataw iċ-ċans isegwu operazzjonijiet fuq qraba tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk din ix- xewqa tistax tiġi milqugħa mid-dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment mhux konxju minn din ix-xewqa."]} {"filename": "19990428_085d_par.doc", "date": "1999-04-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 85 L-Erbgħa, 28 ta' April, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 85", "L-Erbgħa, 28 ta' April, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.17 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "85", "L-Erbgħa, 28 ta' April, 1999", "WERREJ MINUTI 175", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 175", "TQEGĦID TA' KARTI 179", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (NRU.", "2) (IT-TIELET QARI)", "LOCAL LOAN (NO.", "2) BILL (THIRD READING) 180", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI", "(STOCK U TITOLI REĠISTRATI) (IT-TIELET QARI)", "LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT)", "BILL (THIRD READING) 180", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA(EMENDA NRU.", "3) (IT- TIENI QARI)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL (THIRD READING) 181", "AĠĠORNAMENT 199", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 203", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru. 84 li saret it-Tlieta, 27 ta' April, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "INIA - IMPJEGATI", "632.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jistà l-Ministru jinforma lill-Kamra min huwa d-direttur preżenti ta' l-Istitut Internazzjonali ta' l-Anzjani?", "X'inhu s-salarju tiegħu?", "Meta beda fl-inkarigu tiegħu?", "X'inhuma l- kwalifiki li għandu d-direttur u kif dawn jirrelataw mal-qasam ta' l- anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Id-Direttur preżenti ta' l-istitut internazzjonali ta' l-anzjani huwa l-Prof A.H.B. de Bono.", "M.D.(Malta), M.A.(Oxon.), F.R.C.S.(Edinburgh).", "Din il-ħatra saret mill-Gvern Malti għal perjodu ta' tliet snin wara konsultazzjoni mas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, kif provdut f'Artiklu V, Paragrafu 1, tal-Ftehim relevanti, u hija b'effett mill-21 ta' April, 1998.", "Is-salarju tad-drettur huwa stabilit fl-ittra tal-ħatra tiegħu bħala Lm8,791 fis-sena.", "INIA - IMPJEGATI PART-TIME", "633.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati part-time ġewwa l-INIA?", "Kemm sigħat huma obbligati li jaħdmu fil-ġimgħa?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-direttur preżenti ta' l-INIA hu tal-fehma li l- għoti fil-pubbliku ta' informazzjoni dettaljata dwar l-operat ta' l-istitut tmur kontra l-ftehim li jirregola l-istitut.", "INIA - IMPJEGATI", "634.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fiċ-ċentru ta' l-INIA qabel ma d-direttur preżenti ħa l-ħatra tiegħu?", "Kemm hemm impjegati llum u x'inhu l-grad, l-eta' u s-salarju tagħhom?", "Xi kwalifiki għandu kull wieħed mill-impjegati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 633, li tapplika wkoll għal din il- mistoqsija.", "INIA - DIRETTUR", "635.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il- ġranet li d-direttur ta' l-INIA kien nieqes minn Malta mill-ħatra tiegħu 'l hawn?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti fuq iż-żjarat uffiċjali u jistax ipoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Kemm swew lill-INIA dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 633, li tapplika wkoll għall-parti kbira ta' din il-mistoqsija.", "Nikkonferma li ma saru l-ebda rapporti lill-gvern dwar iż-żjarat uffiċjali barra minn Malta li għamel id-direttur preżenti.", "Jien informat li l-ispiża għal żjarat uffiċjali barra minn Malta mid-direttur, kif indikata fil-kontijiet ta' l-istitut, tlaħħaq l-ammont ta' Lm873.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Agius, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jidhirlux li l-Gvern Malti għandux ikollu feedback ta' l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fl-INIA b'mod uffiċjali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien nemmen li għandu jkun hemm feedback u informazzjoni, naturalment dejjem fit-termini tal-ftehim li semmejt diġa' fit-tweġibiet li tajt għal dawn il-mistoqsijiet.", "INIA - ŻJARAT BARRA", "636.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara għamel id-direttur ta' l-INIA barra minn Malta?", "Kemm minn dawn kienu żjarat uffiċjali, fejn saru u meta kienu?", "X'kienu l-għanijiet ta' kull żjara barra minn Malta?", "Jista' l-ministru jgħid x'ħareġ konkretament minn kull żjara?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 633, li tapplika wkoll għal din il- mistoqsija.", "REĠISTRU TAX-XOGĦOL - PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "2472.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax- xogħol, kemm minnhom huma nisa u x'inhi l-età tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jirreġistraw bħala labourers?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jieħdu xi forma ta' benefiċċju tas-sigurtà soċjali u kemm qed jieħdu benefiċċju marbut mad- diżabilità li huma jsofru?", "Jista' mbagħad il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed igawdu minn xi benefiċċju amministrat mis-segretarjat tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità?", "Jista' l-Ministru jagħti din l- informazzjoni bin-numru ta' persuni għal kull benefiċċju separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni b'diżabilità li f'Ottubru 1998 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 282.", "Minnhom kien hemm 40 mara, li l-eta' tagħhom tvarja bejn 18 u 54 sena.", "Sittin persuna kienu qed jirreġistraw bħala labourers.", "Il-persuni kollha msemmija aktar 'l fuq, kienu jieħdu xi forma ta' benefiċċju soċjali mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, filwaqt li 76 minnhom kienu jieħdu benefiċċju marbut mad-diżabilita' li huma jsofru.", "Bejn il-perijodu Ottubru 1997 u Settembru 1998, il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità qdiet dawn in-numri ta' persuni b'diżabilità skond il- benefiċċji partikolari kif jidher hawn taħt:", "|Reġistru Nazzjonali |641 | |tal-Persuni |persuna| |b'Diżabilita' | | |Karta ta' l-identita' |501 | |speċjali |persuna| |Servizz Għajnuniet |225 | |Speċjali |persuna| |Ċentru ta' Riżorsi |427 | | |persuna| |Rakkommandazzjoni |130 | |għall-eżenzjoni |persuna| |mit-taxxa fuq karozzi | | |Rakkommandazzjoni |135 | |għall-eżenzjoni |persuna| |mil-liċenzja fuq | | |karozzi | | |Rakkommandazzjoni |388 | |għall-blue sticker |persuna| |Rakkommandazzjoni |26 | |għall-reserved parking |persuna| |Rakkommandazzjoni |29 | |għall-keep clear |persuna|", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li saru diversi diskussjonijiet biex persuni b'diżabilità jingħataw l-appoġġ ħalli jkunu jistgħu jifformaw koperattivi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol, nixtieq li l-Ministru jinformani jekk dawn id-diskussjonijiet għadhomx għaddejjin jew inkella hemmx xi policy li qed tiġi diskussa biex jintlaħaq dan il-għan.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, żvilupp interessanti li seħħ fil- qasam tal-koperattivi huwa proprju li ntwera interess sostanzjali fl- iżvilupp tagħhom fil-qasam soċjali f'pajjiżna.", "Is-suġġett qiegħed jiġi diskuss internament fil-bord tal-koperattivi u diġa' bdew jitfasslu parametri ta' kif jistgħu jittieħdu dawn l-inizjattivi.", "Jien ninforma lill-Kamra iktar tard x'inhuma dawn il-parametri għal din l-inizjattiva li jien nikkonsidraha bħala waħda pożittiva ħafna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jinforma lill- Kamra jekk hemmx xi kummissjoni jew xi grupp ta' nies għal tapposta li qed jimmoniterjaw jew jagħmlu follow-up ta' dawn il-laqgħat partikolari?", "Qed nistaqsi dan għax ħafna drabi fil-kumitati joħorġu ħafna ideat imbagħad sfortunatament ftit li xejn isir progress.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif inhu xieraq, dan is-suġġett tħalla kompletament f'idejn il-bord tal-koperattivi li permezz tad-direttur u ta' membri oħrajn, jikkonsulta u jikkommunika ma' għaqdiet volontarji u NGOs.", "Per eżempju, naf li għaddejjin kuntatti ma' l-Eden Foundation pero' l- esperti f'dan il-qasam huwa preċiżament il-bord tal-koperattivi.", "Kif ħabbart fil-pubbliku numru ta' ġimgħat ilu, il-bord tal-koperattivi ngħata wkoll l-inkarigu li jeżamina l-liġi tal-koperattivi u jressaqli suġġerimenti dwar kif nistgħu ntejbu dik il-liġi u naġġornawha għaż- żmenijiet tal-lum.", "Għalhekk ikun xieraq li filwaqt li l-bord stess jirrevedi din il-liġi, jinkludi wkoll dan l-iżvilupp, li nerġa' nirrepeti, huwa interessanti ħafna.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "4289.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol (part 2) fl- aħħar ta' Jannar 1999?", "Għal-liema tip ta' xogħol qegħdin jirreġistaw dawn il-persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tieni parti tar-reġistru (part 2) fl-aħħar ta' Diċembru 1998 kien ta' 473.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi għal-liema tip ta' xogħol kienu qegħdin jirreġistraw.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POSTIJIET", "4601.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joe Mizzi) staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-postijiet li ġew allokati mill-elezzjoni sal- lum?", "F'liema lokalita' u f'liema dati ġew allokati?", "Jista' l-Ministru jinformana wkoll dwar il-marki li kellhom biex ikkwalifikaw biex jieħdu l- post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Minħabba li m'għandniex informazzjoni fid-dettall, jista' l-Ministru jgħidilna kemm ġew allokati postijiet bħala total?", "Peress li l-bieraħ konna qed nistaqsu mistoqsijiet dwar l-anzjani, jista' l- Ministru jgħidilna jekk dawk l-anzjani li applikaw biex jirranġaw id-dar tagħhom, jingħatawx xi għajnuna partikolari biex jimlew il-formoli u jkunu iktar mgħarrfa b'dawn l-iskemi li jeżistu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-opinjoni tiegħi dan huwa punt importanti ħafna għax waħda mill-affarijiet li qed tirriżultalna hija li dawk li l-aktar huma fil-bżonn m'għandhomx tagħrif biżżejjed dwar x'servizzi hemm, għal xiex huma intitolati, għal xiex jistgħu japplikaw u x'tip ta' għajnuna jistgħu jieħdu.", "L-awtorita' tad-djar għandha servizz ta' customer care fejn tagħti l-għajnuna kollha pero' dehrilna li dan ma kienx biżżejjed.", "Għalhekk bdew jittieħdu inizjattivi biex kemm jista' jkun nikkordinaw il- ħidma tagħna mal-kunsilli lokali.", "Aħna jidhrilna li jekk ninformaw lill- kunsilli lokali dwar l-iskemi, l-benefiċċji u l-għajnuniet kollha li jista' jkun hemm, allura minn hemmhekk stess inkunu nistgħu noffru l-għajnuna lill- persuni li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn xi servizz jew minn xi skema li toffri l-awtorita' tad-djar.", "Fil-fatt ftit taż-żmien ilu ppubblikajna leaflet li jiġbor fih il-punti l-iktar importanti ta' l-iskemi kollha aġġornati ta' l-awtorita' tad-djar.", "Dawn qed jitqassmu biex kulħadd ikun jaf x'hawn u x'ma hawnx.", "Inizjattiva oħra li ħadet l-awtorita' tad-djar kienet illi nġabret mingħand id-dipartiment tad-djar il-lista ta' l-applikanti għal akkomodazzjoni alternattiva ta' dawk in-nies li ġejjin mill-Kottonera, mill- Belt u l-Furjana.", "Fil-fatt lil dawn in-nies żaruhom periti u uffiċjali ta' l-awtorita' tad-djar, li marru fuq inizjattiva tagħhom, biex huma stess jaraw il-postijiet fejn qed igħixu dawn il-persuni u jagħtuhom il-parir xi skemi hemm, x'jistgħu jagħmlu u x'soluzzjonijiet għandhom għall- kondizzjonijiet tad-djar tagħhom u kif jistgħu jtejbu l-ambjent li jgħixu fih.", "Fejn huwa impossibbli li dan isir allura jibqa' għaddej il-proċess biex tinstab akkomodazzjoni alternattiva.", "Dan kollu juri li jien naqbel mal-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Abela għax hemm bżonn li nifirxu u niftħu kemm jista' jkun l-informazzjoni dwar xi skemi għandna.", "Jien il-biża' tiegħi hi li min hu kwiet u min juża ċertu prudenza, jibqa' lura u jispiċċa f'sitwazzjoni fejn ma jibbenefikax daqskemm min imur u jiġġieled għad-drittijiet tiegħu.", "Dan nistgħu nwieġbu għalih billi ninformaw lil kulħadd, anke permezz ta' kampanja ta' pubbliċita' li qed issir diġa', biex kulħadd ikun jaf eżattament xi skemi hemm u xi drittijiet għandu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' nisa li jaħdmu bi qligħ full-time, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5543.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti fi skejjel primarji ta' Bormla, Birgu, l-Isla u Kalkara, bejn l-1985 u l-1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6195.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kuntistabbli li tilfu ħajjithom waqt il-ħin tax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5919.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Sur Presidnet, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa matul Jannar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5891.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar Maltin li qed iservu sentenzi ta' ħabs f'pajjiżi barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5322.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (NRU.", "2)", "LOCAL LOAN (NO.", "2) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Sur President, nipproponi t- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jawtorizza li somma ta' mhux iżjed minn mitt miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa akbar mid-dħul fil-Fond Konsolidat matul is-sena 1998 u n- nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-sena 1999''. .", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) ikun moqri t-Tielet Darba?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI)", "LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati)''.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "3)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "3) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' April, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Sur President, waħda mill-miżuri f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija proprju t-tnaqqis tad-dazju fuq il-pitrolju.", "Fid-diskors tiegħu l-bieraħ l-Onor.", "Brincat qagħad jiddefendi xi ħaġa li, fil-fehma tiegħi, m'hijiex defensible.", "Qed ngħid dan għaliex irrimarka li l-Gvern Laburista wera ċertu kuraġġ meta għolla l-prezz tal-pitrolju u qal li hija irresponsabbilta` li traħħas dan il-prezz.", "Meta nisma' dawn it-tip ta' diskorsi nġib għajnejja wara widnejja għax naħseb li l-poplu Malti jaf li meta għola l-pitrolju dan ħalla effett negattiv ferm fuq diversi setturi tal-popolazzjoni tagħna, speċjalment il-pensjonanti li fix-xitwa jużawh ħafna.", "Minn statistika li saret u kienet available ukoll għall-gvern preċedenti - pero` donnu ma kienx interessat li janalizzaha - irriżulta li kien hemm mill-inqas 5,000 household ta' pensjonanti li jużaw il-pitrolju biex isaħħnu d-dar tagħhom.", "Madanakollu l-Gvern Laburista ġie jaqa' u jqum minn dan u għolla l-prezz tal-pitrolju mingħajr ma ħa into consideration dan l-impatt soċjali.", "L-Onor.", "Brincat qal li s-setturi ta' l-industrija u tal-lukandi jistgħu jużaw il-light heating oil biex joperaw l-apparat tagħhom.", "Dan kien żball għaliex filwaqt li s-sulphur content tal-light heating oil huwa 1.8%, is- sulphur content tal-pitrolju huwa 0.3%, jiġifieri madwar sitt darbiet inqas.", "Peress li l-prezz tal-pitrolju kien għoli ħafna, f'Jannar ta' l- 1998 ġejna f'sitwazzjoni fejn il-light heating oil kien qed jintuża aktar mill-pitrolju.", "Fil-fatt it-total ta' light heating oil li ntuża f'Jannar, Frar u Marzu kien ta' 2.8 miljun litru u t-total ta' pitrolju li ntuża kien ta' 1.8 miljun litru.", "Dan ifisser li fejn qabel il-light heating oil ma kienx jintuża, issa beda jniġġes l-ambjent, l-iktar madwar il-lukandi u l- inħawi tal-fran, għax imbagħad anke l-furnara pprovaw jaqilbu għal-light heating oil.", "Fil-fatt il-bieraħ l-Onor.", "Brincat qal li l-idea kienet li l- furnara kollha jaqilbu għal-light heating oil.", "Dan ma rnexxiex għax kien hemm problemi tekniċi imma l-intenzjoni hemm kienet.", "F'ġieħ is-serjeta`, Onor. Brincat, kif ma tistax tirrealizza li l-light heating oil kien qed jagħmel ħsara lill-ambjent sitt darbiet iktar milli kien jagħmel il- pitrolju?", "Jien kont nistenna li l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jirrealizzaw li din kienet deċiżjoni żbaljata u jħalluha tintesa, pero' l- bieraħ l-Onor.", "Brincat beda jikkritika lil dan il-gvern għaliex raħħas il- pitrolju u naqqas it-tniġġis!", "Meta l-Oppożizzjoni Laburista titkellem b'dan il-mod u ma tirrealizzax l-iżbalji tagħha xejn ma tkun kostruttiva.", "Sur President, irrid ngħid b'sodisfazzjon li matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena l-konsum tal-light heating oil naqas b'1 miljun litru.", "Fil- fehma tiegħi għamilna progress kbir peress li bħala ammont ta' kubrit, dan għandu sitt darbiet iktar milli għandu l-pitrolju, u b'hekk naqqasna d- dħaħen li jħallu effett ħażin fuq is-saħħa tan-nies u fuq l-ambjent.", "Jien kburi li dan il-gvern kellu l-kuraġġ jieħu din il-miżura għall-ġid ta' pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) L-ex-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "Leo Brincat, qed jikkritikana wkoll għaliex naqqasna l-kubrit fl-atmosfera!", "Iva, f'ġieħ is-sewwa, dak li huwa sewwa għidu li hu sewwa u mhux tipprovaw tgħidu li hu ħażin!", "L-intenzjoni tagħna hija li eventwalment we will phase it out imma dan ma tistax tagħmlu mil-lum għal għada.", "Pero' l-fatt li l- konsum naqas b'1 miljun litru, minn 2.8 miljun litru għal 1.8 miljun litru, huwa progress riżultat tal-miżuri li ħa dan il-gvern.", "Sur President, nista' ngħid li fl-ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet il-konsum tal-pitrolju żdied għal 4.7 miljun litru minn 1.8 miljun litru, għaliex peress li huwa iktar affordable in-nies qed jużaw iktar pitrolju biex isaħħnu d-djar.", "Din is-sena kellna xitwa iktar kiefra, allura kellna iktar konsum tal-pitrolju għax kien qiegħed bi prezz affordable u mhux bil- prezz esaġerat li kien introduċa l-gvern preċedenti.", "Naturalment jekk qed isir xi abbuż billi jitħallat mad-diesel għall-karozzi tal-linja, irid isir effort biex dan jinqata'.", "Pero' wieħed ma jistax jinsa l-bqija tas- soċjeta', jinsa l-effett fuq l-anzjani, fuq l-industrija u fuq it-turiżmu wkoll, għax irridu niftakru li l-light heating oil u l-pitrolju jintużaw ukoll biex isaħħnu l-lukandi.", "Allura jien konvint li dan huwa progress u assolutament mhuwiex ġustifikat l-ex-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "Brincat, li joħroġ b'din il-kritika li ħareġ biha.", "Qed insewwu l-ħsara li sfortunatament għamel il-gvern ta' qabel.", "Jien ma neħux pjaċir li saret il- ħsara.", "Liema Malti jieħu pjaċir li ssir il-ħsara?", "Is-sitwazzjoni llum hija ferm iktar raġonevoli u j'Alla jibqa' jinqata' l-użu tal-light heating oil sakemm niġu f'pożizzjoni li neliminawh.", "L-Onor.", "Brincat qal li l- Gvern Laburista kellu l-kuraġġ jieħu ċerti miżuri imma jien ngħidlu li dan ma kien kuraġġ xejn.", "Il-Gvern Laburista ħa miżuri ħżiena għax messu eżamina l-effett tagħhom sewwa u mhux qabad u tefagħhom mingħajr ma ra lil min kien ħa jolqot.", "Jien nista' nsemmi miżuri oħrajn ħżiena li ħa l-Gvern Laburista.", "Mhux se nsemmi r-rati tad-dawl u l-ilma għax m'għandhomx x'jaqsmu ma' dan l-abbozz ta' liġi, għalkemm din hija miżura oħra li rranġajna.", "La qed nitkellmu fuq l-Enemalta, għandi l-pjaċir inħabbar f'dan il- parlament li l-Enemalta rnexxielha tibdel il-loan li kienet ippreparata taħt Gvern Laburista preċedenti u ffirmata f'Novembru.", "Għalkemm kelli mistoqsijiet serji dwar din il-loan, jien ma stajtx ma nħallihomx jiffirmawha għax in-negozjati kienu laħqu spiċċaw.", "L-Enemalta ħadet loan ta' US130 miljun li kienet rolled over u xi żidiet żgħar tal-loans li kien hemm qabel, pero' din il-loan saret kollha f'dollari Amerikani.", "Meta ġew quddiemi bil-każ komplet, li l-Onor.", "Brincat kien responsabbli għalih, mill- ewwel bdejna analiżi biex naraw l-Enemalta x'jaqblilha.", "Fil-fatt din il- ġimgħa l-loan bdilnieha f'Euros għax sibna li b'hekk l-Enemalta tiffranka $US3.6 miljun fi 12-il xahar.", "(Interruzzjonijiet) B'din is-swap l- Enemalta ffrankat $US3.6 miljun.", "Donnhom l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra din mhux qed togħġobhom, Sur President (Interruzzjonijiet) X'jiġifieri sena oħra lanqas nafu x'se jiġri?", "X'għandu x'jaqsam!", "Jien nipprova nara fejn hi l-inqas ir-rata ta' imgħax u naturalment ma tridx tkun għaref wisq biex tagħżel fejn jaqbillek.", "Ir-rata ta' imgħax ta' l-Euro hija ferm inqas minn dik tad-dollaru.", "Minbarra hekk, ir-riskju fuq l-Euro għall-Enemalta huwa ferm inqas mid-dollaru għax ir-revenue ta' l-Enemalta huwa f'liri Maltin.", "U l-lira Maltija għandha iktar connection mal-Euro milli mad- dollaru Amerikan u allura jkun jaqbillek tmur għall-Euro.", "Dawn huma l- mistoqsijiet li għamilt.", "Nixtieq li kieku kien hawn l-Onor.", "Brincat biex jirrispondini għaliex ma nafx għax ma daħalx f'dawn l-affarijiet.", "Il-gvern tiegħu kien lest li jżid il-prezz tad-dawl u l-ilma u ma kkonsidrax pożizzjoni bħal din fejn seta' jiffranka l-flus.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għandu jiġi ċċarat li l-Onor.", "Brincat mhux qiegħed preżenti fil-Kamra għax bħalissa qiegħed bħala chairman fil-Public Accounts Committee.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, l-Onor.", "Brincat għamel il-punti tiegħu l-bieraħ u jien qed nagħmel il-punti tiegħi llum.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment l-Onor.", "Membru għandu ċans jirrispondi għal dawn l-affarijiet.", "Il-punt jibqa' li tan-naħa l-oħra mhux qed iddoqqilhom din, li l-Enemalta setgħet tiffranka US3.5 miljun u ma ffrankathomx, anzi marret għal triq iktar riskjuża peress li ma daħħlux sewwa fil-kwestjoni.", "Is-sitwazzjoni kienet tal-biki għax dan il-gvern li suppost kien modern, effiċjenti u trasparenti ma kienx qed jagħmel assessment sewwa ta' l-affarijiet.", "Waqt li kienu lesti jżidu l-prezz tal- pitrolju, ta' l-ilma u tad-dawl, ma kenux kapaċi janalizzaw l-iktar affarijiet elementari biex inaqqsu l-ispiża.", "U mhux qed nitkellmu fuq sold u tnejn imma qed nitkellmu fuq $US3.5 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li dan kien gvern responsabbli.", "Ma tridx tkun daqshekk intiż fis- suġġett biex tkun taf li għandek tipprova tmur għall-munita li l-lira Maltija hija iktar linked magħha u għal rata ta' imgħax li hija irħas.", "Jiddispjaċini ngħid li mhux hekk għażel li jagħmel il-gvern preċedenti imma għażel li jitfa' l-piż fuq il-poplu biż-żidiet li għamel, anke fuq il-prezz tal-pitrolju.", "Aħna raħħasna l-pitrolju biex innaqqsu t-tniġġis u l- Enemalta rnexxielha wkoll tiffranka l-flus billi qed timxi b'politika iktar għaqlija.", "Irrid infakkar ukoll fil-flus li qed neħlu iktar minħabba l-hedging agreement li diġa' tkellimt fuqu.", "Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena diġa' weħilna Lm3 miljun iktar u dan l-arranġament ma nistgħux noħorġu minnu imma jkollna nkomplu nsegwuh sa l-aħħar ta' Diċembru għax għal raġuni li jien ma nifhimhiex dawn għamlu agreement fit-13 ta' Awissu, tliet ġimgħat qabel l-elezzjoni - din riedet ministerial approval - fejn iffriżaw il-prezz taż-żejt li tixtri l-Enemalta għal sena sħiħa mingħajr ma kellhom daqsxejn diċenza li jgħidu: Isma', hemm bżonn nagħmluh għal 12-il xahar?", "Għax ma nagħmluhx tliet xhur, tliet xhur?", "Issa qed inħallsu l-prezz ta' din l-ispekulazzjoni li tista' tiġik tajba u tista' tiġik ħażina.", "Is-sena li għaddiet tlifna Lm9 miljun u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena tlifna Lm3 miljun oħra.", "Minflok ma kien jagħmel l-affarijiet b'iktar għaqal u b'iktar ħsieb, il-Gvern Laburista kien jaqbad u jieħu dawk id-deċiżjonijiet li kien isejħilhom \"kuraġġużi\" u jgħolli l-prezz lill-poplu.", "L-Onor.", "Leo Brincat tkellem fuq il-wegħdiet tal-Partit Nazzjonalista li jikkontrolla l-għoli tal-ħajja.", "Dan għamilnieh billi raħħasna l-prezz tad- dawl u l-ilma.", "L-Onor.", "Membru ddeċieda li jikkritika s-settur li kien jaqa' taħtu u llum huwa responsabbilta' tiegħi, is-settur ta' l-office of fair trading li għandu d-dover jagħmel monitoring tal-prezzijiet tal- mediċini.", "Qal li donnu dan l-uffiċċju miexi b'mod kajman għax dawn iż- żidiet splodew.", "Imma meta tħares lejn l-assessment li sar mill-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta u tqabblu ma' dak li ġara fl-istess tliet xhur tas- sena ta' qabel issib li l-kritika tiegħu żgur m'hijiex ġustifikata.", "L- ewwelnett il-prezzijiet tal-mediċina hemm tendenza li jogħlew mill-bidu tas- sena u ħafna minn dawn jiġru minħabba żidiet minn barra.", "Per eżempju, fl- ewwel tliet xhur ta' din is-sena kien hemm madwar 52 prodott tal-mediċina li għolew pero' kien hemm ukoll madwar 60 mediċina oħra li l-prezz tagħhom naqas.", "Għandi l-breakdown tal-prezzijiet li għolew; 24 minnhom għolew għax għolew minn barra, tnejn minnhom għolew minħabba rati tal-kambju, tnejn minħabba l-freight charges u hemm 24 li għadhom qed jiġu investigati.", "L-Onor.", "Brincat qal li l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta qed jimxi b'mod kajman.", "Jien ma nafx għaliex qed jitkellem b'dan il-mod.", "L-ewwelnett imissu jaf biżżejjed li l-uffiċċju baqa' miexi bl-istess politika li kien miexi biha fl-1996, kemm taħt il-Gvern Laburista preċedenti u kemm taħt dan il-gvern.", "Hawnhekk ma rridx inkun partiġġjan imma l-verita' hija li fl- 1996, meta jien kont responsabbli mill-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta, bdejna eżerċizzju ta' reviżjoni tal-prezzijiet tal-mediċini u raħħasna ħafna u ħafna mediċini fejn il-prezz ma kienx ġustifikat.", "L-Onor.", "Brincat kompla bl-istess sistema u jien komplejt bl-istess sistema wkoll.", "Jiġifieri għalfejn dawn il-ħafna botti li qed jitfa'?", "Nista' ngħid li f'din is-sena, minn 130 complaint li saru permezz tal-freephone kien hemm 28 li nstab li veru kien hemm overpricing mill-ispiżeriji u dawn kellhom inaqqsu l-prezz; kien hemm sitta li kienu overpriced mill-aġent u kien hemm 96 li ż-żieda kienet ġustifikata, għax kif għidt diġa', fl-ewwel tas-sena jkun hawn tendenza li ċerti prezzijiet jiżdiedu minn barra.", "Naturalment kull produttur minn sena għal sena, għal raġuni jew oħra, jirrivedi l- prezzijiet.", "Is-sena li għaddiet l-ilmenti naqsu għal 52, fejn instab li 28 minnhom kienu price increases ġustifikati u kien hemm 24 li ma kienx hemm price increase.", "L-attivita' mhux naqset imma żdiedet bi tripplu, jiġifieri l-Onor.", "Brincat mhux ġustifikat li jiġi jgħid li l-uffiċċju mhux qed jagħmel xogħlu.", "Imissu għallinqas l-ewwel staqsa biex jara l-uffiċċju kemm qed jagħmel investigazzjonijiet u x'riżultati għandu, mhux jaqbad u jaqbeż għall-konklużjoni li l-uffiċċju mhux qed jagħmel xogħlu.", "Din hija irresponsabbilta', fil-fehma tiegħi.", "L-uffiċċju mhux biss jirċievi l- ilmenti u jinvestigahom talli jagħmel investigazzjonijiet at random.", "Is- sena li għaddiet, fl-ewwel erba' xhur għamel 51 investigazzjoni at random u b'riżultat ta' hekk naqqas 37 prezz.", "Din is-sena għamel 139 investigazzjoni at random u f'ċerti każi kienu overpriced imma kien hemm każi oħra li kienu ġustifikati.", "Jiġifieri mhux sewwa li wieħed jaqbad u jikkonkludi li l-uffiċċju mhux qed jagħmel xogħlu għaliex il-prezzijiet tal- mediċini splodew mingħajr ma jkollu ċ-ċifri quddiemu.", "Ta' min ifakkar li kien hemm 52 li żdiedu u kien hemm 60 li naqsu.", "L-Onor.", "Brincat, li kien responsabbli minn dan il-qasam, jaf li qabel ma titkellem għandek tkun informat fuq dawn l-affarijiet.", "Sur President, il-kritika li smajt il-bieraħ fuq il-pitrolju, fuq il- mediċini u fuq affarijiet oħra, imma b'mod partikolari fuq il-pitrolju, assolutament turi kemm l-oppożizzjoni miexja fit-triq il-ħażina.", "L- oppożizzjoni jmissha tirrealizza fejn għamlet l-iżbalji u mhux tkompli tħambaq u tipprova tiġġustifika l-iżbalji li għamlet għax għandna l-provi li l-għoli fil-prezz tal-pitrolju ħalla effett negattiv u kif raħħasnieh naqas l-użu tal-fuel oil f'pajjiżna.", "Aħna gvern li nwettqu dak li nwiegħdu u fil-każ tal-pitrolju, għalkemm fil- programm tagħna ma kienx hemm li se nraħħsu l-prezz tal-pitrolju, dehrilna li għall-ġid tal-pajjiż u ta' l-ambjent, hekk kellna nagħmlu.", "Fl-istess ħin aħna raħħasna wkoll il-prezz tad-dawl u ta' l-ilma, kif wegħedna u raħħasniehom sew u dan kellu effett pożittiv fuq pajjiżna.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi nitkellem dwar l-aspett ekonomiku li diversi kelliema min-naħa l-oħra diġa' tkellmu fuqu.", "Nirriferi għar- rapport tal-bank ċentrali li għadu kif ħareġ li għamel business perception survey fejn juri wkoll riżultati nkorraġġanti.", "Dan qal hekk:", "''The results of this part of the survey which are illustrated in chart 1 show that expectations have remained positive with the balance of replies expecting an improvement in the economic situation still standing at around 30%.''.", "Din hija l-aspettattiva għall-ewwel nofs ta' din is-sena.", "Naturalment dan ir-rapport qed igħid ukoll li l-optimistic response kien mifrux fuq is- setturi kollha ta' l-ekonomija.", "Naturalment mhux bl-istess ammont, għax hemm setturi fejn l-aspettattiva hija iktar pożittiva u setturi fejn hija inqas.", "Pero' rridu niftakru li tlaqna minn iġġamjar komplet ta' l- ekonomija, u l-ekonomija mhijiex switch, tagħmlu on jew off.", "Naf x'qed ngħid għax f'dawn it-tmien xhur li l-Partit Nazzjonalista ilu fil-gvern fabbrika waħda mort niftaħ li tipproduċi l-pestiċidi, l-insettiċidi u velenu tal-ġrieden għall-esportazzjoni, u tħaddem erbgħa min-nies, forsi titla' sa għaxra min-nies.", "Dak huwa l-investiment u l-frott kollu tal- ħafna ftaħir li kien hemm fuq l-investiment li kien qed isir.", "Dik hija l- high-tech industry li kienet qed tiġi hawn!", "Il-bqija ma fetħux fabbriki iktar.", "Ir-riżultat tal-frott tal-Gvern Laburista tista' tarah mill-fatt li ma kienx hemm investiment ġej.", "Bdejna nerġgħu ndawru r-rota, bdejna mmorru barra u nipprovaw ninkoraġġixxu lin-nies biex jinvestu f'pajjiżna imma dan jieħu ż-żmien.", "Għandek mill-inqas sitt xhur u 12-il xahar qabel ma jkollok xi frott minn din it-tip ta' ħidma li qed tagħmel l-MDC.", "Dan m'huwiex switch tad-dawl.", "Din il-ġimgħa l-Onor.", "Attard Montalto qal li kif tela' l-Gvern Nazzjonalista l-affarijiet bdew jimxu bil-mod.", "Dan m'hu veru xejn.", "Ir- riżultati ta' l-inizjattivi tal-ministeru li hu kien responsabbli għalih, li taħtu taqa' l-MDC wkoll, ma kenux pożittivi għal diversi raġunijiet.", "Jien ma rridx noqgħod nippolitiċizza.", "Pajjiżna qed jiffaċċja ċerti diffikultajiet minn barra li għandhom x'jaqsmu ma' l-Ewropa Ċentrali u ma' l-Ewropa ta' Lvant peress li ħafna investimenti iktar qed imorru f'dawk il-pajjiżi.", "Dan m'hu tort ta' l-ebda gvern.", "M'għandniex ngħidu li s-slowdown li hemm issa fl-investiment huwa tort ta' dan il- gvern, għax dan kellu jiġi minn żmien Gvern Laburista.", "F'dan il-parlament qed naqgħu għar-redikolu meta wieħed jipprova mill-ewwel iwaħħal f'xi ħaddieħor għad-dnubiet tiegħu.", "Jiddispjaċini ngħid li l-fatt li l- ekonomija ma rnexxilhiex tirkupra biżżejjed huwa frott tan-nuqqas ta' investiment li kien ġej minn barra u minħabba l-fatt li l-gvern preċedenti ma kienx kapaċi jilqa' l-isfidi normali li kull gvern Malti jkollu, sfidi ta' investimenti f'postijiet alternattivi.", "Barra minn hekk il-pożizzjoni li ħa fuq l-Unjoni Ewropea, li mhux dejjem kienet tiftiehem, mhux dejjem kienu jarawha attraenti, naffret ukoll ċertu investiment.", "L-aħħar li kont responsabbli mill-Malta Development Corporation fl-1996 kienu se jiġu f'Malta tlieta jew erba' investimenti ta' ċertu daqs, li bejniethom kienu lesti jħaddmu madwar 500 jew 600 impjegat, u dawn tnaffru u ma ġewx Malta.", "Kif bdilna r-rotta u ffriżajna l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea dawn marru f'pajjiżi oħra.", "U l-frott ta' dawn id-deċiżjonijiet qed inbatuh issa wkoll, mhux is-sena li għaddiet biss.", "Qed inbatuh għaliex ma rnexxilniex niġbdu investiment biżżejjed.", "Jekk Alla jrid nerġgħu nibdew indawru r-rota 'l quddiem imma it is a slow process għax huwa faċli titlef iżda mhux faċli terġa' tiggwadanja f'dan il-qasam, Mr Speaker.", "Nerġa' nirriferi għal din is-survey tal-bank ċentrali u ngħid li ċ-ċifri li joħorġu minnu juru ċerta buoyancy fl-aspettattiva.", "Infatti hawn ċerti charts li jimpressjonawni għax tara li l-expected improvement in economic situation taħt it-tmintax-il xahar ta' Gvern Laburista kienet dejjem negative, negative, filwaqt li taħt l-aħħar quarter tas-sena li għaddiet u l-ewwel quarter ta' din is-sena l-aspettattiva ta' min jaħdem fil- manifattura hija pożittiva.", "Dan huwa indikatur tajjeb, għalkemm mhux biżżejjed għax irid isir l-investiment, ir-rota trid iddur b'iktar momentum, irridu nerġgħu nqajmu l-attività ekonomika b'mod iktar qawwi.", "Imma, kif diġa` għidt, l-attività ekonomika mhijiex switch on u off u jekk inti titfiha mhux għalkemm terġa' tixgħelha mingħajr ma jkollok ċerti konsegwenzi.", "Grazzi ħafna, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi l- gvern qed jitlob lill-parlament biex japprova l-miżuri li tħabbru fil- budget - jiġifieri li jiżdied id-dazju fuq is-sigaretti u jonqos id-dazju fuq il-pitrolju - miżuri li effettivament daħlu in vigore mill-ewwel, mat- tħabbir tal-budget.", "Jien kont beħsiebni nibda l-ewwel fuq is-sigaretti u mbagħad nidħol fuq is-suġġett tal-pitrolju pero' billi għadu kif tkellem il- ministru għas-servizzi ekonomiċi u daħal fil-kwestjoni tal-pitrolju, xtaqt mill-ewwel ngħaddi għal dan is-suġġett.", "Jidher li l-unika missjoni li għandu quddiemu f'din il-leġislatura l-ministru hija sempliċement biex jagħmel propaganda li, jiddispjaċini ngħid, hija bbażata fuq ċifri totalment foloz u fuq raġunar totalment żbaljat.", "Il-ministru qed jgħid li bħala riżultat tad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jżid it-taxxa u d-dazju fuq il-pitrolju żdied l-użu ta' light heating oil jew thin fuel oil.", "Imma jekk hu verament jidħol fis-suġġett u jara ċ- ċifri - u jiena ċert li t-tekniċi li għandu fid-dipartiment tiegħu ma kellhomx għalfejn isibu diffikultà biex jagħtuh statistika korretta - isib li l-konsum tal-light fuel oil mill-1993 sa l-1997 prattikament baqa' l- istess.", "Hawnhekk għandi l-figuri: Fl-1993 ntużaw 11,664 metric tons of oil equivalent, fl-1994 ntużaw 11,216 metric tons, fl-1995 ntużaw 11,444 metric tons, fl-1996 baqa' prattikament l-istess.", "Jiġifieri l-argument tiegħu li minħabba ż-żieda fid-dazju tal-pitrolju, żdied l-użu tal-light fuel oil ma jreġi assolutament xejn.", "THE DEPUTY SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiddispjaċini ninterrompik imma jiena tkellimt fuq il-light heating oil u mhux fuq il-light fuel oil - fuel oil huwa wżat għall-power station - u l-light heating oil probabbli mhuwiex f'dik il- pubblikazzjoni li qed tikkwota minnha għaliex light heating oil daħal f'dawn l-aħħar sentejn.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, il-figuri li għandi hawnhekk mill- ktejjeb \"Malta at a Glance\", li l-awtur tiegħu ġab l-informazzjoni mill- Enemalta, juru totalment il-kontra ta' dak li qed jgħid il-ministru, għax il-fuel li jintuża fil-power station huwa f'paragrafu totalment differenti.", "Li ġara kien li minn meta Gvern Laburista ddeċieda li jżid id-dazju fuq il- pitrolju, f'daqqa waħda l-użu tad-diesel żdied b'mod ekwivalenti, jiġifieri daqs kemm naqas l-użu tal-pitrolju.", "Dan ġara minħabba li l-prezz tal- pitrolju ġie l-istess prezz tad-diesel.", "X'ifisser dan?", "Ifisser li dawk in- nies li kienu qed jużaw il-pitrolju u naqqsu l-użu tiegħu minħabba li żdied il-prezz, kienu l-istess nies li mbagħad bdew jużaw id-diesel.", "Min huma dawn in-nies?", "Dawn in-nies huma l-owners tal-karozzi tal-linja.", "Is- sitwazzjoni hija daqshekk sempliċi u mhux kif qed jgħid il-ministru.", "Jiġifieri mhux veru li kien hemm iżjed użu ta' dak il-fuel li għandu iżjed sulphur content, kif qed jgħid il-ministru.", "Il-fatt li issa naqas il-prezz tal-pitrolju u l-owners tal-karozzi tal-linja se jibdew jużaw iżjed pitrolju minflok id-diesel se jkollu effett kuntrarju għal dak li jixtieq il-ministru, jiġifieri se jkun hawn iżjed tniġġis ta' l-ambjent.", "Se jkun hawn iżjed incomplete combustion tal-pitrolju, se jkun hawn iżjed exhaust fumes qawwijin mimlijin carbon, se jkun hawn iżjed fumes li jagħmlu ħsara lill-ambjent u lil saħħet il-pubbliku.", "Dan huwa l-punt.", "Iva, għandu raġun sieħbi l-Onor.", "Brincat jgħidli l-Gvern Laburista kien kuraġġuż għaliex aħna konna nafu li persentaġġ qawwi ta' l-użu tal-pitrolju kien qed jintuża b'mod abbużiv.", "Jiġifieri b'din il-miżura li issa qed jieħu dan il-gvern se jiżdied l-inkwinament ta' l-arja u bil-wiċċ tost kollu qegħdin niġu mitluba nissussidjaw lil min jabbuża mill-pitrolju b'dan il-mod.", "Sur President, mhux veru li l-anzjani jużaw iżjed pitrolju, kif qed jipprova jgħidilna b'mod propagandesk il-ministru għax, kif għidt jien, il- pitrolju iżjed kien qed jintuża mill-owners tal-karozzi tal-linja.", "Aħna t- tobba lill-anzjani dejjem nagħtuhom parir li l-heating għandu jkun b'mod li ma jagħmilx ħsara lil saħħithom.", "Fil-heating anke l-pitrolju jagħmel ħsara lis-saħħa ta' l-anzjani u jista' jkun ta' periklu wkoll għax jista' jieħu n-nar.", "Jiġifieri aħna minn hawnhekk, anke bħala tobba, lill-anzjani nagħtuhom parir li jużaw forma ta' heating ta' l-elettriku biex ma jkunx ta' detriment għal saħħithom.", "Jiġifieri meta l-ministru jipprova jagħmel propaganda biex mingħalih ipinġi ħażin il-miżura ta' Gvern Laburista, ngħidlu li din taħdem bil-kontra.", "Nerġa' ngħid li b'din il-liġi qed niġu mitluba nissussidjaw lil min qed jabbuża bil-pitrolju u mbagħad ikompli jagħmel il-ħsara lill-ambjent.", "Jekk il-ministru taħarqu qalbu daqshekk għall-ambjent minħabba s-sulphur content fl-arja, għandu d-dmir jara li l- fuel li jintuża fil-power stations jkollu sulphur content li huwa ħafna inqas minn dak li verament qed jintuża bħalissa.", "Għax jekk wieħed jikkalkola u jkejjel is-sulphur dioxide li ħiereġ mill-power stations jsib li dan qed jagħmel ħafna ħsara lill-ambjent, speċjalment fl-inner harbour area.", "Tajjeb wieħed jgħid li l-power station tal-Marsa hija l-iżjed power station li qed tagħmel ħsara lil saħħet il-poplu, speċjalment lill-poplu li jgħix fil-viċinanza ta' Raħal Ġdid, tal-Marsa, tal-Belt.", "Waħda mir- raġunijiet li kien ġab il-Partit Nazzjonalista fl-1987 biex jiġġustifika li kellha tinbena power station f'Delimara kienet li l-power station tal-Marsa tant kienet qed tagħmel ħsara lill-ambjent.", "X'ġara kważi għaxar snin wara l-bini tal-power station ta' Delimara?", "Il-power station tal-Marsa għadha qed tipproduċi iżjed enerġija mill-power station ta' Delimara u s-sulphur dioxide li qed joħroġ, jiġifieri l-acid rain li qed toħroġ mill-power station ta' Delimara, qed tkompli tagħmel ħsara liċ-ċittadini ta' dawk l- inħawi.", "Jiġifieri minn hawnhekk nappella lill-ministru biex ma jużax lil dan il-parlament bħala staffa ta' propaganda biss imma jieħu azzjoni, xi ħaġa li mhuwiex qed jagħmel.", "Jekk verament taħarqu qalbu jaf x'miżuri għandu jieħu u mhux jiġi hawn u jikkwota l-figuri ħażin u jipprova jagħti l- impressjoni li taħarqu qalbu għas-saħħa tal-poplu jew għall-ambjent.", "Il-Ministru Bonnici tkellem dwar ħafna affarijiet oħrajn, fosthom ir- revenue u kif qed jirnexxilu jnaqqas l-ispiża ta' l-Enemalta, kif qed jgħid hu, imma dwar ir-revenue tal-Water Services Corporation ftit li xejn qal.", "Il-ministru ġie ħafna drabi f'din il-Kamra jwiegħed lill-poplu li l- kontijiet tad-dawl u l-ilma ħerġin.", "Waħda mill-aħħar affarijiet li qal hawnhekk ftit qabel il-vakanzi ta' l-Għid kienet li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma se joħorġu sa l-aħħar ta' Marzu.", "Ma niddejjaqx ngħid li l-ministru qed ikun irresponsabbli li jibgħat fid-djar tan-nies fuljetti li mhumiex kontijiet imma sempliċement fuljetti ta' propaganda li jqabblu l-prezz kif kien jiġi taħt Gvern Laburista mal-prezz kif se jagħmlu hu bl-alterations li saru wara diskussjonijiet mal-union.", "Għaddew ħames xhur minn mindu ġew stabiliti r-rati l-ġodda tad-dawl u l-ilma u l-kontijiet għadhom ma waslux.", "Il-poplu huwa mwerwer jistenna għax meta jagħmel il-budget tiegħu minn xahar għal xahar dejjem jaħseb għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Jien nappella lill-ministru biex ma jkunx iżjed irresponsabbli iżda jkun iżjed serju u jibda jibgħat il-kontijiet regolarment biex il-poplu jserraħ moħħu li dak li għandu jagħti jagħtih.", "U min-naħa l-oħra, dak li għandha ddaħħal l-Enemalta u l-WSC idaħħluh ukoll.", "Jiġifieri l-ministru għandu jiġi hawnhekk u jwiegħed li l-kontijiet se jaslu, ħalli jkun ta' ġid għall-poplu u ta' ġid għal dawn il-korporazzjonijiet.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk għax nerġgħu niġu fis-sitwazzjoni ta' qabel l-1996 meta l-korporazzjonijiet kemm ta' l-Enemalta u kemm tal-WSC kienu waslu f'sitwazzjoni li ma kellhomx flus biex iħallsu lill-ħaddiema.", "Jien nappella lill-ministru biex jinsa t- triq tal-propaganda rħisa, jitkellem bis-serjeta', jagħmel xogħlu kif fil- fatt hu fdat lilu u mixtieq minnu li jagħmel, jiġifieri jikkontrolla l- inkwinament u t-tniġġiż ta' l-ambjent u jibgħat il-kontijiet tad-dawl u l- ilma kif emendati mill-ftehim li sar f'Novembru li għadda biex iserraħ moħħ il-poplu u jserraħ moħħ il-ħaddiema tal-korporazzjonijiet.", "Sur President, b'dan l-abbozz ta' liġi l-gvern qiegħed ukoll iżid id- dazju fuq is-sigaretti u jiena bħala tabib ma nistax ma nagħmilx enfasi fuq kemm jagħmlu ħsara s-sigaretti lis-saħħa tal-poplu.", "Hawn Malta għandna waħda fost l-iżjed inċidenzi għoljin ta' mard kardjovaskolari, jiġifieri tal-qalb, u mard ta' l-arterji.", "Għandna waħda mill-iżjed inċidenzi għoljin ta' mard tal-pulmun, ta' asthma u ta' bronkite kronika.", "Is-sigaretti huma fost l-iżjed affarijiet li jagħmlu ħsara liċ-ċittadini minn dan il-lat.", "Tajjeb li wieħed isemmi li l-popolazzjoni ta' Malta hija waħda fost l- iżjed li tpejjep fl-Ewropa kollha għax għandna 54% ta' l-irġiel u 21% tan- nisa li jpejpu.", "U minn studju li sar dan l-aħħar jirriżulta li filwaqt li għandna 35% tan-nisa żgħar li jpejpu, għandna 10.8% nisa iktar kbar, jiġifieri n-nisa ta' ċertu eta' li jpejpu huma ħafna inqas.", "X'ifisser dan, Sur President?", "Ifisser li aktar ma jgħaddi ż-żmien in-nisa iżjed qed ipejpu.", "Waqt li ħafna snin ilu n-nisa ma kenux ipejpu llum għandna iżjed tendenza li n-nisa jibdew dan il-vizzju ikrah li kulħadd jaf kemm jagħmel ħsara lil saħħitna.", "Minkejja dan qed naraw dawn l-affarijiet isiru u jiddispjaċini ngħid li f'pajjiżna ftit qed ikun hemm nies li jieqfu jpejpu.", "Iżjed interessanti minn hekk, wieħed isib li hemm 75% ta' l-irġiel li jpejpu li qatt ma ngħataw parir biex ma jpejpux, waqt li 22% kienu tawhom parir biex ma jpejpux.", "Fin-nisa din il-figura taqleb ftit differenti, 80% tan-nisa ħadd qatt ma qalilhom biex ma jpejpux waqt li 12% xi ħadd kien qalilhom biex ma jpejpux.", "Dan juri li waqt li qed niġu hawnhekk fil- parlament mingħalina qed nagħmlu xi ħaġa tajba li nżidu s-sisa u l- prezzijiet tas-sigaretti, bl-iskuża li jekk inżidu l-prezzijiet tas- sigaretti nkunu qed ngħinu f'din il-kampanja biex in-nies ma jpejpux, jiddispjaċini ngħid li dan mhux qiegħed jiġri.", "Jiġifieri minkejja li gvernijiet differenti żiedu l-prezz tas-sigaretti, ftit jew xejn qed ikun hemm effett fuq il-poplu biex ma jaqbadx dan il-vizzju tant qerriedi.", "M'hemmx dubju li s-sigaretti jagħmlu ħsara għal saħħet il-poplu u b'aktar nies ipejpu se jkollna aktar nies li jimirdu u l-piż finanzjarju għall- gvern fil-qasam tas-saħħa bilfors li jikber.", "Jiġifieri dawn l-affarijiet irridu narawhom sew.", "Kif għidt, Sur President, is-sigaretti jikkaġunaw mard tal-qalb - u f'pajjiżna għandna wieħed mill-iżjed inċidenzi għoljin ta' mard tal-qalb fl- Ewropa kollha - u għandna ħafna nies ibatu bl-asthma.", "Xi kultant tistagħġeb meta jkollok nies ibatu bl-asthma u nies bi bronkite kronika u xorta jibqgħu jpejpu.", "Jekk wieħed imur l-isptar u jara kemm jidħlu pazjenti kuljum isib li ħafna minnhom ikunu daħlu b'mard li huwa relatat mat-tipjip tas-sigaretti.", "Imma l-fatt hu li minkejja li ngħollu l-prezz tas-sigaretti, ftit li xejn qed ikollna effett pożittiv f'dak li hu tnaqqis fit-tipjip u allura qed ikollna l-istess pressjoni fuq is-servizzi tas- saħħa, għax qed ikollna iżjed nies morda b'dan il-mard, li mbagħad jagħmel effett ħażin mhux lilhom biss imma lin-nazzjoni kollu.", "Ta' min ifakkar u jfaħħar lil dawk it-tobba u l-paramediċi nvoluti f'dawk li jissejħu smoking cessation clinics.", "Dawn huma clinics fejn il-pazjenti jingħataw parir x'għandhom jagħmlu biex jirnexxilhom jirbħu dan il-vizzju ikrah tas-sigaretti.", "Nixtieq li bħala riżultat ta' dawn is-smoking cessation clinics jonqsu dawk il-figuri li kkwotajt iżjed qabel għax jien niskanta kif kważi tliet kwarti ta' l-irġiel u 80% tan-nisa li jpejpu ħadd qatt ma tahom parir biex ma jpejpux.", "Barra minn hekk, f'pajjiżna hemm bżonn ikun hawn iżjed enforcement tal-liġijiet li huma kontra s-sigaretti.", "Tajjeb wieħed ifakkar li anke f'dan il-parlament approvajna liġijiet fejn f'ċerti postijiet ħadd ma huwa permess li jpejjep imma ftit li xejn tara pulizija li jinforzaw dawn il-liġijiet.", "Issa wara li tanalizza l-fatt li minkejja li sena wara l-oħra niġu hawnhekk inżidu d-dazji fuq is-sigaretti l-figuri juru li dan il-vizzju mhux jonqos, wieħed jasal għall-konklużjoni li għalkemm din hija taxxa li wieħed faċilment jaħbiha bħala taxxa li inizjalment tista' tkun tajba għax tista' twassal għal nuqqas ta' tipjip, fil-fatt mhux qed tilħaq l-għan mixtieq.", "Allura tiġi li hija taxxa bħal taxxi oħrajn li jitfgħu piż fuq dawk in-nies li minkejja li nixtiequ li ma jpejpux, xorta jispiċċaw b'dan il-vizzju.", "Sur President, għalhekk hawnhekk wieħed bilfors irid jiddiskuti x'għandu jagħmel il-gvern biex iżid id-dħul tiegħu mingħajr ma jżid it-taxxi.", "It- taxxi f'dan il-pajjiż huma importanti ħafna.", "Pajjiż bħal tagħna ma jistax jgħaddi mingħajr taxxi, anzi waħda mill-kritika li ssir lil dan il-pajjiż, anke minn nies barranin, hija li dan il-pajjiż mhux sejjer tajjeb minħabba li mhux kapaċi jiġbor t-taxxi dovuti lilu.", "Dan huwa minnu.", "Jiġifieri taxxi jrid ikun hemm u l-gvern irid jara li jkun kapaċi jiġbor it-taxxi dovuti lilu.", "Pero' min-naħa l-oħra dak id-dħul li jdaħħal b'mezzi oħrajn, minn introjtu li mhux taxxi, il-gvern irid jagħmel dak kollu possibbli biex idaħħlu u ma jħalli lil ħadd jaħrablu.", "Il-gvern għandu ċertu dħul rikorrenti, sena wara l-oħra, li mhuwiex taxxi as such, ma jagħmilx piż fuq iċ-ċittadin.", "Qed nitkellem, per eżempju, fuq id-dħul rikorrenti mill- banek, bħall-Bank of Valletta u l-Mid Med Bank, minn shares li l-gvern għandu f'dawn l-intrapriżi.", "Per eżempju, il-Mid Med Bank kull sena jagħmel qligħ ta' madwar Lm15 miljun, li parti minnu jitħallas bħala taxxa fuq id-dħul li, jekk m'iniex sejjer żball, tammonta għal madwar Lm4 miljun.", "Barra minn hekk, il-gvern idaħħal id-dividends fuq ix-shares li għandu fil-Mid Med.", "Imma issa l-gvern wasal għad-deċiżjoni li jipprivatizza dan il-bank għax jemmen li meta dan jgħaddi għand il-privat se jkun iżjed effiċjenti.", "Dan jista' jkun u jista' ma jkunx pero' ta' min jgħid li l-Mid Med huwa bank effiċjenti ħafna, jagħmel profitt tajjeb u anke l-consumer satisfaction huwa għoli ħafna meta kkomparat ma' banek oħra barranin.", "Jien ma ngħidx li wieħed m'għandux jipprova jtejjeb is- sitwazzjoni bankarja fil-pajjiż.", "Wieħed mill-ilmenti li jkollna mill-investituri lokali huwa li jsibu diffikultà kbira biex jirnexxilhom jieħdu loan mill-bank.", "Jiġifieri hemm ħafna x'wieħed itejjeb fil-qasam bankarju pero' l-Mid Med Bank, all in all, huwaimmexxi tajjeb, qed jagħmel qligħ li sena wara l-oħra qed jiżdied u naħseb li naqblu li huwa undervalued.", "U mhux illum qed ngħidu li l-bank huwa undervalued, minħabba dan il-battibekk politiku li għaddej bħalissa, imma ilu jintqal għal ħafna xhur, kważi snin ilu, u diġà kienu ttieħdu miżuri biex dan il-fatt jitranġa.", "L-ex-chairman tal-Mid Med Bank, Mr Alfred Mifsud, kien diġà qal li x-shares ta' dan il-bank huma undervalued u kien beda jieħu passi.", "Wieħed minnhom kien li l-bank stess jixtri x-shares tiegħu stess biex jipprova jżid ix-share price minħabba li kien konvint li l-prezz ta' dan il-bank kien baxx ħafna.", "Il-gvern iddeċieda li jbigħ u jipprivatizza dan il-bank mija fil-mija u għażel kumpannija waħda partikolari biex jagħmel dan il-ftehim magħha.", "'Il quddiem nispera li nidħol iżjed fid-dettall dwar dan is-suġġett.", "Issa l-punt tiegħi hu li l-gvern irid jagħmel minn kollox biex ma jħalli lil ħadd jisirqu minn dak id-dħul li ma jitfax piż fuq iċ-ċittadini u jekk għandek iddaħħal Lm100 miljun minn dan id-dħul, ma ddaħħalx Lm80 miljun jew Lm90 miljun.", "Għax inti taf li jekk se ddaħħal Lm10 miljun inqas, dawk l- Lm10 miljun li ma rnexxilekx iddaħħal minn sorsi oħrajn eventwalment trid tgħabbihom fuq il-poplu bħala taxxa.", "U għalhekk f'din id-deal li għamel bejn l-HSBC u l-Mid Med Bank il-gvern naqas immensament, minħabba li ma ħax il-miżuri kollha biex jara li l-prezz ta' dawn ix-shares jirrifletti eżattament il-prezz tagħhom vera.", "U 'l quddiem nidħlu iżjed fid-dettalji dwar ir-raġuni għaliex din in-naħa qed taħseb li l-prezzijiet li l-gvern irnexxielu jbigħ bihom huma prezzijiet tad-daħk.", "U l-iktar raġuni ċara hija l-fatt li dan il-gvern ma daħħalx banek oħrajn biex jinnegozja magħhom, biex bħala riżultat ta' hekk iġib l-aħjar prezzijiet għall- intrapriża tagħna li l-gvern iddeċieda li jbigħ.", "F'dan il-parlament ħafna drabi ngħidu li l-kompetizzjoni u l-liberalizzazzjoni huma s-saħħa tan- negozju.", "Għaliex?", "Għax jekk inti trid tixtri xi ħaġa tmur għand ħafna negozjanti biex inti mbagħad tara liema hu l-aħjar prezz u xi kultant tiġi f'sitwazzjoni li wieħed jikkompeti ma' l-ieħor biex iraħħas il-prezzijiet.", "L-istess, jekk inti għandek ħaġa tajba ma tmurx tbigħha lil wieħed partikolari imma ssib ħafna nies interessati f'dik ix-xi ħaġa li inti għandek xi tbigħ biex dawn jikkompetu bejniethom biex inti ġġib l-aħjar prezz.", "Dan huwa l-iktar prinċipju fundamentali ta' min jagħmel in-negozju.", "U għalhekk aħna ngħidu li dan in-negozju li hemm il-ħsieb isir u li sar il- konvenju tiegħu huwa negozju li huwa rotten imġandar from the word \"go\".", "Għax l-ewwel prinċipju tan-negozjati lanqas biss daħħlu fl-equation.", "Ngħid għalija mhuwiex biżżejjed li niġu hawnhekk u nitolbu li ngħabbu liċ- ċittadini bit-taxxi.", "Meta ma mmorrux tajjeb tort tagħna stess biex inġibu dak li huwa l-aħjar għal pajjiżna.", "Jiġifieri jekk bil-bejgħ ta' dan il- bank qegħdin ngħidu li se ndaħħlu Lm83 miljun meta stajt iddaħħal Lm40 miljun iżjed, dawk l-Lm40 miljun qed tisraqhom minn ħalq il-poplu u eventwalment trid terġa' tiġi lura titlob lil dan il-parlament jgħabbi liċ- ċittadini b'aktar taxxi biex jagħmel tajjeb għal dawk l-Lm40 miljun.", "U għalhekk in-naħa ta' l-oppożizzjoni qegħdin bil-qawwa kollha nopponu dan il- ftehim għax eventwalment dak li naqas li jġib il-gvern se jbatih iċ- ċittadin.", "Sur President, issa mmur lura għal dak li qal l-Onor.", "Josef Bonnici.", "Bil-wiċċ tost kollu il-Ministru qal li skond ir-rapport tas-central bank, l-intrapriżi qed iħarsu lejn l-outlook tal-pajjiż bħala positive.", "Hu stess qal \"still positive\".", "Dan ir-rapport li semma li kien ikkummissjonat u magħmul minn kumpannija tal-Grant Thornton, kien sar anke fl- amministrazzjoni Laburista u minnu rriżulta li l-outlook ta' dawn l- intrapriżi ż-żgħar kien positive dak iż-żmien.", "U qed jiġi llum jgħidilna: Isma' għandi aħbar tajba għax the outlook is still positive!", "Allura fejn hu l-avvanz?", "Fejn mort 'il quddiem inti?", "Fi żmien il-Gvern Laburista kienu qed jgħidu li l-outlook kien tajjeb u llum ġejt tgħidilna li int kuntent ħafna għax l-outlook għadu pożittiv.", "Fejn huwa l-miraklu li kellu jsir meta kellu jitla' Gvern Nazzjonalista!", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1998 kienu jagħtu l-impressjoni lill-poplu li hekk kif jitla' Gvern Nazzjonalista se jkun hawn kambjament fil-pajjiż, l-ekonomija se tiċċaqlaq, l-inċertezzi li kienu jrawmu u jħeġġu huma kienu se jieqfu.", "Allura fejn hu l-kambjament?", "Fejn huma l-ideat?", "Fejn huwa l-progress?", "Fejn huwa l- investiment?", "(Interruzzjonijiet) Investiment m'hawnx.", "Il-ministru ammetta li rnexxielu jiftaħ fabbrika waħda biss u sewwa għamel l-Onor.", "John Attard Montalto li ħareġ stqarrija f'isem il-Malta Labour Party biex juri li mhux talli mhux qed ikun hawn investimenti ġodda, talli qegħdin jagħlqu l- fabbriki u qed ikollna nies li jispiċċaw redundant.", "U hawnhekk nidħol anke fil-qasam ta' l-employment.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Buhagiar, ippermettili ftit.", "Hemm bżonn li jiltaqa' malajr il-House Business Committee.", "Se nissospendi għal għoxrin minuta sakemm tintemm din il-laqgħa.", "Il-Kamra hija sospiża.", "Fis-7.35 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet fis-7.57 p.m. THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, jekk jogħġbu, ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, kont qed nirrimarka dwar il- kumment ta' l-Onor.", "Josef Bonnici, li skond ir-rapport tas-central bank the outlook f'dak li huwa investiment is still positive.", "\"Still positive'' fiha nnifisha diġà qed tindika li l-outlook fi żmien Gvern Laburista kien positive.", "Anke minn studju li għamlu kumpannija ta' accountants kien irriżulta li l-outlook fil-qasam finanzjarju u fil-qasam ta' l-investiment fi żmien Gvern Laburista kien tajjeb.", "U llum jiġi l-Ministru Bonnici, qisu rebaħ xi battalja kbira, jgħidilna li fir-rapport tiegħu l-bank ċentrali qed jgħidilna that the outlook is still positive!", "Sur President, dik il-propaganda kollha li magħruf għaliha l-Ministru Bonnici dwar l-inċertezza u l-istaġnar li kienu jiżirgħu matul l- amministrazzjoni Laburista qed ibatiha l-Gvern Nazzjonalista stess.", "In- Nazzjonalisti qegħdin isibu diffikultà kbira biex jerġgħu jqajmu l- ekonomija mhux biss minħabba l-propaganda ħażina li nrexxielhom jiżirgħu huma imma anke minħabba l-policies ħżiena li qegħdin jadottaw kemm ilhom fil-gvern.", "Għalhekk il-ministru tal-finanzi qed jipprova jbellagħha lill- poplu li din id-deal bejn il-Mid Med Bank u l-HSBC hija xi forma ta' investiment, biex jipprova juri li qed isir xi ċaqliq fl-investiment.", "Imma din id-deal m'hija investiment xejn.", "Hawn għandna bank barrani b'saħħtu li nixtiquh jiġi f'Malta.", "J'Alla jiġi dan il-bank!", "J'Alla jkollna iżjed banek internazzjonali ta' livell simili li jiġu f'pajjiżna biex ikollna iżjed kompetizzjoni, għax il-kompetizzjoni hija xi ħaġa li ssaħħaħ l- ekonomija.", "J'Alla jkun hekk!", "U qed jiżbaljaw dawk il-ġurnalisti li qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni li l-Oppożizzjoni Laburista hija kontra dawn il-banek barranin għax l-Oppożizzjoni Laburista hija favur investiment barrani, anke fil-qasam bankarju.", "J'Alla jiġu imma meta jiġu jridu jiġu f'termini u kondizzjonijiet li jagħmlu ġid lill-ekonomija.", "Imma l-punt li kont qed ninsisti fuqu huwa li dan mhuwiex investiment.", "Bħalma għidt, this is just a goodbye.", "Il-verita' hi li hawn għandna każ ta' bank b'saħħtu barrani li sab opportunità ta' gvern li jinsab f'paniku fil-qasam finanzjarju minħabba d-deficit rikorrenti li rnexxielu jkabbar mill-1993 'l hawn.", "Il-gvern ma nnegozjax tajjeb għax fid-deal ma daħħalx kompetituri biex isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu, spara għal saqajh stess u għalhekk ma ġabx l-aħjar deal għal pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li dan mhux investiment, din hija sempliċement a goodbye.", "Din bħal meta jkun hemm Malti li minħabba li jinqabad bl-imgħaxijiet tal-bank jiddeċiedi li jbigħ id-dar malajr, malajr u jiġi wieħed barrani jixtri dik id-dar.", "Dak mhux investiment.", "Kien ikun investiment kieku nvestejna xi flus li permezz tagħhom jikber l-investiment u nżidu l-impjiegi imma minn dan kollu f'dan id-deal m'aħna se naraw xejn.", "L-argument li jien qajjimt qabel huwa: Li kieku l-HSBC vera riedu jagħmlu investiment li jkun ta' ġid għal pajjiżna, kienu jinvestu fil-qasam bankarju li kienu diġà midħla tiegħu - għax diġà kien hawn il-Midland Bank f'dan il-pajjiż - u kienu jinvestu billi jiftħu iżjed friegħi tal-bank u jinvestu f'iżjed infrastruttura bankarja.", "Kieku għamel hekk kien ikun ideali minħabba li kien ikun hawn iżjed kompetizzjoni li kienet tkun xi ħaġa b'saħħitha għal dan il-pajjiż.", "Jiġifieri hija ħolma tal-Partit Nazzjonalista li qed jipprova jbellagħha lill-poplu li dan huwa xi forma ta' investiment.", "Sur President, min hu dak il-bankarju, min hu dak ix- xerrej barrani li noffrulu xi ħaġa nofs prezz u ma jiġix jeħodha?", "Jiena nibża' - u j'Alla ma jkunx hekk - li l-HSBC issa se jnaqqas in-numru ta' l- impjegati fl-interess tiegħu ta' effiċjenza iżjed u profitti akbar.", "Sur President, j'Alla l-ekonomija f'dan il-pajjiż tieħu r-ruħ, j'Alla l- inċertezza u l-istaġnar li żergħu tan-naħa l-oħra tul amministrazzjoni Laburista tieqaf biex f'dan il-pajjiż naraw iżjed investiment u iżjed employment.", "Imma sfortunatament qed naraw il-kontra, qed naraw ir-rata tal- qagħad tikber xahar wara l-ieħor, ħaġa li tbeżżagħna u qed tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "Għax jekk inti jkollok iżjed nies ma jaħdmux, il-pajjiż irid joħroġ iżjed għas-servizzi soċjali u jdaħħal inqas revenue.", "J'Alla din is-sitwazzjoni ma tmurx għall-agħar, j'Alla l- ekonomija tirranka u jkollna iżjed employment.", "Aħna rridu li l-qagħda finanzjarja u ekonomika tagħna tirranġa għall-ġid ta' kulħadd, imma mhux se tirranġa billi niġu f'dan il-parlament, bħalma għamel il-Ministru Bonnici, nitkellmu b'mod propagandesk biss.", "Il-ministru beda jitkellem fuq il- kontijiet tad-dawl u l-ilma u qal x'rebħa għamel f'Novembru li raħħas il- kontijiet tad-dawl u l-ilma u fl-istess ħin ma bagħatx dawn il-kontijiet.", "Allura min-naħa l-poplu huwa nkwetat għax qed jistenna l-kontijiet u min- naħa l-oħra l-korporazzjoni mhux qed iddaħħal l-introjtu tagħha.", "Il-Ministru Bonnici kien mingħalih qed jipprova jiskorja xi punt politiku wkoll meta qal li qaleb il-loans ta' l-Enemalta mid-dollaru għall-Euro, qisu jaf x'se jiġri sena oħra!", "Kulmin jieħu deċiżjonijiet finanzjarji bħal dawn fuq bażi ta' muniti jeħodhom fl-interess ta' l-intrapriża tiegħu u jistudja l-affarijiet sew biex jara li jmorru favurih, imma dejjem jaf li l- affarijiet jistgħu ma jmorrux kif jixtieq hu u minflok jieħu vantaġġ jispiċċa fi żvantaġġ.", "Kellna ħafna nies li nvestew f'azjendi u investew f'muniti għax dak iż-żmien li ħadu d-deċiżjoni dehrilhom li għamlu deċiżjoni tajba imma mbagħad xhur wara l-affarijiet marru żmerċ minn dawk li ħasbu huma u minflok marru 'l quddiem marru lura.", "Jiġifieri għalkemm mingħalih qed jagħmel xi ħaġa tajba li minflok fid-dollaru nvesta fil-Euro, sena oħra d-dollaru jista' jiċċaqlaq mal-Euro b'tali mod u manjiera li minflok imur 'il quddiem imur lura.", "Ħadd m'għandu l-fakultà tal-profesija u ħadd m'għandu d-dritt li jiġi hawnhekk jikkritika lil xi ħadd li kien kuraġġuż li jieħu deċiżjoni imma mbagħad għax l-affarijiet marru ħażin jiġi f'dan il-parlament jipprova jiskorja politikament u jgħid: \"Ara kemm jiena bravu li m'għamiltx dak l-iżball!\", bħalma qed jagħmel l-Onor.", "Bonnici.", "Jiena nistenna li ministru jkun iżjed responsabbli minn hekk u jirrispetta lil min jasal biex jieħu deċiżjonijiet.", "Nistenna wkoll li l-ministri jkunu responsabbli meta jwiegħdu ċerti affarijiet importanti għall-poplu, għax għal ħafna nies huwa importanti għalihom li jirċievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax jafu li l-ispiża hija kbira peress li issa għaddiet kważi sena sħiħa mingħajr ma rċevew kont wieħed.", "Il-korporazzjonijiet ukoll huma mħassba għax jekk dawn ma jdaħħlux ir-revenue prevvist, se jerġgħu jaqgħu fuq il-banek, se jerġgħu jaqgħu fuq il-gvern u nibża' li nispiċċaw bħalma spiċċajna fl-1996.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li aħna kontra din il-liġi għax se ssir iżjed ħsara lill-ambjent minħabba l-użu ħażin li se jkun hawn fil-pitrolju u minħabba li qed tgħabbi liċ-ċittadini bit-taxxi.", "Ċertament li l-gvern jista' jkun iżjed għaqli u jdaħħal il-flus mingħajr ma jagħfas liċ-ċittadin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan li qed niddiskutu għandu x'jaqsam mas-saħħa doppjament; għandu x'jaqsam kemm mas-saħħa tagħna bħala persuni u għandu x'jaqsam ukoll mas-saħħa tagħna bħala pajjiż li jkollu l-ħila u l- possibbilta' li jmexxi lilu nnifsu u li jimxi 'l quddiem.", "Dawn iż-żewġ affarijiet huma marbutin ħafna flimkien.", "Ma setax jonqos, kif għamlu l- kelliema taż-żewġ naħat, li meta qed niddiskutu kwestjoni li għandha x'taqsam ukoll ma' l-arja - qed niddiskutu wkoll affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' duħħan li jiġi mit-tipjip u minn fuel - nsemmu l-kwestjoni tat- tniġġis.", "Minbarra li dak li qed niddiskutu għandu x'jaqsam ħafna mat- tniġġis, ma' l-ambjent u mas-saħħa tagħna, għandu x'jaqsam ukoll mat- tniġġis ekonomiku.", "Qed ngħid dan għaliex meta gvern ikun kostrett li jgħolli t-taxxi fuq is-sigaretti u fuq il-petrol bla ċomb, allura jfisser ukoll li l-gvern ikollu bżonn idaħħal aktar flus.", "Minħabba l-problemi ekonomiċi u finanzjarji li għadda minnu l-pajjiż, allura l-gvern preżenti qed ikollu jdur fuq in-nies u jiġbor aktar taxxi minn fuqhom.", "Fil-fatt minn kull waħda mill-miżuri li qegħdin jiġu diskussi hawn, il-gvern qed jippjana li jdaħħal iżjed flus.", "Dawn it-taxxi jfakkruni f'dak li kien jgħid il-politiku Amerikan tal- Partit Demokratiku , Mario Cuomo.", "Dan kien jgħid li l-kampanja elettorali tagħmilha bil-poeżija imma x'ħin tiġi biex tiggverna tiggverna bil-proża.", "Proprju din hija okkażjoni fejn jekk wieħed janalizza x'kien jgħid il- Partit Nazzjonalista waqt il-kampanja elettorali jsib ħafna poeżija sabiħa, ħafna kliem sabiħ u ħafna wegħdi sbieħ, iżda malli mbagħad ħa l-poter bdiet il-proża kerha li tifqa' ħafna mill-bżieżaq li kienu ġew minfuħa waqt il- kampanja elettorali.", "Per eżempju, jien niftakar li wieħed mill-fuljetti li ntbagħtu waqt il-kampanja elettorali li għaddiet kien indirizzat proprju liż-żgħażagħ biex jgħidilhom li l-Gvern Laburista kien żied it-taxxi fuq il- petrol u fuq is-sigaretti u li allura kien għolla l-ħajja.", "Din hija l- poeżija sabiħa li ntqalet fil-kampanja elettorali.", "Meta wieħed jaqra fuljett bħal dak, kien jistenna li mhux se jkun l-istess partit li mill- poeżija tal-propaganda jgħaddi għall - proża ta' l-iggvernar.", "Qed ngħid dan għax minkejja dan kollu, f'dawn l-aħħar sitt xhur il-gvern xorta għolla l-ħajja għaż-żgħażagħ.", "Fil-fatt fl-ewwel budget li ressaq dan il-gvern reġa' għolla dawk il-prodotti u allura spiċċat il-poeżija tal-propaganda u l-poeżija tal-kampanja elettorali u bdew jittieħdu miżuri li ġabu żieda fil-prezzijiet.", "Tant hu hekk li meta wieħed jgħodd kemm il-gvern qed jippjana li jdaħħal miż-żieda fil-prezzijiet tal-petrol, miż-żieda fil- prezzijiet tas-sigaretti u miż-żieda li qed jippjana li jdaħħal mill-bolla jfisser li qed jiġbor aktar flus li qabel kienu fl-ispending power tan- nies.", "Dawn ir-raġunijiet jispjegaw għalfejn fil-pajjiż hawn dan l-iġġamjar kummerċjali.", "Minbarra dan l-aspett ekonomiku, li nerġa' niġi għalih aktar tard, wieħed ma jistax ma jirreferix ukoll għall-problemi ta' tniġġis.", "L-Onor.", "Buhagiar diġa' tkellem fuqha pero' jien xtaqt li nenfasizzaw ftit kemm hu importanti li nibdew nieħdu passi bis-serjeta' fuq il-kwalita' ħażina ta' l-arja li għandna f'pajjiżna li ġejja mit-tniġġis.", "Il-pajjiż qed jidħol fi spejjeż kbar biex imbagħad jara x'jagħmel ħalli jfejjaq il-ħafna mard li għandna sforz tat-tniġġis li hawn li ġej mid-duħħan, mit-tipjip u minn affarijiet oħra.", "Jekk inkomplu għaddejjin b'din is-sitwazzjoni u jekk ma jitteħdux passi, is-sitwazzjoni mhux tibqa' kif inhi iżda tmur għall-agħar tista'.", "Fil-fatt studji li saru fuq il-kwalita' ta' l-arja juru li kien hemm deterjorament ikrah ħafna fil-kwalita' ta' arja ta' pajjiżna bejn l-1987 u l-1997 u li l-problemi respiratorji, bħall-ażżma, rdoppjaw.", "Allura pajjiżna jkompli jidħol fi problemi kbar u jkollu jonfoq il-miljuni biex jipprova jikkura lil ħafna persuni li jkunu mardu minn meta jkunu żgħar.", "Ċertament li l-pajjiż għandu bżonn isib il-kuraġġ fih innifsu u jieħu aktar passi biex jonqos it-tipjip.", "Jien ngħid li l-akbar enfasi għandha ssir fuq it-tfal u fuq l- adoloxxenti.", "Minn stħarriġ li sar fost l-adoloxxenti fl-iskejjel jirriżulta li hemm livell mhux aċċettabbli ta' tipjip.", "Per eżempju, jirriżulta li f'dak li għandu x'jaqsam ma' skejjel ta' l-Istat, ir-rata tal- bniet li jpejpu hija ogħla minn dik tas-subien.", "Din hija xi ħaġa nkwetanti għax ifisser li minn hawn u 15-il sena oħra n-numru ta' nisa li jpejpu se jkompli jiżdied.", "Huwa nkwetanti ħafna l-fatt li bħalissa fl-eta' ta' bejn 13 u 15-il sena għandna iktar bniet milli subien ipejpu għax 'il quddiem jinqalgħu komplikazzjonijiet oħrajn.", "Barra minn hekk jirriżulta wkoll li s- subien li jmorru fl-iskejjel privati jpejpu iżjed mis-subien ta' l- iskejjel tal-gvern.", "Il-problema tat-tipjip hija nkwetanti ħafna f'din l- eta' mhux biss għaliex qiegħed tibda tibni abitudini li 'l quddiem se jkollok problema biex toħroġ minnha imma wkoll għax minn studju li għadu kemm ħareġ dan l-aħħar minn San Francisco School of Medicine u li ġie ppubblikat fis-7 ta' April, 1999, fil-Journal of the National Cancer Institute, jirriżulta li dawk li bdew ipejpu minn eta' żgħira aktar għandhom ċans li maż-żmien jiżviluppaw il-kanċer mhux għax sempliċement ikunu għamlu aktar snin ipejpju - dik hija l-iktar ħaġa li tħossha bħala ovvja meta taqra din ir-riċerka - imma għax tkun diġa' għamilt ħsara ġenetika lill-pulmuni tiegħek.", "Fil-fatt sabu li t-tipjip fl-istadju ta' żvilupp jagħmel tibdil ġenetiku u jippreparak biex iqabbdek il-kanċer.", "Dik hija ħaġa nkwetanti għax tfisser li min ipejjep minn meta jkun żgħir, anke jekk jaqta' t-tipjip meta jagħlaq 18, 19 jew 20 sena, jkun diġa' għamel ħsara kbira irreparabbli fil-pulmuni.", "Għalhekk jien naħseb li rridu nagħmlu sforzi kbar f'pajjiżna biex innaqqsu ħafna t-tipjip fost l- adoloxxenti.", "Irridu naħdmu iżjed biex indaħħlu aktar kultura qawwija li t-tipjip jagħmel ħafna ħsara lis-saħħa u nerġa' ngħid li rridu nikkonċentraw l-isforzi kollha tagħna fuq l-adoloxxenti u fuq it-tfal.", "Qed ngħid dan għaliex meta tpejjep tagħmel ħsara lilek innifsek li tibqa' miegħek tul ħajtek kollha u hemm ċans li tmardek bil-kanċer.", "Barra minn hekk, minn studju li sar f'pajjiżna - hawnhekk qiegħed nirreferi għall-istudju li għamlu t-tobba Stephen Montfort, Lenicker, Caruana u Agius Muscat - u li ġie ppubblikat fl-1997 fuq \"Asthma and other Allergic Conditions in Childhood in the Maltese Islands\", li huwa parti minn studju li sar f'reġjuni differenti tad-dinja, jirriżulta li f'ċertu mard respiratorju aħna għandna problema ogħla mill-bqija tad-dinja.", "Il- problema tidher ikbar fuq dawk l-adoloxxenti li għandhom bejn 13 u 15 -il sena milli fuq it-tfal ta' bejn ħamsa u tmien snin.", "Minn din ir-riċerka internazzjonali li saret f'Malta nstab li f'ċertu mard respiratorju bħar- rhinitis, aħna t-tieni l-ogħla pajjiż fid-dinja li għandna min ibati minnha.", "Barra minn hekk, ir-rata ta' ażżma f'pajjiżna fost l-adoloxxenti ta' bejn 13 u 15-il sena hija ogħla mill-medja li nsibu fid-dinja.", "U anke hemmhekk interessanti li nsibu li hemm iktar bniet li jbatu b'dan il-mard respiratorju milli subien.", "Kif diġa' għidt, minn stħarriġ li sar fost l- adoloxxenti fl-iskejjel sekondarji tagħna jirriżulta li l-bniet qed ipejpu aktar mis-subien, jiġifieri xi forma ta' konnessjoni hemm.", "Nerġa' ngħid li meta tqabbel il-konklużjonijiet u r-riżultati ta' din ir-riċerka ppubblikata fl-1997 ma' l-aħħar riċerka li kienet saret f'pajjiżna minn Dr Lenicker u sħabu fl-1987, jirriżulta li l-problemi rdoppjaw fl-aħħar għaxar snin.", "F'dan l-istudju hemm rabta diretta - ir-rapport jagħmilha ċara - mat-traffiku, mad-duħħan u mat-tipjip, kemm passiv kif ukoll attiv.", "Per eżempju, l-istudju juri li tfal li jbatu bl-ażżma u bi problemi oħra tan-nifs, aktar hemm ċans li jmorru għall-agħar meta jkunu esposti għal tipjip fil-familji tagħhom.", "Waħda mill-affarijiet li hija nkwetanti u li toħroġ minn dan l-istudju hija li għad m'hawnx biżżejjed kuxjenza fost kemm min ipejjep joħloq problemi anke għat-tfal tiegħu.", "Fil-fatt dawn it-tfal ibatu bil-mard tan- nifs, ikollhom problemi biex jorqdu bil-lejl u problemi anke biex jibqgħu attenti matul il-ġurnata.", "Per eżempju, nafu b'ħafna tfal li jbatu minn dan il-mard tan-nifs, li jkollhom problema kbira anke biex jattendu l-iskejjel.", "Dan ifisser li r-rata ta' assenteiżmu hija marbuta ma' dan il-mard respiratorju.", "Hemm ukoll tfal li minkejja li fiżikament ikunu preżenti fil- klassi, minħabba l-kondizzjoni tagħhom, biex jieħdu n-nifs ma jkunux jistgħu jikkonċentraw u jispiċċaw li jaqgħu lura anke fl-iskola.", "Hawnhekk jien nixtieq nagħmel appell li għandna bżonn aktar insaħħu s-servizz mediku fl-iskejjel tagħna u dan għandu jikkonċentra l-aktar fuq strateġija preventiva.", "Hemm bżonn li f'pajjiżna nbiddlu l-kultura tradizzjonali, kemm ta' saħħitna kif ukoll ta' kull qasam ta' ħajjitna.", "Aħna dejjem nagħmlu l-affarijiet post factum.", "Per eżempju, jekk għandna magna, minflok ma nieħdu ħsiebha u nagħmlulha preventive maintenance biex ma titkissirx jew biex ma tieqafx, inħalluha tieqaf imbagħad wara nonfqu l-flus biex insewwuha.", "Sfortunatament jidher li nagħmlu l-istess f'diversi oqsma tal- ħajja, fosthom fil-qasam tas-saħħa għaliex ħafna drabi qed nispiċċaw li qed nonfqu miljuni kbar ta' liri biex nipprovaw intaffu l-problemi tal-mard tal-qalb, tal-mard tal-kanċer u problemi ta' dan it-tip wara li nkunu ħallejnihom jikbru u wara li nkunu ħallejna lin-nies tagħna jkollhom stil ta' għajxien żbaljat, bħal per eżempju, ikel żejjed, nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-isport u nuqqas ta' eżerċizzju.", "Imbagħad ikollna nonfqu l-miljuni kbar ta' liri fis-settur tas-saħħa biex nipprovaw insewwu l-ħsara li tkun saret ħafna u ħafna qabel.", "L-istess qed jiġrilna dwar l-illitteriżmu.", "Aħna qed ikollna problemi ekonomiċi f'pajjiżna anke minħabba li qed ikompli jkollna tfal u żgħażagħ li wara li jkunu għamlu 12-il sena fl-iskola ma jkunux jafu jiktbu u jaqraw sew, bil-konsegwenza li dawn ikollhom problemi kbar biex isibu x- xogħol, imbagħad wara rridu nonfqu l-flus biex inħarrġuhom u nittrejnjawhom.", "L-aħjar hu li l-flus jintnefqu bil-għaqal u li ngħinuhom kmieni mhux meta jkun tard wisq.", "Qed ngħid dan għaliex biex tgħallem lil xi ħadd jikteb u jaqra, biex tikkonvinċi lil xi ħadd jaqta' t-tipjip u biex tgħid lil xi ħadd ibiddel l-istil ta' ħajtu - bħal, per eżempju, jbiddel l- ikel li jiekol u jibda jagħmel xi eżerċizzji - meta jkun kbir, se jkollok problemi serji u se tonfoq iżjed flus b'inqas riżultat.", "Għalhekk huwa importanti li f'pajjiżna tidħol il-mentalita' ta' preventive social strategies li l-flus li għandna - dawn huma limitati - aħjar nonfquhom fil- faxxa ta' eta' kmieni għaliex 'il quddiem se jkollna nonfqu iżjed flus b'inqas riżultati u b'inqas effett biex insewwu l-ħsara li seta' kien hemm intervent dwarha kmieni.", "Għalhekk kull ħaġa fil-fehma tiegħi, li tista' tgħin biex trażżan it-tipjip, nerġa' ngħid, l-aktar fost l-eta' ta' l- adoloxxenti, għandha tiġi nkoraġġita.", "Hemm bżonn li f'ħaġa bħal din inkunu aktar attivi u hemm bżonn li jkun hemm aktar kordinazzjoni bejn il- ministeru tas-saħħa, il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-ministeru għall- politika soċjali għaliex jien nemmen li hemm rabta sħiħa bejn il-qasam soċjali, l-qasam tas-saħħa u l-qasam edukattiv.", "Nerġa' ngħid, kulma nistgħu nagħmlu f'eta' bikrija tiswielna inqas u tħalli iżjed riżultati milli nħallu l-affarijiet jiddeterjoraw aktar 'il quddiem.", "Kif diġa' għedt, ir-rapport li sar fuq l-ażżma u l-problemi l-oħra respiratorji fost it-tfal fil-faxxa ta' eta' bejn ħames snin u tmien snin u bejn 13 u 15-il sena juri li l-problemi fost l-adoloxxenti huma marbuta mat- tipjip.", "Waħda mir-rakkmandazzjonijiet li ssir minn dan ir-rapport ippubblikat fl-1997 hi li hemm bżonn kampanji kontra t-tipjip u kampanji edukattivi fost il-popolazzjoni kollha, liġijiet aktar iebsa biex ma jħallux il-bejgħ ta' tabakk u sigaretti lil tfal u adoloxxenti taħt l-eta' u li hemm bżonn miżuri li jrażżnu r-reklamar tas-sigaretti.", "Irrid ngħid ukoll li dan ir-rapport jirrikkmanda żieda fit-taxxi fuq it-tabakk biex jgħin fit-trażżin tad-drawwa tat-tipjip fost il-Maltin.", "Jingħad ukoll li dan il-pakkett ta' interventi flimkien - ma tistax, per eżempju, tgħolli t-taxxa biss u ma tagħmilx l-interventi l-oħra li huma mportanti - jgħin biex tonqos il-preżenza qawwija ta' ħafna allerġiji fis-soċjeta' tagħna għaliex hemm rabta sħiħa bejn min ipejjep fil-preżenza ta' oħrajn u min ibati minn mard respiratorju.", "Għalhekk huwa importanti li tikber aktar il- kuxjenza u jittieħdu passi biex jonqos dan it-tip ta' tniġġis domestiku.", "Xi ħaġa oħra li tissemma f'dan ir-rapport ta' riċerka fuq l-ażżma u allerġiji oħrajn hi t-tniġġis qawwi li hemm fl-ambjent ta' pajjiżna.", "Hemm rabta qawwija bejn it-tfal u l-adoloxxenti li jbatu minn ażżma u allerġiji oħra u t-traffiku qawwi u l-kwalita' ta' arja li jieħdu.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li aħna għandna liġijiet antikwati biex inkejlu l-element ta' tniġġis ta' l-arja u għalhekk irridu narmaw ruħna aħjar.", "Fil-fatt dan ir- rapport jirrikmanda li għandu jsir monitoring u għassa kontinwa għat- tniġġis ambjentali f'diversi nħawi ta' pajjiżna għaliex ċertament li l- aktar areas fejn hemm mard respiratorju - l-ewwel li għandhom jiġu analizzati u ssorveljati -huma dawk l-irħula u l-ibliet fejn hemm traffiku qawwi.", "Aħna nafu li pajjiżna għandu fost l-ogħla rati ta' karozzi fit- toroq tagħna.", "Fil-fatt statistika li ħarġet f'dan il-parlament turi l- etajiet differenti tal-karozzi u f'liema stat qegħdin.", "Issemmiet ukoll il- problema ta' x'tip ta' duħħan joħroġ minnhom għax dan jikkaġuna ħafna mard respiratorju, bil-konsegwenza li wara jkollna nonfqu l-flus biex nipprovaw intaffu dawn il-problemi.", "Ir-rapport jirrikkmanda li jkun hemm testing fuq it-tip ta' duħħan li joħroġ mill-karozzi, il-bżonn ta' liġijiet aġġornati biex jgħidu x'inhu aċċettabbli u x'mhux aċċettabbli bħala duħħan f'pajjiżna u d-dħul ta' catalytic converters biex irażżnu t-tip ta' duħħan.", "Dan kollu jtejjeb il-kwalita' ta' l-arja li għandna f'pajjiżna.", "Għalhekk ma jagħmilx sens li titkellem favur li tnaqqas it-tniġġis u favur li jkollna kwalita' ta' arja aħjar u fl-istess ħin tgħolli l-petrol bla ċomb.", "Jien sinċerament skantajt illejla kif jiġi l-Ministru Josef Bonnici u jerġa' jqajjem il-problema tal-light heating oil u jitkellem b'attitudni ta' qdusija ta' persuna li ħa passi biex inaqqas it-tniġġis f'pajjiżna.", "Ċertament jekk huwa kien inkwetat fuq il-light heating oil - dan semma wkoll is-sulphur content li kellu dak it-tip ta' fuel li kien użat b'mod limitat - mela allura kemm għandu jkun aktar inkwetat mit-tip ta' fuel li jintużaw fil-power stations tagħna, li jaffettwaw inħawi sħaħ f'pajjiżna?", "Dan it-tip ta' fariżejiżmu, li tinkwieta u kważi tibki għal dnub li għamel xi ħadd minn tan-naħa l-oħra jew li għamlet in-naħa l-oħra, imbagħad ma tagħtix kas problemi ikbar, m'huwiex aċċettat.", "Dan l-aħħar stess ħarġet informazzjoni - qed ngħid dan għax hu semma s-sulphur content tal-light heating oil u qal li huwa aktar minn 1% - li s-sulphur content tal-fuel li nużaw fil-power stations tagħna huwa iktar minn 2% jiġifieri huwa d-doppju tal-light heating oil.", "Biżżejjed ngħidu li minn informazzjoni li ħarġet dan l-aħħar instab li l-livell Ewropew tas-sulphur content li joħroġ mad- duħħan taċ-ċmieni huwa ta' 0.05% u l-livelli tagħna huma 0.5% jiġifieri għaxar darbiet iżjed.", "Issa ċertament hawnhekk tidħol ukoll l-ispiża ekonomika għaliex biex iġġib il-fuel li jkollu sulphur content inqas, trid ċertament tonfoq aktar flus għall-power stations tiegħek li jikkonsmaw miljuni ta' litri ta' fuel.", "Għalhekk jekk irridu nkunu serji u mhux noqogħdu nintilfu fi propaganda rħisa - donnu hawn ġew jagħmilha ta' Don Quixote fuq il-light heating oil, qisu kull darba jrid jerġa' joqtol dan il- ġgant ikrah ta' qabel pero' jien infakkru li hemm ġganti ikbar - għandu jkollna l-umilta', d-diċenza u l-onesta' li naċċettaw il-fatt li għandna problema serja f'pajjiżna.", "M'għandniex noqogħdu nqanqlu dan id-dragun tal- light heating oil u ma nsemmux il-problemi kbar li hemm fil-fuel li nużaw fil-power stations ta' Delimara u tal-Marsa.", "Dak li joħroġ mill-fuel jikkaġuna tniġġis fuq is-saħħa tal-poplu.", "Meta kienet se ssir il-power station ta' Delimara kien għad hemm ċans li wieħed idaħħal teknoloġija li ma tniġġisx daqskemm qed tniġġes din li għandna.", "Fil-fatt dak iż-żmien setgħet ittieħdet id-deċiżjoni li tintuża t-teknoloġija ta' combined cycle li tniġġes inqas imma l-gvern kien iddeċieda li jmur għal teknoloġija konvenzjonali bir-riżultati li nafu.", "Jekk il-Ministru Bonnici huwa daqshekk ħerqan biex jara l-kwalita' ta' l-arja titjieb missu mbotta iżjed fis-snin li għaddew meta kellu responsabbilta' ministerjali biex f'pajjiżna ndaħħlu bis-serjeta' sistemi ta' sorveljar tal-kwalita' ta' arja li għandna u tal-livelli ta' tniġġis li għandna.", "Kien biss taħt ir-responsabbilta' tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "George Vella, dak iż-żmien Viċi Prim Ministru, li żdiedet ħafna l-kordinazzjoni bejn id-dipartiment tal-protezzjoni ta' l-ambjent, l-universita' u d- dipartimenti l-oħra li kellhom anke faċilita' u tagħmir biex ikejlu l- kwalita' ta' arja li bdew ħerġin b'din l-istatistika.", "Jekk ma nafux x'inhi l-problema u kemm hija kbira, ma nkunux nistgħu nieħdu l-prekawzjonijiet li għandna bżonn.", "Għandna bżonn nieħdu dawn il-prekawzjonijiet biex intejbu l-kwalita' ta' arja li għandna f'pajjiżna għaliex il-mard li qed jiġi kkaġunat iġib mhux biss tbatija umana għal dawk il-persuni li jbatu minn dan il-mard imma jġib ukoll tbatija ekonomika għaliex 'il quddiem pajjiżna jkollu jonfoq miljuni kbar ta' flus fil-qasam tas-saħħa, ħalli jipprova jtaffi u jgħin lil dawk li jkunu qed ibatu minn dan il-mard li jkun ikkaġunat minn tipjip, minn duħħan ta' karozzi u minn duħħan fl- ambjent.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna aktar kordinazzjoni bejnietna fl-oqsma differenti dwar il-miżuri li jridu jittieħdu.", "Jekk mhux se nibdew indaħħlu l-attitudni li l-affarijiet nagħmluhom b'mod kordinat, li l- affarijiet nippjanawhom minn qabel, li nintervjenu kemm nistgħu fuq is- saħħa tat-tfal minn eta' żgħira, l-problemi f'pajjiżna se jkomplu jirrepetu ruħhom u jikbru.", "Sur President, jien tkellimt fuq is-saħħa kif taffettwa lilna nfusna bħala persuni, lit-tfal tagħna, lill-qraba tagħna u lill-familji tagħna, pero' mhux biss qed niddiskutu dwar is-saħħa tal-persuni imma wkoll dwar is- saħħa ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż.", "Ċertament dik hija xi ħaġa li għandha għax tinkwetana u li dwarha rridu nieħdu passi serji u mhux l-ewwel inħallu l-problemi jiżdiedu u jikbru mbagħad nibdew nieħdu miżuri ta' paniku biex insewwu l-ħsarat li jkunu saru fis-snin ta' qabel.", "Biex fil- futur il-pajjiż jieħu r-ruħ għandu jkollna l-investiment, il-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda u ekonomija li tiġġenera impjiegi ġodda.", "Hawnhekk rajna bidla kbira u rrid nirriferi għal xi ħaġa li qal il-Ministru Bonnici llejla.", "Il-poezija tal-kampanja elettorali kienet li malli jkun hawn Gvern Nazzjonalista l-pajjiż se jintela bil-fiduċja, bl-investiment, bl- opportunitajiet u bl-impjiegi ġodda, bil-ġid u li se jonqsu t-taxxi pero' nafu li matul dawn ix-xhur li għaddew, dan ma ġarax u ma tantx jidher li se jiġri.", "Waħda mill-ħrejjef li kienet tingħad fil-kampanja elettorali u li għadha tingħad s'issa hi li d-dħul fl-Unjoni Ewropea awtomatikament ifisser investiment għal pajjiżna.", "Min josserva ftit x'qed jiġri fil-qasam ekonomiku fl-Unjoni Ewropea nnifisha u fost il-pajjiżi li qed japplikaw biex jidħlu fi ħdanha jsib li dan mhux il-każ.", "L-investiment għadu jiċċaqlaq u jibqa' jiċċaqlaq skond il- kalkoli li għamlu l-investituri jekk ikunx jaqblilhom jew le jiftħu fabbrika jew jibdewx kumpannija.", "Dan jagħmluh jekk isibu ambjent tajjeb li jilqagħhom, sistema governattiva li tgħinhom minflok ma xxekkilhom, liġijiet li jħarsulhom l-investimenti tagħhom u l-profitti tagħhom, spejjeż tal-produzzjoni aħjar u orħos minn ta' pajjiżi oħra u nies imħarrġin.", "Irid ikun hemm dawn il-kwalitajiet kollha flimkien biex l-investiment jiċċaqlaq u biex l-investiment imur f'pajjiż.", "Mhux għax tmur fl-Unjoni Ewropea awtomatikament se jiġi l-investiment.", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens, affarijiet li huma perikolużi għaliex ixerrdu illużjonijiet fiergħa u foloz dwar l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa traffikar ta' droga li tagħmel ħsara anke lill-ħolma u lill-idea ta' l-Unjoni Ewropea.", "Malli n- nies se jibdew jindunaw li ħafna mill-ħrejjef u mill-gideb li ntqal dwar l- Unjoni Ewropea m'humiex hekk, jibdew iduru kontra l-Unjoni Ewropea.", "Ma jagħmilx sens f'pajjiżna li jkollna nies li jibdew jassoċjaw affarijiet negattivi ma' l-Unjoni Ewropea għaliex aħna rridu ngħixu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan għax l-Unjoni Ewropea hija forza ta' prosperita', ta' ġid u ta' paċi fil-kontinent u l-aktar nies li suppost huma appostli ta' l-Unjoni m'għandhomx jispiċċaw li jkunu huma l-aktar li jxerrdu ideat foloz dwar l- Unjoni Ewropea u jdawru n-nies kontra tagħha.", "Din ta' l-investiment hija waħda minnhom.", "Aħna rridu nkunu bażi tajba għall-investiment biex jiġi l- investiment fostna.", "Per eżempju, ngħidu li l-Irlanda rnexxiet minħabba l- Unjoni Ewropea.", "L-Irlanda rnexxiet għaliex l-Irlandiżi għarfu jieħdu l- opportunitajiet kollha li ġewhom kemm mill-Istati Uniti, kif ukoll mill- Unjoni Ewropea imma dawn ma ġewx awtomatikament.", "Kienu l-Irlandiżi ġo l- Irlanda li ħolqu ambjent ekonomiku, legali, politiku u soċjali li ġibed ħafna investiment lejhom, li għamilhom soċjeta' miftuħa u dinamika li kapaċi titbiddel, mhux bil-maqlub.", "Aħna, bħas-soltu, naħsbu li l-problemi se jsolvihomlna xi ħadd minn barra.", "Aħna rridu nkunu li noffru l- kondizzjonijiet ta' investiment biex jiġi fostna.", "Biżżejjed wieħed janalizza, per eżempju, kif ċertu investiment qiegħed jiċċaqlaq minn pajjiżi ġo l-Unjoni Ewropea għal pajjiżi li qed japplikaw biex jidħlu.", "Per eżempju, fabbriki f'Wales u fl-Ingilterra qed jagħlqu u jmorru fl- Ungerija, fir-Repubblika Ċeka u fil-Polonja.", "Illum stess kien hemm l-aħbar li l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea waqqfet lill-Gvern Franċiż milli jissussidja fabbrika kbira tal-karozzi għaliex din qed taħseb li se tmur l-Ungerija għaliex hemmhekk għandha ħaddiema kwalifikati tajbin u għandha spejjeż ta' produzzjoni inqas mill- Ingilterra u minn Wales.", "Għalhekk l-investiment jiċċaqlaq mhux għax tkun jew ma tkunx fl-Unjoni Ewropea imma minħabba l-kondizzjonijiet li tkun ħloqt inti minħabba l-ambjent ekonomiku, l-ambjent soċjali, l-ambjent legali u l-ambjent amministrattiv.", "Aħna rridu nagħmlu dawn l-affarijiet għalina nfusna u noffruhom lil ħaddieħor u mhux nistennew li xi ħadd minn barra jiġi jsolvielna kollox.", "Jekk mhux se nagħmlu hekk, pajjiżna se jkollu futur ikrah ħafna quddiemu.", "Jekk mhux se jirnexxielna noħolqu pajjiż dinamiku, pajjiż miftuħ, pajjiż serju, pajjiż li kapaċi jorganizza l- enerġija tiegħu nnifsu u jinbidel skond m'għandu jinbidel, skond ir- realta' tiegħu, skond il-pass tiegħu, mingħajr ma jitlef il-ħila li jmexxi lilu nnifsu ...", "Waħda mill-ideat li qed tinfirex u li qed issir moda llum - mhux kull moda hija tajba - hi li qisha xi ħaġa antikwata li titkellem fuq in-nazzjon għaliex illum qed ngħixu fi żmien modern fejn l-hekk imsejħa globalizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni ta' l-ekonomija tagħmel lin- nazzjonijiet stati superfluwi, żejda u m'għandhomx għalfejn jeżistu.", "L-ewwelnett l-idea tal-globalizzazzjoni l-aktar li jxerrduha huma dawk li diġa' għandhom kumpanniji globali u din jużawha biex pajjiżi oħra jiftħulhom il-bibien biex jidħlu fihom u mhux biex huma jiftħu l-bibien għal ħaddieħor biex jidħol fihom.", "Biżżejjed wieħed janalizza l-ekonomija Amerikana f'dan is-sens.", "Pero' għal pajjiż żgħir bħal tagħna li diġa' għandu limitazzjonijiet kbar ta' kemm għandu spazju fejn jimmanuvra u biex jikkontrolla d-destin tiegħu, huwa mportanti ħafna li jżomm kemm jista' jkun il-poter f'idejh biex jieħu deċiżjonijiet fl-interess tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Bartolo, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bartolo jkompli jitkellem..", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "II-punt li qed nagħmel hu li jekk aħna rridu li l-pajjiż ikollu soċjeta' ġdida, soċjeta' miftuħa u ekonomija dinamika, hemm bżonn li nqumu fuq tagħna u li nieħdu kontroll tad-destin tagħna u mhux nistennew li l- affarijiet se jagħmilhomlna ħaddieħor jew l-affarijiet se jaqgħu mis-sema'.", "Aħna għandna x'nitgħallmu minn pajjiżi dinamiċi oħra bħall-Irlanda għax dawn huma kapaċi jorganizzaw u jimmobilizzaw irwieħhom huma.", "Għalhekk l- illużjoni li ħaddieħor se jiġi jsolvielna l-problemi jew li xi ħadd se jroxxilna l-miljuni hija xi ħaġa żbaljata u perikoluża u hija xi ħaġa li therrilna l-enerġija nazzjonali, tagħna li mingħajrha pajjiżna jispiċċa.", "Jien nemmen li bid-difetti kollha tagħna, gvernijiet Nazzjonalisti u gvernijiet Laburisti mexxew lil dan il-pajjiż ħafna aħjar mill-barranin kollha li għamlu sekli twal imexxuna għas-sempliċi raġuni li għallinqas id- decision makers, kienu hawn, id-deċiżjonijiet li kienu qed jieħdu kien se jaffettwawhom u kienu qed jgħixu mal-Maltin u l-Għawdxin u mhux Malta kienet għalihom biċċa mill-imperu tagħhom, biċċa mill-wirt tal-familja tagħhom, biċċa minn xi gżira mbiegħda li fuqha hemm jgħixu xi nies.", "Kien biss meta l-Maltin u l-Għawdxin bdew jieħdu l-poter f'idejhom u bdew jieħdu deċiżjonijiet huma ta' kif imexxu l-kummerċ ma' pajjiżi oħra u ta' kif jiżviluppaw l-ekonomija tagħhom li pajjiżna mexa 'l quddiem.", "Meta nitkellmu fuq l-importanza li nħarsu l-interess nazzjonali tagħna u niżviluppaw is- sens nazzjonali tagħna ma jfissirx li rridu mmorru fuq pjaneta oħra jew ninqatgħu mid-dinja.", "Malta qatt ma kienet maqtugħa mid-dinja, lanqas meta kellna popolazzjoni ta' ftit eluf, għax kellna bżonn nikkummerċjaw u naħdmu ma' pajjiżi oħra imma huwa importanti li aħna nkunu preżenti fid-dinja bil- kapaċita', bil-ħila, bl-interess u bir-realta' partikolari tagħna u mhux inċedu kollox f'idejn il-barranin għax dik hija xi ħaġa li lilna tagħmlilna ħafna ħsara.", "Għalhekk jekk pajjiżna jrid jimxi 'l quddiem u jkollu ekonomija żviluppata li ġġib il-ġid u ġġib soċjeta' fejn in-nies jistgħu jgħixu flimkien u jaqsmu l-ġid tagħhom, allura importanti li ninfetħu u ninbidlu skond ir-realtà tagħna u mhux skond xi realtà iddettata minn oħrajn u niżviluppaw lilna nfusna.", "Il-bqija pajjiżna jkollu futur ikrah għax inkella t-tkabbir se jkun jiddependi minn iktar taxxi li jġibu iktar problemi, inaqqsu l-inizjattiva u l-kwalita' tal-ħajja f'pajjiżna tmur lura.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. aktar rimarki.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, qabel ma nibda l-intervent tiegħi fuq dan l-abbozz ta' liġi, xtaqt nagħmel riferenza għal dak li qal il-Ministru Josef Bonnici dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista li jraħħas il- pitrolju, taparsi biex jaġevola lil dawk bi dħul medju.", "Apparti l-ħafna kliem ta' retorika dwar kemm il-gvern hu għaqli għax raħħas il-pitrolju, meta l-ministru joħroġ jgħid li l-anzjani jagħmlu użu mill-pitrolju, possibbli mhux qed jirrealizza li taħt Gvern Laburista preċedenti l-anzjani ma kenux se jħallsu tal-meter, la tad-dawl u lanqas ta' l-ilma, u allura lanqas ma kienu se jħallsu l-fee tad-drenaġġ, li bis-sistema li llum introduċa l-gvern se tkun bl-istess kejl mal-konsum ta' l-ilma?", "Qed ngħid dawn l-affarijiet mhux biss bħala paragun imma għaliex irridu nirrealizzaw li aħna l-membri ta' din il-Kamra - u jiddispjaċini li wħud minna jitkellmu b'mod retoriku partiġġjan - m'aħna xejn ħlief rappreżentanti ta' poplu li min-naħa tiegħu jkollu l-konklużjonijiet u l- ħsibijiet tiegħu.", "Jekk il-Gvern Nazzjonalista jħoss li llum qed jgħin lill- anzjani għax raħħsilhom il-pitrolju - li ovvjament jużawh fi staġun partikolari tas-sena - allura ma jħossx li qed jimponi nefqa ikbar fuq l- istess nies li jgħixu bil-benefiċċji soċjali meta reġa' daħħal it-taxxa fuq il-meter tad-dawl u l-ilma?", "Qabel dawn in-nies kienu se jiġu eżentati milli jħallsu t-taxxa ta' Lm10 fuq id-drenaġġ u issa permezz tas-sistema l- ġdida se jkollhom iħallsuha għax kull familja skond kemm taħli ilma trid tħallas għad-drenaġġ.", "Għaliex bħala gvern u oppożizzjoni għandna noqogħdu niġu hawnhekk nagħmlu storm in a teacup biex nipprovaw nuru kemm veru qed nindirizzaw il-bżonnijiet taċ-ċittadin?", "Veru li llum il-gvern qed igawdi maġġoranza ta' ħamsa imma bl-ebda mod m'għandu jagħma u jinsa li l-membri ta' din il-Kamra għandhom moħħ u għandhom kuxjenza soċjali.", "Jidher ċar li l-għan tal-miżura li ħa l-gvern fejn għolla l-lead-free petrol kien biex idaħħal iktar taxxi minn fuq dahar il-poplu.", "Minħabba ċ- ċokon ta' pajjiżna u minħabba l-volum ta' turisti li jiġu, wieħed jifhem kemm hu neċessarju li nirrispettaw iktar l-ambjent billi nnaqqsu l-livell ta' pollution.", "Il-gvern għalaq għajnejh għal dan u għolla l-prezz tal-lead- free petrol daqs l-ieħor.", "Apparti li dan huwa messaġġ ħażin, żgur ma jinċentiva ebda ħidma mill-għaqdiet tal-volontarjat, b'mod partikolari l- ekoloġisti, biex joħolqu kuxjenza fis-soċjeta' f'dak li huwa rispett lejn l- ambjent.", "Li kieku l-gvern qal li parti mit-taxxa li se ndaħħlu se nużawha biex nedukaw lin-nies li jaħdmu f'xogħol li huwa konness mal-petrol ...", "L- Onor. Evarist Bartolo qal li huwa xjentifikament provat li meta żagħżugħ jibda jpejjep is-sigaretti ta' eta' bikrija, 'il quddiem se jkollu jħabbat wiċċu ma' problemi serji pulmonari, anke jekk jieqaf ipejjep.", "Għalhekk kemm gvern u kemm oppożizzjoni rridu niftakru li għandna responsabbilta' lejn in-nies li jaħdmu f'xogħol li huwa konness mal-petrol.", "Per eżempju, jiġuni f'moħħi l-mechanics, in-nies li jinteressahom il-motor sport u n- nies li jservu f'pompi tal-petrol.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Noel Farrugia, għax sar il-ħin u se jkolli nwaqqfek.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Dalli jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 3 ta' Mejju fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Qabel ma ngħaddu għall-aġġornament nixtieq ninforma lill-Kamra li fil-House Business Committee intlaħaq qbil li l- Onor. Charles Mangion jissostitwixxi lill-Onor.", "Leo Brincat bħala chairman tal-Public Accounts Committee li għandu jittratta l-bejgħ ta' l-ishma tal- gvern fil-Mid-Med Bank lill-HSBC.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nitkellem fuq l-importanza ta' l-isport.", "Fil-parlament ftit ikollna okkażjonijiet fejn niddibattu dan is-suġġett, li kulħadd iqisu bħala importanti, allura tajjeb li minn żmien għal żmien naraw x'azzjoni għandha tittieħed biex inkabbru l-kultura sportiva.", "Meta qed nitkellem fuq kultura sportiva mhux qed nirriferi għat- tfal biss imma għaċ-ċittadini kollha ta' kull età, tibda mit-tfal u tibqa' tiela' sa persuni li jistgħu jitqiesu bħala anzjani, li tajjeb jibqgħu attivi fil-kamp sportiv fuq livelli differenti.", "Jiġifieri qed nitkellem fuq l-importanza ta' l-isport għal kull età mingħajr ebda diskriminazzjoni abbużi ta' sess.", "Wara din l-introduzzjoni, tajjeb li wieħed iħares lejn kemm qed tingħata importanza lill-isport fl-iskejjel tagħna, b'mod partikolari fl-iskejjel tal-gvern.", "Żgur li nkunu qegħdin nidħku bina nfusna jekk ngħidu li bl-edukazzjoni fiżika biss fl-iskejjel qegħdin nibnu kultura sportiva jew qegħdin nagħtu biżżejjed ħin lit-tfal biex jipprattikaw xi tip ta' sport, speċjalment meta wieħed jiftakar li fid-dinja tal-lum saret iktar tellieqa sfrenata biex it- tfal jagħmlu eżami wara eżami ħalli jkollhom ċertifikati li permezz tagħhom għada pitgħada jkunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk importanti li mhux biss ngħidu li l-isports huwa importanti imma rridu nieħdu passi konkreti biex nagħtu l-importanza lill-isport.", "Dan jista' jsir billi nagħtuh iktar ħin fl-iskejjel u jittieħdu inizjattivi oħrajn barra mill-iskejjel kemm mill-gvern kif ukoll mill-privat.", "Jekk wieħed iqabbel dak li għandna f'pajjiżna ma' dak li hemm f'pajjiżi barranin, żgur li jinkixfu iktar feriti u nindunaw kemm f'pajjiżna għad fadal x'isir.", "Dan qed ngħidu b'mod ġenerali.", "Ħafna drabi nilmentaw li m'aħniex biżżejjed professjonali meta nipprattikaw xi attività sportiva, kemm minħabba ċ-ċokon tagħna u allura r-riżorsi kemm umani kif ukoll finanzjarji huma limitati - u dan huwa punt li ħadd ma jista' jiċħdu - u kultant għax għandna nuqqas ta' know-how kif nagħmlu l-affarijiet.", "U għalhekk hemm bżonn li esperti barranin juruna kif għandna nimxu.", "Fl-aħħar mill-aħħar għandna nies li huma kapaċi jitgħallmu malajr ħalli jmexxu dawn l-ideat f'pajjiżna biex inkattru mhux biss il-kultura sportiva imma nkabbru wkoll il- professjonalità fil-qasam sportiv.", "Iżda l-iktar punt li nixtieq nisħaq fuqu llejla huwa fuq il-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Sur President, għandna bosta nuqqasijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' sport ipprattikat minn persuni hekk imsejħa \"normali\" - u naħseb li għadna ftit lura meta wieħed jara fejn waslu pajjiżi barranin - imma meta wieħed jaħseb ftit fuq il-persuni bi bżonnijiet speċjali u kif dawn il-persuni bi bżonnijiet speċjali għandu jkollhom huma wkoll id-dritt u l-ispazju u l- post fejn jipprattikaw xi dixxiplina sportiva, nindunaw li għadna fil-bidu nett.", "Ma rridx ngħid li għadna ma bdejniex għax ma rnixtieqx li dawk in- nies li qegħdin jagħmlu ħilithom biex jgħinu lil persuni b'diżabilità jipprattikaw xi tip ta' sport jaqtgħu qalbhom.", "Anzi jien inħeġġiġhom li jkomplu bix-xogħol nobbli tagħhom u jaraw li ma jaqtgħux qalbhom fid- diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom imma għandu jkollhom il-kuraġġ ifittxu għajnuna ħalli l-affarijiet isiru bis-serjetà u jinfirxu iktar għal kulħadd.", "Illum għall-grazzja ta' Alla qegħdin ngħixu f'soċjetà li saret iktar konxja ta' persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Ma nistgħux inqabblu s-soċjetà tal-lum mas-soċjetà ta' għaxar snin ilu, 15-il sena ilu jew 20 sena ilu, fejn il-persuni bi bżonnijiet speċjali kienu jissejħu ħandikappati.", "Dawn il-persuni huma bnedmin bħalna imma għandhom affarijiet fiżiċi jew mentali differenti minna, u għalhekk għandhom bżonnijiet speċjali differenti minna l-hekk imsejħin \"normali\".", "Illum is-soċjeta` tagħna saret iktar konxja li dawn il-persuni għandhom kull dritt li jgħixu ħajja indipendenti u ħajja daqs kull bniedem u bniedma oħra fid-dinja.", "Ma ngħidx li ma sarux passi konkreti għax biex tbiddel mentalità huwa pass konkret u pass fid- direzzjoni t-tajba, imma ma rridux inserrħu rasna u nibqgħu fuq hemm biss.", "Hemm bżonn li jittieħdu iktar passi konkreti għax ħafna drabi nparlaw ħafna - ibda l-ewwel wieħed minni - però l-azzjoni tagħna ma tlaħħaqx mad- diskors tagħna, u allura aħjar inparlaw inqas u nagħmlu dak li ngħidu milli nparlaw ħafna u ngħollu l-aspettattivi tan-nies u tal-persuni b'diżabilità u jsir ftit li xejn a paragun mal-paroli kollu li nkunu għidna.", "Sur President, qegħdin f'soċjetà fejn qegħdin nitkellmu fuq opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilità bi dritt u mhux bi pjaċir.", "U għandu jkun hemm opportunitajiet indaqs bejn l-istess persuni b'diżabilità, għax il- ħaġa kerha hija li meta jkun hemm opportunità ta' xi attività sportiva mhux kull persuna bi bżonnijiet speċjali tingħata l-opportunità biex tipparteċipa.", "Dan huwa l-punt l-ieħor li ridt insemmi u nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet fuqu.", "Fil-fatt fis-sajf li ġej, bejn is-26 ta' Ġunju u l-4 ta' Lulju, fin-North Carolina fl-Amerika se jsiru l-iSpecial Olympics, fejn 7,000 atleta b'diżabilità mentali minn madwar 150 pajjiż se jiltaqgħu biex jipparteċipaw u jikkompetu f'19-il dixxiplina sportiva.", "Naħseb li din l-istedina waslet f'pajjiżna wkoll u wieħed jistaqsi kif intgħażlu dawn il-persuni b'diżabilita' mentali li se jirrappreżentaw lil pajjiżna fl-olimpjadi tas- sajf u kif intgħażlu l-persuni li telgħin magħhom?", "Sur President, mhux se nsemmi ismijiet ta' dawn il-persuni li ntgħażlu u ma rridx nitfa' dell fuqhom għax għandhom l-integrità tagħhom, imma jista' jkun li hemm persuni oħrajn li huma aktar adatti biex jakkumpanjaw lil dawn il-persuni li se jitilgħu jikkompetu f'dawn l-iSpecial Olympics.", "Barra minn hekk nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-gvern hux se jħallas kollox jew parti mill-ispejjeż, u jekk il-gvern se jħallas parti minnhom, min se jħallas il-bqija ta' l- ispejjeż involuti?", "Dan qed ngħidu għax kien hemm diversi ilmenti minn diversi ġenituri li ipprotestaw għax xtaqu li t-tfal tagħhom jingħataw dan iċ-ċans imma mid-dehra l-persuni kienu diġà ntgħażlu.", "Jien għalhekk semmejt opportunitajiet indaqs bejn l-istess persuni b'diżabilità.", "Barra minn hekk, jidhirli li l-persuni li ntgħażlu huma kollha subien u kien hemm persuni li staqsew jekk l-olimpjadi li se jsiru humiex se jsiru biss għall- ġuvintur u għas-subien.", "Ma naħsibx li din hija l-verità għax meta wieħed jiftakar li l-olympics isiru kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, naħseb li anke f'dan il-kamp, l-olimpjadi jsiru kemm għal persuni b'diżabilità mentali li huma tas-sess maskili kif ukoll tas-sess femminili.", "Iżda mid- dehra riedu jeħilsu mill-mistoqsija ħelu ħelu u tawhom din it-tweġiba.", "Jien qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet biex jingħataw ir-risposti ħalli l- affarijiet ikunu ċari u meta tinqala' okkażjoni fejn il-persuni b'diżabilità ikollhom opportunità li jipparteċipaw u jiltaqgħu ma' persuni bħalhom minn pajjiżi differenti, huma wkoll ikollhom l-opportunità u l- iktar kapaċi fosthom jirrappreżenta denjament lil pajjiżna.", "Niftakar li fi żmien l-amministrazzjoni Laburista konna nitkellmu ħafna u mexxejna ħafna 'l quddiem l-edukazzjoni inklussiva.", "Meta l-edukazzjoni inklussiva tibda taħdem b'mod tajjeb fil-klassijiet, irridu noqogħdu attenti li anke attivitajiet oħra, bħal attivitajiet sportivi li jistgħu jsiru għall-klassi, ikunu mfassla b'mod li l-persuni b'diżabilità li jkunu parti minn dik il-klassi ma jiġux esklużi minnhom.", "Għax inkella nkunu daħħalna l-inklussività fil-qasam akkademiku imma mbagħad neskluduhom mill- attivitajiet li m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal-klassi, u alllura dawn it-tfal jiġu esklużi minn attivitajiet sportivi u forsi ħarġiet li jistgħu jsiru għall-klassi kollha.", "Xtaqt insemmi dan il-punt - u meta jkolli l- opportunità nitkellem iktar fit-tul fuq dan is-suġġett - imma huwa importanti li l-mistoqsijiet li għamilt jitwieġbu.", "Nagħlaq billi naqra l-ġurament għal dawn l-iSpecial Olympics - u se nikkwota bl-Ingliż biex inkun fidil mat-text - li jgħid hekk: \"Let me win but if I cannot win let me be brave in the attempt\".", "Naħseb li dan il- ġurament li se jittieħed fil-ftuħ ta' l-iSpecial Olympics li se jsiru fl- Amerka s-sajf li ġej jagħmel ħafna kuraġġ lill-persuni bi bżonnijiet speċjali li jixtiequ jipparteċipaw.", "L-għan tagħhom m'għandux ikun li jirbħu imma li kemm jista' jkun jipparteċipaw fl-attivitajiet sportivi għax hemmhekk juru li huma persuni daqs ħaddieħor u għandhom d-dritt li jipparteċipaw f'kull tip ta' sport li jħossu li għandhom jipparteċipaw fih.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, fi żmien il-festi tal-Milied il- gvern kien ftaħar li se jagħlaq sala għaxra ta' l-irġiel ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "Tajjeb wieħed jgħid li fil-fatt Gvern Laburista kien qed jagħmel il-preparamenti kollha neċessarji ħalli mhux biss tingħalaq sala għaxra, imma ssir riforma kompleta tat-tqassim kemm tal-pazjenti kif ukoll ta' l-impjegati kollha ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Din ir-riforma kellha twassal biex tingħata kura aħjar u attenzjoni iktar partikolari skond il- każi ta' gravità li jkun hemm.", "Kien hemm diversi rapporti rigward sala għaxra ta' l-irġiel u tajjeb wieħed jistaqsi jekk sala għaxra ta' l-irġiel hijiex magħluqa jew miftuħa.", "Fir-realta' x'inhu jiġri?", "Din qed tintuża b'mod regolari u f'ċerti każi kien hemm anke tmienja, disa' pazjenti jokkupaw sala għaxra ta' l-irġiel.", "Dawn il-pazjenti fil-maġġor parti tagħhom huma persuni mibgħutin mill-ħabs għall-kura fl-isptar Monte Carmeli.", "Sala għaxra mhijiex tajba għall- pazjenti, kemm minħabba l-mod kif inhi mibnija, kemm minħabba ċerti protokolli li kienu jintużaw u kemm minħabba li kien ġie ċertifikat ukoll li l-kondizzjonijiet tagħha huma inumani.", "Għalhekk konna qegħdin naħdmu biex sala għaxra tiġi magħluqa - għax dawn l-affarijiet konna qegħdin narawhom anke qabel ma l-ombudsman ħareġ bir-rapport tiegħu - u allura tiġi waħedha l-mistoqsija: Allura għal uħud mill-pazjenti sala għaxra mhijiex tajba, hija inumana, imma għal pazjenti oħrajn li ma jimpurtax li dawn xorta jiġu kkurati f'sala għaxra?", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni ta' two weights two measures għaliex għal dawk iva u għall-oħrajn le.", "Din ma tagħmilx sens.", "Jekk kellha tingħalaq, tingħalaq għal kulħadd.", "Jekk hija inumana, inumana kemm jekk inti ġej mill-ħabs u anke jekk inti ġej mis- soċjetà ta' barra.", "Tajjeb wieħed jgħid li m'hemmx nurses fis-sala għaxra, imma ladarba miftuħa xorta trid in-nurses biex tħaddimha.", "Allura qed jiġri li min jidħol bl-overtime jintbagħat sala għaxra.", "Dawn qed ikunu grupp ta' nurses flimkien mal-pulizija li jieħdu ħsieb pazjenti li qegħdin fi kmamar secluded waħda wara l-oħra.", "Il-pazjenti li kienu f'sala għaxra li mhumiex priġunieri ntbagħtu f'sala tnejn ta' l-irġiel u issa din ġiet overcrowded.", "Tant m'hemmx spazju għall- pazjenti li filgħaxija jqassmu lill-pazjenti biex jorqdu fi swali oħrajn.", "Għalkemm l-ammont ta' sodod ma naqasx, insibu li ħafna sodod qegħdin crammed peress li spiċċajna għandna iktar pazjenti milli sodod.", "Ħafna drabi qed jispiċċaw li jkollhom 30 u 40 pazjent meta sodod għandhom 27.", "Dan apparti li sala tnejn tintuża wkoll għall-pazjenti li jintbagħtu d-dar u jistgħu jidħlu lura at their own free will.", "X'inhu jiġri wkoll?", "Tidħakx, Sur President.", "Ġieli anke kien hemm każi fejn il-pazjenti jaqsmu s-sodod, speċjalment matul il-ġurnata biex ikunu jistgħu jistrieħu.", "Agħar minn hekk, tant kemm l-affarijiet mhumiex organizzati, spiċċajna li filwaqt li għandek il-pazjenti fis-sala tnejn ta' l-irġiel, fl-istess ħin għaddej xogħol ta' tibjid u żebgħa.", "Tista' timmaġina x'ġigġifogu għaddej ġewwa sala tnejn!", "Dan biex ma nsemmux swali oħrajn bħal 3A u anke fil-grounds - mhux fil-ground li jidher int u dieħel l-isptar Monte Carmeli imma postijiet oħrajn - ta' l-isptar fejn jeżisti ħmieġ, telqa sħiħa u jidher li ħadd mhu responsabbli ta' xejn.", "Sur President, ħalli nagħti ftit eżempji biex nuri kemm ix-xogħol fl- isptar Monte Carmeli qed isir bl-addoċċ u bla ppjanar.", "Ftit iktar qabel għedt li f'sala tnejn ħadu spazju minnha imma sodod ma naqsux.", "Għalxiex ittieħed dan l-ispazju?", "Dan l-ispazju ttieħed biex titwaqqaf dik li jgħidulha seclusion unit.", "Din hija area fejn ikollok kmamar li jkunu single, fejn pazjent jingħata kura f'kamra għalih waħdu.", "Jidher li xejn ma kien ippjanat għax l-ewwel ittieħdet deċiżjoni li tingħalaq sala għaxra darba għal dejjem u li din saret storja, u fil-fatt sibna li m'hi storja xejn għax għadha tintuża.", "Issa sibna li wara li tlestiet is-seclusion unit - u saħansitra iddendlu l-inkwadri biex jagħmlu l-area iktar sabiħa - irrealizzaw li dawn l-imberkin kmamar m'għandhomx twieqi u jridu l-arja, allura kellhom jinfetħu tliet twieqi li jagħtu għal fuq is-seclusion unit ħalli għalinqas ikollhom daqsxejn arja l-pazjenti.", "Pero' wara li nfetħu t- twieqi nstab li l-mod kif inhuma mibnijin dawn is-seclusion units, la qed joffru protezzjoni għall-pazjenti u lanqas għall-istess infermiera li jieħdu ħsiebhom.", "Fil-fatt kien hemm diġà diversi rapporti anke fil- ġurnali ta' nurses li weġġgħu fil-ward two huma u jdaħħlu l-pazjenti f'dawn is-seclusion units.", "Apparti minn hekk tajjeb li wieħed jgħid għaliex qed ikunu ta' periklu anke għall-pazjenti?", "Dawn ġiethom l-idea li t-toilets isiru flush ma' l- art, bil-konsegwenza li l-pazjent, kif ikun qiegħed daqsxejn eċitat u jkun qed idur f'dik l-imbierka kamra żgħira, faċilment ideffes saqajh fit-toqba li hemm ma' l-art.", "Din donnu li ħadd ma raha, apparti li mhijiex daqshekk iġenika.", "Biex inkomplu ngħaxxquha f'dan is-seclusion unit twaħħlu locks u bibien li m'humiex b'saħħithom.", "Fil-fatt mhijiex l-ewwel darba li dawn il- locks tgħawġu u kellhom iqaċċtu kollox għax ma setgħux jiftħu l-bieb.", "F'sala għaxra kienu jużaw serratizzi ta' erba' pulzieri biex jagħlqu l- bibien u kienu qalu li dawn l-imberkin serratizzi mhux se jkomplu jintużaw.", "Fil-fatt mhijiex l-ewwel darba li qed ikollhom jintużaw dawn is-serratizzi ta' erba' pulzieri biex jagħlqu l-bibien ħalli jissodawhom u ma jisfrondawx peress li mhuwiex mibni b'saħħtu.", "Sur President, hemm bżonn ta' riforma urġenti għall-ġid tal-pazjenti bi problemi mentali, imma jekk se nagħmlu riforma ejja nagħmluha kompluta, mhux bil-biċċiet u mil-lum għal għada.", "Trid tkun ippjanata fuq is-setturi kollha għaliex irriżulta li bis-suppost għeluq ta' sala għaxra - għax sala għaxra mhijiex magħluqa imma għadha tintuża - inħolqu problemi fi swali fejn intbagħtu l-pazjenti ta' din is-sala għax qed ikun hemm overflow ta' pazjenti li filgħaxija jridu jsibulhom sodda fejn jorqdu għax f'sala tnejn m'għandhomx spazju biżżejjed.", "Jien nagħlaq billi nenfasizza fuq il-punt li l-affarijiet ma nagħmluhomx għall-propaganda imma nsibu sistema li biha nagħtu l-aħjar attenzjoni, l- aħjar kura fl-isptar Monte Carmeli u iktar 'il quddiem fl-isptar San Luqa għax hemmhekk il-problemi huma kbar.", "Hemm bżonn li xi ħadd jaqbad il- barri minn qrunu fl-isptar San Luqa wkoll.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Mejju fis-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SWDP - FULL COMPLEMENT", "5100.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm suppost hu l-full complement tal-SWDP?", "Kemm hemm nies neqsin?", "X'qed isir biex jintlaħaq full complement?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: S'issa qatt ma kien hemm full complement definit għall-SWDP.", "Barra minn hekk, taħt 22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista, l-SWDP kien tnaqqsilha l-complement tagħha sostanzjalment.", "Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant kif tnaqqas il-baġit tal-SWDP, li fuqu jiddependi l-ingaġġ ta' staff:", "1996 - Lm405,000 1997 - Lm390,000 (baġit Laburista) 1998 - Lm290,000 (baġit Laburista) 1999 - Lm415,000", "Meta sirt Ministru responsabbli mill-SWDP, awtorizzajt li jiġu ngaġġati immedjatament social workers fit-Taqsima Vjolenza Domestika u fit-Taqsima Servizzi Protezzjoni tat-Tfal li l-SWDP kienet ilha żmien twil titlob lill- amministrazzjoni Laburista permess, bla suċċess, biex timpjegahom.", "Fil- fatt, f'Novembru 1998 daħlu jaħdmu seba' social workers ġodda fuq bażi full time fit-taqsimiet indikati.", "Wara dan l-ingaġġ, ingħatat ukoll l-awtorizzazzjoni (liema awtorizzazzjoni ma kienx hemm fiż-żmien l-amministrazzjoni Laburista) biex jiġu mpjegati numru ta' staff amministrattiv.", "Il-full complement se jiġi deċiż fid-dawl tal-konklużjonijiet li joħorġu mill-operations review tal-SWDP u s-settur soċjali li se jkun lest sa l- aħħar ta' Ġunju 1999.", "ANZJANI - CSA's", "5320.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu CSAs mad-Dipartiment ta' l-Anzjani mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Mil- liema lokalita' ġew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum 3 ta' Marzu, 1999 daħlu 44 C.S.A.'s li huma mill-lokalitajiet li ġejjin:", "B'Kara; Ħamrun; San Gwann; Naxxar; Żejtun; Qormi; Marsa; Paola; Żebbuġ; Balzan; Mġarr; St Andrew's; Kalkara; Attard; Fgura; Mqabba; Gżira; St Venera; St Julian's; Cospicua; Żurrieq; Mosta; Sliema; Lija; St Paul's Bay; Luqa; Gudja; B'Buġia; Iklin.", "Minn dawn, 27 ġew replaced għax 27 rriżenjaw u 16 daħlu flok is-16 li ħarġu bis-sick u mhux qed jirrapportaw għax-xogħol.", "IMPJIEGI", "5543.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni tas-sess feminili li qed jaħdmu llum?", "X'tip ta'xogħol jagħmlu?", "Kemm hemm persuni f'kull tip ta' xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA JAĦDMU FL-INDUSTRIJA", "5595.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema nisa u rġiel jaħdmu fl-Industrija fulltime u part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi għat-tweġiba interim li tajt fis-Seduta Nru. 76, u nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex tispeċifika għal liema industrija qed tirreferi f'din il-mistoqsija parlamentari, biex inkun nista' nagħti l-informazzjoni mitluba b'mod korrett.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "5832.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jaf il-Ministru li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, qatt ma kellha fejn tirrisjedi u llum għadha tgħix ma' missierha flimkien mar-raġel u t-tifel tagħha?", "Jaf il-Ministru li għalkemm ilha tapplika ħames snin u indikat diversi indirizzi xorta baqgħat ma ngħatatx akkomodazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ indikat qed jiġi kkonsidrat fid-dawl tan-numru ta' applikazzjonijiet simili li għandu d- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "L-allokazzjoni ta' postijiet m'hix bażata fuq kemm wieħed jindika postijiet iżda fuq il-bżonnijiet reali tal-applikanti.", "SKEJJEL - RAĦAL ĠDID", "4198.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2862?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 2557 f'Seduta 35.", "SANTA LUĊIJA - TRIQ INEZ SOLER", "4293.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tinbidel is-sistema tad-dawl ma' dar Nru. 29, Triq Inez Soler, Sta.", "Luċija minħabba overload ta' dawl?", "Jista' l-Ministru jara wkoll li jitneħħa n-numru kbir ta' wires li hemm peress li qegħdin ikunu ta' inkonvenjenza kbira għar-residenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li x-xogħol biex jitressqu numru ta' wires u jsir shifting ta' arblu fit-triq imsemmija għandu jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "STA.", "LUĊIJA - TRIQ INEZ SOLER", "4294.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiġi shifted l-arblu tad-dawl li jinsab fi Triq Inez Soler kantuniera ma' Guljetta Lopez Street, Sta.", "Luċija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4293.", "PA - PETIZZJONI", "4333.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara fiex waslet it-talba u l-petizzjoni dwar il-każ, li d- dettalji dwaru qed nibgħathom separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'referenza għall-petizzjoni dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, ninsab informat li l- iżvilupp sat-tieni sular (1st floor) hu kopert minn permessi maħruġa skond il-liġi filwaqt li dak tat-tielet sular (2nd floor) mhux kopert minn permess.", "Ninsab informat ukoll li l-applikazzjoni li saret għal l-iżvilupp għat- tielet sular ġiet rifjutata u li llum din hija pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.", "L-istess każ kien suġġett għal kawża quddiem il-Qorti, liema kawża ġiet irregolata bil-ħruġ ta' Stop and Enforcement Notice skond l-Att I ta' l- 1992 dwar l-Iżvilupp li l-effett tiegħu hu sospiż sakemm l-Appell mir- rifjut ikun għadu pendenti, u dan skond kif regolat mill-istess Att.", "PULIZIJA - RAPPORTI", "4334.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li fil-korp tal-pulizija (fl-għases) tingħata acknowledgement lill-persuna li tagħmel rapport?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat.", "PENSJONIJIET", "4335.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-eta' tal-pensjoni tinbidel?", "Jekk iva, x'inhuma l-pjani ta' l-eta'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 3985.", "Inżid li wieħed ikun irid jgħarbel ir-rakkomandazzjonijiet ta' din il-kummissjoni nazzjonali dwar xi tibdiliet futuri fl-iskema tal-pensjoni.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - RIGALI", "4538.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3312, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li gawdew mill-għotja tar-rigal żgħir li ġie mogħti lilhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In-numru huwa ta' 51 persuna.", "TRASPORT - KAROZZA NRU.", "42", "4539.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jintervjeni biex ir-rotta tal-karozza tal-linja Nru.42 tkun aktar frekwenti peress li meta l-karozza tasal Ta' Ġiorni qed tkun mimlija b'konsegwenza li għadd ta' studenti u ħaddiema jaslu tard għall-iskola u għax-xogħol rispettivament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta` l-Onor.", "Interpellant għall- konsiderazzjoni ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.", "ĊENTRU ĦIDMA SOĊJALI - ĠNIEN", "4570.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqet l- ispiża ta' kostruzzjoni li saret bejn l-1994 u l-1996 fil-ġnien ta' fuq wara taċ-Ċentru Ħidma Soċjali?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'annimali?", "Jista' jgħid kemm intnefqu flus f'paguni?", "Min kien responsabbli tax-xogħol u minn min saru?", "Jista' l-Ministru jgħid lil min sar il-ħlas u jekk għal dan ix-xogħol inħarġux tenders, inġabrux kwotazzjonijiet jew ingħatax b'direct orders?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward annimali (għasafar) u pagun, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li kienet ingħatat għall-istoqsija parlamentari numru 2598 fi Frar 1997.", "Rigward il-ġnien żgħir li ġie rranġat u li jinsab fuq wara taċ-Ċentru Ħidma Soċjali, ix-xogħol sar minn impjegati tal-Gvern u sar ukoll xogħol volontarju minn xi ħabsin.", "Għalhekk, dan ix-xogħol la kien jirrikjedi tenders u lanqas kwotazzjonijiet.", "Peress li dan ix-xogħol sar minn impjegati tal-Gvern, mhux possibbli li tiġi kkalkolata l-ispiża għax l-ispiża kienet kważi kollha ta' pagi.", "SAĦĦA - KARTOLINI TAL-MILIED", "4590.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 3317?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għad- domanda parlamentari numru 3317 ingħatat waqt il-question time fis-seduta Nru. 71 u saru diversi mistoqsijiet supplimentari fuqha.", "ANZJANI - DIRETTUR", "4724.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttur tad-Dipartiment ta' l-Anzjani huwiex qiegħed juża karozza tal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'petrol/diesel għal karozza li juża xahar b'xahar mill-bidu tal-ħatra tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, l-Aġent Direttur għall-Anzjani qiegħed juża karozza tal-Gvern.", "Dan bi dritt bħal direttur oħra.", "Huwa beda juża din il- karozza mill-ewwel ġimgħa ta' Jannar, 1999.", "Sakemm inġabret din l- informazzjoni (24.02.99), f'petrol kien intnefaq Lm33.", "ANZJANI - DIRETTUR", "4725.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'salarju u x'allowances qiegħed jingħata l-Aġent Direttur tad-Dipartiment ta' l- Anzjani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Aġent Direttur għall-Anzjani jitħallas bħala uffiċjal fi skala 7 u ma jitħallas l-ebda allowance li għandha x'taqsam ma' din il-pożizzjoni.", "Il-post ta' Direttur għall-Anzjani suppost jitħallas bħala uffiċjal fi skala 4.", "Bħala gradwat, l-Aġent Direttur jirċievi qualification allowance ta' Lm12.50 fix-xahar.", "ĊENTRU DETOX", "5321.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Minn Settembru, 1998 sal-15 ta' Frar, 1999 kemm-il persuna talbet l-għajnuna taċ- Ċentru tad-Detox minħabba abbuż ta' droga?", "Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar għal Malta u Għawdex separatament?", "Kull xahar kemm-il persuna marret l-ewwel darba għal kura?", "Kull xahar kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena li talbu l-kura?", "Kemm kull xahar kienu qed jabbużaw mill-eroina, kokaina eċċ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.", "ĦABSIJIET BARRANIN - PERSUNI MALTIN", "5322.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin li bħalissa jinstabu f'ħabsijiet barranin li: (a) qed jiġu nvestigati fuq xi reat; (b) qed iservu sentenza ta' ħabs?", "X'għajnuna konsolari tingħata f'kull każ?", "Fil-każ ta'(b) kemm qed iservu snin ta' ħabs kull wieħed?", "ONOR.", "JOE BORG: Skeda li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "NEIGHBOURHOOD WATCH", "5323.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li għandhom neighbourhood watch?", "Hemm xi kunsilli lokali li għandhom kuntatti mal- pulizija biex iwaqqfu neighbourhood watch?", "X'għajnuna jagħtu l-pulizija għat-twaqqif u l-progress tan-neighbourhood watch?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-lokalitajiet li għandhom neighbourhood watch huma dawk ta' Ħal Tarxien, tas-Sliema, Santa Venera, ir- Rabat (Tal-Virtu'), il-Mosta (il-Blata l-Għolja) u l-Mellieħa (Santa Maria Estate).", "Ninsab informat ukoll li fost il-kunsilli lokali li qegħdin f'kuntatt mal- Pulizija biex iwaqqfu neighbourhood watch fil-lokal tagħhom hemm dawk tal- Gżira, ta' Senglea, ta' Bormla u tal-Kalkara.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi kemm l- Assistenti Kummissarji, kif ukoll is-Supretendenti u l-Ispetturi fid- diversi Distretti tal-Pulizija huma responsabbli sabiex jinkoraġġixxu u jassistu fit-twaqqif u t-tħaddim tan-Neighbourhood Watch.", "Il-Community and Media Relations Unit (CMRU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ukoll għandha l- kompitu li teduka l-pubbliku dwar strateġiji ta' prevenzjoni tal- kriminalita' inkluż it-tħaddim ta' neighbourhood watches.", "PULIZIJA - TRAFFIKAR TA' PERSUNI BIL-BAĦAR", "5324.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija Maltija hijiex imdaħħla fl- investigazzjonijiet tal-pulizija Taljana dwar traffikar illegali ta' persuni bil-baħar?", "F'dawn l-aħħar ġimgħat saru żjajjar minn membri tal- korp tal-Pulizija Maltija fi Sqallija dwar dan it-traffikar ta' persuni?", "Meta tiġi arrestata persuna Maltija mill-pulizija Taljana dwar traffikar illegali ta' persuni, il-pulizija Maltija tiġi nformata u mitluba informazzjoni dwar il-persuna arrestata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-Pulizija Maltija hija nvoluta fl-investigazzjonijiet ta' l-awtoritajiet Taljani dwar traffikar illegali ta' persuni bil-baħar, pero' ma sarux żjarat fi Sqallija mill-Pulizija Maltija dwar dan.", "Kull meta persuna ta' nazzjonalita' Maltija tiġi arrestata mill-awtoritajiet Taljani in konnessjoni ma' traffikar illegali ta' persuni, il-Pulizija Maltija tkun informata u din minn naħa tagħha tagħti l-assistenza mitluba.", "SKEJJEL - KLASSIJIET", "5423.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jiġi ppjanat li l-all inclusive classes fejn huma bi 30 jiġu mnaqqsa għal 25 student?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hija l-prattika li l-All Inclusive classes ma jkunx fihom aktar minn 26 student.", "SKEJJEL - GĦAWDEX", "5424.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jiġi kkonsidrat li tiġi appuntata social worker għall-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis f'Għawdex minħabba każijiet soċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Assistant Principal Social Worker, mill- Education Welfare Section, hija s-Social Worker li tieħu ħsieb l-iskejjel Primarji, Sekondarji, Junior Lyceums u Trade Schools li hemm f'Għawdex.", "Minħabba li m'hemmx Social Worker, speċifikament għal Għawdex, u hemm ukoll nuqqas ta' Social Workers fis-sezzjoni, f'dawn iċ-ċirkostanzi, n-nuqqas jinħass f'kull distrett.", "Madanakollu, hemm ippjanat li jidħlu aktar Social Workers u dan għandu jgħin biex tittaffa l-problema.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - AGIUS DE SOLDANIS", "5425.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis f'Għawdex biex jitnaqqas l-iffullar u jinkiseb aktar spazju u sala?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jidhirx illi fil-preżent hemm xi problemi ta' iffullar fl-iskola Agius de Soldanis.", "Fil-fatt l-ispazju fl- istess skola żdied b'sitt klassijiet fil-bidu tas-sena skolastika 1997/98, spazju li qabel kien okkupat mill-Iskola Primarja tal-Victoria.", "L-anqas jinħass il-bżonn ta' sala għall-istess skola, peress illi ftit metri bogħod tinsab sala spazjuża fl-iskola Ninu Cremona illi qiegħda tintuża għall-bżonnijiet ta' l-istess Liċeo Ninu Cremona, l-iskola Post Sekondarja Sir M'Anġ Refalo kif ukoll l-iskola Agius de Soldanis.", "SKEJJEL - GĦAWDEX", "5426.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jaf il-Ministru li t-talbiet minn Għawdex lill- iStatementing Board għal facilitators qed idumu x-xhur kbar biex jiġu milqugħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'huwiex minnu li t-talbiet minn Għawdex lill-iStatementing Board qed idumu x-xhur kbar biex jiġu milqugħa.", "Jien informat ukoll li kien hemm xi talbiet minn Għawdex li damu biex jiġu mressqa lill-iStatementing Board għaliex inżammu mill-kapijiet ta' l- iskejjel ikkonċernati.", "Hekk kif sar jaf bihom l-iStatementing Board ittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex dawk jiġu pproċessati.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - VAKANZI", "5427.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mimlija l-vakanzi ta' assistenti kapijiet ta' l-iskola, kapijiet ta' l-iskola, education welfare officer, music, art u drama teachers u facilitators f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet indikati f'Għawdex qegħdin jiġu pproċessati skond il- proċedura stabbilita.", "SKEJJEL - IN-SERVICE COURSES", "5428.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin isiru in- service courses f'gender equality għall-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena 1998 ħarġu applikazzjonijiet għall-għalliema biex jieħdu sehem f'żewġ in-service courses f'Lulju u f'Settembru 1998.", "Kien hemm biss applikazzjoni waħda u, allura, l-kors ma kienx vijabbli li jsir.", "UE - RABA' PROTOKOLL FINANZJARJU", "5513.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'użu se jsir mill-fondi li fadal għar-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea?", "Kif qed jipproponi li jużahom il-gvern preżenti?", "Fuq liema proġetti u f'kull każ x'inhuma l-fondi li qed jipproponi li jonfoq fuq kull proġett?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL - KOMPUTERIZZAZZJONI", "5514.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mid-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li juża parti mill-fondi tar-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea għall- proġett ta' komputerizzazzjoni ta' l-iskejjel tal-gvern?", "Il-gvern preżenti se jimxi fuq dan il-pass?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-gvern preżenti għadu miexi fuq il-proċess biex jintuża parti mill-fondi tar-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea għall-proġett ta' komputerizzazzjoni ta' l-iskejjel tal-gvern.", "Bħalissa l-gvern qabbad konsulenti barranin biex iħejju r-rapport għall- proposti finanzjarji għal dan il-proġett, li jrid jiġi mressaq quddiem il- Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn Ġunju tas-sena 1999.", "MCC - FTEHIM PROĠETTAT", "5820.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5461 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid x'sar mill-ftehim proġettat ma' l-Accord li jieħdu f'idejhom l-MCC li kien nieda Gvern Laburista biex din tieqaf finanzjarjament fuq saqajha?", "Kemm hemm ħaddiema bħallissa mal-MCC?", "X'inhuma l-pjanijiet dwar dawn il- ħaddiema?", "Kemm kien it-telf/profitt tal-MCC sena b'sena mill-1994 sal-1998 (it-tnejn inklużi)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kuntatti ma' l-Accor, tramite s- soċjeta' Accor Air Malta għadhom għaddejjin u aktar informazzjoni tingħata lil din il-Kamra meta jkun il-waqt.", "L-MCC illum timpjega 35 ħaddiema filwaqt li hemm sitt ħaddiema sekondati mill-Gvern u wieħed mill-Air Malta.", "Hija l-intenzjoni tal-bord tat-tmexxija li dawn il-ħaddiema jiġu mħarrġa skond il-kapaċitajiet individwali tagħhom sabiex flimkien, bħala team, ikunu preparati għall-isfidi li għandha quddiemha l-MCC.", "It-telf għas-snin 1994 - 1998 huwa s-segwenti.", "1994 - Lm172,132 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1995 - Lm159,322 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1996 - Lm255,425 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1997 - Lm172,305 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1998 - Lm116,932 (esklużi s-sussidji tal-Gvern)", "KALAXLOKK - NEGOZJANTI", "5821.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamenari numru 5462 u partikolarment il-parti fejn il-Ministru qal: \"L-amministrazzjoni preżenti hija mpenjata li twettaq l-wegħdi elettorali kollha li huma nklużi fil- programm elettorali, inkluż li jkun hemm responsabbilta' fil-finanzi pubbliċi\", jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx illi l-ħaddiema kollha tal-Kalaxlokk se jkunu assigurati mill-impjieg tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, il-gvern preżenti huwa mpenjat bi sħiħ biex tinstab soluzzjoni ġusta għal problema tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Fil-fatt riċentement ġew deċiżi l-parametri li se jservu bħala qafas fid-diskussjonijiet li se jkomplu bejn il-gvern u l- union li tirrappreżenta lill-ħaddiema ta' l-azjenda.", "KERĊEM - BIR \"MADONNA TAŻ-ŻEJT\"", "5831.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża għat-tħaffir tal-bir \"Madonna taż-Żejt\" f'Kerċem, Għawdex u x-xogħol kollu anċillari, bħal konsulenza eċċ mat- tfittex taż-żejt f'din il-lokalita'?", "Din l-ispiża kienet kollha koperta mill-fondi tar-Raba' Protokoll?", "Jekk fin-negattiv, kemm ħareġ il-Gvern Malti għal dan it-tiftix?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Interpellant ġentilment mitlub jirriferi għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numru 5959 u 6077 fejn isib l-informazzjoni mitluba.", "MOTORSPORT/OFFROAD SPORTS", "5888.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-policy tal-motorsport u offroad sport li għandu l-gvern għal din il-leġislatura?", "Kemm hi n-nefqa vvotata?", "Jikkonsidra l-Ministru li jsir seminar nazzjonali sabiex il-marshalling ta' dawn l-avvenimenti jiġi ndirizzat b'aktar serjeta' u tingħata l- għajnuna tant meħtieġa lill-għaqdiet konċernati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-Segretarju Parlamentari beda x-xogħol għal abbozz ta' Motor Policy għal gvern.", "Peress illi hemm ħafna partijiet interessati, dan il-proċess irid jieħu ż-żmien tiegħu, u huwa l-ħsieb tagħna li meta jkun il-waqt isir anke seminar mhux biss fuq il-marshalling imma anke fuq it-tfassil tal-Motor Policy kollha, li tinkludi l-isport kollu mekkanizzat fil-pajjiż.", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA - REGOLAMENTI", "5889.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5257?", "ONOR.", "JOE BORG: Dan l-istudju isir bejn id-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropeja fil-ministeru tiegħi u l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd.", "Kif tintemm din il-fażi, jibdew konsultazzjonijiet mas-settur privat biex jiġu mħejjija l-aħjar proposti għal Malta.", "BIEDJA - PROĊESSURI TAL-POULTRY", "5890.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tar-risposta u l- mistoqsija parlamentari numru 5393, Seduta Nru. 77?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat mill-uffiċjali nkarigati li qiegħed isir assessment fuq ir-rapporti tal-veterinarji u għalhekk nkun nista ngħati risposta iktar 'il quddiem.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "5891.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5275?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta hi għas- sena 1999 skond kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari numru 4678.", "Ma nistax nagħti l-informazzjoni għall-1996, 1997 u 1998 kif mitlub permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 5275 għaliex f'dawn is-snin ma kenitx tinġabar bid-dettalji kif mitluba.", "In-numru t'operazzjonijiet pendenti hu skond il-lista li qed tpoġġiet wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija ninforma l-Onor.", "Membru li l- proċedura normali hi li jsiru operazzjonijiet mill-waiting list.", "Iżda f'każijiet ta' emerġenza p.eż. kanċer, dawn jingħataw preferenza fuq dawk li jkunu fil-waiting list.", "PULIZIJA - KUNTISTABBLI", "5919.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kuntistabbli li tilfu ħajjithom waqt il-ħin tax-xogħol mit-twaqqif tal-korp 'il hawn?", "X'kienu l-każijiet u f'liema sena?", "X'kumpens jieħdu l-familjari f'każijiet fatali bħal dawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub fl-ewwel u t-tieni partijiet tal-mistoqsija, hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija, ninsab informat illi l-familja ta' kull membru tal-korp tal- pulizija li jmut waqt li jkun għadu jservi fil-korp tingħata somma ta' Lm1,350 mill-General Fund u mill-Mutual Help Association Fund, li huma żewġ fondi li jinġabru minn kontribuzzjonijiet mensili mill-istess membri tal- korp.", "TA' QALI - PACKING STATION", "5920.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-ispiża għall- platform li sar fil-packing station ta' Ta' Qali?", "Meta ħarġu s-sejħiet għall-offerti?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet?", "Kemm kien twil il- perijodu għall-applikazzjonijiet/offerti u f'liema ġurnali tal-gazzetta tal- Gvern dehru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ispiża totali, inkluzi il-ħaddiema tad-dipartiment, għall-platform li sar fil-packing station ta' Ta' Qali kienet ta' madwar Lm45,000.", "Is-sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-parking area ħarġet fid-29 ta' Jannar 1999 (tarmac u sodda/packing).", "Kien hemm ħames applikazzjonijiet.", "Il-perijodu għall-applikazzjonijiet kien mid-29 ta' Jannar u għalqu fil-5 ta' Frar.", "Is-sejħa għall-offerti ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern Avviż Nru. 5/99 tad-29 ta' Jannar, 1999 paġna numru 519.", "Xogħol ieħor sar mill-impjegati tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u minn xi kuntratturi żgħar wara li nġabru kwotazzjonijiet skond kif jitolbu r- regolamenti.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - PREŻENTAZZJONIJIET", "6059.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- preżentazzjonijiet li saru mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ f'laqgħat li rappreżentanti tal-kunsill attendew fit-Turkija u f'Barċellona?", "Min kienu l-persuni li attendew għal dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huwa bord awtonomu u għalhekk ikun tajjeb li l-Onor.", "Membru jikkomunika direttament mal- kunsill.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - ĦIDMA", "6060.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn Jannar sa Marzu, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kienu l-attivitajiet marbuta mal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ organizzati mill-kunsill u/jew mis-segretarjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul il-perijodu indikat il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ", "* ta l-kontribut tiegħu biex ġew finalizzati l-proposti ta' diversi għaqdiet għat-tfassil tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ;", "* ħa sehem fil-'Caring Awareness Fair' billi ttella' stand dwar l- attivitajiet tal-kunsill;", "* ta sehmu biex ingħata l-premju 'Għarfien Nazzjonali Żgħażagħ fis- Soċjeta`';", "* ħa sehem fl-organizzazzjoni ta' l-attivitajiet għal Jum Nazzjonali taż- Żgħażagħ;", "* ġie organizzat 'public forum' fl-Universita` ta' Malta indirizzat mill- Membru Parlamentari Ewropew Maren Gunther;", "* kien hemm attendenza waqt il-konferenza stampa dwar il-Youth Specialisation Studies Scheme Credentials Committee fejn se jkollu rappreżentanza fis-selezzjonijiet;", "* ħa sehem fil-Laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nofs in-Nhar li saret Barcellona u fl-Eżekuttiv ta' l-European Youth Forum.", "L-attivitajiet marbuta mal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ kienu:", "IL-ĠIMGĦA 19 TA' MARZU", "- Kunċert mill-Grupp Cork Screw ġo l-Alley Bar, Paceville", "IS-SIBT 20 TA' MARZU", "- Żjara ta' kortesija lill-E.T. l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca li tħassret minħabba luttu fil-familja ta' l-Arċisqof", "- Żjara ta' kortesijia lill-E.T. il-President tar-Repubblika", "- Diversi wirjiet minn għaqdiet ta' żgħażagħ fi Pjazza Ħelsien", "- Wirja ta' varjeta` mtella' minn membri tal-Corinthia Animation team fi Pjazza Assedju l-Kbir li fiha ħadu sehem diversi ġurnalisti u Membri Parlamentari", "- Żjara fil-Malta Free Port u San Blas", "- Musical 'Joseph and the Technicolor Dreamcoat' fis-Sala Ninu Cremona, Rabat, Għawdex", "IL-ĦADD 21 TA' MARZU", "- Bird watching organizzata mill-Bird Life Malta", "- Laqgħa ta' diskussjoni bit-tema 'Iż-Żgħażagħ fid-Dinja tal-Lum fil-Każin P.N. Tarxien indirizzata fost oħrajn mis-Segretarju Paralmentari Jesmond Mugliett u l-Onor.", "Carmelo Abela.", "Fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ, bosta membri tal-KNZ ħadu sehem f'diversi programmi televiżivi biex iħabbru l-attivitajiet.", "Dawn kienu jinkludu 'Magazin' fuq Net TV, 'Basta Mhux Weekend' u 'Fizz' fuq PBS.", "Il-programm 'Ċaqlaq' kien preżenti waqt l-attivitajiet tas-Sibt filgħodu.", "KUNSILLI LOKALI - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "6061.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il- faċilitajiet sportivi vis-a-vis il-kunsilli lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hemm il-ħsieb li terġa titqajjem l-inizjattiva li kienet ittieħdet qabel l-1996 rigward il-faċilitajiet sportivi.", "Dak iż-żmien kien tħejja rapport dettaljat dwar il-faċilitajiet sportivi li jeżistu fil-pajjiż.", "Dan ir-rapport kien jiddentifika, fost affarijiet oħra, dawk il-faċilitajiet sportivi li jinsabu ġewwa l-iskejjel kif ukoll dawk il-faċilitajiet li qed jitmexxew minn xi għaqdiet sportivi.", "Hemm il-ħsieb li tiġi stabbilita policy dwar ko-operazzjoni mill-qrib bejn kunsilli lokali u skejjel għal-użu ta` dawn il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel kif ukoll il-possibbilta` ta` tkabbir ta` dawn il-faċilitajiet.", "KORSA TAT-TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL", "6062.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korsa l-qadima fejn kienu jsiru t-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa ġietx mikrija lil xi ħadd?", "Jekk iva, lil min, kemm hu l-ħlas tal-kirja u min ta l-awtorita' sabiex proprjeta' tal-gvern tiġi mikrija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-korsa l-qadima ġiet mikrija lill- Kumpannija C & L Co Ltd (f'isem il-Gladiators) għall-perijodu ta' bejn 9 u 12-il ġimgħa bir-rata ta' Lm800 fil-ġimgħa.", "Din l-art tinsab mikrija lill- Kumitat tal-Malta Racing Club li għandu dritt jiddisponi minnha kif jidhirlu l-aħjar.", "TIGNE' - ASSOĊJAZZJONI SPORTIVA", "6063.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jitkellmu f'isem l-assoċjazzjoni sportiva, Tigne'?", "Jista' l-Minisru jgħid ukoll min huma l-għaqdiet membri ta' l-istess assoċjazzjoni u min huma dawk l-għaqdiet li jużaw xi premises ġewwa Tigne'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne' hija rappreżentata mill-President tagħha, il-Perit Charles Cassar u s- Segretarju, s-Sur Joe Sultana.", "Madankollu fil-laqgħat li jiena kelli ma' l- assoċjazzjoni kienu nvoluti membri oħra skond id-diskrezzjoni tal-kumitat.", "L-assoċjazzjoni għaddiet lista ta' 30 club jew għaqda li jagħmlu użu mill- premises eżistenti li huma: 1.", "The Tropical Fish Breeders Association 2.", "The Bird Breeders Association 3.", "The Army and Military Association 4.", "The Cooks and Chefs Association 5.", "The Weight Lifting Association 6.", "The Kung Fu Association 7.", "The Te Kwan Do Association 8.", "Sliema Wanderers Football Club 9.", "Tigne' Association 10.", "Sliema Football Nursery 11.", "Sliema Youths Association 12.", "Olympic Hall 13.", "Floor Dancing Club 14.", "Judo Club 15.", "Keep Fit Club 16.", "Għaqda Ġurnalisti 17.", "Motor Club 18.", "Round Table 3 19.", "Rowing Club 20.", "Yoga Club 21.", "Diving Club 22.", "Drama Group 23.", "Exhibition Hall 24.", "Stompers Rugby Team 25.", "Motorcycle Club 26.", "Phoenician Rugby Team 27.", "Overseas Rugby Team 28.", "Racoon Ladies Football Team 29.", "AST Football Team 30.", "Swimming Club.", "ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - HADDIEMA", "6064.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond il-kategorija tan-nies li hemm jaħdmu fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nies li jaħdmu fid-Dipartiment taż- Żgħażagħ u Sport huma klassifikati kif se nsemmi:", "Education Officer - 1 (b'kuntratt ta' Direttur) Principal Officer - 1 Administrative Assistant - 2 Executive Officer - 5 Clerk - 5 Sports Officer II - 3 Sports Officer I - 2 Senior Postman - 1 Postman - 1 Security Guard - 1 Police Constable - 1 Technical Officer - 1 Assistant Technical Officer - 3 Senior Tradesman - 4 Supervisor - 3 General Hand - 21 Operatives - 8 Senior Operatives - 3 Gardener - 1 Time Keeper - 1 Casuals - 2 Impressed Driver - 1", "ENEMALTA - LINESMEN", "6131.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li fit-18 ta' Marzu, 1999 kien se jsir eżami għal-linesmen mal-Korporazzjoni Enemalta, liema eżami ġie pospost u ma sarx?", "X'kienet ir-raġuni li tħassar dan l-eżami?", "Jaħseb il- Ministru li l-għaqal jiddetta li ħames persuni li ilhom kważi tlett snin jiġu mgħallmin mill-Korporazzjoni Enemalta b'investiment kbir ta' flus jinħarġu għal linesmen u għandhom jiġu utilizzati mill-istess korporazzjoni mill-aktar fis stante li hemm bżonn ta' aktar linesmen?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni Enemalta hija waħda mill- organizzazzjonijiet li tisponsorja numru ta' studenti ta' l-ESTS u TAS.", "Pero' skond ir-regoli ta' dan l-apprentistat, il-korporazzjoni mhix obbligata li timpjega dawn l-istudenti wara li jtemmu l-kors.", "Fil-preżent il-Korporazzjoni qegħda tagħmel eżerċizzju biex tevalwa l-gradi u l-bżonnijiet tagħha u għalhekk mhux prudenti li timpjega nies qabel ma jsir it-tmiem ta' dan l-eżerċizzju.", "PA - STA.", "LUĊIJA - STRUTTURI LLEGALI", "6132.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jew jikkonferma li saru diversi rapporti anonimi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar strutturi llegali fi Triq il-Lellux, Sta.", "Luċija?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement order ħareġ in vista ta' dawn ir-rapporti anonimi?", "Jekk ma ħareġ l-ebda enforcement order f'xi wieħed minn dawn il-każijiet, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir- raġuni u x'passi se jittieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab informat li t-tweġiba hija fl-affermattiv.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab informat li minn stħarriġ li għamlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar inħarġu enforcement notice f'żewġ każi minn dawk indikati.", "F'każ minnhom is-sid neħħa l-illegalita' u fil-każ l- ieħor l-enforcement notice huwa pendenti.", "Fil-każi l-oħra rriżulta li l- allegat bini llegali kien sar minn ħaddiema tal-Gvern madwar 22 sena ilu meta l-Gvern ma kienx jirrikjedi xi forma ta' permessi mill-PAPB ta' dak iż- żmien u għalhekk ma jistgħux jittieħdu passi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "BINI U INĠINERIJA - IMPJEGATI", "6168.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema impjegati fuq bażi full time u part-time fid- dipartiment tal-bini u inġinerija fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet qegħdin jingħataw overtime fuq il-proġett tad-djar tax-xjuħ f'Bormla?", "Kemm minn dan l-overtime inħadem mill-perit inkarigat minn dan il-proġett?", "(L-isem tiegħu qed jintbagħat separatament).", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-persuni fid- Dipartiment tal-Bini u Inġinerija li għamlu l-overtime fuq xogħol in konnessjoni mad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla huma:", "Karl Borg - Technician Ernest Cassar - Technician Stephen Borg - Technical Officer Joe Scerri - Clerk Marlene Caruana - Casual Typist", "Il-perit inkarigat mill-proġett mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-31 ta' Marzu, 1999 irċieva Lm267.", "Il-kumpens għal sigħat żejda jingħata biss skond l- esiġenza u biex jitħaffef ix-xogħol.", "PA - DRAFT REPORT", "6170.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft report preparat mid-ditta Aspinwall & Co. Ltd għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar (Waste Management Subject Plan) imsemmi fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5864?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Awtorita` ta' l-Ippjanar qiegħda fl-istadju li tipprepara Waste Management Subject Plan, liema pjan qed jiġi mħejji minn Aspinwall & Co. (ditta Ingliża b'esperjenza internazzjonali) u iffinanzjat minn diversi dipartimenti u aġenziji tal-Gvern.", "Dan il-Pjan beda f'Awissu ta' l-1998, iżda minħabba li ma kinitx teżisti Waste Management Strategy u l-informazzjoni dwar l-ammont ta' skart li jiġi prodott fil-Gżejjer Maltin minn sorsi differenti hija skarsa, l-Awtorita` talbet lil Aspinwall & Co. sabiex tħejji rapport preliminari dwar is-sitwazzjoni ta' Waste Management fil-Gżejjer billi tiffoka l-aktar fuq dawk 'l hekk imsejħa 'priority waste streams'.", "Dawn ġew identifikati flimkien mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u jinkludu skart mill-Ajruport, mill-biċċeriji, mill-portijiet, mill-isptarijiet, kif ukoll mill-industrija tal-kostruzzjoni.", "Issa li tlesta l-preliminary report tfassal ukoll l-ewwel draft tal-Waste Management Subject Plan li bħalissa qiegħed jiġi rivedut mill-Aworita` ta' l-Ippjanar qabel ma ssir konsultazzjoni pubblika dwar il-pjan.", "L-Onor.", "Membru jifhem li għaldaqstant għalissa mhux f'pożizzjoni li nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "6172.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list għall-operazzjoni ta' knee replacement fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li n-numru t'operazzjonijiet ta' knee replacement li qegħdin fuq il-waiting list bħalissa hu ta' 687.", "Dawn huma mqassma skond kif ġej:-", "Mr. C. Apap Bologna 48 Mr. A. Bermard 358 Mr. C. Grixti 56 Mr. C. Sciberras 95 Mr. F. Zammit Maempel 130", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SANT'ARISTARKUS", "6173.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar in-nefqa li qiegħed jagħmel il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar għal xogħol ta' bankina ġewwa l-pjazza li tinsab f'nofs Triq Sant'Aristarkus?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom.", "Għaldaqstant, nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill konċernat.", "PA - SAN PAWL IL-BAĦAR - BANKINA", "6174.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġitx il-permess għal bdil ta' alignment tal-bankina li qiegħda ssir fil-Pjazza fi Triq Sant'Aristarkus, f'San Pawl il-Baħar?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l- Ministru jpoġġi kopji tal-permess fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jaf il-Ministru li permezz ta' dan ix-xogħol qegħdin jitnaqqsu għaxar parking spaces?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-unika applikazzjoni li taffettwa l-alignment ta' Triq San Aristarkus, f'San Pawl il-Baħar hi applikazzjoni PA 1112/97 li saret fl-1997 mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "Din l-applikazzjoni kienet għall-Kostruzzjoni ta' roundabout, għat-twessigħ tal-bankini u għal kostruzzjoni ta' traffic islands biex jiġi kontrollat it- traffiku.", "Fil-pjanti ma kienx indikat li se jintilfu xi parking spaces peress li s-sit huwa junction bejn ħames toroq.", "Ninsab informat ukoll li l-permess inħareġ fit-3 ta' April 1997.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SANT'ARISTARKUS", "6175.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq approvax l-alignment mibdul għal bankina li qiegħda ssir fil-Pjazza fi Triq Sant'Aristarkus, San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq ma kienx mitlub japprova bdil ta` rijalinjament tal-bankina msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Mhux normali li meta jsir xi rijalinjament ta` bankini tintalab approvazzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq, ġaladarba ix-xogħol ikun qed isir mill-kunsill lokali f`zoni residenzjali li l-aktar li jkun jaf il- bżonnijiet partikolari tagħhom huwa l-istess Kunsill.", "BIRGU - SANT'ANĠLU - DRENAĠĠ", "6194.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara x'inhi r-raġuni li f'Sant'Anġlu l-Birgu fejn hemm il-bini magħruf bħala Taċ-Ċiniżi, qed ikun hemm żbroff tad-drenaġġ fil-baħar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li jirrizulta li hemm imblokk fis-sistema privata tad-drenagg tal-bini magħruf bħala taċ-Ċiniżi u d-dipartiment tas-Saħħa bagħat avviz bil-miktub sabiex jitneħħa dan l- imblokk.", "L-Onor.", "Interpellant jista' jitlob aktar informazzjoni mingħand il- Ministru tal-Ambjent.", "SKEJJEL PRIMARJI - STUDENTI", "6195.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tal-popolazzjoni ta' l-iskejjel Primarji ta' Bormla, Birgu, Isla u Kalkara, sena b'sena minn 1985 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "BORMLA - ĊENTRU GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA'", "6196.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- possibbilta' li l-fergħa ta' l-Għaqda ta' Persuni b'Diżabilita' ta' Bormla jkollhom dar sbaiex isservi ta' ċentru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-suġġett diġa' ġie diskuss ma' l-għaqda msemmija.", "Mhux faċli daqs kemm wieħed jixtieq li tinstab soluzzjoni bħal din u dan għal raġunijiet li huma ovvji għal dawk kollha li qed ifittxu akkomodazzjoni alternattiva.", "Madanakollu l-Ministeru jibqa miftuħ għal soluzzjonijiet raġjonevoli.", "PTA - KAROZZI TAL-LINJA", "6197.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja liċenzjati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta` karozzi tal-linja liċenzjati ma` l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku huwa 508 għal Malta u 78 għal Għawdex.", "FGURA - VENDA TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "6198.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li fil- Fgura ikun hemm venda tal-karozzi tal-linja?", "X'qed isir sabiex in-nies tal- Fgura jkunu moqdija aħjar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li mhux possibbli li għalissa ssir venda tal-karozzi tal-linja fil-Fgura.", "Madanakollu se jibqgħu jsiru sforzi biex ikunu solvuti problemi li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien fir- rigward tas-servizz tal-karozzi tal-linja fil-Fgura.", "TARZNA - XOGĦOL", "6199.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet xogħol sena b'sena t-Tarzna ta' Bormla minn 1985 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-turnover, sena b'sena, li t-Tarzna kellha mill- 1985 sa llum huwa kif ġej:-", "SENA AMMONT", "1985 Lm20,899,894 1986 Lm24,157,489 1987 Lm18,817,261 1988 Lm22,814,428 1989 Lm25,048,478 1990 Lm26,446,496 1991 Lm24,023,615 1992 Lm22,017,756 1993 Lm19,654,458 1994 Lm18,122,728 1995 Lm12,495,457 1996 Lm14,525,956 1997 Lm13,220,483 1998 Lm17,563,106"]} {"filename": "20030128_860d_par.doc", "date": "2003-01-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 860 It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 860", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "860", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 963", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 963", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ", "GĦAS-SENA 2002 – 2003 969", "AĠĠORNAMENT 990", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 994", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 859 li saret fit-28 ta' Jannar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE - IMPORTAZZJONI TA' IKEL, XORB U TABAKK", "38164.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm huwa veru li taħt l-arranġamenti ta' l-ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, pajjiżna mhux se jkun eżentat mit-tariffi li l-Unjoni Ewropea timponi fuq l-importazzjoni ta' ikel, xorb u tabakk minn non-EU countries?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li mas-sħubija ta' pajjiżna fl- Unjoni Ewropea se jibdew jiġu applikati l-istess tariffi applikati mill- Unjoni, tariffi li jvarjaw mhux biss skond il-prodott partikolari iżda wkoll skond il-pajjiż minn fejn ikun qed jiġi importat il-prodott.", "F'dan il- kuntest ta' min ifakkar li l-Unjoni għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma' bosta u bosta pajjiżi minn fejn wieħed jista' jimporta mingħajr tariffa jew b'tariffa ridotta.", "Fin-negozjati tagħha ma' l-Unjoni Ewropea, Malta kisbet id-dritt li timplimenta mekkaniżmu ta' sussidju li permezz tiegħu l-gvern se jkun jista' jikkumpensa għal xi żidiet li jista' jkun hemm minħabba d-differenza bejn il-prezz tal-prodott fis-suq internazzjonali u dak fl-Unjoni.", "B'dan il-mod il-konsumatur lokali mhux mistenni li jiffaċċja żieda fil-prezz ta' dawn il-prodotti.", "IL-QAMMIEĦ – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "38165.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għax-xogħlijiet ta' upgrading fis-sistema tad- drenaġġ fl-inħawi tal-Qammieħ, jista' il-Ministru jinformana meta bdew ix- xogħlijiet u meta huwa mistenni li jitlestew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Ninsab informat li x-xogħlijiet fuq l-ewwel fażi ta' upgrading tas-sistema tad-drenaġġ fil-Qammieħ bdew fl-ewwel ġimgħa ta' Frar 2002 u tlestew fl- ewwel ġimgħa ta' Ġunju 2002.", "Għal dik li hija t-tieni fażi, fl-ewwel ġimgħa ta' Novembru saru l- preparamenti kollha biex jitkompla l-upgrading sal-baħar - u għal dan l- għan inħarġet tender biex jinxtraw il-pajpijiet u anke saru xi preparamenti on site - u wara l-ewwel ġimgħa ta' Jannar inbdiet it-tielet fażi, li mistennija tispiċċa sa l-aħħar ta' Mejju 2003.", "Din tikkonsisti fi bdil tal- pajpijiet sal-baħar.", "Naturalment trid issir distinzjoni ċara bejn ix-xogħol li sar fl-ewwel fażi, li kien dovut għall-ħsarat fil-main, u x-xogħol fit-tieni u t-tielet fażi, li l-Onor.", "Interpellant sewwa jagħmel isejjaħlu upgrading, fis-sens li mhux neċessarju li jsir imma jkun aħjar li jsir.", "IL-QAMMIEĦ – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "38166.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Kemm hemm ħaddiema fuq l-upgrading tas-sistema tad-drenaġġ fil-Qammieħ?", "Kemm ilhom dawn in-nies fuq il-lant tax-xogħol u kemm għamlu overtime?", "Meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura): Ninsab informat li fl-ewwel fażi ta' upgrading fis- sistema tad-drenaġġ fil-Qammieħ kien hemm għoxrin ħaddiem, li b'kollox għamlu madwar 1,288 siegħa overtime bejniethom.", "Fit-tieni u t-tielet fażi hemm 16-il ħaddiem, li b'kollox huwa stmat li se jkunu għamlu madwar 1,500 siegħa overtime bejniethom.", "Huwa maħsub li x-xogħol ikun lest sa l-aħħar ta' Mejju 2003.", "IL-QAMMIEĦ – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "38167.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għall-upgrading fis-sistema tad-drenaġġ fil- Qammieħ, kemm swew s'issa x-xogħlijiet?", "Kemm huwa stmat li se titla' ċ- ċifra biex isir dan l-upgrading?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Ninsab informat li l-ispiża biex isir ix-xogħol fil-Qammieħ se tkun ġiet tiswa madwar Lm81,730, jiġifieri Lm15,490 bħala pajpijiet u Lm66,240 bħala labour.", "UE - SUSSIDJU FUQ IT-TKABBIR TAL-PATATA", "38170.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-sussidju fuq it-tkabbir tal- patata mhux inkluż fid-direct complementary payments?", "Jirriżultalu li dan is-sussidju ma jaqax la taħt il-common market organisation u lanqas taħt l- iskemi tal-common agricultural policy?", "Għaliex il-kondizzjonijiet ta' kif se jitħallas is-sussidju ta' Lm22 miljun għadhom mhux magħrufa?", "L-Unjoni Ewropea se tippermettilu lill-Gvern Malti jagħti dan is-sussidju?", "Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-arranġamenti ta' direct complementary payments?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L-Onor Interpellant suppost li jaf li l-patata ma taqax taħt is-CMO ta' l-Unjoni Ewropea u għaldaqstant il-ħlas ta' sussidju u kwalunkwe għajnuna oħra mill- Gvern Malti fuq it-tkabbir tal-patata ma jirrikjedu l-ebda permess, la issa u lanqas meta Malta tkun membru ta' l-Unjoni.", "L-għajnuna li se tkun tlaħħaq euro 27.08 miljun jew Lm10.83 miljun sa l- aħħar ta' l-2014 tinkludi sussidju li jkun jagħmel tajjeb ghat-tneħħija tal- levies, għajnuna addizzjonali ta' madwar Lm10 kull tomna patata miżrugħa kif ukoll għajnuna lis-settur taħt forma ta' marketing aid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-verita' hi li aħna mit-taxxi tagħna se jkollna noħorġu dak li l-Unjoni mhix lesta tissussidja u anke se jkollna ndaħħlu levies biex nipproteġu dak li jipproduċu bdiewa Ewropej, kif ukoll se jkollna noħorġu l- miljuni tal-liri biex nissussidjaw prezzijiet għoljin ta' prodotti li llum nixtru bl-irħis.", "Allura jista' xi ħadd ifehemni x'se jgawdi l-poplu minn dan kollu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-punt fundamentali huwa li se nsiru parti minn suq wieħed, fejn allura se nkunu nistgħu nesportaw bla xkiel.", "Dan huwa importanti ħafna għalina għax għad għandna ħafna xkiel meta niġu għall- esportazzjoni.", "Nimmaġina li l-Onor.", "Interpellant għadu jiftakar meta semmieli l-kwestjoni tat-tabakk, Sur President.", "Illum aħna nistgħu nesportaw lejn l-Unjoni Ewropea sigaretti manifatturati lokalment imma biex nagħmlu hekk ikollna nħallsu taxxa ta' xi 40%, anke jekk it-tabakk nixtruh mill-istess pajjiżi li jixtruh ta' l-Unjoni.", "Dan għaliex l-Unjoni għandha ftehim magħhom, liema ftehim ma japplikax għalina minħabba li m'aħniex membri.", "Dan huwa eżempju ċar tax-xkiel li naffaċċjaw bis-sistema preżenti ta' kummerċ, sistema li timpedixxi dak l-iżvilupp li finalment fuqu jiddependi x-xogħol tal-ħaddiema tagħna.", "Naturalment l-Unjoni għandha diversi agreements ma' ħafna pajjiżi minn fejn nistgħu nimportaw mingħajr ma jkollna napplikaw it-tariffi tas-suq komuni.", "Għax is-suq komuni huwa suq li jipprometti ħafna għall-għejxien tal-poplu tagħna.", "Żgur li jiffaċilita' ħafna aktar l-affarijiet milli kif qegħdin bħalissa, jew li kieku kellna naslu għal xi ftehim bħalma l-Unjoni għandha mal-Marokk, mat-Tunisia, ma' l-Eġittu, mal-Libanu, mas-Sirja, ma' l-Israel u mat-Turkija.", "Nispera li l-Onor.", "Interpellant huwa konxju li din hija parti fundamentali li magħha jrid jimxi l-pajjiż bħala membru fl-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li tiggarantixxi t-tkattir tal-ġid ekonomiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jikkonferma jew jiċħad il-Ministru l-arranġament li sar bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea li prodotti ssussidjati mill- Gvern Malti ma jistgħux jiġu esportati lejn is-suq ta' l-Unjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Issa jew se nkunu verament parti minn suq wieħed jew mhux se nkunu parti minn suq wieħed.", "Għax jekk aħna għandna miżura li qiegħda hemm biex tgħin lill-konsumatur lokali, allura wieħed irid joqgħod attent li dak il-prodott jasal għand il-konsumatur Malti u għand ħadd aktar, b'mod partikolari fejn jidħlu prodotti agrikoli.", "Pero' imbagħad hemm prodotti oħra, bħal per eżempju affarijiet li għandhom x'jaqsmu maz-zokkor - u għal darba oħra ngħid li t-teknikalitajiet hawnhekk għadhom qed jinħadmu – li se jkunu jistgħu jiġu esportati lejn l-Ewropa, anke jekk aħna nkunu qed nissussidjaw iz-zokkor sa ċertu ammont biex il- prezz f'Malta ma jogħliex.", "Żgur li ma tridx tiġġeneralizza, kif qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-bidwi li jkabbar il-patata se jieħu sussidju mill-gvern minħabba li din il-fergħa ma taqax taħt is-CMO – għaliex m'hemm l-ebda forom ta' sussidju li l-Unjoni Ewropea tagħti lill- bdiewa għal din il-produzzjoni u allura l-flus se jkollhom joħorġu mit- taxxi tal-Maltin – u dan is-sussidju se jingħata ħalli jkun qed jagħmel tajjeb għat-telf li se jkollu l-bidwi.", "Imma issa fuq kollox il-bidwi Malti se jkun jista' jesporta l-prodott tiegħu lejn is-suq ta' l-Unjoni?", "Il- patata li se jkun qed jissussidja l-Gvern Malti se tkun tista' tiġi esportata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, jiddispjaċini ngħidlu lill-Onor.", "Membru li għandu t-taħwid f'moħħu!", "Mela għax bidwi tgħinu jfisser li meta jiġi l-istaġun ma jkunx jista' jesporta?", "Naturalment aħna ma nesportawx is- sena kollha.", "Ikun hemm żmien meta l-bidwi jista' jesporta u żmien ieħor meta ma jistax, imma dażgur li jkun jista' jesporta, bħalma nesportaw diversi prodotti.", "Veru li l-patata m'hijiex issussidjata mill-Unjoni, pero' il-bdiewa Ewropej jistgħu jesportaw anke meta jkunu qed jiġu mgħejjuna.", "Ma nafx għaliex għandha tkun daqshekk diffikultuża li wieħed jaċċetta l-idea li l-bidwi tagħna jesporta wkoll, Sur President.", "UE – IMPATT FUQ L-GĦOLI TAL-ĦAJJA", "38171.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna se jkollu jġorr 87 kwota u tariffa u 539 special safeguards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' ikel minn non-EU countries, jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r- rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-pagi tal-familji u fuq il-pensjonanti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, diġa' jeżisti mekkaniżmu li jistabilixxi l-impatt taż-żidiet li jista' ikun hemm fl-għoli tal-ħajja sew fuq min hu bil-paga kif ukoll fuq il-pensjonanti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiddispjaċini imma ma naħsibx li l- Viċi Prim Ministru rrisponda d-domanda li għamiltlu u allura jkolli nerġa' nitolbu, jekk mhux illum imqar fi stadju ieħor, biex jgħaddielna kopja ta' dan l-istudju u jekk hu possibbli anke jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal- Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Allaħares qatt nissieħbu!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ma naħsibx li din l-espressjoni ta' l-aħħar hija flokha, Sur President.", "Jiena ngħid allaħares ma nisseħbux għax inkunu tlifna opportunita' tad-deheb u dan il-pajjiż jispiċċa jkollu jħabbat wiċċu ma' problemi ħafna akbar.", "Jien għandi fiduċja sħiħa li l-poplu Malti huwa intelliġenti biżżejjed biex jiżen kollox u jagħmel għażla tajba.", "Nittama biss li nħalluh fil-liberta' li jagħżel u li bħalma f'dan il-parlament ġimgħa ilu ngħata free vote lill-membri parlamentari, nagħtu free vote ukoll lill-poplu Malti u GĦawdxi kollu biex jesprimi ruħu bil-liberta' kollha.", "Nittama wkoll li jiġi rtirat is-suġġeriment tal-kap ta' l-oppożizzjoni li biex jgħaddi r-referendum irid ikun hemm l-approvazzjoni ta' 60% ta' l- elettorat.", "Allaħares nimxu hekk f'dan il-parlament u allaħares timxi hekk id-demokrazija.", "Jien ngħid li dawn it-tipi ta' prinċipji lanqas biss għandna nippruvaw insemmuhom u nistenna li l-kap ta' l-oppożizzjoni din tas- 60% jirtiraha u jiskuża ruħu fil-konfront tad-demokrazija tal-pajjiż.", "Issa l-Onor.", "Farrugia qed jistaqsini fuq xi impact assessment, Sur President.", "Il-qasam responsabbli minnu jien huwa l-qasam tal-politika soċjali u nista' ngħidlu li impact assessment sar min-naħa tal-ministeru tiegħi, naturalment għal dak li għandu x'jaqsam mad-diversi aspetti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru, fosthom ix-xogħol u l-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn huma rapporti voluminużi li huma pubbliċi u safejn naf jien jinsabu fuq il-website tal-MIC.", "Il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Membru tirriferi għall-impatt li jista' jkun hemm minħabba l-kwoti u t-tariffi ta' dak li huwa sejjaħ special safeguards for agricultural produce.", "Dan ta' l-agrikoltura huwa qasam li ġie studjat fid-dettal u dawn l-aspetti ġew indirizzati fin-negozjati li Malta żammet mal-Kummissjoni Ewropea.", "Id-dokumentazzjoni voluminuża li poġġejna fuq il-Mejda tal-Kamra fil-bidu tad-dibattitu dwar il-mozzjoni għas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-pożizzjoni ta' Malta u l-pożizzjoni Ewropea, il-proposti tagħna u l-arranġamenti finali li ntlaħqu bejn iż-żewġ naħat.", "Jiġifieri l- informazzjoni kollha hija available għall-pubbliku.", "Biss jekk hemm xi ħaġa partikolari li l-Onor.", "Farrugia jkun jixtieq jindirizza direttament jew lill-ministeru għall-agrikoltura u sajd jew inkella lill-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, jien m'għandix dubju li min-naħa tagħhom dawn ikunu jistgħu jagħtu l-informazzjoni kollha, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fid-dokumenti voluminużi li tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra, hemm il-pożizzjoni finali fuq kull qasam?", "Il-ministeri l-oħra kollha għamlu impact assessment dwar l-oqsma li huma responsabbli minnhom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett id-dokumenti li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra huma ħwejjeġ li wieħed jista' faċilment jivverifika.", "Dawn id- dokumenti jispjegaw il-pożizzjoni inizjali tal-Gvern Malti u dik ta' l- Unjoni Ewropea u anke l-pożizzjoni finali li ntlaħqet.", "Il-pakkett huwa konkluż, il-pakkett huwa miftiehem u l-aspetti kollha huma determinati, Sur President.", "Issa wara n-negozjati, il-gvern irid imur quddiem il-poplu Malti bi proġett dettaljat sa l-inqas aspett partikolari tiegħu, bil-kondizzjonijiet kollha li ġew innegozjati.", "Dan kontra l-pożizzjoni tal-Partit Laburista li qiegħed ikompli jinsisti li m'għandniex nissieħbu fl-Unjoni u qed imexxi proposta ta' partnership li sal-lum għadu ma jistax jispjegaha.", "Ir-raġuni li jġib il- Partit Laburista għaliex ma jistax jispjegaha hi għax qiegħed fl- oppożizzjoni u ma jistax jinnegozja.", "Din hija l-pożizzjoni, Sur President.", "Id-dokumenti li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra jinkludu l-pożizzjoni finali li ġiet innegozjata fl-aspetti kollha, taħt il-kapitoli kollha li jifformaw parti mill-pakkett li ġie nnegozjat.", "Id-disa` pajjiżi l-oħra li huma kandidati bħalna wkoll kellhom jinnegozjaw il-kapitli kollha.", "Dwar jekk ministeri oħrajn għamlux assessment ta' l-impatt tas-sħubija ta' Malta fl-oqsma tagħhom, ir-risposta hi li kull fejn il-gvern ħass li kien neċessarju, dawk l-istudji saru.", "Naturalment dawn saru anke biex jgħinu lill-gvern fl-argumentazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea, Sur President.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam mal-ministeru għall-politika soċjali, irrid ngħid li l-punt tat-tluq kien li biex niġu kkonsidrati bħala kandidati għal sħubija fl-Unjoni u allura eventwalment membri, kellna bilfors naġġornaw il-liġijiet tax-xogħol u kellna bilfors ukoll naġġornaw il-liġijiet tagħna għal dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u s-sigurta'.", "Kien hemm min argumenta li l-miżuri li konna se ndaħħlu seta` kellhom impatt fuq il- funzjoni ekonomika ta' pajjiżna, fuq l-effiċjenza ta' pajjiżna, fuq il-cost structures ta' pajjiżna u fuq il-kompetittivita' ta' pajjiżna u allura iva, fil-każ tiegħi - issa bħali għamlu ministri oħrajn - għamilna studju li sewa flejjes tajbin biex naraw x'se jkun l-impatt.", "Jekk m'inix sejjer żball dan sewa Lm25,000 - jekk mhux iżjed ukoll - u dam isir għal perjodu twil.", "Ġew intervistati employers minn kull faxxa, jiġifieri kemm employers żgħar kif ukoll employers medji u kbar, dejjem fil-proporzjon ta' pajjiżna, u kull wieħed minnhom kellu jirrispondi serje twila ta' mistoqsijiet li setgħu mbagħad jagħtuna indikazzjoni biex aħna stajna nieħdu pożizzjoni ħalli nkunu nistgħu ninnegozjaw mal-Kummissjoni Ewropea.", "Eżempju tipiku ta' dan kienu r-riżultati li aħna kellna fuq l-impatt tal-miżura magħrufa bħala d-direttiva dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-working-time directive.", "Aħna dehrilna li dik il-miżura - u miżuri oħrajn - kellha bżonn studju partikolari.", "Wara li kellna r-riżultat ta' l-ewwel impact assessment, kellna l-viżita hawn Malta tal-kumissarju responsabbli għall-politika soċjali u nnegozjajt jien direttament magħha fuq din id-direttiva.", "Il-punti li ssemmew irrikjedew li nerġgħu nidħlu f'impact assessment supplimentari ma' dak li konna għamilna biex inkunu nistgħu nidentifikaw preċiż fejn seta' kellna problema.", "Wara dan kollu stajna nargumentaw mal-Kummissjoni Ewropea b'ċerta forza u bħalma l-Kamra taf, ingħatajna perjodu ta' żmien biex aħna nkunu nistgħu ndaħħlu dak li għandu x'jaqsam ma' din id-direttiva partikolari.", "Jiġifieri t-tweġiba għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Mizzi hija: Iva, kull fejn il-gvern deherlu li kellu jsir assessment ta' l-impatt ta' xi miżura parikolari, dak l-assessment sar u fil-fatt imxejna fuqu biex inkunu nistgħu ninnegozjaw mal-Kummissjoni Ewropea", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nistgħu ngħidu li dwar il-kwestjoni ta' l-abort u n- newtralita` kien hemm xi forma ta' dikjarazzjoni, imma żgur mhux dwar il- kaċċa u l-insib.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-abort u n-newtralita` huma żewġ suġġetti fejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea aċċettaw li ssir dikjarazzjoni jew protocol li jistabilixxu l-pożizzjoni taż-żewġ naħat għar-rigward ta' dak is-suġġett partikolari u jidhirli ukoll li dawn huma pubbliċi.", "Li nista' niggarantilu hu li d-dokumenti li poġġejna fuq il-Mejda tal-Kamra jittrattaw l-oqsma kollha u jinkludu l-pożizzjoni finali tan-negozjati bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea.", "Dak kollu li ġie miftiehem issa jrid jiġi kkonvertit fi trattat li bis-saħħa tiegħu Malta tissieħeb uffiċjalment fl- Unjoni Ewropea.", "Biex jifhmuni wkoll dawk li qed isegwu minn fuq ir-radio, irrid ngħid li trattat ikun qisu kuntratt u f'dan it-trattat ikun hemm dak kollu li jkun ġie miftiehem.", "Jiġifieri dak li qiegħed f'dawn id-dokumenti jkun irid jinkiteb f'dokument finali.", "Nerġa' nirrepeti li dan mhux qed isir għal Malta biss imma dan huwa proċess li l-għaxar pajjiżi kandidati kollha jridu jgħaddu minnu.", "Bħalissa qed jinkitbu dawn l-għaxar trattati li se jinkorporaw dawn il-kondizzjonijiet kollha.", "Dawn imbagħad nivverifikawhom biex inkunu ċerti li dak li ġie miftiehem effetivament ikun rifless f'dan it-trattat finali, li mbagħad ikun irid jiġi ffirmat mill-Gvern ta' Malta u mill-Unjoni Ewropea.", "Imma again, it-tweġiba għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Mizzi hija li dawk id- dokumenti li poġġejna fuq il-Mejda tal-Kamra jinkludu kollox.", "L-unika riżerva li nagħmel - għalkemm jidhirli li ġew imqegħda fuq il-Mejda tal- Kamra wkoll – huwa għall-protocol dwar l-abort.", "Dan biss m'iniex ċert jekk hux parti minn dak il-pakkett jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-Viċi Prim Ministru semma diversi studji u impact assessments, imma social impact assessment as such fuq liema areas sar?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-impact assessment li sar mill-ministeru għall- politika soċjali kien fil-kuntest tal-liġi tax-xogħol u fil-kuntest tal- liġi tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Huwa impact assessment li jidħol fl-oqsma ta' l-impatt ekonomiku li jista' jkun hemm b'riżultat tad-dħul ta' dawk il-miżuri kollha.", "Hemm lista twila ħafna ta' miżuri u bidliet li konna nafu li rridu nagħmlu biex inkunu nistgħu nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa inevitabbli li dan l-eżerċizzju jidħol ukoll f'aspetti soċjali għal dak li għandu x'jaqsam, per eżempju, ma' inċidenti fuq il-post tax-xogħol, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt ta' dawk l-inċidenti, mal-costs ta' dawk l-inċidenti.", "Biex inkun ċar, dan l-istudju jissejjaħ economic impact assessment pero' fih aspetti li b'mod naturali u inevitabbli jikkostitwixxu assessment ta' l-impatt minn aspetti soċjali differenti tad- diversi miżuri li introduċejna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat- Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ GĦAS-SENA 2002 – 2003", "(Ikompli mit-28 ta` Jannar, 2003)", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, jiena rajt ir-rapport tal- korporazzjoni b'attenzjoni u naħseb li l-ikbar sinjal li din il- korporazzjoni għamlet xogħolha sew jirriżulta mill-fatt li minkejja li l- job vacancies naqsu minn 7567, is-sena l-oħra għal 7,020 din is-sena, il- placements fil-privat minn 1,805 żdiedu għal 2,311.", "Jiġifieri minkejja li s- sitwazzjoni ekonomika wasslet biex ikun hemm inqas opportunitajiet ta' xogħol, l-ETC rnexxielha ssib impjiegi għal dawn il-persuni.", "Fil-fatt insibu li hemm placement ta` 500 persuna iktar mal-privat minkejja li l-job vacancies naqsu b'iktar minn 500.", "Naħseb li dan juri kemm-il korporazzjoni kienet effettiva.", "Jekk wieħed iħares lejn l-industries statistics isib li t-total manufacturing sales żdied mill-1999 għas-sena 2000 u mbagħad naqas fis-sena 2001, u dan it-tnaqqis ppersista f'ħafna mix-xhur tas-sena 2002.", "Dan juri li hemm problema fil-qasam tal-manifattura f'pajjiżna minħabba li l-pagi għolew tul is-snin.", "Jekk wieħed jara kemm kienet il-paga medja fil-qasam tal-manifattura fl-1987 isib li din kienet ta' madwar Lm2,423 fis-sena, sas- sena 2001 din telgħet għal Lm4,049.", "Wieħed jara li f'temp ta' 15-il sena kien hemm żieda qawwija fis-salarji medji li jieħdu l-ħaddiema fiil-qasam tal-manifattura u allura jifhem li l-prodott tagħna ma jibqax daqshekk kompetittiv meta jiġi esportat.", "Ovvjament il-ħaddiema f'pajjiżna jilmentaw li dawn il-pagi li jaqilgħu illum m'humiex biżżejjed.", "Il-mod li bih drajna ngħixu u l-livell ta' l-għajxien tant għola li l-pagi m'humiex biżżejjed u jidher ċar li l-problema trid tiġi solvuta mod ieħor.", "Żgur li mhux il-każ li pajjiżna jerġa' lura għaċ-cheap labour għax lanqas bil-pagi li hemm illum ħafna żgħażagħ ma jridux jaħdmu f'dan il-qasam.", "Wieħed irid jipprova jraħħas il-prodott tagħna mod ieħor u naħseb li fuq dan l-ETC tista' tgħin ħafna u diġa` qed tagħmel ħilitha kolha.", "Il-problema hi aktar fil-vakanzi li qed jinħolqu milli fit-taħriġ.", "Sur President, f'Mejju li għadda kont għamilt mistoqsija lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi dwar kemm pajjiżna jesporta lejn il-pajjiżi fil- Mediterran.", "Mir-rispota li tani jirriżulta li fis-sena 2001 pajjiżna esporta Lm1.6 miljun fi prodotti lejn l-Eġittu, Lm1.9 miljun lejn it- Tuneżija, Lm700,000 lejn il-Marokk u Lm21 miljun lejn il-Libja.", "Lejn l- Alġerija minħabba l-problemi kbar li għandha, kull ma esportajna kien b'Lm150,000.", "Dan huwa suq li pajjiżna għadu ma esplojtjax sa l-aħħar.", "Minn letteratura li wieħed jaqra dwar l-Unjoni Ewropea wieħed jista` jara li din għandha ftehim ta' kummerċ ħieles reċiproku ma' ħafna pajiżi u fost l- oħrajn hemm il-pajjiżi tal-Mediterran.", "Fost dawn hemm ukoll il-pajjiżi tal-Euro-Med bħall-Alġerija, il-Marokk, it- Tuneżija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Libanu, il-Ġordan, l-awtorita Palestinjana, is-Sirja, Ċipru u t-Turkija.", "Il-ftehim mas-Sirja biss kien għadu ma kienx ġie iffirmat imma dan kellu jiġu ffinalizzat din is-sena.", "Ftehim ta' kummerċ ħieles ifisser li meta l-prodott tagħna jiġi esportat lejn dawn il-pajjiżi ma jibqax bid-dazju u allura ovvjament la ma jkollux dazju miżjud mal-prezz tiegħu ikun ferm iktar kompetittiv.", "Hawn nirreferi wkoll għal pajjiżi l-oħra li l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles magħhom, fosthom Malta.", "Aħna nafu kemm l-esportazzjoni mill-Unjoni Ewropea lejn Malta setgħet tiżdied minħabba li hemm dan il-ftehim ta' kummerċ ħieles u allura m'hemmx dazju fuq il-prodotti.", "Wieħed jista' isemmi wkoll l-Isvizzera, in-Norveġja, l-Islanda u Liechtenstein li huma pajjiżi tal-European economic area.", "Hemm pajjiżi oħrajn li huma fl-Ewropa ċentrali tal-Lvant - tmienja minnhom għandhom jissieħbu fl-Unjoni Ewropea – li wkoll għandhom ftehim ta' kummerċ ħieles reċiproku ma' l-Unjoni Ewropa.", "Wieħed jista` jsemmi wkoll il-Messiku, l-Afrika ta' Isfel, iċ-Ċile', il- Kroazja u pajjiżi oħrajn.", "Imma tajjeb li jingħad li anke ma' swieq kbar bħall-Istati Uniti ta' l-Amerika, ir-Russja, il-Ġappun u l-Kanada hemm trattattivi mill-Unjoni Ewropea.", "Dan qed ngħidu għaliex anke meta qed niddiskutu l-ETC huwa importanti nifhmu li qegħdin f'mument storiku f'pajjiżna.", "Inutli li jkollna l-ETC ffinanzjata mill-gvern bi Lm3 miljun u iktar fis-sena jekk imbagħad ma noħolqux l-ambjent politiku u ekonomiku sabiex wieħed ikollu iktar opportunitajiet ta' xogħol fil-pajjiż.", "Tajjeb li wieħed jagħmilha ċara li meta Malta tkun membru fl-Unjoni Ewropea hi tkun tista' tgawdi minn dan il- ftehim reċiproku ma' dawn il-pajjiżi diversi li huma barra mill-Unjoni Ewropea.", "Malta llum għandha ftehim ta' kummerċ ħieles mal-15-il pajjiż li hemm fl-Unjoni Ewropea biss, u dan seħħ meta sirna associate members fl- 1970.", "Jekk wieħed jaqbad kwalunkwe quarterly ta' l-international trade statistics isib li l-iktar li nesportaw huwa lejn l-Unjoni Ewropea.", "Fl- istatistika li qed insemmi nsibu li sa Settembru 2002 hemm bi Lm32 miljun esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, Lm15 miljun lejn l-Amerika u Lm15 miljun oħra lejn l-Asja.", "Jekk aħna nkunu nistgħu nisfruttaw ftehim ta' kummerċ ħieles anke ma' kontinenti oħra żgur li l-esportazzjoni tkun tista' tiżdied proprju għaliex il-prodott li nimmanifatturaw ikun iktar kompetittiv.", "M'għandix dubju li dan huwa importanti ħafna u jien jidhirli li l-ETC għandha tispjega dan lill-persuni li qegħdin jitħarrġu għaliex tajjeb li wieħed jifhem eżatt x'inhi s-sitwazzjoni.", "Jiena naf li l-ETC dejjem kienet 'il fuq mill-politika partiġġjana, u dan nafu anke minn esperjenzi personali.", "Sur President, f'appendiċi 3 tar-rapport annwali ta` l-ETC insibu li t- total ta' persuni li għamlu kors f'child care kien biss ta' 14, li 13 minnhom kienu nisa.", "Għall-korsijiet ta' woodwork and spray painting kien hemm biss 18-il persuna u għal dak tal-welding 24 persuna.", "L-informazzjoni li għandi hi li f'postijiet fejn hemm persuni inqas kwalifikati d-domanda għal dawn it-tip ta' korsijiet hija ikbar u naħseb li għandu jkun hemm iktar minn dawn il-korsijiet.", "Ħaġa li napprezza ħafna hija l-fatt li nħatar l-apprenticeship board li l-mira tiegħu hi to improve the link between the ETC, MCAST, the education division and ITS.\"", "Jien qiegħed fil-kumitat dwar l-affarijiet soċjali u ħaġa li spiss ninnotaw hi, kemm hemm bżonn li jkun hemm iktar kordinazzzjoni bejn setturi differenti fil-qasam soċjali, l- aktar bejn il-qasam edukattiv u dak tax-xogħol.", "Mr Speaker, id-diskors tal-budget li għamilt dwar il-ministeru tal-politika soċjali kien jittratta wkoll l-edukazzjoni.", "Jekk wieħed jara l-istatistika ta' l-uffiċċju nazzjonali ta` l-istatistika dwar l-assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-gvern u jqabbilha ma' l-informazzjoni li ħarġet mill- mistoqsija parlamentari 32,718 dwar il-persuni li qed jirreġistraw għax- xogħol isib li fil-postijiet fejn hemm l-iktar assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-gvern, hemm l-ikbar numru ta' persuni li qed jirreġistraw għal xogħol ta' plant and machinery operators and assemblers u elementary occupations.", "Hemm ħafna minn dawn li huma taħt il-35 sena u qed jirreġistraw għal dawn l-impjiegi.", "Jekk inħarsu lejn dawn il-figuri nindunaw li l-ogħla persentaġġ ta' dawk li huma unskilled u li għandhom taħt il-35 ġejjin mill-istess lokalitajiet fejn l-assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa għoli.", "Kontemporanjament, hawnhekk qed nitkellmu fuq żewġ ġenerazzjonijiet għax għandek dawk it-tfal ta` bejn 10 snin u s-16- il sena u mbgaħad għandek lil dawk li għandhom 35 sena.", "Jiġifieri l-iżbalji qed jiġu ripeturi.", "Dan ifisser li hemm ġenituri li m'humiex jagħtu biżżejjed importanza lill-edukazzjoni tat-tfal tagħhom.", "Ovvjament il-gvern jerfa' biċċa mir-responsabbilta` ukoll, imma jien naf kemm il-gvern preżenti qed jaħdem sabiex jissaħħu l-iskejjel statali.", "Jien naf kemm qed jaħdem il-gvern u allura jien naf ukoll li kulħadd irid jerfa' r- responsabbilta`.", "Jien nirreferi għall-kostitwenza tiegħi fejn ripetutament kuljum jiġi xi ħadd biex issiblu x-xogħol u dan ma jkunx possibbli għax ma jkunx imħarreġ biżżejjed.", "Għalhekk jien jidhrili li għandu jkun hemm kordinazzjoni sħiħa bejn l- istrutturi edukattivi bħall-MCAST, id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, skejjel post-sekondarji bħall-ITS u l-ETC.", "Din hija xi ħaġa ferm importanti sabiex wieħed ikun jista' jassigura li anke miċ-ċokon jipprova jinfluwenza.", "Jien nistaqsi: L-ETC kemm qed tmur fl-iskejjel?", "Jien naf li l-ETC għandha r- responsabbilta' ta' żgħażagħ 'il fuq minn 16-il sena, imma naħseb li din tista` wkoll tippreveni milli wieħed jaħli ż-żmien fil-ħin opportun.", "Sur President, irrid nirreferi wkoll għall-ETC law compliance li m'għandix dubju hija essenzjali biex kemm jista` jkun jinqatgħu l-abbużi.", "Hemm diversi raġunijiet għal fejn wieħed jista` jinqata` minn fuq l-unemployment register.", "Fil-fatt f'din l-aħħar sena kien hemm 1,205 persuni li ġew maqtugħa.", "Ta` min jgħid ukoll li minn total ta` 808 appelli kien hemm 315 li ġew upheld, jiġifieri 39% ta` l-appelli.", "Mill-banda l-oħra wieħed irid jifhem ukoll li meta hemm erba' minn kull għaxra li jappellaw u jkollhom raġun hu ħażin li l-każ idum ma jinqata' erba' xhur.", "Li ngħataw raġun ifisser li dawn ma jkunux naqsu minn dmirijithom u allura jkunu ġew maqtugħa intortament.", "Jien naf li l-Viċi Prim Ministru diġa' qiegħed jipprova jdaħħal tibdil fil-liġi biex ikun hemm iktar bordijiet li jkunu jistgħu jgħaġġlu l-pass.", "Jien ma nemminx li bniedem għandu jdum erba' xhur biex jieħu r-raġun.", "Qabel ma nagħlaq irrid nirreferi għall-first survey on working conditions li ħareġ fl-2001 fejn wieħed jara ċerti fatti li seħħew f'Malta u oħrajn fl- Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li mill-figuri li hemm f'dan is-survey jirriżulta li l-kondizzjonijiet tax-xogħol f'pajjiżna m'humiex ħżiena.", "F'Malta għandna 17% li jirrapportaw stress fuq ix-xogħol filwaqt li fl-EU hemm 28%.", "F'dan is-survey insibu ukoll li f'pajjiżna għandna 82% li huma satisfied with working conditions u fl-EU hemm 84%.", "Dan ifisser li aħna qarribnihom.", "Fuq ħsejjes fuq ix-xogħol insibu li f'Malta għandna ċifra ta' 16% li rrapportaw ilmenti bħal dawn u fl-EU hemm 29%.", "Fuq repetitive movements, xogħol repetittiv li jaffettwa l-istat mentali tal-ħaddiema, f'Malta nsibu li hawn 46% li rrapportaw fuq dan l-ilment u fl-EU hemm 57%.", "Imbagħad għandna 70% tal-Maltin li jilmentaw minn working to tight deadlines, filwaqt li fl-Unjoni Ewropea hemm 60%.", "Meta wieħed iqabbel il- kondizzjonijiet tagħna ma' dawk tal-Unjoni Ewropea li ilha taħdem fuqhom nofs seklu jikkonkludi li l-kondizzjonijiet tax-xogħol f'pajjiżna m'humiex ħżiena.", "F'pajjiżna għandna 30% li jirrapportaw li jagħmlu xogħol filgħaxija, filwaqt li fl-UE hemm 46% u fil-pajjiżi kandidati 45%.", "Għalhekk jiena ngħid li peress li l-persentaġġ ta` Maltin li jaħdmu filgħaxija m'huwiex daqstant għoli, l-ETC tista' tagħmel iktar korsijiet filgħaxija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, l-ewwelnett nibda biex nifraħ lill- bord tad-diretturi ta' l-ETC għall-mod professjonali kif qed imexxu din il- korporazzjoni.", "Mil-letteratura, informazzjoni u statistika li tawna jidher li din il-korporazzjoni qiegħda titmexxa min-nies professjonali li verament huma motivati biex bit-taħriġ li din il-korporazzjoni qiegħda tagħti jkunu f'qagħda li jsolvu l-problema li għandna fil-qasam tax-xogħol.", "Dawn qed jaqbdu l-barri minn qrunu u jaħdmu biex jinstab ix-xogħol lil min m'għandux l-opportunita' li jaħdem.", "Dan qed iħalli ħafna frott.", "Jidher ukoll li l- kuntatt li għamlet l-ETC ma' l-awtorita' tat-taħriġ ta' l-Irlanda, fejn ġew imħarrġa 30 ħaddiem mill-ETC, kienet mossa tajba biex dawn ipoġġu fil- prattika dak it-tagħlim.", "Hija ħaġa tajba ħafna u importantissima li aħna nitgħallmu mill-esperjenzi ta' ħaddieħor biex napplikawhom f'pajjiżna.", "L-Unjoni Ewropea qed iġġiegħlna nqumu aktar fuq saqajna u bl-esperjenza u l- bdil ta' komunikazzjoni bejnietna, pajjiżna jista` jitpoġġa f'livell mal- pajjiżi l-oħrajn tagħha.", "Irrid nirreġistra wkoll li l-gvern fin-negozjati tiegħu ma' l-Unjoni qed jipproteġi l-ħaddiem Malti.", "Dawk li qed ibeżżgħu lill-ħaddiem li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea se jitilfu l-impjieg tagħhom qed jigdbu.", "Din hija gidba oħra mis-sensiela ta` gideb li qed jivvintaw.", "Il- gvern Malti pproteġa kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil dawk li qed jirreġistraw.", "Il-gvern iggarantixxa li l-ebda ħaddiem barrani m'hu se jidħol hawn Malta fl-ewwel seba` snin minn meta nisieħbu fl-Unjoni, u wara dawk is-seba' snin il-ftehim irid jerġa' jiġi rivedut.", "Irrid infakkar ukoll li matul din is-sena bdew jiġu inforzati l-liġijiet dwar ir-relazzjonijiet industrijali u dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema Maltin.", "Dawn japplikaw għall-ħaddiema li diġa' qegħdin jaħdmu u għal dawk li se jsibu x-xogħol 'il quddiem.", "Sur President, ħafna mill-kelliema ta` l-oppożizzjoni qed jgħidu li meta l- istudenti joħorġu mill-iskejjel mhux qed isibu xogħol, pero` l-figuri juru mod ieħor.", "Hawn nerġa` nirrepeti dak li qalet l-Onor.", "Helen D'Amato dalgħodu.", "L-Aġent Prim Ministru, l-Onor.", "Gonzi, li huwa responsabbli mill- ETC kemm-il darba sfidahom biex imorru jaraw il-figuri, imma ħadd minnhom għadu ma mar.", "Irrid ngħid li anke l-General Workers Union dan l-aħħar qalet li ntilfu 2,000 post tax-xogħol.", "Huwa veru li kien hawn slowdown u kien hawn ukoll skemi ta' irtirar kmieni f'diversi ażjendi bħat-tarzna, il- Maltacom u f'diversi postijiet oħrajn.", "Kieku dawk kollha li spiċċaw mill- impjieg qegħdin jirreġistraw għax-xogħol kieku l-qgħad tela` għal madwar 11,000.", "Il-verita` m'hijiex hekk għax fl-aħħar tas-sena l-oħra, nies jirreġistraw għax-xogħol kellna 6,774.", "Allura wieħed jistaqsi: Fejn marru dawk li tilfu l-impjieg tagħhom u dawk l-istudenti li spiċċaw mill-iskola?", "Dawn huma l-fatti.", "Il-poplu Malti jrid jisma' l-verita` u mhux fabbrika tal- gideb.", "Sur President, biex il-figuri jkunu aktar dettaljati llum għandna l- unemployment figures by age group.", "Dan juri l-etajiet ta' dawk li qed ifittxu xogħol.", "Hawnhekk insibu li fis-sena sħiħa li l-Partit Laburista għamel fil-gvern kien 1,185 żagħżugħ bejn is-sittax u d-dsatax-il sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Din is-sena dan l-ammont niżel għal 970.", "Dan ifisser li n-numru ta' tfal li jispiċċaw mill-iskola u jfittxu x- xogħol naqas.", "F'Settembru ta' l-1997 kien hemm 1,688 ruħ bejn l-għoxrin u d- disgħa u għoxrin sena li kienu qed ifittxu x-xogħol.", "Sa Ġunju 2002 din iċ- ċifra niżlet għal 1,668.", "Insibu wkoll li f'Settembru ta` l-1997 kien hemm 1,622 ruħ bejn it-tletin u d-disgħa u tletin sena li kienu qed ifittxu mpjieg.", "Sa Ġunju 2002 dan l-ammont niżel għal 1,394.", "Hekk trid issir l- analisi u mhux bil-gideb.", "Minn dan ir-rapport jirriżulta li f'kull age group, il-qgħad dejjem naqas.", "Jirriżulta wkoll li kien hemm 2,952 ruħ li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena u 688 ruħ li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn ħames snin.", "L-ETC sabet xogħol għal 172 minn dawk li kien ilhom aktar minn sena jirreġistraw.", "Sabet ukoll 62 impjieg għal persuni li kellhom iktar minn 50 sena u 24 impjieg ieħor f'każijiet oħra.", "Jiġifieri l-ETC mhux qed timmira għaż-żgħażagħ biss, imma għal ġenerazzjoni sħiħa li għadha fiż-żmien li taħdem u tipproduċi għall-pajjiż u biex tmantni lill-familja kollha.", "Mr Speaker, qed naraw ukoll li l-ETC qed taħdem fuq tliet binarji ta' importanza kbira.", "Din qed tara x'ħaddiema għandhom bżonn l-imprendituri.", "Imbagħad qed tagħti it-taħriġ meħtieġ lill-ħaddiema li qed jitolbu dawn l- imprendituri u qiegħda wkoll tagħti taħriġ lil dawk il-persuni li jridu jaħdmu għal rashom.", "Huwa fatt li l-ETC qed ikollha suċċess f'dak li qed tagħmel.", "Fil-fatt matul din is-sena l-employment advisors ta' l-ETC sabu xogħol lil 1,815 żagħżugħ li kienu mingħajr xogħol.", "Hawn slowdown u xorta sibna 1,815-il post tax-xogħol.", "Ħaġa li ma titwmminx.", "Mill-banda l-oħra hemm 2,961 żagħżugħ bejn is-sittax u l-erbgħa u għoxrin sena li qed ikomplu jistudjaw u li kienu imħarrġa f'korsijiet ta' l-uffiċċju, computer u kummerċ.", "Hawn ta` min jgħid li fis-16 ta' April 2002 ġewwa l-Istitut Kattoliku, uffiċjali ta` l-ETC għall-ewwel darba ppreżentaw il-journeyman certificate lil dawk li ħadu korsijiet ta' l-ESTS u ggradwaw f'xi sengħa.", "Dan hu mertu kemm ta' l-ETC kif ukoll tal-Viċi Prim Ministru.", "Dakinhar il- Viċi Prim qassam iktar minn 250 ċertifikat.", "Minn dawn il-250 ruħ m'hemmx wieħed li ma sabx xogħol.", "Il-gvern mhux biss qed joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol imma qed iħarreġ lil dawk il-persuni li għandhom minn 16 sa 24 sena biex ikunu lesti għax-xogħol.", "Mingħajr xi ċertifikat, wieħed ma jista' jidħol imkien.", "Ħafna nies jaħsbu li jistgħu imorru għand il-politiċi u dawn isibulhom xogħol lest li jkun fil-kexxun.", "Jien wieħed minn dawk li minflok insibilhom xogħol nibgħathom jitħarrġu biex ikollhom ċertifikat imbagħad isibu xogħol.", "B'hekk biss nistgħu nnaqqsu l-qgħad.", "Sur President, dan ir-rappport qed juri l-figura ta' 6,774 persuna qegħda.", "Imma bħalma qal dalgħodu l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Chris Agius, hemm bżonn isir iktar kontroll fuq dawk in-nies li waqt li qegħdin jirreġistraw ikun qed jaħdmu wkoll.", "Naħseb li kieku ninfurzaw iżjed dan in-numru jonqos sewwa.", "Nafu wkoll li dawk li nqatgħu mir-reġistrar bejn Ottubru u Ġunju ta' din is-sena kienu 909.", "Pero` s-sena l-oħra kien hemm 1,500 persuna li ġew maqtugħa mir-reġistrazzjoni tax-xogħol għax inqabdu jaħdmu u fl-istess ħin jirreġistraw.", "Dan hu serq kbir minn kull wieħed minna u jkun għajb għal dik il-persuna li taf li hemm persuni qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u qegħdin jaħdmu u ma tirrapportahomx.", "Dawk qegħdin jieklu liċ-ċittadini onesti li qed iħallsu t-taxxa fuq id-dħul.", "Il-gvern qed jonfoq dawk il-flus kollha f'benefiċċji soċjali u hemm nies li ma ħaqqhomx jeħduhom.", "Irrid nagħmel pressjoni qawwija ħanfa fuq l-ETC biex bħalma għandhom ħafna advisors fuq l-impjiegi, jinkarigaw nies apposta biex jagħmlu ċert li dawn in-nies jinqabdu ħalli ma jkomplux jisirqu lill-poplu Malti.", "Sur President, irrid nissuġġerixxi li fid-database tagħħa l-ETC jkollha s- CV ta` kull min imur jirreġistra għax-xogħol ħalli wieħed ikun jaf liema job dik it-tali persuna tkun qiegħda tfittex.", "L-awtoritajiet u l-azjendi parastatali huma obbligati bil-liġi li meta jkollhom xi vacancy jaraw jekk din il-vacancy jistgħux jimlewha minn xi ħadd fost il-ħaddiema tagħhom.", "Imbagħad jekk ma jsibux iridu bilfors jirrikorru għand l-ETC.", "Issa ġieli jiġri li xi employer ikun irid jimpjega lil xi ħadd u għal dan l-impjieg jintbagħtu 600 persuna, u sakemm tintgħażel waħda tgħid kemm jinħela żmien, għax ovvjament trid toqgħod tagħmel interview lil kull wieħed u waħda minnhom.", "Jekk ikun hemm CV malajr jintagħżlu dawk li jkunu mħarrġa għal dak it-tali job u b'hekk tispiċċa din l-inkonvenjenza.", "Sur President, biex nagħlaq irrid nagħmel aċċenn għall-Employment Barometer - Prospectus for Malta and Gozo.", "Issa dan ma jmurx 'il bogħod wisq, forsi sa sitt xhur mil-lum għax wieħed ma jistax jagħmel previżjonijiet fit-tul ħafna f'dawn l-affarijiet.", "Pero` dan jgħid ċar u tond li meta nidħlu fl- Unjoni Ewropea se jkollna bżonn ta' aktar nies fil-kamp tax-xogħol.", "Fil- fatt taħt it-titlu Employers who did not solve shotages insibu li dan ir- rapport jgħid hekk:", "31% of the employers facing skills shortages did not solve that problem.", "The reasons were:-", "The necessary skills were lacking (56 per cent)", "The available persons were unsuitable (22 per cent)", "The available persons were expensive to hire although skilled (9 per cent)", "The available persons were unqualified although experienced (9 per cent)", "The available persons were inexperienced although qualified (6 per cent).", "Dan ir-rapport ikompli jgħidilna li –", "Skills shortages forced 59% of the the surveyed employers to increase their overtime hours, while 14% had to outsource production or service provision.", "Sur President, dawn huma l-affarijiet li għandha tgħid l-oppożizzjoni.", "Veru li mhux kollox huwa sabiħ, imma hemm ħafna affarijiet li huma pożittivi u l- gvern miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Kien minn dejjem il-Partit Nazzjonalista li sab xogħol għall-ħaddiema fil-pajjiż.", "Il-Partit Nazzjoanlsita se jibqa' jagħmel hekk u se jsaħħaħ dan kemm-il darba l-poplu Malti bi prinċipju veru ta' nazzjonalita` u fiduċja fih innifsu jivvota għall-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk se jsib ħafna xogħol u ħafna opportunitajiet.", "Nerġa' nirrepeti li jidher se jkollna nuqqas ta' ħaddiem meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Ix-xogħol se jiżdied għalkemm jeħtieġ iktar taħriġ u professjonaliżmu.", "Għandna bżonn ta` iktar persuni motivati u iktar responsabbilta`.", "Jeħtieġ li nneħħu l-għażż ta' xi wħud, li minflok jagħtu lill-pajjiż qegħdin jieħdu biss.", "Jiena nawgura li l-ETC tkompli tagħti s- sehem tagħha.", "Dan huwa servizz importanti ħafna għax l-ETC hija l-barometru ta' pajjiżna jekk aħna ngħidu li x-xogħol huwa l-barometru tal-pajjiż.", "Naħseb li l-ETC qed tagħti l-għajnuna kollha possibbli u nawguralha iktar ħidma f'dan il-qasam biex ix-xogħol f'pajjiżna jkompli jiżdied bħalma nemmnu li se jiżdied fil-futur.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, smajt b'attenzjoni l-kelliema kollha tan-naħa tal-gvern u peress li l-Onor.", "Bonnici għamel appell kbir lil din in-naħa tal-Kamra biex niġu ngħidu l-fatti u mhux il-ħmerijiet, hekk se nagħmel.", "Aħna dejjem niġu hawn bil-fatti u llum għandi xi fatti speċjali li forsi kieku semagħhom qabel għamel l-intervent tiegħu, id- diskors kien jieħu xejra oħra.", "Għal 25 minuta tkellem ħafna fuq is-suċċessi ta' l-ETC imbagħad għal sekonda waħda semma li hemm xi affarijiet ħżiena.", "Hawnhekk nibda nistaqsi jekk iniex qed nisma' sew.", "Il-kollega tagħna tan- naħa l-oħra l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia li tkellem qabel l-Onor.", "Bonnici kien saqajh ma' l-art u ġibed l-attenzjoni fejn hemm affarijiet li m'humiex f'lokhom.", "Naturalment għax qed jitkellem f'isem il-gvern ineffaħ xi ftit l-affarijiet imma kien saqajh ma' l-art u m'għamilx 20 minuta għaddej qisu ferrovija tal- pożittivita'.", "L-ETC stess f'dan ir-rapport innifsu qed tagħmel awto- kritika.", "Nitlob lill-Onor Bonnici jisma` l-fatti.", "Fuq l-iskemi ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 40 sena l-ETC għandha dubji u jekk ikolli ħin nidħol fihom aktar fid-dettall.", "Fuq il-law compliance qed tagħmel kritika lilha nnifisha u jien nistieden lill-Onor.", "Bonnici jerġa` jaqra tajjeb u jinżel fit-toroq għaliex mhux il-karti li jgħoddu imma x'qed iħossu n-nies.", "Nistgħu ngħidu ħafna affarijiet.", "Nistgħu ngħidu li l-ekonomija sejra tajjeb.", "Xbajna nisimgħu kemm Alla jbierek ġie investiment u kemm kellna estenzjonijiet ta' fabbriki.", "Il-fatti juru li rajna lill-Prim Ministru jinawgura l-estenzjoni tal-fabbrika Toly Products meta nafu li din keċċiet 'il barra numru ta' nies.", "Nifhem li l-Prim Ministru feraħ għax dawn estendew il-fabbrika imma nixtieq nistaqsi jekk il-ħaddiema li tkeċċew esperjenzawx l-istess ferħ tal-Prim Ministru.", "Sur President, nistieden lill-Onor.", "Bonnici jgħidilna fuq liema ETC kien qed jitkellem.", "Beda jgħid li l-ETC saret militanti u li qed iġġiegħel lill- ħaddiema jitħarrġu.", "Jien mhux qed ngħid li l-ETC m'hi qed tagħmel xejn imma hemm in-naħa l-oħra ta' l-affarijiet.", "F'dan il-Parlament għallinqas darba f'sena nikkonċentraw fuq ix-xogħol biss u rridu nkunu realistiċi u ħolistiċi.", "Żagħżugħa li għandha l-\"O\" levels din il-ġimgħa stess irrakkuntatli dwar il-job plan li tawha.", "Ta` l-ETC bagħtu għaliha u apparti li nsewha fil-waiting room għax spiċċat ma' min irid jirreġistra u ma' min mar għal affarijiet oħrajn fl-aħħar ftakru fiha għax marret tistaqsi xi siegħa u nofs wara.", "Anke f'dan irridu naraw li jkun hemm ċerta effiċjenza.", "Il-job plan tagħha kien li darba fil-ġimgħa tirreġistra Ħal Qormi, imbagħad trid tmur darba oħra fil-ġimgħa l-job centre fil-Belt u tirreġistra li hi marret.", "Sadanittant din għandha l-aċċess ta' l-internet mid-dar u kuljum tidħol fis-site ta' l-ETC.", "Dan hu l-job plan ta' din iż-żagħżugħa, u naħseb li bħalha hemm ħafna.", "Naħseb li din hija l-esperjenza ta' numru ta' żgħażagħ ta' din il-kwalita`.", "Din hija esperjenza reali ta' l-ETC.", "Ilna nisimgħu erba' snin u nofs li l-impjiegi ġol-pajjiż qed ifaqqsu kull sekonda.", "Il-kelliema tal-gvern kollha jitkellmu hekk.", "Dalgħodu l-Onor.", "D'Amato semmiet makna tal-gideb.", "Jien mhux se noqgħod ngħid gideb imma ngħid li l-gvern għandu makna ta' taħwid.", "Filwaqt li hu jiftaħar kemm qed ifaqqsu l-impiegi, l-istatistika uffiċjali tiegħu qed tgħidu mod ieħor.", "L- istess rapport ta' l-ETC f' paġna 3 fejn jitkellem fuq klijenti jgħid hekk:", "\"The Corporation placed more unemployed persons in jobs this year even though the number of job vacancies referred to it were less than in the previous year.\"", "L-ETC stess qed tgħid li qed ikun hemm anqas opportunitajiet ta' xogħol.", "Din għamel referenza għaliha l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "F'paġna 37 hemm tabella li turi li żdiedu l-placements.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk dawk il- placements li qed jidhru hemmx fihom in-nies li daħlu fl-iskemi.", "Dan għaliex dawk li qegħdin fl-iskemi m'għandhomx garanzija ta' impjieg.", "Jien qed nistaqsi u nittama li jkollna aktar tweġibiet.", "''The Business Times'' tal-Ħamis 31 ta' Ottubru, 2002 tal-Malta Financial Services Authority tirreferi għall-postijiet vakanti u ssemmi a 9.5% drop in October.", "Dan meta mqabbel mas-sena ta' qabel.", "Dawn huma entitajiet tal-gvern u mhux tal- Partit Laburista.", "Inutli li noqogħdu nidħku b'xulxin qisna l-anġli tal- vara.", "Hawnhekk irrid nitlob spjegazzjoni mill-gvern biex naraw min hu l-makna tal- gideb.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu dawn l-affarijiet għax qed nieħdu gost bis- sitwazzjoni imma biex dak li għandu jsir għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Jien ġibt miegħi l-fatti li appella għalihom l-Onor.", "Michael Bonnici.", "Ġibt l- istatistika tax-xogħol maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali ta` l-istatistika mibni fuq l-informazzjoni li tat l-ETC.", "Din ħarġet fl-1 ta' Novembru 2002 qabel il-budget u hemm ukoll statistika li ħarġet wara l-budget, jiġifieri fis-27 ta' Diċembru, 2002.", "Nirreferi għal tabella 1 fejn hemm distribution of labour supply.", "Hawn qed nitkellmu fuq żewġ stqarrijiet dwar ix-xogħol li ħarġu f'temp ta' ftit ġranet mill-istess sors ta' informazzjoni jiġifieri l- ETC.", "Imma naturalament l-NSO hija l-organu uffiċjali ta' l-istatistika u din l-istatistika li tipproċessaha hi.", "Jien se nħares lejn dawk ta' Novembru imbagħad ta' Diċembru.", "Bilfors ikolli mmur fuq x'qed jingħad għax dik hi l-informazzjoni li nista' nqabbel minn Awissu 2001 għal Awissu 2002.", "Fejn għandu x'jaqsam labour supply full-time gainfully occupied plus registered unemployed fl-istatistika sa l-1 ta' Novembru qed jintqal li min Awissu 2001 għal Awissu 2002 dawn żdiedu b'332.", "Imbagħad f'dik tas-27 ta' Diċembru, 27 ġurnata wara, l-istess labour supply full-time gainfully occupied plus registered unemployed naqsu b'1,111 minn Awissu tas-sena ta' qabel.", "Dawn huma l-fatti iswed fuq l-abjad.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien qed inqabbel statistika ta' l-ETC li tgħaddi lill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika u li toħroġ press release.", "Jekk ma jemminx jista` jarahom mill-internet jew minn fejn irid.", "Naħseb li bħali jirċevihom.", "Se nmur fuq kategorija oħra li hi full-time gainfully occupied including self-employed persons u se nqabbel Awissu 2001 ma` Awissu 2002 mill-istatistika ta' l-1 ta' Novembru, 2002.", "Hawnhekk insibu tnaqqis ta' 24 meta fl-istatistika li ħarġet ftit wara hemm tnaqqis ta' 1,467.", "Jien naf x'tip ta' argumentazzjoni ġejja.", "Jien nipprova ngħarbel ħalli niġi b'xi ħaġa konkreta u niddejjaq noqgħod nagħmel ħafna daqq tat-trombi biex taparsi nidher tajba man-nies fit-triq meta fil-verita' nkun qed inbellagħlhom iċ-ċuċati.", "Jien inħobb inkun ta' veru għaliex il-verita' ma tinbidilx.", "Kategorija oħra hi l- private direct production.", "Fl-1 ta' Novembru ntqal li minn Awissu 2001 sa Awissu 2002 kien hemm żieda ta' 308 u fl-istatistika ta' Diċembru nsibu li dawn naqsu b'133.", "Fl-istatistika dwar il-private market services ta' Novembru wieħed isib żieda ta' 751, imbagħad f'dik tas-27 ta' Diċembru nsibu tnaqqis ta` 201.", "Imbagħad għandna l-kategorija tal-companies in the public sector majority shareholding.", "L-ewwel statistika tgħid li kien hemm tnaqqis ta' 63 u t- tieni waħda tgħid li kien hemm tnaqqis ta' 75.", "Issa probabbli se jgħiduli li l-istatistika tas-27 ta' Diċembru hija riveduta u għaliex l-employers idumu ma' jibgħatu l-karti u allura jdumu ma jinħadmu u għalhekk il-proċess jiġi delayed.", "Din hi kwestjoni ta' mijiet u allura mhix ċajta.", "Hemm kategorija minnhom li tvarja b'1,400 ruħ u oħra b'1,000 jew 800 ruħ.", "Anke jekk ngħidu li l-proċess ġie mtawwal minħabba dewmien ta' xi employers hu diffiċli li wieħed jaċċetta dawn id-differenzi.", "Wara sena u erba xhur l-ETC m'għandhiex l-affarijiet aġġornati.", "L-Onor.", "Bonnici faħħar lill-ETC għax qal li hija aġġornata ħafna.", "Ma nafx kemm hi aġġornata meta naraw dawn il- bużullotti kollha.", "Sur President, anke fid-dokumentazzjoni li tqassmet fil-budget rajna diskrepanzi.", "Bejn id-diskors tal-budget u l-economic survey, li nifhem li r- responsabbilta` tiegħu taqa' taħt il-ministeru tal-finanzi, hemm differenzi oħrajn.", "F'paġna 30 tad-diskors tal-budget insibu li f'erba' snin kellna żieda ta' 3,600 ħaddiem oħra jaħdmu bi qliegħ u fl-economic survey f'tabella 3.1 jingħad li ż-żieda kienet ta' 3,024.", "Hawn għandna differenza ta' 600 ħaddiem.", "Allura wieħed jistaqsi: Kif jista` jkun jibqagħlek fiduċja u temmen li l-figuri li qed nisimgħu fuq il-kwestjoni ta` l-impjiegi huma korretti?", "Kif nistgħu niġu f'dan il-Parlament u nkunu kritiċi u kostruttivi biex intejbu l-affarijiet għall-aħjar ta' pajjiżna?", "Kull wieħed u waħda minna, niġu mil-liema naħa tal-Kamra niġu, għandna responsabbilta` lejn il- poplu.", "Ħadd minna hawn ġew ma jieħu gost bil-gwaj tal-poplu.", "Inkunu fil- gvern jew le rridu ngħidu li għandna din ir-responsabbilta'.", "Meta niġi hawn irrid nitkellem minn punt informat.", "Bit-taħwid ta' dawn il-figuri wieħed ma jistax jagħmel kritika ffokata għax m'għandniex informazzjoni korretta.", "Il- gvern moħħu biss biex jagħti stampa sabiħa, imma r-realta` tal-fatti hija kompletament differenti mhux biss minn dak li qed jgħidu n-nies fit-triq imma anke minn dak li qed jiġi rraportat iswed fuq l-abjad.", "Il-gvern imissu jistħi għax hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq ħwejjeġ li huma sekondarji imma fuq l-impiegi, fuq il-ħajja tan-nies, fuq il-livell ta' l-għajxien fuq il- kwalita' tal-ħajja u fuq dak li jagħti d-dinjita` lill-bniedem.", "Sur President, dalgħodu smajna fost l-oħrajn lill-Onor.", "D'Amato tgħidilna li bil-liberalizzazzjoni tas-suq mhux jintilfu imma jiżdiedu l-impjiegi.", "Jien ngħid li bil-liberalizzazzjoni fit-teorija ideali tagħha hekk jiġri, imma dan jiġri meta jkun hemm gvern responsabbli li jitlaq mill-punt ta' analisi korretta tal-pożizzjoni ta' pajjiżu u taċ-ċirkostanzi reali tiegħu.", "Nistgħu noqogħdu nikkwotaw x'qiegħed jiġri f'pajjiżi oħra li għandhom il- miljuni bħala popolazzjoni imma hawn għandna terz ta' miljun.", "Irridu noqogħdu attenti għax il-liberalizzazzjoni tas-suq tista' tiftaħ opportunitajiet ġodda imma tista' tkisser ċerti setturi wkoll.", "Hemmhekk ikun hemm taqsima tal-impjiegi li jkollha tispiċċa u jekk ma jkunx gvern serju li qed jippjana fit-tul u li għandu verament saqajh ma' l-art u jdejh fuq il-polz tal-poplu ikollna problemi kbar ta' nies li jaqgħu lura.", "L- impjieg ta' dawn in-nies ma jerġax jiġi rkuprat.", "Jekk il-membri tal-gvern iridu jibqgħu jitkellmu b'mod settorali hi affari tagħhom imma aħna fid- dover li nitkellmu għall-poplu kollu.", "Jekk tal-gvern iridu jibqgħu jitkellmu fuq dawk li jaqgħu fis-safef ta' fuq u ta' fuq nett affari tagħhom, pero' l-poplu mhux qiegħed kollu fis-saffa ta' fuq, jew ta' fuq nett.", "Hemm maġġoranza kbira fi ħdan il-poplu tagħna li la qiegħda fis-saffa ta' fuq u lanqas ta' fuq nett u hawnhekk irridu nitkellmu għal kulħadd.", "Irridu nitkellmu għal dawk ta' fuq u ta' fuq nett, pero' rridu nħarsu l- aktar lejn dawk li jridu l-attenzjoni kontinwament għax is-saħħa tagħhom tista' taqa' lura bil-politika tagħna.", "Dan ir-rapport li għandna quddiemna, fil-fehma tiegħi, jurina li l-mira ta' l-ETC hija l-kwantita` biss.", "Il-kwantita hi sabiħa imma l-kwalita` tgħodd ħafna f'dan il-qasam u hawnhekk niġi għall-punt li qajjimt madwar sentejn ilu proprju fid-diskussjoni dwar l-ETC.", "Jien kont għamilt analisi dwar ix- xogħol part-time f'pajjiżna.", "Din hi t-tieni sena fejn jien fittixt bir- reqqa biex nara jekk l-ETC indenjatx ruħha, permezz tat-taqsima ta' riċerka u żvilupp, tindaga ftit x'inhu jiġri.", "Dejjem qed nisimgħu ħafna ftaħir min- naħa tal-gvern li x-xogħol part-time qed jisplodi.", "Dan ipinġuh bħala l- miżura eċċezzjonali biex in-nisa jirrikonċiljaw b'xi mod il-ħajja tax- xogħol mal-ħajja tal-familja.", "Meta wieħed jara l-fatti iswed fuq l-abjad jinduna li l-affarijiet huma mod ieħor.", "Jien, per eżempju, diżappuntata li f'sentejn l-ETC ma ndenjatx ruħha imqar tikteb vers fuq il-fatt li l- kwestjoni tax-xogħol part-time bħala xogħol prinċipali qed tolqot ħażin lil ħafna familji Maltin.", "Erġajt irrevedejt l-informazzjoni u ħadt l- istatistika mill-1995 sas-sena 2000 u sibt li x-xogħol part-time bħala impjieg prinċipali għall-irġiel żdied bi 78% u għan-nisa b'74%.", "L-irġiel qegħdin b'4% iżjed minn nisa.", "Ħadt l-aħħar tliet snin mil-LFS u sibt li fuq bażi ta' tliet snin il-part-time job as a primary job għall-irġiel żdied bi 30% filwaqt li għan-nisa żdied b'20%.", "Hemm differenza ta' 10%.", "Issa rridu naraw x'inhuma l-konsegwenzi ta' dawn l-affarijiet kollha li qed insemmu.", "Meta wieħed jara l-istatistika ta` Ġunju, 2002 isib li 30.5% ta' dawk li għandhom xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali huma żgħażagħ ta` bejn il-15 sa l-24 sena li bdew id-dinja tax-xogħol u se jibdew jippjanaw il-ħajja tagħhom.", "Ma naħsibx li dawn jagħmlu hekk għax iridu imma għax ma jkunux sabu ħaġa oħra.", "Jekk wieħed janalizza l-istatistika bejn is-sena 2000 u s-sena 2002 isib li din il-kategorija ta' żgħażagħ, bejn 15 u l-24 sena, li għandhom il-part- time job bħala x-xogħol prinċipali żdiedu b'5.4%.", "Jiġifieri l- opportunitajiet kbar li semma l-Onor.", "Bonnici mhux qed jiżdiedu iżda jonqsu.", "Meta wieħed iħares lejn l-istatistika ta' Ġunju 2002 isib li l- kategorija ta' bejn il-25 u l-54 sena jlaħħaq għal 58%.", "Dan meta wieħed iqis in-nisa u l-irġiel fl-imkien.", "Il-persentaġġ ta' rġiel f'din il- kategorija hu ta' 31.2%.", "Hawnhekk għandna numru kbir ta' irġiel li fl-aqwa żmien tal-ħajja tal-familja tagħhom l-unika opportunita` ta` xogħol li sabu kien biss part-time job.", "Dan ifisser dħul baxx għall-familja u jfisser ukoll li l-livell ta' għajxien ma jkunx adegwat.", "Dawn in-nies ma jafux x'inhi kwalita` tal-ħajja.", "Dan hu tip ta' underemployment u jwassal għal problemi soċjali oħra b'effetti fuq it-tfal għax din hija kategorija fejn hemm numru sostanzjali ta' rġiel li jkollhom it-tfal li jkunu għadhom qed jitrabbew u jmorru l-iskola.", "Apparti hekk l-istess statistika tkompli tirrifletti li numru ta` persuni ta' bejn il-55 u l-64 sena, meta dak li jkun ikun qed jaħseb biex jirtira, li jaħdmu part-time qed jiżdied ukoll.", "Dan ifisser li hemm nies li minkejja jieħdu l-pensjoni jkollhom imorru jaħdmu għax il-pensjoni ma sservihomx.", "Fil-fatt għandi jiġu ħafna pensjonanti li jgħiduli li jixtiequ jagħmlu xi ħaġa biex iżidu l-income tagħhom għax il-pensjoni m'hijiex isservihom.", "Kultant naħseb li ndejjaqhom lil ta' l-ETC bl-ammont ta' telefonati li nagħmel minħabba korsijiet u affarijiet oħra.", "Sur President, qed nitkellem fuq ix-xogħol part-time għax l-ewwelnett din il-kategorija ta' nies tagħmel kważi 9% tal-gainfully occupied tagħna u dan jinkwetani.", "Ma neħduhiex bi kbira li r-rapport tal-poverty and social inclusion li ħarġet l-NSO ftit ilu juri li 11% tal-households Maltin huma jobless households.", "Jien ninsab inkwetata għax minkejja li għandna gvern li l-ħin kollu jistieden lill- barranin hawnhekk u minkejja li uffiċjali ta' korporazzjonijiet imorru barra minn Malta donnu li ma qed nitgħallmu xejn.", "Smajna lill-Onor.", "Bonnici jagħti l-prosit għaliex 30 ruħ mill-ETC marru għand l-FAS fl-Irlanda.", "Jien ngħid li dawn ma tgħallmu xejn għaliex kieku tgħallmu kienu mqar jiktbu vers fuq dak li qed ngħid jien.", "(Interruzzjonijiet) Hekk qed ngħid jien?", "Jien qed ngħid ningħalqu ġewwa u ma nitgħallmu xejn?", "Jien qed ngħid: Ejja nieħdu value for money għas-safar li qegħdin nagħmlu.", "Il-value for money jidher meta nibdew naraw xi riżultat għax l-affarijiet ikunu ttieħdu bis-serjeta`.", "Huwa diżastru soċjali li jkollna kważi 9% tal-gainfully occupied li jkunu underemployed.", "Sur President, mhux biżżejjed li niftaħru bil-magazine ta` l-ETC \"Update\" u nġibu lill-professur Raymond-Pierre Bodin, id-direttur tal-European Foundation for Improvement of Living and Working Conditions meta mbagħad rapporti ta` l-istess fondazzjoni lanqas biss tagħtu kashom.", "F'dan il- magazine hawn il-Viċi Prim Ministru mal-professur Bodin, imma sadanittant qatt ma smajt xejn fuq ir-rapport ta' din il-fondazzjoni Ewropea fejn hemm survey dwar il-low wage workers and the working poor.", "Illum hemm kategorija soċjali ġdida li qed isejħulha \"working poor\" li tinkludi nies li x-xogħol prinċipali tagħhom huwa part-time.", "Allura nistaqsi: X'ġie jagħmel hawn dan il-professur jekk ma ħadna xejn minnu?", "Ili sentejn li ġbidt l-attenzjoni fuq dawn l-affarijiet u tkellimna fuqhom waqt id- dibattiti meta konna qegħdin nitkellmu fuq il-liġi dwar l-impjiegi u r- relazzjonijiet industrijali.", "Dan għamiltu kemm fit-tieni qari kif ukoll fl- istadju ta' kumitat u qatt ma ngħatajt spjegazzjoni ta` xejn.", "Jekk wieħed jaqra r-rapport li qed insemmi jinduna għaliex għandna nkunu mħassbin u għaliex l-ETC u l-gvern għandhom għaliex jinkwetaw.", "Mhux biżżejjed li jkollna t-taqsimiet ta' riċerka u żvilupp.", "Ir-riċerka trid issir u l- iżvilupp irid ikun iffokat fuq ir-riċerka li nagħmlu.", "Jien nistaqsi: Fuq xiex irid isir l-iżvilupp jekk ma jkunx hemm riċerka?", "Dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"Low pay continues to be a feature of employment throughout Europe with around one in seven employees in the EU estimated to have a low wage.", "In recent years the debate has intensified across Europe over the issues of low wage workers and the working poor.\"", "Minkejja li xbajna nisimgħu li bis-sħubija sħiħa Malta se ssir ġenna ta` l- art qatt ma smajna xejn fuq dak li qed jgħid ir-rapport.", "Dan ikompli jgħid hekk:", "\"There has been considerable change and reform in the European labour market since the beginning of the 1980's, during which period the distribution of wages is widely regarded as having become more unequal.", "This is seen by some commentators as a result of weakening of workers' bargaining power under the pressure of employment.", "This increase in earnings inequality raises concern about the consequences for the lives of workers located at the lower end of the wage distribution with a growing proportion of workers receiving a wage so low as to harm their ability to maintain decent living standard.\".", "F'parti oħra jgħid hekk:", "\"The economic situation over the past 20 years in Europe has also generated a relatively new social category known as the working poor, i.e. those who are in employment but remain below a defined poverty threshold.\"", "Infakkar lill-Onor.", "D'Amato, li dalgħodu għoġobha tlaqqam din in-naħa tal- Kamra bħala makna tal-gideb, li dan huwa rapport ta' aġenzija uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea li jien ċerta li l-Onor.", "D'Amato attendiet xi laqgħa tagħhom barra minn Malta.", "Naħseb li l-Onor D'Amato taf b'dawn l-affarijiet.", "Sadanittant dan ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "\"Broadly speaking, between 10% and 20% of employees in the countries considered are low paid.", "Eurostat puts the average for the thirteeen countries in its research at 15%, or nearly one employee in seven.\"", "Aħna diġa' għandna kważi 9% tal-gainfully occupied li qegħdin fil- kategorija ta' part-time work as a primary job u li m'għandhomx dħul biżżejjed biex isostnu livell ta' għajxien tajjeb.", "Dan ikompli hekk:", "\"This figure is as high as one in five in the UK, with Ireland, Germany and Greece also having a high level of low pay.", "Where such data are available from national sources, it is clear that women are much more likely than men to be low paid.\".", "Hawn qed nagħmel enfasi anke fuq din għax il-figura tan-nisa bħala part- time workers as a primary job żdiedet.", "Dawn ukoll jitħallsu pagi baxxi għaliex aħna nafu x'abbużi qed isiru minn xi wħud mill-azjendi fejn qegħdin jiġu mpjegati nisa part-time.", "Il-figura tan-nisa dejjem tiżboq lil ta' l- irġiel fejn jidħlu pagi baxxi.", "Qed ngħid dan għaliex l-ETC ftaħret li qed tallinea ruħa u tagħti attenzjoni speċjali lin-nisa.", "Dan jidher ukoll fil- mission statements fuq quddiem ta' l-estimi.", "Sena wara l-oħra jgħidu li qed jiffokaw fuq il-kwestjoni tan-nisa u sadanittant ma smajna xejn dwarha fir- rapport ta' l-ETC.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid:", "\"It seems that the incidence of low pay has increased, though not always constantly, over the past ten or twenty years in countries such as Austria, Belgium, France, Germany, Ireland, Italy and Spain.", "The overall factors contributing to low paid work are, first part-time work, and second low hourly wage rates.", "According to the Eurostat survey referred to above the reasons for low pay are primarily the part-time effect and the low remuneration effect with the former accounting for 43% of the low paid work in the thirteen EU countries examined and the latter for 37%.", "A combination of the two is the reason for 11% of low paid work.\".", "Dan kollu ma jidhirx li jaffettwa lil tan-naħa l-oħra li kull ma jagħmlu hu li jgħajtu bis-suċċessi.", "L-aħħar żewġ punti minn dan ir-rapport jgħidu hekk:", "''The concept of working poor, i.e. those who are in employment but remain below a defined poverty threshold is not the same as low paid work, though the latter may, of course, contribute to the former.", "Eight per cent of employees in the EU countries considered, are poor with the highest levels of such working poor in Germany and Italy, and the lowest in Denmark and Portugal.''", "Apparti dan l-inkwiet ma' dak li għandu x'jaqsam max-xogħol part-time jien nappella lill-gvern biex ma jibqax ibella' lin-nies li fl-Unjoni Ewropea hemm kollox sabiħ.", "Nafu li hemm ħafna sabiħ imma hemm ħafna ikrah wkoll għaliex membri fundaturi ta' l-Unjoni Ewropea li ilhom hemm għal aktar minn 50 sena għandhom dawn id-diffikultajiet.", "Alla jbierek hawn għandna gvern li jieħu gost jagħmel bħall-ostrich li jdaħħal rasu fir-ramel u jippretendi li l-poplu kollu jagħmel bħalu, imma r-realta' tan-nies fit-triq hija realta` ta` veru u għaldaqstant il-poplu tagħna jaf minn xiex inhu għaddej.", "Jien ma neħodhiex bi kbira li din it-tip ta' analisi ma ssirx.", "Anke fid- dibattitu li kellna fuq il-liġi dwar l-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali jien għamilt ħafna mistoqsijiet meta ġejna fit-taqsima tal- ħaddiema part-time u l-Ministru Gonzi kull darba jgħid li sar impact assessment.", "Illum waqt il-ħin tal-mistoqsijiet kompla jitkellem fuqu u qal li f'xi partijiet hemm xi ħaġa li tolqot ukoll l-aspett soċjali.", "Jien għamilt mistoqsija diretta fuq il-part-timers u għidt li ċerti benefiċċji, bħal pro-rata, mhux se jkunu mdaħħlin fil-liġi u li qed isiru ħafna abbużi ma' dawn il-ħaddiema.", "Il-Ministru Gonzi għoġbu weġibni b'dan il-mod:", "\"F'din il-liġi qed nipproponu titjib fil-kondizzjonijiet tal-part- timers pero' hemm il-limiti.", "Kif kelli l-okkażjoni nispjega fis-seduta preċedenti, kien sar studju dwar l-impatt ekonomiku ta' dawn il- miżuri.", "Għar-rigward tal-part-timers il-pożizzjoni li rriżultat minn dawn l-istudju, bħala impatt ekonomiku, indikat lill-gvern li m'aħniex f'pożizzjoni li ntejbu l-kondizzjonijiet li qed issemmi l-Onor.", "Coleiro.", "Jiġifieri l-gvern eżenta ruħu mill-effett soċjali għax hekk deherlu li għandu jagħmel wara l-istudju dwar l-impatt ekonomiku.", "Jien ngħidlu li ma jeżentax ruħu mill-impatt ekonomiku għax inkella jkun irresponsabbli bħala gvern imma jkun aktar irresponsabbli jekk jeżenta ruħu mill-aspett soċjali.", "Jekk wieħed iħares biss lejn l-aspett ekonomiku jkun qed jissalvagwardja sezzjoni tal-poplu u jħalli barra l-maġġoranza tal-poplu li għandha bżonn l- attenzjoni tiegħu.", "Jien ma neħodhiex bi kbira li l-ETC ma tatx kas dak li sentejn ilu f'din l-istess seduta ġbidt l-attenzjoni għalih, għax naturalment din timxi fuq il-politika tal-gvern tal-ġurnata.", "Ma nlumhomx li ma tawx kas jekk il-Viċi Prim Ministru qed jiġġustifika li ma jissalvagwardjax biżżejjed lil dawk li jaħdmu part-time minħabba l-impatt ekonomiku.", "Sur President, xtaqt nsemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-effettivita' ta' l- iskemi.", "Ridt infakkar li fil-bidu tad-diskors tiegħi staqsejt jekk in-nies li qegħdin fl-iskemi hux jed jiġu magħduda mal-job placements.", "Nirreferi għall-iskema ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 40 sena.", "Fir-rapport ta' l- ETC qed jgħidu li m'humiex kuntenti għax minn xi 1,200 ruħ kien hemm biss xi 300 li wrew interess u dan in-numru waqa` għal xi 80.", "Smajt lill-gvern kemm il-darba jgħid li l-ETC qed tagħmel l-almu tagħha imma r-rispons ikun fqir.", "Dawn qed jgħidu li m'hemm rispons, u jien naf tnejn min-nies li applikaw għall-iskema u qatt ma bagħtu għalihom għal xi interview?", "Dawn ġew injorati kompletament.", "Jien nafhom personalment u t-tnejn għandhom 'il fuq minn 40 sena u huma rġiel tal-familja.", "Jien ma rridx inwaddab dubji li forsi dawn in-nies intgħażlu, imma xi ħaġa ħażina hemm.", "Jien lesta li nsemmi isimhom – b'mod li ma jkunux pubbliku - lill-Viċi Prim Ministru, lid- diriġenza ta' l-ETC u lil min irid biex jgħiduli x'inhi r-raġuni għaliex dawn it-tnejn min-nies applikaw għal din l-iskema u lanqas issejħu biex jagħmlu interview.", "Jien x'naf x'qed ngħid.", "Probabbli ħaddieħor jaf b'każijiet oħra.", "Meta nibda nara hekk nibda nitlef ħafna kredibilita` fuq dak li jkun qed jingħad.", "Filli jgorru li suppost hemm 1,200 li setgħu daħlu fl-iskema u li kien hemm biss xi 300 li wrew interess u filli nafu b'nies li wrew interess u lanqas biss taw kashom.", "Il-kwestjoni ta' l-effettivita` ta' dawn l-iskemi trid wkoll tiġi analizzata.", "Nafu li hawnhekk jitkellmu fuq it-taqsima ta' riċerka u żvilupp u qed jingħad li se jsir xi tip ta' proġett ta' riċerka biex wieħed jindaga l-effettivita`.", "Jien ngħid li m'għandniex naħlu żmien.", "Qed jiġi evalwat jekk raġel bil-familja li għandu t-tfal qed jitrabbew hux biżżejjed li jingħata Lm55 fil-ġimgħa bħala benefiċċju tal-qgħad?", "Jien l-ħin kollu niltaqa' ma' dawn it-tip ta' nies li qed ifittxu x-xogħol u jgħidu li meta xi ħadd joffrilhom impjieg l-ewwel ma jagħmlu hu li jqabblu l-paga mal- benefiċċju tal-qgħad u jagħmlu l-kontijiet, inkluż tat-trasport.", "Wieħed irid jagħmel inċentiv biex dawn in-nies jitħarrku.", "Aħna għandna responsabbilta' li ninċentivawhom biex jiċċaqilqu mid-dar mhux biss ħalli jitħarrġu u jkollhom aktar opportunitajiet ta' xogħol imma wkoll li jifhmu li x-xogħol hu tajjeb għal saħħithom u għall-familji tagħhom.", "Aħna nafu l- effetti fuq is-saħħa mentali ta' ħaddiema bla xogħol u dawn l-effetti fuq il-familja kollha.", "Hemm diversi affarijiet li diġa' huma indikattivi.", "Mhux biżżejjed li niftaħru li daħlu 80 u li issa qegħdin xi 75.", "Nistaqsi jekk wara Ġunju meta tagħlaq l-iskema hux se jkollhom garanzija li se jibqgħu flimkien.", "Nistaqsi jekk hux se jiġrilna bħall-iskema għall-persuni b'diżabilita' fejn l-employer iżomm il-persuna b'diżabilita' għat-terminu ta' l-iskema imbagħad iwaqqfu u jispiċċa d-dar.", "L-effett ta' dan hu ta' trawma fuq l-individwi.", "Sur President, issemma wkoll li l-ETC m'hi kuntenta xejn bil-kwestjoni tal- law compliance.", "Nixtieq insemmi żewġ każi ta` persuni li ġew maqtugħin mir- reġistru għalxejn.", "Dawn għaddew lil dawn iż-żewġ familji minn martirju u wieħed lanqas jista` jifhem x'kienet ir-raġuni li l-ETC qatgħet lil dawn il- persuni.", "Każ minnhom hu ta' ħaddiem li bagħtu għalih biex ikellmuh fuq ix- xogħol u meta mar ħadulu ismu u d-dettalji.", "Issa ta` min jgħid li dan hu bniedem li dejjem ħadem imma kien waqaf għal xi sitt xhur u bdiet tagħtih rasu.", "Dan huwa bniedem bieżel u mhux minn dawk Ii jħobb jiskarta.", "Wara ftit reġgħu bagħtu għalih u reġa' mar quddiem l-istess persuna.", "Dan reġa' mar b'ħerqa kbira għaliex ħaseb li sabulu x-xogħol imma mar hemm għalxejn.", "Xi tliet ġimgħat wara reġa' rċeva karta oħra u mar Ħal Far u l-uffiċjal ta' l- ETC qallu biex ma jnkwetax u li ma kellux imur hemm qabel ċertu perjodu.", "Dan reġa' rċieva karta, ċempel lil dan l-uffiċjal u qallu biex ma joqgħodx jinkwieta u jinjoraha.", "Xi jumejn jew tlieta wara mar jirreġistra u sab li kien ġie maqtugħ.", "Dan ċempel lill-ETC u qalulu li qatgħuh għax ma marx hemmhekk.", "Hawnhekk beda l-proċess tal-martirju.", "Dan dam bla benefiċċju għal xi sitt xhur sħaħ, appella u spiċċajna quddiem l-awtorita` tax-xogħol.", "Jien qed ngħid spiċċajna għaliex jien mort personalment.", "Hemmhekk tela' l- uffiċjal ta' l-ETC li Alla jbierek ma ftakar xejn u m'għandu l-ebda record.", "L-awtorita` tax-xogħol bl-integrita' tagħha indunat li din kienet taħwida.Iimma wieħed irid jgħid xi swiet din it-taħwida lil din il-familja b'tarbija.", "Dan kien ta' nkwiet kbir mhux biss għaż-żewġ adulti u t-tarbija imma għall-kumplament taż-żewġ familji.", "Darba minnhom missier ir-raġel ġie għandi u kien tant aħmar li ħsibt li se tagħtih xi puplesija.", "Dan hu pensjonant u beda jibki u jgħidli li ma jistax ikompli jagħtihom flus u li se jaqtgħulhom id-dawl u l-ilma għax ma jistgħux iħallsu kontijiet.", "Dan hu l-gwaj li qed toħloq il-law compliance.", "Il-każ l-ieħor hu ta' raġel li jien naf personalment ukoll.", "Dan ħassu ħażin fit-triq u ħaduh l-isptar bl-ambulanza u bid-drip ma' jdejh waqt li kien fi triqtu biex imur jirreġistra.", "Hu qalilhom li hemm bżonn iċempel l- ETC biex ma jinqatax.", "Dan hu ġuvni li jgħix m'ommu b'pensjoni minima nazzjonali u hemm xi żewġ ġuvintur oħra li ma jaħdmux f'din il-familja.", "Kien ċempel lill-ETC mill-isptar bid-drip ma' jdejh u xorta qatgħuh.", "Nispera li ma jkunx hawn xi ħadd li jqum jgħid li jien qed ngħid li m'għandniex niġru wara min qed jisraq flus il-poplu.", "Hawn qed nirreferi għal dawk li jirreġistraw u jaħdmu għalkemm anke fuq dawn irrid nagħmel kwalifika.", "Min hu ħalliel għandu jinqabad għax ikun qed jisraq lilu, lill- uliedu, lill- ulied uliedu u lill-pajjiżna.", "Għal dawk in-nies m'għandi l- ebda tip ta' ħniena imma meta jiġri bħal ma ġara fil-każi li semmejt ngħid li jkun hemm ineffiċjenza u ħerqa żejda biex jaqtgħu n-numru ta' nies jirreġistraw.", "Sur President, irrid ukoll nirreferi għall-kwestjoni tan-numru ta' nies li qed jidhru taħt il-kategorija ta' not reported employment.", "Minn kif qiegħda artikolata fir-rapport qed nifhem li dawn huma nies li qed jaħdmu u ma jirraportawx li qed jaħdmu.", "Anke hemm irridu naraw x'qed jiġri għaliex mhux kull min jispiċċa jagħmel hekk ikun qed jikser il-liġi jew jagħmel hekk b'intenzjoni.", "Hemm każi li spiċċaw f'sitwazzjoni fejn ma jistgħux ikampaw u qed jispiċċaw jidħlu fis-suq tax-xogħol b'mod illeċitu biex jgħinu lill-familja sakemm jinstabilhom impjieg legali.", "Dan ma jkunx xogħol ta' kuljum imma forsi jkun marbut ma' jumejn f'ġimgħa.", "Hemm ħafna nisa li spiċċaw jaħdmu fl-ekonomija s-sewda għax ma jafux b'ċerti riperkussjonijiet u qed jagħmlu hekk biex jgħinu lill-familja.", "Dawn ma jifhmux li qed jagħmlu xi ħaġa għad-detriment tagħhom stess għaliex la mhux qed iħallsu kontribuzzjonijiet, minkejja li qed jaħdmu u qed jagħmlu s-sagrifiċċji llum, mhux se jkunu jistgħu jibbenfikaw 'il quddiem.", "Dan dejjem jekk ikollna pensjonijiet sa dak iż-żmien.", "Ovvjament bi gvern laburista nafu li se jkollna pensjonijiet.", "Sur President, il-qasam tax-xogħol huwa qasam mill-iktar serju u hawnhekk kemm-il darba kellna kelliema tal-gvern jgħidu li l-qasam tax-xogħol huwa termometru.", "Għandi quddiemi r-rapport tat-tieni sena ta' ħidma tal-Viċi Prim Ministru li jgħid hekk:", "\"Jistgħu jingħataw bosta ċifri biex ifissru l-andament tas-suq tax- xogħol f'pajjiżna.", "Ikun għaqli li nillimitaw ruħna għal żewġ ċifri li jistgħu jitqiesu bħala t-termometru ta' l-ekonomija tal-pajjiż, in- numru ta' dawk li jirreġistraw għax-xogħol u n-numru ta' dawk li jaħdmu bi qligħ.\".", "Jien irrid ngħid lill-Viċi Prim Ministru li t-termometru tas-sitwazzjoni ta' pajjiżna m'huwiex dawn iż-żewġ ċifri biss.", "Irridu mmorru 'l hinn minn dawk u ma narawx biss il-kwantita`.", "Irridu naraw ukoll il-kwalita` tax- xogħol li qed joffri pajjiżna u dan jista' isir jekk verament ikun hawn gvern li mhux moħħu biex ifajjar iċ-ċifri 'l hemm u 'l hawn u li dejjem jimmaġina li l-poplu ma jindunax li l-iskop tiegħu hu li jidher gustuż.", "Meta wieħed ifittex ir-realta' jinduna li dan hu kollu duħħan u tajjar.", "Irid ikollna gvern serju li verament jaf fejn irid imexxi l-pajjiżna għaliex ikun qed joħloq opportunitajiet liż-żgħażagħ u lill-ħaddiema tagħna.", "Xogħol bis-sens hu xogħol ta' kwalita`.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, huwa ta' pjaċir għalija li nitkellem fuq l-estimi ta' l-ETC għaliex Malta hija bbażata fuq ix-xogħol, u x-xogħol jagħmluh il-ħaddiema.", "Nisimgħu ħafna rigward il-qgħad u l-opportunitajiet tax-xogħol u jien xtaqt nitkellem ftit fuq x'inhu għaddej fil-pajjiż f'dan il-qasam.", "Irridu nammettu li għaddej ristrutturar sħiħ fl-ekonomija ta' pajjiżna u l-ETC bħala aġenzija li tipprovdi t-taħriġ u l-għajnuna sabiex persuna ssib ix-xogħol qed tkun attakkata li mhux qed issib xogħol biżżejjed.", "Ma rridux ninsew li l-ETC ma tipprovdix l-impjiegi u li hija l- ekonomija li tipprovdihom.", "Huwa l-gvern bil-klima li joħloq u bil-policies tiegħu li jipprovdi lill-pajjiż bil-materjal li jista' jwassal għal opportunitajiet ġodda.", "L-ETC hija aġenzija, strument jew għodda u l-gvern jagħtiha l-flus biex tħaddem.", "Dan il-gvern għaddielha Lm2.94 miljun f'dan il-budget li kien approvat fuq is-sena ta' ħidma li għaddiet.", "Dan hu 24% aktar mis-sena l-oħra.", "L-għajnuna finanzjarja lill-ETC hija l-iktar miżura importanti li l-gvern b'mod dirett jista' jagħmel lil din l-aġenzija.", "Għalkemm smajna ħafna kritika dwar kwantita' u kwalita' dan il-gvern żidilha l-kwalita' lill-ETC.", "Il-kwalita` ma tiġix mill-ajru.", "Din tiġi min-nies li huma professjonali u li jifhmu kif għandhom iħarsu lejn il-problemi li qed jiffaċċja s-suq tax- xogħol, il-ħaddiema, iż-żgħażagħ li għadhom ħerġin mill-iskola u n-nies li wara xi għoxrin sena jaħdmu f'xi fabbrika sabu ruħhom bla xogħol għax din il-fabbrika tkun għalqet.", "Aħna jinteressana minn dawn in-nies.", "Sur President, irrid ngħid li l-istatistika hija importanti pero' wieħed ma jridx jinterpretaha qisu qed iġebbed il-lastiku, bħalma jagħmlu tan-naħa l- oħra u meta jaqblilhom jgħidu x'tgħid l-istsatistika u meta ma jaqblilhom isemmu xi każ partikolari li jkunu ltaqgħu miegħu.", "Jien niltaqa' ma' ħafna u ħafna nies bi problemi relatati max-xogħol bħalma jiltaqgħu deputati oħrajn, iktar u iktar issa f'dawn iż-żmenijiet.", "In-nies ikunu ilhom reqdin għal żmien twil u bħalissa jibdew jitolbu impjieg 'l hemm u impjieg 'l hawn.", "Sur President, smajna ħafna fuq x'impatt se tħalli s-sħubija ta` Malta fl- Unjoni Ewropea fuq dan il-qasam.", "Jien ngħid li tipproġetta kemm tipproġetta, f'dan il-qasam wieħed ma jistax ibassar eżattament u preċiżament x'se jiġri għaliex ħafna drabi dan ma jiddependix biss mill- policies tal-gvern u mill-klima lokali imma jiddependi ħafna mill-klima internazzjonali.", "Wieħed isemmi s-sitwazzjoni internazzjonali preżenti bit- theddida tal-gwerra fil-lvant nofsani.", "Hemm fatturi oħrajn ta' importanza kbira bħaċ-ċaqliq u l-moviment ta' prodotti bl-avvanz tat-teknoloġija.", "Dawn huma kollha affarijiet li jagħmlu impatt enormi fuq il-prodott tagħna.", "Il- ħaddiem Malti jrid jifhem li l-prodott li jaħdem fih jista' jkun il-mezz ta' għajxien għalih u kultant irid jifhem li ċerti industriji jispiċċaw għaliex it-teknoloġija f'dak il-qasam tkun qiegħda tant tagħmel avvanzi li l-prodott li jkun qed jinħadem ma jkunx hemm aktar bżonnu.", "Tnejn minn dawn l-oqsma huma dak tal-manifattura, speċjalment tat-tessuti, u dak tal-bini tal-vapuri.", "Dawn huma żewġ oqsma bħalissa qed isir ristrutturar qawwi fihom, mhux biss f'pajjiżna imma kullimkien.", "Jien kelli l-okkażjoni li nattendi seminar fuq il-qasam tat-tarznari u dak li jaffettwa dan is- settur.", "Wieħed jara li anke pajjiżi li bħalna qegħdin fuq l-għatba biex isiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u li għandhom industrija kbira fil- qasam tal-bini u t-tiswija tal-vapuri qegħdin jagħmlu ritrutturar.", "Dan ma jfissirx li bilfors se jagħlqu jew li qegħdin ikeċċu lill-ħaddiema, imma li qegħdin jimxu skond il-bżonnijiet ta' l-azjenda u skond il-bżonnijiet tas- swieq internazzjonali.", "Dawn jagħmlu taħriġ ġdid u jsibu prodotti ġodda u allura l-eżistenza tal-impjiegi tagħhom tibqa' hemm.", "Sur President, ħafna drabi jintefgħu figuri bl-addoċċ biex wieħed jipprova l-punt tiegħu.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-General Workers` Union li qalet li kien hawn 2,000 ħaddiem li tilfu l-impjieg tagħhom.", "Tajjeb li wieħed jagħmel enfasi li meta jagħlqu l-fabbriki ħafna mill-ħaddiema jiġu assorbiti mis-suq tax-xogħol f'pajjiżna.", "Ma jistax ikun li dan mhux qed jiġri għax kieku l-qgħad jitla' ħafna aktar fin-numru.", "L-oppożizzjoni tgħid li l-qgħad qiegħed jiżdied ħafna iktar milli turi l-istatistika.", "Imma l- oppożizzjoni għaliex ma tmurx u tivverifika kif sena wara l-oħra jitlobha tagħmel il-Viċi Prim Ministru?", "Dawn għandhom l-opportunita li jagħmlu spot- checks għaliex fi żmien qasir jistgħu jiċċekkjaw.", "Dawn jippreferu li ma jagħmlux dan il-pass li ma jmorrux isibu li l-figuri huma dawk mogħtija.", "Jien ma rridx ninsa nfaħħar il-mod professjonali li bih ġew ippreżentati dawn il-figuri.", "L-oppożizzjoni tmaqdar dawn il-figuri għax ma jpinġux stampa tant kerha tas-suq tax-xogħol f'pajjiżna.", "Għall-politiċi kull individwu li għadu ma sabx ruħu fil-post tax-xogħol huwa problema għax huwa bniedem li għandu bżonn l-għajnuna u allura aħna responsabbli li nipprovaw insibulu x-xogħol.", "Għal min qatt f'għomru m'għamel ġurnata bla xogħol dawn l-affarijiet ma jitwemmnux imma għal min ilu snin twal jipprova jsib ix- xogħol addattat għalih din hija r-realta' li hu u l-familja tiegħu jgħixu ta' kuljum.", "Sur President, lil hinn mill-istatistika aħna lkoll qed ngħixu f'dan il- pajjiż.", "Pero` kultant meta tisma` l-verzjonijiet taż-żewġ naħat tal-Kamra wieħed jasħeb li qed ngħixu fuq żewġ pjaneti differenti.", "Dan m'huwiex il- każ.", "It-tnejn qegħdin ngħixu fl-istess dinja u t-tnejn nafu li hawn ammont ta' problemi.", "Li hu żgur hu li l-figuri li għandna quddiemna m'humiex allarmanti.", "Is-sitwazzjoni hija allarmanti għan-naħa l-oħra għaliex hekk tixtieq tpinġiha u għaliex qegħdin viċin referendum, li se jaffettwa dan li qegħdin niddiskutu llum u ħafna u ħafna affarijiet oħrajn, u qegħdin ukoll fis-sena li fiha aktarx issir l-elezzjoni.", "Minħabba dan l-oppożizzjoni għandha kull interess li tqajjem kull ħaġa li tista` titfa` dell ikrah fuq l-operat ta' dan il-gvern.", "Nerġa` ngħid, għalija l-ETC xogħolha hu li tipprovdi taħriġ, għajnuna u servizzi biex in-nies isibu x-xogħol.", "Illum għandna tliet job centres u għandna l-kumditajiet permezz ta' l-e- government li qed idaħħal dan il-gvern.", "Sur President, ma ninsewx li l-kelma \"riċerka\" kienet kelma ċċensurata f'dan il-pajjiż.", "Hawnhekk għandna taqsima sħiħa fuq ir-riċerka.", "Allura dan ma nsemmuhx.", "Hawnhekk nistgħu naraw l-istatistika mqassma grupp grupp biex inkunu nistgħu niffokaw aktar fuq ċerti gruppi.", "Nafu li rridu nagħmlu diskriminazzjoni pożittiva favur in-nisa, favur dawk li għadhom ħerġin mill- iskola u favur dawk li ilhom qegħda u għalhekk hawn naraw rapporti li jiffokaw fuq dawn il-problemi speċifiċi u dak li jġibu magħhom.", "Dan huwa l- professjonaliżmu li dan il-gvern ħadem bih u li fuqu kien ikkritikat li qed jaħli l-flus.", "Kienu jgħidu li anke d-dokumenti li noħorġu huma ħela ta' flus imma għall-grazzja t'Alla issa qed jindraw u qed jiġu aċċetati.", "Jien smajt kritika ta' inċidenti li huma individwali u jekk huma minnhom ngħid li m'għandhomx isiru imma jien ngħid bħalma jgħidu t-Taljani, una rondine non fa la primavera.", "Ma rridux li aħna nitilfu l-istampa kollha.", "Nerġa' ngħid li kull bniedem li ma sabx postu fid-dinja tax-xogħol huwa problema u hemm bżonn li ngħinuh.", "Hu ħażin li wieħed jakkuża lill-gvern fuq inċidenti partikolari ta' individwi għax kulħadd hu uman u l-iżbalji dejjem se jibqgħu isiru.", "Ma jiżbaljax dak li qatt ma jagħmel xejn.", "Meta wieħed jara dawn id-dokumenti u din il-ħidma ta' l-ETC bilfors jifhem li jkun hemm xi nuqqasijiet għax fuq kollox kull azjenda hija magħmula minn individwi u mhux l-individwi kollha huma l-istess.", "Sur President, irrid nirreferi wkoll għax-xogħol li għamlet l-ETC f'dak li jirrigwardja l-iskema ta' l-entrepreneurship fejn jużaw is-slogan \"Int ibda n-negozju tiegħek.\"", "Din hija skema li turi kif l-ETC qiegħda tispeċjalizza u tipprova tilħaq ċerti gruppi ta' nies li m'għandhomx xogħol.", "Din tipprova tidentifikahom u toħloq skemi li jkunu jgħoddu għalihom u għall-familji tagħhom.", "Jien ċert, Sur President, li aħna ma nistgħux nivvintaw ir-rota kuljum u li dawn l-skambji li jkollna qed iħallu l-frott.", "Illum ma smajniex kritika għaliex għamilna d-dokumenti bil-kulur imma smajna kritika minħabba s-safar u l-value for money.", "Laqgħa ma' persuna barra minn Malta tista` f'dak il-ħin ma tkun tiswa xejn, imma jistgħu jgħaddu s-snin u dak li tkun issuġġeriet dik il-persuna tista` ssolvilek il-problema li jkollok f'dak il- mument partikolari.", "Aħna rridu naraw x'ikun qed isir f'pajjiżi oħrajn biex naddattawh għas-sitwazzjoni tagħna.", "Jien ċert li l-ETC użat ukoll l- esperjenzi ta' pajjiżi oħrajn għas-sitwazzjoni tagħna.", "F'pajjiżna s-self- employed kienu jkopru 11% meta daħlet din l-iskema u tajjeb li wieħed jgħid li din kienet iktar indirizzata għal dawk li għandhom 'il fuq minn 40 sena u ilhom jirreġistraw għax-xogħol.", "Din kienet immirata wkoll għan-nisa u għal dawk li huma gradwati.", "Ovvjament biex wieħed jibda n-negozju tiegħu irid ikollu ċertu tagħrif u jkun jaf jaqra u jikteb.", "Preferibbilment irid ikollu ċerti esperjenzi u idea realistika tan-negozju.", "L-ETC ħadmet f'diversi fażijiet biex l-individwu jkun mgħejjun permezz ta' skema li tissejjaħ l-enterprise grant li hi għajnuna ta' Lm1,000.", "Wieħed seta' jieħu wkoll Lm40 kull ġimgħa għal sitt xhur.", "GĦal dawk li kienu diġa` qegħdin jaħdmu, il-grant kienet biss ta' Lm500.", "Din l-iskema, Sur President, turi inizjattiva u jien ċert li l-ETC għandha diversi inizjattivi simili.", "Tajjeb li l-ħaddiema tagħna li qed ifittxu x-xogħol ikunu jafu b'dawn l- iskemi li huma user friendly kemm jista` jkun.", "L-ETC qiegħda tfassal il- pjan nazzjonali għall-iżvilupp u qiegħda tkun strument importanti ħafna fil- qasam tax-xogħol u l-impjiegi f'pajjiżna.", "Din qed tagħti l-kontribut tagħha wkoll biex pajjiżna jsib postu fl-UE u biex il-ħaddiema tagħna jkollhom it- taħriġ meħtieġ biex jieħdu l-opportunitajiet li jeżistu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Aġent Prim Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nibda billi l-ewwelnett nirringrazzja lill-kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Dan kien dibattitu mżewwaq b'interventi, dimensjonijiet u perspettivi differenti.", "Kull kelliem enfasizza punti differenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħidma ta` l-ETC matul is-sena li għaddiet u skond ir-rapport annwali.", "Irrid ngħid li għal darba oħra erġajt qed nitfixkel bl-interventi ta' l-oppożizzjoni għaliex segwejt il-kelliema kollha b'interess u nnotajt li l-interventi ta' l-Onor.", "Chirchop u l-Onor.", "Aguis kienu kritiċi pero' dawn irrikonoxxew il-punti pożittivi u l-ħidma pożittiva ta' l-ETC.", "Jien naħseb li dawn kienu interventi bilanċjati pero' llejla smajt l-intervent ta' l-Onor.", "Marie Louise Coleiro li Alla jbierek ma sabet xejn tajjeb fl- ETC u li pinġiet kollox bħala diżastruż.", "Hi pinġiet l-UE bħala l-ikbar pesta li qatt laqtet wiċċ din id-dinja u smajna s-soltu kantaliena li dejjem nisimgħu.", "Jien se nindirizza l-punti ta' dawn il-kelliema.", "Irrid ngħid ukoll li l-ETC kellha sena oħra ta' ħidma tajba li naturalment twettqet f'kuntest ta' sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż Ii kienet qed tiżviluppa b'ċertu mod u f'kuntest ta' sitwazzjoni li kienet mibnija fuq il- politika tal-gvern li jimxi mal-politika mibnija fuq il-policies ta' l-UE.", "Irridu nkunu nafu li l-ETC ħadmet f'sitwazzjoni fejn ridna wkoll inbiddlu l- liġijiet u ntejbu dan il-qasam għall-interess tal-Maltin u tal-GĦawdxin kollha.", "Jien dejjem ngħid li l-ETC għandha funzjoni doppja.", "Waħda hi li tgħin lil dawk li qed ifittxu xogħol u l-oħra biex tkompli hi stess tikkontribwixxi biex l-ekonomija ta' pajjiżna timxi 'l quddiem u allura tirrispondi għall-bżonnijiet ta' l-istess ekonomija.", "Niddisappunta ftit ruħi li f'dan il-Parlament ikollna l-okkażjoni li niddiskutu l-estimi ta' korporazzjoni u minflok nagħmlu corner meetings.", "Hawnhekk suppost nitkellmu fuq il-fatt li l-gvern ivvota Lm3 miljuni lil din il-korporazzjoni.", "Jiena ma nistax nifhem kif f'dibattiti bħal dawn ma nidħlux fid-dettalji ta' kif intefqu dawn il-flus matul is-sena li għaddiet, fuq ir-rapporti ta' l- awdituri dwar fejn marru dawn il-flus, fuq x'kienet il-performance tal- korporazzjoni u kif qed tippjana biex tonfoq il-flus għas-sena d-dieħla.", "Minn dan kollu ma smajna xejn f'dawn id-dibattiti u xi darba dan il- Parlament irid ipoġġi bilqegħda u jirrevedi din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Ma jistax ikun nibqgħux sejrin hekk għax la fuq budgets nazzjonali u lanqas fuq budgets ta' korporazzjoniijet m'aħna qed naqdu l-funzjoni tagħna sewwa.", "Il-funzjoni tagħna hi li nkunu ċerti li l-flus mit-taxxi tal-poplu qegħdin imorru għal xogħol siewi kif ivvotati minn dan il-Parlament u li naraw li nkunu ħadna l-valur tal-flus biex imbagħad inkunu nistgħu naraw perspettiva aħjar ta' kif se jkunu jridu jintefqu s-sena d-dieħla.", "Jekk nagħti daqqa t'għajn lir-rapport annwali ta' l-ETC ngħid li din is- sena l-korporazzjoni ħadmet tajjeb.", "Hemm tabella partikolari f'paġna 2 li turi kif nefqet il-flus li ġew ivvotati lilha s-sena li għaddiet.", "Dawn kienu Lm2.9 miljun u wieħed isib li l-ETC ħadmet tajjeb, immaniġġjat tajjeb, iffokat u għamlet ħilitha biex il-flus li aħna vvotajnielha titfagħhom mhux fuq l-amminstrazzjoni tagħha imma fuq programmi għall-ġid tal-klijenti tagħha.", "Jekk wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni fuq tliet snin jinduna li l-ewwelnett l-ETC ħadmet b'inqas spiża għall-ħaddiema u għall- amministrazzjoni tagħha u kien hemm żieda sostanzjali ta' nfiq fuq programmi u skemi intiżi għas-setturi kollha li tolqot.", "Din iffokat l-aktar fuq dawk li qed ifittxu x-xogħol, fuq gruppi żvantaġġjati, bħal nies li għandhom 'il fuq min 40 sena, persuni b'diżabilita`, nisa u setturi oħra.", "Irrid nifirħilha għax għamlet użu tajjeb tal-flus li vvotajnielha s-sena li għaddiet u rnexxielha tnaqqas l-ispiża amministrattiva tagħha u tipproduċi ħafna iżjed.", "Naħseb li dan il-Parlament f'okkażjonijiet bħal dawn għandu jirrikonoxxi l-ħidma tal-managers, tal-korporazzjoni, taċ-chairman u ta' nies li qegħdin miċ-chief executive 'l isfel u li ħadmu biex iġibu r- riżultati li qed naraw.", "Aħna m'aħniex perfetti u ħadd m'għandu jaħseb li se nġibu l-ilma jiżfen.", "Nafu li hemm iżjed lok għal titjib.", "L-ETC stess kienet sinċiera biżżejjed biex fir-rapport tagħha qalet fejn huma l-oqsma li jidhrilha li hi għandha ttejjeb.", "Nifirħilha għar-riżultati u għall-mod kif imxiet mal-policy tal-gvern biex tindirizza l-oqsma partikolari kollha li għandha.", "Jekk wieħed jara t-tabella li qiegħda f'appendiċi 2 tar-rapport jsib ċifri li ġew ikkwotati mill-kollegi tiegħi.", "Meta wieħed iqabbel x'għamlet l-ETC matul is-sena finanzjarja li għaddiet ma' x'sar fis-sena sħiħa tal-Partit Laburista fil-gvern isib differenzi kbar.", "Illejla smajt li biex jimxi 'l quddiem dan il-pajjiż irid ikollu bilfors il-Partit Laburista.", "Jien ngħid li kienu fil-gvern erba' snin ilu u allura nistgħu nagħmlu paragun.", "Jekk għandna diżastru llum nitlobhom iħarsu lejn iċ-ċifri li kienu ppublikaw huma stess meta kienu fil-gvern.", "Jekk illum għandna diżastru dak inhar konna fil-fondoq ta' l-infern.", "Jiena se nsemmi l-vakanzi għall-impiegi.", "Vakanzi għall-impiegi jkunu l-postijiet tax-xogħol li jiġu notifikati lill- ETC.", "Fl-1997/1998 kien hemm 4,600 li ġew notifikati lill-ETC u fl-aħħar sena finanzjarja kien hemm 7,020.", "Malli tirċievi l-avviż li hemm post ta' xogħol vakanti l-ETC tkun trid tibgħat għal dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Minn dawn is-sottomissjonijiet fl-1997/1998 kien hemm 61,000.", "Infakkar li hawn kellna gvern Laburista.", "Matul it-12-il xahar li għaddew kellna 113,000 sottomissjoni - id-doppju ta' dak li kien isir fi żmien il- gvern Laburista.", "Il-placements, jiġifieri l-postijiet tax-xogħol li effettivament jinstabu u jinżammu kienu jammontaw għal 1,800 ruħ fl- 1997/1998.", "Fit-12-il xahar li għaddew kien hemm 3,162 - kważi d-doppju ta' dak li kienet għamlet l-ETC fi żmien l-amminsitrazzjoni Laburista.", "Hawnhekk mhux qed insemmi snin oħra.", "Illum, per eżempju, għandna 3,000 ruħ iżjed gainfully occupied li qegħdin jaħdmu b'xogħol full-time milli kellna fl- 1997.", "Filwaqt li fi żmienhom fuq Part I tar-reġistru kien hemm 7,100 ruħ, f'Diċembru li għadda kien hemm 6,600 ruħ jirreġistraw.", "Dan meta mqabbel ma' Settembru tal-1998.", "Jekk hawn diżastru b'6,600 ruħ jirreġistraw nitlobhom jgħiduli x'kienet is-sitwazzjoni meta fi żmienhom kien hemm 7,100 jirreġistraw.", "Wieħed jista` jivverifika ċ-ċifri fl-etajiet ta' bejn is-16 u d-19-il sena.", "F'Settembru ta' l-1998 żgħażagħ bejn is-16 u d-19-il sena jirreġistraw għax-xogħol kien hemm 1,100.", "F'Ġunju li għadda kien hemm 789.", "Kien hemm kważi 400 inqas żagħżugħ u żagħżugħa minn żmien il-gvern Laburista.", "Żgħażagħ ta' bejn l-20 u d-29 sena jirreġistraw għax-xogħol fi żmien il-gvern Laburista kien hemm 1,726 u f'Ġunju li għadda kien hemm 1,668, kważi 100 inqas milli kien hemm fi żmien il-gvern Laburista.", "Minn Settembru 1998 sal-lum kien hemm 2,700 mara iżjed fil-gainfully occupied milli kien hemm fl-1997.", "Din tirrappreżenta żieda ta' 7% fuq in-numru ta' nisa gainfully ococcupied b'full-time job.", "Fil-qasam tal-kostruzzjoni l- ħaddiema żdiedu b'16%.", "Fil-qasam tas-servizzi fis-settur privat kien hemm żieda ta' 10% fl-ammont ta' ħaddiema.", "Dan ifisser eluf ta' ħaddiema.", "Iċ- ċifri jitkellmu waħedhom u hawn qed nikkwota ċifri li wħud minnhom ġew ippubblikati meta kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern.", "Jien ngħid li dawn huma indikazzjonijet tajbin.", "Ma nistax ngħid li huma perfetti.", "Huwa veru li għandna sfidi kbar imma ma nistgħux ngħidu li kollox abjad jew kollox iswed mingħajr ma nagħtu l-istampa reali.", "Din l-istampa reali toħroġ minn din l-informazzjoni.", "Jiena ngħid l-ETC kellha kellha sena ta' suċċess.", "Kien hemm titjib fl-effiċjenza u fl-effettivita` ta' l-ETC u din introduċiet programmi flessibbli u skemi ġodda.", "Min hawn irrid nifirħilha għall-innovazzjoni tagħha u għar-riskji li ħadet f'ċerti programmi.", "Ir-riskji huma finanzjarji għax il-Parlament jivvota budget u dawn jonfquhom f'ċerti programmi.", "Nifirħilha għall-kapaċita` li taddatta ruħha waqt li tkun qed tiżviluppa skema.", "L-aktar importanti kienet id- determinazzjoni ta' l-ETC biex tindirizza l-oqsma li hemm bżonn tindirizza.", "Din ma kellhiex suċċess fl-iskemi kolha.", "Jien ma ngħidx li kien tort tagħha.", "L-iskemi jbatu għax kultant ikollna aspettattivi għolja u r-r- riżultat ikun mod ieħor.", "Naħseb li waħda mir-raġunijiet li rnexxielha tagħti dan ir-riżultat pożittiv kien il-mod kif ħadmet ma' l-aġenziji, l- organizzazzjonijiet u l-NGOs.", "Ir-rapport isemmi l-mod kif ħadmet mal- Caritas, ma' l-istitut ta' Paolo Friere, ma' Dar it-Tama, mar-Richmond Foundation, ma' l-Eden Foundation u mal-fondazzjoni Arka.", "Din ħadmet ukoll ma` l-employers' association.", "Ta ́dan nifirħilha.", "Għall-ewwel darba fl-istorja ta' l-ETC l-employers' association ingħatat f'idejha r-responsabbilta` tat-tmexxija ta' skema partikolari biex l- employers stess ikunu involuti direttament fl-iskemi li għandha.", "Iż-żewġ unions prinċipali wkoll ipparteċipaw fil-ħidma ta' l-ETC.", "Din kellha suċċess għaliex iffokat l-enerġija tagħha fuq l-iktar setturi diffiċli inkluż dawk li ħerġin minn programmi ta' riabilitazzjoni tad-droga.", "Irrid ngħid li għadni kemm ġibt l-approvazzjoni mill-kabinett biex nintroduċu u ntejbu l-iskema bridging the gap biex lil dawk li jkunu spiċċaw minn programm ta' riabilitazzjoni tad-droga nagħtuhom mhux biss l-allowance ta' l-ETC imma ntellgħuha sal-paga minima.", "Din kienet xi ħaġa li konna ntroduċejna għall-persuni b'diżabilita' u qed nestenduha wkoll għal dan il- grupp.", "Wara li nkunu nfaqna eluf kbar ta' liri biex nirriabilitaw persuna li tkun inqabdet fil-vizzju tad-droga u li tkun għaddiet mill-programmi li joffru l-organizzazzjonijiet tagħna bħas-Sedqa, l-Caritas, l-OASI u s-SATU nemmen li għandna nagħtu palata oħra biex malajr kemm jista' jkun jirrintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol u fil-ħajja soċjali.", "Irrid ngħid li kienet sena diffiċli għax pajjiżna għaddej mir-realtajiet li jiġu affettwati mill-kriżijiet ekonomiċi li jkun hawn fid-dinja.", "Barra dan pajjiżna jkollu jibqa' għaddej bil-proċess qawwi ta' ristrutturazzjoni.", "Dawn kollha jikkreaw sfidi partikolari u l-ETC qed twieġeb għalihom.", "Jien naħseb li rnexxielha, safejn setgħet, tirrispondi u ġabet riżultati tajbin.", "Naturalment l-ambjent ekonomiku tal-pajjiż dejjem hu parti integrali u jaffettwa ħafna l-funzjoni ta' l-ETC f'pajjiżna.", "Għalkemm dejjem nisimgħu lill-oppożizzjoni tgħid li f'dan il-pajjiż kulħadd qed imut bil-ġuħ, meta wieħed jara l-economic survey li ġie pubblikat fil-budget li għadda jsib li kien hemm żidiet sostanzjali fil-paga medja li jirċievu l-ħaddiema.", "Fl-1999 l-paga medja kienet Lm97 u fl-2002 skond l-econmomic survey jirriżulta li qiegħda Lm109.", "Din hi qabża kbira 'l quddiem għall-ħaddiema li jaħdmu fis- setturi pubbliċi u privati.", "Dan huwa sinjal tajjeb.", "Ma jfissirx li kulħadd qed jirċievi dawn il-pagi, pero' l-paraguni jfissru li fil-pajjiż mexjin 'l quddiem.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici semma l-employment barometer u hawn nistieden lid-deputati jħarsu lejh.", "Dan hu strument ieħor li ntroduċejna.", "F'dawn l-erba' snin għamilna rivoluzzjoni fil-qasam soċjali u fil-qasam tad-dinja tax-xogħol.", "Nista' nsemmi l-lista ta' inizjattivi li għamilna.", "Kien hemm il-labour force survey li hu eżerċizzju biex jgħinna nkunu aktar trasparenti.", "Wara kull pass li nieħdu biex inkunu aktar trasparenti niġu akkużati bi tbagħbis ta' ċifri u dan ma nistax nifhmu.", "Għamilna l-labour force survey biex ikun għodda tajba ħalli nkejlu, nkunu nafu fejn sejrin u nkunu nafu aħniex effettivi.", "Minn fuq l-oppożizzjoni tgħidilna li qed inbagħbsu ċ-ċifri.", "Spjegajna għal aktar minn ħames darbiet li l-labour force survey huwa sample ta' 6,000 ruħ mentri ċ-ċifri ta' l- ETC huma head count li jfisser li kull persuna li tidħol l-ETC tiġi magħduda.", "Kemm il-labour force survey u kemm l-employment barometer huma għodda importanti.", "Din hi t-tieni ħarġa.", "Dan nagħmluh bil-pariri ta' esperti li ġew mill-Isvezja għax huwa eżerċizzju li jsir hemmhekk u f'pajjiżi oħra u allura jgħinna biex inkunu nafu minn qabel x'iridu l- industrijalisti u xi trid l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dawn ma nivvintawhomx aħna imma huma tweġibiet li jagħtuna l-employers infushom.", "Dawn jgħidulna fejn qed ifittxu l-ħaddiema u ma jsibux, fejn hemm żejda u fejn hemm bżonn aktar taħriġ.", "Dik hi għodda importanti għad-deputati li jfasslu l-politika ta' dan il-pajjiż, għall-aġenziji tagħna, inkluż l-ETC, l-Universita', il- Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u għall-istituti kollha li jħarrġu lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ tagħna.", "Dan nagħmluh biex inkunu nistgħu naraw fejn għandna niffokkaw.", "F'din il-ħarġa ta' l-employment barometer wieħed isib x'inhuma s-setturi li għalihom m'għandniex biżżejjed ħaddiema u jsemmi managers in personnel and industrial production, stackers (supermarkets), driver heavy truck, machine operators and assemblers, ship's deck crew and related workers, cleaner/maid, factory hand/labourer, handyman, messenger, porter, luggage (Hotel) u ħafna oħrajn.Hemmhekk insibu lista tas-setturi kollha fejn għandna żieda, fejn għandna bilanċ u fejn għandna nuqqas.", "Anke hawn kellna nagħmlu qabża ta' kwalita' biex naslu għal dan it-tip ta' strument.", "Wara dan kollu niġi hawn u nisma' kelliema li jpinġu kollox iswed.", "Ma nistax inwieġeb kollox u ta' dan nitlob apoloġija lill-kollegi tiegħi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-Onor.", "Karl Chircop semma ftit punti.", "Hu qal li għandna kriżi ta' impjiegi fis-settur ta' l-għamara għaliex hemmhekk naqsu l-ħaddiema.", "Dan hu proċess li ilu jiġri sena wara sena u kull sena jintilfu mas-60 impjieg fis-settur ta' l-għamara b'mod regolari.", "Jien nistiednu jfittex f'paġna 125 ta' l-economic survey li ppubblikajna fil- budget li għadda.", "Dan isib li filwaqt li veru li n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur qiegħed jonqos, il-valur tal-bejgħ tas-settur ta' għamara qiegħed jiżdied minn sena għall-oħra.", "Fis-settur ta' l-għamara filwaqt li qed jonqsu l-impjiegi l-valur u l-volum tal-bejgħ qiegħed jiżdied.", "Dan ifisser li l-valur tal-pagi li jitħallsu u l-investiment f'dan is-settur qiegħed jiżdied.", "Hawn għandi ċ-ċifri imma mhux se noqgħod insemmihom.", "Wieħed isibhom f'paġna 125.", "Il-valur ta' esportazzjoni ta' l- għamara qiegħed jiżdied bħal ma qed jiżdied il-valur tal-bejgħ lokali regolarment sena wara sena.", "Hawnhekk insibu ċ-ċifri ta' l-1999/2000 u l- 2001/2002.", "Dawn is-sidien huma intelliġenti biżżejjed li ma joqogħdux jagħtu kas x'jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-mass meetings.", "Dan jgħid li hawn diżastru u li hawn xi fabbriki li se jagħlqu.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jagħmel ħsara kbira lil dawn l-industriji u minn hawn nistiednu biex jibgħat għall-employers li hu semma u jkellimhom ħalli jifhem l-impatt negattiv tad-diskors irresponsabbli li qiegħed jagħmel indipendentement mill-Unjoni Ewropea.", "Il-paroli żejda tiegħu qed jagħmlu l- ħsara u jiddistabbilizzaw lil dawn l-intrapriżi li wara kollox qalulu diġa' li mhux talli qed jaħsbu li se jkollhom xi kriżi imma talli qegħdin jinvestu u qegħdin ikabbru għaliex jafu li mexjin lejn l-Unjoni Ewropea.", "Il- fatt li dawn qed jirristrutturaw hu tajjeb għaliex qegħdin jinvestu f'makni ġodda u fejn qabel wieħed kien jagħmel siġġu b'għaxra min-nies illum jagħmlu b'persuna waħda.", "Dan m'huwiex ħażin għaliex qed inkunu aktar kompetittivi u qed nilħqu livelli ta' effiċjenza ħafna akbar.", "Mela wieħed għandu jħares biss lejn iċ-ċifri u jitkaża għax intilfu 60 impieg?", "Nistaqsi lill-oppożizzjoni: X'inhu l-aħjar li nħallu s-60 mpjieg hemmhekk u sadanittant naraw il-kumpannija kollha sejra lura, jew ninkoraġġixxu lill- intraprendituri f'pajjiżna jinvestu fin-negozju tagħhom ħalli jżidu l- profitti tagħhom u jtejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħhom u ikollna ekonomija li tista' tassorbi lil dawn il-ħaddiema li b'xi mod jew ieħor sfortunatament b'riżultat ta' dan il-proċess inevitabbli u naturali bilfors ikollhom jintlaqtu?", "It-tweġiba, min għandu l-melħ f'rasu mill-ewwel jinduna biha.", "L-Onor.", "Chircop u kelliema oħra enfasizzaw li l-labour supply qed jonqos u li hemm diżastru..", "L-Onor.", "Chircop qal li r-raġuni għal dan jista` jkun li qed imutu aktar nies qabel l-eta` ta` l-irtirar u semma wkoll iI-fertility rate.", "Dan m'għandu x'taqsam xejn.", "Ir-risposta għal din isibha f'paġna 55 ta' l-economic survey fejn jingħad hekk:", "''The decline in the labour supply was influenced by a number of early retirement schemes that were employed by both the private and public sector during the survey period.''", "Din hi waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex hemm tnaqqis fil-labour supply.", "Per eżempju, nofs is-700 ħaddiem tat-tarzna li ħadu l-early retirement scheme u li ddeċidew li ma jmorrux jirreġistraw jispiċċaw mill-kategorija ta' gainfully occupied, jispiċċaw mil-labour supply u allura n-numru jonqos.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li mis-700 ruħ li spiċċaw mill-iskemi tat-tarzna sal-lum hemm 62 li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Dawk li marru jirreġistraw kollha sabu xogħol alternattiv.", "Qed ngħid dan biex il- Kamra tkun taf x'inhi l-aħħar informazzjoni dwar il-ħaddiema tat-tarzna li għażlu li jieħdu ħadu l-iskema ta` l-early retirement.", "Aħna ninkwetaw għal dawn it-62 ukoll u allura nipprovaw ngħinuhom isibu x-xogħol.", "Niġbed l-attenzjoni li hu mertu ta' dan il-gvern li f'dawn l-aħħar erba' snin introduċejna l-Kulleġġ għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija.", "Il-mira tagħna kienet li ż-żgħażagħ li jispiċċaw mill-iskola sekondarja ma jmorrux direttament fid-dinja tax-xogħol imma jkomplu bl-istudji tagħhom għax l- employment barometer qed jurina x'għandha bżonn l-ekonomija tagħna.", "Il- kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija llum għandu 2071 żagħżugħ u żagħżugħa.", "Min qed jistudja l-inġinerija elettronika, min inġinerija tal- bini u kostruzzjoni, min teknoloġija ta` l-informatika u komunikazzjoni, min kummerċ, min arti u disinn u oħrajn fl-istitut marittimu.", "Liż-żgħażagħ tagħna tajnihom l-opportunita' li flok malli jispiċċaw mill-iskola sekondarja jmorru jirreġistraw jew jidħlu ġo xi fabbrika, dawn ikomplu l- istudji tagħhom biex lill-ekonomija tagħna nagħtuha żgħażagħ imħarrġa biex tkompli tiżviluppa.", "Dan ifisser li 2071 żagħżugħ u żagħżugħa għażlu li minflok jidħlu bħala parti mil-labour supply qed jistudjaw.", "Dan hu punt pożittiv.", "Jien mhux qed ngħid li għandna npoġġu bilqiegħda jdejna fuq zaqqna u ma nagħmlu xejn iżjed.", "Qed ngħid li dan jaffettwa l-labour supply u l-oppożizzjoni missha tifirħilna.", "Aħna għandna 9,000 student ġo l- Universita'.", "Irridu nifirħu bihom għax 9,000 student huma ħafna iżjed mit- 800 li kien hemm meta tlajna fil-gvern l-ewwel darba fl-1987.", "Konna għedna li waħda mill-ikbar sfidi għall-pajjiżna hi li ninkoraġġixxu liż-żgħażagħ ikomplu jistudjaw.", "Aħna ferħanin immens b'9000 student li m'humiex fil- labour supply pero' xorta m'aħniex kuntenti għax nippretendu li d-9,000 isiru 18,000.", "Qed ngħid li l-mira għal Malta hi li jkollna 18,000 student fl-Universita' u fil-kulleġġi vokazzjonali tagħna biex ikollna proporzjon bħal ta' pajjiżi żviluppati oħra.", "Sur President, l-Onor.", "Chircop semma wkoll l-MVQ's. Irrid ngħid li din is- sena ġiet ivvotata s-somma speċifika għall-kunsill biex ikun jista' jimpjega l-esperti miegħu.", "Il-kunsill diġa' daħal fi qbil ma' kunsill ekwivalenti ġo l-Iskozja biex flok niddedikaw il-ħin biex niżviluppaw standards għal pajjiżna napplikaw standards li diġa' ġew żviluppati hemmhekk u li jistgħu jiġu adattati għalina.", "L-Onor.", "Chris Aguis semma diversi punti wkoll u ma naħsibx li għandi għalfejn nidħol fil-punti kollha li huwa semma.", "Dan qal li din is-sena kellna sitwazzjonijiet fejn ingħataw numru ta' sensji minn diversi intrapriżi f'pajjiżna.", "Dan hu proċess naturali wkoll.", "Hu semma s-Seven Up, Peter Blond u l-Medwear.", "Veru li din is-sena kellna 2,800 minn dawn kieku kelli ngħodd il-ħaddiema minn supermarket partikolari li kellu xi 600 ruħ, pero` tajjeb li ħawnhekk inqabbel dan man-numru ta' sensji li ngħataw fi żmien il-gvern Laburista.", "Fi żmien il-gvern Laburista, minn Jannar sa Diċembru 1997 kien hemm 2,275 sensja.", "Dan jagħmel parti mill-proċess ta' ristrutturazzjoni u m'għandniex għalfejn noqogħdu nġibu d-dinja fit-tarf ħlief li ngħidu li għandna nitfgħu għajnejna fuq dawk li jiġu sensjati u nipprovdulhom is-servizzi meħtieġa.", "L- ETC pprovdiet dawn is-servizzi.", "Anke fuq dan nifirħilha għaliex kull darba li l-ETC saret taf b'xi sensji intervjeniet mill-ewwel biex tgħin lil dawn il-ħaddiema li ntlaqtu.", "Hija ħasra li ħafna drabi kellha ssir taf mill- gazzetti jew mill-unions involuti.", "B'riżultat tal-miżuri li daħħalna fil- liġi tax-xogħol dan kollu mhux se jkun jista' jsir għaliex min irid jissensja b'mod kollettiv irid l-ewwel javża, imbagħad iħalli perijodu ta' żmien sakemm isiru l-eżerċizzji li hemm bżonn ħalli l-ħaddiema jingħataw mhux biss l-informazzjoni imma anke l-għajnuna kollha li jistħoqqilhom.", "Sur President, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro għamlet l-intervent tagħha b'mod mill-iktar negattiv pero' hija għażla tagħha kif tittratta s-suġġett.", "Jien ma naqbilx mal-mod ta' kif din tinterpreta ċ-ċifri għal dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol part-time.", "Naturalment hemm aspetti li rridu nħarsu lejhom inkluż kif il-part-timers ta' pajjiżna ma jiġux sfruttati.", "Bl-avviżi legali li pubblikajna taħt il-liġi tax-xogħol il-ġdida li tagħti protezzjoni ġdida lill-ħaddiema li huma part-timers għamilna pass ieħor 'il quddiem.", "Madankollu rrid infakkarha li fid-dinja kollha x-xogħol part- time, il-flessibilita' fuq il-post tax-xogħol u s-sigħat imnaqqsa qed ikunu l-iktar affarijiet li jattiraw nies speċjalment nisa lejn id-dinja tax- xogħol.", "Jien informat mill-ETC li sar studju dwar il-qasam tal-part-time bħala x-xogħol prinċipali.", "Dan irrid nanalizzah fil-ġimgħat li ġejjin u nittama li bis-saħħa tiegħu nkunu nistgħu inkomplu ntejbu l-inizjattivi li ħadna f'dan il-qasam.", "Din is-sena qegħdin nipproponu li l-Parlament jivvota Lm3 miljun oħra lill- ETC.", "L-ETC trid tuża dawn it-Lm3 miljun biex tkompli tenfasizza l-policies tagħha u twettaq il-programm tal-gvern.", "Irridu ngħollu r-rata tal- parteċipazzjoni u mmexxu l-gender equality action plan li nixtieq inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan għadu kif ġie ippubblikat l-ġimgħa li għaddiet bi programm u miri speċifiċi għas-sentejn li ġejjin.", "Dak irid jitwettaq.", "Se nintroduċu c-child care facilities skond kif maħsub fid- diskors tal-budget u se nkomplu bil-korsijiet ta' taħriġ partikolarment fil- qasam ta' l-IT literacy.", "F'dawn l-erba' snin għamilna liġi tax-xogħol ġdida u taħtha ppublikajna disa' avviżi legali li rrivoluzzjonaw il-qasam ta' l-impjiegi u d-dinja tax- xogħol f'pajjiżna.", "Għamilna wkoll liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il- post tax-xogħol.", "Illum stess poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra erba' avviżi legali li qed idaħħlu standards ġodda ta' saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol u dawn daħħalnihom b'konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali tagħna.", "F'dawn l-erba' snin li għaddew introduċejna l-kunċett tal-labour force survey biex jgħinna nifhmu iżjed x'qed jiġri fid-dinja tax-xogħol.", "Ippubblikajna l-istatistika riveduta għas-snin ta' kemm ilhom jiġu pubblikati ċifri dwar id-dinja tax-xogħol f'pajjiżna.", "Ippubblikajna l- employment barometer.", "Għamilna l-joint assessment papers, ippubblikajna l- gender equality plan, għamilna l-liġi dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n- nisa u introduċejna l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.", "Ħloqna job centres li taw is-servizz kif spjegat fir-rapport.", "Waqqafna ċentri fil-komunita` bħama huwa ċ-ċentru ta` aċċess ġewwa l-Birgu.", "Irranġajna l-pożizzjoni tal-ħaddiema impressed, irranġajna l-pożizzjoni tal- casuals, tajna l-protezzjoni lill-part-timers, introduċejna protezzjoni lil min ikun vittma ta` sitwazzjoni fuq ix-xogħol meta l-employer ifalli billi waqqafna l-fond garantit u tant affarijiet oħra li juru biċ-ċar li dan il- gvern f'erba` snin irrivoluzzjona l-qasam tax-xogħol, il-qafas legali kollu li jirregola d-dinja tax-xogħol u mexa biex ikollu korporazzjoni li hija effiċjenti u li tkun effettiva fix-xogħol tagħha.", "Nirringrazzja lill-bord kollu, liċ-chairman u lill-ħadiema kollha ta` l-ETC għax-xogħol li għamlu li wettqu matul it-tnax-il xahar li għaddew.", "MR SPEAKER: Għandi nifhem li l-Aġent Prim Ministru għndu xi dokument li jrid ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Gender Equality Action Plan 2003 – 2004 maħruġ mill-Korporazzjoni għax- Xogħol u t-Taħriġ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għas-sena 2002/2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fid-9:00 p.m u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nagħmel il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena 2002/2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "390", "FAVUR : 30", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 22", "L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Aġent Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 29 ta` Jannar 2003 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2002-2003.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru tat-Trasport u Kommunikazzjoni): Sur President, ftit tal-jiem ilu din il-Kamra kellha quddiemha mozzjoni dwar jekk Malta għandiex tidħol fl-UE fit-tkabbir li jmiss jew le u nistgħu ngħidu li minn dakinhar 'il quddiem dan is-suġġett immonopolizza kemm is- seduti ta' wara, kemm il-media u kemm id-diskors tal-poplu Malti in ġenerali.", "Kulħadd jaf li l-mument ta' l-għażla qed joqrob u dan jidher anke fid-dibattiti li kellna matul il-ġurnata tal-lum mingħajr ma nagħmel riferenza għal dak li fil-fatt ingħad għaliex naf li hemm standing order - li iktar ma jiġix osservat milli jiġi osservat - li ma tistax titkellem dwar suġġetti li jkunu fuq l-aġenda f'ġurnata partikolari.", "F'din il-Kamra, aħna lkoll qegħdin attivi fil-ħajja pubblika u kollha kemm aħna nirrappreżentaw xi partit jew ieħor f'pajjiżna.", "Aħna għandna responsabbilitajiet x'naqdu mhux biss fil-konfront tal-partit li aħna nirrappreżentaw u nemmnu fih, imma għandna responsabbilta` ukoll li dak li ngħidu u li nwasslu lin-nies ikun messaġġ li jirrispekkja l-verita`.", "Qed ngħid hekk għaliex kull membru ta' din il-Kamra għandu wkoll obbligi li jrid jirrispetta.", "Kull membru jrid jisma', jagħraf u jifhem x'ikun qed jiġri fl-ibliet u fl-irħula li hu jirrappreżenta f'dan il-Parlament u allura l-membri jkollhom kuntatti man-nies u dawn jistgħu jinfluenzaw id- deċiżjonijiet tagħhom.", "Veru li kull membru jrid iwassal il-messaġġ tal- partit tiegħu, pero` l-iktar importanti hu li jitwassal messaġġ li jkun veritier.", "Qed ngħid dan kollu għaliex meta l-membri jmorru jitkellmu man-nies, in- nies jinformawhom b'dak li qed jgħidulhom membri oħrajn li għandhom twemmin politiku ieħor.", "Ta` min jgħid li l-membri Parlamentari dejjem jipprovaw jisimgħu u jaraw x'inhu l-messaġġ li qed jipprova jwassal il-poplu Malti lill-gvern u lill-oppożizzjoni tal-ġurnata.", "Meta aħna l-membri parlamentari nibdew niltaqgħu man-nies, nibdew nisimgħu argumenti li jkunu shadows ta' argumenti li jinstemgħu f'din il-Kamra, pero` jkunu aktar gravi milli nisimgħu hawnhekk għax f'din il-Kamra hawn regoli li kulħadd irid jirrispetta.", "Ikun tajjeb li wieħed jisma' x'kummenti u x'messaġġi jkunu qed iwasslu dawk li jirrappreżentaw l-oppożizzjoni fil-laqgħat li jkollhom man- nies.", "Naturalment, ħadd ma jista' jgħid li l-membri ta' l-oppożizzjoni m'għandhomx dritt li jkollhom laqgħat mal-pubbliku f'pajjiżna, pero` dawn għandhom ikunu responsabbli f'dak li jgħidu u jiżguraw ruħhom li l-messaġġ li jkunu qed iwasslu jkun veritier.", "Sur President, norbot dan li semmejt issa ma' l-argumenti li kellna f'dawn l-aħħar ġranet f'din il-Kamra għaliex fid-dibattiti li kellna l-għażla ta' sħubija fl-UE ġiet impinġija bħala għażla li se twassal biex setturi sħaħ ta' pajjiżna jispiċċaw u l-ħaddiema kważi jmutu fil-ġuħ.", "Nafu li dawn huma l-argumenti li l-oppożizzjoni qed tibni għall-kampanja tagħha u dan joħroġ anke mid-diversi domandi parlamentari u argumenti li jsiru minn membri ta' l-oppożizzjoni.", "Nerġa' ngħid, kull membru parlamentari għandu dritt imur għand il-konstitwenti tiegħu u jwassal il-messaġġ tal-partit imma dan għandu jsir b'responsabbilita` u b'mod veritier għax il-verita` hi waħda u din għandha tiġi nkwadrata fil-policies tal-partit li membru parlamentari jkun membru fih.", "Il-verita` għandha tiġi preżentata mingħajr tgħawwiġ.", "Qed ngħid dan għaliex hawn membri parlamentari li qed jgħidu lin-nies li jekk Malta tidħol fl-UE, il-job tagħhom se jispiċċa u dan mingħajr ma jsemmu x'se jiġri bl-alternattiva politika tagħhom.", "Jiena bħala wieħed mill- 280,000 votant għandi dritt inkun naf x'inhi l-alternattiva politika ta' l- oppożizzjoni, imma s'issa la jiena u lanqas il-poplu ma nafu x'inhi din.", "L- alternattiva ta' l-oppożizzjoni, l-option tal-partnership, fiha ħafna kliem sabiħ imma meta tiġi biex tara s-sustanza tagħha tinduna li din ma tfisser xejn.", "Min jafni jaf, li jiena mhux l-ewwel darba li nistieden dawk li nkun qed nitkellem magħhom biex jaqraw u jifhmu x'qiegħed jgħid il-partit l-ieħor u jiena stess sibt iż-żmien u qrajt dokument fuq il-partnership maħruġ mill- oppożizzjoni li jitkellem fuq il-benefiċċji u l-iżvantaġġi ta' l-UE.", "Meta qrajt dan il-dokument, iżjed milli sirt naf x'inhuma l-iżvantaġġi, spiċċajt litteralment ma nistax nemmen dak li qed naqra.", "Jiena nistieden lill-poplu Malti biex bis-serjeta` jaqra u jifhem dak li hemm miktub f'dan ir-rapport għax naħseb li bħalma kif spiċċajt jien ma nistax nemmen dak li hemm fih, l- istess jiġrilu kull min jaqrah.", "Meta niftakar ir-riżmi sħaħ ta' karti li ntużaw u s-sigħat twal ta' programmi fuq ir-radju u fuq it-televiżjoni li saru min-naħa ta' l- oppożizzjoni biex permezz tagħhom jispjegaw kemm dan il-gvern mhux kapaċi, kemm huma jafu iżjed minna u kemm għandhom argumenti validi kontra s- sħubija, niġi nqalleb f'dan id-dokument u ma nsib xejn miktub fuq diversi setturi fosthom it-trasport u l-komunikazzjoni li jiena responsabbli tagħhom.", "Ma nafx kemm-il darba l-oppożizzjoni tkellmet u kkritikat dawn is- setturi u qaltilna li dawn se jispiċċaw fix-xejn meta nkunu membri sħaħ ta' l-UE.", "Imbagħad taqra dan id-dokument u ma ssib l-ebda riferenza għal dawn is-setturi jew inkella jkun hemm ħaġa żgħir li fir-realta` ma tfisser xejn.", "Sur President, irrid nieħu l-okkażjoni tal-lum biex għal darba oħra nerġa' nitkellem dwar aspetti li jaqgħu taħt il-ministeru tat-trasport u komunikazzjoni li huma marbutin ukoll mal-pożizzjoni ta' Malta fl-UE.", "Bħalma diġa` għedt apparti dak li naqra u nisma fuq il-media, jiena nitkellem man-nies u nisma` x'qed jgħidulhom tan-naħa l-oħra u minkejja dak li hemm miktub u li ksibna fin-negozjati biex nissalvagwardjaw ċerti setturi, ċerti nies qed jgħidu mod ieħor.", "Għalhekk tajjeb li nerġgħu ngħidu li x-xogħol tal-200 taxi f'Malta u tal-50 f'Għawdex se jiġi salvagwardjat għax se jibqgħu fl-pożizzjoni li qegħdin illum.", "L-istess jgħodd għal dawk li għandhom il-mini-bus il-ħamra, karozzi tal-linja u coaches.", "Dawn huma kollha setturi li l-impjiegi fihom ġew salvagwardjati.", "Kull wieħed minnhom irid jara li jkompli jtejjeb ix-xogħol tiegħu.", "Pero` dik hija parti mill-ħajja ta' kull wieħed minna li jipprova kontinwament itejjeb il-kwalita` tax-xogħol u tal-ħajja tiegħu.", "Imma huwa importanti li dawn ikunu jafu li hemm il-garanzija bil-miktub li m'għandhom l-ebda theddida għax-xogħol tagħhom.", "Meta qrajt id-dokument dwar il-partnership ma sibt xejn fuq dan għax l-oppożizzjoni ħsieba biex twassal messaġġ wieħed biss, dak li meta nidħlu fl-UE ix-xogħol ikun mhedded u jispiċċa, u dan jgħiduh minkejja li jafu li dan mhux minnu.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-ħaddiema tax-xatt bid- diversi kategoriji li hemm għax il-ħaddiema tax-xatt m'humiex biss il-port workers imma hemm kategoriji u setturi differenti.", "Il-gvern ġab salvagwardja għall-ħaddiema fis-setturi kollha tax-xatt, kemm għall-port workers, kemm għall-burdnara u kif ukoll għal min inhuwa impjegat f'xi settur ieħor partikolari.", "Dan ifisser li dawn in-nies jafu li l-pożizzjoni tagħhom hija salvagwardjata b'kondizzjonijiet li jiggarantixxu li dawn jkomplu jsostnu lilhom innifishom għaż-żmien li ġej.", "Il-pożizzjonijiet huma ċari, pero` sfortunatament jibqa' jkun hawn nies li minkejja li jafu li ma jkunux qed jgħidu l-verita` jibqgħu jgħidu lil dawn il-ħaddiema li se jkollhom theddida fuq ix-xogħol tagħhom u sejrin jispiċċaw mingħajr impjieg.", "Infakkar li aħna fid-dover tagħna li ngħidu l-verita` u nagħtu stampa reali ta' dak li qegħdin fih illum u dak li nistgħu nkunu fih 'il quddiem, speċjalment lil dawk in-nies li forsi ma jkunux daqshekk intiżi fuq l-affarijiet għax mhux sew li wieħed juża l-impjieg ta' xi ħadd – l- iżjed ħaġa importanti biex ssostni familja – u jgħid li dan se jiġi mhedded meta nidħlu fl-UE, meta dan ma jkunx minnu.", "Sur President, settur ieħor li l-oppożizzjoni qiegħda kontinwament tgħid li se jispiċċa jekk Malta tidħol fl-UE huwa s-settur tal-biedja.", "Il-messaġġ ta' l-oppożizzjoni hu li dawn il-bdiewa se jispiċċaw f'pożizzjoni fejn ix- xogħol u l-għajxien tagħhom jiġi mhedded.", "Dan huwa l-mod kif dawn qed ibeżżgħu lill-bidwi u lir-raħħal f'pajjiżna.", "Il-bidwi Malti ma jridx li fl- aħħar tax-xahar jieħu cheque ta' xejn għax il-bidwi Malti huwa bniedem bieżel li jrid jaħdem u jaffaċċja n-natura bid-diffikultajiet kollha li l- istess natura toħloq u jrid jaqla` l-flus minn dan ix-xogħol.", "Hemm uħud min- naħa ta' l-oppożizzjoni li dan jafuh u għalhekk qed ibeżżgħuh proprju fuq l- iżjed ħaġa li hi importanti għalih.", "Pero` l-oppożizzjoni taf daqsi u anke aktar minni li fir-realta`, dan mhux minnu.", "Pero` xorta waħda jibqgħu jipprovaw ibeżżgħu lill-bidwi Malti b'din il-possibblita` għaliex dan huwa l-mod – mod inġust ngħid jien – kif forsi jġibu xi voti.", "Il-gvern irid iwassal messaġġ ċar lill-ħaddiema f'dan is-settur mhux għal dan il-mument partikolari biss imma għas-snin li ġejjin ukoll u jiena konvint li l-bidwi Malti għandu biżżejjed melħ f'rasu biex jgħaraf x'ġara fil-passat taħt dan il-gvern u jieħu d-deċiżjonijiet tajbin biex jimxi 'l quddiem.", "Għal darba oħra, l-gvern tal-ġurnata qed iwassal messaġġ ċar li permezz tiegħu qed jgħid lill-bidwi li mhux talli se jibqagħlu d-dritt li jibqa` jaqla` l-għajxien tiegħu imma se jkollu wkoll l-għajnuna tal-gvern biex jagħmel dan u se jkun hemm ukoll għajnuna li trid tiġi mill-UE.", "Jiena nistaqsi x'se tagħmel l-oppożizzjoni fuq dan is-settur.", "Meta ħabbarna l- pakkett għall-agrikoltura, dawn ħarġu jgħidu li l-flus li l-bdiewa se jingħataw se jkunu mit-taxxi Maltin u mhux fondi ta` l-UE.", "L-ewwelnett, l- oppożizzjoni taf li dan m'huwiex minnu.", "Pero` aktar minn hekk, din hi indikazzjoni ta' kemm il-pożizzjoni tal-gvern tal-ġurnata hi waħda immirata biex mhux biss tiggarantixxi għajxien diċenti għall-bdiewa, imma tiżgura wkoll li l-għajxien tagħhom jibqa' jiġi sostnut, jibqa' jitjieb u l-livell tal-ħajja ta' kull wieħed minn dawn il-persuni jibqa' miexi 'l quddiem.", "Sur President, naqleb fuq xi ħaġa totalment differenti u nitkellem fuq l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li se jseħħu ħames ġimgħat oħra.", "Wieħed diġa` jista' jibda jara l-istess tip ta' kampannji li kellna fis-snin li għaddew meta esponenti ta' l-oppożizzjoni jmorru fil-kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista u xogħol li sar mill-gvern ċentrali b'responsabbilita` u b'dover lejn il-kunsilli lokali jgħadduh bħallikieku sar mill-kunsill lokali.", "Min-naħa l-oħra, imorru f'kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista u jagħmlu enfasi fuq dak li ma sarx.", "Jiena rrid ngħid li għad baqa` ħafna xogħol x'isir.", "Bħalissa għadna f'sitwazzjoni li jridu jgħaddu madwar sentejn jew tlieta biex jitlestew ix-xogħlijiet kollha li għad baqa'.", "Hu tajjeb li wieħed isemmi x-xogħol li sar mill-kunsilli lokali, pero` jkun ġust u xieraq li jekk xi xogħol sar b'kollaborazzjoni tal-gvern ċentrali jew mill-gvern ċentrali, dan għandu jingħad ukoll u mhux xi ħadd jipprova jieħu vantaġġ politiku u jgħid li l-kunsilli lokali għamlu xogħlijiet li fil-verita` ikun għamilhom il-gvern.", "Bħalma diġa` għedt qabel fid-diskors tiegħi, in-nies li nirrapreżentaw għandna ngħidulhom il-verita` kemm meta nkunu f'amministrazzjoni politika nazzjonali u kemm meta nkunu f'amministrazzjoni politika lokali.", "Jien mhux darba jew tnejn li kelli okkażjoni niltaqa` ma' kunsillieri lokali u ma' nies li joqogħdu f'areas differenti ta' pajjiżna u kulħadd jibda` sejjer li wieħed qal hekk u l- ieħor qal mod ieħor.", "Ma jistax ikun li nkunu f'sitwazzjoni fejn, per eżempju, ikun hemm triq li taqa' taħt ir-responsabbilita` tal-kunsilli lokali u meta xi residenti jitolbu lill-kunsill lokali biex jirranġalhom it- triq, dan iwaħħal fil-gvern u jgħid li l-gvern ma jridx jagħmel din it-triq partikolari meta dan ma jkunx minnu.", "Jiena nistieden lil kull min jisma` dawn l-affarijiet biex jiċċekkja u ma joqgħodx u ma joqgħodx jibża` jsemmi l-ismijiet ta' min ikun qallu ċerti affarijiet.", "Jekk dak li jkun, ikun qal il-verita` - u dan hu l-punt importanti – m'għandux għalfejn jibża` li xi ħadd isemmih b'ismu.", "Jekk jiena ngħid tali ħaġa, kulħadd għandu dritt jgħid li Ċensu Galea qal dik it-tali ħaġa.", "Min jgħid l-affarijiet veri u b'responsabbilita` m'għandux għalfejn jibża` li jsemmu ismu.", "Sur President, nagħlaq billi nenfasizza fuq l-importanza li kull wieħed u waħda minnha - speċjalment dawk li jaħdmu fil-politika u jirrapreżentaw il- poplu kemm fuq bażi nazzjonali u kemm fuq bażi lokali - ikun sinċier f'dak li jgħid u jipprova jinkwadra l-policies politiċi tiegħu bl-aktar mod veritier, ċar u mingħajr tgħawwiġ ħalli nevitaw li l-poplu jifhimna ħażin u tonqsilna l-kredibilita`.", "Bl-ebda mod m'għandna nużaw in-nuqqas ta' informazzjoni ta' ċerti individwi biex nieħdu vantaġġ politiku.", "Importanti li aħna l-politiċi nkunu kemm jista' jkun kredibbli u aktar ma nkunu onesti ma' dawk li nirrapreżentaw, aktar din il-kredibilita` tikber.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 29 ta' Jannar, 2003 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif ikkomunikata mill- Ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - TFAL TA' KLANDESTINI", "38297.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfal ta' klandestini jattendu fi skejjel tal-gvern u fi skejjel tal-Knisja?", "F'liema lokalita' u f'liema skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' tfal ta' klandestini li jattendu fi skejjel tal-gvern huwa kif ġej:", "|Lokalita' |Numru ta' | | |tfal | |Floriana |7 | |Ħamrun SS |5 | |Pieta' |17 | |Birżebbuga A |8 | |Birżebbuga B |5 | |Żurrieq A |8 | |Żurrieq B |5 | |Total |55 |", "It-Tlieta, 28 ta' Jannar 2003, ser jiżdiedu dawn li ġejjin:", "|Tarxien Primary |10 | |Paola Primary A |11 | |Paola Primary B | 7 | |Santa Marija | 2 | |Goretti GSS | | |Total |30 |", "Informat ukoll li skond l-aħħar informazzjoni li għandha d-diviżjoni dwar l- iskejjel tal-Knisja, sebat itfal ser jibdew jattendu fl-iskola tas- seminarju minuri tal-Virtu', Rabat.", "STATEMENTING MODERATING PANEL - APPELLI", "38308.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm każi appellati minn deċiżjoni ta' l- istatementing moderating panel?", "Kemm hemm appelli pendenti?", "Kemm ilhom jistennew?", "X'komunikazzjoni saret mal-ġenituri tat-tfal li qed jistennew li jinqatgħu l-appelli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19990616_124d_par.doc", "date": "1999-06-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 124 L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 124", "L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "124", "L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1999", "WERREJ MINUTI 119", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 119", "TQEGĦID TA' KARTI 125", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAL ĦATRA TA' MEMBRU FIL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN 126", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR FONDI GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI 127", "AĠĠORNAMENT 145", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 149", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 123 li saret fis-16 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "AMBJENT - IMPJEGATI", "6937.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5941?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Fil-ministeru għall-ambjent m'hemmx nies seconded.", "TURIŻMU - IMPJEGATI", "6950.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5951, jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati seconded mal-ministeru u mil-liema entita' ġejjin?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) (f'isem il-Ministru għat- Turiżmu): Ninsab informat li l-impjegati tal-gvern li huma on secondment ma' l-NTOM huma kif jidher hawn taħt:", "|Paul Galea | |Louis Azzopardi | |Joe Bonnici | |Charles Abdilla |", "L-impjegati ta' l-NTOM seconded mad-dipartiment għat-turiżmu huma kif jidher hawn taħt:", "|Romina Verzin | |Alfred Desira | |Anne M. Sciberras | |Anne Marie Sant | |Raymond Cassar | |Pierre Callus |", "SAN ĠILJAN - VILLA FIERES", "7153.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Peress li Villa Fieres fi Pjazza Spinola, San Ġiljan, hija ddikjarata skedata grad 2 skond it-termini tal-policy UCO 7 tal-pjan ta' struttura, u peress li ġiet sottomessa applikazzjoni lil- lands u lill-planning authority għall-bini ta' lukanda fuq l-imsemmi sit bin-numru 1916/99, jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa skond il- parametri tal-liġi biex il-proprjeta' Villa Fieres tiġi mħarsa u salvata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-applikazzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet irtirata fil-15 ta' Mejju, 1999.", "SAN ĠILJAN - XOGĦLIJIET", "7178.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi mmedjati sabiex xogħol ta' tibdil ta' servizzi fit-toroq ta' San Ġiljan li ilu li beda xhur - qed nirriferi għal Triq Lapsi, Triq il-Kbira u Triq San Ġorg - jitlesta mill-aktar fis possibbli u eventwalment jitlesta wkoll ix- xogħol ta' manutenzjoni fl-imsemmija toroq, peress li dan qed joħloq inkonvenjent kbir kemm għar-residenti kif ukoll għas-sewwieqa?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li x-xogħol f'Lapsi Street jikkonsisti fi tqegħid ta' cable tad-dawl, li issa tlesta, u fi bdil ta' water main u house services.", "Informat ukoll li qed jittieħdu l-passi neċessarji biex ix-xogħol konness mat-toroq ikun jista' jitlesta.", "GOZO CHANNEL - IMPJEGATI", "7206.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-kumpannija Gozo Channel mill-1 ta' Jannar sas- 26 ta' April, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l- impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-kumpannija Gozo Channel.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru tana l-figuri sa April, imma issa jista' jgħidilna jekk minn April sal-lum u mill-elezzjoni sa l-aħħar tas-sena ġewx ingaġġati ħaddiema mal-Gozo Channel?", "Bħala xiex ġew ingaġġati, bħala seamen?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiddispjaċini pero' m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk.", "Il-mistoqsija kienet tirriferi għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' April u l-informazzjoni li għandi hija proprju għal dak il- perijodu.", "Jien naħseb li diġa' rrispondejt xi mistoqsijiet oħra dwar il- perijodu mill-elezzjoni sa l-aħħar tas-sena pero' onestament ma niftakarx ir-risposta x'kienet.", "Ikun aħjar jekk issirli domanda bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-każ li dawn ġew ingaġġati bħala seamen, jaqbel il- Ministru li dawn għandu jkollhom il-qualifications ta' seamen?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel id- domanda tiegħu bil-miktub inkun nista' nwieġbu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZl: Mr Speaker, jekk jiġu ngaġġati seamen mas-Sea Malta, il-Ministru jidhirlu li dawn għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naf li l-ħaddiema - u hawnhekk qed nitkellmu fuq il-Gozo Channel mhux fuq is-Sea Malta - jiġu ngaġġati fuq ċerti kriterji pero' m'iniex f'pożizzjoni li ngħid fid-dettall x'inhuma dawk il- kriterji.", "Nerġa' ngħid li jekk jagħmilli domanda bil-miktub inkun nista' ngħidlu x'inhuma l-kriterji għad-diversi kategoriji ta' ħaddiema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fost affarijiet oħra fil-Mechant Shipping Act hemm imniżżel liema esperjenza u kwalifiki għandu jkollhom is-seamen.", "Il-ministeru jara li l-kwalifiki ta' dawk li jiġu ngaġġati għal dan it-tip ta' xogħol ikunu in line ma' dak li titlob il-liġi marittima?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Li nista' ngħid hu li l-impjegati jiġu ngaġġati skond il-kriterji u r-regolarmenti stabiliti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidli jekk jemminx li dawk li ġew impjegati matul is-snin kollha għandhom il-kwalifiki u l- esperjenza li titlob il-Merchant Shipping Act?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jiena ma narax kif nista' nirrispondi domandi bħal dawn mingħajr ma jkolli l-informazzjoni meħtieġa f'idejja.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli dawn id-domandi bil-miktub inkun nista' nwieġbu aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiġifieri l-Ministru ma jafx jekk hemmx nies ingaġġati buq bastimenti tal-kumpannija Gozo Channel li m'għandhomx il- kwalifiki li titlob il-liġi marittima?", "Persuna li taħdem fuq bastiment li jġorr passiġġieri mingħajr ma jkollha l-kwalifiki u l-esperjenza tkun qed tipperikola l-ħajja ta' dawk Ii jkunu qed jivvjaġġaw fuq dak il-bastiment.", "Jiġifieri minkejja dan, il-Ministru m'huwiex interessat li jkun jaf li l- affarijiet mexjin kif suppost?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, mhux sewwa li l-Onor.", "Interpellant joqgħod ipoġġi l-kliem f'ħalqi u jgħid li jien m'iniex interessat.", "Dan assolutament m'huwiex minnu u noġġezzjona ħafna għal dan it-tip ta' atteġġjament.", "Id-domanda oriġinali kienet tirriferi għal perijodu speċifiku u jien ġejt preparat għal dak il-perijodu.", "Issa jekk huwa għandu xi domanda partikolari, jagħmilha bil-miktub u nkun nista' nwieġbu skond ir- regolamenti ta' din il-Kamra.", "Imma mhux jiġi jgħidli li ma nafx jew li ma jimpurtanix!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura f'dak il-perijodu msemmi fid-domanda oriġinali, il-baħħara ngaġġati fuq il-bastimenti tal-Gozo Channel kollha kellhom il- kwalifiki u l-esperjenza li tirrikjedi il-liġi marittima?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, fid-domanda oriġinali ġejt mistoqsi jekk ġewx ingaġġati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar sas- 26 ta' April ta' din is-sena.", "Jien għedt li f'dak il-perijodu ma ġewx ingaġġati nies ġodda.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi mistoqsija oħra x'jagħmel dwar kwalifiki u affarijiet oħra, jagħmilha bil-miktub u nkun nista' nwieġbu.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li jien ma nistax inkun naf fuq il-ponot ta' subgħajja l-kwalifiki ta' kull impjegat li jaqa' taħt il-ministeru tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li kwalunkwe inngaġġ sar skond ir-regolamenti, dan ifisser li dawn in-nies għandhom il-qualifications u l-esperjenza meħtieġa?", "Jista' almenu jikkonfermali dan il-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien diġa' għedt li f'dak il-perijodu msemmi ma ġie ngaġġat ħadd.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Mizzi jrid informazzjoni iktar dettaljata m'għandi l-ebda diffikulta' li nagħtihielu, pero' ma jistax jistenna li ministru joqgħod jirrispondi domandi ipotetiċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, jien għandi nifhem li l-ewwelnett il-Gozo Channel timpjega n-nies skond u b'liema kondizzjonijiet jidhrilha hi.", "(Interruzzjonijiet) Iva, skond kif jidhrilha hi u skond għal-liema kategorija.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Id-domanda, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, jikkonferma l-Ministru li l- baħrin li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel matul is-snin ingħataw korsijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment f'impjiegi bħal dawn dejjem isir training u retraining u jista' jkun hemm każi fejn il-ħaddiema ġew imħarrġa għaliex inħass li ma kenux imħarrġa biżżejjed jew ma kenux aġġornati biżżejjed.", "Fil-fatt il-Gozo Channel tesiġi li jsir dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru issa ftakar li jingħata taħriġ lill-ħaddiema, ma jidhirlux li jekk xi ħadd ma jkollux il-kwalifiki neċessarji ta' seaman mhux suppost jibda jaħdem?", "Dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu għand l-individwu qabel ma jibda jaħdem u mhux iġibhom wara!", "Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jindaga sabiex jara li l-baħħara ngaġġati mal-Gozo Channel għandhom il-kwalifiki u l-esperjenza neċessarja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jien diġa' għedt li n-nies jiġu ngaġġati skond ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet stabiliti.", "Rigward l- aġġornament tal-ħaddiema, kulħadd jaf li jsiru dawn it-tip ta' korsijiet għall-ħaddiema.", "(Interruzzjonijiet) Mela hemm xi regulations li jibqgħu l- istess in aeternum!", "Allura jekk ma jkunux aġġornati x'tagħmel?", "Tkeċċihom 'il barra!", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li huwa tajjeb li jkun hemm aġġornament, anzi jien ngħid li dan għandu jsir f'kull post tax-xogħol.", "ĊENTRU TA' RESTAWR", "7276.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' twaqqif ta' ċentru ta' restawr u xi pjani għandu biex dan iċ-ċentru jitwaqqaf fis-snin li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li wara biss ftit xhur mill-bidla fl-amministrazzjoni, il-ministeru ta' l-edukazzjoni pprepara pjanijiet ġodda għat-twaqqif ta' ċentru Malti għar-restawr u nieda żjara ta' tliet esperti Taljani f'April 1999, peress li l-Gvern Taljan intrabat li jgħin fit-twaqqif ta' dan iċ-ċentru.", "Wara li ttieħdu in konsiderazzjoni l-pariri ta' l-esperti Taljani, il-proġett taċ-ċentru Malti għar-restawr ġie approvat mill-kabinett nhar it-Tnejn 26 ta' April, 1999.", "L-istatut ta' l-MCR kien maqbul u ċ-ċentru twaqqaf formalment permezz ta' ftehim bejn l-Universita` ta' Malta u l-ministeru ta' l-edukazzjoni, li ġie ffirmat nhar it-Tnejn 3 ta' Mejju, 1999.", "Dakinhar inħatru ċ-chairman u l- membri tal-bord li jmexxi ċ-ċentru.", "L-MCR jinkorpora fih ukoll istitut għall-istudji fir-restawr.", "It-twaqqif taċ-ċentru tħabbar pubblikament f'konferenza stampa li saret nhar il-Ġimgħa 7 ta' Mejju fil-preżenza tar-rettur ta' l-universita`, l- ambaxxatur Taljan u d-direttriċi ta' l-istitut kulturali Taljan fost oħrajn.", "Matul il-konferenza stampa ġie ppublikat ukoll il-pre-prospectus tal-korsijiet ta' studju li se joffri l-MCR.", "Il-bord li jmexxi ċ-ċentru diġa ltaqa' bosta drabi f'dawn l-aħħar ġimgħat u fost affarijiet oħra:", "i) fetaħ negozjati ma' ċentri Taljani oħra sabiex dawn ikunu jistgħu jgħinu u jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' l-MCR;", "ii) bl-għajnuna ta' l-esperti mill-istituto centrale per il restauro ta' Ruma, sawwar il-pjanijiet dettaljati għall-korsijiet li se jsiru fiċ- ċentru;", "iii) ħejja dak li hemm bżonn biex l-ewwel kors preparatorju se jibda nhar id-19 ta' Lulju 1999 u li l-ewwel korsijiet full-time se jibdew nhar l-4 ta' Ottubru, 1999;", "iv). approva l-prospectus għall-istudji fir-restawr;", "v) ħareġ sejħa għal applikazzjonijiet minn studenti li jistgħu jkunu interessati li jsegwu kors fir-restawr;", "vi) ħareġ sejħa pubblika fl-Italja għal applikazzjonijiet mingħand restawraturi Taljani li se jitħallsu minn fondi provduti mill-Gvern Taljan;", "vii) ħareġ sejħa pubblika f'Malta għal applikazzjonijiet mingħand restawraturi u għalliema Maltin li huma interessati li jaħdmu part-time u full-time fiċ-ċentru;", "viii) bl-għajnuna ta' l-esperti Taljani, ħejja pjanti dettaljati għall- impjanti differenti li hemm bżonn jinxtraw għall-użu taċ-ċentru.", "Qiegħda titlesta wkoll sejħa pubblika li għandha ssir l-Italja għax-xiri ta' ħafna minn dan l-impjant;", "Hu maħsub li ċ-ċentru se joffri servizzi ta' restawr f'oqsma bħat- tessuti, fuħħar, ċeramika, ħġieġ, injam, pittura, kotba, metalli, skultura, ġebel eċċ. u dan minbarra t-tagħlim f'dawn l-oqsma.", "Dan iċ-ċentru se jiġi attrezzat b'apparat mill-aktar modern, inkluż laboratorju, sabiex jistgħu jiġu rrestawrati bċejjeċ mill-wirt kulturali Malti.", "Hu maħsub li l-parti l- kbira ta' dan il-laboratorju tkun lesta sal-ħarifa ta' din is-sena.", "Minbarra dan ix-xogħol ta' restawr, iċ-ċentru se jħaddan ukoll fih istitut għall-istudji fir-restawr.", "B'hekk studenti Maltin, kif ukoll numru żgħir ta' studenti barranin, ikunu jistgħu jistudjaw l-arti u x-xjenza tar- restawr sa livell professjonali kif rikonoxxut internazzjonalment.", "Il- livell internazzjonali tal-korsijiet se jiġi assigurat bl-għajnuna ta' l- aqwa ċentri Taljani ta' fama mondjali, bħalma huma l-istituto centrale per il restauro u l-istituto centrale per la patologia del libro ta' Ruma.", "Hu maħsub li l-istitut ta' l-istudji fir-restawr sejjer jilqa' ġo fih madwar 120 student full-time, bi 52 post li jkunu offruti kull sena għal dawk l- istudenti li jiġu minn ta' quddiem f'eżami tad-dħul li jsir apposta.", "Ħafna mill-ispejjeż għat-twaqqif taċ-ċentru Malti għar-restawr kif ukoll ta' l-għalliema Taljani se jitħallsu mir-raba' protokoll Taljan.", "Għal aktar dettalji nista' nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7180, kif ukoll għall-avviżi li deheru fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-Tlieta 1 ta' Ġunju, 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fil-fatt għandi żewġ domandi, Sur President.", "L- ewwel waħda hija konnessa mar-risposta li ta l-Ministru rigward il-mod kif eventwalment jista' jiġi miżmum finanzjarjament dan il-ċentru wara li jispiċċaw il-fondi tar-raba' protokoll finanzjarju.", "Jiġifieri l-Ministru qed jorbot dan mal-possibbilta' ta' protokoll finanzjarju ieħor?", "Jekk dan ma jseħħx, x'se jkun il-prospett ta' dan iċ-ċentru?", "It-tieni mistoqsija li xtaqt nagħmel hija din: In vista tal-fatt li ż- żewġ esperti li għamlu x-xogħol ta' restawr fuq il-Caravaggio ġew mogħtija onorifiċenza, il-gvern jikkonsidra li restawraturi Maltin li għamlu snin twal jirrestawraw opri xejn inqas importanti mill-Caravaggio, bħal ngħidu aħna Mattia Preti u eluf ta' opri oħra, anke fid-dawl tad-diskorsi li dejjem nagħmlu dwar il-valur li rridu nagħtu lir-riżors tat-talent Malti, dawn jingħataw l-istess rikonoxximent għax-xogħol tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant tajjeb infakkar li ċ-ċentru tar-restawr - u marbut miegħu wkoll l-istudju tar-restawr - huwa proġett li ilu jinħaseb u ilu jiġi ppjanat u kienet anke daħlet fih l-amministrazzjoni preċedenti.", "Irrid ngħid li l-ebda amministrazzjoni - la dik preċedenti Nazzjonalista li serviet sa l-1996 u lanqas dik preċedenti Laburista - ma qatt għamlet il-pjanijiet tagħha abbażi tal-fatt li l-finanzjament taċ-ċentru jew ta' l-istitut ta' l- istudji taċ-ċentru se jkun dejjem iffinanzjat minn sorsi barranin.", "Il-kwestjoni tar-restawr ta' l-opri li jaqgħu fi ħdan il-wirt kulturali hija waħda ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Jekk il-pajjiż ma jintensifikax l-azzjoni tiegħu ta' konservazzjoni u ta' restawr fid-diversi oqsma tal-wirt kulturali, jgħaddi ż-żmien u nkunu aħna stess li nkunu għerrejna dan il-wirt kulturali u allura nkunu dgħajjifna bil-kbir wieħed mill-oqsma li minnu nnifsu jista' jirrendi prosperita' anke fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dan għaliex l-ewwelnett, kif intqal minn diversi membri miż- żewġ naħat tal-Kamra, il-kwalita' tal-ħajja li qed jgħix il-poplu Malti tirrikjedi r-rikonoxximent u l-għarfien ta' dan il-wirt kulturali, għarfien li huwa meħtieġ anke għall-iżvilupp kwalitattiv tal-poplu tagħna, u anke għaliex it-turiżmu li huwa forza importanti fl-ekonomija tal-pajjiż qiegħed aktar kemm jgħaddi ż-żmien jibda jiġi orjentat lejn l-apprezzament, it- tiftix u t-tgawdija tal-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "U allura fil-fehma tiegħi hija wkoll kwestjoni ta' strateġija ta' natura ekonomika li l-pajjiż ikollu l-kapaċita' li jagħmel proċessi kontinwi ta' restawr għall-finijiet ta' konservazzjoni.", "Ħaġa bħal din evidentement m'għandhiex tiddependi biss mill-għajnuna barranija - għalkemm m'hemmx dubju li din hija dejjem apprezzata - imma wieħed irid jaħseb għaliha wkoll mill-fondi tal-pajjiż u billi jagħmel l- istess settur tar-restawr settur li jirrendi.", "Aħna għandna l-fiduċja li jekk l-affarijiet jinħadmu tajjeb għad jasal iż-żmien li ċ-ċentru Malti għar-restawr ikun ċentru li jista' jagħti servizz anke f'pajjiżi oħrajn.", "Għadna ftit 'il bogħod minn dan imma jekk jibqgħu r-relazzjonijiet impenjattivi bejn iċ-ċentru Malti li għadu kif twieled u ċ-ċentri ta' fama iktar mondjali bħal dawk li hemm fl-Italja, allura naħseb li jkunu jistgħu jinħolqu relazzjonijiet multilaterali bejn l-Italja, Malta u pajjiżi oħrajn anke fir-reġjun tal-Mediterran, fejn wieħed ikun jista' jagħmel din l-opra tar-restawr b'mod li tista' anke tifdi jekk mhux l-ispejjeż kollha meħtieġa għaż-żamma taċ-ċentru f'Malta għallinqas parti minnhom.", "Rigward il-kwestjoni ta' għoti ta' onorefiċenzi lil ħutna Maltin li jaħdmu fil-kamp tar-restawr naħseb li wieħed irid jagħmel ċerti distinzjonijiet.", "M'hemmx dubju li matul is-snin li ilhom imwaqqfin l-unuri Maltin għal dawk li jiddistingwu ruħhom u jagħtu xi servizz f'pajjiżna, kienu diversi l-Maltin li ngħataw dawn l-unuri fi gradi differenti għal servizzi ta' natura differenti u m'għandi lanqas l-iċken dubju li jkollna l- mument li hekk kif onorajna artisti u nies li taw sehem kbir fil-kultura ta' pajjiżna, jasal ukoll il-mument meta wieħed iħoss li għandu jagħti l- onorefiċenzi lil Maltin li jiddistingwu ruħhom fil-kamp tar-restawr.", "Il-każ li kellna quddiemna, Sur President, kien każ fejn aħna ridna nuru apprezzament għal dak li fil-fehma tiegħi huwa ġest pjuttost straordinarju fejn l- opificio delle pietre dure ta' Firenze, wieħed mill-aqwa ċentri ta' restawr fid-dinja, tana b'donazzjoni s-servizzi kollha ta' restawr fuq waħda mill-ikbar opri li għandna f'pajjiżna, ħaġa li swiet flejjes kbar, u aħna ħassejna li meta nkunu qegħdin nagħtu dan l-apprezzament lill-assessur tal-kultura, Prof. Clemente tal-comune di Firenze, li kellu sehem kbir biex seta' sar dan ix-xogħol, u nagħtu wkoll dan ir-rikonoxximent lil tlieta min- nies, fosthom Prof. Cecilia Frosinini, eventwalment Dott. Marco Ciatti u Dott. Paola Bracco li ħadmu direttament fuq ir-restawr, inkunu qegħdin nirrikonoxxu sew lill-comune di Firenze kif ukoll lill-opificio delle pietre dure li naħseb taw kontribut li kien ħaqqu r-rikonoxximent tal-poplu tagħna u ħassejna li dan kien l-aħjar mod kif stajna nagħmluh.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għalkemm il-Ministru għamel diskors ta' kwarta, xorta waħda baqa' ma rrispondinix għad-domanda li għamiltlu!", "Hawn Malta għandna ħafna restawraturi li wħud minnhom anke mietu wara li għamlu għomorhom kollu jirrestawraw u għamlu xogħlijiet tremendi.", "Jiġifieri lit-Taljani konna pronti nagħtuhom dan l-unur - hawnhekk ma rridx niġi interpretat li jiena kontra dan - imbagħad m'aħniex kapaċi nittrattaw lill-Maltin li għamlu xogħlijiet ta' valur matul is-snin bl-istess mod?", "Forsi mhux il-Maltin irrestawraw ix-xogħlijiet li għandna fil-Katidral?", "Mela allura għalfejn qegħdin noqogħdu nduru mal-lewża u ngħidu li xi darba naħsbu f'xi Malti li għamel ir-restawr?", "Ejjew nirrikonoxxu li għandna talent u ma nġegħlux lil dawn in-nies iħossuhom inferjuri għal nies oħra barranin li qed jagħmlu l-istess xogħol.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, jien qed nagħmel suġġeriment, issa jekk il-Ministru jridni noqgħod bil-qiegħda noqgħod bil-qiegħda.", "Jien qed ngħid lill- Ministru biex jagħti rikonoxximent lil dawn in-nies ħalli meta 'l quddiem ifittixihom isibhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naħseb li jkun imprudenti min-naħa tiegħi li fuq l-imbekkata ta' l-Onor.", "Interpellant naqbad u niddikjara li lit-tali jew lit-tali Malti li jaħdmu f'dan il-kamp se nagħtuh dan l-unur.", "Ngħid biss li l-punt tiegħu se nikkonsidrah bl-ikbar oġġettivita' pero', bħalma jien żgur ma jgħaddilix minn moħħi bl-ebda mod li fil-kummenti ta' l- Onor. Vella fir-rigward ta' l-onorefiċenzi lit-Taljani hemm xi ħaġa negattiva, daqstant ieħor nixtiequ jieħu l-kummenti tiegħi għar-rigward tar- restawraturi Maltin bħala li jfissru li jien se nikkonsidra dan bil-qalb kollha u jekk wieħed jara li hu l-każ ikun jista' jipproċedi skond il- proċeduri stabbiliti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru):Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Rapport dwar ingaġġ ta' staff fis-segretarjat privat tiegħu u fis- segretarjati privati tal-ministri u segretarji parlamentari datat 2 ta' Mejju, 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 101 ta' l-1999 - statut biex jemenda l-istatut 1 (emenda numru 1) ta' l-Universita' ta' Malta - ġenerali;", "Avviż Legali Nru 102 ta' l-1999 - statut biex jemenda l-istatut 3 (emenda numru 12) ta' l-Universita' ta' Malta - korsijiet ta' studji, gradi u distinzjonijiet;", "Avviż Legali Nru 103 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 tal-kors għall-grad ta' bachelor of education (honours) - B.Educ (Hons);", "Avviż Legali Nru 104 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1998 tal-kors għall-grad ta' doctor of medicine and surgery - M.D.;", "Avviż Legali Nru 105 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 tal-kors għad-diploma in nursing u għad-diploma in midwifery; u", "Avviż Legali Nru 106 ta' l-1999 - regolamenti ta' l-1999 tal-kors għall-grad ta' master of science in engineering fil-fakulta' ta' l- inġinerija - M.Sc.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Galea.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAL ĦATRA TA' MEMBRU FIL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, kif għedt fis-seduta ta' dalgħodu, wara li kkonsultajt ruħi ma' l-oppożizzjoni u bil-kunsens ta' l- oppożizzjoni qed inġib il-mozzjoni li hawn fuq l-aġenda llum li taqra hekk:", "Billi l-Kamra, bir-Riżoluzzjoni tagħha tas-27 ta' Ottubru 1998, kienet innominat lill-Prof.", "Guido de Marco membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u billi l-istess Prof. de Marco rriżenja minn Membru Parlamentari sabiex inħatar President;", "Il-Kamra għalhekk tirriżolvi, għall-iskopijiet tar-Riżoluzzjoni tas-27 ta' Ottubru 1998, li l-Onor.", "Michael Frendo jkun nominat membru fuq l- istess Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, kif kulħadd jaf l-ex-ministru għall- affarijiet barranin u viċi prim ministru, il-Prof Guido de Marco inħatar President tar-Repubblika u allura vvaka l-post li huwa kellu fuq il-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin.", "Għalhekk in-naħa tal-gvern qed tagħżel li l-post jimtela mill-kollega tagħna l-Onor.", "Michael Frendo.", "Kif diġa' għedt, biex stajna nressqu din il-mozzjoni sibna l-kunsens ta' l-oppożizzjoni, li ġentilment ingħata biex il-kumitat permanenti dwar l- affarijiet barranin ikun jista' jkompli jiltaqa' bil-membri kollha tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR FONDI GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI", "Ikompli mis-16 ta' Ġunju 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, ħalli nibda biex ngħid ftit fuq fuq dak li kont qed nitkellem fuqu dalgħodu.", "L-ewwelnett jien bdejt biex ngħid kemm kien ikun aktar għaqli li kieku l-kunsilliera ma jkunu jappartjenu għall-ebda partit politiku u għedt ukoll x'wassal lill-Partit Laburista jiddeċiedi li joħroġ kandidati f'isem il-partit.", "Għedt ukoll li jekk il- Partit Nazzjonalista ma jibqax joħroġ kandidati f'ismu, il-Partit Laburista huwa marbut b'deċiżjoni tal-konferenza ġenerali li ma jipparteċipax bħala partit fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Imbagħad għaddejt ukoll biex insemmi problemi soċjali li jeżistu f'diversi lokalitajiet u għedt kemm hu tajjeb l-isport bħala alternattiva.", "Tajt ukoll xi suġġerimenti kif wieħed għandu jagħmel użu minn ċentri sportivi li ma jkunux jappartjenu lill-kunsilli lokali imma li jkunu jappartjenu lill-clubs u anke lis-settur ta' l-edukazzjoni - hawnhekk se nagħmel ftit parentesi - iżda skond informazzjoni li għandi jien il-gvern bagħat jinforma lis-soċjetajiet sportivi li huma obbligati jżommu l-VAT, mhux biss minn issa 'l quddiem imma anke jridu jħallsu ta' ħames snin b'lura.", "Issa hawnhekk tajjeb li niftakru li meta konna qed niddiskutu ż- żewġ liġijiet tal-VAT kien hawn qbil li l-assoċjazzjonijiet sportivi jkunu eżenti mill-ħlas ta' din it-taxxa.", "Naturalment jekk din l-informazzjoni hija korretta, allura din se sservi ta' daqqa qawwija għall- assoċjazzjonijiet sportivi biex dawn ikomplu jippromwovu s-settur ta' l- isport.", "Mr Speaker, dalgħodu għedt ukoll li wasalna f'sitwazzjoni fejn meta nagħmlu domandi parlamentari dwar kif il-kunsilli lokali qegħdin jonfqu flus il-poplu, ikollna risposti bħalma kelli jien għall-mistoqsija parlamentari numru 5334.", "Fil-fatt kont tlabt lill-Prim Ministru - dak iż- żmien kien ukoll il-ministru inkarigat mill-kunsilli lokali - sabiex jagħtini xi informazzjoni dwar xi xogħol li kien sar mill-kunsill lokali tan-Naxxar u anke staqsejtu jekk dak ix-xogħol kellux il-permessi neċessarji ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ir-risposta tiegħu kienet tgħid hekk:", "\"Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita' peress li l-funzjoni li qed jirriferi għaliha fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal- kunsilli.\".", "Issa l-mistoqsija tiegħi ma kenitx dwar x'inhuma r-responsabbiltajiet tal- kunsilli imma sempliċement tlabt informazzjoni dwar kemm ġiet tiswa biċċa xogħol li kienet saret, fejn inħadmet, jekk kenitx ħarġet tender għaliha u jekk kienx hemm permessi neċessarji.", "Issa hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid, Mr Speaker, li huwa d-dmir u d- dritt tagħna d-deputati li nagħmlu mistoqsijiet biex naraw kif qegħdin jintnefqu fondi pubbliċi mill-kunsilli lokali.", "Jekk l-informazzjoni ma tingħatax, allura ma jkunx tort ta' dak id-deputat - ikun min ikun - li fid- diskors li jkun qed jagħmel jalludi għal informazzjoni li tkun ingħatatlu minn sorsi oħra mingħajr ma tkun ġiet konfermata jew innegata mill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali.", "Fil-fatt jien nixtieq nagħmel ħafna domandi li jikkonċernaw lill-kunsilli lokali imma wisq nibża' li t-tweġiba tkun bħal dik li għadni kemm ikkwotajt.", "Per eżempju, jien nixtieq nistaqsi jekk is-segretarju tal-kunsill lokali tal-Mosta qabadx u ssospenda laqgħa f'nofsha u telaq 'il barra.", "Nixtieq nistaqsi wkoll - ħalli jiġi vverifikat jew le l-għajdut li għadu persistenti - jekk huwiex veru li xogħlijiet fil- Mosta qed isiru ftit li xejn għaliex il-flus li hemm qed imorru biex iħallsu d-dejn ta' Lm300,000 li għad għandu l-kunsill lokali tal-Mosta.", "Nerġa' ngħid li t-tama tiegħi hi li jkolli risposta vera u mhux jgħiduli biex nagħmel dawn id-domandi lill-kunsill lokali konċernat.", "Tajjeb issa nkompli nitkellem fuq ix-xogħol li kien sar mill-kunsill lokali fuq il- ground ta' ħdejn il-bandli tan-Naxxar.", "Minn informazzjoni li għandi jien - dwar dan ukoll għamilt domanda pero' ma ngħatatlix risposta - il-ħadid li hemm mad-dawra tal-ground ġie jiswa' madwar Lm18,000.", "Ta' min wieħed jistaqsi hawnhekk kif ix-xogħol sar l- Italja meta n-Naxxar huwa magħruf għall-ħaddieda.", "Barra minn hekk, wara li ntnefqu dawk il-flejjes kollha għal dak il-ħadid - li fl-opinjoni tiegħi huwa eyesore - instab li minn bejn il-ħadid kienu jgħaddu anke t-tfal.", "Issa dan suppost li saru l-katnazzi biex ħadd ma jkun jista' jidħol fil- ground mingħajr awtorizzazzjoni, iżda xorta waħda baqa' jidħol kulmin irid.", "B'hekk spiċċajna biex minn gaġġa ta' l-iljuni dan il-ground inbidel f'gaġġa tat-tiġieġ għaliex ġie mdawwar kollu chicken wire!", "Inxtara wkoll tapit second-hand għal dan il-ground li minbarra li huwa mkagħbar ħafna, aktar huwa adattat għal-logħob tal-basketball u tal-volleyball milli għal dak tal-football.", "Kien ikun ħafna aħjar kieku sar l-artificial turf għaliex peress li l-art taħt it-tapit hija magħmula bis-cement, huwa iktar faċli għal min ikun qed jilgħab hemmhekk li jweġġa'.", "Tajjeb li issa nsemmi wkoll ċerti xogħlijiet li saru f'diversi lokalitajiet tad-distrett tiegħi, u nibda min-Naxxar.", "It-toroq f'dan il- lokal jinsabu f'sitwazzjoni terribbli minħabba li huma mimlijin ħofor u minkejja li jiġu rranġati, uħud minnhom sena wara l-oħra, malajr jerġgħu jinqalgħu.", "Tajjeb li wieħed ifaħħar ċertu xogħol li jsir mill-kunsilli lokali pero' jien niddubita kemm, per eżempju, dawk is-sleeping policemen li qegħdin isiru man-Naxxar kollu huma skond ir-requirements mitluba mid- dipartiment tat-toroq.", "Qed ngħid dan għax ħafna minnhom huma ta' għoli u qisien differenti.", "Barra minn hekk, jien informat li suppost ħdejn dawn is-sleeping policemen ikun hemm sign pero' f'ċerti postijiet żgur li ma tara ebda sinjal.", "Issa ta' min igħid li ċerti sleeping policemen qegħdin isiru f'toroq li bil-ħofor li fihom bilfors trid issuq bil-mod meta tgħaddi minnhom.", "(Interruzzjonijiet) Dan juri li m'hemmx kordinament bejn il- kunsilli lokali u d-dipartiment konċernat.", "Meta jien staqsejt lill- ministru għat-trasport u komunikazzjoni biex jgħidli f'liema toroq taw il- permess biex jitqiegħdu sleeping policemen u biex jgħidli jekk ħdejhom kienx hemm sign jew le, bqajt ma ngħatajt l-ebda risposta.", "Tajjeb li nsemmi wkoll il-ħajt li hemm inti u tiela' Labour Avenue fin-Naxxar, li issa ilu mwaqqa' x-xhur.", "Jien ma nafx kemm dak il-ħajt li qabel kien imiss miegħu huwa sod u kemm jiflaħ għal xita qawwija.", "Qed ngħid dan għax jekk dan il-ħajt ma jiġix rinforzat jista' jkollna konsegwenzi koroh.", "Nixtieq ngħid ukoll li f'Baħar iċ-Ċagħaq hemm toroq żdingati li ħafna drabi, anke jekk ikollok karozza four-wheel drive, se ssib diffikulta' biex tgħaddi minnhom.", "Għalhekk naħseb li għandha ssir pressjoni fuq id- dipartiment tat-toroq ħalli kemm jista' jkun dawn it-toroq isiru mill-aktar fis possibbli.", "Barra minn hekk, hemm bżonn ukoll li ssir il-bypass tal- Birguma, fil-limiti ta' San Pawl tat-Tarġa.", "Qed ngħid dan għax meta nistaqsu dwar it-toroq li hemm fil-Birguma, fejn hemm il-bini, jgħidulna li dawn isiru meta ssir il-bypass.", "F'dawk l-akwati jkun hemm ħafna ċaflis meta tagħmel ix-xita u fis-sajf ikun hemm ħafna trabijiet.", "Mr Speaker, issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-Mosta u l-ewwel ħaġa li se nsemmi hi li l-kunsill lokali tal-Mosta għandu problema kbira ta' finanzi.", "Ċertament li fil-Mosta hemm ukoll il-problema tad-droga, li dejjem qed tikber, u għalhekk huwa importanti li nżommu għajnejna miftuħin ħalli din il-pjaga ma tkomplix tinfirex.", "Forsi huwa diffiċli li nwaqqfuha imma għallinqas jekk inkunu iktar viġilanti nkunu nistgħu nikkontrollawha.", "Nista' nsemmi wkoll li fil-pjazza tal-Mosta hemm ħafna bankijiet imkissrin u maħmuġin u dan jagħti image ħażina lit-turist li jżur dan il-post.", "Biss il-verita' hi li ħafna mit-toroq tal-Mosta jinsabu fi stat tal-biki, speċjalment fl-area Ta' Mlit, fejn issa hemm ukoll knisja ġdida.", "Fil-Mosta wkoll ilna nisimgħu ħafna dwar il-possibbilta' li ċerti toroq jingħaqdu ma' toroq oħrajn ħalli s-sistema tal-one-ways tkun tista' taħdem aħjar, pero' minkejja li kien jingħad li din il-biċċa xogħol se titpoġġa fuq quddiem nett ta' l-aġenda, bażikament għadna fejn konna.", "Nixtieq ngħid ukoll li kienet saret diskussjoni dwar il-carpark, li kien qed jiġi ssuġġerit li jsir wara l-knisja.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li kien sar survey - kien sewa madwar Lm12,000 - biex jaraw jekk teżistix il-possibbilta' li l-carpark isir mingħajr ma ssir ħsara lill-knisja tal-Mosta.", "Fil-fatt hemm rapport li jgħid li ma ssirx ħsara imma hemm rapporti oħrajn, li m'humiex uffiċjali, li qed iwissu lill-kunsill lokali biex jekk inhu possibbli l-kunsill ma jidħolx għal dan il-proġett għaliex hemm il-periklu ta' ħsara lir-rotunda.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar ir-raħal pittoresk tal-Għargħur.", "Il-kunsill lokali ta' dan il-lokal għamel diversi talbiet fl-isforzi tiegħu biex jipprova jsebbaħ l-ambjent tal-lokal.", "Wara li saret talba biex fl-area magħrufa bħala Ta' Xwieki ssir playing field, il-planning authority tat risposta lill-kunsill lokali - din kienet pjuttost stramba - li f'residential areas ma jingħatawx permessi għal playing fields.", "Għalija din ma tagħmilx sens għax f'area residenzjali nippreferi li jkolli playing field milli xi area li tispiċċa tintuża bħala miżbla.", "Li nista' ngħid fiż- żgur hu li fil-Għargħur jiġi pprattikat l-isparar fuq il-plattini pero' ma jeżistix permess permanenti biex tkun tista' tintuża s-shooting range li hemm fil-Għargħur.", "Dan ifisser li kull darba li tkun se ssir kompetizzjoni ta' l-isparar irid jintalab il-permess u wieħed ikun irid joqgħod jistenna sakemm dan jingħata.", "Hawnhekk ta' min igħid li shooting ranges oħrajn f'Malta għandhom permess permanenti.", "Issa jekk dan il-permess jingħata lill-għaqda tal-kaċċaturi tal-Għargħur, minbarra li l-membri ta' din l- għaqda jkunu jistgħu jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet mingħajr problemi, xejn xejn il-post jinżamm nadif ukoll u f'kondizzjoni aċċettabbli.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-Victoria Lines li jinsabu fi stat ħażin ħafna, speċjalment fl-area tal-Għargħur.", "Sfortunatament il-kunsill lokali tal-lokal m'għandux fondi biżżejjed biex ikun jista' jagħmel xogħol ta' restawr.", "F'dik l-area hemm biċċa pjanċa li turik li ħadd m'għandu jersaq lejn it-tarf minħabba li hemm fondoq u naħseb li dan m'huwiex il-mod kif inżommu post bħal dan li jagħmel parti mill-istorja ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik għax skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Farrugia jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "Mr Speaker, safejn naf jien jekk wieħed jipparkja f'kantuniera normalment jaqla' ċitazzjoni u allura ma nistax nifhem kif fil-Mosta qegħdin isiru bankini sporġuti 'l barra fil-kantuniera tat-triq.", "Qed ngħid dan għax jekk tkun qed issuq vettura ta' ċerta kobor u tkun ħiereġ minn side street, tkun trid tmur fuq in-naħa l-oħra tat-triq biex tkun tista' tgħaddi u dan ma jagħmilx sens.", "Għalhekk mhux sew li qegħdin jinħarġu permessi għal dawn it-tip ta' bankini għax dawn joħolqu periklu kbir.", "Barra minn Malta bankina ma tkunx akbar mill-wisa' ta' karozza u ma ssibhiex sporġuta 'l barra f'kantuniera tat-triq.", "Ngħid għalija ħafna drabi r-regolamenti u l-kondizzjonijiet li jinħarġu mid-dipartimenti tal- gvern ibellħuni.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira fuq l-Iklin.", "Ngħid għalija hemmhekk l- areas li baqa' bi ftit spazju m'għandhomx jinbelgħu minn xi proġetti kbar, huma x'inhuma, li jokkupaw l-ispazju li baqa' u minflok isebbħu jispiċċaw idallmu u joħonqu kullimkien.", "Issa se nitkellem fuq problema oħra li teżisti wkoll fil-11-il distrett, speċjalment fin-Naxxar.", "Qed nirriferi għal numru ta' barrieri li jinsabu viċin il-bini.", "Per eżempju, minn studji li saru nstab li fil-11-il distrett, b'mod speċjali fin-Naxxar, li hija mdawra minn kullimkien bil- barrieri, hemm rata għolja ta' tfal li jbatu bl-ażżma.", "Għalhekk nittama li dawk il-barrieri li m'humiex qegħdin jintużaw ma jerġgħux jibdew joperaw.", "Nixtieq insemmi wkoll il-miżbla tal-Magħtab, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tikber; tant hu hekk li kulma hemm bejn din il-miżbla u l-baħar hija t-triq tas-Salini.", "Min ikun nieżel minn t' Alla u Ommu jista' jara l- heap dejjem tikber, biex ma nsemmix ukoll l-irwejjaħ li jdejqu lir- residenti tan-Naxxar, tal-Għargħur, tal-Mosta u ta' dawk l-inħawi.", "Barra minn hekk, id-dħaħen tossiċi li joħorġu minn din il-miżbla - li fiha jinħaraq minn kollox, anke l-plastic - jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem.", "Jien ma nafx kemm aħna konxji ta' din il-ħsara u x'qed isir biex isiru proġetti, bħall-proġett ta' Sant'Antnin, ħalli dawn id-dħaħen tossiċi ma jkunux ta' dannu għaċ-ċittadini Maltin u għat-turisti.", "Jien inħoss li l- kunsilli lokali għandhom jaħdmu għalenija u jinsew il-politika partiġjana, speċjalment fejn jidħlu l-interessi taċ-ċittadini.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq billi ngħid li qabel ma l-kunsilli lokali nżidulhom ir-responsabbiltajiet għandna naraw il-problemi eżistenti li qed jaffaċċjaw u ngħinuhom biex isolvuhom.", "B'hekk biss inkunu nistgħu nimxu aktar 'il quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, qed nieħu pjaċir li r-riżoluzzjoni dwar fondi għal ħteġijiet speċjali tal-kunsilli lokali qed terġa' titressaq quddiem il-parlament għaliex b'hekk aħna d-deputati ningħataw l- opportunita' li ngħidu tagħna.", "Niftakar li qabel ma twaqqfu l-kunsilli lokali kien jingħad li dawn se jkunu ta' ġid għal kulħadd, pero' jien dejjem emmint - għadni nemmen u nibqa' nemmen - li fir-realta' ħafna minnhom qegħdin iservu ta' paraventu għall-gvern ċentrali.", "Qed ngħid dan għaliex meta tiġi ħażina jeħel il-kunsill lokali u meta tiġi tajba jieħu l- mertu l-gvern.", "Per eżempju, taħt l-amministrazzjoni Laburista l-kunsill lokali ta' Santa Venera u dak ta' Birkirkara kienu jgħidu li ma setgħux jidħlu għal xogħol ta' surfacing għax il-gvern żammilhom il-flus, pero' Alla jbierek meta waslu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, il-flus minn x'imkien bdew isibuhom u bdew jagħtu t-tarmac ma' kullimkien.", "Imbagħad bil- wiċċ tost kollu, xi kunsilliera li ħarġu mal-Partit Nazzjonalista kienu joħorġu jgħidu li l-gvern Laburista kien qed iżommhom milli jagħmlu dan ix- xogħol meta dan ma kien veru xejn.", "Sur President, jien iIlum għamilt żewġ mistoqsijiet parlamentari, waħda fuq Triq Għar il-Ġobon u l-oħra fuq Triq Santa Rita, it-tnejn f'Birkirkara.", "Pero' minkejja li l-ministru kien weġibni li Triq Santa Rita qegħda fil- pjan li ssir bħalma qegħda fil-pjan li ssir Triq Salvu Psaila, f'daqqa waħda l-ministru qalli li jridu jistudjaw is-sitwazzjoni mill-ġdid.", "Fil- fatt kien hemm il-ħsieb li Triq Santa Rita, li hija triq żgħira u passaġġa, tinqala' u tingħata t-tarmac għax fix-xitwa r-residenti ma jkunux jistgħu jgħaddu minħabba t-tajn u fis-sajf it-triq ikun fiha ħafna trab.", "Issa ta' min igħid li f'din it-triq m'hemmx aktar minn 15-il ġurnata xogħol.", "Jekk il-ministru jgħidli għaliex m'għamilnihiex aħna meta konna fil-gvern, nirrispondih li ma stajniex nagħmlu kollox f'sena u tmien xhur.", "Il-ministru qalli wkoll li Triq Għar il-Ġobon hija asfaltata.", "Anke Triq Salvu Psaila hija asfaltata imma tistħi tgħaddi minnha u kellu jkun gvern Laburista li jibda x-xogħol fuqha.", "Minkejja li kien programmat li Triq Għar il-Ġobon jagħmilha l-kunsill lokali, f'daqqa waħda nbidel kollox u minflokha għamlu triq oħra.", "Għalxejn kien hemm kunsilliera li baqgħet tinsisti biex din it-triq issir.", "Dawn huma l-affarijiet li jsiru fil- kunsilli lokali.", "Per eżempju, jien nista' ngħid li l-membri tal-kunsill lokali ta' Birkirkara jaħlu ħafna ħin jiddiskutu l-minuti - għaliex għandek is-sindku tal-lum u kellek l-ex-sindku li l-Partit Nazzjonalista ma redux sindku u llum diġa' qegħdin iwegħduh li jekk jitla' se jagħmlu sindku lilu - u minn x'ħin titla' x-xemx sa x'ħin tinżel joqogħdu jagħtu bejniethom fuq il-ħmerijiet.", "Minn dan kollu n-nies ta' Birkirkara m'huma qed jieħdu xejn.", "Jien naħseb li l-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jaf b'dawn l-affarijiet għax rapporti jsirulu pero' m'hu qed isir xejn.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-wied ta' Birkirkara, li l-aħħar li tnaddaf kien fl-1978 minn gvern Laburista.", "F'dan il-wied kien hemm ġnien li kien jitnaddaf u jinżamm suret in-nies mill-gvern Laburista wkoll pero' meta tela' l-Partit Nazzjonalista fl-1987 dawn kissruh, ħalluh jitfarrak u l- ġebel kbir li kien hemm inġarrr max-xita, bil-konsegwenza li nstadd il- wied.", "Minkejja li dejjem igħidu li l-wied se jirrranġawh, għadu ma sar xejn u issa qegħdin nistennew li jkun hemm tkaxkira oħra.", "Matul is-sena u tmien xhur ta' gvern Laburista, il-kunsilli lokali dejjem kienu jeqirdu li ma kellhomx flus u issa minkejja li l-gvern ivvotalhom inqas flus minħabba l-VAT, kumbinazzjoni issa qed isibu l-flus.", "Pero' issa biex jagħtu ftit tarmac qegħdin jiġġieldu dwar liema huma t- toroq li huwa responsabbli għalihom il-gvern ċentrali u liema toroq huma fir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Kulħadd jaf li minn Triq Salvu Psaila, Triq Fleur-de-Lys, Triq il-Wied u Triq in-Naxxar jgħaddi ħafna traffiku.", "Dawn huma arterji kbar u għalhekk jaqgħu f'idejn il-gvern ċentrali u mhux f'idejn il-kunsill lokali.", "Kieku stess dawn it-toroq jaqgħu f'idejn il-kunsill lokali ta' Birkirkara, dan żgur li m'għandux il- fondi biex jirranġahom.", "Fi żmien is-sindku ta' qabel, is-Sur Debattista, kienu għamlu l-katusi sabiex l-ilma jibqa' għaddej biex forsi ma negħrqux, pero' dan ma sewa għalxejn għaliex l-ilma li jinżel min-Naxxar, mill- Għargħur, minn San Gwann, minn Ħal Lija u anke minn Ħal Balzan, speċjalment issa li f'dawn il-postijiet tela' ħafna bini, jispiċċa kollu fil-wied ta' Birkirkara.", "Ħaġa oħra li jien ilni nitħabat ħafna fuqha hija l-bypass, fejn hemm l- underground li twassal għall-oratorju.", "Hemmhekk għamlu banju biex l-ilma tax-xita jinżel fih pero' dan qed ikisser il-bibien li hemm u l-ilma jibqa' fih, bil-konsegwenza li jinġabar ħafna nemus.", "Minkejja li saru ħafna protesti mal-kunsill lokali u marru l-periti u marru l-foremen, sal-lum għadu ma sar xejn.", "Triq oħra li saret hija Triq Birbal, pero' minflok din għamluha taqleb fejn m'hemmx nies, għamluha taqleb fejn hemm in-nies.", "Meta pprovajt nitkellem mal-kunsill lokali qaluli li din taqa' taħt il-gvern pero' meta tkellem lil xi ħadd min-naħa tal-gvern igħidlek li din taqa' taħt il- kunsill lokali.", "Dik hija l-pożizzjoni tal-kunsilli lokali.", "Inutli ngħidu li lill-kunsilli lokali rridu nagħtuhom is-saħħa jekk dawn ma jkollhomx biex jaħdmu.", "Barra minn hekk, jekk 'il quddiem il-kunsilli lokali jagħmlu t-taxxi, dawn kif se jagħmluhom?", "Dawn se jagħmlu taxxi fuq il-parking jew fuq il-meters?", "Il-kunsilli lokali se jagħmlu t-taxxi biex ma jidhirx il- gvern?", "Dawn l-affarijiet diġa' bdew jiġu diskussi fil-kunsilli lokali pero' meta tistaqsi lill-ministru dwar dan jgħidlek li ma jaf xejn.", "Ovvju, inkella jgħidu li l-gvern se jagħmel it-taxxi u jidher ikrah hu, hekk sejrin il-kunsilli lokali!", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn kunsill lokali aktar se jiġbed lejn il-partit politiku li jappartjeni għalih milli lejn ir- raħal tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Birkirkara huwa raħal ta' 30,000 ruħ u l-kunsill lokali jħallas taxxa aktar minn Għawdex pero' jieħu lura mingħand il-gvern ċentrali kwart ta' dak li jieħu Għawdex.", "Lill-kollega tiegħi li kien sindku għamlulu l-bsaten fir-roti sħabu stess mhux il-kunsilliera indipendenti jew Laburisti.", "Dan ħadem ħafna u ma nistax ingorr minnu għaliex meta kellimtu fuq xi problemi dejjem ipprova jirranġa.", "Fil-fatt ipprova jtejjeb kemm jista' jkun l-arja atmosferika ta' Birkirkara għax min joqgħod fi Triq il-Wied, fi Triq Fleur-de-Lys, fejn noqgħod jien, fi Triq in-Naxxar u fi Triq Mannarino jibla' ħafna diesel u jkollu joqgħod bil-bieb ta' barra magħluq u bit-twieqi mbarrati.", "Jekk tistaqsi lin-nisa tad-dar li joqogħdu hemmhekk kollha jgħidulek bin- nugrufun li għandhom minħabba d-diesel li joħroġ mill-vetturi.", "Kif kont qed ngħid, is-sindku li kien hemm qabel ipprova jagħmel xi ħaġa fuq inizjattiva personali tiegħu pero' sħabu ħarġu jikkuljunawh.", "Dan kien talab - din it-talba saret anke meta kont ministru jien u pprovajt inwettaqha - biex fil-weekend tingħalaq Triq il-Wied, minn fejn il-Mid-Med Bank sa ftit 'il fuq mill-każin tal-Labour, sabiex it-tfal ta' dawk in- naħat ikollhom ftit żvog u r-residenti jistrieħu ftit mit-traffiku pero' sal-lum għadu ma sar xejn.", "Jien ma rridx insemmi l-affarijiet koroh biss u nista' ngħid li l-kunsill lokali pprova jaħdem pero' għal din il-lokalita' hemm bżonn ħafna flus.", "Illum Birkirkara kważi saret l-akbar raħal ta' Malta għax il-konfini jibdew minn taħt San Gwann u jispiċċaw sa Fleur-de- Lys u, barra minn hekk, Birkirkara jmiss ma' ħafna rħula oħra.", "Illum l-iskola ta' Birkirkara se taqa' f'idejn il-kunsill lokali pero' jien dejjem xtaqt li din m'għandhiex tinfetaħ biss filgħodu imma għandha tiġi utilizzata wkoll filgħaxija għal affarijiet oħra extra kurrikulari.", "Per eżempju, f'Birkirkara għandna s-soċjeta' Dun Filippu Bogia li tirrappreżenta r-raħal kollu u tieħu ħsieb l-interessi ta' dan il-lokal.", "Il-kunsill lokali jikkopera ħafna magħha u jien kont tlabtu biex jipprovdilha kamra fiċ-ċentru ċiviku peress li ż-żewġt ikmamar li kellha ħadhom id-dipartiment tal-housing.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li l-kunsill lokali jagħtiha l-għajnuna tiegħu.", "Il-kunsill lokali ħadem ukoll biex it-tliet baned li hemm f'Birkirkara, li għandhom l-ispejjeż tagħhom ukoll, jimxu 'l quddiem.", "Jien nixtieq li l- kunsilli lokali ta' Birkirkara, Ħal Lija u Ħal Balzan, li huma tliet irħula antiki, jiġu mgħejjuna biex jagħtu importanza lill-istorja tar-raħal tagħhom.", "L-irħula antiki kollha għandhom nies kbar li għamlu ġieh lir- raħal tagħhom u lill-pajjiż u dawn għandhom jiġu mfakkra.", "Għalhekk nissuġġerixxi li meta, per eżempju, isir xi programm mużikali dan jiġi ddedikat lit-tali persuna li tkun ħadmet għar-raħal.", "Mr Speaker, meta tasal l-elezzjoni għall-kunsill lokali ta' Santa Venera, ir-residenti ta' din il-lokalita' jivvotaw flimkien pero' meta tasal l- elezzjoni ġenerali, biċċa jivvotaw ma' Ħal Qormi, biċċa jivvotaw ma' Birkirkara u biċċa jivvotaw mal-Ħamrun.", "Jien lill-kunsilliera għidtilhom biex jitkellmu ħalli meta tasal l-elezzjoni ġenerali dan ir-raħal ma jibqax l-uniku raħal ta' Malta maqsum fi tliet biċċiet.", "Mhux sew li Santa Venera tiġi sparpaljata b'dan il-mod.", "Jiddispjaċini ngħid li mill-kunsilliera kollha li hemm ħadd ma fetaħ ħalqu biex jagħmel riżoluzzjoni u jibagħtha lill-kummissjoni elettorali ħalli dan ir-raħal jingħaqad.", "In-nies ta' din il-lokalita' huma mdejqin b'din is-sitwazzjoni u l-kunsill lokali jrid jgħinhom f'din il-biċċa.", "Meta jien tkellimt mal-membri tal-każin tal- Labour Party, mal-membri tal-każin tal-banda u mal-membri tal-każin tal- football, sibt li kulħadd jaqbel li Santa Venera għandu jifforma parti minn kostitwenza waħda għall-elezzjoni ġeneral.", "Imma issa sta għall-kunsill lokali li jmexxihom 'il quddiem dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, x'jiġifieri li parti minn Triq in-Naxxar, li ilha tagħmel ma' Birkirkara żmien twil, f'daqqa waħda tibda tagħmel parti minn Ħal Balzan?", "Minkejja li l-maġġoranza tan-nies li joqogħdu hemmhekk ipprotestaw mal-kunsill lokali u mal-membri parlamentari - jien ktibt fuq dan ukoll - xorta baqa' ma ġara xejn.", "Din hija xi ħaġa kontra l-liġi għax lin-nies ma tistax taqbad u tgħidilhom li m'għadhomx jagħmlu parti minn raħal u ġew jagħmlu parti minn raħal ieħor.", "Issa din il-ħaġa saret għaliex kien hemm familja li ma reditx tgħid li hija minn Birkirkara imma riedet tgħid li hija minn Ħal Balzan.", "Bħal dak li qallu li jekk tgħid li d-dar tagħha tagħmel ma' Ħal Balzan allura l-proprjeta' tkun tiswa Lm10 u jekk tagħmel ma' Birkirkira allura tiġi tiswa Lm1!", "Imma aħna ma jimpurtaniex minn dan u jekk din il-familja ma tridx tagħmel parti minn Birkirkara titlaq!", "Ma jistax ikun li lil Birkirkara nibqgħu naqtgħulha parti minn hemm u parti minn hawn.", "Qabel ma jsiru dawn l-affarijiet għandha tiġi riżoluzzjoni quddiem il-parlament.", "Huwa nuqqas ta' rispett lejn ir-residenti jekk qabel ma jsiru dawn l-affarijiet in-nies ma tiġix konsultata.", "Imbagħad hemm il- kwestjoni l-oħra ta' Fleur-de-Lys.", "In-nies ta' Fleur-de-Lys riedu kunsill lokali għalihom.", "Li kieku bqajna fil-gvern konna se naslu f'kompromess għax mhux sew li lil min tgħidlu le u lil min tgħidlu iva.", "Dawn l- affarijiet għandhom jiġu diskussi man-nies konċernati.", "Ma jfissirx li għaliex inti jkollok il-kunsill lokali tiegħek, inti tkun inqtajt mir- raħal.", "Mr Speaker, ħdejn ir-roundabout ta' Fleur-de-Lys għamlu playing field u din hija ħaġa tajba pero' mhux sew li lis-sid ħadulu prime site bħal dik u ma tawh xejn.", "Ma jistax ikun li dawn l-affarijiet jibqgħu mexjin hekk fil- kunsilli lokali u kulħadd jimxi għar-rasu, imbagħad meta tmur titkellem fuq asfaltar ta' triq jew bdil ta' bozza jew servizz ta' l-ilma jwaħħlu f'ħaddieħor.", "Dawn affarijiet li ma jitwemmnux.", "Lill-kunsill lokali ma nagħtuhx is-saħħa billi lil dak li jkun ngħidulu: Jekk tivvota lili ngħinek biex issir sindku u jekk ma tivvotax lili ma ssirx sindku!", "F'Birkirkara qed isir dan il-manuvrar u jien ma naqbilx ma' dawn l- affarijiet.", "Inkella x'jiġifieri wieħed jiġi mhedded li jekk ma jivvotax fil-miftuħ jitkeċċa!", "X'serjeta' hi din?", "Wieħed għandu jinħatar sindku għax ikun ħaqqu.", "X'jiġifieri tgħabbini b'sindku li ma jkunx tajjeb jew li ma jkun irid jagħmel xejn!", "Il-kunsilli lokali qed igorru fuq dawn l- affarijiet.", "Illum qegħdin ngħidu li lill-kunsilli lokali se nagħtuhom aktar awtorita'.", "Imma x'jiswa li jkollok kunsill lokali li jkollu l- awtorita' u ma jkollux il-finanzi?", "Jispiċċa ma jkunx jista' jaħdem u ħlief ġlied bejn il-kunsilliera ma jkollokx.", "Jien mhux se nistħi ngħid li ċerti kunsilli lokali għadhom sal-lum jiddiskutu l-minuti ta' l-ewwel laqgħa li kellhom minħabba xi comma 'l hawn u full stop 'il hemm.", "Minflok joqogħdu jiddiskutu l-ġid taċ-ċittadini tal-lokalita' tagħhom, ċerti kunsilliera jmorru għal-laqgħa tal-kunsill bil-ktieb tal-liġi f'idejhom u meta jiftaħ ħalqu s-sindku joqogħdu jfettqu fuq l-inqas ħaġa.", "Dik m'hijiex serjeta'.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Debono Grech.", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, niġbed l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.30 p.m il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-7.35 p.m.", "MR SPEAKER: Id-diskussjoni tista' tkompli.", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jekk veru rridu ngħinu lill-kunsilli lokali m'għandniex nisservew bihom.", "Hawn min jgħid li l-Partit Laburista għamel U-turn fuq il-kwestjoni tal-kunsilli lokali.", "Dan m'hu minnu xejn għax il-partit tagħna għadu jemmen li l-kunsilli lokali għandhom iżommu 'l bogħod mill-politika.", "Jien nixtieq nifraħ lill-kunsilli lokali ta' Birkirkara li s-sena li ġejja - flimkien mas-soċjeta' Dun Filippu Bogia u mal-kapitlu ta' Birkirkara - se jagħmel żewġ monumenti, monument minnhom se jkun ta' Brared, li kellu konnessjonijiet kbar ma' Birkirkara.", "Biżżejjed insemmi li dan kellu f'idejh il-battaljun ta' Birkirkara - li kien iġġieled kontra l-battaljun ta' Napuljun - u saħansitra kien ħareġ flusu stess biex iżommu.", "Dan ma kienx favur l-Ingliżi imma kien favur il- poplu Malti.", "Għalhekk huwa diżunur għalina n-nies ta' Birkirkara li sal- lum għadna m'għamilniex monument għal dan il-patrijott kbir u qalbieni.", "Il-kunsill lokali ta' Birkirkara qabel unanimament mas-soċjetà Dun Filippu Bogia meta din ressqet proposta li għandu jsir monument lill- patrijott kbir ieħor ta' Birkirkara, Dun Filippu Bogia, li kien waqqaf l- ewwel kolleġġjata li ġiet f'Malta u li għadha b'saħħitha sal-lum.", "Din hija differenti mill-kolleġġjati l-oħra għax għaddiet mit-trouble kollu f'dawn it-350 sena li ilha wieqfa.", "Għalhekk jien nieħu pjaċir li ntlaqgħet it- talba li jsiru żewġ monumenti lil żewġ Karkariżi kbar li ħadmu għal Birkirkara.", "Il-Karkariżi onoraw nies kbar li għamlulna unur, nies bħal Sir Anthony Mamo - Sir Anthony għadu sal-lum mimli bl-għomor - li kien l- ewwel wieħed li ħa Ġieħ Birkirkara.", "Kieku ma kienx il-kunsill ta' Birkirkara li fakkar lil dawn in-nies importanti kieku dawn illum intnesew.", "Kienet ukoll ħaġa sabiħa li l-kunsill lokali ta' Birkirkara semma toroq għal ċerti nies li kieku llum kulħadd nesiehom u kien b'dispjaċir għalina li ċerti ismijiet ġew rifjutati.", "Jien nemmen li l-ismijiet tat-toroq għandu jagħmilhom il-kunsill u m'għandu jindaħallu ħadd.", "Il-kunsill kien talab li għandu jkun hemm renaming ta' ċerti toroq biex id-dawra tal- kolleġġjata tissemma' għan-nies li ħadmu għall-kolleġġjata.", "Illum infetħu toroq f'Birkirkara u nħoss li għandhom jiġu msemmijin għan-nies li ħadmu għal Birkirkara.", "Fil-fatt il-monumenti ta' Dun Filippu u Brared ġejjin ħdejn il-knisja u jien nemmen li l-ismijiet taż-żewġ toroq li hemm ħdejn il- knisja għandhom jinbidlu u triq waħda tissemma' għal Brared u l-oħra għal Dun Filippu Bogia u t-toroq l-oħrajn li hemm imsemmijin għal Brared u Bogia isibulhom ismijiet oħra.", "Dawn huma affarijiet li l-kunsill għandu jkollu l- power li jagħmilhom.", "Mr Speaker, huwa importanti li l-kunsilli lokali jsibu l-għajnuna u l- appoġġ tad-dipartimenti tal-gvern.", "Ħafna drabi jien kien ikolli t-trouble mad-dipartimenti tal-gvern għaliex meta l-kunsilli kienu jipproponu xi ħaġa li jkollha x'taqsam mat-toroq, kienu jbikkuhom bir-red tape li jeżisti.", "Ngħid għalija ddejjaqni ħafna meta tinki lin-nies, meta ħaġa li tista' ssir fi żmien qasir xorta tieħu żmien twil biex tagħmilha minħabba l-burokrazija żejda li hemm fid-dipartimenti tal-gvern.", "Veru li meta kont ministru jien l-affarijiet ma kontx niddeċidihom mil-lum għal għada, imma meta lin-nies noqogħdu ngħidulhom li issa rridu nistudjaw - u wara l-istudju jiġi l-eżami u wara l-eżami jerġa' jiġi l-istudju - inkunu qed niġbdulhom saqajhom.", "In- nies tiddejjaq b'din l-inkejja u aħna ma rridux għada pitgħada jiġrilna bħalma ġralhom dan l-aħħar fl-Ewropa meta ħadd ma ħareġ jivvota.", "In-nies mhijiex tal-mgħodija taż-żmien.", "Jekk m'aħniex se nagħtu s-saħħa lill- kunsilli, jispiċċa biex ħadd ma jmur jivvota għaliex ma jkollhomx għalfejn.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li dawn in-nies mhumiex imħallsin imma jagħmlu xogħol volontarju u jagħmluh fl-ispare time tagħhom u allura għandna nirrikonoxxu x-xogħol li jagħmlu u għandna ngħinuhom.", "Jien nista' ngħid kemm titħabat it-tifla tiegħi l-ewwel waħda, li hija omm, għax iċemplulha minn filgħodu sa filgħaxija.", "Hawn ġew kulħadd jaf kemm jippretendu affarijiet in-nies u dawn il-kunsilliera ma jsibu għajnuna ta' ħadd meta jċemplu fid-dipartimenti tal-gvern.", "Kull meta ċċempel it- tifla jgħidulha: Issa ma nistgħux għax saru t-3.00 p.m. jew issa saru l- 4.00 p.m.!", "Kieku jien ngħidilhom: Jien Debono Grech, għiduli meta ġejjin biex tagħmluha din il-biċċa xogħol!", "Jien ma nafx għaliex jagħmlu hekk.", "X'jiġifieri triq iddum 15-il ġurnata mitfija?", "X'jiġifieri titwaħħal bozza li jekk nagħmel xemgħa turi iktar minnha?", "X'jiġifieri jħallu ħofra kbira u kulħadd jieħu l-iskossi?", "Insemmi triq li tiġi wara San Anton Gardens- kull filgħodu nitla' minnha jien - fejn hemm ħofra daqshiex.", "Taf kemm ilhom jirrapportaw biex jimlewha meta din kulma trid huwa ftit żrar biex karozza ma tkissirhiex!", "Jekk ngħidilkom li ilha xahrejn, biżżejjed?", "Issa billi tmur tgħid lill-kunsill!", "Il-kunsill jgħidlek li mid-dipartiment irid.", "Dawn huma d-diffikultaijiet li jkollhom jiffaċċjaw il-kunsilli lokali.", "Imbagħad kif se ssib nies serji biex joħorġu għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali?", "Bniedem jgħidlek: Jien se noqgħod noħroġ?", "Biżżejjed ma nitħallasx imma jgħaddu ż-żmien bija le!", "Dawn huma l-affarijiet li qegħdin ibatu minnhom il-kunsilli.", "Jien ma tantx nitkellem fuq liġijiet hawnhekk għaliex ħafna drabi li jiġri huwa li noqogħdu nitkellmu, ngħidu partita paroli u mbagħad meta niġu għas-si u n-no ma jsir assolutament xejn.", "Xejn ma jsir!", "Ara kemm domna niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l-amministrazzjoni tat-taxxa.", "Issa rrid nara b'dawn l-emendi kollha li qegħdin ngħaddu kemm se niġbru aktar taxxa fl-aħħar tas-sena!", "Għaliex hawnhekk nagħmlu x-xogħol u ngħaddu l-liġijiet imma mbagħad m'għandna nħallu lil ħadd joqgħod idurilna mal-lewża!", "Dawn l- affarijiet għandna neħduhom bis-serjetà u nagħmlu liġijiet li verament jgħinu lill-kunsilli lokali.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-ministru responsabbli mill-kunsilli li kien hawn qabel jew il-ministru li hawn illum mhux qed jagħti kas.", "Tifhmunix hekk.", "Jien qed ngħid li għandna nilleġislaw b'mod li verament ngħinu lill-kunsilli lokali.", "Imbagħad kull wieħed minna huwa daqsxejn parrokkjali, kulħadd jieħu pjaċir jara lir-raħal tiegħu jimxi 'l quddiem.", "Kulħadd jieħu pjaċir jara t-toroq tar-raħal tiegħu asfaltati u mdawwrin suret in-nies u nodfa.", "Issa rrid nagħmel appell ta' l-aħħar liċ-ċittadini.", "M'għandniex inżommu d-dar nadifa u nitfgħu l-ħmieġ barra u kulħadd jippretendi li jnaddaflu u jirranġalu l-gvern.", "Wieħed lanqas m'għandu jippretendi li l-gvern u l- kunsill jagħmlulu l-bankina u x'ħin ifettillu jerġa' jkissirha, għaliex ikun irid jagħmel xi xogħol jew jgħaddi xi servizz, u ma jerġax jirranġaha kif kienet u mbagħad jekk tibgħatlu kont ma jkunx irid iħallsu.", "Mhux inti kissirtha l-bankina, mhux inti kissirtha t-triq?", "Jekk jien kissirt it-triq irrid inħallasha jien, imma mhux inħallas it-triq u ma jiġux jirranġawha!", "Mhux sewwa li min jaħbat bil-karozza jagħmel claim lill-insurance u din tħallas l-ispejjeż tal-karozza l-oħra l-maħbuta, imbagħad ir-railings, il- balavostri, is-siġar u l-bankijiet li jkun għamel il-gvern u li x-xufier ta' dik il-karozza jkun kisser mal-ħabta ma jiġux koperti mill-insurance!", "Il-kunsilli għandhom jaraw li jekk issir ħsara fuq siġra, bank, balavostri, railings jew bankina, għax tidħol karozza fuqhom, l-insurance għandha tidħol ukoll għall-ispiża ta' dawn l-affarijiet, għax inkella nibqgħu kif aħna u l-kunsill jagħmel l-affarijiet illum u l-għada jitkissru.", "Ma nistgħux nibqgħu naħdmu hekk.", "Illum iż-żewġ partiti huma rrappreżentati fil-kunsilli lokali imma jien nemmen li lil dawn m'għandniex nindaħlulhom f'xogħolhom.", "Ngħiduha kif inhi, kienet dieħla wkoll it-tendenza kerha li jekk f'ċerta triq ir- residenti jkunu kollha Laburisti nagħmlulhom it-triq u jekk hawnhekk huma Nazzjonalisti dik it-triq ma nagħmluhiex, jew vice versa.", "Dan m'għandux isir għaliex mit-triq jgħaddu kemm Nazzjonalisti u kemm Laburisti.", "Is- servizzi ta' l-ilma u tad-dawl kulħadd igawdi minnhom u wieħed ma jistax jgħid: Issa inti Laburist, mela inti ma tixrobx!", "Jew: Inti m'hemmx bżonn ikollok dawl!", "Jekk nagħmlu dawn l-affarijiet m'għandniex bżonn il-kunsilli u jekk il-kunsilli m'aħniex se nagħtuhom is-saħħa, in-nies ma joħorġux jivvotaw għax jindunaw li dawn m'għandhomx il-poter biex verament itejbu l- qagħda tal-lokal tagħhom, u allura l-kunsilli jispiċċaw bħall-każini tal- banda li jieħdu ħsieb il-banda biss u ma jeħdux ħsieb il-bżonnijiet l-oħra tar-raħal.", "Jien nemmen li jekk ikun hemm id-dixxiplina fil-kunsilli u veru nħalluhom jaħdmu mingħajr ma nġibuhom paraventu ta' partit jew ieħor, l- irħula tagħna jimxu 'l quddiem.", "L-iktar istituzzjoni li tista' tgħin lill- kunsilli lokali hija l-pulizija biex tagħtihom is-saħħa fl-oqsma li l-iktar jolqtu l-ħajja ta' kuljum.", "Il-ministeru ta' l-edukazzjoni wkoll għandu jgħin lill-kunsilli lokali billi jipprovdilhom għalliema u l-apparat neċessarju biex itejbu l-iskejjel ta' l-Istat fil-lokalitajiet kollha.", "L-aħħar appell tiegħi huwa dwar iċ-ċentru ta' Birkirkara, li għamilna festa bil-banda meta ftaħnieh u kuħadd kiel u xorob.", "Jien ma mortx.", "Issa billi għandna ċentru tas-saħħa u m'hemmx tabib!", "Stajna m'għamilna xejn ċentru tas-saħħa għaliex lil min se mmur inkellem, lill-ġebel!", "It-tieni problema hija li f'dan iċ-ċentru m'hemmx aċċessibilità għal ħandikappati.", "Din hija ħaġa żgħira li nistgħu nirranġawha u hemm bżonn li nirranġawha.", "Birkirkara huwa wieħed mill-ikbar irħula ta' Malta għax hemm mat-30,000 ruħ.", "Ċertament li dan iċ-ċentru għandu jkollu l-personnel meħtieġ u jkun mgħammar b'affarijiet suret in-nies ħalli verament jibdew jinqdew in-nies ta' Birkirkara.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Irrid nistqarr li għalkemm meta twaqqfu l-kunsilli kien beda jidher ċertu entużjażmu - kien hemm ukoll ċerta biża' - però wara numru ta' snin li dawn ilhom joperaw, il-poplu Malti u Għawdxi llum qed jara li dawn verament jistgħu jkunu ta' benefiċċju għalih.", "Issa li għandna liż-żewġ partiti politiċi rappreżentati fil-kunsilli - u jien personalment irrid ngħid li minn dejjem kont nemmen li ladarba hemm il-Partit Nazzjonalista jikkontesta, għandu jkun jkun hemm ukoll lok għall-Partit Laburista; għaliex ladarba qed tilgħab il-logħba bil- partiti, id-demokrazija sħiħa titlob il-parteċipazzjoni tal-partiti kollha - irridu naħdmu aktar biex naraw li fil-kunsilli lokali jkollna nies li jkunu jħobbu l-lokal tagħhom u lesti jagħtu l-kontribut tagħhom b'mod volontarju.", "Kif qal l-Onor.", "Debono Grech, dawn jieħdu mill-ħin liberu tagħhom biex jagħmlu xogħolhom bħala kunsilliera.", "Allura kif imbagħad tkompli tgħabbihom bir-responsabbiltà li jridu jidħlu taħt umbrella politika?", "Imma la x-xitan irid hekk, kif jgħid il-Malti, allura jsir hekk!", "Mr Speaker, ladarba qegħdin nitkellmu fuq livell politiku, ir-regoli kollha ta' dak li huwa fair iridu jiġu rispettati u fl-ebda mument m'għandu jiġi aċċettat u ttollerat, anke jekk ikun kunsill lokali żgħir ħafna - l- iżgħar wieħed huwa dak ta' l-Għasri f'Għawdex - li l-influwenza ta' partit politiku f'dak il-kunsill tkun tali li tnaqqas mill-importanza ta' l- interess lokali u kważi tneħħilu l-valur tiegħu.", "Jien nemmen li ż-żewġ partiti politiċi li llum huma rrappreżentati fil-kunsilli lokali jaqblu li m'għandux ikun hemm indħil dirett minn xi partit jew ieħor fil-livell ta' kunsilli lokali għaliex kulħadd irid li l-interess lokali jiġi żviluppat bil-pass tiegħu, ħalli fil-livell lokali ma jkunx hemm id-daqqa li tkun effett ta' xi partit fil-gvern, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern.", "Dan huwa prinċipju li wieħed irid jissanah.", "Mr Speaker, issa ilna numru ta' snin bil-kunsilli lokali u naħseb li kellna iktar minn 150 elezzjoni b'kollox.", "Pero' fl-aqwa liġi tal-pajjiż, il-kostituzzjoni, li hija r-ruħ tal-pajjiż, il-konċett ta' gvern lokali ma joħroġx ċar.", "Kif inhu indikat tajjeb fil-white paper, għalkemm fil- kostituzzjoni ta' pajjiżna hemm riferenzi għal gvern lokali però fejn jissemma gvern lokali naħseb li lanqas kien jaf għalfejn qed jgħidha min kitibha.", "Kulma jingħad huwa li meta nidħlu għall-protezzjoni ta' dar jew proprjetà - jiġifieri żgur ma kellux f'moħħu l-kunsilli lokali - ebda ħaġa li hemm jew li hija magħmula skond l-awtorità, eċċ., li jawtorizza d- dipartiment tal-Gvern ta' Malta jew awtorità ta' gvern lokali ...", "Allura hawnhekk, peress li hemm il-kliem \"awtorità ta' gvern lokali\", wieħed forsi jista' jeħodha li l-leġislatur kien qed jirriferi għal meta xi darba jkollna gvern lokali.", "Jien nemmen li l-partiti politiċi għandhom jinkludu b'mod ċar dan il-konċett ta' gvern lokali fl-ogħla liġi tal-pajjiż, li hija l-kostituzzjoni.", "Mr Speaker, irridu ngħidu wkoll li kellna kunsilli lokali - u għad għandna - li ma' l-ewwel perijodu ta' prova dawn għamlu - kont se ngħid xi ħaġa li m'hijiex parlamentari - bħal meta tkun għadek żgħir u tkun għadek ma drajtx il-qalziet twil.", "Dawn hekk għamlu, jekk mhux iktar ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Imma sakemm tagħmilha darba għaliex tkun għadek żgħir forsi taqla' waħda fuq kuxxtejk u taħrab baxx baxx, imma fil-verita' kien hemm min baqa' u għadu għaddej.", "Jiġifieri dan qabditu gargarella u baqa' għaddej!", "Meta konna għadna fil-gvern kont inqajjem każijiet minn dawn, fosthom dwar il-kunsill lokali tal-Mosta fejn, bl-iktar mod irresponsabbli u b'arroganza manifesta, dawn mhux talli nefqu l-flus allokati lilhom - u fil-liġi dwar il-kunsilli lokali hemm stabilit kif għandhom jintnefqu u fuq dan qed nitkellmu f'din ir-riżoluzzjoni - talli għamlu nefqa akbar milli kienu awtorizzati u qabżu wkoll il-proċedura stabilita fil-liġi ta' kif għandha ssir in-nefqa.", "U peress li huma nies magħrufin għall-kulur politiku Nazzjonalista, uħud minhom iktar minn ta' faċċata, u għaliex kienu u għadhom igawdu l-maġġoranza politika fil-kunsill lokali, b'xi mod għaddewha lixxa din.", "Ma jfissirx li din ġiet aċċettata għaliex tajjeb li dan il-parlament ikun jaf li fejn għandhom x'jaqsmu fondi pubbliċi, bħal fil-każ ta' reat, ir- reat għandu preskrizzjoni.", "Per eżempju, meta wieħed ikun seraq, jekk jgħaddu ħames snin jew għaxar snin, skond kemm hu gravi r-reat, jekk ma taqbudx il-pulizija dak il-każ jiġi preskritt.", "Imma jien dejjem għidt u nibqa' ngħid li jekk kemm-il darba 'l quddiem jirriżulta li kien hemm abbuż minn fondi pubbliċi, fuqkom taqa' r-responsabbiltà.", "Aħna mill-oppożizzjoni llum għandna dover ukoll li naraw li jiġu investigati dawn l-affarijiet u min hu responsabbli jwieġeb għalihom.", "Sakemm ikunu saru b'negliġenza mhux grossolana wieħed forsi jgħaddihom, imma kif tista' tiġġustifika dawk il- kaxxi li hemm fi Triq il-Kostituzzjoni?", "Illum m'hemmx x'tistudja iktar fiha din il-kwestjoni għax issa rriżulta li huma kompletament skorretti bil- kolliżjonijiet li saru u n-numru ta' nies li weġġgħu hemm.", "Ma nafx kif għadha ma saritx kawża tajba kontra l-kunsill lokali tal-Mosta.", "(Interruzzjonijiet) Kieku jien lill-ewwel wieħed li jiġi għandi nagħmilhielu.", "Ma fiha xejn billi tipprova fil-qorti!", "Fl-università kienu jgħallmuna li ċerti kawżi ma tistax tressaqhom, imbagħad tipprova tressaqhom u jirnexxilek u tgħid: Allura dik tgħallimtha ħażin jien?", "Qed ngħid dan għaliex hemmhekk intnefqu Lm90,000 u dawn il-flus sempliċement marru down the drain.", "Nieħdu l-mod kif qassmu l-parkeġġ fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.", "Jekk tkun ħiereġ minn side street, bħalma hi Mattew Callus Street u tiġi biex taqsam il-main road - dik li tista' titla' minnha biss u tispiċċa tagħti dahrek lill-knisja tal-Mosta; ma tistax tara s-sbuħija ta' l-isbaħ monument li għandna Malta u wieħed mill-isbaħ fid-dinja - oqgħod attent li ma jkollokx xi vann ipparkjat eżattament mal-kantuniera - għax hekk pinġewlu fejn jipparkja - għax titkisser żgur!", "Din hija xi ħaġa żgħira imma qed isiru żbalji regolari.", "Jien m'iniex se noqgħod nitkellem fuq il-one-ways.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo kellu sehem f'din id-deċiżjoni tal-one-ways, naturalment mhux waħdu.", "Jien nistaqsi: Is-sistema tal-one-ways kif għamiltuha, qed ikollha l-vantaġġi mixtieqa għal kulħadd, għal dawk ir- residenti u għal dawk li nvestew l-eluf kbar ta' liri fil-business tagħhom?", "Illum qegħdin ikollhom l-istess riżultati li kellhom qabel ma bdiet din is- sistema tal-one-ways?", "Issa għadda żmien biżżejjed.", "Sakemm konna għadna fil-bidu wieħed seta' jargumenta u jgħid: Agħtihom ċans sitt xhur!", "Imma issa nistgħu nitkellmu għax għaddiet sena, Mr Speaker.", "F'wieħed mill-aġġornamenti kont tkellimt fuq il-kwestjoni tal-carpark, xi ħaġa li llum semmieha wkoll l-Onor.", "Michael Farrugia.", "Jien ma neħdux bis-serjetà dak l-istudju li sar, fejn xi perit li qiegħed f'xi uffiċċju ta' xi ħadd, li hu mħallat ma' xi ħadd - ippermettili issa, Mr Speaker, għax aħna pajjiż żgħir u dawn l-affarijiet trid tgħidhom - meta jippreżenta l-findings tiegħu dawn aktarx li jwassalhom biex kważi jġibhom fejn il- likk ħalli l-kunsill lokali jkun jista' jagħti l-green light.", "Jien naf ċert li l-ministru jidħol fid-dettall ta' l-affarijiet u hekk għandu jkun biex l-affarijiet isiru sewwa.", "Imma meta f'idejja jkolli rapport li proġett jista' jgħaddi, jien għax għandi noqgħod fuq dak ir-rapport bilfors?", "Mela m'għandix nara x'kien qal perit Franċiż li ddisinja l-knisja tal-Mosta, li kulmin jiġi l-Mosta jistgħaġeb bil-mod kif inbniet?", "Allura ma narax x'pariri dan kien ta meta l-knisja kienet għadha f'istat ta' pedament u kienu għadhom lanqas telgħu sal-kampnar?", "U llum il-bravi li għandna, wħud minnhom cowboys - għax f'kull professjoni għandna min hu cowboy, anke aħna l-avukati, hemm min hu serju ħafna u hemm min hu cowboy - iridu jibqgħu għaddejjin!", "Imbagħad x'nagħmlu, noqogħdu nħarsu lejn l- istraġi?", "Jien inħoss li dan huwa l-forum fejn għandi ngħid dawn l- affarijiet, iktar u iktar illum li qegħdin nitkellmu proprju fuq riżoluzzjoni biex nagħtu iktar flus lill-kunsilli lokali u għandna lista dwar fejn jistgħu jintnefqu dawn iż-Lm2.5 miljun.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq flus kbar, Mr Speaker.", "Qed insemmi l-kunsill lokali tal-Mosta però m'għandix għalfejn inkun parrokkjali għax jien għandi fiduċja f'kull kunsill lokali elett f'Malta għaliex lil dawn tellagħhom il-poplu.", "L-appell tiegħi huwa biex il- kunsilli jkunu iktar responsabbli u jkunu accountable għal dak li jagħmlu.", "Jien għandi fiduċja anke f'nies li m'humiex tal-partit politiku tiegħi.", "Dażgur!", "Imma hemm min jabbuża u jerġa' jabbuża għax forsi jaħseb li nistgħu nagħtuh il-barka.", "Jien min-naħa tiegħi żgur li ma nagħti qatt barka għal dak li twettaq b'mod skorrett u b'ċerta irresponsabbiltà, jekk mhux b'mod ieħor, fil-bankini qishom crossword puzzle li hemm f'Constitution Street il-Mosta.", "Jien ma nifhimx f'dik li hija street furniture, kif għandek tagħmel bankina, kif tagħmel ġardin - għax trid tkun espert fihom dawn - imma ma nistax nifhem kif triq, filli miftuħa, f'salt wieħed tiġi lembut!", "Allura jekk tmur passiġġata se toqgħod iddur u sserrep?", "Kemm hu sabiħ timxi għad-dritt!", "Aħna mmorru pajjiżi oħra, min imur għal holiday u min imur għax-xogħol.", "Dan l-aħħar kont Ġibiltà fuq xogħol parlamentari u ma rajt l-ebda bankina bħal tagħna.", "Aħna l- eċċezzjoni, aħna l-bravi li rridu noħorġu b'diagrams tal-ġenn, li kollha jiswew il-belli liri.", "Mr Speaker, l-istess ġara f'Ħ'Attard.", "Issa m'iniex se noqgħod inwaħħal fis-sindku u lanqas qed insemmi Ħ'Attard għax forsi għamilhom dan is-sindku u m'għamilhomx ta' qablu għax din ma tagħmilx sens.", "Ikun liema lokal ikun, irridu naraw li l-affarijiet isiru b'ċerta serjetà.", "Per eżempju, il-kunsilli lokali għandhom dritt jieħdu ċerti deċiżjonijiet li huma ta' interess lokali immedjat, bħal meta ssir riflessjoni fuq ġrajja storika għażiża fil-lokal u jiġi deċiż li triq partikolari tissemma għal nies li għamlu ġid jew ħallew ħajjithom għal-lokal.", "Nirriferi għad- deċiżjoni li triq partikolari fil-Mosta - li sal-lum għadha mingħajr isem - tissemma għal Toni Sant u Fidel Camilleri, li kienu vittmi tan-nar, nies li taw ħajjithom u dejjem ħadmu biex ikollna xogħol professjonali fil-festa majestuża ta' Santa Marija ġol-Mosta.", "Meta marru fl-uffiċċju tal-prim ministru, kien hemm erbgħa jifhmu ħafna li ma aċċettawx u għadni sal-lum perpless b'din id-deċiżjoni stramba.", "Għadha sal-lum bla isem din it-triq.", "Sentejn ilu - kienu għadhom ma waslux ir-refuġjati tal-Kosovo u lanqas biss kienu għadhom ħolmu bil-gwerra tal-Kosovo - lin-nies li joqogħdu fi Triq tal-Blata l-Għolja fil-Mosta qalulhom li t-triq tagħhom kienu se jsemmuha Triq ir-Refuġjati.", "U dawn bir-raġun ħadu għalihom għaliex m'humiex refuġjati.", "(Interruzzjonijiet) Biex ma nsemmix isem ieħor li meta taqilbu tistħi tgħid kif se tiktbu għax kważi tiġi kelma li m'hijiex parlamentari.", "Mr Speaker, jien ikolli ħafna kuntatt mal-poplu tal-Mosta u nħoss id- dwejjaq tan-nies.", "Il-kwestjoni ta' l-ismijiet tat-toroq m'għandha qatt tkun kwestjoni primarja u ma narax għaliex bilfors irid ikollok il-barka ta' l-uffiċċju tal-prim ministru.", "Il-prim ministru u n-nies tiegħu għandhom ħafna iktar xogħol x'jagħmlu u ma naħsibx li għandhom għalfejn joqogħdu jidħlu f'dan id-dettall.", "Nemmen li dan il-kumitat ta' l-ismijiet tat-toroq irid jiġi rispettat, imma wieħed irid japprezza wkoll li deċiżjoni tirrispettaha meta tkun tagħmel sens.", "Illum fil-qrati tagħna daħal konċett ġdid li deċiżjoni stramba, għalkemm tista' tkun ġusta, trid tispjegaha aħjar u tagħmilha b'lingwaġġ li l-poplu jifhmu.", "Huwa ħażin li jkollna lmenti fuq affarijiet żgħar li l-poplu jiddejjaq jarahom u jgħixhom u żgur li dawn l-affarijiet ma nistgħux inħalluhom aktar għaddejjin.", "Ħaġa oħra li xtaqt nagħmel aċċenn għaliha hija dwar ir-raħal żgħir u pittoresk tal-Bidnija.", "Kif toħroġ mill-Mosta għandek tara l-knisja tal- Bidnija, eżattament faċċata, tħares lejn il-Mosta.", "Dan huwa lokal żgħir ta' ftit familji, bi ftit mijiet ta' nies, li tefgħuhom mal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Dawn kollha jgħidulek li l-posta dejjem ħaduha mill- Mosta; li l-kappella tal-Bidnija dejjem niżel qassis mill-Mosta; li l-festa dejjem ġiet organizzata mill-Mosta; u li kważi l-maġġoranza tal-familji tal- Bidnija kollha mħalltin fi żwieġ ma' nies mill-Mosta.", "Huma nies ħawtiela li jaħdmu fil-kamp agrikolu, bħalma jaħdmu numru kbir ta' Mostin.", "Imbagħad lil dawn tmur tgħidilhom li m'għadhomx jaqgħu taħt il-kunsill lokali tal- Mosta imma taħt dak ta' San Pawl il-Baħar!", "Kieku tagħmel survey żgħir malajr tinduna x'iridu n-nies tal-Bidnija.", "Għalhekk inħeġġeġ lill-kunsilli lokali ta' San Pawl il-Baħar - u anke dak tal-Mosta - li jibagħtu questionnaire lill-familji kollha tal-Bidnija ħalli naqtgħuha darba għal dejjem ma' liema kunsill lokali dawn in-nies iridu jmorru.", "Qed ngħid dan għaliex meta għandek min iħoss that he does not belong to that particular community, kif tippretendi li r-residenti tal-Bidnija qatt se jħossuhom li jagħmlu parti mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar?", "Ċertament li l- atitudni ta' dawn in-nies se tkun negattiva.", "Araw daqsxejn kemm ħarġu jivvotaw in-nies tal-Bidnija fl-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u malajr tindunaw fejn qiegħda l-ġibda naturali tagħhom.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni tal-premises ta' l-għassa tal-Mosta, fejn diġà għandhom spazju limitat ħafna biex jaħdmu.", "Jien nista' ngħid għaliex għamilt żmien twil hemmhekk bħala supretendent tal- pulizija.", "Illum il-kunsill lokali tal-Mosta ddeċieda bil-barka ta' xi ħadd - nisperaw li mhux tal-kummissarju tal-pulizija wkoll; għax imbagħad ikolli ngħid li issa anke min qed imexxi l-pulizija ma jafx x'inhu jagħmel - li s- sular ta' fuq - fejn hemm l-uffiċċju tas-supretendent, l-uffiċċju ta' l- ispettur u uffiċċju ieħor li jintuża bħala store - fi ftit ta' żmien ieħor se jkunu parti mill-complex tal-bini tal-kunsill lokali tal-Mosta.", "U bħala alternattiva x'se jagħtuhom lill-pulizija?", "Xejn, joqogħdu kif jistgħu fil- kuritur jew jagħmlu xi gabuba ta' l-injam fuq it-taraġ għaliex dak hu l- ispazju li fadal!", "Imma x'inhi din l-arroganza li xi wħud mill-kunsilli jimxu b'din is-sistema?", "U dan fl-interess ta' min, Mr Speaker?", "Għax jekk hawn xi ħaġa li għandu jħares kull kunsill lokali, irrispettivament mil- lokal li jkun, hija li jaħdem hand-in-hand mal-pulizija għaliex jista' jsir ħafna xogħol mal-kunsill lokali fil-qasam tal-prevenzjoni.", "Per eżempju, kemm-il kunsill lokali wera interess biex jitwaqqfu neighbourhood watches?", "Niftakar li kien hemm ftit li wrew interess mill- bidu u komplew - u lil dawn minn hawn nifirħilhom u nawguralhom iktar suċċess - imma l-oħrajn kemm minnhom verament urew interess?", "Kif jaf il- ministru, dawn m'għandhomx bżonn fondi speċjali biex jagħmluhom.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri fil-memorandum mehmuż mar-riżoluzzjoni inti qed tagħti l-flus lill-kunsilli lokali biex jagħmlu xogħlijiet li elenkajthom fi 11-il kategorija imma apparti dan, dawn jistgħu jagħmlu ħafna xogħol ieħor b'koperazzjoni mal-pulizija.", "Imma l-pulizija kif tista' tagħmel xogħolha jekk toħdilha l-premises?", "Fejn hemm district headquarters tal-pulizija, bħalma huwa dak tal-Mosta, il-post trid tattrezzah iktar u żgur li ma tridx tnaqqaslu mill-ispazju ristrett li diġa' qed jokkupa.", "Anzi trid tara li l-ambjent ikun jippermettilhom jaħdmu lil dawn in-nies bl-iktar mod ħieles, fl-interess ta' l-ordni pubbliku, fl- interess tal-prevenzjoni tar-reati, fl-interess ta' l-investigazzjoni tar- reati rrapportati u fl-interess taż-żgħażagħ, billi lil dawn ta' l-aħħar iżżommhom 'il bogħod milli jaqgħu - u jibqgħu jaqgħu - fil-vizzju tad- droga, anke fl-area immedjata ta' madwar l-għassa.", "Allura inti, bħala kunsill lokali, qua kunsill lokali tal-Mosta, dan l- interess se tħarsu billi tieħu l-proprjetà li għandhom il-pulizija u dan fuq kollox biex ikollu uffiċċju ikbar is-sindku - u s-segretarju eżekuttiv ukoll ikollu uffiċċju kollu ħġieġ - li fuq naħa jħares fuq il-knisja tal- Mosta, fuq naħa jħares fuq il-bank ta' l-HSBC u fuq naħa jħares faċċata tal- pjazza, fejn hemm il-każini tal-Labour Party u tal-Partit Nazzjonalista.", "Dawn huma affarijiet li jrid ikun hemm xi ħadd li jirregolahom għax ma jistax ikun li jkun hemm erba' cowboys - f'kull professjoni ssibhom dawn - li jaqbdu u jiddeċiedu kif jaħsbuha huma.", "F'kull deċiżjoni li tittieħed kemm f'dan il-parlament, kemm fil-gvern u kemm f'kunsill lokali l-ewwel ma' wieħed irid jara huwa l-interess pubbliku.", "Meta nitkellmu fuq gvern wieħed irid jara l-interess nazzjonali u fil-livell ta' kunsill lokali wieħed irid jara l-interess pubbliku.", "Jien ma nista' nara l-ebda interess pubbliku fil-livell lokali li l-premises ta' l-għassa tal-Mosta jiċkienu bejn 15% u 20% ta' l-area attwali.", "Mr Speaker, huwa importanti wkoll li l-kunsilli lokali jaħdmu flimkien ma' organizzazzjonijiet volontarji.", "Per eżempju, fil-Għargħur hemm ħafna nies li għandhom għal qalbhom id-delizzju ta' l-isparar fuq il-plattini u nista' ngħid li l-għaqda tal-kaċċaturi ħadet interess partikolari li tikkonserva range adegwat biex fil-ħin liberu tagħhom dawn in-nies ikunu jistgħu jeżerċitaw sport li tant sar popolari f'pajjiżna.", "Ladarba din hija xi ħaġa pożittiva, kull gvern u kull kunsill lokali għandu jiffaċilitalhom il-ħruġ tal-permessi meta jinqala' l-bżonn.", "Mhux sew li meta nkunu fil- gvern aħna joqogħdu jiġu għandi ħalli niġru wara s-supretendent u niġru wara l-kummissarju biex joħorġu l-permess u issa li hemm il-gvern Nazzjonalista tiġri l-istess storja u forsi jsibu lill-Onor.", "Louis Deguara jew lil xi ħaddieħor biex joħorġilhom il-permess.", "Ladarba l-poplu li jgħix hemmhekk irid xi ħaġa pożittiva għandna ngħinuh jiksibha.", "Is-sindku tal- kunsill lokali tal-Għargħur - jiena ma jinteressanix min ikun imma f'dan il- każ huwa sindku Nazzjonalista - minn dejjem ħa interess u ta s-support tiegħu għal shooting range tal-Għargħur.", "Dik hi s-serjetà.", "Mr Speaker, fil-memorandum mehmuż ma' din ir-riżoluzzjoni li qed niddiskutu, fejn qed nivvotaw is-somma ta' Lm2.5 miljun, jissemmew grounds u affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' sport.", "Għalhekk irridu ngħinu lill- kunsilli lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' rikreazzjoni fil-lokal u fl- aspett ta' sport biex dejjem inbiegħdu mill-vizzji ħżiena liż-żgħażagħ - u anke lil dawk miżżewġin friski li jkunu għadhom qegħdin isibu saqajhom - u għallinqas ikollhom sport jew delizzju li jistgħu jeżerċitaw mingħajr xkiel.", "Naturalment wieħed irid jara jekk il-mod kif qegħdin jitqassmu dawn iż-Lm2.5 miljun huwiex ġustifikat.", "Per eżempju, għar-rigward ta' l-iskema pilota tas-servizz ta' gwardjani lokali fejn qed jiġu allokati Lm100,000 - hawnhekk ukoll qed nitkellmu fuq kunsilli lokali partikolari mhux fuq il- kunsilli kollha - għad irridu naraw kif se tiżviluppa l-kwestjoni meta din tibda taħdem.", "Għal dak li għandu x'jaqsam imbagħad ma' l-introduzzjoni tal- customer care system, li huwa importanti li tidħol mhux biss fil-livell ta' kunsilli lokali imma f'kull livell ieħor, il-gvern irid jara li biha jeqred is-sistema burokratika kattiva li dejjem kellna u li għad għandna, almenu fil-livell lokali.", "Fatt ieħor li jinkwetani f'din ir-riżoluzzjoni huwa li għad hemm flus li kienu ngħataw minn dan il-fond mill-1994 'il hawn li għal xi raġuni jew oħra għadhom ma ntnefqux.", "Jiena naqbel perfettament ma' l-idea li dawn jiġu wżati biex isir resurfacing tat-toroq għaliex il-problema tat-toroq hija waħda gravi.", "Imma għadni ma nistax nifhem kif kwalunkwe triq ġdida jew private road ...", "(Interruzzjonijiet) Nispera li qegħdin nitkellmu fuq l- istess ħaġa, ċioe' meta għandek triq pubblika, għax inkella hawn se nkomplu nżidu l-problemi.", "(Interruzzjonijiet) J'Alla anke t-toroq privati naslu biex xi darba nasfaltawhom ħalli jkollna wiċċ ta' triq li minn kull fejn tgħaddi tkun tista' tgħaddi minn fuqu b'mod liberu.", "Il-Ministru Gatt qed jagħmilli sinjal li qegħdin niftehmu u li qegħdin ngħidu l-istess ħaġa.", "Imma hawnhekk m'hawnx indikat b'mod ċar li m'aħniex nitkellmu fuq triq miżmuma b'titolu privat, biex ngħiduha kif inhi.", "(Interruzzjonijiet) Jiena naf bi triq partikolari li l-gvern asfaltaha u kien hemm litigazzjoni kontinwa dwarha - li saħansitra waslet sal-kamp tal-Qorti Ċivili - għax peress li asfaltaha l-gvern, kien hemm min sostna li allura t-triq ġiet rendered pubblika allavolja din sal-lum għadha ma ġietx esproprjata.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onorevoli, ippermettili ninterromplik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Farrugia jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Sur President, kif kont qed ngħid, jekk inħarsu lejn il-fondi li qegħdin nitkellmu fuqhom naraw li għandna l-kategorija li titkellem fuq toroq li jkunu se jingħataw wiċċ ġdid bħala parti mill-programm għat-tiġdid ta' toroq.", "Issa għal dan il-għan hemm ivvotati kważi Lm1.5 miljun, li huwa ammont sostanzjali meta tara li l- ammont kollu li hemm fir-riżoluzzjoni huwa ta' Lm2.5 miljun.", "Min-naħa l- oħra jkun ħafna aħjar li dawn il-fondi jiġu applikati mhux neċessarjament biss għar-resurfacing, jiġifieri fejn diġa' hemm xi forma ta' surface.", "Jista' jkollok każijiet - bħalissa tiġini f'moħħi triq partikolari li qatt ma kellha surface ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk qiegħda hekk qiegħda tajjeb għaliex, kif qed ngħid - u dwar dan jaqbel miegħi anke l-ministru - ikun hemm triq li qatt ma tkun ingħatat wiċċ u dejjem jinqalgħu l-problemi u inċidenti oħra u allura lill-kunsill ma tridx torbotlu jdejh.", "Interessanti, għalkemm fl-istess ħin ta' min jikkritikah, huwa l-fatt ta' kif ġew meqjusin iż-żoni fejn hemm il-ħwienet.", "Jien inzertajt ġej mill- Mosta, fejn l-ammont ta' ħwienet u negozji tant kiber - u l-istess jista' jingħad ukoll għan-Naxxar - li l-Mosta llum hija meqjusa bħala lokalita' ewlenija għal business.", "Per eżempju, fil-Mosta llum il-ġurnata ssib tixtri kulma jkollok bżonn pero' xorta waħda r-raħal qiegħed imniżżel taħt kategorija (b) għaliex ir-regolamenti ta' l-1990 hekk jgħidu.", "Naturalment dan nafu x'jiġri għax bħas-soltu jmur xi public officer bil-file fis-6.00 p.m. għand il-ministru u lill-ministru jgħidlu biex jarah ftit għaliex ikun irid joħroġ xi regolament!", "Dan qed ngħidu għaliex jien niftakarhom isiru dawn l-affarijiet.", "Jien ċert - dwar dan naħseb li jaqbel miegħi wkoll l-Onor.", "Edwin Vassallo - li fil-Mosta għandna wħud mill-aqwa ħwienet li hawn f'Malta u dan qed ngħidu għaliex nafu li hemm 181 ħanut li jħallsu liċenza taħt kategorija (c) - jiġifieri the best - u li minnhom dawn il- gvern idaħħal aktar minn Lm35,000.", "Minnfuq ngħidu li peress li l-Mosta huwa kklassifikat taħt dik il-kategorija, allura għal dawk li huma fondi għal ħteġijiet speċjali - li dwarhom qegħdin nitkellmu llum f'din ir- riżoluzzjoni - il-kunsill lokali tal-Mosta jiġi allokat biss 5% jew 15% minflok 30%.", "Jiena ngħid li din hija diskriminazzjoni u l-istess jista' jingħad għan-Naxxar u għall-Iklin.", "Jekk nieħdu l-Iklin naraw li hemmhekk hemm ħafna ħwienet sbieħ - li lanqas barra minn Malta ma ssib bħalhom - u aħna ninkoraġġixxu lil min għandu ħanut sabiex jinvesti fih u jissupplixxih bl-aqwa affarijiet u jagħmlu ta' ċerta klassi għaliex dawn huma affarijiet li jiġbdu lin-nies u jagħtu pjaċir.", "Jiena naf ħafna Maltin li jsiefru mhux neċessarjament biex jixtru imma biex iduru l-ħwienet; għax bħalma hawn min jieħu gost imur jara partita football jew jara xi katidral, hawn min jieħu pjaċir jara l- ħwienet.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien - naf li din ma taqax taħt il- ministru li qed iressaq din ir-riżoluzzjoni pero' naħseb li l-Onor.", "Vassallo jista' jagħti a helping hand f'din il-biċċa xogħol għaliex ovvjament id-dekasteru tiegħu huwa aktar marbut ma' l-aspett kummerċjali - li għal dak li għandu x'jaqsam mar-regolamenti ta' l-1990, inkunu aħna li ngħidu kif għandhom jiġu kkategorizzati z-zoni kummerċjali.", "Per eżempju, nistgħu ngħidulhom fejn sar l-akbar investiment f'dawn l-aħħar għaxar snin, fejn għandek l-aktar ħwienet li fihom isir negozju u affarijiet oħra bħal dawn.", "Spiċċa dak iż-żmien fejn xi ħadd li jkun bil-qiegħda fuq skrivanija, b'daqqa ta' pinna u meta jidhirlu hu jiddeċiedi on his own li għaliex il- Belt Valletta, tas-Sliema u Victoria Għawdex ...", "Illum ninsabu fuq l- għatba tal-millennju l-ġdid u ma nistgħux nibqgħu naħsbu b'dan il-mod ta' żmien il-Kavallieri.", "Jien persważ li l-ministru ma jistax jagħmel mod ieħor għaliex huwa marbut bir-regolamenti, allavolja jaf li ma' l-ewwel eżerċizzju se jirriżulta li din is-sistema hija zoppa.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni tas-surface area.", "Il-Mosta llum il-ġurnata kiber ħafna u għadu dejjem jikber - tant li llum il-popolazzjoni tavviċina s-17,000 ruħ, jiġifieri wasalna biex nilħqu lil Ħal Qormi, li 15-il sena ilu kien ħafna akbar mill-Mosta - u għaldaqstant is-surface area per capita qiegħda tiċkien pero', peress li l-Mosta għandu firxa kbira, dan l-aspett għadu ma bediex jinħass sew.", "Issa hawnhekk ta' min wieħed jgħid li postijiet li għandhom surface area kbira imma popolazzjoni żgħira xorta waħda għandhom bżonn il-flus biex jirranġaw it-toroq, biex jiġbru r-refuse u biex jagħmlu n-neċessitajiet li hemm imsemmija fil-liġi dwar il-kunsilli lokali.", "Jekk, per eżempju, nieħdu l-Għargħur naraw li dan ir-raħal għandu popolazzjoni ta' ftit inqas minn 2,000 ruħ u net surface area ta' ftit aktar minn żewġ kilometri kwadri u se jingħata Lm10,000.", "Imbagħad l- Iklin għandu popolazzjoni ta' aktar minn 3,000 ruħ b'area ta' kważi żewġ kilometri kwadri u wkoll se jingħata Lm10,000.", "Dawn huma teknikalitajiet li forsi wieħed jgħid li huma tfettiq pero' jien naħseb li meta wieħed jiġi biex jistma kemm għandu jieħu kull kunsill lokali, minbarra l-area tal- lokal, għandu jieħu in konsiderazzjoni wkoll in-numru ta' residenti li jkunu joqogħdu fl-istess lokal.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar is- suġġerimenti li hemm fil-white paper, Sur President, u xtaqt li hawnhekk nagħmel riferenza għall-inkwiet li jinqala' wara kull elezzjoni tal- kunsilli lokali u l-manuvrar li jsir biex jiġu eletti s-sindku u l-viċi sindku.", "Nafu, per eżempju, kemm damu biex eleġġew lis-sindku tas-Siġġiewi u lis- sindku tax-Xewkija.", "M'huwiex sew li nħallu nies eletti mill-poplu bħala kunsilliera li bl-influwenza tagħhom u ta' xi deputati minn din il-Kamra jkollhom interess - jiena, qua Anġlu Farrugia, kemm jista' jkun inżomm 'il bogħod pero' naf li hemm min minna li juri interess - li jiġi elett it- tali u mhux l-ieħor, allavolja jkunu jappartjenu għall-istess partit.", "Dawn huma affarijiet li rajnihom isiru kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Dan il- manuvrar m'huwiex sew u m'huwiex ġust, anke għall-istess kunsilliera li jiġu eletti - għaliex il-maġġoranza tagħhom kollha huma nies dedikati u responsabbli u għandhom għal qalbhom l-interess u l-amor proprju tal- kunsill lokali - imma dawn jinqabdu f'dan l-ambjent għaliex dan bħal meta jkun hemm xi ħadd li jkun qed ipejjep f'kamra, imbagħad jibda jpejjep ieħor, imbagħad ieħor u tispiċċa tagħmel bħalhom, allavolja ma jkollokx sigarett f'ħalqek!", "Xi trid tagħmel, you join them, sakemm ma tagħmilx xi waħda minn tiegħek, imma imbagħad tkun the odd one out u ħadd ma jrid joħroġ ta' hero biex ikun the odd one out!", "Jien nitkellem ma' ħafna kunsilliera mhux ma' dawk tal-Mosta, tan-Naxxar, ta' l-Iklin u tal-Għargħur biss imma ma' ħafna oħrajn għaliex immur f'ħafna postijiet meta jkolli ċ- ċans u kollha jgħiduli: Xi tridni nagħmel!", "Niksirha ma' dak, jekk ġie kważi jheddidni!", "U hekk ġara.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jara jekk huwiex fl-aħjar interess nazzjonali u lokali li s-sindku jibda jiġi elett mill-poplu direttament.", "Issemmew diversi pajjiżi Ewropej, bħal per eżempju Ġibilta', fejn is- sindku jiġi magħżul minn fost il-membri tal-parlament, ħaġa li għal pajjiżna hija stramba.", "Inzerta imbagħad - hawnhekk tara kemm wieħed irid joqgħod attent meta jagħmel l-emendi għal-liġi għaliex jistgħu jinħolqu ħafna anomaliji - li għall-ewwel darba ma nafx f'kemm-il sena kellhom speaker li ma kienx elett, lil dan l-istess speaker għamluh mayor għaliex ma setgħux jiftehmu u allura dan spiċċa imħallef - għaliex għalkemm irtirat, imħallef jibqa' dejjem imħallef - speaker u mayor.", "Jiena biex niċċajta għedtlu: Taf x'jonqsok?", "Li xi darba tirranġa ma' l-Isqof Caruana jisilfek ftit il-mitra ħalli tkun ipprovajthom kollha!", "X'irrid ngħid, Mr Speaker?", "Irrid ngħid li aħna rridu nkunu iktar responsabbli u ż-żewġ partiti għandna naraw huwiex fl-interess ta' kulħadd li s-sindku jiġi elett mill- poplu jew le.", "Għaliex jista' jkollok persuna li tappartjeni lill-partit politiku l-ieħor imma li fil-funzjoni tagħha ta' sindku jkollha d-dinjita' li ġġorr dik ir-responsabbilta` u tkun rispettata minn kulħadd.", "M'huwiex sewwa li jkollok sindku li jiġi elett minn erba' kunsilliera għax ikun irranġa magħhom u mbagħad titwikka bih għal tliet snin għaliex ħlief ċuċati ma jagħmilx!", "Jiena naħseb li hija xi ħaġa pożittiva li fejn għandek sindku Nazzjonalist ikollok viċi sindku Laburist għaliex b'hekk inżommu l-bilanċ.", "Aħna jidhrilna li fejn jidħlu l-kunsilli lokali m'għandux ikun hemm indħil tal-partiti imma għandu jkun hemm elezzjoni ħielsa.", "Anke l-kolleġġjati tal- kunsilliera Nazzjonalisti m'għandniex x'nambuhom imma l-importanti huwa li jkunu nies serji u jagħtu kontribut tagħhom, kemm jekk joħorġu mal-Partit Laburista kif ukoll jekk joħorġu mal-Partit Nazzjonalista.", "Mr Speaker, il-verita` hi li l-interess tagħna lkoll f'dan il-parlament għandu jkun li noħorġu bl-aħjar riżultati fl-interess tal-kunsilli lokali.", "F'dan is-sens naħseb li l-Imtarfa u Fleur de Lys, li llum laħqu ċerta popolazzjoni - u fejn hemm anke ċertu business - għandu jkollhom kunsill lokali, bħalma għandu r-raħal ta' l-Għasri li għandu popolazzjoni ta' 260.", "Naqbel li dan ir-raħal għandu jibqa' jissejjaħ Fleur de Lys Birkirkara, la qiegħed ma' Birkirkara.", "Hemm ħafna iżjed x'wieħed jiddiskuti pero' ma nixtieqx nieħu iktar ħin.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, fil-ftit ħin li fadal minn din is-seduta nixtieq nagħmel ftit punti ġenerali u mbagħad nidħol f'iktar dettal fis-seduta li jmiss meta nkomplu niddiskutu din ir-riżoluzzjoni u l- memorandum ta' kif qed jiġu allokati dawn il-fondi speċjali.", "Xtaqt nibda b'dik li hija allokazzjoni ta' fondi according to the surface area.", "Jiena naħseb li jekk norbtu dawn il-fondi biss mas-surface area ma nkunux qegħdin inkunu reali fil-mod ta' kif għandna nħarsu lejn il-ħidmiet li jridu jwettqu l-kunsilli lokali.", "X'qed nipprova ngħid?", "Ċerti areas f'Malta u f'Għawdex huma differenti minn areas oħrajn peress li għandna areas li għandhom ċertu tip ta' ambjent u għandna areas li għandhom ambjent depressed, forsi minħabba li qegħdin f'area industrijalizzata, bħal Ħal Qormi u l-Kottonera.", "Żgur ukoll li l-fondi marbutin mas-surface area m'humiex se jkunu adegwati biex wieħed ikun jsita' jagħmel ċertu embellishment u titjib li hemm bżonn isir.", "Inħoss li anke dawk li huma flus ivvotati għar-resurfacing u manutenzjoni ta' toroq iridu jkunu marbutin ma' kriterji oħra u mhux biss ma' dawk stipulati.", "Jekk għandek lokalita` li qiegħda f'wied, per eżempju, żgur li t-toroq ta' dik il- lokalita' jkunu jenħtieġu manutenzjoni aktar ta' spiss minn toroq f'lokalita` fejn ma jgħaddix dak il-volum ta' ilma.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li ddiżappuntatni f'dawn l-allokazzjonijiet li għandna quddiemna hija l-ammont ta' flus li ġew ivvotati għal dawk li huma faċiltaijiet sportivi.", "Inħossni ddiżappuntata għaliex għal areas bħal Ħal Qormi u l-Kottonera - qed nerġa' nsemmi dawn l-areas għax huma l-aktar li naf - m'hemm l-ebda allokazzjoni rigward sports facilities.", "U ninkwieta aktar u aktar meta nafu li ċerti faċilitajiet fil-Kottonera se jitnaqqsu mhux jiżdiedu bil-proġett tal-Kottonera.", "Jiġuni f'rasi mill-ewwel id- dilettanti tal-waterpolo ġewwa l-Isla.", "Fejn se jagħmlu t-training tagħhom dawn?", "U fejn se jorbtu d-dgħajjes tagħhom jekk hemm 'il fuq minn 200 dilettant u ġew allokati biss 150 post alternattiv fejn jorbtu d-dgħajjes?", "Dan ifisser li hemm madwar 50 ruħ li m'humiex se jsibu fejn jorbtu d- dgħajsa.", "Jiena ma nafx din hijiex se tkun fuq bażi ta' first come first served imma tkun xi tkun is-sistema li tiġi adottata, żgur li m'hijiex sistema ġusta, aktar u aktar għal dawk li jixtiequ jiżviluppaw dan id- delizzju fil-futur.", "Ħalli ngħid issa għaliex m'iniex kuntenta fir-rigward ta' Ħal Qormi għal dawk li huma sports facilities.", "Illum Ħal Qormi tant kiber li tista' tgħid li għandek numru ta' komunitajiet differenti li jgħixu taħt l-isem tar-raħal ta' Ħal Qormi.", "Pero' hemm komunitajiet li għad għandhom ħafna tfal żgħar u żgħażagħ li m'għandhomx spazju adegwat fejn joħorġu jilagħbu ftit ballun.", "Jekk nieħdu l-area tal-Ħandaq, dik li llum insibuha bħala l-area ta' wara \"Shopwise\", hemmhekk hemm komunita` kbira li għadha qed tiżviluppa imma t-tfal li jgħixu f'dik l-area jkollhom jimxu 'l fuq minn mil biex imorru lejn l-eqreb playing field, li hija dik ta' ħdejn l-iskola primarja ta' San Ġorġ.", "Jekk nieħdu mbagħad l-area tan-naħa tal-Blat 1 u tal-Blat 2, żewġ areas imbiegħda minn xulxin u mbiegħda miċ-ċentru tar-raħal, dawn ukoll għandhom nuqqas ta' faċilitajiet sportivi.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-area ta' Farsina u l-area ta' wara l-fabbrika tal-Canada Dry - li tagħmel ma' Santa Venera - għaliex it-tfal ta' din l-area biex jitbandlu jridu jaqsmu n-naħa ta' Fleur de Lys.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel kumment ieħor.", "Inutli li nitkexkxu kull darba li jkollna xi traġedja, kif sfortunatament reġa' seħħ jumejn ilu.", "Jekk m'aħniex se nsibu alternattivi fejn it-tfal u ż-żgħażagħ iqattgħu l-ħin ħieles tagħhom, bilfors li t-tfal se jfittxu affarijiet li jneħħulhom ċertu tip ta' frustrament.", "It-tfal u ż- żgħażagħ diġa' huma mgħobbijin iżżejjed b'sistema edukattiva li tippressahom b'mod li kważi tagħmilhom unhappy, aħseb u ara meta ma nkunux qegħdin nipprovdulhom fafċilitajiet fejn jistgħu jqattgħu l-ħin ħieles tagħhom b'mod li jkun safe.", "Għalhekk jiena naħseb li aħjar nimmiraw għal faċilitajiet sportivi modesti milli nimmiraw għal faċilitajiet sportivi li jkunu kbar ħafna u li jkunu jinvolvu finanzi kbar meta llum kulħadd f'din il-Kamra qed jammetti li għandna problema finanzjarja f'dan il-pajjiż.", "Sa ftit tax-xhur ilu konna nisimgħu n-naħa tal-gvern tgħid li l-problema finanzjarja tal-pajjiż hija ħrafa ta' Alfred Sant, imma issa anke n-naħa l- oħra ta' din il-Kamra rat id-dawl u bdiet tgħid il-verita`.", "Mela jekk ilkoll kemm aħna qegħdin nammettu li għandna sitwazzjoni finanzjarja xejn sabiħa, allura rridu mmorru fuq binarji differenti u nħarsu lejn faċilitajiet sportivi iktar modesti u mhux inħarsu lejn kumplessi kbar li jixorbulna l-ftit riżorsi finanzjarji li għandna.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Coleiro.", "Sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis 17 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' sfiduċja fl-iSpeaker u fid-Deputy Speaker tal-Kamra tad- Deputati.", "Mr Speaker, naħseb li aħjar nirreġistra fil-Kamra l-ftehim li ntlaħaq fil- Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra fl-aħħar laqgħa li nżammet, ċioe' li s-seduta ta' għada tkun esklussivament dedikata għal din il-mozzjoni - jiġifieri ma jsirx xogħol ieħor ħlief din il-mozzjoni - li f'għeluq id-dibattitu massimu, jiġifieri sal-ħin tad-9.00 p.m, jittieħed il-vot u mbagħad jittieħed nofs siegħa aġġornament bħas-soltu.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra d-dibattitu jispiċċa qabel il-ħin, allura jittressaq l-aġġornament immedjatament wara li titqiegħed il-mistoqsija u tittieħed id-division, jekk ikun il-każ, u l-Kamra tiġi aġġornata nofs siegħa wara li tkun tressaq l-aġġornamnent.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra konna mistednin għat- 30th British Islands and Mediterranean Regional Conference li nżammet f'Ġibilta` u li għaliha attendew delegati miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Irrid nirreġistra li kien hemm parteċipazzjoni tajba ħafna, kemm min-naħa tal- gvern permezz ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Michael Frendo, kif ukoll min-naħa tagħna, permezz ta' sieħbi l-Onor.", "Chris Cardona u tiegħi.", "Din il-konferenza indirizzat suġġetti interessanti ħafna, speċjalment fejn jidħlu l-pajjiżi ż-żgħar.", "Fil-fatt l-ikbar pajjiż li pparteċipa f'din il- konferenza kien Ċipru, li relattivament huwa ftit ikbar minn Malta, għalkemm jien nemmen li ekonomikament nikkomparaw tajjeb ma' dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, meta wieħed jattendi dawn il-konferenzi jirrealizza iktar li kollox fih il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu u l-istess nistgħu ngħidu għar- rigward tal-pajjiżi ż-żgħar.", "Biżżejjed inħarsu lejn Ġibilta` u lejn pajjiżi oħra li huma ddominati mill-Ingilterra imma li għandhom ċerta indipendenza, bħal Guernsey, Jersey, l-Isle of Wight u l-Isle of Man.", "Fil- fatt peress li fl-1973 l-Ingilterra ddeċidiet li ssir membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea għal raġunijiet ekonomiċi, illum dawn il-pajjiżi ż-żgħar qed iħabbtu wiċċhom ma' ħafna problemi, prinċipalment għaliex l-eżistenza tagħhom tiddependi minn ekonomija li hija bbażata minn investiment finanzjarju.", "Fil-fatt waqt din il-konferenza ssemma ħafna l-Edwards report, li huwa rapport dettaljat ħafna maħruġ mill-pubblikazzjoni tar- Reġina ta' l-Ingilterra u li jindika x'revoluzzjoni hemm bżonn issir fil- qasam finanzjarju, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' offshore u onshore investment u ma' insurance bankarja.", "Mr Speaker, illum il-pajjiżi ż-żgħar li għadhom taħt amministrazzjoni Ingliża qed jappellaw lill-Ingilterra biex toqgħod attenta qabel ma tieħu ċerti deċiżjonijiet għax fl-1973 huma qatt ma mmaġinaw li se jispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ikollhom ibigħu saħansitra l-munita tagħhom.", "Għalhekk waqt din il-konferenza jien ħadt l-okkażjoni biex ngħidilhom li aħna ddispjaċuti ħafna għal dak li ġralhom u li aħna ninsabu f'sitwazzjoni aħjar minn tagħhom għaliex wara li fis-Sette Giugno ta' l-1919, jiġifieri 80 sena ilu, sparaw fuqna l-Ingliżi, u wara li fl-1921 ingħatajna s-self- government, fl-1964 ħadna l-indipendenza sakemm finalment dejjaqna kulħadd u għamilna lil pajjiżna repubblika biex b'hekk sirna pajjiż ħieles.", "Mr Speaker, fl-ispeech li għamel fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' din il- konferenza, il-prim ministru ta' Ġibilta', Peter Caruana, bagħat messaġġ dirett lill-Ingilterra fejn appellalha sabiex toqgħod attenta li ċerti direttivi li qed jiġu kkontemplati minn Brussels ma jiġux mgħoddija lill- pajjiżi ż-żgħar li qegħdin taħt id-dominju Ingliż għaliex jekk ċerti direttivi joħorġu d-demm, l-ewwel li se jiżvinaw huma l-pajjiżi ż-żgħar.", "Għalhekk jien inkwetajt ħafna meta hekk kif irritornajt lejn Malta u mal- posta sibt the international magazine tal-Financial Times, jien u nqalleb qrajt li għad irridu naraw x'se jiġri minn dak l-investiment li kien qed isir fil-Mid-Med Bank u li kien qabad tajjeb ħafna anke ma' l-expatriates.", "Meta waqt il-konferenza smajt dak il-krib kollu mill-pajjiżi ż-żgħar, stajt aktar nirrealizza x'inhuma l-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom.", "Ħalli nikkwota silta minn artiklu intitolat \"Midland Bank buys Mid-Med in Malta\", li deher f'dan il-magazine li qed insemmi:", "\"Mr Porter says: It is too early to say whether or not Midland's own branch and Mid-Med's 60 plus branches would continue to be run separately and, even then, whether the purchase would affect Mid-Med's expatriate customers.\"", "Dan hu li qal dan il-magazine rigward il-magħmudija ta' l-HSBC f'pajjiżna.", "Sakemm dawk il-pajjiżi ż-żgħar li għadhom kolonja Ingliża ma kellhomx isegwu d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea kienu mexjin tajjeb, imma issa qed isibu diversi problemi għaliex big daddy qed ikun magħfus minn Brussels.", "Meta naraw dawn l-affarijiet aħna, bħala pajjiż, iktar irridu noqogħdu attenti qabel ma nieħdu ċerti deċiżjonijiet u żgur li m'huwiex għaqal illi llum, ftit xhur wara li l-gvern Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni, qed jerġa` jiġbed lil pajjiżna fid-direzzjoni tal-kamp kolonjali.", "Jien ma nafx kemm iċ-chairman li ħatar il-bord ta' l-HSBC qed jieħu pjaċir jgħid li hu ċ- chairman u lanqas naf kemm huwa ċert li se jibqa' hu chairman, pero` dawn huma affarijiet li wieħed jiskoprihom iktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Mr Speaker, meta kont Ġibilta` stajt ninnota li pajjiżna jista' jieħu diversi ideat minn dan il-pajjiż u jibda jattwahom.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li osservajt kienet li f'Ġibilta` ma jeżistux areas li fihom jintefa` r-refuse, bħalma aħna għandna ġewwa l-Magħtab.", "Meta staqsejthom x'jagħmlu bir-refuse, qaluli li kull ġurnata jew tnejn jipproċessawh b'tali mod li partijiet minnu jkun jista' jintuża bħala fuel biex bih iħaddmu l-power station u inġenji oħra, filwaqt li l-bqija tal- materjal jiddepożitawh flimkien ma' minerali oħra biex jagħmlu land reclamation.", "Ta' min jgħid li permezz ta' dan il-proġett Ġibilta' diġa` rreklamat madwar 12% tal-footprint kollha tagħha.", "Fil-fatt parti mill- airport ta' Ġibilta` jinsab ġol-baħar u ttellgħu saħansitra apartment blocks minn dak li qabel kien baħar.", "Jista' jkun li hemm il-lok fejn dan il-parlament iwaqqaf kumitat li xogħlu jkun illi jara xi proġetti jkun hemm bżonn isiru fil-pajjiż, anke jekk dawn ma jsirux immedjatament.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi naċċenna għar- riżultati diżgustanti li kellna fil-każ tal-promozzjonijiet minn pulizija għal surġent, liema riżultati jinsabu mwaħħlin mal-boards tad-depot tal- pulizija u ta' l-examination branch.", "Fil-fatt il-maġġoranza l-kbira ta' dawk li m'għaddewx huma Laburisti.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li l- korp tal-pulizija għandu dejjem jinżamm 'il bogħod mill-politika u għalhekk ma nistax nifhem kif ikun hemm min jasal biex iwaħħal lil xi ħadd għas- sempliċi raġuni li huwa Laburist.", "Ċertament dan ma jawgurax tajjeb għal pajjiżna, iktar u iktar meta ngħidu li rridu naraw illi l-affarijiet isiru bl-iktar mod serju u trasparenti.", "Wara kollox jekk fil-korp tal-pulizija hemm xi ħadd avventuruż, jew inkella hemm xi politiku li jixtieq jgħin lil ċerti nies li m'humiex kapaċi biex jiġu promossi, dak li se jbati huwa l-pajjiż.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq inwieġeb għall-kritika li għamel il-ministru għall-agrikoltura u sajd din il-ġimgħa, kif ukoll għal ċerti battibekki oħra li saru.", "L-ewwelnett irrid ngħid li fid-diskors tiegħu l-ministru talabni nispjega kif wasalt għal ċerti figuri sabiex nistabilixxi l-prezz li kellu jingħata lill-bdiewa li jesportaw il-patata bikrija u, jekk għandi l-permess, Mr Speaker, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ irċevuti ta' żewġ supermarkets Olandiżi li jikkonfermaw illi fis-7 u fis-26 ta' Mejju l-prezz tal-patata bikrija esportata minn Malta lejn l-Olanda kienet ta' 4.99 Dutch guilder għal kull żewġ kilos.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nistgħu ngħidu li l-patata bikrija kienet qed tinbiegħ bi prezz medju ta' Lm38-il qantar, jiġifieri jekk wieħed jeskludi spejjeż ta' madwar Lm8, nistgħu ngħidu li din tiġi tiswa madwar Lm30 kull qantar.", "Ta' min jgħid ukoll illi minħabba li l-ministru m'għamilx negozjati tajba meta ġie biex jinnegozja l-esportazzjoni tal-patata bikrija tal-varjeta` sante`, il-bdiewa ċċaħħdu milli jġibu l-prezz li kien ħaqqhom minkejja li normalment prodott bikri jġib iktar flus.", "Il-bdiewa kollha jafu li l-kuntratt li ħalla warajh il-gvern preċedenti mhux talli kien jorbot lill-esportatur li jesporta 6,000 tunnellata patata minflok 5,000 tunnellata, imma talli l-bdiewa kienu assigurati li jġibu kważi Lm18-il qantar għall-ewwel 3,000 tunnellata esportata.", "Ovvjament imbagħad minn dan il-prezz kienu jkunu jridu jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport, imma l- esportaturi kienu ggarantiti li jieħdu wkoll id-differenza fil-prezz, xi ħaġa li setgħet iggwidat lill-ministru biex ma jinnegozjax l-esportazzjoni tal-patata sante` bi prezz finali u jċaħħad lill-bdiewa milli jġibu prezz ogħla.", "Mr Speaker, f'okkażjonijiet oħra l-Ministru Ninu Zammit ikkritikani u qal li jien ma kontx korrett meta għidt illi bejn Jannar u Marzu ta' din is- sena l-bdiewa tilfu medja ta' Lm280,000 meta pparagunati mas-sena l-oħra.", "Fil-fatt jekk hawn permess, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' news release li ħarġet mid-dipartiment ta' l-informazzjoni fis-16 ta' April, 1999.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: L-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra jafu x'tip ta' kritika issir f'dan il-parlament għaliex għalkemm l-oppożizzjoni Laburista spiss issib lil min jipprova jżebilħilha l-konsistenza u d-doveri tagħha konformament mal-ġurament li ħadet, qatt ma tiżvija u qatt ma tgħid affarijiet li m'humiex minnhom, la f'din il-Kamra u lanqas barra minn din il-Kamra.", "Fid-diskors li għamel il-ministru qal ukoll li llum ix-xogħol sejjer tajjeb minkejja li meta wiret dan il-qasam hu ħafna affarijiet kienu sejrin ħażin.", "Hawnhekk jien nixtieq nikkoreġi lill-ministru u ngħidlu li l- verita` hi li huwa qed jibqa` frisk bħal ħassa quddiem ċerti realtajiet u m'huwiex qed jagħmel analisi serja tal-qasam li huwa responsabbli minnu.", "Per eżempju, mit-tweġibiet parlamentari li ta hu stess jirriżulta li jekk wieħed jipparaguna kif mar il-bejgħ tal-kaboċċi u l-pastard minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena ma' kif mar minn Jannar sa Mejju tas-sena li għaddiet, isib li s-sena li għaddiet il-bdiewa Maltin u Għawdxin daħħlu Lm133,000 iktar minn dawn il-prodotti.", "Wieħed irid isemmi wkoll illi filwaqt li s-sena l-oħra s-sajjieda kienu jġibu Lm1.60 għal kull kilo tonn, illum għal kull kilo tonn qegħdin iġibu biss Lm1.40.", "Allura meta wieħed iħabbat wiċċu ma' dawn ir-realtajiet, mhux bilfors ikollu jikkritikahom u jiġbed l-attenzjoni tal-ministru fuqhom?", "L-importanti huwa li mbagħad il- ministru jassumi r-responsabbilta` tiegħu u mhux joqgħod jgħawweġ il-fatti.", "Bħalissa qed niftakar kemm kont ġejt ikkritikat meta kont ministru, kemm mill-Onor.", "Ninu Zammit kif ukoll mill-ġurnali Nazzjonalisti, minħabba li fil-jum dinji ta' l-ikel kont tajt ġieh lis-Sur Edwin Bartolo, li fl- opinjoni tiegħi huwa wieħed mill-protagonisti ta' l-industrija lokali tal- majjal.", "Madanakollu sal-lum il-ministru preżenti baqa' jaħdem ma' dan il- bniedem, jiġifieri fi kliem ieħor kellu jibla' dik il-kritika u dik il- ħdura kollha li kellu fil-konfront tiegħu.", "Mr Speaker, għalhekk jien nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nappella lil kull membru ta' dan il- Kamra biex jagħmel evalwazzjoni serja u jiftakar li aħna lkoll ħadna l- ġurament illi rridu nkunu serji u dinjitużi bil-fatti u mhux bil-paroli biss.", "Per eżempju, huwa fatt innegabbli li filwaqt li qabel il-prezz taċ-ċanga tal-beef intervention scheme kien ta' 78c il-kilo, illum iċ-ċanga m'hijiex qed tinbiegħ imma qed tinħażen fil-biċċerija a spejjeż tal-poplu Malti u Għawdxi.", "U dan għaliex?", "Għax il-ministru preżenti aċċetta li jneħħi l- levy ta' protezzjoni fuq l-importazzjoni ta' ċanga friska pproċessata, bil- konsegwenza li tefa' fi żvantaġġ lir-raħħal u lill-proċessur lokali.", "Naħseb li m'hemmx għalfejn ngħid illi l-federazzjoni ta' l-industrija ddikjarat kategorikament li ma taqbilx ma' dawn id-deċiżjonijiet tal- ministru.", "Fil-fatt l-istess ħaġa ġara meta ġiet eżentata l-protezzjoni minn fuq tiġieġ proċessat.", "Hawnhekk jien irrid nerġa` nagħmilha ċara - u mhux billi l-ministru joqgħod iqabbad lis-segretarju tiegħu biex jirrispondi f'ġurnali lokali - li d-deċiżjoni tal-ministru ma kenitx konformi mal-liġi għax il-liġi tgħid illi dak li jiġi pproċessat u mkabbar lokalment għandu jkollu l-protezzjoni u għalhekk il-ministru kien qed jikser l-għanijiet u l-obbligi tal-liġi meta għoġbu jaġevola importatur partikolari biex jeżentah mid-dazju.", "Mr Speaker, ma nistax nagħlaq id-diskors tiegħi mingħajr ma naċċenna għan- nuqqas ta' dekor li qed juri l-ministru meta qed jakkużani li tajt sussidju ta' Lm13,000 lill-bdiewa li esportaw il-ħxejjex lejn il-Ingilterra.", "L- ewwelnett irrid nikkonferma li dan is-sussidju ngħata għax billi dawn il- bdiewa ma kenux ikabbru l-prodott tagħhom fis-serer imma kienu jkabbruh fuq l-uċuh tar-raba', u billi l-klima kienet kiesħa ħafna, il-prodott ma laħaqx wasal fiż-żmien li kien miftiehem fil-kuntratt u għalhekk il-bdiewa kellhom jitilfu l-esportazzjoni.", "Jien lill-ministru ngħidlu li l-kritika mhux lili qed jagħmilha għax jien la kabbart u lanqas esportajt ħxejjex imma qed jagħmilha lil dawk il-bdiewa li ngħataw is-sussidju biex b'hekk setgħu jiġu megħjuna fl-iżvilupp ta' l-esportazzjoni.", "Ikun aħjar jekk il-ministru jammetti li kien huwa li naqas milli jiltaqa' ma' dawn il-bdiewa, jgħidilhom għaliex marru ħażin, ifehemhom x'iridu jagħmlu tajjeb u jissussidjahom ħalli jkunu jistgħu jfittxu s-swieq ta' l-esportazzjoni li kien beda l-gvern Laburista preċedenti.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel l-aħħar punt billi nirriferi għal dak li qal il-ministru dwar l-esportazzjoni tal-basal, partikolarment meta rrimarka li l-Ewropej ma jogħġobhomx il-basal ta' Malta.", "Jekk irid, jien nista' nlaqqgħu ma' min ħa iktar minn 50 tunnellata basal waqt li kont ministru jien fl-1997.", "Fil-fatt li ġara kien li fl-1998 il-maltemp li għamel qered kwantita' ta' basal, tant li kellna nimportaw minn barra.", "Il-verita` hi li minkejja li kien qed jara dan kollu, il-ministru iktar kien moħħu biex jirranġa l-uffiċini, biex jixtri l-karozza u biex jaħtar supervisors fid- dipartimenti li huwa responsabbli minnhom milli biex iwettaq id-dmir sagrosant li għandu li jsostni l-biedja.", "Jien għandi l-unur ngħid li sakemm domt ministru qatt ma nfaqt eluf ta' liri biex nirranġa l-uffiċju tiegħi jew tas-segretarji tiegħi imma nfaqt il-vot kollu li kien hemm allokat biex nara lill-bdiewa jimxu 'l quddiem u jakkwistaw dak li dan il- gvern ma jemminx li għandhom jakkwistaw, jiġifieri dħul ġust għall-ħidma tagħhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 17 ta' Ġunju fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TOROQ - TISWIJA", "7634.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx kondizzjoni mad- dipartiment u entitajiet kollha konċernati rigward is-servizzi fix-xogħol li qed isir f'dawn it-toroq: Triq San Pawl, Triq Paradise u Triq San Ġorġ f'San Pawl il-Baħar biex it-toroq ma jerġgħux jinqalgħu wara ftit taż- żmien?", "Jista' l-Ministru jgħid ma' liema dipartimenti, sezzjonijiet jew entitajiet saret il-kondizzjoni?", "Kemm saru laqgħat u meta saru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li saru diversi laqgħat bejn il- kunsill lokali, l-Enemalta, il-Water Services Corporation, id-Dipartiment tad-Drenaġġ, il-Melita Cable, L-Awtorita` tat-Trasport, Maltacom u d- Dipartiment tat-Toroq rigward is-servizzi u x-xogħol li kellu jsir f`dawn it-toroq.", "Minbarra l-laqgħat formali saru wkoll diversi laqgħat waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq il-post.", "Id-diversi rappreżentanti, għalkemm qatt ma kitbu formalment, kienu mitluba jassiguraw li x-xogħol meħtieġ isir f`salt.", "Kien għalhekk li finalment sar ix-xogħol minn diversi entitajiet f`salt.", "Hu mistenni li l-ebda organizzazzjoni ma jkollha ħtieġa li taqla` l-istess toroq matul is-snin li ġejjin.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN PAWL", "7635.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema ta' l-ilma tax-xita quddiem il-bank tal-Mid-Med fi Triq San Pawl, f'San Pawl il-Baħar biex l-ilma tax-xita li jinżel minn Triq San Ġorġ ma jmurx ġod-djar iżda jiġi mmexxi lejn Triq il-Parroċċa mingħajr inkonvenjent għar-residenti u qabel ma jsir il-wiċċ finali tat-tarmak?", "Japprezza li soluzzjoni hija urġenti għax il-problema aktar se tisserja bix-xogħol li sar ftit ilu fl- inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant kien inkluż bhala parti mix-xogħol finali li jrid isir fl- inħawi.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ", "7636.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien sewa biex id- Dipartiment tat-Toroq jiċċaqlaq minn Beltissebħ għal post fi Triq il-Kanun f'Santa Venera ftit snin ilu?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jiswa issa ċ-ċaqliq biex minn hawn u ftit ieħor id-Dipartiment tat- Toroq se jmur minn Beltissebħ għall-bini f'San Maison ftit 'il bogħod?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment ma għandux l- informazzjoni dwar l-ispiża nvoluta, la biex id-Dipartiment tat-Toroq mar Santa Venera qabel l-1996 u lanqas biex ġarr minn Santa Venera għal Beltissebħ wara l-1996.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda l-informazzjoni tkun tista` tingħata aktar 'il quddiem.", "PA - LUKANDA COSTA DEL SOL", "7637.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Meta l-Costa del Sol inbniet fl-Għadira tal-Mellieħa kellha l-permessi meħtieġa mill-PAPB?", "Meta ħarġu dawn il-permessi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn riċerka li saret fir-rekords fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar, irriżulta illi fit-3 ta' Mejju, 1974 kienet saret applikazzjoni, Ref.", "PB 2169/1340/74, biex jinbena beach establishment u li sussegwentement inħareġ permess għaliha fit-3 ta' Lulju, 1974.", "Ninsab informat ukoll illi fis-26 ta' Marzu, 1979, saret applikazzjoni oħra fuq l-istess riferenza biex jinbena restaurant u li l-permess inħareġ fl-4 ta' Diċembru, 1979.", "Peress li l-file oriġinali ma kienx instab, ta min jinnota li din l- informazzjoni hija mehuda minn Fore File F/F 1340/74 li n fetaħ wara li saret applikazzjoni ta' Tiġdid (to erect a restaurant) fl-24 ta' Settembru, 1984.", "Minn dan il-file m'hemm l-ebda indikazzjoni jekk il-Costa del Sol inbnietx qabel jew wara l-ħruġ ta' l-ewwel permess imsemmi.", "KUNSILL TA' L-EWROPA - OKKAŻJONI TAL-50 SENA", "7638.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-okkażjoni tal-50 sena tal- Kunsill ta' l-Ewropa li ġiet organizzata għat-tfal ta' l-iskejjel?", "Kif intnefqu l-flus?", "Min tħallas għal din l-attivita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm budget ta' Lm5000 allokat għall- attivitajiet kollha konnessi maċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju tal- Kunsill ta' l-Ewropa.", "S'issa għadhom qed jitħallsu l-kontijiet pendenti u għad ma ingħalqux il-kontijiet kollha.", "HCEB - LUKANDA COSTA DEL SOL", "7639.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jirriżultalu l-Ministru li l-HCEB approvat il-bini ta' lukanda ġdida skond applikazzjoni tal-Costa del Sol fl-Għadira tal-Mellieħa?", "Meta ħarġet din l- approvazzjoni mill-HCEB?", "Il-bini ta' lukandi ġodda li għalihom hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kollha għandhom l- approvazzjoni tal-HCEB?", "Liema għandhom?", "Liema m'għandhomx?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL FARRUĠ - BINI TA' ĦAJT", "7691.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex inbena ħajt tul it-toroq, l-Egrett Isfar, il-Masġar u l-Militar Barrani f'Ħal Farruġ?", "Jaf il-Ministru li b'dan il-ħajt inħoloq hardship ġdid għar-residenti ta' Ħal Farruġ li issa qed ikollhom iduru dawra ma' l-area kollha biex imorru għat-triq ewlenija minn fejn jgħaddi t-trasport pubbliku?", "Jista' l-Ministru jieħu in konsiderazzjoni dan u jara li almenu jitħalla passaġġ minn fejn jistgħu jgħaddu r-residenti bil-miexi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li nbnew diversi ħitan fil-lokalita` biex bihom jiġu ffurmati t-toroq fil-lokal biex il-limiti tal-proprjeta` jew privata jew tal-Gvern miftuħa għal pubbliku ikunu definiti.", "Wieħed ikollu bilfors isemmi li la darba jsiru t-toroq, il-pubbliku ma jkollux għalfejn jgħaddi minn proprjeta` mhix żviluppata kif ifettilu.", "KOTTONERA - PROĠETT", "7692.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu l-Ministru mal-kunsilli tal- Kalkara, tal-Birgu, ta' Bormla, ta' l-Isla u tal-Birgu dwar il-proġett tal- Kottonera minn meta bdew it-taħdidiet mal-consortia fuq dan il-proġett?", "F'liema dati nżammu dawn il-laqgħat, lokal lokal?", "Jista' l-Ministru jqiegħed il-minuti ta' dawn il-laqgħat fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6843, irrid ngħid li inkoraġġejt lill-konsorzja jagħmlu laqgħat mal-kunsilli lokali.", "Biss ma nistax inwieġeb fuq dawn il-laqgħat peress li ma jkunux ko-ordinati mal- Gvern.", "KOTTONERA - PROĠETT", "7693.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern fir-rigward tas- sistema tad-drenaġġ fl-area fejn se jinbnew il-flats lussużi bħala parti mill-proġett tal-Kottonera, minħabba l-fatt li llum meta għad m'hemmx dan il-bini, hemm problema ta' drenaġġ li joskula mill-blat għall-baħar il-ħin kollu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-sistema tad-drenaġġ fl-area indikata trid tiġi upgraded biex tkun tista' tlaħħaq ma' l-esiġenzi ta' l-iżvilupp li jrid isir.", "PROĠETT TAL-KOTTONERA - BINI TA' FLATS LUSSUŻI", "7694.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Il-Ministru kif se jassigura li l-bini tal-flats lussużi bħala parti mill- proġett tal-Kottonera mhux se jaffettwaw ħażin lir-residenti ta' Triq il- Miratur, fil-Birgu li jiġu eżatt fuq l-area ppjanata għall-bini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-pjanti kollha in kwestjoni jridu jkunu sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li min-naħa tagħha tikkonsidra l- fatturi kollha rilevanti.", "BIRGU - CLUB TAR-REGATTA", "7695.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi affettwat il-Club tar-Regatta tal- Birgu bil-proġett tal-Kottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'hu se jiġi effettwat b'ebda mod.", "BIRGU - TAT-TOQBA - SUR", "7696.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid huwiex se jiġi rrestorat is-sur li jiġi fl-inħawi tat-Toqba l-Birgu u qrib il-bini tal-flats lussużi li hemm ippjanati bħala parti mill-proġett tal-Kottonera?", "Jekk iva, min se jidħol għall-ispiża, il- consortia jew il-gvern?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-sur li qed tirriferi għalih l-Onor.", "Membru ma jifformax parti mill-proprjeta' li ġiet mgħoddija lil xi wieħed mill-consortium.", "PIXXINA NAZZJONALI", "7751.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar ir- riorganizzazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali li kienu qed isiru mill-Ministeru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diskussjonijiet fi ħdan il-Ministeru għadhom għaddejjin.", "PIXXINA NAZZJONALI", "7752.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern fuq il-Pixxina Nazzjonali, sena b'sena, mill-1993 sal-lum?", "Għaliex inħarġu dawn il-flus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mir-records li jinstabu fid-Dipartiment il-Gvern ħareġ dawn il-flus fuq il-Pixxina Nazzjonali:", "1994 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm 91,134* Salarji Lm 18,211 Total Lm109,345", "1995 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm 32,091* Salarji Lm 19,515 Total Lm 51,606", "1996 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm 70,682* Salarji u Overtime Lm 21,315 Total Lm 91,997", "1997 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm128,779* Għajnuna għal spejjeż oħra Lm 67,484 Salarji u overtime Lm 2,831 Total Lm219,094", "1998 Spejjeż rikorrenti tal-Pixxina Lm 73,121* Salarji Lm 9,569 Total Lm 82,690", "* Din il-figura tinkludi n-nefqa biex inxtara fuel, chlorine, acids u spejjeż oħra għall-plant room.", "1999 Salarji Lm 4,928", "Din is-sena ġiet ivvutata s-somma ta' Lm80,000 taħt il-Contributions to Government Entities.", "Minn din is-somma s'issa tħallas l-ammont ta' Lm40,001 lill-Pixxina Nazzjonali.", "SHOOTING FEDERATION", "7753.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat flus f'għajnuna x-shooting federation mill-1990 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti dawn il-figuri sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-1990 ix-Shooting Federation ingħatat din l-għajnuna:", "* 1994 - Lm90,706.66 biex tħallsu l-ispejjeż konnessi max-xogħol li sar biex titlesta x-shooting range għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-1993", "* 1996 - Lm24,990.84 biex tlesta x-shooting range ta' l-air guns u l-air pistols."]} {"filename": "19990504_088d_par.doc", "date": "1999-05-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 88 It-Tlieta, 4 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 88", "It-Tlieta, 4 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.12 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "88", "It-Tlieta, 4 ta' Mejju, 1999", "WERREJ MINUTI 325", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 325", "TQEGĦID TA' KARTI 329", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR (EMENDA NRU.", "2) (KUMITAT)", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (COMMITTEE STAGE) 330", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-ĦABS (KUMITAT)", "PRISONS (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 333", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET (KUMITAT)", "PENSIONS (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 346", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU", "GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL (SECOND READING) 354", "AĠĠORNAMENT 360", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 366", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 87 li saret fit-3 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "RAĦAL ĠDID - ZABBAR RD - STAGE", "4722.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-istage li hemm quddiem is- sorijiet ta' Zabbar Road, Raħal Ġdid, jitneħħa u jsir quddiem l-għassa tal- pulizija ta' Raħal Ġdid, peress li din it-talba ilha ssir mir-residenti għal żmien twil?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku, li hi responsabbli mill- bus stages, m'għandha l-ebda talba minn xi residenti biex jitneħħa l-istage imsemmi.", "Informat ukoll li sa l-aħħar ta' l-1996 dan l-istage kien iktar qrib l-għassa u tressaq tliet darbiet sal-post eżistenti fuq struzzjonijiet ta' l-Onor.", "Interpellant meta kien sindku tal-lokal.", "Biex stage jitneħħa minn postu jrid ikun hemm raġuni valida.", "F'dan il- każ ma jidhirx li hemm xi raġuni valida, iktar u iktar meta dan l-istage jintuża ħafna.", "Tajjeb li jingħad ukoll li diġa` hemm stage ħdejn l-għassa tal-pulizija.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Nixtieq nagħmel kjarifika żgħira.", "Fil-fatt intbagħtu diversi ittri u saret saħansitra laqgħa ma' l-awtorita` konċernata biex dan l-istage jitressaq - anke meta jien kont għadni sindku ta' Raħal Ġdid - u r-raġuni għaliex dan l-istage m'għandux jibqa' fejn hu preżentement hija li issa li ġej is-sajf u jkun hemm ħafna żgħażagħ jistennew il-karozza tal-linja ta' Wied il-Għajn fuq dak l-istage, li l- area tal-madwar hija żgħira ħafna u għalhekk, peress li dik it-triq hija traffikuża wkoll, in-nies li jkunu qed jistennew il-karozza tal-linja fuq dak l-istage qed ikunu fil-periklu li jittajru minn xi karozza.", "Fil-fatt anke l-kunsill lokali konċernat jaqbel ma' din il-proposta u għalhekk nixtieq li din it-talba tiġi milqugħa biex tiġi evitata xi diżgrazzja.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt kif għidt fir-risposta oriġinali, jirriżulta li ħdejn l-għassa diġa` hemm stage ieħor.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant qed jitlob illi l-istage li dwaru qed issir id-domanda jitneħħa għal kollox, wieħed jista' jikkonsidra dik it-talba wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jien naħseb illi l-Ministru ma fehimnix sew.", "Jien m'iniex qed nitlob biex dak l-istage jitneħħa għal kollox imma biex jitressaq għal quddiem l-għassa ta' Raħal Ġdid.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk l-istage li hemm preżentement ħdejn il-kunvent tas-sorijiet jitressaq ħdejn l-għassa, allura l-istage li hemm ħdejn il-kunvent tas-sorijiet bilfors irid jitneħħa għal kollox.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Jista' l-Ministru jgħidli meta se jitwaqqaf it-traffic control board, illi issa ilu ma jiffunzjona għal għaxar xhur sħaħ?", "Jekk wieħed iħares lejn il-funzjonijiet ta' dan il-bord jirrealizza kemm hu importanti li dan jitwaqqaf immedjatament.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt huwa mistenni li dan il-bord jitwaqqaf fil- ġranet li ġejjin.", "RAĦAL ĠDID - TISWIJA TA' BANKINI", "4723.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir il-bankina f'Paola Hill u Valletta Road, Raħal Ġdid, minħabba l-ħsara u l-istat perikoluż li jinsabu fihom wara x-xogħlijiet li saru bl-estensjoni tal-ħabs?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-water services corporation lestiet ir-reinstatement tal-bankini f'Valletta Road, wara li tlesta fihom xogħol ta' tibdil ta' house connections.", "Dwar ix-xogħol f'Paola Hill, peress li x-xogħol ta' tibdil ta' bankini jsir mill-kunsill lokali, is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie riferut lill-kunsill lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Ikun tajjeb jekk niġbed l-attenzjoni tal-Ministru, anke bħala informazzjoni, li l-ħsara f'din il-bankina saret mill-kuntrattur li kien responsabbli mill-estensjoni tal-ħabs u għalhekk ċertament m'huwiex ġust li f'dawn il-każijiet il-ħsara tissewwa mill-kunsilli lokali - dawn biżżejjed diġa` qed iħabbtu wiċċhom ma' diversi problemi finanzjarji - imma għandha tissewwa mill-kuntrattur stess.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk kemm-il darba dik il-ħsara fuq il-bankina ġiet ikkaġunata mill-kuntrattur illi kien qed jaħdem fuq il-proġett tal-ħabs, allura nitlob lill-ministru li huwa responsabbli mill-ħabs biex jieħu ħsieb jara li dan il-kuntrattur isewwi l-ħsara li għamel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Ir-residenti ta' ħdejn l-iskola ta' Ħal Tarxien ilhom żmien twil jitolbu li t-toroq jiġu asfaltati u fil-fatt ġieli t-tfal ta' l-iskola jsiru għasra sakemm jaslu d-dar peress li fix-xita dawn it- toroq iżommu ħafna ilma.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħidli x'qed isir biex din il-problema tiġi solvuta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt diġa` saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwar din l-area ta' Ħal Tarxien, liema mistoqsijiet kienu jirriferu għal xi sitta jew seba' toroq minn dik l-area li jridu jiġu asfaltati għall- ewwel darba.", "Aħna, bħala dipartiment, qed nikkordinaw ma' diversi entitajiet biex naraw illi s-servizzi li hemm mgħoddija f'dawk it-toroq m'humiex mgħoddija temporanjament imma huma servizzi permanenti, biex nevitaw il-problema li wara li dawn it-toroq jiġu asfaltati, ftit ġimgħat wara li jkunu saru jkollhom jerġgħu jinqalgħu mill-ġdid.", "Issa nispera li dawn it-toroq jitlestew f'qasir żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Hawn ġew saret talba għal iktar minn darba biex Triq is-Sajjieda ġewwa l-Marsa tiġi rranġata għax meta meta tagħmel ix-xita r-residenti ta' din it-triq qed jegħrqu.", "Fil-fatt kienu diġa` ġew ivvotati xi flus għal dan il-għan u għalhekk nixtieq li l-Ministru jispjega għal xiex kien hemm dan id-dewmien biex din it-triq tiġi rranġata.", "Din it-triq għandha tiġi rranġata issa li ġej is-sajf ħalli forsi sax-xitwa tkun lesta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien m'iniex informat fid-dettall dwar dak kollu li qed isir għar-rigward ta' Triq is-Sajjieda ġewwa l-Marsa pero` niftakar li matul il-ġimgħat li għaddew saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwarha.", "Kif għadni kemm għidt fir-risposta li tajt għal mistoqsija oħra li għamilli l-Onor.", "Interpellant, qabel ma triq tiġi asfaltata aħna qed inkunu rridu nassiguraw li s-servizzi jkunu mgħoddija kollha fuq bażi permanenti.", "Fil-fatt, anke fir-rigward ta' Qormi Road, li qiegħda bejn il-Ħamrun u l-Marsa, hekk għamilna u għalkemm diġa` kienu ħarġu t-tenders għal dak ix-xogħol, ix-xogħol ma nbediex qabel ma s- servizzi ta' dik it-triq kienu mgħoddija kollha.", "Għalhekk ġaladarba l- Onor. Interpellant qed jgħid li diġa` kienu ġew ivvotati l-flus u anke ħarġu t-tenders biex jinbeda x-xogħol fi Triq is-Sajjieda ġewwa l-Marsa, sinjal li hemm xi korporazzjoni li għadha m'għaddietx is-servizzi kollha neċessarji f'dik it-triq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Ġaladarba l-Ministru semma Qormi Road, nixtieq nistaqsih jekk issa li sar il-proġett li kellu jsir f'dik it-triq, humiex se jsiru l-pelican lights għax ir-residenti ilhom jagħmlu din it-talba għal ħafna snin.", "Nixtieq illi l-Ministru jgħidli wkoll jekk meta jsir il-ġnien fl-area tax- Xlejli, ġewwa l-Gudja, fi ftit tal-ġimgħat oħra, huwiex se jingħata t- tarmac f'dik l-area.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'inix konxju jekk saritx talba għall- pelican lights f'Qormi Road pero` jekk inhu hekk l-ewwel din it-talba trid tiġi approvata mit-traffic control board - li s'issa approva 32 talba għal traffic lights jew pelican lights - u mbagħad iridu jinstabu l-fondi neċessarji biex isir dan.", "Fil-fatt huwa tajjeb li wieħed ikun jaf illi biex isiru l-pelican lights jew it-traffic lights huma meħtieġa eluf ta' liri u għalhekk wara li dawn it-talbiet jiġu approvati mit-traffic control board, id-dipartiment tat-toroq, li huwa responsabbli mill-istallazzjoni tat-traffic lights u l-pelican lights, jagħżel minn fost dawn it-talbiet skond il-prijorita` tagħhom.", "Għar-rigward ta' l-area tax-Xlejli ġewwa l-Gudja, irrid ngħid li fil-fatt riċentement jien kelli laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Gudja fejn fost affarijiet oħra tkellimna dwar din l-area u min-naħa tiegħi jien stqarrejt li la jiġu mgħoddija s-servizzi neċessarji kollha f'dik l-area, eventwalment jingħata t-tarmac.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Jista' l-Ministru jgħidli meta se jitkompla l-proġett li kien inbeda taħt l-amministrazzjoni Laburista f'Zabbar Road, peress li hemm bżonn urġenti li dan isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li għalkemm il-mertu tax-xogħol li sar f'Zabbar Road jieħdu l-Gvern Laburista, fil-fatt il-preparamenti li saru għal dan il-proġett twettqu mill-Gvern Nazzjonalista ta' qabel Ottubru 1996, pero` naturalment issa rridu nkomplu l-bqija tal-proġett.", "Wieħed irid jgħid ukoll illi għalkemm ovvjament dik il-parti tat-triq li laħqet saret mill-ġdid hija ħafna aħjar minn dik il-parti li għadha ma saritx, diġa` qed jirriżultaw ċerti problemi fil-parti l-ġdida.", "Għalhekk qabel ma ngħaddu għat-tieni fażi ta' dan il-proġett, irridu naraw sewwa sew x'kien il-kaġun ta' dawn il-problemi ħalli ma nerġgħux nagħmlu l-istess żball.", "Ta' min anke jżid jgħid illi l-wiċċ ta' din it-triq kien ġie mogħti fuq il-ħamrija u fuq il-materjal li kien hemm u għalhekk qabel ma nagħtu l-wiċċ lil dik il-parti tat-triq li għadha ma tlestietx irridu naraw li tinqala' l- ħamrija u l-materjal l-ieħor illi hemm, sakemm naslu sal-livell tal-blat jew almenu sakemm insibu materjal ieħor li hu iktar sod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi l-Ministru qal diversi drabi hawnhekk illi se ssir lista ta' prijoritajiet ta' toroq li għandhom isiru, jista' jgħidilna meta din il-lista se tkun lesta bejn wieħed u ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-fatt nispera li sa l-aħħar ta' dan ix- xahar se jitlestew żewġ listi ta' dan it-tip; waħda għal dawk li huma toroq distributorji u arterjali, u l-oħra għal 600 triq sekondarja li għandna fil- pajjiż.", "F'dawn il-listi t-toroq li hemm bżonn isir xogħol fuqhom mhux biss se jiġu identifikati imma se jkun hemm imniżżel ukoll meta se jsir ix- xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jgħid il-verita` għar-rigward ta' Zabbar Road u jammetti li l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kulma kien se jagħmel kien sempliċement resurfacing tal-wiċċ tat- triq?", "Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jgħid il-verita` wkoll billi jgħid illi l-Gvern Laburista kien diġa` għamel studju u għamel il-pjanijiet neċessarji biex tinbeda t-tieni fażi ta' dan il-proġett u għalhekk ma kienx hemm għalfejn isiru l-ebda studji u pjanijiet mill-Gvern Nazzjonalista qabel ma jinbeda x-xogħol fuq it-tieni fażi?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dawk it-toroq li kienu ġew approvati mill- amministrazzjoni preċedenti biex isiru, fosthom Triq San Ġwann u Triq l- Iskola ġewwa l-Fgura, għandhom isiru u mhux l-ewwel ir-residenti ġew imwiegħda li dawn it-toroq se jsiru u issa qed jintqal li rridu nimxu skond il-programm li hemm fil-lista tat-toroq?", "Il-Ministru ma jidhirlux ukoll li dawn l-affarijiet, illi qegħdin black on white anke f'dan il-parlament, għandhom jiġi mwettqa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru, fil-qosor ħafna għax sar il-ħin.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien jidhirli li aħjar nitkellmu bis- serjeta` dwar dan is-suġġett, b'mod partikolari minħabba l-fatt li fil- ġimgħat ta' qabel l-aħħar elezzjoni kull talba biex tiġi rranġata jew biex issir triq mill-ġdid bdiet tiġi milqugħa.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Onor. Mizzi, bir-rispett kollu inti qatt ma kont il- ministru responsabbli mit-toroq u għalhekk qatt ma stajt tgħid liema toroq kienu se jsiru u liema ma kenux se jsiru.", "Fil-fatt kien hemm diversi każijiet fejn ir-residenti ntqalilhom li t-triq tagħhom se ssir u mbagħad meta ġejna biex naraw xi preparamenti kienu saru ma sibna xejn.", "Għal darb'oħra jien irrid nerġa` ntenni li aħna qed nenfasizzaw ħafna l- importanza li qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq, is-servizzi kollha ta' dik it- triq ikunu mgħoddija ħalli ma jiġux minfuqa ħafna flus biex wara ftit ġimgħat din it-triq ikollha tinqala' mill-ġdid.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' anzjani li qed jirċievu s-servizz tal-home help maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4850;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol bejn Novembru 1998 u Frar 1999 maqsuma skond il-lokalitajiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6551; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema ma' Kalaxlokk Company Limited, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 6550.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-lokalita' u n-natura tan-negozju ta' persuni li ġew imħarrka mid-dipartiment tal-VAT bejn l-1 ta' Ottubru 1998 u s-27 ta' April 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6425.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każijiet ta' persuni mtella' l-qorti fuq każijiet ta' abbuż fuq tfal bejn l-1990 u l-1998 u s-sentenza mogħtija f'kull każ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6497.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR (EMENDA NRU.", "2)", "MOTOR VEHICLES REGISTRATION TAX (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Sostituzzjoni ta' l-Ewwel u t-Tieni Skedi li jinsabu ma' l- Att prinċipali.", "Clause 2 - Substitution of the First and Second Schedule to the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, din il-klawsola hija magħmula mill- iskedi u prattikament m'hawn l-ebda bidla ħlief għall-perċentwal ta' taxxa li trid titħallas.", "Għalhekk ma tantx għandi kummenti x'ngħaddi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, nixtieq nirriferi ftit għall-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra hawn insibu hekk:", "\"biex fejn hu possibbli r-rati ta' taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi bil-mutur jiġu aġġustati b'tali mod li l-introduzzjoni tat- taxxa fuq il-valur miżjud ma jkollha ebda effett fuq il-prezz għall- konsumatur;\".", "Fil-fatt jien jidhirli li l-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud ħalliet effett f'dan il-każ għax żiedet il-prezz għall-konsumatur u għalhekk nixtieq li l-ministru jispjega kif kien hemm din iż-żieda ġaladarba wieħed mill-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa proprjament illi ma jħalli l-ebda effett fuq il-prezz għall-konsumatur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President,kif għidt il-bieraħ il-prezzijiet baqgħu kif kienu qabel Jannar li għadda, bid-differenza li fejn kien hemm imniżżla l-kelma \"CET\" issa hemm imniżżla l-kelma \"VAT\" u kien hemm aġġustament accordingly tal-ħlasijiet ta' reġistrazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien lill-ministru nixtiequ jgħidli speċifikament jekk kienx hemm żidiet jew le wara li ġiet introdotta l-VAT għaliex jien naf ħafna nies li l-ewwel ħasbu li m'hu se jkun hemm l-ebda tibdil u mbagħad sabu li fil-fatt kien hemm.", "Għalhekk jista' l-ministru jgħidli x'tibdil kien hemm mill-introduzzjoni tal-VAT 'l hawn u jekk qed jgħid li m'hemmx tibdil, jikkonferma li ma kienx hemm verament?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-fatt kien hemm tnaqqis sostanzjali fir-registration fee tal-karozzi tal-linja, kif ukoll f'dawk li huma karozzi tal-kiri li jintużaw għas-settur turistiku.", "Fir-rigward tal- vetturi kummerċjali li jintużaw verament għall-kummerċ m'hu se jkun hemm l- ebda żieda għaliex attwalment ikun hemm ir-refund tal-VAT fuq dak l-ammont li jkun tħallas u allura l-prezz jibqa' l-istess bħal ta' Jannar li għadda.", "Naturalment meta qed ngħid \"jibqa' l-istess\", dan ma jfissirx li ma jkunx hemm imqar varjazzjoni ta' lira jew ta' nofs lira pero` dawk jien ma nqishomx bħala bidliet.", "Imbagħad għar-rigward ta' dawk il-vetturi kummerċjali li ma jintużawx għall-kummerċ kien hemm xi żidiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-fatt huwa proprjament għal dawk il-vetturi kummerċjali li ma jintużawx għall-kummerċ li qed nirriferi jien għax f'dan il-każ iż-żieda li kien hemm m'hijiex ta' lira jew tnejn imma ta' ħafna iktar.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, f'dawk il-vetturi kummerċjali li ma jintużawx għal skopijiet kummerċjali se jkun hemm żieda fil-tal-VAT.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela allura wieħed mill-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, li jgħid \"biex fejn hu possibbli r-rati ta' taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi bil-mutur jiġu aġġustati b'tali mod li l-introduzzjoni tat- taxxa fuq il-valur miżjud ma jkollha ebda effett fuq il-prezz għall- konsumatur;\" m'huwiex korrett u allura ejjew nitkellmu ċar u nammettu li bl- introduzzjoni tal-VAT kien hemm żidiet u mhux ma kienx hemm żidiet.", "Illum hawn ħafna min jixtri vann kummerċjali biex jużah għall-familja u, kif nafu, vann kummerċjali jrid ikun reġistrat taħt xi kumpannija biex l-owner jingħata r-refund tal-VAT, jiġifieri lil dawn l-owners żgur żdiditilhom ir- reġistrazzjoni.", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif se jiġu affettwati issa dawk il-familji li għandhom lil xi ħadd handicapped u li għandhom vann kummerċjali, liema familji qabel Jannar li għadda kienu jieħdu refund ta' parti mit-taxxa li jkun weħlu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-fatt ma nbidel xejn f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-exemptions li wieħed jieħu meta jkun qed juża xi tip ta' vettura biex iġorr persuni b'diżabilita`.", "Għar-rigward ta' refunds tal-VAT, l-Onor.", "Membru jaf daqsi li mhux biss dawk li jkollhom il-vettura reġistrata taħt xi kumpannija għandhom dritt jieħdu r-refund tal-VAT imma anke dawk li jixtru vettura bl-iskop illi jużawha waqt ix-xogħol tagħhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk m'iniex korrett nitlob lill-ministru biex jikkoreġini imma safejn naf jien dawk il-kumpanniji li jirrendu numru sostanzjali ta' mpjiegi biss huma intitolati biex jixtru vettura bla dazju.", "Issa allura jekk dawn il-kumpanniji jixtru xi vettura minn barra mill- Ewropa, kif se jiġu affettwati?", "Għax minkejja li dawn għandhom id-dritt li jieħdu refund għall-VAT li jkunu ħallsu, m'aħna qed ngħidu xejn għar- rigward tad-dazju li jħallsu fuq dawn il-vetturi.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, hawnhekk m'aħniex nitkellmu dwar dazju imma dwar it-taxxa tar-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur, u t-taxxa ta' reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur ma tagħmilx differenza f'dan ir- rigward.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien m'iniex qed nifhem.", "Għaliex ma tagħmilx differenza?", "Naħseb li lkoll naqblu li filwaqt illi jekk inti ddaħħal vettura mill-Ewropa li tiswa Lm2 inti tkun trid tħallas biss 15% ta' dawk iż-Lm2, jekk min-naħa l-oħra inti ddaħħal vettura li tkun ġejja minn barra mill-Ewropa inti trid tħallas kemm il-VAT kif ukoll id-dazju fuqha u għalkemm fuq il-VAT tista' tieħu refund, id-dazju mhux se tieħdu lura.", "Huwa proprju dan li rrid nispjega jien.", "Issa nixtieq nerġa` ngħid xi ħaġa dwar dawk il-familji li jixtru vettura bl-iskop illi jġorru lil xi membru tal-familja li huwa ħandikappat, għaliex ir-refund li jieħdu dawn in-nies m'huwiex ikkalkolat bħala persentaġġ tal- prezz imma bħala somma.", "Jiġifieri jekk ngħidu aħna dawn kienu jieħdu Lm400 fuq Lm2,000, jekk is-somma ta' Lm2,000 togħla għal Lm2,500 dawn xorta Lm400 se jieħdu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien naħseb illi hawnhekk qed nitkellmu fuq żewġ affarijiet differenti għax, kif għidt diġa`, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jitkellimx dwar il-ħlasijiet tad-dazju imma dwar il- ħlasijiet ta' reġistrazzjoni tal-vettura.", "L-ewwel saritli domanda dwar min hu intitolat għar-refund tal-VAT.", "Ir- refund tal-VAT huwa intitolat għalih kulmin huwa reġistrat mal-VAT department u din hija kwestjoni totalment differenti mid-dazju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien lill-ministru ma nistax nifhmu.", "Jiġifieri l- ministru qed jgħid illi t-taxxa ta' reġistrazzjoni ma nbidlitx ħlief li sempliċement minn \"CET\" it-taxxa bdiet tiġi msejħa \"VAT\"?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien m'iniex qed ngħid illi ma kienx hemm tibdil fil-każijiet kollha f'dik li hija taxxa ta' reġistrazzjoni u kemm meta kont qed nitkellem fuq dan il-bieraħ kif ukoll dalgħodu qgħadt attent li nagħmel distinzjoni f'liema każijiet it-taxxa ta' reġistrazzjoni se tibqa' kif inhi u f'liema każijiet se tiġi mibdula.", "Fil-fatt hawnhekk ikun tajjeb illi nfakkar li kważi nistgħu ngħidu li ma kienx hemm tibdil f'dik li hija taxxa ta' reġistrazzjoni minn qabel Jannar li għadda 'l hawn ħlief għal dawk li huma vetturi kummerċjali li ma jinxtrawx minn persuni li għandhom VAT registration għax f'dak il-każ se jkun hemm xi żidiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri issa dawk li jixtru vetturi kummerċjali u ma jkollhomx il-VAT registration se jeħlu iktar flus?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, dawk il-persuni li jixtru vettura kummerċjali u ma jużawhiex għal skop kummerċjali - u għalhekk m'għandhomx VAT registration - se jkollhom jiffaċċjaw xi żidiet.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, għal klawsola 1 għandi din l-emenda verbali:", "Fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"Att ta' l-1998\" għandhom jidħlu l-kliem \"Att ta' l-1999\" u l-kliem \"(Emenda Nru. 2)\" għandhom jitħassru.", "In subclause (1) thereof, for the words \"(No. 2) Act, 1998\" there shall be substituted the words \"Act, 1999\".", "MR CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda verbali għaddiet.", "MR CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 1, kif emendata verbalment, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nitlob li l-Iskrivan tal-Kamra jiġi awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-ĦABS", "PRISONS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Klawsola 2 qed temenda artiklu 2 ta' l-Att dwar il-Ħabs, Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta, u hawnhekk qed nemendaw id-definizzjoni ta' \"direttur\" biex tiġi tfisser \"direttur tas- servizzi korrettivi\" li hija l-konsegwenza ta' bidla organizzattiva li għamilna xi tliet snin ilu, fejn għidna li d-dipartiment tas-servizzi korrettivi m'għandux jinkludi esklussivament il-ħabs u għalhekk tajnieh dehra iktar ġenerali.", "Permezz ta' din il-klawsola qed nemendaw ukoll id-definizzjoni ta' \"uffiċjal tal-ħabs\" biex tiġi tfisser:", "\"... kull uffiċjal pubbliku jkun ta' liema grad jew kategorija jkun, maħtur jew sekondat biex iservi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi u tinkludi d-Direttur.\".", "Fil-fatt hawnhekk m'għamilna l-ebda tibdil ta' sustanza għaliex jekk inħarsu lejn il-liġi kif inhi llum nsibu li din tgħid hekk:", "\"prison officer\" means any public officer of whatever grade or category who is appointed or seconded to serve in the Prisons Department and includes the Director.\",", "jiġifieri t-tibdil kemm f'paragrafu (a) kif ukoll f'paragrafu (b) ta' din il-klawsola, huwa biss tibdil ta' nomenklatura.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Kif qal il-ministru, hawnhekk għandna sempliċement bidla fin-nomenklatura li tirrifletti t-tibdiliet li seħħew xi żmien ilu.", "Issa billi anke l-kelma \"ħabs\" qed tispiċċa u qed tintuża iktar il-kelma \"servizzi korrettivi\", nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk ċerti oqsma u għaqdiet li jaqgħu taħt it-tmexxija tal-ħabs - bħalma ngħidu aħna hija s- SATU - humiex se jiġu affettwati b'din il-bidla.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għalkemm is-SATU għandu titlu separat biex wieħed juri l-funzjoni tiegħu, dan huwa parti integrali mill-ħabs.", "Fil-fatt peress li l-liġi tagħti d-dritt lill-ministru responsabbli mill- ħabs jiddikjara ċerti postijiet bħala ħabs, kienet ħarġet ordni biex is- SATU, li jinsab l-Imtaħleb, jiġi ddikjarat bħala ħabs u, per eżempju, riċentement il-kumpless li għandhom il-pulizija fil-Mosta, jien, bħala ministru, iddikjarajtu b'regolament li huwa ħabs biex stajna nallokaw fih l- emigranti illegali, minħabba li ma kellniex fejn inpoġġu iktar immigranti illegali f'Ta' Kandja.", "Għalhekk legalment is-SATU huwa kkonsidrat bħala parti mill-ħabs.", "Fil-fatt aħna riedna ninkludu wkoll il-probation bħala parti mid- dipartiment tas-servizzi korrettivi u għalkemm din l-idea għadha fl- infanzja tagħha, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tikber.", "L-idea ta' dan kollu kienet illi l-probation officer; jaqa' b'mod ġenerali bħala parti mis- servizzi korrettivi.", "Ta' min jgħid li servizz korrettiv jista' jkun ifisser priġunerija u jista' jkun ifisser ukoll perijodu taħt is-servizz ta' probation officer, u aħna rridu ndaħħlu l-mentalita` li l-probation officer m'huwiex biss dak l-uffiċjal li jingħata inkarigu mill-qorti biex jieħu ħsieb lil dawk in-nies li ma jkunux weħlu piena ta' ħabs, imma anke biex jagħti servizz lil dawk il-priġunieri li jkollhom ċerti problemi soċjali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ġaladarba, kif qal tajjeb il-ministru, minflok il- kelma \"ħabs\" qed nipprovaw indaħħlu iktar il-frażi \"faċilita` korrettiva\", ma jaħsibx il-ministru li allura jkun jagħmel sens ukoll li \"uffiċjal tal- ħabs\" nibdluha u nagħmluha \"uffiċjal tal-faċilita` korrettiva\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt jien niftakar li darba kienet tqajmet diskussjoni f'dan il-parlament dwar jekk il-ħabs għandux jibqa` jissejjaħ ħabs jew jekk għandux jibda jissejjaħ bħala faċilita` korrettiva u jien dejjem għidt li l-ħabs jibqa' ħabs u allura jkun tajjeb jekk fid- definizzjoni legali nħallu l-ħabs jissejjaħ bħala ħabs.", "Kemm il-gvern preċedenti kif ukoll il-gvern preżenti, meta kienu qed jagħmlu ċerti riformi f'dan il-qasam, qalu li l-ħabs għandu jibda jissejjaħ bħala faċilita' korrettiva ta' Kordin, pero` huwa fatt li ħadd ma jibdel il- karattru tiegħu sempliċement għax ibiddlulu ismu għax filwaqt li huwa faċli ħafna li tbiddel l-isem, imbagħad dak it-tibdil ta' l-isem irid jiġi segwit b'ċerta riforma u dan huwa an ongoing process.", "Fil-fatt ir-riforma, li kien ħadmet fuqha anke l-amministrazzjoni preċedenti, ma kenitx tikkonsisti biss fil-bdil ta' l-isem imma anke fil- bini ta' kumpless ġdid u f'diversi affarijiet oħra li permezz tagħhom inkunu nistgħu nutilizzaw il-perijodu li priġunier jagħmel il-ħabs bl-aħjar mod possibbli, kemm għalih innifsu kif ukoll għas-soċjeta`.", "Huwa fatt illi llum għadna ma wasalniex fejn irridu naslu imma llum ninsabu ħafna aħjar milli minn meta tlaqna.", "Hawnhekk ta' min jgħid illi jekk naraw x'għamlu pajjiżi oħra, bħall-Ingilterra, insibu li dawn żammew in-nomenklatura ta' \"prison\".", "Naturalment dan ma jfissirx li lis-SATU jew lill-faċilita` korrettiva ta' Kordin ma nistgħux nirriferu għalihom bħala ħabs pero` jkun aħjar jekk ma nbiddlu xejn legalment f'dan ir-rigward.", "Ta' min jgħid ukoll li d-dipartiment kellu jinbidillu ismu minħabba li issa dan m'għadux responsabbli biss mill-ħabs imma sar responsabbli wkoll minn affarijiet oħra.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 5 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għal klawsola 3 nipproponi din l- emenda:", "\"A\" Minflok il-klawsola 3 għandha tidħol il-klawsola li ġejja:", "\"Tħassir ta' l-artikolu 5 u enumerazzjoni mill-ġdid ta' l-artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' l-Att prinċipali.", "3.", "L-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali għandu jitħassar u l-artikoli 6, 7, 8 u 9 tiegħu għandhom jiġu enumerati mill-ġdid 5, 6, 7 u 8 rispettivament.\".", "\"A\" For clause 3 there shall be substituted the following clause:", "\"Deletion of section 5 and renumbering of sections, 6, 7, 8 and 9 of the principal Act.", "3.", "Section 5 of the principal Act shall be deleted and sections 6, 7, 8 and 9 thereof shall be renumbered 5, 6, 7 and 8 respectively.\".", "Sur President, wara l-proposta li għamel l-Onor.", "Herrera waqt l-istadju tat-Tieni Qari ġie deċiż illi r-reati kollha li għandhom x'jaqsmu ma' ħrib mill-ħabs ma jibqgħux jiġu regolati kemm mill-Att dwar il-Ħabs kif ukoll mill-Kodiċi Kriminali imma jiġu regolati mill-Kodiċi Kriminali biss, u dan for ease of reference.", "Għalhekk l-emenda li konna qed nagħmlu biex inżidu l-piena ta' ħrib mill-ħabs minn xahar sa sitt xhur, kif inhi llum, għal minn sitt xhur sa sena, minflok m'aħna se ndaħħluha taħt l-Att dwar il- Ħabs, se ndaħħluha fil-Kodiċi Kriminali permezz ta' emenda li se niddiskutu iktar tard.", "Jiġifieri issa jekk inti tkun trid tkun taf x'inhi s- sitwazzjoni legali dwar ħrib minn ħabs jew minn postijiet oħra ta' detenzjoni u anke dwar ħrib minn kustodja - għax jista' jkun li wieħed jaħrab waqt li jkun qiegħed il-qorti - dawn inti se ssibhom regolati taħt artiklu 1 tal-Kodiċi Kriminali.", "Kif għidt diġa`, dan is-suġġeriment għamlu l-Onor.", "Herrera li l-gvern, min-naħa tiegħu, mill-ewwel aċċettah u għalhekk permezz ta' din l-emenda li qed nipproponi qed inħassar artiklu 5 ta' l-Att dwar il-Ħabs li s'issa kien jirregola l-ħrib tal-priġunieri u qed nerġa` nagħmel ir-renumbering għax ovvjament issa bit-tħassir ta' artiklu 5 l-artikli ta' warajh iridu jitnaqqsu kollha b'numru wieħed.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, kif qal tajjeb il-ministru, din hija emenda li ressaqnieha aħna permezz ta' l-Onor.", "Herrera, sabiex tiġi akkomodata l-proposta li l-ħrib fil-ħabs ikun regolat minn liġi waħda u ma jkollniex hotchpotch li jirregolaw l-istess ħaġa, bil-possibbilta` li jinħolqu xi konflitti bejn liġi u oħra.", "Jekk m'iniex sejjer żbaljat - u fil-każ nitlob lill-ministru jikkoreġini - jidhirli li artiklu 5 ta' l-Att dwar il-Ħabs huwa xi ftit iktar wiesa` mill-Kodiċi Kriminali, fis-sens illi jikkontempla wkoll persuna li taħrab mill-kustodja ta' xi ħadd li jkun inkarigat li jżomm dik il-persuna taħt id-detenzjoni tagħha.", "Billi l- Kodiċi Kriminali qed jiġi emendat fi klawsola 6, jekk il-ministru ma jsibx oġġezzjoni nixtieq li mmorru mill-ewwel għal din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri qed nifhem li klawsoli 4 u 5 huma posposti u allura se ngħaddu għal klawsola 6.", "Naqblu?", "Il-Kumitat qabel li klawsoli 4 u 5 jiġu posposti.", "Klawsola 6 - Emendi fil-Kodiċi Kriminali, Kap. 9.", "Clause 6 - Amendments to the Criminal Code.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għal klawsola 6 għandi din l-emenda:", "\"B Klawsola 6 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) minflok il-paragrafu (a) tagħha għandu jidħol il-paragrafu li ġej:", "\"(a) minflok l-artikolu 151 tiegħu għandu jidħol l-artikolu li ġej:", "\"151.", "Kull ikkundannat u kull priġunier ieħor li jinsab ħati ta' ħarba sempliċi mill-ħabs jew mill-kustodja tal-persuna jew tal-persuni inkarigati mill-kustodja tiegħu, jeħel il-piena ta' priġunerija għal żmien mhux inqas minn sitt xhur iżda mhux iżjed minn sena.", "F'dan l-artikolu \"priġunier\" tfisser kull persuna li tkun miżmuma f'ħabs u tinkludi priġunier filwaqt li jkun qed jinġarr għal jew minn ħabs għal ieħor jew filwaqt li jkun qiegħed taħt kura jew osservazzjoni f'xi sptar.\"\";", "(b) minflok il-paragrafu (b) tagħha għandu jidħol il-paragrafu li ġej:", "\"(b) minflok l-artikolu 152 tiegħu għandu jidħol l-artikolu li ġej:", "\"152.", "Kull priġunier li jinsab ħati ta' ħarba minn post ta' kustodja jew ta' piena jew minn xi sptar fejn ikun qiegħed taħt kura jew osservazzjoni, jew mill-kustodja tal-persuna jew tal-persuni inkarigati mill-kustodja tiegħu, jeħel, meta l-ħarba ssir bil-vjolenza fuq il-persuna, jew bi ksur tal-postijiet imsemmija, il-piena ta' priġunerija għal żmien minn sentejn sa erba' snin, bla ħsara għal kull piena oħra li għaliha jista' jkun suġġett taħt xi dispożizzjoni oħra ta' dan il-Kodiċi jew ta' xi liġi oħra.", "F'dan l-artikolu \"priġunier\" għandha l-istess tifsira li ngħatat fl- artikolu 151.\"\".", "\"B\" Clause 6 shall be amended as follows:", "(a) for paragraph (a) thereof there shall be substituted the following paragraph:", "\"(a) for section 151 thereof there shall be substituted the following section:", "\"151.", "Any person under sentence and any other prisoner who shall be guilty of simple escape or who escapes from the custody of the person or persons charged with his custody, shall, on conviction, be liable to imprisonment for a term of not less than six months but not more than one year.", "In this section \"prisoner\" means any person who is confined in prison and includes a prisoner while he is being moved to or from a prison or from one prison to another or while he is under treatment or observation in any hospital.\"\";", "(b) for paragraph (b) thereof there shall be substituted the following paragraph:", "\"(b) for section 152 thereof there shall be substituted the following section:", "\"152.", "Any prisoner who shall be guilty of escape from any place of confinement or of punishment or from a hospital where he is under treatment or observation, or from the custody of the person or persons charged with his custody, shall, when the escape has been effected by violence on the person, or with breach of the places mentioned, be liable, on conviction, to imprisonment for a term from two years to four years saving any other punishment to which he may be subject under any other provision of this Code or of any other law.", "In this section \"prisoner\" has the same meaning assigned to it in section 151.\"\".", "Sur President, l-iskop ta' din il-klawsola huwa li tispiċċa kull riferenza għar-reat ta' ħrib mill-ħabs mill-Att dwar il-Ħabs u jiġi ttrasportat kollox għall-Kodiċi Kriminali nnifsu, fejn fih qed indaħħlu artikli 151 u 152 ġodda, li safejn naf jien ikopru s-sitwazzjonijiet kollha.", "Ta' min jgħid li hawnhekk qed nagħmlu differenza bejn dak li huwa ħrib sempliċi u bejn dak li huwa ħrib ikkomplikat; dak il-ħrib li jsir bla ma titwettaq vjolenza fuq il-persuni u bla ma ssir ħsara fuq il-proprjeta` qed insejħulu ħrib sempliċi, filwaqt li dak il-ħrib li jsir bi vjolenza fuq il- persuni jew inkella bi ħsara fuq il-proprjeta` qed insejħulu ħrib ikkomplikat.", "Naturalment dawn huma l-pieni għal reat tal-ħarba biss għax jekk imbagħad minbarra l-ħarba ssir ferita ta' natura gravi jew Allaħares qatt jitwettaq omiċidju, fl-emenda li qed nagħmlu qed ngħidu li dan għandu jsir:", "\"... bla ħsara għal kull piena oħra li għaliha jista' jkun suġġett taħt xi dispożizzjoni oħra ta' dan il-Kodiċi jew ta' xi liġi oħra.\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, kif aċċennajt fl-intervent li għamilt iktar kmieni, sal-lum is-sitwazzjoni dejjem kienet li l-provvediment li għandu x'jaqsam ma' ħrib mill-ħabs jaqa' kemm taħt l-Att dwar il-Ħabs kif ukoll taħt il-Kodiċi Kriminali.", "Fil-fatt kien hemm xi ftit differenza bejn dak li kien hemm fl-Att dwar il-Ħabs u bejn dak li kien hemm fil-Kodiċi Kriminali, pero` issa, permezz ta' din l-emenda li qed nagħmlu, din id- differenza qed tiġi mneħħija għal kollox għax qed nittrasportaw dan il- provvediment kollu kemm hu għall-Kodiċi Kriminali.", "Ta' min jgħid li d- differenza bejn dak li hemm ikkontemplat fil-Kodiċi Kriminali u bejn dak li hemm ikkontemplat f'artiklu 5 ta' l-Att dwar il-Ħabs hija li filwaqt li l- artikli tal-Kodiċi Kriminali jirriferu biss għal ħarba minn post ta' kustodja, jiġifieri minn għassa ta' pulizija, mill-ħabs stess jew minn qualsiasi post ta' detenzjoni li l-ministru jista' jipproponi minn żmien għal żmien, artiklu 5 ta' l-Att dwar il-Ħabs, li issa qed jitħassar, minbarra li jirriferi għal dan, jiġifieri għal ħarba minn post ta' kustodja, jirriferi wkoll għal meta persuna taħrab minn taħt il-kustodja ta' persuna oħra.", "Jiġifieri jekk persuna tkun qiegħda miżmuma l-qorti b'arrest u waqt li tkun qed tiġi eskortata minn uffiċjal tal-pulizija jew minn kwalunkwe awtorita` oħra li għandha l-jedd li tarrestaha, din il- persuna taħrab, taħt il-Kodiċi Kriminali dan ma jitqiesx bħala reat imma taħt artiklu 5 ta' l-Att dwar il-Ħabs dan jitqies bħala reat.", "Naturalment dan ma jfissirx illi kien hemm każi fejn min ħarab mill- kustodja ta' persuna ma ġiex punit proprjament għaliex il-Kodiċi Kriminali ma jqisx dan bħala reat - għax imbagħad il-pulizija kienet tipproċedi taħt l-Att dwar il-Ħabs minflok taħt il-Kodiċi Kriminali - pero` xejn m'huwa prattiku li jkollok dan il-hotchpotch, fejn f'ċerti każi trid tipproċedi taħt liġi u f'ċerti każi trid tipproċedi taħt liġi oħra, u huwa għalhekk li l-proposta li jiġi ttrasportat kollox taħt il-Kodiċi Kriminali kienet tajba.", "Jien ħadt pjaċir li l-gvern laqa' l-proposta tiegħi għax issa filwaqt li għandna l-istess affarijiet li kienu jeżistu qabel, qed jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta' min għandu l-awtorita` li jħaddem il-liġi, u dan il-għaliex mil-lum 'il quddiem meta niltaqgħu ma' każijiet ta' ħrib mill- ħabs, nistgħu nirriferu direttament għall-Kodiċi Kriminali li jkun jirregola dak kollu li għandu x'jaqsam ma' ħrib mill-ħabs.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' żidiet fil-pieni, aħna nafu li l-liġi timxi fuq tliet aspetti; fuq l-aspett riformattiv, fuq l-aspett retributtiv u fuq l-aspett ta' deterrent.", "It-tliet aspetti għandhom il- konsiderazzjonijiet importanti tagħhom u fil-fatt hemm skejjel li jisħqu li hemm bżonn iktar riforma, hemm skejjel li jisħqu li hemm bżonn iktar retribuzzjoni, filwaqt li mbagħad hemm skejjel li jisħqu fuq l-element ta' deterrent billi l-awtorita` konċernata tagħmel pieni iebsin b'tali mod li dak li jkun jibda jibża' jikkommetti xi reat, inkluż ir-reat tal-ħrib mill- ħabs, minħabba fihom.", "Huwa fatt illi meta tagħmel piena mite, lil dak li jkun ma ddaħħallux fih element ta' biża'.", "Meta tagħmel piena moderata din tbeżża` sa ċertu livell imma meta tagħmel piena xi ftit iebsa din żgur li se sservi ta' deterrent, u huwa proprjament għalhekk li huwa importanti ħafna li l-faċilita` korrettiva, anke jekk inbiddlulha isimha, din xorta waħda tibqa' magħrufa bħala ħabs, biex inkomplu dejjem nenfasizzaw l- element ta' sigurta`.", "Ċertament min jintbagħat fil-faċilita` korrettiva m'għandux jieħu l- impressjoni li m'huwiex qed iservi piena ta' ħabs li ġiet mogħtija lilu mill-qorti minħabba li kiser xi dispożizzjoni tal-liġi kriminali u għalhekk huwa importanti ħafna li jiġi enfasizzat l-element ta' sigurta` bħala protezzjoni għas-soċjeta` nnifisha.", "Fl-emenda li qed nipproponu jien qed nara kemm l-aspett ta' deterrent - fil-fatt hawnhekk dan l-aspett qed jispikka - kif ukoll l-aspett ta' sigurta`, u huwa tajjeb li fiż-żieda ta' dawn il-pieni nagħmlu distinzjoni bejn il-ħrib sempliċi u l-ħrib ikkomplikat għax naturalment il-ħrib ikkomplikat għandu jġorr - kif diġa` kien iġorr imma issa se jġorr aktar - iktar piż, iktar retribuzzjoni u iktar element ta' deterrent mill-ħrib sempliċi.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Żieda ta' artikoli ġodda ma' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Addition of new sections to the principal Act.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għal klawsola 4 għandi din l-emenda:", "\"C\" Fil-klawsola 4 minflok il-kliem \"l-artikolu 9\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-artikolu 8\" u l-artikoli ġodda 10, 11, u 12 li hemm fiha għandhom jiġu enumerati mill-ġdid 9, 10 u 11 rispettivament.", "\"C\" In clause 4 for the words \"section 9\" there shall be substituted the words \"section 8\" and the new sections 10, 11 and 12 therein shall be renumbered 9, 10 and 11 respectively.", "Issa nipproponi t-tieni emenda għal din il-klawsola:", "\"D\" Fil-klawsola 4 wara l-artikolu 11 ġdid għandhom jidħlu dawn l- artikoli ġodda:", "\"Tneħħija mill-kariga.", "12.", "II-Ministru jkun jista' jneħħi mill-kariga tiegħu f'kull żmien uffiċjal fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li:", "(i) ikun meqjus li aktarx ma jsirx, jew waqaf milli jkun, uffiċjal effiċjenti tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi;", "(ii) ma jkunx jista' minħabba f'xi mard tal-moħħ jew tal-ġisem jaqdi d-dmirijiet tal-kariga tiegħu meta dak il-mard aktarx ikun permanenti; u", "(iii) ikun meqjus, wara li jittieħed kont tal-kondizzjonijiet tad- Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, l-utilita' ta' l-uffiċjal għal dak id-Dipartiment u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, ma għandux fl- interess pubbliku jibqa' jservi aktar bħala membru tad-Dipartiment tas- Servizzi Korrettivi.", "Ċirkostanzi li fihom il-pensjoni tista' tingħata.", "13.", "Ebda pensjoni ma tingħata lil ebda uffiċjal tad-Dipartiment tas- Servizzi Korrettivi ħlief meta jirtira mid-Dipartiment f'wieħed mill- każijiet li ġejjin -", "(i) meta jew wara li jagħlaq l-eta' ta' ħamsa u ħarnsin sena, jew jekk ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz fid-Dipartiment tas- Servizzi Korrettivi wara li jagħlaq ħamsin sena;", "(ii) meta titneħħa l-kariga tiegħu;", "(iii) meta jiġi rtirat bilfors ħalli jagħti lok li ssir aħjar l- organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, biex b'hekk ikun hemm effiċjenza u ekonomija akbar;", "(iv) fil-każ ta' tmiem ta' impieg fl-interess pubbliku kif maħsub f'dan l-Att;", "(v) fuq prova medika ta' sodisfazzjon tal-Ministru illi dak l- uffiċjal ta-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi mhux kapaċi minħabba mard tal-moħħ jew tal-ġisem li jesegwixxi d-dmirijiet tal-kariga tiegħu u li din il-marda aktarx hija permanenti.", "Irtir minħabba interess pubbliku.", "14.", "Meta servizz ta' l-uffiċjal tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jiġi mitmum minħabba f'dak li hemm imsemmi fil-paragrafu (iii) ta' l-artikolu 12 ta' dan l-Att u pensjoni ma tkunx tista' tingħata xort'oħra skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, dak l- uffiċjal tas-Servizzi Korrettivi jista' jingħata pensjoni li ma tkunx iżjed minn dak l-ammont li għalih kien ikun eliġibbli kieku rtira mid- Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi fiċ-ċirkostanzi msemmijin fil- paragrafu (v) ta' l-artikolu 13 ta' dan l-Att.\".", "\"D\" In clause 4 after new section 11 there shall be added the following new sections:", "\"Removal from office.", "12.", "It shall be lawful for the Minister to* remove from his office at any time an officer of the Department of Correctional Services who -", "(i) is considered unlikely to become, or has ceased to be, an efficient officer of the Department of Correctional Services;", "(ii) is incapable by reason of some infirmity of mind or body of discharging the duties of his office when such infirmity is likely to be permanent; and (iii) it is considered, having regard to the conditions of the Department of Correctional Services, the usefulness of the officer thereto, and all the circumstances of the case, should in the public interest no longer serve as a member of the Department of Correctional Services.", "Circumstances in which pension may be granted.", "13 No pension shall be granted to any officer of the Department of Correctional Services except on his retirement from the Department of Correctional Services in any one of the following cases -", "(i) on or after attaining the age of fifty-five years or if he has completed twenty-five years' service in the Department of Correctional Services after he attains the age of fifty;", "(ii) on the abolition of his office;", "(iii) on compulsory retirement for the purpose of facilitating improvement in the organisation of the Department of Correctional Services, by which greater efficiency and economy can be effected;", "(iv) in the case of termination of employment in the public interest as provided in this Act;", "(v) on medical evidence to the satisfaction of the Minister that such officer of the Department of Correctional Services is incapable by reason of infirmity of mind or body of discharging the duties of his office and that such infirmity is likely to be permanent.", "Retirement on the ground of public interest.", "14.", "Where the services of an officer of the Department of Correctional Services is terminated on the ground referred to in paragraph (iii) of section 12 of this Act, and a pension cannot otherwise be granted under the provisions of this Act, such officer may be granted a pension not exceeding in amount that for which he would be eligible if he retired from the Department of Correctional Services in the circumstances described in paragraph (v) of section 13 of this Act.\".", "Sur President, fi klawsola 4 għandna tliet artikli ġodda u issa żiedna magħhom tliet artikli ġodda oħra, jiġifieri issa b'kollox għandna sitt artikli.", "Permezz ta' ewwel artiklu ġdid - li fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jidher bħala artiklu ġdid 10 imma peress li issa ħassarna artiklu 5 dan ġie enumerat bħala artiklu 9 - l-uffiċjali tal-ħabs se jibdew jingħataw l-istess drittijiet u dmirijiet tal-pulizija minħabba l-qadi tal- funzjonijiet tagħhom, u dan japplika anke għal meta l-uffiċjali tal-ħabs ikunu qed jaqdu l-funzjoni tagħhom ta' skorta.", "Dan l-artiklu jista' jidher sempliċi u m'huwiex importanti, pero` fil-fatt huwa importanti ħafna għaliex gradwalment lill-pulizija se jitneħħewlhom l-obbligi ta' l-iskorta tal-priġunieri mill-ħabs għall-qorti minħabba li issa dan ix-xogħol se jibda jsir mill-gwardjani tal-ħabs.", "Aħna qed nagħmlu dan għax inħossu li hija sistema verament antikwata u anakronistika li jkollhom jagħmlu l- iskorta l-pulizija li jkunu stazzjonati fl-għassa tal-lokal li fiha jkun sar ir-reat bil-konsegwenza li ħafna drabi ċerti għases ikollhom jingħalqu, u nisperaw li din is-sitwazzjoni tispiċċa darba għal dejjem.", "Artiklu ġdid 10, li fl-abbozz ta' liġi huwa enumerat bħala artiklu 11, huwa importanti ħafna għaliex qed jagħti għall-ewwel darba d-dritt ta' pensjoni wara 25 servizz lill-impjegati tal-ħabs u l-ministru ta' l-intern, bi ftehim mal-ministru tal-finanzi, jista' jagħmel regolamenti dwar l-għoti ta' pensjonijiet lill-persuni li kienu fis-servizz tad-dipartiment tas- servizzi korrettivi.", "Naturalment l-idea ta' dan kollu hija li skond il- Kostituzzjoni ta' Malta dawn huma membri ta' korp dixxiplinat u għalhekk għandhom igawdu mill-istess privileġġi u drittijiet, anke finanzjarji, li għandhom il-membri l-oħra tal-korpi dixxiplinati, li huma l-pulizija u l- armata.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz ta' artiklu 11, li fl-abbozz ta' liġi jidher bħala artiklu 12, qed ngħidu li l-ispiża ta' dawn il- pensjonijiet joħroġ mill-Fond Konsolidat, u fil-fatt huwa għalhekk li aħna qed nagħmlu dan il-kumitat f'din il-Kamra u mhux f'xi kumitat permanenti ieħor, proprju għaliex dan huwa bill finanzjarju.", "Madanakollu aħna jidhrilna li bħalma l-impjegati tal-ħabs għandhom jingħataw l-istess drittijiet u privileġġi li għandhom membri ta' korp dixxiplinat ieħor, dawn għandhom jingħataw ukoll l-istess doveri u sitwazzjonijiet legali u għalhekk jien qed nipproponi emenda sabiex it- tliet artikli li jeżistu fil-Malta Police Ordinance għar-rigward ta' kif jista' jiġi terminat impjieg bl-approvazzjoni tal-public service commission, dejjem bid-dritt li wieħed jieħu l-pensjoni xorta waħda, jiġu introdotti hawnhekk ukoll.", "Għal dan il-għan is-setgħa tal-prim ministru li jirriferi każ ta' tneħħija ta' pulizija lill-public service commission għall-interess pubbliku jew għal raġunijiet oħrajn ġew ikkwotati lock, stock and barrel mill-Malta Police Ordinance u mpoġġija fl-Att dwar il-Ħabs ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Fil-fatt dan aħna diġa` ddiskutejnieh b'mod eżawrjenti, kemm fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi kif ukoll meta konna qed niddiskutu l-emendi li saru għall-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet, fejn hemmhekk kellna l-opportunita` li nitkellmu fil-profond dwar il-ħabs.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li kien ilu biex jiġi ppreżentat u ma wasalniex biex nippreżentawh aħna minħabba ċ-ċirkostanzi illi nqalgħu s- sena l-oħra, tant li konna diġa` għamilna l-Ewwel Qari tiegħu sabiex fl- aħħar il-korpi dixxiplinati kollha, jiġifieri l-pulizija, l-armata kif ukoll l-uffiċjali tal-ħabs, jingħataw id-dritt tal-pensjoni wara 25 sena servizz.", "Jien ma nixtieqx li waqt li qed nagħmel dan l-intervent nagħti l- impressjoni li qisni qiegħed waqt l-istadju tat-Tieni Qari - u forsi jkun iktar opportun li nagħmel mistoqsijiet parlamentari f'dan ir-rigward lill- Ministru konċernat - pero` rrid ngħid li bħalissa qed isir ħafna garr mill- uffiċjali tal-ħabs minħabba ċerti miżuri li qed jittieħdu ġewwa l-ħabs.", "Forsi jien żbaljat u fil-każ nitlob lill-ministru jikkoreġini, filwaqt li jekk m'iniex sejjer żbaljat nitolbu biex jgħidli jekk japprovax din is- sitwazzjoni jew jekk iħossx li s-sitwazzjoni għandha tinbidel.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li hemm pulizija li jaħdmu bix-shift 24 siegħa xogħol u 24 siegħa frank u forsi jkollhom konċessjoni ta' ftit mistrieħ matul l-24 siegħa li jkunu fuq ix-xogħol.", "Naturalment dan jaffettwa wkoll lil dawk li jkunu qegħdin fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Ftit ilu waslitli informazzjoni li meta uffiċjal tal-ħabs, waqt li jkun fuq xogħlu, jiġi informat li nqalagħlu xi ħaġa xi membru tal-familja tiegħu u għalhekk ikollu bżonn imur malajr lejn l-isptar, isib ma' wiċċu ruxxmata burokrazija u jkollu bżonn iġib il-permess ta' uffiċjal għoli ġewwa l-ħabs sabiex ikun jista' joħroġ mill-ħabs.", "Jiġifieri jekk dan l-uffiċjal għoli ma jippermettilux li joħroġ jew dak il-ħin ma jkunx qiegħed hemmhekk, ma tkunx tista' tinġieb l-awtorizzazzjoni biex dan jitlaq mix-xogħol tiegħu u jmur l-isptar.", "Qed insemmi l-isptar għax jien personalment naf li nqalgħet din iċ-ċirkostanza, pero` ovvjament jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi urġenti oħrajn ukoll.", "Jien nifhem li huwa importanti li jkun hemm is-sigurta` fil- ħabs u li ma tistax tħalli ħabs nieqes minn nies li xogħolhom huwa li jipproteġu s-sigurta`, pero` min-naħa l-oħra d-direttur tal-ħabs għandu jkollu dejjem riżorsi umani biżżejjed sabiex jaqdi kull urġenza li tista' tinqala`.", "Jien għandi wkoll informazzjoni li waqt il-ħin tal-contact visits, il- gwardjani u l-pulizija ta' diviżjoni 8 qed jiġu ordnati sabiex jagħmlu l- għassa f'bitħa li tinsab biswit il-kamra fejn isiru l-contact visits, liema bitħa la għandha lqugħ mix-xemx u lanqas mix-xita, jiġifieri jekk tkun nieżla x-xita l-gwardjani jew il-pulizija jkollhom joqogħdu hemmhekk fejn jispiċċaw jixxarbu għasra filwaqt li jekk tkun ġurnata xemxija, partikolarment fl-istaġun tas-sajf, fejn ix-xemx tkun daqstant qawwija, ikollhom joqogħdu taħt xemx taqli.", "Hija xi ħaġa sabiħa li llum qed niddiskutu abbozz ta' liġi li qed jagħti diversi benefiċċji lill-impjegati tal-ħabs u din hija xi ħaġa li dejjem qablu magħha ż-żewġ naħat tal-Kamra, irrispettivament minn min kien fuq naħa u min kien fuq oħra, pero` fl- istess waqt irridu naraw illi l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-gwardjani u ta' l-uffiċjali tal-ħabs ma jiġux imnaqqra.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inwiegħed lill-Onor.", "Membru li se nieħu in konsiderazzjoni dak kollu li qal, pero` qabel ma nirrispondih għal dak li għadu kemm qal irrid naċċenna għall-fatt illi veru li dan l-aħħar saret ċerta razzjonalizzazzjoni f'dawk li huma ħlasijiet, pero` ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li llum dawn l-impjegati m'humiex qed jieħdu overtime.", "Jista' jkun li l-overtime li kien isir qabel kien dovut għal ċertu nuqqas ta' organizzazzjoni mentri llum irnexxielna nevitaw mijiet ta' liri, jekk mhux eluf, filwaqt li żammejna s-sigurta` fil-ħabs u żammejna wkoll il- benefiċċji li dawn jieħdu.", "Ma rridux ninsew li dawn għamlu żmien twil ma jeħdux overtime imma mbagħad bħal f'kull ħaġa li ssir f'Malta, f'dan il-każ ukoll, l-ewwel morna minn estrem għall-ieħor u mbagħad ipprovajna nsibu t- triq tan-nofs.", "L-ewwel mistoqsija li wieħed irid jagħmel hawnhekk hija: Għaliex dawn jingħataw il-pensjoni ta' 25 sena servizz?", "U għaliex, per eżempju, l-impjegati tal-parlament u mpjegati oħra taċ-ċivil ma jingħatawx pensjoni ta' 25 sena servizz?", "L-ewwelnett minħabba li n-natura tax-xogħol ta' membru ta' korp dixxiplinat huwa iktar skabruż u għandu fih ċertu element ta' periklu u t- tieni nett għaliex ma jgawdux id-drittijiet kollha li għandhom l-impjegati tal-gvern l-oħra.", "Per eżempju, dawn ma jistgħux jistrajkjaw u għalkemm jistgħu jkunu membri ta' assoċjazzjoni, ma jistgħux ikunu membri ta' trade union proprju għaliex huma membri ta' korp dixxiplinat.", "Naturalment issa hawn ma rridx li xi ħadd jifhimni li minħabba li dawn l-impjegati jingħataw il-pensjoni ta' 25 sena servizz allura għandna nħalluhom fix-xemx jew inkella għandna nħalluhom jixxarrbu, pero` ċertament tistennieha li dawn fix-xogħol tagħhom jiltaqgħu ma' element ta' ċerta dixxiplina u tbatija li f'xogħlijiet oħra ma teżistix, u huwa proprjament għalhekk li dawn jingħataw ċerti benefiċċji.", "Jien nispera li f'qasir żmien inkunu f'pożizzjoni li ndaħħlu madwar 25 membru ġdid fis-servizz tal-ħabs biex wieħed itaffi ftit mill-problema ta' riżorsi umani li hemm hemmhekk, anke għaliex probabbli din il-ġimgħa jew il- ġimgħa d-dieħla se tibda tinfetaħ parti mill-ħabs b'mod mhux uffiċjali fejn se jiġu allokati fiha l-iktar iż-żgħażagħ.", "Ta' min jgħid li din il-parti tal-ħabs, li tesa' 36 persuna, hija maqsuma fi tliet pjani; fil-pjan t'isfel, fl-ewwel pjan u fit-tieni pjan, u f'kull pjan hemm 12-il ċella mill-iktar moderni.", "Għalkemm dawn iċ-ċelel huma iżgħar miċ-ċelel li hemm illum, għandhom servizzi li ċelel oħra m'għandhomx, bħal ngħidu aħna huma t- twieqi, għalkemm naturalment dawn ikunu mbarrati bil-vireg tal-ħadid.", "Anke l-ambjent ta' dawn iċ-ċelel huwa isbaħ u iktar imdawwal, pero` huwa fatt li se jkollna bżonn iktar gwardjani biex wieħed ikun jista' jassigura s- sigurta` f'din il-parti tal-ħabs ukoll.", "Madanakollu jien se nieħu nota ta' l-ilmenti partikolari li semmieli l-Onor.", "Membru u nara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: L-ewwelnett irrid nirringrazzja lill-ministru talli wegħedni li se jieħu nota ta' l-ilmenti li għadni kemm semmejtlu u jekk irid wara s-seduta nista' nagħtih iktar informazzjoni fuq il-każijiet li semmejt.", "Jien ħadt pjaċir ukoll li artiklu 12 ġdid li ppropona l-ministru fl- emenda li għamel qed jikkontempla li jekk persuna tkun qed tbati minn xi marda mentali jew fiżika u ma tkunx tista' tkompli taqdi iktar dmirijietha, hija tista' titneħħa mill-kariga tagħha f'kull żmien minn uffiċjal tad- dipartiment tas-servizzi korrettivi.", "Din hija xi ħaġa li qabel ma kenitx teżisti u ċertament l-animu ta' din l-emenda huwa tajjeb, iktar u iktar għax jien missejt ma' każ simili meta kont ministru tal-ġustizzja, liema każ jaf bih anke l-Onor.", "Tonio Borg.", "Fil-fatt dak il-każ ikkomplika ruħu mhux ħażin għaliex kien anke wasal biex mar quddiem awtorita`, pero` jien naf li mbagħad saru xi interventi sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax kienet verament sitwazzjoni pjetuża li kellek uffiċjal tal-ħabs li ...", "Għax jien ninduna, bħalma jien persważ li jinduna l-ministru, meta persuna tkun qiegħda tipprova tinqeda bl-iskuża li għandha dipressjoni mentali - jew li għandha xi ħaġa oħra - bl-iskop li tipprova tinħall mill-obbligu u mid-dmirijiet li jkollha u meta persuna tkun qiegħda ssofri minn dipressjoni mentali ġenwinament illi tagħmilha mhux idonea li taqdi d- dmirijiet tagħha fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin.", "Anzi b'xorti tajba milli jidher dan il-każ se jiġi konkluż b'mod sodisfaċenti u jekk Alla jrid din il-persuna se tingħata r-rimedju li qed jiġi prospettat.", "Madankollu fl-emenda li qed jipproponi l-ministru hawn miktub ukoll li:", "\"II-Ministru jkun jista' jneħħi mill-kariga tiegħu f'kull żmien uffiċjal fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li -", "(i) ikun meqjus li aktarx ma jsirx, jew waqaf milli jkun, uffiċjal effiċjenti tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi;\"", "Issa oġġettivament wieħed jista' jasal biex jgħid li dak l-uffiċjal partikolari m'għadux jaqdi l-funzjoni tiegħu b'mod effiċjenti, pero` multo magis ma nistax nifhem kif il-ministru - naturalment hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-Ministru Tonio Borg biss għax fil-futur żgur li se jkun hemm ministri oħrajn responsabbli mill-ħabs - jista' jkun jaf li persuna aktarx m'hijiex se ssir jew tkun waqfet milli tkun uffiċjal effiċjenti tad- dipartiment tas-servizzi korrettivi.", "Għalhekk jien qed nara li hawnhekk we're jumping the gun u naħseb li issa qegħdin niftħuha b'mod li d- diskrezzjoni tal-persuna tista' tagħti lok għal żbalji - għax ma rridx ngħid \"għal abbużi\" - għax naturalment l-effiċjenza jew in-nuqqas ta' effiċjenza ma tistax tiġi kkonfermata b'ċertifikat ta' professur, bħal fil- każ ta' persuna li tkun għaddejja minn xi marda mentali jew fiżika.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ta' min jgħid li din hija kkopjata kelma b'kelma mill- Ordinanza dwar il-Pulizija, sa l-inqas comma.", "Kif wieħed jista' jimmaġina dan id-dritt rari huwa eżerċitat u jassigura wkoll id-dritt tal-pensjoni.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 14 kif inhu propost fl-emenda li qed nipproponi, dan jgħidlek illi dan isir mingħajr ħsara għad-dritt tal-pensjoni u f'każ li xi ħadd jitkeċċa fl-interess pubbliku, anke jekk ma jkunx intitolat għall-pensjoni, jieħu pensjoni bħal ta' dak li jiġi boarded out fuq prova medika li tkun ta' sodisfazzjon għall-ministru.", "Terġa` l-Kostituzzjoni ta' Malta stess tesiġi li dawn il-każijiet iridu bilfors jiġu riferuti lill- public service commission.", "Hawn wieħed forsi jista' jgħidli: Allura dawn il-każijiet għaliex ma jiġux riferuti lill-public service commission mal- ewwel, kif jiġri s-soltu?", "Għax din hija speċi ta' short cut, fis-sens li kulma jkollha x'tara l-kummissjoni għas-servizz pubbliku hija jekk din it- tneħħija mill-kariga hijiex tkun qed issir fl-interess pubbliku.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Membru bħalissa qed jgħid: Kemm hija ġenerali din il- frażi!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Kont ġej għaliha fil-fatt!", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma jekk il-public service commission tħoss li fil- każ li jkollha quddiemha jkun qed isir abbuż, din dejjem tista' tgħid li persuna ma tkunx se titkeċċa fl-interess pubbliku.", "Madanakollu l-argument kollu huwa li fil-każ ta' korpi dixxiplinati oħra, bħall-pulizija u l- armata, jeżisti dan il-konċett, anzi min hu membru ta' l-armata lanqas għandu dritt li l-każ tiegħu jmur quddiem il-public service commission, la fir-recruitment u lanqas fit-tkeċċija.", "Fil-każ tal-membri tal-pulizija, il- każ tagħhom jista' jidher quddiem il-public service commission.", "Issa lill- impjegati tal-ħabs aħna ma nistgħux nagħtuhom l-istess pensjoni tal- Pulizija u mbagħad ma nagħtuhomx l-istess dmirijiet ukoll.", "Kif għidt diġa`, dawn il-każi rari jinqalgħu u meta jinqalgħu dawn ikunu jridu bilfors l-approvazzjoni tal-public service commission, li min-naħa tagħha mbagħad tkun trid tagħmel ir-rakkmandazzjoni finali tagħha lill-prim ministru, liema obbligu joħroġ minn artiklu 110 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jien lill-ministru qiegħed nifhmu u fil-fatt il- bieraħ stess huwa informani li din hija meħuda ad hoc mill-Ordinanza dwar il-Pulizija, pero` xorta waħda jibqa' l-fatt illi kemm jien kif ukoll l- ministru nafu li l-ambjent tax-xogħol ġewwa l-ħabs huwa ferm differenti mill-ambjent li jaħdmu fih il-pulizija għalkemm qed nitkellmu dwar korp dixxiplinat bħalma huwa l-korp tal-pulizija u bħalma hija l-armata.", "Il- ministru qalilna li l-armata għandha l-proċeduri interni tagħha u meta jinqalgħu dawn il-każijiet, dawn lanqas biss immorru quddiem il-public service commission, pero` hawn irridu niftakru wkoll li aħna qed nipprovaw inħajru iktar nies jidħlu jaħdmu bħala uffiċjali korrettivi għax kif nafu lkoll, sfortunatament hemm ħafna nies li jgħidulek illi dak ix-xogħol idejjaqhom peress li jkunu f'ambjent negattiv u għalhekk forsi hawnhekk meta tidħol xi ħaġa lock, stock and barrel inkunu qed niftħu xi ftit iżżejjed.", "Meta qrajt subartiklu (ii) ta' artiklu 12 - kif propost fl- emenda li ppropona l-ministru - ħadt ir-ruħ li fl-aħħar qed jiġi kkontemplat illi jekk persuna tkun qed tbati minn xi marda mentali jew fiżika u ma tkunx tista' tkompli taqdi iktar dmirijietha, hija tista' titneħħa mill-kariga tagħha f'kull żmien minn uffiċjal tad-dipartiment tas- servizzi korrettivi għax naf mill-esperjenza personali li tista' tinqala' ċirkostanza bħal din, pero` issa naħseb li qegħdin inwessgħu dan il-konċett xi ftit iżżejjed.", "Jien personalment ma nsib l-ebda oġġezzjoni li din tidħol lock, stock and barrel bħalma qiegħda fl-Ordinanza dwar il-Pulizija, imma ma nafx jekk 'il quddiem ikunux jistgħu jitfaċċaw xi problemi.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, qabel ma ngħaddu għall-vot nixtieq nirtira l-emenda \"C\" li pproponejt għal din il-klawsola u nipproponi emenda oħra ħalli nagħmlu r-renumbering iktar ċar.", "Għalhekk nitlob li l-Kumitat jiġi sospiż sakemm tiġi mfassla l-emenda l-ġdida.", "THE CHAIRMAN: Hawn talba biex l-Emenda \"C\" tiġi rtirata u fl-istess ħin nissospendu l-Kumitat sakemm tiġi redatta l-emenda l-ġdida.", "Hawn permess għal din it-talba?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-Emenda \"C\" ġiet irtirata.", "Fl-10.44 a.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma żewġ minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għal klawsola 4 għandi din l-emenda:", "\"E\" Fil-klawsola 4 minflok il-kliem \"l-artikolu 9 ta' l-Att prinċipali\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 8 ta' l-Att prinċipali kif enumerat mill-ġdid\" u l-artikoli ġodda 10, 11, u 12 li hemm fiha għandhom jiġu enumerati mill-ġdid 9, 10 u 11 rispettivament.", "\"E\" In clause 4 for the words \"section 9 of the principal Act\" there shall be substituted the words \"section 8 of the principal Act as renumbered\" and the new sections 10, 11 and 12 shall be renumbered 9, 10 and 11 respectively.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Enumerazzjoni mill-ġdid ta' l-artikolu 10 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 5 - Renumbering of section 10 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għal klawsola 5 għandi din l-emenda:", "\"F\" Minflok il-klawsola 5 għandha tidħol din il-klawsola li ġejja:-", "\"5.", "L-artikolu 10 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi enumerat mill- ġdid bħala l-artikolu 15 tiegħu.\".", "\"F\" For clause 5 there shall be substituted the following clause:", "\"5.", "Section 10 of the principal Act shall be renumbered as section 15 thereof.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-Qosor.", "Clause 1 - Short title.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għal klawsola 1 għandi din l-emenda verbali:", "Fil-klawsola 1 minflok il-kliem \"Att ta' l-1998\" għandhom jidħlu l- kliem \"Att ta' l-1999\".", "In clause 1 for the words \"Act, 1998\" there shall be substituted the words \"Act, 1999\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex l- Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fil-11.02 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET", "PENSIONS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 2 tal-liġi prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 2 of the principal law.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, fost affarijiet oħra din il-klawsola qed tintroduċi definizzjoni ta' \"uffiċjal tas-servizzi korrettivi\" li tfisser:", "\"... kull uffiċjal maħtur fis-servizz pubbliku qabel il-15 ta' Jannar, 1979 u li jokkupa xi kariga minn dawk imsemmija fl-Iskeda li tinsab mar-Regolamenti ta' l-1998 dwar il-Pensjonijiet tal-Ħabs;\".", "Issa jien naħseb li għandna bżonn nemendaw din id-definizzjoni għaliex filwaqt li llum qegħdin fis-sena 1999, hawnhekk id-data għadha tidher \"1998\".", "Fil-fatt probabbli l-ewwel din id-data kienet tidher bħala \"1996\" u emendajnieha biex tidher bħala \"1997\", imbagħad erġajna emendajnieha biex tidher bħala \"1998\" u llum se nerġgħu nemendawha biex tiġi tidher bħala \"1999\", għax din hija t-tielet darba li dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi propost.", "Naturalment m'aħniex se noqogħdu nidħlu fir-raġunijiet li għalihom dan l-abbozz ta' liġi qatt ma għadda pero` huwa fatt illi allavolja r-regolamenti ta' l-1998 għadhom ma ħarġux, meta issa niġu biex noħorġu dawn ir-regolamenti ma jistgħux ikunu ta' l-1998 imma jistgħu jkunu biss tas-sena kurrenti.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li \"uffiċjal tal-ħabs\" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-artiklu 2 ta' l-Att dwar il-Ħabs.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ta' min jinnota li filwaqt illi fl-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs użajna l-kliem \"uffiċjal tal-ħabs\", issa taħt dan l-abbozz ta' liġi, almenu taħt klawsola 2, qed nużaw il-kliem \"uffiċjal tas-servizzi korrettivi\", u fil-fatt kien proprju għalhekk illi meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs jien irrimarkajt dwar jekk għandniex nibdew insejħu uffiċjal tal-ħabs bħala \"uffiċjal tas-servizzi korrettivi\".", "Huwa minnu li taħt paragrafu (b) ta' klawsola 2 hemm miktub li:", "\"\"uffiċjal tal-ħabs\" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha bl- artikolu 2 ta' l-Att dwar il-Ħabs;\",", "u jekk inħarsu lejn artiklu 2 ta' l-Att dwar il-Ħabs, li għadna kemm emendajna, insibu li:", "\"\"uffiċjal tal-ħabs\" tfisser kull uffiċjal pubbliku jkun ta' liema grad jew kategorija jkun, maħtur jew sekondat biex iservi fid- Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi u tinkludi d-Direttur.\",", "pero` għalkemm uffiċjal tal-ħabs jista' jkun qed jaħdem fid-dipartiment tas- servizzi korrettivi, dan ma jfissirx neċessarjament li huwa uffiċjal tas- servizzi korrettivi.", "Jien ma nafx jekk il-ministru huwiex qed jara l- ħtieġa li sabiex ikollna moħħna mistrieħ li meta niltaqgħu mal-kliem \"uffiċjal tal-ħabs\" u \"uffiċjal tas-servizzi korrettivi\" inkunu qed nirriferu għall-istess persuna, taħt id-definizzjoni ta' \"uffiċjal tas- servizzi korrettivi\" ndaħħlu xi ħaġa biex nagħmluha ċara li \"uffiċjal tas- servizzi korrettivi\" tista' tfisser ukoll uffiċjal tal-ħabs li hemm imsemmi taħt l-Att dwar il-Ħabs.", "Nispera li l-ministru fehem il-punt tiegħi.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-ewwelnett ejjew naraw l-iskop għalfejn saret id- definizzjoni ta' \"uffiċjal tas-servizzi korrettivi\".", "L-iskop kien illi dawk il-persuni li kienu mpjegati bħala uffiċjali tas-servizzi korrettivi qabel ċerta data jitqiesu wkoll bħala uffiċjali tal-ħabs.", "Fil-fatt fi klawsola 2 hemm miktub li:", "\"\"uffiċjal tas-servizzi korrettivi\" tfisser kull uffiċjal maħtur fis- servizz pubbliku qabel il-15 ta' Jannar, 1979 u li jokkupa xi kariga minn dawk imsemmija fl-Iskeda li tinsab mar-Regolamenti ta' l-1998 dwar il-Pensjonijiet tal-Ħabs;\",", "liema skeda ssemmi dawk il-karigi li għandhom x'jaqsmu mal-ħabs.", "Għalhekk hawn qed ngħidu li dawk il-persuni li daħlu qabel ma saret ir-riforma tas- servizzi korrettivi se jitqiesu eliġibbli għall-pensjoni xorta waħda - u qed nagħmlu dan għax jista' jkun hemm xi ħadd li jgħid illi dawn m'għandhomx igawdu mill-benefiċċji li daħħalna minħabba li daħlu qabel ma saret ir-riforma, jiġifieri gwardjan tal-ħabs li ilu jaħdem il-ħabs mill- 1979 - u għalhekk minn qabel ma ġiet emendata l-liġi dwar il-pensjonijiet u minn qabel ma saret ir-riforma tad-dipartiment tas-servizzi korrettivi, dan xorta waħda se jgawdi mill-benefiċċji li daħħalna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Imma naħseb illi qed naqblu li l-uffiċjal tas- servizzi korrettivi huwa l-uffiċjal tal-ħabs.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, imma kif għidt diġa`, id-data tal-15 ta' Jannar, 1979 kellna ndaħħluha għall-benefiċċju ta' dawk l-impjegati tal-ħabs li ilhom jaħdmu hemmhekk sa minn qabel dik id-data.", "Ta' min ifakkar ukoll li mbagħad f'paragrafu (b) ta' klawsola 2 hemm miktub ukoll li:", "\"\"uffiċjal tal-ħabs\" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha bl- artikolu 2 ta' l-Att dwar il-Ħabs;\".", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Imma nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministru li paragrafu (b) ta' klawsola 2 m'huwiex qed jirriferi neċessarjament għal uffiċjal tas-servizzi korrettivi.", "Jien ma nafx kif qiegħda fl-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet pero` ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet din id-definizzjoni m'hijiex qiegħda hemm għaliex qabel l-impjegati tal-ħabs ma kenux jieħdu din it-tip ta' pensjoni.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Imma l-uffiċjal tal-ħabs imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, hemm definizzjonijiet biss ta' \"servizz pubbliku\" u ta' \"uffiċjal\".", "Fil-fatt artiklu 2 ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet jgħid li:", "\"\"servizz pubbliku\" tfisser servizz f'kariga ċivili ...\",", "u għad-definizzjoni ta' \"uffiċjal\" jgħid li din il-kelma tfisser:", "\"... persuna effettivament maħtura għal kariga li għaliha tista' taħt din l-Ordinanza tingħata pensjoni jew allowance meta tispiċċa mis- servizz.\".", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Hawnhekk qed ngħidu li dieħla d-definizzjoni ta' \"uffiċjal tas-servizzi korrettivi\" li, kif nafu, se jibda jibbenefika mill- pensjoni ta' 25 sena servizz.", "Imma min huwa dan l-uffiċjal tas-servizzi korrettivi?", "Huwa l-uffiċjal tal-ħabs?", "Qed inqajjem dan il-punt għaliex taħt l-Att dwar il-Ħabs id-definizzjoni ta' \"uffiċjal tas-servizzi korrettivi\" ma teżistix u teżisti biss taħt l-Att dwar il-Ħabs.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nispjega ruħi aħjar għax forsi l-ministru m'huwiex qed jifhimni.", "Taħt l-Att dwar il-Ħabs, li għadna kemm emendajna, qed ngħidu li l-uffiċjal tal-ħabs huwa l-persuna li jservi fid-dipartiment tal-faċilitajiet korrettivi, jiġifieri it could be anyone, inkluż l- uffiċjal tas-servizzi korrettivi.", "Issa taħt l-Att dwar il-Ħabs l-uffiċjal tas-servizzi korrettivi ma jeżistix.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pensjoni tal-25 sena servizz m'aħniex se nagħtuha bis-saħħa ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet imma bis-saħħa ta' l-Att dwar il-Ħabs.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn l-Att dwar il-Ħabs insibu li subartiklu (1) ta' artiklu 11 jgħid li:", "\"Il-Ministru, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-Finanzi, jista' jagħmel regolamenti dwar l-għoti ta' pensjonijiet lil persuni li kienu fis-servizz tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi jew lir- rappreżentanti legali jew dipendenti tagħhom.\".", "Imbagħad subartiklu (2) ta' artiklu 11 ikompli jgħid li:", "\"Ir-regolamenti kollha li jsiru bis-saħħa ta' dan l-artikolu jista' jkollhom effett retrospettiv sabiex jikkonferixxu benefiċċju lil, jew ineħħu xi diżabilita` li, persuna jew klassi ta' persuni jista' jkollhom.\",", "jiġifieri l-uffiċjali tas-servizzi korrettivi huma covered taħt l-Att dwar il-Ħabs.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 7 tal-liġi prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 7 of the principal law.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, din il-klawsola qed temenda s- subparagrafu (iii) tal-paragrafu (a) tas-subartiklu (1) ta' l-artiklu 7 tal- liġi prinċipali.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li fost affarijiet oħra, dan l- artiklu jgħid illi:", "\"(1) Ebda pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra ma tingħata lil ebda uffiċjal ħlief meta jirtira mis-servizz pubbliku f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:", "(a) (iii) fil-każ ta' membru fil-korp tal-Pulizija, meta jew wara li jagħlaq l-eta` ta' ħamsa u ħamsin sena jew, jekk ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz fil-Korp tal-Pulizija, jew\".", "Issa hawnhekk aħna qed ninkludu l-uffiċjal tas-servizzi korrettivi, jiġifieri issa subparagrafu (iii) tal-paragrafu (a) tas-subartiklu (1) ta' l-artiklu 7 se jiġi jaqra hekk:", "\"(1) Ebda pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra ma tingħata lil ebda uffiċjal ħlief meta jirtira mis-servizz pubbliku f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:", "(a) (iii) fil-każ ta' uffiċjal tas-servizzi korrettivi jew membru fil-korp tal-Pulizija, meta jew wara li jagħlaq l-eta` ta' ħamsa u ħamsin sena jew, jekk ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz bħala uffiċjal tas-servizzi korrettivi jew fil-korp tal-Pulizija, jew, meta jkun għalaq 25 sena servizz bħala uffiċjal tas-servizzi korrettivi jew fil-korp tal-Pulizija, jew\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 9 tal-liġi prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of section 9 of the principal law.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, klawsola 4, li qed temenda artiklu 9 ta' l-Att prinċipali, tgħid li:", "\"uffiċjal tas-servizzi korrettivi jew membru fil-korp tal-Pulizija, li ma jkunx uffiċjal li jkollu l-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija, Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Direttur tas-Servizzi Korrettivi jew Correctional Manager, jista' jiġi mġiegħel jirtira mill-President ta' Malta fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija jew tad- Direttur tas-Servizzi Korretti, skond kif ikun il-każ, f'kull żmien wara li jagħlaq ħamsa u ħamsin sena jew, jekk ikun għalaq ħamsa u għoxrin sena servizz fil-korp tal-Pulizija jew bħala uffiċjal tas- servizzi korrettivi wara li jagħlaq ħamsin sena.\".", "Kif qed naraw, hawnhekk qed inżidu wkoll l-uffiċjali tas-servizzi korrettivi u qed ngħidu li jekk jiġi deċiż li għandha tirtira persuna li taħdem fil-ħabs għax għalqet 25 sena servizz, biex dik il-persuna tingħata l-pensjoni u jintemmilha s-servizz fil-korp dixxiplinat trid tkun għalqet il-50 sena.", "Għaliex qed ngħiduh dan?", "Għax sal-lum kienet illi jekk wieħed daħal jaħdem bħala pulizija ta' 18-il sena, u wara 25 sena, jiġifieri meta laħaq l-eta` ta' 43 sena, jiġi rtirat mill-korp, dan kien jiġi intitolat għall-pensjoni sħiħa mentri issa qed ngħidu li m'huwiex biżżejjed li tkun tajt 25 sena servizz imma trid tkun għalaqt ukoll l-eta` ta' 50 sena, u naturalment din qed nagħmluha applikabbli wkoll għall- uffiċjali tal-ħabs.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l-artikolu 11 tal-liġi prinċipali", "Clause 5 - Amendment of section 11 of the principal law.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, din il-klawsola qed temenda subartiklu (3) ta' artiklu 11 ta' l-Att prinċipali, li jgħid hekk:", "\"Id-dispożizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta' dan l-artikolu ma għandhomx japplikaw għal pensjonant li rtira bħala membru tal-korp tal- Pulizija għal raġunijiet li ma humiex dawk elenkati fil-paragrafu (e) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 7 ta' din l-Ordinanza.\",", "u dan sabiex minflok il-kliem \"bħala membru tal-korp tal-Pulizija\" ndaħħlu l-kliem \"bħala uffiċjal tas-servizzi korrettivi jew bħala membru tal-korp tal-Pulizija\".", "Ta' min jgħid ukoll li subartiklu (1) ta' artiklu 11 jgħid hekk:", "\"Kull pensjoni mogħtija taħt din l-Ordinanza hija suġġetta għall- kondizzjoni illi kemm-il darba jew sakemm l-uffiċjal ma jkunx għalaq l- eta` ta' ħamsin sena, huwa jista', jekk ikun jiflaħ għas-servizz, jiġi msejjaħ mill-Prim Ministru biex jaċċetta, minflok il-pensjoni tiegħu, kariga mhux anqas fil-valur, mill-kariga li huwa kellu fid-data tal- għoti tal-pensjoni tiegħu.\".", "Issa dan is-subartiklu la japplika għall-pulizija u lanqas għall-uffiċjali tal-ħabs, u jien naħseb li dan huwa iktar ta' benefiċċju milli ta' żvantaġġ.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-artikolu 18 tal-liġi prinċipali.", "Clause 6 - Amendment of section 18 of the principal law.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici): Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, din il-klawsola qed temenda subartiklu (1) ta' artiklu 18 ta' l-Att prinċipali, liema artiklu jgħid hekk:", "\"B'seħħ mill-1 ta' Marzu, 1975, uffiċjal, li jirtira għal raġunijiet elenkati fil-paragrafu (e) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 7 ta' din l-Ordinanza li lilu, ...\"", "- issa ta' min jgħid li artiklu 7 jitkellem dwar termini mill-impjieg fuq prova medika ta' sodisfazzjon tal-President ta' Malta li bniedem ma jkunx kapaċi jeżerċita dak l-impjieg -", "\"... sew qabel jew wara l-imsemmija data, tkun ingħatat pensjoni jew allowance oħra taħt din l-Ordinanza u li jkun qed jirċievi -", "(a) xi rimunerazzjoni dwar xi impieg, jew xi servizzi mogħtija, jew xi kariga miżmuma; jew", "(b) xi dħul li jkun ġej mill-eżerċizzju ta' kummerċ, negozju, professjoni jew vokazzjoni; jew", "(ċ) xi dħul li jkun ġej minn xi pensjoni, allowance jew ħlas ieħor dwar xi impieg, servizz jew kariga kif intqal qabel,", "ikollu sakemm jilħaq l-eta` ta' sittin sena, jew jekk dak l-uffiċjal jirtira bħala membru tal-korp tal-Pulizija sakemm jilħaq l-eta` ta' ħamsa u ħamsin sena, jew sal-ħamsa u għoxrin anniversarju ta' l-ewwel ħatra tiegħu bħala membru tal-korp tal-Pulizija, skond liema jiġi l- ewwel, il-pensjoni tiegħu jew l-allowance l-oħra mnaqqsa bl-ammont li bih id-dħul totali stabbilit skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta' dan l-artikolu jkun iżjed mis-salarju li f'dak iż-żmien jitħallas dwar il-kariga miżmuma minn dak l-uffiċjal meta rtira, ...\".", "Issa klawsola 6 qed tgħid li fejn jissemma l-korp tal-pulizija f'subartiklu (1), jiġu inklużi wkoll l-uffiċjali tas-servizzi korrettivi.", "Paragrafu (b) ta' din il-klawsola huwa importanti wkoll għax jgħid illi dawk il-pulizija li kienu jagħtu s-servizz tagħhom fil-ħabs u mbagħad qalbu għal uffiċjali tas-servizzi korrettivi, il-perijodu ta' servizz li kienu taw meta kienu pulizija se jiżdidilhom mal-perijodu tagħhom għal skopijiet ta' pensjoni.", "Ħalli nagħti eżempju ta' dan li qed ngħid.", "Jekk jien ilni naħdem il-ħabs għaxar snin sħaħ bħala pulizija - għax ma rridux ninsew li hemm grupp ta' pulizija li jaħdmu ġewwa l-ħabs bħala gwardjani u skorti - u nagħżel li nidħol bħala membru sħiħ tal-korp dixxiplinarju tas-servizz tal- ħabs, allura f'dak il-każ iva, is-servizz li nkun għamilt naħdem bħala pulizija jiżdiedli mas-servizz li nagħti bħala membru sħiħ tal-korp dixxiplinarju tas-servizz tal-ħabs.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-ministru għadu kemm spjega li jekk dawk il- pulizija li jaħdmu l-ħabs jaqilbu għal uffiċjali tas-servizz korrettivi, dak il-perijodu li jkunu għamlu pulizija jiżdidilhom mas-servizz li jibdew jagħmlu bħala uffiċjali tas-servizzi korrettivi.", "Imma allura dawk il- pulizija li ma jkunux jaħdmu l-ħabs u jkunu jixtiequ jsiru uffiċjali tas- servizzi korrettivi m'humiex qed jingħataw il-benefiċċju li l-perijodu li jkunu għamlu bħala pulizija ma jitilfuhx għall-finijiet ta' pensjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Naturalment jekk pulizija jmur jaħdem il-ħabs bħala pulizija xorta waħda jibqa' regolat bħal qabel, jiġifieri l-pensjoni jeħodha xorta waħda.", "Issa aħna hawnhekk qed nagħtu inċentiv biex min irid jaqleb minn pulizija għal uffiċjal tas-servizzi korrettivi jkun jista' jagħmel dan mingħajr ma jitlef il-perijodu tas-servizz li jkun għamel jaħdem bħala pulizija.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Il-proviso ġdid li ddaħħal f'din il-klawsola jgħid hekk:", "\"Iżda wkoll meta uffiċjal tas-servizzi korrettivi kien fis-servizz bħala uffiċjal tal-ħabs qabel ma ġie maħtur uffiċjal tas-servizzi korrettivi, ...\".", "Issa jekk pulizija li qatt ma ħadem il-ħabs għax per eżempju, kien stazzjonat f'xi għassa, ikun jixtieq isir uffiċjal tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin, ...", "ONOR.", "TONIO BORG: Imbagħad dak il-każ huwa regolat bl-artiklu 20A li qed jiddaħħal ġdid fi klawsola 7, liema artiklu jgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 10 ta' din l- Ordinanza, meta persuna tkun ġiet maħtura uffiċjal tas-servizzi korrettivi, kull żmien qabel dik il-ħatra li matulu dik il-persuna tkun tat is-servizz tagħha bħala uffiċjal tal-ħabs jew bħala membru ta' korp dixxiplinat ...\".", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Kollox sew.", "Allura hawnhekk qed ngħidu li jekk, per eżempju, kuntistabbli tal-pulizija jkun għamel għaxar snin fil-korp tal- pulizija, ma jkun ħadem qatt il-ħabs u jkun jixtieq jibda karriera fil- ħabs, dawk l-għaxar snin ma jitlifhomx.", "ONOR.", "TONIO BORG: Hekk hu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Żieda ta' l-artikolu 20A mal-liġi prinċipali.", "Clause 7 - Addition of new section 20A to the principal law.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fi klawsola 7 qed jiġi introdott artiklu 20A ġdid li jirregola s-sitwazzjoni li għadu kemm qajjem l-Onor.", "Gulia, liema artiklu, nerġa` ngħid, jgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 10 ta' din l- Ordinanza, meta persuna tkun ġiet maħtura uffiċjal tas-servizzi korrettivi, kull żmien qabel dik il-ħatra li matulu dik il-persuna tkun tat is-servizz tagħha bħala uffiċjal tal-ħabs jew bħala membru ta' korp dixxiplinat kif imfisser fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 47 tal-Kostituzzjoni għandu jitqies bħala servizz bħala uffiċjal tas- servizzi korrettivi għall-għanijiet ta' din l-Ordinanza.\",", "jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed ninkludu biss lill-pulizija imma anke lill- membri ta' l-Armata.", "Issa ta' min jgħid illi llum fil-ħabs m'għadx hemm persuni mill-Armata, pero` din il-klawsola qed tgħid illi jekk xi membru ta' l-Armata jkun jixtieq jidħol jaħdem bħala gwardjan ġewwa l-ħabs u jkollu kwalitajiet tajbin biex jagħmel dan ix-xogħol, mil-lum 'il quddiem il-liġi se tagħtih din l-opportunita`.", "Safejn naf jien sa llum jekk pulizija jkun jixtieq jidħol membru fl-Armata, il-liġi għadha m'hijiex qed tagħtih l-opportunita` li jkompli s-servizz li jkun ta bħala pulizija imma jkun irid jibdieh mill-ġdid, pero` f'dan il-każ, sabiex wieħed dejjem jattira l-aħjar nies li diġa` qegħdin f'servizzi ta' korpi dixxiplinati, qed indaħħlu artiklu 20A ġdid li jgħid hekk:", "\"... meta persuna tkun ġiet maħtura uffiċjal tas-servizzi korrettivi, kull żmien qabel dik il-ħatra li matulu dik il-persuna tkun tat is- servizz tagħha bħala uffiċjal tal-ħabs jew bħala membru ta' korp dixxiplinat kif imfisser fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 47 tal- Kostituzzjoni għandu jitqies bħala servizz bħala uffiċjal tas-servizzi korrettivi għall-għanijiet ta' din l-Ordinanza.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Emenda ta' l-Iskeda li tinsab mal-liġi prinċipali.", "Clause 8 - Amendment of Schedule to the principal law.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, din il-klawsola qed temenda r- regolamenti tal-pensjoni li hemm annessi bħala skeda ma' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u fil-fatt dawn l-emendi huma intenzjonati sabiex kull fejn jissemmew il-pulizija jiġu inklużi wkoll l-uffiċjali tas-servizzi korrettivi.", "Per eżempju, issa l-proviso li hemm ma' regolament 2 ta' l- Iskeda se jiġi jaqra hekk:", "\"Iżda fil-każ ta' uffiċjal tas-servizzi korrettivi jew ta' membru tal- korp tal-Pulizija dik il-pensjoni għandha tkun bir-rata ta' waħda minn erba' mija u ħamsin tal-ħlasijiet pensjonabbli tiegħu għal kull xahar komplut ta' servizz pensjonabbli, salvi l-limiti msemmija fl-artikolu 10 ta' l-Ordinanza.\".", "Hawnhekk irrid infakkar ukoll lill-Kamra li skond il-liġi, l-ewwel darba li jgħaddu r-regolamenti tal-pensjoni jridu jgħaddu by positive resolution u għalhekk bilfors irridu nippreżentawhom f'din il-Kamra.", "Imbagħad din il-klawsola qed temenda wkoll subparagrafu (b) tal-paragrafu (5) ta' regolament 9, biex minflok:", "\"meta fil-każ ta' dak l-uffiċjal li kien tkeċċa meta kien membru tal- korp tal-Pulizija, dak l-uffiċjal kieku ma kinitx għat-tkeċċija tiegħu, kien jagħlaq ħamsa u għoxrin sena servizz;\"", "din tiġi taqra hekk:", "\"meta fil-każ ta' dak l-uffiċjal li kien tkeċċa meta dak l-uffiċjal kien uffiċjal tas-servizzi korrettivi jew membru tal-korp tal- Pulizija, dak l-uffiċjal kieku ma kinitx għat-tkeċċija tiegħu, kien jagħlaq ħamsa u għoxrin sena servizz;\",", "jiġifieri hawnhekk ukoll qed ninkludu lill-uffiċjal tas-servizzi korrettivi.", "Klawsola 8 qed temenda wkoll paragrafu (2) tar-regolament 14 li jitkellem dwar pensjonijiet lil uffiċjali b'servizz inqas minn għaxar snin, u anke hawnhekk, mal-membri tal-korp tal-Pulizija qed ninkludu wkoll lill- uffiċjali tas-servizzi korrettivi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short title and commencement.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għal klawsola 1 se nressaq din l-emenda verbali:", "Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 1 minflok il-kliem \"Att ta' l-1998\" għandhom jidħlu l-kliem \"Att ta' l-1999\".", "In subclause (1) of clause 1 for the words \"Act, 1998\" there shall be substituted the words \"Act, 1999\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata verbalment.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, jekk il-Kumitat jaqbel, nawtorizza lill- Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir- renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President tar-Repubblika.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għall-promozzjoni tat-turiżmu, biex jirregola s- servizzi u attivitajiet turistiċi, biex titwaqqaf awtorita' b'setgħat għal dak il-għan, u għal ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu magħhom jew li huma inċidentali għalihom\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal- Kamra tad-Deputati.", "15 ta' April 1999", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għall-promozzjoni tat-turiżmu, biex jirregola s-servizzi u attivitajiet turistiċi, biex titwaqqaf awtorita` b'setgħat għal dak il-għan, u għal ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu magħhom jew li huma inċidentali għalihom\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi li ilu jinħema għal bosta u bosta snin u m'għaddiex biss mill-mangnu ta' gvernijiet ta' persważjoni politika differenti imma kif inhu xieraq, għadda wkoll mill-mangnu ta' diversi għaqdiet u assoċjazzjonijiet fis-settur tat- turiżmu u anke ta' nies li għalkemm m'humiex qegħdin f'xi għaqda jew assoċjazzjoni, urew l-interess li jressqu l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom.", "Jien persważ li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jgawdi l-istess appoġġ u kunsens li gawda l-abbozz ta' liġi dwar it-turiżmu li tressaq quddiem din il-Kamra xi sena ilu għax it-turiżmu huwa suġġett li jirrikjedi proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa.", "Mr Speaker, f'pajjiż fejn donnu jirnexxielna nimpikaw u nargumentaw fuq kollox u kważi kważi naslu biex nivvintaw raġunijiet fejn ma naqblux - sia jekk inhu football, sia jekk inhuma baned tal-festi u sia jekk inhi politika - tant li issa bdejna nargumentaw ukoll fuq min għandu dritt jorganizza beauty contest, għax ovvjament in-nies li jkunu jgħixu f'pajjiż żgħir jibdew jissuspettaw fuq kollox u fuq kulħadd, jien naħseb illi l- membri ta' din il-Kamra u dawk kollha li b'xi mod huma mdaħħlin fis-settur tat-turiżmu għandhom iħossuhom kburin li dwar dan is-settur teżisti din l- għaqda u kważi jeżisti kunsens unanimu.", "Mr Speaker, aħna l-politiċi u dawk li huma involuti fis-settur turistiku quddiemna għandna sfida li rridu niffaċċjaw għax jeħtieġ li jkollna l- kapaċita` li nsarrfu dan il-kunsens f'ħidma għalenija favur din l- industrija u f'ħidma pro-attiva li ma tridx issir biss minna l-politiċi u minn dawk involuti fis-settur tat-turiżmu imma mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jien nittama li l-awtorita` tat-turiżmu tagħti l-aħjar frott lil dan is-settur għaliex jien ngħid li huwa inutili li jkollna dan il-kunsens nazzjonali jekk dan ikun biss lip-service u allura huwa essenzjali li l- gvern, ikun liema gvern ikun, jara li jgħaddi mill-kliem għall-fatti u jagħti appoġġ tanġibbli u sostenibbli għall-industrija tat-turiżmu.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa maħsub li jilħaq għadd ta' għanijiet, fosthom li jagħti tifsira ġdida lill- organizzazzjoni, lill-ippjanar u lit-tmexxija tat-turiżmu u li jiġbor il- liġijiet kollha li jirregolaw is-settur tat-turiżmu f'korp leġislattiv wieħed.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-fatt li ħafna minn dawn il-liġijiet ilhom viġenti għal iktar minn 30 sena u għalhekk huwa importanti ħafna li jiġu aġġornati, iktar u iktar meta dawn jittrattaw dwar industrija dinamika bħalma hi dik tat-turiżmu, li jkollha ħafna ħteġijiet ġodda u tkun teħtieġ diversi bidliet fl-organizzazzjoni u fil-mod kif tiġi regolata.", "Wieħed irid jgħid ukoll li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jifformalizza s-sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat għax għalkemm diġa` teżisti din is- sħubija bejn is-settur pubbliku u s-settur privat, huwa importanti li tiġi fformolata.", "Kif wieħed jista' jinnota, dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jirrikonoxxi statutorjament l-impatt qawwi li għandu s-settur tat-turiżmu fuq l-ekonomija tal-pajjiż, filwaqt li qed jagħti wkoll vuċi iktar b'saħħitha lill-esperti ta' dan is-settur.", "Fl-aħħar nett - u huwa importanti li din insemmuha wkoll għaliex forsi b'dan il-mod inkunu nistgħu nilqgħu għall-ħsara li tista' ssir minn individwi li forsi ma jarawx iktar 'il bogħod minn imneħirhom, li jaħsbu li għada ma jisbaħx u allura b'xi mod jew ieħor jipprovaw jagħmlu l-ħsara lit-turiżmu - qiegħed jipprovdi wkoll mod kif l-inforzar tal-liġijiet ikun aktar effettiv.", "Fl-ippjanar tat- turiżmu jeħtieġ li dejjem inżommu quddiemna fattur importanti daqs dak ekonomiku u daqs dak ambjentali u hawn qed nirriferi għall-fattur soċjali.", "Mr Speaker, il-fattur soċjali ma jfissirx biss titjib fil-livell ta' l- għajxien, ma jfissirx biss iktar dħul u inqas qgħad imma jfisser ukoll li l- Maltin u l-Għawdxin kollha, filwaqt li jirrikonoxxu li s-settur tat-turiżmu huwa għodda u mezz essenzjali għat-tkabbir ta' l-ekonomija u għat-tkattir tal-ġid, ma jiġux imġiegħla jissagrifikaw ruħhom mit-tgawdija ta' spazji, ta' faċilitajiet u anke ta' l-identita` kulturali.", "Għall-kuntrarju, jien nemmen illi s-settur tat-turiżmu jista' jkun mezz utli ħafna biex tiġi kkonservata l-kampanja, l-arkitettura u l-bliet u l-irħula Maltin u tista' sservi ta' għajnuna kbira biex dawn isaħħu l-identita` kulturali tagħhom.", "Hawnhekk nixtieq infakkar lill-Kamra li minn studji li saru dwar l-impatt tat-turiżmu, kemm fl-1993 kif ukoll fl-1997/98, ħareġ ċar illi f'dawk il- postijiet fejn hemm konċentrazzjoni qawwija ta' turiżmu, bħalma ngħidu aħna huma l-Imdina u Paceville, minflok ma ssib appoġġ mir-residenti ta' dawk il- lokalitajiet ħafna drabi iktar issib kritika u lmenti.", "Għalhekk jien naħseb li l-ewwel dmir tagħna huwa li bil-għaqal, bil-ħsieb u bl-ippjanar nikkoreġu din is-sitwazzjoni ħalli nakkwistaw l-appoġġ tar-residenti li joqogħdu f'postijiet li huma ffrekwentati mit-turisti għax jekk nibqgħu ma nagħmlu xejn dwar dan jista' jiġri li l-qtar ta' kritika jikber u jsir gelgul ta' oppożizzjoni.", "Jien dejjem emmint fil-qasam tat-turiżmu u naħseb illi din l-industrija ma jistħoqqilhiex illi tiġi ttollerata biss imma jistħoqqilha appoġġ kbir.", "Issa qabel ma ngħaddi biex nispjega x'wassal biex jitressaq dan l-abbozz ta' liġi nixtieq nagħmel xi konsiderazzjonijiet u kummenti ta' natura ġenerali.", "Mr Speaker, wieħed mill-merti li kellu l-abbozz ta' liġi li tressaq is- sena li għaddiet quddiem din il-Kamra, liema mertu huwa rifless ukoll f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum, kien li jġib l-operaturi u l- interessi kollha tat-turiżmu flimkien, u dan sabiex din l-industrija tiġi kkordinata aħjar u titmexxa f'direzzjoni waħda.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, is-settur tat-turiżmu se jkun regolat aħjar għax se titwaqqaf l- awtorita` tat-turiżmu, imma jien naħseb illi jekk ma ninvestux iktar fil- ħiliet, fil-prodotti, fir-reklamar u fil-promozzjoni ta' dan is-settur dan l-eżerċizzju kollu jkun inutli.", "Minn artiklu li deher f'''The Economist\" xi tliet ġimgħat ilu, joħroġ ċar illi l-marda li teżisti f'pajjiżna, fejn it-turiżmu huwa dejjem is- cinderella ta' kulħadd, fejn kulħadd jieħu lis-settur tat-turiżmu for granted u fejn kulħadd jaħseb li s-settur tat-turiżmu donnu jimxi waħdu, m'hijiex xi marda li teżisti f'pajjiżna biss imma anke ġewwa l-Ingilterra.", "Fil-fatt dan l-artiklu jġib l-isem ta' ''Fading Attraction'', voldieri l- Ingilterra, li tant għandha x'toffri lit-turist - u hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq Londra imma fuq il-kampanja Ingliża u fuq l-istorja ta' l- Ingilterra - qed tilmenta li qed issofri minn nuqqas ta' turiżmu.", "Dan l- artiklu qed jgħid illi dan jista' jkun ikkaġunat minħabba li l-lira sterlina għadha b'saħħitha żżejjed, pero` aħna ma nikkonsidrawx il-lira sterlina b'saħħitha żżejjed tant li nissussidjaw it-turiżmu Ingliż.", "Madanakollu apparti minn hekk l-awtoritajiet li huma involuti fit-turiżmu ġewwa l-Ingilterra qed jagħmlu ħafna mistoqsijiet biex jaraw jekk dan in- nuqqas ta' turiżmu huwiex ikkaġunat minn affarijiet oħra u qed jistaqsu: Kemm qed nonfqu flus fir-reklamar?", "Kemm qed nonfqu flus fil-promozzjoni?", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li dawn qed jitkellmu fuq £Stg36 miljun, li fil-budget ta' l-Ingilterra ma jfissru assolutament xejn, tant li f'dan l- artiklu hemm il-mistoqsija: Għaliex lil din l-industrija, li toħloq tant investimenti u mpjiegi u li ssaħħaħ l-immaġini tal-pajjiż, m'aħniex qed nagħtuha iktar flus?", "Fil-fatt dan l-artiklu jasal għall-argument, liema argument jien kont għamilt aċċenn għalih ukoll meta tkellimt dwar il-budget is-sena li għaddiet, illi biex il-Gvern Ingliż isalva shipyard, jew biex jibni fabbrika waħda jew inkella biex isalva 300 jew 500 job jonfoq ħafna u ħafna iktar milli jonfoq għas-settur tat-turiżmu, li huwa kapaċi joħloq impjiegi kemm irid, basta jitmexxa b'għaqal.", "Mr Speaker, meta nitkellmu dwar it-turiżmu ma nkunux qed nitkellmu dwar il-lukandi, dwar l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar jew dwar ir-ristoranti imma nkunu qed nitkellmu dwar kull attivita` li fiha nnifisha toħloq ix-xogħol u allura toħloq attivita` ekonomika.", "Ħadd ma jista' jmeri l-fatt illi 40% ta' l-attivita` ekonomika ta' pajjiżna ġejja mis-sors tat-turiżmu u għalhekk huwa importanti li wieħed iħares lejn din l-industrija b'mod sħiħ u jara r-ripple effect fuq attivitajiet primarji, bħalma ngħidu aħna huma s- sajd u l-agrikoltura, kif ukoll fuq attivitajiet sekondarji, bħalma hija l- manifattura.", "Huma ħafna dawk in-nies li jippontaw subgħajhom lejn xi gvern jew ieħor meta s-settur tat-turiżmu jkun sejjer lura, pero` l-verita` hi li aħna tant niddependu mill-qagħda ekonomika fis-swieq barranin li minnhom nattiraw it-turiżmu, li ma nkunu nistgħu nagħmlu assolutament xejn biex nikkoreġu dik il-qagħda ekonomika li nkunu sibna ruħna fiha.", "Għalhekk filwaqt illi huwa tajjeb li l-NTOM, il-gvernijiet u kulmin b'xi mod jew ieħor huwa involut fit-turiżmu jieħu l-opportunita` li jagħmel promozzjoni, jagħmel reklamar u jwettaq ħidma kbira biex kemm jista' jkun jattira iktar turiżmu f'pajjiżna ħalli b'hekk indaħħlu iktar flus barranin u noħolqu iktar impjiegi, fl-aħħar mill-aħħar tiddependi ħafna l-qagħda ekonomika li wieħed isib fis-swieq li fihom ikun qed jippromwovi u jirreklama lil pajjiżna.", "Madanakollu jekk imbagħad aħna nkunu tant stupidi u jkollna tant nuqqas ta' għaqal li ma' din il-problema nżidu problemi ta' natura interna, inkomplu ngħarrqu s-sitwazzjoni u allura f'dak il-każ ikollu raġun min jipponta subgħajh lejn l-awtoritajiet li jkunu responsabbli minn dan is- settur lokalment.", "Issa nixtieq ngħaddi biex nagħmel xi kummenti ta' natura preliminari.", "Mr Speaker, fil-fatt wieħed mill-kummenti li nixtieq nagħmel enfasi fuqu huwa li nisimgħu ħafna kliem dwar ippjanar integrat, pero` jien ngħid li m'għandniex nitkellmu fuq ippjanar integrat, ngħidu li nemmnu fih u nieqfu hemm imma għandna nqiegħduh fil-prattika.", "Ħalli nagħti eżempju żgħir biex nuri li l-pajjiż kollu jkun jista' jgawdi bi ftit sforz.", "Kif kulħadd jaf, f'pajjiżna għandna ħafna entitajiet tal-gvern, kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet u intrapriżi nazzjonali li għandhom interess li jirreklamaw biex ibigħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom barra minn Malta, pero` ħafna drabi, minħabba li dawn il-prodotti u servizzi jkunu differenti u kull entita` jkollha l-interess li tmexxi l-prodott jew is-servizz tagħha, kulħadd joħroġ ibigħ għal rasu f'suq barrani.", "Jien nemmen li s- suċċess ikun ħafna ikbar jekk kulmin ikun irid ibigħ xi prodott jew servizz f'suq barrani jingħaqad ma' ħaddieħor li jkun se jagħmel l-istess u jbigħu l-prodotti jew is-servizzi tagħhom taħt umbrella waħda.", "B'hekk biss nistgħu nfasslu corporate image ta' Malta.", "Ma jistax ikun li per eżempju, it-tarzna, il-METCO u l-NTOM imorru f'suq barrani u kulħadd għal rasu għax jien nemmen li ġaladarba dawn jinsabu kollha taħt il-kappa ta' Malta, għandhom jibqgħu taħt l-istess kappa wkoll ħalli b'hekk l-immaġini ta' pajjiżna ma tintilifx.", "Fl-opinjoni tiegħi, wasal iż-żmien li nagħmlu distinzjoni iktar ċara bejn il-konċett ta' marketing u l-konċett ta' selling għax għal dak li huwa marketing irridu nipproġettaw immaġini waħda li tingħaraf u tinftiehem minn kulħadd, filwaqt li għal dak li huwa selling irridu nifhmu li jekk wieħed ibigħ il-prodotti jew is-servizzi personali tiegħu taħt umbrella li jkollha corporate image, allura jkun iktar faċli li wieħed jingħaraf u kull enti tikseb vantaġġ ikbar.", "Jien nemmen li f'affarijiet bħal dawn l-aħjar ħaġa hija li nitgħallmu minn pajjiżi li huma relattivament żgħar, bħall-Irlanda.", "L-Irlandiżi rnexxielhom jagħtu tifsira speċifika u immaġini definita għall-kelma \"Irlanda\", liema tifsira u immaġini qed tiffaċilita l-bejgħ tal- prodotti u tas-servizzi li kull enti Irlandiża qed tpoġġi fuq is-suq.", "Jien naħseb illi m'hemm xejn ħażin li nikkoppjaw dak li għamlet l-Irlanda, iktar u iktar meta naraw is-suċċess li qed tagħmel fil-mod ta' kif qed tipproġetta u tbigħ il-prodotti u s-servizzi tagħha.", "Jien ninsab konvint illi b'ċertu ippjanar u b'ħidma integrata nistgħu nagħtu tifsira lill- immaġini ta' Malta u ċertament differenti kemm huma differenti l-entijiet Maltin, irridu li jkollna tifsira speċifika ta' Malta li tkun tfisser effiċjenza, ospitalita`, stabbilta` u sigurta`.", "Jekk kemm-il darba naħdmu biex pajjiżna jitqies bħala hub f'dan is-settur, bla ebda dubju lil dan is- settur se jitnaqqsulu l-ispejjeż u se tiżdiedlu l-effiċjenza.", "Jien naħseb illi jkun għaqli u utili ħafna li ma nisparpaljawx ir-riżorsi li għandu pajjiżna, anzi għandna ngħaqqduhom flimkien biex b'hekk mhux biss ikunu qed jaqdu lis-setturi li jkunu jaqgħu taħtu imma anke lil setturi oħra li jkunu qed jaħdmu parallel magħhom.", "Dan qed ngħidu għaliex jien nemmen li l-mezzi tal-pajjiż ma jippermettulniex li naħlu riżorsi, sew jekk inhuma riżorsi umani kif ukoll jekk inhuma riżorsi finanzjarji.", "Mr Speaker, jekk inħarsu lejn l-istatistika u naraw kemm ġew turisti fix- xahar ta' April, biex nieħdu eżempju, jirriżulta li ġew eluf ta' turisti, pero` ma tantx inkunu nistgħu niksbu iktar informazzjoni ħlief forsi kemm minn dawn it-turisti kien hemm irġiel, kemm kien hemm nisa u kemm kien hemm tfal.", "Għalhekk meta nara statistika bħal din jien nistaqsi: Imma fil- verita` dawn kollha huma riżultat tal-ħidma ta' l-NTOM u tas-settur privat?", "Jien naħseb illi dan m'huwiex il-każ għaliex min jaf kemm jiġu turisti biex iżuru lil qrabathom jew lil ħbiebhom hawn Malta, kemm jiġu turisti on business u kemm jiġu turisti biex jaħdmu, biex jitgħallmu jew inkella biex isegwu xi attivita` sportiva.", "Sfortunatament aħna għandna t-tendenza li nitfgħu lil kulħadd f'qoffa waħda u nikklassifikaw lit-turisti kollha bħala li ġew iżuru lil pajjiżna b'riżultat tar-reklamar u l-promozzjoni li tkun saret mill-NTOM u mis-settur privat, pero` l-verita' hija xort'oħra.", "Huwa veru li forsi l-maġġoranza tat-turisti jiġu hawnhekk b'riżultat ta' l- isforzi tas-settur privat u ta' l-NTOM, imma huwa fatt illi jkun hemm numru sostanzjali ta' turisti li ma jiġux f'pajjiżna għal btala jew għal xi divertita imma għal affarijiet oħra u għalhekk l-għan prinċipali tagħhom ma jkunx illi jaraw li l-lukanda li jkunu qed joqogħdu fiha ħaqqhiex l-istilel li għandha jew jekk tipprovdix servizz tajjeb biżżejjed - għalkemm ovvjament wieħed dejjem jippretendi servizz tajjeb - imma jiddeċiedu jekk għandhomx jerġgħu jiġu f'pajjiżna jew le għal xi btala mal-familja tagħhom jew ma' ħbiebhom skond kemm il-poplu Malti jkun laqagħhom u jkun stmahom.", "Għalhekk mhux biss għandna nagħmlu enfasi li mit-turiżmu jiekol kulħadd imma wkoll li fit-turiżmu kulħadd għandu dmir x'jaqdi, u jien persważ li dawk il-Membri ta' din il-Kamra li kellhom ix-xorti li f'xi żmien jew ieħor imexxu xi ministeru jafu iktar minn ħaddieħor li kien x'kien id-dikasteru li mexxew, il-firxa l-kbira ta' l-attivita` turistika żgur li laqtet il- ħidma tagħhom ta' kuljum.", "Mr Speaker, illum l-editur ta' \"l-orizzont\" kien previġġenti ħafna għaliex l-editorjal ta' din il-gazzetta, li kien jittratta dwar it-turiżmu, kien sobrju u kostruttiv ħafna.", "Fil-fatt l-ewwel ħaġa li għamel enfasi fuqha dan l-editorjal kien il-bżonn li t-turiżmu jindokrah kulħadd, liema kumment għadni kemm għaddejtu jien, u ħadt pjaċir li l-editur ta' \"l- orizzont\" ipprova jwasslu għal udjenza ikbar.", "Dan l-editorjal ikompli jgħid ukoll illi t-turiżmu m'hijiex xi industrija ta' xi gvern jew ieħor imma hija tal-poplu kollu u għalhekk din m'għandhiex tingħata xi kulur partiġjan.", "Huwa importanti ħafna li nirrikonoxxu li per eżempju, il-ħidma li saret mill-Gvern Nazzjonalista fit-tali sena kienet tkomplija tal-ħidma li kienet mill-Gvern Laburista ta' qabel u li mbagħad meta reġa` tela' l- Gvern Laburista, dan sab ċerti affarijiet tajbin u bena fuqhom, bħalma llum aħna qed insibu affarijiet tajbin li nistgħu nibnu fuqhom ukoll.", "Jekk aħna nikkonsidraw lis-settur tat-turiżmu bħala settur li m'huwiex partiġjan, irridu nagħtu l-mertu fejn tassew ikun mistħoqq il-mertu u mhux donna ninsew li dik il-ħaġa li nkunu qed naħdmu fuqha jkun bdieha xi ħaddieħor.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi, forsi iktar minn kull abbozz ta' liġi ieħor, huwa xiehda tar-rabta fil-ħsieb li teżisti fostna l-politiċi dwar l- industrija tat-turiżmu u għalkemm jista' jkun li ma naqblux fuq il-metodi ta' strateġija u ta' prinċipji, huwa fatt illi dwar il-qafas prinċipali u l- għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi aħna l-politiċi qed naqblu b'mod unanimu.", "L-istorja ta' din il-leġislazzjoni tagħti iktar dawl dwar dan l-ispirtu ta' kontinwita` għaliex idea li nibtet fl-1992 - li kien il-bidu ta' proċess li kelli x-xorti nvarah jien u li komplew jibnu fuqha Dr. Psaila Savona u mbagħad l-Onor.", "Karmenu Vella - wasslet biex jiġi ppreżentat dan l-abbozz ta' liġi li oriġinarjament tressaq għad-diskussjoni lejn nofs is-sena li għaddiet.", "Irrid infakkar ukoll illi kont jien li ssekondajt il-mozzjoni biex dak l-abbozz ta' liġi jitressaq għat-Tieni Qari u smajt id-diskors li sar waqt l-istadju tat-Tieni Qari b'attenzjoni kbira.", "Fil-fatt il-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra kienu għamlu diversi suġġerimenti dwar kif dan is-settur jista' jkompli jiżviluppa dejjem iktar u ħafna minn dawk is-suġġerimenti llum jinsabu riflessi fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L-interess tiegħi u ta' l-Onor.", "Karmenu Vella kien illi l-Parlament Malti jirregala lill-industrija tat-turiżmu - li hija l- ikbar industrija li għandu dan il-pajjiż - u lil kulmin jaħdem fiha għodda siewja biex il-mutur ta' l-ekonomija jkompli jistagħna u jkattar il-ġid lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Madanakollu sabiex inkompli nispjega l-istorja ta' l-iżvilupp ta' dan l- abbozz ta' liġi rrid ngħid illi lejn tmiem l-1992, jiġifieri wara li kont ilni mmexxi lill-industrija tat-turiżmu għal ħames snin u għalhekk kelli kemm esperjenzi pożittivi kif ukoll esperjenzi negattivi f'dan is-settur, filwaqt li kont niġi inkoraġġut ħafna bir-riżultati li konna qed niksbu, fl- istess ħin kont frustrat bil-fatt li donna ma stajna nagħmlu xejn għal min kien qed joħloq il-problemi u jfixkel lil min kien miexi skond il-liġi.", "Għalhekk niftakar li konna bdejna proċess fejn flimkien maċ-chairman ta' l- NTOM, dak iż-żmien is-Sur Michael Soler, bdejna niġbru l-leġislazzjoni tat- turiżmu kollha, nipprovaw naġġornawha u nagħmluha updated għaliex filwaqt li riedna nagħtuha bixra ġdida, iktar moderna u iktar flessibbli, fl-istess ħin riedna nagħtuha wkoll snien biżżejjed ħalli lil dak li jaħseb illi ħadd ma jista' għalih inkunu nistgħu nikkoreġuh u nagħtuh dak li ħaqqu biex ma jibqax jikser il-liġijet sfaċċatament.", "Ta' min jgħid illi l-abbozz ta' liġi oriġinali li tressaq is-sena li għaddiet ġie mfassal wara proċess estensiv ta' konsultazzjoni mas-settur privat kondott fi żmien l-Onor.", "Vella, fejn hemmhekk min kellu l-interess li jagħti kontribut kellu l- opportunita` kollha li jagħmel dan.", "Kif għidt diġa`, aħna li dak iż-żmien konna fl-oppożizzjoni konna qbilna mal-prinċipji ta' dak l-abbozz ta' liġi, pero` meta reġa` tela' l-Gvern Nazzjonalista kellna l-ideat tagħna dwar is- sistemi, dwar il-metodi u dwar l-istrateġija li għandhom jiġu mfassla għal dan is-settur u għalhekk meta erġajna ħarisna lejn dan l-abbozz ta' liġi wara l-elezzjoni li għaddiet għamilna l-bidliet konformi ma' dak li wegħdna fil-programm elettorali.", "Ta' min jaċċenna wkoll illi issa aħna qed nerġgħu nissottomettu dan l-abbozz ta' liġi għall-iskrutinju tas-settur privat u ta' kulmin jixtieq jagħmlilna xi suġġeriment jew jagħtina xi parir u fil- fatt dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum jinkludi ħafna mis- suġġerimenti li sarulna waqt il-konsultazzjonijiet u l-laqgħat li kellna ma' nies li għandhom esperjenzi, kemm tajba kif ukoll qarsa, fis-settur tat- turiżmu.", "MR SPEAKER: Onor. Refalo, niġbidlek l-attenzjoni li wasal biex isir il- ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Iva, se nibqa' in possession, pero` qabel ma nikkonkludi d-diskors tiegħi għal-lum inħoss li huwa d-dover tiegħi li nirringrazzja lil kulmin ta l-kontribut tiegħu biex jiġi mfassal dan l- abbozz ta' liġi, kemm fil-verżjoni tal-lum kif ukoll fil-verżjonijiet ta' qabel.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Gonzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla t-Tlieta, 4 ta' Mejju, 1999 b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta` tal-Għadu - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, illum nixtieq nagħmel dan l-intervent biex nenfasizza l-importanza tal-qasam tas-saħħa primarja.", "Jien naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuq dak li hemm bżonn isir f'dan il-qasam għax wara kollox dan huwa qasam li jolqot lil kull wieħed u waħda minna.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid fuq dan il-qasam hija li nħoss illi wasal iż- żmien li nħarsu lejn il-passat, nitgħallmu mill-iżbalji li għamilna u nipprovaw nimxu pass 'il quddiem ħalli pajjiżna jkollu qasam tas-saħħa primarja li jixraqlu.", "Forsi mhux kulħadd jaf li meta jilħqu tobba ġodda dawn ikunu jridu jgħaddu minn ċertu perijodu ta' taħriġ u normalment jintbagħtu fl-isptarijiet ħalli jiksbu wkoll xi ftit ta' l-esperjenza, pero` sfortunatament f'pajjiżna, bħal f'ħafna pajjiżi oħra, dawn jispiċċaw imorru jaħdmu bħala tobba tal-familja mingħajr ma jkunu ħadu training u esperjenza biżżejjed.", "Hija ħasra li s'issa f'pajjiżna qatt ma kienet teżisti xi formazzjoni uffiċjali li tipprovdi training f'dan il-qasam minkejja li pajjiżna huwa avvanzat ħafna f'dik li hi mediċina u minkejja li nistgħu niftaħru li għandna skola medika antika u sptarijiet ta' livell tajjeb ħafna.", "Ta' min ifakkar li din is-sena jaħbat l-għaxar anniversarju minn mindu twaqqaf il-kulleġġ tat-tobba tal-familja, fuq inizjattiva tal- Prof Rizzo Naudi, fejn fih jiltaqgħu t-tobba tal-familja biex jiddiskutu dak kollu li jkun qed jiġri f'dan il-qasam filwaqt li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.", "Wieħed irid ifaħħar din l-inizjattiva għax m'hemmx dubju li għamlet ħafna ġid, pero` jien naħseb li dan m'hux biżżejjed u biex inkomplu ntejbu dan il-qasam jeħtieġ illi jintervjeni l-gvern ukoll.", "Mr Speaker, sa ftit żmien ilu s-servizz tat-tobba tal-familja kien jissemma ħafna fil-wegħdiet ta' qabel l-elezzjoni, inkluż fil-wegħdiet tal- Partit Nazzjonalista - u jien dan nammettih - pero` wieħed irid jirrikonoxxi li dak kien żmien ieħor fejn il-partiti politiċi kienu b'pika bejniethom min hu kapaċi jagħti l-iktar servizzi b'xejn u fortunatament illum il-mentalita' nbidlet, għax bil-mod il-mod kważi kulħadd qed jirrikonoxxi li ta' xejn ma tieħu xejn jew inkella ma teħux xi ħaġa ta' livell għoli.", "Ċertament illum fuq dan l-aspett ma fadalx ideoloġiji li wieħed irid joqgħod jintilef fuqhom, iktar u iktar meta nafu li l-pajjiżi tad-dinja kollha qed idaħħlu ħafna elementi ta' cost sharing f'dan il-qasam għalkemm kull pajjiż qed jinsisti li filwaqt li l-pazjent għandu jingħata l- aħjar servizzi tas-saħħa, dawn is-servizzi għandhom jinżammu bi prezz baxx.", "Mr Speaker, wieħed ikun jista' jirrealizza kemm hu importanti l-qasam tal- kura primarja, jiġifieri l-kura tat-tobba tal-familja, meta jiftakar illi waħda mill-ikbar funzjonijiet rikonoxxuti ta' tabib tal-familja hija li jinduna mill-ewwel meta l-pazjent ikun qed ibati minn xi marda għax jekk il- marda tilħaq tidħol 'il ġewwa, forsi jkun tard wisq li ssir xi ħaġa.", "Fil- fatt huwa hawnhekk fejn imbagħad jidħol il-qasam tas-saħħa sekondarja, jiġifieri dak il-qasam li fih il-pazjent ikollu jinqeda minn servizzi li normalment ikunu jiswew ħafna flus.", "Ta' min jgħid li ħafna pajjiżi, bħall- Ingilterra u l-Olanda, qed iħaddmu s-sistema ta' gatekeeping, li hija sistema tajba, speċjalment meta wieħed jirrikonoxxi l-fatt illi permezz ta' din is-sistema, għalkemm l-infiq tal-gvern f'dan il-qasam huwa mill-iktar baxx, ir-riżultati li jinkisbu huma tajbin ħafna.", "Min-naħa l-oħra wieħed irid isemmi wkoll illi mbagħad hemm pajjiżi, fosthom l-Amerka, fejn il- qasam tas-saħħa li għandhom xejn m'huwa organizzat tant li minkejja li l- gvern jonfoq iktar minn 10% mill-budget tiegħu, ir-riżultati li jinkisbu huma ħafna inqas sodisfaċenti minn pajjiżi oħra li ma jonfqux daqstant flus fuq dan il-qasam.", "Forsi hawn wieħed jista' jgħidli li dan il-punt huwa iktar ekonomiku milli soċjali, pero` hemm bżonn li l-gvern jieħdu in konsiderazzjoni wkoll, anke fid-dawl tal-fatt li qed jibni sptar ġdid.", "Jien nemmen li l-Gvern Nazzjonalista għamel pass tajjeb ħafna meta fehem illi pajjiżna għandu bżonn sptar ieħor, u fil-fatt l-ewwel darba li għamilt intervent waqt aġġornament taħt il-Gvern Laburista appellajt lill-gvern tal- ġurnata biex ikompli dak l-iżvilupp, pero` nħoss illi l-qasam tas-saħħa primarja għandu jkun dejjem il-prijorita` assoluta ta' kull gvern għaliex jekk se nibqgħu ninvestu biss fuq il-kura u mhux fuq il-prevenzjoni wkoll se nkomplu nkabbru l-problemi li jeżistu f'dan il-qasam, partikolarment dawk li jeżistu fl-isptar San Luqa.", "Qed nitkellem b'dan il-mod għax il- problemi li kienu jeżistu f'dan il-qasam matul dawn l-aħħar snin komplew jikbru, anke minħabba l-moral baxx li għandhom it-tobba tal-familja tal- gvern.", "Madanakollu rrid ngħid b'ċertu sodisfazzjon illi fi Frar ta' din is- sena rajniehom iseħħu xi żviluppi pożittivi għax almenu ġew sottomessi lill- Kabinett diversi rakkmandazzjonijiet fuq dan il-qasam.", "Mr Speaker, min-naħa tagħha, matul is-snin l-Universita` għamlet diversi tentattivi biex ikun hemm dipartiment tal-family medicine, għalkemm jien inħoss li dan id-dipartiment iktar għandu jiġi msejjaħ bħala family help milli family medicine, u dan mhux biex infettaq fuq kelma imma għaliex nemmen illi huwa importanti li nagħmlu enfasi li l-familja għandha tiġi megħjuna żżomm ruħha b'saħħitha, iktar u iktar meta naf li llum it-tabib tal-familja m'huwiex involut biss fil-kura tal-mard fiżiku imma anke f'oqsma oħra, bħal per eżempju, fil-qasam ta' l-abbuż tad-droga, fil-qasam tas-servizzi soċjali kif ukoll fl-għajnuna lill-familji li għandhom persuni b'diżabilita`.", "Dan l-aħħar meta l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ddiskuta l-problemi li jiltaqgħu magħhom it-tfal wieħed seta` jinnota n- nuqqas ta' għajnuna li l-familja Maltija tingħata mit-tabib tagħha.", "Mr Speaker, għalhekk nerġa` nisħaq għal darb'oħra li l-gvern għandu jalloka budget sabiex it-tobba tal-familja jiġu mħarrġa iktar, u dan it- training m'għandux itul biss ġimgħat imma għandu jdum sejjer għal snin sħaħ u preferibbilment ikun an ongoing programme.", "Lanqas temmen meta tisma` li pajjiżi mil-Lvant ta' l-Ewropa, bħal Litwanja u l-Latvja, wara li ħelsu mill-mażżra komunista rnexxielhom jibdlu s-sistema tas-saħħa soċjalista li kellhom f'sistema iktar miftuħa filwaqt li aħna għadna lanqas biss bdejna dan l-eżerċizzju.", "Anke l-Unjoni Ewropea tat direttivi fuq dawn l- affarijiet, u dawn id-direttivi ma tathomx riċentement imma diversi snin ilu.", "Issa nispera li ma jkunx hawn xi ħadd li jgħid illi anke f'dan il- każ, irridu nagħmlu dak li tiddettalna l-Unjoni Ewropea, għax ċertament suppost illum kulħadd jifhem il-bżonn li l-qasam tas-saħħa primarja tingħata prijorita` assoluta minn kull gvern.", "Jien ċert li l-Gvern jaqbel miegħi meta ngħid li t-tabib tal-familja għandu jiġi trained qabel ma jidħol fid-dinja tax-xogħol, għax għalkemm l-esperjenza hija importanti, madanakollu dan għandu bżonn ta' training iktar formali fejn fost affarijiet oħra jiġi mgħallem dwar is-servizzi differenti li jista' jagħti kif ukoll ċerti communication skills.", "Mr Speaker, wieħed ma jridx jinsa li l-isptarijiet jiddependu totalment mill-qasam tas-saħħa primarja, u fil-fatt ħafna problemi li jeżistu fl- Isptar San Luqa huma kkaġunati minħabba li m'aħniex niżviluppaw dan il- qasam.", "Biżżejjed insemmu li sfortunatament f'pajjiżna minn dejjem kienet teżisti l-mentalita` li meta jinqalagħlek xi ħaġa, anke jekk tkun xi ħaġa żgħira ħafna, taqbad u tmur il-casualty department ta' l-Isptar San Luqa, u dan minkejja li jekk tmur għand it-tabib tal-familja tiegħek tinqeda ħafna aħjar għax naturalment it-tabib tiegħek ikun jaf iktar minn xiex tbati u ma tbatix.", "Naturalment ġaladarba wieħed jirrikorri mill-ewwel għand il- casualty department, it-tobba ta' dak id-dipartiment ma jissograwx jibagħtuh lura għand it-tabib tal-familja tiegħu għax ikunu qed jieħdu ċerti riskji, bil-konsegwenza li kif naraw anke mir-risposti li jingħataw għall-mistoqsijiet parlamentari li jsiru f'dan ir-rigward, kull sena eluf ta' Maltin u Għawdxin ikunu nqdew bis-servizzi tal-health centres jew tal- casualty department ta' l-isptar San Luqa.", "Jien naħseb illi jekk nagħmlu riforma fl-isptarijiet u nipprovaw inbiddlu ċerta mentalita` li ilha teżisti f'pajjiżna għal snin twal u li sfortunatament ħadd ma pprova jbiddilha, l-ewwel ma jiggwadanja huwa proprjament l-isptar San Luqa li sa llum għad għandu waiting-list li m'hija organizzata xejn u li qed iħaddem sistema li qed taħli ħafna riżorsi umani bla bżonn.", "Biżżejjed insemmu, per eżempju, li ħafna drabi t-tobba tal-familja fl-isptar San Luqa jkollhom jagħmlu xogħol differenti minn dak illi jagħtu l-għajnuna tagħhom lill- familji, u dan għaliex il-funzjoni ta' tabib tal-familja għadha lanqas hija rikonoxxuta fis-sistema tas-saħħa tagħna.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi nappella lill-Gvern biex jerġa` jħares lejn id-dokument li ġie ppreżentat bih fit-12 ta' Frar ta' din is-sena.", "Jien inħoss li dak li qed jagħmel il-kulleġġ għat-tobba tal-familja huwa validu ħafna, ma fih l-ebda aspett partiġjan u għandu jiġi implimentat mill-iktar fis possibbli.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li dan il-qasam jista' jibbenefika anke mid-direzzjoni li qed jieħu l-Partit Nazzjonalista li jdaħħal lil pajjiżna bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, u għalhekk ejjew nibdew nagħmlu xi ħaġa għal dan il-qasam.", "Hija ħasra li minkejja li għandna nies li huma verament kapaċi jmexxu dan il-qasam u minkejja li huwa biżżejjed li wieħed juża ftit sens komun biex jirrealizza x'għandu jsir fih, m'aħniex qed nimplimentaw l-affarijiet li hemm bżonn sempliċement għaliex bqajna marbutin b'ħafna għanqbut ta' l-antik.", "Bla ebda dubju, hemm bżonn li r-riforma f'dan il-qasam tibda mill-iktar fis possibbli.", "Jekk Alla jrid dalwaqt jilħaq grupp ta' tobba ġdid u hemm bżonn li nieħdu ħsiebu mill-bidu nett.", "Jeħtieġ illi waqt li qed nagħmlu din ir- riforma nimxu f'direzzjoni waħda ħalli b'hekk għall-millennju l-ġdid lill- poplu Malti u Għawdxi nkunu nistgħu nagħtuh rigal sabiħ; sistema tas-saħħa mill-iktar effiċjenti, kif wara kollox jixraq lill-poplu tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il- Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nixtieq nirrispondi żewġ diskorsi li saru l-bieraħ waqt l-aġġornament mill- Onor. Anġlu Farrugia u mill-Onor.", "Gavin Gulia li t-tnejn li huma għamlu riferenza għal kummissjoni li kienet twaqqfet mil-Gvern preċedenti dwar ix- xiehda tal-minorenni.", "L-Onor.", "Farrugia qal li sema' li din il-kummissjoni ġiet xolta u jidhirli li l-Onor.", "Gulia mar ftit oltre minn hekk meta qal li ma kien hemm l-ebda reazzjoni min-naħa tal-Gvern dwar dan filwaqt li għamel ħafna domandi għalfejn din ġiet xolta.", "Jien ma nixtieqx intawwal, pero` rrid nagħmilha ċara li din il-kummissjoni mhux veru ġiet xolta.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Gulia rrimarka li mid-dehra meta hu jikteb fuq il- gazzetti ħadd min-naħa tal-Gvern ma jaqra l-artiklu tiegħu għax ma ssir l- ebda reazzjoni, pero` jien naħseb li lanqas dak li nikteb fil-gazzetti jien ma jaqra l-Onor.", "Gulia għax wara li fil-21 ta' Marzu \"THE MALTA Independent\" ippubblikat artiklu fejn fih irriferiet għal din il- kummissjoni, fit-22 ta' Marzu jien ktibt ittra, liema ittra mbagħad ġiet ippubblikata fit-28 ta' Marzu, fejn fiha għidt li m'hux minnu li l-Gvern ma kienx xolja din il-kummissjoni, imma r-rapport ta' din il-kummissjoni baqa` ma rċeviehx u r-raġuni li ma ttieħdet ebda azzjoni f'dan ir-rigward hija li r-rapport għadu pendenti.", "Għalhekk nista' nikkonferma li sal-ġurnata tal- lum il-Gvern ma xoljiex lil din il-kummissjoni, anzi reġa` rrikonfermaha wara l-elezzjoni ġenerali u fil-fatt bħalissa għadu qed jistenna r-rapport li jien informat li huwa fil-fażi konklużiva tiegħu.", "Mr Speaker, bil- permess tal-Kamra nixtieq inqiegħed il-korrispondenza li saret f'dan ir- rigward fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Artiklu intitolat \"540 days after alleged sex abuse, kids asked to give evidence\" li deher fil-ħarġa ta' \"The Malta Independent on Sunday\" tal-21 ta' Marzu 1999;", "Kopja ta' ittra datata 22 ta' Marzu 1999, mibgħuta mill-Communications Co-Ordinator fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-Editur ta' \"The Malta Independent on Sunday\" dwar artiklu li deher fil-ħarġa tal-gazzetta tal-21 ta' Marzu 1999 u estratt mill-ħarġa tal-gazzetta tat-28 ta' Marzu 1999, fejn dehret l-istess ittra.", "Ta' min isemmi wkoll li fil-parti konklużiva tad-diskors tiegħu, l-Onor.", "Gulia għamel riferenza għar-rapport dwar il-qorti tal-familja li dan il- Gvern qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u rrimarka li ma kienx jistenna li aħna se nagħmlu xi rapport ieħor imma kien jistenna li nimxu fuq ir-rapport li kienet għamlet il-kummissjoni oriġinali u nfasslu abbozz ta' liġi f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt jien stagħġibt ħafna meta smajt lill-Onor.", "Gulia jgħid dan il-kliem għax għalkemm il-kummissjoni oriġinali ppreżentat ir- rapport tagħha f'Lulju ta' l-1997, f'sena u tliet xhur il-Gvern Laburista ma sabx il-ħin biex ifassal abbozz ta' liġi fuq dak ir-rapport.", "Huwa veru li aħna f'sitt xhur ma fassalniex dan l-abbozz ta' liġi lanqas, pero` dan m'għamilniehx għar-raġuni li r-rapport li poġġejna bħala reazzjoni tal- Gvern għandu żewġ affarijiet sostanzjalment differenti mir-rapport li ħejja l-kummissjoni; l-ewwelnett dehrilna li kellna nagħmlu analisi dwar l- istatistika tal-problema vera tal-kawżi, xi ħaġa li hija nieqsa mir-rapport oriġinali tal-kummissjoni minkejja li f'dak ir-rapport jingħad li hemm bżonn rimedji revoluzzjonarji minħabba n-numri ta' kawżi pendenti - fil- fatt mill-analisi li għamilna dwar l-istatistika jirriżulta bħala fatt li dik m'hijiex is-sitwazzjoni tal-lum - u t-tieni nett dehrilna li l-Gvern għandu jipproċedi għar-rapport u mhux jipproċedi mill-ewwel għall-abbozz ta' liġi għar-raġuni li hemm ċerti diverġenzi ta' prinċipju fuq ir-rapport li sar mill-kummissjoni u allura minħabba li filwaqt illi naqblu fil- prinċipju fuq it-twaqqif tal-qorti, aħna ma naqblux fuq l-istruttura, ħassejna li għandna nagħmlu kif issuġġeriet il-kummissjoni stess, jiġifieri li qabel ma nipproċedu għall-abbozz ta' liġi nagħmlu r-rapport preliminari tagħna.", "Hawnhekk irrid nerġa` nsostni dak li għidt fir-rapport, ċioe` li biex din il-qorti tkun suċċess jeħtieġ li jkun hemm il-qbil ta' kulħadd.", "Irridu nifhmu li fil-qasam tal-ġustizzja d-dover tal-gvern huwa li jipprovdi amministrazzjoni tajba u effiċjenti u struttura amministrattiva u legali li tgħin lill-ġudikatura tagħna tisma' u taqta' l-kawżi bi speditezza, pero` fl-aħħar mill-aħħar jekk l-istrutturi u l- amministrazzjoni jaħdmux jiddependu ħafna u kważi għal kollox mill- ġudikatura.", "Bla dubju ta' xejn, din il-qorti ma tkunx suċċess jekk ma jkollniex approvazzjoni għaliha u jekk ma jkunx hawn qbil fuq il-prinċipji ta' kif irridu nirristrutturaw il-qorti tal-familja mill-ġudikatura u mill- avukatura u għalhekk dehrilna li qabel ma ngħaddu biex infasslu l-abbozz ta' liġi jkun aħjar jekk ngħidu ċar u tond xi ħsebijiet differenti għandha l-kummissjoni mill-Gvern biex ikun hemm żmien għad-diskussjoni.", "L-Onor.", "Farrugia rrifera wkoll għas-sistema ta' l-emendi tal-liġijiet u jien jiddispjaċini li f'dan il-Parlament kelli nisma' diskors li prattikament kien ripetizzjoni ta' dak li ntqal f'artiklu li deher fil- gazzetta \"KullĦadd\" tal-Ħadd li għadda u li jien irrispondejt għalih għax huwa mimli bl-ineżattezzi.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif kemm f'dak l-artiklu kif ukoll fid-diskors li smajna l-bieraħ intqal illi qegħdin f'sitwazzjoni fejn l-imħallfin m'humiex se jkollhom emendi tal- liġi.", "Jien naħseb illi l-Onor.", "Farrugia jaf daqsi li llum is-sistema tiddependi totalment minn kumpannija privata li daħlet f'dan is-suq minħabba li l-gvern ma kienx kapaċi jforni s-suq b'emendi regolari tal- liġi.", "Fil-fatt il-ġudikatura, permezz tal-qrati u tal-ministeri, daħlet f'sottoskrizzjoni ma' din il-kumpannija u din il-kumpannija tipprovdi l- emendi xi erba' xhur wara li l-liġijiet ikunu għaddew minn dan il-Parlament għax ma teżistix sistema oħra biex dan l-eżerċizzju jsir b'mod iktar effiċjenti billi l-emendi jsiru istantanjament.", "Dik hija s-sistema tal- lum.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Farrugia jaf ukoll li matul dawk l-erba' xhur ħadd mill-ġudikatura ma joqgħod jaqbad il-Gazzetta tal-Gvern u jpoġġi dak li jkun hemm fuq il-Gazzetta tal-Gvern fuq il-hard copies li għandna u jekk irid jiftaħ ftit għajnejh iktar kulma jrid jagħmel huwa li jinżel fl- istores tal-qorti u jsib illi diversi membri tal-ġudikatura lanqas jindenjaw ruħhom jieħdu l-emendi li l-gvern ikun qed jissottoskrivi għalihom.", "Fil-fatt għandna piles fuq piles ta' emendi li l-membri tal- ġudikatura baqgħu ma ħaduhomx biex jinfilzawhom fejn għandhom jinfilzawhom.", "Mr Speaker, ta' min jgħid illi fil-ġimgħat li ġejjin il-gvern se joħroġ CD bil-liġijiet kollha, jiġifieri llum fuq laptop computer wieħed jista' jkollu t-28 volum tal-liġijiet ta' Malta bil-verżjoni Ingliża u bil- verżjoni Maltija.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Farrugia staqsa għaliex qed nikkompetu ma' ditta privata li min-naħa tagħha, ħarġet CD hi wkoll.", "Fil- fatt bażikament qed nikkompetu ma' din id-ditta privata għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kif ilħaqt segretarju parlamentari sibt li kien tlesta tliet kwarti minn dan il-proġett, u ta' dan lill-Onor.", "Charles Mangion irrid naqlagħlu l-kappell.", "Ta' min ifakkar illi d- deċiżjoni oriġinali li tinħareġ CD għal dan il-għan kienet ittieħdet fl- 1995 u filwaqt li sa 1996 kien sar ftit li xejn fuq dan il-proġett, meta l- Onor. Mangion laħaq ministru huwa kien mexxa dan il-proġett 'il quddiem ħafna tant li meta sentejn wara sirt segretarju parlamentari sibt li diġa` kienu ntnefqu Lm70,000 għal dan il-proġett, jiġifieri dan il-proġett kien kważi tlesta u kien tard wisq biex jitwaqqaf.", "It-tieni raġuni għaliex il- Gvern deherlu li għandu joħroġ din is-CD kienet minħabba li kien qed iħoss li fis-suq kien hemm monopolju sħiħ u dan kien qed iwassal biex jiġu ċċarġjati prezzijiet redikoli.", "Biżżejjed ngħid li llum biex wieħed jixtri sett sħiħ tal-liġijiet stampati jrid jonfoq Lm520 filwaqt li meta din is-CD ħarġet oriġinarjament minn ditta privata l-prezz kien ta' Lm250, u għalhekk il-Gvern ħass li kellu l-obbligu li joħroġ din is-CD hu wkoll, liema CD ħariġha bil-prezz ta' Lm40.", "Madanakollu ma' dawn iż-żewġ raġunijiet kien hemm raġuni oħra wkoll.", "Tajjeb illi wieħed ikun jaf li llum kull min jissottoskrivi ma' din il-kumpannija privata jkollu jħallas xi Lm100 fis- sena biex il-liġijiet jiġu aġġornati, pero` permezz ta' l-introduzzjoni ta' l-elettronika se nkunu f'pożizzjoni li anke f'dan il-każ, inraħħsu l-prezz sostanzjalment.", "Fil-fatt nista' nassigura lill-Onor.", "Farrugia u lil kull min huwa interessat f'dan il-qasam illi l-Gvern m'għandu l-ebda intenzjoni li jimmonopolizza lil dan is-settur, pero` min-naħa l-oħra lanqas m'huwa lest li jħalli settur li huwa soġġett għall-monopolju jiġi sfruttat.", "Aħna tant m'għandniex l-intenzjoni li nimmonopolizzaw lil dan is-settur illi meta tkellimt ma' din il-kumpannija privata, u dan kien ħafna qabel ma ħriġna s-CD, għidtilha ċar u tond li aħna, bħala gvern, l-uniku interess tagħna kien li nippubblikaw din is-CD - għax kif għidt diġa`, konna wisq down the road biex inwaqqfu dan il-proġett - u li immedjatament wara noħorġu call for tenders biex il-management ta' din is-sistema - li tikkonsisti f'li l-liġijiet kollha jiġu mpoġġija fuq l-internet biex ikunu available on line u b'hekk dawn l-emendi jibdew isiru fi żmien tlett ijiem, mhux bħal-lum, fejn trid tistenna erba' xhur biex finalment isiru dawn l- emendi - jiġi jaqa' totalment f'idejn kumpannija privata b'liċenzja mill- gvern.", "Din il-kumpannija privata tant taf dan kollu li llum jidher li qed tkellem lil dak u lill-ieħor biex tara x'tista' tagħmel u qed tiġi kkonsidrata bħala waħda mit-tenderers biex tieħu over din is-sistema.", "Mr Speaker, jien assolutament m'għandi l-ebda intenzjoni li noħloq polemiċi fuq dawn il-ftit fatti li tajt imma ridt biss nuri biċ-ċar x'inhi l-intenzjoni tal-Gvern, u l-intenzjoni tal-Gvern hija sempliċi ħafna.", "Aħna jidhrilna li l-pubblikazzjoni tal-liġijiet trid tiġi modernizzata billi nużaw il-mezzi elettroniċi.", "Kif għidt diġa`, il-gvern se joħroġ CD fis- suq, pero` minn hemm 'il quddiem irid idaħħal kumpannija privata liċenzjata mill-gvern biex tipprovdi dan is-servizz hi, u rridu li din tkun liċenzjata mill-gvern għal raġuni waħda; illi b'The Statute Law Revision Act il-gvern tramite l-law commission għandu l-obbligu legali li jkollu verżjoni uffiċjali tal-liġi li tiġi ddepożitata f'ċerti postijiet ipprovduti mil- liġi stess.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li l-kumpannija privata m'hijiex qed tippubblika l-verżjoni uffiċjali mhux biss għaliex m'għandhiex il-barka tal-law commission imma għaliex temenda l-liġijiet b'mod differenti milli temendahom il-law commission u allura, biex aħna nkunu in line mal-liġi, m'għandniex triq oħra ħlief li nużaw din is-sistema.", "Madanakollu jien l- ewwel wieħed illi nirrikonoxxi li t-triq 'il quddiem m'hijiex biss it-triq elettronika, jiġifieri li eventwalment ikollna din is-CD bis-subsidiary legislation, bl-indiċi tal-kawżi deċiżi kollha u anke bil-full text, imma li dan kollu jkun fuq l-internet u li l-liġijiet li jgħaddu minn dan il- Parlament ikunu available għall-ġudikatura u għall-avukatura kollha fi żmien tlett ijiem.", "Mr Speaker, kif għidt diġa`, dan kollu jrid isir b'kollaborazzjoni sħiħa mas-settur privat li jimmaniġġja din is-sistema b'liċenzja mingħand il- gvern biex b'hekk il-gvern ikun f'pożizzjoni fejn ma jkunx qed jonfoq il- flus biss imma jkun qed idaħħal il-flus ukoll.", "Jien nispera li sa l-aħħar tas-sena nkunu wasalna biex nibdew noffru dan is-servizz fit-totalita` tiegħu lill-ġudikatura, lill-avukatura u lil kull min hu interessat f'dan il-qasam.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal- lejla t-Tlieta, 4 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Gonzi.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ANZJANI - DIRETTURI", "4840.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid min kienu d- diretturi jew aġenti diretturi tad-Dipartiment ta' l-Anzjani fis-snin 1996, 1997 u 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kull wieħed minn dawn kemm dam fil-kariga?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fis-snin 1996 u 1997 id-Direttur tad-Dipartiment għall-Anzjani kien is-Sur John Buhagiar.", "Huwa kien ilu direttur madwar tmien snin.", "Fl-aħħar ta' l-1997 u matul l-1998 kien hemm bħala Aġent Direttur is-Sur Lino Attard.", "Fl-aħħar xhur ta' l-1998 ġie appuntat Aġent Direttur is-Sur Edward D'Agostino.", "ANZJANI - ĦADDIEMA", "4841.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fid-Dipartiment ta' l-Anzjani li ġiet imnaqqsa lilhom il-paga għax irrapportaw tard għax-xogħol minn Settembru 1998 sa Jannar 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-flus imnaqqsa lill- ħaddiema?", "Jista' l-Ministru jgħid mil-liema sections, section b'section, ġejjin il- ħaddiema li rrapportaw tard għax-xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema in kwestjoni ngħatawx ċans jagħtu spjegazzjoni qabel sar it-tnaqqis mis-salarju tagħhom kif ipprovdut fl-Estacode?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: .", "(1) In-numru ta' ħaddiema fid-Dipartiment ta' l- Anzjani li ġiet imnaqqsa lilhom il-paga għax irrapportaw tard għax-xogħol kien hekk:-", "Settembru 1998 - 3 persuni Ottubru 1998 - 3 persuni Novembru 1998 - 6 persuni Diċembru 1998 - 3 persuni Jannar 1999 - xejn s'issa (2) Il-flus imnaqqsa lill-ħaddiema jammontaw għas-somma ta' Lm56.70.", "(3) Is-sezzjonijiet tal-ħaddiema li rrapportaw tard għax-xogħol fix-xhur ta' bejn Settembru u Diċembru 1998 huma dawn:-", "Intake Section Home Help Section Registry Section Handyman Section Accounts Section Inventory Section Administration", "(4) Il-ħaddiema li tnaqqsitilhom il-paga kellhom l-opportunita' li jagħtu spjegazzjoni għaliex irraportaw tard għax-xogħol lill-Personnel Section, u fejn kien hemm raġuni valida, ma ttieħdu l-ebda passi.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - KONTIJIET TAT-TELEPHONE", "4849.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-kontijiet tat-telephone linja b'linja u section b'section fid- Dipartiment ta' l-Anzjani fis-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma nħossx li għandi naħli l-ħin ta' l-uffiċjali tad-dipartiment sabiex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba u għal tant snin b'lura.", "Din tirrekjedi ħafna xogħol.", "Pero' se nagħti l-ammont globali li ntefaq f'kontijiet tat-telephone ta' l-istess snin:", "1994 Lm 28,135 1995 Lm 19,558 1996 Lm 22,196 1997 Lm 39,780 1998 Lm 31,411", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HOMEHELP", "4850.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jirċievu s-servizz tal-homehelp?", "Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin, lokalita' b'lokalita'?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn bdew jingħataw is-servizz wara l-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin dawk li bdew jingħataw is-servizz wara l-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ammontaw is-sigħat ta' servizz b'mod globali fis-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f 'din is-Seduta.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - IMPJEGATI", "4851.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-attendance sheets tal-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani tiġi miġbura mill-Aġent Direttur u mhux mill-Human Resources Manager?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-prattika ġiet introdotta f'Novembru 1997 mill-Aġent Direttur ta' dak iż-żmien u għada l-istess sal-lum.", "Dan kien sar sabiex ikun hemm aktar kontroll rigward min jidħol tard għax-xogħol.", "KAROZZI BMW", "4852.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li dan l-aħħar il-gvern xtara numru ta' karozzi tal-marka BMW?", "Jekk inxtraw, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża?", "Għal-liema skop inxtraw?", "Minn min se jintużaw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn ma nxtrawx karozzi tal-marka BMW fid-dikasteru tiegħi.", "Rigward xiri minn ministeri oħra nitlob lill-Onor Interpellant jistaqsi lill-ministri direttament.", "GUDJA - SAN GORG - ARBLU TAD-DAWL", "4868.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li arblu tad-dawl li jinsab fi Triq San Ġorġ, il- Gudja jinbidel peress li jinsab fi stat perikoluż ħafna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-arblu msemmi nbidel fl-1 ta' Marzu 1999.", "GUDJA - PELICAN LIGHTS", "4869.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu pelican lights fi Triq Palazz Dorell/Gudja Bypass u Ħal Għaxaq/Bypass Gudja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li meta jkun hemm talba biex jitwaħħlu pelican lights, il-Koporazzjoni Enemalta tipprovdi servizz ta' l- elettriku ladarba ssir l-applikazzjoni meħtieġa.", "MARSA - TRIQ KAPUĊĊINI - ILMA", "4870.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-ilma tal-vit fi Triq il-Kappuċċini, Marsa, ikun ta' kwalita' tajba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn testijiet li jsiru fuq bażi regolari mil- laboratorju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, fejn jittieħdu kampjuni minn lokalitajiet differenti, dejjem irriżulta li l-ilma tal-vit, inkluż dak tal-Marsa, huwa tajjeb għax-xorb.", "Barra minn hekk fil-25 ta' Frar 1999, ittieħdu kampjuni mit-triq imsemmija fejn irriżulta li huma batterjoloġikament u kimikament tajbin għax-xorb.", "TARXIEN - TRIQ IL-KOPPLA - ASFALTAR", "4913.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Koppla f'Ħal Tarxien li saret tagħmel mal-konfini ta' Ħal Tarxien tiġi asfaltata?", "Jekk iva, meta huwa ppjanat li jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-parti msemmija mill-Onor.", "Interpellant hija waħda minn dawk li ser jiġu asfaltati mid-dipartiment iżda għalissa ma tistax tingħata data meta ser issir peress li l-ewwel iridu jitlestew xogħlijiet oħra li hemm fl-idejn.", "SIGURTA' SOĊJALI - MATERNITY LEAVE", "5444.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm nisa mill-1994 sa l-1998 applikaw għal pregnacy leave kull sena, settur, settur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment tax-Xogħol m'għandu l-ebda statistika ta' kemm nisa applikaw għall-pregnancy leave dan peress li la min japplika (il-ħaddiema) u lanqas min iħaddem m'għandu xi obbligu li jinforma lid-Dipartiment tax-Xogħol.", "ENTITATJIET PUBBLIĊI - ĦADDIEMA", "5450.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex ħaddiema li kienu mal-gvern u li mbagħad marru ma' entitajiet pubbliċi u llum huma pensjonanti b'pensjoni maħduma fuq il-paga ta' meta kienu mal-gvern, issir ġustizzja magħhom u jiġu mogħtija lilhom dak li ħaqqhom skond il-paga li kellhom fl- entita' pubblika rispettiva li kienu fiha qabel spiċċaw mix-xogħol?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4436 f`Seduta Numru 71.", "Nerġa' nirrepetilu li matul kważi sentejn il-gvern preċedenti raqad fuq din il-kwestjoni.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - BORDIJIET/KUMITATI", "5451.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4651, jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill ta' l- Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-kunsilliera Maltin membri tal-Kunsill ta' l- Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean huma s-Sur Alfred A. Zarb u Sur Manni Spiteri.", "Min-naħa tal-Libja l-kunsilliera huma s-Sinjuri Ali Mohammed Nagem u Ali Mahammed Atija.", "DEJN PUBBLIKU", "5452.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-livell tad-dejn pubbliku meta tinkludi s- self tal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi bħala ratio tal-GDP mill- 1987 sa l-1998, sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellanta tiġi pubblikata mill-Bank Ċentrali.", "ONOR.", "ALFRED SANT - DIBATTITU DWAR L-EKONOMIJA U L-FINANZI", "5454.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4627 fejn il-Prim Ministru qal li: \"Ġiet introdotta mill-ġdid il-VAT, taxxa li mhux biss se tiggarantixxi dħul ġust u neċessarju għal gvern imma neħħiet spejjeż żejda minn fuq in-negozju\", jista' l-Prim Ministru jgħid hux konxju taż-żieda esaġerata fil-prezzijiet li l-anzjani, iż-żgħażagħ, dawk li jgħixu bl- għajnuna soċjali u l-familji kollha bi dħul baxx u medju, qed iħabbtu wiċċhom magħha malli ġiet introdotta l-VAT?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4298 u għar-rapport dwar l- impatt soċjali tal-VAT li kien poġġa fuq il-Mejda ta' din il-Kamra ftit ilu l-Ministru tal-Finanzi.", "VAT - ĦWIENET LI JBIEGĦU VATED ITEMS", "5455.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4656, peress li t-tweġiba hija bażikament tagħrif dwar xi tgħid il-liġi, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment biex jaqbad l-abbużi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif kelli diġa' l- okkażjoni nuri fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4656, l- ispetturi tad-Dipartiment tal-VAT kontinwament jagħmlu spezzjonijiet għal għarrieda fi stabilimenti tan-negozju biex, fost affarijiet oħra, jivverifikaw jekk irċevuta fiskali tkunx ġiet reġistrata tajjeb fil-cash register jew le billi jqabbel l-lista ta' oġġetti mixtrija kif murija fuq l- irċevuta mal-mod kif dawn ikunu ġew reġistrati fil-cash register.", "Jekk ikun hemm bżonn, l-ispetturi tad-dipartiment jiċċekkjaw fiżikament il- prodotti mixtrija ma' l-irċvuta li tkun ingħatat.", "Barra minn dawn l-ispezzjonijiet, l-ispetturi tad-dipartiment jagħmlu wkoll żjarat ta' sorveljanza f'ħinijiet u fi ġranet differenti fejn huma josservaw għal ħin twil l-attivita' li tkun għaddejja f'dak l- istabbiliment.", "Id-dipartiment jirċieva wkoll rapporti direttament mingħand il-pubbliku u mingħand id-dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u safejn l- informazzjoni li tasal mar-rapport tkun tippermetti, id-dipartiment jistħarreġ kull każ.", "Fejn jinstab li jkunu ġew reġistrati prodotti taxxabbli bħala eżenti, il- każ jiġi mgħoddi biex jittieħdu passi kriminali kontra l-persuna li tkun għamlet dan l-abbuż.", "Fejn jinstab li ma jkunx hemm bażi biżżejjed biex jittieħdu passi kriminali, il-każ jiġi mgħoddi biex isiru spezzjonijiet oħrajn aktar 'il quddiem.", "Matul Jannar u Frar ta' din is-sena, l-ispetturi tad-dipartiment għamlu b'kollox 744 spezzjoni u 159 żjara ta' sorveljanza fi stabbilimenti tan- negozju.", "B'riżultat ta' dan, 73 każ ġew mgħoddija biex jitressqu l-qorti filwaqt li 153 oħra ġew mgħoddija għal aktar investigazzjoni.", "Wieħed japprezza li l-ispetturi tad-dipartiment ma jistgħux ikunu f`kull stabbiliment f`kull ħin, u għalhekk il-koperazzjoni tal-konsumaturi tibqa' element essenzjali f`kull sforz li jsir biex jiġu mrażżna l-abbużi.", "Bil- għan li jħeġġu aktar din il-koperazzjoni, f`dawn l-aħħar xhur uffiċjali tad- dipartiment ħadu sehem f'diversi programmi fuq ir-radju dwar affarijiet li jolqtu lill-konsumatur.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - IMPJEGATA", "5912.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġietx impjegata mal-Ministeru għal Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, kif sar dan l-impjieg u jekk dan l-impjieg huwiex wieħed ta' natura permanenti jew temporanja?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet impjegata, flimkien ma' oħrajn, bħala ward clerical assistant wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "EDUKAZZJONI - BUSINESS PLAN", "5965.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prioritajiet tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni għal business plan fil-qasam edukattiv għas-snin 2000-2?", "F'kull każ kemm għandu bżonn flus il-ministeru biex iwettaq il-priorita' magħżula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - EDUCATION OFFICERS", "5966.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' education officers li huma vakanti?", "Qed ikun hemm applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi?", "Il-ministeru qed jistudja x'jistgħu jkunu r-raġunijiet li għalihom persuni m'humiex japplikaw biex jimlew dawn il-vakanzi ta' EOs?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-postijiet ta' education officer fid- Dipartiment tal-Kurrikulu hemm dawn il-postijiet vakanti:", "a) Education Officers għar-Reliġjon, Arti u Mużika.", "Għadha ma ħarġitx sejħa għall-applikazzjoni għal dawn il-postijiet.", "b) Education Officers għall-Primarji b'enfasi fuq Malti/Ingliż/Matematika.", "Dawn il-postijiet ħarġet darbtejn sejħa għall-applikazzjoni għalihom u ma kien hemm ebda applikazzjoni valida.", "c) Żewġ Education Officers għal Educational Assessment Unit.", "Fit-23 ta' Marzu 1999 reġgħet ħarġet sejħa għall-applikazzjoni għal dawn il-postijiet u ma applika ħadd.", "d) Id-Dipartiment m'għandux anqas education officers biex jieħdu ħsieb it- Teknoloġija, il-Business Studies u l-Craft.", "Dawn ma ħarġitx sejħa għall- applikazzjoni għalihom.", "Id-diviżjoni qiegħda tistudja r-raġunijet għan-nuqqas ta' applikazzjonijiet.", "Ir-raġuni li tidher l-aktar ċara u tista' tkun l-ewlenija hija l-ħinijiet tax-xogħol u s-sistema ta' vakanzi.", "Bħalissa hemm sejħa għall-applikazzjonijiet għal numru ta' education officers fid-Dipartiment ta' l-operations u curriculum management.", "Fil- futur qrib, joħroġu sejħiet għall-applikazzjonijiet f'oqsma oħra.", "Id-diviżjoni qed tistudja x'tibdil jista' jsir fil-kwalifiki meħtieġa għal education officers għax, kif inhuma issa, huma restrittivi fis-sens li hemm tul ta' snin servizz rikjest u wkoll speċjalizzazzjoni f'ċerti oqsma qabel.", "SKEJJEL - VAKANZI", "5974.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li huma bla kap?", "Liema huma dawn l-iskejjel?", "Qed ikun hemm applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi?", "Il-Ministeru qiegħed jeżamina x'jistgħu jkunu r-raġunijiet li ma jkunx hawn persuni li japplikaw għal kap ta' skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel bla kap huma:", "SKEJJEL PRIMARJI U SEKONDARJI", "Paola Primarja B Kirkop Qormi A (SG) (on pre retirement leave - 19-3-99) Nadur Victoria Xagħra Żebbuġ (Gozo) Adelaide Cini Sekondarja tal-Bniet Lorenzo Gafa`, Fortini", "Ser toħroġ sejħa oħra għall-applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi.", "Fl-opinjoni tiegħi mhux qed ikollna applikazzjonijiet għax", "* hemm numru ta' assistant heads li ma jistgħux japplikaw għaliex m'għandhomx ħames snin servizz skond l-agreement magħmul ma' l-MUT.", "Dawn ikollhom ħames snin f'Jannar ta' 2000.", "* hemm numru ta' assistant heads li għandhom ħames snin servizz iżda m'għandhomx Diploma in Administration u dawn ukoll ma jsitgħux japplikaw.", "* hemm numru ta' assistant heads li bl-agreement diġa' qegħdin fuq Salary Scale 6 (dik ta' Kap) u għalhekk naqas l-inċentiv li japplikaw.", "Dawn il-punti kollha jistgħu jiġu ndirizzati f'agreement ġdid.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "Santa Maria Day School - Msida", "L-applikazzjoni għadha ma ħarġitx għax jista' jkun hemm pjanijiet differenti għal din l-iskola.", "Il-Kap ta' l-Istitut Tekniku Mikelanġ Sapiano rtira u l-post tiegħu għadu vagant.", "Ix-xahar li għadda saret sejħa għall-applikazzjoni għal dan il-post.", "Ħadd ma applika", "Rigward it-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija nformat li bħalissa hemm sejħa għall-applikazzjonijiet għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni tal- Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.", "Malli l-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku tagħti l-approvazzjoni tagħha, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tkun tista' tipproċedi billi toħroġ iċ-ċirkolari rilevanti fl-iskejjel.", "S'issa dejjem kien hemm applikanti għal kull sejħa ta' l-applikazzjoni.", "Mhux dejjem ikun hemm l-istess numru ta' applikazzjonijiet minħabba li hemm ċerti klawsoli restrittivi għall-eliġibilita' ta' l-applikanti, per eżempju, ħames snin servizz bħala Assistent Kap u Diploma in Educational Administration and Managment.", "In-numru ta' parteċipanti fil-kors ta' Diploma in Educational Administration and Management hu kbir ħafna u, allura, fil-futur mhux previst li jkun hemm skarsezza ta' applikanti għal post ta' kap ta' skola.", "SEC U MATSEC - RAKKMANDAZZJONIJIET", "5975.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa dwar ir-rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni Zarb Adami dwar Sec u Matsec?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-Bord tal-Matsec iltaqa' erba' darbiet (i.e. fit-8 u t-18 ta' Frar u fl-1 u l-15 ta' Marzu 1999) u kkunsidra fid-dettall il-25 rakkmandazzjoni (pp.37-41 tar-Rapport).", "Minn dawn il-laqgħat ħarġu l-ewwelnett ir-reazzjonijiet tal-bord għal kull waħda mir-rakkmandazzjonijiet u ħarġu wkoll, sa issa, tliet proposti għal bidliet fis-sistema preżenti marbutin ma':", "a. Rakkomanazzjoni 2 dwar id-data tas-sessjoni prinċipali ta' l-eżamijiet kif ukoll tar-riparatorju; b. Rakkomandazzjoni 4 dwar il-kriterji ta' eliġibilta` għall-paper markers; u ċ.", "Rakkomandazzjoni 10 dwar ir-reviżjoni tal-karti.", "Dawn il-proposti se jitressqu quddiem is-Senat.", "Dwar rakkmandazzjonijiet oħra li m'għandhomx bżonn bidliet sostanzjali fir- regolamenti, sar hekk:", "a. Rakkmandazzjoni 1: saru arranġamenti dwar titjib fis-sistema biex jiġu evitati l-iżbalji tas-sena li għaddiet", "b. Rakkmandazzjoni 8: ħarġu applikazzjonijiet għal żewġ vakanzi fil- Matsec Support Unit", "ċ.", "Rakkmandazzjoni 14: saru żewġ seminars għal paper setters d. Rakkmandazzjoni 22: reġa' sar kuntatt ma' l-EDEXCEL Xi rakkmandazzjonijiet oħra (speċjalment 15 u 16) iridu studju iktar fit- tul minħabba l-implikazzjonijiet u għalhekk se jiġu diskussi b'mod aktar xieraq fl-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Matsec li se ssir fit-12 ta' April 1999.", "EDUKAZZJONI - RAPPORTI", "5976.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum kemm rapporti ġew ikkummissjonati mill-Ministru dwar xi aspett jew ieħor tal-qasam edukattiv?", "Kemm minn dawn ir-rapporti ġew mitmuma u f'liema data ġew mitmuma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA - SĦUBIJA FL-UE", "6117.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li l-bdiewa, raħħala u sajjieda tal-pajjiżi membri ma jieħdux sussidju fuq il-bolla tas-S.S., jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra xi tkun il-pożizzjoni tal-bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin u Għawdxin bi sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-U.E. għar-rigward ta' din l- assistenza?", "ONOR.", "JOE BORG: L-Onor.", "Interpellant beda bi premessa żbaljata.", "Nixtieq illi bħala eżempju ta' kemm hi żbaljata l-premessa ta' l-Onor.", "Interpellant nirreferih ghad-Digriet numru 146 tal-1997 ta' l-Italja fejn il-bdiewa, raħħala, u sajjieda ngħataw konċessjonijiet sostanzjali dwar il- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "DJAR - ŻIEDA FIL-PREZZ TAL-KERA", "6118.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Peress li numru ta' familji qed jilmentaw li billi daħlu flus ta' xi overtime li għamlu fuq ix-xogħol, spiċċaw iħallsu kera għolja u f'ċerti każi aktar milli daħlu f'overtime, bħal fil-kas tal- familja li b'Lm222 overtime il-kera żdiedet minn Lm180 fis-sena għal Lm496 fis-sena, jista' l-Ministru jirrivedi l-policy?", "Kemm-il darba dawn il- każijiet ma jistgħux jiġu rimedjati, jista' l-Ministru jintroduċi skema sabiex dawn il-familji ma jkomplux jintlaqtu aktar ħażin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi ma jirriżultax lid-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali illi xi ħadd żdietitlu l-kera minn Lm180 għal Lm496.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħti aktar dettalji, il-każ ikun jista jiġi nvestigat.", "Id-dipartiment riċentement irriveda il-brackets ta' sussidju fuq il-kera bl-iskop li ma jinħolqux każi bħal dan.", "AGRI ECO SURVEY", "6119.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani x'kontinwazzjoni saret mill-5 ta' Settembru 'l hawn fuq l-Agri Eco Survey?", "Kemm fil-fatt mill-100 bidwi li nkitbu sarulhom analisi tal-ħamrija u ta' l-ilma u meta hu maħsub li jitlestew l-analisi fuq l-uċuħ ta' dawn il-bdiewa?", "X'qed isir mid- Dipartiment sabiex jinxtraw il-faċilitajiet meħtieġa sabiex dan l- eżerċizzju jkun jista' jitkompla f'zoni oħra tal-gżejjer?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mill-5 ta' Settembru 'l hawn ix-xogħol fuq l- istħarriġ agro-ekoloġiku tkompla bl-istess ritmu, u fil-fatt matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru nġabru iktar kampjuni tal-ħamrija, u saru intervisti lill-bdiewa fl-inħawi tal-Imġarr-Żebbiegħ-Binġemma.", "Mill- analiżi li saru s'issa nġabret informazzjoni biżżejjed biex inkunu nistgħu ninkorporaw dan kollu f'sistema ġeografika, kif diġa ġie spejegat fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1801.", "Bħalissa qegħda tiġi ntegrata fil-proġett ta' land registration permezz tal-GIS.", "Dan hu l-uniku mezz kif il-karatteristiċi ta' l-art agrikola jiġu preżentati wara li jkunu pproċessati permezz ta' l-istatistika.", "Fl-istess ħin għaddejja wkoll ħidma mal-MITTS biex tiġi żviluppata database li fiha tinġabar l-informazzjoni dwar is-sistemi tal-produzzjoni, u t-tkabbir tal-uċuħ.", "Għalkemm dawn huma kollha proċessi li jieħdu ż-żmien, il-ħidma għaddejja b'rata regolari, u huwa maħsub li meta l-informazzjoni kollha tkun imdaħħla fi programmi tal- kompjuter, isir rapport dettaljat dwar l-istħarriġ.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "6120.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani bil-programm li ħejja l-gvern sabiex isiru xogħlijiet ta' manutenzjoni u estensjonijiet oħra fil-bini ta' l-iskejjel tat-12-il distrett fit-tlett snin li ġejjin?", "Kemm fil-fatt hija n-nefqa tal-gvern għal dawn ix-xogħlijiet maħsuba sabiex jipprovdu ambjent aħjar fl- iskejjel lill-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat għall- konsiderazzjoni tiegħi biex nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA LI JIGGASSJAW L-UĊUĦ TAR-RABA", "6121.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk qattx sar health impact assessments rigward saħħet il- ħaddiema li jiggasjaw l-uċuħ tar-raba?", "Jekk iva, x'kienu r-riżultati?", "Jekk le, jista' jikkonsidra li jsiru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant lit-Taqsima tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol taqa' taħt ir-responsabbilita tad- Dipartiment tax-xogħol.", "L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SAĦĦA - BDIEWA", "6122.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk qatt sarux health impact assessments rigward l-effett li tħalli l-kimika f'bexx, eċċ fuq saħħet il-bdiewa li japplikaw sabiex ikabbru l-uċuħ tagħhom?", "Meta saru u x'kienu r-riżultati?", "Jekk ma sarux, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsiru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 6121.", "FMS - IMPJEGAT", "6302.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi approvazzjoni mill-FMS jew xi ħaddieħor mis-segretarjat jew mid-Dipartiment tas-Saħħa biex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li huwa nkarigat mit-tmexxija tal-garage jagħmel xogħol ieħor barra l-ħin normali tax-xogħol tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma saret l-ebda talba ta' din ix-xorta, la lill-FMS u lanqas lid-Dipartiment tas-Saħħa.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "6303.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid verament x'kienet ir-raġuni li wasslu biex jiġi tterminat il-kuntratt tad-disinjaturi Norman and Dawbarn ta' l-isptar il-ġdid f'Tal- Qroqq biex minflok ingħata kuntratt b'direct order lill-ħaddiema li qed jibnu l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa dan id-direct order li ngħata lid-disinjaturi l-ġodda wara li ġie tterminat il- kuntratt lid-disinjaturi Norman and Dawbarn li kienu ntgħażlu wara sejħa pubblika?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - SQAQ CHARLOTTE FIL-GĦARGĦUR", "6304.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3695?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lestiet ix-xogħol li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "SAĦĦA - ADVISORS", "6305.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentairi numru 3697?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3969.", "TOROQ - ROAD HUMPS", "6306.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn Frar 1995 sal-lum f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policemen) fin-Naxxar, Mosta, Għargħur u l-Iklin?", "Kemm ġew approvati road humps f'kull triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f`seduta oħra.", "POMPI TAL-PETROL", "6307.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4607?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: B'riżultat ta' ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-GRTU, irid ikun hemm il-permessi ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar biex pompa tal-petrol tiġi trasferita minn sit għal ieħor.", "Kien hemm diversi talbiet li ġew irrifjutati minn din l-awtorita'.", "L- applikazzjonijiet imorru għand l-Enemalta sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara jekk il-korporazzjoni għandhiex xi oġġezzjoni għall-istess talbiet.", "L- awtorita' irifjutat talba għal trasferiment ta' pompa minn sit għal ieħor f'Ħaż-Żebbuġ, oħra minn sit għal ieħor f'Ħal Qormi u pompa oħra minn sit għal ieħor fin-Naxxar.", "S'issa ġew approvati żewġ talbiet għal trasferiment ta' pompa minn sit għal ieħor.", "Dawn huma waħda minn naħa għal oħra tat-triq f'Ħaż-Żebbuġ, Malta u l-oħra minn Ħal Qormi għal Għargħur.", "Tajjeb jingħad li bħalissa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tipproċessa ħames talbiet għal ċaqlieq ta' pompi tal-petrol kemm fl-istess raħal kif ukoll minn raħal għal ieħor.", "MSIDA - ASFALTAR TA' TOROQ", "6337.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mogħtija t-tarmak New Street off St Venera Road, Msida, billi qed issir ħafna ħsara lill-karozzi tar-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MSIDA - BINI VOJT", "6338.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-bini li kien vojt ġewwa Valley Road, Msida jiġi mbarrat billi qed jidħlu n-nies fihom u qed isir abbuż mid-droga u r- residenti sabu siringi fil-viċin u ġewwa l-bibien miftuħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-bini li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant ġie esproprijat għall-finijiet ta' slum clearance, u jinsab f'idejn id-Dipartiment għall-Kostruzzjoni u Manutenzjoni ta' Djar.", "Għalhekk nitolbu biex jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - GŻIRA - GĦALLIEMA", "6339.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta t-tfal fil-primary year 3 fl-iskola tal-Gżira se jkollhom teacher tal-fiss u mhux supply teacher peress li t-tfal qed isibu problemi billi mhux qed ikollhom teacher tal-fiss?", "S'issa diġa' kellhom ħames teachers differenti din is-sena.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'dan iż-żmien tas-sena skolastika mhux possibbli li jintlew vakanzi b'għalliema regolari għax m' hemmx disponibbli.", "MALTAFEST - KUMITAT", "6404.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-kumitat organizzattiv tal-Maltafest għal din is-sena ġewx ikkonfermati jew humiex se jinbidlu?", "Kemm hu minnu l-għidut li l-Maltafest mhux se jsir din is-sena?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex manifestazzjoni kulturali hekk importanti mhux se jsir iżjed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena ma twaqqaf ebda kumitat biex jorganizza l-Maltafest.", "Ġejt mogħti parir mid-dipartiment li jsiru sensiela ta' festivals bħalma huma Jazz Festival, Folk Singing Festival, Kunċerti, Konkorsi bandistiċi Drama etc separati minn xulxin biex b'hekk ikun jista' jsir programm aħjar u jgħola l-livell għal dak aċċettabbli.", "Bħalissa (26 sat-30 ta' April, 1999) ingħata bidu għat-tieni edizzjoni tal-Festival Nazzjonali ta' l-Għana b'ġimgħa sħiħa ta' serati li ser iwasslu għall-għażla tal-parteċipanti għall-finali ta' dan il-Festival li se jsiru fil-21 ta' Mejju, 1999.", "Fis-26 u s-27 ta' Ġunju 1999 se jittella' d-dramm Ir-Rewwixta ta' Oliver Friġġieri waqt li bejn 16 u 18 ta' Lulju, 1999 se sir il-Jazz Festival.", "Fl- 4 ta' Settembru, 1999 u fil-10 u l-11 ta' Settembru se ssir il-Festival Żgħażagħ u l-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija rispettivament.", "Minbarra dan għaddejjin negozzjati biex jittellgħu Ballet Internazzjonali ta' livell, Festival għall-Mużiċisti Żgħażagħ, Konkors tal-Baned u Kunċert Orkestrali, minbarra attivitajiet kulturali li d-dipartiment minn żmien għal żmien qed jorganizza bil-kollaborazzjoni ta' diversi Kunsilli Lokali.", "Jien ta' l-opinjoni li b'dan il-mod qed isiru attivitajiet aktar imxerrda, organizzati aħjar u ta' livell ogħla bħalma diġa' deher fil- Festival ta' l-Għana.", "DIPARTIMENT TAL-KULTURA - SELF TA' MATERJAL", "6405.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għaqdiet ibbenefikaw minn self ta' materjal mill- maħżen tad-Dipartiment tal-Kultura mill-aħħar ta' Settembru 'l hawn?", "Veru li barra milli jibbenefikaw mis-self, il-ġarr tal-materjal (mill- kuntrattur) qed jitħallas mid-dipartiment?", "Jista' l-Ministru jelenka l- għaqdiet jew individwi li bbenefikaw minn self, waħda waħda, x'materjal ġie misluf, x'depożitu tħallas f'każ li ssir ħsara u kemm sewa l-ġarr lid- dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Qed nagħti lista ta' l-għaqdiet li bbenifikaw minn self ta' materjal u lista tal-materjal innifsu li ġie misluf mid- Dipartiment tal-Kultura mill-aħħar ta' Settembru 1998 sa 28 ta' April, 1999.", "GHAQDA MATERJAL MISLUF", "Malta Billiards & Snooker Assoc Siggijiet VIP MFA ta' Qali - Bnadar ta' Malta Siggijiet VIP Bandalori Twapet Homor GM Productions Palk YMCA Palk M'Annunzjata Band Club Tarxien - Legiji tal-Muzika De Rohan Band Club Zebbug Arbli tal-bnadar St Patrick School Sliema Bnadar ta' Malta Arbli tal-bnadar Elderly Persons Birgu Siggijiet Centru taz-Zghazagh Vittoriosa Bnadar ta' Malta St Antnin Band Club B'Kara Legiji tal-Muzika St Lawrence Band Club Birgu Palk Moviment Era Gdida Palk Caritas Siggijiet Seminarju Rabat Lurna 12th May Band Club Zebbug Palk Tarxien Pageant Group Targa ta' l-injam Bucket Seats Purpissjoni tal-Gimgha l-Kbira Zejtun Siggijiet John Zammit Cyclists Tournament - Palk Malta Model Aircraft Bnadar ta' Malta Flying Assoc.", "Arbli tal-bnadar", "Mhux veru li barra milli jibbenefikaw mis-self, il-ġarr ta' materjal qed ikun a spejjeż tad-dipartiment.", "Ma ttieħed ebda depożitu.", "Il-policy fuq dan is-self qed tiġi preżentament studjata biex isir xi tibdil.", "DIPARTIMENT TAL-VAT - OVERTIME", "6423.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm sar overtime mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT, grad grad, mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum?", "X'kien ix-xogħol assenjat lill- istaff tad-dipartiment fl-overtime imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' overtime li sar mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT, grad grad, mill-1 ta' Ottubru 1998 sa l-aħħar ta' Marzu 1998 kien kif ġej:", "Overtime bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999", "Grad Numru ta` Numru ta` Ammont ta` Impjegati fid- Sieghat Hlas Dipartiment (Lm)", "Principali Anzjani 9 2,994 12,367 Principali 12 3,117 10,845 Assistenti Principali 10 2,650 9,418 Ufficjali Ezekuttivi 36 10,450 34,176 Skrivani 38 6,720 16,601 Ohrajn (Teknici u Dipartimentali 7 1,432 4,678 Messaggiera 4 1,109 2,871 Ohrajn (Industrijali) 3 849 1,976 Total 119 29,323 92,932", "Ix-xogħol assenjat lill-istaff tad-dipartiment fl-overtime imsemmi kien marbut ma':", "1.", "Id-dħul mill-ġdid tas-sistema tal-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar it- Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "a. tħejjija tal-Liġi prinċipali u numru ta' avviżi legali li jaqgħu taħtha, inkluż it-tradizzjoni għall-Malti;", "b. tibdil sostanzjali fis-sistema prinċipali tal-computer u bini mill- ġdid ta' sistema oħra marbuta ma' skemi ġodda individwali;", "c. tħejjija tal-formolarju kollu amministrattiv u twaqqif ta' strutturi u proċeduri amministrattivi ġodda skond il-liġi l-ġdida;", "d. reġistrazzjoni mill-ġdid tal-persuni reġistrati skond in-natura tax- xogħol tagħhom, il-livell ta' bejgħ li jagħmlu (thresholds) u jekk humiex part-timers jew le;", "e. organizzazzjoni mill-ġdid tal-files tal-persuni reġistrati taħt il-liġi l-ġdida tal-VAT;", "f. printing u tqassim ta' ċirkolari lill-persuni reġistrati dwar il-liġi l- ġdida u l-iskemi li jaqgħu taħtha, kif ukoll ta' denunzji, kontijiet, u kotba ta' rċevuti;", "ġ. tħejjija tal-materjal kollu marbut mal-kampanja ta' pubbliċita' dwar id-dħul mill-ġdid tal-VAT;", "h. laqgħat mal-pubbliku u sehem attiv fi programmi ta' tagħrif u diskussjoni fuq il-mezzi tax-xandir;", "i. żjajjar edukattivi u sorveljanza mill-ispetturi tal-VAT fl-ewwel ġimgħat tal-liġi l-ġdida.", "2.", "Xogħol marbut ma' l-għeluq tas-sistema tas-CET.", "Minn meta daħlet is-sistema l-ġdida tal-VAT f`Jannar 1999, id-dipartiment baqa' jirċievi regolarment kull xahar id-denunzji tas-CET u għandu jibqa' jirċevihom mill-inqas sa l-aħħar tas-sena.", "Għaldaqstant id-dipartiment qed jipproċessa numru ta' denunzji u xogħol konness magħhom (ġbir ta' taxxa, stimi, kontijiet eċċ) id-dopju.", "3.", "Xogħol ieħor li baqa' jsir (backlog) marbut mas-sistema tat-taxxa ta' qabel: (Expenditure Levy, VAT 1994, Refund of Duty on Stocks, Refund of CET on Stocks, CET 1997).", "a. Ġbir ta' arretrati ta' taxxa.", "b. Verifikazzjoni ta' talbiet għal rifużjoni ta' taxxa.", "c. Proċessar ta' ittri ta' oġġezzjoni.", "d. Proċessar ta' applikazzjonijiet għal deregistration.", "Ta' min jgħid li n-numru ta' mpjegati fid-Dipartiment tal-VAT huwa rilattivament wieħed żgħir (b'kollox 122) u huwa 86 inqas mill-full complement mitlub.", "SERVIZZ ĊIVILI - EXECUTIVE OFFICERS", "6424.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5003 dwar eżamijiet għal grad ta' executive officer, jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħsieb hemm għal dawk il-clerks li daħlu fis-Servizz Pubbliku wara li kien sar il-ftehim dwar il-General Service Grades?", "Peress li skrivani li daħlu mis-sena 1994 'l hawn skond il-ftehim imsemmi hawn fuq jitilgħu fi skala 15 wara ħames snin servizz u fi skala 14 wara ħames snin oħra ta' servizz, għaxar snin kollox, u jibqgħu mblukkati hemm għal dejjem waqt li skrivani li daħlu sena qabel u oħrajn li daħlu qabel għandhom l-opportunita' li jitilgħu l- grade ta' executive officer, assistant principal, eċċ. wara ċertu żmien fil-grade ta' clerk, jirdhirlu l-Prim Ministru li dawk li daħlu fis-Servizz Pubbliku fl-1994 qed ikunu mblukkati?", "Fid-dawl ta' dan kollu, ma jidhirlux il-Prim Ministru li din l-anomalija għandha tiġi rranġata jew b'eżami ntern għall-executive officer jew bi promozzjoni permezz tas- servizz bħal dawk ta' qabilhom?", "Ma jaħsibx il-Prim Ministru li b'dan l- atteġjament preżenti żgħażagħ mhux qed jaspiraw li jidħlu jservu fil-gradi ta' clerk fis-Servizz Pubbliku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-prinċipju ewlieni għal Servizz Pubbliku aħjar huwa illi l-ħatriet kollha jsiru permezz ta' kompetizzjoni u mhux aktar awtomatikament wara numru ta' snin.", "Din is-sistema, aktar milli timblokka, tagħti opportunitajiet aħjar għal dawk l-impjegati kollha illi jkunu jridu u li huma kapaċi jaslu għal gradi għola fis-Servizz Pubbliku.", "VAT - TAĦRIKIET", "6425.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il taħrika saret mill-VAT inspectors mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum lill-operaturi tan-negozju u dak professjonali?", "Liema qasam tan-negozju ġew imħarrka u f'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex l-imsemmija operaturi joperaw?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-1 ta' Ottubru 1998 u s-27 ta' April 1999, in-numru ta' każijiet li ġew riferuti mill-inspectors tal-VAT biex jittieħdu passi bil-qorti kontra l-operaturi tan-negozju konċernati kien 480.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-oqsma tan-negozju nvoluti u l- lokalitajiet fejn jinsabu.", "VAT - RETURNS", "6426.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma li bħalissa qed isiru assessments fuq returns tal-VAT mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il assessment sar mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum?", "Kemm minn dawn l- assessments ġew aċċettati mill-operaturi tan-negozju u kemm minnhom ma ġewx aċċettati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf u nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għall-VAT ta' l-1996 li n-numru ta' assessments li saru mid- Dipartiment tal-VAT wara li tkun intbagħtet denunzja taħt l-Att ta' l-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud bejn l-1 ta' Ottubru 1998 u t-28 ta' April 1999 kien 1,230.", "Minn dawn kien hemm 904 assessments li ġew aċċettati mill-operaturi tan-negozju u 326 li ma ġewx.", "QRATI - PERSUNI INTERDETTI/INABILITATI", "6495.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni interdetti u/jew inabilitati mill-qrati tal-ġustizzja ta' Malta u ta' Għawdex?", "Meta ħareġ id-digriet?", "Għaliex ġew interdetti u/jew inabilitati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - ABBUŻI FUQ IT-TFAL", "6497.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi ta' abbużi fuq it-tfal, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fuq it-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - IMIGRANTI ILLEGALI", "6498.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi dan l-aħħar inqabdu xi imigranti illegali li waslu bil-vapur u allegatament għaddew mid-dwana mingħajr ma kellhom il-passaport ittimbrat, jista' l- Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar dan u jekk saret, x'azzjoni ttieħdet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li kull każ li jkun magħruf mill- Pulizija, fejn xi persuna tinstab li tkun daħlet Malta mingħajr ma tkun għaddiet mill-immigrazzjoni fil-port, din dejjem tiġi nvestigata u jittieħdu l-passi meħtieġa skond ma jirriżulta mill-istess investigazzjoni.", "KALAXLOKK - IMPJEGATI", "6550.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fuq il-kotba ta' Kalaxlokk?", "X'impjieg għandhom?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar f 'din is-Seduta.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "6551.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Novembru u Diċembru, 1998 u Jannar u Frar, 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f 'din is-Seduta.", "BUĠIBBA - PARKING BAYS", "6552.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex saru parking bays fil-pjazza ta' Buġibba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ser nitlob lit-Traffic Control Board jara dan l- ilment.", "TARZNARA", "6567.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed iwettaq il-gvern fir-rigward taż- żewġ tarznari tagħna sabiex flimkien mal-ħidma li qed iwettqu l-management rispettivi jinstab aktar xogħol għall-futur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-amministrazzjoni preżenti hija mpenjata bi sħiħ biex it-tarznari tagħna jiksbu ordnijiet ta' xogħol.", "Fil-laqgħat li jkollhom ma' uffiċjali ta' gvernijiet u azjendi barranin, diversi uffiċjali tal-Gvern Malti, jieħdu l-opportunita' biex iħajjru lil dawn il-barranin jinqdew bis-servizzi li joffru t-tarznari tagħna.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - PRO", "6568.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' PRO fil-Ministeru tiegħu?", "Meta ġie appuntat?", "X'inhu s-salarju tiegħu?", "Din il-persuna ddaħlet b'kuntratt u għal kemm żmien?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-istruttura tas-segretarjati tal-Ministeri ma teżistix kariga ta' public relations officer.", "Għalhekk qed nippreżumi li l-Onor Membru qed jirreferi għal post ta' communications co-ordinator fis-segretarjat tiegħi.", "Is-Sur Silvio Zammit ġie magħżul biex jaqdi d-dmirijiet ta' din il- kariga.", "Ilu jippresta s-servizzi tiegħu sa mill-5 ta' Frar 1999 u dan għalkemm il-kuntratt tiegħu għadu ma ġiex iffirmat.", "Meta u jekk dan jiġi ffirmat, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u r-remunerazzjoni jkunu bħal dawk ta' communications co-ordinators f'Ministeri oħra skond l-iskeda stabbilita.", "S'issa s-Sur Zammit ma rċeva l-ebda ħlas għas-servizz li ta.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "6607.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx sottomessi xi pjanijiet lill-gvern minn Settembru, 1998 'il hawn biex il-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq ma tibqax tuża kwantita' kbira ta' pitrolju u xorta tibqa' msaħħna?", "Jista' jagħti informazzjoni dwar dawn il-pjani, bħal ngħidu aħna, x'kienu, min għamel is- sottomissjonijiet u kemm jiġu ffrankati flus?", "Jekk saru sottomissjonijiet, il-gvern aċċetta xi waħda mill-proposti li saru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm diversi diskussjonijiet bil- għan li jinstab l-aħjar mod kif il-bord amministrattiv tal-Pixxina Nazzjonali jkun jista' jekonomizza fuq il-ħlasijiet tal-fuel mingħajr ma jiġi mnaqqas is-servizz li dejjem ġie provdut speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-temperatura kostanti ta' l-ilma.", "Possibilita' li ġiet mistħarrġa hija dik li tiġi nstallata sistema ta' solar heating.", "Madankollu n-nefqa biex dan il-proġett jitwettaq hija kbira u għalissa ma jistax jiġi kkunsidrat.", "Sadanittant ġie ppreparat rapport intitolat The Effectiveness of an Energy Conservation for a Heated Outdoor Pool mis-Sur Paul Vassallo.", "Dan ir-rapport għadu qed jiġi analizzat.", "SKOLA SPORT - LAQGĦAT TA' L-GĦAWM", "6608.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ta' l-għawm taħt l-iskema Skola Sport minn Jannar li għadda sa dan ix-xahar fil-Pixxina Nazzjonali u fir- Razzett tal-Ħbiberija?", "Kemm attendew tfal f'kull Sibt li sar it-taħriġ?", "Kemm kienu l-għalliema preżenti f'kull laqgħa?", "Jista' jgħid ukoll minn meta bdiet l-Iskola Sport ta' l-għawm, kemm saru ħlasijiet lill-Pixxina Nazzjonali u lir-Razzett tal-Ħbiberija f'kull każ?", "Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20020702_764d_par.doc", "date": "2002-07-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 764 It-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 764", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "764", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 93", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 93", "TQEGĦID TA' KARTI 96", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA (IT-TIELET QARI)", "THE ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION OF OFFICE) (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 97", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA' ART TAL-GVERN (IT-TIELET QARI)", "GOVERNMENT LAND (ADMINISTRATION) BILL (THIRD READING) 97", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "IMMIGRATION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 98", "AĠĠORNAMENT 118", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 123", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 763 li saret fl-1 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE – IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "32844.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Il-Ministru jikkonferma li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, dawk il-prodotti ta' l-ikel li fis-swieq internazzjonali huma orħos mhux se jitħallew jiġu importati f'pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sur President, dak li qed jallega l-Onor.", "Interpellant m'huwiex minnu għax ladarba nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, l-Unjoni m'hi se tagħmel l-ebda ostaklu biex f'pajjiżna jidħlu dawk il-prodotti li fis-suq dinji huma orħos minn tagħna.", "Ovvjament biex aħna nkunu nistgħu nikkompetu fis-suq dinji li bil-mod il- mod se jsir suq wieħed, il-bdiewa se jingħataw l-għajnuna finanzjarja kollha permezz tal-pakkett ta' l-SMPPMA biex ikunu jistgħu jirranġaw l- operat tagħhom u anke fejn hemm bżonn ibaxxu l-prezz tal-prodott.", "Dan ifisser li d-dħul tagħhom m'huwiex se jonqos u allura se jibqgħu kompetittivi.", "Ma ninsewx li wieħed mill-iskopijiet ewlenin ta' l-SMPPMA hu li niggarantixxu li l-bidwi jibqa' jipproduċi prodotti ta' kwalita' bi prezz raġonevoli għall-konsumatur; u ma ninsewx lanqas li huwa sewwa u xieraq li l-bidwi jitħallas biex jieħu ħsieb l-ambjent ta' madwaru.", "Ladarba aħna nsiru membri ta' l-Unjoni, dawk il-prodotti li fis-suq dinji huma orħos minn kif qegħdin sal-lum f'pajjiżna jkunu jistgħu jidħlu wkoll.", "Min-naħa l-oħra, aħna qegħdin minn issa nilqgħu – b'hekk tiġi weħidha li l- levies iridu jitneħħew – biex il-bdiewa u r-raħħala jkunu dejjem aktar kompetittivi.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiċħad il-Ministru li l-Unjoni Ewropea timponi fuq l-Istati membri l-GATT licence fuq l-importazzjoni ta' prodotti minn barra l-Unjoni?", "X'miżuri ħa u x'investigazzjonijiet għamel il-Ministru sabiex jgħin lill- bdiewa ta' l-aħrax tal-Mellieħa li għandhom spejjer ta' l-ilma niexfa jew kontaminati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nifhem serw li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-general agreement on tariffs and trade?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Aħna kemm-il darba tkellimna dwar il-GATT licence u ejja ma naqbdux l-argumenti tas-soltu.", "Per eżempju, għedna li fuq ċanga importata minn pajjiżi barra l-Unjoni se jitħallas dazju addizzjonali ta' 12.8%, li bejn wieħed u ieħor jiġu euro 3 għal kull kilo.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ħalli niċċaraw ftit l-affarijiet għalkemm jien ma semmejtx il-GATT licence imma l-agreement on tariff quotas.", "Ħalli nispjega x'inhi din tat-tariff quotas.", "Ejja ngħidu li f'pajjiżna nipproduċu l-ġbejniet, pero' xorta waħda jaf ikun hawn min ikun irid jixtri ġbejniet magħmulin l-Italja.", "Għalhekk il-Gvern Malti jagħmel agreement li permezz tiegħu jitħalla li jiġi importat ammont żgħir ta' ġbejniet mill-Italja.", "Issa fuq dan l-ammont żgħir ta' ġbejniet jew ma titħallas levy xejn jew inkella titħallas dik ix-xi ħaġa żgħira.", "Naturalment jekk jiġi importat 'il fuq minn l-ammont miftiehem tidħol il- levy.", "Jiġifieri għandek il-kwota li hija marbuta ma' l-ammont u kif jinqabeż dak l-ammont tidħol it-tariffa.", "Barra minn hekk jittieħdu ċerti safeguards, fis-sens li jekk prodott ngħidu aħna jiġi jiswa Lm1 biex tipproduċih imma għax it-Taljani jissussidjaw il-produzzjoni tiegħu dak il-prodott ġie jiswiehom 70c, hemmhekk ikun qed jidħol element ta' unfair competition u allura jkun irid isir adjustment.", "Dan isir permezz tal-mekkaniżmu tad-WTO.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għadu ma weġibnix dwar is-sitwazzjoni li rriżultat kemm fil-Qammieħ kif ukoll fl-aħrax tal-Mellieħa fejn f'dawn l- aħħar ġimgħat kien hemm nixfa kbira, bil-ftit ilma li għandhom kontaminat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, veru li minħabba diversi fatturi l-ilma li jittella' mill-pjan fil-Qammieħ mhux qed ikun ta' kwalita' tajba, anke minħabba l-problema tad-drenaġġ.", "Fil-fatt il-ministeru responsabbli mid- drenaġġ qed jieħu l-passi kollha meħtieġa biex din is-sistwazzjoni tiġi rrimedjata kemm jista' jkun malajr.", "Peress li f'dawn l-aħħar sentejn ftit li xejn għamlet xita, l-aquifer ma setax jiġi recharged.", "Dan bħal meta jkollok tazza nofsha mimlija bl-ilma u fiha twaddab kuċċarina zokkor.", "L-ilma se jkun ħelu ħafna u jekk tkompli timla' it-tazza sa fuq bl-ilma, is-saturation ta' dak iz-zokkor se tonqos.", "Fl-aquifer jiġri l-istess.", "Peress li mhux qed ikollna xita biżżejjed u allura m'hemmx recharge, il-kontenut tat-total dissolved solids fl-ilma tal- pjan jitla' u iżjed ma tippompja minn isfel dak il-ftit ilma tajjeb li jkun hemm fil-wiċċ, minfloku se jidħol l-ilma baħar.", "Dawn huma ż-żewġ fatturi li qegħdin jaħdmu kontra dan is-settur, in-nuqqas ta' ilma u l-intrusion ta' l-ilma tad-drenaġġ.", "It-technicians tagħna għamlu inspection fuq kull roqgħa raba' li teżisti u dawk il-bdiewa li għamlu talba, l-ilma ġie pprovdut lilhom mill-ftit provvista li għandna.", "Irridu niftakru li biex tgħaddi l-ilma second-class irid ikollok il-ġwiebi mimlijin u peress li ilha ma tagħmel xita, id- daqsxejn ilma li kellna maħżun f'dawn il-ġwiebi wasal biex jispiċċa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformani min kien l-uffiċjal responsabbli biex jilqa' l-ilmenti tal-bdiewa ta' l-aħrax tal-Mellieħa?", "Għax lili la jirriżultali li dawn ingħataw provvista ta' ilma u lanqas li marru xi inspectors tad-dipartiment biex jaraw kif se jsolvu din il- problema.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, li naf hu li tekniċi mid-dipartiment tal- biedja għamlu site inspection u kien hemm xi bdiewa li talbu biex jingħataw provvista ta' ilma u din ingħatatilhom.", "M'għandix informazzjoni dettaljata, pero' jekk l-Onor.", "Interpellant irid nista' nġiblu lista tat- tekniċi kollha li għamlu dan ix-xogħol u anke d-data meta marru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li ftit qabel il-Ministru kien qed jgħid li m'huwiex veru li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni ma nkunux nistgħu nixtru prodotti orħos minn swieq internazzjonali meta fl-istess ħin kien qed jgħid li se jkollna niffaċċjaw kwoti u levies, kif jista' jgħid li dawn il-kwoti m'humiex se jgħollu l-prezzijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ladarba aħna nsiru membri, il-kwota tagħna tiżdied mal- kwota ta' l-Unjoni.", "Per eżempju, jekk il-kwota tal-muntun għall-Unjoni kollha hija ta' 1000 tunnellata u tagħna hija ta' tunnellata waħda, il- kwota sħiħa se ssir ta' 1001 tunnellata.", "Ladarba nkunu membri ta' l-Unjoni aħna nidħlu fix-xibka ta' protezzjoni li jkun għad baqa', għalkemm il- protezzjoni minn kullimkien trid tispiċċa bħalma jrid jispiċċa l-mekkaniżmu ta' l-export refund.", "Jekk fil-pajjiżi ta' l-Unjoni jkun hemm surplus production ta' ċertu prodott, dan se jiġi esportat lejn pajjiżi oħra.", "L- Unjoni lill-bdiewa tgħinhom billi tagħtihom il-flus biex ibaxxu l-prezz u jkunu jistgħu jikkompetu fis-swieq internazzjonali.", "(Interruzzjonijiet)", "Sa sentejn ilu konna nisimgħu li jekk nidħlu fl-Unjoni ma nibqgħux ingawdu mill-export refund fuq il-majjal.", "Għalkemm għadna m'aħniex membri, xorta waħda l-Unjoni neħħiet l-export refund fuq il-majjal.", "Il-protezzjoni kollha trid tispiċċa sakemm naslu sal-punt fejn anke l-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, jingħataw iċ-ċans li jipproduċu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qed jgħid li se nneħħu l-levies u fl- istess ħin qed jgħid li se nżiduhom.", "Dawn se jitneħħew jew se jiżdiedu?", "U fuq liema prodotti se nżiduhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiddispjaċini, Sur President, imma milli jidher l- Onor. Interpellant ma fehem assolutament xejn minn dak li għedtlu u qed iħawwad l-affarijiet għax imissu jaf li biex il-protezzjoni tispiċċa irid ikun hemm transition period.", "L-iskop ewlieni u nobbli hu li l-pajjiżi li qegħdin ibatu l-ġuħ jingħataw iċ-ċans li l-produzzjoni li jkollhom extra jesportawha lejn dawk il-pajjiżi żviluppati, u għalhekk li l-levies u l- miżuri l-oħra ta' protezzjoni li jgħawġu s-suq qegħdin bil-mod il-mod jitneħħew.", "Ma jistax ikun li bidwi fil-Cameroon, li m'għandu għajnuna ta' xejn, jikkompeti mal-bidwi ta' l-Ewropa, ta' l-Amerika, ta' l-Awstralja jew dak ta' New Zealand meta dawn kollha jieħdu l-għajnuna.", "Ma jistax ikun li f'dawn is-swieq titħalla dik il-protezzjoni li tgħawweġ is-suq meta f'ħafna pajjiżi oħra għandek nies li qegħdin imutu bil-ġuħ.", "M'huwiex biżżejjed li lil dawn in-nies nibagħtulhom xi ħaġa ta' l-ikel imma huwa aktar importanti li ngħallmuhom jaqilgħu x'jieklu.", "Biex jagħmlu hekk trid tagħtihom iċ-ċans u l-ambjent fejn jipproduċu, l-ewwelnett għall-poplu tagħhom u mbagħad jekk ikollhom surplus li tkun ta' kwalita', isibu n-niċċa tagħhom f'pajjiżi aktar żviluppati minnhom.", "Dan huwa l-ħsieb ewlieni.", "Bil-mod kif se jitneħħew il-levies, il-popli tad-dinja kollha u b'mod partikolari dawk li għadhom jgħixu f'kondizzjonijiet ta' faqar, se jingħataw iċ-ċans li jipproduċu prodotti ta' kwalita' u jkollhom il- faċilita' li jidħlu fi swieq oħra fejn għall-prodotti tagħhom iġibu prezzijiet ogħla milli jġibu f'pajjiżhom.", "Dan l-istess bħalma jiġri f'pajjiżna fil-qasam tal-patata.", "Aħna nipproduċu dik ix-xi ħaġa extra biex tissupplimenta u tgħin l-income tal-bidwi – nistgħu ngħidu liberalment li matul is-snin kulħadd ta sehmu biex din in-niċċa nieħdu ħsiebha u nkomplu nkabbruha - u llum-il ġurnata din l-esportazzjoni tgħin bil-bosta lill- bdiewa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma liema waħda miż-żewġ dikjarazzjonijiet li għamel il-Ministru għandi nemmen, li l-levies se jitneħħew jew li se jiżdiedu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ladarba nissieħbu fl-Unjoni Ewropea rridu nirranġaw l-operat tagħna skond ir-regolamenti ta' l-Unjoni.", "Għalhekk li l- levies se nneħħuhom gradwalment u għalhekk li għandna l-programm ta' Lm70 miljun bħala għajnuna biex niġu konformi mas-suq intern ta' l-Unjoni.", "Nerġa' ngħid li l-protezzjoni li għandna fil-preżent trid tispiċċa fuq perjodu ta' żmien u l-kwota ta' importazzjoni tagħna tiżdied ma' dik l- Unjoni.", "MALTACOM", "32936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi t-telefon li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament, qed jikkawża inkonvenjent kbir lill-anzjana inkwestjoni għax qed iċemplulha matul il-lejl, jista' d-dipartiment konċernat jinvestiga l-każ u jżomm lill- anzjana mgħarrfa bil-miżuri korrettorji li qegħdin jittieħdu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li t-telefon imsemmi tpoġġa fuq automatic malicious call-tracing.", "L- abbonata ġiet informata biex malli tirċievi sejħa li tkun ta' inkonvenjent, tikkuntattja mill-ewwel lill-uffiċjal inkarigat minn din it-taqsima ħalli dan min-naħa tiegħu jgħaddi l-każ f'idejn il-pulizija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformani jekk il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma nvestigatx is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' provvista ta' ilma fl-inħawi tal-Baħrija, il-Landrijiet, l-Imtaħleb, il-Kunċizzjoni, in-Nigret u partijiet oħra tar-Rabat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, b'mod ġenerali nista' ngħid li l- azzjonijiet industrijali li għaddejjin bħalissa qegħdin jaffettwaw il- provvista ta' l-ilma.", "Iżda jekk l-Onor.", "Interpellant irid aktar informazzjoni dwar postijiet speċifiċi, nitolbu jagħmel domanda bil-miktub u nkun nista' nagħtih l-informazzjoni kollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34383; u", "Rakkmandazzjonijiet bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34384.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA", "THE ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION OF OFFICE) (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika, Kap. 90, biex titwaqqaf il-kariga ta' Prosekutur Ġenerali, u sabiex tagħmel provvedimenti oħra, inklużi emendi għall- Kostituzzjoni u għal liġijiet oħra, konsegwenzjali u inċidentali għal dan\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika, Kap. 90, biex titwaqqaf il-kariga ta' Prosekutur Ġenerali, u sabiex tagħmel provvedimenti oħra, inklużi emendi għall-Kostituzzjoni u għal liġijiet oħra, konsegwenzjali u inċidentali għal dan\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TA' ART TAL-GVERN", "GOVERNMENT LAND (ADMINISTRATION) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u Ambjent): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att dwar l- Amministrazzjoni ta' Artijiet\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att dwar l- Amministrazzjoni ta' Artijiet\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI", "IMMIGRATION (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-1 ta' Lulju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni qed tkun waħda mill-iktar kwestjonijiet jaħarqu, anke għaliex huwa mistenni li matul is-seklu 21 il-problemi u l-isfidi li jġibu magħhom l-immigrazzjoni illegali u ċ-ċaqliq ta' persuni mistennija jikbru ħafna.", "Kif nafu, bejn il- pajjiżi tal-kontinent Ewropew u l-pajjiżi tal-kontinent Afrikan hemm żbilanċ demografiku qawwi għax filwaqt li fil-pajjiżi tal-kontinent Ewropew ir-rata tat-twelid tinsab nieżla, min-naħa l-oħra fil-pajjiżi tal-kontinent Afrikan ir-rata tat-twelid qiegħda dejjem tikber, u qiegħda tikber ferm iktar mir-rata ta' żvilupp li qed isir f'dawk il-pajjiżi, jiġifieri waqt li n-numru ta' nies f'dawn il-pajjiżi qed jiżdied ħafna, l-iżvilupp m'hux qed jiżdied bl-istess mod, la fil-kwalita` tal-ħajja, la fil-qasam ta' l- impjiegi, la fil-qasam tad-djar, la fil-qasam ta' l-isptarijiet u lanqas fl- oqsma l-oħra.", "Għalhekk in-numru ta' nies li qed jiċċaqilqu minn pajjiżhom u jipprovaw imorru jsibu futur aħjar f'pajjiż ieħor qed ikompli jiżdied tant li huwa meqjus li fis-seklu 21, minbarra l-problema ta' l-ilma u problemi oħra, il-problema ta' l-immigrazzjoni se tkun waħda mill-ikbar problemi li se jkollhom ħafna pajjiżi.", "Issa hawnhekk ta' min jagħmel parentesi żgħira u jgħid li l-miljuni kbar ta' nies li qed jiċċaqilqu minn pajjiżhom u jmorru f'inħawi differenti tad- dinja, m'humiex qed jagħmlu dan b'kapriċċ, anzi ħafna drabi jkunu għamlu sagrifiċċji u għaddew minn diffikultajiet kbar biex ikunu waslu biex ħadu dan il-pass.", "Fil-fatt ħafna minn dawn in-nies ikunu ilhom jaħdmu snin twal biex iġemmgħu xi ħaġa ħalli jkunu jistgħu jaħarbu minn pajjiżhom, biex imbagħad dawk li huma mdaħħlin fil-kummerċ ta' l-immigranti illegali - u llum hemm min jgħid li l-kummerċ ta' l-immigranti illegali huwa kbir daqs il-kummerċ ta' l-armi u tad-drogi - jeħdulhom dak li jkunu faddlu minn snin twal ta' xogħol għax iwiegħduhom li se jeħduhom f'pajjiż li ħafna drabi l- immigranti illegali jħarsu lejh bħala l-art imwiegħda.", "Madanakollu mhux l-ewwel darba li msieken, dawn l-immigranti, minflok ma jittieħdu f'din l-art imwiegħda, jittieħdu fil-qabar għax nies bla ebda skruplu u kuxjenza jitfgħuhom il-baħar minn fuq id-dgħajjes.", "Fil-fatt dawn il-każijiet ġieli ġraw f'pajjiżna stess jew inkella viċin ta' pajjiżna.", "Ġieli kien hemm saħansitra każijiet fejn dawn l-immigranti ġew imsawtin bl- imqadef tad-dgħajsa li kienu qegħdin fuqha, ġew mitfugħa l-baħar mingħajr ma kienu jafu jgħumu jew inkella ġew misruqa u maqtula u mbagħad telgħu mal- mewġ fuq ix-xtut tad-diversi bajjiet ta' Sqallija.", "Mr Speaker, il-fatt li ħafna minn dawk li jittraffikaw l-immigranti illegali jkollhom jgħaddu minn pajjiżna biex jeħduhom f'pajjiż ieħor, iktar u iktar għandu jwassalna biex nirrealizzaw li għandna nirregolaw lil dan il- qasam bis-serjeta`, anke għax billi pajjiżna huwa żgħir, huwa jħoss il- pressjoni ta' l-immigrazzjoni illegali ħafna iktar milli jħossuha l-pajjiżi l-kbar.", "Infatti llum hemm pajjiżi kbar li qed iħarsu lejn il-qasam ta' l- immigrazzjoni illegali bħala riżors ekonomiku importanti għax f'sitwazzjoni fejn qed tonqos ir-rata tat-twelid u fejn sezzjonijiet sħaħ tal- popolazzjoni ma jkunux iridu jagħmlu ċerti xogħlijiet, il-wasla ta' l- immigranti illegali fil-pajjiż qed tiġi meqjusa bħala riżors ġdid u importanti.", "Illum hemm min qed iġib l-argument li għandu jkun hemm żewġ aspetti importanti fil-politika internazzjonali dwar l-immigrazzjoni illegali; l-ewwelnett li kemm jista' jkun il-pajjiżi l-kbar u sinjuri jgħinu lil dawk il-pajjiżi li minnhom jitilqu l-immigranti illegali ħalli jekk ikun possibbli, dawn in-nies jibqgħu jgħixu f'pajjiżhom - għalkemm biex dawn in-nies jibqgħu jgħixu f'pajjiżhom irid ikun hemm titjib tanġibbli fil-kwalita` tal-ħajja u fil-livell ta' l-għajxien tagħhom li jkunu jistgħu jħossuh - u t-tieni nett li iktar milli pajjiż jonfoq miljuni ta' liri biex ma jħallix lill-immigranti illegali jidħlu fit-territorju tiegħu, ikun aħjar jekk jonfoq dawk il-miljuni ta' liri biex dawn l- immigranti illegali ma jispiċċawx f'sitwazzjoni fejn ikollhom jitilqu minn pajjiżhom billi jħossu li hemm futur għalihom f'pajjiżhom stess.", "Nerġa' nisħaq li jkun superfiċjali min jaħseb li familja tieħu gost titlaq mill-pajjiż li fih tkun twieldet u trabbiet u taqta' kull rabtiet li jkollha mas-soċjeta` tagħha biex tmur tgħix f'soċjeta` differenti, liema soċjeta` ħafna drabi tħares lejha b'ċerti preġudizzji.", "Fil-fatt f'soċjeta` li tkun ġdida għal dawn in-nies, dawn mhux biss isibu ilsna, kulturi u stili ta' għajxien differenti imma ġieli anke mibegħda razzjali, vjolenza u saħansitra mwiet.", "Meta xi xhur ilu konna qed niddiskutu l-qasam ta' l-immigrazzjoni f'dan il- Parlament, niftakar li kien hemm membri min-naħa tal-gvern li ġabu l- argument li l-Unjoni Ewropea tittratta lill-immigranti illegali b'mod uman ħafna iktar milli jittrattaw lill-immigranti illegali pajjiżi oħra, pero` hawnhekk ta' min jgħid li ironikament l-iktar pajjiżi li jżommu għandhom nies li jiċċaqilqu minn pajjiżi oħra m'humiex il-pajjiżi sinjuri ta' avvanz ekonomiku u soċjali kbir.", "Meta nitkellmu dwar l-immigranti, wieħed irid iħares lejn din il-problema b'mod iktar uman, fis-sens li wieħed m'għandux jagħmel distinzjoni bejn min ikun telaq minn pajjiżu b'mod legali u bejn min ikun ħarab minn pajjiżu biex jevita sitwazzjoni ta' vjolenza u ta' gwerer, għax finalment dawn iż-żewġ tipi ta' immigranti t-tnejn li huma jkunu ċċaqilqu minn pajjiżhom għal għan wieħed; biex imorru jfittxu ħajja aħjar f'pajjiż ieħor.", "Imma biex inkompli fuq il-punt li kont qed nagħmel l-ewwel, irrid ngħid li mill-figuri li toħroġ il-Kummissjoni tal-Ġnus Magħquda dwar ir-refuġjati u dwar iċ-ċaqliq tan-nies, isib li l-iktar pajjiżi li jgħinu lill-immigranti u lill-pajjiżi li jkunu ġejjin minnhom dawn l-immigranti huma l-pajjiżi ta' l-Afrika, li ħafna drabi jkunu ġirien tal-pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin minnhom dawn l-immigranti.", "Imbagħad jissemmew ukoll l-Istati Uniti, il- Kanada u l-Unjoni Ewropea, li tilqa' immigranti fi ħdanha iktar milli jilqgħu l-Istati Uniti u l-Kanada.", "Huwa importanti li ngħidu dawn l- affarijiet, anke għaliex hemm min qed juża l-issues ta' l-immigrazzjoni u taċ-ċaqliq ta' nies minn pajjiż għall-ieħor sempliċement għax għandu xenophobia, jiġifieri mibegħda lejn il-barrani.", "Fil-fatt wieħed jinnota b'dispjaċir li anke fl-Unjoni Ewropea nnifisha, id-diskorsi u r-rettorika dwar ir-refuġjati u dwar l-immigranti illegali nbidlu, u nbidlu mhux b'xi konvenzjoni bil-valuri sbieħ ta' l-umanita` li twieldu, trabbew u nxterdu fil-kontinent Ewropew; il-valuri tat-tolleranza, tal-liberta` u tar-rispett lejn id-diversita` u l-kulturi differenti.", "Ta' min jgħid li fi Franza, fl-Olanda, fil-Ġermanja u f'pajjiżi oħra Ewropej bdiet mewġa fejn fori tal-lemin bdew jagħtu l-impressjoni li l- wasla ta' l-immigranti hija l-kaġun ewlieni tal-problemi kbar li jeżistu f'pajjiżhom, u wieħed jinnota li anke l-mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom il-Prim Ministru Ingliż, il-Prim Ministru Spanjol, il-Kanċillier Ġermaniż u l-President Franċiż, bdew ikunu iktar aggressivi fid-diskorsi u fl-attitudni tagħhom biex ma jitilfux il-voti min-naħa tal-forzi tal-lemin.", "Fil-fatt hemm saħansitra proposti biex l-Unjoni Ewropea tħares il- fruntieri tagħha billi fost affarijiet oħra, tagħmel border controls.", "Għalhekk ikun interessanti jekk wieħed jistaqsi wkoll x'se tkun il- pożizzjoni tal-gvern Malti f'dan ir-rigward jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, għax imbagħad il-border controls tagħna ma jibqgħux iktar f'idejna u aħna nkunu parti mis-sistema tal-border controls ta' l-Unjoni Ewropea, iktar u iktar meta wieħed iqis li Malta u l- Italja jinsabu proprju fil-parti ratba ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kulmin isegwi s-sitwazzjoni internazzjonali, jew inkella s-sitwazzjoni fl- Unjoni Ewropea, illum qed jinnota li minn mindu l-forzi tal-lemin bdew jużaw diskors iebes u ġdid għall-kwestjoni ta' l-immigrazzjoni, tqajmet ċerta kritika anke minn forzi taċ-ċentru jew tax-xellug li jixbhu lill- forzi tal-lemin f'dik li hi l-mibegħda li għandhom lejn il-barrani.", "Sfortunatament anke f'dan il-Parlament, mhux l-ewwel darba li saru akkużi fil-konfront tagħna, il-Membri Parlamentari ta' din in-naħa, għax inkunu qed nitkellmu fuq il-pressjoni li soċjeta` żgħira u fraġli bħal tagħna jkollha tiffaċċja bid-dħul qawwi ta' persuni barranin f'pajjiżna.", "Imma jien ma naħsibx li għax inqajmu dak il-punt, li wara kollox iqajmuh pajjiżi li huma ħafna ikbar minna, huwa ġust li niġu attakkati li rridu nxerrdu l- mibegħda lejn il-barranin jew inkella li qed nagħmlu xi xenophobic policy.", "Ċertament mhux dak huwa l-iskop tagħna.", "Sfortunatament pajjiżna jitbandal bejn ix-xenophilia, li hija l-imħabba u l-ammirazzjoni akritika lejn il- barrani, u ż-xenophobia, li hija l-mibegħda lejn il-barrani.", "Aħna l-Membri ta' din in-naħa tkellimna diversi drabi f'dan il-Parlament fuq kemm huwa importanti li wieħed juri solidarjeta` ma' dawk in-nies li jiġu f'pajjiżna bit-tama li jsibu futur aħjar, pero` fl-istess ħin m'hemm xejn ħażin, anzi huwa d-dmir tagħna li ngħidu li filwaqt li għandna nipprovaw ngħinu lil dawn in-nies bl-iktar uman, dejjem skond kemm huwa possibbli in vista tar- riżorsi ta' pajjiżna, huwa fatt li pajjiżna qed jiffaċċja sfidi ġodda u pressjoni ġdida bl-influss ta' immigranti li qed jiġu minn barra pajjiżna.", "B'daqshekk ma naħsibx li għandna għalfejn niġu attakkati li aħna ta' Le Pen jew inkella li aħna ta' dawk il-forzi tal-lemin li jinqdew bit-tbatija ta' dawn in-nies biex jimbottaw il-politika tagħhom ta' mibegħda razzjali u ta' mibegħda lejn il-barranin.", "Jien naħseb li f'dan l-abbozz ta' liġi hawn diversi aspetti li jistħoqqilhom ċerta riflessjoni, u hawn se nirriferi partikolarment għall- bord ta' l-appell dwar l-immigrazzjoni, li jissemma fi klawsola 19.", "Nies li josservaw x'qed jiġri f'għadd ta' liġijiet li qed iwaqqfu dawn it-tip ta' bordijiet, qed jinnotaw li d-doveri u d-dmirijiet li s'issa dejjem kienu tal-qrati qed jingħataw lil dawn il-bordijiet, li kważi kważi lanqas nistgħu nsejħulhom bordijiet ġudizzjarji.", "Kollox sew, forsi fihom ikollhom nies legali imma bażikament, mingħajr ma wieħed joqgħod jilgħab bil-kliem, dawn huma nies maħtura politikament, mill- Prim Ministru jew mill-Ministru f'xi qasam partikolari, u hawn min jara li l-periklu tat-tifrix ta' bordijiet bħal dawn qiegħed idgħajjef lir-rule of law f'pajjiżna, lix-xogħol tal-ġudikatura.", "Għall-ġudikatura, dan huwa ta' vantaġġ, għax jekk dan it-tip ta' piżijiet jitneħħew minn fuq is-sistema tal-qrati, din issir iktar effiċjenti.", "Pero' naħseb li ta' min jagħmel ftit riflessjoni dwar it-tixrid ta' dan it- tip ta' bordijiet, għax mingħajr ma nkun inġenwu, naf li l-ġudikatura m'hijiex immune għall-influwenza politika li tista' ssir mill-gvern tal- ġurnata jew minn individwi b'saħħithom, u għalhekk naħseb li l-persuni maħtura f'dawn il-bordijiet huma aktar suxxettibbli għal dan milli l- ġudikatura nnifisha.", "Il-ġudikatura, forsi minħabba t-tradizzjoni u minħabba ċerti sistemi, tista' tieqaf, fis-sens li tista' tordna lill- Ministru biex ma jindaħalx f'xi kwestjoni, imma persuna li jkun ħatar hu stess ma tkunx f'pożizzjoni li tieqaflu u tkun indipendenti.", "Għalhekk naħseb li ta' min jirrifletti ftit dwar il-problemi serji li diġa' jeżistu f'pajjiżna - li m'iniex se nidħol fihom għax m'huwiex il-waqt – ta' istituzzjonijiet li ma jinħassux li huma indipendenti, nazzjonali u ġusti.", "Problemi ta' din ix-xorta jeżistu f'ħafna mill-pajjiżi tad-daqs ta' Malta, b'soċjetajiet żgħar fejn hemm ħafna networks personali, u allura jkun diffiċli ħafna għal istituzzjonijiet nazzjonali biex jiksbu l-istatus tagħhom u jgawdu l-fiduċja ta' nies b'fehmiet politiċi differenti.", "Waħda mill-akbar sfidi li għandhom soċjetajiet żgħar bħal tagħna hija l-infurzar tal-liġijiet u ta' istituzzjonijiet li diġa' qegħdin hemm u suppost qegħdin jaqdu r-rwol ta' referees – biex ninqeda bil-lingwaġġ tal-football – imma jispiċċaw players fil-logħba kontra team ieħor.", "Din hija sfida li jiffaċċjaw pajjiżi żgħar bħal tagħna, u allura naħseb li wieħed irid jirrifletti bis-serjeta` dwar jekk il-proliferazzjoni ta' bordijiet bħal dan il-bord ta' l-appell dwar l-immigrazzjoni, hijiex qiegħda żżid il-ħolqien ta' istituzzjonijiet li huma dipendenti ħafna iżjed milli hi l-ġudikatura fuq il-poteri u s-sistemi politiċi.", "Naħseb f'pajjiżna għadna m'aħniex qegħdin nirriflettu biżżejjed dwar id- deterjorazzjoni li dan jista' jġib miegħu.", "Fis-seduta tal-bieraħ, l-Onor.", "Gavin Gulia qal li sakemm wieħed qed jitkellem biss dwar il-qafas ta' miżuri meħtieġa għall-kontroll ta' immigrazzjoni illegali u dwar ir-responsabbiltajiet li għandu min imexxi din l-immigrazzjoni illegali....", "Kif intqal, f'dan il-kamp hemm ħafna flus li jħabbtuha mat-traffikar ta' l-armi u tad-drogi.", "Ma nafx jekk huwiex il- lok li wieħed jgħaddi ftit kummenti dwar klawsola 15 li titratta dwar ir- responsabbilta` tat-trasportaturi.", "Minn dak li nafu dwar il-kummerċ ta' immigranti illegali, f'din is-sistema oxxena, mhux biss it-trasportaturi diretti jkunu responsabbli biex imexxu 'l quddiem dan il-kummerċ.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li:", "\"Trasportatur bil-baħar jew bl-ajru jkun obbligat li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li persuna li huwa jkun ġarr lejn Malta jkollha d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar.....\".", "Huwa tajjeb li wieħed jitfa' r-responsabbilta` fuq it-trasportaturi, pero' naħseb li hemm xibka ta' kompliċita` li tmur lil hinn mit-trasportaturi bil- baħar jew bl-ajru.", "Forsi wieħed jista' jgħid li l-fatt li r-responsabbilta` qiegħda tintefa' fuq it-trasportaturi se twassalhom biex jissorveljaw ix- xibka ħalli jiżguraw li l-persuni li jġorru jkollhom id-dokumenti meħtieġa.", "Qiegħed ngħid dan għax m'hijiex l-ewwel darba li pajjiżna ntuża bħal ċentru ta' trasbord ta' immigranti illegali, u ċ-ċaqliq tagħhom kien jiġi rranġat permezz ta' operaturi tal-vjaġġi minn hawnhekk stess, bil-ħruġ ta' biljetti u affarijiet bħal dawn.", "Il-mistoqsija tiegħi f'dan l-istadju hija dwar jekk huwiex ta' min jikkunsidra wkoll lill-protagonisti l-oħrajn f'dan il-kummerċ, għax ħafna drabi dan il-kummerċ iseħħ għax l-ambjent politiku, legali, jippermettilhom li jsir.", "Jiena naf li fir-rigward ta' l-immigrazzjoni illegali nnifisha u l-att dwar l-immigrazzjoni illegali, ir-responsabbilta` hija iżjed mifruxa, imma ma nafx jekk huwiex il-każ li anke hawnhekk, issir xi riferenza għal xibka sħiħa ta' sistemi li tippermetti din it-tip ta' immigrazzjoni.", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru, u li diġa' għamel aċċenn għalih l- Onor. Gavin Gulia fis-seduta tal-bieraħ, huwa li għalkemm fil-wiċċ ma jidhirx hekk, ċertu tibdil li qiegħed jiġi propost hawnhekk qiegħed isir biex iġib ir-regolamenti u l-liġijiet ta' pajjiżna iktar in line mar-regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nafu li kolonna importanti fl- arkitettura istituzzjonali, regolamentari u leġislattiva li qiegħda tibni l- unjoni Ewropea, hija proprju ċ-ċaqliq ħieles tal-persuni li pero' huma ċittadini tal-pajjiżi membri.", "Dan qed isir biex ikun hemm iktar ċaqliq bejn iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea, għalkemm nafu li anke hawnhekk, l- Unjoni qiegħda timxi b'riga differenti fir-rigward tal-pajjiżi ġodda għaliex anke biex twieġeb għat-tħassib espress f'pajjiżi bħal per eżempju l- Ġermanja u l-Awstrija, qiegħda tikkontrolla ċ-ċaqliq fl-ewwel snin ta' pajjiżi mill-Ewropa tal-Lvant li jistgħu jsiru membri wara s-sena 2004.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid kif l-Unjoni Ewropea qiegħda tistma bħala tat- tieni klassi lil dawk il-pajjiżi li jridu jissieħbu bħala membri ġodda, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-flus kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien ta' liġijiet u regolamenti.", "Saru studji sħaħ, anke minn ċentri ta' riċerka f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea nnifisha, Ii juru kif il- pajjiżi applikanti huma maqbuda f'morsa kerha ħafna, fejn minn naħa waħda, l-għajnuna finanzjarja li qegħdin jingħataw hija ħafna iktar baxxa minn dik li ngħataw pajjiżi oħra fis-snin 70 u 80, bħal Spanja, il-Greċja, l- Irlanda, u min-naħa l-oħra, qegħdin ikunu in line mar-regolamenti u l- liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea ħafna iżjed minn pajjiżi li ilhom membri.", "Filwaqt li l-pajjiżi applikanti daħlu għal iktar spejjeż, tbatija u taqlib mill-pajjiżi li huma diġa' membri, u li kienu jingħataw perjodi ta' 10 snin u 15-il sena biex jirranġaw ir-regolamenti tagħhom, qegħdin jingħataw ħafna inqas flus milli kienu jaħsbu.", "Se nispiċċaw fis-sitwazzjoni ironika fejn il-pajjiżi applikanti, li allura se jkunu membri ġodda wara s-sena 2004, se jkunu compliant mar-regolamenti u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea ħafna iżjed minn pajjiżi li ilhom membri.", "Bosta pajjiżi applikanti diġa' ndunaw b'dan.", "Fid-dikjarazzjonijiet li għamlu il-bieraħ il-Polonja u r-Repubbika Ċeka, dawn iż-żewġ pajjiżi qegħdin jgħidu li jekk l-Unjoni Ewropea se tkompli tgħaġġilhom biex f'Novembru jew f'Diċembru tgħidilhom biex jew jieħdu dak li qiegħda toffrilhom jew ma jieħdu xejn, jippreferu kieku jingħataw iktar żmien u t- time-table li kienet ġiet imfassla ma tinżammx, milli tgħaġġilhom biex akkost ta' kollox ikunu membri skond it-time-table ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn l-affarijiet smajnihom mill-Polonja u mir-Repubblika Ċeka, imma ovvjament, m'aħniex se nisimgħuhom mill-gvern Malti, li malajr kemm jista' jkun, akkost ta' kollox, irid isieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Anke fil-qasam taċ-ċaqliq ħieles ta' ċittadini ta' stati membri ta' l- Unjoni Ewropea, hemm implikazzjonijiet li f'pajjiżna ma ġewx spjegati b'mod serju, għax sfortunatament, il-pożizzjoni li ħa gvern hi li jirreklama lill- Unjoni Ewropea bħala s-soluzzjoni tal-problemi kollha, u dak kollu li jista' b'xi mod jew ieħor jikkaġuna xi problemi, jaħbih, ipinġih b'mod differenti, ma jitkellimx dwaru, bit-tama li l-affarijiet eventwalment jaqgħu f'posthom u kulħadd ikun jista' jgħix kuntent u ferħan għal dejjem ta' dejjem, kif kienu jispiċċaw ħafna mill-ħrejjef li konna naqraw meta konna tfal.", "Waħda mill-problemi li żgur li tinqala' f'pajjiż bħal tagħna hija - u jekk wieħed per eżempju jistudja ħafna mill-każijiet tal-Qorti Ewropea, fejn gvernijiet differenti ttieħdu l-qorti għax ippruvaw iżommu ċittadini ta' l- Unjoni Ewropea milli jidħlu u jaħdmu f'pajjiżhom....", "L-argument li jintuża huwa li minn naħa waħda, iż-żgħażagħ qegħdin jiġu mwiegħda li se jkollhom opportunitajiet bla limitu biex imorru jaħdmu f'pajjiżi oħra, imbagħad, dan l-argument jieqaf hekk kif wieħed jistaqsi jekk dan ifissirx li l-barranin se jiġu fostna bl-istess rata, biex tiġi kkwotata ċ-ċifra medja ta' 2%, avolja f'ċerti nħawi din ir-rata hija ħafna iktar għolja minn hekk.", "Fattur interessanti huwa li l-Unjoni Ewropea hija mpenjata biex kemm jista' jkun tgħolli din iċ-ċifra ta' ċaqliq ta' 2%.", "Nerġa' ngħid li l-każijiet fil- Qorti Ewropea kontra pajjiżi membri li ma jaċċettawx ċittadini ta' pajjiżi oħra biex jaħdmu f'pajjiżhom, qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Huwa mportanti li ngħidu wkoll li kultant ikun hemm il-preġudizzju li għandu għeruq fondi, li t-theddida għall-impjiegi li jistgħu jikkostitwixxu nies li jiġu mill-Unjoni Ewropea, hawn min jorbotha ma' nies f'ċerti xogħlijiet li ma jitolbux ħafna snajja, filwaqt li l-professjonisti m'humiex inkwetati għax jaħsbu li jistgħu jibqgħu iktar fil-wiċċ.", "Fil-fatt, anke minn stħarriġ li sar fis-sena 2000 u li kien iffinanzjat mill-gvern stess, jirriżulta li l-professjonisti Maltin jixtiequ li l-gvern jara x'miżuri jista' jieħu biex jipproteġihom mid-dħul ta' ċittadini oħra ta' l- Unjoni Ewropea li se jikkompetulhom fil-professjonijiet tagħhom.", "Kien hemm min semma' lil-lingwa Maltija bħala mezz ġdid ta' protezzjoni, biex min jiġi jaħdem hawnhekk irid ikun jaf bilfors il-lingwa tagħna.", "Nerġa' ngħid li quddiem il-Qorti Ewropea hemm ħafna każi, dwar oqsma differenti, bħal każi ta' għalliema, periti, accountants , avukati, security guards u gwidi turistiċi, fejn il-pajjiżi li huma diġa' membri fl-Unjoni Ewropea jkunu ppruvaw jieħdu passi biex jikkontrollaw id-dħul f'pajjiżhom ta' dawn il- ħaddiema.", "Per eżempju l-Italja ppruvat iżżomm gwidi turistiċi mill-Ġermanja milli jidħlu biex jieħdu ħsieb turisti Ġermaniżi.", "Dawn l-affarijiet aħna ngħiduhom bl-aktar mod kalm.", "Jiena dejjem ngħid li l-poplu Malti jrid jiftaħ għajnejh, jirraġuna, jirrifletti u jagħmel l- għażliet tiegħu.", "L-importanti hu li l-għażliet Ii jagħmel, ikunu xi jkunu, ikunu bbażati fuq informazzjoni tajba.", "Għalhekk ma nistgħux ningannaw u nqarrqu bil-poplu, jew inpinġulu kollox ħażin jew kollox tajjeb, imma għandna nagħtuh l-informazzjoni kollha.", "Hawnhekk qed jingħad li ċ-ċittadini li jiġu mill-Unjoni Ewropea biex jaħdmu f'pajjiżna jkollhom jgħaddu mill-istess proċess ta' applikazzjonijiet li jgħaddu minnu l-Maltin, kemm jekk ikunu nies li jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk ikunu fin-negozju u f'xi professjoni.", "Hekk jonqos, li minbarra l-fatt li dak li s'issa kien għall-Maltin u l-Għawdxin, se jinfetaħ għal miljuni ta' nies oħra, jippretendu li jitfasslilhom xi mekkaniżmu biex jagħmilhielhom iżjed faċli li jaħdmu hawnhekk mill-istess Maltin!", "Nenfasizza li meta l-membri tal-gvern jgħidu dan, huwa mportanti li jkunu onesti u jgħidu li pajjiżi oħra li ppruvaw iżommu ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea milli jidħlu f'pajjiżhom, spiċċaw ittieħdu quddiem il-Qorti Ewropea, bħal per eżempju l-Lussemburgu, li minħabba ċ-ċokon tiegħu u ħafna raġunijiet kulturali u psikoloġiċi, ma riedx li għalliema minn Franza jaħdmu fl-iskejjel primarji, għax beża` li kienu se jherru l-identita` kulturali u nazzjonali tat-tfal.", "Iżda l-gvern tal-Lussemburgu spiċċa tilef il-kawża li saritbu u ċittadini mill-pajjiżi oħra fl-Unjoni setgħu imorru jgħallmu hemmhekk.", "Jien niftakar li m'hijiex l-ewwel darba li l-iskejjel li jgħallmu l-lingwa Ingliża lill-barranin, iġibu l-għalliema magħhom.", "F'dan il-qasam hemm għaddej kummerċ kbir, u l-għalliema li jinġiebu m'għandhomx għalfejn joqogħdu hawn tul is-sena kollha.", "Illum hemm oqsma sħaħ ta' xogħol li huma staġjonali, mhux biss minħabba t-tliet xhur tas-sajf imma anke minħabba l- fatt li llum, persuna tista' tmur f'pajjiż barrani għal ġimgħa biss biex tagħmel ċertu ix-xogħol, imbagħad titlaq lura u x-xogħol li kellha tlesti, tagħmlu biċ-ċaqliq, apparti mill-fatt li tkun tista' tikkomunika bil-mezzi elettroniċi.", "Meta aħna nitkellmu dwar il-problemi li jinħolqu minħabba kompetizzjoni għall-impjiegi, nerġa' ngħid li ma nagħmlux dan biex inbeżżgħu jew biex indaħħlu xi mibgħeda lejn il-barranin, pero' huwa mportanti li l-poplu Malti jiġi nfurmat tajjeb, li l-informazzjoni li tingħatalu ma tkunx tikkonsisti biss fir-reklamar ta' dak li hu pożittiv u sabiħ, biex imbagħad, fl-aħħar mill-aħħar imbagħad, wara li jgħaddu 10 snin jew 12-il sena, il-poplu jinduna li l-fatti jkunu ħafna iktar differenti u kumplikati minn hekk.", "Għalhekk huwa mportanti li fir-rigward ta' dan il-qasam nimxu b'informazzjoni onesta.", "Nafu li huwa diffiċli ħafna li jsir hekk, għax iktar ma jgħaddi ż-żmien, sfortunatament il-klima ssir iktar isterika, pero', għall-għażliet kbar li għandu quddiemu pajjiżna, għandu bżonn riflessjoni kalma.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, għandna quddiemna l-abbozz ta' liġi li se jemenda l-att dwar l-immigrazzjoni.", "Xtaqt l-ewwelnett nibda billi nagħti spjegazzjoni ħafifa dwar x'inhuma l- għanijiet ta' dawn l-emendi.", "Kien ilu jinħass il-bżonn li l-leġislazzjoni ta' pajjiżna dwar l- immigrazzjoni tiġi emendata biex tiġi konformi maċ-ċirkostanzi preżenti, mal-bżonnijiet li nqalgħu tul iż-żminijiet u li għalihom il-liġi kif inhi ma kinetx tagħmel provvedimenti suffiċjenti.", "Saret riferenza għall-problema ta' l-immigrazzjoni illegali, fejn għalkemm wieħed jifhem it-traġedja li jgħaddu minnha dawn in-nies, jifhem ukoll il- bżonn li kull pajjiż - b'mod partikolari Malta, li tinsab eżatt fin-nofs tal-Mediterran u allura hija vulnerabbli ħafna għat-traġitt ta' immigranti illegali – ikollu strutturi iżjed effiċjenti biex din il-problema tiġi regolata u fl-istess ħin, l-asylum seekers jiġu trattati b'mod iżjed uman.", "Huwa għalhekk li sar titjib fl-infrastruttura ta' pajjiżna, biex dawn in- nies ikunu jistgħu jinżammu f'kundizzjonijiet iżjed umani.", "Raġuni oħra għaliex inħass il-bżonn li jsiru ċerti emendi għal-liġi dwar l- immigrazzjoni huwa bla dubju ta' xejn il-fatt li Malta tinsab għaddejja bil- proċess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, fejn se tkun parteċipi f'suq wieħed u teżerċita` l-libertajiet bażiċi ta' l-Unjoni Ewropea, il-four fundamental freedoms, li huma d-dritt tal-moviment ħieles tal-persuni, id-dritt tal- moviment tal-ħwejjeġ, id-dritt tal-provvediment tas-servizz u d-dritt tal- moviment tal-kapital.", "Dawn huma drittijiet bażiċi li kull pajjiż li jrid jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, irid jipprattika.", "Barra minn hekk, jekk pajjiż jindika li jrid ikun parti mill-hekk imsejjaħ Schengen Acquis, irid jagħmel ċerti tibdiliet għal-leġislazzjoni dwar l-immigrazzjoni biex idaħħal fis-sistema legali tiegħu il-mod effettiv ta' kif ikun konformi mad-drittijiet li ġġib magħha s-sħubija fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-moviment tal-persuni.", "Ngħaddi issa biex nikkummenta dwar id-diskorsi li saru mill-kelliema ta' qabli, jiġifieri d-diskors ta' l-Onor.", "Gavin Gulia u d-diskors ta' dalgħodu ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Irrid niffoka l-iżjed dwar dak li qal l-Onor.", "Gulia, għalkemm se nagħmel riferenzi għal dak li qal l-Onor.", "Bartolo wkoll, b'mod partikolari fl-aħħar parti tad-diskors tiegħu, ġaladarba fl-ewwel parti tkellem b'mod ġeneriku dwar aspetti tal-problema ta' l-immigrazzjoni llegali.", "L-Onor.", "Gavin Gulia ikkritika din il-leġislazzjoni għax l-emendi qegħdin intiżi biex iġibuna konformi ma' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li attakka dak kollu li aħna ksibna fin-negozjati dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema.", "It- tieni attakk tiegħu kien dwar il-fatt li aħna ma tlabna xejn għal dak li għandu x'jaqsam mas-self-employed, u f'dan ir-rigward staqsa jekk għamilniex dan bi żvista jew b'mod intenzjonat.", "L-Onor.", "Gulia attakka wkoll dak li ksibna f'dak li għandu x'jaqsam mal-moviment tal-kapital, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-akkwist ta' proprjeta` immobbli f'Malta minn persuni li m'humiex residenti hawnhekk.", "L-aħħar parti tad- diskors tiegħu kienet titratta dwar dak li għandu x'jaqsam man-negozjati dwar il-qasam tal-ġustizzja u l-intern, b'mod partikolari dwar dak li għandu x'jaqsam mar-regoli tal-visas.", "Għaldaqstant nixtieq nitratta dawn l-erba' punti b'mod individwali, filwaqt li ngħaddi l-kummenti tiegħi dwar kull aspett tan-negozjati li ttrattajna, għax huwa tajjeb li kif anke għamel l-Onor.", "Tonio Borg, nistabbilixxu l- fatti dwar kull suġġetti li nnegozjajna dwaru u għalaqna n-negozjati tagħna.", "Nibda bil-moviment ħieles tal-persuni, fejn l-ewwelnett irrid ngħid li l- vantaġġ prinċipali ta' dan id-dritt fundamentali, li huwa wieħed mill- pilastri ta' l-Unjoni Ewropea, huwa li l-ħaddiema għandhom id-dritt tal- moviment fi kwalunkwe parti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa vantaġġ li ġġib magħha s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, u li persuna tista' tgawdih għal diversi raġunijiet, bħal biex tirtira, tistudja jew taħdem jew tmur għal taħriġ f'pajjiż ieħor.", "Huwa mportanti li l-ewwelnett nistabbilixxu l-fatt li d-dritt tal-moviment ħieles tal-persuni fl-Unjoni Ewropea m'huwiex xi ħaġa negattiva, kif jippruvaw ipinġuh l-oppożizzjoni billi tgħidilna li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, hemm il-biża' li nispiċċaw invażati b'mases ta' ħaddiema minn diversi pajjiżi Ewropej, b'mod partikolari minn Sqallija.", "Imma sal-bieraħ stess u anke sa dalgħodu, l-oppożizzjoni qalet li hi qatt ma qalet li bis- sħubija fl-Unjoni Ewropea se jiġu mases ta' ħaddiema lejn Malta.", "Insiet kemm qalet li se jiġu Sqallin u jeħdulna x-xogħol tagħna!", "Issa il-bieraħ u llum qaltilna li sħubija fl-Unjoni Ewropea tista' tfisser li xi individwi jistgħu jiġu f'Malta biex jeħdulna x-xogħol, u minkejja li dawn ikunu waħdiet, xorta jistgħu jkunu ta' periklu kbir.", "Nerġa' nenfasizza l-fatt li s-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea tfisser li aħna nakkwistaw id-dritt tal-moviment ħieles tal-persuni.", "Pero' issa, wara li stabbilejt dan, tajjeb li ngħid li l-oppożizzjoni kien irnexxielha tqajjem ċerta biża' fost il-Maltin, meta kienet tgħid li bis- sħubija se naraw mases ta' ħaddiema ġejjin minn partijiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea, minn pajjiżi fejn hemm rati tal-qagħad għoljin ħafna, biex jeħdulna l-impjiegi tagħna.", "Għaldaqstant il-gvern kien għaqli biżżejjed li ġaladarba kien hemm din il- biża' li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu gzuz ta' nies lejn xtutna, innegozja forma ta' arranġament speċjali biex din it-tip ta' biża' li rnexxielha ddaħħal l-oppożizzjoni f'moħħ ċerti nies, jissorvolaha ukoll.", "Li għamilna kien li nnegozjajna biex matul l-ewwel seba' snin tas-sħubija tagħna, il-gvern Malti jkollu d-dritt Ii jwaqqaf lil ħaddiema barranin milli jiġu jaħdmu f'Malta, jekk huwa jħoss li hemm riskju iminenti li s-suq Malti m'huwiex se jkun jiflaħ għalihom.", "Għaldaqstant wieħed jista' jikkwota l-kliem li ġie ntużat fil-pożizzjoni komuni li ġiet adottata bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, liema kliem ġie kkwotat kemm-il darba f'diversi fora, per eżempju minni stess fil-Malta-EU Steering and Action Committee u fil-Foreign Affairs Committee, u mill-MIC f'diversi pubblikazzjonijiet li għamlet.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda tgħid li:", "\"In urgent and exceptional cases, Malta may suspend full application of the acquis, followed by a reasoned ex post notification to the Commission.\".", "Kif għedt, dan japplika għall-ewwel seba' snin mid-data tas-sħubija.", "Fi kliem ieħor, jekk ikun hemm ċirkostanzi urġenti u ta' natura eċċezzjonali, fejn id-dħul ta' ħaddiema mill-Unjoni Ewropea jista' jkun ta' piż fuq is- suq tax-xogħol Malti, il-gvern jista' jieħu miżuri li bihom jagħlaq dak il- moviment ta' ħaddiema.", "Dan ma jfissirx, kif ipprova jispjega l-bieraħ l-Onor.", "Gavin Gulia, li qabel nieħdu l-miżuri neċessarji rridu nispiċċaw bil-problema f'ħoġorna.", "Dan ifisser li jekk aħna naraw li hemm possibilita` li tista' tinqala' din il-problema, inkunu nistgħu nieħdu l-miżuri neċessarji, bħal per eżempju nwaqqfu l-ħruġ tal-work permits.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll li fil-common position, l-Unjoni Ewropea tgħid li:", "\"Malta may also retain its work permit system for EU nationals but shall issue such permits automatically\",", "jiġifieri matul l-ewwel seba' snin għandna d-dritt inżommu l-proċedura tal- work permits.", "Huwa veru li dawn il-work permits joħorġu awtomatikament, pero' meta wieħed jgħaqqad iż-żewġ statements flimkien jasal għall- konklużjoni li aħna matul dawk is-seba` snin għandna dritt inżommu l-work permits.", "Pero` għandna dritt ukoll li, f'każ li jkun hemm ċiskostanzi fejn ikun hemm theddida għas-suq tax-xogħol tagħna nistgħu nwaqqfu ħaddiema milli jiġu hawn billi ma joħorġux work permits, per eżempju għall-perjodu ta` sena.", "Imbagħad jekk naraw li s-suq reġa` stabbilixxa ruħu nkunu nistgħu nerġgħu niftħu.", "Nistgħu ukoll inwaqqfu l-work permits f'setturi speċifiċi jekk naraw li għalihom hemm xi riskju.", "Issemmew diversi setturi fosthom dak ta' l-iskrivani u dak tal-waiters, għalkemm fir-rigward ta' dawn ta' l-aħħar b'mod partikolari, fir-realta` kemm-il darba jkollna problema biex insibu waiters.", "Hu x'inhu s-settur, aħna jkollna dritt li nagħlqu l-bibien tagħna jekk naraw li jkun hemm ir-riskju li se jkollna iktar ħaddiema milli fil-fatt is-suq tax-xogħol jiflaħ.", "Jekk min-naħa l-oħra għandek intraprenditur li għandu bżonn il-ħaddiema u ma jistax isib ħaddiema Maltin available naħseb li jieħu gost li jkun hemm il-possibbilita` li jinstabu ħaddiema biex jimlew dak il-vojt li semmejt.", "Pero` wisq nibża` li fir-realta` dawn it-tip ta` ħaddiema biex jimlew il- vojt m'aħniex se nsibuhom mill-Unjoni Ewropea.", "Il-biża` li malli aħna nissieħbu fl-Unjoni ġejjin numru ta` ħaddiema mill-pajjiżi msieħba fl- Unjoni Ewropea jaħdmu Malta hija biża` li ma teżistix.", "Din il-biża` li jsemmu tan-naħa l-oħra qatt ma rrealizzat ruħha f'pajjiżi li huma fil- periferija ta` l-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi ta` l-Unjoni li huma fost l- inqas sinjuri.", "Il-fatti juru li meta kien hemm moviment ta` ħaddiema kien moviment mill-periferija ta' l-Unjoni Ewropea, per eżempju mill-Portugall u mill-Greċja, lejn iċ-ċentru ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri minn pajjiżi li huma inqas sinjuri għall-pajjiżi li joffru opportunitajiet ta` xogħol u li huma iżjed sinjuri u dan indipendentement mill-klima.", "Bil-klima b'kollox – kultant tissemma l-klima għax dik ta` Malta għandha ċerti vantaġġi - ma kellekx moviment ta` ħaddiema f'numru kbir, per eżempju, mill-Ġermanja lejn il-Portugall, imma kien hemm moviment ta` ħaddiema mill-Portugall u mill-Greċja lejn il-Ġermanja u lejn il-pajjiżi Skandinavi.", "U nista` ngħid li anke dan ma kienx xi moviment qawwi.", "Jiġifieri, wieħed irid jgħid li minkejja dan kollu, fin-negozjati tagħna għamilna ftehim li għall-ewwel seba` snin għandna dritt inżommu l-work permits.", "Għażilna l-perjodu ta` seba` snin minħabba l-fatt li huma l-ewwel seba` snin li jista` jkun hemm xi riskju għax imbagħad is-suq tax-xogħol jistabbilixxu ruħu.", "Min ikollu l-ħeġġa biex jiġi jaħdem Malta malli nissieħbu fl-Unjoni se jieħu jieħu dik id-deċiżjoni fil-bidu u jekk ma ħadhiex mhux se jeħodha iktar tard.", "Il-fatti juru li r-riskju huwa fil- bidu tas-sħubija u allura għedna li l-perjodu ta` seba` snin huwa perjodu twil biżżejjed.", "Matul dawk is-seba` snin aħna żammejna d-dritt kollu li jekk ikun hemm xi riskju li s-suq tax-xogħol tagħna ma jkunx jiflaħ għall- ħaddiema f'settur partikolari jew in ġenerali allura nkunu nistgħu nagħlqu l-bibien tagħna.", "Sur President, pero` tajjeb li wieħed jgħid li l-Unjoni Ewropea kellha din il-biża` fir-rigward tal-pajjiżi applikanti l-oħrajn. l-Unjoni Ewropea kellha l-biża` li se jkun hemm ħaddiema mill-Polonja li jmorru lejn il- Ġermanja.", "Il-Pollokki u l-Ġermaniżi stess qalu li din m'hijiex ir-realta`.", "Hija biża`, biex ngħid hekk, ta' perception.", "M'hijiex biżgħa vera.", "Imma minħabba l-fatt li fil-Polonja għandek perċentwali qawwi ta` ħaddiema qegħda, minħabba l-fatt li s-salarji huma ferm iżjed baxxi minn dawk ta` l- Unjoni u minħabba l-fatt li l-Polonja hija bieb u għatba ma' pajjiżi bħalma huma l-Ġermanja u l-Awstrija, il-gvernijiet tal-pajjiżi ta` l-Unjoni ħassew li fil-każ tagħhom għandhom jitolbu għall-perjodu transitorju ta` seba` snin ukoll fir-rigward ta` moviment ta` ħaddiema mill-Polonja, mill- Ungerija, mir-Repubblika Ċeka u mill-pajjiżi applikanti l-oħra ta` l-Ewropa Ċentrali u ta' Lvant lejn il-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri l- Unjoni Ewropea qalet li minħabba li hemm din il-biża` hemm bżonn li titlob għal dan l-arranġament speċjali.", "L-Unjoni Ewropea ma talbitx dan biss fil- konfront ta` Malta u fil-konfront ta` Ċipru, l-ewwelnett għax Malta u Ċipru jinsabu 'l bogħod, it-tieni nett għax aħna żgħar u t-tielet nett għax il- qagħda ekonomika tagħna hija fost l-aħjar minn fost il-pajjiżi applikanti u iżjed ma jkollok qagħda ekonomika tajba inqas ikun hemm in-neċessita` li l- ħaddiema tiegħek jitilqu lejn pajjiżi oħrajn.", "Huwa fatt li l-moviment tal-ħaddiema jiġri meta inti jew ikollok biża` minħabba r-reġim li jkun hemm fil-post, biża` ta` natura politika allura dak li jkun jitlaqlek minn hemm għax ma jkunx irid jgħix taħt dak ir-reġim jew inkella għax il-qagħda finanzjarja tkun tant ħażina illi dak li jkun ma jistax jgħix u jgħidlek se jipprova xortih band'oħra.", "Pero` meta inti għandek il-pożizzjoni tiegħek ekonomikment u politikament tajba, bħalma hija fl-Unjoni Ewropea, ir-realta` hija li ma jkollokx dan it-tip ta` moviment ta` ħaddiema.", "Allura minkejja din il-biża` kollha, meta nesperjenzaw ir-realta` jiena ċert li m'hu se jiġri xejn minn dan.", "Pero` anke kieku għall-grazzja ta' l-argument, kellu jiġri aħna nnegozzjajna biex matul l-ewwel seba` snin ma jkollna inkwiet ta` xejn għax inkunu nistgħu nagħlqu l-bibien tagħna.", "Anzi morna oltre minn hekk u għalhekk fil-fatt ksibna arranġament speċjali.", "Fin-negozjati tagħna għedna li anke wara l- ewwel seba` snin, minħabba l-fatt li s-suq tax-xogħol tagħna huwa daqshekk żgħir u minħabba l-fatt li jista` jkun vulnerabbli, jekk jissuċċiedi li jista` jkollna sitwazzjoni fejn se jiġu ħaddiema iżjed milli nifilħu, għandna d-dritt – u se jkun imniżżel fit-trattatt ta` l-adesjoni tagħna – li nitolbu lill-Unjoni biex niddiskutu ħalli nsibu soluzzjoni flimkien.", "Jekk aħna nitilqu bil-premessa – bħalma telaq dan il-gvern – li l-Unjoni Ewropea m'hijiex xi monstru u li l-Unjoni Ewropea hija raġonevoli allura m'għandniex għalfejn ninkwetaw għax nafu li jekk il-każ tagħna jkun wieħed raġonevoli u mhux mibni fuq xi fobija allura nistgħu naslu f'arranġament.", "Pero`jekk lill-Unjoni Ewropea dejjem inpenġuha u narawha bħala xi monstru allura nagħmlu x'nagħmlu se nibqgħu nibżgħu minn dan il-monstru.", "Sur President, jiena nsostni li f'dak Ii għandu x'jaqsam mal-moviment ħieles tal-persuni l-gvern ħa l-pożizzjoni li minkejja l-fatt li m'hemmx il- biża` reali li jkun hemm moviment ta' ħaddiema li aħna ma nkunux nifilħu għalih, xorta waħda nnegozja biex iserraħ ras il-ħaddiem u naħseb li bl- arranġament li lħaqna moħħ il-ħaddiem għandu jkun mserraħ u m'għandux ikollu biża` li bis-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea jista` jiġi xi ħadd li jeħodlu xogħlu.", "Imma min-naħa l-oħra għandu jħares ukoll lejn il- potenzjal tas-suq Ewropew.", "Speċjalment iż-żgħażagħ, jekk iridu għandhom il- potenzjal tas-suq Ewropew u jistgħu jmorru jaħdmu f'partijiet oħra ta` l- Unjoni Ewropea, kif jagħmlu diġa` diversi żgħażagħ pero` b'ċertu xkiel.", "Għada pitgħada, mingħajr xkiel ta` xejn, jekk iż-żgħażagħ tagħna jridu jagħmlu esperjenza ta` xogħol barra minn Malta, sew hekk huwa forma ta` taħriġ vokazzjonali u sew jekk biex jispeċjalizzaw f'linja ta` xogħol li f'Malta m'għandhomx l-okkażjoni li jagħmlu u mbagħad wara jekk iridu jerġgħu jiġu Malta, jistgħu jagħmlu dan bid-dritt kollu mill-ewwel ġurnata tas-sħubija għax l-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta` Malta ma talbitx għall- perjodi transitorji.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem dwar dak li jirrigwarda s-self- employed.", "L-Onor.", "Gulia għamel aċċenn għall-fatt li jista` jkun li aħna ma nnegozzjajna xejn fir-rigward tas-self-employed bi żvista jew inkella intenzjonalment.", "Jiena nista` ngħidlu li żgur mhux bi żvista li ma nnegozzjajna xejn fir-rigward tas-self-employed f'dak li għandu x'jaqsam ma perijodu transitorju.", "Ma nnegozjajna xejn għax aħna konxjament għamilna l-evalwazzjonijiet tagħna u wasalna għall-konkluzjoni li m'hemmx lok li wieħed jinnegozja għal xi forma ta` xi perjodu transitorju jew xi forma ta` arranġament speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mas-self-employed għax fir-rigward tas-self- employed, kif għamilt il-punt f'dak li għandu x'jaqsam mal-moviment ħieles tal-ħaddiema - u meta ngħidu moviment ħieles ta` ħaddiema nkunu qed nirriferu għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati b'salarju, waqt li issa qed inħarsu lejn dawk li m'humiex impjegati – il-potenzjal għall- provvediment ta` servizzi fis-suq enormi ta` l-Unjoni Ewropea huwa potenzjal li ma ridniex nipperikolawh billi aħna nitolbu xi perjodu transitorju fir-rigward tas-servizz provduti f'Malta.", "Għaliex?", "Għax f'dan ir-rigward konna ċerti li kieku aħna tlabna xi forma ta` perjodu transitorju għall-provvediment ta` servizzi f'Malta, l-Unjoni Ewropea kienet tagħmel l-istess għall-provvediment ta` servizzi f'partijiet oħra fl- Unjoni Ewropea għax fil-qasam tas-servizz l-Unjoni Ewropea hija tassattiva u tesiġi li għandu jkun hemm, bla eċċezzjoni, il-moviment tal-provvista tas- servizzi mingħajr restrizzjonijiet.", "Dik hija ħaġa kardinali għall-Unjoni Ewropea u aħna ma kienx jaqblilna li jsir mod ieħor għax il-potenzjal tagħna, per eżempju, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji huwa li aħna nkunu nistgħu noffru servizzi fil-banking, fl-insurance, fit-turiżmu u f'oqsma oħra tas-servizzi finanazjarji u servizzi oħra simili mill-ewwel ġurnata tas-sħubija.", "F'dak li għandu x'jaqsam is-suq għas-servizz lokali veru li wieħed jista` jgħid li jista` jiġi xi Sqalli jew xi ħadd ieħor li jipprovdi xi servizz hawn Malta, pero` wieħed ukoll irid jgħid li bħal fil-każ tal-ħaddiema dawn huma biżgħat li fir-realta` ma jissarfux.", "Dawn huma biżgħat li jekk ikollok xi waħdiet li jiġu mhux se jikkawżaw problemi u għall-bżonn nattirawhom aħna stess.", "Per eżempju, fis-servizz tal-kaħħala u bajjada kien hemm każi fejn aħna stess attirajnihom għax ma bdjeniex insibu kaħħala u bajjada biżżejjed Maltin.", "Kien qed ikun hemm dewmien, biex ngħid hekk, fil- provvista ta` dan is-servizz u aħna stess bdejna kważi kważi nieħdu gost li jkun hawn min jagħti dak it-tip ta` servizz.", "Pero` bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, ġaladarba se jkun hemm il-moviment tas-servizz, se jkun hawn il- free provision of services, allura aħna jrid ikollna sistema ta` kontrolli effettivi.", "Min għandu d-dritt jipprovdi servizz hawnhekk għax huwa liċenzjat u għax għandu l-kwalifiki neċessarji, dak se jkun jista` jagħtihom is-servizzi.", "Min għandu dritt jagħti servizz hawnhekk għax huwa reġistat mal-VAT department, għax iħallas l-income tax u għax iħallas in- national insurance, dak se jagħtihom is-servizzi.", "Imma min m'għandux dritt li jagħti servizzi ma jistax jagħtihom u aħna se jkollna sistema effiċjenti biex dan jinqabad mill-ewwel u ma jkunx jista` jagħti dawn is-servizzi qabel ma jikkonforma ruħu mal-leġislazzjonijiet tal-pajjiż, jiġifieri qabel ma jkollu l-liċenzja neċessarja, qabel ma jkollu l-kwalifiki neċessarji u qabel ma jirreġistra ruħu għall-VAT, għat-taxxa tad-dħul u l-affarijiet l- oħra kollha.", "Fir-realta`, ġaladarba qed nitkellmu fuq suq żgħir u suq li huwa stabbilit, sew jekk qed nitkellmu fuq il-qasam tar-retail sew fuq il-qasam tat-tourist guides u oqsma oħra, huwa diffiċli ħafna li xi ħadd jiġi hawn u jistabbilixxi ruħu jew jagħti servizzi hawn Malta għax dak li jkun l-ewwel irid joqgħod jistenna sakemm iġib il-liċenzja, japplika għall-VAT, japplika għall-income tax, japplika għall-bolla, isib minn fejn jopera u jħallas il- liċenzja ta` fejn jopera u ħafna affarijiet oħra.", "Aħna għamilna din l- analisi u għaldaqstant wieħed irid jgħid r-realtajiet dwar is-servizzi kif inhuma.", "Din m'hijiex xi ħaġa li għamilniha b'mod sigriet.", "Dan il-punt jiena tkellimtu fil-Malta-EU Steering and Action Committee.", "Forsi kien sigriet għall-oppożizzjoni għax qatt ma ridiet tipparteċipa f'dan il-kumitat.", "Pero` dan il-punt sar, ġie diskuss u fl-aħħar wasalna għad-deċiżjoni li ma nitolbux għall-perjodu transitorju jew xi forma ta` arranġament speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-provvediment tas-servizzi.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar dak li ksibna f'dak li għandu x'jaqsam dwar il-kapitlu tal-kapital għax il-bieraħ l-Onor.", "Gulia għamel riferenza għal dan.", "F'dan ir-rigward irrid ngħid li hawnhekk veru kellna problema.", "Hawnhekk verament kellna biża` reali bħala gvern.", "Minħabba ċ-ċokon ta` Malta, minħabba li Malta hija diġa` mibnija konsiderevolment, minħabba fil-fatt li għandna popolazzjoni densa ħafna u minħabba fil-lokazzjoni ta` Malta – u hawnhekk il-klima tagħmel differenza – kellna biża` reali li bis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea l-prezzijiet tal-prorpjeta` jogħlew immens minħabba li jkun hemm iżjed demand għall- proprjeta` immobbli f'Malta.", "Allura ridna ninnegozzjaw forma ta` arranġament speċjali ta` natura permanenti din id-darba.", "Is-soluzzjoni ma kenitx li nitolbu perjodu transitorju ta` ħames snin, seba` snin jew għaxar snin bħalma għamlu l-Polonja u pajjiżi oħrajn minħabba din il-biża`.", "Fil- każ tagħna l-biża` ma kienx wieħed transitorju u allura għedna li rridu arranġament permanenti, u arranġament permanenti għall-Unjoni Ewropea hija dawgħa.", "Allura ridna ninnegozjaw bis-sħiħ, u nnegozjajna bis-sħiħ sabiex ġibna dan l-arranġament permanenti, din id-deroga.", "Din lilna biss ingħatat u aċċettaw li se tkun parti mit-trattatt u se jsir protokoll li fih ikun hemm il-fatt li aħna ħadna arranġament permanenti f'dak li għandu x'jaqsam ma` l-akkwist ta` proprjeta` immobbli f'Malta ħalli l-ebda qorti Ewropea għada pitgħada ma tkun tista` tbiddlu.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li aħna għandna l-akbar l-garanzija possibbli li dak li nnegozjajna se jibqa` sakemm aħna nibqgħu membri ta` l-Unjoni Ewropea.", "Ma' l-Unjoni Ewropea aħna nnegozjajna li jekk persuna minn kwalunkwe parti ta` l-Unjoni Ewropea, inkluż anke Maltin, għandha l-intenzjoni li Malta tkun ir-residenza primarja tagħha, jiġifieri din trid tgħix f'Malta, tista` takkwista l-ewwel proprjeta` hawn Malta mingħajr xkiel.", "Allura ovvjament għall-Maltin li twieldu Malta malli dawn jagħlqu t-18-il sena jistgħu awtomatikament jakkwistaw l-proprjeta` tagħhom mingħajr xkiel.", "Dawk li m'humiex Maltin li jridu jiġu u jistabbilixxu lil Malta bħala residenza primarja tagħhom jistgħu jakkwistaw l-ewwel proprjeta` bla xkiel.", "Pero` biex dawn ikunu jistgħu jixtru iżjed proprjetajiet iridu jgħaddu ħames snin residenti f'Malta.", "Allura dan fih innifsu, biex ngħid hekk, huwa xkiel biżżejjed biex iserħilna moħħna li dak li jkun ma jistax jaqbad u jiġi hawn u jispekula fuq proprjeta` Maltija jekk ma jiddeċidix li jitlaq pajjiżu permanentement, jadotta Malta bħala r-residenza primarja tiegħu u jagħmel ħames snin jgħix fiżikament Malta.", "Fir-rigward ta` l-oħrajn kollha li ma jridux jistabbilixxu Malta bħala residenza primarja tagħhom, jiġifieri jibqgħu, per eżempju, il-Ġermanja u jridu li jkollhom l-ewwel prorjeta` f'Malta – dawk iridu jagħmlu kif isir sal-lum.", "Biex jingħataw permess jixtru l-ewwel proprjeta` tagħhom iridu japplikaw għall-permess u hemm it-threshold ta` Lm35,000 u Lm50,000.", "Pero` dawn ma jkunux jistgħu jixtru t-tieni proprjeta` hawn Malta dment li ma jiddeċidux li jagħmlu lil Malta bħala residenza primarja tagħhom billi jiġu hawnhekk u jagħmlu ħames snin jgħixu Malta.", "Jiġifieri, fi ftit kliem, aħna nnegozjajna arranġament speċjali ta` natura permanenti li għandu jserħilna moħħna li m'għandux ikun hemm spekulazzjoni ta` proprjeta` f'Malta iżjed milli hawn illum u għaldqstant is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea m'għandhiex iġġib magħha r-riskju li l-prezz tal-proprjeta` jogħla.", "Jista` jogħla pero` jkun indipendentement mis-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Wieħed ta` min isemmi wkoll li bil-liġi eżistenti t-tfal jew it-tfal tat- tfal ta` emigranti Maltin, li bis-saħħa taċ-ċittadinanza doppja żammew dik Maltija apparti dik Kanadiża jew Awstraljana jew xi ċittadinanza oħra li għandhom, dawn jistgħu jispekulaw fuq proprjeta` hawn Malta avolja qatt ma għexu f'Malta .", "Issa wieħed jista` jgħid li din hija xi ħaġa tajba, pero` dan huwa riskju ta` spekulu fuq proprjeta` hawn Malta ferm iżjed reali minn dak ta` ċittadini oħra ta` l-Unjoni Ewropea.", "Bl-arranġament li għamilna ma` l-Unjoni Ewropea dawn għandhom dritt jistgħu jixtru l-ewwel proprjeta`.", "Jekk dawn jiddeċiedu li jiġu u jgħixu Malta u jadottaw lil Malta bħala r-residenza primarja tagħhom jistgħu jixtru l- ewwel proprjeta` u wara ħames snin jixtru proprjetajiet kemm iridu, pero` jekk ma jiġux jgħixu hawn Malta ma jkollhomx dak id-dritt.", "Min-naħa l-oħra wieħed irid jgħid li ġaladarba dawn għandhom iċ-ċittadinanza Maltija dawn jistgħu jixtru kwalunkwe proprjeta` fi kwalunkwe parti ta` l-Unjoni Ewropea.", "U din hija ħaġa tajba għax il-Malti jħobb jinvesti barra.", "S'issa għadu jinvesti flus fil-banek.", "Forsi għada pitgħada nibdew naħsbu f'investiment ta` xi ta` proprjeta` fil-Ġermanja, fl-Italja, fl-Ingilterra, fi Franza, fi Spajna u f'pajjiżi oħra ta` l-Unjoni Ewropea.", "Dak huwa tip ta` investiment li nistgħu niżviluppawh aktar 'il quddiem li japplika għall- Maltin kollha u għal dawk in-nies li għandhom ċittadinanza Maltija, apparti dik Awstraljana u dik Kanadiża, u li qatt ma resqu lejn Malta.", "Is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea se tagħtihom dan id-dritt, bħalma se tagħtihom id-dritt li jekk iridu jistgħu jmorru jaħdmu fi kwalunkwe parti ta` l- Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l-fatti u l-fatti għandna ngħiduhom kif inhuma ħalli l-poplu jkun jista` jiddeċiedi fuqhom.", "Sur President, nixtieq ukoll ngħid xi ħaġa dwar dak li għandu x'jaqsam mal- visas.", "Jekk aħna rridu nkunu parti mix-Schengen acquis allura huwa essenzjali li jkollna r-regoli dwar il-visas jaqblu ma` dawk ta` l-Unjoni Ewropea.", "Ma nistgħux ngħidu li rridu li jkollna d-dritt tax-Schengen u nkunu nistgħu mmorru kullimkien mingħajr passaport, pero` mbagħad ir-regime tal-viża tagħna ma jkunx jaqbel ma` ta` l-Unjoni Ewropea.", "Ma jistax ikun.", "Tird tiddeċiedi, jew waħda jew l-oħra u aħna ddeċidejna li jekk irridu nkunu membri ta` l-Unjoni Ewropea rridu ngawdu mill-vantaġġi enormi li joffri x-Schengen acquis u allura jrid ikollna r-regime tal-visas tagħna jaqbel ma` ta` l-Unjoni Ewropea.", "Allura għamilna l-analisi tagħna u ddeċidejna li nneħħu l-viża għal ċerti pajjiżi, bħar-Rumanija u l-Bulgarija fejn aħna kellna bżonnha biex nidħlu fihom u l-Unjoni Ewropea m'għandhiex bżonn.", "Imbagħad se ndaħħluha għal ċerti pajjiżi, bħal ċerti pajjiżi tal- Commonwealth u tal-Mediterran, fejn aħna ma kellniex bżonn il-visa biex nidħlu fihom imma l-Unjoni Ewropea kellha bżonnha.", "Pero` barra minnhekk se nieħdu ħsieb li ninnegozjaw arranġament ma` dawn il-pajjiżi, speċjalment ma` dawk tal-Mediterran, biex niffaċilitaw il-proċess f'dak li huwa multiple entry visas u f'dak li huwa proċess effiċjenti ta` kif joħorġu l- visas ħalli l-issue tal-viża ma tkun problema ta` xejn għal dak li huwa bona fide fil-kummerċ u l-istess għat-turist.", "L-oħrajn li jipprovaw jiskartaw minn pajjiżhom, hu liema hu, biex jiġu hawnhekk ħalli minn hawn imorru band'oħra, il-viża se tkun qed isservi ta` mezz kif tevita dik il- problema minn qabel.", "Sur President, x'inhi l-alternattiva ta` l-oppożizzjoni għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Forsi l-European economic area?", "Jekk inhi din, dak kollu li qed ibeżżgħuna fih, jiġifieri l-movement of perons, dak tas- servizzi u tal-kapital huwa parti mill-European economic area.", "Forsi hija Malta bħala Svizzera fil-Mediterran jew xi partnership á la carte?", "Jekk inħarsu lejn l-Isvizzera f'dak li huwa moviment ta` ħaddiema nsibu li anke l-Isvizzera għandha dan il-ftehim.", "Veru li għandha bħal qisu numerus clausus, pero` aħna nnegozjajna arranġament speċjali ma` l-Unjoni Ewropea.", "L-Isvizzera, min-naħa tagħha, innegozjat pakkett li jinkludi l-moviment ta` ħaddiema għall-Isvizzera b'limitu għal ċertu żmien imbagħad jinfetaħ kompletament.", "L-istess japplika għas-servizzi fir-rigward ta` l-Isvizzera.", "Allura forsi l-oppożizzjoni llum trid tipprova xi arranġament li jidher sabiħ u fejn dak kollu li hu tajjeb neħduh waqt li dak li hu ħażin l-Unjoni Ewropea taċċetta li ma neħduhx.", "Naħseb li l-Kap ta` l-Oppożizzjoni l- ġimgħa l-oħra jew il-ġimgħa ta` qabel irrealizza li dan l-arranġament m'huwiex fattibbli u għalhekk qed jgħidilna biex nitfgħu fuq l-iskaxxa sew is-sħubija kif ukoll il-partnership.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiena smajt b'attenzjoni lill- Ministru ta` l-Affarijiet Barranin u minn dak li qal wasalt għall- konklużjoni li l-gvern nazzjonalista rema s-sens komun.", "Filwaqt li qiegħed jgħid li l-Unjoni Ewropea tesiġi moviment ħieles tas-servizzi, fl-istess ħin qiegħed jgħid li jrid jikkontrolla dan il-moviment ħieles tas-servizzi biex jipproteġi s-self-employed ta` pajjiżna.", "Huwa proprju dan li jfisser il-kunċett ta` Malta bħala Svizzera fil-Mediterran.", "Jiġifieri mingħajr ma nintrabtu bl-obbligi li l-Unjoni tpoġġi fuq il-Maltin u l-Għawdxin ninnegozjaw fl-ispirtu tad-demokrazija u fl-ispirtu li l-Unjoni Ewropea hija parti mill-ħames kontinenti li jifformaw id-dinja u allura hemmhekk inkunu parti mid-dinja fil-modi tagħha u fil-parametri ta` l-hekk imsejħa globalizzazzjoni.", "Id-dinja hija magħmula minn ħames kontinenti, l-Unjoni Ewropea tifforma parti minn dawn il-kontinenti u għaldaqstant irridu nagħmlu dak kollu li jiġġenera l-ġid, u l-ġid jiġi ġġenerat bix-xogħol.", "Ħalli nfakkar għaliex l- oppożizzjoni qed tagħmel ir-rimarki tagħha fuq l-argument tax-xogħol.", "Irrid niġbed għall-attenzjoni ta` din il-Kamra li meta l-Parlament iddiskuta u approva li Malta ssir Repubblika żewġ terzi ta` dan il-Parlament qablu li din ir-Repubblika tkun mibnija fuq ix-xogħol.", "Għaliex?", "Għax jekk aħna rridu ngħolli l-livell ta` l-għajxien irridu nassiguraw ix-xogħol għax meta qed nassiguraw ix-xogħol qed insostnu s-sens komun.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri qed naraw li noħolqu spazju fejn Maltin u l-Għawdxin jaħdmu bi qligħ biex imbagħad l-istess xogħol li nkunu qed niġġeneraw jipprovdi gvern tabilħaqq matur u jwettaq politika li tindirizza l-ġid komuni tal-Maltin u l- Għawdxin.", "Dan huwa s-sens komun.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin waqt id-diskors tiegħu qal li l- Unjoni Ewropea m'hijiex xi montru.", "Jiena ngħid li monstru hu dak li jgħid li għal Malta ma jeżistux toroq oħra ħlief dik tas-sħubija.", "L-oppożizzjoni qatt ma rreferiet għall-Unjoni Ewropea bħala xi monstru anzi rrefetijet għaliha bħala partner strateġiku li magħha tista` tifforma partnership.", "Sur President, iktar milli noqogħdu nisvijjaw l-argument, hemm bżonn li nitkellmu iktar fuq is-sens komun.", "U hekk se nipprova nagħmel jien.", "Paragrafu (b) ta` artiklu 4A tat-Taqsima III li hemm fi klawsola 6 ta` dan l-abbozz li għandna quddiemna jgħid hekk:-", "\"4A.", "Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta` dan l-Att, il-Ministru jista` jagħmel regolamenti sabiex iwettaq kull ftehim jew ftehim dwar fruntiera, li tiegħu Malta tista` tkun parti, u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralita` ta` dak hawn qabel imsemmi, jista` jagħmel regolamenti biex:", "(b) jagħti u jirregola d-dritt ta` persuni msemmija fil- paragrafu preċedenti li jfittxu impieg u jaħdmu f'Malta u li jistabbilixxu u, jew jipprovdu jew jirċievu servizzi f'Malta;\".", "Mela dan l-abbozz ta` liġi jikkonferma li l-gvern qed jintroduċi mekkanismu biex f'ċerti ċirkostanzi, għax hekk timponi fuqu s-sħubija ta` Malta fl- Unjoni Ewropea, jerfa` piż li ma jiflaħx.", "Dan ma jsirx bil-politika ta` Malta bħala Svizzera fil-Mediterran.", "Għaliex?", "Għax il-piż li jerfa` pajjiżna biex jeżerċita kondizzjonijiet bħal dawn huwa l-piż ta` partnership fejn l-Unjoni Ewropea bl-ebda mod ma tkun tista` timponi fuqna dak li hi trid fis-sistema tagħha.", "Għaldaqstant meta f'paragrafu (b) ta` artiklu 4A tat-Taqsima III li hemm fi klawsola 6 ta` dan l-abbozz qegħdin ngħidu li l-Ministru jista` jagħmel regolamenti biex jagħti u jirregola d- dritt ta` persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti li jfittxu impieg u jaħdmu f'Malta u li jistabbilixxu u, jew jipprovdu jew jirċievu servizzi f'Malta qegħdin narmu s-sens komun.", "Għaliex?", "Għax iċ-ċirkostanzi ta` pajjiżna m'humiex iċ-ċirkostanzi ta` l-Unjoni Ewropea u din in-naħa tal- Kamra temmen li l-viżjoni għall-futur ta` pajjiżna m'hijiex is-sħubija sħiħa, imma l-partnership ma` l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, ħalli nkompli nispjega għaliex qed ngħid li l-gvern rema s- sens komun.", "X'qiegħed jiġri dwar il-biedja u s-sajd?", "Ċittadini ta` l- Unjoni Ewropea jistgħu jiġu u jixtru l-art agrikola.", "Imma fil-każ tas-sajd le, dawn se jkollhom dritt jieħdu t-territorju tal-baħar b'xejn.", "Għaliex dan?", "Għax il-common agriculture policy ma tispeċifikax u ma ssosntniex il- prinċipju ta` common land, imma fil-każ tal-common fisheries policy għandna l-common waters fejn allura mbagħad l-ibħra tagħna jiġu estiżi għas- sajjieda ta` l-Unjoni Ewropea.", "B'hekk pajjiżna jerġa` jmur lura għas- sitwazzjoni li kellna f'pajjiżna fl-1971 meta s-sajjieda Maltin u Għawdxin kienu jiddikjaraw li ma jistax ikun li ma jkollhomx il-kosta tas-sajd tagħhom għax inkella mhux se jaqilgħu l-ħobża ta` kuljum u mhux se jipprovdu provvista ta` ħut friska.", "Meta Malta, mill-1971 'il hawn, gawdiet mill-ftehim tal-protezzjoni tal-25 mil tal-kosta, il-familji tas-sajjieda u s-sajjieda nnifishom imxew 'il quddiem.", "Dawn kellhom dħul aħjar mis-snin ta` qabel minkejja li dak iż- żmien kien jingħad li jekk Malta ssir ħielsa u ma tibqax kolonja ta` l- Ingilterra kien se jispiċċa kollox u ma jkunx hawn opportunitajiet ta` xogħol.", "Imma bl-arranġamenti li kien għamel il-gvern laburista ta` dak iż- żmien id-dritt tax-xogħol baqa` sostnut u anke l-investiment kien wieħed kompatibbli għax bis-sens komun kollu ngħid li s-sajjieda tagħna investew skond kemm kienu jifilħu jerfgħu.", "Ma nvestewx f'dak li m'humiex kapaċi ferfgħu.", "Illum il-gvern qed jgħid lis-sajjieda tagħna li se nagħmlu żona ta` konservazzjoni biex nipproteġu l-ibħra tagħna.", "Mela se jagħmel żona ta` konservazzjoni u mbagħad se jġib lis-sajjieda barranin tal-pajjiżi membri ta` l-Unjoni Ewropea bid-dritt li jistadu fil-kosta tagħna.", "Il- gvern qed jgħid li se jkun hemm ċerti regolamenti, imma l-fatt hu li dawn jistgħu jistadu fil-kosta tagħna.", "Dan huwa stat ta` fatt li juri li l-gvern qed jarmi s-sens komun.", "Hemm bżonn li iktar milli noqogħdu nitkellmu għall- gallarija npoġġu s-sens komun fuq quddiem.", "Ma jistax ikun li l-oppożizzjoni tibqa` tiġi svantaġġata mill-media fejn kulħadd jipprova jgħid li qiegħda tbeżża` lin-nies meta fil-fatt tkun qed tiġġustifika l-verita` tal-fatti.", "L-oppożizzjoni mhux qed ikollha ċ-ċans li toħroġ il-punti ċari tas-sens komun u tal-loġika tagħha għax il-mezzi tal- media jpenġuhom b'mod differenti għax dawn qed isibu anke pressjoni mill- MIC.", "Sur President, kif diġa` għedt il-Ministru qal li l-Unjoni Ewropea temmen fil-moviment ħieles tas-servizzi u mbagħad qed ikun hu stess li jikkontrolla dan il-moviment tas-servizzi.", "Il-Ministru staqsa jekk l- oppożizzjoni trid tagħmel ftehim á la carte ma` l-Unjoni Ewropea?", "Jiena ngħidlu li dan ninnegozjawh kif jitlob is-sens komun, fil-kuntest ta` partnership fejn insostnu dak li aħna gawdenja fil-passat, jiġifieri d- dritt tax-xogħol.", "Aħna rridu niftakru li meta pajjiżna sar Repubblika għall- ewwel darba kellna l-paga minima nazzjonali.", "Dan għamilnih għax nemmnu li dritt għax-xogħol huwa l-mutur tal-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Sur President, irrid nerġa` nfakkar li meta aħna għamilna lil Malta Repubblika mibnija fuq ix-xogħol, għall-ewwel darba żewġ terzi tal-membri parlamentari qablu li dan għandu jsir u li dan il-prinċipju għandu jiġi sostnut.", "U hekk għamilna.", "Imma biex insostnu dan il-prinċipju għamilna ċerti riformi.", "M'għamilnihx biss argument imnaqqax fil-Kostituzzjoni ta` Malta, imma għamilnih b'liġi u pprattikajna s-sens komun f'dak li għandu x'jaqsam id-dritt għax-xogħol.", "Jiġifieri stabbilixxejna paga minima nazzjonali ħalli nkunu nistgħu tabilħaqq nassiguraw l-aqwa pedament għal dak li jirrigwarda l-livell ta` l-għajxien tas-soċjeta` tal-Maltin u l- Għawdxin.", "Allura filwaqt li qbilna li pajjiżna jrid jassigura x-xogħol aħna rajna kif noħolqu l-mekkaniżmi ħalli dan id-dritt ikun qed jiġi sostnut.", "Meta dan id-dritt ikun qed jiġi sostnut inti jkollok iktar attivita` soċjo-ekonomikament viabbli fejn in-nies ikunu qed jaħdmu u l- gvernijiet jiġbru l-ħlas tas-sigurta` nazzjonali u t-taxxi u mbagħad jerġgħu jinvsetuhom biex jassiguraw il-benefiċċji soċjali u s-servizzi tas- saħħa b'xejn lill-poplu.", "Ovvjament dan dejjem sar bl-iskop li jindirizza l- livell ta` l-għajxien.", "Issa għandna gvern li jrid jarmihom dawn l- affarijiet u għax aħna qed ngħidu x'impatt se joħolqu fuq iċ-ċittadini Maltin jekk dawn l-affarijiet jintremew qiegħed jgħid li aħna ngħidu dawn l- affarijiet għax inħarsu lejn l-Unjoni Ewropea bħala monstru u li dan huwa kollu biża` tagħna.", "Dan m'hu biża` xejn imma huwa stat ta' fatt. Dawn huma ċirkostanzi ta' kredibilità u aħna ma nistgħux inpaċpċu, inpaċpċu mingħajr ma nagħtu garanziji lil pajjiżna fuq is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, jien irrid nisma' kif il-gvern se jiggarantixxi x-xogħol u d-dħul għall-familji tas-sajjieda u l- ħaddiema Maltin u Għawdxin li jaħdmu fl-industrija tas-sajd wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, meta se jinħoloq żbilanċ minħabba d-drittijiet li se jibdew igawdu fl-ibħra tagħna l-investituri tal-pajjiżi membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "L-istess fis-settur tal-biedja.", "Mhux billi l-gvern joqgħod jgħid li ma jeżistix konċett ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea, li l-konċett ta' Svizzera fil-Mediterran ma jifhmu ħadd, li l-oppożizzjoni Laburista tħares lejn l-Unjoni Ewropea qisha monstru, minn din in-naħa tal-Kamra rridu l-fatti.", "Se jkun assigurat id-dritt tax- xogħol tal-bdiewa, tar-raħħala, tan-nies li jaħdmu fl-industrija ta' l- ipproċessar ta' l-ikel, fl-agro-industrija u fl-industrija tax-xorb?", "Qegħdin nassiguraw li l-ħaddiema u n-negozjanti Maltin u Għawdxin se jkollhom id-dħul garantit li għandhom illum meta pajjiżna jibda jerfa' l- piż tal-kompetizzjoni li se ġġib magħha s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dalgħodu fil-ħin tal-mistoqsijiet skantajt kif il-ministru ta' l- agrikoltura ma kienx jaf x'inhi l-GATT licence.", "Ma jafx li l-Unjoni Ewropea timponi li l-pajjiżi stati tagħha jħallsu dazju ta' 20% fuq l-ewwel 113,000 tunnellata ta' ċanga importata minn New Zealand u 'l fuq minn dan it-tunnellaġġ iħallsu dazju ta' 12.8%, u Euro 3 levy fuq kull kilo.", "Il- Ministru dalgħodu qal li huwa qatt ma sema' bil-GATT licence, imma jaf bit- TARIC quotas.", "Meta nisimgħu dan il-burdell u dan it-taħwid, bilfors ikollna nistaqsu lill-gvern: Ġaladarba qed tgħid li l-unika triq għas- settur tal-biedja u s-sajd hija s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, agħtina l-garanzija li dawn se jibqgħu jgawdu l-impjieg u d-dħul li għandhom illum, anke jekk il-produzzjoni tiġi megħluba bil-penetrazzjoni tas-swieq, għax l-istat se jagħmel tajjeb għal dan.", "Dan li jridu jisimgħu l-bdiewa u r-raħħala.", "Sur President, ħalli nġib eżempju żgħir biex nuri kemm il-gvern qed jarmi s- sens komun.", "Jekk f'pajjiżna għandna strutturi li se jkissru l-kontrolli ta' l-importazzjoni li għandna biex nassiguraw dan l-għajxien, u mbagħad noħolqu kontrolli oħra li m'humiex importanti għall-konsumatur Malti u għall-industrija tat-turiżmu ...", "Per eżempju, kif għadni kif spjegajt, il- GATT licence timponi fuq il-konsumatur Malti u fuq l-industrija tat-turiżmu levy - li hija msejħa GATT licence - ta' Euro 3 fuq kull kilo u 12.8% dazju fuq kull 300g laħam li jiġu mportati minn New Zealand.", "Iżda llum l-importaturi tal-laħam f'pajjiżna huma fil-libertà li jimportaw dan il-prodott mingħajr l-ebda xkiel - u hekk jibqgħu bil-politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea u hekk jibqgħu fil-kontest ta' Svizzera fil-Mediterran - għax lokalment aħna ma nipproduċux biżżejjed ċanga għad- domanda tal-konsumatur Malti u ta' l-industrija tat-turiżmu.", "U anke jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea - hawn hu aspett ieħor fejn il-gvern qed jarmi s- sens komun - Malta ma tibbenefikax minn ċerti sussidji minħabba ċ-ċokon tagħha, d-densità għolja tal-popolazzjoni, allura jkollna ċerti problemi f'dak li huwa waste management.", "Għalhekk, jekk pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea se jitlef dak li qed igawdi llum.", "Dan huwa sens komun u inutli tan-naħa l-oħra jipprovaw jgħidulna li aħna qed inbeżżgħu lin-nies bil-babaw jew li qed inħarsu lejn l-Unjoni Ewropea bħala monstru.", "L-Unjoni Ewropea timponi dawn il- kontrolli għax għandha s-sens komun li tipproteġi l-biedja tagħha.", "U l- biedja m'hijiex il-basal u l-ġdur, il-biedja m'hijiex il-bajda friska, il- biedja m'hijiex it-3% jew it-2% tal-prodott gross domestiku.", "Il-biedja m'hijiex ftit mijiet ta' sajjieda, ftit mijiet ta' raħħala u ftit eluf ta' bdiewa fulltime u part-time.", "Il-biedja hija l-ikel u x-xorb għall-Maltin u l-Għawdxin u għall-miljun turist li s'issa għadhom iżuru lil pajjiżna kull sena.", "Għaldaqstant hija pern importanti biex pajjiżna jkun kompetittiv.", "Pajjiżna huwa net food importer u jiġri x'jiġri bilfors irid jibqa' jimporta l-ikel biex jissodisfa d-domanda kemm ta' l-industrija tat-turiżmu u kemm tal-konsumatur Malti u Għawdxi.", "Għax il-ħaddiema tagħna forsi jixtru karozza kull erba' snin, iżda jridu jieklu u jixorbu kuljum.", "Allura jrid ikollna ċerti strutturi ta' kompetittività garantiti.", "U s'issa dawn qed jiġu garantiti biss permezz ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea fil- kontest ta' Svizzera fil-Mediterran, kif qed jipproponi l-partit Laburista.", "Aħna nsostnu li l-aħjar għażla hija dik ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea għax sħubija sħiħa ġġib fuqna dawn il-piżijiet kollha li ma nifilħux.", "U ħażin jekk xi ħadd jaħseb li meta inti tgħid lill-poplu jerfa' dak li jiflaħ tkun qed iċċekken il-kapaċità tiegħu.", "Ma tkunx qed tagħmel hekk, imma tkun qed tpoġġi s-sens komun fuq quddiem.", "Huwa żbaljat min jaħseb li l-loġika ma tirbaħx fuq ix-xjenza għax fir-realtà l-bniedem jgħix permezz ta' strutturi li jkunu sostenibbli għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku tiegħu.", "Jagħmel ħażin min jipprova jgħid li din hija fantasija, jew li din hija viżjoni ta' l-Oppożizzjoni li tħares lejn l-Unjoni Ewropea bħala monstru.", "M'hu veru xejn.", "Irridu nindirizzaw is-sens komun.", "Għaldaqstant, fid-dawl ta' dawn il-piżijiet kollha li pajjiżna jrid jerfa', aħna li qed naraw min-naħa ta' l-oppożizzjoni l-impjiegi mhedda u qed naraw li l-gvern b'dan l-abbozz jiddikjara bħala dispożizzjonijiet speċjali li:", "\"...il-Ministru jista' jagħmel regolamenti sabiex iwettaq kull Ftehim jew Ftehim dwar Fruntiera ̧ li tiegħu Malta tista' tkun parti ̧ u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta' dak hawn qabel imsemmi ̧ jista' jagħmel regolamenti biex:", "jagħti u jirregola d-dritt ta' persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti li jfittxu impjieg u jaħdmu f'Malta u li jistabbilixxu u ̧ jew jipprovdu jew jirċievu servizzi f'Malta.\",", "inħossu li dan huwa piż li ma nifilħux.", "Din mhix kwestjoni ta' naqblu jew ma naqblux imma hija kwestjoni ta' sens komun u loġika.", "Per eżempju ̧ fl- isport ma tistax titfa' l-lightweight mal-heavyweight.", "Dan ma tagħmlux biex iċċekken il-lightweight jew tgħid li l-lightweight mhuwiex boxer tajjeb imma għax tidħol il-loġika u dan ma tistax ma tagħtix kasu.", "Għalhekk biex f'Malta jogħla l-livell ta' l-għajxien u biex Malta tibqa' tgawdi l-libertà u twessa' l-parametri tad-demokrazija, l-aħjar triq li taqbad hija dik ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea fil-kontest ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Għal ħafna nies madwar id-dinja l-Isvizzera huwa pajjiż stmat u rispettat ħafna għall-kwalità ta' welfare state u għall- kwalità ta' livell ta' għajxien li għandu.", "Sur President ̧ ta' min igħid li l-gazzetti u l-mezzi tal-media ma jgħinuniex biex nispjegaw il-konċett ta' Svizzera fil-Mediterran għax huma orkestrati kontra l-partit Laburista u kontra l-oppożizzjoni.", "Per eżempju ̧ għada ma nsibux argumenti fil-gazzetti dwar dak li kkonferma dalgħodu l- Ministru Ninu Zammit meta l-ewwel qal li se jneħħu l-levies u mbagħad qal li se ndaħħluhom – fil-fatt semma li hemm xi kwota marbuta magħhom li llum ma teżistix – għax se nkunu nifformaw parti mill-Unjoni Ewropea u allura rridu nitgħabbew b'dawk il-piżijiet ukoll.", "Liema waħda hija t-tajba?", "Jekk inhuma tajbin it-tnejn għandhom jgħidulhom lin-nies.", "Mhux aħna qed ngħidu l-ħażin imma huma.", "Għalfejn il-gvern Nazzjonalista qed jarmi s- sens komun?", "Dan il-punt irid jiġi ndirizzat u ma jistax ikun li nkomplu nużaw buzzwords u noqtlu l-argumenti b'mod strateġiku li qed tressaq l- oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni Laburista tiddikjara li l-aktar konsumaturi fid-dinja li huma ntaxxati direttament u indirettament huma l-konsumaturi ta' l-Unjoni Ewropea għax dawn jerfgħu fuq spallejhom dak li gvern Laburista, b'partnership ma' l-Unjoni Ewropea, ma jħallix lill-Maltin u l-Għawdxin jerfgħu għax jemmen fid-dritt tax-xogħol, fid-dritt tal-kompetittività u jemmen li jrid jindirizza l-iżvantaġġ li għandu pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' economy of scales.", "Mhuwiex sostenibbli li pajjiżna jkun mgħobbli bil-piżijiet tal-GATT licence ̧ bl-ispecial safeguards li l- Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO ̧ bit-tariff quotas li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO biex tikkontrolla l-importazzjoni ta' l- ikel tal-popli tagħha mill-pajjiżi li mhumiex membri u bil-piżijiet tat- TARIC?", "Qed ngħid dan għax tidħol jew ma tidħolx fl-Unjoni Ewropea, Malta xorta se tibqa' net food importer.", "Biex it-tiġieġ ibidu l-bajd u l-baqar jipproduċu l-laħam u l-ħalib xorta jridu jieklu.", "Biex l-industriji tagħna ta' l-ikel ̧ ta' l-ipproċessar u tax-xorb jaħdmu l-minerali ̧ iċ-ċikkulati, il-ġelati u prodotti pproċessati oħrajn bilfors iridu jimportaw sorsi ta' materja prima, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna rridu ngawdu ċerta flessibilità li tiggarantixxi li l- l-ekonomija tagħna ma xxekkilx il-kondizzjonijiet li jkun hemm fis-swieq internazzjonali.", "Dawn il- kondizzjonijiet mhux qed jiċkienu imma qed jikbru u llum irridu nfakkru li ċ-Ċina wkoll saret membru tad-WTO.", "Għalhekk iċ-Ċina, flimkien ma' l- Amerika, ma' l-Awstralja, mal-Kanada u mal-Brażil – dawn kollha huma pajjiżi produtturi ta' l-ikel u l-ikel jiġi kkonsmat kuljum – se joffru sfida u se jkunu kompetittivi fis-swieq internazzjonali.", "Fil-fatt fl- imgħoddi jien għamilt riferenza – din tinħeba mill-gazzetti tagħna speċjalment mill-gazzetti bl-Ingliż li jirrapportaw ix-xogħol li jsir f'dan il-Parlament - u spjegajt li biex l-Istati Uniti tikkompeti fis-swieq internazzjonali żiedet is-sussidji tal-biedja tagħha b'żewġ terzi.", "Sur President, il-gvern irid jifhem li l-oppożizzjoni mhux qed tħares lejn l-Unjoni Ewropea bħala xi monstru anzi trid li magħha jkun hemm partnership.", "Għalhekk irridu naraw li jkun hemm mudell sostenibbli biex naraw x'jaqbel għal Malta vis-à-vis l-Unjoni Ewropea u x'jaqbel għal Malta vis-à-vis l-bqija tal-kontinenti l-oħrajn.", "Sur President, huwa mportanti li npoġġu s-sens komun fuq quddiem pero' hawnhekk wieħed irid ifakkar dak li għadu kemm qal sieħbi l-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin meta qal li rridu nirrispettaw is-sistema ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jaf li wieħed mill- prinċipji ta' l-Unjoni Ewropea huwa l-moviment ħieles tas-servizzi.", "Pero' filwaqt li qed igħidu li rridu nagħmlu kondizzjonijiet speċjali biex taparsi jiġu protetti l-impjiegi tal-poplu tagħna, dan l-abbozz ta' liġi qed igħid hekk:", "\"Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta' dan l-Att ̧ il-Ministru jista' jagħmel regolamenti sabiex iwettaq kull Ftehim jew Ftehim dwar Fruntiera ̧ li tiegħu Malta tista' tkun parti ̧u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta' dak hawn qabel imsemmi ̧ jista' jagħmel regolamenti biex:", "jagħti u jirregola d-dritt ta' persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti li jfittxu impjieg u jaħdmu f'Malta u li jistabbilixxu u ̧ jew jipprovdu jew jirċievu servizzi f'Malta;\".", "Dan jikkonferma l-piż li se nitgħabbew bih.", "Allura l-gvern qed igħidilhom lin-nies tax-xogħol u lin-negozjanti li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea ma jistgħux jimportaw materja prima kemm iridu għax imbagħad jibdew jikkontrollawlhom dak li jipproduċu?", "Kif jista' jkun li tikkontrolla x'jipproduċu l-Maltin u l-Għawdxin u mbagħad ma tikkontrollax x'jiġi mportat?!", "B'dan il-mod ma tkunx qed tikkontrolla u tara dak li jaqbel għall-bidwi, għar-raħħal u għall-industriji Maltin tal-birra, tal- minerali, tal-juices u ta' l-ipproċessar imma tkun qed iddaħħal kondizzjonijiet li jipproteġu l-industrija tal-biedja li hemm fl-Unjoni Ewropea u li f'Malta qatt ma nistgħu nipproduċu u niżviluppaw minħabba ċ- ċokon ta' pajjiżna ̧ minħabba l-economy of scale żgħira tagħna u minħabba ħafna fatturi oħrajn.", "Għalhekk minħabba dawn l-affarijiet kollha huwa mportanti li jkollna ċerta protezzjoni li mhux biss tipproteġi d-dritt tal- bdiewa, tar-raħħala u tassajjieda imma tipproteġi wkoll id-dritt tax- xogħol u tara li dan ma jkunx imxekkel minn pajjiżi oħrajn speċjalment dawk li huma membri ta' l-Unjoni Ewroepa.", "Jien m'għandi xejn kontra dawn il- pajjiżi imma meta nqisu d-daqs tal-gżira tagħna ̧ l-iżvantaġġi ta' l-economy of scale tagħna u affarijiet oħrajn naħseb li se jkollna piżijiet li l- Maltin u l-Għawdxin ma jifilħuhomx.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi huwa nteressanti ħafna u segwejt id-diversi membri parlamentari li taw il- kontribut tagħhom speċjalment il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "Dan huwa abbozz ta' liġi mportanti ħafna tant li jekk wieħed iħares lejn is- summit ta' l-Unjoni Ewropea li sar il-weekend li għadda f'Seville fi Spanja ̧ isib kif proprju dan huwa wieħed mill-aktar suġġetti li qed jiġi diskuss bħalissa.", "F'Diċembru li għadda jien kont qiegħed f'kumitat tar-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea f'Barċellona fejn proprju s-suġġett kien l-immigranti u kif wieħed għandu jittratta magħhom.", "Hemmhekk wieħed seta' jara l-parteċipazzjoni ta' diversi pajjiżi u ta' diversi gżejjer.", "Per eżempju, kien hemm ħafna rappreżentanti tal-gżejjer Baleariċi u ta' gżejjer oħra fosthom tal- gżejjer Griegi għax gżira aktar ikollha problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' immigranti illegali.", "Kif spjega tajjeb il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ̧ meta wieħed jitlaq minn pajjiżu jkun telaq għal raġuni partikolari u mhux għal xi avventura.", "Ovvjament dejjem ikun hemm l-eċċezzjonijiet imma ġeneralment wieħed jitlaq minn pajjiżu għax ikun hemm problemi politiċi ̧ ekonomiċi, soċjali jew soċjo-ekonomiċi.", "Pero' mbagħad min jitlaq ifittex mezz kif ikun jista' jmur f'destinazzjoni aħjar.", "Ħafna drabi dawn in-nies jaqbdu mezzi ta' trasport magħrufa ̧ bħall-ajru u l-baħar u allura Malta hija suxxettibbli ħafna li jkollha dan it-tip ta' immigranti illegali.", "Pajjiżna għamel ħafna sabiex persuni li għandhom problemi fil-pajjiż oriġinali tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu żmien f'pajjiżna u jingħataw status ta' immigranti illegali fejn ikunu jistgħu jipparteċipaw u jintegraw ruħhom fis-soċjetà li jkunu bdew igħixu fiha.", "Per eżempju, fil-Belt u l- Furjana hemm ħafna familji mill-Iraq li għandhom status ta' refuġjati u ħafna minnhom jistennew li jmorru f'pajjiżi oħrajn li jkunu jistgħu jilqgħuhom.", "Imma l-punt hu li wieħed irid jagħmel distakk komplet bejn dak li hu illegali u bejn dak li hu legali.", "Imma biex wieħed jintegra lil dawn in- nies, irid ikun organizzat.", "L-Isvezja hija waħda minn dawk il-pajjiżi li għandha numru kbir ta' nies li oriġinaw minn pajjiżi oħra, u dawn in-nies, li fil-maġġoranza kbira tagħhom marru joqogħdu fin-naħat ta' Stokkolma, irnexxielhom jibqgħu jrabbu lill-familji tagħhom hemmhekk għal ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Naturalment għall-bidu li dawn in-nies marru jgħixu fl-Isvezja, huma sabu ruħhom xi ftit iżolati, pero` bil-mod il-mod iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar dawn il-persuni bdew jintegraw, anke minħabba l- organizzazzjoni li sabu fil-pajjiż li qed jospitahom.", "Huwa importanti li kull pajjiż jara kif jittratta l-problema ta' l- immigrazzjoni bl-aħjar mod għax huwa faċli li pajjiż jgħid li huwa jagħti merħba lil kulmin imur jipprova jsib futur aħjar hemmhekk jekk imbagħad ma jkunx jista' jżomm id-dinjita` ta' dawn il-persuni.", "Ta' min isemmi wkoll li minbarra l-Isvezja, anke l-Kanada, l-Awstralja, il-Ġermanja u l-Awstrija jospitaw mijiet ta' eluf ta' persuni li joriġinaw minn pajjiżi oħra - ħafna drabi lil dawn il-persuni ssibhom jgħixu fl-ibliet kapitali ta' dawn il- pajjiżi - u dawn irnexxielhom jintegraw fil-pajjiż li qed jgħixu fih.", "Fil- fatt meta nkun barra minn Malta, niltaqa' ma' diversi nies li jkunu oriġinaw minn pajjiżi oħra, fosthom ma' taxi drivers.", "Ħafna drabi lil dawn in-nies issibhom li huma kapaċi jitkellmu diversi lingwi, u anke mid-dehra tagħhom u minn kif iġibu ruħhom, tinduna li dawn in-nies għandhom standard of living diċenti.", "Bħalissa fl-Ewropa hemm moviment sħiħ sabiex kemm jista' jkun fil-pajjiżi Ewropej ma jibqgħux jiddaħħlu persuni li joriġinaw minn pajjiżi oħra.", "Fis- snin li għaddew rajna kemm il-partit lemini ta' Haider kien kontra l- immigrazzjoni, u wieħed seta' jerġa' jara din l-istess tip ta' politika anke fi Franza, fejn il-partit lemini estrem ta' Le Pen uża proprju l- ferment li kien hemm ġo Franza kontra l-immigrazzjoni sabiex jikseb l- appoġġ tan-nies għall-elezzjonijiet presidenzjali li saru f'dan il-pajjiż.", "Aħna stajna naraw dan il-fenomenu jseħħ ukoll ġo l-Olanda, fejn il-partit ta' Fortuyn - li kien tant maħbub fl-Olanda u li kellu jgħaddi mill- esperjenza kerha li jitlef ħajtu minħabba l-impenn politiku tiegħu - kien saħansitra jirrappreżenta moviment kontra l-immigrazzjoni.", "Mr Speaker, huwa veru li matul is-snin dawn il-pajjiżi li għadni kif semmejt għamlu ħafna sabiex jospitaw u jintegraw persuni li oriġinaw minn pajjiżi oħra, imma wieħed m'għandux jitlef il-kuxjenza f'daqqa waħda.", "Jien qrajt dak li ġara fis-summit ta' l-EU f'Sevilja, u stajt nara li ċerti pajjiżi, bħall-Ingilterra u Spanja - u hawn ta' min jgħid li dawn il- pajjiżi kienu rrappreżentati minn Tony Blair, li jirrappreżenta lill-partit Laburista Ingliż u minn Aznar, li jirrappreżenta lill-partit tal-lemin ta' Spanja - xtaqu saħansitra li dawk il-pajjiżi li jħallu liċ-ċittadini tagħhom jitilqu minn pajjiżhom u jmorru illegalment f'pajjiżi Ewropej jiġu sanzjonati.", "Kuntrarjament għal dan, uħud mill-gvernijiet Skandinavi u anke l-President Chirac ta' Franza xtaqu li l-Unjoni Ewropea ma titlifx ruħha, lanqas f'sitwazzjonijiet diffiċli bħalma jeżistu llum.", "Filwaqt li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel minn kollox biex l-immigranti illegali jonqsu, fl-istess ħin m'hijiex qed tippenalizza lil dawk il- pajjiżi li minnhom ikunu oriġinaw dawn il-persuni, anzi qed tipprova tikkollabora magħhom għax fl-aħħar mill-aħħar is-soluzzjoni għal dawn il- problemi hija l-kollaborazzjoni.", "Illum id-dinja kollha qed tiġi globalizzata, u fil-fatt anke fil-logħob tat-Tazza tad-Dinja, stajna naraw atleti li ma kenux qed jirrappreżentaw lil pajjiżhom imma lil pajjiżi differenti.", "Fil-logħob għat-Tazza tad-Dinja stajna wkoll ninnotaw il- kapaċita` organizzattiva tal-kontinent Asjatiku permezz tal-Korea t'Isfel u tal-Ġappun, u matul dawn l-aħħar snin rajna saħansitra l-livell ta' ċerti pajjiżi fil-kontinent ta' l-Asja u ta' l-Afrika jogħla.", "Imma l-punt li rrid nagħmel hawnhekk huwa li bil-globalizzazzjoni d-differenzi ma spiċċawx, anzi sfortunatament bil-globalizzazzjoni l-ġid qed jitgawda mill- iktar pajjiżi b'saħħithom filwaqt li l-iktar pajjiżi fqar ...", "U meta qed insemmi l-pajjiżi l-fqar m'iniex qed nirriferi biss għal dawk il-pajjiżi li huma fqar fil-flus jew f'dak li għandu x'jaqsam ma' gross domestic product imma qed nirriferi wkoll għal kemm pajjiż għandu aċċessibbilta` għall- internet u għandu a knowledge-based society.", "Għaż-żmenijiet tal-lum huwa essenzjali li jkollok a knowledge-based society għax jekk il-poplu ma jiġix edukat u informat, l-ekonomija tal-pajjiż ma tkunx tista' tissaħħaħ.", "Per eżempju, l-internet huwa wżat l-iżjed fl-iktar pajjiżi żviluppati u ftit li xejn huwa wżat fl-inqas pajjiżi żviluppati, fosthom fil-pajjiżi tat-Tielet Dinja.", "It-tip ta' differenzi li jeżistu bejn pajjiż u ieħor ma jgħinux lill-immigrazzjoni illegali tonqos, anzi jkomplu jikkontribwixxu sabiex l-immigrazzjoni illegali tkompli tikber.", "Mr Speaker, il-globalizzazzjoni ġġib magħha wkoll ċerti vantaġġi.", "Per eżempju, il-fatt li llum kumpanniji multinazzjonali qed jinvestu f'pajjiżi fejn x'aktarx il-pagi qed ikunu iktar baxxi sabiex dak ix-xogħol li huwa labour intensive ikun jista' jsir bi produttivita` u b'effiċjenza, qed jgħin sabiex isir ċertu investiment.", "Imma biex inkompli nitkellem dwar il- kollaborazzjoni, irrid ngħid li huwa importanti ħafna li jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn il-pajjiżi li minnhom jitilqu l-immigranti u bejn il-pajjiżi li jilqgħuhom, u jien nemmen li l-Unjoni Ewropea hija fost l-iktar organizzazzjonijiet internazzjonali li qiegħda taħseb dwar dan.", "Meta dan l-aħħar attendejt għal kumitat tar-reġjuni f'Barċellona, ġie diskuss x'qed jiġri mill-familjari ta' dawk l-immigranti li telqu mill- pajjiż oriġinali tagħhom u marru jaħdmu ġo pajjiż fl-Unjoni Ewropea, anke jekk b'mod legali, għax ħafna drabi dawn ikunu ħallew lill-familja warajhom, u huwa hawnhekk fejn għandha tidħol il-kollaborazzjoni bejn il- pajjiżi.", "Huwa importanti li iktar milli jkun hemm sanzjonijiet kontra l- pajjiżi minn fejn jitilqu dawn l-immigranti, ikun hemm kollaborazzjoni magħhom.", "Mr Speaker, jien jidhirli li l-fatt li pajjiżna qiegħed jgħaddi l-liġijiet sabiex ikunu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea qiegħed jgħin għax minkejja l-workforce li għandna, il-pulizija, il-forzi armati u l-persuni li jikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali, aħna għandna l-limitazzjonijiet tagħna, imma żgur li flimkien ma' pajjiżi oħra nistgħu ntejbu s- sitwazzjoni.", "Kif diġa' semma l-Ministru Tonio Borg, l-Unjoni Ewropea tħaddem politika fejn filwaqt li meta wieħed imur minn pajjiż għall-ieħor ta' l-Unjoni Ewropea ma jkollu ebda forma ta' kontroll ...", "Per eżempju, jien niftakar li meta kont mort Finland u minn hemmhekk kont se nitlaq għall-Isvezja bi cruiseliner, għalkemm ma kontx intlabt passaport, xorta waħda ċċekkjawli x'għandi fil-karozza biex jaraw għandix xi affarijiet illegali fil-pussess tiegħi.", "Fil-fatt anke l-ftehim ta' Schengen jagħmel il-punt li xorta waħda jridu jsiru ċerti kontrolli f'dan il-każ.", "Madanakollu meta ċittadin ta' pajjiż li huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea jmur f'pajjiż ieħor li m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea, isir ħafna iktar kontroll.", "Meta ġieli ngħaddi mix-xatt tal-Belt minħabba x-xogħol tiegħi u nara għexieren ta' persuni, biex ma ngħidx mijiet, deħlin f'pajjiżna, jiġuni suspetti kbar dwar l-affarijiet li jkunu qed jiddaħħlu f'pajjiżna, u jien naħseb li bil-kollaborazzjoni ta' pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea nistgħu ntejbu ħafna minn dan il-lat, iktar u iktar meta tqis li Malta hija fruntiera mal-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq u anke tal-bqija tal- Mediterran.", "Ovvjament ma nistgħux ngħidu li fl-Ewropa m'hemmx problemi, jiġifieri wieħed irid joqgħod attent ukoll li meta jintegra ruħu ma' l-Unjoni Ewropea, ma jkunx hemm problemi ġo l-Unjoni Ewropea stess.", "Madanakollu m'għandix dubju li permezz ta' l-Unjoni Ewropea, Malta se jkollha iktar mezzi kif tikkollabora ma' pajjiżi li huma barra mill-Unjoni Ewropea, bħan- North Africa, għax l-Unjoni Ewropea tant hija istituzzjoni qawwija u b'saħħitha li diġa' qed torganizza l-mod kif tikkollabora ma' pajjiżi tan- North Africa u tal-Mediterran fir-rigward ta' l-immigrazzjoni.", "Għalhekk meta pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, huwa se jsib dan ix-xogħol kollu lest a favur tiegħu, u jien ċert li ġaladarba pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, huwa se jtaffi t-tbatija li jkollhom jgħaddu minnha l-immigranti illegali, li qed jitilqu minn pajjiżhom sforz id-disperazzjoni tagħhom, u dan billi jospitahom sakemm jissetiljaw b'mod permanenti f'pajjiżi barranin.", "Mr Speaker, nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li jien nemmen li dan l- abbozz ta' liġi huwa importanti ħafna.", "Per eżempju, fatt importanti huwa li kumpannija ta' l-ajru li ġġib immigranti llegali f'pajjiżna tista' tiġi saħansitra immultata Lm5,000.", "Għalhekk nerġa' ngħid li din hija liġi importanti ħafna u li se tgħin biex titjieb anke d-dinjita` ta' dawn l- istess immigranti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden issa lill-Ministru ta' l- Intern u l-Ambjent sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, it-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2002 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali –Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Grazzi, Sur President.", "Xi xahar ilu, f'dan il- parlament kont qajjimt każ dwar kif ammont ta' Lm60,000 sal-lum il-ġurnata għadu ħadd ma jaf x'sar minnu.", "Mhux biss ħadd ma jaf x'sar minn dan l- ammont, imma hemm ħafna dubji dwar fejn spiċċaw, għand min qegħdin u kif għaddew għand min qegħdin.", "Dak l-intervent li kont għamilt jien dakinhar wassal biex f'wieħed mill-ġurnali lokali tat-30 ta' Mejju ta' din is-sena jinkiteb editorjal dwar dan il-każ.", "Mr. Speaker, dan il-każ jirrigwarda każ imur lura għal 1995-1996 fejn il- ministeru tal-ġustizzja u l-arti ta' dak iż-żmien immexxi mill-Onor.", "Michael Refalo, kien għadda dan l-ammont sostanzjali ta' flus lill-club tal- waterpolo ta' San Ġiljan biex suppost isir xogħol ta' titjib f'dan il- pitch.", "Fl-editorjal ta' l-Orriżont tat-30 ta' Mejju saru diversi mistoqsijiet u nġibdet l-attenzjoni dwar diversi punti.", "Fost dawn bla dubju ta' xejn issemma` kif il-ministru Refalo qal li l-fondi approvati mill-ministeru kienu biex isir titjib fil-pitch tal-waterpolo.", "Il-Ministru qal li dan sar peress li fil-budget ta' dik is-sena ma sarx użu tal-fondi u biex titħaffef il-proċedura, l-flus mill-ministeru għaddew lill-klabb tal- waterpolo mingħajr lanqas kien għadu beda x-xogħol.", "Fl-intervent li kont għamilt ftit tal-ġimgħat ilu, Sur President, kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra rċevuti ta' blokki tal-konkos li suppost saru bħala xogħol fuq is-sit.", "Dawn il-vouchers kienu jirrappreżentaw ammont ta' xi tmenin blokka tal-konkos, pero' minkejja dan, min imur hemmhekk ma jara xejn.", "Dawn huma rċevuti uffiċjali li l-kumpannija li suppost għamlet ix-xogħol tħallset tagħhom, pero' meta llum tmur hemmhekk ma tara assolutament xejn.", "Minkejja dan, b'xi skuża jew oħra dawn il-flus għaddew u l-president tal-club tal-waterpolo ta' San Ġiljan ta' dak iż-żmien, li huwa s-sindku nazzjonalista tal-lokal ta' San Ġiljan, ma riedx li l-klabb iżomm dawn is-Lm60,000 u ma riedx li hu jidħol responsabbli għal dak li kien qed jagħmel il-Ministru Refalo u allura l-ministeru qabeż lill-club tal- waterpolo ta' San Ġiljan u għadda dawn is-Lm60,000 lill-kuntrattur u l- perit li kienu responsabbli għax-xogħol.", "Sur President, jekk ma naqblu fuq xejn, fuq dan kollu jaqbel kulħadd li l- affarijiet saru b'mod stramb.", "Kull minn huwa intiż fil-proċeduri finanzjarji li jitħaddmu fid-dipartimenti, fil-ministeri u fl-entitajiet governattivi jaf li dan m'huwiex il-mod kif isiru l-affarijiet.", "Safejn naf jien qatt ma ngħataw fondi mill-gvern lil xi entita' jew lil xi ħadd qabel ma jibda jsir ix-xogħol.", "Wara kollox dawn il-fondi ġejjin minn fondi pubbliċi.", "Sur President, irrid infakkar li aħna qegħdin nitkellmu fuq każ ta' l-1995, jiġifieri dan kollu seta` sar sforz il-ħeġġa tal-ministru lejliet elezzjoni ġenerali biex jidher li qed jagħmel xi ħaġa fid-distrett li jikkontesta u allura jien xejn ma nieħu bi kbir li sar kollox bl-għaġġla biex il-ministru jieħu vantaġġ politiku fid-distrett.", "Jekk sar hekk huwa ħażin ħafna, Sur President, għax hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi donazzjoni personali lil xi ħadd imma qed nitkellmu fuq xi ħaġa li ġejja mill-fondi pubbliċi li jiġu mit-taxxi li nħallas jien, li jħallsu ċ-ċittadini u li tħallas int, Sur President.", "F'dan l-editorjal saru diversi mistoqsijiet.", "Fosthom kien hemm mistoqsija li tgħid: Minn meta fondi bħal dawn saru jingħataw f'idejn xi entita' qabel ma jibda` jsir ix-xogħol?", "Il-bniedem responsabbli biex għaddew dawn il-fondi huwa l-Ministru Refalo għax hu kien il-ministru u hu ddeċieda li dawn il-fondi jingħataw.", "Imbagħad saret mistoqsija oħra nteressanti dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' l-awditur ġenerali f'każ bħal dan.", "Sur President, dan l-editorjal qajjem reazzjoni mill-istess Ministru Refalo li immedjatament irrisponda fil-ġurnal \"l-Orizzont\" ta' l-ewwel ta' Ġunju.", "Jiena se nikkwota parti żgħira ħafna ta' x'qal il-Ministru Refalo lill- editur.", "Dan qal hekk: \"Qrajt l-editorjal tal-ħarġa tat-30 ta' Mejju u nilqa' b'ħeġġa l- istedina tiegħek li nwieġeb għal kull mistoqsija li tixtieq tagħmilli dwar il-każ tal-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan.", "Għaldaqstant nistenna mingħandek.\".", "Jiena Sur President, meta erġajt qrajt l-editorjal innotajt li kien hemm ħafna mistoqsijiet li missu rrisponda l-Ministru Refalo, pero' minflok, għamel din din in-nota żgħira.", "Il-Ministru Refalo seta' faċilment wieġeb dak li kien hemm fl-editorjal.", "Għal dan in-notament żgħir min-naħa tal- Ministru Refalo, l-editur min-naħa tiegħu għamel nota editorjali u qal hekk:", "\"Ladarba l-Ministru Refalo qal li qara l-editorjal in kwestjoni, faċilment seta' jara li l-mistoqsijiet li ħass li għandu jagħmel l- \"orizzont\" qegħdin diġa` hemm.\".", "Naħseb li din hija ċara.", "F'dak l-editorjal hemm diversi mistoqsijiet li l- Ministru ma weġibx.", "Imbagħad il-Ministru Refalo b'sorpriża, fit-8 ta' Ġunju kkonferma dak li qallu l-editur għax kiteb ittra ftit itwal u pprova jwieġeb dak li kien hemm fl-editorjal.", "F'din l-ittra ta d-dettalji ta' kif saru l-affarijiet u kif wasal għal deċiżjoni u għal xiex ġew allokati Lm60,000 pero' iktar qisu kien qed jindirrizza lill-kostitwenti milli l- kwestjoni minnha nnifisha, jiġifieri l-proċedura finanzjarja li tħaddmet biex għaddew dawn is-Lm60,000.", "Il-Ministru jmissu qal li kien lest li jagħti tweġiba għad-domandi biex jgħinu għas-serħan tal-moħħ ta' kulħadd.", "Mr. Speaker, qed ngħid hekk għax jekk hemm xi ħaġa li żgur ma wasslitx għal serħan tal-moħħ f'dan il-każ kollu kienet dikjarazzjoni li għamel l-istess Ministru fl-istess ittra.", "Se nikkwota x'kiteb il-Minsitru Refalo:", "\"Dwar għaliex il-club ta' San Ġiljan kien qiegħed jissogra li jitlef l- għotja, ninformak li l-budget kapitali għas-sena 1996 kien diġa` tlesta ...\",", "- jiġifieri qed nitkellmu dwar il-budget ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996 –", "\"... u l-flus ġew allokati fuq proġetti oħra li ma kenux jinkludu l- club ta' San Ġiljan li kien meqjus li gawda minn għotja fl-1995.", "Għalhekk ma kenitx kwestjoni ta' jekk il-club ta' San Ġiljan kienx jistħoqqlu għotja jew le iżda l-fatt, kif kien spjegat lill-president, li jekk il-flus ma jitteħdux fl-1996 kienu jintilfu u l-club ta' San Ġiljan kien jibqa' b'xejn sakemm jasal żmien l-estimi għas-sena 1997.\".", "Jien dikjarazzjoni bħal din tinkwetani.", "Imbagħad fil-paragrafu ta' wara qal hekk:", "\"Nittama li serraħtlek moħħok kif ukoll dak tal-Ġiljaniżi li għandhom ikunu jafu li l-flus li l-gvern ta li lill-club tal-waterpolo biex jinbena l-pitch qegħdin għand il-perit li fl-1995 il-president tal- club stess awtorizza lid-dipartiment jgħaddihomlu għan-nom tal-club.\".", "Din ġennata!", "Mela president ta' xi club jawtorizza lid-dipartiment biex jgħaddi flus lil xi kuntrattur, lil xi perit jew lil xi ħaddieħor?!", "Din ma tiftehimx.", "Il-ministru Refalo m'huwiex kredibbli.", "Mhux biss m'huwiex kredibbli f'din l-ittra li kiteb, talli ħoloq ħafna iktar mistoqsijiet.", "Jiena ħadt l-opportunita` u fl-\"orizzont\" tal-Ġimgħa 14 ta' Ġunju ktibt ittra fuq l-ittra li kien kiteb il-Ministru Refalo.", "La kont bdejtu jien il- każ u la l-Ministru għoġbu jwieġeb kif wieġeb, ħassejt li għandi nwieġeb billi nagħmel diversi mistoqsijiet.", "Għedt lill-Ministru li suppost wieġeb dak li kien hemm fl-editorjal u ma wieġeb xejn, anzi dak li ddikjara joħloq iktar mistoqsijiet.", "Il-Ministru Refalo kien qal li s-Lm60,000 kienu offruti lill-club ta' San Ġiljan, pero' l-president m'aċċettax il-flus għax qal li ma kienx jaf jekk huwiex se jibqa' fil-kariga u għalhekk il-flus ġew mgħoddja lill-perit li qabbad il-club bl-awtorizzazzjoni tal-president tal-club.", "Hawnhekk staqsejt lill-Minsitru dwar jekk jistax jgħid jekk dak iż-żmien saritx talba lill-Ministru tal-Finanzi biex tiġi adottata din il-proċedura.", "Staqsejtu wkoll jgħid jekk fl-eventwalita` li saret talba, ingħatax permess meħtieġ mill-Ministeru tal-Finanzi biex il-flus jingħataw lill-perit meta x- xogħol lanqas biss kien beda u jekk le min refa' r-responsabilta` li jgħaddi dawn il-flus lill-perit.", "Possibbli l-awditur ġenerali ħalla preċedent bħal dan għaddej u ma ħa l-ebda passi dwaru(", "Il-Ministru Refalo fir-risposta tiegħu qal li s-Lm60,000 ġew allokati lill- club ta' San Ġiljan fil-budget ta' l-1995 u jekk dawn ma jgħaddux fil-club sa l-aħħar ta' l-1995 il-flus allokati kienu se jintilfu għax il-budget ta' l-1996 kien diġa` tlesta.", "Jiena ngħid li dan kien ifisser li l-Ministru Refalo kellu għalinqas għaxar xhur ċans biex jara x'sar mis-Lm60,000 li ngħataw lill-perit sakemm spiċċa minn ministru f'Ottubru ta' l-1996 meta nbidel il-gvern, imma hu ma kienx jinteressah x'sar minn dawn is-Lm60,000.", "Fil-fatt il-Ministru Refalo għandu jirrispondi jekk f'dan il-perijodu, jiġifieri sakemm dam ministru responsabbli huwa, ħax l-interess biex jara jekk ix-xogħol kienx qed isir għax il-flus kienu għaddew.", "Wara kollox għandu jinforma lill-Ġiljaniżi li huma parti mid-distrett tagħna t-tnejn, kienx fl-interess ta' l-istess club li jingħataw Lm60,000 u x-xogħol ma jsirx.", "Il-fatti huma li la se Ottubru u lanqas sal-ġurnata tal-lum ma sar l- ebda xogħol.", "Barra minn hekk qatt ma ngħata rendikont dwar x'sar minn dawn is-Lm60,000.", "Il-Ministru Refalo għandu jgħidilna x'sar minn dawn is- Lm60,000.", "Possibbli dawn il-flus wara seba' snin għadhom għand il-perit u għadu ma sar xejn?", "Il-file fuq din l-istorja kollha fejn qiegħed?", "Dan jinsab mitfugħ fuq xkaffa biex jinġabar it-trab fuqu jew qiegħed għall- investigazzjoni?", "Jiena nittama li anke l-awditur ġenerali jieħu in konsiderazzjoni dan il-każ.", "Grazzi, Mr. Speaker.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Grazzi.", "Mr. Speaker.", "Irrid nibda billi niġbed l- attenzjoni li l-gvern preżenti rema' d-drittijiet ta' pajjiżna fuq medda ta' baħar li kien biss tas-sajjieda Maltin sa mill-1971.", "Qed ngħid hekk għax il-ftehim fuq l-ibħra Maltin li ġie maqbul ma' l-Unjoni Ewropea huwa tradiment sħiħ ta' l-interess nazzjonali.", "Mill-ftehim negozjat mill-gvern jirriżulta li Malta se tkun qed tarmi d-drittijiet fuq iż-żona tas-sajd li ilha 30 sena tiggarantixxi qabda friska ta' ħut għall-poplu u mezz ta' għajxien għas-sajjieda tagħna.", "Barra minn dan issa l-gvern se jmexxi t- talbiet ta' Malta fl-ICAT fejn ikunu regolati l-kwoti tal-qabda tat-tonn.", "Sur President, meta jkun qed jarmi dawn il-vantaġġi importanti għall-ġid komuni mhux biss tas-sajjieda Maltin u Għawdxin u tal-familji tagħhom imma tal-poplu Malti u Għawdxi, il-gvern ikun qed jagħmel att ta' tradiment li jmur kontra l-interessi nazzjonali.", "Minħabba f'hekk, gvern ġdid Laburista jerġa' jagħmel dawn iż-żoni bħala żoni li għandu jkollu pajjiż sovran li tabilħaqq irid jipproteġi s-sajjieda tiegħu, il-qabda tal-ħut tiegħu u l- industrija tas-sajd tiegħu.", "Gvern Laburista jagħmel dan għax tabilħaqq jemmen li f'dawn iż-żoni f'ambjent m'għandux jinħoloq impatt negattiv permezz ta' sistemi distruttivi li japplikaw is-sajjieda ta' stati ta' l- Unjoni Ewropea.", "Il-gvern Laburista jagħti garanzija li f'dawn il-25 mil tal- kosta jkun hemm sajd selective sabiex dawn iż-żoni la ma jkunu mhedda mis- sistemi tas-sajjieda tal-pajjiżi stati ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas ikunu mhedda mill-mezzi ta' sajd distruttivi li m'hemmx dubju li jġibu l-qirda fost oħrajn ta' ħafna speċi protetti.", "Irrid ukoll fil-ftit ħin li għandi nagħmel riferenza għal survey li sar mill-assoċjazzjoni tal-konsumaturi tar-Renju Unit.", "Dan is-survey li ġie ppubblikat f'ġurnal Ingliż ta' nhar is-Sibt li għadda jipparaguna ċerti prezijiet ta' l-ikel kemm huma għall-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea u fl- Ingilterra u kemm huma għall-konsumaturi ġewwa New Zealand u irriżulta dak li ilha tgħid l-oppożizzjoni Laburista, jiġifieri l-prezzijiet tal-konsum ta' l-ikel fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea huma għoljin ħafna meta paragunati ma' dawk ta' pajjiżna u ta' pajjiżi oħra.", "Hawn mhux qed nirreferi għat-tamakki li jagħtuna ċerti artikolisti forċini tal-gvern Nazzjonalista f'ċerti ġurnali lokali bl-Ingliż lokali imma għal dak li hemm f'ġurnal Ingliż.", "Jiena se nikkwota l-prezzijiet li ġew pubblikati f'ġurnal Ingliż nhar is-Sibt li għadda mill-assoċjazzjoni tal-konsumaturi ta' l- Ingilterra.", "Dawn jikkonfermaw li l-butir fl-Unjoni Ewropea – u l- prezzijiet se nagħtihom f'liri Ingliżi- huwa ta' stg1.73 filwaqt li għall- istess kwalita` u għall-istess piż fi New Zealand il-prezz huwa ta' 66p.", "Għal New Zealand beef, fl-Ingilterra l-konsumatur - u rridu nfakkru li New Zealand huwa l-uniku pajjiż dikjarat ħieles mill-marda tal-baqra l-miġnuna u mill-marda ta' l-ilsien u dwiefer - iħallas stg 19.99 u hemmhekk il-prezz huwa ta' Stg7.35.", "Dawn huma prezzijiet li ġew ikkwotati f'ġurnal Ingliż u li s-survey dwarhom sar mill-assoċjazzjoni tal-konsumatur ta' l- Ingilterra.", "Imbagħad hemm il-ħaruf li fl-Ingilterra jinxtara għall- prezzijiet ta' Stg 7.58 u fi New Zealand l-istess kwalita` u l-istess piż jinxtara mill-konsumaturi Stg 2.71.", "Ir-ross fl-Ingilterra jinxtara Stg 1.97 u l-istess piż u l-istess kwalita` fi New Zealand jinxtara għal 53p.", "Dan, Sur President, jikkonferma dak li jispjega l-partit Laburista lill- Maltin u l-Għawdxin.", "Dawn huma l-prezzijiet għoljin li se jħallsu l- konsumaturi u li naturalment se tħallas ukoll l-industrija tat-turiżmu.", "Irrid ukoll nagħmel riferenza anke għal xi artikli li dehru f'\"The Sunday Times\" ta' nhar il-Ħadd ta' l-Ingilterra u f'\"The Sunday Telegraph\" dwar is-sustanza li jisimha acrylamide li tista' tikkawża l-kanċer fuq in-nies u t-tfal li jieklu crisps, chips, cereals, breakfast flakes , ħobż u gallettini.", "Filwaqt li npoġġi dawn iż-żewġ artikli għall-attenzjoni tal- membri ta' din il-Kamra nixtieq nistaqsi lill-gvern x'inhi l-pożizzjoni tiegħu fid-dawl li din is-sitwazzjoni u jaħsibx li wasal iż-żmien li f'pajjiżna nibdew naħsbu biex il-konsumaturi lokali jkollhom iktar informazzjoni dwar sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Min jixtri pakkett sigaretti f'pajjiżna jkollu avviż dwar l-impatt li dak il-pakkett jista' jħalli fuq saħħtu u rridu naraw jekk wasalx iż-żmien li nikkunsidraw li nagħmlu xi avviżi simili fid-dawl ta' dak li qed jirriżulta lill-organizzazzjoni dinjija tas-saħħa.", "Mr Speaker, flimkien ma' dawn iż-żewġ artikli ta' dawn il-ġurnali prominenti Ingliżi xtaqt inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra u nagħmel riferenza wkoll għar-rapport ta' Atkins.", "Jien informat li dan ir-rapport tpoġġa quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar u jikkonferma li fil-proġett ta' Tigne` inkiser il-pjan ta' struttura.", "Dan ir-rapport jikkonferma li ġiet imċaqilqa l-mina li oriġinarjament kienet iddisinjata b'mod differenti.", "L-esperti li ssottomettew dan ir-rapport lill-awtorita` ta' l-ippjanar iddikjaraw li ċ- ċaqlieq ta' din il-mina ħoloq periklu għas-sigurta' tal-pubbliku li se juża din il-mina.", "Fost l-aspetti li jsemmi dan ir-rapport hemm li vetturi li jkunu sejrin lejn din il-mina ma jkunux f'pożizzjoni li jaraw xi karozza oħra li tkun waqfet fl-istess mina.", "Sur President, il-ministru konċernat għandu jpoġġi l-pożizzjoni tiegħu ċara għax mhux sew li jinkisru dawn il-kundizzjonijiet li suppost għandhom ikunu maqbula kemm mar-residenti kif ukoll mal-kuntratturi.", "Minħabba dan ċerti xogħlijiet kellhom jitwaqqfu u għaldaqstant nitlob tingħata spjegazzjoni ċara ħalli forsi ma jibqgħux isiru dawn l-abbużi.", "Sur President, nitlob il-permess li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d- dokumenti li rreferejt għalihom.", "MR.", "SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra", "Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta \"The Sunday Telegraph\" tat-30 ta' Ġunju 2002 intitolat \"This isn't another food scare – this is really important\";", "Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta \"The Sunday Times\" ta' l- Ingilterra tat-30 ta' Ġunju 2002 intitolat \"The Killer Question\"; u", "Kopja ta' rapport datat 18 ta' Ġunju 2002 sottomess lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn Dr Peter Loveday, Principal Transport Planner, Epsom UK dwar oġġezzjonijiet għall-proposti għall-iżvilupp tal- Ponta ta' Tigne'.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta, 2 ta' Lulju, 2002 bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MOSTA - TRIQ IĊ-ĊINJU - XOGĦLIJIET", "32937.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani bil-progress li sar dwar il- mistoqsija li għamilt f'Jannar ta' din is-sena fejn staqsejt dwar Triq iċ- Ċinju l-Mosta?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet ta' din it-triq hux se jsiru din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar- risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 31238.", "MOSTA - TRIQ ALWETTA - XOGĦLIJIET", "32938.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani bil-progress li sar dwar il- mistoqsija li għamilt f'Jannar ta' din is-sena fejn staqset dwar Triq Alwetta l-Mosta?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħolijiet ta' din it-triq hux se jsiru din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar- risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 31238.", "BIEDJA - DAZJU", "33083.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega l-fatt li filwaqt li hu jgħid li l-protezzjoni tal-biedja trid tispiċċa, f'pajjiżna matul dawn l-aħħar sentejn għola d-dazju fuq it- tonn taż-żejt ġej mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-UE minn 15c għal 18c u fuq il-corned beef minn 2c għal 14c?", "X'inhi r-raġuni li l-gvern ma jridx jagħti garanziji li dawn id-dazji/tariffi fuq il-prodotti ta' l-ikel tal-Maltin u Għawdxin mhux se jiżdiedu fuq firxa akbar tal-prodotti ta' l- ikel li nikkunsmaw f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma nista' nara l- ebda rabta dwar il-protezzjoni tal-biedja u r-rati ta' dazju fuq it-tonn taż-żejt u l-corned beef.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed jista' jgħid li xi ċaqliq 'il fuq jew 'l isfel f'dazji/tariffi, wieħed ikun irid jarah fil-kuntest taċ- ċirkostanzi li jkunu japplikaw fil-mument.", "SKEMI TA' SUSSIDJU FUQ IL-KERA", "33086.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-persuna residenti fi Triq il-Mitħna, Rabat, Malta li dettajli tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tħallas Lm75 fix-xahar kera għall-appartament tagħha, jista' l-Ministru jara jekk din il-persuna hix intitolata għal xi għajnuna u tistax tapplika għall- iskemi attwali tas-sussidju fuq il-kera sabiex ittaffi ftit mill-problema finanzjarji tagħha?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet relattivi, l-persuna ndikata tista' tkun intitolata għall-għajnuna taħt Skema R - skema ta' kera sussidjata fuq residenzi privati, ta' l-awtorita` tad-djar.", "VAT – INGAĠĠ TA' STUDENTI", "34327.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk jistax jikkonferma li d-dipartiment tat-taxxi nterni se jqabbad studenti bil-Lm1.75 is-siegħa bħala summer workers biex isir updating ta' ċerta data?", "Jekk fl-affermattiv kif se jintgħażlu dawn l- istudenti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tat- taxxi nterni se jqabbad numru ta' studenti taħt l-iskema tas-summer workers skond iċ-ċirkolari OPM 29/02, biex isir verifikar ta' data.", "Dawn se jitħallsu bil-Lm1.1718 fis-siegħa għal perijodu ta' 80 siegħa fuq erba' ġimgħat.", "Id-dipartiment tat-taxxi nterni talab għal numru ta' studenti preferibilment fil-kors tal-B.", "Commerce jew Accounts.", "Lista bl-ismijiet ta' l-ammont mitlub ta' studenti ngħatat mill-education department.", "ŻEJTUN - TRIQ L-ISQOF E. GALEA – SKEDA TA' SERVIZZ", "34331.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir skeda tal-ħinijiet li fihom tgħaddi l-karozza tal-linja minn Triq l-Isqof E. Galea, Żejtun fil-bus stop li tinsab quddiem l-istitut tas-sorijiet Ġesu Nazzarenu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-awtorita` dwar it-trasport għadha għaddejja bil-proċess ta' twaħħil ta' skedi tal-ħinijiet fil-lokalitajiet kollha.", "Il-lokalita` li għaliha rrefera l-Onor.", "Interpellant hija nkluża f'dan il-proċess.", "MALTA ARBITRATION CENTRE - KAŻI", "34337.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trattati każi mill-Malta arbitration centre mit-twaqqif taċ-ċentru sal-lum, sena b'sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-każi li ġew trattati miċ-ċentru kienu hekk:-", "Sena 2000 - 2 Sena 2001 - 5 Sena 2002 - 7 (sal-25/6/02)", "IRĊEVUTI FISKALI MAĦRUĠA MINN TOBBA", "34340.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'wassal lill-gvern biex b'effett mill-1 ta' Jannar 2001 servizzi offruti minn tobba ma jibqgħux ikklassifikati bħala eżenti bil- kreditu, iżda jibdew jitqiesu bħala eżenti bla kreditu u b'hekk tintemm il- ħtieġa li dawn jibqgħu joħorġu rċevuti fiskali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-servizzi mediċi, ta' edukazzjoni u welfare tpoġġew fuq l-istess livell ta' servizzi ta' assikurazzjoni u servizzi ta' kreditu mogħtija minn banek mingħajr id-dritt li wieħed ikun jista' jitlob input VAT fuq transazzjonijiet ta' din ix- xorta.", "Hekk, bħala exempt supplies, is-servizzi mediċi huma barra l-iskop tal-liġi tal-VAT u per konsegwenza m'għandhomx obbligu li jagħtu rċevuti fiskali liema obbligu joħroġ mill-istess liġi.", "Dan ma jfissirx li rċevuti li għandhom jagħtu taħt xi liġi oħra u kif meħtieġa mill-pazjent m'għandhiex tingħata.", "Jiena naf li l-oppożizzjoni qegħdin jippruvaw jikkonfondu lin-nies u jagħtu x'wieħed jifhem li dan ifisser li l-gvern mhux se jibqa' jsus fuq is-settur mediku biex jiddikjaraw sewwa d-dħul tagħhom għall-fini ta' taxxa, imma dan m'hu minnu xejn.", "Kif ġie mħabbar, saru benchmarking exercises fuq is-settur mediku u setturi oħra mit-tax compliance unit.", "Dan il-unit, fuq indikazzjonijiet fid- dipartiment tat-taxxa, jiddiskuti personalment ma' min jaħdem f'dan is- settur biex jara l-livelli dikjarati minnhom.", "PERSUNI BI PROBLEMI TA' ABBUŻ TA' ALKOĦOL", "34342.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34033 dwar persuni rikoverati minħabba problemi ta' abbuż minn alkoħol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li pazjenti li jkollhom jiġu rikoverati minħabba l-abbuż ta' l-alkoħol jinżammu kemm ġewwa l-isptarijiet San Luqa u Monte Carmeli kif ukoll f'Dar Iż-Żerniq, servizz mgħoti mill-Aġenzija Sedqa.", "Mill-aspett psikjatriku, dawn il-pazjenti jinżammu jew fix-short stay psychiatric unit ta' l-Isptar San Luqa jew inkella fl-admission wards - Sala Nru. 1 Rġiel jew Sala Nru. 1 Nisa fl-Isptar Monte Carmeli.", "Normalment, jiġu nvoluti wkoll is-servizzi ta' Sedqw sabiex wara l-fażi akuta tal-kura psikjatrika, il-pazjent jittieħed għar-rijabilitazzjoni.", "Fejn dan ma jkunx jista jseħħ u l-pazjent idum aktar minn sitt xhur ġewwa l- isptar, dan normalment jiġi trasferit f'waħda mis-swali kroniċi.", "L-istatistika ta' l-isptarijiet tiġi analizzata sena b'sena.", "Fis-sena 2001, 145 pazjent (109 irġiel u 36 nisa) ġew rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli u fix-short stay psychiatric unit ta' l-Isptar San Luqa.", "L-itwal żmien li persuna nżammet rikoverata fl-Isptar Monte Carmeli kien ta' sitt xhur u nofs.", "L-iżgħar persuna li ġiet rikoverata kellha 17-il sena.", "BEJGĦ TA' PITROLJU", "34343.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħ pitrolju mill-1 ta' Jannar 2002?", "Kif jikkompara ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn Jannar u Mejju ta' din is- sena il-bejgħ tal-pitrolju kien ta' 7,665,600 litru.", "Dan l-ammont juri żieda ta' 22% fuq l-istess perIjodu tas-sena l-oħra meta l-bejgħ kien jammonta għal 6,290,870 litru.", "PERSUNI BI PROBLEMA TA' ABBUŻ TA' L-ALKOĦOL", "34344.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34034?", "Ninfurmah li l-\"għajnuna minħabba l-abbuż ta' alkoħol'' tfisser għajnuna medika u persuni li jiġu rikoverati minħabba dan l-abbuż.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-maġġoranza ta' persuni b'abbuż ta' l-alkoħol jiġu mgħejuna permezz ta' servizzi offruti mill-aġenzija Sedqa.", "Fejn ikun hemm ukoll problemi psikjatriċi oħra, dawn jiġu riferuti wkoll lid- dipartiment tal-psychiatric outpatients u lix-short stay psychiatric unit fl-Isptar San Luqa, kif ukoll fl-Isptar Monte Carmeli.", "L-istatistika ta' l-isptarijiet tiġi analizzata sena b'sena.", "Id- dipartiment tal-psychiatric outpatients iżomm biss statistika fuq numru ta' attendenzi u mhux ta' kemm pazjenti kellhom problema ta' abbuż ta' l- alkoħol.", "Matul is-sena 2001, fix-short stay psychiatric unit kien hemm 35 admissions, filwaqt li fl-Isptar Monte Carmeli kien hemm 110 admissions.", "Fix-short stay psychiatric unit 18-il pazjent kienu talbu l-għajnuna qabel.", "Din l-istatistika ma tinżammx mid-dipartiment tal-psychiatric outpatients.", "Fl-Isptar Monte Carmeli 83 pazjent kienu talbu l-għajnuna qabel.", "L-aktar persuna anzjana li ġiet rikoverata kellha 72 sena u l-iżgħar waħda kellha 17-il sena.", "L-Isptar Monte Carmeli jorganizza diversi attivitajiet sportivi, iżda ma jinżammux records dwar kemm minn dawn il-pazjenti jagħmlu xi attivita` sportiva.", "KAROZZI TAL-LINJA LIĊENZJATI", "34345.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-linja liċenzjati biex jaħdmu fuq ir-rotot f'Malta u f'Għawdex?", "Dawn kollha fil- fatt joperaw fuq ir-rotot f'pajjiżna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 32053, jien infurmat li uħud minn dawk liċenzjati f'Malta ma joperawx fuq ir-rotta għax m'humiex f'kundizzjoni tajba, waqt li f'Għawdex jaħdmu b'sistema ta' roster ta' tmien karozzi kuljum.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "34346.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34076 dwar l-assenteiżmu fl-iskejjel u jgħid kemm-il każ ġie riferut lill-welfare section tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni talli ma tawx raġuni għaliex ma attendewx l-iskola fl-ewwel erba' xhur tas-sena?", "Kemm kien hemm każi li kienu ġustifikati?", "Kontra kemm-il persuna (ġenitur) ittieħdu passi bil- qorti minħabba dan in-nuqqas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-total ta' rapporti ta' l-assenteiżmu ta' l-istudenti li t-taqsima servizzi ħidma soċjali fl-iskejjel irċieva mill-kapijiet ta' l-iskejjel, minn Jannar 2002 sa April 2002 kien ta' 4,453.", "| |Jan |Frar |Mar |April| |Skejjel |196 |241 |221 |186 | |Primarji | | | | | |Skejjel | | | | | |Sekondarji | | | | | |Subien |568 |410 |442 |369 | |Skejjel | | | | | |Sekondarji | | | | | |Bniet |522 |452 |363 |346 | |Trade |26 |28 |32 |30 | |Schools | | | | | |Skejjel |1 |1 |1 |1 | |Speċjali | | | | | |Skejjel |5 |4 |3 |5 | |Privati | | | | | |Total |1318 |1136 |1062 |937 | |Grand Total|4453 | | | |", "Informat ukoll li minn dan it-total ta' 4.453 rapport ta' assenteiżmu, il- każijiet ġustifikati li ġew rappurtati kien ta' 2,760.", "| |Jan |Frar |Mar |April| |Skejjel |113 |176 |144 |70 | |Primarji | | | | | |Skejjel | | | | | |Sekondarji | | | | | |Subien |417 |300 |309 |222 | |Skejjel | | | | | |Sekondarji | | | | | |Bniet |281 |342 |178 |150 | |Trade |18 |26 |20 |9 | |Schools | | | | | |Skejjel |1 |0 |1 |1 | |Speċjali | | | | | |Total |830 |826 |652 |452 | | | | | | | |Grand Total|2760 | | | |", "Informat li n-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti għax naqsu li jagħtu raġuni valida għall-assenteiżmu ta' uliedhom kien ta' 1,676.", "| |Jan |Frar |Mar |April| |Skejjel |83 |65 |77 |116 | |Primarji | | | | | |Skejjel | | | | | |Sekondarji | | | | | |Subien |151 |110 |133 |147 | |Skejjel | | | | | |Sekondarji | | | | | |Bniet |241 |128 |185 |196 | |Trade |8 |2 |12 |21 | |Schools | | | | | |Skejjel |0 |1 |0 |0 | |Speċjali | | | | | |Total |483 |306 |407 |480 | |Grand Total|1676 | | | |", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34357.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment/statement sar minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sal-lum fi ħdan il-ministeru tas-saħħa sar environmental impact assessment wieħed.", "Dan sar mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi (FMS), relatat mal-proġett ta' l-Isptar Mater Dei f'Tal-Qroqq, skond termini mitluba mill-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Dan ir-rapport sar mid-ditta Lino Bianco & Associates u ġie jiswa Lm11,351 eskluż il-VAT.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34362.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-environmental impact assessment/statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal- ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li sal-lum ma sarux environmental assessments/statements fuq talba tal-ministeru jew dipartimenti.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34364.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment/statement sar minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34366.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment/statement sar minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma saret ebda talba għal xi environmental impact assessment/statement mill-ministeru.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34368.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm-il environmental impact assessment/statement sar minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtha?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li minn Settembru 1998 sal-lum ma sar l-ebda environmental impact assessment/statement fuq talba tal- Ministeru għal Għawdex u tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "34370.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environmental impact assessment/statement sar minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Minn min saru u kemm swew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul is-sena l-oħra l-Malta Drydocks ikkummissjonat studju dwar environmental impact assessment.", "Dan l- istudju sewa 7,500 dollaru Amerikan.", "TURISTI", "34378.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 34220 u jgħid xi ntlaħaq mill- miri ta' l-ewwel pjan strateġiku ta' l-awtorita` Maltija tat-turiżmu, inkluż it-3% żieda fir-rata ta' turisti li kellhom jaslu f'pajjiżna fil- medda ta' snin li għalihom jgħodd l-ewwel pjan strateġiku?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li għad m'iniex f'qagħda nwieġeb għall- mistoqsija li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, m'għandix xi nżid mat-tweġiba li diġa' tajt.", "MALTACOM – KANDIDATURA TAS-SUR TONY DE BONO", "34380.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 34237 u għid x'riżorsi ħarġet il-Maltacom biex timbotta 'l quddiem il-kandidatura tas-Sur Tony de Bono għall-post ta' segretarju ġenerali ta' l- organizzazzjoni dinjija tat-telekomunikazzjoni - ITU?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li r-riżorsi li ħarġet il-Maltacom in konnessjoni mal-kandidatura tas-Sur de Bono għall-post ta' segretarju ġenerali ta' l-organizzazzjoni dinjija tat-telekomunikazzjoni (ITU) kien jinvolvi spejjeż li normalment ikunu inkorsi f'kampanji ta' din it-tip.", "MALTACOM – KANDIDATURA TAS-SUR TONY DE BONO", "34381.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34238, jista' jgħid xi spejjeż daħlet fihom il-Maltacom fil-vjaġġi u l-kampanja elettorali li għamel is-Sur Tony de Bono fil-pajjiżi tad-Danimarka, Iżlanda, Libanu, Afrika ta' Isfel, Svizzera, Renju Unit, Stati Uniti u Venezuela biex jinħatar segretarju ġenerali ta' l-ITU?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-kampanja elettorali għall-post ta' segretarju ġenerali ta' l-ITU, il-kandidat Malti għamel tmien vjaġġi barra minn Malta.", "L-ispejjeż involuti, u li jkopru l-vjaġġi, l-akkomodazzjoni, l- assikurazzjoni u ħwejjeġ oħra, jammontaw għal Lm7,865.", "Ta' min jgħid li din is-somma tkopri kemm l-ispejjeż konnessi ma' l-elezzjoni kif ukoll materji li minnhom ibbenifika il-grupp Maltacom.", "Tajjeb jingħad li minbarra l-aspett ta' l-elezzjoni, matul dawn il-vjaġġi, il-kandidat Malti kien ukoll involut direttament f'dawn il-konferenzi fil- kariga uffiċċjali li għandu mal-grupp Maltacom.", "SKEJJEL SEKONDARJI – STUDENTI", "34382.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34296 peress li kulma qed jiġi mitlub huwa aġġornament bit-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-mistoqsija 32001 li saret f'Marzu li għadda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti mill-iskejjel (Malta u Għawdex) li se jitemmu l-edukazzjoni tagħhom fi tmiem din is-sena skolastika huwa kif ġej:", "|Skejjel ta'|Subien |Bniet | |l-Istat | | | |Skejjel |732 |651 | |Sekondarji | | | |Junior |756 |1038 | |Lyceums | | | |Boy's/Girl'|185 |67 | |s Schools | | | |Skejjel |762 |580 | |tal-Knisja | | | |Skejjel |185 |136 | |Indipendent| | | |i | | |", "EŻAMIJIET TAS-SEC – NUMRU TA' STUDENTI", "34383.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li t-tagħrif mitlub jista' jingħata fi print-out mingħajr ma jħarbat ix-xogħol tar-riżultati jista' issa jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija 34291?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub dwar in-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC, suġġett b'suġġett mid-diversi taqsimiet ta' l-iskejjel sekondarji qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "KULLEĠĠ SANTU WISTIN - WORKING GROUP", "34384.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar- rakkmandazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34196 peress li din hija materja ta' interess pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal- Kamra.", "ENEMALTA – GĦOTI TA' SERVIZZ", "34398.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament terġa' tingħata s-servizz tad-dawl li ġie maqtugħ min-naħa ta' l-Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, il-koppja msemmija ma sarilha l-ebda qtugħ fil- provvista ta' l-elettriku min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Kulma kien hemm kien biss ħsara li ssewwiet.", "SPECIAL SCHOOLS - SPEJJEŻ", "34399.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari 34173 dwar l-ispiża totali anwali ta' kull special school f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.", "ETC - REĠISTRAR", "34401.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rġiel f'Malta u Għawdex 'il fuq minn 16-il sena li qed jaħdmu?", "Kemm huma dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Kemm huwa n-numru ta' dawk 'il fuq minn 40 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "Kemm ilu l-aktar wieħed jirreġistra?", "Kemm hemm nies li ilhom jirreġistraw 'il fuq minn erba' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'Jannar 2002, f'Malta u Għawdex kien hemm 97,706 rġiel 'il fuq minn 16-il sena li kienu qed jaħdmu.", "F'April 2002 kien hemm 5,815-il raġel li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti.", "Minnhom kien hemm 2,457 li kellhom 'il fuq minn 40 sena.", "L-aktar wieħed ilu jirreġistra għal aktar minn 20 sena filwaqt li 1,074 raġel ilhom jirreġistraw għal altar minn erba' snin."]} {"filename": "20010205_485d_par.doc", "date": "2001-02-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 485 It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 485", "It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "485", "It-Tnejn, 5 ta' Frar, 2001", "WERREJ MINUTI 142", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 142", "TQEGĦID TA' KARTI 146", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJI TA' MPORTAZZJONI (IT-TIENI QARI)", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 147", "AĠĠORNAMENT 166", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 170", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 181", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 484 li saret fit-2 ta' Frar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "HEALTH INFORMATION – KONTIJIET PENDENTI", "22360.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' kontijiet pendenti jew kontijiet mhux imħallsa taħt item 13 (health Information) fl-1 ta' Jannar, 2001?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu)(f'isem il-Ministru tas- Saħħa): Il-valur tal-kontijiet pendenti jew mhux imħallsa taħt dawn l- items fl-1 ta` Jannar 2001 kien kif ġej:", "Item 1 (Ministry) - LM27,429.61", "Item 2 (Permanent Secretary's Office) - LM90.15", "Item 3 (Government Pharmaceutical Services) - LM6,079,823.62", "Item 4 (Director General's Office) - LM269.53", "Item 5 (Policy and Planning) - NIL", "Item 6 (Finance and Administration) - LM18,591.89", "Item 7 (Human Resources) - LM293.24", "Item 8 (Institutional Health Care) - LM5,325.00", "Item 9 (Institutional Health Care) - LM140,763.98", "Item 10 (Institutional Health Care MCH) - LM22, 550.00", "Item 11 (Institutional Health Care SPBH) - LM10,496.06", "Item 12 (Primary Care) - LM6,268.14", "Item 13 (Health Information) - LM219.68", "Item 14 (Health Promotion) - LM8,693.45", "Item 15 (Public Health) - LM7,319.16", "Item 16 (Institute of Health Care) - LM2,621.34", "Item 17 (Nursing Services) - LM860.71", "Din l-informazzjoni qed tingħata b'risposta għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "22360, 22364, 22365, 22367, 22384, 22386, 22388, 22391, 22392, 22393, 22394, 22395, 22397, 22407, 22410, 22411, 22493.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond item 3 is-servizzi tal-mediċini jlaħħqu s-somma ta' 'l fuq minn Lm6 miljuni.", "Allura dawn se jitħallsu mill-vot li hemm din is-sena taħt il-ministeru tas-saħħa, jew dak li ma tħallasx is-sena l-oħra se jiżdied ma' ta' din is-sena biex jagħmel tajjeb għal dawn is-Lm6 miljuni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ma jirriżultalix li hawnhekk għandi din l- informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-punt hu li saret mistoqsija speċifika għal kull item u l-Ministru ġabar kollox f'daqqa.", "Jien nemmen li f'item 3 suppost ingħatajna d-dettalji jekk dawn il-flus humiex parti mis-somma li ġiet ivvotata fil-budget, jew jekk dawk il-flus li suppost tħallsu u ma tħallsux mill-budget li għadda humiex se jerġgħu jiġu ttrasferiti għal dan il- budget.", "Huwa importanti ħafna li wieħed ikun jafha din.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien ukoll naħseb li din għandha ċerta importanza, pero' mill-files li għandi quddiemi dan li qed jistaqsi dwaru l-Onor.", "Interpellant ma jirriżultax.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Peress li l-ħatra ta' registrar fil-qasam tal- qwiebel u n-nurses għadha ma saritx b'konsegwenza li ħafna nies għadhom mingħajr ċertifikat, jista' l-Ministru għallinqas jieħu l-passi biex sakemm issir din il-ħatra jkun hemm persuna oħra li taġixxi bħala registrar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Għalkemm dawn ir-rimarki m'għandhomx x'jaqsmu mad- domanda oriġinali, l-istess huma ta' interess u nwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li ngħaddihom lill-ministeru tas-saħħa.", "HEALTH PROMOTION – KONTIJIET PENDENTI", "22364.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' kontijiet pendenti jew mhux imħallsa taħt item 14 (Health Promotion) fl-1 ta' Jannar, 2001?", "ONOR.", "MICHEAL REFALO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.22360.", "PUBLIC HEALTH - KONTIJIET", "22365.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' kontijiet pendenti jew mhux imħallsa taħt item 15 (Public Health) fl-1 ta' Jannar, 2001?", "ONOR.", "MICHEAL REFALO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.22360.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE – KONTIJIET PENDENTI", "22367.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal- kontijiet pendenti jew mhux imħallsa taħt item 16 (Institute of Health Care) fl-1 ta' Jannar, 2001?", "ONOR.", "MICHEAL REFALO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22360.", "NURSING SERVICES – KONTIJIET PENDENTI", "22384.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal- kontijiet pendenti jew mhux imħallsa taħt item 17 (Nursing Services) fl-1 ta' Jannar, 2001?", "ONOR.", "MICHEAL REFALO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt dwar il-mistoqsija parlamentari nru.22360.", "SAĦĦA - ITEM (1) – KONTIJIET PENDENTI", "22386.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal- kontijiet pendenti jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 1 (Ministry) fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22360.", "PACEVILLE – REATI", "23042.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija f'Paceville u fl-area ta' madwar matul is-sena l-oħra?", "X'tip ta' reati kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi matul is- sena 2000, il-pulizija kellha 2,186 rapport ta` reati li seħħew fl-area ta` San Ġiljan u 470 minnhom seħħew ġewwa Paceville.", "Dawn kienu jinkludu attentati ta` offiżi, offiżi fuq il-persuna, ksur ta` bonordni, ħsarat, drogi, frodi, offiżi sesswali u serq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll effettiv qed isir mill-pulizija ġewwa Paceville fir-rigward ta' xorb alkoħoliku minn żgħażagħ taħt l-eta'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Wara li konna ressaqna l-proposti tagħna lis-social affairs committee, kienu saru regolamenti ġodda li bihom saru responsabbli mhux biss il-persuni taħt is-16-il sena imma anke proprjetarji ta' l-istess discos li jeħlu abbażi ta' kull persuna taħt l-eta' li tkun tinstab ġewwa d- disco.", "Għar-rigward tal-kwestjoni l-oħra, u cioe' ta' kif nistgħu ninfurzaw u ntejbu r-regolamenti dwar xorb alkoħoliku lil persuni taħt l-eta', irrid nammeti li hemm diffikultajiet ta' enforcement l-aktar, fis-sens li xi ħadd jingħata xorb alkoħoliku aktar milli jiġi lilu pprojbit li jidħol f'ħanut tax-xorb, f'każin tal-banda jew f'każin politiku.", "Trid tapprezza li kultant ikun diffiċli li taqbad lil xi ħadd fl-att li jieħu xorb alkoħoliku mingħand il-barman.", "Pero' rrid ngħid li saru żewġ laqgħat bejn il-pulizija u Mrs Sina Bugeja tas-Sedqa biex jiġi diskuss mhux biss dan l-aspett imma anke aspetti oħrajn, per eżempju jekk ix-xorb alkoħoliku għandux jibqa' jinbiegħ minn fejn qed jinbiegħ fil-preżent, anke fid-dawl ta' ċerti rakkmandazzjonijiet li għamlet id-WHO.", "Dawn il-laqgħat it-tnejn kienu pożittivi u meta jkollna l-proposti konkreti maqbula, lest li nressquhom lis-social affairs committee.", "Ir-responsabbilta' se tibqa' f'idejn il-gvern li jagħmel dawn il- proposti, imma tajjeb li jkollna nies li jixhdu dwar il-problema u mbagħad inkunu nistgħu nagħmlu regolamenti li jkunu jistgħu jiġu mwettqa.", "Naħseb li ħadd ma jieħu gost jagħmel regolamenti li mbagħad ma jiġux inforzati bis- serjeta'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li preżentement m'huwiex kontra l-liġi li xorb alkoħoliku jinbiegħ lil persuni taħt l-eta' minn supermarkets jew grocers?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma jidhirlix li huwa kontra l-liġi li persuna taħt l- eta' tmur tixtri flixkun whisky minn xi ħanut.", "Fil-fatt qed jiġi propost li x-xiri ta' xorb alkoħoliku jsir illegali.", "Jien kont tlabt li niddiskutu dan il-punt mas-Sedqa u mal-pulizija ħalli noħorġu bi proposti konkreti u mbagħad jiġu diskussi f'ambjent iżjed ampju, jiġifieri fis-social affairs committee, fejn kulħadd ikun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu anke barra minn din il-Kamra, kif ġara meta konna qed niddiskutu r-regolamenti dwar id- discos.", "Nista' ngħid li l-proposti kienu ħafna aktar drakonjani, pero' aħna għażilna dawk li jistgħu jiġu nforzati mingħajr ma neqirdu d- divertiment leġittimu.", "Naħseb li f'din il-Kamra ħadd m'għandu l-intenzjoni li ma jħallix liż- żgħażagħ jiddevertu, pero' tajjeb li jkun hemm ċertu ordni fid-divertiment ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiena jidhirli li fis-sena 2000 persuna waħda biss kienet tressqet il-qorti minħabba li nqabdet tagħti xorb alkoħoliku lil żgħażagħ taħt is-16-il sena.", "Il-Ministru jaħseb li huwa raġonevoli li f'sena sħiħa tinqabad persuna waħda biss?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li ċ-ċifri ta' min ma jitħalliex jidħol f'disco m'humiex ħżiena – hawnhekk ukoll isir il-bejgħ ta' xorb alkoħoliku – ma nistax ngħid li jien kuntent bir-rata ta' enforcement dwar ix-xorb, għalkemm nammetti li hemm ċerti diffikultajiet biex dan isir.", "Nisperaw li meta jkollna proposti aktar konkreti, ir-rata ta' infurzament tkun aktar għolja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Qiegħda tiġi kkonsidrata li jkun hemm sospensjoni tal-liċenzja f'każ li xi ħadd jinqabad jagħti xorb alkoħoliku lil tfal taħt l-eta'?", "Għax kif qal il-Ministru stess, diffiċli li pulizija joqgħod għassa biex jara min qed jikser ir-regolamenti, u allura forsi jkun aħjar jekk isir infurzar akbar b'mod indirett biex sid il-ħanut ma jazzardax jabbuża.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fir-rigward tal-wines and spirits diġa' teżisti l- possibbilta' li fid-diskrezzjoni tal-qorti ikun hemm is-sospensjoni tal- liċenzja – jidhirli li mat-tieni jew mat-tielet vjolazzjoni - u din hija waħda mill-affarijiet li qed tiġi kkonsidrata f'dawn il-laqgħat.", "Li nista' ngħid hu li sar progress f'dan ir-rigward u nwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li malli jkolli dawn il-proposti f'idejja npoġġihom fuq il- Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA – KAŻI TA' ABBUŻI FUQ IT-TFAL", "23043.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ttellgħu l-qorti s-sena l-oħra minħabba abbużi fuq it-tfal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul is-sena 2000 il-pulizija ressqet 14-il persuna fuq akkużi ta` abbużi sesswali u swat fuq it-tfal.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru għandu informazzjoni jekk minn dawn l- 14-il persuna kienx hemm min kien diġa' reċidiv fuq każi bħal dawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Le, m'għandix dan id-dettall partikolari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH (Prim Ministru): Mr Speaker, għar-rigward ta' xogħol fit-tarzna għall-bastimenti tan-Navy Amerikana, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata l-1 ta' Frar, 2001 li jien ktibt lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni;", "Kopja ta' ittra b'risposta li rċevejt illum tard wara nofsinhar datata 5 ta' Frar, 2001 mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni;", "Ittra li jien rċevejt datata 14 ta' Diċembru, 1999 minn Dr Anthony Borg Barthet, Attorney General; u kif ukoll", "Parir tat-13 ta' Marzu, 1996 mogħti bil-miktub lill-Ministru tal- Finanzi mill-istess Attorney General.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali ta' l-awtorita' nazzjonali ta' l-impjiegi għas-sena 2000;", "Rapport dwar il-ħidma tal-kummissjoni tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol għas-sena 2000; u", "Informazzjoni bi tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari nru.", "23,320 u nru.", "23,321; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa innqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23,330.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJI TA' MPORTAZZJONI", "IMPORT DUTIES (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, għandi l-Messaġġ tal-President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "''Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar d-Dazji ta' Importazzjoni, Kap 337, jirrikkmandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.''", "29 ta' Jannar, 2001.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, inressaq għat-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' l-Importazzjoni għat-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, dan l-abbozz qiegħed jimplimenta miżura oħra li konna ħabbarna fil-budget.", "Konna għedna li ċerti rati ta' dazji għandhom jinbidlu u b'effett ta' dan it-tibdil il-gvern kien se jitlef revenue ta' madwar Lm1 miljun.", "Meta għamilna r-riforma fit-taxxa indiretta daħħalna l-VAT fl-1995, konna prattikament neħħejna d-dazji fuq importazzjoni li tkun ġejja mill-Ewropa u fuq prodotti ġejjin minn barra l-Ewropa konna mponejna dazji li kienu qrib ħafna dawk li l-Ewropa nfisha kienet timponi fuq l-istess prodotti minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ma kenux l-istess rati għax konna adattajna xi ftit ir-rati għall-esiġenzi li kien hemm dak iż- żmien u għat-taqlib li konna qegħdin nagħmlu fis-sistemi f'dak iż-żmien partikolari.", "Iżda ġara li meta nbidel il-gvern fl-1996 u meta fl-1997 ġiet maqluba s-sistema tal-VAT u minflokha daħlet oħra - jien insejħilha cocktail ta' taxxi tas-CET, ETP u ETS - il-gvern dak iż-żmien inqalgħetlu problema ma' l-Ewropa.", "L-Ewropej qalulu li bis-sistema li kien daħħal kien qiegħed jikser l- arranġament ta' assoċjazzjoni li kien hemm bejn Malta u l-Ewropa, li biha nħoloq differential bejn il-prodotti li nimportaw mill-Ewropa u dawk li jiġu mportati minn barra mill-Ewropa.", "Biex jindirizza din il-problema l- gvern ta' dak iż-żmien kien żied kważi across the board - ngħid ''kważi'' għax fil-fatt ma kienx across the board u kien hemm elementi fejn iż-żidiet ma kenux saru - b'mod li l-inqas dazju li seta' jiġi ċċarġjat kien ta' 1.8%.", "U dan irriżulta f'żidiet xi kultant sostanzjali fir-rata ta' dazju.", "Issa b'dawn l-emendi li qegħdin nagħmlu, Mr Speaker, qegħdin nerġgħu nirrevedu dawn ir-rati ta' dazji u nerġgħu nqarrbuhom lejn il-livelli li huma viġenti li joperaw fl-Ewropa.", "M'aħniex noħolqu l-istess sitwazzjoni li hemm fis-sistema ta' CET Ewropea, iżda qegħdin inqarrbu sew il- pożizzjoni tagħna ma' dik Ewropea.", "U dan kien jinvolvi li fuq ċerti items jogħlew ir-rati ta' dazju bi ftit, waqt li fuq ħafna prodotti oħra r-rati ta' dazju se jonqsu ħafna iktar tant li kieku kellna nimportaw dak li mportajna s-sena l-oħra, il-gvern kien jitlef Lm1 miljun mir-revenue tiegħu.", "Nerġa' niċċara, Mr Speaker, li dawn ir-rati ta' dazju ma japplikawx għal dak kollu li nimportaw mill-Ewropa, mnejn nimportaw il-biċċa l-kbira ta' l- importazzjoni tagħna, imma se jkun japplika biss għal biċċa żgħira mill- importazzjoni totali li nimportaw f'pajjiżna, jiġifieri l-importazzjoni minn barra l-Ewropa.", "Il-listi tat-tibdil huma kbar u twal, u hemm reviżjoni prattikament fil-biċċa l-kbira tat-tariffi, u nerġa' nirrepeti li l-maġġor parti hija tnaqqis f'dawn id-dazji.", "Il-lum f'din l-introduzzjoni se nieqaf hawn.", "Wara li nisimgħu lill-oppożizzjoni jitkellmu fuq dawn ir-rati, aħna nagħmlu r-replika tagħna fl-aħħar tad-dibattitu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, xi ġimgħatejn ilu għamilt interpellanza lill-ministru fejn staqsejtu jistax jagħmel speċi ta' studju komparattiv bejn kif se jinbidlu d-dazji mill-qagħda attwali għall-qagħda kif qed tiġi proposta f'dak il-munzell ta' faċċati ta' tariffi li hemm annessi mal-leġislazzjoni nnifisha.", "U jekk niftakar tajjeb - m'għandix il- kopja hawnhekk - il-ministru kien qal li t-tibdil mhux se jkun daqshekk sostanzjali li jirrikjedi li jsir dan it-tip ta' studju komparattiv.", "Hu implika li t-tibdil li kien sar fl-imgħoddi kien wisq iktar estensiv.", "Mela min-naħa għandna l-istatement li għamel il-ministru fit-tweġiba parlamentari fejn ta x'jifhem li t-tibdil mhux se jkun wieħed daqstant estensiv imma mbagħad f'paġna 61 tal-budget naraw li more or less il- ministru qed jgħid dak li għadu kif qal fl-introduzzjoni tiegħu, fejn għamel riferenza partiġġjana ħafna għat-tibdil li kien għamel gvern Laburista fis-sistema tal-VAT, bil-konsegwenzi tagħha kollha relatati.", "Biex inkun fair ma' kulħadd u fl-istess ħin inpoġġu kollox on a level playing-field, flok noqogħdu nagħmlu l-paraguni ma' dak li kien sar taħt gvern Laburista, ejjew nagħmluhom ma' dak li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista fl-1995 stess, ħalli għallinqas naraw il-gvern kemm huwa on track ma' dak li kien qed jagħmel meta ntroduċa l-VAT, u naraw jekk kienx hemm xi tibdiliet sostanzjali minn dak li kien illeġisla fuqu l-ministru fl- 1995.", "Naqbel mal-ministru li l-lista kienet twila u m'għandix ir-riżorsi biex indur dawk l-items kollha, imma ippruvajt nara jekk kienx hemm items li effettivament żdiedu, apparti mill-ħafna items li l-ministru qed jgħid li naqsu.", "U meta għamilt a random selection - u kieku bqajt għaddej kont insib aktar items - identifikajt mill-inqas medja ta' 100 prodott.", "Nerġa' ngħid li l-paragun mhux qed nagħmlu ma' żmien ta' gvern Laburista, iżda ma' l-1995, u qed nagħmel like with like ma' dak li kien qed jilleġisla fuqu l-gvern Nazzjonalista sitt snin ilu meta daħlet il-VAT.", "Sibt li kien hemm firxa estensiva ta' items li ġiet modifikata minn dak li kien qabel fuqu dan il-parlament fl-1995.", "M'inix se noqgħod naqra l-lista kollha li ħejjejt, imma se nagħti ftit ħjiel biex min qiegħed isegwi jkollu idea.", "Jekk tieħu l-apple juice, l-import duty kienet 4% fl-1995 u issa se titla' għal 15%.", "Nagħmilha ċara kif spjega l-ministru, ħalli ma nimmislidjax in-nies, m'aħniex qed nitkellmu dwar dak li hu importat mill- Ewropa, imma dwar dak li hu mportat minn pajjiżi terzi, jiġifieri minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk tieħu s-siment abjad Portland, qabel ma kellux dazju fuqu u issa se jkun bl-1.7%, kif se jkunu wkoll l- aluminous cement, il-white spirits, il-petroleum oils, l-aviation spirits u anke l-jet fuel.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mistoqsija żgħira biex nifhem l-argument.", "Inti qed tqabbel ma' l-1 ta' Jannar, 1995?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mal-legislation li kont għamilt inti stess fl-1995.", "Ħalli ngħid għaliex qed nagħmel hekk.", "(Interruzzjonijiet) Qed nagħmel hekk għax il-gvern ipprova jagħti l-impressjoni li kien hemm tħarbita sħiħa meta tela' gvern Laburista u introduċa s-CET.", "Illum li l-gvern reġa' daħħal il-VAT qed inġib dan l-argument biex nuri kienx hemm kontinwita' jew le ma' dak li propona l-istess gvern meta kien introduċa l-VAT fl-1995.", "Jiġifieri qed nagħmel hekk biex naraw jekk l-affarijiet inbidlux minn dakinhar, jew sempliċement treġġax l-arloġġ lura għal dak li kien fl-1995.", "Nerġa' ngħid li hemm firxa kbira ta' items li qabel ma kellhomx id-dazju fuqhom u li issa se jkollhom.", "Per eżempju, diversi carbides of calcium, of silicon minn 0% telgħu għal 8.1% jew 5.5%, is-solutions tal-contact lenses qabel ma kellhomx dazju fuqhom u issa se jitilgħu għal 6.5%, hemm is-self- adhesive plates, sheets, tins, foil, tapes u strips li minn 0% telgħu għal 6.3% u l-handles ta' l-għodda minn 4% telgħu għal 6%.", "Nerġa' ngħid li qed naqra at random biex ma ntawwalx fuq dan is-suġġett.", "Għandek imbagħad l- affarijiet li jolqtu s-settur tat-tfal.", "Picture books, drawing books u colouring books minn 0% telgħu għal 2.4%; il-kalendarji, li jistgħu jinkludu anke advertising material li minn 0% telgħu għal 1.8%; il-karti ta' l-eżamijiet li minn 0% telgħu għal 1.8%, il-cotton sewing thread li minn 0% għal 4.6%; għandek il-babies garments of wool li minn 0% telgħu għal 8.1%.", "Hemm ukoll items bħal copper wire u copper foil, li telgħu għal xi 4.8% u 5.2%; affarijiet relatati mal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku bħal steam turbines li minn 0% telgħu għal 2.7%, ċerti gas turbines li minn 0% telgħu għal 4.1%; steam u vapour power engines minn 0% għal 2.7%; printing machinery tela' għal 1.7%; u ball bearings minn 0% telgħu 8%.", "Għandek anke affarijiet relatati ma' l-ikel.", "Naf li llum forsi hemm daqsxejn kontroversja fuqu imma l-corned beef tela' minn 1% għal 7%; id- dairy spread li ma kellux dazju fuqu tela' għal 13%.", "Mr. Speaker, dan ifisser li hemm differenza ma' dak li għamel il-gvern meta lleġisla fl- 1995, anke kieku fin-nofs ma' telax il-gvern Laburista u miss id-dazji kif kien għamel f'dawk it-22 xahar.", "Mr. Speaker, jiena kont nippretendi li l-ministru kien se jidħol xi ftit iktar fid-dettal dwar l-implikazzjonijiet ta' dak li qed jipproponi.", "Tajjeb inkunu nafu jekk dawn il-miżuri humiex se jiddiskriminaw, per eżempju, mal-pajjiżi ġirien tagħna li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea, pajjiżi bħat-Tuneżija, l-Iżrael, il-Libja u s-Sirja.", "Jidher li bażikament se nibdew napplikaw it-tariffi li huma viġenti fl-Unjoni Ewropea u għalhekk ngħid li din il-liġi la qed tersaq għal raġuni fiskali - u naċċetta l- argument tal-ministru li m'hijiex qed tersaq għal raġuni fiskali għax kulma hemm differenza ta' xi Lm1 miljun inqas - u lanqas ma qed tersaq għal raġuni protettiva.", "F'dan il-każ partikolari qed tersaq għal raġuni aktar u aktar politika.", "X'qed jiġri llum b'din il-liġi, Mr Speaker?", "Il-gvern qed jassorbi kważi kompletament il-common external tariff u spiċċa anke ż-żmien ta' l-eċċezzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax fl-1995, meta kien illeġisla fuq dan is-suġġett, il- ministru kien irraġuna - u rraġuna tajjeb dakinhar, għallinqas mill- perspettiva ta' kif kien qed jilleġisla u ta' dak li kellu f'moħħu - li għalkemm kienet bdiet tapplika l-common external tariff, in-naħa tal-gvern dakinhar, fl-1995, kienu qagħdu attenti li fejn jirriżulta li item ġie mportat b'mod predominanti fil-pajjiż ma japplikawx din it-tariffa biex b'hekk ma jżidux ċerti piżijiet fuq il-konsumatur.", "Fil-fatt il-ministru fl- 1995 kien qal kategorikament - dan l-aħħar rajt id-debate biex niffriska xi ftit il-memorja - li meta kellna sitwazzjonijiet fejn kien hemm prodotti ta' l-ikel u anke mediċinali li fihom kien hemm ċerti tariffi skond il- common external tariff, kien għażel li jipproteġi wkoll il-livell tal- prezzijiet tal-konsum billi ma japplikax il-common external tariff.", "Mhux hekk jidher li huwa l-każ din id-darba.", "Din id-darba jidher li din il- liġi qed issir purament għal raġuni politika, li hija parti mit-tisħiħ ta' allinjament ta' leġislazzjoni tagħna ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr. Speaker, apparti d-differenza ta' Lm1 miljun inqas fid-dħul, naħseb li l-pubbliku Malti xorta waħda kien jinteressah ikun jaf kif se tibbenefika l-ekonomija Maltija minn dawn il-miżuri proposti li għandna quddiemna iżjed u iżjed meta għandna liġi teknika, u li tista' ssejħilha wkoll amministrattiva meta tqis il-konsiderazzjonijiet li hemm min-naħa tal- gvern.", "Meta l-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kienet għamlet l-aħħar rapport tagħha dwar Malta kienet għamlitha ċara li għad hemm bżonn sforzi sinifikanti kemm dwar l-iskop ta' tassazzjoni - dak li jissejjaħ it-taxable scope, jiġifieri l-livell tar-rati tad-dazji - kif ukoll dwar l-istruttura tat-taxxa fil-pajjiż.", "Għalkemm il-gvern għandu l-istrutturi biex jimplimenta ċerti bidliet meħtieġa f'dak li għandu x'jaqsam ma' taxxa, ma' dwana, jidher li għad hemm - issa qed nitkellem fuq gvern aktar milli fuq il-ministeru tal-finanzi biss - dubji dwar il-kapaċita' amministrattiva biex il-gvern jaderixxi ma' l-acquis, tant li din qed titqies saħansitra bħala sfida f'għajnejn in-naħa tal-Kummissjoni Ewropea.", "Ta' min wieħed ifakkar anke dak li hemm fil-budget, li huwa l-cost, in-nefqa, il-piż li se jkollha ġġorr Malta għall-adozzjoni ta' l-acquis, iżjed u iżjed meta hemm il-feeling ġenerali anke 'l barra minn din il-Kamra, mhux biss fostna ta' l- oppożizzjoni, li l-figura li ta l-gvern setgħet ġiet sotto valutata.", "Sur President, għalkemm bejn l-1996 u l-1997 kien hemm qabża 'l fuq ta' 35% fid-dazju u sisa, iż-żmien kien relattivament qasir, u jkun f'dan il- kontest biss li wieħed jista' jagħmel ċerti paraguni.", "Meta mqabbel ma' Jannar u Novembru ta' l-1998, id-dħul fl-istess medda ta' żmien fis-sena 2000 kien juri żieda ta' Lm36 miljun, jew aħjar f'termini perċentwali żieda fid-dħul tal-gvern ta' 32.8%.", "U dan naħseb ikompli juri kemm il-piż tat-taxxi fuq il-konsumatur żdied sostanzjalment f'dawn l-aħħar żmenijiet.", "Fil-fatt, jekk jippermettili niddevja ftit minn dan il-punt, illum stess lill-ministru staqsejtu dwar id-dħul tal-gvern mit-taxxi bħala persentaġġ tal-GDP u mit-tweġiba li tani jirriżulta li fl-1999 dan kien ta' 33.24% u din is-sena huwa stmat li jitla' għal 36.13%.", "U dan juri kemm qed jikber it- tax burden jew it-tax-take bħala persentaġġ tal-kejk nazzjonali tal-pajjiż innifsu.", "Nerġa' niġi għar-rapport li għamlet l-Unjoni Ewropea dwar Malta ftit xhur ilu.", "Dan ir-rapport jagħmilha ċara li ż-żieda fid-dħul ordinarju tal- gvern Malti - issa dan qed jgħiduh ta' l-Unjoni Ewropea mhux il-Partit Laburista - kienet fil-biċċa l-kbira dovuta għall-miżuri fiskali ġodda li ttieħdu fil-budget tas-sena l-oħra, u primarjament elenkaw iż-żidiet fl- income tax, iż-żidiet fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali - l-hekk msejħa bolla biex jifhimni kulħadd - kif ukoll bażi aktar wiesgħa għall- VAT.", "Niġi issa għal dak li huwa l-kummerċ ta' pajjiżna.", "Fil-kuntest ta' dibattitu bħal tal-lum tajjeb inħarsu ftit lejn l-andamenti ta' l- esportazzjoni u l-importazzjoni ta' pajjiżna.", "Ħabat tajjeb li inqas minn ġimgħa ilu ħarġu l-figuri għas-sena 2000 min-naħa tas-central office of statistics, u għaldaqstant wieħed jista' jagħmel ċerta analizi ta' x'kienu x-xejriet is-sena li għadha kif intemmet xahar u ġimgħa ilu.", "Għalkemm wieħed jista' jieħu l-impressjoni li l-esportazzjoni żdiedet b'rata akbar mill-importazzjoni - u dan qed ngħidu għax l-importazzjoni żdiedet b'31% bejn l-1999 u 2000, waqt li l-esportazzjoni żdiedet b'35.8% - dan mhux il- każ f'terminu ta' valur ta' flus.", "Fil-fatt l-esportazzjoni telgħet Lm282.9 miljun waqt li l-importazzjoni kibret bi ftit aktar minn Lm356.2 miljun.", "Jekk wieħed janalizza dawn iċ-ċifri jsib li kien proprju dan li wassal biex fi żmien sena l-visible trade gap ta' pajjiżna tela' b'mod sostanzjali minn Lm 344.8 miljun għal Lm418.1 miljun.", "Issa ma nistgħux - akkost li forsi nirrepetu ruħna - ma neħdux il-components ta' l-ST Microelectronics f'dan kollu.", "Dan l-aktar meta l-bank ċentrali dan l-aħħar ikkonferma jew żvela fil-kwoti rapportati, li l-esportazzjoni netta mill-komponent ta' l-ST Microelectronics, jekk wieħed jaqilgħu mill-esportazzjoni kollha ta' pajjiżna, issib li din kibret biss bħala esportazzjoni Lm220,000 - effettivament b'anqas minn Lm0.25 miljun meta, kif għadni kif iċċitajt aktar kmieni, kulħadd jaf x'inhi l-figura ta' l-esportazzjoni.", "U għalhekk dan kollu juri l-effett sostanzjali, kważi sproporzjonat - m'inix qed ngħid gvern Laburista jew gvern Nazzjonalista imma qed nitkellem b'mod oġġettiv - li l-ST Microelectronics għandu fuq ix-xejriet li jieħu l-kummerċ ta' pajjiżna.", "U meta ngħid kummerċ mhux qed nitkellem biss dwar esportazzjoni imma wkoll dwar importazzjoni.", "Mr. Speaker, l-ewwelnett ta' min jgħid li b'riżultat tax-xejriet ta' l-ST Microelectronics ġie affettwat anke dak li nixtru u nbiegħu mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt l-esportazzjoni u l-importazzjoni mill-Unjoni Ewropea naqsu bejn l-1999 u 2000.", "L-importazzjoni niżlet minn 65.4% għal 59.9%, waqt li l-esportazzjoni niżlet minn 48.7% għal 33.4%.", "Hawn qed nitkellem dejjem min-naħa ta' dawk li huma trade flows ma' l-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa l-oħra nsibu li s-sena li għaddiet l-Asja u l-Amerika bejniethom kienu jirrappreżentaw 34.5% ta' l-importazzjoni, u meta niġu għall-esportazzjoni lejhom dawn iż-żewġ kontinenti kbar kienu jirrappreżentaw saħansitra 51.5%, jiġifieri aktar min-nofs ta' l-esportazzjoni totali.", "Il-fattur ST Microelectronics kien determinanti ħafna fil-kontest ta' dawn il-figuri li qiegħed niċċita, Sur President.", "Huwa għalhekk jaqbel li npoġġu kollox fil- perspettiva tiegħu meta nitkellmu dwar id-direzzjoni tal-kummerċ u x- xejriet ġodda, kemm fl-importazzjoni u kemm fl-esportazzjoni.", "Ma rridx niffoka żżejjed fuq l-ekonomija in ġenerali, imma naħseb li ma jistax ikollok dibattitu bħal dan mingħajr ma tagħti pinzellata lejn l- andament ta' l-ekonomija tal-pajjiż kif tirriżulta mill-figuri uffiċjali.", "Issa m'iniex se ngħid fil-fehma tagħna, il-perception tal-Partit Laburista, imma l-figuri li jirriżultaw mill-istatistika uffiċjali li jippubblika l- Gvern.", "L-ewwelnett kellna ċifri interessanti sa Novembru - mhux sa Diċembru - fejn il-gainfully occupied u l-labour force naqsu b'560 f'xahar wieħed biss.", "U naħseb din kienet waħda mill-akbar ċaqliqiet li qatt ġew reġistrati fuq bażi ta' xahar għal xahar.", "Għalkemm il-ministru għall- politika soċjali, f'mistoqsija parlamentari, il-lum qalli li din ma fiha xejn ġdid, għax dan huwa effett perjodiku.", "Lili jirriżultali li fuq bażi ta' month on month din id-decline fil-gainfully occupied xorta kienet waħda mill-akbar ċaqliqiet jew notamenti li kien hemm f'dawn l-aħħar snin.", "U iżjed u iżjed meta dan it-tnaqqis ma kienx akkumpanjat minn tibdila sinifikanti fin-numru ta' registered unemployed fil-pajjiż.", "Fil-fatt jekk jirriżultali tajjeb, ilu ma jkollna decline fil-labour force ta' 526 minn Novembru 1990.", "U jekk wieħed janalizza l-effective labour supply isib li dan saħansitra nxtorob b'780 persuna max-xahar ta' Novembru.", "U sal-lum la l-gvern u lanqas il-bank ċentrali nnifsu ma taw spjegazzjoni ekonomika realistika biex jiġġustifikaw jew jimmotivaw it-tnaqqis li kien hemm fiċ- ċifri li għadni kif semmejt.", "Imbagħad hemm is-settur tal-kostruzzjoni.", "Li kieku ma kienx hemm ix- xogħol għaddej fuq l-isptar l-ġdid, is-sitwazzjoni kienet tkun waħda preokkupanti.", "Fil-fatt anke f'dan is-settur jidher li għad hemm dipendenza kbira, forsi qawwija żżejjed, fuq il-proġetti tal-gvern iktar milli fuq proġetti li huma mbuttati 'l quddiem min-naħa tas-settur privat.", "Inkwetanti, per eżempju, li f'dawn l-aħħar xhur, is-settur hekk imsejjaħ private market services, li kien qed jespandi, inxtorob fix-xahar ta' Novembru, u hemmhekk l-impjiegi naqsu b'340 persuna.", "Hemm diversi fatturi oħra li ta' min wieħed jitkellem fuqhom.", "Jien ngħid li d-dħul tal-gvern is- sena l-oħra kien ġie sinifikament underestimated bħala growth in revenue forsi biex ikun hemm inqas reżistenza għall-miżuri tal-budget li kien introduċa l-gvern dak iż-żmien.", "U fil-budget ta' din is-sena naraw li l- gvern qed jantiċipa li jkollu żieda fid-dħul mit-taxxi ta' Lm56.5 miljun biex ikollna decrease fl-istructural deficit li se jkun biss ta' madwar Lm6 miljuni.", "Mela biex innaqqsu d-deficit b'Lm6 miljuni l-gvern qed jantiċipa skond il-kalkoli tiegħu stess, li fit-tax revenue din is-sena se jkollna bżonn żieda ta' Lm56.5 miljun.", "Ċifra ferm u ferm sproporzjonata għal dak li se jibbenefika minnu l-pajjiż.", "Jidher ukoll, Sur President, li fuq it-turiżmu din is-sena jista' jkollna xi tnaqqis.", "Għamilt mistoqsija lill-ministru għat-turiżmu - u b'ko- inċidenza tressqet illum - fejn staqsejtu jistax jgħid jekk l-awtorita' tat- turiżmu, għandhiex tbassir kemm mistenni jonqos it-turiżmu f'termini perċentwali ta' arrivals matul din is-sena.", "U għalkemm iddedika xi sitt paragrafi biex idur mal-mistoqsija u qal li għadu kmieni li wieħed ibassar f'ċertezza xjentifika, xorta waħda qal li jinsab informat li matul l-2001 l- awtorita' tistenna numru probabilment inqas ta' turisti.", "Biex inkun ikkwotajtu fedelment qal ukoll li l-MTA xorta tinstab fiduċjuża li dan ma jkunx 'il bogħod wisq mil-livelli milħuqa f'dawn l-aħħar snin.", "Imma x- xejriet ta' l-aħħar sena fuq it-turiżmu kienu nkwetanti.", "Għall-aħħar xhur tas-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis fiċ-ċifri ta' l-arrivals, tnaqqis f'dawk li huma cruise passengers arrivals, tnaqqis fin-number of days stayed, jiġifieri n-numru ta' ġranet li qattgħu fil-pajjiż, u tnaqqis f'dak li huwa d-dħul gross minn dan is-settur tant importanti.", "Is-suq Ġermaniż waħdu, jekk m'inix sejjer żball, naqas b'3.5%.", "Kien hemm tnaqqis anke mill-pajjiż tal-Benelux li għamilna tant żmien nippruvaw nikkultivaw, u tnaqqis anke mill-Isvizzera.", "Dawn huma kollha swieq importanti ħafna.", "Imma l-iktar diżappuntanti kien is-suq Ingliż, għax wieħed irid iqis li dan seħħ minkejja l-fatt li l-attivita' ekonomika fl- Ingilterra kulħadd jaf li kienet sejra tajjeb fis-sena 2000 u kulħadd jaf li l-valur medju tal-munita Ingliża kien ta' xi 3.3% ogħla meta paragunat ma' dak tal-lira Maltija.", "Jekk neżaminaw mbagħad in-numru ta' ġranet li għaddew it-turisti hawn Malta fis-sena 2000 insibu li dawn naqsu sostanzjalment b'1.5 miljun, tnaqqis ta' 13%, figura pjuttost sostanzjali.", "Jekk hemm faxx ta' lukandi li naħseb li ż-żewġ amministrazzjonijiet ippruvaw jikkultivaw, apparti mill-5-star, li forsi hija n-niċċa l-aktar naturali tagħna, dan huwa tal-4-star.", "L-occupancy tal-4-star bejn Jannar u Novembru 2000 minn 82% niżlet għal 61%.", "Jiġifieri f'niċċa partikolari li ż- żewġ gvernijiet ippruvaw jikkultivaw mill-aħjar li setgħu kien hemm tnaqqis ta' kważi 21%.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn l-aspett finanzjarju naraw affarijiet inkwetanti, għad li dan il-gvern jipprova jagħti l-impressjoni li l- affarijiet sejrin tajjeb.", "Il-kont kurrenti huwa nkwetanti għall-aħħar.", "Hemmhekk kellek swing minn surplus ta' Lm15 miljun għal deficit ta' Lm83 miljun.", "Qed nikkalkula li sa tmiem is-sena li għadha kemm ntemmet ftit ilu d-drop fir-riservi uffiċjali se tkun viċin il-Lm100 miljun.", "L-import coverage, jiġifieri kemm l-importazzjoni tagħna tkopri r-riservi, qabel kienet xi ftit iktar minn sitt xhur u llum niżlet għal ftit iktar minn erba' xhur, xi 4.3 months.", "Dwar l-esportazzjoni diġa' għidt li kważi kollox jiddependi fuq l-ST Microelectronics, u jidhirli li l-growth ta' l-esportazzjoni li huwa underpinned mill-ST Microelectronics waħdu huwa xi 97%.", "Naraw imbagħad li 70% ta' l-importazzjoni tiddependi again fuq l-ST Microelectronics.", "Jinkwetani l-fatt li jkollok is-settur tas-servizzi li jikkontjalek għal 28% tad-deterjorazzjoni fil-current account tal-pajjiż.", "Jekk nieħdu n-net inflow, dak li daħal fil-pajjiż bħala kapital, fl-1999 kien għola l-aktar minħabba r-raġuni li f'dik is-sena kien hemm il- privatizzazzjoni ta' bank kummerċjali.", "Ovvjament ma kienx hemm privatizzazzjonijiet oħra fis-sena 2000, għalkemm il-gvern kien qal li s- sena 2000 kienet se tkun is-sena tal-privatizzazzjoni.", "Wieħed irrid iżomm f'moħħu wkoll li fis-sena 2000 kien mifhum li l-St Microelectronics kienet iffinanzjat ċertu investiment li kellha fil-pajjiż, għalhekk jekk wieħed ineħħi dawn iż-żewġ fatturi jsib li s-sitwazzjoni kienet tkun saħansitra aktar nkwetanti u agħar.", "Biss nerġa' ngħid - għidtha f'dibattiti oħrajn u nerġa' ngħidha llum - li l-ikbar theddida li għandna fil-pajjiż llum m'hijiex kwestjoni ta' inflazzjoni jew le.", "L-inflazzjoni b'xi mod jew ieħor m'hijiex qed tiggaloppa daqstant 'il quddiem għal raġunijiet li jafhom kulħadd, imma xorta għadna qed inbatu minn dik li hija kompetittivita' fil- prezzijiet.", "Qed ngħid kemm għal dak li għandu x'jaqsam mal-manifattura, għal dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi li nipprovdu u għal dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu.", "Huwa importanti - u dan qed ngħidu bl-iktar mod apolitiku - li pajjiżna, jimxi b'liema politika jimxi, iħares il- kompetittivita' tiegħu internazzjonali f'dawk li huma prezzijiet fis- setturi kollha, għax aħna żgħar wisq, fraġli wisq, u kulħadd jaf li m'għandniex materja prima.", "Kont qed nagħti ħarsa fuq fuq lejn ċerti aspetti ekonomiċi, Sur President.", "Ir-rata li biha wieħed iġemma' naqset sostanzjalment f'dawn l- aħħar xhur, filli kienet aktar minn 10% u issa skond il-bank ċentrali niżlet għal 7.3%.", "Jekk niġu għal dawk li huma outflows, ħruġ mill-pajjiż, ngħid li dan ma kienx minħabba r-rilaxx fil-kontrolli fuq il-kapital fil- pajjiż - għalkemm dan kien wieħed mill-fatturi - imma ngħid anke kien minħabba politika żbaljata li mexa biha l-gvern innifsu.", "U jekk niġu mbagħad għall-ottimiżmu tan-negozju, ngħid li dan għadu baxx, anke paragunat mas-sena ta' qabel.", "M'inix se nerġa' nidħol fil-polemiċi dwar ir- rapport tal-perception survey li għamel il-bank ċentrali.", "L-aħħar darba m'għidtx li kien hemm indħil dirett min-naħa tal-ministru imma staqsejt jekk kienx hemm pressjoni ta' xi ħadd, jew ta' xi sors, biex dan ir- rapport ma baqax jiġi ppubblikat fl-għamla li kien jiġi pubblikat qabel.", "U sal-lum għalkemm kien hemm ċaħda min-naħa tal-Ministru - ħalli nkun fair ma' kulħadd - il-bank ċentrali għadu ma spjegax x'wasslu biex survey li fi żmienna għallinqas sibna li kien qed isir mill-MISCO - u ħallejnih għaddej u kien jiswa ċertu ammont ta' flus – jibqa' jsir xorta - u tajjeb li jibqa' jsir dan is-survey - imma mbagħad ma jiġix pubblikat kollu, imma jiġi pubblikat biss summary jew parti minnu, kif jirriżulta lill-awtoritajiet tal-bank ċentrali.", "Imbagħad hemm anke s-settur tal-manifattura.", "Jekk naqtgħu barra l-element ta' l-ST Microelectronics, globalment fis-settur tal-manifattura jidher li hemm problemi f'dak li huwa qliegħ, il-profitability.", "Jekk imbagħad nieħdu dak li huwa s-suq, fil-faxx li huwa relatat mas-suq domestiku nsibu sitwazzjoni aktar inkwetanti, għax hemmhekk kulħadd jaf li d-domanda domestika kulma tmur qiegħda tiddgħajjef u li anke l-kompetizzjoni barranija qiegħda tħalli l-effett tagħha, li qed jinħass aktar minn qabel.", "Onestament m'inix nara - u naħseb lanqas il-bank ċentrali u għejjun oħra governattivi m'huma jaraw - xi qawmien ekonomiku, għallinqas fix-short term.", "Jidher li anke d-distributive trade, jiġifieri l-wholesale retail, dak li huwa konness ma' distribuzzjoni ta' oġġetti li jiġu importati fil- pajjiż, anke hemmhekk, għalkemm għal xi xhur deher xi ċaqlieq pożittiv, jidher li naqas li jirkupra, kontra kif kien oriġinarjament mistenni.", "Dwar il-kostruzzjoni, jekk nieħdu x'qal il-bank ċentrali, jidher li hemmhekk l-affarijiet imxew b'pass inqas mgħaġġel milli kien mistenni, tant li l-bank ċentrali stess ħass li kellu jirrimarka li dan kiber b'pass ferm anqas mgħaġġel milli kien qed jiġi proġettat, forsi anke mill-istess operaturi tas-settur innifsu.", "Id-domanda domestika baqgħet ċatta; jekk irkuprat xi ftit dan għamlitu b'mod marġinali, tant li l-bank ċentrali qal li din ma rkupratx b'mod sinifikanti.", "Fir-rapport tal-bank ċentrali hemm fattur interessanti li ftit li xejn ġie highlighted.", "Veru li f'termini ta' figuri l-GDP deher li kiber daqsxejn mis-sena ta' qabel, imma l-bank ċentrali stess jammetti li parti sinifikanti minn dan it-tkabbir kienet ġenerata minn dak li jissejjaħ inventory investment, li fi kliem il-bank ċentrali stess huwa a statistical discrepancy iktar milli xi fattur ekonomiku bejn l-income side tal-GDP, anke l-komponenti ewlenin, bħal dak li għandu x'jaqsam man-nefqa, il-main expenditure components.", "Id-dħul disponibbli tal-familji Maltin iċċaqlaq marġinalment, tant li kiber biss b'1.6%, jiġifieri bilkemm żamm paripassu mar-rata ta' inflazzjoni li kellna fil-pajjiż.", "U għalkemm superfiċjalment wieħed jista' jieħu l-impressjoni li kien hemm żieda fil-konsum, jekk naqtgħu barra xiri tal-karozzi, tal-motor vehicles, nsibu li l-bejgħ domestiku tal-qasam tal-manifattura niżel għat-tieni sena konsekuttiva.", "Kif għamel wara kollox l-employment f'ħafna mis-subsectors tal-manifattura li naqqsu r-ritmu tagħhom meta paragunati mas- snin u mal-quarters ta' qabel.", "Niġi issa għal ftit kummenti fuq il-liġi, akkost li nkun daqsxejn tekniku fuq ċerti aspetti.", "F'din il-liġi l-gvern mhux biss qed jolqot lis- settur ta' l-importazzjoni bi proċeduri u permessi, iżda qiegħed ukoll jolqot l-ipproċessar li jista' jsir Malta fuq oġġetti mportati for re- export.", "Hawnhekk qed nieħu ċerti aspetti tal-liġi iktar milli l-figuri li ċċitajt aktar kmieni.", "Meta l-gvern, per eżempju, isemmi miżuri ta' politika kummerċjali mhux tarifarji - hekk jgħid f'kuntest minnhom - naħseb ikun qed jagħti tifsira pjuttost wiesgħa żżejjed lill-abbozz innifsu.", "Forsi dwar dan ikun jista' jikkummenta l-ministru fil-winding-up.", "Imbagħad hemm ċerti poteri tal-kontrollur li nħoss li huma diskrezzjonali wisq u forsi jagħtu poteri eċċessivi lill-kontrollur tad-dwana.", "Xi drabi l-liġi tgħid li kontrollur ma jfissirx biss kontrollur tad-dwana, imma wkoll ''kull persuna oħra li jkollha xi awtorita' espressa jew impliċita li taġixxi minflok il-kontrollur''.", "Nemmen li jekk għandu jkun hemm sostitut għall-kontrollur dan għandu jkun dejjem uffiċjal pubbliku.", "Sfortunatament il-liġi dan ma tispeċifikahx u la ma tispeċifikahx qed tħalli tieqa miftuħa, il-liġi qed toħloq toqba - jekk hux apposta jew le ma nafx - biex il-kontrollur ikun jista' jiġi sostitwit saħansitra minn xi ħadd li mhux bilfors ikun uffiċjal pubbliku.", "Jekk se jiġri dan il-gvern għandu jerġa' jaħsibha.", "Din hija xi ħaġa nkwetanti, u ma nħossx li kariga mportanti bħal dik ta' kontrollur tad-dwana għandha tiġi b'xi mod sostitwita minn xi ħadd li m'huwiex uffiċjal pubbliku.", "Diġa' kien hemm dan it-tip ta' argumentar min-naħa tal-gvern fil-kontest ta' awtoritajiet oħrajn, imma jekk wieħed iġebbed il-liġi għall-istandards authority, jew il- liġi fuq il-product safety mod - għad li wieħed xorta ma jaqbilx ma' dak li qed jagħmel il-gvern - imma meta qed nitkellmu dwar kariga mportanti bħall-kariga ta' kontrollur tad-dwana żgur li fundamentalment bħala oppożizzjoni ma nistgħux naqblu ma' proviso bħal dan, bħalma qed tipprovdi l-liġi nnifisha.", "U t-tieninett nemmen li jekk delega simili, anke temporanja, ta' kontrollur tgħaddi lil xi ħaddieħor, din għandha ssir b'awtorita' formali skond il-liġi, biex jiġi evitat kull każ li jista' jinqala', taħt kwalunkwe amministrazzjoni, li xi ħadd jassumi xi awtorita' li m'għandux ikollu.", "Ma ninsewx li hawn qed nitkellmu fuq l-awtorita' tal- kontrollur tad-dwana, u fil-fehma tiegħi, ħadd m'għandu jassumiha b'mod impliċitu, jekk l-affarijiet irriduhom jitmexxew b'ċerta dinjita' u b'ċerta serjeta'.", "F'ċerti aspetti oħra il-liġi titkellem dwar il-kontrollur jew il- ministru.", "Anke hawnhekk għandna l-oġġezzjoni tagħna.", "Nerġa' ngħid m'iniex qed nitkellem fuq il-kontrollur tal-lum, jista' jkun ta' għada u ta' pitgħada; m'iniex qed nitkellem fuq il-ministru tal-lum, jista' jkun ta' għada u ta' pitgħada.", "Biss nemmen li l-ministru tal-finanzi, il- ministru responsabbli mid-dwana, m'għandux jidħol f'dan kollu ħlief biex jagħmel avviż legali jew liġi skond il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi.", "Imma żgur m'għandux ikun hemm provvediment kif hemm f'din il-liġi li l-ministru jkun jista' jissostitwixxi lill-kap tad-dipartiment jew viċi versa.", "Ma naqbilx lanqas, kif qed jiġi ssuġġerit, li d-drittijiet u l-obbligi tad-detentur ta' proċedura tad-dwana, b'impatt ekonomiku, jistgħu skond il- kondizzjonijiet stipulati mill-kontrollur jiġu suċċessivament trasferiti lil persuna oħra.", "Għax allura jista' jagħti l-każ li d-drittijiet u ċerti obbligi jistgħu jgħaddu anke f'idejn kuntrattur mqabbad mid-detentur innifsu.", "U dan m'huwiex sew, Mr Speaker, u għandu jiġi rikonsidrat min- naħa ta' l-amministrazzjoni qabel ma tkompli tilleġisla dwaru.", "Fit-tifsira tagħha ta' oġġetti Maltin, il-liġi titkellem dwar oġġetti li jinkisbu jew jiġu prodotti għal kollox f'Malta.", "Dan, kif imfisser, ikopri l- goods kollha importati jew manifatturati f'Malta?", "Ma jistax ikollok każ fejn għandek kontenut barrani?", "Jibqa' japplika dan il-proviso li qed nitkellmu dwaru?", "Meta l-liġi titkellem dwar oġġetti li ma jkunux dawk imfissra taħt oġġetti Maltin, dan jista' jfisser oġġetti li ma jkunux inkisbu f'Malta?", "Meta l-liġi titkellem dwar ''ċerti oġġetti li m'għandhomx għax ikunu jinsabu fil-prodotti kompensattivi, iżda li jippermettu biex jiffaċilitaw il-produzzjoni ta' dawk il-prodotti, jekk dawn ikunu għal kollox jew biss parti minnhom użati fil-proċess'', xi trid tgħid eżattament?", "Ikun tajjeb li jkollna spjegazzjoni dwar dan kollu.", "Imbagħad fir-rigward ta' oġġetti mhux ta' xorta kummerċjali, x'qed ninkludu hawnhekk?", "Qed ninkludu samples, qed ninkludu promotional material, bħal meta dak li jkun iġib kalendarju u affarijiet oħra simili?", "Tajjeb li nkunu aktar ċari fuq dan kollu.", "Punt ieħor iqum, Sur President, meta niġu għal dak li huwa ''rilaxx\" li d-definizzjoni tiegħu hi:", "\"Iċ-ċirkolazzjoni libera bi ħlas mill-ġdid jew ħfir ta' ħlas ta' dazji ta' mportazzjoni li jitħallsu fuq dawk l-oġġetti, jekk dawk jiġu esportati minn Malta fl-għamla ta' prodotti kompensattivi''.", "Wieħed jistaqsi: Kemm żmien iridu jkunu ilhom li ġew impurtati fil-pajjiż?", "Ikun tajjeb ukoll li l-liġi tiddefinixxi aħjar dawk iċ-ċirkostanzi fejn jidħlu l-interessi essenzjali tal-produtturi Maltin li naħseb fil-fehma taż- żewġ naħat tal-Kamra, m'għandhomx jintlaqtu b'xi mod negattiv jew b'xi mod avvers.", "Għalhekk ngħid li dan il-punt partikolari għandu jiġu amplifikat.", "X'jiġri mbagħad jekk l-ipproċessar isir minn xi produttur kontra l- interessi tas-settur tal-produzzjoni lokali tal-prodott innifsu?", "Ħalli nagħti eżempju: Ikollok ditta li timporta l-inbid u flok iġġib il-mask u tipproċessah hi stess, iġġib inbid biex sempliċement tibbottiljah f'Malta.", "Xi tkun is-sitwazzjoni f'ċirkostanza bħal din?", "Fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari li għamilt, il-ministru qal li kellu konsultazzjonijiet ma' l-FOI.", "Ikun tajjeb li forsi l-ministru jelabora ftit iktar dwar x'tip ta' konsultazzjonijiet kellu ma' rappreżentanti ta' l- industriji Maltin, dwar il-linji ġenerali li se jkunu applikati mill-gvern b'riżultat ta' din il-liġi u anke x'riservi, x'oġġezzjonijiet, x'punti setgħu tqajmu u tqanqlu min-naħa tagħhom fil-konsultazzjonijiet li saru.", "Dan qed ngħidu biex kemm din il-Kamra u min qed isegwi d-dibattitu nnifsu jkun aktar aġġornat dwar x'inhi r-reazzjoni tal-field operators infushom li huma n-nies li se jiġu direttament effettwati bil-konsegwenza, bir-riżultat ta' l-implimentazzjoni ta' din il-liġi li għandna quddiemna.", "U b'mod partikolari qed nitkellem anke għall-impatt f'dik li hija l-industrija lokali.", "Aspett ieħor li ma naqbilx miegħu huwa dwar il-każi tar-rilaxx ta' oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni libera, ħielsa, li jistgħu jiġu stabiliti min- naħa tal-kontrollur.", "Qed ngħid hekk għax minn hawn toħroġ mistoqsija oħra relevanti: Jekk se jiġri hekk, allura f'kull każ se nibdew nimxu fuq bażi ad hoc, jiġifieri dejjem skond iċ-ċirkostanzi ta' kull każ hekk kif jiżviluppa?", "Ma nafx, jien hekk fhimt fl-interpretazzjoni tiegħi tal-liġi.", "M'inix avukat u I stand to be corrected min-naħa tal-mjinistru fuq dan il- punt.", "Jekk ma tfissirx hekk din għandha tkun aktar ċara speċjalment għal min hu layman għax in-negozjanti fil-biċċa l-kbira tagħhom huma laymen.", "Jagħmel ħafna iktar sens li flok nagħtu l-impressjoni li se nimxu fuq bażi ad hoc ikollna ċerti linji gwidi li jkunu ċari għal kulħadd, li jkunu miktubin iswed fuq l-abjad u jkunu mifhuma minn kulħadd.", "Dwar it-trattament tarifarju favorevoli applikat li tirreferi għalih il-liġi, naħseb li għandu jkun hemm applikazzjoni ta' l-aktar rati baxxi fiċ-ċirkostanzi.", "F'ċerti aspetti oħra ta' l-abbozz ta' liġi, Sur President, il-kontrollur jitkellem dwar awtorizzazzjoni tiegħu dwar oġġetti temporanjament esportati għall-finijiet ta' l-ipproċessar barra minn Malta.", "U anke hawnhekk inħoss li l-kontrollur tad-dwana ngħata ċerti poteri biex jaġixxi b'mod wisq indipendenti mis-settur ikkonċernat innifsu jiġifieri l-qasam ta' l- industrija.", "Inħoss li għandu jkun hemm aktar liaison anke ma' l- awtoritajiet governattivi kompetenti li huma responsabbli kemm għall- kummerċ u anke għall-qasam ta' l-industrija.", "Dwar ċerta riferenza li se nsemmi issa, tajjeb li l-gvern jgħidilna x'għandu f'moħħu.", "Hemm riferenza fil-liġi li titkellem dwar restrizzjonijiet ta' importazzjoni kwantitattiva.", "Nitlob lill-ministru biex fil-winding-up tiegħu jispjega f'liema kuntest il-liġi qed tirriferi għal dawk li jistgħu jkunu kwoti fuq l-importazzjoni.", "Naf li m'hijiex policy ta' dan il-gvern li jagħmel kwoti fuq l-importazzjoni; biss meta jitkellem fuq restrizzjonijiet ta' mportazzjoni kwantitattiva, hekk fhimt jiena, u għalhekk tajjeb li l-gvern jgħidilna x'għandu f'moħħu f'dan ir- rigward.", "U jgħidilna x'każi jista' jkun qed jirriferi għalihom f'mod speċifiku, ħalli din ikun jista' jifhimha kulħadd mingħajr ebda misunderstandings, mingħajr ebda dubji u mingħajr ekwivoċi.", "Il-liġi titkellem ukoll dwar", "''...it-tehmiż ta' l-awtorizzazzjoni mad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ- ċirkolazzjoni libera ta' l-oġġetti''.", "Jien ma nħossx li dan għandu jsir biss kif tipprovdi l-liġi, fuq talba tal-kontrollur, iżda nħoss li għandu jsir dejjem u f'kull każ li jkun applikabbli.", "Imbagħad fil-liġi nnifisha - u dan forsi niddiskutuh fl- istadju tal-kumitat - hemm ħafna klawsoli li wieħed jippretendi li għandhom jitħaddmu fuq bażi ta' regoli ġenerali.", "Każ tipiku huwa l-perijodu li fih issir l-applikazzjoni għall-ħlas mill-ġdid fil-provvediment speċjali dwar is-sistema tal-ħlas lura.", "Jiena ma nħossx li dan għandu jiġi stabilit mill- kontrollur innifsu.", "Jiena m'inix qed nirreferi għall-kontrollur tal-lum, imma bħala kariga.", "Inħoss li permezz ta' din il-liġi qed jingħata wisq poter diskrezzjonali lill-kontrollur, fil-fehma tagħna għallinqas bla ġustifikazzjoni.", "Forsi l-ministru jkun jista' jipperswadina għall- kuntrarju meta jagħmel il-winding-up ta' din il-liġi.", "Hemm imbagħad każi oħra fejn anke jekk għandu jiddeċiedi l-kontrollur, bħal meta jintlaqtu, f'mod negattiv, l-interessi essenzjali tal-produtturi ta' Malta ta' ċerti oġġetti.", "Inħoss, kif għidt aktar kmieni, li għandu jimxi skond il-parir, skond il-guidelines ta' l-industrija u tal-kummerċ - qed nitkellem f'termini governattivi, mhux fil-kuntest tal-korpi kostitwiti - u mhux jimxi b'mod arbitrarju skond il-poteri li qed taħseb li tagħtih il- liġi nnifisha.", "Mr. Speaker, għandi issa ftit mistoqsijiet dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar estern.", "Meta nitkellmu dwar dazji ta' l-esportazzjoni, liema huma l-prodotti soġġetti għal dazji simili?", "Meta mbagħad niġu għall- oġġetti ta' Malta li jiġu temporanjament esportati minn Malta biex jgħaddu mill-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar, l-abbozz jgħidlek li:", "''Il-prodotti li jirriżultaw minn dawn l-operazzjonijiet jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, ħelsien totali jew parzjali minn ħlasijiet ta' importazzjoni.''", "Ħalli nagħmel mistoqsija ipotetika, biex dak li jkun jifhem iktar x'qed ngħid: Mela għandna żebbuġ Malti li qed jiġi esportat, ngħidu aħna lejn Tuneż...", "(Interruzzjonijiet) Naf li għandhom ħafna żebbuġ hemmhekk, imma għall-argument qed nesportaw żebbuġ Malti lejn Tuneż u dan biex isir iż- żejt hemmhekk.", "Iż-żejt f'dan il-kuntest se jkun bla dazju jew xi proporzjon biss minnu se jkollu d-dazju dovut?", "Tajjeb li nkunu nafu kif se tinħadem ir-rata perċentwali li tissemma f'dan ir-rigward.", "F'partijiet oħra, l-abbozz jitkellem dwar għoti ta' awtorizzazzjoni u jsemmi oġġetti miksubin għal kollox f'Malta.", "Tajjeb li fir-rigward ta' dan il-provvediment inkunu nafu x'inhi l-fehma tad-dipartiment tal-biedja u s- sajd u anke l-fehma ta' l-għaqdiet ikkonċernati dwar dan kollu.", "Ma nafx jekk sarux xi konsultazzjonijiet anke mal-korpi kostitwiti f'dan is-settur.", "Għandna mbagħad klawsola speċifika li titkellem dwar oġġetti miskubin jew li jiġu magħmulin abbord bastimenti tas-sajd mill-prodotti msemmija fl- istess abbozz, sakemm dawk il-bastimenti jkunu reġistrati f'Malta jew itajru bandiera Maltija.", "Mela ejjew nieħdu l-eżempju ta' vapur Malti li jaqbad it-tonn biex jesportah jew kollu parti minnu bħala tonn taż-żejt fil- bottijiet meta t-tonn qatt ma jkun daħal f'pajjiżna.", "F'każ bħal dan jgħidu li tkun qed issir permuta, terminu legali.", "Allura f'każ bħal dan kif se jkun ittrattat l-oġġett imsemmi għal skopijiet ta' dazju?", "Qed insemmi dan l-eżempju ħalli nkun naf oġġett simili li jiġi proċessat b'dan il-mod kif se jiġi trattat għall-finijiet tad-dazju li qegħdin nitkellmu fuqu f'din il- legislation.", "Imbagħad niġu għat-tħaddim tal-proċedura.", "Naħseb importanti li l- ministru fil-winding up tiegħu jgħid b'mod ġenerali x'impatt se jkollu ekonomikament dan kollu fuq l-industrija nnifisha, fuq il-kummerċ f'pajjiżna, kemm f'dak li hu negozju ntern kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esportazzjoni u anke mar-re-esportazzjoni.", "Għax għal darba oħra naħseb li l-liġi qed tkun diskrezzjonali wisq fir-rigward tal- kontrollur.", "Min-naħa l-oħra mbagħad partijiet tal-liġi donnhom huma miktubin f'mod miftuħ wisq, loose jgħidu l-Ingliżi.", "Per eżempju, l-abbozz jgħidlek:", "''...nuqqasijiet li ma jkollhom ebda effett sinifikanti fuq l- operazzjonijiet korretti tal-proċedura''.", "Kif se tiddetermina jekk nuqqas hux se jkollu effett sinifikanti?", "Min se jiddeċiedi jekk l-effett hux sinifikanti jew le?", "Min se jkejjel kemm l- effett kien effettivament sinifikanti?", "Dan qed ngħidu għax dawn huma argumenti soġġettivi.", "M'humiex argumenti legali, u naħseb li meta l- industrijalist li jrid jinterpreta din il-liġi fil-prattika jkollu xi ħaġa li m'għandhiex tifsira soda ma' xiex jorbot iktar jista' jkun hemm lok għal diżgwid, għad-dubju u għal miżinterpretazzjoni.", "M'inix qed nattribwixxi skopijiet malinji għal- leġislatur, imma qed ngħid li meta jkollok leġislazzjoni miftuħa wisq, loose wisq, soġġetta wisq għall-interpretazzjoni, din tista' toħloq anke ċerti dubji għall-industrijalist innifsu, mingħajr ma jkollu l-gwida meħtieġa.", "L-abbozz jitkellem ukoll dwar ipproċessar jew tiswija ta' l-oġġetti ta' esportazzjoni temporanja.", "Hawnhekk nistaqsi: L-awtoritajiet se jaslu biex jiddeċiedu li l-oġġetti se jkunu ssewwew u mhux inbidlu?", "U x'differenza tagħmel f'dan il-każ?", "Meta l-liġi mbagħad tgħid li l-prodotti rimpjazzati għandu jkollhom l-istess klassifika tarifarja u jkunu ta' l-istess kwalita' kummerċjali, bl-istess karatteristiċi tekniċi nħoss li l-liġi qed tkun ristrettiva wisq.", "Mela l-ewwel kellna parti fejn il-liġi kienet laxka wisq, u issa għandna parti li fil-fehma tagħna bħala oppożizzjoni l-liġi qed tkun ristrettiva wisq, speċjalment jekk tinvolvi replacement ta' parts aktar effiċjenti u aktar sofistikati.", "U daqstant ieħor naħseb li m'huwiex prattiku s-suġġeriment jew il-provvediment li hemm fl-abbozz ta' liġi li meta l-oġġetti ta' esportazzjoni temporanja jkunu ntużaw qabel l- esportazzjoni, il-prodotti rimpjazzati jkollhom ukoll jintużaw u ma jistgħux ikunu prodotti ġodda.", "Dan qed ngħidu għax naħseb li fil-prattika se jkun diffiċli li wieħed jikkonferma, l-aktar jekk isir skambju ta' dak li huwa maħsub meta jintqal li l-kontrollur jista' jikkonċedi derogi minn din ir-regola, jekk il-prodott rimpjazzat ikun ġie fornut mingħajr ebda ħlas minħabba xi obbligazzjoni li tkun ta' natura kuntrattwali.", "Il-liġi, Sur President, qed taħseb ukoll biex fil-każ ta' mportazzjoni li ssir qabel, l-oġġetti ta' esportazzjoni għandhom ikunu esportati temporanjament fi żmien xahrejn mid-data ta' aċċettazzjoni mill-kontrollur tad-dikjarazzjoni dwar ir-rilaxx tal-prodotti rimpjazzati għaċ- ċirkolazzjoni libera.", "U dawn ix-xahrejn kif tista' tinterpretahom?", "Jekk ikollok prodott li jirriżultalek diffettuż wara iktar minn xahrejn, allura dan ma tkunx tista' tbiddlu?", "Ejja ngħidu li jien aġent, importajt tyres tal- karozzi u wara ħames xhur jew sitta rriżulta li dawn kienu difettużi.", "Allura f'ċirkostanza bħal din dawn ma jistgħux jinbidlu?", "Ta' min wieħed iżomm dan il-punt f'moħħu għal każi li jkunu bona fide u każi li jkunu ġenwini, imma li fuqhom iż-żmien ta' xahrejn jista' jkun restrittiv wisq.", "Inħoss li l-liġi hija vaga u diskrezzjonali wisq meta aktar tard titkellem dwar ċirkostanzi eċċezzjonali mingħajr ma tiddefinihom, kif ukoll meta titkellem dwar limiti raġjonevoli mingħajr ma tgħid x'inhuma dawn il- limiti.", "Diġa' semmejt kif jista' jkollok xi provvediment fil-liġi li jkun arbitrarju.", "Nerġa' ngħid qed nitkellmu dwar xi ħaġa fejn il-liġi ssemmi ċirkostanzi eċċezzjonali.", "(Interruzzjonijiet) Imma x'inhuma dawn iċ- ċirkostanzi eċċezzjonali?", "Għaliex il-liġi mhijiex tiddefinihom?", "Jew ikollok limiti raġjonevoli...", "(Interruzzjonijiet) Għaliex anke hawnhekk il- liġi m'hijiex tgħid x'inhuma dawn il-limiti.", "Naħseb li anke hawnhekk jista' jkollna lok għal misunderstandings u għal ekwivoċi.", "Meta kont qed neżamina l-liġi laqatni artiklu 45, fejn l-abbozz jitkellem dwar miżuri ta' politika kummerċjali komuni non-tarifarja.", "Mela dawn ir- regolamenti m'humiex soġġetti biss għal finijiet ta' tariffi?", "U din nagħmilha bħala mistoqsija ġenwina.", "Ma naqbel xejn ma' dawk il-partijiet tal-liġi fejn l-operazzjoni ta' l-imħażen tad-dwana għandu jkun soġġett għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni mill-ministru, kemm-il darba il-kontrollur ma jkunx jopera l-imħażen tad-dwana hu nnifsu.", "Nerġa' ngħid li m'inix qed ngħid għall-ministru tal-lum - jista' jkun anke ministru Laburista - imma dan it-tip ta' poter ma naqblux miegħu għax iwassal għal ċertu abbuż tal- poter, ikun min ikun il-ministru tal-ġurnata.", "Aktar tard jingħad li l- operatur ta' l-imħażen tad-dwana jkun responsabbli biex jiżgura li filwaqt li l-oġġetti jkunu fl-imħażen tad-dwana dawn ma jiġux imneħħija mis- sorveljanza tad-dwana.", "Jien inħoss li d-dwana għandu jkollha aċċess kontinwu għal dawn l-imħażen u tibqa' responsabbli għas-sorveljanza ta' dħul u ħruġ mill-istess imħażen, kif jagħmlu l-banek, meta jikkontrollaw ċerti stocks li jkollhom garanziji fuqhom.", "Dan huwa eżempju prattiku biex wieħed ikun jaf x'irrid ngħid.", "Lanqas naqbel li ma jkunx hemm stock records meta maħżen pubbliku jkun operat mill-kontrollur.", "Hawnhekk qed nirreferi speċifikament għal klawsola 53.", "L-abbozz jgħid li", "''M'għandu jkun hemm ebda limitu għal kemm żmien l-oġġetti għandhom jibqgħu taħt il-proċedura ta' tqegħid ta' oġġetti f'imħażen tad- dwana''.", "Nifhmu l-punt, imma dan japplika anke jekk il-goods jew il-commodities ikkonċernati jkunu perishable, jiġifieri dawn jiskadu biż-żmien?", "Meta l- liġi tipprovdi biex:", "'' ... oġġetti ta' importazzjoni jistgħu jgħaddu minn l-istess metodi ta' maniġġ maħsub biex jippriservahom, itejjeb id-dehra jew il- kwalita' tagħhom fis-suq jew iħejjihom għad-distribuzzjoni jew bejgħ mill-ġdid''", "Nistaqsi jekk dan jistax isir saħansitra billi nbiddlu l-brand names ta' l- oġġetti kkonċernati.", "Fuq punt ta' dettal nitlob kjarfika għal dak li hemm f'artiklu 60, għax kif inhija worded l-item donnu li d-dazju mhux se jibqa' jitħallas fuq bażi CIF.", "Għallinqas hekk fhimtha jien.", "U għalkemm nifhem li hija l-intenzjoni tal-gvern li jarmonizza l-leġislazzjoni kemm jista' jkun ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea - għalhekk il-gvern qed jitkellem dwar standards tekniċi Ewropej - jien nistaqsi għaliex il-gvern flok standards tekniċi Ewropej ma daħħalx il-provvediment standards tekniċi internazzjonali?", "Dawn kienu r-rimarki tiegħi.", "Nerġa' ngħid li fir-rimarki inizjali tagħna aħna għamilna paraguni mas-sitwazzjoni kif kienet fl-1995, għax inħossu li ġaladarba dan il-gvern reġa' daħħal il-VAT, il-paragun m'għandux ikun ma' sistema differenti mill-VAT, imma għandu jkun meqjus bħala estensjoni ta' dak li seħħ fl-1995, meta l-gvern kien ressaq liġi simili għal din, meta kien introduċa effettivament il-VAT għall-ewwel darba fil-pajjiż.", "Ngħid ukoll li għalkemm veru forsi d-dħul tal-gvern se jonqos Lm1 miljun, u l- gvern stess kien qal fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari li għamilt jien li t-tibdil mhux se jkun daqshekk radikali li jeħtieġ analiżi komparattiva li tlabtu jagħmel, xorta tajt lista indikattiva li fiha, waqt li hemm items li se jkunu naqsu b'riżultat ta' din il-leġislazzjoni, hemm madwar 100 item jew aktar li se jkunu qed jirreġistraw ċerta żieda a paragun ma' dak li għamel il-gvern meta lleġisla fl-1995.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, meta nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi tkun idea tajba li wieħed iħares mhux biss lejn il-partikolaritajiet tekniċi tiegħu imma wkoll lejn xi problemi marbutin mas-sitwazzjoni ekonomika tagħna b'mod partikolari fejn tidħol l-importazzjoni.", "Aspett partikolari huwa dak li għandu x'jaqsam mal-bilanċ tal-pagamenti.", "F'termini sempliċi dan ifisser id-differenza bejn dak li nbiegħu u dak li nixtru mingħand il-barranin kemm f'dawk li huma prodotti u kemm f'dawk li huma servizzi.", "Forsi wieħed mill-akbar servizzi li jolqot il-bilanċ tal- pagamenti fil-pajjiż huwa l-qasam tat-turiżmu, għax dan jikkontribwixxi bis- sħiħ għall-ekonomija tagħna kemm f'dak li hu bilanċ tal-pagamenti u kemm f'dawk li huma riservi barranin li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Bank Ċentrali.", "Jekk ikun hemm differenza bejn dak li nbiegħu u dak li nixtru mingħand il-barranin, kemm mill-aspett ta' prodotti, kemm mill-aspett ta' servizzi, fejn noħorġu aktar milli ndaħħlu, dik id-differenza rridu nagħmlu tajjeb għaliha aħna, fi flus barranin u mhux f'liri Maltin.", "Huwa għalhekk il-gvern idur lejn il-bank ċentrali f'dak li għandu x'jaqsam mar-riservi barranin u mhux lejn it-teżor.", "Fil-fatt ir-riservi barranin jitkejlu fuq perijodu ta' xhur jew ta' żmien li fih il-pajjiż jara kemm hu kapaċi jimxi mingħajr ma jimporta xejn minn barra.", "Dawn l-aħħar xhur is-sitwazzjoni kienet waħda ta' tħassib.", "Minn Jannar sa Settembru tas-sena li għaddiet parti mill-bilanċ tal-pagamenti - dak li nsejħulu l-kont kurrenti, li jinkludi fih l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' prodotti u servizzi - kien negattiv.", "Kellna żbilanċ sfavorevoli ta' Lm89 miljun.", "Fl-istess perijodu matul is-sena 1999 kien hemm bilanċ favorevoli ta' Lm9 miljun.", "Jiġifieri f'sena, minn bilanċ pożittiv ta' Lm9 miljun fil-kont kurrenti rajna żbilanċ ta' Lm89 miljun.", "Jekk wieħed janalizza ftit x'seta' mar ħażin u fejn marru dawn il-flus jara li kien hemm mal-Lm41 miljun aktar f'importazzjoni ta' żejt bi prezzijiet ogħla.", "Ħafna minnu - għalkemm forsi l-gvern tal-ġurnata ma jammettix - kien ħtija tan-nuqqas ta' negozjar tajjeb u t-tneħħija tal-hedging agreement li kien għamel il-gvern preċedenti.", "Sur President, mit-turiżmu kellna tnaqqis ta' madwar Lm8 miljun u f'dan iż-żmien ukoll rajna ħerġin minn pajjiżna l-profitti li għamel l-HSBC minn fuq it-transazzjonijiet tal-Maltin.", "Fl-istess perijodu wkoll intilfu miljuni ta' liri tal-protokol ma' l-Italja.", "Normalment dawn il-flus kienu jiġu lejn pajjiżna imma minħabba l-fissazzjoni tal-politika tal-gvern għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea din id-darba ma rajnihomx.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq l-importazzjoni, meta nqabblu l-importazzjoni ma' l- esportazzjoni, dak li ndaħħlu ma' dak li noħorġu, naraw li ħafna mill-kriżi hija kkawżata minn deċiżjonijiet politiċi żbaljati mill-gvern tal-ġurnata.", "U kien proprju minħabba dawn id-deċiżjonijiet li r-riservi barranin marru lura minn Lm743 miljun fl-aħħar ta' Novembru, 1999 għal Lm665 miljun fl- aħħar ta' Novembru, 2000.", "Din hija differenza ta' madwar Lm78 miljun, li tfisser telf ta' madwar Lm1.5 miljun fil-ġimgħa.", "Sur President, parti mill-problema hija li għadd ta' Maltin qed joħorġu l- flus barra.", "U għaliex qegħdin jagħmlu dan?", "Għax huma saħansitra nkoraġġiti mill-bank ċentrali.", "Il-politika tal-liberalizzazzjoni tal-kontroll tal- kambju qed isseħħ fl-istess żmien li r-rati ta' imgħax lokali qed jitbaxxew, u din forsi taqbel għall-gvern meta jiġi biex joħroġ anke l- istocks tiegħu.", "Fl-istess ħin rajna r-rati ta' imgħax fil-pajjiżi barra minn Malta jitilgħu a paragun ma' dawk ta' pajjiżna.", "Rajna wkoll li fl- aħħar budget il-gvern daħħal taxxa ġdida fuq l-iskemi ta' investiment kollettiv - jiġifieri dawk il-ħafna funds li nisimgħu bihom - u l-capital gains tax fuq il-qligħ li wieħed jista' jagħmel fil-Borża f'dan il-qasam.", "Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu kollha fi ftit ġranet.", "Ħaġa ta' l- iskantament, minkejja dan ir-rigress kollu, minkejja din il-waqgħa fir- riservi barranin u fil-kont kurrenti tal-pajjiż, la l-gvern u lanqas il- bank ċentrali ma qegħdin jieħdu miżuri biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Spiċċajna li Lm11 minn kull Lm100 tar-riservi tagħna għebu fi żmien relattivament qasir.", "Jekk wieħed ikompli jara aktar fid-dettal x'ġara matul is-sena isib li kien hemm l-instalments ta' l-HSBC, il-pagament li ħallas dan il-bank barrani biex kiseb il-Mid Med Bank, li kienu jammontaw għal madwar Lm47 miljun ieħor.", "Kieku għall-argument kellna naqbdu dawn l-Lm47 miljun u nżiduhom mat-telf li kien hemm konna naslu għaċ-ċifra fenomenali ta' żbilanċ ta' Lm125 miljun f'perijodu ta' madwar sena.", "Bl-istess kejl ta' meta għidt li tlifna Lm11 minn kull Lm100 tar-riservi tagħna, li ma kienx għal dawn l-Lm47 miljun, f'dan il-perijodu nkunu tlifna Lm17 minn kull Lm100.", "Mr. Speaker, jidher li l-importazzjoni fil-pajjiż se tkompli tiżdied u mhux tonqos.", "Din hija ħaġa preokkupanti ħafna.", "Għidt kemm-il darba - u nibqa' ngħid - li bil-proġetti kapitali u nfrastrutturali kbar oriġinati u żviluppati minn gvern Laburista, bħal dawk tal-Kottonera, ta' Tigne' u l- cruise passenger terminal wieħed kien jippretendi li l-importazzjoni kienet se tiżdied.", "Il-flus li se jkollna nħallsu barra minn pajjiżna għall- importazzjoni ta' makkinarju, ta' għodod u ta' materja prima għal dawn il- proġetti jidher ċar li se jiżdiedu.", "Minkejja dan kollu kollox jidher baħħ u ma nafux kif se mmorru.", "Fil-bidu għedt li r-riservi barranin jitkejjel bix-xhur ta' kemm pajjiż jista' jgħaddi mingħajr ma jimporta xejn.", "Kieku tagħna kellu jieqaf f'daqqa waħda milli jimporta, bir-riservi barranin li għandu flok tmien xhur kien jgħix ħames xhur.", "Jiġifieri l-lonġevita' tal- pajjiż li jgħaddi bir-riservi barranin li kellu fi żmien ta' sena jew anqas, naqset għal ħames xhur biss.", "Jekk se nibqgħu f'din is-sitwazzjoni mingħajr ma ningħataw l-ebda direzzjoni kif din il-kriżi se tiġi megħluba, il-futur ta' pajjiżna ma tantx jaspira tajjeb.", "Biex inkun fair, veru kien hemm żieda fl-esportazzjoni fl-istess żmien li kien hemm żieda fl-importazzjoni imma waqt li minn Jannar sa Diċembru, 2000 kellna importazzjoni ta' Lm1,492 miljun, kellna esportazzjoni ta' Lm1,073 miljun.", "B'hekk naraw li bejn l-esportazzjoni u l-importazzjoni m'hemmx relattivita'.", "Waħda qed titla' b'rata ferm u ferm ogħla milli qed tiżdied l-oħra.", "Ma jfissirx li m'għandniex nibqgħu nagħmlu l-isforzi biex inżidu l- importazzjoni, mela le, imma fl-istess ħin għandna naraw li l-esportazzjoni tkun tali li tnaqqas it-trade gap li jkun hemm, jew għallinqas inkunu fid- direzzjoni t-tajba.", "Fil-fatt il-visible trade gap matul is-sena li għaddiet jidher li kibret b'xejn anqas minn Lm73 miljun u telgħet għal Lm418 miljun minn Lm344 miljun li kien hemm sena qabel.", "Dan biex wieħed jiżen aktar x'qegħdin ngħidu.", "Meta nitkellmu fuq importazzjoni rridu naraw x'se jkun l-effett globali fuq il-finanzi pubbliċi.", "Meta wieħed isib ruħu f'sitwazzjoni bħal din jibda jistaqsi: Hemm xi rimedju?", "Għax donnu qbadna rotta 'l isfel.", "Hawn min saħansitra jgħidlek li se ssir elezzjoni għax il-gvern ma jistax ikampa.", "Meta tiġi nkunu preparati għaliha, Sur President, u persważ li r-riżultat ikun jirrifletti s-serjeta' tal-poplu tagħna fid-deċiżjonijiet tiegħu.", "Imma issa jidher li bdiet iddoqq il-qanpiena ta' l-alarm u qed tiżdied il-pressjoni biex jibda jiġi kkonsidrat min-naħa tal-gvern jew il-bank ċentrali l-iżvalutar tal- Lira Maltija.", "Dan ifisser li jkollna lira anqas b'saħħitha meta paragunata ma' currencies oħrajn.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOHN DALLI: Irrid biss nattira l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li meta qed nitkellmu fuq żvalutar qed nitkellmu fuq affarijiet serji, li jistgħu jistigaw ħafna ħsara lill-ekonomija tagħna.", "M'għandniex noqogħdu nagħmlu dan it-tip ta' allegazzjonijiet li m'huma fondati xejn.", "Kemm-il darba kelli l-okkażjoni niċħad li l-gvern qiegħed jaħseb b'xi mod fuq xi żvalutazzjoni.", "ONOR JOE CILIA: Jekk tippermettili, ngħidlek fuq xiex qed insostni dawn il-possibilitajiet.", "Jien għedt li qed tiżdied il-pressjoni biex tiġi żvalutata l-lira Maltija.", "Se nagħmilha ċara li dan mhux jien qed ngħidu.", "Nafu kemm tan-naħa l-oħra kienu jħobbu jikkwotaw mir-rapporti li jsiru mill- Economist Intelligence Unit.", "Fl-aħħar rapport li sar mil-EIU, u dawn jiġu u jinvestigaw u jitkellmu ma' nies...", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħid li dak aħna niktbuh!", "(Interruzzjonijiet) Inti għedt sew li rridu nuru s-serjeta' u naħseb li anke inti hawnhekk trid tkun serju f'dak li tallega.", "(Interruzzjonijiet) Jekk mhux qed nogħġbu, il-Ministru għandu ċ- ċans jitkellem fil-winding-up tiegħu u jwieġeb.", "Wara kollox aħna qegħdin nikxfu r-realta' u l-verita' tas-sitwazzjoni li min-naħa tal-gvern, bil- professuri u l-esponenti tiegħu li jiftaħru li jifhmu, qatt ma jingħadu.", "Dan m'huwiex sew, m'huwiex ġust, la għal dan il-parlament u lanqas għal dawk li qed jisimgħuna.", "Li għedt jien deher fl-aħħar rapport li tħejja mill- EIU li ftit li xejn rajna pubbliċita' dwaru.", "Issa l-ministru qed jgħid li meta ngħidu dawn l-affarijiet tagħmlu l-ħsara.", "Nagħmlu l-ħsara meta naħarbu mill-problemi mhux meta ngħidu s-sitwazzjoni x'inhi.", "Qed jagħmel il-ħsara dan il-gvern li meta jkollu l-problemi jitfagħhom taħt it-tapit biex ma nallarmawx in-nies!", "Il-gvern għandu jitkellem u jiffaċċjahom.", "Għandu jgħidilna li qed jiġri hekk u hekk u mhux Alla jħares ma titkellimx l- oppożizzjoni!", "Jekk dan intqal jien ngħid li minn xi mkien ġabuha din l- informazzjoni.", "Dawn ikunu tkellmu ma' nies inkarigati u rjus kbar anke min- naħa tal-gvern.", "Issa l-ministru qed jiċħad li għad jasal għal żvalutar imma smajna kemm-il darba diversi assigurazzjonijiet oħra min-naħa tal-gvern, Sur President, u ħafna drabi, meta ġejna għas-si u n-no l- assigurazzjonijiet ma swew assolutament xejn.", "X'jiġri jekk Alla jħares qatt il-gvern jiżvaluta l-lira?", "Forsi l-problema li semmejt fil-bilanċ tal-pagamenti jitfagħha taħt it-tapit għal perijodu ta' żmien, u forsi jirbaħ ftit nifs qabel ma dak li jkun jinduna xi jkun qed jiġri, imma l-verita' hi li jekk Alla jħares qatt isseħħ din il-miżura, il-gvern ikun qed jgħid li se jiżdiedu l-prezzijiet għal dak li jiġi minn barra, u aħna, Sur President, pajjiż ċkejken bi ftit li xejn riżorsi minerali naturali se niġu f'sitwazzjoni xejn sabiħa.", "Dan jgħodd għal qasam tal-manifattura u għall-fabbriki.", "Din hija katina, waħda tiġbed lill-oħra u jekk jiġri hekk l-unions se jibdew jaqbżu wkoll, għax la l-affarijiet jogħlew dawn jippretendu li jogħlew ukoll il-pagi tal-ħaddiema, u mhux biss l-affairjiet li jiġu minn barra imma anke dawk maħduma hawn Malta, li allura jinqabdu f'dan iċ-ċirku vizzjuż.", "U dan għax ovvjament il-materja prima togħla għalihom ukoll u b'hekk ma nibqgħux kompetittivi.", "Il- kompetittivita' tagħna diġa' naqset meta paragunata ma' kompetituri tagħna.", "B'dan fl-aħħar mill-aħħar se jitgħabbew biss il-ħaddiema u l-konsumaturi tagħna.", "Mr Speaker, fuq il-punt tal-bilanċ tal-pagamenti naħseb li ressaqt argumenti sodi biżżejjed, u nista' ngħaddi għal xi ħaġ'oħra marbuta ħafna ma' l-importazzjoni.", "Nixtieq nitkellem dwar is-sistemi li jolqtu l- industrija tagħna.", "Hawnhekk żgur li tqum id-diskussjoni dwar il-levies, il- protezzjoni li kellhom l-azjendi lokali għall-kompetittivita'.", "Qabel xejn nixtieq ngħid kif ħadem il-Partit Laburista f'dak li għandu x'jaqsam mal- levies.", "Il-politika tal-gvern Laburista kienet dejjem ċara.", "Aħna rridu li bejn pajjiżna u l-Unjoni Ewropea tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles fl- industrija, biss fuq temp ta' bejn ħamsa u sebgħa snin.", "Ħassejna li dan kellu jagħti ċans biżżejjed lill-industrija Maltija biex tkun tista' taddatta u ttejjeb il-ħidma tagħha, timmodernizza, u tkun tista' tilqa' għall-kompetizzjoni ġdida li tkun se tiffaċċja mill-Ewropa.", "Konna ċari fuq il-qasam tal-biedja, li dan jitħalla barra, iżda dejjem żammejna t-triq miftuħa li fejn ikun jaqbel, ċerti prodotti marbutin mal-biedja u s-sajd il- gvern tal-ġurnata kellu jara li dwarhom jinnegozja trattament speċjali.", "Meta dħalna fil-gvern f'Ottubru ta' l-1996, il-VAT kienet ilha sena u disa' xhur li ddaħħlet minn dan il-gvern.", "Kienu tneħħew id-dazji fuq ħafna prodotti industrijali u dawn kienu japplikaw biss għall-importazzjoni.", "Iżda l-VAT ġiet tapplika kemm fuq il-prodotti minn barra u kemm fuq il-prodotti li jinħadmu lokalment.", "B'hekk kien diġa' żmantellat saff ta' protezzjoni mogħti lill-industrija.", "Sibna wkoll li l-gvern Nazzjonalista kien impenja ruħu ma' l-Ewropej li sa l-aħħar tas-sena 1996 kellu jneħħi madwar 300 levy, ħaġa li kien żamm mistura mill-poplu Malti.", "Kellu jkun gvern Laburista li jiżvela din l-istrateġija li kien se jimxi biha l-gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt, apparti dawn it-300 levy, kien qiegħed jaħdem biex l-oħrajn jitneħħew ftit taż-żmien wara.", "Il-gvern Laburista neħħa l-VAT u minflokha daħħal sisa fuq l- importazzjoni ta' 15%.", "Ma' l-Ewropej konna qbilna li fuq importazzjoni se tiġi mħaddma jew is-sisa ta' 15% jew inkella l-levy u tintagħżel l-aħjar waħda mit-tnejn.", "Qbilna wkoll kif kienet se titwaqqaf din iz-zona ta' kummerċ industrijali ħieles bejn Malta u l-Ewropa.", "Din kienet imsejsa fuq żewġ binarji.", "Waħda li bil-mod il-mod kellha tiddaħħal sisa fuq il- prodotti tal-fabbriki Maltin, sakemm din tilħaq ukoll il-15% u konna naslu f'punt li jkunu qed jiġu ċċarġjati wkoll l-istess sisa bħall-importazzjoni għall-Ewropa.", "Min-naħa l-oħra, wara ċertu żmien, il-levies fuq l- importazzjoni mill-Ewropa kellhom jiġu mnaqqsa għal xejn, dejjem bil-mod il- mod, biex industrijalist jilħaq mal-kambjamenti li jkunu qegħdin isiru.", "Kien diġa' tfassal kalendarju maqbul ta' kif kellhom iseħħu l-bidliet fuq medda ta' mhux inqas minn seba' snin hekk li min-nofs is-sena 1999 is-sisa tibda tidħol fuq il-produzzjoni Maltija wkoll, fuq medda ta' ħamsa jew sitt snin.", "Jiġifieri sas-sena 2005, biex inkun preċiż, il-prodotti tal-fabbriki Maltin kienu jkunu qed iħallsu l-istess sisa bħall-prodotti miġjuba mill- Ewropa.", "Fir-raba' sena li jkun għaddej dan il-proċess kollu, il-levies kellhom jibdew jitnaqqsu pass pass fuq medda ta' mhux inqas minn tliet snin.", "Jiġifieri fis-sena 2003 kellu jibda t-tnaqqis tal-levies li jispiċċa mhux qabel is-sena 2006.", "Dan il-kalendarju preċiż imma fl-istess ħin raġonevoli, kellu jagħti nifs sħiħ lill-industrija lokali biex din tlaħħaq mal-kambjamenti li pajjiżna jrid bilfors jgħaddi minnhom.", "Aktar minnhekk, gvern Laburista kien saħaq li qabel issir xi bidla jkun hemm l-istrutturi adattati fil-pajjiż biex jgħinu lill-industrija Maltija, ħalli din tilqa' għar-ristrutturazzjoni li kellu jkun hemm.", "Fil-fatt kien twaqqaf l-IPSE - l-istitut tal-promozzjoni ta' azjendi żgħar - li kien jaħseb għall-programmi ta' għajnuna lill-azjendi Maltin.", "Imma jidher li l- gvern tal-ġurnata dawn il-programmi ftit li xejn għamel xi ħaġa dwarhom.", "Għal xhur sħaħ l-IPSE kienet in no man's land, ħadd ma jaf fejn sejjer, daqqa jgħidu li qisu qabżu xi ħaġa, daqqa jgħidu li hemm bżonn jieħdu xejra differenti, daqqa li r-rwoli jridu jinbidl, imma fil-verita' jgħaddu x-xhur u fil-prattika ma jkun sar xejn.", "Gvern Laburista kien ċar ukoll mhux biss dwar l-istrutturi li kien jinħtieġlu l-pajjiż biex jidħol għat-tibdiliet fl- ekonomija tiegħu, imma anke f'dak li kellu x'jaqsam ma' l-iffinanzjar ta' l- istess skemi u ta' l-istess strutturi.", "Qal ċar ukoll minn kienu se jinġiebu l-flus għal dan it-tip ta' finanzjament.", "Kien ċar li bi qbil ma' l-Ewropej il-fondi mill-Ewropa jintużaw mill-IPSE għall-industrija lokali, għax hemm kien u għadu l-ikbar impatt bit-tibdiliet kollha, u l-gvern kien ikkommetta ruħu wkoll li jalloka 20% tal-fondi mill-privatizzazzjoni tal-Maltacom lill- IPSE għall-istess għanijiet.", "Mr Speaker, illum nisimgħu ħafna kalkolazzjonijiet u proġezzjonijiet imma xejn dwar finanzjament ta' programmi.", "Waħda mill-akbar diffikultajiet li għandhom l-industriji lokali bħalissa huwa n-nuqqas kbir ta' faċilitajiet finanzjarji biex ikunu jistgħu jidħlu għat-tibdiliet li jkun hemm bżonn.", "F'dak li hu iffinanzjar għall-istruttura fil-pajjiż, dan il-gvern sal-lum ma uriniex fejn sejrin.", "Ipotesi waħda biss.", "Kollox idur magħha u bilfors issemmieha, għax il-politika tal-gvern Nazzjonalista kienet ibbażata fuqha: li meta terġa' ssir mill-ġdid l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jiġu madwar Lm100 miljun f'pajjiżna, u b'dawn ikollna xalata u nkunu nistgħu n agħmlu mhux biss dak li hemm bżonn isir, imma aktar.", "Imma jidher li din – u dan minkejja li ma nafux kif se jintlaqtu eluf ta' familji Maltin - kienet biss miżura ta' propaganda rħisa tal-gvern tal- ġurnata, kien biss kliem fl-ajru mingħajr l-ebda ħjiel kif l-affarijiet se jkunu mexjin.", "Għall-kuntrarju, flimkien mar-rappreżentanti tan-negozjanti, aħna konna bdejna nħejju l-programmi ta' ħidma għar-ristrutturar.", "Sfortunatament, imbagħad kulħadd jaf x'ġara fil-pajjiż.", "Mill-banda l-oħra tajjeb li naraw kif mexa gvern Nazzjonalista fl-istrateġija tiegħu tal- kwestjoni tal-levies, meta f'Settembru ta' l-1998 rebaħ it-treġija tal- pajjiż u beda jfittex li jkompli bil-ħidma tiegħu, partikolarment fl- ossessjoni tiegħu ta' sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Reġa' daħħal il-VAT, Mr Speaker, u ssokta bl-impenji tiegħu għat-tneħħija tal-levies, u dan kollu qabel pajjiżna jsir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, sal-lum għadna nisimgħu ħafna dati u ħadd ma jaf meta pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Imma fl-istess ħin, minkejja dan, meta rebħu l-gvern kienu lesti li l-ewwel ikun hemm l-għaqda doganali u wara, tasal meta tasal, il-kwestjoni tas-sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Neħħew id-dazji u s-sisa li kienu ddaħħlu minn gvern Laburista, u allura dik l-istrateġija ntremiet il-baħar, u minflokhom, fl-1 ta' Jannar ta' l- 1999, reġgħu daħħlu s-sistema tal-VAT.", "Din ġiet tapplika għal kull azjenda, kemm ta' importazzjoni u kemm jekk hi Maltija u taħdem għas-suq lokali.", "Id-dazji u s-sisa ma kenux japplikaw fuq prodotti maħduma f'Malta, tneħħi partijiet minnhom li kienu importati minn barra.", "Minħabba f'hekk l- ispiża għall-konsumatur tal-prodotti maħduma Malta għoliet minnufih bid- dħul tal-VAT.", "Fabbriki li jaħdmu għas-suq lokali tilfu mill-kompetittivita' meta mqabbla ma' kumpaniji Ewropej li jaħdmu fl-istess xogħol.", "U studju li kien sar mill-economic planning division kien juri li mill-1 ta' Jannar ta' l-1999, jiġifieri fl-istess żmien li reġgħet ġiet introdotta l-VAT mill- gvern tal-ġurnata, kien hemm telf sostanzjali tal-kompetittivita' ta' fabbriki Maltin mqabbla mal-prodotti importati mingħand kompetituri Ewropej.", "MR SPEAKER: Onor. Cilia, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li skadilek il-ħin u biex tkompli tinstema' għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR NOEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR HELENA DALLI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Cilia jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR JOE MIZZI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-Seduta kienet sospiża fit-8.25 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dan l-abbozz jirrigwardja mhux biss l- importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel imma wkoll l-importazzjoni ta' materja prima għall-industrija lokali ta' l-ikel, tal-minerali u tal-birra.", "Jiena għedt li dan l-abbozz jirrigwardja l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel għax huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li l-politika ta' l-Unjoni Ewropea rigward prodotti ta' l-ikel hija bbażata fuq sistema differenti minn dik ta' pajjiżna.", "Issa minħabba li l-Unjoni tirrikjedi li aħna nkunu konformi mar-regoli tagħha se nispiċċaw inżidu d-dazji fuq l-importazzjoni, partikolarment tal-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima ġejjin minn pajjiżi li ma jkunux membri.", "Fil-każ ta' Malta dan jaffettwana serjament għax aħna m'għandniex riżorsi naturali.", "Id-daqs ta' l-art tagħna huwa dak li hu u allura aħna żvantaġġjati wkoll f'dik li hija produzzjoni.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi bilfors wieħed jinsisti li l-ministru jagħti ċerti garanziji, mhux biss lil din in-naħa tal-Kamra imma lill-poplu kollu kemm hu.", "Waħda mill-miżuri li għamel il-ministru f'dan il-budget hija ż-żieda ta' 6c7 fuq l-importazzjoni ta' corned beef li jkun ġej mill-pajjiżi li m'humiex membri.", "Issa jiena naf li dan m'huwiex it-tip ta' ikel tal- ministri u għalhekk ma jqisuhx daqshekk importanti, pero' rridu nirrealizzaw li dan it-tip ta' ikel huwa komuni man-nies li jiddependu mill- benefiċċji soċjali u nies li jieklu fil-canteens tal-fabbriki u fit- tarznari.", "Mela nsibu li l-ministru, permezz ta' dan l-abbozz, mhux biss biddel is-sistema mill-piż għall-valur tad-dazju li jrid jitħallas fuq l- imporatzzjoni ta' dan il-prodott; u kemm-il darba d-dazju jogħla jew tiżvaluta l-lira, inkella l-pajjiż li jkun qed jesporta jgħolli l-prodott, id-dazju jibqa' jogħla iktar minn 6c7.", "Għaliex qed insemmi dan il-punt?", "Għax il-gvern, jekk ma jkunux aktar ċar permezz ta' din il-liġi, se jifrex l-istess sistema u l-istess taxxi indiretti fuq firxa ta' prodotti ta' l- ikel li f'pajjiżna jiġu importati minn pajjiżi li ma jkunux membri.", "L- impatt ta' dan m'huwiex biss fuq il-corned beef, li f'din il-liġi qegħdin ngħolluh imma fuq prodotti oħra wkoll.", "U huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea trid tkun suġġetta għal dawn il-forom ta' dazji, ta' kwoti u ta' kontrolli li l-Unjoni Ewropea ssejħilhom TARIC.", "Issa apparti dan hemm ukoll fenomenu ieħor importanti għal dak li jirrigwarda l-importazzjoni ta' l-ikel.", "Dan huwa l-export refund.", "Minħabba s-sistema hekk imsejħa politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea, ħafna prezzijiet ta' l-ikel li timporta Malta, għax m'għandhiex id-daqs ta' l-art li tipproduċi dawn is-sorsi ta' materja prima ikunu suġġetti għal tip ta' sussidju.", "Dan iwassalna biex aħna nkunu kompetittivi kemm fejn jirrigwarda l-importazzjoni ta' l-ikel u kemm fejn jirrigwarda l-materja prima li minnha nagħmlu ċerti prodotti ta' l-ikel.", "Issa biex isieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea, il-gvern Nazzjonalista se jagħlaq dawn l- opportunitajiet li ngawdu minnhom kemm bħala poplu f'dak li huwa finished product importat, u kemm bħala industrija f'dak li jirrigwardja l-materja prima.", "Ħalli nġib il-kwestjoni taz-zokkor bħala eżempju, Sur President.", "U ninsisti li l-ministru fil-winding-up tiegħu jagħti dawn il-garanziji.", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma l-fatti u bilfors nitolbok li tagħti l- garanziji.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea ma tkunx tista' timporta zokkor bħala materja prima minn fejn jidhrilha hi.", "Jekk tagħmel hekk ikollha tħallas ċerti dazji fuq l-importazzjoni.", "Wara li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jitlef il-benefiċċju ta' l-export refund u huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li fost l-ogħla prezzijiet taz-zokkor fid- dinja hemm dak tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "U jekk kemm-il darba l- Unjoni ma tissussidjax il-prezzijiet tagħha meta tiġi biex tesporta l- prodott tagħha lejn il-pajjiżi li m'humiex membri bħal Malta, din titlef il- kummerċ internazzjonali, għax imbagħad l-industriji Maltin ma jixtrux iz- zokkor mingħand l-Unjoni Ewropea, imma jixtruh minn pajjiżi oħra li m'hemmx dubju li jiksbu dan is-sors b'ħafna orħos.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li nirrikjedu spjegazzjoni ċara għalihom.", "Għaliex?", "Għax biz-zokkor ma nifhmux biss dak li nħalltu mal-kikkra tat-te' jew tal-kafe' li nieħdu, imma rridu niftakru fl-industriji tal-minerali.", "F'pajjiżna, minħabba l-klima sħuna, il-minerali jimxu kemm mal-Maltin u kemm mat-turisti.", "Waqt li għandna popolazzjoni ta' 400,000 ruħ, għandna industrija tat-turiżmu li s'issa ġġibilna 'il fuq minn miljun ruħ.", "Mela hemm rabta mal-qagħda ekonomika ta' pajjiżna, industrijali ta' pajjiżna meta nitkellmu fuq dan is-sors ta' importazzjoni ta' materja prima.", "Fuq iz- zokkor tiddependi wkoll l-industrija tal-ħelu f'pajjiżna.", "Għamel impatt il-gvern dwar kif dan se jaffettwa l-għoli tal-ħajja u kif se jaffettwa l- kompetittivita' ta' l-industrija tal-minerali u dik li tipproduċi l-ħelu?", "Għamel impatt dwar kif dan kollu se jaffettwa l-industrija tat-turiżmu mil- lat ta' kompetittivita'?", "Dawn huma affarijiet, Sur President, li bilfors irridu nqanqluhom f'diskussjonijiet bħal dawn.", "Aħna nafu kemm hu importanti z-zokkor bħala materja prima għall-industriji tagħna.", "Aħna nimpurtaw 'il fuq minn 22 elf tunnellata fis-sena, jiġifieri qed nitkellmu fuq telf ta' sussidju ta' Lm4.5 miljun fis-sena fuq din l-importazzjoni biss, barra li hemm telf ieħor li huwa marbut ma' prodotti magħmula mill- kompożizzjoni taz-zokkor, li huma impurtati mill-Unjoni Ewropea.", "Mela nafu li l-mudell li llum il-gvern qed jipproponi u jaħmi fil-corned beef se jkun l-istess mudell li se jaħmi u se japplika fuq prodotti oħra ta' l-ikel inkluż iz-zokkor.", "Issa meta niġbdu l-attenzjoni tal-gvern fuq dawn l-affarijiet jgħidulna li għad irridu ninnegozjaw.", "Imma jekk fin-negozjar ma taslux għal dawn l- arranġamenti ma' l-Unjoni Ewropea, se xxaqilbu għall-politika ta' din in- naħa, jiġifieri dik ta' Svizzera fil-Mediterran, li bl-aktar mod sempliċi qegħda turi kif ikun hemm impatt mill-anqas fuq il-poplu tagħna, fuq l- industriji tagħna u fuq is-settur tat-turiżmu?", "(Interruzzjonijiet) Il- ministru għandu jfiehem lill-poplu.", "Għandu jgħidlu li ma jagħtihx garanzija li z-zokkor mhux se jżidu bl-istess sistemi ta' taxxi li għamel fuq il- corned beef.", "Jekk ma jagħmilx dan għallinqas għandu jkun responsabbli bħala ministru tal-finanzi u lill-industrija tal-minerali, lill-industrija li tuża z-zokkor bħala kompożizzjoni biex tagħmel il-ħelu jgħidilhom bil- fatti.", "Jien qed ngħidlu kemm titlef Malta f'export refund illum, hekk li bilfors ikollha tgħolli l-prezz ladarba Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Mela issa kun serju biżżejjed li tispjega lil din l-industrija u lill-poplu kemm jogħla aktar il-prezz taz-zokkor, mhux biss b'Lm4.5 fis-sena, imma kemm jogħla aktar kemm-il darba jiġi minn pajjiżi li ma jkunux fl-Unjoni Ewropea.", "U jekk ma nagħtuhx garanziji lill- poplu nkunu qed nikkonfermawlu l-impatt ta' l-iżvantaġġi kbar f'dan il- qasam ta' l-importazzjoni.", "Mr. Speaker, f'pajjiżna m'għandniex art biżżejjed biex nipproduċu z- zokkor.", "Jekk nidħlu membri la se nieħdu sussidju fuqu u lanqas se nipproduċuh, għax m'għandniex l-art.", "U allura li noqogħdu nwebblu li b'xi mod jew ieħor xorta se nġibu s-sussidju ma jagħmilx sens.", "U l-istess se jiġri dwar il-laħam aħmar, Sur President.", "Aħna rridu nqisu l-laħam aħmar bħala materja prima, għax lanqas dan ma nistgħu nipproduċu lokalment.", "Bħalma l-gvern illum qed jemenda biex jgħolli t-taxxa indiretta fuq il- konsum tal-corned beef, 'il quddiem, bis-sħubija, ikollu jagħmel l-istess fuq iz-zokkor u fuq il-laħam aħmar impurtat mill-pajjiżi li ma jkunux membri.", "Lill-poplu tagħna se nfehmuhomlu dawn l-affarijiet?", "Se ngħidulu li aħna ma nagħtux garanziji li mhux se nżidu t-taxxi fuq il-laħam aħmar li jkun importat minn pajjiżi li ma jkunx membri fl-Unjoni Ewropea?", "Barra li se nitilfu s-sussidju li ngawdu minn fuq l-importazzjoni li ġejja mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, għax m'aħniex membri - dak li huwa l-export refund - għada pitgħada se nżidu taxxi kbar fuq l-importazzjoni tal-laħam aħmar li jkun ġej mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ejja ieħdu l-Irish origin beef.", "Illum, għax nimpurtawh mill- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li m'humiex membri, l-importaturi tagħna jħallsu medja ta' $12,000 jew $12,500 għal kull tunnellata metrika.", "Jekk Malta ssir membru jkollha tħallas medja ta' $18,000 dollaru t-tunnellata metrika għax titlef il-benefiċċju ta' l-export refund li l-Unjoni Ewropea tissussidja meta tinnegozja mal-pajjiżi li m'humiex membri.", "Jekk ma tagħmilx hekk dawn jixtru ċanga ħafna orħos minn dak ta' l-Irlanda, u f'dan il-każ dan il-prodott jibqa' fl-istorage ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura biex ma tibqax tkabbar il-muntanja, l-Unjoni Ewropea tintaxxa lill-poplu tagħha biex imbagħad tissussidja esportazzjoni lejn il-pajjiżi li m'humiex membri, biex permezz ta' dan is-sussidju tkun kompetittiva ħalli l-prodott abbundanti li għandha ma jibqax ma wiċċha.", "U minkejja l-hekk imsejjaħ suq ta' 400 miljun ruħ m'għandhiex ċans li tbiegħu għax hija fgata b'dik li hija produzzjoni.", "Min-naħa l-oħra imma rridu nfiehmu lill-poplu li abbażi ta' l-integrated tariffs of the European community, Malta barra li titlef dan il-benefiċċju ta' l-export refund mill-istess importazzjoni ġejja mill-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea, ikollha l-iżvantaġġ li ma tixtrix laħam mingħajr taxxi indiretti li timponi fuqha l-Unjoni Ewropea kemm-il darba jkun ġej mill- pajjiżi li ma jkunux membri.", "Minħabba f'hekk prodotti bħalma hu n-New Zealand lamb minn $3,000 it-tunnellata metrika jogħla għal $15,000 dollaru it-tunnellata metrika, barra li pajjiżna jkun suġġett għal dak li n- Nazzjonalisti fi żmien il-gvernijiet ta' Mintoff u gvernijiet preċedenti Laburisti kienu jikkritikaw, jiġifieri għall-kwoti u kontrolli fuq l- importazzjoni.", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li fuq l-importazzjoni tan-New Zealand lamb hemm kwota għall-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea li hija ta' 2,060 tunnellata fis-sena.", "Ġaladarba Malta tissieħeb, trid tkun parti minn dawn is-sistemi.", "U l-ministru, irrispettivament jagħtix garanzija jew le, irid ikun denju biżżejjed li jikkonferma dawn il-fatti, għax dawn huma sitwazzjonijiet li qegħdin hemm, huma ċari, Malta se tkun marbuta bihom, u l-gvern se jkun liberu li jdaħħalhom x'ħin irid u x'ħin jogħġbu.", "U dan l-abbozz qed ilesti t-triq għal dan kollu.", "Sur President, nafu x'inhuma l-limitazzjonijiet ta' pajjiżna.", "U aħna rridu relazzjonijiet mill-eqreb ma' l-Unjoni Ewropea imma mhux sħubija sħiħa proprju minħabba dawn il-prinċipji fundamentali li huma kkonfermati fir-rapport ta' l-NPAA.", "Dan jikkonferma, bħalma nikkonfermaw aħna ta' din in-naħa tal-Kamra, li se jkun hemm splużjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel kemm għall-konsumatur u kemm bħala materja prima għall-industrija tagħna.", "Semmejt il-corned beef, li ma jiklux il-ministru jew is-segretarju parlamentari imma l-ħaddiem iż-żgħir waqt il-break.", "Sur President, il- corned beef se jogħla minkejja li nafu li jittiekel minn ċerta kategorija tas-soċjeta' tagħna.", "U l-istess se jiġri fuq firxa wiesgħa ta' prodotti ta' l-ikel oħra li m'humiex soġġetti biss għall-konsumatur imma wkoll ta' materja prima għall-industriji tal-minerali ta' l-ikel.", "Dawn huma prodotti li jintużaw mir-restaurants u mill-lukandi tagħna biex iħejju l-ikel għal fuq il-miljun turist li s'issa jżuru l-gżejjer tagħna minn sena għall-oħra.", "Il-ministru jrid jifhem dak li qed tgħid din in-naħa tal-Kamra.", "Għalkemm illum dan l-abbozz huwa marbut maż-żieda fl-importazzjoni ta' corned beef mill-pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea, fil-proċess biex ikompli jintegra s-sistemi ta' l-Unjoni, il-gvern irid japplika l-istess metodi fuq firxa aktar wiesgħa ta' prodotti inkluż sorsi ta' materja prima bħal zokkor, laħam aħmar, butir, ġobon u ross.", "Dawn huma prodotti li pajjiżna ma jipproduċix u permezz ta' din il-liġi u bl-aġenda li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea l- gvern se jkun obbligat li jżid levies, dazji jew xi forom ta' kontrolli fuq dawn il-prodotti kemm-il darba jiġu mportati mill- pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa jekk wieħed jagħmel kalkolu fuq l-importazzjoni annwali fuq dawn il-ħames sorsi biss ta' materja prima - u m'inix qed nagħmel referenza għal prodotti li huma magħmula mill-kompożizzjoni ta' dawn i-sorsi - isib telf sostanzjali ta' madwar Lm17-il miljun li barra li nitilfuhom bħala export refund inkunu rridu nħallsuhom addizzjonalment kemm-il darba l-istess sorsi ta' materja prima nimpurtawhom mill-pajjiżi li ma jkunux membri.", "Sur President, dan il-gvern ilu sentejn jagħmel l-impact assessment settur settur, qasam, qasam u naħseb li wasal iż-żmien li jgħidlina x'irriżultalu minn dawn l-istudji biex inkunu nistgħu nqabblu ma' dak li qed jirriżulta lilna.", "Aħna ma nistgħux nifhmu kif dan il-pajjiż jista' jkun kompetittiv meta dan l-abbozz qed jorbotna b'xita ta' dazji u taxxi ndiretti fuq il-konsum ta' l-ikel sewwasew għax Malta fiċ-ċokon tagħha m'hijiex self sufficient.", "Ħalli nġib eżempju.", "Aħna nipproduċu 30% tal- prodotti magħmula mill-ħalib u s-70% l-oħra nimportawhom.", "Mela dan ifisser li abbażi ta' dan l-abbozz ta' liġi dawn il-prodotti li ġejjin mill-pajjiżi barra mill-Unjoni se jkollna nimponu taxxa fuq l-importazzjoni tagħhom.", "Dan se jkollna nagħmluh għax hekk tobbligana l-aġenda tal-gvern li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Meta nafu li ħafna mill-industriji tagħna jiddependu mill-importazzjoni tal-materja prima, li ħafna mill-ikel tagħna jiddependi mill-importazzjoni ta' dawn il-prodotti, ikollna ninsistu u nagħmlu pressjoni lill-gvern biex jispjega, jekk ma jridx jagħti garanziji, x'miżuri qed japplika biex effettivament jilqa' għal dawn l-integrated tariffs of the European communities biex ma jiġrix dak li qed tipprevedi l- oppożizzjoni, jiġifieri li jkun hawn splużjoni fil-prezzijiet kemm tal- prodotti ta' l-ikel u kemm tal-materja prima u b'hekk nitilfu l- kompetittivita' tagħna.", "Sur President, dawn huma ċirkostanzi li rrispettivament il-gvern jagħtix garanzija jew le, irid almenu jispjega u jgħid hux qed jirrikonoxxihom.", "Jekk mhux qed jirrikonoxxihom, għandu jgħid għaliex.", "Imma jekk irid ikun kredibbli jrid jammetti li dawn huma s-sistemi mħaddna mill-Unjoni Ewropea.", "Għandu jgħidilna kif pajjiżna se jkun affettwat u jekk hux se jkollna splużjoni tal-prezzijiet minħabba fihom.", "Jekk ma jippreżentax l-impact assessment il-gvern għandu jispjega dawn l-affarijiet.", "Dawn huma piżijiet li l-ekonomija tagħna ma tiflaħx għalihom u bla dubju se joħolqu problemi kbar għal dawk li jaħdmu f'dawn l-industriji.", "MR SPEAKER: Skużani ninterrompik, Onor. Farrugia, imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) : Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Frar 2001, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, it-toroq huwa wieħed mis-suġġetti li l-aktar li qed jiġi diskuss mill-poplu Malti u din mhijiex xi sitwazzjoni pjaċevoli.", "Il-poplu Malti għandu dritt jistaqsi kif u għalxiex qed jintnefqu l-flus u x'riżultati qed ikollna.", "Xi xhur ilu għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari lill-ministru għat-trasport u komunikazzjoni, l-Onor.", "Ċensu Galea, biex jagħti dettalji ta' kemm intnefqu flus fuq resurfacing, tarmac, patching, bini u tiswijiet tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "B'sorpriża l-ministru f'kull risposta li ta għall-mistoqsijiet parlamentari u supplimentari li għamiltu, wieġeb li ma teżistix statistika u ma jafx kemm intnefqu flus f'disa' snin sħaħ ta' gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u 1996 fuq dak li għandu x'jaqsam mat-toroq.", "Għaddew il-ġimgħat u fuq il-programm televiżiv \"Xarabank\" kien hemm dibattitu dwar it-toroq.", "Fost il-mistednin kien hemm il-kollega tiegħi l- Onor. Charles Buhagiar li huwa ex-ministru responsabbli mit-toroq, l-Onor.", "Ċensu Galea li huwa l-ministru responsabbli mit-toroq u kien hemm jien flimkien ma' għadd ta' persuni oħra.", "Dakinhar jien qajjimt il-punt li l- gvern għandu jkollu statistika u għandu jkun jaf kemm nefaq flus fuq it- toroq għax dawn huma flus il-poplu, pero' l-ministru kompla jsostni l- pożizzjoni tiegħu.", "Għalhekk la ma teżisti l-ebda statistika jien qbadt l- estimi li vvota kull gvern bejn l-1987 u l-1996 u sibt li f'dan il-perijodu l-gvern nefaq is-somma ta' Lm48 miljun fuq it-toroq.", "Apparti minn hekk fl- 1996 il- gvern f'dan il-perijodu ħalla Lm11 miljun dejn fuq xogħol li għandu x'jaqsam ma' toroq jiġifieri s-somma titla' għal madwar Lm60 miljun.", "Ta' min jgħid ukoll li Lm7 miljun minn dawn il-Lm11 miljun ingħataw b'direct orders lejliet l-elezzjoni ġenerali ta' l-1996.", "Jekk wieħed jaqbad il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jsib din il-preċiża wegħda:", "\"Ir-riabilitazzjoni sħiħa tat-toroq tista' faċilment tiġi finanzjata mill-Unjoni Ewropea.\".", "Għaddew sentejn u nofs u l-gvern Nazzjonalista wara li nefaq Lm60 miljun ma rnexxilux iġib lanqas ċenteżmu wieħed biex jirranġa t-toroq.", "Pero' aktar minn hekk, il-gvern Nazzjonalista kontinwament jgħid li għandu bżonn madwar Lm40 miljun biex it-toroq ikunu fi stat aċċettabbli.", "Issa s-Lm60 miljun ta' dak iż-żmien jagħmlu Lm80 miljun tal-lum u allura hawnhekk jiskattaw diversi mistoqsijiet.", "Nistaqsi jien: Kif sar l-infiq?", "Min kien responsabbli għax-xogħol?", "Jekk verament sar ix-xogħol, xi kwalita' ta' xogħol sar?", "Lm60 miljun m'aħniex nitkellmu fuq borża karawett imma qed nitkellmu fuq miljuni kbar li ġejjin mit-taxxi tal-poplu.", "Il-Prim Ministru, il-Ministru Ċensu Galea u l-Ministru John Dalli li kienu jagħmlu parti mill-kabinett ta' qabel l-1996 għandhom id-dover u d-dmir li jagħtu spjegazzjoni dettaljata lill-poplu Malti ta' fejn marru dawn is-Lm60 miljun.", "Ta' min jgħid ̧ per eżempju, li bejn l-1996 u 1998 kellu jkun gvern Laburista li f'perijodu tant qasir ta' 22 xahar ġab esperti minn barra minn Malta u għamel aktar minn 640 triq.", "Il-Ministru Ċensu Galea din ċaħadha u qal li nkunu qed noħolmu meta ngħidu hekk, pero' wara li poġġejt din il- lista fuq il-Mejda tal-Kamra qatt ma reġa' rrifera għaliha.", "Peress li 20 minn dwn it-toroq inzertaw sqaqien ipprovaw jiżżuffjettaw bina u jien għall- argument ma nsib l-ebda diffikulta' li ngħid li għamilna 620 u mhux 640 triq.", "Dan juri s-serjeta' u l-għaqal li kien qed jimxi bihom il-gvern Laburista f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq u ma' infiq ta' flus.", "Hawnhekk ta' min igħid li ftit kienu dawk il-każi fejn it-toroq kellhom jerġgħu jinqalgħu mil-ġdid.", "Għalhekk illum se nieħu l-okkażjoni biex l- ewwelnett għas-sodisfazzjon tal-Ministru Ċensu Galea se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-estimi tar-roads department, sena b'sena mill-1987 sa l-1998, għax biex tinħareġ l-actual figure bilfors kellna nużaw l-estimi tas-sentejn ta' wara.", "Se npoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi item item kif kienu vvotati l-flus fl-estimi sena b'sena f'dan il- perijodu, plus tabella li turi l-figuri ta' l-infiq attwali ma' l-estimi biex jibbilanċja u se npoġġi wkoll l-estimi approvati.", "Dan qed nagħmlu għas-sodisfazzjon tal-ministru responsabbli minn dan il-qasam, għas- sodisfazzjon tal-Prim Ministru u għas-sodisfazzjon tal-ministru responsabbli mill-finanzi li kienu responsabbli fil-kabinett Nazzjonalista ta' qabel l-1996.", "Nixtieq ngħid ukoll li mhux il-Ministru Ċensu Galea biss għandu d-dover u d-dmir li jagħti rendikont lill-poplu Malti dwar fejn marru dawn is-Lm60 miljun, imma wkoll il-Ministru Zammit Dimech, l-Onor.", "Michael Frendo u l- Perit Michael Falzon li kienu responsabbli mit-toroq.", "Jien nesiġi li l- gvern għandu d-dover u d-dmir li jagħti rendikont dettaljat lill-poplu Malti u Għawdxi biex il-poplu Malti jkun jaf verament fejn marru l-flus tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex dawn id-dokumenti jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, dan l-aħħar avviċinawni xi nies u qaluli li f'St. James Cavalier saru xi laqgħat u ma kenux jafu bihom.", "Peress li dawn staqsewni kif ikunu avżati l-attivitajiet li jkun hemm f'dan iċ-ċentru ta' l-arti ̧ għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru ta' l-edukazzjoni u sirt naf li tintbagħat xi leaflet li jkun fiha informazzjoni fuq dawn l-attivitajiet kulturali u fuq dawn il-lectures.", "Jien staqsejt ukoll jekk hemmx xi mailing list biex jintbagħtu dawn il- leaflets u fuq liema kriterji jintgħażlu n-nies għal fuq din il-lista.", "Il-ministru rrispondieni li l-leaflet dwar l-informazzjoni fuq l- attivitajiet li jsiru fiċ-ċentru ta' l-arti tintbagħat lil madwar 1,000 persuna li jkunu wrew ix-xewqa li jibdew jirċevu din il-leaflet bl- informazzjoni.", "Pero' jien nista' ngħid li din lanqas nafu biha aħna, aħseb u ara kemm jafu biha n-nies li jkollhom interess li jmorru hemmhekk!", "Il- ministru qed igħid li dawk li wrew ix-xewqa li jirċievu din il-leaflet imlew kupun li jkun hemm apposta fil-fuljett pero' dan il-fuljett li qed jirriferi għalih ma nafx liema hu.", "Għalhekk din m'hijiex risposta ċara.", "Issa għaliex qed inqajjem dan il-punt, Sur President?", "Qed inqajjem dan il-punt għax iċ-ċentru ta' l-arti sar mit-taxxi tagħna lkoll.", "Aħna nafu bil-miljuni kbar li ntnefqu, nafu bil-miljuni li ħa ċertu perit u nafu li minkejja d-diffikultajiet finanzjarji li għandu dan il-pajjiż xorta ħallasna dawn il-flus imma għallinqas issa nistennew li l- attivitajiet kulturali li qegħdin isiru f'dan iċ-ċentru ̧ jkunu għal kulħadd.", "Per eżempju, il-ministru qalli wkoll li jqassmu kopja ta' dan il- fuljett fil-lukandi 5-Star.", "Huwa tajjeb li dawn il-fuljetti tibgħathom fil- lukandi 5-Star imma hawn nies li mhux fil-lukandi 5-Star jgħixu imma jixtiequ li jattendu għal dawn l-attivitajiet u jixtiequ li ma jsirux jafu bl-attivitajiet wara li jkunu saru għax ikun qalilhom xi ħaddieħor li forsi jkun wieħed minn dawn l-1,000 persuna li qegħdin fuq il-mailing list.", "Il- ministru semma wkoll li din il-leaflet tintbagħat lill-istampa u lill-mezzi tax-xandir pero' ma nafx kemm dawn qed jagħtu kasha.", "Qed ngħid dan għax ma tantx nara avviżi ta' attivitajiet u mid-dehra jkun hemm attivitajiet.", "Għalhekk xi ħaġa ħażina qed issir.", "Jien nittama li l-attivitajiet li jkun hemm fiċ-ċentru ta' l-arti jkunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Ladarba qed nitkellem fuq iċ-ċentru ta' l-arti nixtieq insemmi xi ħaġa fuq il-wirt storiku, xi ħaġa li qajmet diversi punti fuqha Din l-Art Ħelwa.", "Is-sena l-oħra din l-għaqda fil-laqgħa ġenerali approvat xi riżoluzzjonijiet u qajmet xi punti rilevanti.", "Huwa tajjeb li jkollna ċentru ta' l-arti bħall-Kavallier ta' San Ġakbu imma ma rridux nagħmlu interventi drastiċi li mbagħad ma nkunux nistgħu nsewwuhom.", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq insemmi t-toqob li tħaffru fuq barra biex twaħħlu d-dwal mas-sur li ntużaw meta qlibna l-millennju l-ġdid.", "Dan sar minkejja li r-restawraturi kienu wiegħdu li mhux se jżidu toqob ma' dawk li diġa' kien hemm.", "Huwa importanti li nitkellmu fuq dawn l-affarijiet biex meta xi darb'oħra jkun se jiġi utilizzat xi bini storiku ieħor, noqogħdu attenti li ma nagħmlux l-istess żballji.", "Kif għidt dawn huma żballji li ftit tista' tirranġahom u kultant dak li jkun sar, ikun sar.", "Din l-Art Ħelwa tirriferi wkoll għal dak li qalilna l-kumitat internazzjonali tal-monumenti li t-tibdil radikali li sar in-naħa ta' ġewwa tal-Kavallier ta' San Ġakbu qatt ma missu sar bil-mod kif sar.", "Ilkoll ninkwetaw fuq id-drawwa li issa daħlet fostna li fuq ġewwa ta' bini storiku qisna għandna freehand li nagħmlu dak li rridu u li l-aktar ħaġa importanti hija l-faċċata.", "Din hija sistema ħażina u ngħid li hija in line ma' kif jaħdem il-gvern preżenti.", "L-importanti hija d-dehra; ħalliha li mbagħad ikollok babilonja sħiħa.", "Dan l-istess bħal kif qed ngħaddu l-liġijiet bħalissa.", "Fid-deher ikun jidher li qed ngħaddu ħafna liġijiet imbagħad meta tmur tara kif se jiġu infurzati u tmur tfittex l-istrutturi, ma ssib xejn.", "Jien għamilt dan il-parentesi għax naħseb li hawnhekk din l- analoġija tiffittja sew.", "Dan l-atteġġjament fuq is-siti storiċi jeħtieġ li jieqaf jekk ma rridux nitilfu dan il-wirt storiku li għandna.", "Hemm bżonn li nagħtu kas għaqdiet li ilhom ħafna juru t-tħassib tagħhom fuq din il-kwestjoni.", "F'dawn l- għaqdiet ikun hemm nies tekniċi, esperti u nies li jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom għax verament iħobbu l-wirt storiku u minn qalbhom ikunu jixtiequ li nippreservawh u li ma jsirx sfreġu fuqu minn min forsi ma japprezzax daqstant.", "Aħna għandna wirt imprezzabbli u naħseb li l-inqas li nistgħu nagħmlu huwa li nisimgħu lil dawn in-nies għax barra li huma nies tekniċi u esperti huma nies li għandhom tassew għal qalbhom wirt artna.", "Punt ieħor li tqajjem minn Din l-Art Ħelwa huwa fuq il-proġett tal- Kottonera.", "Ma naħsibx li din l-għaqda għandha għalfejn tinkwieta wisq għax għajr it-twaqqigħ tal-ħajt għadu ma kellniex f'dawn is-sentejn.", "U Allaħares is-sena l-oħa ma kenitx għall-insistenza ta' l-oppożizzjoni Laburista li ressqet emenda għall-abbozz ta' liġi ħalli hemmhekk ma jinbnewx penthouses fuq il-palazzi fix-xatt tal-Birgu.", "Kieku kienu jsiru penthouses fuq il-palazzi fix-xatt tal-Birgu u m'għandniex xi ngħidu dan kien se jkun sfreġu tal-wirt storiku tagħna pero' grazzi għall-oppożizzjoni dan issa mhux se jsir.", "Din l-Art Ħelwa titkellem ukoll fuq is-siti storiċi fil-Kottonera u l-fdalijiet arkeoloġiċi ta' taħt il-baħar u titlob biex dawn ikunu preservati.", "Din tappella wkoll biex ma jsirx tibdil drastiku fl- intern tal-bini storiku bħalma ġara fil-Kavallier ta' San Ġakbu.", "Dawn l- affarijiet irridu nsemmuhom ħalli nqajmu kuxjenza biex l-istess żbalji ma jerġgħux isiru.", "Jekk ma nitkellmux fuq dawn l-affarijiet forsi jkun aktar faċli għal min irid jagħmilhom.", "Għalhekk huwa importanti li niġbdu l- attenzjoni ta' min hu responsabbli.", "Wara kollox dan il-wirt huwa tagħna lkoll u m'hu monopolju ta' l-ebda ministru u ta' l-ebda gvern.", "Għalhekk huwa fl-interess tagħna lkoll li nieħdu ħsieb nirrestawraw u nikkonservaw dak li għandna.", "Jien nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira fuq it-tempji.", "M'ilux smajt lill- ministru jgħid li l-gvern jaqbel li għandu jsir ilqugħ protettiv temporanju għall-akbar erba' tempji preistoriċi li għandna u li lest li jipprovdi l- fondi għal dan pero' jiena ħarist fl-estimi tal-budget u ma sibt xejn minn dan.", "Pero' jien nittama li forsi ma jdumx ma jkun hemm provvediment biex isir dan l-ilqugħ għat-tempji preistoriċi tagħna.", "Jekk mhux se nieħdu azzjoni fuqhom - wisq nibża' li r-rakkmandazzjonijiet li għamel il-kumitat li twaqqaf is-sena l-oħra lill-ministru jmorru ma' l-oħrajn u jibqgħu fuq l- ixkaffa għax donnu li s-sistema ta' dan il-il-gvern hija li jsiru kumitati, rapporti u rakkmandazzjonijiet biex jidher li qed isir xi ħaġa - dawn it-tempji se jiddeterjoraw b'rata dejjem akbar.", "Jekk mhux se jsir dan l-ilqugħ naturalment il-ħsara li se ssir hija inestimabbli.", "Għalhekk dan l-ilqugħ irid joħloq l-inqas impatt fuq l-estetika tat-tempji u anke fil-kontest ambjentali tagħhom pero' qabel ma nitkellmu fuq dawn l- affaijiet irridu niddeċiedu li dan ix-xogħol isir bis-serjeta' u mhux nikkummissjonaw ir-rapporti u nħalluhom hemmhekk.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 6 ta' Frar, 2001, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - HOLD-UPS", "23045.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups is-sena l-oħra u kemm huwa l-ammont totali ta' flus misruqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22466.", "PULIZIJA - VJOLENZA DOMESTIKA", "23046.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti minħabba vjolenza domestika s-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2000, il-pulizija ressqet 147 persuna quddiem il-qorti b`reati li jistgħu b`xi mod jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika.", "PULIZIJA - KAŻI TA' STUPRU", "23047.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' stupru li ġew rapportati lill-pulizija s-sena l-oħra?", "Fejn saru u kemm kellhom żmien il-vittmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi b`żieda mat-tagħrif li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20076, sa l-aħħar tas-sena 2000, il-pulizija kellha tliet rapporti oħra ta` stupru.", "L-eta` ta` dawn it-tliet vittmi kienet tvarja bejn it-28 u d-39 sena, u l-lokalitajiet fejn saru r-reati kienu: Ħamrun/Sta.", "Venera, Fgura u l-Ħamrun.", "Dawn huma biss rapporti, u d- deċiżjoni dwar ħtija u/jew kienx hemm stupru qiegħda f`idejn il-qorti.", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "23063.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22772?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal- farmaċija hi li d-dipartiment irid jikber fl-oqsma ta' farmaċija prattika u dik klinika.", "Id-dipartiment huwa parti mill-fakulta` tal-mediċina u kirurġija.", "Il-kap tal-farmaċija qiegħed jistudja jekk huwiex possibbli u ta' benefiċċju li jitressaq il-pjan imsemmi mill-Onor.", "Membru.", "La l-kamra ta' l-ispiżjara u lanqas l-awtoritajiet universitarji għadhom ma taw il- fehma tagħhom formalment fuq dan l-aspett.", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "23064.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22778?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kap tad-dipartiment qabel ma l-bord tal- fakulta` tal-mediċina u kirurġija u li jekk tinħass il-ħtieġa l-grades meħtieġa għad-dħul għandhom jgħolew.", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "23065.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22773?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aħħar studju juri li n-numru ta' l- ispiżjara żdiedu matul is-snin (384 fl-1992, 557 fl-1995, 628 fl-1997), 57% huma nisa u 43% huma rġiel.", "Il-medja ta' l-eta' hija 25 - 29 sena.", "48% jaħdmu fil-kommunita`, 18% fl-isptar, 19% marketing u industrija, u 15% xogħol ieħor bħala nutritionist, għalliema fl-universita` u social workers jew irtirati.", "L-istudji saru taħt forma ta' proġetti.", "EDUKAZZJONI - STAFF AKKADEMIKU", "23066.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22774?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' persuni mill-istaff akkademiku u mhux, li applikaw għal estensjoni wara li għalqu l-61 u din l- applikazzjoni ġiet miċħuda matul l-1999 u s-sena 2000 hu kif ġej:", "|Staff akkademiku|Staff mhux | | |akkademiku | |1999 - 0 |1999 - 1 | |2000 - 1 |2000 - 1 |", "AWSTRALJA/MALTA - PROTOKOLLI", "23074.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u l-Awstralja?", "Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li bil-kliem \"protokolli ta' kooperazzjoni\" l- Onor. Interpellant qed jalludi għal trattati prinċipali, inklużi protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb.", "Allura l-lista kompleta ta' trattati u protokolli ffirmati bejn Malta u l-Awstralja hija kif ġej:", "|DTA |1984 | |ASA |1996 | |Health Services|1988, amended | | |1997 | |Social Security|1990 | |Assisted |1965 | |migration |(non-operational)| |Working holiday| | |visa |1995 |", "Legend: DTA - Double Taxation Agreement", "ASA - Air Services Agreement", "CANADA/MALTA - PROTOKOLLI", "23075.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u l-Kanada?", "Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li bil-kliem \"protokolli ta' kooperazzjoni\" l- Onor. Interpellant qed jalludi għal trattati prinċipali, inklużi protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb.", "Allura l-lista kompleta ta' trattati u protokolli ffirmati bejn Malta u l-Kanada hija kif ġej:", "|Social Security |1992 | |Foreign Invest. |1982 | |Insurance | | |Loan agreement |1974 | |MoU audio visuals |1997 | |relations | |", "Legend:", "MoU - Memorandum of Understanding", "AMERIKA/MALTA - PROTOKOLLI", "23076.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u l-Amerika?", "Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li bil-kliem \"protokolli ta' kooperazzjoni\" l- Onor. Interpellant qed jalludi għal trattati prinċipali, inklużi protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb.", "Allura l-lista kompleta ta' trattati u protokolli ffirmati bejn Malta u l-Amerika hija kif ġej:", "|Extradition |1931 | |Aviation |2000 | |Security | | |ASA |2000 | |IGA |1966 | |DTA |1980 (US | | |abrogated) | |DTA |1997 (air/sea | | |trans.) | |Peace Corps |1970 | |Volunteers | | |Lease of patrol|1971 | |craft |(non-operational| | |) | |Loan agreement |1973 (expired) | |MoU Fulbright |1997 (extended | |Exchange |valid for 2 more| | |years in 2000) | |US excess |1982 | |property |(non-operational| | |) |", "Legend:", "DTA - Double Taxation Agreement", "ASA - Air Services Agreement", "IGA - Investment Guarantee Agreement MoU - Memorandum of Understanding", "CINA/MALTA - PROTOKOLLI", "23077.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u ċ-Ċina?", "Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li bil-kliem \"protokolli ta' kooperazzjoni\" l- Onor. Interpellant qed jalludi għal trattati prinċipali, inklużi protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb.", "Allura l-lista kompleta ta' trattati u protokolli ffirmati bejn Malta u ċ-Ċina hija kif ġej:", "|Loan |1972(expire| | |d) | |Long term Loan to |1983 | |China | | |Dev.", "Projects/tech.| | |Assistance Protocol|1972 | | |(expired) | |Technical |1973 | |Assistance |(expired) | |Provision to | | |complete |1977 | |Projects/tech. | | |Assistance | | |Provision of tech. | | |Assistance for |1977 | |break-water project|(expired) | |Tourism |1980 | | |(expired/ | | |superceded)| |Maritime Transport |1991 | |DTA |1993 | |MoU air services |1994 | |ASA |1997 | |Trade |1997 | |Health |1994 | |Cultural |1992 | |Cultural Programme |1997 (valid| | |for years | | |(1998-2000)| |Tourism |1998 | |Maintenance of post| | |of Hon.", "Consul in | | |Hong Kong (Exchange|1997 | |of Notes) | | |Grant |1997 | |Traditional Chinese|1994, 1996,| |Medicine Coop |1998,extend| | |ed up to | | |2001 | |Youth and Sports |1999 | |Plan | |", "Legend:", "DTA - Double Taxation Agreement", "ASA - Air Services Agreement", "MoU - Memorandum of Understanding", "JAPAN/MALTA - PROTOKOLLI", "23078.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u l-Japan?", "Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li bil-kliem \"protokolli ta' kooperazzjoni\" l- Onor. Interpellant qed jalludi għal trattati prinċipali, inklużi protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb.", "Allura l-lista kompleta ta' trattati u protokolli ffirmati bejn Malta u l-Ġappun hija kif ġej:", "Trade - 1968", "ĊIPRU/MALTA - PROTOKOLLI", "23079.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u Ċipru?", "Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li bil-kliem \"protokolli ta' kooperazzjoni\" l- Onor. Interpellant qed jalludi għal trattati prinċipali, inklużi protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb.", "Allura l-lista kompleta ta' trattati u protokolli ffirmati bejn Malta u Ċipru hija kif ġej:", "|ASA |1975 | |DTA |1993 | |DIA |1999 | |Health |1989 | |Cultural |1991 | |Tourism |1988 | |Telecoms.", "Coop.|1989 |", "Legend:", "ASA - Air Services Agreement", "DTA - Double Taxation Agreement", "DIA - Drug Interdiction Agreement", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "23123.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22790?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rendikont u t-talba kapitali u rikorrenti għas-sena 2000/1 huma:", "| |Lm | |Personal | | |Emoluments | | |Academic staff |74000 | |Non-academic |130622 | |staff | | |Nefqa Rikorrenti |164370 | |Nefqa Kapitali |100300 | |Nefqa |107250 | |għar-Riċerka | | |Total |576542 |", "Dawn il-proposti għal postijiet akkademiċi huma żieda ta' ekwivalenza għal żewġ postijiet akkademiċi full-time u wieħed akkademiku part-time fuq dawk preżenti.", "Il-postijiet mitluba bħala żieda għal dawk mhux akkademiċi jinkludu", "|Messaġġier / Driver |1 | |Lab Officers |4 | |Executive Officer |1 | |Senior Lab.", "Assistant |1 | |Lab.", "Technician |1 | |Lab.", "Attendant |2 | |Faculty Officer |1 | |I.T./Communication |1 | |Officer | |", "It-tweġiba għall-aħħar parti tad-domanda qed tinġabar.", "UNIVERSITA' -FARMAĊIJA", "23124.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22794?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saru xi taħditiet informali.", "Il-kamra ta' l-ispiżjara jistgħu jgħatu l-pariri tagħhom bil-miktub.", "Ma ngħatax parir formali mill-kamra ta' l-ispiżjara.", "Il-kap tad-dipartiment kien qed jirriferi għal pajjiżi Ewropej u l-Istati Uniti.", "Isiru konsultazzjoni ma' għaqdiet barranin speċjalment waqt konferenzi barra u mad-dekan tal- fakulta` kif ukoll il-feedback ma' fejn l-istudent ikun qiegħed jieħu l- prattika.", "ZABBAR - TRIQ IL-BAĦRIJA", "23238.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Baħrija, Zabbar, in-naħa ta' isfel fejn ma tinfidx, tingħata kisja tarmac fejn is-servizzi huma diġa' mgħoddija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 23236.", "KUNSILL MALTI TA' L-ISPORT", "23279.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitwaqqaf il-kunsill Malti ta' l-Isport u min huma l-membri li ser jingħataw il-ħatra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kunsill Malti għall-Isports ser jitwaqqaf fil-ġranet li ġejjin u dan ser ikun magħmul mill-Bord Eżekuttiv u ieħor Konsultattiv.", "Minħabba li għal Bord Eżekuttiv għadna qed nistennew xi nomini minn Organizzazzjonijiet Sportivi, il-membri ta' dan il-Bord se jitħabbru fil-ġranet li ġejjin.", "TAXXI INTERNI", "23301.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid id-dipartiment tat-taxxi interni kemm qed jistenna li jiġbor income tax miż-żieda fil-pagi tal-ħaddiema tal-gvern li kien hemm fil- ftehim kollettiv, dan meta t-tax bands baqgħu iffriżati?", "Kemm mistenni jdaħħal taxxa l-gvern mill-fringe benefits tax?", "Kemm mistenni jdaħħal taxxa l-gvern b'riżultat tat-taxxa ta' 15% fuq il- collective investment schemes?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni li setgħet tingħata, ngħatat fid-diskors tal-budget.", "TREASURY CLEARANCE FUND", "23302.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti breakdown dettaljat tat-transazzjonijiet li kien hemm fit- treasury clearance fund matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppublikata minn żmien għal żmien.", "GDP - TAX INTAKE", "23303.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fl-1999, fl-2000 u fl-2001 x'kienet u x'mistennija tkun it- tax intake u l-ispiża tal-gvern bħala persentaġġ rispettiv tal-GDP tal- pajjiż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit- taxxi u l-ispiża tal-Gvern bħala perċentaġġ tal-G.D.P. tal-pajjiż huma kkalkulati kif ġej:", "| |1999 |2000 |2001 | | | | |(stima)|", "| |G.D.P.|Lm1,447|Lm1,550|Lm1,660| | |m |m |m |", "| |Dħul |Lm481m |Lm543.5|Lm599.7| |mit-ta| |m |m | |xxi | | | |", "| |Perċen|33.24% |35.06% |36.13% | |taġġ | | | |", "| Tajjeb li wieħed jinnota li, fil-maġġoranza tagħha, ż-żieda fid-dħul minn sena għall-oħra hi dovuta mill-infurzar tal-liġijiet li permezz tagħhom jinġabru t-taxxi.", "|Spiża |Lm676|Lm705|Lm749.| |Kurrenti u |.3m |.8m |4m | |Kapitali | | | |", "| |Perċentaġġ |46.74|45.53|45.14%| | |% |% | |", "|", "DAWL U ILMA - KONTIJIET", "23304.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament,il-kont tad-dawl u l-ilma tagħha min Lm 22.90 ġie Lm 469.64, meta din l-persuna tgħix weħidha u minkejja li rrapportat kemm-il darba, ħadd mid-dipartiment ma ħa passi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru tinfurmani meta kienu d-drabi li l- persuna in kwistjoni kellmet lill-Korporazzjoni.", "ZABBAR - DAWL", "23305.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru l-bozoz il-ġodda fi Triq Alessandru u Triq Dliela Żabbar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni jekk jiżdiedx dawl jew le fi triq partikulari jiddependi minn diversi fatturi fosthom jekk tkunx saret talba u jekk tali talba tkunx ġustifikata.", "ZABBAR - TOROQ", "23306.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-first phase ta' Triq Alessander u Triq Dliela Żabbar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ngħata kuntratt mid-Dipartiment tat- toroq biex isir xogħol fi Triq il-Papa Alessandru.", "Triq id-Dliela għad qed isir żvilupp fiha u għalhekk ma tistax tiġi asfaltata għalissa.", "MTA", "23307.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid l-MTA għandhiex tbassir dwar kemm mistenni jonqos it-turiżmu f'termini perċentwali ta' arrivals matul din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif kelli okkażjoni ngħid f'din il-Kamra n-numru ta' turisti li potenzjalment jistgħu jżuru Malta f'sena partikolari hu intimament marbut mal-kapaċita' ta' postijiet bi skeda u charter li jpoġġu fuq is-suq il-linji ta' l-ajru li jaħdmu ma' Malta.", "F'dawn l-aħħar snin il- kapaċita' baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess.", "Biex isseħħ żieda sostanzjali jeħtieġ prinċipalment li l-Air Malta, b'riżultat ta' l-isħubija ta' Malta fl-UE, tinħeles mir-rabtiet żejda tal-ASAs u tibda tgawdi l- vantaġġi tat-Third Package tal-Unjoni.", "Għalhekk it-tbassir li l-Awtorita' tista' raġjonevolment tagħmel hu kondizzjonat sew mill-livell tal-kapaċita' fuq is-suq, minn fatturi oħra bħal per eżempju il-qagħda ekonomika fil-pajjiżi li nattiraw turiżmu minnhom, il-kompetitivita' tal-offerta paragunata ma' ta' ħaddieħor, l- effetti tar-ristrutturazzjoni tal-industrija tat-turiżmu kawża tal- globalizzazzjoni, u fatturi oħra.", "Fis-suq Ingliż, u f'dawk Skandinavi u tal-lingwa Tedeska, li jagħmlu mas- 70% tat-turiżmu lejn Malta seħħew l-iżviluppi li l-Kamra ġa taf bihom, bħal per eżempju l-akkwist mill-Air Tours tal-kumpanija li l-aktar kienet iġġorr turisti lejn Malta, il-Frosch li fl-2000 tilfet mas-Lm70 miljun lira u issa kellha iċċekken ir-raġġ ta' l-operazzjonijiet tagħha, kif ukoll ix-xiri ta' Thomson Holidays minn Pruessag, propjetarja tat-TUI.", "Dawn l-akkwisti u oħrajn wasslu biex is-suq jiġi kważi dominat minn tlett kumpaniji b'firxa dinjija li aktar milli jimmiraw li jkabbru l-klijentela qed jippuntaw jimmassimizzaw ir-risorsi tagħhom biex iżidu l-profitti.", "Hu għalhekk li qed jikkonċentraw il-ħidma tagħhom l-iżjed f'destinazzjonijiet kbar fejn l-investiment tagħhom jista' jrendi aktar.", "Kieku l-Awtorita' ma ħasbetx kmieni u ma bdietx tirripożizzjona l-offerta u l-klijentela tal-Gżejjer Maltin, dwar dan nirriferi lill-Onor Interpellant għall-Pjan Strateġiku tal-MTA, kieku bħallum stajna konna qed naffaċċaw xenarju li seta jissarraf f'telf ta' madwar 100,000 turist matul l-2001.", "Għalkemm għadu kmieni li wieħed jagħmel tbassir b'ċertezza xjentifika ninsab infurmat li matul l-2001 l-Awtorita', għalkemm tistenna numru probabbilment inqas ta' turisti, tinsab fiduċjuża li dan ma jkunx il-bogħod wisq mill-livelli milħuqa fl-aħħar snin.", "COS - FINANCIAL ESTIMATES", "23308.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li n- news release tal-COS dwar finanzi pubbliċi turi li d-dejn tal-Gvern żdied b'Lm73.3 miljun sa tmien Novembru 2000, għalfejn il-ministeru tal-finanzi fl-aħħar estimi finanzjarji ppreżenta data li turi li ma kien hemm ebda żieda fid-dejn lokali tal-gvern - financial estimates 2001 paġni 3, 7, 8,15?", "Billi l-Gvern kellu bżonn jissellef Lm 61 miljun biex jiffinanzja l-cash deficit tiegħu matul is-sena għaliex jissellef Lm 73.3 miljun?", "X'kienu jirrappreżentaw it-Lm 12.3 miljun extra?", "Jikkonferma li matul is-sena 1999, il-Gvern għamel over financing tal-cash deficit tiegħu b'aktar minn LM 45 miljun?", "Jikkonferma li skond l-aħħar estimi finanzjarji, il-Gvern ser jgħamel over-financing tal-ħtiġijiet fiskali uffiċjali tiegħu b'Lm77 miljun fis-sena li qegħdin fiha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-paġni ndikati fil-mistoqsija jikkonċernaw il-Fond Konsolidat u d-Dħul tal-Gvern.", "L-informazzjoni fil-Financial Estimates 2001 fuq id-dejn pubbliku hi mgħotija f'Appendix C paġna 363 ta' l-istess pubblikazzjoni fejn hu indikat il-bilanċ stmat fl-aħħar tas-snin 2000 u 2001.", "Il-cash flow tal-Gvern tkopri kemm il-Fond Konsolidat kif ukoll it-Treasury Clearance Fund.", "Billi fis-sena 2000 ma kienx hemm dħul minn privatizzazzjoni ġdida, sar finanzjament permezz ta' self temporanju u għal żmien qasir ta' Treasury Bills.", "Fis-sena li qegħdin fiha, aktar ma jirrendi d-dħul mill-privatizzazzjoni, anqas ikun il-bżonn li jsir rikors għal self.", "Fil-fatt, il-mitt mijlun self ġdid fit-tul u l-Lm120miljun Treasury Bills, minbarra li jkopru l-iżbilanċ tas-sena 2000, huma marbuta ma' stima konservattiva ta' Lm40 miljun dħul mill-privatizzazzjoni.", "ETC", "23309.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal xiex kienet attribwita d-drop fil-labour supply u fil-gainfully occupied fix-xahar ta' Novembru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li t-tnaqqis f'Novembru fin-numru ta' gainfully occupied kien fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut, ta' l- stabbilimenti ta' l-ikel u alloġġi u dak tat-trasport.", "Dan hu effett perjodiku mistenni kull sena.", "Peress li l-labour supply hu n-numru tal-gainfully occupied magħdud man- numru ta' dawk li jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru, it-tnaqqis fin-numru tal-gainfully occupied jkun rifless fil-labour supply.", "PENSJONANTI", "23310.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l- pensjonanti qed jieħdu 2/3 tal-bonus addizjonali kull erba' ġimgħat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi dawk il- pensjonanti li ma jkunux jirċievu l-bonus addizzjonali minn xi sors ieħor qiegħdin jirċievu l-imsemmi bonus addizzjonali, jiġifieri żewġ terzi ta' Lm104 (Lm52 li jitħallas f'Marzu u Lm52 f'Settembru għal min jaħdem) mal- pensjoni.", "Infatti jingħata Lm5.36 kull erba' ġimgħat mal-pagament tal- pensjoni fejn hu l-każ.", "ST.", "JAMES CAVALIER", "23313.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid lil min tintbagħat il-leaflet ta' informazzjoni fuq attivitajiet kulturali u lectures li jsiru f't James Cavalier?", "Jekk hemm mailing list, jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu n-nies għal fuq din il-lista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-leaflet ta' informazzjoni dwar l- attivitajiet li jsiru fil-Kavallier ta' San Ġakbu tintbagħat lil madwar 1000 persuna li urew ix-xewqa li jibdew jirċevuha.", "Dan għamluh billi imlew kupun li jkun hemm apposta fil-fuljett.", "Tintbagħat ukoll lill-istampa u l- mezzi tax-xandir u lil numru ta' artisti u kritiċi ta' l-arti.", "Dan il-fuljett jitqassam b'xejn ukoll lil dawk li jżuru ċ-Ċentru għall- Kreattivita` u mill-uffiċċji ta' l-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu li jinsabu f'Bieb il-Belt u fl-Ajruport Internazzjonali.", "Numru ta' kopji jitqassmu wkoll mil-lukandi 'Five Star' lill-klijenti tagħhom.", "Jekk l-Onor.", "Membru tixtieq li tibda tirċievi dan il-fuljett nista' ngħaddi isimha lill-Management tal-Fondazzjoni biex jitpoġġa fuq il-'mailing list' taċ-Ċentru.", "E-GOVERNMENT", "23314.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għat-tweġiba parlamentari nru.", "17925, issa li għaddew sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji barranin ta' l-IT interessati li jagħmlu sħab mal-Gvern Malti fuq il-proġett ta' l-E- Government", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Gvern behsiebu johrog sejha pubblika internazzjonali fil-gimghat li gejjin biex kumpaniji interssati formalment jesprimu l- interess taghhom.", "ŻABBAR - TISWIJA TA' TOROQ", "23315.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba parlamentari nru.", "22913, peress li l-Ministru qal li l-ftit xogħol li għad fadal isir fuq it-triq imsemmija \"mistenni jinbeda f'dawn il-ġranet\", jista'jgħid għalfejn dan ix-xogħol għadu ma nbediex b'detriment għar-residenti li bil-kemm jistgħu jidħlu fid- djar tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li qed isiru preparamenti biex ix-xogħol li jrid isir jibda.", "Kullħadd jifhem li l-kuntratturi ma jkunux f'pożizzjoni li jitilqu u jiġu lura f'ħakka ta' għajn, b'mod speċjali wara li f' dawn il-ġranet għamlet ix-xita li kellna.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET - KURATURI", "23316.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' selezzjoni ta' kuraturi fid-dipartiment tal-mużewijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħal issa ma hemm għaddej ebda proċess ta' selezzjoni ta' kuraturi fid-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "AIR SUPPLIES - COLLECTIVE AGREEMENT", "23317.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li fl-1987 kienu mal-kumpanija sussidjarja ta' l-Airmalta - Air Supplies u li ġew trasferiti mal-Gvern u li fir-reviżjoni tas-salarji li saret skond il-collective agreement ta' l- 1998 ma ħadux iż-żidiet u spiċċaw jitħallsu anqas minn ħaddiema fl-istess katergorija fi skali 18 jew 17?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ETC - TRAINING PROVIDERS", "23318.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma t-training providers li ġew magħżula mill-ETC sabiex jagħtu l-courses tan-NIFTE?", "Kemm kienu oriġinarjament dawk li applikaw sabiex iservu ta' training providers?", "Kif ġew magħżula?", "Jista' jgħid kif ser jitħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-training providers li ġew magħżula mill-ETC sabiex jgħatu l-courses tan-NIFTE huma:", "Umberto Colosso Trade School Mikiel Ang Sapiano Technical School", "Dawn iċ-ċentri ġew magħżula fuq bażi ta' faċilitajiet li jippossjedu.", "Il- Korporazzjoni qiegħda tħallas lil dawn l-entitajiet edukattivi kif ġej, bejn Lm4 u Lm5 fis-siegħa għall-materjal u użu tal-post u Lm6 fis-siegħa għall-provvediment ta' taħriġ.", "Il-pagamenti kollha jsiru lill- istabbilimenti rispettivi.", "Il-Korporazzjoni tagħmel użu wkoll miċ-ċentru ta' taħriġ tal-kumpanija ST Microelectronics Ltd. li jiġi provdut b'xejn .", "ETC - BORMLA", "23319.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl- uffiċju ta' l-ETC ta' Bormla?", "Jista' jgħid x'funzjoni jaqdu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' impjegati fl-uffiċċju tal- Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ f'Bormla huwa tnejn (2).", "Dawn jaqdu l- funzjoni ta' Placement Executive u Senior Clerk.", "ETC", "23320.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati ta' l-ETC?", "Jista' jaqsamhom skond il-funzjoni li jservu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "ETC", "23321.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-informazzjoni dwar courses organizzati mill-ETC lil dawk il- persuni jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "ETC", "23322.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema mertu l-ETC qed tibgħat għal uħud minn dawk li jirreġistraw għax-xogħol sabiex jagħmlu course?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni hija obbligata li tipprovdi korsijiet ta' taħriġ biex tgħin persuni li qiegħdin jirreġistraw għax- xogħol.", "Ghaldaqstant il-Korporazzjoni minn żmien għal żmien qiegħda tibgħat għal dawk li jinsabu jirreġistraw għax-xogħol biex jattendu għal wieħed mill-bosta programmi li qiegħdin jiġu organiżżati bil-ħsieb li dawn ittejbu jew jaġġornaw ix-xorta tat-tagħrif u tas-sengħa tagħhom u b'hekk jkunu aktar imħejjija għal ħidmi bi qliegħ.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TAL-INĠUSTIZZJI", "23326.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex ser jimplimenta, u meta, id-deċiżjoni mogħtija mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji li d-dettalji tagħha qed jingħataw taħt separate cover u li issa għaddew aktar min sentejn u naħseb li dewmien aktar mhuwiex ġustifikabbli?", "Jaħsibx il-Ministru li meta l-gvern jonqos li jonora deċiżjonijiet ta' dan it-tribunal ma jkunx qed jimxi skond ir-rule of law u quindi b'mod mhux demokratiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MALTA SHIPBUILDING", "23327.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Malta Shipbuilding ħarġitx tender biex jinbiegħ l-scrap tal-ħadid jew ingħatatx direct order?", "Jekk ingħata b'direct order, min ta l-ordni?", "Għaliex ma ntbagħatx security guard kif normalment isir biex jintiżen u għaliex ma ntiżinx fid-dwana ta' Kordin kif isir normali u minflok ingħata li jintiżen minn kumpanija privata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-Malta Shipbuilding ma biegħet l-ebda scrap b'direct order.", "Kien hemm enquiries ma' erba' scrap dealers u l-bejgħ sar skond l-aħjar offerta.", "L-iscrap intiżen fuq miżien ta' kumpanija indipendenti fil-preżenza kontinwa ta' uffiċjal tal-Malta Shipbuilding u l-ispejjeż kollha relatati tħallsu mill-iscrap dealer li kien qed jixtri.", "MALTA SHIPBUILDING", "23328.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx xi rapport minn Ulstein fuq ix-Ship Equipment Stores li hemm fil-Malta Shipbuilding fejn ġie indikat li dawn l-aħħar tliet xhur kien hemm diżordni f'dawn l-istores?", "Jistax wkoll jinforma lill-Kamra jekk dan in-nuqqas jistax iservi ta' dannu għall-Malta Shipbuilding?", "L-istock taking li kien inbeda' fil-Malta Shipbuilding f'Settembru li għadda fuq il-materjal li inxtara minn Ulstein għall- kumpanija Gozo Channel tlesta?", "Jekk ma tlestiex, x'inhi r-raġuni?", "Jista' l- Ministru jiċċekkja jekk dan l-stock taking twaqqafx b'kapriċċ minn xi manager u jekk fl-affirmattiv x'passi ttieħdu kontra min hu responsabbli?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li Ulstein ilmentaw kemm-il darba dwar it-tmexxija ta' l-Equipment Stores waqt li kien għaddej il-bini tal- vapuri tal-Gozo Channel.", "Il-management tal-Malta Shipbuilding ħa l-passi u neħħa lill-uffiċjal li kien responsabbli minn dawn l-istores u ssostitwieh b'uffiċjal ieħor.", "Ninsab infurmat ukoll li l-istock taking tlesta.", "SPTARIJIET - RAĠĠI RADJOLOĠIĊI", "23329.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23175?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Membri ta' l-Istaff li jaħdmu f'postijiet fejn hemm radjazzjoni għandhom dak li jissejħu \"personal radiation monitoring devices\".", "Dawn ir-\"radiation monitors\" juru li l-istaff mhux qed ikun espost għal xi livelli għoljin ta' radjazzjoni.", "Dan jindika wkoll li l-livell ta'radjazzjoni fil-viċinanza ta' dan l-apparat mhuwiex għoli.", "SPTARIJIET - OUT-PATIENTS - APPUNTAMENTI", "23330.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "22894?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar kif kienet is-sitwazzjoni fil-31 ta' Jannar 2001.", "Dwar il-lista ta' operazzjonijiet pendenti, qed ninkludi biss lill-dawk il- pazjenti li f'din id-data kien għadhom ma ngħatawx appuntament.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li ma teżisti ebda 'waiting list' għal każijiet urġenti.", "Illum il-pazjent għandu l-għażla bejn servizz privat u servizz pubbliku.", "Dawk kollha li għamlu użu mis-servizz privat kienu potenzjalment klijenti tas-servizz pubbliku.", "SKEJJEL - EQUIPMENT AND FURNITURE IN SCHOOL VOTE", "23331.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23160?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "DJAR - MANUTENZJONI", "213.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk jistax jitkaħħal ix-xaft tal-flats tal-Gvern fejn joqgħod il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament billi dieħel ħafna umdu u qed jagħmel il-ħsara fil- postijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "PENSJONI", "216.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija hijiex qed tieħu l-pensjoni li ħaqqa u dan maż-żieda ta' 12c 4 mils din is- sena.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata bil-każ.", "SAN ĠWANN - TRIQ TAŻ-ŻWEJT", "217.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza ġo Triq taż-Żwejt San Ġwann ħdejn l-istage li hemm minħabba dlam kbir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra."]}